{"filename": "19980317_201d_par.doc", "date": "1998-03-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 201 It-Tlieta, 17 ta' Marzu, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 201", "It-Tlieta, 17 ta' Marzu, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "201", "It-Tlieta, 17 ta' Marzu, 1998", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 6", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA (IT-TIENI QARI) MALTA TOURISM SERVICES BILL (SECOND READING) 6", "AĠĠORNAMENT 29", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 34", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUIB 50", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 200 li saret fis-16 ta' Marzu, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - IMPJEGATI", "11551.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Fil- breakdown li jagħti, għal kull waħda minn dawn separatament jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Minn liema lokalita' huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba mill- Onor. Interpellant.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma twaqqfet b'seħħ mill-20 ta' Jannar, 1992 u kull ingaġġ li sar qabel din id-data kien sar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz tal- Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.", "UNIVERSITA' - ACADEMIC STAFF", "11841.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm academic staff bħalissa fl-Universita' ta' Malta?", "Kemm minn dawn għandhom second degree?", "Kemm minnhom għandhom doctoral degree?", "X'post u xi grad qed jokkupaw?", "Meta ħadu l-aħħar ħatra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): In-numru ta' academic staff fl-Universita' ta' Malta huwa ta' 540, li minnhom 283 huma full-time u 257 part-time.", "Hemm 95 full timer u 90 part- timer li għandhom second degree.", "B'doctoral degree hemm 111-il full-timer u 26 part-timer.", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "DRENAĠĠ - MIŻIEB", "12919.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema akuta ta' fawran ta' ammont kbir ta' drenaġġ fil-Miżieb, peress li dan l- inkonvenjent qed jagħmel ħsara kbira lis-siġar kollha ta' madwar u jista' jkun ta periklu kbir għas-saħħa tan-nies?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Id-dipartiment tad-drenaġġ huwa fil-proċess illi jagħti kuntratt ta' konsulenza biex jitħejja pjan għall-upgrading tas-sistema tad- drenaġġ fit-tramuntana ta' Malta.", "Dan jikkonsisti fil-bini ta' transmission main ġdid, impjant tat-trattament tad-drenaġġ u outfall.", "Sadanittant id-dipartiment qiegħed jieħu l-miżuri kollha possibbli biex dan il-fawran ma jkomplix jaggrava.", "SKEJJEL - ŻEBBUĠ - SKOLA PRIMARJA", "12420.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-year 1 ta' l- iskola primarja \"A\" ta' Ħaż-Żebbuġ m'hemmx facilitator għat-tfal b'diżabilita', tant li wieħed mit-tfal m'huwiex qed jattendi l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Intbagħtet facilitator fl-iskola primarja \"A\" ta' Ħaż-Żebbuġ biex it-tfal kollha jkunu jistgħu jattendu mill-Erbgħa, 25 ta' Frar.", "PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "12493.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għad-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Sport - dan jikkonsisti f'lista ta' part-timers engaged by national swimming pool mis- 26 ta' Ottubru 1996 - jista' l-Ministru jindika d-data li fiha kull wieħed minnhom ġie ngaġġat, ix-xogħol ta' kull wieħed minnhom u l-parentela, jekk hemm, ta' kull wieħed minnhom mas-Segretarju Parlamentari jew ma' xi persuna li taħdem jew kienet taħdem fis-segretarjat tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma jidhirlux il-Ministru li hija daqsxejn stramba li fir-risposta tiegħu jgħidli li l-informazzjoni għadha qed tinġabar meta fuq il-Mejda tal-Kamra għadu kif poġġa rapport ta' 30 paġna, b'ħafna attachments miegħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-aktar li ġie nvestigat u enfasizzat, lil hinn mill-persuni u mill-parentela, kien il-metodu ta' reklutaġġ.", "Jiġifieri dawn il-persuni setgħu kienu min kienu.", "Jiena ħadtha kważi for granted li dik l-informazzjoni kienet se tkun fir- rapport imma meta ċċekjajt sibt illi ma kienetx hemm u malli tkun f'idejja nkun nista' ngħaddiha lill-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bażikament jiena staqsejt tliet domandi.", "Veru li f'waħda minnhom staqsejt dwar il-parentela pero' fl-oħra staqsejt dwar id- data ta' meta ġew ingaġġati dawn il-persuni li semma' s-Segretarju Parlamentari u x-xogħol tagħhom.", "Naħseb li kif qed jgħid il-Ministru stess, dan kien essenzjali li jiġi nvestigat fir-rapport imma ma ġiex.", "Ma jidhirlux il-Ministru li in vista ta' dan in-nuqqas - naħseb huwa pjuttost kbir - kif ukoll għal raġunijiet oħra, ir-rapport li sar huwa pjuttost wieħed ħafif u ma ppruvax jidħol wisq fid-dettall ta kif ġraw l-affarijiet, speċjalment mis-26 ta' Ottubru tas-sena l-oħra 'l hawn, ċioe' minn mindu sar responsabbli s-Segretarju Parlamentari Joe Cilia?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: S'intendi l-Onor.", "Interpellant għandu kull dritt jiġbed il-konklużjonijiet tiegħu pero' naħseb li l-aktar ħaġa importanti li jista' jkun hemm f'rapport m'huwiex biss il-kliem iżda l-passi li jittieħdu.", "M'hemmx dubju li f'dan il-każ il-passi li ttieħdu huma aktar serji minn kull ħaġa oħra li saret qabel fil-pixxina.", "Aħna investigajna l- metodu ta' reklutaġġ għax dehrilna li dan ma kienx wieħed aċċettabbli u naħseb li min għamel l-investigazzjoni għamel tajjeb illi iffoka l-aktar fuq hekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li ċertament kull rapport u kull investigazzjoni li ssir tagħmel tajjeb li tiffoka fuq il-konklużjonijiet prattiċi li mbagħad joħorġu - naqbel mal-Ministru li dawn it-tip ta' investigazzjonijiet u rapporti jridu jagħtu indikazzjoni lejn fejn wieħed irid imur fil-futur - ma jidhirlux il-Ministru li r-rapport huwa nieqes milli jittratta fatt illi kien evidenti, u cioe' li 70% tar-reklutaġġ kienu mid-distrett tas-Segretarju Parlamentari?", "Jidhirlu l-Ministru illi min investiga kellu jiġbed xi konklużjonijiet?", "Jekk dan ma sarx, ġibidhom hu l- Ministru?", "II-Ministru huwa sodisfatt bil-mod kif saret l-investigazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena sodisfatt bil-mod kif saret l- investigazzjoni u l-konklużjonijiet ġbidnihom fid-deċiżjoni li ħadna, jiġifieri li nxolju r-rapport ta' relazzjoni ta' xogħol li kien hemm, kemm qabel Ottubru ta' l-1996 kif ukoll wara Ottubru ta' l-1996.", "Jiena naħseb li l-mod kif ġew reklutati n-nies fl-aħħar żmenijiet minn mindu seħħet bidla fl-amministrazzjoni ma kienx wieħed serju biżżejjed, imma naħseb li l- Onor. Membru għandu għallinqas jikkonċedi l-fatt illi anke ta' qabel ma kenux serji biżżejjed u bl-istess konklużjoni li ġibed hu daqshekk ieħor ta' qabel kienu kkonċentrati minn ċertu distrett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-fatt illi 70% minn dawk li ġew ingaġġati kienu mid- distrett tas-Segretarju Parlamentari, ittieħed in konsiderazzjoni minnek meta r-responsabbiltajiet għall-pixxina nazzjonali tneħħew minn idejn l- Onor. Joe Cilia?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. kollega li anke qabel, probabbli aktar minn 70% kienu mid-distrett tal-ministru ta' dak iż- żmien, u kieku għandi l-informazzjoni f'idejja kont inkun nista' nagħtih l- persentaġġ b'mod aktar preċiż.", "Nerġa' ngħid illi l-konklużjonijiet huma ċari.", "Hija l-aktar sanzjoni iebsa li tista' tieħu meta xxolji kuntratt ta' xi ħadd li ħaseb li ġie mpjegat u aħna ridna li l-affarijiet jerġgħu jsiru b'mod ċar u b'mod serju.", "Il-problema kienet - biex nagħmluha ċara anke għar-rapport innifsu - li l- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ma rat xejn irregolari fil-mod kif ġew impjegati dawn in-nies, la issa u lanqas kif kienu ġew impjegati qabel.", "Kien hemm it-tradizzjoni li meta xi ħaġa jkollha x'taqsam ma' l-Universita' m'għandhiex tintalab clearance min-naħa ta' l-ETC.", "Pero' jien deherli li dak huwa aktar punt formali milli reali għax l-ewwelnett waħda mill-vizzji oriġinali, anke ta' dik l-istruttura, hi li diffiċli tgħid fejn tibda l- Universita' u fejn jibda l-ministeru.", "Din l-istruttura tant kienet a grey area li naħseb li waħda mid-deċiżjonijiet li kellha tittieħed kienet li tiġi ċċarata l-istruttura tat-tmexxija.", "Jekk wieħed joqgħod fuq il- formalita' u fuq il-pariri li kienu jingħataw dwar kif għandhom isiru l- impjiegi jsib li min-naħa tal-formalita' m'hemm xejn ħażin, imma mbagħad jekk wieħed jara kif inhuma l-affarijiet isib li la qabel ma kienu aċċettabbli u lanqas kif saru wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, minkejja li f'Mejju ta' l-1987 il- Partit Nazzjonalista fil-gvern kien sab 'il fuq minn 9,000 impjieg irregolari, xorta żamm lil kulħadd miegħu għax ma deherlux illi minħabba deċiżjoni politika tal-prim ministru ta' qabel kellhom ibatu l-familji ta' dawk il-ħaddiema.", "Allura ma jidhirlux il-Ministru li bid-deċiżjoni li ttieħdet fil-każ tal-pixxina nazzjonali qegħdin ibatu l-familji ta' dawk li ġew impjegati, mentri l-bniedem li jidher li kien id-deus ex machina u li rnexxielu jdaħħalhom f'dan l-impjieg - qed nirriferi għall-Onor.", "Joe Cilia - ħareġ prattikament scot-free?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan m'huwiex metodu ta kif wieħed għandu jimxi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le ma jidhirlix.", "L-Onor.", "Interpellant minn naħa waħda se joqgħod jiffoka jekk intalbietx clearance mill-ETC għal dawn in- nies, u malli ċċarajna dan il-punt donnu issa għalih mhux dik l-importanti u ried li nkomplu għaddejjin b'dik is-sistema.", "Jekk hu għandu xi provi dwar id-deus ex machina, jew dwar l-indħil jew is-sehem dirett kif qed jgħid hu, nitolbu jgħaddili din l-informazzjoni għax mill-investigazzjoni li saret ma jirriżultax li dan kien il-każ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru qed jgħid illi hu jemmen li l-Onor.", "Joe Cilia ma kien jaf b'xejn x'inhu qed jiġri meta 70% tal-ħaddiema ġew impjegati mid-distrett tiegħu?", "Dan jemmnu l-Ministru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-importanti mhux x'nemmen jien imma x'jirriżulta mill-fatti.", "Bl-akbar kalma u bl-aktar kuxjenza kwieta nerġa' ngħid lill- Onor. Membru li kieku dan il-ftit skruplu u din il-purezza morali li qed juri issa dwar kif saru l-affarijiet fil-pixxina wrihom qabel, dak li qed jgħid hu bħalissa kien ikun ħafna aktar kredibbli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Forsi għall-purezza morali u għall-kuxjenza nikkompetu bejnietna għax it-tnejn nidhru qisna nagħmluha tal-qaddisin!", "(Interruzzjonijiet) Lanqas jien m'għandi l-ebda pretenzjoni.", "MADAM SPEAKER: Onor. Gatt, jekk jogħġbok ejja għad-domanda.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma naħsibx illi huwa metodu tajjeb li tipprova tirrispondi domanda billi tgħid x'imissu sar fil-passat.", "Ir- responsabbilta' tal-Ministru tirrgwarda dwar dak li qed isir illum u għalhekk qed nagħmel id-domandi lilu.", "Jekk il-Ministru jrid jaħrab mid- domandi u jevita milli jirrispondini jagħmel hu imma d-domanda tiegħi hija waħda sempliċi u se nerġa' nagħmilha.", "Il-Ministru jemmen illi l-Onor.", "Joe Cilia ma kellux x'jaqsam fil-kwestjoni?", "Il-Ministru jemmen illi n-nies ġew impjegati mid-distrett tiegħu b'kumbinazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Gatt m'għandux għalfejn joqgħod ipoġġili kliem f'ħalqi għax naħseb naf nesprimi xi daqsxejn lili nnifsi dwar dak li nemmen fih u dwar dak li ma nemminx.", "Jien ħadt passi fuq il- fatti kif irriżultaw u bl-aktar mod kategoriku nerġa' ngħid li kieku l- Onor. Interpellant wera' l-istess serjeta', l-istess attenzjoni u l-istess reqqa' qabel biex l-affarijiet isiru kif suppost, f'kull comma tagħhom, kieku dak li qed jagħmel issa kien ikollu aktar kredibilita'.", "Lill-Onor.", "Gatt irrid infakkru fil-passat, anke meta ma kienx f'dan il- Parlament, hu kellu responsabbilta' kbira f'partit li ħalla ħafna ħneżrijiet għaddejjin, u dan meta kien jiftaħar li ma l-iċken dell kien lest li jtajjar in-nies.", "Fil-fatt ma tajjar lil ħadd u minħabba f'hekk spiċċa l-Partit Nazzjonalista mtajjar mill-gvern!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidli l-bord il-ġdid li ġie maħtur lil min jirrispondi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-bord il-ġdid jirrispondi lili.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bord il-ġdid jirrispondi lilu u mhux lis-segretarju parlamentari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Interpellant għadu kemm qalli li fl-aħħar mill-aħħar jien responsabbli, kemm meta jkun hemm segretarju parlamentari kif ukoll meta ma jkunx hemm!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiġifieri r-responsabbilta' għall-ingaġġ tan-nies hija tiegħu u mhux tas-segretarju parlamentari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-responsabbilta' ħadtha bid-deċiżjonijiet ċarissimi li ħadt wara u naħseb li ma stajtx inkun aktar ċar minn hekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiġifieri meta l-bord ikollu xi problema, jaqbeż lis- Segretarju Parlamentari u jkellem lilek direttament?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta l-bord ikollu xi problema jkun jista' jkellem lis-Segretarju Parlamentari u kif għandhom aċċess għalih għandhom ukoll aċċess għalija.", "KAROZZI - IMPORTAZZJONI", "12579.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi kull sena bejn l-1987 u l-1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond il-make tal-vettura?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Nissuġġerixxi li l- mistoqsija ssir lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet biex hu jgħaddiha lid-dipartiment tal-liċenzji, fejn jiġu rreġistrati l-vetturi li jkunu lliċenzjati biex joħorġu fit-triq.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Possibbli li meta jidħlu karozzi ġodda ma jiġux rreġistrati mid-dwana skond il-make?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-dwana m'hijiex f'pożizzjoni li tagħti t-tagħrif meħtieġ għax l-ewwelnett l-Onor.", "Membru qed imur lura għal ċertu ammont ta' żmien u l-computer records dwar in-numru ta' motor vehicles importati mhumiex readily available għax ma jmorrux lura għaż-żmien li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "It-tieni tkun cumbersome ħafna biex jinġabru l-figuri relatati mal-warehoused u released vehicles separatament, għax ovvjament dawn jiġu minn sorsi differenti.", "Fl-istess ħin min-naħa tad-dwana qed jinħass ukoll illi mhuwiex opportun illi tingħata informazzjoni kummerċjali dwar il-mix ta' vehicles importati ġaladarba din tinvolvi importaturi differenti.", "Fid-dawl ta' dan kollu nissuġġerixxi illi d-domanda ssir lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' press release maħruġa fit-23 ta' Frar 1998, fl-okkażjoni ta' l-inawgurazzjoni ta' kors ta' l-International Institute on Ageing, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12840.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' leġislazzjoni sussidjarja magħmula fl-1996 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1,229.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TOURISM SERVICES BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Marzu 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Karmenu Vella huwa in possession.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u Self-Employed): Madam Speaker, nixtieq inkompli fejn ħallejt il-bieraħ.", "Kont qiegħed ngħid illi l-ewwelnett din m'hijiex xi liġi kontroversjali, anzi għidt li tressqet minn din in-naħa u ġiet anke ssekondata mill-Onor.", "Refalo, jiġifieri minn membru tan-naħa l-oħra.", "Għidt ukoll li ħafna mill-kelliema għamlu kummenti tajbin u nista' ngħid ukoll li kien hemm proposti u suġġerimenti ta' min jinnotahom.", "Qabel ma nidħol fid-dettall dwar x'ġara fit-turiżmu f'dawn l- aħħar xhur, nixtieq nikkummenta fuq xi punti li tqajmu miż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Kont bdejt nirrispondi xi punti li qajjem l-Onor.", "Michael Refalo u stqarrejt li mhux dejjem fhimt dak li kien qiegħed jgħid l-Onor.", "Membru, u għalkemm smajtu b'attenzjoni kbira mhux dejjem qbilt miegħu lanqas.", "Ikkoreġejt ukoll l-impressjoni li kellu meta qal illi fuq il-bord tat- tourism authority se jkun hemm tlieta min-nies biss min-naħa tal-privat u aċċennajt għall-fatt illi, anke skond il-liġi stess, il-membri kollha se jkunu min-naħa tal-privat għax eskludejna totalment nies illi huma mpjegati tal-gvern.", "Għalkemm mhux in-nies kollha huma nnominati min-naħa tal- privat, anke dawk innominati min-naħa tal-gvern se jkunu mill-privat, dawk innominati min-naħa ta' l-assoċjazzjonijiet se jkunu mill-privat u anke dawk innominati min-naħa ta' l-Air Malta jistgħu jitqiesu li ġejjin mill- privat.", "Għidt ukoll li wieħed mill-iskopijiet prinċipali ta' din il-liġi kien proprju li nagħtu aktar say lill-privat mhux biss fit-tfassil tal- policy guidelines u ta' l-istrateġija għal dan is-settur imma wkoll biex ikollu sehem akbar fl-implimentazzjoni ta' l-istess guidelines u policies.", "L-Onor.", "Membru qalilna wkoll li din il-liġi xtaq jagħmilha hu fi żmienu pero' kellu affarijiet aktar urġenti x'jagħmel.", "Jiena semmejt ukoll li mhux biss ma kienx għamilha hu imma lanqas kien għamilha s-suċċessur tiegħu, għalkemm diġa' kien hemm xi diskussjonijiet għaddejjin, u aktar 'il quddiem ngħid fejn ma konniex naqblu ma' dak li kien qed jiġi diskuss.", "Waqt l-intervent tiegħu l-Onor.", "Membru rrifera wkoll għall-high-level guidance paper tat-turiżmu li fassalna aħna.", "Bażikament dan id-dokument huwa pjan b'linji fejn nixtiequ mmorru u l-istrateġija li nixtiequ nsegwu biex nilħqu t-targets li qed nimmiraw għalihom.", "L-Onor.", "Refalo qalilna li bħala high-level guidance paper kienet tajba pero' aċċenna għall-fatt li għaddew ħames xhur minn meta ġiet ippubblikata.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel kjarifika oħra.", "Meta aħna qbadna nfasslu t-tourism strategic plan jew inkella l-high-level guidance paper ma konniex qegħdin infasslu biss on paper dak li nixtiequ nagħmlu, imma parallel ma' dak li konna qed niddiskutu konna diġa' bdejna xogħol illi kellu x'jaqsam ma' l-istess guidance paper.", "Biex forsi nispjega b'mod aħjar dak li kien għaddej, waħda mill-ewwel affarijiet li għamilt meta nħtart ministru tat-turiżmu kienet li rrivedejt u saħħaħt l-advisory board.", "Għalkemm dan il-bord kien qiegħed hemm, ma kienx jiltaqa' ta' spiss u ġieli anke ltaqa' darbtejn biss f'sena.", "Il-laqgħat kien jagħmilhom waħdu u forsi ma kienx hemm liaison tajjeb, la bejn l-advisory board u l- ministeru, u lanqas bejn l-advisory board u l-bord eżekuttiv.", "Jiena xtaqt li dan l-advisory board jieħu aktar saħħa u jingħata iktar attenzjoni u r- raġuni kienet sempliċi ħafna.", "Jiena nemmen illi dan l-advisory board jista' jagħti kontribut siewi għax fih hemm nies li ilhom jaħdmu u jissiltu taħt diversi ministri u amministrazzjonijiet u allura għandhom ħafna esperjenza aktar minni f'dan is-settur.", "Għalhekk qed ngħid li dawn ta' min jutilizza l-esperjenza li għandhom.", "Biex inkunu nistgħu nsaħħu aktar dan l- advisory board iddeċidejt li nibda nattendi għalih jien regolarment.", "Waħda mill-affarijiet li ddeċidejna li nagħmlu mill-bidu hija li ma nibqgħux immexxu s-settur tat-turiżmu b'ħafna skossi u għalhekk ftehemna li jkollna pjan bi strateġija tajba.", "Kulħadd qabel illi l-uniku pjan li kien sar fl-1989, kien kważi skada, ma baqax jiġi rivedut u ma baqax jiġi updated.", "Ħafna affarijiet minnu kważi ntnesew u ma kien ġie diskuss qatt, la fil-pubbliku u lanqas mas-settur privat.", "Għalhekk kien hemm qbil anonimu li ridna nibdew naħdmu mill-ewwel fuq it-tfassil ta' dan il-pjan u fl-istess ħin kellna f'moħħna li mal-pjan inwaqqfu dak li qed inwaqqfu llum, jiġifieri t-tourism authority.", "Kif konna nafu li se nwaqqfu tourism authority u kif konna nafu li din l- awtorita' kienet se tiġi maqsuma f'ħames direttorati, aħna qsamna l- advisory board f'ħames gruppi u kull grupp kien relatat ma' kif se jkun imqassam id-direttorat biex jibda jagħmel rapport u pjan skond id- direttorati.", "Ħalli nagħti eżempju.", "La d-direttorati fit-tourism authority kienu se jkunu l-product development, il-marketing, il-human resources, il- monitoring and enforcement u s-support services, ħloqna ħames gruppi biex joħorġu pjan bl-istess suġġetti.", "Allura parallel mat-twaqqif tat-tourism authority aħna waqqafna dan il-pjan, naturalment bl-idea li meta titwaqqaf it-tourism authority din tieħu over dan il-pjan, ma toqgħodx terġa' tibda l- affarijiet kollha mill-bidu u kull direttorat ikollu diġa' l-pjan tiegħu.", "Dan qed ngħidu biex infiehem lill-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra li kollox kien maħsub u aħna m'għamilniex pjan għalih, tourism authority għaliha u xogħol għalih imma ridna ninsġu kollox biex fl-aħħar mill-aħħar ħolqa taqbad ma' oħra.", "Lill-Onor.", "Membru ma fhimtux ukoll - forsi jkolli ċans niddiskutiha miegħu anke fuq bażi personali - meta qal li min-naħa tagħha l-Oppożizzjoni ma kienet se tressaq l-ebda emenda għalkemm kienet se tagħmel is- suġġerimenti tagħha.", "Nifhem illi ħafna mis-suġġerimenti li saru kienu tajbin u aħna stess nemmnu illi l-abbozz ta' liġi kif inhu għad jista' jitjieb u li kif jgħaddi minn dan il-Parlament, wara li l-awtorita' tat- turiżmu tkun ilha taħdem sena jew sentejn, jekk ikun hemm bżonn nerġgħu nirriveduh aħna stess biex dawk l-affarijiet li jkunu qed ifixklu l-ħidma tat-tourism authority nerġgħu nirriveduhom.", "Hawnhekk ma stajtx nifhem ukoll lill-Onor.", "Membru meta qal li l-Partit Nazzjonalista jwiegħed li dawk il-bidliet li hemm bżonn isiru se jwettaqhom wara li jkun tela' fil-gvern.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jista' jkun li jiena ma kontx ċar biżżejjed fuq dan il-punt.", "Meta jiena għidt li m'aħniex se nressqu emendi ridt infisser li m'aħniex se nressqu emendi formali u fil-fatt is-suġġerimenti għamilnihom.", "Jekk il-Gvern iħoss li għandu jaċċetta dawk l-emendi u jaqbel magħhom, allura għandu l-makkinarju kollu biex jinkorporahom fil-liġi imma jekk ma jaqbilx magħhom mhux se noqgħod nitlef iż-żmien nagħmel l-emendi għal xejn b'xejn.", "Il-kummenti għamilthom u jekk il-Ministru ma jilqagħhomx, dik affari tiegħu.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Anzi qed ngħid jien stess illi s-suġġerimenti li saru minn diversi membri parlamentari tan-naħa l-oħra - mill-Onor.", "Refalo stess, mill-Onor.", "Psaila Savona u mill-Onor.", "Tabone - se nagħtu kashom u ma ġejniex hawnhekk b'kappestru taż-żwiemel u ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi rriduh jgħaddi kif inhu, tgħid x'tgħid l-Oppożizzjoni.", "Jekk m'aħniex se niddiskutu l-affarijiet bejnietna u naslu fi qbil ikun ifisser li se nibqgħu għaddejjin b'ħafna skossi, u dan huwa proprju dak illi aħna ma xtaqniex nagħmlu.", "Meta ngħidu li waħda mill-affarijiet li qegħdin nipprovaw nagħmlu bħala gvern hi li nibnu proċess turistiku, inkunu qegħdin infissru li bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra se jinbeda proċess biex is-settur tat-turiżmu ma jiffaċċjax ħafna tibdil, kif sfortunatament jiġri f'setturi oħra, kull meta jinbidel il-gvern.", "Settur daqshekk importanti m'għandux jitħaddem b'dan il-mod u lanqas għandu jkun hemm kontenzjoni dwaru bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Li jista' jiġri forsi hu li wieħed jissuġġerixxi li ngħaddu minn triq u l-ieħor jissuġġerixxi li ngħaddu minn oħra, jew wieħed jitfa' tant xogħol fuq ċertu aspett u l-ieħor jitfa' ftit inqas jew ftit aktar.", "Sieħbi tkellem ukoll fuq l-importanza tas-slots fuq it-television.", "Din kienet waħda mill-affarijiet li kont qajjimt jien meta xi ħadd ġie qalli li l-PBS għandhom slots fuq is-CNN u fuq l-Euro News illi qatt ma ttieħdu.", "U jien bdejt inħokk rasi għax ma stajtx nifhem kif jiena nara minn fejn se nqaxxar sold minn hawn u sold minn hemm biex nagħmel reklamar fuq it- television - dawn iqumu l-belli liri - u mbagħad issib li għandna slots b'xejn li m'aħniex neħduhom.", "Jekk m'iniex sejjer żball matul is-sena li għaddiet - ma konniex bdejna fuq din il-biċċa xogħol mill-bidu tas-sena - konna ħriġna xi ħames slots fuq il-Birgufest, fuq il-Belt Valletta, fuq Buġibba, fuq xi heritage u fuq xi affarijiet oħrajn.", "Jiena nispera li dawn is-slots jibqgħu ħerġin.", "Jekk aħna nieħdu slot kull 15-il ġurnata jew kull xahar, Malta tkun qed tirbaħ minnu.", "Xi żmien ilu qabbadna lil Ivan Camilleri mill-PBS biex jaħdem fuq dawn is- slots u safejn naf jien dan qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna - dan l- aħħar saru xi mistoqsijiet dwaru imma din il-biċċa xogħol għadni ma dħaltx fiha pero' nispera li jiġri x'jiġri dawn is-slots jibqgħu ħerġin - u għalhekk nieħu l-opportunita' biex nirringrazzjah tax-xogħol li qiegħed jagħmel biex dawn is-slots joħorġu b'image tajba ħafna ta' Malta u jieħdu coverage fuq stazzjonijet kbar bi viewership kbira.", "Jiena nispera li dan ix-xogħol jibqa' sejjer u jekk hemm bżonn inkabbruh.", "Wieħed jifhem il- mileage li nieħdu minn dawn is-slots u jekk ikun hemm iċ-ċans li nieħdu akar mileage b'inqas flus dan għandna nagħmluh, għax illum irridu noqogħdu attenti kif għandna nonfqu kull sold li jkollna.", "Dan iġibni ftit għal dak li qed nippruvaw nagħmlu u din ma nistax ngħid li hija idea ġdida għax minn dejjem konna nimxu b'dan il-mod.", "Normalment meta wieħed jagħmel promozzjoni għal Malta joqgħod jikkalkula kemm għandu flus, kemm se jiġuh l-adverts fil-gazzetti jew fil-magazines, jekk għandux jagħmilhom bil-kulur jew black and white, jekk għandhomx jidhru kull ġimgħa jew kull 15-il ġurnata u affarijiet bħal dawn.", "Għalkemm illum għadna nimxu b'dan il-mod qegħdin nagħfsu aktar fuq metodi oħrajn.", "Minflok qed inħallsu direttament għal reklam qed inħallsu biex inġibu ġurnalisti minn barra, biex inġibu television crews, biex inġibu fam trips għall-aġenti u biex inġibu educationals.", "Dan il-mod qegħdin nagħfsu fuqu aktar kemm minħabba l-qagħda finanzjarja tagħna kif ukoll minħabba l-fatt li l-mileage li tista' tieħu jekk inti taqra artiklu magħmul minn persuna li tkun żaret pajjiżna huwa ħafna akbar mill-mileage li tista' tieħu meta tara advert li jkun sempliċement qed jagħmel reklam.", "Meta wieħed jara advert fuq Malta jgħid: U iva, dan reklam imħallas mill-Maltin biex ipinġu lil pajjiżhom sabiħ!", "Iżda jekk jaqra artiklu miktub minn Ingliż, minn Ġermaniż jew minn Franċiż, li jkun qed iħares lejn Malta mil-lenti tiegħu, ifaħħarha u jiddiskrivi s-sbuħija tagħha, il-mileage f'dak is-sens ikun akbar.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Air Malta, għax meta aħna nagħmlu dawn l-educationals, inġibu fam trips, ġurnalisti u television crews, l-Air Malta tgħinna sostanzjalment billi tipprovdilna s- seats, l-NTOM tgħinna billi torganizza programmi u tieħu ħsieb lil dawk li jiġu Malta u l-lukandiera min-naħa tagħhom jgħinu wkoll billi jipprovdu l- akkomodazzjoni.", "Allura l-ispejjeż għal din it-tip ta' promozzjoni, minflok joħroġhom il-ministeru jew l-NTOM biss, jinqassmu bejn il- lukandiera, l-Air Malta u l-NTOM u b'hekk kulħadd jerfa' biċċa.", "Sieħbi semma' wkoll it-TOSS.", "Jiena ħadt gost nisimgħu jgħid li m'huwiex daqshekk faċli li tieħu deċiżjoni dwar jekk għandekx taqta' l-għajnuna jew le.", "Mill-esperjenza li għandna, nafu x'kien l-effett meta ttieħdet id- deċiżjoni li tieqaf l-għajnuna fuq ir-rata tal-kambju.", "Qam paniku sħiħ u nistgħu ngħidu li waħda mill-affarijiet illi reġgħet tat saħħa, speċjalment lis-suq Ingliż, kienet l-introduzzjoni ta' din is-sistema, għalkemm ma nistgħux ngħidu li t-TOSS qiegħda hemmhekk għal suq speċifiku biss, jiġifieri għas-suq Ingliż.", "It-TOSS hija maqsuma f'żewġ metodi ta' għajnuna.", "Is-suq kontinentali jieħu ċerta għajnuna, għax bil-flus tat-TOSS aħna nagħmlu joint promotion ma' operaturi barranin u b'din it-tip ta' għajnuna kultant jaqbillek.", "Jekk inti tmur tagħmel reklam barra minn Malta u dan ir-reklam ikun jiswa' Lm100, dawk il-flus trid tħallashom waħdek imma jekk tagħmel joint promotion flimkien ma' operaturi barranin inti toħroġ Lm100, huma joħorġu Lm100 daqsek u flimkien tkunu tistgħu tagħmlu żewġ reklami.", "Allura jekk dak li qed noħorġu aħna jiġi bbilanċjat minn naħa ta' l-operatur, il-lira tagħna kważi nkunu qegħdin inġibuha żewġ liri.", "Barra minn hekk, aħna kultant niżbaljaw meta ngħidu li jekk tissaħħaħ l- isterlina m'għandniex għalfejn noqogħdu fuq l-għajnuna tat-TOSS.", "Fil-fatt aħna ma nistgħux nirraġunaw b'dan il-mod għax it-TOSS mhux qiegħda hemmhekk biex tistabilizza r-rata tal-kambju bejn il-lira Maltija u l-isterlina.", "Aħna kulma nagħmlu hu li naraw pakkett f'pajjiż kompetitur tagħna kemm jinbiegħ ġo l-Ingilterra u naraw pakkett simili f'Malta kemm jiġi jiswa.", "Jekk ġimgħa fi Spanja ġo 3-Star hotel tiswa' Lm200 nipprovaw inġibu l-prezz tagħna ftit inqas, forsi Lm195, u naslu għall-għajnuna li rridu nagħtu fuq dik il-bażi.", "Sieħbi semma' wkoll li m'għandniex inkunu dipendenti biss mis-suq Ingliż.", "Hawnhekk kważi tkun tixtieq li ma tiddependi minn ħadd imma meta għandek prodott jew servizz li trid tbiegħu bilfors trid tiddependi minn ħaddieħor, trid u ma tridx.", "Inti m'għandekx tħares lejn dak il-klijent li lest jixtri l-prodott tiegħek bħala xi ħadd li qed tiddependi minnu imma għandek tħares lejh bħala customer u allura bħala xi ħadd li se tinnegozja miegħu.", "M'għandekx toqgħod tagħżel lill-klijent u twarrbu għax ma tixtieqx tiddependi minnu jew għax ma jogħġbokx.", "Meta nisma' lil tan-naħa l-oħra jgħidu li ma jixtiequx jiddependu mis-suq Ingliż biss ngħid: Huma x'għamlu biex Malta ma tiddependix biss mis-suq Ingliż?", "Veru li ppruvajna niftħu aktar swieq minn bnadi oħra pero' dejjem jibqa' l-fatt li l-aktar suq li baqa' jinħass ġo Malta huwa s-suq Ingliż.", "Swieq oħrajn jitilgħu u jinżlu u ftit jagħmlu effett, imma meta jitla' u jinżel is-suq Ingliż għandu effett aktar immedjat fuq l-industrija tagħna u dan forsi għax is-suq Ingliż huwa aktar suq tat-triq minn swieq oħrajn.", "Biex ma tiddependix fuq is-suq Ingliż biss trid tibdel il-prodott kollu li għandek.", "Aħna maż-żmenijiet, kważi mingħajr ma ridna, żviluppajna prodott għas- suq Ingliż, forsi minħabba l-fatt li kulħadd jaf jitkellem bl-Ingliż.", "Meta tħares lejn il-ħwienet tagħna, meta tħares lejn is-sistema tal-bars tagħna, meta tħares lejn il-mod kif il-Malti jospita lill-Ingliż, għax aktar jikkomunika miegħu ...", "Tista' tgħid li aħna m'għandniex prodott għal kull turist, jiġifieri m'għandniex prodott Ġermaniż għas-suq Ġermaniż, jew prodott Franċiż għas-suq Franċiż, jew prodott Taljan għas-suq Taljan, imma għandna prodott Ingliż li rridu nbiegħuh lil kull nazzjonalita'.", "Mela l- ewwel ħaġa li rridu nirranġaw jekk ma rridux noqogħdu niddependu biss fuq is-suq Ingliż - din ngħidha allavolja ma naqbilx magħha, għax jien ma ngħidx li m'għandniex niddependu fuq is-suq Ingliż u aktar tard nispjega għaliex - huwa li ntejbu l-prodott tagħna biex nattiraw u mmorru aħjar mas- suq Franċiż, immorru aħjar mas-suq Ġermaniż u nagħmlu aktar headway mas-suq Taljan.", "Kif nistgħu nagħmlu hekk?", "Aħna ma nistgħux inkabbru s-suq Ġermaniż jekk imbagħad ikollna ftit li jitkellmu bil-Ġermaniż, jew jekk dan forsi jkun iħobb ix-xtut u r-ramel jekk aħna ftit għandna minnhom.", "Dak hu l-prodott li rridu nirranġaw skond is-suq li qegħdin nindirizzaw.", "Issa ħalli ngħid għaliex ma naqbilx meta ngħidu li m'għandniex niddependu biss fuq is-suq Ingliż.", "Li tiddependi minn turisti li jiġu mis-suq Ingliż ma fiha xejn ħażin, forsi li ma tantx hu tajjeb hu li s-suq Ingliż kollu jkun ġej minn tliet operaturi biss.", "Mela jekk għandna niddiversifikaw - mhux qed ngħid li għandna nagħmlu hekk - m'għandniex niddiversifikaw mis-suq Ingliż biss imma ejja niddiversifikaw minn dawn it-tliet operaturi billi ngħinuhom, inkomplu nkabbruhom u fl-istess ħin nibdew inkabbru u ngħinu operaturi ġodda.", "Meta nitkellmu fuq is-suq Ingliż għandna l-impressjoni li ma jaqbillekx tpoġġi l- bajd tiegħek f'basket wieħed.", "Mela allura kif ħaddieħor jagħmel hekk u jkollu riżultati tajbin u aħjar minn tagħna?", "Meta jien mort Palma de Mallorca ħadt gost nitkellem ma' l-awtoritajiet t'hemmhekk u qagħdu jfehmuni x'inhuma jagħmlu.", "Naturalment wieħed dejjem jista' jitgħallem mingħand ħaddieħor.", "Meta jien għidtilhom li aħna xtaqna niddiversifikaw ħafna mill-core markets tagħna u llum qed inġibu mill-Belġju, mill-Amerka, mill-Ġapan, mill-Awstrija, mill-Iskandinavja u minn kullimkien qaluli li huma ma jaħdmux b'dan il-mod iżda jaħdmu fuq żewġ swieq prinċipali, is-suq Ġermaniż u s-suq Ingliż, u dawn saħansitra qasmuhom f'areas differenti.", "Fil-fatt 40% tas-suq tagħhom ġej mill-Ġermanja, 40% ieħor ġej mill- Ingilterra u l-kumplament ġej minn ħafna pajjiżi oħra li ma jikkonċentrawx fuqhom daqskemm jikkonċentraw fuq is-suq Ġermaniż u s-suq Ingliż.", "Dawn għandhom areas li qegħdin għas-suq Ġermaniż biss u jekk tmur hemmhekk tistħajlek qiegħed il-Ġermanja, bil-Bierstrasse, ikel minn tagħhom, kulħadd jitkellem bil-Ġermaniż u b'animators li jappellaw lill-Ġermaniżi.", "Imbagħad għandek area oħra li qiegħda hemmhekk biex tattira s-suq Ingliż.", "Issa x'inhuma l-vantaġġi ta' meta tikkonċentra s-swieq tiegħek fuq żewġ markets jew tlieta biss u mhux fuq 30 jew 40 market?", "L-ewwelnett dawn qed jagħmlu promotion aktar konċentrata għax filwaqt li aħna rridu nżommu l-uffiċini, nagħmlu promotion, inġibu ġurnalisti u ntajru l-Air Malta fuq erbgħin destinazzjoni, għax nixtiequ nġibu turisti minn erbgħin pajjiż, dawn jikkonċentraw il-promozzjoni u l-flights kollha tagħhom fuq żewġ pajjiżi.", "Dawn għandhom flights aktar frekwenti mill- Ġermanja u mill-Ingilterra, mentri l-ajruplani tagħna rridu nutilizzawhom ma' erbgħin destinazzjoni.", "Huma għandhom iċ-ċans li aktar jikkonċentraw u jispeċjalizzaw meta jiżviluppaw l-offerta u l-prodott tagħhom għal dawn iż- żewġt iswieq, mentri aħna rridu nlaħħqu mal-Ġermaniż, mat-Taljan, mal- Ġappuniż, ma' l-Amerikan, ma' l-Ingliż, mal-Belġjan, mal-Jugoslav u ma' swieq oħra u allura m'għandniex ċans nispeċjalizzaw fl-ebda suq.", "Issa jien ngħid li dan it-tifrix kbir Ii qed nagħmlu qed nagħmluh a skapitu tal- core markets tagħna.", "Għala qed ngħid hekk?", "Li wieħed jiddiversifika m'hijiex idea ħażina anzi jien naqbel magħha u ngħid li hi idea tajba, imma jekk inti għandek erba' jew ħames core markets li huma importanti ħafna għalina u lil dawn tibqa' tgħinhom u fl-istess ħin tiftaħ swieq oħra, ngħidlek hekk qegħdin nagħmlu tajjeb.", "Imma meta naraw li biex aħna niftħu swieq oħra forsi nkunu qed nittraskuraw dawn il- core markets, allura hemmhekk jien ngħid: Le, għandna noqogħdu aktar attenti.", "La qed insemmi l-core markets - għal min ikun qed jismagħna u ma tantx hu ntiż fit-turiżmu - l-akbar suq li għandna huwa s-suq Ingliż.", "Jekk nikkalkolaw li jkollna miljun turist fis-sena, 40% minnhom, jiġifieri kważi 400,000 turist, huma ġejjin mis-suq Ingliż.", "Imbagħad warajh, 20% tat- turisti tagħna, jiġifieri 200,000 turist, ġejjin mis-suq Ġermaniż, kważi 90,000 turist ġejjin mill-Italja, kważi 60,000 turist ġejjin mis-suq Franċiż - dan in-numru niżel f'dawn l-aħħar tliet snin - u mbagħad għandna s-suq Olandiż li huwa core market ġdid, li qiegħed dejjem tiela' u kważi laħaq is-suq Franċiż.", "Fejn qabel konna ngħidu li għandna l-Ingilterra, il- Ġermanja, l-Italja u Franza, illum nistgħu ngħidu li għandna l-Olanda wkoll għax l-ammont ta' turisti li jiġu mill-Olanda kważi laħaq dak ta' Franza.", "Jekk għal xi raġuni jew oħra l-prodott tagħna jappella tajjeb f'dawn l- erbat iswieq, m'għandniex għalfejn noqogħdu niftħu swieq oħrajn a skapitu ta' dawn.", "Mhux qed ngħid li m'għandniex niftħu swieq oħrajn, anzi għandna nkomplu nimirħu u nifirxu, pero' ma rridux nagħmlu dak li qed nagħmlu a skapitu ta' dawn il-core markets.", "Hawnhekk nixtieq insemmi xi ħaġa oħra wkoll.", "Hawn Malta għandna gazzetti serji imma għandna wkoll gazzetti irresponsabbli li jaqbdu u jirrapportaw dak li jiġihom f'moħħhom mingħajr ma joqogħdu jiċċekkjaw il-fatti.", "Għalija min jagħmel hekk ma jkunx responsabbli biżżejjed.", "Jiena qed nirriferi għal dak li qed jiġi rrapportat kważi kull ġimgħa dwar l-uffiċċju li għandna ġewwa New York.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skadilek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli għaddej bid-diskors tiegħek. hhHawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirringrazzja lill-Kamra kollha tal-leave of House.", "Meta nara dawn l-affarijiet niskanta kif għandna min imexxi gazzetti b'moħħ ta' għasfur żgħir.", "Nixtieq nispjega x'inhu jiġri fis-suq Amerikan għax dak li qed nagħmlu, qegħdin nagħmluh proprju biex insaħħu l-preżenza tagħna ġewwa l-Amerka.", "Sa ftit żmien ilu ġewwa l-Amerka kellna uffiċċju ta' l-Air Malta u uffiċċju ta' l-NTOM, żewġ uffiċċji separati, it-tnejn ċentrali u fl-aqwa bini, wieħed minnhom fl-Empire State Building.", "Għalissa mhux se noqgħod nitkellem fuq l-ispejjeż ta' l-uffiċċji għax il-kirjiet ta' dawn l-uffiċċji ma kenux xi ħaġa fenominali li qed ikissru l-vot tal-promozzjoni tagħna.", "Hawn Malta għall-ewwel darba ġibna l-Air Malta taħt l-istess umbrella ta' l- istess ministeru fejn għandek l-NTOM għax qed infittxu s-sinerġiji kollha bejn l-NTOM u l-Air Malta.", "Għandna kumitati imwaqqfin apposta bejn l-NTOM u l-Air Malta, qed ikollna laqgħat bejniethom u qed immorru nżuru fieri barra b'delegazzjoni waħda bejnietna.", "Qed niftħu wkoll uffiċini flimkien bejn l-Air Malta u l-NTOM u fil-fatt għadna kif ftaħna wieħed fi Brussels u fi Stockholm.", "Allura jagħmel sens li dak li qed nagħmlu fl-Ewropa u dak li qed nagħmlu f'Malta nagħmluh ukoll ġewwa l-Amerka.", "Aħna qed infittxu sinerġiji mhux biss biex nifrankaw il-flus imma biex anke b'inqas flus nieħdu riżultati u mileage aħjar.", "Mela dik l-ewwel ħaġa li ridna nagħmlu.", "Aktar minn hekk pero' deherilna li s-suq Amerikan m'hux bħal meta qed tindirizza suq Sqalli ta' 5 miljun ruħ għax dan huwa suq enormi u ma tafx minn fejn se tibda.", "Min imur hemmhekk, tajjeb kemm hu tajjeb, bilfors irid ikollu l-għajnuna ta' xi ħadd li jaf is-suq sew.", "Irid ikun altru prużuntuż biex bniedem jaħseb li hu kapaċi jieħu ħsiebu waħdu s-suq Amerikan jew li m'għandux bżonn ta' għajnuna.", "Allura biex ikollna din l- għajnuna ħsibna li nfittxu networks diġa' stabiliti ġewwa l-Amerka - qed nirriferi għall-kumpanniji li diġa' qed jagħmlu dan it-tip ta' xogħol - biex nirrikorru għandhom, nagħmlu pjanijiet flimkien u nqabbdu lilhom jaħdmu magħna.", "L-Air Malta bdiet tfittex lil xi ħadd li jkun tajjeb fil- bejgħ ta' l-airlines u l-NTOM bdiet tfittex lil xi ħadd li jista' jagħmel promotion tad-destinazzjonijiet.", "Wara li għadda ż-żmien u tkellimna ma' diversi kumpanniji Amerikani, sibna żewġ kumpanniji li fl-opinjoni tagħna kienu adattati għal dak li konna qed infittxu aħna.", "Ftehmna wkoll li jekk l-Air Malta se tqabbad il-World Aviation Services u l-NTOM se tqabbad in-Net World - dawn it-tnejn huma kumpanniji li sabu huma stess - irridu naraw kif dawn il-kumpanniji flimkien will be promoting Malta b'vuċi waħda.", "Ilħaqna ftehim li Malta tibda tiġi promoted ġewwa l- Amerka u li l-ispejjeż tal-promozzjoni jinqasmu bejn l-Air Malta, l-NTOM u l-World Aviation Services u l-vot tal-promozzjoni jiġi handled mill-NTOM u din il-promozzjoni taħdimha flimkien man-Net World.", "Jiġifieri b'dak li qed nagħmlu mhux talli aħna m'aħniex qed nistraskuraw is-suq Amerikan imma talli b'inqas flus qed inkunu kapaċi nieħdu aktar mileage.", "Qed insemmi l- Amerka għax dan l-aħħar issemmiet fuq xi gazzetti pero' irrid ngħid li l- NTOM għandha l-uffiċini tagħha mxerrdin kważi ma' l-Ewropa kollha.", "Nista' ngħid li f'Londra għandna uffiċċju li qed ilaħħaq mal-Gran Brittanja kollha.", "Fi Frankfurt għandna uffiċċju li qed ilaħħaq mal- Ġermanja, ma' l-Isvizzera, ma' l-Awstrija u ma' eastern Europe, għalkemm dan l-aħħar ftaħna uffiċċju ieħor fl-Awstrija biex ikun jista' jlaħħaq max- xogħol.", "Imbagħad għandna uffiċċju f'Milan li qed ilaħħaq ma' l-Italja kollha u mat-Ticino.", "Għandna uffiċċju ieħor f'Pariġi għas-suq Franċiż.", "Għadnna uffiċċju ieħor f'Amsterdam li jrid ilaħħaq man-Netherlands, mal- Belġju, ma' Luxembourg u mal-pajjiżi Nordiċi, għalkemm hawn ukoll, flimkien ma' l-Air Malta u ma' l-NTOM, għadna kemm ftaħna uffiċċju ieħor fi Brussels.", "L-uffiċċju li għandna ġo l-Amerka jrid ilaħħaq ukoll mal- Kanada u allura huwa mpossibbli li tlaħħaq is-suq Amerikan u s-suq Kanadiż kollu mingħajr l-għajnuna ta' kumpanniji li jafu sew dawn is-swieq.", "Imbagħad għandna uffiċċju f'Moscow, li compared ma' uffiċini oħrajn qed iqumilna ftit tal-flus mhux ħażin imma għallinqas qed nieħdu riżultati tajbin minnu.", "Minbarra dawn l-uffiċini l-NTOM għandha wkoll rappreżentazzjonijiet f'bosta pajjiżi bħaċ-Ċina.", "Għalkemm forsi għadu kmieni, nixtieq inħabbar li wara li kellna żjara minn delegazzjoni Ċiniża, jiena bgħatt invit lill- ministru tat-turiżmu Ċiniż biex jiġi Malta, dan aċċetta u għandu jiġi fit- tielet jew l-aħħar ġimgħa ta' Mejju.", "Għandna uffiċċju ieħor fil-Ġappun u issa għadna kemm tajna rappreżentanza fil-Kuwait, in-naħa tal-Gulf, għax sfortunatament bħala turiżmu u bħala Air Malta dejjem ħarisna 'l fuq biss, jiġifieri lejn l-Ewropa, u ftit li xejn ħarisna sideways, jiġifieri lejn il- potenzjal li hemm in-naħa tal-Gulf u tal-Middle East.", "Għandna rappreżentazzjonijiet oħrajn f'Finland, f'Norway u fiċ-Czech Republic.", "Imbagħad għandna uffiċċju fi Vienna, f'Zurich, fi Sqallija, fil-Greċja, f'Ċipru, fi Spanja u fil-Portugal.", "Sieħbi l-Onor.", "Michael Refalo semma' wkoll l-istatistika u qal li hemm bżonn li din tkun aħjar.", "Sakemm l-informazzjoni tintbagħat u l- istatistika tiġi sorted out jinħela ħafna żmien biex terġa' tinħareġ pero' ta' dan ma rridx nagħti t-tort lill-ministeru tat-turiżmu.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Refalo u għalkemm f'dawn l-aħħar xhur sar xi titjib fl-istatistika nemmen li għad baqa' ħafna xi jsir.", "L-ewwelnett għandu jkollna statistika aktar preċiża u ma jkunx hemm ħafna dewmien sakemm toħroġ.", "Ħafna drabi x- xogħol joħroġ mill-ministeru imma xorta jrid imur għat-timbru tas-COS.", "Kultant meta tibda tqabbel l-istatistika jibdew jiġuk ħafna dubji għax in- numri ma jibdewx jaqblu.", "Huwa inutli li noqgħodu nħarsu lejn il-figuri u nagħmlu analisi ta' sitt xhur ilu meta ħaddieħor m'huwiex qed jimxi fuq analisi u fuq post-portem ta' dak li għadda imma qed jimxi fuq projections u trends ta' dak li għad irid jiġi.", "Naqbel ukoll li din l-istatistika għandha tkun aktar mifruxa.", "Huwa veru li llum għamilna daqsxejn pass 'il quddiem għax f'dak li hu numru ta' passiġġieri li qed jiġu Malta, l- istatistika qed toħroġ aktar malajr.", "Għalija dan ifisser ftit li xejn għax jekk mhux se nifirxu l-istatistika tagħna fuq aktar affarijiet u ma noqogħdux inkejlu biss in-numru ta' turisti li jiġu, se nibqgħu dejjem inħarsu lejn l-istampa tat-turiżmu b'mod imċajpar.", "Jien nippretendi li bħalma nkunu nafu n-numru ta' turisti li jkunu ġew Malta, għandna niddiskutu x'ħallew, kemm nefqu ras għal ras, kemm nefqu globalment u l- bednights li qalu li kellhom u għallinqas jekk dawn ma joħorġux minn statistika joħorġu minn questionnaires jew samplings.", "Sieħbi semma wkoll li fix-xahar ta' Diċembru ġie recorded li 40% tat-telf ta' l-impjiegi ġie mis-settur tat-turiżmu.", "Din hija xi ħaġa li rrepetiha wkoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'xi laqgħa li kellu.", "Dan huwa veru pero' din m'hijiex xi ħaġa li ġrat f'Diċembru ta' din is-sena biss.", "Din tiġri kull sena.", "Irridu nifhmu li filwaqt li fis-sajf ikollok il-peak tat- turiżmu u dak li jkun jimpjega part-timers, full-timers and whatever, fix- xitwa imbagħad ix-xogħol jibda jonqos u jibdew jonqsu wkoll l-impjiegi.", "Skond records li għandi, it-tnaqqis ta' din is-sena kien ħafna inqas mit- tnaqqis tas-snin ta' qabel.", "Jekk m'niex sejjer żball din il-ġimgħa tħabbret l-istatistika ta' l-employment u l-akbar żieda fl-impjiegi kienet ta' xi 630 ruħ fis-settur tat-turiżmu.", "Tkellimna fuq il-capacity u donnu l-Onor.", "Refalo jaqbel li għandna capacity ta' sodod biżżejjed.", "Dwar dan kultant I tend to agree u kultant I tend to disagree.", "Jekk aħna nħarsu lejn in-numru ta' sodod u lejn in- numru ta' turisti li qed ikollna, insibu li għandna biżżejjed biex naqduhom.", "Pero' aħna għandna nħarsu lejn it-targets li għandna għal quddiem għax jekk verament irridu nilħqu dawn it-targets, irridu naraw jekk għandniex capacity biżżejjed.", "Hawn min jgħid li jekk għandna 50,000 sodda - hawn qed nagħti l-figuri bl-addoċċ - għandna biżżejjed jew jonqosna ftit.", "Din lili tweġġagħli rasi.", "Qabel ma ngħidu li għandna biżżejjed sodod irridu naraw kemm minn dawn il-50,000 sodda huma tajbin.", "Jekk skond rapporti jirriżultalna li għandna ammont ta' sodod li m'humiex ta' ċertu standard ...", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk minn 50,000 sodda għandi 10,000 li huma ta' standard baxx ħafna u allura l-operaturi kważi lanqas ikunu jridu jaħdmu ma dawk il-hoteliers li jkollhom dawn it-tip ta' sodod, għalija l-veru capacity ta' sodod li għandna hija ta' 40,000 u mhux ta' 50,000.", "Issa x'se jiġri minn dawk l-10,000 li m'humiex up to standard hija xi ħaġa li rridu niddiskutuha, irridu naqblu fuqha u niddeċiedu man mano li qed niddiskutu l-capacity.", "Jekk jiena ngħid li ma rridx inżid sodod ġodda inkun qiegħed nipproteġi indirettament lil dawk li għandhom sodod ħżiena.", "Qabel ma niddeċiedi jekk għandix biżżejjed sodod jew le irrid nara kemm mis- sodod li għandi huma tajbin.", "Meta qed nitkellmu fuq capacity irridu naraw ukoll il-kategoriji tagħhom.", "Jekk jien nara li d-domanda kbira tas-suq ġejja għat-3-Star u l-4-Star accommodation, ikun inutli li noqgħod inżid il-5-Star accommodation u ma nagħtix kas it-3-Star u l-4-Star category.", "Il-fatt hu li l-backbone tat- turiżmu tagħna għadu ġej minn din il-kategorija ta' turisti.", "Il-capacity ma rridx neħodha bin-numru tat-turist tal-lum biss imma rrid neħodha għat- turist li rrid għada, irrid neħodha skond il-livell u l-istandard li għandi u rrid neħodha wkoll maqsuma skond il-kategoriji.", "Biex ngħid xi ħaġa dwar l-akkomodazzjoni ta' sodod li kellna f'dawn l- aħħar tliet snin nixtieq ngħid li fl-1995, il-bedstock kien ta' madwar 45,000 sodda u llum dawn telgħu għal kważi 51,000 sodda.", "Jiġifieri bejn l- 1995 u l-1998 is-sodod żdiedu bi 13.5% u din għalija kienet żieda sostanzjali.", "Jekk nieħdu l-kategoriji differenti u nibdew minn isfel nett insibu s-self-catering apartments, is-self-catering establishments, il- kumplessi, it-tourist villages u l-guest houses.", "Imbagħad għandna t-2- Star, it-3-Star, il-4-Star u l-5-Star hotels għax il-faxxa tal-1-Star tant hi żgħira li kważi lanqas nistgħu nagħtu kasha.", "Ħalli ngħid kemm kibret kull kategorija.", "Is-self-catering establishments baqgħu qishom l-istess u ma kienx hemm żieda għax filwaqt li fl-1995 kien hemm 11,500 sodda, din is-sena dan in- numru baqa' l-isess.", "Hawnhekk għandi suspett li f'din il-kategorija għandna numru sostanzjali ta' unlicensed flats u unlicensed apartments.", "Jiddispjaċini ngħid li ħafna minn dawn l-unlicensed apartments qed iżommhom il-hotelier stess, fis-sens li meta kultant xi hotel tkun mimlija, minflok il-hotelier jaqbad lin-nies żejda jew l-overbookings li jkollu u he re- directs them għal lukandi oħrajn, he re-directs them lejn dawn l-unlicensed apartments.", "Fl-1995, il-complexes u t-tourist villages kienu jammontaw għal 13,924 sodda u llum dan in-numru tela' għal 14,187 u allura dan ifisser li kien hemm żieda ta' 2% biss.", "Jekk imbagħad nitilgħu aktar 'l fuq u mmorru għat-3-Star, insibu li ż-żieda kienet biss ta' 4% għax fl-1995 kien hemm 8,400 filwaqt li fl-1998 kien hemm 8,800.", "Qed naraw li minn 3- Star accommodation 'l isfel, iż-żieda kienet żgħira.", "Meta niġu għall-4- Star u għall-5-Star accommodation, insibu li ż-żieda kienet sostanzjali.", "In-numru ta' persuni fil-4-Star accommodation tela' minn 9,700 għal 11,700, jiġifieri kważi b'aktar minn 20%.", "Imbagħad fil-5-Star category kellna l-akbar qabża għax filwaqt li fl-1995 kellna 1,200 sodda fl-1998 kellna 4,700 sodda, kważi qabża ta' 270%.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid li din iż-żieda kienet l-akbar waħda għax kienet ippjanata minn qabel.", "Ftit ta' snin ilu kull min ried jibni a 3-Star hotel ma kienx jingħatalu permess.", "Biex jingħatalek permess ridt bilfors jew tapplika biex testendi a 4-Star hotel jew tibni a 5-Star hotel ġdida.", "Issa aktar 'il quddiem ngħid x'kien hemm tajjeb u x'kien hemm ħażin fil-5-Star accommodation.", "Aħna ma tkellimniex fuq il-4-Star u l-5-Star bħala numri biss imma bħala attenzjoni li tajna lil dawn il-kategoriji.", "Ilum għandna ħafna lmenti li t- 3-Star donnhom għamlu żmien twil imwarrbin u njorati u jiena nemmen li ġara hekk.", "Waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu hija li filwaqt li nkomplu ngħinu lill-4-Star u l-5-Star, irridu nerġgħu nqajmu l-kategorija ta' 3- Star u ntellgħu l-istandard tagħhom 'l fuq.", "Għalkemm l-istandard tal- hotels kulma jmur qiegħed jittranġa, xorta ssib turisti li għadhom jilmentaw dwar il-kwalita' tal-hotels, speċjalment fil-kategorija mit-3- Star 'l isfel, kemm bħala akkomodazzjoni kif ukoll bħala servizz, ikel u indafa.", "Jiena minn hawnhekk nixtieq nagħmel appell lil-lukandiera biex kemm jista' jkun iżommu l-hotel tagħhom up to standard għalkemm naf li ħafna minnhom m'humiex f'pożizzjoni li jagħmlu dan peress li l-hotels l-oħrajn qed ikissruhom bil-prezzijiet.", "Kellha terġa' titqajjem dalwaqt skema ta' għajnuna - mhux biss finanzjarja imma anke teknika - li setgħet tingħata mill-banek imma li għal xi raġuni jew oħra qatt ma ntużat minn ħadd.", "Għandna nagħmlu minn kollox biex l-operatur verament jaħdem mal-capacity li għandna.", "Ikun inutli li aħna mmorru nitkellmu ma' l-operaturi u ngħidulhom biex jibagħtu aktar turisti lejn Malta jekk ħafna mil-lukandi mbagħad ma jżommux l-istandard li jkun mistenni minnhom u b'riżultat ta' dan wieħed joqgħod lura milli jibgħat in-nies fihom.", "Jekk aħna qegħdin nillimitaw l- istandards tal-hotels tagħna, qegħdin nillimitaw ukoll in-numru ta' turisti li jistgħu jibagħtulna operaturi minn barra.", "L-Onor.", "Membru qal ukoll li m'għandux ikun il-Gvern li jiddeċiedi jekk tinbeniex lukanda jew le.", "Din ma stajtx nifhimha.", "Allura min għandu jiddeċiedi jekk mhux il-Gvern?", "(Interruzzjonijiet) Mela l-banek se jagħmlu l-policy tal-pajjiż?", "Il-policy dwar jekk għandux ikun hemm aktar sodod jew le l-Gvern għandu jagħmilha.", "Il-banek għandhom joqogħdu attenti meta jsellfu l-flus lil-lukandiera imma mhux jiddeċiedu huma jekk għandhomx jinbnew aktar hotels jew le.", "(Interruzzjonijiet) Le, hu jara r-riskju li se jieħdu imma l-policy jekk għandhomx jittellgħu aktar hotels jew le, u f'liema kategorija se jinbnew, hija xi ħaġa li għandu jagħmilha l-Gvern u mhux il-banek.", "Hawnhekk ma naqbilx ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru li l-banek għandhom jiddeċiedu huma jekk għandhomx jinbnew aktar lukandi jew le.", "Li l-banek għandhom joqogħdu aktar attenti nifhimha u anke aħna għandna noqogħdu aktar attenti għax sfortunatament ħafna mil-lukandi li nbnew dan l- aħħar inbnew għall-appreciation tal-proprjeta'.", "Dak li jkun jinvesti Lm100 bl-iskop li jkun hemm appreciation tal-proprjeta' u li fi żmien ħames snin dawk il-flus isirulu Lm1000 u sadanittant ma jimpurtahx jekk dik il-lukanda toperax tajjeb jew le.", "Sieħbi semma wkoll li ma jaqbilx li tingħata art bi prezz baxx.", "Jien naqbel ma' dan mija fil-mija u meta qal li din hija xi ħaġa li fi żmienna żgur il ma saritx ma nafx jekk kienx qed jirriferi għalina jew għal sħabu tan-naħa l-oħra!", "(Interruzzjonijiet) Per eżempju, jiena ma naqbilx mal- mod kif ngħatat l-art ta' Chambray - indipendentement jekk kellhiex tingħata jew le - u lanqas mal-prezz li bih ingħatat.", "Semmejna wkoll il-potenzjal ta' l-iskejjel tal-lingwi, l-English language school.", "Naħseb li hawn qbil bejn iż-żewġ naħat li dan huwa settur importanti ħafna u li maż-żmenijiet kompla jikber.", "Dan is-settur għandu potenzjal tajjeb u kbir u nammetti li għad irid isir ħafna xogħol fuqu, speċjalment fejn tidħol l-akkomodazzjoni, l-aktar ma' familji, u anke metodi u mezzi ta' tagħlim.", "Ilum għandna mat-28 skola li qed jgħallmu l- lingwa Ingliża.", "Dawn saru popolari ħafna maż-żgħażagħ mhux biss għax huma tajbin imma għax mat-tagħlim tal-lingwa Ingliża qed jintroduċu wkoll attivitajiet sportivi.", "Din l-iskola tattira liż-żgħażagħ għax barra milli tgħallimhom l-Ingliż tagħtihom ukoll iċ-ċans li jitgħallmu l-parachuting, il-paragliding jew id-diving.", "(Interruzzjonijiet)", "Aħna tant dħalna fl-affari ta' l-akkomodazzjoni li għall-ewwel darba se titwaqqaf l-għaqda tal-host families.", "Pero' hawn irrid ngħid li ħafna mill- abbużi mhux dejjem ikunu ġejjin min-naħa tal-familji biss.", "Waħda mill- kondizzjonijiet li għandhom il-familji hi li ma jżommux aktar minn erba' studenti u jekk jista' jkun dawn ma jkunux ta' l-istess nazzjonalita', għax inkella joqgħodu jitkellmu bejniethom bil-lingwa tagħhom u ma jipprattikawx l-Ingliż.", "Ġieli jkollna rapporti li ċerti familji jkunu qed iżommu numru ta' studenti akbar milli suppost u meta tmur tiċċekkja ssib li dan ikun veru.", "L-iskejjel ikunu jafu li qed jiġri hekk u mhux talli dan jippermettuh talli huma stess ġieli jibagħtu numru ta' studenti aktar milli suppost lil dik il-familja.", "Dawn imisshom jiftehmu bejniethom biex ir- requests ta' l-istudenti għal host families jgħaddu minn post ċentralizzat.", "Ladarba huma stess qed iġibu dawn l-affarijiet b'idejhom ma jmisshomx jiġu jgergru magħna.", "Meta tipprova tgħidilhom xi ħaġa jibdew iġibu l-iskużi kollha.", "Min jgħidlek li l-istudent kien se jmur lura kieku ma żammewhx ma' sħabu, min jgħidlek ħaġa u min jgħidlek oħra.", "Allura x'nagħmlu?", "Naċċettaw dawn l-affarijiet u mbagħad noqogħdu nagħmlu liġijiet u regolamenti għal xejn?", "Jiena għalhekk għidt li għad baqa' ħafna xogħol xi jsir u din ta' l- akkomodazzjoni hija waħda mill-uġiegħ ta' ras.", "Jiena b'sodisfazzjon ngħid li x-xogħol bejn iż-żewġ ministeri - il-ministeru tat-turiżmu u l-ministeru ta' l-edukazzjoni - jinsab għaddej kontinwament fuq dawn l-iskejjel u anke għandna kumitati li qegħdin jiltaqgħu ta' spiss bejniethom.", "Sieħbi qal ukoll li d-deċiżjoni tagħna fuq l-EU seta' kellha effett negattiv fuq it-turiżmu.", "Anke hawnhekk ma naqbilx miegħu.", "Qalilna l-bieraħ l-Onor.", "Karl Chircop li jekk hawn affarijiet li fuqhom il-pajjiżi ta' l- Unjoni jaqblu bejniethom - dawn huma ftit - żgur li fuq it-turiżmu għadhom ma qablu kważi fuq xejn.", "Anzi kulħadd jgħid li l-inqas direttorat li qed jaħdem fi ħdan l-EU huwa d-DG23, li huwa tat-turiżmu.", "Biex tgħaxxaqha xi xhur ilu kien hemm xi vot sostanzjali ta' miljuni ta' liri biex jippruvaw ...", "(Interruzzjonijiet) U l-Bambin jaf fejn marru dawk il- flus kollha!", "Infetħu ħafna inkjesti u ħadd għadu ma sab tarf tagħhom u l- affarijiet aktar marru lura.", "Nerġa' ngħid li marbuta ma' l-EU, l- kompetittivita' tagħna f'dan is-settur reġgħet ħadet daqsxejn spinta 'l quddiem meta tneħħiet ir-rata tat-10% u l-15% VAT minn fuq il-catering u l- akkomodazzjoni.", "Issa jien m'iniex se nidħol fil-kwestjoni jekk din kenitx tajba jew le imma l-effett tagħha kien li l-prezz ta' pakkett turistiku niżel u sar ftit aktar kompetittiv milli kien qabel.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru stess, dan l-aħħar waqt seminar li organizzat l-MHRA, konna qed niddiskutu s-sistema ta' l-EMU u x'effett jista' jkollha fuq Malta.", "Iddiskutejna ħafna affarijiet u jien għidt ċar u tond li fl-opinjoni tiegħi din jista' jkollha effetti tajbin fuq it-turiżmu f'Malta.", "Dan m'għidtux jien biss, anzi l-ġimgħa l-oħra waqt seminar ta' l-ITB f'Berlin kien hemm żewġ personaġġi kbar minn żewġ operaturi ewlenin fil-Ġermanja li qalu straight and plain li ma' l-introduzzjoni ta' l-EMU jista' jkun hemm effett pożittiv għal min qiegħed barra minnha u bħala eżempju - jiġifieri mhux bħala l-uniċi pajjiżi - semmew speċifikament lit-Tuneżija, lit-Turkija u lil Malta.", "Issemmiet ukoll il-kaċċa.", "Jien niddejjaq meta jinqala' dan is-suġġett imma ladarba ssemma' xtaqt nagħmel xi kummenti fuqu.", "Meta jiġu xi ġurnalisti minn barra, speċjalment minn pajjiżi Skandinavi u Ġermaniżi - għalkemm dawn naqsu xi ftit - l-ewwel ħaġa li jsemmulek hija l-kaċċa u jsaqsuk Malta x'inhi tagħmel dwarha.", "Fil-fatt din il-ġimgħa stess kien hemm xi ħadd li poġġieli din il-mistoqsija.", "Again hawnhekk ħadd m'għandu għalfejn iħamrilna wiċċna fuq affarijiet bħal dawn.", "L-ewwelnett il- kondizzjonijiet tal-kaċċa tagħna m'humiex 'il bogħod minn dawk ta' l-Ewropa u kulħadd jaf li aħna qegħdin nagħmlu minn kollox biex l-effetti tal-kaċċa nimmitigawhom.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tista' taqtagħha mil-lum għal għada u jekk se tieħu ż-żmien l-ewwel ħaġa li trid tagħmel hi li teduka u tipprova ġġib awareness fost iż-żgħar li telgħin u teħodha bil-mod.", "Il- fatt li f'ħafna irħula tagħna għandna dawn il-clubs tal-plattini qed inaqqas ftit u huwa ta' sulliev għall-kaċċaturi li jistgħu jmorru jiżvugaw hemmhekk.", "Aħna kellna wkoll it-tentazzjoni li f'Malta nibdew norganizzaw il-hunting holidays bħalma qed jagħmel ħaddieħor - imma din it-tentazzjoni għelibniha.", "Ħadd m'hu qed jiġi hawn Malta apposta biex jikkaċċja, lanqas bil-harpoon!", "(Interruzzjonijiet) Ara f'pajjiżi oħrajn fejn huma stess qed jibagħtu ħafna turisti, bħall-Ġermaniżi, mhux talli għandhom il-kaċċa talli jorganizzaw hunting holidays u qed imorru anke ħafna Maltin.", "Ladarba din semmiha l-Onor.", "Membru, nemmen li għad għandha effett fuq ċerti kategoriji ta' nies.", "(Interruzzjonijiet) Veru li meta nitkellmu magħhom u nispjegawlhom dawn il-punti kollha, dak li jkun jifhmek u dan il-ħafna taħwid jonqos.", "Ladarba semmejniha hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill-kaċċaturi u lin- nassaba.", "Ħadd m'hu qed jgħidilhom li m'għandhomx dritt għall-passatemp tagħhom imma meta jaraw turist miexi fil-kampanja m'għandhomx joħorġu għalih qishom raw xi xitan!", "Jien lill-kaċċaturi ngħidlhom li l-kaċċa hi d- delizzju tagħhom u t-turiżmu huwa l-għajxien tagħna u tagħhom.", "Jekk aħna se nissagrifikaw l-għajxien tagħna għall-passatemp m'hemmx fejn naslu aktar.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell ieħor biex fuq il-gazzetti ma joqogħdux jiktbu ċerti artikli li jkabbru l-affarijiet aktar milli verament ikunu.", "Issemmew il-gwidi u tqajjem ukoll l-argument jekk dawn jistħoqqilhomx rappreżentanza jew le.", "Il-gwidi qed jagħtu servizz utli ħafna lis-settur tat-turiżmu pero' nemmen li dan is-settur jista' jitjieb aktar.", "Għalkemm għandna ma' l-400 ruħ li jagħmlu x-xogħol ta' gwida u 14-il membru li jistgħu jitkellmu f'isimhom, dawn qatt ma ħassew il-bżonn li jitkellmu magħna biex flimkien niddiskutu l-problemi li jiltaqgħu magħhom.", "Jiddispjaċik meta tara hekk u ma tkunx tista' tifhem ir-raġuni, speċjalment meta taf li individwalment il-gwidi jagħmlu ħafna pressure.", "Jekk tgħollilhom il-liċenzja, per eżempju, tarahom mall-ewwel iċemplulek, jiktbulek u jiġru warajk, imma mbagħad qishom tant l-affarijiet sejrin tajjeb li qatt ma ħassew il-bżonn li jiddiskutu magħna.", "Jien nixtieq nara ftit aktar serjeta' min-naħa tal-gwidi, għalkemm ma rridx niġġeneralizza, għax hemm minnhom, forsi numru żgħir, li m'humiex mexjin kif għandhom jimxu u qed ikollna ħafna lmenti minn sidien tal-ħwienet.", "Aktarx li hemm gwidi li għandhom commission minn ċerti ħwienet u naturalment meta turist ikun irid jixtri xi ħaġa jgħidulu huma fejn għandu jmur.", "Allura x'jiġri?", "Ikollok turist li jixtri xi ħaġa li tkun qamitlu Lm1, imbagħad imur f'ħanut ieħor u jinduna li dak l-istess oġġett huwa mmarkat 90c.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx provi li jsiru dawn l- affarijiet imma tant deħlin ilmenti left right and centre li ma naħsibx li hemm bżonn ta' provi.", "Dawn l-affarijiet kulħadd jaf bihom, speċjalment f'Għawdex u f'Ta' Qali.", "Jiena kont għamilt suġġeriment biex meta t-turisti jittieħdu Ta' Qali, il-gwida li tkun magħhom fil-coach tieqaf sa l- entratura tal-Crafts Village u minn hemm 'l ġewwa jkun hemm gwida oħra apposta biex teħodhom kullimkien u mhux biss f'ċerti postijiet li jidhrilha hi.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa rigward il-biljetti.", "Irridu noqogħdu attenti li l-prezz tal-biljetti li jingħataw it-turisti biex iżuru l-mużewijiet u l- postijiet l-oħra ta' attrazzjoni ma jkunx esaġerat.", "Diġa' kellna l-każ tal- vapur t'Għawdex, fejn it-turisti kienu jħallsu aktar mill-Maltin.", "Jiena jiddispjaċini noqgħod insemmi dawn l-affarijiet u mhux qed ngħid li l-gwidi kollha jagħmlu hekk imma għad hemm fosthom li jimxu b'dan il-mod.", "Jekk ma jkunx hemm ftit awto-dixxiplina bejn il-gwidi se nbatu.", "Imbagħad issib familji sħaħ li jkollhom il-liċenzja ta' gwida.", "Hemm ukoll min ikun teacher u malli jżid it-turiżmu tarah jeħodlok il-leave għax jaqbillu jagħmel ix-xogħol ta' gwida milli joqgħod jgħallem.", "Jiena naħseb li its about time li noqogħdu bil-qiegħda u niddiskutu mal-gwidi jew mar- rappreżentanti tagħhom biex bejnietna nipprovaw insolvu xi problemi u anke naqsmu l-opinjonijiet.", "Punt ieħor li qajjem l-Onor.", "Membru kien dwar il-bord ta' l-appell bħala tribunal.", "Jiena fhimtu x'ried jgħid meta staqsa għala fuq dan il-bord ma jkunx hemm rappreżentant tad-dipartiment tax-xogħol.", "Jiena ngħid li din is- sistema taħdem jekk il-bord ta' l-appell ikun f'xi fabbrika u allura jkollok ġeneru wieħed ta' xogħol, imma jkun inutli li tagħmel din is- sistema fit-turiżmu.", "Dan is-settur tant hu mifrux - għandek l-aġenziji, il-gwidi, il-hoteliers, it-travel agents, tat-trasport, eċċ. - li meta tiġi biex tagħżel lil xi ħadd fuq dan il-bord ma tkunx taf minn liema settur se tagħżlu.", "Din m'hijiex ħaġa faċli u forsi ta' min wieħed jiddiskutiha għax huwa inutli li f'dan il-bord taħtar lukandier, per eżempju, biex imbagħad jaqta' sentenzi li jkollhom x'jaqsmu mat-travel agent jew ma' l-operatur.", "Issemmew ukoll il-field officers ta' l-HCEB.", "Din il-problema ilha tintired minn gvern għal ieħor u l-ebda gvern għadu ma sab tarfha.", "Jiena ma naħsibx li l-problema qiegħda biss fin-numru imma fis-set-up u kieku kelli choice xorta ma kontx inżidhom.", "Il-biċċa 'l kbira tal-field officers dejjem jinformaw lill-lukandiera qabel ma jmorru jiċċekjaw il-lukanda li dwarha jkun sar xi lment.", "Dan żball kbir.", "Meta aħna nirċievu xi lmenti dejjem nibagħtu lil xi ħadd biex jinvestiga.", "Allura possibbli li minn mitt ilment li jkollok it-turist qatt ma jkollu raġun?", "Imbagħad Alla jbierek ir- rapporti dejjem ikunu pożittivi wara li ssir l-inspection!", "Min jgħidlek li l-kamra li t-turist ikun oġġezzjona fuqha sabha miżbugħha, min jgħidlek li l-gwardarobba li t-turist ikun qal li kienet imkissra sabha f'kondizzjoni tajba u jibdew isibu l-iskużi kollha u jgħidulek li kien ikun aħjar kieku t- turist kiteb meta kien għadu hawn milli wara li mar lura f'pajjiżu.", "Possibbli li f'dawk il-ħmistax il-ġurnata wara li t-turist ikun telaq minn Malta, il-lukandier ikun leħaq irranġa kollox?", "Possibbli t-turist qatt m'għandu raġun?", "Imbagħad ikollna noqogħdu niskużaw ruħna aħna mat-turist u naraw kif se nbenġluha.", "Filwaqt li minn sena għal oħra l-lukandiera jistennew li l-lukanda tagħhom tiġi kklassifikata f'livell ogħla, qatt ma kien hawn lukandiera li nstabu li kellhom tort u l-hotel tagħhom ġiet diklassifikata.", "Jien jidhirli li hekk għandu jsir jekk lukanda ma żżomx l- istandard tagħha.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Jidhirli li fir-reclassification li qiegħda ssir hemm xi wħud mill-hotels li ġew miżmuma milli jiftħu minħabba li suppost kellhom jiġu downgraded.", "Jien korrett jew le?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Le, ma jidhirlix.", "Normalment dak li jkun dejjem jingħata ċans ieħor.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Forsi dawn il-hotels jinsabu magħluqin għax għadhom ma ġewx irranġati?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Dan l-aħħar kellna każ serju ta' hotelier li morna għamilnilu surprise inspection u tlabnih jirranġa xi affarijiet.", "Inkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Hemm ukoll min jisraq lit-turist b'modi oħra.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk lukandier ikollu a 3-Star hotel u dan jagħmel reklam fuq brochure barra minn Malta, b'mod li jpinġiha bħala a 4-Star hotel, xorta waħda jkun qed jidħaq bit-turist u jisirqu.", "Meta mbagħad dak it-turist jiġi Malta u jara li l-lukanda m'hijiex kif xtaqha hu, tgħidx kemm idum jagħqad żigużajg għax la jsib redress mill-pulizija u lanqas mill-qorti.", "Li tista' tagħmel hu li lil-lukandier tirtiralu l-liċenzja imma mbagħad ibqa' żgur li jibda jopera mingħajrha xorta waħda.", "Din it-tourism authority li se titwaqqaf għandha tieħu ħsieb l-enforcement biex dawn l-affarijiet jieqfu darba għal dejjem.", "Dan hu l-uġigħ ta' ras li għandha l-HCEB.", "(Interruzzjonijiet) Ma tagħmilx differenza li lill-HCEB iżżidilha l-field officers imbagħad tħalli s-sistema kif inhi.", "Lil dak li jkun trid itellgħu l-qorti u tiddiklassifikalu l-lukanda.", "Dan bħal meta pulizija jmur jiġri wara ħalliel, jaqbdu, itellgħu l-qorti u ma jeħel xejn, jew jekk jeħel jeħel xi ħaġa żgħira.", "Allura dak li jkun jaqta' qalbu.", "Dik hi l-problema kbira li għandha l-HCEB u nispera illi t-tourism authority toffri soluzzjoni qawwija għal dan in-nuqqas li ilu jeżisti għal bosta snin.", "Jiena m'iniex se noqgħod nidħol fl-affarijiet kollha li dwarhom kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ċerti aspetti bħal bednights, profitti, occupancy u customer satisfaction jindikaw is-suċċess jew le fit-turiżmu.", "L-ewwel mistoqsija li dejjem nistaqsi hija: What makes a successful year in tourisim?", "X'inhu dak li jagħmel sena ta' suċċess fit-turiżmu?", "Il-fatt li jkunu ġew iżjed turisti f'sena?", "Nassumu li f'sena partikolari ġibna aktar turisti imma l-prodott tagħna jkun mar lura u l-profitability tas- settur tkun naqset imma l-occupancy għax żdiedu ħafna sodod tkun ċkienet.", "Sfortunatament aħna bqajna dejjem norbtu s-suċċess man-numri u kull sena noqogħdu nkejlu n-numru ta' turisti li jiġu mas-sena u mas-sentejn ta' qabel.", "Sur President, żgur li hemm aktar affarijiet li naqblu fuqhom iż-żewġ naħat tal-Kamra fejn jidħol it-turiżmu.", "Per eżempju, ir-rwol tal-gvern x'għandu jkun?", "Aħna naqblu mija fil-mija li r-rwol tal-gvern għandu jkun ta' support u facilitator għall-privat u fil-fatt dan hu li qegħdin inwettqu.", "Nista' ngħid illi bħalissa għaddejjin minn teamwork qawwi bejn is-settur privat u s-settur pubbliku.", "Naqblu wkoll li kull qasam għandu lok għal titjib basta tiddaħħal aktar dixxiplina u jien konvint li dan japplika bis-sħiħ anke għal din l-industrija.", "Naqblu wkoll li għandha ssir aktar riċerka u li din tiġi updated kontinwament għax inkella ma tkunx tista' tippjana għal quddiem.", "Dan l-aħħar bdejna bi tliet studji.", "L-ewwelnett qegħdin nagħmlu studju fuq il-carrying capacity biex jgħinna naraw x'numru nistgħu nimmiraw għalih, taħt liema kategorija, taħt liema standard, eċċ. Qed nagħmlu human resouce audit biex naraw x'inhuma l-bżonnijiet veri - kemm bħala numru, kemm bħala trade, kemm bħala management - ħalli naraw x'hemm available u barra minn hekk naraw l-affarijiet li jistgħu jsiru biex ilaħħqu ma' dik id- domanda u naraw x'inhu l-veru kontribut ta' dan is-settur lejn l-ekonomija tal-pajjiż, għax daqqa ngħidu li dan jikkontribwixxi b'20% u daqqa bi 30%, qisna qed intellgħu l-lottu!", "Barra minn hekk qed nagħmlu studju dwar kull tip ta' turist li jiġi u ta' liema nazzjonalita' hu.", "Dan qed isir permezz ta' questionnaires u minn hawn u ftit ieħor nistgħu nippublikaw kemm jonfoq it-turist Skandinavu f'Malta, fuqhiex jonfoqhom, f'liema kategorija ta' hotels imur, jekk jonfoqx l-aktar fuq tours, jew fuq kiri ta' karozzi, jew fuq restaurants u affarijet bħal dawn.", "Dawn qed nagħmluhom kategorija b'kategorija u nazzjonalita' b'nazzjonalita'.", "Naqblu mija fil-mija li hemm bżonn ta' aktar attrazzjonijiet u aktar faċilitajiet.", "Jien kemm-il darba għidt li għal ħafna żmien il-Malti li kien jinvesti fit-turiżmu dejjem investa fil-hotels, bir-riżultat li minn sena għal oħra s-settur tat-turiżmu żied in-numru ta' sodod imma ma kienx qed iżid attrazzjonijiet u faċilitajiet.", "Allura biex aħna nżommu r-ritmu ta' l-investiment privat f'dan is-settur għaddej, we are promoting dawn l- attrazzjonijiet u dawn il-facilities.", "Imma l-gvern se jkun biss il- promoter u mbagħad l-investiment se jsir min-naħa tal-privat.", "Diġa' qed nagħmlu hekk fil-każ ta' casinos, golf courses, marinas u forsi anke f'national parks u skemi oħrajn bħal dawk sportivi u kulturali.", "L-Onor.", "Membru semma' li għandna ħafna fortizzi mitluqin u jien naqbel miegħu.", "Għalfejn għandna nħallu fortizza mitluqa għand bniedem li se jkissirha u ma nagħtihiex lil bniedem ieħor li jista' jutilizzaha u jrawwimha għal skopijiet turistiċi?", "Il-Gvern għandu jkompli jippromjowtja dawn l- affarijiet u dejjem jagħti lok u spazju lill-privat.", "Sur President, jien ma naqbilx ma' dak li ntqal, jiġifieri li din il-liġi se tikkonsolida dak li hemm illum bejn l-HCEB, l-NTOM u l-ITS.", "Fil-fatt din il-liġi se tmur aktar 'il bogħod minn hekk.", "Dawn kollha se jidħlu taħt l-umbrella tat-tourism authority.", "(Interruzzjonijiet) Imma m'huwiex daqshekk sempliċi li tgħid li se taqbadhom it-tlieta u titfagħhom taħt umbrella waħda.", "Barra x-xogħol li qed jagħmlu dawn it-tlieta llum, it- tourism authority se jiżdidilha ħafna xogħol aktar.", "Jekk qed nitkellmu fuq product development, jekk qed nitkellmu fuq l-attenzjoni li se jingħataw is-support services, jekk qed nitkellmu fuq tip ta' enforcement ġdid, jekk qed nitkellmu fuq il-bord ta' l-appell, jekk qed nitkellmu fuq ir-rwol il-ġdid li għandu jingħata lis-settur privat, dawn huma kollha affarijiet illi llum ma ssibhomx la fl-HCEB, la fl-NTOM u lanqas fl-ITS, anzi kważi nista' ngħid li l-affarijiet ġodda li kapaċi tagħmel it-tourism authority jistgħu jkunu ħafna akbar minn dak li qed jagħmlu dawn it-tliet setturi f'daqqa llum.", "Għat-tourism authority kellna vot ta' Lm0.25 miljun u l-Onor.", "Refalo staqsa jekk ma' dan il-vot huwiex se jiżdied ukoll il-vot li għandhom preżentament l-NTOM.", "Fil-fatt hekk se jiġri.", "Ma' dan il-vot ġdid ta' Lm0.25 miljun iridu jiżdiedu wkoll il-voti eżistenti li hemm illum għall-HCEB, l-NTOM u l-ITS.", "Sieħbi l-Onor.", "Refalo kkwota wkoll mis-survey ta' Deloitte & Touche.", "Jiena ħadt gost li ħareġ b'din għax għallinqas mhux se nibdew nagħmlu analisi fuq dak li ġara imma qed nitkellmu dwar parti żgħira ta' nies - trid tikkalkula li dan il-questionnaire ntbagħat lill-280 ruħ u minn dawn irrispondew biss 88 - imma l-importanti hu li jkollok idea.", "Kellu bżonn dan it-tip ta' trend survey ikompli jikber.", "Jiena nħeġġeġ biex kull min jirċievi dan it-tip ta' questionnaire jimlih bil-għaqal sabiex aħna nkunu nafu fejn sejrin.", "L-aktar ħaġa importanti li rridu nifhmu hi li dan m'huwiex post-mortem ta' dak li ġara qabel imma trend survey ta' dak li jaħsbu l-hoteliers u l-operaturi għas-sena li ġejja.", "Issa xi ħadd min-naħa l-oħra qal li minn dan is-survey ħarġet stampa ftit li xejn sabiħa.", "Jiena ma naqbilx ma' dan anzi ġibtu biex nikkwota minnu.", "Dan jgħid hekk:", "\"This declining trend in tourist arrivals has now been reversed.\"", "Mela l-ewwel ħaġa li toħroġ meta qed issemmi d-declining trend fis-sentejn ta' qabel hija li n-niżla li konna qbadna fis-settur turistiku ġiet irriversjata u issa qed ikollna an upward trend.", "Fil-fatt minn dawk kollha li ħadu sehem f'dan is-survey, 15% biss qalu li jaħsbu li għas-sena li ġejja l-business se jkun inqas minn tas-sena li qegħdin fiha u l- kumplament, jiġifieri 85%, qalu li jew se jkunu indaqs jew se jiżdied.", "(Interruzzjonijiet) Anke meta jkollok sena tajba ħafna fit-turiżmu, ma jistax ikun li ma jkollokx lukanda jew tnejn li għal xi raġuni jew oħra ma jmorrux lura.", "Jiġifieri jekk bħala pajjiż morna tajjeb ma tistax teskludi li jista' jkollok lil xi ħadd li individwalment mar ħażin.", "Ħaġa oħra li toħroġ minn dan is-survey hi li m'hu minnu xejn dak li qal l-Onor.", "Michael Refalo li kellna tnaqqis mis-settur Ingliż.", "Dan m'hu minnu xejn.", "Kellna tnaqqis fix-xahar ta' Diċembru biss imma otherwise kellna żidiet throughout is-sena kollha minn Jannar sa Novembru, u ma tistax tgħid illi qed tinkwieta fuq is-suq Ingliż għax f'xahar minn tnax kellna tnaqqis.", "Mela nerġa' nikkwota t-trend survey ta' Deloitte & Touche li jgħid hekk:", "\"Respondents suggested that the UK market was showing very strong signs of growth\".", "Fil-fatt jekk naraw x'ġara s-sena l-oħra insibu li kellna an increase of 9% to 11% u din it-trend għadha għaddejja, jiġifieri altru li mhux kif qal l- Onor. Michael Refalo.", "Nista' ngħid ukoll li l-hoteliers intalbu jikkummentaw dwar x'inhuma l- fatturi pożittivi li jaħsbu li qed jgħinu lit-turiżmu, kif ukoll dwar x'inhuma l-fatturi negattivi illi jaħsbu li qegħdin ifixxklu lit-turiżmu.", "Ħafna minn dawk li rrispondew il-questionnaire qalu li l-ewwel fattur pożittiv huwa \"the importance government is attaching to tourism\".", "Mela għallinqas hawn xi ħadd li qiegħed japprezza li jekk il-gvern jagħti din l- importanza kollha lit-turiżmu, dak huwa fattur pożittiv biex jgħin lil din l-industrija.", "Qalu wkoll li fattur pożittiv ieħor huwa ''the efforts of NTOM's overseas offices''.", "Again għallinqas xi ħadd qiegħed japprezza illi l-isforzi li qed jagħmlu l-uffiċini tagħna ta' l-NTOM barra qed ikollhom effett pożittiv.", "Semmew ukoll ''the improving standards in local hotels\".", "Dawn qed jgħidulna li l-istandard tal-hotels tagħna tjieb - din mhux qed ngħidha jien jew il-hoteliers imma qed jgħiduha l-operaturi - speċjalment bl-introduzzjoni tal-4-Star u l-5-Star hotels.", "Naturalment anke within the accommodation sector għad baqa' x'tirranġa imma għallinqas hemm titjib għaddej.", "Xi ħaġa oħra li jaħsbu li kellha effett pożittiv kienet ''the strength of the pound sterling'' u sa ċertu punt naqbel magħhom ukoll.", "Sur President, biex issa ndur għall-affarijiet li qegħdin iweġġgħulhom rashom - għax hawnhekk m'għandniex niġu noqogħdu ngħajtu biss bl- affarijiet sbieħ li jkunu qed jaraw u mbagħad l-affarijiet koroh dejjem nitfgħuhom taħt it-tapit - insemmi l-ewwelnett \"the heavy price- undercutting to uneconomic levels leading to fears that this will effect service levels and re-investment in the longer term\".", "Jiena ma nistax ma naqbilx aktar ma' dan li qed jingħad.", "Jiena stess kemm-il darba għidt lill- hoteliers biex kemm jista' jkun iżommu l-prezzijiet.", "Aħna m'għandniex nikkompetu billi nwaqqgħu l-prezzijiet imma billi ntejbu l-kwalita', billi ntejbu s-servizzi u billi ntejbu l-istandards.", "Jekk se nwaqqgħu l- prezzijiet u magħhom se nwaqqgħu s-servizzi, l-istandards u l-affarijiet l- oħra, huwa inutli li nbaxxu l-prezzijiet għax se nitkissru.", "Fl-aħħar mill- aħħar it-turist ma jħarisx lejn il-prezz iżolat imma jħares lejn is- servizzi li qed jieħu għal dak il-prezz.", "Mela ejja nżommu l-prezz kompetittiv.", "Kollox sew ma ngħolluhx imma ejja ma narmuhx.", "U miegħu għall- istess prezz ejja nibdew nagħtu servizz aħjar u standards aħjar biex indirettament inkunu qegħin intejbu l-value for money.", "Xi ħaġa li qed iddejjaqhom ukoll hija li ''tour operators are taking advantage of the over-supply of accommodation in Malta and dictating prices''.", "Jista' jkun li dan huwa minnu u jista' jkun li le pero' jiena naħseb li f'kull sistema ta' trading u ta' kummerċ, fejn għandek supply and demand, hi ħaġa ċara li jekk l-operatur jara li s-supply qiegħda hemm jiġi joqgħod jeqridlek li demand m'hemmx.", "Il-hoteliers Maltin huma magħrufin biex iqajmu paniku u biex wieħed jibda jgħaffeġ fuq l-ieħor u, għalkemm naħseb li din hija verita', ma nistax nitfa' it-tort biss fuq it-tour operator għax wara kollox dak qed jagħmel xogħlu u qed jipprova jixtri servizz bl-irħas prezz li jista'.", "Sur President, bħalissa qegħdin igergru wkoll għall-fatt li għaddejja ''hotel price war spreading across different hotels in different classifications'', u din hija serja.", "Din lili veru tbeżżagħni għax bażikament qed nitkellmu fuq it-3-Star, il-4-Star u l-5-Star hotels.", "Ħalli nitkellmu fuq il-5-Star hotels.", "Jien ngħid li dawn allaħares ma kenux huma għax kieku ma kienx ikollna ċertu xogħol ta' konferenzi, incentive travel, special interest travel u affarijet bħal dawn li qed ikollna llum.", "Pero' irridu nammettu illi d-domanda li għandna għall-5-Star hotels ma tippermettilniex li nżommuhom mimlijin is-sena kollha.", "Mela mingħajr il-5- Star hotels ma nistgħux nagħmlu dan ix-xogħol pero' fl-istess ħin dan ix- xogħol m'huwiex kbir biżżejjed biex inżommu dawn il-5-Star hotels kollha u at the end of the day qed ikollna kategoriji differenti ta' hotels li qed jiġru wara l-istess tip ta' turist.", "Għandek it-3-Star, il-4-Star u l-5- Star hotels li minkejja kollox għadhom qegħdin jiġġieldu għal package tourist.", "Ngħidu x'ngħidu fuq il-5-Star hotels, ħafna minnhom xorta qegħdin jimtlew bil-package tourists.", "Meta nsemmi l-package tourist ma rridx narmih.", "Għandek min jiġi fuq pakkett u jagħżel minn qabel li se jmur ġo 5-Star hotel u jkun lest li jħallas ukoll ta' 5-Star, imma d-dnub qed ikun - din qed tkun recurrent ħafna dan l-aħħar - illi l-prezzijiet ġieli jibdew jaqgħu minn fuq u meta tibda żżarratt minn fuq tiġi għal dik il- logħba tad-dominoes jew tal-house of cards, fejn twaqqa' l-ewwel karta u jibqa' għaddej I-domino effect minn fuq għal isfel.", "Forsi a 4-Star u anke a 5-Star hotel jista' jbenġel is-sitwazzjoni u jkampa għal tliet xhur jew sitta imma mhux a 3-Star hotel għax jitkisser żgur.", "Jiena nerġa' ngħid hawnhekk li rridu noqogħdu attenti ħafna.", "Jien ħadt gost li l-hoteliers, speċjalment dawk tal-5-Star, dan l-aħħar kienu qed jiltaqgħu aktar biex forsi bejniethom jibdew jagħmlu promozzjoni għas-CIT, SIT u dawn l- affarijiet.", "Hemm żewġ affarijiet oħra li lili qed iweġġgħuli rasi wkoll.", "Meta 4- Star jew 5-Star hotel tinbiegħ bil-prezz ta' 3-Star, jista' jkollok ripple effect negattiv u se nispjega ruħi.", "Nassumi li dħalt ġo 5-Star hotel u ħallast Lm40 għal lejl wieħed.", "Fil-kamra ta' ma' ġenbi hemm turist ieħor li daħal bil-prezz ta' pakkett u qed iħallas Lm10 ta' lejl.", "(Interruzzjonijiet) Barra minn Malta ssib min ikeskes lit-turist, anke permezz ta' television programmes.", "Fil-hotel stess fejn ikun qiegħed lit- turist ġieli jistaqsuh kemm ħallas, jekk ġiex għal rasu jew jekk ġiex ma' operatur.", "Jekk jiena qiegħed ġo lukanda u qed inħallas Lm40 u dak ta' maġenbi qed iħallas Lm10, l-ewwel mistoqsija li se nistaqsi hija jekk dak ta' maġenbi hux se jieħu l-istess servizz li se nieħu jien, jew inkella jekk jien li qed inħallas Lm40 iniex se nieħu s-servizz ta' dak li qed iħallas Lm10.", "Forsi aħna dawn l-affarijiet ma ninnotawhomx imma min ikun qed joħroġ Lm40 biex joqgħod ġimgħa u fl-istess ħin ħaddieħor f'kamra maġenbu qed iħallas Lm10 dawn l-affarijiet jinnotahom.", "Allura lili din tbeżzagħni għax nistgħu nagħtu l-impressjoni illi Malta hija aktar expensive minn dak li realment hi.", "Ejja nassumu li qed inqalleb brochure u nara li l-prezz ta' 4-Star hotel nista' nlaħħaq miegħu għax fil-fatt hu prezz ta' 3-Star, allura nidħol f'dik il-4-Star hotel.", "Pero' jekk jiena ħallast prezz baxx dan ħallastu għall-akkomodazzjoni biss.", "Jekk fettilli nieħu an extra dinner jew nieħu xi flixkun ilma ġol-kamra, il-prezz mhux se jkun ta' 3-Star imma ta' 4-Star jew 5-Star.", "Allura ġieli turist iħallas ta' 3-Star għall-accommodation, joqgħod f'hotel 4-Star jew 5-Star u, peress li ta' l-affarijiet extra jkun ħallas ta' 4-Star jew 5-Star, jmur jgħajjat barra kemm Malta hija għolja.", "Dan ma jgħidx li ħa akkomodazzjoni ġo 5-Star hotel iżda ħallas ta' 3-Star u li kieku forsi xtara dak il-flixkun ilma from a 3-Star hotel kien Iħallas 40c u fejn kien qiegħed alloġġat ħallas Lm1 għalih.", "Qed inġebbed l- argument u forsi qed nesaġera fiċ-ċifri imma dan qed nagħmlu apposta biex inġib lil kulħadd aware li jekk dawn l-affarijiet se jibqgħu jiġru se jagħmlu aktar deni milli ġid.", "Is-survey tat-trends ta' Deloitte & Touche imbagħad issemmi li s-sidien tal-5-Star hotels m'humiex qed iħarsu lejn il-futur b'ottimiżmu kbir minħabba dawn l-affarijiet li qed insemmi għax din il-kategorija ta' hotels hija l-aktar waħda li naqsilha x-xogħol.", "Pero' ejja naraw għala naqsilhom ix-xogħol.", "Dawn ma naqsilhomx ix-xogħol għax kellhom anqas turisti imma għax, minkejja l-fatt li żdiedu t-turisti ta' kwalita' tajba u minkejja l- fatt li żdiedu t-turisti li jiġu għal konferenzi, in-numru ta' sodod fil-5- Star category żdied b'rata akbar minn numru ta' l-istess turisti.", "Aħna rridu niftakru li s-sena l-oħra daħlu ħafna hotels ġodda fis-suq.", "Kellna l- Westin Hotel, ir-Radisson u l-Marina San Ġorġ u issa għandna l-Corintha San Ġorġ li għadha dieħla.", "Dan ifisser li għalkemm in-numru ta' turisti li jistgħu jħallsu żdied, dawn it-tip ta' turisti qabel kienu jfittxu akkomodazzjoni f'waħda minn 1,400 sodda filwaqt li llum l-5-Star accommodation telgħet għal 4,700 sodda.", "Jiena nemmen li dawn qegħdin iħarsu minn lenti naqra pessimista imma mbagħad mhux hekk meta niġu għat-3- Star u għall-4-Star hotels.", "Il-4-Star hotels qed jgħidu illi huma l-aktar li qed ikollhom a positive response bl-akbar proporzjon pożittiv.", "Meta mbagħad niġu għat-3-Star sector, dawn qed jgħidu illi min-naħa tagħhom baqgħu kważi l-istess bħas-snin ta' qabel.", "Il-punti pożitttivi huma - speċjalment għall-4-Star hotels - li jistgħu jmorru aħjar l- ewwelnett because of the reduction of indirect taxation on accommodation which has helped to improve sales - dak li għidt qabel, jiġifieri li neħħejna t-10% u l-15% tax - u mbagħad bħala punt pożittiv ħafna semmew il- Buġibba rehabilitation.", "Semmew ukoll l-arranġamenti li saru bejn il- ministeru tat-turiżmu u l-ministeru tat-trasport mat-taxi drivers fuq il- fare tat-taxis u l-arranġamenti li għamilna sew fuq il-moll tal-cruise liners kif ukoll fuq it-tluq tat-taxis mill-airport.", "Aktar 'il quddiem nixtieq nitkellem ftit fuq il-prezzijiet tat-taxis, kif ukoll nitkellmu dwar pricing u kif aħna nipparagunaw ma' prezzijiet ta' destinazzjoniijiet oħrajn.", "Qed jgħidu li rridu nagħtu aktar attenzjoni dwar l-indafa u l- facilities tal-beaches.", "Jiena naqbel ukoll u naturalment dak li jkun jipprova jagħmel mill-aħjar li jista' biex dawn l-ilmenti nindirizzawhom.", "Bħala punt pożittiv fuq it-3-Star hotels issemmiet ''the introduction of TOSS as being the most important recent development''.", "Niftakru li dawn kellhom il-biża' illi l-Gvern kien se jaqta' din is-support scheme.", "Fil- fatt din reġgħet ġiet introdotta u ntlaqgħtet tajjeb kważi mil-lukandiera kollha u mhux biss minn dawk tat-3-Star hotels.", "Xi ħaġa oħra li qed tweġġagħlhom rashom hija l-over-charging jew il-poor value for money.", "Sfortunatament l-over-charging qed isir minn bosta setturi mhux bilfors direttament fit-turiżmu u din qed tagħmlilna ħsara kbira, speċjalment meta ssir minn nies li ftit li xejn għandhom x'jitilfu u biex nagħti eżempju rrid insemmi lil tal-kiosks.", "Mhux qed ngħid li tal- kiosks kollha ħallelin imma ssib ħafna minnhom li qegħdin jabbużaw.", "U x'jiġri?", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jiena għandi kiosk u dan tfajt fih investiment ta' Lm10,000.", "Dan qiegħed faċċata ta' hotel li għandha investiment ta' Lm10 miljun.", "If I overcharge u lil dak it-turist se nitilfu, jiena se nkun tlift ħmerija imma rrid nagħti każ tal-hotelier li investa Lm10 miljun.", "Mela ma nistgħux naffordjaw illi flok il-hotels il- kbar ikissru ż-żgħar jiġri bil-kontra għax qegħdin f'pożizzjoni li min investa ftit jista' jkun qiegħed ipoġġi in jeopardy l-investiment tal-kbir.", "Din ma naqbel assolutament xejn magħha u naħseb li hija waħda mill- affarijiet li rridu nagħtu kasha.", "Ħaġa oħra li kkummentaw fuqha l-hoteliers hija r-repeat business u li qed ikun aktar diffiċli biex dan tirriġenerah ġewwa Malta.", "Naturalment mhux biżżejjed li turist jgħidlek li Malta is generally O.K. - din il-kelma tista' tfisser ħafna u tista' ma tfisser xejn - u ma jerġax jiġi f'pajjiżna.", "Jekk jgħidlek li Malta hija O.K. u ġej u sejjer f'pajjiżna, allura l-O.K. tiegħu tfisser tajjeb.", "Pero' hawnhekk irrid ngħid li aħna għandna żewġ tipi ta' turisti li jiġu Malta.", "Għandna dak it-turist li jiġi l-ewwel darba u dan biex inġibuh irridu nonfqu ħafna promotion biex inħajruh jiġi.", "Għandna wkoll ir-repeat visitor illi biex nerġgħu nġibuh suppost illi ma jiswilniex ħafna, imma x'inhu jiġri?", "Ir-repeat visitor mhux se jerġa' jiġi għax jara reklam imma jerġa' jiġi jekk ikun mar tajjeb l-ewwel darba.", "Jekk ikun ħareġ minn Malta kuntent, dan se jerġa' jiġi imma jekk mhux se jerġa' jiġi sinjal li ma jkunx mar tajjeb u sinjal li ma ħariġx kuntent.", "Jekk aħna jkollna persentaġġ ta' repeat visitors baxx dak qed jirrifletti ħażin mhux fuq il-promotion tagħna imma fuq il-prodott tagħna.", "Jekk aħna qed inżidu turisti ġodda, dawn ġejjin minn promotion ġdida.", "Jekk aħna qed inżidu ħafna repeat visitors, dawn qed inżiduhom għax qed nofrulhom prodott tajjeb.", "Jiena ma naħsibx li dwar repeat visitors qegħdin tajjeb ħafna u se nikkwota minn survey li sar mill-MIA.", "Minn dan is-survey ħareġ illi kien hemm 80% li kienu first-time visitors, 12% biss li ġew darbtejn jew kienu għallinqas għamlu repeat visit, 6% li ġew aktar minn tlieta jew erba' darbiet u 2% li ġew aktar minn erba' darbiet.", "Fl-opinjoni tiegħi għalkemm dan m'huwiex numru żgħir xorta naħseb li għad hemm fejn jitjieb.", "Sur President, dak li għidt dwar is-survey ta' Deloitte & Touche jikkorrispondi għat-trend ta' dak li naħsbu li se tkun il-1998.", "Jekk irridu nirriferu għall-analisi ta' l-1997, wieħed irid jifli l- questionnaire ta' l-MHRA li kien ibbażat aktar fuq dak li ġara milli fuq dak li qegħdin jaħsbu li se jiġri.", "Mill-aħħar survey ta' l-MHRA, għall- analisi ta' l-ewwel disa' xhur ta' l-1997, ħareġ ċar illi l-occupancy rate on average telgħet minn 68% għal 70%, ir-room rate telgħet minn Lm16.55 għal Lm16.97 u kiber ukoll ir-revenue per room minn Lm19.94 għal Lm22.", "Din hija indikazzjoni tajba u sostanzjali ta' kif mar is-settur matul is-sena.", "Naturalment ma tistax toqgħod fuqu biss, ma tistax tieħdu bħala vanġelu għax dan ikun sample questionnaire imma għallinqas meta mbagħad tibda tikkompara like with like fuq ħames snin jew sitta, aktar ikollok indikazzjoni preċiża.", "L-akbar fattur illi naħseb li qed iżommna ftit lura qed ikun il-prezz.", "Jiena nemmen li Malta għandha x'toffri sew f'dik li hija storja, kultura, baħar nadif, klima u ospitalita' pero' again, meta turist jiġi biex imur f'destinazzjoni, l-ewwel ħaġa li tiġbed l-għajn huwa l-prezz.", "Meta operatur barra minn Malta jitfa' għaxar destinazzjonijiet biex inti tagħżel waħda minnhom, l-ewwel ma jpoġġi fuq quddiem b'ittri kbar huwa l-prezz u mhux il-history ta' Malta jew ir-ramel ta' Ċipru.", "Dak li jkun imur għall- bracket tal-prezz li jista' jonfoq u anke min ikun jiflaħ jonfoq jitħajjar għall-orħos prezz, la xorta jista' jieħu vaganza tajba.", "Huwa hawnhekk li aħna m'aħniex qed immorru tajjeb għal kollox għax meta turist jiġi Malta noffrulu żewġ tipi ta' prezzijiet, il-prezz ta' pakkett - li ġeneralment jinkludi l-ajru, il-hotel accommodation u forsi xi excursion - u l-prezz ta' dawk l-extras li jkunu barra l-pakkett, bħal ngħidu aħna xiri, ikel, xorb u affarijiet oħra bħal dawn.", "Illum il-ġurnata kulmin fil-brochure jippublika l-prezz ta' pakkett, jiġifieri kemm iqum l-ajru u kemm tqum il- hotel, jagħti wkoll indikazzjoni ta' kemm tqum il-ħajja ġo dak l-istess pajjiż.", "Sur President, dan l-aħħar f'\"In-Nazzjon\" ġiet ippubblikata lista ta' pajjiżi differenti - maħruġa mit-Thomson ta' l-Ingilterra - liema lista turik safejn tista' twasslek il-lira sterlina u sfortunatament Malta narawha fost l-ogħla postijiet.", "Minn din il-lista jorħoġ li pakkett lejn Malta huwa kompettiv meta tqabblu ma' Spanja, ma' Ċipru, ma' Corfu' u ma' postijiet oħra, imma din tgħid ukoll li biex toħroġ tiekol u tixrob f'Malta trid tonfoq aktar minn postijiet oħra.", "Issa \"In-Nazzjon\" donnha riedet tagħti l-impressjoni li din is-sena hekk ġara.", "Mela ma jafux ta' \"In-Nazzjon\" li din m'hijiex xi ħaġa li ġrat din is-sena biss!", "Jekk se nitkellmu fuq l-għoli tal-ħajja rridu ngħidu li din is-sena pjuttost sirna aktar kompetittivi mis-snin ta' qabel imma xorta waħda ma sirniex kompetittivi biżżejjed.", "Jien nista' ngħid li din il-lista li ġabet \"In- Nazzjon\" kienet f'idejja imma ħassejt li ma kienx ikun prudenti li nippubblikaha.", "Għax għalfejn se noqgħod ngħid lit-turist li aħna ogħla minn ħaddieħor, qisni qed ngħidlu biex ma jiġix!", "Pero' jien tkellimt ma' ħafna nies ta' setturi differenti fit-turiżmu u għidtilhom li għandna nħarsu lejn dak li qed jagħmel ħaddieħor, naraw fejn qegħdin neħlu u jekk għandna nirranġaw xi ħaġa nirranġawha llum qabel għada.", "Jien illejla ġibt miegħi \"Cost of Holiday-Living Index\" ta' summer 1997, pubblikazzjoni ta' Thomas Cook, xi ħaġa simili għal dik il-lista li semmejt ftit ilu.", "Għalkemm dan li hawn f'dan il-ktejjeb jista' jaħdem favur jew kontra tagħna, xorta waħda rrid insemmih għax lil min jaħdem f'dan is-settur irridu ngħidulu x'inhu jiġri.", "Hawn jissemmew pajjiżi differenti bħall-Portugal, Costa del Sol, Mallorca, Tenerife, Florida, Tunes, Cipru, it-Turkija, Corfu', Sorrento, Malta u d-Dominican Republic.", "Dan jieħu sett ta' affarijiet li t-turist jista' jixtri, bħalma huma a three-course set meal, a bottle of house wine, a bottle of mineral water, tazza kafe', pina colada, grokk brandy, flixkun birra, flixkun minerali, camera film ta' 24 exposure, flixkun suntan lotion, postage stamp għall- Ingilterra, car hire għal ġimgħa, litru petrol, vjaġġ ta' ħames kilometri bit-taxi u joħroġ il-prezzijiet għal kull pajjiż.", "Jien nieħu pjaċir ninnota li f'ċerti affarijiet aħna l-Maltin qegħdin l-orħos imma mbagħad niddejjaq nara li f'ċerti affarijiet oħra l-prezz tagħna kważi qiegħed esaġeratament għoli.", "Ħalli nsemmi xi wħud minnhom mingħajr ma noqgħod nidħol fid-dettall.", "Meta niġu għal three-course set meal, per eżempju, minn ħdax-il pajjiż Malta qiegħda l-għaxar wieħed u għall-inbid qiegħda s-seba' wieħed.", "Jekk nieħdu l-prezz ta' flixkun ilma - jiena qabbadt lin-nies tiegħi jindagaw jekk dan huwiex veru għax il-prezz huwa pjuttost esaġerat - insibu li dan huwa ta' Stg1.55.", "Meta tara dan il-prezz tibda' tgħid: Minn fejn mar jixtrih dan il-flixkun ilma?", "Jista' jkun ukoll li sab xi galantom u bellagħhulu b'dak il-prezz.", "Għal rigward il-prezz ta' kafe' qegħdin fit- tielet post, għal pina colada qegħdin fid-disa' post, għal grokk brandy qegħdin fir-raba', u mbagħad qegħdin tajjeb ħafna fil-minerali għax kemm fuq il-birra kif ukoll fuq il-coke qegħdin fl-ewwel post. Imbagħad f'ċerti affarijiet, bħal meta niġu għall-prezz tal-films, qegħdin fl-aħħar post. Fir-rigward ta' prezz ta' suntan lotion u posta qegħdin fit-tieni post pero' mbagħad qegħdin l-aħħar fir-rigward ta' prezz tat-taxi.", "F'Malta vjaġġ ta' ħames kilometri bit-taxi jqum Stg11 u l-orħos prezz huwa ta' Stg 2.85 ġo Tenerife.", "Imbagħad qegħdin irħas ħafna fuq il-car hire.", "Meta naqbdu l-pakkett bil-car hire b'kollox insibu li l-prezz globali ta' Malta huwa l-irħas.", "Jiġifieri jekk nieħdu t-total cost of the basket, including car hire, Malta tiġi l-ewwel għax il-kontenut tal-car hire qed ibaxxi l- average kollu.", "Jekk naqilgħu l-car hire 'l barra mill-ħdax-il post Malta tiġi fl-għaxar post. Meta tara dawn l-affarijiet tibda tinkwieta u tinduna li hemm ħafna affarijiet x'irridu nirranġaw, kemm il-prodott, l-offerta tagħna, il-hoteliers u affarijiet oħra.", "Pero' barra minn dawn l-affarijiet hemm affarijiet aktar importanti li rridu nirranġaw.", "Għalija l-price competition hija waħda mill-affarijiet li lilna qed tagħtina ġewwa.", "Meta niġu biex nitkellmu dwar fatturi oħrajn li b'xi mod jistgħu jillimitawna, nsemmi s-seating capacity tal-linja ta' l-ajru tagħna, l-Air Malta.", "Sal-lum il-ġurnata aħna bqajna niffaċċjaw il-problema tal-ġlied bejn l-operaturi li f'ċertu żmien tas-sena jkunu jridu jibagħtu aktar gruppi ta' turisti lejn Malta imma ma jkunx hemm seats available.", "Jekk aħna rridu nieħdu t-turiżmu bis-serjeta' huwa inutli noqogħdu naraw x'inhuma r-raġunijiet għalfejn it-turiżmu mar lura jew mar 'il quddiem u noqogħdu nsemmu kemm ħadem il-ministru jew kemm ma ħadimx, kemm ħadem dak il-gvern jew kemm ma ħadimx, kemm għandna prodott tajjeb jew kemm għandna prodott ħażin, kemm aħna kompetittivi fil-prezz jew kemm aħna għaljin u mbagħad qatt ma nagħtu kas il-policies ta' l-Air Malta.", "Għalija l-Air Malta hija waħda miċ-ċwievet qawwijin ta' kif jitmexxa l-qasam tat-turiżmu.", "Jiena nemmen li d-deċiżjonijiet li kienu ttieħdu mill-Air Malta meta biddlet il-flotta u daħħlet l-RJs, there and then naqqasna s-seating capacity fuq l-ajruplani tagħna b'xi 200 post. Jiġifieri qisna naqqasna ajruplan, apparti li naqqasna wkoll ir-range ta' fejn tista' topera l- flotta.", "Għax meta l-Air Malta ttir lejn Northern Europe jew lejn xi pajjiż Skandinavu, xorta fl-Ewropa qegħdin u allura hemmhekk għandu jitqies bħala short haul.", "Pero' għall-Air Malta ħafna drabi dak kien long haul għax nofs il-flotta ma setgħetx titla' hemmhekk.", "Dawn huma kollha deċiżjonijiet li ħallew scar fuq l-Air Malta.", "Qlibna wkoll ħafna destinazzjonijiet għal ċerti airports minn chartered għal sċheduled flights.", "Għamilna investiment sostanzjali fl-AzzurAir u dan għamilnih at the expense ta' l-Air Malta.", "Kieku l-Air Malta ma nvestitx bil-qawwi fl-AzzurAir setgħet tinvesti aktar fl-Air Malta stess.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għax nemmen u kont nemmen mill-bidunett li waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu biex nirranġaw il- possibbilta' u l-potenzjal tagħna fit-turiżmu hija li nirranġaw il-qagħda u l-pożizzjoni ta' l-Air Malta u, sakemm dawn jitranġaw, se nbatu biex inkomplu nkabbru t-turiżmu.", "Jiena ngħid li qed naslu u dan l-aħħar kien hemm ukoll xi ċaqliq għax l-Air Malta kriet ajruplani akbar biex forsi tkun aktar flexible.", "Meta aktar 'il quddiem konna qed ngħidu minn fejn nistgħu nġibu dan it- tkabbir fit-turiżmu, jiena għidt li waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu hija li rridu nkomplu nkabbru l-core markets tagħna, irridu nkomplu nsaħħu t-turiżmu li ġej mill-Ingilterra, mill-Ġermanja, mill-Italja, minn Franza u anke mill-Olanda.", "L-Olanda dan l-aħħar laħqet lil Franza, li rridu nagħtuha attenzjoni speċjali għax f'dawn l-aħħar tliet snin bdiet nieżla.", "Il-Ġermanja wkoll trid attenzjoni, speċjalment peress li din is-sena se nħossu n-nuqqas tal-Frosch, jiġifieri ta' xi 32,000 ruħ li ġew is-sena l- oħra.", "Irridu nkomplu nsaħħu dawn il-core markets pero' għandna areas fejn it-turiżmu qed jikber sew.", "Għandna potenzjal qawwi mis-suq Russu, mill- eastern countries, mill-area tal-Benelux, mill-pajjiżi Skandinavi, speċjalment minn Sweden, fejn qed ikun hemm domanda qawwija għal conference and incentive travel, bħalma qed ikun hemm ukoll mill-Italja.", "La qed insemmi l-Ġermanja, ta' min jgħid li meta tlajt Berlin il-ġimgħa l-oħra, kien hemm response pożittiv ħafna u dan kien ħafna aħjar minn meta jiena attendejt l-ITB fair l-ewwel darba s-sena l-oħra, għax filwaqt li s-sena l- oħra kien hemm ħafna inċertezzi u ħafna operaturi ma kenux qed iħarsu lejn Malta b'mod pożittiv, din is-sena l-istorja kienet totalment differenti.", "Dan huwa dovut għall-fatt li aħna ma bqajniex noqogħdu nistennew il-fieri biss biex nagħmlu kuntatt ma' dawn l-operaturi.", "Din is-sena żammejna kuntatt kontinwu minn fiera għall-oħra sew ma' operaturi Ġermaniżi kif ukoll ma' operaturi Ingliżi.", "Huwa importanti li tattendi għall-fieri għax apparti that you have to make your presence felt, fl-istess ħin trid tara kif inhuma mexjin l- affarijiet.", "Pero' ġo fiera kważi jkun impossibbli li toqgħod bil-qiegħda għal aktar minn nofs siegħa għax kull operatur ikollu ruxmata appuntamenti u kulħadd jiġri minn stand għal ieħor.", "Jiena ngħid li r-riżultat li qed tikseb Malta ma' dawn l-operaturi huwa dovut għall-attendenza tagħna fil- fiera, imma aktar minn hekk huwa dovut għall-fatt li bqajna nżommu kuntatt ma' dawn l-operaturi - qed nirriferi għall-gvern, għall-NTOM, għal- lukandiera u whatever - tul is-sena kollha.", "(Interruzzjonijiet) Dawn il- kuntatti żdiedu sew u s-sena l-oħra anke kellna kuntatt ma' nies importanti ħafna, bħall-President tat-TUI, il-marketing director tat-TUI u nies li qegħdin 'il fuq man-Neckermann.", "Dawn qatt ma jkunu ġew f'pajjiżna u mbagħad meta jiġu jibdlu l-perception tagħhom kollha fuq Malta.", "Lanqas tippretendi li jkollok operaturi bħal dawn li jkunu ilhom joperaw lejn Malta għal snin twal imma l-iktar bniedem importanti qatt ma jkun ġie.", "Mhux qed ngħid li dawn l-affarijiet jiġru għax inkunu għamilna xi sforz partikolari imma kultant jiġru b'kumbinazzjoni u allura trid taħtaf dik l- okkażjoni.", "Per eżempju darba nzertajt mort għal-launching tal-vapur Hapag Lloyd u f'dik l-okkażjoni ltqajt ma' persuna li qaltli li l-President tat- TUI kien qiegħed Malta u allura jien għamilt sforz kbir biex niltaqa' miegħu.", "Ix-xahar li għadda, per eżempju, kellna delegazzjoni ta' l-FTO mill-Ingilterra u ftit wara rnexxilna nġibu l-IFTO, l-international federation of tour operators.", "Kellna rappreżentanza qawwija mill-Benelux area, mill-Ġermanja u mill-Ingilterra.", "Naturalment la jkunu qegħdin hawn trid tieħu l-okkażjoni biex tagħmel lobbying ta' pajjiżek u minn għaxar affarijiet forsi joħorġu ħamsa jew sitta.", "L-Onor.", "Schembri Adami tkellem ħafna fuq ix-xogħol li sar fis-settur tat- turiżmu s-sena li għaddiet u m'iniex se noqgħod nirrepeti dak li qal hu pero' għamel suġġeriment tajjeb ħafna meta qal li forsi wasal iż-żmien li f'dak li jirrigwarda t-turiżmu għandna ħafna liġijiet li ta' min wieħed jiġborhom u jpoġġihom taħt qafas wieħed.", "Nista' ngħid li dak is- suġġeriment ħadtu u diġa' qabbadt lil min jaħdem fuqu biex once li jkollna t-tourism authority għaddejja nkunu nistgħu naqbdu nagħmlu dak ix-xogħol.", "Imbagħad tkellem ukoll l-Onor.", "Joe Psaila Savona li overall faħħar din il- liġi għal diversi raġunijiet.", "Semma' li issa l-industrija se jkollha linji u gwidi tajbin, semma' il-punt pożittiv li din il-liġi għall-ewwel darba se tinkorpora wkoll the outgoing traveller.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li t- travel agents li kienu jieħdu ħsieb l-outgoing tourism minn Malta għal barra kienu qishom għal żmien twil in-no man's land għax lanqas kienu jafu taħt liema ministeru kienu jaqgħu.", "Lili l-ewwel darba li ġew ikellmuni dawn it-travel agents qaluli li xtaqu jkunu taħt l-istess umbrella tiegħi u jaħdmu within il-ministeru tat-turiżmu.", "Naturalment jiena lqajthom b'idejja miftuħin u minn dak inhar bqajt nattendi l-annual general meeting tagħhom, bqajt f'kuntatt kontinwu magħhom u bqajna naħdmu flimkien.", "Nista' ngħid li min-naħa ta' dawn il-outgoing travel agents għandna response tajjeb u reċiproku.", "L-Onor.", "Psaila Savona qal li din il-liġi se tfisser downgrading għall- NTOM, l-HCEB u l-ITS.", "Naħseb li hawnhekk ma ftehmniex.", "Aħna m'aħna qegħdin nagħmlu downgrading xejn u m'aħniex qed inbaxxu l-NTOM, l-HCEB jew l-ITS, anzi qed ngħollu s-settur turistiku kollu permezz ta' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu u l-NTOM, l-HCEB u l-ITS se jkunu qed jifformaw parti minn din l-istruttura l-ġdida li se tgħolli l-livell u l-istandards ta' kif għandu jitmexxa s-settur tat-turiżmu llum.", "L-Onor.", "Psaila Savona semma' wkoll l-id tqila tal-ministru li tidħol f'kollox.", "Jiena nassigurah li dan żgur m'huwiex l-iskop tal-ministeru, anzi ma rrid inżomm xejn f'idejja.", "L-idea hi li jkollna more devolution u jidħol iktar is-settur privat.", "Lanqas ma qbilt ma' l-Onor.", "Psaila Savona meta qal li ma kien sar xejn sa l-1994.", "Fil-fatt jien hawn għandi d-draft tal-liġi ta' dak iż-żmien, il-Malta Tourism Services Act, u nista' ngħid li fiha ħafna affarijiet li jien ma naqbilx magħhom.", "Per eżempju, ma naqbilx ma' kif kienet se titressaq.", "Mhux jien biss ma qbiltx imma ma qablux ukoll l-MHRA - u għandi anke ittri min-naħa tagħhom li nsemmihom aktar 'il quddiem - għax ħassew li ma kienx se jkollhom preżenza biżżejjed fuq din it-tourism authority.", "L-Onor.", "Psaila Savona qal ukoll li m'għandux isir kollox bl-approvazzjoni tal-ministru.", "Jien naqbel u ma naqbilx imma dment li l-ministru se jibqa' responsabbli għal dak kollu li jiġri taħt il-ministeru tiegħu, naħseb li jien u kwalunkwe' ministru għandu jkun involut at least biex jittimbra dak li jkun għaddej.", "Jien ma nippretendix li tiġi tgħidli biex nagħmlu club, inkun responsabbli jien ta' dak kollu li jiġri fil-club, imbagħad tgħidli: Int m'għandek għalfejn tkun taf xejn u m'għandek għalfejn tapprova xejn!", "Jekk se nkun responsabbli miegħek u se naqsam ir-responsabbilta' miegħek trid tagħtini s-say li għallinqas napprova dak li qed tagħmel int. Inkella għidli li se tieħu kollox fuqek u jiena m'għandi x'naqsam xejn, jiġri x'jiġri.", "Jekk ngħidu li t-tourism authority irridu naqilgħuha kompletament minn taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru u jerfa' r- responsabbilta' min qed imexxiha, jiġri x'jiġri, allura hekk nasal biex nifhem u ngħid: Mela dik m'għandix x'naqsam magħha jien u m'iniex responsabbli għal li tagħmel hi u m'għandix għalfejn nagħti l-approvazzjoni tiegħi.", "Mhux fuq affarijiet żgħar qed ngħid, għax fejn ikun hemm policies ta' gvern u affarijiet bħal dawn jien nibqa' nsostni li l-approvazzjoni tal- ministru għandha tkun hemm.", "Allura trid tiddefenixxi safejn kull wieħed minna, il-ministru u t-tourism authority, huwa accountable.", "Jiena nemmen li dment li l-ministru jibqa' accountable għandu jkun imdaħħal anke f'ċerti approvazzjonijiet.", "Issa, Madam Speaker, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq kif se jaħdmu t-tourisim authority u l-ministeru u kif dawn jistgħu jaqblu jew ma jaqblux.", "L-idea tat-tourism authority mhijiex biex il-ministeru jfarfar u jitfa' ir-responsabbilta' fuq it-tourism authority.", "It-tourism authority se tkun hemm, il-ministeru se jibqa' hemm xorta u dawn iridu jaħdmu flimkien.", "(Interruzzjonijiet) Veru li jista' jinbidel il-ministru u jista' jkun hemm chairman tat-tourism authority li ma jabqilx mal-ministru jew il- ministru ma jaqbilx maċ-chairman ...", "(Interruzzjonijiet) Imma ma tkunx l-ewwel darba li l-ministru jaħtar persuna li jaħseb li tkun adatta għal dak ix-xogħol u mbagħad jibdew b'ħafna ġlied għax dik il-persuna tippretendi li l-ministru ma jindaħlilhiex!", "Dawn l-affarijiet jistgħu jinqalgħu għalkemm wieħed jispera li ma jinqalgħux f'dan il-każ.", "Biss irridu nammettu li nagħmlu kemm nagħmlu strutturi, fl-aħħar mill-aħħar jiddependi min-nies li se jkun hemm għax iridu jkunu huma li jimpenjaw ruħhom.", "U hawn qiegħda the big question mark.", "Dawn iridu jaħdmu flimkien b'armonija bejniethom u f'armonija mal-ministeru u aktar minn hekk f'armonija mas-settur privat.", "L-Onor.", "Psaila Savona staqsa wkoll għalfejn il-chief executive officer mhux se jkun preżenti fuq l-enforcement directorate.", "Ir-raġuni hi li ċ-CEO se jkun qiegħed fuq kull directorate u se jkun qiegħed ukoll fuq il-main tourism authority board, għalkemm se jkun in a non-voting capacity.", "Pero' l-enforcement directorate m'huwiex se jkun bħad-directorates l-oħrajn għax l-enforcement directorate se jkun qiegħed jirrispondi direttament lill- awtorita' nazzjonali tat-turiżmu.", "Id-directorates l-oħrajn - il-marketing, il-product development, il-human resources u s-support services - jaqgħu taħt is-CEO u mbagħad id-deliberazzjonijiet tagħhom jitilgħu għand il-bord prinċipali pero' l-enforcement u l-monitoring ma jgħaddux minn taħtu imma jirrapportaw direttament lill-bord.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: X'fiha ħażin li ċ-chief executive officer ikun preżenti fl-enforcement directorate biex anke hu jitgħallem minn dak li jkun qed isir u jara x'inhuma n-nuqqasijiet biex imbagħad meta hu jattendi fid-directorates l-oħrajn ikun jista' japprofitta ruħu mill-esperjenza li jkun ħa mill-enforcement directorate?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Le, xejn ħażin!", "Anzi nistgħu ndaħħluha fil-liġi.", "L-idea prinċipali kienet li mentri l-erba' directorates l-oħra jaqgħu taħtu u hu jrid jirrapporta lill-bord, id-direttorat ta' l-enforcement kien se jirrapporta direttament lill-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu.", "Pero' aħna min-naħa tagħna ma nsibux oġġezzjoni li jkun preżenti ċ-CEO.", "L-Onor.", "Psaila Savona staqsa wkoll jekk meta aħna qed ngħidu li l-bord ta' l-appell irid jiltaqa' fil-pubbliku u jkun miftuħ ifissirx li l- hearings se jsiru fil-pubbliku.", "Iva, l-idea hi proprju li mhux biss jingħataw id-deċiżjonijiet fil-pubbliku imma anke l-hearings iridu jsiru fil-pubbliku.", "L-Onor.", "Psaila Savona staqsa wkoll jekk il-gvern jistax jieħu liċenzja lura minħabba bdil ta' policy, fis-sens li min kellu liċenżja maħruġa taħt policy differenti minn dak attwali tistax tittieħedlu l-liċenzja lura.", "Jiena ngħid li jekk it-tourism authority se ddaħħal policies ġodda xorta trid tibqa' tirrispetta liċenzji li jkunu ħarġu qabel.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tiġri biss fit-tourism authority.", "Per eżempju, jekk il-Planning Authority illum bidlet xi regolament, dak ir-regolament mhux se jaffettwa permess li jkun ingħata sena ilu!", "L-Onor.", "Psaila Savona qal ukoll li fi klawsola 26 ta' dan l-abbozz ta' liġi, fejn jidħlu l-akkomodazzjoni, l-irqad, il-catering u l-ikel, qed neskludu li dawn il-liċenzji jkunu applikabbli għal kunventi, monasteri u clubs.", "Din hija xi ħaġa li tifhimha mal-ewwel.", "Aħna ma nippretendux li jekk ikollok premises fejn traqqad in-nies bilfors irid ikollok liċenzja mill-HCEB.", "Jekk għandek kunvent tal-patrijiet jew tas-sorijiet jew għandek club, għandek iġġib permess għal dik il-function partikolari li tkun se ssir fil-premises, imma mhux tingħata liċenzja.", "(Interruzzjonijiet) Inti tlabtni spjega tal-kelma \"club\".", "Kull \"club\" reġistrat jaqa' taħt id- definizzjoni ta' artiklu 195 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.", "L-Onor.", "Membru semma' wkoll li għadu m'huwiex konvint li għandu jkollna mixed tourism.", "Apparti li anke l-Onor.", "Lino Spiteri irrisponda lill- Onor. Membru fuq dan il-punt, jien nemmen li aħna ma nistgħux immorru għal kategorija waħda ta' turist dment li għandna offerta mista.", "Aħna għandna l-1-Star, 2-Star, 3-Star, 4-Star u anke 5-Star accommodation.", "Għandna wkoll kumplessi, tourist villages, guest houses, hostels u self-catering establishments.", "Fil-postijiet ta' entertainment insibu catering għal-lower class, għall-middle class u anke għall-upper class.", "Għandna diversi mezzi tat-trasport biex tiġi Malta u meta wieħed jivvjaġġa bil-baħar jista' jagħżel mezz lussuż jew inkella tip ta' tragett.", "Allura meta inti għandek a mixed product dan bilfors trid tindirizzah lejn a mixed customer.", "Aħna ma nistgħux ngħidu li għandna a mixed product u fl-istess ħin nagħmlu promotion għal ġeneru wieħed ta' turist.", "(Interruzzjonijiet) Jiena nibża' nitkellem fuq 5-Star accommodation u nipprova naħrab mis-suġġett għax nippruvaw kemm nippruvaw, il-fatti jibqgħu juru - nikkwota s-survey li sar mill-MIA - li l-maġġorparti tat-turisti li jiġu Malta huma t-turisti tal- package holidays.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Jiena m'iniex qed ngħid li m'għandux jibqa' jkollna mixed tourism.", "Meta inti tieħu l-konsiderazzjonijiet ambjentali u l-konsiderazzjoni taċ-ċokon ta' pajjiżna, it-target tagħna għandu jibqa' lejn dawn it-tipi kollha ta' turisti?", "Jew nibdew nitilgħu l-iskala bil-mod il-mod biex forsi naslu f'sitwazzjoni li jkollna ftit inqas turisti imma b'revenue akbar?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jien naqbel li għandna npoġġu targets quddiemna, pero' targets li ma nistgħux nilħquhom għax ma jeżistux ma nistgħux nimmiraw għalihom.", "(Interruzzjonijiet) Le, anke l-Iżvizzera tieħu package tourists!", "Franza huwa l-aqwa pajjiż għat-turisti u jieħu package tourists ukoll.", "Aħna ma nistgħux ngħidu b'mod kategoriku li t-turist 'l quddiem irid ikun dak li jagħżel 5-Star accommodation.", "L-ebda destinazzjoni fid-dinja ma taħseb għal 5-Star tourists biss.", "Allura aħna ma nistgħux ngħidu: Ejjew naħdmu biex fi żmien ħames snin jew sitta jibda jiġi t-turist 5-Star biss.", "Dak ma jeżistix.", "Illum jeżistu package holidays li bilkemm jaffordjahom dak li ngħidulu l-5-Star tourist.", "Għandek anke cruise liners li joffru pakkett ta' Lm2,000 jew Lm2,500 u jinbiegħu minn min qed ibiegħ il-package holidays.", "Jiġifieri anke l-idea li package holidays ifissru ċertu tip ta' turist 'l isfel mill-grad ...", "Illum min ibiegħ package holiday jista' jkollu offerta ta' seat fuq in-naħa ta' wara ta' l-ajruplan, lukanda 2-Star u trasport fuq trakk, u ġo l-istess brochure kapaċi jkollu offerta li jibagħtek bi private jet, jagħtik first class land transport mill-airport għall-hotel u jitfgħek ġo l-aħjar 5-Star hotel.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli, għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa 18 ta' Marzu fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' Sfiduċja mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ordnijiet Tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob - it-Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "Madam Speaker, nixtieq ninforma lill-Kamra li l-ħin allokat għall- mozzjoni mressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa ta' erba' sigħat, jiġifieri mis-6.00 p.m. sa l-10.00 p.m., bil-ħin tad-diskussjoni jkun maqsum indaqs bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "Fl-10.00 p.m. ikun hemm l- interruzzjoni tax-xogħol.", "Mhux se jkun hemm ħin allokat għal mistoqsijiet u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "Il-votazzjonijiet kollha li jistgħu jintalbu mbagħad jittieħdu x'ħin tispiċċa d-diskussjoni u l-ewwel votazzjoni tittieħed 20 minuta wara Ii tintalab, waqt li l-votazzjonijiet l- oħra - jekk ikun hemm - jittieħdu mmedjatament warajha.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, mhux soltu tiegħi nitkellem dwar il- kunsilli lokali pero' fid-dawl ta' l-aħħar elezzjonijiet inħoss li huwa f'waqtu li ngħaddi xi kummenti.", "Kif iħares lejn il-kunsilli lokali Gvern Laburista?", "L-ewwelnett għandu jiġi riaffermat li l-Gvern Laburista tabilħaqq jemmen fil-kunsilli lokali nonostante li kultant ikun hemm min jagħti l-impressjoni li dan m'huwiex minnu.", "Jista' jkun li dan in-nuqqas ta' apprezzament ġej mill-fatt li l-Malta Labour Party s'issa għadu qatt ma ppreżenta lista ta' kandidati għall-elezzjonijiet tal-kunsilli.", "Forsi minħabba f'hekk li ħafna nies jieħdu l-impressjoni - naf li ħafna minnhom ma jivvotawx minħabba f'hekk - li l-Malta Labour Party m'huwiex interessat fil-kunsilli lokali.", "Dan m'huwiex minnu u jkolli nenfasizza li l-Labour Party, kemm fil-gvern u kemm meta kien fl-oppożizzjoni, tabilħaqq jemmen fil-kunsilli lokali.", "Per eżempju, min ma jafx li l-Ministru Portelli, li huwa responsabbli mill-kunsilli lokali, ħa l-briga waqt l-elezzjonijiet li jdur l-irkejjen kollha ta' Malta u Għawdex biex iwassal il-messaġġ li bl-ebda mod il-Malta Labour Party ma xtaq li jkun hawn xi social boycott ta' dawn l- elezzjonijiet, anzi ħeġġeġ lin-nies biex jekk jista' jkun imorru jivvotaw?", "Veru li kien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li għadda l-liġi dwar il- kunsilli lokali iżda l-Partit Laburista tkellem u vvota favur it-twaqqif tagħhom.", "Ċertament li l-Malta Labour Party jemmen fid-diċentralizzazzjoni tal-poter u dan jemmnu mhux biss f'dak li jirrigwarda l-local government imma f'ħafna affarijiet oħra.", "Min regolarment isegwi d-diskorsi tal-Prim Ministru, jaf li l-Onor.", "Sant iħobb juża l-frażi: \"Il-Maltin għandhom jidraw jgħixu b'anqas gvern\", fis- sens li fejn jista' jkun il-Gvern ma jindaħalx.", "Kull fejn jista' l-Gvern jipprova jiddelega u jżomm biss taħt l-umbrella tal-poter tiegħu dak li huwa verament policy-making fis-sens nazzjonali.", "Allura meta l-Gvern jieħu din l-attitudni fl-oqsma kollha, mhuwiex ovvju li anke fejn jidħlu l- kunsilli lokali l-Gvern jħaddan l-istess aspirazzjoni!", "Aħna bħala Labour Party nemmnu li l-kunsilli lokali jħallu ferm aktar spazju għall- parteċipazzjoni diretta min-naħa taċ-ċittadin.", "Nemmnu wkoll li l-kunsilli lokali jagħmlu liċ-ċittadin aktar accountable lejn il-lokal tiegħu għax jikkreaw dik l-atmosfera fejn anke l-għaqdiet ikollhom aċċess aktar mill- viċin għall-gvern lokali, u dan allura jiġġenera iktar interess u aktar entużjażmu fil-lokal.", "Pero' kuntrarjament għall-politika tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista fil-gvern huwa definittivament kontra l-partitokrazija fuq livell tal-kunsilli u dan għal bosta raġunijiet.", "F'dan il-pajjiż l-atmosfera hija ppolitiċizzata żżejjed u hemm bżonn li n-nies isiru aktar apolitical.", "M'għandniex indeffsu l-politika f'kollox qisna niddependu minnha għall- għajxien tagħna.", "Il-partit fil-gvern qiegħed hemm biex jidderieġi b'mod ġenerali pero' m'għandniex nippretendu kollox mill-politika u mill-partit.", "Għandna nkunu apolitical.", "Aħna rridu kemm jista' jkun nisfumaw it-tensjoni u l-piki żejda li għandna f'dan il-pajjiż.", "Ma jistax ikun li ndaħħlu l- politika partiġjana f'kollox kull ħin u kull mument.", "Min irid mod ieħor ngħidlu egoist għax il-logħba tiegħu hija li jisfrutta kull okkażjoni biex jagħmel kapital politiku f'kollox, basta jidher li qed jagħmel ħoss u jqajjem ftit entużjażmu politiku u partiġjan.", "U dan a skapitu ta' dak li jirrigwarda l-kunsilli lokali fil-veru sens ta' trankwillita' u kordjalita' li għandhom jeżistu f'kull lokal.", "Hemm raġuni oħra għala l-Malta Labour Party fil-gvern huwa kontra l- partitokrazija fuq livell tal-kunsilli u dan joħroġ mill-istess skop u mill- istess natura ta' dawn il-local governments.", "L-iskop tal-kunsilli huwa 'l hinn mill-kompetenza tal-politika nazzjonali.", "Dawn il-kunsilli bl-ebda mod m'għandu jkollhom poter li jiddeċiedu u jiddeliberaw fuq materja ta' portata nazzjonali u ta' policies in ġenerali għax dak m'huwiex il-kompitu tagħhom.", "Hija d-direzzjoni ġenerali tan-nazzjon biss li tinkwadra ruħha fil-veru sens ta' politika partiġjana fejn allura hemm in-neċessita' li jkollok oppożizzjoni biex tikkontrastja l-issues.", "Meta titkellem fuq politika, fuq foreign policy, fuq tip ta' taxxi u fuq politika ta' ambjent in ġenerali huwa importanti li jkollok oppożizzjoni biex tikkontrastja l- ideat tiegħek.", "Il-kunsilli lokali għandhom poteri u funzjonijiet speċifiċi li huma sa ċertu punt limitati pero' huma ntiżi li jamministraw biss il- lokal.", "Allura wieħed isibha ferm diffiċli li jifhem li l-amministrazzjoni tal-lokal tista' b'xi mod tkun marbuta ma' politika ta' xi partit partikolari.", "Dan ma jagħmilx sens u din l-idea hija kontro-produttiva.", "Politika partiġjana fuq dan il-livell tikkrea ħafna tensjoni inutilment.", "Issa, Madam Speaker, mill-aħħar elezzjoni li kellna ta' min wieħed jiġbed ċerti konklużjonijiet.", "Huwa żgur li l-aħħar elezzjonijiet li kellna tal-kunsilli lokali ndikaw ċerta apatija b'mod ġenerali.", "Fil-fatt il-persentaġġ tal-votanti kien biss ta' madwar 63%, tnaqqis ta' 7% mill-elezzjonijiet lokali ta' qabel, jiġifieri ta' tliet snin ilu.", "Aħna mdorrijin ikollna votazzjoni ta' 96% u allura 70% kien diġa' ftit wisq u issa terġa' komplejna nżilna għal 63%.", "Jiena nemmen li hemm raġunijiet għal dan in-nuqqas ta' interess min-naħa ta' l-elettorat.", "L-ewwelnett nemmen li jekk ikollok wisq minn xi ħaġa - din opinjoni personali tiegħi - tkun qed tiżvalutaha u tkun qed tnaqqas mill-importanza apparenti tagħha.", "Jien ngħid li sfortunatament il-kunsilli lokali qed jagħtu awra diminuttiva.", "Huwa veru li kull lokal għandu l- identita' u l-karattru tiegħu pero' nazzarda nistaqsi: Kemm jagħmel sens li f'pajjiż daqstant żgħir ikollok numru tant kbir ta' kunsilli u numru tant kbir ta' kunsilliera?", "Żgur li dan jikkontribwixxi għal nuqqas ta' prestiġju, barra li jsir ferm aktar diffiċli l-metodu ta' finanzjament għalihom.", "Allura bilfors imbagħad li b'mod ġenerali n-nies teħodhom b'anqas serjeta'.", "Nemmen li l-idea ta' reġjuni minflok ta' lokalitajiet iżgħar irridu narawha sew.", "Fil-fatt jekk nieħdu pajjiż bħall-Greċja naraw li l-4,000 kunsill li kellhom naqqsuhom għal inqas minn 1,000, għax jekk ikollok wisq minn ħaġa - għandek kważi 700 kunsillier u 70 sindku - tkun qed tiżvaluta l-prestiġju tagħha u tkun qed tnaqqsilha mill-importanza.", "Għalhekk ħafna nies ma jivvotawx fil-kunsilli lokali, mhux biss għax iridu jipprotestaw fuq ċerti issues imma wkoll għax ma jagħtuhomx l-importanza li jistħoqqilhom.", "Issa, Madam Speaker, xtaqt ngħid xi ħaġa mil-lat politiku partiġjan.", "Nemmen li l-fatt li vvotaw 63% kienet daqqa ta' ħarta għall-partit fl- oppożizzjoni għax kuntrarjament għall-partit fil-gvern, il-Partit Nazzjonalista għamel kampanja elettorali sħiħa u ħeġġeġ lill-elettorat kollu biex joħroġ jivvota.", "Pero' fil-verita' minn 72,000 votant eleġibbli vvotaw biss 30,000.", "Mela żgur li apparti li hemm numru sostanzjali ta' Laburisti li ma vvotawx, hemm ukoll apatija fost in-Nazzjonalisti stess.", "Ma jistax ikun li n-Nazzjonalisti għandhom biss 30,000 vot minn 92,000 vot għax dan ifisser li għandhom inqas minn terz - jista' jkun li vvotaw in- Nazzjonalisti kollha u dawk li ma vvotawx huma Laburisti, jiġifieri hemm tliet darbiet aktar Laburisti! - u dan allura jfisser li hemm ħafna Nazzjonalisti li ma laqgħux l-invit min-naħa tal-leadership tal-Partit Nazzjonalista għax ħassew li kellhom jipprotestaw kontra l-istess politika kif imħaddma mill-Onor.", "Fenech Adami u sħabu.", "Ċertament li min-naħa tal- Partit Laburista ma kienx hemm dak l-akkaniżmu kollu, dik il-kampanja elettorali sfrenata u organizzata biex joħorġu lin-nies jivvotaw.", "Il- Hamrun, per eżempju, kien hemm kampanja elettorali sħiħa għaddejja, qisna konna qegħdin f'elezzjoni ġenerali - ambulanzi jieħdu x-xjuħ, nies bil- wheelchairs, oħrajn ntbagħtulhom il-vans, min iċempel bieb bieb - u wara dan l-isforz kollu n-Nazzjonalisti rnexxielhom iġibu biss 30,000 vot.", "Din kienet disfatta għall-Partit Nazzjonalista.", "GĦalkemm perċentwalment żiedu l-voti tagħhom, it-tnaqqis ta' 7% fil-vot għalija jfisser vot ta' sfiduċja fit-tmexxija ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Jien inħobb inkun oġġettiv u nemmen ukoll li kien hemm element ta' protesta minn uħud mill-elettorat u mhux biss apatija.", "Hemm min astjena appożitament għax ħass li l-esiġenzi tiegħu partikolari u personali mhux qed jiġu ndirizzati biżżejjed.", "Jien nemmen ukoll li gvern matur u modern għandu jieħu nota ta' din l-awra ta' protesta li jien nirrikonoxxi li seta' kien hemm, speċjalment hekk kmieni f'leġislatura, u forsi jitgħallem ftit aħjar kif jibda jindirizza - l-oħrajn kienu aktar esperti minna f'din il-biċċa xogħol - mhux biss il-politika u l-ħteġijiet ġenerali tal-pajjiż - jien nemmen li miexi tajjeb ħafna f'dik il-linja - imma jitgħallem ftit aktar mill-esperjenza u jibda jindirizza l-problemi u l-esiġenzi partikolari taċ-ċittadin.", "Gvern matur u modern għandu jkollu sistema ta' kif jiltaqa' maċ-ċittadini partikolari, jilqagħhom u jindirizza l-problemi partikolari tagħhom aħjar.", "Naħseb li dan huwa l-messaġġ li jrid jieħu.", "Wieħed irid janalizza s-sitwazzjoni, ikun oġġettiv u minn banda jgħid li veru kien hemm disfatta għall-Oppożizzjoni, fl-ammont miżeru ta' nies li vvotaw, pero' mill-banda l-oħra l-Gvern għandu jkun matur biżżejjed u jgħid li jista' jkun li kien hemm ukoll ċerti nies li pprotestaw miegħu.", "Dawn għala setgħu għamlu hekk?", "Mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li l-garr tan-nies mhuwiex indirizzat lejn il-linja diretta tal-politika tal-Gvern Laburista.", "M'hemmx dubju li dawk in-nies li ma ħarġux jivvotaw fl-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali, f'elezzjoni ġenerali oħra se jivvotaw favur il-Malta Labour Party u favur il-linja politika ġenerali tal-Gvern.", "Pero' f'dawk li huma l-esiġenzi partikolari taċ-ċittadini, jista' jkun li l-Gvern qed ikunu abrupt wisq magħhom u allura l-messaġġ għandna neħduh.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, riċentement jien għamilt żewġ domandi parlamentari, waħda rigward in-numru ta' żweġijiet, ta' separazzjonijiet u annullamenti li kellna, u l-oħra rigward il-qagħda tal- familja Maltija.", "Jiena staqsejt kemm hawn single-parent families, li ovvjament ħafna drabi din tikkonsisti fl-omm biss peress li l-missier ikun qed jgħix x'imkien ieħor.", "Ir-risposti li ngħatajt ixxukkjawni u naħseb li xxokkjaw ukoll lil dawk kollha li jħobbu u għandhom għal qalbhom is-saħħa tal-familja u l-istituzzjoni taż-żwieġ.", "Fl-opinjoni tiegħi l-affarijiet m'humiex sejrin tajjeb u sfortunatament inħoss li l-awtoritajiet kollha konċernati m'humiex qegħdin jagħmlu biżżejjed f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, insibu li żweġijiet reliġjużi qegħdin jonqsu filwaqt li dawk ċivili qegħdin jiżdiedu.", "Imma l-aktar ħaġa li lili personali xxokkjatni kien il-fatt li waqt li fl-1990 saru madwar 100 applikazzjoni għal separazzjoni, is-sena l-oħra saru qrib l-1,000 applikazzjoni.", "Mela fi tmien snin biss kellna qabża ta' għaxar darbiet u dan għall-awtoritajiet qisu m'hu xejn.", "Il-familja hija l-qafas u s-sinsla tas-soċjeta' u meta din tibda titfarrak jibdew kwantita' kbira ta' problemi ġewwa l-pajjiż.", "Illum f'Malta hawn madwar 3,000 tifel jew tifla taħt is-16-il sena li qegħdin jgħixu f'single-parent families, jiġifieri missierhom m'huwiex qed jgħix magħhom.", "Għaxar snin ilu n-numru ta' single-parent families kien ta' madwar 800 filwaqt li llum huwa qrib l-2,500, voldieri ttriplika.", "M'hemm l- ebda dubju li minn riċerka li saret barra minn Malta - din m'hijiex riċerka taċ-ċajt u ilha sejra ħafna - f'pajjiżi fejn il-problema hija ħafna akbar minn tagħna u aktar estensiva, sabu li t-tfal li jgħixu f'single-parent families għandhom ħafna aktar problemi minn tfal li jgħixu f'familji fejn il-ġenituri jgħixu flimkien.", "Hawnhekk ma rridx niġi miftiehem li s-single mothers huma ġenituri ħżiena, anzi jien konvint li jagħmlu minn kollox biex jaraw it-tfal tagħhom jitrabbew tajjeb, pero' dawn żgur li għandhom biċċa xogħol iebsa biex jilqgħu għar-responsabbiltajiet waħedhom, kemm ta' xogħol, kemm biex irabbu l-familja u kemm fix-xogħol tad-dar.", "Naturalment ħafna minn dawn għandhom nuqqas ta' riżorsi finanzjarji inqas milli jkollha familja magħquda.", "Barra minn Malta nstab li tfal li jkunu ġejjin minn familji mkissrin u minn single- parent families - din il-problema ilha tiġi studjata - ibatu minn diversi kwalitajiet ta' problemi li jinkludu behaving disorders, jiġifieri l-mod kif wieħed iġib ruħu u problemi emozzjonali.", "Dawn għandhom tendenza akbar li ma jkomplux l-iskola, li jabbużaw mid-droga u mix-xorb, u li jagħmlu suwiċidju.", "Tfal li jkunu trabbew f'single-parent families isibuha aktar diffiċli wkoll biex iżommu x-xogħol li jkollhom.", "Ħafna drabi dawn issibhom jiġru minn xogħol għall-ieħor u jsibu diffikulta' kbira biex jibnu relazzjoni ta' mħabba ma' persuna oħra.", "Fi tfal li jkollhom dawn it- tip ta' problemi, it-tendenza li jaqgħu għall-prostituzzjoni tkun ħafna akbar u ovvjament anke l-ġibda lejn il-kriminalita' tkun ħafna aktar qawwija.", "Fi ftit kliem, kieku kelli nagħti ċerti figuri u numri għal dawn l-affarijiet, insibu li tfal li jkunu ġejjin minn familji b'dawn il- problemi jkollhom 30 darba aktar ċans li jaħarbu mid-dar, 20 darba ċans aktar li jkollhom diżordni fl-imġieba tagħhom, 14-il darba ċans aktar li jikkommettu xi abbuż sesswali, disa' darbiet aktar li ma jkomplux l-iskola, għaxar darbiet aktar li jieħdu d-droga jew ix-xorb, disa' darbiet aktar li jidħlu xi darba jew oħra ġewwa sptar mentali u 20 darba aktar li xi darba f'għomorhom jidħlu l-ħabs.", "Madam Speaker, m'hemm l-ebda dubju li dawn l-affarijiet kollha li semmejt, li ovvjament huma koroh ħafna, qegħdin jiżdiedu f'pajjiżna.", "Insibu wkoll li bniet minn single-parent families għandhom ċans ta' 50% aktar li jiżżewġu ta' eta' żgħira ħafna, ċans ta' 150% aktar li jkollhom tarbija barra miż-żwieġ u ċans ta' 90% aktar li ż-żwieġ tagħhom jispiċċa f'separazzjoni jew f'divorzju minn tfal li jkunu ġejjin minn familja li ma tkunx imkissra.", "Allura hawn ikollok speċi ta' mewġa li aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar tikber u aktar tkabbarlek il-problemi.", "Mela aktar ma jitkissru żweġijiet aktar se jkollna problemi u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkollna problemi.", "Madam Speaker, naraw ukoll li l-ammont ta' tfal li jiġu abbużati, in all senses, huwa ħafna akbar fit-tfal li jkunu ġejjin minn familji mkissrin u mifrudin u żgur li llum ħadd ma jista' jgħid li din il-problema m'hijiex qed tgħolli rasha ġewwa pajjiżna wkoll.", "Naraw ukoll li teżisti ċerta forma ta' faqar relattiv f'familji li jkollhom iż-żwieġ tagħhom fallut u mkisser.", "Insibu li mal-75% tat-tfal li jgħixu f'single-parent families jgħixu f'xi forma ta' faqar u ċertament huwa ħafna iktar diffiċli biex dawn jitrabbew b'mod li tista' tqabblu ma' familja li tkun għadha magħquda.", "Dawn il-problemi kollha, li fl-opinjoni tiegħi qed ikomplu jikbru b'mod allarmanti, qegħdin ifarrku s-soċjeta' tagħna u qegħdin jitfgħu piż dejjem akbar fuq is-servizzi soċjali li, bħalma jaf kulħadd, diġa' huma taħt pressjoni kbira.", "Ċertament irridu nsibu metodi biex niġġieldu u nrażżnu din il-mewġa ta' tkissir fiż-żwieġijiet, li sfortunatament qiegħda dejjem tikber.", "Illum qed naraw jekk hawnx bżonn ta' divorzju fil-pajjiż jew le u qed nistennew ir-rapport tal-kummissjoni tal-familja, pero' jien ngħid li jidħol jew ma jidħolx id-divorzju, it-tfal li l-aktar li jbatu minn dawn il- problemi taż-żwieġijiet imkissrin xejn m'hu se jgħinhom jew isolvilhom il- problemi tagħhom.", "Id-divorzju jista' forsi jsolvi xi problemi għal xi adulti għax forsi jkunu separati u jerġgħu jiżżewġu imma fejn jidħlu t-tfal u l-għaqda u s-saħħa tal-familja, li hija s-sinsla tas-soċjeta' tagħna, mhu se jsolvilhom xejn.", "Għaldaqstant l-enfasi għandha tkun kif u għaliex qed jitkissru l-familji u x'nistgħu nagħmlu biex inwaqqfu dan it-tkissir u x'għandna nagħmlu biex insaħħuhom.", "Issa s-separazzjoni, id-divorzju u t-tkissir tal-familji jġibu ħafna problemi emozzjonali u problemi ta' tip ieħor.", "Hawn Malta għandna biżżejjed psychologists, psychiatrists u counsellors li jistgħu jipprovdu back-up għall-problemi li jista' jkollhom dawn it-tfal u l-adulti li jkollhom iż-żwieġ tagħhom imkisser?", "Qegħdin naraw kif nistgħu ngħinuhom bil-problemi li qed jaffaċċjaw dawn in-nies?", "Qegħdin naraw kif nistgħu nevitawlhom dawn il-problemi u mhux l-ewwel inħalluhom jiġru u mbagħad naraw x'se nagħmlu?", "L-importanti hu li kemm jista' jkun tevita l-problemi li dawn jista' jkollhom.", "Jiena nħoss li m'hawnx nies biżżejjed li huma trained f'dan il-qasam.", "Il-back-up huwa importanti ħafna u aħna m'għandniex.", "Huwa inutli li ngħidu li rridu ndaħħlu d-divorzju jekk imbagħad ma jkollniex back-up biex insolvu, ngħinu u nilqgħu għall-problemi li se jkollna b'konsegwenza ta' dawk iż-żweġijiet imkissrin.", "Jien inħoss li rridu nibdew nirranġaw dawn l-affarijiet qabel ma nibdew forsi xi darba naħsbu jekk għandniex indaħħlu d-divorzju jew le.", "Illum diġa' għandna problemi biżżejjed bis-separazzjonijiet u bid-divorzju dawn se jiżdiedu żgur.", "Allura għandu jkun hemm back-up ħalli jekk xi darba jidħol id- divorzju almenu nkunu nistgħu nilqgħu għall-problemi li se jkollhom dawn it- tfal u anke l-adulti li jiġu affettwati bi żwieġijiet imkissrin.", "Jien nixtieq nagħmel appell liż-żewġ partiti - kemm ta' din in-naħa, kif ukoll tan-naħa l-oħra - u lill-Knisja sabiex nagħmlu sforz serju biex insaħħu l-familja u biex ngħinu lill-familji jsiru aktar b'saħħithom, milli kif jidhru li huma s'issa, għax il-problemi ovvjament qegħdin hemm u qegħdin jikbru.", "Fl-opinjoni tiegħi l-familja hija s-sisien u l-pedament tas-soċjeta' Maltija u għandna biex niftaħru quddiem id-dinja kollha.", "Jien naħseb li m'hawn l-ebda pajjiż ieħor li huwa b'saħħtu daqsna fis-saħħa tal- familja u l-appell tiegħi huwa li nagħmlu sforz serju sabiex ngħinu lill- famijla u nsaħħuha.", "Dan jista' ma jirnexxilniex għax l-isfida hija kbira u llum qisu xejn ma sar xejn u ma tantx baqa' etika u morali - dawn dejjem qegħdin jonqsu - imma ejjew nipprovaw u mbagħad jekk nitilfu almenu nkunu tlifna bl-unuri u mhux tlaqna kollox qisu m'hu qed jiġri xejn!", "Madam Speaker, dan huwa l-appell tiegħi.", "Ejja nipprovaw bis-serjeta' għax ċertament ikun ta' ġid għalina, għal uliedna u għas-soċjeta' Maltija in ġenerali li lkoll inħobbu u nirrispettaw il-familja u rriduha tkun aktar b'saħħitha.", "Jien ċert li kwalunkwe persuna f'Malta - kemm fil-politika, fil-Knisja u kullimkien - tixtieq tara lill-familja Maltija soda bħalma dejjem kienet.", "Naħseb li hemm bżonn li nagħmlu daqsxejn ta' sforz akbar biex insaħħuha aktar u biex nilqgħu wkoll għall-problemi li qed ikollhom ċerti nies li ż-żwieġ tagħhom sfortunatament m'huwiex qed jirnexxi, kif ukoll għat-tfal tagħhom li l-aktar li qed ikunu affettwati f'dawn il- fallimenti taż-żweġijiet.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 18 ta' Marzu fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VALLETTA - TRIQ MERKANTI - TNEĦĦIJA TAL-MONTI", "12580.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu dak li ġie rrapportat f'gazzetta lokali li l- Gvern għandu l-ħsieb li jneħħi l-monti tal-Belt minn Triq Merkanti?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn hu l-ħsieb li jmur?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux minnu.", "MOBC - ISHMA", "12581.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadx għandu ishma fl-MOBC u jekk iva, kif inhuma maqsuma l-ishma u min huma d-diretturi tal-kumpannija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ishma fl-MOBC huma tal-Korporazzjoni Enemalta li għandha 90% u tal-kumpanija Sea Malta li għandha 10% .", "Id-diretturi tal-kumpannija huma:-", "Chairman Is-Sur Paul Vella", "Diretturi Is-Sur Tarcisio Mifsud Is-Sur Joseph Bugeja Is-Sinjura Maria Catania Is-Sur Joseph Meli", "ENEMALTA - DIVIŻJONI TAL-GASS", "12582.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Enemalta sejra tipprivatizza d-diviżjoni tal-gass u tilliberalizza l-importazzjoni taċ- ċilindri tal-gass?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-preżent m'hemm ebda pjan biex l-Enemalta tipprivatizza d-Diviżjoni tal-Gass u tilliberalizza l-importazzjoni taċ- ċilindri tal-gass.", "Madankollu, fi sfond tal-politika li jħaddan u li miexi biha l-Gvern preżenti, kull proposta serja li jista' jkollha l-Enemalta f'dan ir-rigward tiġi kkonsidrata serjament dejjem jekk tkun ta' ġid għall-pajjiż, għall- korporazzjoni u l-impjegati tagħha.", "SPTARIJIET/DJAR TAL-GVERN - ANZJANI", "12840.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġurnal li rrapporta li l-Ministru qal \"li wasal iż-żmien li jiġu riveduti t- tariffi ta' ħlas li l-anzjani residenti ġewwa l-isptarijiet u d-djar tal- gvern qegħdin iħallsu\" kienx korrett fir-rapport tiegħu?", "Jekk intqal dan id-diskors mill-Ministru, jista' jelabora aktar fid-dettall dwar dawn il- bidliet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kopja tar-rapport tad-diskors tiegħi tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BORD TAD-DIXXIPLINA - PERSUNI MRESSQA", "12841.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex, skond ir-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12553, jidher li hemm diskrepanza kbira dwar il-passi dixxiplinarji li ttieħdu kontra impjegati tad-dipartiment meta nstabu ħatja ta' l-istess nuqqas, anzi jidher ċar li dawk li naqsu ripetutament minn fuq il-post tax-xogħol u nstabu ħatja ta' nuqqasijiet oħra ingħataw biss verbal warning waqt li oħrajn li naqsu darba biss minn fuq il-post tax-xogħol ġew immultati?", "Min jiddeċiedi l-penali għal dawn in-nuqqasijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mir-risposta li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant ma jirriżultax dak li jallega.", "Il-penali hija prerogattiva tal-kap tad-diviżjoni.", "Il-kriterju applikat hu li l-penali tiġi stabilita mill-gravita' tal-każ u mir-record dixxiplinarju ta' l-individwu konċernat.", "SPTARIJIET - TQASSIM TA' IKEL", "12842.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12561 il-Ministru rrisponda li \"ma nbidlet ebda proċedura fuq tqassim ta' l-ikel\", jista' l-Ministru jiżgura lill-Kamra li l-impjegati qegħdin jieħdu l-istess ikel li jitqassam lill- pazjenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12561 u b'risposta għall-mistqosija parlamentari numru 12842 il-kwalita' ta' l-ikel li jitqassam lill-pazjenti huwa l-istess bħal tal-impjegati.", "SPTARIJIET - TRANSPORT SECTION", "12843.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12558, jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li ħadd m'hu qiegħed jipparkja l-karozza privata tiegħu ġewwa l-garaxx tal- gvern waqt il-ġurnata?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalissa nassigura li fir-Residenza ta' San Vincenz ħadd m'hu qiegħed jipparkja l-karozza privata tiegħu ġewwa l-garaxx fejn jipparkjaw inġenji tal-Gvern.", "Dan l-aħħar is-Segretarju Parlamentari kellu għalfejn imur il-post mingħajr ma' ta avviż minn qabel u ma sab l-ebda inġenji privati fil- garage.", "Min-naħa l-oħra xi xhur ilu waqt żjara oħra simili instabu xi inġenji privati ipparkjati fil-garage.", "Min kien responsabbli twiddeb kif xieraq.", "SPTARIJIET - TRANSPORT SECTION", "12844.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12560, jista' l-Ministru jgħid u jagħti r-raġuni għaliex in-nefqa fuq overtime fis-sezzjoni tat-trasport ġewwa l-Isptar San Luqa u ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa qabżet drastikament minn Lm6,287 għal Lm16,128 f'sena waħda?", "Għaliex in-nefqa ġewwa l-Isptar Monte Carmeli żdiedet sostanzjalment minn Lm2,894 għal Lm4,102?", "Dan ifisser li llum hemm anqas ħaddiema f'dawn is-sezzjonijiet?", "X'tip ta' kontroll qiegħed isir biex l-overtime ma jiġix abbużat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ta' min jinnota illi Lm3109 mis-Lm16128 li tħallsu fl-1997 kienu dwar overtime li sar fl-1996.", "Id-differenza fl-infiq kienet dovuta primarjament għan-nuqqas ta' staff liema problema ġiet solvuta aktar tard matul is-sena.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - SCHEDULE 5", "12902.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispodi l-mistoqsija parlamentari numru 12572 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe', wara l-aħħar budget, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex inkluż mard kroniku ġdid taħt Schedule 5?", "Liema huwa dan il-mard u kemm ibbenefikaw pazjenti minnu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li r-risposta hi fin- negattiv.", "PULIZIJA - AKKADEMJA", "12946.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-Akkademja tal-Pulizija bħala full- time u part-time u f'liema grad qegħdin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-istaff ta' l-Akkademja tal- Ġustizzja Kriminali jikkonsisti fi Kmandant, tliet surġenti, sitt pulizija u żewġ pajżana.", "M'hemm ħadd impjegat part-time.", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL ATTIVITAJIET RELIĠJUŻI", "12947.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-permessi tal-pulizija għal marċi u attivitajiet oħra konnessi ma' festi reliġjużi jiġu limitati biss għal sebat ijiem ta' qabel il-festa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li m'hemmx ħsieb li jitbiddlu l- arranġamenti li jeżistu llum fir-rigward tas-suġġett imqajjem mill-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - MEMBRI TAL-FIRE BRIGADE", "12948.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Billi l-gvern qal li l-pulizija fil-Fire Brigade mhux se jibqgħu jifformaw parti mill-Korp tal-Pulizija, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsir il-pass li l-Fire Brigade tibda taqa' taħt id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li dawk il-pulizija li wara li toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet jintagħżlu biex jaħdmu fid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili se jingħataw sena ċans sakemm jiddeċiedu huma stess jekk għandhomx ikomplu bħala Pulizija jew jaqilbu bħala mpjegati mal-Protezzjoni Ċivili.", "Dawk l-uffiċjali li jiddeċiedu li ma jaqilbux mad-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili jiġu trasferiti lura fil-Korp fil-grad li kellhom mal- Pulizija.", "Ninsab informat ukoll illi għadha ma ġietx stabbilita data minn meta r-responsabbilita' tal-Fire Brigade se taqa' taħt id-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili.", "PULIZIJA - MEMBRI TA' L-SAG", "12949.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija fl-SAG fl-1.11.96?", "Kemm hemm illum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fl-1 ta' Novembru, 1996 in-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fl- SAG kien ta' 120, filwaqt li fil-preżent huwa ta' 75.", "PULIZIJA - MEMBRI", "12950.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-1.11.96 sal-lum, kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija tneħħa minn fuq xogħol mhux relatat strettament ma' police duties?", "Minn fejn tneħħew u fejn intbagħtu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fil-perijodu ndikat mill-Onor.", "Interpellant kien hemm 68 membru tal-Korp tal-Pulizija li tneħħew minn fuq xogħol mhux relatat strettament ma' police duties.", "Dawn kienu jagħmlu xogħol fit-taqsimiet tal-Passport Control u ta' l-iscuba, u fl-uffiċċji tas- Civil Status, tal-liċenzji tas-sewqan u tal-price control.", "Dawn ġew trasferiti fid-diversi distretti u sezzjonijiet tal-Pulizija.", "PULIZIJA - REATI", "12951.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet iċ-ċifra ta' reati rapportati lill-Pulizija matul ix-xahar ta' Frar 1998?", "Kemm ġew rapportati matul l-istess xahar is- segwenti reati: serq globali; serq ta' karozzi; reati sesswali; frodi; u reati vjolenti kontra l-persuna?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi n-numru ta' reati rrapportati lill-pulizija fix-xahar ta' Frar 1998 kien ta' 982.", "Dwar in-numru tar-reati speċifikati mill-Onor.", "Interpellant ninsab informat li fl-istess perijodu dawn kienu kif ġej :", "|serq globali |525 | |serq ta' karozzi |93 | |reati sesswali |4 | |frodi |50 | |reati vjolenti kontra |36 | |l-persuna | |", "PIXKERIJA - ĦUT", "13014.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, dejjem fir-rigward ta' bejgħ ta' ħut mill- Pixkerija fil-perijodu mill-1.3.98 sas-7.3.98: (a) kemm kien l-ammont ta' ħut (kg) li nbigħ kuljum; (b) kemm kien il-prezz ta' (a); u (ċ) x'kienet ir- raġuni li l-ħut ma nbigħx kollu nhar is-Sibt 7 ta' Marzu, 1998?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bejgħ tal-ħut nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd jiġi rekordjat it-Tnejn ta' wara.", "Għar-rigward tal-ġranet indikati fil-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ħadd 1 ta' Marzu u t-Tnejn 2 ta' Marzu ma kienx hemm ħut għall-bejgħ fil-pixkerija.", "Il-bejgħ ta' ħut fil-ġranet l-oħra kien kif jidher hawn taħt:-", "|Jum |Ammont |Valur| | |(kg) |(Lm) | |It-Tlieta, 3 |445 |493 | |ta'Marzu | | | |L-Erbgha, 4 ta' |2457 |3284 | |Marzu | | | |Il-Hamis, 5 ta' |3249 |5057 | |Marzu | | | |Il-Gimgha, 6 |3325 |6855 | |ta'Marzu | | |", "Il-ħut li nbigħ nhar is-Sibt 7 ta' Marzu u l-Ħadd 8 ta' Marzu ġie rekordjat li nbiegħ it-Tnejn, 9 ta' Marzu meta fil-fatt jirriżulta li nbigħu 1784 kg b'valur ta' Lm3,618.", "Xi ħut (375 kg b' valur ta' Lm877) li ma nbigħx is-Sibt 7 ta' Marzu fil- fatt nbigħ nhar it-Tlieta 10 ta' Marzu, wara li s-sajjieda u l-kumpraturi ftehmu fuq il-prezz.", "SAJD - TKARKIR BIL-LANEĊ", "13015.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Dwar it-tkarkir bil-laneċ/bastimenti tas-sajd, jista' l-Ministru jgħid: x'inhu l-limitu barra mix-xtut safejn it-tkarkir huwa projbit; kemm-il bastiment/lanċa għandha l-permess li tagħmel dan it-tip ta' sajd; u jekk il- frekwenza ta' tkarkir minn kull lanċa/bastiment hijiex stabilita bil-liġi u jekk fl-affermattiv, fuq xiex hija bbażata din il-frekwenza?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-tkarkir bil-bastimenti tas-sajd huwa pprojbit sa tliet mili l' barra mill-art.", "Bħalissa hawn għaxar bastimenti mgħammra biex jagħmlu dan it-tip ta' sajd.", "Ma teżisti l-ebda liġi li tistabbilixxi l- frekwenza tat-tkarkir minn kull bastiment fl-ibħra Maltin.", "MINISTERU TAD-DJAR - PETROL/DIESEL", "13025.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol/diesel fil-ġimgħa tal-karozzi mikrijin għand id-dipartimenti tal- gvern fid-dekasteru tiegħu?Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?", "Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: It-threshold tal-petrol/diesel użat fid- dipartimenti tal-Gvern li jaqgħu taħt dan il-ministeru huwa dak stabilit mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ minn żmien għal żmien u li normalment hu ta' 150 litru fix-xahar.", "Fil-każ ta' spezzjonijiet ta' barra, l-konsum ta' fuel użat huwa skond l-esiġenzi tas-servizz li jvarjaw minn żmien għal żmien.", "L-uffiċjali li huma ntitolati għall-użu ta' karozzi għandhom, huma dawk li qegħdin fuq Performance Agreement.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - PETROL/DIESEL", "13026.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id-dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu?", "Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?", "Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Karozzi mikrijin għand id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd jingħataw fuel skond il-kapaċita' tal-makna ta' kull vettura.", "Peress li jinkrew diversi mudelli ta' karozzi, mhux possibbli tistabbilixxi threshold wieħed għall- vetturi kollha msemmija.", "Barra minn hekk, il-karozzi jingħatalhom fuel wara li jiġi stabilit li dan hu veru meħtieġ, u skond ir-regolamenti ta' l- Estacode.", "L-uffiċjali li huma marbutin bil-perfomance contract huma ntitolati li jżommu karozza għall-esiġenzi tas-servizz.", "Dawn l-uffiċjali jaqgħu fi gradi 2 (wieħed), 4 (tnejn), ħamsa (wieħed) u 7 (wieħed).", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - PETROL/DIESEL", "13027.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id-dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu?", "Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?", "Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: M`hemm ebda threshold ta` kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi tal-kiri.", "Madanakollu teżisti sistema fid-Dipartiment ta` l-Industrija, l-uniku dipartiment fid-dikasteru tiegħi u li għandu karozza waħda biss tal-kiri, fejn din il-karozza tingħata fuel skond il-milage li tagħmel f`ġimgħa.", "Dan huwa bejn wieħed u ieħor 25 litru petrol fil-gimgħa.", "L-Aġent Direttur Grade 5 ta`dan id- dipartiment huwa ntitolat li jżomm karozza għall-esiġenzi tas-servizz.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - PETROL/DIESEL", "13028.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa tal-karozzi mikrijin għand id-dipartiment tal-gvern fid- dekasteru tiegħu?", "Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?", "Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAT-TURIŻMU U S-SELF-EMPLOYED - PETROL/DIESEL", "13029.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id- dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu?", "Jekk hemm, x'inhu dan it- threshold?", "Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv, madankollu ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jsir monitoraġġ kontinwu sabiex ikun żgurat li t-teħid ta' petrol u diesel mhux biss ikun awtorizzat kif suppost iżda li jkun ukoll ġustifikat skond il-każ partikolari.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - PETROL/DIESEL", "13030.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id-dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu?", "Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?", "Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IRZIZET TAL-MAJJAL", "13038.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien ir-riżultat ta' l-aħħar ċensiment li sar fuq il-farms tal-majjal f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm hemm talbiet għal żieda fil-kwota tal-qatla tal-majjal?", "Meta hu mistenni li jkun hemm bidliet fil-kwota?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond l- informazzjoni li għandna u minn indikazzjonijiet li svelaw ruħhom fiċ- ċensiment li għamlet il-koperattiva, mhuwiex mument li wieħed jikkonsidra li tiżdiet il-kwota.", "BDIEWA - ESPORTAZZJONI TA' PRODOTTI", "13039.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12781, jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-pendenzi li dwarhom saru sottomissjonijiet lill-Export Marketing Board?", "Kemm ilhom li ġew esportati l-prodotti li għadhom mhux imħallsa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kienx hemm sottomissjonijiet speċifiċi magħmula min individwi iżda d-dewmien fil- pagamenti lill-bdiewa għall-prodotti esportati f'Jannar u Frar ġie diskuss mill-Agricultural Marketing Board biex il-pagamenti jitħaffu.", "IRZIEZET TAT-TIĠIEĠ", "13040.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu r-reġistrazzjonijiet ta' l- irziezet tat-tiġieġ f'Malta?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-registrazzjoni tal-irziezet tat-tjur għalqet u saru l-ispezzjonijiet fl-irziezet kollha li ġew reġistrati.", "Bħalissa qegħdin jiġu finalizzati r-regolamenti għaż-żamma ta' broilers, ta' tiġieġ tal-bajd u ta' tjur ieħor.", "Dawk l-irziezet li jkunu konformi ma' dawn ir-regolamenti jiġu liċenzjati skond ir-regolamenti l-ġodda.", "QORMI - RABA' GĦAL UŻU AGRIKOLU", "13055.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hi l-area ta' raba' li qed tinħadem għal użu agrikolu fl-inħawi ta' madwar il-Castellana f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madwar il-Castellana f'Ħal Qormi hemm ċirca 21 tomna u nofs raba' jinħadem.", "SIGURTA' SOĊJALI - BOLLA", "13061.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien id-dħul tal-gvern bħala riżultat tal-konċessjoni li ta d-dipartiment relattiv lil dawk li kienu għadhom ma ħallsux il-bolla tas-sigurta' soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-ammont ta' kontribuzzjonijiet li tħallsu, riżultat tal-konċessjoni, li ta d-dipartiment, bejn id-29 ta' Settembru u l-31 ta' Diċembru, 1997, kien ta' Lm 4.2 miljuni.", "TAĊ-ĊUMNIJA - IMPJANT TAT-TISFIJA TAD-DRENAĠĠ", "13062.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fl-inħawi Taċ- Ċumnija?", "Liema hu l-file li hemm pendenti quddiem il-Planning Authority dwar ix-xoħgol konness mat-tisfija tad-drenaġġ f'dawn l-inħawi?", "Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol ta' l-EIA fuq dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tender għall-formulazzjoni ta' EIA ġie evalwat mill-kumitati kollha neċessarji u l-proposta tal-konsulent li ġie rakkomandat, intbagħtet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u lid-Dipartiment għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent għall-approvazzjoni tagħhom.", "Ladarba ikun hemm approvazzjoni ta' dawn id-dipartimenti, tkun tista' tinħareġ Letter of Acceptance biex isiru l-istudji dwar l-impatt ambjentali tal-proġetti neċessarji f'Għawdex, fit-Tramuntana ta' Malta u fin-Nofs in- Nhar ta' Malta.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - KAROZZI", "13090.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li ma jipparkjawx karozzi fuq il- bankini li jdawwru mill-Isptar Sir Paul Boffa sa fuq Kastija, speċjalment nhar ta' Ħadd filgħodu, peress li qed joħolqu ostaklu lil min ikun irid juża dawn il-bankini?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Irriferejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "ISLA - DRENAĠĠ", "13091.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm żbroff tad-drenaġġ tul ix-Xatt ta'l-Isla kollu, mill-Maċina sad-Dawra tal- Ponta?", "Jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi solvuta peress li dalwaqt jerġa' jasal is-sajf u din l-area hi frekwentata ħafna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ISLA - TRIQ IS-SUR - TWESSIGĦ", "13092.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi milqugħa t-talba tal- Kunsill Lokali Senglea, li parti minn Triq is-Sur li tagħti sal-Ponta tkun tista' titwessa'?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed isir ko-ordinament mat-Tarzna ta' Malta biex isir ix-xogħol preparatorju meħtieġ ta' devjazzjoni ta' pajpijiet u conduits oħra qabel ikun jista' jinbeda x-xogħol.", "ISLA - STREET LIGHTING", "13093.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-istreet lighting li hemm tul ix-Xatt ta' l-Isla (Triq J. Azzopardi) jingħata l-manuntenzjoni meħtieġa, peress li kull meta jixgħel jibda jteptep u daqqa mitfi u daqqa mixgħul?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-istreet lighting tul ix-xatt ta' l-Isla ma jaqax taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta iżda tal-kunsill Lokali li ġew mgħarrfa bil-każ imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "ISLA - PROVVISTA TA' L-ILMA", "13094.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-kaġun tal-pressa baxxa ta' l-ilma li hemm f'diversi toroq ġewwa l-Isla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-ġimgħat tal-bidu ta' Marzu, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienu qed isiru xi xogħlijiet ta' zoning fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma f'dan il-lokal.", "Dawn ix- xogħlijiet setgħu kienu l-kawża ta' xi nuqqasijiet ta' ftit dewmien fil- provvista ta' l-ilma f'dawn l-inħawi.", "Minn dak iż-żmien, il-provvista ta' l-ilma ġewwa l-Isla rritornat għan-normal.", "Il-pubbliku kien ġie avżat b'dan ix-xogħol mill-Public Relations Office.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13095.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li ż-żewġ tfajliet aħwa (single mothers) li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament u li ġew imkeċċija mid-dar tal-familja tagħhom u għalhekk huma homeless, jingħataw akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni taż-żewġ persuni qed tiġi kkonsidrata.", "FRANZA - ŻJARA MILL-PRIM MINISTRU", "13096.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk matul l-aħħar żjara tiegħu fi Franza ġiex diskuss li Malta tingħata lura xi oġġetti, li huma parti mill-wirt Malti u li ttieħdu minn Malta bejn l-1798 - 1800?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le.", "QASAM TA' L-GĦAMMIERI - WATCHMEN", "13097.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11562 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-13 ta' Marzu, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi dwar petty thefts?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: F'kull każ ġie mqabbad board sabiex jinvestiga kull petty theft.", "NAR TAL-FESTI", "13098.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 12525, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il- Pulizija tellegħtx lil xi ħadd il-Qorti wara li nies korrew/mietu bin-nar u jekk iva, kemm nies instabu ħatja ta' reat u x'kienu l-pieni mogħtija mill- Qorti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RĦULA - HEIGHT LIMITATIONS", "13099.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11495 u mistoqsijiet supplimentari magħmula fis-seduta tat-13 ta' Marzu, 1998, jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-paper li ħejjitlu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - SKAVAR", "13100.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta s'issa lid- Dipartiment tal-Mużewijiet mill-iskavar li qed isir fl-Imqades ta' Ħal Tarxien u fl-inħawi Ta' Sammat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX: RABAT - FDALIJIET TA' ĦITAN", "13101.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tagħrif għandha s'issa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar fdalijiet ta' ħitan kbar fi Triq l-Imgħallem tax-Xogħol, ir-Rabat Għawdex u x'ħidma se twettaq wara l-ħruġ ta' Ordni ta' Emerġenza għall-Konservazzjoni fid-9 ta' Frar, 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-sit jinstab madwar 100m 'il bogħod fuq in-naħa tal- punent taċ-Ċittadella.", "Fl-1995 f'dan is-sit instab ħajt ta' madwar sitt filati li t-tul tiegħu għadu mhux magħruf peress li għadu mgħotti bil- ħamrija.", "Il-ħajt inkixef waqt li kien qed isir xogħol ta' żvilupp (bil- permess).", "Il-parti tal-ħajt li nkixfet hi għolja madwar 3m.", "Il-ġebel kbir hu tipiku tal-perijodu Puniku-Ruman.", "Il-ħajt jinstab f'qagħda kritika u diġa waqa' xi ġebel mill-filati f'isfel.", "Fuq kull naħa tal-ħajt għad hemm għelieqi mtarġin li fihom materjal arkeoloġiku li jinkludi fuħħar, ħġieġ, bricks u tiles tal-fuħħar tal-perijodu Ruman.", "Fis-sit in kwestjoni diġa' kien laħaq sar xi żvilupp qabel ma' nstabu dawn il-fdalijiet.", "Barra minn hekk hemm diversi applikazzjonijiet għal aktar żvilupp f'din it-triq.", "L-importanza li qed tingħata lil dan is-sit hi minħabba r-rarita', l-kwalita' u l-kwantita' tal-fdalijiet li jinsabu hemm.", "Dawn il-fdalijiet probabbilment huma assoċjati mal-belt antika ta' Gaulos, illum mgħottija biċ-Ċittadella u partijiet mir-Rabat.", "Dawn il- fdalijiet hemm bżonn li jiġu studjati xjentifikament permezz ta' skavi arkeoloġiċi sabiex wieħed jikseb aktar informazzjoni dwar iż-żmien u n- natura tagħhom.", "Għad ma kienx hemm opportunita' biżżejjed sabiex il- fdalijiet arkeoloġiċi ta' l-inħawi jiġu studjati sew, għalkemm ġew irrapportati li nstabu numru ta' fdalijiet oħra matul iż-żmenijiet.", "L- Awtorita' ta' l-Ippjanar, bi ftehim mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, ħasbet biex tipproteġi dawn il-fdalijiet milli jiġu meqruda mill-iżvilupp propost bil-ħruġ ta' Ordni ta' Emerġenza għall-Konservazzjoni.", "Qed jiġi propost ukoll li:", "1.", "Is-sit jiġi skedat definittivament fil-futur qarib.", "2.", "Wara dan, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha toħroġ Ordni ta' Konservazzjoni biex isir dak kollu meħtieġ biex il-fdalijiet issirilhom manutenzjoni.", "3.", "L-ebda żvilupp fil-proprjeta' ma jiġi kkonsidrat mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar qabel ma jsiru investigazzjonijiet arkeoloġiċi fil-proprjeta', u f'liema investigazzjonijiet ma jiġux iddentifikati fdalijiet arkeoloġiċi ta' valur mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "PA - PJAN LOKALI", "13105.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema bażi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iddeċidiet li tlesti l-Pjan Lokali fiż-żmien hekk kif imħabbar f'mistoqsija parlamentari preċedenti, u dan b'riferenza speċjali għall-Pjan Lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta li se jitlesta għall-ħabta tas-sena 2002?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "BIĊĊERIJA - REGOLAMENTI ĠODDA", "13106.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għal Avviż Legali Nru.74 ta' l-1998, fejn hemm emenda għall- iskeda tar-Regolament Nru. 2, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d- drittijiet dwar servizzi veterinarji qabel is-seħħ ta' dawk ir-regolamenti l-ġodda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-Avviż Legali Nru. 68 tal-1986 fejn hemm l-informazzjoni mitluba.", "WIDIEN - WIED QIRDA", "13107.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Min ta l-ordni biex jiġi landscaped parti minn Wied Qirda fejn diversi debris imkaxkar mill-għargħar ta' l-ilma ġie mifrux għal għonq il-Wied?", "Jekk dan ix-xogħol sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jista' l-Ministru jikkwota l-approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Min għamel ix- xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PA - RAZZETT FIŻ-ŻEJTUN", "13108.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet l-irregolarita' min-naħa tal-pulizija għar-rigward ta' razzett ta' l-annimali bla permess fiż-Żejtun, magħruf bħala ta' \"Strejnu\"?", "X'passi se jittieħdu min-naħa tal-Ministeru ta' l-Ambjent dwar każ bħal dan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "WIDIEN - WIED QIRDA", "13109.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kenitx informata bil-landscaping li sar f'Wied Qirda, Ħaż-Żebbuġ fejn ammont sostanzjali ta' debris ġie mifrux fuq il-blat?", "Liema huma l-infringements li hemm reġistrati f'dan il-Wied ma' l- enforcement section?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "WORK PERMIT", "13111.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid x'inhuma ċ-ċansijiet li l- persuna bil-permess Nru. 2118/93 jingħata work permit?", "Għaliex dan id- dewmien bla bżonn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru pprovdut minnu huwa ta' file partikolari u mhux ta' permess.", "Il-persuna li qed jirriferi għaliha kellha liċenzja ta' mpjieg valida sat-28 ta' Frar, 1998.", "F'Diċembru 1997 saret talba mill-employer biex din il-liċenzja tiġġedded għal sena oħra.", "Il-bord li twaqqaf is-sena li għaddiet biex jipproċessa talbiet għall-ħruġ jew tiġdid ta' liċenzji ta' mpjieg (lill-barranin) ma laqax din it-talba u l-applikant ġie mgħarraf b'din id-deċiżjoni fit-30 ta' Jannar, 1998.", "Fis-27 ta' Frar, 1998 l-applikant talab biex din id-deċiżjoni tiġi kkonsidrata mill-ġdid.", "Dan fil-fatt sar iżda l-bord deherlu li m'għandiex titbiddel id-deċiżjoni diġa' meħuda f'dan il-każ.", "L-applikant ġie nformat b'din id-deċiżjoni permess ta' ittra bid-data tas-16 ta' Marzu, 1997.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm ebda dewmien bla bżonn fl-ipproċessar ta' dan il-każ.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "13112.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta matul is-sena l-oħra (1997) kien ġie mwaqqaf kumitat għal Procurement of Medical Equipment fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u minn min kien kompost?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Kumitat għall-Akkwist ta' Apparat Mediku ta' l- Isptar Ġenerali ta' Għawdex gie uffiċjalment imwaqqaf fid-29 ta' Mejju, 1997.", "Dan kien kompost kif gej:", "|Chairman |Is-Sur Michael | | |Bezzina | | | | |Membri: |Is-Sur Edward | | |Depasquale | | |L-Ing Paul Refalo | | |Is-Sur Frans Grech | | |Is-Sur Anastasio | | |Degiorgio | | |Mr Raymond Aquilina | | |- Konsulent | | |Dr Robert Sciberras | | |- Senior Registrar | | |Dr Marvic Masini - | | |Medical Officer | | |Mr J B Pace - | | |Konsulent | | | | |Segretarj|Is-Sur Michael Axiaq| |u: | |", "GĦAWDEX - UFFIĊĊJU TAL-PASSAPORTI", "13113.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta nfetaħ l-Uffiċċju tal-Passaporti f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Uffiċċju tal-Passaporti f'Għawdex infetaħ fl-1 ta' Lulju, 1988.", "GĦAWDEX: RABAT - PARKEĠĠ", "13114.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-għadd sħiħ tal-postijiet għall-parking fi Pjazza Santu Wistin; fi Pjazza San Franġisk, fi Pjazza Sabina, fi Pjazza San Ġorġ u fil- Pjazza tal-Katidral, kollha fir-Rabat, Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' postijiet għall-parking f'dawn il- lokalitajiet huma:", "|Pjazza Santu |51 | |Wistin | | |Pjazza San |32 | |Frangisk | | |Pjazza Sabina |26 | |Pjazza San Ġorġ |17 | |Pjazza |14 | |Tal-Katidral | |", "GĦAWDEX - TFITTXIJA GĦAŻ-ŻEJT", "13115.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim legali bejn il-Gvern u l-bdiewa milquta mill-operazzjoni għat-tfittxija għaż-żejt fil-post magħruf tal-Vapur, limiti ta' Kerċem u jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsisti dan il-ftehim?", "Kemm hemm bdiewa nvoluti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-art fejn se jsir it-tħaffir tal-bir fil-limiti ta' Kerċem hi proprjeta' tal-Gvern imqabbla lil sitt bdiewa.", "Qabel ma beda x- xogħol fuq il-bir, sar ftehim bil-miktub bejn is-sezzjoni ta' l-artijiet f'Għawdex u dawn l-inkwilini, fejn dawn ċedew din ir-raba' għal perijodu minn Frar 1998 sa Awissu 1999 biex isir it-tħaffir tal-bir.", "Dan sar bil- patt li l-inkwilini jiġu kkumpensati tal-wiċċ tar-raba' u wara Awissu 1999 ir-raba' jerġa' lura lill-inkwilini bl-istess u fl-istess kondizzjoni ta' qabel.", "Il-Gvern, sa mill-bidu tal-proġett, żamm l-interess tal-bdiewa fi prijorita ewlenija u ħa diversi miżuri biex jiżgura dan.", "Waħda minnhom hi l-użu ta' ilma ħelu waqt it-tħaffir tal-bir biex ma jsirx ħsara lill-uċuħ tar-raba' u lill-ilma tal-pjan.", "Din il-miżura ttieħdet wara diskussjonijiet kemm mal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma, kif ukoll mal-Kunsill lokali ta' Kerċem.", "GĦAWDEX - KONSUM TA' ILMA", "13116.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum ta' l-ilma f'Għawdex matul l-1997 f'miljuni ta' galluni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li l-konsum ta' l-ilma f'Għawdex matul l-1997 f'miljuni ta' galluni kien ta' 533,978,400.", "Il-medja tal-konsum kuljum kien ta' 1,462,955 gallun.", "BDIEWA - FTEHIM LEGALI", "13117.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12916 rigward bdiewa affettwati bl-operazzjoni għat-tfittxija taż-żejt fil-limiti ta' Kerċem, jista' l-Ministru jgħid għal kemm kien jammonta l-kumpens mogħti lill-bdiewa kawża tat-telf ta' uċuħ tar-raba'?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant jagħmel id- domanda lill-Ministru kkonċernat.", "PORTIJIET - PINTO PORT TERMINAL", "13127.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12909 li oriġinarjament saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, ċioe' jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jsir tkabbir tal-Port Terminal f'Pinto?", "Jekk fl-affermattiv, hemm il-ħsieb li jiġu affettwati l- ħwienet u n-negozji ż-żgħar li joperaw ta kuljum fl-inħawi?", "Liema minnhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: M'hijiex ċara għaliex qiegħed jirriferi l-Onor.", "Interpellant bir-riferenza tiegħu għal Port Terminal f'Pinto.", "Dan l-aħħar il-Gvern, permezz tal-Valletta Cruise Terminal Steering Committee ħabbar żvilupp mal-medda tax-xatt tul it-triq Pinto.", "L-iskop ewlieni ta' dan il-proġett hu illi jattira aktar kummerċ konness ma' Cruise Lining u Ferry Traffic.", "Jiena nformat li f'dan il-fażi tal-proġett huwa kmieni wisq sabiex wieħed ikun jista' jiddetermina jekk ikunx hemm effett fuq in-negozji li hemm fl- inħawi.", "Pero' ma nistax nara x'effett jista' jkun hemm fuq dawk li l-Onor.", "Interpellant qed isemmi bħala negozji żgħar speċjalment il-ħafna ħwienet li jipprovdu servizzi ta' xorb u ikel ħafif lill-impjegati li jaħdmu f'dawk l- inħawi.", "DJAR TA' L-ANZJANI - DĦUL", "13128.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm iddaħħlu anzjani fid-diversi djar ta' l-anzjani matul is-sena 1997? (ii) Liema minnhom applikaw matul l-1997 stess? (iii) Kemm għad hemm applikazzjonijiet pendenti għal kull dar b'data ta' l-applikazzjoni qabel l- 1997? (iv) Għaliex iddaħħlu dawk f'mistoqsija (ii) qabel dawk f'mistoqsija (iii), każ b'każ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: i) In-numru ta' anzjani li ddaħħlu fid-diversi djar ta' l-anzjani matul l-1997 kien 100.", "ii) In-numru ta' anzjani li applikaw matul l-1997 u daħlu fl-istess sena kien 45.", "iii) Applikazzjonijiet pendenti għal kull dar b'data ta' l-applikazzjoni qabel l-1997 kien hemm 508.", "Dawn kienu hekk:", "|Msida |140 | |Floriana | 58 | |Gżira | 35 | |Żejtun |143 | |Mosta | 70 | |Mtarfa | 62 | |Total |508 |", "iv) Jeżisti Admission's Board li jassessja liema huma l-aktar każi urġenti.", "Il-Bord jiddeċiedi skond l-urġenza u l-prijorita' ta' kull każ u mhux skond id-data ta' l-applikazzjoni.", "Minn dawn il-45 imsemmija hawn fuq f'(ii):-", "Erbatax (14) kienu trasferiti minn St. Luke's għax kienu social cases u allura ingħataw prijorita'.", "Sebgħa (7) ġew trasferiti minn San Vinċenz għall-Imtarfa Home wara li din tkabbret.", "Dawn kienu esprimew xewqa li jitilgħu d-dar ta' l-Imtarfa.", "Waħda (1) ġiet trasferita minn Mount Carmel Hospital.", "PIXXINA NAZZJONALI - KUMITAT", "13129.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid dwar il-Kumitat magħżul mill-Ministru dwar il-Pixxina Nazzjonali f'Tal Qroqq:", "(a) għaliex m'hemmx rappreżentanza mill:-", "(i) Fakulta' ta' l-edukazzjoni;", "(ii) Kunsill Studenti Universitarji (KSU)?", "(b) ġewx konsultati:", "(i) Il-Kunsill ta' l-Universita'; (ii) Il-Fakulta' ta' l-edukazzjoni; (iii) Il-KSU?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Interpellant mitlub jgħid għal-liema Kumitat qed jirriferi.", "UNIVERSITA' - SPORTS HALL", "13130.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx ivvotati flus biex jitkomplew ix-xogħlijiet fuq l-Isports Hall fl-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WSC - BDIL TA' METER", "13131.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-talba għat-tibdil tal-meter lil familja ta' żewġ anzjani li l-partikolaritajiet tagħhom qed jintbagħtu separatament isir mill-aktar fis?", "Din it-talba saret fil-25 ta' Frar u din il-familja ilha bla ilma minn qabel din id-data.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan ix-xogħol mitlub twettaq illum 17 ta' Marzu, 1998.", "MEDIĊINI - BOLLA FUQ RIĊETTI", "13132.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li anke l-impjegati ta' l-isptarijiet li huma intitolati għal mediċini b'xejn qegħdin jkollhom iwaħħlu l-bolla ta' 50ċ mar-riċetta?", "Peress li fil- kontest ta' Korporazzjonijiet Pubbliċi bħal Telemalta etc., il-ħaddiema għandhom roħs fis-servizzi u benefiċċji oħra mill-operati ta' l-istess entita', jista' l-Ministru jikkonsidra li l-ħaddiema ta' l-isptarijiet ikunu eżentati mill-ħlas tal-bolla fuq ir-riċetta tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Filwaqt li nikkonferma dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor.", "Interpellant, fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu l- kriterji stabiliti għall-ħlas tat-tarriffi ta' 50c fuq riċetti għall- mediċina b'xejn.", "Ħafna mill-impjegati ta' l-isptarijiet huma ntitolati għal beneffiċju ta' pilloli b'xejn.", "TRASPORT PUBBLIKU - UŻU TA' COMMUTERS", "13133.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti breakdown figures tal-commuters li użaw it-trasport pubbliku matul l-aħħar sitt (6) snin (sena b'sena) a) f'Malta; u b) f'Għawdex?", "Kemm kien id-dħul mit-trasport pubbliku f'dan l-istess perijodu (sena b'sena)?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku żżomm kont ta' kemm nies jużaw it-trasport pubbliku f'Malta, minn kemm jinbiegħu biljetti.", "Dan billi kull 15-il Assoċjazzjoni tas-Sidien tal- Karozzi tal-Linja tgħaddi kopja lill-Awtorita' ta' xi tkun daħħlet u ħarġet f'dak il-perijodu.", "Minn dawn il-kontijiet jirriżulta li f'dawn l-aħħar sitt snin, l-għadd ta' passiġġieri li użaw is-servizzi tal-karozzi tal- linja kien dan:", "|1992 |38,710,714 | |1993 |37,873,500 | |1994 |38,264,300 | |1995 |36,786,040 | |1996 |34,370,330 | |1997 |34,006,040 |", "Id-dħul għas-sidien mill-bejgħ tal-biljetti fl-istess perijodu hu kalkulat li kien:", "|1992 |Lm3,371,251 | |1993 |Lm3,721,549 | |1994 |Lm3,938,907 | |1995 |Lm4,180,984 | |1996 |Lm4,160,218 | |1997 |Lm4,146,209 |", "Jiena nformat li waħda mir-raġunijiet għat-tnaqqis fl-għadd ta' passiġġieri hi l-introduzzjoni ta' diversi servizzi diretti li kienu introdotti matul dan il-perijodu (u li jintużaw ħafna) u l-introduzzjoni ta' biljetti speċjali.", "Dan għaliex min jivvjaġġa fuq servizz dirett ikun qed juża karozza waħda flok tnejn, filwaqt li min jixtri biljett speċjali jista' jivvjaġġa kemm irid tul il-perijodu li jkun jkopri dak il-biljett.", "Jiena nformat ukoll li s-sitwazzjoni għar-rigward ta' Għawdex hi differenti minn dik ta' Malta.", "Dan għar-raġuni li l-Assoċjazzjoni tas- Sidien tal-Karozzi tal-Linja f'Għawdex ma tiġborx il-flus mill-bejgħ tal- biljetti u tqassamhom fost is-sidien iżda s-sidien jixtru l-biljetti u jżommu għalihom il-flus li jdaħħlu mix-xogħol tar-rotta.", "Sa sentejn ilu, it-tqassim tal-biljetti kien isir mill-Uffiċċju tas-Segretarju għal Għawdex u l-awtorita' m'għandhiex records.", "L-awtorita' ħadet f'idejha t-tqassim tal-biljetti sentejn ilu.", "In-numru ta' biljetti li nbiegħu u l-valur totali tagħhom hu kif ġej:", "|Sena |Biljetti |Valur | | |mibjugħa |tal-Biljetti | | |lis-sidien |mibjugħa | |1996 |380,000 |Lm34,200 | |1997 |417,000 |Lm37,530 |", "Jiena nformat ukoll li n-numru matul is-sena li għaddiet f'Għawdex żdied għaliex beda jinżamm kontroll aktar b'mod partikolari fir-rigward tal-għoti tal-biljetti lill-passiġġieri.", "ILMA - EŻAMI GĦAT-TDS", "13137.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa il-valur (ppm or TDS) ta' l-ilma tax-xorb fis-segwenti rħula: Dingli, Rabat, Siġġiewi, Żebbuġ (Malta), Marsa, Tarxien, Qormi, Birżebbuġia, Kirkop, Żurrieq, Fgura, Żabbar, Wied il-Għajn, Mqabba, Mosta, Naxxar, Mellieħa, Attard u Żurrieq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-eżami għat-TDS ta' l-ilma, ma jsirx b'mod regolari u ta' rutina fuq kampjuni li jinġabru mill-villaġġi tal-pajjiż kollu.", "L-eżamijiet li jsiru fuq dawn il-kampjuni huma għal-livell ta' chlorides (melħ) u conductivity.", "L-eżami tal-conductivity juri l-kapaċita' li jkollu l-ilma sabiex iħalli kurrent eletriku jagħddi minnu.", "B'hekk wieħed ikollu idea tal-livelli ta' sustanzi li jkun fih l-ilma.", "Dan li ġej huma r- riżultati kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant:", "Town Conductivity mS/cm Chlorides mg/L CI February '98 December '97 Dingli 1491 440 Rabat 1382 380 Siggiewi 3340 1170 Zebbug 3120 1030 Marsa 1460 420 Tarxien 2330 880 Qormi 1245 350 Birzebbuha 3600 990 Kirkop 2850 1040 Zurrieq 2840 930 Fgura 2350 900 Zabbar 2400 890 Wied il-Ghajn 2400 910 Mqabba 1033 210 Mosta 1575 1270 Naxxar 1457 310 Mellieha 1063 270 Attard 1282 450", "TARXIEN - DAR TA' KEJKA", "13138.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema użu hu maħsub li tingħata id-Dar Tal-Kejka f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BIRKIRKARA - ĊENTRU ĊIVIKU", "13139.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma x-xogħlijiet li fadal isiru fiċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara u meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħlijiet li fadal isiru fiċ-ċentru Ċiviku ta' Birkirkara huma: 1.", "Tkomplija tal-partitions u soffit - Ground floor u basement.", "2.", "Twaħħil tas-sanitary ware u fittings.", "3.", "Kummissjoni tal-lifts.", "4.", "Kisi bl-irħam fuq barra.", "5.", "Twaħħil ta' l-aluminiun (ground floor u basement).", "6.", "Xogħol ta' żebgħa.", "7.", "Twaħħil ta' stainless steel railings.", "Dawn ix-xogħlijiet mistennija jispiċċaw sa l-aħħar ta' Ġunju (1998).", "TASK FORCE", "13140.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma kemm-il Task Force twaqqaf mill-1 ta' Novembru, 1996 'il hawn u għal-liema għanijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li kont tajt fil-21 ta' Novembru, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 9922.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUIB", "QRATI - MAĦFRIET PRESIDENZJALI LILL-ĦABSIN", "W1,195.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Bejn l-1988 u l-1998, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ingħataw maħfriet presidenzjali (skond il-Kostituzzjoni) għall-ħabsin?", "Lil min u x'kienet ir-raġuni f'kull każ?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istatistika li tezisti fil-ministeru dwar maħfriet Presidenzjali tmur lura biss sa l-1992.", "GĦalhekk ma nistax nagħti l-informazzjoni mitluba għal qabel dik is-sena.", "Mill-1992 sa l-aħħar tas-sena 1997 ingħataw dawn il-maħfriet Presidenzjali lill-ħabsin:-", "1992", "Harold N. Thompson", "Maħfra ta' parti mill-kundanna, jiġifieri tnaqqis ta' tliet xhur minn sitt xhur ħabs li ngħataw flok ħlas ta' penali.", "Mogħtija billi s-sentenza kienet ikkonsidrata eċċessiva.", "3 .6.92 Joseph Zahra", "Maħfra ta' parti mill-kundanna, jiġifieri tnaqqis tal-perijodu taħt arrest preventiv.", "Mogħtija wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet tal-Pulizija.", "Patrick Scicluna", "Maħfra ta' parti mill-kundanna.", "Is-sentenza ġiet ridotta għal 31 jum flok sitt xhur.", "Mogħtija għal raġunijiet umanitarji.", "Emmanuel Ellul", "Maħfra ta' parti mill-kundanna, jiġifieri tnaqqis tal-perijodu li għadda taħt arrest preventiv.", "Mogħtija wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet tal- Pulizija.", "1993", "Jason Abela", "Sentenza ta' sitt xhur ħabs ġiet ridotta għal 43 jum.", "Mogħtija wara rakkmandazzjoni minn social worker u wara konsultazzjoni mal-Avukat Ġenerali.", "1994", "Vincent Debrincat", "Sospensjoni tas-sentenza għal erba' snin, b'hekk ġie meħlus minnufih.", "Mogħtija wara rakkmandazzjoni tal-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs.", "Francisco A Queroz", "Fl-1 ta' Novembru, 1993 ġie kkundannat 12-il sena ħabs (li minnhom kellu jitnaqqas iz-żmien li kien għamel taħt arrest preventiv, jiġifieri 13.7.91 sa 1.11.93) u mmultat Lm50,000.", "Ġie meħlus fis-26.9.94.", "Maħfra mogħtija għal raġunijiet ta' saħħa.", "Joseph Farrugia", "Maħfra tal-kumplament tas-sentenza, (erbat ijiem) b'hekk ġie meħlus fit- 23.12.94.", "Mogħtija fuq bazi umanitarja.", "Henry Grixti", "Maħfra tal-kumplament tas-sentenza,(żewġt ijiem) b'hekk ġie meħlus fit- 23.12.94.", "1995", "Anthony Bonavia", "Tnaqqis ta' 173 jum mill-kundanna.", "Mogħtija billi, għall-istess perijodu ta' 173 jum, kien inżamm detenut fil-ħabs fuq akkuża oħra fejn il-Qorti ma mponietx sentenza ta' karċerazzjoni.", "Brian Role'", "Sentenza ta' sentejn ħabs mogħtija fl-24 5.95 ġiet maħfura fit-13.10.95 u, għalhekk, ġie meħlus b'effett immedjat.", "Mogħtija wara rakkmandazzjoni anki mill-Avukat Ġenerali.", "Anthony Mallia", "Tnaqqis minn żewg sentenzi, b'total ta' seba' snin ħabs, għal tul ta' perjodu li għamel jattendi l-kors ta' riabilitazzjoni mal-Caritas f'San Blas Community (bejn 12.1.93 u 30.6.95).", "Mogħtija fuq deċiżjoni tal- Kabinett.", "1996", "Lawrence Degabriele", "Maħfra ta' sentenza ta' sitt snin ħabs.", "Ġie meħlus b'effett immedjat fil- 5.3.96.", "Mogħtija għal raġunijiet umanitarji.", "Francis Schembri", "Maħfra tal-55 jum ħabs rimanenti mis-sentenza, b'hekk ġie meħlus minnufih.", "Mogħtija wara deċiżjoni tal-Kabinett u rakkmandazzjoni tal-Caritas.", "Joseph Muscat", "Maħfra ta' madwar tliet xhur mill-kumplament tas-sentenza, b'hekk ġie meħlus fit-2.10.96.", "Mogħtija għal raguni umanitarja.", "1997", "Julian Galea", "Maħfra ta' l-aħħar ftit jiem li kien baqa' mis-sentenza, b'hekk ġie meħlus fit-8.5.97.", "Applikazzjoni tal-benefiċċju tal-prison leave.", "Philip Mario Chircop", "Maħfra ta' sentejn priġunerija li għalihom ġie kundannat darbtejn.", "John Farrugia", "Maħfra ta' l-aħħar ftit jiem li kien baqa' mis-sentenza, b'hekk ġie meħlus minnufih.", "Mogħtija minħabba li l-priġunier kellu bżonn ta' intervent kirurgiku fil-qalb.", "Patrick Sammut Ghigo", "Maħfra tas-sentenza u, minflok, ingħata sentenza sospiza, b'hekk ġie meħlus b'effett minnufih.", "Mogħtija għal raġunijiet umanitarji.", "John Vella", "Maħfra tal-kumplament tas-sentenza (ħames ġimgħat u ġurnata) bil- kundizzjoni li titħallas il-multa ta' Lm2,000 kif ipprovdut mill-Qorti - u b'hekk ġie meħlus b'effett immedjat.", "ATTI - CORPUS LEĠISLATTIV", "W1,229.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru ġentilment jagħtini l-lista kollha tal-leġislazzjoni ta' natura sussidjarja li saret bejn l-1996 - 1997 taħt id-diversi atti li jiffurmaw il-Corpus Leġislattiv tagħna?", "X'laying procedures ġew osservati, jekk il-każ, għal kull każ u għal kull att tul l-istess żmien?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li l-lista ta' leġislazzjoni sussidjarja magħmula fl-1996 u 1997 tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Lista sussidjarja li tispeċifika b'mod iktar analitiku x-xorta ta' din il-leġislazzjoni sussidjarja tpoġġiet ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-proċedura ta' laying użata f'kull każ tirriżulta mil-minuti u l-atti ta' l-kamra tar- rappreżentanti.", "QRATI - REĠISTRI ANTIKI", "W1,261.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMRBI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kif jistgħu jiġu aktar ikkurati, forsi anke b'microfilming, interalia, r-Reġistri antiki li hemm fil-kamra ta' ġewwa nett fejn kien hemm il-Land Valuation Office, fl-Insinwa?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment ilu li ħass il-bżonn illi dawn il-volumi jiġu rinovati u għal din l-aħħar sena kien hemm bookbinder allokat prinċipalment fuqhom.", "Fil-fatt diġa' tlesta numru sew minnhom.", "QRATI - KAŻI LEĠITIMATI", "W1,262.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru każi legitimatis per subsequens matrimonium bejn is-snin 1990 - 1997, sena b'sena?", "Kemm saru rikonoxximenti ta' paternita' tul l-istess snin, sena b'sena?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "ADOPTED PERSONS", "W1,269.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' adopted persons li jirriżultaw għas-snin 1980 - 1995, sena b'sena mill-Insinwa?", "Kemm seta' żdied jew naqas, skond il-każ, sena b'sena, tul l-istess snin ċitati bl-inizjattiva ta' adozzjoni ta' ulied barranin?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' adopted persons li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta u f' dak ta' Għawdex bejn is-snin 1980 - 1995 kienu hekk", "| |F'Malta| |F'Għawdex| | |Maltin |Barranin|Maltin | |1980 |21 |3 |2 | |1981 |15 |5 |2 | |1982 |14 |2 |2 | |1983 |22 |1 |5 | |1984 |17 |1 |1 | |1985 |6 |5 |2 | |1986 |13 |7 |1 | |1987 |23 |8 |1 | |1988 |16 |10 |Nil | |1989 |10 |5 |Nil | |1990 |5 |8 |1 | |1991 |11 |87 |1 | |1992 |11 |85 |3 | |1993 |11 |27 |2 | |1994 |19 |15 |1 | |1995 |8 |16 |1 |"]} {"filename": "19970312_043d_par.doc", "date": "1997-03-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 43 L-Erbgħa, 12 ta'Marzu, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 43 L-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "43", "L-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 1997", "WERREJ MINUTI 142", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 142", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 147", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI", "TA' VETTURI BIL-MUTUR", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) BILL (KUMITAT) 148", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 153", "AĠĠORNAMENT 167", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 171", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 184", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 42 li saret fl-11 ta' Marzu, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "PROPRJETA' -XIRI MINN BARRANIN", "629.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li akkwistaw proprjeta' f'Malta tul is-snin 1990-1996, sena b'sena, u kemm kien id-dħul f'taxxa minnha tul l-istess snin?", "ONOR.", "LINO SPITERI (Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Jiena mgħarraf li mis-sena 1990 sa l-aħħar ta' Diċembru 1996 inħarġu 2,834 permess lil barranin biex jixtru proprjeta' f'Malta u fuqhom inġabret taxxa kif jidher hawn taħt:", "|SENA|PERMES|TAXXA |10% |TOTAL | | |SI |FUQ |LEVY | | | | |DOKUMENT| | | | | |I U | | | | | |TRASFERI| | | | | |MENT | | | | | |LM |LM |LM | |1990| 810 |8,398 |23,995|32,393| |1991| 441 |194,719 |535,58|730,30| | | | |3 |2 | |1992| 358 |209,346 |558,96|768,31| | | | |9 |5 | |1993| 304 |479,271 |682,44|1,161,| | | | |7 |718 | |1994| 376 |534,506 |758,46|1,292,| | | | |4 |970 | |1995| 276 |601,366 |852,42|1,453,| | | | |9 |795 | |1996| 269 |578,397 |820,53|1,398,| | | | |5 |932 |", "L-ammont ta' taxxa fuq il-boll li tħallas fuq kuntratti ta' xiri minn proprjeta' minn barranin għall-istess perijodu huwa ta' Lm6,838,425.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Sandro Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Billi ġieli jkun hemm min jissuġġerixxi li t-taxxa fuq il-boll li titħallas fuq il-kuntratti tax-xiri ta' proprjeta' minn barranin għandha tkun b'mod li tinċentiva lill-barranin jixtru proprjeta' f'Malta, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ir-rata li hemm stabilita bħalissa hija ta' 17% u din hija meqjusa bħala rata għolja.", "Fl-istess ħin wieħed irid igħid ukoll li dik ir-rata kienet ġiet stabilita fil-kontest ta' kemm kienet qiegħda tinbiegħ proprjeta' lill-barranin.", "Peress li din hija kwestjoni ta' policy, wieħed ma jistax jippronunzja ruħu fuqha mingħajr ma jkun studjaha l-Kabinett u l-Grupp Parlamentari, kif ukoll qabel ma ssir diskussjoni dwarha f'dan il-Parlament.", "Imma ġaladarba ġejt mitlub l-opinjoni personali, jiena ngħid li aħna m'għandniex ninqaflu f'soċjeta' magħluqa u allura għandna nħallu spazju lill-barranin li jitħajru jixtru proprjeta' hawn Malta ta' 'l fuq minn ċertu prezz biex b'hekk ma jgħollux iż-żejjed il-prezz tal-proprjeta' għall- Maltin.", "Fl-istess ħin, jiena personalment m'iniex favur li ninkoraġġixxu ħafna lill-barranin biex jixtru proprjeta' għax peress li Malta hija żgħira, il-proprjeta' hija ristretta u kull proprjeta' li tinbiegħ lil barranin tkun qed tnaqqas mill-istock available għall-Maltin.", "Nerġa' nenfasizza li dik hija opinjoni tiegħi u qed infissirha f'kontest li m'iniex qed nimplika li se nirrikmanda li għandu jkun hemm xi għeluq għall-barranin milli jixtru skond ir-regolamenti kif inhuma mfasslin u kif jistgħu jiġu riveduti minn gvernijiet sussegwenti.", "Personalment jien qiegħed nirrikmanda, b'kawtela kbira, li waqt li l-barranin are welcome fostna, irridu noqogħdu attenti - għax iktar ma inti żgħir aktar trid toqgħod attent - kemm ikollna minnhom jgħixu permanentement hawnhekk.", "Dan qed ngħidu mhux għaliex dawn ma jagħtux kontribut lill-pajjiż mil-lat soċjali, ekonomiku u kummerċjali - fil-fatt ħafna minnhom jagħtu u tul is- snin kien hawn ċerti riżorsi umani barranin jgħixu fostna li taw kontribut ekonomikament disinteressat lid-diversi gvernijiet liema kontribut kien utli u għandna nagħrfuh - imma għax meta tiġi biex tħares lejn dan mil-lat ta' proprejta' għandek għalfejn toqgħod attent u timxi b'kawtela kbira.", "MID-MED BANK - TRANSFERS", "3288.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil-korporazzjonijiet/kumpanniji/aġenzji li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu mis-17ta' Jannar 1997 'il hawn?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Fost il-korporazzjonijiet/kumpanniji/aġenziji li jaqgħu taħt dan il-ministeru kien hemm ċaqliq ta' 50 persuna fil-Mid-Med Bank li saru fil-kors normali tax-xogħol tiegħu.", "Dan il-ministeru ma jindaħalx lil dan il-bank f'ċaqliq bħal dan.", "VAT - REFUNDS", "3343.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' refund fuq il-VAT li tħallas lill-bdiewa fulltime fis- snin 1995 u 1996, sena b'sena, u kemm kien in-numru ta' bdiewa kull sena li rċevew jew għad iridu jirċievu dam ir-refund?", "Jista' l-Ministru jagħti l- istess dettalji fir-rigward ta' sajjieda?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li rigward il-bdiewa u s-sajjieda ma tinżamx informazzjoni separata għal dawk li huma fulltime u part-time.", "Ir-refunds li tħallsu kienu kif ġej:", "Bdiewa", "|SENA |REFUND |TAXPAYERS | |1995 |LM100,447| 258| |1996 |LM504,170| 2291 |", "Sajjieda", "|SENA | REFUND |TAXPAYERS | |1995 |Lm33,010.5| 23 | | |0 | | |1996 |Lm95,589.4| 158 | | |0 | |", "SKEJJEL STATALI - KUNSILLI", "3695.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Kemm ikkontestaw ġenituri u għalliema għall-elezzjoni tal-kunsilli ta' l-iskejjel statali matul din is-sena skolastika?", "Jista' l- Ministru jgħid x'ġara fuq bażi ta' skola skola f'dawk il-każi fejn ġenituri u/jew għalliema ma kkontestawx jew fejn in-numru tagħhom ma kienx biżżejjed? ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): It-tagħrif mitlub hu kif ġej:", "| |Genit|Ghalli| | |uri |ema | |Settur Skejjel |233 |197 | |Primarji | | | |Settur Skejjel |18 |19 | |Specjali | | | |Settur Skejjel |118 |114 | |Sekondarji u Junior | | | |Lyceums | | | |Settur Skejjel |44 |40 | |tas-Snajja | | | |Settur Skejjel |69 |47 | |Post-Sekondarji | | |", "Fis-setturi ta' l-iskejjel tas-snajja' u ta' l-iskejjel post-sekondarji ssib xi każi fejn hemm jew studenti biss inkella taħlita ta' ġenituri u studenti.", "F'każijiet fejn ma kienx hemm biżżejjed nomini ta' ġenituri u għalliema, il-kunsilli jew għamlu co-option ta' membri oħra jew inkella iffunzjonaw b'dawk il-membri li ġew nominati.", "L-iskejjel li m'għandhomx kunsill skolastiku għal din is-sena skolastika huma:- Skola Primarja, Naxxar; Skola Sekondarja Tereża Nuzzo, Ħamrun; Skola Sekondarja Ġuże' Delia, Ta' Paris, Birkirkara; u Skola Sekondarja Prof. Kurunell Lorenzo Manche', Floriana.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika, skola bi skola, li ġiet mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - ETA' TA' ĦRUĠ", "3698.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi lill- istudenti biex jitilqu mill-iskola qabel ma jagħlqu s-16-il sena fil- perijodu bejn Ottubru, 1996 sal-lum?", "Kemm minnhom kienu bniet?", "Kemm minnhom kienu ġejjin mill-iskejjel sekondarji ta' l-Istat, mill-iskejjel tas-snajja', mill-iskejjel tal-Knisja u mill-iskejjel privati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hawn taħt qed nagħti n-numru ta' studenti li telqu mill-iskola qabel ma għalqu s-16 il-sena fil-perijodu bejn Ottubru 1996 sa-26 ta' Frar, 1997 flimkien ma' l-informazzjoni l-oħra mitluba mill- Onor. Interpellant:", "| |Subien |Bniet | | |taħt is-16-il|taħt | | |sena |is-16-il | | | |sena | |Skejjel|Spiċċa|Ma |Spiċċa|Ma | | |w |spiċċa|w |spiċċa| | |il-Kor|wx |il-Kor|wx | | |s |il-Kor|s |il-Kor| | |Skolas|s |Skolas|s | | |tiku |Skolas|tiku |Skolas| | | |tiku | |tiku | |Sekonda|3 |5 |14 |14 | |rji, | | | | | |Liċei u| | | | | |ex-Oppo| | | | | |rtunity| | | | | |Snajja'|7 |3 |1 |1 | |Oħrajn |1 |2 |- |2 | |Tal-Kni|- |- |- |1 | |sja | | | | | |Tal-Pri|- |- |- |- | |vat | | | | | |TOTAL |11 |10 |15 |18 |", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nixtieq nirringrazzja lill-Ministru għal-fatt li spontanjament qassmilna dokument rigward dan is-suġġett, pero' dwar dan xtaqt nistaqsi x'qiegħed isir biex wieħed jivverifika l-fatti li abbażi tagħhom xi ħadd ikun qiegħed jitlob li joħroġ mill-iskola qabel ma jagħlaq is-16-il sena.", "Apparti l-parir tal-welfare officers - jidhirli li dawn jiġu mitluba jagħtu parir - il-kap ta' l-iskola qed jintalab jagħti l-parir tiegħu f'każi bħal dawn?", "X'inhi l-proċedura fid-dettall?", "On paper din il- policy tidher li hija tajba, imma fil-fatt din kif qed tiġi attwata u x'qed isir biex wieħed jevita li din il-policy tiġi abbużata?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dik il-karta tqassmet bħala self-protection għal- fatt li kienet qed issir pressjoni mill-Membri Parlamentari biex inħallu lil ċerti ġuvintur u tfajliet jitilqu mill-iskola.", "Jien nifhem li jkun hemm każi fejn il-ġenituri jagħmlu pressjoni fuq xi Membri Parlamentari li mbagħad dawn jitolbuna nħallu lil dawn l-istudenti jitilqu mill-iskola qabel ma jagħlqu s-16-il sena.", "L-appell tiegħi hu biex kemm jista' jkun aħna l-Membri Parlamentari nipprovaw nispjegaw lil ġenituri li jkun aħjar għat-tfal li jibqgħu l-iskola sakemm jagħlqu s-16-il sena.", "Din hija problema serja għaliex għalija l-fatt li ġuvni jew tfajla jitolbuna biex jitilqu mill-iskola qabel ma jagħlqu s-16-il sena jfisser vot ta' sfiduċja fis-sistema edukattiva u għalhekk irridu naraw x'nagħmlu dwarha.", "Il-policy m'għandhiex tkun - jien qed nimxi fuq il-policy li sibt u nifhem li sar xi titjib fuqha - fid-diskrezzjoni tal-ministru għaliex inkella nispiċċaw nużawha għal favuri personali, kif sfortunatament kienet tinftiehem.", "Il-proċedura hi li wara li l-istudent japplika, il-welfare section tagħmel il-case study dwar ir-raġuni għaliex dak li jkun qed jitlob li joħroġ mill-iskola u mbagħad din tirrakkmanda jekk għandux ikun hemm eżenzjoni jew le.", "Il-policy li fuqha m'hemmx diskrezzjoni hi li dawk l- istudenti li japplikaw biex joħorġu mill-iskola jitħallew joħorġu meta jagħlqu s-16-il sena u ma joqogħdux jistennew l-aħħar tas-sena skolastika għalkemm aħna niskoraġġixxu lil studenti oħrajn milli jagħmlu dan.", "Jien m'iniex sodisfatt li qed nagħmlu biżżejjed għal dawn il-ġuvintur u tfajliet li qed joħorġu mill-iskola qabel ma jagħlqu s-16-il sena.", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA ĠODDA", "787.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li f'fuljett li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kienet ħarġet sentejn ilu u peress li anke ċ-Chairman eżistenti kemm-il darba qal li sa tmiem is-sena li għaddiet kellhom jinbidlu 100 karozza tal- linja, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienu ġew ordnati karozzi tal- linja ġodda u għaliex sal-lum dawn għadhom ma waslux?", "Kemm se jkun is- sussidju li se joħroġ il-poplu fuq kull karozza li ġiet ordnata?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru tat-Trasport u Portijiet): Peress li din l-interpellanza saret qabel ma nħatar il-bord il-ġdid, tajjeb li jingħad li kien iċ-chairman ta' qabel li ddikjara kemm-il darba li sa l- aħħar tas-sena li għaddiet kellhom jaslu Malta 100 karozza tal-linja ġodda.", "Meta nħatar il-bord il-ġdid instab li kienu ġew ordnati biss ħames karozzi tal-linja ġodda li s'issa waslu tlieta minnhom.", "Il-Gvern preżenti qed jagħti ħarsa ġdida lejn il-kwestjoni tal-karozzi tal-linja l-ġodda u jiena naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li d-deċiżjoni li tittieħed se tkun fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Meta nġabet il-low floor bus, iċ-chairman preżenti ġie rapportat li qal li hemm bżonn li sa l-aħħar tas-sena 1997 jinbidlu madwar 80 karozza tal-linja.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan ir- rigward, iktar u iktar meta qabel kien hemm 147 sid li kellhom ftehim dwar dan mal-PTA?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, kif diġa' għidt irridu nieħdu deċiżjoni fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Hawnhekk biżżejjed ngħid li waħda mill-karozzi low floor diġa' għandha l- ħsara u għalhekk irridu naraw jekk dawn humiex verament tajbin għat-toroq tagħna.", "Rigward id-domanda l-oħra rrid ngħid lill-Onor.", "Interpellant li aħna bdejna t-taħdidiet ma' ħafna sidien u peress li hemm il-kompetizzjoni fost l-importaturi li se jġibu dawn il-karozzi tal-linja, diġa' kien hemm xi tnaqqis fil-prezz tagħhom.", "S'issa għadna ma ħadna l-ebda deċiżjoni f'dan ir-rigward, pero' kif diġa' għidt jien lest li ninforma lill-Onor.", "Galea bid-deċiżjonijiet li nkunu se nieħdu u dan se nagħmluh fl-interess tas-sidien tal-karozzi tal-linja u tal- pajjiż.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Peress li diġa' kien hemm dikjarazzjonijiet pubbliċi minn diversi nies dwar dan is-suġġett - mhux biss mill-Public Transport Authority - jista' l-Ministru jikkonferma li matul din is-sena se jitkompla l-proċess ta' bdil ta' karozzi tal-linja?", "Jekk dan il-proċess se jitkompla, jista' l-Ministru jgħid kemm se jinbidlu karozzi tal-linja matul din is-sena?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-proċess m'huwiex se jitkompla għax qed nagħmlu taħdidiet ma' kull min hu interessat li jimporta dawn il-karozzi tal-linja u jekk jista' jkun naslu fi ftehim sabiex dawn il-karozzi jinħadmu hawn Malta.", "Jien għadni ma nistax ngħid jekk dawn il-karozzi tal- linja humiex se jaslu sa l-aħħar tas-sena.", "Aħna li se nagħmlu se nagħmluh fl-aħjar interess ta' kulħadd.", "Rigward jekk humiex se jaslu ....", "(Interruzzjonijiet)", "Jien jiddispjaċini li m'hawnx l-Onor.", "Michael Frendo li għal tliet budgets wara xulxin kien jiġi jgħid li dawn il-karozzi tal-linja kienu ġejjin.", "Jien suppost li lanqas kelli noqgħod nitħabat xejn għaliex dawn il- karozzi tal-linja suppost li kellhom ikunu kollha hawnhekk sa l-1995.", "Fil- fatt, ma' dawn il-karozzi tal-linja kellu jkun hawn il-makni awtomatiċi tal- biljetti jiffunzjonaw, kellna nimmodernizzaw il-bus terminus ta' Birżebbuġa, kellu jkun hemm xi ħaġa li biha wieħed seta' jsegwi l-karozzi tal-linja minn fuq il-monitor, kellu jkollna bus stations bil-heater biex meta jkun il-bard wieħed ikun jista' jistkenn fihom u jieħu tazza te', kellha ssir sistema ta' paging u ħafna affarijiet oħra bħal dawn!", "Fi kliem ieħor, konna se nkunu qisna l-airport!", "Suppost anke t-terminus ta' Buġibba kellu jkun lest, pero' minn dan aħna ma sibna xejn lest.", "Allura għalfejn qed tinkwetaw li sa l-aħħar tas-sena dawn il-karozzi tal-linja jkunu għadhom ma ġewx!", "Jien se nagħmel mezz biex sa l-aħħar tas-sena dawn jinġabu hawnhekk u nadattawhom għall-bżonnijiet tagħna.", "Kif diġa' għidt, waħda minn dawn il-karozzi l-ġodda li nġabu diġa' tinsab bil-ħsara u jekk it-tnejn l-oħra li ġibna llum ifettlilhom jgħaddu mill-Imsida, jegħrqu u nispiċċaw b'xejn!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, jien jidhirli li kien sar depożitu ta' xi Lm500 abbażi ta' ftehim li kien sar u fil-fatt kien hemm anke ftehim dwar x'sussidju għandu jkun hemm min-naħa tal-gvern fuq dawn il-karozzi tal- linja.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-ftehim hux se jibqa'?", "Jekk le, x'se jsir minnu dak d-depożitu?", "Il-Ministru se jkompli bil-politika tal- Gvern preċedenti dwar l-għoti ta' sussidju?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, jien diġa' għidt li l-Lm500 m'aħniex se neħduhomlom għaliex jista' jkun li naslu għal prezz irħas.", "Jekk ikun hemm bżonn aħna lesti nagħtu iktar sussidju, pero' l-ewwel irridu naraw il-pożizzjoni finanzjarja tal-Gvern.", "Aħna onorajna l-ftehim fuq dawk il-ħames karozzi pero' fuq l-oħrajn għad irridu nagħmlu aktar diskussjonijiet.", "Aħna għaliex għandna nagħtu sussidju meta diġa' wasalna fi stadju fejn hemm importaturi li niżżlu ħafna l-prezz ta' Lm55,000 li kien intalab oriġinarjament?", "Jekk hawn min hu lest li jibni dawn il- karozzi tal-linja hawn Malta, anke jekk hemm bżonn permezz ta' joint venture, għaliex bilfors irridu nġibu 150 karozza tal-linja ġdida sa l- aħħar tas-sena u noħorġu dawk il-miljuni kollha?", "Dawn anke fuq il-kwestjoni tal-Gozo Channel kellkom kollox lest!", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru, ma kien hemm xejn lest u jekk l-Onor.", "Membru jrid jista' jiġi sa l-uffiċċju tiegħi ħalli nurih x'ħalla sieħbu qabel ma telaq.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Lino Spiteri.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 35 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Impjieg mal-Malta Financial Services Centre għall-finijiet ta' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' OPM Circular No 17/1996 tas-27 ta' Ġunju, 1996 u kopja taċ- ċirkolari maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali Memo 59/1996 tal- 25 ta' Ġunju, 1996 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3865.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Sur President, f'isem il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti informazzjoni dwar qtugħ ta' ilma fi Triq Santa Monika, Ħal Tarxien/Raħal Ġdid, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3771.", "THE DEPUTY SPEAKER: Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni għall-mod kif kien irrapportat f'\"l-orizzont\" id-diskors li jien għamilt nhar it-Tnejn f'din il-Kamra.", "Fil-fatt dawn irrapportaw parti żgħira mid- diskors tiegħi u anke dik il-parti lanqas hija rrapportata korrettement.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, dan deher fil-gazzetta tal-lum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli Onorevoli.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dan ir-rapport deher illum, jiġifieri din hija l- ewwel opportunita' li kelli biex inressaq din l-osservazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli Onorevoli, qiegħed in order.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien mhux id-dixxiplina tikkonċernani, imma l- fatt li jekk hawnhekk qed nieħdu t-trouble li nagħmlu diskors ippreparat, għallinqas ir-reporters għandhom jagħmlu ġustizzja magħna billi jirrapportawh tajjeb.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Sedja tieħu konsiderazzjoni ta' dak li għidt u tagħti deċiżjoni fi stadju ulterjuri.", "Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of the First Schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Anglu Farrugia): Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 2:", "\"A\" Il-paragrafu (a) tal-klawsola 2 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(i) Fin-numru tal-kodiċi H.S. 8703.0399A-F, minflok il-figura \"Lm3850\" fir-Rata ta' Taxxa għandha tidħol il-figura \"Lm2380\";", "(ii) fin-Numru tal-Kodiċi H.S. 8703.0399H, minflok il-figura \"Lm4690\" fir-Rata ta' Taxxa għandha tidħol il-figura \"Lm2900\";", "(iii) fin-Numru tal-Kodiċi H.S. 8703.0499 A-F, minflok il-figura \"Lm5800\" fir-Rata ta' Taxxa għandha tidħol il-figura \"Lm4825\"; u", "(iv) fin-Numru tal-Kodiċi H.S. 8703.0499 H, minflok il-figura \"Lm8150\" fir-Rata ta' Taxxa għandha tidħol il-figura \"Lm6800\".", "\"A\" Paragraph (a) of clause 2 shall be amended as follows:", "(i) In H.S. Code Number 8703.0399 A-F, for the figure \"Lm3850\" under the Rate of Tax there shall be substituted the figure \"Lm2380\";", "(ii) in H.S. Code Number 8703.0399 H, for the figure \"Lm4690\" under the Rate of Tax there shall be substituted the figure \"Lm2900\";", "(iii) in H.S. Code Number 8703.0499 A-F, for the figure \"Lm5800\" under the Rate of Tax there shall be substituted the figure \"Lm4825\"; and", "(iv) in H.S. Code 8703.0499 H, for the figure \"Lm8150\" under the Rate of Tax there shall be substituted the figure \"Lm6800\".", "Qegħdin nemendaw din il-klawsola għax sibna li kien fiha xi żbalji.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Chairman, bejn meta tressaq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil- Mutur u llum li għandna din l-emenda quddiemna, qed jirriżulta tnaqqis fit- taxxa ta' reġistrazzjoni li titħallas għal vetturi second-hand.", "Hawnhekk jien nixtieq nistaqsi: It-tnaqqis li qed ngħidu li se jkun hemm huwa tnaqqis biss mill-proposti li hawn fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jew inkella huwa tnaqqis minn kif kienet il-pożizzjoni qabel ma tressaq dan l-abbozz ta' liġi fil-Parlament?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Iva, din hi l-pożizzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mela milli qed nifhem it-tnaqqis se jkun fil- konfront ta' dak li hemm fl-Att prinċipali u allura dan ifisser li qegħdin nagħtu inċentiv biex minflok importazzjoni ta' karozzi ġodda jkun hawn importazzjoni ta' karozzi second-hand?", "Jekk dan mhux il-każ, hemm xi raġuni oħra wara din l-emenda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Aħna la qed ninkoraġġixxu u lanqas qed naqblu li jiġu mportati karozzi qodma għaliex inkella jkollna ħafna aktar inkwiet meta 'il quddiem niġu biex ngħaddu l-liġi dwar l-MOT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Aħna l-iskeda mhux qiegħdin nissostitwixxuha imma qed nemendawha u għalhekk dawk l-affarijiet li mhux qed jiġu emendati se jibqgħu kif inhuma.", "Meta jien nagħmel eżami bejn l-emenda u l-liġi attwali, jien għandi ftit domandi li jew forsi diġa' hemm risposta għalihom jew forsi jista' jkun li hawn xi żbalji.", "Per eżempju, l-iskeda qiegħda mqassma fi tliet kolonni, jiġifieri n- numru tal- kodiċi, l-oġġett u r-rata ta' taxxa u meta wieħed jieħu n-numru tal-kodiċi H.S. ta' l-iskeda kif qed nemendawha u jqabblu man-numru tal- kodiċi ta' l-iskeda attwali jsib li filwaqt li n-numru 8703 u n-numru 8703.1000 jaqblu, minn hawn 'il quddiem l-iskeda attwali tgħid 8703.2110, 8703.2120 u minflok in-numru \"2\" qegħdin iniżżlu \"0\".", "Dan ifisser li tbiddlu l-codes jew inkella ħawn xi żball?", "Għalkemm din il-ħaġa tista' tidher insinifikanti m'hemmx dubju li hija mportanti, għaliex jekk ikun hawn din it-tip ta' diskrepanza jista' jkun hemm diffikulta' meta d- dipartiment jiġi biex jinforza l-liġi, aktar u aktar meta tista' tgħid li din il-ħaġa tibqa' tirrepeti ruħha tul l-iskeda kollha.", "Li rrid ngħid hu li filwaqt li fl-iskeda attwali wara l-punteġġ dejjem insibu n-numru \"2\", fil-proposta qed insibu \"0\".", "Qed ngħid dan biex jekk hemm xi żball wieħed jara kif jista' jikkoreġih.", "Din hija l-ewwel diffikulta' li nnotajt bejn il-proposta ta' l-iskeda u dak li hemm fl- abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu.", "Diffikulta' oħra hija li fit-test attwali taħt il-kolonna B nsibu hekk:", "\"Vetturi oħra, b'makna bil-pistons reċiproċi ta' kombustjoni interna li tixgħel bi spark\".", "Issa taħt il-kolonna B tal-kodiċi 8703.1000 ta' dan l-abbozz ta' liġi insibu :", "\"Vetturi oħra, b'makna ta' kombustjoni interna li tixgħel bi spark/b'kumpresssjoni:\"", "Qed inħallu barra l-kliem \"bil-pistons reċiproċi\" u minflok qed indaħħlu l- kelma \"kumpressjoni\".", "Jien assolutament ma nifhem xejn fil-mekkanika tal- karozzi, pero' nixtieq inkun naf jekk din il-bidla saritx biex tirrifletti l-iskopijiet li jrid jilħaq il-Gvern permezz ta' din it-taxxa jew inkella għal xi raġuni oħra.", "Imbagħad fit-tieni paġna ta' l-abbozz ta' liġi nerġgħu nsibu l-kwestjoni fejn minflok in-numru \"2\" qed insibu \"0\" u barra minn hekk meta immorru għan-numru tal-kodiċi 87.03 (iv) insibu l-kliem:", "\"ta' ċilindrata ta' aktar minn 1800 cc iżda mhux aktar minn 2000 cc:\"", "u fin-numru tal-kodiċi 87.03 (iii) hemm:", "\"ta' ċilindrata ta' aktar minn 1500 cc iżda mhux aktar minn 1800 cc:\",", "li huwa d-demarcation line.", "Jien naħseb li dan huwa korrett imma forsi wieħed jista' jiċċekkja ftit dawn id-dettalji.", "Pero' d-diffikulta' tiegħi qiegħda fl-H.S. code numbers.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-Onor.", "Interpellant staqsa għaliex inbidlu l- H.S. code numbers u għaliex ġew riveduti l-kategoriji.", "Minħabba li llum iċ-ċilindraġġ ma għadux kif kien qabel fis-sens li ma għadhiex teżisti d- differenza bejn makni li jaħdmu bil-petrol u dawk li jaħdmu bid-diesel, allura dawn il-kategoriji ġew amalgamati.", "Din kienet ukoll ir-raġuni għaliex inbidlu l-H.S. code numbers.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: La qed nitkellmu fuq il-lat tekniku, għall-preċiżjoni nixtieq nistaqsi: Ħadna ħsieb li nikkanċellaw xi code li ma ġiex emendat b'dan l-abbozz ta' liġi biex b'hekk dan ma nħalluhx imdendel?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-codes li ma ġewx emendati ġew ikkanċellati kollha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li l-Kamra tifhem li aħna mhux qed nidħlu f'dawn id-dettalji biex inkunu pettegoli imma għax huwa importanti li dawn l-affarijiet ikunu ċċarati.", "Fil-każ tan-numri tal-kodiċi 87.02, 87.03, 87.04,", "87.05 u jekk m'iniex sejjer żball 87.06, jien naħseb li m'hawn l-ebda żball għall-mod kif qiegħda abbozzata l-emenda, imma mbagħad malli taqbeż il-parti ta' l-iskeda li qiegħda tiġi emendata, l-HS code jerġa' jidher bil- mod l-antik.", "Naturalment, jista' jkun li t-tekniċi daħlu f'din il- kwestjoni, pero' ta' min jiċċara dan il-punt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-code 8703 hija dik internazzjonali u n- numri li jiġu wara huma s-sub-codes tagħna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien napprezza d-diffikulta' tal-Ministru f'dan ir- rigward għax lanqas jien ma nifhem liema huma n-numri internazzjonali u liema huma dawk lokali, pero' fl-iskeda kif emendata hemm diskrepanza f'wieħed min-numri u biex nevitaw miżinterpretazzjonijiet aħjar li wieħed ikun eżatt f'dak li qegħdin nagħmlu.", "Punt ieħor li xtaqt inqajjem huwa rigward id-demarcation line bejn kategorija u oħra ta' ċilindrata.", "F'dan l-abbozz ta' liġi għandna erba' kategoriji ta' vetturi li huma: dawk ta' ċilindrata ta' mhux aktar minn 1300cc; dawk ta' ċilindrata ta' aktar minn 1300cc iżda mhux aktar minn 1500cc; dawk ta' ċilindrata ta' aktar minn 1500cc iżda ta' mhux aktar minn 1800cc u dawk ta' ċilindrata ta' aktar minn 2000cc.", "Mill-banda l-oħra fil- Budget Speech li ppreżenta l-Onor.", "Spiteri insibu li l-erba' kategoriji li jissemmew huma: sa 1300cc; minn 1301cc sa 1500cc; minn 1801cc sa 1800cc; minn 1901cc sa 2000cc u 'l fuq minn 2000cc.", "Teknikament 1 cc ma tantx se jagħmel differenza, iżda għal dik li hija registration tax hawnhekk jista' jkollok qabża konsiderevoli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nixtieq nassigura lill-Onor.", "Galea u lil kulħadd li bl-emenda li qegħdin nagħmlu qed inbiddlu biss l-HS code u mhux l- iskeda kollha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jien naħseb li kif inhuma miktubin dawn l- emendi jiskapulaw il-problema li għadu kemm qajjem l-Onor.", "Galea għax f'kategorija waħda jingħad li l-karozza trid tkun ta' ċilindrata sa 1300cc u mbagħad wara jingħad li trid tkun ta' ċilindrata ta' aktar minn 1300cc.", "F'dan il-każ makna ta' 1300cc tiġi kklassifikata fl-ewwel kategorija u allura minn dan il-lat ma naħsibx li hemm problema.", "Il-problema li qegħdin naraw hija li filwaqt li jidher li n-numri li hawn fl-emenda huma korretti - u dawn ma jkoprux l-iskeda kollha li kienet teżisti qabel imma parti minnha - fil-fatt jidher li qiegħda tinħoloq problema kemm fil-kodifikazzjoni ta' dik il-parti ta' l-iskeda li ġiet emendata, li allura n-numri tagħha ġew aġġornati, kif ukoll ta' dik il- parti ta' l-iskeda li ma ġietx emendata u allura għadha bin-numerazzjoni l- antika u mhux sinkronizzata man-numri l-ġodda.", "Din hija d-diffikulta li aħna qegħdin inressqu u jekk jirriżulta li din id-diffikulta' hija reali jeħtieġ li din titranġa għaliex inkella se jkollna problema fl- amministrazzjoni ta' din il-liġi, fis-sens li nkunu qegħdin nirriferu għall- istess ħaġa b'żewġ numri u allura b'registration tax differenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Stante li dan huwa punt żgħir ħafna ma nafx jekk taqblux li għandna nissospendu ftit is-seduta biex din id-diffikulta tiġi spjegata lil kulħadd.", "Barra minn hekk, hemm xi punti oħra żgħar li nistgħu nqanqluhom hekk kif inkunu wiċċ imb'wiċċ għaliex ċerti affarijiet huma ftit diffiċli biex tispjegahom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jiena napprezza s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru, pero' qabel ma nissospendu ftit aħjar nelabora daqsxejn waħda fuq x'inhu li tbiddel għaliex jien naħseb li fhimtha mill-ispjega li tawna t-tekniċi.", "Klawsola 2 taqra hekk:", "\"2.", "L-Ewwek Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali għandha tiġi emendata kif ġej: -", "(a) minflok l-oġġetti u r-rati ta' taxxa li japplikaw għan-Numru tal- Kodiċi H.S. 87.03 għandu jidħol dan li ġej:- .....\",", "imbagħad hemm dak li qed jagħmlu riferenza għalih it-tliet Onor. Membri li tkellmu.", "Fil-fatt jien naħseb li kien ikun iżjed korrett kieku din tiġi taqra hekk:", "\"(a) minflok l-oġġetti u r-rati ta' taxxa li japplikaw għan-Numru tal- Kodiċi H.S. 87.03 u s-sub-kodiċi tagħha għandu jidħol dan li ġej:-\",", "għaliex b'hekk, kif qed jgħid l-Onor.", "Dalli, l-iskeda titħassar kollha u tiġi rimpjazzata b'din li hawn quddiem il-Kamra.", "Jien naħseb li l-Ministru jrid iressaq emenda għal klawsola 2 biex iżid din il-frażi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għal dak li qal qabel il-Ministru jien nifhem li peress li d-differenza bejn makna li taħdem bil-petrol u oħra li taħdem bid-diesel m'għadhiex hemm, dawn il-kategoriji issa ngħaqdu.", "Jekk dak li rridu nagħmlu huwa li nneħħu kulma kien hemm qabel, allura naħseb li dak li qed jgħid l-Onor.", "Spiteri huwa korrett.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Għan-nom ta' l-Onor.", "Debono Grech se nipproponi din l-emenda, li naħseb li qed tirrispekkja dak li qed jgħidu l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni:", "\"B\" Fil-paragrafu (a) tal-klawsola 2 minnufih wara l-kliem \"Kodiċi H.S. 87.03\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"u s-sub-codes tagħha\".", "\"B\" In paragraph (a) of clause 2 immediately after the words \"H.S. Code Numbers 87.03\" there shall be inserted the words \"and its sub-codes\".", "L-iskop ta' din l-emenda huwa li - kif spjega l-Onor.", "Debono Grech - minħabba t-tibdil li sar fid-diskrezzjonijiet ried isir ukoll renumbering tas-sub-codes.", "Hawnhekk għandna l-code prinċipali internazzjonali - din ma tistax tbiddilha - u s-sub-codes lokali.", "Dan sar biex tiġi mnaddfa l-iskeda tal-liġi u biex, kif osservaw l-Onor.", "Membri li tkellmu, ma jkunx hemm malintiż meta din tiġi applikata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Issa jidher ċar x'ġara.", "Jiġifieri qabel kellna sezzjoni li kienet tirrelata ma' vetturi li jaħdmu bil-petrol li kienet kollha bis-sub-codes lokali li jibdew bit-\"2\" u mbagħad kellna sezzjoni oħra ta' vetturi li jaħdmu bid-diesel li s-sub-codes tagħhom kienu jibdew bit-\"3\".", "Skond ma smajna llum, din id-differenza bejn vetturi li jaħdmu bil-petrol u dawk li jaħdmu bid-diesel issa tneħħiet u għalhekk ma kienx hemm bżonn li tibqa' din id-differenza u allura s-sub-coding qed jibda biż- zero.", "Naħseb li kif ġew l-affarijiet issa jagħmlu sens.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri issa d-differenza bejn il-vetturi li jaħdmu bil-petrol u dawk li jaħdmu bid-diesel spiċċat u baqa' biss id- differenza fuq iċ-ċilindrata tal-vettura.", "Qed nifhem sew?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Iva, hekk hu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-aħħar parti ta' l-iskeda taħt in-numru tal- kodiċi 87.06 il-paragrafi (a), (b) u (c) għandhom jibdew bil-kelma \"għal\" mhux bil-kelma \"bħal\" biex jaqblu mat-test Ingliż fejn il-paragrafi jibdew fil-kelma \"for\".", "Ħaġa oħra hija li fil-frażi \"ta' ċilindrata\" l-ittra \"t\" hija żgħira filwaqt li fl-iskeda l-antika qiegħda capital \"T\", pero' din mhix se tagħmel differenza kbira għax min ikun qed jagħti l-aħħar daqqa ta' għajn lil din il-liġi kif għandu jara jekk ikunx irid jibdel xi ħaġa fiha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Naqbel ma' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Membru u għaldaqstant nipproponi din l-emenda verbali:", "Fit-test Malti, il-paragrafu (b) tal-klawsola 2 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fis-sub-paragrafu (a) minflok il-kliem \"bħal vetturi\" għandhom jidħlu l-kliem \"għal vetturi\";", "(b) fis-sub-paragrafu (b) minflok il-kliem \"bħal karozzi\" għandhom jidħlu l-kliem \"għal karozzi\";", "(c) fis-sub-paragrafu (c) minflok \"bħal vetturi\" għandhom jidħlu l- kliem \"għal vetturi\".", "In the Maltese text, pararagh (b) of clause 2 shall be amended as follows:", "(a) in sub-paragraph (a) for the words \"bħal vetturi\" there shall be substituted the words \"għal vetturi\";", "(b) in sub-paragraph (b) for the words \"bħal karozzi\" there shall be substituted the words \"għal karozzi\";", "(c) in sub-paragraph (c) for the words \"bħal vetturi\" there shall be substituted the words \"għal vetturi\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"A\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"B\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda verbali kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda verbali għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat sabiex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fis-7.05 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mis-26 ta' Frar, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli huwa in possession.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President. l-aħħar darba kont qiegħed nitkellem fuq it-tip ta' riformi li qegħdin jiġu proposti mill-Gvern dwar kif għandha tinġabar it-taxxa indiretta u għidt li, għalkemm it-taxxi indiretti jridu jinġabru, hemm diversi modi kif wieħed jista' jagħmel dan.", "Jekk wieħed ma joqgħodx attent dwar is-sistemi li jkun qiegħed jopera jista' jkollna problema kbira billi t-taxxi ma jiġabrux u dan jikkawża ħsara fl-andament ekonomiku.", "Meta taxxa li tkun maħsuba u implimentata tajjeb ma toħloqx distortions fl-ekonomija tal-pajjiż.", "X'jiġifieri dan?", "Jiġifieri meta bniedem jieħu deċiżjoni, kemm jista' jkun din għandha tkun fuq x'inhu l- aktar metodu effiċjenti li bih għandhom isiru l-affarijiet u mhux fuq x'se jkun il-profitt finali tiegħu jew jekk hux se titħallas iktar jew inqas taxxa, skond l-options differenti li għandu quddiemu.", "Kemm jista' jkun, l-element tat-taxxa m'għandhux tkun il-bażi fuqhiex wieħed jiddeċiedi l-mod ta' transazzjoni partikolari li għandu jagħmel.", "Dan għaliex meta d- deċiżjonijiet jibdew jittieħdu fuq il-bażi ta' x'jaqbilli u dak li jkun iħallas l-inqas taxxa, jista' jkun li jinbdew jintgħażlu options li jkunu inqas effiċjenti.", "Kien għalhekk li t-taxxa tal-VAT li għandna llum ġiet aċċettata minn daqstant pajjiżi fid-dinja.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu biss fuq il-pajjiżi ta' l-Ewropa, kif sal-lum għad hawn min jaħseb, għax mhux il-pajjiżi ta' l-Ewropa biss daħħlu u mplimentaw is-sistema tal-VAT imma hemm tmenin pajjiż ieħor li jħaddmu s-sistema tal-VATu dan ġara għaliex din tat prova li hija s- sistema li toħloq l-inqas distortions fl-ekonomija.", "Wieħed mill-elementi ta' din it-taxxa huwa li ma twaħħalx spejjeż fil- linja tan-negozju u allura din hija sistema li tippermetti lil min qiegħed jopera fis-settur ekonomiku li jieħu l-aħjar deċiżjonijiet.", "Permezz ta' din is-sistema wieħed ma jimpurtahx jekk il-produzzjoni tiegħu tkunx tinvolvi iktar materjal jew inkella hux se jkollu iktar input ta' makkinarju, għaliex dawn ma jagħmlulux differenza, minħabba li t-taxxa għalih tkun l-istess, cioe' zero.", "Fir-realta', in-negozju ma kien qiegħed jiġi mgħobbi bl-ebda taxxa bil-mod kif kienet qed tiġi mħaddma s- sistema tal-VAT u kien għalhekk li pajjiżi li normalment kienu jħaddmu taxxi fuq produzzjoni u taxxi fuq turnover kienu bdew jaqilbu minn tip ta' tassazzjoni li tintaxxa lin-negozju għal taxxa li hija newtrali għall-mod kif tagħmel in-negozju u li bażikament tinġabar kollha fil-livell ta' konsum.", "Fil-verita', meta qed nintaxxaw lin-negozju finalment inkunu qegħdin nintaxxaw lill-konsumatur għax din m'hijiex taxxa fuq il-profitt.", "Jien niftakar li, fid-dibattitu li kellna meta ntroduċejna l-VAT, l- argument li nġab minn ħafna nies kien li minħabba li konna se nġiegħlu lin- negozjanti jħallsu l-income tax li suppost kellhom iħallsu, dawn kienu se jgħaddu dan il-piż lill-konsumatur.", "Din hija ħaġa li qatt me kellha tkun.", "Kemm konna nisimgħuh dan il-kliem, saħansitra anke minn ħalq ċerti politiċi!", "Mela allura kemm iktar u iktar in-negozjanti se jgħaddu lill- konsumatur dik it-taxxa li qed niċċarġjawhom bħala parti mill-cost tal- produzzjoni u mill-cost ta' l-operat tagħhom!", "Jiġifieri meta nitkellmu fuq production taxes u turnover taxes - l-ETP u l-ETSS bażikament huma dawk il-konċetti antikwati li ġew imwarrba f'ħafna pajjiżi biex imorru għal sistemi aħjar li qed jitħaddmu llum fl-ekonomiji moderni - inkunu qed ngħidu li min jagħti s-servizz se jħallas din it-taxxa li mbagħad jgħaddiha għand il-konsumatur.", "Dan hu li qed ngħidu.", "Fis-sistema eżistenti hemm it-trasparenza għax il-konsumatur jaf li fil- prezz li jħallas hemm inkluż it-taxxa ta' 15%, pero' bis-sistema li qed tiġi proposta se nerġgħu nduru għas-sistema l-antika fejn il-konsumatur ma jkunx jaf x'qed iħallas taxxa għax din issa kulħadd se jinkorporaha fil- prezz, kif irid u kif jaqbillu.", "GĦaldaqstant, kif se tibda titħaddem din is-sistema se jkun hawn terrimot fil-prezzijiet.", "Ħalli nieħdu eżempju ta' konsulent ta' fabbrika ta' l-ikel li, għall-grazzja ta' l-argument, għal xogħlu jiċċarġja Lm5,000 fis-sena.", "Bis-sistema eżistenti dan il-konsulent jiċċarġja Lm5,000 u 15% taxxa fuqhom, li tiġi tammonta għal Lm750, liema taxxa kienet awtomatikament tinġabar lura mill-manifattur u allura l- ispiża tiegħu għal dik il-konsulenza kienet qed tkun ta' Lm5,000.", "GĦall- kuntrarju, bis-sistema li qed tiġi proposta llum dan il-konsulent jiċċarġja Lm5,000 u 10% taxxa fuqhom, li tiġi tammonta għal Lm500, pero' issa dan il- manifattur mhux se jiġbor dawn il-Lm500 lura u għalhekk dan ifisser li l- cost tal-konsulenza se jiżdied b'Lm500.", "Fil-fatt, dan se jiġri f'kull servizz li jingħata u f'kull prodott li jkollu dazju fuqu - ovvjament meta qed ngħid dan qed neskludi dawk is-servizzi u l-prodotti li huma zero rated, li jeżistu kemm f'sistema u kemm f'oħra - għax fil-prezz se jkun hemm moħbija taxxa indiretta li ma tinġabarx lura u l-profitti se jiġu affettwati mill-cascading effect ta' din it-taxxa.", "Kif għidt diġa' dan se jżid il-cost ta' l-operazzjoni u għalhekk, iktar ma taħseb u titkellem fuq din is-sistema iktar tibda tistaqsi: Aħna x'kellna x'nambuha din it-taxxa?", "Għalfejn se noħolqu dan it-tbażwir kollu fil-mod kif dan il-pajjiż issa dara jinnegozja?", "Għalfejn se nagħtu dawn it- tentazzjonijiet ħalli min jogħġbu jogħlli l-prezzijiet?", "Għalfejn se noħolqu mod ieħor kif bniedem iħossu inċert kif se jopera fil-futur?", "Jiddispjaċini ngħid li tħares kif tħares lejn dan li qed jiġi propost tara li l-bażi ta' dan kollu mhuwiex it-tmexxija ta' ekonomija aħjar.", "Meta wieħed jaqra' l-white paper jsib dikjarazzjonijiet li l-VAT kienet komplikata, li l-VAT kienet ħażina u li t-taxxa l-ġdida li se jintroduċu se tkun waħda sempliċi.", "Id-dikjarazzjonijiet hemm qegħdin - bħal-litanija tar- rużarju u ngħidu wara kull waħda \"Amen\" - pero' fir-realta' meta wieħed jipprova jfittex il-motivazzjoni għal dawn id-dikjarazzjonijiet ma jsib xejn.", "Jiena nibqa' nsostni li huwa ħażin li din id-deċiżjoni ekonomika finalment tittieħed biss b'inizjattiva politika.", "Din id-deċiżjoni qiegħda tittieħed mhux għax ekonomikament tagħmel sens u mhux għax il-pajjiż għandu bżonnha, imma qegħda tittieħed għaliex hemm commitment politiku.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik imma għandek bżonn ta' extension.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Dalli jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, huwa għalhekk li nies u gruppi politiċi bħal, per eżempju, l-eżekuttiv tal-Labour Party jagħmlu dikjarazzjonijiet fis-sens li l-Gvern Laburista għandu jdaħħal it-taxxa l-ġdida.", "Għalfejn dan?", "Meta jibdew jidhru r-riżultati ta' din it-tip ta' sistema, il-poplu mhux fuq in-nies anonimi ta' l-eżekuttiv tal-Labour Party se jdur u jgħid: Ara x'għamlu!", "Il-poplu se jdur fuq il-Ministru tal-Finanzi l-Onor.", "Lino Spiteri u fuq ħadd iktar - meta kont jien f'dik il-pożizzjoni in-nies kienet tgħid li John Dalli daħħalha l-VAT - għax finalment il-piż dwar jekk din ir-riforma hux se tirnexxi jew le se jaqa' fuq spallejh.", "Għalhekk dawn id-deċiżjonijiet li se jittieħdu għandhom ikunu xprunati minn realtajiet ekonomiċi u finalment irridu ngħidu: Isma', din se tkun aħjar jew agħar għall-ekonomija tal-pajjiż?", "L-esperjenza ta' min diġa' għadda minn din it-triq li qed nitkellmu fuqha tindika li s-sistema li qed tiġi proposta li tiddaħħal hija inferjuri għas- sistema preżenti mill-lat ta' operat ekonomiku.", "Fil-fatt, is-sistema li qed tiġi proposta tant hija inferjuri li pajjiżi oħra diġa' qalbu għas- sistema li għandna llum.", "Għalhekk illum jien irrid nerġa' nappella lill- Gvern biex jifhem illi l-bżonnijiet ta' pajjiżna fil-medium u anke fil-long term, kemm dawk politiċi u iktar u iktar dawk ekonomiċi, huma ħafna iktar differenti mill-esiġenzi elettorali.", "Illum ma għadniex ngħixu fil- fantasija ta' x'jista' jiġri jekk inkunu fil-gvern, għax illum għandna r- responsabbilta' tal-gvern, li tfisser li jkun min ikun fil-gvern irid jagħmel l-affarijiet li jkunu idonei u li jkunu ta' ġid u li jsiru b'mod li in the long run il-pajjiż igawdi minnhom.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li dan l-abbozz ta' liġi qed iżid il- prezz ta' l-elementi kollha taż-żjut, bħall-petrol, u dan fih innifsu diġa' huwa element ta' cost addizzjonali u dawn it-taxxi l-ġodda se jkomplu jagħfsu fuq l-operational costs kollha.", "L-ekonomija f'pajjiżna diġa' kkajmat u dan aħna mhux qed ngħiduh għall-gost imma qed ngħiduh bħala stat ta' fatt li llum kulħadd qed imissu b'idejh.", "Ir-realta' hi li fil-preżent l-ekonomija miexja fuq ritmu baxx ħafna u wisq nibża' li t-tibdil li qed jipproponi l-Gvern jista' jkun it-trabokk li fih se jwaqqa' l-ekonomija għax se niġu f'sitwazzjoni ta' riċessjoni u inflazzjoni li biha l-kwalita' tal-ħajja tal-poplu tagħna tmur lura qatigħ.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, illum qed nitkellmu fuq id-dazji tas-sisa li, kif diġa' qalu l-kelliema ta' qabli, dejjem kienu jiġu applikati fuq l-ispirti u fuq is-sigaretti, u l-għan tagħhom huwa biex tinġabar it-taxxa biex tagħmel tajjeb għall-finanzjament tal-pajjiż.", "Hekk kif erba' xhur ilu dan il-Gvern beda jiffunzjona bilfors kellu jara kif se jorganizza l-finanzjament tiegħu.", "Dan ma jfissirx li d-dazju fuq pakkett tas-sigaretti jew fuq flixkun whisky se jkun biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċ finanzjarju kbir li hemm, imma żgur li dan se jtaffi xi ftit is-sitwazzjoni.", "L-iktar ħaġa importanti hija li l-Gvern Laburista qagħad attent li japplika s-sisa fuq is-sigaretti u fuq ix-xorb biex fl- istess ħin iħajjar lill-poplu jibża' iktar għal saħħtu għax jekk nieħdu l- figuri dwar l-inċidenti tat-traffiku, li għandhom relazzjoni diretta ma' l- alkoħol, insibu li għal perijodu ta' sitt xhur fl-1995 kien hemm iktar minn 5,000 kolliżjoni u din hija figura għolja għall-ammont ta' karozzi li għandna fit- toroq tagħna.", "Iktar minn hekk, qed jiżdiedu l-imwiet fatali bħala riżultat ta' dawn it-traffic accidents.", "Jiena m'iniex qed ngħid li bilfors hemm relazzjoni diretta max-xorb imma żgur li dan huwa kontribut qawwi għal dawn it-tip ta' accidents.", "Dan iwassalni għal ħsebijiet oħra għaliex il-mod li bih il-Gvern Nazzjonalista introduċa l-VAT bilfors iwasslek sabiex tistaqsi ċerti mistoqsijiet.", "Sur President, il-VAT ġiet introdotta fuq is-sistema ta' tassazzjoni indiretta li nsibu fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma ttieħdu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi ta' pajjiżna u kif żviluppat s-sistema ta' tassazzjoni tagħna matul iż-żmenijiet.", "Kien għalhekk li f'daqqa waħda, fl- 1995, xi ħadd ta xokk lil dan il-pajjiż billi ried li ndaħħlu dik is- sistema ta' tassazzjoni, li hija l-common policy tal-European Union.", "Dan huwa l-iżball li sar u kien għalhekk li bl-iktar mod ċar fl-aħħar elezzjoni l-poplu Malti qal li fuq it-tassazzjoni aħna rridu nimxu bil- mod, kif qal u għadu qed jgħid u jagħmel il-Partit Laburista.", "GĦalhekk il- poplu qal \"le\" għall-VAT għaliex jaf li din kienet il-karta tan- Nazzjonalisti li kien ilhom jistudjawha minn qabel l-1995 u fl-aħħar faqqgħuha għaliex kienu iffissaw li aħna se nkunu fl-ewwel fl-enlargement tal-European Union, imma dan fil-fatt ma seħħx.", "Dan qed ngħidu għar-raġuni li jekk taqra kotba relatati mal-policies tal-European Union issib li dawn dejjem jagħmlu enfasi fuq dan.", "Nikkwota lil Lasok, li huwa awtorita' fuq il-European Union policies, fejn jgħid li m'hemmx dubju li l-VAT system hija pass importanti bħala introduzzjoni għall-European Union u dan mhux biss biex naqtgħu l-fruntieri fiskali imma biex ikollna tassazzjoni uniformi għall-komunita' minħabba l-fatt li din hija parti mill-European Union's own resources.", "Mela n-Nazzjonalisti dan kienu jafuh għax huma kienu l-predikaturi ta' din is-sistema - tal-fissazzjoni, ngħid jien - minħabba li riedu jidħlu fil-European Union.", "Din hija l-kritika li l-Partit Laburista dejjem għamel lill-Partit Nazzjonalista proprju minħabba li daħħal sistema li l-poplu Malti ma riedx u r-riżultat ta' l-aħħar elezzjoni ġenerali ta mandat ċarissimu lill-Partit Laburista dwar it-tneħħija tal-VAT.", "Il-poplu Malti għamel hekk għaliex meta ġiet introdotta l-VAT - dan deher anke fil-pubblikazzjoni li kienu bagħtu fid-djar intitolata \"Tagħrif għat-Taxpayers, VAT Ġusta u Meħtieġa\" - sab li kull darba li l-oġġett jibdel l-idejn dejjem qed ikollu an additional 15% fuq il-prezz.", "Per eżempju, prodott li għadu kif jidħol Malta għandek il-15% u d-dazju fuqu, imbagħad imur għand il-wholesaler u jerġa' jiżdied b'15%, u dan l-oġġett kien qed jispiċċa jibdel l-idejn erba' jew ħames darbiet u kull darba l-prezz jogħla b'15%, għaliex għalkemm wieħed ikollu r-refund dan xorta jżid il-15%.", "Pero' l-aktar ħaġa serja hija li bl-introduzzjoni tal-VAT spiċċaw mijiet ta' self-employed żgħar - niftakruhom il-corner shops fil-villaġġi tagħna - u dan għaliex minn barra li dawn riedu jaraw kif se jkomplu jaqilgħu l- għajxien, kellhom bilfors jiddedikaw mhux inqas minn ġurnata fil-ġimgħa biex joqogħdu jagħmlu ix-xogħol li suppost jagħmel il-Gvern.", "Peress li l- Gvern ġiegħel lil dawn in-negozjanti ż-żgħar jiġbru din it-taxxa daħħalhom ukoll f'iktar spejjeż biex jagħmlu l-VAT returns u aktar u aktar jekk ġew fil-bżonn li jimpjegaw skrivan jew awditur part-time ħalli jagħmlilhom dan ix-xogħol.", "Dawn kienu kollha żvantaġġi li ġabet magħha din is-sistema.", "L-iskop li l-VAT kienet se tikkontrolla l-evażjoni tat-taxxa ma ntlaħaqx u hawnhekk biżżejjed naraw l-ammont ta' taxxa li kienet qed tinġabar mill-VAT mill-1995 'il hawn.", "F'kelma waħda hawnhekk kellna straġi minħabba sistema ta' tassazzjoni li l-poplu mill-bidu nett wera li ma jridx.", "Hawnhekk ta' min iżid fattur ieħor, jiġifieri li l-poplu kien qed jissuspetta b'mod qawwi li r-rata ta' taxxa ta' 15% kienet se togħla u dan minħabba l-fatt li pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea diġa' għandhom rata ta' VAT ta' 25% u allura ma kien hemm xejn xi jżomm - naturalment kieku baqa' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, għax issa l-VAT se nneħħuha - milli din it-taxxa titla' għal 20% jew 25%.", "(Interruzzjonijiet) Issa nitkellmu fuq is-seklu 21 ukoll!", "Aħna qegħdin ngħidu li l-VAT se tiġi replaced b'taxxa iktar sempliċi u ġusta għax bis-sistema tal-VAT ma kien hemm l-ebda distinzjoni bejn studenti u ħaddiema u bejn nies li qegħdin f'ċertu income bracket u oħrajn li għandhom standard of living ogħla.", "Barra minn hekk it-taxxa mhux se tibqa' tinġabar kif kienet tinġabar taħt is-sistema tal-VAT.", "B'din is- sistema it-taxxa se tinġabar billi meta jiġi importat oġġett minn pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea se jitħallas dazju fuqu ta' 15% u wara l-wholesaler jiġbor it-taxxa tas-sisa fuqu ta' 5%.", "Il-vantaġġ hawnhekk huwa li t-taxxa se jiġbruha n-negozjanti l-kbar biss u mhux kif kien isir qabel meta kważi kulħadd kien involut fil-ġbir tal-VAT.", "Qabel kellna sistema li kienet dejjqet u baxxiet il-moral ta' ħafna nies u skoraġġiethom milli jaħdmu.", "B'din is-sistema mhux se jkun hemm bżonn li jsiru spejjeż għaliex, per eżempju, il-ħwienet iż-żgħar mhux se jibqgħu jagħmluha ta' tax collectors u dawk il-persuni li ma jħaddmux aktar minn tlieta min-nies magħhom mhux se jkollhom l-obbligu li jimlew ir-return tat-taxxa.", "Sur President, rigward is-sisa fuq is-servizzi rrid ngħid li diġa' sar kambjament kbir għax it-taxxa se tinżel għal 5% fuq catering relatat mat- turiżmu, filwaqt li għas-servizzi l-oħra kollha t-taxxa se tinżel għal 10%.", "Hawn wieħed mill-ewwel jinduna li bis-sistema l-ġdida ħafna mis-servizzi, fosthom dawk is-servizzi li qabel kien ikollhom inkluż it-taxxa ta' 15% - bħal ngħidu aħna, l-kaħħala, it-tillgħara, il-plumbers u l-hairdressers - issa se jkunu eslużi minn din it-taxxa.", "Sur President, kif qal il-Partit Laburista, il-white paper ħriġniha biex tagħti lok għal diskussjoni kemm mill-korpi kostitwiti u anke minn persuni individwali, mhux bħal qabel, għax għalkemm meta ġiet introdotta l- VAT il-Gvern preċedenti qal li kien ikkonsulta ma' l-għaqdiet u mal- kummerċjanti kollha dan ma kien veru xejn, u fil-fatt l-ikbar disfatta li kien hemm meta ġiet introdotta din it-taxxa kienet id-dwejjaq tal-poplu Malti għax tant ma kienet saret l-ebda konsultazzjoni miegħu li sa general strike kien hawn kontra din is-sistema.", "Għall-kuntrarju aħna qed nintroduċu din is-sistema permezz ta' white paper fejn qed ngħidu li rridu noħolqu sistema ta' taxxa aħjar u qed ngħidu lill-korpi kollha biex jitkellmu fuq l-aspetti kollha ta' din it-taxxa l-ġdida - u fil-fatt hekk qed jagħmlu l-unions, fosthom il-GRTU u kull min hu kostitwit - ħalli wieħed jara kif jista' jtejjeb ċerti affarijiet.", "Sur President, per eżempju, għalkemm fil-white paper hemm paragrafu wieħed biss li jittratta dwar financial aspects - eżattament paragraph 5.21 - dwar financial arrangements u dwar affarijiet simili wieħed jista' jelabora u jidħol aktar fid-dettall fuq dawn il-punti u għalhekk meta niġu biex nemendaw il-liġi jkun tajjeb jekk indaħħlu ċerti details.", "Per eżempju, jien naħseb li wieħed irid ikun jaf iktar dwar it-tip ta' taxxa li qed tiġi proposta anke għal dak li għandu x'jaqsam ma' share trading, ma' taxxa fuq il-commission ta' l-istockbroker, ma' income from abroad u ma' ċerti servizzi bħal bank charges, export services u affarijiet simili, imma naturalment dawn l-affarijiet joħorġu mid-diskussjonijiet li qegħdin isiru u għad iridu jsiru.", "Fil-fatt aħna għalhekk għamilniha l-white paper sabiex nistiednu lill-korpi kollha biex jieħdu sehem f'dawn id-diskussjonijiet ħalli tiġi ntrodotta sistema ta' taxxa aktar ġusta u aktar sempliċi.", "M'iniex qed ngħid li kulħadd se jkun kuntent b'din is-sistema għax wara kollox hawn qed nitkellmu fuq taxxa, imma ċertament aħna qed nipprovaw indaħħlu din is-sistema b'mod iktar aċċettabbli u armonjuż mit-taxxa tal- VAT li ġiet introdotta b'mod drakonjan.", "Ovvjament b'din is-sistema l-ġdida ta' taxxa l-enfasi għandha tibqa' li dak li għandu jitħallas irid jitħallas għax aħna nħossu li dik għandha tkun il-prijorita' ta' kwalunkwe tip ta' taxxa.", "Fil-fatt aħna qed nagħmluha ċara li l-konsumatur se jibqa' dejjem protett peress li se jibqagħlu d- dritt għal riċevuta fiskali u ta' xejn jipprovaw ibeżżgħu lin-nies - dan it- trick kemm-il darba pprovaw jilagħbuh, anke waqt il-kampanja elettorali - u jgħidulhom li b'xi mod aħna rridu nneħħu l-VAT biex inħallu lil min jevadi t-taxxa.", "Dan m'hu veru xejn.", "Daqs kemm beżżgħuhom lin-nies!", "Aħna qegħdin ngħidu li l-moralita' fiskali hija prijorita' u jien nistieden li jkun hemm ċerti ideat, bħalma dehru anke f'gazzetti lokali, biex żgur ma jkunx hemm evażjoni, lanqas dawk li jkollhom small businesses.", "GĦandna nsibu xi tip ta' inċentiv biex dawk li jagħtu servizz lill-konsumatur jagħtu riċevuta fiskali, per eżempju, billi nintroduċu xi tip ta' lotterija fejn b'riċevuta fiskali wieħed awtomatikament jidħol f'lotterija li tkun organizzata mill- Istat jew minn xi ħaddieħor.", "L-importanti hu li jkun hemm dawn l-inċentivi li jħajru lill-konsumatur - għax hemm qiegħed il-crux tagħha, il-konsumatur - ma jevadix it-taxxa.", "Anke fil-każ tal-bars, restaurants u pizzeriji, wieħed għandu jitlob riċevuta.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll dwar kif jista' jsir il-kuntrabandu f'dak li għandu x'jaqsam mas-sisa.", "Per eżempju, biżżejjed ngħidu li f'ċerti postijiet hawn Malta - aħna m'aħniex eċċezzjoni fejn pajjiżi oħra - is- sigarretti jinbiegħu duty-free.", "Qed ngħid għad-duty-free shops ta' l- airport u x-xatt fejn hemm authorised dealers sabiex ibiegħu affarijiet duty-free lil min ikun se jħalli xtutna.", "Per eżempju, it-turisti li jiġu Malta bil-vapur, huma u sejrin lura jkunu jistgħu jixtru affarijiet duty- free.", "Huwa hawnhekk fejn wieħed irid joqgħod attent għaliex aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq grossa sigarretti jew tnejn imma fuq sigarretti li jistgħu jinxtraw bi kwantita' kbira.", "Per eżempju, vapur żgħir jew skuna b'turisti Taljani tgħid li għandha bżonn tixtri 100 kaxxa Rothmans mill- kbar - kull kaxxa jkun fiha ma nafx kemm il-grossa - meta fil-verita' ssib li din l-iskuna jkollha xorti tgħabbi sitta jew għaxra minnhom.", "Allura fejn imorru dawn?", "F'dawn il-points sensittivi għandu jkun hemm kontroll kontinwu, kemm mill-fizzjali tad-dwana u aktar u aktar mill-pulizija, għax jekk ma jsirux ċerti checks fuq l-invoices u jekk ma ssirx supervision fuq l-istess tagħbija, m'għandek l-ebda assigurazzjoni li dak il-vapur meta joħroġ mill-Port il-Kbir m'huwiex se jerġa' jidħol x'imkien ieħor biex iniżżel il-kaxxi bis-sigarretti li jkun għabba mingħajr dazju.", "B'hekk ikun hawn is-sigarretti bil-kuntrabandu.", "L-aħħar każ li niftakar li kien inqabad fl-ibħra tagħna bil-kuntrabandu snin ilu - ma nafx jekk dan kienx dieħel Malta - kien vapur Sqalli u jidhirli li kien jismu \"MV Cicciolina\".", "Is-sigaretti li jidħlu bil-kuntrabandu jkunu oriġinaw f'Malta u la dawn qed jerġgħu jsibu ruħhom fis-suq lokali sinjal li hemm xi ħaġa ħażina fis- sistema.", "Jien nistaqsi: Min hu in charge mid-Detail Section, kemm ilu hemmhekk u kemm ilu jitfa' l-istess nies f'ċerti postijiet?", "Qed nistaqsi dan għax jew hemm nuqqas ta' interess f'dan ix-xogħol jew inkella hemm interess li dawn l-affarijiet jibqgħu isiru.", "Is-sisa ma tiġix imposta meta l-affarijiet ma jkunux se jiġu kkonsmati f'Malta u allura hawnhekk wieħed isib li hemm telf ta' ħafna eluf ta' liri f'dazju tas-sisa minħabba li l- oġġett ikun baqa' Malta.", "Jien nemmen li l-fizzjali tad-Dwana u uffiċjali tal-Pulizija li għandhom x'jaqsmu ma' investigazzjonijiet ta' dan it-tip għandhom jinbidlu kull tant żmien għax hawnhekk hemm bżonn fresh brooms ħalli l-affarijiet ikunu organizzati sewwa u s-suspetti jiġu mwarrba mill-aktar fis possibbli.", "Dan kollu japplika wkoll fil-każ ta' l-ajruport.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi, l-iktar ħaġa importanti hija li l- partijiet konċernati jifhmu li s-sistema ta' taxxa hija xi ħaġa li trid issir b'maturita', b'organizzazzjoni u b'serjeta'.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi, li fih biss żewġ klawsoli, jista' jidher bħala wieħed tekniku li jinkorpora l-miżuri li ġew imħabbra fil-Budget billi jibdel xi skedi fil-liġi dwar id-dazju tas- sisa.", "Dan l-abbozz fih miżuri ta' żieda fit-taxxa fuq l-alkoħol, fuq is- sigaretti u fuq il-petrol, f'liema każ qed issir differenza bejn dak normali u dak unleaded.", "Din hija liġi fiskali li wieħed jista' jew jaqtagħha fil-qasir, allavolja jkun hawn min jaqbel u min ma jaqbilx, jew inkella - kif diġa' sar mill-Ministru li ppilotaha, mill-Onor.", "John Dalli u mill-Onor.", "Farrugia - wieħed jista' jieħu din l-opportunita' biex jagħti daqqa ta' għajn lejn diversi policies li għandhom relazzjoni mat-taxxa fuq l-alkoħol u t-tabakk.", "Fid-diskorsi li smajna s'issa l-enfasi kienet fuq il- ħtieġa ta' żieda fid-dħul tal-gvern biex b'hekk jittaffa l-iżbilanċ li jeżisti kif ukoll li għandna nippromwovu sens ta' deterrent għal dak li huwa konsum ta' tabakk u alkoħol.", "GĦalhekk issa se nagħmel xi riflessjonijiet fuq l-aspetti ta' din il-kwestjoni biex din l-istess Kamra u, iktar u iktar, il-pajjiż jirriflettu fuq dawn l-issues li qed jitqanqlu.", "Sur President, għadni kif smajt lill-Onor.", "Anġlu Farrugia jfisser l- importanza tad-Dwana u jispjega l-mod kif dan id-dipartiment għandu jiġi organizzat.", "M'hemmx dubju li minkejja li qed ikun hawn din it- trasformazzjoni fir-reġim fiskali, ir-rwol tad-Dwana se jibqa' ta' importanza kbira.", "Jien qatt ma kont ministru responsabbli mill-finanzi u allura qatt ma segwejt dan il-qasam mill-qrib.", "Imma fit-tliet snin li għamilt bħala ministru ta' l-intern kelli relazzjoni mad-Dwana minħabba l- kontribut li din tagħti fil-ġlieda kontra l-kriminalita' sofistikata tal- kuntrabandu - fil-fatt id-Dwana huwa l-iktar dipartiment intiż fuq din it- tip ta' kriminalita' - u kontra l-kriminalita' li għandha x'taqsam ma' traffikar tad-droga, traffikar ta' l-armi u f'ċerti każi anke ma' traffikar ta' bnedmin.", "Illum il-ġurnata wieħed żgur li sema' ħafna fuq it-traffikar ta' bnedmin, kemm minn dak li jiġri fix-xena internazzjonali u kemm minn dak li jingħad f'din il-Kamra.", "Jien nirrikonoxxi l-validita' tar-rwol tad- Dwana u tal-kontribut li jagħtu dawn l-uffiċjali kif ukoll id- disponibbilta' tagħhom li jikkordinaw mal-Pulizija u ma' l-Armata.", "Naturalment dejjem hemm x'wieħed itejjeb u m'hemmx dubju li aħna nistgħu ntejbu iktar il-kordinament li jeżisti bejn dawn is-setturi li jinforzaw il- liġi.", "Fl-opinjoni tiegħi, aktar ma tiżviluppa l-ekonomija internazzjonali aktar se jitbaxxew il-barrieri li jeżistu bejn l-attivitajiet ekonomiċi tal- pajjiżi u b'hekk id-Dipartiment tad-Dwana jkun jista' jassumi inqas importanza f'dak li huwa ġbir ta' taxxi għall-gvern u iktar importanza f'dak li huwa inforzar ta' liġijiet biex titrażżan il-kriminalita'.", "Illum nafu li f'ċertu qasam il-kriminalita' m'hijiex organizzata minn xi individwu imma hija organizzata b'metodi ferm sofistikati fuq livell reġjonali u anke internazzjonali.", "Jien ninkoraġġixxi lill-Gvern biex isaħħaħ l-irwol tad- Dipartiment tad-Dwana u biex jassigura li jkun hemm aktar taħriġ u li jitkattru l-kuntatti - li diġa' huma tajbin - ma' forzi u aġenziji barranin ta' l-inforzar tal-liġi.", "Qed ngħid dan għaliex naħseb li biex is-soċjeta' tagħna jkollha l-iktar firxa wiesgħa ta' protezzjoni kontra l-kriminalita' organizzata hemm bżonn li mal-Pulizija u ma' l-Armata jissieħeb ukoll id- Dipartiment tad-Dwana.", "Aktar 'il quddiem f'dan ir-rigward wieħed għandu jsegwi b'interess it-tibdil li se jkun hemm fl-organizzazzjoni tal- Pulizija u minn hawnhekk jien nawgura li dan ikun tibdil li jagħmel lill- Korp tal-Pulizija iktar effiċjenti u effettiv.", "Hawnhekk qed niddiskutu ż-żieda tat-taxxa fuq l-alkoħol u fuq it-tabakk u allura meta wieħed ikollu quddiemu dan it-tip ta' tibdil fit-taxxa jien naħseb li jkun tajjeb li niċċaraw x'inhuma d-direzzjonijiet tal-policies li qegħdin nagħmlu.", "Il-Ministru u diversi membri oħra tal-Kamra diġa' indikaw li aħna mhux sempliċement qegħdin inżidu t-taxxa tas-sisa imma hawnhekk hawn involuti ukoll policies oħrajn.", "Meta wieħed iħares lejn iż- żieda fit-taxxa fuq is-sigaretti, fuq l-alkoħol u fuq il-petrol wieħed irid jara l-impatt ta' din it-taxxa minn tliet aspetti billi jistaqsi: X'inhu l-impatt ta' din it-taxxa fuq id-dħul tal-Gvern u għaliex se jkun hemm dan l-impatt?", "Din it-taxxa se jkollha xi impatt fuq l-industriji li għandhom x'jaqsmu ma' l-alkoħol u t-tabakk?", "B'din it-taxxa se jkun hemm xi impatt fuq il-kwalita' tal-ħajja taċ-ċittadini mill-aspett tas-saħħa?", "Dawn huma t-tliet aspetti li jien nixtieq nittratta.", "Sur President, aħna nafu li llum għandna sitwazzjoni fil-pajjiż fejn l- attivita' ekonomika tas-settur tas-servizzi bil-mod il-mod qiegħda dejjem tikber - u nisperaw li din tikkonsolida u tkompli tikber - u allura meta wieħed iħares lejn dawn iż-żewġ setturi wieħed jasal għall-konklużjoni li filwaqt li s-settur tax-xorb huwa wieħed ta' ċertu rilevanza, f'ċertu sens is-settur tat-tabakk huwa ta' rilevanza ftit anqas.", "Minn dak li jiena rajt fl-Economic Survey innutajt li l-impjiegi totali fil-beverages sector huwa ta' 1,153 - li fil-fatt naqas xi ftit fuq it-12- il xahar tas-sena ta' qabel - b'performance ta' aktar minn Lm23 miljun u b'esportazzjoni li tlaħħaq Lm700,000.", "Is-settur tax-xorb huwa settur li jiġi nfluwenzat ħafna mill-qasam tat-turiżmu kif ukoll huwa espost għall- kompetizzjoni aggressiva sew minn prodotti barranin - u fil-fatt is-settur tax-xorb lokali qiegħed iħoss din il-kompetizzjoni - kif ukoll minn kompetizzjoni interna bejn id-diversi produtturi lokali tax-xorb.", "Jekk wieħed iħares lejn is-settur tat-tabakk jara li f'ċertu sens dan qed jonqos f'dik li hija importanza ekonomika.", "Fil-fatt, l-ammont ta' impjiegi li dan jiġġenera huwa verament ċkejken - madwar 150 jew 170 - u naħseb li aktar kemm jgħaddi ż-żmien dan aktar se jonqos, sew minħabba t- teknoloġija għolja, li allura tirrendih dejjem anqas labour intensive.", "Barra minn hekk il-konsumatur qed isir dejjem iktar konxju ta' l-effetti negattivi fuq is-saħħa u l-konsum tat-tabakk, u anke l-gvernijiet huma konxji tal-kuxjenza li qiegħda titqanqal lokalment internazzjonalment, u qed jieħdu miżuri restrittivi rigward l-użu tat-tabakk.", "Wieħed irid jgħid ukoll li s-settur tat-tabakk jiddependi ħafna mill-arranġamenti li jsiru ma' kumpanniji internazzjonali u multi-nazzjonali.", "Il-Ministru qalilna li din iż-żieda fis-sisa qiegħda ssir ukoll sabiex wieħed inaqqas l-iżbilanċ proġettat mingħajr ma jolqot ħażin l-operat ekonomiku.", "Issa meta qed nitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-iżbilanċ tajjeb li nagħtu daqqa t'għajn lejn l-aħħar national accounts li ġew ippubblikati fejn fit-tables li hemm dwar il-personal sector insibu li fl- 1994 il-private consumption expenditure at current prices ta' l-alcoholic beverages kienet ta' Lm27.3 miljun filwaqt li għat-tabakk il-konsumatur nefaq Lm24.3 miljuni.", "Naturalment huwa mportanti, imma mhux daqstant rilevanti, li wieħed jagħmel paragun mal-private consumption expenditure at 1973 prices, imma mbagħad forsi nkunu qed nidħlu fi ftit teknika żejda.", "Sur President, meta wieħed jara l-private consumption expenditure at current prices bejn l-1991 sal-1994 insibu li fil-qasam ta' l-alkoħol kien hemm żieda fl-ispiża tal-konsum ta' Lm6 miljun, fejn minn Lm21.3 miljun tlajna għal Lm27.3 miljun, filwaqt li fil-qasam tat-tabakk kien hemm nefqa ta' Lm16.8 miljun fl-1991 li, kif diġa' għidt, din telgħet għal Lm24.3 miljun fl-1994 jiġifieri żieda ta' madwar Lm8 miljun.", "Din iż-żieda fl- ispiża tal-konsum tfisser li qed jiġi kkonsmat iktar alkoħol u tabakk u allura hawn irridu nibdew nistaqsu jekk il-policies tagħna biex jitnaqqas il-konsum humiex qed ikollhom l-effett neċessarju.", "Meta mbagħad wieħed jara x'daħħal il-Gvern mis-sisa fuq l-alkoħol u t-tabakk isib figuri li hemm bżonn jiġu spjegati.", "Jekk bejn l-1991 u l-1994 fuq l-alkoħol kien hemm żieda fin-nefqa ta' madwar Lm6 miljun, allura wieħed jistenna li f'dawn l-erba' snin is-sisa għandha tiżdied in a corresponding manner.", "Pero' hawn insibu li filwaqt li l-konsum żdied b'Lm6 miljun, it-taxxa tas-sisa żdiedet b'madwar Lm200,000.", "L-istess nistgħu ngħidu għat-tabakk għax għalkemm il-konsum żdied b'madwar Lm8 miljun, it-taxxa tas-sisa baqgħet fejn kienet, anzi bejn l-1993 u l- 1994 din saħansitra naqset.", "Jien nifhem li ċertu ammont ta' konsum ikun duty free, - jekk m'iniex sejjer żball dan l-argument diġa' tqanqal mill- Onor. Anġlu Farrugia - pero' possibbli li hemm diskrepanza tali li għalkemm nonfqu Lm6 miljun iktar fl-alkoħol indaħħlu kważi l-istess dħul f'taxxa tas- sisa, u għalkemm nonfqu Lm8 miljun iktar fit-tabakk it-taxxa fuqu tibqa' l- istess, jekk ma tonqosx ukoll!", "Hawn wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll li filwaqt li bejn l-1991 u l-1994 il-prezz tat-tabakk baqa' kif kien, fuq l-alkoħol kien hemm żieda fis-sisa.", "GĦalhekk, fil-winding-up jien nixtieq nisma' r-riflessjonijiet tal-Ministru fuq dan l-argument biex b'hekk nipprova nifhem iktar kif qed tiġi amministrata din it-taxxa kif ukoll biex nifhem aħjar l-impatt li din iż-żieda fis-sisa fuq l-alkoħol u t-tabakk jista' jkollha fuq il-policies ta' oqsma oħra.", "Sur President, ingħad li din it-taxxa għandha żewġ skopijiet, ċioe' li l- Gvern idaħħal aktar flus minħabba l-iżbilanċ fin-nefqa finanzjarja tiegħu u li din għandha isservi ta' deterrent għall-ġid tas-saħħa tal-poplu.", "Fuq l-argument ta' l-iżbilanċ jiena diġa' kelli l-okkażjoni nagħmel xi riflessjonijiet f'din il-Kamra meta ddiskutejna l-Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa tar-Registrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur.", "Nerġa' nsostni li dan huwa suġġett attwali ta' importanza u dan mhux għaliex inbidel il-gvern, għax fil-fatt l-iżbilanċ fin-nefqa ilna naffaċċjawh.", "Il-verita' hi li huwa assolutament importanti li jkollna r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex inkunu nistgħu nipprovdu dak il-qafas ta' servizzi infrastrutturali, soċjali, edukattivi u mediċi li s-soċjeta' tagħna għandha bżonn jekk din trid iżżomm, anzi ittejjeb, il-livell ta' l-għajxien.", "Allura m'hemmx dubju li wieħed għandu jaħdem biex iżid id-dħul tal-Gvern biex jitnaqqas dan l-iżbilanċ.", "Jiena naqbel mal-kumment li għamel il-Ministru meta kien qiegħed jippilota l-liġi fejn qal li jekk irridu ngħinu lill-poplu m'għandniex naqtgħulu qalbu imma għandna nfiehmuh x'inhuma s-sitwazzjonijiet li qiegħed jgħix fihom.", "Aħna għandna poplu li huwa intelliġenti, kuraġġuż u resourceful u dan jixhdu l-fatt li huwa rnexxielu jgħix dawn l-eluf ta' snin fuq din il-biċċa ġebla f'nofs il-Mediterran bit-taqlib kollu li dan il- baħar għadda minnu matul iż-żmien.", "GĦalhekk jiena naqbel ħafna - u dan kien l-atteġġament kontinwu tagħna meta konna fil-gvern - li l-poplu ma tridx taqtagħlu qalbu imma trid timlih bil-kuraġġ u tispira l-fiduċja tiegħek fih biex b'hekk ikun jista' jissogra aktar kif ukoll itejjeb il- ħila u l-kreattivita' tiegħu.", "Dażgur li dan nagħmluh!", "Imma mbagħad meta nisma' ċerti diskorsi, bħal dak li għamel illejla l-Onor.", "Anġlu Farrugia dwar ir-riforma fiskali li għamel il-Gvern ta' qabel, ma nistax ma nitħawwadx għaliex jien nemmen li dak it-tip ta' diskors ma jgħinx lill- poplu tagħna jifhem is-sitwazzjonijiet soċjo-ekonomiċi li għaddej minnhom.", "Jien ma nemminx li min jagħmel ċertu tip ta' diskors - bħal, per eżempju, li s-sistema fiskali dejqet lil ħafna nies għax dawn kellhom juru lill- gvern sa l-inqas ħaġa li jaqilgħu u li billi din daħħlithom f'ċerti spejjeż allura neħħitilhom l-inizjattiva - ikun qed juri l-apprezzament tas- sitwazzjoni imma għall-kuntrarju jkun qed jagħmel diskors partiġjan.", "Li ġara hu li l-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni rrealizza li jekk ma jaqbilx mal-VAT ikollu cavallo di battaglia għax ikun qed jaqbel mal-kultura u mall- mentalita' tal-poplu u allura fehem li jekk jgħid li se jneħħi l-VAT se jiġbed is-simpatija ta' numru ta' eletturi.", "Fil-fatt, m'hemmx dubju li l- kwestjoni tal-VAT ġiet strumentalizzata għal raġunijiet purament partiġjani biex partit jikseb vantaġġ elettorali.", "Mil-lat partiġjan wieħed jista' jgħid li din hija logħba li tista' tintlagħab, pero' naturalment f'din il- logħba jeżistu diversi elementi oħra li jmorru lil hinn ħafna milli sempliċement tirbaħ elezzjoni.", "Dan qed ngħidu għax altru jirnexxielek tipperswadi jew tidħak bil-poplu f'eżerċizzju elettorali u altru tidħol fir- responsabbilta' ta' gvern billi tiffaċċja r-realta' ta' l-iżvilupp li jkun qed iseħħ f'dik is-soċjeta' u tippromwovi dak l-iżvilupp fid- direzzjonijiet pożittivi.", "GĦalhekk jien naħseb li wieħed mhux biss irid joqgħod attent ħafna biex jara kif se jbiddel din is-sistema fiskali imma jrid jifhem ukoll l-implikazzjoni tagħha.", "Naturalment, il-Gvern wiegħed fil-programm elettorali li se jbiddel din is-sistema fiskali u fil-fatt l- Onor. Membri tal-Gvern il-ħin kollu qed jgħidulna li l-poplu tahom il- mandat biex jagħmel dan it-tibdil.", "Aħna lill-Gvern ngħidulu li la issa huwa assuma r-responsabbilta' li jerġa' jbiddel is-sistema fiskali li l- Gvern preċedenti għamel b'responsabbilta' u b'kuraġġ kbir, allura aħna se nistennew li jiġi quddiemna l-abbozz ta' liġi biex jemenda dak li għamel il- Gvern Nazzjonalista ħalli nkunu nistgħu naraw eżattament x'se jiġri.", "Fil- white paper diġa' donnu hemm konfużjoni ta' ideat li dwarha diġa' tkellmu diversi organizzazzjonijiet, bħall-General Workers' Union u l-GRTU.", "Li rrid ngħid jien huwa li ma nistgħux inqisu dan l-iżbilanċ finanzjarju li għandu l-Gvern b'mod partiġjan imma kif qal il-Ministru jeħtieġ li din is- sitwazzjoni tiġi ffaċċjata bis-serjeta' billi mingħajr ma jiġi affetwat ir- ritmu ekonomiku nfiehmu lin-nies dawk ir-responsabbiltajiet li rridu nerfgħu lkoll flimkien.", "Sur President, ministru li jkun qed jemenda l-liġi dwar it-taxxa tat- tabakk u ta' l-alkoħol dejjem jgħid li ma jeħux gost jagħmel liġijiet bħal din.", "Jien naħseb li l- ebda ministru tal-finanzi ma jagħmel it-taxxi għall-gost, imma mill-banda l- oħra lkoll nafu li biex komunita' jew soċjeta' tkun tista' tiżviluppa trid tingħaqad flimkien b'sens ta' solidarjeta'.", "Jien naħseb li s-sistema tal- VAT kienet timxi f'din id-direzzjoni.", "Hawn irrid nerġa' nenfasizza, għax dan huwa importanti li nifhmuh ilkoll, li l-Gvern Nazzjonalista ma qabadx u introduċa t-taxxa tal-VAT biex Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din hija lamentela u misinformazzjoni qarrieqa għax fil-fatt wieħed isib li mhux il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea biss għandhom is-sistema fiskali tal- VAT imma hemm numru ta' pajjiżi oħrajn li għandhom sistema li fiha l-istess ingredjenti tal-VAT.", "Meta wieħed jintroduċi sistema ta' VAT, kif għamilna aħna hawn Malta, dan isir fuq x'jiddettalek is-sens komun u x'tiddettalek ir-realta' ta' l- iżvilupp ekonomiku kemm lokali u internazzjonali.", "Illum issir ħafna riferenza għal dan l-iżvilupp internazzjonali u, fl-opinjoni tiegħi, aħna l- politiċi - nibda minni - irridu nitgħallmu u nifhmu li aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar qiegħed jonqos l-ispazju biex aħna niddeterminaw x'inhu jiġri fl-ekonomija.", "Allura, aktar ma jonqos l-ispazju li fih il-politiċi jistgħu jimmanuvraw biex jiddeterminaw il-policies li jaffettwaw l-ekonomija tagħhom, aktar irridu noqogħdu attenti dwar kif għandna nagħmlu l-policies ekonomiċi.", "Għalhekk, minn din in-naħa aħna nsistejna li kemm jista' jkun fuq il-bidliet fiskali - mhux fis-sens ta' dak li qed isir illum, fejn qed jgħollu l-alkoħol, it-tabakk u l-ħlas tar-reġistrazzjoni għax, kif qal diversi drabi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-argument m'huwiex jekk tgħabbix jew teżentax lil xi settur b'10%, b'5% jew b'21% u dettal ieħor bħal dan, imma l-argument huwa l-arkitettura u l-qafas ta' din is-sistema - m'għandniex nibqgħu niddibattu l-ħin kollu għax inkella se nkunu ilna niddiskutu fuqhom ħames snin sħaħ.", "Hawnhekk kien beda l-Gvern Nazzjonalista meta fehem li r-realtajiet kienu jesiġu li jsiru diversi miżuri bħar-riforma fiskali fl-income tax, l-introduzzjoni tal-VAT, ċerti rtokki fil-liġi dwar is-sigurta' soċjali u tibdil ieħor f'liġijiet finanzjarji oħra.", "Dan kien pakkett sħiħ li aħna konna bdejna niddiskutuh b'oppożizzjoni mill-aktar ħarxa u qawwija li pprovat tisfrutta s-sentimenti tal-poplu.", "Issa, fl-1997, se nibqgħu għaddejjin bid-diskussjonijiet u bil-konsultazzjonijiet u b'affarijiet oħra bħal dawn.", "Il-programm elettorali tagħna kien qed jipprevedi li jagħmel ċerti rtokki fis-sistema tal-VAT li kienu maħsuba biex jilqgħu għal ċerti ilmenti li kienu qed isiru.", "Dawn l-irtokki ma sarux qabel għall-iskop preċiż li l- ewwel ridna npoġġu din is-sistema fuq sisien sħaħ u mhux fuq sisien dgħajfa, għax jekk inti tibni fuq sisien dgħajfa, billi tagħmel mekkaniżmu ta' evażjoni, allura jkun kollu inutli.", "Il-Gvern Nazzjonalista ħa r-riskju li ma jkunx popolari billi għamel sistema li minnha ma jgħaddi xejn - kif wara kollox għandhom ikunu l-istrutturi kollha - biex meta din is-sistema tagħtih informazzjoni tajba li tkun tista' tiġi nterpretata b'mod oġġettiv u korrett, imbagħad ikun jista' jieħu miżuri biex ikun hawn aktar ġustizzja u jkun jista' jaġevola lid-diversi setturi li jkunu qed jieħdu sehem fl- attivita' ekonomika.", "Aħna nafu x'inhi l-oriġini tal-problema ta' żbilanċ.", "Aħna nafu wkoll li din m'hijiex sempliċement problema ta' l-iżbilanċ għal din is-sena imma l- problema vera li għandna quddiemna hija kif se nagħmlu biex jiġi ġġenerat il-ġid permezz tax-xogħol.", "Nerġa' ngħid, il-problema tagħna m'hijiex il- problema ta' l-iżbilanċ ta' din is-sena li kellu jiffaċċja l-Ministru Lino Spiteri, u li fis-snin ta' qabel kellu jiffaċċja l-Ministru Dalli u li 'l quddiem irid jiffaċċja ħaddieħor, imma l-problema li għandna hija ħafna iktar fit-tul.", "L-ekonomija tagħna ilha li bdiet tirristruttura ruħha pero' ħadd ma kien jaf li matul dawn is-snin fid-dinja kienu se jiġru ċerti taqlibiet, kemm ta' natura politika kif ukoll ta' natura ekonomika.", "Aħna m'aħniex qegħdin noperaw f'vacuum.", "Riċentement attendejt seminar fejn smajt li minn survey li kien sar fl- 1980 dwar jekk in-nies humiex sodisfatti bil-livell ta' dħul tagħhom, dak inhar, 80% qalu li huma sodisfatti u meta dan is-survey ġie repetut fl- 1990, kienu 20% biss li qalu li huma kuntenti bil-livell ta' dħul tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli ppermettili, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nipproponi li l-Onor.", "Galea jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli bid-diskors tiegħu.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- membri tal-Kamra li għoġobhom jestenduli l-ħin.", "Dan li qed ngħid wieħed irid jorbtu ma' x'inhi l-perception ta' l-individwu dwar x'inhu adegwat għall-għajxien tiegħu.", "Jidher li dak li l-individwu kien jikkuntenta bih fl-1980, ma baqax jikkuntenta bih fl-1990.", "Jiġifieri hawnhekk hawn kwestjoni ta' aspettativa.", "L-individwu huwa bbumbardjat b'dawn l- aspettattivi, speċjalment meta wieħed jara kif taħdem id-dinja tar- reklamar.", "Anke aħna l-politiċi nagħtu l-parti tagħna f'din il-kwestjoni ta' l-aspettattiva.", "L-aspettattiva tidħol mhux biss fil-livell ta' l- għajxien li rridu imma tidħol ukoll fil-mod kif aħna se norganizzaw lilna nfusna bħala soċjeta'.", "Fattur ewlieni f'din l-equation kollha hija s- sitwazzjoni finanzjarja tal-gvern.", "Rigward l-Unjoni Ewropea qed jibqgħu jsemmu li din kienet xi fissazzjoni, bħallikieku din kienet ir-raison d'etre tal-Partit Nazzjonalista.", "X'fissazzjoni!", "Bil-maqlub, il-fissazzjoni hija ta' min irid jinjora r- realta' billi jdaħħal rasu fir-ramel.", "Il-Partit Nazzjonalista fehem li hija ħaġa li tagħmel ġid kbir lis-soċjeta' tagħna jekk aħna nipparteċipaw bħala membri sħaħ f'din l-Unjoni Ewropea.", "Il-poplu tagħna huwa kapaċi biżżejjed u għalhekk huwa żball li l-politiċi tan-naħa l-oħra jgħidu li l- poplu Malti se jiġi żvantaġġat u li se jinbela' f'din l-Unjoni.", "Jekk irridu li dan il-poplu ċkejken jimmassimizza l-potenzjal tiegħu għandu bżonn ikabbar il-massa kritika u allura ma jistax jibqa' jaħdem fuq massa ta' 370,000 ruħ.", "Jekk inhu veru li se jibqa' jikber is-settur terzjarju tas-servizzi fl-ekonomija, allura se jkollna bżonn massa kritika ħafna ikbar milli għandna llum.", "Għaldaqstant m'għandniex nibqgħu ngħidu li din hija xi fissazzjoni tal-Partit Nazzjonaista.", "Din hija riflessjoni tar- realta' li qegħdin ngħixu fid-dinja tal-lum.", "Nerġa' ngħid li aħna m'aħniex qegħdin ngħixu f'vacuum.", "Illum l-Onor.", "Membri tal-Gvern għandhom idejhom fuq it-testiera ta' l-iżvilupp ta' pajjiżna u b'hekk dan jistgħu jħossuh iktar.", "Allura m'għandniex noqogħdu ngħidu li l-VAT daħlet għax il-Partit Nazzjonalista għandu l-fissazzjoni li jkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena nemmen li biex aħna ntejbu l-kontribut tagħna lejn is-soċjeta' rridu nifhmu iktar x'qed jiġri madwarna u rridu ngħinu lis-soċjeta' tifhem li l- ikbar problema li għandha u li dejjem kellha taħt kull gvern hija kif se niġġeneraw il-ġid.", "Ix-xogħol ta' kull gvern huwa li jrid jara kif se jiffaċilita l-mod kif il-poplu jaqla' iktar.", "Il-kwestjoni ta' l-iżbilanċ wieħed jista' jħares lejha jew mil-lat storiku billi noqogħdu nattribwixxu u niddistribwixxu l-piżijiet, l-iżbalji, il- kritika u l-affarijiet oħra bħal dawn, inkella nistgħu nħarsu lejha wkoll mill-punto di vista tal-futur.", "Jien naħseb li parti minn dan l-iżbilanċ huwa dovut għal raġunijiet storiċi u parti minnu huwa dovut għall-bidliet li qegħdin isiru fl- ekonomija ta' pajjiżna li jirrikjedu li jikber iktar il-kontribut tas- settur privat u tas-settur personali.", "Meta aħna nibdew inkejlu nindunaw li bħala poplu jeħtieġ naqilgħu ħafna iktar flus mill-kontribut tas-settur privat milli mill-kontribut tal-gvern.", "X'ħin niġu imbagħad għall- kwestjoni tas-servizzi li jagħti l-gvern, hemm bżonn li nsibu l-metodu biex il-poplu Malti jkun jaf x'jiswew is-servizzi biex jibda jifhem li m'hawn xejn b'xejn.", "Ir-realta' hija - aħna din niltaqgħu magħha sew bħala deputati kif ukoll bħala kandidati meta tkun riesqa l-elezzjoni - li n- nies jippretendu li l-gvern għandu jissodisfa l-aspirazzjonijiet tagħhom anke dwar ħwejjeġ li jqumu ħafna flus, bħallikieku l-gvern qisu xi Father Christmas!", "Jien naħseb li sal-lum il-poplu tagħna għadu ma tantx fehemna u dan forsi għaliex aħna għażilna li nikkonfondu lil xulxin u lill-poplu għal raġunijiet ta' politika partiġjana.", "Pero', at some point in time, bħala ċittadini rridu nkunu nafu x'jiswew is-servizzi li jipprovdi l-gvern.", "Jien naqbel mal-mod kif bdew isiru l-kontijiet ta' l-ilma fejn fihom beda jkollna kemm fil-fatt qed jiġi jiswa l-ilma biex b'hekk, għalkemm l- individwu ma jħallasx il-kont kollu, almenu jkun jaf l-ammont li qed jiġi ssussidjat mill-gvern.", "Sussidju ieħor li jagħti l-gvern huwa fejn jidħlu l- iskejjel tal-knisja.", "Per eżempju, meta jien għandi żewġt itfal li jmorru fi skola tal-knisja u allura ma nħallsilhomx miżata, dawn fil-fatt ikunu qed jieħdu sussidju mingħand il-gvern imma jien ma nafx dan kemm qed iqum.", "L-istess qed jiġri f'ħafna affarijiet oħra u għalhekk jiena nemmen li għandu jkun hawn metodu, miftum minn kontroversja partiġjana, sabiex b'hekk nibdew nersqu bil-mod il-mod lejn is-sitwazzjoni fejn iċ-ċittadini jkunu jafu jekk dak li qed iħallsu huwiex il-prezz reali tas-servizz li qed jieħdu u jekk m'huwiex il-prezz reali x'inhu s-sussidju li qed joħroġ il- Gvern, liema sussidju qed jitħallas mit-taxxi.", "Jien naħseb li dan huwa punt li jrid ċerta riflessjoni.", "Għalkemm naf li dan m'huwiex faċli peress li fil-kompetizzjoni politika jkun hemm ċerta diffikulta' kif wieħed javvanza ċerta informazzjoni, u nirrealizza wkoll li huwa iktar faċli għall- Oppożizzjoni li titkellem hekk milli għall-Gvern li jaġġixi b'dan il-mod, jiena nemmen pero' li aħna qed nikbru u qed nimmaturaw f'dan ir-rigward.", "Jiena ili kważi 20 sena f'dan il-Parlament u nieħu pjaċir nosserva li l- livell - modestja apparti - tad-deputati, anke dawk li ġew eletti ġodda f'din il-leġislatura, huwa wieħed li jtejjeb il-kwalita' tad-dibattiti u li allura għandu jgħinna naffrontaw ċerti sitwazzjonijiet.", "Sur President, imbagħad hemm l-aspett tas-saħħa marbut mat-taxxa li qed nagħmlu fuq it-tabakk u l-alkoħol.", "Jien kont ministru responsabbli għall- qasam tas-saħħa għal ħafna snin u dawn kienu żewġ suġġetti li jien kont ninteressa ruħi fihom tant li anke pprovajt indaħħal xi policies dwarhom.", "Il-fatt li l-konsum tat-tabakk jagħmel ħsara għas-saħħa huwa wieħed indiskutibbli u ma naħsibx li fadal min jiddubita mir-rabta li hemm bejn il- konsum tat-tabakk u ħafna kawżi ta' mewt.", "Jekk nieħdu l-aħħar erba' snin - 1991-1994 - naraw li kellna medja annwali ta' 330 mewt li mill-analisi medika joħroġ li l-kawża tagħhom hija marbuta mal-konsum tat-tabakk.", "F'Malta llum għandna 54% ta' l-irġiel u 21% tan-nisa li jpejpu, liema prevalenza hija għolja u din qed tkompli tiżdied fir-rigward tan-nisa u dan minkejja l-ħafna sforzi li qed isiru min-naħa tal-health promotion department fid-Diviżjoni tas-Saħħa u min-naħa ta' diversi għaqdiet volontarji bħalma huma l-Caritas, l-OASI, il-Moviment Edukazzjoni kontra t- Tipjip u l-Maria Bugeja Cancer Foundation.", "Barra minn hekk nagħtu servizzi effettivi oħra, per eżempju, l-ismoking cessation clinic li kienet twaqqfet fid-Diviżjoni tas-Saħħa fl-1988 fejn madwar 200 persuna fis-sena jmorru biex jipprovaw jaqtgħu t-tipjip.", "L-istess ħaġa tista' tingħad għall-kwestjoni ta' l-alkoħol fejn insibu li hemm rabta bejn il-konsum ta' l-alkoħol u diversi fatturi soċjali bħal dak tas-saħħa, ix-xogħol, il-kriminalita' u l-problemi fil-familja.", "Hawnhekk qed naraw li l-esaġerazzjoni f'dan ir-rigward għandha konsegwenza soċjali u ekonomika ta' ċerta portata u għalhekk jien nemmen li m'għandniex nibqgħu fis-sitwazzjoni li l-qasam ta' l-alkoħol għandu jibqa' qasam marġinalizzat, paragunat mad-droga.", "L-istudji mediċi juru li iktar issir ħsara lis-saħħa minħabba l-konsum ta' l-alkoħol milli minħabba d-droga u li iktar imutu nies minħabba eċċess ta' l-alkoħol milli minħabba l-abbuż tad-droga.", "Naturalment, meta nkun qed ngħid dan bl-ebda mod ma nkun qed innaqqas mill- gravita' tat-traffikar tad-droga imma li rrid infisser hu li l-kwestjoni ta' l-alkoħol hija waħda problematika.", "Meta wieħed jara r-reati sesswali li jsiru ħafna drabi jirriżulta li jkun hemm il-preżenza ta' l-abbuż ta' l- alkoħol.", "L-istess jista' jingħad għall-problemi ta' l-ordni pubbliku u tas- sewqan.", "Imbagħad xi ngħidu għall-problemi li joħloq min jixrob fuq dawk ta' madwaru, speċjalment fuq il-familja.", "Huwa tajjeb li ngħid li wieħed minn kull għaxra li jixorbu l-alkoħol regolarment isir dipendenti fuqu.", "L-agenzija SEDQA twaqqfet biex tipprovdi sensiela ta' servizzi mportanti f'dan il-kamp - u f'oqsma oħra - li permezz tagħhom qed insiru iktar konxji u nifhmu aktar dan il-fenomenu, ħalli mbagħad inkunu nistgħu nadottaw policies adegwati dwaru.", "Sar ukoll l-istudju ESPAD - il-European School Project on Alcohol and Drugs - li jitratta wkoll it-tabakk, liema studju għamilnih f'Malta taħt il-mant tal-Pompidou Group tal-Council of Europe li minnu diġa' ħareġ ċertu profil ta' x'inhi l-problema ta' l-alkoħol f'pajjiżna.", "Din is-sustanza hija aċċettata qisa ħaġa normali fis- soċjeta' tagħna u nstab li s-subien jabbużaw mix-xorb iktar mill-bniet.", "F'survey li sar fl-1995, fejn ġew intervistati l-fifth formers kollha, instab li terz kienu sikru darba fit-12-il xahar ta' qabel, wieħed minn kull għaxra kien siker diversi drabi, 5% jixorbu l-alkoħol ta' kuljum, kif ukoll kien hemm dak li jgħidulu bingeing fejn wieħed iniżżel xi ħames grokkijiet wieħed wara l-ieħor biex b'hekk iħossu xi ftit \"high\".", "Dwar it-tipjip, l-istudju ESPAD żvela dak li bejn wieħed u ieħor konna diġa' nafu miċ-ċensiment u minn studji oħra li konna għamilna, jiġifieri li 77% iqisu li t-tipjip huwa ta' ħsara għas-saħħa.", "Dan huwa fattur pożittiv għax juri li hemm ċerta awareness fuq din il-problema.", "Jien ngħid li fil-kwestjoni ta' l-alkoħol għandna bżonn naslu għall- politika nazzjonali, fis-sens li din il-problema ma tibqax tiġi trattata biss mid-Dipartiment tas-Saħħa jew mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, imma li nagħmlu kif konna għamilna fil-kwestjoni ta' l-ikel u n-nutriment meta konna għaqqadna l-isforzi ta' kulħadd għax, kif nafu, il-vizzju tax-xorb huwa parti integrali mill-ħajja soċjali tagħna u allura ma nistgħux ngħidu li din hija r-responsabbilta' ta' xi qasam partikolari.", "Irrid ngħid li kulħadd jieħu pjaċir iniżżel grokk, speċjalment f'xi okkażjoni - inkluż jien - u jien assolutament ma rridx nadotta atteġġjament fundamentalista kontra x-xorb, għax il-mira tagħna trid tkun favur il-moderazzjoni fil- konsum tax-xorb biex b'hekk innaqqsu l-prevalenza tal-problemi li huma relatati ma' l-alkoħol u titjieb il-kwalita' tal-ħajja tagħna.", "F'dan ir- rigward rridu nieħdu ħsieb b'mod speċjali lit-tfal u liż-żgħażagħ.", "Hawnhekk hemm bżonn li nippromwovu l-isports kif ukoll li tiġi promossa iktar t-tema ta' self-regulation mill-industrija ta' l-alkoħol, mill-media u mill- industrija tar-reklamar.", "Fuq dan is-suġġett ma tantx għandna informazzjoni u jidhirli li hemm bżonn ta' iktar riċerka.", "Fi ftit żmien ieħor nittama li nkunu nistgħu naraw x'jgħidilna ċ-ċensiment li sar fuq il- problema tat-tabakk, ta' l-alkoħol u problemi oħrajn għax ikun interessanti li naraw kif żviluppaw it-trends f'dawn l-aħħar żmenijiet.", "Meta wieħed jaqra fuq dan is-suġġett u jara oħrajn kif janalizzawh f'pajjiżi oħra, allura wieħed ikun jista' jifhem eżatt kif qed jaħdmu t- taxxi, kif qed issir in-nefqa, lil min qed tolqot u f'liema lokalitajiet, biex imbagħad wieħed ikun jista' jifformola l-policies tiegħu.", "Jien naħseb li rridu nistudjaw tajjeb ir-relazzjoni li hemm bejn id-dħul, it-taxxa u l- konsum u li dan jiġi kklassifikat ftit iktar biex naraw kemm minn dan il- konsum huwa alkoħol, birra u nbid, f'liema lokalitajiet il-konsum huwa l- ogħla, x'inhu l-konsum per capita u kif nipparagunaw ma' ħaddieħor.", "Irridu naraw ukoll x'inhuwa l-impatt tar-reklamar, kemm hi kbira l-problema ta' dawk li huma taħt l-eta' li allura qegħdin jabbużaw mill-alkoħol bi ksur tal-liġi.", "Sur President, is-suġġett dwar l-alkoħol u t-tabakk ġie diskuss mhux biss mill-għaqda dinjija tas-saħħa imma minn fora internazzjonali oħra bħal, per eżempju, il-European Charter on Alcohol li aħna konna attendejna f'Pariġi fl-1995 - jekk miniex sejjer żball - fejn iddiskutejna t-tifsir ta' dan id-dokument.", "Meta niġu għall-kwestjoni ta' kif ser nirregolaw, m'hemmx dubju li l- iktar għodda importanti huma dawk ta' l-edukazzjoni, l-informazzjoni u l- persważjoni.", "Naturalment l-iktar li rridu nindirizzaw hawnhekk huma ż- żgħażagħ li b'mod effettiv irridu nfissrulhom x'inhu l-perikolu ta' l- alkoħol.", "Fid-diversi kampanji li jsiru kontra t-tabakk, l-alkoħol, id- droga u kontra vizzji oħra ta' dan it-tip, kultant nassedjaw liż-żgħażagħ b'ħafna informazzjoni permezz ta' figuri awtorevoli li ż-żgħażagħ m'humiex familjari magħhom.", "Hawn problema ta' komunikazzjoni maż-żgħażagħ u allura huwa importanti ħafna li d-diversi dipartimenti u anke għaqdiet volontarji li għandhom x'jaqsmu ma' health promotion jikkonsidraw x'tip ta' strateġija ta' komunikazzjoni jridu jużaw biex jilħqu liż-żgħażagħ.", "Sur President, dawn kienu l-kummenti li xtaqt naqsam ma' sħabi f'din il- Kamra fuq it-taxxa tas-sisa u nagħlaq billi nirringrazzja lill-Kamra talli qagħdet tismagħni bil-paċenzja kollha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Sur President, veru li l-ħin qiegħed jagħfas u fil-fatt jien kont se nintervjeni meta kien qed jitkellem l-Onor.", "Louis Galea imma ddeċidejt li nagħtih iċ-ċans kollu li jitkellem u saħansitra l-Kamra estenditlu l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Jien għadni ma nafx kif għadna qed nipprovaw ngħidu li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma daħħalx il-VAT minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li din hija naqra waħda ta' misdirection għall-poplu u hawn se nirriferi mill-ewwel għall- ittra datata 28 ta' Marzu 1994 li l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' dak iż-żmien, l-Onor. de Marco kien bagħat lil Sir Leon Brittan, li kien in charge mill-portfolio Malti fi Brussels fil-Commission ta' l-European Union, u b'risposta għal dik l-ittra Leon Brittan kien għamel xi 14-il kondizzjoni oħra, fosthom ir-regoli tal-kaċċa u li Malta kellha ddaħħal il- VAT.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien wieġeb li iva, aħna se ndaħħlu l-VAT u li din kien se jkollha mill-ewwel l-ogħla rata ta' 15%.", "Allura jiena naħseb li hawn ta' min wieħed jikkonsidra ftit dawn il- kondizzjonijiet drastiċi li lanqas il-pajjiżi membri tal-European Union stess ma segwew meta daħħlu l-VAT, aħseb u ara pajjiż żgħir bħal Malta u li għadu qiegħed jiżviluppa kemm kellu jdaħħal taxxa ġdida bħal dik mill- ewwel bl-ogħla rata ta' 15% fuq il-prodotti u s-servizzi kollha!", "Dan mhux ġenn, Sur President.", "Dan kien il-ġenn li ġabet il-leblieba li kellu l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, li jdaħħal lil Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk konna wasalna f'dak id-diżastru ta' għoli ta' ħajja li ammetta l-Onor.", "Louis Galea stess meta qal li minn survey riċenti nstab li fl-1980 kien hemm 80% li qalu li kienu kuntenti bid-dħul tagħhom filwaqt li fl-1990 - aħseb u ara fl-1996 - kien hemm madwar 20% biss li qalu li huma kuntenti bid-dħul tagħhom.", "Dan għaliex hidden between the lines kien hemm għoli tal-ħajja sfrenat li l-Gvern Nazzjonalista fil-1 ta' Jannar 1995 kompla jżid fuqu l- VAT bil-15% fuq kollox u mill-ewwel ġurnata.", "Dan il-ġenn kollu sar minħabba li l-Gvern Nazzjonalista ried idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Ħalli niflu ftit dawn it-tliet components tal-VAT.", "L-ewwel hemm il-fatt li l-Gvern daħħal din it-taxxa f'salt u fuq kollox.", "(Interruzzjonijiet) Imma bħala liġi ġiet implimentata fuq kollox u mbagħad fuq ċerti affarijiet kien hemm ir-refunds.", "Il-punt huwa li aħna m'għamilniex kif kienet għamlet, per eżempju, l-Ingilterra, fejn ċerti prodotti kienu bdew jiġu sottoposti għall-VAT wara tliet snin, waqt li ċerti servizzi oħra kienu ġew soġġetti għall-VAT wara ħames snin.", "Mela hawn naraw id-differenza fil-mod tat-twettiq tal-VAT fejn f'Malta daħlet bil-15% fuq il-prodotti u s-servizzi kollha f'salt minflok ma daħlet f'fażijiet differenti skond in-natura tal-prodotti u tas-servizzi.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġbok tinterrompinix imbagħad tkellem meta jmissek titkellem.", "Il-fatt li l-VAT daħlet mill-ewwel bl-ogħla rata, kien ifisser attakk qawwi fuq l-attivita' ekonomika u finanzjarja ta' pajjiżna.", "Jien kont ngħix fl-Ingilterra meta hemmhekk kienu bdew idaħħlu ċerti elementi tal-VAT u nista' ngħid li dawn kienu bdew fuq ċerti affarijiet bi 3% u fuq affarijiet oħra bil-5% biex imbagħad, bil-mod il-mod, bdew telgħin lejn standardisation mal-pajjiżi l-oħra.", "Imma f'Malta ridna nkunu bravi iktar mill-Ewropej stess!", "Dan għaliex filwaqt li fid-diversi pajjiżi Ewropej din it-taxxa daħlet bin-nifs, hawnhekk ħalliet lill-Maltin bla nifs!", "Dan għaliex, kif diġa' għidt, f'pajjiżi oħra ċerti prodotti u servizzi ngħataw in-nifs billi r-rata ta' taxxa ma daħlitx b'uniformita' ta' 15% fuq kollox u mill-ewwel.", "Dan kien id-diżastru tal-Partit Nazzjonalista li bih ta skoss qawwi lill-ekonomija li diġa' kienet qiegħda togħtor.", "Sa mill-1995 l-ekonomija tagħna kienet bdiet tmajna u kienet dieħla f'recession fejn l-industrija tal-bini, l-industrija tal-bejgħ u x- xiri ta' proprjeta' u l-bejgħ ta' l-għamara kollha bdew juru tnaqqis u r- rata ta' inflazzjoni reali kienet diġa' bdiet tiżdied.", "Allura meta qiegħed f'din it-tip ta' sitwazzjoni, b'liema loġika ekonomika pura tgħabbi l- ekonomija b'15% VAT fuq kollox?", "Dan huwa ġġustifikat biss minħabba għan politiku imma ma kienx jiġġustifikat minħabba l-għan ekonomiku pur.", "Jgħidu x'jgħidu fuq kemm il-VAT tneħħi distortions u kemm hija salutari għall- ekonomija, la hemm ġustifikazzjoni għaliha u lanqas għall-metodu ta' implimentazzjoni drastika tagħha, kif ġara fl-1 ta' Jannar 1995.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, se jkolli ninterrompik.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Iva, nibqa' in possession, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mizzi, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn 17 ta' Marzu, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex iħassar l-Att ta' l-1996 dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - it-Tielet Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Borg.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Sur President, illum il-vetturi saru parti integrali mill-ħajja tal-bniedem għax dawn jgħinuh jagħmel xogħlu aħjar, b'mod iktar preċiż, b'inqas tbatija u f'inqas żmien.", "Bħal kull oġġett ieħor fid-dinja l- vetturi għandhom it-tajjeb u l-ħażin tagħhom u fost l-effetti negattivi nsibu t-tniġġis ta' l-arja, il-ħsarat lit-toroq, il-korrimenti u l-imwiet.", "Illum se nitratta biss l-aħħar fattur, jiġifieri dak tal-korrimenti u l- imwiet ikkawżati mill-inċidenti tat-traffiku.", "Minn stħariġġ li sar mill- Pulizija, minn dak li jgħidu l-esperti fil-qasam tat-traffiku, minn diskorsi u anke mistoqsijiet li saru f'dan il-Parlament, ħarġu diversi fatturi dwar il-kawżi li qegħdin iwasslu għal dawn l-inċidenti tat- traffiku.", "Fost dawn insibu t-traskuraġni u n-nuqqas ta' esperjenza fis- sewqan, l-ippjanar ħażin u l-kondizzjoni ħażina tat-toroq kif ukoll in- nuqqas ta' dawl li hemm f'ċerti toroq u l-ambigwita' fis-sinjali tat- traffiku.", "Iż-żgħażagħ qed jikkontribwixxu ħafna għall-kawża ta' l-inċidenti tat- traffiku, kemm f'pajjiżna kif ukoll f'pajjiżi oħra, speċjalment dawk li huma l-aktar żviluppati.", "Mill-istħarriġ li sar jirriżulta li bejn l-1988 u l-1992 kien hemm 64 persuna li mietu b'inċidenti tat-traffiku u terz minnhom kienu kollha żgħażagħ ta' taħt il-21 sena.", "Barra minn hekk, minn mistoqsija parlamentari li għamilt lill-Prim Ministru f'Jannar li għadda jirriżulta li l-irħula li fihom saru l-aktar imwiet bejn il-perijodu 1986 u Jannar ta' l-1997 kienu dawn: Ħal Qormi fejn kien hemm 11-il mewt; San Giljan fejn kien hemm għaxart imwiet; fl-Imsida, Tas-Sliema u l-Mosta fejn kien hemm seba' mwiet; fir-Rabat, Malta kien hemm sitt imwiet u fil-Gżira u H'Attard kien hemm ħamest imwiet.", "F'dan il-perijodu kien hemm 199 mewt li minnhom 94 kienu taħt l-eta' ta' 30 sena li għal darb'oħra jindika l-fatt li fl-inċidenti stradali l-aktar li qed ikunu nvoluti huma ż-żgħażagħ.", "Ġaladarba nafu x'inhuma l-fatturi li qegħdin joħolqu dawn l-inċidenti tat- traffiku, f'liema postijiet qed isiru u anke f'liema ħinijiet qegħdin iseħħu dawn l-inċidenti, allura għandhom jibdew jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex nevitaw dawn l-imwiet.", "Ta' min isemmi li dawn l-imwiet qegħdin ikunu mhux biss ta' niket għall-qraba u l-ħbieb tal-vittmi imma qegħdin ikunu ta' piż kbir għall-pajjiż.", "Dan għaliex min jirnexxielu jiskappa mill-mewt irid jieħu l-kura li tiswa ammonti sostanzjali ta' flus u barra minn hekk min iweġġa' jkollu jieqaf għal perijodu, jekk mhux għal kollox ukoll, mix-xogħol tiegħu u dan iġib piżijiet kbar kemm fuq il-pajjiż u anke fuq l-individwu.", "Fid-dawl ta' dan kollu jeħtieġ li nagħmlu sforz biex nevitaw kemm l-inkwiet u d-dulur għall-familji tal-vittmi u anke nnaqqsu l-piżijiet minn fuq il-pajjiż.", "Jien nissuġġerixxi li dawk is-sewwieqa li jkunu qegħdin jitħarrġu biex jieħdu l-liċenzja tas-sewqan għandhom jingħataw taħriġ intensiv fir- regolamenti tas-sewqan u anke dwar kif wieħed għandu jġib ruħu waqt li jkun qed isuq.", "Barra minn hekk ikun tajjeb jekk indaħħlu s-sistema - barra minn Malta din sabuha utli ħafna - fejn għal żmien qasir wara li jkunu ħadu l- liċenzja dawn is-sewwieqa ġodda jkunu akkumpanjati minn persuna ta' ċerta eta' biex tgħinhom jeżerċitaw ċertu kontroll u tikkoreġihom meta jkunu se jiżbaljaw.", "Huwa importanti wkoll li s-sewwieqa jużaw l-edukazzjoni u l- prudenza fis-sewqan tagħhom u f'dan ir-rigward hemm bżonn nużaw aktar il- mass media, voldieri l-gazzetti, ir-radju u t-televiżjoni.", "Ħaġa oħra li tista' ssir sabiex nevitaw dawn l-inċidenti tat-traffiku hija billi ntejbu l-kondizzjoni tat-toroq tagħna, fis-sens li nneħħu ċerti kurvi li huma perikolużi u li t-toroq nagħtuhom qlib tajjeb.", "Dawn id- difetti li hemm fit-toroq huma l-kawża għala l-karozzi jiskidjaw u għaliex is-sewwieqa jmorru barra l-linja fejn suppost isuqu.", "Barra minn hekk fit- toroq tagħna nsibu sinjali tat-traffiku ambigwi u li jindikaw l-affarijiet b'mod mhux ċar, jekk mhux ukoll żbaljat.", "Hija r-responsabbilta' tal-bord għall-kontroll tat-traffiku u ta' l-amministrazzjoni preżenti li jaraw li dawn l-affarijiet jiġu rranġati biex inżidu s-sigurta' fit-toroq tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-aktar punt importanti f'dan ir-rigward huwa li fit- toroq tagħna għandu jkun hemm aktar sorveljanza mill-pulizija.", "Qed ngħid dan għaliex huwa fatt li ma jista' jiċħdu ħadd li hawn nuqqas ta' sorveljanza mill-pulizija fit-toroq tagħna.", "Għalkemm jien kont tlabt informazzjoni dwar x'kien in-numru ta' tickets li ngħataw minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku, il-pulizija kienu qaluli li ma jinżammux records dwar dan.", "Jien konvint li ċ-ċitazzjonijiet jingħataw l-iktar minħabba ipparkjar ħażin u mhux minħabba sewqan traskurat jew esaġerat.", "Dan qiegħed ngħidu għax il-pulizija għandha tassigura li n-nies isuqu bil-għaqal u bi prudenza għall-ġid u għas-sigurta' ta' kulħadd.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, illum se nitkellem dwar is-servizzi soċjali u se nibda biex ngħid li s-sistema tal-welfare bħalissa tinstab fi kriżi relattiva għaliex f'ħafna pajjiżi żviluppati l-welfare gap qiegħda dejjem tiżdied.", "Dan il-fatt qed jiġri minħabba diversi raġunijiet u - naħseb li din hija ironija - forsi r-raġuni prinċipali hija s-suċċess li kellha s-sistema tal-welfare innifisha.", "Minħabba li llum kulħadd jista' jgawdi mill-avvanzi fil-mediċina u mill-firxa tas-servizz mediku, wasalna f'sitwazzjoni li mhux biss qed ikollna l-ageing population iżda qed naraw ukoll titjib fil-kwalita' tal-ħajja ta' l-anzjani tagħna bil-konsegwenza li l-piż finanzjarju fuq l-Istat qiegħed dejjem jiżdied.", "Barra minn hekk, nies ta' interessi differenti fil-komunita' bħal politiċi, soċjologi u ekonomisti dejjem qed jidentifikaw gruppi ġodda ta' nies li jistħoqqilhom xi forma ta' għajnuna partikolari.", "Ir-riżultat ta' dan kollu huwa li l- proporzjon ta' nies li jaħdmu u jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' nazzjonali paragunat ma' dawk in-nies li jiddependu mill-għajnuna soċjali- ħafna drabi b'mod totali - qiegħda dejjem tonqos.", "Illum wasal iż-żmien li wieħed iħares minn lenti lejn il-globalita' ta' benefiċċji li qed jingħataw billi niddefinixxu mill-ġdid il-prijoritajiet tas-soċjeta' tagħna, niddeċiedu lejn fejn aħna mexjin u naraw x'mezzi se nużaw biex nilħqu l-għanijiet tagħna.", "L-infiq soċjali għandu jiġi meqjus bħala investiment soċjali kif qed isir f'dawk il-pajjiżi fejn, kif diġa' għidt qabel, huma iktar industrijalizzati u avvanzati minna.", "Sur President, x'irrid infisser bl-idea tas-social investment?", "Dan irid ikun proċess ta' investiment kontinwu sabiex aħna nkunu nistgħu nżidu l- kapaċita' tal-ħaddiema tagħna li jadattaw ruħhom għat-tiġdid teknoloġiku kontinwu li jseħħ fuq il-post tax-xogħol.", "Kif jaf kulħadd illum qed niġu bbumbardjati b'invenzjonijiet ġodda li bil-mod il-mod qed jiġu mdaħħla anke fuq il-postijiet tax-xogħol tagħna u sintendi dawn jinfluwenzaw il-mod ta' kif naħdmu, kif ġara, per eżempju, bid-dħul tal-computers f'ħafna azjendi tagħna.", "Il-benefiċċji soċjali għandhom joħolqu kultura ta' adattament għat- tibdil li jsir f'soċjeta' moderna, kif wara kollox jixtieqha li tkun il- Partit Laburista.", "Is-sistema ta' kontribuzzjonijiet soċjali għandha toffri qafas ta' sigurta' biex sa ċertu punt tinkoraġġixxi lill-ħaddiem jadatta ruħu aktar fuq il-postijiet tax-xogħol ħalli b'hekk tiżdied dik li tissejjaħ job mobility.", "Barra minn hekk, ix-xogħol part-time ħafna drabi jżid l-inizjattiva individwali tal-ħaddiema tagħna għax dan iżidilhom id- drive u l-immaġinazzjoni tagħhom.", "Hemm bżonn li kemm jista' jkun il-benefiċċji soċjali ma għandhomx jissussidjaw lil dawk in-nies li ma jkunu jridu jagħmlu xejn, kif sfortunatament qed jiġri fis-soċjeta' tagħna.", "Fil-fatt hawnhekk irid jidħol is-sens ta' dixxiplina soċjali li l-Partit Laburista qed jibda jdaħħal bil-mod il-mod.", "Il-benefiċċji soċjali għandhom jgħinu prinċipalment lil dawk li jridu jgħinu lilhom infushom, jiġifieri lil dawk li huma lesti li jitgħallmu u javvanzaw ħalli jkunu jistgħu jtejbu kemm il- qagħda personali tagħhom kif ukoll tal-familja tagħhom.", "Dawn in-nies kulma jkollhom bżonn hija xi loan jew xi tip ta' għajnuna oħra għal perijodu qasir u wara dawn ikunu jistgħu jroddu lura l-għajnuna li l-istess soċjeta' tkun għadditilhom permezz ta' xogħolhom stess.", "Din hija l-idea ta' investiment soċjali, jiġifieri li jekk wieħed jieħu xi ħaġa wara jrid iroddha lura permezz ta' xogħlu stess.", "Fil-fatt, din is-sistema kienet ġiet ipprattikata fil-passat permezz ta' l-iskema ta' l-istudent-ħaddiem, liema prinċipju, fl-opinjoni tiegħi, jista' jiġi adattat fil-qasam tax- xogħol.", "Jekk wieħed jirnexxielu jagħmel dan, ikun ifisser li in the long run dawn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jgħinu lill-Istat billi jikkontribwixxu xi ftit għall-ispejjeż ta' l-għajnuna soċjali.", "Sur President, min-naħa l-oħra aħna rridu naraw li l-għajnuna soċjali għandha tgħin lil min hu żvinturat biex dan ikun jista' jerfa' r- responsabbiltajiet tiegħu vis-a-vis l-familja tiegħu u s-soċjeta' in ġenerali.", "F'din il-kategorija jaqgħu r-romol, is-single parents, il- ħandikappati u dawk li jbatu minn xi mard kroniku.", "Dawn il-persuni jistħoqqilhom l-għajnuna kollha meħtieġa ħalli jkunu jistgħu jrabbu lil uliedhom kif jixraq kif ukoll li l-Istat joffri lil dawn it-tfal u ż- żgħażagħ l-istess opportunitajiet li jgawdu t-tfal u ż-żgħażagħ l-oħrajn li jkunu qed igħixu f'ċirkostanzi normali.", "Is-servizzi soċjali dejjem għandhom jiġu applikati fi stadju bikri billi jipprovdu edukazzjoni xierqa lit-tfal kollha, speċjalment lil dawk li jkunu ġejjin minn familji żvantaġġati u emarġinati, għax aktar ma' nilqgħu l-problema kmieni aktar ikollna ċans li nsolvuha jew għallinqas intaffu xi ftit mill-effetti negattivi tagħha.", "Huwa ferm aħjar li taqbad il-problema fl-ewwel stadji tagħha milli tiffaċċja l-problema snin wara, meta ċ-ċansijiet ta' suċċess ikunu ferm aktar skarsi.", "Għalkemm il-vizzju tad-droga jista' jolqot l- istrati kollha tas-soċjeta', huwa fatt li dawk iż-żgħażagħ u t-tfal li jkunu ġejjin minn strati għolja tas-soċjeta' għandhom iktar ċans li jirriformaw ruħhom minn dan il-vizzju minn dawk li jkunu ġejjin mil-lower class.", "Dan huwa eżempju ċar ta' meta l-għajnuna soċjali għandha tidħol kmieni kemm jista' jkun biex dawn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jirriabilitaw ruħhom qabel ma jkun tard wisq.", "Is-sistema ta' tassazzjoni wkoll tista' tgħin lil din il-kategorija ta' familji, għalkemm din sfortunatament tista' kultant tagħti lok anke għal xi diskriminazzjoni.", "Proprju din il-ġimgħa kont qed naqra ittra f'gazzetta lokali dwar każ ta' omm, single parent, li qed tilmenta dwar is-sistema ta' tassazzjoni li teżisti għas-single parents.", "Il-fenomenu tas-single parents hawn Malta qed jiżdied b'mod allarmanti u jien, bħala tabib, ta' spiss niltaqa' ma' każijiet ġodda ta' single parents li sfortunatament jkunu qed iġorru ċerta stigma soċjali.", "Ħafna drabi dawn ikunu ommijiet li jkunu ġew abbandunati minn missier it-tarbija u allura jispiċċaw jerfgħu r- responsabbilta' tat-tfal kollha waħedhom.", "Barra minn hekk, dawn is-single parents eventwalment iridu jħallsu rata ta' taxxa daqslikieku għadhom single u kulħadd jaf li ċittadini single iħallsu rata ta' taxxa għola minn ta' miżżewġin bit-tfal.", "Dan huwa ta' għajb għas-soċjeta' tagħna u għalhekk għandna naraw x'nagħmlu biex ngħinu lil dawn is-single parents.", "Fil-fatt, li qed jiġri huwa li għalkemm dawn is-single parents qed ikunu responsabbli biżżejjed biex iġorru dan il-piż, is-soċjeta' minflok ma qiegħda tapprezza dan is-sagrifiċċju qiegħda tippenalizzahom.", "Dan m'għandux ikun.", "Il- ħtiġijiet ta' dawn in-nies għandhom jiġu ndirizzati billi aktar 'il quddiem forsi ssir xi riforma fl-income tax biex b'hekk dawn l-ulied kemm jista' jkun jittrabbew bħal ta' ħaddieħor ħalli meta jikbru ma jkollhomx dik l-istmerrija lejn is-soċjeta' li fil-passat tkun warrbithom.", "Sur President, qed ngħid dan kollu għax nemmen li s-servizzi soċjali għandhom ikunu mezz biex nagħtu opportunitajiet ugwali lit-tfal u liż- żgħażagħ tagħna kollha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 17 ta' Marzu, 1997 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif ikkomunikata mill- Ministru Joe Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNIVERSITA' - KORS TAL-MEDIĊINA", "788.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Ma jaħsibx il-Gvern Malti li hija nġustizzja li biex tidħol fil-kors tal-Mediċina jkun hemm numerus clausus?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-deċiżjoni li jkun hemm numerus clausus fil- kors tal-Mediċina kif ukoll fil-kors tad-Dentistrija, ittieħdet mill- Universita' għal raġunijiet akkademiċi.", "F'dawn il-korsijiet li jinkludu element qawwi ta' tagħlim fil-wards ta' l-isptar, meta l-istudenti jakkumpanjaw il-konsulenti waqt li dawn ikunu qed jeżaminaw il-pazjenti u konsulenti b'mod li kull konsulent ma jkollux numru kbir ta' studenti madwar pazjent.", "Wieħed jista' jifhem li n-natura ta' dawn il-korsijiet hija għal kollox differenti minn korsijiet oħra fejn hu possibbli li jingħataw lectures lin-numru kbir ta' studenti.", "B'danakollu jien qed inħeġġeġ lill-Universita' biex in-numru ta' studenti ammessi f'dawn il-korsijiet ikun il-massimu possibbli mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' tagħlim.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-MEDIĊINA", "789.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Dawk l-istudenti li ma rnexxielhomx jidħlu fil-Kors tal-Mediċina din is-sena, jista' l-Ministru jgħid x'għandhom jagħmlu biex jidħlu fil-kors meta jiftaħ?", "Jaħseb il-Ministru li għandhom ibiddlu s- sistema u jagħmlu l-matriculation certificate jew jerġgħu jagħmlu t-tliet 'A' levels biex jtejbu l-grades li kellhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant jitratta materja purament akkademika li deċiżjoni tagħha tittieħed mis-Senat ta' l- Universita'.", "Fil-fatt jien informat li din il-problema se tkun diskussa fis-seduta tas-Senat li jmiss.", "SKEMA TA' GRADUATE TRAINEES", "942.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar l-Iskema ta' Graduate Trainees skond kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Awissu, 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Wara li għalaq iż-żmien ta' meta setgħu jintlaqgħu l- applikazzjonijiet għall-Iskema ta' Graduate Trainees ittieħdu passi biex jinħatar Bord ta' l-Għażla.", "Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ħatret dan il-Bord fit-13 ta' Settembru, 1996.", "Dawk l-applikanti li kienu eliġibbli taħt din l-Iskema skond kif ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Awissu, 1996 kienu msejħa għal Interview mill-Bord u r-riżultat finali ta' dan il-proċess ta' għażla ġie ppubblikat fis-26 ta' Novembru, 1996.", "Disa u tletin (39) minn dawk il-gradwati li għaddew mill-Interview aċċettaw il-ħatra u bdew is-sena ta' traineeship fl-10 ta' Diċembru, 1996.", "Sar sforz biex dawn l-uffiċjali jitpoġġew f'dipartimenti fejn ikunu jistgħu jużaw l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.", "MONUMENTI - RESTAWR", "943.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-ġnien tal-Mall fil-Furjana ilu abbandunat u xi monumenti ġewwa dan il-ġnien jinsabu fi stat ta' abbandun, jista' l-Ministru jara l-aħjar mod kif dawn il-monumenti jistgħu jiġu restawrati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Minn stħarriġ li sar fuq il-monumenti tal-Mall, jirriżulta li l-aktar li għandu bżonn ta' restawr huwa l-Monument tal-ġebel ta l-Ajkla.", "Dan dalwaqt ser jiġi restawrat.", "PULIZIJA - UFFIĊĊJU TA' L-ADMINISTRATION", "944.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kif fil-ġimgħat li ġejjin jista' jiħfief ix-xogħol fl- Uffiċċju ta' l-Administration tad-Depot taħt Viċi Kummissarju tal-Pulizija, billi jiżdiedlu l-istaff?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari. numru 2220.", "KUMMISSJONI EWROPEA - KWESTJONARJU", "3481.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern irrispondiex il-\"kummenti fit-tul\" (PQ 1055) li rċieva mill- Ambaxxaturi Boggio u jekk iva, jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, il-Gvern irrisponda għall-kummenti fit-tul li rċieva mill-Ambaxxatur Boggio.", "Dawn it-tweġibiet qed jintużaw biex il-Kummissjoni Ewropea tifforma opinjoni qabel tippreżenta lil Malta, għad-diskussjoni, programm ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat.", "Għaldaqstant ikun imprudenti li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra dawn it-tweġibiet.", "PBS - SUR GINO CAUCHI", "3482.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex inħatar is-Sur Gino Cauchi bħala Project Manager għan-News Centre tal-PBS u mhux il-Head of News?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll min għamel il-ħatra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandix xi nżid ma' l-informazzjoni li diġa' tajt fi tweġibiet għall-mistoqsija parlamentari preċedenti.", "KUMMISSJONI GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "3483.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk irċevix xi rakkmandazzjonijiet mill-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji mit-28 ta' Ottubru, 1996 sal-lum u jekk iva, kemm u kemm laqa' minnhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mit-28 ta' Ottubru ta' l-1996 sa llum, il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji bagħtet 19-il rapport dwar 37 ilment imressqa minn 24 individwu.", "Il-Kummissjoni għamlet rakkmmandazzjoni dwar 6 ilmenti biss minnhom.", "Dawn qed jiġu kkonsidrati.", "DJAR - RATI TA' L-IMGĦAX", "3504.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk infetħux taħdidiet bejn il-Ministru, l-Awtorita' tad- Djar u l-Lohombus biex jitjiebu l-kondizzjonijiet tar-rati ta' l-imgħax fuq self għad-djar għall-familji bi dħul baxx kif kien wiegħed fid-9 ta' Diċembru ta' l-1996 b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 69?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Iva.", "P.A. - SLUM CLEARANCES", "3505.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar milli tipproċessa l- applikazzjonijiet għall-slum clearance fl-Imsida (pendenti minn Novembru 1995), il-Belt (Marzu 1996) Floriana (Mejju 1996), Birgu (Lulju 1996)?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Rigward slum clearances nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjonijiet kollha qegħdin jiġu pproċessati minn naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Madanakollu, tajjeb li l-Onor.", "Membru jkun jaf li dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jieħdu fit-tul minħabba ċirkostanzi li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma għandhiex kontroll fuqhom.", "Għaldaqstant, nixtieq ninformah li l-applikazzjonijiet li semma waslu fl- istadju li ġej.", "Dwar l-Imsida, applikazzjoni numru PA6983/95 l-Awtorita' għadha qed tistenna prova tal-pussess tal-lok in kwestjoni.", "Dwar il-Belt, applikazzjoni numru PA1450/96, l-Awtorita' għadha qed tistenna pjanti ġodda mingħand il-perit; dwar Applikazzjoni numru PA3047/96, għadha qed tistenna xi emendi għall-pjanti; u dwar applikazzjoni numru PA5528/96, l-Awtorita' għadha kemm irċeviet risposta mingħand il- Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u mistennija tiġi pproċessata mill-uffiċjal inkarigat fi żmien qasir.", "Dwar il-Furjana, applikazzjoni numru PA3044/96, l-Awtorita' għadha qed tistenna emendi għall-pjanti mingħand il-perit.", "Dwar il-Birgu, applikazzjoni numru PA4935/96, il-każ għadda f'idejn il- Kumitat Konsultattiv għall-Wirt Nazzjonali fi ħdan l-Awtorita' ħalli jagħtu l-veduti tagħhom.", "TARZNA/MSU - RAPPORTI", "3511.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset kull persuna jew ditta li ġiet ikkommissjonata biex tagħmel ir-rapporti elenkati fil-mistoqsija parlamentari numru 820, jew jekk għadha ma tħallsitx, kemm hu l-kont sottomess minnha?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-aħħar parti tat- tweġiba li tajt fl-20 ta' Jannar, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 820.", "MOSTA - TRIQ IL-ĦTAJRIET", "3680.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq il- Ħtajriet fil-Mosta tinfetah f'dawk il-partijiet tat-triq li sal-lum għadha ma nfetħitx?", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li l- parti tat-Triq il-Ħtajriet li għadha mhux moqdija b'sistema tad-drenaġġ tiġi moqdija b'din is-sistema, iktar u iktar meta hi triq kważi żviluppata għal kollox?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-sitwazzjoni għar-rigward tal-ftuħ ta' Triq il- Ħtajriet diġa' ġiet spjegata fil-mistoqsija parlamentari numru 406 li ngħatat f'dan ir-rigward.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda, ix-xogħol ta' estensjoni tad-drenaġġ f'din it-triq ġie nkluż max-xogħlijiet li jridu jsiru din is-sena.", "TURIŻMU - PERMESSI TA' L-HCEB", "3743.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru tat-Turiżmu bidilx jew hux se jibdel il-policy tiegħu dwar il-ħruġ ta' permessi ta' l-HCEB għall- kostruzzjoni ta' lukandi f'Malta?", "Jista' fl-istess waqt il-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarx, jew jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi tibdil fil-policy tal-Ministeru dwar il-ħruġ ta' permessi għal bars, restaurants, take aways u ħwienet oħra marbuta mas- settur turistiku f'areas turistiċi f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Wara laqgħat li kelli mas-setturi kollha li jaħdmu fl-Industrija tat-Turizmu, jiena tajt struzzjonijet lill-HCEB biex fejn hemm il-bzonn, jikkonsidraw u jirrikkomandaw tibdiliet fil-policy dwar il- Lukandi u Catering.", "Dan ghandu jsir skond il-hteġijiet ta' llum u fl- interess ta' l-istess indusrtija.", "ETC - TAĦRIĠ", "3770.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn nies li tħarrġu mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul ix-xahar ta' Frar 1997 kienu qed jirreġistraw għax- xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw u li bdew jieħdu taħriġ organizzat mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ fi Frar 1997 kien ta' 188; li jfisser 34% ta' dawk li bdew kors ta' taħriġ.", "B'kollox bdew il-kors ta' taħriġ 561 persuna.", "TARXIEN - PROVVISTA TA' ILMA", "3771.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqatgħet il- provvista ta' ilma fid-djar fi Triq Santa Monika Ħal Tarxien/Raħal Ġdid?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-provvista ta' ilma fi Triq Santa Monika Ħal Tarxien/Raħal Ġdid inqatgħet 11-il darba mill-ewwel tas-sena s'issa, kif imniżżel fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dan seħħ minħabba xogħlijiet ta' manutenzjoni fis-sistema tad- distribuzzjoni ta' l-ilma u l-proġett tal-kontroll tat-telf ta' l-ilma.", "ETC - TAĦRIĠ", "3772.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3449 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-3 ta' Marzu 1997, jista' l-Ministru jgħid xi kwalita' ta' xogħol ġie offrut lill-143 persuna msemmija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-mistoqsija parlamentari numru 3449 kienet tirriferi għal 143 persuna li kienu ġew offruti taħriġ u mhux xogħol.", "SAĦĦA - MEDIĊINA AREDIA 1/V", "3785.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kien hemm nuqqas tal-mediċina magħrufa bħala AREDIA 1/V li tiġi preskritta biex tikkumbatti l-Paget's Disease", "Jista' issa l-Ministru jassigura li din il-mediċina hi disponibbli u l- pazjenti partikolari li soltu jużawha jiġu mgħarrfa li jistgħu jeħduha?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Aredia kienet out of stock mis-27 ta' Diċembru, 1996 sa l-14 ta' Jannar 1997.", "Din il-mediċina hija fil-preżent disponibbli għall-pazjenti li diġa' mibdijin fuqha u l-pazjenti ġodda jiġu mibdija meta jiġu approvati mid-Drugs and Therapeutic Committee u l-konsum maħsub għalihom ikun fl-istores skond il-proċedura normali ta' l-ispecial drugs.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "3786.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jaqbel il-Ministru li l-eżamijiet tal-MATSEC qegħdin jibdew kmieni wisq u allura jtellfu ħafna ħin prezzjuż mill-iskola minħabba li se jibdew fil-25 ta' April 1997, bil-konsegwenza li l-aħħar term tas- sena skolastika 1996-97 jiġi sfrattat minħabba dawn l-eżamijiet kmieni?", "X'diffikultajiet hemm biex dawn l-eżamijiet isiru aktar tard?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-eżamijiet tal-Matsec qegħdin jibdew fl-aħħar jiem ta' April minħabba n-numru kbir ta' suġġetti li qegħdin jiġu offruti fid-diversi livelli (30 suġġett fil-livell ordinarju, 32 suġġett fil-livell intermedju, u 31 suġġett fil-livell avvanzat) b'żewġ karti jew tlieta fil- maġġoranza tas-suġġetti.", "Bejn l-aħħar jiem ta' April u l-ewwel jiem ta' Ġunju hemm madwar 31 jum għal dawn l-eżamijiet b'sessjoni fil-għodu u oħra wara nofsinhar, ta' sagħtejn jew tliet sigħat kull sessjoni.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-karti ta' l-eżami jridu jiġu kkoreġuti mill-eżaminaturi u jiġu pproċessati mill-amministrazzjoni fi żmien xahar jew xahar u nofs sabiex ir-riżultat ikun jista' joħroġ madwar nofs Lulju.", "Il-Matsec joffri wkoll is-sessjoni supplimentari għall-kandidati li jeħlu f'xi suġġett fis-sessjoni ta' Mejju.", "L-amministrazjoni għal dan l-eżami għandha biss ix-xahar ta' Awissu biex twettaq din il-ħidma.", "L-eżami riparatorju jsir fl-ewwel jiem ta' Settembru sabiex ir-riżultat joħroġ qrib it-tielet ġimgħa ta' dan ix-xahar.", "B'hekk l-istudenti li jgħaddu minn din is-sessjoni jkunu jistgħu jidħlu fis-Sixth Form jew fil-Junior College, jew jibdew il-kors Universitarju mal-bqija ta' l-istudenti sħabhom.", "Għalkemm mhux ta' pjaċir li dawn l-eżamijiet jibdew kmiEni (i.e fl-aħħar jiem ta' April) għal raġunijiet li spjegajt hawn fuq, hu mpossibbli li dawn l-eżamijiet jibdew aktar tard minħabba ż-żmien qasir bejn l-ewwel eżami, ir- riżultat, u s-sessjoni supplimentari, kif ukoll il-kwantita' ta' xogħol li hemm marbut ma' dan l-eżami.", "Ta' min ukoll jinnota li għalkemm il-Bordijiet barranin ma joffrux il- possibilita' ta' eżami supplimentari f'Settembru u r-riżultati tagħhom joħorġu konsiderevolment wara dawk tal-Matsec (normalment lejn l-aħħar ta' Awissu) huma jibdew l-eżamijiet tagħhom bejn wieħed u ieħor fl-istess perjodu li jsiru l-eżamijiet tal-Matsec.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "3787.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-rapport ippubblikat dwar l-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum, jista' l-Ministru jara li kull skola (permezz tal-Kap ta' l-Iskola u t-tisħib ta' l-istaff kollu) jagħmel evalwazzjoni tar-riżultati ta' l-iskola tiegħu/tagħha partikolari?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jippubblika din l-evalwazzjoni ta' kull skola u wkoll x'miżuri korrettivi jkunu proposti biex jitjibu r- riżultati?", "X'evalwazzjoni tagħmel id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni speċjalment id- Dipartiment tal-Kurrikulu ta' dan ir-rapport annwali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx xi rapport simili dwar l-eżamijiet annwali ta' l-iskejjel primarji u sekondarji li jsiru fuq bażi nazzjonali?", "X'azzjoni tittieħed wara kull rapport?", "X'sehem jieħdu l-Education Officers f'din l-evalwazzjoni?", "Il-Kunsilli Skolastiċi jiġu mitluba jew mistiedna jagħmlu evalwazzjoni ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: (a) Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Galea kif imqiegħed fil-mistoqsija huwa nteressanti.", "Jidher li l-Onor.", "Membru għoġbitu l-inizjattiva mibdija minn din is-sena li jiġu ppublikati rapporti dettaljati ta' l-Eżaminaturi ewlenin (Chief Examiners) f'kull suġġett.", "L-Onor.", "Galea donnu qed isaħħaħ il-policy li nevalwaw il-pożizzjoni reali tat-tagħlim u ma nilludux ruħna b'ċifri u persentaġġi.", "F'dan is-sens, is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Galea huwa nteressanti fih innifsu u wkoll, għax iseddaq il-kunsens Nazzjonali fil-Politika Edukattiva, li qed jitrawwem.", "(b) Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Galea se jiġi mgħoddi lid-Dipartiment tal- Kurrikulu fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Jekk jinstab li dan jista' jiġi addottat sa minn din is-sena, ir-rapporti konċernati jiġu ppublikati maż- żmien.", "(c) Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha qed tiffaċċja l-innovazzjoni li tevalwa rapporti bħal dan.", "(d) Rapporti simili dwar eżamijiet annwali ta' l-iskejjel primarji u sekondarji li jsiru fuq bażi Nazzjonali (iżda fejn il-karti ta' l-eżami jibqgħu fl-iskejjel u ma jinġabrux f'post ċentrali) għadhom qatt ma saru.", "Għalhekk, risposti għat-tlett mistoqsijiet l-oħra ma jreġux", "EDUKAZZJONI - KUMITATI/KUMMISSJONIJIET", "3788.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Minn mindu ġie nominat Ministru, fid-dikasteru tiegħu, kemm-il kumitat jew grupp ta' xogħol, innomina?", "Taħt liema isem?", "B'liema termini ta' riferenza?", "Apparti kummissjonijiet jew kumitati li l-Ministru jista' jħoss il-ħtieġa li jinnomina, liema huma dawk il-kummissjonijiet jew kumitati li soltu jinħatru fil-qasam li jaqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "KUMITAT TOMORROW'S TEACHERS", "3789.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: X'inhuma t-terms of reference tal-Kumitat li twaqqaf mill-Ministru msejjaħ Tomorrow's Teachers?", "Minn min huwa kompost u għandu xi terminu ta' żmien meta jippreżenta r-rapport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru ma waqqaf ebda kumitat imsejjaħ Tomorrow's Teachers.", "SKEJJEL STATALI - STREAMING", "3790.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti l-veduti tiegħu dwar jekk l- iStreaming għandux jibqa' kif inhu fl-iskejjel primarji?", "Fost dawn il- veduti, jaħseb il-Ministru li l-istreaming għandu jseħħ f'livell aktar għoli milli huwa fil-preżent, i.e. mir-raba' klassi ta' l-iskola primarja?", "Jista' l-Ministru jinformana jekk fil-pjan ta' reviżjoni fil-kurrikulu, id- Dipartiment tal-Kurrikulu huwiex jistudja wkoll l-istreaming?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Dipartiment tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, se jiddelibera dwar kull proposta li titressaq lilu fuq materji kurrikulari.", "L-istreaming huwa materja f'din il-kategorija.", "Għalhekk, il-kumitat inkarigat mir-reviżjoni huwa fid-dmir li jistudja kull proposta f'dan ir- rigward, u jagħti l-parir tiegħu, anke jekk ikun hemm pożizzjonijiet konfliġġenti fuq din il-materja kontroversjali.", "L-istreaming għalissa jsir mill-Ħames Klassi fil-Primarja u mhux mir- Raba' klassi kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "SPTARIJIET TAL-GVERN - MEDIĊINI", "3826.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk isirux kontrolli regolari ġewwa s-swali ta' l-isptarijiet, u minn min, biex jaraw jekk il-mediċini ikunux skadew jew le?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa tinforma minn żmien qabel permezz ta` ċirkolari interna lis-swali kollha ta` l-isptar liema mediċini jkunu ser jiskadu.", "Il-kontrolli neċessarji jsiru wkoll min-Nursing Officer inkarigat minn kull sala.", "SAĦĦA - HEALTH VISION 2000", "3827.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Amministrazzjoni preżenti hijiex sejra tkompli bl-implimentazzjoni tal-Health Vision 2000?", "Inħatar il-Kumitat Interministerjali, u jekk fl- affermattiv, min huma l-membri nominati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor Membru, li filwaqt li l-gvern preżenti huwa mpenjat li jkompli jtejjeb dak li hu tajjeb, minn naħa l-oħra lest li jara x'hemm ħażin u jibdel.", "Dan jolqot ukoll il-Health Vision 2000.", "Il-kumitat interministerjali għadu ma ġiex imwaqqaf.", "SAĦĦA - TRASFERIMENTI", "3828.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra min kienu n-nies trasferiti mill-Head Office tas-Sanita' fil-25 ta' Frar, 1997?", "Xi grad kienu jokkupaw, fejn ġew trasferiti, min intbagħat minflokhom, xi grad għandhom u min fejn ġew trasferiti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: 16-il impjegat ġew deployed skond l-esiġenzi tas- servizz.", "SPTAR SAN RAFFAELE - STUDJU", "3829.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 156 li kienet saret fid-9 ta' Diċembru, 1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sad-data msemmija l-Gvern ikkumissjona żewġ rapporti.", "Iż-żewġ rapporti tlestew u diġa' ġew ippubblikati.", "SAĦĦA - TRASFERIMENTI", "3830.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru issa jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 2019 li kienet saret fl-20 ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma ġie trasferit ħadd, ħlief każi ta' personnel tal-ministeru tiegħi wara id-29 ta' Ottubru 1996 u deployment ta' ftit każi għall-mili ta' postijiet vakanti, ħalli s-servizz jimxi aħjar fuq parir ta' diversi uffiċjali tad-dipartiment.", "MEDICAL STORES - MEDIĊINI NIEQSA", "3831.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' mediċini sew dawk formulary u non-formulary li kienu nieqsa mill-Medical Stores fis-16 ta' Frar 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - PIXXINA NAZZJONALI", "3863.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-termini ta' riferenza tal-Kumitat maħtur mis-Segretarju Parlamentari Cilia biex jirrapportalu dwar il-pixxina ta' l-Universita'?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-Kumitat hux se jirrapporta biss dwar il-pixxina jew inkella dwar il- Kumpless Sportiv kollu ta' l-Universita'?", "In vista tal-fatt li l- Universita' għandha l-ishma fil-kumpannija li tmexxi l-pixxina, jista' l- Ministru jgħid għaliex ħadd mill-Universita' ma ġie nominat biex jifforma parti mill-Kumitat li se jirrapporta lis-Segretarju Parlamentari?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-termini tal-Kumitat tal-Pixxina mwaqqaf mis- Segretarju Parlamentari Joe Cilia huma:", "i it-titolu legali/tħaddim tal-Pixxina Nazzjonali u tal-propost Kumpless Sportiv ta' l-Universita';", "ii it-tmexxija u l-operazzjoni; iii diffikultajiet tekniċi in konnessjoni ma' bini u apparat;", "iv rakkmandazzjonijiet u proposti għal titjib u użu aħjar.", "Is-Sur Joe Cassar, wieħed mill-persuni nnominati fuq l-imsemmi Kumitat huwa Sports Manager fl-Universita' li fil-fatt jirriżulta li kien qiegħed jagħmel xogħol amministrattiv minflok xogħol marbut ma' l-isports.", "EUROPEAN OPEN 1997", "3864.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ikkontribwixxa l-Gvern lill-World Professional Billiards and Snooker Association biex din torganizza l-European Open f'Malta din is-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mil-liema vot saret il-kontribuzzjoni tal-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ikkontribwixxa l-Gvern biex issir f'Malta l-edizzjoni ta' l-European Open ta' l-1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għal dan l-avveniment sportiv li sar l-ewwel darba fl-1996 l-amministrazzjoni preċedenti kienet ikkontribwixxiet is-somma ta' Lm118,221.", "Din is-sena dan it-Tournament ġie organizzat għat-tieni darba mill-istess kumpannija kummerċjali fuq l-istess livell ta' l-ewwel wieħed.", "Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti deherlu li fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja ħażina li ħalla warajh il-Gvern preċedenti, il-kontribut tal-Gvern għal din l-edizzjoni għandu jkun ta' Lm5,000 bħala għajnuna biex tiġi koperta parti mill-ispiża ta' l-attivita'.", "B'hekk minn attivita' waħda biss, is-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti iffranka 'l fuq minn Lm112,000 li jistgħu jintużaw biex jiġu mgħejjuna dixxiplini sportivi oħrajn.", "Dan l-ammont se jitħallas mill-Vot 27-4178 (Sports Activities and Assistance to Sports Associations).", "KUNSILLIERI", "3865.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-kunsillieri li għandna fil-gżejjer Maltin huma (a) impjegati tal-Gvern; (b) impjegati ma' enti parastatali?", "Jista' jgħid ukoll x'faċilita' jingħataw dawn l- impjegati biex iwettqu waqt il-ħin tax-xogħol id-dmirijiet tagħhom bħala kunsillieri?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 107 kunsillieri li huma impjegati tal-gvern u 84 li huma impjegati ma korpi parastatali.", "Il-faċilitajiet li jingħataw dawn l-impjegati biex iwettqu d- dmirijiet tagħhom bħala kunsillieri huma regolati miċ-ċirkolari: \"OPM Circular No 17/1996\" tas-27 ta' Ġunju 1996 u miċ-ċirkolari maħruġa mid- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali: \"Memo 59/1996\" tal-25 ta' Ġunju 1996 li għaliha tirriferi l-ewwel ċirkolari.", "Kopji ta' dawn iż-żewġ ċirkolarijiet tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta għall-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri.", "OPM - IMPJEGATI", "3866.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inħarġitx direttiva mill-uffiċċju tiegħu dwar in-numru ta' persuni li jistgħu jaħdmu fis-segretarjati tad-diversi ministeri?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jagħti l-massimu li kull Ministru u Segretarju Parlamentari jista' jkollu fis-Segretarjat tiegħu?", "Jista' wkoll jgħid ta' liema grad jistgħu jkunu dawn il-persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-Ittra Ċirkolari li nħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-31 ta' Ottubru 1996 u li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra b'konnessjoni mal- mistoqsija parlamentari numru W169.", "OPM - IMPJEGATI", "3867.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjati tad-diversi Ministeri li huma mpjegati b'kuntratt?", "Jista' jgħid ukoll x'salarju qed jirċievi kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'dak li għandu x'jaqsam mal-Ministeru tiegħi, b'kollox hemm seba' persuni mpjegati b'kuntratt fis-Segretarjati Privati tal-Ministru bla Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tas-Segretarju Parlamentari għal Għawdex.", "Is-salarji tagħhom ivarjaw minn Lm2,996 sa Lm4,682 fis-sena.", "Rigward l-informazzjoni dwar Ministeri oħra, nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel l-istess mistoqsija lill-Ministri l-oħra.", "VALLETTA - MONTI", "3868.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjani biex iċaqlaq il-Monti mill-Belt Valletta?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma dawn il-pjani?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandux.", "SWAR - RESTAWR", "3900.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3294 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, ċioe' jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-fortizzi, torrijiet u swar li l-Ministeru ddentifika bħala dawk li fihom għandu jsir ir-restawr meħtieġ?", "Meta hu mistenni li jinbeda, f'kull każ ir-restawr li hemm bżonn isir?", "Kemm hu mistenni li jieħu żmien ir-restawr li se jinbeda?", "Kemm hu mistenni li se jiswa flus dan ir-restawr u minn fejn hu mistenni li jiġu l-flus meħtieġa biex ir-restawr jitlesta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-fortifikazzjonijiet li d-Dipartiment tal- Kostruzzjoni u Manutenzjoni, beħsiebu jirrestawra fi żmien qarib huma dawn li ġejjin:", "Il-Belt Valletta Is-swar tal-Kalkara Is-swar ta' Santa Barbara Is-swar ta' Sant'Andrija", "L-Isla Sur viċin baċir nru.", "4 Is-swar ta' Triq ix-Xatt", "Il-Birgu St. James Cavalier Is-swar ta' San Ġwann", "Hemm il-ħsieb li dawn ix-xogħlijiet jinbdew xahrejn oħra u mistenni jieħdu madwar sitt xhur u l-istima ta' dawn ix-xogħlijiet se tlaħħaq is-somma ta' Lm138,000.", "Wara survey li sar tat-torrijiet ġie ddentifikat biex jiġi restawrat it- torri tal-Qrendi.", "Ta' min isemmi, id-dipartiment għin ukoll fir-restawr tal-fortizza tar- Rinella.", "SIĠAR", "3901.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar li nħarġu kull xahar minn mixtla ta' Wied Inċita, u mixtliet oħra separatament kull xahar minn Novembru sal-lum?", "Liema soċjeta' ta' siġar ħarġu minn dawn il- mixtliet?", "Fejn tħawwlu?", "Liema kunsilli lokali bbenefikaw mit-taħwil ta' dawn ix-xtieli?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "3902.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet esportata patata tax- xitwa minn Malta, kull sena mill-1990 'il hawn?", "X'inhi r-raġuni li din is- sena, minkejja li kellna ammont sostanzjali ta' patata tax-xitwa din ma ġietx esportata?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-kwantita' ta' patata tax-xitwa esportata matul is-snin 1990-1996 kienet kif jidher hawn taħt:", "1990/91 Xejn 1991/92 Xejn 1992/93 Xejn 1993/94 144 tunellata 1994/95 123 tunellata 1995/96 33 tunellata 1996/97 Xejn", "Ir-raġuni li din ix-xitwa ma ġietx imsiefra patata tax-xitwa hija minħabba li ma kienx hemm kondizzjonijiet favorevoli fis-swieq barranin u s-suq f' Malta matul Diċembru u Jannar kien suq tajjeb.", "GĦASSARA TA' L-INBID", "3903.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ntlaqgħu t-talbiet ta' l-għassara ta' l- inbid biex flimkien mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jkunu jistgħu jaraw kif jagħmlu użu mill-art li hemm madwar, u qrib il-winery tal-Buskett?", "Min kienu l-għassara li wrew interess li jieħdu sehem f'dan il-proġett tad- dipartiment?", "Meta hu mistenni li jiġi ffinalizzat xi ftehim, u ma' min?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: F'Lulju 1996 id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ħareġ ċirkolari lill-għassara li għandhom liċenzja għall-għasir kummerċjali biex juru jekk għandhomx interess li jaħdmu madwar 20 tomna raba għad-dwieli ta' l-għasir taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Għal din is-sejħa rrispondew fl- affernattiv erba' għassara.", "Dawn il-proposti qed jiġu studjati fid-dawl ta' l-istat ta' abbandun li tħalliet il-Winery u s-sezzjoni tal vitikoltura f' dawn l-aħħar snin u fid-dawl ta' pjanijiet li qegħdin niddiskutu ma' organizzazzjonijiet oħra biex terġa' titpoġġa fuq saqajha l-industrija tal- vitikoltura.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "3912.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma' kunsilli lokali dwar il-Magħtab?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ippreparat studju dwar is- sitwazzjoni ta' l-iskart f'Malta.", "Bħalissa dan l-istudju huwa bażi għall- konsultazzjoni ma' aġenziji oħra.", "Hu maħsub, li qabel l-awtorita' toħroġ rakkmandazzjoni uffiċċjali dwar il-Magħtab, ikunu ġew ikkonsultati, dawk kollha li b' xi mod jew ieħor huma nvoluti jew interessati bħal per eżempju, l-ambjentalisti, dawk li jużaw il-miżbla tal-Magħtab, is-sidien tal-Barrieri, kif ukoll il-kunsilli lokali.", "Laqgħa mal-kunsilli lokali li huma fil-viċinanzi, u huma nteressati fil- problema tal-miżbla tal-Magħtab saret fis-27 ta' Frar 1997.", "KUNSILLI LOKALI - ALLOKAZZJONI TA' FLUS", "3913.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3107 dwar tnaqqis fl-allokazzjoni ta' flus lill-kunsilli lokali, jista' l-Ministru jgħid jekk s'issa sarux talbiet mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u ta' San Lawrenz?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ġara s'issa dwar \"l-indikazzjonijiet ta' l-ispejjeż relatati mal-funzjonijiet tal-kunsill\" ta' l-Imdina (Seduta Nru. 32 tad-19/2/97)?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 1066.", "Rigward it-tieni parti ninforma lill-Onor.Interpellant li ma kienx hawn iżjed żviluppi mal-Kunsill ta' l-Imdina.", "BARRIERI - PROPRJETARJI", "3914.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti li semma fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 3522 (Seduta Nru. 39 ta' l-4/3/97) fl- interess tal-wirt ta' dan il-pajjiż?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi d- dokumenti mill-UNESCO jinżammu għand id-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KORSIJIET", "3972.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-courses organizzati mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar ta' l-1986 u l-31 ta' Jannar ta' l-1997 kif ukoll igħid x'sewa kull course lill-fondazzjoni biex ġie organizzat filwaqt li jagħti lista dettaljata ta' l-ispejjeż li saru u lil min ġiet imħallsa kull spiża?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'liema courses ħadet sehem il-fondazzjoni fl-istess perijodu iżda barra minn Malta billi jgħid f'kull ċirkostanza min attenda u kemm swiet lill-fondazzjoni kull attendenza billi jagħti lista dettaljata tal-pagamenti li saru biex seta' jkun possibbli li l-fondazzjoni tipparteċipa?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'courses beħsiebha torganizza l-fondazzjoni fil-perjodu bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Diċembru ta' din is- sena u f'liema courses beħsiebha tipparteċipa barra minn Malta kif ukoll igħid x'inhu antiċipat li jintnefaq fuq l-organizzazzjoni ta' kull kors f'Malta kif ukoll xi spejjeż huma antiċipati li jintnefqu, inkluż ukoll x'fondi ġew allokati għall-parteċipazzjoni ta' Malta barra l-pajjiż għal kull course rispettivament?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-mistoqsija tirrikjedi ħafna riċerka, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "UNIVERSITA' - PAGAMENTI", "3987.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2904, jista' l-Ministru jgħid il-pagamenti li ħallset l- Universita' bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Novembru ta' l-1996 kif jirrelataw ma' tenders maħruġa mill-Universita' jew id-Dipartiment tal- Kuntratti peress li din id-distinzjoni ma saritx?", "Jista' l-Ministru jgħid għaldaqstant kull kuntrattur abbażi ta' liema kuntratt tħallas, x'kien il- valur ta' kull kuntratt aċċettat mill-Universita' jew mid-Direttur tal- Kuntratti kif ukoll sa l-aħħar tas-sena xi tħallas kull kuntrattur/supplier fuq kull kuntratt b'mod globali u kif jirrelata dan il-ħlas mal-prezz li bih ġiet aċċettata l-offerta mill-Universita' jew mid-Dipartiment tal- Kuntratti?", "Jista' l-Ministru jgħid għaldaqstant kemm mill-pagamenti li saru bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Diċembru ta' l-1996 kienu direct orders jew pagamenti li qabżu l-valur ta kull kuntratt li kien awarded?", "Jista' l-Ministru jiddentifika b'mod dettaljat pagament b'pagament jekk dan kienxfil-parametri ta' kif ġie aċċettat il-valur ta' kull kuntratt?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll lista tal-pagamenti kollha li saru mill-Vot Kapitali ta' l-Universita' bejn l-1 ta' Diċembru ta' l-1996 u l-aħħar tas- sena u jgħid kif dawn jirrelataw skond l-informazzjoni mitluba f'din id- domanda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi miġbura u, għalhekk, tkun tista' tingħata tweġiba adegwata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - VOT KAPITALI", "3988.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li l-Universita' tul l-1996 kellha Vot Kapitali approvat ta' Lm1,500,000.00 (miljun u nofs liri Maltin) u din bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Novembru ta' l-1996 ħallset biss Lm333,988.82?", "Jista' l-Ministru għaldaqstant igħid kif intnefqet din id-differenza meta tinkludi wkoll il-pagamenti li tħallsu f'Diċembru ta' l- 1996 u li qegħdin jintalbu wkoll?", "Għaldaqstant jikkonferma l-Ministru li l- Universita' s-sena l-oħra ġiet ivvotata b'fondi li ma wżatx u din is-sena reġa' għandha Lm2,000,000 (żewġ miljuni) għad-dispożizzjoni tagħha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-1996, l-Universita' ġiet mitluba biex tnaqqas il-Budget Kapitali minn Lm1.5 għall Lm1.2 miljun.", "Fil-fatt l-Universita' dan għamlitu u f'dik is-sena nefqet biss Lm1.2 miljun.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant kien qed jagħmel riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħu numru 2904 meta rriferixxa għas-somma ta' Lm333988.82, li ntnefqu sa l-aħħar ta' Novembru, 1996.", "Din is-somma kienet tirriferixxi biss għall-pagamenti konnessi ma' tenders pubbliċi kif kienet it-talba tiegħu fid-domanda magħmula minnu.", "Fil-fatt in-nefqa kollha tul is-sena 1996 (01.01.96 sa 31.12.96) saret kif indikat hawn taħt:", "243 direct order għal total ta' Lm 326116 kull direct order individwali taħt l-Lm 2500.", "Spejjeż professjonali nvoluti fuq dawn id-direct orders: Lm 11742", "118 pagament konness ma' tenders għal total ta' Lm790789", "Spejjeż professjonali involuti fuq dawn it-tenders: Lm65253", "Kif jidher minn din l-informazzjoni, l-Universita' użat il-Fondi Kapitali lilha allokati fl-1996.", "Fl-1997, kif diġa' spjegajt fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 2904, mill-ammont ta' Lm2.0 miljuni vvotati għal din is-sena, Lm920,000 jistgħu jintużaw biss għal proġetti approvati u li għad iridu jiġu approvati taħt ir-Raba' Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja.", "Mill-bilanċ ta' Lm1080,000, Lm1,000000 huma għall-użu Kapitali ta' l- Universita' u Lm80,000 għall-użu tal-Junior College.", "UNIVERSITA' - VOT KAPITALI", "3989.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif ma ssemma xejn fit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2904 dwar il-programm ta' nfiq għal din is-sena fir-rigward ta' l-Erbarju li qed jinbena fil-Ġonna ta' l- Arġotti?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll breakdown dettaljat ta' l-ammont ta' Lm433,000 imsejjaħ Committments magħmula bil-quddiem fl-1996 fuq proġetti mibdija dik is-sena meta dawn il-flus setgħu tħallsu mill-vot tal- Lm1.5 miljun fl-1993?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma ssemma xejn fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2904 rigward l-Erbarju li qed jinbena fil-Ġonna ta' l- Argotti għaliex l-infiq ta' l-Erbarju huwa diġa' inkluż fl-ammont ta' Lm433,000 msejħa committments għal din is-sena.", "Dawn il-committments magħmula bil-quddiem huma maqsuma hekk:-", "Il-Bini l-Gdid ta' l-Inginerija Lm24,000 Flus \"retention\" Centru ta' l-Isports Lm35,000 ditto EDRC/Bini ghal Studji Diplomatici Lm 9,500 ditto Xoghlijiet Zghar Diversi fl- Universita' Lm 9,600 ditto Allied Research Unit (Parti mill- Estensjoni tad-Dipartiment tal- Bijologija) Lm 4,100 ditto Progett ta' l-Erbarju Lm65,000 Kost, ecc. Kompjuters u Apparat iehor konness f'diversi Dipartimenti Lm286,000", "TOTAL Lm433,200", "Dawn il-pagamenti ma setgħux isiru fl-1996 għal raġunijiet li (1) huma flus li normalment jinżammu bħala garanzija għal xi problemi li jistgħu jinqalgħu u (2) huma ordnijiet li saru fit-tieni nofs tas-sena u li ma twettqux sakemm spiċċat is-sena.", "UNIVERSITA' - BINI TA' DAĦLA ĠDIDA", "3990.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l- offerta għall-bini ta daħla ġdida ta' l-Universita' u l-bini ta' madwarha u kif l-Universita' ivvotat is-somma ta' Lm80,000 meta l-offerta jidher li għadha lanqas ħarġet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa qegħdin jiġu ppreparati t-tenders għall- bini ta' daħla ġdida u l-bini ta' madwarha (li jinkludu numru ta' uffiċji) mill-konsulenti responsabbli ta' dan il-proġett wara li s-somma ta' Lm80,000 ġiet approvata mill-Kunsill ta' l-Universita'.", "It-talba għall- offerti hija mistennija li toħroġ mit-teżor fil-ġimgħat li ġejjin.", "Hija proċedura normali li t-talba għall-offerti taħroġ wara li tkun ivvotata s-somma fl-estimi.", "VISA - FAĊILITA' MINN TURISTI MALTIN", "4003.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Fid-dawl ta' l-istqarrija pubblika li għamel dan l-aħħar il-Ministru tat-Turiżmu li minn nofs Marzu 1997, turisti mir-Russja u l-Ukrajna se jkunu jistgħu jiksbu l-visa tagħhom hekk kif jaslu Malta, minflok ma japplikaw għal visa minn qabel, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti laħaqx qbil mal-Gvern Russu u dak ta' l-Ukrajna sabiex din il-faċilita' tkun reċiprokata bl-istess mod lit-turisti Maltin?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk din il-faċilita' hijiex se tibda tkun effettiva ukoll f'nofs Marzu, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - JOSEPH R AQUILINA", "W186.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma n-nomina tas-Sur Joseph R Aquilina bħala konsulent tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu x-xogħol li se jagħmel is-Sur Aquilina f'din il-kariga?", "X'inhu l-perjodu ta' dan l- inkarigu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le.", "ABBUŻ SESSWALI FUQ IT-TFAL", "W188.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi rapportati lid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar abbuż sesswali fuq it-tfal f'Ottubru u Novembru 1996?", "Hemm xi policy fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar x'għandhom jagħmlu l-iskejjel meta jinqalgħu dawn il-każijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO:In-numru ta' każi rapportati lid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni f'Ottubru u Novembru 1996 kienu 2 u 5 rispettivament.", "Il-policy eżistenti hi li kull każ jiġi rriferut lil Education Welfare Section li jaħdmu fil-qrib ma, u jgħaddu l-każi liċ-Child Protection Services Unit ta' l-SWDP.", "Id-Dipartiment tas-Servizzi ta' l-Istudent qed iħejji dokument ta' linji gwida (policy guidelines) dwar Child Protection form Abuse.", "Dan id- dokument se jkun fih il-proċeduri u struzzjonijiet uffiċjali lill-iskejjel dwar abbuż tat-tfal, inkluż l-abbuż sesswali.", "ITS", "W193 L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għandux il-ħsieb li l-Institute of Tourism Studies jgħaddi taħt ir- responsabbilitajiet ta' dan il-Ministeru minflok il-Ministeru tat-Turiżmu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: S'issa ma hemm l-ebda ħsieb biex l-Institute of Tourism Studies jgħaddi taħt ir-responsabilita' tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali minflok il-Ministeru tat-Turiżmu."]} {"filename": "19970730_113d_par.doc", "date": "1997-07-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 113 L-Erbgħa, 30 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 113", "L-Erbgħa, 30 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.04 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "113", "L-Erbgħa, 30 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 637", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 637", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "EURO-MED CONFERENCE 638", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GARANZIJI TA' SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR", "SMALL ENTERPRISES (LOAN GUARANTEE) BILL (IT-TIELET QARI) 643", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL (IT-TIENI QARI) 644", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (KUMITAT) 665", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL (IT-TIENI QARI-VOTAZZJONI) 686", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (KUMITAT-VOTAZZJONI) 687", "ĦATRA TA' L-AWDITUR ĠENERALI 688", "AĠĠORNAMENT 690", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 690", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 112 li saret fid-29 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "Skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra li saret fid-29 ta' Lulju, 1997 il-mistoqsijiet kollha li dehru fuq l- aġenda ngħataw tweġiba bil-miktub.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Tqegħid ta' Karti.", "Il- Ministru Edwin Grech.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar bordijiet, kummissjonijiet u enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali, flimkien ma' dettalji dwar membri fuq l-istess entijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8227.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "EURO-MED CONFERENCE", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, bħalma kont wegħedt iktar kmieni din is-sena qiegħed nagħti għall-informazzjoni tal-Kamra d-dettalji ta' l- ispiża globali tal-Konferenza Ewro-Mediterranja.", "L-organizzazzjoni tal- konferenza li nżammet f'Malta bejn il-15 u s-16 ta' April, 1997 ġiet tiswa globalment Lm450,727.", "Il-Gvern Malti kien responsabbli għas-sigurta', ospitalita', attivitajiet kulturali u servizzi mediċi, b'kontribuzzjoni ta' Lm107,795.", "Is-salarji ta' uffiċjali pubbliċi, tal-pulizija u tal-membri tal-Forzi Armati ta' Malta, li kienu nvoluti f'din il-konferenza, kienu jammontaw għal Lm93,000.", "Jiġifieri din is-somma trid titnaqqas mill-kontribuzzjoni ta' Lm107,795 għaliex wieħed irid jgħid li dawn is-salarji huma s-salarji li normalment jitħallsu lill-impjegati tal-gvern u, li kieku ma saritx il-konferenza hawn Malta, dawn is-salarji kienu jitħallsu xorta waħda.", "Il-kontribuzzjoni ta' l- Unjoni, li kienet tkopri l-parti organizzattiva tal-konferenza, kienet tammonta għas-somma ta' Lm342,932 kif jidher hawn taħt - qed nagħti round figures, Madam Speaker, imbagħad 'il quddiem ikun hemm iktar dettalji u rċevuti -", "| |LM | |faċilitajiet |90,000 | |tal-konferenzi u | | |taċ-ċentru għall-istampa| | |trasport u faċilitajiet |81,000 | |ta' l-uffiċini u | | |komunikazzjoni | | |coverage ta' |96,000 | |televiżjoni, office | | |supplies u servizzi ta'| | |informazzjoni | | |allowances, |61,000 | |akkomodazzjoni u | | |catering | | |attiviatjiet kulturali u|13,000 | |tiżjin | | | | |", "Ta' min jgħid li l-450 delegat, kif ukoll it-350 ġurnalist, ħallsu għall- akkomodazzjoni u spejjeż oħra filwaqt li l-Unjoni għamlet tajjeb għall-ħlas ta' parti mill-akkomodazzjoni għall-Ministru u żewġ delegati fil-każ tal-11- il pajjiż tal-Mediterran li m'humiex membri ta' l-Unjoni.", "Inħoss li f'dan l-istadju għandi nagħti ftit informazzjoni dwar il-parti ta' Malta fl-organizzazzjoni tal-konferenza.", "Bħalma diġa' stqarrejt, fuq talba ta' 26 membru tal-partenarjat tal- proċess Ewro-Mediterranju, f'Jannar li għadda Malta aċċettat li fi żmien qasir torganizza t-tieni laqgħa ministerjali, li kienet l-ewwel waħda wara dik ta' Barcelona li varat il-programm sħiħ ta' koperazzjoni.", "Dan Malta għamlitu għax hi temmen f'dan il-proċess u allura riedet li tgħin sabiex issaħħu.", "Huwa tajjeb li wieħed iqis x'kien jiġri mill-proċess kieku Malta ma aċċettatx.", "Kien għalhekk li l-Gvern, permezz tal-Prim Ministru, saħaq li din għandha ssir b'mod l-aktar professjonali u li Malta ma toffri xejn inqas minn dak li kien sar f'Barcelona, allavolja ż-żmien għad- dispożizzjoni tagħna kien wieħed mill-iktar ristrett.", "Naħseb li l-Kamra kollha taqbel li dan intlaħaq bl-iktar mod eċċellenti, kif stqarrew dawk kollha li attendew għal-laqgħa, kemm delegati kif ukoll ġurnalisti.", "Aħna nafu li dawn apprezzaw mhux biss il-faċilitajiet u l-organizzazzjoni tal- konferenza iżda l-faċilitajiet li ngħataw lill-istampa, kif ukoll l- attenzjoni li ngħatat lil kull membru individwali matul iż-żmien li dam hawn Malta.", "Tajjeb li nsemmi wkoll attivita' parallela li konna nvoluti fil-loġistika tagħha sa minn qabel.", "Nixtieq ngħid li dan konna ilna naħdmu fuqu mill- viżita tiegħi fil-Kajr fi Frar li għadda meta kelli laqgħa mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Amr Moussa, mas-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, kif ukoll mal-mibgħut speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għal-Lvant Nofsani, Miguel Angel Moratinos.", "Hawn qiegħed nirriferi għall-isforzi li saru mill-Unjoni Ewropea sabiex ilaqggħu f'Malta l-protagonisti tal-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani.", "Kien għaqli li f'mument li l-proċess kien għaddej minn żmenijiet diffiċli, f'Malta deher xaqq żgħir ta' dawl, li din il-ġimgħa stess rajna l-istess protagonisti jipprovaw jerġgħu jaqbdu t-triq it-tajba.", "Ta' min isemmi li dak kollu li għamlet Malta matul dik il- ġimgħa għadu jidwi sal-lum.", "Dan sewa wkoll sabiex jagħti lil Malta dik l- exposure li jgħin sabiex ikattar il-konoxxenza tal-pajjiż mill-aspetti kollha tiegħu - politiċi, ekonomiċi u soċjali.", "Inħossni wkoll kburi għax dan l-avveniment għamluh il-Maltin u għaldaqstant irrid nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod irrispondew għas-sejħa sabiex jagħtu s-sehem tagħhom.", "Ma nistax fl-aħħarnett ma nsemmix it-team żgħir li ppjana u esegwixxa dak kollu li kien hemm bżonn.", "Hawnhekk inħoss li għandi nsemmi - mingħajr ma nibża' li nsemmi lil xi ħadd - it-team żgħir tekniku li kien immexxi mill- Ambaxxatur Alfred Zarb, mgħejjun mis-Sur Paul Mifsud, is-Sur Tony Darmanin, Chris Grima, Jean Paul Grech, James Rizzo u Jesmond Schembri; imbagħad it-team l-ieħor li kien qiegħed miegħi fil-formolazzjoni tal- papers li kien immexxi mill-Ambaxxatur Salvu Borg, Stephen Calleja, Paul Zahra u Savior Falzon; ovvjament kollha kordinati, Madam Speaker, taħt it- tmexxija ta' l-Ambaxxatur Victor Camilleri u Marilyn Bonnici mill-Ambaxxata ta' Brussels.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-George Glanville li ħa ħsieb il-parti ta' l-esibizzjoni fil-konferenza - li inċidentalment ma qamet xejn u ma tħallas xejn għaliha dik - u anke ovvjament l-istaff tal-ministeru tiegħi u ovvjament l-istaff tal-Conference Centre li ħareġ with flying colours fl- organizzazzjoni tal-konferenza.", "Ħadd aktar minni, Madam Speaker, ma jaf bl- ansjeta', id-diffikultajiet u t-taqtiegħ ta' qalb li ġarrbu, kif ukoll is- sens ta' responsabbilta' u determinazzjoni li huma wrew, sabiex dan l- avveniment ikun suċċess u ta' unur għal pajjiżna.", "Ħafna kienu dawk il- ministri, ambaxxaturi u oħrajn li kitbu sabiex jifirħulna u jirringrazzjawna.", "Tajjeb li sabiex nagħlaq nikkwota mill-ittra tal-Kummissjunarju Manuel Marin li nħoss li ġabret is-sentimenti ta' kulħadd, u li kopja tagħha qiegħed inpoġġi ma' din id-dikjarazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Manuel Marin kiteb hekk, Madam Speaker:", "\"The Malta Euro-Mediterranean Conference took place in a particularly difficult moment.", "Your Government had the extemely complicated task of organising and preparing such a meeting with extremely short notice.", "In this respect, on behalf of the European Commission, I wish to warmly congratulate you for the efficient and competent way in which the Maltese authorities conducted the preparatory work and the conference itself.", "I also wish to take this opportunity to express my own personal gratitude to you and to your Government for your kindness and hospitality throughout my stay in Malta.\"", "Jiġifieri, Madam Speaker, qed ngħidu li konferenza li qamet madwar Lm0.5 miljun fi spejjeż, u li mbagħad tat dan il-frott kollu, lil pajjiżna ma ġietx tqumlu in money terms iktar minn Lm15,000!", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn mistoqsijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, irrid ngħid li huwa s-sodisfazzjon ta' kulħadd li għal darba oħra Malta wriet il- kapaċita' u l-effiċjenza tagħha li torganizza konferenza internazzjonali b'suċċess u b'effiċjenza.", "Huwa ta' sodisfazzjon għal kulħadd u ma naqsitx il-karatteristika ta' l-ospitalita' li tikkaratterizza b'mod qawwi l- karattru tal-poplu Malti - naturalment b'dan kulħadd huwa sodisfatt.", "Pero' nixtieq nagħmel xi domandi lill-Ministru.", "L-ewwelnett x'kien il-bżonn li nagħtu lil din il-Kamra dawn id-dettalji kollha ta' l-ispejjeż?", "Jien naħseb li kieku l-Ministru ried, jew kieku kien hemm xi suspett jew xi diffikulta', naturalment is-sede proprja kellha tkun il-Public Accounts Committee.", "Għalhekk ma nistax nifhem għaliex il- Ministru ħass il-bżonn li jagħti dawn id-dettalji kollha u jgħidilna li l- attivitajiet kulturali u t-tiżjin qamu Lm13,000.", "Jien ma nafx għaliex il- Ministru ħass dan il-bżonn.", "Pero' d-domanda li nixtieq nagħmel jien hi: Iħoss il-Ministru li kien ikun ħafna iktar utli għal din il-Kamra u għall-pajjiż li jagħtina informazzjoni - partikolarment illum meta aktarx li qegħdin niltaqgħu ta' l- aħħar qabel il-vaganzi tas-sajf - dwar xi studju għamel il-Gvern fuq l- Agenda 2000 ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kif jidhirlu li l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea, skond dan il-programm ta' l-Agenda 2000, se jaffettwa lil Malta, pożittivament jew negattivament?", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar it-talba ta' Malta għas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri in vista tal-konklużjonijiet ta' l-IGC u in vista tal-programm li jinteressa, mhux biss lil Malta, mhux biss lill- pajjiżi Ewropej imma jinteressa lill-pajjiżi kollha?", "Jidhirlu l-Ministru li dan il-Parlament għandu jkun jaf il-fehmiet tal- Gvern bħala reazzjoni għall-politika li hu qed imexxi fil-konfront ta' l- Agenda 2000 ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jidhirlu l-Ministru li huwa fatt li dan huwa mument ta' importanza storika għal pajjiżna - u mhux biss għal pajjiżna - u għandu rilevanza qawwija għalina, għax mid-deċiżjoni li jieħu l-Gvern Malti f'dan il-mument se jiddependi l-futur mhux biss tagħna imma ta' ġenerazzjonijiet oħra f'pajjiżna?", "Jekk il-Gvern għamel analisi tal- konklużjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea meta ġiet ippubblikata l-Agenda 2000, bilfors irid jifhem li jekk il-pożizzjoni tal-Gvern Malti m'hijiex se tinbidel, allura l-pożizzjoni ta' Malta se tkun ippreġudikata għal ħafna żmien.", "Jidhirlu l-Ministru li fiċ-ċirkostanzi ġodda li nħolqu f'dawn l-aħħar żmenijiet, bil-kambjament fil-politika u fl-iżvilupp li sar, inkwantu għall- kontenut politiku li hemm fl-Unjoni Ewropea u għall-protagonisti tal- gvernijiet membri ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jagħmel analasi serja ħafna biex jara jekk huwiex il-każ li dan il-Gvern jidħol għal konsultazzjonijiet u negozjati - dawn kienu mwegħda lill-Gvern Malti li jibdew sitt xhur wara t-tmiem ta' l-IGC, jiġifieri f'Jannar tas-sena d-dieħla - naturalment bla preġudizzju jekk finalment jintlaħaqx ftehim jew le, għad-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea?", "Jidhirlu fl-aħħarnett il-Ministru li dak kollu li għadni kif semmejt jien huwa ħafna aktar importanti u ta' interess għal din il-Kamra u għal pajjiżna mill-istqarrija li għamel dalgħodu, li ma fiha ebda sugu ħlief li ngħidu kemm aħna bravi u kemm konna kapaċi li għal darb'oħra nagħmlu konferenza internazzjonali f'pajjiżna, xi ħaġa li ħadd ma kien jiddubita?", "MADAM SPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) La m'hemmx aktar mistoqsijiet nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex iwieġeb.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-ewwel se nirreaġixxi għall-aħħar rimarka li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dak li qal fil-bidu waqqgħu kollu b'dak li qal fl-aħħar għax, skond hu, din il-konferenza ma kellniex għalfejn nitkellmu fuqha hawnhekk, m'hijiex importanti u l-pajjiż ma jinteressahx li nagħtu l-informazzjoni fuqha.", "Jiġifieri jien irrid niddeċiedi jekk nirrispondix għall-ewwel reazzjoni tiegħu, meta qal li hu kburi biha, jew inkella għat-tieni reazzjoni tiegħu meta qal li kważi qegħdin naħlu ż-żmien tal-Kamra nitkellmu fuqha.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-istatement m'huwiex dwar l-importanza ta' l- Euro-Med Conference.", "M'hawn lanqas kelma waħda fuq il-kontenut.", "L- istatement huwa biss fuq l-ispiża, li nfaqna Lm13,000 f'attivitajiet kulturali u f'attivitajiet ta' tiżjin.", "Jekk il-Ministru jrid li jsir dibattitu fuq l-Euro-Med Conference nagħmluh, mela le!", "Safejn naf jien dan qed isir fil-Foreign Affairs Committee.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mela ndunajt li qed isir!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dażgur!", "Jien qed nikkritika l-istqarrija tal- Ministru għax m'hijiex fuq l-Euro-Med Conference imma hija fuq l-ispejjeż ta' Lm13,000, fuq Lm61,000 allowances u fuq Lm96,000 coverage tat- television.", "Dan x'jinteressana lilna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, ma jinteressakx?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, assolutament!", "(Interruzzjonijiet) Stqarrija mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin fuq l-ispejjeż tal- konferenza ma tinteressanix u turi il-meskinita' tal-Ministru li jmexxi l- foreign affairs.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, il-ħin tal-mistoqsijiet fuq l- istqarrija sar.", "Il-Viċi Prim Ministru jirrispondi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jekk lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jinteressahx, ngħidlu biex jieħu paċenzja ħalli nispjegaw dawn l-affarijiet lil min jinteressawh għax nafu li hawn ħafna nies li jinteressahom f'dan il- pajjiż.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hekk ukoll jinteressahom ikunu jafu ħafna nies - ladarba tqanqal dan id-diskors - kif intnefqu l-flus ta' konferenza oħra li ma ħadna assolutament xejn minnha u li saret fi żmienu - qed nirriferi għall-Crans Montana - fejn intnefqu Lm0.75 miljun u dan il- Parlament qatt ma ngħata breakdown ta' kif intnefqu dawn il-flus.", "Mela jiġi jgħidilna li f'attivitajiet kulturali u tiżjin intefqu Lm13,000!", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, mela le!", "U dawn il-flus kollha ħaddieħor ħallashom mhux aħna.", "Aħna ħadna biss il-benefiċċju.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu li l-poplu huwa interessat li jkun jaf b'dawn l-affarijiet, pero' dawn qatt ma taw id-dettalji tal-konferenzi fażulli, bħal tal-Crans Montana, fejn il-klikka dawret il-flus għal ġo butha u fi bwiet il-ħbieb.", "Meta jrid nistgħu nagħtuh il-breakdown għax aħna nafu fejn marru l-flus, mela le!", "U appena tlajna fil-gvern erġajna sibna quddiem wiċċna l-istess sangisugi biex jagħmlu repeat performance, ħalli nerġgħu ntellfu lill-pajjiż Lm0.75 miljun, bla ebda prospetti ta' xejn.", "Kienu lesti li jkomplu biha allavolja ħadd m'għamel analisi ta' kif intilfu l-flus fl-amministrazzjoni ta' qabel, ta' x'miżuri setgħu jittieħdu biex dak it-telf ta' flus ma jsirx u biex forsi jkun hemm xi mod kif issalva xi ħaġa minn dawk il-flus kollha.", "Imma dawn huma l-affarijiet li kienu jagħmlu huma u lilna jinteressana x'kienu jagħmlu huma.", "Madam Speaker, l-ewwel mistoqsija li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet: X'kien il-bżonn li nagħtu lil din il-Kamra dawn id-dettalji kollha ta' l-ispejjeż?", "Jien għalhekk dejjem ngħid li dan il-partit huwa maqsum f'miljun biċċa, għax kieku l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kienx jiġi jgħid: X'kien il-bżonn li niġu hawnhekk u nagħtu rendikont ta' l-ispejjeż?", "Mela ma jafx li l-id il-leminija tiegħu - hu u RCC kienu jikkmandawh meta kien Prim Ministru u kienu jġiegħluh jagħmel kollox; qed ngħid għall-Onor.", "Austin Gatt - hawnhekk għamel elf mistoqsija?", "(Interruzzjonijiet) GĦax ma kienx għad kellna l-affarijiet miġburin kif inhuma.", "Għax aħna l-kontijiet niġbruhom.", "(Interruzzjonijiet) Issa oqgħod kwiet!", "Oqgħod kwiet!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Onorevoli, indirizza lis-sedja.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Anzi ma nfaqniex xi $US40,000 f'reception fil- Mayfair Hotel f'Washington bis-sigarri b'kollox!", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, jista' jekk jogħġbu jippermetti li l-Kamra tisma' għax peress li hu ma jaqbillux jisma' qed jipprova jtellef.", "(Interruzzjonijiet) Din qed tweġġgħu, allavolja hija fl-interess tal-pajjiż.", "Madam Speaker, jekk hu m'huwiex interessat fir-rendikont jiena xorta rrid nagħtih lill- poplu permezz ta' din il-Kamra, għax il-poplu jinteressah ikun jaf kemm qamu dawk l-affarijiet kollha u min ħallas għalihom.", "Għalhekk qed ngħid li llum, li għandna l-kontijiet magħluqin, li għandna l-konferma mill-Unjoni Ewropea li l-ħlasijiet li kellhom jagħmlu huma għamluhom u qegħdin isiru, nista' niġi hawnhekk - mhux qed nagħmel hekk għax l-aħħar ġurnata, għax proprju ftit ġranet ilu kellna l-aħħar trattativi ħalli nkunu nafu kemm fil-fatt qamitlu konferenza bħal din lill- poplu - u nagħti rendikont.", "Issa jekk lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan ma jinteressahx, jiddispjaċini.", "Lill-sħabu kien jinteresshom għax staqsew kemm-il darba fuqu.", "Jiena wegħedt li nagħti l-kontijiet meta jkunu lesti u llum qiegħed f'pożizzjoni li ngħid li dawn il-kontijiet huma lesti.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, min qed jgħid li nwaqqgħu d-dinjita' għax nagħmlu stqarrija ministerjali għandu raġun għax f'disa' snin u nofs j'Alla sarux b'kollox erba' stqarrijiet ministerjali!", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk inti tad-daħq oqgħod kwiet u oqgħod idħaq!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni bis-soltu fissazzjoni tiegħu, reġa' mill-ġdid tefa' l-aċċent kollu fuq l-Unjoni Ewropea u nesa' li qegħdin nitkellmu fuq attivita' Ewro-Mediterranja.", "Fl- Ewropa qiegħda l-fissazzjoni.", "Issa dan qed jistaqsi x'inhija l-pożizzjoni tal-Gvern wara l-IGC rigward l-Agenda 2000 u x'inhuma l-fehmiet tal-Gvern.", "Mela allura n-nies li għandu fil-Foreign Affairs Committee lanqas qalulu li għamilna żewġ seduti sħaħ niddiskutu dawn is-suġġetti!", "Jew lanqas qegħdin jgħidulek issa, Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni u diġa' qegħdin iwarrbuk!", "Kieku inti nformat, taf li flimkien ma' l-Onor.", "Joe Borg, l-Onor.", "Guido de Marco u l-Onor.", "John Vella għamilna żewġ seduti appożitament għal dan is-suġġett fil-Foreign Affairs Committee.", "Issa jekk trid ħu l-inkarigu u itlob lill- Clerk of the House biex jaqbad it-transcripts u jagħtihomlok sabiex toqgħod taqrahom jekk inti ma segwejthomx.", "Il-politika tal-Gvern u kif jaħseb il-Gvern fuq dan li inti qed tgħid li huma \"ċirkostanzi mibdulin wara l-IGC\", aħna għandna opinjonijiet differenti jekk humiex mibdulin jew le.", "Għidnihom u għamilna ħafna aktar milli kont tippermetti li jsir inti meta kont Prim Ministru għax f'dan il- Parlament int qatt ma tajt iċ-ċans li jsiru dibattiti fuq il-fissazzjoni li kellkom li tidħlu fl-Unjoni Ewropea u qatt ma ġejtu hawnhekk, kemm inti kif ukoll sieħbek, l-Onor.", "Guido de Marco, biex tgħidu il-verita' lill-poplu.", "Urejtkom jien fid-debate tal-budget kemm kontu qegħdin tqarrqu bil-poplu.", "Aħna qegħdin nutilizzaw ħafna aktar milli qatt utilizzajtu intom mill- miżuri u mill-mezzi li hawn f'dan il-Parlament biex id-dibattitu jsir fil- pubbliku u l-Onor.", "Guido de Marco gerger li l-media m'hijiex qed tagħtih coverage biżżejjed.", "Huwa veru li jiena qbilt miegħu wkoll imma d- diskussjoni rigward dawn il-mistoqsijiet li għamilt inti dwar l-ideat il- ġodda, it-tibdil li sar, l-opinjonijiet tal-Gvern u l-politika l-ġdida, dawn għamilnihom hemmhekk.", "Jekk trid li ngħidhomlok hawnhekk ukoll, ngħidhomlok f'żewġ sentenzi.", "Mhux veru, ma tbiddel xejn fl-IGC, Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni, għax inti taf daqsi li qed jingħad ċar li mhux se jsir tkabbir qabel ma terġa' tiltaqa' IGC oħra u jiddeċiedu fuq dak li huwa istituzzjonalment fundamentali.", "Xi tbiddel?", "Għalfejn dan il-ħafna kliem li qegħdin tgħidu li tlifna ċ-ċans li nkunu fl-ewwel tkabbir?", "Komplu qarrqu bil-poplu u l-poplu jagħtikom iċ-ċertifikat li takom seba' jew tmien xhur ilu meta qalilkom biex toqgħodu fl-oppożizzjoni għax xbajtu tgħaddu ż-żmien bih.", "Madam Speaker, dawn huma rimarki mill-Oppożizzjoni dwar fatt li kien, biex ngħid hekk, ġawhra f'dak li għamilna u l-Oppożizzjoni mill-bidu ppruvat tagħmel minn kollox, kemm huma kif ukoll permezz ta' ċerti korrispondenti li riedu jilagħbuha tal-ħelwin, biex joskuraw dak li konna qegħdin nagħmlu, imma jiddispjaċini ngħidilhom li m'għadhiex tinstema' l- karba tagħhom.", "Din l-ittra ta' Manuel Marin hija eżempju u meta jrid jista' jiġi min irid minnhom ħalli nurih il-file ta' l-ittri ta' kongratulazzjonijiet u ta' tifħir li rċevejna fuq l-organizzazzjoni tal- konferenza.", "Jiena nerġa' ngħid - nagħlaq fuq dan il-punt - li l-politika tagħna hija Ewro- Mediterranja u għal darb'oħra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ra li mhux qed jifhem x'inhu l-bżonn l-aktar urġenti u fejn għandha tkun d-daqqa qawwija tal-politika barranija tagħna.", "Aħna nemmnu li għandha tkun Ewro- Mediterranja u huma kienu jemmnu li għandha tkun Ewropea.", "Morna għall- verdett tal-poplu u l-poplu qalilhom: Le, jiena ma' dawn naqbel.", "Illum aħna qegħdin hawnhekk u huma qegħdin hemmhekk!", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "Il- Ministru Mizzi", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GARANZIJI TA' SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR", "SMALL ENTERPRISES (LOAN GUARANTEE) BILL", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi Ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u Industrija): Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jinkoraġġixxi t-twaqqif ta' impriżi żgħar ġodda u l-espansjoni ta' impriżi żgħar eżistenti bl-għoti ta' garanziji ta' self mill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru tat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jinkoraġġixxi t-twaqqif ta' impriżi żgħar ġodda u l-espansjoni ta' impriżi żgħar eżistenti bl-għoti ta' garanziji ta' self mill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mid-29 ta' Lulju 1997 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, qabel l-elezzjoni t'Ottubru kien hawn diċerija min-naħa tal-Partit Laburista li d-differenzi bejn iż-żewġ partiti kienu minimi.", "Dan kien qiegħed jingħad sempliċement biex jiġbdu aktar partitarji lejn il-Partit Laburista, bl-iskop li wieħed jaħseb li jkun safe li jivvota Labour.", "Illum il-ġurnata wieħed jirrealizza kemm huma kbar id-differenzi bejn iż-żewġ partiti politiċi u kif il-prinċipji tal- politika ta' wieħed ma jaqblux drastikament ma' ta' l-ieħor.", "Dan ngħidu għaliex meta wieħed janalizza it-tibdil tal-Gvern f'dawn l-aħħar disa' xhur jinduna kif inqalbu ta' taħt fuq dawk il-prinċipji li daħħlet l- amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Jien mhux se noqgħod nirripeti imma wieħed irid jgħid dawn l-affarijiet biex juri kemm hemm baħar jaqsam bejn il- prinċipji li jħaddnu ż-żewġ partiti.", "Dan narawh b'mod speċjali fil-każ tad-diċentralizzazzjoni li kien irid il- Partit Nazzjonalista u l-politika ta' ċentralizzazzjoni li qed juri li se jadotta l-Partit Laburista.", "Dan ngħidu, b'mod speċjali, fil-każ tal-ħatra tal-Kunsill tad-Dockyard, fejn il-Prim Minsitru, meta ra l-piż kbir li hemm fuq id-Dockyard, minflok ta responsabbilta' aktar lill-kunsill kollu maħtur mill-ħaddiema, għażel li jpoġġi ħamsa min-nies - erbgħa min-nies u chairman - flimkien ma' l-erbgħa l-oħra li huma magħżula mill-ħaddiema biex hemmhekk ikun hemm aktar kontroll min-naħa tal-Gvern.", "Madam Speaker, jiena m'għandix dubju li t-trasparenza hawnhekk hija l-qofol ta' kollox.", "Meta wieħed janalizza l-abrogazzjoni ta' l-Att dwar Nomini mill- Oppożizzjoni jara li l-Gvern irid inaqqas ċerta trasparenza.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Lino Spiteri li l-mistoqsijiet parlamentari dwar l-operat tal- ministeri ġew imwieġba diversi drabi u anke fil-Public Accounts Committee jingħata t-tagħrif neċessarju, imma dawn ma kenux kwestjonijiet ta' amministrazzjoni.", "X'qiegħed ngħid jien?", "Meta jiġi nominat membru tal-bord ma jkunx qiegħed hemmhekk biex jifli biss l-affarijiet finanzjarji imma jkun qiegħed hemm biex jara li l-amministrazzjoni timxi kif għandha timxi.", "Jiena qiegħed membru fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħala rappreżentant ta' l- Oppożizzjoni, imma ma jfissirx li jien qiegħed hemmhekk biex infixkel l- operat tal-Gvern jew ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma qiegħed hemm biex nagħti l-kontribut siewi u kostruttiv tiegħi.", "Jiena bir-responsabbilta' kollha nħoss li dan qiegħed nagħmlu, bħalma jistgħu jagħmluh membri oħra maħtura f'dik il-kariga.", "Mela l-Gvern Nazzjonalista ressaq l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni għall-approvazzjoni tal-Parlament, kien qiegħed inaqqas persuna ta' l- għażla u fiduċja tiegħu u jgħaddiha lill-Oppożizzjoni.", "Jiġifieri ara kemm kienet demokratika d-deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern meta hu ried lill-Oppożizzjoni Laburista tipparteċipa fl-amministrazzjoni ta' dawn il-boards.", "Għalhekk jien nappella lill-Prim Ministru biex jerġa' jikkonsidra dawn l-affarijiet għax inħoss verament li hemmhekk il-membru ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex qiegħed biex jopponi imma biex jagħti l- kontribut sħiħ tiegħu.", "Madam Speaker, irrid inżid li meta kien sar ir-rapport tal-power station, għax kien hemm xi allegazzjonijiet li kienu saru xi frodi minħabba li l- offerta ttieħdet minn dak li kellu Lm1 miljun aktar, it-Tabib Philip Muscat kien talab biex jara dawn it-tenders.", "Fil-pront ġie mistieden biex jara l- file imma hu qatt ma ried jaċċetta, la hu u lanqas sħabu qatt ma ħatfu l- istedina biex jaraw dan il-file tal-power station.", "Jiġifieri l-Gvern Nazzjonalista offra li jurihom il-files kollha neċessarji għax assolutament ma kellu xejn x'jaħbi.", "U iktar minn hekk imbagħad stieden lill-membri ta' l-Oppożizzjoni biex huma jieħdu parti f'dak li jkun qiegħed isir.", "Madam Speaker, hawn jien nistieden lill-Prim Ministru biex jara n-Nolan Report li kien ġie kkummissjonat mill-ex-Prim Ministru John Major xi sentejn ilu, wara li kellu kritika dwar il-membri li jkunu preżenti fuq dawk il-quangos, dawk il-quasi autonomous government organisations - u kien hemm ħafna dubji dwar min kien qiegħed jinħatar fuq dawn il-boards.", "Ħafna drabi - din kienet esperjenza Ingliża wkoll - dawk li kienu fidili lejn il- partit li jkun qiegħed fil-gvern jew inkella dawk in-nies li jkunu taw kontribut għar-rebħa elettorali ta' dak il-partit li jkun ikkontesta l- elezzjoni, jiġu ppremjati għal xi kontribuzzjoni verament ċkejkna imma jkollhom l-unur jgħidu li peress li huma ħadmu fil-kampanja elettorali setgħu jiġu oronati billi jitqiegħdu fuq dawn il-boards.", "Imma xi jgħid in- Nolan Report?", "Jiena nistieden lill-Prim Ministru biex jaqra dan il-ktieb li huwa sabiħ ħafna u min tinteressah l-onesta' politika għandu jara dan ir- rapport \"Standards in Public Life\".", "Lord Nolan kien għamel talba għal kontribuzzjonijiet min-naħa tal-pubbliku u tant kien qawwi r-response li għandna żewġ kotba voluminużi ta' dan ir-rapport.", "Jiena ġibt biss is- summary tiegħu għax wieħed jitgħallem ħafna minn din il-ħaġa.", "Jien nixtieq nistieden lill-Prim Ministru biex fil-bidu tal-leġislatura tiegħu janalizza daqsxejn dan il-ktieb u jara x'jista' jakkwista mill-esperjenza ta' ħaddieħor.", "Liema huma the seven principles of public life?", "L-ewwelnett jgħidlek selflessness - ma nistax noqgħod nidħol fid-dettall imma kulħadd jifhem it- tifsira wiesgħa tal-kelma \"selflessness\" - integrity, objectivity, accountability, li hija ħafna u ħafna importanti, l-openness - u din hija t- trasparenza li tant kienet in voga qabel l-elezzjoni ta' l-1996 - l-onesta' u anke l-leadership.", "Nistieden lill-Prim Minsitru biex jibgħat għal dan il-ktieb li jqum Lm50.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): GĦandi kopja tiegħu!", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Qed nieħu pjaċir li għandek għax tista' tara kemm huwa verament interessanti, b'mod speċjali għal min huwa fil-politika.", "Se nikkwota xi ħaġa żgħira minn dan ir-rapport dwar l-appointments:", "\"Each government department is responsible for making its own appointments to executive bodies.", "The role of the central department, the treasury and the office of public service is limited to issuing guidance and maintaining a list of potential candidates.\"", "Lord Nolan jitkellem fuq improving \"the transparency of the process\".", "Mela dawk li jkunu membri f'boards, inklużi dawk li jistgħu jiġu appuntati mill- oppożizzjoni, għandhom id-dover to:", "\"improve the transparency of the process by documenting procedures and recording the reasons for decisions by ministers and officials; widen the range of methods used to obtain candidates, including a presumption in favour of advertising and the use of executive search, where appropriate.\"", "Jiġifieri hawnhekk qed jgħid li nfittxu l-aħjar nies, mhux li għenuna politikament imma dawk in-nies li huma kapaċi fl-iskills u fl-esperjenzi tagħhom sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom f'dan il-bord.", "L-importanti huwa", "\"... achieve greater openness by announcing appointments and making alist of appointees available to the public.\"", "Jiġifieri l-pubbliku jkun jaf u din tiġri hawn Malta għax jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Imbagħad jgħidlek:", "\"increase the rigour of the process through the routine use of references and interviews.\"", "U fl-aħħarnett: \"ensure standards of propriety through the early identification of potential conflict of interests.\".", "U dan huwa importantissimu.", "Jiġifieri min ikun ġewwa dan il-bord ma jridx ikollu conflict of interests minħabba s-sitwazzjoni skomda li jista' jsib ruħu fiha.", "Imma x'jirrikkmanda finalment?", "\"At a local level quangos effect crucial areas of people's lives.", "Local editors say that there is a growing feeling that people are alienated and feel powerless to influence the decision-making of such bodies.", "One of the reasons is the secrecy with which quangos are shrouded. \"", "Jiġifieri hawnhekk qed jagħti l-ikbar ċertifikat kemm kellu raġun il-Partit Nazzjonalista fil-gvern meta qal li jeħtieġ li jkun hemm persuna tal- fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, għaliex jgħid \"one of the reasons is the secrecy with which quangos are shrouded.\"", "Jiġifieri dawn jagħmlu affarijiet donnhom fis-sigriet u fil-moħbi.", "M'għandux ikun hekk.", "Dawn l- organizzazzjonijiet huma mħallsin minn flus il-poplu u l-Oppożizzjoni għandha s-support ta' 48% tal-poplu.", "Il-poplu qed jikkontribwixxi għal dawn il-korporazzjonijiet u l-istituzzjonijiet ukoll u allura l-Oppożizzjoni għandu jkollha rappreżentant.", "M'għandniex għalfejn nimpikaw għax kultant nissuspetta li persuna mwarrbuha minħabba isimha jew inkella għal xi raġuni oħra.", "Bħalma l-gazzetti għandhom dritt li jitkixxfu u jkunu jafu l-operat tal-Gvern, kemm amministrattiv u kemm finanzjarju, jien m'għandix dubju li l-membri maħtura mill-Oppożizzjoni jindagaw ukoll dwar l-amministrazzjoni li tkun għaddejja.", "F'din il-materja tant u tant importanti r-rakkmandazzjoni finali tan- Nolan Report tgħid hekk - qed nieħu pjaċir li daħal il-Prim Ministru -", "\"Ministers should continue to make board appointments but an independent public appointments commissioner should be appointed to regulate, monitor and report on the public appointment process.\"", "Jiena nappella biex, kif jissuġġerixxi dan ir-rapport, hawn Malta jiġi appuntat ukoll dan il-kummissarju, bħalma għandna l-Ombudsman u diversi uffiċjali oħra, inkluż l-Awditur Ġenerali li se naħtru llejla wkoll, biex jagħmlu skrutinju ta' deċiżjonijiet amministrattivi.", "Dan il-kummissarju jkun jista' jara jekk in-nies nominati jkunux ġew appuntati biex jitħallsu għas-sehem tagħhom fil-kampanja elettorali jew għall-kontribut li jkunu taw lill-partit li jkun fil-gvern jew inkella jkunux verament nies ta' esperjenza u li għandhom ċertu interess f'dik l-organizzazzjoni li huma jkunu qegħdin jiġu appuntati fiha.", "Għalkemm il-Gvern għandu d-dritt jabroga dawk il-liġijiet kollha li jidhirlu pero' ma ninsewx li l-poplu għandu dritt għall-informazzjoni.", "Tant hu hekk li l-Partit Nazzjonalista - biex tara kemm kien ultra demokratiku - mhux biss ta dan id-dritt tan-nomina lill-Oppożizzjoni Laburista talli għamel ir-referendum abrogattiv, li diġa' ssemma f'dan id- dibattitu.", "Jiġifieri jekk il-poplu ma jkunx irid liġi li tkun għaddiet bil-maġġoranza tar-rappreżentanti ta' dan il-Parlament, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ta l-opportunita' sagrosanta lill-poplu li jekk irid jiġbor ċertu ammont ta' firem, jippreżentahom hawn fil-Parlament u dik il-liġi tiġi annullata minħabba d-deċiżjoni tal-poplu.", "Din hija l-vera demokrazija!", "Infatti 2000 sena ilu kien hemm gvernatur - ma noqogħdux nidħlu fl-istorja reliġjuża - li meta ried jiddeċiedi fuq persuna staqsa lin-nies x'jagħmel biha u kien il-poplu li ddeċieda.", "Il-gvernatur ma ħax id-deċiżjoni hu stess imma staqsa lill-poplu.", "(Interruzzjonijiet) Għal Pilatu qed ngħid.", "Hu qagħad fuq id-deċiżjoni tal-poplu stess.", "Din hija demokrazija Ewropea, mibnija fuq id-demokrazija li kienet mħaddma fi żmien ir-Rumani u fi żmien iċ-ċivilita` Griega.", "Madam Speaker, jekk il-Gvern ma jridx jaċċetta l-proposti ta' l- Oppożizzjoni nappellalu li almenu jaħtar dan il-kummissarju ħalli jara li dawk il-persuni appuntati verament jifhmu u jistgħu jikkontribwixxu f'dik il-korporazzjoni u biex verament ikun hemm it-trasparenza ta' dak kollu li qed jiġri.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, matul dan id-dibattitu twil - fuq liġi żgħira ta' tliet klawsoli - smajt ripetizzjoni sħiħa ta' argumenti wara argumenti li meta tagħsarhom issib li huma l-istess argumenti.", "Osservajt ukoll dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, meta fetaħ dan id-dibattitu għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, fejn ikkwalifika dan il-bill li qed inressqu bħala att ta' arroganza.", "Imbagħad irriflettejt ftit kif, wara l-pompożita' ta' l-Onor.", "Fenech Adami, nistgħu nittimbraw l-argumenti li ressqet in-naħa ta' l-Oppożizzjoni matul dawn is-seduti sħaħ li fihom qalet tagħha.", "Jien naħseb li l-mod kif nistgħu niddeskrivu dak li assistejna għalih huwa li assistejna għal eżerċizzju komplet fl-ipokresija, ipokresija li tixpakka f'kull ħaġa li ntqalet, bi ftit eċċezzjonijiet, fosthom il-kelliem ta' qabli, li ma rridx nakkużah b'din il-ħaġa.", "Imma l-ipokresija ta' dak li ntqal min-naħa ta' l-Oppożizzjoni tħossha ċara anke fil-mod kif spustaw l- argumenti tagħhom u fil-mod kif mexxew 'il quddiem l-akkużi tagħhom għal dak li qed jagħmel il-Gvern Laburista.", "Madam Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li kull meta jitkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnifsu, issa sar sempliċement jirripeti n-noti tal-passat.", "Hawnhekk minnufih tiftakar f'dak li kienu jgħidu ċerti kritiċi għal ċerti politiċi fl-Ingilterra u tgħid: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni issa sar jispikka bħala dak ta' quddiem nett fost in-nies tal-bieraħ - yesterday's man.", "Jiddispjaċini ngħid li l-Onor.", "Fenech Adami ħlief noti tal-passat m'għadux kapaċi jagħmel.", "B'aktar dwejjaq kelli ninnota li, per eżempju, l-ex-Speaker ta' din il- Kamra, illum Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, ma tantx jidher li l-esperjenza politika partiġjana qed tagħmillu ġid għax meta pprovajt nanalizza l-argumenti ta' l-Onor.", "Gonzi, bil-maqlub ta' kif kien jesprimi ruħu qabel, ikolli nikklassifikahom bħala argumenti inkoerenti.", "Dan għaliex beda jieħu parti minn dak li jgħid il-Gvern, jinsa li dik il-parti tintrabat ma' parti oħra, jikkritika l-parti li qed jieħu out of context, imbagħad jerġa' jmur aktar 'il quddiem biex jaqbad parti oħra u b'inkonsistenza ma' dak li jkun qal qabel jikkritika qisu li din it- tieni parti ma tkunx marbuta ma' l-ewwel parti.", "Jien jiddispjaċini li lill- kollega tagħna, l-Onor.", "Gonzi, l-esperjenza tiegħu fil-politika partiġjana qed tirrendih daqstant inkoerenti daqshekk malajr.", "Madam Speaker, waqt li segwejt id-diskors ta' l-Onor.", "Zammit Dimech, kelli nasal għall-konklużjoni li l-gimmick li kien għamel fl-elezzjoni - meta ħareġ teddy bears b'ismu fuqhom - kienet gimmick adattata għax, meta wieħed jisma lill-Onor.", "Membru jippontifika dwar ix-xandir u dwar it- trasparenza, assolutament ma jirrealizzax li dan kien l-istess bniedem li kien parti minn eżerċizzju ta' propaganda qawwija, li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista tlett snin ilu meta daħħal it-taxxa tal-VAT, u li kien anke parti minn eżerċizzju li bih kienu qed jippjantaw li jkun hemm regolarment news items fuq il-PBS, waqt il-programmi ta' l-aħbarijiet, biex jagħġnu l-opinjoni pubblika.", "Imbagħad dan l-istess bniedem, bil-qdusija kollha, jiġi hawn u jitkaża fuq dak li allegatament qed jgħid li jara li jsir fix- xandir pubbliku!", "Madam Speaker, biex ma nkomplix il-lista twila ta' kritika li wieħed jista' jindirizza lill-bqija tal-kelliema - nerġa' ngħid, forsi bl- eċċezzjoni tal-kelliem ta' qabli - wieħed ikollu jgħid li dan id-dibattitu ma kienx their finest hour, ma kenitx l-isbah siegħa tagħhom, għax argument b'argument, b'ripetizzjoni li ma taqta' xejn, fl-opinjoni tiegħi, ma ndirizzaw bl-ebda mod l-argumenti fundamentali li qed iwasslu lill-Gvern biex jipproponi l-abrogazzjoni tal-liġi li biha l-Oppożizzjoni tinnomina lin-nies tagħha, membri tagħha, diretturi tagħha, fuq il-boards imsemmija fil-liġi.", "Madam Speaker, din hija konferma li bħalissa għandna Oppożizzjoni mingħajr direzzjoni u Oppożizzjoni maqsuma f'ħafna biċċiet, li kull m'hi kapaċi tagħmel hu li togħmod it-tifkiriet tagħha tal-passat mingħajr ebda kapaċita' biex tifhem u tevalwa r-realta' ġdida li qed noħolqu kuljum bil-ħidma tagħna, indirizzata ħalli tabilħaqq nimmodernizzaw il-pajjiż, mhux taparsi nimmodernizzawh imma nimmodernizzawh fil-verita'.", "Madam Speaker, jien jiddispjaċini li l-Oppożizzjoni qed tirrendi ruħha daqshekk malajr bla direzzjoni wara t-telfa elettorali tagħha għax jien kont nistenna li jkun hemm kurrenti fiha li jirrinvigoraw ruħhom, li jifhmu l-ħsus ta' dak li kien għaddej ħażin, bl-arroganza fost l-oħrajn ta' l- Onor. Fenech Adami nnifsu u ta' sħabu, bil-qtugħ tagħhom mill-ħajja tal- poplu u bl-idea li huma jistgħu jbellgħu r-ross bil-labra lill-poplu.", "Jien kont nistenna li f'dan iż-żmien li għadda l-Oppożizzjoni kienet tkun kapaċi tikseb ħilijiet ġodda, viżjoni ġdida u tieħu direzzjoni vera li tkun tabilħaqq alternattiva għal gvern tal-ġurnata, għaliex aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar qed tirrendi ruħha bħalha Oppożizzjoni spezzettata, bla direzzjoni.", "Dan hu ħażin għall-pajjiż, għax il-pajjiż għandu bżonn gvern attiv, kif qed nagħmlu ħilitna biex nagħtuh, gvern li jħares 'il quddiem b'ċerta viżjoni u għandu bżonn mbagħad alternattiva min-naħa ta' l- oppożizzjoni li tkun tidher vijabbli.", "Pero' ċertament li l-mod kif l- Oppożizzjoni qed jgħixu fl-imgħoddi u jerġgħu dejjem jogħmodu l-imgħoddi u jirrepetu argumenti sorpassati, juri li b'xorti ħażina fil-pajjiż għad għandna Oppożizzjoni bla direzzjoni li ma tistax toffri u m'hijiex toffri alternattiva vijabbli.", "Madam Speaker, jien segwejt l-argumenti li ħarġet bihom l-Oppożizzjoni u jkolli ngħid li fl-essenza tagħhom huma fjakki u ma jreġux meta tħares lejhom fil-prattika.", "X'inhu li qed inneħħu mill-prattika amministrattiva tal-pajjiż, Madam Speaker?", "Qed inneħħu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jinnomina direttur fuq boards ta' ċerti entijiet ta' importanza infrastrutturali fit-tmexxija tal-gvern.", "Meta wieħed jistaqsi x'inhi r- raġuni għaliex ġew innominati, l-aktar waħda li tqum min-naħa ta' l- Oppożizzjoni hi minħabba t-trasparenza, biex ikun hemm aktar trasparenza u allura jkun hemm ċans aktar li l-poplu jkun informat sew dwar dak li jkun qed jiġri.", "Pero' fl-istess nifs imbagħad iqum l-argument li d-direttur hekk nominat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jibqa' soġġett għall- kwestjonijiet u mġiba ta' konfidenzjalita' u allura mhux qiegħed soġġett u mhux qiegħed veritabbilment f'pożizzjoni li jaqbad, jekk se jimxi skond ir- regoli ta' tmexxija, u jiżvela informazzjoni lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew lill xi ħadd ieħor jekk irid jagħmel hekk għax ikun marbut ukoll bil- konfidenzjalita'.", "Madam Speaker, jekk is-sistema taħdem b'dan il-mod allura, ngħid jien, x'inhi d-differenza u x'tista' tkun id-differenza ta' trasparenza li tagħti sistema bħal din, jekk tassew taħdem b'dan il-mod?", "L-Onor.", "Josef Bonnici qal li d-direttur nominat mill-oppożizzjoni jkun jista' jservi bħalha whistle blower, jiġifieri jkun qisu t-tapp ta' sigurta' li jekk l-affarijiet imorru ħażin jew ma jsirux b'ċertu sens tajjeb, allura jkun hu li jista' jaqbad u jiżvela l-affarijiet għax m'humiex sejrin tajjeb.", "Bir-rispett kollu, jien ngħid li assolutament ma naqbilx li għandna ngħidu li direttur wieħed għandu jkun mitqies bħala whistle blower għax jien nemmen li kull direttur, nominat minn min hu nominat - jekk hux mill-ħaddiema, jekk hux mill-gvern, jekk hux minn stake holders oħra li jkollhom parti mix-shares tal-kumpannija jew tal- korporazzjoni - għandu jkun lest li jagħmilha ta' whistle blower jekk tassew isaffar is-suffara fuq affarijiet li jkunu għaddejjin mhux skond il- prinċipji tat-trasparenza li jkunu mexjin fuq bażi ta' korruzzjoni jew fuq bażi ta' abbuż ta' poter.", "Allura li tiddentifika d-direttur nominat mill- oppożizzjoni bħala l-whistle blower m'huwiex aċċettabbli għax għalija d- diretturi kollha għandhom iqisu lilhom infushom bħala whistle blowers dejjem f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerta proċedura, ma' ċertu sens ta' korrettezza u ma' ċertu sens ta' maturita', għax imbagħad ma tistax li kull dettal li ma taqbilx miegħu tibnih bħala xi ħaġa li hi abużiva u tħoss li għandek id-dritt li kull ħaġa li tqis li hi abużiva tibda tperriċha 'l hemm u 'l hawn, għax imbagħad nispiċċaw li l-affarijiet ma jkunux qed isiru bil- galbu.", "Għalhekk kemm dak li għandu x'jaqsam mat-trasparenza u kemm dak li għandu x'jaqsam ma' xi forma ta' kontroll fuq l-operati li jistgħu jkunu abużivi, ma jreġix l-argument li xi ħadd li huwa appuntat mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jista', b'xi mod jew ieħor, jaqdi dan id-dover aktar milli jaqduh id-diretturi diġa' nnominati u nnominati bl-aktar mod ċar min-naħa tal-gvern.", "Madam Speaker, jiena ninnota li l-isfond għal dawn l-argumenti li ssemmew dwar whistle blowing u dwar trasparenza huwa sfond ta' partit fl- oppożizzjoni li għadu kemm ħareġ minn disa' snin fil-gvern, li matulhom għamel minn kollox biex jaħbi u li matulhom, kull meta aħna min-naħa ta' l- Oppożizzjoni Laburista konna nqajmu kwestjonijiet ta' informazzjoni, ta' trasparenza, il-Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien kien jagħmel minn kollox biex jaħbi u biex ma jagħtix rendikonti serji.", "Hawnhekk m'iniex se noqgħod insemmi lista sħiħa ta' każi li konna nvoluti fihom, uħud minnhom kont involut fihom jiena wkoll, fejn qajjimna kwestjonijiet ta' serjeta' kbira u bqajna ma ġejniex mogħtija sodisfazzjon serju.", "Ħafna drabi anzi kien hemm il-proċedura li biha skjettament il-Gvern Nazzjonalista rrifjuta li jagħti l-informazzjoni mitluba jew li jagħti sfond fuq il-każi li jkunu għaddejjin.", "Insemmi, per eżempju, meta qamet il-kwestjoni ta' kemm jitħallsu ċerti konsulenti mqabbda mal-gvern.", "Din kienet qamet fil-Public Accounts Committee u, wara li kien hemm deċiżjoni minn dan il-kumitat li dik l-informazzjoni għandha tingħata, ħarġet deċiżjoni min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien li ma riedx jiżvela dik l-informazzjoni u baqa' ma żvelahiex.", "Madam Speaker, għalhekk min jitkellem b'din il-qdusija apparenti dwar il-ħtieġa li dan il-bill ma jgħaddix fl-interess tat- trasparenza, fl-interess ta' l-informazzjoni, warajh għandu karriera sħiħa li fiha rrifjuta skjettament li jagħti informazzjoni li hi ta' interess pubbliku.", "Anke meta wieħed iħares lejn ir-record ta' Gvern Nazzjonalista dwar in- nies li appunta bħala diretturi jew bħala pożizzjonijiet ta' tmexxija fil- korpi u fil-boards tal-gvern, f'organizzazzjonijiet u f'entijiet li fuqhom kellu xi kontroll.", "M'hemmx dubju li bl-aktar mod sistematiku u bl-aktar mod maħsub u kordinat, dawk li ma kienux jaqblu, jiġifieri li ma kenux ta' l-istess ideoloġija, li ma kienux ta' l-istess twemmin bħall-gvern tal- ġurnata - dak iż-żmien Gvern Nazzjonalista - u anke nies li kellhom l- istess ideoloġija tal-gvern tal-ġurnata imma li b'xi mod jew ieħor kienu rifsu xi kallijiet, ġew imwarrba konsistentement, bi pjan u b'loġika sħiħa minn kull pożizzjoni ta' responsabbilta'.", "Billi jiġu hawn u jippontifikaw m'humiex se jimpressjonawna.", "Mhux billi jridu jilagħbuha ta' nies li jridu li jkun hawn spazju għal kull min għandu xi sehem x'jagħti fil-pajjiż, indipendentement mit-twemmin tiegħu.", "Dak huwa t-twemmin tagħna u aħna dan qegħdin inwettquh.", "Ċertament li huma min-naħa tagħhom ma jagħmluhiex b'mod li jista' jassigura spazju għal kulħadd.", "Jiena nisfida lil min irid - affarijiet bħal dawn mhux se noqogħdu nagħmluhom fil-gazzetti - li jagħmel analisi ta' l-appointments li saru taħt Gvern Nazzjonalista għall-boards u entijiet oħra, jagħmel analisi biex jara t-twemmin politiku ta' min ġie maħtur x'jista jkun; u jagħmel l- istess ħaġa għal min ġie maħtur taħt Gvern Laburista f'dawn l-aħħar disa' xhur.", "Jien nagħmilha ċara li l-linja tagħna kienet dejjem li kull min għandu xi ħaġa x'jagħti; għax huwa kompetenti u għax għandu rieda tajba, għandu jiġu kkonsidrat u għandu jiġi mogħti - jekk hu kompetenti u jekk hu tajjeb - iċ-ċans li jipparteċipa magħna fil-ħolqien ta' pajjiż modern.", "Dan jurih ir-record għax jekk wieħed jagħmel bilanċ ta' fejn huma l- kompetenzi tekniċi jsib li aħna għandna nies ta' kompetenzi tekniċi li t- twemmin politiku tagħhom ivarja min-naħa għal oħra u bla ebda problema ta' xejn dejjem ngħidu li l-aqwa għan tagħna huwa li tassew inkunu qed immexxu fl-interess tal-Maltin u ta' l-Għawdxin kollha.", "Dawk il-Maltin u l- Għawdxin li għandhom rieda tajba u li għandhom kompetenza tajba aħna nqisuhom bħala nies validi u ndaħħluhom magħna fix-xogħol li jrid isir ħalli nibnu Malta ġdida u Malta moderna.", "Madam Speaker, aħna hekk qed nagħmlu u nerġa' ngħid li jien nisfida analisi ta' dak li għamel il-Gvern Nazzjonalista ta' l-imgħoddi ma' dak li qiegħed jagħmel dan il-Gvern.", "Analisi bħal din turi ċar li qed nimxu b'mod li huwa rett fl-interess tal- pajjiż kollu u qegħdin ngħaqqdu magħna lin-nies kollha li għandhom rieda tajba, f'sens li nimxu 'l quddiem u li nużaw il-kompetenzi kollha.", "Din hi xi ħaġa li ta' min jisħaq fuqha għax bl-ebda mod m'hi l-intenzjoni tal-Gvern preżenti li bi tneħħija tal-liġi li għandna llum - u li qed inneħħuha - indaħħlu xi forma ta' monolitiżmu.", "Anzi jiena nagħmilha ċara lid-diretturi u lin-nies l-oħra li nappuntaw li se nibqgħu għaddejjin bil- politika tagħna, minkejja l-kritika interna li jkolli.", "Din nista' nagħmilha ċara u m'hemm l-ebda ħabi fuqha.", "Jien ikolli kritika interna min- nies li mmilitaw magħna matul is-snin - u għadhom jimmilitaw magħna - li xi kultant qed inkunu liberali ż-żejjed, li nagħlqu għajnejna dwar il-fatt li nies li qed jgħinuna u għandhom kompetenza setgħu li fl-imgħoddi ma qablux - u anke llum ma jaqblux - politikament magħna.", "Din hija pożizzjoni li fuqha I stand four square.", "Sakemm in-nies li nitkellmu magħhom ikollhom dik il-kompetenza u jkunu b'rieda tajba lesti li jipparteċipaw f'dan ix- xogħol, aħna disposti li nagħtu ċans lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha ta' rieda tajba biex jaħdmu magħna ħalli tabilħaqq nibnu l-viżjoni tagħna ta' kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Għalhekk imbagħad jiena ngħid li l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-aħħar elezzjoni mexa b'mod insensat; għax kif mexa eskluda mir-responsabiltajiet u mit-tmexxija nies validi ħafna, li politikament ma jaqblux miegħu, imma li fil-linja tagħhom setgħu jagħtu ċertu sens ta' direzzjoni u setgħu jgħinuh, pero' minflok il-Gvern preċedenti telaq bir-riga ta' politika partiġjana u applikaha right across.", "Din hija ħaġa, nerġa' ngħid, li aħna ddeterminati li ma nagħmlux.", "Issa dan iwassalni biex nerġa' nirripeti l-argumenti tagħna għaliex naħsbu li l- Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni għandu jitħassar.", "Sinjura President, ta min jgħid li dan huwa provvediment li, minkejja l- ossessjoni tal-Partit Nazzjonalista biex ikun Ewropew, ma jeżisti fl-ebda parti ta' l-Ewropa, lanqas fil-pajjiżi fejn hemm ċertu multi-partitiżmu u fejn taħdem il-logħba tal-koalizzjoni biex tingħata direzzjoni lill-pajjiż.", "Jiġifieri lanqas f'dawn is-soċjetajiet ma jeżisti dan il-mekkaniżmu bizarre li bih l-Oppożizzjoni tingħata direttur tat-tmexxija fuq il- bordijiet prinċipali.", "U ngħid għaliex il-prinċipju huwa bizarre.", "Dan għaliex f'demokrazija parlamentari, speċjalment bħal tagħna - hawn qed nirrepeti l-argument u qed nagħmel tajjeb li nirrepetih għax tant smajt ripetizzjoni ta' argumenti storti, fl-opinjoni tiegħi, dawn l-aħħar gimgħa u nofs li ilna nsegwu dan id-dibattitu, li tajjeb nagħmel pass lura u nerġa' nħares lejn l-argumenti li żviluppajt fid-diskors tal-ftuħ ħalli nkunu ċari u diretti f'dak li qed nagħmlu u f'dak li qed ngħidu fuq x'inhuma r-regoli li, fl-opinjoni tagħna bihom titmexxa d-demokrazija parlamentari - id-demokrazijia parlamentari tisvolġi ruħha billi tnejn jew aktar partiti jiżviluppaw il-programmi tagħhom ta' tmexxija u l-viżjoni tagħhom għall-futur u anke jikkompetu fuq il-bażi tal-programmi tagħhom u fuq il-bażi tal-viżjoni tagħhom għall-futur ħalli jkunu jistgħu jġibu warajhom il-kunsens tal-maġġoranza tal-poplu.", "Allura hemm bżonn li jkun hemm din il-kompetizzjoni ħalli l-poplu jkollu l-għażla u hemm bżonn ukoll li jkunu kkoltivati dawk il-parametri kollha li jippermettu mbagħad li min- naħa l-gvern imexxi imma min-naħa l-oħra l-oppożizzjoni tiżviluppa l- alternattiva tagħha.", "L-argumenti ta' partitokrazija li jqumu huma argumenti li wieħed irid joqgħod attent minnhom - u għandu jagħtihom validita' - għax partitokrazija tfisser li minflok jiġi żviluppat dan l-element ta' kompetizzjoni bejn żewġ alternattivi vijabbli - alternattiva vijabbli waħda tkun fil-gvern u l-alternattiva vijabbli l-oħra tkun qed tiġi żviluppata fl-oppożizzjoni - tkun qed tiġi żviluppata sistema ta' tmexxija fejn ċerti gruppi ta' nies elitisti li jkunu jiġu minn xulxin jew li jafu lil xulxin jew li draw jaħdmu flimkien jew li jaqsmu min partit għal partit - jiġifieri jkunu dawn in-networks - ikunu imbagħad prevalenti fil-poter tagħhom u fl- influwenza tagħhom minn partit għal partit.", "Permezz tal-partitokrazija jew tal-proċeduri li jwasslu għal partitokrazija jiġri li, għal min ikun fil-gvern u min ikun fl-oppożizzjoni, il-boundaries ta' bejniethom li għandhom x'jaqsmu ma' responsabbiltajiet ta' natura statali jiġu mxellfa u allura wieħed ma jkunx jaf eżattament min hu responsabbli għalxiex.", "Per eżempju - mingħajr m'għandna għalfejn inħarsu lejn pajjiżi Ewropej pero' nħarsu lejn ċerti pajjiżi Latini Amerikani - l-elitisti ta' dawn il- pajjiżi, li żviluppaw permezz ta' arranġamenti fejn il-partiti jagħtu spalla lil xulxin, anke meta apparentement huma opposti għal xulxin, wasslu allura biex il-politika tibqa' stabli.", "Veru stabli imma stabli wkoll għax staġnata, għax m'hemmx alternattiva vera u għax dak li jintqal fuq barra jkun effettivament diskors vojt u dan jiġri għaliex fil-prattika jkunu dawn l-elitisti tal-partitokrazija li jkunu qed jiddeterminaw politika li dejjem tibqa' l-istess.", "Iva, jiena ngħid li dan huwa żvilupp mill-aktar anti- demokratiku għax ma jippermettix li jkun hemm tabilħaqq iċ-ċans ta' alternattiva vijabbli jew tnejn vijabbli.", "Allura dik il-ħajja sħiħa u dak l-għan kbir ta' demokrazija, li fl-essenza tagħha hemm iċ-ċans li l- poplu jgħid li dan il-gvern m'huwiex tajjeb aktar għalina u jgħid ukoll li hemm bżonn ta' gvern alternattiv, jiġifieri jkun hemm gvern ieħor, jiġi meqrud għax ma jkunx hemm alternattiva vijabbli fis-sistema parlamentari u fis-sistema kostituzzjonali li tkun qed tiġi mħaddma f'ċertu żmien.", "Imbagħad għalhekk iqumu l-fokolari ta' reżistenza li tkun extra- parlamentari u l-fokolari li jwasslu għal rewwixti fuq bażi reġjonali u ħafna drabi fuq bażi nazzjonali.", "Jien hawn semmejt l-Amerka Latina għax hija eżempju klassiku ta' din il-ħaġa u għax minħabba din it-tip ta' partitokrazija ta' networks u ta' l-elite li jaħdmu bejniethom u li tiġi żviluppata matul is-snin, kull ċans ta' alternattiva jiġi verament storpjat.", "M'iniex qed ngħid li bil-liġi li qed nabrogaw illum awtomatikament konna se nimxu it-triq kollha li mxew ċerti pajjiżi fl- Amerika Latina imma t-tendenza, it-toqol jew il-gravita' - fis-sens ta' gravity - hemm qiegħda.", "Jien l-ewwel wieħed nemmen li din il-liġi li qed nabrogaw hija liġi fundamentalment ta' ħsara għall-mod kif għandhom isiru l- affarijiet.", "Sinjura President, l-ewwelnett aħna nemmnu li l-oppożizzjoni għandu jkollha - dan konna anke ninsistuh aħna meta konna fl-oppożizzjoni - l- ispazju sħiħ tagħha biex tagħmel sorvelja u tagħmel monitoring ta' dak li jkun qed jagħmel il-gvern tal-ġurnata ħalli tkun tista' tiżviluppa l- kritika tagħha u ħalli tkun tista' wkoll imbagħad tiżviluppa l-alternattivi tagħha għall-programmi alternattivi tagħha.", "Pero' dan l-ispazju ma jistax jiġi okkupat jekk fl-istess ħin l-oppożizzjoni jkollha responsabiltajiet ta' tmexxija taħt xi forma jew oħra.", "Iktar 'il quddiem nikkwalifika dan li qed ngħid imma ħalli nibda bil-linji ġenerali.", "Aħna nemmnu li la l- viżjoni tal-gvern ġiet sanzjonata u ġiet mogħtija konferma mill-poplu, allura għandu d-dmir li jmexxi.", "Waqt li d-dmir ta' l-oppożizzjoni huwa li tissorvelja u timmoniterja dak li jkun qed jagħmel il-gvern, għandu jkollha l-mezzi kollha meħtieġa biex tkun tista' twettaq din is-sorvelja u dan il- monitoring.", "Dan hu l-iktar essenzjali li għandu jsir f'demokrazija bħal tagħna, jiġifieri din it-tip ta' demokrazija għandha tiġi żviluppata.", "Aħna għandna nassiguraw li lill-oppożizzjoni jingħatala l-ispazju kollu biex il-mezzi kollha jkunu available u biex anke tkun tista' tagħmel ix- xogħol tagħha, fejn min-naħa tissorvelja, timmoniterja u tikkritika u min- naħa l-oħra tibni, tfassal u ssaħħaħ l-alternattivi tagħha għat-tmexxija jew għal viżjoni li l-pajjiż ikollu quddiemu.", "Dan konna ngħiduh meta konna fl-oppożizzjoni u qed inkomplu nsostnuh illum.", "Nista' ngħid li ma kenitx koinċidenza li meta konna fl-oppożizzjoni rrifjutajna li nipparteċipaw taħt din il-liġi biex nibagħtu jew ninnominaw direttur tagħna.", "Ċertament m'hijiex koinċidenza lanqas li l-liġi li għandna quddiemna llum qed tgħaddi fl-istess żmien li dan il-Parlament approva u mexxa 'l quddiem il-bill li bih l-uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali ingħata sura aktar sostanzjali u li jirrispondi direttament lill-Parlament.", "Ukoll m'hijiex koinċidenza li fl-istess żmien se nkunu qed nipproċedu biex naħtru minnufih Awditur Ġenerali li jirrispondi direttament lill-Parlament taħt ir- regoli ġodda marbuta wkoll fil-qafas kostituzzjonali.", "Ir-rikorrenza tagħna hija diretta, jiġifieri tibqa' għaddejja minn meta konna fl- oppożizzjoni għal meta qegħdin fil-gvern.", "Iva, l-oppożizzjoni għandu jkollha spazju sħiħ biex tissorvelja u tagħmel il-monitoring tagħha u wkoll għandhom jingħatawlha mezzi biex tkun tista' twettaq dawn l-għanijiet.", "Għalhekk fil-fatt aħna konna qbilna li nkunu parteċipi fil-bidliet li saru biex jitwaqqaf il-Public Accounts Committee - dak iż-żmien konna għadna fl-oppożizzjoni - u konna insistejna li fi ħdan il-Public Accounts Committee - u jien nemmen li għamilna tajjeb - il- miżuri li bihom jistgħu jitwettqu ċerti investigazzjonijiet u ċerta sorvelja, joriġinaw mhux biss b'maġġoranza imma wkoll bil-makkinarju ta' minoranza f'dak il-kumitat.", "Hemmhekk aħna konna qbilna u konna nsistejna li għandu jkun hekk, fis-sens li l-Public Accounts Committe ikun immexxi minn membru ta' l-oppożizzjoni u konna nsistejna wkoll, nerġa' ngħid, li l- mekkaniżmu ta' investigazzjoni li jitlaq mill-Public Accounts Committee, anke tramite l-Awditur Ġenerali, jista' jiġi mobilizzat u jimxi 'l quddiem fuq bażi ta' minoranza tal-membri tal-Public Accounts Committee.", "Ovvjament hemmhekk l-oppożizzjoni għandha triq sħiħa biex dak li taħseb li għandu jiġi mistqarr u dak li taħseb li għandu jiġi investigat tkun tista' titolbu u tesiġih bi dritt.", "Jiġifieri dik hija ħaġa tajba u aħna naqblu magħha, pero' bl-ebda mod ma tagħmel lill-oppożizzjoni parteċipi fit- tmexxija tal-gvern, anzi tkun qed tagħtiha l-mekkaniżmu meħtieġ, nerġa' ngħid, biex tkun tista' tagħmel is-sorvelja u l-monitoring tagħha.", "Sinjura President, l-argument dwar li jrid ikun hemm xi ħadd nominat mill- Kap ta' l-Oppożizzjoni biex iservi fuq il-bord tal-kumpannija jew fuq il- bord tal-korporazzjoni, apparti milli jiftaħ fuq il-possibbilta' ta' partitokrazija, fl-opinjoni tiegħi jiftah ukoll, jekk wieħed se jsegwi l- linja ta' ħsieb li toħroġ min din il-ħaġa, fuq il-punt li se tinħoloq struttura ta' tmexxija fejn ċertament wieħed mid-diretturi ma jkunx jista' jaqbel mal-linja li tkun qed timxi fuqha l-korporazzjoni jew kumpannija.", "Għaliex?", "Għax ma jkunx qed jiġi nnominat f'termini tal-kompetenza teknika tiegħu.", "Iva, dan ikun qed jiġi nnominat f'termini tal-kompetenza teknika tiegħu imma bħala rappreżentant tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u allura formalment dan għandu t-timbru fuqu jew għandu l-cachet fuqu li bilfors qiegħed jaqbel ma' sens ta' direzzjoni differenti minn tal-gvern tal- ġurnata.", "Għalija dan huwa kontro-sens għax jekk inti qiegħed tinnomina bord li se jmexxi b'ċertu mod, dan il-bord irid ikun koerenti fih innifsu, jiġifieri ma jistax fih ikun hemm element li joħloq it-timbru ta' inkoerenza.", "Allura anke hawn l-argument loġiku ta' kif isiru l-affarijiet ma jippermettix li tinnomina fuq bord ta' korporazzjoni xi ħadd, ipso facto min-nomina tiegħu, li ma jaqbilx jew li hemm ċans kbir li ma jaqbilx mad- direzzjoni li għandha tieħu dik il-korporazzjoni.", "Nerġa' ngħid, kieku jiġi magħżul abbażi tal-kompetenza teknika tiegħu mill-gvern tal-ġurnata kieku m'hijiex problema, imma li jkun magħżul abbażi, nerġa ngħid, tal-fatt li huwa nnominat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni tikkontradixxi l-koerenza li għandu jkollu bord ta' direzzjoni ta' tmexxija.", "Fil-fatt il-prattika ta' dawn l-aħħar xhur turi diġa' din il-problema għax jekk wieħed jevalwa n- nies li ġew appuntati mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni preżenti taħt din il- liġi, bir-rispett kollu, ikolli ngħid li n-nomini ma sarux biss abbażi tal- kompetenza imma saru wkoll abbażi ta' nies li huma qrib tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex jagħtuh personalment l-affjatament ta' dak li jkun għaddej.", "Ħaġa bħal din tista' titqies bħalha implimentazzjoni korretta tal- liġi imma imbagħad f'termini ta' koerenza fuq kif jitmexxa bord ta' korporazzjoni le.", "Anzi din turi li minnufih l-impatt ta' nomini bħal dawn jattakka l-koerenza u s-sens ta' direzzjoni unita li suppost ikollha korporazzjoni fil-livell tal-bord tagħha.", "Anke hawnhekk allura ma nistgħux aħna naqblu li, l-mod kif din il-liġi li qed nabrogaw tistruttura s-sens ta' tmexxija fuq livell ta' korporazzjoni, huwa aċċettabbli f'demokrazija li trid tkun trasparenti.", "Jiena ngħid anzi li nomina bħal dik li qed tiġi proposta mhux iżżid it-trasparenza jew iżżid il-possibbilta' ta' trasparenza imma tnaqqasha, iċċajparha u timmina l-koerenza.", "Madam Speaker, jiena diġa' għidt li nixtieq nagħmel kwalifika fuq dawn il- linji ġenerali għax huwa veru li hemm ċerti oqsma fit-tmexxija tal-pajjiż li wieħed jista' jitkellem dwarhom b'mod li għandu jkun hemm consensus nazzjonali.", "Issa affarijiet bħal dawn m'humiex affarijiet li se jkunu awtomatikament ċari u m'humiex neċessarjament affarijiet li fuqhom se jkun hemm mill-bidunett qbil awtomatiku minn kulħadd li f'dan il-qasam jew f'dak il-qasam għandu jkun hemm jew jista' jkun hemm consensus nazzjonali dwaru.", "Din hija xi ħaġa li tevolvi matul is-snin.", "Meta għamilt l-ewwel ftuħ ta' dan id-dibattitu kont semmejt ċerti oqsma.", "Jiena nemmen li, per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tas-sigurta' tal-pajjiż għandu jkun hemm consensus nazzjonali għax din hija xi ħaġa li tmur 'il hinn mill-pika jew kompetizzjoni partiġjana.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent nara spazju għall-consensus nazzjonali, speċjalment f'pajjiż bħal tagħna, fejn qed isir punt ta' kriżi strateġika l-użu tar-riżorsi ambjentali tagħna.", "Ċertament ħafna pajjiżi Ewropej għandhom il-consensus fuq politika barranija li f'dan il-qasam, min-naħa tagħna, għadha ma teżistix u forsi trid tgħaddi ġenerazzjoni oħra biex jeżisti consensus fil-qasam ta' politika barranija, imma dawn l-oqsma jistgħu jiġġustifikaw li jkun hemm xi forma ta' ko-parteċipazzjoni bejn gvern u oppożizzjoni.", "L-amministrazzjoni tal-qrati tidher li hija qasam ieħor fejn hija valida li jkun hemm ko- parteċipazzjoni fis-sorvelja li tkun qed issir.", "Imma mbagħad nagħmilha ċara li min daħħal l-argument ta' korpi kostituzzjonali bħala elementi li jinnegaw l-argument tal-Gvern, assolutament tilef il-fil ta' l-argument.", "Huwa kontro-sens li tgħid: Ara fl-Awtorita' tax-Xandir, per eżempju, hemm tnejn min-nies maħtura mill-oppożizzjoni, tnejn min-nies maħtura min-naħa tal-gvern u chairman li jekk jista' jkun ikun maqbul aħjar.", "Dan huwa kontro-sens għax l-Awtorita' tax-Xandir u korpi kostituzzjonali oħra ma tistax tqishom bħala korpi li qegħdin hemm biex jesegwixxu xi forma ta' policy imma qegħdin hemm biex iservu ta' regolaturi fuq ċerti drittijiet mogħtija liċ-ċittadini kostituzzjonalment, id-drittijiet ta' ħajja, ta' għajxien, ta' mġiba u drittijiet ta' kif inżommu ruħna f'soċjeta' ċivili.", "Allura assolutament m'hemmx qbil possibbli, m'hemmx paragun possibbli bejn il-korpi kostituzzjonali li bdew jissemmew matul id-dibattitu u l-aġenziji li tirriferi għalihom il-liġi li qegħdin nabrogaw.", "Madam Speaker, il-loġika ta' dak li qed nagħmlu hija loġika li nkompli nisħaq fuqha għax it-tmexxija demokratika ta' pajjiżna tagħmilha aktar trasparenti, tagħmilha aktar ċara il-ħtieġa li gvern iwettaq il-mandat tiegħu - dejjem fil-limiti tal- Kostituzzjoni - u li oppożizzjoni għandu jkollha l-ispazju u l-mezzi biex tkun tista' tikkritika, tissorvelja, timmoniterja u fl-istess ħin tiżviluppa l-alternattivi tagħha.", "F'dan il-qasam aħna nħossu li għandna nkunu ċari.", "Il-liġi li qed nabrogaw mhux talli m'hemmx bżonnha imma talli ċċajpar l- eżerċizzju tad-demokrazija f'pajjiżna u nħossu li l-aktar ħaġa mportanti għandha tkun dik li ssaħħaħ, tassigura aktar spazju u mezzi għall- oppożizzjoni biex tkun tista' tissorvelja, tikkritika u tiżviluppa l- argumenti u l-alternattivi tagħha.", "Din se tkun id-dispożizzjoni tagħna waqt li għal li ġej, wara li nkunu abrogajna din il-liġi, nibqgħu mexjin 'il quddiem.", "F'dan il-Parlament diġa' ntqal - se nerġa' ngħidu jien illum - li dan il-Gvern, fl-informazzjoni li qed jagħti għall-mistoqsijiet li jsirulu, qed imur ħafna aktar 'l bogħod u ħafna aktar 'il hinn milli qatt mar il-Gvern Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni - anzi qed inkunu ddeterminati li anke jekk niġu akkużati li qed naħlu l-ħin tal-Parlament, nagħtu d-dettalji kollha li jkunu mitluba jew ikunu meħtieġa li jingħataw - għax hemm bżonn li t-trasparenza titwettaq fil-prattika billi niftħu dak li għandna xi ngħidu għall-iskrutinju tal-poplu u għall-iskrutinju ta' dan il- Parlament.", "Madam Speaker, strettament kont nieqaf hawn fl-intervent tiegħi kieku kelli nindirizza ruħi għall-argumenti li jitqanqlu direttament minn din il-liġi, imma peress li matul id-dibattitu tqajmu diversi suġġetti oħra li servew lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fost oħrajn, biex jipprova joskura l-intenzjonijiet tal-Gvern u jpinġi stampa aktar wiesgħa, li l- affarijiet nazzjonalment dejjem qed jiswiedu, naħseb li huwa ġust li jien ukoll nirriferi għall-affarijiet li tqanqlu biex nagħti l-kummenti tiegħi wara kollox.", "Issemmew suġġetti - dejjem min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bl- istrateġija tiegħu li issa hija sorpassata u antikwata li jpinġi kollox b'ċerta pompożita' li ġġiegħlek taħseb li se jibdew jaqgħu l-kolonni madwarna jew li se jaqgħu s-soqfa wkoll, fis-sens li l-affarijiet kollha sejrin mill-ħażin għall-agħar - bħall-mod kif inbiddlet l-istruttura tat- taxxi fl-1 ta' Lulju ta' din is-sena; imbagħad ssemma l-mod kif il-Gvern mexxa 'l quddiem il-ħidma tiegħu biex iħares lill-konsumatur - anke dik għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu hija xi ħaġa li ddallam l-imħuħ.", "Issemmiet, per eżempju, l-istorja tal-Public Broadcasting Services vis-a- vis il-Partit Nazzjonalista u vis-a-vis l-Awtorita' tax-Xandir.", "Tqanqlu wkoll l-argumenti dwar Posta Ltd, qisu hemmhekk il-Gvern qiegħed, ta' kelb li hu, jigdem u jgħaffeġ lil kulħadd!", "Issemmiet ukoll il-pożizzjoni ekonomika tal-pajjiż.", "Issemmiet Malta u l-Unjoni Ewropea u tajjeb li fuq dawn il-ħafna dbabar suwed li kellna matul dan id-dibattitu mpinġija mill- kelliema ta' l-Oppożizzjoni nagħmel xi kummenti.", "Għax wara kollox iż- żejjed kollu żejjed!", "U ċerti affarijiet li ntqalu huma reminixxenti ta' nies li tant m'għandhomx sens ta' futur li biex jippruvaw jgħixu fil- preżent jirrepetu operazzjonijiet u retorika ta' l-imgħoddi, li ormai hija sorpassata, u mhux ta' l-imgħoddi riċenti imma l-imgħoddi li ilu ħafna.", "Dik it-tip ta' syndrome hija syndrome ta' nies li biex ikomplu għaddejjin għal li ġej, tilfu mhux biss is-sens ta' direzzjoni imma tilfu wkoll il-mod kif jittekkiljaw il-preżent u allura huwa tajjeb li nagħmlu r-rimarki tagħna b'sens ta' viżjoni għall-futur u b'sens ta' realiżmu.", "L-ewwelnett it-tneħħija tal-VAT u d-dħul ta' sistema ta' dazju u sisa ekwivalenti għal dak li kien hemm qabel l-1995 - m'iniex se nidħol fil-mod kollu kif wasalna ħalli ssir il-bidla - għamilniha b'konsultazzjoni ma' kull min ried jitkellem magħna.", "Bl-aktar mod kwiet u kalm fil-pajjiż biddilna, kif wegħedna - ma kienx hemm il-queues u t-taħwid li kien hemm meta daħlet il-VAT, per eżempju, għalkemm veru li ħadna tmien xhur - mill- VAT għal sistema ta' dazju u sisa.", "Aħna mill-bidunett għidna li l-fażi li kellha x'taqsam mad-dħul tat-taxxa kienet indirizzata ma' l-operaturi ekonomiċi, ħalli nkunu ċari magħhom u huma ċari magħna, dwar l- implikazzjonijiet tal-bidla li qed issir.", "Imma għidna wkoll li din hija parti mill-fażi li rridu naħdmu fuqha għax imbagħad hemm ukoll il-fażi l- oħra li nipproteġu u nħarsu lill-konsumatur.", "Għamilniha ċara li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt tal-bidla ta' taxxi, minn waħda għal oħra, konna nistennew li se jkun hemm ċerti prezzijiet li jogħlew marġinalment; konna nistennew li se jkun hemm prezzijiet ta' oġġetti u servizzi li se jibqgħu piu' o meno l-istess; u li se jkun hemm ukoll, mela le, lista sħiħa ta' prodotti u servizzi li għandhom jorħsu.", "Aħna għidna li huwa neċessarju għall-pajjiż li meta ssir il-bidla, il-prezzijiet li għandhom jogħlew wieħed ikun jaf li għandhom jogħlew, il-prezzijiet li se jorħsu jorħsu u l-prezzijiet li se jibqgħu l- istess jibqgħu l-istess xejn aktar u xejn anqas.", "Fejn prezzijiet għandhom jogħlew naċċettaw li għandhom jogħlew imma mbagħad fejn prezzijiet għandhom jorħsu aħna se nistennew li jorħsu.", "Dan huwa proċess li għadu għaddej, proċess li għadna qed naħdmu fuqu, proċess li ma jispiċċax minn ġurnata għal oħra u proċess li jrid jgħaddi minn ċerti fażijiet, kif ninsabu għaddejjin minnhom.", "Issa minkejja l-ħafna krib ta' kelliema ta' l-Oppożizzjoni, kemm f'dan il- Parlament u kemm barra minnu, għamilniha ċara man-negozjanti kollha li nqisuha bħala ħaġa raġonevoli li kull ċaqlieq ta' prezzijiet f'din il-fażi għandu jirrifletti biss il-bidla fit-taxxi.", "Ma konniex qed inqisuha bħala ħaġa ġusta jew raġonevoli li bl-iskuża tal-bidla fit-taxxi wieħed jipprofitta ruħu biex jgħabbi l-prezzijiet jew biex ibiddel l-istruttura ta' prezzijiet fi ħdan ċerta product range jew inkella biex addirittura jaqbad u jżid il-prezzijiet.", "Mela aħna għidna li hija fair mal-konsumatur u man-nazzjon li sseħħ il-bidla fil-prezzijiet meta tinbidel l-istruttura ta' taxxi, b'riżultat biss ta' l-impatt fuq kull prodott u kull servizz tal- bidla fit-taxxi, xejn aktar u xejn anqas.", "Din bqajna u għadna ninsistu fuqha.", "Għamilniha ċara wkoll li meta niġu biex niddefendu u nħarsu l-konsumatur f'perspettiva bħal din, bl-ebda mod ma ridna nadottaw il-metodoloġija li kien adotta l-Onor.", "Fenech Adami matul is-snin fejn waħda mill-affarijiet li kien qal lill-konsumaturi kienet: Jekk prezz ma jogħġobkomx oqogħdu duru l-ħwienet wieħed wieħed!", "Aħna għidna li ħaġa bħal din m'hijiex raġonevoli u allura mis-sors għandna nagħtu l-informazzjoni dwar liema huma l-prodotti u s-servizzi li se jorħsu u għaliex se jorħsu.", "Lanqas ma ridna nadottaw il-pożizzjoni ta' l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu - semmieh ukoll f'dan id-dibattitu preċiżament - meta qal: \"Ħa jogħlew il-prezzijiet!\"", "Din ma ridniex naċċettawha u m'aħniex qed naċċettawha u qed inwettqu strateġija li se tkun qed tagħti l-frott tagħha, diġa' bdiet tagħti l-frott tagħha u tkompli tagħti l-frott tagħha fiż-żmien li ġej biex nassiguraw li fejn m'għandhomx jogħlew il-prezzijiet ma jogħlewx.", "Allura għidna ċar u tond li se naħdmu b'mod li l-Gvern se jipprovdi l-informazzjoni lill- konsumaturi billi jitkellem ċar, ikun lest jgħid: \"Dan raħħas il- prezzijiet fuq dawn il-prodotti, sewwa għamel\".", "Imma trid tkun lest tgħid ukoll xi ħaġa oħra.", "Konna lesti ngħiduha u se nibqgħu lesti li ngħiduha.", "Fejn xi ħadd jgħolli l-prezz abbużivament - semmejna l-ismijiet, minn lifts għal fast food stores u għal affarijiet oħra wkoll - insemmu l- ismijiet ta' min jabbuża b'dan il-mod u ma nagħmel l-ebda apoloġija għall- fatt li mxejna b'dan il-mod.", "Anqas u anqas nagħmel apoloġija meta wieħed jifli x'ġara f'pajjiżi oħra, li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tammira għax huma pajjiżi Ewropej, meta ġew biex idaħħlu t-taxxa tal-VAT, jiġifieri jibdlu minn sistema ta' taxxa għall-oħra.", "Nista' nsemmi sensiela sħiħa ta' pajjiżi, l-Irlanda, il-Ġermanja, l-Ingilterra u l-Belġju.", "X'għamlu dawn il- pajjiżi meta ġew iffaċċati bil-ħtieġa li jbiddlu minn struttura ta' taxxa għal struttura ta' taxxa oħra?", "Għamlu eżattament kif għamilna aħna, jiġifieri kienu lesti li jirriklamaw, li jinformaw lill-konsumatur min qiegħed jabbuża, min qiegħed iraħħas, xi prodotti għandhom jorħsu u kemm għandhom jorħsu.", "Jiena assolutament ma jimpressjonawni xejn l-argumenti ta' min jitkaża b'dak li qed nagħmlu, qisna qed nagħmlu xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "M'hi ta' barra minn hawn xejn għax hemm mudelli sħaħ ta' kif saru dawn l- affarijiet.", "Anzi ħafna minn dawn il-pajjiżi għamlu ħaġa li aħna m'għamilnihex; għax għal tliet xhur, sitt xhur daħħlu sistema riġida ta' kontrolli fuq il-prezzijiet meta daħħlu xi ħaġa bħal din.", "Aħna m'għamilniex hekk għax aħna qed niżguraw ruħna li fuq il-bażi ta' l- informazzjoni li nagħtu, tabilħaqq il-konsumatur jiġi nformat.", "Huwa veru li f'xi wħud minn dawn il-pajjiżi s-sistema ta' informazzjoni tħaddmet permezz ta' għaqdiet u federazzjonijiet tal-konsumaturi - mhux kollha imma f'numru sostanzjali minnhom - imma hawn Malta għandna għaqdiet tal- konsumaturi li jistgħu jżommu għaddejja l-pressjoni ta' kif jinformaw?", "Għandhom riżorsi?", "Le, m'għandhomx.", "Allura għalissa la ma jeżistux u sakemm jiżviluppaw - il-Gvern huwa impenjat li jgħin fl-iżvilupp ta' għaqdiet tal-konsumaturi validi u qawwija - il-Gvern daħal hu għal din il- ħaġa u qiegħed jieħu fuqu l-kampanja sħiħa ta' pubbliċita', ta' marketing meħtieġa, ħalli l-poplu jkun informat kif għandhom u kif suppost jitbiddlu l-prezzijiet.", "Jekk kien hawn xi ħaġa li laqtitni f'dan id-dibattitu kienet id-disprezz li wera l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għall-fatt li aħna, bħala partit, bħala nies involuti fil-politika minn din in-naħa tal-Kamra, qegħdin nagħtu direttament informazzjoni fuq prodotti speċifiċi.", "Mid-dehra għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni dawn huma affarijiet taħt id-dinjita' tiegħu li jikkonsidra, qisna qed nagħmlu xi ħaġa ultra vires, li m'għandhiex tkun, li jiena u sħabi nitkellmu fuq dak id-detergent, dak il-prodott tal-ħasil u dak is- sapun.", "Le, skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, aħna l-politiċi dawk l- affarijiet m'għandniex insemmuhom għax dawk huma below our dignity.", "Jien ngħid li attitudni bħal din terġa' tikkonferma kemm il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u sħabu jgħixu mbiegħda mill-ħajja tal-poplu.", "Min-naħa tiegħi u min-naħa ta' sħabi, akkost li jkollna d-disprezz tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni, aħna ddeterminati li ninteressaw ruħna fil-prodotti u s- servizzi li għandu bżonn juża l-poplu.", "Il-prezz tagħhom jinteressana, il- mod kif qed jiġu servuti jinteressana u se nibqgħu nsusu u naħdmu fuq din il-ħaġa.", "Issa m'iniex qed ngħid li l-isforzi tagħna qed jagħtu suċċess mija fil-mija.", "Jien nista' ngħidlek li jċempluli nisa tad-dar u konsumaturi oħrajn biex jgħarrfuni fuq affarijiet li mhumiex mexjin tajjeb.", "Nifhem li hemm oqsma fejn għadna ma nrexxilniex nagħmlu l-breakthrough biżżejjed ħalli niżguraw li s-sistema titħaddem tajjeb.", "Nerġa' ngħid li dawn l-affarijiet ma jsirux mil-lum għal għada imma jsiru b'ċertu galbu u b'ċerta strateġija ta' kif jimxi proċess.", "Allura s'issa l-aktar li kkonċentrajna kien l-ewwelnett li niżguraw li wieħed jillokalizza, ikun jaf x'inhuma eżattament il-prodotti maħdumin Malta li għandhom jorħsu u li qegħdin jorħsu - qed ninformaw lill-poplu li għandhom jorħsu u li qed jorħsu - imbagħad dorna wkoll fuq prodotti li huma importati mill-Unjoni Ewropea u minn barra l-Unjoni Ewropea fejn naqsilhom l-element ta' sisa.", "Fejn qabel prodotti li kellhom il-levy u l-VAT issa baqgħu bil-levy u m'għandhomx sisa ekwivalenti għall-VAT, dawn għandhom jorħsu u għaddejjin minn proċess sħiħ fejn nidentifikaw dawn il-prodotti, ninformaw lill- pubbliku li għandhom jorħsu u nġibu direttament on the ground l- informazzjoni dwar kemm għandhom jorħsu.", "It-tieni parti tal-proċess se tkun dik li ninformaw lill-konsumaturi kollha l-prezzijiet il-ġodda x'inhuma.", "Mhux biss ngħidulhom li roħsu imma se ngħidulhom x'inhuwa l- prezz il-ġdid, li dak l-oġġett kien iqum tant u se jsir daqstant.", "Dan ix- xogħol qed jitħejja u se nkunu qegħdin hitting the ground fix-xahar li ġej, għax dan huwa proċess li jrid isir b'ċertu galbu.", "Imbagħad hemm oqsma oħra fejn beħsiebna nimxu 'l quddiem ħalli nieħdu action.", "Jien naf li hemm rapporti sħaħ, per eżempju, ta' abbużi tal-cash registers fejn ma jingħatawx riċevuta.", "Naf ukoll fejn ċerti postijiet tan- negozju - dawn f'minoranza imma hemm qegħdin - li qegħdin jabbużaw u jiċċarġjaw prezzijiet li mhux suppost jiċċarġjaw.", "Meta jkun il-waqt se jkollna l-informazzjoni fuqhom u se nxandruhom ukoll.", "Għandna budget sħiħ ta' riklamar li qiegħed hemm biex jipproteġi lill-konsumatur permezz tal- mezzi moderni tal-marketing, ta' l-informazzjoni u tal-pubbliċita'.", "Min jitkaża b'dawn l-affarijiet se jaqa' fil-każa għax m'hu lest jagħmel xejn biex iħares lill-konsumatur.", "Jien ngħid li f'dawn l-aħħar ġimgħat il- Partit Nazzjonalista b'dannu kbir għalih irnexxielu jassoċja ruħu ma' min għandu interess li togħla l-ħajja għax il-Gvern, il-Partit Laburista, spiċċa bħala l-uniku element f'dan il-pajjiż li b'mod trasparenti qed jinforma lill-konsumatur dwar id-drittijiet tiegħu u qed iħares lill- konsumatur.", "Min-naħa l-oħra għandna l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li minflok jagħmel stqarrijiet ċari, bla ambigwita' ta' xejn kontra min jipprova jgħolli l-prezzijiet, qed jitkellem qisu b'two-forked tongue fejn qisu qiegħed jinkoraġġixxi minn taħt li ma jkunx hemm ħarsien kontra l-għoli tal- prezzijiet.", "Qisu reġa' mar fiż-żmien meta kien imur quddiem il-partitarji tiegħu u jgħid: \"Ħa jogħlew il-prezzijiet!\"", "Dan ħażin għaliex l- Oppożizzjoni għandha tkun magħquda four square mal-Gvern f'ħidma ma taqta' xejn biex niżguraw li l-prezzijiet fil-pajjiż jirriflettu r-realta' u mhux qisu qed iwaddab il-ħatab fuq in-nar, kif ipprova jagħmel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni fid-diskors li għamel proprju f'dan id-dibattitu .", "Affarijiet bħal dawn jien ma nistax ma nikkundannahomx.", "Nagħmilha ċara li dak li wegħedna tul il-kampanja elettorali tagħna, li nneħħu t-taxxa tal- VAT u li nħarsu lill-konsumatur, għamilnieh u se nibqgħu nagħmluh.", "Aktar u aktar ngħid jien, għax waħda mill-oqsma li rridu nirriflettu fuqha f'dan il-qasam hija kif nistgħu nsaħħu l-konsumatur għax waħda mill-kritika li saret - u naħseb li hija ġġustifikata - hija li hemm bżonn ta' ħidma ħalli b'mod awtonomu mill-gvern il-konsumaturi jkollhom min jiddefendihom.", "Jien naqbel ma' dan l-argument u naħseb li huwa argument tajjeb ħafna u allura rridu nirriflettu fuq kif nistgħu nistimulaw li għaqdiet tal- konsumaturi jkunu hemm b'saħħithom.", "Issa se jgħiduli li hemm l-Att għall- Protezzjoni tal-Konsumatur.", "Veru li hemm l-Att għall-Protezzjoni tal- Konsumatur, imma fir-realta' qiegħda tagħti frott biżżejjed biex ikun hemm għaqdiet sħaħ, organizzazzjoni sħiħa favur il-konsumatur?", "Jistgħu jgħiduli wkoll li hemm ukoll l-Uffiċċju tal-Fair Trading maħsub biex iżomm l-iżbriga għad-difiża tal-konsumatur in terms ta' fair trading.", "Veru, imma b'idejna fuq qalbna u, b'mod sinċier, hawn xi ħadd jemmen li dan l-Uffiċċju tal-Fair Trading qed jasal biżżejjed biex jiddefendi l-interess tal- konsumatur?", "Jien ngħid li veru qed isir xi ħaġa li ma nistgħux naħarquha imma li ngħidu li issa għandna biżżejjed bastjuni li jiddefendu u jħarsu lill-konsumaturi ma nemminhiex.", "Nemmen li fiż-żmien li ġej ir-riflessjoni l-kbira trid issir fuq kif nistgħu nistimulaw li jkun hemm għaqdiet tal- konsumatur li jkunu alimentati b'finanzi pubbliċi imma li jkunu awtonomi mill-gvern.", "U forsi waħda mill-affarijiet li rridu naħsbu fiha hija kif nistgħu ngħinu lit-trade unions biex jiżviluppaw branka tagħhom li tkun impenjata għad-difiża tal-konsumatur.", "Jekk neskludu l-Knisja, jekk neskludu l-partiti politiċi, jekk neskludu lill-gvern, l-għaqdiet kostitwiti li hemm li mhumiex tan-negozju li jistgħu b'xi mod jew ieħor ikollhom xi interess u xi impenn li jiddefendu lill-konsumatur naħseb jinstabu l-aktar fin-naħa tat-trade unions.", "Allura hawnhekk forsi wieħed jirrifletti jekk nistgħux b'xi mod jew ieħor nimxu 'l quddiem ħalli naraw hemmx xi linkage li jista' jintrabat bejn ħidma trejdjunjonistika u ħidma għad-difiża tal-konsumatur f'dawn l-oqsma, speċjalment fejn l-interess tal- konsumatur jiġi difiż direttament meta jkollu xi problema ma' prodott jew servizz speċifiku u wkoll jiġi difiż b'mod ġenerali f'termini ta' kif titfassal politika sħiħa ta' ħarsien tal-konsumatur li fl-opinjoni tiegħi tintrabat ma' sistemi ta' pubbliċita' u ta' marketing li jkunu serji u li jkunu indirizzati b'mod professjonali.", "Nagħlaq fuq dan is-suġġett u nerġa' ngħid li min-naħa tal-Gvern l-impenn tagħna huwa dak li nkunu ġusti ma' kulħadd.", "Nemmnu li n-negozjant għandu jkollu l-profitt xieraq għal dak li jagħmel u nemmnu li l-konsumatur għandu jkollu l-ħarsien xieraq.", "Nemmen ukoll li dan il-pajjiż huwa matur u ċivili biżżejjed biex b'mod trasparenti naslu għall-qbil li l-affarijiet għandhom isiru f'bilanċ dejjem għaddej bejn dawk l-interessi li huma xierqa, bilanċ dejjem għaddej għar-realta' ekonomika li jkollna madwarna.", "Minkejja l-krib ta' l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu, minkejja l-pinzellati suwed li jgħaddu ma' kullimkien, minkejja r-retorika tagħhom tas-snin sittin u s-snin sebgħin, minkejja dawn l-affarijiet antikwati, jien nemmen li hawn maġġoranza sħiħa fil-pajjiż - u qed tikber - li taqbel li dan l-approach huwa l-approach li għandu jibqa' jkun validu u jsir dejjem aktar validu, approach modern, realistiku, prammatiku li b'mod konsenswali jiġġustifika kemm jista' jkun li anke meta ma naqblux fuq affarijiet importanti, f'dan in-nuqqas ta' qbil tagħna nipprovaw inżommu l- aħjar bilanċ għall-interessi ta' kulħadd, fejn ħadd ma jispiċċa imħolli barra u ħadd ma jispiċċa li dan qisu mhux pajjiżu.", "Dan huwa l-impenn tagħna f'dan il-qasam u se jibqa' jkun hekk b'mod li tassew jagħti riżultati tajba għaż-żmien li ġej.", "Ħalli niġi issa għall-punt ieħor li tqajjem fil-ġeremija tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar kemm sejrin lura l-affarijiet taħt dan il-Gvern arroganti, skond hu, li ma jismax - l-istorja tal-PBS u l-Partit Nazzjonalista.", "Dan ilma li għadda minn taħt il-pont imma tajjeb li nerġa' nagħmel ħaġa ċara fuq din.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' kif nemmen li għandhom jimxu l-istituzzjonijiet f'dan il-pajjiż, kemm jista' jkun nemmen li l-korpi tal-gvern, mhux l-inqas dawk involuti fix-xandir, għandhom jitħallew bl-awtonomija sħiħa tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' deċiżjonijiet ta' tmexxija.", "Nassigura lil din il-Kamra li meta kien hemm il-kwestjoni tal-Partit Nazzjonalista u l-PBS, u mbagħad quddiem il-qrati, lanqas darba ma ċempilt lill-PBS u d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-bord tal- PBS kienu assolutament awtonomi, bir-responsabbilta' kollha tagħhom.", "Kien hemm min qalli: Jekk inti responsabbli mill-PBS għaliex ma tindaħalx?", "Jiena ngħid li argument bħal dan ifisser li jekk wieħed kellu jaċċetta li għandu jidħol fiha, irid jiddeċiedi jekk huwiex se jidħol fiha għal raġunijiet ta' tmexxija jew jew għal raġunijiet politiċi.", "Allura meta qam l-argument bejn il-Partit Nazzjonalista u l-PBS, kont wieħed minn dawk ta' tendenza li jaħsbu li, kieku l-Onor.", "Fenech Adami għamel mhux nofs siegħa jew siegħa fuq il-PBS imma għamel ħames sigħat jew sitta, kien jirnexxilu jkompli jdejjaq lil Malta kollha bih.", "Jiġifieri politikament kien jaqbel li jagħmlu ħames sigħat jew sitta imma legalment fhimt li l-PBS kienu within their rights li jieħdu l-pożizzjoni li ħadu.", "Allura kieku kelli nintervjeni fuq din il-ħaġa kont se nkun qed nintervjeni fuq bażi politika, fuq bażi li qed nieħu responsabbilta' politika li ngħid li l-PBS għandhom jagħmlu one way or the other għax hekk nemmen jien.", "Din assolutament ma naqbilx magħha.", "Ma naqbilx li għandu jkun hemm interventi ta' tip ta' direzzjoni politika li tkun daqshekk ċara għax malli tagħmel ħaġa bħal din, bir-raġun tal-PBS jew kwalunkwe istituzzjoni oħra se jibdew jiġu fuq każi oħra u jibdew jgħidu: Dik iddeċidejtha int ukoll!", "Ma naħsibx li din hija l-proċedura moderna li għandna nsegwu f'dan il-pajjiż.", "GĦandna nappuntaw bord ta' diretturi bir-responsabbilta' tagħhom, jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, dejjem sakemm jirrispettaw il-liġi bl-ideat tagħhom, imbagħad jekk il- Gvern ikun insodisfatt b'dak li jagħmlu allura għandu l-option li jew jindaħal - u allura jkun qed jindaħal fuq bażi politika, ħaġa li gvern għandu joqgħod lura milli jagħmel - jew ibiddel il-bord ta' l-istituzzjoni konċernata.", "Anke jekk wieħed jista' jikkritika politikament lill-Gvern Laburista li ma ndaħalx f'din il-ħaġa, nemmen li mxejt b'mod korrett li ħallejt is-sitwazzjoni tiżviluppa għax nemmen li min-naħa legali l-PBS kienu within their rights li jimxu kif imxew.", "Kieku mbagħad, wara li ħarġet id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzjonali li nsistew li l-PBS tieħu ċerta miżura, il-PBS baqgħu jirrifjutaw li jkomplu mar-ruling tal-qorti allura hemmhekk kienu jkunu qegħdin imorru kontra l-linja tal-liġi u dik mhijiex aċċettabbli.", "Imma sakemm kienu qegħdin fil-parametri tal-liġi, skond kif determinata mill-qorti, jien ħassejt u għadni nħoss - bir- responsabbilta' kollha qed ngħidha - li ma kellix għalfejn nintervjeni f'dik il-ħaġa, anke jekk setgħet kienet ta' ħsara politika għall-Gvern Laburista għax ippermettiet lill-Onor.", "Fenech Adami u sħabu li jerġgħu jmorru għar-retorika ta' l-imgħoddi u mingħalihom jipprovaw juru lil dan il- Gvern bħala gvern li qed jipprova jgħaffiġhom u u jgħattanhom.", "Fuq il-kwestjoni tar-riklamar li qegħdin nagħmlu dwar prezzijiet, hemmhekk ma qbiltx u nibqa' nagħmilha ċara li ma naqbilx mad-deċiżjoni ta' l-Awtorita' tax-Xanbdir li tinsisti li għax kien hemm riklami min-naħa tal- Gvern li tkellmu speċifikament fuq roħs fil-prezzijiet u servizzi, allura dan b'xi mod jiġġustifika xi forma ta' bilanċ biex in-naħa ta' l- Oppożizzjoni tkun tista' tgħid tagħha fuq il-prezzijiet.", "Mingħajr ma nindaħal f'dak li tagħmel l-Awtorita' tax-Xandir, inħoss li għandi r- responsabbilta' ngħid li ma naqbilx ma' dik l-opinjoni, għax meta l-Gvern qed ixandar il-prezzijiet dan huwa parti minn politika nazzjonali anti- inflazzjonista u hija xi ħaġa fattwali li qed tirriżulta minn liġi li qed topera fil-pajjiż.", "Meta l-Awtorita' tax-Xandir tgħid li hemm bżonn ta' bilanċ għal ħaġa bħal din, fl-opinjoni tiegħi qed tgħin il-momentum inflazzjonista fil-pajjiż - għax dejjem ikun hemm momentum inflazzjonista u momentum anti-inflazzjonista - li hija xi ħaġa perikoluża għal kwalunkwe korp pubbliku li jidher li qed jagħmilha u li jagħmilha, u t-tieni nett inħoss li li xi ħaġa fattwali li qed tiġi rrapportata fuq bażi ta' marketing, ta' sales, ta' pubbliċita', ma tistax tikkontesta l-validita' tagħha b'dan il-mod.", "Din il-ħaġa għidtha pubblikament u nemmen li huwa fil- parametri tar-responsabbiltajiet tiegħi li meta jkun hemm xi ħaġa li ma naqbilx magħha vis-a-vis korp pubbliku jew korp li qed jirregola l- affarijiet tal-pubbliku, ngħidha pubblikament mingħajr ma nindaħal.", "Nagħmilha ċara li bl-ebda mod ma ndħalt aktar imma għamiltha ċara kemm maċ- chairman ta' l-Awtorita' tax-Xandir kif ukoll pubblikament li l-mod kif qiegħda tiġi handled din il-ħaġa inqis li tmur kontra l-interess nazzjonali u mhijiex ġustifikata.", "Madam Speaker, la qed nitkellmu fuq ix-xandir pubbliku u x-xandir in ġenerali l-aħħar punt li xtaqt nagħmel - kurjożament ma ssemmiex mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - jittratta l-akkużi li kienu jagħmlulna li qegħdin nivvintaw problemi tekniċi biex ma nagħtux liċenzja lill-Partit Nazzjonalista meta jiġi biex jagħmel l-applikazzjoni tiegħu għat- television.", "Jiena dejjem kont nidħak b'din il-ħaġa għax niftakar wieħed mill-aħħar dibattiti fuq it-television fil-kampanja elettorali li għaddiet fejn kien hemm il-ġurnalisti tal-Partit Nazzjonalista u kont għamiltilhom tbassira, li ovvjament huma ma kenux emmnu dak iż-żmien.", "Kont għidtilhom li wara l-elezzjoni se jkun hemm Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni li minnufih se jitlob ħalli jibda jxandar bit-television u awgurajtilhom li Gvern Laburista żgur se jagħtihom il-liċenzja u awgurajtilhom ukoll li t- television ikun ħafna iktar ta' suċċess milli hu l-istazzjon tar-radju tagħhom.", "Imxejna fuq dik il-linja u tlaqna fuq dik it-triq.", "Dawn l-aħħar xhur konna qegħdin naħdmu biex naraw x'soluzzjonijiet nistgħu nagħmlu għall- punt li kien hemm talba ġejja - għalkemm it-talba formali qatt ma saret ħlief fl-aħħar tliet ġimgħat jew erbgħa - ħalli jkun hemm iċ-ċans li l- Partit Nazzjonalista jkollu l-liċenzji tiegħu għax-xandir.", "Iżda mhux hu biss, għax kien hemm talbiet oħra pendenti li l-Gvern preċedenti kien ħalla fuq il-mejda u injora kompletament.", "Xi tliet ġimgħat ilu l-Gvern għadda lill-Awtorita' tax-Xandir erba' frekwenzi biex ikunu jistgħu jgħadduhom lill-Partit Nazzjonalista u lill- applikanti l-oħra biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħolma tardiva tagħhom - fil- każ tan-Nazzjonalisti - ħalli jmexxu stazzjon tat-television.", "Mill-ġdid nerġa' nawguralhom fuq dan il-proġett.", "Waqt li nittama li jimxi 'l quddiem, ngħidilhom biex ma jħaddruhx wisq it-television, kif iħaddru r- radio station tagħhom, għax il-ħdura ma tinżilx tajjeb fi żmien modern.", "Dan huwa parir li naf li mhumiex se jeħduh imma tajjeb li jkunu jafu li l- ħdura fil-mod kif isiru l-affarijiet mhijiex tajba għall-politika, anzi hija ħażina għall-politika.", "Nagħmilha ċara wkoll li dan il-Gvern jemmen fil-liberalizzazzjoni tas-sistemi ta' xandir pubbliku.", "Veru kellna pożizzjoni oħra fl-imgħoddi imma meta jgħaddi ż-żmien, meta jkunu inbidlu l- affarijiet u ċ-ċirkostanzi, inutli tibqa' tagħmel kif jagħmel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u tibqa' ankrat fl-imgħoddi.", "Il-Partit Laburista, b'mod prammatiku, għalkemm dejjem marbut mal-prinċipji fundamentali soċjali u politiċi tiegħu, mexxa l-pożizzjoni li kellu 'l quddiem u wassal il-loġika tax-xandir safejn kellha tasal.", "Aħna qegħdin ngħidu - għidnieh fil- manifest elettorali tagħna u nibqgħu ngħiduh - li nemmnu li kemm jista' jkun għandu jkun hemm liberalizzazzjoni sħiħa fil-qasam tar-radju u tat- televison, fejn il-kontrolli u l-brakes ikunu ta' l-istess tip bħal dawk li jeżistu fis-sistema tal-ġurnaliżmu miktub.", "Nemmnu wkoll li x-xandir pubbliku għandu jitqies bħala asset nazzjonali li għandu jitmexxa fuq ċerti prinċipji ta' valuri nazzjonali u kemm jista' jkun ikun hemm bilanċ f'dak li jintqal f'kummentarji u aħbarijiet, imma dejjem bl-esiġenza li dak li jagħmel ix-xandir pubbliku jkun interessanti u ta' valur minnu nnifsu.", "Nemmnu wkoll li waqt li n-naħa privata tat- television u tar-radju tkun regolata b'liġi li tixbah lill-press law, l- Awtorita' tax-Xandir innifisha tispiċċa responsabbli bħala bord eżekuttiv tas-sistema pubblika tax-xandir.", "Din hija ħaġa li se naħdmu fuqha, se tkun abbinata f'white Paper, li nittama li toħroġ qabel l-aħħar tas-sena, u maħsuba biex nipprovaw innaqqsu l-isparpaljar ta' riżorsi li hemm fix- xandir.", "Per eżempju dawn l-aħħar sentejn jew tlieta, l-Awtorita' tax- Xandir bdiet tiżviluppa sistema ta' broadcasting, riżorsi ta' studios u affarijiet oħra li nemmen li hemm bżonn ta' razzjonalizzar fuqhom.", "Taħt l- esiġenzi finanzjarji li qed jaħdem fuqhom il-Gvern ma jistax ikun li min- naħa jkollna l-PBS għaddejja u min-naħa l-oħra PBS żgħira għaddejja taħt l- Awtorita' tax-Xandir.", "Dan l-ispalpaljar ta' riżorsi ma nemminx li huwa tajjeb f'pajjiżna u l-pluraliżmu f'dan il-qasam m'għandux joħroġ mis-settur pubbliku imma għandu joħroġ mis-settur privat bil-kompetitzzjoni bejn stazzjonijiet privati tat-television u tar-radju li jkunu qegħdin jaħdmu f'sistema kompetittiva imma regolata.", "Daqshekk kelli xi ngħid fuq il- kwestjonijiet li tqajmu mill-Oppożizzjoni matul dan id-dibattitu dwar ix- xandir.", "Madam Speaker, bil-permess tiegħek nixtieq immur għal suġġett ieħor fejn is-swidija impinġija mill-Onor.", "Fenech Adami u sħabu ma naqsitx.", "Mill-ġdid ipprovaw juruna qisna xi nies despotiċi, li bl-arroganza sħiħa deħlin qisna Attila the Hun intajru l-irjus u nibqgħu nkissru u ngħaffġu kollox taħt saqajna, speċifikament fl-inċidenti u argumenti dwar Posta Ltd.", "Qgħadt nisma' ċerti argumenti li tqanqlu min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar dipartiment u kumpannija jew korporazzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu qalulna: Mela ma tafux li fil-pajjiżi moderni kollha spiċċa l-konċett ta' dipartiment u kulħadd qed imur għal kumpannija jew korporazzjoni?", "Mela ma tafux li meta għamilna Posta Ltd. ġibna konsulenza mill-Post Office Ingliża fejn kienu qed jagħmlu hekk u qalulna biex nagħmlu l-istess ħaġa?", "Dażgur li naf li hawn din it-tendenza!", "GĦall-informazzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni u sħabu professjonalment ilni nistudja dawn l-affarijiet għal dawn l-aħħar 25 sena u parti sostanzjali mit-teżi tad-dottorat tiegħi kienet tinvolvi l-mod kif jiġi strutturat il-gvern - jekk hux aħjar bħala dipartiment, jekk hux aħjar bħala korporazzjoni, jekk hux aħjar bħala bord, jekk hux aħjar bħala kumpannija, jekk hux aħjar bħala intrapriża soċjali - u naħseb li aware ħafna mill-argumenti li jitqanqlu dwar din il-ħaġa.", "Nista' nsemmi mhux biss x'qalet l-IMF u x'qalu ċerti esperti Ewropej imma hemm ukoll corpus ta' ħsieb fl-Istati Uniti u anke f'pajjiżi bħall-Indja fuq din il-ħaġa.", "GĦalhekk meta jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bis-soltu pompożita' tiegħu biex mingħalih jimpressjonani għax ma nafx x'qed jagħmlu pajjiżi oħra moderni, nibqa' ċass għax l-argumenti naħseb li nafhom aħjar minnu.", "L-argument huwa x'inhi struttura effettiva biex tmexxi tip ta' funzjoni.", "Hemm min jagħmel l-argumentazzjoni in terms of accountability.", "Kif se nassiguraw accountability?", "Per eżempju, wieħed mill-argumenti li anke aħna nħossuh f'dan il-Parlament huwa - u huwa rifless f'ċerti affariijiet li għidt ftit ilu vis a vis il-PBS - kif jista' ministru tal-gvern iqum hawnhekk jirrispondi għal bord ta' korporazzjoni jekk il-bord tal- korporazjoni u ċ-chairman tagħha jkunu telqu għat-triq tagħhom?", "Wara kollox il-ministru m'għandux responsabbilta' eżekuttiva għalihom.", "Fuq il- locus ta' accountablity hemm letteratura sħiħa kemm mil-lat legali, kemm mil-lat maniġerjali, kif ukoll mil-lat politiku.", "Hemm ukoll konsiderazzjonijiet oħra.", "Hemm imbagħad l-argumenti l-oħra dwar il-cost effectiveness ta' l-affarijiet.", "Per eżempju, kif nistgħu nagħmlu distinzjoni bejn tip ta' attivita' tal-gvern li trendi li għandha l- income dieħel u tip ta' attivita' li għandha dħul li għal raġunijiet soċjali u għal raġunijiet politiċi ma jrendix?", "X'inhi l-aħjar struttura f'każi bħal dawn?", "Hemm min jgħid li struttura ta' kumpannija hija mportanti fis-sitwazzjoni li trendi ħalli tkun taf kemm deħlin flus għal dak li qed tipproduċi u xi spiża għandek u l-gvern at the end of the day ikun jaf fejn qiegħed bħala profit and loss.", "Hemm min jgħid li dik l- istruttura trid tużaha anke f'sistemi li għalissa ma jrendux biex tagħmilhom irendu.", "X'irrid infisser biha din?", "L-IMF matul dawn l-aħħar snin - u l-World Bank qabel l-IMF - kienu jinsistu li ċerti attivitajiet tal-gvern jitpoġġew fuq bażi ta' korporazzjoni u ta' kumpannija biex jiżguraw li fejn is-servizzi mogħtija minn dawn il-korporazzjonijiet taħt sistema dipartimentali kienu ssussidjati, kienu rħas, allura l-pressjoni stess tal-fatt li dik il- korporazzjoni qed titlef il-flus bil-prezzijiet sussidjati twassal lill- gvern biex jibbilanċja l-affarijiet billi jgħolli l-prezzijiet u allura l- kumpannija jkun jista' jagħmilha self-financing.", "Din hija xi ħaġa li ilhom jisħqu fuqha l-World Bank u l-IMF f'ħafna każi mhux biss ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw imma anke ma' pajjiżi żviluppati.", "Hemm argumenti sħaħ fil-Ġermanja fuq din il-ħaġa li ilhom għaddejjin żmien twil.", "L-argument imbagħad bil-maqlub fejn kumpannija hija self-financing u fejn attivita' hija self-financing huwa faċli - agħmilha kumpannija, agħmilha korporazzjoni għax from a business point of view se jibbilanċja l-kotba - imma fejn imbagħad għandek korporazzjoni jew attivita' li hija ssussidjata bil-kbir x'tagħmel?", "Nieħdu l-każ tal-Water Services Corporation u nafu li kellna dibattitu twil f'dan il-Parlament meta twaqqfet il-Water Services Corporation.", "Jekk il-Water Services Corporation tagħmilha bħala dipartiment, is- sussidju ma jkunx jidher għax ikollok sempliċement block vote tal-gvern li qed jitwaddab fuq dak id-dipartiment li mbagħad jiġi maħdum through the line-item votes kif jiġu minfuqa dawk il-flus, waqt li d-dħul li tagħmel il- Water Services Corporation bħala dipartiment jidħol f'line-item vote ieħor tat-Teżor u allura waħda ma tikkombaċċjax ma' l-oħra.", "Imma meta qed toħloq il-Water Services Corporation - jew korporazzjoni bħalha - tkun qed tqiegħda f'pożizzjoni li tkun taf id-dħul u l-ħruġ x'inhu u allura taf li se jkollok ċertu deficit u tista' anke tkun taf kemm hu s-sussidju li qed tagħti u allura tkun tista' tmur pass aktar 'il bogħod u tbiddel it-tariffi ħalli għallinqas iżżid id-dħul.", "Dawn huma kollha argumenti li għandhom il- pros u l-cons tagħhom.", "Mhuwiex veru li hemm xi consensus wieħed li jgħidlek: Għamel kollox kumpannija jew għamel kollox korporazzjoni jew għamel kollox dipartiment.", "U għalhekk meta konna fl-oppożizzjoni konna għidna li rridu nagħtu ħarsa ġenerali lejn il-korporazzjonijiet u l- kumpanniji kollha li nħolqu matul dawn l-aħħar snin biex naraw kemm minnhom huwa ġustifikat li l-operat tagħhom isir b'mod u mhux b'mod ieħor.", "Issa jien nifhem li jekk ikun hemm deċiżjoni li korporazzjoni ssir parti mill-public service mill-ġdid, allura hemmhekk se jkollok problema sħiħa ta' kif se terġa' tinnegozja l-gradi u kif se terġa' ddaħħal il-gradi biex ma jkunx hemm inġustizzji u biex ikun hemm fair play f'dak li jsir.", "Veru, hija kkomplikata l-biċċa u wieħed irid jiddiskutiha u jinnegozjaha.", "Imma li titlaq u tgħid li bilfors trid tkun kumpannija għax dak huwa l-mod modern kif għandhom isiru l-affarijiet, kif mingħalija qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, huwa kontro-sens.", "Huwa mod papaggallesk kif naraw l- affarijiet li ma jixraqx lil dan il-pajjiż.", "Dan il-pajjiż jixraqlu li kull ħaġa li ssir, waqt li nkunu aware u nkunu nafu nagħrfu l-esperjenza moderna barra minn pajjiżna, fl-istess ħin inkunu nafu, jkollna l-galbu u jkollna s-sens li naġġustaw is-soluzzjonijiet ta' ħaddieħor għar-realta' tagħna.", "U f'dan is-sens se nagħmel ir-rimarki tiegħi dwar Posta Ltd.", "Ħalli nibda billi nerġa' nirrepeti dak li għidt kemm-il darba dwar il- garanzija sħiħa li qed nagħtu lill-ħaddiema kollha nvoluti f'Posta Ltd.", "Madam Speaker, qegħdin niggarantulhom li m'humiex se jitilfu l-impjieg jew il-kondizzjonijiet attwali tagħhom.", "Qed niggarantuhielhom din il-ħaġa.", "U meta mbagħad jitqanqal l-argument li aħna b'xi mod partiġjan jew politiku ħdimniha li naqtgħu l-irjus ta' min ma jaqbilx magħna, jien ngħid li hija vilta' li tagħmel dan l-argument.", "L-ewwelnett għax dawk li sofrew konsegwenzi dixxiplinarji ma kenux biss, jekk se nidħlu f'din il-miżura, nies ta' l-istess twemmin politiku tal-Partit Laburista imma kien hemm nies miż-żewġ naħat, minn naħa u minn oħra.", "Imma l-punt m'huwiex dak.", "Il-punt imur aktar 'il bogħod minn hekk.", "Il-punt imur lejn x'pożizzjoni għandu jieħu l-gvern meta jiġi ffaċċat b'kumpannija li f'affari ta' sena sentejn, bi tmexxija skandaluża, tidħol għal skandlu li għandu x'jaqsam ma' kif sejra tibni l-kwartieri ġenerali tagħha u l-uffiċċji tagħha u tidħol għal spejjeż, għal negozjati, għal konkluzjonijiet u għal kuntratti li jinvolvu Lm1.9 miljun u minnu nniffsu dan il-proċess ivvizzjat waqqa' fuqu, u bir- raġun, il-kritika u l-kundanna ta' l-Awditur.", "Fl-istess żmien rajna b'mod ċar mismanagement u nuqqas ta' kontroll right across the line matul is- sistema kollha.", "U fit-tielet post imbagħad rajna l-iskandlu l-ieħor tal- kuntratt mal-Ġermanja li fetaħ lill-kumpannija għal losses tremendi.", "Dawn it-tliet affarijiet ġraw f'temp ta' sena u nofs jew sentejn u jien nistaqsi: Liema shareholder f'kumpannija privata se jaċċetta li jżomm il- kumpannija tiegħu falluta kif inhi u jerġa' jippompja l-flus fiha u jerġa' jippompja r-riżorsi fiha u jibqa' jżomm l-istess top management?", "Jien, bir-responsabilita' tiegħi u fuq il-kuxjenza tiegħi, qed ngħid li ninsab determinat li r-riżorsi tal-gvern, tal-poplu u tal-pajjiż niddefendihom qishom kienu shareholdings privati, qisu l-Gvern kien is- shareholder privat li qed jiddefendi l-interessi tiegħu.", "U ma nagħmel l- ebda apoloġija għal din il-ħaġa għax inħoss li hekk għandna niddefendu r- riżorsi tal-poplu.", "Għandna niddefenduhom b'mod li kieku kienu tagħna personali jew tal-familja tagħna nagħmlu l-istess ħaġa, xejn aktar u xejn anqas.", "Għalhekk nerġa' ngħid li hija vilta' minn min jipprova jgħid li dak li sar f'Posta Ltd sar b'xi ħsieb partiġjan jew b'xi ħsieb ta' vendikazzjoni partiġjana għax assolutament m'huwiex il-każ.", "Nerġa' ninsisti li hemm bżonn li jkun min ikun fil-gvern ikollu l-impenn li jiddefendi l-assi tal-pajjiż u tal-poplu qishom kienu l-assi tal-familja tiegħu, xejn aktar u xejn anqas.", "Allura issa se ngħid fejn naraw li għandna naslu f'dak li għandu x'jaqsam ma' Posta Ltd.", "Jien nemmen li l-ewwelnett m'għandniex nitilqu mill-punt ta' preġudizzju, kif qed tagħmel l-Oppożizzjoni, li bilfors hekk għax kullimkien isir hekk imma għandna naraw x'inhi l-aħjar struttura għal Posta Ltd.", "Min-naħa tiegħi u min-naħa tal-Gvern, il-preferenza hi li Posta Ltd terġa' ssir dipartiment.", "Għaliex?", "Għax kemm damet dipartiment f'Posta Ltd ċertament ma kienx hemm il-problemi kbar ta' tmexxija li tqanqlu fis-sena u nofs jew sentejn li ilha topera.", "Apparti mill-fatt imbagħad li jekk tħares lejn il-ħidma ta' Posta Ltd bħala xi ħaġa kummerċjali, tgħid: Dan huwa l-core business ta' Posta Ltd.", "U tgħid: Bħala business core li qed taħdem fuqu, l-kumpannija x'futur għandu?", "Xi prospetti għandha?", "U meta tagħmel ċerti kalkoli, ċerti assessments u taqra r-rapporti, kif qrajthom jien, tasal għall-konklużjoni li l-core ta' Posta Ltd m'huwiex xi ħaġa li kummerċjalment jista' jqalla' l-flus u jagħmel il-profitti.", "Jien nista' ngħid li ovvjament beħsiebna li fiż-żmien li ġej niddiskutu tajjeb mal-unions eżattament kif għandna naħdmu fil-futur u se nibqgħu miftuħin għal kull suġġeriment u għal kull proposta waqt li nżommu ċara l- preferenza tagħna.", "Fl-istess ħin għadna ma bdejniex dawn id-diskussjonijiet għal raġuni waħda, li jien nixtieq li dawn ikunu bbażati fuq xi forma ta' projection ta' kif Posta Ltd se tevolvi bħala business, bħala xogħol, bħala dħul u bħala ħruġ matul is-snin li ġejjin.", "Huwa tajjeb allura li d- diskussjonijiet jkunu ppernjati fuq xi ħaġa konkreta, fuq ix-xogħol li tista' tlaħħaq miegħu u li tista' tagħmel taħt il-kondizzjonijiet attwali fl-istat tas-soċjeta' tagħna.", "Naħseb li minn hemm għandhom isiru l- affarijiet u mhux nitilqu mill-preġudizzji ta' dan u ta' l-ieħor.", "Minn hemm għandna naħdmu u naħsbu x'inhi l-aħjar struttura u l-aħjar soluzzjoni għal din il-problema oħra kbira li ħalla warajh il-Gvern Nazzjonalista bin- non-kuranza u bl-indifferenza tiegħu lejn kif imexxi l-assi tal-poplu.", "Fil- ħsieb tagħna, fil-ħsieb tiegħi ċertament, li dipartiment forsi jkun l-aħjar struttura, imma hemm twist issa.", "Hemm dettall ġdid li wieħed irid jirrifletti fuqu wkoll.", "Fost oħrajn, wieħed mill-banek il-kbar ta' Malta għamel proposta biex jixtri Posta Ltd.", "Forsi tgħid: Imma dan jikkontradixxi l-argument li għandu jsir dipartiment.", "Ma naħsibx.", "L-argument ta' dan il-bank huwa li Posta Ltd, bl-assi u bil-branch offices li għandha ma' Malta u Għawdex, tista' toffri sinerġija max-xogħol li jagħmel dan il-bank.", "Allura l-bank konċerant qiegħed joffri li jieħu l-assi kollha tal-Posta, jieħu l- impjegati kollha tal-Posta u, ovvajment b'diskussjonijiet mal-Gvern u mal- unions, jinkwadra kollox fis-sistema tiegħu biex ikun jista' joffri aktar servizzi.", "Din hija proposta immaġinattiva ħafna li ma nistgħux niskartaw u m'aħniex se niskartaw - ċertament din trid tiġi diskussa mal-unions - imma ngħid jien lanqas ma tikkontradixxi dak li għadni kemm għidt dwar jekk il-Posta għandhiex taħdem aħjar bħala kumpannija jew bħala dipartiment.", "Għaliex?", "Għax il-proposta li qed jagħmel dan il-bank, ċerti kondizzjonijiet għan-negozjati li jrid jibda minnhom, fl-opinjoni tiegħi, jinnegaw il-possibilita' li Posta Ltd bħala kumpannija tista' tibqa' ħajja waħedha.", "Dawn il-proposti li qed jagħmel il-bank donnhom jindikaw li biex Posta Ltd jew is-sistemi tal-posta joperaw b'mod li jkun vijabbli kummerċjalment - apparti minn ċerti kondizzjonijiet dwar żidiet fil-pagi, eċċ, apparti minn ċerti kondizzjonijiet dwar kemm jiġi costed is-servizz li jieħu l-gvern minn Posta Ltd - Posta Ltd bħala kumpannija trid tkun parti minn sistema aktar wiesgħa li qed tuża s-servizzi tagħha biex tieħu gwadann over and above.", "Dawn huma kollha konċetti li wieħed għad irid jiddiskuti u dawn id-diskussjonijiet se nagħmluhom mingħajr ħabi ta' xejn mal-unions konċernati, dejjem fil-qafas ta' garanzija lill-impjegati u l- ħaddiema kollha ta' Posta Ltd.", "Semmejt dawn l-affarijiet biex inkunu preċiżi fuq din il-ħaġa.", "Huwa tajjeb li wieħed iqis li l-Oppożizzjoni trid tikkritika imma ċerti battutti ta' retorika li huma esaġerati, speċjalment mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu, qed iservu biex joħolqu duħħan u biex joħolqu inkwiet ta' xejn b'xejn, meta m'għandux għalfejn ikun hemm inkwiet.", "Irridu nħarsu lejn problema bħal din b'mod kalm, b'mod ċivili u b'sens wieħed, b'sens li nistaqsu: X'inhi l-aħjar soluzzjoni għall-problema li għandna quddiemna?", "U dan nagħmluh billi nħarsu lejn it-toroq kollha available mingħajr preġudizzju u mingħajr statements bombastiċi, bħal dawk li sar jiddiletta bihom, jiddispjaċini ngħid, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "Nixtieq nikkummenta daqsxejn ukoll dwar l-istaġnar li ħalla warajh il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Issa qed joħroġ ċar li l-poplu ddeċieda kif iddeċieda fl-aħħar elezzjoni għax fehem li kien hemm wisq bużullotti għaddejjin.", "Dawn il-bużullotti kienu maħsuba mill-Onor.", "Fenech Adami u sħabu l-ministri fil-gvern biex jilludu lin-nies u jaħbu r-realta'.", "Matul il-perijodu ta' sentejn jew aktar, anke fuq il-lat ekonomiku, is-sentimenti li kienu qegħdin jipproġettaw kienu kastelli fuq ir-ramel.", "Il-poplu m'huwiex mazzun u nduna b'din il-ħaġa u allura ried li jkun hemm alternattiva għat-tmexxija Nazzjonalista li tgħid x'inhi ir-realta' u tiffaċċa r-realta' kif inhi.", "U dan hu li qed nagħmlu aħna.", "Qed naffaċċaw ir-realta' kif inhi, qed ngħidu l-affarijiet kif inhuma u qed nieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli nbiddlu l- istaġnar li kienu qed iħallu warajhom in-Nazzjonalisti.", "Għalhekk għamlu l- elezzjoni meta għamluha.", "Jirriżulta ċar li kienu qed jippikkjaw tajjeb - ħaġa li ma qaluhiex lill-poplu - is-sinjali ekonomiċi u soċjali li kienu qed jirriflettu li, minkejja l-ippompjar ta' deficits kbar pubbliċi, minkejja l-consumer spending li kienu qed jiġġeneraw billi jiftħu idejhom b'dannu mbagħad għall-istabilita' finanzjarja tal-pajjiż, il-poplu beda jinduna li kienu qed jaħdmu fuq kondizzjoni ta' staġnar.", "GĦalhekk in- Nazzjonalisti riedu jagħmlu elezzjoni bikrija imma l-poplu wrihom li kien diġa' fehem l-affarijiet.", "Jien għalhekk nieħu din l-okkażjoni biex ngħid li bħalissa mexjin b'sens ta' viżjoni u f'sens ta' direzzjoni li rridu tassew indaħħlu s-serjeta' meħtieġa fit-tmexxija tal-pajjiż u se nagħmlu dan billi ngħidu l-verita' u nagħmlu dak li għandu jsir, mhux b'sens ta' impożizzjoni imma b'sens ta' diskussjoni u ta' konsultazzjoni.", "Imbagħad il-Gvern, iva, irid jiddeċiedi f'sens li kulħadd jifhem lejn fejn inkunu qegħdin nindirizzaw id-deċiżjoni tagħna.", "Fiż-żmien li ġej se nkunu qegħdin inwettqu diskussjonijiet serji u sħaħ mal-Kunsill tat-Tarzna, mal-General Workers' Union u mal-ħaddiema kollha tat-Tarzna - dan hu importanti wkoll - biex nimxu 'l quddiem fuq soluzzjoni għall-problema li issa laħqet dimensjoniijiet ta' gravita' nazzjonali.", "Minkejja li nifhem li dak li se nipproponu jista' jidher iebes u diffiċli għal bosta nies, nemmen li għax se nkunu qegħdin ngħidu l- verita' u se nkunu qegħdin naħdmu fl-aħjar interess ta' dawk kollha nvoluti - m'għandix dubju li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se jkun hemm it-tniggiż, il-miżinterpretazzjoni u t-tbagħbis bl-iswed ma' kullimkien - se nkunu qegħdin inwettqu xi ħaġa li hija ta' l-akbar ġid għall-pajjiż tagħna u se nkunu qed nagħmlu l-istess ħaġa f'dak li għandu x'jaqsam mar- relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Sieħbi, l-Onor.", "George Vella, dalgħodu kellu okkażjoni jindika sew x'qed nagħmlu, lejn fejn sejrin u kif se nimxu.", "Nerġa' ngħid, kif qal hu, li dan il-ħafna diskors min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li issa bl-Agenda 2000 se jinbidel xi ħaġa fl-Unjoni Ewropea huwa kollu diskors vojt.", "Aħna nemmnu li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel xogħol kbir u importanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-integrazzjoni Ewropea u mas-sistemi ta' żvilupp fl-Ewropa fil-qasam soċjali u fil-qasam ekonomiku, pero' għadna nsostnu t-twemmin tagħna li Malta għandu jkollha l-aktar relazzjoni qrib ma' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ninsabu ddeterminati li nimxu f'din it-triq bil-konklużjoni ta' ftehim ma' l-Unjoni Ewropea għal kummerċ ħieles bejnietna u anke għal forom ta' koperazzjoni politika u soċjali li tagħmel sens kemm għalihom u kemm għalina.", "Jien nemmen li mexjin tajjeb f'din it-triq u se nkomplu nsostnu dawn l-affarijiet imma dan kollu jrid jaqa' f'fasla waħda.", "Irid jidħol fil-fasla li tlaqt biha jien u li semmejt aktar kmieni, dik li jkollna serjeta' fit-tmexxija u li ma tkunx l- attitudni tagħna li b'xi mod jew ieħor nidħku bil-poplu, kif għamel, fl- opinjoni tiegħi, l-Onor.", "Fenech Adami għal snin twal.", "Hu daħak bil-poplu għax ma qallux il-verita'.", "Qallu l-verita' jew parti mill-verita' li ħaseb li kienet easy li tagħmel, li tidher popolari u li tidher sabiħ.", "Aħna rridu nkunu popolari ċertament imma rridu wkoll inkunu nies serji f'dak li nagħmlu.", "Jien nemmen li dan il-Gvern qiegħed jagħti xiehda li qiegħed jagħmel mill- aħjar tiegħu biex jimpenja ruħu b'serjeta' fit-tmexxija biex nilħqu dak li veru nemmnu fih, li noħolqu minn pajjiżna pajjiż modern.", "Pajjiż modern ma toħolqux sempliċement billi tgħid li se tidħol fl-Unjoni Ewropea biex issir modern bħall-Ewropej.", "Dik hija politika ta' min jaf biss jixximmjotta u m'għandux ideat sħaħ ta' kif imexxi.", "Aħna nemmnu li rridu nsiru moderni bil-mod li jixraq lil pajjiżna, dak li li niflu bil-galbu l-esperjenzi ta' ħaddieħor u nkabbru r-rabtiet tagħna ma' ħaddieħor, speċjalment l-Ewropa, l- Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran b'ħidma li ma taqta' xejn fil- livelli kollha ta' din is-soċjeta' tagħna.", "B'hekk inkunu nistgħu nimmodernizzaw l-istrutturi ta' mġiba u ta' tmexxija, id-dixxiplina u s- serjeta' li biha nagħmlu affarijiet.", "Allura jiena nemmen ukoll li l- proposta tagħna biex nabrogaw l-Opposition Nominees Act huwa pass ieħor f'sens li tassew noħolqu f'pajjiżna l-klima fejn ikollna demokrazija li tiffunzjona b'mod trasparenti u wkoll serjeta' fit-tmexxija fil-livelli kollha tal-gvern u tas-soċjeta'.", "Grazzi, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar l-Att Dwar Nomini mill-Oppożizzjoni\" jkun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li saret fid-29 ta' Lulju, 1997 din il-votazzjoni għandha tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Issa l-Kamra tirrisolvi ruħha f'Kumitat biex tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Fil-11.10 a.m. id-dibattitu fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni ġie nterrott u baqa' aġġornat.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għal klawsola 2 għandi din l-emenda:", "\"A\" Minflok it-tifsira ta' \"kondizzjonijiet\" fil-paragrafu (a) tal- klawsola 2, għandha tidħol it-tifsira li ġejja:", "\"\"kondizzjonijiet\" tfisser kondizzjonijiet ġenerali applikabbli mill- Awtorita' dwar applikazzjonijiet u dwar l-ipproċessar tagħhom, u ma tinkludix kondizzjonijiet partikolari marbutin mal-ħruġ ta' permess partikolari;\".", "\"A\" For the definition of \"conditions\" in paragraph (a) of clause 2, there shall be inserted the following definition:", "\"\"conditions\" means general conditions applied by the Authority in respect of applications and in respect of their processing, but does not include particular conditions tied to the issue of a particular permit;\".", "Qegħdin nipproponu din l-emenda għax ħassejna li għandna niddistingwu bejn kondizzjonijiet ġenerali u kondizzjonijiet partikolari, jiġifieri dawk il- kondizzjonijiet li jiġu imposti mill-Planning Authority jew inkella mid- DCC.", "Sur President, għidtha kemm-il darba li dan l-abbozz ta' liġi tressaq quddiem dan il-Parlament sabiex nibdlu dak li hemm bżonn.", "Wara kollox l- iskop ta' l-istadju tal-Kumitat huwa li ngħarblu abbozz ta' liġi u fejn inħossu li għandna nemendaw xi ħaġa nemendawha.", "GĦalhekk jien ħassejt li paragrafu (a), kif propost fi klawsola 2, għandu jiġi mibdul għax kif inhu jista' jiġi interpretat ħażin u għalhekk għamilt distinzjoni bejn kondizzjonijiet ġenerali, li jiġu applikati mill-Planning Authority u mid- DCC meta jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, u l-kondizzjonijiet partikolari - il-ministru żgur li mhux se jkollu x'jaqsam ma' dawn it-tip ta' kondizzjonijiet - jiġifieri dawk il-kondizzjonijiet li jsiru għal xi applikazzjoni speċifika.", "Imbagħad f'subparagrafu (b), dejjem kif propost fi klawsola 2, qed indaħħlu l-konċett li jkun hemm il-kumitat ta' l-utenti - dan il-kumitat ikun iħaddan fih rappreżentanti ta' għaqdiet nazzjonali magħrufa - biex filwaqt li jagħmel ċerta sorveljanza fuq l-operat tal-Planning Authority, ikollu wkoll id-dover li jiġbed l-attenzjoni, jikkritika u anke jissuġġerixxi lill-ministru x'għandu jsir.", "Aħna fassalna dan is- subparagrafu b'mod li l-kumitat ta' l-utenti ma jkunx jista' jindaħal lill- Planning Authority imma jkun jista' biss jgħaddilha r-rimarki u r- rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li f'subparagrafu (ċ), dejjem kif propost fi klawsola 2, qegħdin indaħħlu l-konċett ta' \"xogħlijiet eżenti\".", "Dawn huma dawk l-affarijiet li jidhru fil-general development order.", "GĦalhekk hawn qegħdin ngħidu li:", "\"\"xogħlijiet eżenti\" tfisser kull xogħol jew żvilupp li ma jkunx jeħtieġ permess għall-iżvilupp taħt it-Taqsima IV ta' dan l-Att:\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiġifieri qed nifhem sew li l-emenda li ppropona l-Onor.", "Vella saret minħabba r-rabta li għandha ma' klawsola 3, liema klawsola titratta dwar dawk il-kondizzjonijiet li jiġu approvati mill- gvern, u li dawn il-kondizzjonijiet japplikaw għal kategorija sħiħa ta' applikazzjonijiet?", "Din l-emenda hija pożittiva għax tispeċifika l- kondizzjonijiet b'mod ġenerali.", "MR CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-fatt l-Onor.", "Zammit Dimech qed jifhem tajjeb.", "Jien qed nipproponi din l-emenda sabiex nagħmilha ċara li l-allegat kontroll tal-ministru, li n-naħa l-oħra tant beżgħet minnu - issa jien nista' nassigura lin-naħa l-oħra li ma kien hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm din it-tip ta' intenzjoni - mhux se jiġi applikat fuq xi kondizzjoni partikolari li d-DCC jew il-Planning Authority jogħġobha tagħmel għal xi applikazzjoni.", "Kull applikazzjoni li ssir lill-Planning Authority jkollha l-kondizzjonijiet partikolari tagħha u finalment hija din l-awtorita' li trid tieħu d-deċiżjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 5 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għal klawsola 3 għandi din l-emenda:", "\"B\" Il-klawsola 3 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok il-kliem \"li twassal għalihom u l-manutenzjoni tagħhom, wara dawn jiġu approvati mill-Gvern\" fil-paragrafu (a) li hemm fil- paragrafu (b) tal-klawsola 3, għandhom jidħlu l-kliem \"li twassal għalihom, u l-manutenzjoni tagħhom wara li dawn jiġu approvati mill- Gvern\";", "(b) minflok il-paragrafu (e) tagħha għandu jidħol il-paragrafu li ġej:", "\"(e) fis-subartikolu (4) tiegħu:", "(i) minflok il-kliem \"l-Awtorita' tista' tiddelega\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Awtorita' tista', bl-approvazzjoni tal-Ministru, tiddelega\"; u", "(ii) u minnufih wara l-kliem \"li jidhrilha xierqa.\" għandhom jidħlu l-kliem \"Avviż ta' kull delega bħal dik għandu jiġi ppubblikat fil- Gazzetta.\"; u\".", "\"B\" Clause 3 shall be amended as follows:", "(a) for the words \"conducive thereto and the maintenance thereof, following then approval by Government\", in paragraph (a) in paragraph (b) of clause 3, there shall be substituted the words \"conducive thereto, and the maintenance thereof following their approval by Government\";", "(b) for paragraph (e) there shall be substituted the following:", "\"(e) in subsection (4) thereof:", "(i) for the words \"the Authority may delegate\" there shall be substituted the words \"the Authority may, with the approval of the Minister, delegate\"; and", "(ii) immediately after the words \"as it may deem appropriate.\" there shall be added the words \"Notice of any such delegation shall be published in the Gazette.\"; and\".", "L-ewwelnett ta' min jgħid li artiklu 5 ta' l-Att prinċipali jitratta dwar il-funzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u fil-fatt subartiklu (1) ta' l- istess artiklu jgħid:", "\"L-Awtorita' jkollha bħala funzjonijiet tagħha l-promozzjoni ta' żvilupp tajjeb ta' l-art, sew fis-settur pubbliku kemm f'dak privat, u l-kontroll ta' dak l-iżvilupp skond policies u pjanijiet approvati.\".", "Mr Chairman, kif kelli l-okkażjoni li ngħid waqt l-istadju tat-Tieni Qari, jien skoprejt li hemm ħafna diżgwid u nuqqas ta' qbil bejn il- Planning Authority, il-Kamra tal-Periti u ċerti entitajiet f'dawk li huma policies u pjanijiet approvati.", "Fil-fatt l-ilment prinċipali huwa li għalkemm il-periti jiġu informati permezz tal-policies li jintbagħtulhom, dawn ma jkunux au courant b'dak li jkun qed jiġri għax dawn il-policies tant huma sparpaljati u mxerrdin 'l hemm u 'l hawn li ġieli jitbiddlu waqt li jkun għad hemm xi applikazzjonijiet li jkunu għadhom f'nofs il-proċess.", "GĦalhekk inħasset il-ħtieġa li l-policies u l-kondizzjonijiet ġenerali jiġu miftehma.", "Fil-fatt ta' min jgħid li, minkejja x-xogħol kollu li kelli meta kien hemm il-kwestjoni tal-compliance certificate, laqqajt flimkien il-Planning Authority u l-Kamra tal-Periti biex jiftehmu bejniethom għax wara kollox huma l-periti li jridu jagħmlu dawn id-deċiżjonijiet.", "Jien m'iniex xi espert tekniku u għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li ngħid jekk il-Planning Authority ħaditx deċiżjoni tajba jew ħażina, pero' meta wieħed jara li din id-deċiżjoni ma ġietx imsarrfa f'effiċjenza, minħabba li ħafna drabi l- periti jinterpretaw l-affarijiet b'mod differenti, il-fallout qed ikun li n- nies mhux qed jinqdew.", "GĦalhekk fl-opinjoni tiegħi l-ministru għandu jorbot l-interessi differenti flimkien ħalli finalment ikun hemm approvazzjoni - issa hawnhekk m'iniex se noqgħod nidħol f'dan l-argument - u mhux kif iqum filgħodu jifformula policy u jordna li din tiġi fformulata, kif qalu xi wħud.", "Bħalma spjegajt fl-istadju tat-Tieni Qari, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se jibqgħalha d-dritt li tagħmel il-policies hi pero' dawn iridu jiġu approvati mill-ministru.", "Din wieħed għandu jifhimha għax wara kollox, meta jiġu mfassla xi structure plan jew local plans, dawn l-ewwel ikunu jridu jiġu approvati mill-Kabinett u wieħed ikun irid jara li dawn ikunu qed jirriflettu l-policies tal-gvern tal-ġurnata.", "Iktar u iktar imbagħad meta qed ngħidu li rridu ntawlu ż-żmien li fih isir l-istructure plan għax iktar tikber il-ħtieġa li jsir aġġustament minħabba li, jekk ikun hemm xi structure plan għal ħames snin u wara xi sentejn jew tlieta jinbidel il- gvern, dak il-pjan ma jkunx jista' jibqa' jiffunzjona jekk kemm-il darba ma jkunx jirrifletti l-policy tal-gvern tal-ġurnata.", "Fil-fatt il-liġi stess tgħid li, meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun qed tifformula structure plan, din trid trid tieħu in konsiderazzjoni l-policies tal-gvern tal- ġurnata, l-ekonomija u r-riżorsi preżenti.", "GĦalhekk jien ma nafx għaliex qed issir din il-kritika kollha għall-fatt li qed ngħidu li l-pjanijiet, il- kondizzjonijiet u l-policies iridu jiġu approvati mill-gvern.", "Jekk niġu f'sitwazzjoni fejn il-Planning Authority titlaq għal rasha u l-gvern jibqa' jsaffar, veru li jkun hemm awtonomija pero' żgur li ma jkunx hemm indipendenza.", "Fil-fatt illum il-Prim Ministru tkellem fuq dawn il- konċetti.", "Sur President, huwa diffiċli li tispjega dawk il-konċetti li, kif għidt, diġa' rrifera għalihom il-Prim Ministru għax filwaqt li l- awtonomija hija tajba, finalment quddiem il-Parlament u l-poplu r- responsabbilta' hija tal-ministru.", "Din il-linja hija xi ftit diffiċli biex tiġbidha għax filwaqt li min-naħa tkun trid timponi ċertu kontroll, min-naħa l-oħra ma tkunx trid tagħmel kontroll żejjed.", "Issa aħna nafu wkoll li n-nuqqas ta' kontroll jista' jagħti lok għal abbuż u għal atteġġament indifferenti għax ħafna drabi meta ma jkunx hemm kontroll wieħed jaqa' fit-tentazzjoni li jgħid li huwa m'għandux x'jaqsam u li m'huwiex responsabbli għax l-Awtorita' ta' l- Ippjanar hija awtonoma u għalhekk dak li jiġri fiha hija affari tagħha.", "Aħna hawnhekk ridna niġbdu linja u fil-fatt din il-klawsola ġiet imfassla għal dan l-għan.", "Ta' min jgħid li subparagrafu (a), kif propost fi klawsola 3, qed jgħid li:", "(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, minflok il-kliem \"skond policies u pjanijiet approvati.\" għandhom jidħlu l-kliem \"skond policies, pjanijiet u kondizzjonijiet approvati mill-Gvern u bil-proċeduri kif approvati mill-Ministru;\";\".", "Issa meta dan is-subparagrafu qed jgħid \"proċeduri\" dan qed jirriferi għal proċeduri simili li saru meta kien hemm dik il-kwestjoni tal-compliance certificate, li semmejt iktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "F'dak il-każ, kieku ħallejna lill-Kamra tal-Periti u lill-Planning Authority jagħmlu li jridu, illum konna nkunu għadna qed nirċievu ittri u telefonati mimlija lmenti mingħand koppji minħabba li jkunu għadhom ma ngħatawx permess biex idaħħlu s-servizz ta' l-ilma u tad-dawl fil-proprjeta tagħhom.", "Mela l- ministru jista' jabroga r-responsabbilta' tiegħu li ma jlaqqax lill- Planning Authority u lill-Kamra tal-Periti flimkien biex jiftehmu bejniethom?", "GĦada pitgħada jista' jkun hemm il-bżonn li l-Planning Authority tiltaqa' wkoll ma' l-iżviluppaturi, man-non-governmental organisations ta' l-ambjent u mal-ħaddiema tal-barrieri.", "Fl-opinjoni tiegħi, huwa r-rwol tal-ministru li jlaqqa' lill-Planning Authority ma' min hu konċernat sabiex jiftehmu flimkien, għax wara kollox ir-responsabbilta' to deliver hija tal-politiku.", "Sur President, issa hawnhekk jien se nkompli nsostni dak li għidt fl- istadju tat-Tieni Qari, ċioe' li għalkemm f'subparagrafu (a) ta' artiklu 5 - kif propost fi klawsola 3 - hemm li l-policies, il-pjanijiet u l- kondizzjonijiet jridu jiġu approvati mill-gvern u bil-proċeduri kif approvati mill-ministru, il-Planning Authority jibqgħalha l-obbligu u d- dritt li tifformula l-policies hi.", "L-ebda ministru jew dipartiment tal- gvern m'hu se jibda jifformula l-policies, pero' dawn iridu jiġu approvati minnu qabel ma jiġu pprattikati.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, f'subparagafu (a) ta' artiklu 5 hawn diverġenza ta' opinjoni fundamentali għax filwaqt li taħt l- Att prinċipali eżistenti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tifformula l-policies u l-pjanijiet hi, u dawn m'humiex soġġetti għall-approvazzjoni tal-gvern, issa permezz ta' din il-klawsola se jidħol konċett ġdid - jien ngħid li dan il-konċett qed jinbidel radikalment - għax hawn qed ngħidu li dawn il- policies u l-pjanijiet iridu jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-gvern.", "Dan li qed ngħid japplika wkoll għal subparagrafu (b) ta' artiklu 5, pero' dan niġu għalih iktar 'il quddiem meta nkunu qed niddiskutu dak is- subparagrafu.", "Sur President, issa bir-rispett kollu lejn l-argument tal-Ministru, id- diċitura li qed tintuża f'dan is-subparagrafu ma ġietx tfisser li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tifformula l-policies u mbagħad dawn jiġu soġġetti għall-approvazzjoni tal-gvern, imma li l-gvern jagħmel il-policies u mbagħad japprovahom u jgħaddihom lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Issa jien hawnhekk irrid nenfasizza li ż-żewġ sistemi huma ħżiena, biex ma niftehmux ħażin.", "Fi kliem ieħor jien qed ngħid li l-emenda li ppropona l-Ministru għandha tiġi tinqara \"u wara dawn jiġu approvati mill-Gvern\" u mhux \"wara li dawn jiġu approvati mill-Gvern\".", "Wieħed mill-iskopijiet ta' artiklu 5 ta' l-Att prinċipali huwa li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikollha l-briga, l- obbligu u d-dover li tifformula l-policies, il-pjanijiet u l- kondizzjonijiet, pero' issa l-Ministru donnu - għax s'issa l-emenda m'hijiex qiegħda f'dan is-sens - jrid li dawn wara jiġu approvati mill- gvern.", "Jien naħseb li ġaladarba twaqqfet awtorita' awtonoma biex tifformula u timplimenta l-policies hi ...", "Meta kont il-ministru responsabbli minn dan is-settur min jaf kemm kien hemm okkażjonijiet fejn minkejja li kont inkun jien li nlaqqa' lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar, per eżempju, mal-ħaddiema tal-barrieri, l- awtorita' kienet tapplika policy li għalkemm kont inkun informat biha - jien ma niftakarx okkażjoni fejn l-awtorita' ma kenitx tibgħat il-kopja tad- dokumenti li tkun ħarġet lill-ministeru biex tinformani b'din il-policy - ma kenitx tistenna l-approvazzjoni tiegħi.", "Fil-maġġoranza tal-każi meta kont nara xi waħda minn dawn il-policies kont tal-fehma li setgħu għamluha aħjar, pero' din il-proċedura kienet taħdem tajjeb u korrettement.", "B'din is-sistema l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma kienx ikollha għalfejn toqgħod tistenna l-official government rubber stamp għal dak li tagħmel u permezz ta' l-awtonomija tagħha kienet qed tagħti l-iktar interpretazzjoni korretta, kontinwa u aġġornata - hawnhekk qed nirriferi wkoll għall-pjan ta' struttura - u taġixxi bħala awtorita' awtonoma.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt jien nixtieq inżid ma' dak li qal il-kollega tiegħi billi ngħid li l-emenda li ppropona l-Viċi Prim Ministru tista' tingħata żewġ interpretazzjonijiet, jiġifieri kemm li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tagħmel hi l-policy tagħha u wara din tiġi approvata mill- ministru, kif ukoll li l-ministru jagħmel u japprova l-policy u mbagħad l- awtorita' timplimentaha.", "Madanakollu aħna jidhrilna li kemm l-ewwel interpretazzjoni kif ukoll it- tieni waħda qed toqros in-nerv ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nnifisha.", "Wieħed jista' jġib l-argument li minħabba li hemm ħafna kritika għall- Awtorita' ta' l-Ippjanar din is-sistema hija tajba, irrispettivament minn min ikun il-ministru.", "GĦax wara kollox aħna ma nemendawx il-liġi għall- Ministru George Vella jew għall-ex-Ministru Zammit Dimech, li wkoll kien responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, imma nemendaw il-liġi mingħajr ma nagħtu importanza dwar min ikun il-ministru.", "Fil-fatt hawn jien irrid inżid ngħid li meta smajt ċerti interventi li saru minn xi Onor. Membri min- naħa tal-gvern - m'iniex qed nirriferi għall-Onor.", "Vella - iktar inkwetajt ruħi għax dawn bdew isemmu xi każijiet tal-kostitwenti tagħhom mingħajr ma raw jekk dawn fil-fatt kellhomx raġun verament jew inkella tawhomx raġun sempliċement minħabba l-vot.", "Sur President, x'kien l-iskop li twaqqfet għalih l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Awtorita' m'hijiex dipartiment tal-gvern.", "Il-ministru għandu l-kontroll fuq dipartiment tal-gvern u Allaħares ma jkunx hekk għax politikament huwa l-ministru li huwa accountable għal dak li jiġri.", "L-iskop li għalih twaqqfet l-awtorita' huwa li tkun Awtorita' ta' l-Ippjanar u mhux kelb tal- but tal-gvern u din m'għandhiex tkun appendiċi tal-gvern, ikun min ikun fil- gvern, imma awtorita' indipendenti.", "Din il-ħaġa fiha nnifisha ma togħġobx lil ħafna nies.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-kritika kollha għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija bbażata fuq din il-ħaġa imma ħafna mill-kritika, jew aħjar nofs il-kritika, hija kkaġunata mill-fatt li ħafna jġibu l-argument: Dan mnejn safejn li filwaqt li qabel wieħed seta' jibni, issa ma jistax?", "Mnejn safejn qabel ma kienx hemm policies ifformulati u issa hemm dawn il- policies?", "Mnejn safejn qabel kulħadd jixtri l-farmhouses u jibni s- swimming pools, mentri issa hemm ċerti policies b'rekwiżiti partikolari sabiex wieħed ikun jista' jkollu farmhouse, peress li kienu qed jinbiegħu ħafna rziezet li fir-realta' ma kienu rziezet xejn?", "GĦalhekk ħafna mill- kritika ġejja mill-fatt li ħadd ma jħobb li jkun hemm awtorita' u kontroll, iktar u iktar meta wieħed ikollu l-art tiegħu għax kulħadd għadu bil- mentalita' - din il-mentalita' m'hijiex marbuta ma' xi ideal politiku imma qiegħda fin-natura tal-bniedem - li ġaladarba l-art tkun tiegħu din jista' jibniha kif irid hu.", "Sur President, fil-programm elettorali tagħna aħna wegħidna li se nagħmlu minn kollox biex intejbu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, bid-difetti u bil- burokrazija tagħha b'kollox, u li se neżaminaw kull proposta li ssir kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni biex inkunu nistgħu nilħqu dan l-għan mill-iktar fis possibbli, pero' dan m'għandux isir a skapitu ta' l-indipendenza ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar stess.", "Il- Ministru semma l-kwestjoni tal-compliance certificate bħala eżempju pero' jien ngħidlu li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq compliance certificates imma fuq policies u pjanijiet, u biex inkunu żguri li koprejna kollox ħloqna l-kelma \"kondizzjonijiet\", liema policies, pjanijiet u kondizzjonijiet għandhom jiġu approvati mill-gvern.", "Policies tfisser kollox.", "Daqskemm għandha policies l-Awtorita' ta' l-Ippjanar!", "Għandha policies fuq il-parking, fuq il-fish farms ...", "F'dan l-abbozz ta' liġi aħna qed ngħidu li l-policies kollha ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - issa hawnhekk jien ma nafx jekk dan japplikax għall-policies ġodda li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi jew għall-policies kollha ta' din l-awtorita' - iridu jiġu approvati.", "Issa jekk stess il-Ministru fl-emenda tiegħu qed jipproponi li l-ministru jagħmel il-policies u mbagħad dawn jiġu approvati mill-gvern, fil-prattika x'se jiġri?", "Sur President, bħalma għidt fl-istadju tat-Tieni Qari, fil-prattika se jiġri li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar żgur li mhijiex se tasal biex tipproponi xi ħaġa li tkun taf li l-gvern ma jridhiex u għalhekk jibdew isiru diskussjonijiet mal-gvern qabel ma tiġi fformulata l-policy ħalli fl- aħħar mill-aħħar il-gvern idaħħal dak li jrid hu f'dik il-policy.", "GĦalhekk bl-emenda li qed jipproponi l-Viċi Prim Ministru, liema emenda tikkonċerna artiklu 5 ta' l-Att prinċipali li jistabilixxi x'inhuma l-funzjonijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, minkejja li l-awtorita' se tibqa' tagħmel ix- xogħol li kienet tagħmel qabel, issa kollox irid isir bil-barka tal-gvern.", "Huwa veru li l-Ministru qal li l-policies in ġenerali biss ikunu jeħtieġu l- approvazzjoni tal-gvern u mhux dawk il-policies li jkunu jirrigwardaw xi ħaġa partikolari, pero' dan ukoll jista' jservi ta' ħsara.", "Jien napprezza li waqt id-diskussjoni l-Onor.", "Membri tal-Gvern ipprovaw jillimitaw dan id- dritt billi qalu li l-gvern se jindaħal f'policies in ġenerali - l-argument li jġibu l-Onor.", "Membri tan-naħa tal-Gvern li għalih għandu jkun hemm dan l- indħil mill-gvern huwa li għandu jkun hemm ċertu input politiku f'din l- awtorita' - u mhux fuq policies speċifiċi.", "Pero' għan-naħa ta' l- Oppożizzjoni dan xorta waħda m'huwiex aċċettabbli għax jekk, filwaqt li tgħid li hemm bżonn ta' din l-awtorita' biex naqilgħu minn idejn il- politiċi l-ippjanar ta' l-ambjent ta' pajjiżna kemm jista' jkun, fl-istess nifs li tagħmel xi ħaġa bħal din tkun qed tolqot l-għeruq ta' l-awtorita' nnifisha stess.", "Aħna għandna nkunu lesti li nilqgħu l-kritika anke meta l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun għamlet xi ħaġa tajba, għax għal ħafna nies kull indħil u kull kontroll huwa ħażin.", "Sur President, ara f'affarijiet oħrajn, ta' kemm għandha ddum applikazzjoni, f'affarijiet ta' kemm dipartiment tal-gvern għandu jdum biex jirrispondi, f'affarijiet biex intejbu l-amministrazzjoni - naturalment aħna bħala Oppożizzjoni ma naqblux mal-poteri ġodda li qed jieħu fuqu l- ministru permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi - aħna naqblu li għandu jkun hemm xi ħadd responsabbli mill-amministrazzjoni biex jingħata servizz dejjem aħjar, għax wara kollox nofs il-kritika hija kkaġunata minħabba dawn l-affarijiet.", "Pero' jien naħseb li m'hu se nsolvu xejn billi ngħidu li l- policies, il-pjanijiet u l-kondizzjonijiet għandhom jiġu approvati mill- gvern.", "Il-Viċi Prim Ministru ġab l-argument li ġaladarba huwa responsabbli għal din l-awtorita' għandu jkollu say fuq il-policies, fuq il-pjanijiet u fuq il-kondizzjonijiet li jsirulha.", "Skużi, il-ministru huwa responsabbli sa ċertu punt.", "Per eżempju, dan l-aħħar il-Viċi Prim Ministru qalilna li għalkemm iweġibhom, hu jħoss li ma għandux iwieġeb ċerti domandi li jolqtu l-operat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nnifisha.", "Pero' dan jiddependi minn jekk din hijiex kwestjoni ta' amministrazzjoni.", "Ħalli nieħdu eżempju billi nsemmu l-Qorti.", "Per eżempju, l-Oppożizzjoni m'għandhiex dritt targumenta li minħabba l-mod li bih huma mfassla l-affarijiet, il-kawżi ma jinqatgħux malajr?", "L-Oppożizzjoni m'għandhiex dritt tattakka lill-gvern li kawża nqatgħet b'mod u mhux b'ieħor.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Naħseb li nkunu qed niżbaljaw jekk nikkritikaw deċiżjoni ta' l- awtorita' fejn jidħol żvilupp, imma l-Oppożizzjoni għandha kull dritt li tikkritika - u l-ministru huwa politikament responsabbli - jekk xi ħaġa fl- awtorita' mhijiex qed tiffunzjona tajjeb amministrattivament.", "Wara kollox mhux il-Parlament jagħti xi Lm0.5 miljun fis-sena, jekk mhux iktar, lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Il-ministru ġustament għandu jkollu xi forma ta' kontroll fl-amministrazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġaladarba huwa accountable politikament, imma żgur li m'għandux ikollu kontroll fuq il- policies u fuq il-pjanijiet.", "Il-pjanijiet huma l-iktar ħaġa importanti u fuqhom trid tiddeċiedi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dan bħal meta jkun hemm logħba football u f'daqqa waħda r-referee jibda jċaqlaqlek il-lasti!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Sur President, jien naħseb li bl-argument li għamel l-Onor.", "Tonio Borg żvija xi ftit għax il- policies dejjem isiru b'mod ġenerali u żgur li ma jkunux indirizzati biex jaġevolaw lil individwu partikolari.", "Il-policies u l-kondizzjonijiet huma ġenerali u malli jiġu approvati jibdew japplikaw għal kulħadd l-istess.", "Jien qed ngħid dan sabiex niċċara l-argument.", "Sur President, in-naħa l-oħra qed tagħmel ħafna enfasi li jekk il- policies, il-pjanijiet u l-kondizzjonijiet se jiġu approvati mill-gvern u bil-proċeduri kif approvati mill-ministru, dan se jibda jdawwar il-pjan ta' struttura kif irid.", "Jien niftakar li meta aħna konna fl-oppożizzjoni u kien ġie approvat il-pjan ta' struttura mill-Parlament, dan kien ġie diskuss minn qabel mal-Planning Authority.", "(Interruzzjonijiet) Issa ħallini nitkellem ħalli naraw x'kien jiġri qabel u x'se jiġri llum.", "(Interruzzjonijiet) Imma dan hu pjan ta' struttura wkoll!", "Kif kont qed ngħid, qabel ma l-pjan ta' struttura kien ġie approvat minn dan il- Parlament, il-Gvern preċedenti kien għamel is-suġġerimenti tiegħu fuqu.", "Fil-fatt l-Oppożizzjoni ta' dakinhar ma kenitx qablet ma' ċerti suġġerimenti li kien għamel il-Gvern preċedenti - hawn ta' min jgħid li dak iż-żmien il-Gvern kien ippreżenta l-pjan ta' struttura u mhux il-Planning Authority - jiġifieri anke qabel, il-policies, il-pjanijiet u l- kondizzjonijiet kienu jiġu approved mill-gvern.", "Fil-fatt subartiklu (1) ta' artiklu 5 ta' l-Att prinċipali jgħid:", "\"in accordance with approved policies and plans.\".", "F'dan is-subartiklu nsibu wkoll li:", "\"The functions of the Authority shall be the promotion of proper land development ...\".", "GĦalhekk din l-awtorita' għandha r-rwol ta' suġġeritur ukoll għax hi tagħmel il-policies tagħha u aħna qed ngħidu li dawn il-policies għandhom jiġu approvati mill-gvern.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li l-gvern se japprova l-policies ġenerali biex ma nerġgħux noqogħdu nidħlu fil-kwestjoni ta' policies partikolari.", "Meta l-Gvern Nazzjonalista kien approva l-istructure plan, qabel kien għamel xi suġġerimenti lill-Planning Authority u wara saru xi modifikazzjonijiet f'dan il-pjan sabiex jinqdew ċerti individwi.", "Aħna qed ngħidu li l-Planning Authority se tibqa' l-mutur, is-suġġeritur u se tibqa' tagħmel il-policies, il-pjanijiet u l-kondizzjonijiet hi.", "L-emenda li qed jipproponi l-Viċi Prim Ministru m'hi se tbiddel xejn minn dan kollu u ċertament mhux se jkun hemm involviment dirett min-naħa tal-ministru.", "Forsi kien ikun aħjar kieku llum l-Onor.", "Tony Abela kien preżenti għax waqt l-istadju tat-Tieni Qari rrifera għal ħafna każijiet fejn inbidlu l- kondizzjonijiet minn applikazzjoni għall-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk issa se jkun hemm l-official rubber stamp fuq il-kondizzjonijiet li jiġu approvati mill-gvern, kulħadd se jkollu l-pożizzjoni tiegħu ċara u jekk stess tinbidel xi kondizzjoni din issa se tinbidel b'mod formali, liema tibdil, nerġa' ntenni, ikun ġej mill-Planning Authority.", "B'din is-sistema se jkun hemm titjib amministrattivament għax b'hekk se neliminaw l-abbuż li ċerti kondizzjonijiet ...", "(Interruzzjonijiet) Jien nistgħaġeb kif il- periti jgħaddu r-rapporti tagħhom lill-Kamra tal-Periti li tirrappreżentahom!", "Jekk il-periti m'għandhomx fiduċja fil-Kamra tal-Periti dan għandhom jistqarruh.", "Qed ngħid dan għax anke l-Kamra tal-Periti gergret li ġieli jinbidlu xi kondizzjonijiet għal ċerti każijiet.", "Il-Kamra tal-Periti kienet involuta fid-diskussjonijiet fuq dan is-suġġett u qablet mat-tibdil.", "Fil-fatt ġieli l-periti lanqas kienu jiġu informati b'dan it- tibdil.", "Allura dawn bħala periti kif setgħu jagħtu parir tajjeb lill- klijenti tagħhom?", "(Interruzzjonijiet) Dawn mhux dejjem approved policies kienu?", "Jiġifieri inti qed tgħid li kienu approvati minnha stess!", "Issa ma nixtieqx li ndawru l-argument.", "Il-Planning Authority se tibqa' tagħmel il-policies tagħha u tissuġġerihom lill-gvern.", "Aħna issa qed ngħidu minn min se jkunu approvati dawn il-policies u qed ngħidu li l-ministru se japprova l-proċeduri ta' dawn il-policies ħalli jkun hemm xi ħadd li jkollu r-responsabbilta' ta' dak li jkun qed isir u b'hekk ħadd ma jkun jista' jinħeba wara l-velu ta' xi korporazzjoni.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Abela kkonferma li għalkemm kienu jinbidlu xi kondizzjonijiet - kif għidt diġa' anke l-Kamra tal-Periti kienet ilmentat fuq din il-ħaġa - il-periti ma kenux jiġu mgħarrfin kif inbidlu.", "Once li l-policies ikunu ġew approvati mill-gvern dawn bilfors iridu jiġu ppubblikati biex il-periti jiġu mgħarrfin minn meta se jibdew japplikaw, kif se japplikaw u għal min se japplikaw.", "THE CHAIRMAN: Onor. Membri, nixtieq niġbdilkom l-attenzjoni li bħalissa m'aħniex qegħdin fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Qed ngħid għaż-żewġ naħat.", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, kif qal l-Onor.", "Zammit Dimech, għadu ma ġiex iċċarat jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hijiex se tifformula l-policies hi u mbagħad jiġu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Gvern.", "Jew jekk il-Gvern huwiex se jifformula l-policies hu u wara li jiġu approvati jiġu mgħoddija lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "(Interruzzjonijiet) Imma l- wording m'huwiex qiegħed f'dan is-sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ħalli nagħmel spjegazzjoni biex niċċaraw il-pożizzjoni tagħna f'dan ir-rigward.", "Ovvjament il-policies għandhom jiġu minn xi ħadd.", "Fl-istructure plan insibu l-proċedura kollha li ġiet approvata mill-gvern, mill-ministru, mill-Kabinett u minn kulħadd.", "L-assessment panel huwa nominat mill-gvern biex jassessja f'ismu u l-aħħar kelma terġa' tmur quddiem il-Kabinett ħalli dan jara jekk il-Parlament japprovax dawn il-policies b'riżoluzzjoni jew inkella b'emendi.", "Sur President, apparti dan kollu ta' min jgħid li paragrafu (a) ta' subartiklu (2) ta' artiklu 5 jgħid li fost l-oħrajn l-Awtorita' ta' l- Ippjanar hija responsabbli for:", "\"the preparation and maintenance of the development plans, that is to say the structure plan and the supplementary planning documents, including any other matter ancillary, incidental or conducive thereto;\".", "Dan l-abbozz ta' liġi ma neħħiex dawn il-funzjonijiet u għalhekk huwa ċar li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha d-dritt u l-obbligu li tifformula l- policies u l-pjanti hi.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Pero' dan trid tagħmlu skond l-istructure plan!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma, kif għidt diġa', paragrafu (a) ta' subartiklu (2) ta' artiklu 5 jgħid li, fost responsabbiltajiet oħra l-Awtorita' ta' l- Ippjanar hija responsabbli għal \"supplementary planning documents, including any matter ancillary, incidental or conducive thereto\", jiġifieri din l-awtorita' trid tipprepara l-local u s-subject plans hi mil-lat tekniku u professjonali ħalli mbagħad tkun tista' tippreżentahom.", "Fil-fatt anke artiklu 23 - dan l-artiklu ma ġiex emendat permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi lanqas u se naqra t-test Malti tiegħu ħalli min qed isegwina jkun jista' jifhimni aħjar - jgħid li:", "\"Jekk l-Awtorita' jidhrilha li biex l-iżvilupp jitħaddem sewwa u b'mod effettiv huwa meħtieġ li tħejji proposti aktar fid-dettal milli jistgħu jiġu mdaħħla fi pjan ta' struttura, l-Awtorita' tista' tħejji dawk il-pjanijiet sussidjarji, jiġifieri pjanijiet dwar suġġett, pjanijiet lokali u pjanijiet ta' azzjoni, li jidhrilha meħtieġa.\".", "Allura lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar min se jneħħilha d-dritt li tagħmel dawn l-affarijiet?", "Dan f'liema emenda huwa mniżżel?", "(Interuzzjonijiet) M'hemm l-ebda skop li dawn l-artikli jiġu mibdula u, kif għidt kemm-il darba, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se jibqa' jkollha l-mansjoni, id-dritt u l-obbligu li tifformula l-policies, il-pjanijiet u l-kondizzjonijiet hi.", "Ġaladarba subartiklu (1) ta' artiklu 5 jgħid li l-awtorita' trid tagħmel dan kollu \"in accordance with approved policies and plans\", dawn irid japprovahom xi ħadd.", "U dawn il-policies u l-pjanijiet min se japprovahom?", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar stess?", "L-Onor.", "Zammit Dimech qalilna li meta kien ministru kien jiddiskuti ħafna ma' l-awtorita'.", "(Interruzzjonijet)", "Jien m'iniex qed ngħid li hemm xi ħaġa ħażina f'dan imma, Onor. Zammit Dimech - issa ejjew inpoġġu jdejna fuq qalbna u nkunu onesti mal-pubbliku - kieku l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġiet quddiemek b'policies li ma taqbilx magħhom, kont tagħtiha l-barka u tħalliha tħaddem dawk il-policies jew kont tgħidilha li tridu tkomplu tiddiskutu bejnietkom sakemm tilħqu ftehim?", "Bir- rispett kollu, l-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jistgħux jiġu jaqgħu u jqumu mill-policy tal-gvern tal-ġurnata.", "(Interruzzjonijiet) Dawn ma jistgħux jagħmlu hekk għax il-liġi stess - eżattament subartiklu (5) ta' artiklu 18; u hawn ta' min jgħid li lanqas dan l-artiklu m'hu qed jiġi emendat - tobbliga lill-Planning Authority li meta tfassal l- istructure plan tieħu konjizzjoni kemm tal-policies tal-gvern, kemm ta' l- aspett ekonomiku tal-gvern kif ukoll tar-riżorsi tal-gvern.", "Fil-fatt dan is-subartiklu jgħid li:", "\"Meta tkun qed tħejji jew tirrevedi pjan ta' struttura, l-Awtorita' għandha tqis -", "(a) il-politika ekonomika tal-mument li għandha effett fuq l- iżvilupp;", "(b) il-politika tal-Gvern dwar il-ħwejjeġ imsemmija fis- subartikolu (4) ta' dan l-artikolu;", "(ċ) ir-riżorsi li aktarx ikun hemm biex il-pjan jiġi mwettaq.\".", "GĦalhekk hawn qed ngħidu li wara li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tagħmel il- pjan ta' struttura, dan irid jgħaddi mill-istadji kollha ta' l- approvazzjoni tal-Kabinett.", "Mela għalfejn qed nitmeżmżu u ngħidu li issa dawn il-pjanijiet ma għandhomx jiġu approvati mill-gvern?", "Fil-fatt il-liġi tgħid ukoll - għax dan li qed ngħid qiegħed fil-liġi u m'iniex qed nivvintah jien - li jekk il-gvern ma jaqbilx ma' dawn il-pjanijiet dan għandu dritt jerġa' jgħaddihom għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħalli jkunu jistgħu jiġu riveduti.", "Sur President, jien naħseb li jkun aħjar jekk inkunu onesti magħna nfusna u ngħidu x'hemm fil-liġi ħalli nispjegaw aħjar xi tfisser il-frażi \"approved policies\".", "On y soit qui mal y pense!", "Min għandu moħħu ħażin ħallih jaħseb ħażin, m'hemmx x'tagħmel!", "Dan biex ma nsemmix ukoll artiklu 60 li jagħti poteri straordinarji lill-ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, safejn naf jien dawn l-affarijiet diġa' ddiskutejniehom fl-istadju tat-Tieni Qari pero' jien qed nerġa' nirripetihom għax qed nisma' ripetizzjoni min-naħa l-oħra.", "GĦalija nistgħu naqbdu u nivvotaw fuq din il-klawsola għax dan diġa' ddiskutejnieh - acqua passata - pero' l- ġustizzja titlob li terġa' ssir spjegazzjoni ħalli min qed jisma' ma jismax qanpiena waħda.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk il-kollega tiegħi l-Onor.", "Pullicino qed jippretendi li għandi nieħu permess mingħandu biex nitkellem, jien lest li nagħmel dan!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: U le, teħux permess mingħandu!", "THE CHAIRMAN: Li ġara kien li kien qed jitkellem l-Onor.", "Pullicino u f'ħin minnhom il-Viċi Prim Ministru ried jagħmel kjarifika u jien tajtu d- dritta.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, Mr Chairman, għax l-Onor.", "Membru kien diġa' telaq fuq triq ħażina u jekk irid ikompli jgħid il-ħmerijiet jista' jibqa' għaddej.", "Imma nfakkru li hemm ukoll liġi eżistenti - ma nafx jekk qrahiex - u ħafna mill-artikli li fiha, fejn jagħtu permess u dritt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tkun hi li tagħmel l-affarijiet, baqgħu kif kienu.", "Il- liġi prinċipali tipprovdi wkoll għal indħil min-naħa tal-ministru, fejn ikun hekk indikat.", "Fil-fatt l-Onor.", "Zammit Dimech stess qalilna kemm kien jikkonsulta mal-Planning Authority.", "Kif tista' ma tikkonsultax u tħalliha taħdem weħidha!", "THE CHAIRMAN: Bħalissa m'aħniex qegħdin fl-istadju tat-Tieni Qari u għalhekk nitlobkom biex tiġu mill-ewwel għall-punt.", "L-Onor.", "Pullicino", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, s'issa l-emenda li ppropona l-Viċi Prim Ministru m'hijiex qiegħda fis-sens li qed jgħid hu, jiġifieri li l- ewwel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tifformula l-policies, il-pjanijiet u l- kondizzjonijiet u mbagħad dawn jiġu approvati mill-gvern.", "GĦalhekk nitlob lill-Onor.", "Membri tan-naħa tal-Gvern biex jimmodifikaw din l-emenda ħalli jkollha t-tifsira li qiegħed jagħtiha l-Ministru.", "Din in-naħa xorta m'hijiex qed taqbel ma' din l-emenda imma għallinqas l-emenda għandha tkun fis-sens li qed jagħtiha l-Ministru.", "Jien li jħassibni huwa l-fatt li iktar ma nisma' lill-Onor.", "Membri tan-naħa tal-Gvern jitkellmu, iktar jidher ċar li fil-fatt dawn mhux il-policies iridu jbiddlu imma l-pjan ta' struttura, għax kull darba qed jispiċċaw jirriferu għat-tibdil fil-pjan ta' struttura.", "Effettivament il-policies huma prodott tal-pjan ta' struttura.", "Fl- opinjoni tagħna, jekk ikun hemm bżonn jinbidlu xi policies li jkunu prodott tal-pjan ta' struttura - liema pjan qbilna fuqu ż-żewġ naħat - il-Gvern m'għandux jagħti l-interpretazzjoni tiegħu fuqhom imma dawn għandhom jitressqu quddiem il-Parlament.", "Aħna ma naqblux li l-policies jinbidlu sempliċement minħabba li l-Gvern ikun ta l-interpretazzjoni tiegħu fuqhom.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, issa l-Onor.", "Pullicino qed jipprova jimmislidja lill-Kamra għax l-interpretazzjoni tal-policies ma ssemmiet imkien imma qed idaħħalha hu.", "Aħna għidna li jekk kemm-il darba jkun hemm qbil fuq il-policies dawn se tapplikahom l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Allura fejn hemm l-interpretazzjoni tal-policies?", "Issa Onor. Pullicino, jekk inti trid toqgħod tgħaddi ż-żmien bin-nies billi tipprova ddaħħlilhom id-dubji ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Allura jekk fil-liġi m'hu se jinbidel xejn għalfejn dawn l-emendi?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien qed nipprova nuża Malti sempliċi biex ma nipprova niddevja lil ħadd għax m'għandix intenzjoni li nagħmel dan.", "Aħna l-pjan ta' struttura approvajnieh bħala Kamra u għalhekk m'għandux ikun hemm l-interpretazzjoni tal-politiċi għal dawk il-policies li huma prodott ta' dan il-pjan ta' struttura.", "(Interruzzjonijiet) Kieku ma kontx se tagħmel xi tibdil ma kontx tipproponi emenda!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma hemmhekk m'hemmx interpretazzjoni ta' policies.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: FIl-mument li inti tgħid li għandu jkun hemm l- approvazzjoni tal-gvern għal dawk il-policies li huma prodott tal-pjan ta' struttura, se tinħoloq interpretazzjoni politika għal dak li hemm fil-pjan ta' struttura u dan m'għandux ikun.", "Jekk irridu nbiddlu l-konċetti li hemm fil-pjan ta' struttura dawn għandna nressquhom quddiem dan il-Parlament biex jiġu emendati.", "(Interruzzjonijiet) Pero' l-pjan ta' struttura għandna nbiddluh kollu kemm hu u mhux inbiddlu biċċiet minnu.", "F'dawn it- tip ta' policies m'għandux ikun hemm devjazzjoni politika.", "Pero' jekk il- Ministru qed jibqa' jinsisti li m'hemmx daqstant tibdil, allura nistgħu nibqgħu fejn aħna u ma nivvotawx għal din l-emenda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwelnett nixtieq niċċara punt li semma l- Onor. Mangion, jiġifieri li l-periti jgorru li l-kondizzjonijiet dejjem jinbidlu.", "Il-periti jgorru minħabba l-fatt li l-policies li taġixxi fuqhom l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jiġux ippubblikati.", "Jien l-aħħar darba lill- Ministru fuq dan tajtu raġun.", "Sur President, apparti dan kollu nixtieq ngħid ukoll li jekk wieħed iħares lejn il-pjan ta' struttura per se, veru jsib li l-emenda li qed jipproponi l-Viċi Prim Ministru m'hi qed tbiddel xejn minnu, pero' din l- emenda m'hijiex qed tirriferi għall-pjan ta' struttura biss imma wkoll għal dawk il-policies li jkunu żviluppati mill-pjan ta' struttura, jiġifieri għal action plans u local plans.", "Fil-fatt s'issa action plans u local plans ma kellhomx bżonn l-approvazzjoni formali tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Dawn qatt ma kienu jitressqu quddiem il-Kabinett imma kienu jitressqu biss quddiem il-ministru, għalkemm ma kienx ikollhom bżonn l-approvazzjoni formali tal-ministru.", "(Interruzzjonijiet) GĦall-kuntrarju issa qed ngħidu li kull action plan u kull local plan li toħroġ trid titressaq bilfors quddiem il-Kabinett ħalli jkollha t-timbru uffiċjali.", "S'issa l-proċedura kienet li l-pjan ta' struttura jitressaq quddiem dan il- Parlament ħalli ssir diskussjoni fuqu u, kemm jekk naqblu kif ukoll jekk ma naqblux ma' dawn il-policies ġenerali għall-pajjiż, lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar konna nagħtuha d-dritt - għax konna nemmnu li l-impjegati tagħha huma nies kapaċi - li twessagħhom u tittraduċihom f'policies iktar partikolari.", "Pero' issa f'daqqa waħda ma bqajniex nemmnu fil-kapaċita' ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tittraduċi l-pjan ta' struttura f'local plans iktar partikolari u qed ngħidu li biex isir dan hemm bżonn l-approvazzjoni tal-politiċi.", "Il-gvern għandu diversi mezzi, fosthom il-planning consultative committee u r-rappreżentanti tiegħu f'din l-awtorita', biex jara li l-policies li jkunu approvati fil-Parlament jibqgħu jżommu s-sens tagħhom, anke fejn jidħlu local plans, u jkun informat jekk il-proċess ikunx inbidel waqt li l-policies ġenerali jkunu qed jiġu tradotti għal dawk partikolari.", "Sur President, ħaġa li qed tinkwetani hija li fi klawsola 3 - fuq dan il- Ministru ma qal xejn - qed tiġi miżjuda l-frażi \"bil-proċeduri kif approvati mill-Ministru\", qisna f'daqqa waħda m'għadx għandna fiduċja fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar li tistipula u tfassal il-proċeduri hi.", "Preżentement din l-awtorita' qiegħda ssegwi proċedura ad hoc, skond il- policy li tkun qed tfassal.", "Per eżempju, meta kienet qiegħda tfassal policy fuq il-barrieri, din ma segwietx l-istess proċedura bħal meta kienet qed tfassal policy għall-action plan ta' Ta' Qali għax, filwaqt li meta kienet qed tfassal policy fuq il-barrieri ħarġet it-tenders u wara li għamlet xi surveys bdiet tagħmel l-istudji tagħha, meta kienet qed tfassal policy għall-action plan ta' Ta' Qali għamlet xi diskussjonijiet ma' l-MDC, organizzat exhibition u wara għamlet public consultation.", "Pero' issa qed ngħidu li għal kull pass li tkun se tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-ministru.", "GĦalija dan ifisser li l- ministru se jibda jżomm lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biċ-ċinga u ma jħalliha tagħmel l-ebda pass mingħajr ma jmexxiha hu!", "Jien naħseb li ġaladarba niġu f'din is-sitwazzjoni l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mhijiex se tibqa' awtorita' imma se ssir dipartiment tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jien naħseb li aħna qed inħawdu d- definizzjoni ta' \"policies\", \"pjanijiet u \"kondizzjonijiet\".", "Fil-fatt il- Ministru Mangion wasal biex qalilna li jekk m'għandniex fiduċja fil-Kamra tal-Periti dan ngħiduh, pero' jien naħseb li l-ilmenti li jsiru kuljum m'humiex marbutin mal-policies jew mal-pjanijiet.", "Il-policies u l- pjanijiet huma marbutin direttament mal-pjan ta' struttura filwaqt li l- kelma \"kondizzjonijiet\" għalina l-periti tirriferi għal dawk il-policies li bihom jiġu approvati l-permessi.", "Pero' hawnhekk il-kliem \"policies\" u \"pjanijiet\" donnhom qed jirriferu għall-policies differenti li hemm fil- pjan ta' struttura u għalhekk naħseb li l-Onor.", "George Pullicino kellu raġun meta qal li minkejja dak li jgħid subartiklu (5) ta' artiklu 18, dan jista' jwassal biex il-ministru jkun f'pożizzjoni li jaqbad u jbiddel xi parti tal-pjan ta' struttura bl-approvazzjoni tiegħu u tal-Kabinett.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-Ministru Vella għandu din l-intenzjoni pero' sfortunatament aħna nafu li ħafna drabi dak li napprovaw f'dan il- Parlament, xi sentejn jew anke għaxar snin wara jiġi interpretat b'mod differenti.", "Jekk inhu veru li l-Gvern qed jinkwieta fuq il-problemi li jinqalgħu fl-amministrazzjoni ta' kuljum, bħal ngħidu aħna dik li minn żmien għall-ieħor l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tistudja l-possibbilta li ddaħħal commuted parking scheme ...", "Dawn il-problemi jinqalgħu kuljum u għandhom x'jaqsmu mal-pjan ta' struttura.", "GĦalhekk aħna nemmnu li affarijiet bħal dawn mhux biss għandhom jiġu approvati mill-ministru jew mill-gvern imma se mai għandu jkun hemm ukoll diskussjonijiet f'dan il- Parlament fuqhom.", "Anzi jien naħseb li f'dan il-Parlament għandhom jiġu diskussi wkoll affarijiet li jikkonċernaw il-pjan lokali qabel ma jiġu approvati.", "Jien naħseb li, f'ċertu sens jekk, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tifformulax l-policies u mbagħad dawn jiġu soġġetti għall-approvazzjoni tal-gvern, jew jekk il-gvern jagħmilx il-policies hu u mbagħad japprovahom u jgħaddihom lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, m'huwiex importanti ġaladarba hemm bżonn l- approvazzjoni tal-ministru xorta waħda.", "Din in-naħa hija tal-fehma li hawnhekk il-ministru qed jingħata poter li m'huwiex tiegħu.", "Fil-fatt dan il-poter lilna jbeżżagħna għax kellna esperjenza ħażina ta' meta ministru kien responsabbli għal dawn it-tip ta' deċiżjonijiet direttament.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nerġa' nitlobkom biex tiġu mill-ewwel għall-punt.", "Tinsewx li bħalissa m'aħniex qegħdin fl-istadju tat-Tieni Qari.", "L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Sur President, jien m'iniex se nieħu iktar minn tliet minuti.", "Kemm fl-istadju tat-Tieni Qari, kif ukoll issa, l- Ministru Vella qalli li jien interessajt ruħi ħafna fil-pjan ta' Pembroke u li għal postijiet oħra, bħal Marsaxlokk, ma wrejtx l-istess interess.", "(Interruzzjonijiet) Inti kont qed tagħmel riferenza għalija.", "Fil-fatt jien qatt ma mort l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minħabba l-pjan ta' Pembroke ħlief meta din l-awtorita' kienet stiednet lill-Membri Parlamentari kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra biex tgħarrafna fuq is-survey li kienet għamlet għall-pjan ta' Pembroke.", "Jien naħseb li bħala Membru Parlamentari ta' dak id-distrett għamilt id-dover tiegħi li nkun preżenti għal dik il-laqgħa.", "It-tieni nett hawnhekk wieħed ma jridx jinsa li jien kont ministru responsabbli mill-isports u kien hemm żewġ proġetti għat-tennis u għall- judo, li b'ordni tal-Kabinett kellhom jiġu inkorporati fil-post li kien ġiet allokat għall-attivitajiet sportivi fil-pjan ta' Pembroke.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Refalo, dan li qed tgħid m'għandu x'jaqsam xejn ma' din il-klawsola li qegħdin niddiskutu.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk!", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Sur President, l-Onor.", "Vella qal ukoll li minħabba li kont Membru Parlamentari, jien indħalt f'dawn l-affarijiet.", "Pero' fir-realta' jien indħalt minħabba li kienet se ssir xi triq f'nofs l- area fejn hemm dawn il-faċilitajiet sportivi u għalhekk, bħala ministru responsabbli mill-isports kelli d-dmir nuri li dak il-pjan kien se jkun ta' xkiel.", "Fil-fatt kienu ġew anke suġġeriti xi alternattivi għal dan l-għan.", "Issa n-naħa l-oħra donnha qed tgħid li l-Gvern preċedenti - b'riferenza partikolari għalija meta kont ministru responsabbli mill-qasam ta' l- isports - minħabba li qalilhom biex jiftakru li hemm talba għal żewġ proġetti ta' rikreazzjoni sportiva f'dik l-area - issa biex nitkellem ċar irrid ngħid li dawn iż-żewġ proġetti ma kenux se jsiru fid-distrett tiegħi - b'xi mod naqqsilha l-awtonomija tagħha.", "Din sabiħa!", "(Interruzzjonijiet)", "Ngħid għalija, xtaqt li kieku nisma' mingħand in-naħa tal-Gvern preżenti li b'dan kollu li se jagħmel se jħalli l-awtonomija ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar m'hijiex mittiefsa.", "Forsi l-Gvern jista' jiċċaralna l-pożizzjoni iktar ħalli ma jkunx hemm għalfejn li wieħed jibqagħlu \"d-dubji\" u \"ħsebijiet li m'humiex ċari\", kif intqal hawn ġew.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, l-ewwelnett naħseb li jkun vitali jekk dak li jkun intenzjonat ikun rifless fit-test, pero' fuq dan s'issa donnu ma kienx hemm reazzjoni min-naħa tal-Gvern.", "Fi kliem ieħor, jien qed ngħid li l-emenda li ressaq il-Viċi Prim Ministru għal paragrafu (b) ta' artiklu 5, ma tfissirx li l-ewwel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tifformula l-policies u mbagħad dawn jiġu soġġetti għall-approvazzjoni tal- gvern.", "Għalhekk ninsisti li d-diċitura għandha ssir b'mod differenti.", "Kif għidt diġa', jien naħseb li huwa vitali li dak li jintqal ikun jaqbel ma' dak li jinkiteb għax, jekk għada pitgħada jkun hemm xi kwestjoni legali, l- interpretazzjoni tal-liġi tingħata fuq it-test miktub u huwa biss meta dan it-test ma jkunx ċar li wieħed jirrikorri għal dak li jkun ingħad hawn ġew.", "Sur President, peress li saret rimarka fuqi rigward il-pjan ta' Pembroke, nixtieq ngħid li fil-fatt dan il-każ huwa prova li għalkemm il-Gvern preċedenti kien jagħti l-opinjonijiet tiegħu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, id-deċiżjoni finali kienet teħodha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "(Interruzzjonijiet) Allaħares fuq proġett tal-gvern ma jkunx hemm interface bejn il-gvern u l-awtorita', iktar u iktar meta nafu li jkun hemm interface saħansitra bejn id-developers u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar!", "Aħna lill-awtorita' għarrafnieha li nixtiequ proġett ta' social housing - għax għalina din kienet prijorita' politika u għandi nifhem li din hija wkoll il- prijorita' politika tal-Gvern preżenti - li almenu jkun jinkorpora fih 700 unit.", "Il-Gvern preċedenti seta' fassal il-proġett, ippreżentah lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar u, f'każ ta' nuqqas ta' qbil, seta' mar għand il- Kabinett u ġab over-ruling, pero' bil-maqlub il-Gvern ta' dak iż-żmien kien staqsa lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif dan il-proġett seta' jagħmel l- iktar sens skond il-policies kollha tal-pjan ta' struttura.", "Irrid ngħid ukoll li meta l-Gvern ra dak li kienet ipproġettat l-Awtorita' ta' l- Ippjanar dan irringrazzjaha - minkejja li forsi ddejjaq li l-awtorita' damet biex tagħtih dawn is-suġġerimenti - għas-suġġerimenti tajba u siewja li tatu.", "GĦalhekk kif għidt diġa' dan il-każ jipprova li aħna lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar konna nħalluha tkun hi l-arbitru finali.", "Allura, per eżempju, l-Onor.", "Michael Refalo kien għamel dnub meta kien qal li f'Pembroke iridu jiġu nkwadrati t-tali faċilitajiet sportivi!", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li kellu dritt jiġbed l-attenzjoni ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dan!", "Li huwa ħażin hu li nġibu lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar fi stat fejn dak li tipproponi jrid ikun bilfors jaqbel ma' dak li jkun qed jimponi l-gvern.", "Fil-fatt jekk niġu f'din is- sitwazzjoni tispiċċa kull forma ta' ippjanar awtonomu.", "Sur President, għalhekk kif għidt diġa' l-ewwelnett għandna nassiguraw li dak li nkunu qed ngħidu jkun jaqbel mat-test miktub.", "It-tieni nett nixtieq nissuġġerixxi biex almenu noħolqu xi distinzjonijiet.", "Qed ngħid dan għax, per eżempju, fil-policies hemm partijiet - issa dawn niġu għalihom meta nkunu qed niddiskutu paragrafu (b) ta' artiklu 5 - fejn huwa evidenti li hemm xi stadju ta' approvazzjoni mill-gvern għaliex il-gvern jippilota l- pjan ta' struttura fil-Parlament, jiġifieri jassumi anke l-authorship.", "Dawk jissejħu planning documents pero' mbagħad hemm policies amministrattivi - dawn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tiltaqa' magħhom kuljum - li jien ma nħossx li għandna nissoġġettawhom għall-approvazzjoni formali tal-gvern.", "Fi kliem ieħor jien qed ngħid li, anke jekk għandna riżervi ta' prinċipji għal dak li qed jgħid il-Gvern, il-Gvern almenu jrid jagħmel dawn id-distinzjonijiet kollha.", "Sur President, rimarka oħra li ma nistax ma nagħmilx tirrigwarda artiklu 60 ta' l-Att prinċipali - jien qed nagħmel din ir-rimarka għax ma niflaħx nibqa' nisma' l-ereżiji - liema artiklu jagħti lill-ministru l-poter li jagħmel regolamenti.", "Meta liġi tkun qed tagħti xi poter lill-ministru biex jagħmel ir-regolamenti jkun hemm lista ddettaljata fuq x'tip ta' regolamenti jista' jagħmel il-ministru.", "Madanakollu artiklu 60, liema artiklu l-ministru jieħu tant gost jikkwota, huwa differenti minn artikli ta' dan it-tip li hemm f'liġijiet oħra għax hemmhekk insibu li r- regolamenti li jagħmel il-ministru jrid jagħmilhom fuq ir-rakkmandazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "GĦalhekk il-poteri li għandu l-ministru taħt artiklu 60 tal-liġi eżistenti huma differenti minn dawk li għandu f'artikli simili ta' kwalunkwe liġi oħra għax ir-regolamenti kollha li jagħmel il-ministru ma jridx jagħmilhom \"after consultation with\" imma \"on the recommendation of\" the Planning Authority.", "GĦalhekk hawn qed ngħidu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tgħid x'regolamenti trid, tmur għand il-ministru u tgħidlu biex joħroġhomlha f'avviż legali.", "Dan hu l-famuż artiklu 60!", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ħalli nfakkru lill-Onor.", "Membru fuqhiex qed nitkellmu.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li artiklu 60 japplika biss għal din il-liġi.", "Qegħdin nitkellmu fuq awtorita' li l-membri tagħha kollha, biċ-chairman b'kollox, ħlief wieħed ta' l-Oppożizzjoni, huma appuntati direttament mill-Prim Ministru.", "Sur President, rigward l-indħil jew l-involviment tal-Gvern preċedenti fil-local plan ta' Pembroke ...", "Is-Sinjorija Tiegħek taf kemm qabżet meta ċ-chairman informana li l-Gvern ried bilfors inaqqas 100 housing unit minn dak li kienet ipproponiet il-Planning Authority.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, issa huma tkellmu biżżejjed.", "Nista' nitkellem jien?", "(Interruzzjonijiet) Skużi, intom tkellimtu lkoll!", "Jekk tridu li nibqgħu sejrin s'għada nibqgħu s'għada!", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, jekk jogħġbok ibqa' fuq is-suġġett.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien qed ngħid il-verita' u s- Sinjorija Tiegħek kienet hemmhekk meta ġejna nformati li l-Gvern ma riedx jaċċetta dak li qaltlu l-Planning Authority għax ried inaqqas 100 unit minħabba li ried jakkomoda ċerti sporting facilities.", "Dan huwa prova ta' dak li qed ngħid jien, jiġifieri li l-gvern għandu r-responsabbilta' u l- onus li jaqbel ma' dak li jkun se jsir u li kulma jsir għandu jiġi approvat mill-gvern.", "Huwa inutli dan il-ħafna tfettiq fuq il-kliem \"policies\" u \"plans\".", "Sur President, jien spjegajtu l-ispirtu li għalih ressaqt din l- emenda, kemm fl-istadju tat-Tieni Qari kif ukoll issa fl-istadju ta' Kumitat, u nibqa' ntenni li din l-emenda m'għandhiex tinbidel imma għandha tibqa' kif inhi.", "Sur President, issa ta' min jgħid li paragrafu (b) ta' klawsola 3, b'riferenza għal subartiklu (2) ta' artiklu 5, jgħid hekk:", "\"(b) minflok il-paragrafu (a) tas-subartikolu (2) tiegħu għandu jidħol dan li ġej:", "\"(a) it-tħejjija tal-pjan ta' struttura u d-dokumenti supplementari, inkluża kull ħaġa oħra anċillari jew inċidentali għalihom jew li twassal għalihom u l-manutenzjoni tagħhom, wara dawn jiġu approvati mill-Gvern;\";\".", "Hawnhekk qed indaħħal emenda peress li dan il-paragrafu għandu comma nieqsa u din tagħmel differenza enormi.", "F'dan il-paragrafu qed ngħidu li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar hija responsabbli għat-tħejjija tal-pjan ta' struttura u d-dokumenti supplementari, li għandha ssir manutenzjoni għall- policies li joħorġu mill-Planning Authority u li dawn għandhom jiġu approvati mill-gvern.", "Għalhekk kif għidt iktar kmieni jien qed nipproponi li dan il-paragrafu jiġi emendat kif ġej:", "\"(a) minflok il-kliem \"li twassal għalihom u l-manutenzjoni tagħhom, wara dawn jiġu approvati mill-Gvern\" fil-paragrafu (a) li hemm fil- paragrafu (b) tal-klawsola 3, għandhom jidħlu l-kliem \"li twassal għalihom, u l-manutenzjoni tagħhom wara li dawn jiġu approvati mill- Gvern\";\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, l-osservazzjonijiet kollha li saru għal paragrafu (a) ta' artiklu 5 jgħoddu wkoll għal paragrafu (b) ta' artiklu 5.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, f'paragrafu (d) ta' klawsola 3, b'riferenza għal subartiklu (2) ta' artiklu 5, qed jiżdied dan li ġej:", "(ċ) fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (2) tiegħu minflok il-kliem \"dwar l-ippjanar.\" għandhom jidħlu l-kliem \"dwar l-ippjanar;\";", "(d) minnufih wara paragrafu (b) tas-subartikolu (2) tiegħu għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(ċ) il-pubblikazzjoni u l-aġġornar, skond ma jeħtieġu ċ-ċirkostanzi, ta' librett uffiċjali li jkun fih;", "(i) policies, pjanijiet, kondizzjonijiet u proċeduri li jkunu approvati skond kif provdut fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu u li għandhom jitqiesu meta jkunu qed jiġu kunsidrati applikazzjonijiet għal permessi għall-iżvilupp;", "(ii) il-lista ta' xogħlijiet eżenti;", "(iii) id-data effettiva ta' dawk il-policies, pjanijiet, kondizzjonijet u proċeduri;", "(iv) kull ħaġa oħra relevanti li jkollha x'taqsam ma' l- applikazzjonijiet għall-iżvilupp u mal-permessi.\";\".", "Kif għidna fl-istadju tat-Tieni Qari, issa se jkun l-obbligu ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar li tippubblika manual ħalli fih ikun hemm miġbura l-policies aġġornati u anke jgħidlek x'proċeduri għandhom jiġu segwiti - bħal fil-każ ta' meta perit jitfa' applikazzjoni - u aspetti oħrajn li jirrigwardaw time limits.", "Dan il-manual mhux se jingħata biss lil min huwa familjari ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma lil kull min tinteressah informazzjoni bħal din.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, filwaqt li naqbel ma' dak li qal il-Viċi Prim Ministru, minħabba li sakemm dan il-manual jiġi printed se jdum iktar biex joħroġ, nixtieq nissuġġerixxi li l-materjal li hemm lest jitpoġġa fuq il-web site uffiċjali tal-Planning Authority.", "Kif naħseb li nafu lkoll, għalkemm kien ipproġettat li l-manual ikun lest tliet xhur ilu dan sa llum għadu ma ħariġx u għalhekk, biex ikun hemm iktar effiċjenza, ikun xieraq li s-suġġeriment tiegħi jintlaqa' ħalli b'hekk inkunu nistgħu ntejbu l-affarijiet xi ftit iktar.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, wieħed mill-iskopijiet ta' dan il- paragrafu ġdid li qed indaħħlu huwa li ssir pubblikazzjoni ta' librett uffiċjali.", "Il-proposta li qed jagħmel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Pullicino hija waħda intelliġenti ħafna u meta konna fl-istadju tat-Tieni Qari kont irrakkmandajt lill-Planning Authority biex teħodha in konsiderazzjoni ħalli tapplikaha.", "Jien ma naħsibx li din il-proposta għandha tkun parti mil-liġi pero' jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jidhrilha li hija tajba għandha tużaha.", "Madanakollu jien naħseb li l-manual xorta jibqa' bżonnjuż biex jekk kemm-il darba wieħed ma jkollux aċċess għall-internet ikun jista' jinqeda xorta waħda.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed neskludi din il- proposta anzi qed ngħid li hija tajba u qed nirrikmanda lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tagħmilha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Aħna l-periti - fil-fatt ta' min jgħid li bħalissa f'din il-Kamra hawn preżenti anke membri tal-Kamra tal-Periti - nirrabjaw meta nsibu ċerti nuqqasijiet fil-policies li tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Biżżejjed ngħid li, per eżempju, għal applikazzjoni partikolari, l-uffiċjali ta' l-awtorita' qaluli li m'huwiex permess li f'urban conservation area, ikollok garaxx erba' filati 'l fuq mir-road level.", "Jien din ma nafx mil-liema policy toħroġ.", "Li qed ngħid huwa li filwaqt li naqbel mija fil-mija ma' din il-proċedura, huwa importanti li dan il-librett ikun aġġornat kontinwament għax inkella nitilfu l-iskop kollu tiegħu.", "L-iskop prinċipali ta' dan il-librett huwa li kull perit ikollu elenkati quddiemu l-policies aġġornati għaliex hawn qiegħda l- kwestjoni kollha.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ta' min jinnota li f'paragrafu (ċ) ta' subartiklu (2) hawn inkluża r-responsabbilta' ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar li tippubblika u taġġorna dan il-librett.", "Anzi aħna diġa' għidna li dan il-librett se jkun loose-leaf, ħalli b'hekk ikun iktar faċli li wieħed iżommu updated.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ħalli nieħu eżempju ieħor biex niftehmu aħjar.", "Preżentement ir-rapport ta' l-aġġornar tal-pjan ta' struttura qiegħed sena u nofs tard, jiġifieri żgur li ma nistgħux nibqgħu f'din is-sitwazzjoni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Pero' dan m'huwiex tort tal-ministru preżenti.", "(Interruzzjonijiet) Aħna għalhekk qed inkunu prattiċi billi ntawlu ż- żmien.", "Mr Chairman, issa ta' min jgħid li jien ipproponejt li paragrafu (e) ta' artiklu 5 jinbidel u jiġi jaqra hekk:", "\"(e) fis-subartikolu (4) tiegħu:", "(i) minflok il-kliem \"l-Awtorita' tista' tiddelega\" għandhom jidħlu l- kliem \"l-Awtorita' tista', bl-approvazzjoni tal-Ministru, tiddelega\"; u", "(ii) u minnufih wara l-kliem \"li jidhrilha xierqa.\" għandhom jidħlu l- kliem \"Avviż ta' kull delega bħal dik għandu jiġi ppubblikat fil- Gazzetta.\"; u\".", "Jien ipproponejt din l-emenda għax għalkemm għandna dokument tad-delegi li tagħti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - din tiddelegahom lid-DDC, lill- enforcement officers u lill-uffiċjali tagħha - s'issa dan għadu ma ġiex ippubblikat u hawnhekk tista' tinħoloq loophole, meta uffiċjal ikun implimenta ċerti deċiżjonijiet u jiġi mistoqsi min awtorizzalu u ddelegalu l-poter li jieħu dik l-azzjoni u meta sar dan.", "Sal-lum din iċ-ċirkostanza m'hijiex koperta bil-liġi imma aħna nħossu li għandu jkun hemm xi ħaġa li tgħidlek ċar u tond x'inhuma u liema huma d-delegi ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u safejn jista' jiġi estiż il-poter.", "Ċertament li d-delegi tal- poter għandhom ikunu ċari u gazetted ħalli ħadd ma jmur jappella fil-qorti li t-tali enforcement jew li t-tali deċiżjoni li jkun ħa t-tali uffiċjal ma ssegwix għaliex m'għandhiex l-awtorita' ddelegata lilha mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, sfortunatament hawnhekk għal darb'oħra qed niltaqgħu ma' l-element li l-ministru jiddelega funzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vella, fuq dan il-punt żgur li m'aħniex se naqblu għax din in-naħa qatt ma tista' taqbel ma' dan it-tip ta' poter li qed jingħata lill-ministru, iktar u iktar wara l-ispjegazzjoni li tajt inti.", "Qabel kienet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li kellha l-poter li tiddelega lil xi ħadd u allura l-awtorizzazzjoni għal min jiddelega kienet toħroġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar stess.", "Jien ma nistax nifhem għaliex qabel ma tiddelega xi poter lil xi ħadd l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid titlob permess lill-ministru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, nixtieq nibda b'nota pożittiva billi ngħid li fih innifsu huwa tajjeb il-konċett li jkun hemm pubblikazzjoni ta' avviżi ta' delega għax fil-Gazzetta tal-Gvern ikun hemm din it-tip ta' informazzjoni għal affarijiet simili.", "Pero' ġaladarba, fost fatturi oħrajn, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa mmirat għal iktar effiċjenza, ma narax għalfejn qed inżidu l-obbligu burokratiku li biex awtorita' tagħmel delega - issa hawnhekk qed nitkellmu fuq id-delega u mhux fuq il-policies - tenħtieġ l-approvazzjoni tal-ministru.", "Hawnhekk hawn prinċipju involut għax, la l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hi awtonoma, din għandha d-dritt tagħmel id-delegi li jidhrilha hi pero' mbagħad din għandha tippubblika x'delegi tagħmel.", "Jekk wieħed iħares lejn awtorita' bħala delegata tal-gvern allura nassumi li - dalgħodu l-Onor.", "Debono Grech ikkwotalna bil-Latin - hemm il-prinċipju tad-delegatus non potest delegare, imma jekk wieħed iħares lejn awtorita' bħala korp awtonomu din tkun tista' tiddelega.", "GĦalhekk jien nappella li nżommu l-emenda li ppropona l-Viċi Prim Ministru limitata għall-punt li l-avviżi ta' delega jkunu ppubblikati pero', b'rispett lejn il-prinċipju li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hi indipendenti u awtonoma, din m'għandhiex ikollha r-rubber stamp tal-gvern għax hi tista' tiddelega minn jeddha u għalhekk il-gvern m'għandux jimponi li tieħu l-approvazzjoni tiegħu biex tagħmel sempliċi delega.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, issa ta' min jgħid li paragrafu (f) ta' klawsola 3, dejjem b'riferenza għal artiklu 5, jgħid hekk:", "\"(f) minflok is-subartikolu (5) tiegħu għandhom jidħlu dawn is- subartikoli (5) u (6) li ġejjin:", "\"(5) L-Awtorita' tista' wkoll teżerċita dawk is-setgħat ta' kontroll fuq l-iżvilupp li jistgħu jiġu delegati lilha minn żmien għal żmien bil-miktub mill-Ministru f'isem xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern.", "(6) Tkun il-funzjoni tal-Ministru li jiżgura li l-Awtorita' tkun għal kollox mgħarrfa dwar il-policies tal-Gvern li jkollhom x'jaqsmu ma' l- iżvilupp, u li jissorvelja t-twettiq sew ta' dawk il-policies.\".\"", "Sur President, hawnhekk fost affarijiet oħra qed ngħidu li wieħed għandu jara li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun mgħarrfa bil-policies tal-gvern.", "Fil-fatt iċ-chairman tal-Planning Authority stess ilmenta mill-fatt li minkejja li fuq il-bord ta' l-awtorita' hemm rappreżentanza ta' ħames dipartimenti tal-gvern, ħafna drabi il-bord ma kienx qed jiġi nformat bil- policies attwali tal-gvern, speċjalment bil-policies fuq il-qasam tat- turiżmu u ta' l-edukazzjoni, bil-konsegwenza li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew kien ikollha tistaqsi lill-ministru direttament dwar dan jew inkella kienet taġixxi u mbagħad tara xi tkun ir-reazzjoni wara.", "GĦal din ir- raġuni subartiklu (6) ta' artiklu 5 qed jgħid li l-ministru għandu jiżgura li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun mgħarrfa bil-policies tal-gvern li jkollhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp.", "Fil-fatt ta' min jgħid li jien, bħala membru tal-bord, ġieli ltqajt ma' każijiet li kienu jibqgħu ma jitteħdux deċiżjonijiet dwarhom proprju minħabba li l-policy kienet għadha ma ġietx mingħand il-ministru responsabbli mill-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Permezz ta' dan il- provvediment, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tistax tibqa' tgħidilna li għadha ma ħaditx it-tali deċiżjoni minħabba li ma tafx x'inhi l-policy tal- gvern għar-rigward ta' l-agrikoltura, tal-green houses u ta' l-edukazzjoni.", "Il-liġi issa se żżomm lill-ministru responsabbli li jgħarraf lill-Planning Authority bil-policies tal-gvern u li jissorvelja li t-twettiq tal-policies isir sew u jekk kemm-il darba dawn ma jiġux imwettqa b'mod tajjeb u n-nies jibdew jilmentaw minħabba dan il-fatt, il-ministru se jkollu l-onus li jispjega dan l-aġir.", "Ovvjament f'dan il-każ jidħlu wkoll il-proċeduri ta' l-appell u proċeduri oħra simili.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, lili li qed idejjaqni f'dan is- subartiklu hija l-frażi \"li jissorvelja t-twettiq sew ta' dawk il- policies.\"", "Il-filosofija oriġinali ta' meta twaqqfet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar kienet li l-awtorita' tkun mgħarrfa bil-policies tal-gvern pero', minkejja li kien hemm il-miżuri u l-mezzi kif dan seta' jsir, din il- filosofija qatt ma tħaddmet sew.", "Issa kif f'daqqa waħda qed ngħidu li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar trid taqbad il-policies tal-gvern u twettaqhom sew kollha kemm huma?", "Kieku hawn qed ngħidu li dawn il-policies tal-gvern għandhom ikunu riflessi jew adottati fil-pjanijiet ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar naħseb li kien ikun ħafna aħjar.", "Fl-opinjoni tiegħi jkun tajjeb jekk nuru ċertu apprezzament għall-ħidma ta' l-awtorita' billi nħalluha tħares ukoll lejn dawk il-policies li xi darba kienet qed tfassal biex tipprova tadottahom u tintegrahom.", "Għax ma jistax ikun li issa f'daqqa waħda qed ngħidu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex twettaq il-policies tal- gvern hundred per cent u tinsa l-affarijiet l-oħra kollha!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ikun tajjeb jekk meta nitkellmu ngħidu kollox.", "Dan is-subartiklu mhux qed jgħid li l-ministru għandu jissorvelja t-twettiq u jieqaf hemm imma qed jgħid li l-ministru għandu jissorvelja t-twettiq sew ta' dawk il-policies.", "X'hemm ħażin li naraw li l- policies jiġu mwettqa sewwa?", "Lanqas din m'hija ħaġa tajba?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, għalkemm qed nifhem x'qed jgħid il-Ministru, jien naħseb li dan is-subartiklu mhux se jagħti r-riżultati li jixtieq hu.", "Dan qed ngħidu għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk ngħid li jien onestament ma nistax nifhem kif issa l-ministru se jerfa' r-responsabbilta' u x-xogħol relattiv li jiġbor hu l-materjal kollu tad-dipartimenti kollha tal-gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' policies; u t-tieni nett, kif għidt fl-istadju tat-Tieni Qari, jien naħseb li kien ikun ħafna aħjar li kieku saħħaħna idejn l-inter-departmental committee.", "Sfortunament sal-lum dan il-kumitat ma ħadimx biżżejjed għax dan kellu jkun l-aħjar strument li bih tingħata l-informazzjoni mid-dipartimenti kollha u tiġi monitored l-eżekuzzjoni proprja ta' dawk il-policies.", "GĦalhekk fl- opinjoni tiegħi naħseb li kien ikun aħjar li kieku rajna kif l-inter- departmental committee jaqdi wkoll din il-funzjoni mal-funzjonijiet l-oħra li għandu milli żiedna responsabbilta' oħra fuq il-ministru għal dak li għandu x'jaqsam ma' kif tasal l-informazzjoni mingħand id-dipartimenti tal- gvern.", "Sur President, illum l-Oppożizzjoni qed titkellem fuq inqas indħil u dan mhux qed tagħmlu b'xi sens ta' kontradizzjoni.", "Wara kollox aħna meta konna fil-gvern ma konniex nindaħlu, jiġifieri llum aħna m'aħniex qed nitkellmu kontra l-indħil għax qegħdin fl-oppożizzjoni.", "Meta konna fil-gvern aħna għamilna saħansitra liġi li tmur kontra l-impenn u l-indħil żejjed min-naħa tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nixtieq niċċara xi ħaġa.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Pullicino, qal li issa l-ministru jrid jiġbor il-policies kollha tad-dipartimenti tal-gvern biex jinforma bihom lill-awtorita'.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li issa l-ministru se jkollu dan ir-rwol għax ir-rwol tal-ministru se jkun \"li jiżgura li l-awtorita' tkun għal kollox mgħarrfa\" u hija l-awtorita' li se tiġbor il-policies u li se jkollha l-inkarigu li tkun taf x'inhuma jgħidu l-ministeri u d-dipartimenti tal-gvern.", "Aħna qed ngħidu li l-ministru responsabbli se jkollu l-onus li jara li wara kollox l- awtorita' se tkun mgħarrfa bil-policies li joħorġu d-dipartimenti tal-gvern f'dan ir-rigward għax ma tistax tibqa' tiġġamja l-affarijiet minħabba li ma jaslulhiex ċerti policies u ċerta informazzjoni.", "Jekk kemm-il darba jirriżulta, li per eżempju, hemm ministeru jew dipartiment li mhux qed jinforma lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar bil-policies tiegħu, bil-konsegwenza li jinżammu lura ċerti deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet għal żvilupp, dan l-abbuż għandu jiġi jew irrapportat lili jew lil whoever ħalli dawn l- affarijiet ma jsirux.", "Wara kollox it-thrust ta' dawn l-emendi x'inhuwa?", "Aħna rridu naraw aktar effiċjenza sabiex il-klijent ikun jista' jinqeda fl- iqsar żmien possibbli u għalhekk aħna għal din qed nimmiraw.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"B\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interuzzjoni tax- xogħol.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-artikolu 6 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of section 6 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Klawsola 4 qiegħda temenda artiklu 6 ta' l-Att prinċipali, li jitkellem dwar in-nomina tad-direttur ta' l-ippjanar u d- direttur ta' l-amministrazzjoni u l-verifika.", "B'dan li qegħdin nipproponu qegħdin ngħidu hekk:", "\"(a) minflok is-surbartikoli (1) u (2) tiegħu għandu jidħol dan li ġej:", "\"(1) L-Awtorita' għandha tinnomina Direttur ta' l-Ippjanar u Direttur ta' l-Amministrazzjoni u l-Verifika, u dawk l-uffiċjali u impjegati oħra li l-Awtorita' tista' minn żmien għal żmien tqis bħala meħtieġa għall-qadi tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att.", "Id-Diretturi, jew ir-rappreżentanti tagħhom, ikollhom il-jedd li jattendu l-laqgħat kollha ta' l-Awtorita' u tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l- Iżvilupp.", "(2) L-Awtorita' għandha wkoll tinnomina wieħed mill-uffiċjali tagħha biex jaġixxi bħala s-segretarju ta' l-Awtorita'.", "Is-segretarju jkollu d-dmir li jsejjaħ il-laqgħat u li jżomm il-minuti tagħhom kif ukoll dmir ieħor li ċ-Chairman jista' jagħtih b'delega.\"; u", "(b) fis-subartikolu (4) tiegħu minflok il-kliem \"fuq talba ta' l- Awtorita'\" għandhom jidħlu l-kliem \"wara li jikkonsulta l-Awtorita',\".", "Irrid nagħmilha ċara, Mr Chairman, li l-paragrafu (a) ta' klawsola 4 jitkellem kemm dwar in-nomina ta' direttur ta' l-ippjanar, kif ukoll dwar in-nomina ta' direttur ta' l-amministrazzjoni u l-verifika.", "Essenzjalment din hija l-bażi ta' din il-klawsola.", "Sa mill-bidu nett kull rapport li kellna kien jindika li hemm nuqqas serju f'dik li hija amministrazzjoni ta' kuljum tal-Planning Authority.", "Dan in-nuqqas m'huwiex qiegħed fil-mod kif jittieħdu deċiżjonijiet ta' ppjanar imma fil-mod kif jimxu l-affarijiet, fejn qegħdin jeħlu l-applikazzjonijiet, kemm qed idumu f'ċerti bottlenecks u wkoll f'dik li hija s-sorvelja ta' l-impjegati.Din kienet il-weak point li ħarġet minn kull studju li sar.", "Ovvjament bl-ideat moderni tal- management, wieħed għandu jkollu xi ħadd li jkun qiegħed jissorvelja dan it- tip ta' audit.", "Issa meta wieħed jara l-ammont enormi ta' xogħol li għandu fuq spallejh id-direttur ta' l-ippjanar illum - nista' ngħid li aħna kuntenti li hemm bniedem li għandu ċerta responsabbilta' u ċerta kapaċita' - isib li dan huwa mgħobbi ż-żejjed u allura jkun fl-aħjar interess ta' l- awtorita' li xi ħadd jieħu l-parti tal-management ħalli mbagħad dan l- individwu jkun jista' jiffoka aktar fuq dawk li huma policies, ippjanar u twettiq ta' dak li l-Planning Authority suppost tagħmel.", "L-iskop ta' dan, Mr Chiarman, m'huwiex biex naqtgħu l-ġwienaħ ta' xi ħadd, kif ġie allegat, m'huwiex biex ikollna żewġ kaptani u m'huwiex biex ikun hemm il-ġlied bejn wieħed u l-ieħor.", "Hemm ħafna kumpanniji, istituzzjonijiet u awtoritajiet fejn għandek iktar minn direttur wieħed u kollha għandhom il-job description tagħhom, kollha għandhom il-kompetenzi tagħhom u kollha għandhom l-areas fejn jistgħu jaħdmu flimkien ħalli jagħmlu l-awtorita', il- kumpannija jew il-korporazzjoni, skond xi tkun, iktar effiċjenti.", "Dan huwa l-iskop wara din l-emenda.", "Kien hemm ukoll xi allegazzjonijiet li għandna lil xi ħadd f'rasna.", "Dan huwa assolutament skorrett u huwa bbażat fuq għajdut jew informazzjoni falza għaliex sal-lum għadna lanqas biss qegħdin induru ħalli naraw min jista' jokkupa din il-kariga.", "'Il quddiem wieħed ikun irid jara dan min se jkun pero' l-iskop huwa li jkun hemm flow aktar effiċjenti tax-xogħol tal- Planning Authority u li jkun hemm aktar accountability minn ċerti nies.", "Kif għidt fis-Second Reading, min-naħa l-oħra smajna kor sħiħ ta' akkużi fil-livelli tal-case officers u allura se jkun ix-xogħol ta' direttur bħal dan li jara kemm dan huwa veru u kemm dawn l-allegazzjonijiet huma fondati.", "Ikun fid-dover tiegħu wkoll li jikxef u jsib fejn jistgħu jkunu qegħdin jeħlu ċerti affarijiet.", "Aħna nisperaw li b'dan il-mod se jkollna aktar effiċjenza fil-Planning Authority.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, kieku huwa veru li kulma tgħid l-emenda huwa dak li qal il-Ministru, kieku aħna naqblu magħha imma fir-realta' din l-emenda tgħid ħafna iktar minn hekk għaliex inti ma tridx taraha biss kif inhi illum imma wkoll kif kienet qabel.", "Illum id-direttur ta' l-ippjanar huwa l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Li kieku kulma ried il-Gvern huwa li l-awtorita' jkollha persuna speċifikament responsabbli għall-amministrazzjoni, kulma ried jagħmel huwa li jipperswadi lill-awtorita' biex taħtar persuna fil-kariga ta' direttur ta' l- amministrazzjoni.", "Imma din l-emenda tmur oltre.", "L-istruttura ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar kellha lid-direttur ta' l-ippjanar bħala l- uffiċjal eżekuttiv ewlieni mentri issa m'hu se jkun hemm l-ebda individwu li jista' jgħid li huwa l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni.", "Din l-awtorita' qisha ġejja bħall-arma ta' Hohenstaufen b'żewġt irjus!", "Tant huwa hekk li qegħdin ngħidu li d-direttur ta' l-amministrazzjoni u l-verifika se jkollu dritt - u mhux jekk ikun hemm bżonn - jattendi kemm għal-laqgħat ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar kif ukoll tad-DCC.", "Jiena ngħid li kieku se jiddiskutu xi ħaġa ta' amministrazzjoni għandu jattendi dawn il-laqgħat, imma l-awtorita' ma tiddiskutix dawn l-affarijiet biss.", "Pero' dan għandu jkun preżenti wkoll għal-laqgħat fejn jiġi approvat jew le xi permess ta' bini ta' lukanda?", "Għaliex ma ninsewx li d-DCC tapprova madwar 90% tal- permessi ta' l-iżvilupp.", "Mela issa flimkien mad-direttur ta' l-ippjanar - li għandu l-funzjoni li jkun hemmhekk anke jekk m'għandux vot - se npoġġu direttur ieħor u allura lid-direttur ta' l-ippjanar neħħejnielu l-poter li jkun l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni f'din l-awtorita'.", "Jiena ngħid li jekk irridu nsaħħu l-amministrazzjoni, dan id-direttur għandna nagħmluh imma mhux inpoġġuh at par mad-direttur ta' l-ippjanar fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Din hija l-oġġezzjoni prinċipali tagħna u mhux li ma jkunx hemm direttur ta' l-amministrazzjoni u l-verifika.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena għandi oġġezzjoni oħra pjuttost teknika.", "Wieħed irid jara x'amministrazzjoni u x'verifika se jagħmel dan id-direttur.", "Għaliex ma tagħmel l-ebda sens li jkollok persuna responsabbli mill- amministrazzjoni u l-verifika fl-istess ħin.", "Ma jistax ikun li jkollok bniedem responsabbli tal-verifika meta huwa parti mill-eżekuttiv ta' l- ażjenda li tkun.", "Imkien ma tinstema' fid-dinja li jkollok awditur li fl- istess ħin huwa executive tal-kumpannija.", "Dan huwa kontro-sens assolut.", "GĦalhekk x'amminstrazzjoni se jkun responsabbli minnha dan il-proxxmu u x'verifika se jkun responsabbli minnha?", "Li ngħidu li se jkun hemm direttur tal-verifika li jkun responsabbli direttament lejn iċ-chairman jew lejn il- bord biex jara li l-operat kollu tal-Planning Authority qed isir tajjeb, jagħmel sens.", "Imma ma jagħmilx sens li din il-persuna tkun executive ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u fl-istess ħin trid tagħmel auditing tagħha nnifisha.", "Nixtieq li din il-ħaġa tiġi rikonsidrata għaliex assolutament ma tagħmilx sens.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, naħseb li rridu naraw x'għan qegħdin nipprovaw nilħqu.", "Jekk irridu li ninnominaw lil xi ħadd li jkun responsabbli biss mill-amministrazzjoni, l-iktar mod sempliċi u faċli huwa li ninsistu ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li fl-istrutturi tagħha taħtar direttur għall-amministrazzjoni - u mhux direttur għall-amministrazzjoni u l-verifika, kif għadu kif argumenta l-Onor.", "Dalli - li jkun responsabbli lejn iċ-chief executive ta' l-awtorita'.", "Għaliex hekk kif inti tkisser il- piramida ta' kmand fl-awtorita' - apparti l-overseeing powers tal-bord li huwa headed miċ-chairman, pero' dik hija parti minn struttura li tagħqad biċċa ma' l-oħra - ikollok żewġ kaptani fuq vapur wieħed u allura tkun qiegħed toħloq periklu kbir.", "Fl-emenda kif ippreżentata nsibu wkoll li ż-żewġ diretturi, jew rappreżentanti tagħhom, jistgħu jattendu kemm il-laqgħat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif ukoll dawk tad-DCC.", "Pero' fl-opinjoni tiegħi ma jagħmilx sens li xi ħadd li qed isegwi l-aspett amministrattiv ta' l- awtorita' jrid jattendi wkoll l-laqgħat tad-DCC.", "Jiena qiegħed nifhem li l- Gvern ma jridx xi ħadd li jgħin fl-aspett amministrattiv għaliex jekk irid hekk kulma jrid jagħmel huwa li jaħtar assistent direttur li jieħu ħsieb il- parti ta' l-amministrazzjoni u li jkun responsabbli lejn ic-chief executive.", "Jiena qiegħed nifhem li l-Gvern irid jagħmel proċedura ta' audit fuq l-amministrazzjon u jrid li jintroduċi dik li tissejjaħ audit function fuq l-aspetti amministrattivi ta' l-awtorita'.", "F'dan il-każ il- parir min-naħa ta' l-Oppożizzjoni huwa dupliċi, fis-sens li min jagħmel l- audit ma jistax jamministra huwa wkoll u jrid ikun imsejjaħ direttur għall- verifika ta' l-amministrazzjoni u mhux direttur għall-amministrazzjoni u l- verifika.", "Barra minn hekk, l-audit irid jsir fil-livell tal-bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "F'dan is-sens nixtieq nipproponi emenda min-naħa ta' l-Oppożizzjoni; se ngħaddi kopja tagħha lin-naħa tal-Gvern.", "Din l-emenda tgħid hekk:", "\"C\" Fil-paragrafu (a) ta' klawsola 4 minflok is-subartikolu (1) għandu jidħol dan li ġej:-", "\"1.", "L-Awtorita' għandha tinnomina Direttur ta' l-Ippjanar li jkun ukoll iċ-Chief Executive ta' l-Awtorita', kif ukoll Direttur għall-Verifika ta' l-Amministrazzjoni u tal-Proċeduri, li jirrapporta direttament lill- Bord ta' l-Awtorita', u dawk l-uffiċjali u impjegati oħra li l-Awtorita' tista' minn żmien għal żmien tqis bħala meħtieġa għall-qadi tal- funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att.", "Id-Diretturi jew ir-rappreżentanti tagħhom, ikollhom il-jedd li jattendu l-laqgħat kollha ta' l-Awtorita', filwaqt li d-Direttur ta' l-Ippjanar jew ir-rappreżentant tiegħu jkollu l- jedd li jattendi l-laqgħat kollha tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l- Iżvilupp.\".", "\"C\" For subsection (1) in paragraph (a) of clause 4, there shall be substituted the following:", "\"(1) The Authority shall appoint a Director of Planning, who shall be the Chief Executive of the Authority, as well as a Director for the Audit of Administration and Procedures, who shall report directly to the Board of the Authority, and such other officers and employees as the Authority may from time to time deem necessary to carry out its functions under this Act.", "The Directors, or their representatives, shall be entitled to be present at all meetings of the Authority, and the Director of Planning or his representative shall be entitled to be present at all meetings of the Development Control Commission.\".", "Jiena naħseb li din l-emenda taqbel ma' l-għanijiet li ddeskrivielna l- istess Ministru u allura nifhem li għandu jkollna qbil dwarha għaliex l- iskop tagħha huwa li l-funzjoni tal-verifika fuq l-amministrazzjoni ndaħħluha fil-livell ta' rapportaġġ dirett lill-bord ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u nħallu sistema b'kaptan wieħed biċ-checks proċedurali kollha li hemm bżonn u b'distinzjoni fil-livell ta' rappreżentanza bejn min jattendi l-laqgħat ta' l-awtorita' - kemm id-direttur tal-verifika fuq l- amministrazzjoni biex jirrapportalha fuq kif qed tirriżultalu l- amministrazzjoni u kemm id-direttur ta' l-ippjanar - u min jattendi l- laqgħat tal-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nitlobkom li għalissa tieqfu hawn għax sar il- ħin.", "Fis-1.00 p.m. Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL", "It-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli minn aktar kmieni fil-għodu", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar l-Att dwar Nomini mill- Oppożizzjoni\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tad-29 ta' Lulju, 1997.", "VOTAZZJONI NRU: 54", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion | |Evarist |Charles | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli | |Louis |Alfred | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami| | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo | |Joe |Adrian | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius |Gatt Austin | |Francis | | |Bonnici |Gonzi Lawrence | |Josef | | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato |Psaila Savona Joe | |Helen | | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando | |Giovanna |Jeffrey | |Deguara |Refalo Michael | |Louis | | |Farrugia |Tabone Anton | |Jean Pierre | | |Fenech Adami|Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra issa tirriżolvi ruħha f'Kumitat sabiex tittieħed l-votazzjoni li ntalbet aktar kmieni fis-seduta.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tad-29 ta' Lulju, 1997.", "VOTAZZJONI NRU: 55", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred| |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando | |Giovanna |Jeffrey | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Fis-1.09 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta klawsola 3 mgħoddija b'emenda.", "ĦATRA TA' L-AWDITUR ĠENERALI", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, nipproponi li s-Sur Joseph G Galea jiġi maħtur Awditur Ġenerali skond Artiklu 108 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR EDDIE FENECH ADAMI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, din l-aħħar ġimgħa saru laqgħat bejni, il-President tal-Public Accounts Committee u l-Onor.", "Leo Brincat biex niddeterminaw proċedura li biha tkun tista' tintgħażel il-persuna li tkun adatta għal dan ix-xogħol.", "L-Onor.", "John Dalli u l-Onor Leo Brincat ltaqgħu mas-Sur Joe Galea u għamlu l-proposta tagħhom.", "Kien hemm qbil li titressaq din il-mozzjoni fuq bażi ta' consensus, kif titlob il-bidla li għamilna permezz tal-liġi li għandha x'taqsam ma' l-Awditur Ġenerali u l- bidla kostituzzjonali li għaddejna ftit taż-żmien ilu.", "Kien hemm ukoll il- qbil li huwa xieraq li din il-ħatra ssir qabel ma l-Parlament jaġġorna għall-waqfa tas-sajf.", "Kien hemm ukoll deċiżjoni li l-post ta' Deputat Awditur Ġenerali ma jimteliex għalissa imma jimtela b'mozzjoni aktar 'il quddiem.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, kif diġa' taf is-Sinjorija tiegħek, jiena qiegħed nissekonda din il-mozzjoni.", "Ċertament li s-Sur Galea huwa bniedem ta' esperjenza fis-servizz pubbliku, huwa bniedem li jaf kif jaħdem il-gvern u għandu esperjenza anke fil-kariga ta' Awditur.", "Kif qal il-Prim Ministru, wara li saru l-konsultazzjonijiet kien hemm qbil fuq in-nomina tiegħu.", "Jiena l-ewwelnett nagħmel awgurju lis-Sur Galea stess u wkoll lill- istituzzjoni li, għalkemm m'hijiex xi istituzzjoni ġdida għax diġa' kellna awditur hija ġdida bil-funzjoni li tajniha bil-mod ta' l-elezzjoni u bil- mod kif nistennew li jaħdem l-Awditur Ġenerali fl-istess istituzzjoni.", "L- awgurju tiegħi huwa li nibdew paġna ġdida.", "Dan m'iniex qed ngħidu fis-sens ta' kritika tal-passat għaliex bid-difetti u n-nuqqasijiet kollha li seta' kellhom, żgur li kull min kien fil-kariga ta' Direttur tal-Verifika kellu funzjoni importanti u żgur li din il-kariga qdiha bl-aħjar mod li seta'.", "Jiena qed ngħid li nawgura li tkun paġna ġdida għaliex il-ħsieb wara l- proposti oriġinali u l-proposti li effettivament ġew dibattuti f'din il- Kamra u approvatikienu li din l-istituzzjoni ta' l-Awditur Ġenerali mhux biss tkun awtonoma imma jkollha l-viżjoni vera li ssir il-funzjoni ta' l- audit tal-gvern b'mod ħafna iktar modern, b'mod ħafna iktar effettiv mhux biss għal dak li jirrigwarda t-trasparenza imma anke għall-mod ta' l- analisi kif isir l-audit.", "L-awgurju tiegħi huwa li s-Sur Galea jirnexxielu jagħmel dawn il- kambjamenti anke ta' sustanza fil-mod kif jaħdem l-uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali u jsib l-assistenza kollha li għandu bżonn biex din il-bidla tkun tista' ssir.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Issa nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jaqra l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri preżenti biex jiġi aċċertat li n-numru ta' membri favur il-mozzjoni m'huwiex inqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra.", "FAVUR : 69", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Galea Louis | |Abela Joseph |Galea Pace Victor | |Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Chris |Gonzi Lawrence | |Agius Francis|Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mangion Charles | |Michael | | |Borg Joseph |Mifsud Bonnici Antoine| |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Borg Tonio |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Mugliett Jesmond | |Buhagiar |Muscat Claude | |Charles | | |Buhagiar |Muscat Richard | |Louis | | |Camilleri |Pace Bertu | |Maria | | |Cardona Chris|Portelli Alfred | |Cassar Joe |Psaila Savona Joe | |Chircop Karl |Pullicino George | |Cilia Joe |Pullicino Orlando | | |Jeffrey | |Dalli Helena |Refalo Anton | |Dalli John |Refalo Michael | |D'Amato Helen|Sant Alfred | |De Marco |Sceberras Trigona Alex| |Guido | | |Debono |Schembri Adami Sandro | |Giovanna | | |Debono Grech |Spiteri Lino | |Joe | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Anġlu | | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Farrugia Joe |Vella George | |Farrugia |Vella John | |Michael | | |Farrugia Noel|Vella Karmenu | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo |Zammit Dimech Francis | |Michael | | |Galea Ċensu | |", "Il-mozzjoni għaddiet b'69 vot favur u ħadd kontra.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi sabiex jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lum l-Erbgħa 30 ta' Lulju, 1997 fis-2.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum l-Erbgħa, 30 ta' Lulju, 1997 fis-2.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fis-1.17 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - TFAL TAĦT IS-16-IL SENA MRESSQA L-QORTI", "7875.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żgħażagħ jew tfal taħt is-16-il sena li ttellgħu l-qorti wara li allegatament wettqu reati f'San Ġiljan u Paceville u f'Buġibba s-sena l-oħra u din is-sena?", "Fi x'ħin ġew imwettqa dawn ir-reati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - VIŻITATURI BID-DROGA", "7876.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' viżitaturi l-ħabs li nqabdu jdaħħlu d- droga jew sustanzi projbiti ġewwa l-ħabs?", "Kemm minn dawn il-persuni ttellgħu il-Qorti fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi fil- Mistoqsija n-numru ta' viżitaturi li nqabdu jdaħħlu d-droga jew xi sustanza projbita ġewwa l-ħabs kien ta' 5.", "Ninsab infurmat ukoll, li kull meta xi persuna tinqabad iddaħħal xi droga jew xi sustanza suspettuża, il-Pulizija dejjem tiġi nfurmata biex tinvestiga l-każ u jekk jirriżulta li s-sustanza misjuba tkun droga, jittieħdu passi bil-Qorti kontra l-persuna konċernata.", "Fi tlieta minn dawn il-każi diġa' ttieħdu passi bil-Qorti.", "SPTARIJIET - LABCOATS/IDENTIFICATION TAG", "7877.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna fl-isptar ma jkunux lebsin labcoat u identification tag?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dawk li l-uniformi tagħhom hi l-labcoat huma obbligati jilbsuħ.", "Dejjem ittieħdu passi dixxiplinari kontra min ma obdiex.", "L-istess jingħad għall-identification tags.", "Nippreċiża li: (1) meta labcoats milbusa minn staff tal-laboratorju jiġu aċċidentalment kontaminati b'demm jew fluidi oħra, is-safety rules tal-laboratorju jesiġu li dawn il-labcoats ma jintlibsux barra l-laboratorju.", "(2) dwar l-identification tags, billi dan ix-xahar bdew jaħdmu numru ġdid ta' tobba, ward clerks, etc ... bdew jittieħdu l-miżuri neċessarji biex dawn ikunu fornuti bl-identification tags mill-iżjed fis possibbli.", "SPTARIJIET - UNIFORMIJIET", "7878.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uniformijiet differenti għall-impjegati ta' l-isptar illum?", "X'ifisser kull kulur u ta' liema grad ta' mpjegat huma l-uniformijiet ikkuluriti differenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-uniformijiet differenti għall-istaff ta' l- isptar, skond il-grad ta' l-impjegat huma hekk:", "NURSING", "|Nursing |Royal Blue u | |Officer |ċinturin navy blue| |Deputy |Blue ċar b'navy | |Nursing |blue piping | |Officer | | |Staff Nurse|Blue ċar u | |(Nisa) |ċinturin navy blue| |Staff Nurse |Top blue ċar u | |(Rġiel) |qalziet griż | |Enrolled |Libsa pea green u | |Nurse (Nisa)|ċinturin aħdar | | |skur | |Enrolled |Top pea green u | |Nurse |qalziet griż | |(Rġiel) | | |Health |Beige u ċinturin | |Assistant |kanella skur | |(Nisa) | | |Health |Qalziet kanella u | |Assistant |top beige | |(Rġiel) | | |Midwives |Peach | | |Il-Midwivery | | |Officer u Deputy | | |Midwifery Officer | | |għandhom piping | | |iswed | |Maids |Aħdar skur | |Physiotherap|Qalziet navy blue,| |ist |top abjad u piping| | |blue | |Radiographer|Top abjad, qalziet| |s |blue b'edging blue| |Occupational|Top abjad, qalziet| |Therapist |aħdar b'edging | | |ħodor | |Security |Qmis blue ċara, | | |qalziet griż | |Drivers |Qalziet navy blue | | |u qmis blue ċara. | |Mortuary |Top blue, qalziet | |Attendent |blue | |Doctors |Lab coat abjad | |Pharmacists |Lab coat abjad | |Lab |Lab coat abjad | |Technicians | |", "Emergency and Admitting Ward", "|Tobba |Top u qalziet navy| | |blue | |Nursing |Top u qalziet | |Officer |royal blue | |Nursing |Top u qalziet | |Staff u |abjad b'piping | |Health |skond il-grad | |Assistant | |", "SPTARIJIET - PAGERS", "7879.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pagers ġewwa l-isptar illum?", "Kemm jiswew lid-dipartiment fuq medda ta' xahar?", "Humiex mikrija u/jew mixtrija?", "Min huwa awtorizzat li jkollu wieħed?", "Min għandu wieħed jilbsu waqt li jkun fuq xogħol biss jew inkella jista' jieħdu miegħu id-dar anke meta ma jkunx on call?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sa l-aħħar ta' Ġunju kien hemm 586 pager mqassam mad-diviżjoni tas-saħħa kollha u ma' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex.", "Dawn il- pagers huma mikrija taħt kuntratt bejn d-diviżjoni tas-Saħħa u Telepage Ltd.", "L-impjegati li jagħmlu użu ta' din il-faċilita' jinkludu tobba ta' kull grad, infermiera, paramediċi, inġinieri u nies oħra tekniċi.", "L-impjegati kollha li għandhom pager li hu maħruġ f'isem l-istess impjegat huwa obbligat li jilbsu waqt il-ħin tax-xogħol u jista' jieħdu miegħu d- dar.", "Dawk il-pagers li jaqgħu taħt l-isem ta' xi grupp jew sezzjoni partikolari ma jistgħux jinħarġu mill-post tax-xogħol.", "Peress li ftehim ta' din il-faċilita' jikkonċerna informazzjoni kummerċjali, d-dipartiment mhuwiex f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni għal rigward kemm jiġi jiswa lid-dipartiment dan is-servizz.", "WHITE PAPERS", "7942.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru white papers u/jew strategic reports mill-Gvern ta' qabel?", "Kemm minn dawn kienu committed by government for public comment?\"", "Liema kienu dawn il-white papers u strategic reports?", "Kemm saru taħt dan il-gvern preżenti s'issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru se jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - PROĠETTI", "8134.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' natura kapitali daħlet għalihom l-Enemalta fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Liema minn dawn ix-xogħlijiet kienu jinħtieġu permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Meta ħarġu dawn il-permessi?", "Kemm kienet in-nefqa kapitali ta' l-Enemalta fil-perijodu mesmmi (1/1/97 - 30/6/97) fuq xogħol kapitali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-sena finanzjarja tal-Korporazzjoni Enemalta tibda fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena.", "Meta ħadt ir-responsabbilita' tal-Korporazzjoni sibt li sa 89% tan-nefqa kapitali stmata kienet diġa' marbuta b'kuntratti.", "Dawn kienu:", "1.", "Phase IIB - Combined Cycle Plant; 2.", "It-Tank tal-fuel ġo Kordin; 3.", "Ix-xogħol fuq it-turbina Nru. 8; 4.", "132KV Extension Marsa / Mosta inkluża l-mina u l-bini taċ-Ċentru ta' disribuzzjoni li qiegħed jinbena l-Mosta; 5.", "33 KV Extension bejn il-Mosta u l-Marfa.", "Il-kumplament kienu żvilupp normali annwali - bħal bini ta' substations, feeders ġodda mini sub-stations, servizzi ta' l-elettriku u meters ta' l- elettriku.", "Għalhekk il-programm li kien beda ma setax jieqaf f'dak l-istadju.", "Kull xogħol li kien jinħtieġ il-permessi tal-Planning Authority (bħal bini ta' sub-station) ma nbediex qabel il-permessi tal-bini jinħarġu.", "Minħabba li dawn jinkludu diversi permessi żgħar m'iniex sejjer noqgħod nagħti d-dettalji waħda waħda.", "In-nefqa kapitali bejn l-1 ta' Ottubru 1996 u l-31 ta' Mejju, 1997 (8 xhur) kienet ta' Lm6,951,732.", "Il-kontijiet ta' Ġunju, 1997 għadhom m' humiex magħluqin.", "TELEMALTA - PROĠETTI", "8135.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' natura kapitali daħlet għalihom it-Telemalta fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Liema minn dawn ix-xogħlijiet kienu jinħtieġu permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Meta ħarġu dawn il-permessi?", "Kemm kienet in-nefqa kapitali tat-Telemalta fil-perijodu msemmi fuq xogħol kapitali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li diġa tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 8121 fis-seduta 112.", "PULIZIJA - PROĠETTI", "8136.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' natura kapitali daħal għalihom il- Korp tal-Pulizija bejn l-1/1/97 sa 30/6/97?", "Liema minn dan ix-xogħol kien jinħtieġ permess tal-Planning Authority?", "Meta ħarġu l-permessi meħtieġa f'dawn il-każi?", "Kemm kienet in-nefqa kapitali mill-korp, fl-istess perijodu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TARXIEN - TRIQ TAL-BARRANI - BINI", "8156.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-bini żdingat u mitluq li jinsab f'Tal-Barrani Road, Tarxien (fejn it-traffic lights) jiġi strutturalment magħluq peress li fl-istess bini jingħad li qed isiru diversi abbużi fih, fosthom l-abbuż ta' użu ta' drogi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa.", "DIPARTIMENT TAS-SAJD - XOGĦLIJIET", "8166.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol ta' natura kapitali nbeda mid-Dipartiment tas-Sajd fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Kemm swew dawn ix-xogħlijiet?", "F'liema lokalita' saru?", "Meta ħarġu l-permessi tal- Planning Authority?", "Liema xogħol ieħor hu ppjanat li jinbeda sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ebda xogħol ta' natura kapitali ma nbeda mid- Dipartiment tas-Sajd fil-perjodu 1/1/97 sa 30/6/97, u m'hemm l-ebda xogħol ippjanat li jinbeda sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Dan minħabba li ma ġewx allokati l-fondi necessarji.", "Matul din is-sena qed isir biss xogħol ta' manutenzjoni.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - PROĠETTI", "8167.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar proġetti ta' natura kapitali li nbdew mill-Ministeru tas-Saħħa fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Kemm swew dawn ix-xogħlijiet?", "Meta hu mistenni li jitlestew dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, aktar kmieni din is-sena l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jibni sptar ġdid bi 800 sodda ġewwa tal- Qroqq.", "Sadanittant bdew proġetti oħra fl-Isptar San Luqa li kienu differenti minn dawk proġettati.", "Barra minn hekk jinxtraw u se jinxtara apparat modern għall-iSptar San Luqa ħalli jitjieb is-servizz.", "Sadanittant fl-Isptar Monte Carmeli u l-Isptar Sir Paul Boffa u kif ukoll fil-bereġ u ċentri tas-Saħħa għaddej xogħol ta' mmodernizzar.", "GĦAWDEX - HATCHERING TAL-ĦUT", "8168.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet il-ħidma biex titwaqqaf il-hatchering tal-ħut f'Għawdex?", "X'tip ta' koperazzjoni qed ikun hemm bejn id-Dipartiment tas-Sajd u l- hatchering?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-hatchery tal-ħut f'Għawdex hija inizjattiva privata.", "Jidher li din il-hatchery għada f'fażi preliminari u l-produzzjoni tal-ħut għada ma' bdietx.", "Id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura kien għen lill-hatchery fil-fażi tal- bidu sakemm ħareġ il-permess mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "QASAM TA' EARLY LITERACY - KUMITAT MINISTERJALI", "8182.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fil-pubblikazzjoni tal-Partit Laburista INFOLINE ħarġa Nru. 24, intqal li twaqqaf Kumitat Ministerjali fil-qasam ta' l-early literacy biex jikkordina l-programm li kien inbeda mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex Kumitat Ministerjali u mhux Kumitat Dipartimentali?", "Min huma l-membri ta' dan il-Kumitat?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx minnhom li se jitħallas speċifikament għal dan ix- xogħol u jekk iva, kemm?", "Dawn jirrappreżentaw lil xi għaqda partikolari jew ġew magħżula mill-Ministru fuq bażi individwali?", "Meta huwa maħsub li dan il-Kumitat jippreżenta r-rapport tiegħu?", "Il-Ministru se jippubblikah dan ir-rapport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba parlamentari Nru 5649 mogħtija f'seduta 112.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - PEDAGOGY COURSE", "8183.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jattendu studenti fil-Pedagogy Course li nbeda mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bħala riżultat tal-ftehim ma' l-unions ta' l-għalliema f'Ottubru li għadda?", "Kemm minnhom huma residenti Malta u kemm f'Għawdex?", "Kemm minnhom jgħallmu (a) fis- Settur Primarju; b) fis-Settur Sekondarju; c) fis-Settur tas-Snajja'; d) fis-Settur Post-Sekondarju; u e) fis-Settur Privat u tal-Knisja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 5650 mogħtija f'seduta 72.", "SKEJJEL - RIFORMA FL-ESTS", "8184.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru issa jgħid jekk hux beħsiebu jkompli bir-riforma fl-ESTS li kienet qed titwettaq mill-Amministrazzjoni preċedenti u li f'din is-sena skolastika kienet se tkun estiża għall- istudenti kollha fit-Technology Option Classes?", "Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif għallinqas qabel ma' dawn l-istudenti jersqu għall-eżami finali ħalli jkunu jistgħu jitħejjew tajjeb għal din l-għażla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 5651 mogħtija f'seduta 72.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KORSIJIET", "8185.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3972, jista' l-Ministru issa jwieġeb għall-aħħar żewġ mistoqsijiet, jiġifieri min qed jissostitwixxi l-għalliema u l-instructors li qed jaħdmu f'ministeri u kemm intilfu lezzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 5652 mogħtija f'seduta 73.", "TA' BRIJA L/O SIĠĠIEWI - ĊIMITERJU TAL-PESTA", "8186.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi talba jew negozjati minn xi istituzzjoni tal-Gvern jew lokali jew reliġjuża jew rappreżentanti ta' xi pajjiż, għall-użu mill-ġdid taċ- Ċimiterju tal-Pesta f'Ta' Brija, l/o Siġġiewi?", "Jekk fl-affermattiv, minn min u għal-liema skop jew użu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Infakkar l-Onor.", "Interpellant li fit-2 ta' Novembru, 1995 iċ-Ċimiterju magħruf bħala ta' Brija, limiti tas-Siġġiewi, kien ġie suġġerit mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bħala post tad-dfin għall-Islamiċi.", "SKEJJEL - KUNSILLI", "8187.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3810, jista' l-Ministru jgħid fejn u meta se jsir dan it- taħriġ fl-iżvilupp ta' School Development?", "Min se jmexxi dan it-taħriġ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 5654 mogħtija f'seduta 73.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "8227.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W323, peress illi r-risposta tal-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 749 ma kenitx tinkludi l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru W323 li tirrigwarda l-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali, iżda biss informazzjoni fir-rigward ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8227 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "RAĦAL ĠDID - IPOĠEW", "8237.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jqum ix-xogħol fl-Ipoġew ta' Raħal Ġdid li sar matul dawn l-aħħar snin?", "X'inhi l-għajnuna li Malta kisbet mill-UNESCO?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJIEGI - TAĦRIĠ TA' IMPJIEG LIL PERSUNI BARRANIN", "8238.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-A.L. 96 ta' l-1997, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każi ta' aġenziji ta' l-impjieg li ħarġu barranin għall-impjieg f'Malta meta l-impjieg ma kienx awtorizzat skond id-dispożizzjonijiet ta' l- Att dwar l-Immigrazzjoni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-impjieg jew taħriġ għal impjieg f' Malta ta' persuni barranin mingħajr il-permess meħtieġ taħt l-Att dwar l- Immigrazzjoni jmur kontra l-provvedimenti tar-Regolamenti tal-1997 li jemendaw ir-Regolamenti tal-1995 dwar Aġenziji ta' l-Impjieg.", "Dawn ir-regolamenti nħarġu wara li Kumpannija lokali wriet interess li tapplika għal liċenzja ta' aġenzija privata ta' l-impjieg li kellha fost għanijiet oħra l-impjieg ta' persuni barranin f'Malta.", "Il-Kumpannija konċernata ma baqgħetx issostni il-ħsieb tagħha u ma għamlet ebda applikazzjoni formali għal-ħruġ ta' liċenzja ta' Aġenzija ta' Impjieg.", "BUGIBBA - XOGĦLIJIET", "8246.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6592, jista' l-Ministru jgħid jekk l-imsemmija tender kenitx tinkludi wkoll il-packing/sub-strata ta' taħt il-paviment u jekk fl-affermativ: (1) Kemm-il item kien speċifikat; (2) jekk il-materjal għal dan il-packing jew radam ġiex pprovdut mill-kuntrattur, (eż. bħall-concrete eċċ.); (3) kemm huwa l-valur totali tax-xogħol imkejjel tal-proġett imsemmi kollu kif ukoll kemm kienet l-istima ta' dan ix-xogħol imsemmi f'mistoqsija parlamentari numru 6592?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ETC - STĦARRIĠ", "8252.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7695 li saret fis-16 ta' Lulju u li kienet tgħid hekk:-", "\"Jista' l-Ministru jgħid xi stħarriġ qed isir mill-ETC biex tinstab ir-raġuni għaliex in-numru ta'nies li qed jieqfu jirreġistraw minn jeddhom qiegħed dejjem jiżdied meta dan in-numru ma' jaqbilx man-numru ta' nies li qed isibu mpjieg?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari Numru 7695 ingħatat f'seduta numru 110.", "KOPERATTIVA TAS-SINJALI TAT-TRAFFIKU", "8253.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-qligħ għax-xahar ta' Diċembru, 1996 tqassamx lill-Koperattiva tas-Sinjali tat-Traffiku?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koperattiva issa reġgħetx bdiet tiffunzjona?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għal mistoqsija Nru.6712 fis-Seduta Nru. 85."]} {"filename": "19980525_219d_par.doc", "date": "1998-05-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 219 It-Tnejn, 25 ta' Mejju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 219", "It-Tnejn, 25 ta' Mejju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "219", "It-Tnejn, 25 ta' Mejju, 1998", "WERREJ MINUTI 1109", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1109", "TQEGĦID TA' KARTI 1114", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 1116", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI (L-EWWEL QARI) 1116", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (VOTAZZJONI) 1117 LOCAL LOAN BILL (DIVISION) 1117 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (NRU.", "4) (IT-TIENI QARI) 1117 EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "4) BILL (SECOND READING) 1117 AĠĠORNAMENT 1138", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1144", "MISTOSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1164", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 218 li saret fit-22 ta' Mejju, 1998, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "TARZNA TA' MALTA - INĊIDENTI", "12784.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inċidenti serji li seħħew kull sena fil-Malta Drydocks fil-perjodu 1985 - 1997?", "Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li mietu f'dawn l-inċidenti fatali?", "F'kemm minn dawn il-każi ta' mwiet kien hemm tmiem ta' l-inkjesti dwar dawn l-imwiet?", "X'kienu r-riżultati ta' dawn l-inkjesti?", "F'kemm-il każ ittieħdu passi bil-qorti kontra t-Tarzna?", "Liema każi ntemmu?", "X'kienu l-ħlasijiet li t-Tarzna kellha tħallas f'dawn il-każi?", "Kemm-il każ fil-fatt intemm għal kollox?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): In-numru ta' inċidenti serji li seħħew fil-Malta Drydocks bejn l-1985 u l-1997 kien ta' għaxra.", "Disgħa minn dawn l-inċidenti kienu fatali.", "F'dawn mietu total ta' 20 ruħ kif spjegat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-inkjesti li jsiru mill-maġistrati ma jinżammx record tagħhom fit-Tarzna la ta' kemm saru u/jew intemmu għal kollox.", "Għaldaqstant, nitlob lill- Onor. Membru jagħmel din il-parti tad-domanda lill-Ministru konċernat.", "Iż-żewġ każi li taf bihom it-Tarzna għadhom ma ġewx konklużi.", "Għaldaqstant l-ebda kumpens għadu ma tħallas.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li l-Prim Ministru għadu kemm semma l-kwestjoni tad-danni, ma jaħsibx li wasal iż-żmien li f'pajjiżna għandha tidħol is- sistema tal-comprehensive insurance?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-comprehensive insurance fil-każ ta' inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien qed ngħid li l-ħaddiem għandu jkun kopert b'comprehensive insurance fuq il-post tax-xogħol biex jekk jinqala' xi ħaġa, il-familjari jew il-qraba tiegħu ma jkollhomx għalfejn jidħlu l- qorti u forsi jdumu jistennew diversi snin.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant għandu punt validu għaliex ċertament wieħed irid iħares lejn dan l-aspett ukoll.", "Pero' aktar minn hekk, wieħed irid jagħmel iktar enfasi - u dan il-Gvern qed jagħmel mill-aħjar li jista' - biex jara li l-health and safety regulations fuq il- post tax-xogol jiġu mħarsa għaliex bħala pajjiż għadna lura ħafna milli nosservawhom.", "TURIŻMU - TURISTI LI JŻURU MALTA", "12957.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Angelo Refalo) staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jagħti n- numru ta' turisti li żaru Malta fix-xahar ta' Jannar, 1998, suq b'suq?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru globali ta' turisti li żaru Malta f'Jannar, 1998 kien ta' 38,154.", "It-tieni parti, jiġifieri l-informazzjoni dwar suq b'suq għadha qed tinġabar pero' provisional figures għandi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħidilna xi żviluppi kien hemm rigward il-ħlasijiet tad-dawl u ta' l-ilma min-naħa tal- lukandi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tat-Turiżmu.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Madam Speaker, għalkemm din il-mistoqsija m'għandhiex x'taqsam mal-mistoqsija li kienet tittratta n-numru ta' turisti li żaru Malta f'Jannar, nista' ngħidlu li għaddejjin taħdidiet bejn l- MHRA, li tirrappreżenta lil-lukandi, u l-Gvern.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U TA' L-INDUSTRIJA - TENDERS", "13446.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Għall-perijodu mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm-il tender ta' valur akbar minn Lm10,000 ġiet approvata mill-Ministeru tiegħek; (ii) il-valur ta' kull tender; (iii) lil min ġiet awarded; (iv) in-natura (provvista/xogħol/servizz, eċċ) ta' kull tender?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "13894.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jagħti figura eżatta ta' kemm huwa n-numru ta' koppji miżżewġa li bħalissa qegħdin ifittxu s-separazzjoni u/ jew annullament quddiem il-qrati tagħna?", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' kawżi ta' separazzjonijiet introdotti fil- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili mill-1 ta' Jannar, 1998 sat-12 ta' Mejju, 1998 huwa ta' 34 filwaqt li n-numru ta' kawżi ta' annullament ta' żwieġ introdotti fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fl-istess perjodu huwa ta' 19.", "In-numru ta' rikorsi li ġew ippreżentati fis-Sekond' Awla tal-Qorti Ċivili fl-istess perjodu fejn qed tintalab l-awtorizzazzjoni għas- separazzjoni huwa ta' 358.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, nixtieq li l-Ministru jikkjarifika xi punti għaliex qed jinqala' xi ftit ta' diżgwid fuq din it-tip ta' statistika.", "Jien naħseb li jkun importanti li tingħata d-data ta' meta jkunu ġew ippreżentati l-kawżi għall-annullament għaliex minn studji li għamilt jirriżultali li, bejn wieħed u ieħor, jiġu mressqa madwar 70 każ għall-annullament quddiem il-Qorti Ċivili.", "Għalhekk meta qed ngħidu li fl- ewwel ħames xhur ta' din is-sena ġew deċiżi 19-il każ ta' annullament, ikun tajjeb li nagħtu d-data jew is-sena ta' meta jkunu ġew ippreżentati ħalli wieħed ikun jista' jnaqqas u jara ċ-ċifra proprja x'għandha tkun.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Iċ-ċifri li għadni kemm semmejt ma jirriflettux in- numru ta' kawżi li ġew deċiżi, imma n-numru ta' kawżi li ġew introdotti mill-1 ta' Jannar, 1998 sat-12 ta' Mejju, 1998.", "Biex nikkjarifika wkoll irrid ngħid li l-proċedura hija li l-ewwel ikun hemm rikors quddiem is- Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili fejn minn hemmhekk il-qorti tawtorizza li wieħed jista' jipproċedi quddiem il-Prim'Awla għas-separazzjoni vera u proprja.", "Fil-fatt in-numru ta' rikorsi li jiġu ppreżentati fis-Sekond'Awla huwa dejjem akbar min-numru ta' rikorsi li finalment imorru quddiem il- Prim'Awla għaliex jista' jiġri li eventwalment ċerti rikorsi jiġu transatti jew ċeduti, kultant ikunu anke doppji u ġieli l-partijiet stess involuti jiddeċiedu li jersqu għal separazzjoni bonarja permezz ta' kuntratt.", "U hawnhekk irrid nikkjarifika xi punti dwar l-istatistika għaliex kien sar ċertu diskors fuq il-media wara mistoqsija parlamentari ta' l- Onor. Tonio Borg ftit ilu li kienet tagħmel riferenza għan-numru ta' rikorsi li kienu ġew ippreżentati fis-Sekond'Awla.", "Naturalment fis- Sekond'Awla jiġu ppreżentati kemm rikorsi ta' separazzjonijiet, kif ukoll rikorsi ta' ħafna affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-Sekond'Awla u fil- fatt il-qrati tal-ġustizzja kienu rrispondew fedelment dik il-mistoqsija.", "Għalhekk iċ-ċifra dehret xi ftit kbira u eventwalment f'risposta parlamentari oħra din l-istatistika ġiet iċċarata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-Gvern hux qiegħed jistudja l-proposta li saret minn Rev. Dr. Charles Tabone li għandhom jitwessgħu l-kriterji għal talba għall- annullament ċivili fejn ikun hemm failure of marriage iktar milli breakdown of marriage ħalli l-Gvern ikun jista' jagħti iktar ċans lil dak li jkun li jannulla ċivilment u b'dan il-mod wieħed ikun jista' jgħaddi anke mingħajr bżonn tal-liġi tad-divorzju?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-kwestjoni tal-liġi tad-divorzju m'għandhiex x'taqsam mal-kwestjoni tas-separazzjonijiet u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel domanda partikolari f'dan is-sens.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jispjega kif fid-domanda li għadu kemm għamel riferenza għaliha intqal li kien hemm iktar minn 2,000 talba quddiem il-qrati tagħna - u bir-rispett kollu, din id-domanda ma tagħmilx distinzjoni bejn il-Prim'Awla u s-Sekond'Awla, imma tirriferi għall-qrati kollha kemm huma - u fir-risposta li qed jagħti llum qed jingħata total ta' 358 rikors.", "Peress li d-diskrepanza fin-numri hija waħda kbira, naħseb li hemm bżonn ta' iktar spjegazzjoni fuq dawn iċ-ċifri.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jien nitlob lil min jagħmel dan it-tip ta' domandi sabiex ikun ċar għaliex il-Ministeru jirrispondi l-mistoqsija fedelment.", "L-Onor.", "Ċensu Galea qed jirriferi għar-risposta li kienet ingħatat għall- interpellanza preċedenti li kienet saret mill-Onor.", "Tonio Borg fejn kien staqsa kemm kienu ġew introdotti rikorsi fis-Sekond'Awla u r-risposta kienet li kienu tressqu 2,000 rikors fis-Sekond'Awla.", "Kif għadni kemm spjegajt lill-Onor.", "Michael Bonnici, ir-rikorsi fis-Sekond'Awla ma jiġux ippreżentati biss għall-awtorizzazzjoni għas-separazzjonijiet, imma anke għal ħafna affarijiet oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-familja.", "Billi l- mistoqsija ma kenitx limitata biss għar-rikorsi għal separazzjonijiet li jidħlu fis-Sekond'Awla, imma kienet domanda ampja ħafna u kienet tittratta kemm ġew ippreżentati rikorsi fis-Sekond'Awla, allura waslet ir-risposta li kien jimmerita l-Onor.", "Tonio Borg.", "Dan ifisser li l-figura ta' 2,000 rikors ma tinkludix biss rikorsi għal separazzjonijiet imma tinkludi quasiasi atti u noti li jiġu ppreżentati fis-Sekond'Awla.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, dak inhar li ngħatat ir-risposta għall- interpellanza ta' l-Onor.", "Tonio Borg kienu saru diversi domandi u għalkemm kienet saret riferenza għan-numru ta' separazzjonijiet ma konniex ingħatajna informazzjoni li tindika dak li qed jgħid il-Ministru llum fir- risposta li ta għall-interpellanza numru 13894.", "Dan ifisser li t-total ta' kawżi ta' separazzjonijiet jew annullament li hemm quddiem il-qorti huwa ta' 358?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jien qed ngħid li n-numru ta' rikorsi li daħlu quddiem is-Sekond'Awla mill-1 ta' Jannar, 1998 sat-12 ta' Mejju, 1998 huwa ta' 358.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, ma rridx inkun kontroversjali pero' d- domanda li għandna quddiemna tgħid b'mod ċar:", "''Jista' l-Ministru jagħti figura eżatta ta' kemm huwa n-numru ta' koppji miżżewġa li bħalissa qed ifittxu s-separazzjoni jew annullament quddiem il-qrati tagħna?''.", "Din id-domanda assolutament ma titkellimx fuq is-sena 1998, imma titkellem fuq il-kawżi kollha pendenti għal separazzjonijiet jew annullament quddiem il-qrati tagħna.", "Huwa importanti li nkunu nafu x'inhi s-sitwazzjoni għaliex inkella nistgħu noħolqu konfużjoni fl-imħuħ ta' min ikun qed jismagħna.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ir-risposta li qed tingħata għal dak il-perjodu hija ċara.", "Issa jista' jkun li r-risposta ngħatat b'dan il-mod għaliex il- mistoqsija kienet titlob il-figura eżatta ta' koppji miżżewġa li bħalissa qed ifittxu s-separazzjoni.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħidli x'jifhem bil-kelma ''bħalissa\".", "Jekk l-Onor.", "Interpellant m'huwiex sodisfatt bir- risposta, jista' jagħmel domanda oħra fejn jitlob in-numru ta' kawżi li huma pendenti quddiem is-Sekond'Awla u quddiem il-Prim'Awla u mhux in-numru ta' kawżi pendenti ''bħalissa''.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Madam Speaker, naturalment il-Ministru qed jipprova jkun ċar kemm jista' jkun, pero' sfortunatament mhux jirrelata l-kjarezza li għandu f'moħħu mad-domanda li għandu quddiemu.", "Id-domanda hija ċara.", "Meta qed ngħidu kemm hemm nies li qed ifittxu s-separazzjoni tfisser kemm hemm rikorsi pendenti sal-lum quddiem is-Sekond'Awla kif ukoll in-numru ta' ċitazzjonijiet pendenti quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Naħseb li wieħed ma jistax ikun iktar ċar minn hekk.", "Sfortunatament ir-risposta li ta hu m'hijiex relevanti għad-domanda li saritlu.", "Jien napprezza li għamel dak il-preambolu fejn talab li aħna nkunu ċari fid-domandi, imma sfortunatament qabad eżempju ħażin għaliex din id-domanda hija ċara ħafna.", "Fil-fatt ir-risposta m'għandha x'taqsam xejn mad-domanda li saritlu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: M' għandi xejn x'inżid ma' dak li diġa' għidt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, l-ewwel mistoqsija li nixtieq nagħmel hija jekk il-qorti hijiex attrezzata biex iżżomm statistika dwar it-tip ta' kawżi li jiġu ppreżentati.", "Irrid ngħid li naqbel ma' l-Onor.", "Hyzler għaliex id-domanda li saret dwar kemm huwa n-numru ta' koppji miżżewġa li fid-data li saret id-domanda qed ifittxu s-separazzjoni hija ċara ħafna u ma naħsibx li wieħed jista' jkun iktar ċar minn hekk.", "Naf li fis-Sekond'Awla din it-tip ta' statistika tinżamm għaliex fir-reġistru tal-preżentati hemm kolonna li tindika n-natura tar-rikors li jkun sar.", "Nixtieq inkun naf jekk tinżammx l-istess tip ta' statistika dwar kawżi pendenti fil-Prim'Awla.", "Barra minn hekk, nixtieq inkun naf jekk tinżammx statistika maqsuma skond in-natura tal-kawżi li jkunu ġew deċiżi għaliex jekk ma nkunux nafu n-numru ta' kawżi li ġew deċiżi u n-numru ta' kawżi għal separazzjonijiet li ġew introdotti, ma nistgħu naslu qatt għan-net number.", "Apparti minn dawn iż- żewġ domandi, xtaqt nistaqsi lill-Ministru wkoll fiex waslu l-preparamenti biex tibda taħdem il-qorti tal-familja li issa ilna nitkellmu fuqha diversi snin.", "Naf li l-preparamenti waslu fi stadju avvanzat, imma xtaqt li ningħataw ftit iktar informazzjoni dwar meta huwa maħsub li tibda taħdem b'mod regolari.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Rigward l-ewwel żewġ interpellanzi nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub sabiex ikun jista' jingħata risposta.", "Rigward il-qorti tal-familja nista' ngħid li bħalissa qed jiġi ppreparat il-qafas leġislattiv.", "Fil-frattemp huwa ppjanat li l-qorti tal-familja tiġi mwaqqfa fl-annex tal-Qorti u huwa maħsub li fis-sajf isir ċertu moviment u r-Reġistru Superjuri u Inferjuri jinżlu fil-post fejn bħalissa hemm l-għassa tal-pulizija tal-Belt li fil-jiem li ġejjin se tiċċaqlaq minn hemmhekk u se tmur minflok il-Parcel Post Office.", "Dan ifisser li se jkun hemm spazju biżżejjed sabiex il-qorti tal-familja tkun tista' topera mill- annex tal-Qorti u se jkun hemm kemm assistenti ġudizzjarji legali kif ukoll assistenti ġudizzjarji soċjali li jkunu addetti għall-operat tal- qorti tal-familja.", "L-idea hija li jkollna lil kulħadd housed fl-annex tal- Qorti.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, peress li fil-pajjiż bħalissa għaddejja diskussjoni fuq il-proposta li saret mill- Kummissjoni mwaqqfa mill-Prim Ministru biex tiddaħħal il-liġi dwar id- divorzju f'pajjiżna, ma jidhirlux il-Ministru li m'hemmx għalfejn toqgħod issir xi domanda bil-miktub minn xi naħa tal-Kamra, għax bħala Ministru għandu jħossu fid-dmir li jagħmel stqarrija fil-Kamra biex jgħidilna effettivament x'inhi l-pożizzjoni fil-qrati Maltin dwar in-numru ta' kawżi pendenti fir-rigward ta' separazzjonijiet u annullamenti?", "Mill-esperjenza tiegħi, ma naħsibx li hemm statistika readily available pero' żgur li l- qorti għandha l-faċilita' li tiġbor l-informazzjoni li bla dubju hija ta' interess għall-opinjoni pubblika kollha u tista' tgħin id-diskussjoni li għaddejja bħalissa fil-pajjiż.", "Jista' l-Ministru jimpenja ruħu li jiġbor din l-informazzjoni u jgħaddiha lil din il-Kamra mill-iktar fis possibbli biex dan it-taħwid li hawn bħalissa dwar in-numru ta' separazzjonijiet u annullamenti, fejn kulħadd jispara ċ-ċifri, jispiċċa u almenu jkollna tagħrif uffiċjali dwar x'inhi l-qagħda f'pajjiżna fir-rigward tan-numru ta' separazzjonijiet legali u annullamenti li hemm quddiem il-qorti tagħna?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Madam Speaker, irrid ngħid li dejjem ingħatat risposta b'mod fidil għal kull mistoqsija parlamentari li saret rigward in- numru ta' kawżi ta' separazzjonijiet u rikorsi li ġew ippreżentati fis- Sekond'Awla.", "Rigward l-istatistika li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, irrid ngħid li fil-fatt ftit ilu l-Onor.", "Austin Gatt għamel xi mistoqsijiet dwar jekk tinżammx statistika fil-Prim'Awla u fis-Sekond'Awla u jien tlabtu biex jagħmel mistoqsija bil-miktub sabiex inkun nista' nirrispondih.", "Forsi b'dan il-mod inkun nista' nirrispondi interpellanza tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Angelo Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Peress li minn dak li qed jingħad f'din il-Kamra jirriżulta li t-tweġiba li ngħata l-Ministru mill-qorti ma tweġibx eżattament id-domanda li saret, jidhirlu l-Ministru li ladarba din m'hijiex kwestjoni partiġġjana imma hija kwestjoni ta' interess pubbliku, jista' jerġa' jirriferi l-istess domanda lill-qorti biex tiġi aġġornata l- istatistika u mhux toqgħod issir domanda oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nieħu in konsiderazzjoni l-proposta li qed jagħmel l- Onor. Interpellant.", "Pero' nerġa' nappella sabiex id-domandi jkunu aktar preċiżi minħabba d-delikatezza ta' l-istatistika u biex ikunu jistgħu jingħataw risposti eżatti.", "MADAM SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 135 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Tractors bil-Mutur;", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita' tax-Xandir ta' Malta għas-sena 1997;", "Rapport imsejjaħ \"The Integration of the Revenue Security Corps into the Mainstream of the Armed Forces of Malta\"; u", "Tagħrif dwar maintenance agreements li dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru kellhom ma' kumpanniji privati dwar IT hardware u/jew software matul l-1996 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14482.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 136 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Dental Surgery - B.Ch.D.; u", "Avviż Legali Nru. 137 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Doctor of Medicine and Surgery – M.D.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar maintenance agreements li dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ kellhom ma' kumpanniji privati dwar IT hardware u/jew software matul l-1996 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14484.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Proklama Nru II ta' l-1998 dwar Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali, Kap 336\"; u", "Kopja draft ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali, Kap 336\".", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar surveys ikkummissjonati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru tal-Ħarsien Soċjalibejn l-1992 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentarinumru 14291.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 134 ta' l-1998 – Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 8);", "Tagħrif dwar persentaġġ ta' votanti fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru bejn l-1993 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1201; u", "Tabella li turi l-għadd ta' kandidati akkużati b'dikjarazzjoni falza ta' nfiq ta' flus fi spejjeż għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali bejn l-1993 u l-1998 u tabella li tindika l-għadd ta' kandidati li ma bagħtux id-dikjarazzjoni fiż-żmien stipulat għall-istess perijodu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1205.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Biedja u Sajd.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar sahra maħduma fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14753.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, nixtieq inqajjem ksur ta' privileġġ kontra l-gazzetta ''KullĦadd'' fuq rapport li deher il-bieraħ, fejn Glenn Bedingfield irrapporta totalment bil-kontra dak li għidtlu jien hawnhekk fil-kantuniera tal-Parlament meta staqsieni l-opinjoni tiegħi fuq id- divorzju u jekk iniex se nivvota ''iva'' jew ''le'' meta titressaq il-liġi.", "Jien kategorikament, mingħajr l-ebda kantunieri, għidtlu li jien kontra d- divorzju.", "Pero' dan il-ġurnalista għoġbu jirrapporta b'mod totalment differenti dak li għidtlu jien.", "Għalhekk waqt l-investigazzjonijiet tiegħek nitolbok titolbu t-tape li juri li jien għidtlu ''le'', u dan inkun nista' nikkonfermah meta titressaq il-liġi u jien nivvota kontra.", "Għalhekk nitolbok tieħu l-passi biex min jirrapporta jkollu d-diċenza li jirrapporta l-verita'.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja se tinvestiga l-każ imqajjem mill-Onor.", "Abela.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi biex, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, jressaq il-Mozzjoni Nru. 137 kif tidher fuq l- agenda.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Promozzjoni ta' Prodotti Lokali, Kap 336\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali, Kap. 336\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Mejju, 1998.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997, peress li fis-seduta ta' qabel kienet intalbet votazzjoni fuq it- Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza li somma ta' mhux iżjed minn mija u għaxar miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond Konsolidat matul is-sena 1997 u n-nefqa li hi mistennija sseħħ matul is-sena 1998\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, din il- votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.", "4)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "4) BILL", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, proprju nhar il-Ġimgħa viċin nofs il- lejl konna bdejna niddiskutu din it-taxxa li l-Gvern iddeċieda li jimponi fuq il-prodott ta' l-inbid.", "Pero' qabel ma nidħol fid-dettall ta' dan l- Abbozz ta' Liġi rrid insostni li l-Gvern ma jafx x'inhu jagħmel għaliex proprju f'nofs is-sena li għaddiet kien naqqas it-taxxa fuq l-inbid u issa qed jerġa' jżidha.", "Filwaqt li dan l-aħħar smajna ħafna diskors dwar kemm huwa importanti l-programm tal-Parlament, tant li kellna nibdew niddiskutu din il-liġi qrib nofs il-lejl, issa qed niġu f'dan il-Parlament biex niddiskutu l-impożizzjoni ta' taxxa oħra fuq l-inbid meta ftit xhur ilu konna ġejna f'dan l-istess Parlament biex niddiskutu t-tneħħija ta' taxxa fuq l-istess prodott!", "Jien bilfors irrid ngħid li meta tisma' lill-Prim Ministru jgħid kemm il-Parlament għandu programm serju quddiemu u ħadd m'hu se jfixklu - bħallikieku l-Oppożizzjoni għax topponi, qed tfixkel - milli jkompli dan il-programm, allura tassew ikolli ngħid li l-programm tal- Parlament żgur li jimxi aħjar kieku ma jkollniex dan it-tip ta' liġijiet.", "Jien naħseb li dan juri nuqqas ta' serjeta', imur kontra dak li qed jgħid il-Prim Ministru dwar il-programm suppost serju li għandu quddiemu dan il- Parlament u juri kemm dan il-Gvern, li suppost huwa modern u allura jrid jgħaġġel, qiegħed jitfixkel f'saqajh stess.", "Naħseb li bħalma qallu xi ħadd f'gazzetta proprju l-bieraħ, forsi jkun aħjar kieku jimxi b'pass iktar sod u b'pass iktar għaqli u ma jipprovax jiġri għaliex jista' jitfixkel f'saqajh stess.", "Ħalli nkompli issa b'dak li qal il-Ministru meta introduċa l-Abbozz ta' Liġi biex inpoġġu lil kulħadd fil-kwadru tad-diskussjoni.", "Il-Ministru qal li se tiġi imposta taxxa ta' madwar 5c fuq kull litru inbid u qal ukoll - u aħna naqblu ma' dan il-punt - li għandha tiżdied il-produzzjoni ta' l- għeneb biex ikollna nbid purament Malti.", "Aħna naqblu ma' dan għaliex għalkemm f'pajjiżna għandna nbid ta' kwalita' tajba, nafu wkoll li ħafna minn dan l-inbid ġej minn għeneb importat u jien niddubita kemm wieħed kultant jista' jsejjaħlu ''produce of Malta'' meta l-materja prima m'hijiex ġejja minn Malta, allavolja l-fermentazzjoni qed issir f'Malta.", "Pero' naħseb li jkun importanti li wieħed jagħmel programmi biex jinkoraġġixxi l-użu aħjar ta' l-art tagħna għall-produzzjoni ta' l-inbid.", "Dan l-aħħar intqal li qed nimportaw b'madwar Lm2 miljun għeneb fis-sena.", "Ħaġa li laqtitni ħafna meta l-Ministru ppreżenta dan l-Abbozz ta' Liġi kienet li ma qalilniex kemm il-Gvern qed jistenna li se jdaħħal minn din it- taxxa u forsi dan kien dovut għall-fatt li konna ilna 15-il siegħa niddiskutu fil-Parlament u allura lill-Ministru setgħet qabżitlu.", "Imma jien nippretendi li meta Gvern jippreżenta Abbozz ta' Liġi li jkun se jżid xi taxxa jkollna informazzjoni dwar kemm dik il-miżura speċifika se żżid id- dħul tal-Gvern, inkella nkunu qegħdin niddibattu daqsxejn fl-għama fis-sens li ma nkunux nafu eżattament x'se jkun l-introjtu minn dik il-miżura u x'se jkun l-effett tagħha.", "Il-Ministru semma wkoll xi ħaġa dwar ir-ristrutturizzazzjoni.", "Hawnhekk jien irreaġixxejt mill-ewwel għaliex jekk dan il-Gvern qed jitkellem dwar ristrutturizzazzjoni tas-settur agrikolu u eventwalment dwar it-tneħħija tal-levy fuq dan il-prodott, inħoss li hawn konfużjoni sħiħa f'dan il-qasam għaliex filwaqt li l-Unjoni Ewropea qed tgħid li l-protezzjoni trid titneħħa anke minn fuq is-settur agrikolu u għandu jkun hemm free trade area anke fuq is-settur agrikolu, il-Prim Ministru qed jgħid bil-kontra għaliex qed jgħid li s-settur agrikolu se jiġi eskluż.", "Dan huwa diametrically opposed għal dak li qed tgħid l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt meta tkellem il-Ministru jien ħadt l-impressjoni li dan is-settur se jiġi affettwat bir-ristrutturizzazzjoni, bil-free trade area u bit-tneħħija tal- levy.", "Għalhekk nixtieq li jkun hemm aktar kjarezza fuq dan il-qasam għaliex naħseb li kulħadd jaqbel li s-settur tal-produzzjoni ta' l-inbid għandu jikber.", "Pero' naħseb li ħafna nies, inkluż jien, jinsabu mħawda dwar il-pożizzjoni eżatta tal-Gvern meta jgħid li jrid jagħmel ristrutturizzazzjoni u fl-istess ħin donnu li se jneħħi l-protezzjoni u donnu li se jħalliha.", "Fil-fatt ma nafx liema waħda hija r-realta'.", "Ħalli ndur daqsxejn għal dak li ġara f'Lulju li għadda meta l-Gvern neħħa s-sistema tal-value added tax.", "Peress li l-inbid, bħall-birra u xi prodotti oħra alkoħoliċi, kellhom il-VAT fuqhom, allura effettivament dawn raħsu meta tneħħiet il-VAT.", "Imbagħad meta daħlet is-CET - u l-inbid, jekk m'iniex sejjer żball, għandu levy sostanzjali ta' madwar Lm1.25 kull flixkun - l-ETI, it-taxxa fuq l-importazzjoni ma ġietx imposta u allura ġejna f'pożizzjoni li l-importazzjoni ta' l-inbid effettivament raħset b'madwar 15% - mhux kull inbid raħas b'dak l-ammont - b'mod li t-tneħħija tal-VAT fissret li tnaqqset il-protezzjoni lil dan is-settur li l-Gvern qed jgħid li jrid jippromwovi.", "Għalkemm wieħed irid joqgħod attent li jħalli ċertu protezzjoni f'dan l-istadju, il-problema hi li din il-protezzjoni tnaqqset mingħajr ma ggwadanjajna xejn ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fi żmien l- Amministrazzjoni preċedenti kien hemm negozjati għaddejjin ma' l-Unjoni Ewropea dwar tnaqqis ta' protezzjoni fuq diversi prodotti, pero' ridna l- quid pro quo, jiġifieri li l-Ewropa wkoll tnaqqas il-protezzjoni tagħha.", "Imma proprju f'Lulju li għadda l-Gvern neżża', sa ċertu punt, parti mill- protezzjoni minn fuq dan is-settur u ma ggwadanja xejn.", "Għalhekk jien nistaqsi: Huwa għaqli li Gvern Malti jimxi b'dan il-mod fuq prodott li ġej mill-qasam agrikolu, prodott li wieħed jista' jinnegozja dwaru u li jista' jagħtina aċċess aħjar għall-Unjoni Ewropea?", "Pero' jidher li dan il-Gvern assolutament ma ħax dan il-fatt in konsiderazzjoni u għalhekk insostni li dan kellu effett negattiv u ma kienx pass għaqli min-naħa tal-Gvern.", "Is- sitwazzjoni ssir iktar inkwetanti jekk naqbad dak il-famuż ktejjeb li ħareġ il-Gvern li kien jittratta liema prezzijiet baqgħu stabbli u liema prezzijiet roħsu.", "Fil-fatt dan l-aħħar sirna nafu li l-ħruġ ta' dan il- ktejjeb li ntbagħat fid-djar kollha tal-familji Maltin u l-kampanja kollha li saret dwar it-tneħħija tal-VAT u l-introduzzjoni tas-CET ġew jiswew lill- Gvern is-somma ta' Lm700,000, li m'hijiex xi spiża żgħira u wieħed bir- raġun jistaqsi jekk kellniex value for money f'dan l-eżerċizzju.", "Wara kollox l-ispiża ta' Lm700,000 hija ferm ikbar mis-somma li l-Gvern naqqas mill-Vot tal-Pulizija u allura jagħmel sens li wieħed jistaqsi għal xiex wassal dan l-eżerċizzju u x'sitwazzjoni ġab.", "Peress li din il-liġi tittratta l-prodott ta' l-inbid, inħoss li kemm jista' jkun irrid inżomm mas-suġġett u alllura se nħares ftit lejn id- diversi nbejjed listed hawnhekk u kif iċċaqlaq il-prezz tagħhom.", "Per eżempju, il-Gavi White Wine importat mill-Italja, minn Lm4.43 raħas għal Lm4.03, li jfisser roħs ta' 9% u mhux 15% kif kont nistenna li kellu jorħos ladarba tneħħiet il-VAT u ma ġietx imposta l-ETI.", "Wieħed irid jistaqsi għaliex il-prezz naqas biss b'9%.", "Il-Gvern fil-passat lanqas biss ipprova jissodisfa dan it-tip ta' mistoqsijiet, imma forsi llum huwa f'pożizzjoni li jagħtina iktar informazzjoni.", "Jekk inħarsu lejn l-inbejjed ta' Malta, insibu li, per eżempju, skond dan il-ktejjeb, il-Cabarnet Sauvignon, li m'huwiex wieħed mill-orħos inbejjed, minn Lm1.44 niżel għal Lm1.37 li tfisser roħs ta' 5%.", "Jekk imbagħad immorru għall-iktar inbid komuni li żgur jixorbuh ħafna mill-ħaddiema - u peress li l-Partit Laburista jsejjaħ lilu nnifsu Partit tal-Ħaddiema naħseb li għandu informazzjoni biżżejjed dwar x'tip ta' nbid jixorbu, pero' naħseb li f'dan il-qasam, bħalma ġara anke fis-settur ta' l-ilma u tad-dawl, sfortunatament il-Partit Laburista tilef ismu - naraw li jirriżulta li l-iktar inbid komuni, il-Lachryma Vitis Table Wine minn 46ċ raħas għal 45ċ, roħs ta' 2%.", "Dan ifissser li t-tneħħija tas-sistema tal-VAT ġabet roħs ta' 9% fuq l- inbid bi prezz għoli u l-inbid importat, filwaqt li l-inbid komuni li jinxtorob waqt l-ikel raħas biss bi 2%.", "Kif diġa' sostnejt meta konna qed niddiskutu l-andament tal-prezzijiet xhur ilu, nerġa' nsostni li dan il-Gvern tilef il-bilanċ ekonomiku u soċjali għaliex qed jintaxxa l-iktar dawk il-prodotti li jixtruhom dawk li l-aktar għandhom dħul baxx.", "Per eżempju, nista' nsemmi nbid ieħor prinċipali, is-San Paolo Red Table Wine, li minn 56ċ sar 55ċ, roħs ta' 1.8%.", "Dan ifisser li l-inbejjed ta' kuljum li jinxtraw minn familja medja u li m'hemmx dubju li huma l-iktar inbejjed li jimxu raħsu bi 2% filwaqt li l-iktar inbid għoli magħmul f'Malta u l- inbid importat raħsu b'persentaġġ ferm aktar qawwi.", "L-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod.", "Il-prodott li huwa kkonsmat l-iktar minn dawk li l-inqas jaqilgħu għandu jkun l-inqas intaxxat.", "Pero' f'dan il-każ ġara li r- riduzzjoni fit-taxxa kienet regressive għaliex kienet qed tintaxxa l-irħas prodott filwaqt li r-roħs fil-prodott l-għoli kien ikbar.", "Wara li l-Gvern bagħat dan il-ktejjeb lil kull familja biex jurihom li żamm il-wegħda elettorali tiegħu billi neħħa l-VAT u fost affarijiet oħra kien qed iraħħas il-prezzijiet ta' l-inbejjed - u hawn irrid ngħid li l-inbid kien wieħed mill-affarijiet illi kien jidher fil-gazzetti f'lista wara lista għaliex ma kenux isemmu l-inbid bħala prodott wieħed imma kienu jsemmu ħafna brands ta' nbejjed u jekk huwiex abjad, aħmar, semi-sweet, etc - issa b'dan l- Abbozz ta' Liġi qed jirriversja kollox u qiegħed jerġa' jimponi taxxa tas- sisa ta' 5ċ fuq kull litru nbid.", "Pero' l-Ministru ma qalilniex kemm din it-taxxa se tgħolli l-prezz ta' l-inbid.", "Aħna qed ngħidu illi flixkun inbid ta' xi 750 millilitres, bejn wieħed u ieħor, se jogħla b'madwar 5ċ jew ftit inqas, għalkemm wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni li jista' jkun li jogħla iktar għaliex ħafna drabi tal-ħanut jaħdem il-profitt fuq il-prezz tal-prodott li joħroġ mill-fabbrika u skond dan l-Abbozz ta' Liġi l-prezz li joħroġ mill-fabbrika se jinkludi wkoll it-taxxa tas-sisa li qed jimponi l-Gvern.", "Pero' hija ħaġa stramba li l-Ministru għandu l-faċilitajiet kollha biex jikkalkola dawn l-affarijiet u s'issa għadu lanqas qalilna x'se jkun l-effett ta' din it-taxxa fuq il-prezz tal-prodott.", "Jiena qed neħodha li bħala medja se jogħla b'madwar 5ċ kull flixkun.", "Jiena ma nistax nikkalkola dawn l-affarijiet b'ċertu accuracy bħalma jista' jagħmel id- dipartiment konċernat, pero' nistenna li fil-winding-up il-Ministru jgħidilna x'se jkun eżatt l-impatt ta' din it-taxxa fuq il-prezz tal- prodott.", "Għalkemm f'Lulju li għadda raħsu diversi prodotti minħabba t-tneħħija tal-VAT, kien hemm diversi prodotti oħra li għolew, imma bl-iktar mod sfaċċat il-Gvern ma ndenjax ruħu jgħidilna b'kemm għolew dawn il-prodotti.", "Jien ngħid li meta flus il-poplu ma jintnefqux b'mod tajjeb imma jintnefqu biex jagħmlu propaganda lill-Gvern u juru biss dak li jaqbel lill-Gvern u ma jinformawx lill-poplu b'kemm ikunu għolew ċerti prodotti, il-Gvern ikun qed juża l-fondi pubbliċi b'mod inaċċettabbli u b'mod li jkun qed jagħmel disservice lill-poplu tagħna.", "Issa wara dak il-ftaħir kollu li l-inbid raħas, qed jitressaq Abbozz ta' Liġi quddiemna li se jerġa' jimponi taxxa fuq dan l-istess prodott!", "U rridu niftakru li dawn l-affarijiet saru taħt l-istess Ministru tal- Finanzi.", "Allura jien bilfors ikolli nitlob spjegazzjoni mill-Gvern dwar dan it-tibdil għaliex ma jagħmilx sens li l-ewwel niġu f'dan il-Parlament nitkellmu fuq il-fatt li qed inraħħsu prodott, u mbagħad nerġgħu niġu ftit xhur wara biex nerġgħu ngħollu l-istess prodott.", "Naħseb li b'dan il-mod inkunu qed indaħħku lin-nies bina u min josserva s-sitwazzjoni f'Malta qed jirrealizza li dan il-Gvern miexi bla boxxla u miexi fl-għama.", "Il-poplu llum qed jinduna li l-Gvern miexi b'dan il-mod mhux biss fis-settur ta' l- inbid, imma anke f'oqsma oħra ferm iktar importanti bħal dawk li għandhom x'jaqsmu mas-servizzi ta' l-ilma u tad-dawl, u oqsma oħra li l-Gvern żied b'mod goff it-taxxi fuqhom.", "Illum, kważi seba' xhur wara l-Budget, għadna fil-fażi fejn la nafu kif iż-żieda fl-ispejjeż għal dawn is-servizzi se tolqot lill-industrija, la kif se tolqot lis-settur tat-turiżmu - għax għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet ma' dawn is-setturi - u lanqas kif se tolqot lill-konsumatur għaliex il-Gvern għadu qed jaħsibha jekk jerġax jieħu pass lura.", "Għalkemm intlaħaq xi forma ta' ftehim, għadna ma nafux x'se jiġri qabel ma nibdew nirċievu l-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jkompli jikkonferma li dan il- Gvern huwa inkompetenti u miexi b'nuqqas ta' serjeta' għaliex m'huwiex qiegħed jagħmel l-affarijiet bil-ħsieb u bl-għaqal kif jixraq lil pajjiżna.", "Għalhekk jien nistaqsi lill-Gvern: Għaliex raħħast il-prodott ta' l-inbid meta tneħħiet is-sistema tal-VAT u llum qed terġa' żżidu?", "Għaliex meta daħħalt is-sistema tas-CET ma sarx l-aġġustament meħtieġ biex ma jkunx hemm dan iċ-ċaqliq 'l isfel u issa 'l fuq fil-prezz ta' l-inbid?", "Jekk kellek bżonn il-flus għaliex ma żidtux mill-ewwel meta għamilt din il- bidla?", "Jagħmel sens li nressqu dawn it-tip ta' liġijiet li jibdew jiġu diskussi f'nofs il-lejl biex noqogħdu niddiskutu ż-żieda ta' 5ċ taxxa fuq il-prodott ta' l-inbid?", "Sur President, jien ma nistax insib kliem ieħor ħlief li ngħid li din hija prova oħra ta' inkompetenza grassa min-naħa tal-Gvern fejn l-ewwel jagħmel ħaġa u mbagħad jagħmel eżatt bil-kontra.", "Jiena nixtieq li l-Gvern jibda jagħmel l-affarijiet bis-serjeta' għaliex wara kollox b'dawn l- affarijiet il-poplu kollu qiegħed jiġi affettwat u dan ma jawgurax tajjeb għal pajjiżna.", "Irrid insemmi wkoll il-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja għaliex sfortunatament is-sena li għaddiet il-Gvern ħa miżuri fil-Budget li qed ikollhom impatt negattiv fuq l-għoli tal-ħajja.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'effett se jkollha l-miżura mħabbra fl-aħħar Budget dwar iż- żieda fil-prezz ta' l-ilma - li l-Gvern għadu qed jiddiskuti għaliex għadu lanqas jaf kemm se tkun - fuq l-industrija li tipproduċi l-inbid?", "Hawnhekk se jkollna a double shot effect għaliex barra ż-żieda li se jkun hemm b'din it-taxxa li se tiġi imposta, se jkollna żieda fil-cost ta' l- ilma li żgur li se taffettwa l-cost ta' l-inbid.", "Jista' għallinqas il- Gvern jgħidilna x'se jkun l-effett fuq dan il-prodott?", "Jien wisq nissuspetta li dan it-tip ta' assessment bażiku, li faċilment jista' jsir, ma sarx għaliex il-Gvern donnu jippreferi ma jagħmlux.", "F'Lulju li għadda l- Gvern beda juża s-sistema tas-sisa għaliex kien jgħid li ma jemminx fis- sistema tal-VAT.", "Pero' rridu naraw jekk il-Gvern hux qiegħed iwettaq dak li wiegħed.", "Jirriżulta illi fl-għoli tal-ħajja l-Gvern qiegħed ċertament jikser bil-goff dak li wiegħed.", "Sabiex nissostanzja dak li qed ngħid, se nagħti xi ċifri ppubblikati mill-Gvern stess.", "Sa Ġunju tas-sena li għaddiet u anke fis-sena ta' qabel, l-inflazzjoni kienet dejjem nieżla b'mod konsistenti ma' dak li kien qed jiġri barra minn Malta u għal nofs is-sena li għaddiet l-inflazzjoni kienet laħqet l-inqas livell fi 30 sena.", "Per eżempju, fl-Ewropa l-inflazzjoni naqset għal madwar 2% u f'Malta kellna inflazzjoni ta' madwar 2.6%.", "Pero' meta f'Lulju daħlet is-sistema tas-CET l-inflazzjoni żdiedet minn 2.61% għal 2.69% u baqgħet tiżdied tant li f'Awissu żdiedet għal 2.76%; f'Settembru baqgħet bejn wieħed u ieħor l- istess u f'Ottubru żdiedet għal 2.82%.", "F'Novembru, meta daħlu fis-seħħ ċerti miżuri mħabbra fil-Budget u żdiedu wkoll xi affarijiet oħra, l- inflazzjoni telgħet għal 2.9% u baqgħet tielgħa biex sa Frar ta' din is- sena kienet laħqet 3.44%.", "Issa hawn min jargumenta - fost oħrajn il-Prim Ministru jħobb juża dan l-argument - li llum l-inflazzjoni hija ħafna inqas milli kienet ħames snin ilu.", "Fil-fehma tiegħi, dan m'huwiex argument serju għax is-sitwazzjoni internazzjonali ħames snin ilu kienet mod u llum hija mod ieħor.", "Filwaqt li f'pajjiżna l-inflazzjoni telgħet minn 2.6% għal 3.4%, żieda ta' terz fir-rata ta' l-inflazzjoni, fl-Ewropa l- inflazzjoni naqset għal madwar 1.5%.", "Il-problema li qed tinħoloq f'pajjiżna hija li minħabba l-bidla fis-sistema tat-tassazzjoni u minħabba l-miżuri meħuda fil-Budget, l-inflazzjoni qed tirranka 'l fuq.", "Fil-fatt il-Bank Ċentrali qed jgħid li l-inflazzjoni mistennija tilħaq madwar 4% u jien inħares lejn ċifra aktar għolja minn hekk għaliex jekk tikkalkola l- effetti tal-Budget when they persist over time, tasal għal żieda ta' madwar 4.55%.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn we are moving against the international trend u din hija inkwetanti għax dan ifisser li filwaqt li barra minn Malta l-inflazzjoni tinsab nieżla, f'pajjiżna l-inflazzjoni tielgħa 'l fuq u dan ifisser li qegħdin nitilfu l-kompetittivita', xi ħaġa li hija ta' theddida diretta għall-impjiegi f'pajjiżna.", "Dan it-tip ta' politika f'pajjiżi oħra wasslet għal diffikultajiet kbar, anke fir-rati tal-kambju għax meta titlef il-kompetittivita' b'dan il-mod taqa' fi kriżi ekonomika.", "Jien ngħid illi l-Gvern qed jimxi fl-għama u qed jimxi b'politika fejn m'huwiex qed joqgħod attent biżżejjed għall-miżuri li ħa huwa stess biex jikkontrolla l-prezzijiet.", "Il-Partit Laburista fil- programm elettorali kien wiegħed illi t-tneħħija tal-VAT u l-policies tal- Gvern kellhom inaqqsu l-cost of production u l-għoli tal-ħajja.", "Pero' ġara proprju bil-kontra u m'hu veru xejn dak li qal il-Prim Ministru dan l- aħħar, li r-rankatura ta' l-għoli tal-ħajja naqset.", "Veru li sa Ġunju l- għoli tal-ħajja beda jonqos imma minn Lulju 'l hawn il-ħajja reġgħet bdiet togħla.", "Jien nixtieq li dawn il-punti jiġu ttrattati b'mod iktar serju għaliex filwaqt li dak li qed jiġri f'diversi oqsma li għandhom x'jaqsmu ma' l-ekonomija u anke ċ-ċifri ppubblikati milll-istess Gvern qed jindikaw ċertu riżultat, l-ispokesmen tal-Gvern stess, fosthom il-Prim Ministru u xi Ministri oħra, qed jargumentaw proprju bil-kontra.", "Jien ngħid li dan juri nuqqas ta' serjeta' għax li tkun trasparenti jfisser li turi l-affarijiet kif inhuma u mhux turi l-kontra ta' dak li jindika dik li qed jippubblika l- Gvern stess.", "Jiena naħseb illi fuq dan il-punt il-Gvern qiegħed tassew jikser il- wegħdiet li għamel u qed ikun diżonest għaliex qed jipprova jagħti impressjoni li hija kontra tas-sitwazzjoni reali.", "L-inflazzjoni, li hija government driven qed twassal għal nuqqas ta' kompetittivita' u se twassal għal diffikultajiet dwar żidiet fil-pagi għaliex ħafna negozji ma jifilħux għaż-żieda fl-inflazzjoni.", "Illum l-għoli tal-ħajja qiegħed litteralment imermer l-istandard of living u litteralment jiekol parti mid-dħul tal- poplu tagħna.", "F'kelma oħra din hija forma oħra ta' taxxa; fil-fatt isejħulha inflation tax għaliex meta l-għoli tal-ħajja jkun government driven minħabba li l-Gvern ikun qed idaħħal iktar revenue minn charges li jkun għamel, iż-żieda fil-prezzijiet tkun qiegħda twassal għal żieda in ġenerali fl-għoli tal-ħajja u fil-verita' tkun qiegħda tmermer il-valur tal- flus.", "Din it-tip ta' politika hija ta' ħsara kbira għal pajjiżna, speċjalment meta pajjiżi barranin qed jimxu proprju bil-kontra u qegħdin jagħtu attenzjoni għat-tnaqqas ta' l-inflazzjoni.", "Bażikament fuq bażi internazzjonali d-diskussjoni llum hija jekk għandux ikollok inflazzjoni ta' 0% jew ta' 1% inflation.", "F'Malta l-politika tal-Gvern stess qiegħda tmermer il-valur tal-flus, il-pagi u d-dħul tal-ħaddiema tagħna b'tali mod illi dawk is-saffi tas-soċjeta' tagħna li l-inqas jaqilgħu, l-aktar li se jbatu.", "Illum ninsabu f'sitwazzjoni ta' suq staġnat, fejn il-qgħad żdied b'madwar 1,600 f'din l-aħħar sena u nofs, filwaqt li sena u nofs ilu kellna sitwazzjoni fejn madwar 22,000 ruħ kienu jibdlu x-xogħol kull sena, numru li llum naqas bin-nofs.", "Dan ifisser li l-opportunitajiet għall-impiegi naqsu u dan jaffettwa wkoll id-dħul tal-ħaddiema għaliex meta jkollok sitwazzjoni fejn domanda għall-impiegi tkun qawwija, il-ħaddiema jkunu f'pożizzjoni li jistgħu jinnegozjaw aħjar il-pagi tagħhom.", "Illum is- sitwazzjoni hija bil-maqlub u l-ħaddiema qegħdin f'pożizzjoni li ma jistgħux jinnegozjaw kif jixtiequ jew kif kienu jistgħu jagħmlu sa ftit xhur ilu.", "Dan huwa element ieħor li qiegħed imermer il-pożizzjoni ta' l- istandard of living tagħhom.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar l-issue tal-hidden economy.", "Hawn min isejħilha l-ekonomija s-sewda pero' onestament il-kelma \"sewda\" lili ma togħġobni xejn għax nara li għandha konnotazzjonijiet razzisti.", "Fil-fatt meta lil xi ħadd tkun ħallejtu barra minn xi ħaġa jgħidlek: Mela jien iswed?", "Fil-fehma tiegħi, din l-espressjoni jmissna nwarrbuha mill- vokabularju tagħna u jekk għandna nitkellmu fuq dan it-tip ta' ekonomija, għandna nsejħulha ekonomija moħbija.", "Wara kollox, naħseb li n-nies aktar jifhmu l-espressjoni \"ekonomija moħbija\" milli \"ekonomija sewda\".", "Qed naraw li l-ekonomija moħbija hija bħal parassita fuq l-ekonomija tagħna, fejn dak li jkun ma jħallasx taxxi għax ma jiddikjarax id-dħul tiegħu u allura ma jkun qed jagħti l-ebda kontribut lill-Istat.", "Fil-fatt dan it-tip ta' ekonomija tkun qiegħda tieħu mingħand is-soċjeta' u ma tagħti xejn lura, anzi f'ċerti każi tkun qed tmermer il-valur tal-moralita' fiskali u allura tkun qed toħloq sitwazzjoni fejn min ikun qed iħallas it-taxxa u jara lil min ikun qed jirnexxilu anke jaħrab is-sistema ta' tassazzjoni, iħossu f'pożizzjoni żvantaġġjata u jista' jżid l-impetus biex l-ekonomija moħbija tiżdied.", "Meta tibda tiżdied l-ekonomija moħbija jibdew jiġu ppreżentati quddiemna dan it-tip ta' liġijiet fil-Parlament għaliex il- Gvern b'xi mod irid jagħmel tajjeb għal din l-ekonomija moħbija u allura jibda jżid it-taxxi fuq il-prodotti.", "Kif diġa' għidt, dawn huma miżuri anti-soċjali għax permezz tagħhom qiegħed tintaxxa l-inqas il-prodott irħis minflok ma tintaxxa l-aktar il-prodott għoli li jinxtara l-aktar minn dawk li għandhom dħul għoli.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi juri li dan il-Gvern ma jafx x'jiġifieri meta jitkellem fuq taxxi li huma soċjalment ġusti għaliex dan it-tip ta' miżuri li qed idaħħal m'humiex soċjalment ġusti.", "Pero' ħalli nerġa' mmur għall-ekonomija moħbija.", "Huwa importanti li wieħed jipprova jnaqqas l-ekonomija moħbija.", "Sfortunatament l-indikazzjonijiet kollha juru li minn mindu tneħħiet l- audit trail tas-sistema tal-VAT, l-ekonomija moħbija qiegħda tiżdied u mhux tonqos.", "Fil-fatt illum ħafna negozjanti jsostnu illi l-ammont ta' negozju li qed isir on a cash basis u bla invoices kiber.", "Peress li tneħħiet is-sistema ta' refunds taħt is-sistema tal-VAT, illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn tranżazzjoni ma tiġix recorded, għaliex dak li jkun ma baqagħlux l-inċentiv illi juri li t-taxxa tkun tħallset u addirittura ċerti tranżazzjonijiet, speċjalment fil-katina tal-kummerċ, qed jisparixxu mill-ekonomija li tidher u jmorru lura fl-ekonomija moħbija.", "Għalhekk huwa importanti li nipprovaw insibu miżura biex inkejlu jekk dan il-fenomenu hux qiegħed verament jikber.", "Waħda mill-miżuri wżati internazzjonalment biex titkejjel l-ekonomija moħbija hija illi jieħdu l-ammont ta' flus li qed jintużaw fl-idejn bħala persentaġġ tal-prodott gross domestiku tal- kummerċ totali.", "Ħalli nispjega aħjar x'ġara fl-1994 qabel ma daħlet is- sistema tal-VAT.", "F'dik is-sena l-proporzjon ta' flus - dak li l-Bank Ċentrali jsejjaħlu l-M1 - għall-GDP, kien ta' madwar 46%.", "Din kienet ċifra għolja, anke komparata ma' l-Amerika fejn kellhom ratio ta' madwar 17%.", "Dan ifisser li f'dik is-sena l-flus li konna nużaw bħala persentaġġ tal-GDP kien tliet darbiet iktar milli kienu jużaw l-Amerikani.", "Ma naħsibx li dan kien qed isir għax il-poplu ma kellux fiduċja fis-sistema bankarja jew għaliex kien jibża' jpoġġi l-flus il-bank, għaliex kulħadd jaf li llum għandna istituzzjonijiet bankarji qawwija, grazzi għall-politika tal-Gvern Nazzjonalista li saħħaħ il-banek, żidilhom il-kapital tagħhom u ħallihom jżidu l-kapital tagħhom minflok ma użahom bħal sponża, kif se jagħmel dan il-Gvern bil-liġi li jmissu jressaq f'dan il-Parlament.", "Kif għidt, dan ir- ratio ta' 46% kien għoli ħafna meta tqabblu ma' dak ta' pajjiżi oħra u kien indikatur ċar ta' kemm fl-ekonomija tagħna jsiru tranzazzjonijiet permezz tal-flus biex ma jkun hemm l-ebda record għas-sistemi ta' tassazzjoni.", "Pero' meta daħlet il-VAT, il-persentaġġ ta' flus fl-idejn fuq il-GDP naqas b'mod drammatiku minn 46% għal 39%.", "Fil-fatt jekk tmur lura fl-istorja tagħna ssib li qatt ma kien hemm tnaqqis daqshekk drastiku u dan jindika illi l-ekonomija moħbija bis-sistema tal-VAT naqset b'mod sostanzjali.", "Tant hu hekk, li l-Onor.", "Edwin Grech iqis - u din qalha kemm- il darba - li kien hemm madwar 4,000 impjieg full-time moħbija.", "Bl- istess argument nista' ngħid li kien hemm madwar 6,000 impjiegi part-time li ħarġu fil-beraħ.", "Kif għidt, il-persentaġġ tal-flus li kienu jintużaw fuq il-GDP naqas b'7%, li huwa tnaqqis sinifikanti u f'sentejn kien hemm tnaqqis ta' 17.6%.", "Fl-1996 dan ir-ratio kompla jonqos għal 37.8%, pero' meta f'nofs is-sena li għaddiet daħlet is-sistema ġdida ta' tassazzjoni bdejna ninnotaw żieda f'dan ir-ratio u fil-fatt reġa' tela' għal 38.1%.", "Għalkemm din m'hijiex qabża kbira, irridu niftakru illi s-sistema ta' tassazzjoni ġdida kienet daħlet fl-aħħar sitt xhur ta' dik is-sena, fattur li jindika illi l-użu tal-flus fit-tranżazzjonijiet bħala persentaġġ tal- GDP qed jikber u l-Gvern għandu bżonn jiftaħ għajnejh għaliex jekk tkompli tikber l-ekonomija moħbija jkollu aktar problemi u jispiċċa jiġi quddiemna biex iżid taxxi oħrajn illi jrid iħallashom dak il-povru ħaddiem illi jiġi ntaxxat aktar b'mod mhux ġustifikat.", "Illum fil-gazzetta \"The Times\" qrajt intervista li saret mad-Direttur tas-CET Department fejn, jekk fhimt sewwa, qal li minn kull 1,000 spezzjoni li qed jagħmlu l-ispetturi, qed jaqbdu madwar 500 li ma japplikawx is-sistema sewwa.", "Jien naħseb li huwa indikatur inkwetanti li kważi minn kull żewġ inspections l-ispetturi qed isibu wieħed li m'huwiex qed jimxi mal-ħteġijiet u regolamenti tal-liġi.", "Allura wieħed jistaqsi: Is-sistema li daħħal il-Gvern qiegħda verament twassal għal tnaqqis fl-ekonomija moħbija?", "Minn dak li diġa' qed jidher, din is-sistema qed twassal għal żieda fl-ekonomija moħbija u dan se joħloq problemi fil-finanzjament tal-Gvern.", "Dan ifisser li se jintefa' aktar piż fuq ħaddiema li huma onesti u li diġa' qed iħallsu x-share tagħhom fit-taxxa għaliex se jintlaqgħu minn taxxi oħra.", "Nafu li l-aktar taxxa li se tolqot lill-ħaddiem m'hijiex din it-taxxa li se tiġi imposta fuq l-inbid għax għalija din hija inkonsistenza min-naħa tal-Gvern li l- ewwel raħħas il-prodott u issa se jerġa' jżidu, imma hija t-taxxa fuq l- ilma illi hija maħduma b'mod soċjalment inġust u turi li l-Gvern donnu ma jafx ifassal politika ta' tassazzjoni li tkun soċjalment ġusta fejn min jaqla' l-inqas jiġi affettwat l-inqas.", "Illum għandna Gvern li żgur li m'huwiex soċjalista u m'huwiex tal-ħaddiema għaliex qed jimxi b'politika li tagħfas l-aktar fuq l-iżgħar fis-soċjeta' tagħna.", "Hija xi ħaġa tal- mistħija illi dan il-Gvern wara li kiseb il-poter qed iħalli lil min jaħrab it-taxxi bil-konsegwenza li llum qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "F'Malta għandna Gvern li jipproponi u jwettaq sistema ta' taxxi illi qiegħda taħdem kontra dawk li l-inqas jifilħu fis-soċjeta' tagħna.", "Jien inħoss li bħalissa l-iktar issue taħraq f'pajjiżna hija l-kwestjoni tal- kontijiet ta' l-ilma u hemm bżonn li l-Gvern jittrattaha bis-serjeta' għax se tħalli ġerħa kbira fuq ħafna nies u se tikkawża diffikultajiet kbar fl- ekonomija tagħna mhux biss b'mod dirett, imma anke b'mod indirett.", "Nixtieq nikkonkludi billi ngħid li dan it-tip ta' liġijiet li qed jiġu quddiemna huma frott ta' nuqqas ta' serjeta', nuqqas ta' ħsieb, nuqqas ta' ppjanar u nuqqas ta' assessment reali ta' x'hemm bżonn isir fl-ekonomija tagħna min-naħa tal-Gvern.", "Il-Gvern preżenti qed jiggverna billi jesperimenta u jintroduċi taxxa 'l hawn u 'l hemm qisu m'għandux il- kapaċita' li jiżen, jifli u jagħżel x'inhu l-aħjar għall-poplu tagħna.", "Jien ma kontx nobsor li għad nara gvern Malti li jimxi b'politika li tmur kontra l-prinċipji tal-ġustizzja soċjali f'diversi oqsma speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistema ta' tassazzjoni.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Sur President, nixtieq ngħid kelmtejn fil-qosor dwar il-politika tal-Gvern f'dan il-qasam ta' l- industrija ta' l-inbid u rrid nassigura lin-naħa l-oħra tal-Kamra li bla dubju d-direzzjoni tal-Gvern mhux talli mhux se toħloq diffikultajiet lil dan is-settur f'pajjiżna, imma se toħloq opportunitajiet ġodda li permezz tagħhom l-investiment li jrid jitkattar fl-industrija ta' l-inbid ikun investiment li jirrendi kemm għall-ekonomija nazzjonali, kemm għall-ġid tal-bdiewa, kemm għall-ġid tal-vintners, kif ukoll għall-konsumatur.", "Fil- ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi rrid nikkonferma li d- direzzjoni li qabdet Malta li minflok ma ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea tiżviluppa zona ta' kummerċ ħieles, qed toħloq opportunitajiet u direzzjonijiet ċari, prattiċi u realistiċi illi trid tesperjenza din l- industrija ta' l-inbid f'pajjiżna.", "Tajjeb illi ngħidu illi l-Gvern mhux biss qiegħed jipproponi din l-emenda biex tiddaħħal taxxa tas-sisa fuq l-inbejjed, imma qiegħed jaħdem sabiex tiġi mħejjija draft ta' liġi dwar l-inbid f'pajjiżna ħalli nkunu nistgħu nissalvagwardaw aktar il-parametri u t-territorji li jappartjenu lil dan is- settur f'pajjiżna.", "Tajjeb ukoll li wieħed jirriferi għall-esperta Awstraljana mibgħuta mill-FAO sabiex tagħti rendikont dwar id- diffikultajiet kbar li għal numru ta' snin laqtu lil din l-industrija f'pajjiżna.", "Irrid infakkar lin-naħa l-oħra illi matul l-għaxar snin li għaddew ma sar l-ebda żvilupp min-naħa tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u li kieku ma kienx għas-settur privat ma kien isir xejn.", "Qed ngħid dan mhux biss għaliex ma sibniex uffiċjali biex imexxu dan il-qasam jew għaliex sibna l-Winery tal-Buskett abbandunata u diżorganizzata, imma lanqas sibna linji ċari dwar kif eventwalment nistgħu noħolqu iktar makkinarju koordinat bejn l-industrija ta' l-inbid, il-bdiewa u l-konsumatur.", "Minkejja li s-settur privat avvanza matul is-snin li għaddew fil- produzzjoni u l-kwalita' ta' l-għenba, irrid nistqarr li l-politika tagħna qed tgħin biex fil-ġejjieni qarib tingħata iktar protezzjoni lil din l- industrija permezz tal-politika ta' zona ta' kummerċ ħieles u dan se jgħin biex jinħoloq aktar ġid lill-industrija lokali.", "Qed ngħid dan fid-dawl ta' l-iżviluppi kontinwi u koordinament sħiħ li għaddejjin bejn il-Gvern u l- persuni konċernati fl-industrija ta' l-inbid, jiġifieri kemm il-growers kif ukoll il-vintners.", "Sur President, għalkemm il-Gvern preċedenti kien isostni politika ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, illum għadna fis-sitwazzjoni li l-analiżi ta' l-ilma u tal-ħamrija jridu jsiru barra minn Malta.", "Illum kulħadd jirrikonoxxi illi biex il-qasam tal-biedja jimxi 'l quddiem trid tingħata għajnuna lill-bidwi biex ikompli jiżviluppa aktar l-attivita' xjentifika tiegħu, speċjalment għal dak li jirrigwarda l-analiżi tal-kwalita' ta' l- art u ta' l-ilma biex dak li jkun qed jiġi mkabbar fl-uċuh tar-raba' jkun jirrispetta l-palat kemm tal-konsumatur kif ukoll tal-kwalita' għolja tal- prodott.", "Jiddispjaċini ngħid li kellu jkun dan il-Gvern, li l- Oppożizzjoni qed tgħid li m'għandux viżjoni u m'għandux qalb illi flimkien mal-koperattiva ta' l-inbid, mal-bdiewa u mas-settur kummerċjali kollu f'pajjiżna qed naraw kif dan il-laboratorju jista' jibda jaħdem u jkun parti mis-survey agri-ekoloġiku.", "Dawn l-affarijiet kollha juru b'mod ċar li huma marbuta mal-politika tal- Gvern, mal-fatt li fil-ġejjieni qarib din l-industrija mhux talli m'hijiex se ttellef l-impjiegi, imma fid-direzzjoni ta' zona ta' kummerċ ħieles, se tassigura li l-bdiewa u l-industrija ta' l-inbid f'pajjiżna ma jġarrbux id- disfatta li ġarrbu l-bdiewa Spanjoli u Portugiżi, li minħabba l- introduzzjoni ta' ħafna kwalitajiet ta' nbid, l-attivita' kummerċjali tagħhom niżlet b'persentaġġ għoli.", "Għaldaqstant quddiem dan il-mekkaniżmu kollu kontinwament għaddejjin b'investiment u b'diskussjonijiet li tabilħaqq qed joħolqu aktar ambjent matur fost in-nies involuti f'dan is- settur f'pajjiżna.", "Ma rridx ninsa nsemmi d-diskussjoni li se ssir mal- Koperattiva tal-Bdiewa, mal-Koperattiva Ċentrali, kif ukoll mal-vintners lokali nhar il-Ħadd li ġej fejn se nindirizzaw ukoll lill-bdiewa anzjani u part-timers biex inħajruhom jinvestu aktar fil-produzzjoni tad-dwieli f'pajjiżna.", "Dan mhux se jsir biss biex insostnu l-iżvilupp rurali jew il- landscaping ta' pajjiżna, imma wkoll biex nagħtu gwida lill-bdiewa, speċjalment lil dawk li għandhom 'il fuq minn 60 sena u li minħabba l- progress u l-iżviluppi li seħħew fid-dinja tal-lum, uliedhom ma baqgħux jaħdmu l-uċuh tar-raba' u ma baqgħux jgħinuhom.", "Lil dawn il-bdiewa se naraw kif nistgħu niggwidawhom biex ir-raba' li għandhom flok jiġi degradat fis-snin li ġejjin, ikun jista' jilgħab parti importanti f'din l- industrija li aħna tant konvinti li se timxi 'l quddiem bil-politika ta' dan il-Gvern.", "Barra minn hekk, lill-bdiewa se nfehmuhom x'inhuma l- vantaġġi illi qed joffri dan is-settur f'pajjiżna.", "Sur President, irrid ngħid li sal-lum l-importazzjoni ta' l-inbid, bejn dak li huwa nbid tal-mejda u dak li huwa nbid għall-għasir, tlaħħaq 'il fuq minn Lm2 miljun u dan jindika biċ-ċar li hemm bżonn ta' investiment sabiex il-kwalita' tal-prodott ta' l-inbid f'pajjiżna tkompli titjieb.", "Aħna min-naħa tagħna se nitkellmu wkoll dwar l-industrija ta' l-inbid fil- kwadru agri-turistiku.", "Aħna nafu li l-inbid huwa prodott alkoħoliku, imma nafu wkoll li qed isiru sforzi biex id-dieta Mediterranea tiġi rikkmandata bħala l-aħjar dieta.", "Aħna nemmnu illi Malta trid tilgħab rwol importanti f'dan it-tip ta' ambjent fejn is-soċjeta' ta' kull reġjun fid-dinja tibda tinteressa ruħha li tikkonsma dan it-tip ta' healthy food.", "Għalhekk lill- bdiewa tagħna rridu nfehmuhom illi għandhom iħarsu lejn l-industrija ta' l- inbid f'pajjiżna mhux biss mil-lat kummerċjali, imma wkoll mil-lat agri- turistiku.", "Aħna nemmnu illi l-bidwi jrid ipoġġi fis-suq mhux biss l-inbid li normalment jipproduċi għal skop kummerċjali imma wkoll l-inbid tradizzjonali tal-familja, li t-turist ħafna drabi jkun aktar interessat li jixtri ħalli jkompli jesperjenza aktar kwalitajiet ta' nbejjed differenti.", "M'hemmx dubju li l-Gvern, b'kordinazzjoni mas-setturi konċernati, u mal- Ministri responsabbli mill-industrija, mill-finanzi u mit-turiżmu, se jilħaq dawn l-għaniijiet u se jibqa' għaddej mingħajr ma jgħaġġel, biex jibbenifika mill-aħħar studji li jkunu saru f'dan il-qasam li wara li jiġu mistħarrġa u analizzati, ikunu jistgħu jservu ta' ġid għall-gżejjer tagħna.", "Jien naf illi l-Gvern mhux se jgħaddi din il-liġi minn dan il-Parlament u jieqaf hawn, imma se jkompli għaddej b'ħidmietu biex jassigura illi l- industrija ta' l-għeneb f'pajjiżna tkompli tkun sostnuta biex ikollna soċjeta' tabilħaqq matura u moderna li mhux tidħol f'millennju ta' deficits, imma tidħol f'millennju ta' ekonomija soda marbuta ma' ħajja u attivita' li tirrendi aktar għas-suq ta' l-ekonomija nazzjonali.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi dwar dazju tas-sisa fuq l-inbejjed u prodotti illi b'xi mod huma marbuta ma' l-inbejjed.", "Barra minn hekk, hemm ukoll xi emendi oħra li l-Gvern diġa' informana bihom.", "Irrid ngħid ukoll li partijiet minn din il-liġi jagħmlu riferenza wkoll għall-Att dwar l-Inbid li jirregola l-produzzjoni ta' l-inbejjed f'pajjiżna.", "Naturalment wieħed jista' jgħaqqad il- pożizzjoni ta' dawn iż-żewġ liġijiet flimkien u jara jekk effettivament dak li għadu kif intqal u dak li qed jiġri fis-suq lokali jirriflettix ir- realta' marbuta ma' dawn iż-żewġ liġijiet jew inkella hijiex realta' xi ftit differenti minn dak li attwalment qed jiġri f'pajjiżna.", "Mill-internet wieħed malajr jinduna illi attwalment is-sistemi ta' kif wieħed jipproduċi l-inbejjed fid-dinja kollha huma varjati u f'pajjiżna stess dawn is-sistemi jvarjaw minn produttur għall-ieħor.", "Għalhekk huwa importanti illi fir-rigward ta' kontrolli fil-pajjiż, wieħed ma jridx iħares biss lejn dak li jkun qed jiġri lokalment, imma jrid iħares ukoll lejn dak li jkun qed jiġri fis-swieq internazzjonali, b'mod partikolari dak li jkun qed jiġri fl-areas ta' madwarna jew inkella areas illi għandhom l-istess tip ta' temperatura tagħna jew l-istess tip ta' tkabbir tal- prodott ta' l-għenba.", "Nafu illi f'reġjuni differenti hemm tipi differenti ta' nbejjed, tipi differenti ta' għeneb u tipi differenti ta' produzzjoni ta' l-inbid.", "U l-persuna illi finalment tasal biex tikkonsma diversi tipi ta' nbejjed trid tara r-relazzjoni bejn dak li jkun qed jiġi prodott, il-post fejn ġie prodott u kull sistema oħra ta' produzzjoni li jista' jkun hemm minn żmien għall-ieħor.", "Nafu illi għal snin twal kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn Malta konna nisimgħu l-famuża frażi li l-inbid jista' jsir ukoll mill-għeneb.", "Pero' matul is-snin li għaddew is-sitwazzjoni bdiet tinbidel u nafu li kien hemm bidliet drastiċi fil-mod kif jiġi prodott l-għeneb f'pajjiżna.", "Fil- fatt illum il-kumpanniji lokali kollha li jipproduċu l-inbejjed jistgħu jiftaħru illi għandhom inbejjed tajbin u ta' livell li jħabbtuha mhux biss ma' l-inbejjed illi jipproduċu huma bejniethom imma wkoll mal-kwalita' ta' nbid li jiġi prodott f'inħawi oħra ta' l-Ewropa u tal-Mediterran.", "Biżzejjed wieħed isemmi r-rebħiet illi għamlu diversi kumpanniji li jipproduċu l-inbid f'pajjiżna f'kompetizzjonijiet barra minn Malta proprju għaliex il-kwalita' ta' l-inbid f'pajjiżna tul is-snin li għaddew tant tjieb, illi jekk tmur f'restaurant jew tiddeverti x'imkien u tagħżel inbejjed lokali ma jkollokx id-diffikulta' illi b'xi mod se tiġi ttimbrat illi qed tixrob inbid inferjuri għal dak prodott barra minn Malta.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, f'dawn l-aħħar snin il-vintners ta' pajjiżna importaw u qegħdin jimportaw ammont kbir ta' għeneb illi ma ssostitwixxix l-għeneb lokali, imma ssostitwixxa l-importazzjoni tal-prodott ta' l-inbid lest.", "Waħda mir-raġunijiet kienet illi dawk li jipproduċu l-inbid kienu jistgħu jimportaw dan l-għeneb mingħajr il-bżonn illi jħallsu taxxi żejda u għalhekk ma kellhomx għalfejn iżidu l-prezz fuq il-materja prima, fuq l- għeneb.", "B'dan il-mod stajna naraw iseħħu żewġ żviluppi pjuttost importanti matul is-snin li għaddew għaliex seta' jsir paragun bejn l-għenba Maltija u l-għenba importata u seta' jsir tqabbil bejn ir-riżultati li wieħed jikseb meta jsir l-għasir ta' l-għeneb lokali u l-għasir ta' l-għeneb importat.", "Naturalment dan wassal biex il-vintners f'pajjiżna li kellhom ċerta foresight bdew jagħmlu investimenti pjuttost qawwija f'dan is-settur mhux għaliex kienu qegħdin jibżgħu mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, imma proprju għaliex kien jidher ċar li pajjiżna kien qed jaqbad it-triq għas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb illi wieħed jagħraf li l- organizzazzjonijiet prinċipali tal-produzzjoni ta' l-inbejjed f'pajjiżna għamlu dan l-investiment għaliex jafu iktar mill-bidwi komuni l-vantaġġi sostanzjali li jkollok bi produzzjoni ta' għeneb a paragun ma' produzzjoni ta' l-inbid lokali u li jista' jġib riżultati pożittivi meta 'il quddiem niġu biex inħarsu lejn membership sħiħ ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Naturalment minbarra l-vintners il-kbar, għandna għadd sostanzjali ta' persuni f'pajjiżna illi jagħsru l-inbejjed tagħhom u jien konvint li kull wieħed minna f'din il-Kamra kellu l-opportunita' li jduq minn dan it-tip ta' nbid.", "Il-produtturi lokali kbar għamlu dan l-investiment għaliex fehmu x'se jkun il-futur tagħhom meta Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ma rridx inkompli ntawwal iżżejjed fuq il-membership ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, pero' tajjeb illi wieħed jifhem illi kienu dawn il- persuni illi matul is-snin li għaddew fehmu illi kellhom bżonn jiddiversifikaw u riedu li l-bidwi Malti finalment jibda jagħraf id- distinzjoni bejn l-inbejjed kollha illi nistgħu nipproduċu f'pajjiżna.", "Fil- fatt kienet qamet daqsxejn ta' kontroversja dwar jekk nistgħux nipproduċu nbid tajjeb bl-għenba tradizzjonali Maltija.", "Hawn min jaqbel li nistgħu nipproduċu inbid tajjeb bl-għenba Maltija u hawn min ma jaqbilx, pero' r- riżultati juru li l-għenba tradizzjonali Maltija fl-aħħar mill-aħħar tista' tipproduċi nbid tajjeb.", "Meta l-bdiewa bdew jaraw li l-kumpanniji kbar kien qed jirnexxilhom jipproduċu għeneb lokali ta' kwalita' tajba, bdew juru interess u għarfu l- ħtieġa li huma wkoll itejbu l-metodi ta' produzzjoni biex ibiddlu l- kwalita' ta' l-għenba tagħhom, Fil-fatt nistgħu ngħidu li matul is-snin illi għaddew kienu bosta l-bdiewa lokali illi fehmu li għandhom bżonn ibiddlu il-metodi tat-tkabbir ta' l-għeneb f'pajjiżna.", "M'għandix dubju li jekk tiltaqa' ma' xi bidwi xiħ f'pajjiżna u tgħidlu li l-għeneb irid jissaqqa, jgħidlek li ma tafx x'qed tgħid.", "Pero' bil-mod il-mod il-bidwi Malti, wara li ra l-eżempju ta' produtturi kbar li segwew ldak li kien qed jagħmel ħaddieħor barra minn Malta, fehem li l-għenba Maltija tista' ssaqqiha u finalment tagħtik riżultati tajbin.", "Il-bidwi fehem ukoll li seta' jipproduċi varjetajiet differenti ta' għeneb illi għal snin twal kien hawn min jibża' li ma tistax tipproduċih f'pajjiżna b'riżultati pożittivi.", "L-esperjenza wrietna li mhux talli r-riżultati f'pajjiżna huma tajbin daqs ta' pajjiżi oħrajn, imma hemm uħud mill-varjetajiet illi qegħdin jitkabbru f'pajjiżna li qegħdin jagħtu riżultati aħjar minn dawk illi tagħti l-istess tip ta' dielja meta tiġi mkabbra f'pajjiżi oħrajn.", "Kif kont qed ngħid, l-eżempju tal-kbir ikaxkar liż-żgħir u l-bidwi beda jifhem li bil-mod il-mod, b'investiment mhux daqstant qawwi, seta' jbiddel il- metodi tat-tkabbir ta' l-għenba Maltija.", "Illum nafu li f'diversi nħawi ta' pajjiżna t-tkabbir ta' l-għeneb qed isir b'mod iktar professjonali u hemm diversi persuni li qegħdin jindunaw li jistgħu jaqilgħu parti mill- għajxien tagħhom billi jipproduċu l-għeneb mhux biss għall-mejda, imma anke għall-produzzjoni ta' l-inbid.", "Dwar it-tkabbir ta' l-għeneb f'pajjiżna, irrid infakkar li sa Ottubru ta' l-1996 il-kompetizzjoni fost il-vintners prinċipali ta' pajjiżna kienet - u dan jistgħu jixhduh ilkoll kemm huma - li jħajru numru ikbar ta' bdiewa jkabbru l-għenba u kienu lesti li jagħmlu anke xi tip ta' ftehim ma' dawn l-istess bdiewa.", "Pero' qabel xejn wieħed irid jifhem x'għandu jkun ir-rwol tad-dipartiment illi jieħu ħsieb it-tkabbir tal-prodotti agrikoli f'pajjiżna u jekk għandux ikun il-Gvern illi jipproduċi u jagħmel l-analiżi tiegħu, jew inkella għandux iħalli l-produzzjoni u l-analiżi f'idejn ħaddieħor.", "Ir-realta' hi li ma nistgħux niġu fil-pożizzjoni fejn il- produttur ikun ukoll ir-regolatur tal-kwalita' tal-prodott tiegħu.", "Huwa veru li l-produttur jista' jkollu l-enoloġisti tiegħu li jkunu kapaċi jtejbu l-livell ta' l-għenba u l-livell ta' l-inbid illi jiġi prodott b'tipi differenti ta' għeneb u tipi differenti ta' fermentazzjoni.", "Madanakollu fl-aħħar mill-aħħar irid ikun hemm awtorita' separata mill- persuni kollha li b'xi mod ikollhom interess fil-produzzjoni diretta ta' l- inbejjed proprju biex tkun tista' tiċċertifika t-tip ta' għenba u t-tip ta' nbid illi jiġi prodott minn dik l-għenba.", "Huwa importanti li wieħed jissepara l-produzzjoni mill-analiżi li trid issir biex ikun jista' jitjieb il-livell ta' l-inbid illi jiġi prodott u jiġu magħrufa l-bżonnijiet tas- suq lokali u tas-swieq internazzjonali li kull produttur Malti jaspira illi jesporta lejh.", "Wara kollox l-ebda klijent barrani ma jasal biex jaċċetta l-analiżi li jagħmel il-produttur.", "Minbarra li kien inbeda x- xogħol biex ikollna laboratorji fejn persuni janalizzaw ir-riżultati b'mod individwali u jaraw illi l-produzzjoni tkun tajba u ta' livell aċċettabbli, bdejna naħdmu wkoll biex ikollna awtorita' jew bord illi finalment jiċċertifika anke l-kwalita' ta' l-inbid illi jkun qed jiġi prodott.", "Jien konvint li għaddej ix-xogħol biex tiġi mwaqqfa din l- awtorita' li nħasset il-ħtieġa li titwaqqaf matul is-snin li għaddew meta l- produzzjoni lokali ta' l-inbid bdiet miexja fuq passi tajbin u bdiet tieħu xejra iktar teknoloġika u iktar serja milli kienet matul is-snin ta' qabel.", "Jien konvint ukoll li l-bażi tal-ħidma u l-investiment kollu li sar matul is-snin li għaddew wassal biex iktar persuni juru interess fit- tkabbir ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid b'mod professjonali.", "Ilum mhux il-vintners jagħmlu l-analiżi, imma nsibu diversi produtturi żgħar li jagħmlu analiżi tal-prodott tagħhom huma stess.", "L-Att dwar l- Inbid jispeċifika li produttur jeħtieġ liċenzja sabiex juża 4,000 kilo għeneb għall-għasir.", "Sur President, jien konvint illi hawn għandna numru sostanzjali ta' persuni, li għadna nistgħu nsejħulhom dilettanti f'pajjiżna, illi jagħsru 4,000 kilo jew inqas u qegħdin jagħmlu analiżi tal- prodott illi jkollhom.", "Naf persuni li jipproduċu ammonti żgħar ta' nbid li ħafna drabi jużawh għall-bżonnijiet tagħhom u tan-nies ta' madwarhom, u huma stess qegħdin jagħmlu analiżi aħjar tar-riżultat finali milli kien isir ftit tas-snin ilu.", "Dan huwa pass importanti jekk aħna verament irridu naraw bidla fil-kultura tal-produzzjoni ta' l-inbid f'pajjiżna, bidla illi matul is-snin li għaddew wasslet biex il-bidwi ma jkunx kuntent illi sempliċement jipproduċi l-għeneb u jaqtgħu bejn Santa Marija u l-Vitorja biex imur għall-għasir, imma beda jifhem li anke ġurnata jew tnejn fil-qtugħ tal-għenba tagħmel differenza kbira fir-riżultat aħħari tal- produzzjoni ta' l-inbid.", "Sur President, illum għandna bdiewa f'pajjiżna li m'għadhomx jikkuntentaw li jaqtgħu l-għeneb it-Tnejn u jagħsruh is-Sibt bħalma kienu jagħmlu sa ftit snin ilu.", "Illum aktar bdiewa qed ifittxu li jakkwistaw riżultat tajjeb fil-kwalita' ta' l-għenba u fl-inbid illi jkunu qegħdin jipproduċu għas-suq lokali li ħafna minnu jispiċċa wkoll fuq l- imwejjed ta' diversi restaurants illi għandna f'pajjiżna.", "Għalhekk, Sur President, hemm bżonn li nieħdu pożizzjoni ċara għal dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-produzzjoni lokali, li barra li hija marbuta prinċipalment mal-vintners il-kbar, hija marbuta wkoll ma' persuni li jagħsru kwantita' ta' għeneb għal użu pjuttost ristrett.", "Jekk verament ma rridux inkissru dak illi ksibna matul is-snin li għaddew, irridu nkomplu nsaħħu l-pożizzjoni tad-diversi produtturi li għandna fis- suq lokali.", "Sur President, jien konvint illi llum il-bidwi Malti qiegħed f'pożizzjoni illi jipproduċi l-aħjar għenba għall-użu tal-produzzjoni ta' l-inbid u nappella lill-Ministru responsabbli mill-agrikoltura li meta naslu biex niddiskutu l-Liġi dwar l-Inbid, din id-diskussjoni tkun marbuta mal-produzzjoni u mal-kwalita' reali tal-prodott lokali, ma' l- iżviluppi illi ġraw matul is-snin li għaddew u mal-ħarsien veru ta' dak illi huwa l-prodott ġdid lokali li beda jiżvillupa matul is-snin illi għaddew.", "Irridu noqogħdu attenti li waqt id-diskussjoni ta' din il- leġislazzjoni minflok ma ngħaddsu rasna u noqogħdu ngħidu li fis-snin li għaddew ma sar xejn minn ta' qabilna, inkunu qegħdin f'pożizzjoni illi dak li jkun qed jiġri u dak illi nkunu qegħdin nagħmlu, nagħmluh fir-rispett ta' l-iżvilupp illi jkun sar, fir-rispett ta' min jipproduċi dan il-prodott u fir-rispett ta' dawk kollha li matul is-snin li għaddew investew f'dan is-settur u għadhom għaddejjin bir-ritmu illi jkomplu jinvestu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA (Segretarju Parlamentari): Sur President, jien ma xtaqtx nikkummenta fit-tul dwar dan il-liġi li d-diskussjoni dwarha qisha żvolġiet fuq żewġ oqsma partikolari.", "Fil-fatt saru kummenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija ta' l-inbid - u smajna suġġerimenti tajbin min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - u kummenti oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l- aspett ekonomiku.", "Jien nixtieq nikkummenta fuq ċerti affarijiet li ssemmew mill-Oppożizzjoni għaliex forsi min qed jismagħna jista' jikkonfondi ruħu.", "Tajjeb illi wieħed jinnota li din l-emenda tikkonċerna taxxa tas-sisa ta' 5ċ fuq kull litru nbid u din it-taxxa qed issir kemm fuq il-prodott importat, kif ukoll fuq il-prodott lokali.", "Imma ta' min jgħid li ħafna drabi l-argumenti min- naħa ta' l-Oppożizzjoni tant infetħu li ma baqgħux jiffokaw fuq din l- emenda li għandna quddiemna u meta wieħed jibda jisma' l-kummenti li bdew isiru, li aħna m'aħniex Gvern soċjalista, li tlifna l-kuxjenza soċjali u li qed ngħakksu liż-żgħir, tibda tiddubita kemm dawk li qed jisimgħu qed jifhmu li kulma qed jingħad hawnhekk huwa li se tiżdied taxxa ta' 5ċ fuq kull litru nbid.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-effett ta' din it-taxxa fuq il-konsumatur - bħal fil-każ tat-taxxa speċjali fuq il-banek - hija negliġibbli.", "Barra minn hekk, irridu ngħidu li l-industrija ta' l-inbid ilha tgawdi protection levy ta' Lm1.50 u din kienet tagħmilha diffiċli ħafna għall-kompetizzjoni minn barra.", "Naħseb li minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja li ħallielna l- gvern preċedenti u wara li ilha tgawdi protezzjoni għal żmien daqstant twil wasal iż-żmien li din l-industrija tagħti l-kontribut tagħha.", "Din it-taxxa ta' 5ċ m'għandhiex issib xi ostakli kbar meta titpoġġa fil-kontest proprju tagħha.", "Hawnhekk irrid ngħid li dan huwa każ li juri kemm it-taxxa tas-sisa tista' tkun taxxa effiċjenti u effettiva.", "Fil-fatt permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi l-Gvern se jibda jintaxxa prodott speċifiku u tajjeb li wieħed isemmi x'inhuma l-effetti pożittivi ta' din it-taxxa.", "L-ewwel aspett pożittiv tagħha huwa li s-self-employed m'għadx għandu l-inkwiet li jrid joqgħod jimla d-dokumenti kull tliet xhur bħalma kien jagħmel taħt is- sistema tal-VAT, il-famuża taxxa li l-poplu tagħna daq u li fl-elezzjoni li għaddiet wera b'mod kategoriku li ma niżlitlux tajjeb.", "Tajjeb ngħidu li l-bidla mis-sistema tal-VAT għal dik tas-CET ħelset lil eluf ta' negozjanti mill-burden ta' ħafna proċeduri amministrattivi.", "Imma donnu li l-Oppożizzjoni ma jogħġobhiex issemmihom dawn l-affarijiet.", "Niftakar li kemm-il darba kienu jiġu għandna numru ta' self-employed żgħar għax il-mili tal-formoli kien joħolqilhom konfużjoni sħiħa, barra l-ħafna inspections li kienu jsiru u affarijiet bħal dawn li litteralment iġġammjaw il-kummerċ f'pajjiżna.", "Tajjeb li wieħed jgħid illi issa l-burden amministrattiv m'għadux mifrux fuq kulħadd b'mod li kull ħanut kien sar qisu kollettur tat- taxxa, imma t-taxxi qed jinġabru mill-importaturi.", "Kieku għadna bis-sistema tal-VAT u kienet issir din it-tip ta' tassazzjoni fuq dan il-prodott speċifiku kienu jinħolqu komplikazzjonijiet amministrattivi minħabba r- rati differenti li kienu jeżistu fuq prodotti partikolari u anke minħabba s-sistema tar-refunds.", "Imma dawn l-affarijiet f'pajjiżna jappartjenu għall- passat għaliex issa għandna taxxa sempliċi li kulħadd jista' jifhimha u biha jaf fejn qiegħed.", "Il-ġbir ta' din it-taxxa u l-accounting procedures huma mifruxin fuq min jiflaħ jidħol għal dan it-tip ta' burden, ngħidu aħna l-importuturi u l-produtturi lokali ta' ċerta statura.", "L-Oppożizzjoni tħobb tqabbel id-dħul mit-taxxa tal-VAT mad-dħul minn din it-taxxa l-ġdida, imma ħafna drabi tinsa illi l-VAT ġiet mibdula bl-ETI fuq l-importazzjoni, l-ETS fuq is-servizzi u l-ETP fuq il-prodotti, u meta tagħmel il-paraguni tikkonċentra biss fuq l-ETS u l-ETP.", "Huwa importanti li l-paraguni jinħadmu fuq it-tliet tipi ta' taxxi.", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għadna kemm smajna li dan il-Gvern m'għandux direzzjoni u li m'huwiex kompetenti biżżejjed biex imexxi lil pajjiżna, pero' fl-istess ħin qed jgħidulna li aħna Gvern bla kuxjenza għaliex qed nagħmlu din it-taxxa, bħallikieku meta kellna s-sistema tal-VAT kollox kien miexi 'l quddiem.", "Fil-fatt il- figuri juru li taħt is-sistema tal-VAT l-evażjoni tat-taxxa kompliet tikber kull sena, kuntrarju għal dak li qed jiġri b'din it-taxxa ġdida li introduċa l-Gvern Laburista.", "Kieku l-VAT kellha s-suċċess kollu li l- Oppożizzjoni tattribwilha, tant li għadha toħlom li terġa' ddaħħalha jekk xi darba terġa' tkun fil-gvern, u kieku verament tefgħetna fit-triq it- tajba f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġbir ta' finanzi pubbliċi, kieku ma konniex insibu ma' wiċċna dik il-qagħda mwiegħra fil-finanzi pubbliċi.", "Imma donnu li l-Oppożizzjoni ma tagħtix kas dawn l-affarijiet u n- negattiv tipprova titfgħu fuq dan il-Gvern.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-għaqal u l-effiċjenza li miexi bihom il-Gvern f'dan il-qasam qed jagħtu r-riżultati u biżżejjed ngħidu li matul din is- sena l-iżbilanċ naqas b'iktar minn Lm20 miljun.", "L-Oppożizzjoni bdiet tistaqsi minn fejn ġiet din id-differenza u għalkemm smajna li kien hemm xi żbalji fil-pubblikazzjoni ta' ċerti ċifiri, il-fatt huwa li bejn l-istima u ċ-ċifri attwali hemm Lm20 miljun differenza favur tagħna.", "Jien nixtieq inkun naf x'kienet tgħid l-Oppożizzjoni kieku l-Gvern naqas li jiġbor dawn l-Lm20 miljun.", "Is-sistema tas-CET daħlet fil-pajjiż mingħajr ħafna nkwiet u preokkupazzjoni fost il-poplu tagħna u fil-fatt il-proċess kien wieħed trankwill u mimli djalogu mal-poplu.", "Jien ċert li s-sempliċita' ta' din it-taxxa se tkompli tagħtina riżultati.", "Pero' nistgħu ngħidu li ġara l-istess ħaġa meta ddaħħlet is-sistema tal-VAT f'pajjiżna?", "F'dan il- kontest nixtieq insemmi xi ħaġa li ma sssemmietx mill-Oppożizzjoni.", "Kieku llum għadna bis-sistema tal-VAT u għadna mexjin fit-triq lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, kieku qed niddiskutu t-tneħħija tal-levy ta' Lm1.50 li teżisti bħala protezzjoni fuq din l-industrija.", "Kellu jkun il- Gvern preżenti li kixef il-maskra tal-Gvern preċedenti li b'daqqa ta' pinna kien se jneħħi madwar 400 levy u addio l-konsegwenzi li dawn kien se jkollhom fuq il-poplu tagħna, basta ninogħġbu ma' xi ħadd!", "Jien naqbel li l-levies m'għandhomx jibqagħu għal dejjem, pero' għandhom jitneħħew gradwalment.", "Din hi d-differenza bejn in-naħa tal-Gvern u n-naħa ta' l- Oppożizzjoni li qed jgħidulna li aħna bla kuxjenza!", "In-naħa l-oħra kienet lesta li tneħħi kollox f'daqqa u miskin hu min jintlaqat, pero' aħna qed ngħidu li dan it-tip ta' protezzjonijiet għandhom jitneħħew gradwalment billi l-ewwel ngħinu lill-industrija tqum fuq saqajha, ngħinu lil min għandu bżonn it-taħriġ u lil min għandu bżonn jimxi 'l quddiem fit- teknoloġija biex dan il-pass isir fl-aħjar interess ta' pajjiżna u mhux fl- aħjar interess ta' xi ħadd ieħor li jkun qiegħed jimponi fuqna.", "Nixtieq nikkonkludi billi ngħid li aħna għandna żewġ miri ewlenin: L- ewwelnett irridu nsaħħu l-industrija Maltija u t-tieni nett irridu nneħħu l- iżbilanċ ekonomiku kbir illi ħallielna ma' wiċċna Gvern Nazzjonalista.", "Aħna fiduċjużi li mexjin fid-direzzjoni t-tajba u fil-fatt fir- relazzjonijiet internazzjonali tagħna ma' l-Ewropej qed ninnegozjaw it- twaqqif ta' free trade zone fuq perjodu ta' bejn tlieta u ħames snin.", "Aħna għandna l-ħila li nilħqu dan l-iskop u jekk hawn xi ħadd li qed jaħseb li l-Unjoni Ewropea se tifirxilna xi sodda jekk nidħlu fi sħab kummerċjali, naħseb li jkun qed jgħix f'dinja li tħares biss lejn il-futur immedjat u mhux fil-bogħod.", "Aħna li jinteressana huwa l-poplu tagħna.", "Pero' l-Oppożizzjoni jogħġobha tibqa' toħlom, bħallikieku disa' snin ma kenux biżżejjed!", "Għandna Oppożizzjoni li għadha tibki u tħambaq l- istess politika falluta li ġiet miċħuda b'mod kategoriku mill-poplu tagħna, pero' donnu għall-Oppożizzjoni l-maġġoranza tal-poplu ma tiswa xejn f'dan il-pajjiż.", "Ovvjament għandha kull dritt tagħmel dan, pero' jien niddubita kemm se titwemmen wara l-esperjenza li daq pajjiżna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, illum qegħdin niddiskutu liġi dwar żieda fis-sisa fuq il-prodott ta' l-inbid.", "Kif għidna waqt id-diskussjoni tal-Budget, aħna m'aħniex kontra li jsiru żidiet fit-taxxi fuq prodotti bħalma huwa l-inbid, il-whisky u s-sigaretti.", "Pero' wieħed irid jitkellem fuq żewġ issues bażiċi li tpoġġi quddiemna liġi bħal din: L-issue tad- dħul tal-Gvern u - relatat miegħu - l-amministrazzjoni finanzjarja, il- politika fiskali u l-policies tal-Budget tal-Gvern, u l-issue l-ieħor li jirrigwarda l-qasam tal-manifattura f'pajjiżna, għaliex finalment din hija taxxa fuq il-prodott lokali wkoll u allura l-manifattura f'Malta b'xi mod jew ieħor se tiġi affettwata.", "Sur President, il-benessere fil-pajjiż jiddependi primarjament minn sistema fiskali effettiva u effiċjenti.", "Illum, għall-grazzja tal-Bambin, f'dan il-Parlament kulħadd qiegħed jaqbel illi pajjiżna ma jistax jgħaddi mingħajr sistema ta' tassazzjoni.", "Nifhmu wkoll illi t-taxxi ħadd ma jħobb iħallashom; jien ma naf b'ħadd illi jieħu gost jirċievi xi kont tat-taxxa.", "Huwa fatt ukoll illi ħafna nies jipprovaw b'xi mod jew ieħor ma jħallsux it-taxxa; hawn min għandu riżorsi biżżejjed biex iqabbad nies jagħtuh pariri kif jagħmel dan, u hawn min isib mezzi u toqob fil-liġijiet tagħna biex jevadi t-taxxa u l-liġi ma tkun tista' tagħmillu xejn.", "Addirittura hawn min jikser il-liġi billi jagħmel stqarrijiet foloz dwar id-dħul mill- attivita' tiegħu biex ikun jista' jiffranka t-taxxa.", "Għalhekk irridu nsibu sistema ta' tassazzjoni f'pajjiżna li tkun effettiva u effiċjenti fis- sens li prinċipalment jirnexxilha żżid id-dħul tal-Gvern mingħajr ma tnaqqas ir-ritmu ekonomiku.", "Għaliex?", "Għaliex faċli li tgħid li se tagħmel taxxa u taħdimha fuq il-calculator biex tara kemm se ddaħħal flus minnha.", "Per eżempju, faċli tgħid li jekk iżżid id-dawl u l-ilma, iddaħħal iktar miljuni.", "Pero' trid tara x'effett se jkollhom dawn iż-żidiet fuq il- ħaddiem, fuq min ibigħ, fuq min jimmanifattura u fuq min jagħti servizz, u trid tara jekk dik it-taxxa li tkun se tagħmel hijiex se taffettwa d- deċiżjonijiet li jieħdu kemm il-produtturi, kif ukoll il-konsumaturi.", "Liġi tajba ta' taxxa hija liġi li tkun newtrali fl-effett fuq id- deċiżjonijiet li jieħu manifattur, negozjant jew xi ħadd li jagħti servizz.", "Għaliex?", "Għaliex b'hekk il-produttur jew min qed jagħti servizz jieħu deċiżjonijiet illi huma l-aktar effiċjenti u mhux jieħu deċiżjonijiet li jistgħu ma jkunux effiċjenti, imma se jnaqqsulu t-taxxa.", "U din hija d- differenza enormi li teżisti bejn is-sistema tal-VAT u s-sistema ta' cocktail ta' taxxi li daħlu fis-seħħ mill-1 ta' Lulju, 1997.", "It-taxxa tal-VAT m'għandha l-ebda impatt fuq id-deċiżjonijiet tan- negozju u allura tixpruna l-effiċjenza, filwaqt li fis-sistema tas-CET ma jingħataw l-ebda refunds u allura din it-taxxa qed teħel kullimkien bħat- tajn għaliex dak li jkun qed joqgħod attent x'tip ta' organizzazzjoni ta' negozju se jagħmel biex jibqa' taħt is-ceiling ta' Lm6,000 ħalli ma jħallasx l-ETS.", "Illum il-problema l-kbira li għandu l-Gvern hija li m'għandniex sistema effettiva ta' taxxa u jagħmel kemm jagħmel taxxi bħal din li qegħdin niddiskutu llum, l-income li qed ikollu mis-CET xorta dejjem qed jitbaxxa minħabba l-mod kif qed tiġi amministrata din it-taxxa.", "Niftakar li fid-debate maratona li konna għamilna f'Ġunju tas-sena l-oħra, jien ipprovajt niftaħ għajnejn il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi u għidtilhom li meta jibdew jilagħbu bl-exemptions, ikunu qegħdin jilagħbu bin-nar - u llum jidher li n-nar qed iħeġġeġ ġmielu - għax ladarba jingħataw l-exemptions, they get out of hand u ma jkunux jistgħu jiġu kkontrollati.", "Fil-fatt ladarba jibdew jingħataw l-exemptions, jagħmlu konsentura fil-kostruzzjoni li maż-żmien tibda tiftaħ u tiftaħ, minħabba interpretazzjoni u tiġbid fil-liġi, u tibda thedded li twaqqa' l-bini kollu.", "Sfortunatament dak li qed jiġri llum, ftit xhur wara li bdiet taħdem is-CET għaliex dan it-tip ta' taxxi jnaqqsu r-ritmu ta' l- ekonomija.", "Bħala eżempju, nerġa' nsemmi t-taxxa fuq id-dawl u l-ilma, li ħafna drabi nibqa' speechless quddiemhom u ma nifhimx kif il-Prim Ministru jkollu l-kuraġġ li għal diversi drabi jiġi hawnhekk u jgħidilna li dawn it- taxxi saru mingħajr ma ġew studjati.", "Dawn huma d-dikjarazzjonijiet li għamlu l-Ministri ta' dan il-Gvern.", "Sal-lum din it-taxxa għadha qed toħolqilhom terremoti fil-Budget.", "Sur President, nafu li wasalna fl-aħħar ta' Mejju 1998 u għadna qed niddiskutu l-Budget li tħabbar f'dan il- Parlament f'Novembru ta' l-1997?", "Ilna seba' xhur niddiskutu Budget li suppost qed jagħti l-effetti tiegħu u qed jiġi enacted, u suppost li diġa' qed naħsbu f'Budget ieħor.", "Fil-fatt f'dan il-Parlament mhux qegħdin niddiskutu l-liġijiet li joħorġu mill-miżuri tal-Budget bħalma jsir kull sena, imma għadna qegħdin niddiskutu s-sustanza tal-Budget u kif għandhom isiru ċerti taxxi li ġew imħabbra fil-Budget.", "Il-poplu qed jipprova jgħid lill-Gvern li se jiġi milqut ħażin mhux għax se jħallas iktar taxxi imma għax se jkollu mażra ma' saqajh waqt li jkun qed jipprova jimxi 'l quddiem.", "Imma dan il-Gvern għandu record li jimxi kontra r-rieda ta' kulħadd u f'din il-kwestjoni miexi kontra dak li qed jgħidulu l-unions, tal-lukandi u ta' l-industrija u mbagħad erġajna bdejna bil-piki ma' xulxin fis-sens li jekk xi ħadd jingħata ftit iktar mill-ieħor, allura jqum xi ħadd ieħor u jgħid li l-qbil li sar m'għadux jgħodd.", "F'din is-sitwazzjoni tal-biki ġab lil pajjiżna dan il-Gvern u dan huwa t-tip ta' djalogu li għaddej!", "Il- Gvern qed juri inkompetenza fit-tmexxija ta' pajjiżna għaliex ma' ċerti oqsma jitkellem mod u ma' oqsma oħra jitkellem mod ieħor.", "Issa meta jibdew jirċievu l-kontijiet u jsibu li marru ħażin, kulħadd jerġa' jibda joqmos.", "Dawn huma l-bużullotti li mexjin bihom f'pajjiżna għaliex il-Gvern minflok studja qabel biex jara x'se jkunu l-effetti taż-żidiet fid-dawl u l-ilma, ġie jaqa' u jqum minn kulħadd.", "Dawn l-affarijiet kien jagħmilhom Ġaħan li kien jagħmel dak li jfettilu mingħajr ma joqgħod jaħseb x'se jkunu l- konsegwenzi.", "U llum għandna kaos sħiħ fil-pajjiż.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq xi ħaġa differenti.", "Il-bieraħ il- Ministru qalilna li l-privatizzazzjoni se tqanqal il-fiduċja tal-barranin f'pajjiżna.", "X'fiduċja tista' tqanqal din il-privatizzazzjoni meta s'issa għadna la nafu x'se jkunu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, la nafu x'tip ta' taxxa indiretta se jkollna fi żmien sena oħra, la nafu jekk hux se terġa' tiddaħħal il-VAT u lanqas kif se jiġu ntaxxati l-prodotti lokali?", "Dan huwa n-nifs ġdid li rridu nagħtu lil pajjiżna?!", "Jien ngħid li dan huwa qtugħ ta' nifs għaliex kull darba li jiftaħ ħalqu xi ħadd, kulħadd jistenna biex ħiereġ il-Gvern.", "Il-Ministru qalilna wkoll li l-aħħar Budget li għamel dan il-Gvern kien a directional change.", "X'direzzjoni tah il-Budget lil dan il-pajjiż?", "Jien ngħid li tah direzzjoni zigzag li s'issa ma wasslitna mkien.", "Qalilna wkoll li wasal iż-żmien li f'pajjiżna jibdew jispiċċaw s-sussidji.", "Kemm jinbidlu ż-żmenijiet!", "Fil-Budget ta' l-1995 aħna bdejna nitkellmu fuq il-welfare gap u daħħalna l-miżura taċ- children's allowance fejn għidna li dawk li jaqbżu ċertu dħul m'għandhomx għalfejn jingħataw iċ-children's allowance.", "Dak iż-żmien in-naħa l-oħra ma tantx fehmitha d-directional change għaliex ma nafx kemm-il qlajja qalgħat u kemm-il programm għamlu fuq ir-radio biex jikkritikaw din il-miżura.", "Imma llum qegħdin jitkellmu fuq il-welfare gap għax qed jiffaċċjaw ir-realta' u aħna, li m'aħniex irresponsabbli, naqblu li għandhom jitkellmu fuq il- welfare gap u lesti biex nitkellmu magħhom għax aħna interessati li naraw lil dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem b'mod serju.", "Ma rridux ninsew li meta n- naħa tal-Gvern kienet fuq din in-naħa kienet tipprova tagħmel sabutaġġ lil kull ħaġa li konna nagħmlu bħalma ġara wkoll fil-każ tal-VAT.", "Il-bieraħ il- Ministru qalilna li m'huwiex veru li kienu jħajru lin-nies biex jevadu t- taxxa meta kienu jagħmlu l-kampanji kontra l-VAT.", "U kif jgħidu l- Amerikani, lill-Ministru ngħidlu: Tell it to the marines.", "Issa donnhom saru midħla ta' l-Amerikani għaliex ma ġewx biss biex jagħtuhom pariri kif jirbħu l-elezzjoni imma qed jindaħlulhom anke dwar lil min għandhom jiffavorixxu fl-għoti tat-tenders.", "Min jaf min bagħathom?!", "Sur President, mhux kulħadd jaf li meta kien hawn il-battalja kontra l- VAT, din ma kenitx kontra l-mili tal-formoli li kien isir darba fis-sena - u mhux darba fi tliet xhur, kif għadu kemm intqal, għaliex in-negozjanti l- kbar kienu jimlew il-formoli kull tliet xhur - imma l-problema kienet l- income tax u l-ġlieda kienet fuq l-evażjoni tat-taxxa, dik li llum qed isejħulha l-moralita' fiskali?!", "Mhux kulħadd jaf li meta kienu jmorru jsefsfu f'widnejn in-nies fid-djar tagħhom li se jneħħu l-VAT, l- impressjoni li kienu qed jagħtuhom kienet li magħha se ttir kull ħaġa li tikkontrolla l-evażjoni tat-taxxa?", "Jien niftakar li f'dan il-Parlament meta konna fil-gvern kont sfidajthom biex jgħidulna x'se jagħmlu bil-cash registers u meta wieħed minnhom qal li l-cash registers m'humiex se jneħħuhom, l-oħrajn kollha ta' warajh qabżu fuqu u qalulu biex joqgħod kwiet u ma jgħid xejn.", "U huma kien jaqblilhom li ma jgħidu xejn ħalli jagħtu l-impressjoni li se jneħħuhom.", "Possibbli li l-Ministru ma jafx li kulħadd jiġi impressjonat bir-reklami?", "Nistgħu nieħdu eżempju ta' reklam ta' karozza li fiha jkun hemm tfajla li trid seba' għajnejn biex tħares lejha.", "Veru li m'intix se tixtri t-tfajla, imma l-impressjoni tat-tfajla tista' ġġiegħlek tixtri l-karozza.", "Il-verita' hi li meta kienu qegħdin jgħidu li se jneħħu l-VAT, kienu qegħdin jgħidu li se jisfrondaw il- moralita' fiskali fil-pajjiż u kulħadd ikun jista' jagħmel li jrid.", "Dawn l- affarijiet bellgħulu lill-poplu tagħna!", "Dan il-Gvern ħataf il-poter ibbażat fuq l-immoralita' fiskali u llum qed inbatu l-konsegwenza.", "Lilna jiġu joqogħdu jgħidu fuq il-moralita' fiskali?!", "Insew li kienu huma li ħajru lil kulħadd li jista' jevadi t-taxxi kemm irid?!", "Issa jridu jaraw kif se jikkontrollaw u wara li neħħew l-audit trail li kien jeżisti taħt is- sistema tal-VAT, nefħu l-proċedura tar-random sampling biex jagħtu l- impressjoni li qed jagħmlu xi ħaġa fuq il-moralita' fiskali.", "Jien ngħid li rridu noqogħdu attenti għaliex il-proċedura tar-random sampling hija sistema ta' statisitka tajba biex tagħżel sample u biex tara li l- affarijiet isiru b'ċerta oġġettivita', imma r-random sampling ma jagħtikx ċerti drittijiet.", "Ftit ilu kelli laqgħa ma' grupp ta' nies self-employed li staqsewni fuq is-sistema tar-random sampling.", "Jien m'għamiltx bħalma kien jagħmel il-Prim Ministru li għandna llum meta kien jiltaqa' man-nies u joqgħod jikkargahom kontra l-VAT, imma lil dawn in-nies spjegajtilhom li d- Dipartiment tat-Taxxi għandu dritt jibgħat għal kulħadd f'dan il-pajjiż biex jiċċekkja d-dokumentazzjoni tiegħu.", "M'hijiex ħaġa prattika li jibgħat għal kulħadd, imma bilfors irid jibgħat għal xi wħud, u dejjem jibgħat għal dawk li jkollu suspett fihom u mbagħad jista' jagħżel li jibgħat għal nies oħrajn biex jiċċekkja l-kotba tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, ir-random sampling huwa sistema tajba kif issir din l-għażla biex jiġu ċċekkjati l- kotba skond il-liġi.", "Imma ma nonfħux iktar minn hekk għax hemm il-limitu tal-liġi.", "Il-liġi teżisti mhux biex tgħin liċ-ċittadin jevadi t-taxxi, imma biex tipproteġi liċ-ċittadin kontra l-abbuż tal-poter.", "Jien ngħid li rridu noqogħdu attenti mill-abbuż tal-poter għaliex ma neħux pjaċir nisma' rapporti li lil xi ħadd li jkun intgħażel bis-sistema tar-random sampling daħlulu biex jagħmlulu xi inspection.", "Dawn huma affarijiet normali?!", "Il- Gvern qed jipprova jgħatti xturu għax jaf li l-moralita' fiskali f'pajjiżna għamilha duħħan u allura taparsi qed jagħmel xi ħaġa.", "Jekk verament irridu ngħinu l-moralita' fiskali, irridu nerġgħu ndaħħlu sistema li tagħmel sens bħalma kienet is-sistema tal-VAT.", "Il-bieraħ smajna wkoll li llum l-income tax qed tinġabar għax il-ħaddiema ta' l-Inland Revenue Department xammru l-kmiem u bdew jaħdmu.", "Jien irrid ngħid lill-Ministru li rridu noqogħdu attenti li ma naqgħux fit-tentazzjoni li naħsbu li x-xemx reġgħet bdiet tiela' f'Ottubru ta' l-1996.", "Jien naf x'kien qed jiġri fl- Inland Revenue Department u l-Ministru jista' jiċċekkja kemm saru assessments fl-1995.", "Aħna konna mexjin lejn sitwazzjoni fejn ridna nġibu lil kulħadd up to date kemm f'dak li għandu jieħu, kif ukoll fl-arretrati biex inkunu nistgħu ndaħħlu s-sistema tal-Final Settlement System.", "Ma noqogħdux nilludu ruħna li sar xi miraklu u f'daqqa waħda l-Gvern sar effiċjenti, għax dan m'huwiex il-każ.", "L-affarijiet kienu qegħdin jiġu ppjanati u implimentati u kienu mexjin sewwa.", "Nixtieq nagħlaq billi nikkummenta fuq dak li għadu kemm qal is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Joe Cilia dwar il-VAT, fejn reġa' rrepeta l-argumenti li saru meta konna qegħdin niddibattu s-CET.", "Qalilna li s-CET hija taxxa effiċjenti għax il-formoli mhux qed jimtlew kull tliet xhur.", "Fir-realta' l-formoli kienu jimtlew darba fis-sena mis-self-employed iż-żgħar.", "L-Onor.", "Joe Cilia qalilna li dawn in-negozjanti kienu jmorru għandu u jgħidulu li riedu jimlew dawn il-formoli li qabel qatt ma kienu jimlewhom.", "Jien ngħid li l-Onor.", "Cilia jmissu fakkarhom li skond il-Liġi ta' l-Income Tax li daħlet fl-1948, dawn iridu jżommu l-kotba kollha tan-negozju tagħhom, jagħmlu l-accounts kollha u r-returns bil-kotba jintbagħtu lill-Inland Revenue Department.", "Fil-fatt is-sistema tal-VAT kulma għamlet kien li ġabet iktar dixxiplina biex kulħadd jobdi l-liġijiet li diġa' kienu jeżistu fil-pajjiż u li ma sarux minħabba l-Liġi tal-VAT.", "Qalilna wkoll li dan il- mili ta' formoli ġġammja n-negozju f'pajjiżna.", "U lill-Onor.", "Cilia ngħidlu: Mela llum qed jimtlew formoli għaliex dan il-pajjiż ilu iktar minn 15-il sena ma jara ġġammjar fin-negozju u f'kull qasam ta' l-ekonomija bħalma hawn!", "L-Onor.", "Cilia qal ukoll li r-retailers m'għadhomx jiġbru t-taxxa.", "Kif tista' tgħid li m'għadhomx ġabbara tat-taxxa meta qed iħallsu t-taxxa qabel ma jiġbruha?", "Din hija d-differenza bejn is-sistema tat-tassazzjoni preżenti u s-sistema tal-VAT: Taħt is-sistema tal-VAT kienu jiġbru t- taxxa, imbagħad xhur wara jħallsuha lill-Gvern, mentri issa jħallsu t-taxxa lill-Gvern mingħajr ma jingħataw refunds ta' l-ETS u ta' l-ETP u xhur wara jiġbruha huma.", "Staqsi lil kull min hu f'sensih liema hi l-aħjar sistema, jekk hux li l-ewwel tiġbor it-taxxa mbagħad tħallasha lill-Gvern jew inkella li l-ewwel tħallas it-taxxa lill-Gvern imbagħad tiġborha wara u jekk xi ħaġa ma tbigħhiex, tinkisirlek, timmoffalek jew ma tibqax moda tibqa' mċappas bit-taxxa għax taħt is-sistema tas-CET ma jeżistux refunds.", "Inkunu qed nidħku bin-nies meta nipprovaw ngħidulhom li r-retailers m'għadhomx ġabbara tat-taxxa.", "L-Onor.", "Cilia qal ukoll li kieku llum m'aħniex niddiskutu din l-emenda, konna nkunu qegħdin niddiskutu t-tneħħija tal-levies u reġa' saħaq li aħna konna se nneħħu l-levies bil-moħbi.", "Dan m'hu veru xejn.", "Jien kont nagħmel ġranet sħaħ il-Verdala Hotel f'diskussjonijiet mal-constituted bodies kollha u mad-dipartimenti tal-gvern konċernati, fosthom id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u d-Dipartiment tad-Dwana, dwar il-prodotti li jiġu mportati f'Malta wieħed wieħed, u kif se jiċċaqilqu l-levies fuqhom.", "Dan l- eżerċizzju għamilnieh u kellna nerġgħu niddiskutu t-tieni fażi fejn kellna nneħħu iktar levies bi qbil ma' kulħadd, imma mbagħad ġiet l- elezzjoni u kollox waqaf ħesrem.", "Jiġifieri m'hu veru xejn li aħna konna se nneħħu l-levies mingħajr konsultazzjoni ma' ħadd.", "Aħna qatt ma ggvernajna bl-addoċċ bħalma qed jagħmel dan il-gvern u nerġa' nsemmi d- dawl u l-ilma għax bħal ħafna affarijiet oħra trid tkun Gvern ta' l-addoċċ biex tagħmel taxxi mingħajr ma tistudjahom qabel.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nixtieq nirrispondi fil-qosor xi punti li tqajmu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "L-ewwel kritika li saret kienet li f'Lulju tas-sena l-oħra, bl-introduzzjoni tal-Liġi tas-CET, il- Gvern kien raħħas il-prezz ta' l-inbid importat u konsegwenza ta' dan kien naqqas il-protezzjoni għall-inbid prodott lokalment.", "Fil-fatt bl- introduzzjoni tas-sistema tas-CET, il-prezz ta' l-inbid importat kien raħas għax kull fejn kien hemm imposta l-levy fuq prodotti importati, ma kenitx se tiġi imposta wkoll it-taxxa ta' 15% ETI.", "Il-prezz kien raħas ukoll għax filwaqt li l-ammont ta' levy fuq l-inbid kien se jibqa' ta' Lm1.50 kull litru, il-VAT li kienet titħallas fuq dik il-levy, jiġifieri 15% ta' Lm1.50, li jiġu madwar 22c5, kienet tneħħiet ukoll u ma ġietx ikkumpensata b'xi taxxa oħra.", "Minkejja dan ir-roħs fil-prezz, il-protezzjoni li l-levy fuq l-inbid importat kienet tagħti lill-prodott lokali xorta baqgħet waħda sostanzjali, u dan huwa rifless fid-differenza fil-prezz bejn inbid importat u nbid prodott lokalment.", "L-Onor.", "Bonnici staqsa wkoll għaliex qed nieħdu din il-miżura.", "Irrid ngħid li l-miżura li qed jieħu l-Gvern fil-preżent, li jżid is-sisa fuq l- inbid hija miżura fiskali li m'hijiex se tirrendi ħafna.", "Jien niskanta kif il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Josef Bonnici, qagħad jistaqsi lili kemm se jkun id-dħul tal-Gvern minn din il-miżura għaliex l-Estimi jitkellmu ċar u, jekk m'iniex sejjer żball, jipprovdu għal madwar Lm0.43 miljun dħul.", "Din il-miżura saret biex intaffu ftit l-iżbilanċ finanzjarju, u kien biss ġest simboliku, bħalma għamilna fuq prodotti oħrajn bħalma huma s-sigaretti u l- ispirti li l-Gvern jidhirlu li jista' jżid it-taxxa tas-sisa fuqhom għax m'humiex soċjalment bżonnjużi.", "L-Onor.", "Bonnici staqsa wkoll jekk il-levy fuq l-inbid importat hijiex se titneħħa fid-dawl tad-diskussjonijiet li l-Gvern qed jagħmel ma' l- Unjoni Ewropea dwar iz-zona ta' kummerċ ħieles u x'se jkun l-impatt long- term ta' miżura bħal din fuq l-industrija lokali.", "Jien ma tkellimtx b'mod kategoriku fuq it-tneħħija tal-levy, imma l-punt li rrid nagħmel huwa li l-industrija ta' l-inbid hija meqjusa bħala industrija fil-kategorija ta' l- agro-industries.", "Fid-diskussjonijiet li kellna s'issa, il-Gvern diġa' għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara - u dwar dan hemm qbil ukoll mal-korpi kostitwiti - li għar-rigward ta' ċerti prodotti maħduma lokalment, iridu jiġu negozjati arranġamenti speċjali minħabba n-natura sensittiva u strateġika tagħhom.", "Il-maġġoranza ta' dawn il-prodotti huma prodotti agrikoli jew prodotti simili proċessati li minħabba raġunijiet strateġiċi jkun diffiċli għal Malta li żżomm bażi ta' produzzjoni tagħhom u għalhekk prodotti bħal dawn ikunu kompetittivi fis-suq internazzjonali taħt kondizzjonijiet ta' kummerċ ħieles.", "Fil-fatt il-Gvern qed jipproponi li jiġu identifikati liema prodotti jaqgħu f'din il-kategorija u li jiġi diskuss x'inhi l-aħjar struttura kummerċjali applikabbli għalihom.", "Qed nagħmluha ċara li l-arranġamenti dwar dan it-tip ta' prodotti m'humiex neċessarjament marbuta bil-perjodu ta' żmien ta' bejn tliet snin u seba' snin li qed jipproponi l-Gvern u li fih ikunu jridu jibdew iseħħu l- arranġamenti miftiehma bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar iz-zona ta' kummerċ ħieles.", "L-Onor.", "Bonnici qalilna wkoll li dan il-Parlament m'għandux programm serju u li l-Gvern qed jitfixkel f'saqajh stess.", "Ma nafx għaliex l-Onor.", "Josef Bonnici qed jagħmel dan il-plejtu kollu dwar l-effett ta' din il- miżura fuq il-prezz tal-prodott, għaliex tajjeb li jkun jaf, Madam Speaker, li din il-miżura daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena u tant kienet mild li l-introduzzjoni tagħha lanqas inħasset u ħadd ma ta kasha.", "Jiġifieri din m'hijiex xi ħaġa li għad irridu nagħmluha imma hija xi ħaġa li daħlet fis-seħħ erba' xhur u nofs ilu.", "Ġejna kkritikati li dan il-prodott raħas meta daħlet s-CET u issa qed jerġa' jogħla.", "Jien irrid ngħid li meta daħħalna s-CET, ir-roħs kien ferm iktar sostanzjali milli se jogħla l-prodott ta' l-inbid b'riżultat ta' din il-miżura fiskali.", "GĦalkemm wieħed jista' jsemmi aspetti oħra li forsi qed joħolqu problemi fl-għoli tal-ħajja, żgur li din il-miżura fiskali li għandna quddiemna m'għandhiex dak id-double shot effect li rrifera għalih l- Onor. Bonnici fl-intervent tiegħu.", "Nieħu gost nisma' lil min jitkellem kontra l-hidden economy u ningħaqad miegħu, imma rrid infakkar li ċerti kelliema Nazzjonalisti - li forsi llum m'għadhomx f'din il-Kamra - fi żmien leġislaturi oħrajn meta kien fil-gvern il-Partit Nazzjonalista b'mod indirett kienu jgħidu li l-hidden economy is a blessing in disguise.", "GĦalhekk ikun tajjeb li nuru ftit konsistenza fl-approach tagħna lejn il- problema ta' l-ekonomija sommersa u naqbel ma' l-Onor.", "Bonnici meta qal li m'għandniex insejħulha \"ekonomija sewda\" għax inkunu qisna qed nitkellmu b'xi termini razzisti.", "Pero' ma nistax naqbel ma' l-Onor.", "Bonnici meta qal li din il-miżura li qed nintroduċu hija rigressiva u anti-soċjali.", "Irrid nippreċiża dak li qal l-Onor.", "Bonnici meta kkwota dak li qal id- Direttur tas-CET fil-ħarġa ta' \"The Times\" tal-lum.", "Fil-fatt id-Direttur tas-CET - jien erġajt iċċekkjajt dak li hemm rapportat biex inkun preċiż - ma qalx li saru 1,000 inspection u rriżulta li kien hemm 500 abbuż għaliex kieku s-sitwazzjoni kienet hekk, allura naqbel ma' l-Onor.", "Bonnici li s-sitwazzjoni hija waħda nkwetanti.", "Id-Direttur tas-CET qal li saru 1,000 inspection on a monthly basis fuq medda ta' erba' xhur u minnhom irriżulta li kien hemm madwar 500 abbuż.", "Fil-fatt il-figura preċiża li ħarġet mill-istatistika uffiċjali tad-dipartiment hija li over four months kien hemm 4,131 inspections u nstab li kien hemm 488 każ ta' abbuż.", "Dan ifisser li r-ratio m'huwiex ta' 50% kif implika l-Onor.", "Bonnici imma huwa ferm iktar viċin it-12.5%.", "Ħadt gost ukoll li l-Onor.", "Dalli tkellem kontra t-tax avoidance.", "Jien ngħid li jkunu x'ikunu d-differenzi bejnietna fuq affarijiet fiskali, almenu għandna nitkellmu iżjed fuq dan is-suġġett.", "Meta kont qed nitkellem nhar il-Ġimgħa fil-għaxija tard inkoraġġixxejt lill-Kummissjoni għall- Moralita' Fikali, mingħajr ma ndħalt bl-ebda mod fl-operat tagħha - u aħna ma qatt ma ndħalnileha u m'għandna l-ebda intenzjoni li nindaħlulha - biex tkompli tintensifika l-ħidma tagħha b'mod proattiv billi tgħid lill-Gvern x'hemm bżonn isir iktar milli tidentifika punti li wieħed m'għandux jagħmel.", "Nixtiequ nisimgħu suġġerimenti mingħand kulħadd dwar kif għandna nintensifikaw l-isforzi kollettivi tagħna dwar it-tax avoidance.", "Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Dalli meta qal li s-CET ma rnexxietx għaliex m'hijiex taxxa effettiva li żżid id-dħul mingħajr ma tnaqqas ir-ritmu ekonomiku.", "L- osservazzjoni tiegħi hija li għandha kemm għandha difetti s-sistema tas- CET, għandha l-vantaġġi tagħha wkoll.", "GĦalhekk għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna, irrid insemmi x'uħud minn dawn il-benefiċċji.", "Fost dawn insibu li l-compliance costs għas-self-employed huma ferm inqas milli kienu taħt is-sistema tal-VAT; il-profitti għan-negozjanti huma ġeneralment iktar, minkejja dak li kien jingħad u dak kollu li għadu jingħad sal-lum u hemm inqas piż fuq il-cash flow tal-businesses peress li ħafna prodotti importati, inkluż il-materja prima u prodotti ta' natura kapitali, huma eżenti mill-ewwel mit-taxxa u n-negozjanti m'għandhomx għalfejn jistennew biex jieħdu refunds tat-taxxa li jkunu ħallsu.", "Ma nistax naċċetta l- argument li din it-taxxa qed tiġi amministrata b'mod ħażin għax nemmen li d-Dipartiment qed jimxi bl-iktar mod effiċjenti.", "U l-ikbar ċertifikat ta' dan tatulna rapporteur tal-Parlament Ewropew, li żgur m'għandhiex tendenzi soċjalisti, li meta ġiet hawn Malta kienet impressjonata bil-mod effiċjenti li bih qed jopera d-Dipartiment tas-CET li erbat ijiem qabel kien id-Dipartiment tal-VAT, ħalli nkun oġġettiv f'dak li qed ngħid.", "L-Onor.", "Dalli qal ukoll li huwa importanti li nitkellmu flimkien, Gvern u Oppożizzjoni, fuq il-welfare gap.", "Bħalissa għaddejjin studji fuq il- private pensions u personalment naqbel li jekk naslu biex nagħmlu xi suġġerimenti iktar 'il quddiem fuq il-private pensions, irridu nitkellmu mhux biss mal-korpi kostitwiti fuq dawn l-affarijiet imma anke ma' l- Oppożizzjoni.", "Jien nemmen li għalkemm għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni mill-Gvern dwar il-private pensions - u bl-ebda mod ma rrid norbot lill- Kabinett f'dan l-istadju meta għadna qed niżnu l-pros and cons tal-private pensions - huwa importanti li ma jsir xejn jekk ma jkunx hemm qbil mal- partners soċjali u ma' l-Oppożizzjoni.", "Huwa importanti wkoll li kif Gvern u Oppożizzjoni taħt diversi leġislaturi wrew maturita' politika kbira fuq is-servizzi finanzjarji u waslu għal consensus, hekk ukoll jekk xi darba dan il-pajjiż jasal biex idaħħal il-private pensions, ikun min ikun hemm fil-gvern, għandu jkun hemm mhux biss konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni - u l-kelma konsultazzjoni hija bħaċ-chewing gum, tiġġebbed - imma għandu jkun hemm qbil.", "Naħseb li għandna nimxu f'din id-direzzjoni, ikun meta jkun li tiġi biex tittieħed deċiżjoni dwar dan l-aspett.", "Irrid inkun pożittiv ukoll u ngħid li llejla ħadt gost nisma' lill- Onor. Dalli jitkellem fuq ir-random sampling.", "Kien hemm kuntrast kbir bejn il-mod kif tkellem fuq dan is-suġġett is-Segretarjat il-ġdid għas- self-employed li twaqqaf fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, fejn tkellem b'mod allarmist, u l-mod kif tkellem l-Onor.", "Dalli fejn qal li li r-random sampling fih innifsu huwa tajjeb u kien raġel biżżejjed li meta tkellem ma' xi nies semma l-aspetti pożitivi tiegħu.", "Jien naqbel li wieħed irid jilqa' kontra xi abbużi li jistgħu jsiru, imma sakemm jiġu osservati s- safeguards neċessarji - u hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet ta' entry and search, u l-liġi stess tipprovdi li affarijiet bħal dawn ma jistgħux isiru ħlief bl-awtorizzazzjoni ta' maġistrat - ħadd m'għandu għalfejn jinkwieta għaliex aħna se nagħmlu l-investigazzjonijiet bl-iktar mod serju mingħajr ma nimpinġu xejn fuq id-drittijiet umani u d-drittijiet kostituzzjonali ta' xi ċittadin Malti.", "Hawnhekk irrid inżid illi l-aspett tar-random sampling waħdu m'huwiex biżżejjed u għalhekk id-Dipartiment tas- CET qed jagħmel tajjeb li b'mod parallel u komplimentari ma' dak li qed jagħmel fuq ir-random sampling, qed jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu b'mod separat.", "Kieku d-Dipartiment tas-CET jistrieħ biss fuq ir-random sampling, dan ma jkunx biżżejjed biex wieħed jikkumbatti l-problema tat-tax avoidance.", "Jien ngħid li fuq ir-random sampling m'għandna xejn x'iħammrilna wiċċna għal dak li jirrigwarda drittijiet kostituzzjonali u drittijiet umani u se nkomplu mexjin f'din id-direzzjoni għax nemmnu li b'din il-miżura nkunu qegħdin nikkontribwixxu biex ikun hemm ċerta moralita' fiskali.", "Inħeġġeġ lill-Partit Nazzjonalista biex ikollu l- kuraġġ li jitkellem kif tkellem l-Onor.", "Dalli u juri ċerta konsistenza f'dawn l-affarijiet, mhux is-Segretarjat għas-Self-Employed jitkellem mod u x-shadow Minister tal-Finanzi jitkellem mod ieħor.", "MADAM SPEAKER: Point of clarification, l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALO: Aħna bħala segretarjat qed nattakkaw l-abbuż tal- poter li jista' jsir.", "(Interruzzjonijiet) Intom ingħatajtu parir imma aħna ma nafux kif se taraw li jiġu mħarsa l-provvedimenti tal-liġi.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onorevoli, ikkjarifikajt il-punt tiegħek u nitolbok tpoġġi bil-qegħda.", "Ikompli l-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-aħħar osservazzjoni li rrid nagħmel hija li d-dħul mill-ġbir tat-taxxi fl-1996 jitkellem waħdu.", "Kienu qalu li fl-1996 kienu se jiġbru iktar VAT u allura wieħed seta' jagħlaq għajnejh kieku kien hemm inqas dħul mill-income tax, imma r-record effettiv kien li fl-1996, il- Gvern daħħal inqas income tax u inqas VAT.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997, din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol.", "Sar il-ħin.", "Peress li kienet intalbet division fuq it-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali, se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza li somma ta' mhux iżjed minn mija u għaxar miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta biex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond Konsolidat matul is-sena 1997 u n-nefqa li mistennija li sseħħ matul is-sena 1998\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.20 p.m.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza li s- somma ta' mhux iżjed minn mija u għaxar miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond Konsolidat matul is- sena 1997 u n-nefqa li hi mistennija sseħħ matul is-sena 1998\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "143", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius |Gatt Austin | |Francis | | |Bonnici |Gonzi Lawrence | |Josef | | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato |Psaila Savona Joe | |Helen | | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara |Refalo Michael Angelo | |Louis | | |Farrugia |Tabone Anton | |Jean Pierre | | |Fenech Adami|Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Ċensu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "MADAM SPEAKER: Peress li l-voti ġew indaqs, huwa d-dmir tas-Sedja li tagħti l-vot deċiżiv u, in konformi mal-prinċipju li s-Sedja għandha dejjem tivvota għal aktar diskussjoni, kif elenkat anke fl-Erskine May, Edizzjoni 22, paġna 358, is-Sedja qed tivvota favur il-mozzjoni.", "Għaldaqstant ir- riżultat hu 35 favur u 34 kontra.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq it-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l- Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 din id-division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU.", "144", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius |Gatt Austin | |Francis | | |Bonnici |Gonzi Lawrence | |Josef | | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato |Psaila Savona Joe | |Helen | | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara |Refalo Michael Angelo | |Louis | | |Farrugia |Tabone Anton | |Jean Pierre | | |Fenech Adami|Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Ċensu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "MADAM SPEAKER: Peress li l-voti ġew indaqs, is-Sedja trid tagħti l-vot deċiżiv.", "In konformi mal-prinċipju li s-Sedja tivvota dejjem għal aktar diskussjoni, is-Sedja qed tivvota favur il-mozzjoni.", "Għaldaqstant ir- riżultat hu 35 favur u 34 kontra.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 26 ta' Mejju, 1998, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru. 4) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru. 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi ligijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, huwa xogħol il-ġurnalisti li suppost jirrapportaw fedelment dak li jingħad hawn ġew u dak li jingħad lilhom meta huma jagħmlu intervisti jew jistaqsu xi mistoqsijiet lil xi deputati.", "Pero', sfortunatament, mhux dejjem hekk jiġri, u fil-fatt illum jien qajjimt każ ta' ksur ta' privileġġ f'dan il-kontest.", "Nhar il-Ġimgħa li għaddiet waqt li kont ħiereġ minn hawn ġew, ġie fuqi ġurnalista tal- gazzetta \"KullĦadd\" u staqsieni l-opinjoni tiegħi dwar jekk għandux jingħata free vote fuq il-kwestjoni tad-divorzju u jekk jien naqbilx mad- divorzju.", "Jien irrispondejtu li nivvota kontra liġi li ddaħħal id- divorzju f'dan il-pajjiż.", "Pero' dan il-ġurnalista, ta' bniedem ipokrita li hu, biex jipprova joħloq aħbarijiet meta aħbarijiet ma jeżistux, irrapporta fil-gazzetta \"KullĦadd\" li jien effettivament favur id-divorzju, meta dan għandu tape f'idejh li juri mod ieħor.", "Jien ma nixtieqx noqgħod niddiskuti d-divorzju u lanqas huwa lok li niddiskutih f'dan l-istadju għaliex wara kollox il-Gvern tal-lum fil-programm elettorali tiegħu ma tkellimx fuq id-divorzju u lanqas tela' b'mandat elettorali li jista' jipproponi d-divorzju.", "Għaldaqstant wisq nibża' li dan il-ħafna paroli fuq il-kwestjoni tad-divorzju qed isir biex il-Gvern tal-lum joħloq red herring u jipprova jiżvija l-enerġiji u d-diskussjoni barra din il-Kamra sabiex lin-nies itaffilhom xi ftit mill-uġigħ li qed iġarrbu minħabba l-mod kif qiegħed jiggverna, kif qiegħed jintaxxa u kif qiegħed jimxi totalment kontra dak li wiegħed fil-programm elettorali tiegħu.", "Din il-ġimgħa l-poplu suppost li jibda jirċievi l-kontijiet tad-dawl u l- ilma u dawn se juru li dak li wiegħed l-Onor.", "Alfred Sant u t-trijumverat li kien jifforma parti minnu qabel l-elezzjoni li għaddiet, kien kollu ħrafa.", "Qabel l-elezzjoni kien ta l-impressjoni li se jirrevedi r-rati sabiex in-nies ikunu jistgħu jlaħħqu mal-kontijiet, imma minflok ma kompla jissussidja u jgħin lin-nies biex ilaħħqu mal-ħajja, minflok ma ħa l-passi meħtieġa sabiex il-mara tad-dar ma jkollhiex bżonn toħroġ taħdem biex tlaħħaq mal-ħajja, u minflok ma għen lill-pensjonant sabiex ilaħħaq ma' l- ispejjeż tal-ħajja u jgħix b'mod diċenti, illum qed naraw li qed isir kollox bil-kontra.", "Dan juri li l-Gvern preżenti rnexxielu jitla' fil- poter sforz kemm ivvinta u ħarref u sforz kemm kien kapaċi jikkonvinċi lin- nies li jista' jġibilhom l-ilma jiżfen.", "Pero' meta ġie biex jagħtihom l- ilma jiżfen, induna li lanqas biss kellu vit biex jiftaħ l-ilma.", "Illum dan il-Gvern qed juri biċ-ċar li dak li wiegħed mhux qed iwettqu.", "Irrid ngħid li fost affarijiet oħra wiegħed li l-ħaddiem se jkun komdu.", "Jien nistieden lil kull Membru ta' din il-Kamra biex jitkellem ma' min qed jaqla' l-paga u jistaqsih kif qed jipprova jlaħħaq mal-ħajja.", "Qabel il- ħaddiem ma kienx ifassal il-ħajja tiegħu fuq l-introjtu li kien ikollu mill- paga biss, il-paga dovuta lilu skond il-liġi dwar l-impjiegi, iċ-CERA, imma kien jistrieħ ukoll fuq id-dħul mill-overtime.", "Il-Gvern preċedenti kien irranġa r-rati tat-taxxa sabiex sa fuq Lm1,000 dħul minn overtime kienet titħallas taxxa bil-15% u dawn il- flus kienu jgħinu lill-ħaddiem biex mhux jgħaddi kif jista', imma saħansitra jgħolli l-istandard of living tiegħu.", "Illum qed naraw li nies fis-saffi iżjed baxxi tal-ħajja Maltija ma jistgħux ilaħħqu ma' pagamenti ta' self mill-banek u pagamenti għal karozzi li kienu xtraw.", "Fil-fatt illum saret drawwa li ta' kull ġimgħa kumpanniji li jbigħu l-karozzi jerġgħu jaħtfu taħt idejhom ammont sostanzjali ta' karozzi, minkejja li jkunu tħallsu ammonti ta' flus fuqhom, għaliex min ikun xtrahom ma jasalx biex jonora l-pagamenti tiegħu.", "F'dawn l-aħħar 19- il xahar dan il-Gvern irnexxielu jmermer l-ekonomija ta' pajjiżna u kien kapaċi jġib lil dawn in-nies f'sitwazzjoni li, iridu jew ma jridux, ikollhom jitilfu dik il-ħaġa li investew fiha għaliex ma jistgħux ikomplu jħallsu l-pagamenti dovuti minnhom.", "Dan il-Gvern ġab lill-ħaddiem f'sitwazzjoni li bilfors irid jgħix bil- paga li jaqla' mill-impjieg tiegħu għaliex waqqaf l-overtime.", "Pero' aħna lkoll nafu li jekk il-ħaddiem ma jkunx kuntent u tissikkah iżżejjed, finalment il-prodott tax-xogħol ma jkunx ta' livell għoli daqskemm tkun tixtiequ u l-produzzjoni tonqos.", "Dan il-Gvern wiegħed li se jsolvi l- problemi tad-Dockyard, pero' llum qed naraw il-falliment tal-Gvern f'ħafna mill-wegħdi li għamel.", "Per eżempju, nistgħu nsemmu l-proġett tal-millennju li se jsir fid-daħla tal-Belt fejn wara li saret konsultazzjoni, irriżulta li n-nies ma qablux miegħu u wisq inqas ma qablux miegħu l-investituri Maltin għaliex ħadd ma investa skond kif talab il-Gvern.", "L-investituri jridu li dan il-proġett ikun tassew mill-poplu għall-poplu, iktar u iktar meta se jsir fuq proprjeta' tal-poplu u allura dan il-proġett irid jirrendi lill-poplu.", "Jekk il-Gvern tassew irid li jwettaq dak li wiegħed, allura wisq naħseb li l-Gvern irid jaġġorna ruħu u jekk hemm bżonn juża ċerti proġetti li kellna aħna.", "B'daqshekk ma jkun qed jagħmel xejn ħażin.", "L-importanti huwa li fl-aħħar mill-aħħar il-poplu jieħu dak li jixtieq, ikun komdu u x'ħin idaħħal idejh fil-bwiet ma jsibx biss id-drapp tal-but, pero' jsib ukoll xi ħaġa tal-flus biex ikun jista' jissodisfa l- bżonnijiet tiegħu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, nixtieq nirrispondi għal xi rimarki li saru fl-Aġġornament xi ġranet ilu mill-Onor.", "Bertu Pace dwar il- permessi li ngħataw xi ġimgħat ilu biex jinbena training centre tal- Maltacom fis-Swatar u l-permess ta' bini li ngħata lill-Garden of Eden Garage.", "Fil-fatt dak inhar l-Onor.", "Bertu Pace akkuża lili u lill-Onor.", "Francis Zammit Dimech b'ipokresija għaliex aħna konna għidna li l-permess li ngħata lill-Garden of Eden ingħata minħabba li għal żmien il-kampanja elettorali dawn kienu taw lill-Partit Laburista \"Iċ-Ċittadin Mobil\".", "Qal ukoll li l-Garden of Eden għandu dritt daqs ħaddieħor li jingħata l- permess, bħallikieku kien xi dritt sagrosant.", "Aħna ma konna nagħmlu l- ebda kritika għall-ħruġ tal-permess lill-Garden of Eden Garage kieku verament permessi bħal dawn jingħataw lil kulħadd bi dritt.", "Pero' kull min imiss ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jaf li r-realta' hija totalment bil- kontra u skond il-Pjan ta' Struttura ma jistgħux jingħataw permessi ta' bini fuq zoni li huma agrikoli.", "Dan huwa każ fejn la kompetituri oħrajn ta' l-istess Garden of Eden u lanqas individwi komuni li forsi jkollhom ammont ta' art agrikola u jkunu jridu jibnu xi farmhouse jew ikollhom art li jkunu jridu jiżviluppawha f'workshop barra z-zoni residenzjali m'huma se jingħataw permess għall-bini bħalma ngħata lill-Garden of Eden.", "Dan huwa permess li ngħata b'mod eċċezzjonali bħal sajjetta fil-bnazzi għaliex qatt ma jingħataw permessi bħal dawn.", "Jien kont nistenna li l-Onor.", "Bertu Pace fid-diskors tiegħu jipprova jispjegalna għalfejn ivvota b'dak il-mod dak inhar u għaliex esprima ċerti argumenti favur l-għoti ta' dan il-permess.", "Jien naħseb li dak inhar tkellem b'mod ċar għax ried jinfluwenza wkoll lill-kollegi tiegħu fuq il- bord, pero' kont nippreferi li kieku dak inhar li tkellem fl-Aġġornament jispjegalna għaliex il-Garden of Eden kellu jingħata dak il-permess.", "Jien nixtieq inkun naf l-Onor.", "Bertu Pace, li ġej minn distrett fejn il-biedja hija importanti, x'se jgħid lill-bdiewa sħabhom li jippretendu li l-art agrikola tibqa' konservata.", "Jew inkella issa kull min japplika għall- permess tal-bini ta' xi garaxx jew ta' xi workshop f'zona agrikola se jingħata l-permess bħalma ngħata lill-Garden of Eden Garage?!", "Fil-fatt jien naf li diġa' saru xi appelli minn każijiet simili li kienu ġew rifjutati fejn qed jitolbu lill-Bord ta' l-Appell ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar jaġixxi u jaġġudika l-permess tagħhom billi juża l-istess riga li ntużat mal-Garden of Eden.", "Nixtieq li l-Onor.", "Bertu Pace jgħidilna x'se jissuġġerixxi li jsir meta l-Awtorita' jkollha talba għal permessi simili u x'se jissuġġerixxi lill-Bord ta' l-Appell meta jkollu appelli minn każijiet simili.", "Forsi qed jippretendi li l-permess li ngħata lill-Garden of Eden kien one-off, jew inkella se nibdew naġixxu b'dan il-mod ma' kulħadd?", "Nixtieq inkun naf jekk f'daqqa waħda l-Bord ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar hux se jibda l-prattika li jinjora dak li hemm miktub fil-Pjan ta' Struttura u jibda jaħsibha mod ieħor.", "Għaliex f'dak il-każ ikollna żewġ sistemi jiggwidawna f'dan il-pajjiż: Għandna l-Pjan ta' Struttura li suppost sar b'mod xjentifiku u għandna l-Bord ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar li jiddeċiedi l-permessi skond min jitfagħhom.", "Nixtieq nisma' mingħand il-Ministru responsabbli minn dawn l-affarijiet jew mingħand l- Onor. Bertu Pace, li huma jemmnu li l-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irid jimxi fuq il-Pjan ta' Struttura.", "Pero' l-Onor.", "Bertu Pace ma qalilna xejn minn dan.", "Minflok qagħad jagħmel bħal dak it-tifel żgħir li meta ommu tgħajjat miegħu għaliex ikun għamel xi ħaġa ħażina joqgħod iwaħħal f'ħaddieħor.", "Fil-fatt l-Onor.", "Pace beda jgħid li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista ngħataw permessi simili u qal li saru ruxxmata abbużi fl-għoti tal- permessi.", "Jien xtaqt li kieku għamel iktar riferenza speċifika ħalli forsi kont inkun nista' nagħmel daqsxejn riċerka u nirrispondih.", "Pero' għamilt riċerka biss fuq każ partikolari - huwa qal li kien każ identiku għal tal-Garden of Eden Garage - li kien jirrigwarda l-għoti ta' permess f'Tal-Balal lil Zarb Garage biex jinbnew garaxxijiet għall-coaches.", "L- Onor. Pace qalilna li n-Nazzjonalisti kienu għamlu manuvrata u dan il- permess ħarġuh baxx baxx lejliet l-elezzjoni ħalli ħadd ma jinduna.", "Qal ukoll li dan il-każ jikxef l-ipokresija tal-Partit Nazzjonalista.", "Fil- fatt jien ipprovajt niddobba r-rapport dwar din l-applikazzjoni biex nuri li dawn iż-żewġ każijiet m'humiex identiċi.", "L-ewwelnett, b'differenza mill- art tal-Garden of Eden, l-art fejn ingħata l-permess lil Zarb Garage kienet committed u diġa' kien hemm il-Permess Nru. 1285/90 biex din l-art tintuża biex jiġu ggaraxxjati coaches.", "Dan ifisser li filwaqt li l-Garden of Eden Garage kien qed jagħmel change of use minn art agrikola għal garaxx biex jipparkja l-karozzi, Zarb Garage kien qed jagħmel tisqif ta' area committed diġa' għall-parking tal-karozzi.", "Jiġifieri d-differenza hija netta.", "Imbagħad differenza oħra - li forsi l-Gvern seta' pprovda soluzzjoni għaliha qabel - hija li Zarb Garage diġa' kellu premises fejn kien jiggaraxxja l-karozzi, pero' kien ħadhomlu l-Gvern biex iwaqqagħhom u qatt ma pprovdielu sit alternattiv, kif kellu l-obbligu li jagħmel.", "Jiġifieri altru li ma kenux żewġ każijiet identiċi!", "Imma l-Onor.", "Bertu Pace qagħad jispjegalna kif għandu jaġixxi l-Bord ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, qagħad jintilef isemmi każijiet f'Għawdex u semma ieħor f'Ħal- Luqa biex jiskuża l-aġir ta' l-Awtorita' fl-għoti ta' dan il-permess stramb.", "Illum l-Onor.", "Bertu Pace qiegħed fuq il-Bord u għandu l-obbligu li jispjegalna x'linji għandu jieħu l-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Kont nippretendi li dak inhar li tkellem l-Onor.", "Bertu Pace kien se jirrispondi għal attakki oħra li qed isiru fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Per eżempju, fis-17 ta' Mejju s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, Jimmy Magro kiteb artiklu f'gazzetta tal-Ħadd fejn qal hekk:", "\"Jien din ta' l-awtonomija qatt ma tinżilli.", "Jien nemmen li fuq policies ġenerali l-Kabinett għandu responsabbilta' assoluta li jfassal il-politika dwar ċerti oqsma ta' ambjent.\".", "Dan ifisser li s-Segretarju Ġenerali ta' l-istess partit ta' l-Onor.", "Bertu Pace qed jissuġġerixxi li nerġgħu mmorru għal żmien, Alla jaħfirlu, l-ex- Ministru Lorry Sant fejn il-Ministru jew il-politiċi kien ikollhom diskrezzjoni assoluta fl-iżvilupp.", "Dan kollu jmur kontra dak li jgħid il- manifest elettorali tal-Partit Laburista, imma nafu li din kienet waħda mill-wegħdi sbieħ li għamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni biex jintgħoġob man-nies u li qatt ma kellu l-intenzjoni li jżomm.", "Kont nistenna wkoll li l-Onor.", "Bertu Pace jirrispondi għall-attakki li saru f'dan l-istess artiklu kontra l-kapijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn intefa' dawl ikrah fuq iċ-Chairman Alfred Fabri u l-periti Godwin Cassar u George Cilia, meta qal li dawn qatt ma jmorru għand il-poplu għall-voti u qishom qed jivvintaw il-policies kif jaqbel lilhom.", "Sur President, f'daqqa waħda qisha qed tinħema montatura kontra dawn in- nies u każ simili ġara meta l-istess Jimmy Magro fil-bidu ta' din il- Leġislatura kien kiteb artiklu sabiex jagħmel pressjoni għal konsiderazzjoni mill-ġdid dwar grading tal-proprjeta' tal-Partit Laburista f'Pembroke.", "Jiġifieri għandna ċerta trend li qed tibda minn Jimmy Magro biex issir pressjoni fuq ċerti kumitati ħalli dawn iħossuhom fl-obbligu li jobdu.", "Jien naħseb li Jimmy Magro qed jagħmel pressjoni kontra dawn it- tliet uffiċjali biex jitqaċċat xi ħadd minnhom, u fil-fatt kienet intalbet ir-riżenja ta' xi ħadd minnhom.", "Jien kont nippretendi li l-Onor.", "Bertu Pace jiddefendi daqsxejn lill-kollegi tiegħu, għaliex wara kollox naħseb li ħadem ħafna maċ-chairman u ma naħsibx li m'għandu xejn xi jgħid favur tiegħu.", "Xtaqt ukoll li l-Onor.", "Bertu Pace jgħidilna xi ħaġa fuq il-ħatra tad- Direttur tal-Proċeduri li kienet saret fuq proposta li saret f'din il-Kamra fis-sajf li għadda biex ikun hemm iktar accountability fl-Awtorita'.", "Nafu li nħatar xi ħadd imma dan ix-xi ħadd ma damx wisq u dak iż-żmien kien qalu li ma damx wisq għax ma sabx il-koperazzjoni tan-nies l-oħrajn fl- Awtorita'.", "Dan m'hu minnu xejn; dik il-persuna li kienet inħatret bħala Direttur tal-Proċeduri kienet reġgħet marret lura fl-impjieg tagħha għaliex probabbilment kellha offerta aħjar, imma kienu wżaw dik ir-riżenja biex jitfgħu dell ikrah fuq l-istess diriġenti.", "U jien nistaqsi: Għalfejn ma reġax ġie appuntat xi ħadd ieħor?", "Kważi kważi l-Gvern ma jaqbillux jappunta lil xi ħadd ieħor jekk irid iqaċċat l-irjus tan-nies li qed imexxu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien naħseb li l-pjan tal-Gvern huwa li jħalli lill-istess nies imexxu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li forsi m'huwiex għal kollox ferħan bihom, jibqa' jitfa' dell ikrah fuqhom biex imbagħad ikollu skuża ħalli jqaċċathom.", "Hemm kritika relevanti x'issir fuq l-Awtorita', imma sfortunatament ma smajna xejn min-naħa ta' l-Onor.", "Bertu Pace.", "Hawnhekk irrid insemmi ċerti abbużi li qed isiru mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Per eżempju, fis-sajf li għadda dan il-Parlament għadda emenda li kienet tgħid li permess normali jrid jgħaddi fi żmien tliet xhur u permess ta' ċertu kobor irid jgħaddi fi żmien sitt xhur.", "Pero' ċerti ħaddiema ta' l-Awtorita' - u dawn mhux bilfors huma l-kapijiet - qed jabbużaw billi kif jgħaddu t-tliet xhur jew is-sitt xhur jerġgħu jitolbu lill-applikant xi informazzjoni u allura t-tliet xhur jew is-sitt xhur ma jibqgħux jgħoddu.", "Dan huwa abbuż li m'hu qed isir xejn dwar u kollox qed jibqa' għaddej.", "Jien inħoss li hemm bżonn li xi ħadd min-naħa tal-Gvern jitkellem fuq dawn l-abbużi.", "Fis-sajf li għadda għaddejna emenda oħra li kienet tgħid li reconsideration trid tiġi deċiża fi żmien 30 ġurnata minn meta tintefa' l-applikazzjoni.", "Pero' minn risposta għal mistoqsija parlamentari jirriżulta li numru ta' reconsiderations m'humiex jinstemgħu fi żmien 30 ġurnata.", "Għalhekk kont nippretendi ċerta kritika kostruttiva mill-Onor.", "Bertu Pace fuq din il-ħaġa, imma sfortunatament ma qal xejn dwar dawn l-affarijiet.", "F'risposta għal mistoqsija parlamentari oħra ntqal li l-local plans mistennija jitlestew sas-sena 2002, pero' jien għandi d-dubji tiegħi kemm se jilħqu jitlestew sa dik id-data.", "Xi ngħidu għall-konflitt li jeżisti bejn dak li qal il-Ministru George Vella fuq il-golf courses f'Għawdex u dak li jgħid il-Pjan ta' Struttura li jidentifika Ta' Ċenċ bħala zona ta' ċertu konservazzjoni?", "Dawn huma kontradizzjonijiet li jridu jiġu diskussi b'mod kostruttiv għaliex l-Awtorita' hemm bżonn li tirfina ruħha l-ħin kollu.", "Irrid insemmi xi nuqqasijiet li jeżistu fil-Pjan ta' Struttura u li ilhom hemm minn żmienna.", "Per eżempju, il-Pjan ta' Struttura ma jipprovdi xejn dwar warehousing u hija l-MDC li tiġġestixxihom u tgħid fejn għandhom ikunu.", "Pero' li qed jiġri huwa li l-MDC ma tagħtix permessi għal warehouses jekk ma jkunux għall-manifattura.", "B'hekk qed nispiċċaw li min ikun irid jibni xi warehouse m'hu qed isib l-ebda post fejn jista' jagħmel dan.", "Barra minn hekk, insibu nuqqas ta' skemi għal hamlets.", "Qed nelenka dawn in-nuqqasijiet mhux b'xi sens negattiv jew biex nitfa' xi dell ikrah fuq l-Awtorita', imma l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tant hija xi ħaġa ġdida li hemm bżonn li tibqa' tiġi rfinuta l-ħin kollu.", "Dan il-proċess ta' rfinar ma jsirx billi niġu hawnhekk u noqogħdu ngħidu li għaliex ħarġu ċerti permessi fi żmienna, allura jistgħu jibqgħu jinħarġu issa u ma jkun qed isir xejn ħażin.", "Hemm bżonn li nkomplu nidentifikaw il-ħin kollu x'hemm ħażin, x'hemm nieqes u x'nistgħu nirfinaw fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Jien kont nistenna li l-Onor.", "Bertu Pace joħroġ b'suġġerimenti dwar kif tista' tkun imtejba l-liġi għaliex hemm ħafna każijiet fejn l- operat u r-regoli ta' l-Awtorita' jistgħu joħolqu tbatija.", "Per eżempju, dan l-aħħar ħarġet policy dwar il-ħwienet u l-parking provisions li, fil- fehma tiegħi, se toħloq iktar tbatija għaliex qed tagħmilha kważi impossibbli li xi ħadd jiftaħ ħanut ta' ċertu daqs fi triq arterjali, per eżempju, fi Psaila Street, Naxxar Road jew Zabbar Road, jekk ma jkollux parking space provdut.", "Il-policy li ħarġet issa hija għal-local shops biss u tagħti d-daqs tagħhom.", "Jekk xi ħadd ikun irid jiftaħ xi ħanut ftit ikbar, bħalma huwa boutique, ikollu storage miegħu u jkun f'arterial road ma jiġix aċċettat.", "Jien naħseb li meta għandek zona kommessa għall- ħwienet li tkun ukoll pedestrian zone, fejn forsi dak li jkun ikun jista' jsib xi parking space 'il hemm u 'l hawn, jista' jiġi aċċettat li jinfetħu iktar ħwienet.", "Pero' sfortunatament m'hu qed jingħad xejn fuq dawn l-affarijiet.", "Il-kritika partiġġjana żgur li mhux se ttejjeb l-operat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ħafna drabi l-Awtorita' tiġi kkritikata prinċipalment fuq id-dewmien, fuq il-konsistenza u fuq l-arbitrarjeta'.", "Għalkemm fuq id-dewmien fil-ħruġ tal-permessi sar ċertu progress, fuq affarijiet oħrajn għad fadlilha x'taqdef u billi niġu hawnhekk u noqogħdu ngħidu li permess huwa validu għaliex kien inħareġ wieħed bħalu meta fil- fatt ma jkun veru xejn, ma nkunu qed nagħmlu xejn biex intejbu l-Awtorita'.", "Nagħlaq billi ngħid li hemm bżonn li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikollha l- fiduċja tal-poplu tagħna u għalhekk hemm bżonn li nkomplu naħdmu biex diffikultajiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsistenza u ma' arbitrarjeta' fl-għoti ta' permessi - bħal fil-każ tal-Garden of Eden li kien każ arbitrarju u każ ad hoc li se jibqa' jissemma - ma jibqgħux jiġru.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 26 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.57 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUBGĦ", "TOROQ - TISWIJA", "14544.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol konness mat-titjib fit-toroq ta' bejn San Pawl il-Baħar u l-Mosta, it-Triq bejn il-Mosta u l-Imġarr, dik bejn ir-Rabat u l-Mosta u t-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dwar Triq San Pawl se jitħaffru inspection pits biex jiġi ddeterminat jekk il-konkos li kien ingħata meta ġiet imsewwija it-triq l-ewwel darba għadux tajjeb biex ikun jista' jiġi kkolaborat aħjar ir-rapport ġeoloġiku u wara jingħata l-wiċċ ġdid lit-triq.", "Dwar it-toroq l-oħra, fil-preżent qed tiġi ppreparata Road Condition Survey in konnessjoni ma' l-ifformular ta' master plan għat-toroq u għalhekk m'hemms x'wieħed iżid fuq ir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 11507.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-KOTOB - ĦRUĠ TA' ILMA", "14550.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti li mill- main bejn l-impjant tar-riċiklaġġ f'Sant Antnin u l-ġibjun fi Triq il- Kotob, Żejtun qed ikun hemm ħruġ spiss ta' ilma mill-katusi li tqiegħdu mill-kuntrattur inkarigat mix-xogħol?", "Jekk kien hemm x'sar sabiex din is- sitwazzjoni titranġa?", "Il-kuntrattur inkarigat mix-xogħol ġie mitlub sabiex jagħmel tajjeb hu għal din il-ħsara?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qiegħed isir stħarriġ sabiex jiġi stabilit fiex tikkonsisti l-ħsara li hemm f'dan il-main minħabba li teżisti wkoll possibbilta' li terzi persuni qabbdu ma' dan il-main illegalment.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13709.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,376 u ċioe' għar-rigward tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d- dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,376.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13710.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,375 u ċioe għar-rigward tal-persuna minn Tas-Sliema, li d- dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,375.", "DJAR - INSPECTORS", "13711.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,374 u ċioe' għar-rigward tal-persuna minn Tas-Sliema, li d- dettalji tagħha diġa' mtbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,374.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "13712.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,373 u ċioe' għar-rigward tal-persuna mill-Birgu, li d- dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, li għandha l-madum ta' l-art kollu mtajjar, tgħix bir-relief u ma tistax tagħmlu hi, jista' l-Ministru jgħid meta se tinqeda fid-dawl tal-fatt li meta marret il-Housing qalulha li ma jistgħu jagħmlulha xejn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,373.", "DJAR - INSPECTORS", "13713.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,372 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Belt, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,372.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13714.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,371 u ċioe' għar-rigward tal-persuna minn San Ġwann, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid, mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,371.", "DELCARM LTD - PAGAMENTI", "13830.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'pagamenti saru mis- Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sports u Kultura mill-1 ta' Novembru, 1996 sal- lum u f'kull każ jgħid għal xiex saru lid-ditti/persuni Delcarm Ltd; Da Salvina Ltd; Tapam Ltd; Catering Ltd; Carmvic Chetcuti Ltd; Carmel Chetcuti; Victor Chetcuti; u Rose Portelli?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'pagamenti oħra għad iridu jsiru, jekk hemm, u għal xiex huma?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-ebda pagamenti ma saru mis- Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti lid- ditti/persuni msemmija fil-mistoqsija ħlief għall-pagamenti lil Delcarm Limited li huma għall-kiri ta' karozzi skond il-kuntratt tagħhom.", "L-ammont imħallas fil-perijodu ndikat mill-Onor.", "Interpellant jammonta għal Lm4003.", "Dan huwa sal-aħħar tas-sena 1997.", "Għadhom ma waslux il-kontijiet għall- kumplament tal-perijodu mitlub.", "PERIT KARMENU BORG - INĊIDENT", "13831.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk irċevix xi ittri mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l- inċident li fih kien involut il-Perit Karmenu Borg u jekk iva, jistax ipoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma rċevejtx ittri dwar il-każ imsemmi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "PERIT KARMENU BORG - INĊIDENT", "13832.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara l-inċident li fih kien involut il-Perit Karmenu Borg?", "Jista'jgħid ukoll jekk l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għaddietx għat-twaqqigħ tal-post in kwestjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Preżentament hemm mandat dwar il-każ li ġie milqugħ proviżorjament mill-Qorti ta' Għawdex, liema mandat għadu fi stadju sub judice.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar beħsiebha tiddeċiedi x'passi għandha tieħu a bażi ta' l-eżitu tad-deċiżjoni ta' l-Onorabbli Qorti.", "PERIT KARMENU BORG - INĊIDENT", "13833.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex se tieħu passi kontra l-Perit Karmenu Borg għar-rigward ta' l-inċident li fih kien involut ma' uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' l-Prim Ministru, jgħid ukoll jekk il-pulizija nvestigatx l-inċident, min mexxa l-investigazzjoni u jista' jpoġġi kopja tal-file relattiv fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12870.", "TAPAM LTD. - REĠISTRATUR TAL-KUMPANNIJA", "13869.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Reġistratur tal-kumpannija mexiex skond il- liġi dwar il-kumpannija meta aċċetta r-reġistrazzjoni tal-kumpannija Tapam Limited li bħala shareholders għandha biss lill-kumpannija Deloitte & Touche Limited li kkwalifikat ruħha fuq il-Memorandum of Association as licensed nominee but not on its own behalf and interest?", "Jekk fl- affermattiv, dan ifisser li Malta se tibda taċċetta nominee companies li huma notorjament magħrufa li jintużaw għal skopijiet illegali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-kunċett ta' Nominee Companies kien gie introdott permezz ta' l-Att ta' l-1998 dwar l-attivatijiet offshore.", "In-nominee companies kienu, u għadhom, joperaw biss fil-kamp offshore.", "Fl-1994, bis-saħħa ta' emendi għal dan l-istess att, li issa beda jissejjaħ l-Att dwar iċ-Ċentru Finanzjarju ta' Malta, setgħu jibdew jitwaqqfu licensed nominee companies sabiex joffru servizz ta' nomineeship u trusteeship fil-kamp mhux offshor'.", "Iż-żewġ tipi ta' nominees huma superviżjonati u liċenzjati mill-Malta Financial Services Centre.", "Għaldaqstant, wieħed ma jifhimx għalfejn id-domanda tagħmel riferenza speċifika għal kumpanniji partikolari, u l-insinwazzjoni dwarhom tidher għal kollox gratwita u sorprendenti.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "13870.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li nifhem li s-Segretarju Parlamentari l- Onor. Joe Cilia kellu diversi nkontri ma' persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, dwar irranġar ta' faċilitajiet sportivi, jista' l- Ministru jgħid meta saru dawn il-laqgħat, fejn saru u liema faċilitajiet ġew diskussi f'kull laqgħa?", "Jista' l-Minisru jgħid jekk jeżistix xi konflitt ta' interessi f'dawn il-laqgħat u x-xogħol relattiv peress illi l- istess persuna hu shareholder ma' l-istess Segretarju Parlamentari fil- kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li ma saru l-ebda laqgħat ta' din ix- xorta.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - SURVEYS", "14288.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li bejn l-1992 u l- 1996 ma sar ebda survey ta` l-opinjoni pubblika u ma ġew ikkummissjonati ebda surveys oħra mill-ministeru u mid-dipartimenti\\kummissjonijiet li jaqgħu taħtu.", "MINISTERU GĦAD-DJAR U KUNSILLI LOKALI - SURVEYS", "14289.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l- 1996?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ma ġew ikkommissjonati l-ebda surveys ta' opinjoni pubblika jew surveys oħra mid-dikasteru tiegħi bejn l-1992 u l-1996.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - SURVEYS", "14290.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma saru l-ebda surveys ta' l-opinjoni pubblika fid- dikasteru tal-biedja u sajd bejn l-1992 u l-1996, ħlief għall-clients' survey li sar mill-MSU, bħala parti mill-Operations Review tal-ministeru.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - SURVEYS", "14291.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - SURVEYS", "14292.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l- 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li n-numru ta' surveys li saru fid-dikasteru tiegħi bejn l-1992 u l-1996 kien ta' 16.", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - SURVEYS", "14293.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r- risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14482.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is- servizz f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14483.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is- servizz f'kull każ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Matul l-1996 u l-1997, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma daħlux fi ftehim ma' kumpanniji privati għall-maintenance tal-computers u tas-software installati fl-uffiċini rispettivi tagħhom.", "Sadanittant, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar daħlet għal dan it-tip ta' ftehim fis-snin imsemmija, kif se ngħid:", "| | | |INFI| | | | | |Q | | | |Kumpanni|1996 | |1997 | | |ja | | | | | |Privata | | | | |TRIPS, |MVA |- | |Lm105| |ARCADY, |Consulta| | |6.75 | |PICADY |ncy | | | | |u OSCADY | | | | | |software | | | | | |& | | | | | |maintenan| | | | | |ce | | | | | |Network |Megabyte|- | |Lm | |hardware |Limited | | |656.7| | | | | |9 | |Network |Megabyte|- | |Lm | |cabling |Limited | | |218.4| | | | | |0 | |Server |Intercom|Lm | |Lm122| | |p |806.6| |7.88 | | | |3 | | | |DCIS |Plantech|Lm280| |Lm315| | | |8.05 | |9.46 | |Payroll |Shirebur|Lm | |Lm | | |n |132.2| |138.0| | | |5 | |0 | |PS 2000 |Dakar |Lm106| |Lm106| | | |8.81 | |8.81 | |Sage |ITS |- | |Lm | |Sovereign| | | |287.5| | | | | |0 | |Computer |Panta |Lm200| |Lm200| |hardware |Computer|0.00 | |0.00 | | |Co Ltd | | | | |ESRI |Panta |Lm272| |Lm272| |software |Computer|0.71 | |0.71 | |license |Co Ltd | | | | |agrement |f'isem | | | | | |ESRI | | | | | |Inc. | | | |", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14484.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is-servizz f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14485.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is-servizz f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif li ngħatajt bi tweġiba għal din l- interpellanza hu kif se nsemmi:", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "Il-Maintenance Agreements għar-rigward ta' IT hardware u/jew software li kellha l-Universita' fis-snin 1996 u 1997 u l-ħlas li sar f'kull każ huwa kif se nsemmi:", "1996", "Lokali Panta Computers Ltd - Lm10,391 Dakar Software Systems - Lm 2,400 ICL (Malta ) Ltd - Lm 2,204", "Barranin EEUG - Germanja - Lm 1,000 Mathworks - Stati Uniti - Lm 600 SPSS - Grecja - Lm 2,400", "1997", "Lokali Panta Computers Ltd - Lm 2,507 Dakar Software Systems - Lm 2,400 ICL (Malta) Ltd - Lm 2,204", "Barranin EEUG - Germanja - Lm 1,000 Mathworks - Stati Uniti - Lm 600 SPSS - Grecja - Lm 2,400", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "Matul l-1996, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija kellu Maintenance Agreement għall-IT Hardware tiegħu kollu u għal xi software (Novell).", "Dan il-ftehim kien sar mal-kumpannija Microchip Computer Services u kien jammonta għal Lm918.00.", "Matul l-1997, il-kunsill ma kellu l-ebda ftehim ta' din ix-xorta.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT, KULTURA W ARTI", "Għal dak li għandu x'jaqsam mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti, u d-dipartiment tal-Kultura, ir-risposta hija fin- negattiv.", "In kwantu għas-Sezzjoni Żgħażagħ, fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, il-kumpannija Technosoft Ltd kienet ipprovdiet software maintenance agreement fejn il-ħlas kien ta' Lm45 (+Lm6.75 VAT) kull sena mill-1/9/96 u ta' Software Licence Agreement fejn il-ħlas kien ta' Lm690 u tħallas fil- 31/5/96.", "Ninsab informat ukoll li d-Dipartimenti tal-Eżamijiet, Mużewijiet, Libreriji w Arkivji u tal-Edukazzjoni kif ukoll il-Fondazzjoni għall- Istudji Internazzjonali ma kellhom l-ebda maintenance agreement ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997.", "Irid jingħad ukoll li l-ewwel l-MSU mbagħad il-MITTS kellhom ftehim għall- manutenzjoni tal-IT hardware u software għas-snin 1996 u 1997.", "Għas-sena 1996, il-vot tal-MSU kien jaqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħala subvenzjoni u għalhekk m'hemmx breakdown tiegħu.", "Għas-sena 1997 l-ammonti kienu:", "Application Maintenance and Support - Lm 19,178", "Technical Infrastructure and Facilities Management - Lm105,869", "Programme Management and First Line Support - Lm 40,625", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14486.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is-servizz f'kull każ?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej :-", "Dipartiment/Ministeru Philip Toledo Ltd.", "Lm600 Lm600 NTOM ESI LTD.", "(UPS) Lm110 NTOM ESI LTD.", "(SERVERS) Lm542 Lm690 NTOM BDS LTD.", "(Apple Mac) Lm862 Lm575", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14487.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is- servizz f'kull każ?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li dawn iż-żewġ dipartimenti biss, fost dawk li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tal- Ġustizzja, kellhom mainteneance agreements ma` kumpanniji privati għar- rigward ta` IT hardware\\software fis-snin 1996 u 1997:-", "(i) Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali (li kien jagħmel parti mill- Ministeru tal-Ġustizzja sat-28 ta` Jannar 1998) kien għamel ftehim fl-1997 ma` l-Information Technology Services Ltd għal ħlas ta` Lm128.95.", "(ii) Fl-1996 il-MITTS kienet għamlet ftehim mad-ditta Forestals għan-nom tar-Reġistru Pubbliku li kien jammonta għal Lm5,400 fis-sena.", "Dal-ftehim kien japplika wkoll għal 1997.", "Ftehim li sar direttament mal-MITTS ma ġiex inkluż f`din it-tweġiba.", "KAŻINI TAL-BANED - GĦOTI TA' FLUS", "14554.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ingħataw flejjes jew se jingħataw lill-Każini tal-Baned bħala għajnuna għat-tixrid tal-Kultura fl-1998?", "X'inhuma l-kriterji għal dawn l-għotjiet?", "Lil min se jingħataw jew ingħataw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 13018.", "Minbarra l-possibbilta' ta' għajnuna minn dipartimenti oħra tal-Gvern, id-Dipartiment tal-Kultura jagħti għotjiet lill-Każini tal- Banda bħala parti mill-Cultural Support Programme.", "Din l-iskema hija normalment operata minn Bord imwaqqaf apposta darbtejn fis-sena u xogħlu hu li jikkonsidra t-talbiet li jiġu minn diversi Għaqdiet Kulturali u Individwi għall-attivitajiet jew proġetti kulturali.", "Il-parti l-kbira ta' għajnuniet lill-każini tal-baned ikunu jew għal xi safra barra minn Malta li l-każin ikun għamel biex ta sensiela ta' programmi mużikali barra minn Malta jew inkella għal xi kunċert ta' livell għoli li l-banda tkun tat u li l-kunċert ma jkunx sar fil-każin tagħha jew barra t-triq, ma jkunx parti mill-obbligu tal-każin lejn id-Direttur tal- Lotto Pubbliku u ma jkunx jifforma parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Patrun tal-Parroċċa li l-każin ikun marbut miegħu.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "14561.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet li kien hemm pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel l-14 ta' Awissu, 1997 kienu deċiżi xahar xahar sa April 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "SKEJJEL - SANTA MARIJA GORETTI", "14562.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx sottomessa applikazzjoni għal żieda ta' sular fl-iskola Santa Marija Goretti, Tarxien?", "Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu sabiex l-inċident tat- traffiku fejn kienu nvoluti studenti ta' din l-iskola ma jerġax jirrepeti ruħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MAGĦTAB - RIMI TA' SKART FIL-MIŻBLA", "14563.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħtux it- talbiet għal ħlasijiet għar-rimi ta' skart fil-miżbla tal-Magħtab?", "Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawn it-talbiet, kemm kienu jammontaw xahar b'xahar, minn meta bdew jintbagħtu u kemm minnhom tħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Intbagħtu 1,500 talba għall-ħlasijiet għar-rimi ta' skart fil-Miżbla tal-Magħtab.", "Xahar b'xahar dawn it-talbiet kienu jammontaw għal:", "Ottubru 1997 Lm22,327 Novembru 1997 Lm16,986 Dicembru 1997 Lm10,596 Jannar 1998 Lm14,412 Frar 1998 Lm18,885", "Dawn it-talbiet bdew jintbgħatu fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar ta' din is- sena.", "Minn 1,500 talba tħallsu 480.", "SAĦĦA - SCHEDULE 5", "14602.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 14218 li oriġinarjament kienet saret lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10553, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi b'mod partikolari dwar multiple sclerosis; Motor Neurone Disease; Hyperthyrodisim; Adrenal hyperfunction; Hyperparathyprodisim; u AIDS?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm rakkmandazzjoni biex multiple sclerosis u motor neurone disease jiġu nklużi fil-liġi tas-Sigurta' Soċjali taħt Skeda 5 b'effett mill-1 ta' Jannar, 1999.", "Dwar l-AIDS il-kura hija koperta mill-Ordinanza dwar il-Ħarsien mill- Mard.", "Dwar il-mard endokrinoloġiku msemmi mill-Onor.", "Interpellant wieħed irid jara dan mal-prijoritajiet l-oħra li għandu d-dipartiment dwar mard kroniku u kura b'xejn.", "ĦABS ĊIVILI - ASSOĊJAZZJONI TAL-GWARDJANI", "14603.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqfitx l-Assoċjazzjoni tal-Gwardjani tal-Ħabs li hemm prevista fir-Regolamenti tal-Ħabs 1995?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tweġiba għall-mistoqsija ta' l- Onor. Interpellant hija fl-affermattiv.", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR", "14604.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Matul l-1997 u l- 1998, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar li ġew rilaxxati mid-Dwana bħala antiques, ċioe' manifatturati qabel l-1940 u għalhekk m'għandhomx bżonn weapons licence?", "Kemm mill-istess armi huma fi stat li jiffunzjonaw?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ĦABS ĊIVILI - GĦAQDIET VOLONTARJI", "14605.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet volontarji li għandhom permess mid- Direttur tal-Ħabs li jaħdmu fil-Ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, fil-preżent hemm 13-il għaqda volontarja li għandhom il-permess biex jagħtu s-servizz tagħhom fil-Ħabs.", "Dawn l-għaqdiet huma : -", "Anglican Church Church of Scotland Evangelical Alliance FGBMFI Independent Group of Volunteers Islamic Call of Society Laboratorju tal-Paċi Legion of Mary' Mid-Dlam għad-Dawl Mixja Neo-Katekumenali MUSEUM Prison Fellowship Women of Christ", "Ninsab informat ukoll li, barra minn dawn, ikun hemm għaqdiet oħra li jingħataw permess għal xi okkażjoni waħda, jew okkażjonijiet limitati sabiex jagħmlu ħidma volontarja fil-ħabs.", "Ġeneralment dawn ikunu barranin li jkunu għal żjara qasira f'Malta.", "ĦABS ĊIVILI - COMMON ROOM", "14606.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proġett li f'kull Division tal-Ħabs ikun hemm Common Room?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li x-xogħol strutturali fuq dawn il- Common Rooms hu lest u jonqos li jsiru l-Mechanical and Electrical Works.", "ĦABS ĊIVILI - LIBRERIJA", "14607.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-pjan sabiex il-Librerija tal-Ħabs tiġi estiża f'dik li hi struttura u f'dak li hu kotba?", "Min qed jieħu ħsieb il- Librerija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, wara li sar xogħol strutturali fil- Librerija tal-Ħabs, din ġiet miftuħa mill-ġdid f'Ottubru ta' l-1997.", "Din il-librerija tinkorpora ukoll, computer laboratory għall-użu tar- residenti.", "Għal dak li jirrigwarda l-kotba, ninsab informat li n-numru tagħhom żdied sostanzjalment permezz ta' diversi għotjiet minn diversi ambaxxati u agenziji.", "Ninsab informat ukoll li l-librerija taqa' taħt is-sezzjoni ta' Riabilitazzjoni u Edukazzjoni tal-Ħabs u qed titmexxa minn librar li jaħdem fuq bażi part-time.", "PENSJONIJIET - PENSJONANTI", "14613.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Skond l-Att XXII/97 saret diskriminazzjoni bejn dawk il- pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi u dawk tal-Gvern Malti għaliex dawk tal- Gvern Ingliż li kkomutaw il-pensjoni kollha ma jitnaqqsilhom xejn mill- pensjoni tan-NIS filwaqt li tal-Gvern Malti li jikkomutaw parti biss jitnaqqsilhom dak il-parti mill-NIS u għalhekk, jista' l-Ministru jgħid meta se tispiċċa din id-diskriminazzjoni nġusta?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, li bħalma kelli opportunita' ngħid kemm il-darba, anke f'din il-Kamra stess waqt id- dibattiti fuq l-emendi mressqa fl-Att imsemmi mill-Onor Membru, ma saret l- EBDA diskriminazzjoni bejn xi kategoriji ta' pensjonanti tas-Sigurta' Soċjali.", "L-emendi dwar pensjonijiet tas-Servizz fl-Att XXII ta' l-1997, bl-ebda mod ma jirreferu biss għal xi kategorija partikolari ta' pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-Servizz.", "Għalkuntrarju dawn l-emendi jgħoddu għal kulħadd l-istess.", "Għaldaqstant ma nistax nifhem kif jistgħu jissejħu diskriminatorji.", "Tant mhumiex diskriminatorji li minn dawn l-emendi gawdew numru sabiħ ta' pensjonanti minn diversi kategoriji li jirċievu penjoni tas- servizz u mhux il-pensjonanti tas-Servizz Ingliz biss, kif qed jalludi l- Onor Interpellant.", "Fir-rigward ta' dik il-parti tal-mistoqsija li tirrigwardja l- kommutazzjoni, infakkar lil l-Onor Interpellant li min għamel użu mid-dritt li jikkommuta l-pensjoni tas-servizz kollha, attwalment ma jirċievi l-ebda pensjoni tas-servizz.", "L-impjegat tal-Gvern ma jistax jikkommuta l-pensjoni sħiħa, għaldaqstant wieħed jifhem li fejn tidħol kommutazzjoni ma jistax jinżamm bilanċ bejn kategoriji ta' pensjonanti differenti li ma kellhomx l-istess drittijiet.", "PENSJONI - PENSJONI TAT-TEŻOR", "14614.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom pensjoni tat-Teżor magħrufa tas-Servizzi tal-Gvern?", "Minn dawn kemm hu n- numru ta' dawk li għalqu it-72 sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor Interpellant, li n-numru ta' pensjonanti tas-Sigurta' Soċjali li jirċievu pensjoni tat-teżor ukoll hu 10,291.", "Minn dawn, 3,928 huma pensjonanti li għandhom 'l fuq minn 72 sena.", "PENSJONIJIET - PENSJONANTI", "14615.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu s-ceiling ta' ħlas biex pensjonant jista' jibbenefika mit-tibdil li se jsir fil-kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: S'issa l-iskont mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fejn għandu x'jaqsam it-test tal-mezzi, għadu regolat skond l-Avviż Legali 17 tal-1974 maħruġ taħt l-Att tal-1963 dwar l-elettriku u l-Avviż Legali 6 tal- 1981 maħruġ taħt l-Ordinanza dwar il-provvista tal-ilma (Kap 36).", "Skond dawn l-Avviżi Legali, dan it-test tal-mezzi huwa dak applikabbli għall- għoti ta' Pensjoni ta' l-Eta' mhux kontributorja taħt l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali.", "COST OF LIVING INDEX", "14616.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir cost of living index għal pensjonanti biss kif kien ħabbar Gvern Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-Dipartiment ta' l-Istatistika qiegħed jevalwa l- possibbiltajiet tekniċi għall-introduzzjoni ta' indiċi bħal dan.", "PARK NAZZJONALI - KUNĊERTI", "14620.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tenders, quotations jew direct orders ingħataw in konnessjoni mal-kunċerti fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali?", "X'offerti ntefgħu għal dawn it-talbiet, min tefagħhom u liema xogħlijiet kienu mogħtija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TAL-QROQQ - XOGĦLIJIET", "14621.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra programme of works tax-xogħlijiet li baqa' sakemm jitlesta l-isptar f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhuwiex għaqli li f'dan l-istadju tiġi ppubblikata informazzjoni bħal din.", "VALLETTA - TRIQ IR-REPUBBLIKA - XOGĦLIJIET", "14622.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra programme of works għax-xogħlijiet li baqgħu jsiru fi Triq ir- Repubblika, Valletta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħlijiet li baqa' jsiru fuq Triq ir- Repubblika huma:", "* Jinqalgħu il-bankini u jitbaxxa il-livell tat-triq bi preparazzjoni għas-sodda tal-konkos.", "* Titlesta is-sistema għall-ġbir ta' l-ilma tax-xita, li diġa' tinsab f'fażi avvanzata.", "* Tingħata s-sodda tal-konkos.", "Dan ix-xogħol mistenni li jkun lest sa l-aħħar ta' Mejju.", "Immedjatament wara jkun jista' jibda l-pavimentar.", "KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14661.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li f'dan il-perijodu ma ngħatawx kuntratti lil ditti ta' awdituri u accountants.", "KUMPANNIJI/PARTNERSHIP", "14662.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l- kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-perijodu bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 żewġ ditti kellhom il-kuntratt ta' awdituri mal-Korporazzjoni Telemalta: id- ditta Emmanuel A. Bonello sat-30 ta' Settembru 1988 u d-ditta Joseph A. Tabone & Co. mill-1 ta' Ottubru 1998 'l quddiem.", "KUMPANNIJI/PARTNERSHIP", "14663.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li għall-perijodu bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 ngħataw dawn il-kuntratti lill-awdituri/accountants:-", "L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - J. Tabone & Co.", "Posta Limited - Zammit Tabona Bonello & Co.", "L-Awtorita' Marittima ta' Malta - Deloitte & Touche bħala Awdituri tal- Awtorita' u Deloitte, Touche, Tohmatsu International (U.K.) għal Yachting Development Study.", "Gozo Channel Co. Ltd. - Coopers & Lybrand.", "L-Malta International Airport plc - Deloitte & Touche bħala awdituri u l- istess ditta għall-studju fuq Fixed Asset Register u fuq Occupational Monitoring Review.", "KUMPANNIJI/PARTNERSHIP", "14664.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l- kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-risposta hija tlieta li huma:", "Raymond Gatt MIA, CPAA Gatt, Galea & Co Mr Stuart Craig", "KUMPANNIJI/PARTNERSHIP", "14665.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Kien hemm tliet kumpanniji jew partnerships ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratt minn dipartimenti jew entitajiet governattivi li llum jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi bejn Mejju, 1987 u Ottubru, 1996.", "KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14666.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru tal-Biedja u Sajd ma' ta l-ebda kuntratt lil xi awdituri jew accountants fil-perijodu ndikat.", "UE - ŻONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14687.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegu jew għall-korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'żona ta' kummerċ ħieles biss mal-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha inti responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'żona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UE - ŻONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14688.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall- korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'żona ta' kummerċ ħieles biss mal-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha inti responsabbli?", "Fi kwalunkwe ka, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'żona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat mill-Onor.", "Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ambjent għall- mistoqsija parlamentari numru 14687.", "UE - ŻONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14689.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporozzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall- korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'żona ta' kummerċ ħieles biss mal-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha inti responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'żona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat mill-Onor.", "Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent, għall-mistoqsija Parlamentari numru 14687.", "UE - ŻONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14690.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall- korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'żona ta' kummerċ ħieles biss mal-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha inti responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'żona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirriferi l-Onor Membru għat-tweġiba li ngħatat mill- Onor Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent.", "UE - ŻONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14691.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall- ministeru tiegħu jew għall-korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'żona ta' kummerċ ħieles biss mal-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha inti responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'żona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor Membru għat-tweġiba li ngħatat mill-Onor.", "Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent, għall-mistoqsija parlamentari numru 14687.", "UE - ŻONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14692.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall- korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'żona ta' kummerċ ħieles biss mal-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha inti responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'żona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat mill- Onor. Deputat Prim Ministru u Ministru ta` l-Affarijiet Barranin u Ambjent għall-mistoqsija parlamentari numru 14687.", "PULIZJA - SNIETER LIĊENZJATI", "14706.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7655, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' dawn il-545 snieter, jiġifieri kemm minnhom kienu double barrel, kemm kien hemm 3 shot semi-outmatic u dawk semi-automatic li jisparaw ħames skrataċ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-informazzjoni, hekk kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant, m'hijiex disponibbli.", "FORTI DELIMARA", "14707.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4483, jista' l-Ministru jgħid jekk għamlitx negozju fil-kwestjoni tal- Forti Delimara, x'kienet il-konklużjoni u x'inhu l-użu ta' din il-forti fil- preżent?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sal-lum għad m'hemm l-ebda konklużjoni", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR", "14708.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7127, jista' l-Prim Ministru jagħti risposta?", "Jista' jgħid ukoll kemm hawn armi tal-kaċċa fil-ħwienet u l- breakdown tagħhom, jiġifieri kemm hawn double barrel, semi-automatic ta' 3 shot u dawk 5 shot li għadhom in stock sa l-aħħar ta' April ta' din is- sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija nhar is-7 ta Ottubru,1997, f`Seduta Nru. 117.", "Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, ninsab informat illi bħalissa għaddej il-proċess biex it-tip ta' nformazzjoni mitluba tiġi loaded fuq is- sistema komputerizzata li qed tiġi ntrodotta.", "L-informazzjoni mitluba tkun tista' tingħata meta dan il-proċess jitlesta.", "SNIETER - IMPORTAZZJONI", "14709.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6374 dwar importazzjoni ta' snieter u airguns, peress li r-risposta ma stajtx nifhimha, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati snieter u x'tip huma, airguns u target fire arms fl-1996, 1997 u din is-sena sa l-aħħar ta' April?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill- Ministru konċernat.", "PITKALIJA - KOMPUTERIZZAZZJONI", "14715.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-investiment li sar fis- sistema ta' komputerizzazzjoni fil-Pitkalija fil-perijodu 1/11/96 - 30/4/98 xahar b'xahar?", "X'kien it-tibdil li sar f'dan l-investiment?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KOPERATTIVA TAL-MINI-BUSES - FTEHIM", "14716.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar xi ftehim intlaħaq bejn il-Ministeru għat-Trasport, u l-Koperattiva tal-Mini-Buses?", "Jista' jgħid jekk fil-fatt il-Ministeru u l-Public Transport Authority laqgħux xi talba tal-koperattiva msemmija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li d-diskussjonijiet bejn il- Gvern u l-Kooperattiva tal-mini-buses għadhom sejrin.", "Jiena dħalt bħala medjatur wara l-protesta li kienet għamlet l-Għaqda tal- Mini-Buses.", "MIA - ĦADDIEMA", "14717.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew trasferiti għal ma' Malta International Airport?", "Xi grad kellhom dawn il-ħaddiema?", "F'liema grad qed jaħdmu fil-preżent fil-Malta International Airport?", "X'titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ġew maqbula mal-partijiet differenti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-ħaddiema li għażlu li jaqilbu mal-Malta International Airport ilaħħqu l-516.", "Il-gradi li kienu fihom huwa kif gej:", "11 A/P Office Despatchers, 1 A/SATCO, 34 Air Traffic Controllers, 16 Airfield Operators, 1 Airport Attendant, 4 Airport Off Despatchers, 35 Assistant Controllers, 22 Asst.", "Tech.", "Officers, 1 ATCO, 2 ATCO/IC, 23 Bombardiers, 3 Captains, 2 Charwomen, 1 Clerk, 13 Communications Officers, 17 Communicators, 1 Manager Technical Services, 3 Engineers, 23 General Hand, 77 Gunners, 1 Heavy Plant Driver, 4 Luiet., 2 Majors, 20 Met.", "Assistants, 5 Met.", "Officers, 1 MT Driver, 3 O/C Air Traffic Controllers, 1 Officer i/c Comm.", "Centre, 8 Operatives, 1 Postal Auxiliary, 10 Principal Technical Officers, 2 Riggers, 3 Runway Painters, 1 S.A.T.C.O., 2 Sen. Operatives, 52 Sen. Technical Officers, 5 Sen. Tradesmen, 11 Sen. Assist.", "Controllers, 2 Senior Engineers, 4 Sen. Met.", "Assistants, 15 Senior Tradesmen, 6 Sergeants, 2 TAS, 8 Tech.", "Officers, 11 Technicians, 41 Tradesmen, 5 Warrant Officers.", "Sakemm isir il-ftehim relevanti, dawn qed jaħdmu fil-gradi li kienu fihom.", "Jiena nformat ukoll li l-ftehim milħuq bejn il-partijiet konċernati, jipprovdi li dawk il-ħaddiema li marru ma' l-MIA ikunu koperti mill-ftehim kollettiv tal-kumpannija għajr f'dawk il-każi fejn il-benefiċċji ta' dawn l- istess ħaddiema bħala mpjegati tas-servizz pubbliku, kienu aħjar minn dawk stipulati fil-ftehim kollettiv tal-MIA.", "Dan sakemm isir ftehim ġdid biex ikopri s-sitwazzjoni preżenti.", "BUGIBBA - XOGĦOL TA' MAINTENANCE", "14718.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar liema xogħol ta' maintenance kellu jsir fuq ix-xogħol li sar f'Buġibba matul is-sena li għaddiet, u li fil-fatt ma sarx?", "Min kien responsabbli li ssir din il-maintenance?", "Jista' l-Ministru jgħid min fil-fatt wettaq dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-manutenzjoni fuq ix-xogħol li sar Buġibba twettqet skond it-talbiet tal-Buġibba Action Committe.", "Ix-xogħol li sar kien fuq dawl, żebgħa tas-seating u tar-railings, irranġar ta' bankini w sinjali tat-traffiku li ntlaqtu minn karozzi.", "Għal dan ix-xogħol kien hemm għaxra minn nies imqabbda mit-taqsima tax- xogħlijiet.", "Kien hemm ukoll xi xogħlijiet li saru minn kuntratturi u ġew irrapurtati difettużi.", "Dawn il-kuntratturi ġew informati u fil-każijiet kollha x- xogħol ġie rranġat.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - BAJJA TAL-ĠNEJNA", "14719.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu s-sehem tal-Ministeru tal- Biedja u Sajd fix-xogħol li qed isir fit-triq li twassal għall-Bajja tal- Ġnejna?", "X'inhi l-ispiża li qed issir mill-ministeru f'dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ix-xogħol fit-triq li twassal għall-Bajja tal-Ġnejna qed isir mill-Ministeru tax-Xogħlijiet u l-Ministeru tal-Biedja u Sajd qiegħed jikkordina biex il-ħamrija li titneħħa waqt dawn ix-xogħlijiet titqassam lill-bdiewa.", "DEMURRAGES", "14724.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-demurrages matul l-1997 u mill-1/1/98 sal-lum?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "KALKARA BOATYARD LTD - UŻU TA' MOLL", "14732.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14442 u ċioe' jista' jgħid jekk hemmx permess sabiex Kalkara Boatyard Ltd, tuża l-moll ta' taħt l-ex-sptar ta' Bighi fil-Kalkara għat-tiswija u żamma ta' pleasure crafts?", "Jaf il-Ministru li hemm żgombru għall-użu ta' dan ix-xatt mill-pubbliku?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li dan ix-xorta ta' permess jinħareġ mid-Dipartiment tal-Artijiet.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Membru kkonċernat.", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - TENDERS", "14751.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13446 dwar tenders maħruġa mill-istess Ministeru?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nirriferi għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 13446.", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA", "14752.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14524 u ċioe' jgħid xi kwalifiki u x'esperjenza għandu Mr David Bonelli fil-qasam jew industrija ta' l-Akwakultura?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li ħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni għall- mili ta' post ta' direttur tas-Sajd u Akwakultura ma naħsibx li tkun etika li tingħata risposta f' dan l-istadju.", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA - SAHRA", "14753.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14319 jew il- mistoqsija parlamentari numru 14523 u ċioe' dwar sahra fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA", "14754.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14522 dwar iċ- Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura, jista' l-Ministru jgħid kemm fil- preżent qed jitħallas fix-xahar Dr Le Breton; u meta se jiġi ffinalizzat il- kuntratt ta' Dr Le Breton?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-kuntratt ta' Dr. Le Breton għadu qed jiġi ffinalizzat u se nerġa nirrepeti li sa issa għandu l-istess arrangamenti li kellu taħt l-MUS Ltd.", "WSC - XOGĦOL TA' REKLAMAR", "14755.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14521 dwar xogħol ta' reklamar mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'Seduta Nru. 218.", "TONN - TROBBIJA", "14756.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward ir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14325 dwar trobbija ta' tonn, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' investituri potenzjali li huma interessati fl-imsemmi proġett u kemm minn dawn l-investituri huma lokali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: S'issa kien hemm żewġ kumpanniji barranin li bagħtu letter of intention tagħhom.", "Sintendi xorta għadhom għaddejjin taħditiet ma' investituri potenzjali kemm barranin kif ukoll Maltin.", "GĦAWDEX - SERVIZZ LILL-ANZJANI", "14765.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14531, jista' l-Prim Ministru jispjega li m'għandux statistika li tkejjel l-ammont ta' sigħat mogħti f'servizz lill-anzjani f'Għawdex mis-CSA's fl-1996 filwaqt li għandu statistika tas-sigħat attwali li qegħdin jingħataw f'servizz fi żmien ġimgħa?", "Għalhekk, bl-istess kejl, jista' l-Prim Ministru issa jagħti ċ- ċifra ta' sigħat f'ġimgħa li kien jingħata lill-anzjani f'Għawdex fl-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-mistoqsija parlamentari numru 14175 l-Onor interpellant kien talab fost l-oħrajn li jingħata tagħrif dwar il-massimu totali ta' sigħat li ntlaħaq f'Għawdex fl-1996 f'servizz mogħti lill- anzjani fi djarhom.", "Biex jingħata t-tagħrif mitlub irid ikun hemm statistika li turi s-sigħat ta' servizz li ngħata kull jum tas-sena kollha.", "Din id-database ma teżistix.", "L-Onor Interpellant japprezza illi tirrikjedi ħafna xogħol biex toqgħod tiġbor illum ġurnata b'ġurnata kemm kien hemm casual assistants u kemm taw sigħat ta' servizz lill-anzjani kull wieħed/waħda minnhom kull ġurnata.", "Iżda nista' ngħid li fil-ġimgħa li għalqet is-Sibt 21 ta' Diċembru, 1996 is-sigħat ta' servizz li ngħata kienu ta' 3155.", "GĦAWDEX - QTUGĦ TA' L-ELETTRIKU", "14766.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-kawża tal-qtugħ ta' l-elettriku f'Għawdex nhar l-Erbgħa, 13 ta' Mejju fil-għaxija?", "Liema kienu l- lokalitajiet li ntlaqtu mill-qtugħ u għal kemm ħin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-kawża tal-qtugħ ta' l-elettriku fit-13 ta' Mejju, 1998 f'Għawdex giet ikkaġunata minħabba ħsara li żviluppat fuq wieħed miċ- cirkwiti tal-11KV minħabba ħsara fuq cable ta' taħt l-art flimkien ma' ħsara oħra fuq overhead line.", "Il-lokalitajiet milquta kienu l-Imġarr, is- Sannat, ix-Xlendi, il-Munxar u parti minn Victoria.", "B'kollox l- interruzzjoni damet għal madwar erbgħa sigħat.", "MUŻEWIJIET - ĦINIJIET TAL-FTUĦ", "14767.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Mużewijiet tal-Gvern għall-pubbliku f'Għawdex sfawx imnaqqsin?", "Jekk fl- affermattiv, minn meta u b'kemm?", "X'kienet ir-raġuni u x'rimedji se jieħu l- Ministru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - KUNSILL ĠENERALI TAS-SAĦĦA", "14768.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-Membri tal-Kunsill Ġenerali tas-Saħħa f'Għawdex li twaqqaf dan l-aħħar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Kunsill Ġenerali tas-Saħħa f'Għawdex huwa magħmul kif gej:", "Chairman: L-Onor Dr Anton Refalo - Segretarju Parlamentari għal Għawdex", "D/Chairman Dr Michael Vella Haber bħala rappreżentant tas-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex", "Segretarja Is-Sinjorina Rita Meilak", "Membri Is-Sur Salvinu Cutajar bħala rappreżentant tas-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex", "Dr Anthony Livori rappreżentant tal-Ministeru tas-Saħħa", "Dr Patrick Sciberrras bħala rappreżentant tal-Gozo Medical Association", "Is-Sur Anastasio Degiorgio bħala rappreżentant tal-Malta Union of Midwives and Nurses", "Is-Sur Joe Xuereb bħala rappreżentant tal-General Workers Union", "Is-Sur Louis Attard bħala rappreżentant tal-Unjoni Ħaddiema Magħqudin", "Is-Sur Paul Buttigieg bħala rappreżentant tal-Kunsilli Lokali ta' Għawdex", "Dr Michael Caruana bħala konsumatur", "VAT - TNEĦĦIJA", "14769.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kif it-tneħħija tal-VAT u l- introduzzjoni tas-CET affettwat il-finanzi tal-Korporazzjoni Enemelta, minn kemm ilhom li seħħew dawn il-bidliet sal-lum?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bit-tneħħija tal-VAT u bl-introduzzjoni tas-CET, il- Korporazzjoni Enemalta bejn l-1 ta' Lulju, 1997 u t-30 t'April, 1998 ġiet affettwata kif jidher hawn taħt:", "a) It-Taqsima tal-Pitrolju ħallset Lm880,875 inqas bis-CET milli kieku kellha tħallas bil-VAT;", "b) It-taqsima tal-Gass ħallset Lm74,386 inqas fil-perjodu msemmi;", "c) It-Taqsima ta' l-Elettriku ħallset Lm4,733,560 inqas taħt is-sistema tat-tassazzjoni ġdida.", "Għalhekk, l-Enemalta hu stmat li tkun iffrankat total ta' Lm5,688,821.", "DAWL/ILMA - KONTIJIET", "14770.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li l-Ministru fil-Budget kien qal li jistgħu jittieħdu \"miżuri korrettivi\" fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal dawk l-inqas li jifilħu jħallsu, jista' l-Ministru jagħti iktar dettalji ta' kif se jsir dan?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-Rebate Package fuq it-tariffi li ġie disskuss u approvat waqt il-Kabinett nhar is- 27 ta' April, 1998 u li wara ġie ppubblikat mid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni.", "ENEMALTA - UNACCOUNTED FOR LOSSES", "14771.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienu l-unaccounted for losses ta' l-elettriku, xahar b'xahar matul l-1997 u matul din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-telf ta' l-elettriku ma jitkejjilx xahar b'xahar, u, ghalhekk, it-tagħrif mitlub ma jistax jingħata.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "14772.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsinja tar-regolaturi taċ-ċilindri tal- gass li ġiet dan l-aħħar inbiegħetx kollha malajr?", "Jekk fl-affermattiv, jidhirlu l-Ministru li minnufih għandha ssir talba oħra ħalli jinqata' l- abbuż li jinxtraw dawk illegali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-aħħar konsenja tar-regolaturi tal-gass li mportat il-Korporazzjoni Enemalta nbiegħet kollha.", "Il-parti l-kbira ta' dawn ir- regolaturi nbigħu lill-ħwienet bl-ingrossa sabiex jinbigħu lill- konsumaturi.", "Il-Korporazzjoni Enemalta dan l-aħħar iddecidiet li s-suq ta' dawn ir- regolaturi għandu jigi lliberalizzat fi żmien qasir u, ghalhekk, m'hix qed tordna ammonti kbar ta' dawn ir-regolaturi, iżda dejjem tara li l- konsumatur ikun moqdi.", "ŻEJTUN - DAY CENTRE", "14773.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk hux minnu li se ssir bidla radikali fis-sistema tat-trasport ta' l-anzjani li jattendu d-Day Centre fid-Dar ta' l-Anzjani taż-Żejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sistema tat-trasport ta' l-anzjani għad-Day Centres kollha qegħda tiġi studjata fi sfond tal-ftuħ ta' Day Centres ġodda.", "Qed isir studju biex isir l-aħjar użu mill-finanzi dedikati għalhekk.", "MISTOSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - BDIL TA' POSTIJIET", "W1,178.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm, u fil-fatt x'żamm s'issa milli jsir il-bdil ta' postijiet ta' Dolores Bartolo ta' 113, Tal-Borġ Street, Raħal Ġdid ma' Henry Haig ta' 75, Triq il-Ġdida, Raħal Ġdid, każ li jeħodna lura b'xhur, b'ġiri, b'faxes u appuntamenti fil-vojt?", "Id-Direttur?", "Il- każ fih innifsu?", "Is-Segretarjat?", "Min?", "Għaliex tweġiba qatt ma waslet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-bdil imsemmi jkun jista' jsir appena jiġi vverifikat li l-persuna qed toqgħod fil-post.", "Hemm dokumenti li juru li aktarx dan mhux qed tagħmlu.", "DJAR - APPLIKAZZJONI H 13773", "W1,186.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali Nru. H 13773 tal-koppja miżżewġa b'tarbija ta' sentejn, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, liema koppja u t-tarbija qegħdin jgħixu f'kamra waħda tal-flat fejn jabitaw il-ġenituri tal-mara?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-policy ġdida tad-Dipartiment GĦall-Akkomodazzjoni Soċjali hi li fl- allokazzjonijiet tingħata preferenza lil min għandu dħul ta' anqas minn Lm4,000 fis-sena.", "Il-persuna ndikata għandha dħul ta' Lm7,300.", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "W1,201.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied jew naqas, skond il- każ, il-persentaġġ tal-votanti għall-kunsilli lokali li effettivament marru jivvotaw f'kull elezzjoni li nżammet minn meta twaqqfu sal-lum, lokalita' b'lokalita' u kunsill b'kunsill, f'Malta u Għawdex?", "Jista' jagħti statistika kompleta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "W1,205.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kandidati akkużati b'dikjarazzjoni falza ta' infiq ta' flus fi spejjeż għall- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, lokal b'lokal, f'Malta u Għawdex minn meta saru l-ewwel elezzjonijiet għall-kunsilli sal-lum?", "Kemm hu n-numru ta' kandidati li ma bagħtux id-dikjarazzjoni fiż-żmien stipulat, lokal b'lokal, kunsill b'kunsill, f'Malta u Għawdex minn meta saru l-ewwel elezzjonijiet sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "KUNSILLI LOKALI - EMENDI", "W1,206.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali għandhom isiru a bażi tad-deċiżjoni kontra l-artiklu 92(2) fit- Tielet Skeda dwar il-co-option ta' kunsilliera fil-lokal ta' Raħal Ġdid fl- 1996 (fejn ġie co-opted persuna bi twemmin Nazzjonalista flok kunsillier indipendenti li kien irriżenja)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-artikolu 92(2) tat-Tielet Skeda ta' l-Att ta' l- 1993 dwar Kunsilli Lokali jipprovdi li; \"Meta jiġi biex jimtela' l-post ta' Kunsillier bil-għażla għandhom jitqiesu li kemm jista' jkun ikun hemm l- istess interessi u fehmiet li kien jidher għalihom u li kellu dak il- Kunsillier illi postu jkun tbattal\".", "Id-diskrezzjoni dwar l-għażla (co-option) hi għalhekk f'idejn l-istess Kunsill.", "Ir-rekwiżit li l-persuna li tkun se tiġi co-opted ikollha l-istess interessi u fehmiet hu għalhekk kejl li l-Kunsillieri jridu jieħdu in konsiderazzjoni meta jiġu biex jiddeċiedu fuq il-persuna li jkunu se jagħżlu biex timla' l-post ta' Kunsillier li postu jkun tbattal.", "Fil-kontest tar-rekwiżiti u r-regolamenti dwar l-elezzjonijiet għall- Kunsilli Lokali kif inhuma llum fl-imsemmija liġi, ma hemmx il-ħsieb li din id-dispożżizzjoni tinbidel jew tiġi emendata.", "LOCAL COUNCIL ACT - BYE-LAWS", "W1,208.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bye-laws taħt il-Local Council Act?", "Min għamilhom u liema kunsill ġie effettivament effettwat?", "Rigward liema qasam saru u x'kontroll għandu l-Parlament fuq in-natura ta' bye-law bħala liġi sussidjarja?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sal-lum saru seba' (7) Bye-Laws taħt il-liġi tal-Kunsilli Lokali (Att.Nru XV ta' l- 1993).", "Il-Kunsilli li għamlu dawn il-Bye-Laws, liema Bye-Laws jaffetwaw biss il- lokalitajiet ta' dawn il-Kunsilli, huma :", "Hamrun (3 Bye-Laws), Zebbuġ (Malta) (Bye-Law waħda) Pieta (2 Bye-Laws) u Santa Luċija (Bye Law waħda) Dawn il-Bye Laws jirregolaw l-użu ta' skips ġewwa l-lokalitajiet tal- Ħamrun, Zebbuġ (M) u Pieta', regolarment dwar Notice Boards ġewwa l-Ħamrun, il-ħarsien ta' l-art pubblika ġewwa l-Ħamrun, ir-reklamar fuq għamara tat- toroq li hija proprjeta' tal-Kunsilli Lokali Pieta', u l-Amministrazzjoni ta' Ġnien is-Serenita ġewwa Santa Luċija.", "Bis-saħħa tal-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali sabiex dawn il-Bye-Laws jiġu effettivi jeħtieġ biss l-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall- Kunsilli Lokali.", "Is-Subartikolu 34(1) ta' l-imsemmi Att jipprovdi li \"Kunsill jista' jagħmel, jemenda jew jirrevoka bye-laws sabiex jaqdi l- funzjonijiet tiegħu u sabiex iħares u jnaqqas inkonvenjenza fil-lokalita' tiegħu\".", "KUNSILLI LOKALI - KONFINI", "W1,214.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jikkonferma l-Ministru li għandhom isiru emendi fl-Att tal-Kunsilli Lokali fejn jirrigwarda t-tfassil tal-Konfini b'mod li dawn isiru darba għal dejjem u mhux b'bord li ilu mwaqqaf kważi sentejn b'150 talba quddiemu għall-bdil fil-konfini?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, il-Kummissjoni Elettorali, bħala awtorita' indipendenti u awtonoma, għandha ġurisdizzjoni eskussiva fid-deċiżjonijiet tagħha dwar talbiet fit-tibdiliet tal-konfini.", "L-emendi neċessarji mill-Kummissjoni Elettorali diġa tħabbru.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN/KUNSILLI LOKALI", "W1,215.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat il-Ministeru u meta hu mistenni li jiġi mplimentat biex il-burokrazija li teżisti fid- Dipartimenti tal-Gvern ma tibqax toħloq nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il- kunsilli lokali u d-dipartimenti?", "X'hemm ippjanat b'mod globali għall- kunsilli u x'diffikultajiet instabu li hemm biex jiġu mplimentati b'azzjoni pożittiva mmedjata?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed isir kull sforz sabiex id-dipartimenti tal-Gvern jilħqu livell għoli ta' effiċjenza.", "Fejn jirrigwarda l-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali twaqqfet ukoll Co- ordinating Unit fi ħdan il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni li diġa' qed tagħti riżultati utili.", "KUNSILL LOKALI - FLEUR-DE-LYS", "W1,217.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat il-gvern fid- dawl tal-wegħdi li għamel il-Partit Nazzjonalista għall-kunsilli ġodda bħal dak ta' Fleur-de-Lys li qed iħallu n-nies diżappuntati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talba tal- Kumitat Ċiviku ta' Fleur-De-Lys biex jitwaqqaf Kunsill Lokali ġdid trid tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili u mhux separatament.", "GĦadu mhux magħruf meta se tittieħed deċiżjoni dwar it-talbiet kollha.", "KUNSILLI LOKALI", "W1,218.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-iżbilanċ li kull kunsill, inklużi dawk ta' Għawdex, għandu?", "X'qed jiġi propost biex dan l-iżbilanċ nilqgħu għalih?", "Jista' l-Ministru jagħti b'mod dettaljat, assistit mill-Awditur ta' kull kunsill, billi anke jpoġġi l- istatement of accounts ta' kull kunsill, x'wassal għall-iżbilanċ f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- nformazzjoni mitluba toħroġ mir-rapport ta' l-Udituri tal-gvern Lokali għal kull kunsill lokali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu 1997, liema rapporti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru tal-Finanzi nhar il-15 ta' Diċembru 1997.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija qed nieħu passi biex f'qasir żmien inkun nista' inpoġġi fuq il-Mejda ta' din il-Kamra aktar dettalji.", "DJAR - SEGRETARJU PERMANENTI", "W1,350.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min hu s-Segretarju Permanenti għad-Djar?", "Meta daħal fiċ-Ċivil?", "X'kariga okkupa tul dawn l-aħħar ħames snin fiċ-Ċivil?", "Kif qed tgħin il-funzjoni tiegħu biex b'mod effettiv il- Housing problem tiġi mtaffija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi huwa s-Sur Alfred Fiorini Lowell li beda l-karriera tiegħu mal-Gvern fl-1958.", "Il-karigi li okkupa dawn l-aħħar ħames snin kienu ta' Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani, ta' Segretarju tal- Kabinett u, mis-6 ta' Novembru l-hawn, ta' Segretarju Permanenti fil- Ministeru għad-Djar u (aktar tard) Kunsilli Lokali.", "Is-Sur Fiorini Lowell qiegħed jaqdi r-rwol mistenni minn kull Segretarju Permanenti ieħor kif elenkat fil-ħatra u l-Performance Agreement tagħhom.", "Fil-każ ta' dan il-Ministeru l-missjoni primarja hi fil-fatt li tittaffa l- housing problem u, fost oħrajn, is-Segretarju Permanenti jgħin fl- ifformular ta' policies u fl-implementazzjoni tagħhom, kif ukoll jikkoordina l-management tal-Ministeru u l-entitajiet li tiegħu jifformaw parti.", "DJAR - KAŻ TA' ANZJANA", "W1,351.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-każ ta' persuna anzjan fil-bżonn minn Tas-Sliema - li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Għaliex kulma rċieva hu kien biss sempliċi acknowledgement mill-1994 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jara r- risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru W1,375 dwar l-istess persuna.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,368.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna minn San Ġiljan, li d- dettalji tagħha qed jitnbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata ma tistax tibda tiġi pproċessata qabel l-applikanta tipproduċi d- dokumenti li ntalbet iġġib f'Ottubru 1996.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W1,369.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Belt, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija u li hi l-istess persuna indikata fil-mistoqsija parlamentari numru W1,372, m'għandix applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,370.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna minn San Gwann, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-ispezzjoni tal-post fejn joqgħod l-applikant saret fis-27 ta' Frar 1998.", "SANTA LUĊIJA - APPARTAMENTI", "W1,417.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Billi l-flats tal-gvern ta' Santa Luċija jenħtieġu manutenzjoni, kemm minn barra u kif ukoll minn ġewwa, b'mod speċjali dawk ta' Neighbourhood 1 u Neighbourhood 2, jista' almenu l-Ministru jindika f'liema data approssimattiva se jsiru, anke fid-dawl ta' dawk li hemm imfisser fil-Manifest Elettorali tal-partit fil-Gvern?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-oqsma tad-Djar imsemmija huma fil-lista ta' dawk li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għamel diġa, jew huwa ppjanat li jagħmel, xogħol ta' manutenzjoni u tiswija fil-parti komuni tagħhom.", "Hu mistenni li x-xogħol fuq il-blokk partikulari ma jdumx ma jsir.", "DJAR - TISWIJIET", "W1,418.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li hu anzjan u li ilu joqgħod fil-flat tiegħu għal dawn l-aħħar 11-il sena u li talab biex jinbidillu l-madum u ma sarlux, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan ma sarx, meta din il-persuna litteralment ma tiflaħx tidħol għall-ispiża hi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-persuna ndikata tista' tapplika lill-Awtorita' tad-Djar għall-benefiċċju li tipprovdi Skema Tlieta li m'ilhix li tħabbret.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,434.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d- dipartiment irċieva d-dokumenti meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu, u tinqaleb il-kera?", "Kemm ilu l-każ għall- konsiderazzjoni tad-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment għadu mhux konvint li l-persuna ndikata għandha tingħata rikonoxximent għaliex minn dokumenti li pproduċiet hi stess u minn ittri mibgħuta minn applikanti oħra li joqogħdu viċin jirriżulta li l-post hu vojt u l-persuna kienet toqgħod f'appartament ieħor fl-istess blokk.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,455.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Kemm ilu pendenti dan il-każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata ġiet ikkanċellata peress li naqas li jirrispondi kwestjonarju li ntbagħtlu.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,456.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Għaliex l-ittra tal-perit ta' l-1996 għadha qed timmilita kontra l-każ tagħhom meta dan huwa każ ċar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata ma jonqosha xejn.", "Iżda kif jaf l-Onor.", "Interpellant, l-applikanta trid tibqa' toqgħod il-Belt biss, fejn hemm 310 applikant ieħor jistennew."]} {"filename": "19970723_105d_par.doc", "date": "1997-07-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 105 L-Erbgħa, 23 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 105", "L-Erbgħa, 23 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "105", "L-Erbgħa, 23 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 205", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 205", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 211", ".ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 212", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL (IT-TIENI QARI) 212", "AĠĠORNAMENT 237", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 243", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 253", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 104 li saret fit-22 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "PA - APPLIKAZZJONIJIET TAL-HOUSING", "7193.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Joe Farrugia) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet mill-Housing quddiem il-Planning Authority, maqsumin fi flats, maisonettes u garages?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "AMBAXXATURI TA' MALTA", "7260.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 3047, fejn qal li m'huwiex il-ħsieb tiegħu li jiffissa eta' massima għall- ambaxxaturi, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm hemm bħalissa ambaxxaturi li qabżu l-75 sena, qabżu s-70 sena, qabżu l-65 sena u qabżu s- 60 sena?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: B'riferenza għat-tweġiba preliminari li tajt lill- Onor. Membru għal din il-mistoqsija aktar kmieni din il-ġimgħa, se nagħtih issa l-informazzjoni li talabni dwar f'liema kategoriji ta' eta' jaqgħu fihom l-ambaxxaturi Maltin li jaqbżu s-60 sena: aktar minn 75 sena - ħadd; aktar minn 70 sena - tnejn; aktar minn 65 sena - tnejn; aktar minn 60 sena - erbgħa.", "PA - ĦLAS MILL-KUNSILLI LOKALI", "7404.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallsu l-kunsilli lokali f'development permit fees - DPF - u infrastructural services contribution - ISC - f'applikazzjonijiet ġodda bejn Ottubru 1996 u l-aħħar ta' Ġunju, 1997 xahar b'xahar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-kunsilli lokali ħallsu dawn l-ammonti msemmija hawn taħt f'applikazzjonijiet ġodda bejn Ottubru 1996 u l-aħħar ta' Ġunju 1997:", "|XAHAR |DPF |ISC |TOTAL | | | |(Lm)| (Lm) | | |(Lm) | | | |Ottubru 1996| | 540|1,160 | | |620 | | | |Novembru | | -| 150| | |150 | | | |Diċembru | | -| 140| | |140 | | | |Jannar 1997 | | -| 730| | |730 | | | |Frar | | -| 260| | |260 | | | |Marzu | | -| | | |50 | |50 | |April | | -| | | |75 | |75 | |Mejju | | | 350| | |260 |90 | | |Ġunju | | -| 165| | |165 | | | |TOTAL |2,450| 630|3,080 |", "MADAM SPEAKER(Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, peress li sal-lum l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għada tadotta l-policy li, fejn ikun hemm applikazzjoni approvata in parti, titlob sottomissjoni ġdida għal dik il-parti li ma tkunx ġiet approvata u għaldaqstant titlob ħlas sħiħ mill-ġdid, jikkonsidrax il- Ministru li jibdel din il-policy biex jiġi evitat ħlas doppju?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nieħu gost li l-kollega tiegħi qed jitlob li l-ministru jintervjeni biex jibdel il-policy, għaliex sa ftit ġranet ilu konna qed nisimgħu li l-ministru m'għandux jindaħal f'policies, imma apparentiment hemm bżonn li l-ministru f'dawn l-affarijiet jibda jindaħal għax, kif qed jgħid il-kollega tiegħi, ċerti affarijiet ma jagħmlux sens.", "Dawn il-policies ilhom hemmhekk numru ta' snin u minkejja l-protesti u t- tgergir xorta waħda ma sar xejn u naħseb li fl-aħħar ikollu jkun il- ministru li jlaqqa' flimkien il-Planning Authority u l-users li huma interessati - kif se jiġri bil-liġi li se tgħaddi iktar tard matul din il- ġimgħa - ħalli dawn l-anomaliji nirranġawhom.", "Jien naħseb li jagħmel ħafna sens dak li qed jgħid il-kollega tiegħi u se tkun waħda mill-policies li sejrin niddiskutu ħalli fil-fatt tiġi rranġata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, hawnhekk ovvjament ma nistax nagħmel interpellanza liċ-Chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u allura bilfors li d-domanda tiegħi rrid nagħmilha lill-ministru .", "Għaldaqstant jien qed nitlob lill-Ministru biex, flimkien mal-Planning Authority, jara li jkun hemm it-tibdil neċessarju f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-kollega tiegħi m'għandux ikollu dubju li għandi commitment sħiħ, li bi ftehim mal-Planning Authority, mal- users kollha, maċ-ċittadini, mal-Kamra tal-Periti, ma' l-FOI, ma' kull min hu interessat u ma' gruppi ambjentali, eċċ., nagħmlu titjib għall-aħjar għall-ġid tal-komunita'.", "PA - LOCAL PLANS - NOFSINHAR TA' MALTA -", "7424.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġiex stabilit time frame sabiex jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' tfassil ta' local plans għaċ-ċentru u għan-nofsinhar ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Huwa maħsub illi jsiru seba' pjani lokali biex ikopru Malta u Għawdex.", "Wieħed minn dawn is-seba' tlesta - dak tal-Bajja ta' Marsaxlokk.", "Il-pjan lokali għall-Port il-Kbir inħareġ għall-konsultazzjoni pubblika.", "L-istess sar għall-pjan ta' azzjoni għal Ta' Qali.", "Qed isir xogħol fuq tliet pjani lokali oħra, jiġifieri l-pjan għall-majjistral ta' Malta, il-pjan lokali għall-portijiet tat-tramuntana u l-pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna.", "Ix-xogħol fuq dan ta' l-aħħar inbeda fl-aħħar xhur.", "Wieħed japprezza li dan ix-xogħol jirrikjedi riżorsi umani u minħabba nuqqas ta' riżorsi m'huwiex possibbli li jsir ix-xogħol ta' ippjanar li wieħed jixtieq.", "Huwa ttamat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun f'pożizzjoni li tibda x-xogħol fuq il-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta u l-pjan lokali għaż-żona ċentrali ta' Malta fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, b'mod ġenerali xtaqt li l- Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura meta jkun hemm proposti mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar xi local plan.", "Per eżempju, jekk tkun proposta ta' natura nazzjonali, kif jittrattaha l-Gvern u liema ministeru jibda jittratta l-ewwel?", "Qiegħed nagħmel din id-domanda għax meta għamilt mistoqsijiet dwar proposti fuq il-local plan tal-Grand Harbour area, rriżulta li d-diversi ministeri bdew jirriferu kollox lura lill-Viċi Prim Ministru.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, m'iniex ċert jekk fhimtx eżatt il- mistoqsija tal-kollega tiegħi.", "Jien qed nifhem li huwa qed jgħid li meta kien hemm xi kummenti jew inkella xi proposti fi ħdan il-local plan tal- Port il-Kbir, id-diversi ministeri bdew jirriferu kollox lili?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fost l-oħrajn kien hemm proposta mill- Planning Authority rigward il-local plan tal-Grand Harbour area li jsir footbridge fi Triq Sant'Anna, l-Furjana.", "Issa min se jaħdem fuq din il- proposta, għax meta lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għamiltlu din id-domanda hu rriferieni għal għandek.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija ripożitorju ta' l-information u d-data kollha li tidħol fi kwalunkwe local plan.", "L-input irid kollu jerġa' jmur għand il-planning unit li jkun qed jagħmel l-istructure plan u dak kollu li jkun hemm bħala informazzjoni f'dak li jolqot l-urbanistika, f'dak li jolqot l-agrikoltura, f'dak li jolqot it-toroq u l-infrastruttura, bħad-drainage system u affarijiet bħal dawn, ovvjament dan irid imur kollu mbagħad għand il-Planning Authority.", "Dan biex fil-planning unit li jkun qed ifassal il-local plans ikun hemm ċertu integrated planning.", "Dan irid ovvjament jerġa' jmur hemmhekk ħalli jieħdu r-reazzjoni kemm taċ-ċittadin, kemm ta' l-organizzazzjoni li qed tagħmel ir-rimarki tagħha - li jkunu għaddew jew direttament mill-Planning Authority jew inkella through il-ministeru - u imbagħad jerġgħu jmorru l- Planning Authority.", "U għalhekk forsi qed jibgħatuhom għandi ħalli jien nirriferihom ovvjament lill-planning unit biex tikkonsidrahom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Meta qed jgħid local plan għan-nofsinhar ta' Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema rħula se jiġu nklużi f'dan il-local plan?", "Jien qed nitkellem fid-dawl li dan l-aħħar kienet saret dik il-laqgħa fil-Jerma Palace Hotel fejn proprju n-nofsinhar ta' Malta tħalla barra!", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, għidtha kemm-il darba - u nkompli ngħidha anke hawnhekk - li lili tweġġgħani l-idea tan-nofsinhar u tan-north ta' Malta.", "Jien ma naħsibx li b'riferenza għal din il-biċċa gżira għandna nibqgħu nitkellmu fuq in-naħa ta' isfel u fuq in-naħa ta' fuq.", "Rigward il-laqgħa li semmiet l-Onor.", "Membru dwar in-nofsinhar ta' Malta, iva dawk kienu lokalitajiet li kienu definiti minn deskrizzjoni li ħarġet anke mill-istructure plan.", "Pero' jien qed nifhem li dan il-pjan jieħu n- nofsinhar ta' Malta - naturalment kif tifhem bih il-Planning Authority - jiġifieri qed naqtgħu linja mill-Kottonera għaż-Żurrieq u tieħu dik il- biċċa ta' isfel kollha.", "Pero' m'iniex ċert fuq dan id-dettall, jiġifieri kemm-il darba ssir domanda bil-miktub inkun nista' nkun iktar speċifiku, għaliex ovvjament min-naħa tal-Planning Authority jipprovaw iżommu t- terminoloġija u d-deskrizzjoni b'mod li jkun kompatibbli ma' l-istructure plan.", "MADAM SPEAKER: Onor. Francis Agius, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Madam Speaker, nistaqsi lill-Ministru x'relazzjoni se jkun hemm mal-kunsill reġjonali, fis-sens - u hawnhekk naqbel mal-Viċi Prim Ministru - li irridu nħarsu lejn il-pajjiż from a holistic approach.", "Peress li għandna numru kbir ta' kunsilli lokali, li kollha ovvjament se jagħmlu l-input tagħhom, se jkollna l-kunsilli reġjonali, għandna ovvjament l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif jara r-relazzjoni l-Viċi Prim Ministru bejn dawn kollha biex joħroġ local plan?", "X'se jkun l-input fuq il- kunsill reġjonali?", "Se jkun ikkonsultat?", "Se jkollu l-aħħar say?", "Kif se jkunu l-affarijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien ma nafx jekk il-kollega tiegħi kienx preżenti għal-laqgħa inawgurali fil-Jerma Palace Hotel.", "Infakkar li hemmhekk kien intqal ċar li l-proġett tan-naħa t'isfel ta' Malta żgur li m'huwiex esklussiv għall-Planning Authority pero' din mill-bidu nett kienet involuta f'dan il-programm.", "Infatti, jekk niftakar tajjeb, dak inhar il-Planning Authority kienet qiegħda titkellem pjuttost b'mod iktar iffokat fuq dak li huwa physical planning u kif rridu ma' dan l-iżvilupp irridu nintegraw l- ippjanar soċjali, l-ippjanar ta' l-edukazzjoni eċċ.", "Fil-fatt bħalissa nista' ngħid - dwar dan jista' jitkellem aktar il- kollega tiegħi l-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali - li minn dak iż- żmien 'l hawn għadha għaddejja l-koperazzjoni.", "Il-Planning Authority hija ċertament involuta f'dawn l-inputs u qed isiru laqgħat ħalli jkollna a holistic approach - kif għadu kemm semma' l-Onor.", "Agius - u mhux sempliċement permezz ta' physical planning imma jrid ikun hemm anke resource planning.", "Wieħed irid jistudja kemm ir-recreational needs tal- post u anke l-bżonnijiet soċjali, jiġifieri dan li se jsir huwa proġett li jmur aktar 'il bogħod minn dak li kienet tagħmel sal-lum il-Planning Authority.", "Safejn jien informat, sal-lum hemm kooperazzjoni kompleta u ma nafx li hemm xi affarijiet li m'humiex jaqblu magħhom.", "Ovvjament qed tidħol l- informazzjoni kollha ħalli mbagħad ikunu jistgħu joħorġu bil-pjan ġenerali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Madam Speaker, l-ewwelnett nixtieq ngħid li meta għamilt l-ewwel mistoqsija tiegħi bl-ebda mod ma ridt nagħmel xi distinzjoni bejn in-north u s-south.", "Fid-dawl tar-risposta li l-Viċi Prim Ministru ta lill-Onor.", "Agius - fejn tkellem dwar kemm se jagħti input il- kunsill reġjonali fejn jidħlu l-local plans u dwar il-fatt li f'dan il- kunsill hemm rappreżentanti tal-kunsilli lokali ta' l-irħula li ġew inklużi fil-kunsill reġjonali u ta' oħrajn li se jitqiesu għal-local plan bħaż- Żurrieq, l-Imqabba, il-Qrendi u oħrajn - il-Viċi Prim Ministru jara li għandu jkun hemm ridefinizzjoni tal-kunsill reġjonali biex b'hekk dawn ikunu jistgħu jagħtu l-input tagħhom meta jkun hemm il-local plans li wkoll ikunu rappreżentati fil-kunsill reġjonali?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien għandi l-impressjoni li hemm il- ħsieb li l-eżerċizzju li sar f'partijiet tan-naħa t'isfel ta' Malta se jkun ripetut ukoll għall-parti l-oħra li qiegħda tirriferi għaliha l-kollega tiegħi.", "Hawn qed nirreferi għaż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop u Ħal Għaxaq, jiġifieri dik l-area li ġiet imħollija barra mill-eżerċizzju.", "GĦalhekk 'il quddiem żgur li se jkun hemm eżerċizzju li jkopri dawn l- areas.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: B'riferenza għad-diskussjoni li saret qabel, irrid ngħid li fuq l-order paper tal-lum hemm mistoqsija parlamentari dwar proposta rigwardanti l-pjan lokali tal-Port il-Kbir.", "Jien tlabt lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u anke lill-Ministru għat- Trasport u Portijiet jgħidu x'jaħsbu dwar din il-proposta u huma rriferewni lura għandek.", "Dan ifisser li l-ministeri u d-dipartimenti m'humiex qegħdin au courant ma' dak li qed tipproponi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil- pjanijiet lokali?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, ma naħsibx li qiegħed f'pożizzjoni li nirrispondi għal dipartimenti oħra.", "Li naf hu li meta jkollok draft local plan, malli dan jiġi fformulat jiġi mqassam għall-kummenti.", "Jiġifieri għandi nifhem li kull ministeru, kull dipartiment u kull min hu interessat jista' jagħmel il-kummenti tiegħu.", "Issa sa fejn huma nformati ministeri differenti, jekk għandek xi każ partikolari staqsi fuqu lill-ministru konċernat u jkun jista' jirrispondik.", "Li naf jien hu li hemm draft local plan li hu available u dak li jkun jista' jistudjah u jagħmel il-kummenti tiegħu dwaru, imma beyond that ma nafx x'nista' nirrispondik.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-mistoqsija parlamentari numru 7827 diġa' ġiet mgħoddija lil żewġ ministri oħra u dawn it-tnejn, b'mod evażiv, irriferewni lura lejn il-ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Jiena qed nieħu l-impressjoni li d-dipartimenti li jaqgħu taħt id- diversi ministeri għadhom ma fformulawx idea dwar dawn il-proposti.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien ma nafx nistgħux nirriferu għal mistoqsijiet li għad iridu jiġu fuq l-order paper, pero' ma nsib l-ebda oġġezzjoni jekk kemm-il darba jgħidli liema hi ħalli nkun nista' nara x'inhi r-risposta u mbagħad nara kif nistgħu nirrisponduha.", "Ma nafx jekk din il-ħaġa hijiex aċċettabbli għas-Sedqa imma min-naħa tiegħi ma nsibx oġġezzjoni.", "MADAM SPEAKER: Bil-permess tal-Kamra nkunu nistgħu nimxu.", "Għal liema mistoqsija qed tirriferi, Onor. Farrugia?", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Qed nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 7827.", "MADAM SPEAKER: Hawn il-permess tal-Kamra biex l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia jkun jista' jagħmel il-mistoqsija parlamentari numru 7827?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "PORT IL-KBIR - PJAN LOKALI", "7827.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 7572 - oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet u wara ġiet riferuta lilek - jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern rigward il-proposta fil-pjan lokali għall-Port il-Kbir - Floriana Policies, GF12 - rigward l-introduzzjoni ta' pedestrian footbridge fi Triq Nazzjonali, il-Furjana, fil-viċinanza ta' Pjazza Robert Sammut, u dwar il- possibbilta' ta' kompetizzjoni internazzjonali sabiex il-pjanti jkunu ta' l- ogħla kwalita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hawnhekk quddiemi għandni miktub li \"r-risposta se tingħata f'seduta oħra\" - probabbilment dan minħabba l-volum enormi ta' mistoqsijiet li qed ikollna, li mhux dejjem qed nilħqu nirrisponduhom; l- Onor. Membru ppreżenta d-domanda lill-Iskrivan tal-Kamra fit-18 tax-xahar, proprju ħamest ijiem ilu - iżda ninsab ċert li l-kollega tiegħi jaf li meta jitressaq a draft local plan ikun hemm public hearing, fejn istituzzjonijiet, għaqdiet, NGO's eċċ., ikunu jistgħu jagħmlu s- sottomissjonijiet u s-suġġerimenti tagħhom u dawn kollha jittieħdu into consideration.", "Huwa biss wara li ngħaddu minn dan l-istadju ta' konsultazzjoni li mbagħad finalment joħroġ il-local plan.", "Sadanittant jien ninsab lest li ninkariga ruħi biex nidħol aktar fid- dettall fuq din il-kwestjoni li qed iqanqal l-Onor.", "Membru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, mhux l-ewwel darba li l-Viċi Prim Ministru qal li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tiffoka biex tara li jkun hemm żvilupp proprju mil-lat ristrett ta' l-użu ta' l-art.", "Ma jidhirlux li l-pjan ta' struttura jmur ferm aktar 'il bogħod mill-użu ta' l- art?", "Xtaqt nistaqsi wkoll meta hu mistenni li d-diversi local plans ikunu lesti, biex dak li hemm fil-pjan ta' struttura jkun jista' jiġi applikat fuq livell lokali?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, naqbel mija fil-mija mal-kollega tiegħi li l-istructure plan huwa xi ħaġa differenti.", "Fl-istructure plan għandek madwar 320 policy, li strettament suppost ikopru gamma sħiħa ta' aspetti differenti ta' l-iżvilupp.", "Mhux żvilupp fiżiku biss, anzi waħda mill-affarijiet li dejjem ikkritikajna hija li m'għandekx dak li jgħidulu integrated planning fil-veru sens tal-kelma għaliex għandek ħafna physical planning, pero' m'huwiex marbut mar-resource planning u ma' l-economic planning.", "Jiġifieri huwa inutli u ma jagħmilx sens li ngħid li rrid nagħmel business park b'Lm24 miljun meta naf li m'għandix flus biex nagħmlu.", "Pero' rrid infakkar lill-kollega tiegħi biex jagħmel distinzjoni bejn structure plan u local plans.", "Huwa veru li l-local plans suppost iħarsu lejn l-iżvilupp f'dan is-sens, pero' jekk jinnota - ninsab ċert li hu jaqbel miegħi f'din il-kwestjoni - il-local plans huma aktar indirizzati lejn l-aspett fiżiku ta' l-iżvilupp u, għalkemm qegħdin within the policies ta' l-istructure plan b'mod ġenerali, huma aktar intiżi lejn id-development bħala physical planning.", "Għalhekk għidt li l-pjan ġenerali tas-south se jkun eżerċizzju li se jissupplimenta dak li hemm fil-local plans ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa - li għad irid isir, kif għidt fir-risposta li għadni kemm tajt - u jimlihom bl- aspetti li għadni kif semmejt, jiġifieri aspetti soċjali, educational, recreational u dawn l-affarijiet kollha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, kif qal tajjeb il-Ministru, il-pjan ta' struttura hu maħsub li jħares lejn l-aspetti kollha tal-ħajja ta' pajjiżna u m'għandix dubju li, anke jekk wieħed iħares lejn l-iffinanzjar tal-proġetti, dan huwa aspett li ma jistax jidħol fih il-pjan ta' struttura għax irid ikun il-gvern li jiddeċiedi l-prijoritajiet.", "Madankollu, jekk wieħed jara l-pjani lokali li ġew imfassla sal-lum - dawk li ġew ippubblikati u dawk li huma draft - wieħed malajr jinduna li huma ferm aktar 'il bogħod mill-ippjanar fiżiku ta' l-area partikolari.", "Kemm jekk tara l-ewwel local plan li saret, dik ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa, kemm jekk tara n-north-west local plan u anke jekk tara d-drafts l-oħrajn tirrealizza li dawn il-pjani jmorru ferm aktar 'il bogħod milli jgħidu jekk jitilgħux żewġ sulari, tliet sulari jew erba' sulari u milli jaraw safejn għandu jasal il-bini.", "Il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li fiċ-ċirkostanzi għandna neħilsu kemm jista' jkun malajr il-proġett kollu tal-pjani lokali għal żvilupp aħjar?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Minsitru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, filwaqt li ma naqsamx eżatt il- ħsebijiet tiegħu fir-rigward ta' kemm imorru 'l bogħod il-pjanijiet lokali, insostni li by far l-aċċent qiegħed aktar fuq il-physical planning għax għad hemm wiesa' fejn isiru aktar studji u perspettivi biex jiġu riflessi fil-local plan.", "Hawn qed nirriferi għall-bżonnijiet soċjali, edukattivi, ta' rikreazzjoni u projections għall-popolazzjoni.", "Jista' jkun li min ikun qed jagħmel local plan ikollu dan il-materjal at the back of his mind imma ma tantx naħseb li huwa rifless bħalma ma kienx rifless fl-opinjoni tiegħi fl-istructure plan ġenerali, pero' dawn huma ħsebijiet oħra.", "Rigward kemm huma mistennija jieħdu żmien biex il-local plans jitlestew jien nixtieq li dawn ikunu lesti għada, jekk dan hu possibbli, pero' bħalma rrispondejt fil-mistoqsija li saritli hemm kwestjoni ta' resource management, jiġifieri m'hemmx nies b'kompetenzi tajbin biżżejjed biex noħorġu b'dawn il-pjanijiet kollha f'daqqa.", "Jiena ma nafx x'time frame għandhom f'rashom pero' jekk m'iniex sejjer żball qegħdin jipprospettaw li mill-inqas ikun hemm tliet snin jew erba' snin oħra.", "I stand to be corrected u jekk kemm-il darba l-Onor.", "Galea jagħmel mistoqsija diretta nkun nista' nagħtih it-time frame għax ninsab ċert li l-Planning Authority ippubblikat xi skeda.", "Ma ninsewx li qabel kien se jkun hemm 24 local plans imbagħad ġew ridotti għal 15 u issa niżlu għal sebgħa, jiġifieri qed isir ċertu tnaqqis ħalli jipprovaw jaħdmuhom.", "Pero', jekk l-Onor.", "Galea jagħmel il-mistoqsija bil- miktub inkun nista' nagħtih it-time frame eżatt ta' kif qed jipprospettaw li jlestu l-local plans.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Qabel ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti nitlob lill-Onor.", "Anġlu Farrugia biex jirrapporta progress.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA (Chairman tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Madam Speaker, nippreżenta l-minuti tal-laqgħa Nru. 8 tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi li saret fil-21 ta' Lulju, 1997 u nirrapporta progress fid- diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn Ottubru 1996 sa Lulju, 1997 bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7430.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): F'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-indiċi tal-prezzijiet u r-rata ta' l-inflazzjoni għall-perijodu bejn l-1987 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7789;", "Tabella li turi d-dħul tal-gvern mid-dwana u sisa bejn l-1987 u l-1996 u d-dħul mill-VAT għall-perijodu bejn l-1995 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7792; u", "Tabella li turi d-dħul tal-gvern minn lotteriji għall-perijodu bejn l- 1987 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7793; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar impjieg ta' persuni b'kuntratt; u trasferimenti li saru f'dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja bejn Novembru 1996 u Frar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7600; u", "f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Biedja u Sajd, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7603.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Lulju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, meta l-Abbozz ta' Liġi dwar Nomini mill-Oppożizjoni ġie ppreżentat quddiem dan il-Parlament, il-Partit Laburista, dak iż-żmien fl-oppożizzjoni, ħareġ bl-aktar mod voċiferu kontra tiegħu għaliex seta' jifhem li l-iskop tal-Gvern Nazzjonalista kien biss li jipprova jsewwi l-iżbalji li kien għamel tul il-leġislatura u allura ried jara kif se jagħmel biex isalva wiċċu.", "Xejn aktar.", "Sa ftit xhur qabel l-aħħar elezzjoni - meta din il-liġi, biex ngħid hekk, kienet għadha ma bdietx tiffunzjona - fit-twettiq tax-xogħol governattiv, in- Nazzjonalisti ma mxewx b'mod li setgħu jkunu kredibbli.", "Kieku kien hekk, kieku l-Partit Laburista fl-oppożizzjoni kien jipprova jiddiskuti b'mod konkret u forsi kien jasal f'arranġament dwar din il-liġi pero' mhux hekk ġara.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn kif kienu jitmexxew il-korporazzjonijiet fi żmien iż-żewġ gvernijiet immexxija mill-Onor.", "Fenech Adami jsib li kważi l-parti l-kbira assoluta tal-ħaddiema jekk ma kenux attivisti Nazzjonalisti kienu nies magħrufin għall-kulur politiku tagħhom.", "Allura, ngħid jien, ma kienx hemm nies tekniċi Laburisti jew nies serji li setgħu jiġu mpjegati f'korporazzjonijiet bħat-Telemalta u l-Enemalta dawk iż-żmenijiet?", "Imbagħad wasalna fl-aħħar ta' l-1996 u ppreżentawlna dan l-abbozz ta' liġi.", "Pero' jiena ngħid li inti ma tistax issir kredibbli f'daqqa waħda jekk għal numru ta' snin ma kontx kredibbli.", "Kif stajna neħdukom bis-serjeta' meta għal snin sħaħ iżolajtu ħafna nies serji li dehrilkhom li ma kellkomx tagħtuhom fiduċja?", "Dan li kien jiġri fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti, Madam Speaker.", "Dawn għandhom ir-record ta' transfers vendikattivi lill- partitarji Laburisti.", "Ara aħna, fl-ewwel xhur ta' Gvern Laburista diġa' qegħdin nagħtu prova kemm l-affarijiet għandhom jitmexxew bl-iktar mod serju, bl-iktar mod b'saħħtu u b'mod ta' kredibbilta' assoluta lejn il-poplu Malti kollu.", "Fil- fatt qegħdin naqilgħu kritika mingħand in-nies tagħna stess għaliex nemmnu li min huwa serju, allavolja m'għandux il-kulur politiku tagħna, għandu jingħata dawk ir-responsabbiltajiet biex ikun jista' jaqdi d-doveri tiegħu f'dawn il-korporazzjonijiet.", "Nafu wkoll li n-Nazzjonalisti, għar- raġunijiet li jafuhom huma, lil ċerti nies ta' l-affari tagħhom iżolawhom qishom qegħdin f'ħabs fuq skrivanija, sempliċement għaliex għandhom twemmin Laburista.", "Kif diġa' għidt, dan seħħ għal snin twal.", "Imbagħad niġu fl- 1996 u nitfgħu s-salvauomoI Iżda l-poplu Malti ma emminhomx u seta' jara li din kienet ċajta goffa tal-Partit Nazzjonalista.", "Dak inhar mill-Oppożizzjoni konna anke ressaqna emendi sabiex għallinqas wieħed jagħti iktar saħħa liċ-ċittadin.", "GĦaliex hawnhekk qegħdin ngħidu li l-korporazzjonijiet, il-Bank Ċentrali, l-Awtorita' tad-Djar, eċċ., għandu jkollhom l-aħjar nies biex jiffunzjonaw b'mod accountable u b'mod b'saħħtu.", "Allura din m'hijiex kwestjoni jekk timpjegax Nazzjonalist jew Laburist.", "Din hija kwestjoni li jkollok l-aħjar nies fl-interess ta' l-azjenda partikolari u fl-interess ta' pajjiżna.", "Diġa' smajna stejjer dwar Posta Ltd. pero' aħna mhux dawk it-tip ta' nies irriduhom imexxu dawn il- korporazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel il-kumment li ma kenitx intalbet division pero' biex inti turi oppożizzjoni mhux bilfors tintalab division u ladarba konna qegħdin fil-minoranza xorta l-istess konna se nibqgħu.", "Ċertament pero' li l-Partit Laburista kien kontra l-mod kif il-liġi ġiet ippreżentata.", "Il-kwestjoni kollha hija li f'artiklu 3 ta' l-Att dwar Nomini mill- Oppożizzjoni, minkejja dan l-isforz imqanżah min-Nazzjonalisti, insibu li huwa l-Prim Ministru li jaħtar lil dak il-membru li jista' jiġi ndikat lilu mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Mela anke hawnhekk hija zoppa u mqanżħa u tħalli loophole għall-Prim Ministru li jista' ma jaħtarx lil dak il-membru hekk indikat.", "Min-naħa l-oħra l-Partit Laburista, Madam Speaker, kien ħafna aktar ċar fl-aħħar elezzjoni.", "Aħna għidna li jekk għandu jsir tibdil, allura sabiex żgur ma jkunx hemm riħa ta' korruzzjoni - u meta jidħlu s-suspetti fondati t-tajn jibda jwaħħal .....", "L-Oppożizzjoni għamlet sewwa li vvotat favur li l-ħatra ta' l-Awditur Ġenerali tiġi entrenched fil-Kostituzzjoni u huwa sewwa li dak li għandu x'jaqsam ma' finanzi, management u superviżjoni, jekk huwa possibbli, jiġi entrenched fl- ogħla liġi tal-pajjiż.", "Dan huwa dak li kien qal il-Partit Laburista sa mill-ewwel xhur tiegħu fil-gvern.", "Fil-fatt diġa' ressaqna emendi għall- Kostituzzjoni u minn hawnhekk nerġa' ngħid prosit lill-Oppożizzjoni li qiegħda tinduna li l-affarijiet għandhom ikunu aktar ċari u serji.", "Ħalli nkompli issa dwar l-Att ta' l-1996.", "Dan l-Att daħal fis-seħħ wara ħafna stejjer u kieku dawn l-istejjer ma nkwetawx lill-Partit Nazzjonalista, naħseb li kienu jgħidu: Tgħid x'tgħid l-Oppożizzjoni hekk irridu nibqgħu mexjin għax dan huwa fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Imma x'ġara?", "Ġara li l-Partit Nazzjonalista ħassu skomdu ħafna għax kienet riesqa l-elezzjoni - niftakru li dak iż-żmien kien hemm l- għajdut li l-elezzjoni kellha ssir f'Ġunju jew f'Lulju - li mbagħad saret f'Ottubru.", "Meta kienet qiegħda tiġi dibattuta din il-liġi, l-Onor.", "Spiteri - dan semmih ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - kien qal li inti m'għandekx tara lil liema partit jappartjenu l-membri ta' xi korporazzjoni imma trid tara li n-nies li jinħatru jkunu accountable.", "Allura nistaqsi: Inti tara jekk persuna hijiex accountable billi tara jekk hijiex Laburista jew Nazzjonalista bilfors jew inkella tara hijiex accountable fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħha fil-korporazzjoni?", "GĦalhekk hawnhekk wieħed irid jagħmel distinzjoni.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' partitokrazija jew jekk aħniex inħaddmu the full levels tad-demokrazija meta jsiru dawn il-ħatriet.", "Din x'għandha x'taqsam!", "Fil-logħba tad-demokrazija inti trid timxi mar- regoli fil-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta' pajjiżna dwar meta jsiru l- elezzjonijiet ġenerali.", "Allura din m'hijiex kwestjoni kemm se jinħatru min-naħa u kemm se jinħatru min-naħa l-oħra.", "Dan huwa argument li ma jreġix.", "Jekk qegħdin nitkellmu fuq id-demokrazija ma nistgħux nitkellmu fuq accountability ta' xi korporazzjoni.", "Dan x'taħwid hu!", "Ma jagħmilx sens lanqas li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li bil-mod kif se jsiru dawn il-ħatriet fil-korporazzjoniiet se jkollna l-partitokrazija.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nispjega l-punt tiegħi għaliex forsi ma poġġejtx l-argument eżatt.", "Il-kwestjoni kollha hija li l-partit fil-gvern huwa responsabbli u jrid jara li n-nies li jaħtar, irrispettivament mill-kulur politiku tagħhom, ikunu kapaċi jmexxu l-korporazzjoni.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' eżerċizzju tad-demokrazija u r-responsabbilta' hija dejjem tal-partit li l-poplu tella' biex imexxi fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Allura ngħid jien, x'kienet ir-raġuni li l-Partit Nazzjonalista ma riedx jinkorpora dik l- emenda li konna ressaqna aħna bħala oppożizzjoni sabiex f'dawn il- korporazzjonijiet ikun hemm anke membri mill-kunsilli lokali, mill-għaqdiet tal-konsumaturi eċċ?", "Jekk il-Partit Nazzjonalista verament kellu l- intenzjoni li jdaħħal il-firxa kollha taċ-ċittadini f'Malta f'dawn il- korporazzjonijiet għaliex ma aċċettax din l-emenda li, biex ngħid hekk, setgħet issalvalhom wiċċhom?", "Jiena ngħid li din ma kienet xejn ħlief xi ħaġa mgħaġġla fiċ-ċirkostanzi li kien jinsab fihom il-Partit Nazzjonalista dak iż-żmien.", "Huwa għalhekk li jreġi l-argument li dak li ma sarx f'disa' snin ma setax isir fl-aħħar ġimgħat ta' gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Nistaqsi wkoll: Kemm-il persuna li għandha inklinizzjoni lejn il-Partit Laburista f'dawn id-disa' snin inħatret f'xi korporazzjoni u ġiet mogħtija fiduċja mill-Gvern Nazzjonalista?", "Attivisti Nazzjonalisti li nħatru f'dawn il-korporazzjonijiet nista' nsemmi kemm trid pero' wieħed biss kien hemm li ma kienx Nazzjonalist u li ngħata fiduċja mill-Gvern Nazzjonalista billi nħatar fiċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjari ta' Malta.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni lil dan l-individwu sikwit isemmih u llum huwa chairman ta' bank pero', kif diġa' għidt, kulħadd jaf kemm attivisti Nazzjonalisti li kienu fl-Istamperija Indipendenza u wkoll avukati Nazzjonalisti - mingħajr m'għandi l-ebda dubju dwar il-kapaċitajiet tagħhom - inħatru f'dawn il- korporazzjonijiet.", "Għalhekk il-Partit Laburista kien konsistenti fiha din.", "Aħna għidna li jekk għandu jsir xi ħaġa biex l-affarijiet jimxu sew, dan irid ikun sanċit bl-aktar mod ċar fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Il- wegħda elettorali tal-Partit Laburista minn dejjem kienet konsistenti.", "Aħna ma konniex naqblu ma' din il-liġi u lanqas issa ma naqblu magħha u qed inneħħuha għaliex ma saritx b'mod serju, konvinċenti u fuq kollox kredibbli.", "L-Onor.", "Zammit Dimech semma l-kwestjoni dwar il-Public Service Commission.", "Skond artiklu 109 tal-Kostituzzjoni, il-membri tal-PSC jinħatru mill-Prim Ministru wara li jikkonsulta mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Allura kif, meta qegħdin nitkellmu dwar korporazzjonijiet, tipprova ddaħħal fin-nofs il-PSC?", "Il-Kostituzzjoni titkellem b'mod ċar dwar x'inhuma l-funzjonijiet ta' din il-kummissjoni u allura ma nistgħux ngħidu li rridu ndaħħlu l-Enemalta, it-Telemalta jew il-Bank Ċentrali.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti kif ninterpretaw dak li tgħid il-Kostituzzjoni li kull tibdil fiha jrid isir bi qbil u bl-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal- membri ta' din il-Kamra.", "Il-Partit Laburista huwa dejjem lest li jara li jsir dak li hu tajjeb għall-poplu Malti.", "Pero' dak li huwa tajjeb għall- poplu Malti huwa biss dak li jista' jsir b'mod serju, b'mod ġust u fl- interess tal-pajjiż u mhux għaliex xi ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jrid jara xi files.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal: Imqar ikun hemm xi ħadd li jkun jaf għax dawk huma ċ-checks and balances.", "Jien lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu li ċ-checks and balances qegħdin inbuilt fis-sistema parlamentari tagħna u d-dover ta' l-Oppożizzjoni huwa li tara li xogħolha tagħmlu b'mod kostruttiv.", "GĦalhekk illum il-makkinarju qiegħed jitwessa' taħt l-istess qafas kostituzzjonali bil-ħatra ta' l-Awditur Ġenerali.", "B'hekk jekk wieħed jibda jissuspetta - bħalma konna nissuspettaw aħna pero' ma kellniex dan il-makkinarju ....", "L-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni m'huwa xejn ħlief liġi sforzata, liġi ta' malajr u liġi li fuq kollox il-Partit Laburista wera biċ-ċar mill-bidunett li ma kienx favur tagħha.", "GĦalhekk ħadd m'għandu għalfejn jistagħġeb li qegħdin inneħħuha.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li huwa importanti li wieħed jara li l- affarijiet jimxu bis-serjeta' pero', kif nafu, l-Onor.", "Fenech Adami huwa ħati li fl-Employment Commission ma ħatarx persuna minħabba l-kulur politiku tagħha.", "U ma kienx hemm xi membru min-naħa ta' l-Oppożizzjoni biss li staqsieh lil min se jaħtar imma kien hemm kummissjoni sħiħa maħtura skond il-Kostituzzjoni li staqsietu dwar dan.", "Imbagħad jiġi hawnhekk u jipprova jikkonvinċina meta huwa jaf kif kienet il-pożizzjoni tiegħu vis-a- vis id-deċiżjoni ta' l-Employment Commission!", "Inti ma tistax issir kredibbli meta fil-mument tal-prova tiegħek ma kontx kredibbli.", "Jiena ma nħobbx insemmi ismjiet pero' hemm biżibilju ta' nies li ngħataw postijiet degradanti u kważi ġew imġiegħla jitilqu mill-posttax-xogħol tagħhom għaliex huma - jew xi ħadd mill-membri tal-familji tagħhom - ma kenux jaqblu mal-Partit Nazzjonalista.", "Madam Speaker, il-Partit Nazzjonalista għandu rekord ta' mistħija.", "Din il-liġi tressqet fl-1996, proprju ftit ġimgħat qabel il-kampanja elettorali u għaddiet mill-Kamra tar-Rappreżentanti fil-21 ta' Frar, 1996 pero' l- Partit Nazzjonalista ma seta' qatt jipperswadi lill-Oppożizzjoni Laburista li taqbel ma' din il-liġi.", "Għalhekk bil-qawwa kollha nerġa' ngħid li dan l- abbozz ta' liġi qiegħed jitressaq biex ineħħi din il-liġi li jiena nsejħilha l-farsa ta' dak iż-żmien.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, fl-opinjoni tiegħi - u naħseb fl- opinjoni ta' numru kbir ta' deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra - qegħdin nittrattaw liġi li b'sentenza waħda qiegħda tħassar liġi oħra li kien għamel Gvern Nazzjonalista.", "Imma ejja nirrealizzaw li dan il-fatt waħdu jirrappreżenta mument serju ħafna fil-mixja demokratika u ta' maturita' politika li dan il- pajjiż ilu li beda għal numru ta' snin.", "Tul is-snin li għaddew ittieħdu passi tajbin li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna nkunu kburin li ħadnihom sabiex l-ambjent demokratiku jissaħħaħ, sabiex dan il-Parlament isir aktar effettiv fil-ħidma tiegħu, sabiex tidħol iżjed it-trasparenza, jitneħħew is- suspetti, jingħata s-sodisfazzjon u jkun hemm accountability.", "Jekk iż-żewġ naħat inpoġġu bil-qegħda, mhux neċessarjament hawn ġew u mhux neċessarjament fil-preżenza tal-media, jiena naħseb li b'maturita' bejnietna kapaċi nħarsu lura u ngħidu li verament meta ħdimna flimkien ħadna deċiżjonijiet li konna u għadna nemmnu u nagħrfu li kienu ta' ġid għal dan il-pajjiż u li kienu passi serji biex nimmaturaw lkoll flimkien f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħajja politika, mas-serjeta' tal-politiċi, mal- fiduċja tal-poplu fil-politiċi u mal-fiduċja tal-poplu in ġenerali fil- politika.", "Qed ngħid dan, Madam Speaker, għaliex ir-realta' politika ma tistax taqtagħha mill-argumentazzjoni li wħud jogħġobhom jagħmlu billi jużaw metodi ta' tfigħ ta' tajn permezz ta' kritika li ma tkunx ibbażata fuq fatti imma fuq suspetti jew konvinċimenti morali - kif ġieli ntużat din il- frażi fil-passat - li fl-aħħar mill-aħħar mhux talli jkunu nfondati imma talli l-ħsara li jagħmlu tkun li tiġi mminata l-klassi politika kollha u allura tiġi mminata l-politika vera.", "U dalgħodu qegħdin f'mument fejn konna nkunu ferm aktar maturi iż-żewġ naħat flimkien kieku qegħdin nibnu flimkien f'din it-triq.", "Żgur li konna nkunu ta' aktar servizz għall-poplu tagħna kieku flimkien qegħdin nivvintaw metodu ieħor biex insaħħu t-trasparenza, kieku flimkien qegħdin nivvintaw mod ieħor biex insaħħu d-demokrazija f'dan il-pajjiż u mhux biex inħottu xi ħaġa li kienet daħlet proprju biex tilħaq dawn l-għanijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi - u din ngħidha b'rispett lejn iż-żewġ naħat - jiena personalment nemmen li kull liġi jew kull inizjattiva li titressaq fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm skop tajjeb warajha.", "Jekk kull darba li Gvern Nazzjonalista jew Gvern Laburista jressaq liġi mill-ewwel nassumu li warajha hemm xi intenzjoni ħażina, allura nibdew ma nagħmlux sens u lanqas nibqgħu nitkellmu bis-serjeta' f'din il-Kamra.", "Jiena naħseb u nagħmel sforz kbir biex nipprova nifhem x'inhi r-raġuni li jkun hemm wara kull liġi li titressaq, bħalma wkoll kont nipprova nifhem x'sens jew raġuni seta' kien hemm wara kull liġi li Gvern Nazzjonalista ressaq f'dan il-Parlament.", "Allura naħseb li l-bidu ta' dibattitu bħal dan, il-bidu ta' l-interventi tagħna lkoll f'din il-Kamra fuq liġi daqshekk xotta, li flok tibni qiegħda żżarma, għandu jkun li din qiegħda żżarma xi ħaġa li kienet mogħtija b'liġi li għaddiet fl-1996 minn Gvern Nazzjonalista, fejn l-Oppożizzjoni - hawnhekk nenfasizza li kien Gvern Nazzjonalista li ta dritt lill- Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien - b'liġi li kienet tibqa' tgħodd għaċ-ċirkostanzi kollha ta' dan il-pajjiż, anke jekk u meta jinbidel il- gvern, kif fil-fatt ġara, ngħatat id-dritt li tinnomina rappreżentanti ta' fiduċja tagħha fuq diversi bordijiet tal-gvern.", "F'dan is-sens, l-ewwel mistoqsija li nistaqsi - mhux għax nippretendi li se jqum xi ħadd u jweġibni għalkemm forsi nista' nipprova nweġibha jien - hija: GĦallinqas naqblu bejnietna li l-intenzjoni u l-iskop wara liġi bħal dik ippreżentata f'dan il-Parlament fil-bidu ta' l-1996 żgur kien biex isir sforz flimkien - issa rnexxiex jew le dik hija ħaġa oħra għaliex dan kien esperiment - ħalli nżidu t-trasparenza?", "Naqblu jew ma naqblux li, wara li tagħsar kollox u toħroġ dik il-qatra ta' sustanza, l-iskop ta' dik il-liġi meta tressqet quddiem dan il-Parlament mill-Gvern Nazzjonalista kien li l-Oppożizzjoni jkollha membru tagħha preżenti fil-bordijiet ħalli f'isimha jkun jista' isegwi - u mhux jiddetta, għaliex il-bordijiet tal- gvern huma magħmulin anke minn iżjed minn għaxra min-nies u mhux tnejn - b'mod apert u mhux fil-magħluq id-deċiżjonijiet kollha li jkunu qegħdin jinħmew, fil-mument li jkunu qegħdin jinħmew, u jkun jista' jesprimi l- opinjoni tiegħu u jagħti sehemu biex dik id-deċiżjoni tinħema fit-triq kollha tagħha, sakemm fl-aħħar tittieħed id-deċiżjoni finali, tkun xi tkun dik id-deċiżjoni?", "B'dan il-mod dak ir-rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni jkun jaf l-istorja kollha mill-bidu sat-tmiem tagħha, għaliex u kif ittieħdet dik id-deċiżjoni, x'kienu ċ-ċirkostanzi u jekk xi ħadd jgħid li hawnhekk hawn xi ħaġa li m'hijiex qiegħda tagħmel sens, li hawn xi ħaġa li tinten jew li ma saritx sew, dan ikun jista' jitkellem fuq dak il-punt għax hu kien xhud tal-proċedura kollha mill-bidu sa l-aħħar u allura jista' jgħid jekk l-affarijiet sarux sew jew le, skond iċ-ċirkostanzi.", "Imma għallinqas qegħdin naqblu li l-iskop ta' dik il-liġi li kien ippreżenta l-Gvern Nazzjonalista kien proprju biex jagħti iżjed trasparenza?", "Jiena naħseb li sħabi d-deputati tan-naħa tal-Gvern jippermettuli nwieġeb jien f'isimhom u t-tweġiba għal din il-mistoqsija bilfors trid tkun li iva naqblu.", "Ħadd ma jista' jiġi min-naħa l-oħra u jgħid li din il-liġi saret biex naħbu jew biex inaqqsu t-trasparenza.", "Ma jagħmilx sens li tgħid dan għaliex din il-liġi saret bl-intenzjoni u bl-iskop li nżidu t-trasparenza fil-pajjiż.", "Huwa veru li jista' jkun hemm xi deputati, bħall-Onor.", "Anġlu Farrugia, li jgħidu li din kienet salvauomo u li saret lejliet l-elezzjoni imma jiena ngħidlu: Insa kif taraha inti min-nuċċali tiegħek u kif naraha jiena min-nuċċali tiegħi jekk kenitx salvauomo jew le.", "Il-fatt huwa li din il-liġi kienet tagħti dritt lill-Oppożizzjoni li jkollha membru preżenti f'kull bord biex dan il-membru jkun jaf x'qiegħed isir, u dan, fl-opinjoni tiegħi, huwa l-ogħla li tista' tasal biex lil dak li jkun tgħidlu: Isma', jien se naqtalek l-għatx bil-perzut.", "Ejja miegħi ħalli tkun taf jien kif qed nirraġuna minn fil-għodu sa fil-għaxija.", "GĦalhekk jiena naħseb li l- Onor. Farrugia għandu jaqbel li l-iskop ta' dik il-liġi kien li jżid it- trasparenza.", "Ħalli ma naqblux fl-interpretazzjoni tagħha imma jien ngħid li mhux l-iskop biss imma anke l-funzjoni u l-mekkaniżmu kollu kemm hu kien intiż biex tidħol liġi f'dan il-pajjiż, kif fil-fatt daħlet, li tgħid li l- Oppożizzjoni għandha tkun taf, għandha tkun midħla, għandha tkun konxja tal- proċess kollu tad-deċiżjonijiet kollha li jkunu qegħdin jittieħdu fil- bordijiet tal-gvern.", "Din il-Kamra taf, bħalma jaf il-poplu Malti u Għawdxi, jekk nitfgħu daqsxejn ix-xena li għandna quddiemna numru ta' xhur lura, kemm is-suġġett tat-trasparenza kien suġġett importanti fl-atmosfera li kollha kemm aħna konna qegħdin ngħixu, speċjalment fix-xhur li kienu qegħdin iressquna lejn elezzjoni ġenerali u kemm kien suġġett fuq ħalq kulħadd.", "Meta nifhem dan kollu u nġib quddiem għajnejja kemm kien importanti s-suġġett tat- trasparenza dak iż-żmien - u għadu - meta inġib quddiem għajnejja d- diskors kollu u l-propaganda kollha li kienet titressaq mill-Partit Laburista f'dawk ix-xhur ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996, meta inġib quddiem għajnejja l-argumenti kollha li kienu jsiru min-naħa tal-Partit Laburista li l-Gvern kien qiegħed il-ħin kollu jopera b'mod li jaħbi jew ma jispjegax id-deċiżjonijiet tiegħu u fl-istess nifs inġib quddiem għajnejja din il-liġi li tressqet mill-Gvern Nazzjonalista, nibda ngħid: Imma x'kienet il-pożizzjoni tal-Partit Laburista tul din l-istorja kollha mill- mument li beda d-dibattitu f'dan il-Parlament ftit qabel Frar 1996 biex tgħaddi din il-liġi sal-mument li beda jressaqna viċin l-elezzjoni ġenerali?", "Diġa' smajna l-bieraħ lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jispjega li fid- dibattitu li kien sar fil-Parlament meta għaddiet il-liġi oriġinali kienu tkellmu żewġ deputati, l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Lino Spiteri.", "Jien m'iniex se nirripeti dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni imma ngħid biss li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni diġa' enfasizza li l-pożizzjoni tal-Partit Laburista dak iż-żmien kienet li ma tteħditx division fil-Parlament imma ttieħed vot li kien kontra pero' mhux b'division.", "U dan ifisser - jew huwa nterpretat bħal regola miż-żewġ naħat - li bħala Partit Laburista dak iż- żmien l-Oppożizzjoni ma kellha xejn kontra l-prinċipju ta' din il-liġi.", "U mhux talli hekk - jekk wieħed jiftakar daqsxejn - talli l-Partit Laburista ried li jwessa' r-rappreżentanza fuq il-bordijiet u allura żgur li l-Partit Laburista ma kellu xejn kontra l-prinċipju ta' din il-liġi.", "Meta mbagħad taqbad dan kollu u miegħu żżid x'kienu qalu min-naħa tal-Partit Laburista waqt li konna mexjin lejn l-elezzjoni ġenerali tibda toħroġ stampa ftit aktar ċara.", "Jien għandi f'idejja l-programm elettorali ppubblikat mill-Partit Laburista \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel - Viżjoni għal Malta Moderna\", u għandi nifhem li anke l-mod kif inhu maqsum dan id-dokument jagħti ħjiel tal- prijoritajiet għall-Partit Laburista, kif kien qiegħed jarahom dak iż- żmien.", "Ninnota li l-ewwel kapitlu ta' dan id-dokument li l-Partit Laburista kien ħejja għall-elezzjoni ġenerali jibda billi jsemmi l- Isvizzera fil-Mediterran.", "Imbagħad it-tielet paġna - għax kull paġna hija kapitlu f'dan il-ktieb! - issemmi s-sens ta' identita' nazzjonali u r-raba' paġna - issa dan qabel l-ambjent, qabel l-edukazzjoni, qabel l-ekonomija, qabel il-finanzi, qabel il-VAT u qabel l-għoli tal-ħajja - jisimha \"Għal Tmexxija Nadifa\".", "Allura jiena mill-ewwel nifhem li hawnhekk il-Partit Laburista ried jenfasizza dan il-punt ta' tmexxija nadifa.", "Jekk nagħtu daqqa t'għajn lejn dak li nkiteb hawnhekk insibu li f'dan il-programm il- Partit Laburista jgħid:", "\"Il-Partit Laburista ma jaqbilx li gvern għandu jieħu deċiżjonijiet importanti fil-magħluq u fil-moħbi waqt li jirrifjuta li jagħti spjega ta' deċiżjonijiet dubjużi u ta' għażliet suspettużi dwar persuni u dwar in-nefqa pubblika.\"", "Naturalment dan żgur li huwa punt li kien ittrattat b'din il-liġi li tagħti d-dritt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jinnomina rappreżentant ta' fiduċja tiegħu fuq il-bordijiet għaliex b'dik il-liġi kull deċiżjoni la kienet tibqa' tittieħed fil-magħluq u lanqas fil-moħbi għaliex kien ikun hemm il- persuna ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni preżenti u xhud ta' kull deċiżjoni li tkun qiegħda tittieħed.", "Fl-istess paġna nsibu:", "\"Il-Partit Laburista jemmen li Malta moderna jixirqilha wisq aħjar, jixirqilha tmexxija serja li tkun tassew effiċjenti u nadifa.", "Dan ma jistax iseħħ jekk it-tmexxija politika u amministrattiva ta' pajjiżna ma tkunx waħda trasparenti u korretta, kemm fuq livell personali u kemm fuq livell istituzzjonali. \"", "Aktar 'l isfel ikompli jgħid li l-Partit Laburista jibbaża l-politika tiegħu fuq tliet prinċipji, jiġifieri t-trasparenza, l-accountability u l- ġustizzja.", "Imbagħad f'dan l-istess programm insibu x'kien qiegħed jipproponi l-Partit Laburista biex tiżdied din it-trasparenza, biex ikun hemm l-accountability u biex l-affarijiet ma jsirux fil-magħluq u fil- moħbi.", "Fil-fatt insibu diversi affarijiet li hemm il-qbil u kien hemm il- qbil mill-bidunett dwarhom bejn iż-żewġ partiti; u dawn huma d-dħul ta' l- Awditur Ġenerali, it-tisħiħ tal-Public Accounts Committee, il-Kumitat tal- Verifika u diversi affarijiet oħra.", "Pero' jiena f'din il-paġna mkien ma sibt li l-Partit Laburista ried ineħħi l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Allura kwestjoni importanti bħal din, liġi li tagħti d-dritt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jinnomina membru ta' fiduċja proprju biex tissaħħaħ it- trasparenza, ma kellhiex tissemma f'dan il-programm elettorali li naturalment tħejja ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni, meta l-liġi kienet ilha fis-seħħ mill-inqas tmienja jew disa' xhur?", "Imkien ma jissemma hawnhekk li jekk il-Partit Laburista jitla' fil-gvern għandu l-ħsieb li jħassar il- liġi li tagħti d-dritt lill-Oppożizzjoni tinnomina rappreżentanti ta' fiduċja tagħha.", "Fl-iktar kapitlu importanti - jew waħda mill-iktar partijiet importanti - intitolat ''GĦal Tmexxija Nadifa'', li jagħfas fuq il-prinċipju li d-deċiżjonijiet m'għandhomx jittieħdu fil-magħluq u m'għandhomx jittieħdu bil-moħbi, ma jissemma mkien li l-Partit Laburista kien qiegħed jippjana li jekk jitla' fil-gvern iħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Allura din hija l-mistoqsija li nixtieq li l-Prim Ministru jispjega meta jiġi biex jagħmel l-għeluq ta' dan id-dibattitu.", "Nixtieq li jgħidilna għaliex meta hu kien Kap tal-Partit Laburista u Kap ta' l-Oppożizzjoni ma deherlux li fit-twettiq ta' dan id-dokument li jirrappreżenta l-programm elettorali ta' l-istess partit ma ntqal imkien u minn ħadd li din il-liġi - li, nerġa' ngħid, kienet ilha li għaddiet mill- Parlament tmienja jew disa' xhur - kellu f'rasu li jneħħiha.", "Anzi jiena mmur iżjed 'l bogħod minn hekk u ngħid: Forsi jista' jagħti l-każ li din il-Partit Laburista ried jaħbiha?", "Forsi kellu f'rasu mill-ewwel li jagħmilha u ma ried isemmi xejn dwarha qabel l-elezzjoni?", "Qed ngħid dan għaliex huwa interessanti li tinnota li l-mozzjoni għall- Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill- Oppożizzjoni kienet waħda mill-ewwel mozzjonijiet li l-Gvern Laburista ppreżenta quddiem dan il-Parlament ftit wara li ħa l-ġurament.", "Mar-radd tas-salib ta' dan il-Parlament, il-Gvern Laburista ġie determinat hawnhekk u ffissat bi tliet affarijiet, jiġifieri li Malta tirtira mill-Partnership for Peace, li jneħħi l-VAT u din tan-nomini ta' l-Oppożizzjoni.", "Allura jekk kien hemm din id-determinazzjoni kollha li din il-liġi jidħol għaliha bil-bulldozer u jkaxkarha, ma setgħux jgħidu xi ħaġa qabel l-elezzjoni?", "Naħseb li aħna kien ikollna xi ngħidu dwar il-ħsieb tal-Partit Laburista li jekk jitla' fil-gvern jibda jnaqqar minn dawn id-drittijiet li sadanittant kienu bdew jingħataw mill-Gvern Nazzjonalista lill-Oppożizzjoni Laburista fl-amministrazzjoni li għaddiet.", "Pero' minn dan kollu, Madam Speaker, ma ntqal assolutament xejn.", "L-argumentazzjoni li tressqet min-naħa tal-Gvern biex jipprovaw jiġġustifikaw b'xi mod l-aġir tagħhom f'dan il-Parlament huwa fis-sens li ġew biex iħassru din il-liġi u aħna rridu nipprovaw nifhmu r-raġunijiet tagħhom.", "U jiena pprovajt nifhem ir-raġunijiet li qegħdin iġibu min-naħa tal-Gvern u forsi naħseb li l-introduzzjoni li saret mill-Prim Ministru u l- interventi li smajna mill-Onor.", "Leo Brincat, kif ukoll mill-Onor.", "Farrugia, b'xi mod jew ieħor jagħtuk indikazzjoni b'liema argumenti qegħdin jipprovaw jiġġustifikaw din id-deċiżjoni li jiġu hawn bil-bulldozer u jkaxkru wieħed mid-drittijiet li din l-Oppożizzjoni għandha.", "GĦaliex, biex niftiehmu, dan id-dritt huwa tagħna u fuq dan ħadd ma jista' jmerina.", "Sa Ottubru li għadda dan id-dritt kien tagħhom fl-oppożizzjoni, tal-Gvern li hemm llum bil-qiegħda fuq dawk il-bankijiet tan-naħa l-oħra, u ngħatalhom minn Gvern Nazzjonalista u qalilhom biex igawduh.", "Issa l-fatt li ma ridux igawduh hija affari tagħhom.", "Dan bħall-qubbajd fil-festa, jekk trid ixtri jekk ma tridx tixtrix.", "Imma għandek dritt.", "Dak dritt tiegħek u jekk trid tgawdih.", "Issa minn Novembru 'l hawn dak id-dritt baqa' ta' l-Oppożizzjoni pero' sar ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Issa dan il- Gvern qiegħed jgħidilna li dan id-dritt se jeħodulna iżda jrid jiġġustifika ruħu quddiem il-poplu Malti għaliex qed jagħmel dan.", "Bħala gvern trid tiġġustifika ruħek quddiem 48% tal-poplu Malti għaliex ħassejt u qed tħoss il-bżonn li tisraq dritt li hu ta' l-Oppożizzjoni.", "GĦaliex din m'hijiex ċajta u għalhekk jiena bdejt l-intervent tiegħi billi għidt li qegħdin f'mument serju f'dan il-Parlament.", "Jiena għalhekk għidt li dan il- Parlament u dan il-pajjiż qiegħed f'salib it-toroq għaliex il-fatti ma tistax taħrabhom.", "L-Oppożizzjoni qed jinsterqilha dritt li hu tagħha, dritt li tahulha dan il-Parlament b'liġi li issa l-Gvern Laburista jrid jeħodulha.", "Din hi l-verita' sagrosanta.", "Issa x'inhuma l-argumenti li bihom qegħdin jipprovaw jiġġustifikaw dan il- mod inspjegabbli ta' kif isiru l-affarijiet f'dan il-pajjiż?", "X'kienu l- argumenti li nġabu s'issa?", "L-ewwelnett il-Prim Ministru enfasizza ħafna d- differenza bejn l-irwol ta' gvern u dak ta' oppożizzjoni.", "Illum smajnihom jgħidu wkoll li jridu u jieħdu pjaċir jekk l-Oppożizzjoni tkun oppożizzjoni kostruttiva.", "Skużi!", "Jien irrid li l-Gvern ikun kostruttiv għaliex ma nistgħux nibqgħu sejrin b'din il-kantaliena.", "Qegħdin niddiskutu hawnhekk liġi li tħassar, li żżarma u li tneħħi u allura ħadd ma jista' jiġi jgħid li dan huwa gvern kostruttiv imma gvern distruttiv.", "Tajjeb li jiena ngħid li jiena nemmen li l-Oppożizzjoni trid tkun kostruttiva u aħna, fil- ġimgħat li għaddew, tajna xiehda ta' kemm aħna oppożizzjoni kostruttiva fil- mod u fil-kontribut li nagħtu.", "Hawnhekk m'iniex qiegħed nirriferi biss għall-kontribut li ngħata f'dan il-Parlament dwar l-Att dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, għaliex għalija l-kontribut li l-Oppożizzjoni tat anke fid-dibattiti l-oħrajn kollha, inkluż dak tat- tneħħija tal-VAT, kien kontribut kostruttiv.", "GĦaliex inti tkun kostruttiv, Madam Speaker, mhux meta titkellem biex togħġob lill-gvern imma meta titkellem fl-interess tal-pajjiż u meta l-ewwel tfittex l-interess tal- pajjiż.", "U jistgħu jdumu jgħajruna li nkunu oppożizzjoni distruttiva għax jekk aħna nfittxu l-ewwel li ngħidu dak li huwa fl-interess tal-pajjiż, hemm inkunu verament oppożizzjoni kostruttiva.", "Pero' l-argument x'kien?", "Dan l-argument kien id-differenza bejn gvern u oppożizzjoni f'demokrazija parlamentari.", "Donnu qiegħed jingħad - u jiena ma nistax nifhem kif - li f'demokrazija b'saħħitha, f'demokrazija moderna u f'demokrazija li qiegħda tfittex it- trasparenza, lill-Oppożizzjoni trid tlibbisha waħda mill-armaturi li għandna fil-kuridur f'dan il-Palazz, biex bilkemm tkun tista' tiċċaqlaq pero' basta toqgħod għassa barra l-bieb ta' din il-Kamra bl-armatura ta' xi kavallier!", "Dan se jkun ix-xogħol tagħha?", "Mela għandha l-garzella li tiġi hawn u wara li jkunu saru l-affarijiet, tisma' x'ikun sar u toqgħod tikkritika jew tieħu paċenzja għaliex l-affarijiet ikunu diġa' saru.", "Donnu qed jingħad ġo dan il-Parlament, bl-aktar mod stramb u bl-aktar mod li jikkontradixxi dak li ntqal fil-passat, li l-Oppożizzjoni għandha xi rwol li tiġi hawn u tisma' biss u ma jkollha x'taqsam assolutament xejn f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet li jkunu għaddejjin fl- amministrazzjoni tal-gvern.", "Qisu qed jintqal li aħna bħala oppożizzjoni għandna r-rwol tagħna f'dan il-Parlament pero' ma nindaħlux f'dak li jkun qiegħed jiġri fil-korpi tal-gvern.", "Qisu l-Partit Laburista qed jgħidilna: Ma tarax!", "Jiena qiegħed fil-gvern u l-Enemalta jiena mmexxiha.", "Tindaħallix!", "GĦaliex l-argument tal-Prim Ministru huwa li r-rwol ta' l- oppożizzjoni m'huwiex li ssegwi u tikkritika dak kollu li jkun qiegħed jiġri fil-korpi, fl-awtoritajiet u fil-kumpanniji kollha li għandna f'dan il-pajjiż as we go along.", "Pero' jekk li qed jgħid il-Gvern m'huwiex dan, jekk huwa qed jgħid li għandna d-dritt li nsegwu u li nikkritikaw pero' mhux li jkollna membru fuq il-bord, allura l-argument huwa differenti.", "Allura l-argument tal-Gvern huwa li aħna għandna dan ir-rwol li nikkritikaw pero' ma jridx jagħtina l-informazzjoni, ma jridx li nkunu biċċa mill-borma ħalli nkunu nafu x'inhu għaddej u ma jridx jagħtina l-għodda sabiex nikkritikaw sewwa u l-mezz biex verament ikollna l-polz tal-kumpannija u nifhmu għaliex qegħdin jittieħdu - jew mhux qegħdin jittieħdu - ċerti deċiżjonijiet.", "Bir-rispett kollu, irrid ngħid li jekk qed jintuża dan it-tip ta' argument allura ma jistax ikun li naqblu għaliex l-argument finali huwa li l- Oppożizzjoni qiegħda hawn biex issegwi u tagħmel skrutinju serju u responsabbli tal-ħidma tal-Gvern u għalhekk trid tingħata l-għodda kollha biex dan tkun tista' tagħmlu.", "Issa, meta kien hemm Gvern Nazzjonalista, dan għażel li jagħti d-dritt lill-Oppożizzjoni li jkollha r-rwol u l-piż nazzjonali biex tagħmel dak ir-rwol, li tagħmel skrutinju serju u ta' l- affari tiegħu billi tingħaqad mal-grupp ta' diretturi responsabbli minn dawn il-kumpanniji ħalli tkun taf x'ikun għaddej u b'hekk il-kritika tagħha tkun ibbażata fuq il-fatti u tkun bis-sens.", "GĦalhekk, bir-rispett kollu, jiena ma naqbel xejn ma' l-argument li donnu qiegħed jitressaq quddiem din il-Kamra u ċioe' li l-Oppożizzjoni għandha xi garzella li tillimitalha l- funzjoni sempliċement biex issegwi minn barra b'mod kiesaħ u biered dak li jkun qiegħed jiġri minn ġewwa l-Gvern.", "Intqal li din hija sistema Anglo-Sassona, sistema li aħna writna jew ikkupjajna mis-sistema Ingliża dwar kif titmexxa d-demokrazija parlamentari f'pajjiżna.", "Bir-rispett kollu, jiena nerġa' nirrepeti li s-sistema Anglo- Sassona tara u tpoġġi rwol attiv ta' skrutinju serju mill-oppożizzjoni fuq l-operat tal-gvern.", "Issa, x'għodda tagħti lill-oppożizzjoni hija kwestjoni oħra; kull pajjiż ivarja, mhux il-pajjiżi kollha għandhom il-Public Accounts Committee, mhux il-pajjiżi kollha għandhom l-awditur u mhux il- pajjiżi kollha għandhom ir-rappreżentanti ta' l-Oppożizzjoni jew persuna ta' fiduċja fuq ċerti bordijiet.", "Pero' jkun hemm pajjiżi li jkollhom varjazzjonijiet ta' dan kollu u s-sistema Anglo-Sassona tpoġġi piż fuq l- oppożizzjoni biex taqdi dan ir-rwol u tagħtiha għodod differenti biex tkun tista' taqdi dan ir-rwol.", "In-nomina ta' membri ta' fiduċja ta' l- oppożizzjoni fuq bordijiet tal-gvern hija biċċa minn ħafna għodod li l- pajjiż għoġbu jagħti lill-Oppożizzjoni biex taqdi l-funzjoni tagħha fl- interess tal-pajjiż u dan il-Gvern din l-għodda jrid ineħħihielna.", "Il-Prim Ministru uża l-kliem ''divide and rule'', u qal: GĦalfejn lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni se nagħtuh dritt li jinnomina membru ta' fiduċja fuq dawn il-bordijiet?", "Hekk se taqsamhom, se tittimbra, se jkollok in- Nazzjonalist u l-Laburist.", "Imma skużi!", "Madam Speaker, taf fejn twassalna din il-loġika?", "B'din il-loġika nistgħu nneħħu d-deputy speaker u nistgħu anke ngħidu li ċ-chairman tal-Public Accounts Committee ma jkunx membru mill-Oppożizzjoni.", "Din il-loġika tista' twassalna anke biex inkissru kompletament kwalunkwe sistema, set-up jew pass 'il quddiem li għamilna s'issa fejn biex tikber il-fiduċja jkun hemm persuni li jgawdu b'xi mod jew ieħor l-appoġġ ta' l-Oppożizzjoni.", "Imma Allaħares nibdew nużaw din il- loġika u din lanqas hija konsistenti min-naħa tal-Gvern.", "GĦaliex inti ma tistax illum targumenta mod u għada targumenta mod ieħor.", "Qed ngħid dan għaliex ġimgħatejn ilu ġo dan il-Parlament ġie propost minn diversi deputati min-naħa tal-Gvern sabiex fuq il-Kummissjoni Nazzjonali ta' l-Edukazzjoni jkun hemm rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni.", "Anke fil- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' hemm rappreżentanti ta' l- Oppożizzjoni u tal-Gvern, jiġifieri n-naħa li għandha l-maġġoranza f'dan il- Parlament.", "GĦaliex din hija ħaġa oħra li nitfixklu fiha f'dan il- Parlament.", "Aħna ngħidu li għandna gvern u oppożizzjoni pero' teknikament m'huwiex hekk.", "Fuq dik in-naħa għandek maġġoranza u fuq din in-naħa għandek minoranza.", "Il-gvern jagħmluh il-prim ministru u l-ministri għax il- back-benchers m'humiex parti mill-gvern imma huma deputati bħalma aħna deputati aħna.", "Apparti minn dan kollu, hija ħaġa tajba li nħass il-bżonn li fuq kummissjoni nazzjonali mportanti, bħall-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', jkun hemm rappreżentanti tal-gvern u ta' l-oppożizzjoni.", "GĦalhekk l-Oppożizzjoni ntalbet biex tinnomina membru hi u f'dan il-każ ġejt nominat jiena, u dan huwa unur għalija u nieħu pjaċir bħalma m'għandix dubju li huwa unur għalih u jieħu pjaċir anke r-rappreżentant tan-naħa tal- Gvern fuqha.", "Imma l-punt m'huwiex dan.", "Il-punt huwa: GĦaliex jiena qiegħed fuq il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u nominat mill- Oppożizzjoni, allura qegħdin inkissru?", "U l-istess fil-każ tal-Kummissjoni Nazzjonali ta' l-Edukazzjoni.", "Jekk jiena qiegħed hemm, jiena qiegħed hemm biex insegwi d-diskussjoni li qiegħda ssir, biex nieħu sehem fiha u nkun naf kif inhi sejra u allura nifhem iżjed għaliex wasalna għal ċerta konklużjoni u mhux oħra.", "Id-divide and rule huwa argument, Madam Speaker, li huwa perikoluż fl-użu tiegħu għaliex ifisser li se jitfagħna f'direzzjoni li tista' twassalna għal ħafna konklużjonijiet żbaljati oħrajn .", "Intuża l-argument tal-partitokrazija u għalkemm napprezza li kulħadd jista' jiżloq daqsxejn u kultant tista' tiġri anke lili ...", "Dalgħodu din ġrat lill-Onor.", "Anġlu Farrugia li donnu fehem li l-argument tal- partitokrazija ressqu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Fil-fatt l-argument tal- partitokrazija tressaq mill-Prim Ministru, pero' jiena naqbel ma' l- istatement li għamel l-Onor.", "Anġlu Farrugia li l-argument tal- partitokrazija m'għandu x'jaqsam xejn ma' din il-liġi.", "L-argument tal- partitokrazija ma jidħol xejn għaliex, nerġa' nirrepeti, l-argument tal- Prim Ministru huwa li partit iħokk dahar ieħor.", "Tajba din!", "Allura jekk ftehemna biex nagħmlu Awditur Ġenerali qed inħokku dahar xulxin.", "Jekk ftehemna li naħsbu biex ikollna chairman tal-Public Accounts Committee magħżul mill-Oppożizzjoni qed inħokku dahar xulxin, jew qegħdin infittxu verament x'inhu l-interess ta' dan il-pajjiż?", "Kif tista' targumenta li dan kollu huwa partitokrazija meta l-interess ġenwin tagħna t-tnejn - mhux tagħna biss - huwa li lil dan il-pajjiż nimmaturawh politikament?", "GĦaliex nużaw dan l-argument li jispiċċa jimmina kulma nagħmlu?", "Min-naħa ta' l- Oppożizzjoni aħna niċħdu li din hija kwestjoni ta' partitokrazija.", "Din hija kwestjoni li aħna rridu nimxu u nimmaturaw fil-politika f'pajjiżna, irridu s-serjeta' għal pajjiżna, rridu li tidħol it-trasparenza u naqblu ma' kull ħaġa li tista' twassal għal dawn l-għanijiet.", "Imbagħad kellna argument gustuż ieħor li ntuża mill-Prim Ministru fejn qal li ladarba daħħalna l-Awditur Ġenerali allura issa m'hemmx il-bżonn li l-Oppożizzjoni tibqa' tinnomina r-rappreżentant tagħha.", "Bir-rispett kollu, jiena ma naqbilx ma' dan u għandi suspett qawwi li huwa minħabba f'hekk li kien hemm din l-għaġġla kollha biex titressaq din il-liġi.", "GĦaliex tipprova targumenta u tiġġustifika li tisraq dan id-dritt ta' l- Oppożizzjoni billi taħbiha taħt l-umbrella ta' l-Awditur Ġenerali?", "Din hi l-għaġġla kollha.", "Il-bqija x'qegħdin niddiskutu hawnhekk?", "Għad fadlilna x'niddiskutu diversi liġijiet oħrajn.", "Irridu nipprovaw nimxu ma' skeda ta' xogħol parlamentari u m'hemm ebda raġuni għaliex din il-liġi rridu ngħadduha daqshekk malajr pero' qegħdin jgħidulna li trid tgħaddi qabel ma naġġornaw għas-sajf.", "Bir-rispett kollu, jiena naħseb li ma kien hemm assolutament ebda urġenza wara din il-liġi pero' hemm importanza enormi warajha.", "Jiena nistaqsi: GĦaliex il-Gvern iddeċieda li jrid jiddiskutiha malajr?", "U r-risposta hija għaliex irid jaħbiha taħt l-umbrella ta' l- Awditur Ġenerali.", "Mela għamilna pass tajjeb ħafna 'l quddiem u pass ta' maturita' kbira f'dan l-aspett pero' issa ma nkissruhx u ma nxaqquhx b'pass ieħor lura, qisna qegħdin niżfnu t-tango, pass 'il quddiem u pass lura.", "Dan il-pass kien ħolma li kompla kabbar u kattar dak li kien daħal diġa' fi snin li għaddew bil-Kumitati tal-Kamra, b'mod partikolari l- Kumitati tal-Kontijiet Pubbliċi u l-għażla taċ-chairman ta' l-istess kumitat min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u issa kompla bil-pass loġiku u naturali li l-awditur issir uffiċjal ta' dan il-Parlament u mhux uffiċjal tal-gvern.", "Pero' jonqos pass ieħor x'jittieħed, ma tistax tieqaf hemm.", "Jonqos pass ieħor biex iċ-ċirku jingħalaq u dan hu li l-amministrazzjoni ta' dan il-Parlament tinqata' mill-gvern.", "Hemmhekk ikun komplut iċ-ċirku, meta finalment l-amministrazzjoni ta' dan il-Parlament, Madam Speaker, issir kompletament indipendenti u ma tibqax tiddependi fuq il-gvern.", "GĦaliex s'issa l-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali għamilnihom uffiċjali ta' dan il-Parlament pero' kollha kemm aħna nifhmu li s-salarju ta' dawn in- nies, il-pagi, il-kondizzjonijiet u l-ispejjeż huma parti minn dan il- Parlament li fl-aħħar mill-aħħar jibqa' jaqa' taħt il-Gvern.", "Kulma jrid jagħmel il-ministru tal-finanzi, Madam Speaker, huwa li jagħlaqlek il-vit finanzjarju u inti mbagħad ikollok tagħlaq il-vit ta' l-Awditur u l-vit ta' l-Ombudsman u jkollok dawn l-effetti kollha.", "Mhux qed ngħid li se jsir hekk, imma qed ngħid biss li dan huwa l-argument loġiku li bilfors jġiegħlek tasal għall-għeluq taċ-ċirku sħiħ.", "L-amministrazzjoni tal- Parlament trid issir indipendenti mill-gvern u hemmhekk inkunu għamilna proċess importanti ħafna.", "Imma la għamilna dan il-pass 'l quddiem tajjeb ħafna ta' l-Awditur, allura kif se nagħmlu dan il-pass lura, kif se nisirqu dan id-dritt li l-Oppożizzjoni għandha u li huwa dritt li m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-Awditur?", "GĦaliex qed ngħid dan?", "Għaliex l-Awditur x'jagħmel?", "L-Awditur jivverifika li l-affarijiet qegħdin isiru sew.", "U dan id-dritt - u hawn hi d-differenza kbira, u hawn se nkun eku ta' dak li kien jgħid, fost id-diversi deputati f'din il-Kamra, l-Onor.", "Lino Spiteri u qalu mhux darba, qalu mijiet ta' drabi f'dan il-Parlament, li l-importanti mhux li tiċċekkja meta l-froġa tkun saret imma li tkun hemm u tivverifika x'qed isir waqt li l-affarijiet mexjin - li l-Oppożizzjoni tinnomina membru fuq il-bordijiet tal-gvern kien biex inti tkun hemm preżenti u tkun taf x'qiegħed isir biex jinqata' l-paroli, biex jinqatgħu s-suspetti u biex titkattar il-fiduċja.", "Din hi d-differenza bejn l-Awditur u membru nominat mill-oppożizzjoni fuq il-bordijiet.", "Wieħed jidħol meta l-ħaġa tkun saret u l-ieħor jidħol meta l-ħaġa tkun għadha fil-moħħ, meta għadha qed tberren f'moħħna u hemm baħar jaqsam bejniethom it-tnejn.", "L-argument ta' l- Awditur ma jidħol xejn f'din il-kwestjoni, Madam Speaker.", "Imbagħad ħaġa oħra li ma stajtx nifhem huwa l-argument li ressaq il-Prim Ministru, jekk fhimtu tajjeb.", "Jekk le niskuża ruħi u forsi jinterrompini u jgħidli li fhimtu ħażin.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili ninterrompik Onorevoli għaliex skadilek il- ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Lawrence Gonzi jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra, Madam Speaker, u nipprova ma ntawwalx wisq.", "Argument ieħor li ressaq il-Prim Ministru - dejjem nirripeti jekk fhimtu tajjeb - hu li l- Oppożizzjoni għandha tipparteċipa fl-oqsma ta' l-ambjent, ta' l-edukazzjoni u fl-affarijiet barranin, pero' f'dak li għandu x'jaqsam ma' amministrazzjoni ta' kumpanniji allura hemmhekk l-Oppożizzjoni m'għandux ikollha r-rappreżentant tagħha.", "Semma l-ambjent u allura nġib quddiem għajnejja l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-kompożizzjoni tal-bord ta' l- awtorita' u r-rappreżentant min-naħa ta' l-Oppożizzjoni nnominat fuq l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fl-ambjent iva, imma x'inhi d-differenza allura?", "B'edukazzjoni naħseb li l-Prim Ministru kien qed jifhem il-Kummissjoni Nazzjonali ta' l-Edukazzjoni forsi.", "Allura hemmhekk iva, l-Oppożizzjoni tinnomina rappreżentant tagħha.", "Fl-affarijiet barranin ma fhimtx fejn, ma fhimt assolutament xejn fejn.", "Fil-pulizija iva, l-Oppożizzjoni tinnomina rappreżentant.", "Għaliex f'dawn l-affarijiet iva, mbagħad fil-kumpanniji tal- gvern, li huma l-kumpanniji tal-poplu Malti u Għawdxi kollu u mhux ta' 50% jew ta' 51% biss, le.", "Dawn huma l-kumpanniji tagħna lkoll, mit-taxxi li jien inħallas u li ftit anqas min-nofs il-poplu Malti li vvota lill-Partit Nazzjonalista jħallas u ftit iżjed min-nofs il-poplu li vvota lill-Partit Laburista jħallas.", "Għandna dawk il-kumpanniji u nibbenefikaw minnhom kollha kemm aħna.", "Nixgħel is-switch u jkolli d-dawl, bħalma għandu kulħadd.", "Jien għandi sehem fl-Enemalta, jien għandi dritt fl-Enemalta u bħali għandhom dawk kollha li b'xi mod jew ieħor igawdu mis-servizzi ta' dawn il-kumpanniji.", "Allura x'inhi din li l-Gvern ma jridx li l- Oppożizzjoni jkollha r-rappreżentant wieħed tagħha biex ikun jaf u jkun konxju ta' l-affarijiet kif ikunu għaddejjin?", "Imma x'inhi?", "Għaliex fl- ambjent iva, fil-pulizija iva, fl-edukazzjoni iva, imma fl-Enemalta jew f'xi kumpannija oħra le?", "X'inhi r-raġuni?", "U tfittex ir-raġuni u ma ssibhiex, Madam Speaker.", "Biex ma ntawwalx se nsemmi xi punti li diġa' saru mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu l-bieraħ.", "Irridu niftakru li r-raġuni ewlenija li għaliha kienet tressqet din il-liġi fi żmien Gvern Nazzjonalista, is-sens li mmottiva lill-Gvern Nazzjonalista biex jagħti dan id-dritt lill-Oppożizzjoni - għaliex ta dritt importanti lill-Oppożizzjoni - kien f'xenarju li ddeskriva l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ, xenarju jew ċirkostanzi f'pajjiżna li fihom persuni u ndividwi fil-politika kienu qed jiġu mċappsa, kienu qed jiġu mitfugħin taħt dellijiet, kienu qed jiġi mgħoddija minn ċerti angoli, minn ċerti kuriduri għaliex politikament hekk kien jaqbel.", "Kien xenarju li kien jinkludi tfigħ ta' suspetti fuq l-għoti ta' kuntratti, ta' metodi u minn kollox.", "Allura x'kien ir-riżultat ta' dan?", "Indipendentement mill-vantaġġ politiku jew żvantaġġ politiku li joħroġ, naħseb li għandna naqblu kollha kemm aħna, b'idejna fuq il- kuxjenza, li r-riżultat ta' dan kollu kien li ġiet imminata s-serjeta' tal- politiċi Maltin u Għawdxin.", "Intefa' dell fuq is-sistema politika f'pajjiżna u kellu dmir il-Gvern dak iż-żmien li juża pass anke drastiku biex jipprova jsalva dik il-fiduċja li hemm bżonn fil-klassi politika ta' dan il-pajjiż.", "U dak il-pass kuraġġuż, ħafna kuraġġuż li ħa l-Gvern Nazzjonalista, kien li jgħid: Ara, jien se nikxef lili nnifsi kompletament.", "Intom qed tgħidu li jien rrid naħbi, intom qed tgħidu li nieħdu d- deċiżjonijiet wara l-bibien magħluqin, intom qed tgħidu li nieħdu d- deċiżjonijiet għal barunijiet, intom qed tgħidu dan kollu, kollox sew.", "Mela ħa ngħidilkom x'nagħmlu: Ejjew intom u agħmlu parti mill- organizzazzjonijiet, mill-korpi, mill-bordijiet tal-gvern u kienu preżenti ħalli tkunu tafu x'ikun għaddej.", "Jien m'għandix x'naħbi, issa xi tridni nagħmlilkom iżjed.", "Poġġejt lili nnifsi għarwien quddiemkom.", "Hekk qal il- Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien quddiem l-Oppożizzjoni u qalilha biex tibgħat rappreżentant tagħha għaliex ma kellu xejn x'jaħbi.", "Dik kienet waħda mir-raġunijiet li mmotivat żgur lill-Gvern Nazzjonalista meta wasal biex ħa d-deċiżjoni importanti li jagħti dan id-dritt lill-Oppożizzjoni.", "Imma issa, Madam Speaker, il-loġika ta' moħħi targumenta bil-kontra għaliex jekk qabel kellek Gvern li neżza' lilu nnifsu u qal lill- Oppożizzjoni.", "Ejja ħa tieħu sehem, ejja ħa nurik, ejja ħalli inti tkun taf x'inhu għaddej, issa skużi, issa għandi gvern li qed jgħidli bil-kontra.", "Issa għandi gvern li qed jgħid: Dak id-dritt se nneħħihulek.", "Issa għandi gvern li qiegħed jgħid: M'għandekx dritt tieħu parti f'dawn id- deċiżjonijiet.", "M'għandekx dritt tinnomina rappreżentant għax dak dritt tiegħi.", "Jekk tagħsar ftit iżjed din tfisser xi ħaġa oħra għaliex jekk il- Gvern qiegħed jgħid li l-Oppożizzjoni m'għandhiex id-dritt tinnomina membru ta' fiduċja tagħha, allura dan ifisser li l-Gvern qiegħed jgħidilna li ma jridx Nazzjonalisti fuq il-bordijiet.", "Hekk qed jgħid?", "Qed jgħid li jrid Laburisti biss?", "Hekk qed jgħid?", "Għaliex issa rridu nistaqsu lilna nfusna xi tfisser fil-prattika din.", "Hu x'qed jgħid?", "Fuq il-bord ta' l-Enemalta jrid Laburisti biss jew qiegħed jgħid li: Jien irrid inpoġġi nies li għandi fiduċja fihom jien biss u mhux li għandek fiduċja fihom int. Imma skużi, fil-prattika din xi tfisser meta qed tneħħi dan id-dritt lill- Oppożizzjoni?", "Xi tfisser?", "Tfisser jew ma tfissirx li inti qed tgħid li ġol-bordijiet trid Laburisti biss u ma tridx Nazzjonalisti?", "Din hi mistoqsija leġittima għaliex is-sens komun iwasslek għal din il- konklużjoni.", "Jekk inti veru temmen li ma tagħmillekx differenza li jkollok Nazzjonalisti jew Laburisti, basta jkunu kapaċi, jekk veru dak huwa l- kriterju, jinnominahulekx il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew jinnominahulekx Ċikku l-poplu, x'differenza tagħmilek jekk sadanittant il-persuna tkun kapaċi, teknikament ta' esperjenza u tkun magħrufa li tista' tagħti kontribut?", "Għalfejn dan?", "Jekk mhux għaliex l-argument hu li ma tridx Nazzjonalisti li jkunu f'dawn il-bordijiet.", "Jekk inhu hekk allura aħjar ma noqogħdux ningannaw in-nies u ngħiduha ċara u tonda, Madam Speaker.", "Jekk dan id-dritt ta' l-Oppożizzjoni qed jitneħħa għal din ir-raġuni allura aħjar ikun sinċier il-Gvern mal-poplu Malti u jgħid: Iva, jiena ma rridx Nazzjonalisti biex joqogħdu jfixkluni u rrid li dawn il-bordijiet jitmexxew mil-Laburisti biss.", "Imbagħad pero' jrid jiġġustifika ruħu kif ikun konsistenti mal-programm elettorali tiegħu u kif jgħid \"għal tmexxija nadifa\" u kif jgħid li d-\"deċiżjonijiet m'għandhomx jittieħdu bil-magħluq u fil-moħbi\" u kif allura se nżidu t-trasparenza u l-accountability\".", "Irid jiġġustifika dawn l-affarijet għaliex ma tistax tikkontradixxi lilek innifsek il-ħin kollu.", "Tkun għidt mod tmien xhur, disa' xhur ilu u issa tagħmel mod ieħor.", "Madam Speaker, nagħlaq hawn għaliex domt iżjed milli xtaqt.", "Nibża' li b'dan il-pass li qiegħed jittieħed f'dan il-mument u f'dawn iċ- ċirkostanzi, dan il-pajjiż mhux se jgawdi u m'hu se jieħu xejn minn din il- liġi.", "Suppost li qegħdin niġu hawnhekk biex nagħmlu s-sagrifiċċji tagħna fl-interess ta' dan il-pajjiż.", "Kull ħaġa li nipproponu ġo din il-Kamra ssir fl-interess ta' dan il-pajjiż.", "X'qed jieħu l-pajjiż minn din il-liġi?", "It-tweġiba hi: Xejn.", "Il-pajjiż qiegħed jitlef minnha din il-liġi u jien jiddispjaċini ħafna.", "Waħda mill-iktar affarijiet li tiffrustrak meta tkun deputat, Madam Speaker - u qed niskopriha bil-mod din - hi li din hija Kamra fejn suppost qegħdin nagħmlu ħilitna biex nikkonvinċu lil xulxin mentri tieħu l-idea li tiġi hawn toqgħod titkellem u jittollerawk titkellem pero' d-deċiżjoni tkun diġa' ttieħdet.", "Se nivvotaw pero' d-deċiżjoni ttieħdet u there's no going back.", "Għalxejn l-argumenti kollha li tkun ipprovajt tressaq biex tikkonvinċi lil xi ħadd tan-naħa l-oħra li b'din il- liġi pajjiżna m'hu qed jieħu xejn u fil-verita' qed jitlef u mhux qed jirbaħ.", "Ma nafx fadalx xaqq ta' dawl, jekk hux 1% tama, li nipprova nikkonvinċi lill-Gvern li jieqaf u jirrifletti ftit iżjed u jgħid: Imma jien x'qed niggwadanja minnha din?", "Dak il-1% tama nagħlaq bih bħala l-appell tiegħi f'dan id-diskors, appell indirizzat lill-Prim Ministru biex jistaqsi lilu nnifsu x'qiegħed jieħu l-pajjiż minn liġi li qiegħda tisraq lill- Oppożizzjoni wieħed mid-drittijiet stabiliti tagħha.", "U jekk it-tweġiba hi li l-pajjiż m'hu qed jieħu xejn, assolutament xejn, anzi qed jitlef, allura għandu bħala Prim Ministru jfittex l-interessi ta' dan il-pajjiż u jwaqqaf il-kors ta' din il-liġi.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Grazzi, Madam Speaker.", "Il-bieraħ fid-diskors tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni - u anke xi ftit jew wisq fid-diskors ta' l-Onor.", "Gonzi - smajna kritika bil-miftuħ għal dan l-Abbozz ta' Liġi li jħassar l- Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Il-bieraħ smajna li dan huwa att ta' arroganza, ta' biża', ta' ħabi, ta' ingann, kliem li drajna nisimgħuh, Madam Speaker.", "Jien nemmen li jekk irridu nagħtu isem lil dan l-Att li għandna quddiemna f'dan il-Parlament insejħulu \"Att ta' Konsistenza\".", "U għaliex \"Att ta' Konsistenza\"?", "Kieku l-Partit Laburista mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni kien tkellem mod ieħor meta fil-bidu tas-sena 1996 il-Gvern Nazzjonalista kien ressaq abbozz ta' liġi quddiem din il-Kamra, kieku l- Partit Laburista tkellem b'mod differenti dak inhar ngħid iva, ngħid li l- Oppożizzjoni llum għandha raġun u verament huwa forsi każ ta' biża', ta' arroganza, ta' ħabi u ta' ingann.", "Imma meta wieħed jinnota l-konsistenza sħiħa bejn dak li kien jgħid il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni u dak li għadu jgħid sal-lum illum li huwa fil-gvern, wieħed ma jistax jaċċetta din il-kritika li saret min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-bieraħ il-Prim Ministru semma' ċar u tond u spjega x'inhu l-irwol ta' Gvern u x'inhu l-irwol ta' l-oppożizzjoni.", "Naħseb li aħna rridu nitilqu minn hemmhekk biex wieħed jifhem x'aħna nagħmlu llum hawnhekk.", "Ġeneralment kull ħames snin f'pajjiżna tissejjaħ elezzjoni ġenerali fejn il-poplu jintalab jivvota, jagħżel il-membri tiegħu, u mhux biss jagħżel il-membri tiegħu imma jagħżel ukoll lil dak il-partit li jrid imexxih fil-ħames snin li jkunu ġejjin u lill-partit l-ieħor jgħidlu: Isma', inti forsi għadek m'intix ippreparat biżżejjed biex tkun fil-gvern u allura ma nistax nagħtik il-maġġoranza.", "U jiena naħseb li dawn id-distinzjonijiet bejn gvern u oppożizzjoni għandhom ikunu ċari.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "L-argument tal-partitokrazija żgur li għandu x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi li qed inressqu llum għax ejja ngħidu, għall-grazzja ta' l-argument, li l-Onor.", "Farrugia ma tantx spjega tajjeb dan il-punt, kif qal l-Onor.", "Gonzi, pero' żgur li spjega tajjeb li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern sa mil-bidu tiegħu qaċċat lil kulħadd 'il barra u ħlief attivisti u partitarji ma ħatarx fuq bordijiet ta' korporazzjonijiet u ta' bosta kumitati oħrajn, proprju l-kuntrarju ta' x'inhu jiġri llum.", "Anke l-Prim Ministru semma' li xi kultant jirċievi kritika min-naħa tal-partitarji, fis-sens li hemm Laburisti li jemmnu li għandna nimitaw lill-Partit Nazzjonalista u naqbdu u nqaċċtu lil kulħadd 'il barra, kif għamlu huma meta telgħu fil-gvern.", "Ċertament li llum is-sitwazzjoni mhijiex hekk, Madam Speaker, u jien ngħid li hekk għandu jkun, li għandu jkun hemm taħlita, u l-importanti mhuwiex il-kulur politiku imma kemm inti kapaċi u kemm int tekniku u mhux jekk dak ipproponihx Ċikku jew Peppi, l-importanti li inti kapaċi u inti tekniku.", "Dak li għamel Gvern Laburista.", "Meta Gvern Laburista jiġi biex jaħtar bordijiet u kumitati ma joqgħodx iħares lejn il-kulur politiku imma jekk intix kapaċi jew le, int ta' liema partit int.", "Jien nistaqsi wkoll: X'jiswa li jkollok persuna waħda biss differenti mill-kumplament tal-bord jew kumitat?", "Ma jiswa xejn li individwu wieħed, li jkun nominat fuq bord jew kumitat, jgħid il-veduti tiegħu meta l-kumitat kollu huwa kontrih, għaliex ovvjament hemm l-interess tal-gvern fin-nofs.", "Allura l-argument li semma' il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li qisu l- Gvern irid jikkmanda kollox hu ...", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, bil-permess ta' l- Onor. Abela.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Il-ħabib tiegħi qed jikkontradixxi lilu nnifsu.", "Filli qed jgħid li hemm taħlita kbira - u nixtieq li jippreċiża fejn hi din it-taħlita kbira fil-bordijiet li ġew ikkostitwiti dan l-aħħar - u mbagħad min-naħa l-oħra qed jgħid li jekk ikollna rappreżentant wieħed biss fuq bord ħa jsib lil kulħadd kontrih.", "Issa jew hemm taħlita u allura jekk hemm verament din it-taħlita mhux se jkun hemm dan il-konċentrament kontra r-rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni, jew inkella din it-taħlita ma teżisti xejn.", "U jien nixtieq li l-Onor.", "Abela jippreċiża kliemu u jgħidilna fejn qiegħda din l-imbierka taħlita u f'liema bord qiegħda.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, dak li kont qiegħed ngħid jien irid jiġi nkwadrat fid-dawl tad-diskors li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel il- bieraħ meta qal li l-Gvern preżenti jrid jikkmanda hu biss u jmexxi hu biss.", "U jiena staqsejt: X'jiswa li jkollok persuna waħda nominata min- naħa ta' l-oppożizzjoni?", "X'jiswa li l-gvern tal-ġurnata jaċċetta n-nomina ta' rappreżentant ta' l-oppożizzjoni?", "Fejn hu l-bilanċ li llum ġie maħluq permezz tal-politika ġdida li għoġbu jdaħħal il-Prim Ministru, fejn mhux qed iħares lejn il-kulur politiku?", "Għidt ukoll li l-Prim Ministru ħafna drabi jkun ikkritikat għaliex proprju m'għamilx kif għamel il-Partit Nazzjonalista fl-1987 meta xkupa lil kulħadd 'il barra u għażel bordijiet totalment b'attivisti tal-Partit Nazzjonalista.", "Jiena m'iniex se nsemmi ismijiet għaliex ma nafhomx bl-amment pero' ċertament li meta wieħed iħares lejn dawn il-bordijiet kif maħtura mill-Gvern Laburista jsib bilanċ mhux abbażi ta' politika partiġġjana imma abbażi ta' kemm inti tajjeb u kemm inti tekniku fil-qasam li għalih ġejt magħżul f'dak il-bord partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Iva, nirrijafferma li bil-bordijiet maħluqa u maħtura mill-Gvern preżenti il-bilanċ qed jinżamm bil-fatti.", "L-ewwel tkellimt f'liema żmien iddaħħlet din il-liġi li llum qed nipproponu li titħassar - dan kien il-bidu ta' l-1996 meta kienet riesqa l- elezzjoni ġenerali fejn ovvjament anke s-sħana ta' l-elezzjoni kienet bdiet riesqa u mhux biss is-sħana tas-sajf - u ċertament li l-kritika ġustifikata li l-Partit Laburista kien qed jagħmel dak iż-żmien bdiet toqros lil partit fil-gvern.", "U allura jekk il-partit fil-gvern kien tant jemmen li għandu jkun hemm trasparenza u kien tant jemmen li għandu jkun hemm tmexxija miftuħa, għaliex ma daħħalx din il-liġi qabel l-1996 Kellu żmien kieku ried!", "Jien nistaqsi: Għaliex ħass il-ħtieġa li miżura bħal din tidħol fil-bidu tas-1996 meta kien qed jirċievi dik il-kritika kollha mill- Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, bil-permess ta' l- Onor. Abela.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICONO ORLANDO: Madam Speaker, jiddispjaċini li qed ikolli nerġa' nintervjeni.", "Il-ħabib tiegħi qed jerġa' jirripeti insinwazzjonijiet li kienu jsiru qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Kienet speċifikament din ir-raġuni li wasslitna biex nipproponu din il-liġi.", "Issa li l-Partit Laburista ilu fil-gvern għal dawn l-aħħar disa' xhur u issa li ġie pprovat li dak li kien jingħad ma kien xejn ħlief sempliċi insinwazzjonijiet - għaliex s'issa mbierek Alla ħadd ma ġie pproċessat u l- ebda prova konkreta ma tressqet - l-Onor.", "Abela m'għandux jibqa' għaddej b'din il-kantaliena.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ressaq din il-liġi biex dawn l-insinwazzjonijiet li saru qabel l-elezzjoni jisfaw fix-xejn.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, jien smajt kemm-il Kap ta' l- Oppożizzjoni u kemm lill-Onor.", "Gonzi u għalkemm ma qbiltx ma' ħafna minn dak li qalu, ma ħassejtx li kelli nintervjeni waqt li kienu qed jitkellmu.", "Issa jekk jiena qed ngħid xi ħaġa li n-naħa l-oħra ma taqbilx magħha ....", "(Interruzzjonijiet) Dan mhux każ li jien ikkwotajt ħażin x'qal l-Onor.", "Pullicino Orlando għax jidhirli li għad irid jagħmel id-diskors tiegħu.", "Jiena qed nagħti l-veduti tiegħi personali u anke dawk tan-naħa tal-Gvern - jew, kif qal l-Onor.", "Gonzi, tan-naħa ta' min għandu l-maġġoranza - pero' ma naħsibx li qed nikkwota xi kliem milli qal l-Onor.", "Pullicino Orlando.", "Jekk mhux qed jaqbel miegħi għandu kull dritt li jitkellem warajja u jagħti l-veduti tiegħu.", "Kont qed ngħid, Madam Speaker, li l-Gvern Nazzjonalista ma kienx ħass il- bżonn li jdaħħal din il-liġi qabel l-1996 meta kellu kull ċans kieku ried.", "Waħda mir-raġunijiet kienet li l-bordijiet maħtura, għal kuntrarju tal- lum, kienu kollha ta' tendenza Nazzjonalista u allura inti bilfors tħoss il-bżonn li tilqa' b'xi ħaġa u tgħid: Isma', ejjew nagħmlu nomina għallinqas ta' persuna waħda min-naħa opposta, minn persuni li għandhom tendenzi politiċi differenti mill-gvern tal-ġurnata.", "Qalulna wkoll li l-kritika tal-Partit Laburista kienet infondata u kien kollu tfigħ ta' tajn.", "Mela allura dan jispjega l-fatt li wieħed għandu jħoss il-bżonn li jaħtar lil xi ħadd maħtur mill-Oppożizzjoni?", "Forsi biex wieħed jgħid: Isma', dawn mhux kollha ta' tendenzi favur il-gvern tal- ġurnata imma hemm persuna wkoll maħtura b'fiduċja tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "U allura hawnhekk jista' wkoll jidħol element ta' partitokrazija li, għal kuntrarju ta' dak li qal l-Onor.", "Gonzi, kien hawn persuni f'dan il-pajjiż li jakkużaw liż-żewġ partit l-kbar li qishom qed iħokku dar xulxin.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-partiti huma magħmula min-nies u kulħadd hu suġġett għall-iżball, ikollok kemm ikollok fiduċja fih Madam Speaker.", "Għalhekk naħseb li hemm il-periklu li l-partitokrazija tirrenja, anke forsi mingħajr ma wieħed ikun irid, imma kif għidt, il-partiti huma magħmulin min-nies u mhux minn xi makna li ma tiżbalja qatt, għax anke l- makni jiżbaljaw.", "Argument ieħor li jqum huwa lejn min hi l-lealta' ta' direttur ta' bord jew ta' kumpannija.", "Hawn diskussjoni sħiħa jekk id-direttur ħaddiem għandux ikun leali lejn il-ħaddiema jew lejn il-kumpannija.", "Għalhekk meta naħtru direttur tal-fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-lealta' tiegħu se tkun lejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni biss, jew inkella dan irid iħares anke l-interessi tal-kumpannija?", "Kif qal l-Onor.", "Gonzi, kulħadd għandu share mill-Enemalta, mit-Telemalta u minn korporazzjonijiet oħrajn, imma għalhekk jien fil-bidu għidt li f'pajjiż demokratiku ssir elezzjoni biex dawk l-istess kumpanniji tal-poplu jitħaddmu skond ix-xewqa tal-poplu li jkun eleġġa partit biex imexxi fl-aħjar interess ta' dawk il-kumpanniji u tan-nazzjon.", "Għalhekk il-poplu jafda partit u mhux ieħor fil-gvern.", "Kien hemm drabi fejn wera l-fiduċja tiegħu fil-Partit Nazzjonalista u kien hemm drabi oħra, kif ġara fl-aħħar elezzjoni, fejn il-poplu m'għoġbitux it- tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u abbażi ta' dak li ppropona l-Partit Laburista biddel biex jafda t-tmexxija tal-pajjiż, inkluż anke tal- korporazzjonijiet, f'idejn il-Partit Laburista.", "Jiena nistaqsi jekk fl-1996, meta ddaħħlet din il-liġi, kienx hemm mekkaniżmu sabiex jiġi mħares l-irwol ta' l-oppożizzjoni li tikkontrolla b'mod aħjar l-operat tal-gvern.", "Dak iż-żmien kulma kien hemm kien il- Public Accounts Committee u anke hawn wieħed ta' min jiġbed l-attenzjoni kif kien jaħdem dan il-kumitat, fejn anke meta kienet tintalab informazzjoni ma kenitx tingħata kollha.", "Meta wieħed jisma' lill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni jitkellmu jaħseb li qabel kellna gvern miftuħ u li kien jgħid kollox - ovvjament apparti affarijiet ta' sigurta' li wieħed jifhimha - u li issa dan il-Gvern qed ineħħi xi dritt sagrosant li ma nafx minn fejn ġie - is-Sinjur Alla jaħfirli, qisu ġie mis-sema - u allura l-Oppożizzjoni se tkun imċaħħda minn xi ħaġa.", "Jien niskanta kif jibqgħu iwebbsu rashom bi kritika bħal din meta, bis-saħħa taż-żewġ naħat, fl-amministrazzjoni l-oħra kienu twaqqfu l-Kumitati Permanenti tal-Kamra, inkluż il-Public Accounts Commitee, li dan l-aħħar reġa' ġie msaħħaħ permezz ta' l-Att dwar l-Awditur Ġenerali.", "Permezz ta' din il-liġi tliet membri mill-Public Accounts Committee jistgħu jitolbu li jsir awditjar jew jinvestigaw xi ħaġa f'xi kumpannija jew korporazzjoni li jħossu li hemm bżonn li tiġi nvestigata.", "Għalhekk jien naħseb li jeżisti l-mekkaniżmu biex l-Oppożizzjoni tiċċekkja lill-Gvern għall-kuntrarju ta' meta twaqqfet din il-liġi, minħabba li anke kif qal l-Onor.", "Gonzi ż-żewġ partiti issa qablu dwar il-ħatra ta' l-Awditur Ġenerali, kif ukoll fuq l-inforzar u t-tisħiħ ta' l-Uffiċċju ta' l-istess Awditur.", "Il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fost affarijiet oħra, semma wkoll il- bilanċ fuq it-televiżjoni.", "Kumbinazzjoni l-bieraħ dehret aħbar fuq gazzetta lokali fejn intwera biċ-ċar kif kienet qed tiġi rreklamata t-taxxa tal-VAT.", "Għal dik il-kritika kien hemm opportunita' fejn il-persuna msemmija tiċħad dawk l-affarijiet pero' sa dalgħodu stess din il-persuna msemmija ma ċaħditx din l-aħbar li dehret il-bieraħ.", "Allura wieħed kif jista' - kif għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ - jqabbel id-dħul tal-VAT fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra mad-dħul tat-taxxi l-ġodda, meta qal li din ġiet imposta wara li l-Prim Ministru stess għamel daqshekk konsultazzjonijiet?", "Żgur li dawn il-konsultazzjonijiet ma sarux mill- amministrazzjoni l-oħra meta ddaħħlet it-taxxa tal-VAT.", "Ċertament li wieħed ma jistax jgħid li qed issir xi mpożizzjoni mill-Gvern Laburista meta ftit ilu kellna elezzjoni fejn il-poplu ta mandat ċar u fejn il-Gvern, anke wara l-elezzjoni, kompla għaddej bid-diskussjonijeit tiegħu ma' kull min hu nvolut f'dan is-settur.", "Issemma wkoll il-kummerċ ħieles.", "Jiena m'iniex ekonomista pero' naħseb li nasal biex nifhem u naċċetta li suppost is-suq jirregola lilu nnifsu.", "Pero' kemm hi realta' f'pajjiżna li suq hekk żgħir jirregola lilu nnifsu?", "Hawnhekk jorbot l-argument li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fejn ta spjegazzjoni ġdida għal meta qal: \"Ħa jogħlew il-prezzijiet!\"", "Jien il- bieraħ smajtha l-ewwel darba din għax kien qed jitkellem fuq kif qed isir il-kontroll u li mhux sew li jixxandru l-ismijiet.", "Allura l-Kap ta' l- Oppożizzjoni issa kif jista' f'daqqa waħda jibdel is-sinifikat ta' dak li kien qal u qisu qed iqabbel dak li kien qal ma' dak li qed isir issa, li l- Gvern ixandar l-ismijiet ta' min qed jabbuża mill-prezzijiet xi kultant esaġerati li jkunu qed jieħdu?", "Il-Gvern għamilha ċara li jaqbel sakemm ikun hemm dħul ġust.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ ipprova jsemmi bosta punti li xi kultant ma nafx kif jorbtu eżatt ma' dan li qed nitkellmu fuqu llum, u qal li din ukoll kienet parti mill-white paper \"Il-Bidla Tkompli\".", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-bidla tibda imma tibda għall-Partit Nazzjonalista!", "Hemm bżonn li jinqata' mill-kritika nġusta, jiftaħ għajnejh u jgħid li l- mekkaniżmu sabiex l-oppożizzjoni tikkontrolla lill-gvern hemm qiegħed.", "Ir- rwol tal-gvern hu ċar u r-rwol ta' l-oppożizzjoni hu li tkun ta' watchdog fuq il-gvern, tagħmel updating fil-politika tagħha sabiex meta tersaq elezzjoni ġenerali oħra tkun alternattiva għall-gvern tal-ġurnata.", "Jien naħseb li dak għandu jkun ir-rwol ta' l-oppożizzjoni, mhux li tieħu sehem fit-tmexxija diretta tal-korporazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern, imma ċertament li ssegwi u tara li d-deċiżjonijiet li jieħu l-gvern tal- ġurnata jkunu fl-interess tal-pajjiż kollu.", "Issemma wkoll il-punt ta' diċentralizzazzjoni u d-dħul tal-kunsilli lokali.", "Nagħmel parentesi żgħira biex ngħid li anke hawn qisna rridu noħolqu gvern u oppożizzjoni fil-kunsilli lokali u dan ċertament ma jagħmilx ġid lill-kunsilli lokali.", "GĦalkemm irridu d-diċentralizzazzjoni qegħdin inneħħu l-poter minn fuq il-gvern u qisna rridu nitfgħuh fuq il- partiti.", "Jiena naħseb li din m'hijiex xi ħaġa ġusta għax jekk se nneħħu l- poter assolut minn fuq il-gvern hemm bżonn li ċ-ċittadini jkollhom aktar saħħa.", "Għalhekk ċertament m'hijiex ħaġa tajba li fil-kunsilli lokali ndaħħlu l-konċett ta' gvern u oppożizzjoni.", "Anke f'dawn il-bordijiet - hawnhekk jorbot dan li qed ngħid issa - m'hemmx il-ħtieġa li jinħoloq dan il-battibekk, qisu naħa waħda tħares l-interess ta' l-Oppożizzjoni u naħa oħra l-interess tal-Gvern.", "Sur President, il-Gvern Laburista ħa ħsieb li joħloq il-mezzi sabiex l- Oppożizzjoni tkun tista' tikkontrolla anke permezz ta' l-uffiċċju awtonomu ta' l-Awditur Ġenerali u bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra l-Awditur Ġenerali ġie entrenched fil-Kostituzzjoni.", "Allura m'hemmx il-ħtieġa li l- Oppożizzjoni tkun involuta fit-tmexxija diretta meta r-rwol tagħha hu li tikkritika, tifli u li fl-aħħar mill-aħħar toffri alternattiva oħra għall- gvern tal-ġurnata.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, jiena jiddispjaċini nara bniedem ta' integrita' - għax m'għandi l-ebda dubju fl-integrita' tal- kollega tiegħi - jara kif jagħmel biex jiddefendi liġi bħal din li għandna llum quddiemna.", "Ħalli nibda biex nikkwota x'intqal ftit xhur ilu fuq l- amministrazzjoni u t-trasparenza, Sur President.", "\"Malta jixirqilha tmexxija serja li tkun tassew effiċjenti u nadifa.", "Dan ma jistax iseħħ jekk it-tmexxija politika u amministrattiva ta' pajjiżna ma tkunx waħda trasparenti u korretta, kemm fuq livell personali u kemm fuq livell istituzzjonali.\"", "Dan mhux kliemi, Sur President.", "Din id-dikjarazzjoni nobbli u sabiħa ħadtha mill-programm elettorali tal-Malta Labour Party għall-elezzjoni ġenerali ta' l-1996, intitolat \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\".", "Kliem sabiħ u ideat eċċelenti imma meta l-Malta Labour Party ġie biex mill-kliem jgħaddi għall- fatti sfortunatament mhux baħar x'jaqsam sibna iżda oċean, għax il-fatt li ġejna f'dan il-Parlament biex niddiskutu t-tneħħija tad-dritt li għandha l- Oppożizzjoni li tinnomina persuni tal-fiduċja tagħha fuq bordijiet tal- gvern u tal-kumpanniji parastatali jkompli jagħti xhieda li l-Gvern Laburista, li qed jagħżel li jsejjaħ lilu nnifsu partit ġdid, huwa trasparenti daqs kemm hija trasparenti blokka konkos!", "Għalfejn din id- differenza vasta bejn il-partit li kien qiegħed fl-oppożizzjoni sa disa' xhur ilu biss u dak li għandna fil-gvern illum?", "Għal min hu dilettant tal- litteratura Ingliża din il-metamorfosi tixbaħ ħafna dak li għadda minnu l- karattru ewlieni fil-ktieb ta' Robert Louis Stevenson \"Dr Jekyll and Mr Hyde\" li kien jinbidel minn raġel twajjeb għal mostru f'ħakka t'għajn.", "Jiena dejjem kont taħt l-impressjoni li x-xogħol ta' dan il-Parlament għandu jkun dirett prinċipalment lejn leġislazzjoni li biha din l-art ħelwa timxi 'l quddiem.", "Jista' xi kollega min-naħa tal-Gvern jilluminana eżattament x'se tirrendi din il-mossa rigressiva li qed niddiskutu?", "Kif se jiggwadanja minnha l-famuż ċittadin?", "Hawn xi ħadd li qed jinduna kemm se naħlu ħin fuq dak li se jxekkel il-proċess demokratiku meta l-istess ħin stajna nutilizzawh biex flimkien naraw kif nistgħu noħorġu lil Malta mill- kriżi li qed tiffaċċa f'ħafna setturi, fosthom dak tax-xogħol, tat-turiżmu, tal-kummerċ u dak soċjali?", "Kont iżjed nippreferi li kieku bħalissa qed nitkellem fuq leġislazzjoni li tirrigwarda t-tisħiħ tad-drittijiet tan-nisa jew tat-tfal fis-soċjeta' tagħna milli qiegħed hawn nipprova niddefendi d- dritt li għandna bħala Oppożizzjoni biex nissorveljaw l-operat ta' entijiet pubbliċi lokali.", "Hawnhekk ta' min wieħed jgħid għalfejn ġiet introdotta din il-liġi mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti.", "Dak iż-żmien kellna oppożizzjoni li fil-kilba li kellha biex taħtaf il- poter taħt idejha nfexxet f'attakki personali fuq il-mexxejja tal-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, liema attakki kienu mmirati biex iħammġu lil dak u lill-ieħor, u issa li qegħdin f'pożizzjoni li jġibu l-provi ta' dak li kienu jallegaw qed naraw li dan ma jistgħux jagħmluh għax kienu allegazzjonijiet infondati għall-aħħar.", "Gvern Nazzjonalista t-trasparenza wettaqha fil-prattika permezz ta' dan id-dritt li ta lill-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien u għamel hekk għax ma kellux minn xiex jibża' u ma kellux x'jaħbi.", "Mhux hekk qed isir f'din il-leġislatura taħt Gvern Laburista.", "Din l-leġislatura se tibqa' mniżżla fil-kotba ta' l-istorja ta' pajjiżna bħala l-ewwel leġislatura Maltija li għaddiet liġi minn dan il-Parlament li biha se jitnaqqsu d-drittijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Dan huwa għajb għalikom.", "Dan hu l-istil maniġerjali li tiftaħru bih!", "Veru li hawn managers li jħobbu jżommu l-operat tagħhom mistur, moħbi minn għajn ħaddieħor, anke fid- dinja tax-xogħol, iżda dan mhux għax ikunu managers tajbin iżda għax ikunu nies li ħsiebhom kif jaslu għall-għanijiet illiċiti tagħhom mingħajr ma jinqabdu.", "Dawn it-tip ta' nies mhux trasparenti jissejjħu korrotti fid- dinja reali.", "Bħala kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Korporazzjoni Telemalta, f'dawn ix- xhur li għaddew ipprovajt nissorvelja l-operat ta' din l-ażjenda parastatali mill-qrib kemm jista' jkun għax ħassejt li dak huwa xogħli u ħassejt li nkun qed nonqos li kieku dan ma nagħmlux.", "Ikolli nistqarr li f'dan ix-xogħol sibt għajnuna kbira mir-rappreżentant li għandha l- Oppożizzjoni fuq il-bord tat-Telemalta, is-Sur John Camilleri.", "Is-Sur Camilleri nzerta li għamel żmien ukoll bħala chairman tat-Telemalta u għalhekk l-esperjenza tiegħu kienet indispensabbli għalija meta ġejt biex nipprova naġġorna ruħi b'mod li nkun nista' naqdi l-inkarigu li ġie fdat lili bl-aħjar mod possibbli.", "Is-Sur Camilleri kellu wkoll aċċess dirett għall-informazzjoni rigward l-operat tal-korporazzjoni.", "B'daqshekk ma jfissirx li kien xi spjun jew kien qed imexxi l-korporazzjoni hu, għax ta' min wieħed ifakkar lil din il-Kamra li dawn huma ż-żewġ raġunjiet prinċipali li ta l-Prim Ministru għal din il-mossa rigressiva.", "Huwa qal li r-rappreżentanti ta' l-Oppożizzjoni kienu spjuni.", "Ma nistax nimmaġina x'għandu x'jaħbi Prim Ministru tant trasparenti!", "Jiena mhux qed ngħid li għandha tiġi żvelata xi informazzjoni konfidenzjali jew ta' natura kummerċjali, imma billi jiġu esposti ċerti \"żbalji\" naħseb li ma nkunu qed nitilfu xejn jekk verament nixtiequ li nkunu trasparenti.", "Il-Prim Ministru qal ukoll li ma jistax ikollok partit fl-oppożizzjoni jmexxi l-entijiet pubbliċi hu permezz tar-rappreżentanti tiegħu.", "Ma nistax nifhem kif bniedem wieħed jista' jisforza bord sħiħ biex jimxi fuq dak li qed jgħid hu.", "Jiena m'għandix dubju li ħadd ma jista' jqis lil John Camilleri bħala bniedem li mhux kapaċi li jaqdi d-dmirijiet tiegħu b'ċerta professjonalita' fil-pożizzjoni li kellu.", "Jekk wieħed iqis biss l- esperjenza li kellu bħala chairman ikun biżżejjed biex iserraħ rasu fuq dan l-aspett u l-istess nista' ngħid għar-rappreżentanti l-oħra ta' l- Oppożizzjoni fuq il-bordijiet l-oħra.", "Dawn kollha huma nies li ġew magħżula għax għandhom ċerti kapaċitjiet fir-rigward tax-xogħol li ngħatalhom.", "Mingħajr ma trid jibdew jidħlulek ċerti dubji fir-rigward tal- leġislazzjoni rigressiva li qed niddiskutu u dan id-dubju, ngħid għalija, jiġi msaħħaħ meta nara l-operat tal-korporazzjoni, li jiena nagħmel shadowing tagħha, f'dawn l-aħħar ftit xhur, liema operat stajt nifli aktar mill-qrib, nerġa' ngħid, bl-għajnuna tas-Sur Camilleri.", "Fil-fatt kien hemm diversi okkażjonijiet li tlabt l-informazzjoni lill- kollega tiegħi tan- naħa l-oħra, il-Ministru Joe Mizzi, li fost il-ħafna responsabbiltajiet li għandu għandu wkoll il-Korporazzjoni Telemalta, u din l-informazzjoni għal diversi raġunjiet ma ngħatatlix.", "Kien hemm okkażjonijiet oħra fejn informazzjoni fittixtha fuq l-istigazzjoni tas-Sur Camilleri li fil- pożizzjoni privileġġata li kellu seta' japprezza l-andament ta' l-operat tal-korporazzjoni ħafna aħjar minn kwalunkwe persuna oħra.", "Dik hija l- funzjoni tagħna bħala partit fl-Oppożizzjoni li nissorveljaw l-operat tal- Gvern u fejn ikun hemm bżonn niġbdu l-attenzjoni għal xi nuqqasijiet.", "Gvern serju m'għandux minn xiex jibża' b'daqshekk, anzi min hu ġenwin japprezza l-kritika meta tkun mistħoqqa, iżda mhux hekk minn għandu x'jaħbi.", "Kien ta' sodisfazzjoni kbir għalija personali li l-anomalija li kienet teżisti fl-għażla ta' karozza lussuża ġdida miċ-Chairman tat-Telemalta, li huwa stess kien iddikjara li l-korporazzjoni kienet f'sitwazzjoni finanzjarja prekarja, ġiet innotata anke minn artikolisti fil-gazzetta \"it- torċa\".", "Kulħadd baqa' mistgħaġeb bl-ipokrezija sfaċċata li ntwerietx f'dan il-każ.", "Il-leġislazzjoni negattiva li qed niddiskutu llum se tgħin biex jinħbew ħneżrijiet ta' din il-kwalita'.", "Għaliex għandna nserrħu lil min jabbuża?", "Li kieku kont is-Sur Meilaq kont nistħi quddiem in-nies b'din il- karozza hekk lussuża li nxtrat minn fuq dahar korporazzjoni li skond hu qiegħda f'sitwazzjoni finanzjarja prekarja.", "B'leġislazzjoni bħal din abbużi ta' din il-kwalita' jistgħu jibqgħu moħbija.", "Ta' min wieħed jidħol f'ċertu dettall biex jagħraf il-kriterji li ntużaw biex intgħażlet din il-karozza u nibda biex ngħid li żewġ karozzi oħra li ġew offruti kienu ġew irrifjutati u waħda li kienet tiswa Lm10,000 inqas minn dik magħżula ġiet irrifjutata għax kellha makna ta' 1800cc u għalhekk lanqas ġiet ikkonsidrata għax iċ-Chairman ried karozza li għallinqas ikollha makna ta' 2000cc.", "Karozza oħra li ġiet irrifjutata kienet se tiġi tiswa Lm9,000 inqas minn dik magħżula, iżda lanqas din ma kienet aċċettabbli.", "Tafu għalfejn?", "Airbag kellha waħda biss u s-Sur Meilaq ried tnejn!", "Is-side mirrors ma kenux jaħdmu bl-elettriku u s-Sur Meilaq ma riedx joqgħod ibati biex jaġġusta l-mirja b'idejh!", "Il-headlamps ma kellhomx wipers fuqhom imma s-Sur Meilaq ried li jkollu l-wipers fuq il-headlamps.", "Issa l-uniku użu li jista' jkollhom il-wipers fuq il-headlamps ta' karozza huwa li tant jagħmel silġ li d-dwal tal-karozza jiġu mgħottija.", "Naħseb li l-wegħda ta' \"Svizzera fil-Mediterran\" is-Sur Meilaq ħadha bis-serjeta' wisq u llum il-ġurnata qed jibża' mis-silġ jew ra kif għamel biex idaħħal ċerti stipulazzjonijiet sabiex tintgħażel karozza partikolari.", "Jiena qed nasal għal din il-konklużjoni għax ma nistax nimmaġina għalfejn is-Sur Meilaq ried il-wipers fuq il-headlamps, sakemm ma riedx jispeċifika x'karozza ried!", "Ħaġa oħra essenzjalissima li ma kellhiex din l-imbierka karozza, li kienet tiġi tiswa lit-Telemalta Lm9,000 inqas, kien dashboard tal-ġewż.", "Tal-plastic ma kienx biżżejjed għas-Sur Meilaq.", "It-Telemalta tista' tagħmel ekonomija imma mhux fejn tolqot lis-Sur Meilaq.", "Ftit ġimgħat ilu meta kont tkellimt fuq it-Telemalta kien hawn min iċċalinġjani biex nissostanzja l-argumenti tiegħi.", "F'dan il-każ nista' nissostanzjahom.", "Kulma jrid jagħmel, min irid li dak li qed ngħid jiġi ssostanzjat, huwa li jħares lejn il-final adjudicating report fuq it-tender TM/T/14/97.", "Affarijiet bħal dawn iġiegħluk tirrealizza għalfejn hawn min ma jridx li jiġi espost għall-iskrutinju tar-rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni.", "Xi ngħidu għall-famuż overstaffing li tant kien ġie kkritikat mis-Sur Meilaq fir-rapport tiegħu intitolat \"Strategic Resource Audit\"?", "Issa addio overstaffing għax meta kellna ħabib li ridna ndaħħluh f'pożizzjoni maniġerjali u ma sibnix post għalih, ħloqna post li qatt ma kien jeżisti qabel u deffisnih minkejja li ma kienx impjegat tat-Telemalta u minkejja li għal dan il-post kienu applikaw ħaddiema tat-Telemalta li kienu ferm u ferm aktar ikkwalifikati minnu.", "X'kellu iktar minnhom dan?", "Għandu xi kapaċitajiet sopranaturali li ħadd għadu ma nduna bihom ħlief il-bord ta' l- għażla?", "U hawn ta' min jgħid li l-membru ewlieni fuq il-bord ta' l-għażla huwa l-istess Sur Meilaq.", "Meta rridu - nerġa' ngħid - addio overstaffing.", "Meta rridu ndaħħlu driver magħna minn barra l-korporazzjoni biex isuq il- karozza speċjali li kellu bżonn iċ-Chairman.", "Fost dawk il-ħafna ħaddiema żejda ma kienx kapaċi jsib wieħed lest li jsuq din l-imbierka karozza.", "Kellna bżonn driver speċjali għal karozza speċjali?", "Dan l-aħħar bdejna ndaħħlu saħansitra ħaddiema mill-Malta Shipbuilding mat-Telemalta.", "Dan ġie kkonfermat mill-Ministru Mizzi din il-ġimgħa stess.", "Tant qed imexxi l-korporazzjoni b'mod opppost għar-rakkmandazzjonijiet tiegħu stess, is-Sur Meilaq, li wieħed mingħajr ma jrid ikollu jasal għall- konklużjoni li jew meta kiteb ir-rapport li semmejt ma kienx jaf x'kien qed jikteb - jekk hu hekk, allura dan każ ieħor ta' ħela ta' flus il-poplu mill-amministrazzjoni preżenti fuq eżerċizzji li huma intiżi sempliċement għal skopijiet propagandistiċi - jew inkella huwa bniedem li b'mod sfaċċat qed jimxi kontra l-interessi tal- korporazzjoni, kif espressi minnu stess fir-rapport li diġa' semmejt.", "X'hemm aktar x'taħbi fil-korporazzjoni?", "Forsi l-fatt li s-Sur Joe Azzopardi, l-general manager l-ġdid, ġie mogħti preferenzi fuq ħaddieħor fl- għażla li saret għall-pożizzjoni tiegħu!", "Ta' min wieħed jgħid li dan il- ħaddieħor kien aktar ikkwalifikat u kellu aktar seniority minnu.", "Mhux talli hekk, talli lil dan il-general manager tajnih wkoll żieda sostanzjali fil-paga.", "Dan ta' ġewwa tafux!", "Mhux hekk jixraq!", "Martu ddaħħlet ukoll PGPO finance u din ukoll iddaħħlet minn barra l-korporazzjoni.", "Il-bord li għażilha kien kompost, fost l-oħrajn, mis-Sur Tony Meilaq.", "Kemm aħna sbieħ min jaf jarana!", "Wieħed iħokk dahar l-ieħor!", "Il-fatt li l-Onor.", "Mizzi joħroġ jgħajjarni għax insemmi anomaliji bħal dawn juri li tan-naħa l-oħra lanqas biss għandhom id-diċenza li jżommu fommhom sieket meta jiġu ffaċati b'akkużi pprovati ta' abbuż, aħseb u ara kemm huma lesti li dan l-abbuż ma jħalluhx isir!", "Jekk inti wieħed mill-bażużli kollox jagħmlu għalik.", "Again, il-project manager l-ġdid fit-Telemalta tajnih żieda ġeneruża ħafna fil-paga għax - din hi r-raġuni li tani l-Onor.", "Mizzi - din il- pożizzjoni f'daqqa waħda saret ta' importanza kbira, tremenda u strateġika!", "Il-head credit control tajnih performance contract ġdid.", "Ditti mmexxijin mill-ħbieb nagħtuhom kuntratti jiswew l-eluf kbar ta' liri bħal, per eżempju, Computime.", "Din ingħatat kuntratt u meta staqsejtu preċiżament kemm ser titħallas din id-ditta, l-Onor.", "Mizzi qalli li din l-informazzjoni ma setgħetx tingħata għax kienet ta' natura kummerċjali.", "Dik hi t- trasparenza!", "X'kull waħda wkoll!", "B'daqshekk ifisser li ma tgħidilnix kemm qed titħallas?", "Allura jekk qed jitħallsu żżejjed, kif ser ikun jaf iċ- ċittadin li qed isiru l-abbużi?", "Mhux ta' b'xejn tridu tneħħu r- rappreżentant tagħna minn fuq il-bordijiet!", "Minkejja li fir-riformi ippjanati għat-Telemalta kien previst li kien ser ikun hemm bżonn ta' sitt senior principals biss, issa daħħalna 14 biex naġevolaw lil tal-qalba.", "Ovvjament din se tinvolvi spiża rikorrenti żejda għall-korporazzjoni li suppost qiegħda f'sitwazzjoni finanzjarja prekarja.", "Tnejn minn dawn l-14 ma aċċettawx l-inkarigu l-ġdid - hawnhekk tara r- raġuni għalfejn żdiedu l-ħaddiema - minħabba raġunijiet personali.", "Ieħor diġa' kienu tawh promotion u allura dan il-pjaċir żejjed ma kellux bżonnu.", "Issa għalhekk baqa' tliet postijiet vojta minn dawk li nħolqu vakanti iżda ħadd ma ntagħżel biex jokkupahom.", "Għalfejn?", "Forsi min imissu fil- lista ma tiggustawhx!", "Forsi għalhekk mhux se ddaħħluh biex jimla' l- postijiet vakanti.", "Korporazzjoni serja ġiet ridotta għal sitwazzjoni tal- biki.", "Naħseb kulħadd jiftakar kemm saret kritika qawwija kontra l- amministrazzjoni preċedenti meta ġie allegat li uffiċjali pubbliċi żaru l- uffiċċju ta' azjenda barranija li kellha konnessjonijiet kummerċjali ma' pajjiżna - ma kenitx kwestjoni li tirrigwarda l-Korporazzjoni Telemalta imma tal-Partit Laburista kienu qajmu agħa kbira - imma issa l-folja nqalbet.", "Issa ma jimpurtax li l-general manager, membru tal-bord tat- Telemalta u l-AGM networks iżuru l-Ericsson, ditta li għandha interessi kummerċjali f'pajjiżna.", "Jien minix qed ngħid li qed isir ħażin imma kif mhux qed isir ħażin issa, għaliex fi żmienna kien isir ħażin meta konna nagħmlu affarijiet bħal dawn?", "Issa mhux se nġibu kopji tal-biljetti ta' l- ajru fuq il-\"KullĦadd\" biex nagħmlu propaganda rħisa!", "Aħjar taraw it- travu li għandkom f'għajnejkom li qed tippruvaw tgħattu b'nuċċali tax-xemx permezz ta' din il-leġislazzjoni qabel ma taraw in-nitfa li hemm f'għajnejn ħaddieħor!", "Il-ħin għad-dispożizzjoni ta' din il-Kamra biex tiddiskuti materja daqstant importanti għal pajjiżna ġie ristrett b'mod sfaċċat - hawnhekk qed intenni dak li qal l-Onor.", "Gonzi - meta din bdiet tiġi diskussa ftit jiem biss qabel ma noħorġu għall-vaganzi tas-sajf.", "Dan huwa eżempju ieħor tar-rispett li għandha n-naħa tal-Gvern lejn dik li suppost hija l-ogħla istituzzjoni li hawn f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk xtaqt nikkonkludi billi nwissi lill-Gvern li jkun wisq aħjar li kieku jmidd idejh għall-problemi reali li qed jaffaċċa dan il-pajjiż minħabba l-inċertezza li ħoloq huwa stess flok jaħli żmien dan il-Parlament billi joħloq kwestjonijiet fuq ħwejjeġ li minnhom dan il-pajjiż m'huwa se jieħu assolutament xejn, anzi se jitlef ħafna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, il-kelliema tan-naħa l-oħra qegħdin jitkellmu fuq kollox barra fuq raġunijiet validi li jistgħu jiġġustifikaw in-nuqqas ta' qbil tagħhom ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Joħroġ ċar li ż-żewġ naħat tal-Kamra ma jaqblux flimkien dwar dan l-abbozz għax għandek naħa li trid tibqa' tħaddan sistema antikwata u sterili u naħa oħra li tista' tmexxi b'mod serju, dinamiku u modern.", "Meta l-bieraħ filgħodu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkwota minn diskorsi li kienu għamlu żewġ Onor. Membri ta' din in-naħa meta l-Partit Laburista kien għadu fl- oppożizzjoni, kkwota biss dak li deherlu hu u għalhekk se nipprova nislet żewġ partijiet qosra biex nagħti daqsxejn idea tal-ħsieb ta' din in-naħa.", "Fl-1996 l-Onor.", "Lino Spiteri kien qal li jħoss li l-liġi dwar nomini mill- oppożizzjoni hija liġi perikoluża għax jekk inti għandek bżonn sitwazzjoni li tinħtieġ rimedju jew jekk inti għandek ħjiel ta' marda li tinħtieġ mediċina, jekk kemm-il darba l-mediċina ma tkunx dik adatta allura s- sitwazzjoni tkompli taggrava, jiġifieri l-marda mhux talli ma tfejjaqhiex imma tkompli taggravaha.", "L-Onor.", "George Vella kien tkellem fuq l-istess linja u kien qal li din il-liġi teħodna għal dibattitu dwar x'inhu l-irwol ta' oppożizzjoni f'demokrazija parlamentari.", "L-Onor.", "Vella qal hekk:", "\"Naħseb li ngħidu x'ngħidu u nitkellmu kemm nitkellmu fuq żviluppi demokratiċi fis-sistemi parlamentari, jibqa' dejjem il-fatt li l- oppożizzjoni għandha rwol speċifiku, delineat u eżatt x'taqdi f'demokrazija bħal tagħna.\"", "L-Onor.", "Vella kompla jgħid hekk:", "\"Jien ngħid li l-ewwel u qabel kollox l-oppożizzjoni għanda rwol li sservi ta' xi ħaġa li tiskrutinja dak li qed jagħmel il-gvern tal- ġurnata, jiġifieri li tistudja dak li jkun għaddej u żżomm kollox taħt kontroll.", "Fost affarijiet oħra l-oppożizzjoni għandha rwol li tikkritika dak li jkun għaddej billi tagħmel kritika kostruttiva li twassal biex jiġu highlighted in-nuqqasijiet, l-iżbalji u l-affarijiet li jkun qed jagħmel il-gvern, kif ukoll tagħmel skrutinju u toffri alternattivi.\"", "Sur President, ikkwotajt u slitt dawn iż-żewġ paragrafi biex nuri l- konsistenza fil-ħsieb li għandu l-Partit Laburista f'dan ir-rigward.", "Issa, kważi sentejn wara li l-Gvern Nazzjonalista kien ħareġ bl-idea li l- Oppożizzjoni tinnomina rappreżentant tagħha fuq ċerti bordijiet tal-gvern, il-Gvern Laburista qed iressaq abbozz ta' liġi biex iħassar l-Att ta' l- 1996 dwar Nomini mill-Oppożizzjoni, abbozz li huwa magħmul biss minn tlett artikli iżda li qed joħloq dibattitu nteressanti u anke rilevanti għax qed juri liema naħa f'din il-Kamra trid timxi b'serjeta' u bi trasparenza.", "Sur President, x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-Gvern Nazzjonalista biex joħroġ bil-proposta tan-nomini mill-oppożizzjoni?", "Kienet ir-risposta tal-Gvern Nazzjonalista għall-allegazzjonijiet kontinwi ta' korruzzjoni li kien qed jagħmel bir-raġun kollu l-Partit Laburista dak iż-żmien, allegazzjonijiet ta' korruzzjoni f'kumpanniji parastatali u f'aġenziji tal-gvern li gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien qed jara kif sejjer itappan u kif sejjer jiċħad.", "Iżda peress li l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ma setax ikun kredibbli ħaseb li permezz ta' l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni kien se jsolvi l- problemi kollha u li permezz ta' dan l-Att kien se jdaħħal xi livell ogħla ta' trasparenza u accountability.", "Għalhekk bir-raġun kollu l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien ivvutat kontra din il-miżura redikola u fil-fatt qatt ma ħatret nominees.", "L-Oppożizzjoni Laburista ma kenitx lesta li tieħu l-attitudni tal-Gvern Nazzjonalista li nħawdu l-borma flimkien iżda żammet mal-commitments ta' oppożizzjoni f'pajjiż demokratiku, f'pajjiż fejn tirrenja r-rule of law u f'pajjiż fejn għandna s-sistema ta' checks and balances.", "Li kieku l-Partit Laburista għażel li jipparteċipa u li jinnomina persuni fuq dawn il-quangos, ir-riżultat kien ikun ta' aktar sfiduċja miċ-ċittadin fil-klassi politika u kieku l-għajta ma kenitx tkun biss ta' korruzzjoni iżda ta' kollużjoni.", "Sur President, ix-xogħol ta' l-oppożizzjoni f'dan ir-rigward huwa li tagħmel monitoring u tara li kollox ikun sejjer sew u b'mod legali f'dawn il-boards, permezz tal-Public Accounts Committee, permezz ta' l-Awditur Ġenerali u permezz ta' mezzi oħrajn u mhux permezz ta' rappreżentanti tagħha fuq l-istess boards.", "Fil-fatt dan l-Att li se jħassar l-Att ta' l- 1996 dwar Nomini mill-Oppożizzjoni jrid ikun diskuss wkoll fid-dawl tal- commitment elettorali tal-Partit Laburista li jsaħħaħ u jilleġisla fir- rigward ta' l-Awditur Ġenerali - kif diġa' rajna f'dawn il-ġimgħat li għaddew - u wkoll li jikkrea maġistrat inkwerenti li jkollu s-saħħa u r- riżorsi li jindaga u jinvestiga fuq xogħol tal-gvern u tan-nominees tiegħu.", "Sur President, kif kien mistenni, fl-istat ta' paniku li tinsab fih, l- Oppożizzjoni Nazzjonalista qed topponi dan l-abbozz bl-iskuża u bil- kantaliena li dan hu xi pass li se jwassal biex tiddgħajjef id-demokrazija.", "Qed igħidu li l-Gvern qed juri li ma jridx trasparenza, pero' wieħed jistaqsi: Kemm għandha raġun l-Oppożizzjoni Nazzjonalista f'din il- kantaliena ta' qrid?", "Niftakru li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil- gvern dejjem aspira fi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, li hija unjoni ta' pajjiżi demokratiċi, li kienet u għadha utopja għall-partit fl- Oppożizzjoni.", "L-aspirazzjoni tan-naħa l-oħra dejjem kienet li xi darba nkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni.", "Sur President, kif tispjega l-fatt li f'dawn il-pajjiżi demokratiċi mkien ma ssib leġislazzjoni simili li tirrigwarda nomini mill-oppożizzjoni?", "Allura bl-argument li qed tagħmel l- Oppożizzjoni l-konklużjonijiet jistgħu jkunu tnejn ċioe' jew li l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea m'humiex demokratiċi, mhumiex trasparenti u mhumiex accountable għax m'għandhomx att li jirregola nomini mill-oppożizzjoni; jew inkella li l-argument ta' l-Oppożizzjoni huwa wieħed fallaċi u huwa cover-up li kien sewa biss biex jipprova jtaffi l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni li fnew lill-Gvern Nazzjonalista qabel Ottubru ta' l-1996.", "Sur President, il-Gvern Laburista żamm kelmtu u diġa' mplimenta diversi proġetti li kellu sa minn meta kien fl-oppożizzjoni.", "F'dan ir-rigward il- Partit Laburista kien jisħaq fuq il-bżonn li ħatriet fuq boards ta' quangos, ta' korporazzjonijiet pubbliċi u kumpanniji, li fihom il-gvern għandu l-ishma, għandhom isiru fuq bażi ta' mertu.", "Il-Partit Laburista m'għamilx bħall-Gvern Nazzjonalista li mela l-boards bil-kandidati tal- partit u b'nies li l-affiljazzjoni politika tagħhom tiġi qabel il- kompetenza u qabel il-mertu tagħhom.", "Jekk wieħed jagħmel analisi ħafifa ta' ħatriet li saru mill-amministrazzjoni Nazzjonalista fuq dawn il-boards, isib li bl-eċċezzjoni ta' żewġ persuni - qed nirriferi għan-nomina li saret fl-MFSC, li diġa' semma' l-Onor.", "Anglu Farrugia, u nomina oħra li saret fl- Employment and Training Corporation - l-ħatriet l-oħra kollha kienu ngħataw lil persuni Nazzjonalisti magħrufa li kienu jew kellhom parti attiva ħafna fil-partit.", "Il-Partit Laburista mill-oppożizzjoni ikkritika dan l- atteġġament u ladarba ħa t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh ra li ma jagħmilx hekk.", "Fil-fatt il-Partit Laburista ma rrepetiex l-istess żball li għamel Gvern Nazzjonalista u għamel sew li appunta nies ikkwalifikati u teknikament kompetenti fuq il-boards u ma tax kas il-fehmiet politiċi ta' dawn il-persuni, anke jekk forsi seta' kien hemm xi diżillużjoni min-naħa ta' xi wħud li stennew li l-Partit Laburista kien effettivament se jimxi fuq il-linja żbaljata li kien adotta l-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, il-funzjoni ta' diretturi fuq boards, ta' kumpanniji parastatali u ta' aġenziji tal-gvern m'hijiex waħda ta' kelb ta' l-għassa.", "Il-bord huwa responsabbli kollettivament biex jara li jkun hemm strateġija ta' negozju f'dak li tkun qed tagħmel il-kumpannija jew l-aġenzija.", "F'dan il-kontest l-opinjoni tax-shareholder, li huwa l-gvern, trid tkun ikkonsidrata.", "Min-naħa l-oħra m'hemmx dubju li l-elementi ta' trasparenza u ta' accountability jridu jkunu applikati u jridu jingħataw preferenza.", "Iżda f'pajjiż demokratiku, fejn għandna s-separazzjoni tal-poteri, fejn għandna r-rule of law u fejn, kif diġa' għidt, għandna sistema bbażata fuq checks and balances, ix-xogħol tal-bord irid jiġi assigurat u assessjat minn xi ħadd minn barra.", "Ma rridux li jkollna sitwazzjoni fejn inħawdu l- borma flimkien jew sistema fejn jiena nħokklok dahrek biex imbagħad inti tħokkli dahri.", "Għalhekk l-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali huwa iżjed adatt biex jagħmel dan it-tip ta' xogħol ta' skrutinju u jara li ma jkunx hemm inkompetenza, korruzzjoni jew abbuż tal-poter fil-kumpanniji parastatali u fl-aġenziji tal-gvern.", "Sur President, barra dan l-uffiċċju, li kellna x-xorti nitkellmu dwaru b'mod estensiv fil-ġimgħat li għaddew f'dan il-Parlament stess, għandna wkoll il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, li huwa proprju chaired mill- Oppożizzjoni u li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Carmelo Abela.", "Għaldaqstant l-Oppożizzjoni trid tingħata ċerta saħħa u ċerti riżorsi li permezz tagħhom tkun tista' taqdi dmirha kif suppost, iżda jiddispjaċini ngħid li din ir-responsabbilta' li għandha, din il-parti miċ-ċirku ta' demokrazija li tant huwa mportanti, l-Oppożizzjoni qiegħda konvenjentement jew tinsiha jew inkella ferm agħar qiegħda tabdika minnha.", "F'dan il- Parlament għandna bżonn oppożizzjoni serja, oppożizzjoni li tkun lesta li tagħti s-sehem tagħha u oppożizzjoni li tkun kostruttiva, iżda dan ma jsirx permezz ta' l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Dan l-Att kien biss cover- up li wżaw tan-naħa l-oħra meta kienu fil-gvern u meta kellna gvern li kien qed jiġi attakkat kontinwament u sfiduċjat b'allegazzjonijiet kontinwi ta' korruzzjoni.", "B'dahru mal-ħajt il-Partit Nazzjonalista pprova jagħti l- impressjoni li huwa d-difensur tad-demokrazija u li jħares it-trasparenza akkost ta' kollox minflok indaga u ra kif seta' jsolvi l-problemi li fl- aħħar mill-aħħar wassluh biex jitqies bħala gvern korrott.", "L-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni ma kien xejn ħlief attentat iddisprat biex tissalva l-kredibilita' tal-Gvern Nazzjonalista ta' qabel Ottubru ta' l- 1996 wara li l-quango rats daħħluh fi sqaq ta' ħmieġ politiku.", "Sur President, meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni kien wiegħed li jneħħi dan l-Att u llum qed naraw kif dak li għidna qed inwettquh billi nispjegaw id-deċiżjoni bl-aktar mod ċar u nagħtu raġunijiet li m'għandhomx riħa ta' gwadann politiku, kif kellu l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni, li se jibqa' mfakkar bħala l-akbar insult għat-trasparenza fl-affarijiet pubbliċi li qatt kellna f'pajjiżna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Qegħdin niddiskutu liġi li se tneħħi d-dritt li l- Oppożizzjoni jkollha rappreżentant tagħha fil-boards tad-diretturi.", "F'dan l-istadju tajjeb li ngħidu x'effett se jkollha din id-deċiżjoni tal-Gvern u fuq min.", "Jista' jkun hawn min jgħid li din hija deċiżjoni li se taffettwa l-Oppożizzjoni biss.", "Jista' jkun hawn min jgħid li din hija deċiżjoni li l- poplu ma jimpurtahx minnha.", "Jista' jkun hawn ukoll min jgħid li din hija deċiżjoni li ħadd m'hu se jagħti kasha.", "Allura jista' wkoll ikun hawn min jgħid li dan id-dibattitu m'hu se jservi lil ħadd u l-poplu mhux se jsegwih.", "Ejja ngħidu li min jgħid hekk jista' jkollu raġun.", "Pero' huwa veru li din hija deċiżjoni li se tolqot l-operat ta' l-Oppożizzjoni biss?", "Huwa minnu li din hija liġi ta' ħames kelmiet pero' wara ftit riflessjoni dak li jkun għandu jifhem li din is-sempliċi liġi ta' ħames kelmiet, li tneħħi d-dritt ta' l-Oppożizzjoni li tinnomina persuna li għandha fiduċja fiha fuq boards tal-gvern, se tkun tfisser ħafna aktar minn hekk.", "Din il- liġi ma nistgħux niżolawha mill-kumplament ta' l-aġenda ta' dan il-Gvern iżda rridu nikkonsidraw l-effetti tagħha, il-motivazzjoni warajha u l- perijodu ta' żmien li fih qiegħda titressaq.", "L-effetti ta' din il-liġi m'humiex marbutin biss ma' l-Oppożizzjoni jew ma' dak li tagħmel l-Oppożizzjoni iżda se jkomplu jolqtu u jaffettwaw il- mod ta' ħajja tal-poplu tagħna.", "Nixtieq li f'dan il-ħin nispjega kif dawk li jaħsbu li din il-liġi se tolqot l-operat ta' l-Oppożizzjoni biss m'għandhomx raġun.", "L-Oppożizzjoni hija fid-dmir li turi lill-poplu li din il-liġi hija pass ieħor fil-politika ta' dan il-Gvern li jreġġa kollox lura, kif konna qabel l-1987, fejn il-poter ikun iċċentralizzat f'idejn il- gvern.", "Din hija liġi li taffettwa wkoll il-livell ta' l-għajxien tal-poplu tagħna.", "Din hija liġi li l-messaġġ tagħha li se jasal għand il-poplu tagħna huwa li l-Gvern għandu x'jaħbi.", "L-għaġġla wara din il-liġi u ż- żmien li fih qegħdin niddibattuha huwa maħsub biex din il-liġi tgħaddi bla ma tħalli effett fuq l-opinjoni pubblika.", "Madam Speaker, hija responsabbilta' tal-Gvern li jara li din il-liġi tgħaddi u jiġġustifika l-motivazzjoni li għandu warajha b'tali mod li tħalli l-inqas impatt negattiv fuq l-opinjoni pubblika.", "Wisq probabbli l- Gvern min-naħa tiegħu qed jaqta' fil-qasir dan id-dibattitu fuq din il-liġi u qed jagħmel ħiltu biex juża doża qawwija ta' kliem ħelu li ma jħallix qrusa.", "Dan għaliex il-Gvern huwa konxju li permezz ta' din il-liġi qed ineħħi d-dritt li l-Oppożizzjoni tkun preżenti f'boards ta' awtoritajiet tal-gvern.", "Pero' huwa wkoll dmir ta' l-Oppożizzjoni li turi lill-poplu x'inhu jiġri f'dan il-Parlament.", "Madam Speaker, din il-liġi qegħdin niddiskutuha proprju fl-istess ġranet li fihom qegħdin niddiskutu wkoll il-bidla radikali li qed jipproponi l- gvern fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Kellna Awtorita' ta' l-Ippjanar li tirregola l-policies ta' l-ippjanar ta' l-iżvilupp.", "Issa l-Gvern irid li jkollna l-ministru li jirregola l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u se jkun hu l- awtorita' fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Din id-deċiżjoni hija effett ta' politika Soċjalista ta' ċentralizzazzjoni.", "L-istess ftit tal-ġimgħat ilu kellna l-każ ta' Posta Ltd., fejn bl-iskuża ta' qagħda finanzjarja negattiva ġiet xolta din il-kumpannija.", "Ħaddiema tkeċċew u oħrajn irċevew ċirkolari li qaltilhom li huma casual workers mal-gvern.", "Biex inkomplu nispjegaw f'liema ambjent qegħdin niddiskutu din il-liġi tal-lum, infakkru li meta konna qegħdin niddiskutu l-liġi dwar id-dwana u s- sisa, minkejja li l-korpi kollha konċernati wrew li ma kenux jaqblu magħha, il-Gvern baqa' għaddej u għadda waħda mill-iżjed liġijiet inġusti li xejn m'hija sempliċi.", "Bħalissa għaddejjin b'attakk kontinwu mħallas minn flus il-poplu biex il-Gvern jitfa' t-tort tal-falliment tal-liġi dwar id-dwana u s-sisa fuq tal-ħwienet u n-negozjanti.", "Qegħdin isiru riklami li permezz tagħhom il-Gvern qed jgħid lil tal-ħwienet li huma ħallelin.", "Qegħdin nisimgħu kif qegħdin isiru l-attakki fuq deċiżjonijiet ta' l-Awtorita' tax- Xandir.", "Ma rridux ninsew ukoll li minkejja li l-Gvern kien qal ħafna kliem favur il-kunsilli lokali, fil-budget naqqsilhom Lm1 miljun mill-finanzjament tagħhom u mbagħad ħoloq il-Buġibba Action Committee biex jagħmel dak li kellu jagħmel il-kunsill lokali li kieku kellu l-flus.", "Dan huwa l-ambjent politiku li ħoloq dan il-Gvern u li fih dan il-Gvern illum qiegħed ukoll iressaq din il-liġi.", "Għalhekk ngħid li din hija liġi li se taffettwa l- livell ta' l-għajxien tal-poplu tagħna.", "Dan għaliex?", "Għax il-politika ċentralizzata dejjem issarrfet f'nuqqas ta' fiduċja fil-gvern u nuqqas ta' fiduċja fil-gvern dejjem irriżultat f'nuqqas ta' inizjattivi privati, inqas inizjattiva għax-xogħol, inqas inizjattiva għall-investiment, inqas xogħol u inqas dħul għall-familji u l-ħaddiema tagħna.", "Sinjura President, politika ċentralizzata tkompli tnissel politika li taħkem bil-biża'.", "Politika ċentralizzata tfisser nuqqas ta' fiduċja tal- Gvern fil-poplu.", "Dan ifisser li l-Gvern qiegħed iressaq din il-liġi għaliex għandu x'jaħbi u f'perijodu fejn pajjiżna għaddej minn diffikultajiet se jkun gwaj għal dan il-Gvern li l-poplu tagħna se jirċievi dan il-messaġġ permezz ta' din il-liġi.", "Fi żmien meta pajjiżna diġa' qed jiffaċċa problemi mnissla minn deċiżjonijiet żbaljati nħoss li din hija problema żejda li dan il-Gvern qed joħloq bla bżonn.", "GĦalfejn il-Gvern irid jgħaddi din il-liġi li l-Oppożizzjoni ma tkunx taf x'inhu jiġri fil- korporazzjonijiet?", "Lill-poplu rridu ngħidulu li dan il-Gvern ma jridx min jindaħallu.", "Nixtieq li kieku dan ma kienx il-każ iżda din hija s- sitwazzjoni.", "Inħarsu lejn l-iskop li kellu l-Gvern preċedenti bl- introduzzjoni ta' din il-liġi.", "Il-kliem \"trasparenza, djalogu u demokrazija\" kienu, għadhom u donnhom se jibqgħu l-kliem l-iżjed użati fid- dibattitu politiku, sakemm ma nsibux kliem ieħor li allura ż-żmien ibiddel l-użanzi, pero' minn dan il-kliem ridna li niġu għall-fatti.", "Il-Gvern tal-Partit Nazzjonalista, mmexxi mill-Onor.", "Fenech Adami, ra li għalih hija sfida ta' kull gvern li jkun trasparenti pero' l-isfida hija fil-mod kif se nagħtu l-ħajja lil din l-imbierka trasparenza.", "Għall- kuntrarju l-Gvern preżenti, mmexxi mill-Onor.", "Alfred Sant, biex jagħti l- ħajja lil din it-trasparenza qed ineħħi dak l-eżerċizzju li l-Gvern preċedenti kien ħoloq.", "Il-Gvern preċedenti ried li jħaddan politika trasparenti b'mod li ma jkunx fiha ħabi u maż-żmien f'pajjiżna rajna kif gvern wara l-ieħor ħoloq korpi parastatali, diversi korporazzjonijiet, kif ukoll awtoritajiet bl-intenzjoni li l-gvern jafda t-tmexxija eżekuttiva f'idejn il-bordijiet rispettivi tagħhom.", "Dawn il-korpi u entitajiet kellhom skop ta' ħidma fuq livell nazzjonali u kienu ffinanzjati minn flus il-poplu.", "F'din is-sitwazzjoni r-responsabbilta' politika bdiet tinxtered.", "Il-Gvern kien jiġi akkużat b'nuqqas ta' trasparenza u li l-oppożizzjoni ma tingħatax biżżejjed dettalji.", "Kienet issir kritika wkoll kontra xi bord ta' xi korporazzjoni u dan għaliex kull bord tad-diretturi irid ikun accountable għal dak li jagħmel.", "L-element ta' trasparenza huwa meħtieġ ħalli min jagħmel il-kritika jkollu sors ta' informazzjoni ġenwina.", "Għalhekk il-Gvern Nazzjonalista kien ressaq din il-liġi - li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li llum għandna quddiemna l-Gvern Laburista qed jipproponi li jħassar - biex l-oppożizzjoni jkollha membru fuq il-bord li jkun persuna ta' fiduċja tal-Kap ta' l-oppożizzjoni.", "Dan kien pass 'il quddiem għax b'hekk dak li kien isir f'dawn il- korporazzjonijiet kien ikun aċċessibbli direttament għall-oppożizzjoni u bis-saħħa t'hekk kienet tkun taf xi jkun qed jiġri waqt li jkunu qed jittieħdu d-deċiżjonijiet u mhux wara, aktar u aktar meta wieħed jistaqsi xi mistoqsija parlamentari u l-ministru jgħidlek li dik ir-risposta jew dik l-informazzjoni ma jistax jagħtihielek.", "Issa permezz ta' dan l-abbozz li għandna quddiemna dan kollu se jispiċċa.", "Mela din it-trasparenza se titneħħa mill-Bank Ċentrali, mit-Telemalta, mill-Awtorita' tad-Djar, mill- Korporazzjoni Enemalta, mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, mill- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, mill-Awtorita' Marittima, mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, minn dawn il-bordijiet li jieħdu deċiżjonijiet l-aktar importanti u li jolqtu l-mod ta' l-għixien tagħna.", "Dan id-dritt li bih l-Oppożizzjoni setgħet isserraħ moħħha se jitneħħa.", "Bir-rappreżentant tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dawn il-bordijiet il-Gvern ma setax jagħmel dak li jrid.", "Veru li wieħed waħdu jikkostitwixxi minoranza, pero' d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu quddiem ir-rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni f'dak il-bord.", "Bir-rappreżentant tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien hemm persuna li l- ħaddiema u l-konsumaturi żgur li kienu jħossuhom protetti għax jafu li fil- bord hemm min qed iħares lejn l-interessi li jkomplu jiżviluppaw il-ħidma ta' dik l-awtorita' jew korporazzjoni.", "Dik il-preżenza kienet tfisser li l- bord żgur kien se jżomm ir-regoli tiegħu u b'mod jew ieħor kien ta' serħan tal-moħħ għall-ħaddiema kif ukoll għall-Oppożizzjoni li dmirha huwa li tissorvelja l-ħidma tal-Gvern.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Iva, Madam Speaker.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inressaq l-Aġġornament tal-Kamra għal- lum l-Erbgħa, 23 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "Infakkar li quddiem il-Kumitat Permanenti tal-liġijiet bħalissa hemm:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia;", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, xi kultant importanti li meta tagħmel diskors ma titkellimx fuq suġġett partikolari jew fuq xi punt ta' politika li tkun għaddejja dak il-mument imma tajjeb li tagħmel riflessjonijiet fuq esperjenzi li inti jkollok ta' dak il-perjodu.", "Fil- fatt il-ħabib tiegħi Keith Grech kellu artiklu li kien jippubblika perjodikament fuq \"The Times\" li kien jismu \"Of This and That\", jiġifieri kien jagħmel ir-riflessjonijiet tiegħu fuq l-affarijiet ta' interess li jolqtuh f'dak il-mument.", "U hekk beħsiebni nagħmel.", "L-ewwel ħaġa li ispiratni biex nitkellem illum kien artiklu li deher fuqi u li ġie ppubblikat f'\"il-mument\" tal-Ħadd ta' qabel.", "Din il-gazzetta ppubblikat b'ċertu prominenza esaġerata ittra li jien bgħatt lill-Ministru tad-Djar.", "Ma nafx għaliex kellha tiġi ppubblikata dik l-ittra għax kulma kien fiha huwa l-insistenza tiegħi mal-Ministru - kif jagħmlu sħabi kollha u naħseb kif jagħmlu jew kienu jagħmlu l-membri ħbieb tiegħi ta' l- Oppożizzjoni - ma' min għandu l-poter effettiv biex jaqdi l-ilmenti tal- kostitwenti tiegħi.", "Meta inti qed taqdi l-ilmenti tal-kostitwenti ma tkunx partiġjan, xejn affattu.", "Il-kelma \"kostitwenza\" jew \"kostitwenti\" qiegħda dejjem tiġi interpretata b'mod żbaljat.", "X'inhi l-funzjoni ta' deputat?", "Ħafna nies ma jafux x'inhija l-funzjoni ta' deputat fil-kostitwenza.", "Il- funzjoni ta' deputat back-bencher hija li jsegwi l-politika tal-gvern, ikun jaf x'inhu għaddej u jagħmel ir-riflessjonijiet tiegħu fil-Parlament, fi gruppi parlamentari u jipprova juża l-influwenza tiegħu fil-leġislatura biex jimplimenta ċerti ideat li huwa jħoss li huma ta' benefiċċju għas- soċjeta' in ġenerali.", "Il-poplu fdah, ġie elett fil-Parlament u huwa juża l- esperjenzi tiegħu ta' kuljum, jew jekk hu professjonista, anke mill- professjoni tiegħu biex jipprova jimplimenta ċerti ideat.", "Dak idealment huwa l-politiku pero' huwa aktar minn hekk, speċjalment fis-sistema Maltija u fis-sistema ta' kif isiru l-elezzjonijiet u kif jingħaddu l-voti.", "Il-politiku Malta, forsi ferm aktar minn pajjiżi oħra, jrid ikun viċin il- poplu, ma jridx jinqata' minn mal-poplu, irid jitħallat mal-poplu u jrid ikun għas-servizz tal-poplu kontinwament.", "F'pajjiżi kbar bħall-Amerka u l- Ingilterra huwa impossibbli li jkollok parlamentari li jdur il-kostitwenza tiegħu jew id-distrett tiegħu kollu door to door jew jiltaqa' magħhom kollha.", "Għaliex?", "Għax f'ċerti pajjiżi rappreżentant tal-poplu jkun jirrappreżenta popolazzjoni akbar minn ta' Malta kollha.", "Pero' f'Malta aħna żgħar, il-kostitwenza hija żgħira - mhux daqskemm wieħed jaħseb pero' hija komparattivament żgħira - u allura l-kostitwenti jippretendu li inti tkun hemm biex taqdihom.", "Ħafna min-nies imorru għand deputat b'ilmenti ġenwini - u se nispjega x'inhuma - u oħrajn sfortunatament, jew minħabba l- injoranza jew minħabba ideat jew misconceptions antiki, ir-raġunijiet għalxiex imorru għand id-deputat ma jkunux validi u bil-mod li huma javviċinaw lid-deputat tagħhom juru li m'huma jifhmu xejn xi jfisser deputat.", "Ħafna minnhom jaħsbu li deputat għandu ferm aktar poteri milli fil- fatt għandu, jinsew li xogħlu hu biss li jirrappreżentahom u jressaq l- ilmenti tagħhom u jaħsbu li d-deputat għandu xi poteri eżekuttivi.", "Hemm min jiġi anke b'intenzjonijiet ħżiena u lil nies bħal dawn trid taqtgħalhom barra għax jirkbuk jew iġibuk fl-inkwiet u jirvinawlek il-good name li jkollok.", "Trid tevita ċerti nies u żżomm ċerti nies.", "Trid taqdi b'ċerta prudenza, kif fil-fatt qed nipprova nagħmel jien.", "Illum se nsemmi xi ilmenti li qed niġi ffaċċat bihom fil-kostitwenza tiegħi.", "Jien għamilt id- dover tiegħi bħala deputat tagħhom, ressaqt ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom mal-ministri u l-awtoritajiet konċernati u nħoss li llum b'mod ġenerali d-deputat tal-poplu, ir-rappreżentant ta' ċertu settur ta' nies għandu jressaq f'din l-ogħla istituzzjoni l-ilmenti tagħhom.", "Madam Speaker, fid-distrett tiegħi prinċipalment hemm erba' ilmenti u qed inqajjimhom hawn biex nipprova nqajjem kuxjenza pubblika fuq dawn l-ilmenti li kultant jiġu ndirizzati b'effiċjenza, kultant daqsxejn iktar bil-mod u kultant anke b'mod traskurat, inneffiċjenti u burokratiku.", "Per eżempju, l- ikbar problema li niffaċċaw f'dan id-distrett hija dik tas-social housing.", "Kieku l-ministru li għandu x'jaqsam mas-social housing kellu jkun xi kandidat mid-distrett tiegħi kienu jġennuh.", "Id-distrett tiegħi jikkonsisti prinċipalment fil-Belt, il-Furjana u l-Ħamrun.", "Fil-Belt, per eżempju, l- bini huwa antik, ħafna minnu ma jistax jiġi okkupat, ħafna minnu qatt ma ġie refurbished u l-maġġoranza tan-nies li huma mill-Belt iridu jibqgħu joqogħdu l-Belt u ma jridux imorru post ieħor.", "L-istess ngħid għall- Furjaniżi u forsi b'xi daqsxejn inqas din il-problema teżisti wkoll fil- Ħamrun.", "Il-Gvern b'għaqal kabbar il-budget minn dak tas-sena ta' qabel f'dak li huwa housing u nemmen li l-ministru se jonfoqhom tajjeb, pero' qed jiġi ffaċċat b'burokrazija interna.", "Per eżempju, jkun irid jibni housing estate u l-Planning Authority twaqqfu.", "Kien ġie propost li jinbnew xi housing estates imma minħabba l-burokrazija li kien hemm min-naħa tal- Planning Authority - nispera li bl-emendi li qed inressqu l-affarijiet jirranġaw - ċerti proġetti ma setgħux isiru.", "Għan-nom tan-nies li nirrappreżenta nitlob lill-ministru jagħti daqsxejn iktar attenzjoni lill- ilmenti li jsiru dwar social housing mill-kostitwenti tad-distrett tiegħi.", "GĦalija ma jeżistix kulur politiku.", "Ħafna mill-każijiet rajthom jien u naf li huma ġenwini, nies li m'għandhomx fejn joqogħdu.", "Ġieli jkun hemm sebgħa jew tmienja min-nies joqogħdu ġo dar waħda.", "Hemm djar li qegħdin jaqgħu għax mimlijin bl-umdita' u hemm xjuħ jgħixu fit-tmien sular u m'għandhomx lift.", "F'kelma waħda hemm problema kbira ta' social housing.", "GĦalhekk nixtieq nappella lill-Ministru Portelli minn dan il-Parlament sabiex jikkonsidra bis-serjeta' din il-problema ta' social housing f'dan id- distrett, kif fil-fatt qed jagħmel pero' forsi b'iktar effiċjenza.", "Problemi oħra li hawn fid-distrett huma ta' nies mingħajr xogħol.", "Ġieli jkollok bniedem marid li ma jkollux mezz ta' trasport u li b'mod vendikattiv jiġi transferred għal area aktar 'il bogħod minn fejn kien qabel.", "Irrid ngħid li f'ċerti każijiet fejn jidher li dak li jkun ikollu raġun qed jiġu moqdija, pero' f'każijiet fejn bniedem jitlob għal transfer b'kapriċċ, biex joqgħod jitgħażżen, dawk lanqas jien ma nressaqhom lill- ministru u dan qed ngħidu pubblikament.", "F'każijiet fejn bniedem jiġi transferred b'mod vendikattiv, forsi għax ikun iġġieled mad-direttur tiegħu, jekk ikun jistħoqqlu jiġi transferred f'post ieħor se jsib għajnuna mingħandi, irrispettivament mill-kulur politiku tiegħu.", "Jien għandi r- records u min irid nista' nurih li l-ftit transfers li ngħataw, nofshom huma Laburisti u nofshom huma Nazzjonalisti.", "M'hu veru xejn li dawn it- transfers qed isiru biex jivvendikaw ruħhom min-Nazzjonalisti, anzi kważi l- oppost.", "Jiġifieri jekk issir xi kritika fuq din il-ħaġa tkun verament inġusta.", "Mill-esperjenza diretta tiegħi nista' ngħid li l-Gvern qed jimxi bl-iktar mod kawt u leali, mhux lejn in-nies tal-partit tiegħu imma lejn il- poplu Malti.", "Imbagħad ikollok ukoll problemi soċjali ta' min iħoss li tkun saret inġustizzja miegħu u jkun iridek tressaq l-ilment tiegħu bħala avukat politiku tiegħu.", "Din hija ħaġa normali.", "Ikun hemm ukoll min iħoss li l- applikazzjoni tiegħu waqgħet f'bir tas-skieken minħabba xi burokrazija antikwata u ineffiċjenti.", "Dawk huma ilmenti ġustifikati u huwa d-dmir tal- politiku tad-distrett li jintervjeni u jressaq ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu ma' l-awtoritajiet biex id-dipartimenti tagħna jsiru aktar effiċjenti.", "Fil-fatt ikolli ngħid li wieħed mill-ilmenti li jeżistu mhux biss f'dan id-distrett imma naħseb fid-distretti kollha - mhux taħt dan il- Gvern jew taħt il-Gvern l-ieħor imma as a whole - hija n-nuqqas ta' effiċjenza fid-dipartimenti tal-gvern.", "Din m'hijiex xi ħaġa li saret b'riżultat politiku u l-politiċi jistgħu jirrimedjawha din, fis-sens li they give the right job to the right people.", "Mhux dejjem hekk sar għax ħafna drabi jsir li we give the right job to the person li huwa ħabib tagħna jew li huwa ħabib tal-partit, nonostante li forsi kien hemm xi ħaddieħor li jistħoqqlu dak il-job.", "L-istess jiġri fil-Korp tal-Pulizija u fl-Armata.", "Hemm min suppost kellu jieħu xi promotion imma ma ħadhiex, eċċ., eċċ. Wieħed kulma jrid jagħmel hu li jara daqsxejn il-lista ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u mill-ewwel jinduna.", "Mela jekk tagħti the right job to the right people se tnaqqas il-burokrazija, filwaqt li jekk tagħti iktar inizzjattivi u iktar encouragement mhux talli tnaqqas il-burokrazija talli żżid l-effiċjenza.", "Il-Gvern preżenti, kuntrarjament għal dak li kien jagħmel il-Gvern preċedenti, qed joqgħod attent għal min jiskarta mix-xogħol.", "Kulħadd qed igorr imma dawk l-ilmenti jien inħoss li m'humiex ġustifikati.", "Issib nies li jkun ilhom ma jmorru għax-xogħol ġimgħat sħaħ imbagħad il-ministri b'lealta' kbira lejn il-pajjiż as a whole u b'maturita' politika - u hija politika tajba li qed jaħdem biha l-Gvern ...", "Min jabbuża u min jitħallas bi flus il-poplu u ma jaħdimx ma jistax jiġi ġustifikat.", "Hemm tispiċċa l- effiċjenza tal-pajjiż, permezz ta' nies li suppost ikunu fuq il-post tax- xogħol u ma jaħdmux.", "Mela wieħed jista' jinduna li x-xogħol tad-deputat fid-distrett illum kiber ħafna għax in-nies saru ferm iktar pretenzjużi u jippretendu li jkollhom servizz.", "Il-ministri u s-segretarji parlamentari, kemm tradizzjonalment u anke llum, għandhom is-segretarjati tagħhom biex jieħdu ħsieb il-kostitwenza.", "Kull ministru għandu l-backing amministrattiv.", "Għandu s-segretarji, għandu min isegwi l-ineffiċjenza tal-burokrazija taċ-ċivil u għandu l-backing ta' uffiċċju amministrattiv.", "Mill-esperjenza tiegħi ta' ftit xhur fil-Parlament jien naħseb li wasal iż-żmien li jkun hawn uffiċċju jew segretarjat għad-deputati tad-distrett - mhux għall-membri tal- gvern imma għad-deputati tad-distrett - fejn ikun hemm impjegati li tkun tista' tinqeda permezz tagħhom.", "Inkella x'tagħmel?", "Ma tmurx taħdem u tispiċċa l-ġurnata kollha fuq it-telephone iċċempel 'l hawn u 'l hemm?", "Tiġri inti mad-dipartimenti?", "Timpjega n-nies inti?", "X'tagħmel?", "Ma tistax tara 40 jew 50 ruħ kuljum, kif naraw jien u l-kollegi tiegħi, mingħajr backing amministrattiv.", "Jien inħoss li wasal iż-żmien li jiġi kkontemplat serjament il-kreazzjoni ta' uffiċċju simili.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Madam Speaker, ħaġa li dejjem ħsibt fuqha, anke meta ma kontx fil-Parlament - jien għamilt żmien twil fil-Korp tal-Pulizija - hija li meta bniedem jiġi pproċessat u sussegwentement jintbagħat il-ħabs jibqa' jġorr il-piena tul ħajtu kollha.", "Xi ħaġa li dejjem kienet tipperturbani hi li speċjalment dawk li jkunu żbaljaw f'eta' żgħira - ġieli jkun għadhom lanqas għalqu 20 sena - il-piena li jkunu sofrew f'dik l-eta' tibqa' fuqhom għal ħafna snin.", "Jien nara li hawnhekk għandna inġustizzja soċjali kontinwa fil-konfront ta' dawk li jkunu ngħataw sentenza u jkunu ħallsu l-prezz ta' dik is-sentenza mbagħad meta jiġu biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjeta' jsibu kullimkien magħluq.", "Għaliex?", "Għax għandek il- labelling.", "U hawn Malta, minħabba li aħna pajjiż żgħir, il-labelling huwa qawwi ħafna.", "Jekk bniedem tittimbrah li hu kriminali, għax ikun żbalja darba jew darbtejn, dak it-timbru jibqa' miegħu għal ħafna snin.", "Madam Speaker, jien li niltaqa' ma' ħafna nies, kemm dawk tad-distrett tiegħi u kemm minħabba l-professjoni tiegħi bħala avukat, inħoss li meta wieħed ikun ħallas il-prezz li kellu jħallas wara li ngħata sentenza ġudizzjarja, meta dan jiġi biex isib job m'għandux ikun sottomess għall- proċeduri daqslikieku qatt ma ħallas xejn.", "Fil-kwestjoni ta' l-interviews meta wieħed jiġi biex japplika għax-xogħol għandu jkun hemm sistema ta' leġislazzjoni.", "Jien naħseb li 'l quddiem wieħed irid jara kif jagħmel drafting ta' leġislazzjoni soċjali fejn għal kull ammont ta' jobs li jkun hemm, kemm mal-gvern u anke mal-privat - qed ninkludi lill-gvern għax għandu ċerta responsabbilta' - ikun hemm numru żgħir ta' jobs li jiġu offruti lil dawk li jkunu illitterati, jiġifieri dawk li kif tressaqhom biex jagħmlu xi interview se jeħlu, allavolja bħala job ma jkunu qed jitolbu xejn speċjali f'dik li hija edukazzjoni.", "Nies bħal dawn wieħed irid jagħtihom a trial period fix-xogħol li jkunu nteressati fih, li matulu min ikun qed iħaddimhom ikun jista' jiddeċiedi jekk iżżommhomx jew le.", "Ma tistax taqbad u twarrab bniedem forsi għax huwa illitterat u allura dak li jkun ma jeħux pjaċir bih.", "Ovvjament j'Alla kulħadd ikun litterat u akkademiku imma s-soċjeta' għandha responsabbilta' lejn kulħadd, anke lejn dawk li huma ħafna inqas ixxurtjati minna, dawk li b'xi mod ikunu daqu l-ħabs, esperjenza kiefra u ta' piż kbir.", "M'hemmx dubju li l-piż ikun kbir meta wieħed isib ruħu l-ħabs iktar u iktar meta joħroġ mill-ħabs u jkun irid jerġa' jintegra ruħu mas-soċjeta', speċjalment dak il-bniedem li jkollu familja.", "Nafu li fil-faċilitajiet korrettivi hemm kapijiet ta' familja.", "Lil dawn għandna ngħinuhom u fil- fatt għandna obbligu soċjali li nagħmlu dan u dan isir mhux biss billi noqogħdu npaċpċu li rridu ngħinuhom.", "Tajjeb li jkun hemm inizjattivi volontarji u importanti li jkun hemm inizjattivi min-naħa tad-dipartimenti tal-gvern ukoll bħal, per eżempju, mill-ETC - fil-fatt dan jien għidtu diversi drabi - biex b'xi mod tipprova torganizza korsijiet għal dawn in- nies li qegħdin ġewwa l-ħabs.", "Pero' barra minn hekk hemm bżonn li titfassal leġislazzjoni - forsi iktar 'il quddiem - biex dawn in-nies jiġu mgħejjuna iktar ħalli jkunu jistgħu jintegraw ruħhom fis-soċjeta' mill- ġdid.", "Dawn huma nies li għandhom problemi minħabba d-droga - u hawn m'iniex nirriferi għal dawk li jittraffikaw id-droga; nies bħal dawk m'hemmx x'tiddiskuti dwarhom; jekk jaqbdu dik il-linja li jittraffikaw id- droga allura hemm liġijiet iebsin għalihom li allura mbagħad ikunu jridu jħallsu qares - u lil min huwa vittma tad-droga għandna nfejquh u noħorġuh mill-vizzju tad-droga imma mbagħad m'għandniex nitilquh waħdu anzi għandna nagħmlu ħilitna biex dan ma jibqax jiġi labelled?", "Madam Speaker, peress li pajjiżna huwa żgħir faċli li dak il-bniedem jiġi labelled.", "Għalhekk irridu naraw li bniedem b'ċertu passat jiġi protett mil- labelling għax wara ċertu perijodu ma tistax terġa' tirriferi għalih u tgħidlu: Għax inti kont tieħu d-droga.", "Mela jkun tajjeb li fil-futur wieħed jikkonsidra xi tip ta' leġislazzjoni fis-sens li, jekk kemm-il darba jkun hemm min ma jkunx irid iħaddem lil dak il-bniedem li jkun ħareġ mill- problema li kellu, ngħidu aħna wara li jkun skonta sentejn jew forsi tliet snin il-ħabs, employer ikun forsi jista' jinstab ħati ta' xi kontravenzjoni jew crime.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Biex lil dawn nagħtuhom iċ-ċans.", "U meta se nagħtuhom iċ-ċans lil dawn in-nies?", "Nafu li għandna dawn il-problemi.", "Fil-fatt illum ma ssibx familja f'Malta li m'għandihiex lil xi ħadd li b'xi mod jew ieħor kellu x'jaqsam ma' ksur ta' liġi, żgħir jew kbir, jew inkella kellu x'jaqsam mal-problema tad-droga.", "Għalhekk qed nagħmel enfasi fuq dan il-ħsieb.", "Ċertament il-Pulizija trid tkun serja fix-xogħol tagħha u trid tkun serja l-ħin kollu, jiġifieri m'hemmx ħin allokat fejn tista' tagħmel ċerti affarijiet.", "Hawnhekk nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lil dawk li llum ġew maħtura spetturi wara kors intensiv li għamlu fl-Akkademja tal-Pulizija.", "Jien qed nagħmel enfasi fuq l-ispetturi għaliex jekk hemm żewġ ranks importanti fil- Korp tal-Pulizija huma żgur dak ta' surġent u dak ta' spettur.", "Dawn huma ż- żejt tal-makkinarju tal-Korp tal-Pulizija.", "Ma rridx ngħid li r-ranks l- oħrajn m'humiex importanti imma l-ispetturi u s-surġenti huma s-sinsla tad- dahar tal-korp tant li jekk din tiġi shirked kollox jibda nieżel, jiġifieri inutli jkollna ħafna xwabel, armi, kuruni u makkinarju ieħor.", "Dawn huma żewġ ranks li wieħed irid jieħu ħsiebhom.", "Irrid ninkoraġġixxi ħafna lil dawn l-ispetturi l-ġodda li għadhom kemm ħarġu mill-istudju tagħhom u issa daħlu għall-prattika u qegħdin imxerdin mad-distretti u d-dipartimenti li għandu l-korp biex jippromwovu dik li dejjem studjaw fuqha, il-prevenzjoni.", "Il-prevenzjoni fis-soċjeta' hija l-aqwa ħaġa li wieħed jista' jagħmel u mhux tara x'tagħmel wara li tkun saret il-froġa, fis-sens li jrid ikun hemm il-prevenzjoni biex dik il-ħaġa ħażina ma ssirx.", "Dan l-istess bħas-saħħa, speċjalment bħat-tipjip li kulħadd jaf li dan jagħmel il-ħsara.", "(Interruzzjonijiet) Xi naqra jagħmel ħsara - issib ħafna min jitkellem fuq it-tipjip - allura jekk wieħed jista' jevitah ikun aħjar.", "Ix-xorb żejjed ukoll jagħmel ħafna ħsara u allura jekk wieħed jixrob inqas ikun aħjar.", "L- istess ħaġa hemm bżonn fit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija.", "Jiġifieri jekk ma jkunx hemm enfasi fuq prevenzjoni ta' reati - u dan isir bil-mod kif tqassam is-sistema ta' l-organizzazzjoni tal-korp, kif torjenta d-duties u tħaddimhom - ix-xogħol kollu li jsir fl-aħħar mill-aħħar jiswielek suf.", "Għax għalkemm dawn ikunu għamlu ċertu studju avvanzat fejn tidħol crime prevention u kif għandhom jorganizzaw in-neighbourhood watches ...", "Dan il- konċett żgur li ma nistgħux inħalluh barra.", "Kien diġa' beda dieħel sew f'pajjiżna u jien u sħabi konna nieħdu pjaċir nagħmlu dan ix-xogħol.", "Konna nieħdu ċerti inizjattivi u din l-idea ta' neighbourhood watches kienet tant in voga u ma nistax nifhem kif illum kważi saret unheard of meta fil-fatt għandna nagħfsu ħafna fuqha.", "Ngħid ukoll li jekk il-Korp tal-Pulizija jaħdem flimkien mal-kunsilli lokali jsir ħafna iktar xogħol, bħalma jsir fl-Ingilterra u f'pajjiżi oħra, imma fl-Ingilterra żgur li jsir bl-iktar mod b'saħħtu.", "Hemmhekk il-pulizija flimkien mal-kunsilli lokali jagħmlu inizjattivi flimkien f'dawk l- affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' prevenzjoni ta' reati, f'dawk l- affarijiet ta' edukazzjoni għaż-żgħażagħ, bħal seminars biex, per eżempju, jikkumbattu l-problema tad-droga u f'dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni dwar it-traffiku, li ċertament hawn Malta teżisti problema f'dan ir-rigward għax qed imutu iktar nies bi traffic accidents milli b'mard serju.", "Dawn huma l-iktar affarijiet li dawn l-ispetturi li għadhom friski flimkien man-nies ta' taħthom għandhom jibdew jaħdmu fuqhom.", "Il-Korp tal-Pulizija f'għajnejn in-nies huwa kredibbli u għalhekk llum ma nistgħux nittolleraw li xi wħud minn dawn il-pulizija jagħmlu xogħol privat bħal, per eżempju, xogħol ta' barmen, saħansitra ta' waiters, ta' salesmen, ibiegħu oġġetti u jippromwovu l-bejgħ ta' oġġetti, kif kienu jagħmlu fl- amministrazzjoni preċedenti, fejn dak iż-żmien donnu kollox kien jgħaddi.", "Illum il-pulizija ma jistax jagħmel dawn l-affarijiet għax jista' jkun li l- ħin ikun f'konflitt max-xogħol proprju tiegħu peress li xogħlu huwa 24 siegħa kuljum.", "Dan qed ngħidu biex il-Kummissarju tal-Pulizija u l- uffiċjali l-oħra tal-korp jaraw li min għadu jabbuża jwaqqfuh.", "Dawn iridu jieqfu għax huma soġġetti għall-Ordinanza tal-Korp tal-Pulizija.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li rrid ngħid hija li l-Pulizija għandha tkun iktar effiċjenti għar-rigward l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet.", "Per eżempju, għaliex għandhom jgħaddu x-xhur biex tiġi pproċessata applikazzjoni għal liċenzja biex wieħed iġib arma tal-kaċċa għall-ewwel darba jew biex wieħed ikollu arma jew senter id-dar.", "Illum teżisti sistema fejn kollox ikun jista' jiġi ċċekkjat dwar l-applikant u dan isir b'sempliċement tagħfis ta' ftit buttuni tal-computer u jkun hemm ir- riżultat.", "Allura għalfejn għandu jkun hemm dan id-dewmien?", "Qed noħolqu ħafna tgergir man-nies minħabba dan id-dewmien, in-nies tiddejjaq tistenna, trid tinqeda malajr u tinqeda f'dak kollu li għandha dritt għalih.", "Jiġifieri m'għandniex noħolqu problemi minħabba li forsi s-sistemi m'humiex daqshekk tajbin u fejn nistgħu nirranġaw l-affarijiet għandna nirranġawhom.", "Madam Speaker, irrid ngħid ukoll li l-qorti tista' tkun, fl-opinjoni tiegħi, daqsxejn esaġerata fis-sentenzi tagħha.", "M'iniex se nikktrika xi sentenza li tagħti l-qorti.", "Il-qorti hija qorti, għandha l-funzjonijiet tagħha u assolutament indipendenti minn kulħadd, kemm minn hawnhekk u kemm mill-eżekuttiv.", "Imma jista' jkun hemm każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ksur ta' regolamenti tal-liġijiet li jikkonċernaw il-kaċċa u li ma jimmeritawx, per eżempju, li jkun hemm konfiska ta' l-arma in kwestjoni, allavolja l-liġi fiha provvediment miftuħ ħafna - anke bl-emendi li saru din is-sena - kważi an umbrella provision li jdaħħal lil kull min jista' bi ksur ta' din il-liġi ta' l-1993.", "Irrid ngħid li jkun hemm każijiet fejn is- sentenza m'għandhieix tkun daqshekk iebsa.", "Għalhekk hawn inħeġġeġ biex kemm jista' jkun dan jiġi kkonsidrat.", "Issa l-armi li qed jiġu kkonfiskati mill-qorti x'qed isir minnhom?", "Jien ma nafx, pero' nixtieq inkun naf x'qed isir minn dawn l-armi?", "Naħseb l- aħjar hu li l-Gvern jagħmel auction sale tagħhom u l-flus li jdaħħal minnhom jinvestihom biex jagħmel faċilitajiet aħjar u jeduka lin-nies li qegħdin jeżerċitaw dan it-tip ta' sports.", "Per eżempju, kif jista' wieħed ikun jaf jekk dak li qed jikkaċċja fuq il-baħar huwiex żewġ kilometri jew tliet kilometri 'l bogħod mix-xatt?", "Għalhekk għandu jkun hawn xi apparat li wieħed ikun jaf dan.", "Nissuġġerixxi wkoll li jsiru slipways apposta minn fejn wieħed ikun jista' jniżżel id-dgħajsa tiegħu u l-awtoritajiet għandhom jaraw li r-regolamenti qed jiġu osservati.", "Mela jekk il-Pulizija taħdem flimkien ma' l-awtoritajiet l-oħra flimkien mal-kunsilli lokali u flimkien maċ-ċittadini kollha, lil pajjiżna dejjem nistgħu nqarrbuh biex jaħdem aħjar u biex jaħdem b'ċerta armonija għall- ġid tal-komunita' kollha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum l- Erbgħa 23 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PJAN TA' STRUTTURA - MONITORING REPORT", "7429.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux konxju tal-fatt li l-monitoring report tal-Pjan ta' Struttura li qiegħed ikun studjat bħalissa huwa diġa' skadut għax ma jirriflettix il-politika ġdida dwar l-iSptar San Raffaele, il-housing f'Pembroke, xogħlijiet ta' toroq li saru f'Tal-Barrani, eċċ?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi ħsebijiet għandu sbiex dawn l- anomaliji ma jkomplux jirripetu ruħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hemm bżonn li nagħmlu distinzjoni bejn il-Monitoring Report tal-Pjan ta' Struttura u r-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura.", "Ta' l-ewwel huwa studju retrospettiv fejn l-ewwel rapport ikopri l- perjodu 1990-1995 u jeżamina is-setturi msemmija fil-Pjan ta' Struttura mill-għadd ta' l-iżvilupp li ġie approvat f'dawn is-setturi u xogħol ieħor li ġie mwettaq tul dan il-perijodu, fir-rigward tal-policies tal-Pjan ta' Struttura.", "Dan ir-rapport tlesta u ġie apporvat mill-Bord tal-PA f'April li għadda.", "Ix-xogħol fuq it-tieni Monitoring Report li jkopri snin 1996-1997 beda u dan jeżamina kwalunkwe xogħol u żvilupp li ġie approvat tul dan il-perjodu.", "Rigward ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura, xogħol beda fuq l-istudji neċessarji biex jiġi rivedut dan il-pjan u naturalment dan il-proċess jagħmel analisi tal-policies eżistenti u oħrajn ġodda tinħass il-ħtieġa tagħhom skond l-istudji u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru, fis-setturi kollha.", "Skond l-artiklu 22 (2) tad-Development Planning Act (Act 1 tal-1992), dan ta' l-aħħar irid jiġi approvat mill-Parlament.", "P.A. - PERMESSI", "7430.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irċeviet applilkazzjonijiet għal permessi l-Awtorita' ta' l- Ippjanar xahar, xahar minn Ottubru sal-lum?", "Kemm minn dawn huma applikazzjonijiet ta' tiġdid jew emendi ta' permessi u kemm minnhom huma ta' xorta oħra (renewal or amended applications or others)?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MOSTA - MISRAĦ GĦONOQ - ŻVILUPP", "7474.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk area ta' Misraħ Għonoq f'n/s in Pont Rd, il-Mosta, il-Gvern għandux intenzjoni li jagħmel xi żvilupp?", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bidwi part-time li kellu r-raba' mqabbla għandu għal aktar minn 20 sena hux se jerġa' jingħata permess biex jaħdem din l-art?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Artijiet hux se jerġa' jikkonsidra li jibda jitħallas tal-qbiela wara li l-bidwi konċernat ġie miżmunm milli jkompli jagħmel dan fl-1995?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ikun apprezzat jekk jingħataw aktar dettalji biex tkun tista' tiġi ddentifikata l-art in kwestjoni.", "KUMMISSJONI EWROPEA - SCHOLARSHIPS", "7589.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7271 u t-tweġiba għaliha; billi minkejja li eżaminajt bir-reqqa d-diversi mistoqsijiet oħra li saru fuq dan is-suġġett, imkien ma sibt il-kawża u r-raġunijiet għall-iffriżar ta' dawn il-Fondi, jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jindika għal-liema tweġibiet qed jaċċenna?", "Jista' jekk jogħġbu jagħti risposta għal bqija tal-mistoqsija tiegħi ċioe' jekk ġewx iffriżati xi fondi oħra u jekk ġiex ikkonfermat li din is- sitwazzjoni mhijiex se tippersisti?", "Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li t- tweġiba li hu ta ma tirrispondiex il-mistoqsija tiegħi, imma tikkonferma li s-sitwazzjoni ta' ffriżar għadha fis-seħħ minkejja li d-diskussjonijiet ma' Van Den Broek ilhom ħafna li saru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li peress li l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tirrevedi l-Programm Indikattiv tar-Raba' Protokol Finanzjarju, l-fondi kategorizzati bħala Grants fosthom dawk allokati għal dawn l-ischolarships mhumiex temporanjament utilizzabbli.", "Fir-rigward tal-Fondi ta' l-istess Protokol kategorizzati bħala Loans għaddejjin diskussjonijiet bejn il-partijiet interessati bl-għan li jinstabu proġetti sabiex ikunu jistgħu jiġu utiliżżati l-imsemmija fondi.", "Kif diġa' ġie enfasizzat fil-mistoqsija parlamentari numru 6830 wara ż-żjara tal-Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea, Hans Van Den Broek, jidher li din is-sitwazzjoni mhux se tippersisti.", "Tant illi diġa għaddejjin negozjati mal-kummissjoni sabiex din is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li n-nuqqas ta' konferma li din is-sitwazzjoni mhix se tippersisti, mhux neċessarjament ifisser li din is-sitwazzjoni se tibqa' tippersisti.", "Jiena nista' nitkellem fuq fondi li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi.", "Peress li l-mistoqsija kienet tirrigwardja l-Unjoni Ewropea, qed nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-fondi mill-unjoni.", "Fl-aħħarnett, l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għat-tul ta' żmien li qed jgħaddi mill-viżita tal-Kummissarju Van Den Broek biex nirrisolvu din il-materja.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li hija norma fil-kummissjoni fejn problemi jiġu riżolti fiż-żmien tagħhom.", "Ma nistax nifhem kif dan id-dewmien issa qed jortha lill-Onor.", "Interpellant.", "ĦABS ĊIVILI - REWWIEXTA", "7565.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta saret l-aħħar rewwiexta kbira fil-ħabs?", "Kemm kien hemm priġunieri nvoluti?", "Kemm saret ħsara waqt din ir-rewwiexta?", "Kemm damet biex ġiet ikkontrollata?", "Kemm kienu nvoluti persuni ta' sigurta' biex din ir-rewwiexta ġiet ikkontrollata?", "Kemm weġġgħu priġunieri u membri tas- sigurta'?", "Jista' l-Prim MInistru jgħid kemm swiet biex ġiet imsewwija l- ħsara?", "Jista' jgħid ukoll ġewx maħruġa files?", "X'tip ta' files inħarġu u jekk il-ħruġ ta' dawn il-files wassalx biex is-sigurta' tal-ħabs ġiet b'xi mod kompromessa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rigward l-aħħar rewwiexta fil-ħabs li kienet saret fil- 25 ta' Frar, 1993 ninsab informat kif ġej : -", "In-numru ta' priġunieri li tressqu l-Qorti fuq akkużi ta' ħsarat u serq waqt ir-rewwiexta kien ta' 18.", "Il-ħsarat li saru fil-ħabs ta' Kordin dak in-nhar tar-rewwiexta prinċipalment kienu jinkludu ; (a) Ħsarat f'apparat ta' sigurta' (katnazzi, ħadid);", "(b) Ħsarat fil-wires ta' l-elettriku;", "(ċ) Ħsarat f'għamara (fis-Central Hall u fiċ-ċellel); u", "(d) Tkissir ta' televisions u videos", "Ir-rewwiexta ġiet ikkontrolata dak inhar stess li saret.", "M'hemmx records ta' kemm kienu nvoluti persuni ta' sigurta' biex din ir- rewwiexta ġiet ikkontrolata.", "Ma kien weġġa' l-ebda uffiċjal dak inhar tar-rewwiexta filwaqt li sitt priġunieri ġew riferuti fil-Klinika tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid u l-Isptar San Luqa.", "L-ammont totali li tħallas biex setgħu jinxtraw l-affarijiet li tkissru u biex tiġi rranġata l-ħsara kien ta' madwar Lm6,000.", "Ma' dan l-ammont trid tiżdied is-somma ta' Lm2,533 li tħallset bħala overtime lill-ħaddiema tax- Xogħlijiet u Servizzi.", "Ta' min isemmi wkoll li ħafna xogħol sar mill- imjegati tal-ħabs u l-priġunieri nfushom.", "Ninsab informat ukoll li l-ebda files ma nħarġu mill-ħabs waqt ir- rewwiexta.", "ESTIMI TAL-BUDGET - VOT NRU.6", "7583.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu mill-Vot 6 Rikorrenti ta' l-Estimi tal-Budget (Armed Forces) għas-sena kurrenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena taħt il-voti għal Personal Emoluments (stima għas-sena Lm10,166,000) u Operational and Maintenance Expenses (stima għas-sena Lm1,627,000)?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fl-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti mill-Vot 6 Rikorrenti ta' l-Estimi tal-Budget (Armed Forces) intnefqu dawn il-flus:", "|Personal Emoluments |Lm5,050,93| | |7 | |Operational and |Lm934,925 | |Maintenance Expenses | |", "OPM - VOT 4", "7584.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu mill-Vot 4 Rikorrenti ta' l-Estimi tal-Budget (Uffiċċju tal-Prim Ministru) għas-sena kurrenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena taħt il-voti għal Personal Emoluments (stima għas-sena Lm2,053,000) u Operational and Maintenance Expenses (stima għas-sena Lm1,102,000)?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-ammonti li ntnefqu mill- Vot 4 Rikorrenti (Uffiċċju tal-Prim Ministru) ta l-Estimi għas-sena 1997 fil-perijodu bejn 1 ta' Jannar u 30 ta' Ġunju 1997 kienu kif jidher hawn taħt:", "Stima Nfiq", "Personal Emoluments Lm2,053,000 Lm964,921", "Operational and Maintenance Lm1,102,000 Lm307,268 Expenses", "SAĦĦA - IMPJIEGI", "7600.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru W304 li saret f'Marzu 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "7601.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru W322 li saret f'Marzu 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "7602.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W323 li saret f'Marzu 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W323, f`seduta numru 99.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "7603.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W325 li saret f'Marzu, 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni rigward dawk il-Boards li ġew iffurmati s'issa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta", "BUĠIBBA - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "7754.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar li nxtraw biex jitħawlu fl-inħawi ta' Buġibba?", "Minn fejn inxtraw dawn is- siġar?", "Meta ħarġu t-tenders f'kull każ?", "Kemm swew dawn is-siġar lid- dipartiment?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 għal proġett ta' Buġibba minbarra s-siġar u arbuxxelli mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dan id- dipartiment xtara 201 siġar u 150 arbuxxell.", "Dawn inxtraw permezz ta' dawn it-tlett offerti pubbliċi:-", "a) Offerta numru 8/97 datata 18 ta' Marzu, 1997 għal 64 palma ta' 0.95m-il waħda u sitt palmiet ta' 3.00m il-waħda.", "Dawn swew Lm 2,480.", "b) Offerta numru 15/97 datata 18 t'April, 1997 għal-42 palma ta' 1.5m u għal 13 palma ta' 3m il-waħda.", "Dawn swew Lm 4,885", "ċ) Offerta numru 16/97 datata 21 t'April, 1997 għal 150 arbuxxelli.", "Dawn swew Lm 573.", "Il-kumpannija Piscopo Gardens ħadu l-offerti (a) u (b) waqt li Peter Calamatta Garden Centre ħa l-offerti (c).", "76 palma oħrajn inxtraw bl-istess prezz tal-offerta (b) minn għand l-istess kuntrattur Piscopo, permezz ta' direct order peress li tlesta aktar xogħol strutturali mill-Works Division fejn setgħu jiħawlu palm.", "Dawn swew Lm3,899.", "Saret Direct Order oħra ta' Lm764.20 għal 26 siġra mingħand P.Calamatta Garden Centre minħabba n-natura urġenti tax-xogħlijiet.", "WIED TAL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "7755.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kuntratturi qed jagħmlu xogħol fil-Wied tal-Qlejja?", "Meta ħarġu t-tenders għax-xogħol li qed isir?", "Meta mistennija titlesta l-fażi ta' dan ix-xogħol?", "Meta ħareġ il-permess tal- Planning Authority?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ix-xogħol ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejja ġie mogħti b'direct order lil Kalaxlokk Co. Ltd., bl-approvazzjoni tal- Ministeru tal-Finanzi.", "Ingħataw ukoll biċċtejn xogħol oħra wara li ħarget sejħa għall-offerti lill-żewġ kuntratturi għall-bini ta' ħitan tas-sejjieħ.", "Dawn huma:", "1.", "Mikes Z & J. Ltd.", "2.", "FGS Construction Ltd.", "L-ewwel fażi ta' dan ix-xogħol mistenni jitlesta għal-ħabta ta' l-aħħar ta' Settembru jekk jippermetti t-temp.", "Il-permess tal-Planning Authority ħareġ fis-16 ta' Lulju, 1997.", "XEMXIJA - ROUNDABOUT", "7756.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' traffic impact assessment sar qabel ma sar ix-xogħol fuq ir-roundabout li tpoġġiet ħdejn il-knisja tal-Kappuċċini u fix-Xemxija?", "Meta saret l-applikazzjoni lill-Planning Authority dwar din ir- roundabout?", "Meta ħareġ il-permess ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li skond guidelines interni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, żvilupp fit-toroq bħal dak li sar ħdejn il- knisja tal-Kapuċċini hu kkonsidrat bħala development of existing junction u ma jirrendiex traffic impact assessment, u li għalhekk dan ma ġiex mitlub mill-applikant.", "TAL-QROQQ - TARMAC", "7757.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fejn it- tarmac il-qadim jiltaqa' ma' dak ġdid fejn il-mina ta' Tal-Qroqq fid- direzzjoni ta' St. Andrew's, Msida u viċe versa isiru t-tiswija meħtieġa biex jinqatgħu l-iskossi kbar li hemm, billi din it-triq hi waħda wżata ħafna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Informat li kienu diġa' ttieħdu passi mid- Dipartiment tat-Toroq biex dan ix-xogħol isir u fil-preżent il-kuntrattur qiegħed jagħmel ix-xogħol preparatorji sabiex waqt ix-xogħol ma jkunx hemm inkonvejent għat-traffiku li jgħaddi minn dawn it-toroq.", "ENEMALTA - ARBLI TAD-DAWL", "7758.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arbli tad-dawl perikolużi jinqalgħu u jinbidlu ma' oħrajn ġodda?", "B'mod speċifiku, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arblu tad-dawl perikoluż fi Triq is-Sebħ, Żebbiegħ, Mġarr fil-fatt jinbidel qabel ma joqtol lil xi ħadd?", "Kemm inbidlu arbli tad-dawl f'kull wieħed mid-distretti ta' l-Enemalta mill-1/11/96 sal-15/7/97?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol meħtieġ biex jinbidlu l-arbli perikolużi jsir kontinwament kull fejn meħtieġ f'kull distrett li għandha l-Enemalta.", "L-arblu f'Triq is-Sebħ, Żebbiegħ, Mġarr mhuwiex fi stat perikoluż.", "In- numru t'arbli li inbidlu mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-15 ta' Lulju, 1997 huma kif ġej:", "Buġibba 35 (+30 During Buġibba project which were no deteriorated but redesigned) Mosta 23 Sliema 18 B'Kara 14 Valletta 36 Qormi 26 Luqa 30 Paola 30 Gozo 22", "GĦAQDA TAD-DILETTANTI U S-SAJJIEDA - DISKUSSJONIJIET MA' L-AWTORITA' MARITTIMA", "7759.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' dikussjonijiet saru bejn l-Awtorita' Marittima u l-\"Għaqda għad-dilettanti tad-dgħajjes u s-sajjieda ta' l-Imsida\", biex jiġu riżolti numru ta' problemi li dawn id-dilettanti qed jaffaċċjaw f'dawk li huma rmiġġi għad-dgħajjes ta' dawn id-dilettanti?", "X'kienu r-riżultati miksuba minn dawn il-laqgħat, jekk seħħu?", "X'korrispondenza oħra kien hemm bejn l-awtorita' u l-għaqda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-Awtorita' Marittima għaddejja kontinwament b'diskussjonijiet ma' l-Għaqda Dilettanti u Sajjieda ta' l-Imsida dwar l-irmiġġi li hemm l-Imsida u xi problemi li jinqalgħu kultant.", "Fejn ikun possibbli it-talbiet ta' l-Għaqda jiġu milqugħa.", "Ir- riżultati miksuba f'dawn id-diskussjonijiet dejjem kienu pożittivi.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "7770.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu responsabbli biex jiżgura li ħaddiema tal-maintenance u fattigi ma joħorġux minn fuq il-post tax-xogħol meta suppost ikunu jaħdmu?", "X'tip ta' kontroll qiegħed isir?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jiddentifika għal liema sptar jew ċentru jew djar jew dipartiment qed jirriferi.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "7771.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm impjegati ħarġu bis-sick leave xahar b'xahar mill-1.1.97 sal-lum?", "Jista' jipprovdi breakdown skond il-grad u t-tul ta' ġranet ta' sick leave?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar.", "SPTARIJIET - DĦUL/ĦRUĠ", "7772.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri jittieħdu biex jikkontrollaw id-dħul u l-ħruġ minn ġewwa l- isptarijiet individwalment?", "Isiru spot checks biex jitnaqqas l-abbuż li jinħarġu xi affarijiet minn ġewwa l-isptarijiet mingħajr permess?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għada qed tinġabar.", "SPTAR SAN LUQA - PERMESS GĦAL PARKEĠĠ", "7773.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l-policy dwar il-ħruġ ta' permess biex wieħed idaħħal u jipparkja karozza ġewwa l-Isptar San Luqa?", "Għal liema raġuni ngħata permess li karozza ta' pulizija tiġi pparkjata ġewwa l-isptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI TRASFERITI GĦAL SPTARIJIET PRIVATI", "7774.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' pazjenti li ġew trasferiti (fuq talba tagħhom) mill- Isptar San Luqa għal sptar privat mill-1.1.97 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li xi pazjenti ġew irrifjutati jagħmlu dan minħabba l-preżenza tal-MRSA?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar l-ewwel parti tad-domanda statistiċi ma hemmx.", "Jista' jiġi kkonfermat li xi sptarijiet privati nformaw lid-dipartiment li skond il-policy tagħhom huma ma jaċċettawx pazjenti infettati jew ikkontaminati mill-mikrobu MRSA.", "Ta' min jgħid li minn naħa ta' l-Isptar San Luqa qatt ma waqqaf każi tal- MRSA li ġew mill-isptarijiet privati.", "SPTAR SAN LUQA - ĊIRKOLARI MIS-SUPRETENDENT", "7775.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex u min kien responsabbli għat-tneħħija tad-direttiva maħruġa permezz ta' ċirkolari tas-supretendent, li s-security guards iżommu l-particulars u l-ħin ta' l-impjegati li joħorġu mill-Isptar San Luqa waqt il-ħin tax- xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-Security Guards ta' l-Isptar San Luqa qatt ma kellhom xi direttiva biex iżommu l-particulars u l-ħin ta' l-impjegati li joħorġu mill-isptar waqt il-ħin tax-xogħol.", "Għalhekk din qatt ma setgħet titneħħa.", "RETAIL PRICE INDEX", "7789.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda ta' retail price index kull sena minn 1987 sal-lum?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-il-Mejda tal- Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta", "SAĦĦA - KAŻI TA' FOOD POISONING", "7790.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' food poisoning, salmonella sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: F'dawn l-aħħar seba' snin sal-lum, in-numru ta' każi ta' avvelanament ta' ikel ikkawżati minn Salmonella kienu:", "|SENA |NUMRU TA' | | |KAŻIJIET | |sa 21/7/97 | 56 | |1996 |888 | |1995 |351 | |1994 |364 | |1993 |149 | |1992 |140 | |1991 |429 |", "Bejn l-1987 u l-1990, in-numri totali ta' każi ta' avvelenament ta' ikel kien kif ġej:", "|SENA |NUMRU TA' | | |KAŻIJIET | |1990 | 77 | |1989 |207 | |1988 |385 | |1987 | 41 |", "SAĦĦA - KAŻI TA' HEPATITIS \"B\" U \"C\"", "7791.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandu d-dipartiment dwar in-numru ta' każi ta' Hepatitis \"B\" u \"C\" li hawn Malta llum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:In-numru ta' nies li ttestjaw posittiv għall- hepatitis C mill-1992 sal-lum huwa ta' 458.", "In-numru ta' nies li ttestjaw posittiv għall-hepatitis B mill-1988 sal-lum huwa ta' 491.", "Hemm distinzjoni bejn carriers u każi attivi.", "Mhux possibbli tagħti figuri eżatta ta' nies minħabba li jibqa' ammont konsiderevoli ta' persuni bil- hepatitis B u C li jkunu f'saħħithom għal kollox imma ma jkunux għamlu t- test.", "DWANA U SISA - DĦUL", "7792.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul għal Gvern sena b'sena minn 1987 'il hawn mid-dwana u s-sisa?", "Kemm kien id-dħul nett tal-Gvern fl- l995, 1996 u l-1997 mill-VAT?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "LOTTERIJI - DĦUL", "7793.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn lotteriji sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7822.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7058?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 7058 mogħtija f'Seduta 104.", "SKEJJEL - STUDENTI", "7823.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6510?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' studenti li għalqu l-ħmistax-il sena fid-diversi kategoriji huwa kif se nsemmi:", "1) Sixth Form - Gvern 847 2) Sixth Form - Knisja 580 3) Sixth Form - Privati 163 4) Sekondarji - Kinisja 1395 5) Sekondarji - Privati 294 6) Ohrajn a) Post Sekondarji - Gvern 2218 b) Junior College 1971 c) Skejjel Specjali 168 d) Snajja'/Teknici 2031 e) Sekondarji - Gvern 2962", "SKEJJEL - PROGRESS TESTS", "7824.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7056?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 7056 mogħtija f'Seduta 104.", "UNIVERSITA' - REVIŻJONI TA' KARTI TA' L-EŻAMI", "7825.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7057?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAQDIET SPORTIVI", "7826.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5837?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PORT IL-KBIR - PJAN LOKALI", "7827.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 7572 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern rigward il- proposta fil-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, Floriana Policies, GF12, rigward l-introduzzjoni ta' pedestrian footbridge fi Triq Nazzjonali fil- viċinanza ta' Pjazza Robert Sammut, fil-Furjana u dwar il-possibbilta' ta' kompetizzjoni internazzjonali sabiex il-pjanti jkunu ta' l-ogħla kwalita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "TOROQ", "7830.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7462, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali taw l-informazzjoni mitluba sal-lum?", "Liema kienu dawn il-kunsilli?", "Sa meta kienu mitluba jissottomettu din l-informazzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Kunsilli Lokali kollha taw informazzjoni meħtieġa minnhom u dan sad-data stipulata tas-16 ta' Mejju 1997.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ENFORCEMENT OFFICERS", "7831.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7507, jaf il-Ministru li r-riferenza għall- enforcement officers fid-dipartiment għamilha hu stess fid-diskors tiegħu tal-Budget?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm xi tibdil minn meta għamel id- diskors tiegħu u issa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: B'riferenza għat-tweġiba li tajt għal Interpellanza msemmija mill-Onor.", "Interpellant l-Gvern qed jara għandux jinħoloq il-Grad ta' Enforcement Officer, jew jekk ix-xogħol relattivi għandux jibqa' jsir, kif ilu jsir għal bosta snin, minn skrivani.", "QORTI/ANNEXE - XOGĦOL FUQ IL-PASSAGEWAY", "7832.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7506, jista l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni għall-passageway?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tirrigwarda il-passage way tal-Qorti/Annex hija 25 ta' Novembru 1996.", "P.A. - POSTIJIET SKEDATI", "7833.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7465, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li tiġi ppubblikata l-lista tal-postijiet kollha skedati sal-lum?", "Meta hu maħsub li dan it-tagħrif jitpoġġa fuq il-website ta' l-awtorita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU", "W670.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Riferibilment għall-perjodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor.", "Vici Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l-ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: B'riferenza għat-tweġiba preliminari li tajt lill- Onor. Membru fis-6 ta' Ġunju 1997 għal din il-mistoqsija, għandi issa f'idejja l-iformazzjoni kollha biex inkun nista' nwieġbu fid-dettal.", "Bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Marzu 1997, il-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent għamel użu minn dawn l-aġenzjiji ta' l- ivjaġġar għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta:", "Air Malta Lm15,690.00 (mingħajr l-iskont li jingħata mill-kumpannija għas- setturi operati mill-Air Malta nnifisha)", "- Tristar (CACS Ltd) Lm 623.90 (bookings li ġew orħos biss saru ma' din l-aġenzija)", "Fl-istess perijodu, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent nefaq Lm1,358.65 għand l-Air Malta biex jaqta' biljetti għal safar uffiċċjali tad- Dipartiment.", "L-Awtorita ta' l-Ippjanar ma bagħtet l-ebda delegazzjoni uffiċċjali barra minn Malta, u allura din il-mistoqsija ma kenitx tapplika għaliha."]} {"filename": "19971118_143d_par.doc", "date": "1997-11-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 143 It-Tlieta, 18 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 143", "It-Tlieta, 18 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.07 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "143", "It-Tlieta, 18 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 87", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 87", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 92", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 1998 L-EWWEL JUM STABBILIT MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI 93", "AĠĠORNAMENT 128", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 128", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 137", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 142 li saret fis-17 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "LIĠI TAD-DAZJU U SISA - LAQGĦAT", "7108.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejnu jew esperti mqabbdin minnu ma' xi għaqdiet u/jew korpi kostitwiti, unions eċċ., dwar il-Liġi tad-Dazju u Sisa li għaddiet mill-Parlament fil-bidu ta' Ġunju?", "Ma' liema għaqdiet eċċ. kienu dawn il-laqgħat?", "Kemm saru laqgħat wara li għaddiet il-liġi f'Ġunju sakemm tneħħiet il-VAT fl-1 ta' Lulju?", "Ma' min saru?", "Kemm saru laqgħat mal-pubbliku in ġenerali fl-istess żmien?", "Kemm kien in-numru ta' sigħat ta' dawn il-laqgħat fit-total tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n- numru ta' laqgħat li saru bejni jew esperti mqabbdin minni ma' xi għaqdiet u/jew korpi kostitwiti, unions,eċċ, dwar il-Liġi tad-Dazju u Sisa li għaddiet mill-Parlament fil-bidu ta' Ġunju kien kif ġej:", "Erba' laqgħat fil-Mediterranean Conference Centre u laqgħa waħda f'Għawdex.", "Dawn il-laqgħat li saru fi Frar, 1997 kienu għas-self- employed, importaturi u professjonisti u l-konsumatur.", "Saru 11-il laqgħa oħra għas-self-employed bejn l-20 ta' Mejju u d-19 ta' Ġunju f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex.", "Dawn il-laqgħat kollha kienu jdumu bejn sagħtejn u tliet sigħat.", "F'April saru ħames 5 laqgħat ma' korpi kostitwiti varji, laqgħa mal- GRTU u laqgħa fit-tul fil-Girgenti fit-30 ta' April, 1997.", "F'Mejju saru tliet laqgħat mal-korpi kostitwiti kollha u f'Ġunju saru żewġ laqgħat mal-korpi kostitwiti kollha u laqgħa waħda mal-GRTU biss.", "PULIZIJA - KAŻI TA' HIT AND RUN", "8871.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1997 xahar b'xahar, hemm kien hemm każijiet ta' hit and run?", "Fl-istess perijodu, xahar b'xahar, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' telefonati anonimi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nformat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GĦAWDEX - ESTENSJONI TAD-DRENAĠĠ", "9147.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq s'issa mill-vot għas-sena kurrenti ta' Lm240,000 - extension of the sewage system ta' Għawdex?", "Jista' jindika f'liema lokalitajiet saru x-xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-vot ta' l-estensjoni tad-drenaġġ f'Għawdex ġie rivedut għal Lm100,000.", "L-ispiża fuq xogħlijiet li saru matul is-sena kurrenti 1997 tammonta għal Lm105,860.", "Ix-xogħlijiet saru fix-Xlendi, Rabat, Fontana, Nadur, Qala, Xagħra, Kerċem, Għajnsielem u Għarb.", "MADAM SPEAKER(Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk it- tnaqqis li għamel riferenza għalih il-Ministru issa fir-risposta sarx għaliex ma kienx hemm bżonn isiru aktar sistemi tad-drenaġġ f'Għawdex jew inkella sarx għal xi raġuni oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-raġuni kienet - din semmejtha kemm-il darba u nerġa' ngħidha llum - illi f'Għawdex kellu jsir outfall ġdid f'Ras il-Ħobż li kellu jiswa Lm150,000 iżda x-xogħol ma kienx inbeda minħabba żball li sar meta għamlu s-survey ta' qiegħ il-baħar.", "Dan l-iżball kien fir-rigward ta' fejn kellhom jitpoġġew il-katusi li permezz tagħhom kellu jitwassal id-drenaġġ 'il barra.", "Dan kien sar mill-kumpannija mqabbda mid-dipartiment sabiex tagħmel dan is-survey, f'dan il-każ il-Malta Maritime Authority.", "Dan ix-xogħol ma kienx inbeda għaliex parti mix-xogħol li kellu jagħmel il- kuntrattur, hekk kif ħa l-kuntratt, kien li jiċċekkja d-disinji u l- affarijiet li kien ingħata qabel ma jibda jaħdem.", "Hawnhekk ta' min jgħid illi fuq din tkellimt anke s-sena li għaddiet fil- budget u għidt illi peress li kien sar xogħol ta' survey ħażin u allura x- xogħol kellu jiġi rivedut, prattikament ix-xogħol irdoppja u daħħal lill- gvern fi spiża ta' Lm150,000 oħra.", "Id-dipartiment ħa parir legali rigward ix-xogħol ħażin li sar u per konsegwenza l-valur tax-xogħol kellu jirdoppja.", "Issa din il-ħaġa ġiet solvuta għax sar survey ġdid u x-xogħol inbeda.", "Peress li x-xogħol ma inbediex meta kien maħsub, il-flus li kien hemm ivvotati għalih ma ġewx minfuqa.", "GĦAWDEX - ESTENSJONI TAD-DRENAĠĠ", "9322.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi Nru 9147, u ċioe' jgħid kemm kienet in-nefqa s'issa mill-Vot għas-sena kurrenti 1997 ta' Lm240,000 fuq extension of the sewage systems f'Għawdex u fejn saru x-xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, din id-domanda hija l-istess bħal ta' qabilha u għalhekk nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 9147 tas-seduta tal-lum.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fid-dawl ta' dak li kien qed jgħid aktar kmieni l- Ministru, allura jfisser li għas-sena 1998 se jkun hemm vot għad-drenaġġ għal Għawdex li jinkludi fih mhux biss il-vot tas-sena li għaddiet imma wkoll ammont ta' flus ikbar għas-sena li ġejja?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-vot li hemm maħsub għax-xogħlijiet tad- drenaġġ f'Għawdex għas-sena d-dieħla jinkludi fih ix-xogħol li qed isir fuq l-outfall ta' Ras il-Ħobż li, kif spjegajt qabel, huwa xogħol li diġa' nbeda.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal- purification plant ta' Għawdex?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fuq il-purification plant ta' Għawdex wasal fi stadju fejn se tinħareġ call for tenders għall-konsulenza biex isir environment impact assessment fuq is-sit ta' fejn irid isir dan l- impjant.", "Fil-każ ta' Għawdex is-sit huwa identifikat - dan se jkun f'Ras il-Ħobż - u l-impjant irid isir f'dawk l-akkwati.", "Pero' qabel ma' nibdew nagħmlu dan ix-xogħol il-Planning Authority xorta titlob, u naħseb hekk għandu jkun, li wieħed jistudja daqsxejn x'se jkun l-impatt ambjentali ta' bini bħal dan.", "Huwa ttamat illi s-sena d-dieħla tinħareġ il-call for tenders ħalli jsir dan l-environment impact assessment u sussegwentement isiru l-applikazzjonijiet lill-Planning Authority ħalli jkun jista' jinbeda x-xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk għadux it-target tal- Gvern li sas-sena 2,000 dan l-impjant ikun lest?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Gvern huwa kemm jista' ikun impenjat li jżomm ma' l-obbligazzjonijiet internazzjonali li għandu bħala firmatarju tal- Konvenzjoni ta' Barċelona.", "Safejn huwa possibbli qed nagħmlu l-almu tagħna sabiex l-impjanti tad-drenaġġ ikunu mibnijin sa l-aħħar tas-sena 2,000, għax b'din il-konvenzjoni aħna marbutin li s-sewage li jintefa' fil-baħar Mediterran ma' jintefax bħala raw imma jiġi ttrattat.", "Din hija waħda mill- affarijiet li tgħid din il-konvenzjoni li aħna firmatarji tagħha.", "Aħna qegħdin naħdmu sabiex kemm jista' ikun inlaħħqu nagħmlu dan ix-xogħol fiż- żmien maħsub.", "Ta' min ifakkar illi fil-passat intilef ħafna żmien u ma sar xejn.", "Minkejja li konna nafu li bħala gvern għandna dan il-commitment internazzjonali bħala firmatarji tal-Konvenzjoni ta' Barċelona, għall- perijodu ta' bejn disgħa u għaxar snin ma' sar xejn min-naħa ta' l- amministrazzjoni preċedenti sabiex dawn l-impjanti jinbnew.", "Kulma sar lejn l-aħħar ta' l-amministrazzjoni preċedenti kien li ħarġet it-tender għat- tkabbir ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin.", "Dik l-unika ħaġa li kienet saret b'konnessjoni ma' dawn l-impjanti.", "Issa wasalna verament fil-qrib tas-sena 2,000 u fit-tliet snin li fadal qed nipprovaw nagħmlu dak ix-xogħol kollu li ma' sarx f'disa' jew għaxar snin mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Jiġifieri wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll din is-sitwazzjoni.", "PULIZIJA - SAHRA", "9328.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta u kemm tqassam overtime li kien dovut lill-pulizija għal xogħol li għamlu fi żmien l-elezzjoni ta' Ottubru, 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-ħlas dovut lill-pulizija fir- rigward ta' overtime li kellu x'jaqsam ma' l-elezzjoni ta' Ottubru, 1996 kien ammonta għal Lm154,117.", "Dan il-ħlas sar f'żewġ partijiet ugwali mas- salarji ta' Lulju u Awissu 1997.", "DRENAĠĠ - IMPJANTI GĦAT-TISFIJA", "9411.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsebijiet tad-dipartiment tad-drenaġġ għall-bini ta' aktar impjanti għat-tisfija ta' skart likwidu?", "Kemm minn dan jiġi kkalkolat li jkun hemm bżonn biex jiġi msoffi d-drenaġġ kollu?", "X'time-frame qed jintrabat bih id-dipartiment?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mhux anqas minn tliet impjanti għat-tisfija tad- drenaġġ huma maħsuba li jinbnew, impjant minnhom f'Għawdex u tnejn oħra fit- tramuntana u n-nofsinhar ta' Malta rispettivament.", "Id-dipartiment tad- drenaġġ qiegħed jipproġetta li d-drenaġġ ikun kollu ttrattat sa l-aħħar tas- sena 2000.", "Hawnhekk ta' min jirrimarka, għalkemm m'hijiex parti mit-tweġiba, li bħalissa għaddejjin bl-istudji tagħna biex naraw jekk fin-naħa t'isfel tal- pajjiż isirx impjant wieħed jew inkella aktar minn wieħed.", "Ir-raġuni qiegħda li wieħed jiddetermina eżattament in-numru ta' impjanti u l- location wara li jifhem x'użu jista' isir mill-effluent, jiġifieri mis- second class water, li wieħed jispiċċa bih meta jittratta d-drenaġġ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex is-second class water li joħroġ mill-impjant li hemm f'Taċ-Ċumnija jibda jintuża mill- bdiewa ta' l-inħawi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Aħna nittamaw li l-ilma kollu li nipproduċu permezz ta' l-impjanti tas-sewage treatment jibda jintuża' minn kulħadd.", "Jekk dan l-ilma jintuża biss mill-bdiewa ikun qed jintuża biss fix-xhur tas- sajf.", "Fix-xitwa l-bdiewa m'għandhomx għalfejn jużaw second class water għax hemm ix-xita li tagħmel tajjeb.", "Għalhekk qed naraw x'użu ieħor nistgħu nagħmlu minn dan l-ilma.", "Dan huwa riżors importanti għal pajjiżna li, jekk nagħrfu nużawh tajjeb, kapaċi jagħtina sors ta' ilma li huwa ħafna irħas mill-ilma li nipproduċu llum, u aħna, bħala gvern impenjati li 'l quddiem il-prezz ta' l-ilma nraħħsuh.", "Effettivament l-uniku mezz kif nisgħtu nraħħsu l-prezz ta' l-ilma huwa billi nsibu sorsi ta' ilma aktar cheap minn dak li għandna llum, u aħna hekk qed nipprovaw nagħmlu.", "Il-proċess tat-trattament tad-drenaġġ effettivament se jagħtina volum ta' 90,000 metru kubu ta' ilma kuljum.", "Dan huwa volum enormi ta' ilma u aħna m'aħniex se nħalluh jinħela għaliex m'huwiex sewwa li nittrattaw id-drenaġġ imbagħad nitfgħuh il-baħar.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-kumitat imwaqqaf għal ta' l- apposta, bejn il-Water Services Corporation u d-dipartiment tad-drenaġġ, li fihom iridu jkunu nvoluti wkoll id-dipartiment ta' l-industrija, l-MDC u d- dipartiment ta' l-agrikoltura biex fil-pajjiż ikollna policies ċari dwar l- użu ta' dan it-tip ta' ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, peress li l-Ministru semma roħs fil- prezz ta' l-ilma, jista' jgħidilna għal liema ilma qed jgħid?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għal kull tip ta' ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, fid-diskors tal-budget kien hemm indikazzjoni li s-second class water se jiġi wżat mill-bdiewa.", "Issa peress li l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ huwa fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, il- Gvern għandu xi ħsieb biex dan is-second class water jiġi ppompjat għan- naħa ta' fuq ta' Malta?", "Huwa inutli li nipproduċu ħafna ilma biex imbagħad ħafna minnu jinħela.", "Kieku dan l-ilma nippompjawh għan-naħa ta' fuq ta' Malta tkun ħaġa ferm utli għaliex hemmhekk hemm aktar raba'.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għaliex bid-domanda li għamel qajjem punt rilevanti ħafna.", "Jien hawnhekk irrid nuri biċ-ċar l-importanza ta' kif għandu jsir l-ippjanar serju biex nieħdu l-aħjar minn dak li se nagħmlu.", "Bit-tkabbir ta' l-Impjant ta' Sant Antnin, l-ilma li jiġi prodott se jagħmlu użu minnu dawk il-bdiewa li joqogħdu fil-viċinanza.", "Qabel kien ipproġettat li l-akbar impjant li kien se jittratta madwar 60% tad-drenaġġ kollu li nipproduċu kien se jkun in-naħa t'isfel tal-pajjiż ukoll, fl-area tal-Kalkara u Wied Għammieq.", "Issa jekk hawn area f'Malta fejn ma tantx għandek biedja, minħabba li hija mibnija kollha, hija n-naħa t'isfel tal- pajjiż.", "Allura aħna rraġunajna li ma jagħmilx sens li nibnu impjant li jittratta 60% tad-drenaġġ u jagħti volum ta' 54,000 metru kubu ta' ilma kuljum f'post fejn m'hemmx bżonnu.", "Għalhekk aħna erġajna ħarisna lejn il- proposta u rajna jekk jistgħux isiru żewġ impjanti żgħar minflok wieħed kbir.", "Jien m'iniex ngħid li se jsir hekk pero' se nagħti eżempju ħalli niftiehem aħjar.", "Per eżempju, huwa tajjeb li jinbena impjant fin-naħa ta' fuq ta' Malta jew f'Għawdex għaliex hemmhekk hemm ċertu ammont ta' raba', pero' ma jagħmilx sens li tibni impjant simili f'Ħal Qormi jew il-Marsa.", "Għalhekk aħna bħalissa qegħdin nistudjaw fejn effettivament huma l-aħjar siti fejn jistgħu jsiru dawn l-impjanti biex inkunu nistgħu nużaw l-ilma bl- aktar mod effettiv.", "Issa hawnhekk nerġa' nirrepeti li meta ngħidu \"bl-aktar mod effettiv\" ma nkunux qed nirriferu biss għall-ilma tal-biedja - dak huwa ilma li jintuża għall-massimu ta' ħames xhur f'sena - imma inkunu qed immorru aktar 'il hinn.", "Irridu naraw li meta hemm bżonn li l-ilma jintuża għall-biedja, nużawh għall-biedja - fl-aħħar mill-aħħar meta nużawh għall-biedja, ħafna minnu jinżel 'l isfel fl-aquifer u jagħmel aquifer recharge - pero' rridu naraw ukoll kif se nieħdu the full benefit minnu.", "Ta' min jgħid li dan m'aħniex qed nagħmluh biss għall-ilma li se nipproduċu permezz tat-trattament tad-drenaġġ imma l-istess ħsebijiet qegħdin nużawhom ukoll - u dan flimkien mal-kollega tiegħi l-Ministru Noel Farrugia - fejn jidħol l-istorm water.", "Hawnhekk irridu nagħmlu pjanijiet biex naraw kif nistgħu nilqgħu, nistorjaw u nużaw bl-aħjar mod l-istorm water.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li fix-xitwa l- bdiewa xorta jsaqqu, għalkemm mhux daqs fis-sajf.", "Pero' li rrid nistaqsi lill-Ministru huwa dwar it-tip ta' network li beħsiebu jagħmel f'Iċ-Ċumnija biex l-ilma li jkun prodott jitqassam lill-bdiewa f'dawk l-inħawi u jitwassal ukoll għall-użu ieħor li qed isemmi hu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, fir-rigward ta' Iċ-Ċummnija l- ħsieb huwa li wieħed janalizza eżattament x'inhuwa l-volum ta' l-ilma li se nipproduċu permezz tas-sistema tat-trattament tad-drenaġġ, isiru diskussjonijiet mad-dipartiment ta' l-agrikoltura, nieħdu in konsiderazzjoni ukoll xi domanda oħra li tista' ssirilna minn ħaddieħor - għaliex jista' jkun hemm ħaddieħor li jagħmel użu minn dan l-ilma - u noħorġu b'policies li jkunu l-aktar cost effective.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tabella li tagħti informazzjoni dwar dħul u ħruġ ta' diplomatic mail bags bejn Frar u Ottubru ta' l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9807; u", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena 1996/1997 flimkien mal-financial statements għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1997, u Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għas-sena li tagħlaq fit-30 ta' Settembru 1998.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Internal workings tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ dwar nies qiegħda u dawk jaħdmu bi qliegħ għax-xahar ta' Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9575.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont tal-qatla ta' annimali fil-biċċerija tal- Gvern u dik privata, bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9826.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Mizzi.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, qed inressaq każ ta' ksur ta' privileġġ kontra l- Onor. Joe Psaila Savona għall-artiklu li kiteb fi \"in-nazzjon\" tal-lum, it- Tlieta 18 ta' Novembru, 1997 fejn fih qed juri disprezz lejja bħala ministru u bħala membru parlamentari, kif ukoll lejn il-Kamra u lejn is- Sedja.", "Nitlob lis-Sedja sabiex meta jkun il-waqt tagħti ruling dwar dan.", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja ħadet nota ta' dan u tirriserva d-dritt li tagħti ruling f'xi seduta oħra.", "Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "L-EWWEL JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-voti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Issa nitlob, jekk jogħġbu, lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Sur President, nipproponi:", "VOT 15 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm22,299,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 16 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm38,064,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 17 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm539,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 18 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,009,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Mużewijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 19 - ŻGĦAŻAGĦ, SPORT U KULTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,854,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - Żgħażagħ, Sport u Kultura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT III - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm8,987,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" VOT 15 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI.", "Personal Emoluments Item 11 - Ministru Ħassar iċ-ċifra \"Lm10,388\" u jissostitwixxu minflok iċ-ċifra \"Lm10,387\".", "Delete the figure \"Lm10,388\" and substitute therefor the figure \"Lm10,387\".", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Chairman, f'pajjiżna hawn mat-80,000 żagħżugħ u żagħżugħa ta' bejn il-15 u d-29 sena.", "Fil-verita' jirriżulta li madwar wieħed minn ħamsa taż-żgħażagħ f'pajjiżna jipparteċipa f'xi sistema edukattiva, filwaqt li erba' minn ħamsa jipparteċipaw fis-sistema ekonomika ta' pajjiżna.", "Il-mission statement tal-Gvern fl-estimi għas-sena li ġejja jagħmel riferenza għan-national youth policy.", "Din in-national youth policy fil-fatt ilha teżisti għal diversi snin, tant li kull sentejn kienet qiegħda tiġi riveduta, iżda filwaqt li s-sena l-oħra fl-estimi l-Gvern m'għamel l-ebda riferenza għan-national youth policy, din is-sena jagħmel riferenza għaliha u jsemmi tliet issues importanti, fosthom il-housing.", "Mr Chairman, jien stagħġibt mhux ftit kif meta l-Gvern kien qiegħed jorganizza l-konferenza nazzjonali dwar l-opportunitajiet tad-djar għaż- żgħażagħ u hemmhekk kont staqsejt lill-Ministru tad-Djar kemm hemm żgħażagħ taħt it-30 sena li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, dan weġibni li d-dipartiment ma jżommx statistika dwar l-etajiet ta' l-applikanti.", "Allura ridt, iktar u iktar, inkun naf kif din il-konferenza nazzjonali setgħet tiġi organizzata mingħajr lanqas bażi ta' ftit statistika.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt jirriżulta wkoll li l-Awtorita' tad-Djar ma tagħtix widen lill- applikanti li huma single.", "Fil-fatt fl-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar kien hemm ma' l-1,000 applikant, li 90% minnhom kienu għarajjes u 10% minnhom kienu miżżewġin.", "It-tieni issue li jsemmi l-mission statement f'dak li jirrigwarda n- national youth policy huwa l-qasam ta' l-impjiegi.", "Wieħed mill-ewwel irid jinnota, Mr Chairman, li l-wegħda elettorali tal-Partit Laburista li ż- żgħażagħ isibu xogħol adattat għalihom skond il-kapaċitajiet tagħhom diġa' marret żmerċ wara l-ewwel sena, għaliex jirriżulta li n-numru ta' żgħażagħ taħt it-30 sena li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fil-fatt jammonta għal 42% tat-total tan-nies qiegħda f'pajjiżna.", "Mr Chairman, dan huwa numru qawwi wisq u minkejja dan kollu, fil-budget ma ssib l-ebda riferenza għal din il-problema imma ssib li se jkun hemm inċentivi għal min iħaddem nies ta' 'l fuq minn 40 sena.", "Tajjeb li jkun hawn dawn l-inċentivi imma mhux sewwa li ma ssib l-ebda riferenza għal inċentivi sabiex iż-żgħażagħ f'pajjiżna jsibu aktar opportunitajiet ta' xogħol.", "It-tielet u l-aħħar issue importanti li jsemmi l-mission statement f'dak li jirrigwarda in-national youth policy huwa l-qasam ta' l-ambjent.", "Mr Chairman, hawnhekk wieħed jinnota x'għandna x'nitilfu jekk ma nkomplux bl- applikazzjoni tagħna għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, għaliex proprju l-Unjoni Ewropa, f'Aġenda 2000, tgħid ċar u tond li l-objettiv ġdid prinċipali tagħha għal dak li jirrigwarda fondi strutturali huwa proprju l- ambjent.", "Dan il-mission statement jirriferi wkoll għall-opportunitajiet ta' studji barra minn Malta u żieda f'youth exchanges.", "Minn mistoqsija parlamentari li wieġeb il-Ministru l-bieraħ stess jirriżulta li l- applikazzjonijiet taż-żgħażagħ taħt l-iskema youth specialisation studies scheme għadhom qed jiġu kkonsidrati mill-APS Bank li jiffinanzja l-maġġor parti ta' din l-iskema.", "Jiġifieri anke għal dak li jirrigwarda studju barra minn Malta trid tkun l-Unjoni Ewropea li tagħtina l-opportunitajiet bis-serjeta'.", "Fil-fatt il-Ministru, l-bieraħ stess, għall-mistoqsija parlamentari li għamiltlu dwar il-programmi \"Socrates\", \"Leonardo\" u l- \"Youth for Europe III\" qal li l-Gvern għadu għaddej bin-negozjati ma' l- Unjoni Ewropea fuq il-futur ta' dawn il-programmi.", "Mr Chairman, jiena niskanta kif is-sena l-oħra kien hemm vot ta' Lm480,000 għal dawn il- programmi u din is-sena ma nsibu xejn u dan proprju meta l-bieraħ l-Prim Ministru reġa' stqarr li din is-sena mhux se jkun hemm estimi supplimentari għal dawn l-estimi.", "Filwaqt li nispera li dawn in-negozjati tal-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea dwar dawn il-programmi jkunu pożittivi, nittama li l-Gvern ikun jista' jirrimedja l-fatt li m'għamilx budget għalihom.", "Mr Chairman, fil-ħin li għandi ma nistax ma nagħmilx riferenza għall- kwestjoni ta' l-istipendji.", "Din hija kwestjoni li din is-sena biss laqtet lil madwar 1,700 student universitarju ġdid - 2% taż-żgħażagħ f'pajjiżna - filwaqt li sa erba' snin oħra tkun laqtet mat-8,000 student, għaliex tkun laqtet il-korp studentesk kollu fl-Universita' u x'aktarx anke lis-sixth formers.", "Il-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni l-iktar li bbaża l- kwestjoni tat-tnaqqis ta' l-istipendju kien fuq il-fatt li xtaq li l-fondi tal-pajjiż jiġu bbażati aktar fuq titjib ta' l-iskejjel primarji, sekondarji u sixth forms tal-gvern.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamiltlu dan l-aħħar jirriżulta li nofs l-istudenti ġodda li daħlu fl- Universita' minn skejjel sekondarji din is-sena - għallinqas dawk li taw l- informazzjoni dwar f'liema skola sekondarja kienu jattendu - fil-fatt kienu jattendu skejjel sekondarji tal-gvern, filwaqt li tliet kwarti ta' l- istudenti ġodda li daħlu fl-Universita' mis-sixth forms din is-sena - almenu dawk li taw informazzjoni dwar f'liema sixth form kienu jattendu - fil-fatt kienu jattendu sixth form tal-gvern.", "Dan huwa l-isbaħ ċertifikat ta' kif l-iskejjel governattivi tjiebu taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Mr Chairman, nixtieq issa ngħaddi sabiex ngħid xi ħaġa dwar il-qasam ta' l-isport.", "Jien ixxokkjajt ruħi meta nnotajt li n-nefqa tal-gvern għall- isport, għas-sena 1998, se tonqos bi Lm80,000.", "Meta jiena staqsejt lill- Ministru għaliex ġara dan, il-Ministru weġibni li dan għandu jkun irkuprat permezz tal-fond sportiv li twaqqaf fi ħdan il-Kunsill Malti għall-iSport u minn fondi tal-lotterija.", "Jiena ma nafx kif il-Ministru semma l-fondi tal- lotterija li kienu jintużaw għall-isport li minn Lm200,000 naqsu għal Lm150,000.", "Barra minn hekk, meta wieħed jikkonsidra l-kwestjoni tal-fond sportiv isib li l-bieraħ stess tpoġġew ir-regolamenti u l-emendi li saru għall-istatut tal-Kunsill Malti għall-iSport fuq il-Mejda tal-Kamra u f'dawn ir-regolamenti m'hemm l-ebda riferenza għal dan il-fond sportiv.", "Irrid ngħid ukoll li minn dan il-fond sportiv - kif kelli anke l-okkażjoni nargumenta meta din il-Kamra kienet qed tiddiskuti l-mozzjoni dwar 25 faċilita' sportiva li l-Gvern ippropona li jgħaddu f'idejn l- assoċjazzjonijiet sportivi, liema mozzjoni fil-biċċa l-kbira tagħha kienet ikkoppjata minn dik li l-amministrazzjoni Nazzjonalista ressqet f'Lulju 1996 - il-Gvern daħħal biss is-somma ta' Lm16,000 fis-sena mingħand l- aktar żewġ dixxiplini sportivi popoplari u b'saħħithom finanzjarjament f'pajjiżna, li huma l-football u l-waterpolo.", "Dan ifisser li l-isport anqas popolari mill-football u l-waterpolo mhux se jgawdi wisq minn dan il- fond sportiv.", "Ifisser ukoll li meta l-gvern jiġi biex jagħti l- faċilitajiet sportivi lil dixxiplini sportivi inqas popolari u inqas b'saħħithom finanzjarjament, il-gvern se jdaħħal inqas u inqas flus f'dan il-fond sportiv.", "Barra minn hekk, l-isport lanqas popolari, li ħafna drabi jagħtina l-aħjar riżultati - u jiena minn hawn f'isem l-Oppożizzjoni nifraħ lill-atleta Maltija Giselle Camilleri li rebħet il-half marathon ġewwa Amsterdam il-ġimgħa li għaddiet - mhux se jkollu l-opportunita' li jgawdi wisq minn dan il-fond sportiv.", "Imma ħalli issa nerġa' lura għall-argument li kont qed nagħmel qabel u nistaqsi kif jista' jkun li b'Lm16,000 fis-sena nagħmlu tajjeb għal tnaqqis ta' Lm80,000.", "Mr Chairman, hawnhekk nixtieq ngħid li l-isport ma jistax ikun iffinanzjat mill-gvern biss.", "Hemm bżonn li fl-isport lokali nitgħallmu minn pajjiżi barranin u ndaħħlu, per eżempju, il-merchandising rights għall-printing ta' souvenirs.", "Hemm bżonn ukoll li f'pajjiżna tiġi nforzata iktar il-liġi tal-copyright ħalli b'hekk l-għaqdiet sportivi jkollhom l-opportunita' li jużaw dawn il-merchandising rights.", "Barra minn hekk, nistgħu ndaħħlu wkoll it-television rights li minnhom ikunu jistgħu jgawdu dawn l-istess għaqdiet.", "Ftit ilu f'dan il-Parlament konna qegħdin nitkellmu dwar pieni aktar ħorox għal min jinqabad jilgħab pools illegali.", "Jiena kont ipproponejt li l-gvern jorganizza pools sportivi legali sabiex dawn in-nies li verament iħobbu l-isport u li jonfqu flushom f'pools illegali, ikunu jistgħu jonfquhom f'pools legali u b'hekk id-dipartiment tal-lottu jkun jista' jżid in-nefqa tiegħu għall-isport u mhux inaqqasha bħalma se jagħmel fis-sena li ġejja.", "Mr Chairman, dan l-aħħar qrajna dwar proposta li saret mill-Unjoni Ewropea sabiex kumpanniji li jimmanifatturaw is-sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk jiġu banned milli jisponsorjaw attivitajiet sportivi.", "Minbarra li din il-kwestjoni kixfet skandlu dwar il-finanzjament tan-New Labour ta' Tony Blair fl-Ingilterra, żgur li għandha ġġibna f'sensina għall-farsa li qegħdin ngħixu f'pajjiżna fejn l-isport, li suppost jippromwovi s-saħħa, huwa sostnut proprju minn ditti li jeqirdulek saħħtek.", "Mr Chairman, minn mistoqsija parlamentari li għamilt jirriżulta li l- Gvern preżenti u l-Kunsill Malti għall-iSport huma favur l-iżvilupp tal- faċilitajiet sportivi f'Ta' Qali, skond it-Ta' Qali Action Plan, kif ippjanat mill-Planning Authority, fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Din għandha tfisser titjib u estenzjoni ta' faċilitajiet sportivi, sew tal-football, sew tal-basketball sew tal-model aircraft flying kif ukoll twaqqif ta' faċilitajiet għaċ-ċikliżmu u għall-atletika.", "Innotajt ukoll li għal dak li jirrigwarda l-kumpless sportiv tal-Marsa, filwaqt li l-assoċjazzjoni privata, il-Marsa Sports and Country Leisure Club, meta kien hemm l-għargħar minħabba l-maltempati li għamlu f'Settembru li għadda ma kellhiex wisq ħsarat minħabba flood relief projects li hija għamlet, il-kumpless sportiv tal-gvern fil-Marsa kellu ħafna u ħafna ħsarat, tant li sa ftit ilu konna għadna qegħdin nirċievu lmenti minħabba nuqqas ta' opportunita' li jintużaw diversi faċilitajiet sportivi.", "Mr Chairman, irrid nagħlaq l-intervent tiegħi billi nerġa' ntenni dak li għidt fl-estimi tas-sena li għadha kif għaddiet, ċioe' l-importanza tat- tagħlim ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel.", "Sena ilu kont għidt li l- Oppożizzjoni temmen li għandu jkun hemm iktar ħin iddedikat għall- edukazzjoni fiżika u deherli li l-Ministru kien qabel ma' dan, imma llum nistgħu ninnotaw li sena u ftit li xejn sar f'dan il-qasam, għalkemm naf li l-bieraħ tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra xi regolamenti f'dan ir-rigward.", "Irrid ngħid ukoll li anke l-kritika li saret minn esperti maħtura mill- istess Ministru f'dan ir-rigward ftit ingħatat widen.", "Ta' min wieħed jgħid li l-iskejjel primarji baqgħu mingħajr għalliema speċjalizzati ta' l- edukazzjoni fiżika, l-iskejjel sekondarji baqgħu mingħajr titjib fit- tagħmir tagħhom u b'lezzjoni jew tnejn ta' tliet kwarti fil-ġimgħa meta kien hemm proposta li dawn il-lezzjonijiet jiġu rdoppjati fil-ħin.", "Għaddiet sena u wieħed kien jistenna li f'sena kellu jkun hemm riżultati ferm aħjar.", "Il-mission statement ta' l-estimi fir-rigward ta' l-isport jagħti importanza - u din hija ġustifikata - għat-tfal b'diżabilita' u minkejja l- fatt li f'Lulju li għadda l-Ministru kien avżat li hemm skola speċjali fil- Wardija fejn il-bitħa li fiha t-tfal b'diżabilita' jingħataw taħriġ fiżiku hija fi stat diżastruż, sal-lum, erba' xhur wara, għadu ma sar xejn.", "Nixtieq ngħid ukoll li filwaqt li nafu li hemm madwar 400 tifel u tifla li jattendu skejjel speċjali, huma għaxra biss it-tfal b'diżabilita' li jipparteċipaw f'din l-Iskola Sport.", "Jiena nistenna li din is-sena l- kritika li għamilt ma terġax taqa' fuq widnejn torox.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, nixtieq nibda l-intervent tiegħi billi nitkellem dwar l-informazzjoni teknoloġika fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Fl-estimi għas-sena li ġejja hemm ivvotata s-somma ta' Lm1.4 miljun għall- iskejjel jew aħjar Lm260,000 inqas mis-sena li għaddiet.", "Mhux hekk biss, talli ma nafux kemm minn dawn l-Lm1.4 miljun se jmorru għall-iskejjel primarji u kemm se jmorru għall-iskejjel sekondarji ta' l-Istat.", "Jidher li l-Gvern għażel li jitfa' kollox taħt vot wieħed u għahekk jien nixtieq nistaqsi dan effettivament xi jfisser.", "Dan ifisser li l-iskejjel sekondarji se jerġgħu jibqgħu bir-riħa u s-somma vvotata se terġa' tmur kollha għall-iskejjel primarji?", "Is-sena li għaddiet kont ikkritikajt il- fatt li kienet ħaġa tal-mistħija li kienet ivvotata is-somma ta' Lm100,000 biss għal computers fl-iskejjel sekondarji ta' l-Istat wara l-ħafna paroli li kien sar qabel l-elezzjoni li Gvern Laburista kien se jonfoq ħafna iktar għall-iskejjel sekondarji.", "Terġa' u tgħid li l-Lm100,000 intnefqu fuq upgrading tal-computers li kienu nxtraw taħt amministrazzjoni Nazzjonalista u ma nxtara ebda computer ġdid għall-iskejjel sekondarji ta' l-Istat.", "Issa din is-sena l-Ministru ressqilna vot wieħed forsi biex jaħbi li għat-tieni sena konsekuttiva l-iskejjel sekondarji se jibqgħu biss bir-riħa.", "Għalhekk jien qed nitlob lill-Ministru jgħidilna ċar u tond kemm minn dan il-vot se jmur għall-iskejjel primarji u kemm għall-iskejjel sekondarji.", "It-tieni nett nixtieq nistaqsi lill-Ministru jgħidilna meta huwa ppjanat li jintroduċi t-tagħlim tal-computer studies fil-livell tal-Matsec fl- iskejjel sekondarji ta' l-Istat, liema tagħlim diġa' ġie ntrodott fl- iskejjel sekondarji privati u allura l-istudenti fl-iskejjel sekondarji ta' l-Istat għadhom żvantaġġati.", "Jew forsi, Sur President, il-paroli ta' qabel l-elezzjoni kien biss bżieżaq tas-sapun bħall-wegħda li l-istipendji ma kellhomx jintmessu?", "Waqt id-debate rigward il-vot ta' l-edukazzjoni tal- budget li għadda, il-Ministru kien qal hekk:", "\"Il-programm għall-informazzjoni teknoloġika fis-sekondarja se jagħtiha ħajja mill-ġdid\".", "Hekk kien qalilna l-Ministru f'Jannar li għadda.", "Allura issa jista' jgħidilna x'tip ta' ħajja ta lill-edukazzjoni fil-qasam tal-computers fl- iskejjel sekondarji matul l-aħħar sena?", "Jew, Sur President, il-ħajja li kien qiegħed jirriferi għaliha l-Ministru kienet biss xi ħajja mmaġinarja a la Moliere, li tant kien semma fid-diskors tiegħu?", "Jien nixtieq nistaqsi wkoll lill-Ministru x'inhi r-raġuni li wara l-ħafna paroli li dan il-Gvern se jintroduċi l-internet fl-iskejjel, f'dawn l-estimi m'hawn imsemmi xejn dwar dan.", "Hija priorita' li jiddaħħal l-internet u li jiġi ntrodott it- tagħlim tal-computer fl-iskejjel sekondarji?", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l-policy tal-Gvern f'dan il-qasam?", "Is-sena li għaddiet, Sur President, waqt l-istess debate dwar l- edukazzjoni jien kont għidt li:", "\"... jenħtieġ li jitkompla l-programm ta' taħriġ intensiv lill- għalliema mhux biss fuq l-użu tal-hardware iżda anke fuq l- applikazzjoni tas-software.\".", "Dakinhar il-Ministru kien qabel miegħi u qal li din l-amministrazzjoni fuq hemm se tikkonċentra.", "Pero' illum, sena wara, insibu li sar ftit li xejn minn dan kollu għax la kellna qabża fil-kwalita' u wisq anqas fil- kwantita'.", "Jien nitlob lill-Ministru sabiex jgħidilna xi training sar din is-sena lill-għalliema u kemm sigħat ta' training kellu kull għalliem.", "Veru jew mhux veru li n-numru ta' sigħat ta' training ma jaqbiżx il-ħames sigħat għal kull għalliem?", "Barra minn hekk, il-Ministru ma jidhirlux li t- taħriġ li qed jieħdu dawn l-għalliema qed ikun f'daqqa u wisq 'il bogħod minn meta jibdew jgħallmu, tant li wħud minn dawn l-għalliema jkunu diġa' bdew jinsew ċerti applications sakemm jiġu biex jibdew jgħallmu?", "Naħseb li dan ċertament m'huwiex tort ta' l-istess għalliema.", "Sur President, is-sena li għaddiet tkellimt ukoll dwar il-ħtieġa li l- Gvern iwaqqaf unit għal software development.", "Anke hawn l-Ministru kien qabel miegħi.", "Kien qabel miegħi dwar il-bżonn li jitwaqqaf software development unit bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta' ta' l- Edukazzjoni fl-Universita'.", "Pero' x'sar f'din l-aħħar sena?", "Twaqqaf biss software evaluation unit li kulma għamel kien li evalwa software li żviluppa ħaddieħor.", "Ma jkunx aħjar kieku dan il-unit l-ewwel jistabilixxi standards imbagħad il-Gvern jikkommissjona s-software abbażi ta' dawk l- istandards?", "F'qasam importanti bħalma hu l-informazzjoni teknoloġika fl- iskejjel statali, jenħtieġ li l-Gvern iħaffef ferm aktar il-proċess tant utli li bdiet l-amministrazzjoni preċedenti.", "Hekk kien imwiegħed il-poplu mill-Partit Laburista qabel l-elezzjoni, li l-affarijiet isiru b'pass aktar mgħaġġel.", "S'issa l-fatti juru li lanqas biss kienu kapaċi jżommu mal-pass ta' dawk ta' qabilhom.", "Biżżejjed wieħed jgħid li l-computers li kellhom jiġu ntrodotti fit-tieni sena ta' l-iskejjel primarji sal-lum, meta t-tfal waslu biex joħorġu bil-vaganzi tal-Milied, għadhom ma ġewx introdotti.", "Ngħaddi issa, Sur President, sabiex ngħid xi ħaġa dwar dak li sar jew aħjar ma sarx fir-rigward ta' l-iżvilupp tal-politika dwar ix-xjenza u t- teknoloġija u l-estimi għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Jiena għidt li se nitkellem dwar dak li sar jew aħjar ma sarx, għaliex jekk hemm xi ħaġa li tolqtok matul l-aħħar sena hija l-assenza tal-ħidma mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Kieku mhux għaliex jissemma f'xi mistoqsija parlamentari niddubita jekk xi ħadd indunax li l-kunsill fil- fatt għadu jiffunzjona.", "Irrid ngħid li dan il-Gvern ftit li xejn qed jgħin sabiex dan il-kunsill fil-fatt jiffunzjona.", "Fl-estimi għal din is-sena nsibu li l-vot għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għas-sena 1998 se jerġa' jkun Lm150,000, jiġifieri għal darb'oħra Lm25,000 anqas minn dak li kien ivvotat fl-1996, l-aħħar sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Dan il-vot ċertament li m'huwiex adegwat u se jkompli jagħmilha aktar diffiċli għall-kunsill biex jiffunzjona suret in-nies, aktar u aktar meta din is-sena n-nefqa tal-kunsill għall-paġi żdiedet konsiderevolment b'ingaġġ ta' numru akbar ta' persuni, inkluż l-impjieg ta' xufier tal-kap eżekuttiv il-ġdid.", "Minkejja l-ħofra ż-żgħira li konvenjentement ħaffru, anke hawn, ma ddejqux jimpjegaw aktar persuni u anke żiedu l-pagi ta' xi wħud li kienu diġa' mpjegati.", "Bil-vot tal-pagi jiżdied, il-flus għall- proġetti u programmi komplew jonqsu.", "Is-sena li għaddiet, il-Ministru kien ikkritika l-operat tal-kunsill sa l-1996 u taparsi qal li kien hemm wisq networks.", "U issa x'għandna?", "Veru li on paper għandna aktar networks, imma fil-fatt xi proġetti saru?", "Kważi xejn.", "Tistaqsi u ħadd ma jwieġbek.", "Is- sena li għaddiet il-Ministru kien wegħedna li issa l-affarijiet se jsiru bis-serjeta' u li se jkun hemm pjan ta' policy serju.", "Fejn huwa dan il- pjan?", "F'Mejju ta' din is-sena kont talbt lill-Ministru sabiex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-supporting documents għar-rigward ta' l- evalwazzjoni xjentifika li l-membri l-ġodda tal-kunsill intalbu jagħmlu fi żmien xahar minn meta nħatru, jiġifieri minn Jannar ta' din is-sena.", "Sal- lum dawn ir-rapporti għadhom ma tpoġġewx fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan ir- rapport komprensiv sar jew ma sarx?", "Fl-aħħar indunaw li jrid isir xi ħaġa u se jagħmlu speċi ta' ġimgħa ddedikata għax-xjenza u t-teknoloġija li m'hijiex tad-dimensjoni tal-Ġimgħa tax-Xjenza u Teknoloġija li kienet saret fl-1996 għax kulma se jagħmlu huwa li se jorganizzaw numru ta' ħarġiet bil- privates biex iżuru tużżana postijiet.", "Sur President, jien hawnhekk ma rridx nagħti l-impressjoni li ma sar xejn għax saru xi affarijiet pero' ngħid għalija kollha saru f'direzzjoni ħażina.", "Per eżempju, pajjiżna sar membru tal-COST, organizzazzjoni Ewropea li tgħin fil-kordinament ta' ħidma xjentifika u teknoloġika.", "Tajjeb li wieħed jgħid li din l-organizzazzjoni illum il-ġurnata tilfet ħafna mis-saħħa u mill-appell tagħha u dan wara li l-Unjoni Ewropea fetħet il-bibien tagħha għall-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant, li kollha qed jiffullaw fuq xulxin biex ikunu minn ta' l-ewwel li jidħlu fit-tkabbir li jmiss ta' l-Unjoni.", "Mill-banda l-oħra, biex pajjiżna jipparteċipa f'kull nitfa t'attivita' li tagħmel il-COST, minħabba d-deċiżjoni ta' l-iffriżar ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, issa se jkollna nħallsu kollox minn bwietna għaliex din l-organizzazzjoni ma toffri l-ebda għajnuna finanzjarja.", "Huwa fatt li pajjiżna mhux se jkun jista' jibbenefika mill-parteċipazzjoni sħiħa fil-programmi ta' riċerka fl- istess Unjoni, liema parteċipazzjoni hija bla ħlas għall-pajjiżi membri.", "Immaġinaw kemm din id-deċiżjoni hija waħda intelliġenti u cost effective, kif tant iħobbu jsemmu tan-naħa l-oħra!", "X'differenza mid-deċiżjoni tal- Gvern hekk imsejjaħ \"ħali\" ta' l-Onor.", "Fenech Adami!", "Minkejja li konna għadna ma dħalnix membri ta' l-Unjoni Ewropea, il- Gvern Nazzjonalista kien ftiehem ma' l-Unjoni Ewropea sabiex azjendi Maltin jipparteċipaw fi proġetti ta' riċerka u l-ħlas lura ta' l-ispejjeż isir mill-protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Iżda issa, anke minħabba l-iffriżar ta' l-applikazzjoni tagħna għal membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, l-istess Unjoni m'hi qiegħda tirrifondi xejn lura lill-azjendi Maltin mill-ispejjeż li jkunu diġa' għamlu, bir-riżultat li azjendi bħal SGS Thomson ma rċevew xejn lura mill-ispiża ta' Lm287,000 li huma għamlu sabiex din l-azjenda tipparteċipa fi proġett ta' riċerka msejjaħ ABEL.", "Issa li rridu nħallsu minn bwietna, jagħmel tajjeb il-Ministru Bartolo kieku kellu jgħid ċar u tond kemm il-Gvern Malti beħsiebu jivvota flus sabiex il-parteċipazzjoni Maltija fil-COST issir realta' u mhux tibqa' sempliċement eżerċizzju ċass fuq il-karta.", "Sur President, sħubija fil- COST - dan ma ngħidux jien biss imma jgħiduh ukoll il-ħafna riċerkaturi li kienu interessati li jipparteċipaw fil-programmi ta' riċerka - ċertament m'hijiex soluzzjoni għall-iżolament ta' Malta mill-programmi ta' riċerka ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din is-sena reġa' m'għandna xejn fl-estimi għal dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni ta' pajjiżna fi programmi ta' riċerka bħalma huma l-fourth framework programme u l-fifth framework programme, li wkoll se jinbeda dalwaqt.", "Jidher li effettivament il-Gvern qata' qalbu li jilħaq xi forma ta' ftehim li bih nipparteċipaw mingħajr ma nħallsu.", "Sur President, it-tieni deċiżjoni li ħa l-Gvern Laburista hija li l- Palazz ta' Bighi li ġie restawrat biex iservi ta' ċentru amministrattiv għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija, ma' ġiex mgħoddi lill- kunsill u issa l-kunsill ingħata post żgħir ieħor fil-Belt li biex jirranġah kellu joħroġ il-flus l-istess kunsill.", "Għallinqas dik l- informazzjoni li għandi jien.", "Addio wkoll iċ-ċentru inter-attiv għax- xjenza u teknoloġija li kien se jsir fil-bini ta' ħdejh, f'Bighi stess.", "Dan ukoll sparixxa.", "Dik li kellha tkun attrazzjoni importanti għall- Kottonera sparixxiet, intemmet b'daqqa ta' pinna, f'dan il-każ tal-Prim Ministru.", "L-unika ħaġa li saret kien a review report li tħejja fuq id- dokument oriġinali li kien tħejja taħt l-amministrazzjoni preċedenti għar- rigward tan-national strategy for information technology u imbagħad matul din is-sena ddiskutejna t-twaqqif ta' kummissjoni nazzjonali - jiena diġa' kelli ċ-ċans li nitkellem dwar dan u għalhekk m'għandix għalfejn intawwal - imma mill-bqija ma sar xejn, u issa probabbilment iqum il-Ministru u biex jgħatti l-baħħ ta' din is-sena u l-kritika li qed nagħmel, jagħmel xi attakk personali fuqi.", "Jien nittama li għallinqas il-Ministru jkollu d- deċenza jitlob skuża f'isem il-Ministru sieħbu l-Onor.", "Charles Buhagiar għall-gideb li ntqal fuqi xi ġimgħatejn ilu hawn ġew, liema gideb urejt bil- fatti kemm kienu malizzjużi.", "Sur President, jien għadni nistenna l-iskuża minn għandu, għaliex id-deċenza hekk titlob.", "Probabbilment il-Ministru jiġi jgħidilna li jien ħloqt ħofra ta' Lm75,000 fil-fondi tal-kunsill, kif diġa' qal f'risposta għal mistoqsija parlamentari.", "Għalhekk jien nixtieq inwieġeb għal dan mill-ewwel billi nistaqi lill-Ministru jekk jafx li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija kellu jirċievi Lm10,000 mingħand il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni għall-ġimgħa tax-xjenza u teknoloġija ta' l-1996, liema wegħda ta' flus dan il-kunsill ma baqax jinsiti li tiġi onorata.", "Nistaqsih ukoll jekk jafx li li l-kunsill għandu jieħu Lm13,000 f'administration fees minn flus ivvotati għall parteċipazzjoni fil-fourth framework programme ta' l-Unjoni Ewropea, liema flus ma ġewx għax dan il- Gvern iffriża l-applikazzjoni ta' Malta.", "Mill-bqija ma niċħadx li seta' kien hemm xi żbilanċ żgħir, pero' għallinqas il-kunsill kien wieħed effettiv, ħaġa li ma tistax tingħad għall-kunsilli preżenti.", "Fl-aħħarnett, Sur President, aktar milli jħares lura, in-naħa ta' l- Oppożizzjoni tistenna mill-Ministru jgħidilna x'inhu ppjanat li jsir fix- xhur li ġejjin.", "Jekk dak li hu ppjanat huwa simili għal dak li sar matul l- aħħar sena, m'għandix dubju li r-risposta tal-Ministru m'għandhiex tieħu aktar minn żewġ minuti.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Mr Chairman, fis-seduta tal-5 ta' Diċembru 1995 meta l-Parlament kien qed jiddiskuti l-voti tal-ministeru tal-ġustizzja u kultura nazzjonali, liema ministeru kien responsabbli wkoll miż-żgħażagħ, kultura u sport, l-Onor.", "Joe Cilia kien qal hekk:", "\"Jidher ċar mid-diskors tal-budget li smajna li dan is-settur ma ngħata l-ebda importanza.", "Il-Gvern tal-ġurnata nixef għal kollox mill- ideat f'dan il-kamp.", "Dan il-budget ma fih l-ebda inizjattivi ġodda, l- ebda strateġija u huwa nieqes mill-impenn favur iż-żgħażagħ.\".", "Jien naħseb li dakinhar l-Onor.", "Cilia jew ma kienx qed jgħix hawn Malta jew inkella ried jikkonvinċi lilu nnifsu biex jgħix f'illużjoni.", "Mr Chairman, qed ngħid hekk għaliex proprju dik is-sena - barra s-snin ta' qabel - kienet sena ppakkjata b'inizjattivi, kemm fil-kamp taż-żgħażagħ - li jien kont responsabbli dirett minnu u kont ħadt inizjattivi ġodda anke ma' dawk li kont sibt diġa'; fost l-oħrajn kont qed inħejji wkoll biex nagħmel riforma sħiħa fl-istruttura anke ta' l-organizzazzjoni taż-żgħażagħ biex tieħu dejjem, kif emminna aħna, livell veru nazzjonali - kif ukoll fil-kampijiet ta' l-isport u tal-kultura.", "Imma li ġara hu li, minkejja li l-Onor.", "Cilia dakinhar qal hekk, illum qegħdin niddiskutu t-tieni budget minn mindu tela' fil-gvern il-Partit Laburista u għadna ma sibna xejn għal dak li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet ġodda f'dan il-qasam.", "Kulma sibna, kemm fil-mission statement kif ukoll fl-estimi proposti fil-budget, huma inizjattivi li kienu diġa' mibdija qabel.", "Mr Chairman, jekk wieħed iħares lejn il-business plan 1997-1999 li kont ħejjejt meta kont responsabbli mill-kamp taż-żgħażagħ, kultura u sport, isib li l-affarijiet li qed jissemmew f'dan il-budget huma l-istess affarijiet li kienu diġa' ppjanati tliet snin ilu.", "Sa l-1999 nistgħu nserrħu rasna li din il-kurunetta - għax hekk insejjaħ id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tas-Segretarju Parlamentari Cilia - se tibqa' ddoqq, għalkemm b'mod stunat, pero' ddoqq għaliex qiegħda fir-riħ u mhux għaliex qiegħed idoqqha xi mużiċist.", "Dan li qed ngħid huwa kkorroborat mill-fatt li meta nħares lejn il-budget speech, li smajt u erġajt qrajt ħalli nkun żgur, ma nsib l-ebda kelma dwar il-kultura.", "Il- kultura assolutament sparrixxiet mill-konċett, mill-ħsieb, mill-viżjoni politika - jekk qatt kien hemm - tal-Gvern Laburista li għandna llum.", "Sur President, fil-mission statement li hemm ma' l-estimi jingħad li:", "\"The main objective of the department of culture is to enhance the awareness of the national culture.\".", "Dan huwa statement ġeneralizzat.", "Fil-mission statement hemm ukoll kif se jkun hawn din l-awareness dwar il-kultura nazzjonali għax jingħad li:", "\"The priorities for this year will remain the organisation of cultural tours for all, the Malta International Arts Festival, including the Malta Jazz Festival, the International Festival of Maltese Song and the Eurovision Song Contest.\".", "Dawn kollha huma affarijiet tajbin u huwa tajjeb li jkomplu jissodaw pero' ma jiġux jgħidu li dawn huma inizjattivi ġodda.", "Ma jistgħux jiġu jgħidu - kif qal l-Onor.", "Cilia fuq Super 1 Radio nhar il-Ħamis li għadda - li dawn l- istess affarijiet qishom bdew isiru din is-sena.", "Jien naħseb li l- affarijiet tajbin se jkomplu pero' jien nippretendi li la l-Gvern poġġa t- titolu ta' kultura nazzjonali fuq livell ta' ministeru, il-baħħ li kien jeżisti qabel l-1996 ma jibqax, anzi jibdew jimtlew il-ħofor anke f'dan il- kamp.", "Mr Chairman, l-istess mission statement ikompli jgħid hekk:", "\"Valletta will feature as the European cultural city.", "A national committee has organised various activities for the month of June.\".", "Anke hawnhekk, minkejja li qed jingħad li se jkun hemm inizjattivi minn kumitat li qiegħed jorganizza l-affarijiet, s'issa għadna ma rajna xejn minn dan kollu.", "Fuq livell kulturali, naf żgur li l-proġett tal-Mużew tal- Majjolika, li kien se jkun wieħed mill-ġawhriet sbieħ tal-Belt Valletta, anke bħala wirt mondjali, waqaf f'nofsu bħalma waqaf f'nofsu wkoll - għaliex ma setax jieqaf qabel - il-proġett taċ-ċentru kultura nazzjonali ta' l-arti f'St. James Cavalier li kien ippjanat li jitlesta sa l-aħħar ta' l-1996.", "Sadanittant nafu li l-Gvern iddeċieda li s-sit tat-Teatru Rjal, li huwa wżat bħala parkeġġ, se jibqa' jkun ta' eyesore.", "Minkejja li qed jgħaddu għexieren u għexieren ta' snin dan il-proġett se jibqa' mhux realizzat u dak il-wirt storiku li għandna, hekk kif tidħol fil-kapitali tagħna, se jibqa' fi stat ta' abbandun.", "Sur President, f'dan il-budget insibu li kważi l-voti kollha ġew slashed, fosthom dawk li għandhom x'jaqsmu mal-kultura.", "Insibu li l-flus ivvotati għall-book fair, għal xiri u akkwist ta' antikitajiet, għall- general cultural activities u għall-Karnival ta' Malta tnaqqsu.", "Rigward il- Karnival irrid nagħmel osservazzjoni u ngħid li hemm Lm20,000 ivvotati għat-trailers.", "Meta jien kont responsabbli mill-kultura, kont bgħatt delegazzjoni Sqallija sabiex tindaga dwar il-prezzijiet u l-kondizzjonijiet sabiex inkunu nistgħu nottjenu trailers simili.", "Illum ġie deċiż li dan kien tajjeb u kien hemm bżonn li jsir, pero' imbagħad l-Onor.", "Cilia fuq ir- radju qal li kellna kondizzjonijiet ta' pagamenti favorevoli ħafna.", "Xi jfisser dan?", "Li dawn it-trailers se jitħallsu bin-nifs u li se jitħallsu bi prezz inqas minn dik is-somma li ġiet ivvotata?", "Jien nixtieq li xi ħadd jirrispondina dwar dan.", "Mr Chairman, kif diġa' għidt, fl-estimi li għandna ppreżentati għas-sena li ġejja insibu tnaqqis f'ħafna mill-voti, fosthom dak dwar il-Maltese Heritage Foundation li fil-budget tas-sena l-oħra kellu vvotati għalih is- somma ta' Lm40,000 u għas-sena li ġejja hemm ivvotati Lm15,000, tnaqqis ta' Lm25,000.", "Insibu imbagħad il-Kunsill ta' l-Arti, in-National Festivities Committee, il-Libraries, u l-Mużewijiet kollha kellhom tnaqqis ta' 10% fil- budget tagħhom.", "Il-bieraħ jien smajt lill-Prim Ministru jgħid li għandu jingħata bonus lil dawk li jżommu mal-limitu tal-budget.", "Allura dan ifisser li se jingħata bonus lil dawk li ma jagħmlu xejn?", "Dan huwa kamp fejn jekk ma jkollokx finanzi ma tistax taħdem.", "Veru li trid toqgħod attent kif tonfoq u trid tnaqqas kemm jista' jkun l-ispejjeż pero' ma tistax tnaqqas mill-budget u tippretendi li \"you are enhancing the awareness of the national culture\".", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar il-kultura iżjed ġeneralizzata u nsemmi, per eżempju, il-kwestjoni tal-kultura fix-xandir.", "Fejn hi l-kultura fix- xandir, Mr Chairman?", "Veru li għandna Radju Bronja li huwa tajjeb u ta' min jinkoraġġih - fil-fatt dan huwa proġett li kellu s-set-up tiegħu lest u issa ġie rrealizzat taħt dan il-Gvern - pero' meta nitkellmu fuq channel 12 u fuq l-orkestra nazzjonali, xi nsibu?", "Huwa tajjeb li naraw li l- ħaddiema jkollhom kondizzjonijiet tajbin, imma jien personalment għadni ma nafx jekk il-mużiċisti ta' l-orkestra nazzjonali għandhomx kondizzjonijiet aħjar milli kellhom qabel bil-collective agreement.", "Jien nittama li hu hekk pero' għadna ma nafux.", "L-istess jista' jingħad għat-18-il ruħ li hemm jaħdmu ma' channel 12 u li se jispiċċalhom l-impjieg fl-aħħar tas-sena.", "Jiena naħseb li meta nitkellmu fuq channel 12 u l-orkestra nazzjonali, ftit huma dawk li jagħtu kas tal-kontenut kulturali tagħhom.", "Jien ma rridx noqgħod nitkellem fuq in-nitty gritty ta' l-affarijiet u ma rridx noqgħod infettaq fuq l-affarijiet iż-żgħar għaliex wara kollox ħadd m'huwa perfett pero' irrid ngħid li l-kontenut għadu lura u hemm bżonn li dan ngħiduh.", "Jien jiddispjaċini nara channel 12 jispiċċa għaliex dan ta kontribut lejn il-kultura nazzjonali.", "Għaliex x'hawn aktar effettiv mill-mezzi ta' komunikazzjoni ta' massa, bħalma huwa t-television?", "Rigward il-PBS jien naħseb li filwaqt li hemm ċerti programmi li veru huma ta' entertainment u huma magħmulin bis-sens, hemm oħrajn li huma frivoli għall-aħħar, jeżaltaw in-nullita' u huma parrokkjali żżejjed, qisek qed tagħmel magazine li assolutament ma fih xejn ta' sugu.", "Imbagħad naqra r-rapport tal-Broadcasting Authority tas-sena l-oħra - għax ta' din is-sena għadni ma nafx kif inhu - u nsib li s-sigħat dedikati għall-programmi tal- kultura u l-arti f'ġimgħa huma biss sagħtejn, jiġifieri 2.48% tal-programmi tat-televiżjoni ta' l-Istat.", "La l-poplu qiegħed iħallas il-liċenzja huwa d- dover tal-Gvern li jippreżenta lit-telespettaturi programmi li ma jġibux ir- riklami għaliex m'humiex kummerċjali.", "Dan kollu m'huwiex isir, anzi qed nagħlqu channel 12 biex inkomplu nnaqqsu it-tixrid ta' dawk li jista' jkun folklore, tradizzjonijiet u ħsebijiet ta' kontenut kulturali lis-semmiegħa Maltin tagħna.", "Mr Chairman, naqas ukoll dak ix-xogħol ta' riċerka li kien qiegħed isir fuq il-personaġġi Maltin.", "Dan ix-xogħol li kien qed isir fi żmien il-Gvern tagħna kien qed isir fir-reġistru pubbliku u kien isir b'dedikazzjoni kbira u bla ħlas.", "Kien xogħol ta' riċerka fuq personaġġi Maltin, bħalma huma politiċi, nies tal-letteratura, nies tal-kultura u nies oħra li taw sehem u kontribut kbir f'dawn l-aspetti kollha tal-ħajja Maltija.", "Dan issa waqaf għax qalu li dan ix-xogħol għandu jsir mid-dipartiment tal-kultura u mhux mir-reġistru pubbliku.", "Il-viżjoni vera ta' kultura nazzjonali ma tridx teżisti u tillimita ruħha biss f'dak li hu l-ministeru ta' l-edukazzjoni u kultura mmexxi mill-Onor.", "Bartolo u mill-Onor.", "Cilia.", "Jien nippretendi li meta jiftaħru li l-Prim Ministru huwa personaġġ tal-letteratura u personaġġ li huwa sensittiv ħafna għal dan l-ambjent - u forsi għandhom raġun -il-Gvern għandu jkun b'ruħu u b'ġismu fuq dan is-suġġett u mhux jiġu tar-Reġistru Pubbliku u jgħidulna li dan ix-xogħol mhuwiex tagħhom u jitterminaw inizjattiva ta' riċerka fuq personaġġi Maltin li verament kienet qed tagħti kontribuzzjoni siewja, liema inizjattiva lanqas biss kienet qed tqum Lm1,000 b'kollox.", "Addirittura ma nafx x'inhuma l- prijoritajiet, Mr Chairman!", "Peress li ma tantx għandi ħin il-kwestjoni ta' l-istipendju mhux se nitkellem fuqha.", "Pero' rrid nistaqsi: Fejn spiċċa s-Segretarju Parlamentari fil-kwestjoni ta' l-istipendji?", "Min qed jirrappreżenta l-vuċi taż-żgħażagħ?", "Kif huwa assenti kompletament min minn dawn il-problemi?", "Għandhom raġun jew le, xorta tibqa' r-responsabbilta' tas-Segretarju Parlamentari li jsemma leħnu fuq ċerti affarijiet.", "X'se jgħidilhom lill- istudenti tar-raba' sena tal-Liġi u tal-B.", "Com. meta dawn jinsabu preokkupati wkoll jekk humiex se jintlaqtu jew le mis-sistema l-ġdida ta' l- istipendju, kif ġiet proposta issa mill-Gvern?", "X'risposti se jagħti s- Segretarju Parlamentari?", "Nhar is-Sibt jiena u l-Onor.", "Cilia konna preżenti għall-music awards, inizjattiva ta' min ifaħħarha, li verament kienet serata - bħalma kienu ta' qabilha - valida bi sforz kbir ta' professjonalita'.", "Kien hawn vojt li qed jimtela biha din.", "Mr Chairman, jien kont qed naħdem fuq idea li naturalment ma nafx jirnexxilix nirrealizzaha imma se nissuġġerixxi biex il- Gvern jieħu inizjattiva biex jibda jagħti premju fil-mużika klassika, fid- danza, fl-arti, fit-teatru, lis-solisti, lill-atturi u lin-nies tal- letteratura.", "Bħalma jingħata premju lin-nies tal-mużika pop, għaliex m'għandhomx jingħataw premju wkoll dawn in-nies li qed jagħtu kontribut lill-kultura nazzjonali?", "Din ma jistax jagħmilha xi ħadd privat, għaliex l- ispejjeż huma kbar u ftit issib sponsors li jiffinanzjawlek dawn it-tip t'affarijiet.", "Jekk ma tkunx l-inizjattiva tal-gvern, dan ma jsirx.", "Jien nissuġġerixxi li inizjattiva bħal din għandu jeħodha l-ministeru tal- kultura nazzjonali u s-segretarjat partikolari.", "Nagħlaq billi ngħid xi ħaġa dwar il-millenju l-ġdid.", "Mr Chairman, l-unika darba li ssemma l-millenju l-ġdid huwa lejn l-għeluq tad-diskors tal-budget fejn il-Ministru qal hekk:", "\"Fl-aħħarnett, wara li l-Kabinett Malti għamel sejħa għal suġġerimenti ta' proġetti ġodda li jistgħu jiġu marbuta mal-millenju l- ġdid, għandu jiġi identifikat dan il-proġett kmieni kemm jista' jkun ħalli jkun jista' jinbeda x-xogħol fuqu mingħajr dewmien u jitwettaq sa dik id-data.\"", "Dan huwa l-millenju l-ġdid?", "Hekk se nitrattawh?", "Diġa' qegħdin fl-1998!", "Fid-diskors tal-budget ta' qabel dan, l-Onor.", "Cilia qalilna li għandu s- sodisfazzjon li dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu fdati f'idejn is- segretarjat parlamentari.", "Jiġu fdati f'idejn is-segretarjat meta l-Onor.", "Cilia lanqas biss kien preżenti għall-konferenza stampa li għamlet is-sejħa għal proġetti?", "L-Onor.", "Cilia qalilna wkoll li huma jemmnu li l-ippjanar għandu jsir bil-galbu għaliex qalilna li sfortunatament taħt gvernijiet preċedenti kien hawn it-tendenza li kollox isir ta' malajr biex imbagħad wara jibdew jinqalgħu ħafna kwestjonijiet.", "Mr Chairman, dalgħodu jien qrajt fil-gazzetta \"The Times\" li se jsir il- proġett tal-millenju tat-Telemalta.", "Dan ħareġ out of the blue u qalu li mbagħad se jagħmlu press conference ħalli jgħidu fiex se jkun jikkonsisti dan il-proġett.", "Fejn hu l-kumitat tal-millenju?", "Kif inhu mdaħħal il- ministeru tal-kultura?", "X'hemm ippreparat għal dak li kont dejjem ninsisti fuqu jien, cioe' t-triċentinarju mill-mewt ta' Mattia Preti.", "X'hemm ippreparat għar-rewwixta tal-Maltin kontra l-Franċiżi, 200 sena wara dak l- avveniment storiku?", "X'sehem se jkollha Malta fil-Ġublew?", "Dan mil-lum għal għada se nagħmluh?", "Mr Chairman, jien assolutament inħoss li l- problema hija kbira.", "Il-baħħ f'dan il-kamp huwa kbir u l-Onor.", "Cilia għandu jipprotesta mal-Prim Ministru.", "Forsi wieħed jista' jgħid: Dik jonqsu l- Prim Ministru, il-protesta tas-Segretarju Parlamentari Cilia!", "Il-problemi huma kbar pero' jien inħoss li xorta għandu jagħmilha l-protesta, għax ma jistax ikun li l-kultura tiġi tittrattaha b'din il-manjiera.", "Wara kollox l-Onor.", "Cilia fis-27 ta' Jannar kien qalilna:", "\"Hawnhekk nixtieq ngħid ukoll li l-Prim Minisru nnifsu għandu għal qalbu ferm dan il-konċett u sejjer jagħtih anke l-attenzjoni personali tiegħu biex jiżgura li dan l-organu jiffunzjona.", "Biex dan iseħħ irridu ninkoraġġixxu lill-artisti, lill-kittieba, lil-lingwisti u lil dawk kollha li għandhom xi talent kulturali u għal dan il-għan qegħdin isiru l-preparamenti għat-twaqqif ta' kunsill nazzjonali għall- kultura u arti.\"", "Dan ma nafu xejn x'sar minnu minn din is-sena.", "Mela jekk lill-Prim Ministru daħħlu biex jgħid kemm se jieħu interess personali fih, jiena nħoss li għandu jerġa jmur għandu u jgħidlu li ma jistax ikun li l-kultura nazzjonali nitrattawha b'din il-manjiera.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lill-ħabib u kollega tiegħi l-Onor.", "Richard Muscat nixtieq kieku nissuġerilu, wara d-diskors tajjeb tiegħu, li qabel niddeċiedu x'se nagħmlu għall-millenju l-ġdid niddeċiedu x'se nagħmlu sa l- aħħar tas-sena!", "Għaliex ġejna hawn qisna business as usual u fil-verita' llum il-pajjiż sebaħ f'sitwazzjoni li żgur li kulħadd jaf li hija waħda ta' inċertezza kbira.", "Il-poplu barra minn din il-Kamra, filwaqt li qed niddiskutu suġġett ta' importanza kbira, kif inhi l-edukazzjoni, naħseb li iktar qiegħed jitkellem dwar it-tħassib li tqanqal b'dak li ġara f'dawn l- aħħar ġranet, tħassib dwar kriżi li l-Gvern qed jiffaċċja wara li għandu diffikulta' reali dwar jekk igawdix l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri eletti f'din il-Kamra.", "Jiena naħseb li huwa importanti li niddiskutu dawn il-pjanijiet għaliex ġurnata ssegwi lill-oħra, ix-xemx tibqa' titla' u xorta rridu nibqgħu nittekiljaw il-problemi li niltaqgħu magħhom ta' kuljum, imma l-verita' hija li għandna gvern ferut u meta jkollok gvern ferut ikollok pajjiż ferut.", "Sur President, għall-futur u għall-iżvilupp tiegħu, inkluż l-edukazzjoni, pajjiż għandu bżonn garanzija ta' stabilita', u hemm bżonn li wieħed ikun jaf eżattament ix-xenarju wiesa' tal-ħajja politika li ngħixu aħna f'dan il- pajjiż.", "Irridu nkunu nafu eżatt fejn aħna fid-demokrazija tagħna.", "Għaliex jekk ma jkollokx stabilita' politika u jekk ma jkollokx demokrazija appoġġata minn din l-istabilita', allura f'ħafna affarijiet ma tkunx tista' timxi 'l quddiem.", "Huwa veru - u dan diġa' esprimejtu fil-kitbiet tiegħi - li l-pajjiż ma jiflaħx għal din il-kriżi politika.", "Il-pajjiż għandu biżżejjed problemi x'jiffaċċja u l-pajjiż fil-fatt għandu bżonn din l- istabilita'.", "J'Alla f'qasir żmien wieħed isib soluzzjoni għal din il- problema.", "Iżda jien nemmen ħafna li indipendentement minn din il-kwestjoni ta' kriżi politika, li wara kollox tista' tkun kriżi temporanja u tista' tkun ukoll kriżi li tista' tiġi riżolta, l-akbar ħsara li proprju se jsofri pajjiżna tibqa' l-ħsara mid-diffikulta' tal-politika soċjo-ekonomika u l- ħsara bil-politika barranija li qiegħed isegwi l-Gvern Laburista.", "Sur President, għalhekk meta imbagħad niġi biex inħares u niffoka fuq il- qasam ta' l-edukazzjoni, meta nħares lejh kif għandi nagħmel b'għajn kritika, insib li dan il-qasam li huwa vitali għall-iżvilupp tagħna, għar- risq u għas-saħħa tal-poplu tagħna, qiegħed imġarrab minn ċerta kontradizzjoni u minn ċertu proċess ta' kontradizzjoni.", "Sena wara l-bidla tal-gvern insibu li l-qasam ta' l-edukazzjoni, b'mod ġernali l-qasam kulturali, beda jgħix u kompla jgħix - biex ngħidu hekk - il-ħajja ta' kuljum tiegħu fi proċess ta' kontinwita', imma beda jgħix din il- kontinwita' f'qafas ġenerali ta' diskontinwita'.", "Wieħed ipprova jkompli jibni fuq it-tajjeb li kien hemm, isewwi id-dgħjufija u d-difetti li kien hemm, jibni fuq dawk il-proċessi u policies tajbin li diġa' kien hemm b'kontinwita' imma imbagħad fil-qafas iktar wiesa' għamilna qasma u qtajna minn miegħu.", "Jien naħseb li d-diffikulta li fl-aħħar mill-aħħar għad irridu niffaċċjaw fil-qasam ta' l-edukazzjoni, b'konsegwenzi li ma nħossuhomx din is-sena u forsi lanqas is-sena d-dieħla jew ta' wara, huwa l- fatt li għandna micro framework, għandna qasam ta' ħajja ta' kuljum fil- qasam ta' l-edukazzjoni, li ġeneralment huwa f'moviment ta' kontinwita' imma f'macro framework, f'qafas ġenerali li huwa skonness mid-direzzjoni, mill-viżjoni li segwiet Malta f'dawn l-aħħar snin u nafu li dik kienet direzzjoni u viżjoni li l-indikaturi kollha juru li kienet qed iġġib ġid lil Malta.", "Jien m'iniex qed ngħid li kienet xi ħaġa perfetta u li ma kellhiex id-difetti tagħha jew li ma sarux żbalji, pero' m'hemmx dubju li l-qafas ġenerali tad-direzzjoni u tal-viżjoni li qabad il-pajjiż fl-aħħar snin irrenda ruħu f'riżultati li kienu pożittivi.", "Mr Chairman, jien diġa' kelli okkażjonijiet oħra fejn fissirt it-tħassib u l-preokkupazzjoni tiegħi li l-intenzjonjiet, l-iskopijiet, l-objettivi, il-policies, l-istrateġiji tajbin, almenu f'dawk id-diversi punti li huma tajbin u li naqblu magħhom fil-qafas tal-ħajja ta' kuljum, f'kull livell, se jibdew jiffaċċjaw id-diffikultajiet, il-limitazzjonijiet li huma riżultat proprju ta' dan il-qafas aktar ġenerali u aktar wiesa'.", "Huwa f'dan is-sens li nixtieq nipprova ninterpreta x'qiegħed jiġri fil-qasam ta' l-edukazzjoni billi nagħti ħarsa lejn ċerti dettalji ta' l-oqsma tal- livelli primarji, sekondarji u oħrajn u mbagħad nagħti ħarsa oħra lejn is- settur terzjarju u nipprova nislet ukoll xi konklużjonijiet.", "Huwa veru li meta tiġi għall-qasam ta' l-edukazzjoni l-kejl tal-kisbiet pożittivi jirrikjedi ċerta firxa raġonevoli ta' żmien u jien, Sur President, inħoss li din il-firxa raġonevoli ta' żmien għandi nagħtiha anke jekk l- Oppożizzjoni Laburista ma kenitx tkun daqstant raġonevoli.", "Pero' tajjeb li nfakkar li għalkemm huwa veru li fil-qasam ta' l-edukazzjoni r-riżultati jitkejlu fuq firxa ta' żmien, fil-fatt dak it-telf li inti tkun ġarrabt b'deċiżjonijiet ħżiena li jkunu saru f'mument partikolari ma tkunx tista' tirkuprah.", "Ġieni f'rasi, per eżempju, dak li tlifna fis-sebgħinijiet u fit-tmeninijiet bil-kwestjonijiet u bin-nuqqas ta' policy u bin-nuqqas ta' impenn għal dawk li huma studji soċjali, b'riżultat li għadna sal-lum inbatu l-konsegwenzi biex ikollna n-numru ta' assistenti soċjali meħtieġa fil-pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll, Sur President, li anke meta niġu biex nitkellmu fuq kif żdied il-budget ta' l-edukazzjoni, dan wieħed ikun irid jiflih sew għaliex meta nħarsu lejn in-nefqa rikorrenti nsibu li għalkemm huwa veru li din in-nefqa żdiedet bi kważi Lm2.5 miljun, meta imbagħad tibda tara din iż- żieda fejn hi qiegħda ssib li din hija żieda fil-pagi, salarji, bonuses u allowances ta' l-impjegati.", "Naturalment nifhem li l-edukazzjoni huwa wkoll qasam fejn parti sew mill-progress irid isir permezz tar-riżors uman li jkun irid jiġi mħallas b'mod ġust biex ikun jista' jirrendi.", "Pero' meta mbagħad inħarsu lejn id-dettall insibu diversi affarijiet.", "Hawnhekk xtaqt nagħmel riferenza għall-qasam ta' l-edukazzjoni speċjali, fejn fil- budget qed naraw tnaqqis ta' 20%.", "Hawnhekk insibu li matul is-sena li għaddiet ma dħalniex bis-serjeta' f'dan il-qasam għaliex ma kienx hemm l- impenn meħtieġ.", "Dan huwa qasam fejn għandna problemi sostanzjali.", "Ma nafux, per eżempju, x'se jiġri mill-politika nazzjonali li kienet ġiet imfassla mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' xi sentejn jew tlieta ilu, u ma nafux kif din se tiġi tradotta fi strateġija konkreta.", "Ma nafux lanqas x'ġara mil-laqgħat regolari li kienet tagħmel il- kummissjoni ma' l-uffiċjali tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni f'dan il- qasam u x'laqgħat regolari għadhom qed isiru bħalissa.", "Naf li hemm kwestjoni rigward problema li tolqot il-facilitators u huwa importanti li nifhmu xi jrid isir.", "Il-miri li għandna quddiemna huma tajbin, huma miri li jgħinu lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali jgawdu minn trattament ugwali bħalma jgawdu żgħażagħ oħra.", "Pero' irridu naħsbu ħafna biex nippreparaw għaliha għaliex, għalkemm hija politika benefika, għandha wkoll id-diffikultajiet tagħha.", "Aħna ma nistgħux nagħmlu biss talbiet għal facilitators.", "Irridu naħsbu kif se nittrejnjawhom u kif se nedukawhom u jrid ikollna wkoll il-mekkaniżmi l-oħra li b'ekwita' u b'ġustizzja niddeċiedu min tassew għandu bżonn il-facilitators u min m'għandux.", "Jiddispjaċini li għadna ma żviluppajniex - mhux tort ta' l-amministrazzjoni preżenti, hija kwestjoni li ilna nitħabtu magħha - il-mod kif inkunu nistgħu naslu biex ikollna assessment komprensiv tat-tfal li jistgħu jiġu bżonn ta' dawn l-affarijiet.", "Sur President, f'dan il-budget innotajt li taru l-voti tal-guidance and counselling, taru l-voti ta' l-amministrazzjoni tal-kunsilli ta' l-iskejjel u naqqasna wkoll l-vot tat-taħriġ, minkejja li fl-objettivi ngħidu li għandna bżonn ta' iktar taħriġ.", "Sur President, kien hawn żmien meta għall-ħalib li nagħtu fl-iskejjel konna nivvotaw kważi Lm0.25 miljun, imbagħad mis-sena l-oħra tfajna dan il- vot taħt materials and supplies.", "Għalhekk jien kont nippretendi li fl-1997 il-vot annwali ta' l-1996 jiżdied b'dak il-Lm0.25 miljun, pero' fil-fatt dan ma sarx u jekk wieħed iħares lejn il-vot tal-materials and supplies għall-estimi ta' l-1998 isib li dawn il-Lm0.25 miljun ħalib għat-tfal ta' l- iskejjel ma jidhirx.", "Nixtieq nirriferi wkoll, Sur President, dwar il-ħtieġa ta' aktar appoġġ lill-iskejjel sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-miżuri ta' diċentralizzazzjoni tant meħtieġa.", "Sħabi messew ukoll il-kwestjoni taż- żgħażagħ u ta' l-isport.", "Jien ngħodd l-isport fil-qasam edukattiv bħala suġġett ta' importanza kbira.", "Għal ħafna snin amministrazzjonijiet differenti ma tawx importanza lil dan is-suġġett u jien nixtieq nara jseħħ dak li kien qed jgħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, jiġifieri li l-qasam ta' l-isport jingħata kemm jista' jkun importanza.", "Irrid ngħid ukoll li jien jidhirli li dan il-Gvern baqa' lura f'dak li huwa taħriġ fl-edukazzjoni vokazzjonali u dik teknika.", "Minkejja li għandna nuqqas ta' ħaddiema kwalifikati u edukati biżżejjed biex inkunu nistgħu nbiddlu r-ristrutturazzjoni ekonomika minn waħda ta' labour intensive għal waħda ta' capital and high technology intensive, rajna li għaddiet sena u l- unika ħaġa li għandna fil-budget hija li s-sena d-dieħla se ssir white paper fuq dan is-suġġett.", "Sur President, hawnhekk jidhirli li l-filosofija hija żbaljata għaliex donnu se ssir konċentrazzjoni fuq vocational education and training mentri l-idea tal-Partit Nazzjonalista kienet - u konna lħaqna ħdimna ħafna dwarha - li noħolqu bażi fil-forma ta' federazzjoni ta' skejjel fil-qafas ta' kulleġġ għall-edukazzjoni ta' arti, ta' teknoloġija u ta' xjenza applikati.", "Dwar dan forsi jkolli ċans li nitkellem ftit aktar tard.", "Sur President, nixtieq ukoll li jkolli aktar informazzjoni ħalli nkun nista' nifhem x'qed jiġri mill-kunsill nazzjonali għall-kwalifiki okkupazzjonali.", "Għalkemm f'Awissu li għadda ġew ippubblikati ċerti regolamenti, nixtieq li l-Kamra jkollha ftit aktar informazzjoni.", "Sar ħafna diskors fuq il-livell ta' kemm aħna litterati u kemm aħna lingwisti tajba.", "Jien insostni b'qawwa kbira li qabel nibdew nitkellmu dwar jekk nafux biżżejjed il-lingwa Ingliża u jekk aħniex sejrin lura f'din il- lingwa, naraw ftit fiex aħna fil-lingwa tagħna, għaliex jekk fil-lingwa Maltija qegħdin niffaċċjaw sitwazzjoni fejn, bil-kitba u bid-diskors, l- istudenti qed isibu diffikulta' biex jesprimu ruħhom bl-ilsien ta' arthom, allura m'għandniex niskantaw li t-tfal tagħna jsibu wkoll diffikulta' biex jesprimu ruħhom bl-Ingliż.", "Jiġifieri jien naħseb li huwa importanti ħafna li meta nitkellmu dwar titjib fil-kwalita' tat-tagħlim ta' l-ilsna, l-ewwel nagħtu importanza kbira lit-tagħlim ta' l-ilsien Malti, imbagħad nagħtu wkoll importanza lit-tagħlim ta' l-Ingliż li naqbel li sfortunatament morna lura fih.", "Pero' ma rridux noqogħdu ngħidu li morna lura fit-tagħlim ta' l- Ingliż biss għax morna lura wkoll fil-profiċjenza tagħna tal-Malti.", "Jien naħseb li dan huwa importanti għaliex jekk nibqgħu nagħmlu enfasi biss fuq l-Ingliż u ma nsemmux il-Malti - jien naf l-intenzjonijiet tal-Gvern m'humiex dawn - l-impressjonijiet li nagħtu jkunu impressjonijiet ta' dan it-tip.", "Xtaqt hawnhekk nagħmel riferenza ta' malajr lejn it-tagħlim ta' l-Ingliż bħala lingwa barranija, speċjalment għal dawk li jiġu hawn Malta biex jitgħallmu din il-lingwa.", "Aħna nafu li eluf ta' żgħażagħ, u issa anke adulti, jiġu hawn Malta biex jitgħallmu l-Ingliż u huwa importanti ferm li l-legal notice li kienet ħarġet fl-1996 tiġi mħarsa tajjeb.", "Jien nixtieq nisma' ftit iktar dwar x'qiegħed jagħmel il-monitoring board.", "Naf li dan is-sajf għamel ċerti spezzjonijiet pero' jien naħseb li huwa importanti ferm li f'dan il-kamp aħna naħdmu ħalli nkunu nistgħu ntejbuh kemm nistgħu.", "Sur President, irrid ngħid li hawnhekk għandna wkoll problema li tolqot il-kwestjoni ta' l-għalliema.", "Illum, grazzi għall-miżuri li kien ħa l- Partit Nazzjonalista fil-gvern, qrobna biex insolvu l-problema tan-nuqqas ta' għalliema, anzi donnu qed isir diskors dwar problema ta' numru żejjed ta' għalliema f'ċerti suġġetti.", "Is-sena d-dieħla se jiggradwaw madwar 300 għalliem ġdid, sew bil-B.Educ. kif ukoll bil-PGCE.", "Jien jidhirli li f'dan il-kamp wieħed għandu jagħmel ħiltu kollha ħalli jkun jista' jassigura li nagħmlu l-aħjar użu mill-għalliema li għandna.", "Sur President, kulħadd jifhem li fil-ħin limitat li għandi m'għandix ċans nitkellem dwar l-oqsma kollha ta' l-edukazzjoni pero' rrid ngħid li qed isir xogħol tajjeb fil-livell primarju u anke f'dak sekondarju.", "Jien naħseb li huwa importanti ferm li f'dan il-kamp nimxu bl-idea li l-iskejjel kollha, kemm dawk ta' l-Istat kif ukoll dawk privati, irriduhom jimxu 'l quddiem.", "Ma rridux nitilqu bl-idea li min qiegħed jattendi skejjel privati jew tal-knisja qed ikollu tagħlim aħjar.", "Din hija idea żbaljata.", "Diġa' għidt li hemm skejjel ta' l-Istat li huma tajbin ħafna kif hemm skejjel tal- privat u tal-knisja li huma tajbin ħafna.", "Il-Gvern m'għandux jgħid li se jikkonċentra fuq l-iskejjel ta' l-Istat - dawk huma responsabbilta' unika tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li ma tistax tirrinunzja għalihom - għaliex ir-responsabbilta' tiegħu hija li jassigura li s-sistema kollha edukattiva fil-pajjiż, sew dik privata kif ukoll dik pubblika, tkun ta' l-aħjar livell possibbli.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-kwestjoni tal-livell tal-qasam terzjarju.", "Jien hawnhekk ninnota wkoll li kellna ċertu tnaqqis tant li s- sena l-oħra r-recurrent expenditure fil-vot ta' l-Universita' naqas b'Lm600,000, filwaqt li din is-sena l-capital expenditure naqas bi kważi Lm400,000.", "Jiġifieri f'dawn is-sentejn rajna l-budget ta' l-Universita' jonqos b'aktar minn Lm1 miljun.", "Il-mission statement li hemm fl-estimi dwar l-edukazzjoni jitkellem dwar dan il-pjan ta' żvilupp li qiegħda tħejji l-Universita'.", "Jiena diġa' esprimejt ruħi u għidt li hawnhekk issa rridu nagħmlu dik il-qabża li diġa' għamilna fil-livell sekondarju aktar minn 30 sena ilu meta konna daħħalna l-edukazzjoni sekondarja għal kulħadd.", "Forsi għadna sal-lum inħossu l-impatt ta' dik id-deċiżjoni pero' naħseb li diġa' qed noqorbu għall-edukazzjoni terzjarja tal-massa.", "Meta niġu għal dan ir- rigward, nidħlu wkoll fil-kwestjoni tal-kwalita' u m'hemmx dubju li llum il- ġurnata din qiegħda tkun kwestjoni komplessa.", "Meta wieħed jipprova jagħti post ta' edukazzjoni għolja lil kull ċittadin li hu kapaċi u li għandu r-rieda li jibbenefika minnha, se jkollu l- kumplessita' ta' l-ispiża involuta, tal-kwalita', ir-rilevanza ta' l- istudji li jsiru, il-problema ta' l-ekwita' u ta' l-aċċess għal min ma jkunx jista' għaliex ikun ġej minn familja batuta u allura hawnhekk tidħol ukoll il-kwestjoni ta' l-għajnuna finanzjarja, sew lill-familji kif ukoll lill-istudenti.", "Jien ngħid li f'dan il-kamp irridu nibdew naħsbu sabiex nagħtu definizzjoni iktar wiesgħa fit-terminu ta' \"edukazzjoni terzjarja\".", "Fil-kungressi li għamlu l-istudenti jien diġa' kelli l-opportunita' ngħid li għandna nikkonsidraw b'mod serju li l-edukazzjoni terzjarja tiġbed taħt il-kappa tagħha l-edukazzjoni post-sekondarja, sew dik l-edukazzjoni li hija l-fażi tranżitorja bejn il-livell sekondarju u dak universitarju, kif ukoll dik l-edukazzjoni post-sekondarja li hija edukazzjoni f'kulleġġi professjonali jew istituti tekniċi post-sekondarji.", "Dan għandu jsir dejjem bil-flessibilita' għall-istudenti li jistgħu jibdlu d-direzzjoni ta' l- istudji tagħhom, jiġifieri biex ikollok settur fejn dak li inti takkwista fid-diversi studji tiegħek tkun tista' tieħdu miegħek biex ittejjeb u titla' f'livelli iktar ogħla ta' edukazzjoni.", "Importanti ferm, li nimxu iktar lejn id-direzzjoni ta' multiversita' iktar milli universita'.", "Aħna nafu li konna bdejna resqin lejha din għaliex fl-Universita' mhux fakultajiet u dipartimenti biss hemm bħal meta dħalt l-Universita' jien.", "Issa nafu li l-Universita' bdiet tiżviluppa f'istituti, f'ċentri, f'kumpanniji kummerċjali, f'fondazzjonijiet, f'federazzjoni ta' attivita' akkademika, ta' riċerka u ta' ħidma li hija f'relazzjoni wkoll mas- soċjeta', mas-settur tal-business, mas-settur kummerċjali u anke ma' l- ekonomija u l-kultura.", "Dak huwa x'għandu jkun il-livell ta' l-edukazzjoni terzjarja.", "Dan iġibni biex mhux biss ngħid li għandna nħarsu lejn din il- kappa l-ġdida li għandna bżonn u allura l-istrutturi meħtieġa, imma rridu nqisu wkoll li l-edukazzjoni terzjarja tagħna ma jistax ikollha l-orizzonti tagħha limitati għax-xtut ta' pajjiżna.", "U dan nista' norbtu wkoll ma' dak li kont qiegħed ngħid fil-bidu, jiġifieri li lanqas pajjiżi ħafna iktar sinjuri u żviluppati minna u li għandhom sistemi edukattivi tagħhom żviluppati ħafna, ma jimmaġinaw li s-sistemi edukattivi tagħhom jibqgħu mħaxknin fil-limiti tat-territorji tagħhom.", "Allura jien nipproponi li l-iktar ħaġa ta' ġid li tista' tiġri għall- edukazzjoni ta' pajjiżna, b'mod partikolari għall-edukazzjoni terzjarja, hija proprju l-integrazzjoni ta' l-edukazzjoni tagħna fis-sistema Ewropea, fis-sistema li aħna nixorbu minnha u li nistgħu nikkontribwixxu fiha.", "Ma jistax ikun li aħna nibqgħu iżolati, għaliex kif saħaq il-Ministru ftit tax- xhur ilu, anke hu jħoss il-ħtieġa li s-sistema edukattiva tagħna ninternazzjonalizzawha u nsarrfuha fuq il-bank tal-prova internazzjonali.", "Jiena ngħid li dan id-diskors ma jistax jibqa' diskors imma rridu npoġġuh fil-prattika billi nintegraw ruħna proprju fis-sistema Ewropea fejn allura Malta tkun tista' tiżviluppa aktar dawk il-ħwejjeġ li għalihom hija tajba, kif inhuma l-istudji Mediterranji, ix-xjenzi marini, il-gerantoloġija u d- diabetoloġija, l-enerġija mix-xemx u mir-riħ u affarijiet oħra bħal dawn biex allura hemmhekk inkunu nistgħu nagħtu dan il-kontribut.", "Għalhekk jiena ngħid li l-politika tal-Partit Laburista kontra s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea hija fattur li se jxekkel u jillimita l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Waqt li qed nitkellem fuq l-edukazzjoni terzjarja rrid nagħmel kumment ta' malajr dwar il-ħtieġa li noqogħdu attenti għall-awtonomija akkademika.", "Il-kapaċita' tal-kejl akkademiku m'għandhomx jidħlu fiha il-gvernijiet imma għandha tibqa' biss f'idejn l-istituzzjonijiet edukattivi.", "Nieħu gost li nara wkoll li qed jissaħħaħ il-proċess għall-awditjar ta' l-Universita'.", "Fl-aħħarnett niġu wkoll għall-finanzjament.", "Aħna nafu li l-investiment li l-aktar li jirrendi llum il-ġurnata huwa l- investiment fl-edukazzjoni.", "Meta kellna ċ-ċivilta' agrikola kienet l-art l- aktar li tirrendi u meta kellna ċ-ċivilta' industrijali kienu s-sorsi ta' l-enerġija l-aktar li jirrendu.", "Fiċ-ċivilta' ta' l-informatika l-aktar li jirrendi huwa l-investiment fl-edukazzjoni u għalhekk jiena nixtieq li nagħlaq l-intervent tiegħi bl-argument dwar l-istipendji għaliex hawnhekk il-kwestjoni hija li għandna Gvern li jħaddem il-konċett tad-diżonesta' politika.", "Jekk irridu eżempju ċar ta' dan l-argument insibuh fil-każ ta' l- istipendji.", "Dan huwa partit li sollennement wiegħed li l-istipendji ma jmisshomx u li l-kelliem ewlieni tiegħu għall-edukazzjoni, illum ministru responsabbli minn dan il-qasam, għajjar lil din in-naħa giddieba għaliex kienet qed tindika li l-istipendji jistgħu jkunu fost dawk l-affarijiet li se jintmessu.", "Imbagħad naraw li mhux biss il-Gvern jirrinega bl-aktar mod ċar din il-wegħda li hu daħal għaliha imma jagħmilha b'mod illi verament huwa żbaljat, jiġifieri bla konsultazzjoni ta' xejn.", "Aħna ġejna hawnhekk għal 15-il seduta sħaħ niddiskutu l-qasam ta' l-edukazzjoni u naraw kif se nwaqqfu kummissjoni dwar l-edukazzjoni, imbagħad din l-istess kummissjoni ġiet injorata kompletament.", "L-Universita' saret taf mill-gazzetti li se jintmiss l-istipendju.", "Allura jiena nsostni li f'din il-materja għandna sitwazzjoni fejn l-aktar li se jbatu huma n-nies li m'għandhomx il-mezzi.", "Il-mod ta' kif ġiet imqanqla din il-kwestjoni kien li kellna ħafna nies jgħidulna biex lill-istudenti ma nfisduhomx u li hemm bżonn inderruhom the real ugly world where only the fittest survive.", "Naħseb li jekk ma noqogħdux attenti nispiċċaw biex the richest will be the fittest.", "Irridu noqogħdu attenti għall-valuri soċjali li qegħdin indaħħlu f'dan il-kamp.", "Jekk inżidu l-piżijiet finanzjarji għall-familji, speċjalment dawk bi dħul baxx, dan ikun qed iservi ta' deterrent għal dawk iż-żgħażagħ milli jkomplu bl-istudji tagħhom.", "L-ulied ta' familji bi dħul baxx diġa' għandhom il- problema li fil-biċċa l-kbira tagħhom m'għandhomx ġenituri gradwati sabiex iservu ta' role models, u issa b'dan il-budget qed inkomplu nżidulhom piż ieħor, dak finanzjarju.", "Sur President, sforz l-istipendju llum għandna 8,000 student fl-Universita'.", "Għadna lura milli jkollna n-numri meħtieġa, pero' s'issa ġibna ratio ugwali bejn nisa u rġiel.", "Pero' meta mbagħad naraw mil-liema belt jew raħal ġejjin dawn l-istudenti nsibu li fin-naħa t'isfel, in-numru ta' studenti li qed imorru l-Universita' huwa inqas min-numru ta' dawk l-istudenti li ġejjin minn postijiet oħrajn.", "Jien kont ressaqt mozzjoni sabiex il-Gvern ma jibqax għaddej f'din it-triq rigward l- istipendju pero' f'daqqa waħda, xi ħmistax jew tliet ġimgħat qabel bdiet l- Universita', il-Ministru niżel mill-għolja tal-Girgenti bit-twavel u qal li l-istipendju se jibda jingħata nofsu bħala għotja u nofsu bħala self.", "Imbagħad għandna l-problemi kbar rigward l-eżenzjonijiet.", "Xi ħadd li fil- Matsec ma jħallasx il-miżata jiġi eżenti, pero' jekk l-income tiegħu jitjieb x'jiġri?", "Jibqa' eżenti?", "Hemm imbagħad il-kwestjoni ta' dawk li jmorru tajjeb ħafna.", "Fuq din diġa' kien hawn kritika, fis-sens li din se ġġiegħel lill-istudenti fl-Universita' jerġgħu jibdew idaħħlu f'rashom l- importanza ta' l-eżamijiet.", "Għalfejn ġejna hawnhekk nagħmlu dawk is-seduti kollha nitkellmu fuq Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Edukazzjoni meta imbagħad qbadna u daħħalna dawn l-affarijiet mingħajr ebda konsultazzjoni?", "Għaliex din il-Kummissjoni ma ġietx involuta f'dawn l-affarijiet?", "Għaliex issa l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, wara li daħħal kollox fil-budget, ġie jgħidilna li fuq din il-kwestjoni ta' l-istipendji issa jrid jagħmel \"a reappraisal of the stipend system because it will best determine the financial assistance that students may need during the entire duration of the chosen courses without prejudicing accessibility to university education but ensuring that students are properly motivated\"?", "Mela fl- istess budget, fejn qegħdin ngħidu li hemm bżonn nagħmlu evalwazzjoni tas- sistema ta' l-istipendji, indaħħlu miżura bla ma nafu eżattament x'inhu l- impatt tagħha fuq l-istudenti.", "Sur President, jien verament jidhirli li hija ħaġa mhux flokha li jkollok Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Edukazzjoni li jkollha dawn it-terms of reference u lanqas biss tiġi kkonsultata.", "Biex nuri l-protesta ta' din in- naħa tal-Kamra fuq dan in-nuqqas ta' konsultazzjoni nixtieq nipproponi emenda oħra li tgħid hekk:", "\"B\" Fil-Vot 15 Rikorrenti, ħassar l-item 4315 - Kummissjoni Nazzjonali dwar l- Edukazzjoni - Lm20,000.", "In Vote 15 - Recurrent, delete item 4315 - National Commission for Education - Lm20,000.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin għall-Oppożizzjoni ittieħed u l-ħin li fadal huwa kollu għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Sur President, jiena qed nibda nitkellem b'daqsxejn ta' hesitation għaliex s'issa qatt ma kelli ċ-ċans li nitkellem mal- Ministru nnifsu.", "Għalhekk illum, fil-ftit minuti li nista' bid-diċenza nieħu min-naħa tal-Gvern, irrid nesprimi ideat li forsi min-naħa tal-Gvern diġa' rawhom, pero' ma nafx jekk eżaminawhomx jew le.", "U nibda allura biex nistaqsi: Jekk il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ħass il-ħtieġa f'din il- kriżi finanzjarja ...?", "Illum kulħadd qed jammetti li hawn kriżi, allavolja n-naħa l-oħra qed iwaħħlu fil-Gvern u jien diġa' għidt li ma naqbilx magħhom.", "Qegħdin jgħidu li l-gravita' żviluppat issa mentri l- gravita' tas-sitwazzjoni finanzjarja ilha teżisti - u dan ktibt fuqu - u mhux żviluppat issa.", "Imma issa l-isfond huwa l-kriżi finanzjarja u f'din il-kriżi finanzjarja, l-Gvern għandu d-dmir li jsalva dawk l-affarijiet li huma importanti, iżid l-ispiża fuq l-affarijiet li fit-tul se jkollhom profitt u jarmi dawk li jħoss li m'humiex neċessarji - ma ngħidx żejda għax xejn m'hu żejjed fid-dinja - u li f'din il-kriżi nistgħu ngħaddu mingħajrhom.", "Jien naħseb li l-aħjar ħaġa hija li wieħed iħares globalment lejn is-sitwazzjoni li teżisti fl-edukazzjoni u jistaqsi x'inhu dak li jrid iżomm, x'inhu dak li jista' jneħħi u anke dak li jista' jżid?", "Almenu kieku kont responsabbli jien hekk kont inħares lejha s-sitwazzjoni.", "Naturalment apparti l-edukazzjoni primarja u sekondarja, jiena kont inħares ukoll u nara x'inhija l-parti utilitarja ta' l-Universita' - meta qed ngħid utilitarja jiġifieri xjentifika imma li tiġi applikata u li għandna bżonnha immedjatament - u x'inhija l-parti purament akkademika.", "Mhux hekk biss imma kont ngħid ukoll li la issa ftaħna l-edukazzjoni universitarja anke għal dawk li għandhom 100 sena - apparentament anke jien li għandi 82 sena nista' mmur nagħmel korsijiet sussidjati fl-Universita'! - irridu naraw x'inhi l-parti li aħna rridu nikkonċentraw fuqha f'dawk li huma etajiet u x'inhija l-parti li fi kriżi finanzjarja bħal din nistgħu nbiddlu.", "Meta jiena tkellimt fuqi nnifsi u għidt li apparentament jiena wkoll nista' niġi ssussidjat biex immur l-Universita' ħalli nitgħallem, kont qed nesaġera daqsxejn għaliex jiena bil-kemm kelli saħħa niġi hawnhekk dalgħodu, biex nitkellem aħseb u ara kemm għandi saħħa mmur nistudja l- Universita'!", "Imma jien qed nesaġera apposta biex b'hekk niġi għall- mistoqsija dwar jekk fi kriżi finanzjarja bħal din huwiex possibbli li l- unika ħaġa li sibna li nistgħu naqtgħu, nirranġaw jew nimmodifikaw - m'iniex se nidħol f'dan il-mertu għalissa - hija l-istipendji ta' l- istudenti.", "Possibbli dik l-aktar li kellha prijorita'?", "Anzi jien ngħid ukoll li jekk l-Universita' se naqsmuha f'parti li hija utilitarja u parti oħra li hija purament akkademika, meta aħna nafu kemm fl-imgħoddi sħaqna bħala partit u bħala oppożizzjoni u l-Knisja kienet neħħiet mill- Universita' l-istudju tat-teoloġija għaliex ma riditx li dan il-kors - hawnhekk jien naqbel magħhom - għandu jkun soġġett għal regolamenti lajċi ....", "Allura jekk il-Knisja kienet għamlet hekk fl-imgħoddi, issa li qegħdin f'din il-kriżi, il-Knisja - li jien inħoss li għandha qalba tajba f'dawn iċ-ċirkostanzi - tħoss li issa hi stess għandha tagħmel ġest u tikkontribwixxi billi terfa' hi l-piż ta' l-istudenti tat-teoloġija, liema kors qed jieħu ħafna mill-funds ta' l-Universita'?", "M'iniex qed ngħid li dawn jitilqu mill-Universita', jew li dan il-kors ma jkollux status akkademiku fl-Universita', imma qed ngħid li dan il-piż ikun tal-Knisja.", "Dan qed ngħidu għaliex jien ċert li fiċ-ċirkostanzi tal-lum, bi Knisja li hi differenti minn taż-żmenijiet meta jien u l-partit kollu konna ġejna skumnikati għaliex għamilna affarijiet li ma kellhomx x'jaqsmu mar-reliġjon imma li kienu politiċi, dan iż-żmien spiċċa.", "Jien m'iniex se nagħmel bħal ħaddieħor u nesiġi li l-Knisja tagħmel apoloġija.", "L-apoloġija tiġi bil-fatti mhux bil-kliem.", "Jien inħoss li fi kriżi nazzjonali bħal din, il-Knisja għandha tagħti eżempju lil kulħadd u turi l-lat evanġeliku tagħha billi tgħid li min-naħa tal-gvern diġa' kellha a very good deal - meta kien ta kumpens tajjeb fuq l-artijiet u anke għajnuna għall-iskejjel tagħha - u allura issa tħoss li wasal il-mument li tagħmel dan il-ġest.", "Jien qed ngħid mhux għaliex naf li l-Knisja se tagħmel hekk.", "Jien ma tkellimtx dwar dan ma' Mons. Arċisqof, allavolja għandi relazzjonijiet personali tajbin ħafna miegħu, pero' naf li llum huwa għandu kuxjenza soċjali differenti minn dak li kellu fi żmien l-imgħoddi, naf li jixtieq il- ġid għan-nazzjon u allura naturalment inħoss li, jekk ma sarx, dan l- approach irid isir issa ħalli naraw kif se nagħmlu u nikkonvinċu lill- istudenti - saru u ma sarux wegħdiet fl-imgħoddi - li ċ-ċirkostanzi tal- lum jesiġu li kulħadd jagħmel sagrifiċċju.", "Qed ngħid hekk għaliex inħoss li jekk wieħed ikellem lill-istudenti b'mod li jirraġuna magħhom u jgħidilhom li huma jistgħu jagħtu kontribut volontarju ieħor lin-nazzjon ....", "U x'inhuma l-kontributi li jistgħu jagħtu lin-nazzjon biex in-nazzjon ikun jista' jiflaħ - mhux illum biss imma għal quddiem ukoll - għal dak l-istipendju?", "Ħalli nkun aktar crude biex jifhmuni aħjar.", "X'tistgħu tagħmlu intom minflok tissellfu mill-bank?", "Hemm xi alternattiva oħra?", "Jien ma nafx; wieħed irid jiddiskutiha u naraw x'tistgħu tagħmlu intom biex tgħinu ħalli parti minn dawk il-flus li se joħroġ in-nazzjon, b'xi mod jerġgħu imorru għandu.", "Dwar l-Universita', dak li kelli xi ngħid.", "Niġi issa sabiex nitkellem dwar l-edukazzjoni primarja u sekondarja.", "Hawnhekk ukoll, aħna għandna l-istess dilemma, Mr Chairman.", "Għandna d- dilemma ta' Gvern li huwa mgħobbi biż-żewġ divisions li għandna fil-pajjiż; dik ta' l-iskejjel privati, li jien ngħid li m'huma privati xejn, u l- iskejjel tal-gvern.", "U għaliex qed ngħid li dawn m'huma privati xejn?", "Qed ngħid li m'humiex privati fis-sens li m'hemmx xi ħadd li qed imexxihom - qed nirriferi għall-main division issa - għall-profitt.", "Għaliex meta inti tgħid il-kelma \"privat\" tifhem li xi ħadd jagħmel skola għall-profitt - issa x'jagħmel bil-profitt m'iniex qed niddiskutih - u qed jgħidlek biex tagħtih il-permess biex jipprovdi dawn is-servizzi u dan jista' jkun tant tajjeb li attira lil min għandu l-flus.", "Jiena jidhirli li dan għandna nħalluh imma mbagħad m'għandux jippretendi li jieħu wkoll mill-flus li l- Istat ikun irid jonfoq għal nies oħrajn li m'għandhomx dawn il-mezzi.", "Imma fil-każ tal-Knisja din m'għandhiex din il-kwalita' ta' skejjel privati.", "Aħna għandna skejjel li l-gvern tgħabba biex jissussidjahom biex imbagħad dawn imexxu skejjel ta' kwalita' aħjar minn tal-gvern.", "Issa din hija dilemma.", "Għaliex?", "Għax biex int tilħaq lil dawn fil-kwalita', bilfors li trid tagħmel xi sforz li bih tonfoq flus fuqhom ferm aktar milli tista' taffordja fuq l-oħrajn.", "U hawnhekk ukoll irid isir approach min-naħa tal- Knisja.", "Għaliex?", "Meta fl-imgħoddi l-Knisja kellha dawn l-iskejjel kienet tmexxihom mill- fondi tagħha.", "U meta ngħid fl-imgħoddi, m'iniex qed nirriferi għal xi mitt sena ilu imma għaż-żmenijiet meta diġa' kellna s-self-government.", "Il-Knisja kienet damet snin kbar tmexxi dawn l-iskejjel mill-fondi tagħha u kienet tħoss li parti mix-xogħol evanġeliku tagħha kien appuntu li toħroġ mill- funds tagħha u tissupplixxi bil-funds tagħha dak li jistgħu joħorġu l- privat.", "Hekk kienet is-sistema qabel, pero' issa mid-dehra din is-sistema waqfet għaliex mill-funds tal-Knisja, as such, donnu li m'humiex qed joħorġu flus biex jitmexxew l-iskejjel imma minflok qed jiġu mmexxija bil- kontribuzzjonijiet ta' l-istudenti u bis-sussidji li jagħti l-gvern.", "Jien inħoss li issa wasal iż-żmien li l-Knisja tirrivedi din is-sitwazzjoni flimkien mal-Gvern.", "Jien ma nafx kemm saru u jekk fil-fatt sarux diskussjonijiet dwar dawn l- affarijiet u allura ma nistax ngħid jekk dan li qed ngħid huwiex xi ħaġa li fih inizjattiva tajba jew xi ħaġa diġa' mejta għaliex diġa' ġew diskussi.", "Li nista' ngħid huwa li la fil-Parlament illum meta staqsejt lil sħabi u lanqas minn imkien ieħor ma kelli xaqq ta' dawl dwar jekk dawn l-affarijiet sarux jew le.", "Jekk ma sarux, inħoss li għandu jkolli l-wegħda min-naħa tal-Ministru li dawn l-affarijiet se jittieħdu bis-serjeta' u se jsiru mill- iktar fis.", "Inkella bilfors li jkolli nastjeni fil-ħin tal-votazzjoni għaliex inkun qed inħoss li l-prijoritajiet li qed jagħmel il-Gvern fuq din il-kriżi finanzjarja li għandna m'humiex qegħdin sewwa u m'humiex fl- interess tan-nazzjon.", "U la m'humiex fl-interess tan-nazzjon lanqas huma fl- interess tal-partit, għaliex il-partit qiegħed hemm biex jagħmel ġid lin- nazzjon - naturalment ġid skond il-partit tagħna - liema ġid l-ewwel għandu jgawdi minnu ż-żgħir, u l-kbir iħallas l-income tax u l-wealth tax.", "Dan għaliex fejn jidħlu affarijiet soċjali min ikun qiegħed fuq ma jinżilx waħdu imma trid timbuttaħ 'l isfel, u mhux bħal fil-liġi tal- gravita' fejn min ikun qiegħed taħt jitla' waħdu fuq.", "Mr Chairman, fil-ftit ħin li għandi se nitkellem dwar x'inhi l-parti li fuqha l-Gvern jista' jimbotta sabiex ikollu affarijiet ġodda li jkunu self- sustaining, jiġifieri li biż-żmien ma jkollux għalfejn joħroġ il-flus tan- nazzjon.", "U x'inhuma dawn?", "Jien naf li l-Ministru responsabbli mis-saħħa qed jagħmel ħiltu sabiex ġewwa l-universita' jidħlu affarijiet ġodda.", "Jien m'għandix ħin biżżejjed biex nispjega dwar dan għaliex il-limitu ta' ħin li għamilt lili nnifsi huwa ta' 20 minuta u diġa' qbiżtu, pero' xtaqt ngħid li diġa' għaddejjin diskussjonijiet serji bejn l-Universita' ta' Malta u l- Ministru responsabbli mis-saħħa sabiex dak li l-Ewropa issa aċċettat fil- fatt, jiġifieri li l-oriental medicine tkun kumplimentari għall-mediċina tal-punent ....", "Jien nista' ngħid li jien wieħed minn dawk li nemmen fit- tnejn u nista' ngħid li llum qed nitkellem kemm bl-għajnuna tal-mediċina tal-punent kif ukoll bl-għajnuna tal-mediċina orjentali.", "Nista' ngħid li hawn ħafna minn sħabna hawnhekk li meta jkun hemm bżonn imorru kemm għand tobba tal-punent - biex ngħidulhom tal-punent, għaliex illum fil-punent hemm ħafna li jipprattikaw iż-żewġ mediċini - u kemm għand tobba ta' l- orjent.", "Issa jien naf li dawn l-affarijiet mexjin, naf li min-naħa ta' l- Universita' hemm goodwill sabiex ikun hemm koperazzjoni ma' l-Universita' ta' Nanking u naf li dawn l-affarijiet imxew 'il quddiem ħafna.", "Naturalment l-Universita' tagħna qed tgħid li jekk se tiftaħ għal dawn l- affarijiet ġodda trid il-flus, imma trid tkun l-Universita' stess li tgħid kif se nagħmluhom dawn il-flus.", "Allura mbagħad hi tkun trid tnaqqas minn x'imkien ieħor.", "Jiġifieri dan huwa kollu marbut waħda ma' l-oħra.", "Jien naf li min-naħa ta' l-Universita' ta' Nanking hemm din il-goodwill u naf li l-Ministru - jien nista' ngħid ħadt pjaċir li ddiskuta dawn l-affarijiet miegħi u qed ngħinu fihom - issa qed jistenna l-ispunt biex ikun jista' jitkellem mal-Gvern taċ-Ċina ħalli dawn l-affarijiet isiru fuq bażi soda u Malta imbagħad verament issir regional centre għal oriental medicine.", "Issa din għandha riperkussjonijiet oħra fuq l-agrikoltura tagħna għaliex hemm il- herb agriculture, eċċ, imma fil-ħin li għandi jien ma nistax inkompli nelabora aktar.", "Naturalment hemm affarijiet oħrajn li huma konnessi ma' l- Universita' li nispera li jkolli ċans li nitkellem fuqhom meta nkunu qed niddiskutu l-vot tat-turiżmu.", "Sur President, jien nirringrazzjak u nittama li l-Ministru issa ma jirrispondix billi jgħid \"issa mbagħad naraw\" għaliex allura anke jien imbagħad ikolli nara.", "Jien inwiegħdu li jekk jagħti konsiderazzjoni bis- serjeta' ta' dak li għidt jien, lest li nivvota mal-Gvern għaliex jien kontra dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien m'iniex hawn biex inwaqqa' lill-Gvern imma qiegħed hawn biex il-Gvern jisma' dak kollu li għandi xi ngħid u jekk ikun hemm bżonn jibdel ir-rotta u anke jagħmel supplementary estimates għaliex m'hawn ħadd fid-dinja li jekk ikun hemm bżonn ta' supplementary estimates dan ma jagħmilhomx.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA(Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti): Sur President, ftit ta' żmien ilu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni akkużana li qed nibżgħu mmexxu, li aħna xħaħ u li m'għandniex kuxjenza soċjali.", "Aħna ħsibna li forsi l-membri ta' l-Oppożizzjoni se joħorġu b'xi kritika kostruttiva pero' hija ħasra li wara sena dawn għadhom ma rrealizzawx li l-kritika personali, maħmuġa u mqanżħa m'hi se twassalhom imkien ħlief għal telfa elettorali ikbar milli kellhom f'Ottubru tas-sena l- oħra.", "Il-bieraħ smajna lill-Prim Ministru jgiddeb u jġib fix-xejn lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni u pprovalu bil-fatti dak li kien qal Macbeth: \"A tale told by an idiot signifying nothing\".", "Illum, minkejja l-ħin limitat li għandi, se jkollna ħin naraw kemm Gvern Laburista jaf imexxi u mhux, kif qal l-Onor.", "Fenech Adami, li aħna xħaħ u li qtajna qalbna mmexxu.", "Gvern Nazzjonalista, minkejja li kellu tliet ministri jew segretarji parlamentari responsabbli minn dawn l-oqsma, f'disa' snin u nofs ma għamel xejn.", "L-oqsma li se nitkellem fuqhom huma importanti ħafna fil-mixja tal-bniedem fil-ħajja tiegħu ta' kuljum għaliex huma marbutin mal-ħin liberu tiegħu, ħin li fid-dinja mgħaġġla tal-lum huwa prezzjuż ħafna.", "Kull bniedem, min-natura tiegħu huwa artist u jaf anke jistinka sabiex jilħaq l-ogħla ideali, kif jafu jagħmlu l-veri sportivi kollha.", "Ngħaddi mill-ewwel sabiex nitkellem dwar il-qasam sportiv.", "Qabel xejn nibda billi nara jekk il-Gvern tagħna, f'din l-ewwel sena tiegħu, huwiex qed iżomm kelmtu jew le ma' l-elettorat meta kien wiegħdu li kien se jagħmel dak kollu li huwa possibbli biex jgħin l-iżvilupp ta' dan il-qasam sabiex anke l-aspett sportiv fil-pajjiż ikompli jiġi nkoraġġit.", "Hawnhekk jaqbel li nibdew mill-ogħla istituzzjoni tal-ħajja sportiva, proprju l- Kunsill Malti għall-Isport.", "Sur President, aħna wegħedna lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha f'kull qasam tal-ħajja li se ndaħħlu l-kultura tal-parteċipazzjoni diretta fid- deċiżjonijiet li jittieħdu fil-pajjiż.", "Għall-ewwel darba, nies li qatt ma kienu rappreżentati f'dan il-kunsill, illum saru membri sħaħ jipparteċipaw u anke jgħinu fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Tajjeb li hawnhekk insemmu lil dawk bi ħteġijiet speċjali għaliex mhux sewwa li jiġi l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia jgħid li għaż-żgħażagħ bi ħteġijiet speċjali m'hu qed isir xejn f'dan il-qasam u ma jgħidx li hemm rappreżentanza tagħhom, eletti minnhom stess, f'dan il-kunsill li huwa l-ogħla organu sportiv fil-pajjiż.", "Għaqdiet sportivi li sal-lum ma kenux rappreżentati, għaliex ma kenux fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti, illum ukoll daħlu f'dan il-Kunsill Malti għall-Isport.", "Minn sempliċi debating society, dan il-kunsill illum dawwarnih f'għaqda demokratika u tant tajniha poter u mezzi li lanqas biss għadha tingħaraf minn kif kienet qabel.", "Sur President, rigward sponsorships lill-għaqdiet konnessi ma' attivitajiet sportivi, biżżejjed ngħid li din is-sena kemm fuq livell distrettwali kif ukoll fuq bażi individwali, kellna madwar 60 għaqda jew individwu li sabu l-għajnuna tal-gvern.", "Għall-ewwel darba tajna għajnuna finanzjarja lill-clubs tal-waterpolo sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet Ewropej.", "Tajna wkoll għajnuna finanzjarja lill-clubs tal-football bħal, per eżempju, lill-Valletta F.C. sabiex dawn ikunu jistgħu jirranġaw is-Salinos football ground.", "Kemm konna ilna nisimgħu dwaru fil-Parlament!", "Konna wasalna fl-istat tal-biki li ċ- champions tal-football lanqas biss kellhom ground fejn jittrejnjaw.", "Il-Gvern Laburista tant wera fiduċja fil-Kumitat Olimpiku Malti li tah l- akbar appoġġ finanzjarju li qatt ta Gvern Malti għal parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet internazzjonali.", "Qed nirriferi b'mod speċjali għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru fl-Islanda u l-Logħob tal-Mediterran fejn ksibna riżultati nkoraġġanti ħafna għaliex irbaħna 29 midalja.", "Lanqas meta l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ittellgħu f'pajjiżna fl-1993 ma kellna l- ħila niksbu dawk il-medalji li ksibna 'l bogħod minn xtutna.", "Jiena hawnhekk nixtieq nifraħ lil dawk kollha li għamlu unur mhux biss lilhom infushom imma anke lil pajjiżna.", "Nixtieq ngħid ukoll li dawn se jiġu mogħtija l-apprezzament tal-Gvern matul is-sena li ġejja ta' dan l- achievement tagħhom.", "Ħaġa storika oħra fil-kamp sportiv hija t-trasferiment ta' l-ownership ta' diversi artijiet u faċilitajiet sportivi lill-għaqdiet tal-football u tal-waterpolo.", "Qabel lanqas dawn iż-żewġ dixxiplini sportivi ma kellhom dritt fuq il-proprjeta' li kienu qed jagħmlu użu minnha, imbagħad tiġi l- Oppożizzjoni u tgħidilna li naqqasna Lm80,000 mill-vot ta' l-isport meta s'issa diġa' għaddejna art li tiswa l-miljuni ta' liri lil 25 għaqda sportiva.", "Illum il-ġurnata dawn jistgħu jinvestu fil-proprjeta' tagħhom billi jimmodernizzawha u jtejbuha għaliex jafu li dak li jkunu qed jagħmlu, ikunu qed jagħmluh fi ħwejjiġhom stess.", "S'issa bdejna b'dan l- ewwel pakkett pero' nista' ngħid li diġa' qed naħsbu għat-tieni pakkett li se jolqot lil diversi għaqdiet sportivi oħra.", "Ċertament li dan huwa l- pedament għall-iżvilupp infrastrutturali sportiv għal pajjiżna.", "Din kienet wegħda li l-Partit Nazzjonalista għamilha f'żewġ manifesti elettorali u bil- fatti qatt m'għaddew għal dan il-pass, imbagħad jiġu jgħidulna li qed nikkoppjawhom għaliex wiegħdu dan qabel l-elezzjoni!", "Allaħares morna għal dak li kienu qed jipproponu huma għaliex konna noħolqu konfużjoni u piżijiet akbar fuq dawk l-għaqdiet sportivi u ċertament ma konniex nagħmlu unur lil dan il-qasam sportiv fil-pajjiż.", "Sur President, nixtieq ngħid ukoll li l-Gvern jinsab impenjat li l- għaqdiet sportivi nazzjonali fil-pajjiż ikollhom il-premises tagħhom.", "Ninsabu deħlin f'millenju ġdid u s-sitwazzjoni hija waħda tal-biki, tant li diversi għaqdiet nazzjonali lanqas biss għandhom minn fejn joperaw.", "Aħna qed naħdmu sabiex intejbu s-sitwazzjoni.", "M'aħniex qed nagħmlu kif għamel il- Gvern Nazzjonalista fejn qabad Lm60,000 minn flus il-poplu, qal li se jagħmel proġett għall-waterpolo ġo San Ġiljan biex imbagħad ħalla kollox kif kien.", "Dik kienet it-tip ta' għajnuna li kien jagħti l-Gvern Nazzjonalista għall-qasam ta' l-isport.", "Imbagħad jiġu jgħajru lilna u jgħidulna li aħna xħaħ!", "Imma ħalli niġi lura għall-għaqdiet nazzjonali u ngħid li fi żmien il- Gvern Nazzjonalista kien hemm kontroversja ma' l-MFA li damet għaddejja disa' snin u nofs sħaħ u baqa' ma ntlaħaq l-ebda ftehim.", "Fl-ewwel sena tat- tmexxija tagħna aħna diġa' lħaqna ftehim; għax tajnihom l-istadium nazzjonali, it-training grounds u l-parking areas ta' madwar.", "Aħna rridu ngħinu lil dawn l-għaqdiet sportivi u rridu nagħmlu dan mhux bil-flus biss.", "Kieku wieħed kellu jagħti valur finanzjarju lil din l-għajnuna li qed nagħtu lil dawn l-għaqdiet sportivi, jara li din tisboq l-għajnuna li dawn jirċievu mingħand xi sponsors.", "Irrid ngħid ukoll li aħna qed inħarsu 'l quddiem anke fuq livelli lokali.", "Per eżempju, barra li ngħataw il-padiljun u l-ground ta' Kordin, l- Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians ingħataw art kbira sabiex jiżviluppaw u jħarsu lejn il-youth nurseries u lejn l-iżvilupp futur ta' l-isport.", "Il- ground nazzjonali ta' Ta' Qali wkoll kellu t-tinda fi stat perikoluż, pero' l-Gvern Nazzjonalista ma tax kas ta' dan, abbanduna l-obbligi tiegħu u dan il-monument nazzjonali li kien inbena minn Gvern Laburista tħalla jiġi żdingat.", "Pero' issa dan se jerġa' jieħu r-ruħ bil-ftehim li għamilna aħna.", "Ngħaddi issa sabiex nitkellem dwar l-Iskola Sport.", "Ta' min jgħid li fl- ewwel sena ta' amministrazzjoni Laburista, f'din l-iskola żdiedu ma' l- 1,000 tifel u tifla.", "Żidna seba' dixxiplini ġodda, daħħalna attivitajiet ġodda għall-ġenituri, bħalma hija d-dixxiplina ta' l-għawm u anke l-keep- fit u minn din il-ġimgħa wkoll se ngħinu sabiex jidħlu l-courses tal-first aid.", "Din hija l-viżjoni li biha trid tħares 'il quddiem u tkabbar il- mentalita' mhux biss fost it-tfal imma anke fost il-ġenituri.", "Aħna tajna ċans ukoll lit-tfal bi ħteġijiet speċjali sabiex jipparteċipaw fi Skola Sport mingħajr ma ċċarġjajnihom xejn.", "Ngħaddi issa, Sur President, sabiex ngħid xi ħaġa dwar l-upgrading fil- Kumpless Sportiv tal-Marsa.", "Meta tlajna fil-gvern, sibna diżastru sħiħ hemmhekk.", "Biżżejjed ngħid li fi ftit ġranet kellna nbattlu madwar 70 truck imbarazz u ħmieġ li kien hemm miġbur hemmhekk.", "Nista' ngħid li f'moħħna għandna proġett għal dan il-kumpless li jekk jirnexxielna nwettquh, ċertament ikun l-għira anke tal-pajjiżi ġirien tagħna.", "Lil tan-naħa l-oħra jiena ngħidilhom sabiex jistaqsu lill-għalliema ta' l-Iskola Sport jekk qattx kellhom it-tagħmir sofistikat li għandhom illum.", "Is-sabiħa hi li aħna naqqasna n-nefqa u akkwistajna aktar affarijiet!", "Dik hi s-serjeta' u l-effiċjenza.", "Rigward personaġġi sportivi, jiena nemmen li minkejja ċ-ċokon tagħna tajna prova li kapaċi niksbu suċċess meta naħdmu bis-serjeta'.", "Jien minn hawnhekk nixtieq nifraħ b'mod partikolari lil Ġużi Fenech, li sar champion tal-billiards ta' l-amateurs, kif ukoll lil Carol Galea li rebħet l-ewwel medalja tal-fidda fil-Logħob tal-Mediterran.", "Hemm ukoll diversi teams oħra li matul din is-sena għamlulna unur.", "Nixtieq issa ngħid x'għamilna f'dak li jirrigwarda sport bħala parti mill- edukazzjoni.", "Fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq ħloqna swimming promotion unit fejn qed jiġu mgħallma l-basic skills ta' l-għawm lill-istudenti ta' l-iskejjel primarji.", "Dan il-programm tant qed jirnexxi li qed jattendu għalih 400 student fil-ġimgħa.", "Tajjeb ngħidu li qegħdin naħsbu sabiex inkabbru l-isport tat-table tennis fl-iskejjel u qed jiġi rivedut ukoll il- curriculum nazzjonali b'mod li jagħti aktar importanza lill-qasam sportiv.", "L-isport jgħallimna ħafna, jgħallimna nifirħu fir-rebħ u jgħallimna wkoll naċċettaw telfa bi tbissima.", "Il-parir żgħir li nagħti lill-Oppożizzjoni hu sabiex jaċċettaw it-telfa ta' l-elezzjoni with grace ħalli b'hekk ikunu qed juru spirtu sportiv.", "Qasam ieħor importanti f'kull soċjeta' ċertament huwa dak tal-kultura u l- arti Storiku kbir darba kien kiteb li: People without a vision perish.", "Issa jiena inżid biċċa magħha u ngħid li poplu mingħjar kultura m'huwiex poplu.", "Fil-manifest elettorali tagħna enfasizzajna l-fatt li rridu naraw kif niddefendu u nagħmlu minn kollox sabiex l-identita' nazzjonali tagħna u ċertament il-kultura jkollha rwol importanti fis-soċjeta' tagħna.", "Qbadna mill-ewwel bil-proġett ta' St. James Cavalier u sibna li hemmhekk kien hemm bini ttraskurat u kważi dilapidat.", "Pjanijiet kien hemm kemm trid u l-Onor.", "Muscat jista' jmur lura, mhux tliet snin, anke għaxar snin bil-pjanijiet, imma pjanijiet biss jista' jsemmi għaliex fir-realta' qatt ma sar xejn.", "St. James Cavalier, minn bini kważi dilapidat se nittrasformawh f'ċentru ta' l-arti li mistenni jiftaħ din is-sena.", "Rigward ħarġiet kulturali nista' ngħid li għalkemm kien hemm qafas fuqhiex nimxu, fl-ewwel sena tagħna l-1,200 ruħ li kienu jattendu għal dawn il-ħarġiet telgħu għal 1,600 ruħ.", "Kif qed nitkellmu fuq kultura popolari rrid ngħid li hija ħaġa tal-biki li l-Gvern ta' qabel dejjem adura - u għadu jagħmel hekk sal-lum - lill-barrani filwaqt li jagħti jagħti daqqa 'l isfel lit-talent Malti.", "Aħna rajna kif nistgħu ntejbu l-Maltafest u ħloqna rkejjen immirati mhux biss għal dawk l-elite li kienu jħobbu jattendu ċerti attivitajiet imma anke għat-tfal u ż-żgħażagħ.", "Ħloqna l-Maltafest Tfal u l- Maltafest Żgħażagħ li t-tnejn kienu suċċess kbir.", "Aħna tajnihom l-ewwel spazju biex jibdew iduqu din il-kultura u barra minn hekk organizzajna aspetti differenti ta' kultura.", "Kellna, per eżempju, l-water dance ġol- pixxina nazzjonali u anke l-korjografija u għall-ewwel darba nidejna kompetizzjoni nazzjonali li fil-Maltafest ta' din is-sena kellna għaliha record ta' paying audience.", "L-Onor.", "Richard Muscat kien preżenti għal ħafna minnhom pero' naħseb li nesa jgħidhom dawn l-affarijiet fid-diskors tiegħu.", "Sur President, l-impenn tagħna huwa li nagħtu wisa fejn jiġi espress u apprezzat it-talent Malti, liema spazju kien ilu mixtieq mill-artisti lokali kollha u llum bdew jaraw id-dawl.", "Għall-kultura, din is-sena kienet is-sena, jekk xejn, ta' dawk li ngħidilhom firsts jew aħjar breakthroughs.", "Bdejna billi għollejna l-festival għall-kanzunetta Maltija fuq livell internazzjonali, liema festival kien ġie mwarrab mill-Gvern preċedenti.", "Għall-ewwel darba tellajna dan il-festival fil-gżira t'Għawdex u ġie wkoll trasmess minn numru sabiħ ta' stazzjonijiet televiżivi barranin.", "B'dan il- mod għamilna reklam turistiku kbir lil Għawdex u anke ma ħallejniex il- kanzunetta Maltija tiġi rrelegata ħdejn il-kanzunetta għall-Ewropa iżda, kif jixraq, ġibniha pari magħha.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix ukoll il-breakthrough ta' l-orkestra nazzjonali, li semma sieħbi l-Onor.", "Muscat.", "Jien jaqbadni d-daħk meta nisma' din il-kritika għaliex huma stess ammettew il-ħtieġa ta' dan il- pass, anke fi press releases, pero' konna aħna li kellna l-kuraġġ li nagħmlu dan il-pass.", "Il-Gvern preċedenti kellu l-opportunita' li jagħmel dak li għamilna aħna iżda ma kellux kuraġġ.", "Aħna, li skond huma m'għandniex il-ħila mmexxu, kellna l-kuraġġ li nagħmlu dan.", "X'kienet ir- raġuni li huma ma ħadux passi?", "It-tweġiba tista' tkun diversa; tista' tkun apatija, biża' jew anke nuqqas ta' ħila.", "Jien inħalli f'idejn il-poplu sabiex jiddeċiedi liema minnhom hija t-tweġiba t-tajba.", "Li nista' ngħid huwa li għall-ewwel darba Malta għandha orkestra nazzjonali.", "Veru li dan kien pass diffiċli pero' kien pass li għamlilna unur kemm bħala Gvern kif ukoll bħala pajjiż.", "L-ammont ta' ittri li rċevejt mingħand nies li m'humiex tal-fehma politika tagħna li kkongratulaw lill-Gvern għal dan il- pass, għalija huma xhieda biżżejjed fil-kuxjenza tiegħi ta' dan il-monument li għamilna.", "Ħaġa oħra li saret għall-ewwel darba hija d-direttorju kulturali.", "Għall- ewwel darba ġie stampat direttorju kulturali li jiġbor fih artisti ta' pajjiżna minn diversi oqsma kulturali.", "Gazzetta lokali bl-Ingliż tant ma sabitx xi tgħid dwar dan id-direttorju li filwaqt li faħħret il-pass, għax qalet li kien meħtieġ u importanti, ikkritikat it-tip ta' karta li ntużat.", "Rigal ieħor li tajna lill-poplu Malti din is-sena fil-qasam kulturali kien il-mużew tat-Teatru Manoel.", "Kemm il-Maltin kif ukoll l-eluf ta' barranin li qed iżuruna jistgħu jaraw u japprezzaw il-ħila kbira tax- xenografi, mastrudaxxi, ħajjata u nies tas-sena Maltin li pproduċew tant kostumi, xeni u attrezzaturi oħrajn ta' fuq il-palk.", "Mhux hekk biss imma fix-xhur li ġejjin se naraw kif se jkun hemm retail outlet u aġenzija ta' l- ivjaġġar fit-Teatru Manoel b'mod li jikber l-introjtu ta' dan il-kumpless biex ikun jista' jsir aktar f'dan il-qasam.", "Rigward il-wirt patrimonju Malti rrid ngħid li se tiġi organizzata esibizzjoni ta' livell għoli ġewwa dan il-Palazz biex nuru kif kienu jilbsu missirijietna fi żmenijiet differenti.", "Se jkun hemm esibizzjoni ta' kostumi ricchi u tradizzjonali li juru l-wirt patrimonju tagħna.", "Lill- individwi privati qegħdin ninkoraġġuhom sabiex jikkontribwixxu affarijiet personali biex din il-politika ta' komunita' tibqa' tikber anke fil-qasam kulturali.", "Ma nistax ma nsemmix hawnhekk okkażjoni sabiħa u storika li ġejja għal pajjiżna f'Ġunju tas-sena d-dieħla fejn il-Belt Valletta intgħażlet bħala l-belt kapitali kulturali ta' l-Ewopa.", "Dan huwa unur mhux biss għall-ġmiel artistiku tal-Belt Valletta imma anke għall-kultura għolja tal-poplu Malti.", "L-Onor.", "Richard Muscat għamel diversi mistoqsijiet rigward il-karnival u l-finanzjament tat-trailers - forsi ried jieħu xi ftit mix-xejra ta' sieħbu li għamel diskors sħiħ jikkwota mistoqsijiet parlamentari - u nista' ngħidlu li se jkollu tweġibiet għalihom kollha.", "Jien ċert li matul din is- sena l-interess fil-karnival se jkompli jikber.", "Hemm proverbju Għarbi li jgħid li biex tagħti l-ewwel pass iddum ix-xhur imma biex tibda timxi trid il-jiem u biex tiġri ftit sigħat.", "Jiena ngħidilkom li aħna ma nibżgħux nagħtu l-ewwel passi u qatt ma bżajna nieħdu deċiżjonijiet għaliex kull deċiżjoni neħduha għall-ġid tal-poplu tagħna b'kuxjenza safja.", "Aħna għandna l-identita', il-karattru u t-tradizzjonijiet partikolari tagħna u dawn irridu ngħadduhom intatti lil ta' warajna.", "Sur President, se ngħid xi ħaġa fil-qosor rigward il-qasam tant vitali għalina, jiġifieri l-qasam taż-żgħażagħ.", "Meta aħna ninsabu ffaċċjati b'diżastru finanzjarju, ħaġa li ma ssemmietx mill-kelliema ta' l- Oppożizzjoni, tajjeb li wieħed jinnota li fl-estimi, dak li hu dedikat għaż-żgħażagħ baqa' l-istess bħal tas-sena preċedenti u dan juri kemm qed nagħtu importanza lil dan il-qasam u l-programmi li hemm.", "Għall-ewwel darba bdejna norganizzaw hikes kulturali għaż-żgħażagħ biex ma nżommuhomx marbutin u mħalltin ma' l-adulti u l-anzjani, ħaġa li xtaquha huma stess.", "Daħħalna wkoll il-konċett tar-rememberance service fix-xahar ta' Novembru u tajjeb li ngħid li l-ġimgħa li ġejja fis-segretarjat parlamentari għaż- żgħażagħ, kultura u arti se tinkixef plakka kommemorattiva għal dawk iż- żgħażagħ li sfortuntament s-soċjeta' tilfet dan l-aħħar.", "Din tista' sservi ta' opportunita' fejn inkunu nistgħu nagħtu ħarsa mill-qrib lejn il- perikli li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ tal-lum.", "Matul l-1998 se noħorġu wkoll direttorju ġdid għall-għaqdiet taż-żgħażagħ u fl-Universita' se nniedu courses b'xejn dwar l-ambjent, li l- applikazzjonijiet għalihom se joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fil-qasam tal- volontarjat, se noħolqu organizzazzjoni ġdida li se tiġbor fiha l-ħidma volontarja fil-komunita' minn dawk kollha li jixtiequ jgħinu f'diversi aspetti.", "Nixtieq ngħid li ż-żgħażagħ qed jingħataw l-opportunita' li jipparteċipaw u jitkellmu magħna, s-segretarji parlamentari u l-ministri.", "Eżempju ta' dan kien meta s-segretarjat li jien responsabbli għalih organizza joint programme mal-ministeru tad-djar - lesti li nagħmlu l- istess ma' diversi ministeri - u ġibna kull tip ta' żgħażagħ u taw ir- rakkomandazzjonijiet u l-ideat tagħhom u aħna se nħarsu lejhom.", "Issemmew ukoll il-programmi internazzjonali.", "Jiena ngħid li l-Gvern li kellna, li kien jippriedka ħafna fuq l-Unjoni Ewropea u jiġri wara din il- ħolma, kien waqqaf kumitat tal-Youth for Europe III.", "Dan il-kumitat fi żmienhom iltaqa' darba biss u issa, fl-ewwel sena tagħna fil-gvern, dan il- kumitat qed jiltaqa' regolari biex ifittex l-aħjar relazzjonijiet maż- żgħażagħ.", "Hemm diversi affarijiet li nista' nqajjem imma se jkolli nagħlaq għaliex għad irid jitkellem il-Ministru Bartolo, pero' qabel nikkonkludi xtaqt nikkwota strofa żgħira mill-poeżija ta' George Pisani bl-isem ta' \"Iż- Żgħażagħ\":", "\"Telgħin dejjem telgħin, Fuq wiċċhom il-ħarsa ta' min qed ibati, Ta' min għax ħabb u ħabb bil-bosta Fid-dinja biss hu ħati.\".", "Iż-żgħażagħ dejjem batew għal dak li jemmnu fih u dejjem kienu lesti jħallu ħajjithom għall-ideali tagħhom, pero' qatt m'huma ħatjin u huma dejjem qegħdin hemm biex juruna t-triq ħalli nitilgħu magħhom fil-quċċata.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN(Onor. Anġlu Farrugia): Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, l-aħjar affarijiet li għamilna matul is-sena li għaddiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni kienu b'riżultat tax- xogħol tajjeb li sar flimkien min-nies u organizzazzjonijiet differenti li s'issa ma kellhomx id-drawwa li jaħdmu flimkien.", "Irrid nibda billi nirringrazzja lill-għalliema, l-assistenti kapijiet u l-kapijiet, dawk li jagħmlu x-xogħol tagħhom u dawk li b'impenn jaħdmu ħafna għall-ġid tat-tfal tagħna.", "Nirringrazzja wkoll lill-uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jagħtu eżempju tajjeb, għaliex huma impenjati biex jaħdmu għall-ġid tat- tfal tagħna.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-Malta Union of Teachers u bi pjaċir ngħid li għalkemm matul din is-sena kien hemm mumenti fejn ma qbilniex u fejn ma konniex qed naraw għajn m'għajn, kellna komunikazzjoni sħiħa flimkien u jien se nagħmel mill-aħjar li nista' sabiex f'kull deċiżjoni li nieħdu, nimxu flimkien.", "Nimxu flimkien għaliex fil-qasam ta' l-edukazzjoni, anke jekk ikollok intenzjonijiet tajbin ħafna li trid tagħmel il-ġid, kollox jiddependi mill-metodu li tuża.", "Il-prinċipji huma importanti ħafna imma jekk bil-metodu li tuża - anke jekk tixtieq tagħmel il-ġid u temmen li dak li qed tagħmel tassew se jagħmel ġid - tqajjem kontra tiegħek dawk l-istess nies li tixtieq tagħmlilhom il-ġid, tispiċċa tagħmel aktar ħsara milli ġid.", "Għalhekk aħna nemmnu li fil-qasam ta' l- edukazzjoni irridu naħdmu flimkien u id f'id.", "Sur President, nixtieq nirringrazzja wkoll lin-nies mill-qasam industrijali, mill-organizzazzjonijiet u individwi mill-industrija li flimkien qed naħdmu sabiex insaħħu r-rabtiet bejn il-qasam edukattiv u dak industrijali.", "Waħda mid-djugħfijiet tas-sistema edukattiva tagħna tradizzjonalment dejjem kienet li anke l-aħjar studenti tagħna, sakemm tistaqsihom biex jirrepetu dak li tgħallmu fil-kotba, imorru tajjeb - fil- fatt l-eżaminaturi, kemm dawk Maltin kif ukoll barranin jgħidulna l-istess ħaġa - imma meta tgħidilhom biex dak li tgħallmu fil-kotba japplikawh għall- problemi ta' kuljum u għar-realta' li se jiltaqgħu magħha, hemmhekk ikollna l-problemi.", "Dan ifisser li f'kull livell ta' l-edukazzjoni tagħna hemm bżonn li ndaħħlu fl-istudenti tagħna l-kultura tal-ħsieb u ta' organizzazzjoni prattika, il-kultura ta' kif torganizza lilek innifsek u ta' kif twettaq ix-xogħol li tkun qed tagħmel.", "Waħda mill-affarijiet sbieħ li ġrat matul is-sena li għaddiet u li se tkompli għax-xhur li ġejin hija r- relazzjoni tajba li qed nibnu ma' diversi industrijali sabiex uffiċjali u għalliema minn tagħna u nies mill-industrija jaqsmu l-esperjenzi flimkien b'mod li nies minn tagħhom jiġu fl-iskejjel u nies minn tagħna jmorru fuq il-post tax-xogħol ħalli b'hekk iż-żewġ naħat ikunu aktar aware ta' x'qed jiġri fl-oqsma rispettivi tagħhom.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li kont sibt ftit wara li dħalt għal din ir-responsabbilta' kienet in-nuqqas ta' komunikazzjoni u informazzjoni bejn il-qasam edukattiv u dak industrijali.", "Hemm bżonn li dawn jiltaqgħu u jikkomunikaw aktar flimkien f'kull livell, għaliex waħda mill-affarijiet li għandna bżonn sabiex inrawmu u nifformaw il-ġenerazzjonijiet tagħna hija l- idea ta' kif tippjana u tipproġetta u ndaħħlu b'moħħ kulħadd li l- affarijiet ma jaqgħux mis-sema.", "Waħda mill-ikbar problemi li għandna f'pajjiżna hija li fl-aħħar snin daħlet id-drawwa u l-kultura li kollox huwa b'xejn, li s-servizzi pubbliċi u s-servizzi soċjali u l-affarijiet l- oħra li jipprovdi l-gvern qishom jaqgħu mis-sema, bħallikieku ħadd ma jħallas għalihom u allura tista' tberbaq u tonfoq minnhom kemm trid.", "Waħda mill-affarijiet li ddiżappuntatni ħafna fid-diskorsi li għamlu l- kollegi tiegħi ta' l-Oppożizzjoni ma kenitx il-kritika li għamlu għan- nuqqasijiet tagħna, għaliex il-kritika hija xi ħaġa meħtieġa u hija xogħol mhux biss ta' l-Oppożizzjoni imma ta' kull membru Parlamentari li qiegħed hawn ġew ...", "Naħseb li kont inkun qed nistenna ħafna kieku stennejt li dawn jagħmlu apoloġija għall-mod kif imxew f'ċerti oqsma li ddiskutejna dalgħodu, pero' mill-mod kif tkellmu qishom kienu ilhom snin twal fl- oppożizzjoni u mhux fil-gvern.", "Meta tiġi biex tippjana l-affarijiet, ikollok ir-riżorsi limitati tiegħek u jkollok bżonn tfassal l-affarijiet skond dawk ir-riżorsi.", "Erġajna qbadna t-triq fejn kulħadd jiġi hawnhekk bil-wish list tiegħu u jgħid x'jixtieq jagħmel f'\"dak\" u \"dak\" il-qasam.", "Jiena nista' nagħmel lista twila li ma tispiċċa qatt ta' x'nixtieq nagħmel imma mbagħad irrid nara jekk għandix ir-riżorsi finanzjarji u umani biex nagħmilhom.", "Nista' ngħid li ma tantx writna sitwazzjoni sabiħa f'dan il-qasam, la fil-każ ta' riżorsi finanzjarji u lanqas fil-każ ta' riżorsi umani.", "Kellu bżonn kieku sar kif qalu l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni meta qagħdu jsemmu kemm biddlu ċ- Ċivil u kemm daħħlu affarijiet ġodda biex iċ-Ċivil ikun jista' jaħdem aħjar!", "Jiena l-akbar xewqa tiegħi hi li tidħol filgħodu għax-xogħol u tiddiskuti l-policies ma' sħabek.", "B'hekk l-affarijiet jiġu mfassla b'konsultazzjoni ma' forzi soċjali oħra fil-pajjiż u jkollok dipartimenti u ministeri effiċjenti, li jafu fejn sejrin u kif se jippjanaw.", "Jien naħseb li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Galea, li għadu kemm spiċċa minn ministru l-bieraħ, jaf kemm-il diżappunt kellu fuq affarijiet u policies li xtaq jagħmel u li ma kellux il-mezzi biex jagħmilhom.", "Kull wieħed minna joqgħod jagħmel il-wish list tiegħu imma m'għandniex noqogħdu nilagħbuha li qisu m'hemmx limitazzjonijiet għax-xewqat u għall-policies li rridu li jiġu mwettqa.", "Jiena nerġa' ngħid li ma tantx writt sitwazzjoni sabiħa, u Allaħares ipprovajt naħdem bil-mezzi li sibt!", "Sur President, fil-bidu ta' din is-sena kont tkellimt dwar l-iskandlu li sibna fit-taqsima tal-manutenzjoni ta' l-iskejjel.", "Suppost li kellna armata ta' 400 ruħ - l-Onor.", "Louis Galea jafhom tajjeb għaliex kienu fl- iskema ta' l-Awżiljari - li Allaħares komplejna naħdmu bihom.", "Minn kull Lm5 li kienu vvotati biex suppost imorru biex niżbgħu u nirranġaw l- iskejjel, Lm1 biss kienet tasal fl-iskejjel; l-Lm4 l-oħra kienu jispiċċaw f'xi appartament privat fejn ħaddiema tal-gvern, b'materjal li qed jitħallas minn fondi pubbliċi u f'ħin normali tax-xogħol, jagħmlu x-xogħol privat tagħhom.", "Allaħares komplejna naħdmu b'dik is-sistema.", "Imbagħad jiġu hawnhekk il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni u mingħalihom iridu jgħallmuna kif għandna nagħmlu l-affarijiet!", "U hemm diżastri u skandli oħra!", "Intom tiġu tgħidulna fuq in-nefqa fil-qasam sportiv meta qbadtu u tajtu Lm60,000 biex issir il-pixxina ta' San Ġiljan, l-uffiċjal jiffirma li x-xogħol sar u l-flus jeħodhom il-perit privat li se jagħmel il-proġett!", "Ma nbdiltu xejn u ma tgħallimtu xejn kemm domtu fil-gvern.", "Sur President, aħna mhux biss writna sitwazzjoni diffiċli finanzjarja imma writna wkoll sitwazzjoni ta' drawwiet ħżiena u koroh li rridu nbiddlu.", "Aħna qed naħdmu biex inbiddluhom għaliex mhux biżżejjed toqgħod titkellem dwarhom.", "L-ewwelnett trid tneħħi lill-ħallelin minn fejn ikunu qed jagħmlu ħafna ħsara u trid tneħħi wkoll il-mentalita' li mhux għaliex xi ħaġa hija pubblika u tal-gvern, allura nisirquha.", "Ftit ilu l-Onor.", "Louis Galea u jien morna naraw skola privata flimkien u kif konna hemmhekk jien għidtlu li l-heads ta' l-iskejjel tal-gvern jgħiduli li meta kienu jmorru jixtru ż- żebgħa, tal-ħanut kien jistaqsihom jekk kenitx għal skola privata jew inkella għal skola tal-gvern; jekk tkun għall-gvern ibigħilhom b'aktar flus u jagħtihielhom nofsha mħallta bl-ilma biex imbagħad ftit xhur wara ż- żebgħa terġa' taqa, u jekk tkun għall-privat jagħtuh kwalita' aħjar.", "Donnu fil-każ tal-gvern hemm biċċa laħma kbira li kulħadd jiekol u jitħanżer minnha, bħallikieku fl-aħħar mill-aħħar mhux aħna rridu nħallsu.", "Din hija l-mentalita' li rridu nbiddlu u mhux noqogħdu nitkellmu biss fuq affarijiet bħat-teatru u postijiet oħra ta' divertiment.", "Jiena l-ewwel wieħed li nieħu gost bihom dawk l-affarijiet imma rridu naħdmu biex inbiddlu kultura aktar importanti u aktar bażika.", "Dan huwa fl- interess tal-pajjiż kollu, kemm fl-interess ta' l-Oppożizzjoni kif ukoll fl- interess tan-naħa tal-Gvern għaliex jekk l-Oppożizzjoni tal-lum xi darba terġa' tkun fil-gvern u terġa' tmexxi b'mod irresponsabbli u f'ċerti oqsma anke skandaluż u oxxen, xi ħadd fl-aħħar ikollu jħallas il-kont.", "Huwa sewwa li tissellef biex imbagħad tkun tista' tinvesti f'affarijiet li jgawdu minnhom uliena u wlied uliedna, imma mhux sewwa li l-ewwel noqogħdu nitħanżru u nberbqu aħna imbagħad insallbu lil uliedna u wlied uliedna.", "Il- Maltin, meta jiġu biex jagħmlu t-testment jaħsbu ħafna fil-ġid tat-tfal tagħhom u tat-tfal tat-tfal tagħhom, imma l-Gvern prċedenti bil-maqlub kien jirraġuna - issa berbaq kemm trid u t-testment inħalluh għal ta' warajna!", "U t-testment li ħallew kien wieħed diżastruż li l-aktar li jagħmel ħsara, fost affarijiet oħra, huwa fil-qasam soċjali u fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Is-sena d-dieħla l-Gvern se jonfoq Lm45 miljun biex iħallas l-imgħaxijiet biss.", "Kull lira li nonfqu f'imgħaxijiet fuq dejn li sar b'mod irresponsabbli hija lira misruqa mit-tfal tagħna, mhux billi niġu hawn nippridkaw u ngħidu x'nixtiequ nagħmlu f'kull qasam.", "Kemm huwa faċli li tagħmel hekk!", "Kieku l-Gvern preċedenti ħallielna sitwazzjoni aħjar, mill- għada li dħalna fil-gvern konna nibdew bil-proġetti li rridu nagħmlu.", "Mela l-ewwel tfaqqru pajjiż, tisirquh u tgħabbuna bid-dejn imbagħad sena wara tiġu tgħidulna: Agħmlu hekk, agħmlu hekk, agħmlu hekk!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kemm hu faċli li tagħmel hekk!", "Għaliex ma kontux responsabbli meta kellkom il-poter f'idejkom ħalli imbagħad ma ssallbux lil ta' warajkom.", "U ta' warajkom mhux bilfors ikunu tan-naħa l-oħra imma jistgħu jkunu dik il-ġenerazzjoni li tkun se tieħu over meta tispiċċa mit-tmexxija din il-ġenerazzjoni.", "GĦalhekk hemm bżonn li nitkellmu bis-serjeta' u b'kuxjenza fuq dawn l-affarijiet, speċjalment meta nitkellmu fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni, għaliex jekk irridu nagħtu futur lit-tfal tagħna hekk irid ikun il-futur, mhux ħafna kliem sabiħ ta' hi-tech u dan il-paroli kollu.", "Dawk huma affarijiet importanti imma fl-iskejjel tagħna hemm bżonn li minn eta` żgħira ndaħħlu din il-mentalita` li jekk se nagħmel xi ħaġa rrid nippjanaha b'ċertu mod biex nasal.", "Jiena ma tantx nitkaża bil-fatt li t-tfal tagħna għadhom ma tgħallmux dawn l-affarijiet għaliex kellna prim ministri u ministri li kienu jirraġunaw bil-mod li jonfqu bl-addoċċ u ma jippjanawx l-affarijiet.", "Sur President, aħna nemmnu li kull skola trid titmexxa min-nies li qed jaħdmu fiha u trid titmexxa bir-responsabbilta'.", "Jien ma nemminx li għandu jkun hemm xi remote control mill-ministeru biex dan imexxi l-150 skola li għandna.", "Lanqas jirnexxilek tmexxi n-nies li qegħdin taħtek għaliex dawn ma' l-ewwel ċans li jsibu jaraw kif jiskartaw, għax hekk darrejtuhom jagħmlu!", "Kemm nixtieq li kelli biex naħdem minflok dawk in-nies li ġabu l- ministri ta' qabli!", "Biex noqogħdu naqbduhom ma jiskartawx diġa' għandna biċċa xogħol, imbagħad ara kemm se jifdallek ħin biex tirrifletti u tfassal il-policies u tgħid x'se tagħmel għall-millenju l-ġdid!", "Dawn in-nies - m'iniex se nsemmi ismijiet - draw li fid-9.15 a.m., jekk mhux qabel, jaraw kif jaħarbu.", "Kienu waslu f'sitwazzjoni fejn anke fi skola ministru ta' l- edukazzjoni jagħti mansab lill-canvasser tiegħu u canvasser ieħor jagħtih żiemel ħalli jrabbih hemm!", "U issa jiġu joqogħdu jgħidulna x'għandna nagħmlu!", "Dawn irresponsabbli, skandalużi u oxxeni!", "Jiena nieħu gost bil- kritika u naf li hemm oqsma fejn m'għamilniex biżżejjed.", "Per eżempju, fil-qasam ta' l-edukazzjoni tat-tfal bi bżonnijiet speċjali hemm ħafna nuqqasijiet u rridu naħdmu aktar, imma għallinqas l-Oppożizzjoni għandha jkollha d-diċenza li ma kull kritika li jagħmlu jgħidu x'tip ta' pajjiż u ħaddiema ħallewlna.", "Aħna nemmnu li r-responsabbilta` tat- tmexxija għandha tingħata lil min qiegħed fl-iskejjel.", "Hemm bżonn li dawn jitgħallmu is-snajja' maniġerjali għaliex din m'hijiex se tfaqqas f'daqqa waħda.", "Ma tistax tippretendi li wieħed li għamel għomru jgħallem lit-tfal, jibda f'daqqa waħda jitgħallem jagħmel il-budget u l-ischool development plan.", "Aħna qegħdin ngħinuhom u anke żidna l-vot għat-taħriġ ta' l- għalliema tagħna għaliex huwa inutli li aħna l-politiċi noqogħdu nippridkawlhom u nappellawlhom x'tibdil irridu fl-edukazzjoni jekk imbagħad ma nbiddlux lill-għalliema u ma nagħtuhomx l-għodda u l-kultura ġdida li għandhom bżonn biex jitgħallmu jaħdmu.", "Matul ix-xhur li għaddew fil-qasam sekondarju beda ħafna xogħol biex ikollna l-ischool development planning, il-quality assurance, l- evalwazzjonijiet ta' l-iskejjel biex l-għalliema tagħna, l-assistenti kapijiet u l-kapijiet jitgħallmu jaraw fejn l-iskola sejra tajjeb u fejn sejra ħażin u jitgħallmu jippjanaw biex jiżviluppaw.", "Din il-ġimgħa se nibdew mill-iskejjel primarji.", "Qed indaħħlu kultura ġdida importanti biex nagħmlu kuraġġ lill-kapijiet, lill-assistenti kapijiet u lill-għalliema tagħna billi ngħidulhom li m'aħniex sejrin għas-sistema fejn imorru l- inspectors ħalli jaraw jekk humiex jaħdmu tajjeb jew le.", "Dik is-sistema tidher li taħdem biss sakemm l-inkwiżituri jkunu hemm u x'ħin l-inkwiżituri jitilqu 'l barra l-iskola terġa' business as usual.", "Aħna rridu li l- kapijiet, l-assistenti kapijiet u l-għalliema tagħna jgħidulna fiex qed jirnexxilhom jagħmlu xi ħaġa, fejn għadhom dgħajfa u fejn iridu l-għajnuna.", "Anzi aħna nippremjaw lil dawk li jammettu d-diffikultajiet u l-problemi li għandhom ħalli nimxu 'l quddiem.", "Hekk biss nistgħu niżviluppaw lill- edukazzjoni.", "Minkejja l-problemi kollha finanzjarji li sibna u minkejja l- iżbilanċ kbir li ħallewlna, aħna bqajna nżidu l-vot fl-edukazzjoni.", "Lil min dalgħodu ġie hawn jippriedka dwar xi jmissna nagħmlu u x'missna għamilna ngħidlu biex iħares lura lejn il-budget li kien ippreparat mill- Gvern Nazzjonalista għas-sena 1997.", "Il-Gvern Nazzjonalista ħarab mir- responsabbilta' tiegħu u beża' jagħmel budget; l-aħħar budget tagħhom kien lest imma ħallewh fil-kxaxen tal-ministeri imbagħad aħna sibna x'kien imħejji għall-budget li beżgħu jagħmlu huma.", "U kellhom raġun jibżgħu jagħmluh għaliex f'dak il-budget li kellhom imħejji, kull vot relatat mal- qasam edukattiv - u nieqaf fuq il-budget edukattiv - kien inqas minn dak li ressaqna aħna.", "Allura dawn issa kif jippretendu li jiġu hawnhekk u jgħidulna biex nagħmlu \"hekk\", \"hekk\" u \"hekk\".", "Minn fejn kienu se jiġu dawn il-flus?", "Biss biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-manutenzjoni ta' l- iskejjel u l-estensjonijiet, qegħdin nonfqu t-tipplu ta' dak li nefaq il- Gvern Nazzjonalista fl-aħħar sena tiegħu.", "Fl-ewwel budget li ressaqna aħna rdoppjajna dik in-nefqa u issa qed intellgħuha għal Lm3 miljun.", "Barra minn hekk, ta' kull Lm1 li kien jgħaddi l-Gvern Nazzjonalista għat-tmexxija ta' l-iskejjel, aħna qed ngħaddu Lm3 u qegħdin naraw li l-iskejjel jitmexxew aħjar u ma jkomplux jinsterqu min-nies kif kienu jinsterqu qabel fil- ministeru u fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Aħna qed nagħtu dawk il-flus lill-kapijiet u lill-assistenti kapijiet sabiex jonfquhom għall-ġid tat- tfal tagħna, u anke hemmhekk irridu noqogħdu attenti sabiex naraw li dawn jintnefqu sew għaliex jista' jkun hemm min jiżbalja wkoll.", "Sur President, anke fil-qasam ta' l-informatika qed nonfqu aktar għax bil- Lm1.4 miljun li qed nivvotaw din is-sena qed nonfqu aktar milli kien jonfoq Gvern Nazzjonalista.", "Hawnhekk ukoll irridu nkunu serji u ma noqogħdux nilludu ruħna li għaliex sempliċement nitfgħu erba' terminals fil- klassijiet tagħna allura b'daqshekk ifisser li solvejna l-problema.", "Xi ħadd hawnhekk dalgħodu tkaża għaliex il-computers għat-tieni klassi waslu issa.", "Dawn waslu issa għar-raġuni li hemm proċedura ta' kif jingħataw it- tenders u xi ħadd qajjem - kif kellu kull dritt jagħmel - appell dwar kif ingħataw it-tenders.", "Allura ridtu li ma nagħtux kas tal-mod kif intnefqu dawk il-mijiet ta' eluf ta' liri kollha fil-computers biex ngħaġġlu ħalli taparsi jkollna l-computers fl-iskejjel?", "Lil min dalgħodu donnu tkaża għaliex fl-iskejjel ikun hemm biss ħames sigħat taħriġ għall-għalliema - bħal donnu skopra l-Amerka - nistaqsih jekk jafx li aħna marbutin bi ftehim mal-union dwar kif għandu jsir dan it-taħriġ.", "Lil min imbagħad staqsa dwar x'għamilna aħna fil-qasam tas-sekondarja nistaqsi lilu x'kienu jagħmlu huma f'dan il-qasam u nista' nwieġbu wkoll billi ngħidlu li m'għamlu xejn u ħallewlna problema kbira għaliex ma ħejjewx lill-għalliema sabiex jgħallmu l-computers, basta taparsi daħħlu t-terminals fl-iskejjel ħalli mbagħad xi ħadd ikun daħħal xi ħaġa fil-but ukoll.", "L-aktar ħaġa importanti m'hijiex li jkollok it-terminals tal-computer fil- klassijiet imma li jkollok il-programmi u l-għalliema li hemm bżonn.", "Aħna issa qed nieħdu ħsieb li nagħmlu dan.", "Jien minn hawnhekk nirringrazzja lill-fakultajiet differenti ta' l-Universita' li qed jgħinuna nagħmlu certificate u diploma in information technology education.", "Kieku dawn il-korsijiet bdew fl-1994 kif suppost li sar, kieku t-tfal tagħna fis- sekondarja qed igawdu mill-ewwel għalliema fformati f'dan il-qasam.", "Imma issa li jiġi xi ħadd mill-Oppożizzjoni u jistaqsi kif m'għamilnihomx ...", "Dawn qisu ilhom fl-oppożizzjoni xi 20 sena għaliex għal dak kollu li hemm bħalissa jagħtu t-tort lilna.", "Aħna ma qtajniex qalbna mid-diffikultajiet li sibna imma organizzajna n-nies u dawk li ma konniex kuntenti bihom bgħatnihom jagħmlu xogħol ieħor.", "Jien nieħu gost li matul is-sajf li għadda, bis-saħħa tal-kollaborazzjoni kbira li saret mal-ministeru għax- xogħlijiet pubbliċi, għamilna ħafna xogħol fl-iskejjel u aktar 'il quddiem se nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li juru dan.", "Fil-budget li għadda kont ressaqt l-inkjesta li saret fuq is- serq u d-diżorganizzazzjoni u l-iskartar li kellna fid-dipartiment u din is- sena bix-xieraq li nressaq rapport tax-xogħol li sar ħalli ma noqogħdux għal sena wara l-oħra nitkellmu biss dwar il-problemi li sibna imma nitkellmu wkoll fuq ix-xogħol li wettaqna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, ir-rapport dwar l-inkjesta huwa wieħed verament tal- mistħija għaliex juri f'liema stat tħallew l-iskejjel tagħna.", "Xi ħadd qabel l-elezzjoni kien qal li kulma kien hemm fl-iskejjel kienet xi tieqa ma tingħalaqx.", "Imissu jistħi minn qal hekk.", "Sibna skejjel li kien ilhom 42 sena ma jaraw lagħqa żebgħa!", "Imbagħad jiġu jkellmuna fuq il-ground tal- Wardija?", "Tibżax!", "Dak isir ukoll imma għallinqas l-Oppożizzjoni għandha jkollha d-diċenza li tara f'liema stat ħalliet ħafna mill-iskejjel primarji u sekondarji tagħna u x-xogħol kbir li kellna nagħmlu fihom.", "Hemm ħafna xogħol li għad irid isir u għandna ftehim ma' 29 kunsill lokali sabiex isir xogħol f'64 skola differenti.", "Sa l-aħħar t'Ottubru aħna nfaqna Lm350,000 flimkien mal-kunsilli lokali f'xogħlijiet fi skejjel primarji u matul is-sena li ġejja se nkomplu nagħmlu ħafna xogħol fi skejjel primarji u sekondarji.", "Hemmhekk ukoll irridu noqogħdu attenti għaliex m'huwiex biżżejjed li noqogħdu ngħidu kemm infaqna flus imma rridu naraw jekk ix-xogħol huwiex ta' kwalita' tajba.", "Jekk ix-xogħol ma jkunx sar tajjeb inkunu berbaqna l-flus, ħaġa li ma rridux nagħmlu.", "Jien nieħu gost li hemm kunsilli lokali li qed jaħdmu tajjeb u ta' dan nirringrazzjahom.", "Per eżempju, fl-iskola tal-Kalkara sar ħafna xogħol mill-Kunsill Lokali ta' hemmhekk, tant li l-ġenituri li jżuruha lanqas jagħrfuha minn kif kienet qabel.", "Irrid nirringrazzja anke lill-head ta' dik l-iskola għall- mod sabiħ kif qed iżżejjinha, qisha d-dar tagħha.", "Kellu bżonn ikollna kapijiet oħra ta' skejjel, speċjalment dawk irġiel, li jieħdu l-eżempju ta' din il-head u jarmaw l-iskejjel tagħhom kemm jista' jkun b'mod sabiħ.", "Pero' biex jagħmlu hekk dawn għandhom bżonn l-appoġġ u l-għajnuna tagħna u aħna lesti li nkomplu nagħtuhielhom.", "Bħall-Kunsill Lokali tal-Kalkara hemm ukoll dak ta' Ħal Qormi li qed jgħin ħafna biex jagħmel xogħol tajjeb fl-iskejjel ta' dak il-lokal.", "Hawnhekk irrid ngħid li hemm min ma jaħdimx tajjeb u jaħseb li għandu xi blank cheque mingħandna pero' dan m'huwiex il- każ.", "Ma jeżisti l-ebda blank cheque.", "Ix-xogħol irid ikun ippreparat sewwa.", "Jekk hemm Lm3,000, Lm20,000 jew Lm50,000 x'jintnefqu rridu nkunu nafu fuq xiex intnefqu.", "Jiġifieri importanti li jkun hemm tmexxija serja.", "Is-sena d-dieħla qed nippjanaw ukoll li f'dak li għandu x'jaqsam ma' kostruzzjoni u kapitali nivvotaw Lm3 miljun, l-akbar somma li qatt ġiet ivvotata fl-aħħar snin fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Hemm ħafna xogħol li jrid isir fuq skejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji u anke tas- snajja' u jien nittama li nippjanaw u norganizzaw ruħna sewwa biex dan ikun jista' jsir.", "Ċertament li l-ambjent sabiħ fl-iskejjel huwa importanti pero' nkunu qed naraw l-edukazzjoni b'mod limitat ħafna jekk ngħidu biss li rridu nsebbħu l-iskejjel tagħna.", "L-iskejjel tagħna rridu nsebbħuhom imma rridu nagħmlu ħafna xogħol edukattiv ieħor.", "Din is-sena jien ħadt gost ħafna bid-diversi laqgħat li kelli mal- kapijiet, ma' l-assistenti kapijiet, ma' l-għalliema u ma' nies tal-welfare u tal-qasam mediku.", "Waħda mill-affarijiet li xxukkjatni kienet meta kienu jgħiduli li qatt ma kienu ltaqgħu f'lagħat simili.", "Dan meta suppost kellna gvern tad-djalogu li suppost jitkellem ma' kulħadd u li qabel jagħmel l- affarijiet jikkonsulta.", "Bis-saħħa tal-ħafna laqgħat li kellna għamilna bidliet tajbin ħafna fis-sillabu tar-raba', il-ħames u s-sitt sena tal- primarja.", "Aħna għamilna dawn it-tibidliet fis-sillabu tal-primarji għaliex ħafna mit-tagħlim s'issa kien antikwat, b'ħafna tagħlim bl-amment u li ma jagħmilx sens.", "Għalhekk din is-sena aħna bdejna billi organizzajna seminar nazzjonali fejn il-Profs Edward Debono għall-ewwel darba fil-pajjiż kellem lit-teachers kollha tal-primarji, kemm dawk ta' l-iskejjel tal-gvern kif ukoll dawk ta' l-iskejjel privati u tal-Knisja u enfasizza l-idea tal- kreattivita'.", "Aħna ma rridux li t-tfal tagħna jitgħallmu l-affarijiet bl-amment imma rriduhom jitgħallmu jaħsbu u jkunu oriġinali, speċjalment għaliex qed jgħixu f'pajjiż żgħir fejn l-akbar dgħjufija tiegħu m'hijiex li m'għandniex armati jew li m'għandniex ekonomija b'saħħitha imma li dak kollu li nagħmlu fil-kultura nazzjonali, kultant anke kif naħsbu dwarna nfusna, nimportawh minn pajjiż ieħor.", "Anke rigward l-identita' tagħna nfusna, hawn min jippreferi jarana mhux kif aħna aħna, imma kif jarawna minn barra.", "U għalhekk huwa importanti li aħna niżviluppaw il-kultura nazzjonali ta' nies li kapaċi naħsbu b'moħħna u kapaċi naraw b'għajnejna, għaliex ħafna mid-difetti tad-dgħjufija u tal-kultura nazzjonali tagħna ġejjin proprju min-nuqqas ta' kapaċita' li naħsbu b'moħħna u naraw b'għajnejna.", "Għalhekk għandna ċerti illużjonijiet li l-problemi tagħna ssolvihomlna xi prinċipessa 'il hinn mix-xtut tagħna, issolvihomlna l- Unjoni Ewropea.", "Huwa tajjeb li jkollna relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, imma mhux li jkollna din il-fissazzjoni li kull problema tagħna se ssolvihielna, u li biżżejjed tagħtina l-bewsa tagħha biex iż-żrinġijiet koroh li għandna fil-pajjiż isiru nies sbieħ.", "GĦalhekk huwa importanti li t-tfal tagħna, sa minn eta' żgħira jitgħallmu jaraw b'għajnejhom u jaħsbu b'moħħhom.", "Fl-iskejjel tagħna rridu nbiddlu l-kultura tat-tagħlim u l-kultura edukattiva għaliex jekk inti lit-tfal tippremjahom fuq kemm joqogħdu kwieti, ċassi u kemm jobduk, tippretendi li ta' 16, 18 jew 20 sena f'daqqa waħda se jsiru żgħażagħ kapaċi jaħsbu u kapaċi jitkellmu.", "Jien waħda mill- affarijiet li tinkwetani u li naraha kundanna għas-sistema edukattiva tagħna m'hijiex l-istatistika ta' kemm jgħaddu u ma jgħaddux fl-eżamijiet - dik hija importanti u se nkomplu naħdmu fuqha - imma l-fatt li nkun f'laqgħat ma' żgħażagħ u tara l-biża' li għandhom biex jitkellmu u tara wkoll in-nuqqas ta' ħila u fiduċja fihom infushom biex iqumu jgħidu li għandhom jgħidu.", "Dak huwa tort tas-sistema edukattiva fejn nippremjaw is- skiet, l-ubbidjenza u t-tagħlim bl-amment minflok l-oriġinalita' u l-ħsieb.", "U għalhekk kien importanti li nbiddlu dak is-sillabu.", "L-aktar li nieħu gost jien - minbarra l-fatt li biddilna s-sillabu - huwa li nara' l- iskejjel tal-Knisja qablu magħna li jdaħħlu wkoll dak is-sillabu fl- iskejjel tagħhom.", "Dan huwa importanti għaliex aħna rridu nkomplu naħdmu ħalli jkun hemm aktar programmi ta' kooperazzjoni bejn l-iskejjel differenti fis-setturi differenti.", "Sur President, kif diġa' għidt, jien nieħu gost li hemm proġetti in komuni bejn skejjel tal-Knisja, tal-gvern u dawk privati, imma l-aktar li ħadt gost huwa bil-fatt li issa tfal ta' 11- il sena, li jkunu se jagħmlu l-eżamijiet għas-sekondarja, mhux se jibqa' jkollhom dik il-ġennata li jridu jagħmlu xi għaxar eżamijiet differenti fi 15-il ġurnata.", "Dawn it-tfal ikunu jridu jippreparaw għas-sillabu ta' l- eżamijiet tal-Junior Lyceum u tal-common entrance examination.", "Għallinqas bil-fatt li qbilna fuq is-sillabu u n-nies tagħhom se jiltaqgħu man-nies tagħna, se ndaħħlu ftit sens u se nnaqqsu l-istress u l-ġenn minn fuq it-tfal tagħna.", "Bħalissa għandna wkoll is-sistema miġnuna fejn għandna żgħażagħ li diġa' bdew iċemplu u jgħidulna biex ma nħallux it-timetable ta' l-eżamijiet tas- Sec u ta' l-Universita' ta' Londra jaħbtu fl-istess jiem.", "Jien kont qbilt li ndaħħlu s-sistemi nazzjonali tagħna ta' l-eżamijiet fis- Sec u fil-Matsec imma l-affarijiet ma ġewx ippjanati sewwa.", "Hemmhekk għad irid isir ħafna xogħol ta' tibdil u rridu naraw x'nagħmlu biex insaħħu s- sistema ta' dawk l-eżamijiet.", "Irridu naraw għaliex għad għandna teachers u ġenituri li jgħidu li m'humiex kuntenti li l-istudenti jagħmlu l-eżamijiet tas-Sec u l-Matsec biss, imma jriduhom jagħmlu l-eżamijiet ta' l- Universita' ta' Londra wkoll.", "Ejjew inwieġbu dik id-domanda diffiċli, mhux noqogħdu nilagħbu bit-timetables.", "Ejjew naraw x'inhi l-problema u naffrontawha fil-livell serju u profond tagħha.", "Waħda mill-affarijiet li naħseb li għandu jkollna l-kuraġġ nagħmlu hija l-awditjar akkademiku ta' l-Universita` nnifisha għax meta inti għandek universita' waħda fil-pajjiż, min se jawditja u jgħasses?", "Universitajiet f'pajjiżi oħra għandhom il-vantaġġ li jawditjaw lil xulxin imma f'pajjiżna għandna l-problema li għandna universita' waħda u m'aħniex se nsolvu din il- problema billi ndaħħlu l-external examiners jawditjaw.", "Aħna nafu li l- external examiners ħafna drabi jkunu l-ħbieb tal-lecturers u l-professuri fl-Universita', u allura dawn m'humiex se jmorru fuq il-ħbieb tagħhom stess u jgħidulhom: Hemmhekk batut, irranġa għaliex għadek lura.", "Ftit ilu kont Goldsmith College, wieħed mill-aħjar colleges li hemm fl-Ingilterra, kont qed nitkellem ma' James Curran, wieħed mill-aqwa media scholars li għandna fid-dinja, u dan kien inkwetat għaliex nofs siegħa wara kellu jirċievi r- rapport tal-quality assurance, ta' l-audit li sar fid-dipartiment tiegħu.", "Jien f'qalbi għidt: Tajjeb, dan bniedem fost l-aħjar li hemm fl-Ingilterra u qiegħed jinkwieta fuq il-quality assurance u l-academic audit li se jagħmlulu fid-dipartiment tiegħu!", "Dan qed ngħidu biex naraw x'serjeta' teżisti.", "Jiġifieri jekk aħna rridu s-serjeta' f'pajjiżna għandu jkollna l- kuraġġ nitkellmu dwar dawn l-affarijiet u naffrontawhom.", "Irridu naraw il- qasam tad-dimensjoni internazzjonali mhux biss fil-livell terzjarju, mhux biss li jkollna external examiners jawditjaw lill-istudenti u l-metodi tat- tagħlim fl-universita' tagħna li hemm ħafna x'jinbidel u hemm ħafna x'nirranġaw ....", "Waħda mit-traġedji ta' dan il-pajjiż hija li l-Universita' tiġi diskussa biss fil-kwestjoni ta' l-istipendji meta hemm ħafna u ħafna oqsma oħra li rridu nidħlu fihom.", "Hemm il-qasam ta' kif il-korsijiet jiġu ddisinjati aħjar u hemm ukoll il-ġennata li ddaħħlet sistema ppastardjata, biċċa Amerikana u biċċa Ingliża, fejn daħħalna l-credit system u żammejna l- eżamijiet ta' l-aħħar.", "Qabel kien ikollna 20 student fil-klassi u issa għandna 250 jew 300 u l-metodu ta' tagħlim ma nbidilx.", "It-teknoloġija tal- komunikazzjoni moderna fl-Universita' tagħna għadna ma bdejniex nużawha.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu niddiskutu.", "Ħalli niddiskutu l-kwestjoni ta' l-istipendju u ma nistax niġi akkużat li ma ridtx nikkonsulta u ma ridtx nitkellem imma it takes two to tango.", "Kull darba li l-Kunsill ta' l- Istudenti riedni mort, anke meta organizzaw laqgħa fl-Universita', fejn kien hemm mijiet ta' studenti - ma naħsibx li mort hemmhekk bl-idea li se jilqgħuni bil-fjuri - mort biex forsi niddiskutu flimkien, imma dawn ma ridux jiddiskutu.", "Mhux tort tiegħi jekk ma ridux jiddiskutu.", "Jien ipprovajt inkompli niddiskuti u m'għandix dubju li fl-Universita' u fil- Kunsill ta' l-Istudenti stess hemm nies ta' l-affari tagħhom li setgħu taw kontribut kif isiru l-affarijiet imma għażlu li ma jagħmlux hekk.", "Ir- raġunijiet jafuhom huma pero' hija ħasra li ntilfet din l-okkażjoni.", "Qasam ieħor li rridu naħdmu fuqu huwa dak ta' l-edukazzjoni vokazzjonali, ta' l-edukazzjoni teknoloġika.", "Dak huwa qasam li ħafna drabi ġie ttraskurat f'pajjiżna u min għażel dik ir-rotta ngħata kważi l-istatus inferjuri ta' xi second class citizen.", "Dak irid jispiċċa.", "Il-futur ta' pajjiżna jiddependi wkoll minn nies li mhux biss kapaċi jaħsbu imma huma kapaċi wkoll jagħmlu xi ħaġa.", "Għalhekk huwa importanti li fl-edukazzjoni tagħna jidħol ukoll l-aspett teknoloġiku, l-aspett vokazzjonali bħala parti sħiħa mill-proċess edukattiv tagħna.", "Fix-xhur li ġejjin se naħdmu sabiex insaħħu l-qasam post-sekondarju.", "Mhux veru li matul din is-sena ma ħdimniex fuqu.", "Waħda mill-affarijiet li trid issir hi li nibnu struttura ġdida ma' l-Universita' ħalli min jidħol għal ċerti studji, per eżempju, tal-banking jew ta' l-elettronika - għandna nies mill-aħjar fil-Fellenberg u fi stituti tekniċi oħrajn - il-parti ta' l-istudju li jagħmlu f'dawk il- kulleġġi jew istituti jservuhom anke bħala parti mill-kors jekk ikunu jridu jkomplu l-Universita'.", "Dawn huma affarijiet li qed jitkellmu fuqhom f'universitajiet Ewropej u Amerikani u aħna nistgħu nimxu f'dik id- direzzjoni.", "L-aspett internazzjonali ta' l-edukazzjoni tagħna qatt ma għandna ninsewh, irridu nagħtu kasu fil-livell primarju, fil-livell sekondarju u anke fil-livell terzjarju.", "Fil-livell primarju rridu nibdew naħdmu sabiex inkunu nafu kif it-tfal tagħna ta' disa', għaxar snin jikkomparaw ma' dawk ta' pajjiżi oħra u anke biex naraw jekk is-sillabi tagħna jgħoddux għas-seklu 21.", "Ikun tard wisq li nqabblu biss x'jiġri fl- Universita' imma rridu nibdew u se nkomplu naħdmu f'kull livell.", "Diġa' għidt li wieħed mill-oqsma fejn ma jiena sodisfatt xejn huwa dak ta' l-edukazzjoni inklussiva.", "Hemmhekk għandna ħafna problemi.", "Jien m'għandix dubju li hawn intenzjonijiet tajbin kif tidħol l-edukazzjoni inklussiva, jiġifieri kif tfal bi bżonnijiet speċjali jingħataw l-istess opportunitajiet u l-istess drittijiet bħal tfal oħrajn fil-proċess edukattiv tagħhom.", "Imma waqt li l-amministrazzjoni ta' qabel ħasset il- bżonn li meta tiġi biex iddaħħal erba' computers f'kull klassi tagħmel programmi ta' taħriġ u tħarreġ lill-għalliema u tippreparahom għax taf li riedet culture change, meta ġejna biex indaħħlu tfal bi bżonnijiet speċjali xi preparazzjoni saret?", "Nafu x'jiġri f'ħaġa bħal din.", "Jekk tqajjem reazzjoni kontra tiegħek ikun diffiċli ħafna u s-sitwazzjoni kif inhi bħalissa ma tistax tkompli sejra u rridu naraw kif se nsibu toroq ġodda.", "Dawn it-toroq ġodda ma nistgħux nimponuhom.", "Jien nixtieq nagħfas buttuna u nsib li l-MUT taqbel miegħi li l-ġenituri jistgħu jmorru fl-iskejjel biex jgħinu lil uliedhom; nixtieq li jkun hemm armonija assoluta bejn il- facilitators u l-għalliema u l-ġenituri u l-għalliema, u nixtieq li kull min għandna fl-iskejjel tagħna jaċċetta b'dirgħajh miftuħa lit-tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Aħna nafu li l-problema hija ikkomplikata ħafna aktar minn hekk u rridu naħdmu biex inbiddluha.", "Jien xtaqt ngħid ħafna u ħafna affarijiet oħra, għaliex din is-sena naħseb li ħdimna mhux ħażin, pero' għalkemm ma tantx fadalli ħin jien ċert li se jkolli ħafna opportunitajiet oħra matul din is-sena fejn inkun nista' nitkellem dwar xi rridu nagħmlu.", "Wieħed mill-proġetti l-kbar li se nagħtu appoġġ sħiħ għalih huwa dak dwar l-illiteracy.", "Il-livell ta' illitteriżmu f'pajjiżna għadu m'huwiex aċċetabbli u matul din is-sena se nagħmlu sforz kbir fil-primarja sabiex inbiddlu dik il-problema kbira li għandna.", "Aħna se nagħmlu survey mat- tfal ta' seba' snin biex inkunu nafu kemm hi kbira l-problema u mbagħad se naħdmu biex naraw kif se nintervjenu biex ma jibqgħux joħorġu tfal u żgħażagħ ta' 16-il sena ma jafux jiktbu u jaqraw.", "Waħda mill-affarijiet sbieħ li saret din is-sena u li se nkomplu naħdmu fuqha matul ix-xhur li ġejjin, kienet li lill-istudenti tal-primarja tlabnihom jgħidulna kif jixtiequ li jaraw l-iskola tagħhom.", "Illum jien għandi l-unur nippreżenta ktieb miktub mit-tfal ta' l-iskejjel primarji tagħna, jismu \"Leħen l- Istudenti fl-Iskola - L-Iskola tal-Ħolm Tiegħi\".", "Jien inwiegħed lill- kollegi kollha li wara li npoġġi kopja ta' dan il-ktieb fuq il-Mejda tal- Kamra, ngħaddi kopja lilhom.", "Hawn ħafna affarijiet li jien nappella lill-kapijiet, lill-assistenti kapijiet u lill-għalliema u lilna lkoll li għandna b'xi mod jew ieħor xi influwenza fuq xi jsir fil-qasam edukattiv biex nagħtu kas x'qed jgħidu t- tfal tagħna.", "Minn hawn u ftit ieħor joħroġ il-ktieb ta' l-istudenti tas- sekondarja biex huma wkoll ikollhom iċ-ċans jgħidulna, għax tajjeb li nisimgħu x'tgħid il-union, x'jgħidu l-ġenituri u x'jgħidu l-għalliema, imma qabel kollox irid ikollna l-kuraġġ nisimgħu x'jgħidulna t-tfal.", "Minn hawn u ftit ieħor joħroġ il-ktieb ta' l-iskejjel sekondarji.", "Imbagħad nittama li fix-xhur li ġejjin se noħorġu l-ktieb fejn l-għalliema, l- edukaturi tagħna jgħidulna x'futur jaraw għall-edukazzjoni.", "Waħda mill- affarijiet li jien ħadt gost li ġrat matul is-sajf li għadda kienet meta ktibt lil kull għalliem u għalliema f'Malta u għidtilhom jgħidulna x'hemm bżonn isir, x'viżjoni jaraw għall-edukazzjoni f'pajjiżna, u nieħu gost li wieġbu eluf u issa qegħdin niġbru dak it-tagħrif li bagħtulna.", "B'dan il- mod il-pjan edukattiv ta' x'għandu jsir f'pajjiżna se jkunu taw kontribut kbir għalih anke l-għalliema, għax wara kollox nitkellmu kemm nitkellmu fuq il-qasam edukattiv, ngħidu x'ngħidu, iridu jkunu l-għalliema nfushom li jgħinuna biex dawn l-affarijiet jitwettqu.", "Fix-xhur li ġejjin irridu nkomplu naħdmu kif ħdimna flimkien.", "Din hija triq li tidher li tieħdok aktar bil-mod, triq li forsi jkun hawn min jgħid: M'għandekx programm.", "Qisu l-ministru jista' jqum filgħodu jagħmel pjan, jgħid li ħolom \"hekk\" mal-lejl u jrid li jsir hekk.", "Le, fil-qasam edukattiv dik hija perikoluża.", "Fil-qasam edukattiv l-affarijiet nagħmluhom bit-team work, naħdmu flimkien, nisimgħu lil xulxin, nikkonsultaw u anke nikkritikaw lil xulxin.", "Hekk ħdimna fix-xhur li għaddew u hekk se nimxu fix-xhur li ġejjin għaliex permezz tat-team nġibu flimkien ġenituri, għalliema, nies minn kull qasam differenti biex il-futur ta' pajjiż li jiddependi ħafna mill-edukazzjoni jkun futur sabiħ u qawwi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li semmejt aktar kmieni fid- diskors tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport finali dwar \"School Maintenance Programme\" għall- perijodu bejn Ġunju u Settembru 1997;", "Ktejjeb intitolat \"L-Iskola tal-Ħolm Tiegħi\" maħruġ mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali; u", "Ktejjeb maħruġ mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali flimkien mal-PBS b'konnessjoni mal-programm \"Xarabank tat-Tfal\" li ntwera fuq TVM il-Ġimgħa, 23 ta' Mejju 1997.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Sur President, jien smajt bl-attenzjoni kollha d- diskors tal-Ministru u jiddispjaċini ngħid li ma qal assolutament xejn dwar dawk il-punti kollha li qajjimt jien.", "Għalhekk għal din ir-raġuni jien se nastjeni fil-votazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Louis Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"B\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fin-12.31 p.m. u rriżuma fin- 12.36 p.m.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU.", "93", "FAVUR: 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA: 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "ASTENSJONI: WAĦDA", "L-Onor.", "Mintoff Dom", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond subartiklu (2) ta' artiklu 71 tal- Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll skond Ordni Permanenti Nru. 21 subinċiż (2), peress li l-voti ġew indaqs għandi d-dmir fil-kwalita' tiegħi li qiegħed nippresjedi dan il-Kumitat li nerżerċita l-vot deċiżiv u din konformi mal-konswetudini ta' din il-Kamra, liema konswetudni tinkludi wkoll il-prinċipji kif elenkati fl-Erskine May, Edizzjoni 21, paġna 351 dwar il-casting vote u għalhekk qed nivvota kontra l-emenda prosposta għall- vot li għandna quddiemna.", "L-emenda \"A\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 15 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm22,299,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "(Interruzzjonijiet) THE DEPUTY CHAIRMAN: Qed nifhem li qegħdin taqblu li din id-division tittieħed wara li nkunu ħlisna mir-riżoluzzjonijiet li għad fadal.", "Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Mela se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Voti l-oħra.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 16 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm38,064,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 16 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 17 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm539,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 17 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 18 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,009,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Mużewijiet, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-riżoluzzjoni taħt Vot 18 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi", "VOT 19 - ŻGĦAŻAGĦ, SPORT U KULTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,854,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - Żgħażagħ, Sport u Kultura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 19 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT III - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,987,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot III għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi", "VOT 15 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm22,299,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "94", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "ASTENSJONI: WAĦDA", "L-Onor Mintoff Dom", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond subartiklu (2) ta' artiklu 71 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll skond l-Ordni Permanenti 21 subinċiż (2), peress li l- voti ġew indaqs għandi d-dmir, fil-kwalita' tiegħi li qiegħed nippresjedi dan il-Kumitat, li nerżerċita l-vot deċiżiv u din konformi mal-konswetudini ta' din il-Kamra, liema konswetudni tinkludi wkoll l-prinċipji kif elenkati fl-Erskine May, Edizzjoni 21, paġna 351 dwar il-casting vote u għalhekk qed nivvota favur il-Vot li għandna quddiemna.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 15 għaddiet.", "Fin-12.48 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 15, 16, 17, 18, 19 u III taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "Il-Ministru Mizzi.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it- Tlieta, 18 ta' Novembru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1998", "It-Tieni Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il- Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 18 ta' Novembru, 1997 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fin-12.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni Nru 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ILMA TAD-DRENAĠĠ", "9416.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi proposti hemm biex aktar ilma tad-drenaġġ li sal-lum nifhem li għadu ta' 10%, jiġi ttrattat qabel ma jispiċċa l-baħar?", "Xi ħsebijiet hemm biex imbagħad aktar u aktar minn dan l-ilma jiġi utilizzat għal ħteġijiet oħra qabel ma dan jispiċċa l- baħar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mhux anqas minn tliet impjanti għat-tisfija tad- drenaġġ huma ppjanati li jinbnew biex jieħdu ħsieb it-trattament tad- drenaġġ kollu qabel jispiċċa l-baħar.", "Il-gvern għandu l-intenzjoni li jutilizza d-drenaġġ trattat bl-aħjar mod possibbli fl-oqsma tal-Agrikoltura u l-Industrija.", "Fl-istess waqt qiegħed jitħejja studju biex jesplora u jevalwa diversi possibiltajiet kif dan ir- riżors jista' jintuża għall-skopijiet oħra.", "TARXIEN - TRIQ IŻ-ŻEJTUN", "9487.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6715 u t- tweġiba mogħtija fis-seduta tas-7 ta' Lulju (Seduta Nru. 86), jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex l-ilma tax-xita li jinġabar fi Triq iż-Żejtun, Tarxien ma jibqax jinħela imma b'xi mod jintuża mill- bdiewa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan l-aħħar xhur sar tindif fil-ġibjun li hemm f'Tal-Barrani u li jiġbor ħafna minn dan l-ilma.", "'Il quddiem jiġi deċiż jekk isirux aktar ġibjuni fil-lokal u possibbilment madwar iż-żona industrijali ta' Bulebel biex isir użu minn dan l-ilma bħala second class water.", "GĦAWDEX - ESTENSJONI TAD-DRENAĠĠ", "9717.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9147 u 9322 u ċioe' jgħid kemm intnefaq s'issa mill-Vot ta' din is-sena ta' Lm240,000 għall-estensjoni tas-sistema tad-drenaġġ f'Għawdex u fejn saru x-xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9147 (Seduta Nru. 143).", "TRASPORT PUBBLIKU - ROTOT", "9554.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li fuq ir-rotta Mġarr/Għajn Tuffieħa/Manikata jkun hemm żieda fil-frekwenza tal-vjaġġi li jwasslu għal Belt Valleta u viċi-versa?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema studji saru fuq il-ħtieġa fit-tibdil dwar din ir-rotta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li qatt ma saru studji dwar ir- rotta Mġarr/Għajn Tuffieħa/Manikata.", "Li jsir minn żmien għal żmien hu li jintbagħtu uffiċjali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex josservaw il-patrunaġġ fuq din ir-rotta.", "Jiena nformat li dan naqas fl- aħħar snin.", "Hemm talba pendenti mill-kunsill lokali biex jiżdied vjaġġ fit- 8.30 a.m. mill-Imġarr lejn il-Belt u ieħor fit-8.30 p.m. mill-Belt lejn l- Imġarr, kif ukoll vjaġġ fis-7 a.m. mill-Imġarr għall-Belt nhar ta' Sibt.", "Għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar din it-talba.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9573.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom fil-perijodu ta' Ottubru, 1997 u jindika wkoll ix-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol f'Ottubru 1997, wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom kien ta' 207.", "|Tourism/Hotels/Cate|36 | |ring | | |Manufacturing |58 | |Mechanical/Building|25 | |/Metal | | |Woodwork |8 | |Retail/Wholesale |29 | |Others |51 | |Total |207 |", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9574.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Relattivament għax-xahar ta' Ottubru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqagħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u jindika għaliex l-ETC ddeċidiet li taqtagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li għax-xahar t'Ottubru 1997 ma komplewx jirreġistraw minn jeddhom kien ta' 737.", "In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax-xahar t'Ottubru kien ta' 126.", "Ir-raġuni li wasslet għall-qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "|M'aċċettawx taħrig|26 | |Jirreġistraw u |60 | |jaħdmu | | |M'aċċcttawx xogħol|11 | |M'attendewx |28 | |intervisti | | |Riedu xoghol |1 | |mal-Gvern biss | | |Total |126 |", "ETC - INTERNAL WORKINGS", "9575.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-internal workings ta' l- ETC dwar l-istatistika dwar ix-xogħol relattiv għal Ottubru, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Internal Workings tan-nies qegħda u tal-ħaddiema jaħdmu bi qliegħ għax-xahar ta' Settembru 1997 tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PROPRJETA' - REĠISTRAZZJONI TA' KUNTRATTI", "9576.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta' inter vivos; u causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Ottubru, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' kuntratti li ġew irreġistrati mad- Dipartiment tat-Taxxi matul Ottubru, 1997 jammontaw għal 1164 inter vivos u 355 causa mortis.", "PULIZIJA - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FTUĦ TA' ĦWIENET", "9577.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-pulizija biex jinfetħu ħwienet f'Ottubru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'Ottubru 1997 kien hemm 40 applikazzjoni mal-Pulizija għall-ftuħ ta' ħwienet.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "9578.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vejikoli ġodda f'Ottubru, 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' vejikola?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien nformat li n-numru ta' vetturi ġodda li ġew irreġistrati f'Ottubru 1997 huwa 1,219 maqsumin kif ġej:-", "|Karozzi |1,015| |privati | | |Vetturi |154 | |kummercjali | | |Vetturi |6 | |għall-kiri | | |Buses u Mini |xejn | |Buses | | |Muturi |44 | |Total |1,219|", "RABAT - TARMAC", "9613.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-toroq Ta' Fra Anton, ir-Rabat u t-toroq ta' madwar, jiġu asfaltati billi dawn it- toroq jenħtiġilhom ħafna xogħol fuqhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huwa maħsub li jinbeda f'qasir żmien.", "PULIZIJA - MEMBRI TAL-KORP", "9769.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-Pulizija seconded ma' ministeri u ma' liema?", "X'xogħol qed jagħmlu?", "Kemm hemm membri ta' l-istess korp seconded ma' dipartimenti tal-Gvern jew korpi parastatali u ma' liema?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi t-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 547 għadha tgħodd.", "SETTUR PUBBLIKU - GĦALLIEMA", "9770.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-iskema li biha għalliema mis-Settur Pubbliku kellhom jibdew igħallmu fuq bażi part-time?", "Meta intgħażlu, kemm kienu u liema suġġetti qed igħallmu?", "Kemm hemm priġunieri li qed jitgħallmu?", "Kemm- il siegħa f'kull suġġett qed isir fiha tagħlim f'ġimgħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-iskema edukattiva għall- priġunieri tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin bdiet titħaddem fil-15 ta' Ottubru li għadda.", "Fl-ewwel żewġ ġimgħat ta' Ottubru ta' din is-sena ntgħażlu għaxar għalliema mis-settur Pubbliku biex igħallmu fuq bażi part- time.", "Is-suġġetti li qed igħallmu huma l-Malti, l-Ingliż, Taljan, Franċiż, Matematika u l-Edukazzjoni Fiżika (P.E.).", "Hemm mija u seba' priġunieri li qed jitgħallmu.", "Isir sagħtejn tagħlim fil-ġimgħa f'kull suġġett.", "SPTAR ĠENERALI - REFURBISHMENT", "9773.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9518?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Refurbishments li saru gewwa l-Isptar Generali ta' Għawdex tul l-ahhar ghaxar snin huma dawn-:", "|1988 |X-Ray filing room gdida | |1989 |CCU/ITU | |1990 |-- | |1991 |-- | |1992 |X-Ray unit gdid | |1993 |-- | |1994 |Wing gdida ghall-mard | | |mentali/anzjani | |1995 |Physiotherapy Unity gdida | |1995 |Sala tat-tfal gdida | |1995 |Bidu ta' | | |estensjoni/refurbishment | | |fid-Dipartiment ta' | | |Emergenza (mhux komplut) | |1996 |Blood donation unit | |1997 |Upgrading tad-Dipartiment | | |ta' l-Outpatients | |1997 |Kamra gdida ghall-apparat | | |ta' l-ultrasound |", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija gejt informat li l-isptar m'ghandhomx records ta' x'nefqa saret fuq dawn ix-xogħlijiet.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - SERVIZZI MEDIĊI", "9774.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9517?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - REFURBISHMENT", "9775.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9516?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊJALI/IMPJEGATI", "9777.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'karigi għandhom l-uffiċjali/impjegati fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li qed jittieħdu passi kontrihom quddiem il-Public Service Commission?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-karigi u n-numru rispettiv tal- uffiċjali/impjegati li għandhom każ ta' dixxiplina pendenti quddiem il- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar każ li seħħ waqt l-impjieg tagħhom fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hu kif ġej : -", "|Kariga |Numru | | |ta'Ufficjali/Im| | |pjegati | |Gwardjan |3 | |Tabib |1 | |Kuntistabb|1 | |li | | |Assistent |1 | |Principal | | |Ufficjal |1 | |Ezekuttiv | | |Skrivan |1 |", "ĦABS ĊIVILI - DĦUL TA' VAN", "9778.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni fejn iddaħħal van mill-main gate (jew xi gate oħra) tal-Ħabs li allegatament kien fih l-għeneb?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li twaqqaf bord magħmul minn uffiċjali tal-Ħabs li nvestigaw li l-allegazzjonijiet li kienu saru.", "Din l- investigazzjoni issa ngħalqet.", "PULIZIJA - NEIGHBOURHOOD WATCHES", "9779.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1 ta' Novembru, 1997, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema areas saru neighbourhood watches ġodda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fil-perijodu ndikat fil- mistoqsija ġiet introdotta Neighbourhood Watch f'Ħal Tarxien.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIER BARRANI", "9780.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 9138 u 9305, jista' l- Prim Ministru jaħtar bord indipendenti biex jinvestiga dan l-inċident kif ukoll inċidenti oħra fejn hemm allegazzjoni ta' swat fuq prinġunieri oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant fil-Ħabs jeżisti il-Bord tal-Viżitaturi li wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu skond Regolament 103 (1) tar-Regolamenti tal-Ħabs hu 'li jissodisfa ruħu f'dak li hu trattament ta' priġunieri .....'.", "Għalhekk ma nħossx li hemm għalfejn li jinħatar bord ieħor indipendenti meta hemm dan il-bord apposta bħala public watch-dog biex jaqdi dawn il-funzjonijiet u dmirijiet.", "SAĦĦA - HEALTH ASSISTANTS", "9791.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jispjega għaliex Health Assistants tqabbdu jieħdu ħsieb il-panch clocks flok is-security?", "Dan ix-xogħol hu kopert fil-job description tal-Health Assistants?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "9792.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta' mpjegati fil-ministeru tiegħu, inkluż is-segretarjat, li tħallsu 'l fuq minn Lm100, Lm200, Lm300 u Lm400 overtime fix-xhur tul l- aħħar sena?", "Jista' jagħti breakdown skond il-grad?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - INFERMIERA BARRANIN", "9793.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għad-domanda dwar nurses barranin li jaħdmu Malta, jista' l-Ministru jgħid f'liema data saru r- riżenji ta' dawn in-nurses tul l-1996 u 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-infermiera barranin li jaħdmu Malta u li rreżenjaw jinkludu:", "Enrolled Nurses", "1996 1997 1 31.3.96 1 1.1.97 1 16.5.96 1 9.5.97 1 10.7.96 TOTAL 3 TOTAL 2", "STAFF NURSES", "1996 1997 1 13.8.96 1 26.02.97 1 12.", "9.96 1 29.06.97 1 29.", "9.96 1 30.11.96 TOTAL 4 TOTAL 2", "SPTAR ZAMMIT CLAPP", "1996 1997 1 31.01.96 1 31.08.97 1 14.02.96 TOTAL 2 TOTAL 1", "DIPLOMATIC MAIL BAGS", "9807.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm, xahar b'xahar, minn Frar sa Ottubru ta' din is-sena, intbagħtu diplomatic mail bags minn kull waħda separatament ta' l-ambaxxati ta' Malta lejn il-Ministeru f'Malta; u mill-Ministeru lejn kull waħda speċifikament mill-ambaxxati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru għax-xhur ta' Frar 1997 sa Ottubru 1997 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MDC - IMPJEGATI B'PASSAPORT DIPLOMATIKU", "9808.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6455 magħmula minni, fejn qal:-", "\"l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra\",", "jista' l-Viċi Prim Ministru issa, jekk jogħġbu, jagħti r-risposta għal din il-mistoqsija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħalissa, mill-organizzazzjonijiet tal-Gvern imsemmija mill-Onor.", "Membru, hemm tliet impjegati, kollha mill- Korporazzjoni għall-Iżvilupp Maltija (MDC), li għandhom passaport diplomatiku.", "Dawn jinsabu f'Londra, f'Milan u fi Munich.", "AIR MALTA - TITJIRIET TA' DAY TRIPS", "9825.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' passiġġieri li siefru xahar b'xahar, din is-sena fuq it-titjiriet ta' day trips għad-diversi destinazzjonijiet li għalihom l-Air Malta torganizza dawn it-tip ta' trips?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Apparti minn xi okkażjonijiet verament sporadiċi l- 'operazzjoni' tad-day-trips hija kważi interament bażata fuq it-titjiriet bi skeda għal u minn Katanja.", "Nista' ngħid li matul din is-sena sa l-aħħar ta' Settembru n-numru ta' day trippers kien ta' madwar 6,000.", "BIĊĊERIJA - QATLA TA' ANNIMALI", "9826.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-qatla, xahar b'xahar, ta' kull tip ta' annimali li nqatlu fil-biċċerija fil-perjodu 1/11/96 - 31/10/97?", "Fil- każ tal-majjal, x'kienet il-qatla li saret fil-biċċerija privata xahar b'xahar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9826 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - ĦADDIEMA", "9827.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema tal-Gvern li hemm jaħdmu ma' kull kunsill lokali, kunsill b'kunsill?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu dawn il-ħaddiema lokal b'lokal?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor. interpellant li l- informazzjoni mitluba ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8580 (Seduta Nru. 131).", "GOZO CHANNEL - SERVIZZI", "9828.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' passiġġieri u ta' vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex u viċi-versa, fil-perijodu 1/10/97 - 9/11/97, ġimgħa b'ġimgħa?", "X'kien in-numru ta' vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex, ġimgħa b'ġimgħa?", "X'kien in-numru ta' vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex, fl-istess perijodu fl-1996?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej:- 1997 1996 Pass.", "Vetturi Pass.", "Vetturi 1 - 5 Ottubru 39875 8448 1 - 6 Ottubru 42293 9277 6 -12 Ottubru 54166 10385 7 -13 Ottubru 53478 11249 13-19 Ottubru 50544 10243 14 -20 Ottubru 52658 11361 20-26 Ottubru 48527 9869 21 -27 Ottubru 52880 10566 27 Ott-2 Nov 45364 9838 28 Ott-3 Nov 49749 11527 3 - 9 Novembru 45102 9092 4 -10 Novembru 50975 12171 PITKALIJA - DĦUL TA' PRODOTTI", "9841.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9649 u ċioe' dwar prodotti ta' patata, tadam, basal u dulliegħ li ġew imdaħħla fil- Pitkalija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AGRIKOLTURA - ĠBIR TA' ĦAMRIJA", "9842.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9658, jista' l-Ministru jgħid kemm minn kull ammont ta' ħamrija f'kull perijodu ta' żmien imsemmi ġie mqassam lill-bdiewa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba hija :", "a) bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 t'Ottubru, 1997 - 1426 metru kubu.", "b) fis-sena 1991 26067 metri kubi 1992 19065 metri kubi 1993 11869 metri kubi 1994 8946 metri kubi 1995 3490 metri kubi 1996 1231 metri kubi", "ENEMALTA - KONSUM TAD-DAWL", "9843.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Bir-rati jew tariffi l-ġodda tal-konsum ta' enerġija elettrika, jista' l- Ministru speċifikament jgħid għal kull kategorija segwenti, u ċioe' għall- konsum f'każini tal-baned; għall-konsum f'każini politiċi; u għall-konsum f'każini sportivi, kemm se jkunu l-meter charge u t-tariffi l-ġodda?", "ONOR LEO BRINCAT: L-Organizzazzjonijiet li semma l-Onor.", "Membru kollha jaqgħu taħt il-kategorija tat-tariffa kummerċjali li hija hekk:-", "Meter Charge - Lm6 kull 3 xhur li tinkludi 50 units b'xejn.", "Kull unit 'il fuq minn 50 kull tliet xhur tkun bir-rata ta' 4c1.", "B'BUGIA - WEIGHBRIDGE", "9844.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' l-istallazzjoni ta' WEIGHBRIDGE fl-ex Shell Petroleum Installation f'Birżebbugia:- 1) jikkonferma l-Ministru li l-Korporazzjoni Enemalta f'dawn l-aħħar snin xtrat weighbridge bil-għan li jiġi nstallat fl- istess installazzjoni tal-Petroleum Division; 2) jgħid kemm kien il-prezz tax-xiri ta' l-istess weighbridge; 3) jgħid ir-raġunijiet għaliex sal-lum dan il-weighbridge għadu ma ġiex installat; 4) kemm huma kkalkolati li kienu l-losses tal-prodotti raffinati taż-żejt li nħażnu fl-istess installazzjoni bejn l-1.11.96 u t-30.10.97?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru huwa kif ġej:-", "1) Nikkonferma li weighbridge imsemmi nxtara f'Marzu 1994 u ġie stallat aktar minn sentejn wara f'Novembru 1996.", "Dan kollu meta l-Onor.", "Membru kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta.", "2) Il-wieghbridge kie ġie stallat fl-istallazzjoni ta' Birżebbuġa fit-18 ta' Novembru, 1996.", "3) Ftit xhur wara d-decks tal-wieghbridge bdew juru sinjali ta' ħsara u, għalhekk, il-kuntrattur ntalab biex jispezzjona dan il-weighbridge.", "F'Lulju li għadda, wara iktar spezzjonijiet, il-kuntrattur aċċetta r- responsabbilta' ta' dawn il-ħsarat u qala' l-partijiet difettużi biex bi spejjeż tiegħu jirranġa l-ħsara li hemm.", "Jidher li l-ħsarat kienu kkawżati billi meta saru r-reinforcement tad- decks taħt is-superviżjoni tal-Perit imqabbad mill-kuntrattur, dawn saru żbaljati.", "Naħsbu li l-weighbridge ikun jista' jibda jintuża f'Diċembru li ġej.", "4) Il-valur ta' telf bejn l-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' Settembru, 1997 kien ta' Lm83,477.", "Il-figuri ta' Ottubru, 1997 għadhom qegħdin jinnħadmu.", "ENEMALTA - UNITS TA' L-ELETTRIKU", "9845.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward tat-tnaqqis tal-losses tal-units ta' l-elettriku minn 13.8% fis- sena li għalqet fit-30 a' Settembru, 1996 għal 8.2% losses fis-sitt xhur li għalqu 31 ta' Marzu, 1997, jista' l-Ministru jgħid x'tisħiħ tekniku sar bejn l-1/10/96 sal-31/3/97 biex seta' iseħħ l-imsemmi tnaqqis; jekk it- tnaqqis ma kienx dovut għal tisħiħ tekniku, x'kienu r-raġunijiet li kkawżaw it-tnaqqis minn 13.8% għal 8.2% fil-losses f'perijodu ta' sitt xhur?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Membru ħassa bi kbira li l-losses tnaqqsu minn 13.8% għal 8.2%.", "Ir-raġunijiet ma kenux dovuti għal xi tisħiħ tekniku li sar f' dak il- perijodu biss.", "Barra minn hekk il-figuri tal-bejgħ ta' l-elettriku ħarġu bl-istess sistema li kien hemm qabel.", "Il-figuri li ħarġu f'Marzu 1997 li huma wkoll awditjati taw dawk il- figuri ta' bejgħ u li bihom il-losses niżżlu għal 8.2%.", "Forsi l-aktar raġunijiet validi huma t-tisħiħ amministrattiv ġewwa l- Korporazzjoni ta' l-Ilma, u aktar spezzjonijiet.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "ĦAMRUN - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "W1,027.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jingħata s-servizz ta' drenaġġ għal post fejn se jmur joqgħod fi Triq Ġdida fi Triq Reġjonali, Santa Venera b'applikazzjoni pendenti għal madwar aktar minn sena (WD/97/96)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li din l-extension hija nkluża f'tender li se ssir dalwaqt."]} {"filename": "19970618_080d_par.doc", "date": "1997-06-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 80 L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 80", "L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "80", "L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju, 1997", "WERREJ MINUTI 1314", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1314", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1320", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (L-EWWEL QARI) 1321", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI 1321", "AĠĠORNAMENT 1347", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1352", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 79 li saret fis-17 ta' Ġunju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - REATI F'PACEVILLE", "5879.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati li saru ġewwa Paceville mill- 1986 'il hawn sena b'sena f'dak li jirrigwarda qtil, attentati ta' qtil, ferimenti ta' natura gravi, ferimenti ta' natura ħafifa, każi konnessi mad- drogi, atti kontra l-morali pubblika, stupru u serq?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll) (f'isem il-Prim Ministru): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija humiex qed jieħdu xi prekawzjonijiet speċjali minħabba li n-numru ta' reati li qed isiru f'dawn l-inħawi huwa xi ftit allarmanti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-mistoqsija oriġinali titratta n-numru ta' reati li saru ġewwa Paceville mill-1986 'l hawn u allura jien ma narax x'relazzjoni hemm bejn din il-mistoqsija u l-mistoqsija oriġinali.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li mit-tabella li tqiegħdet fuq il-Mejda tal- Kamra jirriżulta li f'dawn l-aħħar snin ġewwa Paceville sar numru mhux ħażin ta' reati, jien nixtieq inkun naf jekk il-pulizija humiex qed jieħdu xi prekawzjonijiet speċjali f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-pulizija qed jieħdu l-prekawzjonijiet li hemm bżonn u fil-fatt anke twaqqaf kumitat biex jgħin sabiex titjieb is-sitwazzjoni preżenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Adrian Vassallo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Peress li l-mistoqsija oriġinali kienet tirriferi għall-każijiet li saru ġewwa Paceville mill-1986 'l hawn u peress li jekk wieħed iħares lejn it-tabella li ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra jsib li dawn ir-reati dejjem żdiedu sena wara l-oħra, jien nixtieq nistaqsi x'sar f'dawn l-aħħar għaxar snin biex nevitaw is-sitwazzjoni li fil-fatt ninsabu fiha llum?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien lill-Onor.", "Vassallo ngħidlu li jien ili sitt xhur fuq in-naħa tal-Gvern u għaldaqstant m'iniex f'pożizzjoni li ngħidlu x'ġara matul id-disa' snin u nofs li aħna konna fl-Oppożizzjoni.", "QRATI - PERSUNI TAĦT IS-16-IL SENA", "6261.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni taħt is-16-il sena li ttellgħu il-qorti mill-pulizija minn Jannar ta' l-1996 'l hawn?", "Jista' jekk jogħġbu jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom kif ukoll tar- reati li fuqhom ġew imtellgħin il-qorti?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li minn Jannar 1996 'l hawn tressqu l-qorti 162 il-persuna taħt is-16-il sena.", "L- akkużi kienu diversi, fosthom, serq, stupru, kontravenzjonijiet kontra l- ordni pubbliku u kontra l-persuna, pussess ta' droga, pussess ta' armi, ksur tar-regolamenti dwar kaċċa u nsib, ksur tar-regolamenti dwar is-sajd u ksur tar-regolamenti dwar speedboats u skiing fuq il-baħar.", "Rigward il-breakdown ta' l-etajiet tagħhom, ninsab informat li ma tinżammx statistika bil-mod kif qed jitlobha l-Onor.", "Membru.", "SUWIĊIDJI", "6292.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm jirriżultaw każijiet ta' suwiċidju u kemm minnhom kienu taħt it-30 sena f'dawn l-aħħar 20 sena sena b'sena?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "Ninsab informat li qabel l-1981 ma kenitx tinżamm statistika fuq dan ir-rigward.", "AIR MALTA - HEALTH INSURANCE", "5752.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-Air Malta għandhiex skema ta' health insurance u/jew accident insurance għall-ħaddiema tagħha?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid jekk il-premium huwiex kontributorju min-naħa tal-ħaddiema u, jekk hu hekk, dan għal kemm jammonta?", "Ma' liema kumpannija ta' assigurazzjoni huma assigurati l-ħaddiema u minn min hi rappreżentata f'Malta?", "Meta ħarġet it-tender relattiva?", "Min tefa' t-tender u kemm kien kull tender?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Skond il-ftehim kollettiv il-kumpannija tipprovdi kemm health kif ukoll accident insurance għall-impjegati kollha tagħha filwaqt li dawn, skond l-istess ftehim, jikkontribwixxu biss il-kwart tal-premium tal-health insurance.", "Madwar erba' xhur ilu l-brokers tal-kumpannija - Osprey Insurance - talbu offerti mingħand xi għaxar kumpanniji ta' l-assikurazzjoni u l-ftehim sar mat-tnejn li l-offerti tagħhom kienu l-aktar favorevoli għall- kumpannija, voldieri il-Private Patients Plan (Laferla Insurance Co.) għall- health insurance u l-I.T.T. ta' Londra u Edinburgh għall-accident insurance.", "Peress li l-kumplament ta' l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali ngħid biss li l-premium li qed tħallas il-kumpannija għall-polza tal-health insurance hija madwar Lm10,000 fis-sena orħos minn dak li kienet tħallas qabel lill-BUPA, li kien wasal għal ftehim dirett magħha ċ-chairman ta' l- Air Malta li kien hemm dak iż-żmien.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru semma l-accident insurance, jista' jgħid jekk din hijiex absolute liability għal min jimpjega?", "Jiena ma nistennix li l-Ministru jpoġġi l-polza fuq il-Mejda tal-Kamra pero nixtieq li jgħid x'tip ta' insurance għandha l-Air Malta għall-accident insurance tal-ħaddiema tagħha.", "Fil-każ tat-Tarzna din kienet ħaġa pubblika?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hawnehkk irrid ngħid li l-Ministru tat-Turiżmu m'għandux ir-responsabbilta' li jara jekk hemmx insurance għal kulħadd jew jekk din tridx issir bilfors.", "L-Onor.", "Membru qed jistaqsi x'policy hemm f'dan ir-rigward u r-risposta ngħatatlu.", "Min-naħa l-oħra, jekk l-Onor.", "Cassar irid aktar informazzjoni nissuġġerilu jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' niġborlu l-informazzjoni li jixtieq.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-Ministru tat-Turiżmu m'huwiex preżenti fil-Kamra, jista' l-Ministru mingħajr Portafoll jgħidilna jekk jafx li ndaħlet xi persuna biex l-insurance ta' l-Air Malta tittieħed minn xi kumpannija partikolari u jafx jekk xi kumpannija li tefgħat it-tender għamlitx rappreżentazzjoni lill-Ministru jew lil xi ħaddieħor fil-Gvern biex isir intervent biex it-tender jingħata lill-kumpannija partikolari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-affarijiet saru kif suppost għandhom isiru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk il-Ministru qed jgħid li l-affarijiet saru kif suppost, allura dan jimplika li hu jaf kif saru l-affarijiet u allura jien nistaqsi: Jista' l-Ministru jikkonferma jew inkella jeskludi b'mod assolut li kien hemm rappreżentazzjonijiet minn kumpannija partikolari lill- ministri tal-Gvern jew lill-Prim Ministru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien naċċerta lill-Onor.", "Membru li l-affarijiet saru kif suppost kellhom isiru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jaf il-Ministru jekk kienx hemm intervent minn xi ministru lill-bord ta' l-Air Malta fuq din l-insurance?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naċċertak li l-affarijiet saru kif suppost.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan ifisser li jekk intervjena ministru biex kumpannija partikolari tieħu din l-insurance huwa metodu ta' kif suppost isiru l-affarijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk inti qed tinsinwa xi affarijiet li ma sarux, dik hija ħaġa oħra.", "Jien li qed ngħid hu li l-affarijiet saru kif suppost.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ladarba l-Ministru għoġbu jirrispondi għad-domanda u ma qallix biex nagħmel domanda bil-miktub, kif jagħmel is-soltu, u ladarba l-Ministru tat-Turiżmu m'huwiex preżenti fil-Kamra, allura l-Ministru Mizzi issa se jkollu jerfa' r-responsabbilta' ta' din it-tweġiba.", "Jien staqsejt domanda sempliċi ħafna u l-Ministru rrispondiha billi qal li l-affarijiet saru kif suppost, liema risposta timplika li huwa jaf kif sar il-proċess kollu.", "Jien staqsejt domanda faċli u se nirrepetiha: Il-Ministru jaf jekk xi ministru jew il-Prim Ministru jew il-Viċi Prim Minstru jew xi ħadd mill- Kabinett tkellimx mal-bord ta' l-Air Malta fuq l-għoti ta' din l-insurance.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma għidtx dak li qed jinsinwa l-Onor.", "Membru għax li għidt kien li l-affarijiet saru kif suppost.", "Madankollu jekk jidhirlu li jien kelli nitolbu biex jagħmel mistoqsija bil-miktub allura biex nikkuntentah ngħidlu li jekk irid aktar informazzjoni jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidli għaliex l-aħħar parti tar- risposta tgħid li l-kumplament ta' l-informazzjoni - jiġifieri kemm saru tenders, minn min saru u informazzjoni bħal din - hija kkonsidrata ta' natura kummerċjali meta fil-ħames jew fl-erba' domandi ta' warajha li għandhom l-istess diċitura - inkluż domanda li rrisponda l-istess Ministru Mizzi - din l-informazzjoni fil-fatt ingħatat?", "Dan ifisser li l- Gvern m'għandux policy waħda dwar dak li għandu jiġi kkonsidrat bħala kummerċjali u dak li għandu jiġi kkonsidrat bħala mhux kummerċjali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba l-informazzjoni mitluba ma ngħatatx, sinjal li din hija ta' natura kummerċjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għaliex fil-każ ta' l-Air Malta din hija informazzjoni ta' natura kummerċjali mentri fil-każ tat-Telemalta, tal- Port Ħieles u ta' l-MSU din m'hijiex ta' natura kummerċjali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk fil-każ tat-Telemalta u fil-każijiet oħrajn ingħatat sinjal li dik l-informazzjoni ma kenitx ta' natura kummerċjali, pero' f'dan il-każ din hija ta' natura kummerċjali għaliex kieku kienet tingħata wkoll.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-Ministru jirrealizza li meta tinbidel aġenzija ta' l-insurance fir-rigward tas-saħħa ħafna drabi jispiċċaw ibatu l-ħaddiema għaliex l-insurance li tkun għadha in vigore tkun tinforza iktar, kif naf li ġara f'dan il-każ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, jien ma nafx pero' se nieħu nota ta' dak li qed tgħid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru jaf min huma l-brokers tal-kumpannija Osprey Insurance?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk l-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija bil-miktub inkun nista' niġbor u nagħtih l-informazzjoni mitluba.", "Naturalment din l- informazzjni ma ngħatatx għax oriġinarjament ma ntalbitx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru jaf jekk l-ITT ta' Londra u Edinburgh, li qed jagħtu l-accident insurance, humiex rappreżentati f'Malta?", "Jekk iva, minn min huma rappreżentati?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'iniex f'pożizzjoni li ngħidlek min huma.", "ENEMALTA - HEALTH INSURANCE", "5753.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex skema ta' health insurance u/jew accident insurance għall-ħaddiema tagħha?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk il-premium huwiex kontributorju min-naħa tal-ħaddiema, u jekk iva kemm?", "Ma' liema kumpannija ta' assigurazzjoni huma assigurati u minn min hi rappreżentata f'Malta?", "Meta ħareġet it-tender relattiva?", "Min tefa' t-tender u kemm kienet kull tender?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ): Il-Korporazzjoni Enemalta għandha tliet tipi ta' insurance cover għall-ħaddiema tagħha li kollha huma ex-gratia u li huma:", "i. group personal accident - li tkopri l-inċidenti fuq ix-xogħol, ii. employee's liability - li tkopri l-inċidenti fuq ix-xogħol jekk hu t- tort tal- korporazzjoni; u iii. private health insurance - li tkopri l-mard tal-ħaddiema.", "L-ewwel żewġ policies huma nxurjati ma' Lloyd's li huma rappreżentati f'Malta minn Fogg Limited.", "Il-korporazzjoni ilha insured b'dan il-mod minn l-1 ta' Ottubru 1995, jiġifieri minn żmien l-amministrazzjoni l-oħra.", "Il-broker (MIB) li kien qiegħed jieħu ħsieb dawn il-policies ried jgħolli l-premium u minħabba li l-istess broker kien qiegħed juża s-servizzi ta' Fogg Limited, il-korporazzjoni dehrilha li hi setgħet tinnegozja direttament ma' Fogg Limited.", "Dawn ta' l-aħħar aċċettaw li jżommu l-istess premium bħal qabel għal perijodu ieħor ta' tliet snin jiġifieri bejn l-1 ta' Ottubru 1995 u t-30 ta' Settembru 1998 u, għalhekk il-covers baqgħu ma' l-istess underwriter, jiġifieri ma' Lloyd's, imma ma' broker ieħor.", "Il- policies qegħdin jaħdmu ferm aħjar minn qabel minkejja n-nuqqas ta' intermedjarju.", "Il-private health scheme baqgħet mal-BUPA sa minn mindu bdiet fl-1 ta' Jannar 1993.", "Meta saru n-negozjati fuq ir-rata, kemm il-BUPA u anke l-PPP kellhom l-istess rata li kienet ukoll irħas minn tas-sena l-oħra.", "Fl-aħħar ġimgħa tas-sena 1996 il-bord il-qadim kien wasal biex jispiċċa iżda peress li l-policy xorta waħda riedet tiġi mixtrija, iċ-chairman ta' dak iż-żmien deherlu li jkun aħjar li nkomplu ma' l-istess kumpannija ta' assigurazzjoni, jiġifieri mal-BUPA.", "M'huwiex kummerċjalment xieraq li l-korporazzjoni tippubblika r-rati għax dan m'huwa fl-ebda interess pubbliku u minbarra hemm dan jista' jkun ta' ħsara għall-istess korporazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien qed nifhem sewwa li r-raġuni għaliex ir-rati m'humiex qegħdin jiġu ppubblikati hija għaliex dan m'huwa fl-ebda interess pubbliku li jiġu ppubblikati.", "Jien qed nifhem sew li meta jinfetħu t- tenders ikun hemm preżenti t-tenderers interessati kollha li allura jaraw ir-rati ta' xulxin.", "Jekk dan huwa hekk allura għaliex il-Ministru qed isostni li m'huwiex fl-interess pubbliku li nkunu nafu x'kienu dawn ir-rati u dan anke in vista ta' dak li għidt qabel, jiġifieri li fir-risposti parlamentari sussegwenti kemm it-Telemalta kif ukoll l-MSU qed jippubblikaw dawn ir-rati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien ma nsib l-ebda diffikulta' li ngħaddi din l- informazzjoni lill-Onor.", "Interpellant privatament.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li jien napprezza l-offerta tal-Ministru li jgħaddili din l-informazzjoni privatament irrid ngħid li jien hawn qiegħed nirrappreżenta lill-pubbliku kollu u għalhekk ma jidhirlix li din għandi naraha jien biss.", "Jekk jien se nara din l-informazzjoni allura għandu jaraha kulħadd u jekk ma narahiex jien allura m'għandu jaraha ħadd.", "L- argument tiegħi huwa jekk huwiex possibbli li min għamel id-drafting ta' din ir-risposta qed iġib skuża fuq xi ħaġa li m'hijiex kummerċjali?", "Dan għaliex l-iktar nies li fil-fatt huma involuti kummerċjalment diġa' jkunu raw ir-rati ta' xulxin.", "Jidher li f'dan il-każ il-Gvern lanqas għandu standard policy għax kif għidt diġa' fid-domanda sussegwenti t-Telemalta qed tippubblika r-rati tagħha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Point of order!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nista' ningħata spjegazzjoni kif il-mistoqsija parlamentari li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Gatt diġa' qiegħda għandu meta din għadha ma dehritx?", "Dan qed ngħidu għax jekk għadna ma ġejniex għal din il-mistoqsija parlamentari l-Onor.", "Membru mhux suppost irrifera għaliha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif poġġejt bilqiegħda ġabuli r-risposti għall- mistoqsijiet parlamentari u dan mingħajr ma tlabt lil ħadd biex jagħtihomli.", "Safejn naf jien il-proċedura dejjem hekk kienet.", "Pero' jien ma naħsibx li dan hu l-punt għax li qed nipprova nara jien hu għaliex mhux kulħadd qed jimxi bl-istess mod.", "Madam Speaker, jien naħseb li jkun aħjar jekk jirrispondu d-domandi li nagħmlulhom!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien għamilt point of order għax l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal mistoqsija li għadha ma dehritx uffiċjalment.", "(Interruzzjonijiet) Ma jistax jirriferi għal risposta għal mistoqsija parlamentari li għadha ma ngħajtietx.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Kif qal l-Onor.", "Mizzi, peress li l-mistoqsija parlamentari li qed isemmi l-Onor.", "Gatt għadha ma ngħajtietx uffiċjalment allura din il-mistoqsija parlamentari ma tistax issir riferenza għaliha.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mela ħalli nagħmel re-wording tagħha għalkemm naf li l-Ministru diġa' fehemni.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy li permezz tagħha jkun jista' jiddeċiedi x'informazzjoni hi kummerċjali u x'm'hijiex kummerċjali?", "X'sens jagħmel li ma tingħatax l- informazzjoni mitluba meta f'dan il-każ il-kumpanniji kummerċjali diġa' jafu l-prezzijiet ta' xulxin?", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid ukoll li diversi drabi informazzjoni bħal din ingħatat anke lil din il-Kamra wara li din tkun ġiet ippubblikata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk l-Onor.", "Interpellant jerġa' jagħmilli din il- mistoqsija parlamentari bil-miktub jien beħsiebni nagħmel l-almu personali tiegħi biex tingħata l-informazzjoni mitluba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li fir-risposta parlamentari ssemmiet l- accident insurance nixtieq inkun naf jekk l-Enemalta hijiex qed tieħu absolute liability għal dak li qed jiġri lill-ħaddiema?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien għandi nifhem li l-accident insurance tkopri kull tip ta' inċident li jista' jinqala' fuq il-post tax-xogħol.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja tal-mappa ta' l-area Tal-Magħluq, f'Marsaxlokk, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6376.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 80 ta' l-1997 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-każ Nru 192 - Rapport Nru 101.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' tenderers li tefgħu offerti għall-iskema ta' premium ta' group personal accident u employers' liability fil-Korporazzjoni Telemalta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5754.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Brincat.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 li jkompli jemenda l-Att dwar Dazju tas- Sisa\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1997 li jkompli jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI", "Ikompli mis-17 ta' Ġunju, 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Abela huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Madam Speaker, il-bieraħ kont qed ngħid li hemm bżonn li naġġornaw il-materjal tat-tagħlim tat-tfal fejn jidħlu kotba kif ukoll fejn jidħlu metodi kif jagħmlu l-eżerċizzji.", "Għidt ukoll li l-kotba li qegħdin jużaw it-tfal fl-iskejjel primarji huma anitkwati u allura hemm bżonn li dawn jinbidlu.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li hemm bżonn nagħtu kasha hija s-sistema tat- trasport ta' l-istudenti, speċjalment fejn jidħlu l-iskejjel sekondarji.", "Dawn l-istudenti ġieli qed jitwasslu l-iskola kmieni ħafna fil-għodu u huwa proprju f'dawn il-ħinijiet li dawn ikunu l-aktar esposti għall-periklu, speċjalment minn min ikun irid jibda jħajjarhom biex jieħdu d-drogi jew biex imorru jilagħbu fil-ħwienet li jkun hemm viċin l-iskejjel.", "Barra minn hekk it-tfal qed ikollhom iqumu kmieni ħafna, kultant anke fis-6.00 a.m. biex jaqbdu l-private ta' l-iskola u dan qed jiġri biex jiġu akkomodati s- sidien tal-karozzi.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq il-basktijiet tqal li qed ikollhom iġorru t- tfal ta' l-iskola, speċjalment l-studenti fl-iskejjel primarji.", "Bħala terapista, nista' ngħid li jekk hawnhekk m'aħniex se noqogħdu attenti se jkun hemm numru ta' tfal li jispiċċaw bi scoliosis.", "Dawn it-tfal qed ikollhom basktijiet tqal ħafna b'kotba li kultant lanqas biss jużawhom u milli jidher ħadd m'hu qed jagħti kas ta' dan biex imbagħad ikunu t-tfal u l-ġenituri li jbatu l-konsegwenzi.", "GĦalhekk hemm bżonn li nagħtu kas dawn l-affarijiet.", "Meta jsiru t-testijiet ta' scoliosis insibu li fl-iskejjel sekondarji hemm ħafna li qed juru sinjali ta' dawn id-difetti.", "Allura jien nistaqsi: Għaliex għandna ngħabbu lit-tfal b'ħafna kotba tqal meta dawn ikunu għadhom qed jiżviluppaw meta ċerti kotba nistgħu nżommuhom l-iskola?", "Madam Speaker, xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-homework esaġerat li qed jingħataw l-istudenti u li mhux qed iħalli lit-tfal il-ħin liberu meħtieġ.", "Hemm bżonn neżaminaw dawn l-affarijiet bis-serjeta' għax il-homework esaġerat ma jagħmel ġid lil ħadd u jien żgur li dan mhux qed iżid l- intelliġenza tat-tfal.", "Kultant il-ġenituri jrabbu l-impressjoni li għalliem huwa bravu u tajjeb skond kemm jagħti homework lit-tfal.", "Għalhekk hemm bżonn nedukaw lill-ġenituri fuq dan il-punt għax ġieli smajt li kien hemm għalliema li kien ikollhom xi jgħidu mal-ġenituri għax ma jagħtux homework daqs għalliema oħrajn.", "Jien inħoss li homework żejjed jagħmel biss ħsara u pressjoni żejda fuq it-tfal.", "Taħt gvernijiet Laburisti fl-iskejjel kienu twaqqfu l-għaqdiet tal- ġenituri u għalkemm taħt l-amministrazzjoni ta' qabel dawn l-għaqdiet baqgħu jeżistu hemm bżonn naraw li r-relazzjonijiet bejn il-ġenituri, l- amministrazzjoni ta' l-iskejjel u l-għalliema jkunu tajbin.", "L-ewwelnett hemm bżonn li l-ġenituri jkunu jafu x'inhu jiġri fl-iskola kif ukoll għandu ikollhom moħħhom mistrieħ li meta jkunu l-iskola wliedhom ikunu f'post xieraq.", "Għandna bżonn naraw li kemm jista' jkun ma jkunx hemm bullying fl- iskejjel għax inkella nispiċċaw bi tfal abbużati u msawta minn tfal oħrajn.", "Il-ġenituri jridu jkunu informati b'dak kollu li jkun qed jiġri fl- iskejjel speċjalment fuq it-tagħlim li qed jieħdu għax irridu nżommu quddiem għajnejna li t-tfal huma t-teżor tal-ġenituri.", "Il-kapijiet ta' l- iskejjel iridu jkunu open għall-ilmenti tal-ġenituri għax permezz ta' dan id-djalogu tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-iskola.", "Madam Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar is-servizzi li noffru lit-tfal, fosthom il-helpline għal dawk it-tfal abbużati u msawta.", "GĦaliex m'għandniex nibdew ninformaw lit-tfal sa mill-iskejjel primarji li jeżisti s-servizz tal-helpline biex jekk dawn jiġu bżonnu jkunu jistgħu jagħmlu użu minnu?", "Kif jistgħu jipproteġu lilhom infushom dawn it-tfal jekk lanqas biss jiġu informati fuq is-servizzi li hemm proprju għalihom?", "Ilkoll nafu kemm hawn tfal li qed jiġu abbużati għax illum dawn il-każi qed joħorġu iktar fil-miftuħ.", "Aħna nafu li meta t-tfal jgħaddu minn dawn l-esperjenzi koroh jgħaddu wkoll minn trauma kbira u allura jien nistaqsi: Għaliex ma nippreparawhomx minn meta jkunu żgħar biex jilqgħu kontra dawn l-abbużi?", "Kif spjegajt il-bieraħ, jien inħoss li l-edukazzjoni tat-tfal għandha tkun aktar wiesgħa u għaldaqstant, jekk f'dan il-qasam qed nipproġettaw fit- tul hemm bżonn li nifirxu fuq ċertu tagħlim ieħor bħal, per eżempju, li nirrispettaw l-ambjent, ir-regolamenti tat-traffiku u anke lil saħħitna, għax jekk irridu nibdlu l-mentalita' tal-poplu tagħna hemm bżonn nibdew mit- tfal għax dawn huma s-soċjeta' ta' għada.", "GĦaliex il-lezzjonijiet tax- xjenza u tal-bioloġija fiż-żmenijiet tal-lum m'għandhomx ikunu iktar attraenti għat-tfal b'tali mod li dawn ikunu iktar aware ta' kif, per eżempju, jieħdu ħsieb saħħithom?", "Jien m'inix nippretendi li l-iskola t- tfal għandhom jitgħallmu jsuqu l-karrozza, imma aħna nafu kif moħħ it-tfal jixrob ċerti affarijiet u allura nistgħu nibdew ngħallmuhom ċerti signs tat- traffiku ħalli jsiru familjari magħhom.", "Madam Speaker, jien inħoss li t-tfal nistgħu nimmotivawhom iktar biex japprezzaw il-litteratura, speċjalment dawk li għandhom it-talent tal-proża u tal-poeżija.", "Imma qegħdin nikkultivahom dawn it-talenti fit-tfal tagħna?", "Jekk m'aħniex allura ma' kull sena skolastika li tgħaddi aħna qegħdin nitilfu ħafna talenti.", "Jien nissuġġerixxi li fil-lezzjoni tal-proża minbarra li ngħallmu dwar il-poeti Maltin li huma magħrufa hemm bżonn ndaħħlu wkoll ċertu apprezzament tal-materjal li jippreżentaw l-istess studenti.", "Madam Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-lezzjonijiet ta' l- eżerċizzju fiżiku.", "X'jiġifieri t-tfal ma jkollhomx lezzjonijiet ta' eżerċiżżju fiżiku u meta jkollhom dawn l-eżerċċizzji dawn jingħataw qishom xi rigal kbir!", "X'jiġifieri li dawn kultant ikollhom xi lezzjoni jew tnejn fil-ġimgħa f'dak li għandu x'jaqsam ma' sports.", "Kif nistgħu nrawmu soċjeta' sportiva meta minn meta jkunu fuq il-bankijiet ta' l-iskola lit- tfal tagħna ndarruhom biss bi studju, kotba u privatijiet biex imbagħad l- isports ma nagħtuhx l-importanza li jixraqlu!", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu niġu wara xi Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u ngħidu fil-ġurnali li s-soċjeta' tagħna ma tħobbx l-isports.", "Mur obsor!", "Permezz ta' l-eżerċizju fiżiku t- tfal jistgħu jesprimu ruħhom b'mod differenti u barra minn hekk bl-isports jistgħu jiżviluppaw il-karratru tagħhom kif ukoll nistgħu napprezzaw fihom ċerti kapaċitajiet u ċerti kwalitajiet bħal, per eżempju, dak ta' leadership.", "Ma rridux ninsew li t-tfal huma bħall-pjanti, jiġifieri li iktar ma tagħtihom nutrijenti iktar se jikbru u jissaħħu.", "GĦaliex għandna nibdew daqshekk fit-tard biex lit-tfal nibdew nedukawhom fuq l-aspett sesswali?", "Jien nemmen li għandna nkunu kawti fuq dan is- suġġett, imma għaliex m'għandniex insaħħu d-djalogu bejn tfal, ġenituri u għalliema fuq problemi li forsi għad ikollhom dawn it-tfal?", "Jien ngħid li dwar din il-ħaġa għamilna passi 'l quddiem għax illum it-tfal, speċjalment dawk tas-sekondarja, qed jingħataw edukazzjoni sesswali adegwata.", "Ta' min jgħid li llum ħafna mit-tfal id-dar għandhom il-computer u l-internet u nafu x'materjal it-tfal qed jirċievu fuq l-internet u kultant x'jiġri fl- iskejjel.", "Jien mhux qed ngħid li dan huwa tort ta' l-għalliema, imma ż- żgħażagħ dejjem żgħażagħ għax jaħsbu b'mod avventuruż u nafu li jekk aħna ċerta edukazzjoni ma nagħtuhielhomx se jagħtihielhom ħaddieħor b'mod manipulat u kif jaqbel lilu.", "Jien ngħid allura għaliex ma neħdux l- opportunita' li aħna stess nibdew nedukaw lit-tfal billi nidħlu f'diskussjoni mat-tfal anke fuq dawn it-tip ta' suġġetti minflok ma' nżommu kollox qisu taboo!", "Madam Speaker, xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-bżonn ta' paramediċi fl- iskejjel, speċjalment ta' psychologists u social workers għal, dawk il- każi li semmejt l- ewwel dwar l-abbuż tat-tfal.", "Jien kemm-il darba ltqajt ma' għalliema li jindunaw - dawn huma ħbieb tiegħi li għadhom qed jagħmlu l- kors tal-B.Educ. imma li diġa' għandhom esperjenza ta' għalliema fil- klassijiet - bi tfal li jkunu ġew abbużati sesswalment li mbagħad x'aktarx ikollhom problemi oħra anke ma' tfal oħra sħabhom.", "GĦaliex fl-iskejjel m'għandux ikollna dawn in-nies speċjalizzati?", "Jekk niftakar tajjeb anke min-naħa l-oħra kien hemm enfasi kbira fuq dan il-bżonn.", "Jien inħoss li wasal iż-żmien li fl-iskejjel tagħna jibda jkollna ċ-child psychologists kif ukoll li d-Dipartimenti tas-Saħħa u tas-Sigurta' Soċjali jaħdmu f'kordinament mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fuq dawn il-problemi għax hemm bżonn nieħdu azzjoni fost dawk il-familji li għandhom dawn il-problemi u mhux kulħadd jibqa' jaħsel idejh.", "Hemm bżonn li niffaċċjaw din il- problema bis-serjeta' għax aħna nafu li t-tfal tal-lum se jkunu s-soċjeta' ta' għada u allura l-ħafna tfal bil-problemi li għandna llum se jkunu l- ħafna irġiel u nisa ta' għada pitgħada li se jibqgħu b'dawn it-tip ta' problemi.", "Madam Speaker, qabel ma' għamilt dan id-diskors jien tkellimt ma' head ta' skola u tlabtu jagħtini l-veduti tiegħu dwar x'jaħseb fuq il-mod ta' kif għandha tiġi mmexxija skola.", "Apparti l-affarijiet pożittivi li semmieli - jien hawnhekk ma niddejjaqx ngħid ħaġa bħal din għax dak li hu pożittiv irridu nirrikonoxxuh, ċioe' l-awtonomija li ngħatat lill-heads biex imexxu l-iskejjel, li sa ċertu punt tinvolvi wkoll awtonomija finanzjarja għax dawn ingħataw budget biex jipprovdu l-bżonnijiet tagħhom huma stess - pero' mbagħad semmieli li issa għandhom wisq piżijiet fejn tidħol amministrazzjoni, speċjalment fejn jidħlu l-accounts u l-flus.", "Dan il-head qalli li huwa qed jkollu jagħmel xi sagħtejn xogħol extra d-dar biex jirranġa l-kontijiet ta' l-iskola.", "Fuq dan il-punt jien nixtieq ngħid li jekk il-ħin tal-head suppost qiegħed hemm biex jiddedikah għall- għalliema, għat-tfal u sa ċertu punt anke għall-amministrazzjoni, allura għaliex m'għandniex inħaffulu mill-piż ta' l-amministrazzjoni tiegħu ħalli jkun jista' jiddedika aktar ħin għall-ġenituri, għat-tfal u għall- għalliema.", "Jien nemmen li l-kummissjoni għandha tidħol f'din il-kwestjoni.", "Madam Speaker, jien inħoss li aħna kultant induru wisq fuq il-barranin biex nieħdu l-ideat biex imbagħad naslu biex ninsew kemm aħna stess għandna ideat validi u li jgħoddu għaċ-ċirkostanzi tagħna.", "Veru dawn huma ideat li ġejjin minn nies li jgħixu fuq gżira żgħira u allura jistgħu jkunu xi ftit limitati, imma b'daqshekk ma jfissirx li għandna narmu l-ideat tagħna.", "GĦaliex m'għandhomx isiru seminars - il-kelliema ta' qabli diġa' enfasizzaw dwar dan u jien ma nixtieqx nirrepeti dan l-istess punt - għal kapijiet ta' l-iskejjel biex huma stess ikunu jistgħu jaqsmu bejniethom ideat dwar kif għandhom itejbu s-sitwazzjoni fl-iskejjel.", "Dawn huma affarijiet li ta' min jikkonsidrahom għax it-talenti li għandna f'din il-gżira kultant ma jiġux apprezzati biżżejjed u għall-pariri spiss nispiċċaw nħarsu lejn esperti barranin u ninsew li fostna stess għandna nies li huma motivati u kreattivi fl-ideat tagħhom.", "Jien ħadt gost li fost il-membri tal-kummissjoni hemm rappreżentant mill- iskejjel speċjali u fil-fatt issa nixtieq li nitkellem ftit fuq dawn l- iskejjel.", "Meta ġew imwaqqfa l-iskejjel speċjali kienu ingħataw ċertu rwol pero' sfortunatament minn dak inhar 'l hawn dawn baqgħu kif kienu u ma ġewx aġġornati u lanqas ma sar investiment f'in-service training għall-istaff biex issa dawn jinsabu fi stat staġnat.", "Illum x'inhi l-konsegwenza ta' dan kollu?", "Illum is-sitwazzjoni hija li persuna b'diżabilita' tiġi riferuta fi skejjel speċjali fejn hemmhekk iddum sa xi 23 sena u mhux sa 16-il sena bħalma jdumu l-bqija tat-tfal fl-iskejjel l-oħrajn.", "Dan jiġri għax ma jkunx hemm post għalihom fiċ-ċentri u allura dawn jitilqu mill-iskola meta jsibulhom post fiċ-ċentru.", "Jien inħoss li llum ma nistgħux nibqgħu naħdmu b'dan il-mod imma rridu naraw kif lil dawn it-tfal u żgħażagħ nintegrawhom ma' l-oħrajn.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-iskejjel speċjali m'għadx hemm posthom għax fil-fatt jien ngħid li għad hemm posthom għal ċerti każijiet, pero' għandna naraw li fl-iskejjel ikun hemm integrazzjoni ta' dawn it-tfal bi bżonnijiet speċjali mat-tfal l-oħrajn biex b'hekk it-tfal jibdew minn kmieni japprezzaw xi tfisser diżabilita' u xi tfisser solidarjeta' ma' l- oħrajn.", "Fuq dan l-aspett diġa' nbeda programm b'kollaborazzjoni ma' l-Eden Foundation u ta' min jgħid li riċentement, għal mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Michael Bonnici, il-Ministru qal li aħna qegħdin inkomplu fuq il- ftehim li kien hemm f'dan ir-rigward.", "Madam Speaker, pero' hawnhekk jeħtieġ nagħmlu pass ieħor minkejja li wieħed japprezza li dan jaf joħloq problema ta' finanzi.", "Illum mill-iskejjel speċjali it-tfal qed jispiċċaw fiċ-ċentri li saru qishom day centres għax għalkemm xi ħadd qed jieħu ħsiebhom m'humiex qed jiġu trained.", "Dawn suppost huma adult training centres pero' fil-fatt m'huwiex qed isir taħriġ fihom għaliex m'hemmx nies kwalifikati biex jagħtu dan it-taħriġ lil dawn iż-żgħażagħ.", "Mill-banda l-oħra, l-Eden Foundation irnexxielha timpjega 40 ruħ f'postijiet kemm mal-privat u kemm mal-gvern.", "Jien hawnhekk għandi s-Salamanca Statement li ħareġ mill- konferenza tal-UNESCO fi ħdan il-United Nations, fejn jitkellem fuq \"inclusion\", jiġifieri l-integrazzjoni ta' dawn it-tfal fl-iskejjel normali.", "Meta jien żort xi skejjel tal-gvern kelli l-opportunita' li nara tfal b'diżabilita' mentali - għax aħna l-ewwel fuq dawk li rridu nagħmlu enfasi - mħalltin ma' sħabhom l-oħrajn u nnotajt id-differenza fis-sens li dawn huma rispettati u kemm it-tfal l-oħrajn huma konxji ta' xi tfisser diżabilita' u kemm dawn fil-fatt jaslu biex jgħinu lil dawn it-tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Issa se nikkwota mis-Salamanca Statement:", "\"Those with special educational needs must have access to regular schools which should accommodate them within a child centred pedagogy capable of meeting these needs.", "Regular schools with this inclusive orientation are the most effective means of combating discriminatory attitudes, creating welcoming communities, building an inclusive society and achieving education for all. Moreover, they provide an effective education to the majority of children and improve the efficiency and ultimately the cost effectiveness of the entire education system.\"", "Dan ifisser li b'sistema fejn nintegraw persuni b'diżabilita' ma' tfal oħrajn inkunu qed naħsbu għall-futur mhux biss għax inkunu qegħdin nagħmlu soċjeta' aktar parteċipattiva u li taċċetta persuni b'diżabilita' imma anke f'termini ta' finanzi għax is-sistema edukattiva tibbenefika mill-cost effectiveness li jirriżulta.", "Madam Speaker, imbagħad hemm min jargumenta li minn dawn hemm tfal li forsi ma jistgħu jieħdu xejn minn din is-sistema.", "Per eżempju, jien ġieli smajt lil min jgħid dwar persuni b'diżabilita' li bihom u mingħajrhom fil- klassi xorta waħda.", "Le mhux l-istess, għax dawn it-tfal jaħsbu, jħossu u jirrispondu għall-messaġġi li nagħtuhom.", "GĦaliex m'għandniex nipprovaw, anke jekk għal ftit ħin, inħalltu dawn it-tfal ma' tfal oħra biex b'hekk jieħdu ċerta esperjenza?", "Jien ċert li dawn żgur li jibbenefikaw aktar milli meta aħna qed nissegregawhom fi special school.", "Jien nixtieq li jekk ma nibdewx xi ħaġa fuq skala kbira, almenu nibdew bi skola waħda li tservi bħala model.", "GĦalkemm fi preġett bħal dan wieħed irid jikkonsidra kollox, inkluż il-lat finanzjarju tiegħu, jien konvint li proġett simili jħajjar skejjel oħrajn biex huma wkoll jibdew jaċċettaw tfal b'diżabilita' mentali.", "Jien inħoss li b'dan il-mod aktar 'il quddiem insibu inqas problemi meta dawn it-tfal jiġu għas-sekondarja u anke meta niġu biex nippreparawhom għad-dinja tax-xogħol.", "Madam Speaker, jien naħdem ma' persuni b'diżabilita' u naf xi problemi nsibu meta niġu biex nagħtu training lil żgħażagħ ta' madwar 24 sena li qabel qatt ma jkunu ħadu training.", "Huwa diffiċli ħafna biex tkisser il- mentalita' ta' ġenituri li qatt ma kkomunikaw ma' ġenituri oħrajn li wliedhom imorru fi skejjel normali tal-gvern peress li huma dejjem baqgħu magħluqin ma' ġenituri li bħalhom għandhom persuni b'diżabilita'.", "Hemm bżonn li jkollna soċjeta' iktar miftuħa għal dawn il-persuni u jidhirli li issa wasal iż-żmien li nneħħu d-diskriminazzjoni fil-qasam ta' l- edukazzjoni fil-konfront ta' persuni b'diżabilita' mentali.", "Madam Speaker, jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li din il-kummissjoni li qed iwaqqaf il-Gvern Laburista hija ħaġa ambizzjuża u wieħed jawgura li din il-kummissjoni taħdem bis-serjeta' ħalli jkollna pjan serju għas-sistema edukattiva tagħna.", "Aħna nafu li s-sistema edukattiva tagħna hija l-futur tagħna għax minnha joħorġu ż-żgħażagħ u l-irġiel ta' għada.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Madam Speaker, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali l-ġimgħa l-oħra spiċċa d-diskors tiegħu billi talab lil din il-Kamra biex tapprova t-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni ħalli ntejbu l-futur tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna.", "F'partijiet oħra tad-diskors tiegħu il-Ministru qal li jekk hawn qasam fejn irridu noqogħdu attenti ħafna dwar x'deċiżjonijiet nieħdu, dan huwa proprju l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Qalilna wkoll li ma jaħsibx li għandna nsibu xi diffikulta' biex napprovaw l-għażla ta' l-individwi li huwa għamel fuq din l-ewwel kummissjoni.", "Jien m'inix se nidħol fil-mertu jekk dawn l-individwi humiex idonei jew le għaliex ma naħsibx li huwa fair li dawn in-nies jiġu diskussi f'dan il- Parlament, pero' jien naħseb li lanqas huwa ġust fuqna li niġu ffaċċjati b'sitwazzjoni fejn l-affarijiet huma diġa' kkonfermati.", "Filwaqt li qed nitkellmu fuq consensus u fuq kif l-affarijiet isiru mingħajr skossi, qed niġu mitluba biex f'dan il-Parlament niddiskutu affarijiet li jidhirli li diġa' dehru fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Huwa minnu li fil-qasam ta' l- edukazzjoni, b'mod partikolari, għandna nimxu mingħajr skossi iżda dan ma jiddependix biss minn din in-naħa tal-Kamra imma naħseb li dan iktar jiddependi min-naħa tal-Gvern għax huwa jressaq il-proposti.", "Irrid ngħid ukoll li donnu sar hawn xi dizzjunarju ġdid għax il-kliem \"konsultazzjoni\" u \"consensus\" biddlu t-tifsira tagħhom u saru jfissru rubber-stamping.", "Biex jiġġustifika l-affarijiet kien hawn min saħansitra qal li r-reazzjoni tagħna mhijiex waħda ġusta għaliex il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel l-affarijiet mingħajr konsultazzjoni u bħala eżempju ġabu meta ġie ppreżentat id-dokument \"Tomorrow Schools\".", "Intqal li kienet qamet għagħa sħiħa għaliex ħafna setturi ħassewhom li ma ġewx ikkonsultati f'dan ir-rigward.", "Normalment ma tqabbilx like with like żewġ affarijiet li m'humiex l-istess imma l-Onor.", "Camilleri jidher li meta għamlet dan il-kumment m'għarfitx id-differenza bejn dawn iż-żewġ ċirkostanzi.", "Madam Speaker, illum qed niġu mitluba napprovaw kummissjoni nazzjonali li ntgħażlet unikament mill-Ministru, liema kummissjoni trid taħdem fuq qafas nazzjonali u li wkoll hija mitluba tagħti viżjoni lil dan il-qasam.", "Mill- banda l-oħra, dak li pprepara d-dokument \"Tomorrow Schools\" kien biss kumitat konsultattiv li kellu biċċa xogħol waħda x'jagħmel, ċioe' li jipprepara dokument biex wara ssir konferenza nazzjonali dwaru.", "Jiġifieri dan id-dokument ma kienx xi ħaġa ongoing jewi xi blueprint u dan mhux jien qed ngħidu imma qed jgħidu d-dokument \"Tomorrow Schools\" stess.", "Jiġifieri dan ma kienx kumitat fait accomplit xejn imma kien biss kumitat li ħadem bi preparazzjoni għad-diskussjoni li kellha ssir fil-konferenza nazzjonali.", "Issa jien se nikkwota eżattament x'jgħid it-test Ingliż ta' dan id-dokument - biex ħadd ma jaħseb li qed nagħmel xi liberal translation - fejn fiċ- chairperson's forward insibu dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"It must be stressed that it is not intended ...\"", "- hawn qed jirriferi għad-dokument -", "\"as a blueprint.", "It is an instrument for consideration and discussion, a starting point.", "It should be passed on for the widest possible consideration and debate.", "It should be put in the public sphere where it can be taken up critically by educational leaders, teachers, parents, officials and other interested members of the community.\".", "Madam Speaker, żgur li ma nistgħux ngħidu li dan kien xi fait accomplit, pero' ma nistgħux ngħidu l-istess għar-rigward tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Hawn ta' min jgħid li din il-kummissjoni se tiġi maħtura għal mill-inqas tliet snin, jiġifieri ma nafux eżattament kemm se ddum, u dak li huwa mistenni minnha huwa xi ħaġa kompletament differenti, jiġifieri m'huwiex a one-time job imma huwa xogħol ta' tliet snin jew iktar li fihom din trid tagħti l-viżjoni ta' lejn fejn irid jimxi l-qasam ta' l- edukazzjoni f'pajjiżna.", "Almenu jien hekk nispera li jsir u nittama li din il-kummissjoni ma twaqqfitx biex jinħareġ xi rapport darba fis-sena ħalli taparsi jkun qed isir ix-xogħol.", "Madam Speaker, il-Ministru qalilna wkoll li l-kummissjoni hija magħmula minn firxa wiesgħa ta' nies u jien ngħid li hija xi ħaġa tajba li l-membri ta' din il-kummissjoni ġejjin minn diversi setturi.", "Fil-fatt, ta' min jgħid li f'din il-kummissjoni se jkun hemm kemm kapijiet ta' skejjel tal- gvern, skejjel privati u skejjel tal-knisja - jekk m'iniex sejra żball hemm sitta minn dawn - kemm lecturers ta' l-Universita' - mill-inqas hemm tlieta minnhom - u kemm direttur, assistent direttur, ġenituri, membri ta' l-assoċjazzjoni skolastika kif ukoll wieħed li ġej mill-qasam ta' l- industrija u oħrajn li jaħdmu f'xi trade union.", "Hawnhekk jien ma nixtieqx nidħol fil-kriterju ta' x'ideoloġija politika jħaddnu dawn in-nies imma nixtieq nagħmel kumment mill-aspett akkademiku, ċioe' ta' x'hemm nieqes f'din il-firxa kbira ta' nies.", "Madam Speaker, qabel ma' nkompli nixtieq nirrimarka għal dak li qal l- Onor. Anġlu Farrugia l-bieraħ dwar l-emenda li ressaq fejn qal li għandu jkun hemm rappreżentant min-naħa ta' l-Oppożizzjoni meta mbagħad fuq l- Ordnijiet tal-Ġurnata insibu li hemm imniżżel \"Abbozz ta' Liġi li jħassar l- Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni\".", "Jien nixtieq inkun naf jekk din hijiex xi gimmick jew inkella xi ċajta biex biha mingħalina niġbdu saqajn xi ħadd u allura jien nispera li l-Onor.", "Anġlu Farrugia dak il-ħin kien qed ikun serju fil-konfront tagħna.", "Madam Speaker, biex inkompli fuq dak li kont qed ngħid wieħed għandu japprezza li ħafna mill-enfasi fuq ix-xogħol ta' din il-kummissjoni se jiffoka fuq l-iskejjel primarji u sekondarji.", "Jien naqbel li ħafna mis- suċċess ta' dawn ir-riformi jiddependi mill-għalliema għax huma jridu jħaddmu s-sistema u għalhekk inħoss li l-għalliema tas-settur primarju u sekondarju ma għandhomx rappreżentanza kbira biżżejjed f'din il- kummissjoni.", "L-istess ħaġa tgħodd għall-educational officers li għandhom kuntatt ħaj u dirett ma' l-iskejjel - almenu jien hekk nispera - u li suppost jafu lill-iskejjel tagħna inside out.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li f'din il-kummissjoni hemm nieqsa wkoll rappreżentanza ta' l-istudenti.", "Jien m'iniex qed ngħid li fuq din il-kummissjoni għandu jkun hemm l- istudenti ta' l-iskejjel primarji u sekondarji imma nimmaġina li l- istudenti li qegħdin fil-livell universitarju jistgħu jagħtu kontribut siewi hawnhekk.", "Jien għaliex qed inħoss dan in-nuqqas ta' l-għalliema tal- primarji u tas-sekondarji f'din il-kummissjoni?", "GĦax kif qablu ħafna kelliema, inkluż il-Ministru, aħna ma rridux sistema piramida, jiġifieri nibdew minn fuq u ninżlu għal isfel, pero' kif inhi komposta din il- kummissjoni jien inħoss li fil-fatt din hija top-heavy.", "Madam Speaker, għar-rimarka li se nagħmel issa forsi jkun hawn min jgħidli li jien iffissata fuq dan ir-rigward, pero' jien ma naħsibx li huwa l-każ.", "In-numru ta' nisa f'din il-kummissjoni huwa wieħed miżeru għax minn 17-il membru li għandha din il-kummissjoni hemm biss erba' nisa, jiġifieri 23%.", "Għalija dan il-fatt jassumi importanza ikbar minħabba li l-Gvern preżenti dejjem jgħid li f'kull awtorita' jrid mill-inqas 30% tar- rappreżentanza trid tkun minn nisa.", "Jien naf li l-Onor.", "Helena Dalli tħeġġeġ lil min hu responsabbli biex ikun hemm din ir-rappreżentanza, madanakollu f'din il-kummissjoni nazzjonali li tirrigwarda l-qasam ta' l- edukazzjoni hemm biss 23% tal-membri li huma nisa.", "Li kieku din kienet xi kummissjoni li tirrigwarda l-qasam tal-ġustizzja dan in-nuqqas ta' rappreżentanti nisa ma kienx jidher daqshekk peress li forsi għad m'hemmx kwantita' kbira ta' avukati nisa, imma hawnhekk qed nitkellmu fuq dipartiment li fih għandu l-ikbar numru ta' nisa u għalhekk jien ma nistax nifhem kif ma nstabux iktar nisa biex iservu bħala membri fuq din il- kummissjoni.", "Madam Speaker, jien qed nieħu pjaċir li l-Ministru ftit tal-ħin ilu daħal fil-Kamra għax fil-fatt issa nixtieq nagħmillu xi ftit mistoqsijiet.", "X'pożizzjoni se jkollha din il-kummissjoni vis-a-vis d- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Lil min se tirrispondi din il-kummissjoni?", "Kif se tirrelata mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "L-id il-leminija se tkun taf x'qed tagħmel l-id ix-xellugija?", "Dawn se jaħdmu b'kordinament jew fuq binarji paralleli li, bħalma konna nitgħallmu fil-matematika, jfisser li two parallel lines never meet?", "Kif qal il-Ministru din il-kummissjoni veru ma għandhiex rwol eżekuttiv, iżda f'każ ta' konflitt min se jkollu l- aħħar kelma?", "F'każ ta' konflitt dawn se jkollhom imorru għand il-Ministru biex dan jaqta' l-kundanna ta' bejniethom?", "It-terms of reference ta' kif se taħdem din il-kummissjoni huma biss l-għanijiet li nsibu f'din il- mozzjoni?", "Nispera li le.", "Madam Speaker, illum l-Onor.", "Abela semma lit-tfal bi ħteġijiet speċjali.", "Jien rajtha ftit stramba li fid-diskors twil tiegħu l-Ministru lil dawn ma semmiehomx meta llum qed nitkellmu ħafna fuq inclusive education.", "Naturalment fid-diskors twil tiegħu l-Ministru ma setax isemmi kollox imma xorta rajtha ftit stramba li f'dan id-diskors twil dawn it-tfal ma ssemmew imkien.", "Jien persważa pero' li l-kummissjoni żgur li m'hijiex se tabbanduna lil dawn it-tfal .", "Fil-fatt, jeħtieġ li jsiru studji dwar kif is-sistema ta' l-inclusive education qed taħdem ħalli naraw jekk din hijiex qed tkun ta' benefiċċju kemm għall-istudenti bi ħteġijiet speċjali kif ukoll għall-istudenti li ma għandhomx ħteġijiet speċjali.", "Hemm bżonn naraw x'diffikultajiet jistgħu jinqalgħu bejn l-istudenti u l-għalliema u kif dawn jistgħu jingħelbu.", "Irridu naraw ukoll kif l-iskejjel tal-knisja u dawk privati jagħtu s-servizz ta' inclusive education fis-sistema tagħhom.", "Jien ċerta li dawn il-mistoqsijiet u l-konsiderazzjonijiet li semmejt, flimkien ma' oħrajn simili, għandhom u se jiġu ndirizzati minn din il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Madam Speaker, issa nixtieq insemmi xi ħaġa dwar ir-riċerka li tant saħaq fuqha l-Ministru fid-diskors tiegħu u li tant qed tingħata importanza f'din il-mozzjoni.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, f'Malta saru ħafna riċerki mill-għalliema, mill-Universita', mill-istudenti nfushom u saħansitra minn uffiċjali tad- dipartiment, liema riċerki ħafna drabi qed jitħallew jiġbru t-trab ta' fuq l-ixkafef meta dawn għadhom rilevanti sa llum.", "Jien naqbel mal-Ministru meta qal li din hija enerġija moħlija u li kieku nagħtu każ dwar x'jiktbu l- istudjużi tagħna fuq ix-xena lokali forsi nkunu jistgħu navvanzaw aktar.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru rrifera wkoll għal dawk l-istudji li saru barra minn Malta u għalkemmm dawn l-istudji naturalment ikunu saru fuq pajjiżhom jien ma naħsibx li nagħmlu ħażin jekk nagħmlu comparative analysis ma' dak li jkun qed isir barra minn Malta.", "GĦalkemm m'hemmx għalfejn nagħtu l-impressjoni li vvintajna r-rota kull darba li ssir xi ħaġa, pero' mill-banda l-oħra jien lanqas nifhem kif jista' jiġi abbandunat studju li sar riċentement, ċioe' t-\"Tomorrow Schools\", li kellha ssir konferenza nazzjonali dwaru.", "Dan l-istudju jidhirli li ma ssemma imkien fid-diskorsi li saru u l-unika riferenza li saret għalih kienet biss meta ntqal li ma kienx hemm konsultazzjoni dwaru.", "Meta l-Ministru kien ġie mistoqsi permezz ta' mistoqsija parlamentari, jidhirli ta' l-Onor.", "George Pullicino, jekk il-konferenza nazzjonali kenitx se ssir il-Ministru kien irrisponda xott xott: Le.", "Naturalment allura wieħed jassumi li dan id- dokument m'huwiex wieħed validu.", "Pero' hawnhekk ta' min jgħid li tnejn mill-għaxar membri li kienu fuq il-kumitat konsultattiv li ppreparaw dan id- dokument huma meqjusa bħala persuni ta' fiduċja mill-Ministru Bartolo għax huma membri tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Dawn it-tnejn min-nies mhux biss taw il-kontribut siewi tagħhom iżda qablu fil-prinċipju ta' x'għandu jsir fil-qasam edukattiv.", "Allura x-xogħol tagħhom issa se narmuh ukoll?", "Dawn iż-żewġ membri ffirmaw id-dokument flimkien ma' ta' sħabhom l-oħra u dan wieħed jista' jarah fl-aħħar paġna tad-dokument.", "F'paġna 2 tad-dokument hemm dan li ġej:", "\"While this report does not necessarily reflect the collective view on each and every issue it would be correct to say that a general consensus as to the definition of a future for Malta's schools was established.\".", "Għalkemm id-dokument mhux qed jiġi kkwotat jew donnu mhux qed jiġi kkonsidrat, jekk wieħed jaqbad id-diskors li għamel il-Ministru Bartolo, l- mozzjoni u d-dokument \"Tomorrow Schools\" isib li fihom hemm ħafna punti komuni.", "Hawnhekk jien nixtieq inqabbel il-mozzjoni u d-diskors mad- dokument \"Tomorrow Schools\".", "Jien se nikkwota minn dan id-dokument bl- Ingliż ħalli żgur inkun eżatta.", "Fl-għan numru 4 tal-mozzjoni nsibu:", "\"Tagħmel awditjar soċjali regolari dwar kif ikunu qegħdin jitmexxew u jingħataw is-servizzi edukattivi.\".", "Issa fil-Minister's brief insibu hekk:", "\"To review and evaluate the education policies currently being followed.\".", "Għan numru 3 jgħid hekk:", "\"Tagħmel rakkmandazzjonijiet għal bidliet li jkun hemm bżonn.\".", "meta mill-banda l-oħra fit-\"Tomorrow Schools\" insibu hekk:", "\"To identifiy and prioritise those educational issues which most need to be addressed.\".", "kif ukoll:", "\"To recommend what remedial action should be taken.\".", "Għan numru 2 tal-mozzjoni jgħid: \"Flimkien ma' edukaturi, riċerkaturi soċjali, amministraturi, ġenituri, studenti u azjendi kummerċjali u industrijali tidentifika l- ħteġijiet f'Malta f'kull qasam ta' l-edukazzjoni.\".", "Issa d-dokument jgħid hekk:", "\"To point the direction which further developments and reform of the education system should aim at during the next decade.\".", "Aktar 'il quddiem insibu wkoll:", "\"Provide multiple fora to discuss the reform with as many educational partners and set up a group that represents as many different educational partners as possible to oversee, monitor, evaluate and support the reform.\".", "Dan kollu juri x-xebħ li hemm bejn il-mozzjoni u dan id-dokument.", "L-ewwel u l-ħames għanijiet tal-mozzjoni jgħidu hekk:", "\"Tistudja u tiġbor informazzjoni dwar l-edukazzjoni f'Malta\" u", "\"Għandha tippubblika rapporti dwar ir-riċerka.\".", "Issa fid-dokument insibu hekk:", "\"Set into place, organise and structure evaluation measures and feedback processes with research as one of an ensemble of tools that help make providers, leaders and decision makers responsive to needs.\".", "Naħseb li min segwa dan kollu nduna bix-xebħ li hawn kif ukoll induna bil- fatt li d-dokument jitkellem iktar fid-dettall dwar rakkmandazzjonijiet ta' x'wieħed jista' jagħmel biex tkun imtejba s-sitwazzjoni ta' l- edukazzjoni f'pajjiżna.", "Hawn ta' min jgħid li wħud minn dawn ir- rakkmandazzjonijiet insibuhom ukoll fid-diskors tal-Ministru u fil-fatt jien issa se nagħmel xi rimarki dwarhom.", "Madam Speaker, kif qal tajjeb il-Ministru qed tinħass il-ħtieġa li jkun hemm relazzjonjiet mill-qrib bejn is-settur ta' l-edukazzjoni u s-settur privat għax fuq kollox dawn iż-żewġ setturi jiddependu minn xulxin u għalhekk ir-relazzjoni ta' bejniethom għandha tiġi msaħħa u żviluppata aktar.", "Jien naqbel mal-Ministru wkoll meta qal li s-sistema edukattiva m'għandhiex tkun l-iskjava tas-sistema ekonomika.", "Fil-fatt, ir-rapport ta' dan il-kumitat konsultattiv - eżattament f'paġna 17 - qed jipproponi dan li ġej:", "\"Twin each school to an industrial or commercial enterprise with the latter being invited to donate a fraction of a percentage of their annual profits to the school they are associated with\".", "B'dan il-mod is-settur privat ikun qed jikkontribwixxi u fl-istess ħin ikun qed igawdi minn din il-kontribuzzjoni għax l-istudenti ta' din l-iskola għada pitgħada jsiru ħaddiema ta' għada.", "Madam Speaker, issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar l-assenteiżmu.", "Hija verament ħasra li numru konsiderevoli ta' studenti, partikolarment dawk li għandhom bejn it-13 u s-16-il sena, qed iħossu li ma għandhomx post fis-sistema edukattiva tagħna.", "Kif qal il-Ministru, r-raġunijiet għal dan jistgħu jkunu varji u allura ma għandniex noqogħdu nwaħħlu f'xulxin.", "Qed ngħid dan għax ħafna drabi qed jiġri li l-għalliema qed iwaħħlu fl- istudenti jew fis-sistema edukattiva inkella fil-ġenituri, l-istudenti jgħidu li m'humiex qed jaraw rilevanza f'dak li qed jitgħallmu, id- dipartiment iwaħħal fl-għalliema u fit-tobba li qed jagħmlu ċertifikati bl- addoċċ, filwaqt li l-ġenituri jwaħħlu kemm fl-għalliema kif ukoll fis- sistema edukattiva.", "Din is-sitwazzjoni ġiet deskritta wkoll f'paġna 8 tad- dokument \"Tomorrow Schools\" fejn jgħid li wieħed mill-prinċipji li għandu jiġi adottat huwa li niflu jekk is-sistema ta' edukazzjoni li qed nagħtu hijiex qed tkun verament effettiva.", "Aħna ma għandniex nagħmlu enfasi għal dak li jkun qed jiġi delivered imma għal dak li jkun actually being learned.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, fil-każ ta' l-assenteiżmu għandna nieqfu milli nwaħħlu f'xulxin u minflok għandna nassumu responsabbilta' kollettiva biex nipprovdu edukazzjoni ta' kwalita' ħalli l-istudent jiġi mħajjar jibqa' l-iskola u mhux jara kif jagħmel biex ma' l-ewwel ċans li jiġih iparpar 'l barra.", "Hawnhekk jien naqbel mal-Ministru wkoll meta qal li għandu jsir studju u jiġu adottati r-rakkmandazzjonijiet ħalli almenu nnaqqsu ftit il-problema ta' l-assenteiżmu fl-iskejjel tagħna għax jekk ngħid li dan jista' jinqata' kompletament naħseb li nkun daqsxejn utopistika.", "Jien naqbel ukoll li din il-problema ma tistax tiġi ffaċċjata min-naħa tas-settur edukattiv biss imma fil-kredu rrid ndaħħlu professjonijiet oħra u fil-fatt hawnhekk il-Ministru semma bħala eżempji lill-educational psychologists u lill-physiotherapists kif ukoll irrifera għal din l-istruttura bħala a health education welfare approach.", "F'dan id- dokument pero' din ma nsibuhiex imniżżla bħala a health education welfare approach imma bħala a caring school u fil-fatt insibu dan li ġej:", "\"This support element should be looked into in as holistic and integrated a manner as possible so that teachers of PSC, guidance counsellors, psychologists, spiritual directors, personnel from the medical and education welfare services and teachers work as a team.\"", "GĦaldaqstant, għalkemm din ma għandhiex l-istess isem pero' hija magħmula mill-istess ingredjenti.", "Madam Speaker, xi ħaġa oħra li nsibuha kemm fid-diskors tal-ministru kif ukoll f'dan id-dokument hija l-kollaborazzjoni li għandu jkun hemm bejn il- Ministeru, id-Dipartiment ta' l-edukazzjoni u l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita'.", "Dawn għandhom iqisu x-xogħol tagħhom f'kontest ta' teamwork indispensabbli.", "L-istudenti li jkunu ġew imħarrġa fl-Universita' jkunu jridu jadottaw it-tagħlim li jkunu ħadu fil-kontest tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u f'dan ir-rigward ma jagħmilx sens li jkun hemm xi tip ta' konflitt.", "Qed ngħid dan għax ħafna drabi jkun hemm studenti li jgħidulek li meta telqu mill-Universita' kellhom idea differenti tat- tagħlim fl-iskejjel u għalhekk isibu ruħhom f'konflitt.", "Dan il-konflitt ma għandux jeżisti, anzi jekk verament student ikun tgħallem xi ħaġa f'dik id- degree li jkun ħa jkun irid jipprattikaha fix-xogħol tiegħu.", "Hawnhekk jien ma rridx inkun kategorika billi ngħid li l-istudenti kollha li ħerġin mill- Universita' m'humiex qed ikollhom l-attitudni mixtieqa billi, per eżempju, ma jkunux iridu jmorru jgħallmu fl-iskejjel primarji għax fl-iskola fejn kont ngħallem jien kien hemm diversi studenti li jgħallmu u ħadu x-xogħol tagħhom b'impenn kbir, jiġifieri wieħed ma jridx jiġġeneralizza għax dan spiss jiddependi mill-individwu.", "Madam Speaker, fil-każ ta' dawk it-tfal li jkunu inqas motivati wieħed irid jagħmel effort akbar u allura ħafna drabi qed jiġri li dawn ma jsibux lil min irid jgħallimhom bil-konsegwenza li jispiċċaw jgħallmuhom il-casual teachers, jiġifieri dawk l-għalliema li jkunu l-inqas kwalifikati.", "Hawn jien m'iniex qed ngħid li l-casual teachers m'humiex qed jagħmlu l-effort kollu tagħhom imma jekk dawn ikun għadhom ma ġewx mgħallma kif jirrelataw mat-tfal u kif jadattaw ruħhom għal dawn is-sitwazzjonijiet il-problemi żgur li se jikbru u dawn il-casual teachers spiss jispiċċaw jaqtgħu qalbhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, it-tfal li huma l-inqas motivati għandu jkollhom l-aħjar għalliema.", "Huwa faċli li wieħed jgħallem lil tfal li jkunu motivati.", "Madam Speaker, jien naf x'qed ngħid għax jien għallimt kemm tfal motivati kif ukoll tfal mhux motivati u nassigurakom li għalija kien ħafna iktar faċli li ngħallem lil tfal motivati, minkejja li dawn jirrikjedu ħafna xogħol ukoll peress li jixorbu kull nofs ta' kelma li tgħid u peress li l- ħin kollu jkunu jridu iktar tagħlim.", "GĦalhekk iktar huwa diffiċli li tipprova tgħallem lil min ma jridx jitgħallem u lil min ma jarax rilevanza f'dak li tkun qed tipprova tgħallmu.", "Aħna ma nistgħux naqtgħu qalbna minn dawk it-tfal li m'humiex motivati billi ngħidu li jekk ma jridux jitgħallmu allura affarihom li ma jitgħallmux.", "Dan m'huwiex ir-rwol ta' l-għalliem għax kull għalliem irid jifhem li mhux kulħadd jista' jitgħallem, per eżempju, b'kilo tagħlim imma hemm min jiflaħ jitgħallem b'100 grammes biss u allura lil dan aħna għandna nagħtuh b'100 grammes tagħlim.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li f'dan id-dokument insibu dan li ġej ukoll:", "\"Establish the principle and develop a practice whereby disadvantaged low achieving students are assigned well-qualified, capable and committed teachers\".", "Dan issemma wkoll fid-diskors tal-Ministru.", "Issa jien, kif diġa' għidt, għallimt kemm fl-iskejjel sekondarji fiż-żmien meta kienu għadhom ma twaqqfux il-junior lyceums, għallimt fil-junior lyceums u dan l-aħħar għallimt ukoll fi skejjel primarji.", "Pero' hawn irrid ngħid li s- sodisfazzjon kbir li kelli fil-ħajja ta' għalliema kien meta rnexxieli ngħallem tfajla ta' 15-il sena - dan kien fl-1977 jew fl-1978 - tikteb l- indirizz tagħha.", "Lil din it-tfajla jien kont ngħallimha l-home economics, jiġifieri ma kontx il-form teacher tagħha u lanqas kont ngħallimha l-Ingliż jew il-Malti, u l-ikbar sodisfazzjon ta' din it-tfajla kien meta ndunat li saret taf tikteb l-indirizz għax meta qabel kienu jistaqsuha l-address din kienet tirrispondi li ma tafx fejn toqgħod.", "Dan qed ngħidu mhux b'esaġerazzjoni.", "Kultant wieħed jieħu s-sodisfazzjon tiegħu minn kemm it- tfal jgħaddu minn GCEs jew minn kemm jgħaddu għall-junior lyceum.", "Naturalment dan huwa ta' sodisfazzjon ukoll speċjalment wara x-xogħol li tkun għamilt matul sena sħiħa, pero' s-sodisfazzjon tista' tieħdu anke minn affarijiet bħal dawn li għadna kif semmejt.", "L-edukazzjoni ma tistax tiġi compartmentalised; jekk jien ngħallem l-Ingliż, per eżempju, ma nistax ngħid li jien ngħallem Ingliż biss.", "Fi skejjel primarji dan huwa iktar faċli għaliex l-għalliema tkun qegħda mat-tfal il-ġurnata kollha u allura ssir tafhom iktar pero' fl-iskejjel sekondarji s-suġġetti forsi huma iktar compartmentalised u riġidi.", "Madam Speaker, nixtieq li kieku nkompli nitkellem fuq dan is-suġġett pero' qed nara li wasal il-ħin biex intemm id- diskors tiegħi.", "Qabel nispiċċa nixtieq insemmi l-curriculum development u r- relazzjonijiet bejn il-kap ta' l-iskola, l-għalliema u l-ġenituri fit- tagħlim tal-lingwi.", "Huwa ta' awgurju tajjeb li dawn l-affarijiet jissemmew għax ifisser li fil-prinċipju hemm bażi ta' qbil bejn dak li kien qed jiġi propost mill-kumitat konsultattiv li kien waqqaf l-ex-Ministru Michael Falzon u dak li qed jiġi suġġerit mill-Ministru Bartolo.", "Dan suppost jawgura wkoll biex ma jkunx hemm skossi.", "Madam Speaker, f'ġieħ is-sewwa u t-trasparenza - li tant saru kliem komuni - ejjew nirrikonoxxu l-minjiera ta' rakkmandazzjonijiet li nsibu f'dan id-dokument u ma nitfgħuhx fuq xkaffa, kif qal tajjeb il-Ministru fir- rigward tar-riċerki li għandna.", "(Interruzzjonijiet) L-ex-Ministru Falzon ma tefgħux fuq l-ixkaffa għax dwaru kienet għadha se ssir il-konferenza nazzjonali.", "Ir-rakkmandazzjonijiet ta' dan id-dokument ma kenux intenzjonati biex jiġu implimentati imma kellhom ikunu l-bażi għal konferenza nazzjonali.", "Jekk dan id-dokument fih rakkmandazzjonijiet tajbin allura għandna nużawhom.", "Jien inħeġġeġ biex il-konferenza nazzjonali issir għax minnha joħroġ ħafna ġid, mhux għalija jew għall-Ministru, imma għaż- żgħażagħ tagħna.", "Jien nemmen li din il-konferenza nazzjonali għandha tissejjaħ mill-iktar fis possibbli biex issir diskussjoni wiesgħa u fonda minn dawk kollha li għandhom interess fl-edukazzjoni ta' pajjiżna.", "Jien nagħlaq bl-istess kliem tal-Ministru, jiġifieri biex b'dak li nagħmlu ntejbu l-futur tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, jien ma kontx se nitkellem fuq dan is-suġġett għax mhux soltu nitkellem fuqu imma jien xtaqt nara ftit kemm din il-kummissjoni se tkun tista' tqabbel u tanalizza x-xogħol li qed isir barra minn Malta ma' dak li qiegħed isir hawn Malta.", "F'liema sens qed ngħidu dan?", "Għalkemm ċerti patterns li hemm barra minn Malta mhux bilfors se jiġu segwiti hawn Malta pero' t-tests li jintużaw barra huma interessanti għax jgħinuna nifhmu iktar jekk il-flus li qegħdin jintnefqu sena wara l-oħra fuq l-edukazzjoni humiex qegħdin jipproduċu almenu r- riżultat mininu mixtieq miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ħalliha li jista' jkun li naħa tal-Kamra tixtieq maximum ta' ċertu livell u n-naħa l-oħra tal- Kamra tiddefinixxi l-maximum f'livell ieħor pero' jien naħseb li huwa importanti li jkun hawn qbil nazzjonali dwar il-minimum standard għall- edukazzjoni fil-pajjiż.", "Dan għaliex inkella aħna se nkunu f'sitwazzjoni fejn lanqas il-ġenituri, li forsi ma tantx għandhom possibilitajiet li jsegwu sew lit-tfal fil-kors ta' l-istudji tagħhom, ma jkunu jistgħu jaraw, iqisu u jkejlu jekk it-tfal tagħhom humiex qegħdin jilħqu l-istandards li jmisshom jilħqu.", "Madam Speaker, jiena naħseb li dan kollu jwassal sabiex din il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni li qiegħda tiġi proposta b'din il- mozzjoni tkun tista' tiddefinixxi dawn l-istandards b'mod iktar oġġettiv u kważi kważi b'mod 'l hinn mill-politika partiġjana - ħobbha jew għobodha, din tibqa' tinfesta liż-żewġ naħat tal-Kamra u lis-sostenituri tan-naħat rispettivi - kif fil-fatt għamilna f'din il-Kamra għall-fini tal-kontijiet pubbliċi bit-twaqqif ta' l-Awditur Ġenerali b'mod 'il hinn mill-ġlieda partiġjana.", "Dan għalija huwa improvement qawwi ħafna għall-pajjiż, kemm bit-twaqqif u bl-entrenchment fil-Kostituzzjoni ta' l-Awditur Ġenerali kif ukoll bit-twaqqif ta' Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni b'appointees miż-żewġ naħat tal-Kamra għax b'hekk dawn se jkunu qegħdin jaraw tassew l- interess nazzjonali 'l hinn mill-brackets li jkollu gvern.", "Dan għaliex jista' jkun li gvern aktar ikun qiegħed iħares lejn x'jista' jwettaq fil- perijodu leġislattiv ta' ħames snin biex b'hekk jipprova jegħleb ir-records ta' gvern preċedenti f'ċerti oqsma u allura fl-istess ħin forsi ma jagħtix daqstant importanza lil ċerti oqsma oħra.", "Għalkemm it-tellieqa politika hija tajba għax min-naħa toħloq ċerta dinamiċita' min-naħa l-oħra din għandha ċerti costs li wieħed ma jistax jittraskurahom.", "Għalhekk il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni se jkollha l-benefiċċju li ma taqax f'dawn it-traps tal-politiċi.", "Min-naħa l-oħra pero' huwa veru li din mhux se jkollha dak id-dinamiżmu li s-soltu ssib fil-politiċi, li forsi jħobbu juniversalizzaw wisq l-espressjoni tal-ħsebijiet tagħhom, imma mbagħad inti ma jistax ikollok fl-istess waqt dawn iż-żewġ affarijiet fl- istess istituzzjoni.", "GĦalhekk tajjeb li jkun hawn istituzzjoni bħal din li se tkun separata mill-istituzzjoni tal-gvern u li se tagħmel rapporti annwali lil din il-Kamra sabiex iż-żewġ naħat ikunu jistgħu janalizzaw, jiflu u jiddiskutu dawn ir-rapporti.", "Fil-fehma tiegħi l-istandards se jkunu l-akbar prodott li jistgħu jagħmlu l-membri ta' din il-kummissjoni nazzjonali.", "Qed ngħid dan għaliex jiena għallinqas m'iniex nippretendi li din il-kummissjoni tiġi tgħidli li skola partikolari, fir-raħal numru 22 ta' Malta, qiegħed jiġri hekk, hekk u hekk għax ma nafx kemm dan se jkun fil-kompetenza ta' din il-kummissjoni nazzjonali.", "Lanqas ma naf jekk din il-kummissjoni tgħarbilx u tipproċessax hi ċertu tip ta' rapporti jew inkella tgħaddihomx lill-ministeru ta' l- edukazzjoni u kultura nazzjonali biex bħala l-ministeru kompetenti jkun jista' jieħu ħsieb il-complaint speċifiku ta' dak ir-raħal partikolari.", "Jiena li nistenna mill-kummissjoni nazzjonali huwa li l-ewwel tibda tiċċekkja u tipprova toħroġ pattern ta' standards li qegħdin jiġu osservati fl-iskejjel u mbagħad tqabbel dak li jirnexxielha tosserva ma' dak li fl- idea tagħha jrid isir għat-titjib tal-livell ta' l-edukazzjoni.", "Jiddispjaċini ngħid li f'ħafna setturi l-livelli proprji m'humiex definiti għajr bil-grades ta' l-eżamijiet.", "U huwa hawnhekk fejn il-kummissjoni tista' tibda titkellem fuq livelli nazzjonali ta' edukazzjoni li jagħmlu aktar ġieħ lil Malta, liċ-ċittadini tagħha u lit-tfal tagħhom.", "Jiġifieri jekk il-kummissjoni tkun tista' - u fil-fehma tiegħi hekk għandha tagħmel - tosserva aktar bir-reqqa l-patterns ta' l-edukazzjoni kif qed tingħata u l- patterns tar-reception ta' edukazzjoni u l-pattern tal-livell milħuq fil- pajjiż u mbagħad tikkummenta fuq dak il-pattern li joħroġ u fl-istess ħin tindika kif dan jista' jiġi mtejjeb, allura bl-annual report ta' din il- kummissjoni dan il-Parlament veru se jibda jkollu input ta' ċertu valur għax lkoll kemm aħna mbagħad inkunu nistgħu nmeru, naqblu, nikkorroboraw, nikkonformaw u nemendaw dawn l-osservazzjonijiet li tkun għamlet din il- kummissjoni fuq l-iskejjel li hemm imxerdin ma' l-irħula u l-ibliet kollha.", "GĦaldaqstant imbagħad inkunu nistgħu nitkellmu fuq dak il-gap li dwaru l- kummissjoni tkun qiegħda tirrikkmanda li jsir titjib billi naraw jekk dak il-gap huwiex reali u jekk ikunx realistiku u fattibbli li jitjieb fid-dawl tal-parametri tal-budget ta' dan il-pajjiż u fid-dawl tar-riżosi umani li huma mpjegati f'dan id-dipartiment.", "Jien naħseb li b'dan il-mod jista' jkollna dibattitu tassew informat u li jagħti direzzjoni ta' politika nazzjonali fil-qasam ta' l-edukazzoni.", "Dan kollu se jgħolli l-livell ta' dan il-Parlament kif ukoll għandu jgħolli l-livell ta' l-edukazzjoni u allura dan għandu jsib l-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Meta wieħed jgħid dawn l-affarijiet daqstant sbieħ, mill-banda l-oħra daqstant ieħor huma ta' dieqa l-problemi li għadha tipproduċi s-sistema edukattiva tagħna.", "L-illiteracy u anke nuqqas ta' numeracy huma l-problemi li l-aktar li għadni nara ma' wiċċi.", "Għalkemm l-illiteracy semmejtha f'diversi okkażjonijiet kemm f'dan il-Parlament u anke f'ta' qabel, l-aktar li rajtha tiżdied kien matul dawn l-aħħar sebgħa jew tmien snin.", "Naħseb li din hija problema nazzjonali li, fil-fehma tiegħi, din il-kummissjoni għandha tagħti attenzjoni ewlenija għaliha għax huwa ta' għajb għal pajjiż li għandu sistema ta' compulsory education, fejn wieħed jagħmel 12-il sena jsaħħan il-bank ta' l-iskola tal-gvern, li jinvolvu ħlas għall-bini, għat- teachers u għall-kotba biex imbagħad joħroġ minn hemm u jkun għadu ma jafx jikteb!", "Mingħand ċerti studjużi tisma' li bħala illitterati hemm persentaġġi ta' 12% jew 18% u possibbilment anke ta' aktar minn 20% jekk tgħodd lil dawk li jafu biss jiktbu isimhom u kunjomhom għall-firma imma mbagħad m'humiex kapaċi jaqraw gazzetta u lanqas huma kapaċi jiktbu ittra lil min jiġi minnhom barra minn Malta u allura dawn ikunu jridu jqabbdu lil xi ħadd ieħor biex jiktibilhom.", "Il-problema tkompli tikber meta tara li dawn għadhom ta' l-eta' ta' 25 sena jew ta' 30 sena.", "Kieku jiġi wieħed ta' 80 sena li fi żmienu ma kienx hawn cumpulsory education m'hemmx x'tagħmel għax dan ma kellux l-opportunita' li jmur l-iskola u allura tifihmha li dan forsi kulma jaf hu li jiffirma ismu fuq xi dokument uffiċjali.", "Fil- prattika notarili nara żgħażagħ li jiġu jistaqsuni x'jagħmlu għax ma jafux jiktbu ismimhom għax billi ma jkunux għadhom ipprattikati bħall-anzjani ma jgħidulekx li huma jagħmlu salib biss u allura lanqas dik il-fall-back ma hija immediately available għalihom.", "Meta tara dan bir-raġun li tibda tinkwieta.", "Għandna sistema ta' edukazzjoni li qed tipproduċi lil dawn iż- żgħażagħ li għalkemm suppost jafu jaqraw u jiktbu kif ukoll mgħallma ħafna suġġetti oħrajn - veru li forsi ftit mis-suġġetti huma fancy - lanqas il- basies ma jafu għax numru minnhom m'humiex kapaċi la jiktbu, la jaqraw u lanqas jipproċessaw in-numri.", "Jekk din il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni se tiffoka biss fuq it-tip tal-piramida allura din tkun qiegħda tinsa li biex tasal fit-tip tal-piramida trid tibda mill-bażi l-wiesgħa li kulma jmur qiegħda tidjieq.", "Jien nispera li dan mhux qed isir għal xi interess monopolistiku u oligopolistiku, jiġifieri biex grupp żgħir jibqa' jirrenja billi ma jkollux kompetizzjoni minn isfel.", "Jien nittama li ma jkunx hemm dawn it-tip ta' motivazzjonijiet daqshekk ulterjuri.", "Imma jekk wieħed janalizza il-flow tal-ġenerazzjonijiet wieħed jara li l-iskejjel primarji mhux kollha qegħdin jipproduċu literacy u numeracy kif suppost u dan huwa ta' inkwiet għalina għax dan m'huwiex biss xi każ ta' drop-out jew ta' xi wieħed naqra skumnikat jew ta' wieħed li ma jridx jitgħallem, imma qed ikun hemm numru konsiderevoli u allura dan jeħtieġ jiġi tackled sew.", "Meta wieħed jgħid dan bilfors irid jissottolinea l-importanza li task force għal-literacy kemm jista' jkun malajr għandha tippreżenta lil din il- kummissjoni rapport analitiku sabiex din il-Kamra jkollha informazzjoni aktar preċiża u mhux tibqa' tiddependi fuq figuri li jkun ħareġ xi soċjologu jew xi riċerkatur li kultant lanqas jaqblu bejniethom.", "Għandna bżonn ta' figuri aktar ċari li juruna x'inhi s-sitwazzjoni reali.", "Madam Speaker, naħseb tajjeb li wieħed iqabbel dak li jista' joħroġ mir- riċerka tagħna ma' dak li qiegħed joħroġ sena wara sena - issa waslu fit- tielet sena - l-international mathematics and science study, liema studju jqabbel it-training li jsir ġo l-iskejjel primarji ta' diversi pajjiżi.", "Li jinteressana hawnhekk m'huwiex eżattament ir-riżultat ta' x'sabu f'Singapore, fl-Istati Uniti ta' l-Amerka, fl-Ingilterra, fil-Kanada u fil- Ġappun, imma l-metodu ta' kif ikejlu.", "Dak jinteressana fis-sens li aħna għandna nibdew nużaw l-istess tip ta' kejl ħalli meta mbagħad niġu biex inqabblu malajr inkunu nistgħu naslu għal ċerti konklużjonijiet.", "Pero' meta wieħed qed jgħid dan mal-ewwel irid iżid li l-istatistika ta' dawn l- eżerċizzji mhux bilfors tirrifletti li jekk ikun hemm numru inqas allura l- livell huwa inqas jew jekk l-istatistika tipproduċi persentaġġ kbir mhux bilfors il-livell ikun ogħla.", "Fil-fatt, dan il-punt iqajjem ħafna kontroversji fil-livell ta' teorija ta' l-edukaturi.", "Madam Speaker, issa ħalli nibda nsemmi ftit minn dawn il-kriterji.", "Per eżempju, dwar jekk klassi tal-primarja għandhiex tkun kbira jew żgħira u jekk it-tfal għandhomx jaħdmu aktar bħala grupp jew inkella individwalment hemm dibattitu sħiħ għaddej.", "Hemm min jgħidlek li fih aktar valur li t-tfal jaħdmu kollha bħala grupp peress li b'hekk jagħmlu ċertu kuraġġ wieħed lill-ieħor, iżda min-naħa l-oħra hemm dawk li jemmnu li t- tfal għandhom jaħdmu individwalment u b'hekk jingħataw aktar attenzjoni individwali mit-teacher, pero' din ta' l-aħħar fiha d-drawback li dak it- tifel - jew tifla - iħoss wisq ruħu espost quddiem it-teacher u jispiċċa biex ma jkunx jista' jagħti l-aħjar tiegħu.", "Pero' tajjeb li naraw li skond dan ir-rapport, per eżempju, ġewwa Scotland l-average class size hija ta' 26, filwaqt li fil-Ġappun u f'Singapore l-average class size hija bejn 32 u 39.", "Minkejja li s-soltu ngħidu li l-Ġappuniżi għandhom sistema edukattiva tajba, l-average class size hija ta' madwar 40 u mhijiex bħas- sistema Anglo-Sassona, li fuqha jimxu l-Ingilterra, l-Iskozja u l-Istati Uniti ta' l-Amerka, fejn l-average class size hi ta' 28, 26 u 24 rispettivament.", "Madam Speaker, jien naħseb li jkun tajjeb li nħarsu ftit lejn is-sitwazzjoni ta' l-iskejjel primarji tagħna biex imbagħad il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tkun tista' tagħtina mhux biss l- istatistika imma wkoll il-value judgement tagħha.", "Kif kont qed ngħid, hemm teoriji differenti dwar jekk kejl inqas għandux jiġi nterpretat f'livell inqas jew jekk kejl ogħla għandux jiġi interpretat awtomatikament f'livell ogħla u a case in point huwa fuq l-average class size.", "L-istess ħaġa ngħid rigward il-kwestjoni ta' kemm għalliema jagħtu homework lit-tfal.", "Issib ġenituri li jgergru għax lit-tfal ikunu qegħdin jagħtuhom ħafna homework għax jgħidulek li dan qed iġenninhom, filwaqt li ssib ġenituri oħrajn li jgergru għax it-teacher hija rieqda u homework tagħtihom darba kull tliet ġimgħat.", "Naħseb li l-ewwel kontribuzzjoni oġġettiva ta' din il-kummissjoni trid tkun il-ġbir ta' l-istatistika ta' x'qiegħed jiġri fuq l-għoti tal-homework.", "Jien naħseb li tajjeb nkunu nafu x'qiegħed isir fl-iskejjel primarji tal-gvern, tal-privat u tal-knisja.", "X'inhi t-trend bħala actual fact?", "M'għandniex niġbru x'qegħdin jgħidu d- diretturi tad-dipartimenti meta naraw li minkejja li joħorġu direttiva li jagħtu aktar homework, meta mbagħad tinżel fil-livell issib li fil-fatt m'humiex qegħdin jagħtu homework.", "Hawnhekk irridu nerġgħu nirrevedu l- value judgement għax hawn min jgħidlek li ma tistax tifqa' lil dak li jkun b'ħafna homework peress li student għandu limitu kemm jista' jassorbi u kemm jista' jagħmel siegħat twal ta' homework wara homework.", "Mill-banda l- oħra hemm min jgħidlek li lill-istudent għandek tħallih josserva s- soċjeta', jgħix il-ħajja tiegħu u tagħtih homework mill-inqas għax b'hekk dan jikber bħala ċittadin sod mhux bħal dak li jkun tgħallem bl-amment u jirrepeti l-affarijiet bħal pappagall.", "Naturalment għal kull waħda minn dawn iż-żewġ teoriji hemm il-converse u l-intermediate stages għax filwaqt li wieħed jgħidlek li għandu jsir ħafna homework u li student m'għandekx ittellfu ċ-ċans li jkun jaf it-tagħrif u l-informazzjoni kollha li akkumulat fid-dinja u li fuq kollox l-iskejjel qegħdin hemm biex jgħaddu dak it-tagħrif kollu, imbagħad hemm l-ieħor li jgħidlek li dan il-ħafna homework huwa kollu ħela ta' żmien.", "Meta wieħed jara kemm pajjiżi oħra jagħtu homework lill-istudenti jsib li fl-Ungerija jingħata 100% homework, jiġifieri lill-istudenti jagħtuhom il-homework il-ġimgħa kollha, u fl- Olanda jingħata 15% homework f'ġimgħa sħiħa.", "Ta' min isemmi wkoll li fi Scotland jingħata 59% homework, fil-United States jingħata 94% homework u fl-Ingilterra jingħata 47% homework, liema persentaġġ huwa wieħed baxx ħafna.", "Fil-fatt, dan kien punt ta' gwerra matul id-dibattitu politiku dwar l-edukazzjoni fl-Ingilterra għax hawn ta' min jgħid li fi żmien il- Konservattivi kien hemm it-trend fl-Ingilterra li l-istudenti jitħallew bi ftit homework filwaqt li l-Labour Party kien reġa' beda jenfasizza li għandu jingħata iktar homework.", "Il-Labour Party rabat din il-kwestjoni mal- literacy task force li qalet li permezz tal-homework seta' faċilment jiġi ċċekkjat jekk dak li jiġi mgħallem fl-iskejjel hux fil-fatt qed jiġi assorbit mill-istudenti.", "Madam Speaker, huwa interessanti wkoll li wieħed isemmi statistika oħra ta' dawk l-istudenti li jitħallew jużaw il-calculators fl-iskejjel.", "Ċerti teachers qed iġibu l-argument li llum il-ġurnata dawn f'ħajjithom dejjem se jkollhom calculator available meta jridu jagħmlu kalkolu u barra minn hekk bi ftit soldi wieħed illum jixtri calculator.", "Imma mbagħad min-naħa l- oħra hemm teachers tal-maths li qed jgħidu li jekk student ma jkissirx moħħu fil-kalkoli qatt m'hu se jifhem kif taħdem l-aritmetika u allura iktar u iktar mhux se jifhem aspetti ogħla tal-matematika.", "Hawn ta' min jgħid li minn studju li sar mit-Third International Study on Science and Mathematics irriżulta li, per eżempju, f'Singapore u fil-Ġappun l-istudenti jitħallew jużaw il-calculator darba fil-ġimgħa biss imma mbagħad min-naħa l- oħra f'postijiet bħall-Ingilterra l-istudenti jitħallew jużaw il-calculator 53% ta' ġimgħa.", "Dawn it-tip ta' figuri qanqlu ċerta kritika min-naħa Laburista fl-Ingilterra għax dan l-istudju wera ċertu għażż min-naħa tat- teachers li minflok m'huma qed jgħallmu lill-istudenti eżattament x'inhi l- aritmetika bażika qed iderruhom jaħdmu bil-calculators biex jiffrankaw ix- xogħol bl-iskuża li la jikbru dejjem se jsibu l-calculators available.", "Madam Speaker, tgħid x'se tkun l-opinjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni fuq dan ir-rigward?", "Dan huwa importanti li nkunu nafuh ħalli dan il-Parlament ikun jista' jiddibatti anke mill-esperjenza kollettiva tal-ħafna kostitwenti tagħna li ġieli jkellmuna fuq dan is- suġġett.", "B'dan il-mod aħna nkunu nistgħu nifformulaw l-impressjonijiet tagħna biex jekk ma naqblux ma' l-istatistika li toħroġ inkunu f'pożizzjoni li nikkoreġuha jew għallinqas nistaqsu bl-iktar mod inkwiżittiv fuq x'hiex ġew ibbażati dawn l-istatistiċi.", "Għalhekk qed nitlob li dan ix-xogħol ta' ġbir ta' statistika jsir b'mod iktar xjentifiku u b'mod aktar analitiku billi jingħataw value judgements skond it-teoriji preżenti dwar id-diversi tipi ta' kejl li hemm għaliex ma jistax ikun li lill-kummissjoni taqbad u tgħidilna dogmatikament li dan it-tip ta' kejl jista' jiġi nterpretat biss b'dan il-mod.", "Aħna li nippretendu mill-kummissjoni huwa interpretazzjoni ta' skejjel u ta' teoriji differenti dwar dan il-kejl differenti sabiex imbagħad mhux il-kummissjoni finalment taqtagħha dwar dan is-suġġett imma jkun dan il-Parlament kemm bl-esperjenza li għandu mingħand dawk in-nies kollha li niltaqgħu magħhom kif ukoll bl-input dirett tiegħu f'dak li jkun qiegħed jiġi mressaq quddiemu.", "Madam Speaker, l-istess ħaġa tapplika għal kemm-il lezzjoni għandu jkun hemm fil-ġimgħa.", "Hemm ħafna teoriji li lit-fal ma tistax tgħabbihom b'ħafna ħin bil-qiegħda jagħmlu l-lezzjonijiet akkademiċi imma trid tagħtihom iktar ċans għal ħajja sportiva, għal ħin qalb in-natura u li tħallihom jiġru ftit 'l hawn u 'l hemm.", "Meta wieħed jara dan isib li pajjiż ivarja minn ieħor.", "Fil-fatt hemm l-extremes ta' Norway u l-Ġappun li għandhom il-grades ta' 3 u 3.7 hours per week lesson time, li huwa baxx ħafna, meta mbagħad nafu bis-suċċess li hemm fl-iskejjel kemm tan-Norveġja kif ukoll tal-Ġappun.", "Mill-banda l-oħra meta tara li fl-Ingilterra għandhom 4.6, li hu għoli u li minkejja dan l-edukazzjoni waqgħet lura, tibda titħasseb kemm fil-fatt ix-sheer lesson time huwa mportanti.", "Ta' min jappella lill-kummissjoni sabiex tanalizza kif inhu l-andament ta' l- iskejjel tagħna f'dan ir-rigward għaliex hawn skejjel li qegħdin inaqqsu l- enfasi fuq il-lezzjonijiet u jsaħħu l-enfasi fuq attivitatjiet extra kurrikulari bħal, palk u affarijiet oħra.", "X'inhu l-aħjar f'dan ir-rigward narawh biss meta jkollna l-istatisitika ta' x'qed jiġri fil-pajjiż u l- value judgement tal-kummissjoni msejjjes fuq dik l-istatistika kkombinata wkoll mar-riżultati ulterjuri li jġibu l-istudenti ta' skejjel differenti kif ukoll billi jittieħdu anke l-eżamijiet bħala kejl ieħor basta dan ma jkunx kejl dommatiku, esklużiv u tassattiv.", "Madam Speaker, hemm ukoll l-argument li ressaqt iktar kmieni dwar jekk it- teacher għandiex tgħallem individwi jew inkella l-klassi sħiħa kollha kemm hi.", "Minn dan l-istudju li qed nikkwota għandna l-estrem ta' l-Ingilterra u Scotland fejn it-teacher ftit li xejn tgħallem lill-klassi kollha kemm hi tant li fl-Ingilterra din il-figura tammonta għal 11% u fi Scotland din tammonta għal 3%, imma mbagħad min-naħa l-oħra issib li t-teachers jgħallmu lill-individwu 55% fl-Ingilterra u 44% fi Scotland.", "Pero' dan jidher li dan għadu m'huwiex biżżejjed għax imbagħad insibu, per eżempju, li fl- Istati Uniti din l-istatistika tlaħħaq il-55%, fin-Norveġja tlaħħaq il- figura ta' 77% u fl-Ungerija tlaħħaq il-figura ta' 78%.", "GĦalhekk meta wieħed jara dawn il-kuntrasti jkun tajjeb jekk wieħed jara wkoll x'qed jiġri f'pajjiżna.", "Madam Speaker, jien personalment għadni ma rajtx statistika dwar il-metodi differenti ta' kif isir it-tagħlim f'Malta u naħseb li dawn il-metodi ta' teaching iridu jiġu assessjati sew mill- kummissjoni li fi ħdanha se jkollha diversi nies li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Ħaġa oħra li wieħed tajjeb jara huwa l-metodi differenti ta' kif l- iskola nnifisha tqis ir-riżultat aħħari tagħha għax, per eżempju, ċerti skejjel jgħidu li l-fatt li l-istudenti fl-eżamijiet iġibu grades għoljin m'għandux valur għoli għax huma jagħtu all round certificate dwar jekk l- istudenti humiex jipparteċipaw b'mod attiv fl-attivitajiet sportivi, fid- drama u fit-teatru, fil-projects, kif ukoll dwar kemm għandhom ħbieb u dwar kemm jgħinu lill-istudenti sħabhom.", "GĦalhekk hawn insibu kuntrast ma' dik l-iskola li tkejjel il-livell ta' l-istudenti tagħha skond ir-riżultat ta' l-eżamijiet biss.", "Ikun tajjeb jekk din il-kummissjoni tkun tista' tiddistingwielna bejn dik l-iskola li tagħti l-points għall-extra curricular activities u bejn dik l-iskola li tagħti l-points biss fuq il- marki li l-istudenti jġibu fl-eżamijiet.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni għandha tispira lil dan il-Parlament bit-teoriji differenti li hemm fuq dawn iż-żewġ schools of thought ħalli dan ikun f'sitwazzjoni li jiġġudika aħjar is-sitwazzjoni lokali.", "Madam Speaker, din il-kummissjoni se jkollha wkoll it-task dwar l- awditjar soċjali.", "Jien naħseb li din il-kummissjoni għandha tibni t-tests tagħha billi tanalizza dan il-kejl flimkien ma' oħrajn u mbagħad tagħmel linkage bejn dawn it-tests u bejn l-utilita' aħħarija ta' l-edukazzjoni as a whole.", "Fl-opinjoni tiegħi b'hekk biss nistgħu nibdew infasslu kriterji ta' awditjar soċjali għaliex jekk ma jkollniex dak il-qafas li kont qed niddiskrivi fl-ewwel parti ta' l-intervent tiegħi ma nkunux nistgħu naslu għall-macro criteria.", "S'issa kont qiegħed insemmi dawk li nistgħu nsejħulhom il-micro criteria ta' l-awditjar ta' dak li jkun għaddej ġewwa l- iskejjel.", "Imma meta inti tibda tgħaqqad ir-relazzjoni tal-prodott li qed joħroġ mill-iskejjel tagħna ma' l-andament ġenerali fil-pajjiż, jiġifieri mall-bżonnijiet ta' l-industrija, mall-bżonnijiet fuq il-post tax-xogħol u ma' l-iżvilupp kulturali - dawn fil-fatt huma macro criteria u mhux iktar micro criteria - biex tkun tista' tasal għal-livell ta' kwantifikazzjoni xjentifika, jew kważi xjentifika, allura bilfors irid ikollok il-components ta' micro criteria li kont qed nispjega fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi.", "Naturalment aħna nilqgħu b'ħafna entużjażmu l-punt numru 4 ta' l-għanijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni fejn qed ngħidu li din għandha tagħmel awditjar soċjali regolari dwar kif ikunu qegħdin jitmexxew u jingħataw is-servizzi edukattivi.", "Ovvjament ma jistax ikun hemm biss awditjar ta' kif qed jitmexxew u jingħataw is-servizzi edukattivi imma jrid ikun hemm ukoll awditjar ta' kif qegħdin jiġu riċevuti dawn is-servizzi edukattiv.", "Meta ngħid \"riċevuti\" fil-livell macro ma nifhimx biss mill- istudenti imma anke mill-postijiet tax-xogħol, jiġifieri x'inhuma l- kummenti ta' l-employers dwar it-tip ta' personnel li qegħdin isibu biex jimpjegaw u x'inhuma l-kummenti ta' min huwa fil-qasam kulturali li min- naħa tiegħu jista' jiġġudika l-livell ta' l-istudenti tagħna mill-punto di vista kulturali.", "Allura s-social auditing ma jkunx biss skond il-mission statement, biex ngħid hekk, li jkun hemm ta' kull sena fil-budget fir- rigward tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għax dan huwa social auditing par excellence fis-sens li qed nivvotaw tant miljuni ta' flus u qed ikollna tant li qegħdin jgħaddu mill-O-levels.", "F'dan il-każ se ngħidu, per eżempju, li din is-sena għaddew iktar nies mill-O-levels mis-sena l-oħra u allura kważi kważi dak huwa biss financial auditing fejn qegħdin ngħidu straight value for money imma value defined in narrow terms.", "B'kuntrast ma' dan, is-social auditing irid jiftaħ naqra iktar minn hekk u ma jistax iqis biss l-eżamijiet imma għandu jqis iktar u iktar ir-relevanza ta' dak li qed jiġi prodott mat-tkomplija tal-ħajja ta' dak l-istudent kif ukoll ma' fejn se jiġi utlizzat it-talent tiegħu.", "Sur President, għaldaqstant fis-sistema edukattiva tagħna l-ewwelnett għandu jkun hemm analiżi bejn il-primarja, is-sekondarja u t-terzjarja.", "Ilkoll kemm aħna nafu li hemm fault lines fis-sistema u ta' xejn noqogħdu nistaħbew warajhom u ngħidu li dawn il-fault lines ma jeżistux.", "Hemm qabża bejn l-iskola primarja u l-iskola sekondarja u hemm qabża oħra bejn l- iskola sekondarja u dik terzjarja.", "Bejn il-primarja u s-sekondarja hemm il- bifurcation għall-iskejjel tas-snajja' u allura f'dawn in-nodal points bilfors irid ikollna xi tip ta' analiżi, imqar fl-ewwel round ta' studju li se jkollha din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Ladarba din tkun stabiliet xi trid tibqa' teżamina f'dawn in-nodal points aktar 'il quddiem se jkun hemm lista ta' kriterji ma xhiex tqabbel x'qiegħed jiġri fil-qabża bejn il-primarja u s-sekondarja - kemm għal sekondarja akkademika u anke tas-snajja' - u mbagħad mis-sekondarja għall-Universita', jew inkella minn sekondarja għal dawk il-korsijet li qegħdin jiġu aktar tailor made għall-postijiet tax-xogħol.", "Imbagħad trid toħroġ mis-sistema edukattiva kollha kemm hi u kien għalhekk li jien hawnhekk kont inżid mhux biss l-awditjar soċjali regolari li hemm f'numru (iv) ta' l-għanijiet, jiġifieri mhux biss il-mod kif qed jitmexxew u jingħataw is-servizzi edukattivi, imma naraw wkoll il-fault line li hemm bejn is-sistema edukattiva u l-livell kulturali tal-pajjiż u l-manpower resource requirements li għandna bżonn.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "HELENA DALLI (Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Sceberreas Trigona jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nirringrazzja lill-proponent u lis- sekondant u lill-Kamra u nwiegħed li ma ndumx nitkellem wisq fit-tul.", "Kont qiegħed niffoka fuq in-numru (iv) mil-lista ta' għanijiet li għandna quddiemna u kont qed nissuġġerixxi li biex l-awditjar soċjali jkun wieħed tassew soċjali - għaliex inkella se nkunu qegħdin nitkellmu biss fuq awditjar soċjali ta' x'qed jiġri fi classroom jew inkella fuq awditjar soċjali ta' x'qiegħed jiġri fl-istaff room tat-teachers - dan ma jistax ikun limitat għal kif qed jitmexxew u jingħataw is-servizzi edukattivi per se imma se jkollhom jiġu mkejla b'measurement rod li hija barra mis-sistema interna.", "Għalhekk jien qed nissuġġerixxi li l-manpower resource requirement flimkien mal-livell kulturali tal-pajjiż għandhom ikun kriterji ta' awditjar soċjali għall-fault line bejn is-sistema edukattiva kollha kemm hi u l-ħajja in ġenerali.", "Madam Speaker, f'dan ir-rigward imbagħad se jkollna nagħmlu ċerta analisi soċjali dwar l-income ta' ċerti familji u kemm dak l-income ta' dawk il- familji qiegħed jgħinhom inkella kemm qed iservi ta' piż sabiex it-tfal tagħhom ikunu jistgħu jkomplu bil-karriera edukattiva tagħhom.", "Allura l- awditjar soċjali bilfors se jkollu jidħol fl-element ta' x'inhu l-income ta' ċerti ġenituri li t-tfal tagħhom qegħdin iġibu riżultati baxxi fl- eżamijiet u x'inhu l-income ta' ġenituri li t-tfal tagħhom qegħdin imorru aħjar f'ċerti extra curricular activities.", "Dawn il-patterns se jkollhom joħorġu fl-istudji tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni għaliex inkella ma' x'hiex se jiġi marbut l-awditjar soċjali jekk mhux kif qed nissuġerixxi jien, jiġifieri mal-livell kulturali tal-pajjiż, mal-livell ta' manpower resource requirement tal-pajjiż, ma' income distribution fil- familji ta' l-istudenti u ma' x'se jkun l-income distribution ta' l- istudenti li jiggradwaw u joħorġu minn dawn l-iskejjel.", "Hawnhekk x'qegħdin ngħidu?", "Qegħdin ngħidu li jekk se nkejlu l-aspett soċjali ta' l- edukazzjoni se jkollhom jintużaw it-tests ta' l-income distribution u t- tests tal-manpower resource requirement.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu kemm fuq l-income distribution tal-ġenituri tat-tfal li jkunu għadhom l-iskola kif ukoll fuq l-income distribution ta' dawk it-tfal li jilħqu u b'hekk jagħti riflessjoni ex-post facto dwar it-tip ta' edukazzjoni li jkunu ħadu.", "Ikun żball jekk dan it-tip ta' awditjar soċjali ma jsirx għaliex inkella se nkunu qegħdin naraw biss l-effetti ta' l-edukazzjoni b'mod intern ħafna.", "Għalkemm affarijiet bħal, ngħidu aħna, li nibnu aktar skejjel, li nieħdu ħsieb li naraw li t-toilets kollha jkunu jiffunzjonaw, li naraw li l- iskejjel ikunu mbajdin sew u li l-ħġieġ ma jkunx mkisser huma kollha f'lokhom, pero' l-awditjar soċjali għandu jieħu ħsieb l-istudenti bi bżonnijiet speċjali kif ukoll l-istudenti li għandhom ġenituri bi bżonnijiet speċjali u dan għadu mhuwiex il-policy ta' l-edukazzjoni fil- pajjiż.", "Madam Speaker, il-ħames punt ta' kejl ta' awditjar soċjali li qed nissuġġerixxi llejla huwa li nkunu nistgħu naraw dawn l-affarijiet iktar fid-dettall għax bħalissa la għandna statistika u lanqas value jugdements fuq l-istatistika.", "Meta jkollna quddiemna combination ta' bżonnijiet speċjali, income distribution trends, manpower resource requirements u livell kulturali fil-pajjiż allura mbagħad tassew inkunu nistgħu ngħidu li qegħdin nistabilixxu check list li magħha se nkunu nistgħu ngħidu jekk skond l-awditjar soċjali ta' dak li qiegħed jiġri fis-sistema edukattiva tagħna aħniex, on the whole, sejrin 'l quddiem jew lura.", "Dan għaliex, per eżempju, it-tielet kriterju mhux qed jiġi osservat tajjeb biżżejjed?", "Madam Speaker, per eżempju hemm aspett ieħor ta' awditjar soċjali li huwa dwar il-lingwa tagħna.", "Veru li l-Malti huwa l-lingwa nazzjonali tal-pajjiż imma meta wieħed ma jkunx kapaċi biżżejjed f'dik il-linja, anke fit-tagħlim ta' xi lingwi oħra, qed ikollna ċerti problemi li fil-fatt qed joħolqu speċi ta' cul-de-sac għal min ikun irid ikompli l-karriera tiegħu f'ċerti direzzjonijiet.", "Naħseb li dan huwa effett ta' konsegwenza soċjali li jista' jwaqqaf ċerti gruppi ta' studenti milli jilħqu l-ogħla possibbiltajiet fil-karrieri tagħhom minħabba li l-ġenituri tagħhom ma tantx ikunu qegħdin f'pożizzjoni li jgħallmuhom it-tieni lingwa li forsi tant ikollhom bżonnha fil-karriera tagħhom.", "Bil-maqlub għandek ukoll min jitgħallem lingwa barranija u ma jkunx qiegħed jitgħallem il-lingwa Maltija b'mod tajjeb biżżejjed li mbagħad jerġa' jinqabad f'cul-de-sac ieħor li ma jkunx jista' jkompli javvanza f'dan il-pajjiż.", "Dawn huma aspetti soċjali li jridu jiġu kkonsidrati partikolarment minħabba l-fatt li issa mhijiex aktar kwestjoni bejn il-Malti u l-Ingliż biss imma bit-tisħiħ tal-lingwa Taljana anke dan sar għandu ċerti effetti soċjali li se jkollhom jittieħdu in konsiderazzjoni.", "Madam Speaker, minbarra din il-problema tal-lingwa u kif din taffettwa l- aspetti soċjali kemm ta' l-istudenti, kemm tal-ġenituri tagħhom kif ukoll ta' l-istudenti li joħorġu mill-iskola, fl-eżerċizzju ta' awditjar soċjali wieħed irid jelenka wkoll il-manpower resource requirements, l-income distribution patterns tal-ġenituri ta' l-istudenti u l-income distribution patterns ta' l-istudenti meta joħorġu mill-iskola.", "Ovvjament hemm ukoll l- aspett - ħobbu jew għobodu jeżisti f'dan il-pajjiż - ta' min huwa minn ċerta parti ta' Malta u ta' min għandu provenjenza minn parti oħra ta' Malta.", "Allavolja għandna pajjiż daqshekk żgħir xorta tistgħaġeb kemm hawn snobbiżmu esaġerat li għandu effett soċjali kemm f'dik li hija sistema edukattiva kif ukoll f'dak li huwa potenzjal fil-karriera ta' l-istudenti tagħna.", "GĦalhekk jiena nappella sabiex il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni tanalizza l-aspett tan-north u tas-south f'dan il-pajjiż għaliex f'ċerti rħula tas-south ta' Malta hemm ħafna assenteiżmu mill- iskejjel u hemm ħafna taħwid u inċidenti, kważi kriminali, fl-iskejjel.", "Minn dan il-Parlament aħna nittamaw li din il-kummissjoni tagħmel awditjar soċjali bl-ikbar reqqa u tagħmel rakkmandazzjonijiet għal soluzzjonijiet potenzjali li man mano twassalhom lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex dan ikun jista' jieħu ħsieb aktar dawn il-problemi għaliex fil-fehma tiegħi huma problemi soċjali li qed jitfgħu lin-naħa tas-south iktar lura meta mqabbla man-naħa tan-north ta' Malta.", "Dan joħroġ mir-riżultati ta' l- eżamijiet u joħroġ ukoll minn ċerti assessments li jagħmlu diversi soċjoloġi.", "GĦalhekk huwa importanti li din il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni fir-rapport annwali dwar il-ħidma tagħha lil dan il-Parlament tkun tista' tressaq dan it-tip ta' analisi u rakkmandazzjonijiet.", "B'dan ma rridx ngħid li filwaqt li tkun għaddejja bix-xogħol tagħha din il- kummissjoni m'għandhiex twassal il-kummenti tagħha lid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni biex dan ikun jista' jibda jieħu azzjoni mill-ewwel fuq ir- rakkmandazzjonijiet li tagħmillu u mhux toqgħod tistenna li dan ir-rapport annwali l-ewwel jitressaq quddiem dan il-Parlament.", "Hawnhekk forsi jibda jkun hawn min jgħid: Jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni seba' xhur ilu diġa' kellu dan il-kumment mingħand il-kummissjoni nazzjonali għaliex ma ħax il-passi li rrakkmandat l-istess kummissjoni?", "Fil-fehma tiegħi huwa hawnhekk fejn wieħed tassew jibda jara kemm il-kummissjoni nazzjonali se jkollha livell verament nazzjonali u rispettabbli.", "Hawnhekk se nibdew naraw kemm id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni se joqgħod għal dak li tirrikkmanda din il-kummissjoni nazzjonali jew inkella jekk ir- rakkmandazzjonijiet ta' din il-kummissjoni nazzjonali humiex se jibqgħu fuq l-ixkaffa.", "Sur President, jien nixtieq nagħlaq billi nawgura lil kull membru, partikolarment liċ-chairman, tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni, xogħol tajjeb għax fuq din il-kummissjoni ntefgħet mhux biss ir- responsabbilta' biex tagħmel analisi tal-problemi fil-qasam edukattiv imma anke ċ-challenge li joħorġu policies u rakkmandazzjonijiet għal soluzzjonijiet ta' dawn il-problemi li mbagħad aħna nkunu lesti nappoġġaw f'dan il-Parlament ġaladarba dawn ikunu validi u raġonevoli.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, kull diskussjoni dwar l-edukazzjoni tqajjem ċertu interess għaliex tant tolqot nies li kulħadd ikun jixtieq jgħid tiegħu u kulħadd jibda jippretendi li jifhem f'din il-materja.", "Jien naħseb li hekk għandu jkun għaliex l-edukazzjoni, fil-forom differenti tagħha, tolqot lil kulħadd, iktar u iktar f'post żgħir bħalma hija l-gżira tagħna fejn m'għandniex riżorsi naturali u l-unika riżors naturali qawwi li għandna huwa r-riżors uman.", "L-idea minn dejjem kienet li ninvestu bis-sħiħ f'dan ir-riżors li għandna ladarba m'għandniex minerali imma kulma għandna huma ħafna xemx, baħar u, fuq kollox, ħafna nies.", "Jien naħseb li għad-daqs tiegħu pajjiżna huwa l-iktar wieħed dense f'dik li hija popolazzjoni u dan mhux biss fl-Ewropa imma fid-dinja kollha u allura huwa għaqli li ninvestu fl-edukazzjoni.", "Quddiemna llum għandna riżoluzzjoni - forsi ftit li xejn tkellimna dwar ir-riżoluzzjoni nnifisha - fejn b'ċerta pompa l-Gvern qed iħabbrilna li jixtieq iwaqqaf Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Il-Gvern qed jgħid ukoll li hawn qed iwettaq wiegħda elettorali oħra tal-Partit fil- Gvern għax fost il-ħafna kummissjonijiet, istituzzjonijiet u awtoritajiet li kien wiegħed li se jwaqqaf hemm il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni.", "Hawnhekk dejjem irridu noqogħdu attenti għax jien nistqarr li għandi ċertu xettiċiżmu meta naħsbu jew inkella meta jkollna l- assigurazzjoni li bit-twaqqif ta' bordijiet u ta' kummissjonijiet aħna se nsolvu ħafna mil-problemi.", "Mhux qed ngħid li f'ċerti oqsma dawn m'humiex bżonnjużi, imma meta nvaraw affarijiet bħal dawn irridu noqogħdu attenti biex ma nużawx ċertu kliem bombastiku u trijonfalistiku bħalma smajna f'dan id-dibattitu, għaliex dan imbagħad joħloq aspettativi esaġerati li jġibu d- diżappunti jekk xi ħaġa ma tirnexxix u f'qasam bħal dan iċ-ċans li xi affarijiet ma jirnexxux huwa aktar probabbli u allura malajr nispiċċaw biex minflok ma nagħmlu pass 'il quddiem nagħmlu xi żewġ passi lura.", "Sur President, l-ewwel osservazzjoni tiegħi hija li jekk inħarsu lejn il- funzjonijiet u l-għanijiet ta' din il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni nsibu li bażikament din għandha l-istess funzjonijiet tal- Kunsill ta' l-Edukazzjoni li diġa' jeżisti taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid meta tħares lejn il-liġi u lejn il- funzjonijiet.", "Il-Ministru qiegħed jgħid: Mur ara!", "Billi hemm il-Kunsill dwar l-Edukazzjoni!", "(Interruzzjonijiet) Għallinqas bħalissa hawn xi ħadd li qed jisma' u jirrispondi f'dan il-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Dinosawru fis-sens li din hija xi ħaġa antika u li mhux qed tiffunzjona!", "Dan il-kunsill mhux qed jiffunzjona tajjeb minħabba l-istruttura tiegħu?", "Minkejja li l-Ministru ilu responsabbli għal dan il-qasam tmien xhur kulma se jagħmel hu li jwelldilna dan l-iljunfant!", "Naħseb li kieku kellna nwelldu illjunfant ma konniex indumu daqskemm qed indumu biex inwelldu din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni!", "Jekk il-Ministru jidhirlu li l-kunsill mhux qed jiffunzjona tajjeb jew mhux qed jiltaqa' biżżejjed imissu jara x'jagħmel biex dan il-kunsill jiffunzjona tajjeb jew inkella, kif għandu quddiemu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni, jbiddel l-istruttura tiegħu u sabiex ikun leali lejn il-programm elettorali tal-partit tiegħu jsejjaħlu Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "What's in a name!", "Issa kif tgħaddi din ir-riżoluzzjoni jkollna żewġ kummissjonijiet li jagħtu l-pariri, jiġifieri l-kummissjoni msemmija fil-liġi li hija kappeġġata mir-Rettur ta' l-Universita' u l-kummissjoni l-oħra, li hija iktar maħbuba - jista' jkun li din hija iktar maħbuba minħabba n-nies li se jmexxuha - u li se tiġi mwaqqfa b'sempliċi riżoluzzjoni f'dan il-Parlament.", "Għalkemm ir-riżoluzzjoni għandha iktar kliem poetiku, sabiħ u mirqum, bażikament din il-kummissjoni għandha l-istess funzjonijiet tal-kunsill għax l-unika ħaġa li hemm differenti u li faċilment setgħet saret b'emenda għall-Att dwar l-Edukazzjoni hija li se jiġi ppreżentat rapport annwali lil din il-Kamra tad-Deputati.", "Jien fittixt ukoll l-Abbozz ta' Liġi li ressaq il-Ministru biex jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni u sibt li l-istatut tal- Kunsill ta' l-Edukazzjoni ma emendahx u li dan se jħallih hemmhekk.", "Allura issa se jkollna l-Kunsill ta' l-Edukazzjoni u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni, jiġifieri dan daqqa se jieħu parir mingħand wieħed u daqqa se jieħu parir mingħand l-ieħor, pero' hija ħaġa naturali li l- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni li se jwaqqaf il-Ministru se tkun il-favorita.", "Artiklu 46 ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni - naħseb li dan iddraftjah xi ħadd li jifhem fl-Ingliż! - jgħid hekk:", "\"There shall be a Council for Education which shall be composed as follows:\"", "Imbagħad hawn l-istruttura tiegħu.", "Wieħed jista' jikkritika l-istruttura tiegħu billi jgħid li hemm ftit jew ħafna nies.", "Wara kollox, fil-każ tal- kummissjoni l-ewwel bdejna ngħidu li għandu jkun hemm 16-il membru u mbagħad, bil-magnanimita' ta' l-Onor.", "Farrugia, tressqet emenda f'dan ir- rigward u żidna wieħed.", "F'subartikolu 46(2) li jitkellem fuq il-funzjonijiet ta' dan il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni nsibu li: \"The Council for Education shall have the following functions:", "(a) to advise the Minister upon any matter connected with education as it may deem appropriate and upon any such matter referrred to it by the Minister;", "(b) to prepare plans for the development of education and for the better integration of educational services in Malta and to submit those plans to the Minister for his approval and for implimentation by him.\".", "Imbagħad għandna funzjoni interessanti ħafna li kull darba li l-Ministru jrid jemenda l-Liġi dwar l-Edukazzjoni bilfors ikollu jitlob il-parir ta' dan il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni u jekk ma jagħmilx hekk ma jistax iressaq emenda quddiem il-Parlament għax il-liġi tgħid:", "\"...to advise the Minister on any proposed amendments to the provisions of this Act or any proposed law repealing this Act\".", "Jiġifieri din lanqas hi funzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni li se titwaqqaf.", "Mela issa ħalli naraw x'inhuma l-funzjonijiet tal-Kunsill ta' l-Edukazzjoni u naraw x'inhi d-differenza bejniethom.", "Jien nikkonċedi li seta' kien hemm kliem li jlaħħam ftit iktar dawn il- funzjonijiet, pero' ma ninsewx li waħda hija liġi u l-oħra hija riżoluzzjoni.", "Ir-riżoluzzjoni tgħid li:", "L-għanijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni huma li:", "(i) tistudja u tiġbor informazzjoni dwar l-edukazzjoni f'Malta;", "(ii) flimkien ma' edukaturi, riċerkaturi soċjali, amministraturi, ġenituri, studenti u azjendi kummerċjali u industrijali tidentifika l-ħtiġijiet ta' Malta f'kull qasam ta' l-edukazzjoni u taħriġ fl- isfond ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f'Malta;", "(iii) tagħmel rakkmandazzjonijiet għall-bidliet li jkun hemm bżonn biex l-edukazzjoni f'Malta tkun waħda effettiva u tiżgura li l- pajjiż ikollu nies bil-ħila meħtieġa għas-soċjeta' u għall- ekonomija moderna tal-futur;", "(iv) tagħmel awditjar soċjali regolari dwar kif ikunu qegħdin jitmexxew u jingħataw is-servizzi edukattivi;", "(v) tippubblika rapporti dwar ir-riċerka u r-rakkmandazzjonijiet tagħha;", "F'dawn il-funzjonijiet hemm xi ħaġa li m'hijiex koperta bil-kliem tal-liġi li twaqqaf il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni?", "L-unika ħaġa li nikkonċedi hija li l-Kunsill ta' l-Edukazzjoni ma kienx jissottometti rapport lill- Parlament filwaqt li fir-riżoluzzjoni li l-Ministru qed iressaq quddiem din il-Kamra biex titwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni - li għaliha hemm ivvotati Lm10,000 u mbagħad naraw b'Lm10,000 x'jista' jsir - hemm li jrid jiġi ppreżentat lill-Parlament rapport annwali dwar l- edukazzjoni.", "Din tagħti lok għad-diskussjoni barra mill-ambitu tad- dibattitu fuq il-budget dwar l-edukazzjoni, li minnha nnifisha hija xi ħaġa tajba imma li kieku ried jagħmel dan il-Ministru seta' faċilment ressaq emenda għall-Att dwar l-Edukazzjoni.", "Għaliex qed inressqu riżoluzzjoni biex inwaqqfu kummissjoni meta l-unika differenza li qed nara hija li fil- Kunsill ta' l-Edukazzjoni l-Ministru hu marbut bil-liġi li l-president tagħha jrid ikun ir-Rettur ta' l-Universita'?", "(Interruzzjonijiet) Il- Kunsill ta' l-Edukazzjoni ma jitrattax biss dwar l-Universita' imma dwar kollox.", "(Interruzzjonijiet) Allura għidilhom biex jiltaqgħu jew aqbad in- nies li għandek f'din il-lista u daħħalhom fil-Kunsill ta' l-Edukazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Issa billi wieħed ikun jismu Kunsill ta' l-Edukazzjoni u l-oħra Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni mhux l-istess funzjonijiet se jkollhom!", "Mela allura dak li qed nagħmlu llum se jiġi eżerċizzju ta' pubbliċita'!", "Pero' jekk hawn xi ħadd li jista' jagħmel pubbliċita' fuq l-edukazzjoni hija proprju din in-naħa imma din forsi niġi għaliha aktar tard.", "Jien ma nixtieqx nippolitiċizza żżejjed il-kwestjoni ta' l-edukazzjoni imma meta tara l-ismijiet ta' ċerti nies li tant kienu favur ċerti riformi utilitarji u li dak iż-żmien kienu jissemmew kemm fl- Universita' u kemm f'oqsma oħra ta' l-edukazzjoni allura bilfors imbagħad tgħaddi ċerti kummenti.", "Li rrid ngħid jien huwa li malli tgħaddi din il- mozzjoni inti se jkollok żewġ kunsilli.", "(Interruzzjonijiet) Mela ħassarha jekk ma teżistix!", "Intom għadkom kemm ippubblikajtu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni li permezz tiegħu minbarra l-Ombudsman \"il-kbir\" se jkollna ombudsman \"iż-żgħir\" ta' l-Universita'.", "Aħna nieħdu gost li issa dan il- Gvern qed jimxi fuq il-passi tal-Gvern preċedenti għax għalkemm meta qabel kien fil-poter ma kienx waqqaf l-Ombudsman milli jidher issa se jagħmel ombudsman għal diversi affarijiet.", "Naturalment dawn l-affarijiet jistgħu jaqgħu kollha taħt l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman imma din hija xi ħaġa li jien ma nistax nikkritikaha.", "Permezz tal-liġi li tirrigwarda l-Ombudsman illum għandna l-poter li wieħed ikun uffiċjal ta' l-Ombudsman fl-Universita' u jekk se tiġi proposta emenda ta' dan it-tip jien mhux se nsib oġġezzjoni għax ma nħossx xejn ħażin fiha.", "Sur President, jekk wieħed jinnota qed jiġi emendat Artiklu 29 ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni, qed jiġu emendati wkoll dawk l-artikli dwar il-finanzi u r-rapporti annwali ta' l-Universita, qed jiġi propost l-ombudsman ta' l- Universita' u qed jissemma l-mod li bih għandhom jinħatru l-pro-retturi u l- membri, pero' meta niġu għall-Kunsill ta' l-Universita', li huwa parti ntegrali mill-Att dwar l-Edukazzjoni, insibu li dan qed jitħalla hemmhekk.", "GĦaldaqstant kull darba li l-Ministru jressaq emenda dwar l-edukazzjoni dan suppost għandu l-obbligu li jirriferiha lill-Kunsill ta' l-Universita'.", "F'dan il-każ jien ma nafx jekk il-Ministru mexiex b'dan il-mod.", "Aħna lkoll marbutin bil-liġi, kemm b'dawk il-liġijiet li jogħġbuna kif ukoll b'dawk li ma jogħġbuniex, imma jekk issa l-Gvern qed jagħżel liema liġijiet irid josserva u liema ma jridx josserva allura forsi jixtieq jimmarkalna dawk il- liġijiet li jrid josserva b'asterisk!", "Pero' jibqa' l-fatt li llum kull emenda li tiġi proposta għall-Att dwar l- Edukazzjoni għandha tiġi mressqa quddiem il-Kunsill ta' l-Universita' għax waħda mill-funzjonijiet ta' dan il-kunsill hija li jagħti l-pariri tiegħu rigward l-emendi proposti għall-Att dwar l-Edukazzjoni, jiġifieri għallinqas lil dan id-dinosawru, li qed isemmielna l-Ministru, trid tqajmu biex jagħti dawn il-pariri.", "Sur President, il-punt tiegħi huwa li kulħadd għandu dritt, anke gvern, li wara li jipproponi ħaġa ftit wara jipproponi ħaġa oħra.", "Dan jista' jiġri jew minħabba li xi ħaġa ma tkunx irnexxiet daqskemm xtaq hu ...(Interruzzjonijiet) Mela hawn xi ħadd li għandu xi infallibilita' fil- pjanijiet li jagħmel, partikolarment f'dan il-qasam ta' l-eukazzjoni!", "GĦalhekk mil-lat prattiku tqum il-mistoqsija: GĦaliex se nwaqqfu kummissjoni oħra meta bil-liġi diġa' jeżisti kunsill?", "Jekk wieħed irid iwaqqaf din il-kummissjoni biex ipoġġi lil xi nies f'ċerti postijiet dan seta' jagħmlu faċilment billi jqiegħdhom fil-Kunsill ta' l-Universita'.", "Pero' hawnhekk issa se tinħoloq konfużjoni għax filwaqt li l-kunsill huwa magħmul minn ċertu ammont ta' membri, issa se titwaqqaf kummissjoni li l- membri tagħha se jiġu mibdula wara ċertu perijodu ta' żmien u kull darba li nkunu rridu nibdlu lil xi ħadd minnhom se jkollna niġu f'dan il-Parlament.", "Jien jidhirli li l-fatt li għandna tant bordijiet, awtoritajiet u istituzzjonijiet huwa żbaljat f'pajjiż żgħir bħal tagħna u nħoss li kien ikun aħjar li kieku inti, Ministru, waqqaft kunsill bil-mod li trid inti wara diskussjoni f'dan il-Parlament ħalli dan ikun jista' jkollu wkoll is- saħħa ta' liġi.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dan il-Parlament bħalissa għandna din ir- riżoluzzjoni u mbagħad għandna wkoll vot ta' Lm10,000 li qiegħed fil-budget għal din is-sena.", "Jien ma nafx x'se jinkludu dawn l-Lm10,000, pero' skond il-mozzjoni li qed nitkellmu dwarha din il-kummissjoni se jkollha staff permanenti li wieħed minnhom irid ikun uffiċjal eżekuttiv fis-settur pubbliku u allura jien ma nafx jekk huwiex il-każ li fl-ammont ta' Lm10,000 hemm inkluż is-salarju tiegħu.", "Jekk inhu hekk, dawn l-Lm10,000 se jispiċċaw jeħduhom xi tliet membri permanenti biss.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li huwa tajjeb li jista' jsir sussidju mill-fondi privati għax huwa importanti ħafna li wieħed jinvolvi aktar lis-settur privat Dan minkejja li l-esperjenzi tal-passat urewna li filwaqt li s-settur privat dejjem jibki, jikkritika u jgħid li fil-pajjiż m'hawnx nies biżżejjed ta' talent u allura jkollu jġib in-nies minn barra biex jagħmlu ċertu xogħol, meta imbagħad jiġi biex idaħħal idejh fil-but ħalli jikkontribwixxi dik ix-xi ħaġa żgħira biex il-qasam ta' l-edukazzjoni jkun jista' jimxi aktar 'l quddiem jibdew il-ħafna \"pero'\", il-ħafna \"imma\" u l-ħafna tlaqliq.", "Sur President, dan il-pajjiż għamel passi kbar 'il quddiem fil-qasam ta' l-edukazzjoni imma għad fadal ħafna x'isir u Allaħares wieħed jasal għal xi konklużjoni li diġa' għamilna biżżejjed għax jekk xi darba naslu għal din il-konklużjoni nkunu nistgħu ngħidu li l-edukazzjoni f'pajjiżna tkun mietet.", "Minkejja li wieħed jisma' ħafna kritika fuq in-numru ta' nies li ma jafux jiktbu u jaqraw, jien ngħid li by and large jekk jiġi kkonsidrat iċ-ċokon tad-daqs tagħna jsib li l-livell ta' edukazzjoni li għandna huwa wieħed tajjeb.", "F'dan il-kontest biżżejjed wieħed jgħid li Ċipru waqqaf l- universita' tiegħu xi tmien snin ilu biss, jiġifieri sa ftit tas-snin ilu wieħed kien ikollu jmur il-Greċja jew f'xi post ieħor viċin biex jistudja f'universita mentri Malta waqqfet l-universita' tagħha, taħt xi forma jew oħra, mijiet ta' snin ilu u nistgħu ngħidu li matul iż-żmien il- popolazzjoni studenteska fl-Universita' baqgħet dejjem tikber.", "Fil-fatt, mhux in-numru ta' studenti biss kiber fl-Universita' imma anke l- investiment tal-gvern li dwaru kważi bdiet issir ċerta kritika fis-sens li l-Gvern ta' qabel kien qiegħed jagħti iktar attenzjoni lis-settur ta' l- Universita' milli setturi oħrajn.", "Jien naħseb li fuq dan il-punt irridu noqogħdu attenti ħafna ħalli ma naqgħux fl-iżball li nnaqqsu l-attenzjoni tagħna minn fuq l-Universita' minħabba din it-tip ta' kritika li kienet issir.", "Sur President, sa ftit tas-snin ilu l-popolazzjoni ta' l-Universita' kienet tammonta għal bejn is-700 u l-1000 student meta llum dan in-numru spara 'l fuq - naturalment dan żied l-ispiża tal-gvern - sakemm wasalna għas-sitwazzjoni preżenti fejn fl-Universita' għandna madwar 6,000 student.", "Dan l-iżvilupp m'huwiex importanti ħafna unikament għall-fatt li minħabba li l-livell fl-edukazzjoni għola kif ukoll minħabba ż-żieda fl-investiment tal-gvern kull min għandu l-kwalifiki jista' jidħol fl-Universita' għaliex il-gvern jgħin finanzjarjament biex wieħed jeduka ruħu f'dan il-livell, imma hemm ukoll il-fatt li din iż-żieda fin-numru ta' studenti għall-ewwel darba ġabet magħha sitwazzjoni fejn fl-Universita' hemm iktar studenti nisa milli hemm studenti rġiel.", "Din hija ħaġa interessanti u importanti ħafna għaliex għalkemm l-emanċipazzjoni tal-mara man mano li dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem iktar qiegħda tissaħħaħ u għalkemm huwa tajjeb ukoll li f'bordijiet u f'istituzzjonijiet governattivi jkun hemm iktar rappreżentanza tan-nisa, fl-opinjoni tiegħi l-vera emanċipazzjoni tan-nisa tidher f'dawn iċ-ċifri li hemm fl-ogħla istituzzjoni edukattiva tal-pajjiż.", "Meta qed ngħid li hemm iktar studenti tfajliet minn studenti ġuvintur, dan japplika għal korsijiet differenti u mhux għal xi kors partikolari.", "Din tista' tkun riżultat ta' l-investiment fl-edukazzjoni, il-ftuħ ta' ċerti korsijiet li qabel ma kenux jeżistu, iż-żieda tal-lecturers u affarijiet oħra bħal dawn.", "Ħaġa li għoġbitni ħafna fl-Universita' f'dawn l-aħħar snin kienet li fir-rigward tal-lecturers filwaqt li qabel dawn kienu xi 100, bl- introduzzjoni ta' lecturers part-time u bl-introduzzjoni ta' korsijiet ġodda illum tajna opportunita' għal numru ikbar ta' nies li t-talenti tagħhom jużawhom biex jgħallmu lill-istudenti ta' l-Universita' għax fil- fatt in-numru tagħhom tela' għal erba' darbiet iktar, jiġifieri għal madwar 400 lecturer li ħafna minnhom huma fuq bażi part-time.", "Sur President, spiża kbira oħra kienu l-istipendji ta' l-istudenti li ġew introdotti fl-1987.", "Għalkemm jista' jkun li xi studenti ma jaqblux miegħi, dawn kienu stipendji ġenerużi meta wieħed iqis li fl-ewwel sena student jieħu madwar Lm70 fix-xahar u fis-sitt sena tal-kors tal-liġi dan l- istipendju jitla' għal Lm150 fix-xahar, li jfisser li bħala stipendi biss il-Gvern qed jinvesti 'il fuq minn Lm5 miljun.", "Barra minn hekk spiċċa n- numerus clausus u konsegwentement il-popolazzjoni fl-Universita' splodiet.", "Huwa importanti li ħaġa bħal din tibqa' għax din kienet waħda mir- raġunijiet għaliex inbidlet il-fiżjonomija ta' l-Universita' nnifisha.", "Meta fin-nofs tas-snin tmenin il-popolazzjoni ta' l-Universita' bdiet tikber kienet issir ċerta kritika li l-istudenti fl-Universita' kienu qishom sardin.", "Veru li kien hemm żmien meta fl-Universita' kien hemm problemi serji ta' spazju imma jien xorta waħda kont ngħid li aħjar ġewwa l- Universita' bħal sardin milli barra mill-Universita' xxamplati.", "Għall- grazzja ta' Alla s-sistema tal-parrini u s-sistema ta' l-istudent selection board u s-sistema ta' sitt xhur student u sitt xhur ħaddiem illum spiċċaw u dan ġara kemm għaliex il-Partit Nazzjonalista neħħihom, kif ukoll għaliex il-Partit Laburista aġġorna l-politika tiegħu dwar l-edukazzjoni.", "Jien jidhirli li meta l-Partit Laburista kien aġġorna l-politika tiegħu dwar l-edukazzjoni kien qal ukoll li fejn għad fadal dan in-numerus clausus ikun tajjeb li wieħed jara jistax ineħħih.", "Jekk m'iniex sejjer żball in-numerus clausus għadu jeżisti fil-kors tal-mediċina u fil-kors tad-dentistrija u jien naħseb li wara għaxar snin li spiċċa n-numerus clausus, tista' tgħid, minn kullimkien u issa li donnu hawn consensus bejn iż-żewġ partiti li kemm jista' jkun m'għandux jerġa' jkun hemm in-numerus clausus, wieħed ta' min jistudja x'nistgħu nagħmlu f'dan ii-rigward.", "Jiena mhux se noffri soluzzjonijiiet faċli, speċjalment fil-kors tal-mediċina li huwa l-aktar kors diffiċli biex wieħed jidħol fih.", "Illum huwa eħfef biex tidħol fil-kors tal-liġi milli meta dħalt jien jew meta daħal l-Onor.", "Sceberras Trigona, għax dak iż-żmien kont trid tliet \"C\"s biex tidħol fil- kors tal-liġi, mentri llum b'żewġ \"C\"s u \"D\" - anke jekk ikollok \"D\" fl- Ingliż - tista' tidħol, pero' biex tidħol fil-kors tal-mediċina jrid ikollok tliet \"A's\".", "Hemm ħafna nies idonei biex jidħlu fil-kors tal- mediċina u jibqgħu barra.", "Jien naf li hemm il-kwestjoni tar-rikonoxximent tal-lawrja tal-mediċina, naf li hemm il-kwestjoni ta' kemm jistgħu jaċċettaw studenti kemm l-Universita' u kemm l-isptar, pero' jien naħseb li issa wasal iż-żmien li din nistudjawha serjament u lill-Ministru naċċertawh li jsib l-appoġġ ta' l-Oppożizzjoni biex tinstab soluzzjoni għal din il- problema.", "Problema oħra ta' l-Universita' hija dwar kif isiru l-eżamijiet.", "Jien nammetti li jiena magħmul ftit konservattiv f'dawn l-affarijiet u dan għaliex minkejja li moħħi miftuħ għal ideat ġodda jien nemmen li s'issa għadu ma ġiex ivvintat metodu aħjar mill-eżami bil-miktub u l-eżami orali sabiex wieħed jassessja verament jekk student huwiex kapaċi li jitla' minn sena għall-oħra u dan japplika f'kull kamp, pero' b'mod partikolari fil- kamp universitarju.", "Għalkemm is-sistema ta' l-assignments hija tajba, bil- computers u bl-internet illum kulħadd jikkopja minn post għall-ieħor u allura meta inti tiġi biex teżamina dak l-assignment ma tistax tgħid jekk ġiex ikkopjat jew le, ġaladarba wieħed qatt ma jkun jaf kollox.", "It-test veru, bit-tajjeb u bil-ħażin tiegħu, huwa l-eżami.", "Pero' huwa ħażin meta jkollok sistema ta' l-eżami biss għax l-eżami jista' ma jirnexxix għax jista' jiġri li għalkemm tkun studjajt dak inhar ikun inqalagħlek xi ħaġa li ma tkunx ikkonċentrajt biżżejjed u allura tajjeb li jkun hemm sistema ta' eżami orali kif ġie ntrodott ukoll fl-Universita', u dan mhux bħala mezz biex iwaħħlek imma biex jgħinek f'każ li inti tkun mort ħażin fl-eżami bil-miktub.", "Jien konvint li l-Ministru se jisma' opinjonijiet differenti dwar dan is-suġġett, pero' nafu li kull meta esperimentajna b'mod radikali ż-żejjed fil-qasam ta' l-eżamijiet dejjem sibna li wara kellna nerġgħu lura għalihom.", "Jien ngħid li tajjeb nintroduċu affarijiet ġodda pero' li ma jkunux radikali daqstant li jbiddlu s-sistema tal-lum dwar l-assessment ta' l-istudenti.", "Naturalment dan dejjem jekk irridu li l-istudenti li jiggradwaw fl-Universita' ikunu verament lawrjati u kkwalifikati biex jipprattikaw il-lawrja li għandhom.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux żbalji f'dan il-qasam għax f'oqsma oħra l-iżbalji tista' tirranġahom b'xi mod jew ieħor, anke jekk forsi taqa' xi ftit għaċ-ċajt, imma l-iżbalji fl- edukazzjoni ma jitħassrux imma jibqgħu jidhru għal snin twal.", "Sur President, l-Onor.", "Sceberras Trigona semma l-kwestjoni ta' l- illiteracy.", "Imma din kif tista' ssolviha wara ċerta eta'!", "Kważi kważi wieħed jista' jgħid li din lanqas tista' ssolviha għax jekk ħaġa tkun bdiet mgħawġa u tkompliet mgħawġa allura din se tibqa' mgħawġa.", "Jien mhux qed ngħid li ma tistax tintervjeni, imma l-iżbalji fl-edukazzjoni, kemm dawk voluti u anke b'negliġenza, joħolqu effetti ħżiena li jibqgħu għal tul ta' żmien.", "Jien naħseb li wieħed la jrid ikun konservattiv iżżejjed imma fl- istess ħin lanqas għandu jkun avventuruż iżżejjed għax hawnhekk inkunu qegħdin nesperimentaw fuq il-futur ta' ħafna nies.", "Sur President, jien naħseb li dak li kelli ngħid dwar din il-kummissjoni għidtu, pero' nixtieq inżid li huwa diffiċli li wieħed jagħti ġudizzju dwar kummissjonijiet fuq il-karta għax il-ġudizzju rridu nagħmluh meta jibda jaħdem il-kunsill ta' l-edukazzjoni jew inkella l-kummissjoni li jrid iwaqqaf il-Ministru.", "Bħala light reading jien ġieli naqra \"Yes Minister\" u anke nara l-video ta' \"Yes Minister\" u nispera li t-twaqqif ta' din il- kummissjoni m'hijiex xi ploy ta' xi ħadd miċ-ċivil li deherlu li wara tmien xhur fil-gvern aħjar issir xi ħaġa fil-qasam ta' l-edukazzjoni.!", "Ir- royal commissions fl-Ingilterra ħafna drabi jitwieldu minn proposti tas- civil servants biex dawn jidhru li qegħdin jagħmlu xi ħaġa.", "Issa jekk din ix-xi ħaġa tkunx il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni, li se jibqa' ħaj, jew tkunx din il-kummissjoni, li l-Ministru tant għandu fiduċja fiha li ħareġ Lm10,000 biex jiffinanzjaha, għad irridu naraw.", "Jien ċertament noġġezzjona ħafna li nużaw kliem, bħalma smajna f'dan id- dibattitu, li ma jagħmilx ġid għall-kummissjoni nnifisha bħal - se nikkwota testwalment - li dan huwa \"proġett ambizzjuż tal-Gvern Laburista\" jew inkella li din hija \"landmark fl-istorja ta' l-edukazzjoni\".", "Dan m'huwiex kliem li uża l-Ministru imma li wżaw l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra.", "Jien naħseb li jekk nibdew nemmnu dan it-tip ta' diskors trijonfalistiku jista' jiġi żmien li dan ikun il-kundanna tal-kummissjoni billi l-aspettattivi tant jogħlew li nibdew naħsbu li b'din il-kummissjoni solvejna l-problemi kollha fil-qasam ta' l-edukazzjoni u allura kull problema li tinqala' tibda tiġi attribwita lill-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Edukazzjoni.", "Għalkemm jekk jiġri hekk dan jista' jagħti vantaġġ lill-Oppożizzjoni, din in-naħa trid li minkejja li se jkollna opinjonijiet differenti dwar il-qasam edukattiv, kif kellna fil-passat, hemm bżonn naħdmu flimkien u bil-għaqal fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Dan għaliex aħna verament nixtiequ li din il- gżira żgħira, li m'għandhiex riżorsi naturali, tiżviluppa r-riżors uman tagħha u dan kemm jista' jkun għandu jsir bl-għajnuna u l-assistenza tal- gvern.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, iż-żmien li l-istudenti jgħaddu fil- qasam ta' l-edukazzjoni huwa żmien importanti ħafna għax ikopri l-parti kbira miż-żgħożija tagħhom.", "Għalhekk din il-materja li qed nitkellmu fuqha għandha tittieħed bl-ikbar serjeta' u dwarha hemm bżonn diskussjoni wiesa'.", "Kif diġa' smajna, aħna m'għandniex ħlief ir-riżors uman u biex pajjiżna jimxi 'l quddiem hemm bżonn li dan ir-riżors niżviluppawh aktar.", "Fil-manifest elettorali tiegħu l-Partit Laburista wiegħed li se jkun impenjat bis-sħiħ sabiex jagħti nifs lill-edukazzjoni u biex dan isir hemm bżonn ta' sforz kollettiv mhux biss min-naħa tal-gvern imma wkoll mill- edukaturi, studenti, ġenituri kif ukoll mill-forzi soċjali, ekonomiċi u kulturali tal-pajjż.", "Aħna ma nistgħux nibqgħu nserrħu biss fuq dak li jagħmel ħaddieħor għalina fis-sens li dejjem nippuntaw subgħajna lejn ħaddieħor - normalment dak ikun lejn il-gvern tal-ġurnata - mentri aħna noqogħdu bil-qiegħda u ma nagħmlu xejn.", "Il-qasam ta' l-edukazzjoni ċertament huwa ta' interess għal kulħadd, l-aktar għall-ġenituri u għall- istudenti, u għalhekk ikun tajjeb li naraw aktar involviment min-naħa tal- ġenituri fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Sur President, mill-edukazzjoni kulħadd jista' jibbenefika u allura kulħadd irid jagħti d-daqqa t'id.", "Wieħed irid jinnota li fl-ewwel budget tiegħu l-Gvern Laburista żied sostanzjalment in-nefqa għal dan il-qasam u għalhekk din tikkonferma l- impenn sħiħ li l-Gvern preżenti għandu favur l-edukazzjoni.", "Jien inħoss li hemm bżonn tliet affarijiet sabiex il-qasam ta' l-edukazzjoni jimxi 'l quddiem.", "L-ewwel ħaġa nħoss li t-talenti tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna hemm bżonn li jiġu żviluppati bis-serjeta' għax ma jistax ikun li l-iskejjel jibqgħu qishom fabbriki ta' l-eżamijiet.", "L-iskejjel tagħna qed iservu biex it-tfal jagħmlu ammont ta' snin jistudjaw biex imbagħad ikollhom biċċa ċertifikat li għada pitgħada jista' jservihom sabiex isibu mpjieg.", "Din hija ħaġa negattiva għax b'hekk it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna m'humiex qed jiżviluppaw il-personalita' sħiħa tagħhom tant li ħafna drabi l-istudenti qed joħorġu mill-iskola b'ħafna ċertifikati imma bi ftit tagħlim għall- ħajja ta' kuljum.", "Jien naħseb li fiż-żmenijiet tal-lum qegħdin inħossu wkoll in-nuqqas ta' leaders fost it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna għax issib min ġieli jgħidlek li qabel kien ikun hawn iktar tfal li jieħdu ċerta inizjattiva u li eventwalment saru leaders ta' bosta għaqdiet, u dan kemm fil-qasam politiku, soċjali u anke reliġjuż.", "GĦalhekk jien naħseb li fi żmien tal-lum l-iskejjel tagħna qegħdin jipproduċu tfal u żgħażagħ b'ħafna ċertifikati pero' li mbagħad m'humiex ikunu mrawmin f'persuni sħaħ.", "It-tieni punt li naħseb li hemm bżonn jiġi żviluppat fil-qasam ta' l- edukazzjoni jikkonċerna d-diċentralizzazzjoni tal-poter.", "Ma jistax ikun li persuna jew persuni, normalment il-ministru jew in-nies ta' madwaru, jibqgħu jieħdu d-deċiżjonijiet kollha mingħajr konsultazzjoni ma' dawk kollha konċernati.", "Hemm bżonn - kif fil-fatt sar - li l-head teachers ta' kull skola jingħataw aktar poteri ħalli jkunu jistgħu jmexxu aħjar l- iskejjel tagħhom.", "Sur President, biex nagħlaq għal-lum nixtieq ngħid li hemm bżonn li waqt li jkunu qegħdin jistudjaw, it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jibdew jirċievu wkoll ċerta preparazzjoni għall-ħajja.", "Barra minn hekk hemm bżonn li dawn jibdew iħossuhom bħala l-protagonisti u mhux biss bħala spettaturi li sempliċement jisimgħu dak kollu li jgħidilhom ħaddieħor.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Iva, nibqa' in possession.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 30 ta' Ġunju 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjoni biex titwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni- it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tkun komunikata aktar tard. ---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, f'dawn il-ftit minuti li għandi nixtieq nagħmel ftit rimarki dwar dak li qal il-Ministru tal-Biedja u Sajd nhar il-Ħadd fil-laqgħa li kellu mar-raħħala.", "Bħas-soltu, il-Ministru Noel Farrugia reġa' ħareġ bl-għajta tal-babaw biex iwerwer lill-bdiewa, lis- sajjieda u lir-raħħala fir-rigward tas-sħubija - li jekk Alla jrid isseħħ - ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, għax dan mingħalih li jkun qed jitkellem mat- tfal iż-żgħar.", "Pero' minn dak li smajt mingħand ir-raħħala li kienu preżenti għall-istess laqgħa, jiena nista' niggarantilu li dawk li kienu quddiemu tbissmu għaliex jafu li l-uniku futur għall-oqsma tal-biedja u s- sajd tagħna huwa proprju fis-suq ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, kulma għandhom bżonn l-oqsma tal-biedja u s-sajd huma l- inċentivi u l-għajnuna, bħal dawk li kien jagħti l-Gvern Nazzjonalista bħal, ngħidu aħna, meta kien ta lura lill-bdiewa, lis-sajjieda u lir- raħħala nofs il-ħlas tal-bolla.", "Barra minn hekk kien hemm diversi għajnuniet finanzjarji li l-Gvern Nazzjonalista kien jagħti lil dawn l- oqsma bil-għan li tiżdied l-effiċjenza u tikber il-produzzjoni.", "Ladarba inti tkabbar il-produzzjoni għaliex tkun kabbart l-effiċjenza allura huwa ovvju li jkollok bżonn suq akbar u f'dan ir-rigward kulħadd jaf li s-suq Ewropew huwa l-elf darba akbar mis-suq tagħna.", "Il-bidwi ma jridx jerġa' jiġi fis-sitwazzjoni li kien fiha fix-xitwa li għaddiet fejn kien qiegħed jitħallas ħames ċenteżmi għal kull kilo patata li kien qed idaħħal fil- Pitkalija.", "Il-bidwi ma jridx li jerġa' jiġi staġun ieħor fejn il-kaboċċi u l-pastard jiġu mormija u mogħtija lill-bhejjem.", "Fi kliem ieħor il-bidwi ma jridx ikompli jara l-qligħ tiegħu jonqos xahar wara l-ieħor.", "Dan għaliex jekk nieħdu l-qligħ globali li l-bdiewa kellhom fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena u nqabbluh mal-qligħ globati li kellhom fl-istess xhur tas-sena ta' qabel insibu li l-bdiewa daħħlu mat-28% inqas.", "Dan huwa inkwiet serju għall-bdiewa għaliex dawn jgħaddu minn ħafna tbatija u jkunu nvestew flus kbar biex itejbu l-effiċjenza u jkabbru l-produzzjoni tagħhom u allura ma jridux jiġu f'sitwazzjoni fejn jitħallsu inqas tal-prodotti li qegħdin jipprovdu għas-suq lokali.", "Nerġa' nirrepeti li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena l-bdiewa daħħlu 28% inqas minn dak li daħħlu fl-istess perijodu ta' l-1996.", "Imbagħad nhar il-Ħadd il-Ministru Farruġia - jiena m'iniex nikkritika lilu personalment imma qiegħed nikkritika lill-ministeru tal- biedja u sajd - kompla jbeżża' bil-babaw ta' l-Ewropa!", "Infakkar lill-poplu li din is-sena l-bdiewa kellhom esportazzjoni tajba ta' patata lejn l-Olanda u dan ġara għax minbarra li t-temp iffavoriena u minbarra l-ħidma kbira li wettqu l-bdiewa stess kien hemm fattur ieħor importanti, jiġifieri li fl-Unjoni Ewropea tneħħew il-levies li kienu jħallsu l-istess pajjiżi fuq l-importazzjoni ta' patata minn Malta.", "Sa l- 1988, aġenti fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kienu jħallsu ma' l-14% fuq l- importazzjoni ta' patata minn Malta u bis-saħħa tat-tieni ftehim ta' assoċjazzjoni li l-Gvern Nazzjonalista kien iffirma proprju fl-1988, il- Gvern Nazzjonalista kien witta t-triq biex dawn il-levies jitneħħew u fil- fatt dawn il-levies tneħħew fl-1992-93.", "Bit-tneħħijja ta' dawn il-levies il-prezz tal-patata tagħna sar iżjed kompetittiv fis-swieq Ewropej u allura dan kien fattur importanti sabiex ikun hemm daqshekk esportazzjoni lejn l- Ewropa.", "Barra minn hekk, taħt dan it-tieni ftehim ta' assoċjazzjoni ġie mtawwal iż-żmien mill-aħħar ta' April sa l-aħħar ta' Mejju li fih l-patata minn Malta setgħet tiġi esportata lejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari lejn l-Olanda.", "Fil-qasam tal-patata - u hawn m'iniex se ngħid xi sigriet - aħna għandna biex niftaħru, fis-sens li għandna prodott bikri u tajjeb għaliex għandna klima favorevoli u allura l-patata li tiġi esportata lejn l-Unjoni Eworepa tista' sservi ta' kampjun mhux biss għal pajjiżna imma wkoll għall-patata oħra li tkun se tiġi importata minn pajjiżi oħra.", "Il-Ministru Farruġia għamel aċċenn ukoll għall-industrija tal-produzzjoni tal-majjal.", "Hawnhekk irrid infakkar kif sa ftit xhur ilu dan l-istess Ministru kien jgħajjat li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja din l- industrija kienet se tmut.", "Nixtieq infakkar lir-raħħala kollha li qegħdin jisimgħuna li mhux talli s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja ma toqtolx l-industrija tal-produzzjoni tal-majjal, anzi f'dawn l-aħħar ġimgħat intlaħaq ftehim biex anke l-majjal jibda jiġi esportat lejn l-Ewropa u dan ġara minħabba ċerti ċirkostanzi li ġraw fl-industrija tal-bhejjem fl-Unjoni Ewropeja.", "Madam Speaker, il-Ministru Farrugia tkellem ukoll dwar il-laħam frisk fejn qal li se jiggarantixxi prezz ta' Lm80 kull qantar għall-baqar li jitniżżlu l-biċċerija u prezz ta' Lm126 kull qantar għall-għoġġiela li jitniżżlu l- biċċerija.", "Dan qalu qisu se jagħmel xi ħaġa kbira pero' hawn irrid infakkar li kulma qed jagħmel il-Ministru hu li qed iġedded l-agreement li kien sar minn Gvern Nazzjonalista u meta l-Ministru qed jgħid li dan l- aħħar dan il-ftehim ma kienx qed jiġi garantit allura dan ifisser li hu stess qed jammetti li falla f'dawn it-tmien xhur li ilu jmexxi dawn l-oqsma għax bl-aġir tiegħu wasal f'sitwazzjoni fejn il-Gvern tal-lum lanqas kien kapaċi jiggarantixxi dawn il-prezzijiet li għadni kif semmejt.", "Il-Ministru semma wkoll ċerti ħniżrijiet li qegħdin isiru fil-biċċerija, pero' hawnhekk rrid ngħid li n-nies li jaħdmu fil-biċċerija huma nies onesti, ħawtiela u li jafu x-xogħol tagħhom.", "Ladarba l-Ministru semma dawn il-ħniżrijiet nixtiequ jgħidilna - u nispera li jagħtini tweġiba sodisfaċenti - fiex jikkonsistu l-ħniżrijiet li qegħdin isiru fil-biċċerija u x'passi se jieħu biex jirranġahom.", "Madam Speaker, l-aħħar punt li rrid nittratta hu dwar il-ħalib peress li dan l-aħħar bdiet iċċaqċaq fil-widnejn li l-provvista tal-ħalib fil- fliexken u fil-kartun se togħla fil-prezz.", "Mistoqsija li xtaqu jistaqsuh ħafna raħħala li kienu preżenti nhar il-Ħadd imma li ma kellhomx iċ-ċans jistaqsuhielu hija jekk huma humiex se jieħdu parti miż-żieda li se jkun hemm fuq il-bejgħ tal-ħalib.", "Jien nixtieq li l-Ministru jirrispondihom dwar dan ladarba se jkun hemm żieda fil-prezz tal-ħalib lill-konsumatur.", "Nirringrazzjak", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, ġimgħa oħra l-Gvern preżenti jkun għalaq tmien xhur minn mindu ġie elett u wieħed jiskanta kif fi żmien daqshekk qasir tibda tisma' min-naħa tal-Gvern u tibda tara bħala fatti l- oppost ta' ħafna minn dak kollu li konna nisimgħu qabel l-elezzjoni.", "Illum nixtieq nagħti eżempju dwar dan fir-rigward ta' dak li kien jingħad mill- Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni fejn jidħol l-overrunning tal- costs, jiġifieri fejn proġett ikun ippjanat li se jiswa tant u fil-fatt jispiċċa biex jiswa iktar mill-istima oriġinali.", "Madam Speaker, jien m'għandi l-ebda dubju li kemm il-Partit Laburista u kemm il-poplu jiftakru kemm konna nisimgħu argumenti għar-rigward ta' l-air terminal, tal-power station u tal-freeport.", "Nista' nsemmi wkoll l-argumenti li kienu jsiru għar-rigward tal-proġett tal-bini ta' l-iSptar San Raffaele.", "Fl-ewwel proġett li nistgħu nattribwixxu lill-Gvern preżenti, jiġifieri fuq l-ewwel fażi tal-proġett ta' Buġibba, proġett li huwa bżonnjuż u li kien meħtieġ li jsir - naturalment hawnhekk qed nitkellem fuq skala ferm iżgħar minn kwalunkwe proġett li rriferejt għalihom s'issa - naraw li l- Gvern overran the costs by Lm1 million, jiġifieri fuq nefqa ta' Lm2.5 miljun il-Gvern għandu Lm1 miljun iżjed mill-istima oriġinali.", "Hawnhekk l- argument hu li jekk il-loġika li kienet tikkonvinċi lill-Partit Laburista fl-oppożizzjoni hi l-istess loġika li tikkonvinċih bħala partit fil-gvern, allura dan se jagħmel l-istess argument fuqu nnifsu?", "L-istess partit se jgħid li dan huwa abbuż u li jirrikjedi l-inkjesti?", "L-istess partit se jgħid li dan huwa eżempju fejn ma jingħatawx il-fatti kollha lill-poplu jew fejn jinħbew iċ-ċifri reali ta' dak li kien ippjanat?", "Il-Partit Laburista se jgħid li għal skop ta' propaganda l-Gvern ma tax każ tan-nefqa finali?", "Madam Speaker, il-mistoqsijiet kollha li qed nagħmel huma mistoqsijiet identiċi, li b'qawwa u b'akkużi marbuta magħhom, kienu jsiru lill-Gvern preċedenti fformat mill-Partit Nazzjonalista kull meta l-Partit Laburista kien jara li hemm nefqa aktar minn dak li oriġinarjament ikun ġie stmat.", "Fatt interessanti huwa li minflok ma smajna mistoqsijiet li kienu jsiru qabel, smajna argument speċi ta' skuża għaliex kien hemm dan l-overrunning.", "Tafu x'kienet l-iskuża li ngħatat?", "L-iskuża kienet li jekk tħares lejn l- ammont ta' flus li ntnefqu fuq xogħol kuntrattat 'il barra mill-gvern issib li din iċ-ċifra kienet ta' Lm1.6 miljun, li hija viċin l-istima famuża ta' Lm1.5 miljun li kien ta l-Gvern.", "Il-Gvern qalilna, mhux between the lines imma bl-iktar mod ċar, li din iż-żieda m'hijiex xi ħaġa li tista' tikkalkolaha fi prezz preċiż imma huwa l-ammont ta' flus li tħallas f'direct labour.", "Dan l-argument għal kollox oriġinali jfisser li dawn il- madwar Lm1 miljun żejda huma flus li l-Gvern nefaq biex iħallas lill- ħaddiema tiegħu u biex jagħmlu tajjeb għal spejjeż oħra li għamel direttament.", "Pero' jekk inħarsu lejn dak kollu li l-Gvern qal fil-bidu ta' dan il-proġett, naħseb li l-argument għandu jsir bil-maqlub.", "L-argument huwa li dan il-cost overrun huwa l-ammont ta' flus li ntefaq mhux fuq il- ħaddiema tal-gvern jew fuq spejjeż li l-gvern għamel direttament imma huwa l-ammont kollu li ntefaq fuq il-kuntratti li ngħataw, kemm jekk huma diretti u anke jekk huma bl-offerti.", "Qed ngħid dan għaliex il-ftaħir li kien isir fil-bidu dwar kemm il-Gvern se jagħti prova li kapaċi jagħmel xogħol bħal dan kollu bin-nies tiegħu issa sfuma fix-xejn.", "Mela niġu nisimgħu li dak li ntefaq fuq xogħol ikkuntrattat 'il barra mis-servizz tal-gvern għanda nikkalkolawh filwaqt li dak li sar bħala spiża direttament tal-gvern m'għandniex nikkalkolawh!", "Bir-rispett kollu jien ngħid li dan huwa l-oppost ta' l-argumenti li kienu jsiru min-naħa l-oħra rigward ta' kif iridu jimxu kemm b'mod ġenerali u anke b'riferenza partikolari għal dan il-proġett.", "Madam Speaker, meta nisma' dan jien nibda nistaqsi wkoll jekk aħna smajniex iċ-ċifra finali ta' dan il-proġett.", "Qed ngħid dan għaliex fi tweġiba li ngħatat riċentement smajna li għad m'għandniex il-prezz finali ta' dan il-proġett għax għad jonqos fażijiet oħra.", "Din hija r-raġuni li qed tingħata għalfejn m'għandniex il-prezz finali ta' l-ewwel fażi.", "Jien ngħid li l-argument li proġett ta' l-entita' ta' Buġibba jsir f'fażijiet differenti huwa wieħed li jista' jifhmu kulħadd, imma li ma nistgħux ningħata il-prezz finali ta' l-ewwel fażi minħabba li għad fadal fażijiet oħra huwa argument li jien żgur ma nifhmux.", "Madam Speaker, hawn tqum il- mistoqsija: GĦaliex il-kliem li kien jgħid il-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni huwa differenti minn dak li qed jgħid illum?", "Il-fatt li sa biss tmien xhur ilu dan il-kliem kien ikun differenti jfisser li dan kien parti minn strateġija ta' ingann politiku fit-twettieq ta' kampanja elettorali!", "Jien naħseb li meta l-poplu Malti jħares lejn il-fatti kollha żgur li jsib tweġiba għal dan meta jibda jara d-differenza bejn il-kliem li kien isir qabel u l-fatti li qed jiġru llum.", "Il-poplu jistaqsi: It-tama ta' qabel dwar it-tneħħija tal-cash registers taqbel ma' skema ta' snowball biex żgur jinżammu l-cash registers?", "Il-wegħda li titneħħa l-VAT taqbel ma' l-introduzzjoni ta' taxxi ġodda li apparti l-konfużjoni jinkorporaw l- istess ingredjenti tal-VAT?", "Il-wegħda li jkun hemm gvern trasparenti taqbel ma' sistema ta' gvern li fi tmien xhur diġa' bdiet turi li hi kkaratterizzata mat-teħid minn fuq nett u wara bibien magħluqa tad- deċiżjonijiet importanti kollha?", "Dan jaqbel mat-tweġibiet li qed jingħataw f'dan il-Parlament fejn qed nerġgħu nużaw il-frażi \"mhux fl-interess tal- poplu\" li tingħata ċerta informazzjoni?", "Il-wegħda ta' gvern miftuħ li saret tmien xhur ilu taqbel ma' sistema ta' gvern li ta' kuljum qed tidher aktar ċara bħala sistema mill-iktar arroganti?", "Dak li ġie mwiegħed jaqbel ma' sistema fejn qed naraw flus il-poplu jintużaw għal eżerċizzji ta' propaganda frenetika?", "Allura meta wieħed jagħmel dawn il-paraguni ovvji wieħed ma jistax ma jappellax għall-prinċipju fundamentali tal-ħajja politika u għal dak il-prinċipju fundamentali li l-Partit Laburista ma jistax jinjora, jiġifieri li s-suċċess fil-karrieri politiċi, fil-ħajja politika u fil-ħajja pubblika ma jistax ma jintrabatx ħlief mal-prinċipju tas-sinċerita' u ma' l-istorja li dejjem kienet hi li tat l-aħjar ġudizzju fuq min kien sinċier.", "L-aġir ta' partit fil-gvern niġġudikawh b'kuntrast bejn il-kliem li jkun qal qabel mat-track record tiegħu.", "Madam Speaker, it-track record tal-Partit Laburista fl-ewwel tmien xhur tiegħu żgur li la huwa ta' awgurju tajjeb għall-pajjiż u lanqas għalih innifsu.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, jien nixtieq ngħid xi ħaġa dwar is- sajd, li wkoll jidħol fil-parametri tad-dikasteru tal-Ministru Noel Farrugia.", "Din il-ġimgħa qrajna rapport li tħejja minn diversi nies midħla sew fis-sajd f'Malta fejn intqal li jekk fi żmien qasir mhux se jittieħdu passi biex ma jibqax isir sajd għat-ton bix-xibka minn pajjiżi viċin tagħna hemm iċ-ċans li fis-sentejn li ġejjn it-ton ma jibqax jikber fil- Mediterran ċentrali.", "Madam Speaker, is-sajjieda tagħna m'humiex qegħdin biex ninqdew bihom meta niġu biex nieħdu r-ritratti magħhom waqt li jkunu qed jirranġaw in- nases u l-konzijiet tagħhom, jew biex noqogħdu nuruhom lit-turisti.", "Dawn huma nies li xogħolhom verament għandna napprezzaw - għax jipprovdulna ħut bnin għas-suq lokali.", "Is-sajjieda jonfqu flejjes kbar biex ikollhom bastimenti tajbin li permezz tagħhom ikunu jistgħu jilqgħu għall-isfidi tad- dinja tal-lum biex b'hekk jiżguraw l-għajxien tagħhom ta' kuljum.", "Minkejja l-isforzi li jsiru mis-sajjieda biex jieħdu xi ftit għajnuna mingħand il- gvern, dawn qed jiġu ffaċċjati b'sitwazzjoni fejn ma jistgħux ikomplu jissieltu kontra s-sistema li minkejja li ġiet ikkundannata minn diversi pajjiżi, milli jidher il-Gvern preżenti ta l-barka tiegħu biex tibqa tiġi pprattikata.", "Jien qed insemmi l-fatt li għandna sajjieda Taljani - u minn pajjiżi oħra tal-Mediterran - li bi xbieki li jwasslu sa seba' jew tmien kilometri, b'fond mhux ta' seba' jew għaxar piedi, kif suppost, imma anke ta' għoxrin u tletin qama - qama tfisser seba' piedi u min jifhem fis-sajf jaf x'irrid infisser - qegħdin litteralment jagħlqu parti mill-Baħar Mediterran biex b'hekk jaqbdu kulma jgħaddi.", "Il-Gvern preżenti, li tant iħobb it-trasparenza, qed jagħti permess lil dawn is-sajjieda barranin li qegħdin jistadu f'ibħra internazzjonali, ftit 'il barra minn pajjiżna, biex il-qabda tagħhom jiġu jbiegħuha hawn Malta għall-export u dan b'detriment kbir għas-sajjieda tagħna li qegħdin jaħdmu b'mezzi aċċettati minn kullimkien billi jistadu għat-ton u l-pixxispad permezz tal-konz.", "Madam Speaker, meta s-sajjied tagħna joħroġ jistad qed iħallas għad- diesel kif ukoll għall-kavalli li jistad bihom u mill-qabda tiegħu qed jiġbor flus biżżejjed biex jgħajjex lill-familja tiegħu.", "Pero' issa qed jiġri li kull fejn jipprova jitfa' konz b'tul ta' 500, 800 jew 1,000 sunnara, ħin jew ieħor qed ikollu jaqsam ix-xibka ta' dawn in-nies li litteralment qed taqsam il-baħar biex imbagħad meta huwa jiġi biex itella' l-konz tiegħu jispiċċa jqattgħu u jispiċċa jitlef il-ħut.", "Dan qed jiġri għaliex din ix-xibka hi maħduma b'mod li teqred mhux biss il-ħut kollu li jipprova jgħaddi minnha imma anke mezzi oħrajn tas-sajd.", "U biex is- sajjieda barranin mingħalihom iżommu lis-sajjieda tagħna kwieti qed jagħtuhom sitta jew seba' tonniet biex b'hekk jaqilgħu xi ħaġa.", "F'dan ir- rigward qisna morna lura għal żmien il-fewdu fejn l-imgħallem tad-dar kien jagħti lin-nies dik in-naqra ċejċa biex kemm kemm jitrejqu.", "Din hi s- sistema li qed tintuża llum u għan-nom ta' kull sajjied kif ukoll f'ġieħ l- ekonomija tagħna, nitlob lill-Ministru biex ma jagħtix iktar permessi lin- nies barranin biex jiġu jbigħu il-ħut għall-export minn hawnhekk.", "Dan għaliex jekk wieħed imur il-Pixkerija fis-siegħat bikrin ta' fil-għodu wieħed jagħraf il-ħut li jinqabad bil-konz u l-ħut li jinqabad bix-xibka, għax il-ħut maqbud bix-xibka jkun kollu misluħ - peress li l-ħuta tibqa' tiġġieled biex tipprova tgħaddi minn dan il-ħajt sakemm finalment idawruha u jaqbduha tilħaq kważi tmut u titqatta' - filwaqt li l-ħuta maqbuda bil- konz tibqa' sħiħa.", "F'dan il-kontest il-ministeru għandu jieħu dawk il- passi meħtieġa biex ma jibqgħux jiġru dawn l-affarijiet.", "Madam Speaker, it-tieni punt li xtaqt insemmi jirrigwardja diversi domandi li għamilt malli fetaħ il-Parlament li mbagħad sostnejthom b'domandi oħra, pero' r-riżultati baqgħu ma ġewx.", "Haenhekk jien qed nitkellem fuq it-talba tiegħi lill-Onor.", "Buhagiar sabiex l-inħawi viċin il- Manikata jingħataw wiċċ ġdid billi jsirilhom total refurbishment.", "Hemmhekk m'hemmx xogħol daqskemm sar f'Buġibba, anzi lanqas wieħed minn għaxra ta' dak li sar f'Buġibba, għax kulma hemm jumejn xogħol jekk imorru n-nies tal- gvern kollha li kien hemm jaħdmu Buġibba.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien għadda l-katusi tad-drenaġġ u l-cables li kien hemm bżonn - jiġifieri aħna lestejnielu l-cake u issa kulma jonqos li jsir huwa l-icing - jiġifieri jonqos ftit lanscaping fit-triq magħrufa bħala t-Triq l-Knisja l-Qadima, ftit tranġar fit-Triq San Ġużepp u ħdejn il-knisja u mbagħad jingħata t- tarmac.", "Madam Speaker, tlabt ukoll li t-triq li min-naħa t'isfel ta' Manikata Road tagħti għal Triq il-Majjiesa tingħata t-tarmac, pero' għal xi raġuni l-Ministru qalilna li din it-triq hija steep wisq, pero' mbagħad meta wieħed din jikkonfrontaha mat-telgħa li minn taħt il-Manikata tieħu għal fuq ir-riħ ta' wara tal-Mellieħa jsib li dan mhux minnu.", "Fil-fatt dik it- triq li llum titla' x-xarabank minnha mill-Manikata għall-Mellieħa hija bil- wisq iżjed steep minn dik li kienet diġa' pproġettata u saħansitra anke mdaħħla fil-pjanti ta' żvilupp tal-Gvern.", "Madam Speaker, il-mod kif qed jiġu ttraskurati ċerti areas qegħdin jagħtu lill-poplu x'jifhem li minkejja li l-Gvern qabel kien dejjem igerger għax għandhom isiru ċerti xogħlijiet illum dawn xorta ġew ittraskurati.", "L- unika ħaġa li naf li se ssir fid-distrett tagħna - u nispera li l-Ministru Farrugia jibqa' sejjer fuqha bl-istess ħeġġa li wera s'issa - huwa x-xogħol taċ-Chadwick Lakes.", "Pero' l-Ministru hawnhekk nesa jgħid lill-poplu li x- xogħol taċ-Chadwick Lakes se jsir bil-flus li ntalbu mill-protokoll li għandna mat-Taljani u li sar mill-Gvern Nazzjonalista.", "J'Alla dan jsir għax hemm bżonnu u j'Alla mhux dawk il-flus biss jinġiebu imma ħafna iktar għax jien qed ninnota li meta tagħsar ma ssibx proġetti ġodda.", "Madam Speaker, it-triq tal-Baħrija, t-triq ta' l-Imtaħleb u t-toroq tal- kampanja mhumiex qegħdin isiru u dan mhux fil-kampanja ta' barra r-Rabat biss imma anke ta' Ħal Safi, taż-Żurrieq u ta' nħawi oħra.", "Il-bidwi mhux qed jiġi megħjun f'dan ir-rigward.", "Bir-rispett kollu lejn il-Ministru Buhagiar ngħid li Buġibba sar xogħol tajjeb ħafna - min jaf forsi sejjer joqgħod Buġibba! - pero' mbagħad hija ħasra li ġiet ittraskurata l-bqija kollha ta' Malta.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 30 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TELEMALTA - HEALTH INSURANCE", "5754.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru Mingħajr Portafoll jgħid jekk l-Korporazzjoni Telemalta għandhiex skema ta' health insurance u/jew accident insurance għall-ħaddiema tagħha u jekk fl-affermattiv, jista' l- Ministru Mingħajr Portafoll jgħid jekk il-premium hux kontributorju min- naħa tal-ħaddiema u jekk iva kemm, ma' liema kumpannija ta' assigurazzjoni huma assigurati u minn min hi rappreżentata Malta, meta ħareġ it-tender relattiv, min tefa' t-tender u kemm kien kull tender?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Korporazzjoni Telemalta għandha skema ta' group Personal Accident u Employers Liability għall-ħaddiema tagħha.", "Minbarra dawn iż-żewġ tipi ta' assigurazzjoni, il-korporazzjoni għandha wkoll il-Healthcare Scheme.", "Group Personal Accident u Employers Liability", "Il-premium tal-Group Personal Accident u l-Employers Liability huwa ta' Lm2,675 u Lm 3,625 rispettivament.", "Dan il-premium mhux kontributorju minn naħa tal-ħaddiema.", "Il-kumpannija ta' l-assigurazzjoni hija Thos.C.Smith Insurance Services Limited li kienet rebħet is-sejħa tal-offerti li għalqet fis-17 ta' Marzu, 1993.", "Għal din is-sejħa tal-offerti kien hemm għaxar kumpanniji li tefgħu l- offerta tagħhom.", "L-offerta ta' Thos.C.Smith Insurance Services Limited kienet l-aħjar offerta u l-aktar waħda vantaġġjuża.", "Thos.C.Smith Insurance Services Limited huma r-rappreżentanti uffiċjali tal-kumpannija tal-assigurazzjoni U.A.P., L-Union Des Assurances De Paris.", "Lista tal-offerti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Healthcare Scheme", "Wara sejħa ta' offerti li għalqet fit-28 ta' Ġunju, 1994 il-kumpannija BUPA Malta Private Clinic rebħet din is-sejħa ta' offerta għall-perijodu ta' sentejn.", "Bħal fil-każ taż-żewġ poloz msemmija aktar 'il fuq, il-premium mhux kontributorju minn naħa tal-ħaddiem.", "Għal din is-sejħa kien hemm offerta oħra mingħand Laferla Insurance Agency Limited, iżda dik tal-BUPA kienet l-aktar waħda vantaġġjuża.", "MIA/POSTA LTD - HEALTH INSURANCE", "5755.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MIA u Posta Ltd għandhomx skema ta' health insurance u/jew accident insurance għall-ħaddiema tagħhom u jekk fl- affermattiv, jista' jgħid jekk il-premium hux kontributorju min-naħa tal- ħaddiema u jekk iva, kemm, ma' liema kumpannija ta' assigurazzjoni huma assigurati u minn min hi rappreżentata Malta, meta ħareġ it-tender relattiv, min tefa' t-tender u kemm kien kull tender?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-MIA għandha Health Insurance u Group Personal Accident Insurance, li fit-tnejn li huma ma hemmx kontribuzzjoni minn naħa tal-ħaddiema.", "Posta Limited ma għandhiex skemi ta' Health Insurance u Accident Insurance.", "PORT ĦIELES - HEALTH INSURANCE", "5756.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Freeport għandhiex skema ta' health insurance u/jew accident insurance għall-ħaddiema tagħha u jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk il-premium hux kontributorju min-naħa tal-ħaddiema u jekk iva, kemm, ma' liema kumpannija ta' assigurazzjoni huma assigurati u minn min hi rappreżentata Malta, meta ħareġ it-tender relattiv, min tefa' t-tender u kemm kien kull tender?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Iva, l-Malta Freeport Corporation għandha skema kemm ta` health insurance kif ukoll skema ta` accident insurance għall-ħaddiema tagħha.", "Il-premium għal dawn l-iskemi mhux kontributorju minn naħa tal-ħaddiema", "Il-kumpanniji Assiguratriċi huma:-", "(a) Health Scheme - BUPA (b) Group General Accident - Assitalia - (Citadel Ins.", "Services Ltd) Middle Sea Insurance Co Ltd", "Malta Freeport Corporation:-", "It-tender ħareġ f`Ottubru 1994.", "Tefgħu t-tender:-", "(a) PPP Healthcarre - (Laferla Insurance) (b) BUPA Agencies (Malta) Limited", "Il-kwotazzjonijiet kienu hekk:-", "(a) PPP Healthcare - Lm24 kull impjegat (b) BUPA Agencies - Lm26 kull impjegat", "Il-Kumitat ta` l-Għażla ddeċieda li l-aħjar offerta kienet tal-BUPA.", "Freeport Terminal (Malta) Limited:-", "Is-sejħa għal sealed quotations rigward il-Health Insurance ħarġet fit-28 ta` Jannar, 1997 lil:-", "(a) Guardian Royal Exchange - (Formosa & Camilleri - Ta` Xbiex)", "(b) PPP Healthcare - (Laferla Insurance - Valletta)", "(c) BUPA Agencies - (BUPA (Malta) Ltd)", "Il-kwotazzjonijiet kienu hekk:-", "(a) Guardian Royal Exchange - Lm17.08 kull impjegat", "(b) PPP Healthcare - Lm20.00 kull impjegat", "(c) BUPA Agencies - Lm19.50 kull impjegat", "Il-Kumitat ta` l-Għażla ddeċieda li l-aħjar offerta kienet tal-BUPA.", "Il-polza tal-Group Personal Accident ġiet mixtrija wara li nġabu l-aħjar kwotazzjonijiet u benefiċċji possibbli mill-brokers tal-Freeport.", "MSU - HEALTH INSURANCE", "5757.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-MSU għandhiex skema ta' health insurance u/jew accident insurance għall-ħaddiema tagħha u jekk fl-affermattiv, jista' l- Prim Ministru jgħid jekk il-premium hux kontributorju min-naħa tal-ħaddiema u jekk iva kemm, ma' liema kumpannija ta' assigurazzjoni huma assigurati u minn min hi rappreżentata Malta, meta ħareġ it-tender relattiv, min tefa' t- tender u kemm kien kull tender?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-MSU għanda skema ta' health insurance għall-ħaddiema tagħha mal-kumpannija British United Provident Association, rappreżentata Malta minn BUPA Agencies Ltd.", "Din l-iskema ma tinkludix accident insurance.", "Il-premium mhuwiex kontributorju min-naħa tal-ħaddiema għax jiġi mħallas kollu mill-kumpannija.", "L-iskema ilha b'seħħ mill-1990 u tifforma parti mill-benefiċċji standard għall-impjegati kollha tal-MSU u ġiet innegozjata direttament mal-kumpannija mhux permezz ta' tender.", "ŻGĦAŻAGĦ - ĊENTRU TAL-MEDITERRAN", "6059.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferena għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 5174, jista' l-Ministru issa jagħti l-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċentru tal-Mediterran għaż-Żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5174 f'Seduta Nru. 68.", "ŻGĦAŻAGĦ - SKAMBJI", "6060.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 5175, jista' l-Ministru issa jagħti l-informazzjoni mitluba dwar l-iskambji taż-żgħażagħ li se jsiru din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5175 f'Seduta Nru. 68.", "KAMPJONAT TAT-TROTT", "6061.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 5256, jista' l-Ministru issa jagħti l-informazzjoni mitluba dwar il-Kampjonat tat-Trott għall-professjonisti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5256 f'Seduta Nru. 70.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI FIS-SEGRETARJAT PRIVAT", "6062.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 5176, jista' l-Ministru jgħid jekk in-nomenklatura uffiċjali tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li jaħdem fis- Segretarjat tiegħu hijiex ta' Segretarju Privat jew ta' Assistent Personali?", "Billi, fost il-kuntratti li poġġa kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W70 ma kienx hemm dak ta' din il-persuna, jista' l-Ministru issa jqiegħed kopja ta' dak il- kuntratt fuq il-Mejda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fit-twiġiba għall-mistoqsija parlamenari numru W70, mkien ma ntqal li l-persuna ndikata minnu hija mpjegata b'kuntratt.", "Għaldaqstant, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jerġa' jara sew kemm il- mistoqsija kif ukoll it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru W70.", "ŻGĦAŻAGĦ - ĊENTRU", "6063.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4490 li l-Ministru wieġeb fis-7 ta' Mejju li għadda, jista' l-Ministru jgħid kiema miż-żjarat li għamel fiċ-ċentru taż-żgħażagħ is-Segretarju Parlamentari taż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti seħħet wara stedina minn min imexxi ċ-ċentri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn imsemmija kif ġej kienu ż-żjarat li s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, l-Onor.", "Joe Cilia għamel wara stedina li saritlu minn min imexxi ċ-Ċentri -", "Ċentru tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ", "Skola Paolino Vassallo - Paola Youth Encounter", "Osanna Pia - Ċentru tas-Sależjani f'Tas-Sliema", "Inawgurazzjoni Mejda ta' l-Appostli minn żgħażagħ - Żebbuġ", "Żjara lill-Youth Studies fl-Universita'", "Torball Marathon - BJ's Paceville", "Vittoriosa Talent Group", "Hockey Complex Kordin - University Sports Club", "Athletics Track Marsa", "De La Salle College", "JUM DINJI TAL-KTIEB", "6064.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 5118, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba dwar il-Jum Dinji tal-Ktieb?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4923 mogħtija f'Seduta Nru. 78.", "WIDIEN - TINDIF", "6323.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il applikazzjoni għal tindif tal- widien hemm pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Meta ġew sottomessi kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: S'issa d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għandu applikazzjoni waħda pendenti quddiem l-Awtorita ta' l-Ippjanar għal tindif ta' widien.", "L-applikazzjoni formali saret fil-11 ta' Ġunju, 1997.", "DJAR", "6324.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il lokal f'Malta u f'Għawdex inbeda xogħol ta' housing li ma kienx applikat għal permessi qabel l-1 ta' Novembru, 1996?", "Liema huma dawn il-lokalitajiet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mill-1 ta' Novembru, 1996 l-Awtorita' tad-Djar bdiet xogħol fuq għaxar siti.", "Fl-istess perijodu ġew sottomessi għaxar applikazzjonijiet għal proġetti ġodda, waħda mill-awtorita' u d-disa' l- oħra mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li x-xogħol fuqhom mistenni jibda s-sena d-dieħla hekk kif ikunu ħarġu permessi meħtieġa.", "DJAR - ALLOKAZZJONIJIET", "6325.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' appartamenti, djar, maisonettes u plots li ħarġu għal-pubbliku l-ewwel darba mill-1.11.96 sal- lum?", "Kemm minnhom ġew allokati sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għall-finijiet ta' propaganda partiġjana, il-Gvern preċedenti, permezz ta' l-Awtorita' tad-Djar, qabad u ħareġ f'Mejju tas- sena l-oħra ħafna postijiet li kienu għadhom 'il bogħod ħafna biex ikunu lesti u għalhekk mill-1 ta' Novembru, 1996 'il hawn l-awtorita' kompliet tlesti dawk il-postijiet li kienu għadhom lura ħafna fl-amministrazzjoni ta' qabel u bdiet tibni oħrajn ġodda li wħud minnhom ħerġin għall-pubbliku, ċioe' madwar 70, fi ftit ġimgħat oħra.", "AIR MALTA - LOADERS", "6326.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm loaders part-time ġew impjegati ma' l-Air Malta mill-1.11.96 sas-6.6.1997?", "X'kondizzjonijiet tax-xogħol għandhom dawn il-loaders?", "X'tip ta' żieda kellhom matul il-ġimgħat li għaddew?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Matul il-perijodu indikat mill-Onor.", "Interpellant ġew impjegati 33 part-time loaders ma l-Air Malta b'kondizzjonijiet ta' xogħol tas-soltu, ħlief li l-part-timers kollha rega' ngħataw ukoll il- benefiċċju tas-Sunday u holiday premium fil-każ ta' xogħol f'dawn il- ġranet.", "BORMLA - TRIQ SAN GWANN - BINI", "6327.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar il-kejl tal-bini maħsub li jinbidel fl-inħawi ta' Triq San Ġwann, Bormla l-ewwel darba?", "Meta saru l-pjanti għal dan il-bini?", "Meta ġew sottomessi lill-awtorita' ta' l-Ippjanar u x'diskussjonijiet saru ma' l-awtorita' ta' l-Ippjanar qabel fil-fatt ġew sottomessi l-istess applikazzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-kejl tal-bini involut sar fl-aħħar sitt xhur ta' l-1995 waqt li diversi diskussjonijiet saru ma' uffiċċjali ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u mal-konsulenti tal-Kunsill Lokali ta' Bormla matul l-1996.", "Il-pjanti nbdew fis-sajf ta' l-1996 u tlestew fi Frar ta' l- 1997.", "Fil-fatt l-applikazzjoni ġiet sottomessa lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar fl-24 ta' Marzu, 1997.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant illi meta jiena kont kelliem tal- Partit Laburista fl-Oppożizzjoni dwar il-housing, ħabta ta' Mejju u Ġunju tal-1993 kont żort ħafna toroq fil-Kottonera fejn hemm inħawi ta' bini ħażin, fosthom din in-naħa msemmija bil-ħsieb li jekk jiġini ċ-ċans nieħu ħsiebhom, kif fil-fatt qed nagħmel.", "Kont żorthom flimkien mal-Perit Stefan Buontempo, u konna ltqajna ma' diversi Kumitati fil-Kottonera, fosthom mal- Kumitat tal-Għaqda Residenti tal-Kottonera.", "DJAR - XOGĦOL TAL-KUMMISSJONI", "6328.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol tal-kummissjoni mmexxija minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici mwaqqfa fil-Ministeru tad-Djar?", "Kemm-il lok ġdid instab biex jiġi użat għall-housing?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4778", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6344.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li kienu qed jirreġistraw fit-tielet parti tar-Reġistru sabu xogħol ieħor matul ix-xhur ta' Novembru, 1996 u April, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Kien hemm 12-il persuna li bejn Novembru 1996 u April 1997 kienu qed jirreġistraw fuq it-Tielet Parti tar-Reġistru u sabu xogħol.", "EDUKAZZJONI - KORS TAL-PGCE", "6345.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-PGCE ta' fil- għaxija twaqqaf u qed isir fil-għodu biss, b'inkonvenjent għal dawk li diġa' qed jaħdmu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - INSTRUCTORS", "6346.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex instructors mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li għamlu sena kors dwar Pedagoġija ma' l-istess dipartiment u għandhom ukoll grad mill-Universita' ta' Malta, jenħtiġilhom jagħmlu wkoll il-PGCE fl-Universita' ta' Malta biex jieħdu l-warrant ta' għalliema?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET -KATAKOMBI TA' SANT'AGATA", "6347.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet is-sejba li għamel id- Dipartiment tal-Mużewijiet fir-Rabat, qrib il-Katakombi ta' Sant'Agata dan l-aħħar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'Mejju li għadda d-Dipartiment tal-Mużewijiet irċieva rapport li kienu qed isiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni fid-distrett magħruf bħala Taċ-Ċagħqi, ir-Rabat, li għandu potenzjal arkeoloġiku qawwi.", "Jien informat, li l-investigazzjoni li saret fuq il-post mill-Mużew ta' l- Arkeoloġija wara dan ir-rapport, irriżultat fl-identifikazzjoni ta' katakombi palaeo-Kristjan.", "L-istħarriġ fuq dan is-sit qed jitkompla, u qed jittieħdu wkoll passi biex jiġu assikurati l-preservazzjoni u l-protezzjoni ta' dan il-katakombi.", "ETC - \"XAHAR TA' TAĦRIĠ U IMPJIEGI\"", "6348.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema belt/raħal se tittella' t-tieni attivita' mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ dwar \"Xahar ta' Taħriġ u Impjiegi\"?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fil-mument għadha ma tteħditx deċiżjoni finali dwar fejn u meta se tittella' t-tieni attivita' \"Xahar ta' Taħriġ u Impjiegi\".", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - DOLPHINARIUM", "6365.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'evalwazzjoni xjentifika u ambjentali saret fuq id-dolphinarium li nfetaħ dan l-aħħar f'Baħar iċ-Ċagħaq?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-dolphinarium li nbena f'Baħar iċ-Ċagħaq jikkonforma ma' standards xjentifiċi u ambjentali internazzjonali sabiex jinżammu d-dniefel.", "Dawn l-istandards internazzjonali kienu ġew identifikati lill-operaturi mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent li wkoll aċċerta li ġew osservati.", "SNIETER - IMPORTAZZJONI", "6374.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' snieter importati s-sena l-oħra?", "Kemm kien in-numru ta' air guns importati s-sena l-oħra?", "Kemm kien in-numru ta' dawn l-armi mportati s'issa din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew importati dawn l-armi:", "|Tip ta' |1996 |1996 |1997 |1997 | |Arma | | | | | | |Kwanti|Valur|Kwanti|Valur| | |ta' | |ta' | | | | |(Lm) | |(Lm) | |Snieter u | | | | | |armi | | | | | |oħra ta' | | | | | |sport | | | | | |jew kaċċa |7,069 |398,0|606 |112,5| | | |99 | |10 | |Armi oħra | | | | | |nklużi | | | | | |air-guns |7,736 |166,3|2,623 |39,72| | | |00 | |8 |", "P.A. - GARAXXIJIET GĦAL UŻU TA' SPRAY", "6375.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hijiex toħroġ permessi fil-preżent għall-garaxxijiet biex ġo fihom jiġu sprejjati karozzi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi applikazzjonijiet ta' dan it-tip jiġu rrakkmandati lill-Kummissjoni għall- Kontroll ta' l-Iżvilupp b'mod favorevoli f'dawk il-każi fejn il-kriterji skond il-Pjan ta' Struttura jkunu milħuqa.", "MARSAXLOKK - \"TAL-MAGĦLUQ\" - RIŻERVA", "6376.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-mappa ta' l-area Tal-Magħluq, f'Marsaxlokk u jindika fiha fejn eżattament hija r-riżerva?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kopja tal-mappa mitluba qiegħda tiġi mogħtija lill- Onor. Interpellant.", "DJAR SUBSTANDARD", "6377.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk dawk in-nies li joqogħdu ġewwa djar substandard, ġo Triq l-Ispiżjar Sciberras, fl-Imsida, humiex se jiġu kkonsidrati fiċ-ċaqliq li se jsir?", "Dawn id-djar qegħdin jiġu kkonsidrati fl-iskema ta' slum clearance?", "Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li din l-area titwaqqa'?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mhuwiex previst li d-djar inidikati mill-Onor.", "Interpellant jitwaqqgħu fil-programm ta' din il-leġislatura.", "Madankollu mhix eskluża l-possibbilita' li kif jitlestew it-tliet fażijiet tal-proġett ta' Valley Road, jista' jsir xogħol simili wkoll fl-area ta' Triq l- Ispiżjar Sciberras.", "PULIZIJA - XOGĦOL F'PACEVILLE", "6378.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija fuq xogħol f'Paceville, ġurnata b'ġurnata f'dawn l-aħħar ġimgħatejn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi Paceville jifforma parti mid- Divizjoni ta' San Giljan u għalhekk il-Pulizija li jkunu xogħol f`din id- diviżjoni jkopru wkoll Paceville.", "Pero' fil-weekends, matul il-lejl, jiġu ddettaljati numru ta' Pulizija speċifikament għal Paceville.", "Fil-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant dawn kienu hekk :", "Il-Gimgha - 30 ta' Mejju - 19 Is-Sibt - 31 ta' Mejju - 17 Il-Hadd - 1 ta' Gunju - 19", "Il-Gimgha - 6 ta' Gunju - 21 Is-Sibt - 7 ta' Gunju - 19 Il-Hadd - 8 ta' Gunju - 19", "Ma' dawn wieħed irid izid ukoll numru ta' Pulizija mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga u l-Mobile Squad.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "6379.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mressqa l-Qorti mill- Pulizija għal reati li allegatament twettqu f'Paceville, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm minn dawn kellhom 16-il sena jew anqas, sena b'sena, fl-istess perijodu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦOL - RAPPORT", "6392.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar id-Dipartiment tax-Xogħol li rrifera għalih fis-Seduta tas-16 ta' Diċembru, 1996 ladarba dan ir-rapport għadu mhux lest (Seduta Nru. 77)?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ir-risposta ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6237.", "SLIEMA - MERA TA' TRAFFIKU", "6411.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jitlob lill-Pulizija tirrikonsidra li tweħħel mera tat- traffiku fil-kantuniera bejn Triq it-Torri u Triq il-Kulleġġ l-Antik, f'Tas- Sliema sabiex jiġu evitati inċidenti ta' sewwieqa fuq pedestrians li sikwiet jaqsmu Triq il-Kulleġġ l-Antik proprju ftit 'il fuq?", "Qed nibgħatlek separatament sketch sempliċi li juri fejn qed jintalab li titwaħħal din il-mera.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat."]} {"filename": "19980213_184d_par.doc", "date": "1998-02-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 184 Il-Ġimgħa, 13 ta' Frar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 184", "Il-Ġimgħa, 13 ta' Frar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "184", "Il-Ġimgħa, 13 ta' Frar, 1998", "WERREJ MINUTI 175", "KUNSENS GĦAL ATTI 175", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 175", "TQEGĦID TA' KARTI 180", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA MALTA TOURISM SERVICES BILL (IT-TIENI QARI) 182", "AĠĠORNAMENT 204", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 209", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 233", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 183 li saret fil-11 ta' Frar ,1998 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. V ta' l-1998 - Att ta' l-1998 li jemenda l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa; u", "Att Nru VI ta' l-1998 - Att ta' l-1998 li jemenda l-Ordinanza dwar ir- Regolament tat-Traffiku.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WSC - PROVVISTA TA' ILMA", "9490.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqatgħet il- provvista ta' l-ilma matul l-aħħar xahrejn fi Triq 28 ta' April, 1958 f'Raħal Ġdid?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Fi triq 28 ta' April, 1958 f'Raħal Ġdid la jeżisti bini u lanqas jeżistu mejnijiet tad-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "Din it-triq hija magħrufa aktar bħala l-\"benniena\" jew Wied Blandun.", "Jista' jkun li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xi triq oħra fil- viċin.", "Għaldaqstant nitolbu jagħti aktar dettalji biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun tista' tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu l-kaġun tal-qutgħ massiċċ tal-provvista ta' l-ilma li hawn bħalissa?", "Mil-lista ppubblikata fil-gazzetta \"TheTimes\" tal-bieraħ jidher li kien hemm numru kbir ta' lokalitajiet, fosthom il-Belt Valletta, fejn l-ilma nqata' l-bieraħ fil- għodu kmieni u s'issa għadu ma ġiex.", "Dalgħodu ċempilt għand il-WSC u ma setgħux jgħiduli eżatt meta l-ilma se jiġi lura.", "X'inhija r-raġuni għal dan il-qtugħ kollu u meta huwa pprogrammat li jerġa' jkun hemm ilma fil- mains?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, m'inix f'pożizzjoni ngħidlu u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Membru biex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli tinġabar l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Napprezza li l-Ministru Mizzi qiegħed jirrispondi f'isem il-Ministru Buhagiar, li għal xi raġuni m'huwiex hawn.", "Pero' meta għandek qtugħ hekk massiċċ - mil-lista li qrajt jidher li hawn almenu terz ta' Malta bla ilma - u meta l-Ministru kien jaf li ġejja l-ewwel domanda proprju fuq il-qtugħ ta' l-ilma, ma naħsibx li hija serjeta` li l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni ma jkunx preżenti meta seta' jipprevedi domanda bħal din illum.", "Jien nifhem għalfejn l-Ministru Mizzi qalli biex nagħmel domanda bil- miktub pero' aħna r-residenti tal-Belt Valletta li qegħdin bla ilma rriduha llum r-risposta u mhux nagħmel domanda bil-miktub sempliċement biex ġimgħatejn oħra nkunu nafu għalfejn inqata' l-ilma.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien naħseb li l-Onor.", "Membru m'huwiex korrett għaliex skond l-iStanding Orders jien rrid inwieġeb għad-domanda partikolari li għandi quddiemi u allura bl-ebda mod ma jien out of order.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru, li tant iħobb isemmi l-iStanding Orders, jaf x'qed ngħid.", "Ma kellux għalfejn jagħmel il-mistoqsija b'dan it-ton.", "Jien għidtlu li jekk jagħmel mistoqsija bil-miktub tkun tista' tinġabar l- informazzjoni mid-dipartiment konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien fl-ebda mument fl-intervent tiegħi m'għidt li l- Ministru huwa out of order.", "Jien għidt biss li l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni kien jaf li l-ewwel domanda kienet dwar il-qtugħ ta' l-ilma.", "Naħseb li jaf ukoll li hawn terz ta' Malta mingħajr ilma u għidt li s-serjeta` kienet titlob li l-Ministru Buhagiar seta' jipprevedi li se jkun hawn domandi fuq il-qtugħ ta' l-ilma li hawn bħalissa u allura għidt li nistagħġeb kif mhuwiex preżenti fil-Kamra, kif ħafna drabi jkun ukoll.", "Pero' l-Ministru Mizzi ċertament japprezza li m'għandix għalfejn nagħmel domanda bil-miktub għall-gost tekniku biex inkun naf għaliex m'hemmx ilma llum meta terz ta' Malta ilha jumejn mingħajr ilma u ħafna nies illum lanqas għandhom qatra ilma fit-tankijiet u fil-vit.", "Naħseb li s-serjeta` kienet titlob li r-risposta neħduha llum u mhux neħduha ġimgħatejn oħra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naċċertak li d-dipartiment jieħu l-passi mmedjati u m'hemmx għalfejn isiru mistoqsijiet parlamentari.", "Jien persważ minn dan u għalkemm għidt li għandha ssir mistoqsija bil-miktub, jien ukoll se ngħaddi l-informazzjoni lill-Ministru Buhagiar biex jiċċekkja l-affarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Minkejja li m'hawnx il-Ministru Buhagiar nixtieq nistaqsi jekk id-dipartiment li l-Ministru Mizzi qed jgħid li huwa dejjem ippreparat biex jaġixxi, għamilx pjan ta' azzjoni sabiex ikun hawn bowsers biżżejjed biex jipprovdu l-ilma fid-djar.", "Fil-fatt ħafna mid-djar ilhom tlett ijiem u mhux jumejn mingħajr ilma.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett nistaqsi lill-kollega biex jgħidli liema huma d-djar, ħalli nkun nista' ngħaddi l-informazzjoni lill-Ministru Buhagiar.", "Pero' nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub dwar il-bowsers biex tinġabar l-informazzjoni u tingħatalu risposta korretta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li din m'hijiex problema relatata mad-dar tiegħi biss jew ma' l-inħawi tiegħi biss - naturalment jien bilfors ikolli nsemmi l-inħawi ta' fejn noqgħod jien, ta' Republic Street, fejn ilna jumejn mingħajr ilma iżda naf ukoll li l-bieraħ fil-gazzetta deher avviż ta' mill-inqas 15-il lokalita` fejn ukoll qegħdin mingħajr ilma - ma jidhirlux il-Ministru li llum kien imissha ħarġet stqarrija uffiċjali dwar x'wassal għal dan il-qtugħ?", "Jidhirlux il-Ministru li l-Water Services Corporation għandha tkun f'pożizzjoni li meta wieħed iċempel - u nerġa' ngħid li ċempilt jien personalment u staqsejt - almenu jgħidulu kemm hu mistenni li jdum il-qtugħ ta' l-ilma?", "Jidhirlux wkoll il-Ministru li wasal iż-żmien li meta jkun hemm dan il-qtugħ ripetut wieħed jinvestiga bis- serjeta` għaliex qiegħed jiġri?", "F'dawn l-aħħar xhur, almenu hawn il-Belt, ċertament l-ilma nqata' mill-inqas darba fix-xahar u naħseb li tenħtieġ azzjoni immedjata min-naħa tal-Water Services Corporation.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti x-xogħol li qed isir fil-Belt, naf li qed issir xi maintenance f'Pembroke ukoll.", "Allura jista' jkun li qed ikun hemm dan il-qtugħ minħabba f'hekk.", "Pero' jien nerġa' ngħid lill-kollega tiegħi li jien nista' ngħaddi din l-informazzjoni lill-Ministru biex jiċċekkja dwar dak li qed jgħid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Qiegħed isir ħafna plejtu fuq l-ilma meta fi żmienhom partijiet minn Għawdex kienu jdumu tliet ġimgħat sħaħ mingħajr ilma.", "Qed nirriferi għat-triq tagħna, Triq San Blas, u din ma kenitx l- unika waħda.", "Jista' jikkonferma dan il-Ministru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: : Nikkonfermah mija fil-mija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ladarba l-Ministru Mizzi huwa daqshekk konvint milli qed jgħid naħseb li jista' jikkonferma wkoll li dik is- sitwazzjoni li semma' l-Onor.", "Carmelo Borg kienet b'riferenza għas-sena 1987/88.", "Ma naħsibx li l-Ministru jista' jgħid li fl-aħħar ta' l-1996 kien hawn xi qtugħ fit-tul.", "(Interruzzjonijiet) Imma ħalli nerġgħu nduru għal dak li konna qed ngħidu.", "Madam Speaker, fil-pajjiż bħalissa għandna sitwazzjoni fejn toroq sħaħ u rħula sħaħ qegħdin mingħajr ilma.", "Anke jekk qed isir xogħol fuq l- impjant tar-reverse osmosis ta' Pembroke, jista' xi ħadd jiggarantilna li l-provvista ta' l-ilma tiġi lura għan-normal fl-iqsar żmien possibbli u mingħajr aktar dewmien?", "Jien hawn nistaqsi: Meta l-WSC kienet taf li s- sitwazzjoni se ddum biex tiġi għan-normal, għaliex ma ratx li l-postijiet milquta jingħataw provvista ta' ilma temporanja?", "(Interruzzjonijiet) Sa ftit ta' żmien ilu konna qed ngħidu li l-impjant tar-reverse osmosis ta' Pembroke prattikament kien wieqaf - safejn naf jien erbgħa minn sitt trains kienu weqfin - u ma nistax nifhem kif iż-żewġ trains rimanenti jista' jkollhom din il-ħsara kollha.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): L-ewwelnett nixtieq nikkorreġi l-impressjoni li qed jagħti l-Onor.", "Galea li żewġ trains biss qed jaħdmu fl-impjant ta' Pembroke.", "(Interruzzjonijiet) Dan mhuwiex veru u ma nafx minn fejn int stajt ġibt dik l-informazzjoni.", "Ġo Pembroke hemm tmien trains li qegħdin jaħdmu.", "Madam Speaker, l-impjant ta' Pembroke waqaf jaħdem temporanjament minħabba li ridna nagħmlu manutenzjoni fuq il-ġibjun li fih jinġabar l- ilma.", "Din it-tip ta' manutenzjoni qatt ma kienet saret qabel, bil- konsegwenza li fil-qiegħ tal-ġibjun kien hemm għoli kbir ta' ħama.", "Biex nagħmlu dan ix-xogħol bilfors kellna nwaqqfu l-impjant.", "Nista' ngħid ukoll li din l-operazzjoni tħabbret fuq il-media, kemm fuq il-gazzetti kif ukoll permezz tar-radios, u s-sospensjoni kienet avzata bil-quddiem.", "Safejn naf jien, għallinqas kif jien informat, illum stess il-provvista ta' l-ilma kellha tibda ġejja lura għan-normal.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ġaladarba d-dipartiment kien jaf b'dan il-qtugħ - u nimmaġina li kien jaf ukoll għal kemm sigħat se tkun is-sospensjoni tal- provvista - jista' l-Ministru jgħidilna għalfejn ma tħejjiex pjan ta' emerġenza, għallinqas għall-provvista ta' ilma bil-bowser?", "Illum iltqajt ma' ruxmata nies li qaluli li xebgħu jipprovaw iċemplu għall-bowser iżda baqgħu iċiċċu għax mid-dehra jew il-linja kienet maqtugħa jew xi ħadd għoġbu li ma jirrispondix it-telefon.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien se niċċekkja u nivverifika mal-korporazzjoni dwar li t-telefon allegatament ma ġiex imwieġeb.", "Il-korporazzjoni m'għamlitx xi miżuri alternattivi għax dan il-qtugħ jumejn kellu jdum, mhux ġimgħat kif qed jissemma hawnhekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Dan li qed jgħid il-Ministru jgħodd għal Pembroke biss jew għal inħawi oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien qed ngħid għall-inħawi ta' Pembroke, Tas- Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi, San Gwann u parti mill-Belt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mid-dehra l-ilma li nieħu jien jiġi minn Pembroke għax ilni jumejn mingħajr supply!", "Xtaqt nistaqsi lill-Ministru min tah l- assigurazzjoni li l-ilma suppost kellu jibda ġej lura, għaliex nista' nassigurah li għadni ġej mid-dar u nista' nikkonfermalu li għadna mingħajr provvista.", "Dalgħodu jien ħadt il-briga li nċempel lill-Water Services Corporation - irrid ngħid li rrispondewni f'ħin raġonevoli, kienu ġentili ħafna u tawni l-informazzjoni - u qaluli li forsi, u \"forsi\" kbira, l-ilma jiġi lura dan il-lejl u huma żguri li jibda ġej lura għada wara nofs inhar.", "Dik kienet l-assigurazzjoni, jiġifieri l-qtugħ ma kienx għal jumejn.", "Naħseb li l-Ministru japprezza li dan it-tip ta' qtugħ issa qed isir pjuttost frekwenti għal min joqgħod il-Belt, għax fl-aħħar tliet xhur naħseb darba fix-xahar inqata' żgur, u din id-darba kellna qtugħ ta' tlett ijiem.", "Il-Ministru japprezza wkoll li llum m'għadniex ngħixu f'perijodu fejn dar tista' toqgħod tlett ijiem bla ilma.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, nista' ngħid li jien personalment stħarriġt x'inhi l-pożizzjoni - għaliex bħalma ċemplu lill-kollegi tan-naħa l-oħra, nassigurakom li n-nies ċemplu lili wkoll fuq din il-kwesjtoni - u l- uffiċjali tal-korporazzjoni qaluli li għal ħabta ta' nofs inhar l-impjant kellu jibda jitħaddem.", "Issa peress li f'dan il-każ il-Belt sfortunatament qiegħed at the end point tas-sistema, meta jibdew jippumpjaw l-ilma minn Pembroke l-ewwel jimtlew it-tankijiet tal-postijiet l-iktar viċin u n-nies tal-Belt idumu xi ftit aktar biex jinqdew.", "Pero' rrid ngħid ukoll li għalkemm veru hemm bżonn li l-korporazzjoni tagħmel ċerti xogħlijet, tajjeb li tara li ma jkunx hemm sospensjonijiet tal-provvista ta' l-ilma fit-tul.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, napprofitta ftit ruħi u nistaqsi lill- Ministru jekk jafx li fir-Rabat Għawdex kien hemm prattikament it-toroq kollha maqlugħin f'dawn l-aħħar ġranet.", "Veru li kien hemm programm ta' xogħol għaddej, li kellu x'jaqsam mat-tiftix għaż-żejt, pero' kien hemm programm ieħor ta' xogħlijiet u kollox sar fl-istess ħin u allura nqalgħu t- toroq kollha tar-Rabat - biex ma nsemmix ukoll xogħlijiet oħrajn fit-toroq tas-Sannat, Kerċem u l-Fontana - u dan kollu ħoloq konfużjoni liema bħalha.", "Anke fejn ingħalqu t-trinek, it-toroq għadhom ma ġewx illivellati, it- tarmac ma ngħatax u għalkemm naturalment is-sitwazzjoni m'għadhiex li kienet pero' nista' ngħid li għadha ma ġietx lura għan-normal.", "Għalhekk nistaqsi lill-Ministru x'passi qiegħed jieħu biex is-sitwazzjoni tirritorna għan-normal mill-iktar fis possibbli.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jien informat li bħalissa hemm sitt kuntratturi jaħdmu fuq it-toroq ta' Għawdex.", "Ħamsa minnhom huma impenjati, kif qal l-Onor.", "Tabone, fuq xogħol konness mat-tħaffir tal-bir taż-żejt ġewwa Kerċem, fejn qed iwasslu pipeline għall-pozz ta' ilma li hemm bżonn għal dak ix-xogħol; u hemm kuntrattur ieħor imqabbad mill-WSC li qed jagħmel xogħol ta' rutina.", "Veru li hemm ħafna toroq li huma maqlugħin fl-istess ħin pero' wieħed irid jifhem li mhijiex xi ħaġa ta' kuljum li jkun hemm bżonn jitħaffer pipeline speċjali minħabba l-bir taż-żejt.", "Madam Speaker, hawnhekk nixtieq niftaħ parentesi żgħira u ngħid li xi jiem ilu nzertajt kont Għawdex u l-iktar ħaġa li nkwetatni kienet li l- kuntratturi - u ngħidha bl-akbar serjeta` - mhumiex qed jieħdu s-safety precautions neċessarji.", "Naħseb li l-Onor.", "Tabone jaf aktar minni li qegħdin jitħaffru trinek twal u lanqas biss jixegħluhom mal-lejl.", "(Interruzzjonijiet) Irridu nammettu li l-kuntratturi għadhom neqsin ħafna minn din il-kuxjenza li hemm bżonn li jittieħdu safety measures adegwati meta jkun hemm xogħlijiet għaddejjin fit-triq.", "Madam Speaker, minn dak li rajt jien b'għajnejja stess nista' ngħid li safety precautions ma tteħdux u issa li saru d-diskussjonijiet bejn il-WSC u l-kuntratturi, nittama li mhux biss ġewwa Għawdex imma kullimkien l- affarijiet isiru b'aktar serjeta` u naraw li jittieħdu sewwa s-safety measures li huma tant importanti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In vista tat-tweġibiet li ngħataw fuq il- kwestjoni tal-qtugħ tal-provvista ta' l-ilma, anke wara l-ispjega li qed issir manutenzjoni fuq it-trains ta' Pembroke, ma jħossx il-Ministru li jista' jkollna sistema li toffrielna ċerta flessibbilta` jekk ikun hemm ippjanar bil-quddiem?", "Jiġifieri ma jagħmilx sens li tagħmel manutenzjoni u fl-istess ħin tħalli eluf ta' familji bla ilma għal ġranet sħaħ mingħajr ma tipprovdi sistema alternattiva.", "Naħseb li seta' sar pjan minn qabel u tħaddmu t-trains ġewwa Tigne'.", "Ma jħossx allura l-Ministru li għandu jintervjeni mal-WSC u jinsisti għal ippjanar serju biex dan l-inkonvenjent għal ġranet sħaħ għal eluf ta' familji Maltin ikun evitat darba għal dejjem?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, naħseb li l-Onor.", "Interpellant ma kienx hawn mill-bidu għax il-manutenzjoni mhux fuq it-trains saret imma fuq il-ġibjun li jieħu l-ilma li jiġi prodott mir-reverse osmosis plant ta' Pembroke.", "Jiġifieri huwa l-ġibjun li ġie rranġat u t-trains qed joperaw b'mod regolari.", "(Interruzzjonijiet)", "Ċertament li naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li jekk ikun se jsir xi xogħol li jieħu fit-tul, b'mod li ma jkunx raġonevoli, il-WSC għandha tagħmel programmi alternattivi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-Ewwel Sena ta' Ħidma ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru;", "Rapport ta' l-Ewwel Sena ta' Ħidma tas-Segretarjat Parlamentari għad- Drittijiet tan-Nisa;", "Tagħrif dwar persuni li daħlu mal-Gvern, kif ukoll dawk li telqu jew spiċċaw minn mal-Gvern matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10922;", "Tagħrif dwar impjegati ġodda f'korporazzjonijiet pubbliċi, korpi parastatali, azjendi jew entitajiet governattivi li jaqgħu taħt l- Uffiċċju tal-Prim Ministru, għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 1997 u t-8 ta' Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11093;", "Lista ta' konsulenti ngaġġati fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn l-1 ta' Jannar 1987 u l-31 ta' Diċembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11422; u", "Tabella li turi l-għadd ta' impjegati fit-Tarzna ta' Malta u fil-Marsa Shipbuilding f'Jannar, Ġunju u Diċembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12082.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Emendi għall-Bye-Laws tal-Borża ta' Malta maħruġa mill-Kunsill ta' l- iStock Exchange ta' Malta skond l-artikolu 8 (2) ta' l-Att dwar il- Borża ta' Malta, Kap 345.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 48 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għad- Diploma in Planning Studies;", "Avviż Legali Nru 49 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għad- Diploma in Political Studies - Dip.", "Pol.", "St.;", "Avviż Legali Nru 50 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Baċillier fit-Teoloġija Mqaddsa - S.Th.B.;", "Avviż Legali Nru 51 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall- Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons) - in European Studies;", "Avviż Legali Nru 52 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kors għall-Grad ta' Doctor of Laws - LL.D.;", "Avviż Legali Nru 53 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall- Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) in Social Administration or in Social Work - B.A. (Hons);", "Avviż Legali Nru 54 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall- Grad ta' Master of Arts - M.A. - in European Studies;", "Avviż Legali Nru 55 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. - fil-Fakulta' ta' l-Arti;", "Tagħrif dwar ħlasijiet li se jsiru lill-kunsilli skolastiċi matul l- 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11811; u Tagħrif dwar studenti, maqsuma f'nisa u rġiel, fl-Universita' ta' Malta fil-bidu tas-sena akkademika 1997-1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12087;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport u Portijiet inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Pjanta ta' skema tat-traffiku għaz-zona ta' Ħal Tarxien u Raħal Ġdid, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12056; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-lokalita' ta' residenti fid-Dar ta' l-Anzjani fl- Imtarfa, flimkien mal-lokalita' ta' persuni li jinsabu fuq il-waiting list għad-dħul fl-istess residenza, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11778.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 56 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar il- Kontribuzzjoni għas-Servizz tad-Drenaġġ; u", "Avviż Legali Nru 57 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Fornitura ta' l-Ilma.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 58 ta' l-1998 - Ordni tal-President ta' Malta ta' l- 1998 bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TOURISM SERVICES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet Ikompli mill-11 ta' Frar, 1998.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Refalo huwa in possession of the House.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Madam Speaker, inkompli fejn ħallejt l- aħħar darba pero' għall-kontinwita` għamilt żewġ notamenti żgħar u bil- permess tal-Kamra se naqrahom u, jekk hemm bżonn, anke nqiegħedhom fuq il- Mejda tal-Kamra, kif titlob il-proċedura.", "Għalhekk se niġbor fil-qosor dak il-messaġġ li ridt inwassal fid-diskors tiegħi ta' nhar l-Erbgħa, kif ukoll dak li se ngħid illum.", "L-ewwel punt huwa li t-turiżmu hija l-industrija ta' kulħadd, tal-poplu kollu, tas-settur privat u tal-gvern u, wara x-xogħol kollu li sar f'dawn l- aħħar snin, din l-industrija saret pilastru ta' l-ekonomija u kull Malti u Għawdxi għandu rwol x'jaqdi.", "It-tieni punt huwa li dan l-abbozz ġie ssekondat minni preċiżament għalhekk, kif ukoll għaliex hemm qbil fil- prinċipju, u għaliex huwa wkoll tkomplija ta' xogħol mibdi minn Gvern Nazzjonalista.", "It-tielet punt huwa li, fl-opinjoni tagħna, il-liġi setgħet tiġi mfassla b'mod aħjar biex tilħaq iż-żewġ għanjiet prinċipali tagħha, dak li tagħti vuċi akbar lis-settur privat fit-tmexxija ta' l-industrija u dak li tkun għodda effettiva biex min hu ħati ta' azzjoni jew ommissjoni jpatti bil-qares għan-nuqqasijiet tiegħu.", "Ir-raba' punt huwa li l- Oppożizzjoni qed tagħmel kritika kostruttiva u turi fejn il-liġi għandha tiġi emendata biex din tkun strument tassew iżjed effikaċi, effettiv u effiċjenti.", "Il-ħames punt huwa li l-Oppożizzjoni m'hijiex se tressaq emendi iżda turi biss fejn jeħtieġ bidliet u qed tħeġġeġ lill-Gvern jikkonsidra dawn is-suġġerimenti.", "Is-sitt punt huwa jekk il-Gvern ma jilqax is-suġġerimenti maħsuba biex jagħtu vuċi u rappreżentanza iktar numeruża u effettiva lis-settur privat, Gvern Nazzjonalista ieħor mil-lum qed joffri lis-settur privat dak li qed jiġi propost minn din in-naħa.", "Madam Speaker, filwaqt li konna qed nagħmlu dan id-dibattitu l-kumpannija Deloitte & Touche ħarġet rapport dwar il-qagħda attwali fl-industrija.", "Huwa żvilupp inkoraġġanti u meħtieġ li jkun hawn xi ħadd li jagħmel rapporti xjentifiċi bħal dan li l-kontenut tiegħu waħdu fil-fatt jagħti lok għal dibattitu ieħor.", "Pero' naħseb li għal-lum biżżejjed li wieħed jgħid li l-kontenut tar-rapport huwa utilissimu u jiftaħ għajnejn il-politiċi iżda fuq kollox - u hawnhekk irrid nagħmel enfasi - iservi ta' twissija għas-settur privat biex jirregola ruħu naqra aħjar.", "U issa nkompli fejn ħallejt l-aħħar darba.", "Jien kont bdejt nitkellem dwar id-direttorati u kont wasalt fid- direttorat tal-marketing and promotion li, anke fil-verżjoni Maltija, qed jingħata titlu bl-Ingliż.", "Fil-fatt dan ikopri l-aktar funzjoni prinċipali li llum taqdi l-NTOM.", "M'iniex se nerġa' nitkellem dwar il-kompożizzjoni jew dwar il-missjoni ta' dan id-direttorat pero' se nieħu xi aspetti tat- turiżmu biex forsi wieħed jagħmel suġġerimenti b'mod prattiku, speċjalment dwar ix-xogħol li jaqa' taħt dawn id-direttorati.", "Ħafna drabi taqra fil- gazzetti u anke tisma' lin-nies jilmentaw li Malta ma tissemmiex u ma tidhirx fuq l-istazzjonijiet televiżivi barranin minn fejn l-aktar li nġibu l-aktar turisti.", "Min jgħid hekk juri li għadu ma jafx xi tfisser li jkollok kampanja promozzjonali fit-tul fuq it-television għax il-verita` hi li jekk toqgħod tagħmel il-one-offs ikun kollu għalxejn.", "Filwaqt li nifhem li m'hemmx ħafna flus - għax meta tagħmel kampanja trid tonfoq il-flus biex tkun effettiva u trid tagħmilha b'mod regolari fuq it-televisions barranin u ma titfagħhiex f'suq wieħed imma jrid ikollok kampanja għal ħafna swieq - jien illum nista' nerġa' nagħmel dak is-suġġeriment dwar l-użu tat- television għar-riklamar permezz ta' channels li għandhom firxa internazzjonali.", "Eżempju huwa dak l-ispot tas-CNN fejn jagħtuna \"Sights and Sound of the World\".", "Jista' jkollok spots fuq l-Eurosport li jkunu abbinati ma' attivitajiet ta' sport internazzjonali li jsiru Malta, inserti dwar il-kultura u tradizzjonijiet ta' Malta fuq programmi tal-Euronews u ta' l-iSkynews.", "Dawn iċ-channels jarawhom internazzjonalment u huwa importanti li aħna nipproġettaw ruħna internazzjonalment ukoll.", "Jien nerġa' nisħaq li l-isħubija ta' Malta fuq is-sistema tal-Euronews għandha tiġi sfruttata ħafna iżjed.", "Peress li kont il-ministru li fil-fatt daħħalt lil Malta fil-Euronews, naf kemm hu possibbli li jsiru kemm commercials kif ukoll clips u anke programmi targeted għal dawn iċ-channels.", "Issa nitkellem ukoll dwar l-użu tat-tour operator support scheme, it- TOSS.", "Għal min ma jafx din hija s-sistema li fil-fatt issostitwiet il- forward buying rate, li kienet u għadha mezz kif il-btajjel mis-suq Ingliż jiġu ssussidjati.", "L-FBR kienet sistema ikkritikata ħafna mill- International Monetary Fund u fl-1996 ġiet introdotta din is-sistema tat- TOSS li fl-opinjoni tiegħi hija kapaċi tilħaq l-istess skop li tistabilizza l-prezzijiet, cioe' li ma jkunx hemm ċaqliq ta' prezzijiet minn meta jsir il-ftehim bejn it-tour operator u l-lukandier, jew l-aġent, jew kull min jissupplixxi s-servizzi sa meta fil-fatt jinħareġ il-brochure.", "Fejn l-FBR kienet maħsuba u ntenzjonata biss għas-suq Ingliż - imbagħad wara konna estendejnieha għall-Irlanda - jien insostni li t-TOSS hija applikabbli u tista' ssir għas-swieq kollha mingħajr żieda fil-vot, jekk tintuża b'ċertu għaqal u b'ċertu ppjanar.", "U għalhekk jien nerġa' nistaqsi l-istess domanda li għamilt waqt li konna qed niddiskutu l-estimi tat-turiżmu.", "X'sens jagħmel li n-NTOM tonfoq żewġ terzi mill-budget promozzjonali tagħha biex iġġib l-40% tat-turisti li jiġu Malta?", "Jien mhux risposta nixtieq dwar dan imma li wieħed jaħseb biex it-TOSS mhux sempliċement tintuża biex tissussidja u tiffaċilita turiżmu minn sorsi oħra imma turiżmu ta' ċertu stil, ta' ċerti niche markets, ta' conference and incentives u affarijiet bħal dawn.", "Inżid ngħid li t-TOSS ma tistax titneħħa iżda llum meta l-isterlina hija daqshekk b'saħħitha, naħseb li huwa żmien tajjeb li wieħed jikkonsidra li juża l-flus li huma vvotati anke għal swieqi oħra - għax hemm somma sostanzjali ta' Lm2.25 miljun jew Lm2.5 miljun - u dan għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett is-suq Ingliż huwa importanti li nsostnuh u hemm bżonn li nżommuh imma ma nistgħux inkunu dipendenti biss minn dak is-suq.", "Jekk inżommu l-livell taċ-ċifri u nsaħħu l-oħrajn veru li jonqos fil- perċentwali imma nkunu saħħaħna swieq oħrajn.", "U jekk nagħmlu hekk ma nibqgħux dipendenti mir-rieda ta' ċerti tour operators u nkunu aħna l- Maltin stess, voldieri l-gvern u l-industrija Maltija, li nidditerminaw il- prijoritajiet, il-ħteġijiet u l-preferenzi.", "U b'hekk naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu użu aħjar minn sistema li fil-fatt hija tajba u tista' tadoperaha għall-promozzjoni kif semmejt qabel.", "Per eżempju, bit-TOSS wieħed jista' jsaħħaħ il-proċess ta' diversifikazzjoni mhux biss ta' swieq imma anke ta' interess, jissaħħu niches ta' l-incentives, tal-conferences u tal-meetings, u tiġi żgurata anke firxa staġjonali aħjar.", "U għalkemm dan is-suġġeriment ġie magħmul ukoll mill-grupp ta' sebgħa li dwaru għadu ma sar xejn, irrid ngħid ukoll li meta kont qed naqra l-parti li tirrigwarda t- turiżmu f'dan ir-rapport li għadu kif ħareġ mill-Forum for a Better Economy, jekk wieħed iħares lejn paġna 38 jara li taħt il-kliem \"Turiżmu\" hemm li wieħed għandu jinċentiva ċerti niches speċifiċi u li din hija t- triq għall-quddiem.", "Jien naqbel mija fil-mija ma' dan u fil-fatt din hi l- istess ħaġa li jien kont ippreparat ngħid u llum qed naraha riprodotta fil- white paper li għadha kif ħarġet.", "Ngħaddi issa għad-direttorat ta' l-iżvilupp ta' riżorsi umani.", "Jien nippreżumi li dan id-direttorat se jieħu t-tmexxija ta' l-institute for tourism studies u jien diġa' qiegħed on record li għidt li ma naqbilx mal- mod tat-tmexxija preżenti ta' l-ITS u anke dwar is-sistema li ddaħħlet li tipproduċi mingħajr bażi soda, qisu kulħadd se jkun part-time ħaddiem għall- industrija.", "Xi rapport li qrajt riċentement jgħid li fis-snin li ġejjin l- industrija se jkollha bżonn bejn 2,000 u 3,000 ħaddiem biex jaqdu l- ħtieġijiet tal-lukandi l-ġodda li telgħin.", "Jien jiddispjaċini ngħid li miċ- ċifri li ngħatajna f'din il-Kamra dwar telf ta' mpjiegi minħabba redundancies f'dawn l-aħħar xhur - mhux mill-Ministru tat-Turiżmu, għax din m'hijiex kwestjoni tiegħu imma mill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali - jirriżulta li ma' l-40% minnhom ġejjin mis-settur tal-hotels and catering.", "Pero' ejja għall-grazzja ta' l-argument naċċetta dak li qed jingħad li hemm bżonn ta' 2,000 jew 3,000 ħaddiem għal-lukandi li ġejjin.", "X'għandu jagħmel min għandu moħħu floku?", "Jiżnatura l-ITS?", "Ċertament li le!", "Jagħmluh post fejn iż-żgħażagħ jidħlu għal ftit taż-żmien jew inkella jagħmluh post professjonali?", "Jien ngħid li jekk il-lukandi tabilħaqq jeħtieġu daqstant nies, għaliex flok jiġi żnaturat l-ITS ma ġewx varati skemi mas-sidien tal- lukandi l-ġodda fejn l-għalliema ta' l-ITS jagħmlu korsijiet għal min ikun se jiġi mpjegat f'dak l-istabiliment a spejjeż tal-lukanda stess?", "Il-biża' tiegħi hija li qed nittrejnjaw ħafna nies biex ikunu lesti għal meta jinbnew il-lukandi meta dawn donnhom mexjin bil-mod, allavolja hemm xi waħda li forsi se tiftaħ din is-sena.", "Allura se nagħtu t-training lil dawn in-nies u noqogħdu nistennew sakemm jiftħu l-lukandi?", "Naħseb li kien ikun ħafna aħjar kieku l-pjan kien ikun in conjunction mas-sidien ta' dawn il- lukandi l-ġodda.", "Irrid ngħid ukoll li fir-rapport dwar l-industrija ta' Deloitte & Touche jingħad ċar u tond - u hawnhekk se niċċitah:", "\"The unavailability of skilled staff was not identified as an issue within the industry.\"", "Voldieri llum l-industrija m'għandha l-ebda paniku li mhux se ssib nies.", "Kif għidt qabel hemm redundancies u hemm slack, voldieri wieħed irid joqgħod attent ħafna qabel ma jsemmi ċifri ta' nies li għandna bżonn nittrenjaw malajr.", "Madam Speaker, minkejja din il-kritika rrid ngħid ħaġa pożittiva wkoll.", "Jien ħadt pjaċir nara lill-Ministru tat-Turiżmu u l-Ministru ta' l- Edukazzjoni jikkollaboraw mill-qrib u jkomplu bil-policy li jiġi ntrodott kors universitarju għall-management tal-lukandi.", "Naqbel ukoll ma' l- innovazzjoni li fl-iskejjel it-turiżmu jsir parti mill-curriculum.", "Dawn huma punti pożittivi u għalkemm f'ċerti aspetti jien inkun kritiku ħafna, fejn jistħoqq li ngħid li ħaġa hija pożittiva huwa importanti li ngħidha.", "Hawn lill-Ministru Vella nixtieq niġbidlu l-attenzjoni biex ma jagħmilx l- iżball li konna se nagħmlu aħna, cioe' li l-ITS jitħalla jgħaddi taħt ministeru ieħor.", "Nittama wkoll li ħadd ma jwebblu - dan diġa` għidtulu personalment u anke fil-budget debate - biex nagħmlu xi skola tat-turiżmu f'forma ta' lukanda.", "Dan huwa konċett antikwat u anke biex tħaddmu jfisser ħafna flus.", "Ir-riżorsi umani m'humiex biss dawk li jaħdmu fit-turiżmu proper imma kull min jaħdem fil-qasam tas-servizzi u kull min jaqdi lill- konsumatur, għaliex wara kollox it-turist hu konsumatur bħal ħaddieħor, bħali u bħal kulħadd.", "Darba kien hemm l-idea li tiġi varata xi skema li, jekk niftakar sew, kien jisimha \"Welcome Guest\", - idea tajba li tiżboq mill-ambjent turistiku għall-ambjent ġenerali.", "Forsi meta jiġi biex iwieġeb il-Ministru jista' jgħidilna xi progress sar u fejn wasalna f'dak il-proġett li huwa tajjeb.", "Issa se nitkellem dwar direttorat ieħor li huwa lingwistikament hybrid għaliex fejn qabel kellna tnejn bil-Malti u tnejn bl-Ingliż, issa t-titlu ta' dan id-direttorat huwa biċċa bil-Malti u biċċa bl-Ingliż.", "Dan huwa d- direttorat ta' product planning u żvilupp.", "Possibbli ma nistgħux nsibu kelma bil-Malti għal \"product planning\"?", "U qabel ma nkomplu fuq dan is- suġġett naħseb li jkun għaqli kieku l-esperti tal-gvern u d-drafters jiltaqgħu biex jerġgħu jeżaminaw sew dan l-abbozz mil-lat lingwistiku u jressqu l-emendi li hemm bżonn meta niġu għall-istadju tal-Kumitat.", "Fil- fatt dan id-direttorat huwa aspett li wieħed jista' jdum is-sigħat twal jiddiskuti u jagħmel suġġerimenti.", "Pero' jien se nsemmi biss xi aspetti li ta' spiss jissemmew.", "Filwaqt li dejjem ikun hemm ħtieġa għar-refurbishment u l-immodernizzar ta' impjant attwali, kif qed jidhru issa l-affarijiet naħseb li għandna kapaċita` riċettiva suffiċjenti u ma naħsibx li l-gvern għandu jkompli jinċentiva l-bini ta' lukandi ġodda.", "Inżid ngħid ukoll li lanqas għandu jagħti art bi prezz baxx, dejjem sakemm m'hemmx ċerti proġetti fejn hemm dan it-tip ta' ftehim diġa' milħuq.", "Madam Speaker, filwaqt li għadni kif għidt x'inċentivi huma meħtieġa għar- refurbishment u mmodernizzar, naħseb li aktar trid tiġi mfassla skema dwar attrazzjonijiet u mpjanti li ma jkunux riċettivi, kif inhuma dawk sportivi, bħal golf courses, tennis courts, palazzetti dello sport, fejn il-privat għandu jiġi fil-fatt inkoraġġit jinvesti f'dawn l-attrezzaturi.", "Jista' jkun hemm bżonn emenda għall-pjan ta' struttura imma ma naħsibx li wieħed għandu jistenna sakemm jiġi emendat il-pjan ta' struttura qabel ma jiġu varati dawn it-tip ta' inċentivi.", "Wasal ukoll iż-żmien li ma jkunx il- gvern li jiddeċiedi - mhux dan il-Gvern, any government qed nitkellem issa - jekk lukanda għandhiex tinbena jew le.", "Huwa biżżejjed li l-gvern jgħid x'tip ta' management u kondizzjonijiet ta' tmexxija għandu jkollha lukanda u jagħti liċenzja.", "Jien naħseb li għandu jkun l-investitur stess u l-banek li jisilfuh il-flus li jkejlu l-vijabilita` tal-proġett u jiddeċiedu jekk investiment ikunx opportun jew le.", "Il-ministeru m'huwiex attrezzat - jien naf li ma tantx kien attrezzat fi żmieni u ma rajt ebda bidla f'dan ir- rigward f'dawn l-aħħar xhur - biex jagħmel dawn il-feasibility studies u jara jekk proġett huwiex vijabbli u għalhekk naħseb li huma l-banek li għandhom jiddeċiedu jekk lukanda għandhiex titla' jew le.", "Irrid ngħid ukoll li fis-snin li għaddew twettqu ħafna proġetti ta' xejra kulturali, bħall-Malta Experience li għadha kif ġiet rejuvenated - jiddispjaċini ma rnexxilix immur il-bieraħ għax għalkemm kont mistieden inqalgħetli xi ħaġa fl-aħħar - The George Cross Wartime Experience Show, l- iMdina Experience, Casa Rocca Piccola, il-proġett tal-kanun tar-Ricasoli ta' Wirt Artna, id-dungeons fl-Imdina u l-istorja tal-Kavallieri fl-Imdina wkoll, wieħed m'għandux jinsa li l-NTOM fetħet il-fortizzi l-antiki, kif ukoll torganizza l-festivals u anke l-in guardia.", "Pero' għad fadal ħafna spazju għal attivitajiet kulturali u sportivi sew biex iservu ta' on-site entertainment, li meta jiġi t-turist, allavolja ma jkunx jaf bihom, ikollu fejn imur - u hija importanti ħafna li t-turist iżżommu okkupat tul il- holiday kollha - kif ukoll bħala attrazzjoni biex iħajruh jiġi ġewwa Malta.", "Jien nemmen li nistgħu nagħmlu minn Malta ċentru ta' attivitajiet kulturali u sportivi u, kif qed jgħid il-Forum for a Better Economy, li għadni kif iċċitajt ftit ilu, din hija t-triq li wieħed għandu jieħu mingħajr ma nitilfu l-core markets tagħna.", "Ilna naħsbu fuq dawn il-linji għax meta kont ministru responsabbli għall-mużewijiet niftakar li kont mexxejt programm biex jiġu mmodernizzati l-mużewijiet.", "Fil-fatt hemm liġi lesta, li sfortunatament baqgħet fuq l-ixkaffa, u issa jidher li se nistennew lill- Kunsill ta' l-Ewropa jgħinna nfasslu pjan.", "Naħseb ikun għaqli ħafna kieku nuru din il-liġi lill-esperti tal-Kunsill ta' l-Ewropa malajr biex ma noqogħdux nistennew sakemm jitfassal pjan.", "Issa jekk huma wkoll jaqblu ma' l-esperti li fasslu dik il-liġi, almenu tiġi dik il-liġi quddiem il- Parlament biex niddiskutuha u ntejbuha flimkien, ħaġa li ċertament tgħin lit-turiżmu mil-lat kulturali.", "Madam Speaker, nixtieq insemmi niche market partikolari li bħalissa qed iħassibni sew u nixtieq li l-Ministru - naf li qed isegwini b'attenzjoni għal dan li qed ngħid - jagħmel xi ħaġa qabel ma tgħaddi l-liġi.", "Qed nirriferi għan-niche market tat-tagħlim ta' l-Ingliż, li huwa business li kiber ħafna u akkwistajna wkoll isem tajjeb u fama tajba.", "Dan huwa eżempju ħaj kif min mhux imdaħħal fit-turiżmu, bħall-familja li jkollha impjieg jew negozju ieħor, tista' wkoll tibbenefika mit-turiżmu.", "Fil-fatt anke l-għalliema sabu mezz ieħor kif idaħħlu xi ħaġa iktar fis-sajf meta l- aktar ikun hawn studenti, allavolja għall-grazzja t'Alla f'dan is-suq qed ikollna xogħol mhux biss fis-sajf.", "Meta student joqgħod ma' familja fil- fatt ikun qed jagħmel estensjoni tat-tagħlim fil-klassi.", "Il-Ministru għandu jiżgura permezz ta' regolamenti li l-istudenti ma jitpoġġewx ġo appartamenti waħedhom, anke għaxra u aktar, għax inkella nkissru l-kastell li nkunu bnejna tajjeb.", "Meta joħorġu l-liċenzji ta' l-iskejjel trid tidħol kondizzjoni li ma jistgħux ipoġġu l-istudenti ġo flats jekk ma jkunux ma' familja.", "Jien mhux qed ngħid hekk minħabba l-host families, li taw kontribut kbir biex din il-parti ta' l-industrija timxi 'l quddiem, pero' jien naħseb li meta jkun hemm ħafna ġuvintur u tfajliet ta' 15,16 u 17-il sena flimkien - issa mhux qed nitkellem mil-lat morali imma dwar kemm se jistudjaw - mingħajr superviżjoni ma tantx se jistudjaw.", "Importanti li fil- liċenzja ta' l-iskejjel tiddaħħal kondizzjoni li studenti ma jistgħux jiġu allokati f'appartamenti.", "Illum m'hemm xejn li jgħid li dan ma jistax isir pero' biex inżommu l-fama li għandna ta' niche market ta' l-English language learning tat-TFL, importanti li aħna nżommu l-istandards għoljin kemm jista' jkun.", "Fil-fatt l-ippjanar u l-iżvilupp tal-prodott ifisser dak kollu li għamel Gvern Nazzjonalista fl-oqsma ta' l-ilma, l-enerġija, il-komunikazzjoni, l- ajruport, il-yacht marinas u l-inkorraġġiment u l-investiment f'lukandi, ristoranti, attrazzjonijiet u ħwienet.", "Ifisser ukoll l-iżvilupp ta' Buġibba u l-pjani li għandu l-Gvern preżenti għal lokalitajiet oħra iżda jien ngħid li fuq kollox ifisser id-dehra, sew dik internazzjonali kif ukoll interna ta' Malta.", "Il-kondotta tal-Gvern, fejn tidħol il-politika barranija ta' dan il-pajjiż, kif ukoll l-imġiba ta' l-ambaxxaturi ta' Malta jagħmlu effett ukoll.", "Jien ngħid li anke l-fatt fih innifsu li l-Gvern iddeċieda kontra s-sħubija fl-Ewropa kellu u qed ikollu effett u impatt negattiv fuq kollox, inkluż it-turiżmu.", "Apparti mill-parti psikoloġika, mill-parti prattika jien ngħid li tlifna l-pubbliċita` u l-promozzjoni li jiġu mill-istess fatt li Malta tissemma fl-istess nifs ma' ħafna pajjiżi li hemm fil-komunita`, kif ukoll l-opportunita` ta' pubbliċita` meta Malta tkun qed tospita xi laqgħa, xi attivita` ta' l-Unjoni Ewropea, li aħna llum ma nistgħux nagħmluha.", "Tlifna wkoll l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ u jien ngħid li f'dan il-każ dħalna fi sqaq fejn se jkollna noqogħdu għal dak kollu li jgħid ħaddieħor mingħajr ma nieħdu l-vantaġġi li stajna nieħdu bi sħubija.", "Ftit ilu f'dan il-Parlament semmejt l-importanza tad-dehra tal-pajjiż.", "Jien ma rrid nitfa' l-ebda tort fuq il-kunsilli lokali għax kemm ilhom responsabbli mill-indafa tat-toroq u affarijiet oħra jien rajt improvement kbir.", "L-aktar li ridt nitkellem huwa dwar it-telqa fit-toroq li għadhom responsabbilta` tal-gvern ċentrali.", "Hemm żibel u ħaxix ħażin ma' kullimkien, b'central strips, roundabouts u barriers tal-mistħija.", "Xi ħadd, xi ministeru jrid ikun accountable.", "Jien naf li hemm diffikulta` għaliex, per eżempju, id-dipartiment ta' l-agrikoltura jieħu ħsieb ħaġa, ir- roads department jieħu ħsieb ħaġa oħra, il-public works ħaġa oħra u m'hemm l-ebda kordinament.", "Importanti li l-Ministru tat-Turiżmu jħeġġeġ lill- ministri l-oħra biex iwasslu l-messaġġ liċ-chargehands, lill-foremen, lill- periti u lill-planners ħalli f'dan il-pajjiż nagħmlu kampanja qawwija biex nibdew innaddfu.", "Waħda mill-affarijiet li ħadt pjaċir nisma' f'dan il- Parlament - jien inħobb insemmi t-tajjeb u l-ħażin - hija li ħarġu r- regolamenti dwar il-ħitan tas-sejjieħ u ktibt fil-gazzetti biex infaħħar lill-ministru responsabbli.", "Pero' issa nixtieq li din il-liġi fil-fatt tiġi nforzata u min jinstab ħati ta' nuqqas naraw li jeħel.", "Jien ċert ukoll li l-ikbar numru ta' lmenti li jirċievi l-Ministru Vella llum mhuwiex dwar il-lukandi, dwar it-travel agents u dwar it-tours - jirċievi minnhom ukoll - imma dwar ħafna affarijiet bħal dawn li għadni kif semmejt.", "Jien naħseb li l-Ministru jirċievi wkoll ħafna lmenti, kif kont nirċievi jien, dwar il-fatt li hawnhekk nipprattikaw l-isport tal-kaċċa u nemmen li huwa importanti li nieqfu nargumentaw bejnietna dwar dan is-suġġett.", "Jenħtieġ li jkun hawn consensus li ladarba saru l-bidliet li kellhom isiru, l-affarijiet jibqgħu fil-fatt kif inhuma.", "Veru li jkun hemm barranin li jdejquhom dawn l-affarijiet u allura għandna infehmuhom, jekk hemm bżonn anke qabel ma jiġu Malta, dwar iċ-ċokon u ċ-ċirkostanzi partikolari tagħna - il-brochures tagħna għandhom ikunu nformattivi u nistgħu ninkludu l-kaċċa - biex la aħna ma noqogħdu nimponu l-kultura tagħna fuqhom pero' lanqas huma ma jiġu hawnhekk jipprovaw jimponu l-kultura tagħhom fuqna.", "Huwa importanti li nkunu ċari minn qabel biex min ma jogħġbux ma jiġix imma min jiġi jkun jaf għalxiex ġej.", "Aħna m'għandniex xi ħaġa tal-babaw hawn Malta imma minħabba ċ-ċokon ta' dan il-pajjiż, kull ħaġa kerha - jekk hi kerha - li ssir f'dan il-pajjiż tinstema' tidwi ma' kullimkien.", "Issa jekk tmur f'pajjiż kbir, jekk ħaġa ssir fin-north tal-pajjiż jaqrawha fil-gazzetti ta' l-għada, filwaqt li hawn Malta siegħa wara nkunu nafu mhux bir-radju imma bil-kelma tan-nies.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of House.", "Hawn il-permess tal-Kamra biex l-Onor.", "Refalo jkompli għaddej bid- diskors tiegħu?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirringrazzjakom.", "Naf li qed indum iżda naħseb li l-Kamra tirrealizza li jien ippreparajt ruħi u qed nipprova nkun kemm jista' jkun kritiku pero' fl-istess ħin kostruttiv biex permezz ta' dan id- dibattitu mhux biss nifformolaw liġi tajba imma nwasslu l-messaġġ lil kull min qed jismagħna fuq ir-radjijiet jew jaqra l-gazzetti.", "Kif għidt, jien nista' nkompli nitkellem u nittratta dan is-suġġett minn kull aspett tal-ħajja, għax wara kollox it-turist mhuwiex għajr dak li jmur jgħix barra minn pajjiżu għal ftit ġranet u għandu l-istess neċessitajiet bħal kull wieħed u waħda minna.", "Għalhekk kull min jaħdem fin-negozju, fil-qasam tas-servizzi u tal-proviżjon tal-merċa għandu parti mill-qligħ tiegħu ġej mit-turiżmu, sew jekk ikun ħanut, sew jekk ikun stabiliment bħal supermarket, u sew jekk jipproduċi jew jipprovdi merkanzija jew servizzi lill-ħwienet u lil-lukandi.", "Per eżempju, sajjieda, bdiewa, raħħala, bennejja u nies tas-sengħa kollha jridu jiftakru li l-iskart tax-xogħol tagħhom li jitħalla barra u jħammeġ fil-fatt qiegħed itellef parti mill- qligħ tagħhom.", "Nixtieq nenfasizza li dan m'għandux isir u kulħadd għandu jirrealizza li għandu rwol x'jaqdi għal din l-industrija favur l-istess ħajja ta' kuljum tiegħu.", "Għandna wkoll id-direttorat ta' servizzi ta' għajnuna, li jiffoka l-aktar fuq is-settur tat-trasport - ċertament li t-trasport fuq l-art, it- trasport bil-baħar u t-trasport bl-ajru għandhom rabta qawwija ma' l- industrija tat-turiżmu u fil-fatt l-Air Malta tista' tgħid li kważi kważi hija tourism-oriented airline, u għandek ukoll ir-rent-a-car association li hija rappreżentata bi dritt fuq l-NTOM - imma hemm setturi oħra, bħall-assoċjazzjoni tal-gwidi, li jien naħseb li jistħoqqilhom rappreżentanza f'dan id-direttorat.", "Il-gwida hija l-aktar persuna li tkun qrib it-turist, l-ewwel li tisma' t-tajjeb u l-ewwel li tisma' l-ħażin, li tista' twassal suġġerimenti u ilmenti.", "Naħseb li m'għandhiex tkun biss l- għażla tal-ministru imma l-liġi stess tista' tagħtihom din ir- rappreżentanza.", "Fi klawsola 13 jissemma t-tourism appeals board, fejn il-Prim Ministru jagħżel panel ta' esperti.", "Jien kelli idea oħra, ngħidu aħna t-tribunal tax-xogħol, fejn ikun hemm chairman indipendenti, fuq naħa jkollu rappreżentant tas-sidien u fuq in-naħa l-oħra rappreżentant tal-ħaddiema.", "Fuq dan il-panel ma jistax ikun hemm bniedem ta' dik l-assoċjazzjoni li tagħha l-persuna tkun membru?", "Veru li din tista' ssir imma tista' ssir biss jekk is-segretarju jiddeċiedi li jagħmel hekk.", "Hawnhekk I'm thinking aloud, jiġifieri din mhijiex kwestjoni ta' make or break lanqas.", "Naħseb li hija idea tajba li jkun hemm persuna minn kull kategorija fuq il-bord ħalli min ikun qed jidher quddiem dak il-bord ikollu min jifhem id- diffikultajiet tiegħu, mhux biex jiddefendih.", "Naħseb li dan huwa importanti u jagħti iktar fiduċja.", "Klawsoli 16 u 17 jittrattaw il-pubblikazzjoni ta' l-ismijiet tal-persuni kollha li jikkomponu l-bord ta' l-awtorita', kif ukoll il-boards u d- direttorati, eċċ. Hawnhekk qed ngħidu li din għandha ssir fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Huwa biżżejjed dan?", "Veru li xi drabi l-gazzetti jieħdu dak li joħroġ fil-Gazzetta tal-Gvern u jippubblikawh pero' naħseb li hawnhekk nistgħu ndaħħlu wkoll li jrid jiġi ppubblikat f'gazzetta bl-Ingliż u f'gazzetta bil-Malti wkoll.", "Dan huwa wkoll suġġeriment, again mhijiex xi ħaġa ta' importanza kbira imma peress li dħalt f'dan l-abbozz b'ċerta reqqa qed nagħmel dan is-suġġeriment.", "Imbagħad hemm ukoll il-kwestjoni dwar l-interess personali li jista' jkollu xi membru ta' bord fil-kwestjoni jew kuntratt li jkun qed jiġi diskuss.", "Naħseb dwar interessi konfliġġenti huwa importanti li d- dikjarazzjoni li bniedem għandu interess fil-kuntratt issir immedjatament fl-ewwel seduta, hekk kif il-membru jsir jaf li l-pożizzjoni tiegħu fid- diskussjoni tkun untenable.", "Għax il-liġi donnha qed tagħti option, jew l- ewwel seduta jew inkella s-seduta ta' wara.", "Jien naħseb li għandha tkun mill-ewwel seduta u ma jkollux għażla għaliex huwa importanti li bniedem jiddikjara l-interess tiegħu qabel ma jsir jaf iktar dwar il-kwestjoni li tkun qed tiġi diskussa f'dak il-bord.", "Niġi issa għal paragrafu (a) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 19 li ssemmi l-kwalifiki ta' min imexxi stabiliment ta' akkomodazzjoni.", "Hawnhekk qed jingħad li min jospita lit-turisti jew studenti ġewwa daru jeħtieġ li jkun ta' kondotta tajba, imma ma naħsibx li jagħmel sens li l-liġi qed tesiġi wkoll kwalifiki oħra ta' management li wieħed jippretendi mingħand min għandu lukanda.", "Inqajjem ukoll il-punt li din il-klawsola, li mbagħad hemm riferenza għaliha fi klawsola 20, ma ssemmix x'inhuma l-kwalifiki meħtieġa.", "Taħt din it-taqsima jissemma wkoll il-klassifikar u l-monitoring ta' l-istabilimenti.", "Dan ix-xogħol kien isir mill-field officers u mill- membri tal-bord ta' l-HCEB u naħseb li għadu jsir hekk ukoll.", "Jien nisħaq fuq l-importanza taż-żamma ta' standards, iktar kważi minn żamma tal-livell ta' l-istruttura ta' l-impjant.", "Issa tajjeb li wieħed isemmi xi ħaġa dwar il-field officer unit.", "Meta l-Ministru tkellem illum dwar dan is-suġġett kien kritiku - u anke meta kien fl-oppożizzjoni - mhux għax huma ħżiena n-nies u lanqas minħabba l-kapaċitajiet tagħhom imma għaliex kien hemm ftit wisq, ma kellhomx back- up u lanqas kellhom liġi li setgħu jamministraw tajjeb.", "Veru li forsi qed jistenna li tgħaddi din il-liġi għax f'dawn is-sena u erba' xhur kemm ilu l-Labour Party fil-gvern għadu fil-fatt ma sar xejn biex iżid in-numru, jagħtihom status ogħla u biex iħarreġ field officers ġodda.", "Jien ngħid li jista' jagħmel agħar milli jirrekluta nies gradwati ta' l-ITS għal field officers u għalhekk forsi jitħajjar jagħtihom status ogħla.", "Niftakar li l- kap tad-dipartiment ta' dak iż-żmien - li llum qiegħed hawnhekk konsulent tal-Ministru - kien ippreżenta pjan biex jitressaq quddiem il-gvern tal- ġurnata, quddiem is-civil service fil-fatt, fejn kien hemm organigram tar- responsabbiltajiet u gradi u anke l-mission statement ta' dawn il-field officers.", "Jien qed ngħid dan għaliex l-iskop tiegħi huwa mhux biss li nikkritika imma anke li nagħmel suġġerimenti u ngħin.", "In any case, dan il- każ tal-field officers għandu jkun priority number one tal-Malta tourism authority.", "Il-Ministru kien jilmenta wkoll dwar l-istatistika u sal-lum tista' tgħid li l-pożizzjoni għadha ma nbidlitx.", "Kumbinazzjoni llum ħarġet l- istatistika ta' l-arrivals tas-sena kollha, inkluż Diċembru - fir-rapport ta' ħidma tal-ministeru li ħareġ f'Jannar wieħed isib statistika sa Settembru 1997 biss - u jkolli nistqarr li ċ-ċifri mhumiex wisq inkoraġġanti, speċjalment meta nara li f'Diċembru tlifna mis-suq Ingliż, allavolja hemm tant sussidju għal dak is-suq u l-isterlina hija tant b'saħħitha.", "Veru li matul is-sena morna aħjar mis-sena ta' qabel - dan kien previst ukoll - imma huwa ħażin li titlef f'Diċembru u mill- indikazzjoni li għandi jien naħseb li f'Jannar dak is-suq ma marx tajjeb lanqas.", "Naħseb li hu preokkupanti wkoll is-suq Tedesk.", "Veru hawnhekk l- istatistika tgħid li żidna xi 8,000 ruħ fuq is-sena ta' qabel pero', meta niftakru li fl-1997 il-Frosch ġabu dik il-massa ta' 35,000 turist mill- Ġermanja u ż-żieda hija ta' 8,000, insibu li ma kienx hemm żieda effettiva, u l-agenziji l-oħra naqqsu ħafna wkoll.", "Kif qal il-Ministru stess, minħabba li ġewwa Franza fallew ħafna aġenziji, riċentement is-suq Franċiż ma tantx kien tajjeb u wieħed jittama li jitjieb.", "Meta ngħid \"jittama\" ma nkunx qed ngħidha biċ-ċajt għax tabilħaqq irrid lil din l-industrija timxi 'l quddiem u mhux li jkollna żelqa lura.", "Jien naf li l-Ministru ma jkunx qed jaħbi l-figuri pero' kif qed jiżviluppaw l-affarijiet din is-sena - u ngħid li r-rapport tas-Central Bank jaqbel mija fil-mija ma' dak li għidt fid-dibattitu dwar il-budget - ninsab konfortat ukoll minn dak ir-rapport li għadu kif ħareġ ta' Deloitte & Touche li qed jindikaw nuqqas ta' profitability, nuqqas ta' achieved room rate u nuqqas fil-medja ta' guest nights.", "U dwar dan nixtieq ngħid ukoll li mil-lat ta' l-istatistika, l-aħħar ċifra li għandna hija ta' 9.2 guest nights għal kull turist, u din twassalna sa Lulju 1997.", "Illum ninsabu fi Frar ta' wara mhux Frar ta' qabel!", "Jien naħseb li hija t-tama ta' kulħadd li d-decline tiġi bottomed out u din is-sena ma nkunux fl-istess livell, scraping the bottom imma nkunu qed inħarsu 'l fuq sostanzjalment.", "Importanti ħafna li t-turiżmu jiġi mgħammar b'taqsima pro-attiva.", "Naf li hemm grupp ta' ħaddiema u executives fl-NTOM fuq research u statistika.", "Hemm bżonn li jissaħħaħ dan għaliex importanti li l-Ministru u l-industrija jkollhom sinjali kmieni ta' x'hemm bżonn isir għax inkella l-istatistika sservi biss bħalma jservi ċertifikat tat-tabib li joħroġ wara l-mewt tal- pazjent!", "Subklawsola (1) ta' klawsola 21 issemmi klassifikar ta' abitazzjonijiet ta' btala.", "Naħseb li din saret bi żvista u nissuġġerixxi li naraw sew il- parti interpretattiva biex toħroġ sew id-distinzjoni bejn post li jinkera self-catering lit-turisti, holiday premises, dawk li jinkrew fuq long and short lets, kif ukoll post fejn turist, student jew mhux, ikun qed joqgħod ma' min qed jokkupa dik id-dar.", "Klawsola 23 ma narax li tagħmel ħafna sens lanqas għax, safejn naf jien, meta jkun hemm lukanda li jkollha aktar minn catering outlet wieħed ma jiġix ikklassifikat l-outlet imma hija l-lukanda li tiġi kklassifikata.", "Jekk mhux hekk din il-klawsola għandha tinbidel għax l-outlets tal- catering ma jiġux ikklassifikati separatament imma jieħdu l-klassifika tal- lukanda.", "Kif għidt fil-bidu, bi tweġiba għal rimarka li għamel xi ħadd across the floor, jien naħseb li klawsoli 24 u 25 huma anakroniżmi fid-dinja tal-lum.", "Illum it-turist ma jiġix mitlub jimla formoli u jiffirma reġistri imma jagħti l-passaport lir-receptionist li jirreġistrah u jagħtihulu lura.", "Issa ngħaddi għal Taqsima IV ta' dan l-abbozz.", "L-ewwel mistoqsija li nixtieq nagħmel hawnhekk hija din: Għaliex il-liġi donnha tippermetti li x- xogħol ta' destination management jista' jsir biss minn kumpannija u mhux minn individwu?", "Hawnhekk qed nitkellmu biss dwar destination management company.", "Nixtieq nistaqsi wkoll għaliex qed issir din id-distinzjoni bejn dan it-tip ta' xogħol u xogħol ieħor li huwa incoming li jagħmlu l-aġenti?", "Għaliex f'dan il-każ ma tinħariġx liċenzja jekk persuna ma tkunx kumpannija?", "Veru li dan huwa xogħol speċjalizzat li jirrikjedi esperjenza u professjonalita` kbira iżda ma nistax nifhem kif kumpannija jista' jkollha l-professjonalita` u l-esperjenza u l-individwu le.", "Jidhirli li hawn ukoll hemm bżonn ta' xi emenda.", "Dan huwa qasam importanti ħafna għall-industrija Maltija, qasam li għandna bżonnu u m'għandniex nagħmlu ostakli.", "Jekk ikun hawn xi ħadd li jrid jagħmel dan it-tip ta' xogħol u m'huwiex kumpannija u jrid jagħmel l-affarijiet għal rasu - għax wara kollox il-kumpannija ma tagħmel xejn ħlief tillimita r-responsabbilta`, mhijiex xi ħaġa li jkollok iktar professjonalita` u iktar esperjenza - jien ma jidhirlix li għandna nillimitaw u ma nippermettux li bniedem waħdu jaħdem f'din l-isfera ta' xogħol meta hu lest biex jaffronta flusu kollha u ħiltu kollha għall-inizjattiva tiegħu.", "Niġi issa għal klawsola 28 ta' Taqsima IV li ssemmi l-kondizzjonijiet li taħthom tinħareġ liċenzja ta' aġent ta' l-ivvjaġġar, fosthom li jkun kopert b'polza ta' assigurazzjoni.", "Ċertament m'iniex qed noġġezzjona għall-fatt li jrid ikun hemm polza ta' assigurazzjoni iżda nistaqsi għaliex din il- kondizzjoni mhijiex inkluża fl-oqsma l-oħra.", "Jien naqbel magħha jekk l- iskop hu li meta l-klijent jingħata servizz ħażin ikun jista' jiġi kkompensat.", "Imma għaliex ma tinbeniex sistema bħall-ABTA, speċjalment għall-outgoing?", "Għaliex m'aħniex nagħmluha tassattiva li post ta' akkomodazzjoni jkollu public liability insurance?", "Jekk se jidħol il- prinċipju ta' insurance għandu jidħol f'kollox.", "B'hekk ma nkunux qed nagħmlu piżijiet żejda fuq ħadd, għax min hu serju u min imexxi tajjeb diġa` għandu insurance.", "Inkunu qed niżguraw biss is-serjeta` li kull operazzjoni turistika tkun koperta b'polza ta' assigurazzjoni adegwata biex tilqa' għal kull telf li jista' jġarrab il-klijent tort ta' dik l- operazzjoni.", "F'dan ir-rigward tajjeb li nagħmlu domandi oħrajn.", "Min hu dan il-klijent li aħna qed nipproteġu?", "Hu l-lukandier li jieħu r-riskju ma' l-aġent ta' l- ivvjaġġar?", "Hu the incoming tourist li jieħu r-riskju ma' min kien marbut jipprovdilu servizz?", "Hu the outgoing tourist, fi kliem ieħor il-Malti li jsiefer u ma jsibx dak li jkun ġie mwiegħed?", "Hu l-aġent ta' l-ivvjaġġar stess li ma jingħatax is-servizz miftiehem ma' min kellu jipprovdih?", "Hemm ħafna mistoqsijiet pero' f'dan il-kontest irrid infakkar li d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea - għalkemm m'aħniex fiha - jorbtu lil kull min jipprovdi servizz f'Malta lil ċittadin li jkun ġej minn pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk nonqsu vis-a-vis dak il-klijent nibqgħu responsabbli għad- danni u anke għal penalitajiet oħra.", "Għalhekk jien nerġa' nisħaq li huwa importanti l-prinċipju ta' l-assigurazzjoni pero' dan m'għandux jidħol biss għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aġenti imma għandu jidħol b'mod ġenerali.", "Għaliex l-assigurazzjoni tissemma biss fejn jidħol l-aġent ta' l-ivvjaġġar?", "Jien qed inħeġġeġ lill-Ministru biex juża l-poteri li għandu taħt section 47, meta jiġi biex jagħmel ir-regolamenti, u jifrex il- ħtieġa li l-operazzjonijiet ikunu koperti b'insurance policy.", "Fil-bqija tal-klawsoli ta' dan l-abbozz, kif ukoll fit-taqsima supplimentari u l-iskedi, fil-fatt m'hemmx prinċipji nvoluti u għalhekk jien naħseb li m'hemmx lok għal dibattitu dwarhom, ħlief fl-istadju tal- Kumitat.", "Pero' nagħmel riferenza għal subartiklu (2) ta' artiklu 31 f'Taqsima IV li jgħid li l-aġenti tat-turiżmu li ġejjin minn barra għandhom, fi żmien 24 siegħa minn meta jkunu nnotifikati li l-prinċipal tagħhom ikun falla, jinformaw lill-Malta tourism authority.", "Irrid nistaqsi xi tfisser il-frażi \"jkunu notifikati\" għax hawnhekk qisna qed noħorġu b'xi proċedura ġdida.", "Ma naħsibx li hija spjegata sew fil-liġi u għalhekk nissuġġerixxi emenda żgħira għaliex naħseb li jkun aħjar ħafna kieku ngħidu \"minn mindu jsir jaf\".", "Fit-Taqsima V l-abbozz jitkellem dwar il-liċenzji li għandu jkollu dak li jmexxi negozju ta' operatur ta' ġiti organizzati.", "Wara l-formola normali - din tal-formola ssibha kullimkien f'din il-liġi - niġu għal paragrafu (a) ta' klawsola 33 taħt l-istess taqsima, li fl-ewwel parti jgħid hekk:", "\"hija persuna tajba, xierqa u kwalifikata biex tmexxi n-negozju ta' operatur ta' ġiti organizzati;\" Għal darba oħra nerġa' nistaqsi: X'inhuma dawn il-kwalifiki?", "Minn din il- liġi l-kwalifiki ma joħorġux.", "Jien naħseb li jkun aħjar kieku l-Ministru jagħti spjega x'għandu f'moħħu jew x'inhu l-parir ta' l-esperti dwar dan.", "Paragrafu (b) jgħid li:", "\"il-persuna li tapplika għal dik il-liċenza jkollha mezzi xierqa għad- dispożizzjoni tagħha għat-tmexxija xierqa u effiċjenti ta' ġiti organizzati.\"", "Naħseb li jkun xieraq li l-Ministru jgħidilna x'irid ifisser b'\"mezzi xierqa\".", "Irid ifisser li l-organizzatur ikun qiegħed fi stat finanzjarju tajjeb?", "Jekk inhu hekk, minn meta l-Gvern beda jindaħal f'dawn l- affarijiet?", "Dawn huma affarijiet kummerċjali.", "\"Mezzi\" tfisser organizzazzjoni ta' coaches, minibuses, dgħajjes, pleasure cruises u affarijiet bħal dawn?", "Jekk qed jirriferi għal dawn qed ngħidu li l- liċenzja jista' jeħodha biss min għandu l-mezzi tat-trasport, għax hu biss jaf xi trasport se jkollu.", "Kif inhuma l-affarijiet f'dan il-pajjiż, meta inti qed tikri mingħand garage jew mingħand kumpannija li tipprovdi l- coaches ma tkunx taf hijiex se tikrilek l-istess coach.", "Darba jista' jagħtik waħda tajba ħafna u darba oħra jista' jagħtik coach li ma tantx tkun tajba.", "Allura jekk ħaddieħor jipprovdilek coach li ma tkunx tajba - issa qed nitkellmu dwar il-coaches u mhux dwar il-finanzi - titlef il- liċenzja?", "Jekk inti m'għandekx il-coaches u trid tikrihom, f'liema pożizzjoni tkun qiegħed?", "Naħseb li huwa importanti li almenu t-test Malti jiġi drafted b'aktar peċiżjoni.", "Taqsima VI tittratta dwar il-gwidi.", "Paragrafu (b) ta' klawsola 37 isemmi l- għotja ta' liċenza skond il-policy tal-Gvern.", "Jien nixtieq nistaqsi x'inhi l-policy tal-Gvern dwar l-għoti ta' liċenzji llum, apparti li dawn iridu jgħaddu minn eżami.", "Importanti li din tiġi ppubblikata u l-Ministru jista' jieħu l-opportunita` fil-winding-up biex jgħidilna x'inhi l-policy attwali tal-ħruġ tal-liċenzji għall-gwidi.", "Issa niġi għal Taqsima VII, intitolata \"Twettiq Ta' Kontroll\".", "Nerġa' ngħid li l-ħtieġa li jkun hemm kontroll kienet iż-żerriegħa li minnha nibtet din il-liġi.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 41 fost affarijiet oħra titkellem dwar attivita` li tkun qed issir bla permess jew liċenzja, liema attivita` - u hawn nikkwota -", "\"... fil-każijiet li ma jirrigwardawx attivita' turistika li ma tkunx liċenzjata, li l-attivita` turistika tieqaf minnufih jew li l- irregolarita` tiġi rranġata.\"", "Jien ma tantx qed nifhem x'qed jingħad.", "Jien fil-fatt nemmen fid- dixxiplina u ċertament fl-inforzar tal-liġijiet ukoll.", "Imma xi tfisser attivita` mhux turistika?", "Jekk tkun attivita` li ma jkollhiex liċenzja mill- ministeru tat-turiżmu jew xi ħaġa konnessa mat-turiżmu, il-Malta tourisim authority ikollha s-setgħa twaqqafha wkoll jekk turist jiġi nvolut?", "Per eżempju, l-Malti f'Għawdex u l-Għawdxi f'Malta mhumiex turisti ukoll?", "Naf li fil-parti interpretattiva t-tifsira ta' \"turist\" ma tkoprix lill-Maltin u l-Għawdxin pero' jien naħseb li huwa importanti li f'dan ir-rigward ma niddistingwux bejn barranin u Maltin.", "Kulħadd għandu jkollu l-istess protezzjoni minn kull operatur fis-suq turistiku għax inkella naslu f'pożizzjoni li jekk jien immur f'lukanda għandi protezzjoni taħt liġi u jekk turist barrani jmur f'lukanda oħra għandu protezzjoni addizzjonali taħt leġislazzjoni differenti.", "Forsi wieħed iħares lejha minn dak il- lat.", "Għalhekk naħseb li fl-istadju tal-Kumitat jenħtieġ li l-klawsoli ta' din it-taqsima jiġu diskussi b'iktar reqqa u dettall, speċjalment subklawsola (2) ta' klawsola 42 li titkellem dwar il-projbizzjoni ta' ħruġ ta' mandati kawtelatorji.", "Jien fil-fatt naqbel mal-konċett u nifhem l- iskop iżda nistaqsi jekk huwiex se jintlaħaq l-iskop bil-liġi kif inhi abbozzata.", "Nerġa' ngħid ukoll li f'din it-taqsima għandha tidħol il-klawsola li semmejt u rripetejt il-ħtieġa tagħha, biex nipprovdu li l-prova tal-ħtija tiġi nvertita, li ma tkunx il-Malta tourism authority li trid tipprova l- ħtija iżda li l-operatur li jkun naqas irid jipprova l-innoċenza tiegħu.", "Jien naħseb li huwa importanti li aħna nagħmluha.", "Pero' nħallu din il- parti, kif għidt, għal aktar 'il quddiem.", "Jien se nagħlaq din il-maratona ta' diskors billi nfakkar lill-Ministru f'partijiet minn dak li kiteb dwar l-awtorita' fir-rapport ta' ħidma.", "M'iniex se naħli l-ħin biex inwieġeb ċerti rimarki gratwiti u ġeneriċi li hemm fir-rapport.", "Hawnhekk il-Ministru jgħid li l-għanijiet prinċipali ta' din l-awtorita` huma li tagħti aktar sehem lill-privat fit-tmexxija ta' l- industrija u li tagħti iktar saħħa legali fl-inforzar tal-liġijiet.", "Jien nerġa' nisħaq li kif inhi mfassla l-liġi dawn l-għanijiet li qed jgħid li jaqbel magħhom il-Ministru, naqbel magħhom jien u jaqbel magħhom kulħadd m'aħniex se nilħquhom.", "Jien diġa' spjegajt għaliex u nittama biss li l- Gvern jaċċetta dawn is-suġġerimenti li qegħdin nagħmlu.", "Nixtieq infakkar biss li dak kollu li semmejt u li ma jiġix milqugħ mill-Gvern biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-settur privat u jagħmel minn din il-liġi strument ta' kontroll effettiv, mil-lum Gvern Nazzjonalista ieħor jimpenja ruħu li joffrih lis-settur privat għax jemmen li dan hu għall-ġid ta' l- industrija u li s-settur privat għandu jkollu vuċi akbar fid-deċiżjonijiet strateġiċi u t-tmexxija tat-turiżmu.", "Nixtieq nirringrazzja lilek, Sur President, u anke lill-Ministru ta' l- attenzjoni li biha segwejtu dan id-diskors.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Nirringrazzjak, Sur President, talli tajtni l-kelma.", "Jien smajt b'attenzjoni kemm il-kummenti li għamel il-Ministru, kif ukoll ir-rimarki li għamel l-Onor.", "Refalo, u nista' ngħid li qbilt ma' ħafna mill-affarijiet li ntqalu mill-aspett legali u anke għall-iskop ta' preċiżjoni meta niġu għall-interpretazzjoni.", "Pero' nixtieq nagħmel kumment introduttorju, fis-sens li f'dan il-Parlament qegħdin niddiskutu awtorita` importanti li se titwaqqaf għall-ewwel darba.", "Minkejja li t- turiżmu jirrappreżenta 40% tal-prodott gross domestiku, diversi gvernijiet suċċessivi qatt ma ħassew il-ħtieġa li jagħmlu kif qed jagħmel il-Gvern Malti mmexxi mill-partit tagħna, li jiġi fil-Parlament u jagħmel liġi li twaqqaf awtorita` tat-turiżmu.", "Nieħu gost li din se titwaqqaf u naqbel ħafna mal-kumment li għamel l-Onor.", "Refalo li din l-awtorita` għandha tissejjaħ il-Malta tourism authority, bħalma ngħidu l-Malta Maritime Authority.", "Jiġifieri qegħdin naqblu fuq il-konċett u anke għall-iskop ta' bejgħ ta' prodott, naħseb li jkun utli li l-kelma \"Malta\" tiżdied mat-titlu biex tiġi Malta tourism authority.", "Dan huwa pass pożittiv li Gvern Laburista qiegħed iniedi pero' jien xtaqt at inception insemmi punt ieħor importanti li għandna nżommu quddiem għajnejna meta qed niddiskutu din l- awtorita'.", "Fil-kamp tat-turiżmu aħna għandna leġislazzjoni mifruxa u jkun utli li nilqgħu suġġeriment li kien sar minn student tal-liġi li fit-teżi tiegħu fuq tourism legislation kien qal li għandu jkollna liġi waħda dwar it- turiżmu.", "Għandna naraw kif diversi leġislazzjonijiet - bħalma hija l-Hotels and Catering Establishments Act ta' l-1967 u diversi Atti li meta ġew għat- test quddiem il-qrati dejjem invokajna parti minnhom - ninkorporawhom f'liġi waħda.", "Mhux se ngħid li jkollna codice del turismo, bħalma għandhom fl-Italja, imma jkollna liġi waħda ut sic.", "Per eżempju, kien hemm diversi każijiet fejn ir-rent regulation laws ġew ittrattati f'kontest ta' turiżmu.", "Diġa' semmejt il-Hotels and Catering Establishments Act, li tittratta l- kondizzjonijiet tal-liċenzja.", "Għandek ukoll ċerti poteri li qegħdin vestiti fil-Kummissarju tal-Pulizija.", "L-Import Duties Act tista' tkun ukoll ta' portata għat-turiżmu, bħalma hija l-Immigration Act, speċjalment artiklu 31, fejn għandna li huwa d-dover ta' \"hotel keeper to keep a register of all persons staying at his premises\".", "Anke fl-Aids to Industries Ordinance ta' l-1959 hemm riferenza ta' portata għat-turiżmu.", "Sur President, filwaqt li l-Gvern Laburista, wara diversi gvernijiet suċċessivi, qed jagħti l-prijorita` li tixraq lit-turiżmu billi qed jipproponi li nwaqqfu awtorita` tat-turiżmu, bħalma għandna awtoritajiet f'oqsma oħra, għandna nżommu quddiem għajnejna wkoll kemm huwa importanti li dawn il-liġijiet li jolqtu l-industrija tat-turiżmu ninkorporawhom taħt liġi waħda.", "B'hekk fuq naħa jkollna l-aspett regolatorju ta' kif għandha taħdem din l-awtorita` - u allura l-forza legali sovrana ta' pajjiżna, il- Parlament Malti, ikollu wkoll il-kontroll għaliex, bħall-awtoritajiet l- oħra, darba f'sena niddiskutu din l-awtorita` - u jkollna wkoll il-liġijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu nkorporati f'qafas wieħed.", "Jekk hemm ministeru li wieħed jista' jgħid li qed jitmexxa tajjeb, żgur li huwa l-ministeru ta' l-Onor.", "Karmenu Vella.", "Fil-fatt din l-awtorita` qed issir fi żmien meta l-Gvern qiegħed jaħdem - bir-rispett kollu lejn il- kollega tiegħi l-Onor.", "Psaila Savona - biex iżomm darba għal dejjem id- downward trend li konna qbadna fis-sentejn ta' qabel ma tlajna aħna fil- gvern, liema tendenza toħroġ mill-figuri li l-istess Gvern preċedenti kien jippubblika.", "Din l-awtorita` se titwaqqaf fi żmien meta l-Gvern Laburista qed jagħti attenzjoni kbira lis-settur tat-turiżmu u l-ħidma tiegħu hija kkonċentrata biex noħolqu proċess turistiku flok sistema ta' soluzzjonijiet bl-iskossi.", "Sur President, dan qegħdin nagħmluh permezz ta' a basketful of plans, guidelines u policies, biex nuża t-terminoloġija li wżajna meta ddiskutejna l-housing.", "B'hekk jiġi żviluppat prodott aħjar, b'value for money ogħla, u jiġi promoss b'metodi aktar effettivi u jkun immirat lejn kwalita` mħallta ta' turisti.", "Fil-fatt, kif semma l-Ministru diversi drabi, matul is-sena li għaddiet inkisbu riżultati aħjar mis-sena ta' qabel.", "Jiena nieħu ġost li l- Oppożizzjoni Nazzjonalista, forsi kuntrarju għas-snin ta' qabel, din id- darba qiegħda tirrikonoxxi dan u qiegħda tissuġġerixxi xi emendi għall- abbozz biex ikollna interpretazzjoni ċara tal-liġi.", "Dawn għandna nikkonsidrawhom fl-istadju tal-Kumitat, jekk huma fl-aħjar interess ta' l- operat ta' l-istess liġi li trid tkun waħda operattiva.", "Din is-sena kienet sena aħjar minn ta' qabel mhux biss fl-ammont ta' turisti imma wkoll f'dak li huwa qligħ.", "L-Onor.", "Refalo semma li naqsu l-impjiegi f'dan is-settur imma mill-istatistika li joħroġ il-gvern stess anke fl-impjiegi morna aħjar din is-sena.", "Jien irrid inżid li anke bit-tneħħija tal-VAT, il-prodott tagħna sar aktar kompetittiv u s-settur sar aktar profitable.", "Fil-verita`, bl-introduzzjoni ta' l-ETS, il-hoteliers, ir-restaurateurs u l-handling agents marru ħafna aħjar.", "Hawnhekk qegħdin nuru kemm verament it-turiżmu sar aktar minn just a major contributor to our national economy.", "Hawnhekk qed nagħtu our due share of attention biex dan ikun settur ta' prijorita` nazzjonali.", "Naħseb li kulħadd jaf li s-sistema l-ġdida ta' tassazzjoni għamlet lit-turiżmu Malti verament aktar kompetittiv u tat nifs ġdid lil-lukandi u r-ristoranti kollha biex ikunu jistgħu joffru prodott aħjar bi prezzijiet aktar kompetittivi lit-turisti li jżuru l-gżejjer tagħna.", "Jiena nemmen li t- tneħħija tal-VAT minn fuq it-turiżmu għenet biex tieqaf l-emorraġija li kienet ħakmet lil dan il-pilastru ewlieni ta' l-ekonomija Maltija.", "Nafu li bil-VAT il-prezz ta' vaganza f'Malta kien għola u l-effetti negattivi tat- turiżmu bdew jinħassu fl-aħħar sentejn fost lukandiera u sidien ta' stabilimenti.", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid jarahom.", "Mela l-ewwel punt huwa li din l-awtorita` qed issir fi żmien meta l-Gvern qed iħares b'mod prijoritarju lejn il-qasam tat-turiżmu.", "Niġi għat-tieni punt.", "Aħna nemmnu li jekk ikun hemm din l-awtorita` nazzjonali tat-turiżmu, se jibda jitjieb il-prodott għax ikollna xi ħaġa regolatorja.", "Diġa` beda u qed isir titjib fl-infrastruttura f'żoni turistiċi bħal Buġibba.", "Bdew jittieħdu wkoll diversi passi biex jintlaħqu l-istandards tas-servizzi f'outlets turistiċi.", "Iddaħħlet iktar serjeta` u dixxiplina f'oqsma relatati mat-turiżmu, bħalma huma t-taxis.", "Ġew imnedija proġetti f'Malta u f'Għawdex, bħalma huma golf courses, marinas u casinos.", "Twaqqfet ukoll sezzjoni f'Malta għall-iżvilupp u għat-titjib tax-xtut għall-bajjiet ta' San Ġorġ, Sliema, Buġibba, Mellieħa u postijiet oħra.", "Naf ukoll li ġie mniedi proġett ta' sea terminal mill-ministeru tat-turiżmu, apparti li nħarġu wkoll linji ta' gwida għal żvilupp ta' proġetti u estensjonijiet ġodda ta' lukandi u complexes.", "Again, din l-awtorita` qiegħda ssir fi żmien meta l-Gvern qiegħed iħares bi prijorita` lejn is-settur tat-turiżmu għax hu konvint li dan il-qasam biss jista' jsalva s-sitwazzjoni tagħna.", "L-ex-Ministru Refalo qal li l-liġi ma tagħtix saħħa biżżejjed lis-settur privat.", "Imma l-Ministru Vella, għan-nom tal-Gvern Malti, qiegħed jara li jkun hemm relazzjonijiet aħjar mas-settur privat u f'diversi klawsoli tal- liġi, li niċċita iktar 'il quddiem, jinħass li qed jikber sew is-sehem tal- privat u nemmnu li għandu jkompli jikber.", "Allura qegħdin indaħħlu lis- settur privat fil-korp leġislattiv tagħna u anke fl-ippjanar u fl- eżekuzzjoni tax-xogħol.", "Saret ħidma kbira fuq diversi proġetti, policies u taħriġ, filwaqt li se nkomplu nagħtu iktar spazju permezz ta' din il-Malta tourism authority.", "Issa wieħed jistaqsi xi pjan se timxi fuqu l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu.", "Fir-realta` l-Gvern qiegħed jgħaqqad l-interessi ta' ħafna oqsma fis-settur u għall-ewwel darba qed jiġi mfassal pjan strateġiku għall-industrija tat-turiżmu Maltija fuq medda ta' sentejn, li jkun rivedut u estiż kull sena.", "Jiġifieri b'dan qegħdin nidentifikaw x'inhuma l-problemi, qegħdin inressqu r-rimedji u qed infasslu pjan ta' implimentazzjoni li jittratta l-ħames oqsma li se jkun hemm f'din l- awtorita', li daħal fid-dettall dwarhom l-Onor.", "Refalo.", "Aħna qegħdin niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi li qed iwaqqaf awtorita` tat-turiżmu ħalli dak li għamilna qabel b'mod proattiv nagħtuh l-istruttura legali biex ikun jista' jaħdem.", "Forsi jkun hawn min jgħid li dan l-Att huwa a fresh start f'diversi affarijiet.", "Jiena nemmen li din hija politika fejn qegħdin inkomplu nsaħħu dak li kien tajjeb qabel - għaliex il-Leader tagħna dejjem jgħid li dak li hu tajjeb irridu nibnu fuqu; why not! - pero' dan huwa a fresh start, fis-sens li filwaqt li l-istruttura ta' qabel u l-goodwill ta' l-NTOM imxew u qegħdin hemm, b'dan l-Att qegħdin nagħmlu enfasi akbar fuq dak li huwa enforcement.", "Rigward dak li ssuġġerixxa l-Onor.", "Refalo dwar l-enforcement f'diversi sections, jiena naħseb li all the better jekk ikun hemm iktar enforcement għaliex at the end of the day dak huwa l-iskop tagħha.", "Jiġifieri aħjar tkun dejjem aktar qawwi f'dak li huwa enforcement għaliex fl-aħħar mill- aħħar il-pajjiż stess jibbenefika b'dan il-mod.", "Jiġifieri barra dan l-Att qegħdin ngħidu li għandna a basic strategy f'dawk li huma national minimum standards of service li wieħed jista' jipproġetta b'mod internazzjonali.", "Jiġifieri nistgħu ninterpretaw ħafna mill-kummenti li għamel l-Onor.", "Refalo anke f'dan is-sens.", "Wieħed jistenna li bħala riżultat ta' dawn il- penalties li se jiġu mposti, numru kbir ta' holiday flats li m'humiex reġistrati u li huma unfair competition għal min huwa operatur serju, issa jibdew jikkonformaw u, jekk le, they will have to face the music.", "Hawn tidher is-serjeta` u l-impenn ta' dan il-Gvern li mhux biss qed jgħid li jemmen li t-turiżmu biss jista' jsalva l-ekonomija ta' pajjiżna għaliex, kif għidt jien, il-figuri juru li mill-inqas 40% tal-kejk nazzjonali jiġi mit-turiżmu, imma qiegħed attent ħalli fejn wieħed jonqos jiġi ppenalizzat ukoll.", "Wieħed jista' jargumenta li din l-istruttura organizzattiva ġdida se tkun aktar effiċjenti biex nużaw ċerti termini maniġerjali u allura naqblu li kull impenn f'din id-direzzjoni jagħmel sens.", "Madam Speaker, daqqa t'għajn lejn dan l-abbozz ta' liġi turina li dan l-Att huwa maqsum f'disa' taqsimiet, b'tali mod li wieħed jista' jittekkilja kwalunkwe problema in a piecemeal fashion, iżda importanti ħafna ngħid jien li nħarsu lejn il-Malta Tourism Services Act b'mod globali.", "Ċertament li naqblu lkoll dwar l-għanijiet u l-funzjonijiet ta' dan l-Att, jiġifieri li titwaqqaf awtorita` li tippromwovi u tavvanza lil Malta bħala destinazzjoni turistika u anke tagħti parir lill-gvern fuq il- liċenzjar ta' operations turistiċi u anke li jkun hemm monitoring, klassifikar u kkontrollar tal-liċenzji f'diversi funzjonijiet oħra, fosthom il-kontribuzzjoni biex wieħed itejjeb il-livell tal-human resources in the toursim industry.", "Jiena qed nieħu ġost li fl-istitut għall-istudji turistiċi, li kien jeżisti wkoll taħt il-Partit Nazzjonalista, hemm team mill-management efficiency unit biex ifassal rapport fuq il-qagħda ta' l-ITS.", "Dan għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu u nħatar interim managment board biex jimplimenta dan l-istess pjan.", "Nafu wkoll li saret sistema ta' modular courses li tat aktar flessibbilta`, aktar varjeta` u livell ogħla ta' taħriġ u tagħlim lil numru akbar ta' studenti.", "Fil-fatt daħlu 373 student f'Ottubru ta' l-1997 u se jkun hemm intake ieħor fi Frar.", "Mhux biżżejjed li ngħidu, kif hemm stipulat f'paragrafu (d) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 5, li waħda mill-funzjonijiet ta' l-awtorita` tkun \"to contribute towards the improvement of the level of human resources in the tourism industry\", imma fil-fatt qegħdin nippreparaw lill-istudenti tagħna biex ikunu mħejjija b'mod tajjeb.", "Funzjoni oħra ta' l-awtorita` se tkun, kif hemm stipulat f'paragrafu (e) ta' l-istess klawsola 5:", "\"to advise Government on the planning and development of the tourism industry as well as on the infrastructure supporting the tourism industry.\"", "L-awtorita` se tkun tista' tagħti pariri lill-gvern għaliex hija vestita bl- ikbar knowledge dwar l-industrija tat-turiżmu.", "Il-mod kif se jkunu magħżulin in-nies fil-każ ta' l-appelli jirrifletti li hemm ir-rieda li jkollna l-aħjar nies, u hemm bżonn li jkun hemm l-aħjar nies taħt kull gvern, għaliex l-industrijia tat-turiżmu hija xi ħaġa li għandha tgħaqqadna.", "Jista' jkun hemm diversita` fl-implimentazzjoni imma għandu jkun hemm unita` fil-ħsieb li hija din l-industrija li tista' verament tikkontribwixxi għall-ġid tal-pajjiż.", "Finalment paragrafu (f) ta' l-istess klawsola 5 jgħid li funzjoni ta' l- awtorita` tkun:", "\"generally to assist and advise Government on any matter relating to or affecting tourism.\"", "X'inhuma dawn il-matters which generally affect tourism?", "Hemm diversi affarijiet, bħalma semmejna l-infrastruttura li trid issir għaliex hija importanti.", "Pero' taħt din il-klawsola jaqgħu affarijiet bħalma huma l-Air Malta.", "Skond l-istess awdituri, l-Air Malta kienet f'qagħda finanzjarja kritika u fl-1993 kienu qegħdin jittieħdu deċiżjonijiet ħżiena, li kellhom effett ħażin mhux biss fuq l-istess kumpannija imma anke fuq it-turiżmu.", "Ħafna rotot inqalbu minn charter għal schedule operation u tlifna ħafna xogħol ta' l-operaturi.", "Allura hawn tidħol l-għajnuna u l-pariri li l-awtorita` tagħti lill-gvern f'affarijiet li jolqtu lit-turiżmu direttament jew indirettament.", "F'dan il-każ l-Air Malta hija konnessa direttament ma' l- industrija tat-turiżmu.", "Din is-sena l-Air Malta ħadet ħsieb tikkonsolida l-qagħda finanzjarja tagħha, għamlet reviżjoni tar-rotot u bdiet id- diskussjoni biex tbiddel il-flotta tagħha biex f'April tas-sena li ġejja tibda taħdem bil-B737 series 300 minflok l-RJ70s.", "Jiġifieri f'din il- klawsola qegħdin ngħidu li l-awtorita` se tagħti pariri lill-Gvern anke dwar l-Air Malta.", "Wieħed jista' jsemmi l-Mediterranean Conference Centre, il-pjan nazzjonali għat-turiżmu u l-hotels and catering establishments board, kollha matters relating to tourism.", "B'riferenza għall-hotels and catering establishments board, għalkemm sar ħafna titjib fil-4 u 5-Star hotels, għad hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam, speċjalment fil-kategorija 3-Star, li għal ħafna snin ġiet injorata u ttraskurata.", "GĦalhekk bdiet tiġi studjata skema ta' għajnuna mhux finanzjarja lit-3-Star hotels u bil-klassifikazzjoni l-ġdida bdejna nagħtu iktar importanza lil dan is-servizz u l-bord li huwa responsabbli għaż- żamma ta' l-istandards illum irridu nagħtuh dik is-saħħa legali biex ikun jista' jinforza ż-żamma tal-kwalita`.", "Żgur li t-tindif tax-xtut jaqa' wkoll taħt matters affecting and relating to tourism.", "Din is-sena taħt il-Ministru Vella, is-sezzjoni konċernata għamlet xogħol ta' tindif ta' xtut u kuntratti lill-kunsilli.", "Wara bosta lmenti saru tibdiliet f'din is-sezzjoni, bl-għan li tiddaħħal aktar serjeta`, dixxiplina u aktar organizzazzjoni.", "Jien informat li f'Ottubru 1997 kien intlaħaq ukoll ftehim mal-Ministru tal-Ġustizzja - għaliex dak iż- żmien il-kunsilli kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-ministeru tal- ġustizzja u mhux taħt il-housing kif inhu llum - li permezz tiegħu l-Gvern jalloka numru minn dawn il-ħaddiema mal-kunsilli.", "Dan kollu juri li aħna fil-fatt tajna importanza lill-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu qabel ma twieled dan l-abbozz u llum permezz ta' klawsola 5 qed ngħidu x'inhuma l-funzjonijiet ta' din l-awtorita` nazzjonali tat-turiżmu.", "Subklawsola (3) ta' klawsola 5 tagħti l-poter lill-ministru biex jagħti bil-miktub dawk id-direttivi dwar il-policies u l-pjanijiet tal-Gvern li għandhom jiġu adottati u segwiti mill-awtorita`.", "Filwaqt li din il- klawsola tgħid x'inhuma l-funzjonijiet ta' l-awtorita` u tispeċifikahom, tgħid ukoll li l-ministru, fid-diskrezzjoni tiegħu - quite righty so, għaliex il-ministru huwa responsabbli individwalment u bħala parti mill- Kabinett - jagħti bil-miktub direttivi lill-awtorita` \"as regards the policies and plans of the Government to be adopted and followed by the Authority as he may deem appropriate, and the Authority shall, as soon as practicable, adopt and follow all such directives\".", "Dan huwa naturali.", "Meta l-ex-Ministru Refalo kien qed jikkummenta seta' forsi ta l-impressjoni li d-diskrezzjoni hija wiesgħa wisq.", "Pero' l-ministru huwa responsabbli politikament għall-pjani u għat-tfassil tal-politika tal-gvern kemm lejn il- Prim Ministru, il-primus inter pares, kif ukoll lejn il-forza legali fil- Parlament.", "L-Onor.", "Refalo tkellem dwar il-five executive directorates u qalilna li fl-istadju tal-Kumitat jitqanqlu l-emendi li hemm bżonn.", "Pero' huwa interessanti li t-tourism appeals board se jkollu a twofold jurisdiction.", "Hawnhekk jistgħu jsiru appelli minn persuna li tħoss ruħha aggravata b'deċiżjoni ta' l-awtorita` li tiċħad milli tagħti jew milli ġġedded liċenzja, u jistgħu jsiru appelli minn deċiżjoni li tirrigwarda l- klassifikazzjoni u r-riklassifikazzjoni ta' attivitajiet tat-turiżmu.", "Huwa importanti li meta tittieħed deċiżjoni minn din l-awtorita` wieħed ikollu ċ-ċans li jappella minnha.", "Fl-abbozz forsi ma rajtx biżżejjed dettalji dwar il-proċedura ta' l-appelli.", "Irridu naraw jekk il-proċedura li se tiġi adottata hawnhekk hijiex se tkun konformi mal-proċeduri ta' appelli minn deċiżjonijiet ta' awtoritajiet oħra.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 18 taħt Part III tgħid:", "\"No person shall run or operate a hotel, guest house, hostel, holiday premises or catering establishment unless he shall have previously obtained and is in possession of a licence in respect thereof.\"", "F'din is-section qed insemmu l-kliem hotel, guest house u hostel.", "Hawnhekk huwa importanti ħafna għall-korrettezza li d-definizzjoni li qegħdin nagħtu lill-kelma \"hotel\" fl-abbozz li qed iwaqqaf l-awtorita` nazzjonali tat-turiżmu tkun l-istess definizzjoni ta' hotel li nużaw, per eżempju, taħt il-Hotels and Catering Establishments Act.", "Jien għandi dubju kemm hija estiża d-definizzjoni ta' \"hotel\" taħt din il-liġi u kemm tirrifletti d-definizzjoni li hemm taħt il-Hotels and Catering Establishments Act.", "Għalkemm fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kienet saret xi emenda fejn wessajna l-kelma \"guest house\" pero' tajna l- power of enforcement.", "Huwa importanti li jkollna the right terminology u d-definitions iridu jkunu uniformi taħt l-Atti kollha.", "Nixtieq ngħid li t-turiżmu ma tantx ikollna ċans niddiskutuh ħlief waqt l- estimi, allura issa għandna l-opportunita` ta' din il-liġi u tajjeb li naraw ċerti affarijiet fid-dawl ta' x'qed jiġri f'pajjiżi oħra.", "Jien għandi ċertu materjal li forsi nkun nista' niddiskutih ma' l-awtorita` fuq il-liability tal-hotel keepers, fejn jirrelata mal-proprjeta` tal-guests, fejn tidħol injury tal-guests, jew ir-rights of the hotel keeper in relation to property brought to the hotel by his guests.", "Dawn huma affarijiet li fl-Italja kien hemm diskussjoni fuqhom u naħseb li anke f'pajjiżna huwa importanti li nsemmuhom meta qed niddiskutu l-awtorita` nazzjonali tat-turiżmu.", "Forsi qegħdin noħorġu ftit mill-parametri tas- suġġett pero' ċertament huwa importanti li nitkellmu dwarhom.", "F'ħafna mil- liġijiet tagħna, kemm fis-Civil Code, fil-Commercial Code, fil-Code of Police Laws, fil-Kostituzzjoni, fl-Aids to Industries Ordinance, fil-Food, Drugs and Drinking Water Act, hemm sections li għandhom x'jaqsmu mat- turiżmu.", "Allura nixtieq li jiġi attivament kkonsidrat li xi darba jkun hemm att leġislattiv li jinkorpora kollox.", "Tajjeb li bħalma saret il- Maritime Authority u l-Housing Authority, qed nagħmlu din l-awtorita` tat- turiżmu għaliex it-turiżmu huwa ekonomikament importanti għalina.", "Pero' huwa importanti li naraw x'hemm f'liġijiet oħra li għandu x'jaqsam mat- turiżmu u nipprovaw ninkorporawhom f'Att wieħed.", "Per eżempju, l-Ingilterra kellhom il-Food and Drugs Act, l-Innkeepers Liability Act, l-Occupiers Liability Act, it-Trade Description Act u kellhom il-Misrepresentation Act u minnhom ħarġu att leġislattiv wieħed.", "Jiġifieri għandna naraw x'hemm fil- kodiċi ċivili ta' diversi pajjiżi oħra li aħna naħdmu magħhom u li huma jiġu bħala turisti f'pajjiżna wkoll u nagħmlu qafas legali biex nissalvagwardaw it-turist li jiġi fil-pajjiż u anke l-interessi tal- hotelier Malti u ta' kull min jipprovdi servizz.", "Jien se nieqaf hawn pero' nixtieq nawgura lill- Ministru għax din l- awtorita` nazzjonali tat-turiżmu hija novita` li tkompli tikkonferma l- impenn sħiħ tal-Gvern Malti mmexxi mill-Partit Laburista biex it-turiżmu jieħu prijorita`.", "Jien m'iniex qed immaqdar l-inizjattivi, korretti kemm setgħu kienu korretti, tal-gvernijiet ta' qabel imma qed ngħid dan għaliex bil-fatti quddiem kulħadd qegħdin nagħtu xiehda li t-turiżmu mhux biss bil- policies u l-pjanijiet imma anke bil-korp leġislattiv tagħna rridu nsaħħuh billi jkun hemm l-accountability.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Madam Speaker, napprezza l-entużjażmu li tkellem bih l-Onor.", "Schembri Adami u għalkemm mil-lat legalistiku naqlagħlu l-kappell imma dwar dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu jkolli ngħidlu li daqqilna diska li laħaq sema' qabel.", "Tkellem b'ċertu entużjażmu fuq in- novita` ta' din il-liġi u qal li din turi l-impenn tal-Gvern Laburista preżenti, qisha din liġi qatt ma konna smajna biha qabel!", "Tkellem ukoll fuq l-affarijiet li saru tul dawn il-15-il xahar, fosthom is-sistema ta' taxi service li qed tiġi adoperata mill-ajruport tagħna, li hija ħaġa tajba, pero' l-introduzzjoni ta' golf courses, l-bini ta' marinas u t- twessigħ tal-kosta għadhom kollha kastelli fl-arja.", "Il-profitability li suppost qiegħda tagħmel l-industrija tat-turiżmu llum il-ġurnata hija sempliċement kwotazzjoni minn xi letteratura li ġiet f'idejh għaliex fil- fatt, allavolja kien hemm twaqqif tad-downward trend fit-turiżmu, ma tantx jidher li hemm din il-profitability mir-rapport li għamlu Deloitte & Touche.", "Issa ħalli niġi għal-liġi li għandna quddiemna.", "Din hija liġi xortiha tajba bħal-liġi dwar il-breathalyser u liġijiet oħra li kienu qed jiġu drafted mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti u għaddew minn dan il-Parlament għaliex kellhom il-ftehim taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jien qed ngħidilha \"liġi xortiha tajba\" għaliex filwaqt li affarijiet oħra bħal-liġi tal-VAT u l-intenzjoni tal-Gvern preċedenti li jidħol fl-Unjoni Ewropea ħadu puncture, din il-liġi sabet it-triq miftuħa quddiemha, triq li tasal biex tara d-dawl.", "Din hija ħaġa tajba ħafna għax issa l-industrija tat-turiżmu se jkollha gwidi tajba.", "Din il-liġi qiegħda tinkorpora l-liġijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu fiha nnifisha.", "Imma aktar minn hekk, kif qal l-Onor.", "Refalo, din il-liġi qiegħda tiġbor l-esperjenzi kollha li kellna kemm ilha għaddejja l-industrija tat-turiżmu hawn Malta - u tgħallimna mill-iżbalji li saru taħt kwalunkwe amministrazzjoni ta' qabel - u se jkollna gwidi fuqiex wieħed jista' jimxi.", "M'hemm l-ebda dubju li din hija liġi tajba, fis-sens li tiġbor kollox taħt umbrella waħda, imma għandha nuqqas bażiku wieħed - li niġi għalih iktar tard fid-diskors tiegħi - li fl-opinjoni tiegħi se jirrendiha liġi zoppa.", "Madam Speaker, nista' ngħid li kien hemm tibdil sostanzjali mid-draft li kien hemm ippreparata mill-Gvern preċedenti.", "Ċertament li hemm ħafna affarijiet tajbin f'din il-liġi, bħall-fatt li tinkludi lit-turist Malti wkoll għax, kif qal il-Ministru waqt li kien qiegħed jippilota l-liġi, dan kien minsi minn kulħadd u hu stess lanqas jaf taħt liema ministeru jaqgħu l- interessi tiegħu.", "U verament hekk hu - għalkemm għadni ma nafx kif dan se joħroġ fil-liġi nnifisha - għax mil-lum 'il quddiem l-outgoing tourist, jew aħjar it-turist Malti, li xi kultant jieħu a very shoddy deal meta jsiefer barra minn Malta, għallinqas se jkun jaf fejn u għand min għandu jmur biex jieħu d-drittijiet tiegħu.", "Ma nafx kif din il-liġi tista' taqbeż għalih - forsi l-għaqda tal-konsumatur qiegħda f'pożizzjoni aħjar li tagħmel dan - imma għallinqas il-Malti se jkun jaf għand min għandu jmur.", "Huwa tajjeb ukoll li din l-Malta tourism authority qiegħda tiġġenera l- finanzjament tagħha stess.", "Veru li se jkun hemm flus dished out mill-Fond Konsolidat imma mbagħad hi stess tista' tidħol f'intrapriżi - mingħajr ma toqgħod ittellaq mal-privat, ma' min qiegħed jinvesti flusu u jaqla' x'jiekol mill-industrija tat-turiżmu - kif qed tagħmel l-NTOM bl-in guardia, biex tiġġenera xi flejjes biex għallinqas tħallas għall-kostumi u għall-maintenance tagħhom u anke tagħti xi ħaġa lill-atturi.", "Jien nimmaġina li 'l quddiem din l-awtorita`se tibda toħloq aktar u aktar minn dawn l-affarijiet biex l-industrija tmur 'il quddiem u fl-istess ħin tkun qed tiġġenera flejjes biex hi tkun tista' tiffinanzja ruħha.", "Madam Speaker, ħalli nagħti daqqa t'għajn lejn xi punti mqajma tul dan id- dibattitu.", "Il-Ministru għandu l-ħabta jgħid - u din saret buzz-word ukoll - li qed jinħoloq \"proċess turistiku\" u dan biex ma jkollniex għalfejn infittxu \"soluzzjonijiet bl-iskossi\".", "Jien naħseb li din hi daqsxejn kattiva kemm mal-ministeru stess, meta nħarsu lejn dawn il-15-il xahar li għaddew, u kattiva wkoll ma' l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti u Laburisti ta' qabel, u anke ma' l-infrastruttura stess li għandha l-industrija tat- turiżmu nnifisha.", "Jiena naħseb li mhux sew li wieħed jagħti x'jifhem li s'issa s-soluzzjonijiet ġejna għalihom bl-iskossi għax fil-fatt dejjem kien għaddej proċess turistiku kontinwu.", "Tant hu hekk li fi ħdan l-NTOM hemm id-dipartiment tar-riċerka, li qiegħed hemm appożitament biex jara x'hemm bżonn isir u jara li jinħolqu l-istrutturi neċessarji.", "Kif qal il- Ministru stess, anke għall-andament tajjeb ta' din l-istess awtorita` tat- turiżmu, se jkun qed jitfassal proċess turistiku on a regular basis.", "Semmejt diġa' r-research division ta' l-NTOM u ma rridx ninsa ngħid li anke hemm it-tourism masterplan, u biex inħema dan il-pjan sinjal li kien hemm xi ħaġa fuqhiex jitfassal.", "Sintendi jasal żmien meta mbagħad irid ikun hemm fine-tuning u problemi as you go along se jinqalgħulek żgur - bħalma nqalgħu fis-suq Ingliż minħabba r-rata tal-kambju, it-tnaqqis fil-FBR u l- introduzzjoni tal-VAT, li biex tgħaxxaqha dawn il-problema ġewna kollha f'daqqa, u hemmhekk ħloqna t-tour operator support scheme - imma li tgħid li qatt ma kien hemm proċess turistiku u li s-soluzzjonijiet dejjem saru bl-iskossi huwa unfair kemm għall-NTOM, li qiegħda tagħmel xogħol tajjeb, kemm għall-HCEB, kemm għall-ITS, kemm għad-dipartiment tat-turiżmu nnifsu, u kemm għall-ministeru tat-turiżmu tal-lum u kemm għall- amministrazzjonijiet ta' qabel.", "Punt ieħor li tqajjem huwa dwar il-prodott imħallat, u jien hawn għandi d- dubji tiegħi nafux x'qegħdin ngħidu.", "Dan mhux qed ngħidu bħala punt ta' kritika imma ma nafx x'inhi d-definizzjoni ta' \"prodott imħallat\".", "Il- Ministru u kelliema oħrajn qalu diversi drabi li hawn Malta għandna offerta tant vasta li allura tajjeb li jkollna prodott tajjeb għal ħafna turisti differenti.", "Jiena għandi d-dubji tiegħi jekk din hijiex il-mira tajba li għandha timxi fuqha l-industrija tat-turiżmu.", "Jiena għadni m'iniex konvint jekk huwiex vale la pena li hawn Malta jkollna tipi ta' turisti differenti, nibda mill-istudenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż u nispiċċa f'dawk li jiġu għall-konferenzi fil-5-Star hotels.", "Hija komda s-sitwazzjoni għall-pajjiż u għall-ekonomija għaliex allura qed ikollok ħafna setturi differenti li qegħdin jieklu minn sorsi differenti imma ma nafx jekk dawn jimxux id f'id.", "Jiġifieri ma nafx jekk dawk in-nies li s-soltu jokkupaw il-5-Star hotels jeħdux ġost li jmorru f'destinazzjoni fejn hemm turiżmu tal-massa għaddej b'rankatura kbira.", "Jiena għad għandi d-dubji tiegħi u din vale la pena li tiġi mistħarrġa.", "Laqatni wkoll il-punt li l-kelliem ta' qabli għadu kemm semma, ċioe' il- fatt li f'din l-amministrazzjoni l-ministeru tat-turiżmu qiegħed jingwalaha tajjeb mal-privat.", "Jiena ma nafx għaliex qed jingħad hekk għax tul l- amministrazzjoni ta' qabel dejjem kien hemm komunikazzjoni eċċellenti mal- privat.", "Niftakar li fi żmieni - u anke meta kien ministru l-Onor.", "Refalo - kien ikollna laqgħat regolari ma' l-MHRA u ma' kull min kien jitlob laqgħa, anzi ma' kull min konna nitolbu aħna wkoll, u l-komunikazzjoni kienet eċċellenti.", "Sintendi kien hemm xi affarijiet li ma qbilniex fuqhom u m'għandi l-ebda dubju li hemm affarijiet li l-Ministru Vella ma jaqbilx magħhom.", "Qabel l-1987 kien hemm battalja galore għaddejja bejn il- ministeru tat-turiżmu ta' dak iż-żmien u l-privat.", "Tant hu hekk li ftit wara kellha tiġi emendata l-liġi li waqqfet l-NTOM.", "Naħseb li llum huwa aċċettat - forsi ma tiġix aċċettata pubblikament - li l-Gvern attwali ma kellux idea li se jkun fil-gvern u allura tant kien xott mill-ideat li kellu bilfors jistrieħ fuq il-privat għal ħafna ideat ġodda.", "U fuq dan il- punt qiegħda ssir din l-għajta ta' kemm hemm komunikazzjoni tajba mal- privat.", "Sewwa jagħmel li jisma' l-ideat tal-privat imma dan għandu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu wkoll, għax dak li huwa ta' ġid għas-settur privat mhuwiex bilfors by definition ta' ġid għas-soċjeta` Maltija kollha.", "Huwa ovvju li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin naqblu ma' l-idea li jkollna awtorita` tat-turiżmu għax hija ħaġa tajba u ma nistgħux naraw ħlief ġid minnha, speċjalment jekk tkun imħaddma tajjeb.", "Pero' ma nafx għaliex qisna qegħdin innaqqsu l-importanza ta' l-NTOM, ta' l-HCEB u ta' sezzjonijiet oħra li għandna f'din l-industrija llum.", "Bid-difetti kollha tagħhom dawn għamlu u għadhom jagħmlu ħafna ġid.", "Ma nistax nifhem kif l- industrija tat-turiżmu setgħet timxi 'l quddiem mingħajr il-kontribut validu ta' l-NTOM fil-marketing, li qabel qatt ma kien jeżisti professjonalment, kif nafuh illum.", "M'hemm l-ebda dubju li l-HCEB għandha d-difetti tagħha.", "Per eżempju, nafu li d-difett bażiku ta' l-ispettorat ta' l-HCEB ġej mill-mod ta' kafkaf li bih kienu magħżulin in-nies qabel l- 1987, għax veru każ li ma kien hemm l-ebda idea ta' kwalifiki u selection suret in-nies.", "Iżda ma rridux ninsew li bit-tajjeb u l-ħażin tagħhom, l- uffiċjali kellhom jiffaċċjaw diffikultajiet kbar mingħajr ma kellhom lil ħadd wara spallejhom.", "Madam Speaker, fid-dibattitu li kellna tal-budget il-Ministru għoġbu jagħmel osservazzjoni li l-ITS kważi lanqas għall-pastizzi m'hija tajba!", "(Interruzzjonijiet) Veru li forsi qalha b'ċajta pero' naħseb li huwa dovut għall-ITS li bdejna naraw xi nies imħarrġin professjonalment u ma bqajniex nistrieħu fuq żgħażagħ li jaħdmu f'lukandi għar-raġuni sempliċi li ommhom u missierhom kienu jagħmlu l-istess xogħol qabilhom.", "Jiġifieri l- awtorita` tat-turiżmu hija ħaġa tajba imma ma naħsibx li għandna nnaqqsu mill-importanza ta' dak li għandna llum u x-xogħol siewi li sar matul iż- żmenijiet.", "Sar ħafna diskors ukoll fuq il-kronoloġija ta' l-awtorita`.", "Waqt li kien qed jippilota l-liġi l-Ministru qal li f'Ottubru ta' l-1996 sab draft li ftit li xejn kien fih xogħol, mid-data ta' Marzu 1994 sakemm spiċċa l-Gvern ta' qabel, u kien biss f'Novembru ta' l-1996 li beda x-xogħol siewi fuq din il-leġislazzjoni.", "Ma naħsibx li l-Ministru kien qed ikun diżonest imma min tah din l-informazzjoni bilfors li kien.", "Żgur li l-uffiċjali ta' l-NTOM jafu u kulħadd jaf kemm sar xogħol fuq din il-liġi.", "Nista' ngħid li fil- bidu ta' l-1994 kienet għadha ma nħolqot l-ebda draft legislation fuq l- awtorita`, jiġifieri lanqas kienet għadha a twinkle in mother's eye.", "Eżattament f'Marzu ta' l-1994 il-predeċessur tiegħi kien ġie mogħti struzzjonijiet biex jestendi r-rwol ta' l-NTOM, għax dak iż-żmien kienet qed tgerger li l-marketing li kienet qed tagħmel ma kienx qed ikollu prodott tajjeb, peress li ma kienx hemm enforcement tajjeb min-naħa ta' l- HCEB.", "Allura ttieħdet id-deċiżjoni li l-HCEB kellha tiġi nkorporata fi ħdan l-NTOM, jiġifieri kellha tkun l-extended arm ta' l-NTOM.", "Fil-fatt il- file hekk jissejjaħ u hekk kienu l-istruzzjonijiet tal-Kabinett ta' dak iż- żmien.", "Kien xhur wara, meta mbagħad waqgħet ir-responsabbilta` fuqi, li nħolqot l-idea ta' awtorita` tat-turiżmu.", "L-idea li jkollok il-leġislazzjoni kollha dwar it-turiżmu taħt pakkett wieħed kienet ilha kkonċepita, anke minn żmien il-Gvern Laburista tas-snin tmenin, imma l-idea ta' awtorita` tat-turiżmu ġiet ikkonċepita fl-aħħar xhur ta' l-1994 meta jien u l-uffiċjali ta' madwari rraġunajna li la aħna se nagħtu extended role lill-NTOM biex tinkorpora l-HCEB, allura dak li qiegħed isir fl-ITS m'għandux jinteressa lill-NTOM ukoll?", "Per eżempju, jekk ikollna hotel li m'huwiex mgħammar b'personnel imħarreġ tajjeb mill- ITS, jekk tour operator se jkollu gwidi ħżiena, jekk se jkollna aġenziji ħżiena, dan kollu mhux se jinteressa l-marketing structure ta' l-NTOM?", "Allura dak iż-żmien għidna: GĦaliex ma nagħmlux awtorita` li verament tkun responsabbli għal kollox, tibda mill-marketing u tispiċċa fi kwalunkwe ħaġa li tmiss mat-turiżmu?", "Din hija l-kronoloġija vera tal-leġislazzjoni li għandna quddiemna llum u mhux veru dak li qal il-Ministru li tul dak iż- żmien ma kien sar xejn.", "Jien naħseb li din il-liġi hija konċiża u tajba - apparti ċerti difetti tekniċi, kif semma qabli l-ħabib tiegħi, u difett kbir ħafna li għad irrid niġi għalih wara - għax after all dan li ppreżentalna l-Ministru huwa ibbażat fuq l-aħħar minn xi seba' drafts tat-tourism authority bill li tħejjew matul l-1994, l-1995 u l-1996.", "S'intendi peress li konna viċin l- elezzjoni u l-Parlament ta' dak iż-żmien kellu aġenda qawwija ħafna, kien diffiċli biex indaħħluha fl-agenda tal-Parlament.", "Imma lill-Ministru ngħidlu li jekk forsi ma ntgħoġobx id-draft li kien hemm u kien hemm raġuni għaliex ibiddel, dik hija affari tiegħu - u forsi anke hemm ċerti affarijiet li anke tbiddlu għall-aħjar - imma ma naħsibx li huwa sewwa li jgħid li ma sar assolutament xejn.", "Madam Speaker, hawn nitolbok tippermettili nwessa' d-diskors tiegħi ħalli nitkellem fuq xi punti oħrajn li dehru fir-rapport ta' ħidma tal-ministeru tat-turiżmu għall-ewwel sena tal-leġislatura ta' dan il-Gvern.", "Il-ministeru ppreżentalna tabella li turi kemm ġew turisti, kemm ġew cruise liners, kemm kellna bednights, x'kienu l-per capita earnings u x'kienu l-employment figures.", "Fil-fatt it-tabella hija maqsuma fi tnejn u turina x'ġara bejn l-1994 u l-1996 u x'ġara bejn l-1996 u l-1997.", "Il- kattiverja ta' din it-tabella hija li filwaqt li l-1996 ġiet imqabbla ma' l- 1994 - bla dubbju l-1996 kienet l-agħar sena ta' l-amministrazzjoni ta' qabel, waqt li l-1994 kienet l-aħjar sena - imbagħad il-percentage change li qed turi kemm morna tajjeb f'din l-ewwel sena ta' Gvern Laburista qiegħda imqabbla ma' l-agħar sena ta' qabel.", "Għalhekk li l-Ministru tat- Turiżmu ħareġ jgħidilna fir-rapport tiegħu li mhux talli waqqafna d- downtrend talli morna ħafna u ħafna aħjar.", "Mela filwaqt li l-1996 ġiet imqabbla ma' l-1994 u mhux ma' l-1995 u allura ħarġu a percentage change kerha - nerġa' ngħid li l-aħħar sentejn ta' amministrazzjoni Nazzjonalista ma kenux tajbin daqskemm kienet l-1994, iżda żgur li ma kellna l-ebda emorraġija, kif sejħilha l-Onor.", "Schembri Adami - meta l-1997 ġiet imqabbla ma' l-1996 ħarġet din il-percentage change aktar pronounced, li allura m'huwiex fair.", "F'dan ir-rapport ta' ħidma l-Ministru jkompli jgħid:", "\"Forsi l-iktar ilmenti u problemi li kellna nħabbtu wiċċna magħhom kienu standards baxxi f'ċerti kategoriji tas-settur ta' l- akkomodazzjoni.\",", "u dan b'riferenza għat-3-Star hotels.", "Aħna konna nafu, bħalma jaf dan il- Gvern, li hemm diffikultajiet ta' standards fit-3-Star hotels - il-4-Star u l-5-Star hotels huma x'aktarx akkomodazzjonijiet iktar riċenti u allura għandek issibhom aktar up to standard - għax dawn huma l-akkomodazzjonijiet li nqdejna bihom matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin u allura huma l- aktar li ħadu kedda.", "Ngħid għalija dan il-Gvern għandu għax jirringrazzjana għax-xogħol li sar qabel fuq ir-riklassifikazzjoni ta' dawn il-hotels u l-indikazzjonijiet li tajna biex dawn jirranġaw surithom.", "Il-Ministru semma wkoll in-nuqqas ta' serjeta` fis-servizz li qed jingħata lit-turist u l-prezzijiet esaġerati minn xi wħud irresponsabbli fis-settur.", "Imma nistaqsi jien: Illum tbiddel xi ħaġa?", "Mhux fejn konna bqajna?", "Semma wkoll iż-żamma ta' kwalita` tajba u saħaq fuq l-importanza li t-turist jieħu value for money.", "Imma l-istess, saret xi ħaġa ġdida f'dan il-qasam?", "Jien ngħid li fejn konna bqajna.", "Il-Ministru qalilna wkoll li kien jidher ċar li l-prodott Malti kellu sinjali ta' telqa u traskuraġni.", "Ngħid għalija din id-deskrizzjoni hija very unfair.", "Veru li kien hemm elementi ta' wear and tear, għax bl- infrastruttura turistika dejjem għaddejja sena wara l-oħra bilfors li jkollok ċerti effetti negattivi - diġa' qegħdin naraw dawn l-effetti f`Buġibba, li għadha kemm ħierġa minn xogħol siewi li sar hemmhekk - imma fejnha t-telqa u traskuraġni?", "Donnu li konvenjentement il-Ministru nesa kemm sar xogħol infrastrutturali fejn jidħlu l-affarijiet l-iktar bażiċi, bħall-airport, il-qasam tat-telekommunikazzjoni u l-provvista u d- distribuzzjoni tad-dawl u ilma.", "Nesihom dawn il-Ministru!", "F'dan ir-rapport il-Ministru qal li ħatar kumitati oħrajn bil- parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Qed tara Ministru, kemm huma importanti l-kunsilli lokali u kemm qed isir xogħol siewi magħhom, kemm minn dan il-Gvern u kemm kif ipproġetta l-Gvern ta' qabel!", "Dawn huma l- kunsilli lokali u kulħadd jiftakar kemm kellna diffikultajiet biex għaddiet minn dan il-Parlament il-liġi biex twaqqafhom .", "F'paġna 7 tar-rapport jingħad ukoll li:", "\"Ġie deċiż ukoll li l-politika tat-turiżmu tixxandar u tinfirex kemm mal-parteċipanti fi ħdan l-industrija tat-turiżmu, kif ukoll mal- pubbliku in ġenerali, li tant għandu sehem fis-suċċess tat-turiżmu Malti.\"", "Hawnhekk jien u l-Ministru preżenti għadna m'aħniex qed naqblu għaliex filwaqt li fl-amministrazzjoni preċedenti, għalkemm forsi ma nfaqniex flejjes kbar, għamilna premjijiet biex jingħataw lil min jeċċella f'ċerti oqsma - dan għamilnih ħalli n-nies li jaħdmu fis-settur japprezzaw kemm huwa importanti t-turiżmu għal dan il-pajjiż - illum apparti l-fatt li qed ngħidu li qed nintroduċu t-turiżmu lit-tfal ta' l-iskejjel, għadni ma nistax nara x'inhu jsir bħala novita'.", "Jista' jkun li forsi ma nafx bihom għax, kif jikkritikani l-Ministru, illum il-ġurnata iktar qed inkun spokesman ta' l-ambjent u m'iniex direttament responsabbli għall-kritika fuq it-turiżmu imma nkun obbligat jekk jgħid speċifikament fejn sar dan it- titjib f'dan is-settur .", "Meta l-Ministru tkellem fuq l-HCEB u l-akkomodazzjoni qal li fuq it-3- Star hotels ma kien sar assolutament xejn.", "Jien naħseb li sewa ħafna l- eżerċizzju ta' klassifikazzjoni u l-konċett ta' self-monitoring li konna qegħdin nipprovaw indaħħlu f'dawn l-istabilimenti meta kellna d- diskussjonijiet ma' l-MHRA.", "Fil-fatt mingħajr ma jgħidilna grazzi, dan il- Gvern qiegħed jutilizza ħafna u ħafna dan l-eżerċizzju.", "Dan ir-rapport jitkellem ukoll fuq il-konferenza inter-ministerjali dwar it-turiżmu fil-Mediterran li saret f'Novembru ta' l-1996 taħt l-awspiċi ta' l-organizzazzjoni mondjali tat-turiżmu.", "Il-Ministru jaċċetta li x-xogħol għaliha kien sar kollu taħt l-amministrazzjoni ta' qabel, imma rajna xi ħaġa li ħarġet minnha?", "Permezz ta' din il-konferenza inter-ministerjali kellu jitwaqqaf f'Malta ċentru għat-turiżmu fil-Mediterran u dan iċ-ċentru twaqqaf imma safejn naf jien għadu ma sar xejn f'dawn l-14-il xahar minn meta saret il-konferenza.", "Hawnhekk onestament qed ngħid li nista' nkun żbaljat, imma jekk jien żbaljat allura ma ngħatatx pubbliċita` biżżejjed.", "Nerġa' nsemmi l-HCEB li, kif semmejt qabel, għandu spettorat zopp u waħda mill-problemi kbar li se jkollha l-awtorita` tat-turiżmu se tkun kif se toħloq spettorat ta' enforcement sura ta' nies.", "Imma filwaqt li l- awtorita` se tiret dan il-fattur batut għandha infrastruttura tajba f'dak li diġa` kien sar fil-classification and grading li sar fl-accommodation sector.", "F'Diċembru 1997 in-numru ta' mpjiegi full-time fil-lukandi u fir- ristoranti laħaq it-8,969 Din kienet l-ogħla figura rrekordjata f'dan is- settur minn kemm ilhom jinżammu r-records mill-1973 'l hawn, qalilna l- Ministru bħala xhieda tax-xogħol li sar fl-ewwel sena ta' ħidma ta' din il- leġislatura.", "Id-domanda tiegħi hija din: Għaliex kien hawn dawn l-impjiegi kollha?", "Jien naħseb li rridu nirringrazzjaw lil Alla li l-amministrazzjoni ta' qabel kellha l-mira li tagħmel il-5-Star component ta' l-industrija tat- turiżmu, biex kellna fejn nakkomodaw lil dawk it-turisti li ġew Malta.", "Issa apparti li lukandi bħal dawn iservu ta' benchmark għal hotels oħra, min jista' jiċħad li dawn il-5-Star hotels li telgħu fi żmienna ma għenux biex inħolqu l-impjiegi f'dan is-settur?", "Madam Speaker, filwaqt li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li l-NTOM hija organizzazzjoni tajba u filwaqt li nafu x'inhuma d-difetti ta' l-HCEB u naqblu fuqhom, ġenwinament lili jinwketani x'qed isir fl-ITS illum.", "L-ITS ma baqgħetx dik li ħallejniha aħna, għalkemm il-Ministru forsi jirringrazzja lil Alla li sar dan it-tibdil.", "Għal min ma jafx nista' ngħid li l-ITS inħolqot wara l-ħerba li kien hemm f'dan is-settur, fejn studenti li xtaqu jieħdu l-edukazzjoni fis-settur turistiku ma kellhom assolutament imkien fejn imorru għax kien ġie magħluq dak li kien hemm qabel, li kien ta' standard ħafna iktar inferjuri għal dak li għandna fl-ITS illum.", "Aħna nħossu li l-ITS kienet waħda mill-affarijiet qawwija li saru fis-settur turistiku mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Għaldaqstant aħna nweġġgħu meta jibdew isiru xi affarijiet li jkunu se jolqtu l-aspett edukattiv u l- aspett istruttorju ta' l-istudenti ta' l-ITS.", "Kulmin għandu t-tfal li jidħlu għal xi kors b'ċertu entużjażmu - kemm jekk ikun kors tal-mediċina, kors tal-liġi, kors tax-xjenza, ikun xi jkun - u jidħlu għalih bil-mira li jakkwistaw il-kwalifiki li jixtiequ, jinkwieta meta jara li qegħdin jinqalgħu affarijiet li jtellfu biss jistgħu.", "Issa ilni ma mmur l-ITS għal xi żmien imma wasluli ċerti kummenti li nixtieq nistaqsi lill- Ministru dwarhom.", "Huwa minnu li l-istudenti jridu jagħmlu ħames suġġetti sħaħ f'semester wieħed?", "Ġew jgħiduli li f'semester wieħed l-istudenti jridu jeħilsu minn ħames suġġetti in toto, imbagħad s'intendi meta jibda semester is-sena ta' wara jrid ikollhom ħames suġġetti oħra, li jridu jerġgħu jeħilsu minnhom totalment f'dak is-semester.", "Dan qed isir biex il-ministeru jkun jista' jdaħħal iktar studenti biex ikun jista' jkollu output akbar ta' studenti.", "Jiġifieri l-mira tal-ministeru hawnhekk hija li joħroġ il-kwantita`.", "Forsi hawn min jirraġuna li tista' toħroġ il-kwantita` u l-kwalita` fl-istess ħin imma l-istudenti u n-nies oħra li jtarrfuli dawn l-affarijiet jgħiduli li ma tistax toħroġ il-kwalita` meta qiegħed iddaħħal ix-xogħol ta' ħames suġġetti sħaħ f'semester wieħed.", "Huwa minnu li biex isir dan kull lecture qed ikun ta' tliet sigħat?", "Lili qaluli li lecture sħiħ qed idum tliet sigħat.", "Issa lanqas meta jkollok l- aqwa suġġetti u l-iktar korsijiet interessanti ma jdum tliet sigħat lecture!", "M'hemm l-ebda dubju li la l-lecturer ma jkun ippreparat biex idum tliet sigħat u lanqas l-enerġija ta' l-istudenti m'hi se tkun totalment hemmhekk biex jassorbu dak il-materjal kollu li jiġi ppreżentat lilhom fi tliet sigħat.", "Jien nawgura li dan mhux minnu jew jekk inhu minnu ssir xi ħaġa dwaru.", "Hu minnu li f'nofs lecture ta' tliet sigħat nofs l-istudenti jew ma jkunux hemmhekk jew diġa` jkunu tilfu l-interess?", "Issa dan għalfejn?", "Dan qed isir biex ix-xogħol kollu jiġi crammed f'numru ta' lectures ta' tliet sigħat-il wieħed biex f'semester jinħeles kollox u fis-semester ta' wara nkunu nistgħu ndaħħlu iktar studenti.", "Hu minnu li bl-iskuża li jagħmlu l-prattika l-istudenti qed jaqsmu t-tagħlim nofs bin-nofs?", "Jiġifieri filwaqt li qegħdin jattendu għal ċerta prattika, dak li huma suppost jagħmluh waħedhom, qed ikollhom jagħmlu elbow-room għal sħabhom għax post għal kulħadd mhux qed ikun hemm?", "Huwa minnu li l-lukandiera mhux qed jagħtu dan it-tagħlim prattiku imma f'ħafna każi l-istudenti qed ikunu waħedhom u totalment responsabbli għax- xogħol li jagħmlu?", "Jien m'iniex qed nistaqsi jekk dan huwiex minnu jew le, għax dan rajtu jseħħ b'għajnejja stess, fejn studenti ta' l-ITS li suppost ikunu qegħdin jagħmlu x-xogħol prattiku tagħhom taħt għajnejn ta' min jifhem iktar minnhom, ikunu qegħdin totalment responsabbli għas-servizz li jagħtu.", "Jiġifieri mhux talli m'humiex qegħdin jieħdu t-tagħlim prattiku talli hawn ċerti lukandi li qegħdin japprofittaw ruħhom minn dawn l- istudenti għax l-azjenda tkun qed tagħmel użu mis-servizzi tagħhom.", "Kif qegħdin l-affarijiet, il-lukandiera qed jiffrankaw il-flus meta qed jieħdu lil dawn l-istudenti.", "Ma naħsibx li l-intenzjoni tal-ministeru hija li jpoġġi dawn l-istudenti hemmhekk biex jiffranka xi flejjes lil-lukandier, a skapitu ta' l-istess istudenti, li qabel forsi kienu wkoll jagħmlu xi xogħol part-time - veru li mhux suppost li jagħmlu hekk - u kien ikollhom dik ix-xi ħaġa żejda f'idejhom biex ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw.", "(Interruzzjonijiet) L-aktar ħaġa kerha hija li dawn suppost qegħdin imorru hemmhekk biex jieħdu t-tagħlim prattiku imma minflok qed iservu ta' tappijiet biex l-azjenda tapprofitta ruħha minnhom.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni ta' l-iskariġġ li qed ikun hemm bejn l-ITS u l-White Rocks.", "Il-lectures daqqa jsiru San Ġorġ u daqqa jsiru ġewwa l-White Rocks biex il-ministeru joħloq iktar spazju ħalli iktar studenti jkollhom iċ-ċans li jitgħallmu u jkollna turnover iktar qawwi.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għax għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Psaila Savona jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Nipproponi li l-Onor.", "Psaila Savona jkompli jitkellem.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Psaila Savona jkompli jinstema'?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Madam Speaker, kont qed nitkellem fuq l-iskariġġ ta' l-istudenti bejn San Ġorg u l-White Rocks.", "Biex ngħid il-verita', jien informat li dan l- iskariġġ kellu jieqaf imma jekk għadu hekk ħażin għax smajt ukoll li ħafna mill-istudenti li jkollhom imorru min-naħa ta' San Ġorġ għall-White Rocks jintilfu fit-triq!", "Jien nista' ngħid li mhux l-ewwel darba li aħna l- parlamentari, bejn division u oħra, inkunu qed nippassiġġaw ġewwa l-Belt u naraw dawn l-istudenti li suppost ikunu marru minn San Ġorġ għall-White Rocks.", "(Interruzzjonijiet) Hu minnu li qegħdin inħarsu lejn il-kwantita`?", "A skapitu tal-kwalita` qed isir dan kollu biex toħroġ il-kwantita` sabiex il-ministeru jkun jista' jiftaħar li ħareġ ħafna u ħafna iktar studenti mill-amministrazzjoni ta' qabel.", "Jien naħseb li rarament jirnexxilek takkwista kemm il-kwantita` kif ukoll il-kwalita` bl-istess tefgħa ta' ġebla, u hawnhekk żgur u mhux forsi li l-kwalita` qed tbati u ma nafx 'il quddiem hijiex se tbati wkoll ir-recognition li għandhom dawn l-istudenti.", "L-amministrazzjoni ta' qabel kienet tħabtet ħafna biex iġġib ir- recognition għal dawn l-istudenti, biex jagħtu isem tajjeb lill-istitut tagħna.", "Aħna kellna f'moħħna li once we achieve saturation point u ma jkollniex bżonn iktar studenti, konna se niftħu l-istitut u niġbdu studenti oħrajn min-naħa tal-Mediterranean basin biex jistudjaw ġewwa l- ITS.", "Allura dik ir-recognition li kienu qed iġibu dawn l-istudenti kienet tkun pubbliċita` tajba għalina u tajba wkoll għall-istudenti infushom biex meta jmorru jaħdmu barra minn Malta jkollhom ċertu rispett għad-degree li jkunu ġabu.", "(Interruzzjonijiet) Għax ma ngħidux li l-prattika li qed issir illum il-ġurnata ħadet post il-prattika li kienet tingħata qabel, fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, fejn studenti kienu jieħdu l-prattika tagħhom fiż-żmien tal-vaganzi fl-aqwa hotels hawn Malta?", "Madam Speaker, jien tkellimt fit-tul fuq l-ITS għax ħassejt li fejn tidħol l-edukazzjoni, fejn jidħol l-entużjażmu u l-effort li l-istudenti tagħna jkunu qed jagħmlu biex jiggwadanjaw xi ħaġa m'għandna nagħmlu assolutament xejn biex intellfuhulhom, anzi għandna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex lil dawn iż-żgħażagħ ntejbulhom l-istudji tagħhom.", "Ngħid għalija meta kont student u kont inqum fil-għodu biex immur għal-lecture u għal raġuni jew oħra kont nitilfu - jew għax il-lecturer ma jkunx ġie jew kien ikollna xi lezzjoni tal-prattika u nitlifha - kien jiddispjaċini ħafna u kont narah bħala żmien moħli li żgur m'għandux ikun.", "Fil-maratona li għamel il-predeċessur tiegħi ta' din in-naħa daħal f'ċerti punti tekniċi li nispera li jingħataw widen għax uħud minnhom jien kont diġa` mmarkajthom u m'iniex se noqgħod nirripetihom.", "Pero' nixtieq insemmi punti oħrajn li forsi ma ngħatawx daqshekk enfasi.", "Jien diġa` għidt li din hija leġislazzjoni tajba imma hemm ċerti affarijiet li ma naqblux magħhom għax għandhom bżonn ċerti rtokki jew inkella setgħu saru aħjar.", "Waħda mill-iktar affarijiet li tolqtok ħażin f'din il-leġislazzjoni hija l-id tqila tal-ministru.", "Meta fi żmieni kont qed niddiskuti d-draft ta' dan il-bill ma' l-NTOM ta' dak iż-żmien kelli diffikulta` kbira, speċjalment maċ-chairman ta' l-NTOM, li kien ta' l-opinjoni li l-ministru ma jidħol assolutament f'xejn għax din l-awtorita` għandha tkun awtonoma.", "S'intendi kellu żball għax il-ministru huwa responsabbli għal dak li jkun qed isir.", "Qed ngħid b'wiċċi minn quddiem li kien ikolli dibattiti qawwija għax min-naħa l-oħra riedu li kważi kważi l-ministru lanqas jissemma.", "Iżda meta ddur din il-leġislazzjoni ħlief \"il-ministru\" tiela' u \"il-ministru\" nieżel ma ssibx.", "Kif qed ngħid, din hija ħaġa li għandha ssir b'ċerta moderazzjoni u jien naċċetta li l-ministru huwa responsabbli għal dak li jkun qed isir fis-setturi li jaqgħu taħtu, li taxpayer Malti qed joħroġ il- flejjes għalihom, imma naħseb li ma kellhiex issir bl-id tqila li tidher.", "Meta kien qed jitkellem fuq is-set-up tal-bord, il-Ministru qal b'ċerta enfasi li persuna waħda minn fost il-membri kollha se tkun appointed by the minister.", "L-oħrajn se jkunu appointed wieħed mill-MHRA, ieħor mill- FATTA, ieħor mill-Air Malta u wieħed li jkun jirrappreżenta lis-setturi differenti li jipprovdu servizzi tat-turiżmu.", "Dawn ukoll se jiġu appuntanti mill-Ministru fuq rakkmandazzjoni biss ta' dawn l- assoċjazzjonijiet.", "Hawnhekk nerġgħu niġu għall-punt li diġa` tqajjem, li din hija sitwazzjoni perikoluża għax filwaqt li llum il-ġurnata għandna ministru li nafu li jaċċetta r-rakkmandazzjonijiet ta' dawn l- assoċjazzjonijiet imma 'l quddiem jaf ikollna ministru li jagħmel affarijiet li diġa` saru qabel.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, se jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Ministru Mizzi biex jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Frar, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Madam Speaker, illum xtaqt nitkellem dwar aħbar allarmanti dwar l-illitteriżmu li dan l-aħħar kien hemm sensiela ta' artikli u rapporti dwarha.", "Intqal li llum il-ġurnata hawn madwar 1,700 żagħżugħ u żagħżugħa li lanqas huma kapaċi jaqraw sentenza waħda bil-Malti.", "Jekk inħarsu lejha b'ċerta serjeta` fl-isfera wiesgħa ta' l-edukazzjoni, dan huwa riżultat li wieħed għandu għalfejn jinkwieta fuqu.", "Aktar u aktar meta wieħed iqis li minn riċerka li saret jirriżulta li minn 535 fl-1985 in- numru ta' dawn iż-żgħażagħ u tfal - l-eta' tagħhom tvarja bejn l-10 snin u l-19 il-sena - tela' għal 1,775 fl-1995.", "Qed nitkellem dwar dan is-suġġett għaliex lili jolqotni ħafna mill-qrib - ix-xogħol tiegħi minn dejjem kien fl-edukazzjoni - u napprezza wkoll il- fatt li minkejja li jkun hemm ħafna sforzi fil-qasam edukattiv, anke min- naħa ta' l-għalliema, mhux dejjem jirnexxielna nilħqu t-tir tagħna u jkun hemm numru ta' tfal, speċjalment fil-livell primarju, li meta joħorġu mill- aħħar klassi jkunu għadhom illitterati.", "S'intendi ma' l-illitteriżmu hemm marbuta bosta u bosta affarijiet oħra.", "Għalhekk inħoss li kien pass għaqli li dan l-aħħar il-ministeru ta' l-edukazzjoni nieda l-kampanja \"Sena Nazzjonali tal-Qari 1998\" u nista' ngħid hawnhekk li l-Ministru ta' l- Edukazzjoni ħa interess personali anke f'din il-kampanja.", "L-għan ta' din il-kampanja huwa li jkun hemm iktar għarfien dwar is-sbuħija tal-qari, kif ukoll sabiex l-istudenti u l-adulti jsiru aktar konxji tal-qari.", "Huwa importanti li lit-tfal miċ-ċokon inħeġġuhom għall-qari u nuruhom l- importanza tal-qari.", "Bħala għalliema nemmen li mingħajr il-qari l-bniedem ma jistax ikun aġġornat ma' dak kollu li qed iseħħ madwarna.", "Illum il- ġurnata nafu li l-pass imgħaġġel ta' l-iżvilupp kulma jmur qiegħed dejjem jiżdied.", "Għalhekk, minkejja li għamilna żviluppi kbar fil-qasam tal- komunikazzjoni, xorta waħda jibqa' l-fatt li l-qari huwa l-bażi ta' kollox.", "Bħalma hemm fil-leaflet li tqassam, nemmen ukoll li mhux biss l-ambjent ta' l-iskola huwa importanti sabiex it-tfal jinġibdu lejn il-ktieb imma nsostni, bħalma dejjem sostnejt meta kont naqdi dmiri fil-qasam edukattiv, li d-dar hija n-nieqa sabiex titrawwem l-imħabba lejn il-kotba.", "Nista' ngħid li dar mingħajr kotba hija bħal dak il-ġisem mingħajr ir-ruħ.", "Huwa importanti li nagħfsu fuq is-sehem tal-ġenituri f'din il-kampanja.", "Jekk ikollok dar fejn it-tfal lanqas ikunu jafu x'inhuwa ktieb, lanqas ikunu jafu x'inhija gazzetta, kif jista' jkun li dawn it-tfal meta jmorru l- iskola se jkunu miġbuda biex jistudjaw?", "Imbagħad għandek l-ambjent ta' l- iskola fejn kulħadd jistenna li l-qari u l-kotba għandhom post importanti fl-iżvilupp edukattiv ta' l-istudenti.", "Jien għandi ċerti opinjonijiet u għamilt anke ċerti riflessjonijiet dwar kif lit-tfal tagħna nistgħu nħeġġuhom sabiex isiru jħobbu jaqraw.", "L- ewwelnett huwa tajjeb ħafna li fid-dar it-tfal ikunu qed jgħixu f'ambjent ta' kotba, jiġifieri lit-tfal inġibuhom wiċċ imb'wiċċ mal-kotba minn meta jkunu għadhom żgħar.", "Hawnhekk nixtieq inħeġġeġ u nagħmel appell lill- ġenturi li minkejja li t-tfal ikunu għadhom ma jafux jaqraw, il-ġenituri għandhom jaqrawlhom u għandhom ikunu huma stess li juruhom kemm hemm affarijiet x'wieħed jiskopri bil-qari.", "Ħaġa oħra li fil-fehma tiegħi hija importanti hija li naqtgħu t-tendenza li mmorru nagħżlu aħna l-kotba għat-tfal.", "Jien naħseb li iktar huwa importanti li nkunu ċerti li l-kotba li nixtru lit-tfal ikunu jogħġbu lilhom għax wara kollox huma t-tfal li se jaqrawhom u mhux il-kbar, għalkemm ħafna drabi nsibu li anke l-kbar jaqraw il-kotba tat-tfal.", "Jekk aħna tassew nixtiequ li t-tfal tagħna jitrawmu fl-imħabba lejn il-ktieb huwa importanti li dak li nagħtuhom ikun jinteressahom biex jibdew jaqrawh u jispiċċawh.", "Nixtieq hawnhekk nagħmel ukoll rimarka lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Ladarba din il-problema ta' l-illitteriżmu eskalat u ttripplat ruħha, naħsbu li huma adattati l-kotba tal-Malti u ta' l-Ingliż li għandhom it- tfal li jattendu l-iskejjel primarji ta' l-Istat?", "It-tfal qed isibuhom ta' interess, jew inkella qed naraw li għal xi raġuni jew oħra t-tfal ma jfittxuhomx jew inkella ma jħajruhomx ħalli jaqraw?", "Meta kont għadni kap ta' skola tal-gvern niftakar li kont qiegħda f'kumitat li kien imwaqqaf sabiex ifassal u jħejji l-qafas ta' sensiela ġdida ta' kotba bil-Malti, u hawnhekk nixtieq nistaqsi kemm lid-dipartiment kif ukoll lill-Ministru xi progress sar f'dan il-qasam.", "Dawn il-kotba se jiġu stampati xi darba?", "Se jkun hemm reviżjoni?", "Se jkollna xi sensiela ta' kotba ġodda?", "Ladarba għandna din il-problema fil-qari nħoss li t-tfal lanqas il-kotba ta' l- iskola m'huma qed isibuhom ta' interess biżżejjed tant li jqanqluhom imorru jixtru kotba oħrajn.", "Ħaġa oħra li rrid nagħmel enfasi fuqha hawnhekk hija li mhux biżżejjed li nixtrulhom il-computer lit-tfal u ngħidu li qed jitgħallmu minnu imma l- importanti huwa kif qegħdin jużaw il-computer.", "Il-computer jista' jgħin ħafna u ħafna anke lit-tfal li ma jafux jaqraw għax saru esperimenti fejn it-tfal bis-saħħa tal-computer qabdu jaqraw.", "Għalhekk huwa importanti li din il-biċċa għodda tiġi utilizzata bl-aħjar mod.", "Nafu li llum f'kull skola tal-gvern hemm il-computers minn eta` żgħira u nispera li dan il-programm jibqa' għaddej.", "Pero' dak li jsir fil-klassi jrid jiġi kkumplimentat b'dak li jsir fid-dar.", "Huwa importanti wkoll li nistudjaw bir-reqqa xi programmi nippreżentaw lit-tfal fuq ir-radio u anke t-television, jekk tassew nixtiequ li din il- problema tal-qari kemm jista' jkun titnaqqas bil-mod il-mod.", "F'din il- kampanja li tnediet mill-ministeru ta' l-edukazzjoni qed jieħdu sehem mhux biss il-ġenituri u l-għalliema imma anke bejjiegħa ta' kotba u għaqdiet ta' l-irħula.", "Per eżempju, nistgħu nsemmu wkoll li kien hemm għaqdiet kulturali tal-baned u anke għaqdiet sportivi li qed jagħtu sehem sabiex jgħinu wkoll fit-rawwim ta' l-imħabba lejn il-ktieb.", "Ladarba qed nitkellmu tajjeb li nsemmu xi wħud minnhom bħall-Merlin, Agius & Agius u l-Miller Distributors li kollha taw is-sehem tagħhom, min mod u min ieħor.", "Per eżempju, hemm min qed iħallas għall-materjal u hemm oħrajn li qegħdin jisponsorjaw esperti minn barra sabiex iħarrġu l-għalliema hawn Malta.", "Inizjattivi oħra ttieħdu mill-PBS kif ukoll mill-kunsilli lokali.", "Biex ngħidu hekk ħadna l-ewwel passi u nittama li matul din is-sena mhux biss l-edukaturi imma kulħadd jagħti s-sehem tiegħu sabiex il-problema ta' l-illitteriżmu titnaqqas.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Iżjed rimarki?", "L-Onor.", "Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, nixtieq niddeplora fatt faħxi li għadu kemm ġara fl-Iskola Santa Maria Goretti, skola sekondarja tal-bniet ta' Ħal Tarxien, fejn tliet cleaners ġew mogħtija s-sensja nhar l- Erbgħa, 11 ta Frar, 1998.", "Ma jistax ikun li jkollna dan it-tip ta' aġir minn kap ta' skola għax hekk fettlilha.", "Jien hawn għandi n-notice letters ta' dawn it-tliet cleaners, waħda minnn Raħal Ġdid, waħda minn Ħal Tarxien u l-oħra mill-Gudja, u fl-ebda waħda minnhom ma ngħatat raġuni għaliex qed jiġi tterminat ix-xogħol tagħhom u lanqas ma ngħatat ir-raġuni, li hija aċċettata fil-liġi, li hemm każ ta' redundancy għax il-post tagħhom qed jiġi xolt.", "Allura jien, bħala membru elett mid-distrett ta' Paola, Gudja u Tarxien inqum hawnhekk niddefendihom bl-ikbar ħerqa u nistmerr dan il-mod oxxen li jaqbdu u jtajru 'l barra tliet nisa li bid-dħul li qed jagħmlu minn dak il-job qed jgħajxu lill-familji tagħhom ukoll.", "Mill-banda l-oħra ovvjament aħna bħala rappreżentanti tal-poplu f'dan il- Parlament nistennew spjega sħiħa minn din il-kap ta' skola.", "Meta l-aġir ta' din il-kap ta' skola jkun qiegħed in line u proper jibqa' miexi sewwa imma meta tmur out of line trid tkun accountable lejn dan il-Parlament.", "Fl- aħħar mill-aħħar hawn Malta kulħadd huwa accountable lejn dan il-Parlament, li huwa sovran, u hawnhekk irridu nkunu nafu b'liema jedd din qabdet u tajret 'il barra tliet cleaners u daħħlet tliet cleaners oħra mill-għada jew mill-pitgħada mingħajr ebda raġuni ta' xejn.", "Mela issa se niġu bil- power of hiring and firing kif ġab u laħaq!", "Madam Speaker, wieħed jikkummenta fuq dawn għaliex hawn xamma qawwija, intiena ngħid jien, li daħlet il-politika fin-nofs għax wara li tawhom in-notice letter fil-11 ta' Frar, lil dawn it-tliet cleaners qalulhom: Isma', iż-żiemel tagħkom imma nirkbuh aħna!", "Dan huwa tollerabbli f'soċjeta` suppost demokratika?", "Madam Speaker, dan m'huwiex tollerabbli, u allura jien nistenna li dan il- Parlament ikollu rendikont sħiħ ta' x'ġara f'dan il-każ għax dawn it-tliet cleaners qaluli li fl-ebda stage ma kellhom xi kumment fuq it-tip ta' xogħol tagħhom u fl-ebda stage ma kien hemm kawża, let alone kawża ġusta, biex jiġu mkeċċija.", "Allura dan il-Parlament irid ikun jaf kif tliet nisa jiġu mkeċċija minn cleaners u rridu nkunu nafu wkoll jekk hemmx possibbilta` li dawn it-tliet part-time cleaners jerġgħu jingħataw l- impjieg li kellhom immedjatament.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO (Segretarju Parlamentari għal Għawdex): Madam Speaker, il-ġimgħa l-oħra fil-gazzetta ''In-Nazzjon'' tat-3 ta' Frar deher rapport fil-front page fuq użu illegali ta' barrieri f'Għawdex.", "Skond il- gazzetta l-Qorti ta' Għawdex ordnat lill-pulizija eżekuttiva tieħu passi kriminali kontra uffiċjali tas-segretarjat parlamentari għal Għawdex, tad- dipartiment tax-xogħlijiet, ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l-kummissarju ta' l-artijiet dwar rapport rigward barriera fil-limiti ta' l-Għarb li qed tintuża għar-radam.", "Nixtieq nispjega ftit għaliex aħna wżajna din il- barriera u se nuri kif dak li għamilna għamilnieh kollu skond il-liġi.", "Nibda biex ngħid li oriġinarjament fl-10 ta' Awissu, 1993 id-dumping sites board identifika fost l-oħrajn il-barriera msejħa Tal-Qsajjem biex tintuża għal radam legalizzat.", "Fl-4 ta' Jannar, 1994 l-ex-ministru għal Għawdex kien talab lill-Kummissarju ta' l-Artijiet għall-akkwist ta' din il-barriera permezz ta' possession and use.", "Fit-3 ta' Ġunju, 1994 uffiċjali tad-dipartiment ta' l-artijiet għamlu spezzjoni tas-sit u fit-8 ta' Ġunju ta' l-istess sena, l-Avukat Michael Grech, f'isem ċertu Jack Bugeja, kiteb lill-Kummissarju ta' l-Artijiet fejn inter alia informah li l- barriera kienet mikrija esklussivament lilu u li kien ilu jikriha għal snin sħaħ u qal li jekk il-klijent tiegħu ma jibqax juża dan il-post huwa se jbati finanzjarjament.", "Pero' fl-4 ta' Novembru, 1994 fil-Gazzetta tal- Gvern il-barriera ġiet iddikjarata li hija meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti u l-akkwist tagħha sar b'xiri assolut.", "Jiġifieri din il- barriera għaddiet f'idejn il-gvern taħt l-amministrazzjoni l-oħra fl-4 ta' Novembru, 1994.", "Sussegwentement fit-30 ta' Diċembru, 1994 Jack Bugeja għamel rikors il-qorti u waqt li talab lill-awtoritajiet ġudizzjarji biex jieħdu passi kontra s-segretarjat għal Għawdex, stqarr ukoll li kien qed juża din il-barriera mingħajr permess.", "Issa ma nafx kif il-qorti stranament fl-4 ta' Jannar iddikjarat li tista' taġixxi kif qed jitlob Bugeja u ordnat li jittieħdu passi kontra l-uffiċjali tad-dipartiment ta' l- artijiet, kontra l-uffiċjali tas-segretarjat, kif ukoll kontra l- Kummissarju tal-Pulizija.", "Madam Speaker, meta ħadna l-gvern f'idejna sibna li Għawdex kien qiegħed isir dumping site waħda għax kulħadd kien qiegħed jarmi fejn irid hu.", "Kif spjegajt kien hemm l-akkwist ta' din il-barriera pero' l-amministrazzjoni l- oħra ma kenitx qed tużaha għaliex kien hemm pressjoni minn dan il-bniedem li ried jibqa' jużaha hu biss mingħajr permess tal-Planning Authority.", "Aħna konna ffaċċjati b'sitwazzjoni fejn kull kuntrattur beda jarmi 'l hawn u 'l hemm.", "Kien hemm protesti kbar u anke mandat ta' inibizzjoni mis- Sindku tax-Xewkija għaliex il-Gvern preċedenti kien qed iħalli jsir radam anke fl-inħawi tax-Xewkija.", "Anke f'Daħlet Qorrot kien qed iħalli li jsir dumping ta' inert waste.", "Aħna għidna li din hija sitwazzjoni illegali għall-aħħar u jrid ikun hemm bilfors radam li jkun kontrollat.", "Aħna għażilna dan is-sit proprju għaliex dan kien is-sit li l-Gvern preċedenti kien diġa` għażel u kien akkwistah skond l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Novembru, 1994.", "Aħna applikajna għal permess tal- Planning Authority li fil-fatt ħareġ fl-20 ta' Marzu, 1997 u mbagħad bdejna nagħmlu kontroll sħiħ u tajna ordni li r-radam kollu jintefa' f'din il- barriera.", "Jiġifieri m'huwiex veru li qiegħed isir użu illegali ta' barriera mill-awtoritajiet ta' Għawdex.", "Għal żmien twil kien ikun hemm serbut ta' trakkijiet fi Pjazza San Franġisk fejn il-kuntratturi kienu jipprotestaw għax ma kellhomx fejn jarmu r-radam.", "Kif spjegajt, malli tela' dan il-gvern ħadna passi billi ġibna l-permess mill-Awtorita` ta' l- Ippjanar u l-kuntratturi kollha, inkluż dan Jack Bugeja, bdew jarmu f'dik il-barriera.", "Bugeja ried jarmi hu biss hemmhekk għaliex hu kien jinnegozja fil-bini ma' ċertu avukat u riedu jużaw din il-barriera huma biss.", "Dawn kienu għamlu rikors il-qorti u peress li dan il-mandat ta' inbizzjoni kien se jinqata' kontra tagħhom, l-avukat tiegħu dejjem kien jitlob li l-mandat imur sine die bir-riżultat li kien hemm kuntrattur wieħed biss li kien jarmi f'din il-barriera u l-kuntratturi l-oħrajn ma kenux jistgħu jarmu hemm.", "Aħna rranġajna din is-sitwazzjoni b'tali mod li din il-barriera llum imtliet u r-radam huwa kkontrollat.", "Issa sibna barriera oħra u wara li ħarġet legal notice li tikkontrolla r-radam, din it- tieni barriera se tkun ikkontrollata mill-kuntrattur stess.", "Dawn huma affarijiet li qabel ma ngħiduhom għandna narawhom u jien nistieden anke lill-awtoritajiet biex jekk iridu jieħdu passi kontra tagħna jeħduhom.", "Aħna konna akkwistajna l-barriera b'xiri assolut u kellna l-permess tal- Planning Authority filwaqt li dan Jack Bugeja mar il-qorti u, minkejja li ma kellux permess, il-qorti laqgħet iċ-challenge u ordnat li jittieħdu passi kontra tagħna.", "Jien ma jidhirlix li għandi nidħol fil-mertu tal-każ għaliex dan il-każ qiegħed sub judice pero' jien ridt nispjega l- affarijiet biex min jaħseb li aħna mxejna kontra l-liġi f'Għawdex ikun jaf li dan m'huwiex minnu.", "Nerġa' nispjega li huwa importanti li ma jibqax jintefa' r-radam tal-bini ma' Għawdex kollu.", "Qabel l-elezzjoni xi awtoritajiet kienu taw permess biex jibda jsir dumping f'Ħondoq ir-Rummien ukoll.", "Dan ma ridniehx u malli ftaħna din il-barriera Tal-Qsajjem ħadna l- precautions kollha neċessarji u ħallejna uffiċjal ta' l-agrikoltura hemmhekk biex jara li d-dumping isir b'mod kontrollat.", "Imxejna eżattament kif qaltilna l-Planning Authority u hemmhekk infaqna eluf kbar ta' liri biex naraw li l-ambjent jiġi mħares.", "Issa li din il-barriera hija mimlija se nieħdu dawk il-passi kollha sabiex dak il-post jerġa' jieħu l-ambjent pristine tiegħu.", "Dan huwa l- mod kif għandek tamministra u m'hijiex ħaġa sewwa li wieħed iġib dawn l- affarijiet fil-gazzetti b'headings kbar biex jipprova jagħti l-impressjoni li l-awtoritajiet ta' Għawdex qegħdin jagħmlu xi ħaġa kontra l-liġi.", "Dan m'hu veru xejn.", "Aħna għamilna kollox skond il-liġi fl-interess ta' Għawdex tagħna għax ma ridniex li Għawdex isir rubbish dump waħda.", "Din hija problema kbira li aħna niftaħru li sibna soluzzjoni għaliha, ħaġa li minħabba pressjoni politika l-Gvern l-ieħor ma kienx lest li jieħu d- deċiżjonijiet importanti fl-interess ta' Għawdex kollu u kontra l-interess ta' xi wħud li moħħhom biss biex jibnu.", "Madam Speaker, nagħlaq billi ngħid li qabel ma ħadna dawn id- deċiżjonijiet kkonsultajna mal-Kunsill Lokali ta' l-Għarb biex naraw minn fejn irridu ngħaddu għal din il-barriera.", "Jiġifieri ma kien hemm xejn illegali għaliex il-barriera kienet tal-gvern, ġibna permess mill-Planning Authority u ħadna wkoll pariri tal-kunsill lokali ta' l-Għarb.", "Aħna ridna biss li d-dumping isir mill-kuntratturi kollha ta' Għawdex u dan Jack Bugeja li għamel ir-rikors seta' wkoll jagħmel id-dumping hemmhekk.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Frar 1998, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦAWDEX: RABAT - PARKEĠĠ", "10126.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3454, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal l-istudju għar-rigward ta' art biex jintuża għal parking fir-Rabat, Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għadu qed jiġi kkonsidrat l-aħjar użu li jista' jsir mill-art in kwestjoni.", "WSC - ANNUAL REPORT 1995/96", "10675.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li fl-Annual Report 1995/96 tal-Water Services Corporation f'paġna 48, Tabella 13, hemm indikat li fl-1995 in-numru ta' konsumaturi domestiċi taħt l-assistenza soċjali kien 5002, jista' l- Ministru jgħid kemm kienet din iċ-ċifra fit-8 ta' Diċembru, 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li n-numru ta' konsumaturi domestiċi li jibbenifikaw mill- assistenza soċjali kien ta' 6,458.", "TOROQ - TRAFFIC HEADS", "10687.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9905 u r-risposta relevanti mogħtija fis-Seduta Nru. 150 tal- 21/11/97, jista'l-Ministru jekk jogħġbu jgħid mingħand min inġabru l- offerti biex inxtraw is-60 lanterna u t-tliet controllers u x'kienu l- prezzijiet tad-ditta/ditti oħra li bagħtu quotations; u kemm swew dawn is- 60 lanterna u tliet controllers, jekk il-prezz li tħallas kienx CIF jew imwassal sa l-istores inklużi t-taxxi ta' l-ETI u ETP?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-prezz ta' lanterni mixtrija biex jakkumpanjaw dawk imwaħħla u li kienu nxtraw mingħand l-istess ditta minn żmien għal żmien kien ta' Lm60-il waħda għal lanterni bi tliet fanali u Lm46.50-il waħda għal lanterni b'żewġ fanali imwassla l-istores, inkluża l-VAT.", "Ma setgħux isiru sejħiet għall-offerti f'dan il-każ", "Fir-rigward tat-tliet controllers id-dipartiment kellu żewġ quotations mingħand id-ditti Microsense u SCAE li kienu għal prezz CIF ta' Lm1,944 u Lm2050-il wieħed rispettivament, iżda ma kenux jinkludu VAT jew ETP.", "Il-controllers kellhom jinxtraw minn għand ta' SCAE peress li tal- Microsense riedu sitt ġimgħat biex jbagħatuhom u dawn kienu meħtieġa malajr mid-dipartiment.", "Il-lanterni għal proġett tal-Marsa inxtraw fuq direct order approvat mill- Kumitat tal-Kuntratti a bażi ta' l-offerti mitfugħa minn SCAE f'sejħa għall- offerti li kienet ħarġet ftit qabel għal konsenja ġdida ta' lanterni u controllers.", "Il-prezz f'dan il-każ kien ta' Lm60 għal lanterni bi tlett fanali u Lm31 għal lanterni ta' bi tnejn, dan il-prezz ma kienx jinkludi ETI.", "GĦAJN SIELEM - TRIQ BAĦĦARA - DRENAĠĠ", "11049.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill- Kamra jekk il-Kunsill Lokali ta' Għajn Sielem kellux tweġiba għat-talba li kien għamel sabiex fi Triq Baħħara, Għajn Sielem jitwassal is-servizz tad- drenaġġ?", "Nixtieq infakkar li fid-19 ta' Frar, 1997 kien ġie ppubblikat Avviż Nru. 145 fil-Gazzetta tal-Gvern li permezz tiegħu l-Gvern akkwista l- art sabiex dan is-servizz ikun jista' jitwassal f'din it-triq.", "Jiena jidhirli li issa għadda żmien biżżejjed sabiex servizz tant utli bħal dan jiġi provdut lir-residenti ta' din it-triq.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11792 (Seduta Nru. 182).", "OPM - IMPJEGATI", "11093.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l- Prim Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella li turi t-tagħrif mitlub fir-rigward tal- Ministeru tiegħi għall-perijodu mill-1 ta' Jannar,1997 sat-8 ta' Jannar, 1998 tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SEWERAGE MASTER PLAN - PROJECT MANAGEMENT OFFICE", "11342.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal li l-Project Management Office tal-Malta University Services Ltd. ma jiġix prikwalifikat mid- Dipartiment tad-Drenaġġ tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jagħti servizz ta' project management fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tas-Sewerage Master Plan wara li l-istess uffiċċju kien ilu jagħti dawn is-servizzi għal aktar minn sentejn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-argument li għax il-Malta University Services Ltd kellhom jiġu prikwalifikati biex jagħtu servizz ta' project management lid-Dipartiment tad-Drenaġġ abbażi li dan kien ilu jagħti dan is-servizz lid-Dipartiment tad-Dreanġġ għal aktar minn sentejn ma jreġix.", "Fl-aħħar każ, din kienet xelta esklussiva tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u kienet intiża għall-parti żgħira mis-Sewerage Master Plan.", "Fl-ewwel każ wieħed qiegħed jitkellem fuq proġett ferm akbar li kien fuq bażi ta' tender liema nfiq kien se jiġi ffinanzjat mill-European Investment Bank u għalhekk dawn ta' l-aħħar (EIB) kellhom interess ukoll fix-xelta ta' dawk li ġew pre-qualified.", "OPM - KONSULENTI", "11422.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fil-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, bejn l-1 ta' Jannar, 1987 u l-31 ta' Diċembru, 1996 fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-ministeru ġew ingaġġati 16-il konsulent.", "Dawn jidhru fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "L-aħħar tliet konsulenti li jidhru fil-lista ġew ingaġġati taħt l- Amministrazzjoni preżenti.", "FGURA - ILMA KKONTAMINAT", "11523.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta x'ġara dan l- aħħar fil-Fgura meta r-residenti rrapportaw li l-ilma tal-vit kien kontaminat bid-drenaġġ?", "Kemm għadda żmien mill-bidu tal-kontaminazzjoni bid-drenaġġ?", "Kemm għadda żmien mill-bidu tal-kontaminazzjoni sakemm indunaw in-nies?", "Jidhirlu l-Ministru li każ bħal dan seta' ħalla u għadu jista' jħalli konsegwenzi koroh fuq is-saħħa tan-nies li xorbu dan l-ilma?", "Kien hemm lok ta' inkjesta pubblika?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Riċentament, inqala' każ fejn seta' kien hemm kontaminazzjoni, billi żviluppat ħsara fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Koppla, fil-Fgura.", "L-ewwel rapport daħal fil-Customer Care tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nhar l-Erbgħa 14 ta' Jannar, 1998 fid-9:00 a.m. u min-naħa tal- korporazzjoni u mill-ewwel ħadet passi dwar dan.", "Billi l-ħsara li kien hemm fis-sistema tad-drenaġġ ma kenitx tidher minn wiċċ it-triq, sar stħarriġ intensiv fuq il-post li baqa' sejjer sal-ġimgħa, biex ġew stabiliti t-toroq li setgħu ġew affetwati.", "Immedjatament saru washouts tas-sistema kollha.", "Sadanittant, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u d-Dipartiment tas-Saħħa ħarġu stqarrijiet pubbliċi biex javżaw ir-residenti ta' dawn l-inħawi biex ma jużawx l-ilma tal-vit sakemm ġie eliminat kull periklu ta' kontaminazzjoni.", "Bħalma jsir kull meta jinqala' każ simili, l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nformat lid-Dipartiment tas-Saħħa u ħadet ħsieb li twettaq ir- rakkmandazzjonijiet li għamel dan id-dipartiment.", "SAĦĦA - TESTIJIET GĦALL-HIV", "10918.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV fl-1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' testijiet għall-HIV li saru fl-1997 fil-laboratorju taċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfuzzjoni tad-Demm kien ta' 16,773.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "10919.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta' barranin miżżewġin Maltin li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' l-1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' barranin miżżewġin Maltin li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar tal-1997 kien ta' 125.", "INVESTIMENT MALTI", "10920.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat il-valur ta' investiment Malti barra l-pajjiż fl-aħħar ta' l-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li ma jinżammu ebda records ta' l-investimenti Maltin barra minn Malta.", "Tajjeb ngħidu li fid-dawl tal- miżuri riċenti fil-liberalizzazzjoni tal-kontroll tal-kambju, il-ħtieġa li jinżammu dawn ir-records mhijiex fl-ispirtu ta' din il-policy, l-aktar minħabba illi huwa l-għan ta' l-awtoritajiet li jinkoraġġixxu l-Maltin iġibu lura liberament il-flus li għandhom investiti barra.", "Madanakollu, nixtieq inżid illi f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħruġ barra minn Malta ta' kapital f'investiment personali mill-Maltin, ċaqliq bħal dan huwa rrapportat lid-Dipartiment tal-Kontroll tal-Kambju tal-Bank Ċentrali fil- bidu meta jsir l-investiment.", "Skond ir-records tagħhom, il-ħruġ ta' dan il- kapital fl-1997 kien ta' Lm4,261,298 imqabbel ma' Lm4,690,084 fl-1996; u li parti l-kbira ta' dawn il-flus huma miżmuma f'kontijiet barranin ma' banek lokali.", "TRIBUNAL TA' L-ARBITRAĠĠ - KAŻIJIET", "10921.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ġew trattati fl-1997 quddiem it-Tribunal ta' l-Arbitraġġ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul 1997 it-tribunal iddeċieda 15-il kwestjoni ta' xogħol u 116 każ ta' tkeċċija.", "It-tribunal ta wkoll tmien deċiżjonijiet preliminari u ħareġ sitt digrieti u mandat.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "10922.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni ġodda mal-gvern fl-1997?", "F'liema dipartiment ġew ingaġġati u f'liema grad ġew imdaħħla?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li telqu u/jew spiċċaw mix-xogħol minn mal-gvern fl-1997 u minn liema dipartiment kienu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Żewġ listi li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Irrid nispjega li:", "Fil-każ tal-lista li tagħti informazzjoni rigward dawk il-persuni li daħlu mal-Gvern wara sejħa għall-applikazzjonijiet miftuħa (Outside Recruitment), din tinkludi wkoll persuni li jkunu diġa' mpjegati mal- Gvern;", "Fil-każ tal-lista li tagħti informazzjoni dwar in-numru ta' mpjegati li telqu jew spiċċaw minn mal-Gvern matul l-1997, din tista' ma tkunx kompleta, għax f'dan l- istadju l-Management and Personnel Office ikun għadu qed jirċievi d-dettalji meħtieġa.", "VETTURI - LIĊENZI TAS-SEWQAN", "10923.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw liċenzja tas-sewqan fl-1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' persuni li ngħataw liċenza tas-sewqan fl-1997 kien ta' 8,606.", "TRADE FAIR 1997 - MALTA PAVILION", "11441.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema persuni u/jew ditti għamlu xogħol b'konnessjoni mal- Malta Pavilion għat-Trade Fair 1997?", "Jista', għal kull tip ta' xogħol li ngħata, jindika jekk ingħatax b'tender jew b'direct order, min ikkonkorra, kemm kienet kull quotation, liema quotation ġiet aċċettata u kemm spiċċa tħallas min ġie magħżul?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - KORS TA' NURSING AIDES", "11442.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-kors ta' nursing aides li kellu jibda din is-sena twaqqaf u jekk iva, jagħti r-raġuni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W1,141.", "MACHINE READABLE PASSPORTS", "11443.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Peress illi b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8450 il-Prim Ministru kien qal li s-sistema tal-Machine Readable Passports kellha tkun lesta sa l- aħħar ta' l-1997, jista' jekk jogħġbu jikkonferma li issa din is-sistema qed taħdem?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nikkonferma li s-sistema ilha titħaddem mill-24 ta' Diċembru, 1997.", "DR. KARMENU MIFSUD BONNICI - RAPPORT", "11444.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Dr. Karmenu Mifsud Bonnici lestiex ir-rapport finali dwar artijiet li jistgħu jintużaw għal bini ta' djar u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jekk jogħġbu ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Interim Report li tlesta f'Mejju 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva.", "L-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fiż-żmien opportun.", "STA.", "VENERA - TRIQ IL-PALAZZ L-AĦMAR", "11445.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li Triq il- Palazz l-Aħmar f'Santa Venera tingħata wiċċ kompletament ġdid in vista ta' l-istat diżastruż li tinsab fiha u jekk iva, meta hu ppjanat li dan isir?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta tal- mistosija parlamentari numru 11709.", "SANTA VENERA - BINJA STA.", "VENERA", "11446.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li t-toroq madwar Binja Sta.", "Venera, f'Sta.", "Veenera jiġu rranġati in vista ta' l-istat diżastruż li jinsabu fihom u jekk iva, meta hu ppjanat li jsir dan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li t-toroq imsemmija huma diġa' asfaltati, kull forma ta' manutenzjoni nkluż il-kisi mill-ġdid isir mill-kunsill lokali, u għalhekk l-Onor.", "Interpellant mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MTARFA/RABAT - BINI TA' TRIQ", "11777.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex t-triq taħt l-Imtarfa li minn ħdejn Għajn Qajjed, Rabat Malta tieħu għal taħt l- Imdina tinbena mill-ġdid billi tant strieħet li issa tinsab f'sitwazzjoni u kondizzjoni ħażina ħafna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-passi meħtieġa jittieħdu fid-dawl ta' pjan globali għar-restawr tat-toroq arterjali li jrid jiġi mfassal.", "Sadanittant tajt struzzjonijiet lis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tat-Toroq biex tagħmel ix-xogħol temporanju li jenħtieġ il-wiċċ tat-triq biex ma jkunx hemm periklu għas-sewwieqa.", "MTARFA - DAR TA' L-ANZJANI", "11778.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm residenti fid-dar ta' l-anzjani f'Ħaż-Żmien, fl-Imtarfa; kemm hemm fuq il-waiting list sabiex jidħlu fl-istess residenza; mil-liema raħal/belt huma r-residenti relattivi diġa' fil-home (raħal, raħal); u minn fejn huma l-persuni li applikaw sabiex jidħlu f'din il-home?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din it-tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "RABAT: MAIN STREET - LINJI SOFOR", "11805.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jindika għaliex f'Main Street, Rabat Malta saru l-linji sofor anke f'parti wiesgħa quddiem Rififi Snack Bar; u f'Gusmana Navaria Street, Rabat saru l-linji sofor fit-triq?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-linji sofor fi Triq il-Kbira saru ukoll fil-parti wiesgħa quddiem Riffifi Snack Bar, għax f'dan il-post kien ikun hemm karozzi ipparkjati li jagħlqu għal kollox id-daħla ta' Triq Gusmana Navarra.", "Fit-tarf ta' Triq Gusmana Navarra, kantuniera ma' Triq il-Kbira saru linji sofor biex ma jsirx parking li jagħlaq id-daħla ta' din it-triq minn Triq il-Kbira.", "EDUKAZZJONI - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "11811.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lill-kunsilli skolastiċi matul l-aħħar ħames snin li għaddew inkluża s-sena skolastika li ninsabu fiha, sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Matul l-1998 il-kunsilli skolastiċi se jirċievu s- somma ta' Lm44,658.93 maqsuma fl-iskejjel skond il-lista li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-ammonti ta' flus li tqassmu lill-kunsilli skolastiċi fl-aħħar snin kienu kif se nsemmi:", "1996/97 - Lm34,519 1995/96 - Lm40,904 1994/95 - Lm41,506 1993/94 - Lm40,480", "IKLIN - FTUĦ TA' KINDERGARTEN", "11812.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se jiftaħ il- kindergarten ġdid fl-Iklin li kien proġettat mill-Amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il- kindergarten ġdid fl-Iklin hu ppjanat li jiftaħ f'Ottubru 1998.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - AVVIŻI", "11824.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: Kemm saru avviżi mad-Dipartiment tat- Taxxi Interni fl-uffiċini ta' 46, Merchants Street, Valletta u Victoria, Għawdex fuq trasferimenti b'kawża ta' mewt matul l-1997?", "Kemm minn dawn ġew ippreżentati bi stima perizjali magħhom?", "Minkejja l-perizja fuq kemm minn dawn (li kellhom stima perizjali) intbagħat perit tad-dipartiment?", "Jaħseb il-Ministru li ladarba jiġi ppreżentat dokument b'perizja miegħu ta' l-istima ta' perit għandha tiġi aċċettata?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kien hemm 1,687 dikjarazzjonijiet b'casua mortis.", "Minn dawn, l-għadd ta' spezzjonijiet li saru mill-periti kien ta' 733.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm minn dawn id-dikjarazzjonijiet causa mortis ikunu akkumpanjati minn stima perizjali għax m'għandux jingħata trattament differenti minn dikjarazzjonijiet causa mortis oħra li ma jkollhomx stima perizjali dwar investigazzjonijiet tal-valur minħabba li l- prinċipji fondamentali huwa li t-taxxa għandha titħallas fuq il-prezz tas- suq tal-proprjeta' immobbli u għalkemm tali stima perizjali tingħata kunsiderazzjoni ma jistax jingħad li tali stima tkun il-konsiderazzjoni finali u konklussiva.", "BOLLI PPROĠETTATI", "11825.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid xi ħruġ ta' bolli hemm proġettati għal 1998?", "Hu intenzjonat illi matul is-sena 1998 jew 1999 joħroġ set definittiv ta' Bolli?", "Jekk iva, x'inhuma maħsuba li jkunu d-demonazzjonijiet?", "Jekk iva, x'inhu maħsub li jkun s-suġġett?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-ħruġ ta' bolli proġettati għall-1998 hija kif jidher hawn taħt:-", "Treasures of Malta and Valletta - European City of Culture", "Historic Commemorations", "Europa 1998", "International Year of the Oceans", "FIFA World Cup", "Anniversaries", "Christmas", "Jiena nformat ukoll li m'hemm l-ebda intenzjoni li jinħareġ sett definittiv ta' bolli fil-futur qarib.", "MIA - BORD TAD-DIRETTURI", "11826.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Minisru jinforma lill-Kamra fuq liema bażi ngħażlu: Mr. Eric Fenech Pace; Mr. Joe Borg B.A. Gen; Ms. Nathalie Camilleri; Mr. Neville Fenech; u Mr. Louis Grech B.A., M.A., fuq il-Bord tad-Diretturi ta' l- Ajruport Internazzjoni ta' Malta?", "X'esperjenza għandu kull persuna f'dan il-kamp?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Fuq il-bażi ta' qabel.", "PULIZJA - KAŻI TA' SERQ", "11864.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 9924 tat-18 ta' Novembru, 1997 dwar serq fuq anzjani, jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-istess?", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9924 ninsab informat illi bejn l-1 ta' Jannar, 1997 u t-18 ta' Novembru, 1997, in-numru ta' reati rrapportati lill-Pulizija kien kif ġej: -", "54 serqa minn djar okkupati minn anzjani 'l fuq minn 60 sena;", "76 serqa minn djar okkupati minn anzjani 'l fuq minn 65 sena;", "171 serqa oħra għad-dannu ta' anzjani minn 60 sena 'l fuq.", "KONVENZJONI EWROPEA - PRIĠUNIERI SSENTENZJATI", "11865.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Minn mindu Malta rratifikat il-Konvenzjoni Ewropea dwar trasferiment ta' priġunieri sentenzjati, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il priġunier barrani ntbagħat lura f'pajjiżu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li minn mindu Malta rratifikat il- Konvenzjoni Ewropea dwar trasferiment ta' priġunieri sentenzjati fis-26 ta' Marzu, 1991, l-ebda priġunier barrani ma ntbagħat lura f'pajjiżu biex ikompli s-sentenza.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - TASK FORCES", "11866.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10499, jista' l-Ministru jgħid għal-liema skop ġew imwaqqfa l-erba' task forces minnu msemmija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-erba' Task Forces kienu jirrigwardjaw dawn is- setturi:", "Infermiera kif jista' jsir l-aħjar użu tar-riżorsi li għandna f'dan il- qasam.", "Out Patients Department", "Health Centres", "Sptar Ġenerali t'Għawdex", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI - TASK FORCES", "11867.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10501 u ċioe' jgħid kemm-il task force ġiet maħtura minnu fl-oqsma differenti tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10501 mogħtija f'Seduta Nru. 183.", "PULIZIJA - ĦLASIJIET FIL-FESTI", "11868.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jiġi ntrodott l-ħlas għas- servizzi tal-pulizija matul il-festi, liema ħlas kien ġie imneħħi taħt Gvern Nazzjonalista?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi din il-miżura kienet ġiet proposta mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija waqt laqgħa li kienet saret mal- Kummissarju tal-Pulizija.", "Għad m'hemm xejn definit dwar din il-proposta.", "KMAMAR TAN-NAR - REGOLAMENTI", "11869.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kmamar tan-nar li se jiġu milquta bir- regolamenti ġodda dwar il-logħob tan-nar u x'alternattivi se jiġu proposti lis-sidien ta' dawn il-kmamar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant ir-regolamenti li ġew ippubblikati permezz ta' l-istqarrija għall-istampa maħruġa fis-27 ta' Jannar, 1998 kienu biss proposti għall-konsiderazzjoni ta' dawk kollha interessati fis-suġġett.", "Fil-fatt fl-istqarrija l-pubbliku, l- assoċjazzjonijiet, l-clubs, l-organizzazzjonijiet u persuni oħra interessati fis-suġġett ġew mistiedna biex jissottomettu s-suġġerimenti u r- reazjonijiet tagħhom għal dawn il-proposti sa mhux aktar tard mit-18 ta Frar, 1998.", "Għalhekk naħseb wieħed għandu jistenna sakemm il-proposti jiġu ffinalizati qabel ma tista' tingħata l-informazzjoni mitluba.", "BORD TA' ARBITRAĠĠ DWAR ARTIJIET", "11925.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti quddiem il-Bord ta' l-Arbitraġġ dwar Artijiet?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li sad-9 ta` Frar,1998 quddiem il-Bord ta` l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet kien hemm 171 każ pendenti.", "ĦAXIX - IMPORTAZZJONI", "11982.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li ż-żmien sa meta jistgħu jiġu mpurtati ħxejjex bħal pastard, kaboċċi u patata ta' l-ikel b'levy mnaqqas ġie estiż sal-15.2.98, jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-kwantitajiet totali ta' kull prodott imsemmi li se jiġu mpurtati b'levy mnaqqsa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-estenzjoni ingħatat għall-bilanċ ta' dak li ma kienx għadu ġie importat mill-kwantitajiet mogħtija oriġinarjament.", "RABAT - GOLF COURSES", "11983.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward tal-proġett imsemmi dan l-aħħar dwar golf courses taħt il-lukanda Verdala fir-Rabat, jista' l-Ministru jgħid: (1) x'inhu l-ammont ta' raba' (tumoli) li se jiġi affettwat; (2) kemm minn dan ir-raba' huwa proprjeta' tal-Gvern; (3) x'inhu n-numru ta' bdiewa li għandhom proprjeta' f'(2); u 4) kemm hu l-persentaġġ tar-raba' bagħli u kemm huwa saqwi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura uffiċjalment m'għandux x' jaqsam ma' approvazzjoni ta' proġetti, nirrikmanda lill-Onor.", "Membru li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita ta'l-Ippjanar.", "PITKALIJA - ĦASIL TAL-CRATES", "11984.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10695 dwar makni tal-ħasil tal-crates, jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' sigħat kull xahar li l-istess apparat jiġi mħaddem biex jaħsel il-kaxxi b'mod adegwat; u x'inhu l-ammont ta' ilma (estimu) meħtieġ għal kull siegħa ta' tħaddim ta' l-apparat il-ġdid li għad irid jinxtara?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti l-ħasil tal- kaxxi kien isir minn shift wieħed ta' ħaddiema sekondati mill-Gvern mall- kumpannija Pitkali Crates Ltd.", "Din il-kumpanija kienet tesiġi kwota ta' ħasil ta' kaxxi kuljum.", "Kif inbidlet l-amministrazzjoni, l-Gvern mill-ewwel ħa passi sabiex il- ħasil tal-kaxxi laħħaq mad-domanda li dejjem tikber għal dawn l-istess kaxxi.", "Għal dan il-għan ġie ntrodott shift ieħor ta' ħaddiema li għal darba oħra ġew ipprovduti mill-Gvern.", "Dan ix-shift ta' ħaddiema ġie mogħti u qiegħed jaħsel l-istess ammont ta' kaxxi tax-shift ta' qabel.", "L-ammont ta' ilma meħtieġ għal kull siegħa ta' tħaddim ta' l-apparat il- ġdid li għad irid jinxtara jiddependi mit-tip ta' makna li se tintgħażel permezz tat-tender.", "PITKALIJA - MAĦŻEN", "11985.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 10693 dwar il-maħżen il-ġdid fil-Pitkalija, jista' l-Minisru jgħid ir-raġunijiet li għalihom il- Pitkali Crates Ltd. se tiġi mġiegħla tikkontribwixxi aktar għall-użu ta' l- imsemmi maħżen meta l-ftehim oriġinali kien li d-Dipartiment ta' l- Agrikoltura kellu jipprovdi l-faċilitajiet ta' l-istess maħżen bla ma jsir ħlas mill-Pitkali Crates Ltd.?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Pitkali Crates Ltd., hija kumpannija li l-għan tagħha hu li ttejjeb s-sistema tad-distribuzzjoni tad-dugħ fil-pitkalija.", "Għaldaqstant ir-riżorsi kollha tagħha għandhom jintużaw għal dan il-għan.", "KONSUMATURI DOMESTIĊI", "11986.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10698 u ċioe' jista' jgħid fil-preżent u fir-rigward tal- konsumaturi domestiċi kemm hawn households b': a) 0/1 persuna; b) 2 persuni; c) 3 persuni; d) 4 persuni; e) 5 persuni; f) 6 persuni; g) 7 persuni jew aktar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li l-households ta' l-accounts tal-konsum domestiku huma maqsuma :-", "a) 0/1 persuna 76,572 b) 2 persuni 24,871 c) 3 persuni 24,587 d) 4 persuni 30,960 e) 5 persuni 13,768 f) 6 persuni 4,544 g) 7 persuni jew iktar 2,131 177,433", "KAROZZI/MUTURI", "11988.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6614, fejn il-Ministru qal li Malta dalwaqt se jkollha sistema ta' testing tal- vetturi bbażata fuq standards ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħidilna meta din is-sistema se tidħol fis-seħħ?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 11435.", "EUROCONTROL", "11989.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għar-risposta dettaljata li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4577, jista' jgħid kemm irċeviet flus mill- Eurocontrol fl-1997 Malta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li fl-1997 Malta irceviet mingħand l-Eurocontrol is-somma ta` Lm3,109,770.", "ENEMALTA - PROGRAM ALTENER II", "11990.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għar-risposta mogħtija mill-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 4919, jista' jgħidilna x'kienu r-riżultati tal- konsiderazzjoni tal-gvern dwar jekk Malta għandhiex tkun inkluża fil- programm ALTENER II ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni fuq proġett fejn Malta tista' tipparteċipa fil-programm Altener II.", "Ta' min jgħid li biex Malta tkun tista' tipparteċipa trid tagħmel investiment qawwi li parti biss minnu tkun tista' tiġi rikoverata minn fondi ta' dan il-programm.", "NTOM - DIRETTURI", "11991.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid, għal kull direttur ta' l-NTOM barra minn Malta wieħed wieħed u għas-snin 1996 u 1997 separatament x'kien is- salarju tiegħu f'liri Maltin u fil-munita tal-post; u għal kemm ammontaw b'kollox il-ħlasijiet l-oħra kollha li rċieva minn fondi pubbliċi inklużi l- allowances, f'liri Maltin u fil-munita tal-post?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-", "1996 |NAME |MALTA |ALLOWANCES | | |BASIC | | | | |(As per | | | |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |John |Lm6,160 |(As per | |Montague| |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Jeffrey |Lm6,160 |(As per | |Cutajar | |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Joseph |Lm6,160 |(As per | |Galea | |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Dominic |Lm6,160 |(As per | |Micallef| |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Michael |Lm6,160 |(As per | |Piscopo | |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Ian R. |Lm6,160 |(As per | |Ciappara| |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Robert | -| | |Zammit | |- |", "1997 |NAME |MALTA |ALLOWANCES | | |BASIC | | | | |(As per | | | |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |John |Lm6,251 |(As per | |Montague| |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Jeffrey |Lm6,251 |(As per | |Cutajar | |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Joseph |Lm6,251 |(As per | |Galea | |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Dominic |Lm6,251 |(As per | |Micallef| |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Michael |Lm6,251 |(As per | |Piscopo | |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) | |Ian R. | - | | |Ciappara| |- | |Robert |Lm6,251 |(As per | |Zammit | |Ministry of | | | |Foreign | | | |Affairs) |", "KUNSILL TA' L-EWROPA - PROTOKOLL", "11992.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk Malta kenitx waħda mill-firmatarji tal-protokoll tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il- banning of the cloning of human beings li ġie ffirmat f'Pariġi fit-12 ta' Jannar, 1998 u li huwa test vinkolanti ta' liġi internazzjonali l-ewwel ta' dan it-tip f'dan il-qasam?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Gvern Malti jaqbel ma' dan il-protokoll u qed jsiru l-arranġamenti kollha sabiex Malta tkun wkoll firmatarja ta' dan il- protokoll.", "KUNSILLI LOKALI - RAPPREŻENTANZA", "11999.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6604 dwar rappreżentanza tal-kunsilli lokali fuq uħud mill- korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi jew parastatali, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet msemmija fir-risposta ndikata?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Imterpellant li wara l- konsultazzjonijiet ma'l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-proposti tagħha qed jiġu kkonsidrati mal-ministeri responsabbli.", "KUNSILLI LOKALI - AWTORIZZAZZJONI", "12000.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-twaqqif tal-kunsilli lokali fl- 1994 sal-lum, kien hemm kunsilli li talbu awtorizzazzjoni, skond artiklu 61 ta' l-att dwar il-kunsilli lokali, biex iwettqu xogħlijiet li l-valur tagħhom jeċċedi l-vot annwali tagħhom?", "Jekk hu l-każ, liema kienu l- kunsilli li talbu din l-awtorizzazzjoni?", "Għal-liema proġett/proġetti ntalbu?", "Kemm kienet is-somma ta' flus li ntalbet?", "Liema kienu t-talbiet approvati u x'terminu ta' ħlas inftiehem skond din l-awtorizzazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien il- Kunsill Lokali tal-Mosta biss li għamel talba għall-awtorizzazzjoni skond l- Artiklu 61 ta'l-Att ta'l-1993 dwar kunsilli lokali.", "It-talba għall-awtorizzazzjoni kienet għas-somma ta' Lm220,000 u tirriferi għal dawn il-progetti:", "a) Lift fiċ-Ċentru Ċiviku, b) Kostruzzjoni ta' Sala għall-Komunita', c) Kostruzzjoni ta' Five-a-Side football ground, d) Kostruzzjoni ta' gnien pubbliku, e) Kostruzzjoni ta' bankini u water culverts", "Peress li it-talba saret wara li twettqu x-xogħlijiet, din ma ġietx ikkonsidrata.", "L-imsemmi att pero' ma jipprovdi għall-ebda rimedju f' każ bħal dan.", "Li hemm fil-liġi hu li f' każijiet ta' ksur persistenti ta' responsabbilitajiet finanzjarji jew nuqqas kontinwu ta' tħaris tad- dispożizzjonijiet ta' l-att, l-President jista' fuq parir tal-Prim Ministru u wara li l-kunsill ikun ingħata avviz formali mill-Ministru, ixolji kunsill fuq rapport ta'l-Awditur Ġenerali.", "Jien informat li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed ikompli jistħarreġ il-każ tal-Mosta biex jiġi stabilit jekk kienx hemm xi ksur ta' proċeduri oħra li jimmeritaw li l-każ jgħaddi għand l-Awditur Ġenerali.", "Dan minhabba l-ħtieġa li jidher li hemm li din il-lacuna fil-liġi tiġi korretta b'emenda.", "DIPARTIMENT TAL-KUNSILLI LOKALI - AKKWIST TA' UFFIĊĊJU", "12001.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess biex toħroġ sejħa pubblika dwar l-akkwist ta' uffiċċju, fuq bażi long term għad-Dipartiment tal-Kunsilli, ntemmitx?", "Jekk intemmet meta ħarġet jew ħierġa din is-sejħa pubblika, billi l-kirja preżenti hi ta' sena u tagħlaq fi tmien dan ix- xahar?", "Jekk fin-negattiv, x'se jsir mill-uffiċċju tad-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali wara t-28 ta' Frar, 1998?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8591 u 6122.", "FURJANA - PARKEĠĠ FIL-MALL", "12022.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11779 u ċioe' jista' l-Ministru jikkonferma jew le li fil-parti tat-toroq ta' quddiem il-Mall jista' jkun hemm il-ħsieb li jsir xi parking space u dan fix-Xagħra tal-Furjana jew biswitha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed isiru studji preliminarji biex jiġi ddeterminat kif l-ispazju taħt l-ispectator stand fix-Xagħra tal-Furjana, jista' jintuża għal parkeġġ taħt l-art.", "Dawn il-pjanijiet jikkontemplaw ukoll li l-faċilitajiet sportivi eżistenti, u forsi anke xi oħrajn ġodda, jinbnew fuq is-saqaf ta' dan il-parkeġġ'.", "PA - DIRETTUR", "12023.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun maħtur direttur tal-proċeduri fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar flok dak li rriżenja xi ġimgħat ilu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Se jsir minn kollox biex tinstab il-persuna adatta.", "MARSAXLOKK - PROMENADE - XOGĦLIJIET", "12024.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk intefgħux applikazzjonijiet għax-xogħlijiet ta' embellishment tal-Promenade f'Marsaxlokk?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sal-lum għadhom ma ġewx sottomessi l-ebda applikazzjonijiet għax-xogħlijiet ta' embellishement tal-promenade ta' Marsaxlokk.", "BIRŻEBBUĠIA - PROMENADE - XOGĦLIJIET", "12025.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk intefgħux applikazzjonijiet għax-xogħlijiet ta' embellishment tal-promenade ta' Birżebbuġia?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sal-lum għadhom ma ġewx sottomessi l-ebda applikazzjonijiet għax-xogħlijiet ta' embellishment tal-promenade ta' Birżebbuġia.", "WIED IL-GĦAJN - PROMENADE - XOGĦLIJIET", "12026.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk intefgħux applikazzjonijiet għax-xogħlijiet ta' embellishment tal-promenade ta' Wied il-Għajn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sal-llum għadhom ma ġewx sottomessi l-ebda applikazzjonijiet għax-xogħlijiet ta' embellishment tal-promenade ta' Wied il-Għajn.", "BIRŻEBBUĠIA - PROĠETT", "12027.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet bi tħejjija għal proġett ta' embellishment ta' promenade ta' Birżebbuġia?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inbeda xogħol ta' surveying fuq is-siti fejn qed jiġi propost upgrading f'Birżebbuġia bħala parti mill-proġett ta' ħidma fin- Nofs Inhar ta' Malta.", "WIED IL-GĦAJN - PROĠETT", "12028.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet bi tħejjija għall-proġett ta' embellishment tal-promenade ta' Wied il- Għajn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inbeda xogħol ta' surveying fuq is-siti fejn qed jiġi propost upgrading f'Wied il-Għajn bħala parti mill-proġett ta' ħidma fin-Nofs Inhar ta' Malta.", "GĦAWDEX - BEACH CLEANERS", "12037.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-sezzjoni tal-beach cleaners f'Għawdex f'Ottubru 1996 u kemm hu n-numru attwali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' ħaddiema fis-sezzjoni tal-beach cleaning f'Għawdex kienu 49 f'Ottubru 1996 u attwalment huwa 58.", "WSC - UNACCOUNTED FOR WATER", "12038.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu f'Għawdex il-persentaġġ ta' unaccounted for water?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - SERCURITY GUARDS", "12039.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8770, minn fejn jirriżulta li s-sejħa għal mili ta' kariġi ta' security guards fit-Taqsima tax-Xogħlijiet ħarġet fis-6 ta' Frar, 1997 skond MPO 7/97, kif ukoll li fl-istess jum ħarġu żewġ sejħiet simili, waħda għal mili ta' postijiet fil-Qorti t'Għawdex u oħra għal security guards nisa fil- Qrati tal-Ġustizzja skond ċikolari 8/97 u 9/97 rispettivament, jista' l- Ministru jgħid kemm l-applikazzjoni ntefgħet f'kull każ u xi żvilupp sar fil-proċeduri sal-lum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILLI LOKALI - WIED IL-GĦAJN - SINDKU", "12040.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11930, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r- rapport ta' l-inkjesta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif tittieħed deċiżjoni fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11930 (Seduta Nru. 182) npoġġi r-rapport ta' l-inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra.", "WORLD AVIATION SERVICES", "12041.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti informazzjoni dwar kemm attirat business lejn l-Air Malta, il-World Aviation Services bejn is-snin 1990 - 1998?", "Kemm hu l-persentaġġ tal-prezz tal-biljetti li jittieħed mill- WAS?", "Fuq ngħidu aħna biljett MLA - LON - SYD - LON - MLA jew MLA - LON - Orlando - LON - MLA kemm tieħu l-WAS?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija kollha ta' natura kummerċjali konfidenzjali.", "WORLD AVIATION SERVICES - SHARHOLDERS", "12042.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma min huma x- shareholders u d-diretturi tal-World Aviation Services?", "Min jappunta lid- diretturi li jirrappreżentaw lil Air Malta?", "Apparti minn dawn id- diretturi, hemm xi Maltin oħrajn li għandhom konnessjonijiet mal-WAS?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Apparti mill-fatt li l-Air Malta m'għandha l-ebda shareholding fil-WAS u għalhekk ma tappuntax Diretturi fuq il-bord tal- kumpannija, l-informazzjoni l-oħra mitluba hija kollha ta' natura kummerċjali konfidenzjali.", "SERVIZZ PUBBLIKU - KOPPJI MIŻŻEWWĠIN", "12043.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar koppji miżżewwġin li jkunu jaħdmu flimkien fl-istess post tax-xogħol fis-Servizz Pubbliku?", "Il-gvern hu favur dan jew le?", "Dan hu konformi ma' dak li jgħid l- Estacode?", "X'inhi s-sitwazzjoni fil-kamp parastatali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li ma teżisti l-ebda policy u l-Estacode ma jgħid xejn dwar is-suġġett imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "Naħseb li l-etika professjonali fil-kuntest tas-Servizz Pubbliku titlob li f'każijiet bħal dawn il-koppja miżżewġa m'għandiex taħdem fl-istess Dipartiment jew, għall-inqas,fl-istess sezzjoni ta' dipartiment.", "Dwar is-sitwazzjoni fis-settur parastatali, nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - NUCLEAR MAGNETIC RESONANCE", "12044.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il ċentru tas-saħħa pubbliku u privat, hemm operat għal nuclear magnetic resonance?", "X'faċilitajiet għandu l-Isptar San Luqa għal dan is-servizz?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jeżisti ċentru wieħed f'Malta li għandu faċilitajiet ta' Nuclear Magnetic Resonance Imaging.", "L-Isptar San Luqa sa issa m'għandux dan is-servizz.", "Pazjenti li jkollhom bżonn dan it-test minflok jintbagħtu barra minn Malta qed jintbagħtu għat- test f'Malta.", "PERITI LIĊENZJATI", "12045.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm periti liċenzjati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Skond l-aħħar lista li għandha it-Taqsima tax- Xogħlijiet wara li għamlet eżerċizzju biex tiġbor l-informazjoni minn dawk kollha li għandhom il-warrant biex jipprattikaw bħala Periti li hemm 341 persuna b'dan il-warrant.", "NUTARA/AVUKATI/PROSEKUTURI LEGALI", "12046.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nutara, avukati u prosekuturi legali liċenzjati?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din :", "Nutara - 132 Avukati - 457 Prosekuturi Legali - 57", "AWDITURI LIĊENZJATI", "12047.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awdituri liċenzjati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bħalissa hemm 381 awditur illiċenzjat.", "TOBBA, DENTISTI, FARMAĊISTI", "12048.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tobba, dentisti u farmaċisti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mir-Reġistru Mediku jirriżulta li hawn 1098 tobba u 135 dentisti rreġistrati f'Malta u Għawdex.", "Fir-Reġistru tal-Farmaċisti hemm rreġistrati 650.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET", "12049.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm korsijiet l- Universita' li għandhom in-numerus clausus u jgħid liema huma?", "Kemm jistgħu jidħlu fil-korsijiet?", "X'inhu l-iskop tan-numerus clausus f'dawn il-korsijiet?", "Meta ddaħħal in-numerus clausus?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "12050.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti l- Universita' jattendu s-segwenti korsijiet: liġi, mediċina, arkitettura u accounts?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "RAĦAL ĠDID - IPOĠEW", "12053.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8237 magħmula fil-25 ta' Lulju, 1997 li kienet:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jqum ix-xogħol fl-Ipoġew ta' Raħal Ġdid li sar matul dawn l-aħħar snin?", "X'inhi l-għajnuna li Malta kisbet mill-UNESCO?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill-1994 sa Lulju 1997, in-nefqa in konnessjoni mal-proġett għall-Ipoġew fir-Raħal Ġdid laħqet iċ-ċifra ta' Lm361,034.66.", "L-għajnuna li Malta kisbet mill-UNESCO għal dan il-proġett kienet tikkonsisti fl-iffinanzjar ta' tliet viżiti minn esperti fil-qasam tal- konservazzjoni u fil-ġeofiżika waqt it-tħejjija tal-proġett, kif ukoll fid- donazzjoni ta' $30,000 sabiex jintużaw għax-xiri ta' apparat għall- konservazzjoni tas-sit.", "BORD TAL-KOPERATTIVI - LAQGĦAT", "12054.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6716 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tas-7 ta' Lulju, 1997, jista' l-Ministru jgħid għal xiex waslu l- laqgħat esploratorji li kellu l-Bord tal-Koperattivi ma' sidien ta' ħwienet żgħar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12,054 ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għad ma kienx hemm rispposta min- naħa tas-sidien tal-ħwienet iż-żgħar wara l-laqgħat esploratorji li saru.", "XOGĦOL - KUNTRATTI TA' XOGĦOL", "12055.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3242 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta Nru. 34 (21.2.97), jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l-liġi dwar kuntratti ta' xogħol għal żmien definit?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-kuntratti ta' xogħol għal żmien definit hija waħda mill-materji li hija mistennija li tiġi diskussa b'konnessjoni ma' tibdil propost fil-Liġi taċ-CERA.", "RAĦAL ĠDID/TARXIEN - SKEMI TAT-TRAFFIKU", "12056.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7388 magħmula fil-11 ta' Lulju, 1997 u li kienet:", "\"Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' skema tat-traffiku għaż-żona ta' Ħal Tarxien u Raħal Ġdid u jgħid jekk fil- ġejjieni qarib huwiex se jsir xi tibdil?\"", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Pjanti li juru l-iskema tat-traffiku tar-Raħal Ġdid u Ħal Tarxien tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Jien nformat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku m'għandu ebda ħsieb għal aktar tibdil fil-ġejjieni qrib fiż-żona ta` Raħal Ġdid.", "Fiż-żona ta` Ħal Tarxien, il-Bord u l-Kunsill Lokali qed jiddiskutu skema għat-titjieb fit-traffic flow li jista' jaffettwa Triq Simons u Triq l-Annunzjata.", "RAĦAL ĠDID - TOROQ", "12057.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Raħal Ġdid għad għandhom aluminium cables u meta hu maħsub li dawn jinbidlu mill-Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-toroq li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru huma kif ġej:", "Parti minn: Triq l-Arkata Triq Athlone Triq Bormla Triq Ġuże' D'Amato Triq il-Foss Triq il-Fuħħar Triq Ħal-Saflieni Triq Lampuka Triq Ħal-Luqa Triq Mater Boni Consili Triq Paola Triq Sant Ubaldesca Triq Santa Lucia Triq Santa Monika Triq is-Sorijiet Triq Sultana Triq it-Tempji Neolitiċi Triq il-Belt Valletta Triq il-Wied Triq Temi Zammit", "Ix-xogħol meħtieġ se jsir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili f'diversi lokalitajiet fix-xhur li ġejjin.", "LUQA - DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI", "12061.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-ftuħ ta' Day Centre għall-anzjani f'Ħal Luqa fil-post fejn kien hemm l-Mid-Med Bank?", "Hemm xi pjanijiet li dan iċ-ċentru jinfetaħ matul din is-sena jiġifieri fl-1998?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għalissa m'hemmx il-ħsieb li jinfetaħ Day Centre f'Ħal Luqa matul is-sena 1998.", "ANZJANI - SERVIZ TA' HANDYMAN", "12062.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n- numru ta' anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-handyman matul is-sena 1997?", "Kemm minn dawn kellhom dan is-servizz totalment b'xejn għaliex għandhom il-karta r-roża u kemm kienu dawk li kellhom is-servizz issussidjat għaliex m'għandhomx il-karta r-roża?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-handyman matul is-sena 1997 kien 981.", "Minn dawn 692 kellhom il-karta r- roża u 289 kienu bil-ħlas issussidjat.", "ANZJANI - SERVIZZ TAT-TELECARE", "12063.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' anzjani li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare fl- aħħar tas-sena 1997?", "Kemm kien hemm fuq il-waiting list fl-aħħar ta' l- istess sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' anzjani li qed jagħmlu użu mis- servizz tat-Telecare f'Diċembru 1997 kien 6,237.", "Fl-istess xahar, kien hemm 34 anzjani fuq il-waiting list.", "SAN VINĊENZ DE PAULE - SPIŻA", "12064.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża attwali f'San Vinċenz de Paule għas-sena 1997 f'pagi u salarji; u f'overtime?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ispiża attwali f'San Vinċenz de Paule għas-sena 1997 kienet hekk:-", "Pagi u Salarji - Lm 3,177,753 Overtime - Lm 672,454", "SAN VINĊENZ DE PAULE - SPIŻA GLOBALI", "12065.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża attwali globali (maqsuma f'kapitali u f'rikorrenti) li ntnefqet dwar l-SVPR matul is-sena 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: l-ispiża attwali globali li ntefqet dwar ir- Residenza San Vincenz de Paule matul is-sena 1997 kienet hekk :", "Rikorrenti Lm 6,601,087 Kapitali Lm 86,842", "ANZJANI/PERSUNI B'DIŻABILITA'", "12066.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n- numru totali ta' anzjani u persuni bi ħteġijiet speċjali li għamlu użu miż- żewġ skemi A u B tas-Servizz ta' L-Inkontinenza matul is-sena 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru totali ta' anzjani u persuni bi ħteġijiet speċjali li għamlu użu miż-żewġ skemi A u B tas-Servizz ta' l- Inkontinenza matul is-sena 1997 kien 1734.", "DIPARTIMENT TAL-BIEDJA - ĦADDIEMA", "12067.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11692, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema ndikati fir- risposta, kemm għall-area tas-South kif ukoll għal dik tan-North?", "Min qed jikkordina x-xogħol li jagħmlu dawn il-gruppi mal-kunsilli lokali ta' l-areas involuti?", "X'xogħol sar sal-lum minn dawn il-gruppi ta' ħaddiema ndikati?", "F'liema lokalitajiet f'kull każ?", "Min ħallas għal dan ix-xogħol?", "Kif qed jingħażlu s-siti li fuqhom isir ix-xogħol mill-Gvern Ċentrali minflok mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-ħaddiema tas-sezzjoni huma maqsuma hekk:", "North area 131 South area 115 Belt u Furjana 44 Gang taż-Żabra 20 (Malta kollha)", "Ix-xogħol ta' dawn il-ħaddiema huwa kkordinat minn Principal Scientific Officer - (Is-Sur Tony Meli).", "Sar ix-xogħol normali ta' manteniment u tindif fil-ġonna, central strips u nħawi li jaqgħu kemm taħt il-gvern ċentrali u kif ukoll il-kunsilli lokali ma Malta kollha.", "Dan ix-xogħol primarjament sar fil-lokalitajiet fejn hemm kuntratt u jitħallas mill-kunsilli b'rati ta' ħlas li ġew miftehem madwar tliet snin ilu.", "Ix-xogħol fuq is-siti li jaqgħu taħt il-gvern ċentrali jsir skond il- ħtieġa tax-xogħol.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI - MANAGER", "12068.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal post ta' manager tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?", "Min intgħażel?", "Meta?", "Fuq liema kriterji?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma kien hemm l-ebda applikazzjonijiet għall-post ta' manager fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq.", "Madankollu kienet ħarġet sejħa għall-post ta' General Manager f'dan il-kumpless Sportiv f'Novembru 1997 iżda kollox baqa' sospiż wara l-ħruġ taċ-ċirkolari OPM 43/97.", "MAGĦTAB - TRIQ SAN GWANN - TISWIJA", "12070.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ħa tiġi rranġata t-Triq San Gwann, Magħtab fejn waqa' ħajt fuqha u qegħda ta' periklu għan-nies?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Onor. Interpellant hu mitlub jirriferi il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MOSTA - TRIQ ADĠUNTA - BOZZA", "12071.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq Adġunta ma' Triq Grognet, Mosta fejn hemm ħafna garaxxijiet u fejn riċentement kien hemm ukoll rapporti ta' serq?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba ta' l-Onor.", "Membru biex titwaħħal bozza fejn il-garaxxijiet fi Triq Grognet ma tistax tintlaqa' għax din l-area hija kkonsidrata waħda privata.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - SPRALL MIFTUGĦ", "12072.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-triq li qegħda quddiem il- Palm Beach f'Baħar iċ-Ċagħaq u li għandha sprall miftugħ imma mimli bil- materjal (ħama) jiġi magħluq qabel ma jsir xi inċidenti fatali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Saru spezzjonijiet fil-post indikat mill-Onor.", "Membru Ministru u r-riżulta li ma hemm ebda culvert.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TESTIJIET", "12073.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jidhirlu l-Ministru li f'din l-era ta' teknoloġija wasal iż-żmien li pazjent li jkunu sarulu testjiet tad-demm, urina, X-Rays eċċ., fl-isptar jew ċentri tas-saħħa jingħatalu kopja eżatta, pulita ( u mhux miktuba bl-idejn) tar-riżultati waħda għalih u waħda għat- tabib tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tobba qed jirċievu riżultati tal- Haematoloġija, tal-Bijokimika, tal-Histoloġija u tal-Microbijoloġija fil- format li qed jgħid l-Onor Interpellant.", "L-integrazzjoni f'format wieħed tkun possibbli meta tiġi mplimentata s- sistema integrata tal-Patoloġija.", "SAĦĦA - PAZJENTI", "12074.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Il-Ministru jaħseb li l-pazjent għandu jkollu rekord personali (kopja) mogħtija lilu (mhux bħala sommarju) minbarra dik li tinżamm fl-isptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-risposta għad-domanda hi fin-negattiv.", "Jekk il-pazjent ikun irid iżjed dettalji dwar il-każ tiegħu dejjem hu liberu li jkellem l-ispeċjalista li kien ittrattah jew inkella d-Dipartiment tal- Customer Care li l-għan ewlieni tiegħu hu li jgħin il-pazjenti fid- diffikultajiet li jkollhom.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - SEGRETARJU", "12075.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11179, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika sabiex jintgħażel segretarju għall-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li ma saritx sejħa pubblika biex jintgħażel is-segretarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l- Informatika.", "VETTURI - IMPORTAZZJONI", "12076.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11238, jista' l-Ministru jgħid il-figuri kompluti għas-sena 1997 rigward in-numru ta' karozzi mportati fl-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li n-numru ta' karozzi privati ġodda li ġew importati fis-sena 1997 huma ta' 8725 (figura proviżorja).", "SAĦĦA - TRATTATI INTERNAZZJONALI", "12077.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- pożizzjoni tal-Gvern Malti rigward l-ewwel trattat internazzjonali li jipprojbixxi l-human cloning li 13-il pajjiż Ewropew iffirmaw nhar it-Tnejn 12 ta' Jannar, 1998 ġewwa Pariġi?", "Il-Gvern Malti qed jikkonsidra lli jkun wieħed mill-firmatarji ta' dan il-ftehim internazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid min kienu r- rappreżentanti ta' pajjiżna fil-Konferenza Ewropea għal Kumitat Internazzjonali għall-Etika li fetħet ukoll f'Pariġi fl-istess ġranet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi l- Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11992.", "Dwar it-tieni parti, ir-risposta hija Profs.", "Maurice Cauchi u Dr Peter Fenech.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - UFFIĊĊJU", "12078.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11428 rigward ix-xogħol li sar fuq l-uffiċċju l-ġdida tal-MCST?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PA - PLANNING FACTBOOK", "12079.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li ż-żewġ volumi tal-Planning Factbook li qed jinbiegħu mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar: ġewx approvati mill-Bord ta' l-Awtorita' kif ukoll mill-Ministru nnifsu; jekk hemmx xi approved policies oħra approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li mhumiex elenkati f'Volume 1, Chapter 3, Policy and Design Guidance tal-Planning Factbook; u jekk kopji ta' dan il- Planning Factbook ġewx mgħoddija lill-membri kollha tad-Development Control Commission u jekk iva, meta?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx xi tip ta' seminar lil dawn il-membri tad-DCC sabiex jiġi spjegat lilhom il-kontenut ta' dan il- Planning Factbook kif ukoll il-liġijiet tal-Planning Act speċjalment in vista ta' l-emendi li saru f'Awwissu, 1997?", "Jista' jgħid jekk iċ-Chairman u l-membri tad-DCC humiex obbligati li jimxu mal-kontenut u l-proċeduri ta' dan il-Planning Factbook?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "EDUKAZZJONI - PROGRAMM SOCRATES", "12080.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw studenti; u lecturers u professuri mill-programm ta' l-EU Socrates bejn Jannar u Diċembru 1997?", "Fejn marru dawn li ngħażlu waqt il-programmi?", "Kemm intnefqu flus fuq dan il-programm matul il-perijodu ndikat?", "Mil-liema fondi ħarġu dawn l-ispejjeż?", "Kemm huwa maħsub li jibbenefikaw studenti u lecturers u professuri matul din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TARZNA - IMPJEGATI", "12082.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjegati fit-Tarzna; u fil-Marsa Shipbuilding f'Jannar 1997, Ġunju 1997 u Diċembru 1997 separatament?", "Kemm, f'kull każ, kien in-numru ta' managerial staff, non industrial staff u l- industrial staff għaż-żewġ intrapriżi separatament?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, żewġ tabelli (A) u (B) li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru fir-rigward:", "(A) tal-Malta Drydocks (it-Tarzna)", "(b) tal-Malta (mhux Marsa) Shipbuilding Co Ltd.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "12083.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-każ ta' persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fejn dan ġie rifjutat mill- Gvern Ingliż li jingħata għajnuna taħt il-UK Capacity Benefit (Social Security Contribution and Benefit Act) ta' l-1992 u dan wara li l- awtoritajiet Ingliżi kkwotaw is-Social Security (Malta) Order 1996 Art.", "13?", "Il-Ministru jara li dan huwa każ li għandu jingħata l-pariri kollha mid- dipartiment konċernat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant tal-mistoqsija parlamentari numru 12,083 li l-persuna kkonċernata talbet u ġiet miċħuda Pensjoni għall-Inkapaċita' mir-Renju Unit taħt il-Ftehim Reċiproku bejn Malta u l-Ingilterra.", "Qabel ma daħal fis-seħħ il-Ftehim Reċiproku bejn Malta u r-Renju Unit, il- pensjoni għall-Inkapaċita' ma kenitx titħallas mir-Renju Unit lil residenti Maltin minħabba restrizzjoni ta' portabbilita' ta' l-istess benefiċċju.", "Dan id-dritt ta' portabilita' inkiseb bis-saħħa ta' Ftehim Reċiproku hekk kif rivedut fl-1996.", "Iżda, jrid jingħad li d-dritt proprju għall- benefiċċju taħt kull Ftehim Reċiproku dejjem jibqgħu rregolati mil-liġijiet domestiċi tal-pajjiżi firmatorji.", "Il-Ftehim Reċiproku bl-ebda mod ma jbiddel il-liġi domestika tal-pajjiż li jkun se jħallas il-benefiċċju.", "Dwar il-każ odjern, għandu jingħad li kif l-individwu rċieva n-notifika li t-talba tiegħu għall-Pensjoni Ingliża ġiet miċħuda hu rrifera l-każ lid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali Maltija.", "Fil-fatt dwar l-istess każ għaddejja korrispondenza bejn id-dipartimenti konċernati biex jiġi ċċarat taħt liema aspetti tal-liġi domestika Ingliża ġiet miċħuda t-talba tal- persuna ndikata fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Meta din l- informazzjoni tasal, il-persuna konċernata tiġi nformata minnufih u safejn hu possibbli tingħata l-għajnuna kollha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali Maltija.", "NISA GĦAWDXIN - PROBLEMI PARTIKOLARI", "12084.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru lill-Onor.", "Giovanna Debono għall-mistoqsija parlamentari numru 11478, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jattendu studenti (maqsuma f'irġiel u f'nisa miżżewġin jew single) għall-kors għall-instructors li jwassal għal Certificate in Education (April 1997 - Ġunju 1998) li qed isir f'Għawdex bejn il-ġimgħa u s-sibt?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJIEGI - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "12085.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward kemm inqatgħu nies mir- reġistrar minħabba li fil-jum tar-reġistrazzjoni kienu morda minkejja li ppreżentaw ċertifikat mediku matul ix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 1997 u Jannar 1998?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dawn iċ-ċertifikati ta' mard mhux qed ikunu aċċettati mill-uffiċjal tar-reġistrar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - MARD INFETTIV", "12086.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' mard infettiv mill-bidu tas-sena skolastika s'issa fi skejjel primarji, skejjel sekondarji u skejjel terzjarji?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'mard kien f'dawn il- każijiet?", "Il-Ministeru jkollu informazzjoni dwar każijiet simili fis-settur privat?", "Jekk iva, kemm kien hemm każijiet u x'mard kien?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "12087.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11484, fejn jiena tlabt kemm kien hemm (nisa u rġiel separatament) f'kull fakulta' u f'kull kors (ta' filgħodu u ta' filgħaxija) fl-Universita' fil-bidu tas-sena akkademika 1997 - 1998?", "Kemm minn dawn kienu fulltime u part-time?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kif mitluba b'mod speċifiku (nisa u rġiel separatament) u mhux kif ingħatat b'total globali għan-numru ta' studenti f'kull fakulta'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentri numru 11484, fis-Seduta Nru. 177 kienet tirriferi għall- mistoqsija parlamentari numru 8939 fejn l-Onor.", "Helen D'Amato staqsiet dwar \"kemm daħlu studenti.... fil-bidu ta' din is-sena akkademika\" - it-tweġiba kienet tagħti kemm daħlu studenti f'Ottubru 1997.", "Fil-mistoqsija parlamentari numru 12087 l-Onor.", "D'Amato qed issaqsi \"kemm kien hemm studenti\" f'kull kors - din l-informazzjoni, dwar studenti f'kull sena ta' kull kors, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "SKEJJEL - STUDENTI LI SPIĊĊAW L-ISKOLA", "12088.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tfal li spiċċaw mill-iskola f'Ġunju 1997 għax għalqu s-16-il sena jew inkella għax spiċċaw il-kors kollu skolastiku bħala edukazzjoni obbligatorja, kemm minnhom (bniet u subien separatament): qegħdin jaħdmu; kemm qegħdin ikomplu bl- istudji ogħla; kemm qegħdin f'apprendistat; kemm qegħdin jirreġistraw għax- xogħol; u kemm mhumiex f'xi waħda minn dawn il-kategoriji msemmija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - TFAL ISSENTENZJATI", "12089.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Ministru dwar jekk għandux ikun hawn xi forma ta' skola jew ċentru speċifiku għal dawk it- tfal li jkunu diġa' ġew issentenzjati mill-Qorti tal-Minorenni jew xi qorti oħra jew li inkella jkunu urew sinjali ċari li se jinxteħtu fil-ħajja tal- kriminalita'?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hu abbandunax il-ħidma li kienet sa ret mill- amministrazzjoni preċedenti dwar it-twaqqif ta' ċentru ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob llll-Onor.", "Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SPTAR SAN LUQA - DERMATOLOGICAL UNIT", "W1,194.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' pazjenti li tul is-snin 1990-1997, sena b'sena, ġew trattati fid- Dermatological Unit fl-Isptar San Luqa jew fl-Isptar Sir Paul Boffa?", "Kemm minnhom fiequ, sena b'sena, każ b'każ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:", "|1990 |11,819 | |1991 |12,218 | |1992 |12,796 | |1993 |14,953 | |1994 |15,496 | |1995 |20,222 | |1996 |19,218 | |1997 |17,698 |", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, id-data ma tinġabarx.", "SAĦĦA - KANĊER FIS-SIDER", "W1,202.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Tul is-snin 1990-1998, sena b'sena, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li mietu b'kanċer fis-sider?", "Kemm minnhom f'kull każ, sena b'sena, siefru barra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li matul is-snin 1990-1997, sena b'sena, in-numru ta' nisa li mietu b'kanċer tas-sider kien hekk:", "|Sena |Numru | |1990 | 67 | |1991 | 79 | |1992 | 74 | |1993 | 91 | |1994 |100 | |1995 | 95 | |1996 | 86 | |1997 | 69 |", "L-ebda pazjenta bil-kanċer tas-sider ma ntbagħtet barra minn Malta għal kura.", "SAĦĦA - MARD TAL-KANĊER", "W1,212.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li mietu bil-marda tal-kanċer riżultat minn mard: fix-xoffa, ħalq jew pharynx; osefagu; frixa; larynx; pulmun u trachea; u kliewi każ każ, tul is- snin 1995 - 1997, sena b'sena?", "Kemm kienu nisa?", "Kemm kienu rġiel?", "Kemm kienu żgħażagħ (tul l-istess snin, bl-istess mard)?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li tul is-snin 1995-1997, sena b'sena, in-numru ta' mwiet bil-marda tal-kanċer riżultat minn mard kif speċifikat kien hekk:", "POST TAL-KANĊER SENA 1995 | |TOTAL|MAL|FEMAL|< 30 | | | |ES |ES |SENA | |Xoffa, ħalq|12 |10 |2 |0 | |u pharynx | | | | | |Osefagu |13 |10 |3 |0 | |Frixa |43 |26 |17 |0 | |Larynx |11 |10 |1 |0 | |Pulmun u |116 |107|9 |0 | |trachea | | | | | |Kliewi |20 |14 |6 |0 |", "POST TAL-KANĊER - SENA 1996 | |TOTA|MALES|FEMAL|< 30 | | |L | |ES |SENA | |Xoffa, |20 |16 |4 |0 | |ħalq u | | | | | |pharynx | | | | | |Osefagu |13 |11 |2 |0 | |Frixa |32 |16 |16 |0 | |Larynx |11 |10 |1 |0 | |Pulmun u |143 |123 |20 |0 | |trachea | | | | | |Kliewi |14 |12 |2 |0 |", "POST TAL-KANĊER - SENA 1997 | |TOTA|MALE|FEMAL|< 30 | | |L |S |ES |SENA | |Xoffa, |8 |6 |2 |0 | |ħalq u | | | | | |pharynx | | | | | |Osefagu |12 |7 |5 |0 | |Frixa |45 |23 |22 |0 | |Larynx |7 |5 |2 |0 | |Pulmun u |116 |103 |13 |0 | |trachea | | | | | |Kliewi |16 |9 |7 |1 |", "Il-figuri għall-1997 għadhom proviżorji.", "L-eta' meħuda għaż-żagħżagħ hija ta' anqas minn 30 sena (<30 sena)", "PBS - REPORTER", "W1,244.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra fiex waslet l-indaġini li kellha ssir min-naħa tal-PBS dwar il-każ li r-reporter, li ismu qed jintbagħat separatament, allegatament għadda informazzjoni lill-ġurnal \"In-Nazzjon\", dwar attivita' soċjali li fiha kien se jitkellem il-Prim Ministru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jirriżultax li r-reporter imsemmi għadda xi nformazzjoni lill-ġurnal \"In-Nazzjon\" dwar attivita' li fiha kien se jitkellem il-Prim Ministru.", "Kien hemm caħda kategorika minnu meta ġie avviċinat mill-kap tat-taqsima.", "PBS - REPORTER", "W1,245.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jikkonferma jekk ir-reporter taċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet tal- PBS, li ismu qed jintbagħat separatament, għadux il-korrispondent tas-CNN?", "Jekk għadu, kif inħatar korrispondent tas-CNN u kemm qed jitħallas ta' dan i-sservizz u minn min?", "Jaħseb il-Prim Ministru illi wasal iż-żmien li dan ix-xogħol isir fuq rotation basis?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-PBS qatt ma kellha u lanqas jista' jkollha xi sehem fl-għażla ta' korrispondenti ta' aġenziji ta' l-aħbarijiet, ġurnali jew stazzjonijiet internazzjonali.", "Kull impjegat tal-PBS li jkollu ħatriet bħal dawn jingħatawlu individwalment u direttament mill-organizzazzjonijiet involuti, fosthom naturalment, is-CNN.", "GĦalhekk m'hemmx lok għal xi tip ta' rotation.", "PBS - MANAGING EDITOR NEWS AND CURRENT AFFAIRS", "W1,246.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk minn Ottubru 'il hawn il-Managing Editor News and Current Affairs tal-PBS fassalx, jew le, politika editorjali?", "Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jissottometti kopja ta' din lil din il-Kamra?", "Jekk le, x'passi se jittieħdu sabiex is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet għandu l-istess politika editorjali li kellu f'dawn l-aħħar snin, jiġifieri dik stabbilita mill- Awtorita' tax-Xandir permezz ta' guidelines speċifiċi.", "Jien mgħarraf li l-PBS qed tieħu ħsieb tfassal ġabra sħiħa ta' guidelines bil-għan li l-politika editorjali tagħha tkun miftiehma u magħrufa minn kulħadd.", "Din il-ġabra se tkun tinkorpora l-guidelines eżistenti ta' l-Awtorita' tax Xandir.", "PBS - REPORTER", "W1,247.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jindika lill-Kamra minn Ottubru 'il hawn kemm-il protesta saret mill-PBS minn xi partit politiku dwar ir-rapportaġġ tar-reporter li ismu qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Minn Ottubru 1996 'l hawn kien hemm ħames protesti li kellhom rabta mar-reporter imsemmi.", "Filwaqt li minn Ottubru 1997 'l hawn kien hemm żewġ protesti.", "F'wieħed mill-każi jirriżulta li r-reporter ma kellu x'jaqsam xejn mas- suġġett tal-protesta.", "PBS - REPORTER", "W1,248.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jippreżenta lill-Kamra t-tweġibiet/spjegazzjonijiet mogħtija mill-Managing Editor News and Current Affairs li jmexxi t-Taqsima ta' l- Aħbarijiet tal-PBS dwar il-protesti li saru dwar ir-rapportaġġ ta' dan ir- reporter?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Billi t-tweġibiet/spjegazzjonijiet mogħtija mill- Managing Editor News and Current Affairs, bħal ta' managers oħra fil-PBS, huma meqjusa ħwejjeġ ta' natura nterna, mhux il-każ li jiġu sottomessi.", "Wieħed irid jifhem li l-PBS hija kumpannija kummerċjali u għaldaqstant l- operazzjoni interna tagħha għandha tgawdi l-istess ħarsien li tesiġi kull kumpannija oħra privata.", "GĦandu jingħad, iżda, li kull protesta li ssir mal-PBS dejjem titwieġeb uffiċjalment, b'kopja lill-Awtorita' tax-Xandir għal xi deċiżjoni li jidhrilha xierqa dwarha.", "KABINETT OFFICE - XUFIERA", "W1,251.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ngħataw transfers lid-drivers li huma mal-Cabinet Office u jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni u hux se jiġu sostitwiti b'drivers oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-aħħar tranfers ta' drivers minn u għas-Segretarjat tal-Kabinett kien f'Diċembru 1997 u dan minħabba esiġenzi tas-servizz."]} {"filename": "19980522_218d_par.doc", "date": "1998-05-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 218 Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 218", "Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.13 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "218", "Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju, 1998", "WERREJ MINUTI 962", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 962", "TQEGĦID TA' KARTI 967", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TRIBUNAL GĦAL TALBIET ŻGĦAR (IT-TIENI QARI) SMALL CLAIMS TRIBUNAL (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 968 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (IT-TIENI QARI) LOCAL LOAN BILL (SECOND READING) 969 RULING 1002 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.", "4) (IT-TIENI QARI) EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "4) BILL (SECOND READING) 1057", "AĠĠORNAMENT 1060", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1065", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1098", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Il-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l- Onor. Jean Pierre Farrugia kien preżenti għas-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Mejju, 1998.", "MADAM SPEAKER: Hemm xi korrezzjoni oħra?", "Il-minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 217 li saret fit-13 ta' Mejju, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - SAFAR", "9585.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997?", "X'kien l-iskop ta' kull safra?", "Minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra?", "Kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivvjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Se nqiegħed t-tagħrif mitlub fuq il- Mejda tal-Kamra.", "PA - RESTAWR TA' SWAR", "12796.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11457 li saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni< u ċioe' peress li x-xogħol involut fuq is-swar kien jinvolvi tibdil ta' ammont sostanzjali ta' ġebel, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li skond ir-regolamenti tal-Planning Authority ma kienx meħtieġ permess mingħandha?", "ONOR.", "ALFRED SANT (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet ġiet informata permezz ta' ittra mill-building and maintenance unit li se jsir xogħol ta' restawr.", "Dan fil-fatt sar u x-xogħlijiet saru tajjeb.", "Kieku kien hemm bżonn permessi l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet tgħid hekk u tieħu l-passi neċessarji biex l-affarijiet ikunu konformi mal-liġi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, it-tweġiba hija xi ftit stramba.", "Jien għadni nisma' lil min jgħid li biex anzjana tagħmel xi vireg fit-tieqa - ħalli forsi ma jidħlulhiex ħallelin - għandha bżonn il-permess ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Allura biex xi ħadd jaqla' l-ġebel tas-sur u jagħmel ġebel ieħor ġdid, m'hemmx bżonn il-permess ta' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar?", "Possibbli li din hija s-sitwazzjoni!", "Jien qed naraha ftit stramba, anke bħala kontroll, irrispettivament minn jekk sarx tajjeb jew ħażin ix-xogħol.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħalma qal wieħed mill-karattri ta' William Shakespeare, f'dawn l-affarijiet hemm ħafna affarijiet aktar strambi milli jidhru fl-għajn, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar!", "Jiġifieri nifhem il-punt li għamel l-Onor.", "Membru imma dik hija s-sitwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiġifieri l-Prim Ministru qed jgħid li xogħol bħal dan jista' jsir mingħajr permess?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, ħalli nerġa' nirripeti r-risposta għax forsi l- Onor. Membru ma kienx qiegħed isegwi eżattament.", "Il-punt huwa li l- Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet ġiet informata bix-xogħol li qiegħed isir biex ikollha ċ-ċans li tagħmel ir-rappreżentazzjonijiet kollha li kellha d- dritt tagħmel.", "Fil-fatt m'għamlithomx u jirriżulta li ma kellhiex għalfejn tagħmilhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, f'Lulju li għadda jidhirli li ħarġet GDO li tgħid li ċerti xogħlijiet jistgħu jsiru mingħajr permess iżda xorta waħda dak li jkun irid jinforma lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar bix-xogħol li jkun se jagħmel.", "Jekk imbagħad l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jidrilha li dak l-iżvilupp jikser xi policy, allura tkun tista' żżommu milli jkompli għaddej bix-xogħol.", "Issa dan li qed jgħid il-Prim Ministru jfisser li xogħol ta' tibdil fis-swar tal-Belt jaqa' taħt din it-tieni klassi?", "Jekk huwa hekk naħseb li hemm lok li tinbidel din il-ħaġa għax inkella nistgħu nbiddlu l-ġebel tas-swar u mbagħad jekk ikun sar ħażin ninformaw lill- Awtorita` ta' l-Ippjanar biex jiġu jarawh.", "Imbagħad mur aqilgħu!", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma tantx naqbel li nkomplu ntaqqlu l-proċeduri li bihom taħdem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Biżżejjed huma tqal u biżżejjed qed joħolqu problemi għaż-żgħażagħ u għall-familji tagħna, aktar u aktar f'dawk l-oqsma li huma ta' ċerta importanza.", "Ċertament ma narax il-lok li noqogħdu nissuġġerixxu aktar modi kif intaqqlu l-proċeduri li bihom taħdem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, nifhem il-punt li qiegħed jagħmel il- Prim Ministru.", "Pero' waqt li wieħed jifhem li għandna nnaqqsu t-toqol tal- proċeduri fejn jidħol bini ta' djar u xogħol ieħor ordinarju, speċjalment fil-każ ta' koppji li se jiżżewwġu, naħseb li rridu nkunu ħafna iktar attenti fejn jidħol il-heritage kulturali.", "Din hija t-tieni domanda li qed nagħmel fuq il-maintenance tas-swar, mhux għax tbiddlet ġebla waħda jew tnejn u tneħħa xi ftit ħaxix imma għax kien hemm maintenance pjuttost sostanzjali, u għalkemm m'iniex kompetenti biex niġġudika, hemm opinjonijiet li din il-maintenance ma tantx saret b'ċerta skill.", "Jiġifieri l-punt li qed nagħmlu minn din in-naħa tal-Kamra huwa li waqt li napprezzaw u naqblu perfettament li l-proċeduri burokratiċi ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar għandhom jitnaqqsu fejn jidħlu bdil ta' twieqi, bibien u dawn il-ħafna affarijiet, aħna preokkupati li fejn jidħol il- heritage kulturali jidher li m'hemmx bżonn is-sorveljanza u l-permess ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Jekk il-pożizzjoni odierna hija li fejn jidħol il-cultural heritage m'hemmx bżonn dawn il-permessi, jidhirlu l-Prim Ministru li hemm bżonn emendi fir-regolamenti jew fil-liġi?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, kieku l-maintenance se tkun tat-tip li saret fuq l-istatwa tal-Granmastru De Vilhena nemmen li għandu jkun hemm intervent min-naħa ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Ċertament li l- proċedura li qed tiġi segwita tagħti din il-possibbilta` fejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jidhrilha li l-affarijiet ikunu sejrin oltre milli għandhom isiru, f'dak li għandu x'jaqsam ma' maintenance regolari, imma żgur li ma naqbilx ma' proċedura li kull maintenance regolari ta' strutturi li b'xi mod jew ieħor huma relatati mal-wirt storiku għandha tkun il-ħin kollu dipendenti fuq proċeduri burokratiċi li, kif nafu, għandhom tendenza, speċjalment bl-Awtorita` ta' l-Ippjanar preżenti, li jsiru proċeduri tal- waħx.", "Minflok li huma proċeduri ħfief u alerti għal dak li għaddej huma proċeduri li jtaqqlu u jwaqqfu kollox.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena napprezza wħud mill-kummenti li qiegħed jagħmel il-Prim Ministru pero' fl-istess ħin naħseb li naqblu li jekk hemm ħaġa li timmerita ordni ta' konservazzjoni - min jaf kemm il- ordni ta' dan it-tip ħarġet l-Awtorita` ta' l-Ippjanar over the years! - żgur li huma s-swar.", "Jekk tneħħi t-tempji li għandna ta' żmenijiet eqdem, naħseb li f'pajjiżna ftit huma l-binjiet li huma eqdem minn dawn il- postijiet.", "Allura kif jispjega l-Prim Ministru li fuq postijiet li għandhom 50 sena hemm ordni ta' konservazzjoni, imbagħad fuq swar u fuq bini li għandu ma nafx kemm-il-mitt sena m'hemm l-ebda ordni u m'hemm bżonn ta' l-ebda permess?", "Din żgur hija kontradizzjoni qawwija.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, ma naħsibx li din hija l-issue.", "Hawnhekk l-issue hija jekk għandux ikun hemm proċedura sempliċi li biha l- gvern u l-awtoritajiet li għandhom x'jaqsmu mar-restawr ta' postijiet arkitettoniċi u storiċi jkunu jistgħu jagħmlu maintenance mingħajr ma jkun hemm dewmien esaġerat imma b'kontrolli adegwati.", "Minkejja ċerti botti li ntefgħu, ma jirriżultax li l-maintenance li sar kien b'xi mod jew ieħor żgarrat, anzi bil-maqlub u jien nemmen li l-proċedura li għandna quddiemna hija effiċjenti fil-kontest attwali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, jekk l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ġiet notifikata, jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk in-notifikazzjoni biex l-awtorita` tmur tiċċekkja kenitx waħda verbali jew bil-miktub?", "U jekk kienet bil-miktub jista' jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, mill-file li għandi quddiemi ma jirriżultalix kenitx verbali jew le.", "Jien nassumi li kienet in writing.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, jekk saret bil-miktub il-Prim Ministru qed jaċċetta li jpoġġi kopja ta' dik it-talba fuq il-Mejda tal- Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien diġa` għidt li qed nassumi li saret bil-miktub għax m'għandi l-ebda indikazzjoni fil-file.", "Fil-każ li saret bil-miktub naħseb li m'għandu jkun hemm l-ebda problemi biex titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Prim Ministru jgħidilna kif ix- xogħol ta' restawr huwa maqsum bejn il-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi u l-ministeru ta' l-edukazzjoni u kultura nazzjonal?", "Jirriżulta li hawn affarijiet li jieħu ħsiebhom ministeru u affarijiet oħra li jieħu ħsiebhom ministeru ieħor imma naħseb li huwa fl-interess ta' kulħadd li nkunu nafu.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, din hija problema sempiterna fit-tmexxija tal- gvern, li ċerti responsabilitajiet ikunu maqsuma bejn ministeri differenti, u ma tkunx taf eżattament fejn jibda wieħed u fejn jispiċċa l-ieħor.", "Per eżempju, fejn tidħol il-manutenzjoni, ċerti ħaddiema industrijali jitqassmu ma' diversi dipartimenti, għax parti mill-job tkun taħt id-dipartiment ta' l-ambjent, parti oħra tkun taħt id-dipartiment tal-biedja, parti taħt id- dipartiment ta' l-edukazzjoni u parti oħra taħt id-dipartiment tal-public works.", "F'dan il-qasam hemm ħafna overlaps u waħda mill-affarijiet li qed nipprovaw nagħmlu hija li nirrazzjonalizzaw ix-xogħol kif isir u taħt liema dekasteru jaqa'.", "Il-problema qed tkun li ħafna mill-jobs ikunu ntirtu.", "Kultant ikollok ukoll storja ta' wirt politiku, ta' meta nbidlu d-dekasteri taħt l- amministrazzjoni preċedenti u allura pocket ta' xogħol jibqa' taħt ministeru partikolari, għax il-ministru ta' ħames snin jew tmien snin ilu kien tiegħu dak iż-żmien.", "Allura ma neskludix li anke f'dan il-qasam wieħed irid jara ir-razzjonalizzazzjoni li għandha ssir.", "Jien nemmen li l-aħjar razzjonalizzazzjoni għandha tibda mid-dipartiment ta' l-ambjent, id-dipartiment tal-public works u d-dipartiment tal-biedja fuq nies li għandhom x'jaqsmu ma' manutenzjoni ta' postijiet storiċi u ta' wirt kulturali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, dwar il-kwestjoni tar-restawr tal-monument De Vilhena, li semma l-Prim Ministru, jirriżulta li anke f'dan il-qasam hemm nuqqas ta' ftehim bejn dawk li huma responsabbiltajiet bejn gvern lokali u gvern ċentrali.", "Per eżempju, minkejja li l-kunsill lokali m'huwiex responsabbli għal dan il-monument, li huwa wieħed mis-siti li baqa' f'idejn il-gvern ċentrali, xorta waħda jidher li l-kunsill lokali qed jieħu inizjattiva iktar mill-gvern ċentrali biex dan il-monument jiġi rrestawrat.", "Issa d-domanda tiegħi hija din: Hemm xi applikazzjoni quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għar-restawr ta' dan il-momument, jekk fil-fatt hemm ħtieġa għal dan?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li r-restawr fuq dan il-monument sar taħt il-Gvern preċedenti, li kien wieħed mid-diżastri li kien responsabbli għalihom dak il-gvern, għax l-istatwa ta' De Vilhena spiċċat b'kulur kompletament żnaturat, miskina!", "Hemm ukoll il-mistoqsija dwar fejn għandu jitpoġġa dak il-monument.", "Veru li b'ċerta responsabbilta` serja, il-Kunsill Lokali tal-Furjana, speċjalment taħt is-Sindku preċedenti, is-Sur Publius Agius, kien qajjem kuxjenza dwar din il-problema.", "Safejn naf jien għadhom ma tteħdux inizjattivi mill-gvern ċentrali dwar din il-ħaġa imma jekk l-Onor.", "Interpellant jogħġbu jagħmel mistoqsija bil-miktub inkunu nistgħu nweġbuh fid-dettall.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, skużani li se nerġa' mmur lura fuq is- swar imma jidhirli li għadna mingħajr risposta sodisfaċenti.", "Jekk il-Prim Ministru huwa u ħiereġ mill-Belt iħares lejn is-swar, fit-Telgħa tal- Kurċifiss jara li hemm ċappa kbira ta' ġebel ġdid tal-franka mwaħħal mas- swar.", "Jekk il-Prim Ministru se jibqa' jinsisti li huwa kuntent b'din is- sitwazzjoni, se niġu f'pożizzjoni li kulmin irid jista' jaqbad u jwaħħal ġebel tal-franka fuq is-swar tal-Belt.", "(Interruzzjonijiet) Mela għaliex kienet hekk għandha tibqa' hekk!", "Jekk kienet hekk kienet ħażin, x'nista' ngħid!", "Issa intom qegħdin fil-gvern u toqogħdux tistaħbew wara l-Awtorita` ta' l- Ippjanar.", "Intom għandkom il-poter li jekk tridu tbiddlu l-ordni ta' l- iżvilupp u jekk din kienet taqa' taħt l-ordni ta' l-iżvilupp li m'għandhiex bżonn permess, tinbidel dik l-ordni.", "Skużani, imma toqogħdux tistaħbew wara l-Awtorita` ta' l-Ippjanar!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, jien m'għandi l-ebda raġuni għaliex niskużah.", "L-Onor.", "Interpellant jista' jitkellem kemm irid fuq is-swar u nfakkru li waħda mir-raġunijiet għaliex qed nitkellmu fuq is-swar hija għax dan il-Gvern ħa r-responsabbilta` li jibda jagħmel manutenzjoni tas-swar, ħaġa li ma kenitx tiġri taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.", "Jitkellem kemm irid fuq is-swar, nieħu gost li jagħmel hekk u nkunu iktar milli lesti biex nagħtuh l-ispjegi neċessarji.", "Jien ma naqbilx li għandna ndaħħlu l-proċedura li qed isemmi l-Onor.", "Tonio Borg għaliex mid-dehra din il-proċedura tiddependi mill-fatt li jgħaddi deputat ta' naħa jew oħra, jara ċ-ċapap tal-franka li ma jogħġbuhx u allura jqajjem is-suġġett bi protesta lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Bir- rispett kollu lejn l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, jien nerġa' ngħid li m'iniex konvint li din se tkun watchdog li tassew issegwi jew iżżomm l-affarijiet aħjar milli jista' jżomm proċeduri serji u trasparenti l-gvern.", "Madam Speaker, ħalli nagħtik eżempju.", "Is-sena li għaddiet meta konna qed nagħmlu l-esplanade ta' Buġibba, waħda mill-affarijiet li nsistiet fuqha l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet li pjazza minnhom inħalluha vojta ħalli jkun hemm parking space.", "Aħna ma stajniex nifhmuha din imma la qalet hekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamilnieha u issa qed insir naf jien li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qed tagħti permess biex ikun hemm lunapark fuq dak il-parking space, li skond hi kienet meħtieġa biex joqogħdu l-karozzi ħalli ma jkunx hemm overflow tat- traffiku.", "Allura kif nista' mbagħad naċċetta l-premessa ta' l-Onor.", "Borg li jekk nagħmlu proċeduri aktar tqal, fuq ħaġa bħal din se jkun hemm xi kontrolli jew xi safeguards aħjar?", "Assolutament ma naqbilx mal-premessa u nemmen li l-proċedura li qed tiġi segwita, jiġifieri li jkun hemm informazzjoni lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex tkun tista' tintervjeni hi proċedura effikaċi, effiċjenti u tajba.", "Ċertament nerġa' nsostni li din il-kwestjoni kollha qed tqum għax dan il- Gvern ħa r-responsabbilta` li jibda jagħmel maintenance tas-swar.", "Allura tajjeb li jqum il-punt u niddiskutu s-swar.", "Tajjeb li nirrekordjaw il-punt li kien hemm bżonn li s-swar jiġu rranġati u tlaqna għax-xogħol li nirranġaw is-swar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Madam Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru, l-ewwelnett jekk kienx hemm xi suġġerimenti min-naħa ta' l-Oppożizzjoni biex minflok materjal jintuża materjal ieħor fir-restawr.", "Nistaqsi wkoll jekk hijiex il-proċedura kurrenti, għaliex safejn naf jien il-proċedura hija li jitranġa bl-istess materjal li kien hemm, u huwa diffiċli li ssib materjal qadim ta' dak id-daqs.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, ma kelli l-ebda suġġeriment fis-sens li qed jgħid l-Onor. kollega tiegħi.", "L-unika intervent li kelli min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kien dwar xi inċident li kellu hu Għawdex ma' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Imma mbagħad fl-istess ħin stennejt li se jkun hemm l-istess tip ta' intervent min-naħa ta' l-Oppożizzjoni fir-rigward ta' l-Onor.", "Michael Bonnici, li għamel xi ħaġa li bħala Deputy Speaker wieħed jista' jqajjimha bħala mod kif tirrispetta l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l- permessi!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, dak li qed jgħid il-Prim Ministru m'għandu x'jaqsam xejn.", "Hemm differenza kbira bejn dak li għamel l-Onor.", "Carmelo Borg u dak li għamilt jien.", "Hemmhekk ma kienx hemm permess.", "Hu fixkel xogħol leġittimu ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u jien indħalt fejn ma kienx hemm permess biex jitqaċċtu s-siġar.", "(Interruzzjonijiet) Ma kienx hemm permess.", "Mhux veru.", "Imissek tistħi!", "Int bojja tas-siġar!", "(Interruzzjonijiet) Int bojja tas-siġar!", "ONOR.", "MEMBRU: Irtiraha.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Ma nirtira xejn.", "Imissek tistħi!", "Ma kellek l- ebda bażi biex tqaċċathom.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, qed nerġgħu nikkonfermaw li għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma jgħoddx il-qawl Ingliż li what's sauce for the goose is sauce for the gander.", "Għax jien inħoss li l-interventi li saru min-naħa ta' l-Oppożizzjoni dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar, limitatament għall-operat ta' l-Onor.", "Carmelo Borg, kien imisshom saru wkoll bl-istess qawwa, jekk mhux iktar, fir-rigward ta' l- operat ta' l-Onor.", "Bonnici.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 128 ta' l-1998 - Avviż dwar bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1998 li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Att Nru VI ta' l-1998);", "Avviż Legali Nru 129 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 dwar Testijiet tan-Nifs (Strumenti u Laboratorji);", "Avviż Legali Nru 130 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal- Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta;", "Tagħrif dwar kuntratti ta' xogħol mogħtija minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru lil kumpanniji jew partnerships ta' awdituri/accountants bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14655; u", "Tabella li turi l-għadd ta' impjegati mid-diversi ministeri li ngħataw parental leave minn April 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14673.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 133 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kundizzjonijiet Minimi Nazzjonali għal Skejjel li Jgħallmu l-Ingliż bħala Lsien Barrani.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 131 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Lottu Pubbliku;", "Avviż Legali Nru 132 ta' l-1998 – Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Bdil f'Lm10,000,000 7.2% Stock tal-Gvern ta' Malta (Bdil) 2008 (L-Ewwel Ħruġ) minn Lm10,000,000 6% Stock tal-Gvern ta' Malta 1998 (Il-Ħames Ħruġ); u", "Tabella li turi l-infiq fuq manutenzjoni mill-Electricity Division bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14627;", "Tagħrif dwar dħul minn bejgħ fit-Taqsima tal-Gass u t-Taqsima tal- Petroleum matul il-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u April/Mejju 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14650.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 127 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani); u", "K.L.B.L. Nru 55/1/98 – Bye-laws ta' l-1998 dwar Reklami fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TRIBUNAL GĦAL TALBIET ŻGĦAR", "SMALL CLAIMS TRIBUNAL (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Madam Speaker, nipproponi t- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet Ikompli mit-13 ta' Mejju, 1998", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone huwa in possession.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Grazzi, Madam Speaker.", "Nagħmel daqsxejn ta' rikapitulazzjoni ta' dak li għidt il-ġimgħa li għaddiet.", "Kont qed ngħid li jekk il-Gvern kien qiegħed jaħseb li l-issues ewlenin li ddominaw ix- xena politika Maltija għal dawn l-aħħar tliet snin, cioe' l-adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u s-sistema tat-tassazzjoni, kienu sejrin jitbiegħdu u l-poplu se jitkellem inqas fuqhom, u li meta l-Parlament ikollu okkażjoni bħal din tal-lum il-kelliema ta' din in-naħa ma kenux se jġibu d-diskors mill-ġdid fuq dawn iż-żewġ issues, naħseb li dan il-Gvern qiegħed jiżbalja bl-ikrah u verament m'għadux iħoss il-polz tal-poplu.", "Dan għaliex dawn iż-żewġ issues huma ddestinati li jibqgħu l-aktar kwestjonijiet importanti sa l-elezzjoni li jmiss.", "Nerġa' ngħid li jekk il- Gvern qed jaħseb li ż-żmien sejjer ifejjaq il-pjagi tal-konsegwenzi tal- politika tiegħu qiegħed jiżbalja bl-ikrah.", "Imma l-agħar ħaġa hi li qiegħed jiżbalja b'konsegwenzi għall-ekonomija tal-pajjiż li f'dawn l-aħħar tmintax-il xahar staġnat u m'għadx hemm dik il- fiduċja li kien hemm qabel.", "L-iżvilupp m'għadux għaddej u allura l- konsegwenzi qegħdin fuq il-Maltin u fuq l-Għawdxin kollha.", "Dawn iż-żewġ issues huma intrinsikament marbutin ma' l-ekonomija tal-pajjiż u ma tistax tifridhom.", "Fid-dibattitu ta' dan l-abbozz ta' liġi, fejn il-Parlament qiegħed jiġi mitlub jawtorizza lill-Gvern biex ikun jista' jissellef Lm110 miljun, żgur li se jkun hemm riferenza għal dawn iż-żewġ issues ewlenin, kif ġara l-ġimgħa li għaddiet u kif se jkompli jiġri matul il-kors tal- ġurnata tal-lum.", "Dan ukoll iġibni għall-punt li, kif jaf kulħadd, il-Gvern qed jipprova bl- aktar mod oxxen jevita li jitkompla d-dibattitu li kien beda f'Ottubru li għadda dwar il-mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni fuq ir-relazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, fl-isfond ta' sħubija sħiħa.", "Dan il-Gvern qiegħed jipprova jaħrab milli jġib dik l-issue għal dibattitu, anke meta jaf li minn Ottubru 'l hawn il-klima fil-pajjiż hija dejjem aktar indirizzata favur li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u favur is-sistema ta' tassazzjoni introdotta mill-Gvern Nazzjonalista.", "Illum il-ġurnata aktar nies qegħdin jifhmu li dik is-sistema kienet aktar effettiva, aktar effikaċi u aktar ġusta.", "Allura żgur li dan il-Gvern ma jistax jibqa' għaddej qisu din l-atmosfera ma teżistix fil-pajjiż, qishom m'humiex qegħdin jitkellmu fuq dawn iż-żewġ issues in-nies li huma fil-constituted bodies, li għandhom rilevanza kbira fil-ħajja ekonomika u soċjali ta' pajjiżna.", "L-istess nies li għandu fi ħdanu l-Gvern ukoll qed jgħidu ċertu diskors fejn juru li ma jaqblux mal-policy li jrid jibqa' għaddej biha.", "Meta tisma' nies minn ċerti nħawi jitkellmu b'ċertu mod, iċ-challenge għall- Gvern hija fuq policy.", "M'hijiex kwestjoni li bniedem m'għandux simpatija ma' bniedem ieħor imma hija kwestjoni fundamentali ta' policy.", "Jekk wieħed qed iħares b'mod differenti lejn dawn iż-żewġ aspetti mill-aktar importanti fil-ħajja tal-pajjiż, jista' jkun li biddel il-fehma tiegħu u jista' jkun li mill-bidu nett kien qed jaraha b'mod differenti milli kien qed jaraha l- istess Gvern.", "Allura ċertament li dan huwa mument ta' pawsa biex wieħed ikun jista' jirrifletti fuq is- sitwazzjoni attwali u jaġġorna l-approach tiegħu ma' l-Oppożizzjoni, kif ukoll mal-forzi li jikkomponu l-istrutturi ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "Pero' dan il-Gvern qed jibqa' stinat u qed jibqa' miexi b'ċertu mod arroganti - għax l-aġir li qed juża ma tista' ssejjaħlu xejn ħlief arroganti - li qiegħed jipperikola l-atmosfera demokratika li kien hawn kemm fil-pajjiż, kif ukoll fl-istess Parlament.", "Illum dan il-Parlament qed iħossu mċaħħad milli jesprimi l-fehmiet tad- deputati tiegħu fuq żewġ issues ewlenin li, kif għidt diġa', huma ddestinati li jibqgħu l-iktar żewġ issues importanti sa l-elezzjoni li jmiss, irid x'irid u jixtieq x'jixtieq il-Gvern.", "Dan l-istat ta' fatt jirrikonoxxieh kulħadd minbarra l-Gvern.", "Anzi jien ngħid li l-Gvern jirrikonoxxieh ukoll fl-intern tiegħu imma ma jesprimix dan l-istat ta' fatt għax jippreokkupah minħabba li jaf li l-maġġoranza tal-poplu mhux qed tifhem kif qed ikompli jostina rasu u kif qed ikompli miexi qisu fil-pajjiż m'hu qed jiġri xejn, qisu fil-pajjiż m'hawnx reżistenza għall-politika tiegħu u għall-mod kif huwa qed iħares lejn dawn iż-żewġ issues mill-iktar importanti.", "Illum fil-pajjiż bdew jidhru wkoll il-konsegwenzi ta' dan kollu għax peress li l-ekonomija m'hijiex qed tagħti r-riżultati mixtieqa qed jinħolqu diversi problemi, kemm fil-qasam tax-xogħol, kemm fl- investiment, kif ukoll fi żvilupp ieħor.", "Madam Speaker, irridu niftakru li sa sentejn ilu, jiġifieri sa qabel l- elezzjoni li għaddiet, dan il-pajjiż kien jippreżenta stampa ħafna iktar differenti minn dik li qed jippreżenta llum.", "Biżżejjed ngħid li sa sentejn ilu għalkemm pajjiżna kien żgħir fir-riżorsi tiegħu, fid-daqs tiegħu u fil- popolazzjoni tiegħu, kien kbir bil-ħila li kien kapaċi jiġġenera permezz tal-kunfidenza li kellu, liema kunfidenza bniet proġetti infrastrutturali kbar, li llum il-ġurnata qegħdin hemm biex isostnu l-istess ekonomija tal- pajjiż u l-Gvern preżenti, li wisq nibża' li ħafna drabi tant ikun mehdi jiftaħar bl-affarijiet li jista' jagħmel li jinsa li dawk l-affarijiet seta' jagħmilhom biss minħabba li teżisti l-infrastruttura li kienet inbniet fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Hawn irrid infakkar lill-poplu wkoll fil-kritika li kien jagħmel il-Partit Laburista meta kien għadu fl- oppożizzjoni għal dik l-infrastruttura li kien bena l-Gvern Nazzjonalista, pero' llum dan irrealizza li Allaħares ma kellux dik l-infrastruttura lesta għax kieku llum il-ġurnata ma kienx ikun jista' jiftaħar bil- privatizzazzjoni u bl-iżvilupp kbir li sar fil-qasam tat-telekomunikazzjoni ta' pajjiżna, liema żvilupp imbagħad jiġġenera żvilupp ieħor.", "Kif qed naraw illum dan il-Gvern inqabad f'kontradizzjoni għax filwaqt li qiegħed dejjem jattakkana li aħna konna nonfqu żżejjed, fl-istess ħin qiegħed dejjem jiftaħar b'dak li laħaq intnefaq u għalhekk is-sitwazzjoni preżenti xejn m'hi ċara.", "Il-messaġġi li qed iwassal dan il-Gvern qed joħolqu iktar inċertezzi, tant li minkejja li issa għaddew sena u nofs minn mindu l-Partit Laburista tela' fil-gvern, wieħed għadu mhux f'pożizzjoni li jara d-dawl at the end of the tunnel biex ikun jista' jgħid li fil-pajjiż inħolqot sitwazzjoni ġdida, jew li hawn consensus ġdid li rridu nibnu fuqu biex l-ekonomija tal-pajjiż tkun tista' tikber, titkattar u tissaħħaħ.", "Illum pajjiżna jinsab f'din is-sitwazzjoni u bla ebda dubju mhux se nqumu minn din is-sitwazzjoni qabel ma jkun hemm soluzzjoni finali rigward l- adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u rigward l-aħjar sistema ta' tassazzjoni.", "Issa hawnhekk jien xtaqt ngħid xi ħaġa fuq Għawdex għax l-Onor.", "Membri tal-Gvern, partikolarment il-Prim Ministru, iħobbu jargumentaw li jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea l-iktar li se jbatu huma l-GĦawdxin.", "Sfortunatament meta jien nistaqsi għaliex qed jgħidu dan, qatt ma ningħata raġuni u qatt ma jinġabu l-provi pero' huwa fatt li l-Onor.", "Membri tal- Gvern ilhom żmien jipprovaw ipinġu lill-Unjoni Ewropea bħala xi ħaġa li tmur kontra l-interessi tagħna.", "U kemm jieħdu pjaċir ibeżżgħu lill-Maltin u 'l-Għawdxin, speċjalment lil dawk li jaħdmu fis-setturi tal-biedja u sajd!", "Jien naħseb li llum wasal iż-żmien li xi ħadd iqum u jmeri lill- Gvern billi jgħidlu: Għaliex qiegħed kull darba tagħmel dan id-diskors fieragħ?", "Għaliex qed tinqeda b'GĦawdex biex tpinġi r-relazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea fil-kontest ta' sħubija sħiħa kerha?", "Jien ngħid bil-maqlub, ċioe' li jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea GĦawdex igawdi on two fronts, għax minbarra li jgawdi minn dak li tgawdi Malta minħabba li Malta u GĦawdex huma pajjiż wieħed, Għawdex igawdi għal darb'oħra għax l-Unjoni Ewropea għandha pakketti ta' għajnuna li huma mmirati speċifikament lejn dawk iż-żoni li jkunu qegħdin fil-periferija.", "Hawn ta' min jirrimarka wkoll li peress li l-Unjoni Ewropea toffri għajnuna speċifika għal dawk iż-żoni li għandhom agrikoltura iktar attiva mill-medja nazzjonali, GĦawdex ikun jista' jibbenefika minn dan ukoll.", "Sur President, għalhekk l-argument li qed iġib il-Gvern, partikolarment il-Prim Ministru, ċioe' li huma l-GĦawdxin li l-iktar li se jbatu mill-adeżjoni ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, hija biss ħrafa li u bla ebda dubju dan l-argument qed jinġieb għal propaganda rħisa għax huwa pprovat li s-sitwazzjoni hija proprjament il-kuntarju, ċioe' li jekk kemm-il darba Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea GĦawdex igawdi darbtejn, darba għaliex jifforma parti minn Malta u darb'oħra għaliex huwa żona fil-periferija tal-pajjiż.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Tabone, skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Tabone jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Sur President, wara li għamilt l-introduzzjoni tiegħi dwar is- sitwazzjoni fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea, se ngħaddi biex nitkellem ftit fuq il-finanzjament ta' l-amministrazzjoni fil-pajjiż.", "F'dan il-Parlament aħna qegħdin niġu mitluba napprovaw li l-Gvern jissellef Lm110 miljun għall-finanzjament ta' l-amministrazzjoni tiegħu.", "Allura jien naħseb li nkun qiegħed in order ħafna jekk nagħmel xi kummenti rigward il- finanzjament ta' l-amministrazzjoni fir-rigward tal-gżira ta' GĦawdex.", "Jien inħossni preokkupat għaliex qed jirriżultali li donnu qed ikun hemm two weights and two measures f'ċerti setturi bejn Malta u GĦawdex.", "Aħna konna ngħidu - u hekk hu, m'hemmx l-iċken dubju - li aħna pajjiż wieħed u naturalment is-servizzi li jingħataw għandhom ikunu ugwali, bl-istess ammonti, għaliex dan huwa l-mod kif fil-pajjiż in-nies jistgħu jibdew jgħixu bl-istess mod u manjiera.", "Pero' aktar ma jgħaddi ż-żmien qed jirriżulta li l-poplu qed jiġi mitlub mhux biex jiggwadanja iktar b'inqas - għax il-buzz-word tal-Gvern preżenti hi li rridu nakkwistaw iktar b'inqas - imma biex iħallas iktar ta' servizz inqas.", "Il-poplu llum qed iħallas prezz ogħla ta' servizz li qed jonqos u dan jirriżulta kullimkien, b'mod ġenerali fil-gżira ta' GĦawdex, fejn l-affarijiet qegħdin isiru ħafna agħar minn hekk.", "Dan issa ilu jiġri għal numru ta' xhur u kieku ġara f'okkażjoni waħda kont ngħid li hija xi ħaġa li trid titranġa, għax seta' sar xi żball ġenwin jew kien hemm xi diffikulta`, imma issa qed joħroġ dejjem iktar fid- dawl tax-xemx li din il-proċedura donnha qed tiżviluppa u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed ikun hemm oqsma li jaqgħu taħt din is-sitwazzjoni, jiġifieri li f'GĦawdex is-servizzi qed jiġu mnaqqsa iktar milli f'Malta.", "Li tnaqqas servizz huwa dejjem ħażin imma li tnaqqsu f'GĦawdex iktar milli f'Malta huwa ħafna iktar ħażin.", "Ċertament din hija xi ħaġa li ma nistgħux nittollerawha għaliex din hija diskriminazzjoni, u nispjega xi rrid ngħid iktar 'il quddiem.", "Meta l-Gvern preżenti kien fl-oppożizzjoni, in-nies tiegħu kienu jitkellmu differenti mill-mod kif qed jaġixxu llum.", "Per eżempju, jien niftakar lill-Onor.", "Alfred Sant jakkuża lili b'mod partikolari, lill- ministeru tiegħi u lill-Gvern Nazzjonalista li f'GĦawdex ma kienx qed jinvesti l-perċentwali li għandu jinvesti, f'dik li hija nefqa kapitali.", "Per eżempju, kien jgħidilna li rigward GĦawdex trid tagħmel eżerċizzju ħalli tara kemm hija l-popolazzjoni u kemm hija d-dimensjoni ħalli mbagħad meta tiġi biex tagħmel il-kalkoli tieħu in konsiderazzjoni dawn iż-żewġ elementi ewlenin.", "Jekk m'iniex sejjer żball, f'okkażjoni minnhom kien qal li l-popolazzjoni GĦawdxija tammonta għal 7% tal-popolazzjoni totali u li d- dimensjoni ta' GĦawdex u Kemmuna flimkien jammontaw għal 22% tat-territorju nazzjonali.", "Hu kien qal li allura meta tiġi biex talloka fondi għal investiment kapitali trid tieħu dawk iż-żewġ persentaġġi ħalli b'xi mod u manjiera toqrob lejhom - għalkemm ma spjegax kif - u tkun tista' tasal b'mod ekwu għal x'għandha tkun l-ispiża kapitali tal-gvern.", "Imma issa x'inhu jiġri?", "Mhux talli dan kollu ma ġarax, mhux talli l-qasam kapitali mar lura a paragun tal-mod kif tkellem dak inhar, talli fl-investiment rikorrenti sejrin lura wkoll.", "Jiġifieri issa din m'għadhiex kwestjoni ta' capital expenditure biss - nirrepeti li din marret lura kemm ilu fil-gvern il-Partit Laburista, jekk wieħed jagħmel paragun mas-snin ta' qabel - imma issa dħalna wkoll fir-recurrent expenditure.", "Jien għandi serje ta' items li rrid nitkellem fuqhom sabiex nuri u nipprova dan li qed ngħid u dan se nagħmlu fl-isfond tad-dikjarazzjoni li kien għamel l-Onor.", "Sant, meta kien Kap ta' l-Oppożizzjoni, fir-rigward ta' kif għandu jsir il-capital expenditure għal GĦawdex.", "Jien ngħidlu li kemm ilu fil-gvern mhux biss naqqas il-capital expenditure għal GĦawdex imma issa għandna problemi dwar kif se jitħallsu n-nies.", "U se nagħti ftit eżempji.", "Per eżempju, jirriżultali li fil-qasam ta' l-anzjani s-servizz li jingħata mis-CSAs f'GĦawdex naqas b'40%.", "Ninsab informat ukoll li għalkemm f'Malta kien hawn tnaqqis, ma jirriżultax li kien hemm tnaqqis ta' 40%.", "Issa jien għamilt domanda għal darba, darbtejn, tlieta dwar x'inhi s- sitwazzjoni.", "Pero' hawn irrid ngħid li d-domandi li jsiru f'dan il-Parlament ma jiġux imwieġba mill-ewwel u trid terġa' tagħmel l-istess domanda għat-tieni u għat-tielet darba.", "Imbagħad meta jirrisponduk jagħtuk tweġiba għal parti mill-mistoqsija u allura trid terġa' tagħmel domanda oħra biex titlob l- informazzjoni l-oħra U sadanittant jilħaq jgħaddi xi xahar u nofs minn meta tkun għamilt id-domanda oriġinali.", "Allura dik l-informazzjoni li jkollok bżonn tiġbor, biex tkun iktar korrett fil-kummenti tiegħek u biex tkun kapaċi tagħmel bilanċ aħjar tas-sitwazzjoni, tilħaq titlef l- importanza tagħha għax iż-żmien idaħħal issues oħra fin-nofs u allura ma tibqax tiffoka fuq dik il-kwestjoni partikolari, kif għandek id-dmir li tagħmel u kif kull ministru u dan il-Parlament huwa fid-dmir li jforni dik l-informazzjoni fil-mument li jkun mitlub.", "Allura jien ġustifikat li nemmen dak li smajt, li s-servizz ta' l-anzjani fil-każ ta' GĦawdex naqas b'40%, filwaqt li f'Malta ma naqasx b'40%.", "Hija ħaġa tal-mistħija li servizz bħal dan jinqata' f'Għawdex aktar milli jinqata' ġo Malta.", "Dan huwa servizz ta' importanza massima, kien iddaħħal fi żmien Gvern Nazzjonalista u kien qabad ma' Malta u Għawdex kollu.", "U allura jien nibda ngħid: Imma x'inhu jiġri fil-finanzjament tal-gvern fil-gżira ta' Għawdex?", "Issa jien qed nagħti eżempju wieħed, għaliex diskors kontinwu li ilu għaddej għal dawn l-aħħar xhur f'Għawdex hu li d-dipartimenti tal-gvern m'għandhomx flus.", "Il-vetturi m'għadhomx joħorġu fuq servizz għax m'għandhomx flus għall-petrol.", "Sur President, dawn huma affarijiet li qatt ma smajthom kemm ili membru ta' dan il-Parlament.", "X'inhu jiġri mill- finanzjament pubbliku, fejn tidħol l-amministrazzjoni t'Għawdex?", "Jien kont nistenna, kif kien jistenna kulħadd bi dritt, li sena wara l-oħra inti jkollok progress f'servizzi li jkunu daħlu fil-pajjiż.", "Jekk inti llum qed taqdi 800 ruħ, tistenna li s-sena ta' wara taqdi 850 jew 900 ruħ.", "U għalhekk is-servizz soċjali u l-kuxjenza soċjali hija mill-iktar ħaġa importanti.", "Agħar minn hekk, illum fil-pajjiż hawn din il-kwalita' ta' two weights and two measures, jiġifieri li inti għandek aktar minn kejl wieħed ta' kif tagħti servizz.", "Huwa xorta ħażin li s-servizz jonqos imma jekk jonqos għal Għawdex biss dik imbagħad tiġi diskriminazzjoni.", "Din is- sitwazzjoni m'hijiex tollerabbli u ċertament l-affari m'hijiex se tieqaf hawn.", "Ma jistax ikun li jkollna sitwazzjoni fejn f'Għawdex tbati aktar il- konsegwenzi tal-politika ta' dan il-Gvern.", "Issa l-investiment kapitali u rikorrenti, imma l-aktar kapitali, f'GĦawdex qatt ma kien xi wieħed li kien qed iżomm lill-gvern milli jkun jista' jagħmel xi żvilupp ieħor.", "L-ammont huwa dak li hu, jiġifieri żgur li m'hemmx minn fejn tnaqqas imma hemm biss fejn iżżid.", "U jekk nagħmel bridge ma' dak li kien qal l-Onor.", "Alfred Sant meta kien Kap ta' l-Oppożizzjoni, allura aktar u aktar nasal għall- konklużjoni li inti trid tgħolli u mhux tnaqqas dawn is-servizzi.", "Jien informat ukoll - la qegħdin nitkellmu fuq finanzjament - li teachers Għawdxin f'Għawdex, Sur President, ma tħallsux l-allowance tal-mid-day break u ta' l-evening classes, u l-ħaddiema fid-dipartiment ta' l- edukazzjoni ma tħallsux tal-watching duties li huma impjegati biex jagħmlu.", "Din ukoll hija xi ħaġa li meta tismagħha ma temminhiex.", "Meta nisma' xi ħaġa hekk, bħala regola nagħmel domanda fil-Parlament biex nara nistax nikkonferma dak li nkun smajt.", "U l-istess hawnhekk, l-ewwel risposta li tani l-Ministru ta' l-Edukazzjoni kienet: Nagħtik risposta f'seduta oħra.", "Mela nerġa' nagħmillu l-istess domanda u għat-tieni darba jerġa' jgħidli li se jirrispondini f'xi seduta oħra.", "U x'taħsbu li qalli mat-tielet darba li għamiltlu l-istess domanda?", "Qalli: Għamel id-domanda lill-ministru konċernat.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq allowance li jirċievu l-ħaddiema tal-gvern, ta' l-istess gvern u ta' l-istess pajjiż, fejn il-ħaddiema ta' Malta jirċievu l-allowance tal-mid-day break, ta' l-evening classes u tal- watching duties.", "Issa meta jiġri xi ħaġa hekk ma toħroġ ebda stqarrija.", "Dan ħadd ma jgħidlek li din id-darba ġara hekk u next time round se jieħdu d-differenza.", "Le, dan qisu qatt ma ġara xejn.", "U hawn jien nistaqsi daqsxejn, Sur President.", "Li kieku ġara hekk ġo Malta x'kienet tkun ir- reazzjoni?", "Naħseb li r-reazzjoni kienet tkun waħda fejn l-unions kienu jitkellmu u l- Onor. Membri ta' din il-Kamra, b'mod kollettiv, kienu jagħmlu l-pożizzjoni tagħhom ċara.", "Fil-każ ta' GĦawdex dan ma jiġrix.", "Meta jkunu milqutin ċittadini residenti f'Għawdex ma jkunx hemm l-istess reazzjoni imma qisu ma jkun ġara xejn.", "Jiena nikkundanna ħaġa bħal din.", "Kieku dan li smajt kien biss għajdut, ma naħsibx li l-Ministru kien se jgħidli li risposta tingħata f'xi seduta oħra imma kien mill-ewwel jiċċara l-pożizzjoni.", "U la minn dan kollu m'għamel xejn allura jien nasal għall-konklużjoni li veru ġara dan.", "Jien nerġa nistaqsi: X'inhu jiġri bil-finanzjament tal-gvern fil-gżira ta' Għawdex, Sur President?", "Żgur li ma nistgħux naċċettaw sitwazzjoni diskriminatorja fejn jiġru dawn l-affarijiet.", "U nista' nibqa' għaddej għaliex għandi lista li ma tispiċċax.", "Fl-isptar, per eżempju, għandek sitwazzjoni fejn il-mechanical engineer irriżenja f'April tas-sena l-oħra, jiġifieri sena ilu, u l-electrical engineer irriżenja f'Lulju tas-sena l-oħra.", "Proprju f'dawn il-ġranet għamilt domanda biex nara ftit fejn waslu l-proċeduri biex dawn iż-żewġ postijiet jimtlew.", "Li kieku dawn il-postijiet ta' mechanical engineer u electrical engineer ma kenux jeżistu, kien ikun id-dover ta' kull gvern li jara li ġo sptar ikun hemm nies kwalifikati f'dan il-qasam.", "Sal-lum ir- risposta kienet li għadhom qegħdin jittieħdu l-proċeduri biex dawn iż-żewġ postijiet jimtlew.", "Imma din xi kwalita' ta' risposta hi, Sur President?", "Nerġa' ngħid dan għax Għawdex?", "Li kieku dawn irriżenjaw minn St. Luke's, m'għandix l-iċken dubju li kien ikun hemm il-pressjoni kollha biex joħorġu l-applikazzjonijiet mill-aktar fis possibbli ħalli dawn il-postijiet jimtlew għax dawn huma postijiet ta' importanza mhux żgħira.", "Hawnhekk ukoll jien jidħolli s-suspett li qed issir diskriminazzjoni bejn post u ieħor fl- istess pajjiż.", "U ċertament din hija xi ħaġa li ma tistax tittolleraha.", "Hija xi ħaġa tal-mistħija u ċertament huwa d-dover tagħna, min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, li noħorġu dawn l-affarijiet fid-dawl tax-xemx.", "Hemm ħafna affarijiet oħra x'wieħed igħid f'dan il-kontest.", "Nista' ngħid, per eżempju, li minn dejjem kien hemm perit tal-public works f'Għawdex.", "Meta l-perit ma kienx Għawdxi kien jintbagħat wieħed minn Malta residenti f'Għawdex.", "Din il-ħaġa ilni niftakarha hekk għal żmien twil.", "L-istess, dan irriżenja xi sena ilu u ma ħarġet l-ebda applikazzjoni biex jimtela' dan il-post.", "Allura int tasal għall-konklużjoni li qed issir ekonomija biex il-gvern jiffranka minn fuq Għawdex.", "Aħna qegħdin hawn biex intejbu s-sitwazzjoni tan-nies li jgħixu f'dan il-pajjiż.", "Dak hu xogħolna.", "Issa meta inti għandek diġa' servizz ta' perit mal-public works u servizz ta' mechanical engineer u electrical engineer fl-isptar, u dawn irriżenjaw, almenu int għandek toħroġ l-applikazzjonijiet.", "Jien nifhem li dawn mhux se ssibhom fuq l-ixkaffa imma ċertament ma tistax ma toħroġx l- applikazzjonijiet.", "Almenu għandek toħroġ l-applikazzjonijiet biex inti turi li lest taċċetta li jkun hemm dawn il-postijiet.", "Dawk huma postijiet approvati, kienu jeżistu u inti ma tistax taqlagħhom mill-budget u tgħid li dawn m'għadhomx jeżistu.", "U allura x'inhi l-konklużjoni ta' dan kollu?", "F'dan il-pajjiż qegħdin dejjem inħallsu aktar għal servizzi li naqsu.", "Li kieku inti tagħti servizz li huwa upgraded ukoll trid toqgħod attent kif tgħolli u lil min tolqot, imma għallinqas ikun hemm prinċipju fundamentali fin-nofs, li tkun qed titħallas aktar ta' servizz aħjar.", "Imma jekk inti tnaqqas servizz kif tippretendi li tgħolli l-prezz tiegħu?", "Anke jekk inti tibqa' bl-istess ħlasijiet, jekk servizz naqas, inti tkun qed taġixxi kontra l-interess tal-konsumatur.", "U nistgħu nibqgħu sejrin, Sur President.", "Jien diġa' kelli okkażjoni nsemmi l-każ fejn kien hemm Lm100,000 vvotati għall-akkwist ta' aktar tagħmir għall-isptar u intnefqu biss Lm49,000 u l-Lm50,000 l-oħra marru f'dipartimenti oħra.", "Issa kif jaf kulħadd, tixtri kemm tixtri apparat għal sptar dan qatt m'hu biżżejjed u allura wieħed ikun irid dejjem joħroġ aktar flus biex dejjem jixtri iktar.", "Ma jistax jiġi aċċettat il-fatt li inti jkollok diġa' somma vvotata fuq tagħmir għal sptar u ma tonfoqhiex kollha.", "Jiena naħseb li din il-ħaġa turi li m'hemmx amministrazzjoni effiċjenti, Sur President.", "Ridt ukoll insemmi xi ħaġa fuq il-verifika tas-sick leave.", "F'Għawdex għandek sistema u f'Malta għandek sistema differenti ta' kif tabib imur jagħmel verifika tas-sick leave ta' l-impjegati tal-gvern.", "Imma aħna mhux pajjiż wieħed?", "Allura kif hemmhekk tagħmel mod u hawnhekk tagħmel mod ieħor?", "Jiġifieri x'inhu jiġri sewwa sew, Sur President?", "Din hi d-domanda li jiena qiegħed nagħmel u li nkompli nagħmel.", "L-istess, x'inhu jiġri fil-qasam tax-xogħol?", "Dan il-qasam ukoll huwa marbut ma' l-abbozz li għandna quddiemna għaliex l-iżvilupp ekonomiku tal- pajjiż jirrikjedi li jkun hemm l-investiment meħtieġ ħalli noħolqu postijiet tax-xogħol fil-pajjiż kollu.", "Jien qed nitkellem fuq il-gżira ta' Għawdex.", "Il-problemi hemmhekk huma akbar minn tal-kumplament tal-pajjiż u allura inti jrid ikollok aktar konċentrazzjoni ta' x'tista' tagħmel biex toħloq il-postijiet tax-xogħol.", "U x'insibu, Sur President?", "Insibu, per eżempju, li kien hemm domanda dan l-aħħar tal-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Joe Cassar, fejn jirriżulta li fl-1997 intilfu 199 post tax-xogħol f'Għawdex.", "Issa jekk niġu biex ngħidu kemm inqatgħu minn fuq ir-reġistru tax-xogħol, fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena nqatgħu 89 ruħ u s-sena l-oħra inqatgħu 145 ruħ, u hemm mijiet li minn jeddhom ma komplewx imorru jirreġistraw.", "Issa hawnhekk xi ħadd jista' jgħid li sar il-kontroll.", "Imma inti x'qed tagħmel biex toħloq ix-xogħol?", "Mela fl-1997 minn Għawdex intilfu 200 post tax-xogħol.", "Issa dawn m'humiex ftit, a paragun tal-popolazzjoni ta' Malta.", "Huwa ċertament numru li jallarmak, Sur President, u allura wieħed jistaqsi wkoll x'inhu jiġri fil-qasam tax-xogħol.", "Per eżempju, wieħed forsi seta' jaħseb li l-Gozo Division, li ddaħħlet fl-aħħar estimi ta' l-ETC, kienet sejra toħloq xi sitwazzjoni ġdida ta' kif wieħed iħares lejn il-qasam tax-xogħol f'Għawdex.", "Imma fil-verita' x'insibu?", "Insibu li l-applikazzjonijiet li ħarġu biex jimtlew żewġ postijiet f'Għawdex, cioe' ta' senior manager u manager, eventwalment ġew suppressed.", "Il-Ministru Grech qalli li għamlu eżerċizzju mill-ġdid u b'riżultat ta' hekk il-Gozo Division issa ġiet taqa' taħt ic-chief executive u allura dawn il-postijiet m'humiex se jimtlew aktar.", "Jiġifieri fil-Gazzetta tal-Gvern ħarġu żewġ postijiet importanti ta' senior manager u ta' manager u dawn issa m'humiex se jimtlew, Sur President.", "Jien ngħid: Imma dan għax Għawdex?", "Ħalli nitkellem fuq il-ward clerks ġo l-isptar t'Għawdex.", "F'Ottubru ta' l-1997 ħareġ ir-riżultat ta' eżami li kien sar għal ward clerks biex jibdew jaħdmu fl-isptar ta' Għawdex - fil-fatt dan ġie ppubblikat wara ħafna żmien - u lil dawn baqgħu ma għajtulhomx.", "Minħabba f'hekk fl-isptar għandek sitwazzjoni fejn l-infermiera, barra x-xogħol ta' nursing iridu jagħmlu wkoll xogħol klerikali.", "Issa fl-isptarijiet statali f'Malta hemm mijiet minn dawn il-ward clerks.", "Hawn ukoll nistaqsi: Dan qed jiġri hekk għaliex GĦawdex?", "U nista' nibqa' nsemmi sitwazzjonijiet simili.", "Kont għamilt domandi fil-Parlament dwar promotions ta' supervisors fil- public cleansing department, fejn hemm xi 140 ruħ.", "Kienu ħarġu applikazzjonijiet għal supervisors, saru l-eżamijiet u baqgħu ma ġewx appuntati.", "Imbagħad ħarġet applikazzjoni għal supervisor fir-rodent control, fejn hemm seba' impjegati biss.", "Allura bilfors tibda tistaqsi x'inhu jiġri hawn.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il- ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: No).", "Il-permess ma ngħatax.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Sur President, jien xtaqt nibda billi nqiegħed dan l-abbozz ta' liġi fil-kontest ta' l-iskema ta' self ġenerali li l-gvern għandu dan il-mument fil-pajjiż.", "Veru li hemm il-letteratura kollha available għax hemm l-estimi ġenerali, hemm is-survey, hemm pubblikazzjonijiet differenti li jsemmu kemm jammonta s-self tal-gvern u tal-korpi parastatali u kemm jammontaw f'sussidju l-letters of comfort, imma meta jitressaq abbozz bħal dan naħseb li għandha ssir bħala prattika li titressaq skeda biex wieħed juri li din hija miżura eċċezzjonali ta' self u mhux xi ħaġa li se ssir drawwa.", "GĦandha tingħata l-informazzjoni dwar is-self preżenti tal-gvern u tal-korpi parastatali, u dwar kemm jammontaw il-letters of comfort li bihom il-gvern qed jiggarantixxi b'modi differenti - għax għandek is-sovereign loan, tat-tip li ħadet il-Freeport, li m'hi xejn ħlief letter of comfort iktar ħafifa - ħalli ditti parastatali jkunu jistgħu jissellfu.", "Kieku wieħed ikollu quddiemu din l-iskeda bħala annex ta' faċċata waħda, ta' kemm huwa dan is-self, kemm hemm imgħax fuq dan is-self differenti u x'inhuwa l-perijodu biex jitħallas lura dan is- self, u forsi xi tip ta' skeda tas-snin kif huwa maħsub li jitħallas lura s- self kollu li għandu l-gvern u l-parastatali fuq medda ta' 30 sena minn issa, ovvjament wieħed ikun jista' jara fuq liema snin se jaqgħu l-aktar piżijiet qawwijin biex jintradd lura ċertu ammont ta' self.", "B'hekk wieħed ikun jista' jara anke fuq liema sena qed jiġi propost li jintradd lura l- bulk tas-self.", "Naħseb li jkun min ikun fil-gvern, din it-tip ta' skeda għandha ssir bħala prattika ta' preżentazzjoni ġewwa l-Parlament.", "GĦandu jkun hemm din il-fact sheet ħalli kulħadd ikun jaf il-fatti.", "Nixtieq nagħmel it-tieni suġġeriment li forsi huwa iktar bold u allura aktar diffiċli biex jitwettaq.", "Meta gvern jippreżenta proposta biex jissellef - u hawnhekk mhux qed jippreżenta proposta biex jissellef Lm10,000 imma Lm110 miljun - naħseb li jkun xieraq ukoll li jqiegħed quddiem il-Parlament il-possibbiltajiet l-oħra ta' self, b'liema imgħax u f'liema ammont ta' snin għandu jintradd lura dak is-self u imgħax, kemm minn sorsi lokali kif ukoll minn sorsi barranin.", "Tajjeb li jkollna quddiemna, per eżempju, l-informazzjoni li l-World Bank qiegħed isellef b'xi 9.5% jew 10% lil Malta, u tajjeb li l-poplu Malti jkun jaf li s-self li se jsir minn hawn Malta se jsir b'inqas imgħax, jiġifieri l-poplu Malti stess se jiggwadanja dik id-differenza fl-imgħax.", "Hemm ukoll l- International Monetary Fund, li tagħti ċertu self b'ċerti imgħaxijiet għolja wkoll.", "Ta' min ikun jaf b'kemm imgħax u fuq kemm medda ta' snin Malta jkollha trodd lura dawn il-flus.", "Kulħadd għandu jkun jaf x'inhuma l- possibbiltajiet internazzjonali ta' self.", "Fil-ftit li nikteb fil-gazzetti jien semmejt il-Council of Europe Social Development Fund.", "Minn hawn konna ilna mill-1972 nissellfu biex nibnu l- housing estates f'kull belt u raħal ta' Malta.", "Issa bqajna nużaw dan l- aċċess u nnotajt li mill-1993 kien hemm Lm10 miljun available li għadhom ma ntużawx.", "Hemm possibbiltajiet li mill-Council of Europe Social Development Fund jew nieħdu self dirett b'imgħax baxx jew nużaw is-selective trust account tas-Social Development Fund bħala collateral jekk irridu nissellfu mill-World Bank jew mill-International Monetary Fund.", "Allura tajjeb li jkollna quddiemna din il-fact sheet li tgħid li aħna qegħdin nissellfu mingħand il-poplu Malti b'dan l-imgħax u b'dan l-ammont ta' żmien biex inroddu lura dan il-kapital.", "Ejja nqiegħdu din l-informazzjoni b'mod sempliċi.", "Tajjeb li jkollna din l-informazzjoni għax hawn Malta stess anke ż-żgħażagħ jgħallmuna llum.", "Qabel ma jissellfu dawn jaraw minn fejn jaqblilhom jisselfu.", "Imorru l- Bank of Valletta, il-Mid-Med, il-Lohombus u l-APS.", "Jaraw ukoll jekk jaqblilhomx jissellfu mill-idejn, mingħand tal-familja jew mingħand min qiegħed fin-negozju li jsellef, li ovvjament isellef ħafna aktar mill- banek.", "Min għandu bżonn jissellef jagħmel dak li jgħidulu shopping around.", "Allura tajjeb li nqiegħdu dan is-self li għandna quddiemna f'kontest ta' loan shopping u naraw il-kondizzjonijiet differenti ta' loans potenzjali li jista' jkollha Malta.", "GĦandu jkollna matrix sħiħa li tgħid li dawn il- Lm110 miljun stajna ssellifnihom mingħand it-tali bank, mingħand it-tali fond b'tant imgħax iktar jew inqas, b'tant żmien iktar jew inqas, imma mbagħad fil-kolonna tar-rimarki nuru li ċerti banek internazzjonali jagħmlu tant kondizzjonijiet li ma jkunux aċċettabbli għal Malta.", "Mela allura wieħed qed jgħid li wara li qabbilna, rajna li jaqbel illi din il-proposta tal-Gvern tiġi mressqa lil dan il-Parlament biex nisselfu mingħand il-Maltin.", "B'hekk ikun hawn ċertu raġunar loġiku, kalm u sensibbli.", "Dawn l-affarijiet kulħadd irid jittrattahom kważi apolitikament.", "Wieħed irid jara dak li l-aktar jaqbel għal Malta.", "Jekk ikun hemm qisu tie, għandu jkun hemm diskussjoni fejn wieħed jgħid: Isma' imgħax b'imgħax, kondizzjoni ta' żmien ma' kondizzjoni ta' żmien jaqblu, għaliex ma neħdux Lm55 miljun minn hemm u Lm55 miljun minn hemm?", "GĦandu jkollna anke diskussjoni teknika u naraw ukoll l-aspett ta' value for money.", "Ikun xieraq ukoll illi dan il-punt inqajmuh anke fil-Public Accounts Committee.", "Fl-istorja riċenti ta' Malta kien hemm loans li nkitbu u loans li ma nkitbux ukoll ma' pajjiżi barranin.", "Ta' min wieħed jerġa' jqabbel anke dawn il-loans partikolari.", "Per eżempju, f'parti mill- protokoll finanzjarju ma' l-EU jew ma' l-Italja hemm element ta' self.", "Dawn il-possibbiltajiet ġew investigati, Sur President?", "Illum wasalna fir- raba' protokoll fl-istorja ta' Malta, kemm ma' l-Unjoni Ewropea kif ukoll ma' l-Italja.", "Qegħdin resqin biex infasslu l-ħames protokoll, kemm ma' wieħed kif ukoll ma' l-ieħor, u tajjeb li f'din l-iskeda ta' faċċata waħda wieħed ikollu informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet ta' dawn il-loans.", "Linja wara linja ġo faċċata waħda wieħed għandu joħroġ il-possibbiltajiet illi jeżistu internazzjonalment biex Malta tagħmel is-self tagħha.", "Ta' min hawnhekk wieħed isemmi wkoll is-self li Malta kellha maċ-Ċina u mal-Libja.", "Dawn ġew esplorati?", "Tista' titressaq quddiemna informazzjoni li tgħid li per eżempju minn taħdidiet mal-Gvern Ċiniż ma jirriżultax illi jista' jsir self rakkommandabbli minħabba ċerti kondizzjonijiet?", "Mal-Libja ġie eżaminat jekk jistax isir self ta' Lm110 miljun bl-istess imgħax u fl- istess perijodu ta' żmien biex jintradd lura?", "Ġie eżaminat jekk ma dan il- pajjiż jistax isir self b'imgħax aktar kompetittiv, jew inkella biż-żmien li jintradd lura aktar kompetittiv?", "Dawn huma l-affarijiet li jiena nixtieq nissottometti.", "Dawn il-punti għandhom ikunu fl-introduzzjoni ta' proposta biex gvern jissellef.", "L-ewwel ħaġa rridu naraw x'inhuma l-possibbiltajiet fis-suq internazzjonali wkoll, jekk humiex aktar jew anqas kompetittivi mis- suq lokali.", "Ovvjament l-ekonomisti se jagħmlu l-kummenti tagħhom biex iqabblu d- differenza bejn il-piż ta' self internazzjonali fuq ekonomija Maltija mal- piż lokali u konsegwenzi lokali meta inti qiegħed tixrob il-flus mill- ekonomija Maltija biex jissellef il-gvern.", "U hemm argumenti favur u kontra dwar dan.", "Hemm min se jgħidlek li int qisek se tiġbed 'il barra Lm110 miljun mill-ekonomija Maltija li se jmorru kompletament għas-settur pubbliku u qisek qed tiċħadhom lis-settur privat.", "Hemm element ta' crowding-out ta' finanzi fis-settur privat ġo l-ekonomija Maltija?", "Mill- banda l-oħra, wieħed irid jara x'kondizzjonijiet hemm li jorbtu lill-Gvern Malti jekk jieħu loans mis-settur internazzjonali .", "Jiġifieri wieħed irid ikollu wkoll il-kummenti umani wara li ssir b'matrix klinika, għax xejn ma jopera b'mod assolutament kliniku.", "Ejja nibdew billi nagħmlu l-framework.", "Tajjeb li jkollok il-kumment ta' l- ekonomisti - ovvjament anke dak wieħed jieħdu with a pinch of salt għax kull ekonomist għandu l-value judgements tiegħu, li m'humiex totalment indipendenti - imma tajjeb bħala introduzzjoni li jibda jkollna din it-tip ta' skema quddiemna ħalli nkunu nafu preċiż x'inhuwa l-homework kollu li sar qabel ma ġejna biex niddiskutu u nikkonsidraw hawnhekk din il-proposta biex il-Gvern jissellef dan l-ammont ta' flus.", "Illejla fil-Public Accounts Committee se nkunu qegħdin neżaminaw l-iżball li hemm fejn kien hemm diskrepanza ta' circa Lm20 miljun bejn dak li kien hemm fil-budget u dak li deher fl-estimi.", "Wieħed irid jara jekk ma dawn il- Lm110 miljun itteħditx into consideration din id-diskrepanza ta' Lm20 miljun.", "Tajjeb li din tkun espliċita' u tajjeb li nagħmlu dovetailing ta' dawn iż-żewġ ċifri biex ikun hawn a consolidated picture tal-qagħda finanzjarja.", "Jekk wieħed jieħu in consideration dawn il-punti li semmejt, imbagħad tinfetaħ area ta' dibattitu ħafna aktar imqanqal u tip ta' diskussjoni ħafna aktar serja u responsabbli.", "Ovvjament jiena qed nirriferi għad- dibattitu li għaddej il-ħin kollu f'dan il-Parlament u anke fil-gazzetti u fuq il-media.", "Dawn jgħidu li kieku Malta daħlet membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea konna ngawdu Lm100 miljun fis-sena u allura l-loan tal-lum lanqas kien ikun hemm bżonnha.", "Din tinstema' daqsxejn esaġerata.", "Imbagħad tisma' min jgħidlek Lm80 miljun, oħrajn jgħidu li kienu ħadmu analisi li tiġi għal Lm25 miljun u hemm min jgħidlek Lm40 miljun.", "Hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq banek b'tant imgħax u b'tant medda ta' żmien biex tirritorna lura self imma qisna qed nitkellmu fuq Father Christmas b'borża kbira u fuq ir-realm ta' Christmas-land.", "Allura tajjeb li dan it-tip ta' kliem dwar kemm Malta tieħu mill-EU jekk issir membru sħiħ isir iktar responsabbli.", "Forsi sa l- aħħar ta' din is-sena nagħmlu anke seduta fuq l-aspett finanzjarju u jkollna opportunita' li jkollna diskussjoni responsabbli.", "Naħseb li jkun ħela ta' ħin jekk noqogħdu ngħidu li rridu nidħlu fl-EU ħalli jkollna Father Christmas jagħtina Lm100 miljun fis-sena.", "Hawn ħafna nies kompetenti f'dan il-Parlament u tajjeb li jerġa' jitlesta studju ġdid fuq l-effetti finanzjarji.", "Ovvjament l-effetti finanzjarji m'humiex distakkati mill-effetti, per eżempju, fuq l-area ta' l-employment, li tkun l-ewwel area li tintlaqat.", "Allura hawnhekk wieħed ukoll ikun irid jiżen.", "Tajjeb li jkollna Lm25 miljun fis-sena imma jkollna wkoll 3,000 persuna li jispiċċaw barra?", "X'tagħmel Malta b'Lm25 miljun u bi 3,000 persuna qegħda fis-sena?", "Qed tmur għall- aħjar jew għall-agħar?", "Membership fl-EU m'hijiex xi mediċina għal kull tip ta' deficit finanzjarju.", "Barra minn hekk jidher ċar ukoll li sas-sena 2002/2003, il-parteċipazzjoni fl-EMU se tkun parti integra mill-acquis communautaire.", "Aħna ma konniex membri fid-diskussjoni preliminari, kif kienet l-Ingilterra fl-1991/92, meta żammet riżerva.", "Biex xi darba aħna nidħlu fl-EU, ma jistax ikun li jkollna dejn pubbliku li jaqbeż ċertu livell.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fl-10.40 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Sceberras Trigona jista' jkompli.", "ONOR.", "SCEBERRAS TRIGONA: Grazzi, Madam Speaker.", "Kont qed ngħid li l- flus li jingħataw iridu jitqabblu ma kemm jiġu affetwati l-impjiegi fil- pajjiż, u li dik ir-relazzjoni s'issa għadha ftit li xejn ġiet eżaminata klinikament.", "Fuq kollox wieħed irid jara kif niġu affettwati jekk titneħħa l-friża fuq l-applikazzjoni għad-dħul u nsiru parti mill-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea, għar-rigward tal-mod kif jitmexxew il- finanzi pubbliċi f'pajjiż applikant.", "Ovvjament hawnhekk jidħlu tliet kriterji importanti ħafna.", "L-ewwel jidħol il-kriterju ta' l-inflazzjoni, u hawn wieħed irid jara kemm l-għoli tal-ħajja qed jiġi mrażżan jew le.", "It- tieni jidħol il-proporzjon bejn il-budget deficit u l-gross national product, li ma jistax ikun iktar min 3%.", "It-tielet jidħol il-kriterju tal- public sector borrowing requirement bħala proporzjon tal-gross national product, li ma jistax ikun iktar minn 60%.", "Għal-lum qed nikkonċentraw l- aktar fuq it-tielet waħda, l-aspett tal-borrowing requirement bħala proporzjon tal-GNP.", "Issa wara s-sovereign loan tal-Freeport, b'ammonti kważi d-doppju, iktar u iktar wieħed irid jara kemm qegħdin nersqu iktar lejn Lm1000 miljun exposure, inklużi l-letters of comfort, fuq GNP fis- sena ta' Lm1,200 miljun.", "Jekk taħdem il-proporzjon din tiġi ċirka 85%, jiġifieri qed immorru żmerċ b'25% mis-60% li jgħidulna minn Brussels li jrid ikollna bħala self pubbliku.", "L-istess ħaġa ngħid għall-budget deficit.", "Kif nafu dan ma jistax ikun aktar min 3% u jekk dan se jitla' iktar - allavolja issa bl-iżball ta' l- Lm20 miljun erġajna morna lura - meta wieħed jibda jikkalkola l-imgħax fuq ċertu self li se jkollna fis-snin li ġejjin jinduna li l-imgħax stess se jdaħħalna fi problema ta' deficit ikbar, għax sakemm dan ma jitnaqqasx minn x'imkien ieħor se nkunu qegħdin 'l hemm mit-3% li huma rikjesti.", "Allura naraw li din id-diskussjoni fuq l-Unjoni Ewropea fl-aħħar mill-aħħar se terġa' ddur fuq il-finanzi pubbliċi u issa l-Oppożizzjoni, wara li f'disa' snin u nofs lanqas biss ġabet penny addizzjonali mingħand l-Unjoni Ewropea, qed tipprova tpinġiha bħala dik ix-xi ħaġa li se tagħmel il-magic tal- Christmas hawn Malta.", "GĦalhekk ejjew naraw b'mod iktar serju, sensibbli u raġonevoli r-risposti għall-mistoqsijiet li qed inqiegħed quddiem din il- Kamra.", "Issa ladarba l-ewwel intake ta' membri ġodda ġie pospost għas- sena 2002 jew 2003 - sa dak iż-żmien it-trattati ta' Maastricht u ta' Amsterdam se jilħqu jsiru parti mill-acquis communautaire u allura fil-EMU ikollna nosservaw ir-regoli ta' Maastricht - l-ewwel mistoqsija li tqum hija: Kif jista' jkun li wieħed jitkellem fuq dħul immedjat - anke jekk fl- elezzjoni li jmiss ikun hemm bidla fil-gvern - jekk il-qagħda tagħna tal- finanzi pubbliċi ma tkunx issewwiet?", "L-istess ħaġa tapplika kemm għas-self li l-gvern qiegħed jagħmel u kif ukoll għad-deficit strutturali tal-budget.", "Is-self sar strutturali għaliex dan m'huwiex one-off, biex jinxtraw l- ajruplani ta' l-Air Malta l-ewwel darba, li mbagħad se jifdu all the way.", "Hawnhekk hawn problemi strutturali u kroniċi, allura fil-medda taż-żmien bejn issa u s-sena 2002 - m'hijiex xi medda ta' żmien fenomenali u m'hawnx xi proposti sabiex wieħed ikun jista' jirranġa l-ekonomija b'mod li dawn il- problemi fil-finanzi pubbliċi jissewwew u allura Malta tkun eliġibbli għal xi dħul jekk ikun hemm bidla fil-gvern - ta' min jikkontempla b'mod aktar serju l-problemi tal-finanzi pubbliċi għaliex minn hemm ġejja l-problema ewlenija.", "Il-problemi qegħdin 'l bogħod wisq għaliex huma mutually repulsive u mhux mutually attractive, kif qed tipprova tpinġihom in-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Din b'mod simplistiku qed tgħid li hemm bżonnu dan is- self imma kieku konna membri jew konna mexjin lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea dan is-self ma kienx ikun hemm bżonnu għaliex kienu se jaqgħu mijiet ta' miljuni ta' liri mis-sema!", "Madam Speaker, li qed nipprova nfiehem hu li dan bħala argument mhux biss huwa ħażin imma huwa dijametrikament u dinamikament oppost għar-realta' tal- fatti għaliex aktar ma l-finanzi pubbliċi jmorru ħażin, aktar jitbiegħdu ċ- chances ta' membership minħabba l-acquis communautaire.", "Allura aktar ma l- Oppożizzjoni Nazzjonalista tipprova tippreżenta soluzzjoni għas-sitwazzjoni tal-membership b'mod faċli, aktar u aktar ma japplikax u m'huwiex aċċettabbli għaliex waħda ma tingħaqadx ma' l-oħra, anzi waħda tgerrex lill- oħra.", "Aktar ma jkun hawn dejn, self u deficit fil-budget aktar ingerrxu l- possibbilta' ta' membership immedjat.", "Mela ejjew naraw x'kuntrast hawn bejn min b'mod pious u qaddis iż-żejjed qed jgħid: Isma', ejjew napplikaw ħalli nidħlu immedjatament u nġibu tant flus li dawn l-affarijiet kollha nkunu nistgħu ntajruhom min-nofs, u min-naħa l-oħra nsibu l-punt li iktar ma għandna l-finanzi pubbliċi f'sitwazzjoni ħażina, iktar qegħdin ingerrxu l-possibbilta' li jkun hemm applikazzjoni ta' membership milqugħa serjament minn Brussels.", "Ovvjament hemm calculus aktar fin ta' dan kollu li qiegħed inressaq hawn dalgħodu u l-ewwel varjazzjoni hija li kieku kien hemm l-applikazzjoni għaddejja u kieku Malta setgħet tapplika għal ċerti fondi - hawnhekk ta' min jagħmel footnote żgħira u jgħid li f'disa' snin u nofs dawn il-fondi lanqas kien hemm xeħta tagħhom ġejjin lejn Malta, allura anke issa din il- possibbilta' hija totalment ġdida - u kieku kellna nneħħu l-friża minn fuq l-applikazzjoni għall-Unjoni Ewropea u nibdew nitħaddtu man mano li qisu ma' kull taħdita jew fażi ta' taħdidiet jiġi riċevut hawn Malta ċertu ammont ta' flus għar-ristrutturazzjoni, hemmhekk forsi wieħed jibda jara li nistgħu nimxu pass 'il quddiem.", "U hawnhekk wieħed jgħid: Mela jekk se nagħmlu minn ħamsa sa seba' snin niġbdu l-flus mingħajr commitment ...", "Għax jekk se ndumu għaxar snin u mbagħad wara nsibu x'imkien aħjar ma' fejn nankraw nistgħu nankraw band'oħra wkoll, imma lanqas din m'hi qed tiġi proposta b'mod raġonevoli.", "Fid-disa' snin u nofs li għaddew din lanqas biss ġiet imressqa u lanqas ġew secured xi additional financial returns taħt titlu ta' loan jew grant mill-Unjoni Ewropea u allura qegħdin nitkellmu fuq diskors totalment ġdid.", "Madam Speaker, ejjew inkunu ċari.", "Id-dokument Agenda 2000 jitkellem l-iktar fuq il-pajjiżi taċ-Ċentru u tal- Lvant ta' l-Ewropa u, għalkemm tissemma Ċipru, isemmi l-iktar dawk il- problemi li l-Unjoni Ewropea bħala policy trid teħles minnhom, bħalma huma l-impjanti nukleari li kienet ħalliet warajha l-Unjoni Sovjetika qabel ma nħallet.", "Ovvjament għall-Unjoni Ewropea problemi bħal dawn għandhom prijorita', anke jekk tgħin bi flus sabiex tirranġahom.", "Imma hawn Malta x'impjanti nukleari għandna biex immorru nitolbu lill-Unjoni Ewropea tagħtina l-flus biex nirranġawhom, jew nagħlquhom b'mod safe jew inkomplu nħaddmuhom b'mod li jkun totalment safe għal kulħadd?", "Allura naraw li dak it-tip ta' diskors tal-Lm100 miljun nieżel mis-sema' m'huwiex diskors li jixraq lil dan il-Parlament.", "Għalhekk naħseb li wieħed ta' min iħares lejn possibbiltajiet usa ta' free trade, abbażi ta' dak li ppropona l-Gvern Malti.", "Issa hemm proposta u aċċettazzjoni ta' free trade area u ħadd m'għandu għalfejn jistaqsi lejn liema naħa qegħdin ninnavigaw.", "Qegħdin ninnavigaw lejn free trade area bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "L-effett ta' dan irid jiġi eżaminat kemm fuq l-ekonomija Maltija in ġenerali, kemm għall-mod kif se jintlaqat il-konsumatur, li teoritikament se jkollu godiment ta' iktar prodotti available u forsi anke b'inqas prezz, u kif ukoll għall-mod kif se jiġu affettwati l-finanzi pubbliċi.", "Allura wieħed irid jara kif se jkompli dan id-diskors.", "Kif diġa' tennejt f'diversi mezzi tax-xandir aħna se mmorru għal free trade zone waħda, imma għaliex ma neżaminawx il-possibbiltajiet ta' free trade zones oħra?", "Għaliex qed ngħid dan?", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk pinna importata mill-Ewropa tinbiegħ Lm5 hawn Malta u din l-istess pinna meta tiġi mportata min-North American Free Trade Area - qed neħodha bħala ipotesi li Malta jkollha free trade zone anke man-NAFTA - tista' tinbiegħ lill-konsumatur b'Lm4, allura wieħed ma jistax jara overlap ta' free trade zones li jkunu ta' benefiċċju għall-konsumatur Malti?", "Jekk f'diversi setturi Malta tista' testendi dawn il-free trade zones mhux biss ma' l-Ewropa imma anke man-NAFTA - fil-fatt hemm diversi proposti biex ikun hemm transatlantic free trade area, kemm mingħand Sir Leon Brittan, Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea, kemm min-naħa Kanadiża ma' l-Unjoni Ewropea, u anke min-naħa ta' ċerti pajjiżi Ewropej ma' l-Istati Uniti ta' l- Ewropa - b'hekk ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin fid-dawl tal-World Trade Organisation, anzi nkunu qegħdin nuru li aħna mhux biss irridu nidħlu fi free trade zone, li hija l-eċċezzjoni għal free trade globali, imma jkollna saqajna f'żewġ free trade zones li għandhom irendu iktar għall-konsumatur Malti.", "B'hekk lill-konsumatur Malti mhux biss inkunu qegħdin nagħtuh l- għażla ta' kwalita' u prezz minn suq li għalkemm huwa kbir huwa wieħed biss imma nkunu qegħdin nagħtuh l-għażla għal swieq akbar.", "Aħna nafu li n-NAFTA qiegħda tikber konsiderevolment u allura naħseb li minn dik in-naħa wieħed irid jeżamina kull possibbilta' li lill-konsumatur Malti nagħtuh a better deal.", "Meta wieħed jibda jara dawn il-possibbiltajiet jibda jara inqas u inqas il-valur tal-ftit flus li jistgħu jiġu min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, a paragun mal-potenzjal ta' investiment li jista' jsir hawn Malta min-naħa ta' l-Amerka, biex ikun hawn investiment anke għas-suq Ewropew, u kif ukoll min-naħa ta' dawk li jridu jinvestu fil-viċin biex jaslu għal direzzjoni Amerikana.", "Madam Speaker, allura hawn wieħed jibda jara ċerti possibbilitajiet oħra li qegħdin jinfetħu permezz tal-free trade zone - din diġa' hija aċċettata min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea - li jistgħu jagħtu prodott iktar ta' valur għall-konsumatur Malti.", "Fl-aħħar mill-aħħar hija l-ekonomija Maltija in ġenerali li rridu naraw meta nkunu qed nikkonsidraw din il-proposta ta' self li l-gvern qed jipproponi lil dan l-Parlament, għaliex fl-aħħar mill- aħħar il-gvern irid irendi servizz f'ekonomija usa u mhux biss fil-finanzi pubbliċi, kif qed iħaddanhom hu stess.", "Allura wieħed jara li hemm il- possibbilta' li jekk aħna, anke b'mod iktar agressiv u b'mod iktar dinamiku, nidħlu fil-kwestjoni kollha tan-non-tariff barriers se jkun hemm ħafna iktar x'wieħed jottjeni minn hemmhekk milli meta jsir ħafna ppriedkar fuq il-full membership b'mod superfiċjali żżejjed.", "Is-single market li hemm fl-Unjoni Ewropea fih ruxxmata non-tariff barriers u jekk ma nirrikonoxxux dan inkunu qegħdin nitkellmu biss fuq il-gloss - is-soltu l- affarijiet is-sbieħ jissemmew fil-qoxra tal-ktieb imbagħad ġewwa jkun hemm il-kondizzjonijiet.", "Kemm hemm każi ta' ditti li meta jipprovaw jesportaw isibu barriers fejn tad-dwana jgħidulhom li l-labels ta' ċertu prodott iridu jkunu b'lingwa oħra, jew inkella li m'hemmx health conditions biżżejjed fuq dik il-produzzjoni, u allura b'dak il-mod ikunu qegħdin jikkompetu unfairly.", "Insibu ditti Maltin li għalkemm taħt l-Association Agreement bejn Malta u l-Unjoni Ewropea suppost għandhom aċċess liberu għall-Ewropa, meta jkunu qed jesportaw lejn l-Ewropa ġieli jiffaċċjaw problemi fejn jgħidulhom li l-labels ta' dak il-prodott ma jridux ikunu bl- Ingliż biss u jġiegħluhom ibiddluhom u jagħmluhom bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Ġermaniż, naturalment a spejjeż tagħhom.", "Inkella ġieli jgħidulhom li l- mod kif inhu fformolat ċertu prodott ma josservax il-health and safety regulations tal-pajjiż destinatarju, mhux ta' l-Unjoni Ewropea in ġenerali imma ta' pajjiż partikolari, għax bil-prinċipju ta' sussidarjeta' kull pajjiż għandu d-dritt li joġġezzjona meta prodott ma jkunx skond il-health and safety regulations tiegħu.", "Mela ejjew naraw kif f'dan il-Parlament nistgħu nagħtu appoġġ b'mod iktar serju lil dawk l-industriji li qegħdin jipprovaw jesportaw il-prodott tagħhom lejn l-Ewropa u qed isibu dan it-tfixkil, ħalli ngħinuhom jegħlbu dawk l-ostakli u jkunu jistgħu jimpjegaw iktar nies hawn Malta.", "Min-naħa l- oħra, anke aħna nistgħu nilagħbu din l-istess logħba li jilagħbu l-Ewropej u allura jekk jidħlu xi affarijiet min-naħa ta' ċerti pajjiżi Ewropej lejn Malta, jekk hemm bżonn għandna naraw x'non-tariff barriers nistgħu nagħmlu bil-kwiet.", "Forsi hawn min jgħidli: Bil-kwiet meta qed tgħidha pubblikament!", "Imma jien din qed ngħidha bejnietna.", "Fl-Ewropa tant ikun hemm rapporti miktubin fuq non-tariff barriers u jqassmuhom baxx baxx, li ta' min ikun jaf kif l-Ewropej jilagħbu dan il-logħob.", "Jekk hemm bżonn nistgħu nagħmlu n-non-tariff barriers u ngħidu li fl-istess ħin se nidħlu fil-free trade area.", "Imma b'dan l-istess mod nistgħu nagħmlu free trade area man-NAFTA u l-pajjiż ikun jista' jiggwadanja minn kull naħa.", "Madam Speaker, jien naħseb li rridu nikkonsidraw iktar fil-fond kif nistgħu ngħinu l-ekonomija tagħna u għalhekk meta niddibattu fuq l-Unjoni Ewropea jrid ikun dibattitu bis-serjeta' u ma jkunx wieħed mgħobbi biss b'ideoloġija - suppost illum lanqas għad fadal ideoloġija! - imma jkun mgħobbi wkoll b'ċertu commitment.", "Irridu nidħlu ħafna iktar fir-raġunijiet minn taħt u mhux nidħlu fi Christmas-land.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ninu Zammitt.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, ħadt gost nisma' lill-aħħar kelliem min-naħa tal-Gvern, li b'mod ipotetiku għamel diskors biex b'xi mod jipprova jiġġustifika l-fatt li l-Gvern ġie jitlob lil dan il-Parlament japprovalu s-self ta' Lm110 miljun ħalli jkopri d-deficit tas-sena li għaddiet.", "L-Onor.", "Membru semma l-kelma \"kieku\", u rrid ngħid li jien personali din il-kelma ma tantx nużaha, għax hawn m'aħniex nitkellmu fuq affarijiet li qegħdin fis-sħab.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq kriżi finanzjajrja u rrid nenfasizza li din il-kriżi ġabha b'idejh dan il-Gvern.", "Kulħadd jaf li l-mediċina li għandu l-Gvern għal din il-kriżi hija x-xita ta' taxxi li l-poplu beda jduq mill-aħħar elezzjoni 'l hawn.", "Biżżejjed ngħid li huwa kkalkolat li minn Ottubru ta' l-1996 sal-lum ġew introdotti madwar 55 forma ta' taxxa ġdida, u nixtieq li aktar 'il quddiem nitkellem daqsxejn iktar fit-tul fuq uħud minn dawn it-taxxi.", "Madam Speaker, kif kont qed ngħid sa ftit ġimgħat ilu - biex ma ngħidx sa xahar jew xahrejn ilu - il-Gvern kien qed jgħidilna li d-deficit għas-sena l-oħra kellu jkun ta' Lm125 miljun.", "F'daqqa' waħda b'sorpriża qalulna li minn Lm125 miljun dan id-deficit niżel għal Lm102 miljun.", "Jien ħadt gost pero' naħseb li f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għandna ningħataw spjegazzjoni ta' kif il-Gvern tal-lum għamel propaganda sħiħa u mela ras kulħadd li d-deficit għas-sena li għaddiet kellu jkun ta' Lm125 miljun - mhux tort tal-poplu imma tort tal-mismanagement tal-Gvern stess - u issa f'daqqa' waħda dan niżel bi Lm23 miljun għal Lm102 miljun.", "Jien m'iniex xi tekniku jew xi accountant u ma nifhimx fil-finanzi u se nitkellem mill-mod kif the man in the street jara s-sitwazzjoni.", "L-ewwel mistoqsija li rrid nagħmel hija: Għaliex dan il-Gvern kellu jiġi quddiem din il-Kamra b'talba biex ikun jista' jissellef Lm110 miljun sabiex jagħmel tajjeb għad-deficit ta' sena waħda biss?", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-Gvern preżenti matul is-sena l-oħra m'għamel l-ebda investiment kapitali maġġuri.", "Per eżempju, dan m'għamilx capital investment fl-infrastruttura.", "Kif nistgħu naraw, dan il-Gvern mhux qed jissellef Lm110 miljun biex jibni xi power station jew biex jibni xi distribution centre imma qed jissellef dawn il-Lm110 miljun minkejja l-fatt li mill-aħħar elezzjoni sal-lum dan ma nefaqx ċenteżmu wieħed bħala investiment fuq il-provvista ta' l-ilma fil- pajjiż.", "L-istess, jekk inħarsu lejn it-telephones insibu li ma sar l-ebda capital investment mill-1996 sal-lum fuq is-sistema tat-telephones.", "Dan il- Gvern lanqas m'għamel capital investment f'bini ta' xi airport ġdid.", "Mela nista' ngħid li dan il-Gvern sab dawn l-affarijiet kollha lesti, b'mod partikolari fl-infrastruttura, u allura se jissellef dawn il-Lm110 miljun għas-sempliċi raġuni li falla.", "Allura ġie jissellef biex jgħatti l-iżbalji li ġew ikkaġunati mill-miżuri politiċi żbaljati li l-istess Gvern ħa minn Ottubru ta' l-1996 'l hawn.", "Madam Speaker, bil-Malti ngħidu li dak li tiżra' taħsad u s-sitwazzjoni li qegħdin fiha fil-preżent toriġina minn qabel l-aħħar elezzjoni.", "Titkellem ma' min titkellem kulħadd jgħidlek li l-Gvern preżenti rebaħ l- elezzjoni f'Ottubru ta' l-1996 meta ħadd ma kien jemmen li kellu ċans jirbaħha, anke wħud mill-membri tal-Gvern qegħdin jistqarru dan pubblikament.", "Ħadd ma kien jemmen li l-Partit Laburista kellu xi nitfa ċans li jirbaħ il-poter f'Ottubru ta' l-1996.", "Aħna nafu li qabel l- elezzjoni l-Partit Laburista wiegħed fuq li wiegħed bi skop wieħed, mhux biex jirbaħ l-elezzjoni imma biex inaqqas il-maġġoranza li kellu l-Partit Nazzjonalista.", "U igdeb minn hawn u igdeb minn hemm, u wiegħed minn hawn u wiegħed minn hemm ...", "X'ma wegħdux?", "Wegħdu li se jneħħu l-VAT u beżżgħu lill-poplu bil-babaw ta' l-Ewropa.", "Ma nafx x'ma qalux kontra l-Ewropa!", "Bħala sommarju rrid ngħid li dawn ingannaw lill-poplu f'kull qasam u peress li kien hemm min bela' l-lixka ta' l-ingann tal-propaganda tagħhom, il- Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni u ħa l-poter f'idejh.", "B'hekk f'Ottubru ta' l-1996 spiċċajna bi gvern li ma kienx ippreparat biex jirbaħ l- elezzjoni u allura kellna gvern bla pjan.", "U x'ġara mbagħad?", "Kulħadd jiftakar li wara l-elezzjoni ta' l-1996 bdew ħerġin il-ħrejjef tal-ħofor u bil-mod il-mod kollox beda jiġġammja.", "Illum, kif jaf il-poplu Malti u GĦawdxi kollu, pajjiżna jinsab iġġammjat.", "Min ma jafx x'ġara fl- unemployment fil-pajjiż?", "Min ma jafx li l-qgħad tiela' kontinwament - dan ilu tiela' minn Ottubru ta' l-1996 - b'ritmu allarmanti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sinjura President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta kienet sospiża fl-11.15 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, irrid infakkar li immedjatament wara l- elezzjoni bdejna nisimgħu ħafna ħrejjef ta' ħofor u mhux ħofor, bil- konsegwenza li kollox beda jiġġammja bil-mod il-mod.", "Illum meta titkellem man-nies jgħidulek li diżgrazzjatament qegħdin f'pożizzjoni fejn kulħadd jiġri biex ifittex ix-xogħol, iżda xogħol m'hawnx u l-qgħad dejjem tiela'.", "Kulħadd jaf li l-flus sparixxew mill-idejn.", "Titkellem ma' min titkellem fl- industrija tal-bini jgħidlek li flus m'hawnx u minflok daħal it-tpartit.", "F'kelma waħda dan ifisser li l-investiment prattikament waqaf u allura ġejna qisna ta' l-istorja.", "Fl-istorja nisimgħu dwar bniedem li kien jarmi l-għaks, dejjem jeqred li huwa fallut u li għandu d-dejn u ovvjament ma' kull min jiltaqa' kien dejjem jitkarrab.", "Bil-Malti ngħidu li min jarmi l-għaks, għaks isib.", "Insibu li din il-persuna darba minnhom ġiet f'pożizzjoni li kellha bżonn min jissieħeb magħha biex tagħmel proġett, pero' peress li kellha l-fama li ħlief għaks ma tarmix u ħlief fallimenti ma ssemmix, ma sabitx min jissieħeb magħha biex tagħmel il-proġett li kellha f'moħħha.", "L-istess ġralu l-Gvern preżenti, li mill-elezzjoni 'l hawn tant qal stejjer fuq ħofor u mhux ħofor li llum il-ġurnata ma baqax jiġi fdat, u dawn il-fatturi kollha ġabuna fi kriżi finanzjarja.", "Kif diġa' għidt, il-mediċina tal-Gvern preżenti hija xita ta' taxxi li l-poplu issa beda jirrealizza l-impatt u l- guffaġni tagħhom.", "Dan hu li qed iżomm lin-nies lura milli jonfqu għaliex bit-taxxi li ntroduċa dan il-Gvern - u milli nistgħu nifhmu aktar ġejjin - trid veru toqgħod attent kif tonfoq flusek.", "Madam Speaker, nerġa' mmur għall-ewwel punt.", "Wieħed mill-fatturi prinċipali li ġabu din il-kriżi finanzjarja fil- pajjiż kienet it-tneħħija tal-VAT.", "Irrid infakkar li qabel l-elezzjoni l- Partit Laburista kien wiegħed u bellagħha lin-nies li se jneħħi l-VAT u wħud mill-operaturi tan-negozju belgħuha li jekk jitla' l-Partit Laburista fil-gvern kien se jneħħi l-cash registers.", "Fil-fatt il-Partit Laburista tela' fil-gvern imma l-cash registers għadhom hemm.", "L-Onor.", "Alfred Sant kien wiegħed solennement li jekk kemm-il darba ma jirnexxilux ineħħi l-VAT ma jibqax fil-politika.", "Fil-fatt fl-1 ta'Lulju ta' l-1997 il-Gvern ta' l- Onor Sant neħħa l-VAT u daħħal is-CET.", "Minn din in-naħa tal-Kamra aħna għidnilu li t-taxxa tas-CET kienet se tnaqqas sostanzjalment ir-revenue tal- gvern.", "Għadda ż-żmien, bdew ħerġin iċ-ċifri u kulħadd ra li kellna raġun aħna għaliex miċ-ċifri li ppubblika l-Gvern stess jidher ċar daqs il- kristall li d-dħul mis-CET meta pparagunat mad-dħul bil-VAT naqas sostanzjalment.", "Aħna nafu li minkejja l-ħafna kliem fieragħ li qed issir biex napprovaw is-self ta' Lm110 miljun, madwar Lm1 miljun intnefqu mill- Gvern bħala parti minn eżerċizzju propagandistiku fil-bdil tas-sistema ta' tassazzjoni.", "Nafu wkoll li biex il-Gvern preżenti jwaqqaf żona ta' kummerċ ħieles ma' l-Unjoni Ewropea se jkollu jerġa' jdaħħal sistema ta' tassazzjoni li tixbaħ il-VAT, biex ma ngħidx li hi photocopy tagħha.", "Sinjura President, kif kont qed ngħid il-liġi tas-CET fgat diversi oqsma ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Per eżempju, jekk nieħdu l-qasam tal-biedja u s-sajd insibu li fil-preżent l-operaturi kull sitt xhur qed ikollhom jonfqu madwar Lm300,000 iżjed f'taxxa ta' l-ETS.", "Hawn nixtieq infakkar li l-ammont ta' VAT li kienu jħallsu l-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala fuq is- servizzi kienu jeħduh lura.", "Dak kien ġust għax permezz ta' hekk lil dawn l- operaturi tajnihom iċ-ċans li jkomplu jkabbru u jsaħħu l-industrija tagħhom.", "Illum għandna l-konferma li l-Gvern preżenti għamel żball meta neħħa l-VAT u daħħal is-CET.", "Dan mhux aħna biss qed ngħiduh imma qed jammettuh uħud min-nies ewlenin fil-Partit Laburista, li stqarrew pubblikament u kitbu iswed fuq l-abjad li l-VAT hija aħjar mis-CET, kemm f'dak li huwa revenue għall-pajjiż u anke fejn tidħol il-moralita' fiskali.", "Sinjura President, niġi għat-tieni żball li għamel il-Gvern preżenti, ċioe' l-iffriżar ta' l-applikazzjoni għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Titkellem ma' min titkellem tinduna li l-poplu kollu jaf li ilna mexjin fil-baħħ għal dawn l-aħħar 18-il xahar għax dan huwa gvern bla direzzjoni.", "L-investiment f'pajjiżna naqas u prattikament sparixxa u hawn ta' min jagħmel xi ftit paraguni ta' x'qed jiġri f'pajjiżi oħra.", "Per eżempju, dan l-aħħar f'din il-Kamra ssemma l-mod li bih qed jiżviluppaw pajjiżi oħra, bħalma huma l-Irlanda, l-Portugall u Spanja, bl-għajnuna finanzjarja li qed tagħtihom l-Unjoni Ewropea.", "Jien m'iniex se ngħid li l-Gvern preżenti huwa mingħajr boxxla imma se ngħid xi ħaġa agħar minn hekk.", "Illum lil pajjiżna qed inxebbħu ma' vapur bla makna, li jimxi bil-qlugħ, dak li jgħidulu xini, bid-differenza li x-xini tagħna lanqas għandu qlugħ u allura jinsab f'nofs ta' baħar jiġġerra kull fejn jieħdu l-kurrent.", "Naturalment, min hu f'sensih m'huwiex se jissogra jirkeb fuq dan il-vapur għax qatt ma jista' jkun jaf fejn hu sejjer.", "L-istess ġralna aħna.", "Peress li pajjiżna spiċċa bla direzzjoni, ħadd ma jissogra jinvesti u dan wassal għall-istaġnar li hawn fil-pajjiż.", "Sinjura President, dalgħodu qgħadt nisma' lill-Onor.", "Sceberras Trigona jsemmi ħafna ċifri ta' miljuni, qisu qed itella' l-lotterija.", "Hawnhekk ta' min ipoġġi saqajh fl-art u jirraġuna l-affarijiet.", "Jekk se nibqgħu mexjin fit-triq għal zona ta' kummerċ ħieles u mhux dik ta' sħubija sħiħa ma' l- Unjoni Ewropea, se nitilfu l-vantaġġi kollha.", "Nhar il-Ħadd li għadda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, għamel laqgħa fir- Rabat għall-bdiewa, s-sajjieda u r-raħħala, fejn spjega l-vantaġġi li jista' jakkwista pajjiżna, b'mod partikolari fl-oqsma tal-biedja u s-sajd, permezz ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Hu spjegalna wkoll x'piżijiet se jkollhom jerfgħu dawn l-oqsma jekk kemm-il darba pajjiżna jibqa' miexi fit- triq lejn it-twaqqif ta' żona ta' kummerċ ħieles.", "Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onor.", "Noel Farrugia, ħareġ press release li titratta dwar dak li qal l-Onor.", "Fenech Adami u din meta taqraha mhux tidħak imma jaqbiżlek id- dmugħ.", "Per eżempju, il-Ministru Farrugia qal li aħna għidna li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea din tagħtina l-fondi biex l-ambjent rurali nkunu nistgħu nirranġawh.", "Il-Ministru kkonferma dan imma mbagħad għoġbu jżid li:", "\"Dan diġa' qed isir f'Malta u f'GĦawdex, bħalma juru ċerti proġetti.\".", "Dawn huma affarijiet tad-daħk.", "Aħna ilna sena u nofs nistaqsu lill- Ministru Farrugia meta se jinvesti ċenteżmu biex jirranġa t-trejqiet li jagħtu għar-raba' u biex jinbnew ħitan tas-sejjieħ u r-risposta li ħadna mingħand il-Ministru kienet li m'għandux fondi.", "Sinjura President, aħna għidna wkoll li bis-saħħa tal-common agricultural policy, l-Unjoni Ewropea tipprovdi għajnuna finanzjarja biex ir-raħħala u l- bdiewa jkunu jistgħu jixtru makkinarju ġdid u iktar effiċjenti.", "Fl- istqarrija li ħareġ nhar il-Ħadd li għadda, il-Ministru Farrugia qalilna li dan diġa' qed isir f'Malta u GĦawdex permezz ta' skemi ta' għajnuna mill- banek.", "Allura hawn jien għandi mistoqsija għall-Ministru.", "Il-Gvern kemm ta għajnuna lill-bdiewa u lir-raħħala tul dawn l-aħħar sena u nofs biex ikunu jistgħu jixtru makkinarju modern u effiċjenti?", "Bħalma jaf kulħadd ir- risposta hija zero għax fil-fatt tul dawn l-aħħar 18-il-xahar ma ngħatat l- ebda għajnuna bħalma kien isir fil-passat.", "Madam Speaker, nhar il-Ħadd li għadda aħna għidna li bil-fondi ta' l- Unjoni Ewropea jistgħu jinbnew impjanti ta' tisfija ta' drenaġġ u sistemi ta' provvista ta' ilma second class għat-tisqija ta' l-uċuh tar-raba'.", "Fl- istqarrija għall-istampa l-Ministru Farrugia qalilna li dan diġa' qed isir.", "Pero' fil-fatt dan m'hu minnu xejn, u dan meta l-iktar ħaġa importanti biex il-biedja tikber u tifjorixxi hu li jkollna provvista adegwata ta' ilma.", "Issa aħna nafu li biex ikun jista' jintlaħaq dan l-għan - fil-fatt il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet qed timxi fuq dan il-ħsieb - bejn wieħed u ieħor l-ammont ta' drenaġġ irid ikun ilaħħaq l-20 miljun gallun kuljum.", "Hawn ta' min jgħid li meta jissaffew dawn l-20 miljun gallun ta' drenaġġ, ikunu jistgħu jiġu utilizzati għaxar miljun gallun.", "Dak kien il-ħsieb tagħna, li ngħaddu dan is-second class water lill-bdiewa għat-tisqija.", "Dan il-proġett seta' jsir biss bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea u aħna konna nikkwalifikaw għal din it-tip ta' għajnuna.", "Pero' aħna ma konniex se nwettqu l-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ biss, għax ma ridniex li jiġri bħalma ġara fil-każ ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin.", "GĦaliex qed ngħid dan?", "Kif jaf kulħadd, minkejja li fl-Impjant ta' Sant Antnin id-drenaġġ jiġi msaffi, dan ma jistax jitwassal għand il-bdiewa kollha li hemm fl-area ta' Ħaż-Żabbar.", "Hemmhekk hemm sistema ta' open channel, u b'din is-sistema wieħed ma jkunx jista' jippressa u jippompja l-ilma biex iwasslu fejn irid.", "Aħna kellna l-ħsieb li nwettqu dan il-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ skond il-Konvenzjoni ta' Barcelona u li nġibu l-fondi mill-Unjoni Ewropea biex nagħmlu sistema ta' network fl-areas agrikoli kollha ta' pajjiżna biex b'hekk tikber il-produzzjoni u tiżdied l-effiċjenza f'dan il-qasam.", "Imma sfortunatament illum, kif nafu, dan il-Gvern għażel li jiskarta l-idea li jġib il-fondi billi jissieħeb fl-Unjoni Ewropea u minflok qed jaħdem fuq żona ta' kummerċ ħieles, u l-fatti nafuhom.", "Madam Speaker, il-Gvern preżenti x'għamel biex isir dan il-proġett ta' tisfija tad-drenaġġ?", "Dan daħħal taxxa fuq id-drenaġġ li minnha se jiġbor Lm4 miljun fis-sena.", "U min se jħallas dawn il-flus?", "L-Unjoni Ewropea żgur li m'hijiex se tħallashom - għax issa qed ngħidu li se nwaqqfu żona ta' kummerċ ħieles - u allura se jħallashom il-ħaddiem Malti.", "GĦalhekk hawn għal darb'oħra qed naraw lill-Gvern Laburista jkompli jnaqqar minn but il- ħaddiem ħalli jkun jista' jkollu l-mezzi u l-finanzjament neċessarju biex jagħmel dan l-impjant ta' tisfija tad-drenaġġ.", "Issa, kif għidt diġa', permezz ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea aħna stajna nġibu dawn il-fondi faċilment mingħajr il-bżonn li ndaħħlu taxxa inġusta, katastrofika u diżastruża, u hawn nixtieq nerġa' nfakkar lill-Onor.", "Alfred Sant li b'din it-taxxa huwa se jisloħ minn fuq dahar il-poplu madwar Lm4 miljun fis- sena.", "Madam Speaker, nhar il-Ħadd aħna għidna wkoll li bi sħubija sħiħa, il- qasam tas-sajd kien se jingħata spinta 'l quddiem u fil-fatt l-Unjoni kienet se tagħtina wkoll fondi biex il-qasam ta' l-akwakultura jkun jista' jkompli jissaħħaħ u jikber.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz ta' sħubija sħiħa, il-qasam tas-sajd kien se jkun jista' jesporta ħut kemm irid lejn l- Ewropa.", "Fil-fatt illum l-operaturi tal-qasam tas-sajd jinsabu fi żvantaġġ għax jafu li meta s-sajjieda jesportaw il-ħut, kemm dak maqbud mill-ibħra ta' madwarna, kif ukoll dawk prodotti mill-fish-farms, qed ikollhom iħallsu taxxa ta' 15%.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li għal darb'oħra m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża f'11.40 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor Zammit jista' jkompli.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, qabel ma nkompli bid-diskors tiegħi nixtieq infakkar li jien kont qed nirriferi għall-vantaġġi li konna nakkwistaw permezz ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u kont qed ngħid li pajjiżna kien jibbenefika minn ammont kbir ta' fondi biex, fost affarijiet oħra, jiġi mtejjeb l-ambjent rurali u jinxtara makkinarju ġdid li jkun iżjed effiċjenti, ħalli l-oqsma tal-biedja u sajd isiru iktar produttivi.", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli bid-diskors tiegħu", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Zammit ikompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Sinjura President, kif kont qed ngħid, permezz ta' sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea pajjiżna kien se jibbenefika wkoll minn fondi biex filwaqt li jinbnew impjanti ta' tisfija tad-drenaġġ, issir sistema ta' network fl- areas agrikoli kollha ħalli l-ilma second class ikun jista' jintuża għat- tisqija ta' l-uċuh tar-raba', u l-qasam ta' l-akwakultura kien se jiġi msaħħaħ u mkabbar ukoll.", "Imma bit-twaqqif ta' żona ta' kummerċ ħieles dawn il-benefiċċji kollha jisparixxu u għal dan l-investiment kollu se jkollu jagħmel tajjeb il-poplu Malti mit-taxxi li jħallas.", "Fil-fatt ta' min jgħid li huwa kkalkolat li pajjiżna kien se jgawdi mat- Lm80 miljun fis-sena f'dawk li huma enlargement funds li kieku Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Sceberras Trigona li qal li l-Unjoni Ewropea tagħtik il-fondi biex tagħmel tajjeb għad- deficit Dan mhuwiex il-każ.", "Issa għal min ma jafx Lm80 miljun jsarrfu daqs l-investiment kollu li għamilna fil-power station ta' Delimara, bil- phase I, bil-phase IIA u bil-phase IIB b'kollox.", "Fi kliem ieħor l- investiment li għamilna f'Delimara bejn l-1987 u l-1996 biex irdoppjajna l- kapaċita' tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku, kienet se tagħtihulna l-Unjoni Ewropea f'sena waħda biex tkun tista' tissaħħaħ l-infrastruttura tal- pajjiż.", "Madam Speaker, s'issa semmejt żewġ żbalji li wettaq dan il-Gvern, liema żbalji wassluh biex jitlob lill-Parlament japprova s-self ta' Lm110 miljun.", "Imma fil-fatt il-Gvern wettaq żball ieħor, dik li ilu minn Ottubru ta' l- 1996 itambar fuq il-ħofor, għax dawn il-ħafna ħrejjef tal-ħofor ġabu inċertezza kbira fil-pajjiż.", "Fil-fatt illum din l-inċertezza qed tinħass minn kulħadd, bil-konsegwenza li ninsabu f'sitwazzjoni fejn ħadd ma jaf fejn hu sejjer.", "Imma l-verita' x'inhi?", "Li dan il-Gvern sab il-ħofor?", "Jew li kien daqstant fortunat li prattikament sab l-industrija kollha taħdem?", "GĦax il-Gvern f'liema qasam sab il-ħofor?", "Fil-qasam ta' l-ilma?", "Ħalli nfakkar f'liema sitwazzjoni kien jinsab dan il-qasam matul l-1996.", "Il- qtugħ ta' l-ilma kien ikun programmat, jiġifieri daqqa kien imessha li tinqata' l-provvista ta' l-ilma taż-Żurrieq, daqqa kien imessha li tinqata' l-provvista ta' l-ilma tan-Naxxar, daqqa kien imessha li tinqata' l- provvista' ta' l-ilma ta' Ħal Qormi ...", "Allura aħna ħallejna l-ħofor meta f'disa' snin u nofs investejna għexieren ta' miljuni ta' liri f'dan il- qasam biex irdoppjajna l-kapaċita' tal-produzzjoni ta' l-ilma u kabbarna s- sistema tad-distribuzzjoni?", "Jien dalgħodu ħadt pjaċir naqra fuq il-gazzetti li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma ngħatat l-ISO 9002, pero' jien persważ li dan iċ- ċertifikat ma seta' qatt jingħata fl-1986 għax dak iż-żmien il-pajjiż kien għaddej minn kriżi serja ta' nuqqas ta' ilma.", "Illum, permezz ta' l- investiment kollu li għamilna, il-qasam ta' l-ilma ġibnieh f'sitwazzjoni fejn għandna saħansitra spare production capacity imma, bħalma qal is-Sur Mifsud fir-rapport li qabbdu jagħmel il-Prim Ministru, minkejja l- investiment kollu ta' għexieren ta' miljuni ta' liri li għamilna biex seta' jkollna provvista adegwata ta' ilma, il-Gvern Nazzjonalista lill-poplu Malti qatt ma daħħallu tariffi anti-soċjali fuq il-konsum ta' l-ilma.", "Fil- fatt l-istess nistgħu ngħidu għall-qasam ta' l-elettriku.", "Madam Speaker, bħalma taf is-Sinjorija Tiegħek, bħala GĦawdxija, sa qabel l-elezzjoni ta' l-1987 meta wieħed kien imur GĦawdex u jżur l-irħula ta' din il-gżira kien jaħseb li wasal il-Milied għax id-dwal tat-toroq kienu kollha jteptpu, qishom xi christmas tree.", "Imma hekk kif tela' fil-gvern il- Partit Nazzjonalista kabbarna l-kapaċita' tad-distribution centres b'madwar ħames darbiet, u dan l-investiment sewa mijiet ta' miljuni ta' liri.", "Din hi l-ħofra li ħalla l-Gvern Nazzjonalista bħala wirt lill-partit ta' l- Onor. Alfred Sant!", "Nista' nibqa' nsemmi l-affarijiet li ħalla l-Gvern Nazzjonalista lill- Gvern preżenti.", "Per eżempju, nista' nsemmi l-iżvilupp li sar fis-sistema tat-telephone, fejn mill-iStrowger morna għal waħda mill-iktar sistemi moderni li jeżistu f'dan il-qasam.", "Allura kif nistgħu ngħidu li l-Gvern Nazzjonalista kien fallut meta ħalla dan il-ġid kollu fil-pajjiż?", "Issa hawn jien ma kontx se noqgħod insemmi l-ħafna djar ta' l-anzjani li bnejna, it-tkabbir li sar fl-Universita' u l-bini ta' l-airport.", "Dawn l-affarijiet jafhom kulħadd.", "Madam Speaker, kif għidt diġa', it-tneħħija tal-VAT, l-iffriżar ta' l- applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u l-ħrejjef tal-ħofor ġabu f'pajjiżna barriera ta' kriżi finanzjarja u minħabba f'hekk illum il- Gvern qed jiġi kostrett jissellef Lm110 miljun biex jgħatti r-running costs ta' sena waħda biss.", "U x'inhi l-mediċina ta' dan il-Gvern għal dan id- deficit?", "Taxxi, taxxi u taxxi!", "U dan kollu ġie kkaġunat mill-policies diżastrużi li ħa l-Gvern Laburista.", "Fil-fatt jekk wieħed jibda jsemmi t- taxxi li ddaħħlu minn Ottubru ta' l-1996 sa llum, ma jkunx jaf minn fejn irid jibda u jispiċċa għax tant iddaħħlu taxxi matul dan il-perijodu li wieħed bilfors jinsa xi wħud minnhom.", "Per eżempju, iddaħħlu taxxi fuq il- petrol u fuq id-diesel, u filwaqt li qabel biex tidħol il-Belt kont tħallas b'kollox Lm65 illum trid tħallas Lm95.", "Imbagħad xi ngħidu għall-kaċċaturi?", "Kemm kien jgħidilna qabel il-Partit Laburista biex inħalluhom jisparaw fil-kwiet!", "Imma llum dan il-Gvern qatgħalhom il-kaċċa - u mhux billi taparsi jagħmel leġislazzjoni f'dan ir- rigward - għax il-liċenzja tas-senter għamililhom Lm19, bir-riżultat li llum ftit huma dawk li għadhom jaffordjaw imorru għall-kaċċa.", "(Interruzzjonijiet) Imma llum tant hemm pulizija serja taħtek, Onor. Mizzi, li m'għadx baqa' serq!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Kompli, Onor. Zammit.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, jekk jogħġbok tinterrompix.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, l-Onor.", "Mizzi qed jirriferi għall- pompa tal-petrol t'Għawdex.", "Jien irrid ngħid lill-Onor.", "Membru, ħalli forsi xi darba jitgħallem, li dwar dak il-każ hemm kawża fil-qorti.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Ħadd minnkom m'hu qed jinstema'.", "(Interruzzjonijiet) Dan il-każ m'huwiex parti mid-debate għax jinsab quddiem il-qorti.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, fil-fatt mhux huma tellgħuni l-qorti imma jien tellajt lill-Partit Laburista l-qorti.", "Taf għaliex, Onor. Mizzi?", "GĦax m'għandix faħam miblul.", "Jien tellajtkom il-qorti għax m'għandix faħam miblul.", "U jekk jogħġbok, nhar it-Tnejn kun preżenti waqt il-kontro-eżami, biex forsi titgħallem xi ħaġa!", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, poġġi bil-qiegħda.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dawn kif iridu jerġgħu jaqbdu mal-pompa tal-petrol meta dwar dan diġa' kien hemm kawża fil-qorti u nqatgħet?", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, għax xi ħadd bagħat pakkett u jien ma kontx korrott u bgħatt dak il-pakkett lura, għamlu plejtu sħiħ.", "Mur ara kieku jien ħriġt xi biċċa green area u żammejt il-qalba għalija!", "Dak huwa serq żgur!", "(Interruzzjonijiet) Istħi li inti wieħed minn dawk tal-green area!", "(Interruzzjonijiet) Jien l-art li xtrajt, xtrajtha qabel ma dħalt hawn ġew.", "(Interruzzjonijiet) Dan irid idaħħak, Madam Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Inti għalhekk tajjeb, biex iddaħħak!", "(Interruzzjonijiet) ONOR.", "JOE MIZZI: Almenu jien tajjeb għal xi ħaġa, mhux bħalek!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien kont tajjeb biex tajtek l-ilma u dejjem żammejtek nadif, minn kollox!", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Imma huwa tajjeb li jkun hawn l-interjections għax dak li jkun jisħon daqsxejn.", "Issa ħalli nerġa' niġi għall-punt li kont qed nagħmel, Madam Speaker.", "Kif kont qed ngħid il-Gvern wettaq tliet żbalji kardinali, jiġifieri t- tneħħija tal-VAT, l-iffriżar ta' l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-istejjer tal-ħofor.", "Dawn il-kawżi wasslu biex inħolqot kriżi finanzjarja fil-pajjiż u minħabba f'hekk il-Ministru Mizzi llum kellu jiġi jqatta' ġurnata sħiħa hawnhekk biex il-Gvern tiegħu jkun jista' jitlob approvazzjoni għas-self ta' Lm110 miljun, ħalli almenu jkun jista' jgħatti d-deficit ta' l-1997.", "(Interruzzjonijiet) U ibqa' hawnhekk sa nofs il- lejl biex tkun tista' tivvota u b'hekk tgħatti l-iżball ta' Lm110 miljun deficit f'sena waħda.", "Imissek tistħi!", "Issa ħalli nkompli, Sinjura President.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok tinterrompix.", "Kompli, Onor. Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, kont qed ngħid li minħabba dan id- diżastru - donnu li l-Onor.", "Mizzi qed jieħu pjaċir bih! - il-Gvern preżenti kellu bilfors idaħħal xita ta' taxxi u dawn komplew jgħollu l-ħajja.", "Kellna taxxi fuq il fuel, żidiet fil-liċenzji tal-karozzi, żidiet fil- liċenzji tas-snieter, żidiet fuq kollox.", "U x'ma għoliex!", "L-arja biss għadha ma għolietx għaliex dik jagħtihielna l-Bambin!", "Madam Speaker, ma nistax nispiċċa dan id-diskors mingħajr ma nsemmi t- tariffi inġusti, anti-soċjali, katastrofiċi u disastrużi li daħħal dan il- Gvern fuq il-konsum ta' l-ilma u ta' l-elettriku u fuq is-servizz tad- drenaġġ.", "Hawn ta' min jaċċenna wkoll għall-fatt li minkejja li dan il- Gvern daħħal dawn it-taxxi kollha fuq id-dawl, l-ilma u d-drenaġġ matul dawn l-aħħar 18-il xahar, lanqas għamel b'sold investiment fuq dawn l-oqsma ta' infrastruttura.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li minkejja li fis-27 t'April li għadda l- Gvern ħareġ it-tariffi l-ġodda fuq il-konsum domestiku - li mbagħad immodifika xi ftit - jiddispjaċini ngħid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal kull familja Maltija se jirdoppjaw.", "Jiġifieri min qabel kien jirċievi kont ta' Lm50 kull erba' xhur issa se jibda jirċievi kont ta' Lm100 u min qabel kien jirċievi kont ta' Lm40 kull erba' xhur issa se jibda jirċievi kont ta' Lm80.", "GĦalhekk, kif qalu xi wħud mill-Onor.", "Membri tan-naħa tal- Gvern stess, b'dawn it-tariffi l-iktar li se jintlaqat huwa ż-żgħir u l- batut.", "Imma dan il-Gvern ma messx biss it-tariffi tal-konsum domestiku iżda ta' kull qasam.", "Pero' qabel ma ngħaddi biex nispjega kif dan il-pass se jfarrak il-qasam ta' l-industrija, nixtieq nagħmel punt li nispera li kulħadd idaħħlu f'moħħu, anke l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra.", "Jekk wieħed iħares lejn il-ktejjeb ''Iċ-Ċittadin l-Ewwel'', li kien ħareġ il-Partit Laburista matul il-kampanja elettorali, isib li hemm miktub li l-Gvern Nazzjonalista kien għolla d-dawl u l-ilma.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li minkejja l-investiment kbir ta' miljuni ta' liri Maltin li sar fil-qasam ta' l-enerġija matul l-1987 u l-1996, il-Gvern Nazzjonalista qatt m'għolla t-tariffa ta' l-elettriku.", "Ta' min jgħid ukoll li wara li aħna nfaqna għexieren ta' miljuni ta' liri fil-qasam ta' l-ilma u bdejna nipprovdu sistema ta' provvista adegwata ta' l-ilma mal-pajjiż kollu, konna ċaqlaqna ftit it-tariffa domestika - aħna konna ċaqlaqna it- tariffa b'farka, tant li naħseb li lanqas ħaqq il-karti li konna ħlejna dak iż-żmien - u t-tariffa ta' l-ilma fuq oqsma oħra, fosthom it-turiżmu, l- industrija u l-kummerċ ma missejniehiex.", "Imbagħad fl-aħħar budget il-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant għoġbu jdaħħlilna l-mistħija ta' tariffi ta' l-ilma u d-dawl li se jfarrku lil kull persuna li tgħix f'Malta għax, kif għidt diġa', il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma għal erba' persuni fil-qasam domestiku se jirdoppjaw minn Lm50 għal Lm100.", "Madam Speaker, jekk imbagħad wieħed iħares lejn it-tariffi tal-konsum ta' l-ilma fil-qasam industrijali jsib ġenn sħiħ u wieħed jirrealizza mill- ewwel li l-Gvern qed taqbdu ferneżija biex jiġbor il-flus ħalli jgħatti d- deficit tiegħu akkost ta' kollox.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża f'12.05 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit jista' jkompli.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, kont se nibda nagħti xi eżempji biex nuri kemm se jkun goff, diżastruż u katastrofiku l-impatt tat-tariffi l- ġodda fil-qasam industrijali.", "Hawnhekk ukoll se jintlaqat l-aktar l- industrijalist iż-żgħir, partikolarment ir-raħħal.", "Biżżejjed ngħid li industrijalist li qabel kien jirċievi kont ta' Lm5.10 kull erba' xhur issa għall-istess perijodu se jibda jirċievi kont ta' Lm168, u industrijalist li qabel kien jirċievi kont ta' Lm40 issa se jibda jirċievi kont ta' Lm1,131.", "Jien qed nagħti dawn l-eżempji għax naħseb li xi wħud min-nies għadhom sa llum m'humiex qed jobsru li se jkun hawn din il-guffaġni u dan il-ġenn ta' kontijiet.", "Dawn huma żidiet goffi u nġusti, li bla ebda dubju se jkomplu jgħollu l-ħajja u se jkomplu jkabbru l-ferita tal-qgħad.", "Jien smajt li din il-ġimgħa l-assoċjazzjoni tal-lukandiera ħarġet stqarrija fejn qalet li hi qatt ma ppretendiet li ż-żidiet fil-kontijiet ta' l-ilma ta' dawk il-postijiet li jaqgħu taħt is-settur tat-turiżmu li ġew imħabbra fil-budget kienu se jseħħu tassew.", "Pero' minkejja li għaddew sitt xhur sakemm dawn ġew riveduti, it-tariffi li ħarġu għall-qasam industrijali xorta żdiedu minn 57% sa 90% iktar.", "Industrijalist li qabel kien jirċievi kont ta' l-ilma ta' Lm3,000 kull erba' xhur, issa se jibda jirċievi kont ta' madwar Lm5,500.", "Madam Speaker, ma xtaqtx intawwal imma bilfors kelli nirriferi għal dawn iċ-ċifri għax il-Gvern għandu jagħmel tajjeb għal dan il-mismanagement tiegħu.", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit, għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "MADAM SPEAKER: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, illum b'din l-extended session ġejna biex inqattgħu daqs ħames seduti biex niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi, li huwa qasir fil-format tiegħu imma twil fil-portata tiegħu.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi l-Gvern se jissellef Lm110 miljun.", "Fil-fatt se jissellef Lm30 miljun biex ikopri l-iżbilanċ li għad baqagħlu għall-1997 - naturalment l-iżbilanċ ta' l-1997 ma kienx ta' Lm30 miljun imma matul dik is-sena kien diġa' ssellef biex ikopri l-ispejjeż li kellu - u se jissellef Lm80 miljun bil-quddiem għal din is-sena.", "Issa meta qed ngħidu li l-Gvern se jissellef Lm80 miljun għal din is-sena rridu nassumu li l-projections li għamel il-Gvern għas-sena 1998 huma realistiċi għax ma rridux li jkun hemm xi żball ieħor u l-Gvern isib li jkun issellef iktar milli għandu bżonn.", "Jien qed ngħid dan għax rajna diverġenzi sostanzjali fiċ-ċifri, liema ċifri rajnihom jiżgarraw b'ammont sostanzjali, u l-analisi ta' dan l-iżgarr għandha tkun waħda interessanti.", "Jien nispera li matul il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi li għandna llejla, li għaliha se jkun hemm preżenti l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali - li ġie kkwotat fuq it-televiżjoni li sab dan l-iżball - u d- direttur ġenerali tad-dipartiment tal-finanzi, niddiskutu bir-reqqa l- movimenti li kien hemm f'dawn iċ-ċifri, u nispera wkoll li aħna l-membri ta' dan il-Kumitat ma nkunux involuti fis-seduta tal-Kamra, ħalli din il- laqgħa tkun tista' ssir.", "Pero' fuq dan ikolli ċ-ċans nitkellem minn hawn u ftit ieħor.", "Madam Speaker, matul id-dibattitu ntqalu ħafna affarijiet fuq l-andament ekonomiku.", "Fir-realta' kif sejra l-ekonomija u dan il-Gvern li tela' fl- 1996 x'sab?", "Huwa minnu dak li qal il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, meta kien qed jiftaħ id-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi, li fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti pajjiżna kien miexi fuq ekonomija tat-tajjar?", "Huwa veru li kif ipprova jipperswadina l-Ministru mill-qabda statistika li beda jikkwota minnha, li pajjiżna dak iż-żmien kellu ekonomija fantażma?", "Madam Speaker, il-poplu Malti jafha r-risposta għal dawn il-mistoqsijiet u bla ebda dubju hawnhekk aħna m'aħniex qed inbellgħulu xi eżerċizzju ta' marketing.", "Il-poplu Malti jaf li l-pajjiż kien miexi 'l quddiem b'ritmu mgħaġġel u li l-Gvern kien qed jipproġetta li jkompli jsaħħaħ l- infrastruttura ta' pajjiżna biex jifforma l-bażi li fuqha s-settur privat jista' jaħdem.", "Il-poplu Malti jaf li l-ġid kien qed jitqassam bl-iktar mod ġust u li aħna konna qtajna ħafna u ħafna eluf milli jibqgħu lura, bir- riżultat li kulħadd beda miexi 'l quddiem.", "Aħna għamilna minn kollox biex mhux biss inkunu nistgħu ngħidu kemm ġew eluf jew saħansitra miljuni ta' turisti f'pajjiżna, biex mhux biss inkunu nistgħu ngħidu kemm esportajna miljuni minn pajjiżna, biex mhux biss inkunu nistgħu nsemmu l-kumpanniji li qed jingħataw servizz finanzjarju minn pajjiżna, biex mhux biss inkunu nistgħu nitkellmu fuq dan is-sħab ta' statistika, li daqqa tista' tinterpretaha mod u daqqa tista' tinterpretaha mod ieħor, imma biex il- ħaddiem Malti jkollu xogħol u dħul diċenti, biex il-pensjonant Malti jkollu pensjonijiet diċenti, biex it-tfal Maltin ikollhom edukazzjoni tajba u teknoloġikament avvanzata, ħalli dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem bil-fatti fid-dinja moderna li diġa' konna dħalna fiha, u jkun preparat bis-serjeta' għall-isfidi, u preċiżament biex nippreparaw lil pajjiżna għad-dħul fl- Unjoni Ewropea.", "Madam Speaker, bil-ħafna paroli vojt ta' marketing li nisimgħu llum m'aħna se naslu mkien.", "Il-fatti juru li aħna konna qed immexxu l-ekonomija tagħna b'mod gradwali u konna qed ngħadduha minn tibdil kontinwu, biex naqilgħuha mill-istaġnar ekonomiku li sibna fl-1987.", "Dik kienet ħofra żgur!", "Fl-1987 aħna konna sibna pajjiż magħluq, mitluq u mifni.", "Dak iż-żmien madwarna kien hawn swar ta' protezzjoni ma' kullimkien, u wieħed ma setax jitmattar għax kien isib lil min iżommu.", "Ma setax jaħseb jew jieħu inizjattiva għax il-burokrazija kienet twaqqfu.", "Hekk kien il-pajjiż fl-1987.", "GĦal kull ħaġa u għal kull nifs li tieħu kellek bżonn liċenzja mingħand il-gvern, ibda minn gomma u spiċċa f'li trid.", "Biżżejjed ngħid li meta dipartiment tal-gvern ried idaħħal computer kellu jdaħħlu bil-moħbi.", "Dik kienet is-sitwazzjoni li sibna aħna dak iż-żmien.", "Jekk dipartiment tal-gvern kien japplika biex idaħħal computer, dan fl-applikazzjoni kien jurih bħala an accounting machine għax inkella ma kenux jagħtuh permess.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li meta wieħed kien japplika biex jixtri ZX80 - dawn kienu l-ewwel computers li daħlu f'Malta - kien ikun irid jiffirma karta li m'hu se jkeċċi lil ħadd mill-impjegati tiegħu.", "Jien għadni niftakar li hekk kif irbaħna l-elezzjoni u kont għadni kemm dħalt fil-ministeru ta' l- industrija, għall-ewwel darba bgħatt għal xi uffiċjali tal-Malta Development Corporation u meta staqsejthom x'investiment kellna fil- pipeline, dawn irrispondewni: X'pipeline hu!", "Dik kienet ħofra!", "Dak iż- żmien aħna konna qtajna qalbna li jiġi l-investiment lejn Malta..", "F'din is- sitwazzjoni kien jinsab pajjiżna dak iż-żmien, Madam Speaker.", "Aħna konna pajjiż mitluq, pajjiż bla dawl, pajjiż bla ilma, pajjiż bis- sistema ta' telekomunikazzjoni antikwata ta' l-iStrowger, li kienet twaqqagħna għaż-żufjett ma' kull min kien jiġi f'pajjiżna, liema sistema kienet waħda mill-ikbar brakes li kellha l-ekonomija biex timxi 'l quddiem.", "Mur ġib li għadna b'dik it-tip ta' sistema llum, Madam Speaker!", "Mur ġibna nipprovaw nagħmlu l-financial services centre b'dik it-tip ta' teknoloġija li writtna u li tant konna ġejna mgħajrin għaliex bdilniha!", "Mur ġibna llum nagħmlu floating ta' l-isħma tal-Maltacom fuq l-istock exchange b'dik it-teknoloġija!", "Dik ħofra!", "Pajjiżna kien pariah, kien mifni, kellna isem ħażin fil-qasam internazzjonali u meta kont tmur taffronta sidrek biex tħajjar l-investiment, kont tiġi ssuttat b'ħafna mistoqsijiet minħabba r-rekord ħażin li kellna fil-qasam internazzjonali.", "Hekk konna sa Mejju ta' l-1987.", "Kien pajjiż mifni bil-qgħad, fejn il-ħaddiem Malti ma kienx jista' jsib xogħol.", "Kien pajjiż li fih il-ħaddiem kien jiġi mjassar biex jieħu l-paga u kien jiġi mjassar fid-Dejma - u din hija l-vilta' - fejn il-gvern bħala policy kien iħaddem nies mingħajr id-dritt li jidħlu f'union.", "Dak l- employer li suppost għandu jservi ta' mudell fejn jidħol it-trattament tal- ħaddiem, kien iħaddem nies fid-Dejma mingħajr ma jagħtihom id-dritt li jissieħbu f'union.", "U dan għalfejn?", "Halli jħallashom inqas u sabiex jassigura ruħu li għandu strike-breakers fid-dipartimenti kollha tiegħu, biex jekk xi darba l-ħaddiema regolari jazzardaw jistrajkjawlu jkollu lil tad-Dejma - dawn kienu jaqgħu taħt dixxiplina militari wkoll - lesti biex jeħdulhom posthom.", "Dak iż-żmien pajjiżna kien mifni bil-friża, mhux biss fl-investiment imma f'kollox, fosthom fin-negozju, fil-pagi u fil-pensjonijiet.", "Dik ħofra!", "Dak iż-żmien pajjiżna kien mifni bl-umiljazzjoni għax biex jixtri l- ħteġijiet tiegħu, il-poplu Malti kien ikollu jaqbad il-vapur u litteralment jagħmel raid fi Sqallija.", "F'din is-sitwazzjoni kien pajjiżna fl-1987!", "Dak iż-żmien kellna pajjiż mifni b'eluf ta' ħaddiema mpjegati bl-addoċċ qabel l- elezzjoni, li swew lil pajjiżna miljuni ta' liri fis-sena.", "Dik kienet ħofra, Madam Speaker!", "U jien inħobb infakkar dawn l-affarijiet ħalli ż- żewġ naħat tal-Kamra jifhmu f'liema sitwazzjoni kien jinsab pajjiżna fl- 1987.", "Madam Speaker, minkejja li meta tela' fil-gvern sab dan id-diżastru kollu, il-Partit Nazzjonalista ma qagħadx jintilef jibki, jixher u jqatta' xagħru fuq dawn il-ħofor u fuq x'sibna f'Sant'Anġlu, f'Kalaxlokk, f'Lapsi Quarry u ma nafx fejn aktar.", "Kemm kien ikollna għalfejn nibku u ntambru fuq il-ħofor kieku qgħadna nintilfu fuq dawn l-affarijiet!", "Imma aħna ma kellniex inferiority complex għax konna nemmnu fil-ħila tagħna u ma kellniex għalfejn noqogħdu niġġieldu r-record li kellu l-Gvern Laburista.", "GĦax il-Gvern Laburista x'record kellu fl-1987?", "Kellu record ta' diżastru.", "GĦalhekk aħna ma kellniex għalfejn noqogħdu naħlu ż-żmien infasslu eżerċizzju ta' marketing biex nipprovaw niskreditaw lill-Partit Laburista - u fil-fatt il-poplu kien diġa' skredita lil dan il-partit - u minflok bdejna mill-ewwel ġurnata li tlajna' fil-gvern naħdmu fuq linja pożittiva biex noħolqu l-ġid.", "U għaliex konna kapaċi nagħmlu dan?", "Għax konna ppreparati u kellna programm sħiħ ta' dak li għandna nagħmlu, jiġifieri konna ħsibna minn qabel kif dan il-pajjiż għandu jiġi ggvernat.", "Madam Speaker, jien qed ngħid dan il-kliem biex il-poplu - inklużi xi ġurnalisti li jħobbu jiktbu ħafna - jibda jifhem id-differenza li hemm bejn partit u partit, u għaliex kif tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern dan il-pajjiż beda jingrana 'l quddiem b'mixja ma taqta' qatt imma kif tela' l-Partit Laburista waqa' kollox għal patattu.", "Il-verita' hi li l-Gvern Nazzjonalista kien preparat, kien jaf x'għandu jagħmel u beda jaħdem mill- ewwel ġurnata fuq programm preċiż biex joħloq il-ġid u jimmotiva l- industrija.", "Issa ara ma taħsbux li aħna ma ltqajniex ma' problemi!", "Aħna bdejna nħabbtu wiċċna mal-problemi mal-ewwel.", "Per eżempju, jien niftakar li lanqas kienu laħqu għaddew xahrejn minn mindu tlajna fil-gvern li Thomson, li kien amalgama ma' l-SGS, ma kienx se jitlaq minn Malta minħabba li beda jinsisti li jżomm il-fabbrika fil-francophone countries, peress li hemmhekk huwa kellu iktar kontroll, imma bl-għaqal tagħna mhux biss irnexxielna nipperswaduhom jibqgħu imma pperswadejnihom ikabbru wkoll.", "Permezz tal- Freeport, permezz tas-setturi tal-kummerċ u tat-turiżmu, kif ukoll permezz tal-ħidma tal-ministri kollha tal-Gvern Nazzjonalista, bil-mod il-mod pajjiżna beda jirnexxielu jimxi 'l quddiem.", "Pero' aħna qatt ma qgħadna nħambqu fuq dak li sibna, lanqas fuq it-8,000 ruħ li sibna mpjegati bl- addoċċ, u qatt ma qgħadna nieqfu biex naraw x'se nagħmlu u x'mhux se nagħmlu.", "Fhimna mill-ewwel li s-soluzzjoni għal pajjiżna m'hijiex li toqgħod teqred imma li taħdem ħalli toħloq il-ġid.", "GĦalhekk aħna middejna għonqna għax-xogħol biex nibdew noħolqu l-ġid u fi ftit żmien irnexxielna nibdew noħolqu l-ġid u nsolvu l-problemi.", "Meta konna fil-gvern, uħud mill-Maltin u mill-GĦawdxin kienu jgħajruna li m'għaġġilniex biżżejjed u li messna keċċejna qabda ħaddiema minn mal-gvern biex b'hekk we reduce goverment.", "Kemm kienu jikkritikawna fuq hekk.", "Aħna mhux biss konna nafu x'qed nagħmlu ekonomikament imma bħala partit kellna wkoll kuxjenza soċjali u riedna li r-riforma fl-ekonomija ssir b'mod li l- poplu Malti ma jbatix u jkun protett mill-inkubi tas-sensji, mill-inkubi tal-qgħad u mill-inkubi tal-friża li kien darriena bihom il-Partit Laburista.", "Aħna bnejna ekonomija li kienet qed turi bil-provi li miexja 'l quddiem u l-poplu Malti fehem x'konna qed nagħmlu u ħadem fuq li ħadem biex ikompli jtejjeb il-pożizzjoni tiegħu.", "Il-poplu Malti fehem ukoll li l- mutur tal-pjan tal-Gvern Nazzjonalista kien hu, u aħna min-naħa tagħna tajnieh l-għodda kollha u tajnieh il-fiduċja fih innifsu biex dan il-mutur ikun jista' jaħdem tajjeb.", "Jien inħares lejn dak iż-żmien b'sodisfazzjon u persważ li huma ħafna l-Maltin u l-Għawdxin li ilhom għal dawn l-aħħar sena u nofs iħarsu bi stennija ġdida li jerġa' jiġi dak iż-żmien għax dak kien żmien fejn l-ideat setgħu jitwettqu, fejn wieħed seta' jaħseb u jippjana għal quddiem u fejn wieħed seta' jkun jaf li hu u l-familja tiegħu qegħdin fiż-żgur.", "Illum il-Gvern qed iħossu debboli u assedjat minn kullimkien, mhux biss bil-kritika ta' l-Oppożizzjoni, mhux biss bl-opinjoni pubblika li qed tikber kontrieh kuljum imma wkoll bid-dissens u bid-diżgwid fuq policies, fuq tattika u fuq personalitajiet li għandu fil-partit u fil-gvern.", "Illum dan il-Gvern lanqas biss għad baqagħlu fiduċja fih innifsu, aħseb u ara kemm jista' joħloq fiduċja fil-poplu!", "Ovvjament dak li m'għandux hu ma jistax jgħaddih lil ħaddieħor.", "U jekk huwa m'għandux fiduċja fih innifsu, kif jista' jipperswadi lill-poplu Malti biex ikollu fiduċja fih?", "Dan il- Gvern kellu bilfors jaqa' fin-nassa li jipprova jiskredita lil din in-naħa tal-Kamra u, kif seta' jara l-poplu Malti u Għawdxi kollu permezz tat- television u ta' mezzi oħra, għamel kampanja sħiħa biex jipprova jipperswadi lill-poplu li fi żmienna kulħadd kien qed jgħix ħolma, bħal xi storja tal-fatat.", "Dan bħal meta jidhirlek fatat, jgħidlek li għandek il- flus f'xi toqba fil-ħajt u mbagħad meta tmur tfittixhom minflok flus issib bebbux jew tajjar!", "Hekk kontu tipprovaw tipperswaduh lill-poplu intom u kontu tgħidulu: Hija illużjoni li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista intom kontu tgħumu fil-ġid; hija illużjoni li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista intom kellkom il-flus fil-but; hija illużjoni li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista l-kwalita' tal-ħajja kienet tiela'.", "Madam Speaker, imma l- poplu Malti qed iqabbel dak li kellu ma' dak li għandu llum, u jaf li fil- fatt huwa dak li kien jgħidlu l-Partit Laburista li kien illużjoni.", "Kif tistgħu tgħidu li fi żmienna l-poplu Malti kien qed jgħix illużjoni meta huwa stess seta' jara b'għajnejh kif telgħu l-pagi tal-ħaddiem Malti mill- 1987 sa l-1996?", "Kif tistgħu tgħidu li fi żmienna l-poplu Malti kien qed jgħix illużjoni meta huwa stess seta' jara b'għajnejh lill-employers jiġru wara l-ħaddiem Malti biex jaħdem?", "Imma llum kemm tbiddlu l-affarijiet!", "Illum il-ħaddiem jinsab fil-ħofra għax mhux biss qed jintilfu eluf ta' mpjiegi fulltime imma qed jintilfu wkoll għexieren ta' eluf ta' mpjiegi part-time.", "Din hi r-realta'.", "Dawn huma l-fatti.", "Kif tistgħu tgħidu li fi żmienna l-poplu Malti kien qed jgħix illużjoni meta huwa stess seta' jara b'għajnejh kif kienu l-pensjonijiet fl-1987 u kif ħallejnihom aħna fl-1996?", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li fl-1987 il- gvern nefaq Lm70 miljun f'pensjonijiet, fl-1996 aħna nfaqna Lm192 miljun.", "Dik ħofra!", "(Onor. Membri: Hear, hear) F'sena waħda l-gvern ħallas Lm122 miljun iktar mill-1987 f'pensjonijiet biss!", "Oqogħdu għajruna!", "Ftit ilu kont qed nitkellem ma' industrijalist u d-diskors waqa' fuq id-deficit tal- gvern.", "Ġibtlu bħala eżempju dan li għadni kif għidt fuq il-pensjonijiet u tlabtu jgħidli jekk hu, bħala industrijalist, iħossx li aħna għollejna l- pensjonijiet iżżejjed u jekk il-pensjonanti tagħna għandhomx pensjonijiet eċċessivi.", "Illum jien lill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra ngħidilhom l- istess ħaġa.", "GĦidulna li llum il-pensjonanti għandhom pensjonijiet għoljin wisq!", "Għajruna għax aħna żiedna l-pensjonijiet għal Lm122 miljun fis-sena minn fuq dahar il-gvern!", "Għajruna b'dan il-fatt, ma jimpurtax!", "Pero' għidu wkoll li mill-friża li ħallejtuhom intom, meta kontu fil-gvern fl- 1987, aħna lill-pensjonanti ġibniehom f'sitwazzjoni li jistgħu jgħixu ħajja diċenti, ħajja ta' nies.", "Madam Speaker, kif tistgħu tgħidu li fi żmienna l-poplu Malti kien qed jgħix illużjoni meta hu stess seta' jara b'għajnejh kif telgħu l-profitti ta' l-azjendi f'kull settur bejn l-1987 u l-1996, saħansitra fis-settur li kien jimmanifattura għal-lokal?", "Din kif tistgħu ssejħulha illużjoni?", "II- Ministru, biex jikkonferma t-teżi tiegħu, beda jikkwotalna xi ċifri pero' jiddispjaċini ngħidlu li huwa kkwota dawn iċ-ċifri ħażin ħafna.", "Issa jien lill-Ministru se nagħtih il-benefiċċju tad-dubju, fis-sens li nixtieq nemmen li ma kkwotax dawn iċ-ċifri biex iqarraq, pero' nixtieq inwissih biex meta jitimgħuh xi ċifri joqgħod attent li jidħol fihom, li jifhimhom u jara x'ifissru verament, għax jekk iċ-ċifri jiġu nterpretati ħażin jittieħdu qabda deċiżjonijiet bl-addoċċ.", "Per eżempju, il-Ministru fid- diskors tiegħu semma r-riżervi u spjegalna kif dawn waqgħu matul l-1995 u l- 1996, pero' ma spjegalniex kif dawn telgħu m'ogħla s-smewwiet u b'mod straordinarju matul l-1994.", "U matul l-1994 ir-riżervi ma telgħux m'ogħla s- smewwiet u b'mod straordinarju għax sar xi miraklu mal-Gvern Nazzjonalista tafux imma għax, kif jaf kulħadd, dak iż-żmien is-sistema ta' tassazzjoni indiretta kienet qed tinbidel, id-dazji li fuq xi wħud mill-prodotti kienu straordinarjament għoljin kienu se jitneħħew, u l-grossisti u l-importaturi lokali ma xtaqux ikabbru l-ħażna qabel l-1995 - għax sfortunatament l- investiment ta' ħafna negozjanti Maltin huwa l-istock, u qed ngħid \"sfortunatament\" għax meta jsir hekk ikun hemm vested interest fl- inflazzjoni - u minħabba dan il-fatt fl-1994, meta tista' tgħid li l- importazzjoni kienet waqfet, ir-riżervi tal-pajjiż splodew 'il fuq.", "Imma mbagħad peress li dak li ma nxtarax fl-1994 inxtara fl-1995, jekk wieħed jikkompara r-riżervi li kellu l-pajjiż matul l-1995 u l-1996 ma' l-1994 isib li dawn naqsu.", "Allura l-Ministru kif jiġi hawn jgħidilna li matul l- 1995 u l-1996 kellna diżastru fir-riżervi tal-pajjiż!", "Ejjew nifhmu ċ-ċifri qabel ma nparlaw u nifhmu x'ikun qed jiġri.", "Fir-realta' dan ir-riżultat kien kaġunat minn proċess ta' riaġġustament fl-ekonomija ta' pajjiżna, liema proċess kien wieħed naturali u bilfors kellu jsir fiċ-ċirkostanzi li kien għaddej minnhom pajjiżna.", "GĦalhekk hawn jien irrid nerġa' nappella lill-Ministru biex joqgħod attent qabel ma jikkwota xi ċifri għax min jaf jaqra ċ-ċifri verament isib li dawn jgħidu storja.", "GĦalhekk għandna noqogħdu attenti li nħallu ċ-ċifri jgħidu l-istorja tagħhom u mhux noqogħdu nagħmlu l-cut-offs u nagħmlu l-paraguni kif jaqblilna.", "Ara jien, iċ-ċifri nzertajt naf naqrahom!", "Din bħal meta llum, per eżempju, qed niftaħru bid-dħul li qed ikollna mill-oqsma tat-turiżmu u ta' l-esportazzjoni, allavolja llum l- esportazzjoni naqset xi ftit.", "Jekk kemm-il darba ma nifhmux l-effett ta' l- iżvalutar tal-lira Maltija kontra muniti barranin inkunu qed nimmiżinterpretaw l-istatistika.", "Aħna ma nistgħux nieħdu l-istatistika at face value.", "Fil-fatt jekk wieħed jaqra l-istatistika sew isib li għalkemm illum in-numru ta' turisti żdied, in real terms id-dħul mit-turiżmu baqa' l- istess.", "Anzi biex ngħid hekk illum fortunati għax l-isterlina ġiet issarraf ħafna iktar f'liri Maltin, imma ma rridux ninsew li għolew l- ispejjeż ta' l-importazzjoni u l-ispejjeż biex dawn it-turisti jiġu ssapportjati.", "U mela noqogħdu ngħidu li t-turist nefaq iktar!", "Ir-realta' hi dik li qed ngħid jien.", "Issa jien m'iniex qed ngħid dan għax ma nixtieqx li t-turiżmu jiżdied.", "J'Alla jiżdied u j'Alla dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem u joħloq il-ġid.", "Fil-fatt aħna qed nagħmlu din il-kritika biex f'pajjiżna jerġa' jibda jinħoloq il-ġid għax ma nixtequx li meta minn hawn u ftit snin oħra nerġgħu nkunu fil-gvern nerġgħu nsibu d-diżastru li sibna fl-1987.", "Imma hemm bżonn li ngħidu l-affarijiet kif inhuma u mhux noqogħdu nagħmlu qabda kummenti bl-addoċċ.", "Madam Speaker, dan huwa gvern ta' l- addoċċ!", "Illum għandna ekonomija staġnata u fil-fatt jien skantajt kif fil-bidu ta' din id-diskussjoni l-Ministru qalilna li l-ekonomija sejra tajjeb, għax jekk verament jaħseb hekk bilfors li qed jgħix bejnu u bejn ruħu.", "Ngħid għalija ma ngħaddix minn triq - u llum għall-grazzja t'Alla għandi ċans ngħaddi mit-toroq! - li ma jwaqqfunix in-nies u jgħiduli x'diżastru hawn f'kull settur, kemm fis-settur tar-restoranti, kemm fis-settur tal- manifatturi żgħar - għax is-settur tal-bini m'hemmx bżonn insemmuh - kemm fil-bejgħ taż-żraben, kemm fil-bejgħ tal-ħwejjeġ, kemm fil-bejgħ tal- purtieri, kemm fil-bejgħ tat-twapet.", "Il-bieraħ stess waqt laqgħa li kelli qaluli li l-bejgħ ta' l-aluminium u ta' l-għamara spiċċa.", "Kollox baħħ!", "Kollox wieqaf!", "Allura kif jiġi l-Ministru u jgħidilna li miexi kollox sew!", "Ma jistax ikun li nibqgħu f'sitwazzjoni fejn il-poplu jaf li miexi f'direzzjoni ħażina u l-Gvern, għar-raġunijiet tiegħu, jibqa' jgħidlu li miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "Jien m'iniex niskanta li din is-sena ġejna ffaċċjati b'dawn il-problemi fil-budget.", "Lanqas ma jien qed niskanta li qegħdin nisimgħu lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jgħidilna minn fuq it- television li kienu sejrin għall-printing u fil-ħin u l-mument skoprew żball ta' Lm20 miljun u kellhom iwaqqfu l-printing kollu.", "Issa nisperaw li llejla l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jgħidilna kif skoprieh dan l-iżball!", "(Interruzzjonijiet) Din ta' l-iżball mhux jien ivvintajtha imma qalha l- Gvernatur tal-Bank Ċentrali stess.", "Madam Speaker, meta wieħed jibda jara ċ- ċifri u jidħol fihom fid-dettall jistaqsi: Imma hawn x'inhu jiġri?", "Meta jien qabbilt - għax jien inħobb nagħmel il-paraguni - il-budget u r- revised estimates ta' l-1997 ma' dawk ta' l-1996 sibt shifts kbar bejn id- dħul attwali ta' l-1996 u d-dħul attwali ta' l-1997, liema dħul imbagħad m'huwiex ripetut għall-1998.", "Jekk wieħed iħares lejn l-1997 isib li f'dik is-sena daħlet muntanja ta' flus għall-gvern, u dan sar minħabba li d-dħul mid-dwana żdied bi Lm12 miljun, id-dħul mit-taxxi interni żdied bi Lm17 miljun u d-dħul mis-sigurta' soċjali żdied b'Lm16 miljun.", "Jien nifhem li fid-dwana ġie kkaġunat dan it-tibdil għax, kif jaf kulħadd, il-liġijiet tal- pajjiż inbidlu u minkejja li l-GRTU ma tniffsitx u ħafna nies bilkemm qed jindunaw, id-dazju f'pajjiżna żdied b'medja ta' 8% fuq l-affarijiet importati minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dan kien l-ewwel attentat li għamilna biex nipprovaw nipperswadu lill-Ewropej li aħna għadna ħbieb għax dawk il-prodotti li qed jiġu importati minn barra l-Unjoni Ewropea qegħdin jeħlu dazju ogħla, imma xorta waħda they sent them packing.", "Min-naħa l-oħra, wieħed kif jista' jispjega żieda ta' Lm17-il miljun fl- income tax?", "Jien naf nagħti spjegazzjoni kif b'mod ta' l-għeġubijiet, minkejja li matul l-1996 kien ipproġettat li ndaħħlu Lm105 miljun mill- income tax, hawnhekk jirriżulta li d-dħul kien jammonta għal Lm93 miljun.", "Milli jidher issa t-trapan beda jdur u jagħmel il-ħofra!", "Dawn l-affarijiet jissejħu cut-off dates.", "Issa llum qed jingħad li s-sena d-dieħla se jkun hemm żieda ta' Lm1 miljun fl-income tax.", "Hawnhekk huwa ċar li m'hawnx konsistenza u, kif għidt diġa', issa t-trapan qed jagħmel il-ħofor.", "Fil- qasam tas-sigurta' soċjali ġrat l-istess storja għax f'daqqa waħda kellna dħul aktar ta' Lm16 miljun waqt li din is-sena qed jiġi stmat li se jkun hemm tnaqqis ta' Lm5 miljun.", "Mela allura fl-1997 x'ġara?", "It-trapan beda jagħmel il-ħofor!", "Hawn wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll l-eżerċizzju tal-Malta Drydocks, liema eżerċizzju jammonta għal Lm24.6 miljun.", "X'ma jitlax deficit ta' Lm100 miljun jekk isiru dawn l-affarijiet!", "Fil-fatt dan l-eżerċizzju kellu jsir fl-1996 u ma sarx, u mbagħad minkejja li fil-budget qalulna li dan se jsir fl-1997, ir-revised estimates ma wrewx li dan se jsir fl-1997.", "Dawn xi praspar huma!", "Jien għalissa se nieqaf hawn fuq dan is-suġġett pero' nispera li llejla waqt il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi ningħataw risposta fuq dawn l-affarijiet.", "Madam Speaker, issa hawn irrid insemmi wkoll l-iżball kbir tal-capital asset declaration - dan l-iżball fenomenali sar minħabba l-ebusija tar-ras u minħabba policy li saret bl-addoċċ - liema żball tellef il-fiduċja ta' ħafna nies li huma nvoluti fil-qasam ta' l-investiment.", "Min jaf kemm għidnielu u ftaħnielu għajnejh lill-Gvern li qed jagħmel żball u kemm tajtu eżempji jien biex nurih li din ma tistax taħdem fil-prattika!", "Imma meta għidnielu hekk, il-Prim Ministru qagħad jidħak bina biex imbagħad kellu jibla' kollox għax fil-fatt din is-sistema veru ma ħadmitx.", "Fil-fatt illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn minkejja li ninsabu f'Mejju ta' l-1998, pajjiżna għadu qed jiddiskuti l-budget ta' l-1997.", "Dan hu l-mod maniġerjali u modern ta' kif għandna mmexxu pajjiż!", "Illum suppost il-Ministru qed jagħmel id-drafting tal-budget ta' l-1998 u suppost li aħna m'għadniex imwaħħlin biil-budget li għadda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Dalli, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema?", "ONOR.", "TONY ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "John Dalli jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Il-Gvern inqabad f'paniku għax qed jagħmel ħafna proġetti biex jipprova jagħti kick-start lill-ekonomija.", "Bħalma kont għidt f'dan il- Parlament, dan il-Gvern lill-ekonomija kicks taha kemm trid imma start lanqas waħda ma taha!", "Issa bdejna nagħmlu l-proġetti li għalihom ħarġu t- tenders malajr malajr, ingħata perijodu qasir ħafna biex jintefgħu it- tenders, u qed ngħidu li min jintagħżel irid ilesti l-proġett malajr.", "Issa bdejna l-proġett tal-Kottonera u filwaqt li l-Viċi Prim Ministru ġie hawnhekk jagħmel stqarrija li l-kumitat li ħatar għal dan il-proġett għażel it-tender ta' Ċikku, imbagħad smajna li dan il-proġett se jagħmlu Peppu.", "Imma dawn x'affarijiet huma!", "Almenu l-Prim Ministru messu reġa' ġie f'dan il-Parlament u spjegalna għaliex f'daqqa waħda l-kumitat biddel id- deċiżjoni tiegħu għax, bħalma ġie hawnhekk jagħmel stqarrija li ntgħażel Ċikku, il-Gvern messu ġie hawnhekk jispjegalna għaliex issa minflok Ċikku ntgħażel Peppu.", "Issa jien la għandi interess li jintgħażel Ċikku u lanqas Peppu imma aħna rridu nkunu nafu x'qed jiġri għax hemm ħafna mistoqsijiet li għandhom jiġu mwieġba.", "Sur President, imbagħad xi ngħidu għall-proġett tat-teatru, dan il- machismo kollu, bil-Gvern ta' l-Onor.", "Sant jgħidilna li se jagħmel dak li ħadd ma rnexxielu jagħmel f'50 sena!", "Imma wara li ħarġu t-tenders malajr malajr - fid-diskussjoni tal-budget kont għidt li llum għandna gvern ta' Ġaħan u llum dan iktar qed nikkonfermah, għax Ġaħan kien jagħmel hekk! - x'sibna?", "Wara li tant ftaħarna li dan huwa l-proġett fenomenali tal- millennju u ma nafx kemm spazju ħadna mill-gazzetti biex nuru kemm aħna bravi u kemm aħna kbar, jien skantajt kif id-direttur tal-kuntratti niżżel fuq il-lista uffiċjali żewġ offerti.", "Biex għamel hekk dan kiser ir- regolamenti approvati mill-Kamra, li jgħidu li meta jintefgħu offerti l- ewwel għandhom jinfetħu b'ċerta ordni pakketti tad-dokumentazzjoni speċifiċi.", "GĦalhekk meta qrajt fil-gazzetti li waħda mit-tenders ma kellhiex bid bond, skantajt u tnixxift għax ir-regolamenti jgħidu li f'dak il-każ it-tender ma kellhiex tkompli tinfetaħ.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura din it-tender għaliex kompliet tinfetaħ?", "Biex ngħidu li għandna żewġ offerti jew biex nibdew ninnegozjaw?", "Imbagħad fil-gazzetti qrajna wkoll li l-offerta fiha ħafna kondizzjonijiet.", "Jekk dan huwa veru, id- direttur tal-kuntratti ma kellux jaċċettaha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Kieku konna nispiċċaw mingħajr l-ebda offerta.", "Issa jien ma nafx għalfejn id-direttur tal-kuntratti għamel dawn l-affarijiet jew jekk ġiegħlux jagħmilhom xi ħadd, imma li qed ngħid hu li mhux sew li niftħu t-tender documents fuq ċerta bażi u mbagħad meta niġu biex nikkonsidraw offerta naqbdu u nibdlu l-kondizzjonijiet minn rajna.", "Ċertament li jekk jiġu aċċettati kondizzjonijiet ġodda dan għandna nagħmluh pubbliku, ħalli jekk wieħed jidhirlu li dawk il-kondizzjonijiet ikunu jgħoddu għalih ikun jista' jitfa' t-tender.", "Pero' l-Gvern staħa jgħid li m'għandux offerta valida waħda fuq il-proġett tat-teatru.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, diżgrazzjatament dan il-Gvern tela' fuq ħafna wegħdiet bl- addoċċ u l-ħafna wegħdiet bl-addoċċ iwassluk biex tiggverna bl-addoċċ.", "Dan il-Gvern jinsab maqbud f'morsa għax filwaqt li jaf preċiżament x'ma jridx, min-naħa l-oħra m'għandu l-ebda idea xi jrid.", "Fil-fatt din hi d-dilemma li għandu pajjiżna llum.", "GĦandna gvern li jaf preċiżament x'ma jridx.", "Ma jridx dak li bih seraq tant eluf ta' voti, bit-tpespis fil-widnejn fil- kampanja elettorali li għamlu fi djar in-nies, għax ma kenux kapaċi dak iż- żmien jiddiskutuh fl-apert.", "Aħna nafu li l-Gvern ma jridx il-VAT, pero' min-naħa l-oħra x'irid?", "Ma jafx xi jrid, u huwa proprju għalhekk li filwaqt li għadna kemm rajna l-farsa tal-konċepiment tas-CET, minn hawn u ftit żmien ieħor se naraw il-mewt ta' din is-sistema ta' tassazzjoni.", "M'ilux wisq li kellna l-opportunita' li naraw din is-soap opera tiżviluppa fuq it-television, bil-Prim Ministru jipprova jwieġeb għad-domandi li jsirulu billi jaqbad u jagħmel il-policies dak il-ħin stess, on two feet - iqum xi ħadd mill-platea u jpoġġi l-każ tiegħu, u mbagħad il-Prim Ministru jirrispondih u jgħidlu: Int hekk trid?", "Mela issa narawhielek din, ta'!", "U lill-ieħor jgħidlu: Int hekk trid?", "Issa narawhielek ukoll!", "Hekk saret is- CET - u allura bilfors li s-CET ġabet it-taħwid.", "X'ma toħloqx taħwid!", "X'ma toħloqx din l-emorraġija fuq id-dħul tal-gvern!", "X'ma tpoġġix il-Gvern f'pożizzjoni li llum ikollu jiġi hawnhekk biex jitlob l-awtorizzazzjoni tal- Parlament ħalli jissellef Lm110 miljun!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela ejjew ngħidu l-fatti kif inhuma.", "Illum dawn għalhekk qed jiġu jitolbu lil dan il-Parlament awtorizzazzjoni għal self ta' Lm110 miljun, għax ma jafux xi jridu u ma jafux kif jiggvernaw.", "Dan huwa gvern inkompetenti f'dak kollu li qed jagħmel.", "Pero' ħalli nkompli nittratta l-kwestjoni tal-VAT għaliex issa qed naraw li għandhom change of heart - naturalment imġegħlin ikollhom change of heart - u qed nisimgħu li deħlin taxxi ġodda.", "(Interruzzjonijiet) Iva, x'taxxi ġodda deħlin qed nisimgħu, u qed nisimgħu wkoll li l-prodott lokali se jiġi ntaxxat daqs il-prodott ta' barra.", "Mela din m'hi xejn ħlief value added tax pura.", "Allura għaliex ma ngħidux li se nerġgħu ndaħħlu l-VAT!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Mhux value added tax imma tax on value added!", "ONOR.", "JOHN DALLI: What's in a name!", "(Interruzzjonijiet) Imma xorta ma jkollux joħroġ għal elezzjoni oħra, biex niftehemu, isemmiha x'isemmiha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Dak fiex jifhem!", "Dak lanqas portafoll m'għandu miskin!", "ONOR.", "MEMBRU: Kemm għandkom x'iddumu mdejqin taħt dan il-Gvern!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imdejjaq il-poplu, mhux aħna!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "L-Onor.", "Dalli għandu dritt ikompli d-diskors tiegħu mingħajr ma jiġi nterrott.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, li l-Gvern se jdaħħal taxxi ġodda qed nisimgħu imma fuq refunds x'aħna nisimgħu?", "Xejn!", "Allura jien nistaqsi: Jekk issa n-negozjant Malti se jibda jiġi ntaxxat fuq il-prodott lokali daqskemm jiġi ntaxxat fuq prodott ta' barra, se jingħata refund bħalma jingħata l-manifattur barrani f'pajjiżu?", "Iva jew le?", "ONOR.", "MEMBRU: GĦadhom ma jafux!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Veru għadhom ma jafux.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu hekk, il-povru manifattur bilfors li se jkun uncompetitive għal kollox.", "Jekk se nintaxxaw lill-manifattur lokali u mhux se nagħtuh refund fuq l-input li jagħmel, bħalma jirċievi l-manifattur barrani, dan kif jista' jikkompeti!", "Spjegawlna ftit x'se tagħmlu u ma tagħmlux.", "Sur President, ħaġa'oħra li l-Onor.", "Membri tal-Gvern ma jridux hija li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u hawnhekk se jkolli nitkellem fuq l- Unjoni Ewropea, allavolja probabbilment miniex in order, peress li għad għandna mozzjoni li għadha ma ġietx diskussa f'dan il-Parlament minħabba r- ras iebsa tan-naħa tal-Gvern.", "Illum aħna ninsabu f'pożizzjoni li ma nistgħux niddiskutu l-Unjoni Ewropea, imma xorta waħda jien se nittratta din il-materja Sur President.", "Tan-naħa l-oħra qegħdin iġibuna f'pożizzjoni li biex aħna ngħidu dak li għandna ngħidu jkollna niksru r-regolamenti tal- Kamra!", "(Interruzzjonijiet).", "Jiġifieri l-Onor.", "Membru qed joġġezzjona għaliex qed nitkellem?", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli, Onor. Dalli.", "Jien qed nagħtik il-kelma biex tkompli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien kulma qed nagħmel hu li qed ngħid il-fatti kif inhuma u qed nispjega f'liema pożizzjoni ġibtu lil dan il-Parlament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Dalli, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, jien biex nitkellem fuq l-Unjoni Ewropea qed ikolli nikser ir-regolamenti tal-Kamra!", "F'din il-pożizzjoni ġibtuna pero' nħoss li xorta waħda għandi nitkellem fuq l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi u Onor. Abela, jekk jogħġobkom żommu l- ordni.", "(Interruzzjonijiet) Kompli, Onor. Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, kif kont qed ngħid, in-naħa l-oħra ma tridx li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u anke hawnhekk qed naraw il- politika bl-addoċċ li għandu dan il-Gvern.", "Issa hawn jien irrid infakkar li din il-politika ġiet skreditata għax il-Gvern m'għandux l-appoġġ tal- Parlament għall-politika tiegħu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija l- verita', Sur President.", "Il-Gvern ġie sfiduċjat.", "Għalhekk qed jibża' jressaq il-mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Vleġġa 'l hawn, vleġġa 'l hemm, kumment 'l hawn u kumment 'l hemm, fl-aħħar tiżvina!", "Anke hawn qed naraw il-politika ta' l-addoċċ ta' dan il-Gvern.", "Il-Gvern beda f'pożizzjoni mhux definita u beda jitkellem fuq industrial free trade, kompla jħawwad u jgħaffeġ sakemm fl-aħħar ġie mkaxkar - u fil-fatt ġie imkaxkar fil-veru sens tal-kelma - mill-Unjoni Ewropea biex jadotta pożizzjoni kif riedu l-Ewropej.", "Kemm kienu jgħajruna lilna li dak li konna qed nagħmlu konna qed nagħmluh biex nogħġbu lill-Unjoni Ewropea.", "Imma lilhom kaxkruhom u qalulhom: Mhux kif tridu intom imma kif ngħidulkom aħna!", "Sur President, dan l-aħħar qed nisimgħu li se jsir restructuring fil- qasam tal-manifattura?", "X'jiġifieri!", "X'qegħdin ngħidulhom lil dawk li jagħmlu l-għamara?", "Għidulna ftit!", "Intom kontu xxewxuhom tant għalina!", "GĦidulna x'qed tgħidulhom lil dawn il-ħaddiema!", "X'se jagħmlu dawk li jagħmlu l-għamara, dawk li jagħmlu l-aluminium u dawk li jagħmlu tant affarijiet oħra?", "Ta' l-Ewropa qalulhom li r-restructuring irid isir fi tliet snin.", "Biex mingħalih ikun għamel xi avvanz, il-Gvern qalilhom li jrid jagħmilha f'seba' snin.", "Meta marru hemmhekk ta' l-Ewropa qalulhom li din trid issir fi tliet snin.", "Allura s-soluzzjoni x'inhi?", "Is-soluzzjoni hi li ntawlu u nieħdu erba' snin biex niftehemu!", "Dik soluzzjoni!", "Soluzzjoni ta' Ġaħan, Sur President!", "Jiġifieri se nagħmlu erba' snin fil-limbu biex l- Ewropa tgħaddi tagħha u Alfred Sant tgħaddi tiegħu u qisu ma ġara xejn!", "Dan huwa gvern ta' l-addoċċ.", "Se nagħmlu erba' snin ninnegozjaw u ngħaddu ż- żmien b'xulxin biex imbagħad dawn l-erba' snin magħduda mat-tlieta ta' l- Ewropa jiġu seba' snin.", "Ara daqsxejn xi ħmerijiet!", "Nieħdu l-agrikoltura.", "L-agrikoltura x'se jiġri minnha?", "Staqsu lil min tridu x'se jiġri mill- agrikoltura u r-risposta tkun: Ma nafx!", "Il-Gvern ma jafx x'se jiġri fl- agrikoltura.", "L-Unjoni Ewropea qaltilhom li l-agrikoltura se tkun inkluża fl- agreement u mbagħad wara nibdew niddiskutu l-eċċezzjonijiet.", "Nieħdu t-turiżmu.", "Smajna hawnhekk li huwa ta' ġid għat-turiżmu li aħna ma nkunux fil-Euro.", "Imma dawn ħmerijiet, Sur President!", "L-effett li se jkollha l-Euro fuq il membri tagħha kollha huwa li din se tnaqqas b'mod straordinarju l-ispejjeż tat-transazzjonijiet kollha li jsiru f'munita barranija.", "Illum il-kompetituri tagħna kollha mhux se jkollhom problema meta jirċievu turisti mill-Ewropa.", "Imbagħad hemm vantaġġ ieħor għall- operaturi kompetituri tagħna fil-Portugall, fi Spanja u f'pajjiżi oħra, għax billi jrid ikun hemm conversion fl-imgħaxijiet tal-bank, dawn se jkunu baxxi ħafna.", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn ir-rati ta' l-imgħax f'pajjiżna telgħin u fl-Ewropa, anke minħabba l-Euro, neżlin.", "Issa jekk hemm settur li huwa heavily geared u highly capitalised dan huwa s-settur tat-turiżmu, fejn trid kapital enormi biex tibda, għax tkun trid tibni l- lukanda u tagħmel il-furnishing tagħha qabel ma tkun għadek lanqas biss daħħalt sitt ħabbiet.", "Dan jagħti lok għal dak li jgħidulu heavy gearing, fejn il-kapital a proporzjon tas-self ikun baxx u s-self ikun għoli.", "Allura l-inċidenza ta' l-imgħaxijiet fuq l-azjendi f'dan is-settur huwa ta' importanza kbira, bħalma hi l-inċidenza tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Bħala spejjeż fuq dawl u l-ilma, bejn wieħed u ieħor, dawn jonfqu l- ekwivalenti ta' 6% tat-turnover tagħhom.", "Mela jekk tagħmel kalkolu ssib li bit-tariffi l-ġodda l-ispejjeż se jiżdidulhom b'4%.", "Allura, Madam Speaker, kemm kienet daħka fil-wiċċ meta għidnilhom li naqqasnilhom ir-rata tal-VAT minn 10% għal 5%!", "Kemm kienet daħka fil-wiċċ li lil dawn għidnilhom li se nnaqqsulhom ir-rata tas-service tax - jew aħjar is-CET - minn 10% għal 5%!", "Issa dawn ma kenux jafu x'qed jiġri għax ħadd ma qalilhom kif se jsir il- kalkolu.", "Dawn kellhom moħħhom mistrieħ.", "Jien kont staqsejthom dwar kif se jkunu milquta bir-rati l-ġodda u qaluli li l-effett se jkun marġinali ħafna.", "Kemm qalu aħħ!", "Kemm weġġgħu meta rċevew il-kontijiet!", "Ħadd ma kien qalilhom kif se jikkalkolawha din.", "Ħallewhom kwieti u għamlulhom ir-rati bil-moħbi, li ma jmorrux jirvellaw f'dak iż-żmien li Malta kollha kienet qed tiddiskuti l-kwestjoni tat-tariffi ta' l-ilma u d-drenaġġ.", "Għalhekk il- Gvern dak iż-żmien seta' jgħid li tal-hotels ma tkellmux.", "Imma issa tkellmu tal-hotels!", "Dażgur li jitkellmu tal-hotels!", "Mela dan l-isfreġju xi ħadd jista' jaċċettah fuq pajjiżna?", "Smajna lill-Onor.", "Sceberras Trigona jitkellem fuq Father Christmas.", "Jien inserraħ ras l-Onor.", "Membru li aħna ma stennejna lill-ebda Father Christmas.", "Aħna mill-1987 għamilna wegħda magħna nfusna li dan il-pajjiż mhux se jibqa' tallab ta' ħadd.", "Fl-1987 għamilna wegħda magħna nfusna li l- ġid li se nqassmu bejnietna se noħolquh aħna.", "Spiċċa ż-żmien li mmorru bil- kopp mad-dinja kollha nitkarrbu għall-flus.", "Id-dħul fl-Ewropa kien jagħmilha possibbli għalina bħala pajjiż li nieħdu fondi mill-Ewropa bi dritt, Sur President.", "Konna neħduhom bi dritt u mhux imur il-Ministru Vella u jitlobhom jagħmlulna pjaċir u jdaħħluna fi protokoll ieħor u biex jagħtuna xi ħaġa milli se jagħtu lil ħaddieħor.", "Aħna l-pożizzjoni tagħna differenti.", "It-triq tagħna kienet tfisser li l-fondi mill-Ewropa konna neħduhom bi dritt.", "Il-konċett Ewropew hu li jkun hemm level playing-field għal kulħadd.", "Din tagħraf l-iżvantaġġi li għandu pajjiżna f'ħafna setturi, tagħraf li pajjiżna huwa żgħir, tagħraf il-problemi li għandna b'ħafna riżorsi naturali, bħall-ilma, tagħraf il-livell ta' żvilupp li għandna u li rridu mmexxuh kemm jista' jkun malajr bil-ġirja biex nilħqu l-average Ewropew.", "U biex tgħinna nagħmlu dan, mhux bħal Father Christmas imma bi dritt, konna se ningħataw fondi biex inkunu nistgħu ninvestu fl- infrastruttura ta' pajjiżna.", "Dawn il-fondi kieku kien ikollna niġbruhom mingħand il-poplu Malti.", "Aħna qatt ma ngħidu li dawn se jagħtuna xi Lm30 miljun biex jagħmlu tajjeb għall-budget.", "Mhux dak il-konċett u min jitkellem hekk ma jkun fehem xejn.", "Dawn jiffinanzjaw proġetti li l-pajjiż ikollu bżonn u li kieku ma jiffinanzjawhomx huma, il-pajjiż ikollu jiffinanzjahom mit-taxxi li jiċċarġja lill-poplu.", "Allura l-Ewropa tkun qed tħallas minflok it-taxxi tal-poplu u forsi ma kienx ikollna għalfejn nagħmlu dawn ir-rati krudili tad-dawl u l-ilma, kif saru minn dan il- Gvern.", "Sur President, din in-naħa tal-Kamra se tivvota kontra dan is-self li se jagħmel il-Gvern.", "Nafu li l-Gvern għandu bżonnhom dawn il-flus pero' aħna nafu wkoll li dan il-bżonn ħolqu hu minħabba l-politika bl-addoċċ li qed isegwi, minħabba n-nuqqas ta' foresight li għandu u minħabba l-mod kif mhux kapaċi jiġbor ir-revenue li suppost jiġbor kieku jagħmel politika fiskali li tagħmel sens.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naħseb li wara li smajna dawn l- interventi kollha s'issa - u żgur li għad irridu nisimgħu aktar interventi minn din in-naħa, u ma nafx jekk hux ukoll mill-kollegi tagħna tan-naħa l- oħra tal-Kamra - wieħed mill-ewwel jinduna li l-Oppożizzjoni qed tħares lejn dan l-abbozz ta' liġi b'mod li joffrilna l-opportunita' li għal darba oħra, bħalma għamlna matul dawn ix-xhur kollha li għaddew, nipprovaw bi sforz ġenwin ieħor infittxu l-aħjar triq għal pajjiżna.", "Qegħdin nitkellmu dwar abbozz ta' liġi li l-Gvern ressaq quddiem din il-Kamra biex ikun jista' jissellef Lm110 miljun ħalli jagħmel tajjeb għad-deficit tas-sena li għaddiet.", "F'dibattitu bħal dan, il-Kamra qed tingħata l-opportunita' illi għal darb'oħra tipprova tiftaħ għajnejn il-Gvern u tispjegalu bil-kalma illi l-politika li qiegħed jadotta u jimplimenta hi s-sors tal-problemi kollha li pajjiżna bħalissa jinsab fihom.", "Konsistentement tul ix-xhur li għaddew l-Oppożizzjoni ippruvat bil- prudenza kollha tiftaħ għajnejn il-Gvern u kemm-il darba sejħet għal consensus, ħalli b'mod kostruttiv nippruvaw insibu dak li hu l-aħjar interess tal-poplu tagħna.", "Sfortunatament għalina, u b'mod speċjali sfortunatament għal dan il-poplu, wara 18-il xahar ta' Gvern Laburista, l- unika reazzjoni li rajna min-naħa l-oħra ta' din il-Kamra hija reazzjoni ta' għebusija tar-ras, reazzjoni ta' pika tat-tfal iż-żgħar u reazzjoni illi ma tagħtikx fiduċja illi ġenwinament nistgħu flimkien infittxu dak li hu fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax nerġa' nirrepeti li hawn għandna proposta biex dan il-Parlament jawtorizza lill- Gvern jissellef Lm110 miljun għad-deficit tas-sena l-oħra u huwa inevitabbli li aħna nduru fuq il-Gvern u nistaqsuh dwar kif ġie dan id- deficit.", "Wara xhur sħaħ li ilu jiggverna u jimplimenta deċiżjonijiet - deċiżjonijiet li ħa hu u mhux ħadhom il-Gvern Nazzjonalista - ir-riżultat hu li l-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant spiċċa b'dan id-deficit inkredibbli.", "Jiena m'għandi l-ebda intenzjoni li noqgħod nirrepeti l-punti li diġa' saru matul dan id-dibattitu - dibattitu li mmatura u għad jonqsu biex jimmatura, għax issa ilu għaddej fuq tliet seduti jew erbgħa - pero' kieku kellek tfittex tinduna li l-argumenti kollha kemm huma jduru madwar il- kwestjoni tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "U bilfors ikun hekk għax din il-kwestjoni hija kardinali għal pajjiżna.", "Madwarha jdur id-destin ta' pajjiżna.", "Madwarha jdur id-destin ta' dawn ix-xhur li qed ngħixu, tas- snin li għandna quddiemna, kif ukoll tas-snin li ġejjin anke fit-tul.", "Dan huwa l-fattur komuni u forsi l-aktar memorja friska li għandna f'rasna ta' kemm dan l-argument hu fattur komuni bejn id-diskorsi kollha li smajna huma d-diskorsi ta' dalgħodu.", "Dalgħodu tkellem l-Onor.", "Anton Tabone, li kien in possession fil-bidu ta' din is-seduta, u l-argument tiegħu, iffokat speċjalment fuq Għawdex, kien mibni fuq il-kwestjoni tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Tkellem l- Onor. Ninu Zammit, li jsegwi l-qasam tal-biedja u sajd, li għamel diskors mibni madwar il-kwestjoni tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Tkellem ukoll l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona, min-naħa l-oħra tal-Kamra, illi rrisponda u bbaża d-diskors sħiħ tiegħu fuq ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Issa, f'diskors tassew tajjeb, wara li ta ħarsa dwar x'wassal lil pajjiżna għas-sitwazzjoni preżenti u x'wassal lil dan il-Gvern biex jiġi quddiem dan il-Parlament u jitlob il-karita', jitlob il-permess biex jissellef Lm110 miljuni oħra, barra l-miljuni li diġa' awtorizzajnih jissellef, l-Onor.", "John Dalli bena l-argument tiegħu madwar il-fatt illi dan kollu hu marbut ukoll mal-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "U ġejna f'din is-sitwazzjoni stramba u skomda għad-deputati f'dan il-Parlament, illi kull diskors, jekk irridu veru nfittxu dejjem l-interess ta' pajjżna, bilfors jeħodna lura għall-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan inevitabbli.", "Madam Speaker, waqt l-intervent tiegħu l-Onor.", "Dalli qal li qegħdin f'sitwazzjoni daqsxejn antipatika, fejn qegħdin nabbużaw mir-regoli tal- Kamra.", "Għaliex qal hekk l-Onor.", "Membru?", "Għax l-aħħar item fuq l-aġenda għal din is-seduta maratona - stil ta' kif dan il-Gvern imexxi x-xogħol fil-Parlament - hija t-tkomplija tad-diskussjoni tar-riżoluzzjoni li kien ressaq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fit-12 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet, u li minn dak inhar sal-lum dan il-Gvern baqa' jirrifjuta u baqa' jwebbes rasu u ma jħallix lil dan il-Parlament iġib għall-għeluq tagħha.", "Dan il- Parlament ma jiġix hawn biex jiddibatti biss, ma niġux hawn biex noqogħdu nitkellmu fil-vojt biss, għax kieku nistgħu mmorru nieħdu kafe' għand Cordina u noqogħdu niddibattu kemm irridu!", "L-iskop ta' dan il-Parlament m'huwiex biss li jiddibatti imma hu li jiddibatti biex iwassal għal deċiżjoni.", "Huwa ħażin li fuq l-aġenda tħalli item imdendla u ma tippermettix lil dan il-Parlament iwassalha għall-konklużjoni tagħha, wara li jkunu ġew esposti l-argumenti kollha.", "Allura spiċċajna f'din is- sitwazzjoni stramba li għandna item fuq l-aġenda, ċioe' il-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq ir-riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li l-Gvern ma jridx iħallina niddiskutu, pero' fl-istess ħin għandna l-ewwel item ta' din l-istess aġenda li proprju ddur madwar il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela spiċċajna fis-sitwazzjoni stramba li biex niddibattu dan l- abbozz dwar is-self bis-serjeta' rridu bilfors nidħlu fil-kwestjoni ta' l- Unjoni Ewropea.", "Issa hawnhekk qegħdin marbutin b'regolament li jgħid li ma nistgħux nitkellmu fuq item ieħor li jkun qiegħed fuq l-aġenda.", "Waqt l-intervent tiegħu, l-Onor.", "Dalli f'mument minnhom dar fuq min kien qed jippresjedi din il-Kamra u qallu li teknikament qed jinkisru r-regoli tal-Kamra għax mhux suppost jiġi ttrattat item ieħor ta' l-aġenda.", "(Interruzzjonijiet) Dak il- ħin l-Onor.", "Mizzi kien se jqajjem point of order pero' reġa' ħasibha għax li kieku qajjem il-point of order hekk kien jiġri.", "Jekk min qed jippresjedi jrid jimxi verament mar-regoli ta' din il-Kamra, irid idur fuq l-Onor.", "Dalli u jgħidlu li fuq l-Unjoni Ewropea ma jistax jitkellem.", "Hekk suppost li jsir.", "Jiġifieri qed ngħixu ħajja ftit stramba f'dan il- Parlament.", "Kieku xi ħadd f'din il-Kamra jdur fuq is-Sedja u jitlob li jiġu mplimentati r-regoli, ikun ifisser li ma nistgħux nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa pajjiżna għandu Parlament b'item imdendla u teknikament hawnhekk ma nistgħux niddiskutu l-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea sakemm il- Gvern, bil-bona grazzja tiegħu, ma jasalx biex jippermetti lil dan il- Parlament jiddiskutu dan is-suġġett.", "Meta niġu biex nivvotaw irridu niddeċiedu bejnietna jekk dan il-Parlament għandux jagħti l-permess lill-Gvern biex jissellef dawn il-Lm110 miljun, u aħna qed ngħidulu li ma nistgħux niddivorzjaw il-kwestjoni tas-self mill- kwestjoni dwar l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma miżżewġin ma' xulxin, żewġ affarijiet magħqudin intimament ma' xulxin u aħna ma nistgħux nisseparawhom minn xulxin.", "Dawn huma żewġ affarijiet li llum imorru flimkien u se jkomplu jmorru flimkien, u mhux biss fuq dan l-item ta' l-aġenda.", "Il- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea tant hija importanti għal pajjiżna li tista' tgħid torbot ma' l-aġenda sħiħa li għandna quddiemna llum.", "Allura wieħed irid jirrifletti ftit.", "Qed ngħidu li qabel jiġi biex jivvota, deputat irid l-ewwel ikun espona l-argument kollu dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Allura jien bilfors nasal biex ngħid, Madam Speaker, li f'dan l- istadju l-iktar ħaġa sensibbli hi li nieqfu mid-diskussjoni dwar dan l- abbozz ta' liġi, biex qabel ma nieħdu d-deċiżjoni jekk għandniex nawtorizzaw lill-Gvern biex jissellef Lm110 miljun - ħalli jagħmel tajjeb għad-deficit li hu ġab b'idejh is-sena li għaddiet - niddiskutu l- pożizzjoni tal-Gvern dwar l-Unjoni Ewropea u dwar x'inhi l-aħjar triq biex dan il-Gvern ikun jista' jevita li s-sena d-dieħla jerġa' jiġi quddiemna u jerġa' jitlob li jissellef Lm110 miljun oħra.", "Irridu l-ewwel niddiskutu u niddeċiedu f'dan il-Parlament jekk hijiex l-aħjar triq li mmorru għal sħubija sħiħa, jew inkella hijiex l-aħjar triq li mmorru għaż-żona ta' kummerċ ħieles li għażel il-Gvern, qabel ma niddeċiedu jekk nagħtux il- permess lill-Gvern biex jissellef il-Lm110 miljun.", "L-affarijiet hekk jagħmlu sens.", "Madam Speaker, meta wieħed iħares lejn dak li jirregola lil dan il- Parlament u parlamenti oħrajn isib regolament li jippermetti li aħna nagħżlu dik it-triq, u jien naħseb li ta' min iħares lejh dan ir- regolament.", "Jeżisti mod kif aħna nistgħu nipproponu lil dan il-Parlament biex nipposponu din l-item biex niddiskutu item ieħor.", "Qed nirriferi għar- Regolamenti 14 u 15, li jippermettu li Membru ta' din il-Kamra li jkun in possession waqt li tkun qed tiġi dibattuta liġi, iressaq mozzjoni biex id- diskussjoni fuq l-abbozz ta' liġi tiġi sospiża.", "Fil-fatt hi mozzjoni għall- aġġornament tad-diskussjoni li tkun għaddejja.", "Madam Speaker, jien tajt daqqa t'għajn lejn dan ir-regolament u tajt daqqa t'għajn lejn x'jgħid Erskine May, biex nara jekk hux kull Membru jista' jagħmilha jew jekk hux ministru biss jista' jagħmilha, pero' din id- darba hija ċara daqs il-kristall - u wieħed żgur ma jistax jaħrab minnha - kemm fir-regolamenti tagħna u aktar u aktar f'Erskine May, li l-Membru li jkun in possession jista' jressaq mozzjoni f'dan is-sens.", "Fil-fatt Erskine May f'paġna 339 jgħidlek li:", "\"During debate upon a question any Member may move, 'That this House do now adjourn ...\"", "- li m'huwiex dak li qed nipproponi jien -", "\"\"... or that the debate be now adjourned\".", "Imbagħad ikompli jgħid:", "\"He does so not by way of amendment to the original question but as a distinct question which interrupts and supersedes that already under consideration\".", "Erskine May qed jgħid li huwa possibbli li Membru li jkun qed jitkellem iressaq dan ħalli jkun jista' jaġġorna d-diskussjoni.", "\"The use of the motion for the adjournment of the House to supersede another question must be distinguished from its use as a substantive motion, i.e. before or between the Orders of the Day ...\".", "- jiġifieri dan qed jagħmel distinzjoni bejn item ta' l-aġenda li tkun magħluqa u item oħra ta' l-aġenda li nkunu deħlin fiha; hemmhekk ukoll wieħed jista' jressaq il-mozzjoni biex jaġġorna s-seduta -", "\"...when it can be moved only by a Member of the Government.\"", "Jiġifieri f'dik is-sitwazzjoni Membru tal-Gvern biss jista' jressaqha.", "Jiġifieri Erskine May qed jagħmilha ċara li Membru li jkun fil-pussess waqt li jkun qiegħed jidibatti liġi jista' jressaq mozzjoni f'dak is-sens.", "Naturalment, Madam Speaker, hemm ċertu ammont ta' diskrezzjoni li s-Sedja għandha mogħtija lilha mir-regolamenti tal-Kamra biex tiddeċiedi.", "X'inhi din id-diskrezzjoni?", "Diskrezzjoni li toħroġ mill-iStanding Order Nru. 15 tar-regolamenti tagħna tgħidlek li", "\"Jekk l-iSpeaker jew il-President ta' Kumitat tal-Kamra kollha jkun tal-fehma illi mozzjoni għall-aġġornament ta' diskussjoni, jew tas- seduta matul xi diskussjoni, jew li l-President jirrapporta progress jew li jħalli postu, tkun abbuż tar-regoli tal-Kamra, jista' minnufih iqiegħed il-proposta għall-voti dwar hekk minn postu, jew jista' jiċħad milli jaċċetta dik il-mozzjoni.\"", "Jiġifieri is-Sedja għandha d-diskrezzjoni li tiddeċiedi jekk meta nressaq din il-proposta quddiem din il-Kamra nkunx qiegħed nabbuża mir-regoli tal- Kamra.", "Issa jiena, Madam Speaker, nixtieq l-ewwelnett ngħid li wisq nibża' li l- verita' sagrosanta hi li jekk ma nagħmlux hekk inkunu qed nabbużaw mir- regoli tal-Kamra.", "Kif għidt diġa', għandna item ta' l-aġenda li ma nistgħux niddiskutuh u proprjament bħalissa qegħdin nabbużaw.", "Allura l-proposta tiegħi lis-Sedja hija biex inneħħu dan l-abbuż u biex inneħħu din l- irregolarita'.", "Jiġifieri fil-konsiderazzjoni tas-Sedja dwar il-proposta tiegħi li nissospendu din id-diskussjoni, is-Sedja trid tirrifletti dwar din il-kwestjoni.", "Għandna sitwazzjoni ta' abbuż u jiena qed nipproponi li din il-qagħda nirradrizzawha billi nieqfu mid-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi u niddiskutu l-kwestjoni tar-riżoluzzjoni fuq l-Unjoni Ewropeja.", "Madam Speaker, jien nissottometti li m'inix qiegħed nabbuża min xi regola tal-Kamra.", "Jien nixtieq nenfasizza li mhux talli m'inix qed nabbuża mill- ebda regola tal-Kamra, talli l-proposta qed nagħmilha biex proprju niġu in regola.", "Madam Speaker, irrid ngħid ukoll li l-Ordni Permanenti 13 - u nagħmel riferenza partikolari għal dan - jippermetti lil kull deputat ta' din il- Kamra li jqajjem kwestjoni urġenti li jkollha bżonn tiġi diskussa f'din il- Kamra.", "Sub-paragrafu (4) ta' dan l-Ordni Permanenti jgħid hekk:", "\" Ebda diskussjoni ma tista' titqanqal b'dan il-mezz dwar ħwejjeġ li jkunu avżati għad-diskussjoni jew li jkunu mniżżla bħala ordni tal- ġurnata jew dwar kwistjoni ta' privileġġ, jew dwar ħaġa li ma tistax tiġi diskussa ħlief wara mozzjoni speċifika.\"", "Dan ifisser li membru ta' din il-Kamra ma jistax jirriferi għall-Ordni Permanenti 13, lanqas jekk tinqala kwestjoni ta' urġenza kbira dwar l- Unjoni Ewropea, ladarba fl-aġenda hemm ir-riżoluzzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropeja.", "Dan mhux sempliċement abbuż mir-regoli tal-Kamra imma huwa abbuż mill-interessi veri ta' pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fl-opinjoni tiegħi m'għandna nħallu l-ebda ċirkostanza li tisvolġi ruħha b'mod li Membru f'dan il-Parlament ma jkunx jista' jqajjem kwestjoni ta' serjeta' u ta' urġenza minħabba l-għebusija ta' ras il-Gvern, li b'pika bla sens ipoġġi item fuq l-aġenda u jħalliha mdendla għal seba' xhur sħaħ, allavolja konsistentement ikollu Oppożizzjoni li l-ħin kollu qed tgħidlu bil-kelma t-tajba biex inkomplu din id-diskussjoni għax hija fl-interess ta' pajjiżna.", "M'huwiex fl-interess ta' l-Oppożizzjoni imma huwa fl-interess ta' pajjiżna li nkomplu din id-diskussjoni.", "Għalhekk mhux talli mhux qed nipproponi din il-mozzjoni b'abbuż talli nsostni li jekk inħallu s- sitwazzjoni kif inhi nkunu qed inħallu abbuż, u formalment qed inressaq mozzjoni - li għandha bżonn tiġi ssekondata minn Membru ieħor ta' din il- Kamra - li l-Kamra tissospendi, taġġorna d-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi biex inkunu f'pożizzjoni li nkomplu bid-diskussjoni dwar l-Unjoni Ewropea.", "Irrid mill-ewwel niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra li mozzjoni bħal din m'għandhiex bżonn avviż.", "L-Ordni Permanenti 35(2) jgħid li m'hemmx għalfejn avviż meta titressaq mozzjoni li tipproponi l-aġġornament għal diskussjoni.", "Irrid ngħid ukoll li dan li qed nipproponi jien ma jikkonsistix fi proposta li tbiddel l-ordni ta' l-ordnijiet tal-Ġurnata imma hija proposta biex aħna nwaqqfu l-abbuż li bħalissa qed ngħixu flimkien, u donnu kulħadd qed jagħlaq għajnejh għalih, u nġibu s- sitwazzjoni tagħna in regola.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "MADAM SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża sakemm is-Sedja tikkonsidra t- talba ta' l-Onor.", "Gonzi.", "Fis-1.52 p.m is-Seduta ġiet sospiża u rrizumiet fl-3.49 pm.", "RULING", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja semgħet it-tape u eżaminat it-transcript - li dam ftit mhux ħażin biex jiġi ttajpjat - u jirriżulta li t-talba formali li għamel l-Onor.", "Gonzi kienet:", "''li l-Kamra tissospendi, taġġorna d-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi biex inkunu f'pożizzjoni li nkomplu bid-diskussjoni dwar l-Unjoni Ewropea''.", "Is-Sedja tissolleva dan li ġej:", "1.", "Il-fatt li matul mhux biss id-dibattitu dwar dan l-abbozz ta' liġi iżda anke matul dibattiti oħra l-Membri tal-Parlament diversi drabi rriferew għar-relazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, bl-ebda mod ma jirriżulta f'abbuż ġeneriku ta' l-Ordni Permanenti tal-Kamra - kif ipprova jindika l-Onor.", "Gonzi - u dan peress li l-Mozzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar l-Unjoni Ewropea kienet tipproponi eżitu speċifiku li minnufih ma jiġix mimsus billi jsiru osservazzjonijiet ġenerali dwar ir- relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "2.", "Illi l-Ordni Permanenti 14 jittratta l-mozzjoni għall-aġġornament tad- diskussjoni u skond Erskine May, paġna 340, hekk jiddefinixxi din il- mozzjoni:", "\"A motion for the adjournment of the debate, if carried, merely defers the decision of the House...\".", "U wkoll fl-istess paġna 340:", "\"In order to supersede a question, the motion for the adjournment must be simply that the House do now adjourn (or that the debate be now adjourned) and cannot be coupled with any prefatory words.\".", "Hawnhekk il-kelma \"prefatory\" ġejja minn nom ''preface'', li jfisser ''lead up to, make preliminary remarks'' (Concise Oxford Dictionary).", "Għaldaqstant it-talba ta' l-Onor.", "Lawrence Gonzi ma taqax f'dawn il-parametri.", "3.", "Is-Sedja, anke minn dak li għadda f'din il-Kamra f'dawn l-aħħar ġranet u seduti, tħoss li għandha tirrileva li fil-mozzjoni ta' l-Onor.", "Fenech Adami - li għamel skond l-Ordni Permanenti 62 - kien hemm riferenza illi anke meta jsir rikors għall-Ordni Permanenti 197 trid tittieħed konsiderazzjoni xierqa għan-natura speċjali tal-Kostituzzjoni.", "Dan qed isir għaliex qegħda ssir riferenza, anke fil-punti mqajma llum mill-Onor.", "Gonzi, u anke minn deputati oħra f'dibattiti oħra - għalkemm mhux dejjem qiegħda ssir b'mod ċar - għad-dritt tal-liberta' ta' l-espressjoni.", "Is- Sedja rat ukoll il-Kostituzzjoni ta' Malta, artiklu 41, \"Protezzjoni tal- Liberta' ta' l-Espressjoni\" u tfakkar li f'artiklu 41(2) il-priveleġġi tal- Parlament bl-ebda mod m'għandhom jitqiesu bħala ksur jew inkonsistenti ma' artiklu 41(1).", "Dan għandu jingħad mal-fatt li l-Kamra tista' tirregola l- proċeduri tagħha skond l-istess Kostituzzjoni.", "4.", "Fil-kwestjoni ta' l-aġġornament ta' dibattitu teżisti wkoll ir-regola ta' antiċipazzjoni u skond din ir-regola ta' antiċipazzjoni - Erskine May paġna 334 u 335 - l-iSpeaker trid tara l-probabbilita' li l-materja in kwestjoni tiġi quddiem il-Kamra fi żmien raġonevoli.", "F'dan il-mument kull Deputat jaf li s-Sedja, f'komunikat liż-żewġ naħat, għadha qed tistenna li llum tiġi maqbula data u ħin għal-laqgħa tal-Kumitat Permamenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra, fejn taħt l-item \"Andament tax-Xogħol tal-Kamra\" mistenni li jitqajjem il-punt tal-kontinwazzjoni tad-dibattitu fuq il-mozzjoni ta' Ottubru tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Għaldaqstant għal dawn ir-raġunijiet, is-Sedja m'hijiex qed taċċetta t- talba.", "Is-Sedja qegħda tirrepeti illi intransiġenzi u nuqqas ta' spirtu ta' komprensjoni tal-pożizzjoni ta' xulxin jista' jwassal biex ifixkel serjament l-andament tax-xogħol ta' din il-Kamra.", "Nistgħu nkomplu bid-dibattitu.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nixtieq nagħmel punt ta' spjegazzjoni.", "Assolutament nirrespinġi minn din in-naħa tal-Kamra li hemm xi linkage bejn il-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea u s-self li qed niddiskutu.", "Jekk wieħed janalizza d-diskors ta' l-Onor.", "Gonzi - kif għamilt jien - isib li kollox huwa marbut ma' dan il-punt politiku, li huwa punt politiku partiġjan, li din in-naħa tal-Kamra qed tirrispinġi mija fil- mija.", "Fit-talba ta' self li hemm quddiem din il-Kamra m'hemm l-ebda rabta, la ekonomika, la politika u lanqas amministrattiva mal-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, ir-raġuni prinċipali għala qegħdin hawn illum hija biex niddiskutu din il-leġislazzjoni li ressaq il-Gvern, fejn ftit xhur biss wara li ħa t-tmun f'idejh ħass il- bżonn li jissellef minħabba diffikultajiet finanzjarji kbar li sab ruħu fihom.", "Din in-naħa tal-Kamra se tibqa' ssostni li dawn id-diffikultajiet huma kkawżati minn politika żbaljata f'diversi oqsma, primarjament fil- qasam fiskali, u aktar u aktar fil-qasam tar-relazzjonijiet ta' Malta ma' l- Unjoni Ewropea.", "Kulħadd jaf li r-relazzjonijiet ma' l-Unjoni jinsabu fi stat ta' friża.", "Dan żgur li qed jikkontribwixxi għall-fatt li pajjiżna llum il-ġurnata qiegħed fi stat ta' inċertezza li qed toqtol l-ispirtu ta' investiment, il-karatteristika ewlenija tul id-disa' snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Madam Speaker, m'hemmx dubbju wkoll li l-politika fiskali ta' dan il- Gvern wasslet biex l-introjtu tal-gvern naqas sostanzjalment, b'tali mod u manjiera li l-Gvern qed ikollu jirrikorri għal dan it-tip ta' self sena wara sena.", "Mhux hekk biss imma nafu li apparti mill-fatt li qed ikollu jaqa' fuq self, il-Gvern qed ikollu jaqa' wkoll fuq dak li l-Ingliżi jsejħu selling of the family jewels.", "Per eżempju, fil-qasam tat- telekomunikazzjoni nafu li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ġab bidla totali.", "Illum li l-Gvern tneżża' minn kull idea dwar kif se jegħleb id- diffikultajiet finanzjarji, iddeċieda li jipprivatizza l-Korporazzjoni Telemalta biex ikollu l-fondi.", "U mhux billi l-Onor.", "Membri tan-naħa tal- Gvern joqogħdu jiftaħru b'din il-miżura - li tista' tgħid li hi l-unika miżura pożittiva li ttieħdet fil-budget ta' Novembru - u jgħidu li huma jemmnu fiha bis-sħiħ.", "Għax meta wieħed jara dak li kien jgħid l-Onor.", "Alfred Sant fir-rigward tal-privatizzazzjoni ma naħsibx li jieħu żmien wisq biex jagħraf li l-Prim Ministru kien kompletament kontra l-privatizzazzjoni u li kien juża l-konċett tal-privatizzazzjoni biex ibeżża' lill-ħaddiema f'diversi setturi.", "L-Onor Alfred Sant kien regolarment ibeżża' lill- ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta bil-possibbilta' li t-Telemalta tiġi pprivatizzata jekk Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kien wiegħed ukoll li kieku dan kellu jseħħ, il-Partit Laburista kien se jagħmel kruċjata sħiħa kontra l-Gvern Nazzjonalista.", "Punt ieħor sorprendenti huwa l-fatt li korporazzjoni, li ftit ġimgħat biss wara l-elezzjoni qalulna li kienet ''f'sitwazzjoni finanzjarja prekarja,'' issa li għaddew ftit xhur biss din tant issodat u tant ħadet spinta 'l quddiem - forsi bl-interċessjoni ta' xi qaddis, għaliex kważi kważi t-taqliba li kien hemm fl-aspettattiva li kellha Telemalta m'hija xejn anqas minn mirakuluża - li l-Gvern Laburista ħass ruħu f'pożizzjoni li joffri lit-Telemalta għal privatizzazzjoni parzjali.", "Mhux hekk biss imma l- inizjattiva tal-privatizzazzjoni l-Gvern Laburista kompla firixha wkoll għall-MIA, inizjattiva li hija primarjament ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalista, li tant konna smajna kritika fuqha meta l-Partit Laburista kien għadu fl-oppożizzjoni.", "Meta wieħed jara kif il-Gvern Laburista biddel ir-rotta kompletament f'dak li jemmen fir-rigward tal-privatizzazzjoni, wieħed jagħmel appell għall-ġid ta' din Malta tagħna li anke jibdel ir- rotta f'setturi oħra, li tant qed jagħmlu ħsara lil pajjiżna, u li qed iwasslu lill-Gvern biex iressaq leġislazzjoni ħalli jerġa' jagħmel self sabiex ipatti għad-deficit finanzjarju.", "Madam Speaker, dan huwa deficit finanzjarju li pprovaw iwaddbu l-ħtija tiegħu fuq il-Partit Nazzjonalista, dak iż-żmien fil-gvern, imma li nafu li llum il-ġurnata qed jilħaq rata fenomenali minħabba r-rotta tal-biki, ta' mistħija u t-triq ħażina li qabbadna fiha l-Gvern Laburista.", "Din it-triq narawha f'diversi setturi.", "Bħala l-kelliem ta' l-Oppożizzjoni għas-settur tat-telekomunikazzjoni, jien inħares lejn ir-rapport li kien ħejja dak li llum huwa ċ-Chairman tal- Maltacom bħala kontribuzzjoni denja biex tinħoloq il-ħofra, għaliex dak ir- rapport kien verament ħela ta' flus monumentali.", "F'dak ir-rapport wieħed jara kontradizzjonijiet bejn dak li ntqal u dak li qed iseħħ.", "Dak ma kien xejn ħlief eżerċizzju ieħor biex insibu ħofra oħra fost il-ħafna ħofor li kienu qed jinstabu immedjatament wara l-elezzjoni ta' Ottubru ta' l-1996.", "Dak kien attentat iddisprat mill-Partit Laburista li forsi b'sorpriża għalih innifsu rebaħ l-elezzjoni minħabba l-ħafna wegħdiet fiergħa li kien għamel.", "Il-Partit Laburista fil-gvern għaraf li dawn il-wegħdiet ma setax iwettaqhom u allura pprova jwaħħal fl-amministrazzjoni preċedenti, fuq il- fatt li ma setax iwettaq dawk il-wegħdiet li tant qarraq lill-poplu Malti bihom.", "Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn l-iStrategic Resource Audit, ir- rapport li kkummissjona l-Prim Ministru ftit ġimgħat wara l-elezzjoni ta' l- 1996, isib kritika qawwija fir-rigward ta' l-isparpaljar ta' flus fil- Korporazzjoni Telemalta.", "Imma mbagħad x'naraw?", "Naraw li ftit ta' żmien wara li ċ-Chairman tal-Maltacom, is-Sur Tony Mejlaq, l-istess bniedem li kien ħejja r-rapport li qed nagħmel riferenza għalih, f'waħda mill-ewwel azzjonijiet li ħa għażel karozza li kienet Lm9,000 ogħla minn karozza oħra li kellha l-istess specifications, bid-differenza li l-karozza li għażel hu kellha dashboard tal-ġewż u wipers mal-headlamps.", "Is-Sur Mejlaq, li fir- rapport tiegħu kien qal li fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista tant kien hemm sparpaljar ta' flus, xorta għażel karozza għall-użu personali tiegħu li kienet tiswa Lm9,000 iktar.", "Dak il-veru sparpaljar ta' flus, mera ta' dak li qed jiġri f'ħafna setturi oħrajn, li allura qed ikompli jwassalna f'sitwazzjoni li llum il-ġurnata Gvern Laburista kellu jiġi hawn jitlob il-leave ta' dan il-Parlament biex jissellef miljuni kbar ta' liri biex ipatti għad-deficit li qed jirriżulta mill-politika żbaljata tiegħu.", "Madam Speaker, fir-rapport tiegħu s-Sur Mejlaq kien ikkritika bis-sħiħ l- isponsorships li kienu jingħataw mill-Korporazzjoni Telemalta, u anke kellu l-ardir jgħid li dawn kienu sempliċement ħela ta' flus.", "Imbagħad wieħed jara li l-isponsorships f'dawn l-aħħar xhur minn mindu laħaq is-Sur Mejlaq ...", "Hawnhekk ta' min jgħid li kważi kważi dan il-bniedem huwa sempliċement front għaliex illum il-ġurnata mhux chairman tal-Maltacom għandna imma ministru mingħajr portafoll li sab il-portafoll tiegħu f'dik li kienet it- Telemata.", "Fil-verita' l-Ministru mingħajr Portafoll qed juża l-Maltacom bħala okkażjoni għal naqra public relations min-naħa tiegħu.", "Jekk wieħed jiftaħ \"The Times\" tal-lum jara ritratt ta' l-Onor.", "Joe Mizzi fin-nofs, bejn is-Sur Mejlaq u persuna oħra, qisu l-Arkanġlu Gabriel ibierek il- ftehim li sar bejn l-Ericsson u l-Maltacom!", "Wieħed jiskanta għalfejn irid ikun hemm din il-preżenza kontinwa ta' l-Onor.", "Mizzi fil-Maltacom, qisu mingħajr il-barka tiegħu ma jista' jsir xejn.", "Dan għaliex?", "Forsi għaliex ma jafdax liċ-chairman il-ġdid!", "Ma nagħtihx tort fil-każ li hu hekk għaliex dan qed jagħmel preċiżament il-kontra ta' dak li ssuġġerixxa fl- iStrategic Resource Audit, li kien ikkummissjona l-Prim Ministru.", "Jekk wieħed iħares lejn l-isponsorships jara li hemm bosta ta' interess partikolari, fosthom sponsorship li ngħata direttament lill-Malta Labour Party biex jiġi organizzat il-festival ''Iljieli Mediterranji''.", "Illum il- ġurnata l-isponsorships m'għadhomx jitqiesu bħala ħela ta' flus imma bħala ħaġa essenzjalissima.", "Qed isibha utli ħafna l-Onor.", "Mizzi għall-image tiegħu li, nerġa' ngħid, sab il-portafoll tiegħu f'dik li llum hija l- Maltacom.", "Fir-rapport tiegħu, is-Sur Mejlaq, tkellem ħafna u bis-sħiħ fuq l- overstaffing li kien hemm fil-Korporazzjoni Telemalta.", "Imbagħad x'naraw?", "Waħda mill-ewwel affarijiet li għamel is-Sur Mejlaq kienet li mpjega acquaintance personali tiegħu bħala xufier, meta huwa stess kien jaf li f'dik is-sezzjoni ta' ħaddiema kien hemm overstaffing.", "Il-verita' hi li ħloqna pożizzjonijiet għan-nies tal-qalba, saħansitra dawk li lanqas kienu mpjegati mat-Telemalta.", "(Interruzzjonijiet) Tridu tammettu li l- korporazzjoni ngħatat f'idejn dan il-Gvern minn amministrazzjoni Nazzjonalista fi stat tant b'saħħtu li ftit xhur biss wara l-elezzjoni l- Gvern Laburista ħass ruħu f'pożizzjoni li jista' jipprivatizzaha biex ikun jista' jiġbor il-fondi.", "Din hija d-direzzjoni li qed tieħu din il- korporazzjoni, li llum il-ġurnata hija public liability company, li jien insostni hija mera ta' dak li qed jiġri f'ħafna setturi oħra f'dan il- pajjiż, u hija mera tar-raġunijiet li qed iwasslu lil dan il-pajjiż f'dawn id-diffikultajiet kollha.", "Madam Speaker, fir-rapport tas-Sur Mejlaq wieħed isib li saret ħafna kritika fuq ħlasijiet żejda ta' overtime u fuq shifts żejda.", "Fil-fatt illum nafu f'liema estremita` waslet il-Maltacom għaliex saħansitra wasalna biex nipprovaw inbiddlu ix-shifts tal-ħaddiema - kien hemm anke rapport f'gazzetta lokali fuq dan - fuq karta falsifikata li kienet tindika x-shifts li kellu jkun hemm fil-customer service unit tal-Maltacom.", "Anke protesta min-naħa tal-GWU kien hemm għal din il-forgery imma għal din l- isfaċċataġni ma kien hemm l-ebda risposta s'issa mill-Maltacom.", "Dawn ipprovaw ibiddlu x-shifts biex jipprovaw jiffrankaw mill-ħlasijiet tal- ħaddiema.", "Il-Partit tal-Ħaddiema jipprova jiffranka fuq il-ħaddiem iż- żgħir!", "Imbagħad meta nipprovaw nimpjegaw nies tal-qalba, ħbieb tagħna, saħansitra nimpjegaw nies minn barra l-kumpannija u nagħtuhom l-eluf kbar tal-liri.", "Aħna għandna informazzjoni li dan l-aħħar ġew impjegati xi nies tal-qalba f'pożizzjonijiet għoljin ħafna u ngħataw paga fenomenali.", "Ma nipprovawx niffrankaw u nagħmlu ekonomija fejn jidħlu l-ħbieb imma nipprovaw niffrankaw biss minn fuq il-ħlasijiet ta' l-overtime u minn fuq ix-shift allowance.", "Madam Speaker, issa niġi għall-famuż proġett tal-millennju li għandha fi ħsiebha l-Maltacom.", "Fil-fatt kien hemm il-ħsieb li l-istess sit f'Paceville jiġi żviluppat mill-amministrazzjoni preċedenti bħala regional training centre, u kien ikun ħafna iktar adattat li kieku ġie żviluppat hekk.", "Illum il-ġurnata r-regional training centre qiegħed f'post kompletament maqtugħ, qiegħed f'post li kellu jsir ħafna arm-twisting fuq l- Awtorita` ta' l-Ippjanar biex jingħataw il-permessi u issa minfloku qed naraw li se jsir il-famuż proġett tal-millennju.", "Tant qed tinħela enerġija fuq dan il-proġett li hemm il-biża' li l-Maltacom titlef id-direzzjoni primarja li dejjem għandu jkollha, li żżomm ruħha abreast ma' l-iżviluppi kontinwi fis-settur tat-telekomunikazzjoni.", "Ta' min isemmi li biex iseħħ dan il-proġett se jkollu jinbena torri mostruż fuq bini skedat.", "Ovvjament issa l-persuna li għandha influwenza kbira min-naħa tal-Maltacom se terġa' ddur fuq l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u forsi jerġa' jkun hemm naqra bending of the rules, nilwulha naqra jdejha ħalli forsi taċċetta li l- bini skedat jitwaqqa' u minfloku jinbena skyscraper.", "Madam Speaker, jien inħoss li r-raġuni primarja għalfejn dan il-proġett tant hemm min hu ħerqan li jarah jitwettaq ġejja sempliċement minn attentat biex niġġeneraw naqra xogħol f'ekonomija mħarbta wara dak il-ħafna għajat fuq ħofor u mhux ħofor.", "Tgħidu li hemm il-ħtieġa assoluta għall- iskyscraper, li se jkun parti essenzjali mill-proġett tal-millennju, minħabba l-fatt li fuqu se jkun hemm communications tower, li jrid ikun ogħla mill-ikbar point li hawn f'pajjiżna.", "Issa jekk inti trid tmur fl- ogħla punt li hawn f'pajjiżna, il-common sense jgħidlek li ma tmurx at sea level imma tagħżel sit li min-natura tiegħu jinsab fl-għoli u tipprova tagħmel communications tower hemm.", "Imma le, aħna rridu noħolqu dawn il- proġetti, li ħafna minnhom huma bla bżonn, partikolarment dan il-proġett, biex kemm jista' jkun nagħtu kick-start lill-ekonomija ta' pajjiżna.", "L- entrepreneurs li diġa` nvestew eluf kbar ta' liri fiż-żona ta' Paceville jgħidu li diġa` hemm over-concentration ta' negozji f'din iż-żona.", "Allura wieħed jistaqsi: Għalfejn qed isir dan il-proġett, jekk mhux biex niġġeneraw naqra xogħol biex forsi nagħtu l-impressjoni li r-rota reġgħet bdiet iddur?", "Madam Speaker, il-logo tal-Maltacom jinkludi fih il-Morse code.", "Il-logo tas-settur tat-telekomunikazzjoni, li suppost huwa l-iktar settur futuristiku, qed jinkorpora ħaġa li llum il-ġurnata jiftakruha n-nanniet tagħna.", "Dan il-logo juri r-rabta tremenda, forsi rabta sentimentali wkoll, li għandu l-Onor.", "Mizzi mal-Morse code.", "Dan huwa logo sinifikattiv ħafna għaliex juri r-rabta assoluta li għandu l-Partit Laburista mal-passat - fil-fatt il-Morse Code spiċċa mat-Titanic - u qed jindikalna t-triq li se jaqbad dan il-pajjiż fil-futur, li minflok se twassalna għall-millennju l- ġdid se tibgħatna lura għas-seklu li għadda.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, jien rajtu ftit stramb il-mod kif beda jiżvolġi ruħu dan id-dibattitu dwar l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna li l-iskop tiegħu huwa, li l-Parlament jawtorizza lill-Gvern li jiġbor b'self somma ta' flus li tkopri nefqa rikorrenti u nefqa kapitali dejjem akbar.", "Meta tisma' lill-Onor.", "Dalli, lill-Onor.", "Pullicino Orlando u lill-Onor.", "Membri l-oħra ta' l-Oppożizzjoni jitkellmu fuq ċifri, fuq il- Morse code u fuq elf ħaġa oħra - saħansitra l-Onor.", "Dalli daħħlielna l- fatati fin-nofs - tibda timmaġina li l-Partit Laburista fil-gvern sab kollox nadif u kollox preċiż, speċi ta' kemm ikompli fuq dak li sab.", "Allura forsi jkun hawn min jistaqsi: Imma f'din is-sena u nofs x'għamel il- Partit Laburista?", "GĦaliex qegħdin illum niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi?", "Il-fiduċja fil-Partit Laburista ma tlabnihiex mingħand il-Partit Nazzjonalista imma mingħand il-poplu, li fl-aħħar elezzjoni qal lill-Gvern ta' l-Onor.", "Eddie Fenech Adami li ma setax jibqa' jmexxi b'tali manjiera li mingħalih kellu l-fiduċja kollha, u sena wara sena dejjem żied id-dejn, tant li qatt ma kellna problema finanzjarja daqskemm wiret il-Gvern Laburista wara l-aħħar elezzjoni.", "Il-gravita' tal-problema li ħalla warajh Gvern Nazzjonalista kienet shocking.", "Il-verita` hija li llum aħna qed nitolbu lill-Parlament biex jawtorizza li tinġabar somma ta' flus b'self f'Malta biex tagħmel tajjeb għall-problemi kbar finanzjarji li aħna writna mingħand il-Gvern Nazzjonalista.", "Dik hi l-verita`.", "Din bħal kawża fil- qorti.", "Wieħed li għandu liability fuqu ma jistax imur il-qorti u jgħid li m'għandux x'jaqsam wara li jinstemgħu l-provi ta' l-attur u l-konvenut.", "Fid-dibattitu hawnhekk għandna Gvern u Oppożizzjoni, l-attur u l-konvenut.", "L-imħallef, jew aħjar il-poplu Malti, qed jinduna li ħafna mil-liabilities li l-Gvern għandu huma legacy tal-Partit Nazzjonalista fid-disa' snin li kien ilu fil-gvern.", "Din hija l-problema strutturali tal-finanzi.", "Ovvjament jiena m'iniex finanzier imma ċ-ċifri kulħadd jaf jaqrahom u minn hawn toħroġ il-fiduċja.", "Madam Speaker, aktar kmieni f'dan id-dibattitu l-Onor.", "Dalli qal li l- Gvern Laburista mhux qed jispira fiduċja.", "Imma nimmaġina li l-Onor.", "Membru qrah ir-rapport tas-Central Bank, fejn f'paġna 27 hemm spjegat kif baqa' tiela' l-GDP.", "Fil-fatt insibu li fl-1996 ma waqafniex jew morna lura - kieku ġara hekk wieħed kien ikun ġustifikat li jgħid li wara sena u nofs ta' tmexxija Gvern Laburista mhux qed jispira fiduċja fil-pajjiż - imma morna 'l quddiem.", "Hawnhekk kellna żieda ta' aktar minn Lm50 miljun.", "Dawn ġew hekk?", "Allura din m'hijiex fiduċja?", "L-exports ukoll baqgħu telgħin.", "Allura jsejħulha sfiduċja li l-esportazzjoni minn Malta baqgħet tiżdied b'mod sostanzjali?", "Anzi għall-ewwel darba qed ikollna riżultat li anke l- gap tal-balance of payments ċkienet b'iktar minn Lm20 miljun.", "Din m'hijiex fiduċja, Onor. Membri ta' l-Oppożizzjoni?", "In-negozju fil-Borsa ta' Malta, negozju organizzat b'mod professjonali, fejn wieħed ibigħ u l-ieħor jixtri, ma naħsibx li kien jiżdied kieku ma kienx hemm fiduċja sħiħa.", "L-Onor.", "Dalli qal ukoll li għexieren ta' ħaddiema tilfu x-xogħol u kien hemm ħafna part-timers li tilfu ħobżhom.", "Ħalli naraw kif inhuma l-affarijiet illum verament.", "Qalulna li meta l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern fl-1987 sab diżastru fil-pajjiż.", "Issa allaħares tieħu għalihom, għax in-Nazzjonalisti jitkellmu b'mod li wieħed jista' jaħseb li huma anġli!", "Dawn kieku għalihom, wara disa' snin ta' tmexxija ħallew sitwazzjoni fejn ma kellna għalfejn inċaqalqu xejn.", "Ejjew naraw daqsxejn kif kienet il-pożizzjoni meta telqu f'Ottubru ta' l-1996, wara li l-Onor.", "Fenech Adami ħass li kellu jmur għall-ġudizzju tal-poplu.", "F'Otubru 1996 kien hemm kważi 13,000 impjegat li kellhom full-time job u part-time job.", "Fl-aħħar ta' l-1997 dawn żdiedu għal iktar minn 14,500.", "Allura din m'hijiex fiduċja?", "Jekk inħarsu wkoll lejn l-istatistika tal-gainfully occupied insibu li wara li tneħħiet it-taxxa tal-VAT - skossi kien hawn imma mhux daqs kemm meta n- Nazzjonalisti daħħlu t-taxxa tal-VAT - id-decline fin-numru tas-self- employed bdiet tonqos.", "Dik hi l-verita`.", "Din ukoll hija fiduċja fit- tmexxija tal-Partit Laburista f'dawn l-aħħar sena u nofs.", "Meta wieħed jara x'kienet il-figura totali sa Diċembru 1996 u kif inhi llum, isib li hemm żieda ta' aktar minn 2,000 ruħ bħala gainfully occupied.", "Skond l- aħħar statistika ta' l-1996 li għandi quddiemi - qed nikkwota mis-Central Bank report - kien hawn 136,800 ħaddiem li kienu gainfully occupied u dan in-numru tela' għal madwar 138,000.", "Dik hija l-verita`.", "Għax ma ngħidux li l-ħofor finanzjarji li l-pajjiż wiret tant kienu kbar li allaħares ma ħadniex il-miżuri li ħadna u li se nkomplu nieħdu biex inrażżnu d-deficit!", "Mhux se nsolvu din il-problema malajr, għax fi tmexxija ta' disa' snin id-dnub Nazzjonalista tant kien kbir li biex jinħafer iridu jgħaddu s-snin.", "U jiddispjaċini ngħid imma se jkun il- Partit Laburista li se jaħfirulhom.", "Bħala partit serju u bir- responsabbilta` kollha kellna nieħdu ċerti deċiżjonijiet, anke fuq il- politika ta' l-Ewropa.", "Dalgħodu ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Sceberras Trigona jispjega punti saljenti, fejn qal li m'għandniex inħarsu lejn l-Ewropa biss.", "Nagħmlu sewwa li niddiskutu magħhom dwar il-free trade zone, għax hemm ħafna x'nagħmlu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Jekk, per eżempju, il-laħam jew il-qamħ huwa irħas mill-Amerka jew mill-pajjiżi tan-NAFTA - malajr jaħsbuna li qed nitkellmu fuq iż-żejt tal-vapuri! - allura m'għandniex inkunu ħielsa li nagħmlu trattati mal-pajjiżi li jaq/għu taħt in-North American Free Trade Area biex nieħdu l-aħjar għall-ġid ta' Malta?", "Aħna responsabbli bħala Partit Laburista li dak kollu li nagħmlu nagħmluh għall-ġid ta' pajjiżna u mhux b'għajnejna magħluqa u ma naslu mkien.", "Kien ilhom jiddibattu għal iktar minn disa' snin fuq l-Ewropa u qatt ma waslu mkien.", "Imma meta aħna għidna lill-poplu Malti li se mmorru għal free trade zone, bdejna naħdmu fuq dik il-linja u llum qed naslu.", "Illum it-taħdidiet mexjin ma' l-Ewropa u wasalna biex ikollna ftehim.", "Għadda ż-żmien li niddieħku bina nfusna, kif kienu jagħmlu n-Nazzjonalisti meta kienu jgħidu li qegħdin iħabbtu buq il-bieb ta' l-Ewropa, li dalwaqt jiftħulhom, jew li baqgħalhom tarġa waħda biss x'jitilgħu.", "Il-Partit Laburista huwa partit li dak li jwiegħed jagħmlu.", "Madam Speaker, meta nitkellmu fuq is-sovranita` ta' pajjiżna, barra l- ħelsien li tant ħdimna għalih u li żgur m'hemmx għalfejn niddiskutuh għaliex huwa anke entrenched fil-Kostituzzjoni, irridu ninkludu wkoll il- munita tagħna.", "Dan l-aħħar tkellimt ma' persuna importanti fil-European Union, persuna ġejja minn Holland, pajjiż żgħir a paragun tal-Ġermanja u l- Ingilterra.", "Dawn għandhom problema għax il-guilder Olandiż huwa b'saħħtu ma' muniti oħra, bħal-lira Taljana, il-peseta Spanjola, id-drachma Griega.", "Imma ma tantx hemm x'tagħmel għaliex, kif intqal dalgħodu, ċerti affarijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea l-ewwel tisma' bihom fil-kurituri tal-palazz, imbagħad joħorġu baxx baxx u jkollok tiblagħhom, trid u ma tridx, għaliex inti membru ta' l-Unjoni.", "Tajjeb li l-poplu Malti jkun jafhom dawn l- affarijiet għaliex meta inti titlaq is-sovranita' fuq il-munita tiegħek tkun qed titlaq ukoll il-kontroll ta' l-istess munita, għaliex imbagħad is- Central Bank ma jibqalux l-istess saħħa.", "M'hemmx dubju li l-monetary union lill-Olanda se tiswiha ħafna.", "Issa jien ġibt l-eżempju ta' l-Olanda u tajjeb li min jixtieq jidħol fl-Unjoni Ewropea jirrifletti naqra fuq dawn l- affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Issa aħna nifilħu nagħmlu dawn l- affarijiet proprju meta għandna kriżi finanzjarja, wirt Nazzjonalista drakonjan, li meta tħares lejh u tirrifletti fuq dawn l-ideat tgħid: Jien fejn se mmur?", "Aħna ma rridux nagħmlu l-affarijiet mingħajr ma noqogħdu nagħtu kas tal- konsegwenzi li jista' jkollna.", "Il-commitment hu li nrażżnu kemm jista' jkun dik il-fiscal problem li għandu pajjiżna.", "Meta l-Oppożizzjoni tiġi titkellem fuq ir-responsabbilta` trid tkun serja, għax allaħares nibda ngħid x'ħallew warajhom!", "Qed jiġu hawnhekk jitkażaw għaliex ġejna nitolbu l-approvazzjoni biex nissellfu Lm110 miljun, meta jekk inħarsu lura nsibu li dawn huma l-problemi li writna mingħandhom.", "Kieku kellna a clean slate, u kieku ma kellna l-ebda problema fiskali, konna nistgħu mmexxu mingħajr problemi.", "Gvernijiet Laburisti ta' l-imgħoddi ma ħallewx problemi finanzjarji warajhom, dejjem ħallew il-flus fil-Kaxxa ta' Malta, anke fl- 1987.", "Jiġifieri minn meta telgħu n-Nazzjonalisti fl-1987 sakemm niżlu fl- 1996 kellhom sitwazzjoni finanzjarja li setgħu kieku riedu jmexxu biha.", "Madam Speaker, Gvern Nazzjonalista li tant kien jiftaħar li hu modern fit- tmexxija tiegħu u xempju ideali ta' good management, kien jixraqlu li jagħmel vendikazzjonijiet regolari fuq nies innoċenti?", "X'inhuma dawn is- sentenzi li qed ikollna fil-qorti, li jitkellmu fuq vendikazzjonijiet fuq ħutna Maltin, Laburisti u m'humiex?", "Billi tkun Laburist taħt Gvern Nazzjonalista - din parti mit-tmexxija tal-gvern - kif tista' tiġġustifika li ma tħallix lil min jipproduċi, kif kien jipproduċi bit-talenti tiegħu, u tneħħih, jew inkella tagħtih transfer bla raġuni.", "Fil-qorti kellna każ ta' ħaddiem li f'ġurnata waħda ngħata ħames transfers.", "Dan sar taħt Gvern Nazzjonalista, gvern li tela' bl-għajta ta' solidarjeta` u ġustizzja.", "Din hija t-tmexxija?", "Gvern Nazzjonalista kien jaqbad u jagħti l-flus bl-addoċċ lil kull min kien jinkarigah b'xi biċċa xogħol.", "Dan huwa l-wirt ta' Gvern Nazzjonalista u aħna llum irridu naraw kif nagħmlu biex nirranġaw sitwazzjoni xejn sabiħa.", "Meta tlajna aħna fil-gvern m'għamilniex dawn l- affarijiet, anke fil-każ ta' dawk il-ħaddiema li ħadmu b'mod fin fil- kampanja elettorali kontra l-Partit Laburista - u nafuhom dawn - u ħallejniehom jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tagħhom, għaliex aħna gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, u aħna gvern responsabbli f'dak kollu li għandu x'jaqsam mat-tmexxija.", "Madam Speaker, il-mutur ekonomiku għaddej bis-saħħa u m'għandix dubju li se jżid ir-ritmu, naturalment bl-isforzi tagħna lkoll.", "Imma huwa evidenti li l-mutur Nazzjonalista qata' nifsu u tant għejja li f'Ottubru ta' l-1996 il-poplu Malti ta sentenza tiegħu mingħajr ekwivoċi iżda sfortunatament tan- naħa l-oħra għadhom ma jistgħux iniżżluha, tant li għadhom anke joħolqulna problemi fil-Parlament biex aħna ma mmexxux.", "Ma jafux dawn li aħna bħala partit qatt ma qtajna qalbna minn ħadd?", "Fl-antik mhux dawn biss kellna problemi.", "Fis-sebgħinijiet u fit-tmenijiet il-poplu Malti kellu kriżijiet, problemi mal-barranin u ħafna problemi oħra, u l-Partit Laburista kollha sab tarfhom, bħalma se jsib tarf il-wirt ikrah li sab.", "Din bħal meta persuna li jmutilha xi ħadd minn tal-familja u tmur tara x'ħallielha missierha, issib li aħjar tiżvesti ruħha b'rikors ta' l-inventarju milli tiret għax ikun aħjar għaliha li ma tipprovax tidħol fiż-żarbun tal-mejjet.", "Pero' meta jkollok transfer minn gvern għal gvern ma jistax isir hekk.", "Aħna rridu nkomplu fuq dak li sibna, dejjem nipprovaw nirranġaw, ħalli nġibu our house in order.", "F'wieħed mis-seminars li kien hemm din il-ġimgħa l-Prim Ministru qal li l- affarijiet bdew ġejjin in order, u rridu nkomplu nżidu l-enerġiji tagħna, nilqgħu ċ-challenges, speċjalment dawk l-external challenges, biex insaħħu l-exports, ħalli fl-1998 nilħqu l-expectations tagħna u fil-millennju l- ġdid - ħallik minn dak it-torri, mhux dak l-importanti, Onor. Pullicino Orlando - inkunu qegħdin diġa` stradati tajjeb ħalli dan il-pajjiż ikompli miexi 'l quddiem fil-paċi u l-progress.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, x'ħin smajt lill-Onor.", "Farrugia jitkellem kważi bdejt nemmen li qed ngħix f'dinja oħra.", "Pero' x'jgħid the man in the street meta jara l-mod kif qiegħed imexxi dan il-Gvern, li issa wasal biex jerġa' jissellef Lm110 miljun oħra.", "Jekk aħna naraw kemm beħsiebu jissellef f'dawn is-sentejn, sal-budget li jmiss, insibu li bejn wieħed u ieħor se jkun eċċeda s-somma ta' Lm250 miljun, jew aħjar kwart ta' biljun lira.", "Meta nqisu li hawn 280,000 votant, dan ifisser li fuq kull ras il-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant qed ipoġġi piż ta' Lm900.", "Ftit ilu smajna lill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jgħajru lilna dwar il-miljuni li l-Gvern Laburista qed ikollu joħroġ biex iħallas l-imgħaxijiet fuq self li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista, li skond huma sar f'ambjent ta' ħela.", "Issa b'dan li qed jissellef il-Gvern tal-lum irid kważi Lm20 miljun - għax l-imgħax ħiereġ bis-7.2% - biex iħallas l-imgħaxijiet fuq Lm260 miljun, li se jkun issellef f'dan il-perijodu ta' sentejn.", "Madam Speaker, għaliex kien issellef il-Gvern ta' qabel?", "Il-Gvern preċedenti kien issellef biex jagħmel xogħol infrastrutturali - biex illum paxxejna lill-Gvern Laburista ħalli jkun jista' jbigħ shares fil- Malta International Airport u ħalli jkun jista' jbigħ shares tal-Maltacom lill-privat! - u rranġa l-infrastruttura b'mod li mhux biss ħoloq xogħol, mhux biss aġġorna ruħu, mhux biss ġabna fuq quddiem fis-sistema tat- telekomunikazzjoni imma rrenda biżżejjed sabiex seta' jbigħ ix-shares.", "Qalulna li f'inqas minn sena - għax fil-5 ta' Novembru tas-sena li għaddiet tressaq il-budget - tant issodat it-Telemalta u tant issodat l-MIA li l- Gvern issa jista' jbigħ ix-shares u jiġbor il-miljuni minnhom, u wara li jiġbor il-miljuni tax-shares imbagħad jerġa' jiġbor it-taxxa u b'hekk dawn jibqgħu jirrendu lill-Gvern.", "Dak li verament kellu bżonn il-poplu Malti.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa jien ma nafx kif il-Ministru tal-Finanzi - biex ma ngħidx il-Prim Ministru - ma qabadx lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u tah erba' kotba oħra biex jippubblikahom, forsi on the way kien isib Lm23 miljun oħra kull darba - u mela jiġi jgħidilna li ma jafx kif f'daqqa waħda sab li kien hemm dħul ta' Lm23 miljun! - u konna niffrankaw din il-maratona ta' diskussjoni u konna anke nagħmlu monument lis-Sur Ellul.", "Pero' jekk veru li fl-ogħla istituzzjoni monetarja u finanzjarju ta' Malta ħarbitilhom biċċa xogħol ta' Lm23 miljun, allura bħalma naraw f'pajjiżi oħrajn u bħalma rajna lill-Onor.", "Charles Mangion jieħu r-responsabbilta` u joffri r-riżenja tiegħu wara żball jew ineżattezza ta' ħaddieħor, nippretendi li waqt il- laqgħa tal-Public Accounts Committee - li tibda minn hawn u ftit ieħor - il- Gvernatur tal-Bank Ċentrali għandu u ħaqqu jippreżenta r-riżenja tiegħu, għax dan kollu juri ineffiċjenza totali.", "M'aħniex qegħdin nitkellmu fuq Lm100, fuq Lm1000 jew fuq ċifra żgħira li setgħet marret ħażin imma qegħdin nitkellmu fuq ċifra kbira.", "Min suppost qed jikkontrolla b'kemm tipproduċi Malta, min suppost qed jikkontrolla l- Fond Konsoldat, min qed jikkontrolla l-ħruġ u d-dħul mill u fil-Kaxxa ta' Malta mhux żball gravi għamel imma żball kważi sagrileġġ.", "U jien ngħid li bħalma għamel żball hemm, jista' jkun li għamel żball ukoll fir-rapport dwar kemm qed jipproduċi l-pajjiż.", "Jista' jkun ukoll li dan għamel żball fiċ-ċifra li niżżel ta' kemm qegħdin jaqilgħlu il-lukandi, ta' kemm qed jonfqu t-turisti u ta' kemm qed idaħħal il-Gvern mill-income tax.", "U x'ħin wieħed joqgħod jaħseb verament li l-Bank Ċentrali - li suppost jamministra budget ta Lm500 miljun f'sena - jagħmillek żball ta' 5%, allura naraw kemm veru m'hemmx preparazzjoni serja u kemm min hu responsabbli ma ħaqqux li qiegħed fil-pożizzjoni li qiegħed.", "Pero' ma nixtieqx li jgħidu li ġejt hawn biex nagħmel attakk fuq il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "X'ħin jorqod għandu l-kuxjenza tiegħu u jara hu jekk huwiex dehen li jibqa' hemmhekk jew joffri r-riżenja lil min suppost, imbagħad jekk għandhomx jaċċetawha dik tkun ħaġa oħra.", "Madam Speaker, għaliex qegħdin nissellfu Lm110 miljun?", "Qegħdin nissellfu dawn il-miljuni kollha biex nissodisfaw ir-rigal ta' Lm3 miljun li l-Labour Party ingħata mingħand il-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant fuq proprjeta' f'Pembroke.", "Għax l-art ta' Pembroke għandha valur ta' Lm3 miljun, bil-mod kif ġie skontat mil-Lands fir-rigal li tawhom, u minkejja t-turija biċ-ċar ta' kif ġraw l-affarijiet, l-illustrissimi Onor. Membri tal-Gvern ta' quddiemna għoġobhom xorta japprovaw.", "Il-Gvern qiegħed jissellef Lm110 miljun sabiex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' dħul mit-taxxa - għidilha VAT, TAV jew ETS - u għan-nuqqas ta' dħul kaġunat minn nuqqas ta' ġenerazzjoni ta' kummerċ.", "Dawk li huma fil- professjoni notarili, kemm aħna kif ukoll tan-naħa l-oħra, jiltaqgħu ma' nies li qegħdin fil-kummerċ, ma' tal-lukandi, ma' tal-bini u ma' nies li qegħdin jaqilgħuha u jiekluha.", "Niltaqgħu ma' nies li qabel kienu jiġu għandna b'wiċċ daħkan għax ir-rota kienet iddur u dawn in-nies illum jiġu għandna nkwetati.", "Dak tal-lukanda jiġi nkwetat mhux għaliex sal-ġimgħa l- oħra ma kienx kompetittiv imma għaliex minkejja li l-Ministru tat-Turiżmu ħoloq l-awtorita` nazzjonali tat-turiżmu, din l-industrija ħadet gambetta - li qrajna dwarha fil-gazzetti l-ġimgħa l-oħra - meta l-operaturi li f'ħafna xhur fis-sena joperaw on a break-even basis biex ma jżommux il- lukandi tagħhom vojta, illum għollewlhom is-servizz tad-dawl, ta' l-ilma u tad-drenaġġ b'mod li min kien iħallas Lm10,000 issa se jkollu jħallas Lm16,000, u min kien iħallas Lm20,000 issa se jaqbeż it-Lm30,000.", "Madam Speaker, ċerti kuntratturi żgħar jippreferu jsibu xi biċċa xogħol, jagħmluha u jitħallsu tagħha milli jieħdu xi tender tal-gvern, għax iħossu li m'humiex kbar biżżejjed biex jidħlu għal ċertu xogħol.", "Illum insibu li ħafna negozjanti qegħdin jaħdmu bi tpartit - għax imbagħad dak li jkun jista' jerġa' ipartat ma' tal-konkos u ma' tal-barriera - biex għallinqas ikun qed iħaddem in-nies.", "Illum il-first-time buyers jinsabu mdejqin minħabba l-istat li tinsab fih l-ekonomija.", "Bil-pass imgħaġġel li qabel kienet għaddejja bih l-ekonomija, meta dawn kienu jixtru l-proprjeta' kienu jikkalkolaw id-dħul li kien se jkollhom mill-overtime, imma llum peress li x-xogħol naqas dawn ikollhom jgħaddu bil-paga biss, sakemm ma taqrax f'xi gazzetta li xi kumpanija kellha tnaqqas in-nies minħabba nuqqas ta' xogħol.", "Jiġifieri n-nies li qabel kellhom garanzija ta' standard of living għoli llum qed ikollhom jgħaddu bil-paga minima.", "Madam Speaker, għaliex taħseb li l-Gvern qed jitlob biex jissellef Lm110 miljun?", "Għaliex filwaqt li qabel l-elezzjoni l-Onor.", "Alfred Sant kien wiegħed li se jkun kapaċi jsolvi l-problemi tat-tarznari, illum wara sena u nofs baqa' ma solva xejn u lit-tarznari tahom Lm24.6 miljun biex jaqtgħu l- kontijiet li għandhom u mhux biex jinvestu f'xogħol ġdid li jkun jista' jrendi.", "U hawn hu l-ħażin.", "Il-Gvern mhux qed jitlobna l-flus biex jinvesti f'xi ħaġa ħalli b'dak li jaqla' jkun jista' jħallas l-imgħax imma qed jitlobna l-flus ħalli jkun jista' jżomm f'wiċċ l-ilma.", "Meta bniedem imur il-bank biex jissellef l-ewwel jistaqsuh jekk għandux x'jagħmel tajjeb - illum fuq self ta' ammonti żgħar il-bank ma jinsistix għal garanzija bankarja jew għal garanzija ipotekarja fuq propjeta' jew fi flus - imma iktar minn hekk jimportahom jekk huwiex kapaċi jħallashom lura.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta kienet sospiża fl-4.50 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Abela sabiex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, kont qed ngħid li meta bniedem imur il- bank biex jissellef, waħda mill-affarijiet li jistaqsuh tkun jekk huwiex kapaċi jħallas lura mhux biss l-imgħax imma l-kapital li jkun issellef.", "Issa f'dan il-każ il-Gvern m'hu qed jipproponi l-ebda mezz dwar kif se jagħti lura l-ammont li se jissellef.", "Allura llum min se jerġa' jinvesti Lm110 miljun fil-Gvern jekk mhux dak il-bank li fih il-Gvern għandu maġġoranza ta' l-ishma u li faċilment joħroġlu direttiva u l-bank ikollu jsellfu?", "Pero' self wara self il-likwidita' tal-bank se tonqos sostanzjalment u allura l-qligħ u d-dividends se jonqsu wkoll - nafu, per eżempju, li l-Mid-Med Bank dan l-aħħar ħabbar il-qligħ għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u dan kien ħafna inqas minn dak tas-soltu - u żgur li l-bank mhuwiex f'pożizzjoni li jinvesti ammont sostanzjali kif qed jitlob il-Gvern.", "Madam Speaker, raġuni oħra għala l-Gvern qed jitlob li jagħmel dan is- self hi biex jagħmel il-proġett ta' l-akkwarju li għall-ewwel kien ġej f'Marsascala imbagħad f'daqqa l-Gvern iddeċieda li jiżviluppah x'imkien ieħor.", "Huwa veru li f'Marsascala se jirranġalhom il-bankini pero' naħseb li kieku dan l-akkwarju kellu jsir f'Marsascala kien iressaq iżjed opportunitajiet ta' negozju lejn dik il-lokalita'.", "Għall-grazzja t'Alla, fit-tramuntana ta' Malta diġa' hemm investiment biżżejjed, pero' hawn xniegħa li dan il-proġett se jsir fil-Qawra, in-naħa ta' Fra Ben.", "Hemm ukoll indikazzjonijiet li ċerti xogħlijiet li saru fuq il-famuż proġett ta' embellishment ta' Buġibba u l-Qawra se jitneħħew biex jagħmlu post għal dan l-akkwarju.", "Madam Speaker, il-Gvern tal-lum qed jissellef Lm110 miljun għal xogħlijiet infrastrutturali u qed jgħid li m'għandux mezzi biex iħallashom matul din is-sena.", "Kif jafu l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra, pajjiżi oħrajn li għażlu li jidħlu fl-Unjoni Ewropea għal proġetti infrastrutturali bħal dawn qed jingħataw ħafna għajnuna fi flus.", "Dan l-aħħar smajna li l-Water Services Corporation għandha bżonn il-miljuni sabiex tkun tista' twassal prodott aħjar lill-konsumatur u għaldaqstant din qed isibuha bħala skuża għat-tariffi l-ġodda li għamlu.", "Issa kieku konna membri fl-Unjoni, il-flus għal dan il-proġett u għal diversi proġetti oħrajn konna nġibuhom permezz ta' għotja.", "L-istess nista' ngħid fil-każ tal-biedja, Madam Speaker.", "Il-Ministru tal-Biedja u Sajd jaf sew li kieku Malta kellha ssegwi din it- triq, il-bidwi Malti kien ikollu prezz garantit għall-prodott tiegħu u ma kienx ikollu l-ħtieġa li bħalma għamel f'dawn l-aħħar snin, kemm taħt Gvern Laburista u kif ukoll taħt Gvern Nazzjonalista, jitlob l-għajnuna u s- sussidju mingħand il-gvern.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, ma nafx jekk l-Onor.", "Abela jixtieqx jgħidilna kemm għandu jkun dan il-prezz garantit.", "Nitolbu jkun iktar ċar fid-diskors tiegħu ħalli l-bdiewa jkunu jafu x'qed jingħad.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, il-Ministru jaf li 60% tal-flus li l- Unjoni Ewropea toħroġ bħala assistenza jmorru b'risq l-agrikoltura.", "Dan is- settur ta' l-ekonomija Maltija m'huwiex daqstant kbir f'termini ta' GDP imma huwa settur li kapaċi jżommna self-sufficient fejn jidħlu l-ħxejjex.", "Nixtieq nappella biex inkunu b'saqajna ma' l-art u mhux l-ewwel inwiegħdu lill-bdiewa li se jesportaw imbagħad ma niftħulhomx il-bibien biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Raġuni oħra għaliex il-Gvern qed jitlob li jissellef Lm110 miljun hija biex jagħmel plaza oħra fil-Belt bħala l-proġett tal-millennju.", "Madam Speaker, waqt li inti kont qiegħda tiddelibera dwar it-talba ta' l-Onor.", "Gonzi, jien kont qed nitkellem ma' Onor. Membru tan-naħa l-oħra u ma' l- Onor. Guido de Marco u għidna li kien jagħmel aktar sens għal pajjiżna li kieku l-proġett tal-millennju kellu jkun il-bini ta' belt ġdida f'xi post fejn la għandek għalfejn tħassar l-ambjent u lanqas issir ħsara lil pajjiżna jekk jittellgħu high-rise buildings.", "(Interruzzjonijiet) J'Alla tagħmlu, jekk tagħmlu nneħħilek il-kappell!", "Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali qed jgħid li beħsiebu jagħmel proġett bħal dan fil-Gudja.", "Aħna konna qed naħsbu li iżjed jista' jsir lejn Baħar iċ-Ċagħaq.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux tgħolli s-sulari.", "Naħseb li kien ikun utli kieku sibna area bħal dik li hemm taħt il-Għargħur, in-naħa ta' Baħar iċ- Ċagħaq, fejn l-art hija proprjeta' tal-gvern u għalhekk m'hemmx il-problema li l-Lands irid jakkwista titlu fuq dik l-art.", "F'din l-area il-gvern ikun jista' jibni appartamenti biex jinbiegħu jew jinkrew, u fl-istess ħin m'hi se ssir l-ebda ħsara għax fil-post li qed insemmi hemm art moxa.", "B'hekk inkunu nistgħu nersqu viċin mhux biss biex nagħtu kick-start lill- ekonomija imma anke nkunu qed nagħtu kontribut siewi biex intejbu l-qagħda soċjali ta' ħutna l-Maltin.", "M'iniex ngħid li b'hekk se nsolvu l-problema tal-housing totalment, għaliex sfortunatament din tant kibret li kważi ma tista' ssolviha qatt.", "Nerġa' ngħid li peress li l-art hija tal-gvern, il- postijiet li jkollu l-gvern ikun jista' jbiegħhom bi prezz baxx u ma jkollux għalfejn jissellef biex joħroġ aktar sussidju għax-xiri ta' housing units.", "Madam Speaker, ħaġa oħra għaliex il-Gvern qiegħed jitlob li jissellef dawn il-flus hija sabiex ikun jista' jgħolli aktar sulari fuq bini eżistenti.", "Hija ħasra li l-gvern f'ħafna blokki qed jgħolli sular biss għax għal sular wieħed qed ikollu jidħol f'ħafna spejjeż, fosthom li jestendi l-lift, jaqla' l-kontrabejt, jerġa' jgħaddi s-sistemi tal-katusi ta' l-ilma u tad-drenaġġ, u l-ispiża se tiġih daqslikieku bena tliet sulari fuq art verġni.", "Sfortunatament il-ħela ta' flus tiġi minħabba nuqqas ta' ħsieb.", "Illum jekk tibni erba' sulari, in-nies jippretendu li jkollhom lift u biex tagħmel lift sura ta' nies jaf jiswik madwar Lm10,000.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Qed nieħu gost nisma' lill-kollega tiegħi jitkellem fuq il-housing għax jien nikkonsidra kull suġġeriment li jsir, jiġi minn liema naħa jiġi, pero' nixtieq infakkru li aħna qed ngħollu s- sulari fuq bini eżistenti biex niffrankaw mill-art.", "L-eħfef ħaġa hija li tifrex u tieħu l-art imma aħna kemm jista' jkun qed nipprovaw insalvaw l- art.", "Ċertament li nieħu pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi jgħid li jaqbel ma' l-idea tal-Gvern li jgħolli s-sulari fuq bini eżistenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Minn dak il-lat naqbel ma' l-Onor.", "Membru pero' min- naħa l-oħra naf li f'ċerti lokalitajiet - anke lokalitajiet li nirrappreżenta jien stess, fir-Rabat, per eżempju - se jkollna l-problemi malli nibnu sular ieħor għaliex il-pedamenti ma jifilħux.", "(Interruzzjonijiet) Mela aħjar tiċċekkjaw l-affarijiet sew għax il-permess tal-bini diġa' ħareġ u mhux tiġi tgħid li għad tridu tivverifikaw jekk strutturalment il-pedamenti eżistenti jifilħux għal aktar piż.", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini ngħidlek li jew ma sarx sew jew min informak ma nformakx sew.", "Għalhekk nista' ngħid li mingħajr ma joqgħod jissellef, il-Gvern jista' jasal biex jagħti dan is-servizz ta' social housing billi jipproġetta ċerti areas ġodda għal bini high-rise u b'hekk jevita milli juża ħafna art.", "Madam Speaker, raġuni oħra għala l-Gvern qiegħed jitlob li jissellef hija sabiex iħallas kontijiet li, skond hu, ma kienx ħaseb għalihom.", "Jien naħseb li kien ħaseb għalihom imma forsi ma għaddielux minn rasu li d-dħul minn ċerti setturi kien se jkun miljuni ta' liri inqas minn dak previst.", "Għaliex?", "Għax hemm slowdown fl-ekonomija.", "Allura x'hemm bżonn isir?", "Per eżempju, nixtieq nissuġġerixxi lill-Ministru Portelli li jekk jiġi biex jibni l-postijiet li qed insemmilu - nipprova nlaqqa' ħaġa ma' l-oħra biex forsi b'ġebla waħda nkun nista' nolqot żewġ għasafar - juża kuntratturi żgħar li ma jifilħux jibnu belt sħiħa jew jiżviluppaw areas kbar, u ma jifilħux jagħmlu l-bid bonds li talabhom jagħmlu l-Gvern għall-proġett tal- millennju - jiddispjaċini ngħid li f'dan il-każ il-Gvern ma tantx ħareġ b'suċċess fit-tenders li ntefgħu għax lanqas waħda m'hemm skond l- ispecifications li ntalbu - imma ċertament li huma kapaċi jibnu taħt id- direzzjoni ta' periti tajbin.", "Dik tkun verament kick-start oħra għall- ekonomija għax il-Gvern ikun qed joħloq xogħol għal dawk li jaħdmu fil- ġebel, għall-kuntratturi, għall-bajjada, għal dawk li jqiegħdu l-madum, għal min jgħaddi l-elettriku, għall-plumbers eċċ. u r-rota tibda ddur.", "B'dan il-mod il-prezzijiet ma jkunux għoljin u l-Gvern ma jkollux għalfejn jissussidjahom.", "Jekk il-Gvern jagħżel it-triq tan-nofs f'dak li huwa finishing, m'għandux għalfejn jonfoq iktar minn Lm15,000 jew Lm16,000 biex jipprovdi flat komdu għal familja mdaqqsa.", "B'hekk ikun jista' jsolvi wkoll il-problema ta' dawk l-anzjani li jkunu jridu xi appartament żgħir biex imorru joqogħdu fih.", "(Interruzzjonijiet) Il-privat trid tikkalkula l- qligħ tiegħu qabel ma tixtri mingħandu.", "Madam Speaker, jien m'iniex qed nitkellem fl-isfond li qed jitkellem il-Ministru imma fl-isfond li l-Gvern m'għandux għalfejn jiġi jissellef il-flus biex jissussidja l-housing.", "Il-Gvern għandu f'idejh areas li jekk jinbnew ma jagħmlux ħsara lill- ambjent.", "Il-Ministru jaf daqsi li aktar ma titla' 'l fuq aktar jonqsu l- ispejjeż - apparti li trid tidħol fi spejjeż addizzjonali biex tistalla lift - għaliex mhux se jkollok terġa' tagħmel pedamenti ġodda.", "(Interruzzjonijiet) Dan hu l-għaqal li qegħdin naraw illum fil-konfront tal- millennju l-ġdid li ninsabu resqin lejh?", "Aħna nixtiequ li l-millennju l- ġdid ifisser radd ġdid tas-salib għal Malta kollha, fejn nibdew naffrontaw il-problemi bis-serjeta', kif hemm bżonn li naffrontawhom.", "Fil-fatt ċerti problemi diġa' qed jiġu affrontati fil-Kumitati Permanenti tal-Kamra.", "Jien ngħid li bażikament fuq ħafna setturi nistgħu naqblu bejnietna, fis-sens li f'pajjiżna m'għandniex ġlied dwar kif għandha tmur l-ekonomija tal-biedja, tas-sajd, tat-turiżmu, tal-bini u ta' l-assistenza soċjali.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex l-Onor.", "Ministru jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nipproponi li l-Onor.", "Tony Abela jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Abela jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Madam Speaker, il-Gvern qed jissellef mhux biss biex iħallas il- kontijiet imma wkoll biex jaħbi n-nuqqas ta' qligħ.", "Ċerti ministri qatt ma tawna indikazzjoni ta' kemm hemm barranin li jinsabu lesti biex jinvestu f'pajjiżna.", "Aħna nippretendu li l-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija jgħidilna li t-tali mprenditur jew it-tali kumpannija se jagħmlu investiment sostanzjali hawn Malta, liema investiment se jwassal biex jinħoloq ċertu ammont ta' xogħol u li permezz tiegħu se jkollna ċertu ammont ta' qligħ, biex il-poplu ma jkollux iħallas iżjed milli qed iħallas bħalissa.", "Madam Speaker, milli jidher it-taxxi li għamel dan il-Gvern la servew biex jimla' l-ħofor li qal li sab u wisq inqas biex jibda jagħmel xi filata fil-barriera li ħoloq hu stess!", "Għaldaqstant inħoss li l-poplu mhux biss m'għandux jafda lill-Gvern fis-self ta' flus iżda għandu wkoll ikun assigurat li flusu nvestiti fil-banek ma jintużawx għal skop li l-Gvern sal- lum għad m'għandux idea konkreta minn fejn se jinġiebu sabiex jitħallsu lura.", "Insibu li 15% minn dan is-self se jmur biex jissodisfa l-ħruġ ta' government stock li kien hemm qabel, imbagħad il-85% l-oħra nefaqhom mingħajr ma jaf kif se jroddhom lura.", "Biex dan ikun jista' jsir il-Gvern irid jew jiekol difrejh, jew jigdem subgħajh, jew inkella jkompli jneżża' lill-poplu Malti minn dak li tah Gvern Nazzjonalista.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, għandna quddiemna diskussjoni dwar jekk il-Parlament jawtorizzax jew le lill-Gvern ta' l- Onor. Alfred Sant sabiex jissellef Lm110 miljun oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Ablea.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, nimmaġina li l-Onor.", "Zammit Dimech se jagħmel diskors tajjeb u allura nippretendi li għandu jkun hawn quorum!", "Bħalissa ma naħsibx li hawn quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta kienet sospiża fil-5.22 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, nirringrazzja lid- diversi Onor. Membri li daħlu fil-Kamra, anke jekk temporanjament, biex ikomplu jsegwu din id-diskussjoni dwar dan is-suġġett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, ikolli niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta kienet sospiża fil-5.28 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, għal darba oħra niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "Milli jidher in-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma tridx tisma' dak li se jgħid l-Onor.", "Zammit Dimech!", "MADAM SPEAKER: Għal darb'oħra s-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta kienet sospiża fil-5.33 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, niskuża ruħi li kelli niġbed l- attenzjoni tas-Sedja għal nuqqas ta' quorum imma rridu niftakru li l- Oppożizzjoni ddikjarat li d-diskussjoni tal-lum hija importanti u li se tieħu sehem fiha - saħansitra uħud mill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra fil- ħerqa tagħhom marru kontra r-regolamenti u tkellmu fuq l-Unjoni Ewropea - u tant jidher li għandhom ħerqa l-Onor.", "Membri kollegi tagħna li ħlief tlieta minnhom m'hawnx fil-Kamra.", "Dan qed ngħidu ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf b'liema ipokrezija qed timxi l-Oppożizzjoni fil-Parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, naħseb li huwa evidenti li r-responsabbilta' għall-quorum hija tal-Gvern u tal-Membri tal-Gvern.", "Li l- Onor. Membri tal-Gvern jilagħbu b'dan il-mod mal-Parlament huwa ta' disprezz lejn il-Kamra u lejn aġir uman korrett li nistenna mingħand kull deputat.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'hawn ħadd min-naħa tagħkom!", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, il-Membri ta' din il-Kamra qed jaqdu d-doveri tagħhom f'ċirkostanzi diffiċli f'dan il-Parlament.", "Huma l-Membri tal-Gvern li għandhom jaraw li jkun hawn quorum.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, kompli bid-diskors tiegħek fuq is- suġġett li għandna quddiemna.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, huma l-Membri tal-Gvern li qed jonqsu mir-rispett tal-Parlament.", "Naturalment l-ikbar nuqqas ta' rispett ġej mill-fatt li n-naħa tal-Gvern m'hijiex lesta li tħalli lill- Parlament jiddiskuti l-mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar l-Unjoni Ewropea.", "(Għajat u storbju)", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża minħabba diżordni.", "Is-seduta kienet sospiża fil-5.38 p.m. u rriżumiet erba' minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech jista' ikompli bid-diskors tiegħu fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, dan il-Parlament qed jikkonsidra jekk japprovax jew le li l-Gvern jissellef Lm110 miljun oħra.", "Hawnhekk naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu ngħidu hi li dan li qed jagħmel il- Gvern ifisser li f'sena u nofs se jkun talab l-approvazzjoni ta' dan il- Parlament għal self ta' Lm300 miljun, aktar mit-total kollu ta' self li kien talab il-gvern ifformat mill-Partit Nazzjonalista matul disa' snin, u dan meta suppost li bid-dikjarar għandna gvern modern, effiċjenti u trasparenti.", "Fil-fatt sas-sena 1995, l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ġiet quddiem dan il-Parlament u talbet approvazzjoni għal aggregate sum ta' Lm235.8 miljun f'self.", "L-ewwel self li talab il-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant kien ta' Lm70 miljun.", "Naturalment wieħed jista' jargumenta li billi kien gvern ġdid, parti mis-self ta' Lm70 miljun li sar fl-aħħar tas-sena 1996 kien ippjanat mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Iżda meta wieħed jara l-projections li kien hemm mill-amministrazzjoni preċedenti jsib li fil-fatt ma kienx ipproġettat li jkun hemm self ta' iktar minn Lm35 miljun.", "Allura mis-somma ta' Lm70 miljun li l-Gvern preżenti ssellef fl-aħħar ta' l-1996, wieħed irid jattribwixxi s-somma ta' Lm35 miljun lill-amminstrazzjoni preżenti u Lm35 miljun oħra lill-amministrazzjoni preċedenti.", "F'Mejju tas-sena li għaddiet, jiġifieri fl-1997, il-Gvern preżenti talab l-approvazzjoni ta' din il-Kamra sabiex jissellef Lm72.4 miljun.", "Aktar tard talab sabiex jissellef Lm25 miljun oħra għat-Tarzna u mbagħad f'Novembru reġa' talab biex jissellef Lm95 miljun - fil-fatt l-approvazzjoni kienet għal Lm100 miljun imma jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri kif jidhru fl-estimi din hija mniżżla bħala Lm95 miljun - u allura, anke jekk ma ngħodd xejn mill-ewwel self ta' Lm70 miljun, wieħed malajr jirrealizza li qabel ma saret id- diskussjoni tal-lum il-Gvern preżenti kien diġa' talab biex jissellef Lm200 miljun.", "Issa għandna talba għal approvazzjoni ta' Lm110 miljun oħra, u dan ifisser li qed naqbżu Lm300 miljun b'kollox.", "Meta wieħed iqabbel dan is- self mas-self totali ta' l-amministrazzjoni preċedenti jsib li qegħdin nipparagunaw self ta' aktar minn Lm300 miljun f'sena u nofs ma' self ta' Lm236 miljun f'aktar minn disa' snin.", "Dan kollu fi sfond li l-Partit Laburista, li mill-oppożizzjoni kien jitkellem kontra s-self u l-konċett ta' dejn, u kien jgħid li wieħed m'għandux jiġi quddiem il-Parlament għal self bħal dan, issa qed jgħdilna: Araw kemm aħna effiċjenti, kemm aħna moderni u kemm aħna trasparenti!", "Aħna għandna l-vapur miexi full steam ahead, u anything you can do we can do better!", "Aħna f'sena u nofs ġejna quddiem il-Parlament għal self akbar minn dak kollu li intom għamiltu f'aktar minn disa' snin.", "Naħseb li mbagħad irridu nirriflettu ftit xi jfisser dan, anke bħala konsengwenza fuq is-sistema ta' kif jitmexxew il- finanzi tal-pajjiż.", "Qed ngħid hekk, Madam Speaker, għaliex f'dan il-Parlament kemm-il darba kien hawn diskussjoni dwar self biex jagħmel tajjeb għad-deficit fil-budget nazzjonali.", "Anke fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien ikun hawn numru ta' interventi li apparti li kienu jirriferu għal aspetti differenti tal-politika li kien qed isegwi l-Gvern Nazzjonalista - kif inhu normali li jsir fil-ħajja ta' parlament meta wieħed ikun qed jiddiskuti money bill - kien ikollna wkoll interventi li jitkellmu dwar x'inhu s-sinifikat ta' dan kollu, mil-lat ta' kif jolqot il-mod kif ikun qed jitmexxa l-pajjiż, u xi tkun tfisser preċiżament il-qagħda tal-finanzi tiegħu.", "F'dan ir-rigward nixtieq nirriferi għal diskors li kien għamel l-Onor.", "Lino Spiteri f'dan il- Parlament.", "Din id-darba m'iniex se nikkwota minn artikli tiegħu fil- gazzetti jew minn intervisti riċenti dwar aspetti fuq il-politika tal-Gvern preżenti li hu ma jaqbilx magħhom imma se nikkwota minn intervent li hu kien għamel f'din il-Kamra fl-aħħar ta' Mejju ta' l-1995, meta l-Kamra kienet qed tiddiskuti mhux biex il-Gvern Nazzjonalista jissellef Lm110 miljun imma biex jissellef Lm34.5 miljun.", "Qed nirriferi għal din iċ-ċifra għaliex huwa interessanti wkoll li wieħed jifhem li meta nħarsu lejn iċ-ċifri kollha li l-gvern għal sena wara l-oħra jiġi quddiem dan il-Parlament biex jissellef, insibu li l-average ta' l-amministrazzjoni preċedenti huwa ta' madwar Lm33 miljun fis-sena.", "Jiġifieri jekk taħt l-amministrazzjoni preżenti f'sena u nofs diġa' kellna talba għal self ta' Lm300 miljun - qed nassumi li sa l-aħħar tas-sena l- Gvern ma jiġix jitlob għal self ieħor - meta dan nipparagunawh mas-self ta' Lm33 miljun li sar fid-disa' snin ta' l-amministrazzjoni preċedenti, allura nkunu qed nitkellmu fuq average li qed jaqbeż il-Lm150 miljun fis-sena.", "Meta fid-29 ta' Mejju ta' l-1995 kien hawn talba biex dan il-Parlament jawtorizza lill-Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami self ta' Lm34.5 miljun, x'kienu l-kummenti ta' l-Onor.", "Spiteri, bħala l-kelliem uffiċjali ta' l- Oppożizzjoni Laburista fuq il-finanzi u l-ekonomija?", "L-Onor.", "Membru qalilna li huwa kruċjali li l-ekonomisti ma jibqgħux iħarsu l-ewwel lejn l-aspett politiku u mbagħad lejn l-aspett professjonali, u appella biex inħarsu oġġettivament lejn is-self li jagħmel il-gvern u lejn l-effetti li jħalli s-self fuq l-ekonomija.", "Dakinhar fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Membru qalilna wkoll li meta l-gvern joħroġ self permezz ta' treasury bills, wieħed irid jagħmel kalkolu biex jara kemm mis-self isir mill-poplu u kemm isir mill-banek jew mill-Bank Ċentrali, u dakinhar stess ingħatat tweġiba dwar dak li kien għaddej fil- Parlament, għax f'''The Times\" l-Onor.", "Spiteri ġie rrapportat li qal li m'għandniex inħarsu biss lejn l-ammont ta' self.", "Fil-fatt qalilna hekk:", "\"When a central bank loans money to government it will be creating money out of nothing because more bills are printed thus galvanising the inflationary process.\"", "Jiġifieri fi ftit kliem l-argument ta' l-Onor.", "Spiteri kien li jekk il- gvern jiġi quddiem il-Parlament jitlob l-awtorizzazzjoni għas-self u mbagħad il-parti l-kbira ta' dak is-self jispiċċa jerfgħu l-Bank Ċentrali ta' Malta u mhux il-poplu Malti, b'mod ġenerali kulma jkun qed jiġri hu li l-Bank Ċentrali jkun qed jistampa iktar flus.", "GĦalhekk m'hu veru xejn li b'hekk inkunu qed immexxu l-ekonomija 'l quddiem bil-parteċipazzjoni ġenerali tal-poplu imma nkunu qegħdin inżidu l-inflazzjoni, jiġifieri nkunu qed inżidu l-proċess ta' l-għoli tal-ħajja.", "Dan huwa l-qofol tad-diskors li kien għamel l-Onor.", "Spiteri.", "Fil-fatt matul l-istess seduta l-Onor.", "Membru kien saħansitra għamel suġġerimenti biex meta joħorġu t-treasury bills dawn ikunu iktar attraenti għall-pubbliku, forsi nibdew naraw parteċipazzjoni ikbar mill-pubbliku f'dawn is-sistemi.", "Issa hawn wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li l-Onor.", "Spiteri kien qal dan meta dak iż-żmien konna qed nitkellmu fuq self totali ta' Lm34.5 miljun u meta l-parteċipazzjoni tal-pubbliku f'issues bħal dawn kienet inkoraġġanti ħafna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fis-5.55 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech jista' jkompli d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, kont qed ngħid li l-Onor.", "Spiteri kien issuġġerixxa li meta gvern jiġi biex jissellef, l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li naraw kemm qed jissellef mingħand il-pubbliku u kemm qed jissellef mill-banek.", "Imbagħad, skond l-Onor.", "Membru, għandna naraw x'inhu s-servicing ta' dawn il-loans ħalli nkunu nafu kemm il-pajjiż ikun qed joħroġ ta' kull sena sabiex iħallas l-imgħaxijiet, kif ukoll b'kemm ikun qed jikber dan l-ammont.", "Għalhekk illum li resqin lejn it- tmiem tad-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi se nipproponi immedjatament biex dan il-Parlament jistaqsi lilu nnifsu b'mod oġġettiv: Jekk wieħed jimxi fuq iż-żewġ suġġerimenti li kien għamel l-Onor.", "Spiteri f'Mejju ta' l- 1995, liema suġġerimenti huma interessanti ħafna jekk teħodhom mil-lat xjentifiku, lil pajjiżna f'liema sitwazzjoni jsibu llum?", "Issa hawnhekk, meta qed nistaqsi f'liema sitwazzjoni jinsab pajjiżna llum, m'iniex qed nirriferi biss għall-ammont li se jissellef il-Gvern - għax jien naħseb li f'dan ir-rigward diġa' spjegajna b'mod ċar lil kull min irid jifhem li dan il-Gvern dejjem jgħajjar lil ħaddieħor fuq il-ħofor u fuq id-dejn u fil-fatt f'sena u nofs se jkun issellef iktar milli ssellef il-Gvern Nazzjonalista f'disa' snin u nofs - imma qed nistaqsi dwar l- impatt tad-debt servicing u qed nistaqsi kemm mis-self li noħorġu qed jittieħed mill-pubbliku u kemm qed jittieħed mill-banek?", "Ħalli nibdew biex naraw x'inhu l-impatt tad-debt servicing, kif issuġġerielna l-Onor.", "Spiteri.", "Madam Speaker, fl-aħħar sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista d-debt servicing tela' għal Lm24.7 miljun.", "Issa ta' min jgħid li jekk inħarsu lejn il-budget insibu li s-servicing tal-loans fis-sena li qegħdin fiha se jitla' għal iktar mid-doppju għax se jitla' għal Lm54.5 miljun.", "Ir-raġuni għal dan hija evidenti, għax ġaladarba minn medja ta' Lm33 miljun self fis- sena fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti issa diġa' qbiżna l-medja ta' Lm150 miljun, bilfors li l-imgħax li l-pajjiż ikun qed iħallas fuq is-self li jkun qed jagħmel jikber b'mod astronomiku.", "Issa ħalli niġu biex nagħmlu l-kejl l-ieħor li rrikkmanda l-Onor.", "Spiteri.", "Madam Speaker, meta joħorġu t-treasury bills kemm jieħu minnhom il-poplu Malti - issa meta fil-gazzetti naqraw li ħarġu dawn it-treasury bills bilkemm ma jagħtukx l-impressjoni li dawn ittieħdu kollha u baqa' ħafna nies fil-queue biex jieħdu iżjed! - u kemm jieħdu minnhom il-banek?", "L- ewwelnett ħalli naraw x'ġara b'mod fattwali s-sena li għaddiet, li kienet sena sħiħa ta' amministrazzjoni Laburista.", "Issa qabel ma naraw x'ġara wieħed irid jirrimarka li l-ammont totali ta' dawn it-treasury bills ikun ikbar mis-self li l-gvern ikun għamel għax filwaqt li persentaġġ minnhom joħorġu bħala self ġdid, ikun hemm persentaġġ ieħor li joħorġu biex jissostitwixxu treasury bills li jkunu waslu biex jiskadu minn snin preċedenti.", "Hawn ta' min jgħid li matul is-sena li għaddiet il-Gvern darbtejn ħareġ treasury bills, darba f'April u darb'oħra f'Settembru.", "F'April tas-sena l-oħra l-Gvern ta' l-Onor.", "Sant ħareġ b'Lm150.6 miljun treasury bills, li minnhom is-sistema bankarja ta' pajjiżna refgħet il-piż ta' Lm126 miljun, u l-pubbliku ħa Lm24.6 miljun.", "Ta' min jgħid ukoll li f'Settembru tas-sena l-oħra l-Gvern ħareġ Lm140.4 miljun fi treasury bills, li minnhom Lm107.2 miljun ittieħdu mill-Bank Ċentrali u minn banek oħrajn, u l-pubbliku ħa Lm33.2 miljun.", "Madam Speaker, dawn huma r-riżultati tal-kejl li l-Onor.", "Spiteri kien issuġġerielna li nagħmlu qabel l-elezzjoni li għaddiet.", "Imma issa li l- Partit Laburista għamel qabża mill-oppożizzjoni għall-gvern u qed jara d- differenza li hemm bejn dak li tgħid matul kampanja elettorali - u anke fis- snin ta' qabel meta tkun fl-oppożizzjoni - u bejn dak li tagħmel bħala gvern ...", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkomplu jinstema'.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Zammit Dimech ikompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, on a point of order.", "Naħseb li l- Onor. Zammit Dimech kien għad baqagħlu iktar ħin għad-dispożizzjoni tiegħu għax l-40 minuta kienu għadhom m'għaddewx.", "Ma nistax nifhem għaliex is- Sedja talbet għal extension.", "MADAM SPEAKER: |I-ħin li ntilef kull darba li ssejjaħ quorum intilef mill-ħin ta' l-Onor.", "Zammit Dimech.", "Ninsab informata li f'din il-Kamra dejjem hekk kienet il-prassi.", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, mill-esperjenza tiegħi naf li s-Sedja mhux dejjem imxiet b'dan il-mod, saħansitra llum stess, u għalhekk nitlob ruling f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jekk in-naħa l-oħra qed issib oġġezzjoni li aħna nitkellmu għandha tgħidilna.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Aħna għadna kemm approvajna li l-Onor.", "Zammit Dimech jingħata extension.", "Issa jekk qed toġġezzjonaw għal din l-extension, nitlob lis-Sedja biex tagħti ruling.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Nitlobkom tpoġġu bil-qiegħda.", "L-extension ingħatat u l- Onor. Zammit Dimech jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, skond l-Ordni Permanenti Nru. 49 kull kelliem għandu dritt jitkellem għal 40 minuta.", "Issa jien insostni li l- Onor. Zammit Dimech ma damx daqshekk jitkellem - biss biss kien hawn erba' talbiet għal quorum, b'kull waħda tieħu ħames minuti - u m'hemm imkien fl- iStanding Orders li jgħid li l-ħin mitluf għandu jitnaqqas mill-ħin ta' l- Onor. Membru li jkun in possession.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, kif qal l-Onor.", "Galea, il-proċedura dejjem kienet li meta jissejjaħ quorum u s-seduta tiġi sospiża, il-ħin li jinħela ma jitteħidx mill-ħin tal-kelliem.", "Tant hu hekk li l-Ordnijiet Permanenti jgħidu li meta l-Kamra tkun sospiża, anke jekk tkun sospiża għal division, dawk l-20 minuta jingħaddu mas-seduta, u b'hekk il-ħin tal- kelliem jibqa' intatt.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, tinterrompix.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-kummenti li qed jagħmel l-Onor.", "Mizzi donnu jidher li l-Gvern qed jaqbel magħna li meta l-Kamra tkun sospiża, dak il- ħin ma jintilifx imma jiżdied mal-ħin normali tas-seduta.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien mhux għall-ħin tal-quorum qed ngħid imma għall-ħin tad-division!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok tinterrompix.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiġifieri issa f'dan il-Parlament spiċċajna lanqas nistgħu nitkellmu!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, ir-regoli li joħorġu mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra jgħidu li l-ħin tas-sospensjoni tal-Kamra jiżdied mal- ħin tas-seduta.", "Konsegwenzjalment jekk il-Kamra hi sospiża għal ħames minuti minħabba sejħa għal quorum, dawk il-ħames minuti ma jintilfux mill- 40 minuta tal-kelliem.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nifhmu l- implikazzjonijiet ta' l-affarijiet li qed nagħmlu u mhux nagħmlu bħat-tfal iż-żgħar.", "Jekk aħna rridu nirriduċu lil dan il-Parlament allura ejjew nirriduċuh, imma dak ikun ifisser li meta jkun qed jitkellem l-Onor.", "Joe Mizzi - jew xi Onor. Membru ieħor ta' kwalunkwe naħa - nistgħu noqogħdu nsejħu quorum kull ħames minuti biex nieklulu l-40 minuta, ħalli żgur li ma jkollux ċans jitkellem.", "Imma ma narawx li dan ma jagħmilx sens!", "Madam Speaker, hemm ir-regoli u aħna għandna nimxu mar-regoli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Madam Speaker, l-Onor.", "Gonzi qal x'jgħidu l- Ordnijiet tal-Kamra meta tissejjaħ division u qal li f'dak il-każ is-seduta għandha titwal b'20 minuta.", "Kull meta seduta ġiet sospiża għal nofs siegħa, għal tliet kwarti jew għal siegħa sħiħa, din dejjem waqfet fid-9.00 p.m. xorta waħda.", "Issa jekk l-Onor.", "Membru jixtieq li meta jkunu qed jitkellmu sħabu ħadd ma jgħajjat għal quorum għandu javżahom biex ikunu preżenti f'din il-Kamra, għax minn ġurnata sħiħa ħlief tnejn ma kienx hawn preżenti min-naħa l-oħra u ħadd minna m'għajjat għal quorum.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dawn it-tip ta' kummenti m'humiex aċċettabbli, Madam Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Kulħadd bil-qiegħda.", "Ħadd m'hu qed jiġi rrekordjat.", "Onor. Vella, jekk jogħġbok żomm l-ordni.", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, il-prinċipju huwa li meta jkollok is-sospensjoni tal-Kamra, il-ħin għad-dispożizzjoni tal-kelliem, ċioe' l-40 minuta, jibqgħu sħaħ, u ma jistax ikun li l-40 minuta jitnaqqsu għax inkella nkunu qed innaqqsulu mill-ħin.", "Għalhekk ninsisti li jingħata ruling .", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni qed jgħidulna li aħna qed nipprovaw ma nħalluhomx jitkellmu meta kull darba li ntalbet extension dejjem konna aħna stess li pproponejna jew issekondajna l-mozzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, ma nafx fejn kien l-Onor.", "Portelli għax fil-fatt kull extension li ngħatat kienet proposta min-naħa tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Minn mindu beda jitkellem l-Onor.", "Anton Tabone, l- Onor. Membri tal-Gvern oġġezzjonaw li din in-naħa titkellem.", "Imma nixtieq li l-Ministru Vella jqum jgħidilna eżattament għal liema artiklu u għal liema subartiklu ta' l-Ordnijiet Permanenti kien qed jirriferi meta tkellem f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kif qalu huma stess huma kienu qed jiksru r-regolamenti ta' dan il-Parlament, li hija l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż, meta tkellmu fuq suġġett li qiegħed fuq l-aġenda.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dak il-ħin kien qed jippresjedi d-Deputy Speaker u kien hawn min iddikjara li kien qed imur kontra r-regolamenti.", "(Interruzzjonijiet) Nimxu ma' l-iStanding Orders.", "MADAM SPEAKER: Se jkolli nissospendi biex nikkonsidra l-point of order li tqajjem mill-Onor.", "Ċensu Galea u nagħti ruling fuqu.", "Fis-6.15 p.m. is-Seduta ġiet sospiża u rriżumiet 40 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom sibu postkom.", "L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti minħabba nuqqas ta' quorum.", "Fis-6.55 p.m. is-Seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Fuq il-point of order imqajjem mill-Onor.", "Ċensu Galea s- Sedja kkonsidrat: 1.", "Il-prassi sal-lum imxiet fuq il-premessa illi kieku l-iStanding Orders kienu maħsuba biex jagħmlu allowance għal żieda tal-ħin meħud għal quorum, dan kien ikun speċifikat bħalma hu speċifikat fil-każ ta' division fl-Ordni Permanenti Nru 84.", "2.", "L-Ordni Permanenti Nru. 49 jgħid illi ebda Membru m'għandu jitkellem għal iżjed minn 40 minuta f'ħin wieħed u għalhekk prima facie dan jista' jagħti lok għall-interpretazzjoni illi Membru li jkun imsejjaħ biex jitkellem irid litteralment jitħalla jitkellem għal 40 minuta, skond l-istess Ordni Permanenti.", "3.", "Jekk wieħed iħares lejn l-Ordni Permanenti Nru. 11, li jirregola l- quorum, u jikkonsidra illi kemm-il darba dan ma jseħħx f'intervall ta' ħames minuti l-Kamra għandha tiġi aġġornata bla votazzjoni sal-ġurnata tas-seduta ta' wara, joħroġ illi l-ħames minuti sospensjoni tal-quorum huma parti mill-ħin normalment allokat għas-seduta, għax jagħtu ċans li jinġabar in-numru ta' membri neċessarju sabiex is-seduta tkun tista' tkompli, u huwa biss kemm-il darba ma jinġabarx illi s-seduta tieqaf.", "Għaldaqstant anke fil-konfront tal-Membru li jkun in possession il-ħin ikun għaddej.", "4.", "Is-Sedja tapprezza l-punt imressaq mill-Onor Gonzi illi l- interpretazzjoni kif qed tiġi mogħtija mis-Sedja fil-paragrafu preċedenti tista' tagħti lok għal abbuż fil-konfront tad-dritt ta' kull Membru li jitkellem.", "Iżda s-Sedja jidhrilha li l-privileġġ tal- liberta' tal-kelma fil-Parlament m'huwiex biss privileġġ ta' kull Membru individwali iżda huwa wkoll privileġġ tal-Kamra kollettivament, u s-Sedja tikkondividi dak li hemm espress f'Erskine May, paġna 84, fejn dwar il-privileġġ tal-liberta' tal-kelma jingħad:", "\"It becomes the duty of each Member to refrain from any course of action prejudicial to the privilege which he enjoys\".", "L-Onor Membri kollha jafu x'inhu rikjest minnhom u kif għandhom jirregolaw ruħhom jekk iridu li sejħiet għal quorum ma jkunx hemm bżonnhom.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, naħseb li wara dan ir-ruling, l-Onor.", "Zammit Dimech ma jistax ikompli bid-diskors tiegħu mingħajr leave of House.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, safejn naf jien qabel ma tqajjem il- point of order mill-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor.", "Zammit Dimech ingħata extension biex ikun jista' jkompli jitkellem.", "Jiġifieri ma naħsibx li hemm għalfejn li l-Onor.", "Zammit Dimech jingħata leave of House għax għad fadallu l-ħin ta' l-extension.", "Madanakollu, fi kwalunkwe każ, jien ma nafx jekk il-ħin li fih il-Kamra ġiet sospiża biex is-Sedja tagħti ruling għandux jiġi magħdud mal-ħin li għandu l-Onor.", "Zammit Dimech biex jitkellem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt għandu raġun.", "L-extension ingħatat u l- Onor. Zammit Dimech baqagħlu 20 minuta għad-dispożizzjoni tiegħu, li jibdew issa.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Imma għaliex għandi 20 minuta u mhux 30 minuta?", "Safejn naf jien meta tingħata extension il-kelliem jingħata 30 minuta u mhux 20 minuta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, hemm bżonn li niċċaraw il- pożizzjoni.", "X'jiġifieri fadallu 20 minuta meta l-Ordnijiet Permanenti stess jgħidu li l-ewwel estensjoni hija ta' 30 minuta?", "Jimporta xi ħadd jispjegali b'liema kriterju qed nagħmlu distinzjoni bejn sospensjoni għal quorum, bejn sospensjoni għal ruling u bejn sospensjoni għal division?", "Madam Speaker, jekk kemm-il darba l-ħin li fih is-seduta tkun sospiża se jitnaqqas mill-ħin tal-kelliem, hekk ukoll se jiġri fil-ħin li fih is- Sinjorija Tiegħek tkun qed tiddelibera.", "Mela jista' jkun li r-regoli ta' din il-Kamra noqogħdu ngħawwġuhom qishom biċċa għaġina?", "Issa wara li għadu kif ingħata ruling li l-ħin li fih is-seduta tkun sospiża jittieħed mill- ħin tal-kelliem - u aħna nirrispettawh dak ir-ruling u noqogħdu għalih, bil- konsegwenzi kollha li dan ir-ruling se jfisser għal din il-Kamra - jimporta xi ħadd jispjegali kif l-extension, li s-soltu tkun ta' 30 minuta, saret 20 minuta?", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk!", "MADAM SPEAKER: Intom tafu daqsi li meta jkun hemm sejħiet għal quorum is- seduta qatt ma ddum iktar mil-ħin stabilit.", "Issa jien se nitlob lill-Onor.", "Zammit Dimech biex ikompli bid-diskors tiegħu u in the meantime l- uffiċjali tal-Parlament se jiċċekkjaw kemm kien hemm sejħiet għal quorum minn meta l-Onor.", "Membru ngħata l-extension.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, jiddispjaċini imma l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu mexjin hekk.", "Kif għidt diġa', jien nirrispetta r-ruling li għadha kemm tat is-Sinjorija Tiegħek u noqgħod għalih.", "Pero' issa nixtieq li jingħata ruling dwar jekk il-ħin li fadallu l-Onor.", "Zammit Dimech huwiex ta' 30 minuta jew huwiex ta' 20 minuta, u dwar jekk il-ħin li fih is-seduta tkun sospiża minħabba li s-Sedja tkun qed tikkonsidra r- ruling tagħha huwiex se jitnaqqas mill-ħin tal-kelliem.", "MADAM SPEAKER: Kif għidt diġa', l-Onor.", "Zammit Dimech għandu jibda jitkellem ħalli in the meantime l-uffiċjali tal-Parlament ikunu jistgħu jiċċekkjaw jekk kienx hemm xi sejħiet għal quorum minn meta l-Kamra approvat l-extension.", "Onor. Gonzi, rigward it-talba tiegħek għar-ruling nista' ngħidlek li peress li l-mozzjoni għall-extension għaddiet nem. con., ma naħsibx li l- punt li qajjimt huwa rilevanti.", "Ma jistax ikun li hawnhekk nibqgħu nimxu b'abbuż u b'tiġbid ta' l-Ordnijiet Permanenti biex niksbu vantaġġ tal- mument.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-esperjenza ta' dan il-Parlament hi - u hawn numru kbir ta' deputati li ilhom ħafna f'dan il-Parlament - li għall-ewwel extension li tingħata wara li l-kelliem jgħaddulu l-40 minuta li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, tiddeċiedi l-Kamra.", "Jekk imbagħad xi ħadd jopponi għal dik l-extension, allura s-Sinjorija Tiegħek għandha tistaqsi kemm hemm in favour u kemm hemm against u jekk il-mozzjoni ma tgħaddix wieħed għandu dritt jitlob division.", "Hawnhekk irrid nerġa' nenfasizza l- fatt li għall-ewwel extension ta' 30 minuta tiddeċiedi l-Kamra.", "Huwa biss wara li jgħaddu dawk it-30 minuta li kelliem jiġi bżonn il-permess tal- Kamra biex ikun jista' jibqa' għaddej bid-diskors tiegħu.", "GĦalhekk ejja ma nħawdux iktar!", "Madam Speaker, jien jiddispjaċini li qed ikolli ngħid dan imma huwa evidenti li l-każ ta' jekk għandux jitnaqqas il-ħin tas-sospensjoni tal- Kamra minħabba quorum qam meta s-Sinjorija Tiegħek qalet lill-Onor.", "Zammit Dimech li skadielu l-ħin u għandu bżonn extension.", "Fil-fatt dak il-ħin stess l-Onor.", "Galea qajjem point of order minħabba li l-Onor.", "Zammit Dimech kien għad fadallu l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Dwar dan m'hemmx x'niċċekkjaw għax minn mindu ngħatat l-extension għadu ħadd ma tkellem.", "Jiġifieri l-Onor.", "Zammit Dimech, skond l-Ordnijiet Permanenti, u bil-grazzja ta' ħadd minn hawn ġew, għandu dritt jitkellem għal 30 minuta oħra.", "Din hija l-pożizzjoni, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Onor. Fenech Adami, l-ewwelnett nitolbok tirtira l-kliem fejn għidt li f'din il-Kamra hawn it-taħwid, għax jekk f'din il-Kamra hawn it-taħwid dan ilu żmien isir.", "Fil-fatt qabel ma tingħata extension aħna dejjem rajna li jkun hemm proponent u sekondant.", "Inti kont korrett meta għidt li jekk xi ħadd jopponi l-extension suppost li s-Sedja tistaqsi min hu in favour u min hu against, imma għidli meta saret din il-proċedura s'issa f'dan il-Parlament!", "Issa hawnhekk nixtieq li niċċaraw xi ħaġa.", "Aħna kif se nimxu hawn ġew, b'ċertu element ta' koperazzjoni u ta' camaraderie, kif dejjem imxiet biha din il-Kamra, jew se nimxu mod ieħor?", "L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Huwa veru li llum kien hawn xi ftit tal- kommozzjoni f'din il-Kamra pero' l-punt tiegħi huwa ċar u ma naħsibx li hawn kwestjonijiet dwaru.", "Kif għidt l-ewwel, biex kelliem jingħata extension irid ikun hemm proponent u sekondant, u jekk ikun hemm bżonn jittieħed vot ukoll.", "Skond l-Ordnijiet Permanenti, meta tiskadi l-ewwel extension ta' 30 minuta wieħed jista' jitlob li jkompli jinstema', pero' biex it-talba tiegħu tintlaqa' jrid ikun hemm l-unanimita' tal-Kamra.", "Jiġifieri jekk xi ħadd joġġezzjona allura dan ma jkunx jista' jkompli.", "Din hija l-prassi li dejjem ġiet segwita u jien ma jidhirlix li għandna bżonn rulings fuq din il-kwestjoni għax l-Ordnijiet Permanenti huma ċari daqs il- kristall.", "Issa f'dan il-mument qegħdin f'pożizzjoni fejn l-Onor.", "Zammit Dimech, skond ir-ruling li tat is-Sinjorija Tiegħek - u aħna noqogħdu għal dan ir- ruling għax dik hija l-proċedura - skadewlu l-40 minuta u ngħata extension ta' 30 minuta.", "Jekk meta jiskadu t-30 minuta l-Onor.", "Zammit Dimech ikun irid ikompli jitkellem imbagħad ikollu bżonn il-leave of House.", "Jien ma nistax nifhem x'inhi l-problema li qed insibu hawnhekk.", "MADAM SPEAKER: L-extension ingħatat u għalhekk nistieden lill-Onor.", "Zammit Dimech biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, forsi jixraq li nerġa' nsemmi li l-Gvern qed ifalli minħabba tliet affarijiet.", "F'sena u nofs il-Gvern ġie quddiem il-Parlament biex jissellef iktar minn Lm300 miljun meta t- total ta' self li għamlet l-amministrazzjoni preċedenti f'disa' snin u nofs kien ta' Lm236 miljun.", "Imma rrid ngħid ukoll li l-Gvern naqas milli jagħmel dak li kien ippropona b'mod oġġettiv l-Onor.", "Spiteri f'Mejju 1995 meta kien qal li għandna naraw x'inhu l-impatt tas-self fuq id-debt servicing u għandna naraw ukoll kemm minn dak is-self li nkunu qed nawtorizzaw jittieħed mill-pubbliku u kemm jittieħed mil-banek għax jekk dan jittieħed mill-banek, kulma nkunu qed nagħmlu huwa li nġiegħlu lill- Bank Ċentrali jistampa iktar flus u nżidu l-għoli tal-ħajja, bil- konsegwenza li fil-pajjiż tiżdied l-inflazzjoni.", "Fil-fatt dan il-Gvern m'huwiex qed iwettaq dak li kien jgħid meta kien fuq il-bankijiet ta' l- oppożizzjoni - tant hu hekk li fil-budget ta' din is-sena l-Gvern qed jagħmel provvediment li bih se jgħolli l-imgħaxijiet minn Lm24.7 miljun għal Lm54.5 miljun - u l-ewwel spjegajt ukoll li l-parti l-kbira tat- treasury bills li ħarġu s-sena li għaddiet ma tteħdux mill-poplu Malti imma mill-banek Maltin, għax f'April minn Lm150.6 miljun il-banek ħadu Lm126 miljun, u f'Settembru minn Lm140.4 miljun il-banek ħadu Lm107.2 miljun.", "Wieħed jista' jagħmel diversi argumenti oħra f'dan ir-rigward għax irridu naraw ukoll għalfejn ikun qed isir is-self.", "Per eżempju, jekk inħarsu lejn id-disa' snin u nofs ta' amministrazzjoni Nazzjonalista nsibu li qabel pajjiżna kellu gvern li kien qiegħed imexxi biex jagħti struttura lil pajjiżna verament, kemm f'dak li huwa bini tal-freeport, kemm f'dak li huwa bini ta' l-air terminal - fil-fatt hawn ikun tajjeb jekk ngħidu li dan il-Gvern se jbigħ l-ishma ta' l-MIA - kemm f'dik li hija sistema ta' telekomunikazzjoni - ħalli jekk il-Prim Ministru ma jkollux xi aħbarijiet oħra x'jagħti jkun jista' jirrikorri għand il-Borża ta' Malta u joqgħod jgħid kemm hu kuntent li se jmur Londra biex jassisti għal-launching tax- shares tal-Maltacom fuq il-London Stock Exchange - kemm f'dawk li huma l- impjanti l-ġodda tar-reverse osmosis, kif ukoll f'dik li hi l-power station il-ġdida, li qed tuża l-flus biex tagħti lill-pajjiż l-infrastruttura totali li hemm bżonn ħalli pajjiżna jkun jista' jimxi 'l quddiem verament.", "Madam Speaker, apparti l-fatt li ħafna drabi s-self jieħdu l-Bank Ċentrali, ġaladarba qed nitkellmu dwar proġetti, ta' min jara eżattament x'jiġri verament meta l-Gvern iħabbar ċerti proġetti bil-ħsieb li jipparteċipa fihom is-settur privat.", "Illum għandna quddiemna l-esperjenza tal-ġranet li għaddew fejn il-Gvern ġie jgħid f'din il-Kamra li se jsir il- proġett tal-millennju l-ġdid, liema proġett jikkonsisti fil-bini tas-sit tat-Teatru Rjal, imma kif nafu mhux se jerġa' jinbena t-Teatru Rjal imma se jinbena shopping arcade.", "Ġaladarba qed insemmi l-millennju, ta' min jgħid ukoll li dan il-Gvern qed iħabbar proġett ieħor għall-millennju, li huwa l- famuż torri ta' 70 sular f'Paceville.", "Imma fil-fatt x'inhi r-realta' għar- rigward ta' dawn iż-żewġ proġetti kbar li huma ndikati mill-Gvern bħala l- proġetti tal-millennju, liema proġetti jridu jservu bħala t-termometru tal- fiduċja u ta' inizjattivi ġodda?", "Ħalli nibda biex nitkellem fuq il-proġett tal-bini tas-sit tat-Teatru Rjal.", "Madam Speaker, forsi l-Onor.", "Membri tal-Kamra jiftakru li fit-2 ta' Marzu, 1998 il-Prim Ministru kien għamel stqarrija f'din il-Kamra fejn fost affarijiet oħra qal hekk:", "\"Se tinħareġ sejħa għal offerti għall-proġett kollu li b'mod trasparenti jkun jippermetti li tintgħażel l-aktar offerta vantaġġuża fuq kriterji ta' preġju arkitettoniku u ta' interess finanzjarju.\".", "Fil-fatt veru kienet trasparenti din is-sejħa għax tant ma ntefgħux offerti li ma tantx hemm x'tara!", "Dakinhar il-Prim Ministru qalilna wkoll f'din il-Kamra li:", "\"Qed jinħatar kumitat tal-Kabinett biex ikun responsabbli mit-tmexxija ġenerali ta' dan il-proġett.", "Il-membri ta' dan il-kumitat, li se jkun presedut minni, huma l-Viċi Prim Ministru, l-Onor.", "George Vella, il- Ministru Evarist Bartolo, il-Ministru Charles Buhagiar, il-Ministru Karmenu Vella u Dr. George Abela.\".", "Issa jien għandi nifhem li Dr George Abela, minħabba li rriżenja mill- kariga tiegħu bħala konsulent personali tal-Prim Ministru u mis-sotto- kumitati kollha tal-Kabinett, m'għadux jifforma parti minn dan il-kumitat, u għalhekk dan il-kumitat se jkun presedut mill-Prim Ministru u se jkollu erba' ministri bħala membri tiegħu.", "Sur President, dan x'ifisser fid-dawl ta' kif intefgħu l-offerti?", "Li kieku kelli naċċetta l-argument li hemm żewġ offerti, liema argument jien żgur li ma naċċettahx għax jeżisti dubju serju dwar il-validita' taż-żewġ offerti li huma, nistgħu ngħidu li hawnhekk hawn kumitat presedut mill-Prim Ministru, b'erba' ministri fih plus one, Dr. George Abela, li issa m'għadux hemm.", "Issa din m'hijiex il- five plus one ta' l-Unjoni Ewropea imma hija l-five plus one tal-Kabinett tal-Gvern preżenti!", "Madanakollu llum il-plus one spiċċa minus one biex fadal il-Prim Ministru u erba' ministri, jiġiferi fadal il-Prim Ministru u żewġ ministri għal kull offerta.", "Mela dawn veru huma żewġ offerti speċjali.", "Din hija s-sitwazzjoni li għandna bħalissa fil-pajjiż.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li dakinhar il-Prim Ministru spiċċa l- istqarrija tiegħu b'dan il-kliem:", "\"Fuq kollox dan il-proġett għandu jagħti xhieda ta' rieda moderna u progressiva tal-poplu Malti biex iħares lejn il-futur b'fiduċja sħiħa fil-ħila u fit-talenti tiegħu.\".", "Dak inhar hekk smajna u l-Onor.", "Membri tal-Gvern hekk baqgħu jgħidulna matul il-konferenzi ta' l-aħbarijiet.", "Fil-fatt indikawlna wkoll - din ħarġet anke minn risposta parlamentari - li l-Gvern se jkollu esperti mill- Italja biex jgħinuh fl-aġġudikazzjoni ta' Malta 2000, liema esperti kienu qalu li dan il-proġett se jirrikjedi bid bond ta' Lm2.5 miljun.", "Imma llum x'inhi s-sitwazzjoni reali, liema sitwazzjoni kellha tkun l-Oppożizzjoni li tindikaha lill-poplu Malti u GĦawdxi?", "Illum is-sitwazzjoni hija li ntefgħu żewġ offerti, li waħda minnhom hija mingħajr bid bond - u kif spjega l- Onor. Dalli, suppost lanqas kompliet tinfetaħ għax b'hekk inkisru r- regolamenti finanzjarji - u l-oħra minflok ma l-Gvern għamlilha l- kondizzjonijiet hu għamlithomlu hi.", "Illum il-Gvern tant sab ruħu dahru mal- ħajt u tant m'huwiex jispira viżjoni u fiduċja f'dan il-pajjiż li min jitfa' dawn it-tip ta' offerti qed jgħidlu: Jekk trid li nagħmillek dak il- proġett, allura inti trid toqgħod għall-kondizzjonijiet li nagħmillek jien u mhux inti tgħid lili x'kondizzjonijiet trid timponi fuqi.", "Illum aħna nistaqsu jekk il-wegħda li dawn il-proġetti jkunu lesti sal- ħarifa tas-sena 2000 għadhiex valida.", "Fis-sitwazzjoni li llum jinsab fiha l-pajjiż, il-Gvern preżenti se jagħti lill-poplu Malti u GĦawdxi dak li indika f'din il-Kamra?", "Bla ebda dubju dak li l-Gvern indika f'din il-Kamra m'huwiex dak li jixraq lil pajjiżna għax kieku l-Gvern kien responsabbli verament kien iġorr ir-responsabbilta' li refgħet l-amministrazzjoni preċedenti, liema amministrazzjoni kienet qalet li l-proġett tal-millennju għal pajjiżna għandu jkun il-proġett li Malta jkollha ċentru nazzjonali ta' l-arti, li jkompli ma' dak li diġa' qed isir f'St. James Cavalier, jiġifieri li fis-sit tat-Teatru Rjal jerġa' jinbena teatru u mhux l-ewwel nipproponu li f'dak is-sit jinbena shopping arcade u niftaħru kemm se jkollna queues ta' nies bl-offerti, biex imbagħad spiċċajna f'din is- sitwazzjoni tal-mistħija!", "Sur President, kif għidt diġa' l-Onor.", "Membri tal-Gvern kienu semmewlna proġett ieħor għall-millennju l-ġdid, il-proġett tat-torri.", "Meta l-Onor.", "Mizzi kien mar jagħmel il-launching ta' dan il-proġett fis-27 ta' Novembru, liema proġett se tkun responsabbli minnu l-Maltacom - għalkemm meta tħabbar kien għad hemm il-Korporazzjoni Telemalta - il-Ministru qal li issa s- sitwazzjoni m'għadhiex waħda sostenibbli għax f'pajjiżna hawn element qawwi ta' debt servicing li jammonta għal Lm54 miljun - din hija ċ-ċifra tal- budget ta' l-1998 - u dan id-debt servicing ma jistax ikompli jitla'.", "Issa l-Ministru m'għandux raġun hawnhekk għax bis-self li se jagħmel il-Gvern se jkollu iktar imgħaxijiet x'iħallas u mhux inqas.", "Hawn ikun tajjeb jekk ngħid li l-Ministru dakinhar qal dan il-kliem - issa hawnhekk m'iniex se nidħol fil-mertu ta' l-Ingliż li ġie wżat imma se nikkwota eżattament il- kliem li ntqal - ukoll:", "\"The road ahead is long but the wheels have started turning.", "We would like to see such initatives multiply.\"", "Min sema' lill-Ministru jgħid dan il-kliem, jiġifieri li dawn l-inizjattivi se jimmoltiplikaw, żgur li beda jistħajlu jirrakkonta l-ktieb tal-Ġenesi!.", "Imma fil-fatt x'immoltiplika f'pajjiżna minn dakinhar tal-launching 'il quddiem?", "Il-qgħad, in-numru ta' Maltin u GĦawdxin li ma jistgħux ilaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja, minħabba l-miżuri li ħa dan il-Gvern, u n-nuqqas ta' viżjoni tal-Gvern preżenti.", "Ta' min jgħid ukoll li waqt il-launching il- Ministru Mizzi qal ukoll li: \"The Malta millennium project is a case in point.\"", "Sur President, x'ġara iktar matul dak il-launching?", "L-ewwel ħaġa li qalilhom il-konsulent Bill Whitney li qabbad il-Gvern kienet li:", "\"The final date for submission by candidates is January 27, 1998\".", "Jista' l-Gvern jgħidilna sa dik id-data, li hu kkonferma wkoll b'avviż fil- gazzetti lokali, kemm kellu offerti serji?", "Tant kien fiduċjuż il- konsulent tal-Gvern li kien se jkun hemm xi queue twil ta' applikanti li joffru biex jidħlu għal dan il-proġett, li dan qal:", "\"We will then invite the finalists ...\".", "- kienu qed jimmaġinaw li kien se jkun hemm xi tellieqa preliminari bejn Jannar u Mejju -", "\"... to prepare a detailed submission based upon the development brief for the property which is currently being prepared by the local Planning Authority\".", "Qalilhom li dan irid ikun finalizzat sa l-aħħar ta' Frar.", "Ġara dan jew ma ġarax?", "Dan kollu li qed nikkwota ntqal waqt il-launching fil-preżenza tal- Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "\"After the finalist developers receive the development brief, they will independently prepare their own market and financial studies over the next few months, say during the period March to May 1998\",", "u bis-\"say\" bqajna għax assolutament ma ġara xejn minn dan kollu.", "Imma ħalli nkompli nitkellem aktar dwar l-ottimiżmu ta' dakinhar.", "\"Please note that the losing teams ...\"", "- tant kien se jkun hemm min jiddejjaq li jitlef! -", "\"... will be returned their deposits and receive a modest stipend for their efforts\".", "Jiġifieri fiż-żmien li dawn kienu qed jagħtu d-daqqa finali lill-istudenti u naqqsulhom l-istipendju, kienu qed jitkellmu fuq stipendju ieħor.", "Qalulhom biex jipparteċipaw u mbagħad jagħżlu erba' finalisti, u dawk li ma jkunux fil-final m'għandhomx għalfejn jinkwetaw għax barra li jingħataw id- depożitu lura, jingħataw ukoll speċi ta' rigal żgħir talli jkunu għamlu l- pjanti, il-market studies u l-feasibility studies.", "Fuq kollox kienu se jingħataw dan id-diskors fil-preżenza ta' l-Onor.", "Mizzi fis-27 ta' Mejju!", "Jekk wieħed isegwi r-rapporti sussegwenti fil-gazzetti jara li kien hemm numru żgħir ta' ditti li indikaw interess sa l-aħħar ta' Frar, imma m'hemm ebda paragun ma' dak li l-Gvern stenna.", "Illum għadna fil-baħħ.", "F'dan il-każ fil-veru sens tal-kelma sparaw għall-ajru u ma laqtu xejn!", "Qed insemmi dawn iż-żewġ provi minn diskors tal-Gvern stess għaliex il- Gvern, bil-pompa, bl-eżerċizzji ta' propaganda, bl-użu ta' dan il-kliem kollu jgħid li se jkollna multiplikazzjoni ta' inizjattivi ġodda imma fir- realta' bejn il-kliem u bejn dak li jiġri għandek il-baħħ.", "Mela issa mhux biss il-baħħ tat-teatru bħala teatru, issa l-baħħ ukoll ta' offerti li jimxu ma' dak li talab il-Gvern, għaliex kumpannija għamlet offerta bla bid bond u l-oħra, flok tgħid lill-Gvern li se timxi mal-kondizzjonijiet li jrid hu, tgħidlu bil-maqlub.", "Sur President, għandna l-proġett l-ieħor tas-sebgħin sular f'Paceville, liema proġett kien ġie launched fis-27 ta' Novembru, 1997.", "Bil-kliem intqal li se ssir l-għażla finali bejn l-erba' finalisti sa Mejju.", "Tant kien se jkun hemm nies li jikkonkorru li saħansitra kienu se joqogħdu jħallsuhom lura ta' l-ispejjeż u jagħtuhom id-depożitu lura u stipend miegħu!", "U llum x'inhi s-sitwazzjoni?", "Dan hu t-termometru issa, apparti l-kejl li semmejt qabel, li qed jipproponi l-Gvern preżenti bl-eżerċizzji ta' propaganda tiegħu biex nippruvaw nikkalkolaw x'qed jiġri.", "Hawnhekk għandna riżultat ċar għal min irid jarah.", "Naturalment wieħed jista' jirriferi għal proġetti oħrajn.", "Saret riferenza għall-proġett tal-Kottonera, fejn kellna stqarrija mill- Viċi Prim Ministru li ġie magħżul consortium biex imexxi l-proġett - saħansitra l-consortium ġie indikat b'ismu hawn ġew fil-Parlament - imma mbagħad qrajna li l-Gvern kien reġa' bdielu.", "Hemm ukoll domandi serji li qed isiru f'dan ir-rigward, u min għamel l-istqarrija fil-Parlament biex jinformana preċiżament x'suppost se jiġri ma ħassx is-sens tad-diċenza u s- sens tas-serjeta' li ġaladarba hemm tibdil, jerġa' jiġi fil-Parlament u jgħid x'inhu t-tibdil ħalli aħna nagħmlu l-mistoqsijiet li hemm bżonn isiru u li qed isiru fil-pajjiż f'dan ir-rigward.", "Hemm ukoll il-proġett ta' Manoel Island.", "Dwar dan il-proġett diġa' kien hemm diskussjoni ma' l-amministrazzjoni preċedenti.", "Nafu wkoll li l-Gvern indika li hu dispost jagħti l-art b'titlu ta' ċens perpetwu u l-unika kjarifika li għamel il-Gvern kienet fejn qal li dan iċ-ċens ma jinkludix is- siti purament storiċi li hemm fuq dik l-art.", "Dan ifisser li l-Gvern qed jikkonferma li l-kumplament ta' l-art irid jagħtiha b'ċens perpetwu.", "Hawn ukoll m'għandna l-ebda indikazzjoni f'dan il-Parlament dwar liema direzzjoni sejjer jaqbad il-Gvern.", "Mela jekk nieħdu l-kejl ta' proġetti li qed jagħmel il-Gvern biex isaħħaħ l-infrastruttura, żgur m'hemm l-ebda paragun ma' proġetti li saru bejn l- 1987 u l-1996.", "Dawk il-proġetti kienu saru biex verament ir-roti ta' pajjiżna jibdew iduru.", "Pajjiżna kellu problema ta' ilma fil-vit u saru proġetti biex ikollna l-ilma li hemm bżonn.", "Sar il-proġett tal-power station biex pajjiżna, li jrid jattira lill-industrija, ma jgħidx lill- industrijalist li jiġi hawn li ma jistax iqabbad il-makni għaliex ma jistax jiggarantilu kemm se jkollu dawl elettriku.", "Għat-turisti aħna rajna li dawn ikollhom air terminal diċenti li jilqagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn jgħaddu min martirju biex jiġbru l-bagalji tagħhom.", "Dawn barra li rranġajna s-settur tat-telekomunikazzjoni u s-settur bankarju.", "Dak kien l- investiment u taħt dan il-kejl il-Gvern qed ifalli b'mod assolut.", "Hawnhekk naturalment wieħed jirriferi wkoll għal diversi argumenti li saru fuq id-direzzjoni ta' pajjiżna fil-qasam tal-politika barranija u rigward il-ħtieġa li Malta tkompli bin-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena jiddispjaċini nisma' kliem li llum ma nafx fejn għadek tisimgħu.", "Jidhirli li fl-intervent tiegħu l-Onor.", "Anġlu Farrugia qal li jekk aħna nissieħbu fl-Unjoni nitilfu s-sovranita' tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Veru li aħna żgħar imma l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea huwa l-Lussemburgu imma huwa l-aktar pajjiż sinjur.", "Dak hu l- eżempju li l-Gvern preżenti messu ta kieku kellu l-viżjoni u l-kuraġġ.", "Illum qegħdin fis-sitwazzjoni li pajjiż bħas-Slovakkja - issa dawn kienu jgħidulna \"prosit\" għal dak li għamilna u kienu talbuna biex jiġu hawn ħalli jimxu fuq l-eżempju tagħna - ntefa' qabilna u aħna ma nafux fejn qegħdin.", "Issa mhux il-five plus one tal-Kabinett li semmejt qabel imma l- five plus one li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Minn pajjiż li kien fl- ewwel post għall-ewwel tkabbir ta' l-Unjoni spiċċajna f'limbu.", "Meta għandek sitwazzjoni bħal din, possibbli l-Gvern ma jagħrafx is-sens ta' responsabbilta' tiegħu?", "Responsabbilta' oħra lejn din il-Kamra hi l-mozzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni, li ilha pendenti seba' xhur, sabiex il-Gvern almenu jkollu d- diċenza li jaħtar kummissjoni ta' l-għażla tiegħu biex tirrapporta lura lilu b'mod oġġettiv dwar x'inhuma l-għażliet serji quddiem pajjiżna bħalissa.", "GĦal din il-mozzjoni l-Gvern kien ressaq emenda sostanzjali.", "Allura possibbli li gvern serju ma jsibx il-ħin biex il-Parlament ikompli jiddiskuti u jieħu l-vot fuq din il-mozzjoni u fuq l-emenda li ressaq għaliha l-Prim Ministru!?", "Dan il-Gvern qed jipprova forsi jimpressjonana li l-Parlament m'għandux ħin?", "Dan il-Gvern lill-Parlament ġiegħlu jiltaqa' b'sistema li żgur m'hijiex l-aktar waħda li tirrispetta b'mod serju l-mod kif wieħed jiltaqa' u jiddiskuti imma żgur żied l-għażliet kollha immaġinabbli ta' kemm jagħmel seduti.", "Bil-mozzjonijiet ta' proċedura li ġab quddiem din il-Kamra għandu l-possibbilta' li jlaqqa' l-Parlament fil- għaxija mis-6.00 p.m. sad-9.30 p.m., għandu l-possibbilta' li din jagħmilha kuljum, għandu l-possibbilta' li jagħmel tliet seduti matul il-ġurnata, mid- 9.00 a.m. san-12.30 p.m., mis-2.00 p.m. sal-5.30 p.m. u mis-6.00 p.m. sad- 9.30 p.m. u għandu l-possibbilta', bħal-lum, li jiġi hawn fid-9.00 a.m. u jgħid li s-seduta tkompli sa nofs il-lejl.", "Dan hu l-mod kif il-Gvern qed jitratta lil dan il-Parlament?", "Allura kif jista' jkun li l-Gvern jgħid li m'għandux ħin biex titkompla d-diskussjoni fuq mozzjoni li ilha pendenti minn Ottubru?", "Il-Parlament suppost huwa parti minn sistema ta' checks and balances.", "Għandek il-gvern, li hu l-eżekuttiv, li jrid jagħmel il-programm tal-liġijiet tiegħu.", "Imma hemm ukoll il-Parlament, li gvern irid jirrapporta lilu, u l-Gvern jaf li l-Parlament jista' jagħti direzzjoni lill-eżekuttivi meta dan ma jaqbilx miegħu.", "Għax inkella għalfejn jiltaqa' l-Parlament?", "Issa minn sistema ta' checks and balances donnu li qegħdin naqilbu għal sistema fejn il-Prim Ministru iqis lil min ma jaqbilx miegħu bħala wiċċ tost, dak li bl-Ingliż jgħidulu cheek - forsi jista' jkun l-Onor.", "Spiteri, l-Onor.", "Mintoff, deputati oħrajn jew l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni - u l-Gvern ma jagħtihx l-ispazju biex jitkellem bil-liberta' kollha.", "Imma din serjeta'?", "Din il-ħaġa tista' titħalla tiġri f'Parlament li jitmexxa b'mod modern, b'mod demokratiku u b'mod serju?", "U hawn il-mistoqsija kruċjali.", "Għaliex ladarba ngħixu lkoll f'pajjiż wieħed, ikun x'ikun l-eżerċizzju ta' propaganda min-naħa tal-Gvern, fl-aħħar mill-aħħar hemm ċertu veritajiet li l-Gvern ma jistax jaħrab minnhom.", "U l-veritajiet f'dan il-każ x'inhuma?", "L- ewwel u l-akbar verita' hi li l-Gvern, fl-istat attwali, m'għandux id- deputati kollha fuq in-naħa tiegħu stess jaqblu miegħu.", "Kellna lill-ex-Prim Ministru, ex-Mexxej tal-Partit Laburista, li tkellem f'dan is-sens f'dan il- Parlament; u kellna lill-Onor.", "Spiteri li filwaqt li wiegħed lill-Gvern li jivvota miegħu, għamel l-argumenti kollha favur is-sħubija fl-Unjoni.", "Il- Gvern jaf li m'għandux l-appoġġ ta' l-Oppożizzjoni u m'għandux id-deputati tiegħu kollha warajh.", "U din il-Gvern jafha mhux biss mill-interventi li saru imma jafha wkoll għaliex meta hu talab il-fiduċja tal-Parlament fuq il- politika tiegħu preżenti vis-a-vis l-Unjoni Ewropea, il-Parlament din ma tahielux.", "U dak kien vot li rrifletta preċiżament din is-sitwazzjoni.", "Mela l-Gvern qiegħed jibża' għax ma jridx il-kontinwazzjoni tad-dibattitu fuq dik il-mozzjoni.", "Issa mhuwiex biss gvern ta' checks and cheeks imma huwa gvern ta' checks, cheeks and chickens!", "Huwa gvern li qed jibża' mill- kontinwazzjoni ta' dibattitu għax jaf li m'għandux l-appoġġ tal-Parlament.", "Imma dan x'messaġġ jagħti mil-lat finanzjarju?", "X'messaġġ jagħti mil-lat ta' stabilita' favur pajjiżna?", "X'messaġġ jagħti lill-investitur li jħares lejn Malta bħala pajjiż fejn irid jiġi bl-investiment tiegħu?", "Dan jagħti messaġġ ta' gvern li għaliex m'għandux il-maġġoranza tad-deputati warajh fuq politika fundamentali tiegħu li hi l-politika fuq l-Unjoni Ewropea qed jipprova jsib il-metodi kif ma jħallix lill-Parlament jiddiskuti.", "Din hi l-verita'.", "M'hemmx fejn taħrab mill-argument.", "U għalxejn l-Onor.", "Mizzi jagħmel l-argument li l-mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni skadiet.", "L- ewwelnett ma skadiet xejn, għaliex il-ħtieġa li tinħatar kummissjoni għal pajjiżna u li tagħti l-għażliet tagħha bis-serjeta' għall-futur għadha rilevanti.", "Tajba din!", "Issa l-Gvern jipprova jaħrab mill-mozzjonijiet li hu ma jkunx irid jiddiskuti, jipprova jsib il-metodu kif id-diskussjoni ma tkomplix, jipprova jillimita d-diskussjoni għal seduta waħda - li tfisser li jkun hemm limitu fuq min jitkellem u jkun hemm direzzjoni fuq min ma jitkellimx; hekk tfisser li tillimita għal seduta waħda; ma tfisser xejn inqas u xejn iżjed - u mbagħad wara dawn il-manuvri kollha jiġi jgħidilna li l-mozzjoni skadiet.", "Jiena smajt ukoll lill-Onor.", "Anġlu Farrugia jirrepeti l-cliche li issa Malta m'għadhiex tħabbat fuq il-bieb ta' l-EU, għax issa kollox ċar magħna.", "Dażgur li m'għadhomx iħabbtu fuq il-bieb!", "Dan ifakkarni f'argument li ġieli smajt min-naħa l-oħra, meta jgħidu li huma ma jridux ikunu bħal dik l- għarusa li ssib il-bieb magħluq.", "X'għarusa hi, Sur President!", "Dawn bagħtu risposta lill-għarus - se nipprova nagħmilha bi kliem pulit - li huma ma jridu l-ebda drittijiet pero' jridu l-kondizzjonijiet kollha.", "Dawn imsieken kuntenti bil-kondizzjonijiet li għamlulhom u jifirħu u jaqbżu kemm huma kuntenti bihom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President din il-Kamra qed tintalab li tagħti l-approvazzjoni tagħha biex il-Gvern jagħmel self ta' somma sostanzjali biex skond hu jkun jista' temporanjament ifejjaq id-deficit li qiegħed jiffaċċja.", "Issa l-Gvern ilu għal aktar minn sena u nofs jgħidilna li hawn problemi kbar ta' finanzi, li hawn ħafna ħofor u li pajjiżna għandu problemi kbar ta' dejn.", "Dan il-kliem minnu nnifsu diġa' huwa ta' dannu enormi.", "L-ewwelnett irridu ngħidu li dan huwa gvern immexxi b'aġenda ta' propaganda u ta' kif irid joħloq perception fost il-poplu Malti ta' kif inhi r-realta', u jidher ċar li m'huwa kapaċi jitmexxa minn xejn aktar.", "Malli ħa l-gvern f'idejh il-Malta Labour Party ma ppruvax jibni fuq il- ġid li kien hawn fil-pajjiż, kif stennieh li jagħmel il-poplu Malti.", "Il- Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant ma", "kompliex bir-ritmu ta' ekonomija li kienet ħajja u attiva meta spiċċa l- gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista imma għażel li l-ewwel jagħmel eżerċizzju ta' tifrik biex jagħti l-impressjoni li n-Nazzjonalisti fil- gvern kulma għamlu kien li berbqu l-flus, objective ta' propaganda li l- Malta Labour Party għamel għalih innifsu, u dan għamlu biex jiskredita' x- xogħol kollu li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Ħaseb li billi jagħmel hekk għandu jsibha aktar komda biex jiggverna għax ikun ikkondizzjona lil kulħadd li Malta għandha ħafna dejn u allura f'dawk iċ- ċirkostanzi wieħed m'għandux għalfejn jistenna ħafna affarijiet.", "Dak kien eżerċizzju rresponsabbli għall-aħħar.", "Kien eżerċizzju indirizzat biss biex il-Malta Labour Party jipprova jieħu vantaġġ politiku mhux ġustifikat u biex jilħaq l-iskopijiet tiegħu ta' propaganda.", "U jiena naħseb li għal ċertu żmien in-nies li kienu qed jisimgħu dik il-qanpiena - u forsi għal ċertu żmien semgħu biss dik il-qanpiena, għaliex il-Partit Nazzjonalista kien għadu kif ħareġ minn telfa elettorali - bdew ukoll jistaqsu lilhom infushom jekk dak li kienu qed jisimgħu kienx veru jew le.", "Aktar ma għadda ż-żmien aktar in-nies bdew jifhmu u jikkonvinċu ruħhom illi dak kien biss eżerċizzju ta' propaganda.", "Dak li kien qed jagħmel il-Gvern Soċjalista kien jikkontradixxi l-istatements li għamlu huma stess u jien se nieħu biss żewġ eżempji - hemm ħafna eżempji li nista' nieħu imma se nieħu tnejn biss - dak tal-Maltacom u tal-Malta International Airport.", "Wieħed mill-ewwel statements illi għamel l-Onor.", "Alfred Sant malli ħa l- gvern f'idejh kien li t-Telemalta Corporation u l-Malta International Airport kienu żewġ kumpanniji f'diffikultajiet finanzjarji kbar.", "Kellna anke rapporti dwar dan - ma ninsewx li dak kien iż-żmien meta l-Gvern Laburista kien jieħu pjaċir iqabbad nies biex jagħmlulu r-rapporti - u naturalment rapporti b'riżultati negattivi, b'affarijiet kompletament irrilevanti u affarijiet illi meta taqrahom taqbad tidħak.", "Per eżempju, fir-rapport dwar it-Telemalta kien issemma' li l-korporazzjoni kellha GSM żejjed.", "Xi skandlu!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fit-7.48 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kont qed nitkellem dwar l-iskoperta \"skandaluża\" ta' GSM żejjed.", "Dan insemmih biss bħala eżempju ta' waħda mill-banalitajiet li rriżultaw minn dawk ir-rapporti.", "Kulħadd kien ikun jaf x'se tkun il- konklużjoni ta' kull rapport, minn qabel ma jinkiteb, għaliex il-pattern mill-ewwel ħareġ u faċilment stajna nantiċipaw l-eżitu imma forsi ma kienx daqshekk faċli li naraw minn qabel l-effett ta' dan kollu.", "Din l-għajta tal-ħofor spiċċat biex kellha side effects ħafna aktar serji għall-pajjiż minn dawk illi bl-aktar mod ċar kien qed jipprova jilħaq il-Gvern Laburista.", "Ċertament illi l-istrateġija politika u propagandeska tal-Malta Labour Party, bil-ħafna diskors fuq il-ħofor, ma kenitx biss biex jikkondizzjonaw lill-poplu imma għamluha wkoll biex jikkondizzjonaw lill- unions biex it-talbiet tagħhom ikunu ħafna inqas milli setgħu jkunu meta kien hemm Gvern Nazzjonalista, fejn kien hawn ekonomija attiva immensament u vibranti għall-aħħar, b'investiment għaddej mingħajr ma jaqta' xejn.", "Lill-poplu l-Gvern Laburista pprova jagħtih l-impressjoni li kienu disa' snin u nofs fejn ma sar xejn ħlief li nħlew il-flus.", "Dik kienet assurdita' mostruża u aktar ma bdew jikkalmaw l-imħuħ wara l-elezzjoni aktar in-nies bdew jifhmu li dak li għamel Gvern Nazzjonalista kienu bidliet dejjiema illi lil dan il-pajjiż tawh livell ta' ħajja kompletament differenti minn dak li kienu jgawdu qabel.", "Sfortunatament għal pajjiżna - naħseb li anke l- Malta Labour Party irrealizza dan imma forsi tard wisq - il-makkinarju ta' propaganda qatel il-fiduċja kollha illi kien hawn f'pajjiżna.", "Ngħid li qatel il-fiduċja kollha għaliex meta inti ddur u titkellem ma' l-operaturi ekonomiċi - huma ta' liema opinjoni politika huma, humiex operaturi żgħar jew operaturi kbar - dawn ilkoll jitkellmu kif majnat il-fiduċja u kif kollox huwa mwaħħal mingħajr ma jidher illi hemm xi sinjali li l- affarijiet jistgħu jieħdu r-ruħ.", "Dawn ilkoll jagħmlu riferenza għall- perijodu twil ta' propaganda li għamel il-Malta Labour Party meta ħa l- gvern f'idejh bid-diskors fuq il-ħofor, ħafna minnhom ineżistenti.", "Imma d- dannu kien laħaq sar, dannu li fil-fatt dar fuq il-Gvern Laburista bħal boomerang.", "Din il-propaganda kkontribwiet ukoll biex quddiem din il-Kamra tersaq din il-liġi li llum għandna quddiemna.", "Il-Gvern Laburista għandu r- responsabblita' li għal żmien ikkontribwixxa bl-aktar mod serju biex kompla jikber id-deficit.", "Din hija xi ħaġa li ċ-ċittadini Maltin illum qegħdin jirrealiżżaw.", "Eżattament x'qed jagħmel il-Gvern li qiegħed fil-poter?", "X'għamel f'din is-sena u nofs illi ilu fil-gvern?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Joe Debono Grech, jekk jogħġbok m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Li għamel dan il-Gvern kien li fil-fatt kompla jkabbar il-ħofor.", "Din hi xi ħaġa li forsi lill-Onor.", "Debono Grech ma togħġbux imma hija r-realta'.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: X'ma jogħġobnix lili?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Debono Grech, oqgħod bil-qegħda.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Lill-Onor.", "Debono Grech jien qatt ma nterrompejtu u ma nippretendihx li għandu jinterrompini.", "Għandi d-dritt li nitkellem hawnhekk għax lili tellagħni l-poplu daqs kemm tella' lilu.", "(Agħjat) L- Onor.Debono Grech irid jiddeċiedi li jekk hu jrid ikun membru għandu jġib ruħu sew meta jitkellmu membri parlamentari oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Issawwatnix lili int!", "Issawwatnix lili u ifhimni x'qed ngħidlek.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Debono Grech, ġib ruħek aħjar.", "Kompli Onor. Frendo, għandek il-protezzjoni tas-Sedja.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, kont qed ngħid li x-xhur twal ta' propaganda li għamlu issa daru kontra tagħhom.", "Dik hija r-realta' tal- ħofor, biex ma nsemmix ukoll it-trawma tal-bidla mill-VAT għas-CET.", "U din ukoll kellha effetti kbar fuq l-ekonomija għaliex kompliet ittawwal l- inċertezza illi kien hawn fil-pajjiż.", "Din l-inċertezza għadha magħna u sfortunatament tiżdied tista' bid-diskors dwar il-free-trade area u bil- possibbilta' - jew aħjar probabbilta' - ta' aktar bidliet fir-reġim fiskali.", "Dawn m'humiex affarijiet li jagħmlu ġid lil pajjiżna.", "Dawn huma affarijiet illi lil pajjiżna joħolqulu effett ta' inċertezza kbira u din hija waħda mir-raġunijiet għaliex l-ekonomija taħt dan il-Gvern simply has not taken off.", "Id-deċiżjonijiet politiċi tal-Gvern iġġammjaw l-ekonomija.", "Ħafna nies qegħdin jistaqsu x'inhi d-direzzjoni u l-programm politiku ta' dan il-Gvern.", "Ħafna nies qegħdin jaraw li fil-fatt dan huwa gvern li qed jiġġestixxi l-poter pero' li m'għandux direzzjoni ċara ta' fejn irid imur.", "U dan diġa' tkellmu fuqu anke sħabi hawnhekk.", "Hemm bżonn ta' diskors ċar dwar l-Unjoni Ewropea u diskors ċar dwar kif għandna nfittxu li nagħtu direzzjoni lil dan il-pajjiż, għaliex mingħajr direzzjoni ċara n-nies ma jistgħux jinvestu.", "Jekk ma jkunx hawn direzzjoni ċara l-problema tad- deficit se tibqa' magħna wkoll.", "Jekk ma jkunx hawn direzzjoni ċara l- ekonomija tagħna mhux se tikber, u jekk l-ekonomija ma tikbirx il-Gvern se jibqa' jkollu l-problemi tiegħu ta' likwidita'.", "Dawn il-problemi ma tistax issolvihom sempliċement billi żżid it-taxxi.", "Trid issolvihom billi tkun kreattiv u billi tipprova toħloq ix-xogħol u toħloq attivita' ekonomika aktar mifruxa.", "X'qed jagħmel il-Gvern dwar dan?", "Waħda mill-affarijiet li qed jagħmel il-Gvern hija l-privatizzazzjoni.", "Din hija waħda mill-affarijiet li l-Gvern qiegħed jaħdem fuqha u qiegħed jenfasizza ħafna fuqha.", "Naturalment jiena diġa' tkellimt f'din il-Kamra fejn għidt li ħafna nies skantaw illi l-Malta Labour Party telaq fuq din il- linja bil-ġirja meta qabel l-elezzjoni l-partit kien kompletament kontra tagħha.", "Naħseb li hemm ukoll min qed jistaqsi jekk l-affarijiet sarux bil- ġirja wisq u hux qegħdin nagħmlu l-privatizzazzjoni in a panic.", "Ejja nieħdu l-Maltacom, kumpannija li qiegħda fi stadju li tiġi pprivatizzata.", "Aħna diġa' ppronunzjajna ruħna f'dan il-Parlament favur din it-tip ta' privatizzazzjoni.", "Il-Maltacom, kumpannija li suppost kienet falluta, se tinbiegħ u issa naraw jekk hux veru li kienet falluta.", "Nisperaw li dan l- eżerċizzju jkun ta' ġid għal pajjiżna, għax aħna rridu biss il-ġid ta' pajjiżna, inkunux fil-gvern jew fl-oppożizzjoni.", "Madankollu rridu ngħidu ċerti affarijiet ukoll.", "Irridu ngħidu, per eżempju, li dan huwa gvern li jiġri biex jagħmel l-affarijiet u jista' ma jkunx qed jieħu l-aqwa benefiċċju mill-affarijiet minħabba l-panic li għandu, għaliex m'huwiex kapaċi li joħloq il-ġid, għaliex m'huwiex kapaċi jkun kreattiv u jqajjem attivita' ekonomika.", "Dan il-Gvern qiegħed ibigħ il-family silver u issa qed ibigħ 40% tal-Maltacom.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn kif isiru l-privatizzazzjonijiet ta' ħafna kumpanniji tat-telekomunikazzjoni - mhux qed ngħid għal kollha, għaliex kull pajjiż għandu l-istil u d-deċiżjonijiet tiegħu x'jagħmel - jiskopri illi min mexa' bil-għaqal ma biegħx 40% ta' l-ishma ta' kumpannija li tkun kibret ħafna.", "F'pajjiżi oħrajn, min ikun bil-għaqal ibigħ 10%, 15%, 20% jew forsi 25% ta' l-ishma ta' soċjeta' li tkun il-main carrier, kif inhi l-Maltacom.", "Min ikun bil-għaqal jieqaf hemmhekk u fit-tieni stadju jerġa jbigħ biċċa oħra minn dak l-istock illi jkun baqagħlu.", "Ħafna pajjiżi li għamlu hekk irriżultalhom illi fit-tieni stadju l-pajjiż jaqla' ħafna aktar milli jaqla' fl-ewwel stadju.", "Imma dan il-pajjiż, bil-politika tal- Malta Labour Party, huwa pajjiż illi qed ibigħ in a panic.", "Huwa pajjiż li jrid ibigħ bilfors għaliex mhuwiex kapaċi joħloq ix-xogħol, mhuwiex kapaċi jqajjem l-ekonomija u allura jrid ibigħ dawk l-affarijiet li żviluppaw, ssaħħew u kibru meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern.", "Jista' jkun illi l-Gvern se jdaħħal ammont sostanzjali f'miljuni ta' liri - u aħna nisperaw li jkunu ħafna dawk li jinvestu f'kumpanniji bħal dawn - imma kieku wieħed mexa' b'aktar għaqal seta' jkollu ħafna aktar.", "Din il-kritika qed nagħmilha għax qed nitkellmu fuq sitwazzjoni ta' deficit u allura huwa aktar ħażin illi nbiegħu l-affarijiet in a panic.", "L-affarijiet iridu jkunu pprivatizzati imma pprivatizzati b'aktar studju, b'aktar sens u b'inqas għaġġla.", "Din hija xi ħaġa li fir-realta' tkun ta' telf għall-poplu Malti jekk wieħed ma jdaħħalx daqskemm suppost idaħħal.", "Investiment f'dan il- pajjiż sar ħafna u hemm bżonn li ċerti setturi jiġu żviluppati aktar, b'mod li ma jkollniex bilfors nitfgħu burden dejjem akbar fuq it-taxpayer, b'mod li nkunu kapaċi noħolqu x-xogħol u noħolqu attivita' ekonomika bl-ideat u bil-kreattivita' tagħna.", "Jiddispjaċini ngħid li bħalissa l-kreattivita' hija nieqsa għall-aħħar.", "Jiena skantajt meta ġie ppreżentat il-proġett tal-Kottonera biex nibnu yacht marina fil-Port il-Kbir.", "Skantajt għax meta ġie ppreżentat dak ir- rapport ingħatat l-idea li dan kien xi rapport li sar fi żmien dan il- Gvern.", "Il-verita' hi li dak ir-rapport kien tlesta mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern u kien parti mill-istudji illi kienu saru wkoll in conjunction mal-Planning Authority biex jintgħażel l-aħjar sit għal yacht marina oħra.", "Jien ma rridx ngħid li l-ideat huma xi monopolju ta' xi ħadd imma b'umilta' ngħid li l-kreattivita' fi żmien Gvern Nazzjonalista kienet ħafna aktar qawwija u kontinwa.", "F'dan il-pajjiż in-nies kienu jgorru li kienu qed isiru wisq affarijiet malajr.", "Illum is-sitwazzjoni hi bil-maqlub.", "Illum il-Gvern għandu l-problema li jrid joqgħod idur fuq il-poplu biex jiġbor il-flus, għaliex il-Gvern m'għandux l-ideat u m'għandux il- kreattivita' neċessarja biex lil dan il-pajjiż jagħtih postu u jagħtih l- iżvilupp neċessarju ekonomiku.", "U fejn għandu xi ftit ideat, dawn huma ideat li kienu għadhom ma twettqux mill-Gvern Nazzjonalista.", "Jagħmel sew illi dawk l-ideat jeħodhom, imexxihom u jkabbarhom, u eżempju ta' dan hija l- idea tal-cruise liners.", "Fil-fatt l-idea tal-cruise liners hija idea importanti ħafna illi ssegwi l-idea ta' kif wieħed għandu jiżviluppa l-Port il-Kbir, għaliex il-proġett tal-Kottonera huwa marbut mal-funzjoni tal-Port il-Kbir ukoll.", "Huwa imporanti ħafna li ma nitilfux iċ-ċans f'dan il-pajjiż illi nagħmlu x- xogħol biex inkabbru l-kummerċ li jiġi mill-cruise liners.", "Dwar dan issemma' ħafna minn dan il-Gvern imma fil-verita' din hija idea li ħaduha mill-Gvern ta' qabel, idea tajba, u tajjeb li wieħed jiżviluppaha.", "Il-ħażin hu li wara l-elezzjoni, malli ħadu l-gvern f'idejhom, il-Malta Maritime Authority kellhom jattendu konferenza fuq il-cruise liners u naf li dik il- konferenza ma marrux għaliha għax xi ħadd qal li ma ridhomx jonfqu flus fix-xejn.", "Dan huwa ħażin għax biex jieħu ħsieb id-deficit il-Gvern m'għandux jaħseb b'dan il-mod.", "Li qed jiġri f'dan il-pajjiż huwa li mhux talli l-ekonomija m'hijiex qed tespandi, talli l-ekonomija qiegħda kontinwament dejjem aktar tirrestrinġi ruħha u l-mentalita' li biha miexi l- Gvern hija mentalita' li l-ekonomija jagħmilha aktar ristretta milli hi llum.", "U dan huwa ta' periklu enormi f'pajjiż żgħir li m'għandux riżorsi naturali.", "Pajjiż bħal tagħna jrid ikollu mentalita' li jespandi kemm jiflaħ l-ekonomija tiegħu biex din tkun waħda vibranti, bħalma kienet meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Ma jagħmilx sens li wieħed jieħu atteġġament illi biex jiffranka li jmur konferenza, jirriskja illi jitlef l- opportunita' li jkabbar il-business tal-cruise liners.", "Qed nitkellmu fuq business li fil-Mediterran huwa ntiż li f'dawn is-snin li ġejjin jikber għal madwar xi 6 miljuni, u Malta trid tipparteċipa fih.", "Din m'hijiex kwestjoni li tieħu parti sempliċement għaliex jinkluduk fir- rotot tagħhom jew inkella ma tieħu xejn jew tieħu ftit.", "Baqa' ħafna xi jsir f'dan is-settur biex inkunu nistgħu noħolqu l-ġid u ma niġux aktar f'din is-sitwazzjoni fejn il-Gvern m'huwiex kapaċi li jdaħħal il-fondi neċessarji biex imexxi l-affarijiet tiegħu.", "Dan settur li ġie managed mill- Gvern Nazzjonalista b'mod li mhux talli kabbarnih talli anke għamilna taxxa ta' Lm4 fuq kull ras għal kull min jiġi fuq cruise.", "U minkejja li wara l-elezzjoni ma tantx ingħataw girlandi lil min imexxi u jaħdem fil- Malta Maritime Authority, nistgħu ngħidu li din l-organizzazzjoni għamlet ħafna ġid u sena wara sena sena għaddiet flus lill-Erarju.", "Fil-fatt din tat anke sa Lm2 miljun mill-qligħ tagħha u kkontribwiet għad-dħul tal-gvern, apparti naturalment mill-kontribut tagħha biex tkompli tkabbar dan is- settur.", "Dan li għandna quddiemna llum huwa dak li jirriżulta meta jkollok gvern illi jħares lejn il-politika bħala eżerċizzju ta' propaganda u ma jagħtix kas assolutament ta' l-effett ta' l -istess propaganda fuq il- pajjiż.", "Kif diġa' għidt, din qed taġixxi bħal boomerang u qed tolqot lill- Gvern stess.", "Sfortunatament meta tolqot lilu stess din tkun qed tolqot ukoll il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Kien hawn ukoll diskors fuq l-Unjoni Ewropea u fuq il-free trade zone.", "Bla dubju ta' xejn dan huwa diskors importanti u huwa diskors rilevanti ħafna għal dak li qed niddibattu llum.", "Huwa diskors li għandu x'jaqsam ma' kif inħarsu lejn l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna u kif irridu li aħna niffinanzjaw dak l-iżvilupp.", "Hija xi ħaġa magħrufa minn kulħadd illi l- akbar kontribut li l-Unjoni Ewropea tagħti, partikolarment lil dawk il- pajjiżi membri illi ma jilħqux it-threshold ta' ġid li l-Unjoni Ewropea tippretendi, huwa għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura.", "L-aktar nefqiet kbar li għandu bżonn jagħmel pajjiżna huwa proprjament f'dan is-settur.", "Hemm min jagħmel kalkoli li dawn kienu se jagħtuna xi Lm80 miljun.", "Jiena ngħid illi huwa diffiċli li tasal għal kalkolu preċiż imma meta tara kif ħadmu f'pajjiżi oħrajn, ma tistax ma tgħidx li Malta se titlef ħafna.", "Diġa' qed nitilfu u hemm iċ-ċans li nkomplu nitilfu għal żmien twil.", "Meta nirriferi għall-infrastruttura nkun qed nirriferi għal kif tipproduċi l- ilma u d-dawl, għal kif tibni t-toroq u kif tibni l-mollijiet, u nkun qed nirriferi għal dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasport u t- telekomunikazzjoni.", "Dawn kollha huma affarijiet li huma fil-qalba ta' l- ekonomija ta' kull pajjiż imma aktar u aktar fil-bażi ta' pajjiż żgħir li jrid iżomm l-ekonomija tiegħu miftuħa għall-kompetittivita' ma' pajjiżi oħrajn fuq livell internazzjonali.", "Huwa ferm importanti li pajjiż bħalma hu tagħna jsaħħaħ l-infrastruttura tiegħu kontinwament.", "Pajjiżna m'għandux riżorsi naturali u allura jrid jikkompeti permezz ta' infrastruttura mill- aqwa u mhux permezz ta' infrastruttura medjokri.", "Pajjiżna ma jistax jaffordja li jkollu infrastruttura medjokri għax dik tista' taffetwah b'mod illi ma tħallihx jikkompeti internazzjonalment; u jekk Malta ma tidħolx fl- Unjoni Ewropea se titlef immensament mill-għajnuna li tingħata.", "Il-prova ta' dan tinsab anke fl-istorja ta' kif ġraw l-affarijiet.", "Per eżempju, l-Irlanda bniet l-infrastruttura tagħha b'għajnuna kbira mill-Unjoni Ewropea, b'mod illi llum min imur hemm jgħidlek li dak huwa pajjiż li ma tagħrfux minn kif kien qabel.", "Qed nitkellmu fuq pajjiż li wkoll m'għandux riżorsi naturali kbar.", "Huwa pajjiż li għadda minn faqar kbir fl-istorja tiegħu, li qiegħed fil-periferija ta' l-Ewropa u jrid jaħdem biex jiġbed dik l-attivita' ekonomika li l-qalba ta' l-Ewropa teħodha for granted.", "Qed nitkellmu fuq pajjiż li qiegħed fl-Unjoni Ewropea u għandu wkoll setturi ta' servizzi finanzjarji, pajjiż li jikkompeti direttament magħna, imma pajjiż li għandu din l-għajnuna dieħla u aħna m'għandniex.", "U l-aktar ħaġa li l-poplu Malti qed jistaqsi llum hija: Għaliex aħna rrinunzjajna għall-vantaġġ li kellna fir-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea?", "Konna fuq quddiem nett biex nidħlu membri u mingħajr ma nnegozjajna t-termini tagħna u mingħajr ma rajna eżattament din x'se tfisser punt punt, qbadna u ffriżajna l-applikazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-Seduta ġiet sospiża fit-8.22 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, qabel ma ssospendejna kien hawn talba għal extension u jiena għajjat għal quorum.", "It-talba għal extension għadha ma ġietx proposta u ssekondata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Frendo jkompli jinstema'.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Frendo jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Kont qiegħed ngħid li huwa importanti li l-kwestjoni ta' l- Unjoni Ewropea u l-kwestjoni tal-free trade area tiġi ttrattata bl-aktar mod serju, anke fid-diskussjoni fuq din il-liġi.", "Din il-kwestjoni għandha rilevanza diretta għal dak li qed niddiskutu llum.", "Għaliex dan il-pajjiż għandu jiġi ffaċċat b'liġi ta' din il-kwalita' mingħajr ma naraw x'alternattivi seta' jkollu kieku kompla għaddej fit-triq li kien qabad?", "Dik kienet triq tajba, triq li kienet tagħmel ħafna sens għar-rigward tal- futur ta' pajjiżna u t-triq li Malta għandha ssegwi.", "Aħna qatt m'għidna hekk sempliċement b'emozzjoni jew għax irridu nkunu Ewropej aktar mill- Ewropej.", "Qatt m'għidna hekk sempliċement għaliex dak huwa xi konċett li taqra fuqu fil-kotba imma għidna hekk biss għaliex dejjem emminna li dik hija t-triq fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Sur President, meta jaraw dawn il-problemi ekonomiċI kollha n-nies ġustament jistaqsu: Għaliex Malta ma baqgħetx għaddejja f'din it-triq li setgħet tgħin finanzjarjament lil pajjiżna?", "M'hi qed tingħata l-ebda spjegazzjoni għaliex il-Gvern Laburista qed jagħżel il-free trade area.", "Il-Gvern mhuwiex qed jagħmel l- ispjegazzjonijiet ta' x'inhuma l-vantaġġi ta' din il-free trade area.", "Il- pubbliku u l-membri ta' dan il-Parlament għandhom dritt jistaqsu x'inhuma l- vantaġġi ta' free trade area ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għaliex din tkun aħjar milli kieku nkunu sħab?", "Jew għaliex għandu jkun aħjar illi ma jkollok l- ebda relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea?", "U x'sar minnha l-industrial free trade zone li konna nisimgħu biha qabel l-elezzjoni u li issa f'daqqa waħda saret free trade zone?", "Dawn kollha huma affarijiet li sfortunatament f'dan il-pajjiż għadhom qed joħolqu konfużjoni u inċertezza kbira.", "Minn mindu l- Malta Labour Party ħa l-gvern f'idejh, inħolqot inċertezza illi bħala pajjiż bl-ebda mod ma nistgħu neħilsu minnha.", "Dawn huma problemi li l- Gvern għandu r-responsabbilta' li jindirizza u għandu jindirizzahom jekk irid li jerġa' jqajjem l-attivita' ekonomika f'dan il-pajjiż.", "Meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, l-Onor.", "Fenech Adami kien qal li jekk l- għażla ta' Malta li tidħol fl-Unjoni Ewropea tiġi b'xi mod questioned, se jkollna problemi ekonomiċI kbar.", "Fil-fatt dik hija r-realta'.", "Għaliex hija dik ir-realta'?", "Irridu nammettu, Sur President, li dik il-parti tas-soċjeta' tagħna li hija magħmula minn nies ta' inizjattiva ekonomika, nies ta' inizjattiva li biha jieħdu r-riskji, nies li jagħtu l-kontribut tagħhom biex Malta timxi 'l quddiem, iridu jkunu jafu x'inhija d-direzzjoni.", "Din m'hijiex xi ħaġa kbira imma hija xi ħaġa importantissima u hija xi ħaġa li tolqot b'mod dirett dak li għandna quddiemna llum bħala Parlament.", "Per eżempju, nafu li pajjiżi illi għażlu li jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, bħal Spanja u l- Portugall, attiraw aktar investiment minn barra l-Unjoni Ewropea, bħalma huwa investiment Ġappuniż u investiment minn pajjiżi oħrajn.", "Barra minn hekk, malli saru membri, il-Portugall u Spanja kellhom influss konsiderevoli ta' investiment mill-pajjiżi li kienu diġa' membri ta' l- Unjoni, jiġifieri kien hemm moviment ta' investiment ukoll fi ħdan l-Unjoni stess.", "Dan huwa t-tip ta' investiment illi huwa importanti għalina.", "Għal min jistaqsi x'inhi d-differenza bejn li tkun membru u li ma tkunx, essenzjalment id-differenza hija li min forsi ma jafekx daqshekk mill-viċin ikun jaf li inti għandek it-timbru ta' pajjiż stabbli u pajjiż li jagħmel parti minn suq kbir.", "Int ikollok timbru ta' pajjiż li meta tinvesti fih ma tistenniex li r-regolamenti jinbidlu minn ġurnata għall-oħra u pajjiż li jimxi b'mod sinkronizzat mal-bqija ta' l-ekonomija Ewropea.", "Fuq kollox ikollok timbru ta' pajjiż li jifforma parti mill-aktar area ekonomika b'saħħitha illi hawn fid-dinja tal-lum.", "Huwa importanti ħafna illi wieħed jikkonsidraha din għaliex il-fatt li dan il-Gvern għamel l-għażla illi ma jidħolx qed jitfa' lil pajjiżna lura.", "Ma ngħidx illi kien effett tremend illi l-Gvern għamel l-għażla li Malta ma tidħolx fil-Partnership for Peace.", "Dan kien wiegħed li jagħmel hekk qabel ma tela' u kienet deċiżjoni li ħadha appena tela' - forsi wieħed għad irid janalizza għalfejn kien daqshekk fidil ma' kulma qal għar-rigward ta' dik id-deċiżjoni, meta ma kienx daqstant fidil fir-rigward ta' affarijiet oħra li kien qal qabel l-elezzjoni - iżda jekk dik id-deċiżjoni kenitx ġusta jew le tgħallimna l-istorja.", "Biss jien ngħid li filwaqt li t- tneħħija ta' Malta mill-Partnership for Peace kien sinjal negattiv, ma naħsibx li wieħed irid jorbot magħha konsegwenzi kbar.", "Imma m'għandix dubju li l-għażla li l-Gvern Malti jiffriża l-applikazzjoni tagħna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea kellha konsegwenzi kbar u dik hija parti mill- kontribut li dan il-Gvern ta biex tkompli tikber il-ħofra u biex jiġi quddiem dan il-Parlament u jitlob ukoll illi jkollna diskussjoni fuq liġi bħal din.", "Naħseb li issa wieħed irid jgħid ukoll x'inhuma l-vantaġġi ta' free trade area u kif din tista' tikkontribwixxi biex il-problemi finanzjarji li qed jiġi ffaċċat bihom pajjiżna jiġu solvuti.", "M'għandix dubju li waħda mit- telfiet kbar li l-free trade area ġġib magħha huwa t-telf ta' appoġġ finanzjarju u tekniku u appoġġ ta' għajnuna biex isiru joint ventures - dan l-appoġġ u din l-għajuna l-Unjoni Ewropea tagħtihom waqt li tkun qed issir ristrutturazzjoni ta' l-ekonomija ta' pajjiż li jkun daħal jew se jidħol membru - u dan barra t-telf ta' għajnuna diretta li tingħata mill- Unjoni Ewropea meta pajjiż ikun bl-aktar mod ċar fit-triq li jsir membru.", "Aħna konna wasalna biex nagħmlu l-ewwel pass f'din it-triq pero' f'daqqa waħda għalaqna l-bieb f'wiċċna.", "Ejja ma ngħidux li nstabat il-bieb f'wiċċ il-poplu Malti imma ngħidu li sfortunatament il-Gvern Malti għalaq il-bieb f'wiċċu stess.", "Bil-free trade area bla dubju ta' xejn mhux se jkun possibbli li jsir dan kollu.", "Il-free trade area tfisser illi l-Gvern irid bilfors ifittex fondi minn x'imkien ieħor biex ikun jista' b'xi mod jgħin b'mod sostanzjali lill-industriji - kif inhuwa d-dmir tiegħu - biex jirristrutturaw biex ikunu kapaċi jikkompetu u jagħtu l-kontribut tagħhom lejn l-Istat.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn għandna negozji li qed jitħabtu biex jgħaddu l-kontributi li huma obbligati jgħaddu lill-Istat.", "Illum għandna ekonomija li qed tirristrinġi ruħha minn ħin għall-ieħor, għandna diffikultajiet ta' nuqqas ta' attivita' ekonomika u fl-istess ħin għandna gvern li qiegħed jagħfas dejjem aktar bit-taxxi.", "Veru li l-gvern irid jara li jiġbor it-taxxi imma dan qed jagħmlu f'mument diffiċli ħafna għan- negozju u minħabba f'hekk is-sitwazzjoni qed tkompli taggrava ruħha.", "Min qiegħed fin-negozju qed jiġi magħsur minn kull angolu u qed jiġi magħsur minn kull deċiżjoni u minn kull aġir tal-gvern.", "Qed jiġi magħsur ukoll mill- fatt li qiegħed jopera f'suq mejjet.", "Minħabba f'hekk anke r- ristrutturazzjoni se tkun aktar u aktar diffiċli.", "U rridu naraw dan x'effett se jkollu wkoll fuq il-ħaddiema.", "Il-fatt huwa li bl-għażla li għamel il-Gvern Laburista pajjiżna rrinunzja għall-għajnuna mill-Unjoni Ewropea u l-Gvern ġie kostrett ibigħ il-family silver in a panic u issa qed jgħid li se jaqbad persentaġġ mid-dħul u jerġa' jippumpjah lura fl- industrija biex jgħinha fir-ristrutturazzjoni.", "Din m'hijiex xi ħaġa li aħna qegħdin ngħidu li m'għandhiex il-validita' tagħha imma hija xi ħaġa li l-Gvern ġab fuqu huwa stess meta għamel l-għażla li ma jidħolx fl-Unjoni Ewropea.", "Il-poplu jinsab konfuż u huwa għatxan biex isir jaf x'se jiġri bil-free trade area u xi tfisser din għar-rigward ta' kif l-ekonomija tagħna tista' tirkupra, biex ma jkollniex bżonn li niġu f'dan il-Parlament u ngħaddu liġijiet bħal dawn.", "In-nies qegħdin jistaqsu x'se jkunu l-konsegwenzi ta' free trade zone u x'se jfisser dan għan-negozji ż-żgħar.", "Il-pubbliku qed jistaqsi wkoll x'se jfisser li ma jkunx hemm aktar protezzjoni għall- industrija Maltija.", "Kif se ndawru l-industrija lokali li għandha diffikulta' biex issir aktar kompetittiva?", "X'se tfisser il-free trade area, li l-industriji Maltin ikunu aktar kapaċi jsibu swieq oħra?", "Meta wieħed janalizza din is-sitwazzjoni jara wkoll li ħafna mill-kritika li kien jagħmel il-Malta Labour Party lill-Partit Nazzjonalista għall-għażla tiegħu li jidħol fl-Unjoni Ewropea kienet kritika li fil-fatt issib ruħha fil-mudell tal-free trade area.", "L-affarijiet li kienu jikkritikawna bihom issa huma għamluhom il-politika tagħhom.", "Minħabba f'hekk in-nies jinsabu aktar konfużi minn qatt qabel.", "Il-poplu għamel żmien jistenna biex jara x'se jiġri mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Il-poplu għamel żmien jistenna biex jara x'se jiġri mill-VAT u mis-CET.", "Il-poplu għamel żmien jistenna biex jara kif se taġixxi l-ekonomija u jara jekk dan il-Gvern hux se jsib id-direzzjoni tiegħu biex ikun kapaċi joħloq il-ġid.", "Il-poplu issa qed jistenna wkoll biex jara x'se jkunu l-effetti tal-kontijiet tad- dawl u l-ilma illi ħerġin.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn ħadd ma hu qed jieħu deċiżjoni issa imma kulħadd qed iħalli għal aktar tard.", "Din hija ħaġa ta' detriment kbir għall-pajjiż.", "Issa jiena nemmen li l-kompetizzjoni hija xi ħaġa tajba u li għandna ninkoraġġuha.", "Fiha nfisha l-kompetizzjoni ġġiegħel lil kulħadd ikun aktar produttiv u aktar effiċjenti.", "Meta jkollok kompetizzjoni serja tista' wkoll tkabbar is-suq.", "Din hija żgur waħda mill-aspetti tal-politika li wieħed għandu jinkoraġġixxi, iżda x'qegħdin naraw?", "Qegħdin naraw l-affarijiet isiru bil-maqlub.", "Tajjeb li ssaħħaħ ċerti industriji imma rridu nistaqsu lilna nfusna jekk hux qed noħolqu monoliths li flok ikabbru l-kompetizzjoni jnaqqsuha u flok iżidu l-attivita' ekonomika jċekknuha jew ma jkabbruhiex biżżejjed.", "Qed nirriferi għal dak li qed jiġri bħalissa fil-qasam tat- telekomunikazzjoni.", "Per eżempju, il-Maltacom xtrat internet provider meta diġa' kellha minority stake fiha.", "Issa meta oriġinarjament it-Telemalta kienet ġiet biex tieħu stake żgħira fiha kien qam għagħa kbir minn fost l- internet providers kollha f'pajjiżna u lkoll qalu: X'għarukaża li t- Telemalta se jkollha stake ta' 20% f'dan l-internet provider!", "Imma mbagħad?", "Inbidel il-gvern u ħaġa ta' l-għeġubijiet kulħadd baqa' sieket.", "Ħadd mill-internet providers ma għolla mqar leħen żgħir meta l-Maltanet flok żammet imqar 20% tat-Terranet, xtratha kollha.", "Jiġifieri llum għandna l-main provider li għandu monopolju u li wkoll issa għandu kumpannija ta' l- internet li hija tiegħu kompletament.", "Mela dan qed jikkompeti f'settur li m'huwiex monopolizzat waqt li ħaddieħor ma jistax jikkompeti fis-settur tiegħu fejn għandu l-monopolju.", "Dawn huma affarijiet li żgur ma jkabbrux l- attivita' ekonomika imma huma affarijiet li lil ċerti nies ipoġġuhom aktar komdi milli kienu qabel u żgur m'għandhomx dak l-inċentiv biex ikomplu jkabbru dan is-settur, għax hija l-kompetizzjoni li ħafna drabi tkabbar l- attivita' ekonomika.", "Issa qed nisimgħu wkoll li għandu mnejn li l- Maltacom tixtri l-Vodafone ukoll.", "B'hekk se noħolqu dan il-monolith u flok se ndaħħlu aktar operaturi f'dan is-settur se nispiċċaw ikollna operatur wieħed biss.", "Dawn huma mudelli li żgur m'humiex mudelli tas-suq modern.", "Dawn huma mudelli antiki li b'xi mod qed nerġgħu narawhom jiżviluppaw.", "Dawn m'humiex il-mudelli li bihom issolvi l-problemi ekonomiċi imma mudelli li joħolqu sitwazzjoni fejn ikun hemm min jiddomina b'mod assolut f'settur partikolari.", "Sur President, f'dan id-diskors diġa' rriferejt għall-problema tal- kreattivita', ħaġa li dan il-Gvern ftit jaf x'inhi.", "Dan huwa gvern illi tela' għaliex kien kapaċi jkisser l-ideat, ikisser il-perception u jkisser kulma sab quddiemu, iżda meta ħa r-responsabbilta' vera u proprja fuq spallejh imbagħad rajna storja oħra.", "Biex tkisser u tirkeb fuq dahar ħaddieħor u tieħu l-poter hija storja imma biex tmexxi l-pajjiż hija storja oħra.", "Illum il-poplu Malti qiegħed jgħix l-istorja l-oħra u l-istorja l- oħra hija spoof ta' kif kienet l-istorja meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern.", "Dak kien il-film veru u issa għandna parodija.", "Illum għandna gvern going through the motions, taparsi huwa in control ta' l-affarijiet u fil-fatt huwa gvern li ma ħoloq xejn, li ma kabbarx l-ekonomija u li ma ġabx investiment.", "Huwa gvern li ma tax direzzjoni lill-pajjiż.", "Huwa gvern li rnexxielu jwaqqaf ir-ritmu ta' żvilupp ekonomiku li kien hawn u ngħid li rnexxielu jwaqqfu bl-aktar mod irresponsabbli.", "Kien ċar li min kien qed jinvesti meta nbidel il-gvern kien lest li jkompli jinvesti f'dan il-pajjiż u għal ċertu żmien kien ċar illi l-investituri kienu se jibqgħu jagħtu l- kontribut tagħhom.", "Wara kollox m'għandux jieqaf ir-ritmu ekonomiku għaliex jinbidel il-gvern, jinbidlu l-persuni, jinbidlu l-ideat, jinbidlu l- policies, anzi l-kuntrarju għax bidla fil-gvern għandha tagħti aktar saħħa u aktar attivita' ekonomika lill-pajjiż.", "Hekk ġara per eżempju fl- 1987.", "Meta fl-1987 tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ġara eżattament kif qed ngħid jien.", "L-ekonomija bdiet tiżviluppa, l-attivitajiet bdew jikbru, kien hawn vibrancy enormi fl-ekonomija tagħna, kien hawn investiment, fiduċja u kulħadd kien qed jaħdem biex jagħmel futur aħjar għalih u għal uliedu.", "Fl-1996 ġara l-kuntrarju u ma kellux għalfejn isir dan.", "Parti minnu dan ġara minħabba d-diskorsi ma jaqtgħu xejn fuq il- ħofor, diskors insensat illi minnu nnifsu ġab ħafna ħofor u ġab nuqqas ta' fiduċja.", "Ġara wkoll li tela' gvern li biddel id-direzzjoni ta' Malta vis-a-vis l- Unjoni Ewropea.", "Dak li konna qegħdin naħdmu għalih meta konna fuq il- bankijiet tal-gvern, li pajjiżna jieħu postu madwar il-mejda mal-pajjiżi l- oħra Ewropej fuq livell ugwali, bid-drittijiet kollha li tagħtina sħubija fl-Unjoni Ewropea, u b'mod li l-poplu tagħna jiġi rikonoxxut bħala poplu sovran u poplu illi kapaċi jagħti kontribut għall-Iżvilupp mhux biss ta' pajjiżu imma għall-iżvilupp ta' l-Ewropea wkoll, dan kollu tar mar-riħ u minflok smajna fuq il-ħofor u smajna li se nitilqu mill-Unjoni Ewropea.", "Anzi l-Prim Ministru issa qalilna li allaħares qatt li xi darba Malta tkun membru ta' l-Unjoni.", "Jien ma nafx x'irid igħid biha din għax kulma rajna s'issa kien gvern li ma jafx eżattament x'irid.", "Sal-lum ma nafux x'inhija l- free trade area għax mhux qed jagħtuna d-dettalji eżatti.", "Aħna rridu nkunu nafu aktar dettalji ta' fiex eżattament tikkonsisti din il-free trade area u x'inhuma l-vantaġġi u għalfejn il-Gvern għażel free trade area u ma kompliex fit-triq għal sħubija.", "Il-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant irid jerfa' r-responsabbilta' ta' dan kollu u jrid jispjega dan ukoll.", "Dawn huma kollha affarijiet illi għamlu deni kbir, ġabu ħafna sfiduċja fil-pajjiż, b'mod illi s-soluzzjonijiet li hemm bżonn m'humiex sempliċement li nkomplu niġbru l-flus bil-mod kif qed niġbruhom jew billi ngħaddu liġijiet bħal dawn, imma li nsibu gvern li jkun kreattiv u li jkun kapaċi joħloq il-ġid.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fit-8.57 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, jagħtini pjaċir li nista' nitkellem fuq is-suġġett li għandna quddiemna llum għax l-argument tal-psikoloġija tas-self intuża bil-goff kontra l-Partit Nazzjonalista.", "Niftakru anke fis- sittinijiet kif waħda mill-issues ta' l-elezzjoni ta' l-1971 kienet proprju d-dejn li kien akkumula l-Gvern ta' Dr Ġorġ Borg Olivier.", "Jiena niftakar li fit-Telgħa tas-Saqqajja - kont għadni tifel żgħir dak iż-żmien - kont tara ċ-ċifra ta' Lm43 miljun miktuba mal-ħitan.", "Tambar illum, tambar għada, ċerti affarijiet jidħlu f'imħuħ in-nies - l-istess bħal meta b'insistenza kbira riedu jbellgħuha li l-Partit Laburista huwa assoċjat mas-social services u mas-social security benefits - imma llum qegħdin naraw li l- affarijiet daru kompletament.", "Kif diġa' ntqal, f'inqas minn sentejn dan il-Gvern reġa' talab l- approvazzjoni ta' din il-Kamra biex ikun jista' jissellef somma li taqbeż sewwa s-somma totali illi kien issellef il-Partit Nazzjonalista f'disa snin u nofs, u għalkemm intqal ħafna dwar kif issarraf dak is-self - aktar 'il quddiem se nelabora fuq kif dan is-self issarraf - imma naħseb illi fuq l- aspett tal-psikoloġija għad hemm ħafna x'jingħad.", "Kemm smajna argumenti illi d-dejn illi għamel il-Partit Nazzjonalista jridu jħallsuh iż-żgħażagħ tal-lum!", "Kemm twerwru n-nies għaliex inxterdet l-idea illi l-Gvern Nazzjonalista kien gvern irresponsabbli, li kien jonfoq bl-addoċċ u li jissellef bl-addoċċ!", "Għalhekk, Sur President, waħda mill-aktar mistoqsijiet li nixtieq nagħmel enfasi fuqha hija proprju għal xiex se jintuża dan is-self.", "Milli smajna u milli qrajna jidher li a paragun ma' dak li sar fid-disa' snin u nofs ta' amminstrazzjoni Nazzjonalista, ftit li xejn hemm proġetti.", "Jien naf li meta tissellef l-ewwelnett se tidħol fi spejjeż ta' servicing u nispera li l-Ministru jgħidilna eżattament x'inhuma l-projections, għaliex minn Novembru sal-lum għadna nitkellmu fuq il-budget li għadda u dalwaqt se jkun qed joqrob budget ieħor.", "L-investiment b'xi mod jew ieħor għandu jirrendi in the medium and in the long term u s'issa ma rajna l-ebda argument li jiġġustifika somma bħal din.", "Il-Gvern s'issa għamel eżerċizzju li pprova jpinġi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż bħala kollu tort tal-Gvern Nazzjonalista.", "Il-Gvern qed igħid li meta kien fl-oppożizzjoni kien jaħseb mod u llum irriżultalu mod ieħor dwar is-sitwazzjoni finanzjarja - ħalliha li hemm ruxxmata kontradizzjonijiet f'diversi oqsma! - iżda bl-istess argument jiena ngħid li fil-każ tagħna wkoll hemm element li aħna m'aħniex nifhmu eżattament x'inhu jiġri fil-finanzi tal-pajjiż illum, u allura iktar u iktar se jkollna nagħmlu oppożizzjoni għal dan it-tip ta' self.", "Fid-dinja kulħadd jaf li kull pajjiż ikollu ammont ta' self imma jkollu wkoll ammont ta' riżorsi sew naturali, sew umani kif ukoll finanzjarji.", "Jien ċert li pajjiżna żgħir kemm hu żgħir - ħalli ma nużawx il-kelma ċkejken - għandu minn dawn ir-riżorsi, u jekk aħna verament nemmnu li l-interess nazzjonali jiġi l-ewwel u qabel kollox, iċ-challenge tagħna lkoll huwa li f'kull mument nużaw dawn ir-riżorsi bl-aħjar mezz.", "Huwa veru li jeżistu konverġenzi bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra pero' naħseb li hemm bżonn naraw bis-serjeta' x'inhija l-pożizzjoni tal-finanzi tal-pajjiż u nieħdu stand reali u mhux wieħed partiġjan li jaqbel lilna.", "Issa waħda mill-isfortuni li jkollu kull partit hija li jkun hemm kurrenti li jkunu jipprevalu f'dak il-mument bl-ideat ekonomiċi tagħhom.", "Aħna nafu li t-teoriji fl-ekonomija huma aktar ibbażati fuq opinjoni milli fuq xjenza, għalkemm wieħed jixtieq li kull deċiżjoni tittieħed aktar abbażi ta' xjenza.", "Nafu wkoll x'tip ta' statistika teżisti fil-pajjiż, statistika limitata li ħafna drabi ma tkunx available fil-mument li tkun tixtieqha.", "Fuq kollox ikun hemm fatturi politiċi li ħafna drabi jegħlbu kull deċiżjoni li wieħed jista' jieħu fuq bażi xjentifika.", "Per eżempju, nafu li l-Partit Laburista ddeċieda li Malta tibqa' barra minn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u mingħalih il-Prim Ministru seta' jaffordja li nneħħu l-VAT.", "Fl-istess ħin jirriżulta bl-iktar mod ċar li l-Gvern m'għandux ideat ġodda u allura wieħed jistaqsi għaliex qed isir dan is- self.", "Almenu fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm x'juri fejn intnefqu l-flus.", "Il-poplu għajnejh f'wiċċu u jista' jara l-power station, jista' jara li għandna l-ilma - xi ħaġa li neħduha for granted - u jara ħafna affarijiet oħrajn li fi żmenijiet oħra ma kenux available.", "Imma llum x'għandna?", "Illum għandna - u nixtieq nitkellem ftit fuq din l-issue għax hija issue attwali, relatata ħafna mad-deficit tal-gvern - żieda fir- rati tad-dawl u l-ilma.", "Jien naħseb li għall-Gvern din kienet triq faċli li jieħu.", "Veru li ma kenitx triq tant popolari pero' f'termini tekniċi din kienet miżura faċli, aktar u aktar għax il-Partit Nazzjonalista fil-gvern laħaq irranġa s- sitwazzjoni tad-dawl u l-ilma b'sodisfazzjon għal kulħadd.", "Illum provvista adegwata ta' ilma hawn u allura l-ilma tista' tgħollih; illum hawn dawl u tista' tgħollih ukoll imma kieku ma jkollokx dawn l-affarijiet ma tantx tista' tgħollihom.", "Issa l-effett ta' dawn it-tariffi mostrużi għad irid jinħass.", "Jidher li l-Gvern ried jolqot lil kulħadd pero' żgur li b'dan il- mod mhux se jolqot lil kulħadd l-istess u l-effett se jkun li ċerti azjendi, speċjalment dawk żgħar, mhux se jkunu jifilħu għal din id-daqqa qawwija li dan il-Gvern fajjar b'din il-miżura.", "Prova ta' dan li qed ngħid hija d-diskussjoni qawwija li ma naqsitx minn Novembru 'l hawn u l- inċertezza - bilfors ikolli nuża din il-kelma - dwar x'qed jiġri f'dan il- qasam meta jibdew jintbagħtu il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u dawn se jintbagħtu din il-ġimgħa stess.", "Għalhekk jien inħoss li flok li mexa fuq xi ħaġa xjentifika li wrietu kif għandu jimxi, il-Gvern mexa aktar fuq dik li aħna ngħidulha knee-jerk reaction, jiġifieri tagħtih daqqa u jfajjar oħra.", "Il-Gvern ħass li ried jagħmel tajjeb għad-deficit minn x'imkien u rnexxielu jagħmel dan fil-każ ta' l-Enemalta u fil-każ tal-Water Services Corporation.", "Irrid ngħid ukoll li wieħed mill-parametri li bih tkejjel l-andament ta' l-ekonomija huwa ċertament ix-xogħol produttiv, xogħol sostenibbli, xogħol li mhux biss jagħtik sodisfazzjon imma li jkun jista' jitkompla, xogħol li għandu ħajja twila kemm jista' jkun u xogħol li jrendi lill-ħaddiem, lill- familja tiegħu u lill-pajjiż.", "F'dawn l-aħħar sena u nofs il-pajjiż għadu kważi ma ra assolutament xejn minn dan ix-xogħol.", "Kellna ħafna wegħdiet li se jkun hawn dan ix-xogħol pero' s'issa dan għadu ma bediex jimmaterjalizza.", "Imbagħad jiġu jgħidulna li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jintilef ix-xogħol u minn fuq jgħajruna li aħna laqgħin ta' l-Ewropej.", "Jien din nirribattiha bl-iktar mod assolut u nixtieq li meta jasal il-mument li ninnegozjaw il-kondizzjonijiet tad-dħul ningħaqdu biex niġbdu ħabel wieħed biex il-poplu tagħna jkollu l-aħjar kondizzjonijiet.", "Pero' - u għalhekk semmejtha din f'dan l-istadju - jien nemmen ukoll li għandna bżonn nammettu hawnhekk that we have to put our house in order qabel ma nibdew niddiskutu l-fażi li jmiss.", "Hawnhekk hu fejn il-Partit Nazzjonalista, jgħidu xi jgħidu tan-naħa l-oħra, was so near and yet so far fuq din ta' l-Ewropa u hemm il- provi li qed juruna dan.", "Kulħadd jaf li dan huwa proċess twil u jekk tmur lura fl-istorja ta' l-Unjoni Ewropea tara li anke pajjiżi b'saħħithom u pajjiżi kbar kellhom jistennew u kellhom ukoll jagħmlu snin twal ta' diskussjoni interna.", "Jien nemmen li fuq din il-kwestjoni għandna nibqgħu with an open mind.", "Bħala rappreżentanti tal-poplu għandna responsabbilta' lejn din il-ġenerazzjoni u lejn ġenerazzjonijiet oħrajn.", "Dawn huma deċiżjonijiet li jiġu darba kull għexieren ta' snin għal pajjiż u ma għandniex neħduhom lightly.", "Kwestjoni bħal din m'għandiex tibqa' fl-14 il- post fuq l-aġenda tal-Parlament.", "L-Oppożizzjoni ipprovat iddaħħal dan l-ispirtu ta' diskussjoni, fejn naraw bis-serjeta' x'inhuma l-vantaġġi u x'inhuma l-iżvantaġġi, u kif nistgħu ntaffu l-problemi li aħna identifikajna.", "Aħna lkoll kapaċi nidentifikaw x'inhuma l-problemi li għandna fil-pajjiż u lkoll kapaċi noffru soluzzjonijiet.", "Għaliex il-poplu m'għandux jieħu l-aħjar soluzzjonijiet fil-mument li għandu jeħodhom u mhux irridu nistennew snin twal?", "Għaliex għandna nitilfu opportunita' meta tiġi quddiemna?", "Sfortunatament wara l-elezzjoni ta' l-1996 dan il-Gvern - u għalhekk għidt yet so far - wassal lill-pajjiż 'il bogħod ħafna aktar mill-problemi li kellha l-amministrazzjoni ta' qabel sabiex issir membru sħiħ.", "Il-Gvern ħadna 'l bogħod mhux biss fl-isfera internazzjonali imma anke internament.", "Bħalissa l-pajjiż għaddej minn sitwazzjoni li qed toħloq mhux biss inċertezza ekonomika u domestika imma litteralment għal ħafna nies hemm halt u kollox jinsab wieqaf.", "Issa anke anke jekk titlef ġurnata waħda biss tkun mort lura, aħseb u ara jekk tieqaf għal dan iż-żmien twil.", "Id- deċiżjonijiet li ma teħux f'ġurnata jkunu tefgħuk lura.", "Waħda mill-preokkupazzjonijiet kbar li jien nixtieq nesprimi f'din il- Kamra hija xi prospetti hemm għall-budgets li ġejjin.", "X'se jsib gvern ieħor, ikun min ikun?", "X'se niffaċċjaw fil-qagħda finanzjarja tal-pajjiż meta diġa' għandna dawn il-mijiet ta' miljuni f'dejn?", "Jien ma rridx inkun allarmista pero' verament nixtieq li fil-winding-up tiegħu l-Ministru - u forsi anke il-Prim Ministru aktar 'il quddiem - jipprova jurina kif dawn il- flus li se jintnefqu se jkunu ta' benefiċċju għall-pajjiż biex dan irendi aħjar.", "II-fatt huwa li l-problema reali għall-finanzi tal-pajjiż se tkun permezz ta' dawn il-miżuri li se jaffettwaw ir-rata ta' l-inflazzjoni.", "Aktar kmieni jien semmejt ir-riżorsi u dan il-Gvern, taħt il-vesti tal- Partit Laburista, għandu vantaġġ kbir fejn jidħlu r-relazzjonijiet industrijali.", "Nieħdu, per eżempju, l-kwestjoni tat-Tarzna.", "Il-Gvern għandu s-saħħa politika f'dan il-qasam.", "Eżempju ieħor hu li minħabba l-pożizzjoni ta' waħda mill-unions il-kbar, il-Gvern jista' jagħmel ċerti affarijiet li jkunu ta' vantaġġ għalih fl-operat tiegħu bħala gvern.", "Jien nista' nantiċipa wkoll x'se tkun il-kritika tan-naħa l-oħra għal dak kollu li ntqal u nimmaġina li dawn se jgħidulna li aħna qegħdin innewħu fuq l-Ewropa u li qed nagħmlu plejtu sħiħ fuq id-dejn tal-Gvern Laburista, imma apparti din it-tip ta' kritika nispera illi issa jkollna wkoll risposti għal mistoqsijiet serji li saru.", "Naħseb li ttieħed political mileage biżżejjed u għalhekk m'għandniex inkomplu nisimgħu d-diska tal- ħofor li jgħidu li ħalla Gvern Nazzjonalista.", "Issa t-Telemalta saret Maltacom - hawn diskors li l-Enemalta, l-MIA u entitajiet oħra wkoll se jkunu pprivatizzati - u naħseb li l-poplu nduna li din id-diska m'għadhiex in voga u li wara kollox is-sitwazzjoni li ħalla Gvern Nazzjonalista meta telaq il-poter ma kenitx daqshekk allarmanti.", "Nixtieq ukoll nistaqsi liema setturi se jindirizza dan il-Gvern għaliex ħlief forsi għat-turiżmu ma jidhirx illi verament irid jindirizza xi problema partikolari f'xi settur partikolari.", "Huwa riskjuż li l-ekonomija ta' pajjiżna tkun tiddependi fuq settur wieħed.", "Jekk ikun hemm maltempati u gwaj f'dan il-qasam, żgur illi l-ekonomija tagħna se tħoss ħafna iżjed l- effett minħabba li m'għandniex dik il-firxa wiesgħa li tiggarantilna stabilita'.", "Pajjiżna huwa fraġili, pajjiżna qiegħed f'tarf ta' kontinent u f'tarf ta' kontinent ieħor.", "Għalkemm aħna dejjem ngħidu li qegħdin fiċ- ċentru, pajjiżna qiegħed fi crossroads ta' kulturi differenti, pero' wkoll għandu vantaġġi illi jidhirli illi m'aħniex nutilizzaw biżżejjed.", "Per eżempju, bħal Ċipru u Ġibilta', we are an English speaking country f'dinja illi l-lingwa Ingliża hija lingwa tant u tant importanti.", "Jiena naħseb li dan ir-riżors, li huwa riżors illi l-istorja tagħna ħallitilna, m'għandna bl-ebda mod nitrasskurawh anzi għandna nisfruttawh għall-ġid ta' l- ekonomija tagħna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fit-9.25 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Agius jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Kont qed ngħid illi l-pajjiż huwa pajjiż fraġili u jiddependi bilfors fuq ħafna fatturi internazzjonali u għandna nirikonoxxu u nirrispettaw dan il-fatt.", "Qegħdin ngħixu dejjem aktar fi global village u dak li jiġri fil-Lvant Imbiegħed mhuwiex daqshekk imbiegħed minna, la politikament u wisq anqas ekonomikament.", "Anke jekk nagħmlu ċerti għażliet politiċi, żgur li ma nistgħux ninjoraw dak li qed jiġri madwarna, speċjalment meta nafu li hemm pajjiżi kbar li minn hawn u ftit żmien ieħor se jkollhom munita waħda.", "Dawn huma realtajiet illi dan il-pajjiż irid jieħu konjizzjoni tagħhom u jara kif se jolqtuh illum, iżda iktar u iktar fil-ġejjieni.", "Id-deċiżjonijiet li nieħdu llum iridu jkunu pass wara pass deċiżjonijiet tajbin u mhux deċiżjonijiet ħżiena.", "Fl-opinjoni tagħna - u għalhekk aħna qegħdin nopponu dan is-self - id-deċiżjonijiet li ttieħdu s'issa u li hemm ippjanat li jittieħdu lanqas biss għandhom direzzjoni, kemm f'dik li hija politika barranija u anki f'dak li qed jiġi indirizzat bħala politika nterna.", "Il-kelma \"friża\" fiha nnifisha hija kelma pjuttost negattiva.", "Normalment meta wieħed jitkellem fuq friża jitkellem fuq ħaġa kważi mejta, xi ħaġa li mhijiex attiva, li mhijiex dinamika u ma fihiex ħajja, u mhux biss metaforikament.", "Jiena semmejt illi biex tidħol fl- Unjoni trid taħdem bis-sħiħ, sena wara sena u gvern wara gvern.", "B'din l- applikazzjoni fil-friża aħna qegħdin litteralment nitilfu ż-żmien.", "Minn mistoqsija parlamentari li dehret illum, fejn staqsejt għaliex ma tħallasx overtime, il-Ministru Noel Farrugia rrisponda li m'hemmx flus ivvotati għal dan il-għan u qalli li l-ħlas isir hekk kif jiġu vvotati l- flus.", "Kull fejn tħares il-Gvern għandu problema ta' ħlas.", "Għandna l-każ ta' Żammit Clapp, għandna l-każ ta' l-overtime fid-dipartimenti kollha, hemm problemi reali fl-oqsma kollha u huwa evidenti li ħafna minn dan is- self huwa intiż biex ikopri dawn ir-recurrent costs.", "Dawn l-affarijiet bilfors li jħasbuni għax jekk mhux se jsir xi miraklu, is-sena d-dieħla se nerġgħu niġu ffaċċati bl-istess talba.", "Nixtieq li l-Ministru jmerini jew jurini mod ieħor minn fejn se jiġu, għaliex jekk int tinvesti f'xi proġett kapitali nista' nifhem li xi darba dan se jibda jirrendi imma jekk se nkomplu nissellfu biex inkopru r-recurrent costs bilfors li dan il-Gvern qiegħed finanzjarjament dahru mal-ħajt.", "Issa aħna nafu li meta jonqos l- infiq kapitali l-gvern ma' jkunx jista jintroduċi l-avvanzi teknoloġiċi li jseħħu ta' kuljum.", "Malta trid tibbenefika minn kull avvanz teknoloġiku li jseħħ fid-dinja u għalhekk irid ikun hemm investiment biżżejjed biex aħna ma naqgħux lura.", "Tkellimna anke fuq dak li aħna nħossu li hija tbatija bla bżonn għax il- miżuri li ħa dan il-Gvern se jgħabbu piż finanzjarju fuq il-pajjiż.", "Qed naraw sitwazzjoni differenti u rridu naġġustaw anke l-policy tagħna għas- sitwazzjoni ġdida li nħolqot f'dawn it-18-il xahar, fejn il-Gvern qed jirrikorri għal self biex ikopri l-ispejjeż tiegħu.", "Aħna nħossu li l- miżuri li daħħal dan il-Gvern, speċjalment fejn jidħlu t-tariffi tad-dawl u l-ilma, se jolqtu b'mod selvaġġ lill-middle u l-low income earners aktar minn kulħadd.", "Ma naħsibx li nistgħu ninsew il-miżuri l-oħra li laqtu lill- pensjonanti u lill-istudenti.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel enfasi li iktar ma l- Gvern isib ruħu f'sitwazzjoni finanzjarja diffiċli aktar se jkollna problemi soċjali, problemi fil-qasam tas-saħħa, problemi fl-edukazzjoni, għaliex dawn huma proprju s-setturi li jixorbu mid-dħul tal-pajjiż.", "Għalhekk il-pern ta' l-ekonomija tal-pajjiż huwa l-investiment u huwa x- xogħol li, kif għidt aktar qabel, irid ikun produttiv u mhux xogħol taparsi.", "Sur President, nagħmel enfasi li huwa importanti li x-xogħol ikun produttiv u li jekk jista' jkun iġibilna wkoll foreign currency.", "Ix-xogħol irid jiggarantixxi l-futur tal-ħaddiem Maltin u jkun kompetittiv.", "U hawnhekk il-pajjiż ikun qiegħed jissogra bil-kbir jekk jibqa' barra mill- Unjoni Ewropea.", "Wara kollox, pajjiż li jixbaħ ħafna lil Malta, li għandu storja relattivament tixbaħ lil tagħna u pajjiż gżira li jiddependi fuq it- turiżmu, ukoll se jkun membru qabilna jekk nibqgħu sejrin f'din id- direzzjoni.", "Ċipru veru għandu l-problemi partikolari tiegħu imma ċertament li Malta se tibqa' iktar u iktar iżolata fl-ideat tagħha, iżolata f'dak li se tipprova tagħmel u aktar iżolata fit-triq li dan il-Gvern qiegħed ikompli jimxi fuqha.", "Bħala partit aħna kommessi għal dan il-għan li pajjiżna jkun membru sħiħ u huwa ovvju wkoll li l-maġġoranza tad-deputati f'dan il-Parlament - li allura tirrappreżenta l-maġġoranza tal-poplu Malti - hija favur li Malta tidħol fl-Ewropa.", "Dan huwa ċar daqs il-kristall.", "Issa x'jiġi vvotat hawn ġew hija xi ħaġa oħra għaliex id-deputati jivvotaw skond id-dixxiplina tal-partit.", "Huwa veru li l-Gvern għandu l-mandat ta' l- elettorat wara l-elezzjoni ta' l-1996, imma issa aħna qegħdin fl-1998.", "Fl- opinjoni tiegħi qegħdin ngħixu parodija għaliex l-interess veru ta' Malta mhux qed ikun garantit minn dan il-Parlament.", "Jien dan inħossu ħafna għaliex iċ-ċirkostanzi juru li l-maġġoranza tad-deputati huma favur li Malta tikkonsidra almenu li tkompli fit-triq ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, inkiteb li jekk il-Partit Laburista jbiddel id- deċiżjoni tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea, dan ifisser li se jneżża għarwien lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u jneħħilha waħda mill-armi tagħha.", "Għal dak li huwa interess nazzjonali l-Oppożizzjoni mhux se tkun għarwiena imma se tkun lesta li tilqa' dan iċ-challenge, jiġifieri li flimkien nibdew niddiskutu verament id-dħul ta' Malta bħala sħab sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, jien m'inix xi espert fl-industrija imma xorta ninnota li għandna ħafna industrija żgħira fil-pajjiż li fil-preżent verament qed tintlaqat ħażin.", "Ġaladarba jagħlqu ta' l-aluminium u l-ħwienet iż-żgħar, se nkomplu nkabbru l-pjaga minħabba l-gelgul ta' liri li jkollna noħorġu taħt forma ta' social security benefits.", "Dan huwa effett soċjali kruċjali li diġa' bdejna nħossuh għax ħafna minn dawn l-industriji ż-żgħar m'humiex qegħdin ilaħħqu ma' l-ispejjeż kif miżjuda bil-miżuri introdotti permezz ta' l-aħħar żewġ budgets, li kien responsabbli għalihom dan il-Gvern.", "Il- kontribut li jagħtu s-self-employed huwa enormi, kemm ekonomikament u kemm soċjalment.", "Dawn minn jeddhom għażlu li ma jmorrux ifittxu xogħol mal- gvern, kif sfortunatament hija l-mentalita'.", "Bil-miżuri li ħa u li qed jieħu dan il-Gvern lil dawn qed joqtolhom u ftit ftit qed jispiċċaw; u la darba toqtolhom mhux se jerġgħu jqumu għax biex tibda trid taħli ċerta enerġija u trid tagħmel ċerti spejjeż.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Agius, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il- ħin.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li l-Onor.", "Francis Agius ikompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Francis Agius ikompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Dawn huma industriji żgħar li jħaddmu ftit nies u bil-miżuri li ħa dan il-Gvern il-mewt tagħhom waslet fil-qrib.", "Ħafna minnhom diġa' qegħdin jagħlqu, oħrajn qegħdin inaqqsu x-xogħol tagħhom u ċertament li qed tinħoloq problema kbira għal dawn in-nies.", "Sur President, issemmew ukoll għadd ta' proġetti assoċjati mal-millennju l-ġdid.", "Li jkollna proġett x'nassoċjaw mas-sena 2000 huwa importanti imma noqogħdu attenti għax il-qawl Malti jgħid li qattusa għaġġelija friegħ għomja tagħmel.", "Wisq nibża' li dawn il-proġetti, anke milli smajna llum - u konna nafu dan diġa' din il-ġimgħa - saru bil-għaġġla għaliex il-Gvern jaf li qed jaqa' lura fl-aġenda tiegħu li jrendi u jagħti dak li wiegħed fl- elezzjoni.", "Ftit xhur oħra tibda t-triq tan-niżla, tibda l-ġirja għall- elezzjoni u l-Gvern huwa konxju minn dan u diġa' qiegħed fi stat ta' paniku biex joħloq xi forma ta' xogħol jew xi forma ta' proġett ħalli tiċċaqlaq l- industrija tal-kostruzzjoni u b'hekk jiċċaqalqu l-industriji l-oħrajn assoċjati magħha.", "Imma l-mod ta' kif qed isiru l-affarijiet ma tantx jawgura tajjeb.", "Sfortunatament jidher li l-flus li se jintefqu se jkunu flus thrown down the drain.", "U hawnhekk żgur li tkun traġedja għall-pajjiż għaliex dawn il-flus li se nisselfu m'humiex se jissarrfu f'ġid għall- poplu.", "Int tissellef biex tagħmel xi ħaġa li tirrendi.", "Ma tissellifx fuq ħaġa li ma tirrendix imbagħad ikollok tara minn fejn iġġib il-flus biex tagħmel servicing ta' dak is-self.", "Kieku aħna ma ssellifniex biex nagħmlu l- power station kieku hemm numru ta' affarijiet oħrajn li ma jistgħux isiru.", "Il-power station ma saritx sempliċement biex ikollna d-dawl id-dar imma saret ukoll biex tikber l-industrija.", "Hemm per eżempju l-isptar il-ġdid u kieku dan ma kellux is-substations tiegħu, kieku ma kienx jinbena.", "Dik waħda mill-ikbar problemi li kellna fl-ippjanar ta' l-isptar il-ġdid.", "Jiġifieri ħaġa torbot ma' oħra pero' huwa punt kardinali li meta tissellef il-flus trid tara li jkollok return minnhom.", "Dan huwa self kbir u sostanzjali.", "Veru li llum ħadna ġurnata sħiħa imma l-poplu Malti jrid jingħata rendikont tas-somma kbira - barra ammonti kbar oħra li l-Gvern diġa' ssellef u oħrajn li għad irid jisselluf - li l-Gvern irid jissellef.", "Il-Gvern bilfors f'dik id-direzzjoni jrid iħabbat rasu u dawn il-fatti lilna jinkwetawna.", "Jinkwetawna għaliex m'aħniex naraw kif dawn se jirrendu f'investiment.", "M'aħniex naraw dik id-direzzjoni li għandha tittieħed, kemm lokali u kemm estera, biex aħna nkunu nistgħu verament nimxu 'l quddiem.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li l-oġġezzjoni tagħna prinċipali hija sempliċi.", "Aħna m'aħniex konvinti li dan id-dejn se jkun ta' benefiċċju għal pajjiżna.", "Dan id-dejn huwa biss soluzzjoni temporanja għal problema li l-maġġorparti tagħha ġabha l-Gvern stess.", "U għalhekk hemm dan id- dissens, għaliex id-direzzjoni li qed jieħu dan il-Gvern hija direzzjoni żbaljata.", "Għalkemm nafu li din il-liġi se tgħaddi u li dan id-dejn se jsir, aħna xorta konxji li dan mhux se jkun ta' vantaġġ għall-poplu tagħna u għalhekk, Sur President, aħna se nkomplu nopponu għal dan it-tip ta' self.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Sur President, illum din il-Kamra għandha quddiemha talba għal self ta' Lm110 miljun ħalli l-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant ikun jista' jkompli bix-xogħol tiegħu.", "Din m'hijiex l-ewwel darba li dan il-Gvern - jew gvernijiet oħra - resaq quddiem din il-Kamra biex ikun awtorizzat jissellef.", "Ħafna drabi r-raġuni għaliex gvern jissellef tkun waħda ekonomika, li ġieli tkun tajba u ċerti drabi ma tkunx.", "Mill- konklużjonijiet li wasalt għalihom naħseb li din id-darba r-raġuni għal dan is-self m'hijiex waħda valida.", "Per eżempju, niftakar ben tajjeb li l-ewwel Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami wkoll kien ħass il-ħtieġa li jissellef.", "M'iniex se noqgħod nidħol fis- sitwazzjoni li konna sibna dak iż-żmien - naħseb li kulħadd għadu jiftakar fiex konna - imma ma nistax ma nsemmix dawk it-8,000 ħaddiem li kienu daħlu mal-gvern fl-aħħar ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni ta' Mejju 1987.", "Jekk nikkalkolaw kemm jieħu paga kull wieħed minn dawk it-8,000 ħaddiema nsibu li hemm ammont sostanzjali x'jitħallas f'pagi.", "Gvern Nazzjonalista tgħabba b'dan il-piż għal sena wara l-oħra iżda xorta waħda ħass li jrid jibqa' miexi 'l quddiem u jħares pożittivament lejn iċ-ċans li l-livell ta' għajxien tal-poplu Malti jitjieb.", "Allura wieħed malajr jifhem li l-Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami kellu jagħmel diversi talbiet lil din il-Kamra għal self biex seta' jwettaq proġetti kbar li taw il-ħajja lil dan il- pajjiż.", "Kieku dawk il-proġetti ma sarux konna nibqgħu marking time fil- baħħ li kien jeżisti dak iż-żmien.", "Fil-fatt permezz ta' dak is-self saru proġetti siewja, fosthom il-power station ta' Delimara, li tat il-ħajja lil ħafna lokalitajiet.", "Kien ukoll permezz ta' Gvern Nazzjonalista li l-qasam tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna ħa xejra ġdida.", "Dak iż-żmien kellna wkoll il-problema ta' l-ilma u naħseb li kulħadd jiftakar kemm dik is-sitwazzjoni kienet ta' għajb għal pajjiżna.", "Aħna niftakru meta kemm il-Maltin u anke t-turisti riedu joqogħdu jimlew il- bramel mill-baħar, minħabba li ħafna drabi ma kienx ikollhom ilma fil-vit.", "Huwa fatt li Gvern Nazzjonalista tefa' ħarstu 'l quddiem u nvesta fir- reverse osmosis plants, li permezz tagħhom seta' jissodisfa l-ħteġijiet tal- pajjiż kollu.", "Jien niftakar lill-Oppożizzjoni Laburista dak iż-żmien tgħajjarna li r-reverse osmosis plants qamulna ħafna flus u li kienet għarukaża għall-Gvern Nazzjonalista li daħal għal spejjeż bħal dawk.", "Imma l-Gvern Nazzjonalista kien qed iħares 'il quddiem għax kien jaf minn liema triq kellu jgħaddi biex ikun jista' jgħolli l-livell ta' l-għajxien tal- poplu Malti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-Gvern llum għoġbu jagħmel seduta mid-9.00 a.m. sa nofs il-lejl, u billi jidher li l-Ministru tal-Finanzi biss għoġbu jkun preżenti għad-diskors ta' l-Onor.", "Psaila Savona, nixtieq niġbidlek l- attenzjoni Sur President, li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fid-9.49 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Sur President, kif kont qed ngħid m'hemm xejn ħażin meta gvern jissellef, basta r-raġuni tkun waħda tajba u valida.", "Aħna niftakru li l-Partit Laburista fl-oppożizzjoni dejjem għamel propaganda li s-self huwa dejn imma llum il-ġurnata qed jibla' dak kollu li qal għaliex għal darba, darbtejn u tlieta ġie jitlob lil din il-Kamra l-awtorizzazzjoni sabiex ikun jista' jissellef.", "Kif diġa' għidt, is-self m'huwiex ħażin jekk ikun proġettat sabiex jgħolli l-livell ta' għajxien tal-poplu Malti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, kif tista' tara b'għajnejk stess m'hawnx in-numru meħtieġ biex iż-żewġ naħat flimkien ngħaqqdu quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fid-9.55 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Sur President, nirringrazzjak u nitlob lill- Onor. Membri tal-Gvern sabiex jibqgħu hawnhekk.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li għal darba oħra reġa' m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fl-10.02 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "(Interruzzjonijiet).", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Sur President, jekk l-Onor.", "Mizzi se jibqa' jinterrompini se jkolli nqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Qajmu!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ġibu rispett lejn xulxin.", "(Interruzzjonijiet) (Għajat)", "Is-Seduta hija sospiża minħabba diżordni.", "Is-Seduta ġiet sospiża fl-10.09 p.m. u rriżumiet tliet minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Sur President, kont qed ngħid li m'hemm xejn ħażin li ssir talba għal self sakemm dan is-self jintuża biex jgħolli l- livell ta' l-għajxien tal-poplu, pero' jekk ma jkunx għal dan l-iskop inħoss li talba għal self ta' ammont konsiderevoli bħal dan tkun xi ħaġa ħażina.", "Kont qed ngħid ukoll li meta Gvern Nazzjonalista għamel talbiet għal self kien utilizza dawk il-flejjes fi proġetti kbar li taw ħajja lit- turiżmu u lill-industrija u għollew bil-bosta l-livell ta' l-għajxien tal- poplu Malti.", "Dan seta' jseħħ permezz tal-proġetti tal-power station, tar- reverse osmosis, ta' l-ajruport, tat-telekomunikazzjoni u oħrajn simili.", "Imma llum qiegħed isir hekk?", "Meta għandna talba għal dawn il-flejjes, għandna idea jekk il-livell ta' l-għajxien tal-poplu Malti huwiex se jogħla?", "Se jkun hawn ħolqien ta' xogħol?", "M'hemm l-ebda dubju li matul dawn it-18-il xahar ħadd minna ma kien qed jistenna l-kwantita' ta' nies li sabu ruħhom bla xogħol, filwaqt li n-numru ta' persuni li jfittxu x-xogħol u ma jsibuhx kiber.", "Tista' timmaġina x'livell ta' għajxien għandha persuna bla xogħol, jew inkella persuna li qabel kienet taħdem u issa qed ikollha tgħix fuq ir-relief!", "Per eżempju, kieku s-self qiegħed isir biex jinħoloq xogħol full-time jew inkella part-time, kont ngħid li tkun ħaġa tajba li dan isir.", "Resqin lejn is-sajf u minħabba ż-żieda li jkun hawn fit-turiżmu, suppost li jkun hawn talba kbira għal xogħol part-time pero' nsibu li bħalissa dan naqas bil- bosta.", "Jien għidt li forsi b'dan it-tip ta' self se jkun hemm iktar ħeġġa għax-xogħol u allura se jiżdied l-overtime għall-ħaddiema fis-settur pubbliku, li mbagħad joħloq multiplier effect fis-settur privat u f'setturi oħra.", "(Interruzzjonijiet) GĦalkemm dan il-Gvern ħatar il-ministeru għas- self-employed, naħseb li s-self-employed qatt ma kien batut daqskemm kien matul dawn it-18-il xahar!", "L-istess, kieku dan is-self qiegħed isir sabiex itaffi mid-dwejjaq li hemm fis-settur li naħdem fih jien, ma kontx se nopponi għalih lanqas.", "Hija ħaġa tajba li lil min hu l-iktar batut fis-soċjeta', speċjalment min hu marid, intaffulu d-dwejjaq li jkollu.", "Imma hekk sar matul dawn it-18-il xahar?", "Numru ta' pazjenti jiġu jgorru miegħi minħabba d-dewmien li qed ikun hemm għall-għoti ta' mediċini, kemm fl-Isptar San Luqa u anke f'postijiet oħra minn fejn jistgħu jġibu dawn il-mediċini, xi ħaġa li qatt ma kellna esperjenza tagħha qabel.", "(Interruzzjonijiet) Forsi qiegħda ssir apposta!", "Jiġu jgħiduli li meta jmorru għall-mediċini jagħtuhom numru li jkun jaqbeż il-100 u naturalment sa nofsinhar ikunu għadhom ma nqdewx u jkollhom jerġgħu jmorru darb'oħra, dejjem jekk il-mediċini jkunu available.", "Qed ngħid dan għaliex saret drawwa ġenerali li ħafna mill-mediċini li jiġu preskritti mit-tobba, speċjalment dawk li huma ta' ċertu valur, ħafna drabi jkunu neqsin.", "Għadu m'għaddiex xahar wieħed matul dawn l-aħħar 18-il xahar li ma kienx hemm ammont sostanzjali ta' mediċini neqsin mill-isptarijiet tagħna u, kif għidt, dejjem jinzertaw dawk il-mediċini li jiswew l-iktar flus.", "Mediċini li jiswew ftit flus kważi dejjem ikunu available imma oħrajn li jiswew il-flus sew qed ikunu neqsin b'ċerta regolarita' u allura l-pazjent ikollu jixtrihom hu għaliex ma jkunx jista' joqgħod mingħajrhom.", "Kieku jassigurawni li dan is-self se jintuża biex itaffi d-dwejjaq tal- pazjenti, kont ngħid li sewwa se jagħmel il-Gvern għaliex b'hekk ikun qed jgħolli l-livell ta' għajxien tal-poplu tagħna u ta' min hu batut.", "Kemm-il darba kien hemm talba sabiex iktar pazjenti jibbenefikaw minn iktar mediċini.", "Għandna ħafna pazjenti li jbatu b'ċertu mard kroniku u huwa veru li mhux dejjem tkun tista' tagħtihom mediċini b'xejn għall-mard li jkollhom.", "Pero' nippretendi - u hekk kien qiegħed isir - li iktar ma jgħaddi ż-żmien dawk li jbatu b'mard kroniku iktar jibbenefikaw minn mediċini b'xejn, imma fil-verita' iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed ikun hawn nuqqas ta' dawn il-mediċini fl-ispiżeriji tal-gvern.", "Per eżempju, kieku dawn il-flus se jintużaw biex meta pazjent jagħmel appuntament fl-Isptar San Luqa ma jkollux għalfejn idum jistenna xi sitt ġimgħat sakemm jinqeda kont nifhimha, imma iktar ma jgħaddi ż-żmien l- appuntamenti aktar qegħdin isiru fit-tul.", "Dalgħodu stess kont qed inżur pazjent u sibt li l-appuntament li kien imissu biex jattendi l-out-patients clinic fl-isptar kien għall-aħħar ta' Ġunju, sitt ġimgħat oħra.", "Dawn l- affarijiet imissu jindirizza dan il-Gvern.", "Il-livell ta' l-għajxien tal- marid mar lura ħafna u hawn għadni ma semmejt xejn dwar min ikollu bżonn jagħmel xi operazzjoni.", "Meta jkollok pazjent li jkollu bżonn ta' xi operazzjoni, wara li tkun qlajt fwiedek biex tagħmillu appuntament fi żmien raġonevoli, jerġa' jitpoġġa fuq il-waiting list.", "Jien ma nippretendix li malli tidħol l-isptar għandek tinqeda u ma jimpurtax billi l-pazjent ikollu jistenna xi ftit - aħna konna qegħdin nimmiraw li naslu għas-sitwazzjoni li malli pazjent ikollu bżonn xi ħaġa jeħodha kważi immedjatament - imma li tgħaddi sena u bniedem li jkollu bżonn jagħmel operazzjoni jkun għadu ma nqediex ma nistax nittolleraha.", "Hawn m'iniex nirriferi għall-bniedem li jkollu bżonn ta' operazzjoni akuta, għaliex dan illum m'huwiex il-każ, imma li jkollok bniedem li jkollu bżonn ta' cold surgery u wara sena jkunu għadhom ma bagħtux għalih, naħseb li hawnhekk qegħdin nidħlu fir-redikolu.", "Meta ftaħna l-Isptar Zammit Clapp konna għamilnih bħala benchmark ta' kif nixtiequ li jkunu l-isptarijiet l-oħra - naturalment biex tirranġa sptar bħalma hu l-Isptar San Luqa hija xi ħaġa differenti - fejn urejna x'kienet il-mira tagħna.", "Kulħadd jaf li x-xogħol li kien isir fl-Isptar Zammit Clapp kien apprezzat mill-poplu Malti kollu.", "Jien naf b'nies, li l- familjari tagħhom mietu f'dan l-isptar, li għalkemm ikunu ġarrbu n-nuqqas tagħhom jgħidulek li jinsabu kkonfortati li għexu l-aħħar xhur ta' ħajjithom f'ambjent dinjituż.", "Imma llum il-ġurnata nistgħu ngħidu l-istess ħaġa għall-Isptar Zammit Clapp?", "Sfortunatament matul dawn l-aħħar 18-il xahar ħlief fuq flejjes ma tkellimniex.", "L-ewwel iddiskutejna kif se nneħħu l-VAT u x'tip ta' tassazzjoni se tidħol minflokha, imbagħad bdejna niddiskutu fuq is-sisa, u dejjem għaddejjin niddiskutu kif se nraqqgħu l- pannu bil-qargħa aħmar.", "Affarijiet oħra li huma ta' prijorita' bħalma huma l-edukazzjoni, il-kultura, it-turiżmu u s-saħħa ftit li xejn ġew diskussi f'dan il-Parlament.", "Kif qegħdin taraw, bl-iskuża li l-Gvern ma jistax ikompli jsostni finanzjarjament l-Isptar Zammit Clapp, ġurnata wara l-oħra l-faċilitajiet li kien joffri dan l-isptar qegħdin jitnaqqru.", "Madam Speaker, dan jista' jingħad għal ħafna setturi oħra.", "Biżżejjed ngħid li kieku ma kienx għall-pika li kellna fuq l-Isptar San Raffaele kieku llum il-ġurnata diġa' bdejna ngawdu mill-faċilitajiet li joffri dan l- isptar, imma l-verita' hi li għad m'hemm l-ebda ħjiel dwar meta se jkun lest.", "Kieku dan is-self kien se jiġi utilizzat għal affarijiet siewja ta' din il-kwalita', din il-Kamra kienet tagħti l-appoġġ tagħha.", "Dan nista' ngħidu għal kwalunkwe proġett ġdid li ħoloq u li qed jimmira għalih dan il- Gvern.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fil-kwestjoni ta' jekk dawn il- proġetti kenux ġew preparati mill-amministrazzjoni preċedenti - dik m'hijiex l-idea tal-messaġġ tiegħi tal-lum - imma rrid ngħid li fil-każ tal- proġetti li qed jiġu proposti l-Gvern m'huwiex qed jiffinanzjahom hu.", "Dan nistgħu narawh mill-farsa li kellna tal-proġett tal-millennju.", "Jien m'għandix dubju li l-Gvern se jaċċetta li dan il-proġett ikun wieħed kulturali li jilqa' fih dak li kellna qabel - għax ma nemminx li dan il- Gvern irid li jkollna auditorium ta' 200 siġġu, qisu għandna l-auditorium tar-Reġina Angelorum - u ninsab ċert li dan il-Gvern jixtieq li jkollu teatru nazzjonali b'capacity ta' mill-inqas 1,000 siġġu.", "Imma minflok ma qiegħed jiġi quddiem din il-Kamra biex jissellef ħalli jkun jista' jiffinanzja proġett ta' din il-kwalita', qiegħed jerħi kollox f'idejn l- imprendituri.", "Allura, kif rajna f'dawn il-ġranet, qed jiġri li minflok ma jagħmel dak li jixtieq jagħmel hu, qed ikollu jagħmel dak li jixtiequ l- imprendituri u dan mhux dejjem ikun immirat biex jgħolli l-livell ta' l- għajxien tal-poplu Malti.", "Dak li jimportah l-imprenditur hu jekk dak li jkun se jagħmel huwiex se jħallilu profitt.", "Lill-imprenditur privat ma nagħtihx tort għaliex hu se joħroġ il-flus u allura jrid jara li jkollu profitt fuq il-flejjes li se joħroġ, imma d-dover tal-gvern hu li jara x'inhu ta' ġid għall-poplu Malti.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Psaila Savona jkompli jinstema.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li l-Onor.", "Psaila Savona jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Psaila Savona jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Nirringrazzja lill-Kamra ta' l-estensjoni li tatni imma ma nafx jekk din tinkludix l-interruzzjonijiet kollha li saru matul id-diskors tiegħi.", "Nittama li meta niġi għal estensjoni oħra tingħatali!", "Madam Speaker, il-messaġġ tiegħi llum hu li nixtieq nara l-livell ta' l- għajxien ta' dan il-poplu jogħla imma wisq nibża' li we have been standing still minn Ottubru ta' l-1996 'il hawn.", "Mill-ġurnata ta' l-elezzjoni sal- lum dan il-poplu, ħalli ma ngħidx li mar lura, m'għamel l-ebda pass 'il quddiem f'dak li huwa l-livell ta' l-għajxien.", "Hawn ħafna nies li tilfu l- job jew il-part-time job li kellhom u hawn oħrajn li tilfu l-overtime.", "Kif kont qed ngħid, fejn jidħlu affarijiet ta' mard sar iktar diffiċli biex tinqeda u fil-każ ta' min ikollu bżonn jagħmel operazzjoni sar iktar diffiċli biex jagħmilha malajr jekk ma jħallasx il-belli liri f'xi sptar privat.", "Bħalissa qed tiġini f'moħħi l-edukazzjoni u nixtieq infakkar li qabel l-aħħar elezzjoni kien hemm għajta qawwija f'dan is-sens.", "(Interruzzjonijiet) Veru li fil-ġranet tas-sajf rajna ħafna skejjel jiġu rranġati u saritilhom il-manutenzjoni meħtieġa, imma għal dan kienet tirriferi l-għajta ta' l-Oppożizzjoni Laburista qabel l-aħħar l-elezzjoni?", "Jew kien hemm ħafna affarijiet oħra li kienu qegħdin jimmiraw għalihom u li sal-lum għadhom ma sarux?", "Jien naħseb li minħabba t-tnaqqis li kien hemm fl-istipendju ta' l-istudenti universitarji, min verament għandu l- kwalifiki akkademiċi mhux dejjem qed ikun jista' jidħol l-Universita'.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nistax nimmaġina kif l-Onor.", "Bartolo jista' jisma' dak li nkun qed ngħid jien filwaqt li joqgħod jaqra l-gazzetta!", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, jien għandi rispett kbir lejn l-Onor.", "Bartolo imma kieku jkun daqsxejn umli u jipprova jifhem dak li nkun qed ngħid, forsi ma jerġax joħroġ b'interruzzjoni bħal din.", "Nixtieq li ma jeħux għalih imma jew joqgħod attent għal dak li nkun qed ngħid jew inkella ma jinterrompinix.", "Imma ħalli niġi għal punt iktar serju li forsi lill- Onor. Bartolo ma jolqtux.", "Kulħadd jaf li hawn din il-biża' għax għadna ma rċevejniex il-kontijiet tal-dawl u l-ilma bir-rati l-ġodda.", "Xi wħud mill-hoteliers irċevewhom imma aħna għandna ma rċevejnihomx.", "Minħabba l-biża' li kien hawn matul dawn l- aħħar xhur għax għadna ma nafux x'se jkunu il-kontijiet, il-mod kif kull persuna qed tagħmel biex tqanċeċ fil-konsum tad-dawl u l-ilma hija sitwazzjoni patetika.", "Hija ħaġa tajba li wieħed ma jaħlix imma li bniedem jaħsibha darba darbtejn jekk jeħux banju, u jekk jieħu banju jrid jara li warajh jinħaslu t-tfal, u mbagħad jerġa' jara kif jutilizza dak l-ilma għal affarijiet oħra, hija sitwazzjoni tal-biki.", "(Interruzzjonijiet) Forsi din nikkonċediha b'element ta' ċajta imma meta xjuħ ta' 80 sena jgħidulek li qed ikollhom joqogħdu jġorru l-bramel biex inaqqsu l-konsum ta' l-ilma hija xi ħaġa li jekk ma tiġix wiċċ imb'wiċċ magħha ma tasalx biex tifhimha.", "Forsi l-Ministru Bartolo ma jiġix wiċċ imb'wiċċ ma' dawn l-affarijiet bħalma nagħmel jien.", "(Interruzzjonijiet)", "Madam Speaker, nixtieq li dan il-Gvern jieħu bis-serjeta' l-mod kif inhu sejjer lura l-livell ta' l-għajxien tal-poplu Malti mhux biss fl-affarijiet domestiċi li jolqtuh mill-viċin imma anke f'affarijiet oħra.", "Nistgħu ġenwinament ngħidu li l-livell ta' tindif tat-toroq għadu jsir bħalma kien isir qabel?", "Nistgħu ngħidu li d-distretti tal-kampanja għadhom jiġu milħuqa bħalma kienu jiġu milħuqa qabel?", "Dan jien nista' ngħidu għax ngħix fil-kampanja.", "Dan l-aħħar ġew inaddfu post li kien ilu xhur sħaħ abbandunat, tant li bilkemm setgħu jgħaddu l-karozzi minħabba l-ħaxix li tela' u l-iskart mormi hemm.", "L-istess ħaġa nista' ngħid għall-iżdingar li hemm fix-xtajtiet għax qatt ma rajna żdingar ta' din il-kwalita'.", "Huwa veru li l-mira tal-Gvern preżenti hi li nagħmlu iktar b'inqas imma bix-xejn m'aħna qegħdin nagħmlu assolutament xejn!", "Dalwaqt jibda Ġunju u f'pajjiżna nibdew naraw l-influx tat-turiżmu u madankollu l-kwantita' ta' alka li hemm f'kull beach li hawn min-north sas-south ta' Malta hija xi ħaġa ta' l- għaġeb, u din m'hijiex se titneħħa f'ġurnata.", "Madam Speaker, qabel l-elezzjoni l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienu jgħajruna bl-istat tat-toroq u kienu jgħidulna li huma uniċi fid-dinja għall-mod kif inhuma miżmuma.", "Issa d-domanda tiegħi hija din: Matul dawn it-18-il xahar sar xi ħaġa sabiex dawn jiġu rranġati?", "Ġie utilizzat xi ammont mill-flus li dan il-Gvern issellef drabi oħra sabiex jiġu rranġati t- toroq prinċipali u dawk arterjali?", "Il-ftit xogħol li sar fit-toroq sar mill-kunsilli lokali u dan minkejja li tnaqqsulhom il-fondi.", "Jiġifieri dan il-Gvern bil-wiċċ tost kollu qed jiġi jitlob lil din il-Kamra sabiex tapprovalu s-self ta' somma bħal din meta l-ebda sold minnhom m'hu se jiġi utilizzat għal dawn is-setturi.", "Il-kunsilli lokali tnaqqsulhom il-fondi u allura fejn qabel kienu jgħinu lill-gvern ċentrali f'xogħlijiet żgħar li jolqtu lid-distrett tagħhom, illum naraw li m'humiex qed jirnexxilhom jagħmlu iktar b'inqas.", "Madam Speaker, qabel l-aħħar elezzjoni kellna ħafna għajat kontra l- kriminalita', bil-Partit Laburista mill-oppożizzjoni jagħmel heyday bit- tixrid tad-droga u bl-attakki fuq l-anzjani.", "Imma nistgħu ngħidu verament li d-droga naqset matul dawn it-18-il xahar?", "Il-kriminalita' naqset?", "Is- swat fuq l-anzjani naqas taħt Gvern Laburista?", "Jien naħseb li ħadd ma jista' jgħid li dawn naqsu, speċjalment meta nafu x'kondizzjonijiet ġew mogħtija l-pulizija bir-revamp tagħhom.", "Din on paper tista' tgħid ħafna affarijiet tajbin fuqha imma meta titkellem ma xi kuntistabbli jew xi uffiċjal tal-pulizija, mill-ewwel jgħidlek li qatt ma missu xejn minn dan is-self li qed jagħmel il-Gvern għal darba wara l-oħra.", "Dan l-aħħar f'Malta daħlet kriminalita' ġdida, li nispera li ma tiżdiedx - qed nirriferi għall-kriminalita' fuq it-tfal - u nixtieq li dan il-pajjiż jinnota kemm il-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni ma approfittax ruħu minn din il-mewġa ta' kriminalita' ġdida biex jattakka lill-Gvern.", "Jien naħseb li kieku din ġrat fi żmien meta l-Partit Laburista kien fl- oppożizzjoni, bħalma attakkaw lill-Gvern preċedenti fuq id-drogi, fuq il- kriminalita' u fuq is-swat ta' l-anzjani, kienu jaraw kif jagħmlu biex jitfgħu dell ikrah wara bieb il-gvern.", "Imma għall-grazzja t'Alla l- Oppożizzjoni Nazzjonalista ma waqgħetx għal din it-tip ta' propaganda baxxa.", "Ftit taż-żmien ilu konna wasalna fi stat meta l-livell ta' l-għajxien tant kien qiegħed jogħla li kienet qamet public debate rigward jekk għadx hawn faqar.", "Fil-fatt min kien qal li għad hawn faqar u min kien qal li l- faqar f'pajjiżna m'għadux jeżisti.", "Kieku llum il-ġurnata nqanqlu debate ta' din il-kwalita' u niġu biex nistaqsu jekk għadx hawn faqar f'Malta, naħseb li n-nies li huma bla xogħol u li huma morda jidħku meta tistaqsihom jekk għadx hawn faqar għaliex m'hemm l-ebda dubju li llum il-ġurnata hawn sezzjoni kbira tal-poplu Malti li qed tbati l-faqar.", "Madam Speaker, ma rridx intawwal imma nixtieq nirrimarka li hawn min qal li hija l-inkompetenza li qed twassal lill-Gvern biex jerġa' jitlob lil din il-Kamra l-approvazzjoni għal aktar self.", "Meta nqis kollox ma kollox ma ngħidx li huwa tort ta' l-inkompetenza għaliex tista' targumenta li mhux kulħadd għandu d-don tal-kapaċita'.", "Kieku huwa tort ta' l-inkompetenza lanqas kont nagħti tort lil dan il-Gvern.", "Jien ngħid li dan huwa Gvern dilettant li qed jipprova jsolvi l-problemi ekonomiċi b'mod dilettantesk u fl-istess ħin qed jagħti dahru lill-Unjoni Ewropea.", "Jien kont immexxi d- delegazzjoni Maltija għall-Kunsill ta' l-Ewropa u għadni niftakar li meta konna fuq quddiem biex nidħlu fl-Unjoni konna naraw pajjiżi oħra, speċjalment Ċipru, dejjem jiġġerrew warajna u jaraw x'se nagħmlu aħna biex jipprovaw jikkupjawna.", "Qabel aħna konna dejjem fuq quddiem u dawn il- pajjiżi kienu jimxu fid-dell tagħna.", "Għalhekk illum il-ġurnata hija għafsa ta' qalb għalija li nara lil pajjiżna jispiċċa jimxi fid-dell ta' ħaddieħor.", "Madam Speaker, nappella lill-Gvern biex dan is-self li se jagħmel jutilizzah tajjeb u ma jagħti dahru lil ħadd.", "Nappellalu wkoll sabiex ineħħi l-arroganza u s-suppervja li għandu dwar deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu qabel ħalli l-poplu Malti jkun jista' jerġa' jibda jgawdi dak il- livell ta' għajxien li matul dawn l-aħħar 18-il xahar ma kienx jaf x'inhu.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Leo Brincat biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li wieħed jista' jgħid ħafna affarijiet fuq id-dibattitu li kellna f'dawn l-aħħar ġranet fuq dan is-suġġett imma ninsab żgur li ħadd ma jista' jakkużana li b'xi mod ippruvajna noħonqu l-liberta' ta' l-espressjoni, kif qed jippruvaw jagħtu l-impressjoni l-kelliema tan- naħa l-oħra f'diversi fora pubbliċi.", "Xtaqt nibda, Madam Speaker, billi nirreaġixxi għal ċerta kritika li saret għad-diskors tal-ftuħ tiegħi, fejn qalu li ippruvajt nagħti l-impressjoni li kollox miexi fuq ir-rubini.", "Nenfasizza li fl-ebda waqt ta' l-intervent tiegħi m'għamilt dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fl-10.41 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, kont qed ngħid li saret kritika min- naħa ta' l-Oppożizzjoni għaliex aktar kmieni jien għidt li jidher li hemm xi xaqq ta' dawl.", "Talli għidt hekk saret l-akkuża lin-naħa tagħna li konna qed noħolqu sens falz ta' sigurta' u għalhekk se nwieġeb għal dan il- kumment b'mistoqsija: Allura biex tkun oġġettiv trid tkun allarmista, kif kienu diversi kelliema ta' l-Oppożizzjoni matul dan id-dibattitu maratona li kellna?", "Jien niċħad li f'xi waqt ippruvajt inpinġi li kollox ward u żahar fl-ekonomija.", "Fakkart biss kif ir-rota bdiet iddur f'ċeri oqsma u x'titjib qed isir f'ċerti setturi, b'kuntrast ma' l-istaġnar li kellna fl- 1996 meta l-pajjiż kien qed joqrob u fil-fatt għadda minn elezzjoni ġenerali, kif għamel f'Ottubru ta' dik is-sena.", "Madam Speaker, xtaqt nagħti eżempju ta' wieħed mill-argumenti li saru min- naħa ta' l-Oppożizzjoni, b'riferenza għal dak li semmejt jien fl- introduzzjoni tiegħi dwar rata għolja ta' savings.", "Skond l-Oppożizzjoni, in-nies qed iġġemma aktar għax kulħadd huwa ppreokkupat minħabba l- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "L-ewwelnett l-istatistika turi li l-pajjiż kellu a higher savings rate matul ix-xhur kollha ta' l-1997.", "Jiġifieri dan żgur li ma jirrispekkjax l-argumenti li ġabet l-Oppożizzjoni, li l-higher savings li għandu l-pajjiż huma attribwibbli għall-miżuri kkontemplati fil- budget li tressaq f'Novembru 1997.", "Saret kritika wkoll għall-fatt li jien tkellimt fuq il-politika monetarja tal-Bank Ċentrali u saritli l-akkuża li meta tkellimt fuq dan is-suġġett ma kontx oġġettiv.", "Modestia a parte naħseb li jien kont oġġettiv għaliex kuntrarju għall-attitudni li ħadet l-Oppożizzjoni, min-naħa tiegħi urejt ċerti riżervi dwar il-Bank Ċentrali u għidt li stennejt li f'ċerti każi setgħu kienu aktar liberali fit-tħaddim tal-politika monetarja tagħhom.", "Jien sħaqt ukoll - u nerġa' nisħaq illum - li nemmen li l-Bank Ċentrali għandu l-awtonomija tiegħu u din għandha tiġi rrispettata miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Għidt ukoll li fhimt x'kien qed jimbotta lill-Bank Ċentrali 'l quddiem mingħajr ma qbilt mija fil-mija ma' dak li kien qed jingħad min- naħa tagħhom.", "Għalhekk jien ngħid li hija rresponsabbilta' kbira min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li qed tpinġi dak kollu li għaddej fil-pajjiż bħala xenarju fejn kollox qed jaqa' biċċiet, fejn ninsabu lejliet kriżijiet kbar u fejn anke kellna l-akkuża li ninsabu lejliet riċessjoni.", "Jien ngħid li dan it-tip ta' diskors ifakkarna fl-Oppożizzjoni Nazzjonalista fin-nofs tas- snin sebgħin meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak inhar kien għadu kif laħaq mexxej tal-partit.", "Jien naħseb li dan kollu jirrifletti b'mod negattiv fuq it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista minħabba l-fatt li dawn mill-elezzjoni sal-lum mhux talli ma kenux kapaċi joħorġu b'ideat ġodda, mhux talli ma kenux kapaċi jmexxu b'politika alternattiva, talli kellhom jaqgħu lura għall-ideat immoffati li forsi ħadmu f'nofs is-snin sebgħin imma li żgur huma antikwati għas-snin li ninsabu fihom illum, 22 jew 23 sena wara dan it-tibdil li kien hemm fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.", "Madam Speaker, wieħed mis-setturi fejn in-naħa ta' l-Oppożizzjoni m'aċċettatx il-punti li għamilna aħna kien dak tat-turiżmu.", "Huma qalu li t- tnaqqis li kellna fl-1995 u l-1996 kien rifless anke f'ċerti pajjiżi oħra tal-Mediterran; imbagħad qalulna li l-fatt li morna daqsxejn aħjar fl-1997 kien riżultat ta' titjib fir-rata ta' l-isterlina.", "L-Onor.", "Refalo qalilna wkoll li meta nitkellmu fuq it-turiżmu rridu nitkellmu fuq guest-nights u mhux biss fuq arrivals.", "Jiena naqbel miegħu dwar dan pero' għandna nitkellmu wkoll fuq employment in the tourist-related accommodation sector.", "Dan qed ngħidu għaliex bejn l-1996 u l-1997, wara li kellna l-bidla fil- gvern, kellna żieda proprju fl-employment in the tourist-related accommodation sector, għax insibu li fl-1996 kellna 8,457 impjieg u fis- sena ta' wara kellna 9,078 impjieg.", "Din ix-xejra pożittiva baqgħet tiġi sostnuta anke fl-ewwel xhur ta' l-1998, kemm f'termini ta' arrivals kif ukoll f'termini ta' employment.", "L-Oppożizzjoni ddaħħaqni għaliex fejn jaqblilha tagħmel paraguni ma' barra u fejn jaqblilha tiddistakka ruħha kompletament.", "Jekk aħna se noqogħdu nkejlu kollox mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, allura rridu bilfors insemmu anke l-qgħad strutturali li hemm fl- Unjoni.", "Nisimgħu fuq ħafna aspetti ta' l-Unjoni imma ma ssir l-ebda riflessjoni min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fuq il-qgħad strutturali li għandhom.", "Sur President, intqal ukoll li l-proċess ta' ristrutturazzjoni qed jaqta' nifs is-settur lokali.", "Jiena naħseb li rridu nitkellmu b'ċertu sens ta' serjeta` għaliex fil-fehma tiegħi l-proċess serju ta' ristrutturazzjoni għadu lanqas biss beda.", "U jekk se jsir se jsir b'mod ippjanat, b'konsultazzjoni mal-korpi kostitwiti, kif rifless mill-andament pożittiv tal-laqgħat li qed ikun hemm f'livell tat-task forces.", "Jiena napprezza l- fatt li fi ħdan il-korpi kostitwiti, anke fuq livell settorali, se ssib nies li għandhom attitudni differenti fuq il-protezzjoniżmu.", "Se jkollok nies li jippreferu li jekk jista' jkun il-protectionism ma titneħħa qatt, lanqas ma titneħħa fuq perijodu twil ta' żmien.", "Imma jekk nieħdu l- andament ta' dawn it-task forces li qed jiltaqgħu fuq livell tekniku nsibu li dawn sejrin tajjeb u qed ikun hemm attitudni kostruttiva mill-forzi kollha preżenti fi ħdanhom.", "Tajjeb wieħed isemmi wkoll il-programm ta' privatizzazzjoni li għandu l- Gvern, li fil-fehma tiegħi għandu jnissel iktar fiduċja fl-image li jipproġetta pajjiżna barra mill-pajjiż, anke fl-image ta' liberalizzazzjoni li jipproġetta 'l hinn minn xtutna.", "Dan it-tip ta' feedback ħassejtu jien stess meta dan l-aħħar kont imsiefer, mhux biss fl- Ingilterra imma anke fl-Istati Uniti.", "Dan il-programm min-naħa tal-Gvern ġie kkonsidrat bħala programm realistiku, programm gradwali imma li fl- istess ħin juri ċertu ftuħ fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Saret kritika wkoll fuq il-kwestjoni tad-dejn, jekk aħniex qed naħdmu b'mod programmat jew le.", "Tajjeb wieħed jgħid li aħna qed naħdmu fuq internal projections li qed jiġu mgħarbla u diskussi internament fit-tul, mhux biss fi ħdan il-ministeru tal-finanzi imma anke fi ħdan is-sub- committee tal-Kabinett, li huwa chaired mill-Prim Ministru nnifsu, li jiltaqa' fuq bażi regolari u fil-fehma tiegħi qed jagħmel xogħol siewi ħafna, għalkemm huwa xogħol ta' wara l-kwinti u xogħol li mhuwiex ta' glorja, biex ngħid hekk.", "Kont qed insemmi l-privatizzazzjoni u for the record irrid naċċerta lil kulħadd li mhux se jkun hemm clashing fil-ħruġ ta' self u x-shares li se jkunu available għall-pubbliku in ġenerali.", "Aħna nistgħu nserrħu ras il- pubbliku li se jkun hemm skedar serju proprju biex il-programm ta' privatizzazzjoni ma jaħbatx mal-ħruġ ta' bonds min-naħa tal-Gvern.", "F'dan ir-rigward aħna għamilna l-konsultazzjonijiet kollha neċessarji fuq livell tekniku biex inkunu żguri minn dak li qed nagħmlu u minn dak li qegħdin infasslu.", "Ftit ilu f'okkażjoni pubblika kont aċċennajt li konna kkummissjonajna studju min-naħa ta' konsulent li ġie mill-Bank Ċentrali Irlandiż li kien jikkonċerna proprju l-public debt management.", "Wara li aħna għarbilna r-rakkmandazzjonijiet ta' dan l-istudju dehrilna li filwaqt li d-dejn pubbliku qabel kien jiġi managed internament u strettament mill- ministeru tal-finanzi, kien jagħmel sens kieku aħna nibdew nagħmlu kif jagħmlu ċerti pajjiżi progressivi oħrajn, li nwaqqfu kumitat apposta li ma jkunx kompost strettament min-nies tal-ministeru tal-finanzi biex jissorvelja u jimmaniġġja l-kwestjoni tal-public debt biex ikollna iktar ftuħ u iktar cross-fertilization ta' ideat.", "Għandi pjaċir ngħid li proprju llum ħtarna public debt management consultative committee li se jkollu bħala chairman lill-Permanent Secretary fil-Ministeru tal-Finanzi, is-Sur Joseph P. Portelli, u bħala membri se jkollu lis-Sur Alfred Mifsud, lil Dr. Reno Borg, lis-Sur Paul Spiteri, General Manager tal-Malta Stock Exchange, lis-Sur Vincent Grech, Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi, lis-Sur Saviour Grixti, li huwa l-Accountant General u lis-Sur Paul Zahra, li huwa in charge ta' l-Economic Planning.", "U b'hekk ħassejna li se jkollna firxa wiesgħa li permezz tagħha tkun tista' ssir il-konsultazzjoni neċessarja dwar dak li huwa l-immaniġġjar tal-public debt tal-pajjiż.", "Jiena nawgura li dan il-kumitat jagħmel xogħol fejjiedi u persważ li se jagħmlu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-Seduta ġiet sospiża fl-10.58 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Brincat jista' jkompli.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Xi ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - jekk m'iniex sejjer żball l-Onor.", "Josef Bonnici - qal li l-unions ingħataw ħjiel min- naħa tal-Prim Ministru li mhux se jkun hemm aġġustamenti aktar kull meta jkun hemm ċaqliq fil-cost of living.", "Jiena kont preżenti fil-laqgħat li l- Prim Ministru kellu mal-unions u nikkonferma li fl-ebda stadju l-Prim Ministru ma ta xi ħjiel f'dan ir-rigward li mhux se jkun hemm aġġustament tal-cost of living meta jkun il-waqt.", "Saru mbagħad mistoqsijiet min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, l-ewwelnett dwar l- effett tal-budget fuq l-indiċi tal-prezzijiet, dwar kemm id-deficit jista' jkun dovut għal xi slowdown ekonomiku fil-pajjiż u anke l-kwestjoni tal- value added fis-settur tal-manifattura.", "L-ewwelnett naħseb li jekk se nitkellmu fuq is-settur tal-manifattura, tajjeb li wieħed jirrikonoxxi l- fatt li l-manifattura f'dawn l-aħħar għaxar snin qabdet id-downward trend bħala kontribuzzjoni għall-kejk nazzjonali, u dan primarjament huwa rifless kemm minħabba t-tibdil strutturali fl-ekonomija tal-pajjiż kif ukoll minħabba x-shift ekonomiku lejn is-settur tas-servizzi.", "Apparti minn hekk, wieħed irid jirrikonoxxi l-fatt li f'dan is-settur għandek a lower level of employment.", "Dan ġej mill-fatt li filwaqt li għandek xi setturi li qegħdin jagħtu performance tajba, għandek subsectors oħrajn li bilfors ikollhom jagħmlu ċertu job shedding minħabba ċerta ristrutturazzjoni li jkunu għadejjin minnha.", "Xi ħaġa oħra li għenet biex ikun hemm drop fil-GDP fil-kontribuzzjoni tas- settur tal-manifattura huma l-lower overtime payments f'ċerti setturi - per eżempju, fil-każ tax-ship repairing u tax-shipbuilding, fejn ħadna miżuri biex jiġu contained il-costs ta' l-industrija, biex stajna nżommu ċerta kompetittivita` li ma nistgħux naffordjaw li nitilfu, jekk irridu nżommu wiċċna 'l fuq a paragun ma' pajjiżi oħra - u tnaqqis fil-profitability, l- iktar fis-subsector ta' l-electrical machinery.", "Imma naħseb li anke meta nitkellmu fuq dan it-tnaqqis, wieħed irid iħares lejn dan kollu fil-kontest tal-konsistenza u l-espansjoni sinifikattiva li kien hemm f'dan is-settur tul diversi snin fl-imgħoddi.", "GĦalhekk wieħed irid iżomm f'moħħu li jekk inħallu barra dan is-subsector li għadni kif semmejt, naraw li fil-fatt il- profitability tal-manufacturing industry, anke bħala component tal-GDP, wera ċertu titjib tul l-1997 u mhux tnaqqis.", "Sur President, naħseb li fattur ieħor li kkontribwixxa għal ċerti mutamenti li kien hemm fil-figuri kien il-fatt li fuq bażi komparattiva ta' sena b'sena kien hemm ċerti distortions f'dawk li kienu payments of wage and salary arrears in the public sector.", "Fil-parti l-kbira tagħhom dawk tħallsu tul l-1996 u ovvjament fis-sena ta' wara ma reġgħux dehru.", "Saru sforzi wkoll min-naħa tad-dipartimenti governattivi biex jitnaqqas iktar l-overtime biex inkunu ċerti li fis-settur pubbliku jkun hemm iktar value for money.", "Naf li kulħadd jieħu gost jaqla' l-overtime imma fl- istess ħin naħseb li huwa importanti li l-overtime jinħadem meta jkun hemm bżonn.", "Żgur li m'għandniex inħarsu lejh bħala parti awtomatika mill-paga miżjuda, għax jekk m'hemmx ħtieġa ta' overtime x'sens jagħmel li nipperpetrawh?", "Mistoqsija oħra kienet dwar kemm mid-deficit attwali huwa dovut għall- economic slow-down.", "Staqsewna wkoll għaliex ma nikkonsultawx lin-nies ta' l-Economic Planning Office?", "L-ewwelnett jiena niċħad bil-qawwa kollha li aħna lil dan id-dipartiment ma nikkonsultawhx.", "Mhux talli nikkonsultawh fuq bażi regolari talli nużaw lin-nies li hemm f'dan id-dipartiment fl- iktar mod produttiv; talli min qiegħed imexxi dan id-dipartiment qiegħed saħansitra anke fuq sotto-kumitat tal-Kabinett - wieħed mit-tliet sotto- kumitati li kont irriferejt għalih fid-diskors tal-ftuħ tiegħi.", "Biss, jibqa' l-fatt li meta l-economic planning department ġew biex jevalwaw kemm mill-current deficit huwa dovut għall-economic slow-down, sabuha diffiċli anke huma biex jikkwantifikawh f'termini reali.", "Wieħed irid ukoll jirrikonoxxi l-fatt li normalment meta jkollok a lower level ta' employment income dan suppost jaffettwa r-revenue li jkun miġbur min-naħa tal-gvern f'dak li huwa income tax kif ukoll f'dawk li huma kontribuzzjonijiet tas- sigurta` soċjali.", "Imma minħabba d-drive intensiva li qed ikun hemm min- naħa tal-gvern biex jiġbor it-taxxa, fil-fatt jekk naraw id-dħul ta' l- income tax insibu li dan id-dħul minflok naqas żdied, għaliex id- dipartiment - u għad baqagħlu ħafna x'jaqdef - xammar mhux ħażin paragun ma' dak li kien għaddej fis-snin ta' qabel, u qed jagħti riżultati ferm aktar sodisfaċenti milli kienu qabel, għalkemm ir-riżultati jistgħu jkunu ferm u ferm aktar sodisfaċenti b'mod partikolari fejn tidħol l-evażjoni tat- taxxa.", "In-naħa l-oħra tal-Kamra għamlet diversi punti fl-interventi tagħha.", "Jiena smajt b'attenzjoni kważi l-maġġoranza tad-diskorsi li saru, bl- eċċezzjoni ta' xi ftit minuti li kont nieqes minn din il-Kamra, imma skantajt kif ħadd mill-kelliema tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma ndenja ruħu jagħmel riferenza għall-fatt li d-deficit li wirtet l-amministrazzjoni Laburista huwa effettivament deficit strutturali - ħaġa li l-Oppożizzjoni għadha sal-lum ma tammettihiex.", "Intqal ukoll li l-qasam tal-manifattura, jekk m'huwiex f'riċessjoni, jista' jinstab lejliet riċessjoni.", "L-ewwelnett id-drop kienet ta' Lm3.1 million, li f'termini ta' persentaġġi tiġi għal ċirka 1.2%.", "U dan huwa dovut prinċipalment għas-subsector ta' machinery, transport equipment u anke għal dak li huwa printed matter.", "Ħafna drabi dan huwa dovut għall- fatt li hemm kompetizzjoni tremenda fil-qasam ta' l-istampar.", "Pero' ma ssemmewx is-subsectors fejn qed ikun hemm titjib, li jinkludu s-settur ta' l-ikel, tal-beverages, tat-tabakk, tal-clothing, ta' l-għamara, taż- żraben, items ta' ġojjellerija, ġugarelli u anke toys and games.", "U la qed insemmu dawn is-setturi nixtieq nitkellem ftit fuq settur wieħed partikolari, għaliex fil-pajjiż hemm żewġ tipi ta' ristrutturazzjoni.", "Hemm ir-ristrutturazzjoni li tiġi mbuttata mill-gvern, kif il-Gvern Laburista għandu intenzjoni li jagħmel, b'kordinazzjoni sfieqa mal-korpi kostitwiti fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin; imbagħad għandek ċerta ristrutturazzjoni li jgħaddu minnha ċerti kumpanniji minn rajhom to survive, għaliex huma konxji mill-fatt li jekk ma jagħmlux ristrutturazzjoni ma jibqgħux kompetittivi u jiġu edged out kompletament mis-suq.", "Jiena naħseb li f'ċerti każi s-settur tal-clothing għamel din it-tip ta' ristrutturazzjoni minn rajh, u llum qed naraw ċerti fabbriki mexjin minn items tal-mass production u items sensittivi ħafna f'dak li huwa prezz, għal faxx differenti u għal prodott ta' kwalita` ogħla, u dan qed jagħtihom edge kompetittiva importanti.", "Din ix-shift f'dan is-settur partikolarment sensittiv hija importanti ħafna għaliex tevita li tħalli dan is-settur suġġett għal dawk li huma pressures ta' cheap labour economies, kif kien jiġri fis-snin l-imgħoddija, meta s- settur tal-manifattura tat-tessuti kien ikkonsidrat bħala a cheap labour sector fil-pajjiż.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn il-permess tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirringrazzja lill-Kamra għal dan il-permess.", "Ta' min isemmi wkoll settur li forsi ma ġiex ittrattat fid-diskussjoni li kellna.", "Saret kritika fuqu imma ma jidhirlix li ġew sollevati l-avvanzi li kien hemm fis-settur tal-biedja u l-kontribuzzjoni li dan is-settur għamel għall-GDP.", "Għalkemm mhuwiex kbir daqs it-turiżmu u daqs il-manifattura, huwa settur strateġiku u importanti ħafna.", "Fl-idea tiegħi nkunu qed nonqsu lill-operaturi kollha f'dan is-settur jekk aħna ma nirrikonoxxux l- avvanzi li saru fih tul dawn l-aħħar xhur.", "Sur President, punt ieħor li ssemma minn diversi kelliema huwa l-aspett tal-moralita` fiskali u anke l-ħidma tal-Kumissjoni tal-Moralita' Fiskali.", "L-ewwelnett tajjeb wieħed jgħid li din il-kummissjoni, kif aħna marbutin li nagħmlu, fl-ebda mod ma ndħalnilha fl-operat tagħha u żgur li m'għandna l- ebda intenzjoni li nagħmlu dan fil-ġejjieni qarib.", "Biss jekk nista' ngħaddi osservazzjoni iktar milli kritika, kien hemm it-tendenza - jekk wieħed jara anke r-rapport ta' ħidma tagħha tul l-aħħar sena - li l- kummissjoni iktar qisha enfasizzat x'm'għandux isir milli x'għandu jsir b'mod speċifiku sabiex negħlbu problemi bħalma huma l-evażjoni tat-taxxa.", "Infatti kien hemm ħafna każi fejn qalu biex wieħed ma jagħmilx \"hekk\" u ma jagħmilx \"hekk\" - niftakar li meta kienet qed tiġi ntrodotta s-CET kienu ħaduha kontra l-istand li kien ħa l-Prim Ministru, meta ta avviż pubbliku li kien lest li jsemmi lil min kien qed jabbuża mill-prezzijiet - imma jekk naraw is-suġġerimenti konkreti li ħarġu min-naħa ta' din il-kummissjoni biex tingħeleb l-evażjoni tat-taxxa, wieħed kien jistenna output iktar effettiv.", "U jiena nawgura li fis-snin li ġejjin dan il-kumitat ikompli jaħdem b'mod effiċjenti - bl-ebda mod ma rrid innaqqas l-effiċjenza li biha ħadem dan il-kumitat - u forsi jkun f'qagħda aħjar milli kien fl-imgħoddi li jagħti suġġerimenti konkreti lill-amministrazzjoni tal-ġurnata, tkun liema amministrazzjoni tkun, sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa.", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kien hemm min qal li l-income tax hija bużżieqa ta' Alfred Sant!", "Hekk kienet l-espressjoni.", "Jien ngħid li l- kwestjoni ta' l-income tax hija nuffata ta' l-Oppożizzjoni, mhux bużżieqa ta' Alfred Sant!", "U ngħid għaliex.", "Jekk naraw ir-riferenzi li saru għall- income tax fl-istampa Nazzjonalista f'dawn l-aħħar ġranet, mhux f'dawn l- aħħar snin, u nipparagunahom ma' dak li kien qed jintqal pubblikament min- naħa tal-kelliema Nazzjonalisti, naraw kuntrast kbir u inkonsistenza kbira f'dak li qed tgħid u tagħmel l-Oppożizzjoni.", "Per eżempju, xi ftit ġimgħat ilu f'editorjal qalu li fl-1996 kien hemm inqas dħul mill-income tax għaliex kien hemm bidla fil-gvern -donnhom riedu jimplikaw li d-dħul ta' l- income tax naqas għaliex tela' l-Partit Laburista fil-gvern - imbagħad kellna diskors mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li sar jumejn wara dan l- editorjal, fejn qal: Aħna stajna naffordjaw ċertu tnaqqis fl-income tax għaliex konna fiduċjużi li l-VAT kienet se tirrendi biżżejjed biex tpatti għal dak it-tnaqqis.", "Meta jargumenta b'dan il-mod mhux qed ikun konsistenti u realistiku għax jekk naraw l-aħħar sena tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern - u inutli joqogħdu jwaħħlu fil-Partit Laburista għax dik is-sena kulma għamel kien ftit iżjed minn xahrejn fil-poter - insibu li fl-1996 id-dħul naqas miż-żewġ sorsi, kemm mill-VAT innifisha u kemm mill-income tax, figuri li jitkellmu waħedhom.", "Kritika oħra li għamilna aħna dakinhar, u nibqgħu nagħmluha llum, kienet li jekk dakinhar l- ekonomija kienet għaddejja b'ċertu ritmu, din kienet marbuta mal-konsum fil- pajjiż u mhux marbuta mal-produzzjoni li wieħed kien qed jippretendi.", "Sur President, id-deficit li għandu l-pajjiż, bħala amministrazzjoni lilna mbuttana biex infasslu ċerti bidliet strateġiċi bħala parti mill- ippjanar tagħna għall-futur ta' pajjiżna.", "U għalhekk iktar kmieni jien semmejt il-proċess tal-privatizzazzjoni li bagħat messaġġi pożittivi mhux biss lokalment imma anke barra l-pajjiż.", "Dan il-proċess wera that we mean business bħala amministrazzjoni, wera li nemmnu fi swieq liberalizzati u fl- istess ħin wera s-serjeta` min-naħa tagħna li flok aħna qed nimxu b'xi mod ideoloġiku, kif jagħmlu ċerti gvernijiet, qed nimxu f'direzzjoni ta' privatizzazzjoni li hija parzjali, gradwali u li se ssir b'mod ippjanat.", "Sur President, saret ħafna kritika għall-budget, li parti minnha setgħet kienet ġustifikata iżda parti oħra żgur li ma kenitx.", "Naħseb li l-aħħar wieħed li għandi niddefendi din il-kritika huwa jien imma rrid nammetti li kien hemm ċerti rough edges fil-budget li forsi setgħu kienu llimati aħjar.", "Biss ejja wkoll nammettu li l-budget innifsu offra bidla direzzjonali lill-pajjiż u għall-ewwel darba daħħal fil-mentalita` tal-poplu Malti l- idea li ma nistgħux nibqgħu niddependu fuq is-sussidji bħala handouts perpetwi min-naħa tal-gvern u bħala xi għejjun li ma jispiċċaw qatt.", "Naf li din hija xi ħaġa li lilna ta' din in-naħa m'għamlitniex popolari imma min-naħa l-oħra din l-amministrazzjoni wriet kuraġġ, determinazzjoni u onesta` għaliex aħna l-ewwel inpoġġu l-interess nazzjonali flok l-interess partiġjan.", "Fil-fehma tiegħi, minkejja li jista' jkun hemm ċertu disgruntlement għal ċerti policies li qed tagħmel l-amministrazzjoni għax ikunu policies ebsin, fl-istess ħin rajna li meta l-Oppożizzjoni ppruvat timmobilizza ċerti setturi fil-build-up li tan-naħa l-oħra ppruvaw jagħmlu għall-festa ta' l-1 ta' Mejju, rajna li kellhom attendenza fqira għal- laqgħat li għamlu għal diversi setturi.", "Dan qed ngħidu a bażi tal-press coverage li kien hemm fil-media tagħhom stess u a bażi tar-ritratti li rajna fl-istess ġurnali tal-Partit Nazzjonalista.", "U dan kien rifless fil- laqgħat li kellhom ma' tal-manifattura, ma' tat-turiżmu, ma' tas-servizzi u f'laqgħat oħra li kienu ntiżi bħala parti mill-build-up għall-festi ta' l-1 ta' Mejju.", "Sur President, ġejt mistoqsi wkoll fuq l-impatt inflazzjonarju tal- budget.", "Jiena naħseb li min għamel din il-mistoqsija jaf li dan kien rifless primarjament f'Novembru u naħseb li din l-osservazzjoni kienet barra minn lokha għaliex ir-risposta toħroġ waħedha u m'hemmx bżonn li tiġi ndirizzata lejn in-naħa tagħna.", "Jiena ngħid biss li l-miżuri li qed nieħdu aħna jistgħu ma jkunux popolari imma f'għajnejn min hu serju, anke f'għajnejn għejjun barranin, juru li aħna qed nieħdu miżuri ta' ċertu kuraġġ, impenn u miżuri ta' ċerta serjeta`.", "Ma naqasx li jkollna fehmiet kontrastanti bejn l-Onor.", "Membri ta' l- Oppożizzjoni stess fl-atitudini li ħadu fil-kritika tagħhom tul dawn l- aħħar ġranet fuq dan is-suġġett.", "Kellna min kien negattiv għall-aħħar, imbagħad kellna anke min ħa gost bil-ġid ipproġettat u kien hemm anke min awgura li forsi l-affarijiet isiru aħjar milli qed isiru bit-tama li jkun hemm eżitu pożittiv ta' dawn l-affarijiet.", "Ma setax jonqos li f'dan id- dibattitu ma tiżżeffinx fin-nofs is-CET u l-iktar li żżeffnet fin-nofs kienet fil-kontest ta' l-effett tagħha fuq il-manifattura, għalkemm ma żżeffnitx fin-nofs forsi daqskemm iżżeffnet il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb li wieħed jagħmel żewġ rimarki partikolari fuq is-CET fir- rigward tas-settur tal-manifattura.", "L-ewwelnett irrid ngħid li flok sistema ta' refunds ibbażati fuq deferred payments għall-esportazzjoni, aħna daħħalna sistema li tgħin mhux ftit il- cash flow għaliex hija essenzjalment xi ħaġa at source.", "Apparti minn hekk, hemm l-equipment kapitali li ma jħallsu xejn fuqu flok joqogħdu jistennew ir-refunds.", "Hemm ħafna materjal għas-suq lokali li huwa eżenti u għandek ovvjament ir-raw materials li huma eżenti.", "Jekk inħarsu lejn dak li huwa dħul tas-CET insibu li fl-ewwel erba' xhur qegħdin pari f'dak li sejjer fil- Fond Konsolidat bejn il-VAT u s-CET - at par ifisser li qed ninkludi r- refunds ta' l-input tax on stock - iżda meta wieħed jikkonsidra li l-VAT kienet tinkorpora l-contributions tal-Korporazzjoni Enemalta u tal- Korporazzjoni Telemalta, wieħed jista' jgħid li anke qegħdin at par f'dak li huwa net revenue.", "Naħseb li wieħed irid jirrikonoxxi l-fatt li għalkemm ir-rata tat-tkabbir forsi naqset, illum fil-pajjiż għandna livell ferm iktar sostenibbli milli kellna qabel il-bidla fil-gvern.", "L- amministrazzjoni tal-lum qed turi li kapaċi timmaniġġja l-problemi inerenti fl-ekonomija billi tindirizza żewġ problemi partikolari, li jien insejħilhom dual deficits, ċioe' d-deficit f'dak li huwa finanzjament pubbliku u d-deficit li jirrigwarda l-bilanċ tal-pagamenti.", "Sur President, għalkemm kien hemm diġa` min tkellem fuq ir- ristrutturazzjoni, jien irrid nuri l-apprezzament tiegħi għall-fatt li r- ristrutturazzjoni mhux biss qed issir b'konsultazzjoni mal-partijiet kollha imma t-taħdidiet li qed isiru juru li se jkun hemm parteċipazzjoni sħiħa f'dan il-proċess għall-ġejjieni.", "U għalhekk tajjeb li wieħed ifaħħar l- isforzi li qed isiru kemm min-naħa ta' l-IPSE u anke min-naħa tal-korpi kostitwiti, għaliex dan jikkontrastja bil-kbir mal-mod heavy-handed u unilaterali li bih mexa l-Gvern Nazzjonalista meta qabad u ddeċieda li jneħħi 400 levy mingħajr ma għamel ebda konsultazzjoni ma' l-FOI fi żmien opportun.", "Jiena persważ li dan il-proċess ta' konsultazzjoni se jissaħħaħ u fix-xhur li ġejjin se jkun hemm momentum ġdid f'dan il-proċess ta' konsultazzjoni.", "U għalhekk nerġa' ngħid li aħna nawguraw mhux biss li jkun hemm konsultazzjoni imma jkun hemm parteċipazzjoni u anke tisħib.", "Sur President, laqatni wieħed mill-punti li għamel l-Onor.", "Louis Galea fl- intervent tiegħu meta qal li ħass li kellu jagħmel ammissjoni li l-partit tiegħu ma rnexxilux ifisser il-politika Ewropea lill-poplu Malti qabel l- aħħar elezzjoni.", "Jiena mhux se noqgħod nidħol fil-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea imma ngħid li jekk il-Partit Nazzjonalista mingħalih li se jirnexxilu jikkonvinċi lill-poplu Malti kif m'għamilx qabel l-elezzjoni ta' l-1996 b'dak il-leaflet li bagħtu fid-djar, jiena ngħid li għad baqgħalhom ħafna u ħafna x'jagħmlu biex isaħħu l-argumenti tagħhom.", "Fil-fehma tiegħi, kien leaflet infantili ħafna u spikka fih iktar dak li ma ntqalx milli dak li ntqal dwar id-dibattitu sħiħ li għaddej dwar il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Osservazzjoni oħra li għamel l-Onor.", "Louis Galea li nħoss li għandha tiġi mwieġba hija meta qal li bil-pożizzjoni li kien ħa l-Partit Laburista fuq il-VAT aħna kkorrompejna u mminajna l-moralita` fiskali, anzi qal li din kienet ġiet imminata meta konna fl-oppożizzjoni għaliex aħna konna għamilna appell lin-nies biex ma jħallsux il-kontijiet tad-dawl.", "Il-Partit Laburista in retrospect kien ammetta li dik setgħet kienet miżura żbaljata imma tajjeb li l-Onor.", "Galea l-ewwelnett jgħid x'inhuwa t-thinking illum min-naħa tal-Partit Nazzjonalista stess.", "Għaliex meta ftit ilu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien qed jitkellem f'waħda mil-laqgħat tiegħu ta' nhar ta' Ħadd, kien hu stess li ndika u intima li l-Partit Nazzjonalista jista' jagħti direttivi lin-nies biex ma jħallsux il-kontijiet tad-dawl.", "U għalhekk jiena ngħid li qabel ma l-Onor.", "Galea joqgħod jgħid li l-Partit Laburista kkorrompa u mmina l-moralita` fiskali, imissu jagħmel ċaħda kategorika ta' dak li seta' implika u dak li seta' issuġġerixxa by inference l-istess kap tal-partit tiegħu.", "L-Onor.", "Louis Galea qalilna wkoll li aħna wegħedna li nneħħu l-cash registers.", "U jien hawnhekk speċifikament nistieden lill-Onor.", "Membru biex isemmilna fejn xi ħadd mill-kelliema tal-Partit Laburista, b'mod partikolari l-Kap tal-Partit Laburista stess, li mexxa l-kampanja elettorali, għamel xi dikjarazzjoni li l-Partit Laburista kien se jneħħi l- cash registers.", "Pero' biex insemmi l-pożittiv ukoll, ħadt gost b'aspett wieħed fejn l-Onor.", "Galea tkellem dwar is-settur pubbliku.", "Hu ammetta li hemm ċerti ineffiċjenzi fis-settur pubbliku u tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li jekk se nagħmlu ristrutturazzjoni ssir ċerta ristrutturazzjoni anke fis- settur pubbliku nnifsu.", "Dan huwa diskors importanti u interessanti għaliex hija tematika li tmur kontra għal dak li qalu kelliema oħrajn tal-Partit Nazzjonalista.", "Jekk wieħed jieħu, per eżempju, id-diskors li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta l-ġimgħa li għaddiet indirizza l-Konferenza Ġenerali Annwali tal-UĦM, wieħed isib li dakinhar ħa linja, fil-fehma tiegħi, opportunistika u kważi kważi għamel glossing over tal-problemi li hemm fis-settur pubbliku u ta ad intendere li l-miżuri li qed jieħu l-Gvern Laburista huma kontro-produċenti u barra minn lokhom għal kollox.", "Punt li xtaqt nitkellem fuqu fil-qosor huwa l-bżonn ta' titjib f'dak li huwa management u kontroll tal-finanzi pubbliċi.", "Dan qed ngħidu mhux bi kritika għall-amministrazzjoni ta' qabel - forsi bi kritika għal diversi amministrazzjonijiet - imma qed ngħidu iktar biex nenfasizza dak li hemm bżonn isir milli dak li forsi seta' sar ħażin fl-imgħoddi u għadu jsir ħażin sal-lum.", "L-ewwelnett jiena naħseb li l-ikbar difett li hemm fis- sistema governattiva finanzjarja, anke fil-budget innifsu, hija li l-budget huwa dak li l-Ingliżi jsejħu a cashflow statement.", "Allura meta inti jkollok statement bħal dan, mingħajr ma trid ikollok sitwazzjoni fejn ħafna mill-fondi jkunu ta' natura storika, speċjalment dawk li huma accruals u arretrati ta' revenue.", "Sistema bħal din ma toffrix management control adegwat, b'mod partikolari meta inti jkollok scenarios qed jinbidlu b'rata mgħaġġla minn xahar għal xahar.", "Naħseb li dan japplika b'mod partikolari anke għad-deficit strutturali li dan il-pajjiż kellu f'dawn l-aħħar snin.", "L-amministrazzjoni tal-lum wirtet sistema ta' finanzjament pubbliku li kienet miexja fuq dik li l-Ingliżi jsejħu hand-to-mouth.", "U din is-sistema ovvjament tfisser biss li jkun hemm ineżistenza ta' ippjanar strateġiku fit- tul, li huwa importanti ħafna li jsir b'ċerta serjeta`.", "Hemm bżonn li l- budget exercise jibda jsir b'mod differenti.", "Ma nistgħux nibqgħu bis- sistema l-antika li l-eżerċizzju tal-budget ikun xi ħaġa li ssir biss f'nofs is-sajf, meta donnhom jistenbħu d-dipartiment tal-finanzi u jibdew jindirizzaw il-ħteġijiet tad-dipartimenti varji konċernati, imbagħad jibda l-bargaining mal-ministeri rispettivi a bażi tal-performance tagħhom tas- sena ta' qabel.", "Huwa veru li l-amministrazzjoni l-oħra kienet daħħlet il- konċett dipartimentali tat-three-year business plans, jiġifieri business plans fuq firxa ta' tliet snin, iżda dawn qatt ma kienu ġew ikkonsidrati serjament għall-finijiet ta' budgeting.", "U kien għalhekk li din il-prattika ġiet kważi mwarrba jew skartata, jekk mhux uffiċjalment, inuffiċjalment.", "Għal dan l-istess għan bħalissa qegħdin naħdmu dwar il-ħtieġa li jkollna a three-year rolling budget li jiġi ppjanat f'mod li jgħinna nippjanaw u nimmaniġjaw b'mod iktar razzjonali l-finanzi pubbliċi.", "Jekk nieħdu l- estimi ta' l-1998, anke fis-sorvelja li qed issir dwarhom, kemm fuq livell tal-ministeru tal-finanzi u kemm anke fil-kumitat tal-Kabinett, wieħed jara li hemmhekk l-estimi ta' l-1998 ġew ikkonvertiti f'estimi fuq bażi ta' xahar b'xahar, ħalli l-kontroll ikun jista' jsir f'mod iktar effettiv u iktar effikaċi.", "B'dan il-mod il-varjanzi negattivi li jkun hemm bejn dak li jkun attwali u dak li jkun budgeted ikun jista' jiġi monitored b'mod iktar effettiv u fejn ikun meħtieġ li tittieħed azzjoni korrettiva, din ovvjament tittieħed fi żmien opportun.", "Dan japplika, Madam Speaker, kemm għall-qasam tar-revenue u kemm għall-qasam ta' l-expenditure.", "Min-naħa l-oħra rrid ngħid ukoll li l-konċett ta' l-accruals fuq l- expenditure qed jiġi segwit f'dawk li jissejħu l-ispending ministries.", "L- ispending ministries huma dawk il-ministeri li l-iktar jikkonsmaw fondi għaliex huma l-iktar ministeri li jkollhom budget outlay kbir.", "Bħal f'kull pajjiż ieħor, it-tliet spending ministies ewlenin tal-pajjiż huma s-settur tas-saħħa, is-settur ta' l-edukazzjoni u s-settur tax-xogħlijiet.", "Dan qed nagħmluh bit-tir li naslu f'sitwazzjoni fejn il-finanzi pubbliċi tal- pajjiż, jekk mhux għada jew pitgħada imma għallinqas fil-ġejjieni qarib, ikunu jistgħu jibdew jiġu bbażati fuq sistema ta' accruals, ħalli b'hekk kemm l-ippjanar u anke l-kontroll isir b'mod iktar effettiv u effikaċi.", "Jekk aħna jkollna l-monitoring ta' l-accruals u nibqgħu nżommu mal-politika dikjarata tagħna li kien hemm fil-budget, li aħna ma nirrikorrux għall- estimi supplimentari, jiena nemmen li nkunu qegħdin mhux biss insaħħu l- effiċjenza fl-operat tal-finanzi pubbliċi imma nkunu qegħdin inkabbru anke d-dixxiplina fuqna nfusna u d-dixxiplina interna fuq id-dipartimenti kkonċernati.", "Ma rrid lil ħadd jikkwotani ħażin fuq dan li qed ngħid.", "Biex inkun oġġettiv, irrid nuri li għad baqa' ħafna xogħol xi jsir f'dan ir- rigward, forsi għadu l-bidu ta' dan il-proċess u jien naħseb li dan jirrikjedi ċertu ammont ta' żmien sakemm inkunu nistgħu nittraduċu dawn l- għanijiet f'management u kontroll effettiv tal-finanzi pubbliċi bil-livell professjonali li wieħed jippretendi bi dritt fis-snin li qegħdin ngħixu fihom.", "Madam Speaker, il-finanzi pubbliċi huwa qasam estensiv u l- management tiegħu huwa mferrex f'ħafna dipartimenti, li f'ċerti każi għandhom know-how limitat ta' accounting, kemm mill-aspett finanzjarju u anke mill-aspett ta' dak li huwa management accounting.", "Aħna m'għandna l- ebda intenzjoni li napplikaw shock treatment għal sistema arkajka, imma beħsiebna nintroduċu dawn il-bidliet f'mod gradwali sakemm naslu biex verament inkunu nistgħu ngħidu li f'pajjiżna għandna sistema professjonali ta' accounting u sistema professjonali ta' dak li huwa management finanzjarju.", "Jiena hawnhekk irrid nirringrazzja mhux biss l-isforzi li qegħdin isiru fuq livell dipartimentali imma anke l-isforzi li qegħdin isiru, forsi minn wara l-kwinti, min-naħa tal-forum għal ekonomija aħjar li forsi mhuwiex kbir f'dak li huwa manpower, imma bħala outputs, għalkemm forsi output li ma jidhirx, qed jagħtu kontribut validu ħafna u nixtieq nirringrazzjahom għall-isforzi tagħhom.", "Xtaqt nagħmel xi osservazzjonijiet oħra, Madam Speaker.", "Jekk m'iniex sejjer żball l-Onor.", "Sceberras Trigona staqsa għaliex ma kellniex nirrikorru jew nikkonsidraw - biex inkun fair ma' dak li ntqal - għall- finanzjament minn barra l-pajjiż, forsi minn pajjiżi bħaċ-Ċina u pajjiżi oħrajn.", "Illum meta titkellem ma' gvernijiet bħall-Gvern Ċiniż, jagħmluhielek ċara li spiċċaw dawk iż-żmenijiet li huma jgħinu bil- finanzjament dirett proġetti pubbliċi u proġetti infrastrutturali, kif seta' kien isir fiż-żmien tas-snin sebgħin u forsi ftit iktar tard minnhom.", "Illum iċ-Ċina qed tħaddem ekonomija tas-suq u meta tiġi biex titkellem dwar investiment titkellem dwar investiment li jkun imsejjes fuq studji ta' fattibilita` ħalli tiżgura li l-affarijiet isiru fl-iktar mod effiċjenti.", "U għalhekk aħna ma nistgħux nibqgħu nikkonsidraw li napplikaw l-istess metodi li forsi kienu tħaddmu fis-snin sebgħin b'ċertu suċċess u b'ċertu benefiċċju għall-ekonomija Maltija.", "Jiena naħseb li nistgħu nargumentaw fit-tul bejnietna dwar id-deficits tal-pajjiż u dwar is-self li għandna bżonn fil-pajjiż, imma ħaġa li naqblu fuqha hija li kbir kemm hu kbir l- ammont ta' self għall-pajjiż, id-dipendenza tagħna fuq self barrani hija waħda negliġibbli u minima ħafna.", "Naħseb li dan huwa aspett pożittiv li għandna nenfasizzawh.", "Xtaqt li nitkellem fuq punt li tqajjem fil-kontest tat-turiżmu u dan qed ngħidu bla ebda animu għall-kollegi tagħna li hemm fil-kunsilli responsabbli għall-operat fis-settur privat tat-turiżmu.", "Fl-Istampa ntqal u anke f'laqgħat li kellna qalulna li aħna ntroduċejna xi taxxi ġodda.", "Aħna ma ntroduċejna l-ebda taxxi ġodda.", "Jekk wieħed jara l-budget isib li f'paġna 80 hemm riferenza speċifika għal dawk li huma konsumaturi oħrajn lil hinn minn dawk domestiċi.", "U tant kien minnu dak li aħna applikajna fil- budget permezz tal-Water Services Corporation, li meta l-għada tal-budget xi ditti ta' l-awditjar lokali għamlu summary tal-budget biex jibagħtuh lill-corporate clients tagħhom, kif isir anke barra l-pajjiż, kemm id-ditta MSD Consulting u kemm id-ditta J.N. Tabone & Co., meta tkellmu dwar turiżmu applikaw rati li huma l-istess rati li ġew applikati mill-Water Services Corporation il-ġimgħa li għaddiet, meta bagħtet il-kontijiet lis-settur turistiku.", "Aħna kellna round ta' konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tas- settur turistiku li se nerġgħu niltaqgħu magħhom u għalhekk ma nħossx li f'dan l-istadju għandi nikkummenta iżjed, imma nippreferixxu li jkollna one- on-one consultations magħhom kif aħna wegħedna li jkollna l-ġimgħa d- dieħla.", "Saret mistoqsija ipotetika, jekk m'iniex sejjer żball, mill-Onor.", "Dalli, fejn qal: X'jiġri jekk il-Gvern jissellef aktar milli għandu bżonn?", "Naħseb li tajjeb li wieħed iħares lejn il-liġi nnifisha għaliex kieku l- figuri ta' l-1998 ivarjaw, il-liġi tipprovdi li jekk id-deficit jikber is- self ma jistax jeċċedi l-ammont provdut fil-liġi.", "U jekk id-deficit jonqos, jew il-gvern jissellef inqas addirittura jew jekk jissellef kemm tipprovdilu l-liġi, l-ammont extra bejn id-deficit u s-self jiġi misluf inqas is-sena d-dieħla.", "Nixtieq nagħmel osservazzjoni fuq il-Euro.", "Qed naqbeż minn suġġett għall- ieħor għax dawn huma punti li tqajmu minn diversi kelliema u nħoss li nkun qed nonqos jekk ma nagħmilx riferenza għalihom.", "Xi ħadd, mingħalija l- Onor. Michael Refalo, staqsa: Xi tħejjija qed ikun hemm min-naħa tal-Gvern fuq il-kwestjoni tal-Euro?", "Jiena nista' ngħid li l-Bank Ċentrali ilu jsegwi l-kwestjoni tar-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea - ħa nkun fair u ngħid li kienet qed tiġi segwita anke taħt l-amministrazzjoni l-oħra, meta s-sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet fuq l-aġenda tal-Gvern ta' dak inhar - imma nista' ngħid li dan il-kumitat ma ġiex xolt, sempliċement għax l- amministrazzjoni tal-lum ma taqbilx ma' sħubija sħiħa.", "Anzi nista' ngħid li l-Bank Ċentrali għandu advisory committee fuq l-affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea, li jiġi chaired fuq bażi regolari mill-gvernatur innifsu.", "Il- brief ta' dan il-kumitat huwa li jagħmel monitoring ta' l-iżviluppi kollha relatati ma' l-Euro nnifisha u jassessjaw kull azzjoni li jista' jkun hemm bżonn li tittieħed fir-rigward ta' pajjiżna.", "Apparti minn hekk, tajjeb li wieħed jgħid li l-Bank Ċentrali waqqaf diversi task forces biex jaraw x'miżuri hemm bżonn jiġu implimentati qabel Jannar 1999 fl-areas relatati ma' l-exchange rate basket tal-lira Maltija, l-aspetti legali, l-aspetti tal-correspondent banking, l-aspetti tas-sistemi ta' pagamenti internazzjonali, ir-ridenominazzjoni ta' l-assi u liabilities ta' pajjiżna u anke ċerti aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-IT.", "Min-naħa l-oħra l-Bank Ċentrali, permezz ta' l-investments policy committee tiegħu li huwa wkoll chaired mill-gvernatur, qed jassessja l-implikazzjonijiet ta' dan kollu fuq dak li huwa reserve management u diġa` ġew implimentati xi miżuri min-naħa tagħhom.", "Apparti minn hekk imbagħad hemm working group ieħor tal-banek fuq l-EU matters li huwa chaired mid-deputy general manager (international) market tas-Central Bank u li qed iħares lejn l-areas kollha li għandhom jiġu indirizzati, rigward dawk li huma servizzi bankarji li qegħdin jiġu offruti.", "Saret riferenza wkoll għall-kwistjoni tal-pagamenti li kienu saru mill- Malta Drydocks, u hawnhekk tajjeb li wieħed jenfasizza - għalkemm dan il- punt tqajjem anke fil-Public Accounts Committee - illi l-varjazzjonijiet bejn l-1997 u l-1998 fir-revenue kienu dovuti anke għall-once-only payment tal-Malta Drydocks u dan kien ġej mill-fatt illi għall-income tax kellek kontribuzzjoni ta' ¥7.8 miljun, social security kellek ¥6 miljun u mbagħad kellek State contribution ta' ¥3 miljun, li b'kollox iġibu ¥16.8 miljun.", "Dawn kienu nklużi fl-approved estimates ta' din is-sena u fil-fatt l- expenditure loan lill-Malta Drydocks ta' ¥24.6 miljun kienet ġiet approprjata anke fis-supplementary estimates ta' l-1997.", "Saret riferenza min-naħa ta' kelliemi ieħor ta' l-oppożizzjoni dwar in- nefqiet kapitali.", "Huwa staqsa: GĦaliex dan is-self kollu meta l-pajjiż mhu qed jagħmel ebda investiment maġġuri kapitali?", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, imma reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn il-permess tal-Kamra biex l-Onor.", "Brincat ikun jista' jkompli bid-diskors tiegħu?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz tal- liġi msejjaħ ''Att biex jawtorizza li somma ta' mhux iżjed minn mija u għaxar miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond Konsolidat matul is-sena 1997 u n-nefqa li hi mistennija sseħħ matul is-sena 1998'', ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed fis-seduta li jmiss fuq dan l- Abbozz ta' Liġi skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju 1997.", "Il-Ministru Brincat.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.", "4)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "4) BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker għandi messaġġ tal-President.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\", jirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra.", "2 ta' Jannar 1998", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas- Sisa.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE CILIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, fl-aħħar diskors tal-budget kien tħabbar illi mil-1 ta' Jannar 1998 kellha tidħol taxxa tas-sisa fuq l-inbid ta' 5c kull litru.", "Fil-fatt din it-taxxa titħallas fuq inbejjed importati u anke fuq inbejjed prodotti lokalment, bħalma jiġri fil-każ ta' oġġetti oħra soġġetti għat-taxxa tas-sisa, ngħidu aħna s-sigaretti u l-birra.", "Tajjeb illi wieħed jispjega - għalkemm issa għadda ċertu żmien - illi ftit jiem wara li kien tħabbar il-budget kienet saret laqgħa bejn l- awtoritajiet tad-dwana u produtturi lokali ewlenin, fi ħdan il-Federazzjoni ta' l-Industrija, propju dwar l-introduzzjoni ta' din it-taxxa.", "Huwa stmat illi dawn il-produtturi bejniethom jipproduċu madwar 80% ta' l-inbid għall- konsum lokali, 10% jiġi prodott minn produtturi kummerċjali żgħar, waqt li 10% tas-suq jittieħed minn inbejjed importati.", "Matul din il-laqgħa kien ġie spjegat illi waqt li d-dwana ma kellha l-ebda ħsieb li toħloq tfixkil żejjed għall-kummerċ, id-dipartiment ried jimplimenta sistema li tipprovdi kontroll adegwat kemm għal dak li huwa ġbir ta' taxxa u anke kontra l- evażjoni tagħha.", "Fil-fatt issemmew diversi metodi ta' kontroll, bħal banderoles jew immarkar ta' tappijiet, iżda minħabba l-użu ta' diversi sistemi ta' ppakkeġġjar, li jvarjaw minn fliexken, tetra packs u damiġġjani ta' qisien differenti, inħass illi fiċ-ċirkostanzi kien aħjar illi l- kontroll ikun bbażat fuq records ta' produzzjoni u anke fuq accounts awditjati, bħalma huwa fil-każ tal-birra.", "Wieħed irid jiftakar ukoll, Madam Speaker, illi l-produtturi huma obbligati illi jżommu dawn ir-records illi titlob il-liġi tat-taxxa tad- dwana u sisa, ħalli wieħed ikun jista' jqabbel ċerti figuri meta jiġi biex jagħmel il-verifiki meħtieġa.", "Naturalment id-dwana żżomm record ta' l- għeneb importat waqt li dwar għeneb lokali hemm dispożizjonijiet fl-Att dwar l-Inbid, liema liġi hija amministrata mid-dipartiment ta' l- agrikultura, u dawn l-għodda jkomplu jgħinu biex isaħħu l-kontrolli u l- verifiki neċessarji.", "Wieħed irid jgħid ukoll illi minn ċerti analisi li jistgħu jsiru fuq il-prodott tkun tista' tasal għall-figuri ta' produzzjoni, u dan kollu fl-interess tal-ġbir ġust tat-taxxa.", "Huwa rilevanti wkoll li jingħad illi l-Att dwar l-Inbid jipprovdi għar- regolamentazzjoni tal-produzzjoni, ta' l-importazzjoni u tal-bejgħ tal- inbid u jimponi ċerti ħteġijiet u parametri fuq min irid jipproduċi l- inbid, fosthom il-ħruġ ta' liċenzja mid-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Għalhekk id-dispożizzjonijiet f'dan l-abbozz ta' liġi huma b'żieda u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' Kap 211 tal-Liġijiet ta' Malta.", "L-abbozz preżenti, Madam Speaker, jieħu ħsieb illi jemenda l-Att ta' l- 1995 dwar Dazju tas-Sisa billi fl-Ewwel Skeda tiegħu jiżdiedu \"inbejjed, minbarra most tal-għeneb\" mal-lista ta' oġġetti dazjabbli; tiżdied skeda ġdida biex jiġi speċifikat id-dazju tas-sisa li għandu jitħallas fuq l- inbejjed li huma deskritti fl-Ewwel Skeda; u wara t-Taqsima E tas-Seba' Skeda, li s'issa tidher bħala s-Sitt Skeda iżda li qed tiġi enumerata mill- ġdid, daħlet it-Taqsima F li titkellem dwar ir-Regolamenti tal-1997 dwar l- Inbid.", "Bħalma hu l-każ ta' l-oġġetti l-oħra dazjabbli, dawn ir-regolamenti waqt li huma speċifiċi għall-inbejjed, ikomplu jorbtu mar-Regolamenti ta' l- 1995 dwar Oġġetti Dazjabbli illi jidhru fit-Taqsima A fl-istess skeda.", "Il- fatt li dawn id-dispożizzjonijiet qed jiddaħħlu permezz ta' regolamenti jippermetti illi xi tibdil fihom li tiegħu jista' fil-futur tinħass il- ħtieġa, ikun jista' jsir permezz ta' avviż legali f'inqas żmien minn dak li jitlob proċess parlamentari fejn jidħlu emendi għal-liġijiet.", "Madam Speaker, għalkemm quddiemi għandi aktar notamenti rigward tibdil ta' natura teknika li qegħdin nipproponu, naħseb illi jkun aħjar li dan inħalluh għall-istadju ta' kumitat u fl-istess ħin ma ntawwalx wisq.", "Iżda osservazzjoni li nħoss li għandi nagħmel hija illi l-akbar sfida li se jkollu s-settur tal-inbid fil-ġejjieni huwa kemm se jkun kapaċi jkabbar għeneb lokalment.", "L-inbid importat minn barra jeħtieġ proċeduri speċjalizzati ta' handling li huma għaljin.", "Nafu pero' li kieku kellu jiġi intensifikat it-tkabbir ta' l-għenba Maltija jintgħelbu l-problemi ta' ħafna spejjeż tat-trasport.", "Fil-fehma tal-prodotturi nfushom, Madam Speaker, dan jista' jwassal għal kontroll tal-kwalita' aħjar, kemm qabel u anke waqt il-harvesting innifsu.", "Fil-fatt inbid prodott mill-għenba lokali jagħmilha aktar faċli biex produtturi lokali jesportaw il-prodotti tagħhom barra l-pajjiż.", "Hawnhekk niftaħ parentesi żgħira u nsellem lill-prodotturi ta' l-inbid Malti għat-titjib illi kien hemm fil-prodott tagħhom tul is- snin, speċjalment meta wieħed jipparagunah mal-livell ferm iktar inferjuri ta' inbid illi kellna għaxra jew 15-il sena ilu.", "Qed nitkellem b'mod ġeneriku imma naħseb li kull konsumatur jista' jara titjib sostanzjali fil- livell ta' l-inbid li ġie prodott riċentement ġewwa pajjiżna.", "Naħseb iżda illi xorta jrid jibqa' jiġi diskuss il-fatt jekk għandniex nikkonsidraw dan il-prodott bħala prodott strateġiku jew le għaliex hemm min jgħid illi dan huwa prodott strateġiku u hemm min ma jaqbilx ma' din l- interpretazzjoni.", "Jiena naħseb illi l-iktar illi jinġab l-argument li dan huwa prodott strateġiku huwa ovvjament minn min jixtieq li jibqa' jgawdi l- protezzjoni tal-levy għal żmien indefinit jew inkella sakemm pajjiżna jsir awto-suffiċjenti f'dik li hija vitikultura, li naħseb li hija xi ħaġa pjuttost 'il bogħod biex naspiraw għaliha.", "Pero' dan is-settur, l-istess ma' setturi oħrajn, se jkun settur illi se jiġi diskuss mal-korpi kostitwiti u l-korpi relattivi meta nkunu qegħdin nitkellmu dwar il-pjani ta' ristrutturazzjoni u se nkunu qed nagħtu widen u konsiderazzjoni xierqa għall-problemi li qed jiffaċċa dan is-settur bl-iktar mod realistiku mingħajr ma nxellfu l-bilanċ ta' l-interessi u tal-problemi li għandhom setturi oħrajn.", "F'dan l-istadju, Madam Speaker, nagħlaq hawnhekk u nħalli l-ispazju għall- kollegi tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, nixtieq l-ewwelnett nibda biex nistaqsi jekk dan il-Gvern jafx x'inhu jagħmel.", "Qed ngħid dan għaliex propju f'Lulju tas-sena li għaddiet, b'ħafna daqq ta' trombi, il-Gvern qal li bis-sistema tas-CET se jraħħas xi prodotti.", "Fil-fatt intnefqu mijiet ta' eluf ta' liri biex sar advertising u ntbagħtu leaflets fid-djar mhux dwar il-prodotti li għolew imma dwar dawk li jew ma nbidilx il-prezz tagħhom jew inkella roħsu.", "Fost l-items li kien hemm li roħsu kien hemm propju l-inbid.", "Mela f'nofs is-sena li għaddiet kellna roħs fil-prezz ta' l-inbid meta neħħejna l-VAT u daħħalna s-CET, u f'Novembru l-istess Gvern u l-istess Ministru tal-Finanzi żied it-taxxa fuq l-inbid!", "Allura bilfors ikolli ngħid li hawnhekk għandna inkonsistenza grassa.", "GĦalija ma jagħmilx sens li wieħed l-ewwel iraħħas prodott u jibgħat jinforma b'dan lill-Maltin u l-Għawdxin kollha bieb bieb u mbagħad jiġi l-budget u l-istess prodott jerġa' jgħollih!", "Jekk il-Gvern kien se jagħmel hekk, ma setax għamel hekk mill-ewwel?", "Għalhekk qed nistaqsi wkoll jekk dan il-Gvern jafx x'inhu jagħmel.", "Jekk fhimtu tajjem il-Ministru qal li żied it-taxxa fuq l-inbid biex iżid id-dħul.", "Allura jekk kellu bżonn iżid id-dħul f'Novembru, ma kellux bżonn iżid id-dħul f'Lulju ta' l-istess sena?", "U allura mhux bilfors ikolli ngħid, kif qal Onor. Membru ta' din il-Kamra, li tlifna l-boxxla!", "Bil-mod kif tkellem il-Ministru llum għall-ewwel ħsibt li kien qed jitkellem fuq il-ftehim li qed isir ma' l-Unjoni Ewropea, pero' m'inix ċar għal kollox.", "Għaliex?", "Qalilna illi dan is-settur se jiġi ristrutturat.", "Sadanittant il-Prim Ministru diversi drabi qal illi s-settur ta' l-ikel huwa excluded mil-free trade agreement.", "Issa dan is-settur jinkludi wkoll il-beverages u prodotti li għandhom link dirett ma' l-agrikoltura.", "GĦalhekk nistaqsi: Il-levy fuq l-inbid se tibqa' jew le?", "Ir- ristrutturazzjoni li qed jitkellem fuqha l-Gvern se tapplika għas-settur ta' l-inbid?", "Jekk inhu hekk dan ifisser li s-settur ta' l-ikel, kuntrarju għal kif ġew informati l-Federazzjoni ta' l-Industrija u l-korpi kostitwiti ftit tal-ġimgħat ilu, m'huwiex excluded mill-free trade agreement, li allura jikkonferma dak li qalet l-Unjoni Ewropea fir-rapport tagħha meta qalet illi l-free trade agreement irid ikopri s-setturi kollha.", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' ngħid li jien hekk fhimtu jgħid lill-Ministru.", "Madam Speaker, huwa importanti illi nkunu nafu sewwa kif se nimxu f'dan is-settur għaliex waqt illi hija x-xewqa ta' kulħadd f'pajjiżna illi nipproduċu aktar għeneb u għeneb ta' kwalita' - fil-fatt qegħdin isiru ċerti esperimenti f'dan is-sens - nafu wkoll li wieħed irid jimxi b'ċerta kawtela u jrid ikun jaf x'inhuma l-long-term indications.", "Mill- introduzzjoni tal-Ministru llum ma ħadt l-ebda indikazzjoni dwar dan.", "Il- Ministru ma tkellimx dwar x'se jiġri u dwar kif nistgħu nistimulaw dan is- settur.", "Ma semma xejn b'mod speċifiku ħlief li hemm diskussjonijiet għaddejjin dwar ristrutturazzjoni illi tinvolvi wkoll is-settur ta' l- inbid.", "Lanqas qalilna xejn il-Ministru dwar l-oġġezzjoni min-naħa ta' l- Unjoni Ewropea li meta daħlet it-taxxa tas-CET f'Lulju ta' l-1997 il- prodott Malti ġie vvantaġġat vis-a-vis il-prodott mill-Unjoni Ewropea.", "Kif konna għidna li se jiġri, dan qajjem problemi anke fis-settur ta' l- inbid.", "Effettivament il-Gvern kellu jċedi għall-pressjoni ta' l-Unjoni Ewropea u naqqas il-protezzjoni fuq l-inbid għaliex l-ETI ma ġietx applikata aktar.", "Dan ifisser li l-Gvern naqqas bi ftit il-protezzjoni fuq l-inbid mingħajr ma ggwadanja xejn mil-lat ta' esportazzjoni ta' l-istess prodott.", "Issa skond dik il-famuża ittra li l-Ministru Brincat sfortunatament għadu jkaxkar saqajh biex ipoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - jiena għadni ma nistax nifhem għalfejn qed jagħmel hekk - li tgħid li se jkun hemm bżonn ta'", "\"a gradual introduction of a tax on value added of manufacturing activity aimed for the local market at a rate equivalent to the present one levied at Customs\",", "is-settur ta' l-inbid se jkun hemm taxxa addizjonali fuqu, a tax on value added, li hija taxxa simili għall-VAT.", "GĦax m'hu veru xejn li l-value added tax u t-tax on value added huma żewġ affarijiet differenti, u wara li naqqas il-protezzjoni fuq l-inbid u wara li ħareġ jiftaħar li l-prezz raħas, dan il-Gvern issa qed jerġa' jżid it-taxxa fuqu, taxxa simili għal dik it-taxxa li tant ħadem u tant nefaq flus f'riklamar biex ineħħi.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, niproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Mejju, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali – it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi ligijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat (Kont.); Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, matul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm diversi allegazzjonijiet dwar il-miżuri li d-dipartiment ta' l-agrikoltura kien qed jieħu sabiex jitneħħew is-siġar tal-każwarina f'Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ, ħalli minflokhom jitħawlu siġar oħra.", "Intqal li dawn il-miżuri li ttieħdu ma kenux skond dak li riedet l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u li ma kien hemm l-ebda talba min-naħa tad-dipartiment ta' l-agrikoltura lill- Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Bil-permess tiegħek, Madam Speaker, xtaqt inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-talba li għamel id-dipartiment ta' l- agrikoltura u r-risposta pożittiva ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex ix- xogħol ikun jista' jsir.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta fis-17 ta' Marzu 1997 mill-Ministeru tal- Biedja u Sajd liċ-chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar tneħħija ta' siġar minn Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ; u", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fit-8 ta' Mejju 1998 dwar tneħħija ta' siġar minn Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ.", "Tajjeb ngħid ukoll li dawn ix-xogħlijiet saru sabiex ikunu akkomodati l- ħteġijiet tar-residenti u allura niskanta kif sieħbi l-Onor.", "Michael Bonnici għamel plejtu sħiħ - forsi minħabba xi pika ta' natura personali - meta kien hu stess li fi snin mhux 'il bogħod kien aċċetta li jingħaqad mar- residenti ta' Triq il-Kbira f'Ħaż-Żebbuġ, li kienu talbu biex jitneħħew is- siġar li kienu qed joħolqu ħafna inkonvenjent u anke kienu qed jagħmlu l- ħsara.", "L-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra ma kellux għalfejn idaħħal piki bla bżonn fost ir-residenti tal-lokalita` li jikkontesta fiha hu u joħloq ċerti diffikultajiet lill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-agrikoltura waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "GĦaldaqstant bl-akbar lealta` nistiednu sabiex ikun responsabbli biżżejjed u jirtira l-allegazzjoni li għamel li aħna ħadna xi miżuri li kienu kontra dak li riedet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jew inkella li ħadna xi miżuri li kienu kontra dak li riedu r-residenti nfushom.", "Madam Speaker, tajjeb li wieħed jgħid li mhux talli d-dipartiment ta' l- agrikoltura m'huwiex il-bojja tas-siġar f'pajjiżna talli taħt l- amminstrazzjoni Laburista matul dawn l-aħħar xhur saru numru ta' xogħlijiet.", "Per eżempju, waqqafna l-urban and rural landscaping unit sabiex ikollna direzzjoni sostenibbli fi ħdan id-dipartiment ta' l- agrikoltura u l-ħaddiema tagħna jifhmu l-isfidi tal-futur, jiġifieri li mhux biss nitkellmu fuq afforestazzjoni imma rridu nitkellmu b'mod nazzjonali dwar kif se nsebbħu t-toroq tagħna fl-ibliet, fl-irħula f'żoni urbani u rurali.", "F'dan il-qafas mal-ewwel ħadna l-miżuri meħtieġa ħalli filwaqt li għaddejjin b'dawn l-iżviluppi min-naħa tad-dipartiment ta' l- agrikoltura, fl-istess ħin l-ambjent intejbuh dejjem aktar ħalli pajjiżna jkun jista' jiġbed dak l-investiment sostennibbli li tant għandna bżonn.", "Per eżempju, din l-amminstrazzjoni qed taħdem sabiex tkompli żżid in- numru ta' turisti li jiġu f'pajjiżna u għalhekk bilfors irridu nagħmlu ċerti xogħlijiet fil-landscaping urban u rurali.", "Pajjiżna diġa` ra bidla f'dan l-aspett għax rajna żbir ta' numru ta' siġar li għal għexieren ta' snin qatt ma kienu nżabru u mhux talli tħawlu siġar ġodda talli qed jittieħdu inizjattivi ġodda biex l-istudenti wkoll jifhmu l-importanza tas- siġar.", "Għal dan il-għan fil-farm sperimentali bdejna proġetti bħalma huwa hands-on farming, fejn it-tfal li jattendu qed iħawlu numru ta' siġar ta' l-għargħar, li hija s-siġra nazzjonali Maltija, ħalli fil-ġejjieni qarib mhux biss insebbħu l-landscape imma nkunu qed inġibu 'l quddiem is-siġar tipikament Maltin.", "Madam Speaker, tajjeb li wieħed jirriferi wkoll għall-bidliet li qed isiru fil-mixtla tal-gvern f'Wied Inċita fejn il-ħaddiema b'tant għaqal u b'tant kapaċita` qegħdin jagħtu servizz professjonali sabiex tiżdied il- produzzjoni tas-siġar u l-arbuxelli ħalli jsostnu l-pjanijiet ta' l-urban and rural landscaping unit li, kif qed ngħid, kollha huma intenzjonati biex f'pajjiżna jkun hawn iktar ħdura u ambjent sabiħ, kemm għall-pubbliku in ġenerali Malti u Għawdxi kif ukoll għat-turisti li jiġu jżuruna.", "Illum f'Wied Inċita mhux biss hemm is-sehem tal-gvern u tal-kunsilli lokali imma bi pjaċir ngħid li matul dawn l-aħħar xhur intlaħqu arranġamenti ma' l-APS Bank sabiex f'Wied Inċita jkollna serra li fiha nkabbru siġar standard ħalli fil-ġejjieni qarib inkunu nistgħu nagħtu numru ta' siġar imlaħħqa lill-kunsilli lokali bil-għan li 'l quddiem jiżviluppa l-council green belt.", "Matul din is-sena bejn dwieli u siġar tal-frott tħawlu 'l fuq minn 50,000 siġra li huma bżonjużi mhux biss biex nagħtu dehra isbaħ lil pajjiżna imma wkoll biex ikollna produzzjoni akbar ta' frott.", "Irrid ngħid ukoll li permezz tal-kordinazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-urban and rural landcaping unit tad-dipartiment ta' l-agrikoltura, illum qed titwassal fid-djar informazzjoni utli biex il-landscaping ikun sostnut kemm fil-front gardens u kemm fil-back gardens ta' djar privati.", "B'dan il-mod inkunu qed nagħtu servizz biex ikunu mħarsa iktar il-pjanti f'kull livell u nkunu qed nagħtu kontribut sabiex dejjem jonqos il-mard u tiżdied il- koltivazzjoni tas-siġar.", "Matul dawn l-aħħar xhur bdejna l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il- Qlejgħa, fejn il-Gvern mhux biss ħoloq teknika ġdida dwar kif jistgħu jiġu riabilitati l-widien imma wera kif tista' tiġi rrispettata l-flora u l- fawna biex ma tkomplix issir qerda tal-pjanti endemiċi Maltin, li huma parti mill-patrimoju ta' pajjiżna u jsebbħu ħafna l-kampanja.", "Dawn l- inizjattivi kollha li bdew iseħħu matul dawn l-aħħar xhur jikkonfermaw kemm hija inġusta u irresponsabbli l-kritika ta' l-Onor.", "Michael Bonnici meta qal li d-dipartiment - u ma nafx jekk kienx qed jirriferi għalija wkoll - huwa bojja tas-siġar.", "Għalkemm f'dan il-Parlament ikollna d-differenzi ta' bejnietna, huwa importanti li qatt ma naslu biex inwarrbu l-interess nazzjonali.", "Fl-opinjoni tiegħi, Madam Speaker, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Bonnici b'sentimenti irresponsabbli jew forsi b'nuqqas ta' ħsieb ħoloq umiljazzjoni bla bżonn għall-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-agrikoltura, li tant jagħtu kontribut fil-qasam tas-siġar u l-pjanti.", "Madam Speaker, matul dawn l-aħħar ġimgħat kellna numru ta' diskussjonijiet oħra sabiex inġibu 'l quddiem diversi inizjattivi konnessi mas-settur tal-biedja u s-sajd.", "Wara ħafna sforzi rnexxielna nagħmlu arranġamenti li ssodisfaw lis-sajjieda u l-koperattivi tagħhom, kif ukoll lill-kumpannija Ġappuniża li ntrabtet li tixtri t-tonn tas-sajjieda Maltin.", "Ovvjament dan huwa kuntratt privat imma aħna tlabna biex nintervjenu ħalli jaslu għal soluzzjoni, u jien minn qalbi nixtieq nifraħ lis-sajjieda għall- kontribut tagħhom u nawguralhom li jkollhom staġun ta' suċċess bħalma kellhom fis-sena li għaddiet.", "Minkejja l-affarijiet li l-Oppożizzjoni tipprova dejjem tinsinwa, għal darba oħra s-sajjieda tagħna reġgħu akkwistaw prezzijiet record għat-tonn li jaqbdu.", "Illum is-sajjieda għandhom prezz ta' Lm2.10-il kilo għal grad A, Lm2.00-il kilo għal grad B u Lm1.70-il kilo għal grad Ċ, u min hu fil-mestier jaf li dawn huma prezzijiet tajbin għas-sajjieda.", "F'pajjiżna minn dejjem kien hemm l-idea li għandna nagħrfu l-importanza ta' l-industrija tat-tonn u nieħu gost li l- kumpannija Ġappuniża li diġa` għamlet ftehim mal-koperattivi tas-sajd hija interessata sabiex fil-ġejjieni qarib tkompli tinnegozja magħhom kif ukoll ma' bank privat li qed juri l-interess li jinvesti f'din l-industrija.", "Jien nawgura li jkomplu jikkordinaw ħidmiethom ħalli l-industrija tat-tonn tkompli tikber.", "Madam Speaker, meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni kien jgħid li huwa żball li ma jitteħdux inizjattivi sabiex jgħinu lis-sajjieda jinvestu fl-akwakultura.", "Aħna qed nappoġġaw kontinwament lill-koperattivi tas-sajjieda u lis-settur privat fil-proġett biex jitkabbar it-tonn fil- pennings, jiġifieri jinqabad fl-ixbiek meta jkun żgħir u mbagħad jibqa' jgħix fl-istess xibka sakemm jikber u tasal il-ġurnata tas-suq li l- kumpannija partikolari tkun tista' tinnegozjah.", "Aħna nemmnu li dawn l- inizjattivi se jkomplu jiġu diskussi bejn il-koperattivi u l-kumpannija Ġappuniża li għadha kemm għamlet l-arranġamenti tagħha għall-esportazzjoni tat-tonn ta' din is-sena.", "Matul dawn l-aħħar xhur saru negozjati ma' Aquaculture Vaccines Ltd ta' l- Ingilterra sabiex issir ir-riċerka tal-pasteurellosis - li hija bacteria li tinsab fl-industrija tal-fish farming Mediterranja - fiċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura ta' Malta biex inżommu l-kuntatti mas-suq Brittaniku.", "Jien nawgura lill-ħaddiema, lit-tekniċi u lill-konsulenti taċ-ċentru flimkien mal-kumpannija Aquaculture Vaccines Ltd li jkollhom suċċess għaliex, għalkemm Malta m'għandhiex din il-problema fl-industrija tal-fish farming tagħha, bla dubju din ir-riċerka tista' twassal sabiex fi ftit xhur oħra tinstab il-kura u jinħoloq il-vaċċin biex ma jkunx hemm iktar imwiet ta' ħut kawża ta' din il-pasteurellosis.", "Jien nifhem li impenn bħal dan se jkompli jżid il-kredibilita` li diġa` kellu u għad għandu ċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura u se jkompli jservi biex aktar żgħażagħ mir- reġjun tal-Mediterran, partikolament minn pajjiżi Għarab u Afrikani, ikomplu l-istudji tagħhom hawnhekk.", "Jien informat li bis-saħħa tal-protokoll li kien ġie ffirmat bejn Malta u l-Libja għar-rigward ta' attivita` fis-setturi tal-biedja u sajd, matul din is-sena mistennija li jkun hemm numru ta' studenti Libjani jitħarrġu fl- esperimentazzjoni u fit-teknika ta' l-industrija tal-fish farming, u anke se jkun hemm numru ta' Maltin li se jmorru hemmhekk u jsewwu opri tal-baħar tas-sajjieda Libjani.", "Iktar ma jinħolqu rabtiet bħal dawn iktar jitjiebu r- relazzjonijiiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-poplu Libjan u l-poplu Malti.", "Aħna konvinti li permezz tat-tarznari tagħna nistgħu noffru mhux biss is-servizzi ta' tiswija ta' vapuri imma anke servizzi ta' manutenzjoni ta' opri tal-baħar lil pajjiżi ġirien tagħna bħal-Libja.", "Din it-tip ta' attivita` mhux biss toħloq attivita` ekonomika imma tkun qed tħares is- saħħa kemm tas-sajjieda Maltin kif ukoll Libjani f'dan il-każ, għax bla dubju l-manutenzjoni ta' l-opri tal-baħar hija parti mill-mestier.", "Wieħed irid dejjem jirrispetta l-fatt li dawn ikunu bejn sema u ilma biex jaqilgħu l-ħobża tagħhom u biex jitimgħu l-ġnus tagħhom u għaldaqstant bħalma wieħed għandu jagħti s-sussidju biex jinxtraw opri ġodda daqstant ieħor wieħed għandu jara li l-manutenzjoni ssir bl-iktar mod korrett ħalli jiġu evitati traġedji.", "Madam Speaker, aħna nawguraw ukoll li fix-xhur li ġejjien ikollna aktar diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet tal-biedja u s-sajd Libjani, inkluż il- ministri konċernati, ħalli nsostnu l-ħtiġijiet tal-bdiewa tagħna.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar 16-il xahar il-poplu Libjan bagħat lil pajjiżna 'l fuq minn 10,000 siġra tal-frott u taż-żebbuġ sabiex dawn jinbidlu ma' oħrajn li kienu qodma jew mietu.", "Għal numru ta' snin l-attivita` f'dan ir-rigward kienet limitata ħafna bejn il-poplu tagħna u l-poplu Libjan u aħna nifhmu li b'dan il-protokoll ir-relazzjonijiet se jespandu b'mod li jkunu ta' benefiċċju għaż-żewġ pajjiżi.", "Madam Speaker, fil-ftit ħin li baqagħli se nitkellem dwar il-miżuri l-oħra li se jittieħdu mid-dipartiment ta' l- agrikoltura sabiex fil-ġejjieni qarib jibda jiffunzjona l-uffiċċju ċentrali ta' l-extension services.", "Ovvjament fil-pitkalija ċentrali f'Ta' Qali jidħol l-ikbar numru ta' bdiewa għaliex it-Tnejn u l-Ħamis jieħdu l-prodotti tagħhom hemmhekk.", "Qabel il-bdiewa kien ikollhom imorru fl-uffiċċju ċentrali tagħhom jew fil- farm sperimentali fl-Għammieri biex jieħdu xi pariri tekniċi.", "Dan kien inkonvenjent li ovvjament il-bdiewa kienu ilhom jilmentaw dwaru għal numru ta' snin.", "Fis-snin imgħoddija l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni bħall-Onor.", "Joe Debono Grech u s-sur Freddie Micallef, kienu jitkellmu dwar l- importanza li noħolqu mekkaniżmu biex dan is-servizz jintlaħaq iktar mill- bidwi.", "Matul dawn ix-xhur kien hemm diskussjoni bejn id-direttur u l- uffiċjali sabiex naraw kif noffru dan is-servizz b'mod effiċjenti.", "Madam Speaker, irrid nieħu l-okkażjoni hawnhekk biex nirringrazzja lil Dr Emil Moukarzel li għalkemm m'huwiex ta' ċittadinanza Maltija - huwa Lebaniż - ħadem bi sħiħ sabiex mill-kapaċitajiet tiegħu jfiehem lili, kif ukoll lill-ħaddiema tad-dipartiment, it-tibdiliet li hemm bżonn iseħħu sabiex il- bdiewa jibdew jingħataw aktar pariri tekniċi u professjonali dwar problemi li jiffaċċjaw.", "Bl-assistenza ta' Dr Moukarzel stabbilejna li hemm bżonn li d-dipartiment ta' l-agrikoltura jaġġorna ħafna iktar id-data tiegħu dwar is- settur tal-biedja.", "Huwa importanti li llum il-bdiewa li għandhom raba' saqwi, raba' bagħli jew raba' moxa jinformaw lid-dipartiment ta' l- agrikoltura x'tip ta' investiment għamlu jew għandhom bżonn jagħmlu għall- futur.", "Huwa importanti wkoll li jgħarrfu lid-dipartiment ta' l-agrikoltura x'inhuma l-problemi tagħhom u x'tip ta' produzzjoni ħadu s'issa mill-uċuh tar-raba'.", "L-extension services se jkunu ta' kontribut biex il-produzzjoni tagħna tkompli tiżdied, tkun ta' kwalita` għolja.", "Se jkun hemm iktar ħidma mill- uffiċjali tad-dipartiment sabiex il-bexx u l-użu tal-kimika fuq l-uċuh tar- raba' jkompli jinqata'.", "B'dan is-servizz il-bdiewa tagħna se jkunu aktar aġġornati ma' l-iżviluppi tal-lum għax, minkejja li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tant kienet titkellem dwarhom biex tipprova timpressjona kemmi kienet qed tagħti direzzjoni lis-settur tal-biedja biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, instab li kienu tħallew barra numru ta' inizjattivi li setgħu jaġġornaw lill-bdiewa tagħna fil-management ta' l-uċuh tar-raba' tagħhom.", "Nieħdu gost ngħidu li llum għandna studenti li qed jagħmlu survey agri- ekoloġiku biex jistudjaw il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-livelli ta' l- ilma.", "B'dan il-mod il-bidwi jkun jaf il-karatteristiċi ta' l-uċuh tiegħu u x'inhuma l-livelli ta' l-umdita` u allura jkun jista' jikkordina t-tkabbir ta' l-uċuh biex irendulu iktar u jevita li jonfoq ħafna spejjeż żejda li sal-lum jolqtu ħażin lill-bdiewa tagħna.", "Jien nawgura li dawn l-eżerċizzji jsolvu ħafna mill-problemi li l-bdiewa dejjem jiffaċċjaw.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 25 ta' Mejju, 1998, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fin-12.30 a.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VALLETTA/FURJANA - RESTAWR TA' SWAR", "12796.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11457 li saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u ċioe' peress illi x-xogħol involut fuq is-swar kien jinvolvi tibdil ta' ammont sostanzjali ta' ġebel, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li skond ir-regolamenti tal-Planning Authority ma kienx meħtieġ permess minn għandha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet ġiet informata, permezz ta' ittra mil-Building and Maintenance Unit, illi se jsir xogħol ta' restawrar.", "Dan fil-fatt sar u x-xogħlijiet saru tajjeb.", "Kieku kien hemm bżonn permessi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet tgħid hekk u tieħu l-passi neċessarji biex l-affarijiet ikunu konformi mal-liġi.", "TURIŻMU - TURISTI LI JŻURU MALTA", "12957.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' turisti li żaru Malta fix- xahar ta' Jannar, 1998 suq b'suq?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "14128.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Rigward l-emenda li saret f'Awissu, 1997 għall-klawsola 36 ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min hu l-uffiċjal jew organu li jiddeċiedi jekk applikazzjoni tikkonformax mal-policies approvati fis-sens li ċerti klawsoli tal-Pjan ta' Struttura (bħal Policy BEN 1) jistgħu jiġu interpretati li teknikament kwalsiasi applikazzjoni ma tikkonformax ma' xi approved policy?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbilta' dwar jekk applikazzjoni tikkonformax mal-policies jew le hija ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Definittivament fejn l-indikazzjonijiet, permezz ta' rakkomandazzjoni fid-Development Permit Application Report, diġa' ikunu ndikaw li applikazzjoni ma tikkonformax mal-policies ta' Pjan ta' Struttura, il-pożizzjoni tkun skond dik ir-rakkomandazzjoni.", "WSC - QARI TAL-METER", "14179.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ilha 20 sena ma jinqralha l-meter ta' l-ilma u d-dawl, anzi kull meta l-meter reader jipprova jagħmel dan ix-xogħol, ma fetħulux il-bieb, jew b'xi mod jew ieħor qatt ma tħalla jidħol biex jinqara?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nvestigat il-każ u rriżulta li mill-1990 'l hawn il-qari ta' l-arloġġi ta' l-ilma u dawl dejjem ittieħdu u konsegwentement il-kontijiet inħarġu fuq qari attwali.", "Għaldaqstant, l-informazzjoni ta' dan ir-rapport hija nkoretta ŻURRIEQ - ĠIBJUN TRIQ BUBAQRA", "14216.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għal talba li kien għamel il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq biex zona magħrufa bħala Il- Ġibjun, Triq Bubaqra, Żurrieq tkun mibdula bħala public open space f'zona residenzjali fejn m'hemmx żvog ieħor għar-residenti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex: a) il-Lands fl-20 ta' Novembru, 1995 kien qal li ma jsibx oġġezzjoni li din l-area tkun imsebbħa sakemm ma jintmessux is- siġar u l-ġibjun li hemm f'din l-area (Dok A); b) issa inbidel kompletament il-ħsieb oriġinali u se jitqaċċtu s-siġar biex jagħmlu spazju għal terraced houses skond ittra mibgħuta lill-Kunsill Lokali Żurrieq fil- 21 ta' Jannar, 1997 mill-Planning Authority (Dok.B)?", "Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li f'zona residenzjali fejn m'hemmx public open space, u fejn l-area indikata mhijiex ta' daqs kbir din għandha tkun żviluppata bħala public open space għal benefiċċju tar-residenti?", "Dokumenti A, B u mappa qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Filwaqt li napprezza x-xewqa ta' l-Onor.", "Interpellant biex ikun hemm aktar spazju ta' ftuħ f'din iż-zona, din l-art kienet ilha ndikata għal żvilupp sa mill-1988.", "Ir-rifjut li nħareġ fil-21 ta' Jannar 1997 kien jindika r-raġuni għaliex l-iżvilupp propost ma setax jingħata u cioe' illi reviżjoni ta' l-iskemi ta' żvilupp b'dan il-mod setgħu isiru biss permezz ta' pjan lokali.", "L-ittra tad-dipartiment ta' l-artijiet ma daħlet fl-ebda konsiderazzjoni ta' l-iskemi ta' żvilupp in vigore, iżda li bħala dipartiment ma kienx isib oġġezzjoni.", "PA - PERMESSI", "14220.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Wara li dan l-aħħar ingħataw permessi għal żvilupp barra mill-iskemi tal-bini, jiġifieri il- permess għat-training centre f'Tas-Swatar, Ħad-Dingli u l-bini ta' garaxxijiet f'Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi ħsieb li jagħti xi direttiva lill-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar kif għandha taġixxi fil-każ ta' applikazzjonijiet simili?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-indipendenza fid-deċiżjonijiet dwar għoti ta' permessi ta' żvilupp mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija rispettata u l- istess Awtorita' hija obbligata li tikkonforma mal-liġi.", "OPM - SURVEYS", "14268.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li bejn l-1992 u l-1996 saru dawn in- numru ta' surveys ta' l-opinjoni:", "Ufficcju tal-Prim Ministru 14 Awtorita tax-Xandir 5 Public Broadcasting Services Ltd 4 MITTS 9 Korporazzjoni Telemalta 1", "P.A. - BINI TA' GARAXXIJIET", "14278.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Wara l-wegħda li għamel il-Viċi Prim Ministru fil-Parlament fis-seduta tas-27 ta' April, 1998, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra lil min ħatar biex imexxi l-inkjesta rigward l-għoti ta' permess fuq green area għall-bini ta' garaxxijiet mill-Garden of Eden, x'terminu ta biex din l-inkjesta tkun konkluża u huwiex beħsiebu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l- istess inkjesta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qiegħed nipprova naħtar Imħallef biex imexxi l- inkjesta li wegħedt dwar il-każ tal-garaxxijiet tal-Garden of Eden f'Ħal- Għaxaq.", "Avviċinajt Imħallef irtirat, u meta kelli niddiskuti miegħu t-terms of reference qalli li xtaq ma jieħux l-inkarigu għal raġunijiet personali mhux relatati mal-każ.", "Flimkien miegħu għarbilna lil min nista' nitlob jagħmilli din l-inkjesta.", "L-Imħallef indikat huwa wieħed sedenti, u peress li kellu jsiefer għandi premessa li jagħtini risposta jieħux l-inkarigu jew le nhar l-Erbgħa, 13 ta' Mejju 1998, meta jirritorna Malta.", "P.A. - KAŻ 1855", "14311.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm il-Planning Authority milli jimplimentaw r- rakkomandazzjonijiet ta' l-Ombudsman dwar il-każ 1855 fil-konfront ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn ir- rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman fil-konfront ta' l-inġustizzja li sofra dan il-ħaddiem hija ċara u manifesta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iddeċieda sabiex ma jimplimentax id-deċiżjoni meħudha mill-Ombudsman.", "WSC - XOGĦOL TA' REKLAMAR", "14521.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-WSC għandhiex xi ditta/kumpannija li tagħmel xogħol ta' reklamar għall-istess WSC u jekk fl- affermattiv: 1) min hi din il-kumpannija; 2) meta ġie awarded il-kuntratt; 3) x'inhu l-valur annwali ta' dan il-kuntratt; 4) min huma d-diretturi ta' din il-kumpannija; 5) jekk din il-kumpannija ġietx magħżula wara sejħa pubblika u, jekk fl-affermattiv, min kienu d-ditti l-oħra li pparteċipaw kif ukoll il-valur ta' kull offerta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għal dan is-servizz kienet ħarġet sejħa pubblika li għalqet fl-20 ta' Marzu 1997.", "Ikkonkorrew għal din is-sejħa 17- il kumpannija.", "Il-kumpannija Visual Trends intgħażlet fuq kuntratt ta' sena b'effett mis- 17 ta' Ġunju 1997, għas-somma ta' Lm10,000.", "Dan il-kuntratt huwa suġġett li jiġġedded wara sena.", "Dwar min huma d-diretturi, dawn jistgħu jinbiddlu.", "Għaldaqstant din l- informazzjoni tinkiseb mill-uffiċċju tar-Reġistratur tal-kumpanniji.", "GĦAWDEX - MARSALFORN - RIABILITAZZJONI TAX-XTAJTA", "14534.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9118, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx ġie kkummissjonat l-EIA fuq il-proġett ta' submerged breakwater f'Marsalforn u jekk fl-affermattiv, x'kien l-eżitu tar-rapport?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għadu ma ġiex ikkummissjonat l-EIA fuq il- proġett ta' submerged breakwater f'Marsalforn.", "GĦAWDEX - PERIT INKARIGAT MIX-XOGĦLIJIET TAL-GVERN", "14535.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8797 minn fejn jirriżulta li l-Perit residenti f'Għawdex inkarigat mix-Xogħlijiet Pubbliċi ilu li rriżenja mis-servizz minn Lulju tas-sena l- oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex ħerġin applikazzjonijiet għall- mili tal-post vakat biex il-Gvern ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu is- servizz ta' Perit residenti f'Għawdex kif kien hemm minn dejjem?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Huwa maħsub li 'l-quddiem joħorġu applikazzjonijiet għall-mili ta' post ta' Perit f'Għawdex.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-LABOUR", "14551.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġitx tender sabiex isir xogħol neċessarju konness mas-sistema ta' drenaġġ fi Triq il-Labour, Żejtun?", "Jekk iva, ġie magħżul xi ħadd sabiex jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa?", "Meta se jibda x-xogħol u meta hemm il-ħsieb li jkun lest?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inħarġu tenders biex isir dan ix-xogħol u l- kuntratturi ġew magħżula.", "Ix-xogħol mistenni jsir fil-futur qarib.", "QAWRA - ROSITA COURT", "13627.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni għall-bini ta' Rosita Court fi Triq Cassarino il- Qawra, meta ġiet pubblikata skond il-liġi, meta ġiet approvata, meta nħareġ il-permess, min kien l-applikant, x'bini talab li jtella' l-applikant u x'approvat l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-applikazzjoni għall-bini ta' Rosita Court fi Triq Cassarino il-Qawra u Triq il-Bilbel PA 8122/94 saret mis-Sur Spiridione Mifsud għal kostruzzjoni ta' basement/ground floor garages, 4 floors flats and penthouse fis-27 ta' Diċembru 1994.", "Din l-applikazzjoni ġiet irreġistrata bħala valida fit-8 ta' Ġunju 1995, u l-avviż ta' l-istess applikazzjoni sar fit-18 ta' Ġunju 1995.", "L-applikazzjoni ġiet approvata fl-10 ta' Novembru 1995,u l-permess ġie mpustat lill-applikant fid-29 ta' l-istess xahar.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - SPEZZJONIJIET", "13628.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Taxxi Interni qattx bagħat perit biex jagħmel valutazzjoni ta' xi wieħed mill-fondi u garaxxijiet mibjugħa min Rosita Ltd, relattivament għal korp ta' bini magħruf bħala Rosita Court fi Triq Cassarino il-Qawra, liema fondi b'diversi kuntratti huma kollha insinwati fl-1997 u jġibu n-numri insinwa 174,175,345,4314,5538,3973,7410,7466,11932,17908 u 18112?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' spezzjonijiet mill-periti tad- Dipartiment tat-Taxxi Interni fuq il-bejgħ ta' fondi minn Rosita Limited relattivament għall-korp ta' bini magħruf bħala Rosita Court fi Triq Cassarino, il-Qawra, trasferimenti kienu insinwati matul l-1997 bin-numru 174, 175, 345, 4314, 5538, 3973, 7410, 7466, 11932, 17908 u 18112, kien ta' għaxra (10) minn ħdax-il trasferiment.", "SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - PARKS", "13629.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex korrett li flus li dan il-Parlament ivvota għall-użu tal-parks intużaw biex jitħallsu spejjeż li saru fl- organizzazzjoni ta' kunċert mis-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Kultura u Sports?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk intalbietx xi awtorizzazzjoni minn qabel lid-Dipartiment tal-Finanzi u jekk din ingħatatx?", "Jekk mhux korrett li dan isir, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jgħarrafni għal liema kunċert speċifiku qed jirriferi.", "KAROZZI - LIĊENZJI", "13630.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm karozzi ġew liċenzjati biex joħorġu fit-triq kull sena bejn l-1993 u l-1998 u jagħti l-informazzjoni tiegħu skond il-marka tal-karozza (Alfa, Fiat, eċċ)?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tistax tingħata billi hija kkonsidrata ta' natura kummerċjali.", "Ma nsib l-ebda oġġezzjoni li din il-mistoqsija tagħmilha lill- aġenti konċernati.", "DJAR - INSPECTORS", "13703.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,382 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx l-inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W 1,382.", "DJAR - FIDI TA' ĊENS", "13704.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,381 u ċioe' jista' jgħid x'inhi r-raġuni li persuni bħal dik, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, ma jistgħux jifdu ċ- ċens ta' fondi li mill-Knisja għaddew lill-Joint Office?", "Min hu responsabbli biex issir xi forma ta' policy ħalli dawn il-fidjiet ikunu jistgħu isiru u jirrendu flus lill-istess dipartiment?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W1,381.", "DJAR - INSPECTORS", "13705.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,380 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,380.", "DJAR - INSPECTORS", "13706.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,379 u ċioe għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,379.", "DJAR - INSPECTORS", "13707.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,378 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "Jekk fin-negattiv għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,378.", "DJAR - INSPECTORS", "13708.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,377 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,377.", "SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - KIRI TA' KAROZZI", "13828.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Segretarjat għaż- Żgħażagħ, Sports u Kultura mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum keriex karozzi mingħand Delcarm Ltd; Da Salvina Ltd; Victor Chetcuti; jew Rose Portelli u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inkera u kemm tħallas?", "Għal kull kirja, jista' l-Ministru jgħid meta bdiet u meta ntemmet, jekk intemmet, min ikkwota u kemm kienet kull quote, min effettivament ħa d-deċiżjoni li ssir il-kirja u min iffirma l-kuntratt tal-kirja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposti mogħtijin għall-mistoqsijiet parlamentari numri W1238, 4197, 6037, 6333, 9630, 10300 u 13427.", "SKOLA SPORTS - TRACK SUITS", "13829.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għad-domand bil-miktub li għamilt fit-3 ta' Frar, 1998 u ċioe' jista' jekk jikkonfermax li s- Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Kultura u Sports ordnax track suits għall-Iskola Sports, kemm ġew jiswew, kemm ġew ordnati, inħarġitx tender jew ingħatax direct order, min ikkwota u kemm kienet kull kwotazzjoni?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk il-ġenituri tat-tfal intalbux iħallsu xi ħaġa għat-track suits u jekk iva, kemm, meta ħallsuhom u meta ħadu t-track suits?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll għaliex kien hemm bżonn daqstant żmien biex tingħata risposta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferik għar-risposta li tajtek għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,235.", "Domt daqshekk ma tajtek risposta għax l-ewwel stennejt l- investigazzjonijiet dwar ix-xiri ta' T-Shirts (Polo Shirts) minn Skolasport bejn l-1995 u l-1996.", "GĦAWDEX - TRIQ DIĊEMBRU 13", "14282.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni Triq Diċembru 13 ġewwa n-Nadur, Għawdex li kienet saret one-way traffic issa reġgħet saret two-way traffic?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' Gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirriferi għalih, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.", "FGURA - NUGRUFUN", "14283.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed jikkawża l-kwantita' kbira ta' nugrufun li qed jaqa' fuq il- Fgura u l-postijiet ta' madwarha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-nugrufun li jaqa' fuq il-Fgura u l-postijiet ta' madwarha jista' jkun li ġej mill-Power Station tal-Marsa.", "Qed isiru diversi laqgħat bejn il-Bord tal-Konsultazzjoni u Pariri dwar l- Ambjent, il-Korporazzjoni Enemalta u l-kunsilli lokali ta' l-inħawi biex jitnaqqas dan l-inkonvenjent.", "ĦAL FARRUĠ - BEJGĦ/KIRI TA' GARAXXIJIET", "14284.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ l-offerta għall-bejgħ jew kiri tal-garaxxijiet li hemm ġewwa Ħal Farruġ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar diġa' nformat lill- Kummissarju ta' l-Art biex toħroġ uħud minn dawn il-garaxxijiet għall-bejgħ b'offerti.", "Il-proċeduri ta' bejgħ b' offerti jsiru mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u dan għan-nom ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "ĦAL FARRUG - TOROQ", "14285.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġaw it- toroq ħdejn il-flats il-ġodda li hemm ġewwa Ħal Farruġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Billi dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "GĦAXAQ - TRIQ TELLERITU", "14286.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti ta' Triq Telleritu, Għaxaq li ilhom madwar 11-il sena jużaw il-fossa, se jkollhom is-sistema tad-drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-area in kwestjoni qegħda f'livell baxx ħafna u jenħtieġ li tinbena pumping station għal dawk l-inħawi.", "Qed isiru l- preparamenti meħtieġa sabiex tkun tista' tinbena din il-pumping station u huwa ttamat li x-xogħol ikun jista' jinbeda s-sena d-dieħla.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET - SURVEYS", "14287.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l- opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma sar ebda survey ta' opinjoni pubblika matul is- snin 1992 sal-1996.", "RIĊETTI - ĦLAS TA' 50Ċ", "14429.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kif u fuq liema kalkoli d-dipartiment tiegħu wasal għall-konklużjoni li se jdaħħal Lm1.3 miljun mill-ħlas ta' 50ċ fuq kull riċetta kif hemm imniżżel fil-budget 1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Meta l-Gvern, permezz tal-Ministeru tal-Finanzi, ikun se jintroduċi u jkun qed jippjana u jfassal miżura ġdida bħal din, ma jiġborx l-informazzjoni eżatta u fid-dettalji tagħha kollha mis-sorsi involuti biex jevita l-possibbilta' ta' spekulazzjonijiet u l-possibbilta' li l-miżura toħroġ fil-beraħ, meta forsi tispiċċa, fl-aħħar mill-aħħar, anqas tkun tifforma parti mill-pakkett aħħari kif jitħabbar fil-budget.", "OMBUDSMAN - KAŻI LI JINVOLVU IMPJEGATI TAĊ-ĊIVIL", "14430.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi fil-preżent quddiem l-Ombudsman li jikkonċernaw impjegati taċ-Ċivil?", "Minn liema dipartimenti huma dawn l- impjegati?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' dawn it-talbiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru biex jistaqsi għal din l- informazzjoni direttament lill-Ombudsman.", "MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - KODIĊI TA' ETIKA", "14431.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-tibdiliet li kien semma fil-bidu ta' din il-leġislatura mmirati biex isaħħu u jtejbu l-Kodiċi ta' Etika tal- Ministri u s-Segretarji Parlamentari?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 230 ħlief li nirrimarka li min-naħa tal- Membri ta' l-Oppożizzjoni ma sar l-ebda suġġeriment għal titjib mixtieq biex dawn jiġu miflijin mill-Gvern bl-akbar interess u attenzjoni.", "PULIZIJA - REATI TA' URBAN THEFT", "14457.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet iċ-ċifra ta' reati urban theft irrapportati lill- pulizija matul Frar, 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi, matul Frar, 1998, kien hemm 315 rapport ta' serq minn żoni residenzjali.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - RAPPORT TA' ĦIDMA", "14458.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru, issa li wasalna f'Mejju 1998, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport ta' ħidma għas-sena 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - RAPPORT TA' ĦIDMA", "14459.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru, issa li wasalna f'Mejju 1998, ipoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra, ir-rapport ta' ħidma għas-sena 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Membru li r-rapport indikat kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta Nru. 178 tat-28 ta' Jannar,1998.", "PULIZIJA - FIRE FIGHTING SECTION", "14460.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li dawk il-pulizija li jintgħażlu għal Fire Fighting Section fi ħdan id-Dipartiment Protezzjoni Ċivili, wara s-sena attachment, jekk jagħżlu li jibqgħu ma' l-istess dipartiment, ma jibqgħux igawdu mill- pensjoni wara 25 sena servizz kif inhuma llum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal- mistoqsija parlamentari numru 10681 f'Seduta Nru. 171.", "SAĦĦA - TRATTATI INTERNAZZJONALI", "14476.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12344, jista' l-Ministru jgħidilna jekk il- proċeduri tekniċi lokali issa ġewx kompluti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Preżentament id-dokumenti kollha qegħdin jiġu analizzati u fiż-żmien qarib għandhom jkunu kompluti l-proċeduri tekniċi kollha.", "TA QALI - PARK NAZZJONALI - KUMITAT", "14477.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13304, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' kull item ta' ħruġ u dħul li kellu l-Kumitat li jmexxi l-Park Nazzjonali?", "Min tħallas, meta tħallas u għal-liema materjal jew servizzi tħallas?", "Min ħallas lill-kumitat, għal liema servizzi ħallas lill-kumitat u meta saru l- ħlasijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PA - DĦUL", "14478.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn ħlasijiet ta' DPF u ISC għall-applikazzjonijiet ġodda f'Jannar, Frar, Marzu u April 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "B'KARA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "14479.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 12453 li saret fil-25 ta' Frar 1998 rigward il-Berġa tas-Saħħa f'Birkirkara?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta' refurbishment fil-klinika ta' Birkirkara.", "Dan huwa xogħol ta' manutenzjoni li jsir bħala rutina fid-diversi kliniċi li għandu l-Gvern fid- diversi bliet u rħula.", "Ma nafx fuq liema xkaffa qed titkellem.", "L-ispejjeż kapitali għal kull Ċentru tas-Saħħa fl-1996 u fl-1997 kienu hekk:-", "1996 B'Kara Lm5,937 Qormi Lm 805 Floriana Lm 615", "1997 B'Kara Lm8,010 Cospicua Lm8,705 Mosta Lm4,005 Paola Lm 998 Qormi Lm 998 Gzira Lm 998 Rabat Lm 998", "Rigward l-aħħar mistoqsija, il-pożizzjoni għada ma tbiddlitx minn dik mogħtija fis-Seduta Nru. 132 għall-mistoqsija numru 9188 tal-Onor.", "Louis Deguara.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "14480.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega kif wasal biex qal li l- Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija ta' l-1996 qamet aktar minn Lm60,000 fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11419?", "Jista' jagħti breakdown li juri dan l-infiq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻURRIEQ: TRIQ SAN MARTIN - GARAXX", "14481.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14240, jista' l-Ministru jgħid meta saret l-ispezzjoni mill-uffiċjal tat-Taqsima ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-ispezzjoni saret fit-28 ta' April, 1998.", "DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "14514.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġew ikkonsenjati lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili t-turntable ladder; control unit; 2 multi-roll type vehicles FLF/1000; 6 compact tank pumper TLF 20/10; 5 ranger tank pumper FLF 4000; u 4 small rescue vehicles RV 4 li kellhom jitħallsu mill-protokoll finanzjarju Taljan?", "Kemm tħallsu tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba hi s-segwenti :-", "|Vettura |Prezz|Data | | | |ta' | | | |Kunsinn| | | |a | |1 Turntable |Lm |17/07/9| |Ladder(37m) |191,0|7 | | |00 | | |1 Turntable |Lm |09/02/9| |Ladder(24m) |154,0|8 | | |00 | | |1 Control Unit|Lm |07/01/9| | |32,00|8 | | |0 | | |2 Multi-Roll |Lm |09/02/9| |Vehicles FLF |108,0|8 | |1000 |00 | | |6 Compact Tank|Lm238|07/01/9| |Pumper |,000 |8 | |TLF20/10 | | | |5 Ranger Tank |Lm |05/03/9| |Pumpers FLF |287,0|8 | |4000 |00 | | |4 Small Rescue|Lm |05/03/9| |Vehicles RV4 |129,0|8 | | |00 | |", "Ta' min jgħid li s-sitwazzjoni fit-Taqsima tat-Tifi tan-Nar, qabel ma nġibu dawn il-vetturi kienet waħda diżastruża.", "Uħud minn dawn l-inġenji tat- tifi tan-nar kienu ilhom jintużaw minn madwar 30 sena ilu.", "Ir-rapport magħmul mill-esperti Taljani hu xhieda ta' din is-sitwazzjoni.", "Il-parti l- kbira tal-vetturi li kellha għad-dispożizzjoni din it-taqsima kienu jinsabu fi stat ħażin ħafna filwaqt li xi wħud ma kienux jiffunzjonaw.", "Il-gvern ħa ħsieb li jinġiebu malajr kemm jista' jkun dawn il-vetturi ġodda filwaqt li ġew identifikati siti oħrajn mferrxin mal-pajjiż fejn ikunu stazzjonati dawn l-inġenji.", "B'hekk ikun żgurat illi f'każ ta' inċidenti l-għajnuna tkun tista' tingħata fl-anqas ħin possibbli.", "PULIZIJA - PASSI KONTRA ŻEWĠ MEMBRI", "14553.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 14204, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien ir- riżultat tal-passi dixxiplinarji?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ż-żewġ kuntistabbli nvoluti ġew mogħtija piena ta' żamma ta' jumejn mistrieħ kull wieħed.", "PEMBROKE - TRAFFIC IMPACT STATEMENT", "14555.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Traffic Impact Statement ta' Pembroke tlestiex?", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan l-istudju qiegħed jieħu daqshekk fit-tul sabiex jitlesta?", "Jista' l-Ministru jagħti d- data ta' meta hu ppjanat li jitlesta dan l-Impact Assessment?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta tal- mistoqsija parlamentari numru 13329", "PEMBROKE - KORPORAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP", "14556.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tat-twaqqif tal- Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Pembroke?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji privati li esprimew interess jissieħbu f'din il-korporazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11,963; 11,964; 11,965.", "DJAR - OQSMA TAL-GVERN", "14557.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Issa li nħarġu xi permessi għaż-żieda ta' sular addizjonali fuq blokki ta' flats fl-oqsma tad-djar tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet konkreti tfasslu sabiex tiżdied il-provvista ta' parking f'dawk l- oqsma fejn kienu approvati sulari addizjonali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel toħrog il-permess tal-bini għall-proġetti ta' sulari qed tinsisti li tintbagħtilhom pjanta li turi fejn se jiżdied il-parking meħtieġ għar-residenti l-ġodda.", "Fil-fatt ħafna minn dawn saru u ntbagħtu lill-awtorita.", "Il-kriterju li ntuża hu li jiżdied in-numru ta' parkeġġ bl- istess numru ta' units żejda li se jinbnew (jiġifieri spazju ta' karozza għall kull familja, l-istess standard li tuża l-awtorita' għal bini ġdid).", "L-awtorita' qed tinkludi dawn il-pjanti fil-permess u tesiġi li jsir dan ix- xogħol li jinvolvi l-użu ta' spazji moħlija u ċaqlieq fil-landscaping eżistenti.", "BINI - REGOLAMENTI", "14558.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal- Ministeru rigward il-ħtieġa ta' aġġornament fuq ir-regolamenti tal-bini?", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol twettaq minn Ottubru 1996 sal-lum fuq l- aġġornament ta' dawn ir-regolamenti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li meta t-tfassil ta' dawn ir-regolamenti kien tlesta kollu, għadda biżżejjed żmien sabiex jibda l-proċess ta' diskussjoni fuqhom sabiex jidħlu fis-seħħ kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Ministeru jħoss li għandu jsir aġġornament fir- regolamenti tal-bini u qiegħed jipprepara biex dawn ir-regolamenti ġodda jidħlu fis-seħħ fi ftit żmien ieħor.", "Minn Ottubru tal-1996 'l hawn, saru diversi overviews minn entitajiet u esperti barranin u lokali fejn saru l-emendi neċessarji.", "Sar ukoll xogħol amministrattiv biex titwaqqaf sezzjoni fid-Dipartiment ta' l-Industrija tal- Bini li tkun responsabbli mit-tmexxija u l-infurzar ta' dawn ir- regolamenti.", "Il-proċess ta' diskussjoni fuq dawn ir-regolamenti diġa' nbeda, tant, li fl- aħħar gimgħat, il-Kunsill Konsultattiv ta' l-industrija tal-Bini (BICC) waqqaf working group kompost minn membri ta' kull organiżżazzjoni professjonali, għaqdiet li jirrapreżentaw nies b'interess fl-industrija tal- bini w entitajiet governattivi.", "Dawn iddiskutew dawn ir-regolamenti u għamlu suġġerimenti siewja.", "Il-konklużżjonijiet ta' dan il-working group kienu ppreżentati f'Forum pubbliku organizzat riċentiment.", "Hu ppjanat li jsiru aktar laqgħat simili rigward dawn ir-regolamenti.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "14559.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet li kien hemm pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel l-14 ta' Awissu, 1997 kienu proċessati xahar xahar sa April 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - DIRETTUR TAL-PROĊEDURI", "14560.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun maħtur direttur tal-proċeduri fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar skond kif tipprovdi il-Liġi ta' l-Ippjanar li kienet emendata f'Lulju tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI - TIBDIL", "14564.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk it-tibdil li mistenni jseħħ fid-Dipartiment għall-Avjazzjoni Ċivili hux b'xi mod marbut mal-ħteġijiet tal-Joint Aviation Authority?", "Jekk iva, liema huma l-bidliet li se jseħħu kawża tal-JAA?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li t-tibdil li seħħ reċentament fil-funzjonijiet tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili kien sostanzjalment dak ta' separazzjoni tal-funzjonijiet ta' regolatur minn dawk tal- funzjonijiet operattivi.", "Infakkar li l-eżerċizzju li wassal għal dan it- tibdil qatt ma kien marbut mal-ħteġijiet tal-Joint Aviation Authority.", "Fil- fatt ninsab informat li jeżistu amministrazzjonijiet ta' l-avjazzjoni ċivili f'xi Stati membri tal-JAA u li għandhom kemm funzjonijiet operattivi kif ukoll regolatorji.", "VETTURI LIĊENZJATI", "14565.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi liċenzjati li l-liċenzja tagħhom għalqet fix-xhur Jannar - April 1998 u li ma ġeddewx il-liċenzja tagħhom għas-sena d-dieħla, xahar b'xahar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi li l-liċenzja tagħhom għalqet fix-xhur Jannar - April 1998 u li ma ġewx imġedda għas-sena d-dieħla huwa kif jidher hawn taħt:-", "Jannar 2,087 Frar 2,246 Marzu 2,680 April 3,812 TOTAL 10,825", "Tlabt lid-dipartiment jara kif jista' jiġi kkontrollat aktar il-ħlas tal- liċenzji fi żmien dovuti.", "DIPARTIMENT GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI - SEZZJONIJIET", "14566.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar liema sezzjonijiet tad-Dipartiment għall-Avjazzjoni Ċivili se jiġu trasferiti għall-bini ta' l- MIA?", "Jekk hemm minn dawn is-sezzjonijiet, meta se jseħħ it-transfer għal dan il-bini?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12940.", "Jiena nformat li s-sezzjonijiet tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili li ġew trasferiti lill-MIA baqgħu joperaw mill-istess bini li kienu joperaw minn qabel it-trasferiment tagħha fl-ewwel ta' Mejju 1998.", "It-trasferiment kien jinkludi kemm in-nies kif ukoll dan il-bini.", "DIPARTIMENT GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI - TIBDIL", "14567.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Billi fit-28 ta' Frar, 1998 kien hemm indikazzjoni li se jkun hemm tibdil fid-Dipartiment għall-Avjazzjoni Ċivili, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan it-tibdil hux se jġib miegħu bdil fir- responsabbilta' bid-Direttur għall-Avjazzjoni Ċivili?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili qabel l-ewwel ta' Mejju 1998 kellu responsabbilitajiet regolatorji kif ukoll responsabbilitajiet ta' operazzjonijiet f'materji li għandhom x'jaqsmu mal-avjazzjoni ċivili.", "Wara l-ewwel ta' Mejju id-Direttur ta' l- Avjazzjoni Ċivili baqa' jżomm ir-responsabbilitajiet regolatorji kollha li kellu inklużi responsabbilitajiet regolatorji fuq operazzjonijiet konnessi ma' l-avjazzjoni ċivili li issa waqa' taħt il-MIA.", "MALTA/GĦAWDEX - PASSIĠĠIERI/VETTURI", "14568.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' passiġġieri/vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex fix-xhur Jannar/Frar/Marzu u April 1998?", "Kemm mill-vetturi kienu kummerċjali?", "Kemm kienu privati?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant huwa kif ġej:-", "|1998 |Passigg|Karoz|Karozzi | | |ieri |zi |Kummercj| | | |Priva|ali | | | |ti | | |JANNAR|139973 |32596|1497 | |FRAR |161260 |35922|1635 | |MARZU |195651 |39238|1722 | |APRIL |262188 |50810|2048 |", "DCA - RIŻORSI UMANI", "14569.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-DCA għandux riżorsi, inkluż ir-riżorsi umani, biex permezz tagħhom illum jista' josserva t-talbiet meħtieġa mill-JAA?", "Meta hu mistenni li d-DCA jkun f'qagħda li jkun membru sħiħ tal-JAA?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li t-talbiet tal-JAA biex id- Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili jissieħeb ma' din l-organizzazzjoni kienu prinċipalment ta' żieda fir-riżorsi umani.", "Lejn l-aħħar ta' l-1997 id-dipartiment ħa passi biex jiġu reklutati nies ġodda, xi wħud minn dawn bdew anke jiġu ttrenjati.", "Hu maħsub ukoll li jiġu impjegati aktar nies ta' livell professjonali.", "Jiena nformat ukoll li s-sħubija sħiħa ta' Malta fil-JAA tiddependi minn meta l-JAA tkun tista' tagħmel l-aħħar valutazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-DCA.", "Id-dipartiment mistenna jkun lest għal dan l-eżerċizzju għall- aħħar ta' din is-sena.", "SAĦĦA - PARAMEDIC AIDES", "14596.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatru l-Paramedic Aides il-ġodda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M'għandix x'inżid mar-risposta tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 11606.", "SPIŻERIJI ĠODDA", "14597.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn se joħorġu liċenzji għal spiżeriji ġodda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lil Onor. Membru li qiegħed issir eżerċizju f'dan ir-rigward.", "Fil-preżent m'iniex f'pożizzjoni li nista ngħid meta u fejn se joħorġu liċenzji għall-spiżeriji ġodda.", "SPTAR BOFFA - TRANSFERIMENT", "14598.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex baqa' fis-seħħ it-transfer mill-Isptar Boffa, il-Furjana fejn joqgħod għall- Isptar Monte Carmeli tal-health assistant b'diżabilita' li ismu qed jintbagħat under separate cover?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 12207.", "SPTAR KAREN GRECH - TWELID TA' TRABI", "14599.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi fl-Isptar San Luqa/Karen Grech fl-ewwel erba' xhur ta' l- 1998?", "Kemm minnhom kienu qed jiġu breast fed sakemm ħarġu mill-isptar?", "Qed jiġi rispettat il-code of marketing of breast milk substitutes tal-WHO ta' l-1981?", "Jekk fin-negattiv, jista' jibda jsir dan jew inkella jibda jiġi addottat kodiċi nazzjonali bl-istess skop?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' trabi li twieldu fl-Isptar San Luqa/Karen Grech bejn Jannar u April 1998 hu ta' 1244.", "Minn 876 twelid irrapportati bejn Jannar u Marzu 1998, 54% kienu breast fed biss; 8% oħra kienu breast fed u artificially fed, fil-waqt li 38% kienu artificially fed biss.", "Dwar il-268 tarbija li twieldu f'April 1998, għadha ma ġietx finalizzata l-istatistika ta' dawk li kienu breast fed sakemm ħarġu mill-isptar.", "Il-Code of Marketing of Breast Feeding Substitutes tal-WHO 1981 qiegħda tiġi rispettata.", "KOTTONERA - PROĠETT TAL-MAĊINA", "14600.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir il-proġett tal-Maċina fil-Kottonera?", "Jekk fl-affermattiv, meta u humiex se jiġu mogħtija akkomodazzjoni alternattiva dawk li huma residenti hemm?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'hemm l-ebda pjanijiet fil-preżent fir-rigward tal-proġett imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "MOTOR NEURONE DISEASE - MYOTROPHON", "14601.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14217, peress li d-ditti Cephalon Inc. u Chiron Corporation qed jirreklamaw fl-internet li pazjenti bl-Amyotrophic Lateral Sclerosis, li f'pajjiżna huma anqas minn għaxra fin-numru, jistgħu jipparteċipaw f'trials tal-prodott Myotrophin jekk il-konsulent jikkomunika magħhom, jaqbel il-Ministru li għandu jsir dan id-Dipartiment tan-Neurology fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din hija deċiżjoni klinika u għalhekk hija prerogattiva tal-konsulent wara li dan ikollu rikjesta mingħand pazjent li jkun jixtieq jipparteċipa f'xi clinical trial.", "TARXIEN - TISWIJA TA' TOROQ", "14617.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi prijoritajiet għandu d- Dipartiment tax-Xogħlijiet dwar għoti ta' tarmak u asfalt ta' toroq f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10537 fir rigward tat-toroq f'Ħal Tarxien.", "PROĠETTI TA' RESTAWR", "14618.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti ta' restawr se jibdew fil-ġejjieni qarib f'Malta; u f'Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Minbarra l-proġetti ta' restawr għaddejjin bħalissa, hu maħsub li fil-ġejjieni qarib jinbdew il-proġetti taħt superviżjoni tar-Restoration Unit, BED.", "a) f'Malta", "- Auberge de Baviere - Auberge d'Italie (tindif faċċata) - Robert Sammut Hall (Floriana) - Żabbar Gate (Birgu) - Bighi Complex, Unit 8 (Kalkara) - Monte di Pieta' (Valletta) - 15, Pjazza E.S. Tonna (Floriana) Kunsill Lokali Floriana - Arbitration Centre (Valletta) - Paper Restoration Laboratory (Valletta) - Restawr tal-volti tar-resevoir fi Pjazza 8 ta' Settembru (Valletta)", "b) f'Għawdex", "- It-Torri ta' Mġarr ix-Xini - Kappella ta' Santa Ċeċilja (Għajnsielem) - Banca Giuratale (Rabat)", "IMPJIEGI - REDUNDANCY", "14619.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies minn Għawdex tilfu x-xogħol minħabba redundancy matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies Għawdxin li tilfu xogħolhom minħabba redundancy matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, kien kif ġej:", "Jannar 21 Frar 8 Marzu 11", "MARSAXLOKK - ĊENTRU TA' L-ENERĠIJA SOLARI", "14626.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fiċ-ċentru ta' Marsaxlokk rigward l- enerġija solari?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iċ-Ċentru ta' l-Enerġija Solari f'Marsaxlokk fil- preżent hu mmexxi mill-Institute for Energy Technology ta' l-Universita' ta' Malta.", "Għalhekk, nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- Ministru kkonċernat.", "ELECTRICITY DIVISION - MANUTENZJONI", "14627.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq maintenance fl-Electricty Division bejn l-1987 u l-1997, sena b'sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ENEMALTA - SERQ TA' DAWL", "14628.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu u kemm instabu ħatja ta' reati ta' serq ta' dawl jew tbagħbis fil-meter tad-dawl matul l-1996 u l-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta ressqet 85 każ fl-1996 u 86 każ fl-1997.", "Fl-istess snin - 1996 u 1997 - il-Qorti ddeċidiet 71 u 48 każ rispettivament li kienu jirriferu għas-snin preċedenti.", "Minn dawn il-każi 66 persuna instabet ħatja fl-1996 u 41 oħra fl-1997.", "POWER STATION - MARSA", "14629.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jindaga xi ħsara qed issir lit-tfal u għalliema ta' l- iskola viċin il-Power Station tal-Marsa u x'rimedji qed tieħu l- Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-1 ta' Frar, 1998 kien irrapportat li student fl- iskola tal-Marsa ntbagħat id-dar minħabba attakk ta' l-asthma li allegatament ġie attivat minn gass li ħareġ miċ-ċmieni.", "Wara dan l- inċident, l-istudenti l-oħrajn għamlu protesta.", "Protesta oħra saret mill- għalliema.", "Waqt li jiena konxju ta' din il-problema li taffettwa nies li huma sensittivi, din ma tistax tissolva ħlief li titneħħa l-power station jew isiru tibdiliet kbar fiha.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - PROMOZZJONIJIET", "14630.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għal għoti ta' promozzjonijiet li riċentement ingħataw il-ħatra fil-Ministeru tas-Saħħa, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kien hemm spiżjar wieħed biss li ħa l-appointment?", "Skond il-mistoqsija parlamentari numru 10986 imwieġba minnek fl-4 ta' Marzu, 1998, dan kien l-uniku complement approvat mill-MPO?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-pożizzjoni ta' Casual Pharmacists relatati mal-ħtieġa ta' pharmacists li jenħtieġu fl-isptarijiet u kliniċi fis-servizz tas-saħħa pubbliku?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' Spiżjara li jieħdu l-appointment ikunu skond il-compliment approvat mill-MPO.", "Il-Casual Pharmacists fl-isptarijiet u kliniċi fis-servizz tas-saħħa pubblika jingħataw l-appointment kif ikun hemm postijiet battala skond il- compliment approvat mill-MPO.", "PA - REF.", "ECF1396/96/ENMU/NENF", "14631.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14391 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe,' tista' tieħu passi biex tittieħed azzjoni immedjata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fi Triq il-Mitħna, iż-Żurrieq bir- riferenza ECF1396/96/ENMU/NENF peress li f'dan il-lokal ingħalaq sqaq pubbliku u saret scrapyard mingħajr permess, għad-detriment tar-residenti ta' l-inħawi u minkejja li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irriferiet il-każ għad-Direct Action baqa' ma sar xejn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "14632.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali fiż-Żurrieq mir-residenti ta' l-istess lokal?", "Id- Dipartiment tad-Djar kemm għandu f'idejh postijiet li jistgħu jiġu allokati?", "Xi prospetti hemm li jinbnew aktar flats fiż-Żurrieq minbarra s- sulari żejda pproġettati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi hemm 20 applikazzjoni għal akkomodazzjoni minn residenti fiż-Żurrieq li jixtiequ jibqgħu joqogħdu ż- Żurrieq.", "Id-Dipartiment m'għandu l-ebda post vojt f'idejh f'dan il-lokal.", "Hemm prospetti tajbin illi f'dan il-lokal jinbnew numru ta' postijiet oħra minbarra dawk proġettati fis-sulari żejda.", "GĦAWDEX - BANKINI", "14633.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru bankini fir-Rabat, Għawdex matul l-1997 u sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena?", "Kemm inħela materjal għalihom, f'liema toroq saru dawn il-bankini, jeżistix xi kwalita' ta' stock control?", "Kemm swew dawn il-bankini?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti wkoll breakdown ta kemm saru bankini u f'liema toroq?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Risposta tinghata f'xi seduta ohra.", "PULIZIJA - SNIETER MAQBUDA", "14634.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Fir- rigward ta' snieter maqbuda fejn il-kawża tinqata' li l-arma tiġi konfiskata, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra proċeduri fejn is-sid ikollu dritt li jixtri lura l-arma mingħajr kontestazzjoni fejn il-prezz jiġi ffissat minn espert ballistiku?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien qed ningħata parir li s-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant m`għandux jiġi kkonsidrat favorevolment.", "Il-fatt li persuna taf li l-arma użata fit-twettiq ta` reat hi soġġetta għall-konfiska għandu jibqa' bħala parti mid-deterrent għat-twettiq ta` dak ir-reat, u mgħandix tingħata l-opportunita' li terġa' takkwista b`xi mod dik l-arma.", "BIDNIJA - INDOOR RANGE TA' L-ISPARAR", "14635.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ħareġ il-permess ta' l- Indoor Range ta' l-isparar tal-Bidnija; inħatarx it-Target Shooting Board; kif ġew magħżula l-membri ta' dan il-bord; hemmx statut eżistenti u jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi l- Onor. Interpellant għall-Ministru kkonċernat.", "It-Target Shooting Board ġie maħtur u jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Federazzjoni ta' l-isparar, tal-pulizija, tal-forzi armati u għaqdiet oħra interessati fl-isport ta' l- isparar.", "Il-Bord m'għandux statut iżda jaġixxi skond il-ħtiġijiet ta' l-isport ikkonċernat.", "SNIETER/AIR GUNS", "14636.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2613 rigward applikazzjoni għal xiri ta' snieter u air guns, jista' l-Prim Ministru jgħid kif inhuma maqsumin il-505 pendenti, kif inhi fil-preżent is-sitwazzjoni ta' l- applikazzjonijiet, il-breakdown għal xiri ta' snieter kif inhi, kemm hemm persuni liċenzjati biex iġorru snieter, x'tip ta' snieter għandhom u kemm hemm persuni liċenzjati biex ikollhom air guns?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll kemm minn dawk li għandhom snieter għandhom ukoll air gun?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra", "WTO - COURSES IN TOURISM & HOTEL MANAGEMENT", "14637.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Billi bl-istess definizzjoni tagħha ċirkolari għandha tiġi ċċirkolata, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinvestiga għaliex it-talba għal applikazzjonijiet għal boroż ta' studju għal Courses in Tourism & Hotel Management offerti mill-World Tourism Organization ma ġietx iċċirkolata ma' l-istaff ta' l-ITS kollu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-borża ta' studju li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant ma kenitx offruta mill-Gvern Malti, dehret fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-press lokali iżda mhux permezz ta' ċirkolari.", "Madankollu, kopja ta' dan l-avviż twaħħal fuq in-notice board ta' l-Istitut ta' l- Istudji Turistiċi bl-iskop li jinġieb għall-konjizzjoni ta' dawk li setgħu jkunu nteressati japplikaw.", "ANZJANI - GĦAJNUNA FID-DAR", "14638.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li hu t-tul ta' żmien li jgħaddi mill-applikazzjoni biex anzjan ikollu l-għajnuna fid-dar minn CSA għad-data attwali li dan is-servizz jibda jingħata?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mid-data ta' l-applikazzjoni sakemm jingħata s- servizz tal-home help iridu jgħaddu diversi ġimgħat sakemm il-proċeduri kollha jiġu esegwiti.", "Dawn il-proċeduri jinkludu li ssir żjara fid-dar ta' l-anzjan/a mis-supervisor, jinkiteb rapport, il-każ jitressaq quddiem bord u finalment jiġi allokat is-servizz.", "Dan kollu jiddependi wkoll mill-availability ta' assistenti soċjali każwali li fil-preżent jinsabu kollha okkupati.", "ITS - STABBILIMENT THE PALMS", "14639.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Billi l-Palms ta' l-ITS m'għandu jkun xejn anqas minn stabbilimenti ta' ikel oħra, anzi għandu jkun ta' eżempju, jista' l-Bord ta' Tmexxija f'dan l-Istitut jinvestiga ilmenti ta' servizz ħażin, dewmien fis-servizz, atteġament ħażin u kwalita' ta' ikel fqira li saru regolarment f'dan il-lokal?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa żbaljat meta jqis il- Palms Restaurant fl-ITS bħala stabbiliment ta' l-ikel peress li l-Palms huwa training laboratory li jipprovdi lill-istudenti l-iżjed kors bażiku fil-catering.", "Għall-ewwel darba studenti li jattendu dan il-kors qed joqogħdu għall-eżami.", "Għadu kemm sar investiment billi tjiebu l-faċilitajiet billi tkabbret il- kċina, u nxtraw pizza counter kif ukoll imwejjed u bankijiet ġodda.", "Jirriżulta wkoll li sar titjib sostanzjali fuq is-servizz li kien jingħata fis-snin ta' qabel.", "Saru diskussjonijiet mal-Kunsill ta' l-Istudenti u dawn fehemu li l- istudenti tal-Palms huma studenti bħalhom u jagħmlu żbalji bħalma jagħmlu studenti f'korsijiet bażiċi oħra.", "Infatti l-Kunsill qiegħed jagħti appoġġ sħiħ sabiex ikompli jitjieb l-ambjent f'dan il-lokal.", "NTOM - TOUR OPERATOR SUPPORT", "14640.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid x'politika qed issegwi l-NTOM fil- qasam ta' Tour Operator Support?", "Apparti milli jsemmi l-irjus u jsemmi n- nefqa taħt kull ras u għal kull suq, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa bl-isem, l-ammont, l-iskop u x-xorta ta' Tour Operator li ngħata fl-1997 kif ukoll fl-ewwel erba' xhur ta' l-1998?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Huwa fatt magħruf li matul l-aħħar sena l-lira sterlina għoliet fil-valur meta mqabbla ma' muniti oħra Ewropej.", "Barra minn hekk trid tingħata konsiderazzjoni għall-imġieba ta' valuti tal- pajjiżi kompetituri, bħal Spanja, it-Turkija, il-Greċja u t-Tuniżija u fl- istess waqt wieħed iżomm f'moħħu li dawn il-pajjiżi bejniethom jospitaw aktar minn disa' miljun turist Ingliż.", "Tajjeb, li wieħed jinnota, li l-muniti ta'dawn il-pajjiżi naqsu sostanzjalment fil-valur tagħhom fil-konfront tal-lira sterlina matul l- aħħar 18-il xahar, filwaqt li l-lira Maltija baqgħet f'saħħitha.", "Għaldaqstant, it-tisħiħ ta' l-isterlina kien aktar qawwi fil-konfront tal- muniti aktar dgħajjfa tal-pajjiżi kompetituri tagħna, bil-konsegwenza li l- prezzijiet tal-btala f'dawn id-destinazzjonijiet sar aktar kompetittiv.", "Għaldaqstant, l-awtoritajiet turistiċi Maltin, sabiex jirribattu dawn l- iżviluppi offrew firxa ta' inċentivi fiskali lill-operaturi turistiċi Ingliżi.", "Barra minn dan, flimkien ma' l-Air Malta bdew jaħdmu fuq inizjattivi promozzjonali ma' Tour Operators ewlenin.", "Riżultat ta' dan kollu huwa rifless fiż-żieda ta' 5% mis-Suq Ingliż fuq l- 1997.", "Hemm il-ħsieb li jittieħdu inizjattivi oħrajn lejn l-aħħar tas-Sajf 1998 sabiex jiżdied in-negozju fix-Xitwa 1998/9.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta' natura kummerċjali u konfidenzjali.", "SISTEMA TAT-TOSS - TIBDIL", "14641.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14382, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' l-irfinar fit-tħaddim fis-sistema li semma fir-risposta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma għandi xejn aktar xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14382.", "DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI", "14642.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-ftehim li kellu jsir dwar it-tmexxija ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mal-kumpannija ntlaħaqx?", "Jekk fl-affermattiv, ġie ffirmat u f'dan il-każ, jista' l- Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-GĦADAM", "14643.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol komplut li sar fi Triq il-Għadam, fiż-Żejtun mid-Dipartiment tad-Drenaġġ?", "Kemm residenzi bbenefikaw minn dan ix-xogħol?", "Kif ingħatat u minn min prijorita' lil dan ix-xogħol f'din it-triq u ma sarx ukoll xogħol ieħor f'postijiet oħra fiż-Żejtun fejn ilu snin jiġi mitlub dan ix-xogħol u huwa urġenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fix-xogħol li sar ġewwa Bir id-Deheb u Triq il- Għadam, Żejtun irriżultaw diffikultajiet tekniċi li minħabba fihom kellha titwal ir-rotta u ssir devjazzjoni.", "Barra minn hekk ix-xogħol kien jinvolvi tħaffir fil-fond ħafna li naturalment kompla jżid fl-ispiża li qorbot l-Lm10,000.", "Bix-xogħol li sar qed jinqdew 'il fuq minn 25 household.", "Qiegħed isir kull sforz biex xogħol ieħor li hemm bżonn isir kemm jista' jkun malajr.", "KORDIN - DAWL", "14644.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12734 magħmula minni u għar-risposta mogħtija mill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija fejn qal li d-dawl fl-Industrial Estate ta' Kordin kellu jibda jinxtegħel f'April, jista' l-Ministru jispjegalna għaliex sal-lum dan għadu ma seħħx?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-Korporazzjoni Maltija għal Żvilupp fil-fatt lanqas biss għadha applikat biex isir dan id-dawl?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, l-Industrial Estate ta` Kordin qiegħed jiġi upgraded ghal livell għoli.", "Saru xogħlijiet ta` toroq, bankini, landscaping u sigurta`.", "Sal-lum id-dawl fil-qasam pubbliku għadu ma nxtegħelx għaliex inqagħlu xi problemi mal-kuntrattur involut, fosthom li ċertu apparat dam ma wasal Malta u li xi cables li kellhom jintużaw biex jingħalaq is-circuit tad-dawl insterqu mingħand il- kuntrattur.", "Madankollu, il-Korporazzjoni Maltija għal Żvilupp għamlet arranġamenti sabiex ix-xogħol preparatorju li fadal, jiġifieri li jingħalaq is-circuit tad-dawl jitkompla u jitlesta dan ix-xahar.", "L-applikazzjoni biex il-Korporazzjoni Enemalta tissuplixxi d-dawl tista` ssir biss malli x-xogħol hawn fuq imsemmi jitlesta.", "KUNSILLI LOKALI - SINDKI", "14645.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Peress illi s-sindku huwa meqjus bħala uffiċjal part-time bil-liġi tal- kunsilli lokali, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-allowance li jingħataw is-sindki qed tiġi ntaxxata bl-20% minflok bil-15% kif jiġi ntaxxat xogħol part-time?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Peress li t-taxxa fuq l-allowance tas-Sindku tinħadem fuq il-liġi tat-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax Act), nitlob lill- Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "AVVIŻ LEGALI 86", "14646.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex bl-avviż legali numru 86 ta' l-1998 il- kelma \"Mejju\" li tidher fl-Avviż Legali numru 153 ta' l-1994 ġiet sostitwita bil-kelma \"Settembru\"?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-emenda bl- Avviz Legali numru 86 ta' l-1998 saret wara rizoluzzjoni li għaddiet unanimament mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li l-għan tagħha kien li l-elezzjonijiet għall-ħatra ta' l-imsemmija Assoċjazzjoni ma jaħbtux fl- istess żmien li jkunu jridu jsiru n-nominazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kungress tal-C.L.R.A.E. (Congress of Local and Regional Authorities of Europe) li ġeneralment isiru bejn Mejju u Ġunju ta' kull sena.", "NAZZJONIJIET UNITI - DELEGATI MALTIN", "14647.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: a) min kienu d-delegati ta' Malta għall-42nd Session of the Commission on the Status of Women tan-Nazzjonijiet Uniti li saret fi New York bejn it-2 u t-13 ta' Marzu 1998; b) jgħid x'inhi l-funzjoni tagħhom u jekk dawn humiex mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa; u c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskorsi li saru f'isem Malta f'din l- okkażjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MTARFA - BINJA BUQANA - LIFTIJIET", "14648.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Block A, Binja Buqana, fl- Imtarfa iż-żewġ liftijiet li hemm ma jaħdmux u ilhom hekk diversi ġimgħat, peress li wħud mir-residenti jridu jitilgħu sitt sulari bit-taraġ u jiena mgħarraf li fost ir-residenti hemm ukoll nisa tqal?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Miż-żewġ lifts li hemm stallati fi Blokk A Binja Buqana:-", "1.", "Lift numru 1 għandu transformer maħruq u ġie ordnat ieħor maħdum speċjalment mill-manufatturi ta' dan il-lift.", "Dan it-transformer mistenni jasal f'qasir żmien.", "2.", "Lift numru 2:- Ir-residenti nkarigaw engineer biex jagħmel rapport fuq il-lift.", "Ġie rakkomandat li dan il-lift jitwaqqaf sakemm isiru xi tiswijiet meħtieġa.", "Għalkemm dawn tlestew, ir-residenti ma jixtiequx li l-lift jitħaddem sakemm igibu l-engineer tagħhom biex jiċċertifikah.", "Ta' min isemmi li kien hemm okkazjonijiet fejn ir-residenti stess inqabdu jtellgħu oġġetti tqal u materjali ta' bini permezz tal-lift u anke jzommu l- bieb miftuħ għall-perjodu ta' ħin.", "B'dan il-mod il-lift ikun maltrattat u jkunu kkaġunati ħsarat li għalihom huma responsabbli r-residenti stess.", "Għaldaqstant nieħu l-opportunita' li nagħmel appell biex kull min juża l- lifts jużahom bil-galbu għalih innifsu u għall-għajru.", "ĦAMRUN - PJAZZA KAPPILLAN MUSCAT", "14649.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11707 fis-Seduta 179 intqal li: \"It-tenders għall- proġett ta' Pjazza Kappillan Muscat issa tlestew u s-sejħa għall-offerti se tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid jekk: a) is-sejħa għall-offerti ħarġitx; b) jekk ħarġet u għalaq iż-żmien ta' l-offerti saritx aġġudikazzjoni ta' dawn l-offerti; u c) jekk sar hekk, jista' l- Ministru jgħid meta x-xogħol fuq din il-pjazza se jibda u kemm se jieħu żmien biex jitlesta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien informat li s-sejħa għall-offerti għadha ma ħarġitx.", "ENEMALTA", "14650.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus il-Korporazzjoni Enemalta minn bejgħ fis-Sezzjoni tal-gass; u 2) fil-Petroleum Divison mill-1/1/98 sal- lum?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - ĦLAS LILL-ĦADDIEMA", "14651.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14527 li oriġinarjament kienet indirizzata lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid meta se jsir il-ħlas dovut lill-ħaddiema (Security Officers fi ħdan il-PWD) li wettqu sahra bejn Awissu u Ottubru 1997 fil-ġnien taċ-Ċiniżi f'Sta.", "Luċija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi d-dipartiment ma ġiex ivvotat flus għal dan il-għan, il-ħlas isir hekk kif jiġu vvotati l-flus.", "DIRGĦAJN IL-MALTIN - EX-IMPJEGATI", "14652.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'differenza tgħaddi minn grupp ta' nies li kienu jaħdmu fid-Dirgħajn il-Maltin li nofshom ġew intitolati għal commuted pension and gratuity u n-nofs l-ieħor, madwar 14,000 familja, ma kienux intitolati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi s-servizz fid-Dirgħajn il-Maltin ma kienx meqjus bħala servizz mal-Gvern għall-fini ta' l-Ordinanza tal-Pensjonijiet, dawk il-membri biss li laħqu appointment regolari mal-Gvern qabel il-15 ta' Jannar, 1979 saru eliġibbli għall-commuted pension u gratuity.", "MISCO - ĦLAS", "14653.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14266, jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ħlas li ħadet il-kumpannija MISCO?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-ħlas li ħadet il-kumpanija kien ta' Lm12,800.", "UNIVERSITA' - SKRIVANI", "14654.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14244, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-iskrivani ġewwa l-Universita' ta' Malta u taħt liema sejħa għall-applikazzjoni daħlet kull waħda minnhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "OPM - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14655.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14656.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14657.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAL-FINANZI - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14658.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Kumpanniji jew partnerships ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 fid-dikasteru tiegħi kienu 17.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14659.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar.", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14660.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l- kumpanniji jew partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRIQ HECTOR DALLI/SERAFIN XUEREB", "14670.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru għar-riferenza li għamilli għall-mistoqsija parlamentari numru W1,119 li jien kont rajt, peress li t-tweġiba li kien ta għal dik l-interpellanza iġġib id-data tad- 19.1.98, jista' l-Ministru jara li, issa erba' xhur wara, is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14393 nixtieq ngħid li huwa mistenni li jinstab rimedju, bil-koperazzjoni ta' kulħadd, għal din is-sitwazzjoni.", "WSC - MAINS TA' L-ILMA", "14672.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- Water Services Corporation m'għamlitx mains ta' l-ilma permanenti fi Triq Maria Farrugia (N/S in St. Mary Street) f'Bubaqra, Żurrieq u dan in vista tal-fatt li: (i) ir-residenti ta' din it-triq kienu mwiegħda li se jsirilhom main permanenti meta x-xogħol isir f'St. Mary Street, u issa dan ix-xogħol sar; u (ii) li dawn ir-residenti għadhom jinqdew b'kanna dejqa u li saret b'mod temporanju b'distanza ta' 60 metru?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li fiż-Żurrieq hemm ħafna xogħol ta' tqegħid ta' mains xi jsir dawn inqassmu f'fażijiet.", "L-ewwel xogħol li kellu jsir huwa fuq dawk il-mains li huma l-akbar kawża ta' problemi ta' ħsarat u ta' provvista ta' l-ilma ristretta lin-nies.", "Għal din ir-raġuni sar ix-xogħol fi Triq Santa Marija u l-main permanenti fi Triq Maria Farrugia se jsir aktar tard jew kmieni s-sena d-dieħla.", "OPM - PARENTAL LEAVE", "14673.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14210 u ċioe' jgħid kemm kienu dawk il-ġenituri li applikaw u ngħataw il-Parental Leave minn mindu daħlet fis-seħħ f'April 1996?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel u minn liema dipartimenti jew ministeri kienu ġejjin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Wara li fis-Seduta Nru. 212 kont tajt tweġiba temporanja għall-mistoqsija parlamentari numru 14210 ta' l-Onor Membru, aktar kmieni f'din is-Seduta poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub fil-mistoqsijiet parlamentari numri 14210 u 14673.", "KALKARA - ĊENTRU TA' ĦARSIEN IT-TFAL", "14674.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 14211 u 14509 u r- risposta li ta l-Ministru, jista' l-Ministru jispeċifika aktar kif se jinħadem is-sussidju għal dawk li se jagħmlu użu taċ-Ċentru għall-Ħarsien it-Tfal fil-Kalkara?", "Jista' l-Ministru jgħid fuq liema dħul se jingħata s- sussidju ta' Lm8 għal wild wieħed u s-segwenti rati ta' sussidju sa l-inqas sussidju ta' Lm1.50?", "Jista' l-Ministru jinkorpora wkoll f'każ ta' żewġ ulied?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Is-sussidju għal dawk il-ġenituri li japplikaw biex jagħmlu użu miċ-Ċentru ta' Ħarsien it-Tfal se jkun ibbażat fuq l-istess test tal-mezzi li jintuża għall-allowance tat-tfal u jinħadem permezz ta' persentaġġi, kif spjegat aktar il-quddiem, fuq id-differenza ta' bejn Lm5,500 (l-ogħla dħul li fuqu jingħata s-sussidju meta mal-Lm5,000 dħul tal- familja tgħodd il-bonus u l-income supplement) u dħul dikjarat għal skop ta' l-allowance tat-tfal.", "Fejn id-dħul ikun anqas minn Lm2,692, l-ammont ta' sussidju jinħadem daqs li kieku d-dħul kien ta' Lm 2,692.", "Minn Lm4,880 il-fuq, is-sussidju se jibqa' b'rata fissa ta' Lm2 f'każ ta' wild waħda/wieħed u ta' Lm4.40ċ f'każ ta' żewġ ulied.", "Il-persentaġġi huma: 16.7% għal familja b'wild waħda/wieħed tattendi/jattendi ċ-Ċentru", "37% għal familja b'żewġ ulied jattendu ċ-Ċentru.", "ŻURRIEQ - TRIQ BUBAQRA - \"IL-ĠIBJUN\"", "14675.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14216 u ċioe' b'riferenza għat- talba li kien għamel il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq biex zona magħrufa bħala Il-Ġibjum, fi Triq Bubaqra, fiż-Żurrieq tkun mibdula bħala public open space f'zona residenzjali fejn m'hemmx żvog ieħor għar-residenti?", "Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid għaliex: (a) il-Lands fl-20 ta' Novembru, 1995 kien qal li ma jsibx oġġezzjoni li din l-area tkun imsebbħa sakemm ma jintmessux is-siġar u l-ġibjun li hemm f'din l-area (Dok.", "A); u (b) issa inbidel kompletament il-ħsieb oriġinali u se jitqaċċtu s-siġar biex jagħmel spazju għal terraced houses skond ittra mibgħuta lill-Kunsill Lokali taż- Żurrieq fil-21 ta' Jannar, 1997 mill-Planning Authority (Dok.", "B)?", "Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li f'zona residenzjali fejn m'hemmx public open space, u fejn area indikata m'hijiex ta' daqs kbir din għandha tkun żviluppata bħala public open space għall-benefiċċju tar-residenti?", "Dokument A, B u mappa diġa' ntbagħtu separatament.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻURRIEQ - BEBBUX 1 - XOGĦLIJIET", "14676.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14512 u ċioe' b'riferenza għar-risposta tal- mistoqsijiet parlamentari numri 14205 u 14214, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fil-każ tal-culvert f'Tal-Bebbux 1 fiż-Żurrieq?", "X'sar minnhom it-tenders li kienu nħarġu fis-sajf ta' l-1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol biex jinġabar l-ilma tax-xita li jaqa' fl-inħawi tal-Bebbux, Żurrieq, se jsir kif ippjanat.", "SAĦĦA - POST TA' CONSULTANT PHYSICIAN", "14680.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-mili ta' post ta' consultant physician fid-Dipartiment tas-Saħħa f'Għawdex li kien avżat fil- Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' Mejju, 1997?", "Fiex waslu l-proċeduri biex il- post jimtela'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kien hemm erbgħa applikazzjonijiet ghall-mili tal- post ta' Consultant Physician fl-Isptar Generali ta' Ghawdex kif avzat fil- Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' Mejju 1997.", "Il-kandidat gie magħżul u mistenni jibda x-xoghol fl-20 ta' Ġunju 1998.", "CIVIL AVIATION DIVISION - DIRETTUR", "14682.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-talba għal post ta' direttur fis-Civil Aviation Division li se jkollu responsabbilta' lejn il-finanzi u l- amministrazzjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili, jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal din il-vacancy?", "Għaliex ladarba d-dipartiment kellu 500 persuna kien jitmexxa minn director general u director operations, issa li d-dipartiment ġie ridott għal wieħed regolatorju bi staff inqas ta' 50 persuna, se jiżdiedlu direttur ġdid biex issa se jkollu tliet diretturi?", "Fid-dawl ta' dan, din il-vacancy hija ġustifikata?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li billi l-applikanti għall-post ta' Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni) fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili kellhom jibgħatu l-applikazzjonijiet tagħhom lis-Segretarju Permanenti ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, d-Dipartiment mhux qiegħed f'pożizzjoni li jwieġeb għad-domanda ta' kemm kien hemm applikanti.", "Jiena nformat ukoll li l-ħtieġa ta' dan il-post ta' Direttur mhux marbuta man-numru ta' nies li jimpjega d-dipartiment iżda man-natura tax-xogħol li jrid isir.", "SKEJJEL - SKOLA TA' L-ART AND DESIGN", "14683.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Iskola ta' l-Art and Design, id-diploma tal-kors ta' l-Industrial Design, li jieħu erba' snin, tintbagħat bil-posta u l-prize day ma ssirx?", "Jista' l-Ministru jieħu passi biex l-istudenti li ħadmu għal dawn l-aħħar erbgħa snin tingħatalhom id- diploma fi prize day?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Art and Design Centre kien ippjana l- organizzazzjoni ta' jum il-gradwazzjoni u esibizzjoni għall-5 ta' Marzu 1998.", "Dawn l-attivitajiet kellhom jiġu posposti wara li d-Diviżjoni ħarġet ċirkolari fuq parir tad-Dipartiment tas-Saħħa, biex ma jsirux attivitajiet fil-magħluq sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' mard li jittieħed min-nifs.", "Din iċ-ċerimonja kellha tiġi posposta għal darba oħra wara li ċ-ċirkolari tat-13 ta' Marzu 1998 maħruġa mid-Diviżjoni fakkret li l-istruzzjonijiet dwar l-attivitajiet fil-magħluq kienu għandhom iseħħu.", "L-iskola qiegħda tfittex post u żmien addattat biex din iċ-ċerimonja tista' issir.", "KUNSILLI LOKALI - EXTRA FUNDS", "14684.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni mogħtija lilu mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali rigward kemm ġew mogħtija extra funds lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa fejn sar il-proġett mill-Buġibba Action Committee?", "Skond l-istqarrija maħruġa fit-12 ta' Mejju, jista' l-Ministru jgħid għal- liema raġuni l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar m'huwiex meqjus bħala a professional resort management?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Ministeru m'għandu l-ebda informazzjoni li tindika li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ingħatawlu fondi extra għall-manutenzjoni fejn sar il-proġett ta' Buġibba.", "Iżda l-Ministeru tax- Xogħlijiet Pubbliċi ddedika numru ta' nies għal dawn l-inħawi li qed iwettqu xogħol ta' manutenzjoni kif ikun meħtieġ, liema xogħolijiet qed jitħallsu mill-fond tal-Ministeru tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni.", "Wieħed irid jgħid li fil-parti l-kbira tax-xogħolijiet li saru f'Buġibba, l- ispejjez tal-manutenzjoni għandhom ikunu anqas mis-snin ta'qabel, għaliex ħafna mix-xogħlijiet bħal toroq, bankini, u xogħlijiet oħra saru ġodda u ma jirrikjedux il-manutenzjoni ntensiva li kien jinħtieġ qabel.", "Il-lokalita' ta' Buġibba hija waħda partikolari ħafna, u hija resort ewlieni turistiku li jeħtieġ tmexxija professjonali u speċjalizzata, li tħares l-interessi ta' l-industrija turistika flimkien ma' dawk residenzjali.", "Il-kunsill mhux kompost biex jilħaq dan il-għan kif fil-fatt rajna diversi drabi.", "ILO - UMPIRE", "14685.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal- Ministru tal-Ħarsien Soċjali għall-mistoqsija parlamentari numru 14539 magħmula minni fejn talabni nressaq din il-mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern Malti talab li jinħatar umpire mill-ILO biex jiddeċiedi fuq differenzi bejn il-Gvern ta' Malta u dak tal-Libja dwar materji ta' social security; u jgħid ukoll x'inhuma dawn id-differenzi u jekk inħatar dan l-umpire, jgħid min huwa u x'inhuma l-kwalifiki tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UE - ZONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14686.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall- korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles biss ma' l-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha inti responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Prim Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KUMMISSJONI TAL-MORALITA' FISKALI - RAPPORT", "14700.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ma poġġix fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li ġie mogħti lilu wara li hu stess talab għalih lill-Kummissjoni tal-Moralita' Fiskali dwar l-issue ta' l-invasion of privacy vis-a-vis poteri investigattivi tal-gvern fl-ambitu ta' sistema ta' random sampling prevista mil-liġi tad-Dwana u s-Sisa?", "Jista' issa l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir- rapport li hu stess talab għalih u li ntbagħat lilu fl-20 ta' Awissu, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14516 f'seduta 217.", "TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "14701.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jingħata s-somma ta' madwar Lm450 li għandu jingħata bħala arretrati mill-Inland Revenue Department?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti tagħrif konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Membru jkun awtorizzat mit-taxpayer, nagħti tweġiba lilu privatament.", "PA - ĦADDIEMA", "14702.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Planning Authority, f'liema gradi u xi kwalifiki għandhom?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika wkoll min jagħmel użu minn karozza pprovduta mill-awtorita', b'riferenza għal parti mit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10299?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FORZI ARMATI - MAĠĠUR JOSEPH BRINCAT", "14703.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kirurgu Maġġur Joseph Brincat M.D., iritira mis-servizz tal-Forzi Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta b'seħħ mit-18 ta' Frar, 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Kirurgu Maġġur Joseph Brincat, MD irtira mis- Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta minħabba raġuni ta' saħħa.", "KAĊĊA - SKRATAĊ", "14704.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ġew importati skrataċ għall-kaċċa matul 1996, 1997 u sa l-aħħar t'April ta' din is-sena?", "Kif kien il-breakdown bin-numru taċ- ċomb u minn fejn ġew importati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ARMI TAN-NAR - IMPORTAZZJONI", "14705.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 514, jaf il-Prim Ministru li l-kondizzjoni ta' snieter semi-automatic fir-realta' mhux qed tiġi osservata?", "Jaf li t-terminu slug barrel ma jfisser xejn għaliex snieter normali xorta waħda jistgħu jisperaw slug shots?", "Ma jidhirlux l-Prim Ministru li sabiex persuna tottjeni liċenzja għal ġarr ta' arma tan-nar għandu jkun hemm test aktar riġidu, bħal per eżempju, li jiġi assigurat li wieħed jkun jaf għal xiex jista' jispara?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi jiġu rilaxxati mid-Dwana biss, snieter semi automatic li jkunu mgħammra b'magazine plug insert li jagħmilhom kapaċi li jesgħu żewġ skrataċ fil-magazine u ieħor fiċ-chamber.", "Dawk il-persuni li jinqabdu bi snieter li ma jikkonformawx ma dan, jittellgħu l-Qorti.", "Dwar it-terminu slug barrel, jien infurmat, li dan ifisser kanna li tkun cylinder bored u twila bejn 470mm u 508mm, filwaqt li kanna ta' senter tal-kaċċa ma tkunx iqsar minn 600mm.", "Wieħed dejjem jista' jispara slug shot minn senter tal-kaċċa, pero, kull kaċċatur jaf li jkun qed jagħmel dan b'riskju .", "Barra minn hekk, iż-żamma ta' slug shots hija projbita.", "Ninsab informat ukoll li l-liċenzja għall-kaċċa tingħata wara li l-persuna konċernata tkun għaddiet minn eżami sabiex ikun magħruf, fost l-oħrajn, kemm taf tagħraf l-għasafar u xi jgħidu r-regolamenti għall-ħarsien tal- fawna.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA GĦAWDXIN", "14710.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14528 u jgħid jekk inżammitx l-allowance lill-għalliema Għawdxin tal-mid-day supervision u ta' oħrajn li jgħallmu f'evening classes fl-iskejjel tal-Gvern f'Għawdex, kif ukoll lil min jagħmel watching duties fl-istess Dipartiment ta' l-Edukazzjoni dejjem f'Għawdex?", "Jekk fl- affermattiv, x'kienet ir-raġuni li dawk konċernati naqsu li jitħallsu?", "Kemm kien in-numru ta' dawk li nltaqtu f'kull kategorija?", "Dawn il-miżuri tteħdu biss f'Għawdex u x'passi ħa l-Ministru biex jinstab rimedju bla dewmien?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "GĦAWDEX - ETC", "14711.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14530 u għat-tweġiba mogħtija, jista' l-Ministru jwieġeb ukoll għall-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari, u ċioe' jgħid meta l-ETC fetħet għall-ewwel darba l-bibien tagħha f'Għawdex u jwieġeb għall-aħħar parti billi jgħid fiex jikkonsistu r- riżultati konkreti għall-ġid ta' Għawdex li nbdew jinkisbu mill-aġġornament organizzattiv?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tweġiba mitluba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - WIED TA' MARSALFORN - XOGĦLIJIET", "14712.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistosija parlamentari numru W912, jista' l-Ministru jgħid minn fejn jirriżulta li kienu qegħdin jitfasslu disinji kif ukoll jitħejjew dokumenti relattivi għall-pubblikazzjoni ta' tender għat-tkomplija ta' xogħlijiet f'Wied ta' Marsalforn mill-car park lejn il- baħar?", "Jista' jgħid fiex wasal dan kollu peress li skond it-tweġiba msemmija dan ix-xogħol kellu jkun lest sas-sajf li ġej?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "14713.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14307, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li appellaw mid-deċiżjoni li jinqatgħu mir-reġistrazzjoni tax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li appellaw mid-deċiżjoni li jinqatgħu mir-reġistrazzjoni tax-xogħol hu hekk:", "JANNAR 1998 - 8 (tmienja) FRAR 1998 - 6 (sitta) MARZU 1998 - 18 (tmintax) APRIL 1998 - 9 (disgħa).", "KUMITAT TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA - LAQGĦAT", "14714.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14309 u mistoqsijiet preċedenti, jista' l-Ministru jgħid meta kienet l- aħħar laqgħa tal-Kumitat tat-Trasport tal-Merkanzija Sa Maison/Mġarr u jekk ir-rapport kienx iffirmat miċ-Chairman u Membri qabel tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "PULIZIJA - PERSUNA REINSTATED", "14725.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li ġie reinstated fil-korp tal-Pulizija wara deċiżjoni tat- Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, qed jieħu salarju ferm inqas minn dawk bħalu fil-korp meta dan kien diġa' intitolat għall-full pay fl-1989?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-persuna li qed issir riferenza għaliha kienet telqet mill-Korp tal-Pulizija f'April 1990, meta kienet fuq salarju massimu ta' skala 44.", "Skond il-Ftehim tar-Riorganizzazzjoni tal-Korp iffirmat fl-1993, b'effett mill-1 ta' Jannar 1991, il-membri tal-Korp li kienu jokkupaw l-istess grad tal-persuna konċernata tqiegħdu fi skala 10.", "Meta din il-persuna reġgħet daħlet fil-Korp f'Marzu ta' din is-sena, bdiet tirċievi salarju fuq skala 10, step 3, jiġifieri Lm4,347 fis-sena.", "Din il- persuna m'għandiex tagħmel paragun tas-salarju tagħha ma' dak ta' oħrajn fl- istess grad għas-sempliċi raġuni li dawn ikunu ħadu aktar increments li ħadmu għalihom.", "GĦARGĦUR - VJAL IR-REPUBBLIKA", "14726.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm biex titneħħa siġra li tinstab quddiem il-garaxx proprjeta' ta' Salvu Spiteri ta' Di D'Amour, fi Vjal ir-Repubblika, fil- Għargħur liema siġra qed tagħmel ħsara fis-sistema tad-dawl tas-sid?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - MOSTA - SULARI ADDIZZJONALI", "14727.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li l-policy attwali fejn hemm propost li jsiru sulari addizzjonali fil-Housing Estate fil-Mosta tiġi riveduta u dan qabel ma jiġu kkonsidrati l-problemi li jiġu kkaġunati lill-istess okkupanti tal-fondi fil-blokki tal-flats ta' dan il-Housing Estate?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nassigura lill-Onor.", "Membru li fi fteħim li jista' jintlaħaq ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjannar fuq il-proposta li jsiru sulari addizzjonali fil-Housing Estate tal-Mosta, l-ewwel ma jiġu kkonsidrati huma d-diffikultajiet li jista' jkollhom l-okkupanti preżenti.", "Dan fil-fatt diġa' sar u qed isir fl-inħawi l-oħra fejn dan il-proġett se jitwettaq.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "14745.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li dan l-aħħar intqal li l-patata tas-sajf qed tiġi esportata f'jumbo bags minflok fi xkejjer, jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża totali ta' ppakkjar kull tunnellata metrika f'każ ta': (i) ippakkjar f'jumbo bags, inkluż ix-xiri tal-jumbo bags; u (ii) ippakkjar fi xkejjer, inkluż l-ispiża ta' l-ixkejjer?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Din is-sena l-jumbo bags ġew ipprovduti b'xejn mill- importatur Olandiż u s-sensala aċċettaw li jimlewhom bl-istess rata ta' l- ixkejjer.", "L-ippakkjar fl-ixkejjer sar mis-sensala bħas-soltu jiġifieri b'30ċ kull xkora.", "L-ixkejjer iqumu 12ċ8 il-waħda.", "WSC - BEJGĦ TA' ILMA", "14746.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fuq bejgħ ta' ilma tax-xorb mill-15 ta' Frar, 1997 sad-29 ta' April, 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ammont li rreġistrat il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma mill-bejgħ ta' ilma tax-xorb mill-15 ta' Frar 1997 sad- 29 ta' April 1997 kien ta' Lml,ll0,510.00.", "ENEMALTA - BEJGĦ TA' ELETTRIKU", "14747.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus il-Korporazzjoni Enemalta minn bejgħ ta' elettriku bejn il-15 ta' Frar, 1997 sad-29 ta' April, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bejn il-15 ta' Frar, 1997 u d-29 ta' April 1997 il- Korporazzjoni Enemalta daħħlet Lm7,321,037 minn bejgħ ta' l-elettriku.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "14748.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-esportazzjoni tal-patata tas-sajf ta' l-istaġun 1998, jista' l- Ministru jgħid sal-lum: (i) kull meta saret kull esportazzjoni; (ii) l- ammont (kg) ta' kull esportazzjoni; u (ii) meta waslet kull esportazzjoni msemmija f'(i) fl-Olanda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f' seduta oħra.", "PATATA - KUNTRATT REBBIEĦ", "14749.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li f'din il-Kamra tal-Parlament ġieli anke ġew ppreżentati Adjudication Reports bid-dettalji kollha ta' kull tenderer fuq diversi tenders, jista' l-Ministru allura jpoġġi kopja tal-kuntratt rebbieħ li permezz tiegħu l-patata ta' l-istaġun tas-sajf tiġi esportata lejn l- Olanda?", "(Re.", "PQ 14378)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirroferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għad- domanda parlamentari numru 14378.", "ENEMALTA - ELECTRICITY DIVISION", "14750.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14375, jista' l-Ministru jgħid: (i) x'kienu r-raġunijiet li l-unaccounted for units ta' l-Electricity Division tal-Korporazzjoni Enemalta telgħu minn 8.2% (għas-sitt xhur li għalqu f'31/03/97) għall-18.77% fis-sitt xhur li għalqu fit-30.09.97; u (ii) jispjega r-raġunijiet għaliex l-istess persentaġġi żdiedu minn 11.74% (sitt xhur li għalqu fit-30/09/96 għal 18.77% (sitt xhur li għalqu fit-30/09/97)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif diġa' għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14375, il-figuri mogħtija kienu għadhom suġġetti għall- verifika.", "Meta jkollna din il-verifika nagħtu tweġiba definita.", "WSC - KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "14762.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma sabiex tinqata' darba għal dejjem l-ansjeta' u l-inċertezza tal- poplu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kontijiet tal-lukandiera ntbgħatu fil-bidu ta' din il-ġimgħa.", "Il-kontijiet tal-konsumaturi domestiċi mistenni li jibdew jintbgħatu għall- ewwel ġimgħa ta' Ġunju.", "KUMPANNIJI PRIVATI/PARASTATALI", "14763.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li xhur ilu l-Viċi Prim Ministru kien ta' x'wieħed jifhem li diversi kumpanniji privati u parastatali kienu se jieħdu lura miljuni ta' liri mil-Libja li kienu ilhom dovuti lilhom żmien twil, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dan sarx?", "U jekk le, jew mhux għal kollox, kemm hu stmat li tammonta din is-somma?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - STUDENTI LI RRIPETEW IL-FORM V", "14764.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li kienu għalqu s-16-il sena li minn jeddhom irripetew il-Form V fis-snin 1995, 1996 u 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' tfal li rripetew il-Form V fis-snin 1995, 1996 u 1997 kien:", "SENA NUMRU TA' TFAL", "1995 36 1996 10 1997 28", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - FILE NO.", "H 14303", "W1,252.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' ipproċessar wasal il-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Intbagħat inspector?", "Jekk iva, x'kien l-eżitu tar-rapport?", "Jekk intbagħat, xi gravita' anqas minn ta' ħaddieħor qed iwassal biex dak li rrakkomanda l-inspector ma jiġix segwit?", "X'inhi r-raġuni li meta din il- persuna ċemplet għal appuntament mad-Direttur xi tliet xhur ilu qalulha li ma jarax nies u l-appuntament ma sarilhiex?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien informat illi spezzjoni tal-fond ta' l-applikant saret fl-14 ta' Novembru 1997 u l- applikazzjoni qed tkun ikkonsidrata wara dak li rrapporta l-inspector.", "Pero' dan irid isir ukoll fid-dawl ta' 25 applikazzjoni oħra mill-istess lokal ta' nies li jgħixu fil-periklu u tan-numru limitat ta' postijiet tajba li jitbattlu.", "Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu nies apposta biex jaraw il-pubbliku u la hemm il-ħtieġa u lanqas hu possibbli li d-direttur jagħti appuntamenti lill-applikanti kollha li għandu d-Dipartiment.", "DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "W1,254.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħidli meta l-persuna, li d- dettalji tagħha qedjintbagħtu separatament, se tkun tista' tagħmel il- kuntratt tax-xiri tal-post fejn preżentement qed tirrisjedi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-persuna ndikata ffirma l-konvenju fuq il-post governattiv tiegħu fl-20 ta' Jannar 1998.", "Fit-22 ta' Jannar 1998 l- Awtorita' tad-Djar kitbet lill-Kummissarju ta' l-Art biex iforniha bil- provenjenza tal-proprjeta' ħalli tkun tista' tiġi ppubblikata l-President's Order fil-Gazzetta tal-Gvern u wara ikun jista' isir il-kuntratt tat- trasferiment.", "Sallum din l-informazzjoni għada ma waslitx.", "VALLETTA: TRIQ SAN KRISTOFRU - FOND NRU.", "127", "W1,259.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal aktar minn ġimgħatejn il-fond Nru. 127, St. Christopher Street, Valletta li hu bini tal-gvern qed ikollu l-partijiet komuni fid-dlam minħabba xogħol li ma sarx minkejja talbiet ġustifikati u ripetuti?", "Meta se jsir ix-xogħol?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: GĦaddejt it-talba lill-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "Jiena informat li t-talba saret biss ftit ġranet ilu u x-xogħol ġie approvat u għandu jsir fil-ġranet li ġejjin.", "HOUSING CONSTRUCTION & MAINTENANCE DEPARTMENT", "W1,281.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm, fil-fatt, hu l-ammont ta' flus (disponibbli) għad-Dipartiment tal-Housing Construction & Maintenance biex tul l-1998 konformament ma' dak li hemm imfisser fl- Estimi 1998, paġna 319, dan id-dipartiment ikun jista' jissaħħaħ f'dak li hu \"embellishment of public areas & the development of recreational facilities in housing estates? 2) Liema huma: 1) il-public areas; 2) recreational facilities; u 3) housing estates li għalihom qed issir referenza? 3) Meta hu ttamat li dan jinbeda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-flus ivvotati għall-iskop ta' żvilupp ta' ġnien pubbliku f'oqsma ta' djar huma vvotati taħt Item Nru 4, Road Formation u għall-1998 hemm ivvotati Lm250,000.", "Fil- programm ta' l-1998 hemm proġettat li jitlestew il-ġonna pubbliċi ta' Sta.", "Luċija (Ħdejn il-Knisja), Haż-Żabbar/Xgħajra (San Pietru) u Ġnien Żgħir f'Bighi, il-Kalkara.", "Sadanittant, inbdew ix-xogħlijiet ġodda fuq żewġ proġetti il-Furjana (Binja Vilhena u Tal-Kappuċċini), Tal-Pieta', Hal- Għaxaq (Hal Dmikki) u l-Gudja (Tax-Xlejli).", "F'dawn il-każijiet it-tenders kollha ngħataw u qed isir iċċekjar mal-Co-Ordination Unit tat-Taqsima tax- Xogħlijiet biex jiġu vverifikati l-pożizzjoni ta' servizzi eżistenti qabel jibdew ix-xogħlijiet tal-ġonna proprja.", "F'żewġ każijiet minnhom, f'Tal- Pieta' u l-Furjana se jinbidlu l-kanen ta' l-ilma eżistenti qabel ix-xogħol ta' pavimentar meħtieġ.", "HOUSING CONSTRUCTION & MAINTENANCE DEPARTMENT", "W1,282.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'bidliet fil-policy eżistenti li nkiteb mill-amministrazzjoni preċedenti huma ttamati li jsiru, jekk se jsiru, f'dik li hija policy li biha qed jimxi d-Dipartiment tal-Housing Construction & Maintenance fejn jidħlu ħsarat f'postijiet tal-gvern u dan konformi ma' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998, paġna 319 (Housing)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lilll-Onor.", "Interpellant li kif spjegajt fid-diskors tal-Budget u kif habbart pubblikament ftit tal-granet ilu, ġiet ippubblikata skema ta' l-Awtorita tad-Djar biex tgħin inkwilini bi dhul baxx jagħmlu tiswijiet mill-bieb il-gewwa f'postijiet tal-Gvern.", "Dawn ix- Xogħlijiet ser jithallsu mill-fondi tad-Dipartiment Bini u tiswija ta Djar izda l-iskema ser tkun amministrata mill-Awtorita ta Djar.", "B'hekk għalkemm il-policy tat-tiswijiet se tibqa' dik li hi, jigifieri li d-Dipartiment jagħmel biss tiswijiet fil-komun u oħrajn ta' natura strutturali fil- postijiet proprja, f'dawk il-kazijiet fejn l-inkwilini m'għandhomx il-mezzi biex jagħmlu certu tiswijiet bhal ta madum, aperturi, ecc, dawn se jkunu jistgħu jibbenifikaw proprju minn din l-iskema l-gdida li semmejt.", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "W1,283.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jispjega, f'miżura ta' dettall u b'mod kronoloġiku b'referenza għal paġna 322 ta' l-Estimi 1998, l-estimate għas- sena kurrenti għall-items: 1) rent 2) transport; 3) travel; 4) training; 5) hospitality, 6) incidental expenses; 6) contractual services; 7) information services; u għal kull każ, jagħti breakdown dwar kif kienu jintnefqu l-flus stmati u kif twasslu għal dawk il-figuri?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-dettalji għall-estimi għas-sena kurrenti għall- items indikati f'paġna 322 ta' l-Estimi 1998 jinsabu f'paġna 324 ta' l- istess Estimi.", "Rigward breakdown ta' kif kienu jintnefqu l-flus stmati, l-istess estimi u l-estimi tas-snin precedenti jagħtu dettalji ta' l-ispiza attwali u dik approvata għas-snin ta qabel.", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "W1,292.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-Vot 50 rikorrenti ta' l-Estimi 1998 (Housing), paġna 322, jista' l-Ministru jagħti breakdown sewwa sew tal-flus kif se jintnefqu taħt dawn l-items, wieħed wieħed u li jaqgħu taħt personal emoluments u ċioe': 1) holders of political office; 2) staff - salaries and wages; 3) bonus; 4) income supplement; 5) social security contributions; 6) allowances; u 7) overtime?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ħlief ghar-remunerazzjoni tal-Ministru (item 11), l-infiq taħt personal emoluments f'Vot Nru. 50 huwa bbażat fuq l-istaff in post fil-15 ta' Settembru 1997 kif joħroġ minn Appendix L, paġna 389, ta' l- Estimi ta' l-1998.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - KERA", "W1,293.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kera f'terminu ta' flus li l-Joint Office daħħal bejn is-snin 1995 - 1998, sena b'sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninsab informat li l-ammonti ta' kera li daħħal l- Uffiċċju Konġunt bejn Jannar 1995 sas-17 ta' Frar 1998, huwa kif jidher hawn taħt", "1995 Lm 337,161 1996 Lm 314,619 1997 Lm 355,819 1998 (mill-1 ta'Jannar sas-17 ta'Frar) Lm 50,891", "ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI", "W1,294.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jikkonsidra l-Ministru s-suġġeriment tiegħi għall-emenda għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali biex persuna li tkun se tiġi nominata biex tikkontesta għall-kunsill ta' lokalita' partikolari ma tkunx nominata minn \"mill-anqas 50 votant f'dik il-lokalita' li għaliha se jikkontesta\" iżda minn persentaġġ għal kull lokalita', għax b'50 votant bħal ngħidu aħna l-Imdina, din tkun aktar diffiċli biex iġġibhom biex jiġi nominat u anke jista' jkollna possibilita' ta' manupulazzjoni aktar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi s- suġġeriment tiegħu jista' jiġi kkonsidrat fil-kontest ta' l-eżercizzju li qed isir biex jiġi emendat l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali.", "DJAR - KUMMISSJONI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA' ART", "W1,295.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kien sewwasew ix-xogħol siewi li sar s'issa mill-Kummissjoni għall-Identifikazzjoni ta' Art għal skop ta' housing; 2) liema kienu s-siti li ġew identifikati s'issa; u 3) meta hu ttamat li jibdew jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal- Kummissjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għall- mistoqsija parlamentari numru 4778.", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "W1,296.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għal paġna 322 ta' l-Estimi 1998 partikolarment għal Vot 50, item 25, taħt \"Operational and Maintenance Expenses\" u b'mod aktar preċiż għall-item titolat \"International Memberships\", fejn taħt Actual Expenditure 1996, Approved Estimate 1997 u Estimate 1998 ma hemmx figuri ċitati, jista' l-Ministru jispjega r- raġunijiet li wasslu għall-provvediment ta' dan l-item?", "Jista' jkun li l- Ministeru qed ifittex \"international memberships\"?", "Jekk fl-affermattiv, x'sar f'dan ir-rigward u allura għaliex għal din is-sena ma ġewx stmati flus?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-item ta' International Memberships huwa wieħed standard li jidher fil-voti tal-Ministeri kollha tal-Gvern - kemm dawk li għandhom nefqa attwali u/ jew proġettata u kemm dawk li m'għandhomx.", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "W1,298.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Fid-dawl ta' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998 partikolarment f'paġna 319, jista' l-Ministru jispjega, f'miżura ta' dettall u b'mod kronoloġiku, liema huma l-iskemi mhux updated fl-1997 li din is-sena, b'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar, id-dipartiment se jara li jitjibu u sekondarjament jista' jispjega minn se jibbenefika minnhom u meta se jidħlu fis-seħħ?", "X'inċentivi, oltre dawn, se jiġu ntrodotti f'din is-sena 1998 li jistgħu jkunu aktar relevanti għad- direzzjoni ta' policy fis-Settur tal-Housing?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-iskema fir-rigward ta' persuni b'dizabilita li qabel kienet taħt id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Socjali ġiet magħluqa u flokha nħarġet fl-1997 waħda ġdida mill-Awtorita tad-Djar magħrufa bħala Skema 1.", "Fir-rigward tal-iskemi l-oħra tad-Dipartimenti għall-akkomodazzjoni socjali cioe dik tas-sussidju fuq il-kera u dik fuq ir-rata tal-imgħax ta' self għax-xiri ta proprjeta' privata, qed isir studju fuqhom biex jinħarġu oħrajn minflokhom.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - BEJGĦ TA' PROPRJETA'", "W1,308.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' proprjeta' li nbiegħet mill-Joint Office mill-1996 sa l-1998, sena b'sena?", "Kemm inqalgħu flus bejn l-istess snin 1996 - 1998, sena b'sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li n-numru ta' proprjeta li nbiegħet mill-Uffiċċju Konġunt mill-1996 sa l-1998 kien kif ġej", "Numru Dħul ta'", "1996 13 Lm 29,945 1997 310 Lm 801,089 1998 16 Lm 32,797", "VALLETTA - TRIQ PAPA PIJU V", "W1,311.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rriżervata parti mit-triq għar-residenti ta' Triq Papa Piju V, fil-Belt Valletta biex din tintuża bħala parking area?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, l-esiġenzi u l-mezz tagħhom.", "GĦaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita', billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha fil- fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.", "ESTIMI ĠENERALI 1998 - AWTORITA' TAD-DJAR", "W1,325.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jispjega l-Lm20,000 li jidhru f'Appendiċi F, paġna 351 ta' l-Estimi 1998, taħt Housing Authority, partikolarment taħt l-item \"Preliminary Studies for Housing Projects\"?", "X'inhu l-iskop għall-provvista għalihom u jekk fil-fatt intnefqux?", "Jekk fl- affermattiv, lil min u speċifikament għal liema housing projects?", "Jista' l-Parlament ikollu kopji ta' dawn l-istudji preliminari u kopja mgħoddija lili?", "Min ħejja dawn l-istudji u kemm tħallas?", "Meta se jsiru l-istudji mhux preliminari?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Preliminary studies huma ntiżi għall-proġett ta Pembroke.", "Fil-fatt ġie kkommissjonat Traffic Impact Assessment ghal din iż- zona u l-ħlasijiet huma mistennija li jsiru iktar tard din is-sena.", "DJAR - FILE NO.", "H 13921", "W1,340.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) fiex wasal il-każ tal- persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 13921 mal-Housing Department; 2) intbagħat inspector u jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx u meta hu ttamat li jintbagħat; 3) kemm żdiedet il-possibbilta' li dan jingħata akkommodazzjoni alternattiva fid-dawl tal-każ tiegħu li jkompli jiggrava ruħu u ċioe' li l- għarusa tiegħu kienet ħarġet pregnant u li m'għandhomx flus bix jixtru u dan huwa każ ġenwin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi skond il-policy tad-Dipartiment GĦall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-applikazzjoni ndikata ġiet ikkanċellata billi kienet mingħand persuna li qed tapplika taħt kategorija ta' l- għarajjes.", "L-istess applikant kien ġie nformat b'dan.", "DJAR - FILE NO.", "H 13839", "W1,341.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) fiex wasal il-każ tal- familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 13839 mal-Housing Department; 2) intbagħat inspector u jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx u meta hu ttamat li jintbagħat; 3) kemm żdiedet il-possibbilita' li dawn jingħataw akkomodazzojni alternattiva fid-dawl tal-każ tiegħu li jkompli jiggrava ruħu u ċioe' li dawn għandhom il-post perikoluż wara li waqgħulhom ix- xorok?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ li għalih qed tirreferi l- mistoqsija qed jiġi kkonsidrat u saret spezzjoni fil-21 ta' Ottubbru 1996.", "L-applikanti jridu jmorru l-Ħamrun biss u postijiet f'dan il-lokal huma skarsi.", "DJAR - SOCIAL CASES", "W1,346.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet li qed jiġu ttrattati mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali bħala social cases?", "Xi proċedura qed tiġi segwita fit-tentattiv biex jiġu solvuti dawn il- każi u kif qed jiġu nvoluti s-social welfare officers?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-każi kollha tad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali huma ta' każi soċjali.", "Id-Dipartiment jagħmel użu minn żewġ impjegati mħarrġin apposta li jisimgħu u jagħtu pariri dwar il- każi l-aktar fil-bżonn.", "Barra minn hekk jiltaqa' il-Housing Advocacy Board darba fix-xahar, liema bord hu magħmul minn diversi ħaddiema soċjali mill- oqsma differenti.", "Kull membru ta' dan il-bord iressaq quddiem sħabu l- każijiet li jidhirlu aktar fil-bżonn u l-bord stess jirrikmanda lid- dipartiment permess ta' l-uffiċjal li wkoll jattendi għal-laqgħat.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,371.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna minn San Ġwann, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal- każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment għandu d-dokumenti kollha meħtieġa tal-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija.", "Jonqos biss issa li jitbattal xi post addattat għalih, pjan terran f'Tas-Sliema biss, kif jixtieq, u li għalih ma jkunx hemm xi ħadd bi bżonn ikbar.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,372.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Belt, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija m'għandix applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "W1,373.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna mill-Birgu, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha l-madum ta' l-art kollu mtajjar, tgħix bir-relief u ma tistax tagħmlu hi, jista' l-Ministru jgħid meta se tinqeda fid-dawl tal-fatt li meta marret il-Housing qalulha li ma jistgħu jagħmlulha xejn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, jekk il-persuna li qed isemmi tgħix bir-relief hi tista' tibbenefika mill-iskema għal tiswijiet imħabbra fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-14 ta' April 1998.", "GĦalhekk nagħtiha parir timla' l-formola apposta li tikseb mill-Awtorita tad-Djar u tapplika għal għajnuna li tista' tilħaq sa Lm500 u tgħodd għal min id-dħul tiegħu ma jaqbiżx l-Lm2,600.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,374.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna minn Tas-Sliema, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALRFED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija u li hi l-istess persuna msemmija fil- mistoqsija parlamentari numru W1375, ġie spezzjonat fit-18 ta' Lulju 1996.", "DJAR- AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W1,375.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna minn Tas-Sliema, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal- każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment għandu d- dokumenti kollha meħtieġa tal-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija.", "Jonqos biss issa li jitbattal xi post adattat għalih, b'anqas minn ħamest ikmamar fin-naħat ta Tas-Sliema u li għalih ma jkunx hemm xi ħadd bi bżonn ikbar.", "DJAR- AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,376.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d- dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija m'għandix applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,377.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ilu li nqeda minn Mejju 1997.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,378.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġiet ikkanċellata peress li ma rrisponditx għall-kwestjonarju li ntbagħtilha.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,379.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġie spezzjonat fid-19 ta' April 1993.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,380.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġie spezzjonat fis-26 ta' Jannar 1998.", "DJAR - FIDI TA' ĊENS", "W1,381.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMRBI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni bħal dik, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, ma jisgħux jifdu ċ- ċens ta' fondi li mill-Knisja għaddew lill-Joint Office?", "Min hu responsabbli biex issir xi forma ta' policy ħalli dawn il-fidjiet ikunu jistgħu isiru u jirrendu flus lill-istess dipartiment?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li minn stħarriġ li għamel l- Uffiċċju Konġunt jirriżulta li l-persuna ndikata kitbet lid-dipartiment dwar il-fidi taċ-ċens tagħha u, peress li ma bagħtitx l-kopja tal-kuntratt, ingħatat parir biex tkellem Nutar.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Membru li kif kien sar fir-rigward tal-policies dwar il-fidi ta' ċnus li għalqu f'Diċembru, 1996, il-Ministeru, minn żmien għal żmien, ifassal policies li jridu jiġu aċċettati mill-Gvern u finalment approvati b'riżoluzzjoni tal-Parlament.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,382.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx l- inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġie spezzjonat fis-26 ta' Jannar 1998.", "DJAR - KAŻI TA' HOUSING", "W1,572.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-file No. H 14728 u l-file No. H 14729 jiġu ppproċessati, jirrapporta dwarhom u jgħid kif baqa' l-każ tagħhom li kien qed jiġi trattat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-Dipartiment gall-Akkomodazzjoni Soċjali jagħti preferenza fl-allokazzjonijiet lil dawk li għandhom dħul taħt l-Lm4,000, u wieħed minn dawk li qed jitolbu l-bdil imsemmi fil-mistoqsija għandu dħul ta' aktar minn hekk.", "VALLETTA - TRIQ SANT'ANDRIJA", "W1,581.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex xogħol li kellu jsir mid-Dipartiment tal-Housing & Maintenance Tenement Sector (Ministeru tad-Djar) f'12/3, St. Andrew's Street Valletta, għadu ma sarx?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-kuntrattur kien talab lid- dipartiment li jlaqqa' dan ix-xogħol ma' xogħol ieħor fi Strada Stretta il- Belt stess iżda meta dan ta' l-aħħar ma setgħex isir minħabba xi problemi bl-inkwilini, baqa' imwaħħal ix-xogħol ta' St.Andrews Street ukoll.", "Jien informat li l-kuntrattur ġie mogħti struzzjoni biex ilesti x-xogħol ta' 12/3 St.Andrew's Street minnufih.", "DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "W1,606.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l- applikazzjoni (acknowledgement A.D. 290/98) (Reg.", "No. 2743/98) biex il- persuna mill-Furjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ikun jista' jixtri l-post okkupat minnu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-persuna ndikata applikat biex tixtri r- residenza tagħha fid-9 ta' April, 1998.", "Fl-14 ta' April, 1998 l-Awtorita' tad-Djar talbet l-awtorizzazzjoni tal-Kummissarju ta' l-Art biex din l- applikazzjoni tkun tista' tiġi pproċessata.", "Sal-lum din ir-risposta għadha ma ġietx.", "DJAR - ĦLAS TA' KERA", "W1,607.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex Anthony Portelli li joqgħod fil-Housing Estate, fil-Furjana qed jirċievi l-karti mill-Housing Authority biex iħallas il-kera meta l-post xtrah b'kuntratt ippubblikat minn nutar pubbliku xhur ilu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Is-Sur Portelli xtara mingħand l-Awtorita' tad- Djar ir-residenza tiegħu fit-28 ta' Novembru 1997.", "Fis-16 ta' Diċembru 1997, l-Awtorita' tad-Djar bagħtet lid-Dipartiment ta' l-Artijiet kopja tal- kuntratt tax-xiri biex b'hekk jieqaf il-ħlas tal-kera.", "Peress li t-talba għall-ħlas tal-kera ssir mid-Dipartiment ta' l-Art, il- mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l- Art.", "BUĠIBBA - TRIQ SANT'ANTNIN", "W1,629.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,621 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, u ċioe' jista' l- Ministru jgħidli għar-rigward ta' Triq Sant'Antnin, f'Buġibba fuq liema bażi ngħata l-permess biex din it-triq tiġi magħluqa meta din hi triq abitata minn ħafna nies li wrew l-għadab tagħhom għal din id-deċiżjoni li ttieħdet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qabel ma saret l-applikazzjoni biex tiġi estiża parti żgħira oħra tat-triq bħala pedestrian area, din il-proposta ġiet diskussa mal-partijiet kollha konċernati inkluż il-kunsill lokali, li kien favur din il-proposta.", "Id-disinn ġie modifikat minn dak oriġinarjament propost biex jakkomoda t-talbiet tar-residenti.", "Dan il-permess ġie approvat dawn l-aħħar ġranet.", "VAT - KUNTRATT TA' REKLAMAR", "W1,632.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l-inkjesta li hu ordna li ssir dwar l-għoti tal-kuntratt ta' reklamar għat-tneħħija tal- VAT u l-introduzzjoni tas-CET?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12232.", "BUĠIBBA - TRIQ SANT'ANTNIN", "W1,633.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,629 u ċioe b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,621 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, u ċioe' jista' l-Ministru jgħidli għar-rigward ta' Triq Sant'Antnin, f'Buġibba fuq liema bażi ngħata l-permess biex din it-triq tiġi magħluqa meta din hi triq abitata minn ħafna nies li wrew l-għadab tagħhom għal din id-deċiżjoni li ttieħdet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari numru W1,629.", "CITY AND GUILDS OF LONDON INSTITUTE - LOGO", "W1,635.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta nbidel il- logo tas-City and Guilds of London Institute?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwel korrispondenza li d-diviżjoni għandha bil- logo il-ġdid ta' City & Guilds hi datata Marzu 1996.", "Is-City & Guilds informaw lil Malta uffiċjalment bil-bidla fil-logo waqt żjara ta' rappreżentant tagħhom f'Mejju ta' l-1996.", "DJAR - APPLIKAZZJONIJIET", "W2,004.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda u ntemm l-ivvetjar ta' l-eluf ta' applikazzjonijiet mal-Housing fid-dawl ta' mwiet, ta' min kien akkwist post eċċ?", "Kemm hu reali n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti?", "Risposta preċiża tkun apprezzata.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Diċembru 1997 id-dipartiment beda jinvestiga permess tal-Common Data Base min minn dawk li għandhom applikazzjoni jidher li sab post ieħor u ma nformax lid- dipartiment.", "Issa dan l-eżerċizzju tlesta u dawk li rriżultaw hekk se jiġu avżati b'dan u isimhom jinqata' mil-lista.", "Hu maħsub li 'il fuq minn 800 applikant qed joqogħdu f'post ieħor.", "DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - APPLIKAZZJONIJIET", "W2,006.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu l-applikazzjonijiet mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali għall-akkomodazzjoni alternattiva b'riżultat ta' l- offerti ta' skemi diversi li toffri l-Housing Authority bejn is-snin 1995 - 1997 sena b'sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bejn is-snin 1995-1997 naqsu 176 applikazzjoni mid- Dipartiment GĦall-Akkomodazzjoni Soċjali maqsuma kif ġejjin:-", "SENA TOTAL", "1995 3 1996 1 1997 172.", "DJAR - APPLIKAZZJONIJIET", "W2,008.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jidhirlu l-Ministru li għandha ssir lista waħda ta' applikazzjonijiet (Housing Authority) biex flok tinħareġ call for applications għal kull ħarġa, jkun hemm lista waħda ppubblikata li jintefgħu u min ikun fuq nett f'kull kategorija u skond il-punti jingħata post lil dawk li jkunu qed jibnu?", "Sistema bħal din tħaffef l-allokazzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat."]} {"filename": "19970421_049d_par.doc", "date": "1997-04-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 49 It-Tnejn, 21 ta' April, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 49", "It-Tnejn, 21 ta' April, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "49", "It-Tnejn, 21 ta' April, 1997", "WERREJ MINUTI 515", "KUNSENS GĦAL ATTI 515", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER: 515", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 515", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 522", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROTEZZJONI", "TAL-PROPRJETA' INDUSTRIJALI (L-EWWEL QARI) 525", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA 525", "MOZZJONI GĦAT-TENUR TAS-SUBARTIKOLU (1) TA' L-ARTIKOLU 2", "TA' L-ATT DWAR SELF GĦALL-IŻVILUPP 530", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 530", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR", "LOCAL AND OTHER LOANS BILL (IT-TIENI QARI) 530", "AĠĠORNAMENT 551", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 556", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 588", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 48 li saret fis-26 ta' Marzu, 1997 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur.", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER:", "Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar il-Konferenza ta' Speakers of Mediterranean Parliaments li saret f'Ateni fis-6 u s-7 ta' April 1997; u", "Rapport dwar is-97 Konferenza ta' l-Unjoni Inter Parlamentari li saret f'Seoul bejn l-10 u l-15 ta' April 1997.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KONFERENZI", "2337.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-konferenzi li organizzat jew ospitat il-Fondazzjoni għall- Istudji Internazzjonali mit-twaqqif tagħha sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l- 1996 u jgħid xi swiet kull konferenza f'kull każ kif ukoll jagħti breakdown dettaljat tal-ħlasijiet li saru u lil min?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'fondi setgħet irċeviet il-fondazzjoni għal kull konferenza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konferenzi organizzati jew ospitati mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali bejn Jannar 1995 u Diċembru 1996.", "Sfortunatament mhux possibbli li jingħataw l-istess dettalji dwar konferenzi li saru qabel l-1995 minħabba li l-ispejjeż u d- dħul tal-konferenzi bdew jiġu rrekordjati individwalment biss minn Jannar 1995.", "Qabel dan iż-żmien dawn kienu jidħlu f'account wieħed u għalhekk wara dawn is-snin kollha m'huwiex possibbli tgħid liema spejjeż u dħul kienu jappartjenu għal liema konferenza.", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - LIAISON OFFICERS/KONSULENTI", "3548.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2955, jista' l-Ministru jgħid meta l-Perit Martin Debono ngħata l-warrant ta' perit sabiex il-Ministru jirriferi għalih b'tali kwalifika professjonali, kif tistipula l-Liġi ta' l-1996 \"The Architecture and Civil Engineering Professional (Periti) Act?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Is-Sur Martin Debono ngħata l-warrant sabiex jipprattika ta' perit f'Malta uffiċjalment fil-11 ta' Marzu, 1997.", "Irid jingħad li minkejja li s-Sur Debono kien ingħata l-warrant f'din id-data, hu effettivament kien ikkwalifika għall-warrant wara li segwa l-proċeduri stipulati fil-liġi li kienu saru bosta ġimgħat qabel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jirriżultalu lill-Ministru li għalkemm periti kkwalifikati li studjaw barra minn Malta applikaw biex jingħataw il- warrant ħalli jkunu jistgħu jaħdmu f'Malta, it-talba tagħhom għadha pendenti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jista' jkun hemm persuni li peress li għandhom ċerti kwalifiki jaħsbu li jistgħu jikkwalifikaw għall- warrant ta' perit.", "Bħalissa aħna qegħdin fl-aħħar fażi biex nimplimentaw il-liġi li tittratta dwar il-periti, liema liġi kienet għaddiet is-sena l- oħra.", "Fil-fatt kemm il-Gvern kif ukoll il-Kamra tal-Periti diġa' nnominaw lir-rappreżentanti tagħhom għall-bord tal-warrants.", "Kulma jonqos issa huwa li ssir elezzjoni biex jiġu nominati żewġ periti fuq dan il-bord u b'hekk ikunu jistgħu jikkonsidraw kwalunkwe proposta li jkollhom minn persuni oħrajn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn ġie kkonsidrat biss il-warrant tas-Sur Martin Debono, ġaladarba hemm numru ta' persuni oħrajn li wkoll huma f'pożizzjoni li jitolbu l-warrant?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-Sur Martin Debono għamel talba sabiex jiġi kkonsidrat il-warrant tiegħu u għalhekk jekk persuni oħrajn għamlu l-istess talba għandi naħseb li dawn ġew ikkonsidrati wkoll.", "EDUKAZZJONI - TRANSFERS", "3769.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2870 u t- tweġiba mogħtija fis-Seduta tat-3 ta' Marzu, 1997 fejn issemmew 27 trasferiment fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, jista' l-Ministru jgħid f'liema dipartimenti saru dawn it-trasferimenti u kemm minnhom intalbu min-nies ikkonċernati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ġejt informat li n-numru tat-trasferimenti li ssemmew fil-mistoqsija parlamentari numru 2870 kellu jaqra 26 u mhux 27.", "Dawn ingħataw kif ġej:", "fid-Dipartiment ta' l-Operations saru ħames trasferimenti, tnejn minnhom saru fuq talba tagħhom;", "fid-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali sar trasferiment wieħed;", "fid-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni saru 18-il trasferiment, ħamsa minnhom saru fuq talba tagħhom;", "fid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi saru żewġ trasferimenti li wieħed minnhom kien mitlub.", "EDUKAZZJONI - STAFF KLERIKALI", "3871.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu bħalissa l-complement ta' l-istaff klerikali u amministrattiv fid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni settur b'settur, jiġifieri fil-head office, fl- uffiċċji u taqsimiet barra l-head office u fl-iskejjel?", "Kemm hemm f'kull grad, f'kull settur?", "Kemm suppost ikun il-full complement f'kull settur?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba hija estensiva u għalhekk qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "EDUKAZZJONI - UFFIĊJALI", "3872.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali edukattivi; kapijiet ta' skola; assistenti kapijiet ta' skola; għalliema; instructors u ħaddiema oħra li mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni marru jaħdmu ma' xi ministri jew segretarji parlamentari?", "Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' dawn l-uffiċjali u jgħid ma' liema ministri jew segretarji parlamentari qegħdin?", "Fil-każ ta' għalliema jew instructors min qed jagħti l-lezzjonijiet lill- istudenti li kellhom?", "Kemm intilfu lezzjonijiet kull ġimgħa minħabba dawn it-trasferimenti?", "Saru xi laqgħat mal-ġenituri ta' dawn it-tfal li ntlaqtu minn dan in- nuqqas ta' għalliema?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba hija kif ġejja:", "|Diparti|Nies li marru jahdmu ma' | |ment |Ministeri jew Segr.", "Parl. | |Studji |Hadd | | | |Oghla u|mill-elezzjon| | | | |i 'l hawn | | | |Eduk. | | | | |Adulti | | | | |Stud. |1 Sports | | | |Serv. &|Officer II | | | |Int. | | | | |Rel. | | | | | |1 Executive | | | | |Officer | | | | |1 Time Keeper| | | | |Il-lista qed | | | | |titpoġġa fuq | | | | |il-Mejda | | | | |tal-Kamra | | | | |ghall-qari. | | | |Kurriku|1 Education |ma' | | |lu |Officer |MEKN | | | |(Dr Mangani) | | | |Operati|3 Kapijiet | | | |ons |ta' Skola | | | | |1 Assistent | | | | |Kap ta' Skola| | | | |4 Ghalliema | | | | |3 Instructors| | | | |Il-lista qed | | | | |titpogga fuq | | | | |il-Mejda | | | | |tal-Kamra | | | | |ghall-qari. | | | |Pjanar |Hadd | | | |u | | | | |Zvilupp| | | | |Finanzi|2 Sen. Princ.|Philip|ma' | |u | |Borg |MEKN | |Amminis| | | | |t-razzj| | | | |oni | | | | | | |Godwin|ma' | | | |Pulis |MEKN | | |1 Pincipals |John |ma' | | | |Sant |MEKN | | |1 Asst. |Charle|ma' | | |Princ. |s |Min. | | | |Agius |Xoghl| | | | |ijiet| | |2 Skrivani |Antoin|ma' | | | |e |MEKN | | | |Caruan| | | | |a | | | | |Margar|ma' | | | |et |MEKN | | | |Vella | | | |2 Messaggiera|Anthon|ma' | | | |y |MEKN | | | |Grima | | | | |Charle|ma' | | | |s Mamo|MEKN |", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "3981.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienet l-aħħar stima li saret fuq ix-xogħlijiet li qed isiru fuq il- promenade ta' Buġibba?", "Jista' jagħti breakdown ta' l-istess stima biex il- Kamra tiġi nformata dwar kemm hu mistenni jintnefaq fuq materjal, ħlas normali lill-ħaddiema tal-gvern, overtime lill-istess ħaddiema u ħlasijiet lil kuntratturi b'indikazzjoni ta' liema kuntratturi ngħataw liema xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-istima tax-xogħol kollu hija ta' madwar Lm2 miljun.", "Informazzjoni aktar preċiża u dettaljata tkun tista' tingħata meta titlesta l-ewwel fażi tal-proġett.", "EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "4100.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 3769 billi jgħid f'liema dipartimenti saru s-27 trasferiment li semma' fis-Seduta tat-3 ta' Marzu u jindika kemm minn dawn it-trasferimenti ntalbu min-nies konċernati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 3769.", "SKEJJEL - GĦAJNUNA MEDIKA", "4136.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm każi minn Ottubru 1996 s'issa ta' inċidenti li fihom kellu jissejjaħ tabib jew ingħatat għajnuna medika f'xi sptar jew f'xi klinika f'kull wieħed mis-setturi kollha ta' skejjel tal-gvern, ibda mis-settur primarju sa l-ogħla settur?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' inċidenti fi skejjel primarji, sekondarji u tas-snajja' li fihom kellu jissejjaħ tabib jew tingħata għajnuna medika minn Ottubru 1996 s'issa huwa kif ġej:", "skejjel primarji 86 skejjel sekondarji 88 skejjel tas-snajja 12", "Fis-settur post-sekondarju kien hemm tlettax-il każ fejn ingħataw għajnuna medika, disgħa minnhom fl-Isptar San Luqa, l-erbgħa l-oħra fi klinika.", "Fis-settur ta' l-iskejjel speċjali hija ħaġa relattivament rari li jissejjaħ tabib fi skola minħabba xi emerġenza.", "Il-proċedura ġenerali hija li jissejħu l-ġenituri ta' l-istudent/a u mbagħad huma l-ġenituri li jaħsbu meta l-istudenti jkollhom bżonn għajnuna medika biex jieħdu l-passi meħtieġa.", "Fil-biċċa l-kbira ta' dawn il-każi, il-kap ta' l-iskola ma jkunx mgħarraf x'deċiżjoni jkunu ħadu l-ġenituri f'dan ir-rigward.", "Il-kapijiet ta' l-iskejjel jew ir-rappreżentanti tagħhom jieħdu l- inizjattiva għan-nom tal-ġenituri meta l-każ ikun urġenti wisq biex jistenna l-kuntatt ma' l-omm jew mal-missier jew il-wasla tagħhom fl- iskola.", "F'dawn il-każi it-tfal jitwasslu fl-eqreb poliklinika jew fl- isptar.", "F'dan is-settur ma tinżammx statistika ċentralizzata dwar dawn il- każijiet.", "RESTAWR - CARAVAGGIO", "4233.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal dak li ġie rrapportat f'\"The Sunday Times\" tas-6 ta' Marzu, 1997 dwar l-istat tal- pittura maestuża ta' Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann tal-pittur ċelebri Caravaggio, jista' l-Ministru jgħid meta kienet id-data li l-Gvern irċieva r-rapport tar-restawraturi?", "Min huma l-esperti Maltin li ħadu d-deċiżjoni dwar liema hija l-aħjar soluzzjoni dwar dan ir-restawr?", "Meta hemm il-ħsieb li d-deċiżjoni tintbagħat u x'inhuma d-dettalji li se jintbagħtu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-rapport li probabbilment qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant intbagħat mid-Direttur ta' l-Opificio delle Pietre Dure ta' Firenze fit-30 ta' Diċembru, 1996.", "Il-ministeru tiegħi appunta kummissjoni ad hoc biex tagħti parir lill- Gvern dwar l-azzjoni li kellha tittieħed biex tassigura l-aħjar restawr ta' Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann tal-Caravaggio.", "Iċ-chairman ta' din il- kummissjoni kien is-Sur J. Curmi, Segretarju Permanenti ta' l-istess Ministeru, waqt li l-membri l-oħra kienu Dr Tancred Gouder, Direttur tal- Mużewijiet; is-Sur Dominic Cutajar, Kuratur ta' Mużew ta' l-Arti; Fr Marius Zerafa; Dr Mark Micallef; is-Sur Joseph Muscat Drago, Kuratur tal-Mużew ta' San Ġwann; Mons. C. Xuereb; Mons. C. Muscat u Mons. Bianco.", "Din il-kummissjoni ltaqgħet fid-29 ta' Jannar, 1997 u rrakkmandat li l- Kuratur tal-Mużew ta' l-Arti flimkien ma' restawratur tal-Mużew iżuru l- Opificio delle Pietre Dure u jagħmlu rapport dwar l-analisi li kienu saru mill-esperti ta' l-Opificio bejn Settembru u Diċembru, 1996 u x'tip ta' restawr kien indikat.", "Dan ir-rapport tlesta fl-10 ta' Marzu, 1997.", "Kien għalhekk possibbli li l-Opificio ikun mgħarraf uffiċjalment dwar l- għażla ta' intervent li kellu jsir fuq il-pittura, permezz ta' fax mibgħut fis-17 ta' Marzu, 1997.", "Kemm jien, kif ukoll il-kummissjoni msemmija, qbilna għal kollox ma' l-esperti ta' l-Opificio, li r-restawr ta' din l- opra t'arti jsir bl-aktar mod komplet biex jassigura l-futur tagħha.", "B'mod ipotetiku l-Opificio jistima li dan l-intervent għandu jieħu madwar sentejn.", "MOSTA - TRIQ ĠUŻEPPI HYZLER", "4239.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 702 dwar Triq Ġużeppi Hyzler, minkejja li t-triq hija magħmula minn blat tal-qawwi, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex b'xi mod il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex il-familji li għadhom bla ilma jkunu mogħtija s-servizz ta' l-ilma, wara li wħud minn dawn il-familji ilhom erba' snin li applikaw għall-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma tistax tistalla servizzi ta' l-ilma fi Triq Ġużeppi Hyzler il-Mosta qabel ma min għamel l-iżvilupp f'din it-triq jiżgura li l-blat imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ikun tbaxxa għal-livell tal-formazzjoni tat-triq kif meħtieġ u kif stipulat fil-permess tal-bini.", "SKEJJEL - FAĊILITAJIET BANKARJI", "4315.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel tal-gvern li taw konċessjonijiet u faċilitajiet bankarji lil xi banek f'banek f'Malta u Għawdex?", "X'qed jiggwadanjaw l-iskejjel minn dawn il-konċessjonijiet?", "Hemm xi policy jew guidelines kif jingħataw dwan il-konċessjonijiet?", "Hemm xi konċessjonijiet oħra barra dawk mogħtija lil banek?", "Min jiddeċiedi fuq l-għoti ta' dawn il-konċessjonijiet, il-kap ta' l- iskola jew inkella l-kunsill skolastiku?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Kunsill Skolastiku tal-Liċeo Paolino Vassallo bi ftehim ma' l-iskejjel fil-Kumpless Edukattiv ta' Kordin Raħal Ġdid u bl- approvazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ta konċessjoni lill-Mid-Med Bank biex jipprovdi servizz bankarju lill-istudenti.", "Ta' din il-kunċessjoni l-iskejjel fi ħdan il-kumpless jirċievu Lm2 fis- sena għal kull student.", "Din ir-rata hija revedibbli kull ħames snin.", "Din il-konċessjoni ġiet mogħtija b'kuntratt.", "Il-kundizzjonijiet deskritti fil-kuntratt kienu l-frott ta' diskussjonijiet bejn il-bank, il- Kunsill Skolastiku u d-Diviżjoni.", "Kopja tal-kuntratt li tiddeskrivi l-kunidizzjonijiet għal dan il-ftehim qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra għall-qari.", "M'hemm l-ebda konċessjoni oħra fl-iskejjel post-sekondarji ħlief ta' tmexxija ta' tuck shops.", "L-ebda bank ma għandu konċessjoni jew faċilita' biex juża l-iskejjel primarji, sekondarji jew tas-snajja'.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "4316.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Angelo Refalo) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall- Pjan ta' Azzjoni għal Buġibba li jissemma fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3528, jista' l-Ministru jgħid li se jsir xogħol ta' resurfacing u xogħol fuq il-bankini tat-toroq imsemmija aktar 'l isfel, kif ukoll jagħti stima tan-nefqa f'kull waħda minn dawn it-toroq:- Għawdex, Tamar, Maskli, Arznell, Rizzi, Nelson, Mulett, Port Ruman, Fliegu, Quintinus, Caruana, Majjiera, Nizza, Konz, Imrejkba, Bekkun, Brankutli, Ruggero, l-Istamnar, Mountbatten, Delucca, Cuningham, Nawciera, Arondino, Kahli, San Luqa, Paderborn, Gifen, Imwieżeb, Ibħra, Mistrieħ, u Plajja?", "F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid l-ammont f'paġi u salarji, materjal, konsulenzi u xogħol minn kuntratturi privati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni għall-Buġibba se jsir xogħol fuq bankini u/jew resurfacing tat-toroq kif jidher hawn taħt:", "TOROQ STIMA Triq Ghawdex Lm19,355 Triq Tamar Lm52,568 Triq il-Maskli Lm 6,693 Triq l-Arznell Lm10,217 Triq ir-Rizzi Lm 7,887 Triq il-Mulett Lm 3,900 Triq il-Fliegu Lm22,059 Triq Majjiera Lm 9,607 Triq in-Nizza Lm10,405 Triq il-Bekkun u Triq Brankutli Lm10,935 Triq Ruggero Loria Lm 5,714 Triq l-Istamnar Lm17,159 Triq De Lucca Lm 5,254 Triq Mountbatten u Triq Cunningham Lm17,077 Triq Nawciera Lm 3,698 Triq Kahli Lm28,858 Triq San Luqa Lm27,305 Triq Paderborn Lm 6,733 Triq il-Gifen Lm11,925 Triq l-Imwiezeb Lm26,554 Triq l-Ibhra Lm 4,473 Triq il-Mistrieh Lm 8,442 Triq Bugibba (Plajja) Lm14,590", "Dan ix-xogħol ser isir minn diversi kuntratturi skond il-period contract eżistenti.", "MĠARR - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "4319.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux se jinbeda x-xogħol fuq l-għoti tas-servizz ta' drenaġġ fi Triq San Pietru, l- Imġarr u jekk fl-affermattiv, meta se jinbeda u jekk fin-negattiv għaliex għadu ma jistax jiġi mogħti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tender biex jinbeda dan ix-xogħol għandu jiġi ppublikat dalwaqt fil-gazzetta tal-Gvern.", "Ix-xogħol jinbeda wara li jintgħażel il-kuntrattur.", "SKEJJEL - SCHOOL EXEMPTION", "4334.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tony Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfajliet u ġuvintur illi m'għandhomx l-ischool exemption u ilhom ma jattendu l-iskola sekondarja għal sena jew aktar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwel ħaġa nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għax din il-mistoqsija tagħtini l- opportunita' biex nesprimi ruħi fuq fatt allarmanti ħafna u ċertament mhuwiex aċċettabbli li ma titteħidtx azzjoni dwar dan.", "Madam Speaker, l-ammont ta' tfajliet u ġuvintur li ma għandhomx l-ischool exemption u li ilhom ma jattendu l-iskola għal sena jew iktar huwa ta' 729.", "Din l-informazzjoni ngħatat lilna mill-iskejjel sekondarji ta' l-Istat biss, jiġifieri hawnhekk m'humiex inklużi l-iskejjel primarji ta' l-Istat u nissuspetta li f'dan il-każ il-figura tkun ikbar minn hekk.", "Dan l-ammont huwa mqassam kif ġej:-", "Subien Bniet Total Junior Lyceum 6 6 12 Sekondarji 67 218 285 Tas-Snajja 239 2 241 Ex-Opportunity 123 39 162 Oħrajn - - 29 435 265 729", "F'dan it-total hemm tfal li huma covered kontinwament b'ċertifikat mediku.", "Din il-figura għolja turi li m'aħniex nittrattaw il-problema ta' l-assenza fl-iskejjel tagħna bis-serjeta' meħtieġa u jien naħseb li din turi wkoll il- faċilita' li biha t-tobba jagħmlu ċertifikati mediċi biex it-tfal ma jattendux l-iskejjel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna x'passi qed jieħu għal dan?", "Naturalment hawn jien m'iniex qed nirrife\\ri għall-passi legali imma għall-guidance u għall-counselling.", "Nemmen li f'dawn iċ-ċirkostanzi dawn l- affarijiet huma iktar importanti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-sistema kif inhi llum ta' reporting ta' assenza ta' studenti fl-iskejjel tagħmilha possibbli li ma jkunx hemm follow-up għax preżentement l-informazzjoni li student ikun ilu ma jattendi l-iskola qed tasal fid-division xahar wara u naturalment m'hijiex serjeta' li tħalli xahar jgħaddi biex tirrapporta li student m'huwiex qed jattendi l- iskola.", "Aħna qed nidentifikaw ukoll l-iskejjel li għandhom l-ikbar numru ta' problemi ta' dan it-tip u se niffaċċjaw din il-problema billi naraw li jkun hemm iktar guidance u counselling.", "Hawn ta' min jgħid li l-indikazzjoni li għandna mir-riċerka li saret hija li l-assenza ta' l-istudenti fl-iskejjel hija kkaġunata l-iktar minn dawk li għandhom low self-esteem u under-achievement.", "Fl-istess ħin irrid nagħmilha ċara wkoll li aħna ninsabu f'kuntatti ma' l- Assoċjazzjoni Medika Maltija biex ninformawha dwar min huma t-tobba li jistħoqqilhom Oscar għaċ-ċertifikati li jagħtu biex tfal ma jattendux skola.", "Imisshom jistħu!", "MADAM SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Dikjarazzjonijiet magħmula minn Ministri u Segretarji Parlamentari skond paragrafi 48 u 49 tal-Kodiċi ta' l-Etika għas-sena 1996;", "Kopja tar-rapport ta' inkjesta skond il-Liġi dwar l-Inkjesti, Kap 273, dwar il-mewt ta' Carlos Chetcuti;", "Kopja tar-rapport ta' inkjesta skond il-paragrafu 3(a) tal-Liġi dwar l- Inkjesti, Kap 273, dwar il-kondotta tas-Sur Marice Zarb Adami; u", "Lista li turi n-numru ta' persuni li ngħataw probation bejn l-1990 u 1996, in-numru ta' Probation Officers fil-preżent u n-numru ta' social inquiry reports li saru lill-Qorti mis-sezzjoni tal-Probation Officers fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2996;", "Tabella li turi n-numru ta' applikazzjonijiet li saru fl-Uffiċċju tal- Liċenzji tal-Pulizija għal ftuħ ta' ħwienet ġodda f'Malta u GĦawdex bejn l-1987 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4205;", "Lista li turi n-numru ta' suldati f'kull grad fil-Forzi Armati ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4437;", "Rapport annwali tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni għas- sena 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4460; u", "Tabella li turi n-numru ta' impjegati trasferiti minn Malta għal GĦawdex u viċi versa, bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W47.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Complement ta' l-istaff klerikali u amministrattiv fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3871;", "Uffiċjali u impjegati oħra fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li marru jaħdmu f'ministeri u segretarjati parlamentari, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 3872;", "Kopja ta' kuntratt bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Mid Med Bank dwar faċilitajiet bankarji, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4315;", "Informazzjoni dwar applikanti li ħadu tender għat-tmexxija ta' canteen f'kull skola Primarja u Sekonardja tal-Gvern bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 272;", "Kopja ta' l-emblema rebbieħa għas-Segretarjat taż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 373;", "Ittra mibgħuta fis-7 ta' Frar 1996 mill-Onor Richard Muscat, lill-Onor Francis Zammit Dimech dwar korrispondenza bejn l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fuq miżuri ta' sigurta' meħuda mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 375;", "Kopja tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Kap u Assistent Kap tal-Life Skills School fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani ippubblikati fil-Gazzetti tal-Gvern fl-1993, fl-1994 u fl-1995, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W378;", "Breakdown ta' l-ispiża fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss għas-snin bejn l-1992 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W383; u", "Lista li turi l-ismijiet tal-benefiċċjarji tal-Youth Support Pogramme mill-1993 sal-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W391.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 44 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Drittijiet li joħorġu mill-Att dwar il-Kumpanniji.", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 12 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lil The Farsons Foundation;", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 12 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lil The Obstetrics and Gynaecology Research Foundation;", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 12 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lil Young Enterprise - Malta;", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 12 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lil The Gaia Foundation;", "Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali għas-sena 1996;", "Informazzjoni dwar konsulenti ma' kull dipartiment, kummissjoni, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern għandu sehem fiha li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi u l-Kummerċ, bi tweġiba għall- mistoqsijiet parlamentari numri W301 u W302;", "Informazzjoni u kopji ta' kuntratti ta' konsulenti/impjegati b'kuntratt indefinit/definit fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il- Ministeru tal-Finanzi u l-Kummerċ, bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numri W314 u W316; u", "Lista ta' korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina taghħom flimkien ma' informazzjoni dwar il- membri fihom, li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ, bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numri W 321 u W331.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Memo Nru 25 ta' l-1997 maħruġa fis-7 ta' Marzu 1997 dwar il- Clean Up Campaign b'konnessjoni mal-Konferenza Euro-Mediterranja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4204; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-pjanta ta' Ħal Far li turi sit għall-industriji żgħar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4351.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-kuntratturi privati nvoluti f'xogħlijiet fuq il- proġett ta' Buġibba, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4115; u", "Lista ta' korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina taghħom, flimkien ma' informazzjoni dwar membri fihom, li jaqgħu taħt il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W328.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' spezzjonijiet li saru mid-Dipartiment tas- Saħħa fuq stabbilimenti ta' l-ikel f'Malta u GĦawdex matul l-1995 u l- 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4410.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 45 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Traferiment ta' Proprjeta') (Nru 5).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' majjali żgħar reġistrati permezz ta' tattoo bejn l-1992 u l-1997 u l-ammont (kg) ta' majjal tas-simna maqtul fl-istess perijodu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4638; u", "Kopja ta' 12-il ritratt tal-winery meħuda fis-6 ta' Jannar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4223.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ jekk jogħġbu jressaq il-Mozzjoni Nru. 51.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-PROPRJETA' INDUSTRIJALI", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal- Proprjeta' Industrijali, Kap 29\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali, Kap 29\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MADAM SPEAKER: Nistieden lill-Prim Ministru sabiex iressaq il-Mozzjoni Nru. 52.", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, nipproponi:", "Illi minkejja kull provvediment ieħor fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra dan li ġej għandu japplika għall-kumplament ta' din is- sessjoni tal-Parlament:", "(a) Illi fl-istess ġurnata tista' tinżamm seduta fil-għodu u oħra fil- għaxija;", "(b) Illi f'każ ta' seduta fil-għodu, din għandha tibda fid-9.00 a.m., u l- ħin tal-mistoqsijiet ikun sad-9.30 a.m. u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol ikun f'nofsinhar u l-aġġornament ma jeħux aktar minn nofs siegħa;", "(c) Illi meta l-Kamra tiltaqa' nhar ta' Ħamis kemm fil-għodu kif ukoll fil-għaxija, is-seduta ta' fil-għodu tkun biex isir xogħol kif kontemplat fl-Ordni Permanenti 8 (2) jekk ikun hekk imiss; u illi meta l-Kamra tiltaqa' nhar ta' Ħamis fil-għaxija biss, isir xogħol kif kontemplat fl- Ordni Permanenti 8 (2), jekk ikun hekk imiss;", "(d) Illi s-seduta tista' tissejjaħ nhar ta' Sibt, kemm fil-għodu, kemm fil- għaxija, taħt l-istess kundizzjonijiet li taħthom isiru s-seduti l-oħra fil- ġranet tal-ġimgħa, ħlief nhar ta' Ħamis;", "(e) Illi l-votazzjonijiet kollha li jintalbu għat-tenur ta' l-Ordni Permanenti 83 għandhom jittieħdu meta jissejħu, billi l-votazzjoni tittieħed għoxrin minuta minn meta terġa' tintalab.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru tat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nixtieq nagħmel ftit tal-kummenti biex nispjega l-ħsieb wara din il-mozzjoni ta' proċedura.", "Din hija mozzjoni li s-soltu titressaq fil-bidu ta' kull sessjoni tal-Parlament imma din id- darba qed inressquha ftit tard.", "Din tipprovdi l-possibbilta', b'mod flessibbli, li l-Parlament ikun jista' jiltaqa' fil-għodu u fil-għaxija u anke l-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt.", "Hija mozzjoni li hija mfassla mija fil- mija fuq mudelli li diġa' jeżistu u kienu ġew mgħoddija preċedentement f'dan il-Parlament u tipprovdi ċ-ċans li jkun hemm iktar seduti, skond il- bżonn, peress li hemm ammont ta' xogħol li jrid jitressaq quddiem dan il- Parlament, f'dak li għandu x'jaqsam ma' mozzjonijiet u liġijiet li huma ta' natura soċjali, finanzjarja u anke infrastrutturali.", "Allura ħassejna l- bżonn li nressqu din il-mozzjoni biex b'mod flessibbli, fil-ġimgħat li ġejjin, inkunu nistgħu nirregolaw aħjar ix-xogħol tal-Parlament, b'mod li ma jkollniex għalfejn nibqgħu naħdmu f'Awissu u f'Settembru.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Prim Ministru donnu jrid jagħtina x'nifhmu li din hija xi mozzjoni bħal tas-soltu u li bħalha kien hawn drabi oħra fil-Parlament meta din in-naħa kienet fuq in-naħa l-oħra tal- Kamra.", "Il-Prim Ministru qalilna wkoll li hemm ħtieġa għal mozzjoni bħal din.", "Effettivament jekk wieħed jara mozzjonijiet simili għal din - mhux bħal din eżatt, għax f'din il-mozzjoni hawn differenzi pjuttost sostanzjali - li kienu tressqu f'xi stadju wara l-ftuħ tal-Parlament - fil-fatt kien hemm waħda f'Lulju 1987 u oħra f'Ġunju 1994 - isib li min ressaq dik il- mozzjoni dejjem ta raġunijiet speċifiċi għala kien hemm il-ħtieġa ta' mozzjoni bħal dik.", "Wieħed irid jara wkoll x'tip ta' diskussjoni kien ikollna fil-passat meta tressqu mozzjonijiet bħal dawn u jara x'tip ta' reazzjoni kien hemm mill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni ta' dak inhar.", "Jekk wieħed, per eżempju, jara daqsxejn x'kien qal l-Onor.", "George Vella fit-13 ta' Ġunju, 1994 isib dan id-diskors :", "\"Mr Speaker, jien nassigura lill-kollega tiegħi li fejn jidħol is-sens ta' dover żgur li se jsib lil din in-naħa tal-Kamra four-square man- naħa tal-Gvern għaliex id-dover tagħna f'dan il-Parlament żgur li m'aħniex se nibżgħu minnu u lanqas se nwarrbulu\".", "Min qed jismagħni u min sema' l-introduzzjoni li għadu kemm tana l-Prim Ministru forsi jaħseb li l-Oppożizzjoni ta' dakinhar kienet terfa' r- responsabbiltajiet tagħha kontinwament bl-aħjar mod li tista' fejn jidħol ix-xogħol tal-Kamra.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li fil-15 ta' Frar, 1989 bħala Kap ta' l- Oppożizzjoni ta' dakinhar, Dr Karmenu Mifsud Bonnici kien qal hekk:", "\"GĦal darb'oħra l-Oppożizzjoni jkollha tirrimarka li l-Gvern qed jagħti prova ta' nuqqas ta' programmar għax-xogħol tal-Parlament u ta' kemm il-Gvern jgħid ħaġa u fil-fatt jagħmel oħra.\".", "Ħalli nispjega ruħi aħjar b'dan li għadni kemm għidt.", "Madam Speaker, wieħed irid iħares lejn il-mozzjoni li għandna quddiemna fid-dawl ta' dak li ġara fil-Parlament matul is-sitt xhur li għaddew biex jara jekk il-Parlament kienx għaddej b'xi programm ta' xogħol li verament jirrikjedi din it-tip ta' mozzjoni.", "Hawn wieħed jista' jikkwota kelma b'kelma lill-Onor.", "George Vella wkoll meta kien qal li:", "\"Dan il-Parlament qed jaħdem bis-sulluzzu għax filli qed ikollna aġenda twila u filli qed ikollna aġenda li ma fiha xejn.\"", "Fil-fatt jekk wieħed jara x'inhi l-pożizzjoni ta' dan il-Parlament illum isib li minn mindu bdiet din il-leġislatura sa llum l-aġenda kienet kontinwament xotta ħlief meta konna qed niddiskutu l-budget, liema diskussjoni twalet ħafna iktar mis-soltu.", "Hawn wieħed jista' jgħid ukoll xi ħaġa dwar kif waslet quddiemna l-mozzjoni li għandna llum u dwar ir- raġunijiet li qed jagħti l-Gvern meta qed jissuġġerixxi li aħna bħala deputati tal-poplu niltaqgħu iktar minn tliet darbiet f'ġimgħa.", "Madam Speaker, l-ewwelnett hawn ta' min jgħid li sa ftit ġranet ilu l- Oppożizzjoni ma kienet taf xejn fuq din il-mozzjoni u fil-fatt din it-talba ġiet diskussa nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar mill-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra.", "Fil-fatt meta nhar il-Ġimgħa staqsejna xi bżonnijiet partikolari għandu l-Parlament biex jittratta mozzjoni bħal din f'dan il- waqt u mhux iktar 'il quddiem - tista' ma tersaq xejn ukoll - ma ngħatajna ebda indikazzjoni ta' xi programm ta' xogħol intensiv li jista' jiġġustifika l-fatt li aħna d-deputati tal-poplu jkollna bżonn niltaqgħu bil-mod li qed tipproponi n-naħa tal-Gvern.", "Madam Speaker, quddiemna għandna wkoll mozzjoni li tmur oltre mozzjonijiet simili li tressqu fil-passat, mhux biss għaliex issa se jkun hemm il-possibbilta' li dan il-Parlament jiltaqa' mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu u filgħaxija - dak huwa metodu differenti ta' kif isir ix-xogħol f'din il-Kamra - imma għax għadna ma nafux x'inhi l-ħtieġa li jkollna dawn il-laqgħat kollha.", "Meta nhar il-Ġimgħa kien qed jiltaqa' l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, jiena u l-Onor. de Marco ripetutament għamilna d-domanda: X'inhi l-ħtieġa għal dawn il-laqgħat kollha?", "X'inhi l- agenda?", "Nhar il-Ġimgħa tkellimna fit-tul dwar il-bżonn li niddiskutu r- riżoluzzjoni mressqa mill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ dwar self barrani u li niddiskutu kemm jista' jkun malajr l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self ieħor.", "Intqal ukoll li se titkompla d-diskussjoni fuq l- Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Issa apparti dawn l-abbozzi li għadni kif semmejt, ħlief għall-Mozzjoni dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi - u tajjeb ngħid li waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra qbilna li jekk ikun hemm bżonn id-diskuzzjoni dwarha ssir f'seduta waħda u mgħadduda mill- istadji kollha - m'hemm l-ebda liġi li titlob li jsiru dawn is-seduti kollha kif qed jiġi propost mill-Gvern.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Prim Ministru qal li hemm il-ħtieġa li jsir aktar xogħol għax għad iridu jitressqu diversi mozzjonijiet, minbarra dawk li għandna quddiemna bħalissa, fosthom il-mozzjoni bl-għan speċifiku li nżidu l-possibbilta' ta' self barrani.", "Il-Prim Ministru qal ukoll li hemm diversi liġijiet oħrajn x'jitressqu u hemm programm intensiv ta' xogħol li huwa meħtieġ li jsir fil-ġimgħat li ġejjin.", "Da parti tagħna, aħna diġa' għidna li meta jkun hemm il-ħtieġa aħna lesti li niltaqgħu kemm ikun hemm bżonn.", "Dan qed ngħidu fl-istess spirtu li kien tħadded l-Onor.", "George Vella meta fl-1994 kien qal: \"Aħna, min- naħa ta' l-Oppożizzjoni, qegħdin four-square biex naqdu d-doveri tagħna lejn pajjiżna l-ħin kollu u kontinwament.\"", "Madankollu, jekk wieħed jifhem bis-serjeta' x'għandu quddiemu għad-diskussjoni dan il-Parlament malajr jinduna li minkejja li hemm ċertu xogħol li jrid isir fi żmien speċifiku, żgur li m'għandniex xogħol li jiġġustifika t-tip ta' laqgħat li ġew proposti llum.", "Madam Speaker, ippermettili nerġa' nikkwota minn dak li qal l-Onor.", "George Vella nhar il-Ġimgħa, 18 ta' April, 1997 waqt li kien qed jiltaqa' l- Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Il-Viċi Prim Ministru qal li l-ewwel dover ta' kull deputat huwa lejn dan il-Parlament u lejn in-nies li jirrappreżenta - u ma' dan aħna naqblu - pero' ta' min iżomm quddiem għajnejh li tliet snin ilu, l-istess Onor. Membru kien qal hekk:", "\"Il-biċċa l-kbira ta' l-Onor.", "Membri li qegħdin fuq in-naħa tal-Gvern illum huma ministri jew segretarji parlamentari - għax ftit fadal back- benchers - mentri fuq din in-naħa kulħadd għandu d-doveri tiegħu x'jagħmel matul il-ġurnata.", "Allura jekk se ngħidu dan il-mistoqsija tiġi waħedha: GĦaliex f'daqqa waħda għandna lista daqshekk twila ta' liġijiet taħt l-Ordnijiet tal-Ġurnata, kollha jistennew fil-kju, meta kien hemm żmien meta lanqas biss kellna biex nagħmlu agenda?\"", "Imbagħad kompla jgħid hekk:", "\"Dan il-programming ma sar qatt, lanqas illum, għax sal-lum stess b'din il-mozzjoni lanqas għandna idea ta' x'qed isir.\"", "Madam Speaker, hawnhekk għandna s-sitwazzjoni fejn wieħed jista' juża l- istess argumenti li kien uża l-Onor.", "George Vella, il-proponent proprja ta' din il-mozzjoni.", "Dak inhar l-Onor Vella qal ukoll:", "\"Bħalissa qed ikollna xita ta' abbozzi, wieħed wara l-ieħor, biex imbagħad naraw iż-żewġ naħat - jien ngħid f'diskussjoni kostruttiva - iqattgħu biċċiet din il-leġislazzjoni.\"", "Pero' issa lanqas din il-possibilita' m'għandna, għax kif jafu r- rappreżentanti tal-poplu fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra f'dan il-Parlament, apparti l-mozzjonijiet li semmejt, m'għandna l-ebda aġenda speċifika u ma narax li hemm xi raġuni għalfejn għandna niltaqgħu bil-mod li l-mozzjoni qed tipproponi li għandna niltaqgħu.", "Punt ieħor li tqajjem fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra nhar il-Ġimgħa li għaddiet jirrigwarda l-fatt illi iktar kmieni fil-bidu ta' din il- leġislazzjoni kien hemm il-qbil - apparti dak tal-pairing u affarijiet oħra - li s-seduti tal-Parlament jinżammu fil-ġranet meqjusa normali, jiġifieri t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa fil-għaxija.", "Bil-mod ta' kif qed issir il-proposta mhux biss hemm il-possibilita' li niltaqgħu ħames darbiet jew sitt darbiet fil-ġimgħa, imma hemm il-possibilita' li l-Parlament jista' jiltaqa' sa 12-il darba fil-ġimgħa.", "Fl-opinjoni tagħna, din il- possibilita' mhijiex ġustifikata abbażi tax-xogħol pendenti quddiem din il- Kamra.", "Għalkemm kien hemm żmenijiet meta mozzjoni bħal din saret għas- sessjoni kollha tal-Parlament, mozzjoni li tirregola l-proċedura tax-xogħol tal-Kamra, kienet issir għal perjodu speċifiku, b'mod partikolari għal perjodu ta' qabel is-sajf.", "Imma issa l-mozzjoni li għandna quddiemna llum, kuntrarju għal dan, qed torbot lil dan il-Parlament mil-lum sa l-elezzjoni li jmiss.", "Dan huwa żmien meqjus bħala twil iż-żejjed fejn wieħed ma jistax jara l-bżonn għal dawn il-laqgħat kollha.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Prim Ministru qal li se jkollna nagħmlu dawn il- laqgħat kollha biex nevitaw li ntawlu x-xogħol tagħna għax-xhur ta' Awissu u Settembru.", "Kif tafu matul ix-xahrejn li semma l-Prim Ministru inkunu bir- recess tas-sajf u normalment dan il-Parlament ma jiltaqax.", "Nhar il-Ġimgħa meta ltaqa' l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tlabna spjegazzjoni dwar x'tip ta' programm leġislattiv għandna quddiemna mil-lum sar-recess tas-sajf.", "Ir-riżultat min-naħa tal-Gvern kien li dwar dan jinformawna aktar 'il quddiem u li dak li għandna quddiemna huwa dak li tkellimna fuqu aktar kmieni.", "U ngħid oltre minn hekk.", "Meta staqsejt b'mod speċifiku jekk hux se jiġu ppubblikati l-liġijiet li diġa' għaddew mill- Ewwel Qari u jekk il-pjan tal-Gvern jinkludix li sakemm niġu biex nirtiraw għar-recess tas-sajf issir id-diskussjoni dwar dawn il-liġijiet, ir- risposta min-naħa tal-Gvern kienet li mhux bilfors se niddiskutu dawn il- liġijiet.", "Hawn wieħed jagħraf li l-iskop tal-Gvern m'huwiex kif jidher imma hemm raġunijiet oħrajn għaliex min-naħa tiegħu qed tinħass il-ħtieġa li jkun hemm dawn il-laqgħat kollha.", "Huwa mportanti ferm li l-Oppożizzjoni tingħata programm leġislattiv ta' dak kollu li se jiġi diskuss mil-lum sakemm niġu biex nirtiraw għar-recess tas-sajf.", "Dan wieħed irid jagħrfu fid-dawl tax-xogħol tad- diversi kumitati li għandu dan il-Parlament, b'mod partikolari x-xogħol li għandu l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra, li xogħlu hu li jara kif se jkun l-andament tax-xogħol f'dan il- Parlament.", "Irrid ngħid ukoll li dan il-kumitat diġa' ġie aġġornat għal nhar it-Tnejn meta forsi f'daqqa' waħda jkollna xi lista ma tispiċċa qatt ta' abbozzi ta' liġi u ta' mozzjonijiet li wieħed għandu jiddiskuti fil-ġimgħat li ġejjin.", "Madankollu sal-lum l-Oppożizzjoni tinsab f'għama totali għax m'għandhiex indikazzjoni ċara ta' x'inhuma l-liġijiet u l-mozzjonijiet li għamel riferenza għalihom il-Prim Ministru.", "Aħna nħossu li m'hemmx ġustifikazzjoni għal dawn il-laqgħat li qed jiġu proposti min-naħa tal-Gvern u li din il-mozzjoni m'għandhiex tgħaddi minn dan il-Parlament għaliex fil-preżent m'hemmx bżonnha.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lilll-Prim Ministru biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jiena smajt b'ċerta reqqa dak li kien qed jgħid il-kollega tiegħi u forsi l-argument huwa li, kif jgħidu l- Franċiżi, iktar ma jinbidlu l-affarijiet iktar jibqgħu l-istess.", "L-Onor.", "Membru donnu nesa li l-mudell li għandna quddiemna kien jimxi fuqu l-partit li kien fil-gvern fil-leġislatura preċedenti.", "Fil-fatt aħna segwejna dan il-mudell apposta.", "Il-kollega tiegħi donnu nesa wkoll li qed nippreżentaw possibbilta' ta' kif jitmexxa x-xogħol tal-Parlament u li kieku t-teżi tiegħu li ma hawnx daqstant xogħol f'dan il-Parlament hija korretta nassigurah li dan ma kienx jiltaqa' skond l-iskeda li qed insemmu.", "Aħna qegħdin sempliċement indaħħlu quddiemna, bħala mozzjoni proċedurali, il- possibbilta' li jekk il-Parlament ikollu x-xogħol li naħsbu li se jkollu jkun jista' jiltaqa' iktar spiss mis-soltu, xejn iktar u xejn inqas.", "Fil- fatt jien issorprendejt ruħi kif il-kollega tiegħi ħa daqstant żmien biex jindika li din il-possibbilta' m'hijiex aċċettabbli għalih u nittama li meta qed jgħid hekk mhux qed jipprova juri lill-poplu li l-Oppożizzjoni ma tħossx li hemm bżonn li l-Parlament jiltaqa' iktar spiss minn tliet darbiet fil-ġimgħa.", "(Interruzzjonijiet) Iva, sar eżattament kollox skond il- ħtieġa, kif qed jgħid l-Onor.", "Tonio Borg u kif qed ngħidu aħna.", "Aħna qed nirregolaw b'mod li nistgħu nagħmlu l-affarijiet proċeduralment u r-rifjut tal-kollega tiegħi li jara din il-loġika tiskantani ftit.", "Madam Speaker, hawn ta' min jgħid li ħarġu xi suġġerimenti interessanti min-naħa ta' l-Onor.", "Ċensu Galea u fil-fatt se nsemmihom.", "Per eżempju, jekk fhimtu tajjeb, l-Onor.", "Membru ssuġġerixxa li f'ċerti każi nżidu il- laqgħat li nagħmlu fuq dak li qed nipproponu hawnhekk.", "Għaliex le?", "Jekk iqumu dawn l-okkażjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin aħna se nkunu lesti li nressqu mozzjoni ta' proċedura oħra biex inżidu l-ħin u anke l-ġranet li matulhom jiltaqa' l-Parlament.", "Jien ma naħsibx li l-kollega tiegħi kien qed jipproponi li niltaqgħu l-Ħadd ukoll, imma min-naħa tagħna hawn id- dispożizzjoni sħiħa tagħna li jekk ikun hemm bżonn niltaqgħu l-Ħadd ukoll.", "Ovvjament il-mozzjoni ta' proċedura li għandna quddiemna bħalissa m'hijiex qed tissuġġerixxi din il-possibbilta' imma qed tipproponi biss li niltaqgħu t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa filgħodu u filgħaxija, il-Ħamis filgħodu, il- Ġimgħa filgħodu u filgħaxija u s-Sibt filgħodu u filgħaxija skond il- ħtieġa.", "Jien qed nibqa' mistagħġeb kif il-kollega tiegħi m'huwiex qed jara din il-proċedura bħala waħda raġonevoli, iktar u iktar meta l-partit tiegħu fil-gvern kien għamilha bħala proċedura u għalhekk inħoss li bl-iktar mod trasparenti u ċar il-kollega tiegħi u sħabu għandhom jirrevedu ftit id- deċiżjoni tagħhom u jgħidu li qed jaqblu mal-mozzjoni ta' proċedura li qed nipproponu.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MOZZJONI GĦAT-TENUR TAS-SUBARTIKOLU (1) TA' L-ARTIKOLU 2 TA' L-ATT DWAR SELF GĦALL-IŻVILUPP", "MADAM SPEAKER: Ngħaddu għall-item li jmiss.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, niġbed l-attenzjoni li fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra għidna li riedna nikkombinaw din il- mozzjoni ma' l-ewwel item ta' l-Ordnijiet tal-Ġurnata - jiġifieri l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor - u għidna wkoll li jekk ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li dawn jiġu diskussi flimkien il- mozzjoni taqa' u mmorru għall-item li jmiss.", "Fil-fatt nista' nikkonferma li ma kienx hemm ftehim u għalhekk issa rridu mmorru għall-item li jmiss.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nikkonferma dak li għadu kif qal l-Onor.", "Joe Mizzi.", "MADAM SPEAKER: Mela la l-Kamra taqbel li dan l-item jiġi pospost nistgħu ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR", "LOCAL AND OTHER LOANS BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jawtorizza li jsir self ta' somma ta' Lm100,000 jirrakkomdandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "10 ta' April, 1997", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nippropon it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza li jsir self ta' somma ta' mitt miljun lira Maltija\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, tajjeb illi bħala punt ta' tluq fuq din id-diskussjoni ngħidu illi oriġinarjament kien maħsub illi għas-sena li għaddiet pajjiżna kien se jkollu deficit ta' Lm32.8 miljun.", "Għal dan il- għan, kmieni s-sena l-oħra, il-Gvern kien għadda l-liġi fl-1996 proprju biex, wara illi jagħmel tajjeb għad-deficit ta' l-1995, jipprovdi loan ta' Lm35.2 miljun biex dan min-naħa tiegħu jagħmel tajjeb għad-deficit tas-sena li kien fiha, jiġifieri s-sena 1996.", "Iżda ġara li għar-raġunijiet li se nsemmi aktar tard id-deficit fil-fatt spiċċa biex kiber bi three and one- third, jiġifieri ħafna aktar milli oriġinarjament kien maħsub.", "Fil-fatt il-figuri attwali jitkellmu waħedhom għaliex juru illi d-deficit ta' l-1996 effettivament qabeż is-somma ta' Lm108.8 miljun.", "Meta tnaqqas il-Lm53.2 miljun li semmejt aktar kmieni wieħed isib illi b'hekk il-Gvern baqagħlu deficit li la kien ippjanat u anqas maħsub ta' Lm37.7 miljun u allura Gvern Laburista kellu bilfors jissellef biex jagħmel tajjeb għalih.", "Madam Speaker, l-ewwel osservazzjoni li xtaqt nagħmel hija li s-sena l- oħra l-aktar li l-Gvern Nazzjonalista mar żmerċ kien fir-revenue ordinarju tiegħu għax ġabar 14% inqas milli kien maħsub u minflok Lm515 miljun spiċċa biex ġabar biss Lm446 miljun.", "GĦalkemm mill-foreign financing il- Gvern Nazzjonalista ġabar Lm2.7 miljun aktar milli kien maħsub għaliex xi fondi in konnessjoni ma' proġetti kapitali ta' l-1995 effettivament daħlulu fl-1996, l-ispiża rikorrenti tal-Gvern kienet ta' 5% aktar minn dik ippjanata.", "Biex inkun preċiż kienet ta' Lm475.4 miljun ipparagunata mal- figura proġettata ta' Lm452.3 miljun.", "Jien naħseb li din il-Kamra għandha dritt tkun taf ukoll għaliex is-sena l-oħra l-Gvern mar żmerċ fid-dħul tiegħu, kif u fejn.", "Ir-raġunijiet ewlenin huma dawn li se nsemmi: Primarjament kien hemm l-Enemalta li ma kenitx f'qagħda li tħallas id-dazju fuq is-sisa dovuta fuq petroleum products minħabba fil-problemi serji ta' cash flow li kellha u li ovvjament għad għandha.", "Kien hemm tnaqqis fir- reġistrazzjoni ta' karozzi u fid-duty fuq id-dokumenti, filwaqt li f'dik li hija taxxa fuq id-dħul il-Gvern mar Lm7 miljun minn taħt minħabba aġġustamenti li kien hemm fl-income tax liability tat-taxpayers kif ukoll minħabba li diversi entitajiet, fosthom l-Air Malta, ma ħallsu ebda taxxa minħabba l-performance finanzjarja ħażina li kellhom.", "Iżda bla dubju ta' xejn l-akbar toqba ġiet maħluqa mill-famuża VAT innifisha fejn il-Gvern, għaliex daħħal aktar milli stima s-sena ta' qabel, stima b'mod ottimista ż-żejjed għall-1996 u baqa' f'wiċċu, aktar u aktar meta r-refunds imħallsa fuq il- VAT kienu ferm ogħla milli kien antiċipat.", "B'hekk rajna lill-Gvern mhux biss idaħħal inqas iżda joħroġ ferm aktar f'refunds milli qatt kien immaġina huwa nnifsu li kien se jagħmel.", "Jekk fl- imgħoddi l-Gvern kien imdorri jdaħħal profitti minn korporazzjonijiet bħall- Enemalta, is-sena l-oħra ma daħħal xejn, filwaqt li ċertu dħul li kien antiċipat minn bejgħ ta' ċerti ishma - per eżempju, minn ex-proprjeta' tal- Knisja u anke mill-White Rocks Complex - baqgħu effettivamenjt ma mmaterjalizzax.", "Ma' dawn wieħed irid iżid ukoll ċerti spejjeż li marru oltre dak li kien hemm maħsub.", "Per eżempju, kien hemm l-elezzjonijiet ġenerali u kien hemm is-settlement ta' xi kontijiet pendenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mis- sena ta' qabel.", "F'dik li hija sigurta' soċjali huwa evidenti li l-Gvern ta' qabel kien għamel budgeting ħażin ħafna meta rriżultalu li ċerti miżuri tal-budget ta' l-1996 kienu ġew jiswewlu aktar milli kien antiċipa huwa stess.", "Fil-qasam edukattiv kien hemm żieda fl-iffinanzjar ta' l-iskejjel tal- Knisja, in-nefqa fuq studenti universitarji li għażlu li jagħmlu xogħol tas- sajf u ċerti arretrati ta' l-istaff akkademiku flimkien ma' staff ieħor.", "Saru wkoll xi aġġustamenti u arretrati f'dawk li huma pensjonijiet taħt ir- riforma fis-servizz pubbliku u kien hemm ukoll żieda sostanzjali fis- subventions biex jiġu settled interessi bankarji fuq self tal-Water Services Corporation li kien ġie ggarantit mill-Gvern.", "GĦal dak li huwa l- qasam tal-kummerċ kien hemm sussidju ta' Lm4.3 miljun aktar fuq importazzjoni tal-qmugħ biex jikkompensa għal żidiet li kien hemm fis-swieq internazzjonali.", "Fir-rigward tal-public debt servicing il-Gvern kellu jħallas rati ogħla ta' interessi fuq xi short term borrowing minn tiegħu stess.", "Dawn il- figuri juru li filwaqt li fid-dħul ordinarju l-Gvern daħħal kważi Lm70 miljun inqas f'dik li hija nefqa kapitali huwa nefaq ftit inqas minn Lm16 miljun minn dak oriġinarjament maħsub jew previst.", "Hawn ta' min jgħid li tul l-1996 - hawnhekk irrid ngħid li qed nirriferi għal tul is-sena kollha ta' l-1996 biex ħadd ma jaħseb li qed nirriferi għall-aħħar xahrejn meta kien hemm bidla fl-amministrazzjoni - fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru nbdew xogħlijiet li għad iridu jitlestew din is-sena u kien hemm slowdown fil- progress fuq sptarijiet pubbliċi u fuq l-Isptar San Raffaele.", "Ta' min jgħid ukoll li s-sena l-oħra kien hemm tnaqqis fl-ispiża fuq il-lecture halls ta' l-Universita, fuq l-iskejjel pubbliċi kif ukoll fuq il-libreriji u l-arkivji.", "Madam Speaker, jekk wieħed jieħu l-qasam tat-trasport isib li l-Gvern nefaq Lm2.4 miljun inqas minħabba li ma nbediex ix-xogħol fuq il-Bugibba bus terminus.", "Fil-fatt lanqas fuq il-laboratorju nazzjonali ma nbeda x- xogħol meħtieġ u kien hemm shortfall fuq is-sussidju billi ma waslux il- karozzi tal-linja l-ġodda.", "Il-Ministeru għall-Ambjent kien nefaq Lm2.4 miljun inqas f'dawk li huma drainage works u environment protection.", "Kien hemm ukoll slowdown fix-xogħlijiet li kienu qed isiru fil-ħabs u fil-police lock-up u ntnefqu Lm800,000 inqas f'dak li għandu x'jaqsam mat-tourism operator scheme.", "Madam Speaker, ma' dan irridu nżidu wkoll dak li qed jiġi provdut għall- Malta Drydocks innifisha.", "Fil-fatt illum qed nitolbu lil din il-Kamra biex tawtorizza Lm20 miljun f'self lill-Malta Drydocks ħalli din tkun tista' tissetilja d-dejn li se nsemmi li huwa kollu dovut min-naħa tad-Drydocks lill-Gvern innifsu.", "Jekk nagħmlu breakdown ta' dan id-dejn insibu li dan jikkonsisti f'Lm6 miljun kontribuzzjonijiet fuq is-sigurta' soċjali, f'Lm0.4 miljun penali lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, f'Lm7.9 miljun PAYE, f'Lm4.8 miljun treasury clearance fund advances u f'Lm0.5 miljun kiri u settlements ta' inġustizzji.", "Fl-aħħarnett qed nipprovdu lit-Tarzna wkoll Lm5 miljun f'self biex din tkun tista' tħallas id-debt interest fuq il- loans u faċilitajiet oħra ta' kredtu li hija kienet otteniet mill-banek lokali qabel il-ftehim ta' l-1989 bejn il-Gvern Malti u l-Malta Drydocks.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li l-qagħda ta' dejn pubbliku fl-aħħar tas-sena kienet ta' Lm517.95 miljun li minnhom Lm327.8 miljun kienu fuq self lokali, Lm28.234 miljun fuq bonds ta' ex-proprjeta' tal-Knisja, Lm108.9 miljun fuq treasury bills u Lm52.458 miljun fuq self barrani.", "Madam Speaker, is-soltu ma nħobbx nikkwota ħafna figuri imma ħassejt li fil-kontest ta' dan id-dibattitu kien id-dmir tiegħi li nidħol f'dawn il- figuri ħalli b'hekk nuru x'inhuma l-fatti u nuru wkoll lil din il-Kamra żewġ affarijiet importanti.", "Dan qed ngħidu l-iktar minħabba d-diskorsi ferm partiġjani li saru waqt konferenzi politiċi matul dawn l-aħħar ġimgħat - dawn jien ngħidilhom diskorsi ta' politika rħisa - għax huwa tajjeb u importanti li nuru li dak li qed nagħmlu llum qed nagħmluh b'sens qawwi ta' responsabbilta' sforz iċ-ċirkostanzi li ġew imposti fuqna minn ta' qabilna u mhux b'sens ta' kapriċċ.", "Madam Speaker, dan l-aħħar il-kollega tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici wera ċertu sens ta' umoriżmu meta fi press release ta lil x'wieħed jifhem li dan is-self kien ħasdu għax ippretenda - għallinqas jien hekk fhimtu - li f'dawn il-ftit xhur kellna nkunu kapaċi niġġeneraw dħul biżżejjed mit- tkattir ekonomiku biex innaqqsu dawn id-deficits għal kollox.", "Hawn irrid nenfasizza li dawn id-deficits akkumulahom il-Gvern kapriċċjożament fiż- żewġ leġislaturi tiegħu, b'mod partikolari fl-aħħar snin.", "Jien niċħad kategorikament dak li ntqal ripetutament li l-Gvern qiegħed f'paniku wara biss ħames xhur li ilu fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Fl-istess mod niċħad l- allegazzjoni li qed jagħmlu li aħna qed nibżgħu nippubblikaw xi figuri bħallikieku għandna xi faħam miblul u bħallikieku hemm xi direttiva jew mingħandi jew minn Kastilja biex dawn iċ-ċifri nħalluhom on the slow burner u kemm jista' jkun ma noħorġuhomx.", "L-ewwelnett jien nixtieq nagħmilha ċara li la jien u lanqas il-predeċessur tiegħi ma tajna xi direttiva lid- dipartiment biex iċ-ċifri jinżammu lura u ma joħorġux fil-waqt.", "Apparti minn hekk, meta vverifikajt ftit biex nara l-affarijiet kif inhuma u biex nara għaliex seta' kien hemm ċertu dewmien irriżulta mit-track record tas- snin ta' l-imgħoddi li l-figuri ta' l-ewwel tliet xhur tas-sena dejjem tradizzjonalment ħarġu wara li jkunu pubblikati l-figuri ta' Diċembru tas- sena ta' qabel.", "Barra minn dan jidher li tradizzjonalment il-figuri ta' Diċembru dejjem idumu ftit biex joħorġu.", "Dan iwassal għal delay konsegwenzjali fil-pubblikazzjoni tax-xhur ta' wara.", "Tant dejjem sar hekk illi jekk l-Oppożizzjoni tindenja ruħha tfittex u tara x'sar is-sena l-oħra meta kienet għadha fil-gvern hi ssib li dawn il-figuri ġew ippubblikati fix- xahar ta' Mejju ta' l-1996.", "Fuq dan il-punt ma nafx kif is-sena l-oħra l- Oppożizzjoni ma tkażatx meta mhux biss ħarġet il-figuri ta' Diċembru ħames xhur wara imma l-figuri ta' Lulju, Awissu u Settembru kellu joħroġhom Gvern Laburista f'Novembru għaliex minħabba l-elezzjoni l-Gvern Nazzjonalista lanqas laħaq ħariġhom.", "Dan qed ngħidu for the record biex ħadd ma jieħu l- impressjoni li aħna qed nipprovaw inżommu lura xi pubblikazzjoni ta' statistika jew figuri, anzi l-informazzjoni li għandi hija li dawn għandhom joħorġu imminentement fil-jiem li ġejjin.", "Osservazzjoni oħra li rrid nagħmel hija li jidher ċar illi kieku Malta baqgħet fit-triq li qabdet taħt il-Gvern ta' qabel kienet bla dubju tispiċċa fit-triq tar-rovina għaliex apparti milli kellha ekonomija li kienet qed tiġi fuelled min-nefqa pubblika kellha ekonomija which was overheating b'ritmu li ma kien bl-ebda mod sostenibbli.", "Aħna qed nagħmlu dak li qed nagħmlu għaliex la rridu noħolqu xokkijiet fl-ekonomija tal- pajjiż, la rridu nilagħbu mal-livell ta' l-għajxien tal-poplu u fl-istess ħin irridu ngħinu biex pajjiżna effettivament ikollu qawmien ġenwin u ekonomiku.", "Minflok il-Gvern Nazzjonalista joqgħod jikkritika b'mod propagandistiku ħafna, speċjalment f'dawn l-aħħar ġranet, imissu jkollu l- irġulija u jgħid li ħallielna pajjiż li kien qed jgħix, kif igħidu l- Ingliżi, on borrowed time.", "Is-sitwazzjoni tant ma kenitx tagħmel sens li meta titkellem ma' nies serji u ta' l-affari tagħhom li m'humiex imċappsin mal-politika jgħidulek mingħajr tlaqliq li bir-rata u bid-direzzjoni li kienu mexjin bihom tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern lanqas kienu jkunu kapaċi jwasslu għall-1997 u għall-1998.", "Ara ma taħsbux li din kienet xi xejra li nibtet fl-aħħar jiem jew fl-aħħar erbat ijiem, sempliċement għax l- Onor. Fenech Adami kien għoġbu jagħżel li jsejjaħ elezzjoni bikrija.", "Jekk inħarsu ftit lura nsibu li din kienet trend ta' mill-inqas l-aħħar erba' budgets tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern, aktar u aktar meta bdew jibbażaw ċertu dħul fuq il-bejgħ tas-sehem tal-Gvern f'ċerti azjendi.", "Din tajjeb li wieħed jenfasizzaha għaliex din hija sitwazzjoni li fil-fehma tiegħi ġabithom kif Margaret Thatcher kienet ġabet lill-Ingilterra f'sitwazzjoni fejn kienet qed tbigħ il-fidda tal-familja biex forsi tkampa.", "Li kieku ma nbiegħux ċerti ishma fil-banek jien niggarantixxi li lanqas kien ikollhom ċertu revenue fil-Fond Konsolidat.", "Alla biss jaf x'kien jiġri li kieku reġgħu telgħu n-Nazzjonalisti fil-gvern!", "Mistoqsijiet li wieħed jagħmel mingħajr ma jrid huma: Kellna xi garanzija li ma kenux jintmissu l-ishma tal-Mid-Med Bank?", "Kellna xi assigurazzjoni li l-Gvern ma kienx qed jilgħab bl-ishma tiegħu fl-Air Malta?", "Apparti minn konsiderazzjonijiet ideoloġiċi ta' ċerti nies tal-lemin fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, wieħed ma setax jeskludi dan, aktar u aktar ma bdew isibu ruħhom daharhom mal-ħajt għal raġunijiet purament finanzjarji.", "Tajjeb li issa nirrimarka wkoll li meta nitkellmu dwar dejn pubbliku hemm it-tendenza li niffokaw fuq il-gvern bħala gvern u ninsew wieħed mis-sorsi ewlenin tal-problemi li ħoloq il-Gvern ta' qabel, cioe' id-diżastru finanzjarju fl-azjendi parastatali.", "Inutli nitkellmu biss fuq it-Tarzna.", "Ħafna azjendi bħall-Enemalta m'huma xejn ħlief tarznari parastatali oħrajn li ma jifilħux isostnu l-infiq tagħhom.", "Tant ma kienx hemm kontroll fuq dawn l-azjendi li bil-mod il-mod daħlet il-mentalita' minn fuq għal isfel, għal fost il-ħaddiema nfushom, ta' \"għamel li trid ħalli lili li qed immexxi tħallini nagħmel li rrid ukoll\".", "Din il-mentalita' sfortunatament ma ssibhiex biss fl-istrata ta' fuq nett iżda anke fost ċerti nies tal- management li ngħataw ir-riħ mill-amministrazzjoni l-oħra, nies li forsi anke llum għadhom lanqas biss intebħu li nbidel il-Gvern u li ħasbu li jistgħu jibqgħu jmexxu b'ċertu sens ta' prepotenza u ta' irresponsabbilta' li mexxew biha sa ftit xhur ilu.", "Is-sitwazzjoni f'ħafna azjendi parastatali hija li kulħadd dara jitlaq jiġri għal rasu, iżda meta jiġi dahru mal-ħajt idur għal għand il-Gvern biex jagħmel tajjeb hu bħala forċina għad-diżastru finanzjarju li jkun jinsab fih.", "Dan l-aħħar fil-gazzetta \"IN-NAZZJON\" kien hemm editorjal fejn irrimarkaw b'ton sarkastiku li issa għandna self li m'għadux piż.", "Jien ma nafx jekk dan l-editorjal kitbux l-Onor.", "Bonnici wkoll, iżda fih insibu eku tal-kritika tiegħu ta' ftit jiem qabel li l-Gvern missu kien kapaċi jiġġenera dħul biżżejjed biex ma jissellifx.", "Bir-rispett kollu, dan huwa argument infantili li juri li għall-propaganda rħisa l-Partit Nazzjonalista lest li jwarrab żewġ konsiderazzjonijiet, cioe' is-sens komun ekonomiku, kif ukoll it-track record tiegħu nnifsu fil-gvern.", "Għalkemm tal-Partit Nazzjonalista illum iridu jagħtu l-impressjoni li meta kienu jmexxu huma kollox kien ward u żahar, kulħadd jaf li kieku dan kien minnu l-poplu kien ċertament jerġa' jafdahom biex imexxu l-pajjiż f'Ottubru li għadda.", "Madam Speaker, irridu niftakru li l-Gvern Nazzjonalista mhux talli kien għamel snin iberbaq flus il-poplu fil-vojt, talli kien hemm żmien fejn wieħed mill-ministri tiegħu tal-finanzi li kien jgħid li kien kapaċi jġib il-miljuni tal-partit f'ħakka ta' għajn bħalma jagħmlu l-magicians - kien l-istess wieħed li niżel fl-istorja tal-partit li qal li ma kien jimporta xejn li jgħabbi lil pajjiżna bid-djun għax il-piżijiet tagħhom kellhom iħallsuhom iż-żgħażagħ tagħna.", "Fir-realta' ġara li min kien ta servizzi bażiċi lill-Gvern, bħall-kuntratturi, spiċċaw biex lanqas tħallsu u kellhom jistennew bidla fil-gvern biex forsi jkollhom it-tama li jsir dan.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq kapriċċi imma fuq provvisti ta' servizzi bażiċi fuq proġetti infrastrutturali.", "Meta tal-Partit Nazzjonalista jitkellmu kif qed jitkellmu dan l-aħħar il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici u l-ġurnali tagħhom, donnhom ikunu qed jippruvaw inessu t- twissijiet li l-Ministeru tal-Finanzi ta' żmenijiethom kien ħareġ bihom is- sajf li għadda.", "Illum kif tafu konna obbligati li npoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport Annwali ta' l-1996 tal-Bank Ċentrali.", "Jekk niflu ftit dan ir-rapport u nieħdu l-ewwel paragrafu ta' dak li qal il-Gvernatur insibu dan li ġej:", "\"The current account deficit was at a substantial 9% of GDP\".", "U fl-istess nifs, mingħajr tlaqliq, il-Gvernatur qal li:", "\"At the same time, Government's financial situation deteriorated rapidly\".", "Aktar tard ikkonkluda li ż-żieda fil-borrowing requirement:", "\"contributed to a situation of imbalance in the economy.\"", "Dawn huma l-fatti li tal-Partit Nazzjonalista konvenjentement m'humiex jitkellmu dwarhom bħalissa minkejja li huma affarijiet dokumentati.", "Min illum qed jitkaża bina li qed nissellfu ma kellux id-diċenza jgħid li l- borrowing requirement kien tellgħu minn 3.1% tal-GDP għal 9% f'sena waħda biss.", "Min-naħa tagħna nista' ngħid li qed isir dak kollu meħtieġ biex nassiguraw li ċertu dħul li għandu jidħol, jidħol u jidħol b'mod effettiv.", "Jekk, per eżempju, nieħdu l-income tax, filwaqt li qed isir targeting ta' l-arretrati, qed nidentifikaw dik it-taxxa not in dispute, li għad trid tinġabar, u fl-istess waqt qed nippruvaw nikkonsolidaw ir-revenue collection section tagħna billi jsir deployment aħjar tan-nies f'dan id- dipartiment.", "Jekk min-naħa l-oħra hemm, per eżempju, taxpayers li għandhom taxxa not in dispute, dawn qed jingħataw scheduled time scale illi fiha għandu jsir dan il-ħlas lura dovut lill-gvern.", "Nixtieq ngħid li l-Inland Revenue, bħall-VAT Office, se jkollu wkoll legal office ħalli nkunu nistgħu nagħmlu enforcement legali aktar effettiv permezz ta' avviżi ġudizzjarji aktar malajr u aktar f'waqthom.", "Qed nagħmlu minn kollox biex niżguraw li ċertu finanzjament barrani li ninsabu ntitolati għalih ma jintilifx minħabba burokrazija u tkaxkir tas- saqajn amministrattivi.", "Ikun ta' għajb jekk ċerti funds barranin ma jiġux mopped up qabel l-expiry date tagħhom.", "Min-naħa l-oħra qed niżguraw li ebda spejjeż ma jsiru mid-dipartimenti konċernati taħt dawn il-protokolli qabel ma jiġu ffirmati l-ftehim rilevanti għaliex spejjeż bħal dawn m'humiex recoverable, anke jekk il-ftehim eventwalment jiġi ffirmat.", "Nixtieq issa nirribatti kritika oħra li qed issir lill-gvern.", "Din hija li wara l-ewwel xhur ta' awsterita' - dan ovvjament huwa kliem tagħhom - issa f'daqqa waħda l-Gvern poġġa lilu nnifsu fuq quddiem bħala l-mutur ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "Editorjalment - hawn m'iniex qed nirriferi għall- ġurnal Nazzjonalista - kien hemm min saħansitra ħareġ jgħajjarna li kellna a throw-back to the command economy days.", "U jien bir-raġun naħseb li għandna għalfejn nistaqsu għaliex qed jintqal dan kollu.", "Dan għaliex raw lill-Gvern jagħti l-barka tiegħu fil-prinċipju lil diversi proġetti bħal ta' Buġibba, Tal-Qroqq, ta' Pembroke, u hemm under consideration anke l- proġett ta' Manoel Island.", "Li ma qalux ċerti nies iżda huwa li dawn fil- biċċa l-kbira m'humiex proġetti tal-Gvern imma huma proġetti li se jsiru b'sehem u bi rwol importanti min-naħa tas-settur privat.", "Naħseb li huwa importanti ħafna li nagħmlu din id-distinzjoni ħalli wieħed jinnota l-mod modern li bih il-Gvern qiegħed jippjana l-ġejjieni fuq dawn il-proġetti kbar.", "Bħalissa, nerġa' ngħid, minflok nimxu fuq il-passi ta' l-imgħoddi, qed infittxu mudelli ġodda ta' sħubija biex kull fejn nitfgħu għajnejna jkun hemm lok u spazju għas-settur privat.", "Anzi jiena nfakkar u nispjega li meta l-Prim Ministru kellem lill-korpi kostitwiti fis-summit dwar it- tneħħija tal-VAT, mar oltre dan għaliex kien stedinhom sabiex huma stess jibdew jidentifikaw il-proġetti li fil-fehma tagħhom jistgħu jkunu ta' l- aktar fejda li jista' jkun hemm għal pajjiżna.", "Ovvjament, din l-istedina għadha miftuħa.", "Għaldaqstant jiena niddeplora dan il-ħafna kliem li qed isir f'ċerti ġurnali tal-lemin li jgħidulek \"government is big and getting bigger\", jew li aħna mexjin lura lejn xi command economy li teżisti biss fl- immaġinazzjoni tal-kritiċi tagħna.", "Madam Speaker, dan huwa kliem fil-vojt li juri biss preġudizzju politiku aktar milli xi teoriji ekonomiċi sani jew ħsieb modern.", "Jiena ma xtaqtx intawwal ħafna f'din l-introduzzjoni.", "Li xtaqt ngħid huwa li donnu - nittama li jiena forsi żbaljat - li l-Oppożizzjoni qed tiddejjaq għaliex qed tara li l-Gvern se jieħu miżuri biex jirranka l- ekonomija.", "Sa nhar il-Ġimgħa stess tan-naħa l-oħra tant urew ruħhom maqtugħin mir-realta' li ġew biex jitkellmu fuq il-famużi ħofor, minflok ammettew il-fatti kif inhuma u qalu meta x'ħallew warajhom bħala legacy tagħhom lill-pajjiż, qalu editorjalment u nikkwota verbatim:", "\"Il-ħofor li kienu jsemmu l-Laburisti kienu mmaġinarji\".", "Nixtieq inkun naf jiena b'liema wiċċ ikun hemm editur ta' gazzetta li wara l-fatti u l-figuri kollha li ħarġu tul dawn l-aħħar ħames jew sitt xhur jiġi jgħid kliem bħal dan.", "Illum nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li mexjin b'politika serja, intiża biex tbiegħed l-inċertezza u twassal sabiex l-ekonomija tikber b'rata akbar.", "Kif iddikjara diversi drabi l- Gvern u reġa' qalha l-Prim Ministru l-bieraħ stess, m'għandna l-ebda ħsieb li nagħmlu xi politika ta' issikkar taċ-ċintorin.", "Li rridu nagħmlu biss huwa li jkun hemm rationalisation ta' ċerti finanzi u anke dwar in-nefqa pubblika nnifisha.", "Aħna nemmnu li rridu npattu għas-slowdown li kien hemm fit-turiżmu u fis-settur produttiv f'dawn l-aħħar sentejn, liema slowdown jirrikonoxxuh il-korpi kostitwiti kollha ħlief il-Partit Nazzjonalista li kien responsabbli għalih meta ntroduċa l-VAT f'Jannar ta' l-1995, miżura li kellha effett negattiv dirett fuq l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jiena nemmen li b'dak li għandna ppjanat u anke b'leġislazzjoni oħra maħsuba għall- industriji ż-żgħar u mezzana, il-partit tagħna fil-gvern se jkun f'pożizzjoni li ġenwinament jagħti verament nifs ġdid lill-ekonomija għall- ġid tal-Maltin kollha huwa x'inhuwa l-kulur politiku tagħhom.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, jiena smajt b'ċertu interess id- diskors ta' l-Onor.", "Brincat fil-kariga l-ġdida tiegħu bħala ministru responsabbli mill-finanzi.", "Hawnhekk ikolli ngħid li l-Ministru ma segwiex il-mistoqsijiet li saru qabel għaliex illum qed insibu ruħna niddibattu dan l-abbozz ta' liġi mingħajr ma spiċċajna d-dibattitu li kellna qabel, per eżempju, fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa fejn kienu saru diversi mistoqsijiet fuq l-ekonomija tagħna u fuq id-dħul tal- gvern u li s'issa għadna mingħajr risposta għalihom.", "Allura bilfors li wieħed ikollu jerġa' jqajjem dawn il-punti li se nitkellem dwarhom aktar tard.", "Jiena nista' ngħid li l-ewwel ħaġa li laqtitni kienet li f'mument minnhom l-Onor.", "Brincat qalilna li l-ekonomija kienet overheating - u jiena bħala ekonomista nifhem li meta jkun hemm overheating ta' l-ekonomija jfisser li din tkun għaddejja tiġri wisq, tkun qed tespandi wisq, tkun għaddejja b'rata ta' ikkrear ta' impjiegi pjuttost qawwija iktar milli tkun tiflaħ tiġġenera nies ifittxu għax-xogħol - imbagħad jiġi l-Prim Ministru u jgħidilna li \"the economy had been slowing down for the past two years\".", "U din għadu kemm irripetiha l-Onor.", "Brincat meta qalilna li l-ekonomija ilha sentejn slowing down, ilha sentejn għaddejja b'ritmu kajman u għajjien.", "Jien ma nistax nara kif wieħed jista' jirrikonċilja stqarrija mill-Ministru l-ġdid responsabbli mill-finanzi li l-ewwel jgħidilna li l- ekonomija kienet overheating u żewġ minuti wara jgħidilna li kellna slowdown fl-ekonomija għal dawn l-aħħar sentejn!", "Ċertament naħseb li l- Gvern qed jimxi b'policy ta' propaganda rħisa f'dawn l-affarijiet u mhux qed jimxi bis-sens ekonomiku li jistħoqqlu l-argument u s-suġġett li qed niddibattu llum.", "Jiena ngħid li meta l-Gvern jgħid li l-ekonomija kienet ilha miexja bi slowdown għal dawn l-aħħar sentejn ikun hu stess qiegħed jiżra dubji serji fl-ekonomija.", "Jekk il-Gvern ipoġġi din l-istampa dwar l- ekonomija quddiem il-poplu Malti bilfors li jkun qed inaqqas il-fiduċja għaliex jekk għal dawn l-aħħar sentejn l-ekonomija kienet għaddejja batuta, allura kif inhi għaddejja llum meta kulħadd jaf kemm qed tbati l-ekonomija?", "Jiġifieri l-Gvern għandu bżonn jinsa l-polemika politika u l-vantaġġ politiku li jrid jieħu għaliex issa sab ruħu fil-gvern u jitkellem biċ- ċifri reali u mhux joqgħod jgħidilna li l-ekonomija ilha slowing down sentejn.", "Jekk il-Gvern qiegħed jgħid li meta l-ekonomija kkreat eluf ta' mpjiegi ġodda kienet slowing down, allura llum li qiegħda tiflef mijiet ta' mpjiegi - ma nafux eżatt kemm għaliex dan il-Gvern trasparenti għadu ma jistax jiddeċiedi liema ministeru għandu jkun responsabbli li jippubblika ċ- ċifri tal-qgħad - għandna riċessjoni u allura qegħdin f'pożizzjoni ferm agħar milli ħsibna.", "Madam Speaker, hawnhekk tajjeb li ngħid li meta jiena kont nokkupa l- kariga ta' ministru ftit tax-xhur ilu, iċ-ċifri tal-qgħad kien jippubblikahom il-Ministru responsabbli mill-ETC waqt li l-Ministru responsabbli mill-istatistika kien jippubblika wkoll iċ-ċifri ta' l- employment.", "Jiġifieri jien naħseb li dawn iż-żewġ ministeri għandhom bżonn jikkomunikaw bejniethom u jiddeċiedu sabiex ma jagħtux sinjali ħżiena lill- ekonomija u sabiex ma jdaħħlux dubji lill-operaturi ekonomiċi.", "Il-Gvern jgħidilna li ċ-ċifri qegħdin hemmhekk u allura jekk inhu hekk għandu jurihomlna u jgħidilna x'inhi s-sitwazzjoni ħalli ma jagħtix lok għal akkużi li hu qiegħed jaħbi għaliex bħalissa dak huwa l-messaġġ li qed jagħti.", "Jekk il-Gvern ma jridx jaħbi allura jmissu jippubblikahom.", "M'għandux ikun hemm dan il-logħob bid-diskors bejn ministeru u ieħor, donnu li bejn l-ETC u l-Ministeru tal-Finanzi hemm xi taħwida.", "Dawn jistgħu jagħmlu bħalma kien isir meta kien responsabbli l-ex-Ministru Falzon fejn kien jippubblika ċ-ċifri tal-qgħad kull meta kien ikollu mistoqsija parlamentari u meta ma kienx ikollu mistoqsija parlamentari kien joħroġ press release li tgħid li ċ-ċifra tal-qgħad hija tali.", "Jiġifieri jien ma narax għaliex għandu jkun hemm dan id-dewmien u għaliex għandu jkun hemm din id-diffikulta'.", "Jien jiġu jkellmuni ħafna nies u jagħmluli anke domandi imma jien ma nkunx nista' nissostanzja ċerti affarijiet għaliex il- Gvern għadu ma ppubblikax iċ-ċifri.", "U allura x'nagħmel?", "Ma ngħid xejn?", "Hija r-responsabbilta' tal-Gvern li jippubblika ċ-ċifri sabiex bihom juri li mhux veru li qed jintilfu l-impjiegi u juri wkoll kif inhi sejra l- ekonomija.", "Hemm tħassib serju li l-ekonomija qiegħda tistaġna u dan huwa ħażin kemm għal pajjiżna kif ukoll għall-Gvern għaliex żgur li l-iskop tal- Gvern m'huwiex li tistaġna l-ekonomija.", "Jien naħseb li l-ikbar mandat prinċipali li għandu l-Gvern fuq il-mandati l-oħra kollha - it-tneħħija tal- VAT u l-introduzzjoni ta' sistemi oħra - huwa li jibqa' jipprovdi atmosfera ekonomika li tibqa' tiġġenera l-impjiegi.", "Illum ma nafux fejn qegħdin u allura bilfors li wieħed ikollu jgħid li l-Gvern mhux qiegħed ikun open u m'huwiex jindika l-affarijiet kif inhuma.", "Dwar il-kliem li ntqal mill-Gvern li fl-aħħar sentejn l-ekonomija kienet għaddejja minn slowdown jiena nista' nikkwota minn pubblikazzjoni li ħarġet taħt dan il-Gvern stess li skond iċ-ċifri li hemm fiha fl-1994 l-ekonomija kibret b'xi 4%, madwar 1.5% iktar mill-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Ewropej.", "Fl-1995 l-ekonomija kibret b'9% u nafu li parti minn dan it-tkattir kien dovut għall-introduzzjoni tal-VAT għaliex din it-taxxa ħarġet numru sostanzjali ta' operaturi ekonomiċi li kienu joperaw dik li jsejħula l- ekonomija moħbija, l-cash economy fejn ma jidher xejn uffiċjali lanqas l- impjiegi.", "Per eżempju, dan l-aħħar skoprejna - qalha l-Minsitru tal- Ħarsien Soċjali stess - li kien hemm madwar 4,000 impjieg full time li kienu moħbija u li bl-introduzzjoni tal-VAT ħarġu fil-beraħ.", "U dan naturalment jaffettwa l-ekonomija u t-tkattir li jiġi recorded.", "Minn dawn id-9% aħna konna ngħidu li kien hemm madwar 2% jew 3% l-iktar li kienu ġejjin minn din il-hidden economy u allura jekk innaqqsu dan il-persentaġġ nistgħu ngħidu li l-ekonomija fl-1995 kienet qed tikber bejn 4% u 5%.", "Imbagħad skond il-pubblikazzjoni li ħarġet mal-budget papers insibu li l- ekonomija fl-ewwel disa' xhur ta' l-1996 kienet qed tikber b'madwar 4%.", "Allura meta wieħed jara dawn il-figuri, kif jista' jkun li jaċċetta li l- Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi l-ġdid li jgħidulna li kellna slowdown fl-ekonomija f'dawn l-aħħar sentejn!", "Ejja ngħixu daqsxejn fir- realta'.", "Fl-aħħar sentejn kellna full employment, il-qgħad niżel għal taħt il-5,000 sewwa u r-rata ta' l-unemployment kienet ta' madwar 3.5%.", "Mela allura għalfejn noqogħdu ngħidu dan id-diskors!", "Jekk il-Gvern jgħid li kellna slowdown b'rata ta' qgħad ta' 3.5%, ikun qed jiżra aktar inċertezza għaliex illum li l-qgħad huwa iktar - l-indikazzjonijiet huma ta' madwar 4.4%, pero' ma nistax ngħid eżatt għaliex iċ-ċifri għadhom ma ġewx pubblikati - allura għandna diżastru.", "Jiġifieri l-Gvern irid ikun konsistenti ma' l-argumenti tiegħu għaliex inkella jkun qed jiżra l- inċertezza hu stess.", "U kultant il-Gvern, bil-wiċċ tost kollu, idur fuq l- Oppożizzjoni u jgħidilna li aħna qed nippontaw fuq id-diffikultajiet kollha li hawn fil-pajjiż bħalissa, fosthom l-istaġnar tal-kummerċ.", "F'pajjiżna bħalissa hawn diffikultajiet kbar u jiena nixtieq ukoll nirriferi għal uħud minn dawn id-diffikultajiet u anke għal ċerti policies li l-Gvern qed jimxi bihom għaliex jista' jkun - u l-istorja ekonomika turina dan - li meta inti jkollok sitwazzjoni ta' slowdown qawwija fl-ekonomija - jekk mhux riċessjoni wkoll - u qiegħed tidħol f'diffikultajiet ekonomiċi fejn għandek il-katina tal-kummerċ li m'hijiex topera bil-mod kif suppost, ikollok bżonn ta' politika monetarja u fiskali li tkun addatata għal dan it- tip ta' ambjent.", "Madam Speaker, hawnhekk nixtieq nirriferi għad-Diskors tal-Budget li jindika bl-iktar mod ċar li s-sena li għaddiet il-politika monetarja kienet miexja b'mod li pjuttost kienet a tight monetary policy; hekk qed jirriferi għaliha d-Diskors tal-Budget li kien ippreżenta l-Onor.", "Lino Spiteri ftit tax-xhur ilu.", "F'dan l-istess diskors hawn li fil-fatt kien hemm ukoll żieda fir-rati ta' l-imgħax u li matul l-1996 il-Bank Ċentrali diversi drabi daħal fi swieq tal-flus biex inaqqas il-likwidita' żejda.", "Il- ħidma tal-Bank wasslet għal żidiet żgħar fl-imgħaxijiet, l-ewwel fis-suq tal-flus imbagħad fis-sistema bankarja.", "Din hija politika li normalment tuża' meta jkollok espansjoni pjuttost qawwija - li allura tmur għal dak li qal l-Onor.", "Brincat meta qal li kienet overheating - fejn il-Bank Ċentrali jipprova jnaqqas ir-ritmu ekonomiku.", "Pero' imbagħad ma tistax tiġi żewġ minuti wara u tgħid li kellna slowdown fl-ekonomija għaliex allura tiġi inkonsistenza kbira.", "Jien ngħid li llum hawn slowdown u fl-islowdown tal-lum il-politika li r- rati ta' l-imgħax ikunu iktar għoljin trid tiġi mibdula għaliex illum m'aħniex fl-istat li l-Bank Ċentrali jnaqqas il-likwidita'.", "Jien ngħid li jekk il-Bank Ċentrali qed jimxi b'dan il-mod qed jadotta politika żbaljata.", "Illum għandu jkun hemm sistema fejn meta jinħolqu diffikultajiet ta' pagamenti bejn in-negozjaturi, il-kummerċjanti u l-operaturi ekonomiċi ma tqumx il-kwestjoni li se tgħollilhom jew iżżommilhom rata ta' imgħax għolja.", "Fil-fatt ir-rata ta' l-imgħax hija wżata fil-pajjiżi kollha bħala sinjal ċar ta' x'wieħed irid; jekk iridx jissikka iktar l-ekonomija jew inkella jekk iridx iżid ir-ritmu ta' l-ekonomija jekk din tkun għaddejja minn perijodu kajman jew ta' slowdown, kif jidher li għandna f'pajjiżna llum.", "Għandu jkun hemm ċertu easing tar-rati ta' imgħax biex ittaffi d- diffikultajiet ekonomiċi li l-pajjiż ikun qed jiffaċċja f'dak il-perijodu.", "Jien nistieden lill-Ministru responsabbli mill-finanzi sabiex jitkellem u jiddiskuti fuq dan is-suġġett mal-Bank Centrali - il-Bank Centrali wkoll għandu livell ta' awtonomija - ħalli f'dawn iċ-ċirkostanzi ma jkollniex diffikultajiet ikbar għan-negozjanti Maltin billi jew jiffaċċjaw likwidita' nieqsa fis-suq, fis-sens li l-banek ma jkollhomx flus biżżejjed biex isellfu għaliex il-Bank Centrali jkun qed jassorbi l-likwidita' żejda, jew inkella jiffaċċjaw id-diffikultajiet għax ikunu qed jiffaċċjaw rata ta' imgħax, kif jgħid il-budget hawnhekk, li hija pjuttost iktar għolja milli kien hemm qabel.", "Dak li jkun hemm bżonn huwa proprju l-oppost, ikun hemm bżonn li jkollok ċertu easing tar-rati ta' l-imgħax biex b'hekk l-operaturi ekonomiċi fil-manifattura, il-kummerċjanti stess, dawk li llum m'għandhomx dak it-turnover li kellhom qabel ....", "Per eżempju, lili jgħiduli li f'ċerti każi t-turnover naqas b'ferm aktar minn 10% u ma tridx tkun għaref biex tara dan, kulma trid tagħmel huwa li ddur dawra mal-ħwienet tal-Belt u tara x'jgħidulek is-sidien.", "Dawn jgħidulek li allavolja għamlu s-sales f'Jannar xorta ma rnexxielhomx ibigħu daqs kemm bigħu f'ġimgħa waħda s-sena ta' qabel.", "Allura dawn issa għandhom diffikultajiet ta' pagamenti li s-sistema bankarja tagħna u l-Bank Ċentrali jridu jkunu konxji minnhom u jien nispera li l-Ministru l-ġdid responsabbli mill-finanzi jkun jista' jiddiskuti dawn l-affarijiet mal-Gvernatur tal- Bank Centrali sabiex jaraw li s-sistema m'hijiex waħda li qed tissikka u tikkrea iktar diffikultajiet.", "Jien lil pajjiżi rrid narah jimxi 'l quddiem, mingħajr ma jinħolqu diffikultajiet mhux neċessarji kif naħseb li huma d- diffikultajiet tal-lum.", "Jien naħseb li ħafna mid-diffikultajiet li għandna llum ġejjin mill-fatt li nżergħat ċerta inċertezza, prinċiparjament minħabba s-sistema ta' tassazzjoni li hemm rimedju għaliha, liema rimedju huwa li s-sistema ta' tassazzjoni tiġi kjarifikata b'mod li jagħmel sens u mhux b'mod li ngħidu \"ejjew ħalli mmexxu, basta nagħmlu xi ħaġa, għax ma nistgħux nibqgħu sejrin\".", "Tkun ġennata jekk aħna qed nittrattaw suġġett daqshekk importanti bħall-ekonomija tagħna b'dan il-mod.", "Hawn min jgħid li l-Gvern qed jaġixxi hekk minħabba r-ras iebsa u hawn min jgħid li għaliex ma jistax joħroġ b'sistema li tkun aċċettabbli għal kulħadd.", "Imma allura jekk ma tistax issib il-formola, taqbad u ddaħħal sistema li hemm dubji serji dwar kemm hija tajba anke f'livell internazzjonali!", "Jien għalhekk nibqa' nistaqsi liema huwa dak il-pajjiż li għandu sistema finanzjarja bħal dik li qed jipproponi l-Gvern, ħalli b'hekk naraw xi żbalji kellhom u kif aħna nistgħu negħlbuhom jekk se nimxu fuq din is-sistema.", "Jien naħseb li l- problema kbira hija li l-Partit Laburista qiegħed jinterpreta l-mandat li jgħid li għandu dwar il-VAT in a vacuum.", "Il-mandat kien li l-ħajja torħos billi titneħħa l-VAT.", "Jekk dan ma jkunx jista' jseħħ se jkollna żieda fil- prezzijiet.", "Fil-fatt kulħadd qed igħid li bis-sistema ta' dazji, sisa, taxxa fuq servizzi selettivi u taxxa fuq it-turnover il-ħajja se togħla.", "Għalhekk jien ngħid li l-Gvern irid joqgħod attent ħafna għaliex il-wegħda li titneħħa l-VAT tkun biss ġustifikata jekk inaqqas l-għoli tal-ħajja.", "Inkella għalfejn se jneħħi l-VAT!", "Biex jaġevola u jiftaħ bieb ieħor lil dawk li ddejqu biha għaliex ma baqgħux jevadu t-taxxa!", "Ovvjament din mhijiex xi ħaġa li l-Gvern jista' jaċċettaha għaliex timmina r-revenue generating capability tiegħu u barra minn hekk tikkrea diffikultajiet kbar fl-ekonomija.", "Imma issa ħalli mmur lura għad-diskors ta' l-Onor.", "Leo Brincat meta fil-bidu ta' din id-diskussjoni qalilna dwar fejn kien ix- shortfall u l-infiq extra.", "Madam Speaker kien hemm diversi punti li semma l-Onor.", "Membru li jien kelli konnessjoni magħhom b'mod dirett bħal, per eżempju, sussidju fuq il- qmuħ u diversi spiżi oħra li ġew mingħajr ma wieħed kien qed jipprevedihom.", "Jien nistaqsi: Fejn qiegħda l-ħela li kien isemmi l-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni?", "Aħna ma nistgħux ma nsemmux x'kien jgħid il-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni u x'qed igħid issa li qiegħed fil- gvern.", "Wieħed irid iqabbel dak li kien jgħid qabel il-Partit Laburista u l-pożizzjoni li qed jieħu issa.", "Per eżempju, jien kont kritiku ħafna dwar it-taxxi tas-sisa li għadna ma spiċċajniex id-diskussjoni fuqhom f'dan il- Parlament.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed igħid li għalkemm għadna ma lestejniex id-diskussjoni fuq dawn it-taxxi tas-sisa illum għandna quddiemna money bill ieħor u għalhekk għadna ma ġejniex imwieġba għall- mistoqsijiet li tqajmu u li rrid niġi għalihom iktar 'il quddiem għax huma importanti ħafna.", "Illum qegħdin nidħlu f'diskussjoni oħra li tittratta dwar self barrani u self ieħor.", "Għalhekk bilfors nistaqsu: Imma l-kwadru fuq ir-revenue huwa l-kwadru kollu li qed naraw?", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għad-diskussjoni li kellna madwar ħames ġimgħat ilu u għad- diskussjoni tal-budget.", "Is-sena li għaddiet id-deficit kif rapportat mill-Gvern kien ta' Lm112 miljun, jiġifieri deficit qawwi.", "Dan huwa xi tliet darbiet iktar milli kien qed jiġi ppjanat pero' meta wieħed ifittex iċ-ċifri jsib xi ħaġa li jien ilni ħafna nitlob risposta għaliha u s'issa għad m'għandix, allavolja qed niddibattu f'dan il-Parlament biex nagħmlu tajjeb għal dan id-deficit li ġie pubblikat.", "Jien ilni ngħid ħafna li għandi dubji serji dwar kemm kien id-deficit.", "Il-Gvern ippubblika ċ-ċifri tad-dħul mill-VAT minn Jannar sa Novembru u jirriżulta li f'dan il-perijodu d-dħul kien ta' Lm12.4 miljun iktar mill-istess perijodu ta' l-1995.", "Għalhekk skond iċ-ċifri li ġew pubblikati f'Jannar li għadda, li jindikaw id-dħul tal-Gvern, insibu li sa Novembru d-dħul mill-VAT kien ta' 16% iktar mill-1995.", "Imbagħad skond l-Estimi tal-Budget li ġew pubblikati f'Jannar insibu li sa Diċembru d- dħul mill-VAT kien ta' Lm900,000 iktar fuq it-12-il xahar tas-sena ta' qabel.", "Jien ngħid: Imma x'ġara hawn?", "Kif jista' jkun li sa Novembru ċ- ċifra kienet ta' Lm12.4 miljun u f'Diċembru din niżlet għal Lm900,000?", "Għal dan għandu jkollna spjegazzjoni.", "Meta għamilt mistoqsija parlamentari qaluli li għandi nistenna sakemm jiġu pubblikati ċ-ċifri tal-Gvern.", "L- Onor. Brincat qal li meta aħna konna fil-gvern iċ-ċifri kienu joħorġu f'Mejju.", "Imma skużi, meta kienu jiġu quddiemna dawn it-tip ta' mistoqsijiet jien ma kontx inwieġeb b'dan il-mod.", "Din mhix loġika.", "Kif nistgħu niddiskutu abbozz ta' liġi li qed jiġbor il-flus għall-Gvern bħala self biex jagħmel tajjeb għad-deficit u mbagħad meta jien nistaqsi x'ġara mid-dħul tal-VAT fis-sena li għaddiet - għaliex iċ-ċifri li ġew ippubblikati fl-Estimi mhux qed jagħmlu sens maċ-ċifri ppubblikati mill- istess Gvern fil-Gazzetta tal-Gvern - ma jkollna ebda risposta, anzi jkollna silenzju sħiħ?", "Din hija relevanti ħafna għax hawnhekk qed ngħidu li hawn shortfall ta' Lm11 miljun.", "Għalhekk jekk wieħed jara x'kien id- dħul sa Novembru u Diċembru isib li hemm question mark kbira fuq Lm11 miljun li donnhom sparixxew.", "Jien irrid inkun naf x'inhu d-dħul tal- Gvern biex hawn ġew niddibattu b'mod loġiku.", "Aħna hawnhekk ma ġejniex niddibattu sempliċement biex il-Gvern ikun jista' jissellef iktar biex jagħmel tajjeb għad-deficit tas-sena li għaddiet.", "Dan id-deficit kemm kien?", "Għalkemm il-Budget domna niddiskutuh xahar sħiħ xorta għad għandna question mark.", "Aħna nibqgħu ninsistu li għandna nkunu nafu kemm hu d-dħul tal-Gvern biex inkunu nafu s-sitwazzjoni x'inhi.", "Bħalma huwa d-dover tagħna li aħna nistaqsu, huwa d-dover tal-Gvern li jagħtina tweġiba fuq is- sitwazzjoni finanzjarja.", "Qed ngħid dan għax, kif qed ngħid, qed nibqgħu bla tweġiba.", "Jekk wieħed iqabbel x'ġie pubblikat sa l-aħħar ta' Novembru jsib li kien hemm Lm12.4 miljun iktar mis-sena ta' qabel u meta jara x'ġie pubblikat sa l-aħħar ta' Diċembru jsib li hemm Lm900,000 biss aktar.", "Il- mistoqsija tiegħi hija sempliċi: X'ġara minn dawn il-Lm11 miljun?", "Għaliex id-dħul mill-VAT niżel b'ammont daqshekk drastiku f'Diċembru?", "Jekk kellhom xi żball għandhom igħidulna għax kulħadd jista' jieħu żball.", "Għalhekk dawn iridu jirrispondu u ma jistgħux iħallu d diskussjoni mdendla b'dan il-mod.", "Meta wieħed iħares lejn id-dħul mill-income tax isib li għandna problema.", "Sa Novembru kellna sitwazzjoni fejn id-dħul mill-income tax kien ta' madwar Lm21 miljun iktar mis-sena li għaddiet u dan niżel għal madwar Lm13 miljun fl-aħħar ta' Diċembru.", "Dan huwa tnaqqis ta' Lm8 miljun.", "Meta staqsejt x'kien ġara l-Ministru Spiteri kien irrispondieni u qalli li peress li s-sena li għaddiet il-Gvern Nazzjonalista kien naqqas ir-rati tat- taxxi allura daħħal inqas.", "Jien ma nistax nifhem kif dan għandu jirrifletti ruħu fl-aħħar xahar tas-sena.", "Il-profitti tal- korporazzjonijiet kienu inqas ukoll.", "Illum l-Onor.", "Brincat qal li d-dħul mill-capital gains kien inqas għax ma kienx hemm daqshekk bejgħ fil- proprjeta' daqskemm kien previst.", "Meta tlabt biex dawn iċ-ċifri jiġu kkwantifikati - dawn bilfors iridu jiġu kkwantifikati għax kieku l-Ministru ma setax jagħtini din ir-risposta u ma setax jgħidli għaliex hawn dawn il- problemi f'dawn is-setturi - r-risposta kienet li din l-informazzjoni qatt ma ngħatat qabel u mhux se tingħata issa.", "Imma skużi!", "Jekk jien nikkritika d-dħul tal-Gvern u ngħid li m'huwiex ċar tiġix tgħidli li għandek l-informazzjoni u ma tridx tgħidhielna!", "Din mhijiex xi informazzjoni konfidenzjali.", "Kulma tlabt jien huwa l-breakdown tad-dħul tal-Gvern għall-kategoriji li semma, jiġifieri kemm kien hemm tnaqqis fit- taxxa minħabba li tnaqqset it-taxxa, minħabba l-profitti inqas tal- korporazzjonijiet u minħabba l-bejgħ inqas tal-proprjeta'.", "Biex wasal għal dawn il-konklużjonijiet il-Gvern ħadimhom dawn l-affarijiet.", "L-argument tiegħi huwa li f'dan il-qasam il-Gvern qed jimxi b'mod li xejn m'huwa trasparenti u allura jnissel ċerti diffikultajiet u ċerti mistoqsijiet.", "Jien illum għadni m'iniex sodisfatt kemm kien eżatt id-deficit tas-sena li għaddiet u nixtieq li jweġbuni dwar dan.", "Il-Ministru qalilna li l-ewwel iridu jiffinalizzaw il-figuri ta' Diċembru qabel ma jippubblikaw dawk ta' Jannar, Frar u Marzu.", "Hawnhekk ta' min igħid li għalkemm il-figuri għadhom m'humiex lesti xorta waħda jistgħu jippubblikaw il-figuri ta' Marzu u jqabbilhom ma' l-istess xahar tas-sena ta' qabel.", "Normalment jekk ċifra ta' xahar partikolari tkun qed tikkaġuna xi diffikulta' biex tiġi finalizzata - hemm dawn il- mistoqsijiet pendenti - xorta waħda nistgħu nkunu nafu x'daħħal il-Gvern mill-VAT f'Jannar, fi Frar u f'Marzu.", "X'inhi d-diffikulta'?", "Jien interessat ħafna dwar dan għaliex m'għandniex ċifri oħra li permezz tagħhom inkunu nistgħu naraw ir-ritmu ekonomiku kif inhu għaddej.", "Dak hu l- interess tiegħi.", "Jien mhux qiegħed hawnhekk biex nippixxikaldja lill-Gvern imma qiegħed hawnhekk biex niftaħlu għajnejh.", "Hawnhekk jikkritikawna ħafna li aħna qed ngħidu li għandna slowdown meta m'għandniex ċifri x'nuru.", "Hemm żewġ Ministri li ma jistgħux jiddeċiedu min minnhom se jippubblika ċ- ċifri tal-qgħad.", "Dawn iċ-ċifri flimkien maċ-ċifri tad-dħul huma available u ma jridux juruhomlna, imbagħad jikkritikawna li aħna qed ngħidu li għandna slowdown!", "Il-prova li jriduna nagħtuhom qiegħda għandhom u l- poplu Malti jrid jara x'qed jiġri, jrid jara fiex dieħel u jrid jara x'inhuma l-konsegwenzi li kien isemmi l-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni dwar id-dħul tal-VAT.", "Is-suspetti tiegħi huma li d-dħul tal-VAT ikkollassa u niżel sewwa.", "Dan se jfisser iktar taxxi u iktar self li jista' jkun bla bżonn.", "Għalhekk ma nistgħux niddibattu dan l-abbozz ta' liġi qabel ma naraw l-istorja kollha.", "Il-Partit Laburista daħal f'morsa meta wiegħed ħafna affarijiet fuq il-VAT u llum iġġamjalu d-dħul.", "Jien irrid nara x'se jiġri mid-deficit tal-Gvern ta' din is-sena.", "Fl-ewwel erba' xhur tas-sena missna nafu x'ġara mid-deficit tal-Gvern mhux hawn silenzju assolut fuq iċ-ċifri.", "Jien nispera li llum il-Ministru jkun jista' jindika xi ħaġa.", "Ħalli nerġa' nsemmi l-argument li hawn ġew diġa' għamiltu xi darbtejn jew tlieta u għamiltu wkoll fil-gazzetti u f'diversi laqgħat li kelli.", "Jien ikkalkolajt li mill-VAT hemm Lm11 miljun li sparixxew u ma nafx x'sar minnhom u hemm Lm8 miljun mill-income tax li ma ġewx spjegati għal kollox.", "Irridu niftakru wkoll li kien hemm bidla fil-policy tal-Gvern fejn ċerti shares ma biegħhomx u din hija ta' madwar Lm15 miljun.", "Issa jien nippreferi ħafna iktar li l-ownership tkun iktar imħallta milli tkun biss f'idejn il-Gvern.", "Aħna konna qed nipproġettaw li jkollna dħul ta' madwar Lm15 miljun fis-sena, imbagħad tela' l-Partit Laburista fil-gvern u ddeċieda li ma jbiegħ l-ebda shares - affari tiegħu! - pero' din il-bidla fil-policy ma jistax iwaħħalha fuqna wkoll.", "Meta tgħodd dawn it-tliet items - is-sale of shares, id-dħul inqas mill-VAT li m'huwiex spjegat u d- dħul inqas mill-income tax ta' madwar Lm8 miljun - tasal għas-somma ta' Lm34 miljun li jekk tnaqqashom mill-Lm112 miljun li semma l-Ministru - dawn jissemmew anke fl-estimi - ssib li d-deficit tas-sena li għaddiet kien ta' madwar Lm78 miljun.", "Dan xorta huwa deficit għoli pero' huwa terz inqas minn dak li semma l-Gvern u dan huwa rilevanti għaliex donnu l-Gvern kien motivat biex joqgħod jgħid kemm għandna ħofor.", "Din bħal tas-slowdown, għax il-motivazzjoni ta' kemm għandna ħofor ixxokkjat s-sistema fejn kulħadd beda jistaqsi: Hawn x'qed jiġri?", "Il-Gvern qiegħed f'sitwazzjoni finanzjarja daqshekk ħażina?", "Jien ngħid li s-sitwazzjoni finanzjarja kienet inqas tajba milli stennejna għax id-deficit kien id-doppju milli ġie ppjanat, pero' għandi dubji serji dwar jekk kienx it-triplu jew le għax għadni ma ngħatajtx tweġiba sewwa għal dan ir-rigward u qed nistenna li forsi llum ikollna xi kjarifikazzjoni fuq dan il-punt.", "Il-punt huwa li waqt illi s-sena li għaddieti d-deficit espanda - jien qed ngħid li m'espandiex bir-rata li semma l-Gvern - x'miżuri jridu jittieħdu issa biex jagħmlu tajjeb għal dan id-deficit li hu ogħla milli wieħed kien qed jistenna?", "GĦax wara kollox il-ġid tal-pajjiż jirrikjedi li wieħed jara x'miżuri jistgħu jittieħdu biex dan id-deficit jiġi kkontrollat u mnaqqas, għaliex deficit kbir ma jagħmilx tajjeb għall-ekonomija tagħna.", "Aħna naqblu fuq dan, pero' issa l-problema hija ta' kif se nimxu.", "Is-sens komun jgħidlek li jekk daħħalt sistema ta' tassazzjoni ġdida u din bdiet tirrendi - l-IMF report stess jgħidilna li din is-sistema b'miżura internazzjonali rrendiet ...", "Tajjeb li nfakkar li ftit ilu l-Gvern kien qed jargumenta bil-kontra, tafux?", "Waqt li kellu available ir-rapport ta' l- IMF imrekken f'xi kexxun f'xi ministeru, kien qed jargumenta li d-dħul mill- VAT imqabbel mal-livell internazzjonali kien pwerili, mentri m'hu hekk xejn.", "Jien kelli f'idejja rapporti oħra ta' l-IMF li jqabblu pajjiżi diversi u għidt pubblikament li d-dħul medju mill-VAT - kif jirriżulta minn dawn ir-rapporti - huwa ta' madwar 7% jew 8% tal-GDP, li huwa bejn wieħed u ieħor dak l-ammont li daħħalna aħna s-sena li għaddiet.", "Imma għax il-Gvern Laburista ried ipoġġi l-VAT fl-ikraħ qed jgħid li din ma ħadmitx.", "Allura anke hawnhekk qed jipprova ma jkunx ċar u qed joħloq il-problemi għalih stess.", "Żgur li wieħed ma jistax jargumenta kontra l-VAT u jgħid li fuq livell internazzjonali din ma tatx id-dħul neċessarju, anzi d-dħul li ngħata f'pajjiżi oħra huwa simili ħafna għad-dħul li ngħata fl-1995.", "Naturalment aħna xtaqna li d-dħul tagħna kien iktar u konna ppjanajna li jkun iktar pero' għal diversi raġunijiet dan ma rnexxiex.", "Allura waqt li r- rapport ta' l-IMF qed jgħid lill-Gvern li għandu budget deficit iktar qawwi - l-Prim Ministru għoġbu jikkwota din il-parti fejn l-IMF qalet li l-buget deficit kellu jkun inqas u li għandu jkun hemm iktar taxxi biex id-deficit jonqos - l-istess rapport bilfors irid jindika li għandna sistema ta' tassazzjoni li skond miżuri internazzjonali rrendiet dħul sodisfaċenti.", "Jekk xejn, il-Gvern imissu ra kif jista' jsaħħaħ l-liġi tal-VAT ħalli jdaħħal iktar billi jnaqqas l-abbuż, għax mill-informazzjoni li qed niġbor jien meta ndur il-ħwienet jidher li l-abbużi żdiedu.", "Illum hemm iktar diffikultajiet għax meta qed tgħid li se tneħħi l-VAT il- compliance se jonqoslok u allura trid tara x'tagħmel għaliex il-Gvern għandu bżonn jesiġi - jien nemmen li hekk qed jipprova jagħmel - li d-dħul tal-VAT jiġi protett u mhux imur il-baħar.", "Il-Gvern issa mhux qed jgħidilna x'inhu jdaħħal mill-VAT ħalli nkunu nistgħu nqabbluh mas-sena li għaddiet.", "Il-Gvern mhux qed jgħidilna x'inhi s-sitwazzjoni ekonomika, pero' aħna nistgħu nindunaw x'inhi mid-dħul tal-VAT għaliex ir-ritmu ekonomiku affettwah ukoll.", "Mela qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-Gvern qiegħed jimxi bl-għama f'sistema li din is-sena taf twasslu għal deficit ferm ikbar minn dak tas-sena li għaddiet.", "U hawnhekk huwa l-periklu għax meta tintroduċi sistema ġdida ta' tassazzjoni, tkun xi tkun din is-sistema, sakemm tindara u tibda taħdem b'mod effiċjenti se jkollok telf ta' dħul bl- iktar mod ovvju fuq l-istocks.", "Jien ma nafx kif dan il-Gvern irid jitratta l-istocks tal-kummerċjanti bid-dazju jew b'xi sistema oħra li se juża u fl- istess ħin jagħti r-refunds tal-VAT.", "Se jkollu din id-diffikulta' u jien nipprevedi li se jitlef il-flus għax ma jaqbilux jimxi b'sistema li twassal għal taqlib kbir fit-tassazzjoni, għal iktar diffikultajiet finanzjarji u għall-periklu li jikber id-deficit u allura l-Gvern ikollu jerġa' jiġi jressaq xi mozzjoni biex jissellef.", "Jien nixtieq nagħti parir lill-Gvern li meta jressaq mozzjoni biex jissellef, speċjalment jekk ikun se jissellef minn barra - u din il- mozzjoni li qed niddiskutu tinkludi self minn barra u sadanittant ġiet ippubblikata mozzjoni li jrid jirdoppja l-livell tas-self minn barra - għandu jagħti spjegazzjoni.", "Self minn barra huwa ferm iktar oneruż għal pajjiżna u jdaħħal ħafna mistoqsijiet għax jista' joħloq ċerti diffikultajiet peress li jrid jitħallas b'munita barranija.", "Intqal ukoll li d-Drydocks se tiġi pprovduta b'Lm25 miljun minn dan is-self.", "Normalment il-prattika li nimxu biha hi li meta gvern jew xi kumpannija parastatali jissellfu minn barra, is-self isir għal proġett li jkun se jiġġenera dħul minn barra - dan hu aċċettat minn kulħadd internazzjonalment - biex b'hekk meta jiġu biex iħallsu l-flus lura jkollhom id-dħul minn barra li jagħmel tajjeb għall-cost tal-proġett u biex tħallas ir-rata ta' l-imgħax f'muniti barranin.", "Per eżempju, fil-każ tal-Freeport is-self minn barra qiegħed abbinat ma' terminal 2 li se jdaħħal flow ta' flus f'pajjiżna u allura jista' jiffinanzja l-pagamenti 'l barra minn pajjiżna.", "Fuq dan kollu ma nafu xejn.", "Infatti jien niskanta kif f'dan l-abbozz ta' liġi qed nitkellmu dwar żieda fis-self minn barra li twassal għal Lm150 miljun mil-limitu li hemm bħalissa ta' Lm75 miljun, imbagħad meta nħares lejn l-estimi li ġew ippubblikati mill-istess Gvern insib li s-self outstanding minn barra huwa ta' madwar Lm50 miljun jew anke inqas.", "U jien ngħid: Allura x'messaġġ irid jagħti l-Gvern?", "Xi pjanijiet għandu?", "Ma jistax iressaq mozzjoni u ma jispjegahiex għaliex din titratta dwar suġġett li jaffettwa l-kunfidenza tas-suq finanzjarju.", "Illum għandna l-credit rating u l-pjanijiet tal-Gvern li jissellef minn barra huma xi ħaġa ta' nteress kbir għall-kumpanniji li huma nkarigati biex jagħmlu monitoring ta' l-ekonomija tagħna u jiffissaw il-credit rating.", "Jien hawn rajt li l-Gvern ma tax informazzjoni biżżejjed dwar is-self minn barra u ma nistax ngħid li m'iniex daqsxejn perturbat ukoll meta qed nara li f'żewġ items separati - qed nirriferi għall-mozzjoni u għall-abbozz ta' liġi - il-Gvern qed jgħid li se jżid is-self minn barra b'mod sinifikanti ħafna.", "S'issa kull gvern li kien hawn dejjem qagħad attent ħafna mis-self minn barra għax dan jitfa' piż fuq l-ekonomija li huwa ferm differenti mis-self lokali.", "Jien nixtieq li waqt id-diskussjoni ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor - fih insibu speċifikat li dan jista' jinkludi self minn barra - il-Ministru jgħidilna x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern u jindika fuq liema linja se jimxi u x'intenzjonijiet għandu dwar dan is-self barrani, għaliex dan huwa mportanti.", "Jien nixtieq ningħata iktar informazzjoni dwar dak li qed jingħad li se jissellef biex jagħmel tajjeb għall-Lm25 miljun dejn li għandha d-Drydocks.", "Issa d-Drydocks x'se tagħmel?", "Dan eventwalment se jkollha tħallsu?", "Donnu hekk qed jiġi indikat imma xejn m'huwa ċar.", "Il-bonds se joħorġu f'isem id-Drydocks jew f'isem il- Gvern Malti?", "Qed nistaqsi dan għaliex la fl-introduzzjoni ta' dan l- abbozz ta' liġi ma spjegawlna dan il-punt u lanqas fl-istadju tal- pubblikazzjoni.", "Dawn huma kollha punti mportanti.", "Is-suq finanzjarju huwa suq sofistikat u malajr jiġi nfluwenzat minn naħa jew minn oħra u m'huwiex tajjeb li jkun hawn diffikultajiet jew inċertezzi fis-suq minħabba li l-Gvern ma jkunx qiegħed jispjega biżżejjed.", "Dawn l-affarijiet irridu niddiskutuhom u mhux ikollna silenzju assolut biex imbagħad niġu kkritikati għax inqajmu mistoqsijiet bħal: Dan is-self barrani għandu bżonnu kollu l- Gvern?", "X'qed jaħseb li se jagħmel bih?", "Minn fejn se jġibu dan is-self?", "Kif inhu abbinat mar-repayment schemes?", "Dawn huma mistoqsijiet li l-pajjiż irid jingħata risposta għalihom biex ikollu viżjoni aktar ċara dwar x'qed jiġri u x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern.", "Imma hemm diversi punti oħra li rrid nagħmel dwar il-politika ekonomika.", "Il-Ministru semmielna li s-sitwazzjoni fl-ekonomija hija tali li kważi kważi qed jakkuża lill-Partit Nazzjonalista li qed jieħu pjaċir u qed jgħidulna li aħna ma rridux li l-ekonomija timxi 'l quddiem.", "Nista' ngħid li dan assolutament m'huwiex minnu anzi jien dejjem ngħid li artna għandha tiġi l-ewwel u rridu nkunu żguri li mmexxu l-ekonomija b'mod li jkollna l- inqas numru ta' nies bla xogħol, l-inqas rata ta' inflazzjoni possibbli, tkattir ta' l-ekonomija u allura l-ogħla dħul possibbli.", "Il-Gvern għandu tliet rwoli, u waħda minn dawn ir-rwoli hija li jara li l-qgħad ikun l- inqas possibbli.", "Il-Prim Ministru, xi erba' xhur ilu, kien qal li l-għoli tal-prezzijiet huwa bħad-deni rqiq.", "Jekk inhu hekk, jiena ngħid li l-qgħad bħalissa qed jirrifletti deni ta' żiemel.", "Jekk il-problema tal-qgħad m'aħniex se nieħdu ħsiebha se tagħmlilna ħsara kbira fl-ekonomija.", "Jiena konvint li m'għandniex għalfejn ikollna żidiet fil-qgħad b'politika ekonomika tajba u m'hemmx dubju li fl-aħħar disa' snin imxejna fuq politika biex innaqqsu l-livell tal-qgħad.", "It-tieni rwol tal-Gvern huwa li jnaqqas l-għoli tal-ħajja.", "Aħna niftakru kemm il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni bena fuq dan il-punt.", "Jekk illum tmorru tistaqsu lin-nies - kif qed nagħmel jiena bieb b'bieb għall-kampanja ta' ġbir tal-Partit Nazzjonalista - issibu Laburisti u Nazzjonalisti li jgħidulek: Kif inhu għaddej l-għoli tal-ħajja!", "Dan mhux l-istess partit li kien jgħid li l-għoli tal-ħajja jifnik; li l-għoli tal-ħajja trid tnaqqsu; u li trid traħħas il-prezzijiet u mhux tħallihom telgħin?", "Jiena ngħid li l-Partit Laburista qabel l-elezzjoni kien qed jargumenta b'mod sabiex bih jiġbed il-voti u mingħajr ma kellu ebda pjanijiet.", "Il-Partit Laburista qal li se jneħħi l-VAT u b'hekk suppost kellha torħos il-ħajja imma donnu nesa li l-miżuri li se jdaħħal ma kenux maħduma, ma kenux msajra.", "Il-Partit Laburista donnu nesa li hemm diffikultajiet kbar sabiex jintlaħaq l-istess għan li jitnaqqas l-għoli tal-ħajja.", "GĦalhekk, kif diġa' għidt, il-miżura finanzjarja li jrid jagħmel il-Gvern dwar it- tneħħija tal-VAT hija marbuta u mżewġa b'mod qawwi ma' l-għan li tnaqqas l- għoli tal-ħajja.", "Dawn iż-żewġ oġġettivi jridu jiġu kumplimentati b'oġġettiv ieħor, li huwa dak li kemm jista' jkun possibbli tkattar il- produttivita' u ż-żieda fid-dħul.", "Naturalment iż-żieda fid-dħul trid tiġi supported mill-produttivita' għaliex inkella jkollok sistema zoppa li ma tistax tibqa' għaddejja fit-tul.", "Barra minn hekk din is-sistema trid tipprovdi wkoll l-assistenza neċessarja u hawnhekk niġu għad-diffikulta' li l-Gvern għandu biex jiffinanzja ċerti spejjeż.", "Aħna konna nafu dawn minn fejn ġejjin u pjuttost konna qegħdin nimxu ahead in expectation li dawn il-fondi ġejjin minn barra.", "Jiena niskanta kif il-Gvern isemmi l-ħofor finanzjarji, li kien hawn il-ħela u li ma konniex nagħtu kas biex se niffinanzjaw il-proġetti, u mbagħad il- finanzjament li kien ġej mill-Unjoni Ewropea u l-fondi strutturati jgħid li m'humiex addattati għalina u li m'għandniex bżonnhom - din smajniha kemm mingħand l-Onor.", "George Vella u kif ukoll mingħand il-Prim Ministru - u issa qegħdin jgħidu li għandhom problema finanzjarja.", "Dażgur li għandhom problema finanzjarja!", "Illum, jekk trid li s-settur ta' l-industrija żżommu għaddej u trid li jkun kompetittiv ma' pajjiżi oħrajn, trid mill- inqas tirdoppja l-flus li tagħti lill-MDC.", "B'dan il-mod ikollok fabbriki attrezzati u pakketti finanzjarji li huma simili għal dawk ta' pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea.", "Sfortunatament pero' dan il-Gvern ma jridx jaf bi sħubija sħiħa u allura tilef potenzjal ta' dħul aktar 'il quddiem, u huwa għalhekk li qed jippanikja.", "Il-Gvern qed jgħid: Kif nista' nagħmel dawn il-proġetti kollha?", "Minn fejn se nġibhom il-flus li għandi bżonn?", "Kif se ninċentiva lill-industrija u ninkoraġġixxi investimenti oħrajn?", "Madam Speaker, huwa tajjeb li jkollna l-aktar sptar sofistikat li jista' jkollok pero' niskanta kif dan il-Gvern l-ewwel attakkana bil-ħofor finanzjarji u qalilna li għandu jkollna pjan dwar il-finanzjament għal dan il-proġett u issa qegħdin insibu li n-nefqa prospettata fuqu se tirdoppja!", "Infakkar ukoll li l-istess partit fl-Oppożizzjoni kien jgħidilna li dan l- isptar huwa kapriċċ.", "Jiena nistaqsi: Il-Partit Laburista kien ippreparat biex jieħu l-gvern f'idejh?", "Mela qabel l-elezzjoni kien jgħid li jmissna nirranġaw l-isptar ta' San Luqa u f'din is-sitwazzjoni ta' diffikulta' finanzjarja qed jgħid li se jirdoppja l-infiq fuq l-isptar il-ġdid!", "Jiena nieħu pjaċir li jkollna sptar ġdid pero' bħala ekonomista rrid nistaqsi minn fejn ġejjin il-flus.", "Meta l-Prim Ministru tal-lum kien għadu Kap ta' l-Oppożizzjoni kien jgħid: Fejn huma l-pjanijiet?", "Mela billi tagħmel proġett ta' ¥50 miljun ma tridx tara minn fejn ġejjin il-flus!?.", "Jiena l- istess mistoqsija qed nagħmel illum.", "Nistaqsi lill-Prim Ministru: Minn fejn ġejjin il-flus?", "Dawn se nisselfuhom kollha minn barra?", "GĦalhekk hawn din l-insistenza biex inżidu s-self minn barra?", "Barra minn hekk, jekk l- isptar se jkun ikbar bid-doppju għallinqas se jiġi jiswa d-doppju?", "Allura x'se jkunu r-running costs?", "X'se jkunu r-recurrent costs ta' sptar li se jkun id-doppju ta' dak li kien ippjanat?", "Hawnhekk naraw kif min-naħa l- Gvern l-ewwel jagħti messaġġ u mbagħad ftit tal-jiem wara jagħti messaġġ li huma l-oppost.", "Naturalment din hija l-aktar ħaġa li ddaħħal inċertezza u diffikultajiet u allura wieħed jasal biex jgħid li dan il-Gvern meta kien fl-Oppożizzjoni ma kienx ippreparat u llum m'huwiex qed ikun konsistenti biex ikun jista' jipperswadi lill-poplu li għandu pjan serju.", "Madam Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru tal-Finanzi u l- Kummerċ sabiex jagħtina stima - u mhux b'mod artifiċjali - dwar x'revenue se jdaħħal mis-sistema finanzjarja ġdida li qiegħda tiġi ppjanata.", "Qed ngħid \"m'hux b'mod artifiċjali\" għaliex meta ddiskutejna l-estimi, jekk m'iniex sejjer żball, kellna stima ta' ¥90 miljun.", "Imma s-serjeta' u s- sistema ta' management moderna titlob li meta inti tibdel xi sistema ta' tassazzjoni, tagħmel eżerċizzju fejn tkun tista' tagħmel stima ta' dak li se ddaħħal.", "Jiena kont naħseb li din l-istima ta' ¥90 miljun li hawn fl- estimi li ġew ippubblikati f'Jannar m'hijiex xi stima li xi ħadd qabadha mill-arja, pero' ma jidhirx li din ġiet sostanzjata b'ċifri li huma marbuta mas-sistema l-ġdida.", "Jekk għandi żball nitlob li l-Ministru jgħidli imma nkun sorpriż jekk jgħidli hekk għaliex is-sistema għadhom m'humiex ċerti minnha u allura ma jafux kif se jdaħħlu l-flus.", "Min-naħa l-oħra, jekk sar żball, għallinqas meta qed jikkonsidraw l-alternattivi għandhom jagħmlu stimi tad-dħul u jinformaw lil din il-Kamra bihom għaliex is-serjeta' hekk titlob.", "Is-serjeta' titlob li wieħed jagħmel analisi xjentifika u kwantitattiva għaliex ma rridux li sena oħra niġu hawnhekk u nsibu li daħħalna żewġ terz biss minn ¥90 miljun.", "GĦalhekk jiena ninkorraġġixxi lil dan il-Gvern li jurina x'qed jagħmel, fis-sens li jagħmel stimi sewwa.", "Ma jistax ikun li niġu f'dan il-Parlament sabiex niddibattu mozzjoni sabiex il- Gvern jissellef aktar - naturalment m'hemm xejn ħażin li l-Gvern jissellef ċertu ammont, dan għamilnih aħna meta konna fil-gvern u jitgħallmuh anke l- istudenti ta' l-ekonomija .......", "Il-Partit Laburista meta kien fl- Oppożizzjoni tgħidx kemm kien jikkritikana dwar dan u jgħidilna li kellna l- ħela u li stajna nirriorganizzaw is-sitwazzjoni billi naqtgħu mill-ispejjeż pero' issa ma jidher li sar xejn minn dan għaliex jekk tara l-ispiża li qed jipproġetta ssib li din irduppjat u barra minn hekk m'hijiex mdaħħla f'dawn il-kotba.", "Allura kif se tiġi ffinanzjata?", "Jista' l-Prim Ministru l-ewwel jikkritika lill-Gvern Nazzjonalista li ma kienx qed jippjana l-proġetti sewwa u llum, għaliex għandu kariga ta' Prim Ministru, jagħmel l-istess ħaġa?", "Dan ifisser li jew il-kritika tiegħu ta' dak iż-żmien kienet ħażina jew li llum qed jagħmel xi ħaġa ħażina għaliex ma jistax ikollok inkonsistenza b'dan il-mod.", "Illum is-supporters tal-Partit Laburista jgħidulek: Kif sptar ta' ¥45 miljun kien kapriċċ u issa sptar ta' ¥100 miljun, li naturalment għandna bżonnu ........", "Imma l-konsistenza fejn hi?", "Jiena ninkorraġġixxi lill-Gvern biex l-affarijiet jagħmilhom b'aktar ħsieb u speċjalment fil-qasam finanzjarju juri li qed jippjana b'mod aħjar.", "Madam Speaker, ma nixtieqx intawwal iż-żejjed pero' nixtieq ngħid xi ħaġa dwar is-sitwazzjoni dwar it-taxxi l-ġodda li qegħdin jiġu ppjanati u li naturalment jaffetwaw id-dħul tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Kummerċ fir- rigward ta' kemm se jkollu bżonn jissellef.", "Dan se jissellef mhux ħażin.", "L- ekonomija tagħna kull sena tiġġenera ċertu ammont ta' savings li parti jissellifhom is-settur privat u parti jissellifhom is-settur pubbliku.", "M'hemm xejn ħażin li jiġri dan pero' ma jistax ikollok sitwazzjoni fejn id- deficit jibda jaqbeż ċerti ammonti sena wara l-oħra għaliex inkella tkun qiegħed tnaqqas il-fondi available lis-settur privat.", "Is-sistema ta' tassazzjoni li qed jikkonsidra l-Gvern hija importanti meta wieħed jara kif se jkun dan is-self u xi problemi oħra se jkollna fil-futur.", "Fil-fatt f'\"The Times\" tal-lum tidher xi ħaġa dwar l-introduzzjoni tad-dazji u għalhekk nixtieq li nieħu l-okkażjoni li ngħid żewġ kelmiet dwar din l- introduzzjoni jien ukoll", "Madam Speaker, se nibda mill-ewwel biex ngħid li l-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx mal-prinċipju tar-ri-introduzzjoni tad-dazji.", "Meta l-Gvern kien fl-Oppożizzjoni dan kien jgħid li d-dazji li se jintroduċi se jkunu ekwivalenti għal dawk li kellna sa Diċembru ta' l-1994 biex jirċievi d-dħul li għandu bżonn u aħna min-naħa tagħna konna ngħidulu li qed jgħid ħmerija għax id-dazji ma jistgħux jerġgħu jiddaħħlu peress li dawn ma jistgħux jiġu sostnuti minħabba t-trattamenti internazzjonali li għandna u peress li bihom il-ħajja tieħu daqqa 'l fuq.", "Issa Alla jbierek, fil-gazzetta \"The Times\" tal-lum, hemm indikat li l-Prim Ministru qal li ma jistgħux jerġgħu jiddaħħlu d-dazji li kien hemm qabel għax inkella jinħolqu xi diffikultajiet ma' l-Unjoni Ewropea minħabba li dawn id-dazji huma esaġerati.", "Dan aħna għidnieh sena ilu u fil-fatt illum, wara li fil- programm elettorali ta' l-aħħar elezzjoni kien hemm li d-dazji u s-sisa se jkunu ekwivalenti għal dawk li kellna f'Diċembru ta' l-1994, il-Prim Ministru qed jagħtina raġun.", "Pero' jien ngħid li f'\"The Times\" ta' llum hawn attakk li m'huwiex aċċettabbli mill-Prim Ministru meta qed jgħid li:", "\"I have come to the conclusion that the Nationalists want to damage the economy.\".", "Skużi, dan m'hu minnu xejn!", "Aħna hawnhekk ġbidna l-attenzjoni tal-Gvern fuq dan għal darba, tnejn, tlieta u erbgħa mingħajr ma ngħatajna risposta, anzi kien hemm silenzju perfett fuq dan ir-rigward!", "Aħna kellna dubji serji li d-dazji li ried idaħħal il-Gvern ma kenux se jkunu konsistenti mat- trattat Ewropew u fil-fatt meta l-Prim Ministru rrivediehom sab eżattament dak li konna għidnielu aħna.", "Madam Speaker, jien m'iniex qed ngħid dan biex nipprova noħloq xi diffikultajiet lill-Gvern, anzi jien nixtieq li l-Gvern imexxi lil pajjiżna 'l quddiem.", "Wara kollox għada pitgħada - nisperaw li dan iseħħ malajr - il- partit li llum qiegħed fil-gvern jista' jispiċċa fl-oppożizzjoni u għalhekk aħna, bħala gvern, inkunu rridu nieħdu r-riedni tal-pajjiż u naturalment jekk ikun hemm il-ħsara jkollna nsewwuha għalkemm ċerta ħsara tieħu ħafna żmien biex tissewwa.", "Per eżempju, jekk il-qgħad jitla' b'mod sostanzjali dan ma jkunx jista' jerġa' jinżel malajr.", "Fil-fatt hemm diffikultajiet serji f'dan il-qasam għax jekk fil-qasam tal-kummerċ aħna niddependu b'mod tant assolut mill-Unjoni Ewropea ...", "Dan qed ngħidu biex ħadd ma jgħid li qed inxewwex għax din hija xi ħaġa li smajtha min-naħa l-oħra tal-Kamra wkoll imma meta tipprova turi l-Gvern li hawn xi problema x'imkien dan minflok ma jirrispondik jaqa' f'silenzju perfett.", "Fil-fatt il-white paper li ġiet ippubblikata f'Jannar li għadda tittratta dwar l-implikazzjonijiet internazzjonali u meta wieħed jara x'ingħad fiha jibda jistaqsi: Possibbli li l-Gvern ippubblika din il-white paper b'mod mhux komplut?", "Hawn ta' min jgħid li taħt is-sezzjoni \"international commitments\" din il-white paper - l-Onor.", "Brincat għandu r-responsabbilta' tal-kummerċ - tikkwota partijiet mill-agreement li għandna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dawn il- kwotazzjonijiet nista' naqrahom biex ħadd ma jgħid li qed nivvintahom jien.", "Naturalment jien naf fiex jikkonsisti dan l-agreement imma madanakollu l- Gvern ħass li kellu bżonn li jaqbad siltiet minnu u jirriproduċihom f'din il-white paper.", "Wieħed jifhem li dan il-Gvern għamlu biex jipprova li m'hemmx problemi internazzjonali, almenu gvern responsabbli hekk jagħmel, u fil-fatt ġew ippubblikati tliet klawsoli.", "Madam Speaker, l-ewwel klawsola tgħid li d-dazji ma jistgħux jammontaw għal iktar minn 20%.", "Fuq din il-klawsola ma għandniex problemi għax il- Gvern qed jipproponi li d-dazji jkunu jammontaw għal 15%, imma mbagħad it- tieni klawsola tgħid li d-dazji \"are applied to a maximum volume of 10% of the total trade value of Maltese imports from the Community during 1969\", jiġifieri dawn tista' tapplikahom biss għal xi Lm1.7 miljun.", "Jien ngħid li hawnhekk hawn problema u għalhekk nistenna li white paper serja tittratta din il-klawsola u mhux sempliċement titpoġġa mill-Gvern u titħalla mdendla fl-arja.", "Fil-fatt hawn jidher li l-agreement li għandna ma' l-Unjoni Ewropea qed jiġi miksur u jgħid x'jgħid il-Gvern dan irid jikkonvinċina - mhux sempliċement bil-paroli - li l-agreement mhux qed jiġi miksur.", "Din il- white paper qed tipproduċi partijiet minn agreement li kien ġie ffirmat mill-Gvern Nazzjonalista f'Marzu ta' l-1971, liema agreement kien ifforma l- bażi ta' progress ekonomiku.", "Aħna għandna l-aċċettazzjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra li kieku ma ġiex iffirmat dan il-ftehim ma' l-Unjoni Ewropea kieku llum nini nini għandna dawk il-fabbriki li fil-fatt għandna!", "Kieku llum żgur li ma għandniex dan il-progress, anzi kieku għadna qegħdin fis- sitwazzjoni fejn in-nies iridu jemigraw biex isibu x-xogħol.", "GĦalhekk parti mill-progress li sar huwa dovut lil dan l-agreement għax permezz tiegħu għall-grazzja t'Alla f'dawn l-aħħar disa' snin mhux talli mhux qed ikollna Maltin li qed jitilqu minn pajjiżhom imma talli bosta Maltin qed jerġgħu lura.", "GĦalhekk nisperaw li ma nerġgħux niġu f'sitwazzjoni fejn l- uniku safety valve fl-ekonomija tagħna jkun l-emigrazzjoni, imma jekk ikun hawn nuqqas t'opportunitajiet jiddispjaċini ngħid li nerġgħu nispiċċaw f'din is-sitwazzjoni ta' ħasra.", "Allaħares pajjiżna jerġa' jgħaddi minn dak il-martirju li kien jgħaddi minnu meta kull sena kien jara eluf ta' Maltin jinqatgħu minn mal-familji tagħhom u jmorru 'l barra minn xtutna biex isibu x-xogħol!", "Hawn ta' min jgħid li dan kien iservi ta' dannu għall-ekonomija tagħna wkoll għax l-ikbar sezzjoni ta' Maltin li kienu jemigraw kienu ż- żgħażagħ u nies ta' ċerta sengħa.", "Madam Speaker, it-tielet klawsola li tgħid li d-dazji huma neċessarji \"to protect new industries not existing at the time of entry in the force of the agreement\".", "Issa din hija biċċa xogħol serja ħafna - fil-fatt illum qed tissemma fil-gazzetti wkoll - għax taffettwa wkoll id-dħul għax hawn qed nitkellmu fuq dazji, fuq revenue, fuq it-tneħħija tal-VAT u fuq il- problemi li jista' jkollna fid-deficit.", "Imma l-Gvern jaf x'qed jagħmel meta fil-white paper qed idaħħal siltiet mill-agreement ma' l-EU li qed jiġu miksura?", "Hawn ta' min jgħid ukoll li f'din il-white paper ma hawnx konklużjoni u l-klawsoli li qed jissemmew fiha qed jitħallew imdendlin fl- arja.", "Issa jien hawnhekk nissuspetta li fil-fatt kien hemm konklużjoni imma din ġiet maqtugħa barra għax kif inhi tidher imdendla u ma tagħmilx sens.", "Dan bħal meta f'essay student iniżżel biss il-punti u ma jagħmilx konklużjoni.", "GĦalhekk dan jew ifisser li l-Gvern ma għamilx il-homework tiegħu ...", "Imma jien naħseb li dan il-Gvern il-homework tiegħu jagħmlu.", "Allura jien kif nista' nispjega għaliex il-Gvern ma trattax dawn il-punti li qajjem hu stess?", "Imbagħad għax jiġi l-Profs.", "Josef Bonnici u jindika fejn hemm periklu għal pajjiżna jgħidulu li meta qed isemmi dawn l- affarijiet qed jagħmel ħsara lill-ekonomija tagħna!", "Skużi, il-ħsara tista' ssir bis-sistema finanzjarja ta' dazji li se ddaħħlu għax dawn jistgħu jkunu kontradittorji ma' l-arranġamenti internazzjonali li għandna!", "Allura din m'hijiex ħaġa serja għall-Parlament?", "Il-Gvern m'għandux jirrispondi għaliha?", "Ġimgħa wara l-oħra aħna kellna silenzju sħiħ min-naħa tal-Gvern fuq dan ir-rigward ħlief li llum il-Prim Ministru qed jiġi jgħid li l- Partit Nazzjonalista jrid jagħmel ħsara lill-ekonomija.", "Shame on you, Onor. Sant!", "Inti ma tistax tgħid dawn l-affarijiet.", "Dan mhux minnu u dan juri qerq.", "Aħna qed ngħidu li l-Gvern ma għamilx il-homework tiegħu għax minflok ma ttratta l-klawsoli li hemm imsemmija fiha kif kien imessu għamel ħalliehom imdendlin fl-arja.", "Jien sempliċement qed nitlob lill-Gvern jgħidli jekk dan huwiex ta' periklu għax jien hekk inħoss.", "Madam Speaker, mid-dehra llum dawwarna l-argument kollu u għax qajjimna dawn il-punti l-Prim Ministru qalilna li l-Unjoni Ewropea qed tistaqsina fuq il-levies ukoll u allura se jkollu jbiddilhom.", "Imma skużi!", "Jekk irridu li jkollna sistema ekonomika bla skossi l-istqarrijiet ma għandhomx isiru b'dan il-mod għax illum b'din l-istqarrija daħħlet inċertezza fost dawk li joperaw fis-sistema tal-levies.", "Meta kont ministru responsabbli mit-trade u mill-kummerċ jien ma kelli l-ebda diffikulta ma' l-Unjoni Ewropea fuq dawn il-levies imma issa f'daqqa waħda b'dawk iż-żewġ sentenzi li qal il- Prim Ministru l-bieraħ inħolqot inċertezza oħra fil-pajjiż ma' dawk li diġa' għandna.", "U mbagħad kif tridu li l-ekonomija tagħna timxi 'l quddiem?", "Kif jista' jkun, Madam Speaker!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija irresponsabbilta' ekonomika!", "Veru li dan il-Gvern huwa ġdid u jrid isib saqajh imma dan mhux talli ma sabx saqajh imma talli meta qed jgħid dawn l- affarijiet qed juri li lanqas jaf fejn qed ipoġġi!", "Issa minn fuq il-Gvern qed jgħid li dak li ġara huwa kollu tort tagħna.", "Allura sewwa!", "Il-Gvern Laburista jipproponi miżuri li jidhru li jmorru kontra arranġament li jkun hemm u għax aħna ngħidulu biex joqgħod attent minn dawn il-miżuri għax huma ta' periklu għal pajjiżna dan idur fuqna u jgħidilna li tort tagħna li se jkollu jbiddel il-levies għax issa l-Unjoni Ewropea qed toġġezzjona għalihom!", "Jien irrid inkun naf l-istorja kollha u peress li l-Prim Ministru rrifjuta li jagħti l-kummenti ta' l-IMF jien m'iniex se naċċetta l- kelma tiegħu b'dan il-mod imma rridha sostanzjata.", "Skond il-Prim Ministru, huwa ma jistax jgħid x'kummenti għamlu l-IMF fuq il-VAT minħabba raġunijiet kuntrattwali u meta staqsejtu x'inhuma dawn ir- raġunijiet kuntrattwali l-Prim Ministru qalli li jien naf bihom u mbagħad meta erġajt staqsejtu darbtejn oħra biex jgħidli x'inhuma baqa' ma rrispondinix.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li meta ċerta sezzjoni ta' l- istampa ċemplu barra minn Malta, ir-risposta minn Washington kienet li jiddependi mill-Gvern Malti jekk iridx jippubblika r-rapport jew le.", "Issa llum f'\"The Times\" hawn attakk fuq l-IMF mill-Prim Ministru għax filwaqt li qal li hu ma ppubblikax ir-rapport għaliex ma riedx li jdaħħal lill-IMF fi kwestjonijiet interni, proprju fl-istess diskors li għamel il-bieraħ l- Onor. Alfred Sant ikkritika lill-IMF b'mod li jekk ir-raġuni li qed jagħti llum stess fil-gazzetta hija valida, allura m'għandux jikkritika lill-IMF b'dan il-mod.", "Jien kont nistenna li l-Prim Ministru jgħid li l-IMF tat il- parir li l-VAT għandna nżommuha u għandna nsaħħuha biex id-deficit ikun inqas.", "Huwa qal li jaqbel li d-deficit ikun inqas imma ma jaqbilx li l-VAT għandha tissaħħaħ u tibqa' għax wara kollox mhux l-IMF ħarġet għall- elezzjoni s-sena li għaddiet.", "Kif jista' allura fl-istess nifs jgħid li ma jridx jippolitiċizza l-IMF?", "Hija xi ħaġa inkredibbli kif fl-istess diskors jista' jkollok daqshekk inkonsistenza grassa, imbagħad jippretendi li l- ekonomija tagħna timxi 'l quddiem u jkollna sitwazzjoni fejn tonqos l- inċertezza biex kulħadd ikun jaf fejn qiegħed, meta proprju l-Prim Ministru jiġi jgħid li l-industrija li tiddependi fuq il-levies, inkluża ta' l- għamara kollha, issa hija threatened u jista' jkun hemm telf anke ta' mijiet u eluf ta' impjiegi.", "Qed jgħid li huwa tort ta' l-Oppożizzjoni għaliex ġibdet l-attenzjoni tal-Gvern li dawn il-miżuri jistgħu jiksru l- arranġament li hemm ma' l-Unjoni Ewropea!", "Jekk xi ħadd qed jagħmel ħsara lill-ekonomija żgur li m'aħniex aħna.", "M'huwiex veru dak li qal il-Prim Ministru f'din il-gazzetta:", "\"I have come to the conclusion that the Nationalists want to damage the economy.\"", "Kieku rridu nagħmlu hekk kieku qed niġbdulek l-attenzjoni biex ma tagħmilx dan?!", "Madam Speaker, jien ġimgħa wara ġimgħa wara ġimgħa ilni nikteb fuq dawn il-punti.", "Ilni nħambaq u ngħid li dan il-Gvern irid joqgħod attent għax għalkemm fil-white paper hemm parti li ssemmi d-dimensjoni internazzjonali, ma jikkonkludix kif taffettwa lil pajjiżna.", "Kieku kellu jagħti din il- white paper lill-barranin naħseb li jitbissmu għaliex hawn affarijiet, kif qalet l-IMF, li jmorru kontra l-international trend.", "Hemm pajjiżi żgħar daqsna li għandhom il-VAT.", "Jekk il-Prim Ministru jrid juża l-argument li l- VAT mhijiex tajba, almenu dan imissu jagħmlu bejnietna u mhux imur jgħid dawn l-affarijiet barra minn xtutna.", "Meta jgħid hekk ħaddieħor jaqbad jitbissem u jgħidlek li hawn pajjiżi oħra żgħar li għandhom il-VAT.", "GĦaliex bilfors trid iddaħħal id-dazji meta għandna arranġament internazzjonali li jgħid li mhux suppost iddaħħal id-dazji?", "Dawn id- diffikultajiet qed iwasslu għal inċertezza.", "Dan id-diskors tal-Prim Ministru llum mhux aċċettabbli u hija ħaġa tal-mistħija li jiġi jgħid dawn l-affarijiet fuq is-sistema tal-levies u jdaħħal inċertezza oħra kbira.", "He has to come clean on this issue u jkun f'pożizzjoni li jispjega l- affarijiet kif inhuma.", "Madam Speaker, m'għandux jiġri bħalma ġara fir-rapport ta' l-IMF għax il- Prim Ministru f'din il-Kamra lili qalli li hemm raġunijiet kuntrattwali u l- IMF qalu li mhux vera.", "U meta aħna ħriġna bir-raġunijiet - għax kieku l- poplu Malti baqa' sajjem u dak ir-rapport baqa' maqful fil-kexxun tal-Prim Ministru u fil-kexxun tal-Ministru tal-Finanzi - aħna għamilniha ċara li ma kienx jinteressana li naraw ir-rapport kollu.", "Imma jekk il-Prim Ministru jrid juża l-IMF biex isostni l-argument tiegħu dwar il-fatt li jrid jagħmel iktar taxxi biex inaqqas id-deficit, irid jgħidilna wkoll x'taħseb l-IMF fuq il-VAT li jrid ineħħi u r-raġunijiet li tana għax dawn ma jagħmlux sens.", "Allura aħna rridu nkunu nafu sewwa sew x'qalu l-esperti internazzjonali - li ovvjament dawn se jagħtu parir mill-esperjenza wiesgħa ħafna li għandhom fil-qasam internazzjonali - x'jaħsbu fuq din is-sistema, la jiġu kull sentejn u jagħmlu analisi ta' l-ekonomija tagħna bl-iktar mod dettaljat u oġġettiv.", "Huma qed jgħidu li mhux il-waqt li tneħħi l-VAT għaliex b'hekk se jinħolqu diffikultajiet finanzjarji għal din is-sena.", "Jien qed nistenna - u għalhekk irrid nara x'inhu d-dħul tal-Gvern fl-ewwel tliet xhur tas-sena - li l-budget deficit ta' Lm90 miljun li qed jiġi prospettat hawnhekk naqbżuh u naqbżuh sewwa u jkollna d-diffikulta' anke biex nissellfu minn pajjiżna.", "Imbagħad hawnhekk nitħasseb iktar meta nara li l-Gvern issa se jkollu l-faċilita' li jibda jissellef minn barra wkoll.", "Madam Speaker, biex nagħlaq nixtieq ngħid li meta qed niddibattu liġi li tipprovdi biex il-Gvern jissellef iktar nippretendi li jkollna iktar dettalji dwar il-mod kif se jissellef, jekk hux se jissellef minn barra wkoll u l-mod kif id-Drydocks se tidħol fl-istorja għax qed jgħid li se jissellef biex iħallas id-dejn tad-Drydocks.", "Jiġifieri dawn il-bonds se jkunu tad-Drydocks jew tal-Gvern?", "U jekk ikunu tad-Drydocks il-Gvern se jirnexxilu jbigħhom?", "Fl-introduzzjoni ma smajna xejn fuq dan.", "Forsi fil- konklużjoni jkun jista' jilluminana iktar biex naraw sewwa sew x'qegħdin niddibattu f'din il-Kamra.", "Dan il-Gvern qed jagħti mixed signals lill- ekonomija.", "Il-mod kif ġie rrapportat il-Prim Ministru llum qiegħed idaħħal dubji fuq is-settur industrijali kollu li jiddependi fuq il-levies.", "Sakemm jien kont ministru responsabbli mill-industrija qatt ma kelli rappreżentazzjonijiet minn Brussels fuq dawn il-levies, allura iktar u iktar nistaqsi x'ġara jekk lill-Prim Ministru veru qed jgħidulu li jrid jirrevedi dawn il-levies.", "Forsi peress li se jdaħħal id-dazju qed jgħidulu li jrid inaqqas il-levies għax inkella jkollna taxxa cascading, allura jkun qed iżid il-protezzjoni.", "Jekk inhu hekk, allura dan ir-rapport li hawn huwa misleading u ma jirriflettix is-sitwazzjoni kif inhi.", "Nispera li ma jiġrilniex bħall-IMF report u jgħidilna li hemm xi raġunijiet kuntrattwali li ma jistax jagħtina iktar dettalji ta' x'inhu għaddej.", "Ma jistax joħroġ b'xi ħaġa quddiem il-poplu u ma nkunux nafu l-istorja kollha!", "Dik hija l- irresponsabbilta', dik li tiżra' l-inċertezza fl-ekonomija tagħna u hawn inċertezza biżżejjed, biex ma nkomplux nagħmluha agħar!", "Anzi, jien ninkoraġġixxi lil dan il-Gvern biex jipprova jsostni l-ekonomija tagħna u jnaqqas l-inċertezza, jagħmel policy ekonomika li hija adattata għal pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Madam Speaker, ikolli ngħid li sa tlett ijiem ilu ma kienx il-ħsieb tiegħi li nitkellem fuq din il-liġi, imma tant qiegħed nisma' żvijjar fl-argumenti u nofs veritajiet li naħseb li kont inkun qiegħed nonqos jekk illum ma nipprovax niffoka proprjament fuq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna milli forsi niftaħ u nitkellem fuq ħafna oqsma differenti, għaliex ċertament se jkollna l-okkażjoni li nagħmlu dan iktar 'il quddiem.", "Pero' ħaġa ta' l-għaġeb li wara sitt xhur ta' bidla fil- gvern qed naraw li tan-naħa l-oħra donnhom lanqas irrealizzaw li nbidel il- gvern u għadhom mexjin b'politika li mxew biha bħala gvern li kienet skreditata b'mod manifestament kbir mill-poplu tagħna.", "Ħaġa ta' l-għaġeb li donnhom ma rrealizzawx li jekk se jibqgħu jiggranfaw ma' l-istess politika żbaljata u mwarrba mill-poplu tagħna, dawn qatt m'għandhom ċans li joffru ...", "Aħna konna nistennew li wara li jkunu ħarsu lejn l-iżbalji li għamlu - għax l-iżbalji ovvjament hemm kienu - jiġu sitt xhur wara u joħorġu b'alternattivi ġodda.", "Minflok għadna qed nisimgħu hawnhekk li rridu nkomplu bl-attentat għal sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea u jgħidulna kemm hi tajba l-VAT għal dan il-pajjiż u kemm konna se nagħmlu leap 'il quddiem b'din it-taxxa li fil-fatt ntroduċew u li l-poplu manifestament qal li dik ma tgħoddx għalina.", "Pero' fuq kollox hija tad-daħk ukoll li tisma' lill-istess membri ta' l-Oppożizzjoni jitkellmu fuq trasparenza qishom xi professuri tat-trasparenza, qishom sitt xhur ilu ma kenux jeżistu fuq din in-naħa tal-Kamra u jgħidu li l-Gvern Laburista m'huwiex trasparenti!", "Jien naħseb li l-ikbar mistoqsija li jagħmel illum il-poplu Malti hija kif il- Gvern Nazzjonalista rnexxielu jaħbi mill-poplu l-istampa li kien hawn fil- pajjiż, minkejja dan l-iskreditar finanzjarju, dawn li aħna sejjaħnielhom \"ħofor\" finanzjarji li bdew ħerġin naqra naqra.", "Jien naħseb dik hija l- akbar prova ta' kemm ma jgħoddux x-xinxilli li tipprova tippreżenta imma jgħodd kemm toqgħod b'saqajk ma' l-art, kif qed jipprova jagħmel Gvern Laburista ġdid, u tipproponi anke s-soluzzjonijiet u mhux tipprova taħrab mir-responsabbilta'.", "L-Onor.", "Josef Bonnici semma punti li ta' min jikkonsidrahom, imma ma semma xejn kif f'dan il-qasam parti mir-raġuni li rnexxielhom jaħbu dan id- diżastru finanzjarju li ħallew kienet li l-istess Gvern Nazzjonalista sforza ħafna korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi biex jissellfu huma direttament mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji.", "Imma dwar dan, Alla jbierek, xejn ma ssemma.", "Smajna ħafna ċifri tajbin, imma ovvjament l- Onor. Membru semma ċ-ċifri li ried hu.", "Semma wkoll kif għandna nħarsu 'l quddiem, għalkemm ippjana fuq tliet xhur u mhux fuq snin, imma ma semmiex ukoll kif kien ipproġetta b'mod żbaljat l-iżbilanċ finanzjarju għas-sena li għaddiet.", "Ejja nitkellmu b'saqajna ma' l-art.", "Il-public sector borrowing requirement jew aħjar, kif inhu magħruf, id-dejn pubbliku kiber b'mod sfrenat u fl-aħħar ta' Diċembru ta' l-1996 laħaq is-somma globali ta' Lm514 miljun b'interessi li jlaħħqu mal-Lm21 miljun fis-sena.", "Din hi r-realta'.", "Jekk irid jikkwota ċ-ċifri l-Onor.", "Bonnici dawn imissu kkwota għax din hija r-realta' tas-sitwazzjoni ekonomika.", "Issa l-Partit Nazzjonalista - fejn jogħġobhom anke jżeffnu fin-nofs l-IMF - ma jippretendux li f'daqqa u malajr nieħdu l-passi monetarji u anke fiskali drastiċi biex innaqqsu minn din il-public sector borrowing requirement.", "Aħna nemmnu li l-elezzjoni rbaħniha pass wara pass, bil-mod, bil-għaqal u billi kull meta tfajna saqajna tfajniha fis-sod.", "L-istess hawnhekk.", "Aħna nemmnu li jekk naħdmu biex innaqqsu l-iżbilanċ gradwalment inkunu mexjin fid-direzzjoni t-tajba b'mod li ma ninfluwenzawx negattivament l-ekonomija tagħna.", "F'Jannar ta' din is-sena l-Gvern Laburista ġdid fl-ewwel budget tiegħu ressaq diversi punti, pero' l-punti prinċipali fil-qasam finanzjarju kienu tlieta.", "Ta' min jgħid li l-Gvern Nazzjonalista pproġetta żbilanċ fiskali ta' Lm38 miljun imma kien żbaljat mhux bi ftit għaliex fil-fatt aħna sibna ma' wiċċna żbilanċ ta' Lm112 miljun.", "Din hija r-realta' imma Alla jbierek dawn iċ-ċifri ma jgħoddux.", "It-tieni punt huwa dwar l-expenditure gap ta' Lm132 miljun li kien aktar mid-doppju ta' dak li kien proġettat mill-istess Gvern Nazzjonalista.", "Dan l-ammont, apparti li huwa preokkupanti - għax kien hemm biss ipproġettata expenditure gap ta' Lm54 miljun - jinkwetana l-aktar għaliex meta tiġi biex tanalizzah issib li filwaqt li l-infiq rikorrenti - jiġifieri dak l-infiq li mhux neċessarjament ikollok dħul minnu - qabeż dak ipproġettat, l-infiq kapitali kien anqas minn dak li kien ipproġettat.", "Jiġifieri meta l-Gvern Nazzjonalista nvesta b'mod kapitali u stenna dħul minn dak l-investiment lanqas biss nefaq dak li kien ipproġetta li jonfoq u l-infiq rikorrenti qabżu b'mod allarmanti.", "It-tielet punt huwa dwar l-arretrati straordinarji li ħalla l-Gvern Nazzjonalista biex jitħallsu.", "Wħud minn dawn ilhom ġejjin snin twal u kull min huwa responsabbli minn xi ministeru jew segretarjat għadu qed jirċievi ta' kuljum kontijiet ta' snin ilu.", "B'hekk il-Gvern Nazzjonalista ħallielna warajh ekonomija li aktar ma jgħaddi ż-żmien qiegħda dejjem tmajna.", "Ta' min jgħid li l-operaturi ekonomiċi dan il-fattur kienu konxji tiegħu u lill- Gvern Nazzjonalista indikawulu, imma dawk li llum jippriedkaw it- trasparenza malli ma nwieġbux xi mistoqsija parlamentari ma tawx kas u baqgħu jaħbu l-verita' mill-poplu.", "Pero' jien naħseb li llum il-poplu qed jirrealizza li hemm differenza bejn din in-naħa tal-Kamra u n-naħa l-oħra.", "Fil-fatt aħna anke meta konna qed naraw l-affarijiet minn barra konna qed ngħidu li l-affarijiet sejrin ħażin u issa li qed narawhom minn ġewwa ta' kuljum qed nikxfu l-veritajiet li kienu moħbija mill-poplu tagħna.", "Illum il-Gvern ma jistax jagħmel mod ieħor ħlief li jissellef biex ikun jista' jsolvi l-problemi kbar li wiret mingħand il-Gvern preċedenti u dan nistgħu nispjegawh f'aktar dettall.", "Madam Speaker, kif għidt diġa', is-sena l-oħra kellna żbilanċ ta' Lm112 miljun, jiġifieri kważi tliet darbiet iktar minn dak li l-Gvern Nazzjonalista kien qal li se jkollu.", "Barra minn hekk ta' min jgħid li l- entitajiet pubbliċi u l-korporazzjonijiet jinsabu f'sitwazzjoni kerha wkoll għax wara l-elezzjoni nkixef il-fatt li biex jaħbi l-kontijiet li kellu quddiemu l-Gvern lil dawn kien iġiegħlhom jissellfu.", "Dan il-Gvern kellu diversi alternattivi lejn xiex iħares biex jibda t-triq tiegħu u fil-fatt l- Oppożizzjoni spiss issemmihom minħabba li tixtieq li aħna naqgħu fit- tentazzjoni li nirrikorru għal xi waħda minn dawn l-alternattivi.", "Biżżejjed ngħid li minnhom hija li l-Gvern iżid sewwa t-taxxi jew inkella jnaqqas in-nefqa kapitali biex b'hekk ikun jista' jitħallas l-iżbilanċ li writna.", "Imma dan il-Gvern ma għażel l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ toroq għax hu wiegħed lill-poplu li dan mhux se jagħmlu.", "Fil-fatt il-poplu kemm- il darba staqsiena jekk meta nitilgħu aħniex se nissikkaw iċ-ċinturin u aħna għamilnielu wegħda solenni li ma għandniex għalfejn nissikkawh.", "GĦalhekk kif għidt diġa' l-Gvern ma għażel l-ebda waħda minn dawn it-toroq li forsi riduna naqbdu tan-naħa l-oħra.", "Aħna nemmnu li jekk nagħżlu xi waħda minn dawn l-alternattivi nkunu qed nagħlqu t-triq li fil-fatt irridu naqbdu, jiġifieri dik li naraw li l-ekonomija tespandi.", "F-sitwazzjoni li qegħdin fiha aħna rridu noqogħdu attenti biex nerġgħu nqajmu dawk l- istimuli li l-ekonomija tant għandha bżonn u għalhekk permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi l-Gvern qed jissellef il-flus biex ikun jista' jkompli jwettaq il-programm li għandu ħalli b'hekk l-ekonomija terġa' tibda miexja fit-triq it-tajba.", "Madam Speaker, fil-fatt il-budget li ressaqna kien jagħti indikazzjonijiet ċari għal liema triq huwa miexi dan il-Gvern, kuntrarjament għall-inċertezza li qed tkompli ttambar fuqha l-Oppożizzjoni - din hija kelma ġdida fil-vokabolarju ta' l-Oppożizzjoni - bl-għan li forsi xi darba verament toħloq din l-inċertezza.", "Imma jien naħseb li l- ikbar inċertezza li hawn f'dan il-Parlament hija dik ta' l-Oppożizzjoni għax filwaqt li dejjem tgħid li quddiemna għandna agenda qasira fl-istess waqt ma tridx temmen li l-Parlament forsi qatt ma ra daqshekk żieda fis- seduti li qed ikollna.", "Jien naħseb li bħalissa mhux sitwazzjoni ta' inċertezza hawn imma l-Oppożizzjoni qed taqta' nifisha meta lanqas biss għadna bdejna.", "Madam Speaker, hawn nixtieq ngħid ukoll li skond l-Estimi li ressaqna hemm proġettat li tibda tonqos il-budgetary gap għalkemm irridu ngħidu li din mhijiex se tiġi eliminata għal kollox għax inkella nkunu qed nidħku bina nfusna.", "Wara dak id-diżastru li sibna ma' wiċċna, qed naħdmu biex il- gap tonqos minn Lm112 miljun għal Lm90 miljun.", "B'dan il-mod il-Gvern qed inaqqas il-budgetary gap billi jara li jikber xi ftit il-dħul, iżda aktar importanti billi joqgħod ħafna attent fuq x'jonfoq u kif jonfoq.", "Fil-fatt qegħdin nipproġettaw li matul din is-sena nnaqqsu l-iżbilanċ iżda fl-istess ħin qegħdin inkabbru n-nefqa fuq l-infrastruttura bi Lm12 miljun fuq is- sena ta' qabel.", "Qed jgħidulna li aħna nixfin, li ma nagħmlux investiment u li kollox staġnat, imma naħseb naqra naqra se jibdew jaraw kif dak li qed jgħidu m'hu minnu xejn .", "Nixtieq nagħmel parentesi żgħira hawnhekk li l-Gvern mhux beħsiebu jirrestrinġi l-infiq, speċjalment dak infrastrutturali.", "Nafu li dan it-tip ta' infiq huwa l-ħajja ekonomika tagħna.", "Biex l-ekonomija tespandi kif irriduha aħna, bħala gvern ġdid elett demokratikament mill-poplu, jrid ikun hawn aktar xogħol u aktar dħul.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti jekk il- Gvern se jonfoq irid jara fuq xiex se jonfoq.", "Bħalma għidt, ma tlajniex hawnhekk biex neqirdu u ma tlajniex hawnhekk biex inħarsu biss, imma qegħdin hawnhekk biex inressqu s-soluzzjonijiet.", "Qegħdin hawnhekk biex naġixxu u biex insibu t-toroq ta' kif għandna neliminaw l-affarijiet ta' stmerrija li ħalla ma' wiċċna Gvern Nazzjonalista.", "Madam Speaker, jekk ma jimpurtax nibqa' in possession biex nibda argument ġdid minn għada.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Il-Ministru Mizzi.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 22 ta' April, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar il-ħatra ta' Membri fuq il-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji- it- Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att ta' l-1997 dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it- Tieni Qari.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Bħalma taf inti l-parteċipazzjoni tiegħi f'dan il- Parlament hija esperjenza ġdid għalija pero' inħoss sodisfazzjon kbir li l- kostitwenti tal-Ħames Distrett għażluni biex inkun wieħed mir- rappreżentanti tagħhom f'dan il-Parlament, li huwa l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż.", "Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom tal-fiduċja li wrew fija u nwiegħedhom li se nagħmel dak kollu possibbli sabiex inkun il-vuċi tagħhom f'dan il-Parlament.", "Bħalma taf int, il-Partit Laburista fil-gvern dejjem ħadem biex jgħin liż-żgħir u lill-batut u dejjem ipprova li fit-tmexxija tiegħu jkun veru leali lejn dawn il-gżejjer, pero' fil-fehma tiegħi għandu jsir sforz aktar biex naraw kif nistgħu ntejbu aktar il-livell tal-ħajja tal-poplu tagħna.", "Fil-fatt se niddedika dan id-diskors tiegħi f'dan l-Aġġornament biex nagħti ftit ħsebijiet ta' kif il-Gvern jista' jgħin biex intejbu aktar in- Nofsinhar u x-Xlokk ta' Malta.", "Jiddispjaċini ngħid li l-Gvern Nazzjonalista f'dawn l-aħħar disa' snin qatt ma ta kas ta' din il-parti ta' Malta.", "Jiena nemmen li din il-parti ta' Malta tista' tagħti kontribut ferm aktar u akbar lill-ekonomija ta' pajjiżna.", "Il-fatt li n-nofsinhar u x-xlokk ta' Malta huma anqas żviluppati mit-tramuntana jista' jkun ta' vantaġġ.", "Hemm bżonn li għan-nofsinhar ta' Malta jsir pjan fit-tul ta' żvilupp.", "Hemm bżonn li tiġi mogħtija ferm aktar għajnuna lis-settur agrikolu, isir titjib fit-trasport bejn l-irħula, jiżdiedu l-kumplessi u faċilitajiet sportivi u jsir titjib fil-qasam tas- saħħa.", "Madam Speaker, nixtieq nelabora ftit fuq dawn il-punti.", "Fin-nofsinhar u x-xlokk ta' Malta għad għandna ċ-ċans nagħmlu pjan ta' żvilupp għax baqa' lok li jsir.", "Hemm bżonn li naraw kif niżviluppaw din il- parti ta' Malta bl-inqas ħsara għall-ambjent.", "Irridu nirriflettu bis- serjeta' li f'din il-parti ta' Malta hemm problemi partikolari li huma marbutin ma' l-ambjent bħall-miżbla f'Bubaqra ġoż-Żurrieq, il-Freeport ġewwa Birżebbuga, l-impjant tal-gass fil-Qajjenza u l-barrieri tal-ġebel ġewwa l-Imqabba.", "Hemm bżonn li nippreservaw ukoll dak kollu li hu Malti, speċjalment iċ-ċentri ta' l-irħula tagħna bħaż-Żurrieq, il-Qrendi, l- Imqabba u Ħal Kirkop.", "Bla dubju, hemm bżonn li nattrezzaw u nagħtu importanza akbar lil Marsaxlokk.", "Dan hu l-uniku raħal f'Malta fejn is-sajd għadu parti mill-ħajja ta' kuljum.", "Ma nafx jien jekk qattx sar xi impact assessment ta' kif il-Freeport se jeffettwa l-popolazzjoni ta' Birżebbuġa fil-futur.", "Hemm bżonn li llum il- poplu kollu jifhem li l-ambjent jaffettwa kemm saħħitna kif ukoll il-mod kif ngħixu .", "Mhux ta' b'xejn li l-Gvern Nazzjonalista ħalla ħofra fil-finanzi tal- pajjiż.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Gvern Nazzjonalista rnexxielu b'mod sistematiku jkisser id-dipartimenti tal-gvern, tal-Public Works u s- sezzjoni ta' l-indafa fid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Mhux ta' b'xejn li spiċċajna li ma tara l-ebda ħaddiem tal-gvern jagħmel xogħol ta' manutenzjoni jew tindif fit-toroq tagħna.", "Spiċċajna li n-nofsinhar ta' Malta huwa traskurat u mitluq.", "Hemm bżonn li l-manutenzjoni u t-tindif jibda jsir b'mod sistematiku u b'kollaborazzjoni akbar mal-kunsilli lokali.", "Jekk hemm bżonn lil dawn nagħtuhom aktar għajnuna f'dawk li huma human resources billi nallokawlhom, anke b'mod dirett, ħaddiema tal-gvern.", "B'hekk ngħollu l-livell tal-ħajja billi ntejbu l-ambjent ta' madwarna.", "Madam Speaker, fin-nofsinhar ta' Malta ħafna mir-raba' huwa bagħli għax hemm nuqqas ta' ilma.", "Jien persważ li jekk isir studju dettaljat u b'xi mod insibu kif nistgħu nużaw l-ilma tad-drenaġġ għat-tisqija, l-produzzjoni agrikola f'dawn l-inħawi żgur li tikber u b'hekk tingħata l-possibbilta' li jitkabbru prodotti ġodda.", "Hemm anke bżonn li jsir aktar taħriġ lill- bdiewa u hemm bżonn li nħarsu b'mod aħjar il-kampanja li fadal.", "F'dawn l- inħawi l-kampanja hija fi stat tal-biki.", "Hemm bżonn li nsibu bilanċ aktar adegwat bejn l-aspett kummerċjali u l-ambjent.", "Problema oħra li għandna f'din l-area huwa t-trasport pubbliku.", "Biex tivvjaġġa bejn raħal u ieħor hija battikata u ma teżisti l-ebda sistema ta' trasport pubbliku effiċjenti bejn l-irħula.", "Biex nagħti eżempju, biex mill- Qrendi tmur iż-Żurrieq tispiċċa li jekk tkun b'saħħtek u ma jkollokx trasport tiegħek personali jaqbillek tmur bil-mixi milli tuża t-trasport pubbliku.", "Dan għaliex?", "Għax biex tuża t-trasport pubbliku tkun trid li l- ewwel mill-Qrendi tmur il-Belt u mbagħad mill-Belt tmur għaż-Żurrieq.", "Dan ifisser vjaġġ ta' kważi siegħa u nofs.", "Din is-sitwazzjoni tagħmel in- nofsinhar ta' Malta anqas attraenti għall-investiment.", "Dan ovvjament bir- riżultat li jkun hemm anqas opportunitajiet ta' xogħol għaż-żgħażagħ f'dawn l-inħawi u tbatija żejda għal kull min joqgħod f'dawn l-inħawi li m'għandux it-trasport tiegħu.", "Tant hu minnu dan li ħafna tfal f'dawn l-inħawi jkollhom iqumu kmieni ħafna biex jattendu l-iskola.", "Per eżempju, il-bniet li jmorru l-Iskola Sekondarja tal-Gvern Adelaide Ċini fil-Hamrun, jinġabru fis-6.45 a.m. waqt li s-subien li jmorru De La Salle jinġabru fis-7.00 a.m. Dan ifisser li t-tfal ta' dawn l-inħawi jridu jqumu mill-inqas fis-6.00 a.m. Għalhekk jien nitlob lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet u lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali biex jagħmlu sforz ħalli jirranġaw din is-sitwazzjoni.", "Madam Speaker, issa se niġi għall-parti sportiva.", "Kulħadd jaf bil-vizzji kbar li hawn illum.", "Jekk aħna rridu nbegħdu liż-żgħażagħ tagħna mid-droga u l-kriminalita', l-unika soluzzjoni hi li ngħallmuhom jipparteċipaw fl- isports minn ċkunithom.", "Jiddispjaċini ngħid li f'dawn il-lokalitajiet il- faċilitajiet sportivi huma neqsin, speċjalment fl-irħula ż-żgħar.", "Il-Gvern Nazzjonalista f'disa' snin qatt ma għamel xejn f'dan id-distrett.", "Hemm bżonn li l-privat, il-kunsilli lokali u l-ġenituri jifhmu l-aspett soċjali ta' l-isports.", "Jien konvint li l-Gvern Laburista se jagħmel l-almu tiegħu biex il-faċilitajiet sportivi f'dawn l-inħawi jiżdiedu u dawk eżistenti jiġu mtejba.", "Il-finanzi huma dejjem problema, iżda jekk wieħed ikun organizzat tajjeb żgur li b'xi mod tkun tista' titnaqqas din il-problema.", "Hemm bżonn li l-għaqdiet politiċi, kulturali u sportivi ta' dawn l-inħawi jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom biex naraw kif nistgħu ntejbu dawn il- faċilitajiet kollha flimkien.", "Nitlob ukoll minn hawn lill-kunsilli lokali biex fit-tmexxija tagħhom jikkonsidraw l-użu aħjar tal-faċilitajiet li jeżistu.", "Fl-aħħarnett, Madam Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li fin- nofsinhar ta' Malta ma teżisti l-ebda poliklinika, allavolja jabitaw eluf kbar ta' nies.", "Fil-fatt, il-popolazzjoni ta' dawn l-inħawi tinqeda biss mill-bereġ.", "In-nies ta' dawn l-inħawi, jekk ikunu jridu jużaw il- poliklinika, jew jużaw tar-Raħal il-Ġdid jew tal-Furjana.", "Dan l-istat ta' fatt jagħti prova, li Gvern Nazzjonalista qatt ma ta kas din il-parti ta' Malta.", "Barra minnhekk, biex il-popolazzjoni anzjana ta' dawn l-irħula tkun trid tiġbor il-mediċina jkollha tmur Ħal Luqa.", "Hemm bżonn li naraw kif nistgħu nnaqqsu t-tbatija ta' l-anzjani tagħna.", "Madam Speaker, jien ċert li Gvern Laburista jħares lejn in-nofsinhar ta' Malta b'lenti differenti minn dik ta' Gvern Nazzjonalista.", "Jien persważ li bi żvilupp sostenibbli fis-snin li ġejjin, il-ħajja tal-popolazzjoni f'din il-parti ta' Malta żgur se titjieb.", "Nispera wkoll li jsir żvilupp ekonomiku akbar f'din l-area għall-benefiċċju ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Madam Speaker, nixtieq illum f'dan l-intervent qasir tiegħi nqajjem kwestjoni li żgur ħafna nies ta' l-affari tagħhom iħossu li għandu jsir xi ħaġa dwarha.", "Qiegħed ngħid dwar in-nuqqas kbir ta' responsabbilta' u accountability li teżisti f'ħafna oqsma, b'mod speċjali fl-oqsma governattivi, jiġifieri fid-dipartimenti tal-gvern li magħhom il- pubbliku Malti jkollu kuntatt jew bżonn ta' servizz.", "Nibda fil-qasam tax- xogħlijiet pubbliċi fejn għadna sal-ġurnata tal-lum naraw li jsiru xogħlijiet li ftit wara li jitlestew jibdew ifiġġu d-difetti bħal, per eżempju, fis-sistema ta' drenaġġ.", "Wara ftit li jiġu rranġati dawn jerġgħu ma jaħdmux u erħilu kulħadd igerger u jeqred għax it-triq trid terġa' tinqala' u min ikun responsabbli ma jeħel xejn, jekk mhux minn fuq jeħlu l- ħaddiema.", "Tibki tara bankini tajbin jinqalgħu biex suppost isiru aħjar, imbagħad wara erbat ijiem jibdew ħerġin id-difetti u jispiċċaw agħar milli kienu.", "Imbagħad ħadd ma jieħu responsabbilta' jew jagħti rendikont ta' għemilu.", "Issa dieħla l-moda li l-bankini jsiru bil-lava stones.", "Wara ftit dawn jibdew neżlin u jiċċaqilqu bil-konsegwenza li min jimxi fuqhom ikun qed jissogra xi waqa'.", "Insemmi każ fir-raħal fejn noqgħod jien, fis- Siġġiewi, fejn il-bankina tal-pjazza prinċipali nbidlet tliet darbiet f'disa' snin.", "L-ewwel xi ħadd iddeċieda li jibdel bankina tajba, imma inkredibbilment twaħħal madum jiżloq ferm.", "Ħadd ma ħa r-responsabbilta' ta' dan, bil-konsegwenza li wara ftit snin kollox kellu jerġa' jinqala'.", "Siġar sbieħ inqalgħu minn posthom, tħawlu oħrajn u wkoll reġgħu qalgħuhom u ħadd m'hu accountable jew responsabbli.", "Litterament dawn huma eluf ta' liri mormija.", "U la qed insemmi l-bankini x'ingħidu għall-bankina ta' waħda mill-aktar toroq magħrufa ta' pajjiżna, dik ta' Triq ir-Repubblika?", "Ma jgħaddix xahar li ma tarax il-ħaddiema daqqa jaqilgħu 'l hemm u daqqa 'l hawn biex din spiċċat fi stat diżastruż.", "Hija ħaġa komuni li ta' kuljum tara lil xi turista jew Malti jtir għal wiċċu.", "Possibbli ħadd m'hu responsabbli biex jieħu passi immedjati dwar dan?", "Jew inkella tara toqob ta' l-arbli tal- festa fl-istess triq jitħallew mikxufin fl-art għax donnu dawk responsabbli ma jarawx li wara li dawn jintużaw jingħalqu sew.", "Kemm se ndumu naraw tappieri f'nofs it-triq xi nofs pied 'l isfel mill-livell tat-triq?", "X'qed jagħmlu l-foremen, l-works managers, l-works technical officers u ħafna ħaddiema ta' gradi għolja li huma mħallsa minn flus il-poplu biex dawn in- nuqqasijiet ma jsirux?", "Possibbli ma tistax tinstab soluzzjoni biex ċerti xogħlijiet f'toroq traffikużi, bħal żebgħa ta' sinjali tat-traffiku u tindif, isiru f'ħinijiet fejn lanqas jaffettwaw u joħolqu tħarbit fiċ- ċirkolazzjoni tat-traffiku?", "Għalfejn għadek tara siġar u bushes imħawla ġo roundabouts u traffic islands bil-konsegwenza li tiġi ostakolata l-vista tas-sewwieqa?", "Possibbli min hu responsabbli minn dawn l-affarijiet ma jinkwetax?", "Ħadd m'hu accountable?", "X'ingħidu għall-mod kif jiġi trattat il- pubbliku minn uħud mid-dipartimenti fejn biex forsi tieħu dak id-dritt tiegħek jibdew jibagħtuk minn hawn għal hemm u qatt ma tasal imkien?", "Għalfejn ħafna korrispondenza u talbiet bejn l-istess dipartimenti ġieli tieħu x-xhur biex tingħata tweġiba u donnu ħadd ma jkun irid jerfa' l-piż tad-deċiżjoni?", "Possibbli ħadd mill-ħaddiema jew mill-uffiċjali m'hu accountable għal dawn l-affarijiet?", "Għadek sal-lum tisma b'nies u uffiċjali li dwarhom jgħidulek li qegħdin hemm għal xejn, għax ma jridu jagħmlu xejn jew inkella qegħdin f'pożizzjoni li mhumiex kapaċi jieħdu deċiżjoni bil-konsegwenza li jħarbtu x-xogħol tal-ħaddiema l-oħrajn barra telf ta' ħin u tgergir mill-pubbliku.", "Għalfejn sempliċi ittra lid- Dipartiment ta' l-Artijiet mill-Planning Authority għandha tieħu tliet xhur jew aktar biex tieħu risposta?", "Għalfejn applikazzjoni għall-permess tal- pulizija għandu jieħu fuq erba' xhur forsi jiġi proċessat jekk ma jgħidulekx li għadu lanqas biss wasal fejn suppost għandu jasal?", "Min hu accountable, min hu responsabbli għal dawn l-affarijiet?", "Għalfejn applikazzjoni għall-istallazzjoni ta' dish satellite ċittadin għandu jdum jistenna sitt xhur għax il-Wireless and Telegraphy Section ddum ma twieġeb lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq erba' xhur?", "F'Malta inħoss li hemm bżonn u ħtieġa serja biex tidħol sistema tajba ta' accountablity u responsabbilta'.", "Trid tispiċċa l-mentalita' li ħadd ma jagħti rendikont ta' għemilu.", "Trid tispiċċa wkoll id-drawwa li min mhux jagħmel xogħlu jew mhux kapaċi, kulma jista' jiġri hu li jingħata transfer fejn ikun f'post ma jagħmel xejn u jinbagħat x'imkien ieħor fejn sintendi wkoll ma jagħmel xejn.", "Nixtieq ukoll nieħu din l-opportunita biex f'dan l-Aġġornament nirribatti l-gideb li deher illum fil-ġurnal \"in-nazzjon\" rigward skeda ta' proprjeta' tal-Partit Laburista f'Pembroke.", "Assolutament mhux veru li d-deċiżjoni ttieħdet mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar taħt pressjoni.", "Bħala rappreżentant fuq l-Awtorita' ngħid li l- Awtorita' mxiet kif suppost u għamlet l-istudji kollha meħtieġa, inkluż rapport dettaljat mill-Heritage Advisory Committee.", "Dan mhux biss għamel rapport iżda mar ukoll fuq il-post.", "Se nikkwota siltiet mir-rapport ta' dan il-kumitat:", "\"L-HAC irrikkmandat l-iskjedar ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet bħala grad 2 għal dawn ir-raġunijiet.", "L-Australia Hall, inbniet matul l- ewwel Gwerra Dinjija, bħala monument lill-eluf ta' suldati mill- Awstralja u New Zealand li kienu rikoverati f'Malta għall-kura u konvalixxenza wara l-ġlied fid-Dardanelli u Gallipoli.", "Arkitettonikament hija taqbel ħafna u ssegwi l-istil tal-kumplament tal-barracks militari ta' Pembroke u hija wkoll protetta mill- Ordinanza dwar il-Ħarsien ta' l-Antikitajiet (1925).", "Id-diskoteka ex-Raffles hija parti mill-barracks ta' Pembroke, mibnijin fl-1860, u hija eżempju tajjeb ta' dik imsejħa Barrack Architecture tal-perijodu Ingliż tas-seklu dsatax li oriġinat Malta u wara tkompliet f'ħafna kolonji oħrajn Ingliżi.", "Il-membri tal-HAC kellhom l-okkażjoni li jeżaminaw il-bini tant minn ġewwa kif ukoll minn barra, u saret ukoll spezzjoni dettaljata ta' l-ex-Raffles.", "Il-klassifikazzjoni ta' grad 2 tippermetti li jsiru l-alterazzjonijiet kollha fuq ġewwa iżda li jinżammu l-faċċati kif inhuma.", "Il-bini minn ġewwa tant ir-Raffles ex-diskoteka li kien sofra ħruq kif ukoll l-Australia Hall li huwa dilapidat minħabba traskuraġni ma jimmeritawx konservazzjoni sakemm ma jikkompromettux il-faċċati kif jidhru minn barra.\".", "Dan id-dokument nixtieq inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "BERTU PACE: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-Minuti tal-Laqgħa Nru 325 tal-KKWN tad-29 ta' Jannar 1997.", "Dan igiddeb ukoll dak li qal il-kelliem Nazzjonalista dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar il-Perit Jesmond Mugliett.", "L-Onor.", "Membru messu jaf aħjar id-differenza li tgħaddi bejn proprjeta' fi skeda 1 u proprjeta' f' din l- iskeda.", "Skeda 1 hija l-ogħla skeda fejn hemm fortifikazzjonijiet u tempji neolitiċi, u żgur ma tistax tpoġġi l-bini ta' l-ex Raffles - li l-intern tiegħu huwa kompletament distrutt bin-nar u minn vandali - f' din l-iskeda.", "L-istess jista' jingħad dwar l-Australia Hall, fejn l-istruttura interna hija fi stat imminenti li jaqa' kollox u għall-anness li jinstab fl-istess sitwazzjoni.", "Dawn żgur ma tistax tagħmilhom fl-istess grad bħalma semmejt qabel, ta' tempji neolitiċi u fortifikazzjonijiet.", "Tajjeb infakkar ukoll lill-Oppożizzjoni li fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar għad hemm l-istess rappreżentanti u diretturi li kienu maħtura mill-Gvern Nazzjonalista, u naħseb li dik kienet ir-raġuni għaliex din il-proprjeta' kienet oriġinarjament tpoġġiet fi skeda 1, li kienet skeda ħażina, sempliċement biex issir vendikazzjoni lill-Partit Laburista.", "Suġġett ieħor li xtaqt nitkellem fil-qosor fuqu wkoll huwa l- atteġġament ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista minn mindu tilfu l-elezzjoni f'Ottubru li għadda.", "Kont naħseb li l-Partit Nazzjonalista ħa lezzjoni kbira bir-riżultat ta' l-elezzjoni u stennejt Oppożizzjoni denja , serja u fuq kollox responsabbli.", "Dwar dan mort imqarraq.", "Jidher ċar li l- Oppożizzjoni Nazzjonalista se terġa' tirrepeti t-tattika ta' qabel l-1987, jiġifieri tattika ta' kritika distruttiva, tixwix, tnassis u qlajjiet, mingħajr ma tqis il-ħsara li tkun qed tagħmel lill-pajjiż.", "Huwa ferm ħażin li l-Oppożizzjoni minn Ottubru 'l hawn kompliet b'ritmu u kampanja qawwija qisha ġejja l-elezzjoni biex tipprova ma tħallix il-pajjiż jiġi għan- normalita' kif tixraq lil kull demokrazija wara li tkun saret elezzjoni.", "L- Oppożizzjoni qed tipprova żżomm il-pajjiż fi stat ta' tensjoni kontinwa.", "Il-mod kif l-Oppożizzjoni qed tmexxi u qed timxi turi bi ċar li m'għandhiex alternativa politika għall-ħidma għaqlija tal-Gvern u b'arroganza tippretendi li hi biss għandha xi dritt divin li tmexxi l-pajjiż.", "Il-Gvern Laburista huwa gvern ippreparat biex jaħdem, jikonsulta, jiddjaloga u jisma' liċ-ċittadin.", "Fejn isiru suġġerimenti tajba jattwa dawn is- suġġerimenti.", "Minn fuq, għax nagħmlu d-djalogu, l-Oppożizzjoni tgħid li l- Gvern Laburista huwa bla pjan.", "Il-verita' hi li l-Gvern Laburista qed jipprattika bil-fatti dak li wiegħed u qiegħed ikun trasparenti fil- konsultazzjonijiet tiegħu ma' kull min hu interessat.", "Dak huwa l-veru djalogu, mentri d-djalogu ta' l-Oppożizzjoni meta kienu fil-gvern kien djalogu finta.", "Dawn l-ewwel kienu jlestu l-liġijiet u dak li jkollhom jagħmlu imbagħad taparsi jikonsultaw u ma kenu jaċċettaw il-parir ta' ħadd.", "Kienu saru arroganti u mkabbra u ħasbu li se jkomplu jmexxu l-poplu minn imnieħru.", "Illum kulħadd induna kif il-Gvern Nazzjonalista ħalla l-pajjiż.", "Dawn lanqas felħu jippreżentaw budget u lanqas felħu jagħmlu ż-żmien kollu tagħhom fil-gvern.", "Il-Kap Nazzjonalista għandu jiftaħ għajnejh u jibdel it- tattika qarrieqa tiegħu għax mhux biss tilef l-elezzjoni iżda minn wara l- gwerra 'l hawn kien l-ewwel Prim Ministru Nazzjonalista li l-partit tiegħu mhux talli ma żiedx il-voti iżda naqqas.", "Hemm bżonn li l-Oppożizzjoni taħdem għall-ġid tal-pajjiż.", "Veru għandha dritt tagħmel xogħolha billi tikkritika b'mod kostruttiv, imma għandha dejjem taħdem għall-ġid tal-poplu Malti bħalma għamel il-Partit Laburista, li qatt m'għamel ħsara lil pajjiżu meta kien fl-Oppożizzjoni.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta 22 ta' April fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ŻEBBUĠ - BOLLARDS", "2807.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 538 li oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilek, ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid min ta l-permess biex jitqiegħdu xi bollards f'Manoel Street, Żebbuġ?", "F'liema data ħareġ dan il-permess?", "Għaliex ingħata dan il-permess?", "Min qegħdhom dawn il-bollards?", "Saret konsultazzjoni mar-residenti tat-triq?", "Fejn inħadmu l-bollards u jistgħu jingħataw l-irċevuti jew karti tal-permess relatati mal-bollards?", "Hu prinċipju jew intenzjoni tal-Gvern li toroq pubbliċi jingħalqu biex isiru privati?", "Qatt kien hemm talbiet oħra biex isiru bollards?", "Kien ingħata permess u għaliex?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-permess biex jitqegħdu bollards fi Triq Manoel, Ħaż-Żebbuġ ingħata mill-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku.", "Dan il-permess ħareġ fil-25 ta' Ottubru ta' l-1996.", "Dan il-permess ingħata wara talba li saret lill-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Il-Kunsill laqa' s- suġġeriment tar-residenti ta' Triq Manoel u studja fid-dettal il- possibilita li din it-triq dejqa tingħalaq għat-traffiku.", "Fil-fatt, din it- triq mhux passaġġa għat-traffiku w l-karozzi li kontinwament jipparkjaw f'din it-triq qegħdin ifixklu lin-nies li jkunu mexjin peress li qed jingumbraw it-triq.", "Il-Kunsill Lokali kien responsabbli biex jordna w jinstalla dawn il- bollards.", "Mhux l-intenzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku li toroq pubbliċi jingħalqu biex isiru privati iżda jista' jkun hemm xi każi fejn toroq dojoq ħafna li minnhom ma jgħaddux vejikoli ta' emerġenza per eżempju ambulanzi eċċ. jiġu magħluqa biex jiġu eliminati l-perikoli għal residenti li jooqgħdu fihom.", "Ġieli kien hemm talbiet oħra biex isiru bollards, eżempju ta' dan hija Triq Valent Muscat f'Ħal Balzan.", "Il-permess ingħata għall-istess raġunijiet imsemmija hawn fuq.", "F'eżempju ieħor, fuq talba tal-Pulizija biex isiru bollards ġo `Strait Street', il-Belt, il-permess ma ngħatax.", "DJAR - KAŻ BIL-FILE NO.", "1/96", "2849.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi approvat u finalment utilizzat is- sussidju ta' madwar Lm1,500 mill-H.A. (Housing Authority) taħt l-iskema N. li ġġib il-file No. 1/96 biex il-persuna mill-Belt li ismu qed jintbagħat separatament jinqeda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar qed tistenna dokument mingħand l-applikant li juri kif il-post li fuqu qed tintalab l-għajnuna ġie akkwistat minnu.", "Dan id-dokument ntalab fil-5 ta' Frar 1997.", "PEMBROKE - ARTIJIET", "2850.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill- artijiet ta' Pembroke?", "Se jittellgħu flats?", "Se jittellgħu poloz?", "Peress li fl-amministrazzjoni Laburista ta' snin ilu kien hemm il-pjanti lesti, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-iżvilupp ta' l-art f'Pembroke irid jiġi studjat u deċiż wara li jkun approvat il-pjan lokali.", "KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI", "2973.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitressaq Att biex jagħti s-setgħa lil Malta tirratifika żewġ konvenzjonijiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu rispettivament ma' l-aspetti ċivili ta' serq internazzjonali ta' tfal u mar-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ta' kustodja ċioe' il-Hague Convention u l-European Convention relattiv?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PENSJONIJIET", "2974.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna mill- Belt li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li għandha l-ID No. 50735(M) mhux qed jieħu l-full pension u qed jieħu biss l-arretrati?", "Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fl-aħjar interess tiegħu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.", "PROBATION OFFICERS", "2996.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li ngħataw il-probation bejn is-snin 1990-1996, sena b'sena?", "Kemm hu n-numru ta' probation officers fil-preżent?", "Kemm saru minn probation officers social inquiry reports lill-Qorti tul l-istess snin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "YOUTH SERVICE ORGANISATION", "3885.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost ikun il-full complement tal-Youth Service Organisation?", "Kemm hemm bħalissa f'din is-sezzjoni?", "Xi transfers saru f'dawn l-aħħar xhur f'din it-taqsima?", "X'kienu l- esiġenzi tas-servizz f'kull każ?", "Kif u meta hu maħsub li jerġa' jkun hemm il-full complement?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Xi żmien ilu kien sar studju biex jinsab l-aħjar mezz kif il-Youth Service Organisation tkun l-aktar effettiva fit-twettiq tal-ħidma tagħha jiġifieri fi skambji bejn skejjel Maltin u dawk barranin, kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali u f'għajnuna lill-iskejjel f'attivitajiet kulturali.", "Bħalissa f'din is-sezzjoni hemm Education Officer, Executive Officer u teacher.", "F'dawn l-aħħar xhur tliet ufficjali li kienu mal-YSO ġew trasferiti f'ministeri waqt li għalliem li kien mal-YSO intbagħat lura lejn l-iskola jgħallem.", "Malli jinsabu n-nies kompetenti li jistgħu jiffunzjonaw fil-YSO, jimtlew il- postijiet li hemm battala.", "MEDIA EDUCATION", "3886.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Rigward it-Taqsima tal-Media Education, jista' l- Ministru jagħti informazzjoni dwar: a) kif inhi l-istruttura; b) kemm hu l- complement tal-persuni li jaħdmu hemm inklużi l-part-timers u kemm minnhom huma għalliema? c) Xi kwalita' ta' programmi ttella'; d) jekk hux se jsir xi żvilupp fil-post il-ġdid li minnu beda jopera ċ-ċentru sena ilu; u e) kemm hu l-ammont li tħallas l-aħħar sena fi programmi li ngħataw lil stazzjonijiet privati jew individwi li ma jagħmlux parti miċ-ċentru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Rigward it-Taqsima tal-Media:", "a) Il-Media Education & Broadcasting Centre jaqa' taħt id-Dipartiment għall- Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta u fih żewġ fergħat, jiġifieri it- tmexxija tat-tagħlim tal-media education u l-produzzjoni ta' programmi edukattivi.", "b) Il-complement tal-persuni li jaħdmu hemm jikkonsisti f'Education Officer inkarigat, żewġ għalliema producers u għalliem Supply Teacher producer, clerk, senior technician, żewġ technicians, supervisor Group D (inkarigat mill-Librerija tal-Videos) u charwoman.", "L-għadd ta' għalliema jvarja skond l-iskedi mħejjija.", "c) Il-programmi li jittellgħu huma kollha edukattivi: xi wħud skolastiċi għax isegwu l-kurrikulu f'xi livelll ta' edukazzjoni; oħrajn jagħtu firxa wiesgħa ta' edukazzjoni permanenti.", "d) L-iżvilupp fiċ-Ċentru tal-MEBC ħa ritmu ġdid din is-sena.", "L-għan hu li dan isir anqas dipendenti fuq xogħol barra l-post u jiffranka l-flus waqt li jżid l-effiċjenza.", "e) Is-sena li għaddiet inħadmu għadd ta' programmi minn studios privati, għadd ieħor il-PBS u ammont sostanzjali fl-MEBC stess.", "Il-budget limitat tal-MEBC sewa wkoll biex tħallsu l-kontributuri u biex inxtara apparat li kien meħtieġ biex sar dan ix-xogħol.", "Fil-privat għas-sena 1996 intefqu madwar Lm26,000.", "SKEJJEL - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "3887.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jikkonferma l-Ministru li waħda mill-miżuri li qed jikkonsidra biex itaffi n-nuqqas ta' għalliema fl-iskejjel tal-gvern hi li jdaħħal il-ko-edukazzjoni fis-settur sekondarju?", "Jekk fl-affermattiv, kemm huwa stmat li jiffranka għalliema b'din il- miżura?", "Saru jew se jsiru konsultazzjonijiet ma' għalliema, mal-union, ma' l- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli ta' l-iskejjel u m'oħrajn dwar din il-miżura?", "Saru xi stimi kemm se tqum din il-miżura biex tkun attwata?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proposta li qed jirriferi għaliha hu kienet tqajjmet f'waħda mil-laqgħat li saru bejn il-Ministeru, id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, l-Universita' (Fakulta' ta' l- Edukazzjoni) u l-Malta Union of Teachers dwar in-nuqqas ta' għalliema.", "F'dik il-laqgħa kienu qed jiġu mfittxijin l-options kollha possibbli għal konsiderazzjoni tal-Ministeru u d-Diviżjoni.", "Nista' ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni la fuq din il-proposta u lanqas fuq ebda proposta oħra mqajjma f'din il-laqgħa.", "In vista ta' din l-informazzjoni, il-mistoqsijiet fit-tieni, tielet u r-raba' paragrafu jiġu kkonsidrati waqt u meta tiġi diskussa din il-proposta fid-dettal.", "ESTS - APPRENDISTI", "3888.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' dan il- Gvern dwar l-impjieg mal-gvern jew korpi parastatali ta' l-apprentisti ta' l-ESTS wara li jtemmu l-kors ta' l-apprentistat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Policy segwita minn dan il-gvern dwar l-impieg mal-gvern jew korpi parastatali ta' l-apprendisti ta' l-E.S.T.S. wara li jtemmu l-kors ta' l-apprendistat tagħhom hija dik segwita mill- amministrazzjon preċedenti, jiġifieri li dawn jingħataw iċ-ċertifikat ta' Journeyman, u wara hi responsabilta' ta' l-istudenti li jfittxu x-xogħol bl- għajnuna ta' l-E.T.C..", "Dawk id-dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali li jkunu jinħtieġu s-servizzi ta' dawn il-ħaddiema jkun jinħtiġilhom li joħorġu sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet.", "SAĦĦA - TRASFERIMENTI", "4036.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-transfer list maħruġa mid-diviżjoni tas-saħħa mill-1 ta' Novembru sal-lum?", "Kemm hu n-numru ta' persuni li ntlaqtu?", "F'liema gradi kienu jaħdmu u fejn intbagħtu jaħdmu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor Interpellant għall- mistoqsija parlamentari numru 2879.", "VALLETTA - TRIQ ZEKKA", "4114.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx illi l-fond Nru. 35, Triq Zekka, il-Belt hu diġa' okkupat mill-grocer waqt li d-Dipartiment ta' l-Artijiet ħareġ sejħa għall-offerti għall-istess fond bil-kiri?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- kerrej tal-fond in kwestjoni talab lill-Gvern biex jitrasferixxi l-kirja tiegħu skond il-Press Notice li ġġib id-data ta' 6 ta' Ottubru 1955.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "4115.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Referibbilment għax-xogħol li qed isir f'Buġibba, jista' l- Ministru jgħid: (1) jekk hemmx il-privat involut f'xi xogħol li qed isir u jekk iva, meta nħarġu t-tenders, lil min ġew awarded u għalxiex u kemm hu stmat li b'kollox se jitħallas lill-privat; (2) kemm hu stmat li se jitħallas overtime lill-impjegati tal-Gvern u kemm hemm impjegati fuq ix- xogħol; (3) kemm hi l-istima ta' l-ispiża globali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nikkonferma li kuntratturi privati huma nvoluti f'xi xogħlijiet fuq il-proġett ta' Buġibba.", "Lista ta' kuntratturi kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Lista aktar preciża tista' tingħata meta titlesta l-ewwel fażi tal-proġett.", "In-numru ta' impjegati jvarja skond l-esiġenzi tal-proġett, biss bejn wieħed u ieħor in-numru huwa ta' madwar 250.", "Hu stmat li l-overtime tal-ħaddiema tal-Gvern li qed jaħdmu fuq il-proġett se jkun ta' madwar Lm100,000.", "L-istima globali tal-proġett hi ta' madwar Lm2 miljun.", "PBS - MANAGER", "4194.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2993, jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-membri tal-Bord tad- Dixxiplina li rrakkomandaw li l-manager preċedentement imkeċċi mill-Public Broadcasting Services jiddaħħal lura għax-xogħol?", "Billi l-Prim Ministru qal fit-tweġiba tiegħu li \"l-fatt li din ir-rakkomandazzjoni saret fid-dawl ta' miżuri dixxiplinarji deċiżi mill-istess bord, żgur li kien ta' eżempju xieraq għall-ħaddiema kollha\", jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l- miżuri dixxiplinarji li ttieħdu fil-konfront tal-manager imkeċċi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ic-Chairman tal-Bord tad-Dixxiplina dwar il-każ imsemmi kien is-Sur A J Tabone, filwaqt li s-Sur F Coleiro u s-Sur A Degiovanni kienu l-membri.", "Il-miżuri dixxiplinarji deċiżi mill-istess Bord kienu: l-ebda ħlas għas- sitt xhur li għamel nieqes mill-PBS u downgrading għal Deputy Manager.", "PBS - RAPPORT TA' JOE A. GRIMA", "4195.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2994 u speċifikament għal dik il-parti li tgħid li \"l-Bord tal-PBS qiegħed attwalment jikkonsidra ulterjorament ċerti allegazzjonijiet fih (fir- rapport tas-Sur Joe A. Grima) imsemmija biex jara huwiex rakkomandabbli li wieħed jimxi aktar 'il quddiem dwarhom\", jista' l-Prim Ministru jgħid jekk din il-\"konsiderazzjoni ulterjuri\" saritx, issa li għadda xahar minn meta ngħatat it-tweġiba?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-qagħda attwali?", "Jekk fin-negattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu mistenni li l-bord idum biex jagħmel din il-konsiderazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tweġiba għall-ewwel parti tad-domanda hija fl- affermattiv, filwaqt li għat-tieni parti hi li saret id-deliberazzjoni xierqa.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ASSISTENTI DIRETTURI", "4196.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru W67, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li f'Ġunju, 1996 is-Segretarji Permanenti fil-ministeri ntalbu jressqu deployment plan sat-12 ta' Lulju, 1996 li jirrigwarda lill-Assistenti Diretturi u lis-Senior Principals?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nikkonferma.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT, KULTURA U ARTI - KIRI TA' KAROZZI", "4197.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri ta' karozzi għat-trasport fis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti ġiex mogħti mill-istess garage li kien fi żmien il-gvern preċedenti?", "Jekk ġie mibdul, liema garage qed jipprovdi s-servizz ta' trasport?", "Meta sar it-tibdil u kemm hija l-ispiża?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kiri għat-trasport fis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti ma ġiex mogħti mill-istess garaxx li kien fi żmien il-Gvern preċedenti.", "Dan ġie mibdul u Delcarm Ltd. qiegħed jipprovdi s-servizz ta' trasport.", "It-tibdil sar f'Jannar 1997 b'rata ras għal ras irħas milli kien hemm.", "Fil-preżent għaddej il-proċess ta' ħruġ ta' tenders għas-servizz tat-trasport fis-Segretarjat u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu li diġa' ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Milli kien hemm għad baqa' Van, karozza u vettura impressed li għadhom taħt l-istess ftehim tal-Gvern preċedenti.", "Stante li din il-materja hija ta' natura kummerċjali u t-tender in kwestjoni għadha mhijiex konkluża, mhuwiex opportun li jingħata aktar tagħrif f'dan l-istadju.", "KUMITAT GĦALL-MILLENNJU ĠDID", "4199.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W85, jista' l-Ministru jgħid b'mod konkret x'qed jagħmel il-Gvern biex iwaqqaf il-Kumitat għall-Millennju l-Ġdid?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, in-Nutar Joe Cilia qed jikkonsidra diversi persuni li jistgħu jinħatru fuq dan il-Bord f'kordinazzjoni ma' ministeri u organizzazzjonijiet oħra.", "GĦAQDIET KULTURALI", "4200.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W88 li biha l-Ministru għażel li ma jżid xejn mat-tweġiba li kien ta aktar kmieni għall-mistoqsija parlamentari numru 2888, jista' l-Ministru jieħu l- passi meħtieġa biex ifittex u jsib it-tagħrif dokumentat dwar il-ħsieb tal- Gvern preċedenti li jipprovdi faċilita' lill-għaqdiet kulturali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2888 u W88.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - FONDI VOJTA", "4203.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu postijiet l-Uffiċċju Konġunt skond it-titolu mogħti lill-inkwilin/ċenswalist, skond jekk huwiex residenzjali jew kummerċjali, jagħti l-informazzjoni skond kull lokalita' kif ukoll jindika n-numru ta' fondi vojta skond kull lokalita'?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li mill-informazzjoni mogħtija lill- Uffiċċju Konġunt mill-Knisja, liema informazzjoni qiegħda kuljum tiġi riveduta u updated, jirriżulta li n-numru ta' postijiet li għandu l- Uffiċċju Konġunt mogħtija lill-inkwilini/ċenswalisti huwa kif ġej:-", "|Ċnus |10781 | |Kirjiet |1741 | |Residenzjali | | |Kirjiet |185 | |Kummerċjali | |", "L-Uffiċċju Konġunt għad m'għandux il-faċilita' li jżomm statistika tal- figuri imsemmija skond il-lokalita'.", "Madankollu, l-Uffiċċju Konġunt diġa' qiegħed jindaga jekk din il-faċilita' tistax tkun disponibbli 'l quddiem.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li ngħatat fis-Seduta Nru. 13 għall-mistoqsija parlamentari numru 802.", "Minn dak inhar li ngħatat it-tweġiba ġew identifikati żewġ postijiet oħra vojta - wieħed fil-Ħamrun u l-ieħor fl-Imsida.", "ĠBIR TA' SKART/TINDIF PUBBLIKU - KUNTRATTURI", "4204.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern talab lill-kunsilli lokali jew uħud minnhom, biex matul il-perijodu tal-Euro Med Conference jordnaw lill-kuntratturi tagħhom inkarigati mill-ġbir ta' skart u tindif pubbliku biex jaħdmu xogħol extra iżda l-Gvern mhux se jħallas għall-ispiża addizzjonali u qed jistenna li din titħallas minn kull kunsill relattiv?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li dwar il-Euro Med Conference, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ħareġ iċ-ċirkolari Memo 25/1997 bid-data 7 ta' Marzu, 1997.", "Kopja ta' din iċ-ċirkolari li l- għanijiet tagħha huma ċari biżżejjed, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĦWIENET - APPLIKAZZJONIJIET", "4205.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal ftuħ ta' ħwienet ġodda mill-1987 sa l-1996 u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TAQSIMA TA' KORDIN - QUALITY CONTROLLER", "4206.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament riċentement bdiet tagħmel ix-xogħol ta' Quality Controller ġewwa t-taqsima ta' Kordin?", "Jista' l-Ministru jindika meta din il-persuna ġiet impjegata mal-Gvern u meta saret il-call for applications għall-ingaġġ tagħha?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll xi grad għandha l-persuna ndikata u jekk huwiex minnu li tpoġġiet fuq impjegati oħra bl-istess grad u li għandhom ħafna snin itwal ta' esperjenza ta' xogħol mal-Gvern?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Il-persuna li kienet tieħu ħsieb il-Quality Control Laboratory tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ġewwa Kordin irtirat mix-xogħol xi żmien ilu.", "Bħalissa d-Dipartiment qiegħed jipprepara call for applications għall-ingaġġ ta' persuna addatta għal dan ix-xogħol.", "Fil-frattemp il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant wriet il-ħsieb li temporanjament tgħin fl-immaniġġjar ta' dan il-laboratorju.", "Din il-persuna li ħadem ħafna barra minn Malta għandu esperjenza kbira f'dan il-qasam u tkun ħasra jekk ma jsirx użu sewwa meta l-persuna stess offriet l-għajnuna tagħha.", "Il-persuna kkonċernat ingħatat il-karigu wkoll li tipprepara rapport kif dan il-laboratorju jista' jitħaddem b'mod aktar effiċjenti.", "AGRIKOLTURA ORGANIKA", "4220.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda jiġi mplimentat ir- rapport dwar l-Agrikoltura Organika f'pajjiżna?", "Kemm hu mistenni li jkun il-kontribut ta' dan it-tip ta' agrikoltura fil-bidu ta' l-implimentazzjoni tar-rappot u liema ammont mistenni jintlaħaq b'dan it-tip ta' agrikoltura matul il-ħames snin li ġejjin, sena b'sena?", "Sal-lum, x'kienet ir- reazzjoni ta' l-għaqdiet ambjentali dwar dan ir-rapport dwar l-Organic Farming?", "X'reazzjoni kellhom l-għaqdiet tal-bdiewa dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ir-rapport li sar dan l-aħħar minn esperti Ġermaniżi, għadu fil-fażi inizjali tiegħu, u ħafna affarijiet jistgħu jinbidlu skond l-esiġenzi ta' pajjiżna.", "Ir-reazzjoni ta' l-għaqdiet ambjentali kienet waħda pjuttost pożittiva hekk kif huma ġew ikkonsultati fuq il-proġett.", "L-għaqdiet bħalissa qegħdin jevalwaw il-proġett sakemm issir laqgħa oħra fejn fija kull għaqda tressaq il-proposti tagħha.", "Huwa maħsub ukoll li proġett bħal dan ikollu aċċess ukoll għal numru ta' studenti u għalliema sabiex b' hekk il-ġenerazzjoni futura jkollha aktar għarfien f' dan is-suġġett.", "TA' QALI - PITKALIJA", "4221.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol konness mal- master plan tal-Pitkalija f'Ta' Qali?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- pożizzjoni li ħadet s'issa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar dan il-master plan?", "Meta hu mistenni li jibdew jiġu mplimentati r-rakkmandazzjonijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-Pitkalija f'Ta' Qali?", "Liema applikazzjonijiet ta' infrastruttura marbuta mal-Pitkalija f'Ta' Qali huma sottomessi quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ix-xogħol konness mal-master plan tal-Pitkalija f'Ta' Qali miexi ġmielu.", "Wara li tnaddfet u sar arranġament mad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika sabiex it-tindif isir kontinwu, tkompla x-xogħol fuq il- gates, il-cold store u l-packing shed għall-ħxejjex għall-esportazzjoni.", "Beda wkoll xogħol fuq il-camopies.", "Il-master plan tal-Pitkalija qed jiġi diskuss mal-Awtorita tal-Ippjanar fl-ambitu tal-Master Plan ta' Ta'Qali li qed tħejji l-Awtorita' tal-Ippjanar stess.", "Id-Dipartiment tal-Agrikoltura ressaq applikazzjoni quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar għal bini ta' sular fuq il-bini eżistenti tal-Crates Store ġewwa l-Pitkalija, biex fiħ titpoġġa magna ġdida għall-ħasil tal-crates u b'hekk il-crates kollha jibdew jinħaslu (u mhux kif kien isir fil-passat meta l-crates iz-zgħar biss kienu jinħaslu).", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - IMPJEGATI", "4222.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew impjegati nies u vetturi b'kuntratt mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd mill-1 ta' Novembru, 1996 sal- lum?", "X'tip ta' xogħol qed iwettqu dawk li ġew impjegati matul dawn ix- xhur?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tal-kuntratt tax-xogħol fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru W309 li ngħatat fis-Seduta Nru. 46.", "GĦASSARA TA' L-INBID", "4223.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3903, jista' l- Ministru jgħid liema fil-fatt kienu l-erba' għassara li wieġbu għas-sejħa tad-Dipartiment tal-Biedja u Sajd?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-kondizzjonijiet mitluba mid-Dipartiment tal-Biedja u Sajd lil dawn l- għassara?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kondizzjonijiet mitluba?", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li sar fil-winery fl-aħħar sentejn sa Ottubru, 1996, u jgħid ukoll x'kien imfassal li jiġi mibdul iktar fl-istess post?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kopji ta 12 il-ritratt tal-Winery meħuda fis-6 ta' Jannar, 1997, tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Kif wieħed jista' jara min dawn r-ritratti din il-Winery tħalliet abbandunata u fi stat tal-biki.", "L-Onor.", "Interpellant għandu japprezza li d-dipartiment irid iż-żmien tiegħu biex jirkupra minn nuqqas ta' attivita li kien hemm fil-Winery matul l-aħħar disa snin u nofs u m' għandux jistenna li dak li ma sarx f' dan iż- żmien kollu jsir f' ħames xhur.", "HCEB - POLICIES", "4224.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 3743, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-bidliet fil- policies li l-HCEB qed jikkonsidra fil-preżent?", "Meta hu mistenni li dawn il-policies mibdula jiġu mplimentati?", "X'effett hu mistenni li jkun hemm fuq dawk li għandhom applikazzjonijiet pendenti mal-HCEB, għal-lukandi, restaurants u catering establishments oħra?", "Dawn il-policies mistennija jiġu ppubblikati?", "Meta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għalissa ma għandi xejn aktar xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3743.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "4264.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li kienu jirreġistraw għax- xogħol li sabu xogħol ma' l-\"Island Hotels Group\" fl-iżvilupp li sar dan l- aħħar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ma tħossx li hi etika li toħroġ informazzjoni fuq kumpanniji privati.", "GĦAWDEX - RESTAWR FIĊ-ĊITTADELLA", "4265.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Billi dan l-aħħar ġie rrapportat fil-gazzetti li nkitbet ittra lill-Prim Ministru dwar xogħol ta' restawr fiċ-Ċittadella ta' Għawdex mill-Għaqda Wirt Għawdex u billi ċ- Ċittadella hija parti mill-wirt tal-poplu Malti u Għawdxi, jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara wara li ntbagħtet l-ittra imsemmija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalissa ma għandi xejn aktar xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3743.", "ĊENTRU GĦALL-INTRAPRIŻI Ż-ŻGĦAR - TRADESMEN PARKS", "4266.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Billi dan l-aħħar tħabbar li se jinfetaħ Ċentru għall-Intrapriżi ż-Żgħar u li se jiġu ddentifikati postijiet biex jinfetħu tradesmen parks, Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma se ssir fit-tradesmen parks u jekk s'issa ġewx iddentifikati dawn il-postijiet?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-iskop ta` tradesmen parks huwa sabiex l- entrapreneur ż-żgħir ikollu spazju fejn jkun jista' jopera il-ħidma tiegħu ta` maniffattur artiġjanat jew servizz.", "Dawn il-parks se jkunu lokalizzati f`diversi oqsma f`Malta u Għawdex.", "Is-siti iddetifikati huma maqsuma fit- tnejn, oqsma f`industrial estates eżistenti bhal Luqa, Kordin, Ricasoli, Ħal-Far u Xewkija u oqsma fl-lokalitajiet ġodda li qegħdin jigu ddentifikati iżda għadhom fl-istadju fejn deċiżjoni finali għadha ma tteħditx.", "Jingħad ukoll li l-MDC talbet lill-Planning Authority għall- għajnuna tagħha f`dan l-eżerċizzju u min-naħa tagħha l-Planning Authority issottomettiet pjanti preliminari ta` diversi siti.", "WIED IL-GĦAJN - WIRT STORIKU", "4335.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għal dak li qal l-Onor.", "Joseph Abela dwar il-wirt storiku ta' Wied il-Għajn (f'Seduta Nru. 39 f'4/3/97 pg.", "1143 - 1144)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ittieħed nota tal-osservazzjonijiet li l-Onor.", "Membru għamel fid-diskors ta' l-aġġornament u issa d-Dipartiment tal- Artijiet qed jinvestiga biex jara x'passi jistgħu jittieħdu.", "Tajjeb li wieħed jinnota li hemm bżonn issir diskussjoni pubblika wiesgħa sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni ta' kif wieħed jista' jimmottiva lill-privat sabiex jieħu ħsieb wirt storiku li hu l-proprjeta' tiegħu mingħajr ma jinħoloq piż finanzjarju esaġerat fuq l-istess sidien privata sabiex dan jitwettaq.", "SETTUR PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "4350.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'referenza għad-dokumenti mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tat-3 ta' Frar, 1997, jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjegati tal-Malta Stock Exchange; Malta External Trade Corporation; Management Systems Unit; Sptar Zammit Clapp; kunsilli lokali, humiex se jitqiesu bħala ħaddiema fis-settur pubbliku fil-ġejjieni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ir-risposta hija fl-affermattiv.", "INDUSTRIJI ŻGĦAR", "4351.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 679 dwar Industriji Żgħar u għall-mistoqsijiet supplimentari u t-tweġibiet mogħtija fis-seduta tal-25 ta' Frar (Seduta Nru. 36) fejn il-Ministru wiegħed u ntrabat quddiem il-Kamra li jippreżenta pjanta ta' art f' Ħal Far meta qal:", "\"Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq li nippreżentalu mappa, ngħidlu li nista' nagħmel dan f'xi seduta oħra għax bħalissa m'għandhiex fuqi.\"", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-mappa li hu semma?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kopja tal-pjanta ta` Ħal Far tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, iżda kif ġie informat l-Onor.", "Interpellant fis-Seduta Nru. 40 għar-risposta parlamentari numru 3615, id- diskussjonijiet mal-Planning Authority dwar pjanijiet għal żvilupp ta` art f`Ħal Far għadhom sejrin u għalhekk il-pjanta esebita tista tinbidel.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - STUDENTI/APPRENTISTI", "4373.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li dawk li għalqilhom il- kuntratt bħala student/apprentist fid-dipartimenti u li għaddew mill-final, għandhom ikunu minn ta' l-ewwel biex jiġu mpjegati mal-gvern ladarba dawn temmew l-istudju tagħhom b'suċċess, għalkemm il-kuntratt li sar fi żmien il- Gvern Nazzjonalista ma kienx jiggarantilhom dan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dawk li jtemmu b'suċċess jiġu mpjegati mal-Gvern bl-istess proċeduri li jiġu mpjegati persuni oħra wara li joħorġu l- applikazzjonijiet skond il-postijiet battala.", "Il-politika ta' dan il-Gvern hi li jimpjega skond il-bżonn.", "GĦARGĦUR: TRIQ PRINĊIPALI - ARJA", "4374.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslet l-istima ta' l-arja fuq 48-50, Main Street, Għargħur biex tkun tista' tinxtara mill-applikant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar informat lill-persuna indikata bil-prezz ta' din l-arja fit-18 ta' Ottubru, 1990.", "SPTAR CAPUA - OPERAZZJONIJIET TAL-QALB", "4375.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li skond rapport fil-gazzetti lokali, ġewwa l-Isptar Capua se jibdew isiru operazzjonijiet tal-qalb fuq barranin, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn se jkun il-kirurgu li jopera u x'nazzjonalita' għandu jekk ingħata permess mill-Medical Council biex jagħmel dawn l-operazzjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat mill-istess Sptar ta' Capua li l- kirurgu ewlieni li ser jopera f'dawn l-operazzjonijiet tal-qalb huwa Malti u li diġa' jaħdem f'Malta.", "Għalhekk huwa diġa' rreġistrat mal-Medical Council.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - RAPPORT", "4376.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar minn ditta privata dwar titjib fit-tmexxija u accounting aħjar ġewwa l-iSptar Sir Paul Boffa?", "Kemm sewa dan ir-rapport?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dan ir-rapport hu wieħed intern u għadu qed jiġi evalwat u aġġornat skond il-kriterji stabbiliti mid-Dipartiment tal-Policy u l-Ippjanar tas-Saħħa.", "Ir-rapport hu parti mix-xogħol integrali li qegħdin jagħtu l-esperti finanzjarji lil dan id-dipartiment sabiex indaħħlu sistemi ġodda ta' financial and stock control fl-isptarijiet pubbliċi.", "Il-ħlas qed isir fuq bażi tan-numru ta' sigħat.", "SVPR - TMEXXIJA", "4377.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ttieħdu mill-amministrazzjoni preżenti biex jissaħħaħ il- management ġewwa r-residenza SVPR?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-amministrazzjoni tal-Isptar SVPR kienet traskurata u mitluqa għall-aħħar.", "Kien hemm indħil minn ċerti individwi fit-tmexxija tal-isptar.", "Ġie maħtur superintendent ġdid, bniedem ta' esperjenza u motivazzjoni biżżejjed biex imexxi b'mod serju.", "Minkejja li ilu biss ftit ġimgħat diġa' bdejna naraw tibdil għall-aħjar.", "Billi ma kien hemm l-ebda direzzjoni bdew isiru laqgħat regolari mill-elezzjoni l'hawn ta' kull sezzjoni darba fix- xahar fejn ikun preżenti s-Segretarju Parlamentari.", "Diġa' beda jidher aktar koordinament.", "Pero' jinħass li t-titjib meħtieġ ikun wisq aktar dejjiemi u profond.", "Biex dan iseħħ b'mod l-aktar xjentifiku u effiċjenti inħatar team ta' nies ta'esperjenza li qegħdin jagħmlu management audit biex jiġi ddentifikat kif din ir-residenza tista titmexxa fuq linji moderni u effiċjenti li barra li jkunu ta' fejda għar-residenti anzjani naraw li jużaw tajjeb ir-riżorsi kollha speċjalment dawk tal-ħaddiema li hemm fil-post.", "Dan ir-rapport issa wasal biex jiġi preżentat lill-Gvern u wara li jiġi analiżżat naraw li jittieħdu dawk l-aħjar miżuri li jkun hemm bżonn.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - MANAGEMENT", "4378.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ttieħdu mill-amministrazzjoni preżenti biex jissaħħaħ il- management ġewwa l-iSptar Sir Paul Boffa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:Il-management ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa m'hemmx bżonn jissaħħah.", "Il-postijiet ta' Amministratur Mediku, Manager Nursing Services u Principal huma kollha mimlija.", "Dawn ilhom jokkupaw l- istess kariga tagħhom minn qabel Ottubru 1996.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTA B'OVERDOSE", "4379.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk minn FN10 ta' l-iSptar Monte Carmeli ddaħlitx pazjenta ġewwa l-iSptar San Luqa ssofri minn overdose fil-ġimgħa bejn is-17/3/97 sa l-24/3/97?", "Jekk fl-affermattiv, saret investigazzjoni dwar il-każ u x'kienu r- riżultati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar il-każ imsemmi mill-Onor Interpellant ninsab informat li saret inkjesta nterna u li ttieħdu l-passi li kienu ndikati fiċ-ċirkostanzi tal-każ.", "SPTAR SAN LUQA - MANAGEMENT", "4380.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ttieħdu sal-lum mill-amministrazzjoni preżenti biex jissaħħaħ il- management ġewwa l-iSptar San Luqa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-management ġewwa l-Isptar San Luqa ma hemmx bżonn jissaħħaħ.", "Il-postijiet ta' Amministratur Mediku, Manager Nursing Services u Chief Executive huma kollha mimlija.", "Dawn ilhom jokkupaw l- istess kariga tagħhom minn qabel Ottubru 1996.", "DAZJI - INTRODUZZJONI TAD-DAZJI", "4389.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-laqgħa li huwa kellu mad- Deputat Direttur Ġenerali tal-W.T.O., Warren Lavorel, dan l-aħħar ġietx diskussa l-introduzzjoni tad-dazji mill-Gvern preżenti?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jispjega fil-qosor x'intqal bejn iż-żewġ naħat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le.", "Is-suġġett ma kienx diskuss.", "P.A. - BARRIERI", "4390.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-barrieri li qed jiġu kkonsidrati mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar sabiex fihom jintefa' skart?", "F'kull każ, x'tip ta' skart qed jiġi kkonsidrat li jintefa'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tipprepara studju dwar siti li jistgħu jiġu użati għar-rimi ta' skart muniċipali.", "Ta' min jinnota wkoll li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar riċentament ħarġet permess biex barriera f'Għawdex tintuża biex jintrema' fiha skart tal-bini.", "Din il-barriera tinsab f' Tal-Ksajjem, limiti ta' l-Għarb.", "Barrieri oħra li jistgħu jintużaw għal dan il-għan qegħdin jiġu ddentifikati, u regolamenti li jikkontrollaw dan it-tip ta' rimi qegħdin jiġu fformulati.", "GOZO CHANNEL - PASSIĠĠIERI", "4391.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-Gozo Channel, ġurnata b'ġurnata, bejn il-15 u l-20 ta' Marzu, 1996 kif ukoll bejn il-15 u l-20 ta' Marzu, 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-informazzjoni li talab l- Onor. Interpellant hija kif ġej:-", "1996 1997", "DATE Departure Departure Total Departure Departure Total MARCH Cirkewwa Mgarr Pax Cirkewwa Mgarr Pax", "15 3071 2394 5465 4138 3741 7879 16 3842 2938 6780 2348 2714 5062 17 1454 2701 4155 3425 3669 7094 18 4169 3723 7892 3532 3059 6591 19 3721 4256 7977 3910 3999 7909 20 3489 3484 6973 2975 3037 6012 19746 19496 39242 20328 20219 40547", "PULIZIJA - KAŻI TA' KUNTRABANDU", "4392.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' persuni li nqabdu jagħmlu kuntrabandu, xahar b'xahar, minn Jannar, 1996 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT:Ninsab informat illi l-każijiet ta' persuni li nqabdu b'kuntrabandu minn Jannar 1996 sa Marzu 1997 kien kif ġej:", "1996 1997", "Jannar 2 Jannar xejn Frar 1 Frar 2 Marzu 2 Marzu 3 April 1 Mejju 2 Gunju 2 Lulju 5 Awissu 1 Settembru 2 Ottubru 1 Novembru 9 Dicembru xejn", "PBS - DĦUL MINN REKLAMI", "4393.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm daħlet flus minn reklami, xahar b'xahar, il-PBS minn Jannar, 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Membru japprezza li mhux possibbli li jingħata tagħrif ta' natura purament kummerċjali.", "Nista' madankollu nżid li mid-dħul xahar b'xahar bejn Jannar 1996 u Jannar 1997 l-aktar li kien hemm dħul kien f'April 1996 u l-anqas f'Awissu 1996.", "PULIZIJA - ATTIVITAJIET POLITIĊI", "4394.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk inbidlitx il-policy li kienet tipprojbixxi lill- membri tal-Korp tal-Pulizija milli jattendu attivitajiet politiċi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, għadha ma nbiddlitx.", "NTOM - SISTEMI TA' INFORMATIKA", "4398.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed tagħmel l-NTOM mill-Internet u minn sistemi oħra ta' informatika kemm fl-uffiċċju li għandha f'Malta kif ukoll fl-uffiċini li għandha barra l-pajjiż biex kemm jista' jkun tippromwovi lil Malta fil- qasam tat-turiżmu kif ukoll tgħin fil-bejgħ ta' btajjel lejn Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-NTOM ħejjiet Internet site bl-isem ta' \"It's Malta\" li permezz tagħha paġni web tpoġġew on line fuq http/www.tourism.org.mt.", "B'riżultat ta' dan l-NTOM qed tpoġġi għad- dispożizzjoni tal-vjaġġatur propettiv, informazzjoni intiża biex tħajjar l- għażla tal-Gżejjer Maltin bħala destinazzjoni għall-btala.", "Ittieħdu passi wkoll sabiex il-programm ta' l-NTOM ikun imqabbad ma' Internet Sites oħra li għandhom ċertu xebħ.", "Dan jippermetti web surfers biex imorru fuq paġni oħra ta' organizzazzjonijiet Maltin bħall-Air Malta, l-MIA, il-METCO eċċ., mingħajr il-ħtieġa li joqgħodu jfittxu fil-worldwide web bla bżonn.", "Hemm il-ħsieb ukoll li 'l quddiem dan is-servizz ikun estiż sabiex ikopri wkoll swieq partikolari bħal diving, arkeoloġija, religious travel, attivitajiet kulturali eċċetra.", "Huwa ttamat li lejn l-aħħar ta' din is- sena, dan il-programm ikun imħejji f'lingwi principali oħrajn.", "DISABILITY DISCRIMINATION ACT 1995", "4399.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li The Disability Discrimination Act 1995 daħal fis-seħħ fit-territorju kollu tar-Renju Unit, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx xi stħarriġ dwar l-impatt li din il-leġislazzjoni jista' jkollha għar-rigward tat-turiżmu mir-Renju Unit, u jekk ittieħdux in konsiderazzjoni l-aspetti promozzjonali; għarfien tal-konsumatur; u s-servizz provdut fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Id-Disability Discrimination Act ta' l-1995 u mhux ta' l-1996 kif irrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant, tagħmilha illegali fl- Ingilterra li wieħed jiddiskrimina kontra xi persuna b'disabilita' dwar impjieg, provvedimenti ta' faċilitajiet u servizzi jew management ta' kull kategorija ta' postijiet.", "Din il-liġi wkoll għandha provvedimenti dwar l- użu u l-aċċess għal kull post pubbliku minn persuni b'xi disabilita'.", "Lukandi u postijiet ta' divertiment huma wkoll koperti b'din il-liġi.", "Ta' min isemmi li l-att legali li emenda l-ħtiġijiet ta' kull kategorija ta' lukanda u stabbilimenti ta' akkomodazzjoni oħra f'Malta, li ħareġ fid- 29 ta' Novembru 1996, jipprovdi li \"huma rrakkomandati u mixtieqa li jkun hemm faċilitajiet adegwati għal persuni bi bżonnijiet specjali, inklużi mezzi ta' dħul u ta'assistenza\".", "P.A. - REF.", "PA 2800/94", "4400.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li l- applikazzjonijiet għal żvilupp ta' bini, Ref.", "PA 2800/94, (ismijiet Sciberras) għall-postijiet ta' abitazzjoni kien hemm refusal mill-Planning Authority u dan sar bl-iskuża li din l-art li tappartjeni lil familja waħda tinsab eżatt outside l-ischeme u peress li dan fih innifsu ħoloq verament inġustizzja, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li dan il-każ għandu jerġa' jiġi rivedut?", "ONOR.", "GEORGE VELLA:Il-proċedura biex applikazzjoni tkun ikkonsidrata mill- ġdid jeżistu b'mod formali u l-applikant jista' jutilizzaha jekk iħoss li għandu każ ġenwin.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li r-rifjut ta' l- applikazzjoni msemmija sar fl-1 ta' Marzu tas-sena l-oħra 1996.", "QORTI - ASSISTENTI ĠUDIZZJARJI", "4401.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Assistenti Ġudizzjarji l- Qorti?", "Kemm minnhom huma fulltime u kemm minnhom huma part-time?", "Kif inhuma mqassmin u minn liema mħallfin huma mqassmin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dwar l-ewwel u t-tieni domanda l-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub li jikkonsulta t-tweġiba mogħtija għall- interpellanza numru 3396.", "Dwar it-tielet domanda l-assistenti ġudizzjarji huma mqassmin kif ġej:", "Dawk part-time huma addetti mal-master bl-eċċezzjoni ta' wieħed li huwa addett mal-Qorti ta' l-Appell.", "Tnejn minn dawk fulltime huma addetti mal-Master.", "L-Assistenti Ġudizzjarji l-oħra huma addetti ma' l-Imħallfin tal- Prim'Istanza.", "QORTI - LIFTS", "4402.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jaf il-Ministru li l-lifts tal-Qorti huma kważi dejjem bil- ħsara?", "X'beħsiebu jagħmel biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lifts il- ġodda għadhom taħt garanzija u n-numru ta' waqfien tagħhom naqas wara li sar is-setting in tagħhom.", "Il-Qrati tal-Ġustizzja qegħdin kontinwament jimmonitorjaw il-lifts sabiex jaċċettaw li dawn il-lifts ikunu f'pożizzjoni operattiva tajba.", "Fost miżuri li ttieħdu hemm l-ingaġġ ta' inġinier li qegħed fost affarijiet oħra jsegwi l-lifts u jagħmel ir- rakkomandazzjonijiet neċessarji ħalli l-lifts ikunu dejjem fi stat funzjonabbli.", "MALTA INFORMATION TECHNOLOY TRAINING SERVICE - ĦADDIEMA SEKONDATI", "4403.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li kien hemm uħud li isimhom qed jintbagħat separatament li kienu jaħdmu mal- Ministeru tal-Kunsilli Lokali u li ġew issekondati mal-Malta Information Technology Training Service, fejn kien ġie ffurmat unit ta' erba' persuni biex jagħmlu embellishment programme u li dawn baqgħu jirċievu l-istess allowance li kienu jirċievu qabel, liema allowance ma kenux ugwali avolja dawn kienu jagħmlu l-istess xogħol, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li t- tlieta minn nies l-oħra jitħallsu bħal persuna l-oħra u li dawn jitħallsu wkoll l-arretrati dovuti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-uffiċjali msemmija jifformaw parti minn grupp ta' l fuq minn 30 uffiċjal tal-Gvern li fl-1993 ġew seconded ma' l-MSU biex iħejju l-infrastruttura teknika li kien hemm bżonn biex jiġu mwaqqfa il- kunsilli lokali.", "Biex jagħmlu dan ix-xogħol dawn in-nies għandhom diversi benefiċċji u allowances li jingħataw skond it-tip ta' xogħol li jkollhom, it-taħriġ u l- esperjenza.", "Is-sena l-oħra dawn l-uffiċjali kollha ġew miġbura fid-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali waqt li fl-istess ħin baqgħu sekondati ma' l-MSU.", "It-tliet uffiċjali li qed isemmi l-Onor.", "Membru ġew mitluba jaħdmu fuq xogħol ġdid iżda ta' l-istess tip li kienu qed jagħmlu qabel.", "Jien informat li min huwa responsabbli mit-tmexxija ta' dawn il-ħaddiema huwa tal-fehma li, f'dawn iċ-ċirkostanzi, m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni li t-tliet ħaddiema l-oħra għandu jkollhom benefiċċji aktar vantaġġużi milli qed igawdu bħalissa.", "Inkella tkun qed issir inġustizzja mal-ħaddiema l- oħra li jifformaw din il-unit.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "4407.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu ammonti ta' flus globalment lill-aġenti li għamlu supply ta' mediċini lid- Dipartiment tas-Saħħa mill-1 ta' Diċembru, 1996 sal-15 ta' Marzu, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ammont globali ta' flus li tħallsu lill-aġenti tal-mediċini mid-Dipartiment tas-Saħħa mill-1 ta' Diċembru, 1996 sal-15 ta' Marzu, 1997 kienu dawn:", "DRUGS SURGICAL PROST & TOTAL TOTAL MATERIALS ORTH LM LM LM LM", "DIĊEMBRU 1996 199,091 107,211 0 306,302 JANNAR 1997 462,425 261,012 0 723,437 FRAR 1997 408,627 321,867 16,342 746,836 MARZU 1997 524,312 340,006 1460 865,778 TOTAL 1,594,455 1,030,096 17,802 2,642,353", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "4408.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat l-ammont ta' flus fuq mediċini li d-Dipartiment tas-Saħħa ordna mill- 1 ta' Diċembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:Dan huwa l-ammont ta' flus stmat fuq mediċini li d-Dipartiment tas-Saħħa ordna mill-1 ta' Diċembru sa l-aħħar ta' Frar 1997.", "FARMACEWTICI SURGICAL MATERIALS", "1 - 31 Diċembru 1996 Lm 87,075 Lm 154,876 1 - 31 Jannar 1997 Lm 575,356 Lm 393,869 1 - 28 Frar 1997 Lm 405,751 Lm 204,696 TOTAL Lm1,068,182 Lm 753,441 GRAND TOTAL : Lm 1,821,623", "TEŻOR - TREASURY BILLS", "4409.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' trading fl-iStock Exchange fuq Treasury Bills fis-snin 1995 u 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Matul is-snin 1995 u 1996 ma kien hemm l-ebda trading fi Treasury Bills fl-iStock Exchange minħabba li t-Treasury Bills mhumiex listed hemmhekk.", "STABBILIMENTI TA' L-IKEL - SPEZZJONIJIET", "4410.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq stabbilimenti ta' l- ikel; restaurants; hotels; take away; u mobile kiosks, xahar b'xahar matul is-snin 1995 u 1996?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn instabu li ma' kellhomx standard biżżejjed kif titlob il-liġi?", "Kemm ġew imħarrka fil- Qrati?", "Kemm-il stabbiliment indikat hawn fuq ġie magħluq minħabba xi rregolarita'?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA::: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TEŻOR - TREASURY BILLS", "4411.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont tal-persuni u kumpanniji privati minbarra banek kummerċjali li applika għal Treasury Bills matul is- snin 1995 u 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Matul l-1995, 289 persuna privata xtraw bi Lm3,044,000 u 38 kumpannija (jew enti) xtraw Lm6,986,000 fi Treasury Bills fis-Suq Primarju.", "Il-figuri għall-1996 huma 451 persuna privata xtraw b`Lm7,084,000 u 114- il kumpannija (jew enti) xtraw b`Lm16,136,000.", "ĦARSIEN SOĊJALI - PERSUNI BOARDED-OUT", "4412.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li ġew boarded-out mit-team mediku fid-Dipartiment tal-Ħarsien Soċjali fl-1995 u fl-1996 (kull xahar tas-sena)?", "Kemm minn dawn kienu mpjegati tal-Gvern?", "Kemm minn dawn kienu mpjegati mal-privat?", "Kemm minn dawn kienu self-employed?", "X'etajiet kellhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li ġew boarded-out taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) fis-snin imsemmija hu kif ġej:-", "1995 973 1996 998 Total 1971", "L-Att imsemmi ma jagħmilx distinzjoni la dwar x'tip ta' xogħol li kien jagħmel il-benefiċċjarju qabel ma talab l-Invalidita', u lanqas l-eta' li jkollu.", "Għaldaqstant ma tinħasx il-ħtieġa li tinżamm l-istatistika kif mitluba.", "DJAR - XIRI TA' FOND", "4415.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament minn Ħal-Lija dwar ix-xiri tal-fond indikat separatament li hija ndikata bħala house and garden li minnha żmien ilu kienet ittieħdet il-ġardina għall-bini ta' housing estate stess f'Ħal-Lija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI:Il-persuna ndikata applikat fit-3 ta' Marzu, 1997 biex tixtri r-residenza tagħha li hija proprjeta' tal-Gvern.", "Fl-4 ta' Marzu, 1997 l-Awtorita' tad-Djar kitbet lill-Kummissarju ta' l- Art biex tiġi informata jekk l-applikazzjoni tal-persuna indikata tistax tiġi pproċessata ulterjorment.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - TERMINAL BENEFITS", "4416.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jikkonsidra l-Ministru li terminal benefits mill-kumpanniji in partikolari bħal Banek; mogħtija lill-ħaddiema ma jibqgħux ikunu soġġetti wkoll bħala taxable income?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhux kull pagament li jissejjaħ terminal benefit ikun teknikament terminal benefit.", "Wieħed irid jeżamina iċ-ċirkostanzi partikolari ta` kull każ.", "Il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant mhux ikkonsidrat bħala terminal benefit u għalhekk huwa suġġett għat-taxxa.", "INSTITUTE OF SOCIAL WELFARE", "4417.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex l- Institute of Social Welfare se jiġi relegat?", "Ma jaħsibx il-Ministru li din id-deċiżjoni tista' tnaqqas mill-importanza ta' l-istatus tas-social workers f'pajjiżna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Membru għandu jinnota li s-sena li għaddiet, is-Senat u l-Kunsill ta' l-Universita' qablu li numru ta' istituti b'interess f'oqsma ta' studju relatati kellhom jingħaqdu f'istitut wieħed.", "Wara konsultazzjoni wiesgħa mir-Rettur ta' dak iż-żmien is-Senat u l-kunsill, f'Marzu 1996, kienu approvaw li jkunu abrogati l-istatuti ta' l- istitut għall-iżvilupp tat-tfal, l-istitut tal-Gerontoloġija, l-istitut għall-Ħarsien Soċjali li jinkorpora l-istituti fuq imsemmija bħala diviżjonijiet tiegħu.", "Fil-fatt dan l-istitut ġdid ma bediex jiffunzjona kif kien mixtieq u għalhekk wara li reġgħu saru konsultazzjonijiet oħra, is-Senat aċċetta l- proposta biex id-diviżjonijiet ta' dan l-istitut jingħaqdu ma' dipartimenti ġo fakultajiet, jew f'istituti diġa' eżistenti biex ikollhom aktar saħħa akkademika u struttura amministrattiva aktar soda.", "Bl-ebda mod ma hu intiż li dan il-pass jista' b'xi mod ikun ta' dannu għall-importanza ta' l- istatus tas-social workers f'pajjiżna, anzi bil-maqlub hu maħsub li bażi akkademika aktar soda għandha twassal għal titjieb fil-kors u konsegwentement għal titjieb fl-istatus ta' din il-professjoni.", "Fl-aħħar laqgħa tal-kunsill ġiet aċċettata l-proposta tas-Senat li jitwaqqaf sotto-kumitat li għandu jirrakkomanda l-istruttura l-aktar adattata.", "Fuq suġġeriment tar-Rettur is-Senat kien diġa' ħatar sotto- kumitat biex jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq it-tagħlim tas-Soċjoloġija u tas-Social Work.", "Dan is-sotto-kumitat hu kompost minn Professur C.J. Farrugia, Dr J. Inguanez, Dr G. Baldacchino, Dr M. Darmanin.", "Ma' dan il- Kunsill żied lil Ms Marcelline Naudi preżentament co-ordinatriċi tad- Division tas-social work u rappreżentanti ta' l-istudenti.", "PTA - ROTTA NRU.", "58", "4418.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru minkejja l-informazzjoni li jista' jkun li għandu dwar ir-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Mosta, jikkonsidra flimkien ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku li fix-xhar tas-sajf ikun hemm karozza tal-linja li titlaq mil-Mosta fuq skeda ta' ħinijiet u hekk kemm Mostin kif ukoll turisti jkollhom iċ-ċans li jirkbu?", "Peress li fix-xhur tas-sajf ikun impossibbli li tirkeb karozza tal-linja għaliex sal-Mosta l-karozzi tal-linja jkunu kollha mimlija, (qed ngħaddi dan għal konsiderazzjoni tiegħek).", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li s-servizz tar-Rotta 58 se jkopri dak li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "Dan is-servizz bejn il- Mosta u l-Belt Valletta, flimkien mas-servizzi l-oħra kollha, qed jaqdi sew id-domanda li jkun hemm fil-Mosta matul il-ġurnata kollha.", "MOSTA - QTUGĦ TA' DAWL", "4419.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu passi biex jara għaliex fi Triq il-Bilbla f'zona ta' Daqqaq, fil-Mosta - (wara l-ground tal-football) qiegħed jinqata' d- dawl u jitbaxxa fil-vultaġġ tiegħu?", "X'inhi s-sitwazzjoni dwar substation li hemm fl-inħawi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Lill-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultalhiex li hemm qtugħ ta` dawl fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Membru.", "Rigward vultaġġ baxx, il-korporazzjoni qiegħda tieħu l-passi neċessarji sabiex tittaffa l- problema sakemm titlesta s-substation biex tkun tlaħħaq mad-domanda għall- elettriku f`dawn l-inħawi.", "MOSTA - ASFALTAR TA' TOROQ", "4420.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Alley 6, fi Triq il-Kbira, il-Mosta, jistax jingħata wiċċ ġdid ta' tarmac ladarba parti minnu hija kollha mibnija u s-servizzi kollha huma mgħoddija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-manutenzjoni ta' toroq asfaltati bħal Alley 6, Triq il-Kbira, Mosta jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-kunsill lokali.", "MOSTA - ASFALTAR TA' TOROQ", "4421.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq bi prijorita' għall-għoti ta' tarmac fil-Mosta?", "Jekk il-lista ta' prioritajiet għadha m'hijiex finalizzata, jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-lista għadha mhix kompluta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif diġa' kelli l-opportunita' nindika drabi oħra, l-prijoritajiet għax-xogħol ta' tarmak fit-toroq ivarja minn żmien għal żmien, u għalhekk la tinżamm lista u anqas tista' tingħata ndikazzjoni ta' prijoritajiet għal dan it-tip ta' xogħol.", "SPTAR MONTE CARMELI - PROVVISTA TA' ĦALIB U ĦOBŻ", "4422.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jaf il-Ministru li l-provvista ta' ħalib u ħobż għall-pazjenti tnaqqset drastikament fl-iSptar Monte Carmeli?", "Għaliex mhux qed jintuża disinfettant regolarment meta jsir it-tindif tal- wards u toilets fl-iSptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Minbarra l-informazzjoni ipprovduta fuq l-istess suġġett fir-risposta parlamentari numru.", "4247 tat-18 ta' Marzu 1997, jiena nformat li mhux minnu li l-provvista tal-ħobż u ħalib fl-Isptar Monte Carmeli b'xi mod tnaqqset, aħseb u ara drastikament.", "Lili jikkonfermawli li s-swali qed jingħataw il-provvisti kollha li jitolbu.", "Jiena nformat ukoll lid-disinfettant qed jintuża regolarment fis-swali kollha.", "F'dawn il-ġranet, kull kap ta' kull sala, ikkonfermawli dan bil- miktub.", "Min-naħa l-oħra nikkonferma li kull talba li ssir għad- disinfettant qed tkun milqugħa.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "4423.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Il-Ministru jaf li qed ikun hemm dewmien esaġerat u bla preċedenti f'servizzi mogħtija fiċ-Ċentri tas-Saħħa?", "Peress li biex isiru testijiet tad-demm qed ikun hemm dewmien ta' ġimgħatejn biex jittieħed id-demm - dan wara appuntament - il-Ministru ma jidhirlux li dan hu perjodu twil wisq speċjalment f'każijiet li jistgħu jkunu serji u li għaldaqstant dan qed iwassal lit-tobba biex jirriferu aktar pazjenti fl-iSptar San Luqa fejn diġa' hemm iffullar żejjed?", "Peress li biex jiġu reported x-Rays qegħdin jgħaddu erba' ġimgħat, il-Ministru ma jidhirlux li dan ukoll hu perjodu twil wisq u saħansitra riskjuż f'każijiet li jistgħu jkunu serji u li dan ukoll qed jirriżulta f'aktar iffullar fl- iSptar San Luqa?", "Peress li dawn is-servizzi tant qed idumu biex isiru, jaf il-Ministru li anke lower income groups li m'għandhomx insurance qed ikollhom jiġu riferuti lill-laboratorji/kliniċi tar-radjoloġija privati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4326.", "Għar-rigward tal-X-Rays, id-dipartiment tal-kura primarja għaddej f' diskussjonijiet mad-Dipartiment tar-Radjoloġija biex dan id-dewmien jitnaqqas kemm jista jkun, kif fil-fatt ġara fl-aħħar ġimgħat.", "ĦAMRUN/PIETA' - PROVVISTA TA' ILMA", "4424.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm qtugħ fil-provvista ta' l-ilma regolarment fil-Ħamrun u Tal-Pieta'?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li dan l-aħħar il-qtugħ fil-provvista ta' l-ilma f'parti mill- Ħamrun u tal-Pieta' seħħew wara li żviluppaw ħsarat fis-sistema tad- distribuzzjoni ta' l-ilma tal-Belt Valletta u tal-Pieta.", "Dawn il-ħsarat seħħew hekk:", "9 ta' Marzu 1997:", "Ħsara fuq kanna prinċipali tad-9\" fi Triq Repubblika kantuniera ma Triq San Ġwann, Valletta.", "L-Ilma ngħalaq fis-02.00 a.m. u nfetaħ fis-02.00 p.m.", "20 ta' Marzu 1997:", "Ħsara fuq kanna tas-6\" fi Triq San Ġwann kantuniera ma Triq Repubblika, Valletta, kif ukoll ħsara oħra fuq kanna prinċipali tad-9\" fi Gwardmanġia Hill, Pieta'.", "L-ilma ngħalaq fil-05.30 a.m. u nfetaħ fl-04.00 p.m.", "Minħabba li l-provvista ta' l-ilma lejn il-Pieta' u parti mill-Ħamrun titqassam mis-sistema minn Tigne' (Tas-Sliema) is-sospensjonijiet fil-Belt awtomatikament taffettwa parti mill-Ħamrun, parti minn Gwardamanġia u l- Pieta'.", "SKEJJEL - ARRETRATI TA' L-GĦALLIEMA", "4425.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l- arretrati għas-snin 1991-1994 skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-MUT?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ġentilment nitlob lil Onor. Interpellant sabiex jispeċifika iktar fid-dettall dwar liema agreement u għal-liema kategorija ta' ħaddiema qiegħed jirriferi.", "SKEJJEL - TOBBA/INFERMIERA", "4426.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tabib u kemm-il infermiera hemm jaħdmu fulltime u part-time fl-iskejjel pubbliċi?", "Biex iseħħ il-pjan tal-Gvern li jitjieb is-servizz mediku fl-iskejjel, kemm hemm bżonn ta' tobba u infermiera aktar u f'liema gradi?", "Hawnhekk se jiġu mpjegati tobba u infermiera mis-settur pubbliku biss jew inkella se joħorġu sejħiet għal applikazzjonijiet minn barra s-servvizz pubbliku?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tobba li jaħdmu fl-iskejjel pubbliċi (i.e. statali) huma 11.", "Dawn huma kollha mpjegati fulltime mad-Diviżjoni tas- Saħħa.", "Wieħed minnhom jaħdem ukoll mas-Servizz tat-Tilqim f'Għawdex.", "L-infermiera li jaħdmu fl-iskejjel pubbliċi primarji huma disgħa.", "Dawn huma kollha mpjegati fulltime mad-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Waħda minnhom taħdem ukoll mas-Servizz tat-Tilqim f'Għawdex.", "L-infermiera li jaħdmu fl-iskejjel pubbliċi speċjali huma għaxra.", "Sebgħa minnhom huma mpjegati fulltime mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "It- tlieta l-oħra huma mpjegati fulltime mad-Diviżjoni tas-Saħħa u jagħtu bejniethom tliet sigħat xogħol kuljum fil-unit speċjali ta' l-iskola primarja ta' Sannat.", "Għal bżonnijiet tal-programm preżenti, dawn it-tobba u infermiera huma biżżejjed.", "Jekk il-programm jiġi estiż, il-ħtiġijiet jiġu riveduti.", "TELEMALTA - TRASFERIMENTI", "4427.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil-Korporazzjoni Telemalta fix- xahar ta' Marzu, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-perjodu msemmi, seħħew 53 moviment ta' ħaddiema fil-Korporazzjoni Telemalta.", "Iċ-ċaqlieq li sar fil-Korporazzjoni Telemalta kien proprju biex tiġi rranġata xi ftit is-sitwazzjoni diżorganizzata li wiret dan il-Gvern fl- istess korporazzjoni.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "4428.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċilindri tal-gass fiċ-ċirkolazzjoni f'Malta u Għawdex?", "Minn dawn kemm il-household hemm li tuża s-sistema ġdida tal-pop on?", "Fil-postijiet jew stabbilimenti kummerċjali kemm hemm minnhom li ma jużawx is-sistema tal-pop-on?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F`Malta u Għawdex huwa stmat li hemm madwar 380,000 ċilindri tal-gass fiċ-ċirkolazzjoni.", "Huwa stmat ukoll li madwar 45,000 konsumatur domestiku jużaw is-sistema tal-clip-on.", "L-stabbilimenti kummerċjali ma jużawx is-sistema clip-on bħal dik għal użu domestiku.", "Il-bicca l-kbira ta` l-istabbilimenti kummerċjali huma fornuti jew bil-bulk ġo tankijiet fissi jew bil-manifold battery system u b`ċilindri ta` 25 kilos.", "Għad fadal biss numru ta` stabbilimenti żgħar li għadhom ma qalbux fuq waħda minn dawn is-sistemi msemmija.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "4429.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi impjegati ta' l-Enemalta li ġew attached fl-Uffiċini Ministerjali?", "Jekk fl-affermattiv, mill-liema sections ġew meħuda u xi grad għandhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mill-Korporazzjoni Enemalta kien hemm sitt (6) impjegati li ġew attached fl-Uffiċini Ministerjali.", "Il-gradi tagħhom kienu ta` Prinċipal, Assistant Prinċipal, Clerk, Security Guard u Handyman.", "Dawn ittieħdu mit-taqsimiet ta` l-Accounts, Wages, Registry, Development, Workshop u Security.", "POWER STATION - MARSA", "4430.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-silencers tas-Safety valves tal- boilers Nru.7 u 8 fil-Marsa Power Station humiex imsewwija u armati bil- panels kollha, biex dawn ma jagħmlux ħsejjes żejda bħalma kienu għamlu ftit tax-xhur ilu meta mill-boiler nru 8 kien ħareġ ħafna asbestos mal-ftuħ tas- safety valves li kien tferrex ma' l-inħawi tal-Power Station?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qabel xejn nixtieq nassigura lill-Onor.", "Membru li l- insulation użata fuq il-boilers numru 7 u 87 ma fihiex asbestos.", "Is-silencer fuq is-safety valve tal-boiler numru 8, li hu wżat ukoll fuq l- istartup vent waqt li l-boiler ikun startjat minn kiesah, għandu xi panels nieqsa li huma ordnati u huma mistennijin li jaslu fi żmien qasir.", "Is-silencer fuq il-boiler numru 7 ma fihx ħsarat jew nuqqasijiet u qed jaqdi l-funzjoni tiegħu.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "4431.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm kien hemm impjegati mal- Enemalta fl-ewwel tas-sena 1997:- a) fid-Diviżjoni ta' l-Elettriku; b) fid-Diviżjoni tal-Petroleum; u c) fid-Diviżjoni tal-Gass?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-1 ta` Jannar 1997, il-Korporazzjoni Enemalta kellha dawn in-numri ta` ħaddiema fit-taqsimiet tagħha:", "(a) Taqsima taż l-Elettriku: 1845 li minnhom 19 kienu mislufin lill- Organizzazzjonijiet oħra, filwaqt li 9 kienu mislufin minn Organizzazzjonijiet oħra.", "Kien hemm 93 apprentist.", "(b) Taqsima tal-Pitrolju: 227", "(c) Taqsima tal-Gas: 84 li minnhom 2 kienu mislufin lill- Organizzazzjonijiet oħra.", "MELLIEĦA - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "4432.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq provvista baxxa ta' elettriku ġewwa ta' Pennellu il-Mellieħa?", "Jeżisti xi pjan għal iktar sub-stations f'din l-area?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti dettalji fejn ġie dentifikat il-post (jew postijiet) għal dawn is-substations?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba dwar dan is-suġġett ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru W265.", "Lill-Korporazzjoni ma jirriżultawlhiex ilmenti dwar vultaġġ baxx fiż-zona ndikata mill-Onor.", "Membru.", "Minkejja dan, fil-preżent l-Enemalta qiegħda f`konsultazzjonijiet ma` l-Awtorita tad-Djar dwar il-bini ta` substation sabiex tkun tista` tlaħħaq mad-domanda antiċipata minħabba żvilupp li qiegħed isir f`dawn l-inħawi.", "ENEMALTA - AFFARIJIET ESSENZJALI", "4433.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward items essenzjali li huma nieqsa mill-istores ta' l-Enemalta?", "Kemm ilhom neqsin dawn l-items?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Membru hu mitlub ikun aktar specifiku fid- domanda tiegħu billi nifhem li kull ma jinxtara mill-Korporazzjoni Enemalta huwa essenzjali għad-diversi Taqsimiet ta` din l-Azjenda.", "FORZI ARMATI - SALARY SCALE 13", "4436.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk is-salary scale numru 13, teżistix fil-konfront ta' suldati fil-Forzi Armati?", "Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, x'inhi r- raġuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif jaf l-Onor.", "Membru l-membri tal-Forzi Armati ta' Malta m'humiex uffiċjali pubbliċi kif definit fil-Kostituzzjoni ta' Malta u għalhekk ma jiffurmawx parti mis-Servizz Pubbliku.", "Madankollu, meta mqabbla ma' l-iskali ta' salarji applikabbli għall- uffiċjali pubbliċi, huwa minnu li l-iskala ta' salarju numru 13 ma teżistix fil-Forzi Armati ta' Malta.", "Ir-raġuni hi li fil-militar tingħata importanza speċjali lill-grad ta' Surgent, li miegħu hemm marbuta aktar responsabiltajiet u rwoli differenti meta mqabbel mal-grad ta' Bombardier, u għaldaqstant hemm il-ħtieġa għal differenza sostanzjali fis-salarju bejn it-tnejn.", "FORZI ARMATI - SULDATI", "4437.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' suldati li preżentement jiffurmaw parti mill-Forzi Armati ta' Malta?", "X'inhuma d-diversi \"ranks\" fl-Armata, u kemm hemm suldati f'kull \"rank\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-għadd ta' membri fil-Forzi Armati ta' Malta fit-23 ta' Marzu 1997 kien ta' 1929.", "Dan jinkludi lill-membri ta' Air Traffic Control Corps u lill-membri ta' l-Airport Company, murija separatment fid- dettal, li għall-finijiet ta' xogħol operattiv, jaqgħu taħt ir- responsabbilta tad-Direttur Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili.", "Bħala ranks, dawn il-membri huma kif jidher fit-Tabella li tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SKEJJEL - CASUAL CARETAKERS", "4439.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk casual caretakers jiġifieri dawk li jaħdmu xi tliet sigħat wara li jitilqu t-tfal, għandhomx iġorru r-responsabbilta' li jagħlqu l-iskola huma?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-responsabbilta' li tingħalaq l-iskola mhix kompitu tal-casual caretakers ħlief f'każijiet eċċezzjonali.", "DROGA - IMWIET B'OVERDOSE", "4456.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il mewt b'riżultat ta' overdose ta' droga kien hemm xahar b'xahar mill-1.1.97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-1 ta' Jannar, 1997 sa l-4 ta' April 1997 kien hemm erbat imwiet li huma suspettati li kienu kkaġunati minn overdose.", "Dawn kienu waħda kull xahar.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "4457.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li riċentement għal xi raġuni jew oħra żewġ priġunieri inżammu fiċ-ċelel tagħhom mingħajr ħwejjeġ?", "Jekk iva, x'kien l-iskop ta' din l-ordni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-allegat każ qed jiġi nvestigat mill-Bord tal- Viżitaturi tal-Ħabs skond Regolament 103(5) tar-Regolamenti ta' l-1995 dwar il-Ħabs.", "Billi l-Bord għadu ma kkonkludiex l-investigazzjonijiet tiegħu m'inhix f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.", "PULIZIJA - GAMBLING MACHINES", "4458.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kaxxa tal-logħob maqsuma f'gambling machines u amusements machines ġew sekwestrati mit-28.10.96 xahar b'xahar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi mit-28 ta' Ottubru, 1996 sa Marzu, 1997 ġew maqbuda dawn il-gambling machines:", "| |1996 |1997 | |Ottubru |xejn |Jannar 7| |Novembru |1 |Frar 6 | |Diċembru |xejn |Marzu 2 |", "PULIZIJA - REINSTATEMENT", "4459.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il reinstatement sar fil-Korp tal-Pulizija mit-28.10.96 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 319 għadha tgħodd.", "KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI", "4460.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport annwali tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapport mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ATT DWAR SERVIZZ TA' SIGURTA'", "4461.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministur jgħid min qed jokkupa l-kariga ta' kummissjonarju (mhux kummissarju) prevista fl-att dwar Servizz ta' Sigurta' bl-iskop li jissorvelja l-operat ta' l-istess servizz?", "Jekk dan hu l-avukat ġenerali, hemm ħsieb li jiġi nominat imħallef, ex-imħallef jew ex-avukat ġeneral kif previst fl-istess att?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Skond l-artikolu 12 ta' l-Att Numru XVII ta' l-1996 jekk ħadd ma jiġi matħur Kummissjunarju mill-Prim Ministru għall-għanijiet ta' l-Att dwar is-Servizz tas-Sigurta, l-Avukat Ġenerali għandu jassumi b'mod awtomatiku l-funzjonijiet ta' Kummissjunarju sa dak iż-żmien meta jinħatar Kummissjunarju.", "Peress li ma ġiex maħtur Kummissjunarju, il-pożizzjoni hi kif spjegat fil- paragrafu ta' fuq.", "SKEJJEL - PATRI ĠUŻE' DELIA", "4475.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni sabiex fl-iskola sekondarja Patri Ġuże' Delia f'Ta' Paris minn waħda tal- bniet se ssir waħda tas-subien?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r- raġunijiet għal din il-bidla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'Settembru 1996 ma ddaħħlux studenti bniet f'Form I fl-Iskola Sekondarja Patri Ġuże' Delia, Birkirkara.", "L-istudenti mill-ibliet u rħula li normalment jattendu din l-iskola jistgħu jiġu akkomodati fi skejjel sekondarji oħrajn tal-bniet u jkollhom il- faċilitajiet u s-servizzi kollha meħtieġa.", "L-Iskola Sekondarja għas-subien Ċensu Borg Brared bħalissa tinsab f'żewġ kurituri fit-tielet sular u klassijiet oħrajn f'livelli differenti f'parti mill-kumpless ta' skejjel primarji f'Birkirkara.", "Numru minn dawn il- klassijiet huma mifrudin b'partitions tal-ħġieġ.", "Hemm nuqqasijiet bażiċi ta' servizzi u faċilitajiet.", "L-istudenti jkollhom jaqsmu l-faċilitajiet limitati għall-edukazzjoni fiżika u sport ma' l-iskejjel primarji.", "Il-kmamar vakati meta joħorġu l-istudenti subien se jagħtu aktar spazju lill-iskejjel primarji u l-kindergarten ta' Birkirkara u se jkun possibbli li l-iskejjel primarji jkollhom sala għall-attivitajiet peress li jkunu jistgħu jinfetħu l-partitions eżistenti.", "MANOEL ISLAND - XOGĦLIJIET", "4480.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jkun lest ix-xogħol li qed isir fuq il-promenade fil-viċinanzi ta' Manoel Island li issa ilu mibdi żmien twil?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ewwel fażi fuq ix-xogħol tal-Promenade fil- viċinanzi ta' Manoel Island hu maħsub li jitlesta fil-bidu tas-sajf.", "GĦAQDA KAĊĊATURI NASSABA KONSERVAZZJONISTI", "4481.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi kwestjoni ġdida hemm bejn l-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti u l-Gvern fuq l-istudji li suppost qegħdin isiru fuq l- għasafar skond il-ftehim li kien sar bejnhom u l-Partit Laburista?", "X'qed isir min-naħa tal-Gvern u fejn m'humiex qed jaqblu ta' l-għaqda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Safejn jien informat ma naf li ġie rreġistrat ebda nuqqas ta' qbil jew li hemm xi kwestjoni ġdida bejn l-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti u l-Gvern fuq xi studji li suppost qegħdin isiru.", "XOGĦOL FI TRIQ REĠJONALI", "4482.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame tax- xogħol li qed isir fi Triq Reġjonali?", "Meta hu maħsub li jitneħħa t-tidwir ta' traffiku li jitlob dan ix-xogħol?", "Billi r-ritmu tax-xogħol jidher li naqas jekk mhux ukoll waqaf għal kollox, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni ta' dan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fi Triq Reġjonali baqa' għaddej b'pass regolari li la qatt naqas u l-anqas waqaf kif wieħed jista' jara meta jgħaddi mill-parti ta' fuq il-mini u jara l-istrutturi tal-mina u subways ġodda li saru hemmhekk.", "Ix-xogħol tat-twittija tat-toroq ta' fuq il-mini issa kwazi tlesta u fi żmien qasir mistenni jinbeda u jitlesta x-xogħol tal- kisi bit-tarmac biex it-toroq jinfetħu.", "Il-landscaping u l-irtokki kollha huma maħsuba li jitlestew sa l-aħħar ta' Ġunju 1997.", "FORTI DELIMARA", "4483.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi Forti Delimara kienet ġiet mgħoddija lis- Sur Edwin Bartolo mill-Gvern Soċjalista tat-tmeninijiet biex dan irabbi l- ħnieżer fiha, u billi dan hu bini ta' interess pubbliku u, mhux lanqas, peress li taħt id-demel hemm mirduma kanuni l-ġmiel tagħhom, u billi jien kont għamilt kuntratt mas-Sur Bartolo biex din il-forti terġa' tgħaddi lura għand il-Gvern u dan kien wera ċerta koperazzjoni, jista' l-Ministru jkompli fuq din l-inizjattiva biex forsi din il-forti tiġi salvata mill- istat umiljanti li tinsab fih illum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħadt nota ta' l-osservazzjoni li għamel l-Onor Membru u se nara nistax inkompli in-negozjati in kwestjoni.", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' HOME HELPER", "4484.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi hemm anzjani li ilu ma jkollhom l-assistanza tal-Home helper għal dan l-aħħar xahar, jista' l- Ministru jgħid għaliex qed isir dan?", "Qed ikun hemm sostituzzjoni tal-home helpers li ma jkomplux f'xogħolhom?", "Xi ħsebijiet hemm biex jitkabbar dan is-servizz?", "Kemm hemm ħaddiema fuq dan ix-xogħol u kemm hu pproġettat li jiżdied dan in-numru matul din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fis-26 ta' Marzu, 1997 kien hemm 449.", "Qed tiġi dikussa l-possibbilta' li minn mill-Home Helpers jixtieq jaħdem aktar sigħat billi ma jlaħħaqx mal-massimu stipulat s'issa, jkun jista' jagħmel dan.", "ŻEJTUN - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "4487.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jingħata s- servizz tad-drenaġġ lir-residenti ta' Triq Xrob il-Għaġin, fiż-Żejtun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Biex tingħata d-drenaġġ Triq Xrob il-Għaġin u Triq A Buttiġieġ irid isir easement minn wara l-playing field taż-Żejtun u jaqbad mas-sistema tad-Dar ta' l-Anzjani.", "Qed isir survey biex din tiddaħħal f'tender.", "QAWRA - TRIQ IN-NAKKRI", "4529.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk Triq in- Nakkri, fil-Qawra hijiex inkluża fil-proġett ta' Buġibba bħalma huma t- toroq tal-madwar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq in-Nakkri, fil-Qawra, m'hijiex inkluża fil- lista ta' toroq li se jsir xogħol fihom bħala parti mill-Proġett ta' Buġibba.", "MOSTA - TRIQ IL-FORTIZZA - DRENAĠĠ", "4535.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li residenti ġewwa Triq il-Fortizza, fil-Mosta se jingħataw is-servizz tad-drenaġġ, liema parti jgħixu numru ta' familji u li ilhom b'din il-problema għal dawn l-aħħar 22 sena?", "Jikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar inħareġ permess (tender) u għal xi raġuni parti ta' din it-triq ma ġietx inkluża anzi ġiet maqbuża?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li din l-istess triq tingħata kisja tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ewwel fażi ta' dan il-proġett qed tiġi mgħoddija bħalissa.", "It-tieni fażi li tinkludi l-parti l-oħra ta' Triq il- Fortizza qed tiġi ppreparata u mistennija tiġi ppubblikata fil-futur qarib.", "Tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq biex jieħu ħsieb il-kisi tat-triq meta x- xogħol tad-drenaġġ ikun lest.", "WIED IL-GĦAJN - MAISONETTES", "4536.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-maisonettes li ħareġ il-Gvern fi Triq il-Blajjiet, Wied il-Għajn, partikolarment dak Nru. 21 u oħrajn bħalu hux se jkollhom front garden mal-proprjeta' tagħhom?", "ONOR.", "ALRED PORTELLI: Meta saret it-talba lill-Planning Authority għall- bini tal-maisonettes ma kienx ippjanat li dawn il-maisonettes ikollhom front garden.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA", "4537.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern fuq il-funzjoni regolatorja tal-Korporazzjoni Telemalta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-funzjoni regolatorja tal-Korporazzjoni Telemalta diga' saret pubblika.", "Il-Gvern hu mpenjat li jissepara r-rwol tar-regolatur minn dak tal-operatur u qiegħed attwalment jikkonsidra l-aħjar mod kif jista' jintlaħaq dan il-għan fl-isfond tal- obbligazzjoni universali li għandha l-Korporazzjoni Telemalta u l-iżvilupp ta' servizzi soċjali.", "NOFS INHAR TA' MALTA - PJAN SOĊJALI U EKONOMIKU", "4538.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se tkun il-funzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fit-tfassil għal Pjan tan-Nofs Inhar ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-tħejjija ta' Pjan Soċjali u Ekonomiku għan- Nofsinhar ta' Malta huwa kumplimentari għax-xogħol li wettqet u qiegħda twettaq l-awtorita' fuq Pjani Lokali għall-Bajja ta' Marsaxlokk u l-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir.", "Bħala parti mit-tħejjija għar-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura, l-awtorita' għamlet għadd ta' surveys fuq aspetti li jikkonċernaw l-użu ta' l-art.", "Bla dubju, informazzjoni li nġabret f'dawn is- surveys għandha tkun ukoll ta' relevanza.", "L-awtorita' se tikkollabora permezz ta' bdil ta' informazzjoni kif ukoll, fejn ikun il-każ, diskussjonijiet fuq proposti li jistgħu jiġu nklużi fil-Pjan għan-Nofsinhar ta' Malta.", "BORD TA' L-INVALIDITA'", "4540.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għaddew mill-Bord ta' l- Invalidita' bejn l-1 ta' Jannar, 1996 u l-31 ta' Ottubru, 1996?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kellhom bejn l-20 u t-30 sena u kemm bejn l-31 u l-40 sena?", "Kemm minn dawk bejn l-20 u l-40 sena kienu minn Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li ġew boarded-out taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) bejn l-1 ta' Jannar, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1996 hu kif ġej:-", "|Xahar |Irgie|Nisa |Total| | |l | | | |Jannar |76 |22 |98 | |Frar |65 |11 |76 | |Marzu |57 |10 |67 | |April |66 |13 |79 | |Mejju |69 |13 |82 | |Gunju |63 |25 |88 | |Lulju |53 |17 |70 | |Awissu |61 |13 |74 | |Settembr|50 |12 |62 | |u | | | | |Ottubru |79 |26 |105 | |Total | |801 | | |ta' Kazi| | | |", "L-Att imsemmi ma jagħmilx distinzjoni la dwar eta' u lanqas dwar minn liema raħal/belt tkun ġejja l-applikazzjoni.", "Għaldaqstant ma tinħassx il- ħtieġa li tinżamm l-istatistika l-oħra kif mitluba.", "RABAT - TRIQ G. BORG OLIVIER - ONE WAY", "4541.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi talba quddiem il-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku biex Triq G. Borg Olivier, Rabat issir one way, peress li jekk isir hekk dan jkun ta' inkonvenjenza kbira għar-residenti ta' Ħad-Dingli u l-Buskett?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-Bord għandu quddiemu talba biex Triq G. Borg Olivier issir one way.", "L-Bord iżda qiegħed jistenna qbil dwar rotta ġdida għall-karozzi tal-linja li jgħaddu minn din it-triq qabel ma jieħu deċiżjoni finali.", "SIGĠIEWI - TRIQ PATRI G. DELIA", "4542.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Patri G. Delia fis-Siġġiewi tkun tista' tinfetaħ u tiġi mnifda ma' Triq Lapsi fis-Siġġiewi peress li residenti ta' din it-triq qed jiġu ostakolati biex jidħlu fir-residenza tagħhom?", "Kopja ta' parti tat-triq in kwestjoni qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Parti f'nofs Triq Patri G. Delia, madwar ħamsin pied mhix żviluppata.", "Meta id-dipartiment ħa passi biex issir esproprazzjoni f'isem terzi, kif mitlub, dawn ta' l-aħħar tilfu l-interess f'din il-ħaġa.", "Bħalissa d-dipartiment qiegħed f'konsultazzjoni mal-Kummissarju ta' l- Artijiet sabiex issir esproprazzjoni peress li ma tantx jista' jsir żvilupp mill-privat biex tinfetaħ din it-triq.", "DAZJI - PRODOTTI MPORTATI", "4561.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fid-dawl tal-politika ddikjarata tal-Gvern li ma jaqbilx mad- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-politika tal-Gvern li jżid id-dazji, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, partikolarment il- levies fuq ċerti prodotti mportati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkoncernat.", "P.A. - PA 4866/96", "4564.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-permess Nru. 4866/96 lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, billi t-talba għall-bini li qed issir f'din l-applikazzjoni hi biss għal residenza at ground floor level, u dan fuq plot li qegħda livell ma' żewġ plots oħra ġodda fuq naħa waħda u ieħor qadim fuq in-naħa l-oħra - jiġifieri se ssir biss bini bejn żewġ appoġġi, kemm jagħlaq - jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'oġġezzjoni qed isib l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex toħroġ dan il-permess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: B'riferenza għall-interpellanza ta' l-Onor.", "Joe Psaila Savona, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant numru PA 4866/96 ġiet rifjutata fis-17 ta' Marzu, 1997 minħabba dan li ġej:-", "1) Il-lok in kwestjoni jinsab barra mill-limiti kif definiti fil- provvediment temporanju taż l-iskema għal Ħaż-Żabbar.", "Għaldaqstant, din l- area proposta għandha tibqa miftuħa ma tiġix żviluppata.", "L-applikazzjoni proposta tmur kontra din l-iskema u tippreżenta żvilupp urban fil-kampanja li mhux aċċettabbli.", "2) L-iżvilupp kif propost imur kontra l-policy SET 11, tal-Pjan ta' Struttura li ma tippermettix żvilupp urban 'il barra mill-konfini tal-bini (li huma kommessi jew diġa' eżistenti).", "L-applikazzjoni kif proposta ma taqax fil-kategorija ta' żvilupp mhux urban li jista' jiġi approvat sakemm dan ikun 'il barra mill-konfini tal-bini (li huma kommessi jew diġa' eżistenti) skond paragrafu 7.6 tal-Pjan ta' Struttura.", "L-Iżvilupp propost imur kontra il-Policy BEN 5.", "3) M'hemm ebda ġustifikazzjoni għall-iżvilupp fuq dan il-lok kif mitlub mill-Pjan ta' Struttura (policy SET 12).", "Ma jidhirx li hemm raġuni mil-lat ta' ppjanar għalxiex l-iżvilupp propost ma jistax jiġi allokat f'żona oħra, maħsuba għal dan jew f'żona diġa' mibnija.", "4) L-applikazzjoni proposti ma taqax f'xi waħda mill-kategoriji ta' żvilupp, ngħidu aħna, strutturi jew faċilitajiet essenzjali għall-biedja, ekoloġija jew interess panoramiku, li jista' jiġi approvat f'żoni għal Konservazzjoni Rurali li jaqblu mal-prinċipji w esiġenzi li jidhru fil-Pjan ta' Struttura (Policy RCO 4).", "L-applikazzjoni proposta la hija essenzjali u lanqas ma tgħin interessi tal-biedja, ekoloġi jew panoramiċi.", "PEMBROKE - BUSINESS PARK", "4570.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali ta' l-MDC dwar il-Business Park li hemm maħsub għal Pembroke; xi preparamenti ħejjiet l-MDC dwar il-Business Park; kienx hemm talbiet minn entitajiet lokali u barranin għal allokazzjoni f'dan il-Business Park; u kienx hemm il-ħsieb li l-MDC stess tibni l-kwartieri tagħha f'dan il- Business Park?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-MDC kienet għamlet l-osservazzjonijiet ġenerali fuq il-proposta oriġinali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar li jiġi żviluppat Business Park bħala parti mill-pjan ġenerali għall-area ta` Pembroke.", "Eventwalment ġie deċiż mill-Kabinett li din l-area tiġi żviluppata għal kopijiet ta` social housing.", "AMBAXXATURI POLITIĊI - NOTICE MONEY", "4571.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2663, fejn huwa qal li għadu qed jiġbor l-informazzjoni, jista' issa jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jagħtina nformazzjoni aktar limitata u jgħidilna, fir-rigward tal-political appointees li spiċċaw minn ambaxxaturi mal-ħatra ta' dan il- gvern, u ċioe' is-Sur Alex Agius Cesarea (ex-Riyhad); Dr. Noel Buttigieg Scicluna (ex-Strasbourg); Dr. Joseph Cassar (ex-New York); Dr. Joseph Licari (ex-Parigi); Dr. John Vassallo (ex-Brussels); is-Sur Evarist Saliba (ex-Madrid) u s-Sur William Spiteri (ex-Bonn), min minnhom sal-31 ta' Marzu, 1997 kien irċieva somma ta' flus bħala notice money, compensation money jew f'xi forma oħra, u f'kull każ speċikament u separatament kemm kienet tlaħħaq din is-somma fil-munita li fiha tħallset; u f'liri Maltin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "PARIGI - LAQGĦA MA' M. MICHEL BARNIER", "4572.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm sħiħ tal-viżita tiegħu f'Parigi, organizzata mill-Ambaxxatur Franċiż f'Malta, li matulha fid-9 ta' Marzu, 1997 iltaqa' ma' M. Michel Barnier, Ministru delegat għall- Affarijiet Ewropej fil-gvern Franċiż, u jgħidilna ma' liema personalitajiet oħra ltaqa'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-laqgħa li seħħet f'Pariġi ma' M. Michel Barnier, Ministru delegat għall-Affarijiet Ewropej fil-Gvern Franċiż seħħet fid-9 ta' April, 1997 fil-Quay D'Orsay.", "U.E.- PAJJIŻI LI JIFFORMAW PARTI MIX-SCHENGEN", "4573.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 890, fejn qal li l-Gvern ma jeskludix il-possibilita' li naslu għal xi ftehim ma' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu eliminati l-obbligi li jistgħu jirriżultaw mill-moviment ħieles tal-persuni, kif sar fil-każ ta' l-Islanda u n-Norveġja, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'għamel s'issa l-Gvern biex jilħaq ftehim bħal dan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "U.E.- MEDA PROGRAMME", "4574.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2823, jista' l-Viċi Prim Ministru issa jirrispondi din il-mistoqsija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATUR TA' MALTA F'PARIGI", "4575.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3645, jista' l-Viċi Prim Ministru issa jirrispondi din il-mistoqsija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'għandix xi nżid ma' l-informazzjoni li ngħatat għall-mistoqsijiet simili li diġa saru mill-istess Onor. Membru fuq l- istess suġġett.", "PITKALIJA - PRODOTTI AGRIKOLI", "4634.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' prodotti agrikoli (kgs) li ġie mdaħħal fil-Pitkalija u kemm kien il-valur imħallas lill-bdiewa fil- perijodu 01.01.97 sa 31.3.97 kif ukoll kemm kienu l-istess figuri fl-istess perijodu fis-snin 1991 - 1996 sena b'sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Marzu 1997, il- prodott agrikolu li daħal fil-Pitkalija kien ta' 7,388,500 kgs b' valur ta' Lm 861,364.", "Għas-snin 1991 sa 1996, il-figuri huma kif ġej: |Sena |Kgs |Lm | |1991 |4,807,912|847,029 | |1992 |4,721,288|666,103 | |1993 |4,769,576|834,516 | |1994 |5,882,549|980,145 | |1995 |6,042,345|1,141,58| | | |2 | |1996 |5,951,540|1,196,20| | | |1 |", "VAT - SISTEMA TA' TASSAZZJONI", "4635.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Billi bis-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT, bidwi jew sajjied fulltime jingħata lura l-ammont ta' VAT li jkun ħallas (eż. fuq importazzjoni ta' makkinarju/apparat tal-valur ta' Lm100 CIF Malta, il-bidwi/sajjied jerġa' jingħata lura l-Lm15 VAT li jkun ħallas), jista' l-Ministru jgħid bis- sistema ġdida proposta minflok il-VAT, kemm se jħallas taxxa l- bidwi/sajjied fuq importazzjoni ta' prodotti ta' valur ta' Lm100 CIF kif ukoll jekk din it-taxxa tingħatax lura lill-bidwi/sajjied?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma nħossx li huwa opportun li nwieġeb mistoqsija dwar abbozz ta` liġi li għadu la ġie ppubblikat u lanqas diskuss fil-Kamra tar- Rappreżentanti.", "PATATA - IMPORTAZZJONI", "4636.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx importat patata taż-żriegħ fil-perijodu 1.11.96 sa 31.3.97 u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid (1) kemm kien l- ammont importat; (2) kemm kien il-valur ta' l-istess importazzjoni?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi l-ħaddiema u uffiċjali responsabbli minn din is-sezzjoni huma bħalissa mħabbta bl-esportazzjoni tal-patata, l- informazzjoni mitluba tingħata f' seduta oħra.", "MARSAXLOKK - XATT IS-SAJJIEDA", "4637.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar fuq it-talbiet tas-sajjieda biex jinbnew/jiġu kostruwiti winchroom f'Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk u slipway fil-Ponta tal-Qrajten, Marsaxlokk?", "Jista' l-Ministru jindika meta hu maħsub li jkunu lesti l-imsemmija proġetti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-talbiet tas-sajjieda biex isir ix-xogħol imsemmi ilhom isiru għal numru kbir ta' snin f' dawn l-aħħar disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Mhux possibbli li dak li ma sarx f'disa' snin jsir fi ftit xhur speċjalment meta wieħed jiftakar li mill-fondi li ġew allokati din is-sena kellu jsir tajjeb għall ħlasijiet ta' kontijiet tas-snin ta' qabel.", "MAJJALI", "4638.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar fix-xhur Frar u Marzu (1997), kemm ġew reġistrati majjali żgħar (friegħ) permezz tat-tatoo?", "Kemm kienu l- istess ammonti fl-istess perijodi fil-ħames snin preċedenti?", "X'kien l- ammont (Kg) ta' majjal tas-simna li ġie maqtul fl-imsemmi perijodu fis-snin 1991 sa 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari numru 4638 tqegħded fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PATATA - IMPORTAZZJONI", "4639.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dazju applikabbli fuq importazzjoni ta' patata mportata minn Malta fil-pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena, fil-perijodu 1987 sa 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Skond it-Tieni Protokol addizzjonali bejn Malta u l- Unjoni Ewropea li ġie ffirmat fil-1988 għall-ftehim ta' Assocjazzjoni tal- 1971 id-dazju applikabbli għall-patata ta' Malta impurtata fil-pajjizi tal- Unjoni Ewropea kellu jkun kif ġej.", "Sena Perjodu", "1 Jan-15 Mejju 16 Mejju-31 Mejju 1 Gunju-31 Dic", "1989 9.0 13.356 21 1990 8.175 11.445 21 1991 6.81 9.534 21 1992 5.445 7.623 21 1993 4.08 5.712 21 1994 2.715 3.801 21 1995 1.35 1.89 21 1996 Xejn Xejn 21 1997 Xejn Xejn 21", "Iżda billi t-tnaqqis tar-rati tad-dazju għal patata ta' Spanja u l- Portugal ġie aċċellerat fl-1992, il-patata ta' Malta li tasal fl-Unjoni Ewropeja qabel l-aħħar ta' Mejju ma baqgħetx tħallas dazju mill-1994 'l hawn.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SERVIZZ ĊIVILI - TRASFERIMENT TA' MPJEGATI", "W47.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjegati tal-Gvern illi ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex u viċe versa mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP", "W160.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu membri fil-Korp tal-Pulizija taħt l- Amministrazzjoni Nazzjonalista (1987 - 1996) li għandhom it-tatooes u kemm minn dawn jinsabu stazzjonati fid-Depot tal-Pulizija fis-CID, fid-Drugs Squad u fl-SAG?", "Jista' jgħid ukoll minn hemm pulizija fixed point li huma stazzjonati fl-SAG u jgħid dawn fejn qegħdin ikunu fixed point?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemm 33 membru tal-Korp tal-Pulizija li daħlu bejn 1987 u 1996 li għandhom tattoos.", "Minn dawn hemm tlieta stazzjonati is-CID u sitta l-SAG.", "Ninsab informat illi fl-SAG m'hemmx pulizija fuq xogħol ta' fixed points biss, għajr għal sitta li jagħmlu security duty mas-Sur Richard Cachia Caruana.", "PULIZIJA - ĦLAS TA' XOGĦOL", "W174.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l-Pulizija tax-xogħol li għamlu għassa mal-bini tal-Counting Hall?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-kontijiet qed jinħadmu u l-ħlas se jsir fil-futur qarib.", "ARMI TAN-NAR - AMNESTIJA", "W182.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonsidra l- Prim Ministru li tingħata amnestija dwar l-armi (l-aħħar waħda saret fl- 1979) u dan biex jiġu iktar kontrollati u lliċenzjati kollha?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi kkonsidrat.", "PULIZIJA - GĦAJNUNA FINANZJARJA LIL EX-MEMBRU", "W183.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonsidra l-Prim Ministru li ex-membru tal-pulizija, li ismu qiegħed jintbagħat under separate cover, li żmien ilu minħabba mard serju tal-mara tiegħu li kellha tingħata kura speċjalizzata barra minn Malta ħareġ mijiet ta' liri kbar minn butu, jingħata sussidju mill-fond tal-pulizija bħalma sar f'każijiet oħra għaliex l-uniku sussidju li kien ingħata dan l-ex-membru hu ta' madwar Lm60?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li għajnuna finanzjarja mill-fond tal- Pulizija, tingħata lill-membri tal-Korp, fuq rakkomandazzjoni tal-Welfare Committee wara li ssir talba mill-membru tal-Korp konċernat.", "P.A. - PROPRJETA'", "W261.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu mistenni li jiġri mill-proprjeta' li ġiet dikjarata bħala skedata mill-Planning Authority kif dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tas- 7 ta' Jannar, 1997?", "Fejn il-proprjeta' tirriżulta li hi waħda privata, x'passi hu mistenni li jittieħdu mill-Planning Authority biex jiġi assigurat li proprjeta' hekk skedata ma tibdiex iservi ta' dannu għal sidha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ilha tiskeda proprjetajiet sa mill-1994.", "L-iskedar isir fuq proprjetajiet li huma tal-Gvern, kif ukoll oħrajn li s-sid jista' jkun privat jew il-Kurja.", "L-iskop ta' l-iskedar hu li jiġu ddentifikati proprjetajiet jew siti li jkollhom valur arkeoloġiku, jew storiku, jew arkitettoniku, jew kuntestwali (eż. il-qalba tar-raħal, jew bini rustiku f'oqsma rurali.)", "Dawn il- proprjetajiet jiġu mogħtija gradi differenti jippermettu jsiru tibdiliet jew żvilupp fi, jew madwar, il-proprjetajiet skedati skond il-grad rispettiv u kif aċċettat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-iskedar ma jfissirx li l-proprjeta' ser taqa' f'idejn il-gvern u għalhekk tibqa' fil-pussess ta' sidha.", "Kwalunkwe' sid ma' jista' jagħmel l- ebda xogħol bla permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, wisq aktar ma jista' jagħmel ħsara jew jidemolixxi proprjeta' skedata.", "Id-dannu għal sidien li jkollhom proprjeta' skedata hu minimu għaliex illum proprjetajiet skedati jgawdu aktar prestiġju fis-suq tal-proprjeta'.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar bis-saħħa mogħtija lilha bil-liġi skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, u fuq pariri minn għadd ta' esperti f'divresi oqsma, tagħżel li tipproteġi proprjetajiet qabel ma dawn jintilfu.", "Peress li ċertu eżempji huma diġa rari, jew illum il-ġurnata qed jiġu aktar apprezzati, qed jiġu nklużi proprjetajiet li nbnew fil-bidu ta' dan is-seklu u bini vernakulari li għalkemm m'għandhomx arkitettura ornamentali jifformaw parti mill-wirt kulturali u tradizzjonali Malti.", "L- Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tieħu dawn il-miżuri qabel ma' jkun tard wisq, speċjalment fid-dawl ta' l-għadd ta' applikazzjonijiet li tiproċessa għal twaqqieh ta' bini b'valur kulturali.", "Il-proċess ta' l-iskedar hu pjuttost ġdid għal Malta u għalhekk seta' nissel ċertu sens ta' dubju u biża' bla bżonn fost sidien privati.", "Madanakollu illum l-iskedar hu aċċettat mill- pubbliku nġenerali u dan hu rifless minn numru żgħir t'oġġezzjonijiet fuq skedar li jkollha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "SKEJJEL - CANTEENS", "W272.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali:Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' canteens fl-iskejjel Primarji u Sekondarji f'Malta u f'GĦawdex?", "Kif jitmexxew?", "Jinħarġu tenders għal kull każ?", "Meta kien l-aħħar li nħarġet tender għalihom?", "GĦal kull każ min kienu l-applikanti u min kien dak li ħa t- tender, skola, skola, sena b'sena, mill-1987 sa' lllum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' tuck shops fl-iskejjel Post Sekondarji, Sekondarji, Snajja u Junior Lyceums f'Malta huwa ta' tmienja w għoxrin u f'GĦawdex huwa ta' ħamsa.", "Dawn jinħarġu fuq bażi ta' tenders kull sena skolastika.", "Jinħarġu tenders mid-Diviżjoni jew mill-Iskola inkella it-tuck shop jiġi mmexxi mill- Kunsill ta' l-Iskola.", "It-tuck shops jitmexxew skond il-kondizzjonijiet tal- kuntratt.", "L-aħħar li ħarġu tenders kienet fis-sena skolastika preżenti.", "GĦal kull każ l-applikanti li ħadu t-tender, skola, skola, sena b'sena mill-1987 sal-lum tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI - KONSULENTI", "W293.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa' l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-31 ta' Ottubru, 1996 kellha fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu lil dawn il-konsulenti:", "1.", "Catherine Phillips u Barbara Brown - konsulenti Edukattivi fl- Informatika fil-livell Primarju.", "Kellhom ħlas ta' 70,519 u 66,148 dollaru Kanadiż għal matul il-kuntratt rispettivament u kienu ntitolati għal 20 ġurnata optional leave għall-festi pubbliċi u għax-xahar ta' Awissu bħala vaganzi.", "Benefiċċji oħra fil-kuntratt kienu jinkludu:", "(a) Użu ta' karozza minn kull konsulent. (b) Sussidju ta' Lm300 fix-xahar għall-akkomodazzjoni. (c) Ħlas tal-passaġġ bl-ajru (economy class) lejn Malta għall-konsulent u r-raġel tagħha kif ukoll ħlas ta' mhux aktar minn Lm500 għall-valiġġi addizzjonali. (d) Ħlas tal-passaġġ lura minn Malta fi tmiem il-kuntratt bl-istess kondizzjonijiet spjegati f'paragrafu \"c\". (e) Ħlas ta' passaġġ bl-ajru (economy class) lejn pajjiżhom għall- konsulent u r-raġel tagħha darba matul iż-żmien tal-kuntratt.", "Il-kuntratt ta' dawn iż-żewġ konsulenti beda fit-8 ta' Jannar, 1996 u ntemm fit-30 ta' Novembru, 1996.", "2.", "Emanuel Cachia - konsulent tekniku fl-Informatika fil-livell Primarju.", "Kellu ħlas ta' Lm8400 fis-sena u kien intitolat għall-użu ta' karozza u \"mobile telephone\".", "Iż-żmien tal-kuntratt tas-Sur Cachia kien bejn il-5 ta' Jannar, 1996 sat- 18 ta' Diċembru, 1996.", "Fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi", "a) Is-Sur Carmine Lauri kellu kuntratt għal servizz li kien jagħti bħala konsulent fil-mużika.", "Il-ħlas kien ta' Lm5000 fis-sena.", "Kellu wkoll il- bonus tal-Milied u ta' nofs is-sena.", "Il-kuntratt skada fit-8 ta' Novembru, 1996.", "b) Is-Sur Lawrence Mizzi kellu kuntratt bħala konsulent dwar programmi edukattivi ppreparati mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li ġew trasmessi lokalment fuq ir-radju u t-televiżjoni.", "Il-ħlas kien ta' Lm3000 fis-sena.", "Il-kuntratt skada fil-5 ta' Jannar, 1997.", "S'issa l-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ kuntratti ma ġie estiż.", "Kien hemm ukoll is-Sur Peter Darmanin li kellu kuntratt għall-ħlas ta' Lm3000 fis-sena.", "Dan il-kuntratt skada fil-31 ta' Diċembru, 1996.", "Id-Dipartiment tal-Bibljoteki u Arkivji, wara sejħa għall-offerti fil-15 ta' Marzu, 1996 iffirma ftehim ta' konsulenza mal-Mediterranean Technical Services Ltd biex dawn iħejju l-ispecifications biex tinħareġ sejħa għall- offerti għal sistema ta' ħarsien tal-Bibljoteka Nazzjonali kontra n-nar, u biex jieħdu ħsieb l-istallazzjoni tas-sistema, jittestjawha u jikkommissjonawha.", "Il-ħlas miftiehem għax-xogħol kollu hu ta' Lm16,370 li jitħallsu fi tliet ammonti wara li jipprovdu s-servizzi.", "L-MTS għadhom jagħtu s-servizzi tagħhom.", "GĦal dak li għandu x'jaqsam mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, fil-31 t'Ottubru 1996, dan kellu żewġ konsulenti - Mr. James Richerson u Ms Larissa Strickland.", "Illum it-tnejn m'għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom lid- dipartiment.", "James Richerson temm is-servizz tiegħu fl'aħħar ta' Diċembru 1996.", "Dan kien ġie maħtur (għal sentejn) bħala Exhibition Design Advisor in konnessjoni mal-proġett għall-modernizzazzjoni tal-Mużew ta' l-Arkeoloġija u kien jitħallas Lm8,000 p.a.", "Kien jitħallas ukoll il-benefiċċji elenkati hawn taħt:", "a. Is-somma ta' Lm4,900 p.a. għall-akkomodazzjoni, spejjeż ta' skola għat-tfal u insurance fuq is-saħħa.", "b. Expatriate Allowance ta' Lm1,000 p.a.", "c. Ħlas għall-biljetti ta' l-ajru (Tourist Class) għalih u għall-familja tiegħu minn pajjiżu (USA) għal Malta u lura.", "d. Kura medika b'xejn, għalih u għall-familja tiegħu, fi sptarijiet tal- Gvern jekk dan ikun meħtieġ.", "Miss Larissa Strickland kienet ġiet maħtura konsulent mad-dipartiment, b'salarju ta' Lm3,654 p.a (fuq bażi ta' minn sena għal sena) in konnessjoni mal-proġett tal-'Maiolica Vaults' fis-sotterran tal-Berġa ta' Kastilja.", "Hija temmet is-servizz tagħha fid-19 ta' Frar 1997 meta ġie deċiż li dan il- proġett ma kellux jitkompla.", "Mill-1 ta' Novembru 1996, sa l-aħħar ta' Frar 1997, ma ġie maħtur ebda konsulent mad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali kellha fil-31 ta' Ottubru, 1996 lil Dr Hugh Peralta, LL.D. bħala Konsulent Legali.", "Hu jitħallas Lm345 fis-sena.", "Dr Peralta għadu jagħti s-servizz tiegħu sal-lum.", "Ma ġew maħtura ebda konsulenti oħra mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum.", "Fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli Nterpellant ma kien hemm l-ebda konsulenti mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u l-anqas mad-Dipartiment tal-Kultura.", "In kwantu għal entitajiet oħrajn li jaqgħu taħt ir- responsabilta' tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, l-unika entiti li kellha s-servizz ta' konsulenti kien il-Kumitat tat- Tmexxija tat-Teatru Manoel li kien u għadu jagħmel użu mis-servizzi ta' Dr Giovanni Bonello LL.D., is-Sur Konrad Buhagiar B.E.A., Dip.", "Arch. (Rome) A.&C.E., u s-Sur Simon Flynn A.C.A., C.P.A.A., B.A. (Hons.)", "ACCTCY, MIA.", "Is-servizzi ta' dawn il-konsulenti huma kollha fuq bażi volontarja.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "W230.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet preżenti għal transfers fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħek, dipartiment dipartiment, u kemm ingħataw minn dawn it-transfers?", "Kemm għadhom qed jistennew?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm dawn it- talbiet għal transfer:", "Fit-taqsima tal-Finanzi u Amministrazzjoni hemm sitt talbiet.", "Dawn it- talbiet jintlaqgħu hekk kif jinstabu sostituti tagħhom.", "Fis-settur Post-Sekondarju hemm talba waħda għal transfer.", "Dan it- transfer ma ngħatax.", "Fid-Dipartiment tas-Servizz ta' l-iStudent u Relazzjonijiet Internazzjonali ma hemm l-ebda talba pendenti għal transfer.", "Fid-Dipartiment ta' l-Operations, normalment ma jintlaqgħux talbiet għal transfers matul is-sena.", "Issir sejħa għal talbiet għal transfers minn fost l-għalliema, Kindergarten Assistants, Instructors, Assistenti Kapijiet u Kapijiet fi Skejjel f'April/Mejju u dawn jiġu pproċessati fis-Sajf.", "Fid-Dipartiment ta' l-Ippjanar u Żvilupp m'hemm l-ebda talba għal transfer fil-preżent.", "Fid-Dipartiment tal-Kurrikulu ma hemm l-ebda talba għal transfer.", "Fid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi hemm żewġ talbiet għal transfer.", "Dawn it-transfers għadhom ma ngħatawx u t-tnejn għadhom qed jistennew.", "Fid-dipartimenti li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti hemm talba waħda għal transfer.", "Fid-Dipartiment tal-Mużewijiet, fil-preżent m'hemm ebda talba għal transfer.", "Mis-26 ta' Settembru '96 sat-12 ta' Marzu '97 seħħew tmien transfers b'konnessjoni ma' dan id-dipartiment.", "Fid-Dipartiment tal-Bibljoteki u Arkivji ma saret ebda talba għal transfer għal xi dipartiment ieħor.", "MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL - KONSULENTI", "W295.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "18/03/97", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sal-31 ta' Ottubru 1996, kien hemm ħames (5) konsulenti li kienu qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Korporazzjoni Telemalta.", "Dawn kienu:-", "Perit (konsulent) b'remunerazzjoni (retainer fee)ta' Lm3,000 fis-sena.", "Inġinier (konsulent) b'remunerazzjoni (retainer fee)ta' Lm1,200 fis-sena.", "Żewġ konulenti legali li m'għandhomx salarju fiss iżda jitħallas skond il- każ tas-servizzi li jkun mitlub jagħti.", "L-imsemmi perit m'għadux joffri s-servizz professjonali tiegħu lill- Korporazzjoni wara li hu kien irriżenja minn din il-kariga.", "Fl-ewwel xhur ta' din is-sena, Il-Korporazzjoni Telemalta bdiet tagħmel użu mis-servizz professjonali ta' konsulent legali ieħor b'remunerazzjoni (retainer fee) ta' Lm3,000 fis-sena.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - KONSULENTI", "W298.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fid-Dikasteru tiegħi fil-31 ta' Ottubru 1996 kien hemm żewġ konsulenti mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Dr G Pace Spadaro kien ngaġġat bħala konsulent legali fuq salarju ta' Lm6,507 fis-sena u Dr. G Peplow ingaġġat bħala Consulent Chemist fuq salarju ta' Lm300 (inkluż il-VAT) fix-xahar.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2955 u 2957 (Seduta Nru. 27).", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - KONSULENTI", "W299.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "KARMENU VELLA:", "KONSULENTI FIL- 31.10.96", "|MR.", "JOHN |NTOM |LM | |POLLACCO | |172.50 | | | |FIX-XAH| | | |AR | |MR.ANTHONY |SEGRETARJA|LM2190 | |CATANIA |T PARL |FIS-SEN| | | |A | |MR.", "EMANUEL |\" |LM2164 | |DELIA | |FIS-SEN| | | |A | |MS ROSETTE |\" |LM1200 | |FENECH | |FIS-SEN| | | |A | |DR. A. BORG |AIR MALTA |LM3,000| |CARDONA | |FIS-SEN| | | |A | |EDWARD GATT |\" |LM1,000| |DR. PHILIP |\" |LM4,000| |SCIBERRAS | | | |DR. ALFRED |\" |LM3,000| |BONNICI | | | |DR. PAUL |\" |LM2,000| |SCIRIHA | | | |DR. TONIO |\" |LM | |FENECH | |4,000 | |MR EDMOND W. |\" |LM3,480| |MICALLEF | | | |DR. TONIO |\" |LM | | |AZZOPARDI | |2,500 | | |MR.", "ALPHONSE |\" |LM | |CARUANA | |2,000 | |PROF.", "FREDERICK|\" |LM | |FENECH | |2,000 | |PROF.", "DAVID |\" |LM | |ATTARD | |4,000 | |DR. EDGAR MIZZI|AIR MALTA |LM | | | |4,000 | |DR. J. MICALLEF|\" |LM 250 | |STAFRACE | | | |MR.", "ANTOINE |\" |LM | |TAGLIAFERRO | |1,200 | |MR.", "EGIDIO |\" |US$18,0| |PEDRINI | |00 |", "Bejn l-1 ta' Novembru, 1996, u l-aħħar ta' Frar 1997 kienu mahtura dawn il-konsulenti:-", "|ISEM |DIPARTI-M|HLAS |Ghadho| | |ENT/ | |m | | |ORGANIZZ-| |jaghtu| | |AZZJONI | | | | | | |serviz| | | | |z | |Mr.JAME|Ministeru|Lm4820 |IVA | |S RIZZO| |pa | | | |tat-Turiz| | | | |mu | | | |MR.LOUI|Ministeru|Lm5601 |IVA | |S GRECH| |pa | | | |tat-Turiz| | | | |mu | | | |PROF. |N.T.O.M. |Lm5196 |IVA | |J. | |pa | | |FALZON | | | |", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - KONSULENTI", "W301.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "W303.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninsab informat illi l-konsulenti li kienu jidhru fuq il-kotba tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent fil-31 ta' Ottubru 1996 kienu:", "1.", "Konsulent (mal-Ministeru) fuq kuntratt (full time) ta' 3 snin, paga ta' Lm7,922 fis-sena, kif ukoll l-użu ta' karozza, servizz ta' telefon id- dar b'xejn, u ħlas ta' disturbance allowance ta' 10% tal-paga.", "2.", "Konsulent (ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar) bi ħlas ta' Lm28,800 fis- sena, kif ukoll l-użu ta' karozza, servizz ta' mobile phone u health insurance policy.", "3.", "Konsulent (ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar) bi ħlas ta' Lm19,002 fis- sena, kif ukoll health insurance policy.", "4.", "Konsulent (ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar) bi ħlas ta' Lm16,524 fis- sena, kif ukoll żewġ biljetti ta' l-ajru bir-ritorn kull sena.", "5.", "Konsulent (ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar) bi ħlas ta' Lm2,760 fis- sena, kif ukoll ħlas ieħor ta' Lm50 għal kull seduta fil-Qorti.", "Minn dawn il-konsulenti, tlieta huma barranin u tnejn huma Maltin.", "Kollha emm huma għadhom jagħtu s-servizzi tagħhom fil-ministeru.", "Bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-aħħar ta' Frar 1997, fil-Ministeru tiegħi nħatru żewġ konsulenti oħrajn part-time, it-tnejn fil-qasam ta' l-ambjent.", "Kull konsulent minn dawn għandu ħlas ta' Lm3,250 fis-sena u huwa kondizzjonat illi jagħti s-servizzi tiegħu għal mill-anqas 20 siegħa fil- ġimgħa.", "It-tnejn għadhom jagħtu s-servizzi tagħhom fil-ministeru.", "IMPJIEGI", "W307.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il- Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal- kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il- Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar 1997:", "(a) ġew impjegati tmien (8) persuni b'kuntratt indefinit", "(b) ebda impjieg b'kuntratt definit ma ġie effettwat", "(c) matul ix-xahar ta' Jannar, il-Korporazzjoni bdiet tagħmel użu mis- servizzi professjonali ta' konsulent legali ġdid.", "Dan għandu retainer fee ta' Lm3,000 fis-sena", "Mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar saru 217 moviment ta' ħaddiema .", "IMPJIEGI", "W311.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid- dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l- persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra skond il-mistoqsijiet parlamentari numri 2955 u 2957 (Seduta Nru. 27).", "Ir-redeployments li saru ġewwa id-dikasteru li għalih jien responsabbli huma hekk:", "Taqsima tax-Xogħlijiet 21 Dipartiment ta' L-Art 3 Korporazzjoni ta' L-Ilma 3 IMPJIEGI", "W312.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill- 1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il- kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l- ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "18.3.97", "ONOR.", "KARMENU VELLA:", "MINISTERU TAT-TURIZMU", "|KUNTRATT |KUNTRATT |KONSULENTI | |INDEFINIT |DEFINIT | | |XEJN |XEJN |2 |", "AIR MALTA |KUNTRATT |KUNTRATT |KONSULENTI | |INDEFINIT|DEFINIT | | |16 |1 |XEJN |", "N.T.O.M. |KUNTRATT |KUNTRATT |KONSULENTI | |INDEFINIT |DEFINIT | | |XEJN |XEJN |1 |", "TRANSFERS | | |DIPARTIMENT | |NTOM |AIR MALTA |TAT-TURIZMU | |XEJN |7 |2 |", "IMPJIEGI", "W314.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IMPJIEGI", "W317.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Novembru sa l- aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-aħħar ta' Frar 1997, fil-Ministeru tiegħi ġew", "(a) IMPJEGATI B'KUNTRATT INDEFINIT", "Persuna waħda bħala Manager għar-Riżorsi Umani fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "(b) IMPJEGATI B'KUNTRATT DEFINIT", "Tliet Ambaxxaturi residenti barra minn Malta, tnejn oħra residenti", "Malta u sewwieq/ uffiċċjal tas-sigurta' fil-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin.", "Fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, ġew impjegati Land Surveyor u Planning Officer b'kuntratt definit.", "(c) IMPJEGATI BĦALA KONSULENTI FUQ BAŻI PART TIME B'KUNTRATT DEFINIT", "Żewġ konsulenti fil-qasam ta' l-Ambjent.", "Fl-istess perijodu imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, mill-Ministeru tiegħi ġew trasferiti", "Uffiċjal Tekniku Anzjan (fuq talba tiegħu stess),", "Uffiċjal fil-grad ta' Plumber (wara li spiċċat il-ħtieġa għas- servizzi tiegħu fid-dipartiment),", "Uffiċjal fil-grad ta' Health Attendant B (fuq talba tiegħu stess), u", "Uffiċjal fil-grad ta' General Hand (fuq talba tiegħu stess).", "Ma nħossx li hija etika professjonali għaqlija li nxandar kemm l-ismijiet kif ukoll dettalji tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kull wieħed mill- impjegati fil-ministeru li qegħdin taħt kuntratt definit.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W319.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra lista sħiħa tal-korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika: 1) liema Ministeru hu responsabbli għaliha; 2) il-liġi/regolament li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm; 3) min huma l-membri tagħha; 4) meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; 5) il-ħlas li jirċievi kull membru; 6) allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; 7) minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "JOE MIZZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W319, qed ngħaddilek l-informazzjoni mitluba.", "1.", "Il-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jassumi responsabbilta' politika tal- Korporazzjoni Telemalta.", "2.", "Il-liġi li tirregola t-twaqqif ta' din il-korporazzjoni hija t- TELEMALTA ACT 1975.", "3.", "Il-Bord tad-Diretturi, fil-preżent huwa kompost minn dawn il-membri:-", "Is-Sur Tony Meilaq Chairman Is-Sur Joe Bartolo Deputy Chairman Is-Sur Saviour Zammit Direttur Is-Sur George Camenzuli Direttur M'Louise Coleiro Direttur Is-Sur Maurice Mizzi Direttur Is-Sur John Camilleri Direttur Is-Sur Joe Baldacchino Direttur Ħaddiem", "4.", "Il-Bord tad-Diretturi kollu, bl-eċċezzjoni taċ-Chairman u tad- Direttur Ħaddiem, ġie appuntat fis-6 ta' Jannar, 1997 u għandu terminu ta' sena (jiġifieri sas-6 ta' Jannar '98).", "Ic-Chairman ingħata l-kariga fid-19 ta' Frar, 1997 u din ukoll għandha terminu ta' sena.", "Id-Direttur Ħaddiem ikun imtella' b'elezzjoni minn fost il-ħaddiema.", "Is- Sur Joe Baldacchino ħa l-ħatra tiegħu fil-21 ta' Jannar 1996 u għandu terminu ta' sentejn (jiġifieri sal-21 ta' Jannar '98).", "5.", "Il-ħlasijiet li jirċievi kull membru tal-Bord huma kif ġej:", "Chairman Lm5,000 Deputy Chairman Lm1,500 Diretturi Lm1,000 (kull wieħed)", "6.", "Kull membru tal-bord jingħatawlu telecell, pager u servizz b'xejn tat- telefon lokali u wkoll għal dawk ta' barra minn Malta.", "7.", "Kull membru tal-bord (bl-eċċezzjoni tad-Direttur Ħaddiem u tas-Sur John Camilleri) ikun nominat mill-Prim Ministru.", "Is-Sur John Camilleri huwa l-membru nominat mill-Oppożizzjoni.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W321.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal- korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika: 1) liema Ministeru hu responsabbli għaliha; 2) il- liġi/regolament li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm; 3) min huma l- membri tagħha; 4) meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; 5) il-ħlas li jirċievi kull membru; 6) allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; 7) minn min jiġi nominat kull membru?", "18.3.97", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W328.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il- Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika: 1) liema Ministeru hu responsabbli għaliha; 2) il- liġi/regolament li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm; 3) min huma l- membri tagħha; 4) meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; 5) il-ħlas li jirċievi kull membru; 6) allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; 7) minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR", "W335.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid riferibbilment għax-xahar ta' Frar 1997: (1) Kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; (2) kemm ġew allokati djar mid-dipartiment; (3) kemm saru rikonoxximent ta' kera; (4) kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar; (5) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id- dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; (6) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi matul Frar 1997 ingħataw 4 recognitions u daħlu 5 postijiet lura għand id-dipartiment.", "Fl-aħħar tax- xahar id-dipartiment kellu 35 proprjeta' li tista' tiġi allokata.", "Għall- informazzjoni l-oħra mitluba nitlob lill-Onor.", "Interpellant jara r-risposta li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3622.", "POSTA LTD - REĠISTRU ELETTORALI TAL-LOKAL", "W349.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni l-uffiċċji (branch offices) tal-Posta Limited li hemm fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex ma jiġux provduti b'kopja tar-Reġistru Elettorali tal-lokal rispettiv tagħhom biex b'hekk u meta jkun hemm ħtieġa ta' xi verifika relatata dwar indirizzi dubbjużi, flok ma' l-posta titwassal f'indirizz ma tkunx intenzjonata għalih bħalma qed jiġri f'ċerti każi, din tkun tista' tiġi kkontrollata u jekk l-indirizz ma jkunx jaqbel ma tinxteħitx f'residenza ta' xi ħaddieħor?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Is-suġġeriment tal-Onor.", "Interpellant biex fil- fergħat tal-Posta f'Malta u GĦawdex jiġu provduti b'kopja tar-Reġistru Elettorali tal-lokal rispettiv tagħhom, qed tiġi studjata mill-kumpannija Posta Limited.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTA", "W350.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara li jiġi kkonfermat jekk kienx riżultat ta' sabutaġġ jew mismanagment illi nhar il- Ħamis 20 ta' Marzu, anzjana ta' 67 sena li qed issofri minn acute arthritis u hip joint problem, kellha tattendi għal appuntament għall-X-Ray fil-11.00 a.m. fl-Isptar San Luqa, wara qalulha li kellha tmur Boffa Hospital, u dan wara sagħtejn tistenna u meta reġgħet marret Boffa Hospital persuna li ismiha qed jintbagħat separatament qalilha li dan ma kienx minnu?", "Min se jgħasses kontra dan li hu forma ta' sabutaġġ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiddispjaċini li mill-informazzjoni li għaddieli l-Onor Interpellant, ma stajtx nikkonferma jew niċħad dak li qed jallega l- Onor Interpellant.", "Tajt struzzjonijiet biex il-persuni nkarigati mis- servizz iżidu l-viġilanza u s-superviżżjoni tax-xogħol li jkun qed jitwettaq.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W351.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li qed jgħix f'post bla faċilitajiet sanitarji, bla toilet, bla kċina u bla ventilazzjoni, b'umdita' għall-aħħar, u f'post ikkundannat kif iċċertifikah tant tajjeb il-Perit Buontempo?", "X'possibbilta' hemm li jintbagħat inspector?", "X'possibbilta' hemm li tingħata 221/1, Republic Street, Valletta?", "Meta se tingħata appuntament mal-Perit Buontempo kif tant tixtieq għax hu l-perit tal-fiduċja tagħha llum konsulent fil-Ministeru?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed jieħu l-kors tiegħu.", "Il-persuna indikata mhux l-ewwel darba li kellmet lill-istess konsulent bit- telefon, anke f'daru stess.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W352.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'passi jista' jieħu l-Gvern biex kap ta' familja ta' żewġt itfal li ismu qed jintbagħat separatament b'martu kostretta li tkun tgħix f'post ieħor f'Raħal Ġdid (Sharing accomodation) jingħata akkomodazzjoni alternattiva ġaladarba l-post hu ċertifikat fi stat ħażin u li jitfa' responsabbilta' fuq l-awtoritajiet?", "X'ċans hemm li jingħata post minn dawk li diġa' ddentifika mal-Ministeru?", "Meta ntbagħat l-inspector?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikant qed japplika għax- sharing għalhekk mhux il-każ ta' xi post ħażin, hi ta' min hi r- responsabbilta'.", "Bħalu hemm 'il fuq minn elf applikazzjoni oħra u l- applikazzjoni tiġi kkonsidrata magħhom.", "Il-post ġie spezzjonat fi Frar 1996.", "JUM NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "W353.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dak li ntqal fuq Radio 101 li s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Joe Cilia responsabbli miż- żgħażagħ, qassam bħala premjijiet fil-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ pirate CD's mhux oriġinali?", "Jista' l-Ministru jara li jirtira dawn l-istess CD's mingħand iż-żgħażagħ li rċevewhom mill-aktar fis?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li ma jirriżultax li s-CD's li tqassmu bħala premjijiet fil-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma CD's illegali kif allega r-Radio 101.", "Is-CD's nxtraw minn għand persuna awtorizzata li tbiegħ materjal mużikali simili, bil-liċenzja regolari.", "Jien informat ukoll li s-CD's ġew importati f'Malta regolarment u fuqhom tħallas id-dazju kif titlob il-liġi.", "GĦaldaqstant persuna li tixtri CD's jew materjal mużikali ieħor minn ħanut jew stand awtorizzzat b'dan il-mod huwa in bona fede u għandu kull dritt jagħmel l-għażla tiegħu.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu informazzjoni dwar pirate CD's nistiednu jgħaddi din l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet konċernati.", "AWTORITA' TAX-XANDIR", "W355.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' tax-Xandir bir-risposta għall-insistenza tas-Segretarju Ġenerali tal-MLP biex tosserva l- obbligazzjonijiet/dmirijiet tagħha billi ma tħallix kandidati fl-Elezzjoni Ġenerali jtellgħu/jmexxu programm tal-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat mill-Awtorita' tax-Xandir li s'issa l- policy ta' l-awtorita' hi li, ħlief għall-programmi li jkunu ser jiġu trasmessi tul il-perijodu ta' qabel l-Elezzjonijiet Ġenerali, ma tagħmilx ġudizzju dwar il-programmi jew min ikun ser jippreżentahom.", "Ninsab informat ukoll madankollu li l-awtorita' qegħda tistudja din il- policy biex tara jekk għandhiex titkompla jew jekk hemmx bżonn li tinbidel.", "DJAR", "W356.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra illi jsiru l-emendi neċessarji fil- liġijiet viġenti biex għar-rigward ta' postijiet tal-Gvern, taħt il-kelma tenant fid-definition clause ta' liġijiet tal-kera li tikkorpora preżentement ukoll dik il-persuna membru tal-familja li tkun qed tgħix mad- tenant/inkwilin, u li tkun tiġi minnha b'affinita' u/jew l-konsangwinita' tidħol l-konsiderazzjoni ta' common law wife?", "Japprezza l-Ministru illi dan in-nuqqas fil-liġijiet viġenti jista' jfisser eviction from premises għal dawn it-talin u problem akbar għall-Housing Authority?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Rikonoxximenti ta' inkwilini f'postijiet tal- Gvern isiru skond iċ-ċirkostanzi ta' kull każ individwalment.", "Jien informat illi d-dipartiment ma kellu l-ebda każ ta' żgumbrament ta' xi common law wife li rriżulta li verament kienet toqgħod fil-post ma' żewġha meta dan miet.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W357.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Abbażi tal-fatt li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li għandu tifel li ma jistax jitla' t-taraġ, jista' l-Ministru jindika meta se jingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "Jaf il-Gvern illi l-Gvern tal-PN illum fl-Oppożizzjoni kien tah post substandard tant li biex jiġi rranġat irid spejjeż kbar ħafna?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikant jaf li d- dipartiment qed jistenna li jitbattal xi appartament Raħal Ġdid fejn jixtieq imur joqgħod.", "ĊITTADINANZA", "W358.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-persuna minn Raħal Ġdid li d-dettalji qed jintbagħtu separatament u b'applikazzjoni għal ċittadinanza 15/1997 jakkwista din iċ-ċittadinanza wara tmien snin residenti f'Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tul ta' żmien ta' residenza f'Malta mhux fattur determinanti fl-għoti taċ- ċittadinanza Maltija, ngħarrfu wkoll li ma jidhirx li hemm possibilitajiet tajbin biex il-persuna ndikata minnu tingħata ċ-ċittadinanza Maltija.", "GREĊJA - AMBAXXATA MALTIJA", "W359.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li taħdem fl-Ambaxxata Maltija fil-Greċja jiġi mgħejun minn imqar żewġ persuni oħra b'konoxxenza ta' l-airlines ħalli jħaffulu ftit mix-xogħol?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-persuna msemmija mhijiex taħdem fl-Ambaxxata Maltija fil-Grecja.", "MARSA - TRIQ ASCOT - TISWIJA", "W360.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-kunsill jew ossia l-awtoritajiet responsabbli mhux jaraw li Ascot Street, Marsa tkun emiljorata kif imiss?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Triq Ascot, Marsa hija responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Hija fid-diskrezzjoni tal-kunsill li mill-fondi allokati jaghmel il- prijoritajiet tiegħu fir-rigward tat-tiswija tat-toroq fil-Marsa.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "W361.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li applika daqs tliet ġimgħat ilu f'formola miksuba mill- Baviera, debitament mimlija kollha u ritornata fl-uffiċċju konċernat u s'issa għadu ma ngħatax il-file number tiegħu tal-każ tal-Housing?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-acknowledgement bin-numru ta' l-applikant, dwar l-applikazzjoni li daħlet fid-dipartiment fil-5 ta' Marzu, intbagħtet fil-21 ta' Marzu, 1997."]} {"filename": "19951122_477d_par.doc", "date": "1995-11-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 477 L-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 477", "L-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.06 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 477", "L-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 1995", "WERREJ", "MINUTI 838", "MISTOQSIJIET - TWEĠBIIET ORALI 838", "TQEGĦID TA KARTI FUQ IL-MEJDA 844", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1996 844", "MISTOQSIJIET IMWIEGBA BIL-MIKTUB 873", "APPENDIĊI................................................................... ...................................................883", "MINUTI", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Niġbed l-attenzjoni tal- Membri li l-Minuti tas-Seduta Nru 476 tal-21 ta' Novembru 1995 għandhom jiġu emendati kif ġej:-", "F'paġna 5 tal-Minuti r-raba' paragrafu għandu jaqra hekk:", "\"Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Liġijiet dwar il-Kiri ta' Djar\" inqara t-Tieni Darba.\".", "Il-Minuti jistgħu jiġi konfermati issa?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti, kif emendati, tas-Seduta Nru 476 li saret fil-21 ta' Novembru 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠBIIET ORALI", "VALLETTA - TRIQ IL-ĠDIDA - ILMA", "28390.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu passi kemm jista' jkun malajr biex l-ilma li hemm inixxi minn New Street, Valletta jieqaf?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma riċentement wettqet eżerċizzju ta' leakage detection u rriżulta li ma hemmx ilma ħiereġ fis-sistema tad- distribuzzjoni ta' l-ilma fl-inħawi msemmija.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jiena napprezza li l-Ministru qed jinforma lill-Kamra b'dan, imma li fil-fatt kien hemm leakages nista' nikkonfermah bir-ritratti li għandi u jekk irid jien lest li ngħaddihomlu personalment.", "Niġbed ukoll l-attenzjoni tal-Ministru li anke f'Melita Street dam jumejn sħaħ ħiereġ gelgul ta' ilma u nonostante d-diversi rapporti ripetuti li saru damu jumejn biex ġew jirranġaw.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'għandu xi jgħid dwar dan.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Li nista' ngħid huwa li kif kelli anke l- opportunita' nispjega waqt l-Estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma, il-leakage detection tests qed isiru b'mod aktar frekwenti u qed isiru wkoll b'mod li qed innaqsu b'mod sostanzjali l-ammont ta' ilma li jinħela fid-diversi lokalitajiet ta' Malta.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ħa xi ritratti ta' ilma ħiereġ m'hemmx għalfejn jgħaddihomli għaliex nista' ngħid li meta saru t-testijiet mill-korporazzjoni ma rriżultax li kien hemm leakages.", "Jien m'iniex qed ngħid li qatt ma kien hemm leakage imkien jew ma kienx hemm leakage f'dawn il-postijiet tal-Belt, imma qed ngħid li qed nieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex dan is-sors ta' ħela ta' ilma jonqos bir-riżultat li llum qed niffrankaw aktar minn miljun gallun ilma kuljum li qabel kien jinħela b'dan il-mod.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, jien m'għandix ritratti xi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, għaliex mir-ritratti ma naħsibx li tista' toħroġ xi riħa partikolari.", "Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jgħidilna fiex wasal il-proġett tax-Xemxija?", "Barra minn hekk huwa informat li bil-problema li hemm ta' l-inkonvenjent tad-drenaġġ kumpanniji li soltu jikru akkommodazzjoni fin-naħa tax-Xemxija biex iġibu turisti Ġermaniżi qegħdin iħassru dawn il-bookings.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari li tajt f'dan il-Parlament indikajt li sa l-aħħar tas-sena dak il-proġett ikun lest.", "Minn verifiki li għamilt riċentement nista' ngħid li dik id-data se nżommuha, anzi se navviċinaw fuqha għaliex suppost li sa nofs Diċembru s- sistema tkun ikkomunikata.", "Kien hemm diffikultajiet li rriferejt għalihom f'diversi tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari għax kien hemm manholes li kellhom jinbidlu u fejn instab li kien hemm difetti tlabna lill-kuntratturi biex jagħmlu tajjeb għalihom.", "Riċentement, minħabba l- komunikazzjoni tas-sistema għal mal-pumping station il-ġdida, kien hemm inkonvenjent għar-residenti fl-inħawi minħabba li t-triq kellha bilfors tinqala - u inqalgħet mhux ħażin - pero' issa qed nieħdu ħsieb biex din terġa' titwitta, jiġifieri qegħdin verament fl-aħħar ġimgħat ta' dan il- proġett partikolari biex dak il-proġett tax-Xemxija jkun lest ukoll.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi mpenn qed iwettaq id-dipartiment sabiex ikun assigurat li ma jkomplix jinħela aktar ilma ġieri?", "Ikunu diversi dawk l-okkażjonijiet li nirrapportaw kemm lid-dipartimenti konċernati u anke niġbdu l-attenzjoni tal-Minsitru permezz ta' mistoqsijiet f'din il-Kamra, pero' sfortunatament jirriżulta li sena wara l-oħra l-ħidma tad-dipartimenti konċernati sabiex ikun assigurat li pajjiżna jagħmel aktar użu mill-ilma ġieri ...", "L-ilma naturali qiegħed dejjem jonqos u jien xtaqt lill-Ministru jinformani dwar dan il-fatt.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rigward l-ilma ġieri tax-xita - mhux l-ilma ta' leakage detection għaliex dak tkellimna dwaru fil-mistoqsijiet ta' qabel - huwa fatt li llum jintilef aktar milli kien jintilef qabel għas- sempliċi raġuni li għandek livell ogħla ta' bini fil-pajjiż u allura l-ilma li kien imur fil-widien u jidħol fis-sistema ħafna minnu sfortunatament jintilef.", "Kif ġieli kelli l-opportunita' li nispjega, li nużaw dak l-ilma bħala parti minn sistema ta' produzzjoni ta' l-ilma mhux cost effective, jiġifieri r-reverse osmosis plants bl-ispejjeż enormi li jinvolvu kemm kapitali kif ukoll ta' manutenzjoni jipproduċu ilma b'rati li huma iktar effettivi mil-lat ekonomiku milli tipprova tagħmel sistema għal dan l-ilma ġieri li meta jinżel jinżel b'qawwa enormi u meta tagħmel ix-xita tibda tgħid x'ħela ta' ilma, pero' it-temp ta' pajjiżna mhux tali li dan huwa regolari biżżejjed biex inti imbagħad tista' tużah b'mod regolari mis- sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "Dan ma jfissirx li m'għandniex nikkonsidraw possibilitajiet oħra inkluż l-użu ta' dak l-ilma għal skopijiet agrikoli bħala second class water - u allura l-ħażna tiegħu f'ġibjuni, bħalma kien hemm - u anke sistemi oħrajn sabiex wieħed jagħmel użu minnu.", "Dan li qed ngħid lanqas ifisser li ma rridux nagħmlu sistemi wkoll li jkopru x'jiġri mir-run off water anke jekk mhux għal ħaġa oħra biex jitneħħa l-inkonvenjent għal residenzi fejn ikun hemm dan l-ilma kollu fi żmenijiet ta' xita qawwija.", "Fil-fatt konna għidna li d-dipartiment responsabbli mid-drenaġġ għandu wkoll il-ħsieb li jkollu master plan anke fuq dan l-aspett, jiġifieri kif jinħażen u jintuża l-istorm run off water.", "Jien naf li fil-lista tal-proġetti ta' dak id-dipartiment għas-sena d- dieħla fil-fatt se jagħtu attenzjoni lejn din il-problema wkoll.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jiena ma nafx jekk fhimtx tajjeb lill-Ministru, imma donnu ta x'jifhem li mhux daqshekk importanti li nikkonservaw l-ilma ġieri.", "Jiena nittama li l-Ministru ma jiġix issa sajf ieħor u jħalli l-iskontri li għandna fil-widien mimlijin bil-ħama kif inhuma.", "Jekk irid nista' nagħtih xi eżempji.", "L-akbar eżempju li nista' nagħti - kif għidt drabi oħra - huwa ta' fejn twelidt u trabbejt jien.", "U waqt li qed nitkellem fuq dan nixtieq nagħmel appell lill-Minsitru - għamilt dan l-appell kemm-il darba - biex dawn l-ilqugħ ta' l-ilma jitnaddfu.", "Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-arkata ta' Għajn Rihana li oriġinarjament kien fiha xi 12-il filata, bis-siġar u l-ġebel li fiha li jiġi mil-widien, ma fadalx iktar minn seba' filati jidhru.", "Fl- aħħar għad jagħmel l-ilma u jeħodha b'kollox kif għamel darba snin twal ilu.", "Din hemm bżonn li titnaddaf; ilha ma titnaddaf mill-inqas 15-il sena.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għar-rigward ta' l-arkata ta' Għajn Rihana nieħu l-kelma ta' l-Onor.", "Interpellant li ilha ma titnaddaf 15-il sena u ħadt notament biex nara x'intervent jista' jsir anke permezz tad- Dipartiment għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent.", "Rigward dak li qal dwar l- ilma ġieri ngħid li jien m'għidtx li dan m'għandniex nibżgħu għalih imma għidt li ma tistax tikkonsidrah, kontra dak li jaħsbu diversi, bħala parti mis-sistema tal-produzzjoni ta' l-ilma fil-pajjiż għal raġunijiet ta' cost effectivness.", "Immedjatament wara għidt li dan ma jfissirx li m'għandniex nikkonsidraw dak l-ilma għal skopijiet agrikoli bħal second class water u immedjatmanet wara għidt ukoll li dan lanqas ma jfisser li m'għandniex nagħmlu sistemi ta' management tiegħu biex anke ma jkunx hemm dak l- inkonvenjent għar-residenzi.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ TA' MRS.", "CARMEN SPITERI", "28394.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Mrs Carmen Spiteri ta' Joeleen House, Nuzzo Street, Ħamrun, mhux qed tirċievi pensjoni Maltija oltre l- biċċa pensjoni ta' l-Amerika li tant hi ftit li qed tbati finanzjarjament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Il-benefiċjarja tiġi nformata x'inhi l-pożizzjoni tagħha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jikkonsidra li d-dipartiment jagħti kas ta' dawk il-pensjonanti li qed jirċievu l-pensjoni imma ma jeħduhiex direttament huma għaliex għandhom lil xi ħadd li għandu l- prokura?", "Dan qed ngħidu għaliex jirriżultatli li hemm diversi każi - uħud minnhom ġbidt l-attenzjoni tad-dipartiment għalihom - fejn bl-aktar mod oxxen u mingħajr kuxjenza ta' xejn qed jgħaddulhom biss parti mill-pensjoni - per eżempju jekk ikollhom Lm100 jagħtuhom biss Lm30 - u l-bqija jżommuhom huma.", "Il-problema hija li dawn l-anzjani imbagħad jibżgħu jirrappurtaw huma.", "Jien naf li ma tistax taqbad u awtomatikament tgħid li kull min qiegħed jgħin lill-anzjani b'dan il-mod ifisser li qed jisraqhom, imma jekk jista' jkun id-dipartiment forsi jkun jista' jagħti kas ta' dawk il-pensjonijiet li qed jirċevuhom persuni għan-nom ta' persuni oħra biex kemm jista' jkun naqtgħu minn dawn it-tip ta' abbużi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ftit li xejn jista' jagħmel fuq problema ta' dan it-tip minħabba li tkun ġiet mogħtija l-prokura kif titlob il-liġi u allura dik tiġi esegwita mid- dipartiment, pero' nitkellem mas-Segretarju Parlamentari responsabbli għall- anzjani biex nara jekk permezz ta' l-assistenti soċjali u tas-social workers tad-dipartiment nistgħux anke nagħmlu random sampling u niftiehmu mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex jekk ikollhom ilmenti nkunu nistgħu ninvestigawhom billi jmur social worker u bil-metodu t-tajjeb jindaga ftit xi jkun qed jiġri.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru jilqa' s-suġġeriment li bħalma hemm kunsilli lokali li b'impenn tajjeb qed iwasslu anke l-mediċini lill- anzjani, tinħoloq sistema li biha l-kunsilli lokali - u allura tkun xi ħaġa istituzzjonalizzata mhux persuna - jibdew anke huma forsi jidħlu responsabbli f'każ ta' min ma jkunx irid li l-pensjoni tasallu b'mod dirett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-għażla ta' min isarraf iċ-ċekk tal- pensjoni għan-nom ta' l-anzjan hi kollha kemm hi f'idejn il-benefiċċjarju.", "Naturalment jien ma nistax nobbliga lil xi anzjan biex jagħżel lis- segretarju tal-kunsill lokali għal dan il-għan għaliex din hija materja li tkun trid tiġi deċiża u maħsuba mid-dipartiment responsabbli għall-kunsilli lokali biex wieħed jara jekk ħaġa bħal din hijiex tajba.", "Jista' jagħti l- kas ukoll li s-segretarju tal-kunsill lokali m'għandux jitgħabba wkoll b'responsabilita' li hija ta' ċerta delikatezza f'dan il-kamp.", "Naħseb li wieħed irid jagħmel verifika biex jassigura li l-prokuri jinħarġu b'mod liberu, li jibqgħu fis-seħħ bil-kunsens ta' l-anzjan konċernat - mhux għaliex prokura ħarġet darba allura tibqa fis-seħħ jista' jkun indipendentement mir-rieda ta' l-anzjan - u wisq iktar li l-esekuzzjoni tal- prokura fit-tisrif taċ-ċekkijiet tkun qiegħda tfisser ukoll li l-ammonti ta' flus rikavati minn dawn iċ-ċekkijiet ikunu qed jiġu mgħoddija lill- anzjani.", "Naħseb li dan huwa l-metodu li għandna nużaw biex wieħed jara jekk hemmx xi livell ta' abbuż f'dan il-kamp imbagħad skond x'jirriżulta wieħed jikkonsidra x'tip ta' miżuri għandu jieħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nistaqi lill-Ministru dwar sitwazzjoni li minn mument għall-ieħor niltaqa' magħha u nifhem li anke forsi waslet għall-attenzjoni tiegħu.", "In-numru ta' familji li sfortunatament kellhom jisseparaw minħabba ċirkostanzi li żviluppaw fiż- żwieġ tagħhom huwa inkwetati ħafna.", "X'se tkun il-pożizzjoni tagħhom partikolarment tan-nisa mil-lat ta' dritt ta' pensjoni.", "Ma nafx jekk huwiex possibbli li ninvestigaw dawn il-każi, pero' jiena nħoss li d-dritt li qed nagħtu lin-nisa għandu jkun magħġun f'kuntrast ta' x'jistgħu jkunu l- problemi fil-futur meta nafu li bla dubju ta' xejn il-progress soċjali se jlaqqana iktar magħhom 'il quddiem.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemmx dubju, Mr Speaker, li l-pożizzjoni legali hija ċara fis-sens li l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet min-naħa tal-kap tal- familja fil-każ tal-koppja fejn il-mara ma tkunx qed taħdem u lanqas tkun qed tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali għandhom ikopru wkoll il-benefiċċji li tista' tkun intitolata għalihom il-mara fiċ-ċirkostanzi kollha li tipprevedi l-liġi inkluż fil-każ li dik il-mara tormol.", "Il- każijiet ta' x'jiġri minn dawn id-drittijiet vestiti futuri potenzjalment fil-każijiet tas-separazzjoni normalment ikunu regolati bil-ftehim tas- separazzjoni jew inkella bis-sentenzi relattivi tal-qrati.", "Mhux eskluż, u jiġri, li l-mara tista' tiġi f'sitwazzjoni fejn wara ħajja miżżewġa ta' ċertu snin wara s-separazzjoni meta imbagħad imut ir-raġel u tipprova tassigura d-drittijiet tagħha tal-pensjoni tista' ssib li hemm diffikultajiet biex tirrikava l-pensjoni ta' armla.", "F'dawn il-każijiet infakkar li hemm ukoll id-dritt għall-pensjoni mhux kontributorja li hija suġġetta għall-eżami tal-mezzi u wieħed ikun irid jara jekk din il-mara tużufruwixxix ruħha minn dik it-tip ta' pensjoni.", "Altrimenti - dan jiġri f'ħafna każijiet ukoll - in-nisa li jisseparaw isibu l-metodu wkoll f'diversi każijiet li jew jingaġġaw f'xogħol full time jew part time u allura jibdew iħallsu anke huma l-kontribuzzjonijiet u b'hekk jiġu intitolti huma f'isimhom u bi dritt għall-pensjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Portelli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk sarx studju jew hux qed isir studju rigward l-ammont ta' nisa romol li żwieġhom mietulhom qabel l-1979 jew inkella li żwieġhom irtiraw mix-xogħol qabel l-1979 u biex wieħed jara anke kemm jiswa f'ammont ta' flus bħala pensjoni kieku kellu jiġi rranġat biex jingħataw il-full pension; għaliex dawn ma jingħatawx pensjoni bħal dawk li romlu wara l-1979.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, id-dipartiment fil-fatt analizza x'inhi s- sitwazzjoni u l-Gvern jikkonsidra x'inhuma l-aħjar miżuri li għandhom jittieħdu f'dawn il-każijiet.", "DJAR - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "28397.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata akkomodazzjoni alternattiva Mr Philip Busuttil ta' 49, St Christopher Str, Valletta?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): L- applikazzjoni tas-Sur Philip Busuttil qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet oħra simili.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, filwaqt li napprezza li din l- applikazzjoni qed tiġi konsidrata flimkien ma' oħrajn u filwaqt li niġbed l- attenzjoni tal-Ministru li għal kull domanda simili li aħna nagħmlu din hija r-risposta li ningħataw f'kull każ, jista' l-Ministru għallinqas meta nagħmlu mistoqsijiet bħal dawn jilluminana fuq il-każ in kwestjoni li nkunu qanqalna u jgħidilna x'inhuma ċ-chances li dik il-persuna fil-fatt tieħu l- akkommodazzjoni alternattiva?", "Għaliex ir-raġuni li tkun wasslet lilna biex nagħmlu dawn id-domandi żgur li m'hijiex biex inkunu nafu li l- applikazzjonijiet qed jiġu konsidrati kif fil-fatt huwa dmir tad- dipartiment li jagħmel; b'reqqa u b'impenn.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, dan huwa eżempju tipiku ta' għalfejn ma jingħatawx id-dettalji li għadu kif talab l-Onor.", "Interpellant.", "Fil-fatt għalkemm fir-risposta li għadni kemm qrajt kien hemm imniżżel l-isem ta' l- applikant, jien ma semmejtux.", "Mill-inspections li saru mid-dipartiment jirriżulta li l-persuni konċernati għandhom dar li fiha tlett ikmamar tas- sodda, bathroom, WC, żewġt ikmamar daqs dinja li huma vojta, study room u kċina u kamra ta' l-ikel fil-ground floor.", "Fl-istess bini l-applikant irnexxielu jsib ukoll kamra għall-klieb.", "Normalment jien nevita' li nsemmi dawn l-affarijiet u ma nagħtux dawk id-dettalji li talab l-Onor.", "Interpellant proprju biex ma jkollniex għalfejn noqogħdu nagħmlu riferenza għal każi partikolari..", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Portelli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jista' l-Ministru jikkonfermali li l-għad ta' applikazzjonijiet għal post alternattiv f'Ottubru tela 'il fuq minn 3,900?", "Jista' jgħidli wkoll kemm hemm applikanti fosthom li jgħixu taħt soqfa perikolanti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, din id-domanda qed issirli wara tlett ijiem ta' diskussjoni dwar dan is-suġġett.", "Jien niftakar li anke f'risposta riċenti li tajt - jidhirli li lill-istess Onor. Interpellant - kont għidt li n-numru totali ta' applikanti huwa ta' 3,950 li minnhom - u għamilt riferenza dwar dan anke fid-diskussjoni li kien hawn fil-jumejn li għaddew - għandna 2,343 li qegħdin nistennew mingħandhom xi informazzjoni.", "Minn dawn l-istess applikazzjonijiet għandna iktar minn 400 li diġa' joqogħdu f'appartamenti tal-Gvern, madanakollu naċċettaw l-applikazzjoni tagħhom għaliex għal raġunijiet tagħhom ikunu jridu jibdlu minn post għal ieħor jew minn raħal għal ieħor jew raġunijiet oħra simili.", "Dan qed ngħidu għaliex mhux lakemm tħares lejn in-numru ta' applikazzjonijiet fih innifsu, imma trid tħares lejn in-numru ta' applikanti fid-diversi kategoriji li hemm biex tkun tista' tagħmel analiżi aħjar ta' x'inhi s-sitwazzjoni f'dan il-qasam.", "Fil-ġranet li għaddew għidt ukoll li kieku kellna nimxu bis-sistema li kienet tintuża għal snin twal kieku dawn l-2,300 li qed nistennew mingħandhom xi informazzjoni konna naqbdu u naqtgħulhom isimhom u kien ikun faċli għalija li ngħid li għandna 2,500 minflok 3,900, pero' dan kien ikun mod irresponsabbli ta' kif naġixxu.", "Is-sistema li nużaw aħna hija li naċċettaw l-applikazzjonijiet tal-persuni kollha li jitfgħu l- applikazzjoniiet tagħhom imbagħad nivverifikaw dak kollu li jkun hemm fl- applikazzjonijiet.", "Saret riferenza wkoll għan-numru ta' applikazzjonijiet li qed jiddikjaraw lilhom infushom li għandhom xi tip ta' periklu.", "Hawnhekk ukoll għidt iktar minn darba li bejn wieħed u ieħor hemm 600 applikant li ddikjaraw li għandhom xi periklu, pero' fil-ġranet li għaddew għidt ukoll li kważi nofs dawn l-applikanti qegħdin nistennew mingħandhom ċertifikati biex juru li verament huwa hekk.", "Allaħares kellna naċċettaw kull applikazzjoni at face value u noqogħdu fuq dak li jgħidu l-applikanti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-ewwelnett nixtieq ninforma lill-Ministru li l- aħħar figuri li għandi huma ta' Mejju ta' din is-sena mhux ta' Ottubru.", "It-tieni nett nixtieq nistaqsi wkoll lill-Ministru jekk sarx studju dwar l-applikanti li hemm u dwar kemm minnhom ma jifilħux jixtru bil-prezzijiet li toħroġ l-Awtorita' tad-Djar.", "Dan sabiex wieħed ikollu stampa ċara ta' kemm minn dawk l-applikanti qegħdin japplikaw għal post b'kera.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-fatt ir-risposta li għamilt riferenza għaliha ngħatat fil-ġranet li għaddew dehret ukoll fil-gazzetti.", "Jiġifieri jekk l-Onor.", "Portelli għamel domanda dwar dan is-suġġett nirrefih għal din ir-risposta.", "Rigward l-istudju li staqsa dwaru naħseb li iktar minn ħaġa oħra aħjar iħares b'mod differenti lejn din id-domanda u jara min minnhom huwa lest u għandu l-volonta' li jixtri.", "Qed ngħid dan għaliex hemm numru ta' applikanti li għandhom il-possibilita' finazjarja li kieku jkunu jridu jixtru jistgħu jagħmlu dan, naturalment ukoll b'xi diffikultajiet bħalma kellhom diffikultajiet oħrajn li xtraw.", "L-analiżi li trid issir trid tkun waħda mhux ta' kemm jistgħu jixtru imma ta' kemm minhom iridu jixtru.", "Forsi jkun interessanti li naraw kemm minn dawn l-applikanti diġa' bbenefikaw minn xi għajnuna diretta - darba jew aktar minn darba - permezz ta' għoti ta' appartament jew permezz ta' għajnuna ta' għoti ta' postijiet mid-Dipartiment tad-Djar.", "Hemm uħud mill-applikanti li japplikaw ripetutament għal din l-għajnuna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa skada.", "Ngħaddi issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Ċirkolari dwar Leave entitlement for casual employees, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29673.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, peress li dan id-diskors tal-Budget se jiġi trasmess bit-television u ħafna mill-areas ta' Malta jinsabu mingħajr dawl, jista' l-Ministru għall-Ambjent jgħidilna x'inhi s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "MEMBRU: Id-dawl ġie.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1996", "MR SPEAKER: Bis-saħħa tal-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra fil-21 ta' Novembru 1995, nistieden lill-impjegati tal- Public Broadcasting Services biex jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett id-diskors tal-Budget u lill-istazzjonijiet tar-radju biex ixandru dirett dan id-diskors.", "L-impjegati tax-xandir daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom .", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 262, id-diskors kollu tal-Budget huwa eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskussjoni (Ordni Permanenti 49) u mill- ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol (Ordni Permanenti 9).", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux aktar minn tliet mija u tmienja u tmenin miljun, disa' mija u ħdax-il elf, disa' mija u tmintax-il Lira Maltija (Lm388,911,918) kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali għall- 1996.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Att ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "22 ta' Novembru 1995", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Dan huwa r-raba' budget li qegħdin nippreżentaw f'din il-leġislatura; budgets li nbnew fuq il-politika ekonomika li din l-amministrazzjoni wettqet matul l-ewwel leġislatura tagħha.", "F'kull wieħed minn dawn l-erba' budgets tkellimna fuq il-ħtieġa li nieħdu deċiżjonijiet iebsa, xi kultant riskjużi, biex nibnu ekonomija li tkun tista' taħdem sewwa fl-ambjent globalizzat li l-ekonomija dinjija qiegħda tiżviluppa.", "Irnexxielna nibdlu ħafna mill-modi li konna naħdmu bihom, tgħallimna nnaqqu u niżbru l-azjendi li jaħdmu fis-setturi ekonomiċi tagħna, biex insaħħu kull settur u niżviluppaw oħrajn ġodda, kapaċi jaffrontaw l- aggressivita` tal-kompetizzjoni li qiegħda dejjem tikber.", "L-oġġettiv primarju tagħna kien, u għadu, li nimmodernizzaw l-ekonomija, li nkattru x-xogħol produttiv u li ntejbu l-kwalita` tal-ħajja ta' kull ċittadin f'pajjiżna.", "Irridu noħolqu soċjeta` ġusta u solidali f'ambjent demokratiku fejn ix-xogħol u l-inizjattiva jkunu ppremjati u fejn kulħadd ikollu l-opportunita` jiżviluppa ruħu u jkollu l-mezzi biex jgħix ħajja diċenti u komda.", "Nieħu gost nara li l-isforzi li għamilna ma kienux għalxejn.", "It-triq li terraqna wasslitna biex illum qegħdin ingawdu kwalita` ta' ħajja aħjar minn dik li konna ngawdu erba' snin ilu.", "Dan b'ebda mod ma jfisser li dak li kellu jsir sar kollu, u li issa nistgħu inserrħu rasna li dak li għandna se jibqa' u li l-mutur li dawwarna se jibqa' jdur.", "Kull ġurnata li għad tiġi se ġġib magħha opportunitajiet ġodda li rridu nagħrfu u naħtfu, u problemi ġodda li hemm bżonn nifhmu u negħlbu.", "GĦalhekk irridu nkomplu naħsbu, nivvintaw, insaħħu u nibdlu, kif meħtieġ, biex nibqgħu fil-pożizzjoni li nsostnu u ntejbu s-soċjeta` li rridu.", "Dan il-budget hu mibni fuq tliet prijoritajiet:", "· L-ewwel, li dak li ksibna s'issa ma nħalluhx jintilef imma li nassiguraw li jibqa' jitgawda għal ħafna snin li ġejjin.", "· It-tieni, li dan iż-żmien ta' stabbilta` nuzawh biex inkomplu noħolqu aktar impjiegi produttivi. · It-tielet, li nkomplu ntejbu l-kwalita` ta' ħajja tal-Poplu Malti mingħajr ħadd ma jibqa' lura.", "L-Ewwel Prijorita`", "L-istrateġija ekonomika li għażilna ma kenitx u m'hix waħda li tagħmel enfasi fuq riżultati ta' malajr biex inkabbru l-popolarita`.", "GĦażilna t- triq iżjed iebsa u diffiċli li ninsġu programm ekonomiku b'azzjonijiet li jibnu waħda fuq l-oħra, u li jittieħdu skond il-ħtieġa.", "L-azzjonijiet ittieħdu anke jekk il-benefiċċju minnu seta' jidher u jiftiehem wara ħafna żmien.", "B'hekk, għax urejna dan il-kuraġġ, illum għandna ekonomija li toffri lill-Maltin u l-GĦawdxin prospetti sbieħ għall-futur.", "Irridu nifhmu li l-ekonomija m'hi xejn ħlief ir-riżultat kumulattiv ta' l- għemil ta' kull wieħed u kull waħda minnha; għemil li hu influwenzat kemm mir-riżultati tal-passat, u li allura joħolqu r-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħna, u kemm minn dak li nistennew se jiġri mill-futur, u li allura jinfluwenza l-mod kif napplikaw ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħna.", "Kemm ekonomija timxi `l-quddiem ma jiddependix biss mill-Gvern li għandu d- dover li jidderieġi u li joħloq ambjent fertili; jiddependi fil-biċċa l- kbira minn kif jaġixxu dawk kollha li jipparteċipaw fiha, imprendituri, ħaddiema, kummerċjanti u konsumaturi.", "Hu importanti li dawn mhux biss jikkontribwixxu kemm jistgħu b'ħidma u deċiżjonijiet għaqlin, imma wkoll li jżommu atteġġjament pożittiv u ottimistiku.", "Ma għandniex inħallu lil xi wħud, li issa drajnihom jibku l-qerda, jinfluwenzawna u jittantawna għal deċiżjonijiet li jwaqqfu r-ritmu ekonomiku.", "It-Tieni Prijorita`", "Bħalma għamilna fl-imgħoddi, irridu nużaw iż-żmien meta għandna ekonomija tikber b'ritmu tajjeb biex inkomplu noħolqu mpjiegi aktar produttivi.", "Dan nagħmluh billi nkomplu ngħinu l-mobilita` tar-riżorsi tagħna lejn impjiegi li huma aktar addattati fl-ambjent ta' ekonomija moderna li qed nibnu, u li kapaċi jilħqu l-aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna.", "GĦalhekk qegħdin naraw, u rridu naċċelleraw:it-tiġdid tal-prodotti u s- sistemi tagħna, li għandhom jirriżultaw fi produttivita` akbar u li għandhom jassiguraw il-kompetittivita` tagħna.fl-izvilupp tar-riżorsi umani biex ikomplu jiżdiedu s-snajja', it-tagħrif u l-kapaċitajiet taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema tagħna biex ikunu jistgħu jieħdu sehem f'setturi li jagħtuna valur miżjud aktar għoli.", "· it-titjib fl-infrastruttura tagħna biex tkun tista' ssostni dan l- iżvilupp ekonomiku.", "· il-liberaliżżazzjoni ta' l-ekonomija tagħna.", "It-Tielet Prijorita`", "L-ewwel żewġ prijoritajiet għandhom il-milja tagħhom fit-tielet prijorita`.", "Il-preokkupazzjoni li noħolqu l-ġid tagħmel sens biss jekk b'dan il-ġid noħolqu umanita` aħjar.", "Nifhmu li min-natura, ħlief għal xi dispożizzjoni erojka, dan isir fi ċrieki konċentriċi li jibdew minna u l- ewwel ma jgħaddu għall-familja tagħna.", "Pero` jridu jkomplu jirradjaw għal oħrajn f'pajjiżna u anke barra minn pajjiżna.", "Importanti li l-ġid maħluq jiġi wżat b'mod ekwu biex titjieb il-kwalita` ta' ħajja tal-poplu Malti kollu mingħajr ma ħadd jibqa' lura.", "Il-firxa akbar ta` l-edukazzjoni, is-servizz imtejjeb tas-saħħa, il-kura dejjem tikber għall-anzjani u l-isfortunati, l-opportunitajiet għal xogħol tajjeb, it-titjib fis-servizzi, kollha għandhom effett pożittiv fuq il- familji tagħna.", "Irridu nkomplu nieħdu dawk l-azzjonijiet meħtieġa biex intejbu l-qagħda ta' dawk li ma jibbenefikawx direttament, jew jibbenefikaw b'doża anqas, mit-titjib ġenerali fl-ekonomija.", "2 Analizi Ekonomika", "Qabel ngħaddu biex naraw ir-rendikont finanzjarju għal din is-sena u l- estimi għas-sena d-dieħla, tajjeb li nagħtu ħarsa lejn is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali u lokali.", "Wara kollox, il-finanzi għandhom relazzjoni sħiħa ma' l-andament ekonomiku, u l-estimi huma mibnija fuq pronostiku ekonomiku u fuq strateġija maħsuba biex ikollhom effett ekonomiku.", "2.1 Il-Qagħda Ekonomika Internazzjonali", "Tajjeb l-ewwel nagħtu ħarsa lejn dak li ġara u li qiegħed jiġri madwarna matul din is-sena.", "Hekk nifhmu aħjar l-isfond li fih irridu naħdmu aħna.", "Matul din is-sena, il-kriżi finanzjarja fil-Messiku, iċ-ċaqlieqa drammatika f'muniti ewlenin u d-dubji li nħolqu dwar l-unjoni monetarja ta' l-Ewropa, ħolqu tħassib u taqlib kbir fis-swieq finanzjarji.", "Dan żied il- biża' li t-tkabbir ekonomiku li beda jiġi reġistrat mis-sena l-oħra jerġa' jieqaf u jitreġġa' lura.", "Fid-dinja, l-aktar fil-pajjiżi żviluppati għadhom jippersistu problemi ekonomiċi kbar, l-aktar il-problema tal-qgħad.", "Il-qgħad, f'ħafna pajjiżi, għadu f'livelli għolja li m'humiex aċċettabbli u li barra l-problemi ekonomiċi qiegħed joħloq bosta problemi soċjali.", "Fl-istess ħin, id- differenza bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li m'humiex qiegħda dejjem tikber.", "GĦalkemm ir-reġjun asjatiku għadda minn żvilupp qawwi matul din is-sena, il-Ġappun għadu qiegħed jgħum fi staġnar ekonomiku kawżat minn politika protettiva li ħaddan tul is-snin u li qegħdin iġibu reazzjoni minn ħafna swieq kbar bħall-Amerika u l-Ewropa.", "L-Ewropa għamlet progress fi produttivita` akbar li rriżulta wkoll f'bilanċi aħjar fil-kummerċ ma' blokki u pajjizi oħra.", "Il-progress ekonomiku li kien jidher qawwi fl-ewwel sitt xhur tas-sena donnu naqas fl- aħħar nofs tas-sena.", "Fil-Ġermanja, dan inħass l-aktar minħabba ż-żieda fil-valur tal-Mark.", "Pero`, l-iżvantaġġi li dan ġab lill-esportaturi Ġermaniżi donnu ġie mtaffi bil-ftehim bejn il-unions u s-sidien dwar kondizzjonijiet ta' xogħol aktar flessibbli li għandhom jagħtu spinta tajba lill-ekonomija.", "L-effett mistenni jkun pożittiv fuq il-ħolqien ta' mpjiegi u titjib fil- kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Fl-Italja, l-inċertezza politika qegħda toħloq tħassib f'dawk li jridu jinvestu u jirrinovaw.", "Din is-sitwazzjoni ġabet il-kollass tal-lira taljana li dawret ir-riżultati pożittivi li l-ekonomija Taljana bdiet tirraporta l-aktar wara li l-Gvern irnexxielu jwettaq riformi fil- pensjonijiet.", "Anke fir-Renju Unit, fejn ir-riċessjoni kienet tidher kważi mirbuħa għal kollox, donnu dar kollox dawra mejt.", "It-tkabbir ekonomiku ddgħajjef sew.", "2.2 Pronostiku tax-Xena Internazzjonali għall-1996", "L-1996 ma tidhirx li se ġġib magħha xi bidla straordinarja fl-andament ekonomiku tal-pajjiżi żviluppati.", "Ir-ritmu kajman li bih qegħdin joħorġu mir-riċessjoni jidher se jkompli matul is-sena d-dieħla.", "Hu ttamat li l- iżvilupp qawwi li qiegħed iseħħ fil-Lvant Imbiegħed jista' jgħin biex jagħti mbuttatura tajba lil dawn il-pajjiżi.", "Wara l-kollass ekonomiku fl-ekonomiji soċjalisti fis-snin li għaddew, issa jidher li s-sitwazzjoni ma tistax teħżien aktar.", "Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-pajjizi li qabel kienu jifformaw l-Unjoni Sovjetika u l-Blokk Ekonomiku tal-Comecon jidhru li se jibdew jirreġistraw tkabbir fl-ekonomiji tagħhom.", "Dan mistenni jġib it-tibdil fir-rata tal-kambju, fir-rata ta' l- interessi u fir-rata ta' l-inflazzjoni f'livelli aktar sensibbli.", "L-Ewropa tidher qiegħda tikkonċentra l-aktar fuq il-ġlieda kontra l-qgħad, bi tħejjija ta' proġetti li għandhom joħolqu eluf kbar ta' mpjiegi.", "Id- dibattitu dwar il-munita komuni għadu sejjer, anke għaliex il-kriterji stabbiliti biex pajjiż ikun parti minn dan l-iżvilupp li jmiss jidhru iebsa ħafna għal numru minn dawk li huma msieħba fl-Unjoni.", "Pero` jidher li d-dixxiplina fl-amministrazzjoni ekonomika u finanzjarja li ma tħallix lok għal deċiżjonijiet ispirati minn gwadann malajr, li ħafna drabi jkun superfiċjali, qegħda tingħata importanza kbira fl-Unjoni.", "Din tista' twassal biex fi żmien mhux fit-tul, il-kondizzjonijiet ekonomiċi tal- pajjizi li jkunu parti mill-Unjoni Ewropea jkunu aktar qrib xulxin.", "L-1996, għall-pajjiżi klijenti tagħna, ma tidhirx li se tkun waħda faċli.", "Pero` lanqas ma jidher li se jkun hemm il-problemi tar-riċessjoni qalila li rajnihom iħabbtu wiċċhom magħhom fl-aħħar snin.", "GĦal darb'oħra, dan il-budget qiegħed jigi mfassal f'ambjent fejn il- qagħda ekonomika internazzjonali hi kemmxejn imċajpra, waqt li l-qagħda ekonomika f'pajjiżna hi nkoraġġanti.", "2.3 L-Ekonomija Lokali fl-1995", "Issa ndawru l-attenzjoni tagħna fuq l-ekonomija lokali.", "Minkejja l-ħafna profeziji ta' diżastru li smajna bħal-lum sena, nistgħu b'sodisfazzjon nirrapportaw progress sostanzjali fil-qagħda ekonomika tagħna.", "2.3.1 VAT", "Irrid ngħid mill-ewwel li l-1995 m'għandhiex titqies bħala sena normali għal dawk li huma ċifri ta' l-istatistika.", "Konna għidna li l-introduzzjoni tal-VAT kellha jkollha effett fuq l-ekonomija s-sewda.", "Konna għidnielkom li dan ikun pass `il quddiem lejn it-twettiq aħjar tal-ġustizzja soċjali f'pajjiżna.", "Dan fil-fatt ġara.", "Eluf ta' ħaddiema li qabel kienu mitlufa għas-sistema illum huma reġistrati.", "Dan hu tajjeb għax hekk dawn il- ħaddiema, li qabel kienu mneżża' totalment minn kull dritt, issa għandhom il-protezzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti industrijali tal-pajjiż.", "Negozji li qabel ma kienux reġistrati issa rreġistraw u ħażniet mistura nħarġu.", "GĦad baqa' triq twila biex naslu għal sitwazzjoni fejn inkunu sodisfatti bit-trasparenza li jkun hawn fit-twettiq tan-negozju f'pajjiżna, imma l-pass li għamilna din is-sena kien wieħed sostanzjali u deċiżiv.", "GĦalkemm għad hawn min għadu juri ruħu urtat bl-għafsa fuq l-ekonomija s- sewda, aħna ninsistu li hu sewwa li din titnaqqas f'pajjiżna.", "Din isservi biss biex in-negozjant onest ikun żvantaġġjat man-negozjant diżonest.", "Isservi wkoll biex jitqal il-piż li jridu jġorru sezzjonijiet tal-Poplu li huma onesti fid-dikjarazzjonijiet tad-dħul tagħhom.", "L-ekonomija s-sewda hi sfruttament tal-pajjiż li jkun investa fi proġetti infrastrutturali u kapitali u f'inizjattivi ta' nċentivi u solidarjeta` billi wħud mingħajr skruplu ma jagħtux sehemhom biex jiġu riġenerati r-riżorsi ħalli jsir aktar investiment u ħalli jittieħdu aktar inizjattivi.", "Matul din is-sena, ukoll kif mistenni, ir-reviżjoni fis-sistema ta' taxxi ndiretti bl-introduzzjoni tal-VAT u t-tnaqqis drastiku tad-dazju, ħoloq tibdil u aġġustamenti fl-andament ekonomiku tagħna.", "Bejn l-aħħar kwart tal- 1994 u l-ewwel nofs tal-1995 ġie innutat ċaqliq sostanzjali fl- importazzjoni hekk kif inbidlu l-livelli ta' ħażniet u hekk kif inħolqu bilanċi ġodda fil-kompetizzjoni bejn prodotti differenti li affettwaw il- preferenzi tal-konsumatur.", "B'dawn il-konsiderazzjonijiet f'moħħna, nagħtu daqqa t'għajn lejn it- tibdil li ġie reġistrat fl-ekonomija tagħna matul din is-sena.", "2.3.2 Prodott Gross Domestiku", "Iż-żieda fl-attivita` ekonomika reġistrata matul l-1995 kienet sostanzjali.", "Il-Prodott Gross Domestiku f'termini nominali laħaq it-Lm834 miljun fl-ewwel disa' xhur tas-sena.", "Imqabbel mas-Lm748 miljun reġistrat fl-ewwel disa' xhur tal-1994, dan ifisser żieda ta' 11.5%.", "F'termini reali, jiġifieri, wara li jinqata' l-effett ta` l-inflazzjoni, il-ġid nazzjonali żdied b'6.7%.", "2.3.3 Investiment", "Il-fiduċja qawwija fl-andament ekonomiku f'pajjiżna jidher bil-fatti mill- investiment qawwi li seħħ matul din is-sena.", "Matul l-ewwel disa' xhur tal- 1995, l-investiment gross f'pajjiżna tela' għal Lm283 miljun mill-Lm219 miljun fl-ewwel disa' xhur ta' l-1994.", "Dan jirrifletti żieda ta' 29%.", "Dan l-investiment kien magħmul minn Lm50 miljun minn fondi pubbliċi u Lm233 miljun mill-privat.", "L-investiment privat, li kien 33% aktar mis-sena ta' qabel, kien jammonta għal 82% ta' l-investiment totali.", "2.3.4 Importazzjoni", "Dan l-investiment qawwi kellu effett fl-importazzjoni qawwija ta' prodotti kapitali li żdiedu bi Lm32 miljun mis-sena l-oħra.", "Kien hemm ukoll żieda fl-importazzjoni ta' prodotti industrijali, jew prodotti li jintużaw bħala materja prima mill-industrija tagħna.", "Żieda qawwija ta' Lm38 miljun ġiet reġistrata wkoll fl-importazzjoni ta' prodotti ta' konsum.", "L-importazzjoni qawwija matul din is-sena kellha l-effett li żdied l- iżbilanċ fil-bilanċ ta' pagamenti li laħaq Lm81 miljun.", "Iż-żieda fl-importazzjoni ta' prodotti industrijali u kapitali ma joħolqu ebda preokkupazzjoni jew problema, imma ż-żieda fil-prodotti tal-konsum teħtieġ attenzjoni u studju.", "Il-livell ta' importazzjoni ta' prodotti tal-konsum hu effett tal- benessere li hawn f'pajjiżna.", "M'aħniex se nagħmlu politika ta' restrizzjoni.", "Ta' min jenfasizza li din l-importazzjoni titħallas b'munita barranija li rridu naqilgħu permezz tal-bejgħ tal-prodotti u servizzi tagħna lil barranin.", "GĦalhekk biex inkomplu ngawdu l-għazliet li għandna llum, anzi biex inkattruhom, jeħtieġ nipproduċu iżjed u nesportaw iżjed.", "Ir-riżervi tal-pajjiż huma fl-istess livell li kienu f'Settembru tas-sena l-oħra, għalkemm hemm spustament ta' madwar Lm60 miljun li mill-Bank Ċentrali għaddew f'idejn il-banek kummerċjali.", "Dan hu riżultat tal-miżura li ħadna s-sena li għaddiet li industrijalisti setgħu jżommu munita barranija għal erba' xhur qabel ma jikkonvertuha f'liri Maltin, kif ukoll tal-livelli għolja ta' l-assi tal-banek kummerċjali li kkonvertew f'muniti barranin.", "2.3.5 Inflazzjoni", "L-inflazzjoni fil-pajjiż, wara li rreġistrat l-effett tal-VAT fl-ewwel tliet xhur tas-sena, stabilizzat u issa qiegħda turi xeħta li nieżla għal- livelli li konna pproġettajna.", "L-effett tal-VAT fuq l-inflazzjoni kien kontenut għal madwar wieħed fil-mija.", "Dan l-effett jinħass darba mal- bidla minn sistema għal oħra, u mhux fenomenu li jirrepeti ruħu.", "L- inflazzjoni f'pajjiżna għat-tnax-il xahar minn Ottubru 1994 għal Settembru 1995 irreġistrat 3.8% li bil-mod tal-kalkolu tas-soltu tittraduċi ruħha f'żieda ta' żewg liri fil-ġimgħa għall-GĦoli tal-Ħajja.", "2.3.6 Riżultat Monetarju", "It-tifdil f'pajjiżna baqa' jsir b'rata qawwija li jiggarantixxi li fil- futur il-pajjiż se jkollu r-riżorsi meħtieġa biex ikompli jinvesti.", "Id- depożiti fil-banek ammontaw għal Lm1,297 miljun fl-aħħar ta' Settembru 1995, madwar Lm140 miljun aktar mit-total depożitat fl-aħħar ta' Settembru 1994.", "Il-flus fiċ-ċirkolazzjoni baqgħu fl-istess livell ta' Lm347 miljun.", "GĦalkemm dan ma żdiedx konformi maż-żieda fl-ekonomija dan il-livell għadu għoli wisq meta meqjus mal-ħtieġa ta' munita fiċ-ċirkolazzjoni f'pajjiżna.", "Irrid nappella lil dawk li għadhom iħossuhom aktar komdi bi flushom moħbija d-dar biex ikollhom aktar konfidenza fil-banek.", "Hi ħasra li l-biża` jżommhom milli jħaddmu flushom u jaqilgħu l-imgħax fuqhom.", "2.3.7 Impjiegi", "B'kollox, iż-żieda fin-numru ta' dawk li kienu jaħdmu bi qligħ bejn Jannar u Settembru 1995 kien ta' 6,880 u n-numru totali issa jaqbeż il-140,700.", "Id-dħul medju tal-ħaddiema matul din is-sena kien ta' Lm75.30 fil-ġimgħa, żieda ta' Lm6.60, meta mqabbla mas-sena l-oħra.", "In-nies li fl-aħħar ta' Settembru li għadda kienu jirreġistraw għax-xogħol kien jammonta għal 4,951 jew 634 anqas minn kemm kienu jirreġistraw fl- aħħar tal-1994.", "Illum, 3.4% biss ta' dawk kapaċi jaħdmu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Iż-żieda fin-numru ta' dawk li jaħdmu bi qligħ hi magħmula minn żieda ta' 7,346 fis-settur privat u tnaqqis ta' 466 fis-settur pubbliku.", "Is-settur pubbliku llum jammonta għal 38.9% ta' dawk li jaħdmu bil-qligħ.", "Dan jikkompara tajjeb mat-42.8% li kien reġistrat f'Jannar tal-1992 meta fl- ewwel budget tiegħi ddikjarajt l-oġġettiv tal-Gvern li jniżżel is-settur pubbliku għal bejn 25% u 30%.", "Il-Gvern hu kommess li ma jonfoħx is-settur pubbliku u se nibqgħu naħdmu biex naslu biex il-Gvern jasal iħaddem organizzazzjoni li titkejjel bil- kriterji ta' produttivita` aċċettati fil-pajjiż kollu.", "2.3.8 Agrikoltura", "Is-settur primarju tal-Agrikoltura u Sajd wera titjib matul din is-sena.", "Titjib li jidher minn produzzjoni akbar imma aktar u aktar minn esportazzjoni li dejjem tiżdied.", "Ta' min isemmi li l-esportazzjoni tal- patata żdiedet b'40% fuq is-sena l-oħra waqt li l-volum ta' ħut esportat kważi rdoppja.", "80% ta' l-esportazzjoni tal-ħut hi ġejja mill-fish farms.", "2.3.9 Kostruzzjoni", "Is-settur privat tal-kostruzzjoni rreġistra progress tajjeb matul l-1995 u jidher ċar li matul din is-sena kien hemm tkattir ta' l-attivita`.", "Fil- fatt, l-impjiegi żdiedu b'719 u minn 5,276 f'Diċembru 1994 telgħu għal 5,995 f'Settembru 1995.", "Il-kontribut ta' dan is-settur fil-Prodott Gross Domestiku tela' minn Lm22.6 miljuni għal kważi Lm29 miljun.", "2.3.10 Manifattura", "Fil-qasam privat tal-manifattura, l-impiegi żdiedu minn 29,553 f'Diċembru 1994 għal 30,590 f'Settembru 1995 jiġifieri żieda ta' 1,037 jew 3.5%.", "Dan irrifletta ruħu f'żieda ta' Lm55 miljun jew 10% fil-bejgħ tal-kumpanniji li jimpjegaw aktar min 10 persuni.", "L-esportazzjoni żdiedet minn Lm400 miljun għal Lm448 miljun, żieda ta' kważi 12% fl-istess perjodu.", "Is-settur tal-manifattura għadu f'fażi ta' tibdil.", "Inħossu li hu importanti li nibqgħu nimbuttaw biex it-tibdil meħtieġ isir.", "Hemm bżonn li tonqos il-fragmentazzjoni u nifformaw entijiet b'saħħithom biżżejjed biex isir investiment aktar konċentrat, u jiġu żviluppati swieq barranin.", "L-Att ġdid dwar il-kumpaniji li se jibda jopera fl-1 ta' Jannar li ġej għandu jgħin sew biex jagħmilha faċli li intrapriżi fl-istess settur jgħaqqdu l- esperjenza u l-kapaċitajiet produttivi tagħhom.", "Hemm bżonn li intrapriżi tagħna jingħaqdu ma' azjendi oħra barranin biex isaħħu jgħaġġlu fl-iżvilupp teknoloġiku fejn meħtieġ.", "2.3.11 Turiżmu", "Matul l-ewwel disa' xhur tal-1995 żaru Malta ftit aktar minn 900,000 turist, li hu madwar 4% anqas minn dak reġistrat fl-ewwel disa' xhur ta' l- 1994.", "Kien hawn min ipprova jinterpreta dan it-tnaqqis żgħir bħala xi diżastru, għaliex jaqbel għal xi wħud li jibqgħu joperaw f'ambjent ta' sussidji.", "Iżżeffnet fin-nofs il-VAT, meta kalkolu sempliċi juri li l-introduzzjoni tal-VAT fl-1 ta' Jannar ma kellux ikollu effett ta' aktar minn 2% fuq il- prezz ta' pakkett turistiku.", "Fl-istess ħin dawn donnhom insew li r-riforma fissret li l-operaturi fit-turiżmu ffrankaw fuq dazji li qabel kienu jitħallsu fuq il-prodotti li kienu jixtru.", "Fil-fatt, meta meħud fil-kontest tar-riżultati tas-sena l-oħra meta t- turiżmu għamel qabża ta' kważi 15%, min jagħmel analiżi oġġettiva jifhem li tnaqqis ta' dan it-tip m'hu straordinarju xejn.", "L-operaturi serji fit-turiżmu llum jafu li l-ambjent f'dan is-settur qiegħed jinbidel minn wieħed fejn kienu jsiru bookings minn kmieni għal wieħed fejn it-turist jikkommetti ruħu ftit qabel jitlaq għall-vaganza tiegħu.", "Dan minħabba l-ħafna roħs u offerti speċjali li issa saru ħaġa komuni f'dan is-settur.", "L-operaturi serji jafu li aħna rridu nibnu fuq il- kwalita` tat-turiżmu tagħna.", "Dan ma jseħħx biss b'dak li jrid jagħmel il- Gvern imma jiġi, fil-biċċa l-kbira tiegħu, b'titjib fis-servizzi li kull operatur, minn tat-taxi sal-lukandier, mill-balklor għall-gwida, jagħtu lit- turist.", "2.3.12 Freeport", "L-1995 kienet sena ta' suċċess għall-Freeport.", "Tajna bidu għall-bini tat- tieni terminal li għandu jirdoppja l-kapaċita` ta' din l-intrapriża.", "Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena il-Freeport ħadem madwar 384,000 TEU's. Din hi s-sitt sena konsekuttiva li ġiet reġistrata żieda sostanzjali fl-attivita` tal-Freeport.", "Kollox ma' kollox, l-1995 kienet sena tajba.", "Pero` ma rridux nilludu ruħna.", "Xejn ma jsir b'kumbinazzjoni, u xejn ma jinkiseb mingħajr sforz.", "Dak li ksibna s'issa u l-kondizzjonijiet inkoraġġanti li għandna, iridu jiġu ndukrati tajjeb jekk irridu li jkomplu jagħtu l-frott tagħhom fil- futur.", "Rapport dettaljat ta' l-andament ta' l-ekonomija Maltija matul l-1995 jinsabu fl-Economic Survey li kopja tiegħu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "2.4 L-iżviluppi fl-ekonomija Maltija", "Qegħdin jinfetħu prospetti ġodda ta' investiment hekk kif ir-realta` tas- sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropeja jifhmuha aktar u aktar imprendituri internazzjonali li jaraw f'Malta Ewropeja post idejali biex minnu jifirxu l- operazzjonijiet tagħhom fil-Mediterran u fl-Ewropa.", "L-industrija tal-kostruzzjoni se tkun b'saħħitha matul is-sena d-dieħla bil-proġetti li nbdew kemm mill-Gvern kif ukoll mill-privat.", "It-turiżmu hu mistenni jżomm il-livell tajjeb tiegħu.", "Ħadna l-passi meħtieġa biex nikkonċentraw aktar fuq l-iżvilupp tas-swieq biex fil- kompetizzjoni li qiegħda tikber minn pajjiżi li saħħew il-pożizzjoni tagħhom u oħrajn li ġejjin ġodda fuq is-suq ma nitilfux is-sehem tagħna fis- suq.", "Pero` hi d-diversifikazzjoni li tagħtina aktar ċertezza f'dan is- settur.", "Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, mistennija żviluppi importanti.", "Ir- rapporti li qegħdin jaslulna minn dawk li qegħdin jaħdmu f'dan is-settur huma tajbin ħafna.", "Il-Midland Bank, li jagħmel parti mill-Grupp Internazzjonali Hong Kong and Shanghai Bank għadu kemm applika għal liċenzja biex ikun jista' jagħti s-servizzi tiegħu lill-Maltin u biex jaħdem fl-oqsma infrastrutturali tas-settur finanzjarju, bħal custodianship.", "Din il-liċenzja qiegħda tiġi proċessata mill-awtoritajiet kompetenti.", "Nispera li dan l-iżvilupp iseħħ biex iservi bħala catalyst importanti biex tinbena malajr il-Critical Mass finanzjarja li tagħmel minn pajjiżna ċentru importanti finanzjarju.", "Issa li l-effetti tal-miżuri li ħadna ġew assorbiti kollha mill-ekonomija tagħna, nistennew li t-trend għat-tnaqqis ta' l-inflazzjoni tkompli matul is-sena li ġejja biex nerġgħu nistabilizzaw taħt it-3%.", "Filwaqt li minn banda nagħmlu appell lill-konsumatur biex jagħti l- messaġġi meħtieġa lin-negozjanti li mhux se jaċċetta esaġerazzjoni fil- prezzijiet, mill-banda l-oħra nagħmlu appell lin-negozjant biex jagħti value for money lill-konsumatur.", "Ma rridux nerġgħu niġu fis-sitwazzjoni li l-Malti jerġa' jibda jsiefer biex jixtri.", "Qabel kien isiefer għax ma jsibx dak li jrid.", "Ma rridux li issa jibda jsiefer għax il-prezzijiet barra jkunu iżjed attraenti.", "Dan ma jkunx ta' benefiċċju la għalihom u lanqas għall-pajjiż.", "Il-Gvern isaħħaħ l-impenn tiegħu biex iħaddem bl-aktar mod assidwu l- għodda li llum għandna fil-pajjiż biex ma jħallix min jabbuża mill- pożizzjoni tiegħu ta' monopolju jew kważi, għad-detriment tal-konsumatur u tal-kompetituri tiegħu.", "3 Rendikont Finanzjarju għall-1995", "Is-sena l-oħra konna pproġettajna li nispiċċaw din is-sena bi żbilanċ ta' Lm31.3 miljun bejn id-dħul u l-infiq.", "L-istima li qegħdin nagħmlu issa hi li l-1995 se nispiċċawha bi żbilanċ ta' madwar Lm34 miljun.", "L-ammont ta' self li għamilna permezz ta' protokolli ma' pajjiżi u istituzzjonijiet barranin ammonta għal Lm2 miljuni.", "GĦalhekk l-iżbilanċ reali hu ta' Lm36 miljun jew 3.3% tal-prodott gross domestiku.", "Dan hu titjib fuq l-ammont ta' 4.2% li rreġistrajna fl-1994 u hu qrib tal-mira tagħna li noperaw fil-limiti ta' żbilanċ ta' 3%.", "Spjegazzjoni dettaljata tad-differenzi bejn l-istimi oriġinali u dawk riveduti jinsabu fi Statements (Ara Appendiċi G H u I) annessi ma' dan id- Diskors.", "Se nitkellem fuq l-elementi prinċipali tal-Fond Konsolidat.", "3.1 Dħul", "Id-dħul totali hu mistenni li jilħaq Lm489 miljun jew kważi Lm15-il miljun aktar minn dak stmat.", "Daħħalna Lm15.7 miljuni aktar milli kien stmat mir-reġistrazzjoni tal- vetturi u mil-levy fuq prodotti importati u mit-taxxa tal-boll.", "Dan jirrifletti ż-żieda li kellna fl-importazzjoni ta' vetturi u ta' prodotti li għalkemm fuqhom hemm levy xorta ġew importati fi kwantita`.", "Iż-żieda mit-taxxa tal-boll kienet riżultat ta' negozju akbar fil-bini u ta' l- isforz li għamel id-dipartiment biex l-ammonti murija fuq il-kuntratti ikunu aktar rejalistiċi.", "Mill-VAT, id-dħul se jkun ta' Lm80 miljun kontra it-Lm62.3 miljuni li kienu stmati, żieda ta' aktar minn Lm17 miljun.", "Dan hu l-benefiċċju li gawda l-pajjiż mit-trażżin mixtieq ta' l-ekonomija s-sewda li spjegajt aktar `il quddiem.", "Il-Gvern ġabar ukoll Lm7.5 miljun aktar milli kien stmat minn ħlas lura ta' self li kellu jieħu minn korporazzjonijiet.", "Imbagħad kien hemm oqsma fejn daħħalna anqas milli stennejna.", "Mid-dwana u s-sisa id-dħul kien anqas bi kważi Lm7 miljun.", "Kif jaf kulħadd, bl- introduzzjoni tal-VAT, ir-rati tad-dazju tneħħew minn fuq il-prodotti importati mill-Unjoni Ewropea, u tnaqqsu drastikament minn fuq importazzjoni minn pajjiżi oħra.", "Barra minn hekk tneħħiet it-taxxa tas- sisa minn fuq il-birra, is-soft drinks, l-ilma minerali u t- televiżjonijiet, waqt li tnaqqset fuq l-ispirti u t-tabakk biex tagħmel tajjeb għall-introduzzjoni tal-VAT.", "Id-dħul mistenni mid-dazju u s-sisa din is-sena se jkun ta' madwar Lm34 miljun.", "Is-sena ta' qabel id-dħul kien ta' Lm72 miljun.", "Id-dħul mit-taxxa tad-dħul hu stmat li se jkun ta' madwar mitt miljun lira kontra dak stmat ta' Lm110 miljuni.", "Dan hu l-aktar minħabba li d-dħul stmat mid-dikjarazzjoni spontanja m'avverrax ruħu din is-sena billi s- sistema qed titħaddem fuq time table differenti milli kienet ppjanata oriġinarjament.", "Se ndaħħlu Lm2 miljuni anqas milli previst minn ħlasijiet għal servizzi mogħtija minn dipartimenti tal-Gvern lill-kunsilli lokali.", "Dan minħabba jew li xi xogħol li kien previst ma sarx jew li l-kunsilli wżaw kuntratturi privati għax ħassewhom m'humiex moqdija biżżejjed mid-dipartimenti tal- Gvern.", "Se ndaħħlu wkoll Lm2.5 miljun anqas mill-Posta billi mill-1 ta' Awissu ta' din is-sena din bdiet taħdem bħala kumpanija Posta Limited.", "Fil-każ tal-bejgħ ta' ishma, se ndaħħlu żewġ miljuni anqas minħabba l- iskont li ngħata fuq ishma tal-Bank of Valletta li nxtraw mill-impjegati.", "Waqt li nuqqas ta' żewġ miljuni oħra se jiġu reġistrati fil-bejgħ ta' l-art billi l-pjani fil-bejgħ tal-proprjeta` li kienet nxtrat mingħand il-Knisja għadhom ma twettqux.", "Minn sorsi barranin, kien stmat li ndaħħlu Lm21 miljun f'għotjiet u self l- aktar minn iffinanzjar ta' proġetti kapitali li kienu ppjanati li jitwettqu matul l-1995.", "Billi xi proġetti kbar bdew aktar tard milli mistenni matul is-sena, l-iffinanzjar tagħhom se jsir is-sena d-dieħla flok din is-sena.", "Il-waqgħa fir-rata tal-kambju tal-Lira Taljana effettwat ukoll l-ammont li rċevejna f'liri Maltin mill-protokoll Taljan.", "Hekk, id-dħul minn għotjiet u self minn sorsi barranin se jkun ta' Lm12.9 miljuni anqas mill-istima oriġinali.", "Minn dawn hemm Lm8.5 miljun self li ma kienx hemm bżonn isir.", "Kollox ma' kollox, id-dħul totali tal-Gvern fl-1995 hu stmat li se jkun ta' Lm530 miljun, Lm3 miljun aktar milli kienu stmati qabel.", "Aktar dettalji ta' kif inhu mqassam dan id-dħul jinsabu fi Statement Nru 1 (Ara Appendiċi G) li hu mehmuż ma' dan id-diskors.", "3.2 Nefqa Rikorrenti", "In-nefqa rikorrenti għall-1995 mistennija tammonta għal Lm431 miljun.", "Dan hu madwar Lm8 miljun aktar milli previst.", "Terz ta' din in-nefqa, jew madwar Lm146 miljun, hi magħmula minn pagi u ħlasijiet lill-ħaddiema tal-Gvern.", "Nofs in-nefqa totali, jew Lm217 miljun, huma fi programmi u inizjattivi.", "F'dan is-settur in-nefqa se tkun ta' Lm4 miljun aktar li tirrifletti l- għotja li ta l-Gvern f'Settembru li għadda lill-ħaddiema u l-pensjonanti.", "Matul din is-sena, miljun lira aktar milli previst se jinħarġu fi ħlas lura ta' taxxa fuq l-income u fl-għoti lura ta' dazju ta' importazzjoni u s-sisa fuq it-tabakk.", "L-aġġustament ta' pensjonijiet ta' ex-impjegati tal-Gvern b'riżultat taż-żieda fis-salarji wara r-riforma tas-servizz pubbliku rriżulta f'nefqa ogħla fil-Vot tal-Pensjonijiet.", "Il-kontribuzzjonijiet għall-Entijiet tal-Gvern ammontaw għal Lm30 miljun jew 7% tan-nefqa rikorrenti.", "Dan hu dovut fil-parti l-kbira għall-għajnuna li l-Gvern jagħti lill-Water Services Corporation għall-produzzjoni ta' l- ilma u li matul l-1995 mistennija tlaħħaq Lm12 miljun.", "L-Universita` se tingħata Lm7.2 miljun.", "Ammont addizzjonali ta' Lm200,000 se jiġu mgħoddija lill-Kummissjoni Elettorali għat-tiġdid tal-karti ta' l-identita` u biex isiru preparamenti għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Marzu 1996.", "L-ispiża totali fi spejjeż operattivi u speċjali mistennija tammonta għal Lm38 miljuni jew 9% tan-nefqa korrenti.", "Dan hu tliet miljuni aktar milli previst.", "Din iż-żieda hi l-aktar attribwita għal miljun lira aktar f'xiri ta' mediċini u proviżjonijiet oħra għall-użu fl-isptarijiet.", "Dan kien meħtieġ mhux biss għaliex qed jinxtraw mediċini li prezzhom hu għoli ħafna minħabba l-kura speċjaliżżata li trid tingħata għal ċertu mard, imma wkoll minħabba l-fatt li ħafna pazjenti li qabel kienu jintbagħtu barra minn Malta għall-kura, issa qed isirulhom operazzjonijiet u jingħataw kura f'Malta.", "M'għandniex xi ngħidu, in-numru ta' dawn żdied sostanzjalment.", "Aktar dettalji dwar dan iċ-ċaqliq fost id-diversi Voti jinsabu fi Statement Nru. 2 (Ara Appendiċi H) mehmuż ma' dan id-diskors.", "3.3 Nefqa Kapitali", "In-nefqa kapitali għal din is-sena kienet stmata li se tilħaq id-Lm79 miljun.", "Issa jidher li l-ispiża se tkun madwar tliet miljuni anqas.", "Fuq l-isptar San Raffaele, kienet stmata nefqa ta' Lm7 miljun.", "Billi l- kuntratt biex jibda dan ix-xogħol ingħata aktar tard milli kien maħsub, l- ispiża sa l-aħħar tas-sena mhux mistennija li taqbeż iż-żewġ miljuni.", "Kif għidna s-sena l-ohra, matul l-1995 tajna spinta għar-rinnovazzjoni u tisħiħ tas-sistema tad-drenaġġ u pprovdejna dak kollu li kien hemm bżonn għal dan il-proġett.", "Fil-fatt in-nefqa se tkun xi ftit anqas minn dik proġettata billi xi makkinarju għadu ma ġiex installat.", "Fil-qasam tat-tarznari konna pproġettajna li se nonfqu Lm15 miljun.", "Minflok l-ispiża telgħet għal Lm20 miljun.", "3.4 It-Tarznari", "Qabel ngħalaq ir-rendikont għall-1995 irrid nitkellem dwar is-settur tat- tarznari.", "Kwart mill-ispiża kapitali f'pajjiżna matul l-1995 marret fuq it- arznari.", "Kieku dan kien investiment veru li se jirrendi fil-futur, kieku jkun tajjeb.", "Pero` fil-verita` dan hu ħlas li qed isir biex jagħmel tajjeb għall-problemi f'dan is-settur.", "Il-ħlas ta' għoxrin miljun ma jinkludix avvanzi ta' Lm6 miljun li għamilna lit-tarzna kontra ħlasijiet li għad iridu jirċievu, u arretrati ta' ħlasijiet li t-tarzna tellgħet ma' korporazzjonijiet oħra tal-Gvern u mad- dipartimenti tat-taxxa u tas-sigurta` soċjali, li llum jilħqu s-Lm17 miljun.", "F'dan il-kontest irridu nħarsu lejn il-qbil li kien sar f'Novembru ta' l- 1994 dwar it-tarznari.", "Bis-saħħa ta' dan il-qbil, in-numru ta' mpjegati fit-tarzna tal-Marsa naqas minn 1,762 fl-ewwel ta' Jannar 1995 għal 1,103 fl-aħħar ta' Settembru 1995.", "Hu mistenni li sa ftit xhur oħra 500 ħaddiem ieħor se jkunu trasferiti għaż-żewġ kumpanniji li ġew ifformati għal dan l- iskop.", "Qed jiġu studjati proġetti oħra li għandhom jokkupaw il-bqija tal- ħaddiema b'mod produttiv u mingħajr il-piż li l-pajjiż kellu jġorr għal dawn l-aħħar 18-il sena.", "Min-naħa tat-tarzna, hemm bżonn niżviluppaw il-ħsieb aktar u npoġġu taħt lenti il-benefiċċju għall-pajjiż li s-sistema li qed tintuża preżentement fit-tarzna hix aktar tenibbli f'pajjiżna llum.", "Jekk trid timxi `l quddiem, it-tarzna għandha bżonn miljuni kbar ta' liri f'għajnuna u investiment.", "Il- pajjiż irid jara l-prijoritajiet tiegħu fil-kontest soċjali u fil-kontest ta' benefiċċju li minnu jgawdi kulħadd.", "Wieħed jista` jsib aktar dettalji dwar il-varjazzjonijiet li kien hemm bejn in-nefqa kapitali approvata u dik riveduta fi Statement Nru.3 (Ara Appendiċi I) mehmuż ma' dan id-diskors.", "3.5 Il-Fond Konsolidat", "Il-paragun bejn l-estimi approvati u dawk riveduti tad-dħul u l-infiq għal din is-sena hu spjegat fir-rendikont finanzjarju kif muri f'Tabella Nru 1, (Ara Appendiċi A) li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija.", "4 Estimi għall-1996", "Matul l-1996 se nkomplu nwettqu programm ta' fejda għall-Poplu tagħna li bih ninvestu fejn hu meħtieġ, u ngħinu kif hemm bżonn.", "Dan l-investiment u l-infiq irid jiġi ffinanzjat minn ġbir ta' taxxa minn fostna; ġbir li jrid isir b'effiċjenza u b'ġustizzja akbar.", "Daqqa t'għajn fuq fuq lejn iċ-ċifri li qegħdin nipproponu juru li matul is- sena d-dieħla qegħdin nistmaw li se ndaħħlu Lm537 miljun u se nonfqu Lm480 miljun fi spejjeż rikorrenti u Lm90 miljun fi spejjeż kapitali.", "Ir- riżultat mistenni jkun żbilanċ ta' Lm33 miljun.", "Meta magħdud ma' self barrani ta' Lm6 miljun li mistenni jsir matul is-sena d-dieħla, id-deficit rejali hu ta' Lm39 miljun jew 3.2% tal-prodott gross domestiku.", "Jidher li se nibqgħu qrib il-mira tagħna ta' żbilanċ ta' 3%.", "Dan il-Gvern hu kommess li jaħdem biex in-nefqa tiġi rikonċiljata mad- dħul.", "Dan isir b'attenzjoni akbar lejn l-infiq biex jiġi żgurat li kull nefqa qiegħda tissarraf f'benefiċċju reali ekonomiku, ambjentali u soċjali.", "Isir ukoll b'impenn biex ikun hemm aktar effiċjenza fil-ġbir ta' taxxi ħalli kulħadd iħallas sehmu b'ġustizzja waqt li l-piż fuq kulħadd narawh jonqos.", "F'Tabella Nru 2, (Ara Appendiċi B) li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, qiegħed nagħti rendikont finanzjarju fil-qosor għall-1996.", "Issa ngħaddi biex nagħti xi dettalji.", "4.1 Dħul", "Kif diġa għidt, id-dħul għas-sena 1996 hu mistenni jilħaq kważi Lm537 miljun.", "Dan se jkun magħmul minn dħul ordinarju ta' Lm515 miljun, minn għotjiet barranin ta' Lm15 miljun u minn self barrani ta' Lm6 miljun.", "Id-dħul ordinarju għas-sena d-dieħla se jkun Lm26 miljun aktar minn dak li mistenni jidħol din is-sena.", "Din iż-żieda mhix ġejja minn taxxi ġodda imma tirrifletti t-tkabbir mistenni fl-ekonomija, l-impenn tagħna li t-taxxi jinġabru b'effiċjenza, u tnaqqis akbar fl-ekonomija s-sewda.", "Id-dħul mill-VAT mistenni jitla' għal Lm110 miljun.", "Id-dħul matul is-sena d-dieħla se jirrappreżenta dħul ta' 12-il xahar sħiħ mingħajr il-fattur ta' kreditu għal stocks li nbnew fin-negozji matul is-sena.", "Kif jaf kulħadd, is-sistema tal-VAT ġiet organizzata b'mod li kull negozjant seta' jitlob lura l-VAT kollha mħallsa fuq ix-xiri tiegħu anke jekk dak li ġie mixtri ma' nbiegħx.", "GĦalhekk waqt li d-dazju qabel kien jitħallas ma' l- importazzjoni u jibqa' għand il-Gvern anke waqt iż-żmien tal-ħażna tal- prodott, bil-VAT, it-taxxa li titħallas mal-ħin ta' l-importazzjoni tingħata lura anke jekk il-prodott ma jkunx inbiegħ u allura l-VAT relattiva ma tkunx inġabret mingħand il-konsumatur.", "Dan jgħin ħafna l-cash flow tan-negozju.", "Matul l-1995, kif konna wegħedna, ħallejna lil kull min beda jħaddem din is-sistema jidraha mingħajr ma għafasna fuqhom iż-żejjed.", "Ma jfissirx li ma ħadniex passi fejn negozjanti u professjonisti wrew attitudni negattiva għall-aħħar.", "Matul l-1996, il-programm ta' investigazzjonijiet intensivi li d-dipartiment tal-VAT ħejja se jiġu esegwiti.", "Min iddeċieda li jimxi sewwa se jsib li ħa deċiżjoni tajba.", "Min, mill-banda l-oħra ddeċieda li jkompli jagħmilha tal-bravu u jilgħab mas-sistema b'ħafna skemi li jipprovaw jaħbu l-attivita` tiegħu, se jsib li se jkun iffaċċjat b'mistoqsijiet li ma jistax iwieġeb u dak li pprova jaħtaf għalih se jkollu jroddu bl-imgħax.", "Qegħdin nipprospettaw żieda ta' Lm10 miljun fis-sigurta` soċjali li hi effett ta' aktar impjiegi, żidiet fil-pagi, u dikjarazzjonijiet aktar realistiċi mis-self-employed.", "Id-dħul mill-income tax inżamm f'livell ta' Lm100 miljun, l-istess bħal dak prospettat għal din is-sena.", "Dan għaliex se jittieħdu miżuri li bihom iż-żieda ta' madwar Lm10 miljun li altrimenti kienet tirriżulta mit-tkabbir ekonomiku se jintraddu lura fi tnaqqis.", "Nitkellem fuq dan aktar tard.", "4.2 Nefqa Rikorrenti", "In-nefqa rikorrenti qiegħda tiġi stmata li se tammonta għal Lm453 miljun, waqt li Lm27 miljun se jintnefqu fi ħlasijiet ta' interessi u tifdil f'sinking funds biex jitħallas lura s-self.", "Dan ifisser żieda ta' Lm24 miljun fuq in-nefqa stmata għal din is-sena.", "Il-komponenti tan-nefqa baqgħu bejn wieħed u ieħor fl-istess proporzjon tas-sena l-oħra.", "Fil-fatt, 33% tan-nefqa jew Lm148 miljun se tmur għal pagi, 51% jew Lm230 miljun se tmur għall-programmi u inizjattivi, 7% jew Lm34 miljun se jingħataw f'sovvenzjoni lill-entijiet pubbliċi u 8% jew Lm39 miljun huma stmati li se jintnefqu fuq spejjeż operattivi u speċjali.", "4.2.1 Pagi", "L-ammont li se jitħallas f'pagi jinkludi madwar Lm6 miljun għaż-żieda fl- għoli tal-ħajja u għall-increments dovuti lill-impjegati.", "4.2.2 Spejjeż Operattivi u Speċjali", "L-ispejjeż operattivi għat-tmexxija tad-dipartimenti tal-Gvern se tiżdied bi ftit anqas minn Lm1 miljun fis-sena li ġejja.", "Dan jirrifletti żieda ta' Lm600,000 li se jimorru għal xiri ta' mediċini u proviżjonijiet oħra fl- isptarijiet fejn qegħdin jiżdiedu n-numru ta' operazzjonijiet speċjalizzati.", "Jirrifletti wkoll żieda ta' Lm400,000 fi spejjeż biex l- iskejjel ta' l-Istat jinżammu fi stat tajjeb.", "Fil-fatt id-dipartiment ta' l-edukazzjoni se jibda programm ta' rinnovament fl-iskejjel ta' l-Istat.", "4.2.3 Programmi u Inizjattivi", "Il-Programmi u Inizjattivi huma l-akbar nefqa tal-Gvern u fihom jiġbru l- inizjattivi kollha soċjali u ta' inċentiv li jagħmel il-Gvern biex jgħin setturi partikolari jżidu l-produttivita`, jew jgħin oħrajn li għandhom bżonn.", "Is-sena d-dieħla din l-ispiża se tiżdied bi Lm13-il miljun li l-parti l- kbira tagħha se tmur għal titjib fil-benefiċċji soċjali, pensjonijiet u servizzi soċjali oħra.", "Fuq dawn ukoll nitkellmu f'aktar dettal minn hawn u ftit ieħor.", "4.2.4 Benefiċċji Soċjali", "Il-ħlas ta' benefiċċji soċjali u pensjonijiet, in-nefqa fis-settur tas- saħħa, fil-kura ta' l-anzjani, fil-ġlieda kontra d-droga u fil-kura ta' min jaqa' fil-vizzju, in-nefqa fis-servizzi tal-familja, flimkien ma' l-appoġġ li jingħata lill-għaqdiet volontarji li jagħtu l-għajnuna tagħhom f'dawn l- oqsma, huma xhieda ta' kemm il-Gvern u l-Poplu fehmu l-ħtieġa li dawn is- servizzi, li diġa` tpoġġew fuq sisien sodi, jkomplu jissaħħu biex jilqgħu l- isfidi u l-problemi soċjali li qed tiffaċċja s-soċjeta` Maltija.", "4.2.5 Saħħa", "Fid-Dipartiment tas-Saħħa wkoll qed jittieħdu inizjattivi ġodda.", "Żvilupp sinifikanti li sar din is-sena u ser ikompli jikber is-sena d-dieħla huwa li operazzjonijiet tal-qalb issa bdew isiru minn grupp ta' tobba residenti f'Malta u mhux minn speċjalisti barranin li kienu jiġu minn żmien għal żmien.", "Fil-qasam tas-saħħa mentali se jiġi implimentat tibdil fl-organizzazzjoni sabiex jissaħħu l-istrutturi ta' immaniġġjar, titjieb il-kwalita` tas- servizzi u jiġu żviluppati faċilitajiet fil-komunita` skond il-politika nazzjonali dwar is-servizzi tas-saħħa mentali.", "4.2.6 Edukazzjoni", "Fis-settur ta' l-Edukazzjoni qed nallokaw somma ta' madwar Lm58 miljun li tinkludi l-kontribuzzjoni lill-Universita` u lill-Junior College, il-ħlas ta' stipendji lill-istudenti li n-numru tagħhom hu stmat li se jkun żdied b'600, u l-iffinanzjar ta' l-iskejjel tal-Knisja.", "Dan l-ammont ikopri wkoll il-ħtiġijiet kollha mill-kindergartens sas-sekondarji.", "Ġie fformat il-Junior College li għalih qegħdin nipprovdu Lm1.2 miljuni.", "F'din l-istituzzjoni edukattiva ġdida, l-istudenti tagħna jiġu mħarrġa f'metodi ta' tagħlim li jħaffulhom it-transizzjoni mill-livell sekondarju għall-Universita`.", "Se jitkompla wkoll il-proċess ta' deċentralizzazzjoni tas-sistema edukattiva fil-qasam kemm amministrattiv kif ukoll kurrikulari.", "Dan irid iwassal biex l-iskejjel ikollhom iktar awtonomija b'enfasi qawwija fuq il- kwalita` ta' l-edukazzjoni fl-iskejjel.", "Biex jintlaħaq dan il-għan ser ikomplu jsiru programmi estensivi ta' taħriġ għall-għalliema, għall- kapijiet ta' l-iskejjel u għall-uffiċjali oħra għolja fil-qasam edukattiv.", "Aħna dejjem ħarisna lejn l-edukazzjoni bħala investiment li jirrendi għall- pajjiż fil-futur u aktar u aktar għall-formazzjoni tal-persuna.", "Soċjeta` demokratika mhix soċjeta` li tivvota kull ħames snin.", "Soċjeta` demokratika hi soċjeta` parteċipattiva.", "Il-bniedem ma jistax jipparteċipa bis-sħiħ jekk ma jkunx edukat u fformat tajjeb.", "4.2.7 Kultura u Sport", "Aktar ma tonqos il-preokkupazzjoni għall-ħobżna ta' kuljum, aktar tikber ix-xenqa ta' żvilupp u parteċipazzjoni kulturali u sportiva.", "F'dawn is- setturi bil-mod il-mod nibdew inżidu l-allokazzjonijiet fil-futur biex inkunu nistgħu ngħinu fl-iżvilupp ta' dawn l-attivitajiet mixtieqa.", "Matul is-sena d-dieħla, se nagħmlu reviżjoni tal-amministrazzjoni tal- lottu fil-pajjiż, bi tneħħija ta' xi logħob li għandna llum u b'introduzzjoni ta' oħrajn.", "Parti minn din ir-riorganiżżazzjoni hi l- abbinament mill-qrib ta' xi logħob ma' attivita` kulturali u sportiva.", "4.2.8 Żamma ta' l-Ordni GĦas-servizzi ta' prevenzjoni mill-kriminalita` u ż-żamma ta' l-ordni pubbliku, qed niddedikaw sehem mhux ħażin mill-ispiża rikorrenti tal-Gvern.", "Jidher li l-inċentivi ġodda f'forma ta' pagi u kondizzjonijiet aħjar għall- pulizija qed jattiraw in-numru ta' rekluti fil-livell meħtieġ biex jaqdu l- bżonnijiet tal-pajjiż.", "Irridu nkomplu nsaħħu l-korpi u l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġijiet biex, sakemm tibqa' t-theddida għas-sigurta` tal-poplu Malti, dawn ikunu f'qagħda li jħarrxu l-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalita`, l-aktar kontra t-traffikar tad-drogi.", "It-tisħiħ ta' l-iskwadra ġdida kontra t-traffikar tad-drogi mwaqqfa m'ilux se jingħata prijorita` b'żieda fl-attrezzatura meħtieġa u b'sensiela ta' taħriġ lill-membri ta' l-istess skwadra.", "Bħala parti minn programm imfassal biex il-bini ta' Kordin ikompli jinbidel minn post ta' priġunerija għal wieħed ta' faċilita` korrettiva, se nintroduċu skemi ġodda ta' rijabilitazzjoni li jħajru u jgħinu lir- residenti tal-Faċilita` jerġgħu jsibu posthom fis-soċjeta`.", "Il-programmi speċjali ta' rijabilitazzjoni għal residenti tal-Faċilita` li għandhom dipendenza qawwija fuq id-drogi u l-iskemi ta' servizzi u xogħol fil-komunita` għandhom igħinu biex jintlaħaq dan il-għan.", "Fl-istess waqt, l-istrutturi maniġerjali tal-Faċilita` Korrettiva se jkomplu jissaħħu biex issir sorveljanza aħjar u tinżamm l-ordni.", "4.2.9 Kunsilli Lokali", "Żieda oħra se tgħaddi lill-kunsilli lokali li b'kollox se jkunu qed jamministraw kważi Lm10 miljun matul is-sena d-dieħla.", "Din iż-żieda se tkopri t-trasferiment ta' funzjonijiet u responsabbiltajiet ġodda lill- kunsilli lokali skond l-aħħar fażi tal-pjan imfassal fuq perjodu ta' tliet snin.", "Ma hemmx dubju li l-kunsilli lokali issa tqiegħdu fuq bażi soda u fuq kollox huma aċċettati mill-poplu li qiegħed jara fihom mezz aħjar biex il- ħtiġijiet immedjati tiegħu jiġu moqdija.", "L-impenn ta' ħafna kunsillieri li qed jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom għat-titjib tal-lokal tagħhom hu ta' min ifaħħru.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien u aktar ma tinkiseb esperjenza, wieħed jistenna li toktor l-effiċjenza ta' l-uffiċjali u jikber l-interess taċ- ċittadin.", "Irridu li joktor l-ambjent li jħajjar parteċipazzjoni fuq firxa aktar wiesgħa fid-deċiżjonijiet li jolqtu liċ-ċittadin mill-qrib.", "4.2.10 Entijiet u Korpi tal-Gvern", "B'total ta' Lm34 miljun, il-ħlas lill-entijiet u korpi tal-Gvern se jiżdiedu b'Lm4 miljun fuq din is-sena.", "Dan l-ammont jinkludi żieda ta' Lm1 miljun lill-Korporazzjoni ta' l-Ilma li issa b'kollox qed tiġi megħjuna b'total ta' Lm13-il miljun biex tkun tista' tagħti t-tnaqqis lill- konsumatur fuq il-kontijiet.", "Il-Management Systems Unit se tingħata Lm3.7 miljun biex tkompli bix- xogħol siewi tagħha ta' tkattir ta' l-informatika u t-tiġdid ta' sistemi fl- oqsma kollha ta' l-amministrazzjoni governattiva.", "Ħlasijiet oħra se jkunu:", "Lm1.2 miljun lill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ Lm1.2 miljun lill-Isptar Zammit Clapp Lm1 miljun lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar, u Lm800,000 lill-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku.", "4.2.11 GĦawdex", "Fil-passat, GĦawdex ma kienx biss fil-periferija ġeografika, kien ukoll fil-periferija ekonomika u soċjali.", "Ma kienet teżisti ebda politika speċifika għall-gżira u l-livell ta' żvilupp kien dejjem jimxi wara dak ta' Malta.", "Bit-twaqqif tal-Ministeru għal GĦawdex, il-Gvern wera li hu konxju mill- problemi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet speċjali ta' GĦawdex.", "Bi struttura li hi konċentrata u hi responsabbli mill-iżvilupp ta' GĦawdex, il- progress li sar f'dawn l-aħħar snin kien wieħed qawwi u f'kull qasam: fit- trasport, fl-impjiegi, fil-produzzjoni, fl-ambjent, fil-kultura u fl- isport.", "Dawn l-istrutturi issa qegħdin jissaħħu, u l-Ministeru qiegħed jingħata aktar funzjonijiet koordinattivi biex ikun f'pożizzjoni li jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli għall-gżira.", "Dan jidher mill-amalgamazzjoni tan-nefqa rikorrenti li dipartimenti differenti jagħmlu f'GĦawdex.", "4.3 Nefqa Kapitali 1996", "In-nefqa kapitali għas-sena d-dieħla hi stmata li tlaħħaq is-somma ta' kważi Lm90 miljun, żieda ta' madwar Lm14-il miljun fuq din is-sena.", "Fl- infrastruttura, l-Gvern se jinvesti Lm25 miljun.", "L-ispiża kapitali fil- qasam soċjali se tlaħħaq is-Lm26 miljun.", "4.3.1 It-Tarznari", "It-tarznari qegħdin jiġu allokati Lm13 miljun.", "Dan hu sostanzjalment anqas minn din is-sena billi mhux biss l-infiq straordinarju fix- Shipbuilding mhux se jirrepeti ruħu, imma bil-miżuri li semmejt aktar `il fuq, il-piż għandu jonqos.", "Il-prijorita` issa ssir it-tarzna li kif għidt trid titħaddem f'parametri preċiżi ta' etika u spejjeż.", "4.3.2 Informatika", "Lm5 miljun qed jiġu allokati biex jitkomplew is-sistemi li qegħdin fi stat ta' żvilupp, bħal Electronic mail, Departmental Accounting System, Inland Revenue System, Social Security System, VAT, u l-Payroll and Personnel System, jiġu implementati fil-ministeri differenti.", "Din l-ispiża tkopri wkoll il-makkinarju li jrid jiġi installat fid-dipartimenti kollha.", "4.3.3 Turiżmu", "Fit-turiżmu qegħdin ninvestu mas-Lm6 miljun biex insostnu s-suq tagħna.", "Dawn jinkludu Lm2.5 miljun li qegħdin jingħataw lill-Organizazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu bħala vot speċjali biex tkun tista' tniedi skema ta' sostenn għall-operaturi turistiċi għas-sajf li ġej.", "4.3.4 Freeport", "Qegħdin jiġu allokati Lm5.7 miljun għall-Freeport.", "Il-proġetti għas-sena d-dieħla jinkludu l-implimentazzjoni ta' sistema komputerizzata ta' container yard management biex tagħti kontroll aħjar fil-proċess tal-ħażna u ċaqliq tal-containers.", "B'hekk tikber il-produttivita`, l-effiċjenza u l- kompetittivita`.", "4.3.5 Industrija", "Il-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp u l-METCO qegħdin jiġu allokati bejniethom Lm6.2 miljun.", "Dan hu investiment fis-settur tal-manifattura, mit-tħajjir ta' investiment ġdid għall-bini ta' fabbriki ġodda, indukrar ta' oqsma industrijali eżistenti, u għajnuna lill-industrija fit-tiftix tas- swieq.", "4.3.6 Drenaġġ", "Se jitkompla l-proġett tat-tisħiħ tas-sistema tad-drenaġġ kif imfassal fil- Master Plan biex jiġi eliminat ir-rimi ta' drenaġġ fil-baħar.", "GĦal dan il- għan qed jiġu vvutati Lm8 miljun.", "Matul is-sena li ġejja, se jsiru mains ġodda fl-Imsida u l-Gzira, bejn il-Baħrija u Ħ'Attard, u f'Ħal Tarxien.", "GĦandu jitlesta wkoll l-outfall f'Ras il-Ħobż u se jsir tisħiħ fil-pumping stations f'Tax-Xama u f'dik ta' Wied GĦammieq.", "L-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin se jiġi estiż biex minn kapaċita` ta' sebat elef metru kubu jitla' għal kapaċita` ta' sbatax-il elf.", "Qegħdin isiru l-istudji meħtieġa biex jiġu determinati l-aħjar siti għall-impjant ta' tisfija f'GĦawdex u fit-tramuntana u n-nofs-in-nhar ta' Malta.", "Fl-istess ħin qed jintemmu l-istudji u d-disinn għal outfall ieħor fit-tramuntana ta' Malta, fiż-żona magħrufa bħala Taċ-Ċumnija.", "4.3.7 Karozzi tal-Linja", "B'riżultat tal-ftehim li ntlaħaq bejn l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku u l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja, s-sena d-dieħla l-Gvern se jissussidja b'Lm1.3 miljun lis-sidien tax-xarabanks sabiex jixtru vetturi ġodda għas-servizzi bi skeda.", "Dan il-bdil għal vetturi ġodda se jsir gradatament u mistenni sa l-aħħar tal-1996 jkunu nbidlu mill-anqas mitt vettura.", "4.3.8 Toroq", "Matul l-1996, se ssir enfażi fuq it-titjib u t-tiġdid tat-toroq.", "Mhux biss qed jiġu allokati Lm4.8 miljun għall-programm tat-twessigħ, titjib u kisi bl-asfalt ta' toroq eżistenti u għall-proġetti li bdejna din is-sena, speċjalment dak f'Tal-Qroqq u l-Gżira, imma qed nivvotaw Lm2 miljun oħra biex jinbeda l-proċess ta' rinnovament fit-toroq tagħna.", "Dan hu proċess li għalih se nikkommettu r-riżorsi fis-snin li ġejjin.", "4.3.9 Edukazzjoni", "Fil-qasam edukattiv se nallokaw Lm6 miljun.", "Lm1.5 miljun se jmorru għall- Universita` li trid iżżid l-akkommodazzjoni u t-tagħmir meħtieġ biex tkun tista' tlaħħaq maż-żieda qawwija fin-numru ta' studenti.", "Maż-żewġ miljuni ser jintnefqu fuq programm ta' bini, rijabilitazzjoni u manutenzjoni ta' skejjel.", "Se jinbena Junior Lyceum ġdid għall-bniet f'Santa Luċija.", "L-iskola Sir Adrian Dingli f'Pembroke se tibda tiġi rijabilitata.", "Xogħlijiet ta' estensjonijiet se jsiru fl-iskola Lily of the Valley tal-Mosta, u fl-iskejjel primarji ta' San Ġwann, il-Baħrija u M'Skala.", "Se ssir ukoll manutenzjoni programmata f'numru ta' skejjel.", "Wara li nidejna l-proġett ta' l-informatika fl-iskejjel primarji s-sena l- oħra, qegħdin nallokaw Lm2 miljun din is-sena biex jibda jinxtara t-tagħmir meħtieġ u jibdew jiġu installati l-ewwel klassijiet.", "Nemmnu li l-iżvilupp ta' l-informatika f'pajjiżna hu ta' importanza vitali biex insostnu t- tibdil u t-tkattir ekonomiku fil-futur.", "Fil-pass mgħaġġel ta' żvilupp li għaddejja minnu l-informatika, irridu nżommu l-pass ma' pajjiżi oħra.", "Ma nistgħux ma jkollniex l-għodda li għandu ħaddieħor, jekk irridu nibqgħu nikkompetu.", "Imbagħad, f'pajjiż żgħir bħal tagħna, fejn ir-riżors uman hu limitat u għalhekk għandna limitazzjoni fuq kemm nistgħu nipproduċu, hu indispensabbli li kull wieħed minna jimmassimizza l-produttivita` tiegħu bl- użu ta' l-informatika.", "Niftiehmu sewwa, l-informatika ma tfissirx l-użu ta' kompjuter biex tikteb ittra.", "L-informatika hi l-ħeffa ta' kommunikazzjoni u tat-tixrid ta' l-ideat.", "Hu l-makkinarju awtomatiżżat li jagħmel xogħol li mingħajru jkun jeħtieġ eluf ibatu u xi kultant jipperikolaw saħħithom.", "Hi l-aċċess għall-informazzjoni minn madwar id- dinja.", "4.3.10 Saħħa", "Fil-qasam tas-saħħa u l-kura ta' l-anzjani qed nallokaw is-somma ta' kważi Lm12 miljun.", "Minn dawn, Lm8 miljun se jmorru għall-bini ta' l-isptar il- ġdid San Raffaele u maż-żewġ miljun għall-programm ta' mmodernizzar ta' l- isptarijiet eżistenti.", "Din is-sena ħarġu l-offerti għall-bini tad-dar għall-anzjani ta' Bormla.", "4.3.11 Djar", "Fil-qasam tad-djar qed nivvotaw is-somma ta' Lm4 miljun.", "Hemm ippjanat `l fuq minn 1,100 unit bejn appartamenti u maisonettes.", "Ħafna minn dawn huma fi stadju avvanzat u jkunu lesti għall-bidu tas-sena d-dieħla.", "L- Awtorita` tad-Djar qiegħda tingħata Lm2.5 miljun għat-twettiq ta' dawn il- proġetti.", "Qed jiġu provduti Lm850,000 biex tkompli tingħata għajnuna lil dawk li jkunu xtraw jew bnew djarhom.", "4.3.12 Żvilupp Kulturali", "L-iżvilupp kulturali f'pajjiżna qed jingħata spinta `l quddiem bil-bidu tar-restawr tal-bini ta' St. James Cavalier.", "Dan il-bini se jkun hemm diversi faċilitajiet li wieħed jistenna f'Ċentru ta' l-Arti bħalma huwa spazju għal esebizzjonijiet, teatru ta' ċinema artistika, swali tal-mużika u anke kommunikazzjoni viżiva ma' ċentri oħra fl-Ewropa kif illum hu possibbli bit-teknoloġija moderna.", "4.3.13 Żvilupp fil-Kottonera", "Ix-Xatt tal-Kottonera hu post li għandu jiġi żviluppat.", "Hu importanti li r-residenti tal-post igawdu minn sit imsebbaħ li jservi ta' pulmun ambjentali għall-ibliet li jħarsu fuq dan ix-xatt.", "L-istudji preliminari li saru juru li hu possibbli wkoll li dan is-sit ikun l-ixprun ta' żvilupp ekonomiku u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol għan-nies ta' dawk l- inħawi.", "Żvilupp ekonomiku li għandu jħalli effett pożittiv fuq l-ambjent soċjali.", "Dan il-post hu wirt nazzjonali li aħna mpenjati li nużaw bl-aħjar mod għal ġid ta' kulħadd.", "Parti sostanzjali minn dan ix-xatt hu meħud minn dak li hu magħruf bħala n- No. 1 Dock tat-tarzna.", "Illum dan id-Dock jintuża ftit li xejn u s-sit hu wieħed dilapidat.", "Se jsiru diskussjonijiet meħtieġa bejn it-tarzna u d-Dipartiment ta' l- Artijiet biex fl-iqsar żmien possibbli dan is-sit jgħaddi f'idejn il-Gvern biex ikun jista' jibda jingħata n-nifs lill-Kottonera u jsir pjan lokali biex bil-parir ta' l-esperti u bi djalogu ma' kulħadd, naraw l-aħjar tip u metodu ta' żvilupp li jista' jsir.", "4.3.14 GĦawdex", "GĦal GĦawdex qed nivvotaw `il fuq minn Lm2 miljun sabiex jitwettqu l- programmi ta' żvilupp imfassla speċifikament għall-bżonnijiet ta' din il- gżira fl-industrija tal-manifattura, l-agrikoltura u t-turiżmu, kif ukoll fl-infrastruttura soċjali.", "4.4 Rendikont Finanzjarju", "F'Tabella Nru 2, (Ara Appendiċi B) li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, qed nagħti rendikont finanzjarju fil-qosor għall-1996.", "5 Is-Settur Monetarju", "Nixtieq nirreferi għall-iżviluppi li seħħew matul is-sena li għaddiet fis- settur monetarju.", "Il-banek komplew jipparteċipaw bis-sħiħ fl-iffinanzjar ta' l-espansjoni ekonomika tagħna f'kull qasam.", "Innotajna pero`, iż-żieda sostanzjali fis-self mill-banek għall-konsum personali.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-istat kurrenti tas-settur monetarju fid- dawl tal-politika tagħna li bil-mod nilliberalizzaw is-sistema finanzjarja u l-kontrolli fuq il-kambju.", "Fl-aħħar sena għamilna tibdiliet sostanzjali fis-sistema bankarja permezz ta' l-introduzzjoni ta' emendi importanti fil- liġi bankarja.", "Ħadna dawn il-passi għaliex emminna li s-sistema bankarja tagħna kienet laħqet stadju avvanzat ta' żvilupp.", "Fil-bidu ta' din is-sena il-maġġoranza ta' l-ishma tal-Bank of Valletta ġew mgħoddija lill-pubbliku.", "Dan konna wegħedna li nagħmluh bħala parti mill-politika tagħna li nnaqqsu s-sehem ta' l-Istat fis-settur finanzjarju.", "Iżda l-aktar importanti hu li rnexxielna nsaħħu kemm is-suq kapitali kif ukoll dak tal-flus.", "Suq żviluppat tal-flus huwa kondizzjoni essenzjali għat-tħaddim ta' politika monetarja mxaqilba lejn suq ħieles .", "Is-suq tal-flus ġie msaħħaħ bil-ħruġ ta' volum akbar ta' strumenti b'terminu qasir u bil- parteċipazzjoni aktar attiva tal-banek kummerċjali.", "Is-suq tal-bills tat- Teżor partikolarment sar ħafna aktar attiv minn mindu għaddejna fil- Parlament riżoluzzjoni biex inżidu l-limitu ta' ħruġ ta' dawn il-bills tat- Teżor għal Lm100 miljun, biex il-Gvern ikun f'qagħda li jaqta' għal kollox is-self ta' terminu qasir permezz tal-Ways and Means Advances.", "Auctions regolari tal-bills tat-Teżor u l-ħruġ ta' bills b'maturitajiet differenti minn tliet xhur sa sena kkontribwixxew ukoll għaż-żieda fl-attivita'.", "F'dan ir-rigward nixtieq inħabbar li biex ninkoraġġixxi l-parteċipazzjoni akbar tal-pubbliku f'dan in-negozju ser nipproponi li l-valur minimu nominali li investituri jkunu jistgħu jissottoskrivu f'dawn l-istrumenti se jonqos minn Lm500 għal Lm100.", "Aspett ieħor tas-suq tal-flus huwa r-repo market li fl-aħħar disa' xhur żviluppa sostanzjalment bis-saħħa ta' l-attivitajiet tal-Bank Ċentrali u l- banek kummerċjali.", "B'kollox il-volum tal-kummerċ fis-suq tal-flus laħaq il- livell sinifikanti ta' Lm270 miljun fil-perjodu bejn Jannar u Ottubru,1995.", "L-istabbilta` finanzjarja li teżisti u l-progress notevoli li lħaqna fis- swieq finanzjarji fl-aħħar sena huma konferma ta' l-istadju ta' maturita` li s-sistema finanzjarja laħqet.", "GĦalhekk wasal iż-żmien li nieħdu pass ieħor importanti fil-programm għal liberaliżżazzjoni fil-qasam finanzjarju u ddeċidejna li nilliberalizzaw ir-rati ta' imgħax fuq self.", "Infakkar li l- limitu fuq ir-rati ta' imgħax fuq depożiti tneħħa fil-bidu tal-1994.", "Filwaqt li aħna sodisfatti bil-progress li rnexxielna nagħmlu fil-qabża ġenerali tal-mod ta' l-għixien tagħna, irridu noqgħodu b'seba' għajnejn li l-infiq fil-konsum ikun relatat ma' dak li nifilħu.", "Diġa` kelli l- okkażjoni nesprimi t-tħassib tiegħi, kmieni din is-sena, dwar il-livell ogħla ta' self personali għal skopijiet ta' konsum li issa sar aktar faċli bil-faċilitajiet u servizzi li qegħdin joffru l-banek.", "Meta tkellimt fuq l-importazzjoni għidt li m'aħniex se nagħmlu politika restrittiva.", "M'aħniex se nillimitaw l-għażliet tal-konsumatur.", "Imma lanqas m'aħna se nħallu espansjoni ta' konsum b'aktar miż-żieda fil- produttivita`.", "Dan joħloq żbilanċi fl-ekonomija u pressjoni żejda fuq l- inflazzjoni.", "Il-liberalizzazzjoni ta' l-interessi qed issir ukoll bl-iskop ta' kontroll fuq id-dejn għall-konsum.", "Qiegħed nawtorizza lill-Bank Ċentrali biex minn għada stess, iħabbar li r- rati ta' imgħax fuq self mill-banek ġew liberalizzati.", "Biex ikun konsonanti mal-provvediment eżistenti ta' l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta fejn għandhom x'jaqsmu r-rati ta' l-imgħax, il-Bank Ċentrali se jżid il-marġini fuq ir-rata ta' skont (Discount Rate) sostanzjalment.", "Dan ma jfissirx li r-rati ta' l-imgħax huma mistennija li jogħlew, iżda jfisser li l-ogħla rata ġiet liberalizzata .", "Nistenna li ma jkunx hemm żidiet fuq rati ta' interess għas-setturi produttivi.", "Dan qiegħed niddikjarah bħala l-policy tal-Gvern.", "Il-Bank Ċentrali għalhekk se jgħolli l-marġini fuq ir- rata ta' skont mil-livell ta' bħalissa bi tliet punti perċentwali għall-10 punti perċentwali `l fuq mir-rata ta' skont.", "Fil-każ ta' self għad-djar, l- arranġamenti ta' bħalissa, li jistipulaw marġini ta' 1.5 punti fuq ir-rata ta' skont, se jibqgħu.", "Irridu niżguraw li l-livell ta' rati ta' l-imgħax fil-pajjiż jkun dak li jkun fl-aħjar interess ta' l-ekonomija.", "Tajna lill-Bank Ċentrali s-saħħa li jikkontrolla u jimmaniġġja r-rati ta' l-imgħax u dan min-naħa tiegħu se jagħmel minn kollox biex jara li dawn l-għanijiet intlaħqu.", "5.1 Investiment Dirett barra minn Malta", "Is-sena li għaddiet, kont ħabbart li ndividwi jew kumpaniji Maltin se jkunu jistgħu jagħmlu investimenti sa Lm50,000 fis-sena f'azjendi u kumpanniji barra minn Malta.", "Din is-sena se nżidu dan l-ammont għal Lm150,000 taħt l-istess kondizzjonijiet li kienu tħabbru.", "6 MIŻURI FISKALI", "6.1 Bejgħ ta' Proprjeta` Immobbli li ġejja minn Wirt", "Meta tliet snin ilu konna neħħejna t-Taxxa tal-Mewt u Donazzjoni, konna ntroduċejna taxxa fuq qligħ kapitali.", "Minħabba l-komplikazzjonijiet li jinqalgħu ta' spiss meta tintiret propjeta` qed insibu li x-xogħol li qed ikollu jieħu d-dipartiment f'din il-kwalita` ta' trasferimenti mhux jiġġustifika t-taxxa li qed tinġabar.", "GĦalhekk is-sena d-dieħla se nagħmlu emenda fil-liġi biex, mill-1 ta' Jannar, proprjeta` immobbli li tkun ġejja minn wirt ma tkunx soġġetta għat- taxxa fuq qligħ kapitali meta l-proprjeta` tinbiegħ l-ewwel darba mill- werrieta.", "6.2 Rati ta' Diprezzament", "GĦal skopijiet tat-taxxa tad-dħul ir-rati ta' diprezzament se jiġu aġġornati biex ikopru makkinarju u mezzi oħra moderni bħall-kompjuters u software u b'hekk jaqdu l-ħtiġijiet tal-preżent.", "Matul is-sena d-dieħla qed nipproponu li jsiru diskussjonijiet ma' l- għaqdiet professjonali konċernati biex naraw kif assi kapitali jistgħu jiġu diprezzati fuq medda ta' snin li tirrifletti aħjar l-esiġenzi tal-lum.", "Dan biex inżidu l-vijabilita` ta' investimenti ġodda.", "Lukandi se jitqiesu bħala bini industrijali u b'hekk se jgawdu minn rata ta' diprezzament ugwali bħal dik ta' fabbriki u bini simili.", "Ir-rata ta' diprezzament ta' bini industrijali inkluż il-lukandi se tiżdied minn 1% għal 2%.", "6.3 Ugwaljanza Bejn is-Sessi", "Fil-Budget tas-sena l-oħra kont ħabbart li se titwaqqaf kummissjoni biex teżamina l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u tirrakkmanda dwar dawk il- miżuri meħtieġa biex titneħħa kull diskriminazzjoni bejn is-sessi li setgħet teżisti f'din il-liġi.", "Il-Kummissjoni ffinalizzat l-istudju tagħha u ssottomettiet ir-rapport f'Ottubru li għadda.", "Aħna qed nilqgħu r-rakkommandazzjoni tal-Kummisssjoni li l-formola ta' koppji miżżewġa tkun ir-responsabilita' tal-mara u r-raġel flimkien u li l- koppji jingħataw id-dritt li jiddeċiedu min minnhom għandu jkun rikonoxxut mid-Dipartiment tat-Taxxi Nterni bħala l-persuna responsabbli mit-taxxa li bħalissa huwa r-raġel biss.", "6.4 Riforma fis-Sistema tat-Taxxa tad-Dħul", "Biex inkomplu fit-triq tagħna ta' ħolqien ta' struttura fiskali li minn banda ma tkunx ta' diżinċentiv għall-produzzjoni, u minn banda oħra tkun tassigura sinkroniżżazzjoni aħjar ma' l-andament ekonomiku ta' pajjiżna u li fl-aħħarnett twassal għal soċjeta` aktar ekwa u ġusta, qegħdin nagħmlu pass ieħor fir-riformi li nidejna xi snin ilu.", "Fl-imgħoddi t-taxxa tad-dħul kienet amministrata b'mod li dħul baxx - anke jekk dan ikun ġej minn servizzi soċjali - ikun intaxxat.", "Ir-rati ta' taxxa kienu organizzati b'mod li, malajr malajr, wieħed kien jibda jilħaq livelli ta' tassazzjoni għolja.", "Kellna wkoll id-drawwa li l-amministrazzjoni tat- taxxa tad-dħul tintuża bħala għodda biex jiġu mwieżna xi setturi soċjali jew biex jiġu motivati xi setturi ekonomiċi.", "Hekk din il-liġi matul is-snin, anke riċentement, ġiet mgħobbija b'ħafna komplikazzjonijiet ta' tnaqqis `l hawn u `l hinn kemm f'forma ta' tnaqqis mid-dħul u kemm f'forom oħra.", "Dan jagħmel l-amministrazzjoni tat-taxxa aktar diffiċli, u jtellef lid-dipartiment mill-funzjoni vera tiegħu, jiġifieri dik li jaċċerta li d-dħul ikun dikjarat tajjeb.", "Joħloq ukoll lok ta' ħafna abbużi u għalhekk bżonn ta' aktar sorveljanza.", "Hi ħasra li ħafna miżuri li l-amministratur u l-leġislatur nidew b'intenzjoni tajba, ġew matul iż-żmien imħarbta u abbużati.", "Illum qegħdin naħsbuha mod ieħor.", "L-effiċjenza tirrekjedi li d- Dipartiment tat-Taxxi Interni jikkonċentra fuq t-taxpayers li jirrendu l- aktar.", "GĦalhekk ħafna xogħol ta' amministrazzjoni fuq formoli tat-taxxa ta' nies li m'humiex taxxabbli jew li għandhom dħul baxx, isservi biss biex tnaqqas ir-riżorsi li jistgħu jiġu applikati fi studju bir-reqqa u nvestigazzjoni ta' min għandu jiddikjara qligħ sostanzjali.", "Illum id-dipartiment jimposta `l fuq minn 200,000 formola kull sena.", "Minnhom, madwar 80,000 ma jħallsux taxxa.", "6.4.1 Tibdil fit-Taxxa tad-Dħul", "Qiegħed inniedi riforma fil-kamp tat-taxxa tad-dħul li tindirizza din is- sitwazzjoni.", "L-oġġettivi huma:", "li jiġi simplifikat il-kalkolu tat-taxxa dovuta;", "li jiġu minimizzati l-abbużi;", "li naslu f'sitwazzjoni li ħafna ma jkollhomx għalfejn jimlew il-formola tat-taxxa kull sena.", "Sentejn ilu konna daħħalna skema ta' tnaqqis fir-rata fuq l-overtime u l- part-time.", "Konna għidna li dan qiegħed isir bħala miżura biex innaqqsu kemm hu possibbli l-ekonomija s-sewda.", "Issa li dan l-oġġettiv qed jintlaħaq bl-implimentazzjoni fil-miżuri tal- VAT, inħossu li l-benefiċċju, li qabel kien gawdut minn dawk biss li jaħdmu l-overtime, għandu issa jkun gawdut ukoll minn kull min iħallas it-taxxa billi d-dħul kollu, ġej minn fejn ġej, sew jekk paga ordinarja, sew jekk allowance, sew jekk overtime fuq il-limiti li konna stabbilixxejna, sew fuq pensjonijiet u sew fuq profitti, se jkunu ntaxxati b'rati ħafna iżjed baxxi minn qabel.", "Barra minn dan, huwa fatt li s-sistema mħaddma llum ta' tnaqqis mid-dħul għal skopijiet ta' taxxa tibbenifika ħafna aktar lil min jaqla' aktar.", "Ridna wkoll naslu f'sistema, li biha jkun possibbli li it-tnaqqis tal-PAYE li qed isir illum, jinbidel f'taxxa finali biex eluf ta' ħaddiema u wkoll eluf ta' pensjonanti ma jkollhomx għalfejn jimlew formoli tat-taxxa.", "Irrevedejna l-mod kif tinħadem it-taxxa u stabbilixxejna rati li jinħadmu fuq id-dħul kollu dikjarat, li jkun minn paga gross, pensjoni, qligħ taxxabbli u dħul ieħor taxxabbli ta' kull taxpayer.", "Dawn ir-rati ħadu ħsieb li jirkupraw il-konċessjonijiet, tnaqqis u rebates li kienu jingħataw s'issa u li għalhekk mhux se jibqa' aktar lokhom.", "Ir-riżultat ta' dan l-eżerċizzju hu li min iħallas taxxa llum se jibbenefika minn tnaqqis fit-taxxa tad-dħul.", "6.4.2 Rati ġodda ta' taxxa", "Mill-1 ta'Jannar li ġej ir-rati tat-taxxa tad-dħul se jkunu kif ġej:", "GĦall-miżżewġin li jimlew formola waħda bejniethom:", "Fuq dħul sa Lm4,000 xejn minn Lm4,001 sa Lm5,500 15% minn Lm5,501 sa Lm7,000 20% minn Lm7,001 sa Lm8,500 25% minn Lm8,501 sa Lm10,000 30% u kull dħul ieħor aktar minn Lm10,000 35%", "GĦal persuna waħedha:", "Fuq dħul sa Lm3,000 xejn minn Lm3,001 sa Lm4,000 15% minn Lm4,001 sa Lm5,000 20% minn Lm5,001 sa Lm6,500 25% minn Lm6,501 sa Lm8,000 30% u kull dħul ieħor aktar minn Lm8,000 35%", "GĦalhekk fejn illum koppja mizzewġa jilħqu l-ogħla rata ta' 35% fuq dħul ta' Lm6,000, issa din ir-rata se tibda tintlaħaq fuq dħul ta' aktar minn Lm10,000.", "Bl-istess mod persuna waħedha li llum tibda tħallas l-ogħla rata fuq dħul ta Lm4,900 issa r-rata ta' 35% jibda jħallasha fuq dħul ta' 'l fuq minn Lm8,000.", "Hekk hu kalkolat li `l fuq minn 100,000 persuna, jew żieda ta' madwar 20,000, fosthom ħafna pensjonanti, m'humiex se jibqgħu taxxabbli, filwaqt li kulħadd se jkollu tnaqqis sostanzjali fil-kont tat-taxxa.", "Dan jidher f'Tabella Nru 3, (Ara Appendiċi C) li tqabbel ir-rata ta' tnaqqis fl-1995 ma' dik li se tkun tapplika fl-1996, u li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija.", "Biex nieħdu ftit eżempji:", "Koppja miżżewġa li bejniethom se jaqilgħu Lm4,000 fl-1996 u li jimlew formola waħda, is-sena d-dieħla m'hu se jħallsu taxxa xejn filwaqt li kieku kollox baqa' kif inhu llum kienu jħallsu sa 5%.", "Dan ifisser tnaqqis ta' Lm200.", "Kieku l-istess koppja se jaqilgħu Lm6,000 s-sena d-dieħla, se jħallsu 5% tad-dħul tagħhom, meta din is-sena kienu jħallsu sa 13%.", "Dan ifisser tnaqqis ta' Lm450.", "Koppja miżżewġa li jimlew formola separata, u li t-tnejn jaqilgħu Lm3000, jiġifieri bejniethom jaqilgħu Lm6,000, issa mhu se jħallsu xejn, meta kieku baqa' kollox kif inhu llum kienu jħallsu 4%.", "Dan ifisser li l-benefiċċju li qed igawdu s'issa se jiżdied b'ammont sa Lm252.", "Persuna waħedha li se taqla' Lm4,000 fl-1996, se tħallas 4% fuq id-dħul - meta kieku baqa' kollox kif kien - kienet tħallas 10%.", "Dan ifisser li se tiffranka sa Lm244.", "Mill-1 ta' Lulju 1996, ir-rati tal-PAYE kollha se jiġu riveduti biex jirriflettu l-persentaġġi li jidhru fit-Tabella Nru. 3 (Ara Appendiċi C) fuq id-dħul annwali ta' kull taxpayer bil-paga.", "Sadanittant qed isir eżerċizzju biex jiġu stabbiliti l-ammonti ta' arretrati li għandhom jitħallsu minn taxpayers biex mid-data msemmija dawn l-ammonti jitħallsu fuq rata speċifika għal dan l-iskop.", "Pero` min mill-1 ta' Jannar, 1996 jissodisfa lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li ma għandux arretrati xi jħallas, ir-rati l-ġodda jistgħu jibdew jitħaddmu minnufih.", "Nisperaw li hekk kif tissaħħaħ il-kultura tal-ħlas tat-taxxa fil-pajjiż, ir-rati li qegħdin inħabbru llum ikunu jistgħu jiġu mħaffa aktar.", "Il-ftuħ tal-bands qiegħed isir ukoll biex dawk li jaħdmu għal rashom, speċjalment dawk żgħar, ma jkollhomx għafsa kbira meta jigu biex jiddikjaraw il-qligħ kollu tagħhom.", "Dan hu mportanti biex titnaqqas it-tentazzjoni li jinħeba l-livell tan- negozju; prattika li tista' ġġib lil dak li jkun f'ħafna nkwiet.", "6.4.3 Dħul minn Xogħol Part-Time", "Mill-1 ta' Jannar 1996 sejrin nintroduċu sistema li biha l-ġbir tat-taxxa fuq dħul minn xogħol part-time dovuta se jkun sempliċi ħafna.", "Din se tibda titħallas bħala final withholding tax b'rata fissa ta' 15% fuq id-dħul kollu minn dan it-tip ta' xogħol.", "Dan japplika wkoll għal dawk il- pensjonanti u studenti li jagħmlu xi xogħol part-time u għal dawk l- impjegati li jagħmlu xi xogħol part-time għal rashom.", "Fil-każ ta' dawk li jkunu mpjegati part-time, din it-taxxa tiġi miġbura mill-employer tagħhom bħalma diġa` qed isir, permezz tal-PAYE, għall- ħaddiema full-time.", "Dawk illi jaħdmu part-time għal rashom se jkunu meħtieġa jħallsu din il-final withholding tax bhalma self-employed ohra jħallsu l-provisional tax.", "M'hemmx għalfejn inżid illi fiż-żewġ każijiet, ġaladarba tkun tħallset din it-taxxa, d-dħul relatat ma jkunx hemm għalfejn jiġi ddikjarat fil-formola tat-taxxa ta' l-income.", "Dawk li b'din ir-rata jkunu ħallsu taxxa aktar milli kienu jħallsu kieku jagħmlu dikjarazzjoni tad-dħul jistgħu jagħżlu li jiddikjaraw id-dħul mill- part-time fil-formola tat-taxxa.", "F'dan il-każ it-tnaqqis li jkun sarilhom jitqies bħala taxxa provviżorja u titħallas lura skond il-każ.", "6.4.4 Proposti għall-futur", "Mill-1 ta' Jannar 1997, se tiġi ntrodotta s-sistema li biha l-PAYE li qiegħda titħallas illum fuq il-paga, se tinbidel f'final withholding tax.", "Dan ifisser li t-taxxa fuq il-paga tiġi mnaqqsa skond tabelli li jiġu ppubblikati apposta u li jkunu jixbħu lit-Tabella Nru. 3.", "(Ara Appendiċi C) It-taxxa tiġi meqjusa bħala finali u l-paga m'hemmx għalfejn tiġi dikjarata fuq il-formola tat-taxxa.", "L-istess sistema se tibda tintuża għall-pensjonijiet.", "It-taxxa mnaqqsa fuq l-istess tabelli tiġi meqjusa bħala finali u l-pensjoni ma jkollhiex għalfejn tiġi dikjarata fuq il-formola tat-taxxa.", "Mill-istess data se jittieħdu miżuri dwar dħul minn kirjiet u dividendi.", "L-effett ta' dawn il-miżuri se jkun li eluf ta' ċittadini Maltin ma jkollhomx għalfejn jimlew aktar il-formula tat-taxxa kull sena mill-1998 `il quddiem.", "GĦal dawk li bit-tnaqqis li jkun sarilhom bħala l-final withholding tax ikunu ħallsu taxxa mis-sorsi kollha aktar minn kemm tkun dovuta kieku għamlu dikjarazzjoni tad-dħul kollu tagħhom u ġiet maħduma t-taxxa bir-rati stabbiliti, allura dawn jibqgħalhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni u jingħatalhom lura ż-żejjed li jkunu ħallsu.", "6.5 Roħs fit-Tariffi tat-Telemalta", "L-aktar biex tgħin lis-settur produttiv, fis-snin finanzjari 1996 u 1997 il-Korporazzjoni Telemalta se twettaq roħs fit-tariffi tagħha li minnhom għandhom igawdu abbonati b'servizz kemm f'residenza kif ukoll f'negozju.", "Matul l-1996 il-Korporazzjoni:", "· se tkompli traħħas xi tariffi internazzjonali biex isiru aktar kompetittivi; per eżempju, it-tariffi għall-Ingilterra minn 40 ċentezmu l- minuta jistgħu jinżlu għal 28 ċentezmu;", "· it-telefonati għal barra minn Malta se jibdew jitħallsu bis-sekondi flok bil-pulses u b'hekk jorħsu;", "· se jsir roħs fuq it-tariffi lokali u internazzjonali għat-traffiku ta' data li jvarja minn 16 fil-mija għal 74 fil-mija skond l-ispeed.", "Il-Korporazzjoni Telemalta qed tippjana kif fl-1997 it-tariffi tat- telefonati lokali jibdew jitkejlu bit-tul tat-telefonata u mhux aktar bil- pulses.", "7 MIŻURI SOĊJALI", "7.1 Roħs mit-Telemalta għall-Familji u Anzjani", "Barra mill-miżuri mħabbra qabel, fl-1996 it-Telemalta se tintroduċi miżuri oħra ndirizzati lejn il-familja u l-anzjani: · se jsir roħs ta' Lm18 fis-sena fil-kera tat-telefon ta' dawk l- anzjani li jirċievu l-assistenza soċjali (li bħalissa diga` jirċievu roħs fuq il-meter ta' l-elettriku); u", "· dawk l-anzjani li jgħixu waħedhom u għandhom il-karta r-roza mhux se jibqgħu iħallsu l-kera ta' Lm12 kera għat-Telecare;", "Il-Korporazzjoni Telemalta qed tippjana wkoll biex fl-1997:", "· tiġi ntrodotta skema msejjħa Friends and Family fejn familji jingħataw skontijiet meta jċemplu barra minn Malta fuq żewġ numri li jindikaw huma u meta anzjani iċemplu lokalment lil qarib li jagħżlu huma;", "· jitneħħa l-ħlas fuq extensions interni fi djar residenzjali.", "7.2 Impjegati full-time b'sigħat mnaqqsa", "Bl-iskop li jkun hawn aktar flessibilita` fis-suq tax-xogħol se tinħoloq kategorija oħra ta' xogħol għal dawk li l-impjieg prinċipali tagħhom huwa wieħed b'anqas sigħat minn dak normali.", "Dan ifisser li filwaqt li ma jinbidilx l-istatus preżenti tax-xogħol part-time ikun aċċettat il- prinċipju li uħud jaħdmu full-time b'sigħat mnaqqsa (full-time with reduced hours).", "B'hekk dawk li l-impjieg tagħhom ikun b'sigħat mnaqqsa jitneħħielhom l-iżvantaġġ li jkunu kkonsidrati bħala part-timers.", "Bit- tibdiliet fil-liġi li se nagħmlu din il-kategorija ġdida ta' ħaddiema jkunu intitolati għal leave u benefiċċji oħra marbuta ma' minimu stabbilit ta' sigħat fi proporzjon li jkun jirrifletti l-proporzjon ta' ġimgħa sħiħa li huma jaħdmu.", "Dan se jsir biex dawk il-ħaddiema li jkunu hekk jixtiequ - bħal nisa li għandhom doveri x'jaqdu fil-familja - jkunu jistgħu jaħdmu b'sigħat inqas mingħajr ma jkollhom l-iżvantaġġi li s'issa kellhom għax kienu jkunu konsidrati fil-kategorija tal- part-timers.", "7.3 Kontribuzzjoni tas-Siġurta` Soċjali mis-Self-Employed", "Skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali l-kontribuzzjoni li titħallas minn persuni li jaħdmu bi qligħ għal rashom (self-occupied) tiġi kkalkolata fuq id-dħul kollu li jkollu l-individwu.", "Dan ifisser illi l-kontribuzzjoni titħallas mhux biss fuq il-qligħ min-negozju jew professjoni tiegħu, imma wkoll fuq dħul ieħor bħalma huma imgħaxijiet, dividendi u kirjiet.", "Mill-bidu tas-sena d-dieħla dawn il-kontribuzzjonijiet jibdew jiġu kkalkolati fuq il-qligħ min-negozju jew professjoni biss, kif fil-fatt jiġri fil-każ ta' l-impjegati.", "7.4 Paga Garantita", "Se jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-paga garantita ta' mpjegat li l- employer tiegħu spiċċa f'falliment u li ilha żmien twil iffissata għal Lm200, titla' għal Lm1,000 biex tirrifletti aħjar ir-realta` tal-lum.", "7.5 Riforma fiċ-Children's Allowance", "Ftit ilu ħabbart riforma fit-taxxa tad-dħul li se trodd lura parti miż- żieda fid-dħul tal-Gvern li ġiet minn sistema aktar effiċjenti.", "Din ir- riforma waħedha ma jkollhiex l-effett li semmejt bħala prijorita` fil-bidu ta' dan id-Diskors, dak li tara li kulħadd ikollu l-opportunita` li jgħix aħjar, u li ħadd ma jibqa' lura.", "Biex nassiguraw li kulħadd igawdi minn din l-effiċjenza akbar fil-ġbir tat- taxxi, qegħdin nagħmlu riforma kbira fil-qasam taċ-children's allowance.", "Se nieħdu l-opportunita` biex insaħħu l-prinċipju li s-servizzi soċjali huma għajnuna li għandu jistenniha bi dritt min għandu bżonn.", "M'humiex renta li għandu jistenniha bi dritt kull ċittadin għax Malti.", "Biex jaqdu l-funzjoni tagħhom, is-servizzi soċjali għandhom ikunu diretti tajjeb biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa, fl-ammont li hu meħtieġ, lil min veru jeħtieġha, u m'għandux ikun hemm sparpaljar ta' riżorsi fuq l-irjus.", "Hekk biss iservu biex jistabbilixxu l-bilanċ fis-soċjeta`.", "Imbagħad hu importanti wkoll li s-sistemi wżati fit-tqassim ta' dawn is- servizzi soċjali jkunu kemm jista' jkun sempliċi, biex jifhimhom kulħadd u kulħadd ikun jista' jifhem aħjar id-drittijiet tiegħu.", "Iridu jiġu amministrati b'mod effiċjenti biex ma jkollniex sitwazzjoni li ħafna mir- riżorsi li jistgħu jmorru għall-għajnuna, fil-fatt jinħlew fil-burokrazija li tħaddimhom.", "7.5.1 Is-sitwazzjoni llum", "Bħalissa hemm erba' benefiċċji distinti li jingħataw bħala għajnuna lill- familji.", "Dawn huma:", "1.", "Iċ-children's allowance li tingħata lil kulħadd, irrispettivament mid- dħul tiegħu.", "Il-familji b'wild wieħed jirċievu Lm195, dawk b'żewġ ulied jirċievu Lm348, dawk bi tliet ulied jirċievu Lm450, dawk b'erba' wlied jirċievu Lm515.", "GĦal kull wild aktar minn erbgħa jiżdiedu Lm65 fis-sena mal-Lm515.", "2.", "Il-Family Bonus li wkoll jingħata lil kull min jirċievi iċ-children's allowance irrispettivament mid-dħul tiegħu.", "Dan il-bonus hu ta' Lm65 fis- sena.", "3.", "Il-Parental Allowance li tingħata lil dawk il-familji li fi ħdanhom hemm tifel ta' 11-il sena jew anqas u li d-dħul totali tal-familja ma jaqbiżx l-Lm2,938 fis-sena.", "Din l-għotja tammonta għal Lm104 fis-sena.", "Fit-Tabella Nru. 4, (Ara Appendiċi D) li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija qiegħed nuri l-ammont li tirċievi familja b'dawn l-ewwel tliet għotjiet:", "Hekk naraw li familja b'żewġ t'itfal bi dħul ta' aktar minn Lm2,938, tirċievi Lm413, waqt li jekk id-dħul ikun anqas minn Lm2,938 u fil-familja hemm wild ta' ħdax il-sena jew anqas, l-għotja totali tkun ta' Lm517.", "4.", "Barra minn dawn l-għotjiet, hemm għotja oħra ta' Lm65 fis-sena lil dawk il-familji li għandhom tfal li għad li għalqu is-sittax il-sena, ikunu għadhom l-iskola fi stadju li ma jieħdux stipendju.", "7.5.2 It-Tibdil Propost", "Mill-ewwel Sibt ta' Lulju tal-1996, dawn l-erba' benefiċċji se jiġu nkorporati fiċ-children's allowance.", "Minn dik id-data, ic-children's allowance li se tingħata se tibda tinħadem skond id-dħul tal-familja.", "Dan biex dawk li għandhom aktar bżonn jieħdu aktar.", "Taħt din l-iskema l-ġdida ċ-children's allowance se tibda titħallas lil dawk li ma jaqilgħux aktar minn Lm10,000 fis-sena, u tinħadem permezz ta' persentaġġi tad-differenza bejn Lm10,000 u d-dħul tagħhom.", "Jekk id-dħul ikun anqas minn Lm2,500, allura l-ammont li jitħallas jinħadem billi l- istess persentaġġi jinħadmu fuq Lm7,500.", "Dawn il-persentaġġi huma:", "6% għal familja b'wild wieħed 9% għal familja b'żewġ ulied 11.5% għal familja bi tlett ulied 13% għal familja b'erba' wlied 1.5% għal kull wild fuq ir-raba' wild 1.5% għal tifel bejn is-sittax u l-wieħed u għoxrin sena li jkun għadu l-iskola fi stadju li ma jieħux stipendju.", "It-Tabella Nru. 5, li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, turi l-ammont ta' children's allowance li se jibda jitħallas skond id-dħul u n-numru ta' tfal fil-familja.", "Tabella Nru.5 Children's Allowance għall-1996", "|Dħul | |Numru ta' tfal | | | |1 |2 |3 |4 | |Lm | |Lm |Lm |Lm |Lm | |2,500 | |450 |675 |863 |975 | |3,000 | |420 |630 |805 |910 | |3,500 | |390 |585 |748 |845 | |4,000 | |360 |540 |690 |780 | |5,000 | |300 |450 |575 |650 | |5,500 | |270 |405 |518 |585 | |6,000 | |240 |360 |460 |520 | |7,000 | |180 |270 |345 |390 | |7,500 | |150 |225 |288 |325 | |8,000 | |120 |180 |230 |260 | |8,500 | |90 |135 |173 |195 | |9,000 | |60 |90 |115 |130 | |9,500 | |30 |45 |58 |65 | |10,000 | |0 |0 |0 |0 |", "Biex nieħu ftit eżempji:", "Familja b'żewġ ulied, illum tieħu total ta' Lm413 f'children's allowance u family bonus.", "Bis-sistema l-ġdida taċ-children's allowance, id-dħul se jkun hekk:", "·Familja bi dħul ta' Lm2,500 se tieħu Lm675 jew żieda ta' Lm262 fis-sena.", "Ta' min jinnota li familji f'din il-kategorija billi dawn diġa` mhumiex taxxabbli ma jistgħu jiggwadanjaw xejn mir-riforma fit-taxxa tad-dħul.", "·Familja bi dħul ta' Lm3,500, se tieħu Lm585 jew żieda ta' Lm172 fis- sena.", "Familji f'din il-kategorija se jiggwadanjaw ukoll sa Lm63 mir- riforma fit-taxxa tad-dħul.", "Żieda netta sa Lm235.", "·Familja bi dħul ta' Lm5,000, se tieħu Lm450 jew żieda ta' Lm37 fis-sena.", "Familji f'din il-kategorija se jiggwadanjaw ukoll sa Lm325 mir-riforma fit- taxxa tad-dħul.", "Żieda netta sa Lm362.", "·Familja bi dħul ta' Lm6,500, se tieħu Lm315 jew tnaqqis ta' Lm98 fis- sena.", "Iżda familji f'din il-kategorija se jiggwadanjaw sa Lm525 mir- riforma fit-taxxa tad-dħul.", "Żieda netta sa Lm427. ·Familja bi dħul ta' Lm10,000, mhux se tieħu Children's Allowance, pero` l- familji f'din il-kategorija se jiggwadanjaw sa Lm825 mir-riforma fit-taxxa tad-dħul.", "Żieda netta sa Lm412.", "Ta' min jinnota li bl-amalgamazzjoni tal-Parental Allowance, dan il- benefiċċju issa ġie estiż għat-tfal kollha irrispettivament mill-eta`.", "Huwa stmat li madwar 350 familja jiddikjaraw dħul li jaqbeż l-Lm10,000 fis- sena u 1,500 jiddikjaraw bejn Lm6,500 u Lm10,000.", "Mill-banda l-oħra hemm 50,000 familja li għax id-dħul tagħhom huwa anqas minn Lm6,000 se jieħdu żidiet fiċ-Children's Allowance partikolarment dawk bi dħul taħt l-Lm4,000 li jammonta għal fuq minn 30,000 familja fejn iż-żieda se tkun waħda sostanzjali.", "Tabella Nru. 6 li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, tagħti ndikazzjoni ċara tal-gwadann nett li se jkollha familja b'żewġt itfal bħala riżultat ta' dawn iż-żewġ riformi li għadni kif ħabbart.", "TABELLA NRU 6", "GWADAN NETT TAL-MIŻURI GĦAL FAMILJA B'ŻEWGT ITFAL", "| DĦUL| TAXXA | ALLOWANCE | TOTAL| | | |TAT-TFAL | | | Lm | Lm | Lm | Lm | | | - | 262 | 262 | |2,500| | | | | | - | 217 | 217 | |3,000| | | | | | 63 | 172 | 235 | |3,500| | | | | | 200 | 127 | 327 | |4,000| | | | | | 263 | 82 | 345 | |4,500| | | | | | 325 | 37 | 362 | |5,000| | | | | | 390 | (8) | 382 | |5,500| | | | | | 450 | (53) | 397 | |6,000| | | | | | 525 | (98) | 427 | |6,500| | | | | | 600 | (143) | 457 | |7,000| | | | | | 650 | (188) | 462 | |7,500| | | | | | 700 | (233) | 467 | |8,000| | | | | | 750 | (278) | 472 | |8,500| | | | | | 775 | (323) | 452 | |9,000| | | | | | 800 | (368) | 432 | |9,500| | | | | | 825 | (413) | 412 | |10,00| | | | |0 | | | |", "* Fil-każ ta' familja b'wild ta 11-il sena jew anqas, il-gwadan totali jonqos bil-Lm104 li qed tirċievi llum.", "7.5.3 GĦajnuna Speċjali", "Dawk il-familji li fi ħdanhom għandhom tfal li għalqu s-sittax-il sena u li għadhom l-iskola fi stadju li ma jiħdux stipendju, llum għandhom għajnuna speċjali ta' Lm65 fis-sena għal kull wild.", "Din l-għajnuna se tibda tiġi maħduma wkoll fuq l-istess bazi taċ- children's allowance.", "Ir-rata applikabbli se tkun ta' 1.5% fuq id- differenza tad-dħul totali tal-familja u Lm10,000, bl-istess capping taċ- children's allowance.", "GĦalhekk, per eżempju, familja bi dħul ta' Lm2,500 se tieħu Lm113 flok il- Lm65 li qiegħda tieħu llum, waqt li familja bi dħul total ta' Lm5,000 se tieħu Lm75 flok il-Lm65 li qiegħda tieħu llum.", "7.6 GĦajnuna Supplimentari", "Biex nassiguraw li s-setturi kollha tal-pajjiż li għandhom bżonn jiġu mwieżna biex itejbu l-possibilta` tagħhom li jgħixu bħal kull ċittadin ieħor, fil-fatt jingħataw l-għajnuna biex jagħmlu dan, qegħdin inniedu għajnuna oħra għal dawk il-koppji li ma jieħdux ċ-children's allowance, jew persuni li jgħixu waħedhom u li fiż-żewġ każi, d-dħul tagħhom għadu baxx.", "Dan jgħodd għall-ħaddiema, anke jekk jaħdmu għal rashom.", "Jgħodd ukoll għall-pensjonanti u għal dawk li qegħdin fuq l-GĦajnuna Soċjali u li se jirċievu din l-għajnuna b'żieda għall-pensjoni u l-għajnuna li jkunu qed jirċievu.", "Din l-għajnuna li qed insejħulha 'GĦajnuna Supplimentari', se tinħadem bħaċ-children's allowance.", "Fil-każ ta' koppja l-għajnuna se tingħata lil dawk li d-dħul totali tagħhom ma jaqbiżx it-Lm3,500.", "L-għotja tammonta għal 1.5% tad-differenża bejn Lm10,000 u d-dħul totali tal-koppja.", "L-ogħla ammont li jitħallas hu ta' Lm120 fis-sena.", "· Fil-każ ta' persuna waħedha l-għajnuna se tingħata lil dawk li d-dħul totali tagħhom ma jaqbiżx it-Lm3,000.", "L-għotja tammonta għal 1% tad- differenza bejn Lm8,000 u d-dħul totali tagħha.", "L-ogħla ammont li jitħallas huwa ta' Lm60 fis-sena.", "Hekk dawk fis-soċjeta` tagħna li s-sitwazzjoni tagħhom u l-qligħ jew pensjoni tagħhom ma jpoġġihomx f'pożizzjoni li jibbenefikaw mir-reviżjoni tas-sistema tat-taxxa tad-dħul jew miċ-children's allowance, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-GĦajnuna Supplimentari.", "Dawk li d-dħul totali tagħhom hu sa Lm2,000 fis-sena, se jingħataw għajnuna supplimentari ta' Lm120 fis-sena jekk koppja, u Lm60 jekk jgħixu waħedhom.", "Dawk li d-dħul totali tagħhom hu ta' Lm3,000 fis-sena, se jingħataw għajnuna supplimentari ta' Lm105 fis-sena jekk koppja, u Lm50 jekk jgħixu waħedhom.", "Koppja bi dħul totali ta' Lm3,500 se tingħata Lm98 fis-sena f'GĦajnuna Supplimentari.", "7.7 Applikazzjoni għall-GĦajnuna", "Biex wieħed ikun eliġibbli għaċ-children's allowance jew għall-GĦajnuna Supplimentari, irid jimla applikazzjoni li tintbagħat lid-Dipartiment tas- Sigurta` Soċjali.", "L-applikazzjoni għandha tintbagħat l-ewwel darba sa l- aħħar ta' Marzu 1996, biex dak li jkun eliġibbli, jibda jibbenefika minn dawk l-iskemi l-ġodda fl-ewwel Sibt ta' Lulju 1996.", "Din l-ewwel applikazzjoni, li proforma tagħha qed tidher f'Tabella Nru.7, (Appendiċi E) li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, għandha turi d-dħul totali għas- sena 1995.", "Fis-snin ta' wara, aġġornament ta' l-applikazzjoni jrid isir sa Marzu ta' kull sena biex jirrifletti d-dħul totali fis-sena ta' qabel.", "Hekk, id-dikjarazzjoni tad-dħul tibda ssir minn min irid jieħu l-għajnuna soċjali.", "B'din id-dikjarazzjoni se jkunu kkontrollati abbużi u dikjarazzjonijiet foloz jiġu penalizzati mhux biss b'teħid lura ta' l- għajnuna li tkun ingħatat u b'multi, imma jistgħu wkoll iwasslu għal sospensjoni ta' l-għajnuna soċjali.", "Peress li kif diġa` semmejt dawn l-għajnuniet il-ġodda se jidħlu fis-seħħ mill-ewwel Sibt ta' Lulju, 1996, iċ-children's allowance, il-family bonus, il-parental allowance u l-special allowance jibqgħu jitħallsu kif inhu llum biex ikopru l-perjodu sa dik id-data.", "Irrid ngħid ukoll li ebda taxxa ma hi se titħallas la fuq iċ-children's allowance u anqas fuq l-GĦajnuna Supplimentari.", "7.8 Benefiċċji Soċjali", "Fir-rigward tal-politika dwar il-benefiċċji soċjali, wettaqna bil-fatti miżuri li bihom, filwaqt li għollejna l-livell ta' l-għixien tal- benefiċjarji u pensjonanti tagħna komplejna nassiguraw politika soċjali personalizzata.", "Anke hawn irridu ngħinu l-aktar lil min l-aktar għandu bżonn.", "Il-miżuri li ser nħabbar se jidħlu fis-seħħ mill-bidu tas-sena d- dieħla.", "B'emenda li konna għamilna fil-Liġi tas-Sigurta` Soċjali, iż-żieda ta' Lm2 fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja se tkun riflessa bi proporzjon ta' żewġ terzi fuq dawk il-pensjonijiet u għajnuna soċjali li jitħallsu b'rata ta' persuna waħedha u ta' erbgħa minn ħamsa fuq dawk il-pensjonijiet u għajnuniet li jitħallsu bir-rata ta' koppja miżżewġa skond kif titlob il- liġi.", "Din iż-żieda se tkun riflessa wkoll proporzjonalment fuq benefiċċji oħra.", "Flimkien ma' titjib fil-kondizzjonijiet ta' ċerti pensjonijiet, dawn il- miżuri sejrin jissarrfu wkoll f'zidiet sostanzjali kif se ngħid:", "Pensjonijiet u GĦajnuniet Mhux Kontributorji", "Pensjoni ta` l-Eta` - Ir-rata ta' persuna waħedha se tiżdied minn Lm20.95 fil-ġimgħa għal Lm25.43, jiġifieri żieda ta' Lm4.48 fil-ġimgħa.", "Ir-rata ta' raġel miżżewweġ se tiżdied bi Lm3.06 fil-ġimgħa minn Lm30.85 għal Lm33.91.", "3,700 persuna se jibbenefikaw minn din l-għajnuna.", "GĦajnuna Soċjali - Ir-rata ta' persuna waħedha se tiżdied minn Lm20.95 għal Lm23.79.", "L-għajnuna addizzjonali għal kull membru ieħor se titla' minn Lm3.00 għal Lm3.50.", "Dawk il-familji bit-tfal li qed jirċievu din l- għajnuna mhux se jibqa' jkollhom tnaqqis minħabba ċ-children's allowance.", "Hekk naraw li, per eżempju, familja bi tlett itfal (kif inhi l-maġġoranza tal-familji li jieħdu din l-għajnuna) se jkollha żieda fl-għajnuna minn Lm29.45 għal Lm37.79, jew Lm8.34 fil-ġimgħa.", "6,000 familja se jibbenefikaw minn din l-għajnuna.", "Allowance għad-Drogati waqt Rijabilitazzjoni - L-allowance hawnhekk se tiżdied minn Lm7.60 għal Lm10 fil-ġimgħa.", "GĦajnuna Socjali għax-Xebbiet u Romol - Minn Lm15.71 fil-ġimgħa din l- għajnuna se titla' b'Lm2.13 għal Lm17.84.", "Minn jibbenefika jrid jissodisfa l-kriterji mediċi u l-kondizzjonijiet oħra mitluba mil-liġi.", "Hu stmat li 900 persuna se jibbenefikaw minn din l-għajnuna.", "Single Parent Families - Minbarra li s-single parent families ukoll se jibbenefikaw miż-żidiet u miżuri li għadni kif ħabbart, se nagħmlu miżura biex, jekk iridu, jkunu jistgħu jagħmlu xogħol part-time taħt ċerti kondizzjonijiet.", "1,800 persuna se jgawdu minn din il-miżura.", "Allowance għal Tfal b'Diżabilita` - F'dan il-każ l-allowance ta' Lm3 fil- ġimgħa se togħla għal Lm5 dment li d-dħul tal-familja ma jaqbiżx is-Lm6,000 fis-sena.", "Fuq dħul ogħla r-rata tonqos b'6.5% fuq id-differenza bejn Lm6,000 u Lm10,000 familji se jibbenefikaw minn din il-miżura.", "Madwar 600 familja se jgawdu minn dan.", "Pensjoni lil Persuni b'Diżabilita` - Din il-pensjoni se tkun marbuta ma' 55% tal-Paga Minima Nazzjonali u se titla' minn Lm20.95 għal Lm23.31 fil- ġimgħa.", "2,000 persuna se jieħdu din iż-żieda ta' Lm2.36 fil-ġimgħa", "GĦajnuna Medika u Allowances li jitħallsu flok l-GĦajnuna/Pensjoni - Hawnhekk qed jiġi stabbilit li ż-żieda għandha tkun ta' 20% taż-żieda għall- għoli tal-ħajja.", "B'hekk is-sena d-dieħla ż-żieda se tkun ta' 40 ċenteżmu fil-ġimgħa.", "Madwar 12,000 persuna se jgawdu minn dan il-benefiċċju.", "Pensjoni GĦall-Wens - Minbarra żieda minn Lm20.95 għal Lm25.43 fil-ġimgħa, se nestendu din il-pensjoni lil dawk li jieħdu wkoll kura ta' nanniet, zijiet, jew aħwa li jkunu fis-sodod jew wheelchair bound.", "Hu stmat li 200 persuna se jieħdu żieda ta' Lm4.48 fil-ġimgħa waqt li madwar 200 persuna oħra se jibdew igawdu minn din il-miżura.", "Pensjonijiet taħt l-Iskema Kontributorja", "Pensjoni GĦal Min Jirtira - Din il-pensjoni se tiżdied minn Lm23.28 għal Lm26.05, jew b'Lm2.77 fil-ġimgħa f'każ ta' raġel miżżewweġ u minn Lm16.35 għal Lm18.70 fil-ġimgħa f'każ ta' persuna waħedha.", "Madwar 3,000 pensjonant se jgawdu din iż-żieda.", "Pensjoni tas-Servizz - Se nagħmlu miżura li biha dawk li kull sena jieħdu żieda fil-pensjoni tas-servizz, bħal dawk li kienu mpjegati mal-Gvern Ingliż, mhux ser jibda jkollhom l-effett taż-żieda għall-għoli tal-ħajja mnaqqas meta tkun qiegħda ssir r-reviżjoni tal-pensjoni tas-Sigurta` Soċjali.", "Pensjonanti li qed jirċievu l-Pensjoni GĦal Min Jirtira u għandhom pensjoni tas-servizz mill-Gvern Ingliż se jkollhom żieda fir-rata tal-pensjoni tagħhom ta' Lm1.34 fil-ġimgħa.", "Fil-każ ta' dawk il-pensjonanti tal-Gvern Ingliż li kkommutaw il-pensjoni tas-servizz kollha, dik il-parti minn din il-pensjoni li ma tiġix meqjusa meta tinħadmilhom il-Pensjoni għal Min Jirtira se titla' għal 50%.", "Pensjonanti ta' `l fuq minn 72 sena li għandhom pensjoni tas-servizz u li fil-preżent għandhom 40% tal-parti kkommutata tal-pensjoni mhix meqjusa fil- kalkolazzjoni għall-għoti tal-pensjoni, issa se jkollhom 50% ta' dik il- parti mhux meqjusa.", "2,700 pensjonant mistennija jgawdu minn din il-miżura.", "Pensjoni GĦal Min Jirtira Miżjuda u Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda - F'każ ta' raġel miżżewweġ dawn il-pensjonijiet sejrin jiżdiedu b'Lm2.94 minn Lm40.40 għal Lm43.34 fil-ġimgħa u f'każ ta' persuna waħedha sejrin jiżdiedu b'Lm2.02 għal Lm32.85.", "5,600 pensjonant se jieħdu din iż-żieda.", "Sejrin nintroduċu wkoll il-Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda għal Persuna Waħedha.", "Ir-rata hawnhekk sejra tkun ukoll ta' Lm32.85 fil-ġimgħa.", "Dan għandu jgħin lil dawk li rtiraw qabel l-1979.", "1,500 persuna se jibbenefikaw minn din il-miżura.", "Żewg Terzi lil Pensjonanti li rtiraw qabel l-1979 - Sejrin nemendaw il- liġi biex fi żmien tliet snin, dawk li bejn iż-żewġ pensjonijiet għad m'għandhomx iż-żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli tagħhom, jibdew jingħataw żieda addizzjonali fil-pensjoni tas-Sigurta` Soċjali.", "B'hekk wieħed li per eżempju llum għandu pensjoni taħt il-Malta Pension Scheme ta' Lm10 fil- ġimgħa u qed jieħu pensjoni taħt is-Sigurta` Soċjali ta' Lm40.40 fil- ġimgħa, jirċievi żieda addizzjonali ta' Lm2.22 fil-ġimgħa jekk is-salarju ekwivalenti kurrenti tiegħu s-sena d-dieħla jkun Lm90 fil-ġimgħa.", "F'każ bħal dan, il-pensjoni tiegħu titla' minn Lm40.40 għal Lm45.56 jiġifieri żieda ta' Lm5.16 fil-ġimgħa.", "Mijiet ta' pensjonanti se jintlaqtu tajjeb minn din il-miżura.", "Romol - Fil-każ ta' romol li żwieġhom kienu irtiraw qabel l-1979, il- pensjoni se tiżdied għal Lm31.33 u, b'effett ta' miżura oħra li se tqarribhom lejn l-iskema tas-superstiti, ir-rata tal-pensjoni tagħhom tkun tista' tkompli tiżdied sa Lm32.85 fil-ġimgħa.", "Dan ikun ifisser żieda ta' Lm3 fil-ġimgħa.", "L-allowance addizzjonali li titħallas lil romol bit-tfal, se tiżdied minn Lm3 għal Lm4 fil-ġimgħa.", "7,000 armla se jibbenefikaw minn dawn il-miżuri.", "Qed nagħti aktar dettalji dwar iż-żidiet u l-miżuri li għadni kif ħabbart f'Appendiċi J anness ma' dan id-Diskors u li nitlob lil Kamra tieħu bħala moqri.", "Infakkar li barra minn dawn iż-żidiet kollha li għadni kif ħabbart, dawk il-pensjonanti, romol u familji li jieħdu l-għajnuna soċjali u li jikkwalifikaw mill-benefiċċju l-ġdid ta' l-GĦajnuna Supplimentari li ħabbart ftit ilu, se jieħdu wkoll żieda sa massimu ta' Lm1.15 fil-ġimgħa fil-każ ta' persuna waħedha u sa massimu ta' Lm2.30 fil-każ ta' koppja.", "Tabella Nru. 8 (Ara Appendiċi F) li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, tagħmel paragun bejn il-benefiċċji soċjali eżistenti u kif sejrin jiżdiedu.", "Konklużjoni", "Mr. Speaker, fil-budgets preċedenti ħadna l-miżuri biex inkattru l- effiċjenza, biex nibnu strutturi produttivi, biex insaħħu l-infrastruttura u biex nirrijorganizzaw il-bażi finanzjarja ta' pajjiżna.", "Illum kburin li bix-xogħol tagħna lkoll pajjiżna tbiddel u ssaħħaħ.", "Bir- raġun il-Poplu tagħna qiegħed iħares lejn il-futur bi stennija ta' progress akbar.", "B'dan il-budget, tajna spinta lill-produttivita` fil-pajjiż u għamilna pass kbir `il quddiem biex naraw li kulħadd igawdi minn dak li rnexxielna niksbu.", "Dan hu budget ta' Solidarjeta`.", "Hu wkoll il-mument li nagħrfu u nilqgħu l-isfidi li l-kisbiet li għamilna jippreżentawlna.", "L-isfida li nżommu u nkattru dak li ksibna.", "L-isfida li nirbħu l-problemi ekonomiċi u soċjali li jġib miegħu s-suċċess.", "L-isfida li nintgħaddu mal-popli li, għax jużaw moħħhom tajjeb, isibu rkaptu tat- tiġdid u jdawruh f'mutur li jħaffef l-iżvilupp tagħhom.", "Jekk ilħaqna l-kantuniera u dorniha, dan biex naraw tinfirex quddiemna triq oħra b'panorama differenti, imma xorta triq li rridu ngħaddu b'għaqal u bi sforz.", "Nimxuha flimkien b'kuraġġ u determinazzjoni akbar, imsaħħin mill-esperjenzi tajba tal-passat.", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Ministru għad-diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lill-impjegati tat-televiżjoni u mezzi tax-xandir u nitlob lit-television crew sabiex jirtira mill-Kamra.", "L-impjegati tal-Public Broadcasting Services irtiraw mill-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Id-diskors tal-Budget 1996;", "L-Estimi Ġenerali 1996;", "Economic Survey (January-September 1995); u", "The Maltese Economy in Figures (1986-1995);", "li kopji tagħhom tqassmu lill-Onorevoli Membri aktar kmieni fis-seduta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru jressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 27 ta' Novembru, 1995 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1995 sat-30 ta' Settembru 1996.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istampa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex ikompli jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Kiri ta' Djar - Kumitat Permanenti; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 27 ta' Novembru, 1995 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RAĦAL ĠDID - ZABBAR RD/SCHREIBER RD - DAWL", "28398.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bozza fil-lok fejn jiltaqgħu Zabbar Rd u Schreiber Rd, f'Raħal Ġdid?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ser tittieħed azzjoni biex jinbidel il- fanal li qiegħed fejn jiltaqgħu Żabbar Road u Schreiber Road, Raħal Ġdid.", "Ma jirriżultax li hemm bżonn ta' bozza oħra.", "VALLETTA - NIŻLA TAL-FOSSA - DAWL", "28399.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiddawwal aktar il-lokal għan-niżla tal- Fossa fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-proġett biex tiddawwal aħjar il-lokalita' li tagħti għan-niżla tal-Fossa fil-Belt qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "VALLETTA - FOOTBALL GROUND", "28400.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Beltin se jkollhom ground fil- Belt Valletta fejn jittrenjaw?", "X'sar mill-proġett ta' titjib tas-Salinos Ground?", "Jekk ġie abbandunat, x'qed jiġi propost bħala alternattiva?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Sorpriż kif l-Onor.", "Interpellant ma jafx li l-Beltin għandhom is-Salinos Ground fejn jittrenjaw.", "Diġa' saru diversi xogħlijiet ta' titjib u ġejt imgħarraf li qed isiru arranġamenti ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għal-iżjed titjib.", "SATELLITE EQUIPMENT - IMPORTATURI", "29135.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid għaliex l-importaturi tas-Satellite Equipment ikollhom iħallsu dazju ta' 7% minbarra l-VAT meta dawn jimportaw tagħmir minn barra l-Ewropa, filwaqt li kumpannija li tipprovdi l-Cable Television tħallas il- VAT biss biex tipprovdi s-servizz?", "Il-Cable Television fil-fatt tħallas dazju fuq it-tagħmir u affarijiet oħra li timporta?", "Jekk il-qagħda hi hekk, ma jidhirlux l-Ministru li l-Melita Cable Television għandha vantaġġ mhux mistħoqq fuq dawk in-negozjanti li jimportaw tagħmir tas-satelliti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kumpannija \"Melita Cable Television Limited\" għandha eżenzjoni mid-dazju skond il- ftehim li kien sar f'Ġunju 1991 bejnha u l-Gvern.", "Ma nħossx li wieħed jista' jqabbel il-qagħda ta' din l-kumpannija li tipprovdi ċertu servizz ma' dak ta' importaturi tas-\"Satellite Equipment\".", "Dawn ta' l-aħħar aktar jistgħu jitqabblu ma' importaturi ta' tipi oħra ta' aerials li huma wkoll suġġetti għall-istess dazju.", "PULIZIJA - DEPOT TAL-PULIZIJA", "29136.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Wara l- allegazzjonijiet li saru li qed isir traffikar tad-drogi fid-Depot tal- Pulizija, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jagħmel inkjesta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li minn indaġni interni li saru s'issa ma jirriżultax li xi membri tal-Korp tal-Pulizija kienu b'xi mod involuti fl-imsemmija allegazzjonijiet.", "Ġejt informat ukoll li gwardjan tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li ġieli għamel għassa ma' xi priġunieri li minn żmien għal żmien jinżammu fid- \"Depot\" tal-Pulizija fuq ordni tal-Qorti, tressaq il-Qorti fuq ksur tal- liġijiet dwar droga.", "KUMPANNIJA IRLANDIŻA INTERNATIONAL DEVELOPMENT LTD", "29182.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed titħallas il-Kumpannija Irlandiża International Development Ireland Ltd tal-konsulenza li qed tagħmel b'konnessjoni mal- bini ta' belt amministrattiva fil-Furjana?", "Kemm tħallsu flus s'issa lil din il-kumpannija?", "Veru li hemm uħud mill-konsulenti impjegati ta' din il-kumpannija li qed jitolbu żidiet kbar fil-ħlas?", "Kemm hawn impjegati ma' din il-kumpannija f'Malta?", "Kemm qed jitħallas kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-kumpannija International Development Ireland Ltd qed titħallas skond il-ftehim li kien intlaħaq bejn il-Gvern Malti u l-istess kumpannija fi Frar ta' din is-sena.", "Għas-servizzi li kellha tipprovdi, il-kumpannija kellha titħallas ammont totali ta' Liri Sterlina 254,000.", "Fil-fatt, jista' jingħad li l-kmpannija issa prattikament temmet is-servizzi li kellha tagħti skond l-imsemmi ftehim u għad baqagħla tieħu biss l-ammont ta' madwar Liri Sterlina 10,000.", "Il-kumpannija għamlet talba għal estensjoni tal-ftehim oriġinali biex tkopri wkoll xi servizzi li qed tgħid li diġa' pprovdiet u li ma kenux inklużi mas-servizzi elenkati fil-ftehim.", "Din it-talba qed tiġi kkonsidrata mill-Gvern.", "Bħalissa m'hawnx konsulenti tal-kumpannija f'Malta.", "SKEJJEL - ŻURRIEQ - COMPUTERS", "29219.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Iskola Sekondarja taż- Żurrieq għada ma ġietx attrezzata bil-computers bħal skejjel sekondarji oħra?", "Meta se jiġri dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex din l-iskola jkollha laboratorju tal-computers mill-aktar fis possibbli.", "CUSTOMER SERVICE OFFICERS - PROMOZZJONIJIET", "29220.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l- aħħar ingħataw promozzjoni tmien Customer Service Officers u saru Senior Customer Service Officers?", "Min kienu dawn?", "Kienu ħarġu xi applikazzjonijiet għal dawn il-promozzjonijiet?", "Xi kriterji ntużaw biex ntgħażlu dawk il-persuni li ngħataw din il- promozzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li fit-12 ta' Ġunju, 1995, il- kumpannija MIA ħarġet sejħa nterna għall-postijiet ta' \"senior officer\".", "Wara intervista li saret lill-applikanti kollha li fiha ġew assessjati dwar diversi fatturi b'mod partikolari d-doveri l-ġodda fil-postijiet vakanti, dawk li ġew fl-ewwel erba' postijiet kienu Joe Camilleri, Raymond Farrugia, George Zammit u Lawrence Zammit.", "BIRŻEBBUGIA - TRIQ IL-PORT ĦIELES - KWANTITA' TA' ILMA", "29311.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jaf il-Ministru li r-residenti ta' Triq il-Port Ħieles kantuniera ma' Triq San Patrizju f'Birżebbugia qed ibatu minn ilmijiet kbar li qed jaqgħu ħdejhom wara li tħaffer kanal biex l-ilma ta' parti kbira minn Tal-Papa Housing Estate jiżbroffa hemmhekk?", "Għaliex dan il-kanal ma tkompliex iżda sar parti biss minnu bil-konsegwenza li l- ilma qed jiżbroffa fl-aħħar parti ta' Triq il-Port Ħieles, (tmiss ma' Triq San Patrizju) u dawn jidħlilhom ilmijiet kbar fid-dar tagħhom?", "Jista' jitħaffer ġibjun f'din l-area peress li jaqa' kwantita' enormi ta' ilma?", "Jista' l-kanal imsemmi jkompli jitħaffer biex l-ilma ma jiżbroffax fl-area msemmija?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-\"culvert\" imsemmi mill-Onor.", "Interpellant se jitkompla, billi dan li sar s'issa kienet l-ewwel fażi tax- xogħol.", "Id-Dipartiment tat-Toroq ikkonsidra l-possibilta' li jsir ġibjun, iżda wara li ġie kkonsultat l-kunsill lokali ġie deċiż li l-\"culvert\" tibqa' tagħti għall-baħar.", "PAZJENTI KKURATI FIL-KOMUNITA' - GĦOTI TA' MEDIĊINI PSIKOTROPIĊI", "29456.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-infermiera li qed jaħdmu fiż- żewġ 'teams' multidixxiplinarji humiex jitħallew jużaw jew jagħtu mediċini psikotropiċi lill-pazjenti li qed ikunu kkurati fil-komunita', speċjalment dawk il-mediċini li għandhom azzjoni fit-tul?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li kwalunkwe mediċina, sew jekk psikotropika, sew jekk le, tingħata jew tintuża fuq pazjent bil- preskrizzjoni ta' tabib biss.", "Jekk ikun hemm pazjenti li għalihom it-tabib ikun ippreskriva mediċina li hemm bżonn tingħata mill-infermiera li jaħdmu fil-komunita', allura din tingħata skond il-preskrizzjoni tat-tabib.", "MOVIMENT TA' KANA - PILOT PROJECT", "29457.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-involviment tal-Moviment ta' Kana fil- pilot project in konnessjoni mal-Kura Mentali fil-komunita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Moviment ta' Kana ġentilment offra b'xejn id- djar ta' Kana għal użu tas-servizzi psikjatriċi fil-kommunita'.", "SPTARIJIET - SWALI TA' L-OPERAZZJONIJIET - METAL RACK", "29458.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 27718 fejn ġejt informat li l-\"Metal racks\" m'għadhomx jiġu wżati fis-swali ta' l-operazzjonijiet.", "Billi ġejt assigurat fl-istess tweġiba li għalkemm dawn ġew imneħħija mill-operating theatres xorta waħda jittieħdu l-mezzi kollha biex l-affarijiet estranji ikunu ċċekkjati u misjuba korretti qabel tmiem kull operazzjoni, jista' l-Ministru jispjega kif din il-proċedura falliet f'numru ta' każi riċentement?", "Nista' niżgura lill-Ministru li l- iskuża ta' infezzjoni hija banali.", "Il-vera raġuni hija traskuraġni.", "Jista' l-Ministru jordna li dawn il-\"metal rack\" jerġgħu jinħarġu għall-użu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed nagħżel li noqgħod fuq il-pariri esperti tad- Dipartiment tas-Saħħa.", "SPIŻERIJI TAL-GVERN - PILLOLI TAGAMET 200MG (SRF)", "29459.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'sostitut qed jingħata mill-ispiżeriji tal-Gvern għal pilloli Tagamet - 200mg (SRF)?", "Hemm ilmenti minn diversi pazjenti li dan is-sostitut mhux effettiv daqs it-Tagamet u ħafna drabi l- pazjenti jkollhom jispiċċaw biex jixtru l-mediċina huma.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-Gvern jixtri mediċini ġeneriċi u mhux prodotti ta' ditta partikolari ('brand products').", "F'dan il-każ il-mediċina msemmija hija Cimetidine 200mg li bħalissa fl- Ispiżeriji tal-Gvern hemm stokk kemm tad-ditta Pharmamed (Malta), kif ukoll tad-ditta Remedica (Ċipru).", "Iż-żewġ konsenji ġew eżaminati fl-laboratorju indipendenti u ġie ċċertifikat li dawn il-prodotti huma ta' l-'istandard' farmaċewtiku mistenni u għal daqstant l-effett ta' dawn il-pilloli għandu jkun dak meħtieġ.", "Ma jirriżultax li ġew imressqa ilmenti uffiċjali fuq il-kwalita' ta' dan il-prodott.", "SPTAR MONTE CARMELI - INFERMIERA", "29460.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex infermiera li jaħdmu fl- Isptar Monte Carmeli li għad baqgħalhom jieħdu vacation leave tas-sena l- oħra, ġew informati li se jitilfu dan il-leave?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li minn sena għal sena jiġi akkumulat numru ta' 'vacation leave' li l-infermiera ma jkunux laħqu ħadu sa l-aħħar tas-sena.", "Minkejja dan, isir kull sforz biex l-infermiera kollha jieħdu l- 'vacation leave' kollu li huma ntitolati għalih.", "Rigward l-akkumulazzjoni tal-'vacation leave' dejjem ġew applikati r-regoli stabbiliti skond l- 'Estacode'.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - LIĠI DWAR IS-SAĦĦA MENTALI", "29461.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tad-Dipartiment tas-Saħħa biex tiġi aġġornata l-Liġi dwar is-Saħħa Mentali?", "Qed isir xi ħaġa dwar dan fl-isfond tal-Politika Nazzjonali tas-servizz tas-Saħħa Mentali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bħalissa qed issir riċerka minn Konsulent legali biex titfassal liġi dwar is-Saħħa Mentali.", "Din ir-riċerka ma tinvolvix biss il-bidliet li jridu jsiru fil-liġi preżenti dwar is-Saħħa Mentali imma fil-Liġijiet kollha li b'mod jew ieħor jaffetwaw l-istat ta' Saħħa ta' l-individwi li jsofru minn xi forma ta' mard mentali.", "Għal dan l- iskop qegħdin jiġu studjati Liġijiet Ewropej li jittrattaw dan is-suġġett biex jgħinuna meta naslu biex nippreparaw l-Abbozz tal-Liġi għal Malta.", "ENEMALTA - PJANI GĦALL-FUTUR", "29545.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miri ewlenin u kif qed jiġu proposti li jintlaħqu dawn il-miri ewlenin li għandha l-Enemalta għall-15-il sena li ġejjin?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-pjan għall-futur ta' l-enerġija f'pajjiżna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan il-Pjan għadu qed ikun ikkonsidrat mill-Gvern.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - KORS TAL-PHARMACY TECHNICIANS", "29546.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni tal-Pharmacy Technicians li temmew il-kors tagħhom f'Ġunju 1995 ma' l-Institute of Health Care?", "X'kuntatti saru mal-Pharmacy Board dwar is-sitwazzjoni ta' dawn l- istudenti?", "X'se jiġri minn dan il-kors?", "X'passi qed jittieħdu biex il-Pharmacy Technicians ikunu stmati bħall- paramediċi l-oħra?", "Xi status għandu l-eżami finali tal-pharmacy technicians ta'l-Institute of Health Care vis-a-vis il-warrant tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fi ftit ġimgħat oħra se jsir laqgħa bejn rappreżentanti ta' l-IHC u tal-Pharmacy Board biex jiġi diskuss l-għarfien minn dan il-Bord tal-Kwalifika ta' l-IHC.", "Il-futur ta' dan il- kors għadu miftuħ u jiddependi ħafna fuq x'tip ta' għarfien jista' jkollu.", "L-IHC tagħraf dan iċ-ċertifikat bħal ċertifikati oħra iżda l-liġi għadha ma tagħrfux awtomatikament għal fini tal-ħruġ tal-\"warrant\" għax din tagħraf biss l-eżami tal-Pharmacy Board.", "SKEJJEL - ĦAMRUN - JUNIOR LYCEUM", "29547.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti tal-Form IV tal-Junior Lyceum tal-Ħamrun qed jintalbu jixtru l-ktieb \"The New Dragon Book of Verse\"?", "Fl-iskejjel sekondarji u fil-Junior Lyceums kollha tal-Gvern liema kotba ntalbu jixtru l-istudenti tal-Forms I sa V?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ir-raġuni hija dik indikata fit-tieni paragrafu tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 27047 (Seduta Nru. 438).", "Il-ktieb 'The Dragon Book of Verse' qiegħed fis-sillabu tal-letteratura Ingliża tal-Matrikola.", "Billi dan is-sillabu jinbidel kull sentejn il-policy tad-dipartiment minn dejjem kienet li l-istudenti li jkunu fir-Raba' Klassi jintalbu jixtru dawk il-kotba li jkunu se jintużaw ukoll fil-Ħames Klassi fil-Letteratura Ingliża u Maltija.", "Dan jiġri mhux fil-Liċeo tal-Ħamrun biss imma fil-Junior Lyceums u l- Iskejjel Sekondarji kollha.", "Barra dan il-ktieb, l-istudenti kollha tar- Raba' Klassi ta' dawn l-iskejjel jintalbu jixtru wkoll tliet kotba oħra li flimkien ma' dan il-ktieb jiffourmaw is-sillabu tal-letteratura Ingliża tal- Matrikola.", "L-istudenti tal-Ħames Klassi ta' l-Iskejjel u Junior Lyceums jintalbu wkoll jixtru l-ktieb 'Il-Qawsalla' li qiegħed fis-sillabu tal-Malti tal- Matrikola għall-istess raġuni.", "SKEJJEL - SKOLA TA' SAN ĠILJAN", "29548.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu fl-iskola ta' San Ġiljan wara li f'dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm rapporti li persuni daħlu fi klassijiet f'tarf il-ġimgħa u nstabu xemgħat, traċċi ta' trab abjad u anke siringi fil-btieħi ta' l-iskola?", "Meta se jissewwa t-tiċrit li hemm fin-netting madwar l-iskola li minnu qed jidħlu persuni fl-iskola meta din suppost tkun magħluqa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li kull darba li kien hemm dħul mhux awtorizzat fl-iskola Primarja ta' San Ġiljan dan ġie rrapportat lill- pulizija.", "Ġie aċċertat li t-trab abjad li nstab fil-klassi ma kien xejn għajr 'powder paint'.", "Biex jieqaf id-dħul fl-iskola minn persuni mhux awtorizzati se ssir sistema ta' pilastri bil-'guards' tal-ħadid fil-viċinanzi taż-żewġ kanċelli ta' l-iskola.", "Il-'wirefencing' li parti minnu saritlu ħsara b'mod vandalistiku, se jiġi msewwi b'materjal aktar reżistenti.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - WIED GĦOMOR U WIED IL-KBIR", "29549.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-deċiżjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-proposta li Wied Għomor u Wied il-Kbir jiġu skedati bħala zoni ta' konservazzjoni rurali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li Wied Għomor u Wied il- Kbir fil-partijiet li m'humiex fl-arei skedati għall-bini, ilhom indikati bħala żoni ta' Konservazzjoni Rurali minn meta ġie approvat il-Pjan ta' Struttura.", "Għad iżda, trid issir id-delineazzjoni preċiża ta' dawn l- istess żoni ta' konverżazzjoni rurali.", "ENEMALTA - MILI TA' ĊILINDRI TAL-GASS", "29550.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm isiru ilmenti lill-Enemalta dwar iċ-ċilindri tal-gass ma jimtlewx kemm suppost?", "X'passi tieħu l-Enemalta biex tiżgura li fil-fatt iċ-ċilindri jimtlew kemm suppost biex il-konsumatur ma jispiċċax iħallas ta' gass li ma jikkunsmax?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li mill-1 ta' Jannar, 1995 sal-lum ma ġewx irreġistrati ebda ilmenti dwar ċilindri bin-nieqes.", "Iċ-ċilindri kollha tal-gass jiġu mimlija fuq \"filling/weighing machines\" awtomatiċi u dawn jiġu aċċettati mid-distributuri li għandhom il-piż tajjeb.", "Il-konsumaturi għandhom id-dritt li jitolbu lid-distributuri sabiex jiżnu ċ-ċilindri ħdejn it-trakk biex jissodisfaw ruħhom dwar il-piż taċ- ċilindri.", "Għal dan il-għan, fuq wara ta' l-irċevuta hemm tabella bil-piżijiet taċ- ċilindri u kull distributur hu fornut b'miżien.", "ANZJANI - SUSSIDJU FUQ IL-KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "29587.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi dwar il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 28503, ċioe' jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn is-Segretarjat ta' l-Anzjani u l-Korporazzjonijiet ta' l-Ilma u Dawl rigward sussidju fuq il-kontijiet ta' l-ilma/dawl ta' l-anzjani?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTARIJIET - OPERAZZJONIJIET TAL-QALB", "29641.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 29521?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' pazjenti Maltin li għamlu operazzjonijiet tal-'Bypass' tal-Qalb ('Coronary Artery By Pass Graft') fl-Isptar San Luqa fl-aħħar erba' snin kienu dawn:", "Sena Numru Eta'", "L-Izghar L-Akbar Pazjent Pazjent", "1992 35 52 79 1993 80 42 73 1994 91 43 74 1995 sat-12/11 186 36 76", "SANTA LUĊIJA - TRIQ IL-ĠIBJUN - PLOT NRU.", "16", "29671.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li Plot 16 \"Fior di Luna\", Triq il-Ġibjun, Santa Luċija jsir il-kuntratt tagħha tal-HOS peress illi għadha sal-lum bil-konvenju?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li meta l-Awtorita' tad-Djar ikollha t-titolu legali fuq l-art li fuqha hemm mibnija d-dar, hi tkun tista' tagħmel il-kuntratt ta' enfitewsi mal-benefiċċjarju.", "SANTA LUĊIJA - NEIGHBOURHOOD III - TRASPORT PUBBLIKU", "29672.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jestendi r- rotta tat-trasport pubbliku tal-linja ta' Santa Luċija biex tgħaddi mill- parti magħrufa bħala Neighbourhood III peress li r-residenti jridu jimxu distanza relattivament twila biex jinqdew minn dan is-servizz anke fil- maltemp?", "Tista' wkoll titwaqqaf kaxxa ta' l-ittri pubblika għar-residenti ta' dawn l-inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku hi konxja mill-ħtiġijiet tar-residenti ta' \"Neighbourhood III\" ġewwa Santa Luċija u qed tistħarreġ tibdil fir-rotta eżistenti biex dawn jinqdew aħjar.", "Jiena nformat ukoll, li f'Santa Luċija hemm erba' kaxxi ta' l-ittri mqassmin kif ġej:- waħda fi Vjal l-Oleander u oħra fi Vjal it-Torri f'Neighbourhood I, oħra fi Triq il-Lellux f'Neighbourhood II u oħra fi Triq il-Fortizza f'Neighbourhood III.", "Skond statistiċi t'ittri miġbura minn dawn il-kaxxi, ma jidhirx li hemm bżonn li jitwaħħlu iżjed kaxxi f'din il- lokalita'.", "SERVIZZI ĊIVILI - TAJPISTI KAŻWALI", "29673.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk casual typists mpjegati mal-Gvern humiex intitolati għal sick leave jew vacation leave b'mod pro-rata skond is-sigħat li jaħdmu?", "Jekk fin-negattiv, ma jaħsibx il-Prim Ministru li wasal iż-żmien biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: 1.", "B'effett mill-1 ta' Jannar, 1993, it- tajpisti każwali li jaħdmu fuq \"time-table full-time\" huma ntitolati għal \"vacation leave\" u \"sick leave\" skond iċ-ċirkolari OPM Numru 67/93 li poġġejt kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "2.", "Dawn it-tajpisti każwali huma ntitolati f'kull perjodu ta' 30 ġurnata:", "(i) għal jumejn \"vacation leave\" b'massimu ta' 24 ġurnata leave f'kull perjodu ta' 365 ġurnata, u", "(ii) tlett ijiem \"sick leave\", b'paga sħiħa u tlett ijiem sick leave b'nofs paga, b'massimu ta' 30 gurnata sick leave b'paga sħiħa u 30 gurnata sick leave b'nofs paga f'kull perjodu ta' 365 ġurnata,", "Jekk ikunu ħadmu kontinwament għal tlett xhur fil-każ tal-\"vacation leave\" u sitt xhur fil-każ tas-\"sick leave\".", "3.", "Dawk it-tajpisti każwali li ma jaħdmux \"full-time\" m'humiex intitolati għal \"vacation\" u għal \"sick leave\".", "4.", "Il-Gvern qed jifformula policy dwar leave pro-rata għall-impjegati każwali li jaħdmu \"full-time\" iżda b'sigħat ridotti.", "POSTA - ĦADDIEMA TAL-POSTA", "29674.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet ikollhom il-ħaddiema tal-Posta li jagħżlu li jitilqu minn mal-Gvern għal ma' Posta Ltd?", "Dawn jitilfu s-seniority li kellhom u jitilfu l-perjodu taż- żmien li ħadmu mal-Gvern għal fini tal-pensjoni ta' l-irtirar f'każ li jieħdu dan il-pass?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Skond ftehim preliminari li sar bejn il- kumpannija Posta Ltd, it-Trade Unions u l-Gvern fl-1994, il-ħaddiema kollha li jagħżlu li jibdew mal-kumpannija kienu sejrin jibqgħu igawdu d- drittijiet kollha li kellhom mal-Gvern, inklużi d-drittijiet tagħhom dwar il-pensjoni skond l-Ordinanza tal-pensjonijiet.", "SANTA LUĊIJA - PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "29675.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li tiżdied il-provvista tad-dawl fi Triq l-Istefanotis u Triq ġdida fi Triq l-Istefanotis f'Santa Luċija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-talba biex jiżdied dawl fi Triq l-Istefanotis u fi Triq Ġdida fi Triq l-Istefanotis f'Santa Luċija qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SANTA LUCIJA - TISWIJA TA' TOROQ", "29676.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-segwenti toroq f'Santa Lucija jinsabu fi stat diżasturż:", "(1) Triq il-Fortizza ('l parti ta' fuq); (2) Triq il-Kaħwiela; (3) Triq l-Istefanotis; u (4) Triq ġdida fi Triq l-Istefanotis?", "Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn it-toroq jitranġaw b'mod diċenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SWIEQI/PEMBROKE - FTUĦ TA' POLIKLINIKA", "29692.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Minħabba fiż-żieda fil-popolazzjoni ta' Swieqi/Pembroke, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tinfetaħ polyclinic fl-inħawi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fil-preżent m'hemm l-ebda pjanijiet biex tinfetaħ poliklinika fl-inħawi ta' Pembroke/Swieqi.", "PEMBROKE - TRASPORT PUBBLIKU", "29693.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li tiżdied il- frekwenza tal-karozzi tal-linja lejn/minn Pembroke f'ċerti break hours tal- ġurnata?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li bħalissa qiegħda tiġi kkonsidrata talba, mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke lill-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku, għal tibdil fir-rotta li tgħaddi minn Pembroke sabiex jintlaħqu aktar nies.", "Jiena se nitlob lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex tistħarreġ ukoll il-ħtieġa ta' żieda fil-frekwenza ta' dan is-servizz.", "PEMBROKE - TRIQ L. RIGORD - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "29694.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li spiss qed ikun hemm qtugħ ta' ilma f'L. Rigord Street, Pembroke?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat mill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma li f'dawn l-aħħar xhur kien hemm sospensjoni waħda biss fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma li effettwat ir-residenti ta' Pembroke.", "PACEVILLE - TRIQ L. RIGORD - ĠNIEN PUBBLIKU/RECREATIONAL AREA", "29695.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonferma rapporti li se jinbnew ġnien pubbliku u recreational area faċċata ta' L. Rigord Street, Paceville?", "Minnu li se jsir War Museum ukoll?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25712 Seduta Nru. 409.", "PEMBROKE - BUS STOP", "29696.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li tiġi ri- introdotta il-bus stop li tneħħiet xi xahrejn ilu meta wieħed ikun ħiereġ minn Pembroke?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li tneħħa bus stop mill-post indikat minn persuni mhux awtorizzati u qed jittieħdu passi immedjati mill- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex jitqiegħed \"sign\" ġdid mill-aktar fis.", "PEMBROKE - DAWL", "29697.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jsir street lighting aktar adegwat f'diversi triqat ta' Pembroke kif ukoll fil-parti ta' St. George's HE li tagħti għal Paceville?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "APPENDIĊI A", "TABELLA NRU 1", "Qagħda Finanzjarja Riveduta 1995", "| | |Estimi | |Estimi | | | | |Oriġinali | |Riveduti | | | | |(Lm miljuni) | |(Lm | | | | | | |miljuni) | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Stima ta' żbilanċ| | | | | | | | | fil-Fond | | | | | | | | |Konsolidat | | | | | | | | | fl-1 ta' Jannar| | | |-31.| | |-32.4 | |1995 | | | |3 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |(Attwa| | | | | | | | |li) | | | | | | | | | | |DĦUL | | | | | | | | |Ordinarju | |474.3 | | |489.2 | | | |GĦotjiet u | | | | | | | | | Self Barrani | |21.5 | | |8.5 | | | |Self Lokali | |31.4 | | |32.5 | | | | | | |527.2 | | |530.| | | | | | | | |2 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |INFIQ | | | | | | | | |Rikorrenti | |423.1 | | |431.1 | | | |Ħlasijiet | | | | | | | | | fuq Self | |24.9 | | |24.7 | | | |Kapitali | |79.2 | | |76.0 | | | | | | |527.2 | | |531.| | | | | | | | |8 | | | | | | | | | | | |Differenza | | | | | | | | | bejn Dħul u | | | | | | | | | Nfiq | | | | | | | | | | | | |+0.0| | |-1.6 | | | | | | | | | | |Stima ta' żbilanċ| | | | | | | | | fil-Fond | | | | | | | | |Konsolidat | | | | | | | | | fil-31 ta' | | | | | | | | | Diċembru 1995 | | | | | | | | | | | | |-31.| | |-34.0 | | | | | |3 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |", "APPENDIĊI B", "TABELLA NRU 2", "Il-Budget 1996 fil-Qosor", "| | |Lm | |Lm | |Lm | | | |(miljun| |(miljun| |(miljuni| | | |i) | |i) | |) | | | | | | | | | | | | | | | | | |Stima ta' żbilanċ fil-Fond | | | | | | | | Konsolidat fl-1 ta' Jannar 1996| | | | | |-34.0 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |DĦUL | | | | | | | | | | | | | | | |Ordinarju | |515.4 | | | | | | | | | | | | | |GĦotjiet u Self Barrani | |21.2 | | | | | | | | | | | | | |Self Lokali | |34.1 | | | | | | | | | |570.7 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |NEFQA | | | | | | | | | | | | | | | |Rikorrenti | |479.9 | | | | | | | | | | | | | |Kapitali | |89.6 | | | | | | | | | |569.5 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Stima ta' bilanċ fil-Budget | | | | | |1.2 | | | | | | | | | | | | | | | | | |Stima ta' żbilanc fil-Fond | | | | | | | | Konsolidat fil-31 ta' | | | | | | | | Diċembru 1996 | | | | | |-32.8 | | | | | | | | | | | | | | | | | APPENDIĊI C Tabella Nru 3 Rata ta' Tnaqqis ta' Taxxa fl-1995 u fl-1996", "| | |% fuq id-dħul | |Ammont iffrankat | |Dħul Dikjarat| |Miżżewweġ |Persuna Waħedha | |Miżżewweġ|Persuna | | | | | | | |Waħedha | | | |1996 |1995 |1996 |1995 | |Lm |Lm | | | | | | | | | | | |2000 | |0% |0% |0% |0% | |0 |0 | |2500 | |0% |0% |0% |0% | |0 |12 | |3000 | |0% |0% |0% |4% | |0 |126 | |3500 | |0% |2% |2% |7% | |63 |181 | |4000 | |0% |5% |4% |10% | |200 |244 | |4500 | |2% |8% |5% |12% | |263 |283 | |5000 | |3% |10% |7% |14% | |325 |343 | |5500 | |4% |11% |9% |16% | |390 |378 | |6000 | |5% |13% |10% |17% | |450 |414 | |6500 | |7% |15% |11% |18% | |525 |464 | |7000 | |8% |16% |12% |19% | |600 |489 | |7500 | |9% |17% |14% |21% | |650 |514 | |8000 | |10% |18% |15% |21% | |700 |539 | |8500 | |11% |19% |16% |22% | |750 |539 | |9000 | |12% |20% |17% |23% | |775 |539 | |9500 | |13% |21% |18% |24% | |800 |539 | |10000 | |14% |22% |19% |24% | |825 |539 | |11000 | |15% |23% |20% |25% | |825 |539 |", "APPENDIĊI D", "Tabella Nru 4 Ammonti ta' Allowance Mħallsa fl-1995", "|Nru ta' | |Allowance |Bonus |Allowanc| |TOTAL | |Tfal | |tat-Tfal |tal-Familj|e | | | | | | |a |tal-Ġeni| | | | | | | |tur | | | | | | | | | | | |Familji li llum jieħdu l-Allowance| | | | | | | |tal-Ġenitur | | | | | | | | | |Lm |Lm |Lm | |Lm | |1 | |195 |65 |104 | |364 | |2 | |348 |65 |104 | |517 | |3 | |450 |65 |104 | |619 | |4 | |515 |65 |104 | |684 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Familji li ma jieħdux Allowance | | | | | | | |tal-Ġenitur | | | | | | | | | |Lm |Lm |Lm | |Lm | |1 | |195 |65 |- | |260 | |2 | |348 |65 |- | |413 | |3 | |450 |65 |- | |515 | |4 | |515 |65 |- | |580 |", "APPENDIĊI E", "TABELLA NRU 7", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI TALBA GĦAL ALLOWANCE TAT-TFAL JEW GĦAJNUNA SUPPLEMENTARI", "|Tagħrif dwar l-applikant | | | | | | | | |Kunjom | |Nru. tal-Karta ta' | | | | | | | | | |Identita' | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Nru. tal-Pensjoni | | | | | | | | | |tas-Sigurta' Soċjali | | | | | | | | | | | | | | | | | |1| | | | | | | | | |.| | | | | | | | | | | | | | |", "|Tagħrif dwar id-dħul : | |Nota | |Id-dħul għandu jkopri id-dħul kollu għas-sena sħiħa li tiġi minnufih | |qabel is-sena li fiha qed issir it-talba. | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm | | |Lm | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |minn flus fil-banek jew | | | | | | | | | |investimenti | | | | | | | | | |oħra kemm lokali u kemm | | | | | | | | | |barranin | | | | | | | | | |(bħal imgħaxijiet u | | | | | | | | | |dividendi) | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Dħul minn proprjeta' | | | | | | | | | |immobiljari | | | | | | | | | |(bhal kirjiet, ċnus u | | | | | | | | | |qbiela) | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Dħul minn pensjonijiet u | | | | | | | | | |benefiċċji | | | | | | | | | |(minbarra l-Allowance | | | | | | | | | |tat-Tfal, | | | | | | | | | |benefiċċji tal-maternita'| | | | | | | | | |u | | | | | | | | | |l-GĦajununa | | | | | | | | | |Supplimentari) | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Dħul minn privileġġi jew | | | | | | | | | |dħul | | | | | | | | | |ieħor simili, inkluż kull| | | | | | | | | |forma | | | | | | | | | |ta' annuity jew | | | | | | | | | |manteniment | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Kull dħul ieħor mhux | | | | | | | | | |imsemmi | | | | | | | | | |hawn fuq minn sorsi | | | | | | | | | |lokali | | | | | | | | | |jew barranin | | | | | | | | |", "|DIKJARAZZJONI | | | | | | | |Niddikjara li, sa fejn naf jien, it-tagħrif li tajt hawn fuq hu kollu | |minnu, komplet u korret. | | | | |Fil-kaz ta' l-Allowance tat-Tfal : | | | | |Niddikjara wkoll li t-tfal li rriferejt għalihom hawn fuq | | | | |jinsabu fil-kostudja effettiva tiegħi. | | | | |Fil-Kaz ta' l-GĦajnuna Supplementari : | | | | |Niddikjara wkoll li ma nikkwolifikax għall-Allowance tat-Tfal.| | |Naf li jekk nagħti informazzjoni falza, nista' neħel il-pieni li | | |tipprovdi l-liġi u wkoll nitlef id-dritt għall-benefiċċji taħt | | |il-liġi. | | |Nawtorizza lill-Kummissarju tat-Taxxi Nterni, lill-Kummissarju | | |tal-VAT u lil kull Manager ta' Bank jghaddi lid-Direttur | | |tas-Sigurta' Soċjali kull informazzjoni meħtiega għall-għoti ta' dan| | |il-benefiċċju. | | |Nobbliga ruħi li ninforma lid-Direttur tas-Sigurta' Soċjali b'kull | | |bdil fiċ-ċirkostanzi li jidhru hawn fuq. | | | | |Data | | | | | | | | | | |Żieda | | |Żieda | | | | | |Benefiċċju Soċjali |1995 |1996 | |GĦajnun| | | | | | |a | |", "APPENDIĊI G", "|STATEMENT NRU 1 | | | | | | | | | | | | |DĦUL 1995 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' | | | | |L-ESTIMU APPROVAT | | | | | | | | | | | | SORS | ESTIMU | ESTIMU |BIDLA | | |RIMARKI | | | |APPROVAT | RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |1 |Dwana u Sisa |40,440,000 |33,745,000 |- |6,695,000| |It-tneħħija ta' dazju fuq | | | | | | | | |prodotti mill-Unjoni Ewropeja u | | | | | | | | |t-tnaqqis drastiku ta' dazju fuq| | | | | | | | |il-prodotti l-oħra kellhom | | | | | | | | |effett fuq id-dħul aktar milli | | | | | | | | |kien oriġinarjament maħsub. | | | | | | | | | | |2 | Liċenzji, Taxxi u |40,497,800 |56,366,000 |15,868,200|- | |Żieda fid-dħul mit-taxxa | | |Multi | | | | | |tar-reġistrazzjoni fuq vetturi, | | | | | | | | |mit-taxxa fuq dokumenti u | | | | | | | | |mit-taxxa fuq prodotti mpurtati.| | | | | | | | | | |3 | Taxxa tad-Dħul |110,500,000|100,500,000|- |10,000,00| |L-għoti tar-\"rebates\" mit-taxxa | | | | | | |0 | |u l-50 fil-mija dovut fuq | | | | | | | | |id-dikjarazzjoni spontanja li | | | | | | | | |ser jitħallas is-sena d-dieħla | | | | | | | | |flok din is-sena irriżultaw | | | | | | | | |fir-reviżjoni fl-istimi. | | | | | | | | | | |4 | Taxxa fuq il-Valur|62,300,000 |80,000,000 |17,700,000|- | |Dħul ta' taxxa li potenzjalment | | |Miżjud | | | | | |seta' jinġabar mid-dipartiment | | | | | | | | |fl-ewwel sena tat-tħaddim ta' | | | | | | | | |din it-taxxa. | | | | | | | | | | |5 | Drittijiet ta' |4,292,150 |4,146,500 |- |145,650 | | | | |Uffiċċju | | | | | | | | | | | | | | | | |6 | Ħlas lura |8,930,600 |6,847,400 |- |2,083,200| |Il-kuntratti li permezz tagħhom | | |lid-Dipartimenti | | | | | |isir ħlas għal servizzi mogħtija| | | | | | | | |lill- Kunsilli Lokali kienu | | | | | | | | |anqas milli kien oriġinarjament | | | | | | | | |mistenni. |", "|STATEMENT NRU 1 | | | | | | | | | | | | |DĦUL 1995 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' | | | | |L-ESTIMU APPROVAT | | | | | | | | | | | | SORS | ESTIMU | ESTIMU |BIDLA | | |RIMARKI | | | |APPROVAT | RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | |7 | Posta |5,381,000 |2,851,000 |- |2,530,000| |Il-kumpanija Posta Ltd. ħadet | | | | | | | | |l-operat tad-Dipartiment | | | | | | | | |tal-Posta mill-1 ta' Awissu | | | | | | | | |1995. | | | | | | | | | | |8 | Bank Ċentrali ta' |25,000,000 |25,000,000 |- |- | | | | |Malta | | | | | | | | | | | | | | | | |9 | Kera |8,215,000 |8,425,000 |210,000 |- | | | | | | | | | | | | |10|Profitti |2,975,000 |2,460,000 |- |515,000 | | | | |minnInvestimenti | | | | | | | | |f'Kumpaniji | | | | | | | | |Parastatali | | | | | | | | | | | | | | | | |11|Ħlas lura ta' Self |3,233,800 |10,738,000 |7,504,200 |- | |Ħlas lura kmieni lill-Gvern ta' | | |mogħti mill-Gvern u| | | | | |self | | |mgħax fuqu | | | | | | | | | | | | | | | | |12| Sigurta' Soċjali |113,400,000|113,400,000|- |- | | | | | | | | | | | | |13| Lotteriji |6,010,000 |6,500,000 |490,000 |- | | | | | | | | | | | | |14| Dħul Mixxellanju |25,570,400 |21,473,100 |- |4,097,300| |Dħul anqas milli kien mistenni | | | | | | | | |mill-bejgħ ta' ishma, u | | | | | | | | |mill-bejgħ ta' propjeta li | | | | | | | | |għaddiet għand il-Gvern | | | | | | | | |mill-Knisja | | | | | | | | |. | |15| Avjazzjoni Ċivili |6,040,000 |5,715,000 |- |325,000 | | | | | | | | | | | | |16| Korporazzjonijiet |11,510,000 |11,010,000 |- |500,000 | | | | |Pubbliċi | | | | | | | | | | | | | | | | | |DĦUL ORDINARJU |474,295,750|489,177,000|41,772,400|26,891,15| | | | | | | | |0 | | | | | | | | | | | | | |BILANĊ MINN DĦUL ORDINARJU | |14,881,250| | | |", "|STATEMENT NRU 1 | | | | | | | | | | | | |DĦUL 1995 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' | | | | |L-ESTIMU APPROVAT | | | | | | | | | | | | SORS | ESTIMU | ESTIMU |BIDLA | | |RIMARKI | | | |APPROVAT | RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | |17|GĦotjiet Barranin |10,692,000 |6,242,000 |- |4,450,000| |Tnaqqis minħabba r-rata ta' | | | | | | | | |kambju u minħabba li ċertu | | | | | | | | |kuntratti li l-infiq fuqhom hu | | | | | | | | |finanzjat minn barra ser jiġu | | | | | | | | |attwati s-sena d-dieħla. | | | | | | | | | | |18|Self : Lokali |31,400,000 |32,500,000 |1,100,000 |- | |Is-self jikkorrispondi | | | | | | | | |għad-deficit proprju fil-Fond | | | | | | | | |Konsolidat | | | | | | | | |fl-aħħar ta' l-1994. | | | | | | | | | | | | Barrani|10,800,000 |2,313,000 |- |8,487,000| |Infiq kapitali ffinanzjat minn | | | | | | | | |self barrani, li kien maħsub li | | | | | | | | |jsir | | | | | | | | |din is-sena, ser isir fl-1996. | | | | | | | | | | | |DĦUL MINN GĦOTJIET |52,892,000 |41,055,000 |1,100,000 |12,937,00| | | | |U SELF | | | |0 | | | | | | | | | | | | | |BILANĊ MINN GĦOTJIET U SELF | | |-11,837,0| | | | | | | |00 | | | | | | | | | | | | | |DĦUL TOTALI |527,187,750|530,232,000|3,044,250 |0 | | | |APPENDIĊI H | | | |STATEMENT NRU 2 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |LM | |LM | |LM | |LM | |15 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |LM | |LM | |LM | |LM | | |Ħ|447,993,000 | | |L| | | |A| | | |S| | | |I| | | |J| | | |I| | | |E| | | |T| | | |F| | | |U| | | |Q| | | |S| | | |E| | | |L| | | |F| | | | | | | | | | | | | | | |NEFQA KAPITALI 1995: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | | | | | | | | | | | | |VOT |ESTIMU |ESTIMU | BIDLA | |RIMARKI | | | | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | | | | | |I |Prim Ministru |6,674,000 |6,884,000 |210,000 |- | |Kien hemm infiq aktar fuq it-trasferiment | | | | | | | | |tal-'Government Printing Press' u xiri ta' | | | | | | | | |tagħmir għall-\"Community Channel\". | | | | | | | | | | |II |Ministeru ta' |1,046,000 |1,046,000 |- |- | | | | | | |l-Affarijiet | | | | | | | | | | |Barranin | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |III|Ministeru ta' |11,428,000|6,067,000 |- |5,361,00| |Nefqa inqas fuq l-isptar San Raffaele. | | |l-Intern u | | | |0 | | | | |l-Izvilupp Soċjali | | | | | | | | | | | | | | | | | | |IV |Ministeru |15,258,000|17,052,000 |1,794,00|- | |Kien hemm żieda ta' nofs miljun lira lill-NTOM,| | |għas-Servizzi | | |0 | | |u żieda ta' Lm1.3 miljun lill-Malta Freeport | | |Ekonomiċi | | | | | |Corporation. | | | | | | | | | | | | |V |Ministeru ta' |4,827,000 |4,285,000 |- |542,000 | |GĦalkemm kien hemm infiq aktar fuq | | |Edukazzjoni u | | | | | |il-manutenzjoni ta' l-iskejjel, l-infiq taħt | | |Riżorsi Umani | | | | | |dan il-vot se jkun anqas minħabba dewmien | | | | | | | | |fil-ħruġ ta' offerti għax-xiri ta' 'computers' | | | | | | | | |għall-introduzzjoni ta' l-Informatika | | | | | | | | |fl-iskejjel Primarji. | | | | | | | | | | |VI |Ministeru għal |2,028,000 |1,726,000 |- |302,000 | |Dan it-tnaqqis jirriżulta minħabba li ċerti | | |GĦawdex | | | | | |xogħlijiet fuq id-drenaġġ ser jitlestew is-sena| | | | | | | | |id-dieħla. | | | | | | | | | | | | |VII|Ministeru |16,145,000|21,459,000 |5,314,00|- | |Nfiq akbar prinċipalment biex jintemmu | | |tal-Finanzi | | |0 | | |xogħlijiet fuq il-bastimenti għac-Ċina u | | | | | | | | |n-Norveġja. | | | | | | | | | | | | |VII|Ministeru |120,000 |168,000 |48,000 |- | |Spejjeż meħtieġa konnessi | |I |tas-Sigurta' | | | | | |mal-kompjuterizzazzjoni tal-Ministeru. | | |Soċjali | | | | | | | | | | | | | | | | | | |IX |Ministeru |425,000 |242,000 |- |183,000 | |Kien hemm infiq inqas prinċipalment minħabba | | |tal-Ġustizzja | | | | | |dewmien fil-ħruġ ta' permessi ta' l-uffiċċju | | | | | | | | |l-ġdid għall-Avukat Ġenerali tar-Repubblika. | | | | | | | | | |", "|STATEMENT NRU 3 | | | | | | | | | | | | | | | | |NEFQA KAPITALI 1995: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | | | | | | | | | | | | |VOT |ESTIMU |ESTIMU | BIDLA | |RIMARKI | | | | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | | | |X |Ministeru |6,550,000 |5,081,000 |- |1,469,00| |GĦalkemm kien hemm infiq akbar fuq ix-xiri ta' | | |tat-Trasport, | | | |0 | |'Terminal Area Radar' u tagħmir ieħor | | |Kommunikazzjoni u | | | | | |għall-ajruport, in-nefqa totali taħt dan il-vot| | |Teknoloġija | | | | | |se tkun anqas minħabba li x-xogħol fl-Auberge | | | | | | | | |d'Italie għadu fil-bidu tiegħu u | | | | | | | | |l-kompjuterizzazzjoni tas-Central Route Control| | | | | | | | |Office għadha ma twettqitx u s-sussidju fuq | | | | | | | | |il-karozzi tal-linja l-ġodda jingħata meta dawn| | | | | | | | |jinxtraw.", "L-infiq mid-Dipartimenti tal-Posta u| | | | | | | | |tat-Toroq se jkun anqas minħabba t-twaqqif ta' | | | | | | | | |Posta Ltd u għaliex l-ispejjeż tal-mina bejn | | | | | | | | |Ħal-Qormi u l-Mosta ser jitħallsu kollha | | | | | | | | |mill-Enemalta. | | | | | | | | | |XI |Ministeru |10,665,000|7,842,000 |- |2,823,00| |It-tnaqqis prinċipalment hu dovut għax ċertu | | |għall-Ambjent | | | |0 | |tagħmir għad-Dipartiment għall-Protezzjoni ta' | | | | | | | | |l-Ambjent għadu ma ġiex installat; kif ukoll | | | | | | | | |minħabba li xogħlijiet fuq infrastruttura | | | | | | | | |tad-drenaġġ ser jitħallsu s-sena d-dieħla. | | | | | | | | | | |XII|Ministeru |675,000 |665,000 |- |10,000 | |In-nefqa taħt dan il-vot se tkun anqas minkejja| | |taż-Żgħażagħ u | | | | | |li sar xogħol aktar milli kien maħsub | | |Kultura | | | | | |fil-'House of Catalunya'.", "Dan għaliex | | | | | | | | |ix-xogħol fuq il-bini tal-'Carnival | | | | | | | | |Village/Workshops' għadu ma bediex. | | | | | | | | | | |XII|Ministeru ta' |3,335,000 |3,485,000 |150,000 |- | |Iż-żieda minħabba l-ħsarat li sofrew il-bdiewa | |I |l-Ikel, Agrikoltura| | | | | |minħabba l-maltemp ta' Ottubru tal-1994. | | |u | | | | | | | | |Sajd | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |NEFQA KAPITALI |79,176,000|76,002,000 |7,516,00|10,690,0| | | | | | |TOTALI | | |0 |00 | | | | | APPENDIĊI J", "Benefiċċji Soċjali", "B'emenda li konna għamilna fil-liġi tas-Sigurta` Soċjali, iż-żieda ta' Lm2 fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja se tkun riflessa bi proporzjon ta' żewġ terzi fuq dawk il-pensjonijiet u għajnuna soċjali li jitħallsu b'rata ta' persuna waħedha u ta' erbgħa minn ħamsa fuq dawk il-pensjonijiet u għajnuniet li jitħallsu bir-rata ta' koppja miżżewwġa skond kif titlob il- liġi.", "Din iż-żieda se tkun riflessa wkoll proporzjonalment fuq benefiċċji oħra.", "1 Pensjonijiet u GĦajnuniet Mhux Kontributorji", "1.1 Pensjoni ta` l-Eta`", "Biex nassiguraw li r-rata tal-pensjoni ta' l-Eta` taħt l-iskema mhux kontributorja, iżżomm livell xieraq għal għixien diċenti, se nagħmlu emenda fil-liġi li biha se norbtu r-rati ta' din il-pensjoni, f'każ ta' persuna waħedha ma' 60% tal-Paga Minima Nazzjonali u f'każ ta' raġel miżżewweġ ma' 80% tal-Paga Minima Nazzjonali.", "Din il-miżura se tfisser li r-rata ta' persuna waħedha se tiżdied minn Lm20.95 għal Lm24.23 fil-ġimgħa li flimkien maż-żieda għall-għoli tal-ħajja ta' Lm1.20 fil-ġimgħa twassal biex ir-rata ta' din il-pensjoni se tiżdied b'kollox Lm4.48 fil-ġimgħa.", "Ir-rata li titħallas lil raġel miżżewweġ se tiżdied minn Lm30.85 għal Lm33.91 fil-ġimgħa.", "B'hekk din il-pensjoni se tiżdied b'kollox Lm3.06 fil- ġimgħa.", "1.2 GĦajnuna Soċjali - Familji bit-Tfal", "Din l-għajnuna, magħrufa bħala relief, titħallas lil dawk il-familji l- aktar fil-bżonn.", "Kienet dejjem il-politika ta' dan il-Gvern li jieħu dawk il-miżuri meħtieġa li jsostnu dawk il-familji li l-aktar jeħtieġu għajnuna u hekk se nkomplu nagħmlu din is-sena.", "B'effett mis-sena d-dieħla dawk il- familji li jirċievu l-għajnuna soċjali u qed irabbu t-tfal, mhux se jkollhom aktar tnaqqis mir-rata ta' din l-għajnuna għaliex ikunu qed jirċievu ċ-children's allowance.", "1.3 GĦajnuna Soċjali - Persuna Waħedha", "Barra minhekk ir-rata ta' din l-għajnuna li titħallas lil persuna waħedha se tiżdied minn Lm20.95 għal Lm22.45 fil-ġimgħa li tkompli tiżdied għal Lm23.79 fil-ġimgħa b'riżultat taż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Se nżidu wkoll r-rata ta' l-għajnuna addizzjonali li titħallas għal kull membru ieħor eliġibbli li jkun hemm fil-familja minn Lm3.00 għal Lm3.50 fil- ġimgħa.", "B'hekk familja bi tlett itfal li qed tgħix fuq l-għajnuna soċjali, se jkollha żieda fl-għajnuna minn Lm29.45 għal Lm37.79 fil-ġimgħa.", "Minbarra din l-għajnuna jitħallsu wkoll l-bonus addizzjonali ta' Lm1.34 fil-ġimgħa u l-bonus ta' Lm116 fis-sena.", "1.4 Allowance għad-Drogati waqt Rijabilitazzjoni", "L-Allowance li titħallas f'għajnuna soċjali lil dawk li qed jieħdu kura f'ċentru ta' rijabilitazzjoni għad-drogati se tiżdied minn Lm7.60 fil- ġimgħa għal Lm10 fil-ġimgħa.", "1.5 Social Assistance for Females", "L-għajnuna soċjali li titħallas lil xebbiet u romol li jieħdu ħsieb ta' xi ħadd li jiġi minnhom li jkun anzjan, b'diżabilita` jew marid u li għandu bżonn min jieħu ħsiebu, ser tiżdied minn Lm15.71 għall-Lm17.84 fil-ġimgħa inkluża ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Se naraw li dawn ikunu qed jissodisfaw sew il-kriterji mediċi kif ukoll kondizzjonijiet oħra mitluba mil-liġi.", "1.6 Single Parent Families", "Minbarra li s-single parent families ukoll se jibbenefikaw miż-żidiet u miżuri li għadni kif ħabbart għall-familji bit-tfal li qed jirċievu l- għajnuna soċjali, ħassejna li jkun xieraq nirrikonoxxu li dawn il- missirijiet jew ommijiet kif ukoll romol li jkunu qed irabbu lil uliedhom waħedhom u li jkunu qed jirċievu l-għajnuna soċjali, minħabba t-trobbija ta' l-ulied, għandhom il-propensita` li jintegraw ruħhom limitatament fid- dinja tax-xogħol.", "GĦalhekk se nagħmlu miżura li biha dawn ikunu jistgħu jagħmlu xogħol part-time b'mod li bejn ir-rata ta' l-GĦajnuna Soċjali pagabbli għall-ġenitur u wild u dħul mix-xogħol li jagħmlu, ma jaqbżux l- Paga Minima Nazzjonali.", "Dan ix-xogħol irid ikun reġistrat mal-Korporazzjoni għat-Taħriġ u Xogħol, u fejn is-sigħat tax-xogħol jaqbżu t-tmien sigħat f'ġimgħa, trid titħallas il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali kif titlob il-liġi.", "1.7 Allowance għal Tfal b'Diżabilita`", "B'effett minn Jannar 1996 l-allowance ta' Lm3 fil-ġimgħa li titħallas lill- ġenituri għal kull tifel jew tifla li jbatu minn xi diżabilita` se tiżdied għal Lm5 fil-ġimgħa.", "Jinħass pero` li din l-għajnuna finanzjarja għandha titħallas biss lil dawk il-familji li jeħtieġu din l-għajnuna.", "GĦalhekk kif għamilna fil-każ tar-riforma fiċ-children's allowance se nagħmlu emenda fil-liġi biex din l-allowance tkun marbuta mad-dħul tal-familja.", "Aħna qed ngħidu li fejn id-dħul ma jaqbiżx is-Lm6,000 fis-sena, l-allowance l-ġdida titħallas kollha, pero` fuq dħul ogħla din ir-rata tonqos b'6.5% fuq id- differenza bejn s-Lm6000 u Lm10,000.", "1.8 Pensjoni lil persuni b'Diżabilita`", "Sabiex nassiguraw li r-rata tal-pensjoni li titħallas lil persuni b'diżabilita` tkun waħda sodisfaċenti qed nieħdu passi biex din il-pensjoni tkun marbuta ma' 55% tar-rata tal-Paga Minima Nazzjonali.", "Dan ifisser li minn Lm20.95 din il-pensjoni se tiżdied għal Lm23.31 fil- ġimgħa.", "1.9 Pensjoni GĦall-Wens", "L-introduzzjoni tal-Pensjoni għall-Wens kompliet issaħħaħ l-impenn tal- Gvern li jippromwovi u jagħmilha aktar faċli li l-anzjani tagħna, fejn hu possibbli, jibqgħu f'darhom.", "Bħalissa biex din il-pensjoni titħallas biss lil dawk li jieħdu kura ta' ġenitur.", "Ħassejna l-ħtieġa li nestenduha biex issir pagabbli wkoll lil dawk li qed jieħdu kura ta' nanna jew nannu, zija jew ziju, jew aħwa li jkunu fis-sodod jew wheelchair bound.", "B'effett mis-sena d-dieħla l-pazjent għandu jiġi eżaminat perjodikament minn panel ta' tobba biex jiġi assigurat li jkunu sodisfatti l-kriterji mediċi.", "Minbarra l-estensjoni fl-eliġibilita` għal din il-pensjoni se nagħmlu miżura li biha r-rata ta' din il-pensjoni ser tiżdied minn Lm20.95 għal Lm25.43 fil-ġimgħa billi tintrabat ma' 60 fil-mija tal-Paga Minima Nazzjonali bħalma se nagħmlu fil-każ tal-pensjoni ta' l-eta`.", "1.10 GĦajnuna Medika u Allowances li jitħallsu flok l-GĦajnuna/Pensjoni", "L-GĦajnuna Medika u dawk l-allowances li jitħallsu flok l-GĦajnuna Soċjali jew Pensjonijiet Mhux Kontributorji lil dawk li jkunu f'xi istituzzjoni tal- Gvern ma jiżdidux b'rata fissa meta jkun hemm żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Dawn id-differenzi se jitneħħew.", "GĦaldaqstant qed jiġi stabbilit li din iż- żieda għandha tkun ta' 20 fil-mija.", "Peress li ż-żieda mogħtija għall-għoli tal-ħajja għas-sena d-dieħla se tkun ta' Lm2 fil-ġimgħa, dawn l-għajnuniet u allowances se jiżdiedu b'40 ċenteżmu fil-ġimgħa.", "2 Pensjonijiet taħt l-Iskema Kontributorja", "2.1 Pensjoni GĦal Min Jirtira", "Din hi l-pensjoni taħt l-iskema kontributorja li titħallas b'rata fissa lil dawk li għandhom pensjoni tas-servizz.", "Sa tmien snin ilu parti minn din il-pensjoni kienet tiġi mnaqqsa.", "Dan il-Gvern ħa ħsieb li li jżid regolarment ir-rata ta' din il-pensjoni, biex b'hekk jikkompensa b'mod xieraq lil dawk li minkejja li qed iħallsu kontribuzzjoni earnings related, l-ammont li jirċievu f'pensjoni tas-servizz tipprekludihom milli jirċievu pensjoni tas-Sigurta` Soċjali taħt l-iskema taż-żewġ terzi.", "GĦalhekk qed nerġgħu nipproponu li r-rata ta' din il-pensjoni tiżdied b'Lm1.42 fil-ġimgħa oħra f'każ ta' raġel miżżewweġ u b' Lm1.00 f'każ ta' persuna waħedha.", "Din ir-rata ta' pensjoni se tiżdied ukoll bl-ammont proporzjonali taż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "B'hekk ir-rata ta' din il- pensjoni b'kollox se tiżdied f'każ ta' raġel miżżewweġ minn Lm23.28 għal Lm26.05 fil-ġimgħa, u fil-każ ta' persuna waħedha minn Lm16.35 għal Lm18.70 fil-ġimgħa.", "2.2 Żieda fil-Pensjoni tas-Servizz", "Biex inkomplu ntejbu l-qagħda ta' dawk li għandhom pensjoni tas-servizz, se nagħmlu emenda fil-liġi li permezz tagħha kull żieda fil-pensjoni tas- servizz li tingħata minn min kien iħaddem, b'riżultat ta' żieda li tkun mogħtija għall-għoli tal-ħajja u li kellha tiġi meqjusa fl-ewwel reviżjoni tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali b'effett mill-ewwel Sibt ta' Jannar 1996, issa se tiġi njorata, u ma tiġix meqjusa għall-iskop ta' dik ir-reviżjoni.", "Din il-miżura għandha tolqot tajjeb lil dawk li kull sena jieħdu żieda fil- pensjoni tas-servizz, bħalma hu l-każ ta' dawk li kienu mpjegati mal-Gvern Ingliż.", "Fil-każ ta' dawk il-pensjonanti li qed jirċievu l-Pensjoni GĦal Min Jirtira u għandhom pensjoni tas-servizz li qed titħallas mill-Gvern Ingliż dawn se jkollhom żieda fir-rata tal-pensjoni tagħhom ta' Lm1.34 fil-ġimgħa bħala żewġ terzi taż-żieda mogħtija għall-għoli tal-ħajja.", "Uħud mill-pensjonanti tal-Gvern Ingliż ikkommutaw il-pensjoni tas-servizz kollha.", "Minn Jannar 1996, dik il-parti minn din il-pensjoni li ma tiġix meqjusa meta tinħadem il-Pensjoni għal Min Jirtira se titla' għal 50%.", "Pensjonanti ta' `l fuq minn 72 sena li għandhom pensjoni tas-servizz u li fil-preżent għandhom 40% tal-pensjoni kkommutata, jew tal-parti kkommutata tal-pensjoni mhix meqjusa fil-kalkolazzjoni għall-għoti tal-pensjoni, issa se jkollhom 50% ta' dik il-parti, skond il-każ mhux meqjusa.", "2.3 Pensjoni GĦal Min Jirtira Miżjuda u Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda", "Biex titwettaq il-wegħda ta' dan il-Gvern li nressqu lil kulħadd lejn iż- żewġ terzi, budget wara l-ieħor għamilna miżuri li bihom tajna żidiet extra minbarra ż-żieda għall-għoli tal-ħajja lil dawk li jirċievu din it-tip ta' pensjoni.", "F'każ ta' raġel miżżewweġ, ir-rata ta' Lm40.40 fil-ġimgħa li qed titħallas qed tkopri żewġ terzi ta' paga ta' Lm60.60 fil-ġimgħa.", "Biex nkomplu nressqu lil dawn il-pensjonanti lejn iż-żewġ terzi se nagħmlu miżura li biha r-rata fil-ġimgħa ta' din il-pensjoni ser tiżdied b'Lm1.60 f'każ ta' miżżewweġ u b'67 ċenteżmu f'każ ta' persuna waħedha.", "Din ir-rata ta' pensjoni se tiżdied ukoll biż-żewġ terzi taż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "B'hekk b'dawn il-miżuri r-rati ta' dawn il-pensjonijiet se jiżdiedu minn Lm40.40 f'każ ta' raġel miżżewweġ għal Lm43.34 fil-ġimgħa u minn Lm30.83 f'każ ta' persuna waħedha għal Lm32.85 fil-ġimgħa.", "2.4 Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda għal Persuna Waħedha", "Jekk inħarsu lejn t-tabella li hemm fil-liġi li tistabbilixxi ir-rata ta' din il-pensjoni, nsibu li ma teżistix rata għal persuna waħedha.", "Dan ifisser li persuna waħedha li qed tirċievi din it-tip ta' pensjoni, speċjalment dawk ta' qabel l-1979 ma tistax tieħu rata ta' pensjoni aktar minn Lm29.85 fil-ġimgħa.", "Issa se nagħmlu rata ta' Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda għal persuna waħedha, bħalma hemm fil-każ tal-Pensjoni GĦal Min Jirtira Miżjuda.", "Ir-rata l-ġdida se tkun wkoll ta' Lm32.85 fil- ġimgħa.", "Din ser tkun applikabbli wkoll fil-każ ta' persuna waħedha li qed tirċievi l-Pensjoni Minima Nazzjonali sakemm b'din ir-rata ta' pensjoni ma taqbiżx iż-żewg terzi tad-dħul pensjonabbli.", "2.5 Żewġ Terzi lil Pensjonanti li rtiraw qabel l-1979", "Minkejja dawn il-miżuri kollha li għadni kif ħabbart se jibqa' xi każijiet ta' pensjonanti fejn bejn iż-żewg pensjonijiet ikunu għadhom ma laħqux iż- żewg terzi.", "GĦalhekk sabiex nħaffu r-ritmu li qbadna, li bih qed inressqu lil kulħadd lejn iż-żewg terzi, minbarra l-miżuri li għadni kif semmejt se nagħmlu provvediment speċjali fil-liġi biex fi żmien tliet snin, dawk li għad m'għandhomx bejn iż-żewg pensjonijiet żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli tagħhom jingħataw żieda addizzjonali fil-pensjoni tas-Sigurta` Soċjali ekwivalenti għal terz tad-differenza li tibqa' bejn ir-rata tal-pensjoni li qed jirċievu flimkien mar-rata tal-pensjoni tas-servizz, skond il-każ, u ż- żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli tagħhom.", "Ħa nagħti eżempju:", "Nieħdu pensjonant miżżewweġ li rtira qabel l-1979 u kien mas-Servizzi Ingliżi u llum qed jieħu pensjoni taħt il-Malta Pension Scheme ta' Lm10 fil- ġimgħa.", "Fil-preżent l-ogħla pensjoni tas-Sigurta` Soċjali li jista' jieħu hi ta' Lm40.40 fil-ġimgħa, li, bil-miżura li ħabbart fil-Pensjoni GĦal Min Jirtira Miżjuda flimkien maż-żieda għall-GĦoli tal-Ħajja, mis-sena d-dieħla ser titla' għal Lm43.34 fil-ġimgħa.", "Issa, bis-saħħa ta' din il-miżura speċjali, jekk nieħdu salarju kurrenti għas-sena d-dieħla ta' Lm90 fil- ġimgħa li ż-żewġ terzi tiegħu jammontaw għal Lm60 fil-ġimgħa dan ser jieħu terz tad-differenza, f'dan il-każ żieda addizzjonali ta' Lm2.22 fil-ġimgħa.", "B'hekk minn rata preżenti ta' Lm40.40 fil-ġimgħa bil-pakkett ta' miżuri li ħabbart, il-pensjoni tiegħu ser tiżdied għal Lm45.56 jiġifieri żieda ta' Lm5.16 fil-ġimgħa.", "Kif għidt ftit qabel dan huwa eżercizzju mifrux fuq tlett snin li ser jwassal biex il-pensjonanti tagħna, speċjalment dawk li rtiraw qabel l- 1979, ikollhom pensjoni taż-żewġ terzi.", "2.6 Romol", "Hemm romol li żwieġhom irtiraw qabel l-1979, u b'hekk m'humiex intitolati għall-pensjoni tas-superstiti taħt l-iskema taż-żewġ terzi.", "Biex nkomplu ntejbu l-qagħda ta' dawn ir-romol se nagħmlu miżura li biha r-rata tal- pensjoni tar-romol li tkun qed titħallas, skond kif hi applikabbli tkun tista' tiżdied sar-rata massima tal-Pensjoni GĦal Min Jirtira Miżjuda jew sar-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda skond il-każ kif jitħallsu lil persuna waħedha sakemm b'dik ir-rata ma jinqabżux il-5 minn 6 taż-żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli ta' żewġhom.", "Dan ifisser li l-pensjoni ta' dawn ir-romol, li fil-preżent hija ta' Lm29.85 se tkun tista' titla' għal Lm32.85 li tfisser żieda ta' Lm3 fil-ġimgħa.", "Lil dawk ir-romol li għadhom qed irabbu t-tfal, u li b'hekk ma jistgħux imorru jaħdmu konna tajnihom allowance addizzjonali ta' Lm 3 fil-ġimgħa għal kull tifel jew tifla.", "Issa din l-allowance se tiżdied minn Lm 3 għal Lm 4 fil-ġimgħa.", "Fl-aħħarnett nixtieq inżid ngħid li l-pensjonanti u r-romol taħt l-iskema kontributorja u dawk li jirċievu l-pensjoni ta' l-eta` u l-għajnuna soċjali (tar-relief) taħt l-iskema mhux kontributorja u li jikkwalifikaw għall- GĦajnuna Supplimentari, iż-żidiet li għadni kif ħabbart ikomplu jiżdiedu b'massimu ta' Lm120 fis-sena fil-każ ta' koppja miżżewġa u Lm60 fil-każ ta' persuna waħedha."]} {"filename": "19970725_108d_par.doc", "date": "1997-07-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 108 Il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 108", "Il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "108", "Il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 357", "KUNSENS GĦAL ATTI 357", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 357", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 368", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA (L-EWWEL QARI) 368", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROTEZZJONI", "TA' PROPRJETA' INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL PROPERTY (PROTECTION) ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "(IT-TIELET QARI) 369", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 369", "AĠĠORNAMENT 396", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 403", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 107 li saret fil-25 ta' Lulju, 1997 ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor Myriam Spiteri Debono): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XVIII ta' l-1997 - Att biex jemenda l-Att dwar l- Edukazzjoni, Kap. 327.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "AFFARIJIET BARRANIN - KUMMISSJONI GĦOLJA F'LONDRA", "7262.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Malta based officers u locally engaged personnel fil-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra li ħarġu bis-sick leave bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju, 1997?", "Mingħajr ma jidentifika l-persuni, jista' jindika kemm minnhom ħarġu bis-sick leave minħabba depression?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm rriżenjaw locally engaged personnel mill-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju, 1997?", "Għal-liema raġuni rriżenjaw?", "Irċieva korrispondenza dwar dan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Minħabba n-numru żgħir ta' nies involuti fl- ewwel parti tal-mistoqsija, inħoss li ma jkunx prudenti nagħti din l- informazzjoni li hija pjuttost personali.", "Ħadd minn dawk li kien bis-sick leave f'dan il-perjodu ma ppreżenta ċertifikat mediku li jsemmi depression bħala l-kawża ta' l-assenza mix-xogħol.", "Ir-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija hija kif jidher hawn taħt:", "(a) driver/assistant rriżenja b'effett mill-10 ta' Marzu, 1997 wara li kien ġie mpjegat fil-5 ta' Diċembru, 1996 biex jilqa' u jittrasporta pazjenti Maltin li jitilgħu l-Ingilterra għall-kura - ma kienx jaf kelma bil-Malti;", "(b) clerk typist irriżenjat biex tiżżewweġ u tirritorna Malta - l-aħħar li ħadmet kien fit-28 ta' Frar, 1997;", "(c) clerical officer irriżenja mit-2 ta' April, 1997; u", "(d) clerical officer irriżenja fit-13 ta' Ġunju, 1997 wara li kien ġie mpjegat fit-22 ta' April, 1997 - kien fiż-żmien ta' prova.", "AFFARIJIET BARRANIN - KUMMISSJONI GĦOLJA F'LONDRA", "7317.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk huwiex veru li l-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra żamm il-leave għall-membri tal-kummissjoni kollha?", "Veru li r-raġuni li ta hi li m'għandux staff biżżejjed?", "Jekk dan hu veru, kif jirrikonċilja dan mar-risposta li kien ta għall- mistoqsija parlamentari numru 5485 - magħmula mill-Onor.", "Adrian Vassallo - li l-Kummissjoni Għolja għandha ħames Malta based officers u 11-il locally engaged personnel u li għalhekk hija l-akbar mission ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skond ir-regolamenti stabiliti, il-vacation leave bħal minn dejjem jingħata jew ma jingħatax skond l-esiġenzi tas-servizz.", "GĦAQDIET SPORTIVI - GĦOTJIET", "7356.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ntgħażlu 13-il għaqda nazzjonali, tmien għaqdiet lokali u żewġ kumpanniji, meta l-Gvern qassam is-somma ta' Lm166,850 lill- għaqdiet u 'l kumpanniji sportivi?", "Għaliex il-fondi ta' Lm135,000 li ngħataw lill-Kumitat Olimpiku Malti ngħataw fi tliet pagamenti differenti u mhux mill-bidu nett?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 7828 mogħtija fis-seduta numru 106.", "UNIVERSITA' - INĠINIERA RIĊERKATURI", "7386.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6710 u t-tweġiba mogħtija fil-11 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid għaliex la hemm ħtieġa ta' għaxar riċerkaturi temporanji qegħdin isiru biss intervisti biex jimtlew ħames postijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7843 mogħtija fis-seduta numru 107.", "PA - ĦADDIEMA", "7591.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema li huma seconded, on loan jew on a contract basis mal-Planning Authority?", "Kemm hemm ħaddiema li huma fuq il-kotba tal-Planning Authority li fil-preżent jinsabu seconded jew on loan ma' dipartimenti tal-gvern, korporazzjonijiet u ministeri?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-preżent l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha magħha għaxar ħaddiema fuq definite contract basis u 316-il ħaddiem fuq indefinite contract basis, li minnhom erbgħa huma on loan ma' dipartimenti tal-gvern u 116 huma detailed ma' l-istess awtorita'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk m'iniex sejjer żball hemm xi ħaddiema fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, b'mod partikolari building inspectors, li jew talbu jew inkella jixtiequ jitilqu minn ma' l-awtorita' biex jirritornaw lura ma' dipartimenti tal-gvern.", "X'inhi l-pożizzjoni ta' dawn in-nies?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, attwalment ma nafx eżatt b'dan l- iżvilupp li qed jitkellem fuqu l-kollega tiegħi.", "Nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nkun nista' nagħtih id-dettall eżatt.", "PA - RUNNING COSTS, IMPJEGATI U PERMESSI", "7592.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għall-perjodu mill-1 ta' Jannar, 1995 sat-30 ta' Ottubru, 1996 u l-1 ta' April, 1997 sal-11 ta' Lulju, 1997 rispettivament, kemm kienu r-running costs ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Kemm kien in-numru totali ta' impjegati ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, esklużi cleaners, xufiera u security guards?", "Kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għal bini, modifikazzjonijiet eċċ?", "Kemm kien in-numru ta' permessi li ġew approvati, maħruġa u mibgħuta lill-applikanti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni hija kif ġej: |Period |Running |Employee| | |costs |s* | |01.01.95 - |Lm5,267,00|288 | |30.10.96 |6 | | |01.04.97 - | |332 | |30.06.97 |754,150 | |", "* excluding cleaners, drivers and security guards.", "Informazzjoni oħra rigward applikazzjonijiet u permessi tal-bini qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PEMBROKE - GROUND", "7593.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6735, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu fuq dik l-ittra datata 18 ta' Lulju, 1996 ġaladarba ma nifhimx għalfejn dan il-club kellu jerġa' jressaq talba mill-ġdid wara l- bidla fil-gvern?", "Ma jaħsibx il-Ministru li ma jagħmilx sens li jintalab li ssir talba mill-ġdid?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'għandix x'inżid mar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 6735.", "FONDAZZJONI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - BIGHI", "7594.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-fatt tal-bini msemmi fil-mistoqsija parlamentari numru 7240 u t-tweġiba mogħtija li l-Gvern kien għaddih lill-Fondazzjoni għax-Xjenza u Teknoloġija fit-12 ta' Mejju, 1995 jista' l-Ministru jgħid jekk din il-fondazzjoni qablitx ma' dan it-tibdil fl-użu?", "Jekk iva, jista' jgħid meta ngħata dan il-kunsens?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena informat li fis-6 ta' Mejju, 1997 il-Prim Ministru, wara konsultazzjoni mal-Fondazzjoni għax-Xjenza u Teknoloġija, emenda l-att li bih il-Gvern kien għadda Bighi lill-imsemmija fondazzjoni.", "UNIVERSITA' - INĠINIERA RIĊERKATURI", "7678.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7386 li saret fil-11 ta' Lulju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7843 mogħtija fis-seduta numru 107.", "UE - FOURTH FRAMEWORK PROGRAMME", "7747.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7403, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ministeru ma jżommx lista ta' l-applikazzjonijiet li jkunu saru għall-INCO/DC, anke jekk l-applikazzjonijiet isiru direttament lill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea?", "Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija ma jżommx lista ta' dawn l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija jagħmel briefing session fuq l-INCO/DC, dejjem jitlob lil dawk li japplikaw għall-INCO/DC biex iżommu l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija nformat.", "Uħud jagħmlu dan iżda oħrajn le.", "Għaldaqstant m'huwiex possibbli li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija jkollu lista komprensiva ta' dawk li jitfgħu l-applikazzjonijiet.", "Ta' min jirrimarka li din hija sistema identika għal dik użata fl-1996.", "UE - FOURTH FRAMEWORK PROGRAMME", "7748.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7403, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ispejjeż involuti sabiex il-partners Maltin jieħdu sehem fit- tliet proġetti?", "Meta saru ħlasijiet lil dawn il-partners u f'liema ammonti?", "Min ħallas għal dawn l-ispejjeż?", "X'uża sal-lum il-Gvern Malti mill-protokoll finanzjarju tal-UE għal dan il-għan kif previst fl-istess ftehim?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-proġetti huma dawn:", "1) il-proġett Biomaerl, Maerl Biodiversity - functional structure and anthropogenic inputs - spejjeż għall-partners Maltin: ECU132,380;", "2) il-proġett MEDUSE, The Mediterranean DUST experiment - monitoring and prediction of the atmoshpheric transport and deposition of desert dust in the Mediterranean region - spejjeż għall-partners Maltin: ECU93,625; u", "3) il-proġett ABEL, Automated Back-End European Line - li jaqa' taħt l- ESPRIT Programme - spejjeż għall-partners Maltin: ECU693,799.", "S'issa saru biss ħlasijiet fuq l-ewwel żewġ proġetti:-", "1) il-proġett Biomaerl - ammont totali ta' Lm4,000 ingħata f'Lulju 1997 u ħlas għall-research assistant biex jaħdem fuq dan il-proġett; u", "2) il-proġett MEDUSE - ammont totali ta' Lm5,876 ingħata f'Lulju 1997.", "Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija ħallas dawn l-ispejjeż mill- extra budgetary funds li ngħataw mill-Gvern għall-Fourth Framework Programme.", "Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali se jidħol garanti għal dawn l-ispejjeż u se jħallas għar-research assistant biex jaħdem fuq il-proġett Biomaerl.", "Għaddejjin negozjati bejn il-Gvern u l-kummissjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-użu tal-fondi allokati fil-protokoll finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea.", "Waqt li għaddejjin dawn in-negozjati, il-Gvern qed ikompli jappoġġa programmi ta' riċerka validi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna bejn wieħed u ieħor dawn in-negozjati f'liema stadju waslu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - FONDI", "7749.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7093, jista' l-Ministru jagħti breakdown tas- somma minfuqa sat-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - CO-ORDINATOR", "7751.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7407, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-post ta' industry applications network se jibqa' vakanti matul din is- sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-post ta' industry applications network mhux se jibqa' vakanti matul din is-sena għaliex se jiġi mħaddem fuq bażi part- time.", "EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI - HOSPITALITY", "7617.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W562 li saret f'April, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - HOSPITALITY", "7618.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W568 li saret f'April, 1997?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fi Ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W568 fis-seduta numru 101.", "SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA - HOSPITALITY", "7619.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jwieġeb għall- mistoqsija parlamentari numru W574 li saret f'April, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): In-nefqa għal hospitality magħmula mill-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja matul il-perijodu msemmi kienet ta' Lm5,441.12 maqsuma kif ġej:", "|Ministeru |Lm2,276.55| |Segretarjat | | |Parlamentari |1,070.00 | |Dipartiment | | |tas-Saħħa |248.61 | |Dipartiment | | |għall-Anzjani |474.88 | |Affarijiet | | |tal-Familja |1,371.08 |", "OPM - IMPJIEGI CASUAL", "7620.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W645 li saret f'Mejju, 1997?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Jiena nformat li sitt persuni ġew impjegati on a casual basis bħala casual social assistants fil- perijodu msemmi.", "Dawn l-impjegati, li huma kkonsidrati bħala self-employed, jagħmlu parti mill-iskema tal-home help care li hija amministrata mill-Uffiċċju għall- Kura ta' l-Anzjani fi ħdan id-dipartiment tal-customer services tas- segretarjat parlamentari għal Għawdex.", "L-Onor.", "Membru għamel l-istess mistoqsija wkoll lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bin-numru W654.", "Dan il-ministeru kellu jagħti tweġiba separata, inkluża l-informazzjoni dwar il- Korporazzjoni Telemalta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Kif jaf il-Ministru, billi l-casual social assistants huma self-employed żdiditilhom il-kontribuzzjoni nazzjonali.", "GĦalhekk se tingħatalhom xi żieda, kif kien wiegħed il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali fil- Parlament?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Cassar jagħmel din il-mistoqsija lill- ministru konċernat u jkun jista' jingħata risposta.", "EDUKAZZJONI - IMPJIEGI CASUAL", "7621.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W647 li saret f'Mejju, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nformat li fil-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997 in-numru ta' persuni li ġew impjegati fuq bażi każwali fid-dikasteru li għalih jien responsabbli huwa kif ġej:", "|1) Diviżjoni ta' | | |l-Edukazzjoni:- | | | casual cleaners |18 | | University student on| | | |1 | |casual kindergarten | | |duties | | | casual instructors | 2 | | supply teachers |70 | | | | |2)Universita' ta' Malta:- | | | Printer assistant | | |(impjegat | | |għal perijodu ta' tliet |1 | |xhur) | |", "Jiena nformat ukoll li fis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, id-Dipartimenti tas-Servizzi Korporattivi, l-Eżamijiet, Mużewijiet u Libreriji, kif ukoll il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija ma mpjegaw lil ħadd fuq bażi każwali fil-perijodu ndikat mill-Onor.", "Interpellant.", "FINANZI U KUMMERĊ - IMPJIEGI CASUAL", "7622.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W648 li saret f'Mejju, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-perijodu msemmi l-ebda persuna ma ġiet impjegata fuq bażi każwali fid-dikasteru tiegħi.", "PULIZIJA - TRAFFIC ACCIDENTS", "7806.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn traffic accidents sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li n-numru ta' inċidenti tat-traffiku sena b'sena mill-1987 'l hawn kien kif jidher hawn taħt:", "|1987 | 6,363 | |1988 | 6,958 | |1989 | 8,053 | |1990 | 7,948 | |1991 | 9,344 | |1992 |10,348 | |1993 |10,322 | |1994 |12,353 | |1995 |12,994 | |1996 |15,265 | |1997* | 7,028 |", "*sat-30 ta' Ġunju PULIZIJA - TRAFFIC ACCIDENTS", "7807.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tal-causes of traffic accidents li saru s-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "PUBLIC DEBT SERVICING", "7808.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l- interest on public debt sena b'sena minn 1987 'il hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "BANEK - COMMERCIAL BANK LOANS", "7809.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l- commercial bank loans fuq house purchases sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "|1994 |Lm4,531,876 | |1995 | | | |6,478,758 | |1996 | | | |8,059,931 | |1997 (għal 6 | | |xhur) |4,744,323 |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Fil-mistoqsija tiegħu, l-Onor.", "Adrian Vassallo staqsa għall-informazzjoni mill-1987 'l hawn pero' l-informazzjoni li ngħatat hija mill-1994 'l hawn.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Cassar għandu raġun pero' jiena qrajt it- tagħrif kif ġie mgħoddi lilna mil-Lohombus Bank.", "GĦalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant jerġa' jissottometti l-mistoqsija rilevanti u nkun nista' nwieġbu f'seduta oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Bir-rispett kollu, Madam Speaker, din hija informazzjoni pubblika u allura ma naħsibx li hemm għalfejn wieħed joqgħod jieħu l-inkarigu li jerġa' jagħtiha f'din il-Kamra.", "DĦUL NAZZJONALI - LIĊENZJI, TAXXI U MULTI", "7810.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ir- revenue tal-gvern minn liċenzji, taxes and fines sena b'sena mill-1987 'l hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Billi fl-interpellanza li għadu kif wieġeb il- Ministru hemm riferenza għat-taxxi, nixtieq nistaqsi jekk lill-Ministru jirriżultalux li l-iżball li sar il-ġimgħa li għaddiet fil-ħruġ ta' ċerti pagi bil-final settlement tax imnaqqsa sar b'kapriċċ.", "Qed nistaqsi dan għaliex proprju sa 27 minuta ilu kont qed nisma' Radio 101 jgħid li l- iżball forsi sar b'kapriċċ.", "Mela dan qiegħed jakkuża lill-impjegati li għamlu dan l-iżball b'kapriċċ.", "Jirriżultalu hekk lilll-Ministru?", "U jekk jirriżultalu hekk, x'passi se jittieħdu?", "Jekk ma jirriżultax hekk, huwa l- każ li l-Broadcasting Authority tagħti kas din it-tiċpisa li Radio 101 għamel fuq il-ħaddiema li għamlu dan l-iżball?", "Safejn naf jiena, dan l- iżball sar mill-impjegati u mhux mill-ministru u allura ma nifhimx għaliex għandu jingħata slant politiku.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din in-news item jiena ma kellix l-opportunita' li nismagħha, kif semagħha l-kollega tiegħi, biss ninvestiga ma' l-Awtorita' tax-Xandir.", "Kif spjegajt anke fl-istqarrija li għamilt hawnhekk, se mai jirriżulta li kien hemm żball ta' negliġenza pero' aħna xorta waħda dehrilna li għandna nieħdu passi dixxiplinarji fir-rigward ta' min naqas.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Biex nippreċiża - u anke fil-każ li l-Awtorita' tax- Xandir tagħti kas ta' dan li qiegħed jingħad f'din il-Kamra u tinvestiga - dak li ntqal ma kienx news item imma ntqal fi programm - ma nafx x'programm kien - li spiċċa proprju qabel ma beda l-bulettin ta' l-aħbarijiet tas-6.00 p.m.", "DĦUL NAZZJONALI - N.I. CONTRIBUTIONS", "7811.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ir- revenue tal-gvern mill-bolla sena b'sena minn 1987 'il hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "7886.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fit-12 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 5317, jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu s-Segretarju għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti minn Jannar 'il hawn mat-tliet rappreżentanti tiegħu fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jidhirlu l-Ministru li fir-rigward ta' mistoqsija ta' din in-natura - fejn kulma jrid jagħmel huwa li jgħidilna kemm il-laqgħa saret mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ - hemm għalfejn jittieħed iż-żmien sabiex tingħata risposta darb'oħra!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Wieħed mill-aktar ministeri li jkollu mistoqsijiet parlamentari x'jipproċessa u x'jara huwa l-Ministeru ta' l- Edukazzjoni.", "Aħna kemm jista' jkun nipprovaw inlaħħqu mal-mistoqsijiet li jidħlu, pero' l-Onor.", "Interpellant jifhem li wieħed xorta jrid ikun ċert li l-mistoqsijiet parlamentari li ma jitolbux ħafna sforz għal tweġiba, jipproċessahom u jarahom qabel jingħataw f'din il-Kamra.", "BIBLJOTEKA NAZZJONALI", "7887.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fit-13 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5192, u partikolarment għall-parti finali tal-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender ħarġitx?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'irriżulta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nhar il-Ġimgħa 13 ta' Ġunju, 1997 ġew ippubblikati żewġ sejħiet għall-offerti fil-Gazzetta tal-Gvern, waħda għal xogħlijiet ta' l-elettriku u protezzjoni mis-sajjetti fil-Bibljoteka u l- oħra għal provvista ta' fire detecting and suppression system fl-istess Bibljoteka.", "Dawn is-sejħiet jagħlqu nhar il-Ħamis 24 ta' Lulju, 1997.", "KULTURA - SAHRA", "7888.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset sahra lill-impjegati li jaħdmu fil-fergħa tad-Dipartiment tal- Kultura f'Ħal Luqa matul l-1996 u mill-bidu ta' din is-sena sa l-aħħar ta' Ġunju li għadda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KULTURA - SAHRA", "7889.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset sahra lill-impjegati li jaħdmu fil-fergħa tad-Dipartiment tal- Kultura f'Ħal Luqa b'konnessjoni mal-Festival Internazzjonali ta' l-Arti li għadu kif intemm?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KULTURA - EUROVISION SONG CONTEST", "7890.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi saru stqarrijiet pubbliċi li l-kumitat li ħa ħsieb il-parteċipazzjoni ta' Malta fil- Eurovision Song Contest iffranka l-flus fil-konfront ta' snin oħra billi ra li l-video tal-kanzunetta Maltija jinħadem f'Malta, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu effettivament il-flus iffrankati lill-Kaxxa ta' Malta?", "Jista' jgħid kemm kien jonfoq il-kumitat biex jagħmel il-video fis-snin li għaddew u kemm fil-fatt nefaq din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KULTURA - FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA", "7891.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega sewwa sew fiex se tikkonsisti l-parteċipazzjoni ta' kantanti barranin fil- Festival tal-Kanzunetta Maltija li se jsir aktar tard din is-sena f'Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI", "7920.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6956 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tal-15 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid għal liema xogħol kienu qed jirreġistraw il-505 persuni li f'Ġunju ma komplewx jirreġistraw minn jeddhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-aħħar darba kellu mistoqsija u wera tħassib serju dwar in-numru ta' nies li mhux qed ikomplu jirreġistraw minn jeddhom u kellu jara ftit x'qed jiġri, jista' l-Ministru jgħidilna jekk wasalx għal xi konklużjoni s'issa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru jitlob ħafna xogħol ta' riċerka u meta jkolli l-informazzjoni f'idi ngħaddihielu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-mistoqsija supplimentari li għamilt jien issa ma kenitx dwar in-nurmu.", "L-aħħar darba l-Ministru qal li se jagħmel investigazzjoni.", "Jien qed nistaqsi jekk investigax s'issa.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tlabt biex isir l-istħarriġ u dan qiegħed isir.", "Kif ikolli r-riżultat nagħtihulek.", "VETERINARJI", "7921.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn veterinarji f'Malta u Għawdex u kemm minnhom jaħdmu fis-servizz pubbliku?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mir-reġistru mediku jirriżulta li veterinarji hawn tmintax joqogħdu Malta u wieħed Għawdex.", "Rigward kemm minn dawn il- veterinarji jaħdmu fis-servizz pubbliku għandha ssir talba lill-Ministru ta' l-Agrikultura.", "TELEMALTA - LINJI TAT-TELEPHONE", "7922.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn linji tat- telephone fi djar u għall-użu ta' kummerċ jew ta' professjoni f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Jiddispjaċini li din l-informazzjoni ma nistax nagħtiha issa għax ma kienx minnu dak li kienet tgħid l-amministrazzjoni l-oħra li bis-sistema l- ġdida komputerizzata l-informazzjoni setgħet tinġabar kollha u malajr.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA MSIEĦBA F'UNION", "7923.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f'Malta u f'Għawdex li huma msieħba f'xi union?", "Kemm minn dawn jaħdmu fis-servizz pubbliku u f'korpi parastatali/mal-privat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' ħaddiema mseħbin f'unions f'Malta u f'Għawdex huwa ta' 79,136.", "Ir-reġistratur tat-trade unions ma jkollux tagħrif dwar fejn jaħdmu l-membri ta' l-unions.", "Għalkemm xi unions bħalma huma l-GWU u l-UĦM għandhom taqsimiet għal ħaddiema tal-gvern u tal-parastatali, ma jistax jiġi eskluż li jkun hemm ħaddiema fis-setturi tal-gvern u tal-parastatali li jifformaw parti minn taqsimiet oħrajn.", "Għal tagħrif aħjar nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jikkonsulta r- rapport tar-reġistratur tat-trade unions maħruġ fit-3 ta' Jannar, 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa fil-25 ta' Lulju, 1997 dwar l-esportazzjoni ta' patata matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7970.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' Critical Analysis of Customer Perception Survey maħruġ mill- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ f'Lulju 1997.", "Din hi l-korporazzjoni li tant ikkritika l-Onor.", "Joe Cassar fl- aġġornament li għamel il-ġimgħa l-oħra!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jien ma nafx għalfejn il-Ministru meta jpoġġi dokument hawn joqgħod isemmi affarijiet li għamel fl-14 ta' Lulju.", "(Interruzzjonijiet) Niftakarha bl-amment id-data għax hija l-ġurnata tal- waqgħa tal-Bastilja!", "MADAM SPEAKER: Grazzi, stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Karmenu Vella.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att ta' l- 1997 dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROTEZZJONI TA' PROPRJETA' INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL PROPERTY (PROTECTION) ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni ta' Proprjeta' Industrijali.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-22 ta' Lulju, 1997 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea huwa in possession.", "Onor. qabel ma tkompli għandek bżonn Leave of House.", "Qed nara li hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli bid-diskors tiegħu.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nirringrazzja lill-Kamra kollha għall-permess li kkonċedietli.", "Madam Speaker, meta nhar it-Tlieta li għaddew kont qed nitkellem dwar din il-liġi kont qiegħed ngħid li hemm ċerti affarijiet li wieħed jista' jgħid li fl-andament ta' kuljum ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm bżonn li wieħed jagħti kashom, anke to the extent li nieħdu l-miżuri neċessarji biex nibdluhom, pero' kont qed ngħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex wieħed li jittratta dawn il-problemi u m'huwiex wieħed li jara kif dawn id-diffikultajiet t'amministrazzjoni ta' kuljum jiġu megħluba imma huwa abbozz li permezz tiegħu l-Gvern qed ireġġa l-arloġġ lura għax lill-ministru qed inpoġġuh bħala ċ-ċentru ta' l-attivita' ta' l- ippjanar.", "Minflok li lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar se nħallulha liberta' ta' azzjoni sabiex f'dawk l-aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp tara l-mod globali ta' kif tħares lejn l-affarijiet, wara li jidħol fis- seħħ dan l-abbozz ta' liġi se niġu f'pożizzjoni fejn il-ministru jingħatawlu mill-ġdid bosta poteri ġodda li kienu tneħħew minn idejh.", "L- aħħar darba kont qed ngħid li b'dak li qed nagħmlu se nkunu qed nistiednu l-inkwiet b'idejna għax se mmorru lura għall-pożizzjoni ta' indħil politiku u ta' indħil mill-gvern fejn jidħol l-ippjanar.", "Hawnhekk forsi tajjeb li naraw x'kienu jgħidu ż-żewġ partiti politiċi qabel Ottubru tas-sena l-oħra.", "Jekk wieħed jara x'kien jgħid il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni jsib li, kuntrarju għal dak li ingħad minn diversi kelliema tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni f'dawn l-aħħar ġimgħat, mill-ewwel ikollna naslu għall- konklużjoni li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna assolutament ma jirriflettix dak li suppost kellu jagħmel Gvern Labursita ġdid.", "Meta mbagħad nhar it-Tlieta għamilt riferenza għall-programm elettorali tal- Partit Nazzjonalista, il-Viċi Prim Ministru minn taħt l-ilsien qal li din kienet \"tqarbina tax-xewqa\".", "Jekk irid jarah hekk jarah hekk imma hawnhekk tajjeb li nenfasizzaw li aħna konna qed nistqarru b'mod mill-iktar ċar ir-rieda soda tagħna li at all costs l-awtonomija ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'għandhiex titnaqqar waqt li l-gvern jiggarantixxi mhux biss proċess fair u trasparenti, kif inhu, iżda anke effiċjenza fil-ħidma.", "Din hi responsabbilta' li ma nistgħux naħarbuha.", "Kull ċittadin għandu dritt għal servizz trasparenti u effiċjenti.", "M'għandux ikun hemm lok għal dewmien għax id-dewmien jgħolli l-ispejjeż ta' kull investiment, jekk ma jisfrattahx.", "Fil-programm elettorali tiegħu, il-Partit Laburista kien qal li kien se jsaħħaħ il-poteri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Kien qal ukoll li:", "\"Il-proċeduri li tistħarreġ l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp jkunu msaħħa u mtejba.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun magħmula minn firxa ta' membri li jkunu iktar rappreżentattivi\".", "Madam Speaker, naħseb li dan l-abbozz ta' liġi jmur għal kollox kontra ta' dak li ngħad f'dan il-programm.", "Għandna pożizzjoni għal kollox kuntrarja mil-lat ta' attwazzjoni ta' programm.", "Minflok li nieħdu l-passi biex insaħħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u nagħmluha aktar indipendenti, qed nintroduċu ħafna indħil politiku f'suġġett, nerġa' ngħid, li l-esperjenza tal-passat urietna li anqas ma jindaħal il-politiku aktar ikun aħjar.", "Il-kelliema tan-naħa l-oħra bdew igħidu l-ħin kollu li l-poplu jrid jieħu dak li hu tiegħu bi dritt u fl-iqsar żmien possibbli.", "Jekk wieħed jara l- essenza ta' dan l-abbozz malajr jinduna li, f'diversi aspetti tiegħu, minflok li qed nagħmlu dan qed nagħmlu proprju bil-maqlub.", "Minflok qed nagħtu iktar poter u aktar possibbilta' ta' trasparenza biex kulħadd ikun jaf x'qed jiġri, il-ħin kollu qegħdin nagħtu aktar poteri lill-ministru.", "Fl- opinjoni tiegħi, inqas ma jindaħal il-ministru iktar ikun aħjar.", "Dan mhux qed ngħidu b'riferenza għall-Onor.", "George Vella imma għal kull persuna li tista' tokkupa din il-kariga.", "L-indħil tal-gvern se jkun indħil ferm iktar minn qatt qabel.", "Mhux biss se jkun hemm indħil fuq xi policy ġenerali imma se jkun indħil fuq ċerti dettalji.", "Nista' nagħti lista ta' ndħil ġdid li se jkollu dritt jagħmel il-gvern.", "B'dan l-indħil li qed nintroduċu se jkollna bilfors nagħtu definizzjoni ġdida ta' \"ppjanar\".", "Ma ninsewx li l-pjan ta' struttura li għandna huwa l-ewwel pjan ta' struttura li qatt kellna f'pajjiżna.", "Dan ġie mfassal b'ħafna xogħol min- naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fih hemm ħafna punti li jibqgħu validi minn żmien għal ieħor.", "Il-gvern għandu dritt li jbiddel il-pjan ta' struttura?", "Il-fatt li kull dokumentazzjoni li għandha x'taqsam mal-pjan ta' struttura mhijiex se tkun approvata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma jrid ikun il-gvern li jagħti din l-approvazzjoni, huwa l-ewwel pass fid- direzzjoni żbaljata.", "Anke fil-policies ta' kuljum se nkunu fil-pożizzjoni li l-Gvern jiddeċiedi u jiddetta hu mbagħad, kuntrarju għal dak li jsir illum, tkun l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tesegwixxi dawk l-ordnijiet tal- Gvern.", "Hawnhekk allura wieħed jistaqsi: X'se tkun il-funzjoni ta' l- awtorita' issa li se nkunu fil-pożizzjoni li l-Gvern imexxi u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ssegwi.", "Imma kif qed tirraġunaw li l-Gvern irid jagħmel hekk?", "Minn fejn qed tivvintaw li l-Gvern irid jimxi b'din is-sistema?", "Madam Speaker, minn domandi parlamentari li saru dan l-aħħar kellna indikazzjoni ta' x'irid jasal għalih il-Gvern .", "Diversi drabi kellna domandi parlamentari fuq xogħlijiet li beda l-Gvern mingħajr ma mexa mal- proċedura - mhux xogħlijiet li fihom infushom huma ħżiena - li normalment għandu jimxi biha, jiġifieri dik li jissottometti l-applikazzjoni tiegħu quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "F'dawn id-disa xhur li għaddew rajna lill-Gvern imexxi kif ifettillu mingħajr ma jagħti kas ta' x'inhi l-policy uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "U dan fiż-żmien meta l-liġi kienet għadha tagħti ċerti poteri lill-awtorita'.", "Jiġifieri l-awtorita' ma baqgħetx teżerċita l-poteri tagħha bl-istess mod li kienet tagħmel qabel.", "Per eżempju, quddiemna għandna emenda li tgħid li l-ministru jinforma lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar x'inhuma l-policies tal-Gvern f'dak li huwa żvilupp u l-ministru mbagħad jissorvelja l-operat ta' l-awtorita' fl- eżekuzzjoni ta' dawn il-policies.", "Dan huwa attakk mill-iktar qawwi fuq l- awtonomija ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Lin-nies li qegħdin jisimgħuna qed nagħtuhom impressjoni żbaljata.", "Se jkollna l-idea li jekk il-Gvern jista' jagħmel dak li jfettilu, allura ċ-ċittadin, li suppost jiġi l-ewwel, jagħmel li jrid hu wkoll!", "Nafu li kien hemm diversi lmenti pero' biex wieħed isolvihom ma kienx hemm għalfejn nagħtu poteri ferm kbar lill- ministru.", "Imbagħad hemm ukoll fatturi oħrajn.", "Qegħdin għal darba oħra nbiddlu bosta mill-funzjonijiet kemm tad- development control commission, li hija l-kummissjoni li tara l- applikazzjoni ta' kull individwu, kif ukoll ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Diversi drabi, anke fil-programm elettorali, kellna l-impressjoni li se jkun hemm awtorita' b'firxa ta' membri li jkunu \"iktar rappreżentattivi\".", "U x'għandna fil-proposta li għandna llum?", "Għandna proposta li d-DCC tkun jiddependi ħafna fuq iċ-chairman u fuq il-membri li jirrappreżentaw lill- Gvern.", "Bid-difetti kollha u l-problemi kollha fid-DCC, anke jekk wieħed seta' ma qabilx ma' ċerti deċiżjonijiet, għallinqas kellna nies li jaħsbu, jeddeċiedu u fl-aħħar mill-aħħar jagħtu deċiżjoni finali mingħajr ma jibżgħu mill-indħil tal-ministru.", "Qed ngħidu li d-DCC tista' tiltaqa' fil-magħluq fuq talba ta' xi ħadd.", "Dan m'huwiex punt li jagħti aktar awtonomija u trasparenza.", "Jekk dan il- punt jiġi fis-seħħ inkunu fil-pożizzjoni li minflok niftħu iktar inkunu qed nagħlqu.", "Meta ningħalqu wara l-bibien inkunu qed nagħlqu l-possibbilta' ta' diskussjoni valida min-naħa ta' l-applikanti u ta' min ikun qed joġġezzjona.", "Il-membri tal-bord tad-DCC, se jiġu f'pożizzjoni li minflok ma jaġixxu b'mod liberu, jieħdu deċiżjonijiet imġebbda minħabba raġunijiet oħrajn.", "Hawnhekk nagħmel parentesi żgħira.", "Meta l-Onor.", "Michael Bonnici kien qed jitkellem, il-Viċi Prim Ministru ntervjena biex jgħid li l-istruttura ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal- bord se tibqa' hemm imma b'daqshekk ma kienx ifisser li l-membri bilfors ikunu l-istess.", "S'hawnhekk naturalment il-Viċi Prim Ministru għandu d-dritt kollu li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu li jbiddel il-persuni kif iridhom hu.", "Imma nagħmillu appell biex jara bis-serjeta' li l-membri jkunu nies validi li jistgħu jagħtu kontribut.", "Iridu jkunu nies li bis-serjeta' jerfgħu r- responsabbilitajiet tagħhom u jaraw li d-deċiżjonijiet li jieħdu jeħduhom għax ikunu jemmnu fihom.", "Il-Viċi Prim Ministru għandu jevita li jiġri bħalma ġara fil-passat, li jkun hemm persuni li iktar iħossuhom leali lejn nies oħrajn u mhux lejn ix-xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Anke fejn jidħol l-appointment taċ-chairman ta' l-appeals board, qed ngħidu li dan se jkun maħtur mill-ministru.", "Din hija wkoll pożizzjoni fejn m'għandux ikun hemm indħil tal-Gvern.", "Se nerġgħu nirritornaw għall- pożizzjoni fejn ikollok persuni li jħossu li s-sigurta' ta' xogħolhom tiddependi fuq kemm jogħġbu jew ma jogħġbux lill-ministru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-kollega tiegħi, biex ikun onest, irid jgħid li fil-liġi kif inhi llum, iċ-chairman tal-bord għall-kontroll ta' l-iżvilupp huwa nnominat mill-Prim Ministru.", "X'hemm ġdid fiha dik?", "Ma nimmislidjawx lill-Kamra.", "Qisna qed nagħmlu xi ħaġa ġdida!", "Iċ-chairman tad-development control commission illum huwa nominat mill-Prim Ministru u m'aħna se nbiddlu xejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Għar-rigward taċ-chairman tad-DCC iva, imma għar- rigward taċ-chairman ta' l-appeals board m'huwiex il-każ.", "(Interruzzjonijiet) L-istess ħaġa wieħed jista' jgħid għal dak li jirrigwarda s-segretarju tal-bord ta' l-appell.", "Jiġifieri kemm iċ-chairman u kemm il-komponenti l-oħra ta' l-appeals board iridu jinħatru b'mod dirett mill-ministru.", "Barra din, hemm emendi oħrajn li jwasslu għall-pożizzjoni ta' iktar poter f'idejn il-ministru u allura għandek aktar persuni li jħossuhom leali lejn il-ministru.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-kollega tiegħi kien beda diskors interessanti u kont qed nieħu pjaċir nisimgħu, imma issa qed jimmislidja lill-Kamra.", "Il-membri tal-bord ta' l-appell sal-lum, bil-liġi preżenti li għandna, huma kollha nnominati mill-President fuq il-parir tal-ministru.", "Mhux hekk se nibqgħu?", "X'inti tgħid li se nagħmlu affarijiet ġodda!", "Trid tgħid lill-pubbliku li qed jisma' li f'dan il-kontest, il-membri tal-bord ta' l-appell illum huma nnominati mill-President tar-Repubblika li dejjem ikun qed jaġixxi fuq il-parir tal-ministru.", "U hekk se jibqgħu l- affarijiet.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, safejn naf jien f'dak li għandu x'jaqsam mal-bord ta' l-appell se jkun hemm ċertu tibdil.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nitkellem fuq il-bord ta' l-appell.", "Iva, hemm tibdil li, fl-opinjoni tiegħi, se jwassal biex f'diversi aspetti ta' din il- liġi se jkollna intervent dejjem akbar min-naħa tal-Gvern.", "Qed ngħidu wkoll li l-ministru se jkun jista' jintervjeni f'dak li huwa l-pjan ta' struttura u jbiddel partijiet.", "Qed ngħidu wkoll li jista' jkollna l-ħin kollu - jew kważi l-ħin kollu - tibdil f'dawk li huma policies ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bl-azzjoni diretta min-naħa tal- ministru.", "Dan huwa pass li sfortunatament jista' jwassalna lura għal dawk iż-żminijiet meta l-intervent tal-ministru kien ferm iktar b'saħħtu.", "Madam Speaker, minflok li se niftħu għal iktar trasparenza u għal possibbilta' li kulħadd ikun jaf x'inhu għaddej fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar, se nirritornaw għall-pożizzjoni fejn il-ministru jkollu wisq poteri f'idejh.", "Il-ministru se jkun jista' jintervjeni f'affarijiet li aktar ma' l-politiku jitbiegħed minnhom iktar ikun qed jagħmel ġid lis- soċjeta'.", "Nagħlaq hawnhekk u nispera li meta niġu biex inħaddmu din il- liġi ma nispiċċawx biex ikollna wisq iktar indħil mill-Gvern.", "Ma rridux li nerġgħu niġu għall-pożizzjoni fejn il-ministru jibda jiddeċiedi mhux biss il-policy imma jibda jiddeċiedi wkoll min u kif jista' jieħu l-permessi.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nibda billi nserrah moħħ l-Onor Censu Galea li qegħdin ħafna 'l bogħod mill-idea li l-ministru jibda jagħmel il- policies jew li jibda jagħti l-permessi.", "Jien naf min kien jagħti l- permessi - u m' hemmx bżonn immorru ħafna 'l bogħod - imma għalissa aħjar ma nibdewx insemmu każijiet u ismijiet.", "Verament għadu kemm kellna dibattitu twil fuq l-emendi għall-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Din hija liġi twila u kkomplikata u huwa mpossibbli li temendaha kollha f'daqqa.", "Fil-ħames snin li ilha topera u li ilha tiġi applikata jidher li hemm ħafna konsenturi u ħafna xquq li wieħed irid jirranġa.", "Fil-bidu forsi kien hemm l-iskop li wieħed jagħmel bidla sħiħa, imma ċ-ċirkostanzi kienu tali li parti minn din il-liġi riedet immedjatament tiġi emendata ħalli l- affarijiet ma jibqgħux jagħtu r-riżultati li kienu qed jagħtu.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex ħassejna li qabel ma jagħlaq dan il-Parlament kellna nagħmlu dawn l-emendi.", "Ma ridniex inħallu l-affarijiet ikarkru matul is-sajf.", "F'Ottubru, bħalma jaf kulħadd, nagħmlu seduti twal fuq l-estimi ġenerali tal-korporazzjonijiet u ta' l-awtoritajiet u dawn l-emendi, li fl- opinjoni tiegħi huma urġenti, kien ikollhom jistennew għall-aħħar tas-sena jew addirittura għall-bidu tas-sena d-dieħla.", "Dan kien ikun sagrifiċċju kbir għal ħafna nies li qed igergru fuq kif qed jinqdew mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-piż tat-tmexxija u l-funzjonament effiċjenti pero' professjonali, trasparenti u ġust tal-Planning Authority inħossu fuq spallejja.", "Nerfa' r-responsabbilita' kollha ta' dan it-tibdil.", "Jien qed nissuġġerixxi li dan it-tibdil isir bi qbil ma' din il-Kamra ħalli jkollna riżultati pożittivi.", "Jien għidt fil-bidu, Madam Speaker, li ġejt hawnhekk mhux b'xi liġi li niżlet mis-Sinai imma ġejt b'abbozz ta' liġi b'moħħi miftuħ, lest biex nisma' l-kritika u lest biex jekk hemm bżonn inbiddel anke dawn l-istess emendi li hawn inkorporati f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Fil-fatt għandi f'moħħi li nagħmel ċerti emendi għall-emendi għax nista' ngħid li sa nhar is-Sibt u nhar it-Tlieta stess, waqt li d-dibattitu kien għadu għaddej, kont qed niltaqa' ma' organizzazzjonijiet oħra, u dan in vista, b'mod speċjali, ta' l-allegazzjonijiet kbar li qed isiru min-naħa l-oħra, li qisna rridu nibilgħu l-Planning Authority fi ħdanna u nikkmandawha u nżommuha bl-ispaga.", "Sabiex nurukom li m'għandniex dan l-iskop lesti li ntajru xi affarijiet biex jekk kemm-il darba qegħdin iqanqlu dawn il-ħafna suspetti, nuru li veru m'għandna l-ebda skop li dawn l-affarijiet nagħmluhom.", "Madam Speaker, jekk nanalizza l-interventi li saru mill-bankijiet ta' l- Oppożizzjoni u nagħsarhom kollha flimkien - fil-fatt in-naħa l-oħra bejniethom ħadu aktar minn tmien siegħat fuq dan is-suġġett - insib li kien hawn reazzjoni esaġerata għal dak illi n-naħa l-oħra kienet taf li kien hemm bżonn li jsir fil-Planning Authority imma li għal diversi snin m'għamlet xejn dwaru.", "Jien ngħid li kellna din ir-reazzjoni esaġerata biex, kif jgħid il-Malti, jgħattu xturhom.", "Jien ngħid ukoll li kien hawn reazzjoni partiġjana ħafna għall-istess raġuni għal min kellu ċ-ċans jagħmel dan it-tibdil fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar - u baqa' m'għamlux - li iva, kien irregalaha lill-poplu l-Partit Nazzjonalista.", "Kienet istituzzjoni tajba, għadha tajba u rridu ntejbuha għax kieku ma naqblux magħha niġu hawn bil-kuraġġ kollu u ngħidu: Isma' din se nneħħuha.", "Jien ngħid li seħħet din ir-reazzjoni partiġjana biex jiskużaw ruħhom ma' l- elettorat illi qallhom u għadu qed jgħidilhom: Konna ġbajna nħabbtulkom, niktbulkom, inċemplulkom u nkellmukom biex tbiddlu l-liġi u tirranġaw l- affarijiet iżda bqajtu m'għamiltu xejn!", "Aħna minn din in-naħa bilfors ikollna naslu għal din il-konklużjoni li kien hawn din ir-reazzjoni hekk qawwija għax il-partit l-ieħor meta kien fil-gvern kellu ċ-ċans jirranġa l- affarijiet kieku ried u dan iċ-ċans tilfu.", "Pero' mbagħad interessanti wkoll illi wieħed jinnota li din ir-reazzjoni ma kenitx konsistenti, anzi kienet reazzjoni mħallta, għax stajna ninnotaw differenzi kbar bejn il- kelliema u din fl-opinjoni tiegħi tirrifletti t-taħwid li għad hemm f'dan il-partit, tmien xhur wara t-telfa elettorali.", "Madam Speaker, kellna taħlita ta' diskorsi li kienu fl-opinjoni tiegħi bbilanċjati u kostruttivi u mingħajr ma nagħmel kumplimenti lil ħadd ngħid li ħadt pjaċir nisma' d-diskorsi ta' l-Onor.", "Mugliett - ovvjament nistenna wkoll ċerta kritika; mhux ovvja din! - u ta' sieħbi l-Onor.", "Michael Bonnici, li b'frott ta' l-esperjenza li kellu fuq il-bord, bħalma kelli jien, tkellem b'mod realistiku u tkellem b'mod prammatiku ħafna.", "L- istess ngħid għall-kollega tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg, li again huwa bniedem t'esperjenza fuq il-bord, li bħas-soltu tkellem b'mod serju, b'mod prattiku, b'mod kostruttiv u nasal biex ngħid, anke b'mod pjaċevoli, għaliex hemm kritika magħmula b'mod pulit, b'mod intelliġenti u bbażata fuq argumenti li ta' min jirrispettahom.", "Kellna anke diskors mill-Onor.", "Ninu Zammit, li fl-istil tiegħu nista' ngħid li kien diskors pakat u realistiku, b'ħafna suġġerimenti prattiċi, għax wara kollox l-Onor.", "Membru huwa perit u għandu l-esperjenza.", "L-istess japplika għall-kollega tiegħi, l-Onor.", "Ċensu Galea, ħlief għall-aħħar żewġ żgarraturi fejn inġarr daqsxejn mill-emozzjoni imma altrimenti ħadt pjaċir nisma' ċerta kritika li kienet ħierġa.", "Pero' mbagħad, b'kuntrast li jaqta' b'sikkina, kellna diskorsi bħal ta' l-Onor.", "George Pullicino, li għalija kien negattiv għall-aħħar għax kien repetittiv u bl-ebda suġġeriment prattiku; sempliċement kollox ħażin, kollox ħażin u kollox ħażin.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-Onor.", "Membru huwa rappreżentant tal-branka ultra konservattiva, biex ma ngħidx ultra leminija, tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan li qed ngħid għad-diskors ta' l- Onor. Pullicino jgħodd imbagħad għad-diskorsi agressivi kważi, b'ton ta' xi meeting, ta' l-Onor.", "Austin Gatt u ta' l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Fil- każ ta' l-aħħar nista' nifhem għax l-Onor.", "Zammit Dimech, bl-ebda mistħija ta' xejn, ma fakkarx lill-Kamra li kien hu li kien responsabbli għal xi żmien mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Hu kien responsabbli, Madam Speaker, u suppost jaf ħafna aktar għax kien ikun spiss f'kuntatt ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ħalla kollox kif kien u ħalla t-tgergir tan-nies għaddej mingħajr m'għamel xejn fuqu.", "Pero' l-aqwa li l-ħbieb tal-partit kellhom il-mezzi kif jaħdmu fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jakkwistaw dawk il- permessi li kellhom bżonn!", "L-Onor.", "Zammit Dimech jaf x'qed ngħid.", "Mhux l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet ħażina imma l-mod kif kienet tiġi użata, bin-nies jidħlu hemmhekk, jiġru wara l-files, jimbuttaw il-każ tagħhom u jaraw li jakkwistaw l-permess malajr kemm jista' jkun.", "L-Onor.", "Zammit Dimech kien responsabbli dak iż-żmien u kien hu li meta kellu dan kollu quddiemu kien jagħlaq għajnejh kemm irid u kien iwassal il-messaġġi u l-ordnijiet li ried, meta ried u bl-idejn twal li kellu fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Nixtieq li kieku l-Onor.", "Membru qiegħed hawn ħalli jirrispondini.", "(Interruzzjonijiet) Bħalma kien jagħmel ta' qablu wara kollox, l-ex-Ministru Michael Falzon, li kien juża l-istess tattika għax kellu l-mezzi u n-nies kif mill-Planning Authority jakkwista u jieħu l- permessi li għandu bżonn għall-ħbieb u ħaddieħor jibqa' jittewweb barra u jistenna.", "X'nirranġaw l-istruttura!", "Aħna konna moqdijin!", "Kien hemm il- mezzi kif l-affarijiet jimxu meta rridu mmexxuhom, altrimenti ma kienx ikollna għalfejn li xi raġel ta' xi membru parlamentari jkun hemm minn filgħodu sa filgħaxija jippassiġġa fil-kuriduri u jiġri bil-files f'idejh ma' l-iskrivani, mal-case officers, bl-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar jiġru miegħu!", "Dan kollu kienu jafuh l-Onor.", "Zammit Dimech u l-ministru ta' qablu imma issa l-Perit Michael Falzon ntefa' għall-ġurnaliżmu.", "Mhux ovvju li ma jkollux grazzja ma' wiċċi!", "Imma hemm l-id moħbija wara ċertu ġurnaliżmu ta' min ħa d-disfatta tal-pubbliku, għaliex għamel dak li għamel fil- Planning Authority, u ħalla lil Malta tiċċappas bi skandli oxxeni bħal ta' Busietta għax kien hu wieħed milli ddeċieda bla ebda sens li l-permess jingħata.", "U permezz ta' l-idejn twal li kellu anke ħammeġ lil dan il- pajjiż u l-ambjent ta' dan il-pajjiż bi proġetti li ġew mogħtija l-permess u llum kulħadd iħares lejn xulxin u jgħid: Imma dan il-permess kif ħareġ?", "Imma dan il-permess kif ingħata?", "Imbagħad tistaqsi bil-mod u tkun taf kif ingħata u tkun taf l-id twila tal-Perit Michael Falzon fejn kienet.", "U mhux jien biss ngħidu dan, Madam Speaker.", "Mur barra fit-triq - jien niċċalinġja lil kulħadd hawnhekk - u jgħidulek min kienu n-nies li kienu jfittxu ħalli jmexxulhom il-files.", "U jiena ngħid li mhux ta' b'xejn l- istess partit meta kien fil-gvern biddel in-nies minn fuq id-DCC.", "Ara aħna wara tmien xhur, in-nies li kien hemm fid-DCC li appunta l-Gvern ta' qabilna hemm għadhom u ma biddilna lil ħadd minnhom.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li s'issa!", "Kieku kellna l-għatx tal-poter li attakkajtuna bih u li rridu nikkontrollaw kollox konna nagħmlu bħalma għamiltu intom fl-1987, b'xi Evarist Saliba jmur il-Foreign Affairs u jqaċċat 'il barra lil kulħadd mill-għada.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mugliett, forsi l-istorja ma tafhiex imma aħjar taqraha.", "Min irid il-poter f'idejh hekk jagħmel mhux iħalli jgħaddu tmien xhur.", "Hawnhekk niċċalinġja lil kull min irid ikun jaf illi lil min qed jippreżentani fid-dipartiment tiegħi, fid-DCC u fil-Planning Authority, jien qatt ma kellimtu f'dawn it- tmien xhur biex ngħidlu kif jivvota jew ma jivvotax, dik affari tiegħu u responsabbilta' tiegħu.", "Sal-bieraħ stess fejn kien hemm żewġ deċiżjonijiet serji quddiem il-Planning Authority, jiena nista' naħlef hawn li min qed jirrappreżenta d-dipartiment tiegħi fuq id-DCC ħallejtu fil-liberta' - dan jista' jixhdu hu - u bl-ebda mod ma wassaltlu messaġġi jew bgħatt inkellmu ħalli jiddeċiedi mod ieħor minn kif iħoss li għandu jiddeċiedi.", "Dik tkun is-serjeta' mela din l-ipokrezija kollha!", "Smajna dan il-kor kollu hawnhekk li dan il-Gvern se jaħtaf l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, se jiekolha u se jikkontrollaha.", "Nafu kif kien isir il-kontroll, mela ma nafux!", "Kellna mbagħad lill-Onor.", "Austin Gatt jitkellem bi stil pedantiku, ripetittiv u bl-akbar ipokrisija għaliex bla dubju ta' xejn dan kollu li qed ngħid jien kollu jafu.", "Mela biex riedu f'dawn it-tmien siegħat dibattitu isalvaw wiċċhom quddiem in-nies dawn, Madam Speaker?", "L-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra kollha qamu qishom akkolti f'kor wieħed jikkwotaw mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista u bdew jgħidulna x'kellhom f'rashom li jagħmlu.", "U din ta' x'kellhom f'rashom li jagħmlu u x'kien beħsiebhom jagħmlu, min verament jaf kif jaħdem il-Partit Nazzjonalista ...", "Per eżempju, jiena niftakar li kien ilhom jgħidu xi disa' snin - u kienet tidher bħala item sena wara oħra f'kull budget - li kienu se jagħmlu sptar tat-tfal.", "Darba, jekk m'inix sejjer żball, kienu vvotaw xi Lm60 jew Lm100 għalih u dejjem kienu jgħidu li se jagħmluh!", "Anke meta konna daħħalna c-childrens allowance kienu jgħidu li dejjem kellhom f'rashom li xi darba jagħmluha.", "Issa anke dan it-tibdil kontu se tagħmlu?", "Għamiltu disa' snin fil-gvern, b'żewġ ministri mustaċċuni in charge tal- Planning Authority - li issa ilha topera għal kważi ħames snin - u mbagħad tiġu tgħidu lill-poplu li dawn it-tibdiliet kontu se tagħmluhom.", "U ejja!", "Mhux ta' b'xejn il-poplu ma fdakhomx.", "(Interruzzjonijiet) Jien għidt li għamiltu xi ħaġa tajba għax jien inħobb nitħaddet b'mod oġġettiv, Onor. Censu Galea.", "Għadni kemm ikkumplimentajtkom għax għamiltu xi ħaġa li jien naqbel magħha, li jien nemmen li hi bżonnjuża, għidt li hi bżonnjuża u se niġġieled bis-saħħa tiegħi kollha biex naraha tibqa' taħdem, pero' ssir aktar effiċjenti u aktar tajba għal dawk il-funzjonijiet li għandha tagħmel.", "Dan jien nassigurah.", "Pero' mhux li tiġi hawnhekk u lill-poplu tgħidlu: Isma', dan li qed jgħidu tal-Partit Laburista ħafna minnu kont se nagħmlu jien.", "Jaħassra donnu li l-Partit Nazzjonalista għadu ma fehemx li t-telfa fl-aħħar elezzjoni li għaddiet hija l-vot tal-poplu li qalilhom: Isma', jiena m'għadnix nemminkom għax kontu tgħidu ħaġa u tagħmlu oħra, kontu twegħdu mod u tagħmlu ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Issa niġi għal dak li qegħdin jgħidu li jien wegħedt u m'għamiltx.", "Kollu se ngħidu dak.", "Madam Speaker, dawn bħas-soltu nfexxew fil-gideb u fil-ħolqien tad-dubji.", "Din hi l-politika li dejjem ibbaża fuqha l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, kemm ilu li daħal hu fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jiżra' d-dubju, kelma jitfagħha hekk u mbagħad iħalli l-oġġett jikber; imbagħad ikollu xi ħadd b'moħħu tajjeb ħafna, jorganizza l-media u jċappas artiklu 'l hawn, artiklu 'l hemm u juża l-influwenza fuq dak u fuq l-ieħor ħalli dawn jiktbu l-artikli u jibda ħiereġ il-gideb u l-poplu jibla'.", "Din hija t-tattika li, nerġa' ngħid, minkejja kollox ma ħadmitx.", "Imma hawn qegħdin naraw a repeat performance ta' din it-tattika li ġiet użata ad nauseam.", "Xbajna nużawha issa!", "Jekk ngħidu x'qalu u d-dubji li żergħu nsibu li ntqal li hemm \"il-biża' ta' xi cover-up\" - qisu se jaqa' is-saqaf fuqna!", "Semmew anke \"l-idejn moħbija\" wara dawn it-tibdiliet li qed nagħmlu - isma' daqsxejn, Madam Speaker! - u \"l-id twila tal-ministru\".", "Dawn huma l-espressjonijiet li l-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra użaw biex lill-poplu li qed jismagħna, illi xeba' jiktbilna, xeba' jċemplilna, xeba' jkellimna u ġej u sejjer jagħmel l-appuntamenti magħna biex nagħmlu xi ħaġa u nirranġaw l-affarijiet fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jgħidulu: Qed tara x'ġibt b'idejk inti!", "Qed tara x'ġibt fuq saqajk inti!", "Dawn issa ara x'se jagħmlulna!", "L-Onor.", "Zammit Dimech anke wasal biex qal li għandi xi \"vested interests\" u li xi ħadd impona fuqi biex nagħmel dan it-tibdil.", "Kellna wkoll lil xi ħadd li qal li se jkun hemm \"poter politiku inkontrollabbli\" Forsi min kien, kien qed jaħseb f'RCC, li kien iċ-ċentru nevralġiku f'Kastilja tat- tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, li kien jikkmanda u li s-swaba tiegħu kienu jwasslu sa kull dipartiment u sa kull ministeru li kellu l-Gvern ta' qabilna.", "Naħseb li fih kien qed jaħseb u mhux fija meta kien qed jitkellem fuq \"poter politiku inkontrollabbli\".", "U Alla lliberana minn dik ix-xibka u minn dik il-qarnita li ma komplietx tikber għax kienet qed tifga ħafna nies.", "Intqal ukoll li dan kien \"bżar mitfugħ fl-għajnejn\".", "Ovvjament imbagħad, for good measure, bis-soltu arroganza ntqal - din tant saret kelma komuni li kważi lanqas biss nagħti kasha - li hemm il-biża' li \"se nreġġgħu l-arloġġ lura\" u li din il-liġi hija \"skiżofrenika\".", "L-Onor.", "Zammit Dimech ukoll qal li dan huwa \"sintomu li wara disa' xhur il-Gvern qed jibża' mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar\".", "Li kieku qed nibżgħu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar faċli nagħmlu liġi biex nabolixxuha u nneħħu lil dawk li għad hemm jirrappreżentaw lill-ministeri ta' qabel fuq l- awtorita'.", "Fil-fatt dawn in-nies għadhom hemm sal-lum.", "U biex ikollna prova tal-konfużjoni li għandhom sħabna tan-naħa l-oħra, nisimgħu lill- Onor. Zammit Dimech jgħidilna li din il-liġi qed tagħti \"poteri drakonjani\" u mbagħad jaqbeż l-Onor.", "George Pullicino u jgħid li dan li qed nagħmlu m'huwa xejn ħlief \"taparsi tibdil\".", "Jew poteri drakonjani jew taparsi tibdil!", "Qegħdin nagħmlu tibdil jew m'aħniex nagħmlu tibdil!", "Jew moħħna biss biex inbiegħu l-propaganda, biex ngħajru, niżirgħu d-dubji u xejn aktar!", "Imbagħad l-isbaħ waħda għoġbitni kienet tal-kollega ta' Ħaż-Żebbuġ, l- Onor. Michael Bonnici meta qal: Dan huwa \"komplott kontra Ċesri.\"", "Skond l- Onor. Membru jien se nkun Brutus!", "Se nkun ħafna affarijiet jien, wiċċ Laskri u affarijiet oħra imma Brutus s'issa għadni ma kontx u din tagħtini idea għall-kostum tal-karnival!", "Pero' aktar interessanti mbagħad kien l- Onor. Ninu Zammit li dan spiċċa biex anke jagħtina lezzjoni kif taħmi l- pizza u din kienet l-aktar ħaġa li qgħadt nisma' b'attenzjoni u għoġbitni!", "(Interruzzjonijiet) Imħawra immens!", "Għalhekk għidt jien fil-bidu li m'hemmx fil konduttur imma hemm taħwida kbira ta' ħsebijiet li turi l- konfużjoni li hemm f'moħħ in-Nazzjonalisti, l-aqwa li jikkritikaw dak li qed jagħmel il-Gvern.", "Issa l-media, li segwiet u rrapportat dan li qed jiġri hawnhekk - dan diġa' għidnih fil-Kumitat Permanenti tal-Kamra għall-Affarijiet Barranin - uriet bias politiku tremend u nerġa' ngħid li dan kollu huwa orkestrat biex jpoġġi lill-Gvern f'dawl ikrah.", "Ħafna mill-Onor.", "Membri ta' l- Oppożizzjoni, b'nuqqas ta' servizz lill-poplu, ma semmew xejn minn dak it- tajjeb li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u għalhekk huwa d-dover tiegħi li nsemmih għax kulma għamlu dawn kien li rripetew id- diska tan-nuqqas ta' trasparenza.", "Inċidentalment illum fil-gazzetti ġew irrapportati affarijiet li ma nafx minn fejn ivvintawhom għax m'għandhom x'jaqsmu xejn u qegħdin jgħidu li hemm affarijiet li addirittura lanqas jeżistu f'din il-liġi.", "Imma dan huwa l-mod kif inti ssib iċ-ċans ...", "Xi ħadd semma' lil Brutus u lil Ċesri imma jiena naħseb li Ċesri huwa l-Gvern għax donnu li hawn min ma' l-ewwel ċans li jsib jaqbad is-sikkina u jipprova jagħtih daqqa minn wara dahru bl-iskop li jeħles minnu għar- raġuni li ma' dan il-Gvern ma nxappux.", "Il-komplotti, ir-renji u l- prinċipalitajiet li kien hemm qabel illum sfortunatament tkissru.", "Jekk wieħed irid ikun jaf kemm qed jiekol propaganda u informazzjoni ħażina - misinformation jew disinformation, għidilha li trid - forsi jgħid: Imma possibbli dan il-Gvern huwa tant miġnun li skond l-Oppożizzjoni ressaq emendi quddiem il-Parlament li huma kollha ħżiena!", "Imma m'hemm xejn pożittiv!", "Lanqas redeeming feature wieħed!", "Lanqas ħaġa waħda m'hu se jagħmel dan il-Gvern li hi tajba!", "U min jaqra' u jisma' u mbagħad jinduna ngħid li għandu jdur fuq min ikun bellagħlu din l-informazzjoni u jgħidlu: Isma' inti lili xi ħsibtni mazzun!", "Kien hemm żmien meta konna nbellgħu l- affarijiet.", "Dak iż-żmien m'għadux.", "U b'hekk jinqabdu mbagħad u jidhru li qegħdin jagħtu informazzjoni ħażina.", "Barra minn hekk, dawk l-eluf ta' nies li kellmuni kemm ili responsabbli mill-Planning Authority - u nista' ngħid li tliet kwarti mill-ħin fil- ministeru applikajtu għall-Planning Authority f'dawn it-tmien xhur li ili hemmhekk - u l-munzelli ta' ittri li nirċievu kuljum bħala complaints, dawn imbierek Alla ma dehrux fil-gazzetti!", "Ħadd minnhom ma tkellem u qal: Għall-erwieħ xi ħadd se jirranġaha s-sistema!", "Jiena ma rridx ngħid illi hemm għaddejja xi forma ta' xi ċensura biex dawn l-ittri, jekk jinkitbu, ma jidhrux fil-gazzetti, imma bilfors jidħluli d-dubji għax huwa mpossibbli - u nerġa' ngħid impossibbli - li minn dawk l-eluf ta' nies li avviċinawna u kitbulna - u meta kont membru fil-Planning Authority kienu jgħidulna biex inbidlu \"hekk\", nagħmlu \"hekk\" - imbierek Alla dawn f'daqqa waħda kollha jimmutaw.", "Imbierek Alla anke l-Kamra tal-Periti u l-Federation of Industry immutaw, meta nista' ngħid li dawn kienu l-ħin kollu magħna waqt id-diskussjonijiet u l-aħħar drafts u l-aħħar ħsebijiet ddiskutejnihom magħhom ħalli forsi nsalvaw ftit is-sitwazzjoni.", "Ma nafx għalfejn din il- kritika kollha li ħierġa, qisu l-Gvern waħdu ħareġ b'dawn l-emendi!", "Ejja nkunu rġiel u ejja nerfgħu r-responsabbilta' ta' dak li qbilna fuqu għax dawn l-emendi qbilna fuqhom, tħadditna flimkien u konna flimkien fiha din il-kwestjoni kollha.", "Illum il-ġurnata qegħdin jitbiegħdu, qishom ma kellhom x'jaqsmu xejn, u bilkemm ma nsibx lil xi perit, li forsi lanqas ikun informat b'dak li kien għaddej, u jikteb kontra.", "U rajna diġa' biċċiet minnhom.", "Madam Speaker, jiena rrid nagħmel din il-mistoqsija: Irridu jew ma rridux tibdil fil-Planning Authority?", "Għax jekk ma rridux, jekk il-poplu issa f'daqqa waħda huwa kuntent u dak it-tgergir u dawk il-complaints kollha sparixxew, inħassar kollox, noqgħod bil-qegħda u mmur kwiet id-dar.", "Jekk il-poplu kuntent jgħidilna ħalli nħallu kollox kif inhu.", "Jiena konvint li l-poplu altru li m'huwiex kuntent!", "Il-poplu altru li m'huwiex kuntent u għalhekk qed nagħmlu dawn l-emendi.", "Dawn l-emendi qegħdin ħalli lill-poplu nagħtuh iċ-ċans li jinqeda aħjar.", "U nerġa' ngħid li l-Gvern ma jridx poteri u m'għandux x'jambi poteri.", "Kellu bżonn jiġu xi erba' awtoritajiet tajbin jeħdulna parti mir-responsabbiltajiet li għandna u jħaddmuhom tajjeb!", "Il-ministru ma jridx poteri u m'għandux x'iridhom il- poteri.", "Jiena sal-lum kull meta ġie jkellimni xi ħadd fuq xi ħaġa ngħidlu: Tkellimnix fuq permessi, tkellimnix fuq pjanti, kellimni fuq proċedura, kellimni jekk inqdejtx tajjeb, kellimni jekk inti tħossokx oltreġġat b'xi ħaġa imma tgħidlix fuq permessi, m'għandix x'naqsam.", "Pero' aħna konxji li għandna ċerti obbligi lejn iċ-ċittadin u dan id-dover qegħdin nagħmluh minkejja l-kritika tan-naħa l-oħra, minkejja t-tfigħ tat-tajn u minkejja l- akkużi.", "Dan huwa obbligu li se nagħmluh.", "U se nagħmluh b'kuntrast kbir ma' ħaddieħor li litteralment ħasel idejh mis-sitwazzjoni kollha u ħalliha tistagħġna.", "Ngħid u nerġa' nirripeti dak li għidt li ta' qabli ħasel idejh b'mod illi meta dħalt fil-ministeru jien - din għidtha u nerġa' ngħidha - ma sibtx biċċa karta waħda li kienet turi li l-Onor.", "Zammit Dimech kien qiegħed bis-serjeta' jimpenja ruħu biex forsi jsiru xi tibdiliet.", "Ara mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar sibt ħafna attentati ta' \"nbidlu hekk\" u \"nagħmlu hekk\" - ħalliha li forsi ma kenux effettivi - imma nassigura lil kulħadd li ma sibt l-ebda karta, l-ebda forma ta' xi rapport, l-ebda indikazzjoni li turi li l-ministru ta' qabli kien b'xi mod inkwetat.", "Ma kien inkwetat xejn għaliex, bħalma għidt fil-bidu, kienu moqdijin u ma kellhomx għalfejn jirranġaw l-affarijiet.", "Huwa ċ-ċittadin li ma kienx moqdi pero' min kellu l-ħbieb u l-mezzi kif jidħol u jdur hemm ġew, imexxi l-files u jgħaġġel u jagħmel il-konfoffi ma' ċerti nies, kien jinqeda u ma jimpurtahx minn dik il-koppja li qiegħda tistenna biex tieħu permess ħalli tibni maisonette u jkollha tistenna bħal ħaddieħor.", "Huwa dan li mbuttana biex nagħmlu dawn l- emendi ħalli kulħadd jieħu dak li hu fid-dritt tiegħu u dak li ħaqqu.", "Madam Speaker, nixtieq li f'dan l-istadju npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-famuż rapport ta' Farrugia li min jaf kemm nibxuna fuqu min-naħa l-oħra, forsi għaliex ħasbu li fih xi mappa sigrieta fejn issib id-deheb!", "Dan ir-rapport ta' Farrugia kien għand il-membri tal-Planning Authority, tajtu lill-Kamra tal-Periti u tajt kopja tiegħu anke lill-Onor.", "George Pullicino u se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra għaliex saret id-diskussjoni u ħadna xi ħaġa minnu.", "M'iniex qed ngħid li d-diskussjoni hija lesta għaliex din hija l-ewwel parti ta' l-emendi li se nagħmlu fil-Planning Authority - u din nirripetiha għall-miljun darba - pero' qed nagħmluha għaliex kienet urġenti.", "Nittama li bil-grazzja t'Alla nagħmlu gruppi oħra ta' emendi u nġibu lill-Planning Authority fejn nixtiequ sabiex tkun effiċjenti, trasparenti u accountable.", "Madam Speaker, nixtieq inpoġġi wkoll rapport li jiena dejjem faħħartu u li għamel il-management team tad-Direttorat ta' l-Ippjanar b'reazzjoni għall-investigazzjoni li kien beda Carmelo Farrugia bl-isem \"Improving the Planning Services\".", "Nixtieq inpoġġi wkoll l-updating ta' l-istess rapport tad-19 ta' Ġunju bl-isem \"Proposals for Improving the Planning Services\", b'reazzjoni għal dak li kien qiegħed jingħad.", "Dawn se npoġġihom fuq il- Mejda tal-Kamra biex min irid jara s-sigrieti jarahom!", "MADAM SPEAKER: Hawn permess sabiex dawn id-dokumenti jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar l-istruttura u l-funzjonijiet ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar;", "Rapport maħruġ fis-7 ta' Diċembru 1996 mill-Management Team tal- Planning Directorate intitolat \"Improving the Planning Service\"; u", "Rapport maħruġ fid-19 ta' Ġunju 1997 mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar intitolat \"Proposals for Improving the Planning Service\".", "Aħna nafu kemm kienu joqogħdu jizzikawna min-naħa l-oħra u jitfgħu d-dubji.", "Kont nieħu gost nara lill-Onor.", "Austin Gatt jistaqsi meta dan ir-rapport ta' Farrugia se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Issa jista' jieħdu miegħu u llejla joqgħod jaqrah qabel jorqod!", "Madam Speaker, nistgħu ngħidu li l-attakk prinċipali tan-naħa l-oħra kien li l-ministru jrid jieħu l-poter f'idejh u joħnoq l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Din għalija hija l-aktar ipokrezija grassa.", "Jiena nistaqsi: Jistgħu ż-żewġ ministri, li qabli kienu jmexxu din l-awtorita', ipoġġu jdejhom fuq sidirhom u jgħidu li f'dawn l-erba' snin u nofs qatt m'għamlu pressjoni politika fuq l-awtorita'?", "Jista' l-Onor.", "Zammit Dimech jgħid li qatt m'għamel pressjoni politika fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Ma nsemmix lill-Perit Michael Falzon għax lil dak il-poplu qallu biex ma jerġax jidħol fil-Parlament għaliex għamel biżżejjed ħmerijiet.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn il-permess tal-Kamra biex tkompli titkellem.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirringrazzja lill-Kamra kollha għall-permess li tatni.", "Jistgħu tan-naħa l-oħra jgħidu li ma kienx hemm diskriminazzjoni politika fil-Planning Authority?", "Dalgħodu issemmiet persuna li telqet mill- Planning Authority u jiena ħadt gost nisma' li s-Sur Sacco ingħata ċertifikat ta' effiċjenza miċ-chairman tal-Planning Authority.", "Meta s-Sur Sacco kien impjegat mal-Planning Authority ma ħax l-istess trattament li ħa ħaddieħor li daħal miegħu u li b'mod arbitrarju ħa kemm Alla ħalaq promotions u wkoll karozza.", "Il-ministru kien jaf b'dan.", "Mela għalfejn din l-ipokrezija kollha li jgħidu li ma jridux indħil tal-ministru!", "Ma kienx jindaħal fejn ma kienx jaqbillu li jindaħal għax dak Laburist u l-ieħor Nazzjonalist, ejja nagħmluha ċara.", "Pero' jistgħu jgħidu li ma kienx hemm ħatriet u placings ta' nies in the right place fil-Planning Authority?", "Ma rrid lil ħadd jieħu għalih pero' tajjeb li ngħidu dawn l-affarijiet, għaliex meta tiġi soġġett għall-kritika irresponsabbli u tfigħ ta' dubbji, fis-sens li jien irrid naħtaf l-Awtorita' ta' l-Ippjanar taħt idejja - hekk intqal ripetutament min-naħa l-oħra tal-Kamra - ir-risposta tiegħi tkun ċara: Kunu afu min kien jaħtaf!", "Jistgħu jgħidulna li ma kenux isiru ħatriet ta' nies in the right place ħalli meta jkollhom bżonnhom isibuhom malajr u jaqduhom?", "Bħalma għidt, kien hemm aċċess totali għal ċerti nies.", "Per eżempju, ir-raġel tal-kollega tagħna, l-Onor.", "Giovanna Debono, kien jagħmel ġranet idur fil-Planning Authority u aktar ma toqrob l-elezzjoni aktar kont issibu hemmhekk.", "U dan għalhekk qed insemmih, ħalli xi ħadd jiġi hawn u jgħid li mhux veru.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li ma jaħdimx hemm!", "Kemm hu bravu l-Onor.", "Mugliett!", "Ma jaħdimx hemmhekk imma ċ-ċwievet tal-bibien kollha kellu u kulħadd kien jaqdih mill-koxxa!", "Imma dik il- koppja li qiegħda tistenna l-permess biex tibda tibni - għaliex ġej is-sajf u forsi jagħmlu ftit xogħol b'idejhom u jiffrankaw Lm600 jew Lm1,000 - trid tistenna għaliex m'għandhiex xi pampalun li jmur hemmhekk u jintervjeni għan-nom tagħha.", "U anke t-tifel ta' l-ex-Prim Ministru jista' jgħidilna kemm kien idur hemm ġew.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li l-Public Works Department m'huwiex il-Planning Authority!", "Jekk ridt tiddefendih, kellek ċans tqum tiddefendih.", "Dawn l-affarijiet jiena m'iniex ngħidhom b'kattiverja u fil-fatt, minkejja li ilna nafu b'dawn l-affarijiet kollha, fiż-żmien li konna fuq il-bord qatt ma qajjimna oġġezzjonijiet.", "Imma mhux għaliex se nirranġaw l-affarijiet issa jgħidu li aħna l-maħmuġin u li aħna rridu naħtfu u nikkontrollaw!", "Jekk huma kienu komdi għax kienu qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni bl- idejn twal li kellhom, żgur li ma ridux li jkun hemm xi tibdil imma aħna għandna għalfejn inbiddlu għaliex irridu li kulħadd jieħu dak li għandu jieħu u mhux min jieħu u min ma jeħux.", "Għalhekk jiena nakkuża liż-żewġ ministri li kien hemm qabli li lill-Planning Authority, struttura tajba li l-pajjiż għandu bżonnha, ħallewha tmur lura u għalhekk waslet fejn waslet.", "Issa meta qed nikkritika lill-awtorita' ma nkunx qed nikkritika lin-nies li hemm fiha u dan ma jiena ngħidu bl-ebda ipokrezija.", "Għandi l-akbar rispett lejn il-biċċa l-kbira tan-nies li hemm f'din l-awtorita' u lejn il- professjonalita' tagħhom imma mbagħad hemm elementi li ħammġuha.", "Dawn huma n-nies irresponsabbli li ġiegħlu l-affarijiet jiġru kif ġraw, imma mbagħad mhuwiex sew li aħna niġu akkużati li qegħdin nimmanipulaw l-affarijiet.", "Ħalli ngħid ftit x'qalu min-naħa l-oħra - mhux x'qalu barra mill-Parlament imma x'qalu hawn ġew - għax lil min mar igerger magħhom qalulu: Mhux tort ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar!", "Mhux huma!", "Ara jiena m'għidtx hekk.", "Jiena għidt li hemm id-difetti u hemm bżonn nanalizzawhom u naraw kif nirranġawhom.", "Madam Speaker, se ngħid x'qalu l-Onor.", "Membri ta' l- Oppożizzjoni u mhux x'qalu minn din in-naħa tal-Kamra, ħalli ma jkunx hemm min jgħid, bħalma qegħdin jgħidu, li għandna għall-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "(Interruzzjonijiet) Minn fuq jirreżistu t-tibdil li qegħdin nipproponu!", "L-Onor.", "Mugliett, bl-ikbar sinċerita', qal li jafu li hemm \"nuqqas ta' trasparenza\".", "Allura din se nħalluha jew nirranġawha?", "Jiena naħseb li għandna nirranġawha.", "Ikkritika wkoll il-perijodu ta' tmien ġimgħat li anke jiena ma naqbilx miegħu u għalhekk se nirranġawh.", "Ara l-Onor.", "Zammit Dimech Alla jbierek ma kkritika xejn fil-Planning Authority.", "Dażgur!", "Mela se jikkritika xi ħaġa li suppost irranġaha hu u allura taqa' l-kritika fuqu!", "Skond l-Onor.", "Zammit Dimech il-ħażin qiegħed kollu f'dak li se nagħmlu aħna.", "Imbagħad l-Onor.", "Michael Bonnici qal li hemm \"inkonsistenza\" fl- awtorita'.", "Allura dawn se nħalluhom jew se nbiddluhom?", "Qal ukoll li \"m'hemmx biżżejjed enforcement\" pero' huwa jaf kemm għaddejna sigħat niddiskutu dwar dan fil-Planning Authority.", "Jiena nittama li dan is- suġġett nittrattawh darb'oħra u nirranġawh ukoll pero', aktar minn hekk, l- Onor. Michael Bonnici wasal biex qal li l-case officers \"jiddettaw\" lill- periti privati.", "Allura dan inħalluh?", "Noqogħdu bil-qegħda u ma nagħmlu xejn, minkejja li nafu b'dawn l-affarijiet kollha?", "Jiena ċert li lill- Onor. Zammit Dimech kien jgħidlu li hemm case officers li qegħdin jiddettaw lill-periti, pero' x'għamel l-Onor.", "Zammit Dimech dwar dan?", "M'għamel assolutament xejn!", "Anzi qiegħed jiġi hawn u jgħajjar lilna.", "L-Onor.", "Tonio Borg, bħall-Onor.", "Zammit Dimech, ma kkritika xejn pero' l- Onor. Ninu Zammit sa wasal biex qal - u hawn qed nikkwota - li l-Planning Authority \"għamlet il-bsaten fir-roti biex ittellef il-progress fil- pajjiż\".", "Dak ċertifikat!", "Dak pjaċir!", "Allura nħallu lill-awtorita' taħt gvern li jaf b'dan kollu u jħalliha tagħmel il-bsaten - mhux lill-gvern jew lill-ministri individwali - lill-progress fil-pajjiż?", "L-Onor.", "Zammit ilmenta li hemm policies li huma \"bla sens\" u li wħud minnhom iridu jiġu riveduti.", "Imbagħad ikkritika kif isir il-land use, li huwa aspett professjonali, u bħall-Onor.", "Michael Bonnici qal ukoll li hemm case officers li \"m'humiex korretti fl-aġir tagħhom\".", "(Interruzzjonijiet) Putting it mildly!", "GĦalhekk jiena nistaqsi: F'ġieħ is-sewwa u f'ġieħ ir- responsabbilta' li jkollu ministru meta jkun f'din il-pożizzjoni, x'għamiltu biex dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru?", "Għax is-sitwazzjoni jiena l-istess sibtha, biex ma ngħidx li sibtha agħar.", "F'dan il-kor imbagħad ingħaqad il-kollega, l-Onor George Pullicino, li qal li fil-Planning Authority hemm ħafna problemi pero' ma ġara xejn għaliex din issa writniha aħna!", "Mela huma għaddejjin komdi għax telqu jew neħħihom il-poplu u aħna qegħdin niffaċċaw dawn il-problemi kollha.", "Pero' l-aktar ħaġa serja għalija hija li anke l-Onor.", "Pullicino jallega li hemm abbużi mill-case officers.", "Mela issa għandna tliet membri li qegħdin jallegaw - ma ninsewx li anke l-Onor.", "Ċensu Galea kien qal dan ukoll imma mbagħad innegaha - bl-aktar mod ċar li hemm abbużi mill-case officers.", "L-Onor.", "Austin Gatt qal li \"faqqset il-burokrazija\".", "U l-burokrazija x'inhi, Onor. Austin Gatt?", "Il-burokrazija hija l-proċedura u allura x'hemm ħażin li l-ministru tal-lum jara li dawn il-proċeduri jiġu streamlined?", "Jidher ċar li skond l-Onor.", "Austin Gatt, min ħa l-briga biex ifaqqas il-proċeduri wasal biex faqqas il-burokrazija!", "Dan huwa wieħed mill-fatturi li sfortunatament faqqas il-burokrazija għax aħna injettati mis-sistema burokratika Ingliża.", "Faqqasna l-proċedura biex nagħmlu l- affarijiet iktar diffiċli - ir-raba' wieħed li qiegħed jammetti li xi uffiċjali abbużaw.", "Ara lil dan ħadd ma qallu: Għidha barra ħalli nieħdu passi kontra tiegħek!", "Le, dak l-Onor.", "Austin Gatt, ħadd ma jgħidlu xejn!", "Imma jien qed infakkar lill-poplu x'intqal f'dan id-dibattitu kontra l- Planning Authority minn nies li sa tmien xhur ilu kienu responsabbli huma li jaraw li dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Nispera li issa ma jiġix xi ħadd jgħidli li dan ġara fl-aħħar tmien xhur u mhux fi żmienhom - għax kapaċi jaslu għal dan it-tip ta' ġenn imma naħseb li ma jabbużawx.", "Saħansitra l-Onor.", "Gatt qal li l-Planning Authority m'hijiex \"user friendly\".", "Veru, naqblu hawnhekk, imma allura għaliex m'għamiltu xejn, Onor. Austin Gatt, meta' int kellek tant power biex tikkmanda u kellek tant spag x'tiġbed, bil-ministri kollha jibżgħu minnek?", "Għaliex ma ġegħelthomx jirranġaw dawn l-affarijiet meta kontu fil-gvern?", "Pero' l-iktar wieħed voċiferu - li lanqas jien ma nasal biex ngħidhom dawn l-affarijiet - kien l-Onor.", "Toni Abela li qal li hemm \"sitwazzjoni intollerabbli\".", "Mela għandna kor ta' tmienja min-nies - responsabbli jiġifieri mhux qed insemmi lil xi ħadd li qabżitlu jew raqad mikxuf u ġie jgħajjar lill-Planning Authority - li għamlu dawn id-diskorsi ppreparati fuq il-Planning Authority f'dibattitu fil-Parlament.", "L-Onor.", "Abela qal li kien hemm sitwazzjoni \"intollerabbli\", policies li \"ma jagħmlux sens\" u allega li kulħadd sar \"alla żgħir\".", "Hawn bdew jikbru l-akkużi għax qal li kulħadd sar \"alla żgħir\".", "Meta l-Onor.", "Membru qed jgħid dan naħseb li għandu ċerta informazzjoni f'idejh biex jgħid hekk.", "Dan nutar u naħseb li sema' ħafna affarijiet biex jgħid li kulħadd sar \"alla żgħir\" hemmhekk!", "Madam Speaker, nerġa' nfakkar lil min qed jismagħna bħalissa li dan mhux il-membri tal-Gvern, mhux il-Laburisti qed jgħiduh, imma l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li sa tmien xhur ilu kienu fil-gvern.", "Imbagħad fetaħ ħanxra u beda jgħidilhom: \"Istħu, istħu!\".", "(Interruzzjonijiet) Tmien xhur, tibżax, tħabbilx rasek, fadlilkom x'tistennew!", "Inti għoddhom, imma fadallek x'tgħodd mhux ħażin!", "L-Onor.", "Abela fetaħ ħanxra u beda jgħajjar lill- Planning Authority permezz ta' l-uffiċjali tagħha hawnhekk u beda jgħidilhom: \"Istħu, istħu!\".", "Lill-Onor.", "Abela jien ngħidlu: Istħu intom għaliex l-istruttura tal- Planning Authority bdiet taħdem.", "Aħna li nistgħu naraw mill-bogħod iktar nistgħu nagħmlu valutazzjoni u niġġudikaw kif sejrin l-affarijiet.", "Aħna responsabbli li nbiddlu u nirranġaw l-affarijiet ħalli ma jiġix xi kor ta' membri Nazzjonalisti u jibdew jagħmlu dawn il-ħafna litaniji ta' akkużi lill-Planning Authority.", "Dawn qishom qegħdin jgħajru lilhom infushom, bħalma jgħid il-Malti li tobżoq lejn is-sema u jiġi f'wiċċek.", "Madam Speaker, in-nies jifhmuhom dawn l-affarijiet.", "Ladarba dawn in-nies kollha, bir-responsabbiltajiet li kellhom, ex-ministri u membri parlamentari u dawk attivi fil-partit, illum għandhom din iċ-ċarezza ta' kritika kontra l- Planning Authority, il-poplu jgħidilhom: Allura intom, li ma kontux irresponsabbli, li ma kontux kattivi ma' dawk li bdew idumu jistennew u jbatu m'għamiltu xejn u issa għax qegħdin \"komdi\" ma qed tagħmlu xejn ħlief tikkritikaw!", "Din m'hijiex serjeta'.", "Jien għalija din hija assolutament il- quċċata ta' l-ipokrezija.", "Madam Speaker, issa ħalli naraw fiex tikkonsisti l-kritika li għamlet in- naħa l-oħra.", "Stajna smajna wieħed, apparti dawn l-appellattivi u din il- litanija ta' kumplimenti lill-Planning Authority - għax kull wieħed beda jipprova jkun kemm kemm iktar tajjeb mill-ieħor! - imma altrimenti ssib li kien hemm ripetizzjoni ta' l-istess affarijiet.", "Kien hemm tliet punti bħala kritika.", "L-ewwelnett qalu li ma saritx konsultazzjoni biex isir dan it-tibdil.", "Nota li daqqha kulħadd kienet għaliex ma ħarġitx white paper u li qed ngħaġġlu wisq skond l-Onor.", "Zammit.", "Ħalli nibda minn ta' l-aħħar.", "Lill-Onor.", "Zammit ngħidlu: Trid nibqgħu nkaxkru saqajna, kif kaxkartuhom intom dan iż-żmien kollu, biex imbagħad jiġi sieħbek u lil tal-Planning Authority jgħidilhom: \"Istħu!\"", "L-għaġġla tagħna m'hijiex għaġġla mferfxa imma għaġġla ta' effiċjenza u se ngħaġġlu għaliex l-affarijiet hemm bżonn jirranġaw ruħhom.", "Fil-bidu għidt li qegħdin ngħaġġlu ħalli ma nkaxkrux sitt xhur oħra, għaliex daqshekk kien ikollna nistennew kieku lħaqna għalaqna għar-recess tas-sajf.", "Sitt xhur huwa żmien twil ħafna għal min qed jistenna permess jew għal min għandu overdraft mal-bank u qed iħallas eluf f'imgħaxijiet.", "U għalfejn dan?", "Sempliċement għaliex dawk il-case officers, li kien hawn riferenza ripetuta għalihom, setgħu kienu \"irresponsabbli\" - issa qed nikkwota - jew għax forsi setgħu aġixxew b'mod differenti f'każijiet simili jew għax ippretendew xi ħaġa.", "Allura, ngħid jien, tibqa' tistenna l-bonagrazzja tagħhom biex jaqduk?", "Mela għaġġla ma kellniex imma ma ridniex nagħmlu bħal ħaddieħor u ma nagħmlu xejn.", "Studjajna u nista' ngħid li studjajna ħafna fuq dak li smajna imma mbagħad għidna: Now is the time to act.", "U għall-istess raġuni li ma ħriġniex white paper.", "Kien ikun iktar faċli li noħorġu white paper, nintefgħu lura tliet ġimgħat jew xahar nistennew l-ittri ġejjin, ripetizzjoni ta' dak li xbajna nirċievu, suġġerimenti miċ-Chamber of Architects, suġġerimenti mill- ambjentalisti, mingħand il-poplu u minn ħafna għaqdiet.", "Dawk kollha qegħdin għandi u min irid jiġi l-ministeru nurih il-files li għandna bis- suġġerimenti.", "Dik hija l-white paper, is-suġġerimenti tal-poplu li kien ilhom ġejjin minn meta kont membru fuq il-bord tal-Planning Authority u kemm ilni ministru.", "Mela għandi għalfejn nagħmel white paper fuq dan it- tibdil tal-bidu biex inkun naf x'jaħseb il-poplu?", "Dik huma se jagħmluha għaliex apparentement lanqas kienu jafu x'kien qed jgħid il-poplu!", "Anzi, jien ma ngħidx li ma kenux jafu imma injorawh.", "Jekk xi ħadd irid jilgħaba tad-dejjaq jgħid: Mhux aħjar smajt xi jrid jgħid il-poplu!", "M'hemmx għalfejn indumu nisimgħuh lill-poplu.", "Inti lil min tarah muġugħ se toqgħod tgħid: Ħa nara jekk smajtux sewwa?", "Trid tieħu azzjoni mill-ewwel u tagħmillu xi ħaġa ħalli tgħinu, taqbad u tikkurah, u mhux toqgħod tgħid: Ħa nerġa' nisma' sew, ħa nara jekk hux muġugħ u toqgħod tistennieh jerġa jgħidlek ajma.", "Riduna nagħmlu white paper, we lie back, noqogħdu npejpu sigarru, nistennew is-sajf biex immorru vaganza, niġu lura u mbagħad nagħmlu analisi ta' dak li jiġi mill-white paper u mbagħad nibdew naħsbu biex nimplimentaw.", "Dan huwa l-mod meditattiv tan-naħa l-oħra.", "Il-kwestjoni tal-konsultazzjonijiet taqa' waħedha wkoll għaliex il- konsutazzjoni tfisser li tiltaqa' mal-poplu kuljum man-nies u tagħmel kuntatt kontinwu.", "Mela jien se mmur nikkonsulta xi professur bil-mustaċċi li ma jifhem xejn f'dawn l-affarijiet!", "Trid tikkonsulta lill-poplu li huwa the end user, li qiegħed jistenna s-servizz.", "Hu jrid jgħidlek x'qed iħoss.", "Aħna qegħdin hawnhekk mhux għalina nfusna, lanqas għall-partit bħala partit, imma aħna qegħdin għall-poplu li tellagħna, Madam Speaker.", "Malli rajna li ż-żmien kien dieħel u kien hemm lakuna fil-proċedura tal-Parlament li stajna nsibu dan il-ħin biex nagħmluha - għaliex meta ġejna għal-liġi tat-tibdil tas-sistema tat-taxxi, fejn aħna ppretendejna xi muntanja ta' krtitika u n-naħa l-oħra ħarġu b'werżieq, tkellem wieħed u waqfu! - għidna li la dawn lanqas jutilizzaw il-ħin tal-Parlament ma jridu biex jagħmlu dik il-kritika kollha li tant ħambqu fuqha, ejja ngħaddu xi ħaġa li hija urġenti.", "Imbagħad kien hemm kritika li aħna qegħdin nipprovaw innaqqsu l- awtonomija.", "Kien hemm kor - ipparteċipaw l-Onor.", "Mugliett, l-Onor.", "Zammit Dimech, l-Onor.", "Tonio Borg u l-Onor.", "Austin Gatt - li l-fatt li rridu nagħtu aktar awtorita' lill-ministru hija theddida għall-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Issa dwar dak id-diskors kollu - qisek qed tisma' musketterija, tfaqqa waħda wara l-oħra, l-istess ħaġa!", "Nixtieq nanalizza fejn jidħlu dawn il-poteri kollha li qed jitkellmu fuqhom.", "(Interruzzjonijiet) Qed ikejlu b'xibirhom!", "Jien nixtieq nagħmel rassenja malajr ta' fejn tidħol din id-diskrezzjoni tal-ministru li tant qed jagħmlu għaġeb fuqha, it- theddida għall-poteri tal-Planning Authority u dan il-ħafna diskors fuq tnaqqir ta' l-awtonomija.", "Nerġa' ngħid: Ejja ma nkunux ipokriti għaliex l- awtonomija mhux bil-paroli u mhux fuq il-karta trid tkun imma trid tkun vera.", "Jien diġa' għidt u kont ċar f'dak li kont qed ngħid li ċertu ndħil sar meta ried isir - mhux dak legali, dak li mhux suppost sar.", "Allura ma noqogħdux ninħbew wara ħafna ħmerijiet.", "L-ewwel attakkaw il-fatt għaliex għidna li l-President jaħtar il-membri tal-bord ta' l-appell.", "Veru, aħna qegħdin ngħidu \"bil-parir tal-ministru\".", "Fil-fatt nista' ngħid li meta konna qed nagħmlu dawn l-emendi, l-Attorney General qalli li din hija parti mill-Kostituzzjoni u qalli wkoll li għandna nniżżluha ħalli jkun jidher ċar li dawn jiġu nnominati, jaġixxu u jitneħħew - bħal fil-każ ta' l-imħallfin - mill-President fuq il-parir tal-ministru.", "Mela xi ħaġa li hija kostituzzjonali għamilna song and dance sħiħa fuqha u l-Onor.", "Censu Galea fl-aħħar punt beda jgħid għax se naħtru lill-membri tal- bord.", "Skużi, fil-liġi li għandna quddiemna llum il-parti dwar il-membri tal-bord hekk qiegħda.", "Għandna wkoll li s-segretarju tal-bord ta' l-appell se jkun nominat mill-ministru.", "Issa jien nista' ngħid bl-ikbar sinċerita' li dan se nagħmluh sempliċement biex inħaffu l-proċess.", "Meta tisma' kritika bħal din tibda tgħid: Wara kollox x'qed nagħmel ħażin iktar milli qed jagħmel il-ministru responsabbli mill-ġustizzja li jappunta s- segretarju tal-qorti?", "Billi tappunta segretarju tkun qed tindaħal fl- awtonomija tal-Planning Authority jew tal-bord ta' l-appell?", "Bl-istess raġunar tista' tgħid li l-qorti m'għandhiex awtonomija u m'hijiex serja għaliex ir-reġistratur u d-deputati reġistraturi tal-qorti jiġu nominati mill-ministru, bħalma se jkun nominat is-segretarju tal-bord ta' l-appell mill-ministru permezz ta' din l-emenda li għandna quddiemna.", "Mela din hija kritika li ma tagħmel l-ebda sens.", "Meta konna qed nirrivedu l-liġi prinċipali sibna li hemm planning consultative committee li l-liġi tobbligah li jiltaqa' numru ta' drabi fis- sena.", "U jien ngħid: Mhux aħjar inkunu nafu x'inhu jiġri għax dan litteralment huwa mejjet!", "Tant hu hekk li kemm ilni ministru ma smajt xejn minnu, ma naf xejn x'għamel u safejn jien informat ma nafx x'kuntatti kellu mal-Planning Authority.", "Allura dan il-planning consultative committee mhux aħjar, għallinqas darba kull tliet xhur, jibgħat rapport ħalli jgħidilna x'għamel u ħalli jiġġustifika l-eżistenza tiegħu?", "Aħna dan ma neħħejniehx imma għidna li la l-liġi tobbligah li jiltaqa' tant drabi - ma nafx jekk hux tliet darbiet fis-sena - għallinqas darba kull tliet xhur għandu jibgħat żewġ faċċati jew tlieta ħalli lill-ministru jinformah li ltaqa' u x'ikun iddiskuta.", "B'daqshekk qed innaqqru l- awtonomija ta' l-Awtorita'?", "Issa f'subartikli (1) u (2) ta' artiklu 12 tal- liġi prinċipali, li ovvjament saret taħt il-Gvern l-ieħor, hemm li l-membri li hemm fuq dan il-planning consultative committee u ċ-chairman tiegħu - ara kemm se nindaħlu! - huma kollha maħtura mill-Prim Ministru.", "Mela skond il-liġi kif inhi - in-naħa l-oħra tagħti l-impressjoni li l-Planning Authority għandha awtonomija totali u ħadd ma jindaħlilha - l-membri kollha u ċ-chairman huma kollha appuntati mill-Prim Ministru u l-funzjoni ta' dan il-kumitat hija li tagħti parir lill-gvern u lill-awtorita' fuq xi policy jew fuq xi proponiment li jidhrilhom li għandhom jagħmlu.", "Jien nistaqsi: X'hemm ħażin billi jien tlabt li darba kull tliet xhur dan il- kumitat jagħtini rapport bil-miktub?", "Nispera li min qed jismagħna - kien hawn ħafna għajjat u biża' min-naħa l-oħra, donnu ġejja l-aħħar tad-dinja għax qalu li se nkissru l-awtonomija ta' l-awtorita'! - jibda jifhem punt punt fuqiex saru dawn l-akkużi.", "X'imkien ieħor daħħalna emenda li l-ministru jiżgura li l-awtorita' tkun mgħarrfa bil-policies ħalli jissorvelja t-twettiq tagħhom.", "Jekk kemm-il darba tara awtorita' li ma tkunx qed issegwi l-policies tagħha stess - m'iniex qed ngħid li qed jiġri hekk imma ejjew nassumu dan - jew qed tinterpretahom b'mod differenti, x'hemm ħażin li l-ministru jara li l- awtorita' tiġi mgħarrfa bihom?", "Jien se ngħid x'għamilna biex l-awtorita' tkun mgħarrfa u din hija xi ħaġa pożittiva li n-naħa l-oħra ma semmietx għaliex ma jaqblilhiex.", "Aħna rajna li jkun hemm policies iddikjarati, maqbula u ppubblikati li kulħadd ikun jaf bihom u mhux policies li jitfaċċaw minn x'imkien f'nofs proċedura ta' deċiżjoni ta' applikazzjoni.", "Aħna qed ngħidu li l-ministru għandu jiżgura li l-awtorita' tkun mgħarrfa bil-policies u jissorvelja t-twettiq tagħhom.", "Wara kollox, jien qed nieħu s-salarju u ġejt appuntat ministru biex nara li l-affarijiet jitwettqu sew.", "Aħna qed nitkellmu fuq l-awtonomija tal-Planning Authority u mhux fuq l-indipendenza tagħha għax il-mistoqsijiet parlamentari li jsiru min- naħa l-oħra dwar l-affarijiet li jkunu jidhru li marru ħażin u li l- kostitwenti ġustament imorru jgergru dwarhom magħhom - ilmenti bħal \"inqdejt hekk\" jew \"lili ma tawnix u lil dak tawh\" - quddiemi jiġu u jien irrid inqum hawnhekk u nirrispondi għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar - bir- rispett kollu - u mhux iċ-chairman jew iċ-chief executive.", "Barra minn hekk, anke meta jaraw li qed jonqsulhom il-flus, għand il-ministru jiġu jiġġustifikaw li jkollhom bżonn daqstant iktar.", "Allura jien kif nista' nfarfar minn fuq spallejja r-responsabbilta' li nara li, min qiegħed nivvotalu l-flus u min qiegħed nirrispondi għan-nuqqasijiet allegati tiegħu, qed jimxi mal-policies kif suppost?", "Din qed tneħħi l-awtonomija?", "Il-kor kollu ta' kelliema li tkellmu - fil-fatt baqa' biss l-Onor.", "Jesmond Mugliett minn dawk kollha li tkellmu, ma nafx jekk hemmx xi logħba football illejla! - mhux qiegħed hawn ħalli jisma' l-kritika u jirrispondi fuqha fil- gazzetti jew fejn ikun.", "Madam Speaker, waqt il-laqgħa li kellna, ċ-chairman tal-Planning Authority - dan qiegħed hawnhekk u jippermettili ngħid dan; dan mhux qed ngħidu biex ninvolvih imma għax huwa riflessjoni ta' x'kien qed jiġri - qal fil-minuti li r-rapprażentanti tal-ministeri li kien hemm fuq il- bord ma kenux qegħdin iwasslu l-policies tal-ministeri li jkunu qed jirrappreżentaw.", "Qal ukoll li f'ħafna okkażjonijiet l-awtorita' kien ikollha tieħu guidance u titlob direttivi diretti mingħand il-ministru.", "X'hemm ħażin fiha din!", "Mhux hekk irid isir!", "Mela dawn jistgħu jitilqu għal rashom u jagħmlu li jridu huma!", "Il-liġi tikkontempla li għandu jkun hemm ħames rappreżentanti ta' ħames ministeri fuq il-Planning Authority ħalli jwasslu l-messaġġ tal-policies tal-gvern.", "Issa ċ-chairman qed igħid li dan il-messaġġ ma kienx jasal u kien ikollu jmur direttament għand il- ministru.", "Jien niftakar żmien, meta kont membru tal-bord, meta permess ta' skola dam imdendel għal ħafna żmien quddiem il-Planning Authority għaliex meta konna nitolbu lill-Gvern biex jagħtina guidelines jew policies biex inkunu nistgħu niddeċiedu dan ma kienx ikollu għaġġla - bħas-soltu!", "L- Onor. Mugliett jista' jistaqsi għal liema skola qed nirriferi għax ma rridx insemmiha hawnhekk.", "F'din il-pożizzjoni kienet il-Planning Authority u jien għalhekk illum qed nirreaġixxi biex dawn l-affarijiet ma jerġgħux jirripetu ruħhom.", "Imbagħad iċ-chairman qalilna wkoll li meta kien jitlob li jkollu guidance mingħand il-ministru u ma kienx ikun hemm risposta jew policy - din hija rimarka interessanti - l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet tiddeċiedi u taġixxi hi.", "Sewwa kienet tagħmel għaliex jekk ma jkollokx guidance mingħand il-gvern u jekk ma jkollokx policy fuq xiex timxi, xi tridha tagħmel?", "Żgur li mhux se tħalli skola tistenna permess xhur, biex ma ngħidx snin, għax il-majesta' tiegħu l-ministru jew il- Kabinett ma jirrispondikx.", "Din kienet is-sitwazzjoni, Madam Speaker.", "Jien niftakar li meta konna nkunu hawnhekk u jien, bħala membru tal-bord kont nagħmel xi mistoqsijiet, kien iqum l-Onor.", "Zammit Dimech u jgħid: Aħna ma rridux gvern fi gvern.", "Aħna l-gvern u aħna nikkmandaw u għalkemm intom qegħdin hemm biex tiddeċiedu xi affarijiet, il-gvern imexxi u jagħmel il-policies.", "Jien ngħidlu li jekk hu jifhimha hekk, allura issa x'hemm ħażin li aħna qed nifhmu hekk ukoll?", "Dak iż-żmien dan kien jgħid li ma jridx min jindaħallu u kellu d-dritt li l-policies jagħmilhom hu.", "(Interruzzjonijiet), Hekk hu.", "Jien hekk nemmen.", "Jien ma kontx nitlob biex nagħmlu l-policies imma kont nitlob informazzjoni ħalli niġġudikaw u nieħdu deċiżjonijiet iktar responsabbli, li ħafna drabi ma kenux jiġu għax il- Gvern ta' qabilna kien miexi bla pjan, il-ministeri ma kellhom pjan ta' xejn u kienu jgħixu minn ġurnata għal oħra.", "Issa qed naraw ir-riżultat ta' dawn l-affarijiet għax sħabi diġa' informaw lill-Kamra x'sabu fil-Gozo Channel, f'Posta Ltd u fl-oqsma l-oħra.", "Dan huwa r-riżultat tal-politika li timxi by crisis management.", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk!", "L-aqwa li mmorru ntajru l-flus barra u nġibu kontijiet ta' eluf ta' liri magħna!", "Imbagħad niġu hawnhekk u lil min irid jipprova jirranġa nipprovaw inħammġuh u nitfgħu d-dellijiet koroh kollha fuqu!", "Fl-emendi qegħdin ngħidu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' teżerċita l- poteri kollha tal-kontroll fuq l-iżvilupp li jistgħu jiġu delegati lilha minn żmien għal żmien bil-miktub mill-ministru f'isem xi dipartiment jew aġenzija tal-gvern.", "Din ukoll hija ħażina?", "Min għandu l-esperjenza jaf li minħabba li ma kienx qed ikun hemm delega ta' l-awtorita' din kienet qed tiġi kkontestata fil-qrati għaliex min ikun irid ifittex ix-xagħra fl- għaġina jistaqsi lill-case officer jew lill-enforcement officer min ikun tah dik l-awtorita'.", "Aħna qegħdin ngħidu li mhux biss irid ikollok id- delegation of authority imma din trid tkun gazetted fil-Gazzetta tal-Gvern ħalli ma jkunx hemm it-toqob tal-liġi u min ikun irid joħroġlok minnhom joħroġlok.", "Din issir biex tgħin lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mhux lili!", "Mela jien nista' nippermetti li kull dipartiment, ikun min ikun, jagħti direttivi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew jiddelegalha l-poteri!", "Mhux jien responsabbli minn din l-awtorita', Madam Speaker!", "Dawn mhux minn quddiemi jridu jgħaddu!", "Allura mhux bilfors għandi jrid jiġi u jgħidli: Ministru, jiena nixtieq niddelega dan il-poter lil din l-awtorita' għat- tali u t-tali raġuni.", "Allura din saret xi ħaġa maħmuġa li tagħmilha?", "Ifisser li se nneħħilha l-awtorita' jew il-kompetenzi tagħha?", "Mhux minn hawn trid tgħaddi!", "Mhux bilfors trid tagħmilha din!", "Kemm qegħdin naraw xjaten, qrun, dnub u ma nafx x'qegħdin naraw iżjed f'daqqa waħda meta qabel ma konna naraw xejn!", "Ħaġa oħra li qegħdin ngħidu hija li l-awtorita', bl-approvazzjoni tal- ministru - din żidniha aħna - tista' tiddelega l-poteri tagħha, pero' dan ma jfissirx li qegħdin naqilgħuha 'l barra.", "Meta jiġi xi ħadd u jgħidlek li lit-tali se nagħtuh dan il-poter u inti tiffirma, bħal meta niffirmaw ħafna karti - għaliex ir-responsabbilta' wara kollox qegħdin jerfgħuha huma - u ħafna delegation of authorities, delegation of powers u konvenzjonijiet.", "Dawn kollha l-ministru japprovahom.", "L-ebda permanent secretary jew direttur f'ministeru li jmur it-tali pajjiż ma jiffirma xi konvenzjoni jew xi ħaġa oħra.", "Dawn kollha jiġu quddiem il-ministru - u min kien ministru min-naħa l-oħra jaf x'jiena ngħid u jaf li qed nitkellem korrettement - b'kull bolla ħamra daqs dinja ħalli jiffirma u jerfa' r- responsabbilta' li qiegħed jagħtihom l-awtorita' li jagħmlu dawk l- affarijiet.", "Allura dan se nqisuh bħala ndħil ukoll issa?", "Dan huwa mod kif tikkontrolla fis-sens ta' kontroll pożittiv u huwa mod kif tagħmel l- affarijiet kif suppost.", "B'dan il-mod ukoll xi ħadd qed jerfa' r- responsabbilta' li jekk xi ħadd jagħmel xi ħaġa li mhux suppost, jerfagħha fuq spallejh hu.", "(Interruzzjonijiet) Kif jista' jkun!", "Mela se nabrogaw ir-responsabbiltajiet kollha u narmu kollox?", "Aħna m'aħniex se nagħmlu kif għamlet in-naħa l-oħra, Madam Speaker, li telqet għal riħitha lill-Planning Authority u m'għamlet xejn iktar.", "Dawn varaw xi ħaġa tajba imma mbagħad la għamlu maintenance, la raw li qiegħda taħdem tajjeb u lanqas għamlu monitoring tagħha.", "U hemm każijiet li jġiegħluk tgħid: Isma', ejjew naraw daqsxejn l-awtorita' li hemm iddelegata mill-Planning Authority lil min hija ddelegata u safejn hija ddelegata.", "Dan għidtu meta ntroduċejt dan l- abbozz ta' liġi u se nerġa' ngħidu llum.", "Jien ma rridx nerġa' nara li n-nies li qegħdin fid-DDC japprovaw proġetti li mhux soltu japprovawhom, għalkemm dan sal-lum ma stajtx tikkontestah għaliex ma kienx hemm liġijiet ċari li jgħidu dawn sa fejn jistgħu jieħdu responsabbilta'.", "Kien jiġri li jaqbdu lil xi gustuż, jagħtuh permess ta' 40 tomna art biex jiżviluppaha u qisu ma ġara xejn!", "U inti qisek l-iblah fuq il-bord ta' l-awtorita' mingħalik taf x'inhu għaddej mentri mhux veru tkun taf x'inhu għaddej.", "Jiena wegħedt kemm-il darba - u hekk kont noħlom li nagħmel - li l-bord ta' l-awtorita' nbiddlu u nagħmlu iktar rappreżentattiv ta' l-għaqdiet tal-poplu imma dan ma nistax nagħmlu għaliex sibt differenti milli ħsibt.", "Jiena kont qed nilludi ruħi fil-bord ta' l-awtorita' u mingħalik tkun taf x'inhu għaddej imma fil-verita' ma tkunx taf x'inhu għaddej.", "U filwaqt li nġedded il-wegħda li noħlom bid- data u biż-żmien li dak il-bord ikun miexi tajjeb u nistgħu nagħmlu fuqu membri differenti - mhux persuni - li jirrappreżentaw għaqdiet differenti, għal-lum Allaħares nagħmlu hekk għaliex is-sitwazzjoni m'hijiex dak li mingħalija kienet meta kont bil-qiegħda hemmhekk għal erba' snin u nofs.", "GĦaliex jiena ma kontx qed inxomm x'kien għaddej, Madam Speaker, u għalhekk qed ngħid dawn l-affarijiet u għalhekk f'parti mir-riformi li se nagħmlu - u nirringrazzja lil kull min għen biex nagħmluhom, lill-Kamra tal-Periti u lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar - qegħdin ngħidu li rridu nkunu ċari safejn tiddelegaha l-awtorita'.", "Huwa veru li l-liġi tagħti lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar l-awtorita' li tiddelega imma ma nistgħux naħslu jdejna - anke Alla li ħalaq il-bniedem u qallu biex ikompli jkattar, ukoll f'xi żmien tah l-Għaxar Kmandamenti li ried jimxi magħhom! - u nibqgħu għaddejjin niftaħru li għandna l- awtonomija u li għandna l-liberta' tal-kuxjenza u nagħmlu li rridu, għax fl- aħħar mill-aħħar nafu li rridu nagħmlu l-kontijiet ukoll.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha l-awtonomija, għandha ċerti poteri u għandha doveri kbar x'taqdi pero' jeħtieġ li niddefinixxu the rules of the game u naraw safejn tista' tiddelega.", "Per eżempju, case officer safejn jista' jasal?", "Enforcement officer safejn jista' jasal?", "Id-DDC x'każijiet tista' tara?", "Liema huma l-każijiet li jaslu quddiem il-Planning Authority, ħalli mhux forsi wieħed ifettilu jibgħathom jew ma jibgħathomx jekk jara li hekk jaqbillu?", "Kif diġa' għidt, din hija parti mir-riforma li hawn f'dawn l- emendi pero' dawn ħadd min-naħa l-oħra ma semmihom.", "Issa nafu eżatt il- każ ta' dak u ta' l-ieħor f'liema kategorija jaqa' u għand min irid imur biex jiġi deċiż.", "Bħalma għidt irridu nagħlqu anke t-toqba li xi ħadd jista' jikkontesta x'poteri għandu uffiċjal jew membru ta' l-awtorita' u min tahomlu.", "Aħna għalhekk qegħdin ngħidu li l-poteri jridu jiġu gazzetted ħalli nkunu nafu ċar min huma n-nies u x'awtorita' għandhom.", "GĦidna wkoll, Madam Speaker, li l-Planning Authority trid taħdem skond pjanijiet approvati, skond policies u proċeduri approvati mill-ministru.", "Jekk kemm-il darba wieħed irid eżempju ċar tal-bżonn li kien hemm ta' dan, jiena ngħidlu jisma' l-ħin tal-parliamentary questions tal-bieraħ fil- għaxija fejn l-Onor.", "Ċensu Galea stess - miskin ma ndunax u nqabad fuq sieq waħda! - talab lill-ministru biex jara li tiġi rranġata t-tali u t-tali policy.", "Jiena qomt u għidtlu li huwa kien qiegħed jgħid eżatt dak li rridu nagħmlu aħna, jiġifieri li hemm il-bżonn li l-ministru jara li ċerti policies jiġu attwati, maqbula u mplimentati.", "Biex nagħti eżempju, infakkar lill-poplu f'policy li laqtet eluf ta' nies, il-famuża deċiżjoni dwar il-compliance certificate li jiena, bħala membru fuq il-bord, in parti kont responsabbli minnha.", "Aħna konna qegħdin naraw ħafna bini tiela' bl- addoċċ u ridna nagħmlu xi ħaġa biex dan ma jibqax isir.", "F'mumenti pprovajna ngħidu li l-art għandna nirreġistrawha l-Insinwa biex ma tinbiegħx u dak li jkun ma jabbużax, imma din ma ħadmitx.", "Imbagħad għidna li min jinqabad li ma jkunx konformi ma nagħtuhx is-servizzi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Kif diġa' għidt, din id-deċiżjoni jiena kont parti minnha meta kont qiegħed fuq il-bord - u din ir-responsabbilta' nerfagħha għaliex l- intenzjoni kienet tajba - imma ġara li lanqas din ma ħadmet għaliex, kif qal anke l-Onor.", "Zammit, jista' jkollok blokk ta' erba' appartamenti fejn tlieta jkunu xtraw l-appartament u m'humiex mgħaġġlin u l-ieħor se jiżżewweġ sitt xhur jew sena oħra u jkun qed jaħdem fih u meta jiġi biex jieħu d-dawl u l-ilma jgħidulu li ma jistgħux jagħtuh dawn is-servizzi għaliex ix-xogħol fl-appartamenti l-oħrajn għadu m'huwiex lest.", "Allura din ġustizzja?", "Din hija inġustizzja, imma allura kien hemm għalfejn nibqgħu nkaxkru b'din il-policy?", "Kelli nkun jien, Madam Speaker, li nlaqqa' l- Kamra tal-Periti ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal tliet seduti fit-tul biex nipprova nġibhom flimkien?", "Issa dan ifisser li mponejt xi ħaġa jien?", "Jien x'nifhem fil-bini u fiċ-ċertifikati ta' l-ilma u tad-dawl!", "Imma għamilt id-dover tiegħi li dawn ġibthom flimkien ħalli jitkellmu, jaqblu fuq policy u ftehemna li dik hija l-policy.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li sal-ġurnata mqaddsa tal-lum din il-policy, minkejja l-ftehim, xorta għadha mhijiex imħaddma kif suppost.", "Jiġifieri anke meta jindaħħal il-ministru u jipprova jġiegħlhom jagħmlu ċerti affarijiet, ukoll ikun hemm xi ftit irjus ebsin li jibqgħu jgħidu li mhux kollox sar eżatt skond il-ftehim.", "Aħseb u ara jekk inħallu l-affarijiet kif inhuma!", "U dan huwa eżempju ta' policy waħda.", "Sieħbi l-Onor.Bertu Pace semma ruxxmata policies.", "Jiena m'għandix ċans noqgħod ninħela fuqhom hawnhekk pero' nixtieq insemmi waħda biss, il-policy li biex tiftaħ grocery f'raħal irid ikollok parking space.", "Jien m'iniex qed nikkritika b'sens negattiv u nibqa' nemmen li min qed jagħmel dawn il- policies qed jagħmilhom b'intenzjoni tajba, pero' once li ma ħadmux u taf li ġabulek backlog ta' applikazzjonijiet, ifisser li wasal iż-żmien biex dawn nirreveduhom flimkien.", "Imma min se jieħu l-briga, min se jieħu r- responsabbilta', min se jkun li jgħid li dawn hemm bżonn nirranġawhom għaliex għandna ħafna tgergir min-nies?", "Dan ma jfissirx li l-ministru jerġa' jagħmel xi policies imma jsejjaħ lill-periti, lill-Planning Authority u lill-GRTU u jgħidilhom: Taqblu li nagħmlu xi ħaġa differenti minn din il-policy?", "Nistgħu niftehmu ħalli nagħmluha iktar aċċettabli għall-poplu, iktar user friendly u customer oriented.", "Jiena naħseb li żgur li naqblu u naslu biex niftehemu imma jekk il-Planning Authority bl- expertise tan-nies li għandha tikkonvinċi lil kulħadd li dik hija policy li għandha raġunijiet ta' planning serji warajha u li ma nistgħux inbiddluha ....", "Din bħal tal-garaxxijiet.", "Jiena naħseb li din għandna nagħmluha bejn 12 u 14, imma jekk imbagħad il-planning officer jgħid li bi 13 jew 14- il filata l-garaxx jaqa' - jiena ma nifhimx u m'iniex tekniku f'dawn l- affarijiet - allura ngħidlu li għandu raġun u nkomplu.", "Imma jekk ma jikkonviċinix b'dan il-mod, allura l-aspett soċjali u l-aspett ta' kif qed jolqtu lill-poplu ma narahx?", "Dan huwa l-ħsieb wara dawn ir-riformi.", "Dan hu l-ħsieb li l-ministru japprova l-policies.", "Mela mbilli jipprovaw idaħħkuna hawnhekk u jgħidulna li qed nagħmlu dan biex inbiddlu d- development zones!", "Lanqas jekk irridu ma nistgħu nbiddluhom id-development zones u se ngħid għaliex.", "Il-ministru għandu jkollu r-responsabbilta' li jgħid li fejn l-affarijiet m'humiex mexjin sewwa allura għandna nindaħlu.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nsemmi l-ipokrezija ta' ċerti nies.", "Meta kien qed isir il-pjan lokali ta' Pembroke, ħadd ma qal: Ara ma tindaħlux lill- Planning Authority, sinjuri ministri.", "Keep away.", "Jien kont hemm u naf x'kien jiġri.", "Kienet qiegħda toqrob l-elezzjoni u kulħadd beda jħoss in- nar tiela' ġo fih u l-Onor.", "Michael Refalo, l-Onor.", "Zammit Dimech u kull min kien interessat f'dik l-area kien ġej u sejjer jimponi fuq il-Planning Authority u jgħidilha: Ara ma tmissulniex il-playing area, ara ma tmissulniex il-grounds, ara ma tmissulniex tal-Juventus u tal-Libertas!", "Jekk mhux veru jgiddbuni.", "Kulħadd jibża' litteralment għat-turf tiegħu.", "Dan indħil jew mhux indħil?", "Meta l-Planning Authority kienet diġa' ddeċidiet li f'dik l-area jkun hemm ċertu numru ta' housing units - niftakar lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Bonnici jaqbeż u jogħla meta ġie nformat li biex jaqdu lil dawk il-ministri li kienu qed jaraw il-voti, mhux planning imma l-voti, tal-Libertas, tal-Juventus ta' l-Atlanta eċċ., - iċ-chairman ħabbar li l-Kabinett kien qabel li jnaqqas 100 housing unit mill-proġett ta' Pembroke ħalli jakkomoda l-grounds.", "Mhux qed ngħid li m'għandux ikun hemm areas għall-isports.", "Dażgur li għandu jkun hemm!", "Ara Marsaxlokk, hemmhekk in-nies ma jilagħbux għax ħadd ma ħaseb biex ikun hemm ground u sporting facilities oħra imma f'Pembroke kien hemm ħafna, tant li l-Planning Authority aċċettat mingħand il-Kabinett li jitnaqqsu 100 housing unit ħalli ċerti ministri jkunu jistgħu jagħmlu li jridu.", "Imbagħad jiġu bl- ipokrezija kollha u jgħidulna: Tindaħlux lill-Planning Authority u ħallulha l-awtonomija!", "Kemm nixtieq li l-Onor.", "Michael Bonnici qiegħed hawnhekk ħalli jgħid jekk hux veru dan li qed ngħid għax dakinhar sabbat fuq il- medja u qal: Allavolja dan hu l-Kabinett tal-Gvern tiegħi, din ma naċċettahiex.", "U kellu raġun, apparti l-fatt li dawn qegħdin jgħidu li ma jindaħlux.", "Meta għamlu l-public consultation tal-Pembroke Plan u kien hemm tliet kwarti tan-nies - jekk mhux iktar - li kienu kontra l-famuż business park, li kien se jqum xi Lm24 miljun u ħadd ma kien jaf għalfejn se jsir hemmhekk.", "Il-Kabinett, il-Gvern u l-ministri Nazzjonalisti ddeċidew li minkejja dak li qalu dawk in-nies kollha - dawk min jagħti kashom! - il- business park isir xorta waħda.", "Jiġifieri dan mhux il-Planning Authority ddeċidietu imma l-Kabinett li approva li hemmhekk għandu jsir business park, qalu x'qalu n-nies.", "Il-public consultation tagħmilha imma trid tagħti kasha.", "Tliet kwarti mill-complaints li tqajmu f'dik il-laqgħa - dawn għadhom id-dokumentati, il-ktieb tal-consultation jeżisti u min mhux qed jemmen jista' jmur jara - kienu kontra l-business park.", "Sadanittant il- Gvern ta' dak iż-żmien qal li hemmhekk irid jagħmel business park.", "Allura dak ma kienx indħil?", "Dik m'hijiex awtonomija mnaqqra tal-Planning Authority?", "Jien ngħid li ma kenitx, taf, għax forsi l-Gvern veru kien qed jemmen li kien hemm il-bżonn ta' business park hemmhekk, ħalliha li kienet deċiżjoni żbaljata bbażata fuq it-tberbiq ta' flus bla skop u bla planning ta' xejn imma dik deċiżjoni tiegħu.", "Pero' ara ma jiġux jgħidulna li ma kenux jindaħlu għax ma nemminhomx!", "Jekk kemm-il darba jrid ikun jaf kemm għandha awtonomija l-Planning Authority bil-liġi li hemm illum, u mhux se nbiddluha, ngħidlu li l-liġi tikkontempla li minn 15-il membru - Madam Speaker, ara kemm għandha awtonomija l-Planning Authority! - għandek ħames uffiċjali pubbliċi magħżula mill-ministri, jiġifieri hemm ħames ministeri u kull ministru jagħżel uffiċjal.", "Issa ovvjament, biex tagħżlu dan irid ikun xi ħadd li għandek fiduċja fih u xi ħadd li hu tal-qalba.", "Mela għandek ħamsa magħżulin mill-ministri, għandek tmien membri oħra indipendenti magħżulin mill-Prim Ministru - issa meta kienet qed tiġi fformata l- Planning Authority u ressaqna xi suġġerimenti, il-Prim Ministru ta' dak iż- żmien m'aċċetta lil ħadd min-naħa tagħna ħlief wieħed, il-Prof.", "Dwardu Mallia, li llum huwa attivist fl-ambjent u kulħadd jaf xi stoffa hu - u mhux hekk biss imma jkun hemm ukoll membru tal-Gvern u jkun hemm wieħed mill-Oppożizzjoni.", "Din hi l-awtonomija sħiħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tant iħobbu jsemmulna tan-naħa l-oħra!", "Iċ-chairman wara dan kollu lanqas jgħidilhom: Intom dixxipli tiegħi li lkoll għandi fiduċja fikom, għażlu chairman bejnietkom.", "Le, iċ-chairman jagħżlu l-Prim Ministru u l-vice chairman jagħżlu l-Prim Ministru.", "GĦalfejn din l-ipokrezija?", "GĦalfejn qegħdin ngħidu li għamilna awtorita' b'din l-awtonomija kollha li qed ngħidu li għandha?", "Dan m'hu veru xejn.", "Dan li qed ngħid ma jirriflettix fuq il-kompetenza tan-nies li hemm fl- awtorita'.", "Jien ħdimt magħhom, ħdimt għal erba' snin u nofs ma' żewġ gruppi ta' nies differenti u ħlief għal xi eċċezzjoni 'l hemm u 'l hawn - u kien hemm eċċezzjonijiet, dażgur li kien hemm! - il-biċċa l-kbira minnhom huma nies serjissimi u ta' l-affari tagħhom.", "Imma ejja ngħiduha, biss biss il-ħames membri li jirrappreżentaw il-ministri kienu mistennija li jirriflettu l-ħsieb tal-ministru.", "Mela kif qegħdin tgħidu, Onor. kollegi ta' l-Oppożizzjoni, li m'hemmx indħil tal-Gvern?", "U qed insemmu vot ta' ħamsa minn 15 - ħalli ngħid li l-indipendenti jibqgħu jżommu moħħhom nadif u frisk biex jiddeċiedu.", "Madam Speaker, niġi issa għad-DCC, il-kumitat li jaqta' d-deċiżjonijiet ta' kuljum.", "Mela għandek sebgħa min-nies li tlieta minnhom għal darb'oħra huma nominati mill-Prim Ministru, iċ-chairman huwa l-vice chairman tal- Planning Authority nominat mill-Prim Ministru u t-tlieta l-oħra jkunu maħtura mill-Planning Authority.", "Jiġifieri jekk xi ħadd għandu xi dubju rigward l-awtonomija assoluta tal-Planning Authority naħseb li aħjar jerġa' jaqra l-liġi tal-lum!", "GĦal min ma kienx qed jismagħna mill-bidu rrid ngħid li dawn m'humiex l-emendi li rridu nagħmlu aħna imma din hija l-liġi kif kienet s'issa.", "Issa fuq dan kollu - u hawnhekk imbagħad joħroġ l-apice ta' l-ipokrezija - min jaf il-liġi sew ...", "U naf li ħafna min-naħa l-oħra jafuha l-liġi u naf li l-oħrajn kienu jużaw dak li tippermetti l-liġi, imma pubblikament ma ngħiduhx ħalli nidhru li aħna qaddisin.", "Dan bħal min imur il-quddies filgħodu imbagħad filgħaxija jmur idabbar rasu fejn jaqbillu!", "La qegħdin insemmu l-kompożizzjoni rridu niftakru li hemm artiklu 60 fl- aħħar tal-liġi li minkejja dak kollu li tgħid il-liġi fuq l-awtonomija - u dan għamluh tan-naħa l-oħra - jgħid:", "\"Il-Ministru jista', fuq rakkomandazzjoni ta' l-Awtorita', ...\"", "Din ma nafx xi tfisser jien, jekk jistax jibda bla ma tirrikkmandalu jew iġiegħlha tirrakmandalu, meta għandu n-nies kollha maħtura minnu fuq il- bord tal-Planning Authority!", "GĦax jien jekk irrid nuża artiklu 60, ngħajjat il-ħames membri li hemm fuq il-bord tal-Planning Authority li jirrappreżentaw lill-ministeri u nibgħat il-messaġġ b'xi id twila, bħalma kien jiġri qabel, lill-membri tal-bord l-oħra.", "Qabel kien ikollna l- ischerzi li kulħadd kien jitkellem kontra proġett imbagħad f'daqqa waħda kulħadd jivvota favur, imbagħad tinduna għaliex ikun ġara hekk.", "Dan l- artiklu jgħid hekk:", "\"Il-Ministru jista', fuq rakkomandazzjoni ta' l-Awtorita', jagħmel regolamenti biex jirregola jew xort'oħra jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp jew attivitajiet oħra li jolqtu l- art, biex jagħti effett iktar sħiħ lid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u, b'mod partikolari, iżda mingħajr ħsara għall-ġeneralita' ta' dak li ntaqal qabel, jista' b'dawk ir-regolamenti.\".", "U tibda sensiela ta' x'affarijiet jista' jagħmel il-Ministru:", "\"(a) jirregola l-bini u l-kostruzzjoni, id-demolizzjoni u tibdil tiegħu, kif ukoll kull ħaġa oħra li għandha x'taqsam ma' bini ...\"", "Dawn huma l-poteri li għandu l-ministru bil-liġi tal-lum.", "U naħseb li hemm avukati n-naħa l-oħra li jafuh dan u jafu li użawh artiklu 60.", "Il- Ministru jista'", "\"jippreskrivi l-forma ta' kull avviż\".", "Dan mhux indħil, taf!", "Din hi l-awtonomija tal-Planning Authority.", "Din hi l-liġi li għandna quddiemna.", "Il-Ministru jista'", "\"jippreskrivi l-mod kif it-taxxa dwar il-bini jew ħlas ...\".", "Insomma l-ministru prattikament jista' jagħmel kollox.", "Il-ministru jista' anke - ara fejn hi l-ipokrezija ta' min qed jagħmel din is-song and dance, dan l-istorbju kollu li għax il-ministru se jkun qed jgħid lill-Planning Authority: Isma, ejja nitkellmu fuq proċedura ħalli naqblu - skond paragrafu (d) ta' artiklu 60: \"safejn mhux provdut xort'oħra, jippreskrivi l-proċedura li xi korp imwaqqaf f'dan l-Att għandu jsegwi ...\"", "Din hi l-ipokrezija tan-naħa l-oħra.", "Dan ħadd ma semmih?", "Tafu bih dan l- artiklu jew ma tafux?", "Jien ċert li tafu imma forsi ridtu tigdbu quddiem il- poplu.", "Mela l-ministru jista' jippreskrivi l-proċedura li xi korp imwaqqaf minn dan l-Att għandu jsegwi:", "\"... u jemenda, iżid ma' jew xort'oħra jibdel kull ħaġa li hemm fl- iskedi ta' dan l-Att li għandhom x'jaqsmu mal-ħwejjeġ fuq imsemmija.\".", "Jista' l-ministru jkollu poteri ikbar milli jagħtih artiklu 60 ta' din il- liġi?", "U min kien qed jagħmel il-liġi kien jaf x'inhu jagħmel u kien jaf li jrid ikollu l-mod kif meta jkun hemm bżonn iġibhom kemm kemm into line.", "Issa mbagħad jiddependi kemm tabbuża minn dan l-artiklu.", "Artiklu 60 ikompli jgħid:", "\"Il-Ministru jippreskrivi d-drittijiet li għandhom jitħallsu lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar b'konsultazzjoni magħha.\"", "U aħna mhux hekk se nagħmlu?", "Mela jien se nqum filgħodu u ngħid li se nbiddel id-development zone tat-tali post jew tat-tali post!", "Trid tikkonsulta ma' l-awtorita' u mhux titlaqha għal rasha tagħmel li trid.", "GĦaliex m'għandux ikun hemm ir-responsabbilta'?", "Il-ministru għandu jkun imdaħħal fir-responsabbilta' ħalli l-affarijiet isiru sew, ħalli jirrispondi għar-responsabbilitajiet li qed jitpoġġew fuq spallejh.", "Il- paragrafu (f) ta' artiklu 60 jgħid:", "\"għal kull għan li għalih huwa awtorizzat jew meħtieġ li jsiru regolamenti...\"", "Mela l-ministru għandu poteri assoluti għax hemm sempliċement li:", "\"il-Ministru jista', fuq rakkmandazzjoni ta' l-Awtorita'\".", "U l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm mod kif iġġiegħlha tirrikkmandalek ċerti affarijiet.", "Madam Speaker, qed ngħid dan biex nifqa' l-bużżieqa ta' dak il-kor ta' tinwiħ li kien hemm min-naħa l-oħra rigward li dawn l-emendi se jbiddlu l- awtonomija ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Imbagħad, jekk irridu naraw dawn il-ħames membri li qed insemmu fil-Planning Authority, li jirrappreżentaw il-ministeri skond il-liġi kif inhi - mhux l-emendi għax aħna għadna ma biddilna xejn ...", "Tgħidli: Jekk inhu ħażin?", "'Il quddiem nipprovaw nirranġawhom, mela le.", "(Interruzzjonijiet) GĦalhekk qed ngħid.", "Dażgur li hemmhekk ma stajtx nagħmel lir-rappreżentanti ta' l-ambjentalisti u tal- kunsilli lokali.", "Għamilthom x'imkien ieħor u dan ma semmih ħadd minnhom kważi.", "U dan hu l-ewwel pass biex naslu fejn irrid jien.", "Mela filwaqt li l- indipendenti huma salvagwardati li jibqgħu fuq l-awtorita', lil dawk il- ħames membri mil-lum għal għada l-ministru jista' jgħidilhom: Int warrabli minn hemm ħalli npoġġi lil xi ħaddieħor minflokok!", "Daqshekk għandu tenure of office min irid jirrappreżenta lil xi ministeru fuq il-Planning Authority, li jitwarrab bid-deċiżjoni tal-ministru.", "Jiġifieri jekk dan joqgħod naughty, il-ministru jgħidlu: Aqbeż minn hemm sieħeb ħalli npoġġi lil xi ħaddieħor minflokok!", "U hawn jien nerġa' ngħid.", "Aħna, għax m'għandniex kilba għall-poter u m'għandna l-ebda skop li niddominaw l- awtorita', ħallejna l-istess ħames membri li sibna tmien xhur ilu u li jirrappreżentaw lill-ministri ta' qabilna.", "Ma biddilnihomx, hemm għadhom.", "Issa qed naraw ukoll dan il-ħafna tinwiħ fuq it-tibdil piecemeal ta' l- istructure plan.", "Madam Speaker, ħalli ngħid kif isir l-istructure plan biex min ma jafx ikun jista' jitgħallem, li ma jmurx jaħseb li din hi xi tavla oħra li l-Messija ta lil Mose' fuq il-Monte Sinai.", "Jien ngħid li structure plan irid ħafna xogħol u nsellem lil min jagħmel dan ix-xogħol b'mod professjonali.", "Dan xogħol li l-pubbliku sfortunatament ma jafx bih għax il- pubbliku bil-permessi jaf.", "In-nies ma jafux kemm jinvolvi studju, kemm jinvolvi għaqal, kemm jinvolvi xogħol u kemm huwa professjonali x-xogħol ta' l-istructure plan u tal-local plans.", "Meta l-istructure plan ikun lest jiġi sottomess lill-gvern għall-approvazzjoni u għall-konsiderazzjoni.", "Mela l-Planning Authority ma taqbadx u tgħid: Isma', jien issa għamilt il- policies, għamilt structure plan u se nikkmanda jien.", "M'hu veru xejn.", "Il- liġi attwali, li ilha hemm ħames snin, tobbliga lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar li dan l-istructure plan tissottomettih lill-gvern għall- konsiderazzjoni u għall-approvazzjoni tiegħu.", "Mhux hekk biss, imma l-gvern jista' jagħmel anke tibdil skond kif jidhirlu hu.", "Hemm ukoll l-obbligu minn naħa tal-Planning Authority li hi u tagħmel l-istructure plan tieħu in konsiderazzjoni l-politika kurrenti ekonomika tal-gvern u r-riżorsi umani li l-gvern għandu available.", "Qed tara fejn ġejjin, Madam Speaker!", "Dawn il- poteri, li tan-naħa l-oħra qed jgħajruna bihom, huma kollha imniżżlin fil- liġi, waħda wara l-oħra, liġi li kien għadda Gvern Nazzjonalista.", "Il-membri tal-Planning Authority ma jistgħux jaqbdu u jagħmlu pjan bl-addoċċ imma dawn jagħmlu l-istudju tagħhom quddiem assessment panel.", "Panel ta' nies li se jiġġudikaw dan il-pjan.", "U min huma dawn li jiġġudikawh, Madam Speaker?", "Għandek tliet membri għax għandek chairman indipendenti, membru mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar u membru tal-bord ta' l-appell.", "U taf min jappuntahom lil dawn it-tliet membri biex jagħmlu l-assessment ta' l- istructure plan?", "Il-Prim Ministru.", "L-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra ma qalux li l-liġi kif inhi diġa' tissottometti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-kontroll politiku li hu ġust.", "Allura min għamel din il-liġi dan għamlu biex ixekkel l-awtorita'?", "Ejjew inkunu onesti mal-poplu.", "Aħna ma ħallejnihomx moħbijin dawn l- affarijiet imma ġibnihom up front.", "Iva, il-policies, il-pjanijiet u l- proċeduri jridu jkunu maqbula mal-ministru ħalli japprovahom, kif jagħmel il-Kabinett meta japprova structure plan.", "U l-gvern jista' jagħmel rakkmandazzjonijiet, jista' jikkonsulta mad-dipartimenti u ma' l-aġenziji tal-gvern ħalli dak il-pjan li toffrilu l-Planning Authority jikkonsidrah u jekk il-Kabinett jaqbel ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra bir- rakkmandazzjonijiet biex jiġi adottat.", "U jekk ma jaqbilx jgħidlu: Dan ma naqbilx miegħu, sieħeb.", "Imma mhux ovvja din?", "Mhux il-gvern irid jagħmel il- policies?", "Allura għalfejn dawn il-ħafna ipokreziji, dan il-ħafna tinwiħ min- naħa l-oħra li aħna qed innaqqru l-Planning Authority?", "Intom giddibin - għax m'hemmx kelma oħra x'tuża - intom tridu tqarrqu bil-poplu u ma tgħidux: Isma', ħalli naraw daqsxejn waħda x'qed jiġri.", "Aħna qegħdin niftħu dak li hemm fl-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp ta' l-1992 u qed nagħmluh ċar għax aħna qatt ma emminna fil-mudlam.", "Qatt ma emminna li nagħmlu l-affarijiet bil-moħbi.", "Qed nagħmluhom ċari u qed nagħmlu affarijiet li, iva, huma responsabbilta' tal-gvern u tal-ministru flimkien mal-Planning Authority, flimkien mal-korpi kostitwiti, flimkien mal-users u kull min juża l-Planning Authority.", "Naħseb li dan huwa iktar minn biżżejjed biex nindunaw kemm il-krib li sar min-naħa l-oħra huwa faċċol, għax minn dan kollu m'hemm assolutament xejn.", "Fl-opinjoni tiegħi dan iwaqqa' dak kollu li ntqal fuq \"l-id twila tal-ministru\", li rridu nagħmlu kontrolli kbar fuq l-awtorita' u l- awtonomija tagħha.", "Jekk wieħed jara subparagrafu (2) (a) ta' artiklu 5 ta' l-Att prinċipali - dan ma missejnihx fl-emendi tagħna, se jibqa' sagrosant hemmhekk u dan qed ngħidu for the record - dan jgħid:", "\"It-tħejjija u t-tħaris tal-pjanijiet ta' żvilupp, jiġifieri tal-pjan ta' struttura u d-dokumenti supplementari għall-ippjanar, inkluża kull ħaġa oħra anċillari jew inċidentali għalihom jew li twassal għalihom ...\",", "se jibqa' d-dritt ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li hija hi li tħejji l- pjanijiet u l-iskemi l-oħra.", "Dan id-dritt m'huwiex se jiġi mittifes bl- emendi li għamilna u min irid jaqra l-liġi mill-ġdid imur illejla jaqbad l- Att Nru. 1 ta' l-1992 u jara jekk dak li qed ngħid huwiex veru.", "Subparagrafu (2) (a) ta' artiklu 5 għadu hemm, m'huwiex mittifes u dan jgħid:", "\"the preparation and maintenance of the development plans, that is to say the structure plan and the supplementary planning documents, ...\"", "- jiġifieri l-local plans, l-actions plans u s-subject plans -", "\"... including any other matter ancillary, incidental or conducive thereto ... \"", "Ma tistax taħrab minnha din.", "Dak li huwa anċillari għalih, inċidentali għalih jew li jwassal għalih se jibqa' d-dritt ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "U l-istess ngħid għal artikli 23 u 27 - qed insemmihom għax il- liġi nafha ħafna iktar milli jafha ħaddieħor li qam jakkuża bl-amment biex jagħmel show politiku.", "Dawn ma missejnihomx, m'hemmx emendi għalihom u dawn jgħidu li huwa d- dritt ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tfassal subsidiary plans, subject plans, local plans u action plans u dan ħadd m'hu se jneħħihulha.", "Tikkonsulta mal-ministru, tikkonsulta mal-gvern, ikun hemm il-qbil, bħalma diġa' tagħtih dritt il-liġi li jibagħtu l-Kabinett, li jagħmel assessment panel, mela le.", "Ħalli naraw jekk aħna ngħidu li rridu nagħmlu business park tmurx tgħid lill-Gvern: Isma, jien m'għandix minn fejn nagħmel business park ta' Lm24 miljun taf, għalxejn ħażżistu hemmhekk dan.", "X'irridu?", "Li nkomplu nidħku bin-nies?", "Nibqgħu bl-action plan ta' business park ta' Lm24 miljun meta m'għandniex minn fejn nagħmluh?", "Jew lill-Gvern tgħidlu: Isma', sieħbi, dan jogħġobni bħala eżerċizzju akkademiku, pero' la għandna t-talba għalih u lanqas għandna l-flus għalih, allura aħjar inbiddlu għax hemmhekk għandna bżonnu għall-housing.", "Madam Speaker, qed nieħu dan il-ħin kollu fuq dan il-punt għax il-kritika l-kbira hawn kienet rigward li rridu neħħu l-awtonomija tal-Planning Authority.", "Dan m'hu veru xejn.", "Issa l-attakki l- oħra x'kienu?", "Qalulna li se nneħħu t-trasparenza.", "U dan kollu għaliex għidna li dak li qed isir, li xeba jsir, ipparteċipajt fih jien dan, b'mod ipokrita, skużi l- espressjoni imma m'hemmx kelma oħra x'nuża ...", "Ġieli kien ikollna bżonn nieqfu waqfa twila u nagħmlu sagħtejn nieħdu l-kafe' - mhux jiksaħ kien! - għax kien ikollna bżonn inwarrbu minn quddiem ċertu ħars li litteralment jhedded, wara li tkun diġa' rċevejt ruxxmata telefonati ta' theddid id-dar.", "Il-membri tal-Planning Authority li kienu u li għadhom jafu x'qed ngħid.", "Biex ma ngħidx ukoll li fil-bidu ta' xi seduta parlamentari kienu jiġu hawn jissikkawk biex ikellmuk, lanqas kont tista' tiċċaqlaq bihom, u meta kien ikun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun hemm il-miljuni fin-nofs kienu jgħidulek: Aħna attenti għal x'se tikteb, taf!", "U kull wieħed jimmarka wieħed minn tal-bord, qisna qed nilagħbu xi logħba football!", "Imma jien nista' bil-kuxjenza kollha moralment jekk ikolli dubju ma ngħidux, għax nibża' minnhom?", "Nista' jien li smajt il-preżentazzjoni kollha, nitlob liċ- chairman f'ġieħ il-ġustizzja biex nidħol ma' sħabi ġewwa għax għandi dubju ħalli naqsmu magħhom, nara kif jaħsbuha, inwassal il-biża' u d-dubju li għandi biex f'ġieħ il-ġustizzja niġġudikaw bis-serjeta' u ma noqgħodx hemmhekk b'ħalqi magħluq għax nibża nitkellem, għax mhedded bil-ħars u bl- ippuntar tas-swaba?", "Biex ma nsemmix ukoll meta ġejna attakkati fiżikament għax telgħu għalina hemmhekk.", "Hekk irridu?", "Li nħallu lill-membri tal- Planning Authority taħt pressjoni morali li ma jistgħux jiġġudikaw u jiddeċiedu bis-serjeta'?", "Madam Speaker, dawn l-affarijiet ma jiġrux kuljum imma jkollok każ kultant.", "Jien għandi l-fiduċja li ċ-chairman preżenti - u anke min ikun hemm warajh - għandu biżżejjed integrita' li jiddeċiedi hu meta jkun hemm it- tensjoni u jiddeċiedi hu l-post meta jkun hemm bżonn li wieħed jidħol jiddelibera għax allaħares noqogħdu nagħmluha kull darba.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dażgur!", "Jien lest li nagħtihom id-deċiżjonijiet taċ-chairman u lest li nagħtihom dawn l-affarijiet.", "Għalhekk qed nispjega x'hemm wara l-liġi.", "M'għandniex għalfejn inneħħu t-trasparenza.", "Fil- kumitat lest li nagħmilhom dawn l-affarijiet, Onor. Mugliett.", "Iva, għandi fiduċja fiċ-chairman preżenti u f'dak li se jkun hemm warajh.", "Min għex bħali fuq dak l-bord jaf x'jiġifieri fejn jgħid: Issa jien, bil-kuxjenza kollha, kif nista' ma nitkellimx?", "Imma jekk se nitkellem se nsib bomba wara biebi għada!", "Dan sew meta jkunu qed jipprovaw jixtruk, meta jkunu qed jipprovaw jintimidawk, meta jipprovaw iwasslulek il-messaġġi u dawn l- affarijiet kultant jiswew il-miljuni?", "Allura jien inħoss li dawk in-nies li nappunta fuq dak il-bord għandi nagħtihom is-safety valve biex jekk kemm-il darba jkun hemm każ jaħraq u dawn jgħidu: Isma' m'aħniex liberi li niddeliberaw ....", "Mhux kif qalu żbaljatament ħafna min-naħa l-oħra, li dan isir b'diskussjoni fil-magħluq.", "Mhux veru.", "Issir il-preżentazzjoni mill- Planning Authority, jinstema' d-developer, jġibu l-argumenti, ikun hemm it- third parties biex jgħidu tagħhom, ikun hemm ta' l-ambjent biex jgħid tiegħu u trid tisma' lil kulħadd bħalma ġurat jisma' lil kull min jersaq quddiem l-imħallef.", "Imma skużi, meta mbagħad għandi diffikultajiet li rrid inqajjimhom, jew niġu fis-sitwazzjoni redikola bħal ta' San Lawrenz, meta kulħadd kien kontra kulħadd imbagħad ivvotaw u kulħadd ġie favur.", "Tajjeb?", "U wieħed jibda jidħak.", "Jew inkella ngħidu: Isma' sieħeb, kif qed isir bħalissa, nieqfu għal coffee break u mmorru nieħdu kafe'.", "Sew din l- ipokrezija?", "M'hu coffee break xejn dak.", "Għandi dritt li nidħol niddelibera ma' sħabi jien ħalli nasal għal ġudizzju għax dak huwa post ġudizzjarju.", "Hemm il-ġustizzja fin-nofs.", "Jekk ma tagħtihulux dan tkun qed teħodlu d- drittijiet tiegħu; jekk tagħtihulu taf tajtu iktar milli suppost jieħu.", "Għalfejn m'għandix inkun liberu bħall-imħallef f'dik il-pożizzjoni li jekk għandi d-dubju rrid naqsmu ma' sħabi?", "Għalfejn qed tiddelibera mela?", "U mhux il-konsultazzjoni u d-diskussjoni imma d-deliberazzjoni u min hu avukat jaf li hemm differenza enormi bejn id-diskussjoni u bejn l-informazzjoni u d-deliberazzjoni.", "Tkun smajt lil kull min kellu xi jgħid, ma għalaqtx id- diskussjoni u ma għamilthiex bil-magħluq.", "Qed tiddelibera u tifforma moħħok fuq dak li wasal għandek mill-informazzjoni kollha li bl-iktar mod liberu u bl-iktar mod miftuħ kull min kellu jagħtik dik l-informazzjoni tahielek.", "Issa xi trid?", "Toqgħod kwiet u tipprova tifforma ġudizzju tiegħek għax huwa proċess normali li l-bniedem l-ewwel ikollu l-informazzjoni dieħla, imbagħad jixtarraha u mbagħad jagħmel ġudizzju.", "Hemm tliet fażijiet.", "L-informazzjoni tkun dieħla, jibda jixtarraha, jibda jifhem, imma meta mbagħad irid jiddeċiedi, agħtih naqra ċans jekk jaħseb li jrid ikun 'il bogħod fejn ma jkunx mhedded - u nerġa' ngħid ma jkunx mhedded, u naf x'jien ngħid - u agħtih ħames minuti, għaxra jew kwarta, kemm ikun hemm bżonn, ħalli jiddelibera ma' sħabu u jifforma l-opinjoni tiegħu.", "Mela din hija xi ħaġa li ridtu tipprovaw twerwru lill-poplu biha u mhux se twerwruh għax kulħadd jaf li dawn huma affarijiet li jridu jsiru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett, bil-permess tal-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, nixtieq niċċara jekk dan il- provvediment huwiex se japplika anke fil-livell tad-DCC.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Japplika wkoll jekk ikun hemm bżonn.", "Onor. Mugliett, dak li jista' jiżbilanċja bniedem li għandu proġett ta' Lm4 miljun jew Lm5 miljun, u ma tawhulux fuq kumment li seta għamel l-Onor.", "Vella, jista' jiżbilanċja bniedem li għandu proġett ta' Lm5,000, li għalih huwa l- għajxien ta' kuljum, u rimarka li għamel il-kollega l-Onor.", "Bertu Pace żbilanċjatu wkoll.", "Dak li qiegħed fuq il-livell tad-DCC li huwa delegat mill-Planning Authority għandu jkollu anke dan iċ-ċans, iva, li jagħmel dik il-ftit riflessjoni ħalli jkun jista' jiġġudika.", "Jien inħoss li din hija ġusta.", "(Interruzzjonijiet) Nista' naqbel magħkom li nżidu li din tkun fid- diskrezzjoni taċ-chairman - niddiskutuha, mela le - imma għandu jkun hemm dak is-safety valve u meta tirriflettu taraw li għandi raġun fiha din l- istorja kollha.", "Issa dawn qalu li se nneħħu t-trasparenza - din waħda minnhom - għax possibbilment se jsiru deliberazzjonijiet fil-magħluq f'ċerti każi li hekk ikunu jitolbu.", "L-oħra kienet għaliex jista' jkun hemm xi abbużi meta wieħed għall-kurżita jmur il-Planning Authority ħalli jara l- pjanti kollha li hemm.", "Jien, again, lest li nagħmel ċerti emendi.", "Kienet magħluqa wisq u diġa' kelli l-emendi lesti.", "Meta ġew għandi ta' l-ambjent għidtilhom li dik se ntajruha minn hemmhekk, l-ewwelnett anke għax il-wording ridna nbiddluh.", "Bl-ebda mod ma rridu nżommu lill-pubbliku milli jkun jaf li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Psaila Savona, per eżempju, se jibni villa jew se jibni dar.", "(Interruzzjonijet) Skużani qed insemmi lilek għax ġejt quddiem għajnejja.", "Ħalli nsemmi lill-Onor.", "Richard Muscat.", "Dan se jibqa' hemmhekk għax l-ewwelnett ir-reġistru fil-gazzetta se jibqa' jidher, mela kulħadd jaf li l-Onor.", "Richard Muscat applika għal maisonette bi tliet kmamar tal- banju, whatever.", "Issa fir-reġistru se jkun hemm imniżżel x'hemm fl- applikazzjoni u d-dokumenti li dan tefa' ma' l-applikazzjoni biex int tkun ċert li dik l-art tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Imma, Onor. Mugliett, int taħseb li huwa d-dritt taċ-ċittadin li joqgħod jifli u joqgħod innaqqas mid- drittijiet taċ-ċittadin l-ieħor li jkollu ċerta privatezza f'dak li se jagħmel?", "Jien għalfejn għandi mmur nara l-pjanta tiegħek jekk f'hijiex bieb fuq wara, jekk f'hijiex trap door minn isfel, jekk f'hijiex kantina jew jekk f'hijiex bieb fuq il-bejt.", "Għalfejn dan?", "Kif inhi llum nista' mmur.", "Jista' jmur dak li jkun għadu ħiereġ minn sitt xhur ħabs u jmur jara kif qed tibni l-post tiegħek ħalli jkun jaf kif għandu jisirqek meta jrid.", "Dan l-iskop warajha għax jekk kemm-il darba int tgħidli: Isma' jien irrid inkun naf xi proġett se jagħmel f'dan il-mixed development, jien ngħidlek: Iva, dak se jagħmel hotel ta' 200 kamra u għandu 14-il flat, imma mhux se noqgħod nidħol fid-dettall tal-pjanti fejn huma t-twieqi u fejn huma l-bibien.", "Għalfejn dan?", "Ċikku l-poplu kollu jiġi jimpinġi fuq il-privatezza tiegħi.", "Per eżempju, qed nibni dar lit-tifla u jiġi xi ħadd kwalunkwe għall- kurżita' u joqgħod iqalleb il-pjanti fil-Planning Authority.", "Dan huwa d- dritt tal-privatezza tiegħi.", "Hawn l-avukati hawn u jien naħseb li bid- drafting tal-liġi ddiskutewha kemm-il darba, ċioe' kemm id-drittijiet ta' ċerti individwi m'għandhomx jimpinġu fuq id-dirttijiet taċ-ċittadini l- oħra.", "Għaliex għidna li jrid ikun perit biex ċerti dettalji jarahom?", "Għax jekk jien ikolli xi ħadd qed jibni ħdejja, li se jgħattini jew li se jagħmel ħsara fil-pedimenti, jien nista' mmur ngħid li se jibni supermarket ta' tliet sulari u se jkollu daqshekk fond, imma d-dettalji ta' l-ippjanar u l-pjanti jien x'nifhem fihom?", "Jien irrid inqabbad perit u ngħidlu: Isma', dan ta' ħdejja se jibni supermarket ta' tliet sulari u naf li se jkollu tant u tant spazju.", "Ara ftit il-pjanti li ma jmurx jagħmilli ħsara fil-pediment u ara l-appoġġi kif se jkunu.", "U l-perit, bħala bniedem responsabbli professjonali, jgħidlek : Isma' ħalli naralek jien.", "U jmur u jgħidlek li tista' sserraħ rasek.", "Wara kollox, din il-ħafna arja u dan il- ħafna diskors vojt, kemm hawn nies jifhmu fil-pjanti?", "Qisu kulħadd sar jifhem f'kollox issa!", "Il-perit jifhem f'dawn l-affarijiet u jiġi jgħidlek biex isserrah moħħok li dak mhux se jagħmillek ħsara.", "Jew issa kull min għandu xahru twil sar jifhem f'kollox!", "Hekk issa spiċċajna li nifhmu f'kollox?", "Jien m'għandix fiduċja li ċerti nies imorru jaraw il-pjanti tiegħi - għall-grazzja t'Alla m'għandi xejn jien - imma għaliex għandu jkolli kollox apert u miftuh biex Ċikku l-poplu kollu, il-pensjonant li ma jkollux x'jagħmel u xi erba' bums li m'għandhomx x'jagħmlu jmorru jqallbu l-pjanti u l-ex drogat għadu kemm ħiereġ mill-ħabs imur iqalleb il-pjanti?", "Hekk irridu?", "Jien ma naħsibx li rridu hekk u we can fine-tune it.", "Diġa' għamilt l-emendi fuqha.", "Il-pjanti ddettaljati għandu jarahom biss il-perit.", "Jekk, per eżempju, il-Mid-Med Bank jew il-Bank of Valletta qed jibni branch, inti m'għandekx dritt tmur u toqgħod tqalleb il-pjanti ħalli tara fejn hi l-istrong room!", "Żgur li m'għandekx dritt.", "(Interruzzjonijiet) Mela fejn jibda d-dritt ta' dak u jispiċċa tiegħi, skużi?", "Dan li qed nagħmlu aħna, li naraw is-salvagwardji u d-drittijiet taċ-ċittadin.", "Issa jien nista' nżomm li jekk kemm-il darba se jsir żvilupp ġo Pembroke jew x'imkien ngħidlu : Le, inti ma tmurx tara x'hemm.", "Dan mhux kulħadd ikun jaf x'hemml tafx li se jagħmel multi-storey development, se jagħmel mixed development jew se jagħmel garage.", "Dan se jagħmel garage imma mbagħad id-dettalji x'jidħlu?", "Madam Speaker, dawn huma l-affarijiet li n-naħa l-oħra għamlu tant paniku fuqhom.", "Diġa' semmejt xi ħaġa fuq il-piecemeal policies fejn qalu li se nordmu d-drittijiet tat-third parties.", "Dan m'hu veru xejn.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hemm li biex wieħed jagħmel appell irid isir xi ħlas nominali.", "L-idea kienet ta' administrative charge.", "Dan anke jekk tmur tiġbor ċertifikat mill- Insinwa, anke jekk tmur tiġbor kopja ta' ċertifikat mill-qorti tħallas xi ħaġa.", "Dik se nneħħuha ħalli ma nkunux qed ngħidu li qed inxekklu lin-nies biex iħallsu Lm5 biex jagħmlu appell.", "Allavolja dawn l-affarijiet iqumulu l-flus lill-Istat - għax qed taħli l-ħin u hemm in-nies u hemm l-impjegati u hemm id-dawl u hemm kollox - anke din neħħejniha ħalli nurukom kemm m'għandniex skop u m'għandna l-ebda intenzjoni li noqgħodu nxekklu liċ- ċittadin.", "Le, jista' jmur u jagħmel appelli kemm irid pero' imbagħad skużi jien liċ-ċittadin ngħidlu: Isma', bħalma għandek dritt, third party right, kif issa tatek il-qorti - u deċiżjoni tal-qorti nbaxxu rasna għaliha - imma inti ma tistax imbagħad toqgħod ....", "Mela se nagħmel żvilupp u wara li ħadt il-permess oġġezzjonajt int u waqqaftni u kelli mmur quddiem il-bord ta' l- appell u appena spiċċajt int ġie sieħbek u għamel appell ieħor.", "Skużi, aħna għidna li min ikun għamel oġġezzjoni fil-bidu imbagħad jkollu dritt għall-appell.", "Fejn neħħejnilhom id-dritt ta' l-appell?", "Aħna ssaldajna d- dritt tiegħek u tiegħi, bħala ċittadin, li jekk irrid nibni mezzanin ma nsibx xi erbat iċwieċ li jwaqqfuni wieħed wara l-ieħor, wieħed għaliex ta' l-ambjent, l-ieħor għax se nibni ħdejh, l-ieħor għax ma jaqbilx ma' li qed nagħmel, l-ieħor għax jibda jiġġudika jekk l-art hijiex tiegħi jew le u kull darba iwaqqfuni.", "Id-drittijiet ta' ċerti nies - u nammettihom id- drittijiet tat-terzi - ma jridux jimpinġu fuq id-drittijiet taċ-ċittadin l- ieħor, illi wara kollox għandu d-drittijiet tiegħu wkoll.", "Din hija kwestjoni ta' kontroll u kontroll ma jfissirx li nneħħu d-drittijiet tat- terzi.", "Id-drittijiet qed nagħtuhomlhom meta qegħdin nagħmlu emendi fil- proċedura ta' l-appell ħalli lill-individwu - kemm dak li qed jagħmel oġġezzjoni, kif ukoll dak illi qiegħed għaddej mill-proċess li jiġi kkontestat - nagħtuh id-drittijiet tiegħu u mhux inħalluh imdendel fl- appell u ma nafux meta se jispiċċa għax jibda u ma jkomplix.", "Qegħdin ngħidu: Ejja nagħmlu ċertu time frame ħalli l-appell inkunu nafu li għandu ċertu terminu.", "U nafu wkoll illi trid issir il-proċedura l-magħrufa ħalli ma jkunx hemm min jiddeċiedi mod u min jiddeċiedi ieħor.", "Kien hemm il-kritika li aħna se nagħmlu żewġ kaptani fil-Planning Authority.", "Kien hemm ic-chief executive, li minn hawn nsellimlu għall- kapaċitajiet professjonali u għall-mod assidwu kif jaħdem fil-Planning Authority.", "Mhux dejjem naqblu u allaħares naqblu dejjem.", "Jien għandi ħafna x'nikkritika f'dak li jaħseb hu bħalma hu għandu x'jikkritika f'dak li naħseb jien.", "Ma jistax ikun illi jkollok bniedem illi jerfa' dik ir- responsabbilta' kollha, kemm mil-lat tekniku, kif ukoll mil-lat amministrattiv.", "Bla ma nitfa' ħtija fuq ħadd, ħafna mill-affarijiet li qegħdin jiskappaw u li qegħdin jiġru u li tan-naħa l-oħra bdew jallegaw fuq il-case officers ...", "Jiena ma ngħidx li hija responsabilta' taċ-chief executive jew inkella tad-direttur għax dawn ma jistgħux ilaħħqu ma' kollox.", "Imma jekk jien ngħid: Fid-dawl ta' l-allegazzjonijiet kollha li saru min-naħa l-oħra li hemm \"allat żgħar\", illi hemm case officers \"mhux korretti,\" jiena rrid li jkun hemm xi ħadd responsabbli mill- amministrazzjoni ħalli jkun liberat kompletament mill-problemi tal- planning, ħalli ma jkunx diġa' involut fuq local plans u jkun qiegħed jikkonċentra kompletament fuq it-tmexxija tal-Planning Authority.", "Għaliex waħda mill-problemi kbar hija l-amministrazzjoni żbaljata li hemm hemm ġew - u nerġa' ngħid li din ma tirriflettix fuq min qiegħed hemm imma żgur li din xi ħaġa li tirrikjedi attenzjoni akuta - u min isemmi żewġ kaptani ...", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Bertu Pace qal: Mela fil-bank kemm-il kaptan hemm, għax hemm ruxxmata managers?", "Anke fil-ministeru tiegħi wkoll għandi manager direttur li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni, il-finanzi u l- personnel.", "U ħaddieħor qiegħed fuq affarijiet oħra.", "Mela jista' jkun li wieħed imexxi kollox!", "U din hija l-istorja kollha taż-żewġ kaptani.", "Din il-kontroversja kollha minħabba ħatra ta' direttur amministrattiv!", "Qed nispjega l-bżonn tagħha.", "Din m'aħniex nagħmluha biex inneħħu l-kappell lil xi ħadd jew biex naqtgħu l-poteri ta' xi ħadd imma rriduhom li t-tnejn jaħdmu flimkien.", "Mit-tixwix kollu li sar fil-media kien hemm anke min kien tant stupidu li qal: Nafu lil min għandkom f'raskom u semmew lil Joe Zammit, Segretarju tal-Kabinett, li kien is-segretarju tas-sotto-kumitat li għamel dawn l- emendi.", "Ara Joe Zammit għandu tant x'jagħmel!", "Tant mhux veru u tant għoxew fil-gideb illi ċ-chairman jista' jgħid jekk huwiex veru dan.", "Aħna konna qegħdin nikkontemplaw li jkollna l-management efficiency unit tal- MITTS għal tliet xhur biex ikunu huma to set the ball rolling u nibdew bihom.", "Fil-bidu dak kien il-ħsieb tiegħi.", "Imbagħad avviċinawni mill- Uffiċċju tal-Prim Ministru u qaluli: Jiddispjaċina, dawn huma over extended u għandhom ħafna x'jagħmlu u ma jistgħux jieħdu dan l-inkarigu.", "Araw x'se tagħmlu.", "Jiena ħadt doċċa kiesħa għax xtaqt illi nies b'dawk il- kapaċitajiet jkunu huma li jibdew dan it-tip ta' rwol ħalli nibdew l- affarijiet sew.", "Imbagħad maċ-chairman iddiskutejt illi jagħmlu ftit scouting fuq il-kumpanniji tal-management ħa naraw x'jistgħu joffrulna u b'liema prezz.", "Ara kemm mhux vera li kellna f'rasna li naqbdu lil xi ħadd u ngħidulu: Issa inti poġġi hemm ħalli tikkmanda l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u nieħdu r-riedni minn idejn iċ-chief executive!", "U ejja, din m'hijiex serjeta'.", "Din il-kritika li ġiet minn naħa l-oħra u dan li kien hemm fil-gazzetti!", "Ibellgħu r-ross bil-labra lill-poplu.", "Dan kollu għaliex qed nipprovaw nirranġaw l-affarijiet.", "Qed nirranġaw dak li ħaddieħor ħalla u ma rranġax.", "Din hija parti mill-kritika l-kbira li saret.", "Jiena nemmen illi dawn huma kollha allegazzjonijiet bla bażi.", "Qegħdin ukoll nagħmlu emenda fil-liġi prinċipali għax ta' qabilna kienu ħasbu illi fi tmien ġimgħat kien se jkun jista' joħroġ il-permess iżda marru żmerċ.", "Xbajna nisimgħu lil kulħadd jgħid illi tmien ġimgħat mhumiex biżżejjed u li mhuwiex sew li titfa' applikazzjoni mbagħad tirċievi nota fejn jitolbuk li ġġedded u l-applikazzjoni Alla m'għamilha.", "Għalhekk aħna rajna x'jagħmlu pajjiżi oħra u għidna: Jekk wieħed itawwal ftit u flok tmien ġimgħat nagħtu 12-il ġimgħa fejn jidħol żvilupp żgħir - ngħidu aħna, maisonettes, garaxxijiet u affarijiet bħal dawn - dawn ma jistgħux jiġu maqtugħa f'dak iż-żmien?", "U skoprejna li dan nistgħu nippruvawh.", "Bħalma għidt kemm-il darba ħadd m'hu qed jgħid li din hija l-aħħar darba u li din m'aħna se nibdluha qatt.", "Jekk jirriżulta li 12-il ġimgħa ma jagħtux ir-riżultat mixtieq, jiena nerġa' niġi hawn - wara li nkun ftehimt mal-Planning Authority u ma' kull min huwa nteressat - u nagħmel esperiment ieħor sakemm niġu biex liċ-ċittadin nagħtuh dak li bi dritt jistenna mill- Planning Authority.", "Tan-naħa l-oħra qalulna li dan jagħti lok għal abbuż - nifhimha li kulħadd qed jaħseb bil-mentalita' tiegħu - u f'kor wieħed qalu li l-case officers huma \"allat żgħar\", li huma rresponsabbli u li ma ħadmux tajjeb.", "Kien hemm min qal: Imma jekk l-applikazzjoni l-case officer jitfagħha fil-kexxun għal tliet xhur u ma jiktiblek xejn, inti teħodha li tista' tibni għax ma tkunx ħadt risposta uffiċjali?", "Lil min qal hekk jien ngħidlu: Aħna għalhekk se nagħmlu manager administration biex ikun jista' jsegwi dawn l-applikazzjonijiet u jara fejn huma.", "Jien naħseb li b'dan li se nagħmlu mhux se jkun hemm lok fejn jgħidulna li l-file intilef - dawn kemm se jdumu jippruvaw jidħku bina, darba, tnejn? - u malli naqbad lil xi ħadd naqtagħlu rasu barra għax il-case officer għandu jkun jaf li qiegħed hemmhekk biex jagħti servizz lill-poplu.", "Għalfejn din il-ħafna biża' kollha min-naħa ta' l-Oppożizzjoni?", "Jekk jiena għandi sikkina nista' nużaha biex noqtol biha imma jekk għandi intenzjonijiet tajbin nista' nużaha bħala cutlery biex naqta' biċċa ħobs.", "Allura inwaqqaf is-skieken kollha milli jidħlu Malta!", "Ma naħsibx li jekk tarani b'sikkina f'idejja tgħid li jien qattiel u li se nużaha biex noqtol lil xi ħadd biha!", "Agħtini l-benefiċċju tad-dubju, ippruvani l-ewwel.", "Hekk se nagħmlu fil- Planning Authority aħna, Madam Speaker, għax se nippruvaw sistema li biha ntawlu l-perijodu li fih l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu deċiżi.", "Darba oħra, meta jerġa' jkollna ċ-ċans nitkellmu fuq dan is-suġġett, se ngħid x'se nagħmlu biex inħaffu t-tagħbija ta' l-applikazzjonjiet li jkun hemm quddiem il-case officers.", "L-applikazzjonijiet iridu jkunu kompleti u mhux nibdew b'nofs applikazzjoni u mbagħad wara xahar l-uffiċjal jibgħat jgħid lill-applikant jew lill-perit li għandu bżonn pjanta oħra, li għandu bżonn ritratt ieħor u li għandu bżonn xi ċertifikat ieħor.", "Ma' dan l- eżerċizzju aħna għamilna ħafna aktar minn hekk u b'diżonesta kbira ħadd minn-naħa l-oħra ma semma l-miżuri li ħadna ħalli dawn l-affarijiet jiġu streamlined u jimxu b'mod effiċjenti.", "Tan-naħa l-oħra ma qalux li b'dan li qed nagħmlu dawk il-case officers li huma rresponsabbli mhux se jkollhom aktar skuża wara xhiex jistaħbew.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l- aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 27 ta' Lulju, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari; u xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "---------------------------------", "U fil-Kumitat Permanenti hemm:", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Madam Speaker, il-ġimgħa l-oħra l-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ir-rapport tagħha msejjaħ \"Aġenda 2000\" lill-Parlament Ewropew.", "Illum nixtieq nitkellem ftit dwar il-kontenut ta' dan ir-rapport.", "Ta' min jgħid li dan ir-rapport huwa maqsum fi tliet partijiet, jew aħjar fi tliet volumi.", "L-ewwel volum jitkellem dwar l-Unjoni Ewropea illi għandha tkun Unjoni Ewropea li hija akbar u iżjed b'saħħitha.", "It-tieni volum jitkellem dwar l-isfida tat-tkabbir - \"The Challenge of Enlargement\" - waqt illi t- tielet volum jittratta dwar l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq l- applikazzjonijiet għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Minn dan ir-rapport joħorġu tlett aspetti prinċipali.", "L-ewwel aspett huwa dak dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-analisi magħmula mill-Kummissjoni Ewropea fuq l-applikazzjonijiet kollha li għandha quddiemha tasal għall-konklużjoni illi l-applikanti kollha huma politikament imħejjija - politikament ippreparati għal sħubija, ħlief għar- Repubblika Slovakka.", "Il-Kummissjoni ikkonkludiet illi m'hemmx garanzija biżżejjed għal dawk li huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u għalhekk irrakkmandat li mar-Repubblika Slovakka mhux possibbli li wieħed jikkontempla l-bidu ta' negozjati għal sħubija għalissa.", "Min-naħa l-oħra, mil-lat ekonomiku, mil-lat ta' tħejjija ta' pajjiż għal sħubija, il- Kummissjoni sabet illi hemm numru ta' pajjiżi li huma ferm iżjed ippreparati, ferm iżjed imħejjija minn oħrajn u semmiet speċifament ir- Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, l-Estonja u l-Islovenja.", "U qalet illi l-pajjiżi l-oħrajn, għalkemm ħadu passi sostanzjali sabiex isaħħu l- ekonomiji tagħhom u sabiex ukoll jippreparaw ruħhom ekonomikament, m'humiex ippreparati biżżejjed u għalhekk il-Kummissjoni rrakkmandat lill-Parlament Ewropew - liema rapport ukoll se jiġi ppreżentat lill-Kunsill tal-Ministri sabiex fl-aħħar mill-aħħar jasal quddiem is-summit li għandu jsir fil- Lussemburgu f'Diċembru ta' din is-sena - illi jistgħu jibdew in-negozjati għas-sħubija ma' dawn il-pajjiżi, jiġifieri ma' l-Ungerija, mar-Repubblika Ċeka, mal-Polonja, ma' l-Estonja u mas-Slovenja fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Filwaqt li mal-pajjiżi li huma inqas imħejjija, inqas ippreparati ekonomikament, qed tirrakkmanda li għandhom isiru l-hekk imsejħa accession partnerships.", "Dawn l-accession partnerships ikunu jkopru għajnuna finanzjarja u għajnuna teknika, ikopru wkoll tisħiħ jew djalogu strutturat iżjed profond u jkopru wkoll parteċipazzjoni iżjed intensiva da parti tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea.", "Madam Speaker, il-Kummissjoni għamlet riferenza wkoll għall-każ ta' Ċipru u qalet illi fil-każ ta' Ċipru dan il-pajjiż huwa iżjed avvanzat ekonomikament u huwa iżjed imħejji peress li ilu s-snin jipprepara ruħu għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "U miegħu fil-fatt hemm il-wegħda illi n- negozjati għas-sħubija jistgħu jibdew mhux iżjed tard minn sitt xhur mit- tmiem tal-Konferenza Inter-Governattiva.", "F'dan il-kontest ta' min isemmi li Malta, bħal Ċipru, kellha din il-wegħda u aħna konna avvanzati u mħejjija mill-inqas daqs Ċipru, iżda mingħajr ma kellna l-problema tad- diviżjoni illi fil-fatt għandu Ċipru u li tista' tkun xi forma ta' ostaklu għall-kontinwazzjoni tan-negozjati ma' dan il-pajjiż, għalkemm wieħed jawgura li waqt l-istadju tan-negozjati tinstab soluzzjoni għal din id- diviżjoni li teżisti f'Ċipru.", "Ir-rapport tal-kummissjoni dwar \"Aġenda 2000\" jittratta wkoll dwar ir- riformi fil-politika ta' l-agrikoltura komuni.", "Dan ir-rapport jgħid illi l- Unjoni Ewropea għandha tirriforma l-kamp ta' l-agrikoltura sabiex tidħol aktar kompetittivita' u għalhekk għandu jkun hemm iżjed opportunita' għal għajnuna diretta mogħtija lill-bidwi, bħal immodernizzar, ristrutturar u għajnuna oħra li tista' tingħata direttament lill-bidwi u min-naħa l-oħra jkun hemm inqas protezzjoni f'forma ta' garanzija tal-prezzijiet, li nafu illi tikkrea wkoll diversi problemi lill-Unjoni Ewropea minħabba fil-frodi illi jsiru f'dan ir-rigward.", "U allura l-Unjoni Ewropea trid tieħu passi sabiex il-fondi li talloka għall-politika ta' l-agrikoltura, li huma fondi konsiderevoli ħafna, ikunu utilizzati b'mod iżjed effiċjenti u iżjed effettiv.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni jitkellem ukoll fuq il-qafas finanzjarju.", "Fil- fatt wieħed jista' jgħid li dan huwa t-tielet aspett importanti li ttrattat dwaru l-Kummissjoni Ewropea.", "Għalkemm il-Kummissjoni qiegħda tirrakkmanda riformi f'dan il-qasam, jiġifieri qiegħda tirrakkmanda riformi f'dawk li huma fondi strutturali li jiġu maqsuma bejn il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni, għamlitha ċara illi l-livell ta' l-għajnuna strutturali u l-livell ta' l- għajnuna ta' koeżjoni għandhom jibqgħu mingħajr ma jkunu mittiefsa.", "Fil- fatt qed tirrakkmanda illi ECU 275 biljun għandhom jiġu kommessi mill- Unjoni Ewropea għall-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2006, jiġifieri għal perijodu ta' seba' snin.", "Jekk wieħed iqabbel dawn mal-fondi li ngħataw mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu bejn l-1993 u l-1999, isib li hemm żieda ta' ECU 75 biljun, jiġifieri madwar Lm40 biljun, għax il-fondi li kienu ġew allokati għall-perijodu mill-1993 sa l-1999 kien ta' ECU 200 biljun.", "F'dan ir-rigward ta' min isemmi li l-Kummissjoni qiegħda tirrakkmanda fondi ġodda għat-tkabbir.", "Fil-fatt qiegħda tgħid li fuq medda ta' seba' snin, jiġifieri għall-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2006, il-pajjiżi applikanti kollha għandhom jingħataw ECU 7 biljun bħala għajnuna qabel ma' dawn jissieħbu, jiġifieri qabel ma jsiru membri.", "L- Unjoni Ewropea, jew aħjar il-Kummissjoni qed tgħid li għandhom jingħataw ECU 7 biljun, jiġifieri madwar Lm3 biljun, lill-pajjiżi applikanti kollha b'żieda ma' dak li diġa' jirċievu.", "Ta' min isemmi li dawn, taħt il-programm eżistenti msejjaħ PHARE, jirċievu ECU 10.5 biljun u l-Unjoni Ewropea qed tgħid li dawn ikunu ntitolati għal ECU 3.5 biljun mill-fondi għall-agrikoltura.", "Jiġifieri jekk wieħed jieħu kollox in konsiderazzjoni jsib li l-fondi li qed tirrikkmanda l-Kummissjoni se jirdoppjaw fuq dan il-perijodu ta' seba' snin.", "Pero' l-iżjed ħaġa rilevanti huwa l-fatt li l-Kummissjoni qed tirrikkmanda li l-pajjiżi membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea jingħataw is-somma ta' ECU 38 biljun, jiġifieri madwar Lm15 biljun, għall-perijodu minn meta jsiru membri sa l-aħħar tas- sena 2006.", "Jiġifieri jekk wieħed jagħmel kalkolu malajr fuq id-data meta dawn jistgħu jsiru membri - wieħed hawn jista' jassumi li din tista' tkun fil-bidu tas-sena 2002 - u jaqsam din is-somma fuq perijodu ta' ħames snin isib li dawn bejniethom jieħdu s-somma ta' ECU 7.6 biljun fis-sena.", "Meta tapplika din il-figura għas-sitwazzjoni tagħna ssib li Malta kienet tkun intitolata għal medja ta' Lm25 miljun fis-sena għal ħames snin.", "Ta' min isemmi wkoll li dawn is-somom huma maħduma b'mod li meta l-pajjiż ikun għadu kemm sar membru jieħu relattivament inqas milli jieħu wara li jgħaddi ċertu żmien.", "Fil-fatt fuq dan l-istess kalkolu wieħed isib li fl- ewwel sena Malta tieħu inqas minn Lm25 miljun, pero' mbagħad fil-ħames sena tieħu madwar Lm40 miljun, għax meta l-pajjiż ikun għadu kemm sar membru ma jkollux mekkaniżmu daqshekk effiċjenti biex jeżawrixxi l-fondi li jingħata u allura l-Kummissjoni qed tirrikkmanda li matul l-ewwel sena pajjiż membru ġdid jingħata inqas pero' mbagħad il-fondi li jingħata jiżdiedu matul is- snin u fil-ħames sena mis-sħubija tiegħu jkun intitolat għal somma konsiderevolment akbar.", "Madam Speaker, ġimgħa ilu l-Partit Nazzjonalista għamel appell lill-Gvern biex jirrivedi l-pożizzjoni tiegħu minnufih dwar is-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea.", "Fejn qabel il-Gvern seta' jgħid li ma kienx jaf biżżejjed dwar l-implikazzjonijiet tas-sħubija u li seta' jkun hemm ħafna affarijiet li jolqtu negattivament lil Malta, issa għandu l-fatti f'idejh u allura jista' jagħmel l-istudju u l-analisi tiegħu sabiex jikkonkludi jekk huwiex verament fl-interess ta' Malta li ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni nappellaw lill-Gvern biex jagħmel dan l- eżerċizzju mingħajr telf ta' żmien għaliex iż-żmien qed jagħfas u jekk iħalli dan iċ-ċans jgħaddi u jilħqu jibdew in-negozjati mal-pajjiżi li semmejt qabel nitilfu ċ-ċans tagħna, imbagħad il-Bambin biss jaf meta jerġa' jkollna ċ-ċans li nibdew il-proċess sabiex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea!", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Grazzi, Madam Speaker.", "Fil-ftit ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi xtaqt ngħid xi ħaġa żgħira dwar il-politika ddikjarata tal-Gvern fir-rigward tar-rapport ta' l-inċidenti tat-traffiku u r-rwol ta' l-awtoritajiet f'dawn l-inċidenti.", "Dan is-suġġett ġie mqanqal jumejn ilu mill-Prim Ministru fil-ħin tal-mistoqsijiet u xtaqt nagħmel intervent żgħir dwar dan.", "Madam Speaker, kif nafu, l-pożizzjoni llum hi li meta jkun hemm inċident tat-traffiku s-sewwieq għandu d-dover li jinforma lill-pulizija sabiex jiġu fuq il-post u jagħmlu dak il-famuż sketch jew okkorenza biex imbagħad jagħtu r-rapport tagħhom.", "Dan fil-prattika qed jikkrea ċertu inkonvenjent minħabba li s-sewwieqa nvoluti jkollhom jagħmlu żmien twil jistennew sakemm jaslu l-pulizija, jilħqu jisħnu l-irjus u ħafna drabi dak li jkun jispiċċa jitlaq minn hemm għax jgħid: Jien għalfejn se nibqa' hawnhekk għal ħabta żgħira!", "Il-verita' hija li din hi sistema ineffiċjenti u dan ġie rikonoxxut mill-MSU fir-rapport li ppreżentaw dan l-aħħar dwar r- riorganizzazzjoni fil-Korp tal-Pulizija fejn issuġġerew li f'dawn l- inċidenti tat-traffiku m'għandhomx jibqgħu jiġu msejħa l-pulizija iżda minflok il-partijiet involuti għandhom jimlew bejniethom rapport li eventwalment imur għand l-assigurazzjoni biex din ikollha fuqhiex timxi.", "Jien wieħed minn dawk li m'iniex konvint li din hija sistema għaqlija.", "Il-Prim Ministru fl-intervent tiegħu esprima ruħu favur din is-sistema, anke fis-sens li l-pożizzjoni tal-Gvern hija favur dik is-sistema.", "Jien xtaqt li nirreġistra li, bħala wieħed prattikanti f'dan il-qasam, assolutament ma naqbilx li t-terz - dan jista' jkun il-pulizija jew xi awtorita' oħra - għandu joħroġ barra mix-xena.", "Naturalment aħna nirrikonoxxu li hemm vantaġġi fis-sistema li tintuża fl-Ewropa.", "Il-Prim Ministru stess semma' s-sistema Ewropea u qal li fl-Ewropa meta jaħbtu s- sewwieqa jkollhom formola fil-karozza, jimlewha t-tnejn li huma u mbagħad imorru biha għand l-insurance tagħhom.", "J'Alla naslu għal dak il-livell ta' maturita' u ta' ċivilta' pero' għadni m'iniex konvint li bħala poplu wasalna s'hemmhekk.", "Dan m'iniex qed ngħidu b'xi disprezz jew biex inkun pessimist pero' naħseb li dan hu stat ta' fatt li joħroġ b'mod ċar kull darba li jkun hemm kolliżjoni.", "Mill-esperjenza tiegħi nista' nikkonferma li fil-biċċa l-kbira tal-kolliżjonijiet li jkollna jkun hemm ċertu ammont ta' disgwid bejn il-partijiet.", "Ikun hemm ċertu bullying fejn ikun hemm min jippretendi li huwa aktar b'saħħtu minn ħaddieħor u li ħadd ma jista' għalih fil-konfront ta' nies li jkunu iktar dgħajfa.", "Allura jien ninsab daqsxejn xettiku jekk niġu biex inneħħu l-ftit protezzjoni li teżisti bħalissa minħabba l-obbligu li jrid isir rapport lill-pulizija.", "Il-Prim Ministru semma' wkoll li qed isiru diskussjonijiet mal-partijiet interessati.", "Naturalment il-partijiet interessati huma n-nies involuti fl- inċident, l-Istat - anke fid-dawl tal-bonordni - u ovvjament l- assigurazzjonijiet.", "Jien m'iniex konvint li huwa fl-interess ta' l- assigurazzjonijiet li jiġi eliminat għal kollox ir-rwol tal-pulizija.", "Illum il-konċett ta' l-awtorita' għad għandu ċertu piż u ma naħsibx li għandna nneħħuh għal kollox, pero' nifhem ukoll li wasal iż-żmien li nbiddlu s-sistema.", "Bħalissa s-sistema hi li dak li jkun irid jistenna sakemm il-pulizija ta' l-għassa jirċievi r-rapport, imbagħad isib il-ħin biex jitlaq mill-għassa u xi kultant ikollu jagħlaqha, irid isib it- trasport - kultant ikollu jiddobba xi karozza jew xi lift ma' xi ħadd li jkun involut! - biex imur fuq il-post u jagħmel sketch mill-aħjar li jista' - dan mhux dejjem ikun kapaċi jagħmlu imma jagħmlu bl-aħjar mod li jista' - u ta' dan id-dipartiment jitħallas Lm3.", "Ovvjament din is-sistema kif jgħidu l-Ingliżi cries out for reform.", "Hemm bżonn ta' tibdil fil-bażi, pero' kwalunkwe sistema bilfors għandha tieħu in konsiderazzjoni l-ħteġijiet tal- partijiet interessati.", "Ninsab konvint li n-nies involuti fl-inċident ikunu iktar moħħhom mistrieħ jekk kemm-il darba jkunu jafu li għandu jiġi l-pulizija jew xi rappreżentant ta' l-awtorita' fuq il-post.", "Min-naħa ta' l-Istat naturalment hemm l-element l-ieħor li ħafna drabi f'dawn il-kolliżjonijiet jinqabdu nies li ma jkollhomx liċenzja u affarijiet simili li jekk kemm-il darba dan il-proċess jiġi eleminat dawn jibqgħu ma jinqabdux.", "Barra minn hekk huwa importanti li l-assigurazzjonijiet ikollhom rapport ta' dak li jkun ġara dak il-ħin - dak li ngħidulu tempo vergine - verżjoni li ħafna drabi jkun diffiċli ħafna li tibdilha skond il-konvenjenza.", "Jien ma nixtieqx nenfasizza żżejjed fuq l-interess ta' l-assigurazzjonijiet imma aktar nixtieq nenfasizza l-interess ta' l-assigurat għax, fl-aħħar mill-aħħar, aħna fuqhiex qed nitkellmu hawnhekk?", "Il-Prim Ministru qed jgħid li rridu niġu bħall-Ewropa.", "Aħna kollha nixtiequ l-livelli ta' l-Ewropa, anzi din in- naħa tal-Kamra nixtiequ ferm iżjed minn hekk għax nixtiequ ningħaqdu ma' dik il-parti tad-dinja, imma l-verita' x'inhi?", "Fl-Ewropa, l-perċentwali ta' assigurazzjoni tat-tip li jissejjaħ comprehensive huwa għoli ħafna, filwaqt li hawn Malta huwa baxx ħafna.", "Dan xi jfisser?", "Ifisser li meta jkollok polza comprehensive fejn l- assigurazzjoni tħallas indipendentement mit-tort, għall-assigurazzjoni fl- aħħar mill-aħħar m'huwiex daqshekk importanti min għandu tort għax daqqa tiegħi u daqqa tiegħek.", "Hekk jirraġunaw bejniethom l-assigurazzjonijiet, jgħidulek dawn huma swings and roundabouts fejn illum imissni jien u għada jmissek inti.", "Pero', bis-sistema li għandna aħna, perċentwali għoli ta' l- assigurazzjonijiet huwa tat-tip third party full, jiġifieri jagħmlu tajjeb biss jekk kemm-il darba għandek tort.", "Dan xi jfisser?", "Ifisser li l-ħsarat tal-karozzi fil-verita' qed jiġi maqsum skond min ikollu t-tort.", "Mela dan qed jinqasam bejn l-assigurazzjoni u l-individwu u dan ifisser li hemm perċentwali kbir ta' kolliżjonijiet li qed ibatuhom l-individwi.", "Mela allura dak li aħna qegħdin inħallsu lill-assigurazzjoni bħala premium ħafna drabi huwa bbażat fuq il-ħsieb li l-assigurazzjoni ħafna drabi se turi li hi m'għandhiex tort u m'hijiex se tħallas.", "Mela allura se tħallas int. Xi jfisser dan?", "Ifisser li jekk kemm-il darba naqilbu għal sistema fejn il- partijiet ikollhom iċ-ċans kollu li jiftehmu bejniethom, dawn żgur jaqblilhom li min għandu l-iżjed ħsara ma jeħux it-tort u min m'għandux ħafna ħsara jieħu t-tort hu.", "Allura dawn imorru jirrapportaw għand l- insurance tagħhom, wieħed jgħid li għandu ħafna ħsara imma m'għandux tort u l-ieħor jgħid li għandu inqas ħsara u jammetti t-tort hu.", "Il-bottom line huwa li se tħallas dik il-kumpannija ta' l-assigurazzjoni ta' dak li dejjem jgħid li għandu t-tort, skond il-konvenjenza.", "Dan awtomatikament se jfisser li se jogħla l-prezz ta' dak li aħna nħallsu bħala sewwieqa lill- assigurazzjonijiet.", "Mela għalkemm direttament qed iħallsu l- assigurazzjonijiet, in the long run nispiċċaw li fil-prattika qed inħallsu aħna s-sewwieqa.", "Jien qed ngħid x'nixtieq li jsir pero' rrid nenfasizza li f'dan il-każ irrid nirrikonoxxi wkoll l-iżviluppi li saru fit-teknoloġija.", "Ilum iddiskutejna l-Planning Authority - m'iniex se nsemmieha għax nagħraf li wieħed m'għandux isemmi dak li jkun ġie diskuss waqt is-seduta - u għal min ma jafx fil-mapping unit tal-Planning Authority għandna mapep tat-toroq fuq il-computer li jistgħu jkunu aċċessibbli għal kulħadd u allura meta wieħed jiġi biex jagħmel sketch m'għandux għalfejn jerġa' jpinġi t-triq mill-ġdid, qisha qatt ma ġiet impinġija qabel, imma sempliċement jagħfas żewġ buttuni u malajr isib il-lokalita' ta' l-inċident.", "Xi jfisser dan?", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li għandna nerġgħu naħsbuha mill-ġdid dwar kemm huwa għaqli li nneħħu l-pulizija minn din l-istorja.", "Jien m'iniex konvint li għandna nneħħu l-pulizija u min-naħa l-oħra naħseb li għandu jkun hemm diviżjoni li tkun speċjalizzata għal dan ix-xogħol - mhux neċessarjament tal-pulizija imma tista' tkun anke ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jew organizzazzjoni privata, m'għandi l-ebda diffikulta' dwar dan - u meta l- pulizija fl-għassa jirċievi rapport li saret ħabta, jirrapporta lil din id- diviżjoni li tibgħat nies apposta fuq il-post ta' l-inċident li jkollhom esperjenza fuq dan ix-xogħol.", "Jiġifieri xorta se jibqa' l-obbligu li s- sewwieqa jirrapportaw il-ħabta.", "Fil-prattika jkollna bejn 12,000 u 15,000 ħabta fis-sena.", "Illum il- pulizija qed jitħallsu Lm3 - qabel bil-VAT kienu jħallsu Lm3.45! - għal dawn l-isketches.", "Jien ngħid li din hija somma rriżorja li naturalment għandha tiġi awmentata skond il-valur tax-xogħol u allura din id-diviżjoni għandu jkollha l-mezzi għax min-numru ta' ħabtiet li jkun hemm tista' tiġġustifika din it-tali żieda u peress li tispeċjalizza f'dan il-qasam billi toħroġ dawn l-isketches b'mod professjonali, tkun availabe 24 siegħa kuljum u jkollha għad-dispożizzjoni tagħha dawn il-pjanti li huma available mingħand il-Planning Authority.", "Dan għandu jsir l-ewwelnett biex tibqa' s- serjeta' li hemm illum tal-preżenza tal-pulizija, biex ikollna prodott aħjar meta tiġi biex tiddiskuti r-responsabbilta', biex ma nibqgħux inżidu l-litigazzjoni fil-qorti - għaliex ovvjament meta t-tnejn jispiċċaw waħedhom jibdew imeru lil xulxin u Alla biss jaf kif se toħroġ il-verita' - u l-iktar importanti minn dan kollu huwa li neliminaw kemm jista' jkun l- attentati ta' frodi fuq l-insurance li fl-aħħar mill-aħħar se jfisser iżjed spejjeż għall-konsumatur.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għad-diskors li għamel il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali fl-aġġornament ta' l-14 ta' Lulju, jum il-waqgħa tal-Bastilja - forsi b'kumbinazzjoni għamlu dak inhar! - meta għamel attakk mill-aktar partiġjan, speċjalment fuq il-qasam tax- xogħol u l-koperattivi.", "Meta qrajt id-diskors tal-Ministru ftit stajt nifhem x'ried jgħid daqs kemm kien imħawwad id-diskors li għamel.", "Huwa veru li f'nofs inhar kulħadd ikun daqsxejn imħeddel mill-qilla tax-xemx, imma din il-Kamra issa drathom il-karatteristiċi partikolari tal-Ministru li jidħol f'ħafna kontradizzjonijiet.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Ministru jagħti tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsirulu bil-kitba imma malli tagħmillu mistoqsija supplimentari fuq dak is-suġġett jgħidlek biex tagħmel il-mistoqsija bil-miktub għax m'għandux it-tagħrif, biex imbagħad ftit sigħat wara jagħmel diskors li jkun fih it-tagħrif li tkun tlabtu u jekk tagħmillu mistoqsija jerġa' ma jweġibhiex.", "Jien nippretendi li l-Ministru għandu jimxi ta' ġentlom u t-tagħrif jagħtih hawn ġew u mhux lill-media.", "F'diskors li għamilt ġimgħa qabel ma tkellem il-Ministru, jien għidt li f'dan il-pajjiż m'hawnx politika dwar ix-xogħol u li x-xogħol qiegħed dejjem jonqos.", "Mill-mistoqsija parlamentari numru 7784 li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Ċensu Galea, jirriżulta li matul Mejju l-labour supply naqas bi 307.", "Din hija ħaġa serja għax tista' tkun sinjal ta' riċessjoni.", "Il-Ministru fit-tweġiba tiegħu jgħid ukoll li n-numru ta' nies li jaħdmu bi qligħ fis-settur privat naqas b'94, f'korporazzjonijiet u kumpanniji fejn il-gvern għandu l-ikbar ishma naqas b'36 u fid-dipartimenti tal-gvern naqas b'157.", "Il-Ministru wieġeb ukoll li f'Mejju kienu 210 dawk li ġew redundant - jiġifieri tkeċċew minn fejn kienu - u n-numru ta' dawk li jaħdmu għal rashom naqas b'140.", "Madam Speaker, din hija l-qagħda attwali fil-qasam tax-xogħol f'dan il-pajjiż li fih hawn inċertezza kbira.", "Hawn insibu iktar figuri u dawn huma figuri uffiċjali.", "Fl-ewwel tmien xhur ta' Gvern Laburista n-numru ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol żdied b'669, jiġifieri f'Ottubru kien 5,628 u f'daqqa waħda f'Mejju tela' għal 6,297, filwaqt li n-numru ta' nies jaħdmu naqas b'1,079.", "Inżid ngħid li l- aktar telf ta' impjiegi kien fost is-self-employed li f'dawn it-tmien xhur naqsu b'706, intilfu wkoll 355 impjieg mis-settur privat u 423 impjieg mis- settur pubbliku.", "Issa nistieden lill-Ministru jgħidilna x'qed jagħmel hu u l-Gvern tiegħu sabiex jirranġaw din is-sitwazzjoni li, kif diġa' għidt, qed iġġib ħerba u hija ferita kbira f'qalb il-poplu tagħna.", "Il-Ministru qal ukoll li l-metodu ta' kif tinġabar l-istatistika u ta' kif jinħadmu l-figuri għadu bħal qabel.", "Imma l-Ministru kif jista' juża dan l-argument favur tiegħu meta minn dejjem ikkritika lin-nies ta' qablu li għamlu l-istatistika b'mod li lil ċerti impjegati tefgħuhom fis-settur privat minflok fis-settur pubbliku imbagħad sal-lum għadu qed iġib l-istess statistika?", "Allura l-Ministru qed jagħmel kollox ħażin!", "Il-Ministru beda proġett fil-Kottonera - hija ħaġa tajba li beda dan il-proġett - u sejjaħlu \"Xahar ta' Impjiegi u Taħriġ\".", "Jekk tistaqsih fejn iżjed se jsir dan il-programm din il-mistoqsija ma jweġibhiex, imbagħad f'daqqa waħda jiġi hawn b'diskors imħejji u jssemmi San Pawl il-Baħar, Wied il-Għajn u l- Mosta.", "Allura fil-ħin tal-mistoqsijiet dawn l-affarijiet l-Ministru ma kienx jafhom?", "Jien kultant inħoss li l-Ministru qed jibża' mill- mistoqsijiet.", "Niġi issa għall-koperattivi.", "Meta l-Ministru ħa l-ħatra lanqas kien jaf li jeżisti d-Dipartiment tal-Koperattivi u dan jirriżulta mill-Gazzetta tal- Gvern.", "Skond il-Gazzetta tal-Gvern, il-Ministru sar responsabbli mill- koperattivi fi Frar ta' l-1997.", "Jiġifieri meta ħa l-ġurament - ma nafx kemm-il xahar qabel - kien għadu lanqas jaf li se jkun responsabbli mill- koperattivi!", "Allura minflok ma l-Ministru jiġi jgħidilna li waqqaf sitt koperattivi, mhux aħjar jgħidilna meta bdiet il-ħidma biex jitwaqqfu dawn il-koperattivi?", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna wkoll x'ħidma qed jagħmel mal-qasam koperattiv li jeżisti fl-Organizzazzjoni Internazzjonlali tax- Xogħol u jekk għadx baqa' rabtiet ma' l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal- Koperattivi.", "Jew minn dan kollu m'hu qed isir xejn?", "X'jgħid imbagħad il-Ministru fuq l-Industrial Development Act li minnha bbenefikaw tant azjendi u ħaddiema?", "Il-Ministru se jikkritika wkoll l- għajnuna kbira li ngħatat permezz tal-liġi li daħlet fis-seħħ fl-1987?", "Hawnhekk għandi l-figuri li tana l-istess Ministru meta f'Diċembru ppreżenta r-rapport ta' l-organizzazzjoni internazzjonali tax-xogħol.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Mela dawn il-figuri nsemmihom darb'oħra.", "Jien nittama li l-Ministru ma jaċċettax is-suġġeriment li hemm fir-rapport li ppreparawlu dwar l-ETC biex din l-għajnuna li tingħata lill-industrija Maltija tiġi phased out.", "Jien nistenna wkoll li l-Ministru jgħidilna x'se jagħmel fuq ir-reġistrar u fuq ix-xogħol fil-komunita' u jgħidilna x'qed jiġri fuq il-programm \"Leonardo\".", "GĦalija billi l-Ministru joqgħod jgħid ħafna kliem, la qed jimxi b'mod modern u lanqas qed jimxi b'mod trasparenti, anzi bir-rispett kollu ngħidlu li m'hu qed jimxi xejn!", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn 28 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif ikkomunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7920.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6956 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tal-15 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid għal-liema xogħol kienu qed jirreġistraw il-505 persuni li f'Ġunju ma komplewx jirreġistraw minn jeddhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "VETERINARJI", "7921.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn veterinarji f'Malta w Għawdex u kemm minnhom jaħdmu fis-Servizz Pubbliku?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mir-reġistru Mediku jirriżulta li veterinarji hawn 18 joqogħdu Malta u wieħed Għawdex.", "Rigward kemm minn dawn il-veterinarji jaħdmu fis-servizz pubbliku għandha ssir talba lill-Ministru ta' l-Agrikultura.", "TELEMALTA - LINJI", "7922.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn linji tat- telephones fid-djar; u għall-użu ta' kummerċ jew ta' professjoni f'Malta w Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Jiddispjaċini ninnota li dak li kienet tgħid l-amministrazzjoni l-oħra li bis-sistema ġdida kompjuterizzata l-informazzjoni setgħet tinġabar kollha u malajr ma kienx minnu.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA F'XI UNIONS", "7923.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f'Malta w Għawdex li huma msieħba f'xi union?", "Kemm minn dawn jaħdmu fis-servizz pubbliku u f'korpi parastatali/mal-privat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' ħaddiema imseħbin f'unions f'Malta u f'Għawdex huwa ta' 79,136.", "Ir-Reġistratur tat-Trade Unions ma jkollux tagħrif dwar fejn jaħdmu il-membri tal-unions.", "Għalkemm xi unions bħalma huma il-GWU u l-UHM għandhom taqsimiet għal ħaddiema mal-Gvern u mal-Parastatali, ma jistax jiġi eskluż li jkun hemm ħaddiema fis-setturi tal-Gvern u tal-Parastatali li jifformaw parti minn taqsimiet oħrajn.", "Għal tagħrif aħjar nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jikkonsulta rapport tar-reġistratur tat-Trade Unions maħruġ fit-3 ta' Jannar, 1997.", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN SIR PAUL BOFFA", "7924.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5987 dwar l-istat ta' żdingar li jinsab fih il-Ġnien Sir Paul Boffa, f'Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux il-passi li semma fit- tweġiba tiegħu ta' l-4 ta' Ġunju u jekk iva, hemmx kerrej ġdid fil-kjosk biex jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-ġnien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-passi msemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 5987 ittieħdu.", "L-Eviction Order ġiet servuta fit-13 ta' Mejju, 1997 u ċ-ċwievet jinsabu f'idejn id-Dipartiment tal-Art li bħalissa qed jilqa' offerti għall-kiri tal-kiosk li jinsab fl-imsemmi ġnien.", "Fil- kondizzjonijiet qed jiġi stipulat li l-ġnien irid jinżamm fi stat tajjeb ta' manutenzjoni.", "FURJANA - LIBRERIJA ĊENTRALI", "7929.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għax-xiri ta' kotba għal-librerija ċentrali tal-Furjana fix-xhur ta' Mejju u Ġunju?", "Jista' l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor kemm nies jagħmlu użu minn din il-librerija kull xahar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'Mejju 1997 intnefqu Lm3,285.49 f'kotba u ġew ordnati b'Lm5,996.91c filwaqt li f'Ġunju 1997 intnefqu Lm3,357.71 u ġew ordnati b'Lm5,764.04.", "Kull xahar bejn wieħed u ieħor 7,000 persuna jagħmlu użu mis-sezzjonijiet tal-kbar u tat-tfal permezz ta' self ta' kotba.", "750 persuna oħra jagħmlu użu mis-servizzi ta' riferenza.", "TOROQ - ASFALTAR", "7939.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se tingħata t- tarmac Triq San Ġużepp, mill-Bypass ta' Wied il-Għajn saż-Żejtun (Zabbar Road) (arterial road) peress li tinsab fi stat mill-aktar diżastruż?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol meħtieġ fit-triq indikata mill-Onor.", "Interpellant huwa meqjus li hu ta' manutenzjoni u jsir mill-kunsill lokali.", "WIED IL-GĦAJN - DWAL", "7940.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti ż-żmien meta se jsir street lighting fi Triq l- Irmiġġ u Triq il-Baħħara ġewwa Wied il-Għajn fejn kienu twaħħlu l-arbli fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol li jonqos biex titħaffer it-trinka u jitpoġġa l-cable biex ikun jista' jitkompla l-proġett fi Triq l-Irmiġġ se jsir wara li l-livelli tat-toroq jiġu ffissati mid-dipartiment ikkonċernat.", "Rigward xogħol ta' street lighting fi Triq il-Baħħara, ma' jirriżultax li l-Enemalta waħħlet xi arbli jew kellha xi approvazzjoni biex tagħmel xogħol għal dan l-iskop", "U.E - SĦUBIJA", "7941.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-poplu Malti permezz tal-mezzi tax-Xandir ta' l- Istat, ikun informat bl-iktar mod oġġettiv fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Gvern preżenti se juża l-mezzi kollha li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, biex bl-aktar mod oġġettiv, iwassal lill-poplu nformazzjoni dwar l-aspetti kollha u l-vantaġġi u żvantaġġi ta' kull tip ta' relazzjoni preżenti u futuri li pajjiżna jista' jkollu ma' l-Unjoni Ewropea.", "MOSTA - TRIQ IĊ-ĊINJU", "7944.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru W790 u b'riferenza għall-ittra mibgħuta lili li qed nibgħat separatament dwar Triq iċ-Ċinju, Mosta, jista' l-Ministru jikkonferma li l- ħajt tas-sejjiegħ f'nofs it-triq fil-parti ta' Triq iċ-Ċinju se titneħħa max-xogħol tat-tfassil tat-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, nikkonferma li l-ħajt tas-sejjiegħ f'nofs it- triq fil-parti ta' fuq tat-Triq iċ-Cinju se jitneħħa max-xogħol tat-tfassil tat-triq.", "Dan sejjer isir permezz tal-ftehim li sar bejn il-Kunsill Lokali Mosta u s-sidien ta' l-art konċernat.", "MOSTA - ARBLU TAD-DAWL", "7945.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid hux ġustifikat il-każ imsemmi fid-dokumenti mibgħuta separatament fejn wara li saret ħsara lil persuna konċernata minħabba connections ħżiena mill-arblu, ġiet miktuba ittra lil persuna biex tħallas l-ammont neċessarju biex proprju jiċċaqlaq l-arblu in kwestjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-ħsara li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru kienet tikkonsisti f'nugrufun li ġie kkaġunat mill-ħsara li ġarraf il-cable li kien impoġġi mal-ħajt ta' l-individwu kkonċernat u mhux minn connections ħżiena kif qal l-Onor.", "Membru.", "Din il-ħsara qiegħda tiġi stmata.", "L-ittra li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru tirrigwardja spejjeż għal ċaqliq ta' l-arblu minn quddiem ir-reżidenza tal-persuna kkonċernata biex l-arblu jitpoġġa f'post skond ix-xewqa ta' l-individwu.", "WSC - KAŻ TA' APPLIKANT", "7946.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7576, filwaqt li nifhem u naqbel ma' l-ispirtu tad- domanda għax jeżistu ħafna każi bħal dawn, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jinformani jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandhiex policy li tagħti skonti fuq bażi umanitarja?", "U jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji tiġi bbażata l-kondizzjoni li tkun tenħtieġ din l-assistenza?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha policy li tagħti skonti fuq bażi umanitarji.", "Meta konsumatur jirċievi kont b'konsum qawwi ta' l-ilma li seta' rriżulta minn xi leakage interna, dan għandu jikteb lill-korporazzjoni dwar l-ilment tiegħu.", "Dan il-każ jiġi mressaq quddiem l-Advisory Board li hi komposta minn uffiċjal tal- korporazzjoni.", "Fejn jista' jkun hemm lok ta' tbatija finanzjarja, dan il- Board jitlob lid-Dipartiment tas-Servizzi Socjali biex jissostanzja t-talba tal- konsumatur permezz ta' Means Test.", "Jekk jinstab li l-persuna kkonċernata hija fuq assistenza socjali jew ma taħdimx, l-Advisory Board ikun jista' jagħti skont fuq bażi umanitarja.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - LOTTERIJA", "7947.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7738 u t- tweġiba għaliha, speċfikament l-ewwel paragrafu, filwaqt li nifhem li n- numri ta' reġistrazzjoni ta' l-10,000 cash register jidħlu kollha fil- computer, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jfiehem għaliex bilfors irid jitla' xi wieħed minnhom, jekk ikunu qegħdin jidħlu wkoll id-digits miż-0 sad-9 tal-bqija tan-numri li jagħmlu l-8 digit number tan-numru tar- reġistrazzjoni, u m'iniex qiegħed ninkludi n-numri għal ġurnata u għaċ- ċenteżmi apposta biex l-argument jibqa' sempliċi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nifhem li forsi ma fehimtx tajjeb biżżejjed biex l- Onor. Membru jifhem tajjeb kif taħdem il-Lotterija tas-Sistema l-Ġdida ta' tassazzjoni.", "Għalhekk, se nfiehem aħjar u nispjega lill-Onor.", "Interpellant dwar il-Lotterija tas-Sistema l-Ġdida ta' tassazzjoni li dejjem jitla' numru rebbieħ.", "L-ewwel tmien numri ikopru n-numru tar-reġistrazzjoni ta' l- istabbilimenti li huma intitolati li jipparteċipaw f'din il-lotterija.", "Dawn in-numri tar-reġistrazzjoni huma mdaħħlin f'database li jinżamm aġġornat regolarment.", "B'hekk ikun żgurat li wieħed minn dawn in-numri jiġi estratt.", "Rigward id-data u ċ-ċenteżimi dawn m'għandhomx x'jaqsmu xejn man-numru tar-reġistrazzjoni imma jiġu estratti bis-sistema kompjuterizzata separatament wara li jkun tela' n-numru tar-reġistrazzjoni.", "BANEK - SERVIZZI", "7969.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu jiswew is-servizzi tal- banek Maltin fit-30/6/96 u kemm hu l-ħlas ta' l-istess servizzi kif kienu fit-30/6/97?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nispera li l-Onor.", "Membru japprezza li t-talba hi ġenerika wisq.", "Minħabba li t-tariffi tal-banek ikopru kull servizz offrut minnhom, dawn huma estensivi ħafna u jistgħu ukoll ivarjaw bejn il-banek.", "MISTOQSIJIET PARLAMENTARI", "7970.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 7692, jista' l- Ministru jagħti risposta għal dawn il-mistoqsijiet parlamentari numri 5265, 6662, 6848, 6899, 6900, 7368, 6983, 6986, 7535 u 7553?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija numru 5265 ġiet mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nurmu 5619;", "L-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari nurmu 6662 ġiet mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6849.", "L-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 6983 ġiet mogħtija f' stqarrija għall-istampa li ħarġet illum 25 ta' Lulju.", "Kopja ta' din l-istqarrija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Nirriferi wkoll l-Onor.", "Membru għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6467;", "Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 6986 nirriferi l-Onor. membru għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4033.", "Il-kitba għall-patata taż-żriegħ mistennija li tibda' fil-bidu tax-xaħar id-dieħel.", "L-Alpha u l-Arran Banner sejrin jiġu mportati bħas-soltu, waqt li dwar varjetajiet oħra għadhom qed jsiru taħditiet;", "L-informazzjoni għall-mistoqsija parlamentari numru 7535 hi kif tidher hawn taħt:", "(a) Ammont ta' prodott mibjugħ mid-Dipartiment tal-Biedja u Sajd mill- Pitkalija madwar 18,400 kilo.", "(b) Il-varjetajiet ta' prodott kienu jinkludu: Larinġ, Lumi, Naspli, Ħawħ, Nuċiprisk, Prodotti tas-Serrer bħall-Brunġiel, Tadam, Bżar Aħdar, Fażola u prodotti tar-raba' bħall-Patata, Ħass, Qara Bagħli eċċ,", "(c) Id-dħul min dan il-bejgħ kien ta' Lm2907.56.", "(vi) L-informazzjoni għall-mistoqsija parlamentari numru 7368 hija kif jidher hawn taħt.", "Slaughter in MALTA & GOZO between 01.05.97-12.07.97", "Week Total Hds Numru ta'A1 Weight in A1 Tot.Wt.Other Grades", "19 2722 1581 121.223 95.895 20 2429 1505 113.596 78.773 21 2472 1497 112.422 80.663 22 2154 1456 109.061 57.940 23 2136 1365 103.411 64.311 24 2431 1439 108.974 73.665 25 2375 1560 117.117 66.856 26 2239 1458 108.106 64.132 27 2299 1519 113.123 64.110 28 2302 1486 108.123 71.958", "(vi) L-informazzjoni għall-mistoqsijiet parlamentari numri 6848, 6899,6900,u 7553 tingħata f' seduta oħra.", "TRASPORT PUBBLIKU - ROTOT ĠODDA", "7971.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jibdew joperaw rotot ġodda tal-karozzi tal-linja li jgħaqqdu ċ-ċentru turistiku ta' Buġibba/San Pawl il-Baħar ma' inħawi oħra bħal Birżebbugia u Marsaxlokk?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li diġa' jeżisti servizz dirett bejn Buġibba u Marsaxlokk (Rotta 427).", "Qed isiru diskussjonijiet bejn l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-Għaqda tas-Sidien tal-Karozzi tal- Linja biex jitjieb is-servizz tal-karozzi tal-linja fl-inħawi ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa b'mod li jkun hemm servizz li jgħaqqad liż-żewġ lokalitajiet.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - PROVVISTA TA' ILMA", "7972.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex diversi familji kellhom il-provvista ta' l-ilma maqtugħa fid-djar tagħhom għal diversi ġimgħat fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?", "X'passi qed jittieħdu biex il-provvista f'dawn l-inħawi tiġi lura għan-normal?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAN PAWL IL-BAĦAR - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "7973.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba matul il-perijodu 1/7/97 - 22/7/97 kien hemm rapporti ta' fawran u ħsarat fis-sistema tad- drenaġġ fl-inħawi kollha ta' San Pawl il-Baħar?", "X'irriżulta f'kull każ li kienet ir-raġuni għal dan il-fawran?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Matul il-perijodu 1.7.97 sa 22.7.97, il-fawran tad-drenaġġ fis-sistema tad-drenaġġ seħħew hekk:fl-1, fit-8, u fil-21 ta Lulju, fl-għelieqi fis-Salina.", "Fil-21 ta' Lulju, 1997 f'Qawra Road, Qawra.", "Ir-raġuni għall dan il-fawran kien ammonti ta' xaħmijiet kif ukoll materjal tal-bini bħal ġebel u żrar.", "Kien hemm fawran ieħor fit-22 ta' Lulju, 1997 f'Mosta Road, San Pawl il- Baħar.", "Dan il-fawran kien ikkaġunat minn stoppage ta' house connection privata.", "Fit-29 ta' Lulju, 1997, kawża ta' ħsara fit-tagħmir elettriku tal-pumping station ta' Buġibba.", "Fl-10 ta' Lulju, 1997, kawża ta' ħsara fuq linja tad-dawl li tissuplixxi l-pumping station ta' Steps Str. (ħdejn il-Barrakuda).", "L-aħħar żewġ ħsarat issewwew minnufih fl-istess ġranet li seħħu u l- ammont ta' drenaġġ li far fil-baħar kien wieħed minimu.", "KENNEDY GROVE - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "7974.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex fil-21 ta' Lulju, 1997 kien hemm fawran (li dam sejjer wara wkoll) tad-drenaġġ fl- inħawi ta' Kennedy Grove?", "Billi dan il-fawran kien wieħed kbir ħafna, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt x'investigazzjoni saret dwar dan?", "X'instab?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-raġuni tal-fawran tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Kennedy Grove sar minħabba kwantita kbira ta' xaħam u materjal tal-bini.", "Ta' min jgħid illi l-fawran ġie kkontrollat f'inqas minn 24 siegħa u ma affetwax il-kwalita ta' l-ilma baħar.", "KUMPANNIJI - TENDER TAL-MACHINE READABLE PASSPORTS", "7991.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-kumpannija li rebħet it-tender tal-machine readable passports?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-kumpannija li rebħet it-tender biex tissupplixxi s-sistema għal ħruġ ta' Machine Readable Passports hi De La Rue Identity Systems Limited ta' l-Ingilterra.", "SKEJJEL - ŻURRIEQ", "7992.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7342 dwar bini ta' area secondary school, jidhirlu l-Ministru li minħabba raġunijiet ovvji ta' viċinanza, aċċess u raġunijiet oħra ambjentali, l-area secondary school għandha tinbena fiċ-ċentru ta' l-area fin-nofs inhar liema area tinkludi l-irħula taż-Żurrieq, Safi, Kirkop, Qrendi, Mqabba, Luqa, Gudja, Għaxaq u Birżebbuġia?", "Jista' l-Ministru jgħid ukol għat-tfal ta' liema rħula hija ntiża l- imsemmija skola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - ŻURRIEQ", "7993.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7342 dwar bini ta' area school, jista' l-Ministru jippubblika r- raġunijiet tad-Direttorat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex is-site alternattiva fil-Karwija ma ġietx aċċettata kif ukoll ir-raġunijiet għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar baqgħet marbuta mas-sit taż-Żurrieq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "HOMPESCH STEEL CO.", "LTD.", "7996.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għal interpellanzi oħra li saru fuq l-operat tal-Hompesch Steel Co. Ltd., jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija u x'inhi s- sitwazzjoni attwali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-inkonvenjent qed jiġi kkaġunat minn ħsejjes u trab fin li jirriżulta waqt il-proċess tat-tqattiegħ tal- metall.", "Ser jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra l-persuna li qed tmexxi dan l-impjant.", "POWER STATION - DELIMARA", "7997.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni aġġornata fuq il-proġett tal-Power Station ta' Delimara sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-pjanti tal-proġett tal-Power Station ta' Delimara huma kompluti.", "Il-makkinarju ordnat huwa diġa' mmanifatturat u fil-parti l- kbira tiegħu diġa' qiegħed fuq il-post.", "Ix-xogħol tal-bini ta' impjant, jiġifieri, iż-żewġ turbini tal-gass, il- boilers u l-main transformer kif ukoll ix-xogħol ta' inġinerija ċivili diġa beda.", "SAĦĦA - FAMILY PLANNING", "7998.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- faċilitajiet ta' family planning fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa?", "Jista' l-Ministru jgħid x'metodi (u allura appliances, farmaċewti, operazzjonijiet bħal vasektomija) huma offruti b'xejn liċ-ċittadini Maltin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-servizzi ta' family planning jingħataw bħala parti mis-servizzi li jingħataw fil-klinika tal-Ġinekoloġija fiċ-Ċentri tas- Saħħa.", "Il-klijenti li jiġu f'din il-klinika jingħataw tagħrif dwar il- metodi kollha li hawn għal ippjanar tal-familja u jingħataw l-għajnuna u l- pariri meħtieġa biex jagħżlu l-aħjar metodu għalihom.", "Fil-klinika jinkitbu riċetti għall-contraceptive pill kif ukoll jitneħħew Intra Uterine Devices.", "Ma jsir l-ebda fitting ta' caps jew Intra Uterine Devices.", "Operazzjonijiet għall-steriliżżazzjoni permanenti, sew fuq irġiel kif ukoll nisa ma jsirux.", "ENEMALTA - STORES", "7999.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fl-istores tal-Korporazzjoni Enemalta sabiex ikun hemm materjal fl-ammont u l-kwalita' li wieħed jixtieq?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-proċedura għal xiri ta' stores għadha kif kienet qabel.", "Il-Bord tad-Diretturi tal-korporazzjoni qed jistudja l-proċedura preżenti biex jara jistax isir titjib fiha.", "ŻEBBUĠ - DAWL", "8001.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja diversi talbiet lill- uffiċċju tal-Korporazzjoni Enemalta f'Ħal Qormi sabiex tissewwa street lighting f'Misraħ l-Isptar, f'Ħaż-Żebbuġ, din għadha ma nbidlitx wara aktar minn tlett ġimgħat?", "Meta hemm il-ħsieb li tiġi mibdula?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-lampa ndikata mill-Onor.", "Membru ġiet mibdula.", "Din kienet irrapportata fil-11 ta' Lulju u ġiet mibdula fit-22 ta' Lulju u mhux wara 'aktar minn tliet ġimgħat' kif qal l-Onor.", "Membru.", "SAĦĦA - CARDIAC SURGEON", "8002.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jġedded il-kuntratt ta' Mr Manche' li jagħti s-servizzi tiegħu bħala Cardiac Surgeon meta jagħlaq?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-diskussjonijiet qegħdin fi stadju avvanżat.", "ITALJA - PROTOKOLL FINANZJARJU MA' MALTA", "8003.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7746", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7746 se tingħata fis-Seduta Nru. 110, nhar it-Tnejn filgħaxija.", "ARMATA - KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "8004.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7656, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew akkużati iżda ma nstabux ħatja fl-istess perijodu?", "Fost dawk li ma nstabux ħatja kien hemm min kien akkużat b'serq ta' materjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - SNIETER LIĊENZJATI", "8005.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7655, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn joqogħdu l-persuni (raħal b'raħal) li applikaw għal- liċenzja tas-senter għall-ewwel darba minn Jannar sa Ġunju, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li l-Onor.", "Interpellant qed jagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7655 li kienet tirrigwarda snieter liċenzjati għall-ewwel darba waqt li f'din il-mistoqsija qed jirriferi għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' snieter għall-ewwel darba, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jkun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.", "WIED IL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "8006.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7654 u t-tweġiba relattiva, jista' l-Ministru jgħid a bażi ta' liema xogħlijiet wasal għaċ- ċifri msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7247?", "Jista' jispjega għalfejn jenħtieġ jiġu finalizzati x-xogħlijiet biex jagħti breakdown tal-budget li se jintnefaq fuq dan il-proġett?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iċ-ċifri msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentai numru 7247 huma bbażati fuq il-proġett kif ippreparat mill- Istitut taċ-CIHEAM ta' Bari.", "Billi waqt l-andament tal-proġett, xi xogħlijiet oħra jew tibdil fix-xogħlijiet jistgħu jkunu neċessarji, speċjalment wara li jsir it-taħmil, ma nistax f'dan l-istadju nipprovdi breakdown dettaljat ta' l-ispiża.", "GRUPP SQALLI AULOS - AKKOMODAZZJONI", "8007.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7595?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - TEST STRIPS TAD-DIJABETIĊI", "8020.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Wara l-introduzzjoni mill-gvern preċedenti ta' test strips għat-testijiet lid-dijabetiċi taħt il-35 sena, xi ħsieb għandu l-Gvern preżenti biex fil-Budget li jmiss jagħti dawn lid- dijabetiċi l-oħra wkoll?", "Fost dawn, l-Ministru jikkonsidra li tingħata prijorita' lil dawk fuq l-insulina b'mard kroniku ieħor, speċjalment cancer jew mard tal-qalb, min jgħix bil-pensjoni, possibbilment wara li l-każ tagħhom ikun ċertifikat kif meħtieġ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dan is-suġġeriment irid jiġi kkonsidrat fid-dawl tal-prijoritajiet l-oħra li għandu s-servizz tas-saħħa f'pajjiżna.", "PACEVILLE/WIED IL-GĦAJN - XOGĦLIJIET", "8021.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi kien imwiegħed li wara Buġibba se jsiru xogħlijiet f'lokalitajiet turistiċi oħra, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol u fejn?", "Jista' jiġi ndikat bejn wieħed u ieħor meta se jibda x-xogħol fuq Paceville; u Wied il-Għajn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif intqal diġa' pubblikament il-gvern qiegħed jaħseb sabiex jestendi x-xogħlijiet ta' embellishment u upgrading f'lokalitajiet oħrajn.", "Dan ma jfissirx li x-xogħol f'Buġibba se jieqaf anzi qegħdin isiru preparamenti sabiex tinbeda t-tieni fażi.", "Qegħdin isiru wkoll preparamenti sabiex jinbeda x-xogħol f'Paceville u diġa' twaqqaf Action Committee għal din il-lokalita.", "Il-problemi ta' Paceville huma differenti minn dawk ta' Buġibba fis-sens li mhumiex tant problemi infrastrutturali imma problemi ta' regolamentazzjoni u żamma ta' l-ordni.", "Madanakollu l-Action Committee iddentifika diversi proġetti infrastrutturali li jridu jsiru nklużi l-possibbilta' ta' car parks fuq il- proprjeta' tat-Telemalta f'Pender Place u Mercury House.", "It-tkabbir tal- bajja ta' San Ġorġ bir-ramel u provvediment ta' aċċess aħjar għall-lukandi li nbnew fil-bajja ta' San Ġorġ.", "Matul is-sena d-dieħla se jsir xogħol ta' embellishment f'areas turistiċi fin-naħa t'isfel tal-pajjiż fosthom f'Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġia.", "Dawn il-pjanijiet għadhom fil-fażi inizjali.", "Ma' dawn ix-xogħlijiet wieħed irid isemmi wkoll ix-xogħol ta' upgrading u embellishment li sar fix- Xlendi u f'Marsalforn, f'Għawdex."]} {"filename": "19970428_056d_par.doc", "date": "1997-04-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 56 It-Tnejn, 28 ta' April, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 56", "It-Tnejn, 28 ta' April, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.16 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "56", "It-Tnejn, 28 ta' April, 1997", "WERREJ MINUTI 873", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 873", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 878", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA (L-EWWEL QARI) 879", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR SELF GĦAT-TENURTAS-SUBARTIKOLU(1) TA' L-ARTIKOLU 2", "TA' L-ATT DWAR SELF GĦALL-IŻVILUPP- KONTINWAZZJONI .", "880", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR", "LOCAL AND OTHER LOANS BILL (KUMITAT) 889", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI U KUMITAT) 893", "AĠĠORNAMENT 909", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 914", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 940", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 55 li saret fil-25 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "IMPJIEGI - NUMRU TA' IMPJEGATI", "4274.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' impjegati li jaħdmu fil-ministeri, fid-dipartimenti tal-gvern u fil-headquarters tal-pulizija fil-Furjana, kif ukoll fl-Isptar Boffa u l-health centre?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Jien informat li n-numru ta' impjegati li jaħdmu f'uffiċċini u f'bini ieħor ta' ministeri u dipartimenti tal-gvern li jinsabu fil-Furjana huwa 2466.", "Minn dawn, 176 jaħdmu fil- headquarters tal-pulizija; 255 jaħdmu fl-Isptar Boffa u 100 jaħdmu fil- health centre.", "ARMI KIMIĊI - RATIFIKA TAL-KONVENZJONI", "4584.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta Malta beħsiebha tirratifika l-Convention on the Prohibition of the Development, Production, Stockpiling and Use of Chemical Weapons and on their Destruction li ffirmat fit-13 ta' Jannar, 1993?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Tweġiba tingħata mill-aktar fis possibbli.", "Madam Speaker, bil-permess tiegħek nixtieq li nagħmel spjega żgħira.", "Meta oriġinarjament tpoġġiet din il-mistoqsija, ġimgħatejn ilu, diġa' kellna f'rasna li din il-liġi nressquha imma ma konniex nafu d-data eżatta u għalhekk li rrispondejt mill-iktar fis possibbli.\"", "Pero' nixtieq ninforma lill-Kamra li fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra ntlaħaq ftehim li din il-liġi tiġi diskussa u tgħaddi mill-istadji kollha proprju fis-seduta tal-lejla.", "LIĠI DWAR ID-DIVORZJU", "3325.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu l-passi li jwasslu għal-leġislazzjoni dwar id-divorzju?", "X'tip ta' tagħrif ser jingħata lill-poplu Malti u Għawdxi?", "Se jsir referendum għal tali liġi?", "Żweġijiet li saru bil-Knisja u tfarrku jkunu eliġibbli għad- divorzju?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TRASPORT PUBBLIKU - KODIĊI TA' ETIKA", "3326.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Fil-kontest tat-titjib konsiderevoli li l-Gvern Laburista huwa mpenjat li jwettaq a benefiċċju ta' kull min juża t-trasport pubbliku; u fil-kontest tax-xiri ta' karozzi tal-linja ġodda li għandhom jakkomodaw lill-klijenti u s-sidien jew ix-xufiera ta' dawn il-karozzi nnfushom u l- pubbliku b'mod in ġenerali, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mal-ħruġ ta' pubblikazzjoni ta' kodiċi ta' etika għas-sewwieqa u l-passiġġieri tat- trasport pubbliku?", "Ser jkun hemm uniformi għas-sewwieqa?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk huwiex se jiġi rranġat Bieb il-Belt u x'titjib għandu jsir u mistenni jsir fl-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jien informat li fir-rigward tas-servizz li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant diġa' fil-liġi jeżistu regolamenti li jirregolaw kemm l- imġieba tax-xufiera kif ukoll dik tal-passiġġieri u ma naħsibx li hemm lok għal kodiċi ta' etika.", "Barra minn hekk l-imġieba tax-xufiera, kif ukoll tas-sidien, hi regolata wkoll permezz tal-ftehim iffirmat bejn l-Awtorita' u l-Għaqda tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja tas-17 ta' Mejju, 1995.", "Anki l-użu ta' l-uniformi hu regolat kemm bil-liġi kif ukoll bl-istess ftehim diġa' msemmi fejn jingħad li l-ħaddiema kollha f'dan is-settur, kemm xufiera kif ukoll impjegati ta' l-Assoċjazzjoni, għandhom jilbsu uniformi waqt il-ħin tax-xogħol.", "Għal dan l-iskop se jkunu ntrodotti uniformijiet ġodda fi żmien qasir.", "Jien informat ukoll li l-kuntrattur li qabbdet l-Għaqda biex jipprovdi l- uniformijiet ma laħaqx lesta l-uniformi tax-xitwa minħabba problemi dwar il- kulur tad-drapp, peress li l-kulur tad-drapp li nġieb ma kienx jaqbel mal- kulur ordnat mill-Għaqda.", "Dwar l-uniformi tas-sajf jien informat li din għandha tibda tintlibes mis-sajf li ġej.", "Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, jien informat ukoll li bħalissa l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed taħdem fuq short u medium term plans bl-iskop li jsir upgrading tat-terminus eżistenti fil- Belt.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Sandro Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Peress li l-animu li bih saret id-domanda kien fis-sens illi tiġi regolata b'mod aħjar ir-relazzjoni bejn ix-xufiera tal-karozzi tal-linja u min jagħmel użu minn dan is-servizz; u fid-dawl tal- risposta sodisfaċenti li għadu kemm tani, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħtini daqsxejn informazzjoni dwar kif qed isir ix-xogħol ta' enforcement.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-enforcement qiegħed isir mill-enforcement officers u hemm ħafna każi fejn ittieħdu passi dixxiplinarji.", "Pero' jien ma tantx naqbel illi noqogħdu ntellgħu lix-xufiera l-qorti u ndumu minn sitt xhur sa tmienja biex tinqata' kawża.", "Bi djalogu bejn l- Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja u l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku llum qed insibu li kif qed isir ix-xogħol ta' enforcement qed ikun aħjar milli noqogħdu ntellgħu lis-sidien jew lix-xufiera il-qorti.", "QRATI - TITJIB FIS-SISTEMA", "3327.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn tal-Gvern Laburista għal titjib u progress fis-sistema ta' xogħol fil-qrati?", "Dan l- impenn għandu xi żmien speċifiku kemm ser idum?", "Jekk hemm medda ta' żmien bħala pjan, xi kemm hu dan iż-żmien għat-titjib?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Kif spjegajt fid-dibattitu tal-budget dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, l-impenn tal-Gvern Laburista huwa li jtejjeb il-ħidma tal- qrati minn diversi aspetti.", "L-għan aħħari huwa li l-ġustizzja mhux biss issir iżda ssir fl-iqsar żmien possibbli.", "Mil-lat amministrattiv il-ministeru ser jara li jkun hemm numru suffiċjenti ta' impjegati fid-diversi livelli u li dawn jingħataw it-taħriġ meħtieġ.", "Se jittieħdu passi biex ir-Reġistru, kemm tal-Qrati ta' Fuq kif ukoll tal-Qrati t'Isfel, jiġi ttrasferit fl-inħawi fejn illum hemm l-għassa tal-pulizija biex b'hekk jikber l-ispazju għall-benefiċċju ta' l-impjegati, ta' l-avukati u tal-prokuraturi legali kif ukoll tal-klijenti tagħhom u b'hekk titaffa l-konġestjoni li teżisti bħalissa.", "Diġa' bdiet titħaddem is-sistema komputerizzata tad-diary biex l- appuntamenti tal-kawżi jiġu maniġġjati aħjar.", "Sar ukoll seminar għall-ġudikatura fejn saret evalwazzjoni tal-kodiċi u s- suġġerimenti proposti għal titjib qed jiġu kkonsidrati biex jiġu attivati fl-aqsar żmien.", "Se titwaqqaf il-Qorti tal-Familja sabiex tingħata aktar attenzjoni lill- kawżi tal-familja biex dawn jiġu trattati aktar malajr.", "Dan minbarra inizjattivi oħra.", "Kif qed jara l-Onor.", "Membru hemm ħafna xogħol li sar u li għad fadal xi jsir.", "Din m'hijiex ħidma li ssir fi żmien speċifiku iżda li trid tkun kontinwa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru biex jipprova jagħmel xi ħaġa fuq is-sitwazzjoni fir-Reġistru tal-Qorti.", "Huwa diġa' semma li hemm il-ħsieb - u dan kien ukoll il-ħsieb tal-Gvern ta' qabel - illi r-Reġistru jiġi trasferit għall-għassa tal-pulizija tal-Belt peress li issa sar żgħir għall-ammont ta' kawżi li hemm, pero' għallinqas bħala miżura temporanja jista' l-Ministru jibgħat iżjed messaġġiera biex ikunu jistgħu jġibu proċessi tal-qorti?", "Dan qed ngħidu għax minħabba l- fatt li hemm ftit messaġġiera - daqqa wieħed ikun bis-sick leave u daqqa ieħor ma jistax jinstab - qed ikun hemm konġestjoni enormi fir-Reġistru tal-Qorti biex sempliċiment wieħed jara l-proċessi.", "It-tieni ħaġa li rrid ngħid huwa li nixtieq li fil-laqgħa li l-Ministru jagħmel mal-ġudikanti jiġbdilhom l-attenzjoni biex jorganizzaw aħjar il-ħin tal-qorti għax f'xi ġranet ikun hemm kulħadd jaħdem bil-kurituri kollha mballati bin-nies, mentri mbagħad ikun hemm ġranet oħra fejn fil-qorti assolutament ma jkun hemm xejn.", "Jiena naħseb li l-ġimgħa tax-xogħol tista' tiġi mqassma b'mod aħjar għax bħalissa qed jiġri - kif diġa' għidt - li jkun hemm ġranet ta' konġestjoni kbira u ġranet oħra fejn ma jkun hemm xogħol xejn.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, kif qal l-Onor.", "Interpellant kien hemm diskussjonijiet li kien ilhom għaddejjin mill-1993 biex ir-Reġistru tal-Qorti jiġi trasferit għal post iktar adegwat.", "Effettivament id- deċiżjoni konkreta biex jibda jsir xi ħaġa ttieħdet dan l-aħħar u nisperaw li matul dan is-sajf nirreġistraw progress sostanzjali f'dan ir-rigward.", "Għar-rigward tal-ħaddiema, diġa' f'mistoqsija parlamentari preċedenti ndikajt li hemm numru ta' ħaddiema neqsin u fil-fatt bdejna l-proċess amministrattiv biex jimtlew dawn il-vakanzi.", "Bħalissa, per eżempju, għadhom kemm saru l-interviews għal-deputati reġistraturi.", "Ovvjament fil-każ ta' ħaddiema oħra mexjin bl-istess proċedura.", "Rigward iktar organizzazzjoni rrid ngħid li l-ġudikanti għandhom il- poteri kollha neċessarji biex huma jamministraw l-awli tagħhom u l-liġi tagħtihom dawn il-poteri neċessarji.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Membru fl-1 ta' Marzu ta' din is-sena bdejna bis- sistema tad-diary system; hemm uħud li qegħdin jipprattikawha u diġa' qed jiġi rreġistrat progress f'dan ir-rigward, pero' hemm oħrajn li qed jingranaw aktar bil-mod u jiena ninkoraġġixxi biex l-amministrazzjoni u case management jittieħdu iktar bis-serjeta'.", "Ovvjament, dan jiddependi ħafna mill-individwu partikolari iżda barra minn hekk dan l-eżerċizzju kollu, li jirrikjedi ċertu tul ta' żmien, irid isir fir-rispett ta' l- indipendenza assoluta tal-ġudikatura.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Ministru jikkonsidra - dan hu suġġeriment li diġa' għamilt - li dawk it-tribunali u organi oħra li għandhom is-sede tagħhom fil-qorti u li ma jagħmlux xogħol strettament li għandu x'jaqsam mal-qorti - per eżempju, bħalma hija l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji; u ma nafx it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji hux se jiltaqa' hemmhekk ukoll - ma jibqgħux jiltaqgħu bil- qorti meta hemm dan in-nuqqas kollu ta' spazju?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru qed jiġi nnotat u jiġi kkonsidrat ukoll fid-dawl ta' tibdil ieħor li qed nagħmlu fl- amministrazzjoni tal-qorti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, fl-istess spirtu tad-domanda li għamel l-Onor.", "Tonio Borg, jista' l-Ministru jikkonsidra illi f'każijiet ippreżentati quddiem maġistrati f'kawżi kriminali li jġibu pieni taħt l- għaxar snin, ir-rikors għal-liberta' proviżorja - naturalment meta l- akkużat jippreferi li l-kawża tiġi deċiża mill-maġistrat flok joqgħod imur ġuri - jiġi deċiż seduta stante mill-maġistrat stess, ovvjament fil- preżenza tal-prosekuzzjoni?", "Qed ngħid dan għaliex waħda mill-esperjenzi li kelli meta mort lura l- qorti hija illi kien hemm żewġ akkużati b'żewġ pulizija magħhom il-ħin kollu, bl-ispettur ġej u sejjer, dawn ġew ippreżentati f'nofs inhar, ir- rikors għal-liberta' proviżorja li ma kienx oppost mill-pulizija sar fn- 12.05 p.m. u biex ir-rikors mar mill-qorti għal għand l-Attorney General u lura domna nistennew sas-6.30 p.m. u kellna noħorġu lill-akkużati minn Kordin - fil-fatt, din ma kontx nafha, wara l-4.30 p.m. ma jiġux aċċettati priġunieri fil-ħabs tal-Kordin.", "Jiġifieri qegħdin f'sitwazzjoni fejn minħabba nuqqas ta' messaġġier jew avukat qed nirriskjaw illi nies li fil- fatt ikunu se jingħataw id-dritt tal-liberta' proviżorja jispiċċaw jibqgħu l-ħabs minħabba nuqqas ta' amministrazzjoni tajba.", "Issa jiena ma narax għaliex fil-kawżi li jġibu sa għaxar snin priġunerija, fejn l-akkużat jiddeċiedi li l-kawża tiegħu tinstema' mill-maġistrat u mhux minn ġuri, il- kompetenza m'għandhiex tkun tal-maġistrat immedjatament li jiddeċiedi l- liberta' proviżorja.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, dan huwa punt validu li għandu jiġi kkonsidrat.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball kien hemm xi mistoqsija parlamentari f'dan is-sens - mingħalija mill-istess Onor. Interpellant - u għaddejtha lill-Attorney General għall-konsiderazzjoni tiegħu.", "Nassigurakom li nagħmel dak kollu li jista' jsir biex l-amministrazzjoni tal-qorti niffaċilitawha u nħaffuha.", "VALLETTA - FUNZJONIJIET AMMINISTRATTIVI", "3328.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-inħawi fil- Belt Valletta li jaqgħu taħt l-Amministrazzjoni ċentrali, dawk li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Valletta Rehabilitation Project u l-oħrajn li jaqgħu taħt il-kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għandu ġurisdizzjoni u kompetenza fil-lokalita' tiegħu fuq il-funzjonijiet kollha kif stipulat fl-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, partikolarment skond l- artiklu 33 (1) ta' l-imsemmi Att.", "L-istess kunsill m'għandux kompetenza fuq materji u oġġetti esklużi mill- kompetenza tiegħu skond l-artikolu 33 (2) u r-Raba' Skeda li tinsab ma' l- imsemmi Att.", "Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta jagħmel parti mill- Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Dan huwa responsabbli f'isem il-gvern ċentrali għal dawk l-inħawi li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Dawn jinkludu s-swar, il-bini mportanti u l-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq u ta' Isfel.", "Hemm xi proġetti li saru jew qed isiru flimkien bejn il-Kunsill Lokali u l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.", "Dan kien jinkludi titjib f'areas pubbliċi u manutenzjoni ta' bankini.", "PULIZIJA - RONDA FIL-BELT VALLETTA", "3329.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir fil-Belt Valletta kontra l-vizzju fatali tad-droga?", "Kif qed tkun imqassma r-ronda tal-pulizija?", "Ir-ronda ssir mal- Belt kollu?", "Fil-każ li le, f'liema toroq qed issir?", "Minn x'ħin u sa x'ħin?", "X'riżultat ħalliet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-pulizija tagħmel sorveljanza fil-Belt Valletta għall-abbużi tad-droga.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li l-għoti tat-tagħrif mitlub jista' jmur kontra l- iskop ta' l-operat tal-pulizija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nafx jekk il-Prim Ministru jafx, pero' riċentement saret serqa minn Triq Santa Luċia kantuniera ma' Strada Merkanti, li tiġi biss żewġ kantunieri 'l bogħod mill-għassa tal-pulizija.", "Fil-fatt kienu nvoluti tlett ħwienet tad-deheb li kollha kellhom l-alarm u skond l-informazzjoni li għandi jien kienu wkoll konnessi ma' l-għassa tal- pulizija - ma nafx jekk hux tal-Belt jew tal-Furjana.", "Jista' l-Prim Ministru jinvestiga għaliex saret serqa ta' ħanut bl-alarm konness ma' għassa tal-pulizija daqshekk viċin u meta l-pulizija waslet fil-post il- ħallelin kienu diġa' telqu?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Se nagħmel indaġni fuq x'ġara minn dak iż-żmien 'l hawn imma żgur li ma nistax nidħol fl-intenzjonijiet ta' min kien qed imexxi s-serqa.", "Naħseb li huma ddeċidew li jmorru hemmhekk u mhux il- pulizija!", "MADAM SPEAKER: L-aħħar mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma naħsibx li din hi kwestjoni ta' intenzjoni imma hi kwestjoni ta' late reaction min-naħa tal-pulizija għax minn meta ndaqqet l- alarm sakemm waslu l-pulizija fuq il-post il-ħallelin kienu żarmaw il- ħwienet u telqu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena fhimt li l-Onor.", "Interpellant kien qed jistaqsi biex wieħed jindaga għaliex insteraq hemmhekk minflok insteraq post ieħor.", "Ċertament ninvestiga l-punt li qajjem l-Onor.", "Membru.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' vetturi misruqa minn Novembru 1996 sat-23 ta' April, 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4859.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Borża ta' Malta għas-sena 1996; u", "Lista li turi l-permessi mogħtija għal xiri ta' proprjeta' f'Malta bejn Jannar 1995 u Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4686.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 49 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 6).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 50 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Breeding Stock tat-Tjur; u Avviż Legali Nru 51 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar il- Hatcheries.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq il-Mozzjoni Nru 55.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas- Sisa\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Peress li ntalbet votazzjoni, din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.33 a.m. billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 33", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred| |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 25", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Louis | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Pullicino | | |George | |D'Amato Helen|Refalo Michael | |De Marco |Tabone Anton | |Guido | | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Mozzjoni dwar self GĦat-tenur tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 2 ta' l- Att dwar Self GĦall-Iżvilupp -Kontinwazzjoni.", "Ikompli mill-25 ta' April 1997", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar huwa in possession of the House.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, l-aħħar darba għamilt xi kummenti fuq id-diskors ta' l-ex-ministru tal-finanzi fejn għidt li dan għamel diskors imżewwaq bħall-qawsalla u kkummentajt ukoll fuq id-diskors tal-Ministru tal- Finanzi attwali fejn għidt li d-diskors tiegħu kien niexef bħax-xagħri.", "Pero' l-iktar ħaġa importanti hija li minkejja li ma kien hemm l-ebda rabta bejn id-diskors ta' l-ex-ministru u dak tal-Ministru attwali, ma ngħatat l- ebda spjegazzjoni għal liema raġuni l-Gvern se jagħmel dan is-self.", "GĦalhekk, kif diġa' staqsew sħabi, nerġa' nistaqsi ma nafx għal kemm-il darba: Għalfejn qiegħed isir dan is-self?", "Jekk l-Onor.", "Spiteri semma l- firdiet jien ma nafx x'ried jgħid bihom.", "Hu qal ukoll li jrid jiċċelebra xi anniversarju imma forsi llum il-partit tiegħu ma jridx jiċċelebrah dan l-anniversarju.", "L-iktar ħaġa importanti, kif diġa' enfasizzajt l-aħħar darba, huwa li l-qgħad ma jkomplix jiżdied.", "Il-qgħad, biex nuża kelma ta' l-Onor.", "Spiteri, huwa ġenetiku għall-Partit Laburista għaliex fis-16-il sena li dam fil-gvern ħlief qgħad ma kienx hawn fil-pajjiż u ħlief korpi ma waqqafx.", "Barra minn hekk ma ħoloqx xogħol produttiv u issa donnu li rġajna wasalna għall-istess sitwazzjoni.", "L-aħħar darba jien għidt li l-Onor.", "Spiteri kien jonqsu biss jagħmlilna xi erba' versi!", "Jien dawn l-erba' versi tiegħu ma rnexxilix insibhom imma ġie f'idejja l-ktieb li kien ħareġ il-Prim Ministru bl-isem \"Min hu Evelyn Costa\".", "Dan il-ktieb jikkonsisti f'diversi drammi li wieħed minnhom jismu \"Meta tqum il-Prinċipessa\" u wieħed mill-karattri jgħid hekk: \"Tinħasdux, dawn kienu l-ekijiet li għidtilkom bihom.", "Il-palazz ma fih xejn ħlief trab, ekijiet u nies rieqda.", "Kulħadd rieqed, ir-re, r- reġina, il-prinċipessa u l-kortiġjani.", "Għaliex jinsabu rieqda?", "M'hijiex raqda naturali.", "Hemm storja traġika warajha.", "Ma nafx jekk qattx smajtu biha.", "Triduni ngħidhielkom?", "Kollox sew.", "Għalkemm għadda dan iż-żmien kollu din hi l-ewwel darba li se ngħidha lil xi ħaddieħor minbarra l-ekijiet ...\"", "u billi issa l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali għadu kemm ħareġ il-premju tal-letteratura ta' min jagħmel kumment fuq dan il- paragrafu - forsi jirbaħ il-premju - u jgħid li dan il-palazz issa jfisser Kastilja biex id-dramm ikun iktar realistiku.", "Il-Gvern qed jgħidilna li ċerti miżuri affettwaw ħażin lill-impjiegi u fl- istess ħin qed jgħidilna li ċerti miżuri kixfu l-impjiegi u li ċerti miżuri ġabu l-qgħad.", "Jgħidilna li fil-qasam turistiku l-qgħad qed jiżdied u fl-istess ħin jiftaħar b'dak li qed jiġri fl-istess qasam.", "Aħna ma nistgħux nifhmu din is-sitwazzjoni u għalkemm il-Gvern m'hu qed joħroġ l-ebda ċifri fl-istess ħin qed jammetti li fil-pajjiż hawn sitwazzjoni ħażina ta' qgħad.", "Dan huwa kliem meħud mill- istqarrija li l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali għamel fit-18 ta' April ta' din is-sena.", "Issa ħarġet stqarrija miċ-chairman ta' l-ETC u mill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali u din hija l-isbaħ waħda għax donnhom qabdu u waddbuha, qarstuha fl-istqarrija u garawha fuq dak li llum hu l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "Jiena nifhem il-pożizzjoni tal-Ministru Leo Brincat u nifhem it-toqol li jrid iġorr imma din hija xi ħaġa li ma kontx nistenniha mill-Ministru Edwin Grech.", "Dawn iċ-ċifri qegħdin f'idejh u jekk irid jista' jagħtihom u l-fatt li ma jridx jagħtihom bilfors li jħassbek ħażin.", "Dan huwa ministru li għamel ħafna stqarrijiet, il-PRO's tiegħu jagħmlu ħafna kitbiet u l-ħin kollu jwieġbu l-ittri imma l-bqija ma nafux x'jagħmel iżjed.", "Per eżempju, x'qiegħed jiġri fl-ETC?", "F'din is-sitwazzjoni ta' qgħad għandhom jingħatawlha flus iżjed biex tħarreġ iżjed nies?", "Il-Ministru dan l-aħħar semma tliet korsijiet.", "Qal li hemm min se jitgħallem kif isewwi t- toroq, hemm min se jitgħallem kif jieħu ħsieb il-ġonna u affarijiet oħra bħal dawn - ħwejjeġ li jfakkruk fi żmien il-korpi.", "Din hija s-sitwazzjoni f'dan il-pajjiż u s-sitwazzjoni ta' qgħad hija ġerħa għal pajjiżna.", "Bniedem bla xogħol għandu xi ħaġa nieqsa: Il-bniedem għandu dritt għax- xogħol u l-bniedem bla xogħol huwa mweġġa' u mhux biss iweġġa' hu imma tweġġa' wkoll il-familja tiegħu.", "Tajjeb li nsemmi li meta konna qed niddiskutu l-Estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 1996-1997, il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali kien qalilna:", "\"Illejla għandi l-pjaċir inħabbar li ħadt il-passi meħtieġa biex isiru żewġ studji strateġiċi, wieħed fuq l-ETC u l-ieħor fuq id-Dipartiment tax-Xogħol, minn esperti kwalifikati f'dan il-qasam biex nara kif dawn iż-żewġ entitajiet jistgħu jwieġbu għall-isfidi ġodda li għandna quddiemna.\".", "Issa l-Ministru jaf li fil-pajjiż hawn il-qgħad li ħoloq il-Gvern tiegħu pero' minkejja kollox dan ir-rapport għadu ma ħariġx.", "GĦaliex l-ewwel hawn ġew l-istess Ministru qal li ħa l-passi meħtieġa u wara ġie jgħid li dak inhar kien biss tkellem?", "Fil-mistoqsija parlamentari numru 3414 tas-seduta tas-26 ta' Frar, 1997, il-Ministru qal: \"... konna qed inħejju u nfasslu kif kellhom isiru r-rapporti.\".", "Imbagħad meta sab ruħu f'din il-konfużjoni ta' dati, kif ġralu meta mar l-Universita' - u ma nafx jekk qalx li se jbiddel l-isem ta' l-ETC u jekk huwiex se jeħodha x'imkien ieħor .....", "Imma anke fir-rapport għamel konfużjoni sħiħa, għaliex min se jgħid lil xi ħadd jagħmillu rapport f'40 ġurnata ta' xogħol?", "Jiena ma nafx kemm-il 40 ġurnata ta' xogħol għaddew mit-28 ta' Jannar, 1997 sal-lum pero' r-rapport għadu ma ġiex quddiem din il-Kamra.", "Jiġifieri l-Ministru - din dejjem ngħidhielu imma naħseb li hija espressjoni tajba - irid joqgħod attent li fil-qasam tax-xogħol u fil-qasam soċjali ma jmurx jagħmel xi ħerba oħra bħal dik il-ħerba tat-teatru li għandu quddiemu.", "Biex il-Ministru tal- Ħarsien Soċjali jkun jista' jġib l-impjiegi jrid iġib il-flus mingħand il- Ministru tal-Finanzi u ngħidlu li jrid jara x'se jagħmel biex il-qgħad ma jkomplix jiżdied.", "F'Diċembru l-figura tal-qgħad telgħet għal 6,245.", "Issa, Madam Speaker, dan meta kien għadu lanqas ħareġ il-figuri ta' Ottubru u Novembru u f'daqqa waħda ħareġ dik ta' Diċembru, liema figura ħarġet fuq il-gazzetti għax dan il-Ministru qiegħed hemm biex iwieġeb lill- gazzetti!", "L-ewwel dmir tiegħu għandu jkun lejn il-Parlament u mhux lejn il- gazzetti.", "Jekk għandu l-istatistika f'idejh għandu joħroġha u mhux joqgħod iwaħħal f'sieħbu.", "Huwa jaf li f'Novembru n-numru ta' persuni qiegħda kien ta' 6,085.", "Dan fi żmienu wkoll!", "Jiġifieri bejn Novembru u Diċembru in- numru ta' nies qiegħda żdied.", "Illum nafu - u dan għandhom jgħiduh ċar u tond - li mill-elezzjoni 'l hawn il-qgħad żdied b'1000, jekk mhux iżjed.", "Madam Speaker, il-Ministru għandu jgħidilna x'ġara fis-settur tal-part- timers.", "Fi żmien Gvern Nazzjonalista kien hemm 24,000 impjieg part-time.", "Bejn wieħed u ieħor kien hemm 12,000 ruħ, il-maġġor parti tagħhom nisa, li kellhom part-time job, jiġifieri li bħala xogħol prinċipali tagħhom kienu jaħdmu inqas minn 40 siegħa fil-ġimgħa.", "Aħna konna għamilna liġi apposta fejn għidna li min jaħdem 20 siegħa jew aktar jieħu l-benefiċċji a proporzjon ta' dak li jieħu ħaddiem li jaħdem 40 siegħa fil-ġimgħa.", "Barra minn hekk stabilejna wkoll ir-rata tal-paga ta' ħaddiem part-time, bħalma hija stabilita l-paga minima tal-ħaddiema regolari, biex b'hekk ħadd ma jkun jista' jabbuża mill-ħaddiem.", "Lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali jiena ngħidlu li llum għandu bżonn ta' iktar inspectors għax la qed jiżdied il- qgħad iżjed jista' jkun hemm abbuż.", "U jekk inspector jiġi aggredit il- Ministru għandu jieħu l-passi meħtieġa u mhux joqgħod għall-pressjonijiet li jsirulu u ma jeħux passi.", "Il-Ministru m'għandux joqgħod jgħid kontra l- impjegati tiegħu kif għamel meta ddiskutejna l-estimi ta' l-ETC iżda għandu jagħti l-appoġġ u juri li għandu fiduċja fil-ħaddiema tiegħu.", "Jiena naħseb li minħabba s-sitwazzjoni li ħoloq hu stess għandu bżonn iżid l-inspectors.", "F'Diċembru 1986 in-nies li jaħdmu bi qligħ kienu 115,109 - dawn huma figuri uffiċjali - u f'Settembru 1996 din il-figura telgħet għal 142, 599.", "Dan ifisser li f'disa' snin u nofs ta' amministrazzjoni Nazzjonalista nħolqu 27,490 impjieg.", "Il-Ministru qalilna li din il-figura telgħet daqshekk għax fiha hemm inklużi l-ħaddiema tal-Bank of Valletta u l- ħaddiema tal-MSU, liema ħaddiema kkalkolajnihom mas-settur privat u mhux ma' dak pubbliku.", "Mela dawn mhumiex nies li qegħdin jagħmlu x-xogħol tagħhom!", "Allura issa n-nies se jibdew jgħibu mill-istatistika u ngħidu li dawn in-nies m'humiex hemm biex ikollna xi figuri sbieħ!", "Aħna nirċievu ħafna figuri d-dar u nirringrazzja lill-ministri talli joqogħdu jibagħtuhomlna.", "Il-figuri fuq it-turiżmu u fuq ir-retail price index il- ħin kollu ġejjin imma Alla jbierek il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali qatt ma jibgħatilna figuri.", "Dan il-Ministru li jġib in-nomenklatura ta' ministru tal-ħarsien soċjali għandu joqgħod attent li ma jmurx fl-aħħar isir \"ħares\" u ma jkun qed iħares xejn!", "Wara li għamilt dan il-punt niġi issa biex ngħid li l-Ministru għandu jieħu ħsieb is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u saħansitra hu għandu l-liġi lesta dwar l-industrija tal-bini.", "Għandi d-diskors tas-Sur Jack Calamatta, ppubblikat għat-tieni darba fil-ġurnal \"l-orizzont\" tas-27 ta' Jannar, 1997 u nixtieq nikkwota parti minnu.", "Jien għandi rispett kbir lejn is-Sur Calamatta għax ħadem ħafna miegħi u tani ħafna għajnuna.", "F'\"l- orizzont\" qal hekk:", "\"Il-kummissjoni li tippromwovi s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol lestiet it-tħejjija ta' dawn ir-regolamenti x-xahar li għadda - Ottubru 1996 - ftit tal-jiem qabel l-elezzjoni u fihom ġew imdaħħla ħafna mill-punti li ressqet il-GWU.", "S'issa l-avviż legali biex dawn ir-regolamenti jibdew jiġu nforzati b'liġi fuq is-sidien u l-ħaddiema għadu ma ħariġx.", "Għalhekk aħna nappellaw lill-Gvern il-ġdid biex jieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli jinħareġ l-avviż legali dwar dawn ir-regolamenti.", "Anzi nippretendu li dan għandu jsir il-lum qabel għada, speċjalment wara li l-ġimgħa l-oħra f'temp ta' 24 siegħa biss kellna żewġt imwiet ta' ħaddiema fl-industrija tal-kostruzzjoni.\".", "Dan kien f'Jannar, meta llum qegħdin f'April.", "Diġa' għaddew tliet xhur minn mindu deher dan l-artiklu u l-Ministru għadu ma ħareġ xejn.", "Nerġa' ngħid li l-Ministru għandu jħarreġ iktar inspectors.", "Il-Ministru għandu jkollu flus - u hawn qed nissellfu l-miljuni - biex jagħmel kampanja ħalli jħajjar aktar nies jidħlu fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol.", "Hemm bżonn li dan isir mill-aktar fis possibbli.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin b'dawn il-korrimenti u mwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Meta tiġri xi diżgrazzja kbira - aħna nafuhom l-affarijiet - il-ministri jmorru Kastilja, isir ħafna paroli dwar il-povru ħaddiem u mbagħad wara ma jsir xejn.", "Il-Ministru għandu l-liġi lesta f'idejh - lestiha ħaddieħor - u ma għandux ħila jippubblikaha.", "Ma nafx fejn sejrin naslu f'dan il-qasam hekk importanti.", "Meta jkollna mozzjoni bħal din fejn il-Parlament qed jintalab li japprova self ikun tajjeb li kull ministru jiġi hawn - dalgħodu għandna l-front bench f'dan il-Parlament kważi vojt - u jgħid kif se juża l-flus fid-dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu.", "Kif jaf kulħadd, ix-xogħol u s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huma affarijiet importantissimi imma l-Gvern mhux qed jagħti kashom.", "Qiegħed ifarfar għax ix-xogħol għal dan il-Gvern qatt ma kien prijorita'.", "Il- Ministru qed jaħseb li x-xogħol se jiġi waħdu mingħajr ma wieħed jirsisti?", "Biex gvern iġib ix-xogħol fil-pajjiż tgħidx kemm irid ibati.", "Ma jistax jieħu for granted li x-xogħol jiġi waħdu mingħajr tbatija ta' xejn.", "Il- qgħad qiegħed jiżdied u s'issa m'għandna l-ebda ħjiel ta' kif din il-ġerħa sejra tfiq.", "Madam Speaker, jiena sibt id-diskors li kien għamel il-President Amerikan Franklin Delano Roosevelt fl-inawgurazzjoni tiegħu.", "Roosevelt kien bniedem li fil-qasam soċjali ħadem ħafna mhux biss għal pajjiżu imma anke għal pajjiżi oħra u dak inhar ta' l-inawgurazzjoni tiegħu, fl-4 ta' Marzu, 1933 kien qal hekk:", "\"A host of unemployed citizens face the grim problem of existence and an equally great number toil with little return.", "Only a foolish optimist can deny the dark realities of the moment.\".", "B'dan il-kliem ta' bniedem tassew kbir nagħlaq id-diskors tiegħi.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "La m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Brincat jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, min sema' l-interventi tal-kelliema ta' l-Oppożizzjoni tul dawn il-ġranet dwar din ir-riżoluzzjoni seta' ħa l- impressjoni illi b'għemilu l-Gvern Laburista se jġib lil pajjiżna bħaċ- Ċili meta dan il-pajjiż kien waqa' taħt il-ħakma ta' l-IMF u taċ-Chicago boys, il-famużi ekonomisti ispirati minn Milton Friedman.", "Skond uħud dak il- pajjiż kien spiċċa biex saħansitra biegħ is-sovranita' tiegħu.", "Ma naħsibx li qed nesagera meta qed nasal għal din il-konklużjoni fir-rigward tad- diskorsi li għamlu l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni għax fil-fatt kien hemm kelliemi partikolari, anzi shadow minister, li saħansitra allega li aħna konna qegħdin inxaqqu s-sovranita' ta' gżiritna b'dak li għandna propost f'din ir-riżoluzzjoni.", "Madam Speaker, għalkemm kien hemm min allega li ma fehemx sewwa sew x'kellna f'moħħna jiena ngħid li meta jieħu din ir-riżoluzzjoni fil-kontest tal-leġislazzjoni dwar is-self lokali u self ieħor, li approvajna fl- istadju tat-Tieni Qari ftit tal-jiem ilu, u jara d-diċitura sew li tinkludi self minn barra, wieħed seta' faċilment jintebaħ illi dawn kienu komplimentari għal xulxin.", "Irrid nagħmilha ċara wkoll li meta aħna pproponejna li din il-mozzjoni u l-abbozz ta' liġi jiġu diskussi flimkien ma kellna l-ebda ħsieb li noħonqu d-dibattitu, iżda minn dak li ġara fil- fatt rajna kemm kellna raġun għax kellna duplikazzjoni sħiħa u ripetizzjoni ad nauseam ta' l-istess argumenti fallaċi li qajmet l-Oppożizzjoni dwar din il-liġi tas-self.", "Jiena se nipprova nevita milli naqa' għal-livell u għall- appelli isteriċi kif kellna min-naħa l-oħra, min-nies, bħal per eżempju, l- ex-ministru John Dalli.", "Dan qagħad jgħidilna li aħjar nagħlqu ħalqna u ma nitkellmu xejn dwar dak li sibna.", "Jiena naħseb li ħalqna ma jagħlaqulna ħadd, aktar u aktar meta għandna d-dmir u d-dover li lill-poplu nagħmluh konxju tal-qagħda tal-pajjiż kif sabha Gvern Laburista sitt xhur ilu u iktar u iktar meta dan li għandna quddiemna llum huwa konsegwenzjali għall- istat ta' fatt illi writna mal-bidla fil-gvern.", "Naf illi kien hemm diversi nies, fosthom il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Joe Cassar, li qalu li l- introduzzjoni tiegħi setgħet kienet itwal.", "Dan jiena għamiltu apposta għax ħassejt illi dak li kellu jiġi spjegat kien diġa' ġie spjegat fl-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor u ħassejt illi l-mozzjoni titkellem waħedha, tant illi ħafna interpretazzjonijiet u argumenti żbaljati kienu fil-fehma tiegħi iktar qegħdin hemm to mislead the House milli għax il- mozzjoni ma kenitx tagħmel sens jew għax ma kenitx tinftiehem, kif kien hemm min allega.", "L-iktar punt importanti li rrid nagħmel - għamiltu fl-introduzzjoni u rrid nerġa' nagħmlu llum - huwa illi d-deċiżjoni li qed jipproponi l-Gvern Laburista mhijiex xi deċiżjoni politika meħuda b'sens ta' kapriċċ u b'sens ta' irresponsabbilta' imma hija deċiżjoni li strettament qed nieħdu fuq il- pariri tal-Bank Ċentrali.", "Jiġifieri jiena nifhimha illi, by elimination, il-kritika kollha li kien hemm min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kienet għall- operat tal-Bank Ċentrali li, fil-fehma tiegħi, taħt id-diversi gvernijiet dejjem mexa bl-aħjar mod, dejjem mexa b'sens ta' prudenza u dejjem poġġa l- interess nazzjonali l-ewwel u qabel kollox.", "Jien inħoss li kienet irresponsabbilta' kbira li l-Oppożizzjoni ħadet attitudni bħal din meta aħna għamilniha ċara u qed nerġgħu nagħmluha ċara li dak li qegħdin nipproponu huwa bbażat strettament fuq il-pariri tal-Bank Ċentrali u mhux fuq xi deċiżjoni politika li stajt ħadt jiena jew setgħu fasslu nies li ġew qabli.", "Fl-introduzzjoni tiegħi spjegajt, u se nerġa' nispjegaha llum, li għalkemm it-target tal-Gvern hu li jirrikorri għal 40% tas-self minn barra din hija biss option li għandu quddiemu u li qed jagħti dritt lilu nnifsu li jeżerċita.", "Irrid nagħmilha ċara wkoll li l-ammont innifsu ta' Lm150 miljun f'din ir-riżoluzzjoni huwa biss an umbrella facility.", "Dan ma jfissirx li l-Gvern se jissellifhom kollha - jista' ma jissellef xejn u jista' jdur fuq is-suq lokali - iżda li qed nagħmlu qed nagħmluh biex nagħtu iktar flessibilita' lilna nfusna minħabba s-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna bħalissa.", "U lil min qagħad jgħajjarna b'economic mismanagement infakkru biss fil-qawl Ingliż \"the pot calling the kettle black\".", "Prova ta' dan huwa t-track record innifsu tal-Gvern ta' qabilna fejn kulħadd jaf f'liema stat ħalla s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjajra f'Ottubru ta' l-1996.", "Issa ħalli naraw ftit il-fatti oġġettivament.", "Il-Gvern Malti, filwaqt li qed iħares lejn kif se jiffinanzja d-deficits kollha li semmejt waqt id-dibattitu għall-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor, qed iħares ukoll lejn il-ħteġijiet tas-settur pubbliku.", "U ngħid għaliex.", "Is-settur pubbliku kulma jmur qed juri ruħu f'qagħda finanzjarja mwiegħra fejn sakemm ma jitteħdux miżuri drastiċi hemm il-biża' li ċerti entitajiet pubbliċi mhux se jibqgħu f'qagħda vijabbli, aħseb u ara kemm se jsostnu l-investiment kapitali li għandhom bżonn jagħmlu!", "Barra minn dan, jeħtieġ li nħarsu lejn l-exposure li għandhom dawn l-entitajiet mal-banek kummerċjali b'ċertu għaqal u b'ċertu sens ta' reqqa'.", "Fil-fatt il-Bank Ċentrali ta l-parir biex nifirxu parti mill-ħtieġa tagħna ta' self fuq sorsi barranin għal raġuni waħda; għax jekk nibqgħu biss fis-suq lokali se tinħoloq pressjoni fuq il-likwidita' fis-suq u jsir ukoll crowding-out għad-dannu tas-settur privat u tal-banek u anke ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jispiċċaw taħt ċertu strain.", "Mhux qed ngħid li neċessarjament se jiġu taħt ċertu strain imma l-Bank Ċentrali, quite rightly, ħass li din hija s-sitwazzjoni li tista' tirriżulta.", "GĦalhekk il-miżura proposta mill-Bank Ċenrali, iktar minn affarijiet oħra, kienet miżura preventiva biex jiġi evitat dan ix-xenarju li jista' jkollu effett negattiv fuq is-settur lokali.", "Madam Speaker, ma rridux ninsew li biex il-Gvern ikun f'qagħda li jsostni l-cash flow tiegħu għal short-term borrowing sal-lum diġa' ħareġ Lm150 miljun fi treasury bills, u dawn m'humiex ammonti żgħar.", "Tajjeb li nfakkru li s-sena d-dieħla jkun jeħtieġ ukoll li nsibu flus biex niffinanzjaw id- deficit ta' 1997 li qed nipproġettaw li se jkun ta' madwar Lm82 miljun.", "Il- parir li ngħatajna kien li l-Gvern, bil-credit rating li għandu preżentement, għandu jkun f'qagħda li jakkwista rati favorevoli ħafna f'termini ta' maturita' tajbin ukoll.", "Nista' ngħid li mis-soundings li għamilna tas-suq u mill-offerti li diġa' waslulna u li qed jiġu evalwati minn kumitat tekniku biex imbagħad jiġu nnegozjati fil-mument opportun, is- sorsi qed jagħmlu offerti favorevoli.", "U skond l-offerta li għandu l-Gvern s'issa f'idejh is-sorsi jvarjaw minn sorsi waħedhom, jiġifieri sorsi uniċi, għal sorsi ta' syndicated loans.", "Il-munita li biha jsir is-self, jekk isir, wieħed għad irid jiddeċidih.", "Jiġifieri dawn huma deliberazzjonijiet li għadhom qed isiru fuq livell tekniku - mhux minna n-nies politiċi - min- nies kompetenti u min-nies tekniċi fil-ministeru kif ukoll min-nies tekniċi min-naħa tal-Bank Ċentrali.", "Sakemm issir l-għażla finali ovvjament iridu jittieħdu ħafna konsiderazzjonijiet, fosthom ir-rati tal-kambju u l- ispejjeż l-oħra konnessi ma' operazzjoni bħal din.", "Madam Speaker, ma' dan is-self il-Gvern għandu self ieħor ta' entita' ferm iċken li se jsir permezz ta' withdrawals minn faċilitajiet koperti bi protokolli finanzjarji jew ftehim ieħor, fosthom ir-Raba' Protokoll finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea minn fejn, taħt self mogħti lill- ammistrazzjoni preċedenti mill-European Investment Bank, inkunu nistgħu niġbdu biex niffinanzjaw parti mill-infiq fuq l-isptar il-ġdid ta' Tal- Qroqq.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed ifakkar li s-self li għamel il-Gvern minn barra huwa kopert bid-Development Local Loan Act ta' l-1972 li tagħti l- faċilita' lill-Gvern li jissellef sa Lm75 miljun.", "Din hija l-pożizzjoni attwali tal-lum.", "Issa ħalli nispjega għaliex il-Gvern għadda biex jgħolli dan l-ammont.", "Dan ġara għaliex minn dan l-ammont l-amministrazzjoni preċedenti kienet diġa' ġibdet Lm52.2 miljun netti, jiġifieri l-bilanċ miġbud wara li tnaqqas il-pagament lura li tħallas u l-ispejjeż li jkunu saru fuq ir-rati tal- kambju.", "Dan ifisser li mil-limit li kellu l-Gvern l-ieħor, baqa' biss Lm23 miljun li l-Gvern jista' jissellef u li m'humiex koperti mil-liġi.", "Dan huwa dak li wassal biex aħna nieħdu l-passi li qegħdin nieħdu.", "Jien naħseb li anke min jagħmel l-iktar kalkoli sempliċi matematiċi jinduna li dan l-ammont m'huwiex se jservi biex jaqdi l-ħteġijiet preżenti li għadni kif semmejt u huwa għalhekk li qed nitolbu l-approvazzjoni tal-Kamra biex is-ceiling ta' Lm75 miljun jitla' għal Lm150 miljun u mhux kif qalu ċerti gazzetti li aħna se nissellfu Lm150 miljun over and above il-Lm100 miljun li pprovdejna għalih bħala self lokali.", "Dan ma jfissirx li l-Gvern se jissellef, per eżempju, xi Lm100 miljun doppju kif insinwat l- Oppożizzjoni.", "Jien jiddispjaċini ngħid li din in-nasba waqgħu fiha mhux xi deputati ġodda li għadhom telgħin fil-Parlament, li setgħu ġenwinament ma fehmux il- ġist ta' din il-mozzjoni, imma waqa' fiha anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "U għalhekk wieħed jippreokkupa ruħu meta jara anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jasal f'dawn il-konklużjonijiet li huma konklużjonijiet żbaljati.", "Ma ninsewx, Madam Speaker, li kull meta l-Gvern irid jissellef, kemm lokalment kif ukoll minn barra, dejjem irid ifittex l-approvazzjoni tal-Kamra b'liġi ad hoc kif qegħdin nipproponu bħalissa u dan ikun qed jagħmlu biex jissettja lilu nnifsu ċerti limits li jkun jista' jopera fihom b'ċertu ammont ta' ċerta flessibbilta'.", "Kemm se nissellfu qegħdin ngħiduh ċar - Lm100 miljun.", "U la qed naħbu din il-figura, la nistgħu naħbuha u wisq anqas irridu naħbuha.", "Il-bżonn li l-Gvern ħass li jissellef għidnih ukoll fil-jiem li konna ilna niddibattu l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor.", "Qed ngħid dan għaliex huwa importanti li għall-benefiċċju tal-Kamra, għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna u anke għall-benefiċċju ta' min jirrapportana fil-gazzetti nagħmluha ċara li dak li ntqal min-naħa ta' l- Oppożizzjoni kienu biss insinwazzjonijiet li kellhom riħa, biex ngħid hekk, ta' malizzja.", "M'iniex qed ngħid li bilfors saru b'malizzja imma nerġa' ngħid li jien ma nistax nifhem kif xi ħadd fit-tmun tal-partit jasal għal konklużjonijiet żbaljati bħal dawn.", "Għaldaqstant din ir-riżoluzzjoni li qed niddibattu llum hija ntiża biss biex inżidu l-faċilita' ta' self minn barra l-pajjiż.", "X'użu se jsir minn din il-faċilita', jekk tiġi wżata, għidnih ukoll meta konna qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor, jiġifieri jien ma nifhimx kif imbagħad l-Onor.", "Joe Cassar iqum jgħid li sa llum baqa' kollox mistur u li l-Gvern baqa' jżomm lura milli jgħid x'użu se jagħmel minn dan is-self.", "Jien li rrid nirribatti bil-qawwa kollha hija l- allegazzjoni infondata li saret min-naħa ta' l-Onor.", "Fenech Adami meta qal - għallinqas hekk ġie rrapportat li qal - li permezz ta' din il-mozzjoni u tal-liġi li se ngħaddu minn dan il-Parlament il-Gvern Laburista se jissellef Lm450 miljun.", "Biex wasal għal din il-konklużjoni l-Kap ta' l- Oppożizzjoni sempliċement għadd il-grand total tal-limits li kien hemm, jiġifieri t-treasury bills u l-local loans, u magħhom żied l-ammont tal- mozzjoni għal foreign loans.", "Madam Speaker, dan ma jurix li jien kont xott fl-introduzzjoni tiegħi u ma spjegajtx ruħi biżżejjed imma juri li tan-naħa l-oħra konxjenzjożament ipprovaw iħawdu l-imħuħ sa minn qabel ma fetaħ id-dibattitu.", "Qed ngħid dan għax il-Kap Nazzjonalista ma qalx din il-konklużjoni wara li tkellimt jien imma qalha saħansitra qabel ma f'dan il-Parlament infetaħ id-dibattitu fuq Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor.", "GĦalhekk hawn wieħed ikollu jikkonkludi li dan kollu iktar sar għall-propaganda rħisa milli biex verament ikun hemm dibattitu san, dibattitu serju u dibattitu ta' portata nazzjonali, kif jirrikjedi suġġett importanti bħal dan.", "Madam Speaker, il-Gvern qed jgħid li se jissellef Lm100 miljun - 40% minn sorsi barranin u 60% minn ħruġ ta' stocks li fil-fatt wieħed minnhom għandu joħroġ għall-aħħar ta' Mejju jew għall-bidu ta' Ġunju ta' din is-sena.", "Rigward il-treasury bills li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għoġbu jdaħħal fil- grand total tiegħu ta' Lm450 miljun irrid ngħid li din il-figura ma għandha x'taqsam xejn mas-self li qed niddiskutu llum għax il-treasury bills huma biss strument li permezz tiegħu jsir short term borrowing sempliċement biex itaffu ftit il-problemi immedjati - dawn il-problemi m'humiex żgħar - ta' cash flow li writna mill-amministrazzjoni ta' qabel meta n-nuqqas ta' revenue li kellna ma laħħaqx ma' l-ispiża dejjem ikbar ta' ħlasijiet li kellhom isiru.", "Naturalment mill-proceeds ta' dan is-self li qed niddiskutu t-Teżor itaffi ftit minn dawn il-problemi u jtejjeb ukoll il- qagħda tal-public account.", "Madam Speaker, ħalli nerġa' ntenni dak li għidt f'okkażjonijiet oħra dwar din il-liġi u dwar din il-mozzjoni.", "Il-Gvern mhux dieħel f'dan is-self u qed iżid il-public debt servicing u jieqaf hemm, imma għall-kuntrarju miexi bi prudenza kbira biex jirrazzjonalizza l-finanzi pubbliċi wara l-qagħda mwiegħra li sibnihom fiha mal-bidla tal-gvern.", "Kif diġa' għidt, din is- sena d-deficit mistenni jkun ta' Lm82 miljun, jiġifieri Lm25 miljun inqas minn dak li kien is-sena li għaddiet.", "Qed nipproġettaw ukoll li nnaqqsu sew l-ispiża rikorrenti u jekk hu possibbli nkomplu nnaqqsuha bi dħul ordinarju.", "Aħna żidna l-ispiża kapitali fuq tas-sena l-oħra biex nagħtu l- ispinta meħtieġa ħalli b'hekk l-ekonomija taqbad ritmu iktar aċċellerat.", "Din hija l-mira tal-Gvern, mira li għandha tkun tagħna lkoll ħalli nkunu nistgħu nsaħħu l-infiq pubbliku ta' l-ekonomija in ġenerali għall-ġid ta' kulħadd għax wara kollox ilkoll kemm aħna qed nerfgħu l-piż tad-dejn.", "Issa ħalli nagħmel xi ftit rimarki fuq ċerti affarijiet li ntqalu ġo din il- Kamra waqt dan id-dibattitu, li għalkemm kien wieħed ħaj u vivaċi, ħafna drabi mar oltre r-remits tal-mozzjoni nnifisha.", "Madam Speaker, billi f'din il-kwestjoni kien hemm min żeffen il-VAT u t- tneħħija tagħha nixtieq nindirizza lil dawk li kienu pronti jikkwotaw x'qalet l-IMF dwar il-VAT u ngħidilhom: Mela lill-IMF fejn jaqbel biss tikkwotawha?", "Lill-IMF ma kkwotajtuhiex meta din uriet li l-qagħda fiskali ta' pajjiżna hija waħda dgħajfa?", "Se tikkwotaw lill-IMF meta uriet tħassib dwar kif sploda l-public sector borrowing requirement tagħna?", "Se tikkwotaw lill-IMF meta qalet li t-telf tal-Malta Drydocks taħt Gvern Nazzjonalista kien jammonta għal 1% tal-GDP tal-pajjiż kollu?", "Se tikkwotaw lill-IMF meta din uriet kif il-budget deficit sploda u kif il-government debt tela' għal 42% tal-GDP tal-pajjiż?", "Għalkemm kien hemm min ipprova jagħti l-impressjoni li l-VAT solviet ħafna problemi li seta' kellha l-Kaxxa ta' Malta, issa tal-Partit Nazzjonalista donnhom qed ibiddlu ftit id-diska u hemm min qed jgħid li l-benefiċċju tagħha kien għad irid jinħass sew fil-ġejjieni u li għalhekk kien hemm bżonn ċertu fine-tuning biex il-liġi taħdem jew tibda taħdem kif suppost.", "Min illum qed jallega li aħna kissirna l-ekonomija tal-pajjiż f'sitt xhur missu kellu d-diċenza jammetti x'kien il-wirt Nazzjonalista, wirt fejn il- Fond Monetarju Internazzjonali tkellem dwar id-depletion of assets li ħallew u dwar l-iżbilanċi kbar fiskali u esterni li jekk ma jiġux indirizzati se joħolqu macro-economic problems akbar fil-ġejjieni ta' pajjiżna.", "L-Onor.", "Fenech Adami missu kkwota dak kollu li qalet l-IMF u mhux dak li qabel lilu biss.", "Immishom qalu, per eżempju, lill-ħaddiema tal- korporazzjonijiet parastatali li apparti mill-cost cutting - li bilfors kulħadd irid jaqbel miegħu u naqblu miegħu aħna wkoll - dawn kienu qed iħeġġu labour shedding measures, jiġifieri tkeċċija ta' nies, u downsizing b'mod partikolari fir-rigward tat-tarnzari li għandna.", "Il- ġimgħa l-oħra waqt review li saret mill-Bank Ċentrali jiena u uffiċjali oħra tal-gvern ingħatajna overview ta' l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji ta' pajjiżna.", "U minn dak li rajna, ibbażat fuq il-figuri ppubblikati s'issa, dehru ċari diversi fatturi; l-ewwelnett deher ċar li r-real GDP growth kien qabad in-niżla, deher ċar li l-fiscal balance kien intilef - biex ngħiduha bil-pulit - u deher ċar ukoll li l-ekonomija kienet driven mill-konsum privat u tal-gvern u mhux mill-investiment u mill- esportazzjoni.", "Barra minn hekk deher ċar ukoll li kemm l-external deficits u s-savings tagħna kienu għan-niżla, li l-household savings kienu l-aktar baxxi mill-1992 'l hawn, li l-figura tal-qgħad kienet ilha tiela' mill-1995 u li filwaqt li l-impjiegi fid-direct production u l-market services kienu għan-niżla, il-public sector employment u dak mal- parastatali kien tiela' ġmielu.", "Deher ċar ukoll li l-import coverage tar- riżervi tagħna kien ilu nieżel mill-1994 'l hawn u li l-qagħda fiskali kienet turi li l-expenditure tal-gvern kien dejjem tiela' filwaqt li r- revenue kulma jmur kien qiegħed jiċkien.", "Ħareġ ukoll li l-fiscal balance, bħala persentaġġ tal-GDP, kien negattiv għall-aħħar fl-1996 filwaqt li l- external public debt servicing bħala persentaġġ ta' l-esportazzjoni, kien tiela' ġmielu.", "Dawn, Madam Speaker, huma fatti li tan-naħa l-oħra konvenjentement ipprovaw jaħbu f'dawn id-dibattiti, dawn huma realtajiet li aħna fid-dmir li ngħallmu liċ-ċittadini ħalli nagħmlu lill-Maltin konxji tagħhom fl-interess nazzjonali u fl-interess tal-pajjiż.", "Jien personalment inħoss li l-allarmiżmu li qed tipprova toħloq l- Oppożizzjoni dwar din il-mozzjoni huwa parti minn strateġija akbar u aktar wiesgħa u jien norbtu ma' dak li qed jipprovaw jagħmlu dwar it-tneħħija tal- VAT u l-isteriżmu kollu li qed jagħmlu fuq din l-issue u norbtu anke mal- kjass li pprovaw iqajmu mingħajr suċċess dwar l-Abbozz ta' Liġi li se jħassar l-Att dwar in-Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Fil-fehma tiegħi li qed jiġri huwa li dawn in-nies donnhom huma inkwetati bil-kwiet u bit- trankwilita' li ħakmu l-ewwel sitt xhur ta' Gvern Laburista, kif ukoll bin- nuqqas ta' tensjoni u vjolenza li hawn fil-pajjiż u għaldaqstant qed jipprovaw jallarmaw lill-pubbliku billi mingħalihom jipprovaw itellgħu d- deni tad-dibattitu politiku nazzjonali.", "Madam Speaker, jekk il-poplu kellu għalfejn jinkwieta dan kien meta partikolarment fis-snin 1994/1995 l-asset sales, jiġifieri l-bejgħ tal-ġid tal-poplu, intużaw bħala sors importanti ta' finanzjament tal-gvern.", "Minkejja r-riżoluzzjoni li qegħdin ngħaddu llum il-budget deficit xorta se jibqa' jiġi ffinanzjat fil-biċċa l-kbira tiegħu b'domestic debts.", "Li jmisshom qalu l-kelliema tan-naħa l-oħra kien li taħthom il-government debt baqa' jiżdied b'rata allarmanti minkejja l-asset sales konsiderevoli li għamlu.", "Tant m'hemmx raġuni għall-allarm dwar dak li qed nipproponu aħna li l-foreign debt bħala persentaġġ tal-GDP xorta se jibqa' wieħed relattivament baxx.", "Niġu issa għal aspett ieħor li huwa nkwetanti u li min-naħa ta' l- Oppożizzjoni ma ssemma kważi xejn fl-interventi li kien hawn f'din il- Kamra.", "Li misshom kellhom il-kuraġġ jgħidu tal-Partit Nazzjonalista kien li taħthom splodew 'il fuq id-djun tal-public corporations.", "Dawn huma mifhuma li telgħu għal madwar Lm200 miljun u meta teħodhom flimkien jirrappreżentaw 18% tal-GDP tal-pajjiż kollu.", "Imbagħad aktar allarmanti minn hekk hemm il-fatt - u dan huwa verament aktar allarmanti - li tliet kwarti ta' dan id-dejn tal-korporazzjonijiet huwa kollu ġej minn sorsi esterni.", "Ma' dan ovvjament wieħed irid iżid il-garanziji fuq bank credits li tul is-snin il-Gvern estenda fuq varjeta' sħiħa ta' entitajiet.", "Madam Speaker, fil-konklużjoni tiegħi rrid ngħid li kuntrarju għal dak li qal l-ex-Ministru Dalli, din hija sempliċement an enabling law li qed issir bl-istess mod li kien ġara meta xi żmien ilu ttella' l-limitu tat- treasury bills biex jippermetti lill-gvern tal-ġurnata jirrikorri għal short term financing mingħajr il-ħtieġa li joqgħod kull darba jirrikorri għall-Parlament.", "Fl-aħħarnett intenni li l-proposta li għandna quddiemna llum hija frott rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali u mhijiex riżultat ta' xi deċiżjoni politika kapriċċuża li seta' ħa l-Gvern.", "Għalhekk jiena nistaqsi: Xi tfisser din il-mewġa ta' kritika li saret min-naħa ta' l- Oppożizzjoni?", "Tfisser li f'daqqa waħda l-Oppożizzjoni ddeċidiet li tikkritika l-operat tal-Bank Ċentrali?", "Ifisser li f'daqqa waħda l- Oppożizzjoni qed tinsinwa li l-Bank Ċentrali qed jagħti pariri ħżiena lin- naħa tal-Gvern?", "Nittama li mhux hekk għaliex aħna qatt ma għamilna allegazzjonijiet bħal dawn fuq l-operat tal-Bank Ċentrali u lanqas inħossu li issa għandhom isiru min-naħa ta' l-Oppożizzjoni tal-ġurnata.", "Madam Speaker, għaldaqstant jiena nikkonkludi billi filwaqt li nsostni din il-mozzjoni ngħid bl-ikbar sens ta' responsabbilta' u ta' ġenwinita' min-naħa tiegħi li fil-fehma tagħna r-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għal din il-mozzjoni kienet barra minn lokha, kienet reazzjoni miskalkolata, kienet reazzjoni sproporzjonata u kienet reazzjoni bla bżonn.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ fis-Seduta Nru. 52 tat-23 ta' April, 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fil-10.39 a.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- Mozzjoni kif mressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ fis- Seduta Nru. 52 tat-23 ta' April, 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "FAVUR: 33", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred| |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Vassallo Adrian| |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | | | | |", "KONTRA: 27", "L-Onor. | | | |Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Pullicino George| |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Frendo |Vassallo Edwin | |Michael | | |Galea Censu |Vella John | |Galea Louis |Zammit Ninu | |Galea Pace | | |Victor | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR", "LOCAL AND OTHER LOANS BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati jippresjedi.", "Ikompli mit-22 ta' April, 1997.", "Klawsola 3 - Għan (Kontinwazzjoni).", "Clause 3 - Purpose (Continuation).", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-darba l-oħra fid-diskussjoni dwar din il- klawsola jien kont qed nistaqsi x'se jiġri bħala operat dwar dawn il-bonds.", "Milli nista' nifhem dawn il-bonds se joħorġu f'isem il-Gvern, mhux f'isem id-Drydocks.", "Permezz ta' dan il-bill se nżidu s-self b'Lm100 miljun li Lm25 miljun minnhom se jintużaw għad-Drydocks.", "Jien xtaqt iktar spjegazzjoni dwar x'arranġamenti qed isiru biex dawn jitħallsu lura.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nerġa' ngħid li t-targeted revenue huwa Lm25 miljun.", "Din is-somma qed naqsmuha fi tliet items differenti u se ngħid kif; Lm15 miljun biex jagħmlu tajjeb għall-arretrati dovuti lid-diversi dipartimenti tal-gvern; Lm5 miljun biex ikopru advances mit-Treasury Clearance Fund lil Malta Drydocks li saru qabel l-1ta' Jannar, 1997; u għandek l-aspett tal-commercial banks li huma l-arretrati fuq l-imgħaxijiet li jitilgħu għal Lm5 miljun.", "Dawn flimkien iġibu l-ammont li qegħdin nitkellmu dwaru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni li tana l-Ministru hija rilevanti pero' l-mistoqsija għadha m'hijiex imwieġba.", "Dawn il-bonds se jkunu tal- Gvern jew se jkunu bonds tad-Drydocks li se jkunu backed mill-Gvern?", "Qed nistaqsi għax m'hijiex ċara.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, ippermettili ftit ħalli nikkonsulta ruħi.", "(Interruzzjonijiet) Bażikament, jekk wieħed jieħu l-estimi ta' l- 1997 jara li taħt il-heading \"capital development\" hemm Lm1 miljun għat- Tarzna.", "Issa din l-istima qed intellgħuha għal Lm6.3 miljun.", "Rigward il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Josef Bonnici dawn huma stocks tal-Gvern li se jissellifhom il-Gvern u jgħaddihom lit-Tarzna by way of an agreement bejn it-Tarzna nnifisha fejn hi tiddikjara ruħha debitriċi lejn il-Gvern.", "Il-komplikazzjoni qed issir għax taħt il-Liġi tat-Tarzna stess ma tistax tissellef aktar minn Lm3.5 miljun.", "Jiġifieri basically li qed nagħmlu huwa li l-Lm25 miljun qed imorru revenue, qed inżidu l-vot kapitali, niddebitaw as we go along u nimxu accordingly kif spjegajt iktar kmieni.", "Imma l-crux kollha tagħha hi - għax kieku kienet issir b'mod iktar sempliċi - kieku t-Tarzna setgħet tissellef iktar minn Lm3.5 miljun.", "Allura l-Gvern bilfors kellu jdaħħal dan l-arranġament li permezz tiegħu t- Tarzna tiddikjara ruħha debitriċi miegħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiġifieri l-Gvern se jissellef u mbagħad jerġa' jsellef lit-Tarzna.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Eżattament.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Issa nixtieq nistaqsi x'inhu l-arranġament ta' repayment mit-Tarzna li semma l-Ministru?", "La l-Gvern se jissellef f'isem il- poplu Malti u se jsellifhom lit-Tarzna peress li t-Tarzna ma tistax tissellef hi direttament, x'arranġament qed jiġi maħsub biex dan l-ammont imbgħad ikun jista' jiġi maqtugħ ukoll in the short term u in the longer term bħas-self normali, bħalma jagħmlu fil-bonds tal-gvern li over time iridu jiġu maqtugħa wkoll?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Xtaqna kieku kien hemm repayment schedule imma s'issa mxejna bil-prassi li kien hemm taħt id-diversi gvernijiet li m'hemmx repayment schedule.", "Ninsab informat min-nies tekniċi li anke taħt il-Gvern l-ieħor kien jiġri l-istess, jiġifieri l-Gvern kien jgħaddihom mingħajr ma jkun innegozja repayment schedule mat-tarznari.", "Dan kien japplika kemm għax- Shipbuilding u anke għall-Malta Drydocks u l-istess qed jiġri f'dan il- każ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kwestjoni hija daqsxejn inkwetanti għax il-ħlas tal-PAYE u tal-kontribuzzjonijiet għas-sigurta' nazzjonali ma ġewx mgħoddija mit-Tarzna lill-Gvern u issa se niġu fi stat fejn il-Gvern Malti, il-poplu Malti se jkun qiegħed jissellef - u parti minn dawn jistgħu jkunu anke minn barra - biex jagħmel tajjeb għall-ħlas tal-PAYE u tal- kontribuzzjonijiet għas-sigurta' nazzjonali li t-Tarzna diġa' naqqset mill- pagi tal-ħaddiema u ma għaddithomx lill-Gvern.", "Hemm ukoll xi multa, jekk m'iniex sejjer żball, għaliex m'għamlitx il-ħlas meta suppost għamlitu.", "Il- Ministru ma jaħsibx li l-fatt li m'hemm l-ebda repayment schedule jista' jwassal għal abbuż fil-futur?", "Allura niġu fl-istess sitwazzjoni li t- Tarzna terġa' ma tħallasx l-ammonti dovuti minnha u allura jkollok terġa' tirrikorri b'dan il-mod biex il-poplu Malti jerġa' jissellef f'isem it- Tarzna għaliex hi ma tistax tissellef.", "Jiġifieri l-constraint li hemm li t- Tarzna ma tissellifx qed jiġi maqbuż b'din il-manjiera.", "Jekk m'hemmx xi ħaġa maħsuba biex dawn il-flus eventwalment jitħallsu lura lill-poplu Malti bażikament tkun qed tagħti blank cheque lit-Tarzna biex hi terġa' tagħmel l- istess ħaġa.", "Jien nixtieq kieku sserraħli moħħi fuq dan il-punt.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Se nserraħlek moħħok fuq żewġ aspetti.", "L-ewwelnett ninsab informat li dan il-komponent tat-Tarzna m'huwiex se jkun parti minn xi self barrani li jista' jagħmel il-Gvern, jiġifieri dan se jkun covered interament minn self lokali.", "It-tieni nett nixtieq li r-relazzjoni tagħna mal-parastatal corporations u s-settur pubbliku nħarsu lejha on a broader view u mhux nillimitawha biss għat-Tarzna għaliex illum sfortunatament din il-problema li għandna mat-Tarzna tal-ħlas tan-national insurance contributions, VAT u dues oħra lill-gvern teżisti anke ma' korporazzjonijiet oħrajn bħal l-Enemalta, eċċ. Fil-fatt - forsi jkollna ċans nagħtu dettalji aktar 'il quddiem - bħalissa qed nagħtu ħarsa klinika ħafna lejn is-settur pubbliku dwar kif nistgħu ndaħħlu an element of tighter financial control.", "Beħsiebna nagħmlu roping in tal- korporazzjonijiet kollha, anke dawk li għaddejjin mhux ħażin, imma b'mod partikolari dawk li għandhom problemi finanzjarji strutturali li ma jidhirx li hemm soluzzjoni mmmedjata għalihom fil-ġejjieni qarib.", "Jiġifieri ma jfissirx li aħna happy b'din is-sitwazzjoni, anzi aħna se nagħtu global view fil-ġejjieni mmedjat lis-settur pubbliku bit-tama li jkun hemm verament financial control fuq il-korporazzjonijiet għax ħafna drabi veru l- Gvern kien qed jiġi ffaċċjat with a blank cheque u l-agħar ħaġa hija li l- blank cheque kien qed jiġi mitlub li jħallsu f'sitwazzjoni ta' fait accomplit, u mhux blank cheque qabel ma ssir il-ħaġa.", "Jiġifieri jien naqsam ma' l-Onor.", "Bonnici t-tħassib tiegħu u nista' ngħidlu biss li l- Gvern se jieħu passi immedjati biex din il-problema jipprova jindirizzaha u jaqbad il-barri minn qrunu għas-settur pubbliku in ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Waqt li jidher li l-Gvern huwa konxju minn din il- problema, pero' ma jaħsibx il-Ministru li f'dan il-każ partikolari kien ikun ferm aħjar kieku hemm repayment programme marbut ma' dawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-importanti li jkollok repayment programme li jitwettaq imbagħad.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Veru l-importanti li jitwettaq pero' għallinqas għandu jkollok repayment programme.", "Jien qed nibża' li s-sitwazzjoni tirripeti ruħha, speċjalment permezz ta' dan l-abbozz fejn qed insemmu għall-ewwel darba li l-Gvern se jissellef Lm100 milljun u li Lm25 miljun minnhom se jmorru biex jagħmlu tajjeb għall-pagamenti tan-national insurance contributions, tal-PAYE u anke multi li suppost ħallset it- Tarzna.", "Bażikament qed nissellfu mingħand il-poplu Malti għall-multi tat- Tarzna għax ma ħallsitx fil-pront; anzi f'dan il-każ għax ma ħallset xejn, mhux għax ma ħallsitx fil-pront.", "Allura ma jidhirlux il-Ministru li jekk wieħed ma jagħmilx repayment programme hemm periklu kbir li jkollna nerġgħu niġu fi żmien sena, sentejn oħra b'din l-istess problema u din is- sitwazzjoni sejra twassal għall-blank cheque ieħor lit-Tarzna biex hi ma tagħmilx il-kontribuzzjonijiet tagħha għax il-Gvern se jerġa' jerfagħlha l- piżijiet?", "Għandu jkun impost ċertu schedule fuq it-Tarzna li juri li l- piż għadu fuq it-Tarzna u mhux qiegħed fuq il-poplu Malti?", "Ma jidhirlux il- Ministru li sistema finanzjarja moderna u effikaċi għandha tiġi mmexxija b'dan il-mod biex b'hekk niżguraw li l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu jiġu mħarsa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ħalli niddistingwu bejn dak li huwa mixtieq u dak li huwa possibbli li jsir.", "Dik li qed jipproponi l-Onor.", "Bonnici hija s- sitwazzjoni mixtieqa, biss nixtieq infakkru li fis-snin li għaddew il-Gvern kien jgħaddilhom il-paga netta.", "Issa billi l-PAYE u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' nazzjonali qed jiġu kkonsidrati bħala parti mill-paga qed tiġi regolarizzata parti mis-sitwazzjoni.", "Nerġa' ngħid li bħalissa aħna kommessi li nagħtu ħarsa lejn is-settur pubbliku kollu.", "Biss, għal din l- okkażjoni partikolari tal-lum, imxejna kif kienet il-prassi ta' l- amministrazzjoni l-oħra.", "M'hijiex sitwazzjoni feliċi u beħsiebna li nbiddlu s-sistema tagħna fil-ġejjieni għar-rigward tas-settur pubbliku kollu in ġenerali.", "Infakkar lill-Onor.", "Bonnici li din il-kwestjoni tat-Tarzna hija problema li ilha tkaxkar matul is-snin u, kif semmejt fil-winding up tiegħi tad-dibattitu aktar kmieni, it-telf tat-Tarzna over the years tant kiber li spiċċa jirrappreżenta 1% tal-GDP tal-pajjiż, xi ħaġa li għandha tinkwieta lil kulħadd across the board miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dawn huma realtajiet u jekk wieħed ma jitkellimx fuq ir-realta' u jitkellem biss on an utopian level naħseb li ma naslu mkien.", "Biss il-preokkupazzjoni ta' l- Onor. Bonnici qed nieħu konsiderazzjoni tagħha u aħna se nagħmlu l-almu kollu tagħna biex fil-ġejjieni l-affarijiet jiġu attakkati b'mod differenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien bħall-Ministru jinkwetani l-fatt li d-dejn tat- Tarzna jammonta għal 1% tal-GDP.", "Dan huwa piż fuq it-Tarzna u fuq il-poplu Malti wkoll pero' jien daqsxejn preokkupat ukoll għaliex għandna abbozz ta' liġi quddiemna fejn il-Gvern qed jitlob li jissellef Lm100 miljun anke minn sorsi barranin u parti mill-klawsola tgħid li dawn se jmorru biex jagħmlu tajjeb għat-Tarzna.", "Kieku l-Gvern qed jgħid li se jissellef dawn il-flus biex jagħmel tajjeb għall-Fond Konsolidat u mbagħad jagħmel xi arranġament speċjali mat-Tarzna ħalli jkun jista' jsellifha l-flus u din min-naħa tagħha tkun trid tagħmel tajjeb għalihom sa ċertu żmien kienet tkun one day of the week, pero' li jinkwetani huwa l-fatt li f'dan abbozz ta' liġi qed insemmu speċifikament li parti mis-self se jmur għat-Tarzna meta wara li staqsejt irriżultali li għadna ma wasalniex għal repayment programme.", "B'dan il-mod aħna qed inpoġġu lit-Tarzna f'pożizzjoni speċjali fil-konfront ta' kumpanniji parastatali oħra għax din se tirrikorri għas-self pubbliku billi tuża ċ-channel tal-gvern minkejja li din bil-liġi ma tistax tagħmel ċertu self.", "Fi kliem ieħor f'dan il-Parlament aħna qed nirrikonoxxu dan iċ- channel b'mod uffiċjali permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Allura huwa għaqli li dan is-self isir b'dan il-mod?", "Huwa għaqli li nesponu s-self tal- gvern għall-iżvilupp lokali b'tali mod li mingħajr ma nagħmlu repayment programme nagħtu aċċess lil din il-korporazzjoni?", "GĦax hawnhekk aħna m'aħniex qed nirriferu għall-korporazzjonijiet kollha imma għal korporazzjoni speċifika, li, kif qal il-Ministru, l-istorja tagħha f'dan ir- rigward xejn m'hija feliċi.", "Sur President, iż-żewġ oġġezzjonijiet għal dan l-abbozz ta' liġi huma li l-ewwelnett b'dan il-mod qisna qed nagħtu a blank cheque lit-Tarzna li għalkemm bil-liġi ma tistax tissellef il-Gvern se jissellef għan-nom tagħha - din il-proċedura hija recognised f'dan l-abbozz ta' liġi - u t-tieni nett li a repayment programme ma jeżistix.", "Jien inħoss li jekk ma jkunx hemm a repayment programme dawn il-flus jistgħu jintnesew u din is-sitwazzjoni tista' twassal għal sitwazzjoni agħar minnha fil-futur.", "Żgur li b'hekk inkunu qed noħolqu sitwazzjoni fejn kumpannija parastatali tibda sserraħ moħħha li fejn ma tasalx hi jkun hemm il-gvern li jissellef f'isimha.", "Jien nemmen li r-responsabbilta' għandu jġorrha min hu involut f'dan il-qasam ħalli jkun jista' jara l-implikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Sur President, jien għalhekk qed nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex għaqli li parti mis-self tal-gvern - normalment il-gvern ma jispeċifikax b'dan il-mod - imur għat-Tarzna u għalfejn m'hemmx a repayment programme.", "Jista' l-Ministru jagħtina l-assigurazzjoni tiegħu li 'l quddiem se jinħadem a repayment programme?", "ONOR LEO BRINCAT: Sur President, jien naħseb li l-qagħda finanzjarja tat- Tarzna jafha kulħadd.", "Fil-fatt, ftit ġimgħat ilu din il-Kamra kellha l- okkażjoni tiddiskuti fit-tul il-qagħda tat-Tarzna meta kellna diskussjoni fuq ir-reconstitution tal-kunsill innifsu.", "Il-qagħda attwali hija li t- Tarzna lanqas biss għandha biex tħallas il-pagi u qed ikun il-Gvern li jintervjeni kull darba biex jara li l-ħaddiema jitħallsu fil-ħin.", "GĦalhekk għalkemm kienet tkun ħaġa ideali li jkun hemm a repayment programme, x'jiswa li jsir dan il-programm fittizju li f'dan l-istadju jeżisti biss fuq il-karta!", "Din hi l-osservazzjoni tiegħi f'dan ir-rigward.", "Din m'hijiex kwestjoni li aħna lit-Tarzna qed nagħtuha xi treatment preferenzjali mill-korporazzjonijiet parastatali l-oħra.", "Għalkemm jien nemmen li hemm ħafna tarznari żgħar f'korporazzjonijiet oħra, bħall- Enemalta, u minkejja l-insolvency li jista' jkollhom ċerti korporazzjonijiet oħra, it-Tarzna hija xi ħaġa unika u l-qagħda tagħha hija xi ħaġa unika wkoll.", "Aħna deherilna li f'dan l-istadju - m'iniex qed ngħid li se nibqgħu nagħtuhom blank cheques - konna nkunu only kidding ourselves kieku sempliċement għamilna a repayment programme li nafu li mhux f'pożizzjoni li jitwettaq u jiġi onorat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru fit-22 ta' April.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"B\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fil-11.30 a.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-18 ta' Marzu, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Hawn aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru sabiex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, skond kif żviluppa tul dawn l-aħħar ġimgħat ix-xogħol tal-Kamra, din il-leġislazzjoni sfortunatament kellha tgħaddi ftit bl-iskossi għaliex kien hemm gap pjuttost twila minn mindu saret l-aħħar round ta' diskussjonijiet dwarha u għalhekk nipprova fil- qosor niġbor ftit punti minn dawk li tqajmu u nagħti ftit konklużjonijiet dwar kif żviluppa d-dibattitu fid-diskussjonijiet li kellna bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-ewwelnett irrid nibda biex ngħid li dawn il-miżuri li qed jipproponi l- Gvern Laburista f'dan il-pakkett ta' miżuri huma miżuri li effettivament kellu jeħodhom il-partit l-ieħor kieku baqa' fil-gvern, li kieku għamel elezzjoni fi żmienha u kieku ma abdikax mir-responsabbilta' tiegħu meta kien jaf li riesaq it-terminu li jagħmel il-budget annwali.", "Imma kulħadd jaf li l-Gvern Nazzjonalista, għal raġunijiet tiegħu, kien għażel li jsejjaħ elezzjoni bikrija - nafu li dik kienet prerogattiva tiegħu - u llum qed naraw li ovvjament kellu jkun il-Gvern Laburista li jerfa' dawn il- piżijiet li ħaddieħor kien ħasel idejh minnhom.", "Jien ngħid li apparagun mad-deficits reali li għandu l-pajjiż - din m'iniex qed ngħidha biss għaliex qiegħda fir-rapport ta' l-IMF imma qed ngħidha għaliex hija reazzjoni naturali - il-miżuri li ħadna aħna fil-budget ma kellhom ebda effett ta' shock therapy.", "Għall-qagħda attwali tal-pajjiż aħna missna u stajna ħadna miżuri li kien ikollhom effett ta' shock therapy u li fl- istess ħin kienu jagħtu skossatura lill-andament u lill-kwalita' tal-ħajja.", "Aħna, bħala gvern serju jidhrilna li fil-miżuri li nieħdu għandna napplikaw terapija li tkun tista' taħdem fuq in-nies u mhux terapija li toqtollok il-pazjent waqt li tkun qiegħda għaddejja.", "Il-miżuri li qed nieħdu aħna huma ntiżi wkoll biex inaqqsu xi ftit mill-iżbilanċ proġettat mingħajr ma nolqtu ħażin l-operat ekonomiku ta' dan il-pajjiż.", "Madam Speaker, qiegħed nipprova nevita li nagħmel overlap ma' dak li għidna diġa' fid-diskussjoni dwar il-qagħda ekonomika tal-pajjiż meta ddiskutejna l-loans lokali u l-loans barranin, imma rrid nenfasizza mill- ġdid li l-Gvern Laburista sab sitwazzjoni ta' deficits li kienet tliet darbiet iktar minn dik proġettata.", "GĦalhekk il-punt ta' tluq għandu jitlaq minn hemmhekk u huwa inutli li noqogħdu nitkellmu fuq affarijiet oħra jekk ma narawx kif bdejna l-ġurnata, jiġifieri jekk ma narawx x'sabet l- amministrazzjoni Laburista meta daħlet għall-inkarigu tagħha sitt xhur ilu.", "Min qed jgħix f'fantasy land fejn jaħseb li xi amministrazzjoni, dinamika kemm hi dinamika, tista' treġġa' l-arloġġ lura u f'sitt xhur tista' ssolvi l-problemi strutturali u kroniċi li akkumulaw tul is-snin ikun qed jinqata' mir-realta' politika u jkun qed juri nuqqas ta' serjeta' u nuqqas ta' mpenn politiku fl-argumenti tiegħu.", "Aħna sibna sitwazzjoni fejn mhux biss id-deficits kienu allarmanti imma fil-fatt sibna li ma kien hemm l- ebda kontroll fuq il-qagħda finanzjarja.", "Meta inti jkollok sitwazzjoni fejn il-kontroll jidher li huwa mitluf kompletament il-problemi jitkattru u s-soluzzjonijiet immedjati jsiru inqas u inqas fattibbli u possibbli.", "Madam Speaker, biżżejjed insemmu l-problema tat-tarznari li ġiet diskussa f'dan il-Parlament meta għaddiet ir-riżoluzzjoni fuq ir-reconstitution tal- kunsill.", "Illum anke l-akbar avversarji tal-Partit Laburista jammettu li għar-rigward tat-tarznari f'dawn is-sitt xhur dan il-partit wera ċertu impenn u ċerta risolva li gvernijiet oħra naqsu li juru fis-snin li għaddew.", "Dan ma jfissirx li r-riżultati pożittivi se jidhru mill-għada għax jekk inti għandek azjenda bi problemi strutturali, bħal fil-każ ta' pajjiż bi problemi strutturali, irid jgħaddi ċertu żmien sakemm il-problemi jiġu indirizzati.", "Kif għidt diġa' dak li għamel il-Gvern Laburista għat- Tarzna mhux biss wera impenn imma wera wkoll ċertu kuraġġ politiku għax il- Gvern ħa ċerti deċiżjonijiet li għalkemm kien jaf li mhux se jkunu popolari kienu s-surgery neċessarja biex nipprovaw inpoġġu lit-Tarzna fuq saqajha darba għal dejjem.", "Madam Speaker, kif għidt diġa' diversi drabi, l-iktar ħaġa li tippreokkupani personalment hija l-qagħda tal-korporazzjonijiet għax veru li nitkellmu dwar kemm tela' u sploda d-dejn tal-gvern imma llum il-qagħda tal-korporazzjonijiet saret waħda allarmanti ħafna għaliex biex ngħid hekk saret mażżra ikbar mid-dejn pubbliku.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li nħarsu lejn il-korporazzjonijiet b'mod analitiku, b'mod kritiku u b'mod oġġettiv mingħajr ma ntellfu l-awtonomija tagħhom biex ħadd ma jaħseb li l- Gvern irid ixellef l-awtonomija fl-operat tagħhom, pero' fl-istess ħin aħna ma nistgħux nippermettu sitwazzjoni fejn dawn jitilqu għal rashom u mbagħad meta jiġu daharhom mal-ħajt iduru fuq il-gvern bħala forċina.", "GĦalhekk il- Gvern Laburista qed jippjana li jipprova jsolvi din il-problema maċ- chairmen tal-korporazzjonijiet fil-ġejjieni immedjat.", "Madam Speaker, bħala strateġija aħna rridu nżommu r-rota tal-pajjiż iddur għax ma rridux niġġammjaw il-proċess kollu u żgur li ma għandna l-ebda ħsieb li nġibu xi riċessjoni fuqna.", "Jien ngħid li r-riċessjoni donnha iktar hija mixtieqa minn min qed juża din il-kelma.", "Fil-fatt il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali għamel tajjeb meta qal li ħafna drabi r-riċessjoni ġġibha billi toqgħod tpaċpaċ fuqha u fil-pajjiż sar tpaċpiċ żejjed, imma jien naħseb li llum il-poplu Malti huwa intelliġenti biżżejjed li kapaċi jiddistingwi bejn slow-down u riċessjoni.", "Hawn ikun tajjeb jekk ngħid li skond ċerti gazzetti lokali, anke dawk li m'humiex viċin tal-partit tagħna, l-islow-down ilha tinħoloq tul ix-xhur.", "Aħna nużaw il-kelma \"slow-down\" meta fil-pajjiż ir-rata ta' espansjoni ma tibqax għaddejja bl-istess ritmu mgħaġġel bħal qabel imma l-kelma \"riċessjoni\" nużawha meta l-kejk tal- pajjiż ma jibqax jikber, jiġifieri jien naħseb li bejn riċessjoni u slow- down hemm differenza u jħares kif iħares lejn is-sitwazzjoni ekonomika preżenti tal-pajjiż wieħed jintebaħ li nkunu skorretti jekk ngħidu li pajjiżna bħalissa għaddej minn riċessjoni.", "Madam Speaker, l-impenn tagħna huwa li jkun hemm kontroll fuq in-nefqa tal-gvern.", "Huwa diffiċli li dan il-kontroll jirnexxi b'mod effettiv din is-sena meta għandek sitwazzjoni out of control imma xorta waħda bil-pakkett ta' miżuri li qegħdin nipproponu hawnhekk qegħdin nipprovaw mill-aħjar li nistgħu li nimminimizzaw l-effetti avversi.", "Aħna nafu li din ma tistax issolviha mil- lum għal għada imma huwa importanti li tkun qed tagħti messaġġ u tkun qed tagħti ċertu sens ta' direzzjoni.", "Il-pjani tagħna huma pjani fattibbli.", "Aħna stajna għamilna pjani ta' utopja li jkunu jeżistu fuq il-karta, ikunu sbieħ għal min jaf jarahom u mbagħad ma jkunux kapaċi jitwettqu pero' ppreferejna nieħdu passi żgħar, passi li ma jweġġgħux ħafna u li forsi joqorsu biss xi ftit imma li fl-istess ħin nafu li huma fattibbli u li huma kapaċi jiżviluppaw ir-ritmu naturali tagħhom.", "Meta dan l-aħħar f'\"The Times\" ġejt ikkwotat li wżajt l-espressjoni li għandi ottimiżmu kawt ma kontx qed nitkellem dwar il-Bank Ċentrali - kif irrapportat l-istess gazzetta - imma kont qed nitkellem ġewwa l-Bank Ċentrali dwar kif inħares lejn il-ġejjieni tal-pajjiż fil-medium term u fil- long term ta' pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għaliex jiena nemmen li ġaladarba l- pedamenti tal-pajjiż jerġgħu jitqiegħdu b'mod kostruttiv u nkunu nistgħu nagħtu sens ta' direzzjoni lill-ekonomija tal-pajjiż, iva, pajjiżna jkun jista' jgħaddi minn ċertu tiġdid ekonomiku, ikun jista' jgħaddi minn ċertu renewal ekonomiku u jkun jista' jaqbad ċertu rankatura bil-mod il-mod lejn żmenijiet aħjar.", "Jiena ngħid li, irrispettivament mill-andament tad-dibattitu dwar it- tneħħija tal-VAT, il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru fl-introduzzjoni tiegħu għas-summit li kellu mal-korpi kostitwiti huwa importanti ħafna.", "U x'kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru dak inhar?", "Dak inhar l-Onor.", "Alfred Sant qal li hemm bżonn linja ekonomika li tagħti spazju lis-settur privat u li hemm bżonn li jkun hemm pumping tar-riżorsi fl-areas l-aktar importanti bħat-turiżmu.", "Huwa għalhekk li rajna l-Gvern jagħżel areas bħal Buġibba fejn għandek l-aktar catchment area tat-turisti u sar dak ir- revamping kollu f'qasir żmien ħalli we try to boost l-istock turistiku tagħna bl-aħjar mod li nistgħu.", "F'dak li huwa bini, bil-mod il-mod qegħdin niżguraw li jsir il-ħlas ta' djun lill-kuntratturi.", "Dawn id-djun akkumulaw tul dawn l-aħħar snin u mhux fi ftit jiem u huma djun li nħossu li huma overdue li jiġu settled.", "Imbagħad għandek il-proġetti l-kbar.", "Dawn il-proġetti l-Gvern diġa' tkellem fuqhom u ħafna minnhom diġa' ġew diskussi f'livell ta' Kabinett u għaldaqstant huma proġetti li wieħed jittama li jkunu jistgħu jibdew jiġu attwati fil-ġejjieni qarib.", "Qed nitkellem b'mod partikolari għal dak li hemm maħsub fil-housing, fejn anke hemmhekk għandna l-intenzjoni li ndaħħlu l-impenn tas-settur privat.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni ta' l-istpar f'Tal- Qroqq li għalih il-Gvern diġa' fformola l-pjani tiegħu hemm under consideration - għaliex ovvjamanent għadu jirrikjedi l-approval tal-Gvern - il-proġett ta' Manoel Island; hemm l-impenn tal-Gvern li jipprova jagħmel revamping tal-financial services kemm jista'; u mbagħad għandek ukoll il- kwestjoni tal-mollijiet għall-bastimenti l-ġodda u x-xogħlijiet li huma maħsuba li jsiru kemm ġewwa l-Imġarr kif ukoll ġewwa ċ-Ċirkewwa.", "Bħala leitmotiv ta' dan kollu, Madam Speaker, il-ħsieb tal-Gvern huwa li jistieden lill-privat jagħti sehemu f'dawn l-inizjattivi kollha.", "Anzi, meta l-Prim Ministru kien iltaqa' mal-korpi kostitwiti huwa mar one step ahead u anke stieden lis-settur privat biex dan minn rajh jidentifika proġetti ġodda li jaħseb li jistgħu jsiru fil-pajjiż għall-benefiċċju tal- poplu Malti in ġenerali.", "Sfortunatament iżda, meta wieħed jifli d- dibattitu li sar dwar din il-leġislazzjoni, wieħed jieħu l-impressjoni minn ċerti kelliema li kien hemm min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li qisu Malta ma kellna l-ebda bidla fil-gvern, qisu ma kellna l-ebda għarfien tal-mandat tal-poplu li jiggverna u dan mhux fuq il-kwestjoni tal-VAT biss imma anke fuq issues ġenerali.", "Jiena naħseb li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel żball li qisu qed jagħti l-impressjoni li ma jridx jirrikonoxxi li kien hawn bidla fil- pajjiż.", "Qed jagħmel żball li donnu m'huwiex jagħraf il-legitimacy ta' din l- amministrazzjoni.", "Qed jagħmel żball li donnu m'huwiex jirrikonoxxi li l- Gvern tal-lum għandu mandat li jamministra.", "Ħafna drabi lill-Partit Nazzjonalista - u din ngħidha bl-aktar mod oġġettiv - nistħajlu kif kien il-partit tagħna fl-1987 meta għadda minn ċerti trawmi ta' defeats elettorali.", "Ħafna drabi nistħajlu m'għandux a sense of direction u jkun qed jagħmel ħafna aktar ġid lilu nnifsu bħala partit - din hija xi ħaġa li għaddejna minnha anke aħna bħala partit u għalhekk qed ngħidha u mhux biex nippriedka u nippontifika - li qabel xejn jagħti ħarsa fuq ġewwa lilu nnifsu u jara sewwa sew jekk hemmx bżonn ta' rethinking min-naħa tiegħu dwar ċerti issues u dwar ċerti policies.", "Imma minn dak kollu li qed naqraw u nisimgħu jidher li l-Partit Nazzjonalista m'hu jagħmel xejn.", "Anzi qed imur lura għat-tattika li kien adotta fit-tmeninijiet u qed imur lura għat- tattika li adotta fl-aħħar kampanja elettorali, jiġifieri jiffoka esklussivament fuq il-Prim Ministru.", "U aħna diġa' nafu li din hija tattika li mhux biss ma tatx il-frott imma hija tattika li wasslet biex il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni li għaddiet għax it-tattika tal-Partit Nazzjonalista diġa' ġiet ippruvata li kienet waħda fallaċi u li ma tatx il- frott neċessarju.", "Biss din hija prerogattiva tagħhom u l-aħħar ħaġa li rrid ninstema' hija li qisni qed nippontifika u nippriedka lill-Partit Nazzjonalista x'għandu jagħmel.", "Pero' din hija osservazzjoni li qed nagħmilha bl-akbar sinċerita' għaliex naħseb li sakemm il-Partit Nazzjonalista jibqa' magħluq f'din it-time warp se jkun diffiċli għalih li joffri lill-Parlament dak li jixraqlu, li joffri oppożizzjoni kostruttiva, oppożizzjoni b'ideat kreattivi u b'ideat fertili.", "Per eżempju, fl-interventi li smajna min-naħa tal-kelliema ta' l- Oppożizzjoni smajna ħafna ġustifikazzjoni mill-ġdid tat-tassazzjoni tal-VAT mingħajr ma biss indenjaw jaraw f'dawn l-aħħar sentejn fejn naqset is- sistema, fejn setgħet ġiet irranġata u x'kienu l-loopholes li minnhom sar abbuż konsiderevoli ta' evażjoni tat-taxxa.", "L-importanti għalina huwa li l- miżuri fiskali li jittieħdu jitħaddmu u jitħaddmu b'mod effettiv.", "Fil-fatt il-miżuri li għandna hawnhekk illum fil-biċċa 'l kbira tagħhom jitħaddmu mid-Dipartiment tad-Dwana u jiena rrid nieħu spunt hawnhekk biex nagħmel appell lil dan id-dipartiment li huwa l-hub, biex ngħid hekk, tal-ministeru sabiex nisħaq dwar l-enfasi fuq effiċjenza akbar.", "Naf li hemm nies serji li qegħdin at the top tat-tmexxija tad-Dwana imma importanti li jkun hemm serjeta' all down the line.", "Importanti li mhux biss ikollna effiċjenza akbar imma importanti li jkollna ssikkar fuq l-abbużi, kif nixtiequ naraw anke fil-qasam tad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni.", "Ħafna drabi qed jiġri li jinqabad il-ħut iż-żgħir u l-ħut il-kbir mhux dejjem jinqabad.", "Din qed ngħidha kemm fir-rigward ta' l-Inland Revenue u b'mod partikolari anke fir- rigward tad-Dwana.", "Jekk nieħdu d-Dwana - din qed ngħidha għax issemma anke d-deployment ta' nies fid-Dwana - huwa importanti li jsir ċertu rotation ta' nies kull tant żmien u huwa importanti li l-unions jifhmuh dan u importanti li anke l- ħaddiema nfushom jifhmuh dan.", "Kultant jiġu nies għandek u jgħidulek li jkunu bagħtuh minn x'imkien għall-ieħor.", "Ħafna mit-transfers li jsiru fid- Dwana m'humiex transfers ta' kapriċċ u m'humiex transfers politiċi imma huma parti mir-rotation system li kull Kontrollur serju tad-Dwana qed jagħmel u għandu jibqa' jagħmel biex ħadd ma jrabbi s-sadid u biex l- affarijiet jitmexxew bis-serjeta' li għandhom jitmexxew bihom.", "Jiena nemmen li d-Dwana għandha rwol importanti ħafna mhux biss għall-ġbir ta' dak li huwa l-element fiskali tal-pajjiż imma anke għall-ġlieda importanti kontra l-kriminalita' sofistikata ta' żmenijietna.", "Iż-żmenijiet li qegħdin ngħixu fihom illum jirrikjedu li jkun hemm l- ikbar kordinament bejn id-Dwana, il-Pulizija u l-Armata.", "Illum fil- gazzetti naqraw x'qed jiġri f'pajjiżna u x'qed jiġri fil-baħar tal- Mediterran.", "Dan il-weekend, per eżempju, kont qed naqra artiklu dwar l- operat tal-mafja Russa fil-Mediterran u dan huwa nkwetanti ħafna.", "Huwa veru li Malta ma tissemmiex f'dan ir-rapport - u j'Alla ma tissemmiex - pero' naħseb li rridu nżommu għajnejna miftuħin għaliex għalkemm Malta hija gżira, żgur li ma tistax tiżola ruħha minn dawn l-attivitajiet kriminali li kulma jmorru aktar qegħdin isiru b'mod sofistikat u b'mod mill-aktar professjonali.", "Huwa importanti wkoll li jkun hemm trażżin ta' abbużi min-nies infushom li jħaddmu s-sistema.", "Kulħadd huwa uman u kulħadd jaqa' fit-tentazzjoni imma kultant, meta wieħed jara l-lifestyles ta' ċerti nies li huma assoċjati mad-Dwana, mingħajr ma trid, mingħajr ma tipponta an accusing finger, tibda tinbet ċerta klima ta' suspett u ċerta klima ta' dubbji.", "GĦalhekk huwa importanti li kull wieħed minna li huwa responsabbli għad- Dwana, mill-Ministru sal-key operators li hemm fid-Dwana, għandu jżomm għajnejh fuq in-nies li hemm taħtu ħalli jiġi żgurat li din il-klima ta' suspetti u dubbji tiġi eliminata darba għal dejjem.", "Madam Speaker, fid-dibattitu ssemmiet ukoll il-kwestjoni taż-żieda li kien hemm fil-petrol.", "Qed naqbeż minn suġġett għall-ieħor ħalli fil-qosor nittekkilja wħud mill-punti li ġew indirizzati mill-kollegi miż-żewġ naħat tal-Kamra waqt dan id-dibattitu.", "Għalkemm ovvjament ħadd ma jieħu gost iħallas aktar milli kien iħallas qabel, xorta waħda rrid ngħid li Malta għadha dak il-pajjiż bl-irħas petrol, apparagun mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "U dan ma jgħoddx biss għall-petrol iżda wkoll għad-diesel.", "Dwar il-plejtu li sar fuq il-pitrolju rrid ngħid li r-records tal- Korporazzjoni Enemalta juru li hija bħalha korporazzjoni kienet ilha tagħmel pressjoni fuq il-Gvern Nazzjonalista sa mill-1990 sabiex dan jikkonsidra żidiet fil-pitrolju imma għal raġunijiet politiċi l- amministrazzjoni preċedenti qatt ma tat kas ta' dawn is-suġġerimenti li kienu qed isiru min-naħa tal-korporazzjoni nnifisha.", "Tajjeb li wieħed jgħid li d-domestic consumption tal-pitrolju huwa wieħed insinifikanti ħlief fejn jintuża għas-central heating u affarijiet oħrajn.", "Għaldaqstant il-Korporazzjoni Enemalta temmen li tkun prijorita' żbaljata li tkompli tissussidja konsiderevolment il-pitrolju kif kien jiġri fl-imgħoddi.", "Fil- fatt il-parir li ngħatajna kien li nżidu d-dazju tas-sisa fuq dan il- prodott daqs dak tal-gas oil u nallokkaw il-fondi miġbura għal affarijiet oħrajn.", "Jiġifieri meta wieħed jara x'kien ġie suġġerit lill-Gvern ma' dak li attwalment għamilna fil-budget isib li l-Gvern kien kawt ħafna u lanqas mexa kompletament fuq il-parir li ngħatalu mill-Korporazzjoni Enemalta għax kieku mexa b'dan il-mod it-tnaqqis tas-sussidju fuq il-pitrolju kien ikun wieħed aktar notevoli.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li fl-1995 il- Korporazzjoni Enemalta kienet se tieħu deċiżjoni dwar il-pitrolju, deċiżjoni li kienet intiża biex ittejjeb il-cashflow tal-Petroleum Division.", "Hawnhekk irrid nitkellem dwar l-abbużi li jsiru mill-użu ta' pitrolju l-aktar fil-qasam tat-trasport pubbliku, jiġifieri fil-każ tal- karozzi tal-linja.", "Kif kulħadd jaf dawn iħalltu l-pitrolju mad-diesel u dan qed ikollu effett mill-aspett ambjentali tat-tniġġiż fuq l-area tat-triqat tagħna fejn biżżejjed hemm konġestjoni.", "Kif diġa' għidt, l-użu tal-pitrolju fid- domestic households huwa wieħed limitat ħafna.", "Fil-fatt l-aħħar figuri juru li b'kollox dawn jużaw biss madwar 6,000 metric tonnes.", "U din id- downward trend bħala konsum ilha sejra minn qabel ma twaqqfet il- Korporazzjoni Enemalta.", "Effettivament f'dawn l-aħħar snin il-Korporazzjoni Enemalta kienet qiegħda titlef mill-pitrolju.", "Għalkemm dan kien irħis għall-konsumatur kien ferm ogħla għall-korporazzjoni għax fil-fatt dan huwa", "prodott iktar raffinat mill-gas oil.", "Issa jkun tajjeb jekk minbarra li nitkellem fuq iż-żieda fir-revenue nitkellem ukoll dwar il-misuse li jsir fejn jidħol il-pitrolju.", "Madam Speaker, dan l-aħħar ġiet mitluba statistika - fil-fatt din qiegħda anke fl-annual accounts ta' l-Enemalta - dwar kif jintuża l-pitrolju ġewwa pajjiżna u din turi li għall-użu domestiku jintuża biss 11% tal-pitrolju, f'Għawdex jintuża 12%, il-Gvern juża 1%, il-catering sector juża 14% u l- industrija, li mhux suppost tużah, tuża 62%.", "Din l-istatistika hija stampa ċara li fil-qasam tal-pitrolju mhux biss hemm abbuż qawwi imma hemm misuse li b'xi mod jew ieħor irid jiġi indirizzat.", "Fid-dibattitu li diġa' sar fuq dan ir-rigward saru ħafna mistoqsijiet, l-iktar min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, li wieħed irid jindirizzahom.", "Per eżempju, l-Onor.", "Josef Bonnici staqsa kif dawn it-taxxi se jolqtu lill-pajjiż, jekk il-pajjiż għandux bżonn taxxi ġodda u jekk dawn humiex se jservu ta' ġid għall- pajjiż.", "Madam Speaker, jien ngħid li meta wieħed jieħu kollox fil-perspettiva tiegħu jsib li, minkejja kollox, il-Gvern għamel l-almu tiegħu biex l- impatt fuq il-familja Maltija jkun l-iċken wieħed possibbli.", "Hawn m'iniex se nkun inuman billi ngħid li ħadd m'hu se jħoss l-ebda effett taż-żidiet fuq l-alkoħol, fuq is-sigaretti, fuq il-petrol u fuq il-pitrolju, imma naħseb li meta wieħed iqabbel dak li għamilna ma' dak li stajna nagħmlu u ma' dak li ħaddieħor issuġġerielna li nagħmlu jsib li aħna konna modesti ħafna fil-pakkett ta' miżuri li ħadna.", "Fil-fehma tagħna dawn iż-żidiet kellhom effett minimu fuq il-ħajja ta' kuljum u fuq il-kwalita' tal-ħajja taċ-ċittadini nfushom u nemmnu li dawn m'humiex se jolqtu l-attivita' ekonomika tal-pajjiż.", "Fid-dibattitu li kellna xi kelliema ħarġu mis-suġġett billi daħlu f'diversi issues u fil-fatt hija xi ħaġa stramba li kienu ftit dawk li għarfu l-konsiderazzjoni ambjentali li l-Gvern ħa b'dawn il-miżuri.", "Jien ma rridx inkun ipokrita u ngħid li l-Gvern għamel dawn iż-żidiet strettament għall-konsiderazzjonijiet ambjentali iżda huwa żamm dan il- fattur f'moħħu wkoll u fil-fatt ikun tajjeb jekk fil-futur gvernijiet oħra jagħmlu l-istess billi jżommu dejjem f'moħħhom issues u konsiderazzjonijiet ambjentali.", "Fl-opinjoni tiegħi l-istess għandna nagħmlu 'l quddiem meta niġu biex nitkellmu dwar l-enerġija alternattiva għax sfortunatament għalkemm f'dan il-Parlament isir ħafna kliem sabiħ fuq din it-tip ta' enerġija, jekk wieħed jara x'sar prattikament taħt diversi gvernijiet - ħalli ma nkunx partiġjan - biex ninċentivaw lill-familja Maltija taqleb għal sistema alternattiva ta' enerġija jsib li ftit li xejn sar fuq dan ir- rigward.", "Hawn ta' min jgħid li bħalissa, bħala l-ministru responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta, jien qed nagħmel pressjoni fuq din il- korporazzjoni biex min-naħa tagħha tfassal lista ta' suġġerimenti prattiċi lill-Gvern dwar kif fil-ġejjieni dan ikun jista' jattwa miżuri li jippropagaw l-użu ta' l-enerġija alternattiva f'pajjiżna.", "Jien naħseb li din ma għandhiex tkun xi ħaġa diffiċli għax aħna ngħixu fi gżira li għandha xemx ħafna iktar milli għandhom pajjiżi oħra u kull min kellu l-okkażjoni jmur Ċipru żgur li nduna kemm kien faċli għal dan il-pajjiż li jadotta s- sistema ta' enerġija solari.", "Għaldaqstant jien għadni sa llum ma nistax nifhem - din ilni biex nifhimha - kif aħna ma konniex kapaċi nagħmlu użu minn dan is-sors alternattiv ta' enerġija għax kieku kellna nattwaw din is- sistema b'ċerta serjeta' żgur li jitnaqqas il-konsum kbir ta' l-enerġija f'pajjiżna.", "Madam Speaker, il-konklużjonijiet tiegħi fuq dan id-dibattitu huma li, qabel l-elezzjoni, tan-naħa l-oħra kienu jgħidu li f'pajjiżna ma teżistix problema finanzjarja.", "Fil-fatt fil-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista kien hemm editorjal li qal li din tal-ħofor hija xi ħaġa fittizja u li dawn huma ħofor immaġinarji, jiġifieri jeżistu biss fl-immaġinazzjoni tan-naħa tal- Gvern.", "Jiena ngħid illi llum anke in-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed tbiddel id-diska għax segwejt b'attenzjoni dak li ntqal fid-dibattitu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u wieħed isib li llum dawn qed jgħidu li dawn il-problemi jeżistu imma ma jemmnux li l-problemi huma kbar daqskemm qed jgħid il-Gvern Laburista.", "Kien hemm min argumenta li ma tistax issolvi problema finanzjarja billi tgħolli l-prezz tad-diesel u tal-pitrolju.", "Dan l- argument nista' nikkonċedih imma min qed jgħid dan qed jgħidu għax jaf li l- pjaga tant hija kbira li kieku l-Gvern Laburista kellu japplika verament il-mediċina li tixraq lil pajjiżna kien jagħti skossatura kbira lill-pajjiż li ma kienet tagħmel ġid lil ħadd.", "Filwaqt li ebda taxxa ma tidher sabiħa, għax ħadd ma jieħu gost iħallas taxxi extra, aħna qgħadna attenti biex ma nagħmlux piżijiet żejda fuq il-poplu u qgħadna attenti wkoll biex fil- budget li għamel l-Onor.", "Lino Spiteri ma jkunx hemm miżuri li jistgħu jiġu kkonsidrati bħala miżuri ta' ssikkar taċ-ċinturin.", "Għalhekk jiena ngħid li għalkemm dan il-pakkett li qegħdin nipproponu hawnhekk fih żidiet ta' taxxi, wieħed irid jarah fil-kontest attwali tiegħu u l-kontest attwali tiegħu m'huwa xejn ħlief kontest ta' solidarjeta' soċjali.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fil-11.53 a.m. billi ntalbet votazzjoni l-Kamra kienet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas- Sisa\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "35", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 31", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona | | |Joe | |D'Amato Helen|Pullicino George| |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Frendo |Vassallo Edwin | |Michael | | |Galea Censu |Vella John | |Galea Louis |Zammit Ninu | |Galea Pace | | |Victor | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex il-Kamra tgħaddi għall-istadju ta' Kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas- Sisa.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "Klawsola 2 - Sostituzzjoni tat-Tieni Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Substitution of Second Schedule to the principal Att.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman għal din il-klawsola għandi emenda:", "\"A\" Fit-Tieni Skeda li hemm fil-klawsola 2, minflok il-figuri \"Lm1.40,0\", \"Lm3.77,0\", \"Lm3.90,0\" u \"Lm0.14,0\" kull fejn jidhru fit-tieni kolonna tagħha għandhom jidħlu rispettivament il-figuri \"Lm1.36,0\", \"Lm3.67,0\", \"Lm3.79,0\" u \"Lm0.13,6\".", "\"A\" In the Second Schedule in clause 2, for the figures \"Lm1.40,0\", \"Lm3.77,0\", \"Lm3.90,0\" and \"Lm0.14,0\" wherever they appear in the second column thereof, there shall be substituted respectively the figures \"Lm1.36,0\", \"Lm3.67,0\", \"Lm3.79,0\" and \"Lm0.13,6\".", "Dawn l-emendi - diġa' għaddejna kopja tagħhom lill-Oppożizzjoni - jirriflettu tnaqqis fir-rati tas-sisa minħabba li fuq is-sisa kien hemm imposta l-VAT.", "Fil-fatt it-tnaqqis jirrifletti l-element tal-VAT u b'hekk il-prezzijiet m'humiex se jogħlew.", "Jiġifieri li qed nagħmlu huwa illi qed innaqqsu il-VAT component fuq kull listed item.", "Mela jekk nieħdu t-Tieni Skeda, li hija dwar xorb alkoħoliku, naraw li fil-każ ta' xorb b'qawwa alkoħolika ta' mhux iżjed minn 22%, minn Lm1.40c id-dazju qed inniżżluh għal Lm1.36,0; dak b'qawwa alkoħolika ta' iżjed minn 22% iżda mhux iżjed minn 45% minn Lm3.77,0 kull litru qed inniżżluh għal Lm3.67,0; u dak b'qawwa alkoholika ta' iżjed minn 45% iżda mhux iżjed minn 57% minn Lm3.90,0 id-dazju se jinżel għal Lm3.79,0 kull litru.", "Imbagħad għandek xorb ta' qawwa alkoholika ta' mhux iżjed minn 26% iżda mhux iżjed minn 45% fejn id-dazju minn Lm3.77,0 qed inniżżluh għal Lm3.67,0 għal kull litru; u dak ta' qawwa alkoħolika ta' iżjed minn 45% iżda mhux iżjed minn 57% minn Lm3.90,0 qed inniżżluh għal Lm3.79,0 għal kull litru.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mela jekk qed nifhem sewwa l-emendi juru li meta ttieħdet id-deċiżjoni li jiżdied id-dazju fuq ix-xorb alkoholiku - dan kien deċiż b'kemm se jiżdied il-prezz tal-prodott fuq il-konsumatur - wieħed ma kienx ħa in konsiderazzjoni li kien hemm il-VAT ukoll.", "Jiġifieri qegħdin f'sitwazzjoni fejn proprju kellna taxxa fuq taxxa u l-cascading effect tat-taxxa fuq taxxa ma ġiex meħud in konsiderazzjoni meta ġew iffissati d-dazji u allura dan wassal għal sitwazzjoni fejn kien hemm impatt ferm ikbar milli kien qed jipprevedi l-Gvern u b'hekk inħolqot ċerta konfużjoni fost l-importaturi.", "Allura kellha tinħareġ ordni ta' malajr fejn intqal li se jkun hemm aġġustament għax xi ħadd nesa li kien hemm il-VAT u allura l-miżura kienet se tkun inqas milli tħabbret fil-budget.", "Jiena naħseb li hekk kienet is-sitwazzjoni u din hija r-raġuni għaliex illum qed jitressqu dawn l-emendi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nikkonferma.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hawnhekk jiena nixtieq nagħmel daqsxejn ta' kumment u ngħid li waħda mir-raġunijiet għaliex kultant nippreokkupa ruħi hija proprju minħabba l-fatt li l-cascading element - hawnhekk għandna eżempju ħaj - ma ġiex kkonoxxut mill-ministri nfushom biex imbagħad wassal għal bidla fir-rati li tħabbru fil-budget.", "Għaliex waqt li kulħadd jista' jieħu żball dan huwa pjuttost aktar minn żball, fis-sens li ma ngħatax attenzjoni biżżejjed l-fatt li hemm taxxa fuq taxxa.", "Allura din twassalni wkoll biex nippreokkupa ruħi meta qed jiġu mfassla t-taxxi l-ġodda u ma rridux ninsew li punt ewlieni tat-taxxi l-ġodda li qed jiġu mfassla huwa li se jkollna taxxa fuq taxxa.", "U l-esperjenza tal-budget li għadda turi li donnu ħadd ma nduna, la min-naħa tal-Gvern u lanqas min-naħa tal-burokratiċi, li qed ikun hemm taxxa fuq taxxa.", "Allura bħala konsegwenza ta' dan in-nuqqas ta' ħsieb kellha ssir emenda għal din il-klawsola biex jitnaqqsu r-rati tad-dazju minn kif oriġinarjament tħabbru.", "Dan iħassibni għax fil-fehma tiegħi juri li m'hemmx ħsieb profond biżżejjed dwar l-implikazzjonijiet tal-miżuri li jittieħdu.", "Dawn huma implikazzjonijiet dwar taxxa fuq taxxa fejn għandek a cascading effect pero' hemm implikazzjonijiet oħra li huma relatati wkoll mal-miżuri l-oħra.", "Jien qgħadt attent nisma' lill-Ministru u, kif qal hu stess fil-bidu, dan l-abbozz ta' liġi ilna għaddejjin bih madwar xahrejn u għalkemm saru diversi mistoqsijiet min-naħa tagħna sfortunatament bqajna mingħajr risposta dwarhom u dawn huma affarijiet li jipperturbawni.", "Jekk wieħed irid jimxi bil-premessa li dan il-Parlament se jkollu diskussjoni serja dawn il- mistoqsijiet iridu jiġu mwieġba.", "Nifhem li l-Ministru Brincat għadu ġdid għal dan il-qasam u allura forsi m'huwiex aware minn ċerti mistoqsijiet li tqajmu, pero' kemm fl-istadju tat-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi u kemm permezz ta' mistoqsijiet parlamentari jien ilni nistaqsi x'impatt se jkollhom dawn il-miżuri fuq il-price index, b'mod partikolari l-miżuri li wasslu għal żieda fil-petrol u d-diesel.", "L-ex-Ministru Spiteri kien irrisponda li l-price index jikkalkola l- affarijiet ex-post, jiġifieri wara li jkunu tkejlu, u allura dak iż-żmien ma setax jagħtini risposta għaliex naturalment dawn il-prezzijiet kienu għadhom ma żdiedux jew kienu għadhom kif żdiedu u għaldaqstant kienu għadhom ma kejluhomx fl-indiċi l-ġdid.", "Hawn ta' min jgħid li fi żmieni kemm-il darba tlabt lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika biex jagħmilli previżjoni ta' x'jiġri jekk jogħlew il-prezzijiet tal-pitrolju, il-fuel, id- diesel, is-sigaretti u x-xorb alkoħoliku u għalhekk ir-risposta li tani l- Onor. Spiteri ssorprendietni għax ma stennejtx li jgħidli biex nistenna sakemm jitla' l-indiċi ħalli mbagħad jgħidli b'kemm tela'.", "Għalhekk qed insostni - u ili nsostni - li qabel ma nkomplu niddiskutu dawn il-punti għandna naraw x'inhu l-impatt ta' dawn il-miżuri fuq l-indiċi tal- prezzijiet.", "Mr Chairman, sal-lum stess kont għadni nistenna li xi ħadd min-naħa tal- Gvern jagħtini risposti għal dawn id-domandi imma għadda dan iż-żmien kollu u ma ħadt risposta mingħand ħadd.", "Għal mument ħsibt li fil-winding-up tiegħu l-Onor.", "Brincat kien se jagħtini xi forma ta' tweġiba imma baqa' fommu sieket fuq dan il-punt.", "GĦalhekk illum spiċċajna f'pożizzjoni li ma nafux x'impatt għandhom dawn il-miżuri fuq l-għoli tal-ħajja.", "Issa l-Onor.", "Membri tan-naħa tal-Gvern ma jistgħux jibqgħu jgħidu li jridu jistennew biex ikejlu dan l-impatt - din m'hijiex raġuni valida għax wieħed jista' jagħmel previżjoni - għax issa għadda żmien biżżejjed u dawn l-affarijiet ilhom fis-suq.", "Il-figuri li joħorġu mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika juru li minħabba li kien hemm żieda fit-transportation costs l-indiċi tal- prezzijiet ogħla.", "Illum li qegħdin f'dan il-Parlament niddibattu klawsola wara klawsola ta' dan l-abbozz ta' liġi, kif inhi din li l-Gvern għadu m'huwiex kapaċi jew m'huwiex f'pożizzjoni li jgħidilna x'inhu l-impatt ta' dawn il-bidliet fuq l-indiċi tal-prezzijiet?", "Fil-winding-up l-Onor.", "Brincat qal li ma jistax jgħid li dawn iż-żidiet ma kellhomx impatt fuq il-cost of living imma l-impatt ta' dawn iż-żidiet fil-prezzijiet mhux biss ma ġiex ikkwantifikat imma lanqas biss ingħata kumpens fil-pagi.", "GĦalhekk mhux talli ma nafux x'se jkun l-impatt ta' dawn iż-żidiet fuq l-indiċi tal- prezzijiet u fuq l-inflazzjoni imma talli l-kumpens fil-pagi ma ġiex mogħti kif sar ħafna drabi fil-passat meta kien ikun hemm żieda fit-taxxi biex b'hekk jiġi protett il-purchasing power tal-ħaddiema Maltin u GĦawdxin.", "Sur President, illum qed niddibattu kull rata li tidher f'dan l-abbozz ta' liġi mingħajr ma qed ikollna risposti għall-mistoqsijiet li saru f'dan il-Parlament iktar minn xahrejn ilu.", "Intlabna ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat ta' dan l-abbozz u għalkemm m'hijiex il-proċedura normali tal-Kamra din in-naħa qablet ma' dan biex l-affarijiet ma jittwalux.", "Jien inħoss li għallinqas għandu jkun hemm informazzjoni kompluta dwar l-impatt tal-miżuri li se niddiskutu għax inkella għalfejn niġu hawnhekk meta lanqas biss qed niġu informati dwar l-impatt ta' dawn iż-żidiet?", "Aħna kif nistgħu ngħidu li kellna dibattitu serju u wiesa' biżżejjed fuq dawn il-klawsoli meta ninsabu f'din iċ-ċirkostanza?", "Bażikament il-punt li qed inqajjem jien huwa li qed niddiskutu affarijiet li m'aħniex qed naraw l-implikazzjonijiet tagħhom.", "Aħna ma nafux x'inhu l-effett ta' dawn l-emendi fuq l-għoli tal- ħajja u allura ma nafux x'inhu l-effett tagħhom fuq l-istandard of living, imma minkejja dan il-Parlament qed jintalab biex japprova miżuri li għalkemm għadda ż-żmien - u għaldaqstant kien hemm ċans biex wieħed jikkalkola l-impatt - ma nafux x'inhu l-impatt tagħhom fuq l-għoli tal- ħajja.", "Qed ngħid hekk mhux għax il-Gvern ma jistax jikkalkolah imma għax kull meta ġie mitlub jikkalkolah, għal xi raġuni jew oħra, s'issa għadu qatt ma ta risposta ċara.", "Mr Chairman, nixtieq niġbed l-attenzjoni li m'hijiex serjeta' li f'dan il- Parlament niġu niddibattu dawn ir-rati fi stadju ta' Kumitat meta ċerti mistoqsijiet bażiċi għadhom ma ġewx imwieġba.", "Illum qegħdin niltaqgħu filgħodu biex niddibattu b'urġenza ċerti miżuri mbagħad kull informazzjoni li nitolbu tibqa' ma tingħatax.", "Jien naf li l-Ministru għadu kemm ingħata r- responsabbilta' tal-finanzi u ta' l-istatistika pero' ma nistennix li ma jkunx ippreparat biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu.", "Jien għamilt l- osservazzjoni li l-Gvern donnu ma ndunax li kien hemm il-cascading effect tal-VAT u li l-Gvern m'hu qed jgħidilna xejn dwar l-impatt ta' dawn il- miżuri fuq l-għoli tal-ħajja biex għallinqas il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikunu jafu kif ġie affettwat l-istandard of living tagħhom, speċjalment meta ma ngħatawx kumpens.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni hija nteressata li tiddiskuti dawn il-proposti b'ċerta maturita' basta tingħata l- informazzjoni meħtieġa, anke jekk ikun hemm bżonn li nibqgħu niltaqgħu filgħodu u fil-għaxija, kif ġara fil-ġimgħat li għaddew, biex ħadd ma jmur jgħid li mhux qed nikkoperaw.", "Pero' sfortunatament meta niġu għas-sustanza din donnha tisparixxi għax kull meta staqsejna x'kien l-effett ta' dawk il- miżuri s'issa qatt ma ngħatajna tweġiba.", "Meta l-Ministru jkun jista' jwieġeb għal dan kollu nkunu nistgħu nipproċedu b'diskussjoni iktar matura u sensibbli dwar il-miżuri li qed jittieħdu llum u li qed niġu mitluba napprovaw fl-istadju ta' Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, kemm fil-każ ta' l-ex-Ministru Spiteri u anke fil-każ tiegħi, ir-readings li ngħatajna mit-tekniċi tagħna kienu li l- impatt kien pjuttost minimu, biss jekk l-Onor.", "Bonnici jħoss li għandu jagħmel mistoqsijiet parlamentari fuq is-suġġetti ndikati nipprova nwieġbu bl-iktar mod speċifiku.", "Jien persważ li d-Dipartiment ta' l-Istatistika, li effettivament hu magħmul mill-istess nies li kien hemm taħt l-ex-Minstru Spiteri - u anke taħt l-ex-Ministru Josef Bonnici fl-Amministrazzjoni preċedenti - se juri l-istess kompetenza u se jagħtina l-informazzjoni neċessarja dwar l-impatt li qed jistaqsi dwaru l-Onor.", "Interpellant u b'hekk żgur li ma jkun hemm l-ebda ħabi min-naħa tagħna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, jien napprezza li l-Ministru llum qed jgħidilna li se jġib din l-informazzjoni għax il-mistoqsijiet diġa' saru pero' t-tweġiba li ngħatajna s'issa kienet fis-sens li rridu nistennew.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitolbok terġa' tagħmilhom għall-benefiċċju ta' kulħadd.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-risposta li ngħatajt - mhijiex qiegħda għandi għax ma ġibthiex miegħi hawnhekk - ma kenitx magħmula b'mod li tirrispetta dak li kont qed nistaqsi jien għax din kienet tgħid li l-indiċi tal- prezzijiet huwa maħdum ex-post - jiġifieri wara li ż-żidied fil-prezzijiet ikollhom effett - u mhux ex-ante, jiġifieri qabel.", "Jien staqsejt jekk l- indiċi tal-prezzijiet jistax jipprevedi x'se jiġri mentri jiena ngħid li dik ir-risposta wkoll ma kenitx korretta għax jiena kont ministru inkarigat mill-istatistika u kont f'pożizzjoni li jekk jistaqsuni x'jiġri jekk il- pitrolju jogħla nkun nista' nagħmel kalkolu.", "Mentri mir-risposti li ngħatajt s'issa jiena jidhirli li l-Ministru pprova jaħrab mill-mistoqsija.", "Waqt id-dibattitu dwar il-budget kellna statement - kif irrisponda issa l- Onor. Brincat - li l-impatt huwa minimu mentri mill-kalkoli li għamilt jien jirriżulta - u dan jafu wkoll il-poplu in ġenerali - li meta tgħolli l- petrol u d-diesel l-impatt ma jkunx minimu.", "Allura rrid nirrimarka li hawnhekk għandna dan in-nuqqas.", "Issa l-Ministru qed jgħid li lest jagħmel l-almu tiegħu biex iġibilna din l-informazzjoni u jien dan napprezzah imma xorta tibqa' l-kritika li din l-informazzjoni kellha tasal għandna ferm qabel għax id-domanda parlamentari ilha li saret.", "Jien nistenna li jekk wieħed jagħmel domanda parlamentari u fir-risposta l-Ministru jitolbu sabiex jistenna sakemm jikseb l-informazzjoni meħtieġa ma jibqax jistenna għal dejjem.", "Ma nħossx li għandi noqgħod nerġa' nfakkar li s-sistema għandha tkun li jekk il-Ministru meta jitlob l-informazzjoni lid-dipartiment konċernat jgħidlu li ma jistax jagħtihielu dak il-ħin, għandu jerġa' jtella' l-file wara tant żmien biex kif jingħata dik l- informazzjoni jgħaddiha lil min ikun għamel id-domanda.", "Peress li s'issa għadna ma ngħatajniex l-informazzjoni kollha li ġiet mitluba sa ċertu punt qegħdin niddibattu f'element ta' vacuum.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bir-rispett kollu lejn il-kollega tiegħi li qed jagħti s-suġġeriment tiegħu dwar kif għandu jaħdem id-dipartiment - u naqbel miegħu dwar dan is-suġġeriment pożittiv - naħseb li d-dipartiment li bħalissa hu nkarigat minnu l-Onor.", "Leo Brincat, u qablu kien l-Onor.", "Lino Spiteri, qed jimxi bl-istess metodu, sistema u instructions li kellu meta kien immexxi mill-Onor.", "Josef Bonnici.", "Jien inħoss li hawnhekk l- affarijiet mexjin tajjeb għax meta l-Onor.", "Bonnici rripeta l-istess ħaġa xi darbtejn jew tlieta, il-Ministru Brincat qallu ċar u tond li jekk jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu bil-miktub ikun jista' jagħtih risposta.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma kellek risposta.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma l-prassi hi - jien ili hawn mill-1987 u dejjem għamilna l-istess ħaġa f'dawn l-aħħar disa' snin - li biex terġa' tqanqal il-mistoqsija trid terġa' tagħmilha bil-miktub.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, l-istess mistoqsijiet reġgħu saru fl- istadju tat-Tieni Qari u li qed jgħaġġibni huwa li kważi kważi l-attitudni tal-Gvern hija li għax dan huwa dipartiment li kont immexxi jien stess allura jien għandi nkun naf is-sitwazzjoni x'inhi u m'għandi għalfejn nistaqsi xejn; la għandi għalfejn nagħmel mistoqsijiet parlamentari b'mod formali u lanqas nitkellem dwar is-suġġett hawn ġew.", "Issa jien nistenna li jekk il-Gvern irid ilaqqa' l-Parlament filgħodu sabiex niddibattu dawn il- liġijiet b'urġenza għandu jkun ippreparat u m'għandux idur fuqi u jgħidli li dan huwa l-istess dipartiment li kelli jien.", "Dażgur li dan huwa l- istess dipartiment li kont responsabbli għalih jien!", "Għalhekk naf li dawn l-affarijiet jistgħu jsiru.", "Il-kwestjoni hija r-rispett lejn il-Kamra tar- Rappreżentanti u li meta ssir mistoqsija parlamentari din għandha tiġi mogħtija l-attenzjoni li tixirqilha, aktar u aktar meta qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li taffettwa l-livell ta' l-għajxien tal-poplu tagħna ġaladarba fil-budget ma ngħatax kumpens għal dawn l-affarijiet.", "Għaliex il-Gvern ma jridx jagħti informazzjoni dwar x'se jkun l-effett ta' dan l-impatt?", "Għaliex fil-budget kien hemm l-istqarrija li l-effett ta' dan l-impatt huwa minimu meta l-familji Maltin kollha jafu li m'huwiex minimu?", "Dawn kollha qegħdin iħallsu bejn Lm1.50c u Lm2 aktar fil-ġimgħa f'petrol u diesel biss.", "U jiena kont naħseb li dan huwa Gvern li jemmen fit-trasparenza!", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa li meta aħna nitolbu l-informazzjoni għal darba, tnejn, tlieta ma jistax ikun li mbagħad jergħġu jgħidulna biex nerġgħu nagħmlu l-mistoqsija.", "Bir-rispett kollu, din l-informazzjoni kellha tkun quddiemna qabel ma l-Ministru għadda għall-winding-up fl- istadju tat-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Jiġifieri bl-ebda mod wieħed ma jista' jgħid li l-Oppożizzjoni m'hijiex qiegħda tipparteċipa f'diskussjoni miftuħa.", "Anzi aħna qegħdin nitolbu l-informazzjoni u din m'hijiex qed tiġi mogħtija.", "Imbagħad minn fuq jiġu jgħidulna biex nerġgħu nagħmlu l-mistoqsija!", "Grazzi!", "Imma aħna x'qegħdin niddiskutu hawnhekk?", "Din m'hijiex xi ħaġa aċċettabbli.", "Jiena ngħid li jekk sar żball aħjar wieħed jgħid li sar żball u nipproċedu minn hemmhekk pero' ħadd ma jista' jgħid li l-Oppożizzjoni ma qajmitx il-punti tagħha.", "Kif diġa' għidt, qabel id-Dipartiment ta' l-Istatistika kien jaqa' taħti u naf li l-informazzjoni tista' tinġabar f'kemm ili ngħidlek.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiena għall-bidu ħadt gost meta l-Ministru qal li l- istatistika se jibda jagħtiha għax jiena ili għal ħafna drabi nsemmi l- istatistika dwar l-impjiegi imma din għadha ma ħarġitx.", "Huwa veru li f'daqqa waħda l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali ħareġ l-istatistika mhux b'mod uffiċjali għax-xahar ta' Diċembru imma minn Diċembru sal-lum għadu ma ħareġ xejn.", "Jiena nittama li l-Ministru l-ġdid jibda jagħti dawn iċ-ċifri għax fuq xi ħaġa trid tiddiskuti hawnhekk u għaldaqstant jiena nassoċja ruħi għal kollox ma' dak li għadu kemm qal il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għar-rigward ta' l-istatistika nixtieq nagħmilha ċara li jien ili għal dawn l-aħħar jiem nagħmel pressjoni kbira fuq id- Dipartiment ta' l-Istatistika, tramite l-Permanent Secretary tiegħi stess, bniedem effiċjentissimu, biex l-istatistika li għandha toħroġ toħroġ, anke dwar l-unemployment figures.", "Fil-fatt illum stess tajthom deadline biex jagħmlu dan.", "Żgur m'hijiex aċċettabbli li dawn il-figuri ma joħorġux u jiena nagħmilha ċara li żgur m'hemm l-ebda tkaxkir tas-saqajn min-naħa tal- Gvern biex ikun hawn delay fil-pubblikazzjoni ta' l-istatistika.", "Jiena nerfa' r-responsabbilta' kollha li ma ngħatat l-ebda direttiva - la lili min-nies ta' fuqi u lanqas minni lin-nies ta' taħti - biex ikun hemm xi dewmien fil-ħruġ ta' din l-istatistika.", "Din niċħadha kategorikament.", "Dwar dak li qed jgħid l-Onor.", "Josef Bonnici ġentilment nistiednu li jgħaddili kopja tal-parliamentary questions li r-risposta tagħhom ma ssodisfatux - anke jekk dawn saru lil ħaddieħor - jekk ma jridx joqgħod jieħu l-inkarigu li jerġa' jagħmel a fresh parliamentary question.", "Jekk jixtieq jagħmel mistoqsija parlamentari mill-ġdid nassigurah li nara mad- Dipartiment ta' l-Istatistika li jekk hemm xi impatt li għandu jiġi gauged dan jiġi gauged, u r-riżultat ta' dan isir pubbliku kif isir fuq setturi oħrajn kull meta joħorġu bulletins mis-Central Office of Statistics.", "Aħna la rridu naħbu u lanqas għandna xejn x'naħbu f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien noqgħod fuq il-kelma tal-Ministru u nroddlu ħajr għal dak li għadu kemm qal.", "Għal dak li huwa l-qasam tax-xogħol naħseb lanqas hemm il-ħtieġa li jsiru mistoqsijiet parlamentari għax qabel l- istatistika kienet toħroġ mingħajr ma jkun hemm bżonn li ssir xi mistoqsija parlamentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'inix ngħid li s-sistema ta' qabel kienet sodisfaċenti imma kif diġa' kelli okkażjoni ngħid meta konna qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor semmejna diversi instances.", "Semmejna anke li s-sena l-oħra ċerta financial information ma ġietx ippubblikata qabel ix-xahar ta' Mejju.", "Mhux qed ngħid li dan huwa aċċettabbli imma mill-aspett amministrattiv dejjem jinġieb l-argument - lili ma tantx jikkonvinċini imma dan huwa stat ta' fatt - li meta jiġu biex jiġbru l-figuri ta' Diċembru jieħdu aktar minn xhur oħra bil-konsegwenza li mbagħad jaqgħu lura fl-ippubblikar tal-figuri ta' l-ewwel tliet xhur tas- sena.", "Nerġa' ngħid li din m'hijiex aċċettabbli imma żgur li m'hijiex xi ħaġa ta' issa u dan jikkonfermah it-track record tas-snin l-imgħoddija.", "Nistgħu nsemmu sena b'sena u xahar b'xahar x'kien jiġri.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Issemma' l-punt kruċjali dwar id-dħul tal-gvern fejn qed jingħad li l-Gvern ma jistax joħroġ iċ-ċifri ta' Jannar, Frar u Marzu qabel ma jlesti dawk ta' Diċembru.", "Jien bir-rispett kollu ngħid li mhux bilfors għandu jsir hekk għax meta wieħed jagħmel mistoqsijiet dwar id- dħul mill-income tax u mill-VAT biex jieħu idea ta' x'ġara fl-ewwel quarter tas-sena, mhux bilfors irid jistenna li jiġu ffinalizzati ċ-ċifri ta' Diċembru.", "Bir-rispett kollu lejn il-Ministru din tibda tħassibni.", "Għaliex din l-insistenza li ċ-ċifri ta' Diċembru bilfors iridu jkunu lesti?", "Għax naturalment ċertu dħul li jsir f'Diċembru jista' jitniżżel fuq Jannar u din it-tip ta' flessibilita' lili xejn ma togħġobni.", "Kull xahar għandu jkollu ċ-ċifri tiegħu u jekk wieħed ikollu l-informazzjoni sa Marzu jiena ma nsib l-ebda diffikulta' li din tingħata.", "Meta d-domanda għamiltha lill-Prim Ministru r-risposta li tani kienet fis-sens: Għaliex m'għamilthiex meta kont hemm int?", "L-ewwelnett, huwa tajjeb li wieħed jgħid illi fil-qasam ta' l-istatistika l-informazzjoni toħroġ mill-Ministeru tal-Finanzi u d-Dipartiment ta' l- Istatistika għad m'għandhomx l-informazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li kellhom fi żmieni!", "Anzi kieku l-Onor.", "Alfred Sant meta kien Kap ta' l- Oppożizzjoni talab din l-informazzjoni - bħalma kienu jsiru mistoqsijiet fuq il-qgħad - żgur li kien jingħata tweġiba.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il- Prim Ministru qed jgħid li ma kenux jiġu mwieġba għandu żball għax l- informazzjoni fuq il-qgħad qabel ma kienet toħroġ mid-Dipartiment ta' l- Istatistika kienet toħroġ mill-ETC, ħafna drabi permezz tal-ministru responsabbli mill-ETC.", "Min irid jista' jmur jiċċekja l-mistoqsijiet parlamentari li kienu jsiru - naf x'jien ngħid - u jsib illi f'dan il- Parlament l-istatistika dwar il-qgħad kienet dejjem toħroġ mhux aktar tard minn xahar wara li kienet issir il-mistoqsija min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, għax l-ex-Ministru Michael Falzon kien jirrispondi u ma kienx joqgħod jistenna biex toħroġ l-istatistika kollha.", "L-ewwel informazzjoni li l-Gvern ikollu available hija dik tal-qgħad għax din tkun available within two weeks, at most, from the end of the month.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni tal-biki fejn il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali qed jgħid li hemm xi liġi li tgħid li ma tistax toħroġ statistika fuq il-qgħad.", "Jien għidtlu biex jikkwotahieli din il-liġi għax this is news to me.", "Mela l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali qed iwaħħal fid-Dipartiment ta' l- Istatistika u d-Dipartiment ta' l-Istatistika m'għandux iċ-ċifri u allura nispiċċaw ping-pong, dak li semma l-Prim Ministru proprju llum.", "Din m'hijiex aċċettabbli għal dan il-Parlament.", "Nerġa' ngħid li l-mistoqsijiet li għamilna sabiex naraw x'kien l-impatt ta' dawn il-miżuri fuq l-għoli tal- ħajja saru aktar minn tliet xhur ilu.", "Fil-budget il-Gvern qalilna li l-impatt kien se jkun minimu pero' l- familji Maltin jafu jekk iż-żieda fil-prezz tal-petrol, tad-diesel u tal- pitrolju kellhiex impatt minimu jew le u jekk affettwatilhomx il-but.", "Jafu l-familji Maltin li l-ex-Ministru Lino Spiteri kiteb fil-budget speech li l-impatt kien se jkun wieħed minimu?", "Illum din irrepetihielna l-Ministru tal-Finanzi l-ġdid.", "Jiena nammetti li l-Ministru Brincat m'ilux f'din il- kariga wisq u allura forsi ma daħalx f'dawn l-affarijiet kollha imma wara kollox amministrazzjoni waħda għandna.", "GĦalhekk jekk il-ministru ta' qabel ma tax din l-informazzjoni jien kont nippretendi li meta llum l-Onor.", "Leo Brincat ġie biex jagħmel il-winding-up fl-istadju tat-Tieni Qari fuq dan l- abbozz ta' liġi u mbagħad bil-permess ta' din in-naħa morna mmedjatament għall-istadju ta' Kumitat, għallinqas kellu jġib l-informazzjoni mitluba u mhux jgħid li ma jistax jagħtiha.", "Jiena ngħid li anke mara tad-dar kapaċi tgħidlek x'kien l-impatt inflazzjonarju wara ż-żieda fil-prezz tal-petrol, tad-diesel u tal-pitrolju.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa li hija diffikultuża u għalhekk ma nistax naċċetta li l-Gvern jibqa' lura milli jagħti din l-informazzjoni għaliex din hija l-aktar informazzjoni sempliċi.", "Naħseb ukoll li għandha tingħata xi informazzjoni fuq id-dħul tal-Gvern pero' din l-informazzjoni iktar bażika dwar l-impatt fuq l-indiċi tal- prezzijiet hemm bżonn tingħata.", "GĦaliex jiena mbagħad ninkwieta mod ieħor.", "Imbagħad nibda ngħid: Mela l-Gvern meta għamel dawn il-miżuri ma rax x'se jkun l-impatt tagħhom?", "Meta aħna konna nagħmlu ċerti miżuri fil- budget kull darba konna naraw x'se jkun l-impatt tagħhom fuq l-għoli tal- ħajja.", "Jiena napprezza li l-Ministru llum qed jgħidli li l-informazzjoni se jagħtihielna, u hekk għandu jkun, imma ma nistax ma nirrimarkax li wara erba' xhur minn mindu ġie ppreżentat il-budget, wara diversi mistoqsijiet u minkejja l-fatt li ġejna biex niddibattu din il-liġi b'ċerta urġenza, xorta waħda l-Oppożizzjoni m'hijiex qiegħda tingħata l- informazzjoni li talbet.", "Imbagħad il-Gvern jgħidilna biex nerġgħu nagħmlu l-mistoqsija jew inkella jakkużana li din l-informazzjoni qabel ma kenitx tingħata!", "Xi trasparenza għandna!", "Jiena biex nitkellem irid ikolli l- informazzjoni quddiemi għaliex inkella malajr ikun hemm min jgħidli: Min fejn ġibtha dik l-informazzjoni?", "GĦalhekk il-Gvern għandu jipprovdi l- informazzjoni li jiġi mitlub jagħti u f'dan il-każ jista' jipprovdi din l- informazzjoni pero' wisq nibża' li m'hemmx il-will li tingħata u għalhekk li ma ngħatatx.", "Din l-informazzjoni setgħet tinġabar.", "Anzi fil- pubblikazzjonijiet ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika hemm proprju dan il- punt, jiġifieri li ż-żieda fit-transportation costs ġejja b'riżultat tal- miżuri li ttieħdu fil-budget.", "Tajba din!", "Allura l-pubblikazzjoni ta' l- Uffiċċju ta' l-Istatistika li toħroġ darba fix-xahar tgħid li kien hemm impatt tal-budgetary measures fuq l-indiċi tal-prezzijiet u jien nistaqsi għal darba, tnejn, tlieta fil-Parlament biex inkun naf x'inhu dan l-impatt u jqum il-Prim Ministru u jgħidli li din it-tip ta' informazzjoni qatt ma kienet tingħata qabel.", "Bir-rispett kollu, dan mhux mod kif dan il-Parlament għandu jimxi.", "Mela aħna ġejna hawnhekk biex niddiskutu jekk ir-rata għandhiex tkun Lm1.40 jew Lm3.77?", "Dak se niddiskutuh ukoll pero' ġejna l-aktar biex niddiskutu l- punti prinċipali li jirrigwardaw l-impatt ta' dawn il-miżuri.", "U jekk sa erba' xhur wara li għadda l-budget għadna ma ngħatajna l-ebda informazzjoni kif jista' wieħed jikkonkludi li għandna gvern trasparenti li huwa interessat li jkollna diskussjoni miftuħa u kif nistgħu naraw l-impatt ta' dawn il-miżuri fuq il-livell ta' l-għixien taċ-ċittadini tagħna?", "Hemm bżonn li nirrimedjaw biex ma nibqgħux fid-dlam kif qegħdin bħalissa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien ma rridx noqgħod infettaq imma se nimpenja ruħi li nipprova nagħti kull informazzjoni li jitolbu l-Onor.", "Membri tan-naħa l- oħra.", "Jien diġa' stedint lill-Onor.", "Interpellant biex jew jurini l- mistoqsija li qiegħed jirriferi għaliha - u li skond hu ma kenitx ġiet imwieġba b'mod sodisfaċenti - jew inkella li jagħmel domanda parlamentari mill-ġdid.", "Min-naħa tiegħi qed noffrilu tliet options u ninsab lest li, fi kwalunkwe każ, nagħtih l-informazzjoni kollha li għandna available fid- dipartimenti tagħna.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"A \" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda tat-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of the Third Schedule to the principal Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 3:", "\"B\" Fi klawsola 3, minflok il-figuri \"35c5\" u \"38c5\" għandhom jidħlu l- figuri \"34c2\" u \"37c2\" rispettivament.", "\"B\" In clause 3, for the figures \"35c5\" and \"38c5\" there shall be substituted the figures \"34c2\" and \"37c2\" respectively.", "Ir-raġuni għal din l-emenda hija l-istess bħal dik fil-każ ta' klawsola 2.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, diġa' semmejt li din l-emenda kien hemm bżonnha minħabba li l-cascading effect tat-taxxi ma tteħidtx into consideration.", "Allura mhux se nerġa' nirrepeti t-tħassib li għandi dwar is- sistema preżenti li lanqas tirrikonoxxi li kien hemm a cascading effect jew inkella li saret taf bih wara li ħarset lejn din il-miżura.", "Il-punt li xtaqt inqajjem huwa li s-sigaretti regular u anke king size - biex nuża t-terminoloġija li ġiet użata - qed jiġu ntaxxati bl-istess ammont.", "Issa huwa fatt aċċettat minn kulħadd li s-sigaretti żgħar jiġu prodotti hawn Malta biss.", "Meta jien kont ministru responsabbli mill- industrija u kienet tqum xi diskussjoni dwar ir-rata ta' taxxa fuq sigaretti kienu jittieħdu miżuri fejn wieħed jara kif jista' jipproteġi l- industrija tagħna b'mod li jippromwovi ċertu tip ta' sigaretti li ma jiġux prodotti barra minn Malta.", "Biex ngħid hekk dan kien iwassal għal ċerta produzzjoni awtomatika fis-suq tagħna peress li s-sigaretti ż-żgħar ma kenux jiġu ntaxxati bl-istess ammont tal-kbar.", "Huwa veru li s-sigaretti kollha jagħmlu l-ħsara pero' anke s-sens komun jgħidlek li s-sigarett il- qasir fih inqas tabakk u allura m'għandux jiġi ntaxxat daqs is-sigarett it- twil, kif fil-fatt qed jiġi suġġerit f'din il-proposta.", "Jien nixtieq nappella lill-Ministru biex jikkonsidra li tingħata protezzjoni lill- industrija billi niddistingwu bejn sigaretti qosra u sigaretti twal għax is- sigaretti qosra ma jiġux minn barra għax barra minn Malta dawn ma jsirux.", "Jien naf x'qed ngħid għax tkellimt kemm-il darba man-nies ta' l-industrija minħabba li kont responsabbli mill-qasam industrijali u fil-fatt dak iż- żmien konna qed naħsbu biex meta jkollna suq wieħed ma' l-Ewropa ...", "Intom sa ċertu punt mexjin fuq l-istess binarju minħabba l-kwestjoni ta' an industrial free trade zone u għalhekk il-levies li hemm biex jipproteġu s- suq lokali se jkollhom jitwarrbu fi żmien jew ieħor.", "Issa wieħed jirrealizza li hemm kemm sigaretti qosra kif ukoll sigaretti twal u allura ma għandekx tapplika l-istess ammont ta' taxxa fuqhom.", "Jien naf li fil- passat diġa' kien hemm distinzjoni f'dan ir-rigward u kien hemm il-policy li għandna nipprovaw niftħu din id-distinzjoni kemm jista' jkun u li kull meta gvern jintroduċi taxxa ġdida fuq is-sigaretti għallinqas jagħmilha b'mod li jiffavorixxi l-fatt li aħna nipproduċu s-sigaretti ż-żgħar biss.", "Ovvjament sigarett żgħir għandu inqas tabakk milli għandu dak twil u għalhekk jien qed nistaqsi jekk din itteħditx in-konsiderazzjoni u jekk allura jkunx iktar għaqli li hawnhekk issir emenda biex wieħed jieħu into consideration il-fatt li aħna għandna żewġ tipi ta' sigaretti.", "B'hekk aħna nkunu nistgħu nippromwovu s-settur tat-tabakk b'mod li nagħtuh xi ftit protezzjoni minħabba li at some stage or an other fuq dan il-qasam se jkollna nneħħu l-protezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif jaf l-Onor.", "Bonnici fl-1995 kienu saru xi aġġustamenti biex jakkomodaw lill-manufacturers lokali u kienet ittieħdet into consideration id-differential bejn king size cigarettes u normal size cigarettes imma billi din is-sena lanqas kellna representations mill- manifatturi lokali biex jiġu mogħtija din it-tip ta' protezzjoni aħna ħassejna li fil-budget ma kienx hemm lok għaliha.", "GĦalhekk din m'hijiex kwestjoni li aħna kellna talba min-naħa tagħhom u injorajniha għax, kif diġa' għidt, aħna lanqas biss kellna representations mill-manifatturi lokali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għaliex ma kienx hemm representations min-naħa tal- manifatturi lokali meta din is-sena l-budget sar iktar tard mis-soltu?", "(Interruzzjonijiet) Imma allura min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi ħadd ma kkuntattjahom u staqsiehom x'jaħsbu fuq dawn il-miżuri?", "Normalment l- informazzjoni is a two-way flow.", "Jien nippretendi li hemm esperjenza biżżejjed f'dan il-qasam u għalhekk wieħed kellu jitlob l-informazzjoni mingħand il-manifatturi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"B\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri; Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Sostituzzjoni tar-Raba' Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Substitution of the Fourth Schedule to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman għal din il-klawsola għandi emenda:", "\"C\" Fir-Raba' Skeda li hemm fil-klawsola 4, minflok il-figuri \"Lm96.00,0\", \"Lm107.00,0\" u \"Lm44.00,0\" li jidhru fit-tieni kolonna tagħha għandhom jidħlu rispettivament il-figuri \"Lm92.74,0\", \"Lm102.30,0\" u \"Lm42.70,0\".", "\"C\" In the Fourth Schedule in clause 4, for the figures \"Lm96.00,0\", \"Lm107.00,0\" u \"Lm44.00,0\" in the second column thereof, there shall be substituted respectively the figures \"Lm92.74,0\", \"Lm102.30,0\" and \"Lm42.70,0\".", "Mr Chairman f'din il-klawsola qed nitkellmu dwar żjut u gassijiet tal- petroleum u idrokarburi gassużi oħra.", "Fejn qabel kien hemm illistjat Lm96 irid jiġi Lm92.74 għall-istess raġuni li semmejna qabel u fejn kien hemm Lm107 għal kull 1,000 litru jrid jiġi Lm102.30.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' żejt tal-gass u tad-diesel eċċ., fejn qabel kien hemm Lm44 kull 1,000 litru jrid jiġi jaqra Lm42.70.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"C\" kif imressqa u moqrijia mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"C\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 4 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill- Iskrivan tal-Kamra jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi renumbering u emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fis-1.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it-Tnejn 28 ta' April, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi - L-Istadji kollha;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tieni Qari; u", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-VAT - Kontinwazzjoni.", "Nixtieq ninforma lis-Sedja li hemm il-ftehim li l-Abbozz ta' Liġi dwar ir- Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi ngħadduh mill-istadji kollha.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, għadni kemm qrajt żewġ briefs maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-Forti Sant'Iermu u l-Forti Ricasoli.", "Jien mort inżur dawn il-forti u nistħi ngħid li sibt diżastru kbir f'dawn il-postijiet u jien nistaqsi: Għaliex il-Forti Ricasoli qatt ma ġie mogħti l-attenzjoni li timmeritah?", "Ma rridux ninsew li l-Port il- Kbir huwa milqugħ minn diversi postijiet strateġiċi li kienu importanti ħafna għall-Kavallieri; min-naħa waħda hemm il-Forti Ricasoli, il-Forti Sant'Anglu u l-Forti ta' Santu r-Rokku u min-naħa l-oħra hemm il-Forti Sant'Iermu u fortizzi oħrajn.", "Jien inħossni diżonorat meta nara l-istat tal- biki li jinsabu fih dawn il-postijiet.", "Veru li minn tnax jew għaxar snin 'il hawn f'Malta bdejna nagħmlu xi ħaġa sabiex il-wirt storiku ma jibqax jiġi abbandunat imma dak li għamilna żgur li mhux biżżejjed .", "Per eżempju, f'Sant'Iermu kienet saret xi rinnovazzjoni meta parti minnha ttieħdet mill-Akkademja tal-Pulizija pero' l-parti l-kbira ta' din il- fortizza hekk importanti u strateġika - llum il-ġurnata mhux mil-lat militari imma mil-lat ta' interess storiku - hija wkoll fi stat ta' abbandun b'diversi kmamar u postijiet mitluqin.", "Madam Speaker, f'dan il-Palazz li qed niltaqgħu fih illum m'hemmx spazju biżżejjed għall-uffiċini kif għandhom ikunu għax dan il-Palazz tant raqqajnieh li issa ma nistgħux nagħmlulu alterazzjonijiet iktar.", "Għalhekk wieħed għandu jikkonsidra li għada pitgħada l-Forti Sant'Iermu għandu jkun il-post fejn jiltaqa' l-Parlament Malti.", "Tajjeb li wieħed jistudja l- vantaġġi kbar li hemm f'Sant'Iermu, bħalma huma l-kmamar, faċilitajiet ta' parking u affarijiet oħra biex il-Parlament jinqata' minn dan il-Palazz u jkollu s-sede tiegħu hemmhekk.", "Jien naħseb li kieku dan kellu jsir ikollna wieħed mill-isbaħ parlamenti li hawn, mhux biss fl-Ewropa imma anke fid- dinja, għax jagħti għal fuq il-baħar.", "Anke l-House of Commons ta' l- Ingilterra qiegħed f'xifer ix-xmara Thames, allura ma narax għalfejn dan il- post hekk kbir u sabiħ m'għandux jiġi riabilitat b'tali mod li jilqa' fih din l-istituzzjoni.", "Madam Speaker, nixtieq ukoll insemmi t-torrijiet li għandna f'pajjiżna mibnija mill-Granmastru De Redin.", "Per eżempju, dak it-torri li hemm fil- Mellieħa qed jintuża biss biex ikollna suldat jgħasses il-Bajja tal- Mellieħa.", "Ma nafx għaliex qed isir dan meta s-soċjeta' Din l-Art Ħelwa - li jien inneħħilha l-kappell għall-isforzi kbar li qed tagħmel minkejja n- nuqqas ta' finanzi li għandha - qed tagħmel kull mezz possibbli biex dan il- wirt storiku ta' pajjiżna ma jintilifx u qed tkompli tinsisti li dan it- torri jiġi rinnovat u jkun ta' attrazzjoni turistika.", "Minn hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill-Ministru George Vella, u anke lill-Prim Minstru, biex dak il-forti li hemm iħares fuq il-Bajja tal-Mellieħa, jekk mhux qed jużawh il-Forzi Armati, jingħata lis-soċjeta' Din l-Art Ħelwa ħalli tkun tista' tirrestawrah kif jixraq.", "Hemm kumpannija Ingliża li saħansitra offriet li dan ix-xogħol ta' restawr tiffinanzjah hi u ma nafx x'inhi r-raġuni li l-Gvern ma jagħtix din il-konċessjoni biex almenu jkollna moħħna mistrieħ minn dan il-post.", "La semmejt fortizzi, torrijiet u postijiet oħrajn irrid insemmi wkoll l- Akwadott ta' Wignacourt.", "Dan l-aħħar f'mistoqsija parlamentari staqsejt lill-Ministru jekk l-akwadott huwiex se jiġi restawrat u l-Ministru Charles Buhagiar qal li hemm ivvotati kważi Lm200,000 għal dan il-għan.", "Imma nafu meta se jitkompla dan ix-xogħol?", "Li nafu huwa li l-Kunsill Lokali ta' Santa Venera lest li jagħti l-koperazzjoni tiegħu biex dan ir-restawr isir.", "Ċertament li dan ix-xogħol kien diġa' nbeda taħt Gvern Nazzjonalista u kien sar tajjeb ħafna u hemm bżonn li jitkompla mingħajr aktar dewmien.", "Madam Speaker, qabel nagħlaq ma nistax ma nsemmix ukoll l-akwadott li hemm in-naħa tal-Pwales.", "Dan ukoll huwa sabiħ ħafna u huwa dnub li l- kanali ta' l-ilma li hemm fuqu qegħdin jinsterqu.", "Issa dawn qegħdin jinsterqu minn dak l-għoli kollu, aħseb u ara meta xi ħaġa tkun tista' tintlaħaq bl-idejn jew mill-karozza kemm aktar ikun hemm serq!", "Mhux biżżejjed li f'pajjiżna jkollna l-lukandi sbieħ imma għandna nieħdu ħsieb dawn il-postijiet li huma ta' interess kemm għalina l-Maltin u aktar u aktar għat-turisti.", "GĦalhekk għandna nagħmlu minn kollox biex dan il-wirt storiku li għandna nieħdu ħsiebu.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Madam Speaker, din hija t-tieni darba li jien bħala deputat ġdid qed nitkellem f'Aġġornament.", "L-ewwel darba tkellimt 100 jum wara l-elezzjoni u b'kumbinazzjoni llum qed nitkellem sitt xhur wara l- elezzjoni.", "M'iniex qed ngħid dan għaliex iż-żmien fih innifsu huwa xi ħaġa importanti imma tajjeb li nirriflettu li fil-fatt diġa' għadda wieħed minn għaxra taż-żmien ta' din il-leġislatura.", "GĦalhekk tajjeb li naraw daqsxejn x'ġara u x'inhu r-record s'issa.", "L-ewwelnett beħsiebni nitkellem dwar il- Korporazzjoni Enemalta li jiena l-kelliem ewlieni dwarha għan-naħa ta' l- Oppożizzjoni u mbagħad ngħid xi ħaġa wkoll dwar id-distrett tiegħi.", "Madam Speaker, ix-xemx minn filgħodu turik.", "Jidher ċar li filwaqt li n- naħa ta' l-Oppożizzjoni qiegħda tkun akkużata li qiegħda taġixxi qisha għadha fil-gvern l-istess jista' jingħad għan-naħa tal-Gvern għaliex matul dawn is-sitt xhur ma smajniex ħlief kritika dwar ħofor u tberbiq ta' flus.", "S'intendi għalija dan jirrifletti n-nuqqas ta' preparazzjoni minn naħa tal- partit li hemm fil-gvern minkejja li għamel għaxar snin fl-oppożizzjoni.", "Dan joħroġ minn żewġ fatti importanti u l-ewwel wieħed huwa l-iżbilanċ kbir li jeżisti bejn il-wegħdiet li saru qabel l-elezzjoni u l-mod kif dawn jistgħu jitwettqu.", "Ovvjament l-akbar waħda hija dik ta' sistema ta' taxxa alternattiva għall-VAT fejn qed ikollna moving goal-posts.", "Kull darba li l- Gvern qed jiġi ffaċċjat b'xi deċiżjonijiet min-naħa ta' korpi jew għaqdiet oħra kull darba jmexxi l-lasti!", "Ovvjament dan ma juri xejn ħlief li mhux veru li l-Gvern kien ippreparat u r-riżenja tal-ministru tal-finanzi tista' wkoll tidħol f'dan il-kwadru.", "U meta ngħidu li hemm nuqqas ta' preparazzjoni dan m'huwiex tixwix imma huma trends li qegħdin joħorġu.", "Ħaġa oħra li laqtitni ħafna kienet il-U-turn li għamel fuq l-isptar il- ġdid.", "Fl-ewwel Aġġornament tiegħi kelli l-okkażjoni nitkellem favur dan l- isptar għaliex nemmen bis-sħiħ li huwa bżonnjuż għal pajjiżna.", "Infakkar li l-Partit Nazzjonalista ħa din id-deċiżjoni għaxar snin ilu u allura dan ifisser li l-Gvern preżenti wasal għall-istess konklużjoni għaxar snin wara.", "Jiġifieri mhux ta' b'xejn li nara li hemm nuqqas ta' preparazzjoni!", "Madam Speaker, jien dejjem inħoss li d-dover tagħna għandu jibqa' lejn dawk in-nies li tellgħuna fil-Parlament u għalkemm kif diġa' għidt ilni biss sitt xhur Membru ta' dan il-Parlament tgħallimt nisma' ħafna.", "Fil- fatt nista' ngħid li l-Ħamis li għadda ħadt il-magħmudija katekumenali tiegħi f'dan il-Parlament.", "Mingħajr ma nidħol fid-dettalji ta' dak li ġara rrid ngħid li matul dan il-weekend rajna li r-reazzjoni tal-poplu kienet waħda negattiva għal dak li ġara nhar il-Ħamis minħabba l-fatt li dan faċilment seta' ġie evitat.", "Nhar il-Ħamis l-Oppożizzjoni ġiet hawnhekk biex tilħaq consensus dwar dak li konna se niddiskutu pero' spiċċajna biex ħlejna dak iż-żmien kollu u tajna skandlu lil ħafna nies li kienu nsew iż- żmenijiet meta fil-Parlament kien ikun hawn l-istorbju.", "Madam Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq id-distrett li ġejt elett minnu.", "Minkejja li fit-Tielet Distrett, li jikkonsisti f'Ħaż-Żabbar, fiż- Żejtun u f'Wied il-GĦajn, hemm l-ikbar preżenza ta' deputati min-naħa tal- Gvern - fil-fatt minn dan id-distrett hemm il-Viċi Prim Ministru, ministru ieħor, segretarju parlamentari u żewġ deputati oħrajn - l-unika inizjattiva pożittiva li saret f'dawn l-aħħar sitt xhur - għalkemm nammetti li dan il- perijodu huwa qasir ħafna - kienet il-laqgħa dwar il-kunsilli lokali li saret ġewwa lukanda li tinsab f'dan id-distrett.", "Onestament jien inħoss li kieku l-Gvern Nazzjonalista ma waqqafx il-kunsilli lokali bħala struttura ftit kien se jkollna fora biex ikollna ekwita' f'dik li hija diskussjoni.", "Jien naħseb li hija ħaġa importanti li l-kunsilli lokali joħolqu ekwita' - hawnhekk irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed nirriferi għal xi partit jew ieħor - mingħajr il-bżonn ta' rappreżentanza min-naħa tal-gvern jew ta' l- oppożizzjoni u, kif għidt diġa', li kieku ma kienx hemm il-kunsilli lokali żgur li din l-ekwita' kienet se tonqos.", "Madam Speaker, ma nixtieqx nikkritika d-deċiżjoni li ħadet il-Medserv pero' bilfors ikolli ngħid li minkejja l-wegħdiet li kellna li se tingħata attenzjoni speċjali lin-naħa t'isfel ta' Malta, il-fatti juru li din in- naħa ta' Malta se tkompli ġġorr il-piż ta' l-iżvilupp industrijali qawwi tal-pajjiż.", "Jien naħseb li jekk almenu nagħtu attenzjoni lill-affarijiet bażiċi li hemm f'dan id-distrett inkunu wasalna x'imkien.", "Qed ngħid dan għax wisq nibża' li l-ottimo se jkun il nemico del bene, jiġifieri naħseb li jekk noqogħdu nistennew li jkollna żvilupp pożittiv dan iwassalna biex qatt ma nilħqu dawk il-bżonnijiet bażiċi, bħalma huma t-toroq, li huma meħtieġa f'dawn l-inħawi.", "Madam Speaker, issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-Enemalta.", "F'dan il- perijodu l-iktar ħaġa rilevanti kienet iż-żieda fil-prezz tal-fuel.", "Jiena m'iniex qed ngħid in kwantu kemm se tolqot lill-Enemalta, għalkemm dan wieħed jista' jħares lejh bħala cost li m'aħniex nagħtuh l-attenzjoni li tixraqlu.", "Dan qed ngħidu fis-sens li, għalkemm dejjem nitkellmu fuq il- cost soċjali, dan ma nikkwantifikawhx u ma narawx x'effett se jkollha żieda fil-prezzijiet tal-fuels mhux biss fuq il-business - forsi fuq dawk il- businesses li ma kenux jagħtu kas ta' l-użu tal-fuel - imma anke fuq il- ħajja ta' kuljum ta' kull wieħed minna.", "Madam Speaker, wara li l-Gvern beda fuq nota tajba bil-wegħda li mhux se jsiru transfers - waħda mill-affarijiet li l-aktar jolqtu lill-ħaddiema - jiena ċert li fl-istess ġurnata li hawnhekk konna qegħdin niddiskutu l- Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji saru transfers ta' natura partiġjana.", "Mela fl-istess ġranet li ħafna min-naħa tal-Gvern tkellmu dwar transfers li allegatament saru fi żmien Gvern Nazzjonalista kienu qegħdin isiru transfers, partikolarment fid-Dipartiment tas-Saħħa u fid-Dipartiment tal-Kura ta' l-Anzjani.", "Fil-fatt meta għamilt xi interpellanzi dwar dan is-suġġett qaluli li qegħdin isiru xi corrections.", "Jiena nieħu pjaċir li dawn il-corrections qegħdin isiru pero' fil-każ ta' transfers ta' natura politika jenħtieġ li jsiru mill-iktar fis possibbli.", "GĦalhekk inħeġġeġ lill-Ministru Farrugia biex jirranġa dawn l- inġustizzji għaliex dawn il-ħaddiema milquta jistgħu jibqgħu fuq is-sick leave u b'hekk tkun qiegħda tinħoloq ħafna ħsara.", "Dan huwa settur sensittiv ħafna u għaldaqstant m'huwiex faċli li tibdel persuna li tkun qiegħda taħdem f'unit partikolari.", "Illum għandna ħafna speċjalizzazzjonijiet u dan ifisser li dak li jkun ikun trained biex jieħu ħsieb dik is-sezzjoni partikolari.", "Madam Speaker, jiena ċert li l-Gvern jisma' l-kritika tagħna u din m'hijiex kwestjoni ta' jekk din il-kritika hijiex tixwix jew le għaliex il- fatt huwa li diġa' hemm ċerti trends u għalhekk il-Gvern irid jaħsibha sewwa.", "Nafu li l-Gvern ikkommetta ruħu li jirrevedi l-issue ta' l-Ewropa wara tliet snin pero' l-Gvern irid iżomm f'rasu li t-tħaddim tal-politika barranija tista' twassal għal sensiela ta' problemi interni f'pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, fil-ftit minuti li għandi nixtieq nitkellem dwar il-levies u d-dazji kif ukoll fuq xi stqarrijiet li saru fl- aħħar ġimgħa u nofs.", "Fil-fatt bħall-bieraħ ġimgħa l-Prim Ministru ħareġ punt ta' ċerta importanza fejn qal li m'humiex id-dazji l-ġodda li qegħdin ikunu ta' diffikulta' sabiex jiġu aċċettati mill-Ewropa imma l-levies.", "Dan il-kumment naturalment wassal għal ċerta inċertezza fis-settur kollu li jiddependi mil-levies.", "Nista' ngħid li ċempluli ħafna nies u qaluli: X'qed jiġri?", "Mela l-levies ma kenux aċċettati mill-Ewropa, għallinqas għal ċertu żmien?", "Dażgur li kienu aċċettati!", "Jiena anke fid-dibattitu li kellna l-ġimgħa li għaddiet irriferejt għal dan il-punt.", "Fil-fatt għidt li meta ssir stqarrija b'dan il-mod mingħajr ma jkun hemm spjegazzjoni biżżejjed ħafna drabi tħalli impatt negattiv ferm għaliex tħalli ħafna inċertezza, ħaġa li proprju rridu nnaqsu speċjalment f'dawn iż-żmenijiet.", "Ta' min jgħid li nhar il-Ħamis f'\"The Malta Business Weekly\" ġie ppubblikat artiklu dwar il-levies u t-tariffi l-ġodda.", "Dan kien jgħid:", "\"EU concern over levies could be due to new tariffs.\".", "Milli jidher ir-reporter ta' din il-gazzetta ċempel Brussels jew tkellem ma' xi uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropea u qalulu xi ħaġa li bdiet titfa' aktar dawl fuq dak li qal il-Prim Ministru.", "Pero' dan id-dawl kien kompletament differenti għaliex il-pożizzjoni li ġiet spjegata f'dan l- artiklu hija bil-kontra ta' dak li qal il-Prim Ministru.", "Dan l-artiklu jgħid li l-fatt li Malta waqqfet l-applikazzjoni tagħha biex tissieħeb fl- Unjoni Ewropea qajjem mistoqsijiet dwar il-levies.", "Fil-fatt hija l- kwestjoni li se jiddaħħlu dazji ġodda li proprju fetħet id-diskussjoni kollha dwar x'se jiġri fil-futur.", "Hawnhekk għandna implikazzjonijiet li jiena u l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni ilna għal diversi drabi niġbdu l-attenzjoni għalihom b'mod dirett.", "Aħna ilna ngħidu li l-miżuri tad-dazji li ġew ippubblikati fil-white paper se jmorru kontra t-Trattat ta' Assoċjazzjoni ma' l-Ewropa pero' meta għidna dan kollu qalulna li qegħdin inxewxu u li qegħdin nagħmlu l-ħsara.", "Qalulna wkoll li bgħatna xi ittra meta dan m'hu veru xejn.", "Meta l-Unjoni Ewropea għandna ambaxxata hawnhekk xi bżonn hemm li wieħed jibgħat xi ittri!", "Ma nafx kif wieħed jista' jagħmel dan it-tip ta' akkużi li jiġu nnegati u mbagħad jibqa' sieket.", "Pero' ħalli mmur għal dak li ntqal f'\"The Malta Business Weekly\".", "Din qalet li l-Ewropa kienet:", "\"... pleased when VAT was introduced in Malta and custom duties on all imports from the European countries were abolished.", "Brussels knew that the levies that remained were of a temporary nature and would soon be removed.\"", "- ta' min jgħid li din hija quotation, jiġifieri hija dak li qalu l- uffiċjali ta' l-Ewropa -", "\"\"Previously we could talk of a time-frame for removing the levies and this was linked to the accession negotiations that Malta was to have with the EU Commission.", "So the levies were regarded as a bargaining chip for the Maltese Government to be used while negotiating Malta's entry,\" an EU source said\".", "Issa hawnhekk qiegħda d-diffikulta' l-kbira.", "Id-diffikulta' hija li bid- direzzjoni li qabad il-Gvern Laburista qiegħed jitlef punt ta' saħħa biex jinnegozja.", "Jiena nista' nikkonferma hawnhekk li l-għan tagħna kien li l- maġġor parti ta' dawn il-levies jiġu nnegozjati, speċjalment dawk il-levies li huma ta' importanza kbira - naturalment hemm xi levies li m'humiex daqshekk ta' importanza - u din hija kkonfermata wkoll f'din il- pubblikazzjoni.", "Hawnhekk l-Ewropa qiegħda tikkonferma wkoll li dawn konna se nużawhom biex inkunu nistgħu ninnegozjaw kondizzjonijiet aħjar u biex inkunu nistgħu ninnegozjaw assistenza li għandna bżonn biex nirristrutturaw, kif ukoll kienu se jservuna bħala fondi biex inkomplu ntejbu l-infrastruttura.", "Fil-fehma tiegħi, dan kollu li ntqal f\"The Malta Business Weekly\" imeri kompletament dak li qal il-Prim Ministru nhar il-Ħadd pero' l-Gvern ma kkumenta xejn dwar dan l-artiklu.", "Meta nhar il-Ħamis kellna niddiskutu l- mozzjoni mressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-VAT kont beħsiebni nqajjem dawn il-punti pero' sfortunatament ma kienx hemm l-opportunita' li wieħed jiddiskuti minħabba l-affarijiet li ġraw u jiena tassew sogħbien li rajt il-Parlament għaddej minn dik it-trawma.", "Imma ħalli ma nidħolx f'dak is-suġġett.", "Nħar il-Ġimgħa, l-għada li suppost li kellna d-diskussjoni dwar din il- mozzjoni li semmejt, il-Prim Ministru kellu laqgħa maċ-Chamber of Commerce u hawnhekk reġa' kellna xi ħaġa pjuttost differenti.", "Issa ma bqajniex insejħu d-dazji bħala dazji iżda bdejna nsejħulhom sisa.", "Issa għaliex din il-bidla?", "Bdew jgħidu wkoll li din is-sisa se tidħol bir-rata ta' 15% fuq il-prodotti mportati mill-Ewropa u mbagħad tinfirex fuq il-prodotti lokali.", "Għaliex dan?", "Forsi kien hemm xi oġġezzjonijiet minn Brussels dwar il- miżuri kif kien se jdaħħalhom il-Gvern?", "Din hija l-konklużjoni li wasalt għaliha jien.", "Insibu wkoll li għall-ewwel darba l-Prim Ministru qal li fuq oġġetti mportati minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea se nagħmlulhom dazju aktar għoli.", "Għaliex dan?", "Forsi qed jasal fi kliemna, jiġifieri li veru li kien hemm diffikultajiet bis-sistema li kien ippjana l-Gvern u li l-problema kienu d-dazji, u mhux il-levies, u l-fatt li ffrizajna l-applikazzjoni ta' Malta għad-dħul fl-Unjoni Ewropea?", "Dawn huma l-affarijiet li qegħdin iqajmu dawn id-diffikultajiet?", "Jiena nittama li l-Gvern jirrispondi għal dawn il-mistoqsijiet għaliex b'hekk inkunu nafu aktar fejn qegħdin.", "Pero' jekk aħna se nagħmlu dazji ogħla fuq prodotti li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Ewropa, dan mhux se jżid l-għoli tal-ħajja?", "Din hija xi ħaġa li qiegħda tiġi mposta fuqna għaliex is-sistema ta' sisa jew dazji - sejħilha li trid - li se ndaħħlu se twassal għall-ksur ta' l-arranġament bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u allura aħna se jkollna nagħmlu dazju aktar għoli fuq prodotti li ġejjin barra mill-Unjoni Ewropea?", "Madam Speaker, hawn jien ma nistax ma nirrimarkax li anke din l- istqarrija tal-Prim Ministru hija one-liner.", "Skond kif irrapportat f\"The Times\" tal-26 ta' April, 1997 il-Prim Ministru qal li:", "\"On top of that ....\"", "- jiġifieri tal-15% -", "\".... there will be a margin of 35% added customs duty instead of the currently applicable common external tariff to apply to imports from non-EU countries.\"", "Jien ngħid li anke din daħlet ċerta konfużjoni.", "Għaliex din xi tfisser?", "Tfisser li d-dazju fuq prodotti minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea se jkun ta' 35% aktar għoli minn dak fuq prodotti mportati mill-Ewropa jew tfisser li se nżidu 35% mal-15% u hekk ikollna dazju ta' 50%?", "Il-Prim Ministru ma jirrealizzax li meta jagħmel dawn l-istqarrijiet mingħajr ma jkun ċar u mingħajr ma jkun spjega sewwa, dawn se joħolqu diffikultajiet lill-operaturi ekonomiċi u se joħloq anke inċertezza?", "Jien li qed ninsisti fuqha bħalissa hija li l-Gvern għandu joqgħod attent li ma joħloqx l-inċertezza hu billi ma jispjegax biżżejjed.", "Nassumi li huwa jaf x'irid jgħid pero' dawn l-istqarrijiet ġew irrapportati s-Sibt u l-Ħadd, u sal-lum it-Tnejn, għad m'għandna l-ebda korrezzjoni u allura jkolli nammetti li l- poplu Malti, speċjalment il-kummerċjanti, qegħdin f'diffikulta' ta' interpretazzjoni u ma jafux sewwa sew x'sitwazzjoni qed jitkellem fuqha l- Prim Ministru.", "Madam Speaker, nixtieq nappella lill-Onor.", "Membri tal-Gvern biex jirrispondu dawn l-issues.", "Jekk jidher artiklu bħal dak li deher f'\"The Malta Business Weekly\" jien nistenna kumment jew mingħand il-Prim Ministru li huwa direttament responsabbli mill-VAT, jew mingħand il-Viċi Prim Ministru li huwa responsabbli mill-affarijiet barranin, jew inkella mingħand il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u mhux qisu ħadd ma qal xejn.", "GĦalija s-silenzju jfisser li kollox huwa korrett u għalhekk jien nistenna li jkun hemm reazzjoni.", "Madam Speaker, it-tieni ħaġa li rrid nappella lin-naħa tal-Gvern hija biex meta jitkellmu fuq xi ħaġa jagħmluha bil-miktub ħalli tkun iktar ċara u mhux tiġi mitfugħa one-liner li anke l-ġurnalisti jsibuha diffiċli biex jinterpretawha għax din taf tikkaġuna iktar inċertezza.", "Għalhekk irrid nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li issa li ma nafux għal meta ġie pospost id-dibattitu fuq il-VAT il-Gvern għandu jirrispondi għal dawn il-mistoqsijiet f'ġieh it-trasparenza ħalli b'hekk titnaqqas l-inċertezza li hawn f'pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tnejn, 28 ta' April, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-1.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KARNIVAL", "3330.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jaqbel il-Ministru li tinbidel id-data tal-karnival u jibda jsir kif kien isir taħt Gvern Laburista tat-tmenijiet, jiġifieri fix- xahar ta' Mejju?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, meta se jsir dan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li din hija kwestjoni li għandha tiġi diskussa.", "QORTI - REĠISTRATUR", "4510.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma li r-Reġistratur tal-Qrati qed jagħmel xogħol konness mal-EuroMed Conference?", "Jikkonsidra l-Ministru li dan inaqqas l-attenzjoni li r-Reġistratur hu mistenni li jagħti fl- amministrazzjoni tal-Qorti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Nikkonferma l-ewwel parti tad-domanda.", "Dwar it- tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.Membru li r-Reġistratur kien f'kuntatt kontinwu mal-uffiċjali għolja l-oħra tal-Qorti dwar dak kollu li kien ikun għaddej minn jum għall-ieħor.", "L-attenzjoni fl-amministrazzjoni tal-Qorti kienet nieqsa verament meta l- post ta' Direttur Ġenerali dam vojt għal għaxar xhur sħaħ sakemm imtela' f'Awissu li għadda.\"", "EUROMED CONFERENCE - REĠISTRATUR TAL-QRATI", "4511.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li r-Reġistratur tal-Qrati ngħata xi nkarigu konness mal- organizzazzjoni tal-EuroMed Conference?", "Jekk iva, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu u kemm jiddedika ħin kuljum għal dan ix-xogħol?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jitħallas u kemm, u jekk igawdix xi benefiċċji oħra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fl-organizzazzjoni tal-EuroMediterranean Conference is-Sur Paul Mifsud kellu nkarigu li jikkordina l-arranġamenti għall- istampa.", "Għal dan il-għan huwa iddedika l-ħin kollu li kien hemm bżonn.", "Is-Sur Paul Mifsud, bħall-membri l-oħra tad-direttorat tal-konferenza, huwa intitolat għal per diem allowance u ebda benefiċċji oħra.", "Ma narax interess pubbliku u l-bżonn li jingħataw dettalji speċifiċi.", "QRATI - IMPJEGATI", "4512.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress illi minn risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 3724 jirriżulta li l-Ministru qed jippjana li jimpjega 52 persuna ġdida fil-qorti, jikkonsidra l-Ministru li dan se jkompli jżid ħafna l-complement tal-Gvern speċjalment meta ħafna mill-impjiegi (bħal 6 security guards, 15-il messaġġier u 7 recorders) jistgħu faċilment jimtlew minn persuni diġa' mpjegati mal-Gvern u assenjati ma' dipartimenti oħra?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-mili tal- postijiet imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3724 m'huwiex se jżid b'xi mod kbir il-complement ta' mpjiegi mal-Gvern.", "Dan għar-raġuni li f'ċerti każi, bħalma huma Security Guards, Messaġġiera tal- Qorti u Court Recorders, ir-reklutaġġ meħtieġ irid isir bil-fors minn fost impjegati tal-Gvern.", "F'każijiet oħra (Skrivani, Uffiċjali Eżekuttivi, etc.,) iridu jimtlew postijiet li bħalissa huma vakanti b'riżultat ta' transfers jew rtirar mis- servizz.", "Dawn jistgħu jimtlew minn fost impjegati f'dawn il-gradi u li diġa' qegħdin jaħdmu f'dipartimenti oħra.", "Fil-fatt bħalissa huwa biss fil-każ ta' mili ta' żewġ postijiet ta' electricians u wieħed ta' Library Assistant li għalihom nħarġu sejħiet pubbliċi li jistgħu jiġu mimlija minn barra l-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Membru li dwar il-Library Assistant l- approvazzjoni mill MPO, ngħatat fid 9 t'Awwissu 1996 u dwar l-Electrician l- approvazzjoni ngħatat fit-18 ta' Jannar, 1996.", "PRIM MINISTRU - XOGĦOL PROFESSJONALI", "4513.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'arranġamenti għamel dwar ix-xogħol professjonali li hu kellu qabel ma nħatar Prim Ministru in vista ta' l-obbligi imposti fuqu mill-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri u, jekk hu l-każ, ipoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' kull arranġament milħuq?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti l-istess informazzjoni dwar kull Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Membru li jien ma kontx qed neżerċita l-professjoni tiegħi fil-privat qabel ma nħtart Prim Ministru.", "Is-Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ikkonformaw ruħhom mal-provvedimenti tal-Kodiċi ta' Etika.", "MINISTRU TA' L-INDUSTRIJA - XOGĦOL PROFESSJONALI", "4514.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'arranġamenti għamel dwar ix-xogħol professjonali li hu kellu qabel ma nħatar Ministru in vista ta' l-obbligi imposti fuqu mill-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri u, jekk hu l-każ, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull arranġament milħuq?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ix-xogħol professjonali ta` natura legali ġie maqsum fuq diversi avukati li huma koordinati mill-avukat Dr Michael Scriha.", "Ma ntlaħaq ebda ftehim indikat fid-domanda parlamentari.", "VIĊI PRIM MINISTRU - XOGĦOL PROFESSJONALI", "4515.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'arranġamenti għamel dwar ix-xogħol professjonali li hu kellu qabel ma nħatar Viċi Prim Ministru in vista ta' l-obbligi mposti fuqu mill-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri u, jekk hu l-każ, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull arranġament milħuq?", "Jista' l- Ministru jagħti l-istess informazzjoni dwar kull Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma l-Onor Interpellant li m'għamilt ebda arranġament dwar ix-xogħol professjonali li kelli qabel nħtart Viċi Prim Ministru, u li ma għandi ebda Segretarju Parlamentari li jaqa' taħti.", "Nassumi li l-Onor Interpellant qiegħed jirriferi għall-istess Kodiċi ta' Etika li kellhom il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tal-Gvern ta' qabel u li huwa bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista kien għamel l-istess indaġni fuq il-Ministri tagħhom ta' dak iż-żmien u li kien sodisfatt li kollha, bla eċċezzjoni, kienu jsegwu b' l-aktar mod rigoruż dak kollu li kien jiddettalhom il-Kodiċi ta' Etika.", "TA' KANDJA - TWAQQIGĦ TA' KAMRA", "4685.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4348, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Kummissarju rigward il- persuna/i li naqsu milli japplika jew japplikaw għall-permess meħtieġ mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex tinħatt il-kamra li kont irriferejt għaliha f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-investigazzjoni ġiet konkluża u mhux il-każ li jittieħdu proċeduri ulterjuri.", "PROPRJETA' - XIRI MINN RUSSI", "4686.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw postijiet ta' abitazzjoni minn ċittadini Russi jew ta' stati li kienu jiffurmaw l-Unjoni Sovjetika, bejn Marzu 1995 u Marzu 1997 xahar b'xahar?", "X'kien it-total ta' flus dikjarati bħala ħlas għax-xiri ta' din il-proprjeta' xahar b'xahar għall- istess perijodu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR SAN LUQA - AMBULANZI", "4687.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għas-servizz ta' ambulanza xahar b'xahar bejn Jannar 1996 u Marzu 1997?", "Kif jiġu recorded għal skopijiet ta' statistika dawn is-sejħiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sejħiet għas-servizz ta' ambulanza jiġu recorded fil-Casuality Section u fil-garaxx ta' l-ambulanzi.", "Fil-Casuality Section is-sistema kompjuterizzata u fil-garaxx tal- ambulanzi is-sejħiet jiżu recorded fuq reġistru.", "L-istatistika maqsuma hekk :", "|1996 |TRIPS TA'|TRIPS MHUX | | |EMERGENZA|TA' | | | |EMERGENZA | |Jannar |1257 |1881 | |Frar |1043 |1905 | |Marzu |1062 |2297 | |April |987 |1807 | |Mejju |1056 |1730 | |Gunju |1128 |1821 | |Lulju |1201 |1696 | |Awissu |1275 |1862 | |Settemb|988 |1680 | |ru | | | |Ottubru|1154 |1973 | |Novembr|1038 |1702 | |u | | | |Diċembr|1174 |1714 | |u | | |", "|1997 | | | |Janna|1463 |2194 | |r | | | |Frar |1282 |2030 | |Marzu|1161 |1848 |", "PTA - ROTTA NRU.", "75", "4688.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li s-servizz tal-karozza tal-linja li tieħu passiġġieri lejn l-Isptar San Luqa jiġi estiż għas-Swieqi/Ibraġġ billi din il-karozza tgħaddi minn ġo Swieqi u l-Ibraġġ?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant se tkun kkonsidrata.", "KONKORS KANZUNETTA MALTIJA", "4699.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 4346, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi ntgħażlet il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala nutar fl-għażla li saret nhar is-Sibt 15 ta' Marzu, bejn il-Każin La Stella u l-Każin Aurora bħala post fejn se jittella' l-Konkors Kanzunetta Maltija?", "Kemm se jitħallas dan in-nutar għax-xogħol tiegħu?", "X'inhi r-raġuni li ġie eskluż li jiġi mqabbad nutar Għawdxi meta proprju l- polza ttellgħet f'Għawdex stess?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-nutar li għamel l-iskrittura privata nhar is-Sibt 15 ta' Marzu 1997 bejn is-Socjetajiet Filamonici La Stella u Leone m'huwiex in-nutar indikat mill-Onor.", "Interpellant", "ŻEBBUĠ - TRIQ MIKIELANG SAPIANO - DAWL", "4728.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li residenti ġodda fi Triq Mikielang Sapiano, f'Ħaż-Żebbuġ (u l-inħawi ta' madwar) m'humiex jingħataw is-servizz ta' l-elettriku?", "Ġaladarba teżisti substation fil-viċin u li hija proprjeta' tal-Gvern, ma jaħsibx li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tidħol fil-proprjeta' tagħha u tagħmel il-komunikazzjoni meħtieġa biex taqdi l-klijenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta għaddejja b'xogħol sabiex it- talbiet pendenti għal servizzi ta' l-elettriku fi Triq Mikelang Sapiano f'Ħaż-Żebbuġ jintlaqgħu fi żmien qasir.", "L-Enemalta timxi fuq regolamenti u proċeduri stabbiliti sabiex tagħmel ix-xogħol tagħha, u nassigura lill- Onor. Membru illi dawn ser ikunu applikati f'dan il-każ ukoll.", "ŻEBBUĠ - SOĊJETAJIET/KAŻINI", "4729.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-soċjetajiet tal-baned u każini politiċi f'Ħaż-Żebbuġ sabiex dawn ikunu jistgħu jokkupaw art fil-Misraħ prinċipali ta' Ħaż-Żebbuġ u fi Triq Sciortino għal użu ta' tqegħid ta' siġġijiet għat- turisti biex isegwu l-pageant (Purċissjoni) tal-Ġimgħa l-Kbira f'Marzu ta' din is-sena?", "X'kien il-ħlas ta' kull permess u x'kondizzjonijiet oħra kienu imposti?", "Fuq min u lil min ħarġu dawn il-permessi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Din is-sena waqt il-pageant purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira ġewwa Ħaż-Żebbuġ, ma nħareġ l-ebda permess għat-tqegħied ta' siġġijiet għat-turisti.", "Dan peress li ma saret l-ebda talba f'dan ir- rigward.", "PULIZIJA - PERMESSI", "4730.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi mill-uffiċċju distrettwali tal- pulizija f'Ħal Qormi jew mid-depot tal-pulizija lill-soċjetajiet tal-baned u każini politiċi f'Ħaż-Żebbuġ sabiex dawn ikunu jistgħu jqegħdu numru ta' siġġijiet fil-Misraħ tal-lokal u fi Triq Sciortino għal użu tat-turisti biex isegwu l-pageant (purċissjoni) tal-Ġimgħa l-Kbira f'Marzu ta' din is- sena?", "X'kien il-ħlas ta' kull permess?", "Fuq min u lil min nħarġu l-permessi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija ma ħarġet ebda permessi konessi ma' l-attivita' msemmija fil-mistoqsija parlamentari.", "PULIZIJA - POSTIJIET TA' DIVERTIMENT", "4731.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni il-Qorti talli ħallew persuni taħt is- 16 il-sena jidħlu f'postijiet ta' divertiment, xahar b'xahar, mill-1.11.96?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-23 ta' April, 1997 ittellgħu żewġ persuni il-Qorti talli ħallew persuni taħt is-sittax il-sena jidħlu f'postijiet ta' divertiment.", "Dawn kienu persuna f'Novembru 1996 u persuna oħra fi Frar 1997.", "MCST BIENNIAL REPORT 94/95", "4732.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn l-MCST Biennial Report 94/95 li ġie stampat għadu ma tqassamx?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-MCST Biennial Report 1994/95 ma jilħaqx l- aspettativi mixtieqa mill-kunsill.", "Għaldaqstant jinħass li ma jkunx fl- interess ta' l-operat tal-kunsill li tali rapport jiġi mqassam.", "PULIZIJA - PASSI KONTRA ŻEWĠ MEMBRI", "4733.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinari u/jew legali ttieħdu kontra żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija li fit-3.8.96 kienu nvoluti f'inċident serju ta' sewqan eċċessiv f'Santa Venera?", "X'kienu d-danni kkaġunati lill-vettura tal- Pulizija f'dan l-inċident?", "Fiex waslu l-investigazzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'dan l-inċident, il-vettura tas- servizz ma ġarrbet ebda ħsara.", "Ser jittieħdu passi dixxiplinarji kontra żewġ kuntistabbli skond il-provvedimenti ta' l-Ordinanza tal-Pulizija.", "SLIEMA:TRIQ G. BORG OLIVIER", "4734.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar l-inċident li ġara fl- 4.1.97 meta ġiet misjuba droga għand persuni ta' nazzjonalita' Għarbija fi Triq G.Borg Olivier, Sliema?", "Għaliex ma ġietx akkużata persuna oħra ta' nazzjonalita' Għarbija li kienet ukoll involuta fl-inċident u għadu liberu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ma kien hemm ebda rapporti ta' sejbien ta' droga fi Triq Ġ.", "Borġ Olivier, Sliema, nhar l-4 ta' Jannar 1997.", "Informat ukoll illi kien sar rapport fil-5 ta' Jannar, 1997, minn ċertu Peter Jones li joqgħod fl-istess triq, fejn allegatament, il-ġurnata ta' qabel, fil-għaxija, kien ġie aggredit minn persuna ta' nazzjonalita' Libjana.", "Din il-persuna ġiet imressqa l-Qorti, u l-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ tagħha sabiex tiddentifika l-allegati kompliċi.", "DJAR - BINI ALLOKAT", "4735.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawk li ġew allokati bini mill- Awtorita' tad-Djar taħt avviżi 55,56,57 u 58 fil-fatt kellhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għal akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Applikanti li ġew allokati taħt Avviżi 55,56,57 u 58 li kellhom applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali:-", "|Avviż numru |Nru. | | |Applikanti | |55 |3 | |56 |148 | |57 |68 | |58 |47 |", "DJAR - IMGĦAX ISSUSSIDJAT", "4736.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu t-taħdidiet tal-Ministeru tad-Djar dwar ir-reviżjoni ta' l-imgħax imħallas minn min jixtri bini b'imgħax issussidjat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-diskussjonijiet dwar reviżjoni fil- kondizzjonijiet tar-rati ta' imgħax issussidjat fuq self minn min jixtri daru għadhom ma ġewx konklużi.", "LOHOMBUS BANK - REVIŻJONI TA' L-IMGĦAX", "4737.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru t-taħdidiet bejn il- Lohombus Corporation u l-Ministeru tad-Djar dwar ir-reviżjoni ta' l-imgħax imħallas minn min jixtri d-dar tiegħu b'self issussidjat?", "X'kien ir-riżultat ta' dawn it-taħdidiet?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu direttament lill-Ministru kkonċernat.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "4738.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li se jdum l-użu tal-miżbla tal-Magħtab?", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet qegħdin jitfasslu jew tfasslu għar-riabilitazzjoni ta' din il-miżbla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Gvern bħalissa qiegħed jikkonsidra il-proposti li rċieva wara sensiela ta' laqgħat ta djalogu ma dawk kollha ikkonċernati.", "Deċiżjonijiet finali jitħabbru aktar 'il quddiem.", "Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika (Att ta' l-1962)", "4739.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-accountant general mexiex ma' l-obbligu tiegħu a tenur ta' l-artikolu 65(1) tal-Financial Administration & Audit Act, 1962 (Kap.174 tal-Liġijiet ta' Malta) għar- rigward tar-rendikonti kollha li jridu jingħataw għas-sena finanzjarja 1996, u jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jordna l-pubblikazzjoni ta' l-istess rendikonti fil-gazzetta tal-Gvern skond l-istess liġi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li r-rendikonti kif jesiġi Artiklu 65 (1) ta' l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika (Att ta' l-1962) kienu mħejjija u mgħoddija lid-Direttur tal- Verifika kif titlob l-istess liġi.", "Id-Direttur tal-Verifika approva mingħajr ebda riżerva, u għadda lura r- rendikonti kif stipulat f'Taqsima 62 (2).", "Issa li ntemmet il-proċedura ta' l-istampar ta' numru ta' kopji dawn ir-rendikonti mistennija jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra u fl-istess waqt ikunu ppubblikati fil-Gazzetta tal- Gvern fil-jiem li ġejjien.", "Għall-informazzjoni tal-Kamra qed nagħti tagħrif dwar id-dati li fihom fl- aħħar snin kienu ppubblikati r-rendikonti preċedenti:", "03 ta' Mejju 1988 Gazzetta tal-Gvern Nru. 14968 25 t' April 1989 Gazzetta tal-Gvern Nru. 15119 27 t' April 1990 Gazzetta tal-Gvern Nru. 15266 07 ta' Mejju 1991 Gazzetta tal-Gvern Nru. 15427 14 t' April 1992 Gazzetta tal-Gvern Nru. 15593 30 t' April 1993 Gazzetta tal-Gvern Nru. 15743 29 t' April 1994 Gazzetta tal-Gvern Nru. 15935 05 ta' Mejju 1995 Gazzetta tal-Gvern Nru. 16106 14 ta' Mejju 1996 Gazzetta tal-Gvern Nru. 16277", "BIRKIRKARA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "4740.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla l-parti tad- drenaġġ ċirċa 6.24m kif innotata fl-isketch ta' Birkirkara li qed nibgħatlek separatament?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ indikata fil- mistoqsija parlamentari ma jistax jitkompla għalissa peress li s-sistema f'din it-triq trid taqbad bil-gravita' ma' Triq Għar il-Ġobon, liema triq għadha ma hiex miftuħa.", "MOSTA - TELEPHONE BOX", "4741.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinvestiga l-każ biex ssir telephone box (coin jew cardphone) fil- kantuniera bejn Triq Sgħajtar ma' Triq E.B. Vella, fil-Mosta permess li verament hemm il-ħtieġa ta' dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-talba tal-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "GĦASSARA TA' L-INBID", "4742.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4223, għaliex ir-risposta li ngħatat mhijiex risposta għall-ewwel parti tad-domanda li tqiegħdet?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma' naħsibx li huwa ta' xi interess li nagħti informazzjoni li m'għadiex rilevanti u attwali u meta wieħed jaf is- sitwazzjoni tal-biki li fiha jinsab dan il-post.", "ITS - RAPPORT TAL-MITTS", "4743.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-MITTS li jittratta t- tmexxija ta' l-ITS?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma jidhirlix li f'dan l-istadju għandi npoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra ir-rapport li tħejja mill-Management Efficiency Unit ta' l- Uffiċċju tal-Prim Ministru peress li għadu draft form.", "PROĠETT MEDITERRANEO", "4744.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li fil-gazzetti qed jidhru reklami dwar il-ftuħ dalwaqt ta' proġett bl-isem ta' Mediterraneo li jinkludi parteċipazzjoni ta' delfini u li qiegħed ibbażat fil-White Rocks, Baħar iċ-Ċagħaq, jista' l-Ministru jgħid jekk fil- proġett huwiex b'xi mod involut il-Gvern u/jew l-NTOM u jekk il-proġett huwiex ibbażat fuq art u/jew proprjeta' tal-Gvern?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "DJAR - BDIL TA' FONDI", "4745.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif fiex waslet l-applikazzjoni għal tibdil ta' fondi tal-persuni ndikati li tagħhom qed nibgħatlek id-dettalji separatament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi persuna minn dawk indikati m'għandhiex applikazzjoni pendenti.", "Li kellha ġiet ikkanċellata fl-1995.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "4746.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif meta l-persuni ndikati li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, se jingħataw il-pussess tal-fond diġa' lilhom mixtri mill-Awtorita' tad-Djar?", "Jaf il-Ministru li l-fond in kwestjoni qed jintuża bħala store mill-kuntrattur inkarigat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-familja msemmija iffirmat il-kuntratt ta' kirja mad-Dipartimemt għall-Akkomodazzjoni Soċjali fis-17 ta' Marzu 1997.", "Jien informat li mill-20 ta' Marzu 1997, meta kien sar condition report fuq l- appartament fil-preżenza tas-sinjuri msemmija, sal-bieraħ l-appartament ma kienx qed jintuża bħala store.", "FIELD SURVEY ASSISTANT", "4747.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għalfejn persuna minn Birkirkara li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li applika għall-Field Survey Assistant, ġie mwaħħal fl- interview wara domanda li saritlu minn Mario Azzopardi (Manager Planning Authority) dwar \"għaliex ma mortx il-Kalkara, Bighi, meta kont apprentist\", liema domanda kienet kompletament irrilevanti għall-każ?", "Jarax il-Ministru li jsejjaħ inkjesta dwar dan l-interview?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-interview panel tal-Field Survey Assistants jikkonferma li setgħet saret domanda ta' dan it-tip waqt l-interviews.", "Il- Panel jaqbel illi domandi bħal dawn huma rilevanti sabiex wieħed janalizza u jevaluwa l-aptitude u l-ħeġġa lejn ix-xogħol u l-istudju in ġenerali ta' l-individwi.", "Ma narax il-bżonn li nagħmel xi nkjesta dwar dawn l-interviews.", "GĦAXAQ - TRIQ SAN FILIPPU - KAMRA NRU.", "1", "4748.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kamra Nru. 1, fi Triq San Filippu, Ħal Għaxaq, hijiex tal-Gvern?", "Jekk hi tal-Gvern, jista' jgħid jekk hijiex tintuża?", "U jekk mhijiex tintuża, tista' titneħħa minn nofs?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Kamra msemmija mill-Onor.", "Interpellant ma hijiex reġistrata bħala proprjeta' tal-Gvern fil-kotba tad-Dipartiment tal- Artijiet.", "AIR MALTA - INGAĠĠ TA' ĦADDIEMA", "4749.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar saret talba mill-Air Malta lill- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għall-ingaġġ ta' ħaddiema biex jaħdmu ta' loaders fuq bażi temporanja ta' tletin (30) u erbgħin (40) siegħa fil- ġimgħa?", "X'inhuma l-kwalifiki mitluba għal dawk li se jiġu ngaġġati jaħdmu 30 siegħa kif ukoll li jiġu mpjegati jaħdmu 40 siegħa?", "Jekk m'hemmx differenza, kif se ssir l-għażla?", "Meta hu maħsub li jiġi mitmum dan l- impjieg temporanju sew ta' kategorija kif ukoll ta' oħra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Biex, bħal snin oħra, tilqa' għall-bżonnijiet tas- Sajf, l-Air Malta ħadet il-passi meħtieġa ma' l-ETC biex iddaħħal numru ta' loaders fuq bażi part-time ta' 30 siegħa fil-ġimgħa, għal perjodu ta' sitt xhur bejn l-aħħar ta'April u l-aħħar ta' Ottubru, b'rata ta' paga proporżjonata.", "Barra dan, bħal snin oħra ta' ħaddiema jiġu mislufa għal- perjodu definit biex jagħmlu xogħol ta' loaders, izda f'dan il-każ, dawn huma kondiżżjonati għall-istess Ġimgħa ta' 40 siegħa xogħol li diġa tapplika fil-każ tagħhom.", "ITS", "4750.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika u l-ħsieb tal-Gvern li wasslu għal bidla fil-format u kompożizzjoni tal-Bord ta' l-ITS?", "Hu minnu li l-Bord il-ġdid ġie mogħti setgħat eżekuttivi u m'għadux bħal qabel strument u sors ta' pariri tekniċi u amministrattivi għall-uffiċjali tal-Gvern li huma responsabbli mill-ITS?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Bħalma jaf tajjeb l-Onor Interpellant, it-Taqsima ta' l-Efficiency Management Unit ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru intalbu Strategic Review.", "Wara li kien ippreżentat id-draft report u saru d- diskussjonijiet neċċesarji, twaqqaf interim Management Board li minbarra li jindkludi fih l-istess persuni li ħejjew ir-rapport, fih ukoll rappreżentanża tas-settur turistiku u tal-Ministeru.", "Il-Gvern iħoss li s-Settur Turistiku u l-Istitut ta' l-Istudju Turistiċi għandhom jaħdmu id f'id biex il-ħaddiema prospettivi tas-settur jingħataw l- aqwa opportunita ta' tagħlim, kemm akkademiku u kemm prattiku.", "Huwa minnu li l-Bord il-ġdid ingħata setgħat eżekuttivi.", "SWIEQI - TRIQ IL-ĦAWT - DAWL", "4751.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li parti sew minn Triq il-Ħawt, fis-Swieqi, tinsab mudlama u dan għax m'hemmx installazzjoni adegwata ta' dawl pubbliku issa li għaddew ix- xhur li ġew imwaħħla l-arbli tad-dawl u nbdiet l-installazzjoni tas- servizz, jista' l-Ministru jgħid meta se jintemm ix-xogħol u tiġi rimedjata l-qagħda mwiegħra ta' din il-lokalita'?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-korporazzjoni qed tieħu passi sabiex is-sitwazzjoni tad-dawl pubbliku f'parti minn Triq il-Ħawt, is-Swieqi, tkun irrimedjata mill-aktar fis possibbli.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "4752.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li dan l-aħħar il-Ministru ħabbar li se jibda programm ta' kisi ta' toroq fejn dan ma kienx ingħata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar liema huma t-toroq li se jinksew din is-sena u preferibbilment għal-lokalitajiet fid-9 u l-10 distrett elettorali?", "Jista' wkoll jara li fil-programm jiġu nklużi toroq f'St. Andrew's, Swieqi u l- Ibraġġ kif imsemmija hawn taħt: Triq l-Ibraġġ, Gokondu, Modd, Sieh, S. Vidal, Uqija, Kejla, Tomna, Xiber, Tal-Mielaħ Pinta, Awrikarja, Wejba, Wied Mejxu, G.Le Brun, Pulzier u toroq li joħorġu minn Triq il-Pinta?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Hija policy tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni li tingħata prijorita' fix-xogħol ta' l-asfalt lil dawk it-toroq li għad qatt ma ġew asfaltati.", "Il-parti l-kbira tat-toroq indikati mill-Onor.", "Interpellant huma kollha asfaltati u għalhekk jieħu ħsiebhom il-kunsill lokali.", "Triq Wied Mejxu, fiha persentaġġ żgħir ta' żvilupp u ma tistax tiġi asfaltata għalissa filwaqt li Triq G.Le Brun, hija mniżżla fil-lista tat-toroq li huma żviluppati biex jiġu asfaltati.", "BARRIERI - RIMI TA' SKART", "4753.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-policies tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma rigward l-użu ta' barrieri għar-rimi ta' skart tal-kostruzzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma m'għandha xejn kontra l-użu tal-barrieri għar-rimi ta' skart tal- kostruzzjoni sakemm:", "(i) dan l-iskart ikun ħieles min kull xorta ta' materjal tossiku.", "(ii) jiġi kkontrollat u mmaniġġjat il-proċess kollu jiġifieri mis-sors ta' dan l-iskart sal-post fejn jintrema'.", "(iii) jingħataw garanziji sodi mill-operatur li ma jsirx tniġġiż waqt dan il-proċess.", "(iv) jiġu osservati il-kondizzjonijiet kollha li titlob il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jiġu protetti ir-riżorsi ta' l-ilma taħt l- art.", "BARRIERI - RIMI TA' SKART", "4754.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-policy li barrieri jibdew jintużaw għar-rimi ta' l-iskart tal-kostruzzjoni daħlitx fis-seħħ?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-barrieri li ġew identifikati sabiex jibda jintefa' skart fihom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-risposta hi fin-negattiv.", "AGRIKOLTURA - SIĠAR TAL-PALM", "4755.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk intrawx siġar tal-palm mill-Ministeru jew mid- Dipartiment tal-Biedja?", "X'kienet il-proċedura tal-procurement ta' dawn il- palm u xi speċifikazzjonijiet u kondizzjonijiet hemm segwiti fil- procurement ta' dawn il-palm?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-Dipartiment tal-Agrikoltura qiegħed fil-proċess li jixtri siġar tal-palm.", "Ix-xiri ta' dan il-palm qed isir bil-proċeduri stabbiliti jiġifieri b'quotations, bi specifications u b'kondizzjonijiet li normalment jintużaw.", "SANT'ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "4756.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet tfasslu jew qegħdin jitfasslu għall-upgrading ta' l-Impjant ta' Riċiklaġġ f'Sant'Antnin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-pjanijiet dwar l-Impjant ta' Riċiklaġġ f'Sant Antnin jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent għaldaqstant nitlob lil Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lil ministru kkonċernat.", "U. E. - DIRETTIVI", "4757.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-Ministeru tiegħu u l-Bank Ċentrali hux qed isegwi l-iżviluppi fl-Unjoni Ewropea dwar l-emendi li qed jiġu proposti għat-tliet direttivi rigwardanti:", "a) \"access to the activities of credit banks\"; b)\"the solvency ratio of credit establishments\"; u", "c) \"the adequacy of own funds of investment companies and credit banks\"?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li eventwalment jiġu emendati l-liġijiet u regolamenti bankarji Maltin sabiex jiġu konformi ma' l-emendi għat-tliet direttivi li għadni kemm semmejt meta dawn jiġu adottati mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Bank Ċentrali, fil-kompitu tiegħu bħala l-Awtorita' Kompetenti li tirregola l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji, isegwi żviluppi f'direttivi maħruġa mill-Basle Committee on Banking Supervision.", "Għaldastant, il-Bank Ċentrali bħalissa, mhux biss qiegħed isegwi dawn l- iżviluppi, iżda wkoll qiegħed jaħdem sabiex jemenda d-Direttivi Bankarji u jġibhom konformi ma' dawn l-iżviluppi kif applikabbli għall-istruttura finanzjarja u bankarja ġewwa Malta.", "U. E. - FONDI TAL-MEDA", "4758.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm mill-fondi tal-MEDA ġew imwarrba għal Malta mill-Unjoni Ewropea għat-tliet snin 1996,1997 u 1998?", "Jista l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kif se jintużaw mill-Gvern dawn il-flus li ġew mwarrba għall- Malta mill-Unjoni Ewropea jekk fil-fatt ġewx imwarrba xi flus għal Malta mill-Unjoni Ewropea s'issa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill- fondi tal-MEDA ġew imwarrba għal Malta mill-Unjoni Ewropea l-fondi relatati mal-Protokol Finanzjarju.", "Għalkemm m'hemmx fondi speċjali mwarrba għal Malta, għaliex pajjiżi li għandhom protokoll finanzjarju, bħal Malta, Ċipru u t-Turkija, ma għandhomx fondi diretti oħra barra dawn, fil-programm tal- MEDA, pajjiżna jista' jipparteċipa fi proġetti ma' pajjiżi oħra dment li dawn il-proġetti jiġu meqjusa għall-iżvilupp reġjonali u mhux biex tiggwadanja minnhom Malta biss.", "IMPJIEGI", "4759.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li s-sena l-oħra, jiġifieri fl-1996 bidlu x-xogħol tagħhom?", "Kemm minnhom kienu żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-30 sena?", "Minn dawn iż-żgħażagħ kemm kienu rġiel u kemm nisa?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iż-żgħażagħ telqu minn mal-Gvern/Korpi Parastatali għal mal-privat u viċi versa?", "Minn dawk iż-żgħażagħ li bidlu l-post tax-xogħol tagħhom, kemm kienu li marru jaħdmu għal rashom?", "U kemm kienu dawk li bidlu l-post tax-xogħol minn azjenda għal azjenda oħra?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "DRUGS & THERAPEUTIC COMMITTEE - MEMBRI", "4760.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn huma l-membri tad-Drugs & Therapeutic Committee?", "Kemm-il-darba iltaqgħu mis-26.10.96 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-membri tad-Drugs and Therapeutic Committee huma:", "Dr C.Mallia Chairman, Dipartiment tal-Mediċina Tabib Prinċipali tal-Gvern jew rappreżentant tiegħu", "Professur L.Cutajar Direttur, Dipartiment tal-Kirurġija", "Dr J. Saliba Direttur, Dipartiment tal-Psikjatrija", "Dr S. Brincat Chairman, Dipartiment tal-Onkoloġija", "Dr. S.Attard Montalto Chairman, Dipartiment tal-Pedjatriija", "Dr. J.L Pace Chairman, Dipartiment tad-Dermatoloġija", "Professur A.J Psaila Deputat Direttur, Dipartiment tal-Mediċina", "Dr. R.G Xerri Direttur, Dipartiment tal-Policy and Planning", "Mr V. Bonett Rappreżentant, Dipartiment tal-Finanzi", "Ms L. Wismayer Direttur, Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern", "Ms J. Sciberras Spiżjara Prinċipali u Segretarja tal-Kumitat", "Mis-26 ta'Ottubru s'issa l-Kumitat iltaqa' tlett darbiet.", "SPTAR MONTE CARMELI - MANAGER NURSING SERVICES", "4761.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bir-raġuni għaliex ġewwa l-isptar Monte Carmeli hemm iktar minn Manager Nursing Services wieħed?", "Dawn kollha se jibqgħu hemm u jekk le, fejn se jiġu\"posted?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-preżent hemm żewġ Manager Nursing Services fl- Isptar Monte Carmeli.", "It-tqassim tal-Managers, Nursing Services se jsir mill-aktar fis possibbli skond l-esiġenzi tas-servizz.", "SAĦĦA - PROĠETTI", "4762.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar fuq liema proġetti qegħdin jaħdmu d-diretturi tad-dipartiment għas- sena 1997, direttur b'direttur?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BROTHER OF CHARITY - KUNTATTI", "4763.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk humiex sejrin jinżammu kuntatti mal-Brother of Charity?", "X'ħidma u kontribut mistennija jagħtu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-kuntratt mal-Brothers of Charity ma ġiex imġedded fil-bidu ta' 1996.", "S'issa m'hemmx ħsieb li fil-futur qarib terġa' tintalab l-assistenza tal-Brothers of Charity biex tiġi riformata it- tmexxija manaġerjali fis-settur tas-saħħa psikjatriku.", "SPTAR MONTE CARMELI - MARD", "4764.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet ir-raġuni ta' outbreak ta' diarrhea ġewwa l-kwartieri tat-tobba u FW6 ġewwa l-iSptar Monte Carmeli?", "Jista'l-Ministru jikkonferma kienx hemm kontaminazzjoni ta' ilma ġewwa l-kċina ta' l-istess sptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kien hemm inċidenza żgħira ta' diarrhea u remetar lokalizzata li kienet ikkontrollata minnufih.", "Saru testijiet rilevanti u nista nikkonfermalek li ma hemm ebda kontaminazzjoni ta' ilma imkien ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.", "SPTAR MONTE CARMELI - WARD ROUNDS", "4765.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra għaliex ġewwa MCH m'għadhomx isiru ward rounds regolarment?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li ward rounds għadhom isiru regolarment skond in-neċessita' u l-urġenza tal-klijenti tagħha.", "Infakkar li fl-isptar hemm sessjoni akuta u sessjoni residenzjali.", "Ovvjament il- bżonnijiet tal-klijenti huma differenti u għalhekk il-frekwenza tal-ward rounds fid-diversi sessjonijiet huma wkoll differenti.", "PULIZIJA - PERMESS GĦAL KAŻIN TAL-BANDA", "4767.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni għall-ftuħ tal-każin tal-banda \"Għaqda Mużikali St. Sebastian Band\", 20 ta' Jannar, Ħal Qormi għadu ma ngħatax il-permess meħtieġ bħala klabb mill-Kummissarju tal-Pulizija?", "Bħala soċji hemm diġa' reġistrati 150 ruħ meta l-post huwa diġa' proprjeta' ta' l-istess fundatur, bil-president Avukat Victor Mizzi li allura żgur ma hemmx xkiel legali kif ukoll hemmx oġġezzjonijiet tal-ġirien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi din l-applikazzjoni kienet ġiet rifjutata fuq il-parir tal-Bord ta' Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.", "Ninsab informat ukoll illi dan il-każ huwa suġġett ta' investigazzjoni quddiem l-Ombudsman.", "P.A. - REVIŻJONI TA' PROPRJETA'", "4768.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li terġa' ssir reviżjoni tal-proprjeta' skedata mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Kemm-il reviżjoni saret sal-lum minn din l- istess awtorita'?", "Kemm kienet il-proprjeta' li kellha l-livell ta' l- iskeda tagħha mibdula?", "Liema kienet din il-proprjeta', u fejn tinsab?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "SANT ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "4769.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal- Gvern rigward ir-rapporti ta' konsulenti Olandiżi dwar il-futur ta' l- Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-pożizzjoni tal-Gvern rigward ir-rapporti tal- konsulenti Olandiżi tiġi deċiża mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent għaldaqstant nitlob lil Onor. Interpellant jindirizza din il- mistoqsija lil Ministru kkonċernat.", "Seduta 56 28/04/97", "IMPJIEGI: SAĦĦA/SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "4777.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4447 dwar is-Saħħa/Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tat-22 ta' April, 1997, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-organizzazzjonijiet interessati li lilhom ġew imqassma kopji tal-Kodiċi ta' Prattika għall-Industrija tal- Bini u tal-Kostruzzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol intbagħtulhiex xi kummenti mill- organizzazzjonijiet interessati?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Kopja tal-Kodiċi ta' Prattika għall-Industrija tal- Bini u tal-Kostruzzjoni ġiet mibgħuta lil:-", "1.", "L-Awtorita' tal-Ippjanar.", "2.", "Chamber of Professional Engineers.", "3.", "General Workers' Union.", "4.", "Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem.", "5.", "Kamra tal-Periti.", "6.", "Federazzjoni tal-Industrija.", "7.", "Union Ħaddiema Magħqudin.", "8.", "Bord tal-Inġiniera.", "9.", "Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Il-Kummissjoni rċeviet kummenti bil-miktub mingħand:-", "1.", "General Workers' Union.", "2.", "Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem.", "3.", "Chamber of Professional Engineers.", "4.", "Awtorita' tal-Ippjanar.", "5.", "Federazzjoni tal-Industrija.", "SAĦĦA U SIĠURTA' - KORSIJIET", "4779.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4449 dwar saħħa u sigurta' - korsijiet u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-22 ta' April, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun twil il-kors universitarju u għal-liema grad se jwassal?", "Jista' l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor meta se jibda dan il-kors?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari nru.", "4449 fil-24 ta' Marzu 1997.", "DJAR - REF.", "SRS 45/97", "4781.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-każ ta' applikant mill-Mosta, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, Ref.", "SRS 45/97 fil-Housing Department, Floriana, jaqax u għandux jiġi kkwalifikat bħala kera sussidjata fl-iskema tagħha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infurmat illi l-applikant għandu dħul li jeċċedi l-massimu ta' dawk li jistgħu jibbenefikaw taħt l-iskema.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - UFFIĊJALI", "4783.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li xi uffiċjali mill- Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed jiltaqgħu mal-kunsilli lokali, bi ħsieb li jinbdew proġetti kapitali ma' dawn il-kunsilli lokali?", "Kif qed jintgħażlu dawn il-kunsilli?", "X'se jkun is-sehem fit-twettieq u wara t-twettieq ta' dawn il-proġetti ta' dawn il-kunsilli?", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawn il-proġetti li hemm maħsuba li jiġi mwettqa din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - KINDERGARTEN CENTRES", "4784.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi talbiet mill- kunsilli lokali jew entitajiet oħra biex jinfetħu Kindergarten Centres f'xi żoni periferali fi rħula u bliet f'Malta u f'Għawdex?", "Jekk iva, minn min saru dawn it-talbiet?", "X'policy għandu l-Ministeru fuq talbiet ta' din ix- xorti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - SPONSORSHIPS", "4785.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi guidelines għall-iskejjel li jagħtuhom direzzjoni dwar x'tip ta' sponsorships jew riklami li jistgħu jaċċettaw skejjel minn għand xi ditti kummerċjali?", "Jekk ma jeżistux jista' l-Ministru jikkonsidra li jiġu fformulati guidelines ħalli ma jsirux xi forma diretta jew indiretta ta' riklami u prodotti jew servizzi li huma ta' ħsara għall-istudenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma jeżistu l-ebda guidelines formali dwar sponsorships jew riklami fl-iskejjel mingħand ditti kummerċjali.", "Iżda kull meta kien hemm xi talba minn xi skola jew ditta kummerċjali, jingħata parir li ma jsiru l-ebda riklami jew sponsorships ta' alcohol, tabakk jew affarijiet simili li jistgħu b'xi mod ikunu ta' ħsara għat-tfal u żgħażagħ.", "Naqbel mal-proposta tal-Onor.", "Interpellant u nimplimentaha kemm jista' jkun malajr.", "ŻURRIEQ - PROĠETT", "4794.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jsir minnu l-proġett ta' public open space, ippjanat għal Triq San Pawl, fiż-Żurrieq u li kien se jiġi ffinanzjat mis-Segretarjat għall- Ambjent?", "Jaf il-Viċi Prim Ministru li hemm pjanti li dwarhom kienet saret ukoll diskussjoni bejn is-Segretarjat ta' l-Ambjent, Kunsill Lokali Żurrieq u r- residenti ta' Triq San Pawl u t-toroq tal-madwar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "SKEJJEL - FGURA", "4795.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskola Primarja tal- Fgura hijiex se tieħu lura l-art (ta' l-iskola) fejn bħalissa qed jinżamm żiemel, meta tinqata' l-kawża fil-Qorti (jekk tkun fl-affermattiv)?", "Jaf il-Ministru li għalkemm l-iskola tal-Fgura għandha ħafna art madwarha, madwar elf tifel u tifla m'għandhomx fejn jilagħbu waqt il-break?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għandu l-ħsieb li jieħu lura l-art fejn bħalissa qed jinżamm żiemel.", "SKEJJEL - LIBRARA", "4796.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm school librarians fl-iskejjel sekondarji u Junior Lyceum kollha tas-subien u tal-bniet (statistika separata għall-skejjel tal-bniet u tas-subien)?", "Kemm minnhom huma kkonsidrati li huma mħarrġa professjonalment?", "X'inhuwa t-taħriġ li jitqies bħala meħtieġ biex wieħed ikun librar professjonali?", "Id-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tagħti xi kumpens finanzjarju lil min ikun imħarreġ professjonalment bħala librar?", "Jekk le, hemm il-ħsieb li jibda jingħata?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' School Librarians fl-iskejjel Sekondarji u Junior Lyceums kollha tas-subien u tal-bniet u kemm minnhom huma mħarrġa professjonalment se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fis- seduta tal-lejla.", "Il-librara għandhom allowance ta' Lm120 fis-sena bħala post ta' responsabbilita', bħal għalliema kollha jieħdu allowance skond il-grad ta' kwalifika li jkollhom eż.", "Diploma Lm150 First Degree Lm200", "KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - KUMITAT", "4797.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm a) individwi u b) għaqdiet li bagħtu xi komunikazzjoni lill-kumitat li ħatar il-Ministru biex jirrevedi l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali sa l-aħħar ta' Marzu 1997?", "Dan il-Kumitat qed ikollu xi ħidma komuni mal-Kumitat li qed jieħu ħsieb l- Early Literacy Programme?", "Jista' l-Ministru jara li hemm lok għal ħidma komuni bejn iż-żewġ kumitati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sal-aħħar ta' Marzu 1997, 51 individwu u 87 għaqda, li jinkludu skejjel, bagħtu xi komunikazzjoni lill-kumitat maħtur biex jirrevedi l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "Tnejn mill-membri tal-kumitat maħtur biex jirrevedi l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali qegħdin ukoll jaħdmu fl-Early Literacy Programme.", "SKEJJEL - EARLY LITERACY PROGRAMME", "4798.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li jkun hemm korrelazzjoni bejn l-illiteratiżmu u n-numru ta' siegħat li ħafna tfal jgħaddu quddiem is- set tat-televizjoni u allura jekk fl-affermattiv hux possibbli li fl-Early Literacy Programme isir xi studju dwar kif it-televiżjoni qed jaffettwa l- qari fost it-tfal u ultimament il-kultura tal-qari?", "Jaf il-Ministru li barra minn Malta saru studji bħal dawn u ħafna kkonkludew li t-televiżjoni qed jagħmel it-tfal għażżenin u passivi u allura ma jħossux il-bżonn tal- qari?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL SPEĊJALI - VOT KAPITALI", "4799.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-Vot Kapitali sena b'sena għas-settur ta' l-Edukazzjoni Speċjali matul l-aħħar ħames snin li għaddew?", "Kemm intnefqu minn dawn il-fondi sena b'sena?", "Kif intnefqu dawn il-voti, per eżempju, x'tip ta' apparat inxtara għal kull skola sena b'sena?", "Kemm huwa maħsub li jintnefqu flus fil-Vot Kapitali għall- Edukazzjoni Speċjali għal din is-sena kurrenti?", "Fiex huma maħsuba li jintnefqu dawn il-flus ivvotati?", "Kemm intnefqu minnhom sal-31 ta' Marzu 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PEMBROKE - BINI", "4802.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid:", "a) Jekk itteħditx deċiżjoni mill-Gvern dwar il-Business Park f'Pembroke?", "b) Kemm se jinbnew Housing Units minflok il-Business Park", "c) X'persentaġġ ta' din is-sit se tinbena?", "d) X'se jkun l-għoli tal-bini propost?", "e) Jekk il-Gvern hux jikkonsidra li jbiddel l-għoli tal-bini tas-650 unit li hemm fil-Pjan Eżistenti?", "f) Meta hu maħsub li jinbeda w jitlesta x-xogħol kollu li hemm indikat fil-Pjan?", "g) X'konsultazzjoni qed issir mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke u r- residenti tal-lokal? u", "h) Jekk il-Gvern ippreżentax il-Pjani tiegħu lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar, u jekk iva, x'kienet ir-reazzjoni min-naħa tagħha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "KUNSILL LOKALI TA' WIED IL-GĦAJN", "4803.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3151 u 3760, jista' l-Ministru issa jinforma l-Kamra x'riżultati taw l- investigazzjonijiet li nimmaġina issa ġew finalizzati?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- investigazzjonijiet għadhom mhux iffinalizzati.", "KONFERENZA MARKETING THE MEDITERRANEAN AS A REGION", "4804.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 232, u speċifikament għal- lokal li ntgħażel biex iservi bħala ċentru, jista' l-Ministru jgħid jekk inbidilx il-ħsieb miż-żmien li ngħatat din it-tweġiba?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fl-affermattiv.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "4805.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il unit ta' street lighting se jkun ittieħed mill-proġett ta' Bugibba f'din l-ewwel fażi tiegħu?", "X'se jkun l-ammont li se jibqa' għall-bqija tas-sena għall-bqija tal- pajjiż?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - APPLIKAZZJONIJIET", "4806.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-applikazzjonijiet waħda waħda bin-numru tal-Planning Authority li għandu pendenti dan id- dipartiment?", "Meta ġew sottomessi dawn l-applikazzjonijiet?", "Hemm xi applikazzjoni li għalkemm għadha pendenti, fil-fatt inbeda x-xogħol li għalih saret l-applikazzjoni?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EURO MEDITERRANEAN CIVIL FORUM", "4815.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi l-mistoqsija parlamentari numru 4619 magħmula minni, milli jidher ma ġietx mogħdija lilek kif għamiltha, tista' jekk jogħġbok tirrispondi din il-mistoqsija ċioe' tista' tikkonferma jekk l-inawgurazzjoni tal-EuroMed Civil Forum li saret nhar il-11 ta' April, meta kollega tiegħek, ministru ieħor indirizza l-laqgħa minflokok, bi żball qarax l-ispeech li kellu jagħmel kelliem ieħor minflok dak li kellu ppreparat għalik jew għalih?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninsab informat li fl-okkażjoni li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor Interpellant, kien hemm xi mix up zgħir, li pero' ma kellu ebda effett la fuq il-kontenut, u lanqas fuq il-messaġġi li riedu jitwasslu fl-indirizzi li saru.", "IMPJIEGI - MEWT TA' ŻGĦAŻUGĦ", "4816.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultat ta' inkjesta li sar dwar il-mewta traġika taż-żgħażugħ minn Ħaż-Żabbar li ħalla ħajjtu fuq il-post tax-xogħol fil-Fgura fi Frar li għadda?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-proċess verbal dwar inkjesta magħmula minn Maġistrat huwa dokument protett mill-Liġi u ma jistax jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Madankollu persuni interessati li jkollhom kopja jistgħu jagħmlu talba lill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "MALTA/BJELORUSSJA - RELAZZJONIJIET", "4817.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista ta' l-iżviluppi politiċi li ġraw dan l-aħħar fil-Bjelorussja, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-qagħda tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Bjelorussja?", "Dawn l-iżviluppi kellhom impatt/effett fuq ir-relazzjonijiet bejn Malta u l- Bjelorussja?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Malta waqqfet relazzjonijiet diplomatiċi ma' Belarus fis-16 ta' Frar 1993 u l-qagħda tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi hija waħda normali.", "Ma kien hemm l-ebda żvilupp politiku fil-Belarus dan l- aħħar li kellu xi mpatt/effett fuq ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "4818.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jispjega għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li ġiet kostretta tirritorna Malta mill-Amministrazzjoni preċedenti qed jingħad li mhux intitolat għal post mill-Housing?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata għandha applikazzjoni bin-numru H14061 u qed tiġi pproċessata ma' oħrajn simili.", "EDUKAZZJONI - KONFERENZA NAZZJONALI", "4819.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3791 dwar it-Tomorrow's Schools, ma jara l-ebda frott minn Konferenza li fiha kien jistieden lill-iStakeholeder kollha fl- Edukazzjoni ħalli jiddiskutu dokument li kien ingħata daqshekk pubbliċita' u li anki l-Partit tiegħu wera li jaqbel miegħu?", "Ma jarax li bid-deċiżjoni tiegħu li ma jorganizzax din il-Konferenza ikun qed jaħli l-enerġija u r- riżorsi ta' ħafna nies li ħadmu biex ipproduċew dak id-dokument u jeqred l- aspettattiva li kienet inbniet mill-Ministru preċedenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le.", "SAĦĦA - PARAMEDIĊI", "4827.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 4618 u t-tweġiba għaliha, jaqbel il-Ministru mal- prinċipju li paramediku jagħmel xogħol regolari f'uffiċċju ta' ministru jew segretarju parlamentari u mbagħad jidħol għal shift jew night duties bil- benefiċċji li dawn jieħdu magħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sitwazzjoni qed tiġi assessjata.", "RABAT - TRIQ SANT'ARISTARKU - TISWIJA", "4828.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħieġa sabiex Saint Aristarcus Street, Rabat, Malta tingħata s-surfacing u jsiru bankini ġodda?", "Qed nibgħatlek separatament ritratt li juri l-istat attwali tat-triq.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan ix-xogħol jitqies li hu ta' manutenzjoni u peress li din it-triq mhiex waħda arterjali, il-kunsill lokali hu responsabbli biex ifassal il-programm u jwettaq dawn it-tiswijiet.", "P.A. - PA 0346/95/AKN", "4829.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra għaliex PA 0346/95/AKN għadu pendenti meta dan qed jintalab in konformi mal-liġi?", "Meta hu maħsub li dan jinħareġ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "P.A. - KAŻ ECF/1139/95/ENMU/NENF", "4830.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju qegħda l-applikazzjoni għal permess ta' Serra No. ECF/1139/95/ENMU/NENF meta dan ġie approvat mill-agrikoltura?", "Din ilha pendenti 'l fuq minn sentejn.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Avviż ta' Twettieq (EFC 1139/95) kien inħareġ fil- 11 ta' Novembru 1995 minħabba l-bini ta' żewġ serer u ġiebja mingħajr il- permess neċessarju.", "L-applikazzjoni relattiva PA 4195/94 kienet ġiet rifjutata fid-29 ta' Mejju 1996.", "Sussegwement ġiet sottomessa reconsideration fuq dan ir-refusal liema reconsideration għadha pendenti.", "POWER STATION - MARSA", "4831.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni: i) Kemm ilha l-Enemalta li neħħiet l-użu tal-faħam; ii) Kemm ġiet tiswa iżjed il-bidla mill-faħam għaż- żejt; iii) Kemm ġie jiswa dan l-apparat; u iv) Kemm huwa t-tunnellaġġ ta' żejt li jikkonsmaw iż-żewġ power stations?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru huwa dan li jidher hawn taħt:", "1.", "L-Enemalta neħħiet l-użu tal-faħam f'April 1995.", "2.", "Il-bidla mill-faħam għaż-żejt tiswa madwar miljun lira Maltin fis- sena.", "3.", "L-apparat għall-bidla sewa Lm2,069,486.", "4.", "Iż-żewġ power stations jikkonsmaw medja ta' 42,632 metric tons fix- xahar.", "POWER STATION - MARSA", "4832.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni (i) kemm qed tiġġenera elettriku l- Power Station \"A\" tal-Marsa; u (ii) jekk mhijiex tiġġenera elettriku, għaliex?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru huwa kif ġej:", "1.", "Il-Power Station 'A' tal-Marsa għalqet fl-1994 u, għalhekk, m'għadhiex tiġġenera elettriku.", "2.", "Fil-bidu tas-snin 90, part mill-impjant kien twaqqaf minħabba ħsarat, u l-kapaċita' totali ta' din il-power station niżlet għal madwar 7 megawatts, b'effiċjenza baxxa.", "Bid-dħul ta' Delimara fis-sistema ta' l-elettriku, ma kien ta' ebda vantaġġ li tibqa' ssir manutenzjoni ta' din il-power station u, għalhekk, ingħalqet.", "ENEMALTA - ENERĠIJA ELETTRIKA", "4833.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar:", "A. (i) Kemm hi l-kapaċita' ta' l-enerġija elettrika li tipproduċi l- Enemalta; (ii) Kemm hi l-kapaċita' tal-Marsa Power Station; (iii) u dik f'Delimara Power Station?", "B. Kemm hi l-kapaċita' ta' enerġija elettrika: (i) mill-ġenerazzjoni tal- isteam u (ii) min fuel ieħor?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-kapaċita' nominali hi kif qed nuri fit-tabella ta' hawn taħt:", "| |Steam |Gas |Total | | |Units |Turbine| | | | |s | | |Marsa |235 |37.5 |272.5 | |Delimara|120 |75 |195 | |Total |355 |112.5 |467.4 |", "ENEMALTA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA' TA' L-ELETTRIKU", "4834.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti r-riżultati tad-diversi nkjesti/investigazzjonijiet li hu stess kien ordna u wiegħed spjegazzjoni rigward qtugħ tad-dawl? (mhux qiegħed nirriferi għal dati speċifiċi sabiex tingħata informazzjoni fuq kull investigazzjoni illi saret).", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub kien diġa' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ENEMALTA - XIRI TA' CABLE", "4835.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinvestiga allegazzjonijiet li x-xiri ta' cable qiegħed isir dejjem mingħand l-istess ironmongery minflok skond il-proċedura fid- Dipartimenti tal-Gvern?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ilment imqajjem qed jiġi nvestigat.", "ŻEJTUN - TRIQ MARSAXLOKK - DAWL", "4836.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li d-dawl fi Triq Marsaxlokk, Żejtun (streetlighting) jinxtegħel peress li dawn ir-residenti ġew imwiegħda għal bosta ġimgħat pero' xorta baqgħu fid-dlam jew b'dawl baxx?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li x-xogħol meħtieġ qed jiġi pprogrammat flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "BIĊĊERIJA - QATLA TAL-MAJJAL", "4840.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li dan l-aħħar f'risposta ta' mistoqsija parlamentari intqal li l- qatla fil-Biċċerija żdiedet b'medja ta' 300 majjal fil-ġimgħa, jista' l- Ministru jgħid jekk din iż-żieda fl-ammont ta' majjal maqtul kull ġimgħa hux ġej minn numru ta' majjaliet akbar li hawn fis-suq, u jekk fl- affermattiv, kemm hu n-numru ta' dawn il-majjaliet?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Le, din iż-żieda fil-qatla tal-majjal fil-Biċċerija kienet ir-riżultat ta' tnaqqis fil-qatla tal-majjal f' Biċċerija privata", "MARSAXLOKK - SAJJIEDA", "4841.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda fulltime u part- time li jagħmlu użu minn irmiġġ fil-Port ta' Marsaxlokk?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm huwa n-numru totali ta' irmiġġi fil-Port ta' Marsaxlokk (i.e.", "Marsaxlokk, San Ġorġ Birżebbugia, eċċ) u jekk hemm, kemm huwa n- numru pendenti ta' talbiet għall-irmiġġi fl-istess port?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li għalkemm il-Berthing Regulations 1975 jgħidu li jenħtieġ permess biex jitqiegħed irmiġġ f'xi waħda mill-bajjiet bħal ma hi dik ta' Marsaxlokk, huma ħafna li jaqbdu u jsibu spazju għal irmiġġ mingħajr ma jitolbu permess uffiċjali.", "Għaldaqstant mhux possibbli li tingħata figura tan-numri ta' opri ta' sajjieda fulltime jew part-time jew dilettanti li jagħmlu użu mill-bajja ta' Marsaxlokk.", "Jien informat ukoll li bis-seħħ tal-liġi Nru. XVII ta' l-1991 l- Awtorita' Marittima assumiet mid-Dipartiment ta' l-Artijiet l- amministrazzjoni ta' dawk il-mollijiet li qabel kienu jingħataw permess ta' ħoloq biex jorbtu magħhom l-opri tal-baħar.", "It-28 post li hemm b'dawn il- ħoloq huma kollha okkupati minn 25 sajjieda full-time u tliet sajjieda part- time.", "B'danakollu, hemm 16 li qegħdin jirmiġġaw fil-bajja ta' Marsaxlokk li wrew ix-xewqa li jingħataw irmiġġ f'dik il-parti magħrufa bħala il- Magħluq li preżentement huwa mimli bl-opri.", "Is-sena li għaddiet l-Awtorita' Marittima implimentat Mooring Plan fil- bajja ta' San Ġorg f'Birżebbuġa fejn tqiegħdu 244 mażżra u dawn kollha ttieħdu.", "Kien hemm 164 li kellhom jirmiġġjaw barra din l-iskema.", "BIEDJA - ORGANIC FARMING", "4842.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward ir-rapport fuq is-suġġett ta' Organic Farming li sar minn esperti Ġermaniżi, jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum irċeviex il-kummenti ta' l- għaqdiet ambjentali li kienu ġew mitluba jagħmlu l-kummenti tagħhom u, jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsistu dawn l-istess kummenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ir-rapport għadu qed jiġi diskuss.", "Fil-fatt qed isiru laqgħat ma' l-għaqdiet dwar dan is-suġġett u aktar tard ser isiru laqgħat mal-koperattivi u l-għaqdiet tal-bdiewa.", "WIED INĊITA - SIĠAR", "4843.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siġar indiġeni li jiġu pprovduti mil-mixtla ta' Wied Inċita u kemm (numru) ġew provduti minn dawn it-tip ta' siġar fil- perjodu 1.1.96 sa 31.3.97, xahar b'xahar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PITKALIJA - PATATA", "4844.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li dan l-aħħar f'risposta għall-mistoqsija parlamentari intqal li matul Diċembru u Jannar ta' din ix-xitwa kien hawn suq tajjeb għall-patata tax-xitwa, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju mħallas lill- bdiewa f'Diċembru, 1996 u Jannar, 1997, rispettivament għall-patata tax- xitwa mdaħħla fil-Pitkalija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' HOME HELPER", "4845.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4484 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jikkonferma li din it-tweġiba kienet intiża għal din il-mistoqsija?", "Billi l-mistoqsija kienet fis-sens li l-anzjani jkollhom aktar assistenza, jew ta' l-inqas dik li għandhom illum, u mhux li l-helpers ikunu jistgħu jlaħħqu mal-massimu ta' sigħat stipulat s'issa, tista' tingħata tweġiba għall-mistoqsija kif magħmula?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-dipartiment qiegħed jara li kull anzjan li jkollu bżonn is-servizz, dan jingħatalu bla dewmien.", "Jekk l-Onor Interpellant jaf b'xi każi partikolari jista jinformana bihom biex jinqdew.", "Kull Casual Social Assistant li ma jkomplix f'xogħolu jiġi sostitwit minnufih.", "Aktar milli biex jitkabbar dan is-servizz qegħdin naħsbu u nimxu fis-sens li dan jingħata b'mod iżjed maħsub u addattat, u waqt li l-anzjani jinqdew aħjar ma jkunx hemm bżonn li jiżdiedu n-numru ta' CSA li huwa ta' 449.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA BARRANIN", "4846.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4453, jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel post-sekondarji ma nstabux biżżejjed għalliema tal-Ġermaniż, Computing, Accounts u Navigation Studies?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema meħtieġa f'kull suġġett imsemmi u kemm s'issa ntilfu lezzjonijiet mill-istudenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "RAĦAL ĠDID - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "4847.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed titwettaq biex jintlaħaq il-complement sħiħ ta' tobba fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bil-għan li jintlaħaq il-complement sħiħ ta' tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha, ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Medical Officers fil-qasam tal-Kura Primarja.", "Din is-sejħa hija miftuħa wkoll għall-dawk it-tobba li jkunu spiċċaw is- sentejn Housemanship sa l-aħħar t'Ottubru 1997.", "PITKALIJA - PRODOTTI AGRIKOLI", "4852.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-figura ta' 7,388,500 kgs imsemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 4634 dwar ammont ta' prodott agrikolu li ddaħħal fil-Pikalija bejn Jannar u Marzu 1997, jikkonferma l-Ministru jekk din iċ-ċifra kenitx l- ammont totali ta' prodott li ddaħħal fil-Pitkalija u jekk fin-negattiv kemm kien l-istess ammont totali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - SERQ TA' VETTURI", "4859.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Novembru 1996, kemm insterqu vetturi, xahar b'xahar?", "Kemm ġew misjuba vetturi rapportati nieqsa mill-Pulizija u/jew mis-sidien tagħhom, xahar b'xahar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PBS LTD - CHIEF EXECUTIVE", "4860.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni speċjali għaliex ġie żvelat lil din il-Kamra s-salarju taċ-Chief Executive ta' Posta Ltd, iżda ma ġiex żvelat is-salarju u ma tpoġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt taċ-Chief Executive tal-PBS Ltd?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħalma jaf tajjeb l-Onor.", "Membru, Posta Ltd għandha monopolju u, għalhekk, m'għandix kompetizzjoni.", "Ma jistax jingħad l-istess għall-PBS Ltd.", "Għalhekk, m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija 4288 għajr li nassigura lill-Onor.", "Membru li s-salarju tal- General Manager tal-PBS Ltd huwa ħafna inqas ukoll minn dak taċ-Chief Executive ta' Posta Ltd.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-MINZEL - TARMAC", "4861.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq il-Minzel fiż-Żejtun ma ġietx mogħtija t-tarmac minkejja li Triq E Attard Bezzina ġiet mogħtija t-tarmac?", "Dan għaliex Triq il-Minzel isservi bħala dħul għal Triq E. Attard Bezzina?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li filwaqt li Triq il-Minżel kienet diġa asfaltata, Triq E. Attard Bezzina qatt ma kienet u għalhekk din ġiet asfaltata.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "4862.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 3065 u mistoqsijiet supplimentari u t- tweġibiet mogħtija fis-seduta tat-23 ta' April, jista' l-Prim Ministru jgħid ta' liema reati nstabu ħatja it-30 priġunier li għandhom anqas minn 25 sena u issa jinsabu fil-Ħabs Civili?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk xi ħadd mit-30 priġunier kienx reċidiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-reati li nstabu ħatja tagħhom it-30 priġunier li għandhom anqas minn 25 sena u jinsabu fil-Faċilita' Korretiva ta' Kordin hu kif jidher hawn taħt;", "|Reati |Numru ta | | |prigunier| | |i | |Serq |16 | |Drogi |5 | |Omicidju |2 | |Hajjar persuna għal |1 | |prostituzzjoni | | |Stupru |1 | |Feriti gravi |1 | |Rezistenza fuq |1 | |uffiċjali pubbliċi | | |Liberta' provizorja |1 | |mitlufa | | |Frodi |1 | |Hsara volontarja |1 |", "Tlettax (13) minn dawn huma reċidivi.", "SAĦĦA - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "4863.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' casual assistants illum u kemm kien ħames xhur ilu?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk b'xi mod, sarx xi tibdil fl-għoti tas-servizz li jagħtu l-casual assistants lil min jitlob għalih?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' assistenti soċjali każwali illum huwa 449 f'Malta.", "Ħames xhur ilu n-numru kien 429.", "Ma sar l-ebda tibdil fl-għoti tas-servizz li jagħtu dawn l-assistenti lil min jitlob għalih, għalkemm qed isir aktar sundaġġ tajjeb tat-talba biex kull min għandu bżonn, jieħu s-servizz kif jixraq.", "SERVIZZ PUBBLIKU - RAPPORTI", "4882.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li rapporti li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kienet ippreparat fis-snin li għaddew jiġu ppubblikati wkoll bħalma kien isir fl-imgħoddi u bħalma sar ix-xahar li għadda?", "Jista' l-Prim Ministru jispjega fil-qosor l-iskop ewlieni ta' dawn ir- rapporti, x'passi amministrattivi setgħu ttieħdu f'dawn l-aħħar snin jew hemmx ħsieb li jittieħdu fil-ġejjieni, fl-interess ta' l-effiċjenza fl- amministrazzjoni pubblika?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapporti li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru huma mitluba mir-Regolament 33 tar-Regolamenti ta' l-1960 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, liema Regolament jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tagħmel rapport annwali lill-Prim Ministru.", "L-iskop ta' dawn ir-Rapporti huwa li jingħata rendikont tax-xogħol tal- Kummissjoni u tal-Bord tad-Dixxiplina matul is-sena.", "Għalhekk ma naħsibx li jkun rilevanti li rapporti li saru fis-snin ta' qabel jiġu ppublikati issa.", "It-titjib fl-effiċjenza ta' l-amministrazzjoni pubblika jrid isir b'mod kontinwu.", "Fl-ewwel xhur ta' din l-Amministrazzjoni, grupp ta' mpjegati tal-Management Systems Unit ġew trasferiti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn twaqqfet Management Efficiency Unit li l-għan prinċipali tagħha huwa t- titjib fl-effiċjenza tad-Dipartimenti tal-Gvern.", "SIĠĠIEWI - BINJA ĦESRI - GARAXXIJIET", "4883.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment ta' l-Artijiet jieħu passi biex numru ta' garaxxijiet li jinstabu f'Binja Ħesri, fis- Siġġiewi jinħarġu għall-bejgħ jew għal kiri?", "Dawn il-garaxxijiet issa ilhom żmien twil vojta u ma jintużawx.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-garaxxijiet li għad hemm vojta f'Binja Ħesri, Siġġiewi, kienu qed jiġu riservati għal ħtiġijiet tad-dipartiment tal- Gvern.", "Id-Dipartiment tal-Artijiet issa qed jistudja l-possibbilta' li joffri għal kiri xi wħud minnhom.", "DJAR - ĊNUS", "4890.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk iċ-ċens impost fuq plots tal-Gvern allokati mill- Awtorita' tad-Djar fil-ħarġa ta' Settembru, 1989 jistax jinfeda?", "Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kull min ibbenefika minn plot taħt il-ħarġa ta' Settembru 1989 għandu l-obbligu li jifdi iċ-ċens.", "Il-fidi ta' ċens jista' jsir wara li jkun sar il-kuntratt ta' enfitewsi.", "Iċ-ċens ikun jista' jinfeda:", "1. matul l-ewwel ħames (5) snin mid-data oriġinali tal-għotja tal-plot b'enfitewsi b'rata ta' fidwa ta' 8% taċ-ċens mhux sussidjat;", "2. matul l-ergħa (4) snin li jmiss b'rata ta' fidwa ta' 7% taċ-ċens mhux sussidjat;", "3. matul il- ħames (5) snin li jmiss b'rata ta' fidwa ta' 6% taċ-ċens mhux sussidjat;", "4. matul il-15-il sena b'rata ta' fidwa ta' 5% taċ-ċens mhux sussidjat;", "5. iċ-ċens għandu jiġi mifdi sa mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara d-data oriġinali tal-għotja tal-plot b'enfitewsi.", "U taħt il- kondizzjonijiet l-oħra fl-istess ħarġa.", "KOPPJI SEPARATI - GĦAJNUNA SOĊJALI", "4891.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' koppji separati u koppji fil-proċess ta' separazzjoni li qegħdin jirċievu għajnuna soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ ta' koppja separata, l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi Għajnuna Soċjali jekk jiġi stabbilit li xi parti mill-koppja tissodisfa t-test tal-mezzi u tkun qed tifforma familja għal rasha.", "Il-liġi ma tagħmilx distinzjoni bejn separazzjoni legali, de facto jew waħda li dwarha jkun beda rikors fis- sekonda Awla, iżda għadu għaddej il-proċess.", "Għaldaqstant ma tinħassx il- ħtieġa li tinżamm statistika bil-mod li qed tintalab.", "In-numru ta' familji li qed jirċievu Għajnuna Soċjali sew f' Malta kif ukoll f'Għawdex għax huma, kif spjegajt, separati hu kif jidher hawn taħt:-", "Għajnuna Soċjali Malta Għawdex Total 1878 53 1931", "UNIVERSITA' - EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "4892.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li ċerti eżamijiet tal-MATSEC (Livell Ordinarju) li se jsiru issa se jaħbtu fl-istess ġurnata u fl-istess ħin ma' eżamijiet ta' universijiet barra minn Malta, jista' l-Ministru jikkonsidra l-każ li wieħed mill-eżamijiet li jaħbtu fl-istess ħin, isir immedjatament wara li jispiċċa l-ewwel eżami, b'arranġamenti apposta bejn l-Examination Branch tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u l-Universita' ta' Malta?", "Dan fuq talba ta' studenti nvoluti li jippreferu li jkollhom ħin twil ta' eżamijiet, wieħed wara l-ieħor, milli jitilfu ċ-ċans li jagħmlu ċerti eżamijiet.", "Jista' l-Ministru wkoll jieħu ħsieb li għal sezzjonijiet oħra ta' eżamijiet 'il quddiem dan ma jerġax jiġri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "4893.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal bdil ta' fondi bejn il- persuni li isimhom qed jingħata separatament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għaddejt l-informazzjoni lid-Direttur għall- Akkomodazzjoni Soċjali biex jinvestiga l-każ.", "ŻGĦAŻAGĦ - POLITIKA NAZZJONALI", "4916.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4472, nixtieq inkun aktar speċifiku u nistaqsi lill-Ministru jgħid kemm jirriżulta lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport li hawn pajjiżi fl-Ewropa u f'dawk tal-Commonwealth li għandhom politika nazzjonali taż-żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "AIR MALTA - PILOTI", "W432.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-applikazzjonijiet, jekk hu l-każ, għal pilots ma' l-Air Malta jew ma' l-Air Traffic Controllers ta' l-AFM?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fil-preżent, l-aħħar grupp ta' trainee pilots li daħħlet l-Air Malta f'Settembru li għadda qegħdin jattendu għal kors ta' training tagħhom u għalhekk għalissa m'hemmx il-ħtieġa li joħorġu applikazzjonijiet għall-piloti mal-kumpannija Nazzjonali.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mar-reklutaġġ ta' l-Air Traffic Controllers nissuġġerixxi l-Onor.", "Ħabib tiegħi li jagħmel id-domanda tiegħu lill- Ministru konċernat.", "DJAR - KAŻ H 13093", "W440.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li fl-iqsar żmien possibbli l-persuna mill-Furjana li isimha qed jintbagħat separatament bil-file No. H13093, jingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "Jista' l-Ministru jibagħat l- inspector biex jirrapporta dwar il-każ?", "Jista' jingħata ċans għall- appuntament mas-segretarju tas-Segretarjat tiegħu u meta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed ikun kkonsidrat.", "Rigward appuntament, dan diġa' kellu wieħed fis-26 ta' Frar, 1997 u ma kienx ġie.", "Issa jekk dan irid appuntament ieħor jrid jerġa' jċempel il- Ministeru u meta jkun imissu nibagħtu għalih.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W457.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li ismha qed jintbagħat separatament, tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "Meta ntbagħat inspector tal-Housing?", "Fiex waslet il-konsiderazzjoni ta' dan il-każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni li daħlet fl-4 ta' Marzu qed tieħu l-kors tagħha.", "DJAR - SPEZZJONIJIET", "W458.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Fid- dawl ta' mijiet ta' każi li għandu d-dipartiment responsabbli minn strutturi perikolużi, jista' l-Ministru jgħidli xi kriterji stabbiliti hemm u kemm jiġu fil-fatt osservati skrupolozament qabel ma jintbagħat inspector?", "Kif jasal id-dipartiment għal konklużjoni li każ fost dawn il- mijiet jimmerita inspection qabel każ ieħor?", "Jista' l-Ministru jassigura li qatt ma ntbagħat inspector wara li ma jkunx sar dan l-eżerċizzju oġġettiv?", "Il-Ministru jikkonsidra li d-deċiżjoni dwar jekk jintbagħatx inspector jew le hija soġġettiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment qed jipprepara eżerċizzju fejn l-applikazzjonijiet kollha ikunu spezzjonati.", "Każi li fihom jiġi allegat li hemm periklu imminenti, jiġu spezzjonati minnufih.", "Sakemm l-eżerċizzju msemmi qabel jintemm dejjem jibqa' element ta' soġġettivita' dwar l-inspection.", "Meta per eżempju, l-Onor.", "Interpellant jindika każ li fil-fehma tiegħu hu meritevoli, jintbagħat inspector biex jikkonferma dan.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "W459.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħidli jekk qattx sar xi sforz tul dawn l-aħħar xhur biex jiġu ddentifikati liema mill-eluf ta' każi li għandu d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali huma fil-fatt (i) ġenwini; (ii) ta' persuni li diġa' jkunu sabu post, u forsi ma jkunux informaw lid-dipartiment b'dan; (iii) ta' appllikanti li jkunu mietu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jispjega x'jiġri f'dawn il-każi u meta l-aktar li sar dan l-eżerċizzju?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Qiegħed isir sfoz kontinwu biex id-dipartiment isir jaf is-sitwazzjoni reali dwar l-applikazzjonijiet kollha quddiemu.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W461.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W278, jaf il-Ministru li l- inkwilina tal-fond li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mietet madwar tliet xhur ilu u li dan il-post kien ġie ndikat ma' uffiċjali fid- dipartiment għall-inqas erba' darbiet?", "Jaf jgħidli l-Ministru jekk sarux l- investigazzjonijiet neċessarji mwegħda?", "Jirriżultalu d-dipartiment li l- post tbattal u li allura kif hu stess wiegħed fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru W278 \"it-talba tiġi milqugħa\" fil-konfront tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu wkoll separatament?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat illi ċ-ċwievet tal-post għadhom ma daħlux fid-dipartiment.", "Appena jidħlu, l-applikazzjoni msemmija tkun tista' tiġi kkonsidrata skond il-policy viġenti.", "MINISTERU TAD-DJAR - APPUNTAMENTI", "W462.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista l- Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata appuntament ma' xi ħadd fis-Segretarjat tal-Ministru wara li ilha li għamlet talba għal dan aktar minn erba' ġimgħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Isem din il-persuna jinsab fil-waiting list ta' l- appuntamenti meta jkun imissha nibagħtu għaliha minnufih.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "W464.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' faxes dwar akkomodazzjoni alternattiva li d-Direttur wieġeb tul ix-xahar ta' Marzu, ġurnata b'ġurnata, u xi kemm idum biex imwieġeb għal fax?", "Kemm minn dawk li rċevew għadu ma weġibhomx dejjem għall-istess xahar, ġurnata b'ġurnata?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi n-numru ta' faxes li jibgħat l- Onor. Interpellant ma jirrikjedux risposta.", "Huma biss indikazzjonijiet ta' każi li hu jidhirlu li jkunu meritevoli.", "Filwaqt li l-każi jiġu nvestigati kollha, ma jistax ikun li jiġu solvuti kollha għax kif jaf l-Onor.", "Intpellant, il-postijiet disponibbli huma limitat ħafna.", "DJAR - KAŻ HO 7459", "W465.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Fid- dawl taċ-ċirkostanzi tal-File No. HO 7459 tal-persuna mill-Belt Valletta li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jara li għallinqas jingħataw wieħed miż-żewġ postijiet li tbattlu jew li se jitbattlu dalwaqt, u li għarrfu bihom lid-dipartiment/ministeru li minn din in-naħa wegħduhom ġentilment appoġġ sħiħ u ċioe' jew 94, Għajn Dwieli Rd, Paola jew 86 Mater Boni Consilii Street, Paola?", "Konxju l-Ministru li l- fatti ta' dan il-każ ħolqu separazzjoni de facto tal-konjugi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed ikun ikkonsidrat.", "Meta jidħlu ċ-ċwievet tal-postijiet indikati, s-suġġeriment tal-Onor.", "Interpellant jiġi kkonsidrat.", "DJAR - KAŻ H 8531", "W466.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' proċessar wasal il-każ tal-persuna mill- Ħamrun li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament bil-file no. H 8531?", "Intbagħat inspector biex jirrapporta dwar il-każ?", "X'kien l-eżitu tar-rapport?", "Dan allura ma jiġġustifikax li dan il-każ jingħata prijorita'?", "Hemm xi raġuni għaliex din għadha qed tistenna data għall- appuntament ma' xi uffiċjal fis-Segretarjat tad-Dikasteru tiegħek?", "Jista' l-Ministru ġentilment juża d-diskrezzjoni tiegħu biex xi ħadd fil-ministeru jilqa' t-talba biex għallinqas din il-persuna jitkellem ma' xi ħadd fil- Ministeru u forsi nakkumpanjaha jien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat illi l-każ qed jiġi kkonsidrat.", "Spezzjoni saret fl-1995 u ma rriżultax lli kien każ ta' urġenza assoluta.", "Fil-fatt jidher li wara l-ispezzjoni l-applikanta daħħlet lil xi ħaddieħor tal-familja fil-post.", "Rigward l-appuntament, din il-persuna tinsab fil-waiting list.", "Hekk kif jkun imissha nibagħtu għaliha minnufih.", "DJAR - KAŻ RO 14364/86", "W470.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex min-naħa tad-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali, persuna mill-Belt Valletta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qatt ma sab għajnuna biex jirregola l-pożizzjoni tiegħu għar-rigward tal-fond bil-file no. RO 14364/86, u b'hekk ikun jista' jħallas il-kera b'mod normali?", "X'inhi r-raġuni għaliex s'issa għadu ma ħax risposta dwar dan il-każ mingħand l-uffiċjal inkarigat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna msemmija daħal illegalment fil-post u kien kaġun ta' kawża kontra d-dipartiment.", "Fiċ- ċirkostanzi ma kienx lok li tiġi regolarizzata l-pożizzjoni tiegħu.", "IMPJIEGI - PROFESSJONIJIET TA' WENS", "W483.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir b'mod tassew effettiv u fil-prattika biex aktar nies jagħżlu l-professjonijiet ta' wens u ta' sedqa bħala karriera?", "Xi status għandhom dawn il-professjonijiet u x'inċentivi aktar se jingħataw fil-futur biex dawn il-professjonijiet jiżviluppaw b'mod sħiħ dejjem aktar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Safejn għandu x'jaqsam il-ministeru tiegħi, il- professjonijiet ta' wens u sedqa li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi huma biss dawk taċ-Ċentri ta' Taħriġ għal Persuni Adulti li jbatu minn inkapaċita' u l-Aġenzija Sedqa.", "Il-kondizzjonijiet, eċċ ta' l-impjegati taċ-Ċentri fuq imsemmija huma regolati minn ftehim li kien sar bejn il-Unions konċernati u l-Gvern f'Lulju ta' l-1995.", "Huwa l-ħsieb tal-Gvern illi dawn l-impjegati jingħataw taħriġ fil-qadi ta' dmirijiethom u fil-fatt minn żmien għall-żmien dan it-taħriġ qiegħed jingħata.", "Hija t-tama tiegħi illi dan it-taħriġ isir iżjed b'mod regolari milli sar s'issa u fejn hu possibbli anki nsibu ċ-ċans illi 'l quddiem nibgħatu uħud minn dawn l-impjegati barra minn Malta għal taħriġ iżjed estensiv.", "Dwar l-impjegati ta' l-Aġenzija Sedqa ta' min jgħid illi l-Aġenzija Sedqa introduċiet course of study ta' 13-il lecture bħala parti mill-kors għall- farmaċisti fl-Universita' ta' Malta.", "Dan il-kors huwa wkoll miftuħ għal diversi fakultajiet u fil-fatt sar użu minn diversi studenti ta' korsijiet varji, fosthom dak tas-Social Work.", "Barra minn hekk l-Aġenzija Sedqa toffri diversi bursaries għall-impjegati tagħha biex jitħarrġu f'livelli avvanzati ta' oqsma ta' xjenzi relatati mal-qasam bio-psiko-soċjali.", "Sedqa għandha wkoll programm intensiv għall-impjegati kollha biex tassigura aġġornament kontinwu fil-kompetenza ta' l-istaff.", "Dwar professjonijiet oħra ta' wens u sedqa li jaħdmu f'setturi oħra tal- qasam soċjali f'Malta, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "KUMPENS GĦAL DANNI FIŻIĊI", "W484.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif b'mod effettiv se tiġi mplimentata l- miżura li nħarsu lejn il-konċett ta' kumpens għal ħsara u dannu fuq proprjeta', kif ukoll kumpens għal danni fiżiċi u psikoloġiċi għal dawk li jsofru reat/i?", "Jaqbel il-Ministeru mal-ħolqien ta' Compensation Fund kif ukoll ta' strutturi aktar estensivi minn dawk eżistenti biex jgħinu l- vittmi jegħlbu t-trawma?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lil Ministru konċernat.", "G'MANGIA- TELEPHONE BOXES", "W517.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jara li jsiru aktar telephone boxes fl-akwati ta' St. Joseph Street, Gwardamangia?", "ONOR.", "ALRFED SANT: It-talba tal-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SAĦĦA - PERSUNA DOWN SYNDROME", "W524.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W362 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, ċioe' jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna tista' tiġi offruta lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li hi down syndrome u li min qed jieħu ħsiebha ċioe' ħutha tant huma għajjenin bl-għajnuna kontinwa li jridu joffrulha kull ħin, illi waslu li bilfors għandhom bżonn għajnuna?", "Jista' l-Ministru jara li oħtha tiġi ssapportjata billi din il-persuna jinstabilha post fejn jieħdu ħsiebha nies apposta?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant tirċievi l-ogħla rata ta' pPensjoni għal persuni b'diżabilita' mentali flimkien mal-bonus addizzjonali u l-bonus ta' Ġunju u Diċembru kif stipulat fl-Att dwar is- Sigurta' Soċjali (Kap 318).", "Jekk magħha tgħix xi xebba li jkollha parentela magħha, bħal oħt jew neputija, li ma tkunx qed taħdem, u li waħedha tista tieħu ħsieb il-persuna msemmija, fuq bażi fulltime, din tista tiġi intitolata għal GĦajnuna Soċjali għax-xebbiet (SAF) jekk tikkwalifika mit-test tal-kapital u mit- test tal-mezzi.", "Fir-rigward dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Intepellant li l-amministratriċi ta' din il-persuna tista' titlob għajnuna lid-Direttur tad-Dipartiment għal Kura tal-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali.", "VALLETTA: RESERVED PARKING", "W525.", "L-ONOR AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi għall- reserved parking fil-Belt u jindika kull permess fejn qiegħed, għalkemm karozzi u lil min inħareġ?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li tul numru konsiderevoli ta' snin is-sitwazzjoni fir-reserved parking fil-Belt ma baqgħetx tirrifletti l- policy tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "Dan irriżulta minn żjieda fin- numru ta' reserved parking.", "F'eżerċizzju li sar mill-Pulizija distrettwali tal-Belt fl-1994 ġie rrapurtat li kien hemm 250 reserved parking fil-Belt.", "Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jaf li din is-sitwazzjoni mhiex sostenibli u talab lill-Kunsill Lokali tal-Belt biex jagħmel survey tal- pożizzjoni attwali biex minnha jkun jista' jieħu l-passi neċessarji biex ir- reserved parking fil-Belt jiġi rregolarizzat.", "MELLIEĦA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "W534.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża il-qtugħ tal-linja 33KV fl-10 ta' April, 1997 fl-inħawi tal-Mellieħa b'konsegwenza ta' qtugħ fil-provvista ta' l- elettriku f'Għawdex u Kemmuna?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-qtugħ tal-linja ta' 33KV fl-10 t'April 1997 kien ikkawżat meta wieħed mill-'phase tails' inqata' u ġie jmiss mal-linja li b'kawża ta' hekk inqatgħet.", "SKEJJEL: GĦAWDEX - SKOLA PRIMARJA", "W535.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 3008 tas-7 ta' Frar 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li l-estensjoni ta' l-iskola ta' Sannat għadha qed tiġi studjata flimkien ma' \"options\" oħra.", "VALLETTA - KUNSILLIER LI JAĦDEM MAL-GVERN", "W549.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jaf il-Ministru li kunsillier mill-Belt li kellu nkarigu speċifiku b'konnessjoni mal-ġimgħa attivita' organizzata mill-Belt kien imġiegħel jieħu l-leave minn mal-Gvern biex setgħa jaqdi l-funzjoni volontarja tiegħu?", "Ma jidhirlux il-Ministru li f'każi bħal dawn il-Ministeru għandu jinsisti li jingħata paid leave?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat- tweġibiet li ngħataw ghall-Mistoqsijiet Numru 10 u 3865."]} {"filename": "19970325_047d_par.doc", "date": "1997-03-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 47 It-Tlieta, 25 ta'Marzu, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 47 It-Tlieta, 25 ta' Marzu, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.23 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "47", "It-Tlieta, 25 ta' Marzu, 1997", "WERREJ MINUTI 410", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 410", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 412", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ", "TAL-KORPORAZZJONI TELEMALTA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1996/1997 413", "AĠĠORNAMENT 439", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 445", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 461", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 46 li saret fl-24 ta' Marzu, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "3213.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3014, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Action Committee ta' Buġibba ssottomettiex applikazzjonijiet għax-xogħlijiet li qed isiru f'Buġibba?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Le, l-Action Committee ta' Buġibba ma ssottometta l-ebda applikazzjoni għax- xogħlijiet li qed isiru fuq Buġibba.", "MADAM SPEAKER(L-Onor Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Mugliett, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux applikazzjonijiet oħra mid-Direttur tax-Xogħlijiet u, jekk saru, f'liema stadju waslu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'inhiex f'pożizzjoni li nikkonferma.", "BUĠIBBA/QAWRA - MAINS TA' L-ILMA", "4159.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru mains ta' l-ilma f'toroq ġewwa Buġibba u l-Qawra bejn l- 1995/1996?", "Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' dawn it-toroq u jgħid ukoll x'tip ta' xogħol sar fihom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Bejn l-1995 u l-1996 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma wettqet xogħlijiet fuq is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma f'67 triq f'Buġibba u l-Qawra, skond kif jidher mit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f'bdil ta' mains prinċipali u servizzi mill-main tat-triq sal-meter ta' l-ilma ġewwa d- djar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fid-dawl ta' informazzjoni li għandi li minnha jirriżulta li hemm xi ħaġa ħażina fil-mains ta' l-ilma tal-Ħamrun, tant li f'diversi bnadi kien qed ikun hemm qtugħ fil-provvista ta' l-ilma mhux għal ġurnata jew tnejn imma anke għal ġimgħatejn sħaħ, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal dan il-qtugħ fil-provvista ta' l-ilma għal perijodu daqshekk twil u jekk hux se jsir xi ħaġa dwar din il-problema?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Ħamrun ma jaqax fil-konfini ta' Buġibba u l-Qawra!", "MADAM SPEAKER: l-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naf li żgur li ma jaqax fil-konfini tal-Kalkara!", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il- provvista ta' l-ilma u mhux sew li l-Ministru mingħajr Portafoll jaħrab minn domanda bħal din b'dan il-mod.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn x'inżid ma li diġa' għidt fir-risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidli jekk it-tibdil ta' mains u servizzi oħra f'67 triq f'Buġibba humiex indikazzjoni ċara ta' kemm kien qed isir xogħol preparattiv għal diversi xogħlijiet, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda għoti ta' tarmac?", "Il-Prim Ministru qiegħed jidħak, imma naħseb illi hawn diġa' kellu konferma mill-Ministru tax-Xoglijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fis-sens li m'hu se jagħmel l-ebda xogħol ta' tarmac fit-toroq jekk fihom ma jkunx hemm is-servizzi diġa' lesti.", "Jekk id- daħka tal-Prim Ministru tfisser li se jingħata t-tarmac fit-toroq allavolja ma jkunux ġew mgħoddija s-servizzi neċessarji, forsi l-Prim Ministru jista' jagħtina spjegazzjoni ta' dan.", "Pero' jekk it-tarmac se jingħata fit- toroq li fihom diġa' hemm is-servizzi mgħoddija allura ma narax li hemm lok għal dan id-daħk.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, jien nista' nidħak hawnhekk jew ma nistax?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Galea talli qed jikkonferma f'liema stat diżastruż tħallew it-toroq ta' dik l-area mill- Gvern tagħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, jiena residenti l-Ħamrun u ili għal dawn l-aħħar 15-il ġurnata inbati minn nuqqas fil-provvista ta' ilma.", "Barra milli qed ikun hemm qtugħ fil-provvista ta' l-ilma, il- pressure ta' l-ilma qed tkun regolarment baxxa ħafna u allura jien nixtieq inkun naf għaliex il-korporazzjoni m'hijiex tavża liċ-ċittadin meta jkunu se jsiru t-tiswijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Safejn naf jien, il-korporazzjoni toħroġ avviż meta jkun hemm qtugħ programmat fil-provvista ta' l-ilma, pero' f'każ ta' ħsara li trid tissewwa b'urġenza jkun kważi impossibbli li jinħareġ avviż dwaru.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu x'ilment partikolari nistiednu jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru jista' jikkonferma li t- tarmac se jingħata biss f'dawk it-toroq li diġa' għandhom is-servizzi mgħoddija?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Membru li jagħmel mistoqsija bil- miktub sabiex il-ministru responsabbli jkun jista' jgħidlu f'liema toroq sar u f'liema se jsir dan it-tip ta' xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għallinqas il-Ministru mingħajr Portafoll jista' jgħidilna meta saru l-avviżi dwar il-qtugħ tal-provvista ta' l-ilma li kien hemm fil-Ħamrun?", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk hu t-titolu tiegħu!", "Allura ngħidlu li għandu portafoll meta m'għandux portafoll!", "Jien naħseb li kieku kien hemm xi avviż fil-gazzetta xi ħadd minn naħa tagħna jew min-naħa l- oħra tal-Kamra kien jinduna bih wara 15-il ġurnata!", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba deher avviż fil-gazzetta, fis-sens li l-provvista ta' ilma fil-Ħamrun kienet se tinqata' għal 15-il ġurnata sħaħ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-ex-ministru tal-Gvern sfiduċjat mill-poplu nissuġġerilu li jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli jingħata risposta.", "MADAM SPEAKER: Grazzi, il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti, il-Ministru Spiteri.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LINO SPITERI (Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Malta Financial Services Centre għas-sena 1996;", "Report and Financial Statements tal-Malta Financial Services Centre għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru, 1996;", "Kopja ta' skeda li turi l-offerti li ntefgħu biex jitwaqqaf Adult Training Centre, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3619; u", "Lista ta' korporazzjonijet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina taghħom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W331.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' applikanti bħala Supply Teachers bejn il-15 ta' Novembru 1996 u s-6 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3875.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-lokalitajiet fil-11 u t-12-il Distrett Elettorali fejn għadu ma twassalx is-servizz ta' l-ilma, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4029.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' impjegati preżentement fil-Medical Stores, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4341;", "Lista ta' impjegati fil-Medical Stores fis-26 ta' Ottubru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4344; u", "Lista ta' mediċini out of stock fis-16 ta' Frar 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4356.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' koperattivi marbuta mal-qasam ta' l-agrikoltura u sajd li turi d-data ta' reġistrazzjoni u n-numru ta' membri fl-1 ta' Jannar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3949.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI TELEMALTA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1996/1997", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi:", "\"Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1996 sat-30 ta' Settembru 1997 skond l-Att XVI ta' l-1975 dwar il-Korporazzjoni Telemalta, Kap. 250 tal-Liġijiet riveduti ta' Malta.\".", "\"Illi wkoll skond l-istess Att ta' l-1975 dwar il-Korporazzjoni Telemalta, il-Kamra tapprova bħala Estimi Supplimentari dak l-infiq għas-sena finanzjarja 1995/1996 li jeċċedi l-ammont totali ta' nfiq approvat mill-Kamra għall-istess sena, kif jidher dettaljat fl-Estimi għas-sena finanzjarja 1996/1997 taħt il-kolonna msemmija \"Actual 1995/96.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA.", "Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membri li l-ħin disponibbli għad-diskussjoni se jinqasam b'mod ugwali bejn iż-żewġ naħat, bil-winding up għall-Gvern.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, meta ftit ġimgħat ilu konna qegħdin niddiskutu fi stadju ta' Kumitat ta' Provvista l-Voti li jaqgħu taħt il- Prim Ministru - fejn hemm ukoll il-Korporazzjoni Telemalta - sfortunatament ma kellix ħin biżżejjed biex inkun nista' nispjega l-policy ta' dan il- Gvern dwar dan il-qasam tant vitali u importanti għall-pajjiż.", "Dak inhar lanqas kelli ċ-ċans li ngħid f'liema sitwazzjoni sibna dan il-qasam u kif se nsolvu l-problemi li hemm.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li naf!", "Meta kont fl-Oppożizzjoni jien kont nikkritika wkoll, imma kont nagħmel dan b'mod kostruttiv billi fl-istess ħin kont nipproponi x'jista' jsir.", "Jien se nibda billi nuri s-serjeta' ta' dan il-Gvern għax meta nħatar il-bord tal-Korporazzjoni Telemalta, l-ewwel ħaġa li għamel dan il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, kienet li wera biċ-ċar il-problemi li hemm fit-Telemalta u wera x'se tkun it-triq li din trid tieħu.", "X'qal il- Prim Ministru liċ-chairman meta bagħat jinformah u jifraħlu għall-ħatra tiegħu?", "Il-Prim Ministru qal hekk:", "\"It-Telemalta trid tkun tassew enti li tiżviluppa proġetti li jkunu teknoloġikament avvanzati, kemm fl-oqsma ta' investimenti ġodda u kemm f'dawk ta' tmexxija u adattazzjoni rikorrenti.", "Biex tilħaq dan il- għan it-Telemalta tfittex li ssieħeb magħha investituri privati Maltin u barranin.", "Fix-xogħol tagħha t-Telemalta trid tibqa' qrib iċ- ċittadin u tassigura li l-konsumatur jingħata servizz dejjem aħjar.", "Għan ta' l-investiment li jrid isir ikun dak li fuq medda ta' tul il- prezz lill-pubbliku għas-servizzi offruti mit-Telemalta jitbaxxa f'termini reali.", "It-Telemalta għandha tfittex li tmexxi l-proġetti kollha tagħha bi ħsieb dwar il-konsegwenzi finanzjarji.", "Dan fid-dawl ta' return on capital adegwat u fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li wiret u sejjer isolvi l-Gvern preżenti, kif ukoll fid-dawl ta' ħtieġa li kull proġett ikun ibbażat fuq pjan finanzjarju serju u li jiġi segwit b'kontrolli maniġerjali effettivi li jwaqqfu kull ħela.\".", "Madam Speaker, meta tħabbar il-bord tad-diretturi l-poplu mill-ewwel induna illi t-Telemalta se tibda titmexxa b'mod serju u li se ssolvi l-problemi kbar li għandha.", "It-Telemalta kienet miexja lejn diżastru għax ma kien hemm l-ebda sens ta' direzzjoni u dan joħroġ minn ħafna fatti.", "Hawn jiena nixtieq nibda billi nispjega f'liema sitwazzjoni finanzjarja sibna lil din il-korporazzjoni għax sfortunatament minflok ma' l-Oppożizzjoni kkonfermat li veru hemm dawn il-problemi ipprovat tagħmel attentat biex tiżvija l- opinjoni pubblika.", "Qed ngħid hekk għax wara r-rapport tas-Sur Mejlaq, l-ex-chairman ħareġ press release fejn qal li għall-1995 u l-1996 it-Telemalta għamlet profitt ta' Lm7 miljun, liema dikjarazzjoni saret ukoll minn kelliem tan-naħa l- oħra f'dan il-Parlament.", "Din mhijiex il-verita' kollha għax minn din is- somma ta' Lm7 miljun irid jitnaqqas l-ammont li l-korporazzjoni tħallas lill-gvern tal-liċenzja li jagħtiha, irid isir l-aġġustament fuq dħul żejjed tas-sena ta' qabel, u fuq kollox irid jitnaqqas ammont sostanzjali ta' Lm2 miljun f'imgħaxijiet.", "Dawn ma kenux jidhru u allura tista' tgħid li l-profitt ma kienx iżjed minn Lm4.5 miljun.", "Issa meta wieħed iħares lejn is-sena finanzjarja 1996/97 isib illi l-profitt se jinżel għal Lm4 miljun u s-sena ta' wara se jkollna daqqa ta' ħarta akbar għax il-profitt se jinżel għal Lm2 miljun, u dan għaliex fl-1998 se jkollna l-konferenza tal-WTDC li se tiswielna Lm900,000.", "Anke hawnhekk, meta wieħed jara li t- Telemalta kienet se tivvota Lm1.8 miljun għal din il-konferenza - għax huma daqshekk ħasbu li kienet se tiġi tiswa - dan kien se jkun ifisser li l- profitt kien se jibqa' nieżel għal taħt Lm1 miljun, imma aħna konna aktar bil-għaqal minn hekk.", "Bħas-soltu, l-Oppożizzjoni pprovat tiddevja billi turi l-affarijiet b'mod differenti tant li, meta poġġejna r-Rapport Annwali u l-Estimi tat- Telemalta fuq il-Mejda tal-Kamra, \"in-nazzjon\" ħarġet tgħid li l-profitt kien se jkun ta' Lm5.8 miljun, meta jidher ċar li kieku dawn raw l- affarijiet bis-serjeta' żgur li ma kenux jgħidu hekk.", "Minn dan wieħed jara li l-Oppożizzjoni ipprovat u għadha qed tipprova tiżvija, mentri aħna konna trasparenti u serji għax urejna lill-poplu x'inhuma l-fatti jiġifieri li l-profitt se jkun ta' kważi Lm7 miljun u mhux ta' Lm5.8 miljun kif intqal f\"in-nazzjon\".", "Madam Speaker, diġa' rriferejt għall-konferenza tal-WTDC u ppermettili nsemmi xi affarijiet li juru l-pjanijiet bl-addoċċ u t-taħwid li kien hemm.", "Fil-bidu kienu stmaw li din il-konferenza kienet se tiġi tiswa Lm800,000, aktar tard dan l-ammont tela' għal Lm1.5 miljun, biex imbagħad din l-istima reġgħet telgħet għal Lm1.8 miljun, jiġifieri kull delegat kien se jiġi jiswa madwar Lm1,500.", "Imma l-isbaħ waħda hi li ma' din il-konferenza kienet se ssir exhibition - u aħna nafu li meta ssir exhibition normalment wieħed idaħħal il-flus minnha ħalli jtaffi xi ftit mill-ispejjeż - u peress li t-Telemalta dejjem kienet taħseb b'mod avvanzat, kienet qed tistma li se titlef madwar Lm274,000 minn fuq din l-exhibition!", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux u allura bilfors iġiegħluk tifhem li t- Telemalta kienet miexja bla direzzjoni.", "Ara aħna, niżżilna l-istima ta' l- ispiża kollha għal Lm900,000 u nista' nassigura lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni li din il-konferenza m'hi se jonqsilha assolutament xejn minn dak li hu importanti u essenzjali.", "Sabiex nuri l-impenn li għandna f'dan il-qasam u biex nuri li aħna committed li din il-konferenza fil-fatt issir, nista' nikkonferma li ftit ġimgħat oħra ġej xi ħadd mill-ITU biex flimkien mal- Prim Ministru jiffirma l-protokoll dwar din il-konferenza .", "Madam Speaker, meta wieħed jidħol fid-dettall u jqabbel iċ-ċifri li joħorġu mill-istatistika malajr jinduna f'liema direzzjoni kienet miexja t- Telemalta u malajr jara kemm kienu qed jgħidu affarijiet biex jingannaw lill-poplu.", "Per eżempju, l-istatistika turi li f'Malta l-ħsarat huma 34 għal kull 100 linja li għandna available, jiġifieri 34%, filwaqt li f'Barbados ir-rata hija ta' 5%, f'Ċipru 28%, fl-Italja 17% u fil-Belġju 10%.", "Dan kollu juri li minkejja l-miljuni li nfaqna u minkejja li ngħidu li f'dan il-qasam Malta hija x-xempju ta' l-Ewropa u tad-dinja, ir-rata ta' ħsarat għal kull 100 linja għadha għolja wisq.", "Meta tikkompara kemm hemm linji għal kull 100 abitant, issib li f'Malta għandna 46 linja, f'Barbados għandhom 35 linja, fil-Greċja għandhom 49 linja, f'Ċipru għandhom 47 linja, fl-Italja għandhom 44 linja u fil-Belġju għandhom 46 linja, u għalkemm hawnhekk qegħdin f'pożizzjoni tajba, xorta waħda m'aħniex kuntenti u diġa' ħadna passi biex intejbu din is-sitwazzjoni u fil-fatt, f'perijodu ta' tliet xhur, diġa' għamilna pass kbir 'il quddiem.", "Meta nikkomparaw kemm linji għandhoma l-intrapriżi għal kull impjegat insibu li f'Malta għandna 93 linja, f'Barbados għandhom 82 linja, fil- Greċja għandhom 210 linja, f'Ċipru għandhom 148 linja, fl-Italja għandhom 241 linja u fil-Belġju għandhom 178 linja.", "Minn hawnhekk joħroġ li r-rata f'Malta qiegħda baxxa wisq u f'dawn il-ftit xhur diġa' għamilna qabża kbira 'l quddiem.", "Din hija s-serjeta'.", "Hawnhekk ma rridtx ninsa li meta nagħtu l-linji aħna ma nħarsux biss lejn il-kwantita' imma lejn il-kwalita' wkoll.", "Meta nikkompara d-dħul għal kull impjegat insib li fil-każ ta' Malta għal kull impjegat id-dħul huwa ta' $US487, f'Barbados huwa ta' $US1,687, fil- Greċja huwa ta' $US492, f'Ċipru huwa ta' $US478, fl-Italja huwa ta' $US735 u fil-Belġju huwa ta' $US771.", "Hawnhekk naraw li f'Malta r-rata qiegħda baxxa wisq.", "(Interruzzjonijiet) L-Afghanistan inħallih għalik forsi titfarrak bħalma tfarrak dak il-pajjiż!", "Jekk imbagħad naraw kemm jirrendu l-investimenti, insibu li tat-Telemalta jirrendu 14%, tal-British Telecom jirrendu 19%, tat-Telecom (Ireland) jirrendu 17%, tan-Netherlands jirrendu 21% u tas-Singapore Telecom jirrendu 35%.", "Mela f'dan ir-rigward ukoll ir-rata fil-każ ta' Malta hija waħda baxxa.", "B'dan qegħdin niftaħru li aħna eżempju għall-Ewropa u għad-dinja!", "Mela hawnhekk qegħdin naraw li minkejja li nvestejna dawk il-miljuni kollha xorta waħda għad għandna dawn il-problemi.", "Meta niġu għall-aspett ta' kemm il-profitti jkopru l-imgħaxijiet fuq id- dejn, insibu li r-rata tat-Telemalta hija ta' 3.25%, tal-British Telecom hija ta' 7.43%, tan-Netherlands hija ta' 11.48% u ta' Singapore hija ta' 48.75%.", "M'iniex se nsemmi r-rata tat-Telecom (Ireland) u tal-Ġappun għaliex waħda hija baxxa u l-oħra hija għolja.", "Meta tara dawn l- affarijiet, mill-ewwel tinduna li t-Telemalta kienet riesqa lejn diżastru.", "Sewwa jgħidu li Alla jaf x'inhu jagħmel, għaliex li kieku ma ġibidx lil pajjiżna minn xagħru billi poġġa gvern serju, modern u trasparenti u gvern għaċ-ċittadin kieku ma nafx kemm kien fadal żmien qabel ma t-Telemalta kienet titkisser.", "Jien ma nafx x'inhi r-raġuni għal dan għaliex investiment sar.", "Forsi t-Telemalta kienet waslet biex taqa' f'idejn xi ħadd privat u forsi kien hemm min qed jimbotta għal dan il-għan!", "Jiena diġa' għidt li l-ewwel ħaġa li għamel il-bord il-ġdid tad-diretturi kien li b'mod ċar u serju wera x'direzzjoni trid taqbad il-Korporazzjoni Telemalta.", "Jien dan ma kontx qed ngħidu biċ-ċajt għaliex meta tipparaguna l-mod kif jimxi dan il-bord ma' kif kien jimxi l-bord ta' qablu - kulħadd jaf kemm il-bord l-ieħor kien jonfoq bl-addoċċ - malajr tinduna kemm kien hemm tberbiq ta' flus u kif ħadd ma kien jagħti kas ta' xejn.", "Per eżempju, hemm il-każ dwar il-EuroMed information society action plan steering committee - dan kien involut fih id-deputy chairman.", "Fl-10 ta' Lulju, 1996 is-Sur Louis Padovani, deputy chairman tat-Telemalta, kien ġie nominat biex jattendi l-laqgħa tal-Ministeru tat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija u fil-fatt seba' t'ijiem wara is-Sur Padovani attenda għal din l-ewwel laqgħa.", "Id-dokument li għandi f'idejja jgħid hekk:", "\"During the meeting it was agreed that each representative from the host country will count with a supporting person from another country as well as a representative from the European Commission acting as information provider.", "Louis Padovani (Malta) Herman Boderseher (Austria) Alberto Valpato (DGIII)", "No visit report, apart from the minutes of the meeting could be traced\".", "Ara x'affarijiet dawn!", "Jidher ċar illi meta d-deputy chairman suppost kien qed imur għal dawn il-laqgħat importanti jew ma kienx qed jattendi inkella kien qed imur x'imkien ieħor!", "Fil-15 ta' Settembru, 1996 ingħata deadline biex jintbagħat il-workshop proposal lic-chairman, għax sa dak iż-żmien kien għadu ma ntbagħat xejn.", "Fil-25 ta' Settembru, 1996 reġgħet saret reminder biex jiġu sottomessi dawn il-proposti u d-deadline ġie estiż sa l-4 ta' Ottubru, 1996 għax id- deputy chairman reġa' kien għadu ma għamel xejn.", "Fl-10 ta' Ottubru, 1996 saret stedina lis-Sur Louis Padovani biex jattendi għas-second steering committee meeting liema laqgħa saret fi Spanja fit-18 ta' Ottubru, 1996.", "Id-dokument li minnu qed nikkwota jgħid hekk:", "\"Mr L. Padovani attended the meeting.", "No visit report, apart from the minutes of the meeting could be traced.", "In the minutes of the second meeting, it is pointed out that no proposals were received on \"Financing the CIT Infrastructure\" or \"Networks for Information\".\"", "Jiġifieri minn hawn jidher ċar li minkejja li kienu qed isiru dawn il- ħniżrijiet li kienu qed joskuraw lil Malta, ħadd ma ta' kas u ħadd ma ħa l- passi neċessarji dwarhom.", "Il-fatt li l-bord tad-diretturi flimkien mal- management ma kenux qed jieħdu passi dwar dawn l-affarijiet juri ċar u tond li hawnhekk ma kien hemm l-ebda direzzjoni u l-ebda responsabilita'.", "Meta niġu għall-infiq forsi tgħidli: Imma l-infiq li se jsir din is-sena mhuwiex l-istess infiq li kien propost mill-Gvern Nazzjonalista?", "Sfortunatament iva.", "Is-sitwazzjoni hija li aħna ma nisgħtux ninvestu f'affarijiet oħra imma rridu nkomplu bil-kuntratti li diġa' hemm peress li sibna apparat obsolete u apparat ieħor diffettuż li jrid jinbidel.", "Hawnhekk ma ttieħdu l-ebda passi biex jaraw min kien responsabbli għal dawn id-difetti u min kien responsabbli għan-nuqqas ta' informazzjoni li kien hemm dwar it-teknoloġija, fejn jirriżulta li ma kien veru xejn li t- teknoloġija kienet se tispiċċa wara sentejn.", "Meta tara dawn l-affarijiet bilfors ikollok tistaqsi: Imma x'kien qed jiġri f'din il-korporazzjoni?", "Madam Speaker, meta aħna konna fl-Oppożizzjoni ma konniex nikkritikaw biss, imma konna ngħidulhom liema huma d-difetti biex jieħdu ħsieb jirranġawhom.", "Minn dak li kienu jgħidu li din it-teknoloġija moderna suppost kellha tkun garantita li sservi għal ċertu żmien ma kien minnu xejn u l-ikbar prova ta' dan hija li wara sentejn, il-FATME kienet informat lit- Telemalta - dan wara li xtrat l-equipment għas-servizz tal-190 u l-194 - li dawn is-sistemi bilfors kellhom jinbidlu għax minbarra li kien fihom id- difetti ma kienx hawn spare parts għalihom.", "Meta fl-Oppożizzjoni aħna konna ngħidu dawn l-affarijiet kienu jiġu jgiddbuna biex imbagħad f'board meeting tat-22 ta' Marzu, 1995 ingħad dan dwar din is-sistema :", "\"The chairman said that he was surprised by the contents of the report on the OPS system ...\"", "- jiġifieri għal din is-sistema ta' l-operator 190 -", "\"... because of its obsolescence and its technical defects which not even an excellent technician could remedy.\".", "Tifhimhom dawn!", "Kienet kostruttiva l-Oppożizzjoni dak iż-żmien meta kienet tgħidilhom b'dawn l-affarijiet?", "Fil-Parlament kienu jgħidu li dan m'hu veru xejn biex imbagħad fil-minuti tal-bord insibu dawn l-affarijiet.", "Ħalli nkompli ngħid dawn il-minuti x'jgħidu iktar:", "\"Mr Bugeja gave a detailed explanation of the report he submitted.", "He said that in the circumstances there were three alternatives to remedy the situation: Diverting all 190 traffic to PABX system; upgrading the international exchange with a new central processor; and a separate exchange dedicated to handle operator traffic.\".", "Madam Speaker, meta tara dawn l-affarijiet bilfors tibda tinkwieta anzi, meta tisma' l-aħħar biċċa aktar tinkwieta:", "\"The board, after discussing this issue, agreed to proceed with the PABX solution, however the Chairman directed that AGM Finance should be informed not to process any invoices so that Telemalta would be in a postiion to counter any criticism.\".", "Madam Speaker, għalkemm konna għidnielhom li l-approval test ma sarx, kienu se jiffirmaw il-kuntratt xorta waħda biex wara jkollhom jibilgħu kollox b'ħafna tbatija għall-poplu.", "Hawn jidher biċ-ċar li riedu jingannaw għax ma riedux jiffirmawha dak il-mument biex ma jidhirx li kien hemm xi ħaġa ħażina.", "Jien ma nistax nifhem kif meta kellhom Oppożizzjoni kostruttiva, li tgħidilhom il-verita' u li tgħidilhom ukoll x'għandu jsir, xorta waħda baqgħu mexjin f'dik il-linja biex spiċċajna f'sitwazzjoni illi kieku ma telax il-Gvern Laburista, fi ftit żmien ieħor it-Telemalta kienet se tispiċċa f'katastrofi.", "Fi ftit xhur aħna diġa' bdejna nbiddlu t-triq u bdejna mexjin 'l hemm minn din il-katastrofi.", "Hemm irrapportat ukoll illi:", "\"He also directed AGM Networks that he would like to receive a report on the international exchange.\"", "Kien qiegħed jgħid hekk għax minkejja li kienu se jonfqu l-miljuni fit- teknoloġija moderna li tant kienu jiftaħru biha, aħna konna qed ngħidulhom li qed jagħmlu żball fix-xiri ta' l-international exchange.", "Tant kien hekk li issa se nibnu exchange ġdid proprju għaliex dak li hemm diġa' sar outdated.", "Kieku mxew fuq il-pariri li konna tajnihom illum ma kienx ikun hemm għalfejn nonfqu dawk il-miljuni f'investiment ġdid imma konna nagħmlu biss upgrading tiegħu u ma kienx ikun hemm għalfejn inġibu lill-poplu f'sitwazzjoni li jkun piż biex wieħed ikollu s-servizz tat-telephone.", "Infakkar li dawn baqgħu mexjin b'din is-sistema tat-taħwid sa l-aħħar.", "Fil-31 ta' Ottubru, jiġifieri wara l-elezzjoni tas-sena l-oħra, il-Prim Ministru u jien morna ltqajna mal-bord tad-diretturi tat-Telemalta u wieħed mid-diretturi, fost ħafna affarijiet oħra, qalilna li \"xi investimenti u servizzi bħal, package switching u r-radio maritime coast station, m'humiex vijabbli\".", "Madam Speaker, jekk wieħed ifittex fid-debates ta' dan il-Parlament isib li snin ilu l-Oppożizzjoni Laburista qalet lill-Gvern Nazzjonalista biex ma jkunx iblah u jaċċetta is-sistema ta' San Marino, liema sistema riedu jagħtuhielna b'xejn għaliex inkella kien se jkun hemm konsegwenzi ħżiena.", "L-Oppożzzjoni kienet qalet li din is-sistema kellha l-problemi bħal, per eżempju, li biex wieħed juża dak l-apparat bilfors irid jgħaddi minn San Marino, li allura kien ifisser li aħna ma jkollniex terminal tagħna imma jkollna nużaw it-terminal ta' San Marino.", "Aħna konna għidnielhom li San Marino għamlet hekk għax jekk Malta ma tagħmilx it-terminal tagħha hi tilħaq tiġbor l-abbonati ta' madwar, u allura jekk 'l quddiem it-Telemalta kienet tiġi biex tagħmel it-terminal ma jkunx għad fadal min juża s-servizz tagħha.", "Fil-fatt, wara ħafna snin it-Telemalta għamlet il-package switching - jiġifieri ma ndunatx bl-iżball u rranġatu mill-ewwel imma wara ħafna żmien meta kien too late - biex issa huma stess qed jammettu li s- sistema tal-package switching m'hijiex vijabbli, daqskemm m'hijiex vijabbli wkoll il-maritime coast station.", "Madam Speaker, konna wissejnihom ħafna drabi wkoll fuq il-maritime coast station.", "Minkejja dawn il-problemi kollha, issa rridu naraw li din is- sena l-maritime coast station jkollha s-sistema tal-GMDSS.", "Jien kuntent li se nkunu, tista' tgħid, l-uniku pajjiż fil-Mediterran li jkollu din is- sistema.", "Aħna mhux talli ma rridux inwaqqfu l-investiment li kien għaddej talli rridu ninvestu aktar, pero' kemm kien ikun aħjar li kieku ma sarx dak il-ħela ta' flus biex inkunu nistgħu ninvestu f'affarijiet oħra ħalli nagħtu servizzi ġodda liċ-ċittadini u biex konna nkunu nistgħu nraħħsu s- servizz tat-telephone għall-poplu!", "Madam Speaker, jien illum mhux se nieħu ħin aktar biex inħalli lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni tagħmel il-kritika.", "Jien qed nistenna kritika kostruttiva u qed nistenna wkoll xi suġġerimenti li l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jista' jkollhom.", "Illum ma jien nistenna l-ebda ftaħir, la min-naħa tal-Gvern u lanqas min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Aħna nemmnu verament fit- trasparenza u fis-serjeta' u jekk irridu nimxu 'l quddiem fl-interess tal- pajjiż rridu nkunu lesti li naċċettaw il-kritika, nevalwawha, ninvestigawha u rridu nkunu lesti nisimgħu s-suġġerimenti li jsiru, kemm jekk isiru minn naħa kif ukoll jekk isiru minn naħa oħra.", "Sfortunatament pero' ma jidhirx li hemm din ir-rieda min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiena nispera li l- argumenti li tagħmel in-naħa l-oħra għallinqas ma tagħmilhomx bi skop partiġjan.", "Madam Speaker, jien nista' naċċerta lil kulħadd li t-Telemalta miexja b'mod serju u li fit-tmexxija tagħha m'hemmx partiġjaniżmu.", "L-interess ta' din il-korporazzjoni huwa biss li jkun hemm l-effiċjenza u s-serjeta' - dan qed nagħtu prova tiegħu - u mhux skond il-kulur tal-ħaddiema.", "It- Telemalta miexja b'mod li tieħu ħsieb il-ħaddiem u aktar 'il quddiem jien se nispjega kemm din il-korporazzjoni se tagħti lill-ħaddiema tagħha d- dinjita' li jixirqilhom.", "Kif diġa' għidt, it-Telemalta għandha bord tad- diretturi li għandu r-responsabbilta' li jilqa' għal-ħtiġijiet u jilqa' l- ideat kollha tal-poplu Malti u Għawdxi kollu kollettivament, irrispettivament mill-politika li dak li jkun iħaddan u minn jekk huwiex sinjur jew jekk huwiex kapaċi.", "Fil-fatt, dan il-bord għalhekk sar u t- tibdil li kien hemm fil-management seħħ proprju minħabba dak li wieħed isib fir-rapport.", "Nista' ngħid li kien hemm ħafna affarijiet oħra li meta kont fuq in-naħa ta' l-Oppożizzjoni kont ġibt il-provi dwarhom, pero' forsi wieħed ma setax jinkludi dawn l-affarijiet u d-dettalji kollha fir-rapport minħabba li ma kienx hemm żmien biżżejjed meta sar dan ir-rapport.", "Madam Speaker, jien għal-lum se nieqaf hawn biex issa nisma' l-kritika li se ssir fuq dan il-qasam.", "Peress li dan il-Gvern huwa serju u modern jien se noqgħod nisma' u nevalwa dak li għandu xi jgħid ħaddieħor biex imbagħad nieħu passi ħalli t-tajjeb li jingħad jitwettaq.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Membru għall-istedina li għamilli u aħjar issa jlesti ruħu għall- kritika li jien se nagħmel fl-interess ta' pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, nispera li issa tagħtini ċans nitkellem!", "Billi ġejt fdat bir- responsabbilta' ta' spokesperson għat-Telemalta allura huwa naturali li nsegwi mill-qrib l-iżviluppi kollha li jseħħu fil-korporazzjoni u għaldaqstant illejla għandi xi ftit x'ngħid.", "Aktar ma qed nifhem it-triq li llum qabdet din il-korporazzjoni iktar qed nirrealizza kemm is- sitwazzjoni li llum din tinsab fiha hija mera ta' dak li qed jiġri f'pajjiżna bħalissa.", "Il-ħafna wegħdiet li saru mill-kamp Laburista u l- ħafna slogans li kienu joħorġu bihom - kemm smajnieha l-għajta tat- trasparenza! - illum kulħadd qed jagħraf li fil-verita' ma jsarrfu xejn.", "Madam Speaker, naħseb li qabel l-elezzjoni forsi kien hemm min emmen li l-Partit Laburista, hekk imsejjaħ \"ġdid\", kien se jkun verament trasparenti f'għemilu u f'ħidmietu.", "Tant smajnieha l-kelma \"trasparenza\" li kienet saret kważi monotona.", "Imma issa fejn spiċċat din l-imbierka trasparenza?", "Waħda mill-ewwel miżuri li se jkun ħa l-Gvern Laburista preżenti se tkun it- tneħħija tad-dritt ta' l-Oppożizzjoni li tinnomina diretturi ta' fiduċja tagħha fuq bordijiet ta' korpi parastatali, inkluża l-Korporazzjoni Telemalta, Għaldaqstant, għall-ewwel darba minn kemm ilna indipendenti, minn kemm ilna li ħadna t-tmun ta' artna f'idejna, l-Oppożizzjoni se jitnaqqsulha d-drittijiet b'mod leġislattiv.", "Dan huwa għajb għalikom, sinjuri!", "Dawn qalu li ma jridux spjuni fuq dawn il-bordijiet għalkemm jiena ma nistax nimmaġina x'għandhom x'jaħbu.", "Jien ma nistax nimmaġina kif partit li tant jippoża li huwa trasparenti joħroġ b'dikjarazzjonijiet bħal dawn!", "Bħala rappreżentanti tal-poplu, huwa dover tagħna li niġġieldu bil- qawwa kollha li tagħtina l-liġi kontra miżuri bħal dawn, kif wara kollox wegħdna li se nagħmlu, kif fil-fatt qed nagħmlu u kif se nibqgħu nagħmlu.", "Uffiċjalment il-Malta Labour Party qiegħed jiddikjara li huwa kontra l- konċett li l-Oppożizzjoni tkun parti mill-amministrazzjoni pubblika.", "Għalfejn, Madam Speaker?", "Aħna m'aħniex ukoll rappreżentanti tal-poplu?", "Naħseb li d-differenza bejn il-partit fl-oppożizzjoni u dak fil-gvern hija li l-partit tagħna wera biċ-ċar x'kien qed joffri lill-elettorat u l-partit tagħhom ħeba l-verita' sħiħa għaliex beża' li għalih il-verita' setgħet tfisser ir-raba' telfa elettorali konsekuttiva u allura għażel li jitla' b'ingann.", "B'daqshekk allura għandhom jgħaffġu d-drittijiet mogħtija bil- liġi?", "Imisshom jistħu!", "Jiena xtaqt nistaqsi lill-Onor.", "Mizzi: Il-Korporazzjoni Telemalta x'kienet se titlef kieku s-Sur Johnny Camilleri baqa' fuq il-bord tad- diretturi?", "Huwa veru li dan kien se jkun hemm biex iservi ta' għodda ta' sorveljanza f'idejn l-Oppożizzjoni, imma hawn nerġa' nistaqsi: X'għandhom x'jaħbu?", "L-esperjenza tas-Sur Camilleri żgur li hija utli għall-bord u allura t-tneħħija tiegħu tkun tfisser li l-korporazzjoni jkollha tiċċaħħad minn din l-esperjenza kollha.", "It-trasparenza ġieli nassoċċjawha mal- fantażmi u l-fantażmi nassoċjawhom ma' l-istejjer fittizji u hawnhekk jiena wisq nibża' li l-programm elettorali tal-Partit Laburista se jispiċċa fl- istess kategorija.", "Nixtieq infakkar lill-Kamra fil-white paper intitolata \"Il-Bidla Tkompli\" li l-Gvern Nazzjonalista kien ippubblika fil-11 ta' Novembru, 1993 fejn kien għamel diversi proposti biex tissaħħaħ is-sistema demokratika, fosthom dik li ssir dik il-liġi li issa dan il-Gvern qed jgħid li jrid iħassar.", "Fl-introduzzjoni għal din il-white paper wieħed isib dawn il-kliem:", "\"Sabiex id-demokrazija taħdem għall-ġid tal-poplu kollu m'huwiex biżżejjed li jsiru elezzjonijiet kull ħames snin.", "Jeħtieġ wisq aktar, jeħtieġ li l-poter ikun mifrux, li fit-tħaddim tiegħu jinvolvi ruħu ċ- ċittadin u li t-trasparenza tkun prinċipju li naħdmu bla heda biex inwettquha.\".", "Hekk għamilna meta għaddejna din il-liġi fil-Parlament.", "Għalina l-kelma \"trasparenza\" mhux sempliċement buzz word propagandistika iżda hija minsuġa fit-twemmin politiku tagħna.", "Ta' spiss il-Prim Ministru jirriferi għal dak l-imbierek \"stil maniġerjali\" li suppost kellu jmexxi bih il-Partit Laburista fil-gvern.", "Meta s-soltu wieħed jitkellem fuq \"stil maniġerjali\" jfisser li jkun qed jimxi b'sistema ta' tmexxija fejn ix-xogħol jiġi delegat lil min hu kapaċi jagħmlu.", "Fil-fatt, fil-mission statement tat-Telemalta jissemma wkoll ir- rispett reċiproku li għandu jkun hemm bejn l-impjegati u l-korporazzjoni.", "Hawn nistaqsi: Imma veru li l-entitajiet pubbliċi tagħna qed jitmexxew b'dan il-mod jew inkella qed jiddiġeneraw bil-mod il-mod u pass wara pass f'xempju ta' inġustizzja u ta' tmexxija partiġjana?", "Dan l-aħħar saru mijiet ta' transfers fost ħaddiema tal-gvern u korpi parastatali - mhux waħdiet imma mijiet - u fost il-korpi affettwati kien hemm il-Korporazzjoni Telemalta.", "Kontra dak li qal l-Onor.", "Mizzi, jidher ċar li t-transfers qed isiru b'motiv politiku sabiex jiġu ppreferuti l-benjamini ta' tnejn min- nies li l-istil maniġerjali soċjalista fdalhom f'idejhom it-tmexxija ta' din il-korporazzjoni.", "Huwa fatt li llum la l-Prim Ministru, la l-Ministru mingħajr Portofoll u wisq anqas iċ-chairman u l-bord ma għandhom kontroll fuq din l-azjenda pubblika daqskemm għandhom dawn iż-żewġ impjegati ta' l- istess korporazzjoni.", "Jien m'iniex se noqgħod insemmi lil dawn b'isimhom, għax ma nħobbx insemmi nies b'isimhom meta dawn ma jkunux jistgħu jiddefendu lilhom infushom, pero' min-naħa l-oħra kull ħaddiem tal- korporazzjoni u kull membru tal-bord il-ġdid jaf għal min qed nirriferi.", "Hawn irrid nerġa' nsostni li l-uniku skop li għandhom dawn it-tnejn min- nies huwa li jkabbru l-influwenza tagħhom mingħajr m'huma qed jikkonsidraw il-ħsara kbira li qed issir.", "Huwa inutli li tiftaħar u tiddandan bi stil maniġerjali meta mbagħad tafda l-korporazzjoni f'idejn managers bħal dawn.", "Għalkemm kull każ ta' transfer fih l-istorja tiegħu, kull każ ifisser dieqa u qtugħ ta' qalb għal dak li jkun peress li dan jirriżulta f'ħaddiem ieħor diżilluż u demotivat, li jkompli jżid it-taħwid li nħoloq fil-korporazzjoni f'dawn l-aħħar ftit ġimgħat.", "Madam Speaker, issa jien se nsemmi każ partikolari u se nsemmi dan il-każ biss mhux għax huwa uniku imma għaliex jien investigajtu fid-dettall u naħseb li jkun aħjar li niffokaw fuq każ wieħed ħalli nkunu nistgħu napprezzaw it-tbatija u d-dieqa li llum qed jgħaddu minnha ċerti ħaddiema tal-korporazzjoni.", "Il-każ li se nsemmi jirrigwarda lis-Sur Norman Farrugia, STO (scale 8).", "L-Onor.", "Mizzi qed jidħak għaliex ma jinsabx fil- pożizzjoni tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' ngħidlek li intom qegħdin fil-gvern b'ingann.", "Intom qegħdin fil-gvern għax wegħedtu li se tneħħu l- VAT għax kieku m'intomx qegħdin fil-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Kieku għadkom fl-oppożizzjoni tikkritikaw b'mod distruttiv.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tindirizzawx lil xulxin.", "Kompli Onor. Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Jien fuq it-Telemalta qed nitkellem u se nsemmi dan il-każ partikolari biex nuri x'qed jiġri f'Malta Laburista ta' llum.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, jien ma nistax naċċetta l- allegazzjonijiet ta' l-Onor.", "Pullicino Orlando li r-rebħa elettorali saret b'ingann.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Onor. Alex Sceberras Trigona, jien għandi l-fatti f'idejja u jekk toqgħod bil-qiegħda jkollok iċ-ċans tismagħni.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, skond il-Liġi Kostituzzjonali kieku l-Onor.", "Membru ried kellu tliet ijiem ċans biex japplika lill-Qorti Kostituzzjonali għal rimedju u allura la dan ma għamlux ifisser li hu aċċetta r-riżultat elettorali.", "(Interruzzjonijiet) Kieku ried kellu tliet ijiem ċans biex jikkontesta r-riżultat elettorali.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: X'għandu x'jaqsam!", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: La inti ma applikajtx għal dan ir-rikors allura jfisser li aċċettajt ir-riżultat elettorali u għaldaqstant, Madam Speaker, nitlob li l-Onor.", "Membru ma jkomplix sejjer b'dawn l- allegazzjonijiet fil-vojt.", "MADAM SPEAKER: Onor. Pullicino Orlando, kompli bid-diskors tiegħek u ndirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Grazzi, Madam Speaker.", "Onor. Sceberras Trigona, kull meta int tkellimt f'dan il-Parlament jien qatt ma nterrompejtek u allura jekk jogħġbok tinterrompinix.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Jien ġbitlek l-attenzjoni għall-ordni u nibqa' niġbidlek l-attenzjoni għall-ordni.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Inti qed ittellef l-ordni għaliex fil- fatt bħalissa jien qiegħed in possession of the Houseouseh.", "MADAM SPEAKER: Onor. Pullicino Orlando, jekk jogħġbok kompli bid-diskors tiegħek u indirizza lis-Sedja.", "Onor. Sceberras Trigona, il-punt tiegħek issa għamiltu.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, kont se nibda ngħid li qabel l-1987 dan l-istess ħaddiem kien ġie maqbuż għal promotion li kien jistħoqqlu minħabba motivi politiċi.", "Tant hu hekk li kien ressaq il-każ tiegħu quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, rebaħ il-każ u ħa dik il-promotion li kien jistħoqqlu.", "Dan il-ħaddiem għamel disa' snin jaħdem b'mod eżemplari.", "Bħala kjarifika nixtieq ngħid li dan il- ħaddiem m'huwiex kostitwent tiegħi u allura m'iniex qed nużah biex nieħu xi gwadann politiku.", "Jien iċċekjajt bir-reqqa min hu dan il-bniedem u xi kwalitajiet għandu u biex insostni dak li qed ngħid se nikkwota x'qalu fuqu diversi entitajiet.", "Madam Speaker, f'idejja għandi ittra ffirmata mis-Sur E. Attard, estate and works manager ta' l-Universita' ta' Malta, li tgħid hekk fuq is-Sur Norman Farrugia:", "\"The University frequently required the services of a qualified person to shift and install new extension lines and to plan new extension lines for additional buildings.", "We found that Mr. Norman Farrugia has always carried out all this work to our satisfaction.", "He is very reliable in his work.", "In view of his senior grade Mr. Farrugia was not expected to attend to our requirements in person.", "The fact that he did so is a clear indication of his dedication and sense of service.\".", "Ittra oħra b'kummenti fuq is-Sur Norman Farrugia hija dik iffimata minn Julian P. Zammit, il-managing director ta' The Plaza Complex - klijent ieħor ta' Telemalta Corporation - li tgħid hekk:", "\"Mr. Farrugia has always responded efficiently to any call made by our company.\".", "Klijent ieħor ta' Telemalta Corporation, din id-darba s-Sur T. Busuttil, f'isem Park Towers, qal hekk:", "\"This is to confirm that over the past year we have received excellent services from Telemalta thanks to the endeavours of Mr. Norman Farrugia, scale 8 officer in charge of Sliema Exchange.", "Whenever we had a problem Mr. Farrugia was very prompt to assist us and personally attended to the problem even though it was not expected of him to do so in person.", "His services are highly appreciated and it is absolutely not true that in any way he neglected his duties.", "His continuous on-site presence is a credit to him and should be unequivocally acknowledged.\".", "Madam Speaker, dan huwa ħaddiem li meta tawh it-transfer qalu li hu ħaddiem ineffiċjenti u li ma kienx kapaċi jerfa' d-dmirijiet li tgħabba bihom.", "Dawn huma l-ħaddiema li qed ikunu disillużi bit-transfers politiċi li qed isiru, liema transfers l-Onor.", "Mizzi qed jinsisti li m'humiex qed iseħħu.", "Madam Speaker, l-aħħar ittra li għandi f'idejja hija ffirmata mill- Inġinier R. Cuschieri, li jiġi direttament fuq is-Sur Norman Farrugia, voldieri dan huwa l-bniedem li jista' japprezza x-xogħol ta' dan l-impjegat għaliex jaqa' taħtu direttament.", "Fl-ittra tiegħu dan l-inġinier jgħid hekk:", "\"The position occupied by Mr Farrugia should not make him so heavily involved in grassroot diagnostics.", "However, the scarcity of qualified staff did not allow me to change the situation and since Mr Farrugia was not pulling rank and was giving an extremely efficient service, I agreed to retain the system as long as other work was not being prejudiced.\".", "Madam Speaker, għalkemm dan il-ħaddiem kien qed jagħmel iktar xogħol milli suppost, dan xorta waħda ġie transferred għaliex qalu li huwa ineffiċjenti.", "Dawn huma t-transfers politiċi, Onor. Mizzi!", "Imbagħad l-inġinier kompla jgħid li:", "\"Mr Farrugia was always at the forefront to lead when required and spared no effort to solve problems as they rose.", "He is the best technical person under my responsibility and he is always willing to follow instructions to the minutest detail.\"", "Hawn irrid nerġa' ngħid li dan m'huwiex każ uniku imma jien għażilt li nsemmi lilu biex nagħti eżempju ta' x'qed jiġri f'din il-korporazzjoni.", "Fuq mistoqsija parlamentari li għamilt dwar dan il-ħaddiem irrispondieni l-Prim Ministru - dak inhar l-Onor.", "Mizzi kien qiegħed il-Jamaica fejn nispera li ddiverta; (Interruzzjonijiet) pero' xorta naħseb li ħadt xi ftit gost ukoll - li ġab l-iskuża li t-transfer tas-Sur Norman Farrugia kien sar minħabba r-riorganizzazzjoni.", "Fil-fatt, il-Prim Ministru kien bagħat ittra lis-Sur Farrugia datata 5 ta' Marzu fejn qallu:", "\"Għażiż Sur Farrugia,", "F'dan l-eżerċizzju l-management ħa ħsieb ...\"", "- hawn qed jirriferi għall-eżerċizzju ta' transfers u ta' ċaqliq tal- ħaddiema -", "\"... li kemm jista' jkun il-ħaddiema konċernati jingħataw xogħol konness mal-grad u ma' l-esperjenza tagħhom.", "Għal dan il-għan inħasset il-ħtieġa li biex tiġi amministrata aħjar iż-żona ċentrali, li tkopri s-Sliema/San Ġorġ Exchange u l-Marsa Exchange, għandu jintbagħat uffiċjal grade 8 b'esperjenza twila fuq xogħol ta' lines u cables.", "Infatti, f'din iż-żona nstab li l-qagħda tal-lines u l-cable faults kienet waħda disorganizzata.\"", "Ovvjament, il-Prim Ministru bagħat din l-ittra lis-Sur Farrugia wara li kkonsulta ma' min kellu jikkonsulta.", "GĦalhekk lill-Prim Ministru rrid niġbidlu l-attenzjoni li min għenu biex jifformola din ir-risposta qarraq bih jew ingannah.", "Qed ngħid dan għax meta fl-ittra ssemma l-fatt li kellu jintbagħat uffiċjal grade 8 minflok is-Sur Farrugia, donnu li ħadd ma rrealizza li s-Sur Farrugia huwa wkoll grade 8!", "GĦalhekk dan l-argument ma jreġix.", "Peress li fl-ittra ntqal ukoll li \"l-qagħda tal-lines u l-cable faults f'Tas Sliema kienet waħda disorganizzata\", irrid nerġa' niġbed l-attenzjoni tal-Prim Ministru li forsi anke hawn kien hemm min ipprova jqarraq bih għax għalkemm f'dan l-exchange hemm 35,000 subscriber qatt ma kien hemm irrapportati iktar minn 100 fault.", "F'din l-ittra ssemma wkoll li minflok is-Sur Farrugia kellu jintbagħat uffiċjal grade 8 b'esperjenza twila fuq lines u cables meta fil-fatt is-Sur Farrugia kien ilu fuq dan ix-xogħol mill-1991, mentri l-esperjenza li għandu l-impjegat li ntbagħat minfloku - mhux se nsemmi ismu għax mhux lok li nsemmih - ċertament bl-ebda mod ma tavviċina l-esperjenza li għandu s- Sur Farrugia fuq dan ix-xogħol.", "Madam Speaker, x'inhu r-riżultat ta' dan kollu?", "Ir-riżultat hu li dan il- ħaddiem - ma ninsewx li dan tant kien effiċjenti li kienu bosta s- subscribers li għoġobhom jagħmlulu ittra ta' riferenza u għalkemm dan kellu 100 ħaddiem taħt idejh kien anke lest li jagħmel ix-xogħol tal- ħaddiema stess - issa spiċċa ntbagħat ġo kamra fl-Exchange taż-Żejtun fejn lanqas biss għandu telephone u kulma għandu taħt idejh huma erbgħa min- nies biss.", "Minn xogħol delikat, xogħol ta' preċiżjoni u xogħol komplikat li kellu bħal, per eżempju, l-involviment tiegħu fil-proġetti tal-Plaza Enterprises Ltd, issa waqa' jbiddel il-wires il-qodma ma' dawk ġodda.", "B'daqshekk min se jitlef, Madam Speaker?", "L-ewwel mhu se jitlef huwa l- ħaddiem stess għax bħalissa dan jinsab diżilluż għall-aħħar; se titlef il- korporazzjoni; u se jitlef wisq aktar il-konsumatur għax se jitlef ħaddiem li kien ilu jagħti servizz tajjeb u ġenwin.", "Prosit sinjuri, xi stil maniġerjali għandkom!", "Managers li jaħlu ħaddiema tajbin kapriċċożament jaslu biex ifallu kwalunkwe kumpannija.", "Malta wkoll qisa kumpannija u allura hawn nistaqsi: Malta kif se tispiċċa b'dan l-istil maniġerjali?", "Madam Speaker, mill-ħbieb tagħna tan-naħa l-oħra spiss nisimgħu s-slogan \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" - naħseb li se jibqgħu famużi għalih - pero' hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi min verament ipoġġi liċ-ċittadin l-ewwel.", "Jien infakkar li kienet l-Amministrazzjoni Nazzjonalista li raħħset it- tariffi s-sena li għaddiet, li ntroduċiet diversi servizzi ġodda u li saħansitra kienet lesta toħroġ il-manifest tal-klijent li, għalkemm ix- xogħol fuqu kien diġa' tlesta fl-1 ta' Novembru tas-sena li għaddiet, xorta waħda baqa' ma ħariġx.", "Kienet l-Amministrazzjoni Nazzjonalista li tant ħadmet biex isir improvement fit-teknoloġija tat-Telemalta biex b'hekk setgħu jiżdiedu dawk l-mpjiegi li qabel qatt ma konna noħolmu bihom (Interruzzjonijiet).", "Onor. Mizzi, ħalli ngħidlek min kien jagħmel il- pjanijiet bl-addoċċ.", "Il-pjanijiet bl-addoċċ kien jagħmilhom Gvern Laburista li kien ħela l- flus fuq apparat second hand - hemmhekk żgur kien sar ħela ta' flus - biex meta aħna tlajna fil-gvern kellna narmuh.", "Ta' min jgħid li l-Partit Laburista pprova jwikki lil dan il-pajjiż b'apparat second hand li kien ġie skartat minn pajjiżi żviluppati, biex b'hekk setgħu jżidu erba' linji 'l hawn u 'l hemm qabel l-elezzjoni.", "Dik ħela ta' flus!", "Imbagħad jiġi l- Onor. Mizzi u jsemmilna l-kwalita'!", "Jien nixtieq inkun naf fejn kien l- Onor. Membru qabel l-1987, għalkemm ma għandix dubju li kien jagħti servizz kbir lill-Partit Laburista, liema partit lanqas biss kien jaf xi tfisser il-kelma \"kwalita'\", speċjalment meta wieħed jara f'liema direzzjoni kienet miexja l-Korporazzjoni Telemalta dak iż-żmien.", "Madam Speaker, imma issa ħalli nkomplu naraw kemm verament dan l-imbierek ċittadin qed jiġi l-ewwel.", "Jien ma rridx nagħti l-impressjoni li għandi xi ħaġa kontra ċ-chairman il-ġdid anzi, jien fil-fatt nixtieq li jkolli l- opportunita' niltaqa' miegħu b'mod soċjali.", "Jien diġa' tkellimt kontra r- rapport tiegħu waqt id-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista fuq il-Voti tal-Prim Ministru u allura jiddispjaċini li se jkolli nerġa' nirriferi għalih, imma peress li minn dakinhar 'l hawn is-Sur Tony Mejlaq ingħata l- ħatra ta' chairman, wisq nibża' li issa iktar hemm iċ-ċans li jitwettqu ċerti affarijiet li ssemmew fir-rapport tiegħu, jiġifieri fl-istrategic resource audit li kien ġie kkommissjonat mill-Onor.", "Alfred Sant u li ġie ppubblikat fil-5 ta' Diċembru 1996.", "GĦalhekk hawn se niffoka fuq xi ftit punti li nħoss li se jolqtu liċ-ċittadin li suppost qegħdin inpoġġuh fl- ewwel post. Madam Speaker, ikun tajjeb jekk l-ewwelnett wieħed isemmi li fir-rapport ġiet ikkritikata d-deċiżjoni tat-Telemalta, fejn traħħsu t-tariffi internazzjonali, għaliex intqal li dan wassal għal telf, liema kritika kienet ukoll saret mill-Ministru Lino Spiteri fil-budget speech.", "Allura f'dan il-każ liċ-ċittadin qed inqiegħduh l-ewwel?", "L-Onor.", "Mizzi semma li ta' min iraħħas it-tariffi u fil-fatt din kienet imsemmija fil-programm elettorali \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\".", "Allura kif l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li ta' min iraħħas dawn it-tariffi biex imbagħad jiġu l-Onor.", "Lino Spiteri u s-Sur Tony Mejlaq jgħidulna li għamilna ħażin li raħħasnihom għax b'hekk komplejna ndaħħlu lit-Telemalta f'ħofra immaġinarja!", "Madam Speaker, il-manifest tal-klijent, li kien se jorbot lit-Telemalta b'servizz ta' livell garantit u f'ħin stabilit, għadu ma ġiex ippubblikat u l-ispjegazzjoni li l-Onor.", "Mizzi ta kienet li l-ħaddiema tat-Telemalta għadhom m'humiex ippreparati għal din is-sistema.", "Jien ngħid li l-ħaddiema tat-Telemalta se jkunu wisq inqas ippreparati għal din is-sistema minħabba t-transfers li ngħataw dan l-aħħar u d-disorganizzazzjoni li issa nħolqot.", "Is-Sur Mejlaq ikkritika wkoll l-isponsorships li jingħataw lil diversi entitajiet mill-Korporazzjoni Telemalta - din se nerġa' naċċenna għaliha għax laqtitni b'mod partikolari - u ried jagħti x'jifhem li dawn l- isponsorships ma għandhomx isiru jekk ma jkunux ta' benefiċċju kummerċjali għat-Telemalta.", "F'dan il-kontest jien se nsemmi wħud mill-entitajiet li rċevew sponsorships mit-Telemalta u nistaqsi lill-Onor.", "Mizzi - mhux se nagħmel dawn il-mistoqsijiet lis-Sur Mejlaq għax ma jistax jitkellem fil- Parlament - kif aħna se nieħdu benefiċċju kummerċjali minnhom.", "Per eżempju, se nneħħu l-isponsorship lis-SEDQA?", "L-istess nistgħu ngħidu għar- restawr li qed isir f'ċerti postijiet bħal, per eżempju, fit-Torri ta' Kenuna f'Għawdex.", "Aħna x'gwadann kummerċjali se nieħdu minn dan ir- restawr?", "Allura se nwaqqfu dan ix-xogħol ta' restawr?", "Nista' nsemmi wkoll l-għajnuna li t-Telemalta tagħti permezz tas-support line li għandha għat- tfal abbużati u għan-nisa msawtin.", "Hawnhekk se nsemmi wkoll l-ECO u l-Young Enterprise.", "Allura dawn inwaqqfuhom għax m'aħna qed nieħdu l-ebda gwadann kummerċjali minnhom?", "Mela t-Telemalta, kemm bħala entita' pubblika, kif ukoll għall-fatt li hija monopolju, peress li ma għandhiex kompetizzjoni fis-suq lokali, m'għandhiex dmir soċjali wkoll?", "Madam Speaker, fl-imbierek strategic resource audit report, is-Sur Mejlaq ikkritika wkoll il-fatt li l-fergħat kienu qed jibqgħu miftuħin wara l-ħin ta' l-uffiċċju u allura dan kien jinvolvi ħafna tberbiq ta' flus f'overtime.", "Aħna qatt smajna bil-kelma \"servizz\"?", "Nafu xi tfisser din il- kelma?", "Fejn hu ċ-ċittadin l-ewwel?", "Fejn hu s-sens ta' direzzjoni?", "Dan huwa s-sens ta' direzzjoni tal-bord il-ġdid li ċ-ċittadin komuni se jibqa' jistgħaġeb bih?", "Madam Speaker, fil-parti finali ta' l-istrategic resource audit report - din issemmiet illum ukoll mill-Onor.", "Mizzi - hemm riferenza għal \"precarious financial situation\" tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Meta wieħed iqis l-investiment kbir li sar mill-korporazzjoni li wassal biex illum il- ġurnata għandna l-uniku carrier fl-Ewropa u sistema diġitali kompleta trid tkun qed tazzarda bil-kbir biex titkellem hekk.", "Huwa minnu li l-profitti naqsu b'Lm0.66 miljun mis-sena ta' qabel, imma ma rridux ninsew li kien hemm żieda ta' Lm1.03 miljun f'pagi tal-ħaddiema, liema żieda hija dovuta minn żieda f'overtime, minn żieda f'pagi tal-ħaddiema professjonali u minħabba r-riforma fis-salarji.", "Barra minn dan kien hemm diversi spejjeż oħra ġejjin mit-tqassim u l-pubblikazzjoni tad-direttorju l-ġdid li sewa lill-korporazzjoni Lm0.3 miljun.", "Hawn ta' min wieħed isemmi wkoll li l- korporazzjoni ħallset il-VAT għan-nom tal-klijenti tagħha fuq ħafna mis- servizzi li tagħti.", "(Interruzzjonijiet) Mela ma niftaħarx, Onor. Mizzi!", "Niftaħar għax aħna liċ-ċittadin inpoġġu l-ewwel u mhux il-flus.", "Mela din hija azjenda li tara biss x'se tagħsar mill-poplu Malti?", "Din hija azjenda li qed tagħti servizz tajjeb, liema servizz il-poplu Malti japprezzah, kif tixhed ir-riċerka li saret fejn instab li 90% tal- konsumaturi Maltin japprezzaw is-servizz li qed jingħata mit-Telemalta u fejn jingħad ukoll li dan is-servizz huwa wieħed ta' livell għoli.", "Għalhekk jien ma nafx kif tan-naħa l-oħra qed igħidu li qed jingħata servizz ħażin meta l-konsumatur Malti japprezza s-servizz u l-qabża enormi fil-kwalita' li kien hemm bejn l-1987 u llum.", "Jien se nerġa' nsemmi li fejn qabel kien pjaċir biex tieħu telephone, illum il-ġurnata dan huwa dritt u f'ħafna każijiet is-servizz jingħatalek ftit ġimgħat wara li tkun applikajt għalih.", "Illum il-ġurnata spiċċat l-użanza li għal telephone trid tmur tiġri wara dak u wara l-ieħor biex ma ngħidx ukoll li kont trid iċċappas idejn dak u l-ieħor!", "Dan kulħadd jafu.", "Għalhekk 90% tal- konsumaturi japprezzaw is-servizz li llum qed jingħata mill-Korporazzjoni Telemalta.", "Il-poplu japprezza d-differenza kbira li saret f'dawn l-aħħar ftit snin.", "Jista' jkun li l-Onor.", "Mizzi din ma japprezzahiex imma l-poplu japprezzaha.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun ukoll għax il-ħafna ċifri li tajtni ma jfissru xejn u jiddispjaċini li qed ngħidlek dan.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed insemmilek l-iswed fuq l-abjad.", "Id-dħul tal-Korporazzjoni Telemalta żdied b'1.5% u wasal għal total ta' Lm31.8 miljun.", "Dawn l-affarijiet sibthom fi ktejjeb li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jiġifieri mhux qed nivvintahom jien.", "Azjenda b'total income ta' Lm31.8 miljun ma naħsibx li tista' tgħidilha azjenda falluta.", "Allura ta' min jgħid li l-income daħal, il-profitti qegħdin hemm u kellna t-tkomplija tal-programm kapitali li għalih il-Korporazzjoni Telemalta ħarġet Lm7.8 miljun.", "Aħna moħħna ma kienx biss fil-ħofor u kif se nimlewhom imma kif se nagħmlu biex kemm jista' jkun nagħtu servizz tajjeb lill-konsumatur Malti.", "Jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Mizzi jgħid li l-Korporazzjoni Telemalta hija falluta u kif is-Sur Mejlaq jgħid li qiegħda f'sitwazzjoni finanzjarja prekarja u mbagħad il-Bank ta' Tokyo Mitsubishi, wieħed mill- akbar banek li hawn fid-dinja, jislifha $US 18 miljun mingħajr l-ebda garanzija mingħand il-Gvern Malti.", "Allura l-bank qed jiġġennen?", "Dawn l- investituri kbar barranin huma mġienen?", "Jew forsi mġienen huma dawk li qed jgħidu li l-korporazzjoni hija falluta!", "Jien ma nħobbx intawwal ħafna u allura se nasal għall-konklużjoni tad-diskors tiegħi.", "Fil-World Telecommunication Development Conference li kienet saret fi Buenos Aires fl-1994, l-ITU kienet irrikonoxxiet lil Malta bħala mudell ta' żvilupp mgħaġġel fit-telekommunikazzjoni.", "Jien nerġa' nsostni li llum il- ġurnata Malta tista' tiftaħar li hija l-uniku carrier fl-Ewropa li toffri infrastruttura kompletament diġitali.", "Meta aħna konna nħarsu lejn l- istandard li konna rridu naslu għalih dejjem konna nħarsu lejn l-Ewropa, lejn min kien aħjar minna.", "Din hija l-istess bħal meta wieħed jiġi biex jeduka lil uliedu.", "Jien lit-tfal ma ngħidilhomx iħarsu lejn min hu agħar minnhom imma nipprova ngħallimhom biex iħarsu lejn min hu aħjar minnhom għax b'hekk biss ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "F'dan il-qasam aħna pprovajna nġibu lil Malta fuq livell Ewropew u mhux biss irnexxielna imma qbiżna lill-Ewropej.", "Aħna ħallejna lill-Korporazzjoni Telemalta bħala mudell ta' eċċellenza.", "Issa naraw kif se jħallu lit-Telemalta ħames snin oħra, meta nispera li nerġgħu nieħdu t-tmexxija ta' dan il-pajjiż f'idejna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, it-Telemalta hija korporazzjoni oħra li huwa unur ta' dan il-Parlament li niddibattu l-estimi u r-rapport tagħha għax hija kreatura Soċjalista li tat il-frott mhux taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista biss jew taħt l-Amministrazzjoni Soċjalista biss, imma taħt gvernijiet suċċessivi.", "Kellha suċċessi, pero' ma nistgħux lanqas ngħidu, bit-ton li l-ħabib tiegħi - veru ħabib tiegħi - l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando spiċċa bih, li l-mod kif mexxew huma huwa xempju ta' mudell li għandna nħarsu lejh proprju f'dan il-kontest.", "Madam Speaker li kieku baqa' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, kien hemm ħafna affarijiet li ma kenux tant sbieħ li kienu qed jiġu moħmijin fit- Telemalta.", "Il-liġi li kienet qiegħda tiġi mħejjija, li biha kien se jkun hemm il-qsim fejn jidħol l-aspett regolatorju, kienet ippjanata b'mod li diversi servizzi kienu se jiġu lliberalizzati mingħajr ma wieħed qies b'reqqa, b'impenn u bi ħsieb l-effett li dan seta' jkollu fuq l-impjiegi.", "Dan għaliex, kif jafu l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra u kif tapprezza s- Sinjorija Tiegħek, kieku Malta baqgħet fit-triq ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, it-Telemalta, din li qegħdin ngħidu li hija l-mudell, kien ikollha tikkonforma mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea bl-effetti negattivi kollha li politika bħal din ikollha fuq is-settur tat- telekomunikazzjonijiet, settur li wieħed ma jistax jissottovalutah f'dinja ta' progress kontinwu.", "Allura dan huwa eżempju ċar, eżempju klassiku, eżempju li jgħajjat kontra l-Partit Nazzjonalista, li juri li din il- fissazzjoni żejda kienet bla sens mhux mil-lat ta' politika barranija biss imma wkoll mil-lat ta' politika lokali f'setturi partikolari, anke f'dan il- qasam tat-Telemalta.", "Għalhekk jiena ninsab persważ li l-Gvern immexxi mill- Partit Laburista se jbiddel ukoll il-politika ħażina li kienet ġiet adottata f'dan is-settur, dejjem iqis l-ewwel l-interess taċ-ċittadin, dejjem iqis l-ewwel l-interess nazzjonali, bħalma qegħdin inqisuh fl-oqsma vitali kollha ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Veru li t-tendenza mondjali hija ta' aktar liberalizzazzjoni f'dan is-settur imma wieħed għandu wkoll jipprepara u jistinka ħalli jekk hemm xi impatti negattivi nkunu nistgħu tabilħaqq niġġieldu kontra tagħhom.", "Ingħatat l-impressjoni li kien hemm aċċenn anke fuq il-parteċipazzjoni attiva u ħajja fl-industrija tat-telekomunikazzjoni meta taħt il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, minn fuq nett, kienu jsiru diversi affarijiet f'dan il-qasam minn wara dahar it-Telemalta.", "F'dan ir-rigward ma jagħmilx sens li n-nies li l-aktar jifhmu f'dan is-settur jitħallew barra minn deċiżjonijiet importanti.", "Il-politika tal-Gvern tagħna - tal-Partit Laburista li ġab l-appoġġ massiċċ tal-poplu - fis-settur tat- telekomunikazzjoni hija li t-Telemalta għandha tingħata l-opportunita' sabiex tinvolvi ruħha ma' l-interessi privati Maltin fil-proġetti kollha li jsiru f'dan il-qasam, ovvjament sakemm ikun jidhrilha li pass bħal dan ikun fl-interess tagħha.", "Konna aħna li wellidna lit-Telemalta għax konna u għadna narawha bħala waħda mill-pilastri fl-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Aħna qed ngħidu lis-Sur Tony Mejlaq u lill-bord tiegħu: F'idejkom għandkom xi ħaġa li tridu tivvalorizzawha, issaħħuha u tmexxuha fid-direzzjoni t-tajba ħalli dan is-settur verament jimxi aktar 'il quddiem.", "Fit-Telemalta jidher ukoll l-effett ta' deċiżjonijiet finanzjarji ħżiena li kien ħa l-Gvern l-ieħor, dak li għalih il-flus ma kenux problema.", "Għalkemm b'mod realistiku u b'mod mill-aktar oġġettiv aħna nistgħu ngħidu li taħt il-Gvern preċedenti t-Telemalta kienet waħda mill-korporazzjonijiet li finanzjarjament ma kenitx mgħarrqa daqs setturi oħra, xorta waħda wieħed jinnota li din kienet diġa' qabdet it-triq tan-niżla.", "Il-Gvern ta' qabel donnu ried idaħħal rasu fil-ramel peress li kien ħa ċerti deċiżjonijiet bl-iskop li jaħleb lit-Telemalta biex forsi jpatti għad- diżastru finanzjarju li kien qed ikollu f'ħafna setturi oħra ta' l- ekonomija.", "Donnu t-Telemalta kienet dik il-baqra li tagħmel tajjeb għad- diżastri li kien hemm f'oqsma oħra.", "Fil-fatt, waqt li Gvern preċedenti kien qed jipprova jimla' l-ħofra li ħaffer huwa stess, fl-istess waqt kien qiegħed fil-proċess li gradwalment iħaffer il-qabar ta' waħda mill-aħjar azjendi pubbliċi f'pajjiżna.", "Aspett ieħor huwa li t-Telemalta kienet qegħda tiġi ntaxxata b'mod insensat bil-VAT, taxxa inġusta u bla bżonn.", "Jien ma narax għalfejn servizz essenzjali bħal dak tat-telefon għandu jiġi ntaxxat b'dan il-mod u lanqas nemmen li għandha tiġi mposta xi forma ta' taxxa indiretta fuq it- Telemalta bħalma għamel il-Gvern preċedenti u bħalma pprova jiddefendi, bla ebda ġustifikazzjoni, l-kelliemi ta' qabel.", "Ċeretament li d-deċiżjonijiet tal-Gvern l-ieħor iridu jiġu meqjusa fl-isfond ta' obbligi oħra li t- Telemalta trid iġġorr u allura hemm bżonn ta' investiment aktar qawwi biex il-korporazzjoni żżomm ruħha aġġornata maż-żmenijiet u biex tipprovdi l- aħjar servizzi lill-poplu Malti.", "Jien ninsab ċert li dwar il-qasam tat- telekomunikazzjonijiet il-Gvern Laburista qed jieħu kollox in konsiderazzjoni u qed jagħmel l-affarijiet b'serjeta' u b'ċertu qies u mhux biex jipprova jingħoġob mal-barranin jew billi l-problemi aktar joħloqhom milli jsolvihom.", "Jien konvint li l-politika ta' dan il-Gvern se tkun tfisser is-salvazzjoni tal-Korporazzjoni Telemalta u l-protezzjoni ta' eluf ta' mpjiegi.", "Jien issa xtaqt nieħu ftit ħin biex nagħmel analisi ta' xi aspetti li laqtuni l-aktar fl-estimi u fir-rapport li ġie ppreżentat, konformament ma' dak li hu mitlub mit-Telemalta Act.", "Jien naħseb li rridu naraw jekk l- infiq mgħaġġel bħal, per eżempju, il-proġett ta' Lm80 miljun, kienx sostnut bi dħul u ppjanar serju, jew inkella dan il-piż kellux jitħallas mill-poplu Malti b'rati ogħla fuq il-kera u fuq il-pulses.", "Madam Speaker, ma nistgħux ninsew li fl-istrategic resource audit -jiġifieri l-SRA, report imħejji tant tajjeb mis-Sur Tony Mejlaq, illum iċ-chairman tat-Telemalta - hemm twissija ħarxa kif għandhom jiġu mħaddma l-flus tat-Telemalta jekk din ma tridx tispiċċa f'ħofra hija wkoll.", "Jekk allura hawnhekk hemm xi nuqqasijiet dawn għandhom jiġu ndirizzati u ma rridux ninsew ukoll li hawn trid tiġi mwettqa l-għajta ta' accountability.", "Jekk issa nħarsu lejn paġna 4 ta' l-annual report ta' l-1994/95, insibu li s-Sur Tony Debono kien stqarr hekk:", "\"During the past 12 years I have had the opportunity not only to observe at first hand the international trends but to actively participate in the process of guiding local telecommunications along the road of development to its present modestly claimed role as a model in rapid development through the invaluable and continuous support from the ITU\".", "Imma mbagħad, f'paragrafu 3 ta'pagna 6 tar-rapport tas-Sur Mejlaq, insibu dan li ġej:", "\"The eight departments within the Corporation are working without proper co-ordination of their functions.", "The level of communication between Board, CEO and AGM's/Heads is weak.\"", "Sorry Sur Tony Debono u Sur Tony Mejlaq, imma hawn x'inhu jiġri?", "Aħna ma rridux ninsew li f'sistema maniġerjali, daqskemm hija importanti li tenerġizza u li timmotiva, daqshekk ieħor huma importanti l-komunikazzjoni u l-kordinament li min-naħa tiegħu ċ-chairman il-ġdid qed jgħidilna li kienu neqsin.", "Waqt li s-Sur Tony Debono jgħidilna li qatt ma kien hawn kordinazzjoni daqskemm kellna, ħaddieħor jgħid hekk:", "\"The situation is exacerbated by the absence of regular monthly segmental accounts leading to a situation where accountability is unclear.\"", "Intom, tal-Partit Nazzjonalista, li ġejtu tiftaħru x'għamiltu fi żmienkom u kemm mexxejtu lit-Telemalta 'l quddiem, qed taraw x'inhu jingħad fuq dak li kien għaddej!", "Veru jew mhux veru li", "\"Declines in revenue, increases in expenditure and loss making activities are not identified in time for remedial action to be taken\"?", "Jekk din is-sitwazzjoni kienet se twassal għall-ħofra, min kien se jieħu r- responsabbilta' għaliha?", "Tgħiduli l-poplu Malti.", "Għax jekk it-Telemalta m'hijiex tal-poplu, allura ta' min hi, ta' xi baruni?!", "Dawn huma d- domandi li qed jistaqsi l-poplu, li hu sovran - wara kollox aħna l-forza legali sovrana tal-pajjiż, pero' l-forza politika li tikkmanda u li tgħidilna x'għandna nagħmlu qiegħda fil-poplu - u li sab l-espressjoni tiegħu fil-kelma tas-Sur Tony Mejlaq.", "Imbagħad naqraw anke dwar it-tberbiq ta' flus fejn insibu:", "\"The new structure ...\"", "- meta nħatru s-CEO, l-AGMs u l-Heads -", "\"... is aimed at being more streamlined and efficient as part of the Corporation's overall drive for greater accountability.\"", "F'\"The Malta Independent\" tal-15 ta' Jannar 1995 insibu:", "\"Telemalta Corporation has updated its executive and planning structure\".", "Mela fuq naħa għandek li hemm updating ta' l-istruttura eżekuttiva tat- Telemalta u fuq in-naħa l-oħra, f'pagna 31 ta' l-SRA report, naqraw li hemm:", "\"... a situation where departments are working without co-ordination, to the detriment of a team effort to attain corporate objectives,\"", "Jista' xi ħadd jgħid x'inhi r-raġuni li saret din l-istruttura?", "Għaliex inħatru dawn in-nies?", "Biex jagħmlu ħofra mit-Telemalta?!", "Interessanti huwa dak li qal is-Sur Debono fil-perjodiku numru 17, maħruġ mill-ħaddiema tat- Telemalta, ta' Novembru 1995, fis-sens li l-korporazzjoni tista' timxi b'mod effiċjenti anke b'nofs l-għadd ta' ħaddiema li għandha fil-preżent.", "Is-Sur Debono sostna wkoll li rridu nrawmu kultura fost il-ħaddiema biex dawn jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom.", "Jien ngħid lis-Sur Debono: Int, li darba kont ħaddiem, li bdejt minn taħt u grazzi għat-Telemalta spiċċajt fost l-ogħla pożizzjonijiet, tiġi tkellem lill-ħaddiema hekk!", "Imma ħalli neqaf hawn.", "Fir-rapport tas-Sur Mejlaq jissemmew il-human resources u fil-fatt, f'paġna 9, dwar il-workforce tat-Telemalta insibu hekk:", "\"An adequate human resources policy is not in evidence, resulting in overstaffing in certain areas and understaffing in others,\".", "Għal li jista' jkun ma jridux jiġġustifikaw dan billi jgħidu li huma ma kenux jagħtu transfers jew li dawn huma affarijiet li nagħmluhom aħna biss!", "Jissemma wkoll:", "\"under-utilisation of some staff and the performance by some employees of work below their level.\".", "Dan iktar iħassbek għax skond ir-rapport annwali li qed nirriferi għalih issib li fl-AGM Human Resources and Staff hemm affarijiet differenti, kif qed jingħad hawn taħt:", "\"Human Resources Management Unit in collaboration with trade unions was mainly involved in job evaluation and a regrading exercise.\".", "X'inhu jiġri?", "Min qed jgħid il-verita' dwar it-Telemalta?", "Min se jgħasses fuq dawn l-affarijiet u lil min irid jgħasses?", "L-ewwel laqgħa dwar dan kienet saret nhar il-Ġimgħa 18 ta' Marzu, 1994, kważi tliet snin ilu u fil- fatt, f'paġna 32 ta' dan ir-rapport, dan qed jitkaża billi jgħid hekk:", "\"Work on this exercise has already been going on for too long and its progress should be closely monitored to ensure completion by the target date of 1st January, 1998.\".", "Hawnhekk dan qed jgħidilhom biex jgħaġġlu.", "Aħna ma rridux ninsew li l- uniċi ħaddiema fit-Telemalta li għandhom il-job description huma l-ħaddiema li hemm fil-customer service unit, ħaġa li kienet saret fl-1 ta' Ġunju, 1993.", "Jekk nitkellmu fuq il-workforce ikun interessanti kieku l-AGM Human Resources jgħidilna kemm ġew impjegati nies mat-Telemalta bejn l-1987 u l- 1996 u kemm spiċċaw ħaddiema fl-istess żmien.", "Dan qed ngħidu għax hawnhekk nixtieq infakkar li waħda mill-wegħdiet tal-Gvern Nazzjonalista kienet li jnaqqas in-nies minn mas-settur pubbliku u mill-korporazzjonijiet.", "L-ex- chairman, Dr Richard Galea Debono, fl-14 ta' Novembru, 1993 kien stqarr hekk mal-gazzetta \"The Malta Independent\":", "\"Since reducing the workforce is not possible even if the Corporation is overmanned ...\"", "Mela dan kien ammetta li fl-1993, jiġifieri wara sitt snin ta' Gvern Nazzjonalista, il-korporazzjoni kienet diġa' overmanned.", "Jiena nistaqsi: Meta skond l-annual report 1989/90 it-Telemalta kellha staff ta' 1,962, kemm kien l-istaff fl-1987?", "Fl-1996 il-workforce tat-Telemalta kienet ta' 1,841, tnaqqis ta' 121 fuq dik tas-sena 1989/90, imma anke hawnhekk jien nistaqsi: Imma dan ifisser li f'seba' snin spiċċaw mix-xogħol 121 ħaddiem biss?", "Allura mhux ta' b'xejn li ma kienx hawn rata għolja ta' qgħad!", "Dan kien isir biex ningħoġbu ma' l-Unjoni Ewropea?", "Imma dan ix-xogħol kien qiegħed jiġi minn barra, jiġifieri kienu qed jiġu xi kumpanniji kbar bħall- SGS-Thomson?", "Fejn hu l-investiment Amerikan?", "Fejn huma l-kumpanniji minn Hong Kong?", "Hawn Malta l-AMS ġiet li mbagħad telqet bil-grants li ħadet b'kollox.", "Fl-1990 espert Awstrijak fi ħdan l-ITU beda żjara ta' tliet ġimgħat f'Malta sabiex iħejji rapport dwar id-disinn u l-implimentazzjoni ta' l-in- house computerisation system.", "Din is-sistema fil-fatt inxtrat mingħand id- ditta Megabyte Ltd u bdiet tiġi stallata fl-1994.", "Dwar din is-sistema magħrufa bħalha Girafe insibu li din:", "\"... promotes greater productivity of user services, implements a genuine sales policy....\"", "Insibu li din tipprovdi wkoll:", "\".... statistics essential to decision makers; enhances the work of personnel ....\".", "Imbagħad, meta tara l-SRA report, f'paġna 23 is-Sur Mejlaq jgħid:", "\"The Girafe system is inflexible and lacks user friendliness.\".", "Din m'hijiex xi ċajta meta wieħed jara li din is-sistema ġiet tiswa Lm1.4 miljun.", "Fejn kienu l-AGM Finance jew the new management structure?", "Issa se jqum xi ħadd minn dawn il-pampaluni biex jgħidilna li aħna m'għamilna xejn u li kull ma sar għamluh kollu huma!", "Mela la m'hu se jqum ħadd ifisser li għandi raġun u li l-Gvern Laburista għandu raġun.", "Ta' min jgħid li b'din is-sistema: \"It was envisaged that in the near future the corporation's branches had to be connected with the wide area network\".", "Hawnhekk ma ninsewx li l-branches jagħmlu parti wkoll mis-CSU u f'dan ir- rigward Dr Galea Debono, l-ex-chairman - f'linja numru 13 - qal hekk:", "\" The Corporation has already taken over a number of premises and is carefully choosing sites with the aim of setting up a network of outlets\".", "Pero' mbagħad naraw li l-istrategic resource audit report, f'paragrafu 5 ta' paġna 9, jgħid:", "\"Under-utilisation of staff is particulary prevalent in the Corporation's branches.\"", "Dan żgur m'huwiex tort tal-customer service officers jew ta' l-assistants tagħhom, imma mill-banda l-oħra jekk is-sistema m'hijiex taħdem tajjeb xi ħadd għandu jkun responsabbli.", "Min hu responsabbli jrid jgħid: Jiena accountable u jekk hemm xi nuqqas dak huwa tort tiegħi.", "Irrid infakkar li s-CSU twaqqfet fl-1 ta' Ġunju ta' l-1993 biex taqdi aħjar il-ħteġijiet tal- pubbliku u hawn nerġa' nfakkar li dawn kienu l-ewwel ħaddiema tat-Telemalta li ngħataw job description.", "Ta' min jirrimarka wkoll li dawn huma l-uniċi ħaddiema li - u hawn se nagħmel battuta żgħira - għadhom ma bbenefikawx mir- riforma tal-Gvern tagħna.", "GĦaldaqstant, hawnhekk jien nagħmel appell biex ma nkunux partitarji u jekk se nagħmlu riforma nagħmluha għal kulħadd.", "Ta' min jinnota li dawn il-ħaddiema ilhom mill-1991 jistennew biex jieħdu l- parti dovuta lilhom.", "Imbagħad, l-ex-chairman, is-Sur John Camilleri, ex- segretarju privat tal-Prim Ministru Nazzjonalista, f'ċirkolari maħruġa f'Settembru ta' l-1995 jiġi jiftaħar li kważi l-ħaddiema kollha tat- Telemalta ibbenefikaw mir-riforma li ta l-Gvern meta l-impjegati li qegħdin jaħdmu fuq wieħed mill-ikbar proġetti tat-Telemalta, jiġifieri dak li l- korporazzjoni tkun fully computerised, għadhom ma ħaduhiex!", "F'paġna 20, paragraph 13, jingħad hekk fuq dak li għandu x'jaqsam ma' debtors and billing:", "\"The Corporation recently introduced a new billing electronic system.", "The external auditors were particularly concerned with the inordinate amount of incorrect bills being produced by the system.\"", "Qed tara l-kontijiet mnejn kienu ħerġin!", "Poplu Malti tkellem, qum u għidilhom lin-Nazzjonalisti għax inti sovran.", "Ladarba dawn kienu jgħidu li dik ma kenitx tort tagħhom imma kienet tort tas-sistema, allura jiena ngħid li s-soluzzjoni hija li tbiddel is-sistema b'waħda aħjar.", "Qed jiġri li ġieli joħorġu kontijiet doppji jew bl-arretrati nklużi fil-kont meta dawn ikunu diġa' tħallsu.", "Qed jiġri wkoll li subscribers li jħallsu b'cheque qed jibqgħu jirċievu l-kont ta' l-arretrati peress li l-korporazzjoni tkun għadha ma pproċessatx iċ-cheques tagħhom.", "Hawnhekk jiena nixtieq nagħmel suġġeriment li min iħallas b'cheque jingħata riċevuta bil-posta biex b'hekk jitnaqqas it-tgergir għaliex għallinqas hekk is-subscriber ikun informat li l-ħlas ikun sar.", "Irrid ngħid ukoll li fejn qabel il-kontijiet kienu joħorġu kull xahrejn u l-ammont ta' kera tal-meter f'post residenzjali kien ta' Lm4, issa l- kontijiet qegħdin joħorġu kull tliet xhur u allura r-rata tal-meter residenzjali qed tkun ta' Lm6 u f'dan ir-rigward għadha qatt ma ħarġet press release biex il-pubbliku jiġi nformat li l-kera fil-fatt ma għolietx.", "Dan qed ngħidu sabiex jinqata' dak il-paroli vojt ta' ċerti nies li qegħdin jgħidu li għollejna r-rata, kif jipprovaw ipinġu s-sitwazzjoni xi erba' ġrieden li għandna mas-saqajna.", "Il-verita' hi li taħt in-Nazzjonalisti t-Telemalta kienet waslet fi stat li bdiet tiddejjen biex tħallas id-dejn li diġa' kellha.", "Ma ninsewx li f'\"The Times\" tas-17 ta' Mejju, 1996 intqal hekk:", "\"Telemalta Corporation has made its debut in the international financial market with a multi-currency euro-syndicated term loan of $US15 million from a group of international banks ...", "Telemalta is using the proceeds of this loan to refinance a more expensive loan from the European Investment Bank.\".", "Prosit ħej!", "Għax ma titkellmuhomx dawn l-affarijiet?", "Għax ma tgħidux il- verita'?", "Veru jew mhux veru dan?", "U jekk dan hu veru, allura kien minnu dak li jien għidt fil-bidu, fis-sens li intom kontu qed tqarrbu lit- Telemalta biex tkun qabar ieħor minn dawk li ħallejtu lil dan il-Gvern Laburista?", "Madam Speaker, jien nixtieq nispiċċa billi ngħid li d-direzzjoni - jekk fil-fatt kien hemm min qed jipprova jipproġetta direzzjoni - kienet li kulħadd jgħaffeġ u jħawwad għalih bil-konsegwenza li l-Korporazzjoni Telemalta kienet se tispiċċa falluta u ta' piż fuq il-poplu.", "Mhux ta' b'xejn l-Onor.", "Michael Frendo - dak ta' \"Drittijiet, mhux Pjaċiri\" - waqt dibattitu fuq l-estimi ta' l-1995 kien stqarr li:", "\"It would be a mistake to open up for competition at the moment\".", "Barra minn hekk f'paġna 34 ta' l-SRA report hemm li:", "\"These shortcomings were leading the Corporation to a precarious financial situation\".", "Hawnhekk f'moħħi jien nibda ngħid: Telemalta, jekk id-direzzjoni kienet waħda ħażina biddel ir-rotta biex b'hekk u permezz ta' chairmanship u bord ġdid is-sitwazzjoni tmur għat-tajjeb fl-interess kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-poplu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, meta wieħed jiddiskuti l- estimi ta' korporazzjoni bħal din, barra li jħares 'il quddiem, irid ukoll iħares ftit lura.", "Jekk naraw il-Korporazzjoni Telemalta fiex kienet tinsab għaxar snin ilu nsibu li kien hemm teknoloġija antikwata, li ħafna minnha kienet inxtrat second hand, kien hemm infrastruttura antikwata u kien hemm cables dejjem jiddeterjoraw.", "Kien hemm ukoll ħafna limitazzjonijiet bħal, per eżempju, li pajjiżna kellu telekommunikazzjoni ma' 14-il pajjiż biss.", "Għaxar snin ilu kien hemm ukoll domanda qawwija għal-linji tat-telefon u fil-fatt fl-1987 kien hemm mal-15,000 applikant li kien ilhom jistennew għal mill-inqas sentejn.", "Aħna lkoll nafu li meta d- domanda tkun ferm akbar mis-supply allura jiżdied il-klijenteliżmu u nafu wkoll li hemmhekk tinbet it-tentazzjoni li wieħed jasal biex, għal diversi raġunijiet, fosthom għal raġunijiet politiċi, anke jagħmel diskriminazzjoni.", "Madam Speaker, irrid infakkar li l-ewwel passi sabiex il-Korporazzjoni Telemalta terġa' tissaħħaħ kienu ttieħdu minn Pierre Muscat, li dak iż- żmien kien Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Telemalta.", "Fil-ftit snin li kien imexxi dan is-segretarjat, il-mibki Pierre Muscat, ħa diversi passi importanti fir-rigward tat-Telemalta bħal, per eżempju, l-bini ta' exchanges lokali ġodda, il-pjanijiet għall-fibre optic cable ġdid - dawn eventwalment saru realta' - u l-bini ta' exchange internazzjonali ġdid li ppermetta li pajjiżna ma jibqax marbut ma' 14-il pajjiż biss imma beda jkollna komunikazzjoni ma' 'l fuq minn 100 pajjiż.", "Fil-bidu ta' l- Amministrazzjoni Nazzjonalista rajna wkoll roħs fir-rati tat-telex u tal- fax, kif ukoll fit-telfonati għall-Awstralja.", "Meta nsemmu roħs fit- telefonati għal barra ma rridux ninsew li ħafna Maltin u GĦawdxin għandhom qrabathom jgħixu fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Amerika u f'pajjiżi oħra.", "Irrid ngħid ukoll li fi żmien Pierre Muscat, kien hemm l-introduzzjoni u l- istallazzjoni ta' eluf ta' linji diġitali.", "Illum wieħed jista' jara ċerti riżultati bħal, per eżempju, li l-linji privati żdiedu minn 85,000 għal 172,000, jiġifieri rdoppjaw, u li t-telefonati għal barra żdiedu minn 8 miljun minuta għal 28 miljun minuta.", "Dan kollu seħħ minħabba roħs fit- tariffi.", "Imma r-raġuni prinċipali għala xtaqt nitkellem f'dan id- dibattitu mhuwiex it-tibdil radikali li seħħ f'dawn l-aħħar għaxar snin, imma għaliex inħoss li l-Korporazzjoni Telemalta mhux biss ma tridx toħnoq id-dinjita' tal-bniedem talli anzi trid tkun ta' sostenn kbir għad-dinjita' tal-bniedem, minkejja l-iżvilupp kollu fil-qasam tat-teknoloġija.", "Irrid ngħid ukoll li tul dawn l-aħħar snin it-Telemalta kellha ishma f'kumpanniji li joperaw fil-qasam tat-telekomunikazzjoni bħal, per eżempju, fit-Telecell, fejn permezz ta' mobile telephone wieħed ikun jista' jirċievi u jittrasmetti messaġġi; fl-iSkytel, li tipprovdi servizz fejn wieħed ikun jista' jirċievi messaġġi; kif ukoll fit-Terranet, li nvestiet f'digital data network - jiġifieri l-Internet - biex illum permezz ta' l-infrastruttura li għandha t-Telemalta nistgħu nirċievu din is- sistema.", "Fil-fatt, proprju f'dan il-Parlament aħna l-Membri Parlamentari wkoll għandna aċċess għall-Internet u dan ma kienx ikun possibbli kieku t- Telemalta m'aġġornatx ruħha sabiex ikollha digital data network.", "Irrid inżid li dan m'huwiex xi privileġġ għal Membri Parlamentari għax l- applikazzjonijiet għas-servizz ta' l-Internet qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Biex inkompli fuq il-qasam ta' żvilupp teknoloġiku irrid insemmi l- pjanijiet tat-Telemalta għal global maritime distress safety system.", "Jekk wieħed jara r-rapport tat-Telemalta jsib kif din il-komunikazzjoni marittima hija importanti ħafna għal gżira bħal ma hija Malta, peress li kemm bċejjeċ tal-baħar Maltin kif ukoll vapuri barranin jkunu jistgħu jagħmlu użu minn din is-sistema.", "Kien hemm ukoll titjib intern fil-qasam teknoloġiku tat-Telemalta bħal, per eżempju, fil-komputeriżżazzjoni tal-kontijiet u ta' l-istores, kif ukoll kien sar audit fuq il-vetturi tal-korporazzjoni.", "Permezz ta' dawn il-miżuri ġew iffrankati madwar Lm1.1 miljun.", "Kif qal aktar kmieni sieħbi, l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, l-isbaħ ċertifikat li seta' jkollha l-Korporazzjoni Telemalta kien meta ssellfet $US15 miljun minn bank ta' fama mondjali, bħal ma huwa it-Tokyo Mitsubishi Bank, mingħajr il-bżonn ta' garanzija mingħand il-Gvern Malti.", "GĦalhekk, meta wieħed jara self ġej minn bank li hu tant magħruf fil-qasam finanzjarju bilfors wieħed jistaqsi: Allura għaliex dan il-kliem kollu fuq ħofor u mhux ħofor finanzjarji?", "Mir-rapport tal-Korporazzjoni Telemalta jirriżulta li s-sena d-dieħla se tiġi organizzata f'pajjiżna l-World Telecommunication Development Conference.", "L-ITU, l-għaqda internazzjonali tat-telekomunikazzjoni, se tagħmel din il-konferenza f'Malta bħala rikonoxximent għall-iżvilupp mgħaġġel li seħħ f'pajjiżna f'dan il-qasam.", "Madam Speaker, ma kontx inkun sodisfatt kieku l-Korporazzjoni Telemalta mxiet biss fil-qasam ta' żvilupp teknoloġiku - għalkemm dan huwa importanti u kien mistenni li jseħħ biex b'hekk inkunu nistgħu nħarsu 'l quddiem b'fiduċja - għax l-iktar li jinteressa lili hu li minbarra li nara żvilupp teknoloġiku nara wkoll fil-prattika dak ir-rispett sħiħ lejn id-dinjita' tal-bniedem.", "Min hu l-bniedem?", "Il-bniedem huwa l-konsumatur, il-klijent li juża s-servizzi tat-Telemalta, bħal ngħidu aħna l-familji ta' l- emigranti u l-persuni b'diżabilita'.", "Per eżempju, għal dawk li huma neqsin mis-smigħ, il-Korporazzjoni Telemalta rnexxielha twaqqaf text telephone relay service.", "Telemalta tat ukoll id-dinjita' li jixraq lill-anzjani għax permezz ta' l- introduzzjoni tat-telecare l-anzjani għandhom mezz ta' sigurta' mhux biss għal saħħithom, jiġifieri li mingħajr wisq diffikulta' jsejħu għall- għajnuna medika jew paramedika, imma anke sigurta' kontra l-kriminalita'.", "Biex tkompli żżid l-għajnuna lill-anzjani, it-Telemalta kienet iddeċidiet li dawk li huma intitolati għall-karta r-roża, jiġifieri dawk li għandhom dħul finanzjarju baxx, m'għandhom iħallsu l-ebda kera għas-servizz tat- telecare.", "Il-Korporazzjoni Telemalta ma waqfetx hemm f'dak li jirrigwarda għajnuna lill-anzjani għax kompliet billi għamlet ftehim mal-Malta Football Association u mal-Gozo Football Association biex l-anzjani jkunu jistgħu jidħlu u jaraw il-partiti tal-football mingħajr ħlas billi jippreżentaw il- karta anzjan.", "Rajna wkoll li t-Telemalta kienet qed torganizza manifest li bih il- korporazzjoni kienet qed tintrabat li tagħti garanzija ta' servizz lill- klijent b'limitu ta' żmien u dan japplika mhux biss għas-servizz tat- telephone imma anke għal diversi servizzi li toffri.", "Fl-istess garanzija ta' servizz, kellu jkun hemm ukoll it-twaqqif ta' bordijiet ta' kontestazzjoni u ta' appell li xogħolhom kellu jkun li jistħarrġu l- ilmenti.", "Ħaġa oħra li għamlet it-Telemalta kienet li raħħset mhux biss it- telefonati għal barra minn Malta, imma anke għamlet roħs fuq is-servizz tad- digital data network, jiġifieri raħħset anke s-servizzi l-ġodda.", "Kien hemm oqsma oħra li l-Korporazzjoni Telemalta wriet li lesta ssostnihom bħal, per eżempju, fil-qasam taż-żgħażagħ, kultura u sport fejn rajna l- isponsorship tal-young enterprise, tal-jazz festivals, ta' artisti Maltin u anke ta' għaqdiet sportivi.", "Il-korporazzjoni ħasbet ukoll fl-emarġinati meta sponsorjat lill-għaqda SEDQA, liema għaqda tieħu ħsieb dawk li għandhom problemi minħabba abbuż ta' droga jew ta' l-alcohol u m'għandha l-ebda ntrojtu.", "Fl-idea tiegħi, allaħares ma jkunx għall-korporazzjonijiet pubbliċi, bħalma hija l- Korporazzjoni Telemalta, li b'kuxjenza soċjali għenu lil diversi għaqdiet, bħas-SEDQA.", "Il-korporazzjoni tat il-kontribut tagħha wkoll fil-qasam ambjentali billi kienet sponsor ta' għaqda ta' l-ambjent magħrufa bl-isem ta' ECO barra li sponsorjat ukoll ir-restawr tat-torri ta' Kenuna ġewwa Għawdex.", "Madam Speaker, ħaġa li ili nosserva u li erġajt ikkonfermajtha f'din id- diskussjoni hija li l-Partit Laburista sar partit tal-lemin iktar mill- Partit Nazzjonalista.", "Qed ngħid dan għaliex il-Partit Nazzjonalista fil- gvern kien favur li l-korporazzjonijiet pubbliċi jgħinu lill-anzjani, liż- żgħażagħ, lil persuni b'diżabilita', lil dawk li għandhom qrabathom emigrati u lill-istess ħaddiema tal-korprazzjoni, mentri llum il-Partit Laburista donnu qed jitkaża b'dawn l-affarijiet.", "L-istess rapport li sar mis-Sur Meilaq - fuq talba tal-Prim Ministru - jitkaża bl-isponsorships li kienet toffri t-Telemalta, bħallikieku sponsorship tfisser biss li tieħu xi ħaġa lura.", "Il-politika soċjali mhijiex li bilfors tieħu xi ħaġa lura imma l-politika soċjali hija li kulħadd jimxi 'l quddiem, anke min għandu problemi kbar.", "Meta wieħed jiftakar li l-Korporazzjoni Telemalta għenet finanzjarjament għaqdiet bħas-SEDQA żgur li ma jistax jilmenta jew jitkaża dwar dan.", "Madam Speaker, meta wieħed jaqra r-rapport li għandna quddiemna jsib li l- iktar ħaġa li tispikka hija kemm il-management tal-Korporazzjoni Telemalta wera stima lejn il-ħaddiema tiegħu.", "Per eżempju, hawn insibu li l-ħaddiema kellhom in-service training u peress li n-numru tal-parteċipanti kien ikbar min-numru ta' l-impjegati li hemm f'din il-korporazzjoni, allura wieħed malajr jista' jikkonkludi li kien hemm ħaddiema li għamlu iktar minn kors wieħed.", "Ta' min jgħid li t-Telemalta tat ukoll importanza kbira lill-qasam tas-sigurta' fuq il-post tax-xogħol - sfortunatament dan rari ssibu f'kumpanniji privati u f'korporazzjonijiet pubbliċi lokali - u jien naf li saru anke korsijiet dwar dan il-qasam.", "Żgur li ħadd ma jista' jgħid li l-management ma kellux relazzjonijiet tajbin mat-trade unions u li l-korporazzjoni ma pprovatx twaqqaf koperativi għall-ħaddiema ħalli dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fuq il-post tax- xogħol tagħhom.", "Il-management tat-Telemalta ma kkuntentax ruħu billi lill- ħaddiema tat-Telemalta, li jlaħħqu għal madwar 2,000 ruħ, ħarġilhom health insurance policy, imma mar pass aktar minn hekk billi estenda din l- assigurazzjoni għall-membri tal-familja tagħhom.", "Naturalment hawn ma rridx ninsa nsemmi wkoll iż-żieda fil-pagi li ħadu l-ħaddiema tat-Telemalta minbarra l-opportunitajiet li kellhom biex jagħmlu sahra.", "GĦalkemm kellha Lm1.2 miljun inqas fi profitti, meta jien nara din is-solidarjeta' bla qies ta' din il-korporazzjoni pubblika nħoss ċertu sodisfazzjon għax dan ifisser li t-Telemalta mhux qed tħares biss lejn l-aspett finanzjarju imma qed tara wkoll il-ġid komuni billi qed tassigura li s-soċjeta' kollha timxi 'l quddiem, mhux fil-qasam tat-telekomunikazzjoni biss.", "Meta tara programm soċjali bħal dan malajr tibda tifhem min kien iċ-chairman ta' din il- kumpannija parastatali, jiġifieri s-Sur John Camilleri, li jien personalment naf kemm jemmen fid-dinjita' tal-bniedem, speċjalment tal- ħaddiem.", "Madam Speaker, jien osservajt ukoll li l-Ministru responsabbli mit- Telemalta uża wisq kliem negattiv, bħal \"diżastru\", \"nuqqas ta' direzzjoni\" u \"'l bogħod miċ-ċittadin\".", "Il-korporazzjoni mhux talli mhijiex 'il bogħod, anzi Gvern Nazzjonalista ħadem ħafna biex tkun qrib iċ-ċittadin.", "Huwa veru li żdiedu t-tariffi għal telefonati lokali imma anke hawn jiena ninsab sorpriż b'din il-kritika kollha ta' l-Onor.", "Mizzi għax meta wieħed jaqbad il-programm elettorali tal-Partit Laburista - u jiena hawnhekk għandi l-pubblikazzjoni fil-qosor - fil-paragrafu taħt \"Trasport u Komunikazzjoni\" jsib li l-unika sentenzza li tissema dwar it-Telemalta hija li:", "\"Issir reviżjoni tar-rati tat-tariffi tat-telephonbe li għamel Gvern Nazzjonalista.\"", "Din hija l-unika ħaġa li l-Partit Laburista jsemmi fil-programm elettorali tiegħu.", "GĦalhekk jien qed insibha ftit sorprendenti kif qabel l-elezzjoni kienu kontinwament jilmentaw mill-għoli tat-tariffi lokali biex issa qegħdin jgħidu li t-Telemalta kienet f'diżastru u li ma kellha l-ebda sens ta' direzzjoni.", "L-Onor.", "Mizzi għoġbu jsemmi li n-numru ta' faults f'ħafna pajjiżi huwa ferm inqas minn tagħna.", "Jiena nistaqsi lill-Onor.", "Membru: X'inhuma r- rates, f'US cents, f'kull pajjiż li semma?", "Madam Speaker, jien ninsisti li l-Onor.", "Membru jweġibni fuq dan il-punt għax m'għandix dubju li jsib li f'dawk il-pajjiżi r-rates huma ferm ogħla minn tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nistax nifhem kif min-naħa tgħid li r-rates m'għandhomx jogħlew u min-naħa l-oħra tinsisti għal servizzi ta' kwalita' ogħla!", "Nixtieq ngħid ukoll li s-solidarjeta' li l-Korporazzjoni Telemalta wriet mal-ħaddiema tagħha tul is-snin li għaddew ma tantx tidher li għadha hemm għax minn risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt fl-14 ta' Frar, 1997 dwar transfers li seħħew fil-korporazzjonijiet jew aġenziji li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu, il-Prim Ministru rrispondieni hekk:", "\"Fid-dawl tar-ristrutturazzjoni li qed issir fil-Korporazzjoni Telemalta xi sezzjonijiet ġew amalgamati ma' oħrajn u twaqqfu oħrajn ġodda.", "Dan kollu sar biex il-proċess tax-xogħol isir b'mod aktar effettiv u effiċjenti.", "B'dan l-eżerċizzju kienu affettwati 143 ħaddiem.\"", "Mela allura f'din il-korporazzjoni kien hemm mal-143 transfer u minn barra hekk jien informat li proprju f'dawn l-aħħar jiem saru transfers oħrajn.", "Forsi issa l-Onor.", "Mizzi jispjega lili, lill-Kamra u lill-poplu eżattament liema huma dawk is-sezzjonijiet li kellhom jiġu amalgamati u liema huma dawk li twaqqfu ġodda u kif dawn is-sezzjonijiet se jgħinu biex it- Telemalta ssir aktar effettiva u effiċjenti.", "Qed nitlob din l-ispjega għax wara dan id-diskors wieħed ma jarax ħlief skużi li permezz tagħhom l- Amministrazzjoni l-ġdida qed tippermetti li jsiru transfers bl-addoċċ u, sfortunatament, anke transfers vendikattivi.", "Is-Sur Norman Farrugia, li semma l-Onor.", "Pullicino Orlando, inzertajt nafu personalment u fil-fatt jien it-tabib personali tiegħu.", "Hawnhekk jien nisfida lill-Onor.", "Mizzi jgħidli kemm-il ġurnata sick leave jieħu f'sena s- Sur Farrugia għaliex jien naf u ċert li dan il-bniedem imur għax-xogħol anke meta jkun marid.", "Jien ma nistax nifhem kif proprju nies bħal dawn jingħataw transfer daqshekk bl-addoċċ.", "Biżżejjed ngħid li dan l-impjegat bagħtuh mill-exchange ta' Tas-Sliema għal dak taż-Żejtun, kif ukoll bidlulu x-xogħol li kien jagħmel.", "GĦalhekk jien nixtieq spjega ta' dan għax nixtieq li kieku nista' nsib raġunijiet validi għal dan l-atteġġament.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO(Segretarju Parlamentari għal-Għawdex): Madam Speaker, f'dawn il-ftit minuti li għandi rrid nibda biex ngħid prosit tassew lill- Ministru Mizzi u lill-bord il-ġdid tat-Telemalta, speċjalment liċ-chairman, tal-mod kif qed titmexxa din il-korporazzjoni.", "Madam Speaker, peress li fid-diskussjoni fuq dawn l-estimi ssemmew ħafna t-transfers, nibda biex ngħid li fis-sezzjoni tat-Telemalta f'Għawdex ma sar l-ebda transfer ħlief li ċertu Joe Debrincat, li fiż-żmien il-Partit Nazzjonalista kien laqqat transfer, reġa' mar lura fejn kien.", "Jien naħseb li dan huwa l-mod kif għandu jitmexxa l-pajjiż, pero' jiddispjaċini nisma' lil min jgħidilna: Iż-żiemel tagħkom, imma nirkbuh aħna.", "Iż-żiemel huwa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu u għalhekk hemm bżonn li f'dan il-pajjiż indaħħlu ftit serjeta' jekk verament irridu nimxu 'l quddiem u aħna dan li proprju rridu nagħmlu, li nimxu 'l quddiem bi pjan u bis-serjeta'.", "Xbajna nisimgħu b'nies li qed ifixklu u li jagħtu l-gambetti.", "Dawn forsi għadhom joħolmu li qegħdin fil-gvern u jaħsbu li l-poplu għadu jafda lilhom.", "Hemm bżonn li fil-Korporazzjoni Telemalta ndaħħlu s-serjeta' u min m'hux se jaħdem bis-serjeta' - u dan qed ngħidu b'mod kategoriku - jien inkun l- ewwel wieħed li ma nkunx irridu hemm.", "Fis-sezzjoni tat-Telemalta t'Għawdex hemm post għal kulħadd, hu x'inhu l-kulur politiku tiegħu, basta nimxu b'mod serju skond il-pjan tal-Gvern Laburista.", "Meta flimkien mal-Ministru Mizzi żort il-post stajt nifhem li hemm bżonn innisslu aktar serjeta' u hemm bżonn ukoll li nagħtu aktar enfasi lill-customer care service.", "Biex nimxu 'l quddiem irridu naħdmu fuq firxa ta' ħames snin b'serjeta', bi pjan u b'għaqal.", "Madam Speaker, rigward proġetti tajjeb li l-poplu jkun jaf li x-xogħol fuq il-primary cable network fl-irħula tax-Xagħra, Għajnsielem u l-Imġarr issa huwa lest.", "Ix-xogħol konness mal-proġett ta' l-Għasri, l-Għarb u San Lawrenz mistenni li jkun komplut fil-futur immedjat, filwaqt li mistenni jibda dalwaqt ix-xogħol fuq il-proġetti tan-Nadur u ż-Żebbuġ.", "Fl-irħula tas-Sannat, l-Għarb, l-Imġarr, in-Nadur u Għajnsielem saru diversi trinek sabiex nespandu s-secondary cable network, filwaqt li xogħol simili f'Għajnsielem u fin-Nadur huwa mistenni li jkun lest sa l-aħħar ta' April.", "Madam Speaker, ngħaddi issa biex nitkellem dwar servizzi ġodda.", "In-numru ta' applikanti li kienu għadhom jistennew is-servizz tat-telefon fl-aħħar ta' Diċembru tas-sena l-oħra kien ta' 14 u sas-6 ta' Marzu, 1997 dan tela' għal 16.", "Matul is-sena 1996 ġew istallati 63 cardphone f'diversi lokalitajiet f'Għawdex u t-total tagħhom issa tela' għal 130.", "Il- korporazzjoni ħasbet ukoll għas-servizz tat-tqassim tat-telecards fil- ħwienet, liema servizz qed nagħtuh enfasi sabiex il-poplu jkun moqdi aħjar.", "Matul is-sena 1996 ġew imqassma 94,375 telecard filwaqt li din is-sena diġa' tqassmu b'kemm jiswew Lm7,400 f'telecards.", "Ġiet istallata PABX ġdida biex it-total ta' PABXs fid-dipartimenti tal-gvern issa tela' għal 10.", "Rigward il-manutenzjoni f'Għawdex irrid ngħid li matul is-sena 1996 is- sezzjonijiet ta' l-external plant għamlu tiswijiet fuq 5,700 linja u mill- ewwel ta' Jannar s'issa għamlu 890 tiswija.", "Riċentement saret manutenzjoni pprogrammata fir-raħal taż-Żebbuġ fejn b'kollox qed isir xogħol fuq 386 linja.", "Minnufih wara li tlajna fil-gvern inbeda x-xogħol fil- bajja ta' Marsalforn fejn diġa' sar xogħol fuq 52% tal-linji, liema xogħol mistenni jkun lest aktat tard din is-sena, filwaqt li x-xogħol fir-raħal tax-Xagħra issa nbeda u miexi b'ritmu tajjeb, tant li diġa' saret manutenzjoni fuq 30% tal-linji u x-xogħol f'dawn il-lokalitajiet ta riżultat pożittiv.", "Dwar l-AXE exchange f'Għawdex irrid ngħid li fil-preżent dan għandu kapaċita' ta' 14,336 linja, filwaqt li n-numru ta' servizzi issa tela' għal 12,673 linja.", "Dwar il-branch office tar-Rabat nista' ngħid li s-servizz kompla jitjieb billi riċentement introduċejna s-sistema komputerizzata biex b'hekk issa sar possibbli li subscriber jingħata s-servizz l-għada li jiffirma l-agreement.", "Dan kollu xi jfisser, Madam Speaker?", "Dan ifisser li f'Għawdex it- Telemalta miexja bi pjan serju u aħna rridu nkomplu naħdmu b'koperazzjoni ma' kulħadd.", "Min irid jgħin u min irid verament jaħdem biex f'Għawdex titfassal politika li tkun waħda ta' ġieħ u ta' fejda għall-poplu Għawdxi, aħna lesti li naħdmu miegħu, ikun min ikun.", "Kif diġa' għidt pero', aħna m'aħniex lesti li ċerti nies jipprovaw jagħtuna l-gambetti, kif fil-fatt qegħdin jipprovaw jagħmlu, minħabba raġunijiet ta' politika.", "It-Telemalta qiegħda tagħti sehem kbir ukoll f'dak li huwa ambjent billi laħqet ftehim mad-Dipartiment ta' l-Artijiet li permezz tiegħu ingħatat b'kera it-Torri ta' Kenuna.", "Il-korporazzjoni żammet laqgħat mal-Kunsill Lokali tan-Nadur dwar kif dan it-torri jista' jiġi żviluppat u utilizzat aħjar.", "Hemm il-ħsieb illi l-Korporazzjoni Telemalta tiżviluppa t-Torri ta' Kenuna b'tali mod u manjiera li tagħmlu ċentru u mużew tat- telekomunikazzjoni.", "Bħalissa t-Telemalta qiegħda tipprepara biex toħroġ is- sejħiet għal offerti biex isir ix-xogħol fuq dan is-sit.", "Fil-parti li se sservi ta' mużew se jibdew jiġu esibiti oġġetti li juru u jfissru l- iżvilupp tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna, filwaqt li l-parti l-oħra se tiġi żviluppata biex titpoġġa microwave link - b'mod li ma tidhirx, biex b'hekk it-torri jżomm id-dehra ta' kif kien oriġinarjament - għal telefonati lejn u minn Malta li se tkun ta' alternattiva u back-up għal dak li diġa' hemm fl-exchange tax-Xewkija.", "Jien naħseb li dan huwa żvilupp pożittiv kemm mil-lat ta' komunikazzjoni u mill-aspett ambjentali.", "Il-Korporazzjoni Telemalta qiegħda tinvesti ħafna flus mhux biss f'dan il-qasam tat-telekomunikazzjoni imma anke fl-isports.", "Fil-fatt, ġimgħatejn ilu tela' Għawdex iċ-chairman tal-Korporazzjoni Telemalta biex jagħti sponsorship ta' xi Lm3,000 lil Gozo Football Assocation.", "Naħseb li dan huwa l-mod kif għandha titfassal il-politika għal Għawdex.", "Jien inħoss li l-gżira tagħna m'għandhiex tiġi mgħejjuna biss permezz ta' servizzi imma għandha tiġi mgħejjuna wkoll f'oqsma oħra bħal dawk sportivi w ambjentali.", "Madam Speaker, jien nixtieq nerġa' nirringrazzja minn qiegħ qalbi liċ- chairman u lil dawk li qegħdin imexxu l-Korporazzjoni Telemalta għax fi ftit xhur diġa' wrew kemm verament għandhom għal qalbhom l-iżvilupp t'Għawdex u kemm verament japprezzaw il-wirt kulturali, storiku u ambjentali tal-gżira tagħna.", "J'Alla nibqgħu mexjin b'sens ta' koperazzjoni, b'sens ta' pjan u b'serjeta' sabiex lil Għawdex inġibuh 'l quddiem .", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, fid-dinja industrijali li qed tissawwar mit-teknoloġija elettronika l-forma ta' tmexxija li l-aktar tagħti qligħ għandha tkun - mhux biss fil-biedja u fl-artiġjanat - waħda li fiha jissieħeb u jipparteċipa kulħadd.", "Il-Gvern ta' qabel kien wettaq ħidma sħiħa biex fit-Telemalta tiġi mwaqqfa koperattiva fost il-ħaddiema, liema ħidma, għal xi raġuni jew oħra, ma komplietx taħt dan il-Gvern.", "Għaldaqstant, jien nixtieq inkun naf mingħand il-Ministru responsabbli minn dan il-qasam jew mingħand il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali għaliex ma tkomplietx il-ħidma biex il-ħaddiema tat-Telemalta jissieħbu f'koperattiva.", "Kien Gvern Nazzjonalista li ħoloq żewġ skemi - magħrufa bħala skemi A u B - li permezz tagħhom il-ħaddiema tal-gvern setgħu jissieħbu f'koperattivi biex filwaqt li jaħdmu f'għaqda jkunu jistgħu jagħmlu iżjed qligħ.", "Proprju għalhekk li qomt nitkellem sabiex il-ħidma li titwaqqaf koperattiva fit-Telemalta terġa' tingħata l-ħajja.", "J'Alla din il-koperattiva sseħħ!", "Aħna kellna laqgħat ma' l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Koperattivi u ma' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol biex il-ħaddiema tal-gvern jingħaqdu f'koperattivi.", "Jien nixtieq inkun naf jekk dan il-Gvern għadux iżomm dawn il-kuntatti ma' dawn l-għaqdiet internazzjonali.", "Aħna ta' spiss konna norganizzaw konferenzi fejn kienu jiġu esperti mill-pajjiżi tal- Mediterran biex nipprovaw naraw li Malta tkun il-fus tal-moviment koperattiv.", "Il-programm elettorali tagħna jgħid li l-Partit Nazzjonalista jemmen bis- sħiħ fl-idea ta' koperattivi u dan jidher mill-fatt li fis-snin li konna ilna fil-gvern rajna żieda sostanzjali fin-numru ta' koperattivi.", "Aħna daħħalna numru ta' miżuri li jħajru ħaddiema tal-gvern iwaqqfu koperattivi ħalli jibdew jieħdu xogħol tal-gvern.", "L-inċentivi li għandu joffri l-gvern ma jridux ikunu biss ta' natura finanzjarja iżda jridu jieħdu forom oħra, bħal, għajnuna amministrattiva - jiġifieri lil dawn il-ħaddiema trid tneħħilhom it-toqol ta' l-amministrazzjoni - l-għoti ta' pariri u għajnuna oħra biex jagħrfu l-opportunitajiet u jegħlbu l-mumenti iebsa tal-bidu.", "Aħna dan kollu diġa' konna fassalnieh u issa jmiss li niġu għall-fażi li nibdew nattwawh b'ċertu ħeġġa.", "Għal dan il-għan aħna konna waqqafna support unit biex jagħti pariri lill-koperattivi dwar management, accounting u marketing.", "Jien nittama li dan il-unit - kif fil-fatt kellna l-ħsieb li nagħmlu - ikompli jissaħħaħ biex issir iktar ħidma b'riżq il- koperattivi u biex dawn jinfirxu fl-oqsma kollha tal-ħajja.", "Qabel wieħed kien jitkellem l-iktar fuq koperattivi tal-biedja u s- sajd.", "Il-Gvern Nazzjonalista ħadem ħafna fil-qasam tal-koperattivi tal- bdiewa u tas-sajjieda li jaħdmu fulltime u fil-fatt dawn kienu jieħdu lura nofs il-ħlas tal-bolla.", "Gvern Nazzjonalista kien ħadem ukoll biex koperattiva tkun meħlusa mit-taxxa tad-dħul.", "B'din il-ħidma li wettaqna fuq il-koperattivi konna diġa' bdejna nifirxu f'dan il-qasam għax fil-fatt konna għamilna l-koperattivi tal-burdnara, ta' l-artiġjanat, tal-minibuses, tal-bejgħ ta' kotba, ta' management, tad-dipartimenti tal-gvern u ta' affarijiet oħra.", "Dan żgur li m'għamilniehx minħabba li kien hawn il-qgħad biex b'hekk insibu xogħol għall-ħaddiema imma għall-kuntrarju aħna daħħalnihom meta kellna sitwazzjoni ta' full employment bħala sinjal ta' sħubija u ta' parteċipazzjoni.", "Aħna kellna wkoll proġett fl-iskejjel u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali li kompla għaddej bil-proġett \"Scoops\" li kien proġett li jgħaqqad liż- żgħażagħ ta' bejn it-12 u l-14-il sena u jgħinhom jiżviluppaw it-talenti tagħhom permezz tal-ħolqien ta' school co-operatives.", "Għalkemm il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali qed ikompli b'din il-ħidma, min-naħa tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali ma tantx jidher li qed issir wisq ħidma għaliex s'issa x-xogħol fuq il-koperattivi li twaqqfu - minbarra xi waħda - kien diġa' sar taħt l-Amministrazzjoni ta' qabel.", "Fil-fatt, ftit ilu deher avviż stramb fil-Gazzetta tal-Gvern li kien jgħid li l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali huwa responsabbli mid-Dipartiment tal-Koperattivi, donnu qabel il- Gvern lanqas kien jaf li jeżisti dan id-dipartiment!", "Meta għamilt mistoqsija lill-Prim Ministru fuq dan l-avviż stramb li deher fil-Gazzetta tal-Gvern, il-Prim Ministru wieġeb li l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali kien de facto ministru tal-koperativi.", "Kulħadd jifhem il-Prim Ministru x'ried ifisser u allura m'hemmx għalfejn ta' aktar spjegazzjonijiet.", "Aħna konna se nagħtu inċentivi kbar lill-ħaddiema tal-gvern li jidħlu f'koperativi.", "Fil-fatt, il-qasam soċjali huwa kbir ħafna u l-koperativi huma wieħed mis- sisien li fuqhom trid tinbena l-ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Aħna ma ridna nġiegħlu lil ebda ħaddiem jidħol bilfors f'koperativa - fil-fatt dan dejjem jista' jidħol f'kumpannija jew jimpjega ruħu mal-gvern jew jimpjega ruħu mal-privat - imma għamilna biss kulma stajna biex inħajru ħaddiema ħalli flimkien jifformaw koperativi u biex dawn ikunu mifruxa f'setturi differenti.", "Issa li twaqqaf il-bord tal-koperativi nispera li dan il-bord jibda jaħdem bis-serjeta'.", "Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali għandu team biex jgħinu jmexxi f'dan il- qasam u fil-fatt fis-seduta tal-11 ta' Marzu dehret it-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "4098 fejn l-Onor.", "Edwin Grech semma l- mekkaniżmu li bih se jsaħħaħ il-possibilita' li jitwaqqfu koperativi f'kull settur ta' l-ekonomija.", "Il-Ministru jħobb ħafna juża dawn il-frażijiet ambigwi li jistgħu jfissru ħafna affarijiet f'daqqa u minħabba f'hekk kelli nagħmel mistoqsija oħra fejn tlabtu biex ifissirli x'inhu dan il- mekkaniżmu.", "Illum il-Ministru weġibni hekk:", "\"Il-mekkaniżmu li rriferejt għalih huma l-istrutturi li għandu jkollu l-bord għad-dispożizzjoni tiegħu biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.\"", "Meta l-Onor.", "Grech iwieġeb hekk għandi nifhem li dan il-mekkaniżmu ma jeżistix, kif ma jeżistux lanqas l-istrutturi u l-għanijiet.", "Minn kif qed jiġu mwieġba ċerti mistoqsijiet għandi nifhem li m'hu qed isir assolutament xejn f'dan il-qasam kif, wara kollox, m'hu qed isir xejn f'oqsma oħra wkoll.", "Minn barra din il-ħidma tidher li għandha faċċata sabiħa f'laqgħat ma' unions u ma' ħaddiema; iżda mbagħad x'sar s'issa?", "Meta wieħed jifli x'sar s'issa jsib li għadu ma sar xejn u allura mhux ta' b'xejn il- koperativa tat-Telemalta ma komplietx!", "Dan huwa eżempju ċar tan-nuqqas ta' ħidma min-naħa ta' dan il-Gvern li qed ifalli anke fil-qasam soċjali għax fil-fatt, kif deher mill-budget, ir-ruħ soċjali qiegħda tgħib minn dan il- pajjiż.", "Dan il-Gvern x'qed jagħmel għall-koperattivi?", "Se jkompli bil-ħidma fuq il-koperattiva tat-Telemalta?", "Per eżempju, fil-craft and cottage industry aħna konna għamilna koperattiva għall-artiġjana ta' prodotti lokali f'GĦawdex.", "Dan il-Gvern lest li jkompli din il-ħidma favur il-koperattivi?", "Nittama li l-Gvern ma jagħmilx kif għamel fit-Telemalta għax hemm verament bżonn li l-prodott lokali Malti mmexxuh 'il quddiem.", "L-ewwel għan tal- koperattivi huwa l-għan soċjali u mhux l-effiċjenza jew il-qligħ.", "Nerġa' ngħid li l-ewwel għan huwa l-għan soċjali, ħaġa li kulma jmur jidher li qiegħda tonqos għax il-Gvern f'kull tweġiba li jagħti għal mistoqsijiet parlamentari dwar koperattivi dejjem isemmi biss l-effiċjenza u l-qligħ u l- element soċjali tal-koperattivi ma jsemmihx.", "Il-koperattivi ilhom jeżistu ħafna f'Malta, tant hu hekk li fl-1920 kien hemm koperattiva fl-Isla, speċi ta' supermarket kbir, li lill-membri tagħha kienet tbiegħelhom b'rati ssussidjati.", "Kull ħaddiem li kien sieħeb f'din il-koperattiva, jiġifieri kemm min kien ibiegħ u kemm min kien iqassam l- affarijiet lin-nies, kien ukoll sieħeb sħiħ fil-koperattiva.", "Qed ngħid dan għaliex illum għandna koperattivi fejn minbarra li għandek is-sħab għandek ukoll il-ħaddiema u kien għalhekk li aħna dejjem għamilna l-isforzi tagħna biex anke dawn il-ħaddiema jkunu sħab ukoll biex b'hekk ikun hemm verament parteċipazzjoni sħiħa.", "Id-dinja tax-xogħol illum m'għadhiex waħda ta' konfrontazzjoni, ta' grupp kontra grupp.", "Illum m'għadtx baqa' konflitt bejn min jaħdem u min iħaddem għax kulħadd qed jirrealizza li l-firda ma hi ta' ġid għal ħadd.", "Wieħed mill-valuri li għandu l-bniedem tal-lum huwa l-jedd għal komunikazzjoni ħielsa fejn il-bniedem jista' jgħid li jrid kif ukoll li jista' jisma' lil kulħadd.", "Kien għalhekk li qabel jiena għidt li l-qasam soċjali, li forsi huwa l-aktar qasam importanti, għandu jidħol anke fit- Telemalta.", "Per eżempju, is-servizz tat-telecare, kien jingħata b'xejn lil min huwa nieqes minn ċerti mezzi u jiena nemmen li hekk għandu jsir f'soċjeta' li trid tinbena fuq is-solidarjeta'.", "Is-solidarjeta' m'hijiex karita' fejn wieħed jagħti xi ħaġa miż-żejjed li għandu, jew li wieħed jagħti milli għandu, imma solidarjeta' tfisser għaqda fejn kulħadd jaħdem flimkien għal dak li jissejjaħ il-ġid komuni.", "Madam Speaker, jiena nittama li l-ħidma li saret biex titwaqqaf koperattiva fit-Telemalta mhux biss titkompla u finalment isseħħ imma nixtieq nara ħidma simili f'azjendi oħra tal-gvern.", "Wara taħdidiet twal mal-partijiet soċjali kollha l-Gvern ta' qabel kien għamel ċerti skemi u għalhekk il-Gvern preżenti jrid jagħmel il-parti tiegħu wkoll, speċjalment rigward il-bżonn li jissaħħaħ is-support unit.", "Il-Bord tal-Koperattivi jeħtieġ li jżid il-ħidma tiegħu u jekk il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali beħsiebu jwaqqaf strutturi oħra, j'Alla li dan jagħmlu ma jdumx u li dawn l- istrutturi jagħtu servizz għall-ġid tal-pajjiż.", "Il-Gvern għandu jagħti eżempju f'dan il-qasam billi jwaqqaf koperattivi fid-dipartimenti u fil- korporazzjonijiet tiegħu għaliex b'hekk ikun qiegħed jagħmel ukoll pass kbir lejn il-parteċipazzjoni.", "Fil-fehma personali tiegħi, il-ħatra ta' direttur ħaddiem m'hijiex forma ta' parteċipazzjoni għax is-sisien tas- sħubija u tal-parteċipazzjoni hija l-koperattiva.", "Madam Speaker, illejla għamilt dan id-diskors biex fil-qasam soċjali, speċjalment fil-qasam tal-koperattivi, il-Gvern ikompli l-ħidma li għamel il-Gvern ta' qablu ħalli jsaħħaħ il-moviment koperattiv u jifirxu f'oqsma oħra għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nibda l-intervent tiegħi dwar il- Korporazzjoni Telemalta proprju billi nikkwota dak li hemm imniżżel fil- fuljett żgħir li tqassmilna.", "Fil-bidu nett ta' dan il-fuljett hemm dawn il- kelmiet:", "\"L-iskop ewlieni tagħna hu li nipprovdu servizzi ta' telekomunikazzjoni ta' kwalita' u nużaw it-teknoloġija biex kontinwament niksbu vantaġġ għall-klijent, qligħ fuq l-investiment u nkattru l-impenn soċjo-ekonomiku nazzjonali tagħna.", "Dan nagħmluh permezz ta' taħriġ kontinwu f'kull qasam tal-ħajja tal- Korporazzjoni u trawwim ta' rispett reċiproku bejn impjegati, unions u Korporazzjoni, għall-ġid universali.\".", "Jien u naqra dawn iż-żewġ paragrafi ftakart f'meta dħalt f'dan il-Parlament għall-ewwel darba, kif ukoll fl-iżvilupp kollu li ġara matul is-snin l- imgħoddija fil-qasam tat-telekommunkazzjonijiet.", "Jien niftakar - ċertament li bħali jiftakar kulħadd - li għar-rigward tat-telekommunikazzjonijiet, b'mod partikolari tat-telephones, konna f'sitwazzjoni fejn meta wieħed kien jiġi biex jikkomunika ma' xi ħadd ieħor, kien idum aktar biex jaqbad milli kien idum jitkellem.", "Is-sitwazzjoni kienet tali wkoll li sakemm tasal biex taqbad lill-persuna li tkun trid tkellem kont tispiċċa taqbad ma' nofs ir- raħal.", "Matul is-snin li għaddew saru investimenti b'mod li l-Ministru responsabbli minn din il-korporazzjoni llum b'ċertu sodisfazzjon jista' jgħid li l-iskop ewlieni tat-Telemalta għall-quddiem huwa li tuża l-iktar teknoloġija avvanzata ħalli tipprovdi servizz ta' telekommunikazzjoni ta' kwalita'.", "Madam Speaker, żgur li kull wieħed minna jiftakar żmenijiet differenti minn tal-lum u meta tisma' ċertu tip ta' diskors fir-rigward ta' din il- korporazzjoni, bħal dak li ntqal f'dawn l-aħħar ġimgħat, tinnota li sfortunatament hawn min jieħu pjaċir jagħmel enfasi aktar fuq il-ħażin milli fuq it-tajjeb li sar.", "It-tajjeb kollu li sar ma gawdietx minnu xi naħa jew oħra ta' din il-Kamra, imma gawda minnu l-poplu kollu u gawdiet minnu wkoll l-ekonomija tal-pajjiż.", "Aħna kellna bżonn sistema aħjar ta' komunikazzjoni mhux biss għal skopijiet interni - għalkemm hawn ġew kien hawn min qal li konna qed niddubbaw! - imma kellna bżonn kommunikazzjonijiet ġodda għall-avvanz tal-kummerċ, tan-negozju u biex jitjiebu l-kuntatti ma' pajjiżi oħrajn.", "Jekk wieħed ipoġġi r-rapport tas- sena li għaddiet fl-istampa ġenerali ta' l-iżvilupp li seħħ f'pajjiżna malajr jinduna illi llum għandna qagħda għal kollox differenti minn dik li kellna fl-1987.", "Dan seħħ għax matul is-snin li għaddew sar investiment kbir li ta u għad irid jagħti riżultati tajbin.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili nwaqqfek, Onor. Galea, imma sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 26 ta' Marzu, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sena finanzjarja 1996/1997 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - it-Tieni Qari.", "Madam Speaker, tajjeb li nfakkar li l-agenda tas-seduta ta' għada għadha kemm tqassmet u l-Onor.", "Membri jsibu l-Minuti quddiemhom qabel il- bidu tas-seduta.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, fil-programm elettorali tal-Partit Laburista konna wegħedna li rridu nwaqqfu kunsill reġjonali għal Għawdex u li rridu nimxu b'politika sostenibbli mifruxa fuq pjan ta' ħames snin.", "Aħna nafu li ż-żewġ pilastri ta' l-ekonomija Għawdxija huma l-biedja u s- sajd min-naħa waħda u t-turiżmu min-naħa l-oħra.", "Matul iż-żmien li l-Partit Nazzjonalista għamel fil-gvern tlifna l-biedja u s-sajd, u t-turiżmu, l- uniku mutur li kien fadal għall-ekonomija Għawdxija, ftit ftit kollna qegħdin nitilfuh ukoll.", "Għalhekk aħna rridu nimxu bi pjan serju biex nerġgħu nwaqqfu s-settur tal-biedja u s-sajd fuq saqajh.", "Fil-fatt, diġa' bdejna programm li permezz tiegħu lill-bdiewa u lis-sajjieda qegħdin nagħtuhom kull għajnuna possibbli ħalli dawn jerġgħu jiġu f'sitwazzjoni li jkunu jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dan ix-xogħol.", "Fl-istess ħin, aħna rridu nagħtu enfasi speċjali lit-turiżmu għaliex tassew nemmnu li dan huwa l-veru mutur ta' l-ekonomija Għawdxija.", "X'inhi l-problema dwar it- turiżmu f'Għawdex?", "Filwaqt li llum Għawdex għandu bżonn turiżmu ta' kwalita' ma rridux ninsew ukoll lil ħafna turisti l-oħra, speċjalment dawk li jiġu minn Malta, għax dawn xorta waħda huma sors importanti għall-ekonomija tal-gżira tagħna.", "Fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex u tal- Ministeru tat-Turiżmu waqqafna kumitat ta' azzjoni - bħalma sar fil-każ ta' Buġibba - biex jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' postijiet storiċi u tal- bajjiet tax-Xlendi u Marsalforn u biex b'hekk intejbu l-prodott tagħna.", "Madam Speaker, aħna l-ħin kollu nenfasiaw li s-settur privat għandu jkollu rwol speċjali fit-tmexxija tal-qasam turistiku u għalhekk irridu li s- settur privat ikun il-mutur ta' dan il-kumitat għaliex nemmnu li dan il- kumitat għandu rwol importanti ħafna x'jaqdi f'dan il-qasam.", "Kien għalhekk li f'dan il-kumitat ta' azzjoni għall-gżira Għawdxija daħħalna s-settur privat, li hu kompost minn rappreżentanti tal-lukandiera u tar-restaurants li hemm fil-bajjiet tax-Xlendi u ta' Marsalforn.", "Għaliex bdejna bil-bajja tax-Xlendi?", "Dan għamilnih għax, għal xi raġuni jew oħra, l-ex-ministru għal Għawdex kien jagħmel enfasi speċjali fuq il-bajja ta' Marsalforn, donnu bajjiet u postijiet oħra ma kenux jeżistu.", "Fil-fatt il-fondi tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ dejjem kienu jintużaw għall-bajja ta' Marsalforn bir-riżultat li sew ir-raħal taż-Żebbuġ kif ukoll il-bajja pittorestika tax-Xlendi tħallew żdingati.", "Kien għalhekk li aħna qbadna mill-ewwel il-bajja tax-Xlendi u wara li ddentifikajna l-postijiet u s-siti li jridu jiġu rranġati għamilna pjan ta' azzjoni fuq żewġ fażi.", "L-ewwel fażi għandha x'taqsam ma' dawk ix- xogħlijiet li ma jirrikjedux permess mingħand il-Planning Authority u min imur sax-Xlendi jinduna li dan ix-xogħol diġa' jinsab miexi ġmielu.", "Fit- tieni fażi aħna ddentifikajna dawk ix-xogħlijiet li jirrikjedu permess mingħand il-Planning Authority u li tagħhom bħalissa qegħdin isiru l-pjanti meħtieġa.", "Jien nispera li dalwaqt inkunu nistgħu nagħmlu an open day fejn kull min hu interessat ikun jista' jiġi fl-Uffiċċju tas-Segretarjat għal Għawdex ħalli jara u jiddiskuti magħna dan il-pjan biex wara nissottomettu l-applikazzjoni tagħna lill-Planning Authority.", "Jien nawgura li x-xogħol fuq din it-tieni fażi jkun jista' jibda fil-futur qarib.", "Madam Speaker, kif diġa' għidt, dan kollu qegħdin nagħmluh sabiex inġibu 'l quddiem il-qasam turistiku fil-gżira Għawdxija u f'dan l-isforz li qed isir aħna ċertament ma nsejniex il-bajja ta' Marsalforn.", "Biss jiddispjaċini ngħid li meta l-kumitat ta' azzjoni beda jitfa' ħarstu lejn din il-bajja, mill-ewwel induna bl-istat ta' abbandun li l-promenade jinsab fih, u dan meta suppost li kellu jkun wieħed mill-proġetti l-kbar tal- Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Fuq dan il-proġett il-Gvern ta' qabilna nefaq eluf kbar ta' liri, pero' min imur sa hemmhekk illum jista' jara li kollox qed jitmermer u jissaddad.", "Fil-fatt illum kellna diskussjoni fis- Segretarjat għal Għawdex fejn ġie deċiż li d-dawl jerġa' jinqala' kollu.", "Dan minħabba li l-cables kienu għaddewhom minn taħt l-art u malli tagħmel l- ewwel ftit xita tmur is-salvavita u d-dawl jinqata'.", "Dan ifisser li se jkollna naqilgħu d-dawl kollu u se jkollna naqilgħu wkoll dawk it-tined li hemm għax dawn issaddu kollha.", "Fi kliem ieħor se jkollna nergġħu nibdew kważi mill-ġdid bir-riżultat li għal darba oħra se jintnefqu eluf kbar ta' liri fuq xogħol li ma sarx skond is-sengħa, fuq xogħol li sar mingħajr pjan u fuq xogħol li sar għal għajnejn in-nies biss.", "Hekk kien jaħdem il-Partit Nazzjonalista!", "Kien jaħdem bi bluff, taparsi juri lin-nies li x-xogħol miexi sew, biex imbagħad wara ftit taż-żmien issib li kollox kien messa in scena, kollox kien smokescreen, għax fil-verita' kollox ikun sar ħażin u bla pjan, bir-riżultat li jkollok terġa' tagħmel kollox mill-ġdida.", "Proġett ieħor li qed jirriżulta li fih ċerti difetti huwa l-gymnasium li sar fil-gżira Għawdxija, fejn l-esperti qed igħidu li l-parquet irid jerġa' jinqala' bi spiża ta' Lm15,000, peress li meta sar dan ix-xogħol - minn ditta Maltija - ma kienx tħalla spacing tajjeb, bil-konsegwenza li meta wieħed iħabbat il-ballun ma' l-art dan mhux qed ikollu bounce tajba.", "Difett ieħor li hemm f'dan il-gymnasium huwa li biex jinbidlu l-bozoz maħruqa wieħed ikollu joqgħod idaħħal apparat tqil fuq il-parquet għax ma saritx sistema alternattiva kif wieħed jista' jibdel il-bozoz.", "GĦalhekk hawn irridu nsibu sistema oħra biex nevitaw din l-inkonvenjenza.", "Ċertament li ma kontx nistenna dawn l-affarijiet minn gvern li kien jgħid li jimxi bis-serjeta'.", "Fil-fatt, għalkemm ntnefqu eluf kbar ta' liri għal kull proġett li sar fil-gżira Għawdxija, ix-xogħol sar mingħajr pjan u għal dak il-mument biss biex imbagħad wara ftit taż-żmien qed ikollna nerġgħu nagħmlu x-xogħol mill-ġdid.", "Dan m'huwiex il-mod kif tagħmel politika u kif tippjana l-affarijiet.", "Jekk verament irridu li f'Għawdex ikun hemm żvilupp sostenibbli l-ewwel irridu nippjanaw bis-serjeta', niddiskutu ma' kull min ikun involut f'dak il-proġett u mbagħad inwettqu l-pjan li nkunu ħejjejna flimkien.", "Nerġa' ngħid li iktar ma qed jgħaddi ż-żmien iktar qed nintebħu li għalkemm f'Għawdex kienu jintnefqu l-flus, ix-xogħol kien qed isir ħażin bil-konsegwenza li issa qed ikollna nerġgħu naqilgħu kollox u nerġgħu nagħmlu x-xogħol mill-ġdid.", "Madam Speaker, proġett ieħor li ridna nibdew huwa dak li nirrestawraw is- siti storiċi f'Għawdex.", "Jien iddispjaċieni b'dak li ntqal fil-press release li ħarġet l-Għaqda Wirt Għawdex, jiġifieri li x-xogħol ta' restawr fiċ-Ċittadella għamel xhur wieqaf.", "Jien dan niċħdu kategorikament għax wara li nvestigajt personalment sibt li dan m'huwiex minnu għax ix-xogħol fil-fatt kien għadu għaddej, liema xogħol huwa pjuttost perikoluż.", "GĦaldaqstant, Madam Speaker nitlob il-permess biex inpoġġi xi ritratti fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex min hu nteressat jara li x-xogħol għadu għaddej.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess biex is-Segretarju Parlamentari għal Għawdex ipoġġi dawn ir-ritratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Sitt ritratti li juru xogħol ta' restawr fiċ-Ċittadella.", "GĦalhekk jien nappella lill-Għaqda Wirt Għawdex biex tivverifika u tinvestiga ftit qabel ma tagħmel allegazzjonijiet bħal dawn.", "F'dawn l- aħħar xhur fiċ-Ċittadella tkompla xogħol fuq l-arloġġ, inbidlu l- balavostri, l-mina qed tiġi rranġata, sar xogħol estensiv fejn il-qniepen, kif ukoll sar xogħol ta' tikħil u manutenzjoni.", "Jien għandi lista sħiħa tax-xogħlijiet li qed isiru f'dan il-post u għalhekk nerġa' ngħid li l- Għaqda Wirt GĦawdex imissha rat l-affarijiet sewwa qabel ħarġet dik il- press release.", "Hawn tajjeb li l-poplu jkun jaf li din l-għaqda ma kenitx tiffunzjona għal żmien twil u aħna erġajna qajjimniha u poġġejniha fuq saqajha.", "Dawn imisshom qalulna grazzi ta' l-għajnuna li tajnihom, li kienet tinkludi wkoll somma ta' Lm500 li tajna lill-NGOs.", "Ġejna kkritikati wkoll għax il-kumitat tal-Gozo heritage ma kienx qiegħed jiffunzjona.", "Huwa tajjeb li l-poplu jkun jaf li issa dan il-kumitat ġie rikostitwit wara li kien ilu ma jiltaqa' minn Diċembru ta' l-1993.", "Tajjeb ngħid ukoll li dan l-istess kumitat kien iltaqa' sitt darbiet biss bejn l- 1987 u l-1993.", "Meta twaqqaf il-kumitat bl-isem ta' Gozo Historical Heritage and Cittadella Advisory Committee, mill-ewwel kien hemm id-diżgwid bejn ic-chairman ta' dan il-kumitat, Dr Albert Camilleri, u l-ex-Ministru għal Għawdex, li kienu qatta' bla ħabel kontra xulxin.", "Filwaqt li c- chairman kien jgħid lill-Ministru għal Għawdex kif għandhom isiru x- xogħlijiet u anke kien jiġbidlu l-attenzjoni għal xogħlijiet li ma jmisshomx saru - bħal meta sar it-tkissir tas-sur taċ-Ċittadella - l-ex- Ministru għal Għawdex ma kienx jagħti widien għad-diversi pariri li kien jagħtih il-Gozo Historical Heritage and Cittadella Advisory Committee, bir- riżultat li ċ-chairman spiċċa biex irriżenja u l-kumitat baqa' ma ltaqax iktar.", "Madam Speaker, aħna nemmnu li l-Għaqda Wirt Għawdex għandha sehem importanti x'tagħti u allura rridu nagħtuha kull appoġġ.", "Kif diġa' semmejt, aħna diġa' tajnihom għajnuna ta' Lm500 u tajnihom ukoll post minn fejn jistgħu joperaw għax sa meta tlajna aħna fil-gvern dawn lanqas biss kellhom post minn fejn jaħdmu.", "Fil-fatt lil dawn aħna tajnihom dak il-post li xtaqu huma stess, jiġifieri dawk il-kmamar fuq l-Arkata ta' l- Annunzjata.", "Fid-dawl ta' dan kollu mhux sewwa li wieħed jgħid li fejn jidħol il-wirt GĦawdxi l-affarijiet ma mxewx sew f'dawn l-aħħar xhur.", "Hemm bżonn li qabel ma ċerti affarijiet jingħadu nivverifikawhom biex il- politika ssir bis-serjeta' u jekk issir kritika din issir b'mod kostruttiv.", "Il-membri ta' l-Għaqda Wirt Għawdex jafu li aħna mxejna sew magħhom u rrid nisħaq li aħna dejjem lesti li nikkoperaw ma' kull min għandu intenzjoni li jġib lil Għawdex 'il quddiem.", "Rigward it-Torri ta' Kenuna, għalkemm il-membri ta' l-Għaqda Wirt Għawdex jafu li aħna flimkien mal-Korporazzjoni Telemalta għamilna pjan sabiex nirranġaw dan it-torri, dawn xorta waħda ma semmewhx, anzi fl-istqarrija qalu biss li dan it-torri jinsab abbandunat meta fil-fatt aħna diġa' għandna l-permess tal-Planning Authority u x-xogħol fuq it-Torri ta' Kenuna diġa' beda miexi 'l quddiem.", "Għalhekk jien nappella lil kull min għandu rieda tajba sabiex inwarrbu l-politika għax jekk se noqogħdu ndaħħlu l- politika allura jkun diffiċli li aħna nġibu lil Għawdex 'il quddiem.", "Madam Speaker, jekk aħna nimxu verament bi pjan, b'serjeta' u b'sens ta' koperazzjoni, jien ninsab żgur li lil Għawdex inħalluh ftit aħjar minn kif sibnih.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Anton Refalo, is-Segretarju Parlamentari għal Għawdex, għadu kemm tkellem dwar it- turiżmu u fil-fatt illum jien ukoll xtaqt nagħmel riferenza għall-qasam tat- turiżmu, preċiżament għat-turiżmu Ġermaniż.", "Malta jiġu ħafna turisti Ġermaniżi biex iżuru l-mużewijiet li għandna kemm f'Malta u anke f'Għawdex u allura hawnhekk wieħed bilfors jirrimarka, per eżempju, kif il-Mużew ta' l-Arkeoloġija fil-Belt huwa \"temporarily closed\".", "Kemm se jdum magħluq!", "Fil-Hypogeum ta' Raħal Ġdid għandna l-istess problema.", "Żgur li wieħed irid jagħti attenzjoni mmedjata lil dawn is-siti għax minbarra li huma ta' importanza kbira huma wkoll attrazzjoni għat-turisti.", "M'għandniex xi ngħidu li tinkwieta wkoll meta jkollok siti ta' importanza storika enormi bħal, per eżempju, is-sit ta' Sqorba u s-sit Ta' Ħaġrat fl- Imġarr, li kważi qatt ma tista' tidħol fihom għaliex il-gate tkun dejjem magħluqa.", "Jien naħseb li ta' min jikkonsidra li dawn is-siti ta' importanza storika enormi jinfetħu għall-pubbliku għallinqas darba fix- xahar, partikolarment f'xi Sibt jew f'xi Ħadd, għax wieħed ma jistax japprezza sit storiku ta' din il-kwalita' billi joqgħod jittawwal minn wara l-gate.", "Dan jgħodd kemm għal Maltin, għax jien ġieli mort bil-familja f'dawn l-inħawi, u anke għat-turisti, għax hemm numru qawwi ta' turisti li jinteressahom ħafna siti bħal dawn.", "Ta' min jgħid li aħna kklassifikati minn ta' quddiem nett fost dawk il-pajjiżi li għandhom siti ta' valur storiku u allura għandna nikkonservaw u nisfruttaw dan il-wirt storiku li għandna.", "Filwaqt li jien napprezza li forsi mhux possibbli li kull nhar ta' Ħadd il-Maltin jidħlu b'xejn f'postijiet storiċi, min-naħa l-oħra nemmen li għandu jkun hemm għallinqas inċentiv, speċjalment għall-istudenti u għat- tfal li joħorġu mal-ġenituri tagħhom, li għallinqas darba fix-xahar - forsi l-ewwel Ħadd ta' kull xahar - dawn ikunu jistgħu jidħlu b'xejn biex japprezzaw l-istorja ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, qed nieħu pjaċir nara fil-Kamra lill-ħabib tiegħi tan-naħa l-oħra, l-Onor Edwin Vassallo, u nieħu l-opportunita' biex ngħid li fil- Mosta wieħed irid jikkonsidra serjament il-problema tat-traffiku li hemm f'dawn l-inħawi .", "Hemm bżonn li jiġu ntrodotti t-traffic lights mill-aktar fis, speċjalment in-naħa ta' Eucharistic Congress Road u n-naħa ta' Constitution Street.", "Nispera li aktar 'l quddiem forsi għad naraw sistema tat-traffiku aħjar fil-Mosta, pero' fil-preżent hemm bżonn li jsiru l- lights sabiex jirregolaw it-traffiku li jgħaddi minn Constitution Street, b'riferenza partikolari għal dawk il-karozzi li jkunu ġejjin sparati min- naħa ta' San Pawl il-Baħar.", "Qed ngħid dan għaliex għalkemm hemm iż-zebra crossings, dawk li joqogħdu f'Constitution Street u Fort Road, li tinsab in- naħa tal-wied, qed jiġu esposti għal periklu kontinwu kull darba li jaqsmu t-triq.", "Madam Speaker, niftakar li meta s-Sur George Grech laħaq Kummissarju tal- Pulizija bir-raġun kollu kien saħaq ħafna biex tiżdied il-preżenza tal- pulizija sabiex jiġu evitati ċerti inċidenti.", "Per eżempju, l-breathalyser test kellu jkun wieħed mill-prijorijtajiet u hawnhekk jien nispera li dan ma jintesiex għax ma nistgħux nibqgħu b'din ir-rata ta' mwiet, li ġeneralment qed ikunu mwiet ta' żgħażagħ involuti f'inċidenti tat-traffiku.", "Fuq din il-problema nazzjonali nixtieq nagħmel appell biex inkunu iktar sodi u biex naraw li miżuri bħal dawn jiġu ntrodotti kemm jista' jkun malajr, għaliex b'hekk jien ninsab ċert li fix-xhur u fis-snin li ġejjin nistgħu nevitaw ħafna mwiet ta' żgħażagħ.", "Madam Speaker, biex inkompli fuq is-suġġett tal-Pulizija, ikolli nistqarr li ma nistax nifhem kif, per eżempju, ċerti pulizija li kienu ħadu taħriġ speċjalizzat wara li kienu sofrew vendikazzjoni politika - uħud minnhom saħansitra ħadu taħriġ speċjalizzat ħafna - sal-lum għadhom ma jistgħux joffru dik l-ispeċjalizzazzjoni għall-ġid tal-pajjiż.", "Dik il- persuna, li tul medda ta' snin, bix-xogħol u bl-istudju, tkun waslet f'ċertu livell ta' speċjalizzazzjoni trid tibża' għaliha għaliex ma tistax tissostitwixxi bniedem li jkollu ċerti kapaċitajiet u speċjalizzazzjoni sempliċement billi tpoġġi ieħor minfloku.", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid jagħti kashom.", "Fil-Pulizija wieħed irid idaħħal ċertu interess - dawn is-suġġetti li qed nitkellem fuqhom huma kollha relatati - bħalma jagħmlu fl-Ingilterra, fejn hemm sistema ta' kompetizzjoni fost il-pulizija.", "Huwa tajjeb li wieħed idaħħal sistema ta' kompetizzjoni fejn pulizija li jwettaq id-dmirijiet partikolari tiegħu jiġi rikonoxxut għal ħidmietu permezz ta' premju li jingħata mill-Kummissarju jew mill-Ministru responsabbli mill-Korp tal- Pulizija.", "B'hekk jintwera apprezzament għax-xogħol partikolari li jkun għamel pulizija fil-qadi ta' dmirijietu u b'hekk ukoll ikun hemm aktar inċentiv milli wieħed jingħata medalja, kif kien jiġri sa ftit ilu.", "Madam Speaker, aħna kellna numru mhux ħażin ta' neighbourhood watch schemes u allura jien nistaqsi: X'sar minnhom dawn?", "Għaliex hawn dan in- nuqqas ta' interess?", "Jien nisħaq li hemm bżonn li nerġgħu nqajmu dik l- inizjattiva fil-Korp tal-Pulizija ħalli b'hekk tkompli tittieħed inizjattiva preventiva għall-ġid tal-poplu Malti.", "Jien nemmen li fil-korp m'għandux ikun hemm ħela, speċjalment fil-mod kif nużaw ir-riżorsi tagħna, għax il-ħela tfisser li tkun investejt għalxejn.", "Madam Speaker, xtaqt li ngħid xi ħaġa fuq il-Kunsill Lokali tal-Mosta issa li għandu l-flus ivvotati sabiex jattwa ċerti affarijiet bħal, per eżempju, biex jieħu ħsieb l-area ta' Santa Margerita.", "F'din l-area, preċiżament fuq in-naħa ta' Triq iċ-Ċaqqaf, ħaffru xi ħofor u ħallewhom miftuħin għal xi tliet ġimgħat sħaħ.", "L-istess ġara fit-Triq ta' l- Isperanza fejn għamlu xi ħofor għas-sistema tad-drenaġġ.", "F'Santa Margerita Estate hemm bżonn li jsir xogħol ta' qtugħ ta' ħaxix u xogħol ieħor ta' street lighting.", "Ilment ieħor li qaluli bih wkoll huwa li r- road sweeper ilu ma jersaq lejn dawn l-inħawi għal xi tliet xhur.", "Dawn l- affarijiet, għalkemm żgħar, idejqu ħafna nies li ta' kull filgħodu jridu jgħaddu minn dawn it-toroq u allura hemm bżonn li jittieħdu l-passi meħtieġa mill-aktar fis.", "In-nies ukoll tiddejjaq li min għandu xi kelb jew qattus id-dar - aħna, bħal poplu kollu Ewropew, inħobbu ħafna l-annimali - biex ma jħammiġx wara biebu jitilqu wara bieb ħaddieħor.", "Hemm bżonn li nżommu ċertu kontroll meta noħorġu b'dawn l-annimali ħalli ma nħammġux it-toroq bil- waste tagħhom.", "Ta' min jgħid li fil-Kanada, kif ukoll f'pajjiżi Ewropej, hemm liġijiet apposta dwar kontrolli li għandhom isiru meta wieħed ikun għaddej bil-kelb jew b'xi annimal ieħor fit-triq.", "Forsi wasal iż-żmien li f'Malta wkoll naġġornaw il-liġi dwar il-klieb u liġijiet oħra relatati ma' l-iġene pubblika.", "Madam Speaker, filwaqt li min-naħa kulħadd għandu dritt għat-twemmin politiku tiegħu, min-naħa l-oħra m'huwiex sewwa li jkun hemm min matul il- ġurnata tax-xogħol lsienu ma jieqafx iqasqas kontra l-Gvern preżenti.", "Nerġa' ngħid, jiena nifhem li kulħadd għandu d-dritt li jemmen fit-twemmin politiku li jrid - wara kollox dik li tfisser demokrazija ħajja - imma mbagħad mhux sew li waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu wieħed jagħmel ċerti affarijiet biex idejjaq lil sħabu l-ħaddiema kif wkoll jagħmel ħsara lill- iżvilupp turistiku.", "Per eżempju, mal-Gozo Channel hemm Nazzjonalisti li regolarment jgħidu kontra l-Gvern u fl-istess ħin għadhom sal-lum jagħmlu 16-il siegħa sahra, filwaqt li ħaddieħor, għax huwa Laburist u ta' l-affari tiegħu, qed jibqa' jittewweb għall-overtime.", "Jiena nispera li dan il- messaġġ ta' twissija li qed nagħmel jasal fejn għandu jasal biex b'hekk dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Jien ngħid li min għandu dritt għas-sahra għandu jieħdu u mhux jiġri bħalma ġara riċentement fid-Dwana fejn head partikolari - hemm bejn sitta u sebgħa heads - bagħat għal xi nies u qalilhom li se jwaqqfilhom l- overtime.", "Jiena nispera li din m'hijiex xi forma ta' pressure politika li qed tintuża fuq il-Laburisti.", "Jekk dan jidhirlu li għandu jwaqqaf l- overtime ta' xi ħadd għax bħala head forsi qed jinvestiga xi ħaġa allura dak għandu kull dritt jagħmel hekk - għalkemm xorta waħda nispera li din qed jagħmilha b'ċerta responsabbilta' - imma jekk jirriżulta - jiena nispera li ma jirriżultax hekk għax jien inħobb nitkellem fuq in-nies tas- servizz ċivili b'rispett għax nemmen li l-biċċa l-kbira jagħmlu xogħolhom b'ċerta responsabbilta' - li dan għamilha bi skop ieħor allura jkun irid iwieġeb għal għemilu.", "Dan qed ngħidu għax ma jistax ikun li għax illum hemm Gvern Laburista nħallu lil xi ħadd li jkun qiegħed f'ċerta pożizzjoni joqgħod idejjaq lin- nies, bħalma ġara fil-policlinic tar-Rabat Għawdex fejn min hu in-charge mill-istaff tan-nurses, minkejja li jkun jaf li hemm in-nies fil-waiting room, iħallihom jistennew ħalli forsi joħloq it-tgergir kontra l-Gvern preżenti.", "Jien nispera li dawn l-affarijiet ma jirripetux ruħhom u li ma nħallux il-possibbilta' li jiġru dawn it-tip t'abbużi.", "Madam Speaker, fil-ftit minuti li għad fadalli rrid ngħid li għar-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali li Malta rratifikat, u li allura obbligat ruħha li toqgħod għall-provvedimenti tagħhom, kemm f'dawk li huma drittijiet u anke f'dawk li huma obbligazzjonijiet, f'ħafna każi dawn jitolbu li jsiru ċerti rapporti.", "GĦalhekk wieħed mhux talli jkun irid isegwi n-normi ta' dawk l-istrumenti internazzjonali imma talli jkun irid jagħmel follow-up permezz ta' sottomissjoni ta' rapporti.", "Aħna rridu niżguraw li dan nagħmluh għax inkella awtomatikament inkunu qed niksru l- liġi internazzjonali.", "Għaldaqstant, meta nirratifikaw konvenzjoniji internazzjonali rridu noqogħdu attenti li jkollna l-personnel meħtieġ biex nonoraw dawn l-obbligazzjonijiet.", "Jien qed ngħid dan għax l-esperjenza ta' pajjiżi ferm ikbar minna, u li allura għandhom aktar riżorsi biex iwettqu dan id-dover, turi li kultant lanqas dawn ma jkunu qegħdin in line ma' dan il-provvediment.", "Ċertament, jien qed ngħid dan bħala sempliċi twissija biex kemm jista' jkun l-affarijiet isiru aħjar u għall-ġid tal-poplu Malti u ta' kulħadd.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa 26 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "2305.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-Interpellanza numru 113 (Seduta Nru. 12 - 21/1/97) fejn inti għidt illi persuna li qed tapplika mhuwiex japplika mill-indirizz mogħti iżda minn post ieħor, u peress li fil-fatt l-applikant illum huwa homeless u qed igħix f'dar (sharing) fuq block 2, house 4, St. Patrick's Housing Project, Pembroke, jista' l-Ministru jara li jingħataw akkomodazzjoni alternattiva?", "(File No. H 8683), forsi wkoll block 4, Dr C, Flat 3, Triq Vjal in-Naspli, San Ġwann li bħalissa vojt jew ieħor fejn hu?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi jekk l-applikant biddel iċ- ċirkostanzi tiegħu minn kif jidher fuq l-applikazzjoni, dan irid l-ewwel ħaġa jinforma bil-bdil lid-dipartiment.", "FURJANA - FOND NRU.", "50/2", "2306.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-fond Nru. 50/2, Sir Luigi Preziosi Square, Floriana, jista' d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jara li jsirulu tiswijiet fil-gallerija perikoluża f'dan il-post individwali?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li billi dan il-post m'huwiex tal-Gvern ma jistgħux isiru t-tiswijiet indikati mid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.", "VISA - FILE NO.", "28373", "2403.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju ta' pproċessar wasal il-każ ta' Muhanoud Ali El Komsi (File No. 28373) fl-applikazzjoni biex tinħariġlu visa f'Malta issa li hu għarus u se jiżżewweġ Maltija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-'visa' lill-persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari nħarġet fis-26 ta' Frar, 1997.", "GĦAWDEX - QRATI - ĠURISDIZZJONI", "2428.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 250 Seduta Nru. 17 (28/1/97)?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 2067.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "2472.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom under separate cover bil-File Nru. H 1649 tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "X'progress sar fil-konsiderazzjoni tal-file minn meta nfetaħ?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi l-każ miexi ma' l-oħrajn fil- limitazzjonijiet li l-Onor.", "Interpellant jaf bihom, in-nuqqas ta' postijiet li jitbattlu, l-iżjed bħal f'dan il-każ, meta l-applikant irid imur joqgħod f'lokal wieħed biss.", "HAWKERS - DIESEL", "2507.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid xi dritt għandhom il-hawkers imorru jimlew id- diesel in bulk mingħand il-pompi tal-petrol kif ukoll xi dritt għandu tal- pompa li jbiegħ in bulk minn fuq il-pompa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-Hawkers ma jistgħux iġorru prodotti ħlief il-kerosene.", "Dan huwa skond il-liċenzja maħruġa mill- korporazzjoni.", "Barra minn hekk, l-ebda petrol station ma tista` tagħti prodotti tal- Petroleum f`tankijiet, aktar u aktar timla' bowsers.", "Il-Korporazzjoni Enemalta lesta li tieħu dawk il-passi skond il-liġi kontra min jabbuża.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - UFFIĊJALI", "3873.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata dwar kemm hemm uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, minn għalliem/instructors sa direttur, li huma on secondment ma' kumpanniji korpi parastatali jew dipartimenti oħra?", "Min huma u ma' liema dipartimenti, korpi u kumpanniji parastatali qegħdin?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni li huma sekondati minn dipartimenti jew kumpanniji jew korpi parastatali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - VAKANZI", "3874.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa vakanzi fil-gradi ta' direttur, assistent direttur, uffiċjal edukattiv, kap ta' skola u assistent kap ta' skola fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jimtlew dawn il-vakanzi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-vakanzi li hemm bħalissa fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni huma kif ġej:-", "Fl-Operations Department hemm dawn il-vakanzi:", "|Grad |Numru | |Assistent Direttur |1 | |Uffiċjal Edukattiv |4 | |Kap ta' Skola |2 | |Assistent Kap ta' |15 | |Skola | |", "Diġa' ttieħdu passi meħtieġa biex dawn il-vakanzi jimtlew.", "Fid-Dipartiment tas-Servizz ta' l-iStudent u Relazzjonijiet Internazzjonali hemm dawn il-vakanzi:", "Assistenti Diretturi", "* Assistent Direttur, Student Services * Assistent Direttur, Special Education * Assistent Direttur, International Relations (peress li min għandu din il- kariga ġie assenjat doveri fil-Cultural Routes Section tal-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Uffiċjali Edukattivi", "* EO Guidance and Counsilling * 2 EOs Special Education * EO International Relations * EO Sports Activities and Sports Awareness", "Hu maħsub li dawn il-vakanzi jimtlew mill-aktar fis, fil-fatt il-proċess biex jintlew il-vakanzi ta' Assistenti Diretturi diġa' inbeda.", "Kap ta' Skola", "* L-iskola tal-Hearing Impaired, Pieta' hija mmexxija minn senior teacher.", "Fid-Dipartiment tal-Kurrikulu hemm dawn il-vakanzi:", "1.", "Assistent Direttur (I.T. Education) 2.", "Uffiċjal Edukattiv (Craft, Design & Technology) 3. \" \" (Drama in Education) 4. \" \" (Personal & Social Education Programme) 5. \" \" (Emphasis on Maltese-Primary) 6. \" \" (Emphasis on English-Primary) 7. \" \" (Emphasis on Maths-Primary) 8. \" \" (Emphasis on Infant Education) 9. \" \" (Emphasis on Infant Education) 10. \" \" (Business Studies) 11. \" \" (Technology Education) 12. \" \" (Education Assessment Unit)", "Fid-Dipartiment ta' l-Ippjanar u Żvilupp hemm dawn il-vakanzi:", "* Assistent Direttur (Training & Staff Development) * Uffiċjal Edukattiv (Research & Documentation)", "Fis-settur Post-sekondarju hemm vakanza ta' Assistent Direttur wieħed.", "Fid-Direttorat tal-Finanzi u Amministrazzjoni hemm dawn il-vakanzi:", "Assistent Direttur - Human Resources Assistent Direttur - Financial Services Assistent Direttur - Procurement & Administrative Assistent Direttur - Maintenance Services & Capital", "SKEJJEL - SUPPLY TEACHERS", "3875.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw supply teachers a) għall-iskejjel primarji; b) skejjel sekondarji; u c) skejjel post- sekondarji?", "Kemm minn dawn kienu f'Malta u kemm f'Għawdex?", "Fil-każ tas- sekondarji u post sekondarji, kemm kien hemm applikanti f'kull suġġett kemm f'Malta u kemm f'Għawdex?", "Kemm minnhom s'issa ġew impjegati mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "3876.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom:- a) warrant permanenti; u b) warrant temporanju ta' għalliema bħalissa?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?", "Kemm hemm persuni li għandhom il-warrant permanenti jew temporanju ta' għalliema f'Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sal-ġurnata ta' llum inħarġu 5980 warrants permanenti u 3631 warrants temporanji lill-għalliema f'Malta u f'Għawdex.", "Minnhom hemm 2590 irġiel u 3390 nisa li għandhom warrant permanenti filwaqt li hemm 1117 irġiel u 2514 nisa li għandhom warrant temporanju.", "F'Għawdex hemm 335 għalliema li għandhom il-warrant permanenti filwaqt li 135 għalliema għandhom warrant temporanju.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "3877.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema u instructors (nisa u rġiel) li qegħdin fuq leave matern jew patern mit-22 ta' Settembru 1996 s'issa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fil- Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali hemm 21 għalliema nisa fuq parental leave addizzjonali u 28 għalliema nisa fuq parental leave, 6 instructresses fuq parental leave addizzjonali u 2 instructresses fuq parental leave.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - CARETAKERS", "3878.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-complement bħalissa ta' caretakers u gradi analogi fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni a) fil-Head Office; b) fl-uffiċċji u taqsimiet barra l-Head Office; u c) fl- iskejjel?", "Kemm suppost li jkun il-full complement f'kull settur?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub dwar caretakers hu kif ġej:", "| |Complement |Full | | |bħalissa |Comp-l| | | |ement | | |Regular|Każwali| | | |i | | | |Skejjel |428 |49 |501 | |Head |10 | | | |Office | | | | |Taqsimiet |11 | | | |barra | | | | |l-Head | | | | |Office | | | |", "GĦAWDXIN - TARIFFI", "3893.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest li jbiddel il-policy tiegħu u jagħti tariffa ridotta lil Għawdxin li jgħixu Malta u li jkollhom qraba Għawdex, tariffa li kienet teżisti f'amministrazzjoni preċedenti anke in vista tal-fatt illi skond l-aħħar reġistru elettorali hawn 'il fuq minn 2,000 persuna mwielda Għawdex u residenti Malta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li s'issa għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar bdil ta' tariffi rigward Għawdxin li jgħixu Malta u li jkollhom qraba Għawdex.", "Jiena nifhem li wara li l-Bord ta' Diretturi ġdid tal-Gozo Channel ikollu r-riżultat finanzjarju bl-introduzzjoni ta' nollijiet ġodda jista' jkun f'pożizzjoni li jistudja u jagħmel xi proposti lill-Gvern dwar dan il-każ.", "VAT - KTEJJEB \"TNEĦĦIJA TAL-VAT\"", "3894.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: B'riferenza għall-ktejjeb \"It-Tneħħija tal-VAT\", jista' l- Ministru jgħid:- (1) minn min ġie ppubblikat peress illi m'hemm ebda indikazzjoni fuqu; (2) min kien responsabbli li jiċċekkja li l-fatti msemmija jkunu korretti; (3) min għamel ix-xogħol ta' disinn u kemm tħallas; (4) kemm ġew stampati kopji, min stampah u kemm qam l-istampar; u (5) lil min ġie jew se jkun impustat?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Il-ktejjeb \"It-Tneħħija tal-VAT' ġie ppubblikat mid- Dipartiment ta' l-Informazzjoni.", "Ix-xogħol tad-disinn sar mill-Plus Advertising Co. Ltd. li għalih tħallset Lm930.", "Dan il-ktejjeb kien stampat fl-Interprint Ltd. u minnu ġew stampati 132,000 kopja li tqassmu lill- households kollha ta' Malta u Għawdex.", "L-istampar qam Lm7,764.", "MINISTERI - INGAĠĠ TA' ADVISERS", "3895.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk imponiex xi restrizzjonijiet fuq l-impjiegi on contract basis mal-ministeri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ġew applikati kriterji dwar numru ta' persuni li jistgħu jiġu ngaġġati b'kuntratt bħala advisers fis-Segretarjati tal- Ministri u tas-Segretarji Parlamentari.", "KUNSILLI LOKALI - ĦLAS LID-DIPARTIMENTI", "3896.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-Ministru stqarr pubblikament li l-Gvern kien se jaħfer kont ta' ċirca Lm80,000 lill-Kunsill Lokali tal-Fgura, jista' l- Ministru jaħfer ukoll ammont simili lil kull kunsill lokali ieħor peress li minn mistoqsija parlamentari numru 3303 jidher li ħafna kunsilli lokali għandhom jagħtu flus lill-Gvern?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kull talba li ssir mill-Kunsilli Lokali dwar negozjar ta' flus dovuti lill-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni tiġi kkonsidrata fuq il-mertu tagħha.", "Fost il-kriterji li jintużaw huwa jekk ix-xogħol li sar kienx fir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali jew tal-gvern ċentrali.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - IMPJEGATI ON LOAN", "3897.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari W62, jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament on loan fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd meta mill-istess risposta jidher li dan hu mpjegat ta' kumpannija privata Novita' Construction Ltd?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li l-persuna li għaliha qed jagħmel riferenza l-Onor.", "Membru fil-fatt hija mpjegata mal-Kumpanija parastatali Kalaxlokk u li din il persuna li kienet on loan man-Novita, preżentement hija sekondata fis-Segcretarjat Privat tal-Ministru tal- Biedja u Sajd b'konformita mal-policy relevanti.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "3898.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru W127 fejn qal \"in-numru ta' postijiet jitbiddel il-ħin kollu\" u peress li l-31 ta' Jannar, 1997 hi data preċiża, jista' l-Ministru jgħid kemm kellu djar abitabbli available għall-allokazzjoni f'għeluq il-ġurnata d-data ndikata?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien infurmat illi fil-ġurnata indikata id- Dipartiment kellu 38 post f'idejh.", "TJUR - IMPJANT TA' IPPROĊESSAR", "3946.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu t-72 impjant ta' l- ipproċessar ta' tjur li skond hu qed joperaw mingħajr m'huma liċenzjati?", "Kemm ilhom joperaw f'kull każ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif naħseb li jaf l-Onor.", "Interpellant bħalissa għaddejjin b'eżerċizzju nazzjonali biex tiġi notifikata l-attivita' kollha għar-rigward l-industrija tat-tjur li tinkludi trobbija ta' tiġieġ għal- laħam, trobbija ta' tiġieġ għall-bajd u fabbriki ta' l-ipproċessar, peress li l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment mhijiex waħda li toqgħod fuqha u tmur lura għas-sena 1988.", "Inkun f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba meta tinġabar l- informazzjoni kollha.", "GĦAMMIERI - ANNIMALI U TJUR", "3947.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema annimali u tjur ġodda daħlu fl- Għammieri mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum?", "Liema annimali u tjur oħra mistenni li jidħlu f'dan il-post fil-futur qarib?", "Minn fejn ġew jew se jiġu dawn l-annimali?", "Jekk inxtraw mil-liema lokalita' nxtraw?", "Jekk ġejjin minn barra minn Malta, minn fejn?", "X'tip ta' offerti nħarġu biex jinxtraw dawn l-annimali u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mill-1 ta' Novembru 1996 iddaħħlu fl-Għammieri 3 ponies, 1000 broilers u ġemel.", "Fil-futur qarib beħsiebna ndaħħlu xi ħrief, ostriches u l-lamas.", "Il-ponies u l-broilers inxtraw mil-lokal waqt li l- ġemel kien f'San Anton.", "Il-broilers inxtraw bil-prezz tas-suq (20c-il wieħed).", "Il-ponies inxtraw dirett għaliex kienu dawk li xtaqna għall-użu tagħna, kienu prezz raġjonevoli ħafna, fidili, ta' daqs mixtieq u bi prezz raġjonevoli (Lm199.87 inkluż l-VAT il-wieħed)", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - TRASFERIMENTI", "3948.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ħaddiema minn Dipartimenti tal-Gvern, korporazzjoniji parastatali oħra li ġew trasferiti minn dawn il-postijiet tax-xogħol għal mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?", "Mil-liema dipartimenti/korporazzjonijiet ġew?", "Mil-liema lokalita' huma dawk li ġew hekk trasferita?", "X'tip ta' xogħol qed iwettqu dawk li ġew mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Il-ħaddiema li ġew hekk trasferiti ġew \"replaced\" fil-post tax-xogħol oriġinali tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 1) Ir-risposta għall-ewwel domanda hija \"IVA\".", "2) Ir-risposta għat-tieni domanda hija:", "Il-Ħaddiema li ġew trasferiti għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali kienu f'dawn l-organizzazzjonijiet:", "a) Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni b) Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ċ) Dipartiment tax-Xogħolijiet d) Dipartiment tas-Saħħa e) Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp", "3) Dawk li ġew trasferiti ġejjin mill-lokalitajiet imsemmija hawn taħt:-", "B'Kara, Dingli, Floriana, Fgura, Lija, Marsascala, Mellieħa, Mosta, Qormi, Rabat, Safi, Salini l/o Naxxar, Sliema u Żebbuġ.", "M'huwiex ċar biżżejjed għal liema trasferimenti qed jalludi l-Onor.", "Interpellant fit-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu.", "QASAM TA' L-AGRIKOLTURA/SAJD - KOPERATTIVI", "3949.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma u liema huma l-koperattivi marbuta mal-qasam ta' l-agrikoltura u sajd?", "Meta twaqqfet kull waħda minn dawn il-koperattivi?", "Kemm hu n-numru ta' membri ta' kull koperattiva rispettivament?", "X'għajnuna speċjali qed tingħata mid-dipartiment konċernat lill-koperattivi tal-bdiewa u s-sajjieda?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.3949, il-koperattivi marbuta mal-qasam ta' l-agrikoltura u sajd huma hekk:", "Mal-qasam Agrikolu 13-il Koperattiva Mal-qasam tas-Sajd 2 Koperattivi", "It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta..", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "3973.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu fil- preżent l-applikazzjonijiet għall-estensjoni ta' l-impjant tat-tisfija tad- drenaġġ f'Wied il-Għajn, u l-bini ta' impjanti ġodda f'Malta u f'Għawdex?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta' estensjoni u bini ġdid f'Wied il- Għajn, iċ-Ċumnija u f'Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fuq l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Wied il-Għajn bħalissa jinsab għaddej u l-benefiċċji minn din l- estensjoni mistennija jibdew jiffunzjonaw għal madwar nofs Ġunju ta' din is- sena.", "F'dak li jirrigwarda l-impjant tat-tisfija fit-Tramuntana ta' Malta mistennija toħroġ sejħa għall-offerti biex jiġu identifikati siti adegwati għal dan il-għan li mbagħad jiġu sottomessi għal Environmental Impact Assessment biex tingħażel l-aħjar soluzzjoni.", "Fuq din is-soluzzjoni tkun tista' tissejjaħ l-offerta għal bini ta' dan l-impjant.", "Fil-każ ta' Għawdex mistenni jiġi approvat fil-ġimgħat li ġejjin, il- konsulent għat-tħejjija ta' l-Environmental Impact Assessment biex b'hekk jitnieda l-proċess li ser iwassal għal bini ta' dan l-impjant.", "WSC - SERVIZZ TA' ILMA", "4029.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l- lokalitajiet fil-11 u 12-il Distrett Elettorali, lokal lokal, li sal-lum m'għandhomx servizz ta' l-ilma?", "Jista' l-Ministru jagħti l-passi neċessarji biex dan is-servizz jitwassal fi Triq Ġdida fi Triq il- Kultellazz, Mosta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tippreżenta tabella bit-tagħrif tal-lokalitajiet fil-11 u 12-il distretti elettorali fejn għad ma twassalx is-servizz ta' l-ilma.", "Din it-tabella qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Korporazzjoni ħadet ħsieb li tipprogramma x-xogħlijiet neċessarji fil-lokalitajiet kollha.", "Dwar Triq Ġdida fi Triq il-Kultellazz, Mosta, il-Korporazzjoni tinħtieġ aktar tagħrif u pjanta tal-post sabiex isiru l-verifiki neċessarji.", "AIR MALTA - BEJGĦ TA' AJRUPLANI", "4072.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Air Malta ddeċidiet li tbiegħ l- ajruplani tat-tip AVRO RJ 70?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se titlef l-Air Malta mill-bejgħ ta' dawn l-ajruplani u x'impatt se jkollha din id-deċiżjoni fuq l-istrateġija tal-hubbing li topera l-Air Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L'informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hija ta' natura kummerċjali u ma jkunx ta' benefiċċju għall-kumpannija li nippublika tali nformazzjoni.", "CRAFTS AND COTTAGE INDUSTRY - KOPERATTIVI", "4098.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 3766 tal-11/3/97, jista' l-Ministru jfisser x'inhu l-mekkaniżmu li se jissaħħaħ biex ikun possibbli li jitwaqqfu koperattivi f'kull settur ta' l-ekonomija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "4098, il-mekkaniżmu li rreferejt għalih huma l-istrutturi li għandu jkollu l-Bord għad-dispożizzjoni tiegħu biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH - LAQGĦAT MAL-MINISTRI", "4099.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3667 u t-tweġiba mogħtija fl-10 ta' Marzu, 1997, jista' l-Ministru jgħid meta kellu laqgħat \"fuq materji speċifiċi\" mal-Ministru tal-Ħarsien Soċjali u mal-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-laqgħat kienu varji u f'okkażżjonijiet differenti inklużi laqgħat qabel, waqt u wara l-Kabinett.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "4100.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 3769 billi jgħid: (i) f'liema dipartimenti li jaqgħu taħt il- Ministeru tiegħu saru s-27 trasferiment li semma' fis-seduta tat-3 ta' Marzu; u (ii) kemm minn dawn it-trasferimenti ntalbu minn nies ikkonċernati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, it- tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI - DELEGAZZJONIJIET", "4116.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3638, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm delegati oħrajn fl-istess żjara tas-Segretarju Parlamentari ġewwa Pariġi mit-22 sa l- 24 ta' Frar, 1997.", "Jekk fl-affermattiv, minn kienu u lil min kienu jirrappreżentaw; min ħallas l-ispiża tagħhom; u x'benefiċċji konkreti ħarġu minn din iż-żjara fl-upgrading tar-race course tal-Marsa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.3846.", "HFCA - TLIELAQ TAL-KAROZZI", "4117.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W202 dwar għajnuna għal bini ta' ċirkwit tat-tlielaq tal- karozzi u l-HFCA, jista' l-Ministru jkun aktar speċifiku u jgħid x'inhi eżattament il-policy tal-Gvern f'dan ir-rigward; f'liema stadju waslu t- taħdidiet; ma' min qed isiru t-taħdidiet; jekk hemmx pariri ta' esperti serji fuq is-suġġett ta' dan l-isport popolari?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'għandix x'inżid aktar mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru W202", "RAĦAL ĠDID - POLIKLINIKA - STAFF", "4118.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jiżdied l-istaff fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid?", "Jista' l-Ministru jgħid liema bliet u rħula taqdi din il-poliklinika?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li d- Dipartiment tal-Kura Primarja jagħmel minn kollox biex iċ-Ċentri tas-Saħħa jkollhom il-complement ta' staff meħtieġ, fil-limiti ta' riżorsi umani disponibbli għad-dipartiment u skond l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali.", "Iċ-ċentru tas-Saħħa ta' Raħal il-Gdid jaqdi dawn il-lokalitajiet.", "Rahal Gdid Tarxien Santa Lucia Fgura Zabbar M'Scala Xghajra Gudja Ghaxaq B'Bugia M'Xlokk Zejtun Hal Far Bengħajsa", "MAIN GUARD - ISKRIZZJONI", "4119.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jsir xogħol ta' restawr ta' l-iskrizzjoni li tinsab fuq il-Main Guard?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Azzjoni qed tittieħed biex l-iskrizzjoni ta' fuq il-Main Guard tiġi restawrata.", "P.A. - MAGĦTAB", "4120.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3912 u t-tweġiba mogħtija għaliha fit-12 ta' Marzu, 1997, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ma' liema kunsilli lokali saret laqgħat fis-27 ta' Frar, 1997 u x'kien ir-riżultat ta' din il-laqgħa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fis-27 ta' Frar 1997 saret laqgħa mal-Kunsilli Lokali ta' St Paul's Bay, Pembroke, Għargħur u Naxxar.", "Għal din il-laqgħa jien ma kontx mistenni li nattendi minħabba mpenji oħra.", "Dak li ntqal f'din il-laqgħa qiegħed jittieħed fil-kuntest ta' dak kollu li ntqal f'laqgħat simili li nżammu kemm mas-sidien tal-Barrieri, mad- developers li jużaw il-barrieri kif ukoll ma' l-ambjentalisti.", "ŻGĦAŻAGĦ - ATTIVITAJIET", "4185.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 3386, jista' l-Ministru jgħid liema kienu speċifikament l-attivitajiet li saru fil-qasam taż-żgħażagħ li għalihom tħallset is-sahra u kemm tħallset sahra għal kull attivita' partikolari?", "Jista' jgħid ukoll lil min tħallset f'kull każ is-sahra, impjegat b'impjegat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ġejt infurmat illi kien hemm xi ineżattezzi fir- risposta mogħtija lilu għall-mistoqsija parlamentari nru.", "3386.", "Diġa' ttieħdu passi biex dan ma jerġax jiġri fil-futur.", "Il-figuri korretti għall-mistoqsija 3386 u l-mistoqsija parlamentari 4185 hija kif muri hawn taħt:-", "Attivita' Ammont ta' sahra", "Youth Exchanges Sept. incl.", "Cypriot Delegation Lm1525.823", "Youth Exchanges Paderborn Lm 471.723", "* Youth Exchanges Rieti Lm 258.75", "Youth Exchanges Waldkraiburg Lm 353.69", "Youth Exchanges Meetings Lm 78.53", "Course for Group Leaders Lm 78.18", "* Commemorative Service Lm 31.22", "Ewropa X'Jimpurtani Lm 145.30", "Visits to Youth Centres Lm 79.225", "Careers Exhibition Lm 142.32", "*Għalkemm is-sahra nħadmet fl-1996, l-impjegati tħallsu fis-sena 1997.", "Jien infurmat li s-sahra fuq imsemmija inħadmet kollha mill-impjegati tad- Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ħlief għas-somma ta' Lm73.50 li tħallset lill-membru tas-Segretarjat li kellu l-Onor.", "Interpellant minkejja li dan ma ħa sehem fl-ebda waħda mill-attivitajiet fuq imsemmija.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "4186.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 2884, li fiha l-Ministru nforma li \"tqabbad ħaddiem mid-Dipartiment tal-Kultura biex darbtejn fil-ġimgħa jwettaq xogħol ta' tindif ġenerali\" fil-post użat mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba u f'liema ġranet dan il-ħaddiem jew xi ħaddiem ieħor, effettivament mar inaddaf il-post tal-kunsill?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li ħaddiem mid-Dipartiment tal- Kultura qed imur darbtejn fil-ġimgħa, nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa.", "Dan ilu jagħmlu sa mill-aħħar ta' Jannar ta' din is-sena.", "PROGRAMM \"LEONARDO\"", "4187.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3361 li tikkonċerna l-applikazzjonijiet minn Malta fil-kwadru tal-programm \"Leonardo\"?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3361 datata 18 ta' Marzu 1997.", "BORMLA - PROĠETT", "4243.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jirrevedi d-deċiżjoni li ħa dwar il-ġonna u playing fields ġodda li għandhom isiru mid-dipartiment u jara li jsir proġett simili f'Bormla?", "Jekk ma jistax jirrevedi d-deċiżjoni li ħa, jista' l-Ministru jgħid għaliex Bormla tħalliet bla proġett?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Kif nittama li l-Onor.", "Interpellant jista' japprezza, kien ikun tajjeb li kieku kien hemm flus biżżejjed biex nagħmlu Malta kollha bil-ġonna pubbliċi mill-lum għal għada f'kull estate li għandna.", "Madankollu bil-fors ikollna nużaw il-budget tagħna biex nikkonċentraw fuq dawk l-areas li l-aktar inħass li huma ta' priorita'.", "F'Bormla, diġa' sar qbil bejn il-Kunsill Lokali u d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar li meta jkun lest il-proġett ta' slum clearence ta' Triq San Gwann, id-Dipartiment ser jiffinanzja mill-voti tiegħu l-iżvilupp ta' ġnien pubbliku fejn illum hemm area pjuttost żdingata ma' ġenb il-pitch tal- boċċi.", "Dax-xogħol, pero', għad jonqsu biex jsir.", "BUSIETTA GARDENS", "4300.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Ġaladarba fuq il-każ ta' Busietta Gardens hemm deċiżjoni mistennija mill-Qorti ta' l-Appell, il-Viċi Prim Ministru ma jidhirlux li dak li ġie rrapportat minn Dr Edgar Mizzi fl- istħarriġ li għamel il-Prim Ministru jista' jippreġudika l-każ, ċioe' bit- twaqqif ta' inkjesta oħra?", "Peress ukoll li l-Qorti ta' l-Appell għandha quddiemha mhux biss id- dettalji tal-ħruġ tal-permess in kwestjoni iżda wkoll il-legend ta' l- iżvilupp, jidhirlu l-Prim Ministru li t-twaqqif tal-Bord ta' l-Inkjesta se jkompli l-preġudizzju b'aktar mod gravi fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi l- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SKEJJEL - KAŻIJIET TA' DYSLEXIA", "4301.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3928 u għar-risposta li ngħata mill-Ministru fejn qal li każijiet qegħdin jiżdiedu ħafna, jista' l-Ministru jagħti ċifri approssimattivi dwar dan?", "X'kienu l-arranġamenti speċjali għal dawk it-tfal b'dyslexia li għamlu l- eżami tal-Junior Lyceum?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar kif ġie indikat fir-risposta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: a) Fis-sena 1995-96 kien hemm bejn wieħed u ieħor xi 35 tifel/tifla dyslexic u din is-sena 1996-97 hemm xi 60 tifel/tifla li għandhom din it-tip ta' problema.", "b) Waqt l-eżami tal-Junior Lyceum it-tfal li kienu dyslexic ingħataw il- possibilita' li tinqralhom il-karta individwalment u kellhom aktar ħin għad- dispożizzjoni tagħhom minn kandidati oħra.", "Dawn it-tfal għamlu l-eżami f'ċentru għalihom.", "RUSSI - VISA", "4304.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma illi mill-15.3.97, ċittadini Russi li jiġu Malta, m'hemmx għalfejn iktar japplikaw għal visa 15-il jum qabel, iżda jistgħu jiġu bla visa u jħallsu għal visa f'Malta stess?", "X'miżuri se jittieħdu biex ma jsirux abbużi?", "L-Uffiċċju ta' l-Immigrazzjoni (Pulizja) ġie kkonsultat dwar din il-bidla, u dan ta pariri favorevoli għal din il-policy ġdida?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Persuni ta' nazzjonalita' Russa xorta għadhom iridu japplikaw minn 15-il-ġurnata qabel għal entry visa.", "Pero, b'effett mill-15 ta' Marzu 1997, sar arranġament biex aġenziji ta' l-ivvjaġġar li jirċievu late bookings jissottomettu talbiet għal entry visa anke f'perjodu ta' anqas minn 15-il-ġurnata.", "F'kull każ l-entry visa tingħata mal-wasla tat- turist f'Malta wara li jiġu kklerjati.", "L-aġenziji ta' l-ivvjaġġar intrabtu li jagħmlu tajjeb għal dawk li jibbukjaw tard (late comers) f'każ li l-preżenza tagħhom f'Malta ma tkunx desiderabbli.", "MĠARR (MALTA) - TRIQ SAN PIETRU", "4319.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux se jinbeda x- xogħol fuq l-għoti tas-servizz ta' drenaġġ fi Triq San Pietru, l-Imġarr (Malta) u jekk fl-affermattiv, meta se jinbeda u jekk fin-negattiv għaliex għadu ma jistax jiġi mogħti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - TRIQ IT-TABIB CHETCUTI", "4325.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fi Triq it-Tabib Chetcuti fil-Mosta tiżdied bozza tad-dawl fil-parti magħrufa bħala Sqaq ta' San Tumas?", "Jekk ma jistax isir servizz ġdid, jista' jsir t-tibdil ta' bozoz antiki ma' oħrajn ġodda biex dawn jitfgħu iżjed dawl?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba ta` l-Onor.", "Membru għal aktar dawl qiegħda tkun ikkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "MOSTA - TA' XKORA - DAWL", "4326.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jingħata s-servizz ta' dawl f'Ta' Xkora, Mosta fejn f'parti kbira minnha għadha bla dan is-servizz?", "Jista' l- Ministru jistħarreġ il-possibilita' li dan id-dawl jingħata quddiem plots numri 9, 10, 11 fejn tinħass ħafna l-ħtieġa ta' dan is-servizz?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba ta` l-Onor.", "Membru għal aktar dawl f`Ta` Xkora qiegħda tkun ikkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "TOROQ - DAWL", "4327.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jingħata servizz ta' dawl f'Indipendence Ave?", "Jekk dan se jiġi mogħti, meta se jingħata dan is- servizz u jekk mhux se jingħata x'diffikultajiet hemm biex jingħata dan is- servizz?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari Nri.", "2393 u 2302.", "Jekk l-Onor.", "Membru qiegħed jirreferi għal xi servizz partikolari, nitolbu jagħti aktar dettalji.", "ĦADDIEMA IMPRESSED", "4329.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4158 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilek, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun ż-żieda li l-ħaddiema impressed se jieħdu x-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li qiegħed nagħti għal-mistoqsija parlamentari Nru. 4330.", "Ir-rati tal-kiri ta' dawn il-vetturi ġew riveduti l-aħħar mill-Ministeru tal-Finanzi b'effett mill-1 ta' Jannar 1997.", "Qiegħed nara jekk għandhiex issir reviżjoni oħra minħabba fiż-żieda addizzjonali fil-pagi li se tkun effettiva mill-1 ta' April 1997.", "MEDICAL STORES - IMPJEGATI", "4341.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra preżentement kemm hemm impjegati ġewwa l-Medical Stores u ta' liema grad huma?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-lista ta' l-impjegati ġewwa l-Medical Stores tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta..", "MEDICAL STORES - MEDIĊINI", "4342.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm aġenti tal-mediċini li jissupplixxu lil Medical Stores li għandhom jitħallsu kontijiet:-", "(i) taħt il-Lm50,000; (ii) bejn Lm50,000 u Lm100,000; (iii) bejn Lm100,000 u Lm200,000; (iv) bejn Lm200,000 u Lm300,000; (v) bejn Lm300,000 u Lm400,000; (vi) bejn Lm400,000 u Lm500,000; u (vii) 'il fuq minn Lm500,000?", "Kemm hija s-somma kkontestata mid-dipartiment fuq dawn il-kontijiet f'kull kategorija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Minħabba li:-", "(a) numru sostanzjali tal-fatturi huma b'valuta barranija (skond kif miftiehem fil-kuntratt) u għalhekk l-ammonti huma soġġetti għall- varjazzjoni tal-kambju: u (b) peress li din l-informazzjoni nħadmet fuq is- sistemi u bil-mezzi eżiżtenti li kienu u għadhom prattikament manwali u li fihom ħafna limitazzjonijiet; u li (c) l-figuri taħt mogħtija, huma bbażati priċipalment fuq il-fatturi li ġew mgħoddija lis-sezzjoni tal-Accounts Payable għar-reġistrazzjoni.", "Għandu jiġi miftiehem li l-figuri mogħtija hawn taħt għandhom jitqisu bħala estimu:", "(a) taħt il-Lm 50,000 158 (b) bejn Lm 50,000 u Lm 100.000 7 (c) bejn LM 100,000 u Lm 200,000 8 (d) bejn Lm 200,000 u Lm 300,000 3 (e) bejn Lm 300,000 u Lm 400,000 2 (f) bejn Lm 400,000 u Lm 500,000 - (g) 'l fuq minn Lm 500,000 -", "Minħabba wkoll li s-sistemi u l-mezzi eżistenti, u l-komplessivita fiha nfisa, u l-volum ta' xogħol biex tinġabar, l-aħħar parti tad-domanda ma tistax tiġi mwieġba.", "MEDICAL STORES - KONSULENTI", "4343.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ġiex imqabbad servizz ta' konsulenti ġewwa l-Medical Stores?", "Jekk fl- affermattiv, x'sejra tkun il-funzjoni tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kosulenti ġew imqabbda biex jgħarblu u joffru soluzjonijiet għall-problemi amministrattivi u finanzjarji mħollija mill- amministrazzjoni preċedenti, li ħallew kaos ġewwa l-Medical Stores.", "MEDICAL STORES - IMPJEGATI", "4344.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm impjegati ġewwa l-Medical Stores fis-26 ta' Ottubru, 1996 u ta' liema grad kienu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-lista ta' kemm kien hemm impjegati ġewwa l- Medical Stores fis-26 ta' Ottubru 1996, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SAĦĦA - XIRI TA' MEDIĊINI", "4345.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux veru li sejrin jinxtraw mediċini b'\"fifteen months order\"?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jispjega fejn sejrin jiġu maħżuna dawn il- mediċini?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux minnu li ser jinxtraw ħmistax (15) il-xahar stock ta' mediċini.", "P.A. - KONSULENTI", "4349.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-konsulenti barranin li jaħdmu ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u x'tasks għandu kull wieħed/waħda u meta hu maħsub li jtemm ix- xogħol ta' konsulenza kull konsulent?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "UNIVERSITA' - SPORTS HALL", "4353.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li titlesta l-iSports Hall ta' l-Universita' ta' Malta f'Tal-Qroqq?", "Kemm intnefqu s'issa flus fuq il-kostruzzjoni u x'inhu l-ammont totali li dan il-bini hu ppjanat li jiswa sabiex jitlesta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: S'issa ntnefqu Lm87,372 fuq il-kostruzzjoni ta' l- iSports Hall ta' l-Universita' li hu stmat li jiġi jiswa Lm600,000 b'kollox meta jitlesta.", "Mill-fondi Kapitali allokati lill-Universita' għal din is-sena, dan il- proġett mhux se jkun ta' prijorita' għolja biżżejjed għan-neċessitajiet immedjati li jitlesta.", "MEDICAL STORES - MEDIĊINI", "4356.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 3831, ċioe' jipprovdi lista ta' mediċini sew dawk formulary u non-formulary li kienu nieqsa mill-Medical Stores fis-16 ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-lista ta' mediċini out of stock tas-16 ta' Frar, 1997, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SKEJJEL - KULLEĠĠ TAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "4357.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jaħseb il-Ministru li huwa ż-żmien opportun li jinforma lil din il-Kamra dwar il-ħsebijiet tal-Ministeru fuq il-Vocational College of Applied Arts, Science & Technology li kien ippjanat li jiftaħ f'Ottubru ta' din is-sena?", "Jaf il-Ministru li l-istudenti tal-5 Klassi ta' l-iskejjel sekondarji u l- ġenituri tagħhom qed jistennew din l-informazzjoni ħalli jkunu jistgħu jagħmlu l-għażla ta' kors post-sekondarju għas-sena skolastika li ġejja?", "Meta hu maħsub li jingħata dan it-tagħrif?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru qiegħed jikkonsidra diversi rapporti li saru dwar il-Kulleġġ imsemmi.", "SKEJJEL - INFORMATION TECHNOLOGY", "4358.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet għall- għalliema fuq l-Information Technology fl-iskejjel primarji matul is-sena 1995-96?", "Kemm ipparteċipaw għalliema f'dan it-taħriġ?", "Kemm saru u kemm hemm ħsieb li jsiru korsijiet simili matul is-sena skolastika kurrenti?", "Kemm jitħarrġu għalliema f'dawn il-korsijiet?", "Kemm hu stmat li jintnefqu fondi fuq dan it-taħriġ?", "Min qed imexxi dawn il-korsijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: a) Matul is-sena 1995/96, ġew organizzati 5 korsijiet (fulltime waqt il-ħin ta' l-iskola) u 21 kors fuq bażi volontarja barra l-ħin ta' l-iskola).", "b) 314 għalliem attendew wieħed mill-ħames fulltime courses u 375 għalliem attendew wieħed jew aktar mill-21 kors fuq bażi volontarja barra l-ħin ta' l-iskola.", "c) Matul is-sena skolastika kurrenti (1996/97), saru 6 korsijiet (fulltime waqt il-ħin ta' l-iskola) u hemm proġettat li jsiru 3 korsijiet (fulltime waqt il-ħin ta' l-iskola) oħra.", "Korsijiet fuq bażi volontarja għad iridu jiġu mfassla skond il-bżonn u t- talba mill-għalliema, aktar tard.", "d) Dan it-taħriġ ma kien wassal għall-ebda nfiq ta' fondi speċifiċi.", "(i) L-MSU ma ċċarġjaw xejn ta' l-akkomodazzjoni u refreshments.", "(ii) Il-materjal użat ġew mid-Dipartiment tal-kurrikulu.", "(iii) It-taħriġ sar minn 2 konsulenti, 2 Uffiċjali edukattivi, Heads u Assistant Heads imħarrġa bħala trainers u xi għalliema li ħadmu bħala facilitators.", "e) L-organizzazzjoni (tmexxija) tal-kors kienet fdata f'idejn l-Assistent Direttur (Implimentazzjoni tal-kurrikulu).", "COMMONWEALTH SCHOLARSHIPS", "4359.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-Commonwealth Scholarships wara s-sejħa għall- applikazzjonijiet li ħarġet fis-sajf li għadda?", "Kemm minn dawk li applikaw ġew intervistati?", "Għaliex saret shortlisting ta' l-applikanti u x'uħud lanqas biss ġew mgħajjta għall-interview?", "X'kienu r-raġunijiet kull każ li ma ġewx lanqas biss shortlisted?", "Jikkonferma l-Ministru li din ma kenitx il-prattika tal-gvern ta' qabel?", "Jaqbel il-Ministru mal-prattika ġdida li bdiet isseħħ mill-għażla ta' din is-sena?", "Kien hemm konsultazzjoni bejnu u bejn il-Bord il-ġdid imwaqqaf minnu stess qabel ittieħdet id-deċiżjoni tax-shortlisting?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 3849 fejn ingħatat l-informazzjoni mitluba għall-paragrafi wieħed sa ħamsa ta' din il-mistoqsija.", "Dwar l-aħħar mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Bord ta' l- Għażla hu awtonomu u li l-Ministru ma jkollu l-ebda kuntatt miegħu.", "SKEJJEL - SIR ADRIAN DINGLI", "4360.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' refurbishment u upgrading tal-Junior Lyceum tal-Bniet Sir Adrian Dingli?", "Kemm huwa maħsub li jqum il-proġett kollu meta jkun lest?", "Dan il-proġett se jsir bin-nies tal-gvern jew bil-kuntrattur privat?", "Meta huwa maħsub li jkun komplet dan il-proġett?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-preżent qiegħda tiġi aġġudikata l-offerta għat-twaqqiegħ tal-cook house li tagħmel parti mill-bini ta' l-iskola.", "Din l-offerta għalqet fis-27 ta' Frar li għadda u l-pjan hu li jinbeda x-xogħol fix-xhur tal-vaganzi tas-sajf.", "Wara li titwaqqa' din l-istruttura, jkun jista' jinbeda x-xogħol fuq l- entratura u s-servizzi nfrastrutturali fuq barra u jinbeda x-xogħol fuq ġewwa.", "Hu maħsub li l-proġett kollu jkun lest lejn l-aħħar tas-sajf tas-sena 2000 u l-intenzjoni hi li għax-xogħol ta' kostruzzjoni jinħarġu offerti pubbliċi permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Stima preliminari tax-xogħlijiet meħtieġa tqarreb il-Lm1.5 miljun.", "LIBJA - ŻIEDA TA' TURISTI", "4361.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3527, jista' l- Ministru jgħid għandux xi kumment x'jagħmel dwar is-suġġeriment magħmul fl- aħħar parti tal-mistoqsija?", "Jekk ma jaqbilx mas-suġġeriment, jista' l- Ministru jgħid għaliex?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: B' riferenża għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 3527, nirrepeti li l-Ministeru qatt ma stqarr li s- sistema ta' l-FBR għandha tapplika f'kull suq.", "Żgur li l-Onor.", "Interpellant jifhem li ċ-ċirkostanżi fi swieq varji huma differenti ħafna u għalhekk ma naħsibx li hemm soluzzjoni unika li tista tintuża kullimkien.", "Wieħed jifhem ukoll li s-sistema tat-TOSS taħdem sew fuq il-prezz u allura tagħmilna aktar kompetittivi.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "P.A. - PROPRJETA' SKEDATA", "W261.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu mistenni li jiġri mill-proprjeta' li ġiet dikjarata bħala skedata mill-Planning Authority kif dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tas- 7 ta' Jannar, 1997?", "Fejn il-proprjeta' tirriżulta li hi waħda privata, x'passi hu mistenni li jittieħdu mill-Planning Authority biex jiġi assigurat li proprjeta' hekk skedata ma tibdiex isservi ta' dannu għal sidha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "PEMBROKE - BUSINESS PARK", "W263.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Billi issa ntqal li dak l-ispazju li qabel kien maħsub mill-Planning Authority biex isir business park fl-inħawi ta' Pembroke, se jsir użu minnu għal social housing, jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti tagħrif dwar x'kienet il-pożizzjoni tal- Planning Authority f'dan ir-rigward, meta fil-passat kienet il-Planning Authority stess li nsistiet li f'dawn l-inħawi jsir it-tip ta' żvilupp li kien qed jitfassal?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dan hux il-każ fejn il-Planning Authority marret lura mill-kelma tagħha, meta fil-passat insistiet mod ieħor?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar formalment approvat il- Pembroke Action Plan f' Lulju ta' l-1996.", "Dan il-pjan għal Pembroke kien jinkludi l-Business Park, bil-għan li jipprovdi opportunitajiet ta' xogħol; li jinħoloq bilanċ fid-distribuzzjoni ta' djar residenzjali u mpiegi f' din iż-zona; li jitnaqqsu l-impatti fuq it-Triq Reġjonali li twassal għall-Belt/Marsa; u li jipprovdi sit kummerċjali ewlenija għas-suq internazzjonali u nazzjonali, dejjem skond il-policies tal-Pjan ta' l- Istruttura.", "Il-Gvern iddeċieda li jbiddel l-allokazzjoni tal-Business Park għall- akkomodazzjoni soċjali.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda bħalissa tirrevedi s-sitwazzjoni.", "DJAR - FILE NO.", "H 14214", "W276.", "L-ONOR SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li dwaru diġa' ktibt diversi drabi lill- ministeru u lid-dipartiment u li dwar dan il-każ ma rċevejt l-ebda progress report uffiċjali kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni, li għadha kemm iddaħħlet fil-11 ta' Frar, qed tkun ikkonsidrata ma' oħrajn simili.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W278.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li dwaru diġa' ktibt diversi drabi lill- ministeru u lid-dipartiment u li dwar dan il-każ ma rċevejtx l-ebda progress report uffiċjali kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tiegħu?", "Jaf il-Ministru li l-post li qed jgħix fih dan il-bniedem huwa kkundannat, liema bniedem wasal biex indika post alternattiv ieħor u ċioe' Flat 3, fl-istess kerrejja u s'issa dwaru ma ngħatax tweġiba?", "Peress li l-fond Nru.3 ta' l-istess kerrejja qabel kien okkupat minn persuna li llum mietet, jista' l-Ministru jara li dawn iċ-ċwievet jgħaddu f'idejn il-Housing biex dan il-fond jingħata lill-persuna msemmija qabel?", "Japprezza l-Ministru li trasferiment bħal dan legalment sar u jista' jsir anke f'dan il-każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-post li fih tghix il-persuna ndikata mhux ikkundannat.", "Il-post kien gie assenjat lilu bi bdil fuq talba tieghu stess fl-1989.", "Fl-1992 il-persuna reġgħet applikat minħabba t-tarag.", "Id-Dipartiment ma jirriżultalux li l-inkwilin tal-Flat 3 miet, jew li l- applikant indika dan il-post iżda se jsiru investigazzjonijiet u jekk jirrizulta li l-post battal, it-talba tiegħu tiġi milqugħa.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W280.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru diġa' ktibt diversi drabi lill- Ministeru u lid-Dipartiment imma li dwar dan il-każ ma rċevejt l-ebda progress report uffiċjali mid-dipartiment jew Ministeru kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tagħha?", "X'difiża għandha tingħata din il-persuna separata bil-Qorti, li ilha applikata għal snin twal, li għamlet diversi major operations u li qed tgħix f'post b'ħafna taraġ?", "X'inhi r-raġuni li għadu ma ntbagħatx l-Inspector tal-Housing biex jirrapporta dwar il- ġenwinita' tal-każ?", "Jista' l-Ministru jara li għallinqas xi ħadd mis- Segretarjat tiegħu jibgħat għal din is-sinjura li tixtieq li tingħata risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi kif jaf tajjeb l-istess Interpellant, postijiet fil-pjan terran, tajbin biex jigu allokati lill- persuni bhal dik indikata, huma skarsi u hemm 'il fuq minn 750 applikazzjoni ohra.", "Ghalhekk hu f'dan id-dawl li l-applikazzjoni qed tigi kkonsidrata.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W281.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru diġa' ktibt diversi drabi lill- Ministeru u lid-Dipartiment imma ma rċevejt l-ebda progress report uffiċjali mid-Dipartiment jew Ministeru kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinstab il-każ tagħha?", "X'difiża għandha tingħata din il-persuna li qed tgħix f'post perikoluż u li għandha ċertifikat ċar tal-perit li jitfa' responsabbilta' fuq id-dipartiment u li anke tat madwar ħames indirizzi ta' postijiet battala lill-Ministeru?", "Intbagħat l-Inspector tal-Housing biex jirrapporta dwar il-ġenwinita' tal-każ?", "Jista' l-Ministru jara li għallinqas xi ħadd mis-Segretarjat jerġa' jibgħat għal din il-koppja li issa anke waqgħulhom ix-xorok tad-dar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-każ miexi bħal oħrajn simili.", "L-applikant pero' jixtieq li jmur joqgħod biss il-Ħamrun, fejn il-postijiet huma limitati.", "Wara kollox għadhom kif tqassmu postijiet ġodda f'dan il- lokal iżda ma jirriżultax li l-persuna ndikata applikat għalihom.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "W282.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru diġa' ktibt diversi drabi lill- Ministeru u lid-Dipartiment u ma rċevejt l-ebda progress report uffiċjali mid-Dipartiment jew Ministeru kif umilment tlabt li ningħata ħalli l- kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-kaz miexi ma' oħrajn simili.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W283.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru diġa' ktibt diversi drabi lill- Ministeru u lid-Dipartiment imma ma rċevejt l-ebda progress report uffiċjali mid-dipartiment jew ministeru kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il- każ tiegħu?", "Peress li l-post li qed tgħix fih din il-familja huwa kkundannat u l- perit iċċertifika li għandu travu mdendel u huwa każ ta' dangerous structure fejn id-dipartiment għandu jħossu responsabbli, u peress li l- persuna konċernata għaddiet lid-dipartiment diversi postijiet li taf li huma vojta, huma habitable u huma tal-Gvern, jistgħu jittieħdu passi mmedjati biex din il-familja tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "X'sar mill-korrispondenza li jiena għaddejt lid-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali dwar il-gravita' tal-ġenwinita' ta' dan il-każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni, li daħlet fit-18 ta' Diċembru 1996, miexja normali.", "Issa li ġie ppreżentat ċertifikat tal-perit, il-post se jiġi spezzjonat.", "Kull korrispondenza li tiġi mibgħuta tiddaħħal fil-file relattiv kif ġara f'dan il-każ.", "DJAR - BDIL TA' POSTIJIET", "W284.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru diġa' ktibt diversi drabi lill- Ministeru u lid-Dipartiment imma ma rċevejt l-ebda progress report uffiċjali mid-dipartiment jew ministeru kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tiegħu?", "Jista' l-Ministru japprova l-bdil tal-post fejn qed toqgħod illum din il-persuna mal-post li qed nindika separatament?", "Peress li legalment dan il-bdil jista' jsir kif fil-fatt sar għar-rigward ta' postijiet oħra, x'diffikultajiet legali u oħrajn qed jinstabu biex dan il- każ jiġi trattat u solvut?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi qabel tkun tista' tiġi kkonsidrata t-talba tal-persuna ndikata, din il-persuna jonqosha tiffirma din it-talba, għax bagħtet ittra mhux iffirmata.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W286.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ tal-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li dwaru diġa' ktibt diversi drabi lill-Ministeru u lid-Dipartiment imma ma rċevejt l-ebda progress report uffiċjali mid-dipartiment jew ministeru kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tagħha?", "Fid-dawl taċ-ċertifikat peritali li jġib il-firma tal-Perit Godfrey Vella, jista' l-Ministru jikkonsidra li tingħata akkomodazzjoni alternattiva peress li din illum aktar minn qatt qabel ġiet esposta għal periklu akbar peress li appoġġ magħha ħareġ permess mill- Planning Authority li jista', u fil-fatt jagħti lok biex il-post tagħha jsofri ħsarat akbar?", "Kemm fil-fatt għandha raġun din l-anzjana li tilmenta miegħi li kull darba li resqet fid-dipartiment/ministeru ma sabitx l- għajnuna li jixirqilha li tingħata, fid-dawl tal-fatt li issa waslet biex anke tibda torqod barra t-triq?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment jixtieq isolvi l- problemi ta' dawk li bħal persuna ndikata, jgħixu fil-periklu.", "Iżda peress li hemm mal-580 applikanti f'din il-kategorija, u l-postijiet huma limitatissimi, ma jkunx dejjem possibbli li dan isir malajr.", "DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - CUSTOMER CARE", "W289.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Billi l-Awtorita' tad-Djar għandha sistema ta' Customer Care eċċellenti li jirrifletti tajjeb kif għandhom jiġu ttrattati u kkurati t-talbiet tan- nies, jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix dan it-tip ta' Customer Care fid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?", "Liema huma l-ġranet u l- ħinijiet li fihom id-Direttur qed ikun disponibbli għan-nies, inkluż għalina d-Deputati, jekk mhux b'appuntament, għallinqas b'risposta għall- faxes li ntbagħtulu konformament ma' l-obbligi tagħna ta' kostitwenza?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi tlett snin ilu, id- Dipartiment kien daħħal sistema ta' Customer Care Officer li kien ikun disponibbli għall-pubbliku żewġ nofs ta' nhari fil-ġimgħa.", "Dan l-uffiċjal kien jieħu ħsieb jiġbor it-tagħrif meħtieġ mingħand id-diversi sezzjonijiet u jirrispondi lill-pubbliku fi żmien raġjonevoli.", "Din is-sistema mietet waħedha għax ħadd ma' baqa' jċempel lil dan l-uffiċjal.", "Id-Direttur huwa disponibbli l-ħin kollu għad-deputati bit-telephone.", "GĦall-pubbliku hu disponibbli b'appuntament biss għax dan jinqeda sewwa mill-impjegati fis-sezzjonijiet diversi.", "Jekk ma jagħmilx hekk ma jkollu l- ebda ċans jagħmel xogħol ieħor.", "Iċ-ċittadini jinqdew tajjeb mis-servizzi li joffri d-dipartiment, fejn dan hu possibbli, fi żmien raġonevoli.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem iżda illi l-każi fejn qed jintalab akkomodazzjoni, mhux possibbli li jinqdew fi żmien qasir, ikellmu jew ma jkellmux lid-Direttur.", "Dan peress li l-postijiet huma limitati, u l-applikanti resqin lejn il- 5,000.", "MINISTERU TAD-DJAR - KONSULENTI", "W297.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-uniċi Konsulenti li kien hemm fil-31 ta' Ottubru 1996 fl-entitajiet li wara l-elezzjoni waqghu taht dan il-Ministeru kienu dawn il-Konsulenti part-time fl-Ufficcju Kongunt.", "|Isem |Xoghol |Hlas | |Is-Sur |Konsulent |Lm312.50 | |Saviour | |kull xahar | |Muscat | | | |Is-Sur |Konsulent |Lm312.50 | |Tarcisio| |kull xahar | |Mifsud | | | |Dr.Tonio|Konsulensa u|Massimu ta'| |Mallia |servizzi |Lm150 + VAT| |LLD |professjonal|fuq perjodu| | |i |ta' 8 | | | |sessjonijie| | | |t kull | | | |xahar | |Nutar |Konsulensa u|Massimu ta'| |Mario |servizzi |Lm150 + VAT| |Felice |professjonal|fuq perjodu| |LLD |i |ta' 8 | | | |sessjonijie| | | |t kull | | | |xahar |", "Dawn kollha ghadhom jaghtu s-servizz taghhom.", "Ma gewx mahtura konsulenti ohra mill-1 ta' Novembru 1996 sa l-ahhar ta' Frar 1997.", "MINISTERU TAD-DJAR - IMPJIEGI", "W310.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni:- (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill- 1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il- kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l- ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ma kien hemm ebda mpjieg fid-dikasteru tieghi, bejn id-dati msemmija, taht kategoriji (a) (b) u (c) tal-mistoqsija - hlief ghall-konsulent li hu s-suġġett tal-mistoqsija parlamentari numru 685/97.", "Ma kien hemm ebda transfers.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W331.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal- korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika: 1) liema Ministeru hu responsabbli għaliha; 2) il- liġi/regolament li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm; 3) min huma l- membri tagħha; 4) meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; 5) il-ħlas li jirċievi kull membru; 6) allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; 7) minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif tidher fl-istatements impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "W337.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi ġodda mill-Pulizija bejn l-1 ta' Jannar, 1992 u l-aħħar ta' Frar, 1997 u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar kif ukoll maqsuma skond it-tip ta' vetturi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat."]} {"filename": "19971104_134d_par.doc", "date": "1997-11-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 134 It-Tlieta, 4 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 134", "It-Tlieta, 4 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "134", "It-Tlieta, 4 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 880", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 880", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 884", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TA' REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR (EMENDA NRU.", "2) MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (KUMITAT) 884 ABBOZZ TA' LIĠI KONTRA L-KORRUZZJONI ANTI-CORRUPTION BILL (IT-TIENI QARI) 886", "AĠĠORNAMENT 908", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 913", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 923", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduti Nri.", "132 u 133 li saru fit-3 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "8597.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq s'issa fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-Gvern irċeviex x'intimazzjoni ta' azzjoni legali mill-istituzzjoni San Raffaele ta' Milan u, jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Sa nofs Ottubru, is-sitwazzjoni kienet li sa dak inhar kienu ntnefqu Lm11,070,052.09 fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "It-tieni parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif tista' r-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija tkun fin-negattiv fiż-żewġ sensi, jiġifieri għal dik li hija intimazzjoni jew azzjoni legali, għax jew waħda jew oħra.", "Safejn naf jien, kien intqal pubblikament li l-fondazzjoni kienet qed tirriżerva d-drittijiet legali tagħha u kienet beħsiebha tieħu xi azzjonijiet ġudizzjarji.", "Ovvjament il- fatt li qalu li jirriżervaw ma jfissirx neċessarjament li se ikomplu.", "Imma jista' jkun hemm differenza għaliex forsi wieħed irċeva ittra u ma rrċeviex att ġudizzjarju f'dak is-sens.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li r-risposta hija ċarissima.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna s'issa minn ħareġ il-flus u jekk il-Gvern Malti kellux xi għajnuna minn x'imkien?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kieku l-Oppożizzjoni ħadet sehem fil-public hearing kien ikollha l-opportunita' kollha li tagħmel il-mistoqsijiet li trid.", "Illum se jiltaqa' s-Social Affairs Committee li se jiddiskuti dan is- suġġett u naħseb li l-mistoqsijiet jistgħu jsiru f'din il-laqgħa u b'hekk nevitaw li noqogħdu nirrepetu ruħna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena naqbel li l-kumitati għandhom funzjoni importanti ħafna u wieħed jista' jieħu l-informazzjoni minn hekk pero' l- Ministru jista' japprezza li mhux kulħadd jista' jsegwi l-kumitati, inkluż dawk il-membri ta' din il-Kamra li llum se jkunu mpenjati hawn ġew biex jitkellmu fuq ħaġa oħra.", "Allura jekk issir mistoqsija hawnhekk naħseb li trid tingħata risposta f'din il-Kamra wkoll.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, kull membru ta' din il-Kamra kellu l-opportunita' li jattendi għall-public hearing.", "Il-membri tal- Gvern, tista' tgħid fil-maġġor parti tagħhom, attendew għax kellhom interess.", "Mid-dehra l-membri ta' l-oppożizzjoni ma kellhomx interess li jattendu.", "Kieku kienu preżenti kien ikollhom ir-risposti għad-domandi li kienu jagħmlu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Peress li l-Prim Ministru minn dak iż-żmien 'il hawn attenda għal-laqgħa tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg u fost oħrajn qal pubblikament li l-Kunsill ta' l-Ewropea se jiffinanzja dan il- proġett, parzjalment almenu, jirriżultalu l-Ministru li l-Kunsill ta' l- Ewropa kien diġa' qiegħed jiffinanzja b'mod sostanzjali dan il-proġett?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kieku l-Onor.", "Membru segwa daqsxejn ir-risposti għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti, kien jirrealizza li l-Kunsill ta' l-Ewropa kien waqqaf is-self li kien se jagħti lill-Gvern Malti.", "Dan ġara għaliex meta l-Gvern preċedenti kien biddel il-pjanti oriġinali ta' l- isptar, ma kienx indenja ruħu jinforma lill-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Meta fil- bidu ta' din is-sena ġew jaraw x'qed isir u għidnilhom x'kien qed jiġi pproġettat mill-Gvern preċedenti, dawn baqgħu sorpriżi u minħabba dan issospendew il-ftehim.", "Wara tkellimna magħhom u fehmnihom il-ħsebijiet tagħna fuq dan il-proġett u mill-ewwel kellna sinjali pożittivi li se ningħataw l-għajnuna u bħalissa qed isir ftehim ġdid in line ma' dak li ġejna mwegħdin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta li l-Ministru ta għad-domanda preċedenti ta' l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia tikkonċerna flus minfuqa sa nofs Ottubru, waqt li l-public hearing sar għall-ħabta ta' Lulju.", "Allura d-domanda dwar kemm mis-somma li ntnefqet sa nofs Ottubru huma flus ġejjin direttament minn barra, naħseb li hija relevanti u żgur li wieħed ma setax jiġbor din l-informazzjoni mill-public hearing.", "Dan apparti li l-kwestjoni li fil- public hearing kienet fuq affarijiet oħra.", "Dik hija l-ewwel osservazzjoni u nixtieq risposta għaliha.", "Domanda oħra li xtaqt nistaqsi lill-Ministru hija kemm qed jitlob il- Gvern Malti lill-Kunsill ta' l-Ewropa bħala finanzjament għall-proġett kollu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmilli mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih iċ-ċifri eżatti u nkun nista' nirrispondi iktar fid-dettall.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR .", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidli jekk bit-tweġiba li tani għall-mistoqsija supplimentari li għamiltlu riedx jagħti ad intendere li l-Kunsill ta' l-Ewropa qabel Ottubru 1996 ma ffinanzjax dan il-proġett?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kien diġa' ffinanzja parti mill-proġett imma sfortunatament tal-Kunsill ta' l-Ewropa rrealizzaw li kienu ġew imqarrqa u wara rrealizzaw ukoll li l-proġett fil-fatt kien inbidel u ħadd ma kien indenja ruħu jgħidilhom b'dan u allura huma kienu ssospendew is-self li kienu qed jagħtu min-naħa tagħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jikkonferma li ċ-ċifra oriġinali tas-subvention tal-Council of Europe kienet 40% - jew ċirca 40% - ta' l- istima oriġinali li kienet magħmula, skond kif kellu jiġi l-proġett bejn wieħed u ieħor?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-funding fil-fatt twaqqafx wara li tela' dan il-Gvern?", "X'inhi t-talba f'perċentwali ta' l-ispiża kurrenti bl-istima oriġinali li qiegħed jitlob il-Gvern bħala subvention?", "Jista' jgħidli jekk għandux xi dokument li jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra biex juri għaliex il-Council of Europe kienu żammew is-subvention?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena nfakkar lill-Onor.", "Membru fil-mistoqsija li kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi xi xhur ilu, li kienet appuntu tikkonċerna eżatt parti sostanzjali mill-mistoqsija li għadu kemm għamel.", "Dwar it-tielet mistoqsija ngħidlu li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet li jirrigwardaw is-self li se jkun hemm min-naħa tal-Kunsill ta' l-Ewropa u dawn qegħdin fi stadju finali.", "Tajjeb li wieħed jgħid li qabel kien jingħata ċans li wieħed jista' jissellef sa 40% u minn dak inhar li kien sar il-ftehim mill-Gvern preċedenti sal-lum, wieħed jista' jissellef iktar minn dak il-persentaġġ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERE FARRUGIA: Minħabba l-fatt li r-rwol speċifiku ta' dan l- isptar minn dak ta' riċerka f'mard riġenerattiv, b'mod partikolari fis- sistema tan-nervituri, issa se jkun rwol ta' sptar akut, il-Ministru ma jirriżultalux li pajjiżna tilef opportunita' tad-deheb biex, fl-aħħar mill- aħħar, is-settur mediku jibda anke jiddedika ħin għar-riċerka?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, kultant nieħu pjaċir nisma' stejjer li ma jeżistux!", "Dan fl-ebda żmien ma kien se jkun sptar ta' riċerka ta' mard riġenerattiv.", "Dan kien se jkun sptar illi jaqsam is- servizz tas-saħħa fi tnejn.", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien, il-kura tat-tfal mhijiex riċerka ta' mard riġenerattiv; minflok kienu se jiġu ttrattati fl-Isptar San Luqa, kienu se jiġu ttrattati fl-Isptar San Raffaele.", "Kif riduna tan-naħa l-oħra, konna se niġu f'sitwazzjoni sabiħa li tidħollok mara fid-dipartiment ta' l-emerġenza fl-Isptar San Luqa - u l- ħabib tiegħi tabib u ħa jifhimni sewwa - il-konsulent kirurġiku jiddeċiedi li din għandha bżonn konsulta ġinekoloġika u allura l-konsulent li jkun qiegħed għassa f'San Raffaele ikollu jew imur hu l-Isptar San Luqa ħalli jaraha jew inkella nispiċċaw ngħabbu l-pazjenta f'ambulanza u neħduha n- naħa l-oħra ħalli jaraha l-konsulent.", "Imbagħad jekk il-konsulent jiddeċiedi li m'għandhiex bżonn kura ginekoloġika nerġgħu ngħabbuha fl- ambulanza ħalli nerġgħu nibagħtuha l-Isptar San Luqa.", "Madam Speaker, ma kien se jkun hawn l-ebda sptar ta' riċerka ta' mard riġenerattiv, kif qed jipprovaw jagħtu l-impressjoni.", "Dan kien se jkun sptar li jaqsam is-servizz akut hawn Malta fi tnejn.", "Din hija xi ħaġa li fil-pajjiżi Ewropej qed jgħidulha bye bye.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaeker, il-Ministru qed jiċħad li waħda mill-funzjonijiet primarji ta' dan l-isptar kienet se tkun dik ta' riċerka ta' mard riġenerattiv?", "Jaf il-Ministru li fis-sitwazzjoni preżenti xorta waħda pazjenti qed ikollhom jittieħdu f'ambulanzi minn post għall- ieħor?", "Dan qed isir minħabba l-fatt li sal-lum il-magnetic resonance imaging ma jeżistx fl-Isptar San Luqa.", "Għaldaqstant pazjenti li, per eżempju, ikunu għamlu intervent kirurġiku fil-moħħ qed jittieħdu fi kliniċi privati mingħajr MRI għax dawn il-pazjenti ma jistgħux jiġu followed up fl- ewwel sigħat wara l-operazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, jiena naħseb li aħjar naraw daqsxejn ċerti konċetti.", "Naħseb li l-ħabib tiegħi ma jaqbilx li għal testijiet ta' MRI pazjent nibagħtuh barra minn Malta, bħalma kien isir fi żmien l-amministrazzjoni ta' qabel.", "Illum għandna sptar privat hawn Malta li għandu l-MRI u għandna l-fakulta' li nibagħtu l-pazjenti hemm.", "Qabel l-elezzjoni kienu jbeżżgħu lin-nies li aħna se nagħlqu l-isptarijiet privati, iżda mhux talli ma għalaqnihomx talli qed nikkoperaw magħhom u l- pazjenti minflok nibagħtuhom barra minn Malta nibagħtuhom fi sptarijiet privati hawn Malta stess u nagħtuhom l-attenzjoni kollha neċessarja.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi ftit ilu l-Ministru qal li d-diskussjonijiet dwar il-finanzjament mill-Kunsill ta' l-Ewropa waslu fi stadju finali, jista' jgħidilna x'inhu dan l-istadju finali jew fiex waslu d- diskussjonijiet s'issa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li jekk ifittex fid-dizzjunarju l-frażi \"waslu fi stadju finali\" jkollu risposta!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-Ministru jaf li wara l-ittra \"s\" fil-Miklem hemm ħafna ittri oħra!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, it-tweġiba li tani l-Ministru għall-aħħar mistoqsija li għamiltlu tixhed li jrid ikun hemm koperazzjoni akbar bejn sptarijiet differenti fil-pajjiż.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Alla ħares ma jkunx hemm koperazzjoni bejn sptarijiet differenti fil-pajjiż!", "Li ma jagħmilx sens huwa li f'Malta - u dan ġie kkundannat minn kull min ħa sehem fid-diskussjonijiet min-naħa tal- Gvern bl-iktar mod trasparenti u ma' kulħadd - jkollok sptar akut, ġenerali, maqsum fi tnejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, il-Gvern qiegħed jitlob funding mill- Kunsill ta' l-Ewropea ta' iktar minn 40% jew inkella inqas minn 40%?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Meta jkollna r-risposta eżatta li nkunu nistgħu nħabbruha aħna mhux se noqogħdu lura milli nħabbruha, bħalma diġa' għamel il-Prim Ministru b'mod uffiċjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jekk qed nifhem sewwa, id-diskussjonijiet li \"waslu fi stadju finali\" huma dwar kemm se jkun il-persentaġġ ta' l-għajnuna li se jagħti l-Kunsill ta' l-Ewropa.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, kif ikollna r-riżultat aħħari aħna nħabbruh, bħalma diġa' għamel b'mod pubbliku l-Prim Ministru.", "AIR MALTA - HIJACKING", "8598.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għamilx talba formali għall- estradizzjoni taċ-ċittadini Torok li kienu responsabbli għall-hijacking ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta u, jekk iva, f'liema stadju waslet din it-talba?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MADAM SPEAKER: Grazzi il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' impjegati akkademiċi u mhux akkademiċi fl- Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9109; u", "Analisi dettaljata ta' l-ispiża tal-Fondazzjoni għax-Xjenza u Teknoloġija fit-30 ta' Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9364.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista tal-pajjiżi li għandhom ftehim ma' Malta dwar is-servizzi ta' l- ajru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9462.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Draft report intitolat \"Proposals for a Strategic Tourism Development Framework\" maħruġ f'Ottubru 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali, mozzjonijiet, Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TA' REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR (EMENDA NRU.", "2)", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġiet moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresedi.", "Klawsola 2 - Sostituzzjoni ta' l-Ewwel u t-Tieni Skedi li jinsabu ma' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Substitution of First and Second Schedules to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, din il-klawsola qed tissostitwixxi l-Ewwel u t-Tieni Skedi li jinsabu ma' l-Att prinċipali u dan biex niġu konformi mal-liġi tas-CET.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, meta fi Frar li għadda konna qed niddiskutu din l-istess liġi f'format differenti kienet qamet diskussjoni dwar l-HS code numbers.", "Kien hemm xi diskrepanzi bejn id-digits fl-Att prinċipali meta mqabbla mal-liġi kif ġiet emendata fi Frar li għadda.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt kienx hemm il-korrezzjoni meħtieġa u jekk dawn id-digits ta' l-HS code li għandna quddiemna llum humiex dawk li jaqblu ma' l-Att prinċipali jew inkella dawk li jaqblu mal-liġi li kellna quddiemna fi Frar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Kif jaf il-kollega tan-naħa l-oħra, l-iskedi li kellna l-aħħar darba, li dwarhom kien hemm xi diffikultajiet, ġew irranġati u issa jaqblu ma' l-iskedi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jiġifieri issa għandna HS codes li jaqblu ma' l-Att prinċipali, kif inhuma wkoll ikkowtati internazzjonalment?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Kif spjegajna l-aħħar darba l-ewwel erba' digits fil-code huma digits internazzjonali.", "It-tieni erba' digits numri huma tad-dwana tagħna u l-aħħar tnejn huma n-numri tad-dipartiment tal-liċenzji.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jiġifieri d-diskrepanza li rrilevajna l-aħħar darba fil-fatt illum mhijiex qed tirriżulta f'din il-liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dik ma tistax teħodha bħala diskrepanza.", "(Interruzzjonijiet) L-ispjegazzjoni li għandi hija li l-ewwel erba' digits fl-iskeda huma digits internazzjonali, it-tieni erba' digits huma tad-dwana u l-aħħar tnejn huma digits tad-dipartiment tal-liċenzji.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, fi Frar ta' din is-sena emendajna l-Att prinċipali u konna wasalna għall-konklużjoni - dan żgur li joħroġ mit- transcript - li kien hemm digits f'ċerti code numbers li ma kenux jikkorrispondu għad-digits li kien hemm.", "Jien qed nistaqsi jekk illum id- digits ġewx mibdula jew aħniex qed inżommu mad-digits u code numbers li tawna fi Frar.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien għandi nifhem li dawn in-numri li għandna quddiemna llum ma fihomx diskrepanza meta mqabbla ma dawk li kellna d- darba l-oħra.", "Id-digits u l-code numbers li hemm huma n-numri li kellna fil-liġi tagħna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 2, flimkien ma' l-Ewwel u t-Tieni Skedi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 flimkien ma' l-Ewwel u t-Tieni Skedi għaddew u kienu ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l- ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fis-6.45 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI KONTRA L-KORRUZZJONI", "ANTI-CORRUPTION BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President tar-Repubblika.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għat-twaqqif tal-Kariga ta' Maġistrat Investigattiv Speċjali kontra l-Korruzzjoni u għal ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan\", jirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal- Kamra.", "3 ta' Novembru, 1997", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għat-twaqqif tal-Kariga ta' Maġistrat Investigattiv Speċjali kontra l-Korruzzjoni u għal ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, it-topic tal-korruzzjoni naħseb li huwa wieħed mit-topics li jissemma ħafna matul amministrazzjoni jew oħra u għaldaqstant din it-tema għandha interess partikolari għall-poplu u l-liġi li għandna quddiemna twettaq waħda mill-wegħdiet prinċipali tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista, li f'paġna 4 kien jgħid illi:", "\"il-maġistratura tissaħħaħ b'poteri investigattivi, fosthom aċċess totali għar-records tal-gvern, u b'riżorsi meħtieġa li jkunu indipendenti mill-Pulizija biex tinvestiga akkużi ta' korruzzjoni jew ta' abbuż ta' poter.\".", "Mela fil-manifest elettorali konna diġa' rajna fejn irridu naslu u għidna li rridu li jkollna maġistratura li jkollha wkoll poteri investigattivi imma, aktar minn hekk, ridna li jkollna istituzzjoni li tkun indipendenti mill-eżekuttiv biex tkun tista' taġixxi indipendentement mill-influwenza ta' kull politiku jew ta' kull awtorita' oħra.", "Dan isir mhux biss billi ngħidu hekk fil-liġi imma billi realment fil-prattika ikun qed jipprevali u jiżviluppa dejjem aktar dan il-prinċipju.", "Issa jekk wieħed iħares ftit lura jinnota li kienu saru diversi tentattivi matul iż-żmenijiet dwar meżżi kif, tramite l-Parlament u awtoritajiet oħra, tiġi kkontrollata l- korruzzjoni.", "Fl-1977 kellna l-Att dwar Inkjesti li jgħid li l-għan jew l- applikabilita' ta' dan l-Att jirriferi għall-kondotta ta' uffiċjali pubbliċi jew uffiċjali ta' korpi kostitwiti, jew inkella fil-management u fit-tmexxija ta' kull dipartiment tal-gvern, jew inkella kwalunkwe funzjoni oħra li taqa' taħt dipartiment jew korp tal-gvern.", "Taħt din il-liġi huwa sindakabbli kwalunkwe uffiċjal pubbliku illi jaqa' taħt id-definizzjoni li tagħti l-Kostituzzjoni ta' \"uffiċjal pubbliku\", kif ukoll kull \"korp kostitwit\", li fl-1977 kien ġie definit bħala \"kull korporazzjoni stabilita mil-liġi jew inkella kwalunkwe soċjeta', partnership jew korp ieħor li l- gvern għandu controlling interest jew kontroll effettiv\".", "Jiġifieri anke jekk wieħed imur lura sa l-1977 isib li diġa' kellna quddiem għajnejna li korpi kostitwiti, inkluż kumpanniji li l-gvern għandu interess fihom, jaqgħu u jkunu sindakabbli taħt dan l-Att.", "Fl-1987 tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern fuq il-wegħda solenni li se \"jeqred il-korruzzjoni bl-għeruq u x-xniexel\".", "Għal dan il-għan twaqqfet il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, li bażikament hija korp jew estensjoni ta' poter eżekuttiv, li l-gidma tagħha kienet biss gidma li tirrapporta u mbagħad sta għall-eżekuttiv jekk jidhirlux li jkompli jmexxi 'l quddiem dak ir-rapport jew inkella dak li jkun ġie rrakkmandat.", "Jekk irnexxietx jew le din il-kummissjoni huwa dibattibbli ħafna - ċertament in-naħa l-oħra tgħid li din serviet ta' għodda tajba u kkontrollat il-korruzzjoni - pero' ta' min wieħed isemmi l-każ ta' l- Awżiljari fejn fl-istess kummissjoni kien hemm nuqqas ta' qbil sħiħ, tant li wieħed mill-membri kellu jagħmel a minority report u minkejja dan kollox spiċċa u ntesa qisu qatt ma ġara xejn.", "Fid-dawl ta' dan kollu Gvern Laburista ntrabat u kkommetta ruħu li jaħtar korp li jkun indipendenti, li jkollu l-poteri investigattivi, kif ukoll li jagħmel il-prosekuzzjoni hu u li bl-ebda mod ma jkun influwenzat minn intriċċi politiċi, minn indħil ministerjali jew minn indħil minn xi awtorita' oħra.", "L-għan ta' din l-istituzzjoni li rridu nwaqqfu m'huwiex għan li wieħed jagħmel witch-hunt bħala tpattija imma għandha l-għan li tħares iktar fil-bogħod.", "L-għan primarju huwa li f'pajjiżna jkollna dak il- kontroll neċessarju ħalli titkabbar il-fiduċja taċ-ċittadin.", "Permezz ta' din il-liġi, persuni li huma magħżulin miċ-ċittadin f'elezzjonijiet - kemm għal dak li huwa gvern ċentrali, kemm għal dawk li huma awtoritajiet lokali - u persuni oħra li jkunu qegħdin imexxu entijiet pubbliċi jew kumpanniji tal-gvern, kif ukoll uffiċjali li f'idejhom ikunu fdati l-finanzi u l-amministrazzjoni tal-gvern, ikollhom lil xi ħadd li verament ikun qiegħed jikkontrollahom.", "Jikkontrollahom mhux għax ikun imbottat mill-id moħbija tal-politiku imma għax min jaġixxi ikollu l- obbligu u l-poter bil-liġi li jaġixxi ħalli jikkontrolla u jiċċekkja li att ta' korruzzjoni mhux biss ma jsirx imma lanqas jinbeda.", "Ħalli ngħaddi mill-ewwel għal-liġi li għandna quddiemna biex wieħed jifhem aktar kemm din l-inizjattiva hija avvanzata ħafna aktar minn kwalunkwe inizjattiva oħra li seta' ħa l-Gvern Nazzjonalista.", "Jekk wieħed jipprova jqabbel iż-żewġ liġijiet malajr jibda jsib dawn id-differenzi bażiċi.", "Nibdew bid- definizzjonijiet.", "Fl-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni nsibu li d- definizzjoni \"ta' korp imwaqqaf b'liġi\" tfisser \"kull korporazzjoni jew enti morali ieħor imwaqqaf b'liġi.\"", "Jiġifieri hawnhekk tawna definizzjoni xotta xotta meta, taħt l-Att dwar Inkjesti ta' l-1977 - dan huwa importanti li nikkonsidrawh għax dik kienet liġi kkritikata bħala għodda li ma taħdimx, li ħalliet il-korruzzjoni tiġi stituzzjonalizzata u ħafna kritika bħal din - \"korp kostitwit\" kien definit bħala korporazzjoni stabilita bil- liġi u kwalunkwe soċjeta' jew korp ieħor li l-gvern għandu a controlling interest jew għandu l-kontroll effettiv tiegħu\".", "Jiġifieri anke jekk ma jkollux controlling interest imma jkollu l-kontroll f'idejh, il-gvern kien sindakabbli taħt din il-liġi.", "Fl-1988 id-definizzjoni ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\" ġiet ristretta li qed tirriferi biss għal korporazzjonijiet - dan kien ifisser li kumpannija jew soċjeta' reġistrata taħt il-Companies Act, mhijiex sindakabbli - u Posta Ltd, ngħidu aħna, setgħet topera mingħajr l- ebda skrutinju, ħalliha li mbagħad jinkixfu affarijiet allarmanti, speċjalment fuq il-famuż konvenju ta' l-art ta' Ħal Qormi.", "Illum il-fatti wrew li kif aġixxa l-Gvern Laburista ġew iffrankati madwar Lm3 miljun u xorta nstab post ċentrali.", "Dan kien post li kien diġa' f'idejn il-gvern u ġie modifikat u rranġat biex illum il-Posta għandha ċentru minn fejn qed topera.", "Mhux hekk biss imma għandha l-parking area ukoll.", "Bis-sit li kien indikat qabel, il-parking area kienet tispiċċa ġol-wied.", "Min jafhom sewwa dawk l-inħawi jaf li ma' daqsxejn xita, fejn suppost kellu jkun parking area u storage area kien jispiċċa floating dock ieħor!", "Imma apparti dawn il-konsiderazzjonijiet, anke fid-definizzjoni taħt il- Companies Act naraw li kumpanniji u soċjetajiet kienu esklużi.", "Għaldaqstant fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ngħidu li:", "\"\"korp imwaqqaf b'liġi\" tfisser kull korporazzjoni jew korp magħqud ieħor imwaqqaf b'liġi u tinkludi wkoll kull soċjeta' jew korp ieħor li l-Gvern ta' Malta, jew dak il-korp magħqud ieħor imsemmi qabel ikollhom sehem parteċipattiv fihom jew kontroll effettiv fuqhom;\"", "Jiġifieri hawnhekk l-iskop joħroġ ċar li kull fejn qed imiss il-gvern, hi x'inhi l-forma li dik l-entita' tieħu, korporazzjoni magħmula b'liġi bħall- Enemalta, it-Telemalta, hi x'inhi, hija wkoll sindakabbli.", "Anke jekk ikun bank li allura huwa regolat mill-Banking Act fejn il-gvern għandu kontroll effettiv huwa sindakabbli wkoll.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-kumpanniji - bħalma hija Posta Ltd jew kwalunkwe kumpannija oħra - għax dawn ukoll huma sindakabbli.", "Jiġifieri qed nagħmlu pass ieħor 'il quddiem u qed ngħidu li uffiċjal pubbliku li huwa involut fl-amministrazzjoni ta' dipartiment tal-gvern, korporazzjoni, eċċ., inkluż il-ministru responsabbli, jew il- politiku jew id-deputat huma kollha sindakabbli.", "L-għassa tal-maġistrat investigattiv testendi fuq dawn kollha.", "Nerġa' ntenni li dan qed isir mhux biex ma jħallix inizjattiva ġenwina tittieħed.", "Iktar 'il quddiem fil-liġi nsibu d-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi att ta' korruzzjoni u għal liema sezzjonijiet relattivi taħt il-Kodiċi Kriminali nkunu qed nirriferu.", "Id-definizzjoni ta' \"uffiċjal pubbliku\" għandha l-istess definizzjoni li nsibu taħt l-Att dwar i-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.", "Pero' meta niġu għad-definizzjoni ta' attijiet ta' korruzzjoni f'dan l-abbozz li għandna quddiemna ħassejna li għandna nagħmlu estensjoni billi ninkludu wkoll artiklu 127 tal-Kodiċi Kriminali.", "Dan l-artiklu, li ma kienx inkluż fl-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, qed ikun inkluż f'din il-liġi li għandna quddiemna.", "Dan jgħid hekk:", "\"Kull uffiċjal jew impjegat pubbliku li għal xi vantaġġ privat tiegħu jagħmel użu ħażin minn flejjes tal-Gvern jew tal-privat, karti ta' kreditu jew dokumenti, titoli, atti jew ħwejjeġ mobbli li jkunu ġew fdati lilu minħabba fil-kariga jew l-impjieg tiegħu jew jisraqhom meta jinstab ħati jingħata l-piena ta' priġunerija minn sentejn sa sitt snin u l-interdizzjoni ġenerali perpetwa\".", "Jiġifieri hawnhekk l-att hekk imsejjaħ embezzlement huwa inkluż bħala att ta' korruzzjoni magħmul minn uffiċjal pubbliku u estendejnih f'din il-liġi wkoll.", "Pero' iktar minn hekk, l-istess abbozz li għandna quddiemna jagħtina reat ġdid - ħa ngħidulu hekk - għall-iskopijiet ta' din il-liġi.", "Dan jgħid hekk:", "\"Kull min bil-għan li jagħmel qligħ jew jikseb xi vantaġġ joffri s- servizzi tiegħu lill-persuna oħra sabiex jipprokura, jew xort'oħra jippretendi li huwa jista' jipprokura, xi favur ta' xi uffiċjal pubbliku b'mod li dan ikun jikkostitwixxi att ta' korruzzjoni, għandu għal fatt biss li joffri jew jippretendi, mingħajr l-ebda preġudizzju għal xi piena oħra li jista' jeħel taħt xi liġi oħra, jkun ħati ta' reat kontra dan l-Att u meta jinstab ħati huwa jeħel priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn disa' xhur.\"", "Dan li qegħdin nagħmlu hawn huwa indirizzat lejn kwalunkwe persuna \"li tkun qed tidher li tista ġġib xi favur lil xi ħadd\" - u mhux neċessarjament tkun uffiċjal pubbliku kif definit taħt artiklu 2 - \"meta azzjoni bħal din jista jkollha l-appoġġ ta' uffiċjal pubbliku jew inkella ta' ministru jew ta' politiku u tista' tkun qed tagħmlu mingħajr in-knowledge u mingħajr l- appoġġ ta' dak il-politiku jew ta' dak l-uffiċjal pubbliku.\"", "(Interruzzjonijiet) It-tama tagħna hija li xi darba nibdew nitkellmu bi drittijiet u mhux b'favuri għax għalkemm ma tridx temmen kulma tisma' huwa ovvju li l-qasba ma ċċaqċaqx ta' xejn.", "Mela hawnhekk qed naraw kemm din il- liġi qed isservi biex issaħħaħ u tkabbar il-fiduċja fl-uffiċjali pubbliċi.", "Din hija xi ħaġa li naħseb li kulħadd iħoss li huwa tajjeb li għandha ssir għax mhuwiex sewwa li jkun hemm dak in-nuqqas ta' kredibbilta' li tipprevali kontra l-politiċi u mhux f'Malta biss imma tista' tgħid fil- pajjiżi kollha.", "Għalhekk din il-liġi li għandna quddiemna tkabbar il- kreddibbilta' minħabba l-fatt li għandek a balance of power li huwa b'saħħtu u li huwa effettiv.", "B'din il-liġi se jkollna dak il-watchdog li se jkun qed jissindaka lill-gvern u lill-uffiċjali tiegħu.", "Wieħed jista' jgħid li dan il-ħsieb huwa estensjoni ta' l-istess struttura, f'livell iktar żgħir, li l-Partit Laburista minn snin ilu kien bena fil-partit meta kien waqqaf il-bord tal-viġilanza fi ħdan il-partit.", "Jiġifieri skond l- istatut tal-partit għandek korp ta' nies indipendenti li jissindakaw l- azzjoni ta' individwi, membri tal-partit jew uffiċjali tal-partit.", "Issa qed nagħmlu dan fuq livell nazzjonali, fuq livell iktar għoli.", "Barra minn hekk, id-definizzjoni ta' atti jew ommissjonijiet li jikkostitwixxu reat huma dawk kollha msemmija fl-artikli 112 sa 118, 120, 121, 124 sa 127 u 138 tal-Kodiċi Kriminali.", "Jiġifieri ma' dawn ir-reati, kif diġa' għidt, żidna reati oħrajn li ħassejna li għandhom ikunu nklużi biex iktar nagħmlu dan l-Att komprensiv u effettiv.", "Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, kif diġa' għidt, kellha poter investigattiv imma mbagħad kienet tirrapporta biss u ma kellha l-ebda poteri ta' prosekuzzjoni.", "Din kienet tista' tinvestiga wkoll il-ħsieb li tikkommetti reat.", "Taħt il-liġi kriminali il-ħsieb biss ma jikkostitwix reat u jrid ikun hemm l-azzjoni li tinbeda.", "Bħalma diġa' għidt, il- maġistrat mhux biss irid jinvestiga imma jrid imexxi l-prosekuzzjoni 'l quddiem u allura jrid ikun hemm elementi bażiċi li ġie kkostitwit reat kriminali, għax il-ħsieb biss ma jikkostitwix ir-reat, kif inhu aċċettat taħt il-liġi kriminali.", "Hawn min huwa iktar espert minni fil-qasam kriminali imma din hija xi ħaġa li tinftiehem.", "Pero' iktar tard fl-istess liġi nkludejna klawsola fejn qed ngħidu li jekk il-Pulizija tkun qed tinvestiga xi reat u bħala riżultat ta' dik l-investigazzjoni jirriżultalha li hemm xi att ta' korruzzjoni, il-Pulizija trid tirriferi kollox lill- maġistrat investigattiv, ħalli l-maġistrat ikun jista' jinvestiga dak l-att ta' korruzzjoni li tkun indunat bih il-Pulizija.", "Jiġifieri qegħdin naraw kif l-abbozz li għandna quddiemna inħadem b'mod biex l-iskop tiegħu, bħalma diġa' għidt, ikun skop mill-iktar komprensiv u effettiv.", "Niġu issa għad-distinzjoni bażika bejn il-Kummissjoni Permanenti kontra l- Korruzzjoni u l-Maġistrat Investigativ Speċjali kontra l-Korruzzjoni.", "Taħt il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni huwa l-Prim Ministru li jaħtar it-tliet membri u dawn jibqgħu bħala parti, bħala estensjoni, mill- eżekuttiv.", "Taħt il-liġi li għandna quddiemna huwa l-President tar- Repubblika ta' Malta li jassenja lil wieħed mill-maġistrati tal-qrati inferjuri d-dmirijiet ta' maġistrat investigattiv speċjali.", "Mela l-ewwel għandek il-ħatra ta' maġistrat bil-protezzjoni kollha li tagħti l- Kostituzzjoni u meta jkun hemm il-ħatra tal-maġistrat - jew inkella wieħed mill-maġistrati li diġa' hemm fil-qrati inferjuri - huwa l-President ta' Malta li jassenja d-dmirijiet ta' maġistrat investigattiv speċjali.", "Issa aħna nafu li fil-każ tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni membru jista' jitneħħa biss minħabba inkapaċita' li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, kemm minħabba f'mard mentali, fiżiku jew raġuni oħra jew għal imġieba ħażina.", "Fi kliem ieħor dik l-inkapaċita' jiddefinixxiha l-Prim Ministru li jkun qed jagħmel ir-rakkmandazzjoni.", "Għax tajjeb li nifhmu li l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni hija estensjoni ta' l- eżekuttiv, għodda oħra ta' l-eżekuttiv u xejn iktar, filwaqt li din li għandna quddiemna ma tinvolvix l-eżekuttiv imma għandek il-maġistrat li huwa maħtur bħala Maġistrat Investigattiv Speċjali kontra l-Korruzzjoni u huwa protett bil-Kostituzzjoni, kif issa nispjega iktar fid-dettall.", "Imma jkun tajjeb jekk wieħed jiftakar ftit ukoll u jara kif il-Kostituzzjoni se tipproteġi lill-maġistrat investigattiv.", "Subartiklu (2) ta' artiklu 97 tal- Kostituzzjoni ta' Malta, li jirriferi għall-qrati superjuri, jgħid hekk:", "\"Imħallef tal-Qrati Superjuri ma għandux jitneħħa mill-kariga tiegħu ħlief mill-President wara indirizz mill-Kamra tad-Deputati li jkollu favur tiegħu l-vot ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-Membri tagħha u li jitlob għal dik it-tneħħija minħabba inkapaċita' ipprovata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu.\"...\"", "Mela bis-saħħa ta' dan l-artiklu - ħalli ninżlu għal kliem iktar konvenzjonali - għadna l-garanzija li minkejja li l-eżekuttiv ikollu l- mandat tal-poplu, xorta ma jkunx jista' - dan isir biss f'każi eċċezzjonali, fejn imbagħad ovvjament irid ikollok l-appoġġ ta' żewġ terzi tal-Kamra kollha - ineħħi maġistrat jew imħallef mill-kariga tiegħu minħabba mġieba ħażina jew inkapaċita'.", "Dan mhux kollox għax ikun tajjeb jekk niftakru li, qabel ma naslu biex ikun hemm il-vot, dak il-maġistrat - bħalma huwa l-imħallef ukoll - bis- saħħa ta' l-emendi u t-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja, ikun qed jiġi investigat mill-kummissjoni wkoll.", "Jiġifieri għandna a double filter jew a double protection, biex ngħidu hekk, li jiġi assessed mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, li hi wkoll tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha.", "Madam Speaker, dan juri kemm verament il-Maġistrat Investigattiv Speċjali kontra l-Korruzzjoni huwa indipendenti mill-eżekuttiv u minn kulħadd.", "Immedjatament li l-Prim Ministru jirrakkmanda lill-President biex jaħtar maġistrat, il-maġistrat maħtur ikollu l-poteri, il-limitazzjonijiet u r-responsabbiltajiet stabiliti mil-liġi u ma jindaħallu ħadd, ma jinfluwenzah ħadd u ma jġiegħlu ħadd jagħmel \"hekk\" jew \"hekk\" għax jheddu li, per eżempju, mhux se jġeddidlu t-terminu.", "Jiġifieri għandu l-istess indipendenza li naħseb kulħadd jaqbel u jemmen li għandha l-ġudikatura.", "Il-perjodu li fih ikollu dawn il-poteri speċjali huwa ta' sitt snin u f'subklawsola (5) ta' klawsola 3:", "\"Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att il-maġistrat Investigattiv Speċjali għandu jaġixxi b'mod indipendenti u m'għandux ikun soġġett għad-direzzjoni jew kontroll ta' ebda persuna jew awtorita' oħra ħlief il-mod kif provdut fil-liġi.\".", "Dik qiegħda wkoll fil-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni imma altru li inti jkollok statement inserit f'liġi u altru li jkollok l-għodda u effettivament il-maġistrat ikun qed jaġixxi mingħajr l-ebda influwenza ta' kwalunkwe awtorita'.", "Għax jekk inti jkollok prim ministru li jgħid li dan għandu jitneħħa minħabba inkapaċita' dan mill-ewwel għandu l-influwenza ta' awtorita' ikbar minnu, biex ma nsemmix influwenzi oħra li jista' jkun hemm minn uffiċjali pubbliċi minħabba l-kariga jew l-awtorita' li huma jkollhom.", "Jiġifieri veru li fil-Kummissjoni Permanenti kontra l- Korruzzjoni hemm l-istatement imma hawnhekk mhux biss għandna l-istatement imma għandna wkoll is-saħħa legali u kostituzzjonali li l-maġistrat irid jaġixxi fil-ġudizzju deliberat tiegħu u fir-responsabbilta' assoluta tiegħu.", "Sur President, permezz ta' klawsola 4 tal-liġi qed inkomplu nsaħħu dan l- istitut - ħalli nsejħulu istitut għax dan huwa konċett kompletament ġdid li l-ebda gvern kien għadu qatt ma introduċieh f'pajjiżna sa llum - li qed jitwaqqaf b'din il-liġi għax qed nistabilixxu li l-maġistrat mhux biss għandu l-poter investigattiv imma, kif naraw iktar 'il quddiem, jista' jagħmel investigazzjoni kemm jekk ikun hemm rapport maħluf minn persuna li tirrapporta lilu u jista' ukoll jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu.", "Jiġifieri wara li jagħmel l-investigazzjoni, jekk fl-opinjoni tal-maġistrat ikun hemm każ ta' prosekuzzjoni, imbagħad il-prosekuzzjoni jmexxiha 'l quddiem l- istess maġistrat.", "Mela hawnhekk ukoll indirizzajna b'mod prattiku u effettiv problema li spissa niltaqgħu magħha meta l-Avukat Ġenerali jirrakkmanda li l-prosekuzzjoni tista' ssir imma minħabba li l-akkużat ikollu difiża tajba minn avukati mustaċċuni, ħafna drabi jkollok din il- problema li l-każ ma jiġix immexxi tajjeb biżżejjed, ħalli npoġġiha f'dawn it-termini u nipprova nkun naqra diplomatiku.", "Pero' hawnhekk il-maġistrat għandu l-poter li jagħmel il-prosekuzzjoni filwaqt li l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kulma kienet tagħmel kien rapport u r- rapport tgħaddih lill-ministru tal-ġustizzja li effettivament imbagħad, bħalma ġara kemm-il darba, jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Imma mbagħad sta għall-eżekuttiv jekk għandux l-interess jew il-ħeġġa li jmexxi l- prosekuzzjoni iktar 'il quddiem.", "Hawnhekk l-eżekuttiv huwa maqtugħ 'il barra kompletament u d-deċiżjoni hija tal-maġistrat u l-prosekuzzjoni jmexxiha 'l quddiem il-maġistrat.", "L-iskop ta' din il-liġi huwa li tagħti protezzjoni sħiħa liċ-ċittadin minn min ikun qed jaġixxi, imexxi jew jamministra awtorita' jew poter.", "Jekk il-maġistrat ikollu rapport u ma jmexxihx 'il quddiem, jew għal xi raġuni jew oħra jħalli dak ir-rapport imut mewta naturali, dak l-istess individwu li jkun ġab il-każ 'il quddiem, billi jkun għamel ittra ġuramentata u għaddieha lill-maġistrat, jekk iħoss li l-każ tiegħu għandu jitmexxa 'l quddiem jista' jġib il-każ quddiem il-qorti tal-maġistrati, u din, wara li tara l-każ, tista' tordna lill-maġistrat investigattiv biex jinvestiga.", "Din il-funzjoni teżisti fil-Kodiċi Kriminali - f'section 541, jekk m'iniex sejjer żball - u dan l-istess poter qed nagħtuh ukoll lil kull individwu u ċittadin biex jekk il-maġistrat ma jmexxix każ 'il quddiem, u jekk il-qorti tara li hemm prima facie każ fejn l-investigazzjoni għandha titmexxa 'l quddiem, l-investigazzjoni tkun trid tibqa' miexja 'l quddiem.", "Mela hawnhekk għandna wkoll it-tielet departure bażika bejn il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u l-Maġistrat Investigattiv Speċjali.", "Din id-departure hija illi l-maġistrat mhux biss jinvestiga u mbagħad jirrapporta imma jinvestiga u jmexxi l-prosekuzzjoni 'l quddiem.", "Sur President, punt ieħor li huwa amministrattivament interessanti dwar kif jiffunzjona l-maġistrat, as distinct mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, huwa rigward l-istaff u l-esperti li jkunu jridu jintużaw matul l-investigazzjoni.", "GĦaliex qed ngħid dan?", "Taħt l-Att dwar il- Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, il-Prim Ministru huwa l- persuna li taħtar lis-segretarju tal-kummissjoni.", "Mela l-membri tal- kummissjoni, huma min huma - seta' kien imħallef għax imħallef jew ex- imħallef seta' jiġi appuntat ukoll - ma kellhom l-ebda say fl-għażla ta' l- istaff għax kien il-Prim Ministru li jappuntah u jinnominah.", "Hawnhekk qed timponi fuq il-ministru tal-ġustizzja li jipprovdi uffiċċju u staff - dik iva, għax il-ministru tal-ġustizzja jew il-gvern għandhom il-faċilitajiet u l-fondi li jipprovdu l-premises u l-għodda biex il-maġistrat jaħdem - pero' l-ministru tal-ġustizzja jew il-gvern bl-ebda mod ma jistgħu jimponu fuq il- maġistrat ir-reġistratur li jridu għax huwa l-maġistrat li jrid japprova l- persuna li tkun ingaġġata.", "Mela f'dan il-każ il-ministru għandu l-obbligu li jipprovdi l-faċilitajiet pero' l-għażla trid tkun f'idejn il-maġistrat ħalli l-istaff tiegħu jkun magħżul minnu.", "Oltre dan, anke meta l-maġistrat jitlob l-assistenza tal-Kummissarju tal- Pulizija, il-persuna li tintbagħat trid tkun approvata minnu u matul dik l- investigazzjoni l-uffiċjal tal-pulizija li jkun intbagħat biex jgħin lill- maġistrat jaqdi l-funzjonijiet tiegħu jaqa' taħt ir-responsabbilta' u l- kontroll tal-maġistrat u l-Kummissjarju tal-Pulizija huwa eskluż milli jagħti detail lil xi uffiċjal ieħor jekk mhux bl-approvazzjoni ta' l-istess maġistrat.", "Tant qed immorru aktar 'il quddiem biex inkomplu nibnu dan l-element ta' indipendenza fi ħdan din l- istituzzjoni li anke l-istaff, għalkemm provdut mill-gvern, irid ikun approvat mija fil-mija mill-maġistrat inkwirenti u mhux mill-ministru.", "L- obbligu tal-gvern hu li jipprovdi l-għodda neċessarja biex imexxi 'l quddiem l-investigazzjonijiet tiegħu.", "Dak li jitlob u lil min jitlob il- maġistrat irid ikun approvat minnu stess.", "Hawnhekk qed ngħidu li l- Kummissarju tal-Pulizija \"għandu jordna\", mentri fil-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni għandek li l-kummissjoni \"tista' tinħtieġ\" l-assistenza tal-Pulizija.", "Il-Pulizija trid taġixxi, ovvjament, skond il- Kodiċi Kriminali, dik hija understood, imma l-awtorita' ta' dak l-uffiċjal taqa' u tibqa' taħt il-Kummissarju tal-Pulizija, u fil-proviso ta' subclause (2) ta' clause 5 jgħid hekk:-", "\"Iżda d-dispożizzjonijiet tal-proviso li hemm ma' subartiklu (1) ta' dan l-artiklu għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għal dawk l- uffiċjali tal-pulizija; ukoll li meta l-Pulizija jkunu qegħdin jagħtu dik l-għajnuna tagħhom huma jkollhom jwettqu biss dawk is-setgħet u jkollhom is-setgħa li jwettqu bis-saħħa tal-Kodiċi Kriminali jew kull liġi oħra\".", "Jiġifieri l-Pulizija xorta trid taġixxi skond il-Kodiċi Kriminali pero' l- awtorita' tmur kollha taħt il-maġistrat u jikkontrollahom l-istess maġistrat.", "Il-maġistrat għandu wkoll l-awtorita' li jagħmel ittri rogatorji u jinizzjalhom hu.", "Din hija xi ħaġa li diġa' teżisti fil-liġi preżenti imma hija awtorita' li qegħdin nagħtuhielu ħalli ma jkunx hemm kwestjonijiet jekk din għandhiex tiġi mill-qrati inferjuri u tgħaddi għand l-Avukat Ġenerali.", "Il-maġistrat għandu jgħaddi r-rapporti tiegħu lill-iSpeaker u fejn imbagħad għandek il-prosekuzzjoni ovvjament dawk l-istess rapporti jridu jkunu tabled fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawnhekk qed naraw differenza oħra għax filwaqt li l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kienet tagħmel ir-rapporti tagħha lill-ministru u dan kien ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra, issa l-ministru qed jiġi bypassed kompletament u r-rapport tal- maġistrat imur direttament għand l-iSpeaker.", "Punt ieħor interessanti taħt dan l-Att jirriżulta minn artiklu 12.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-konċett ta' whistle blowing, meta xi ħadd jagħti x-xiehda tiegħu u jkollu 'l hekk imsejħa l-maħfra jew inkella l- eżenzjoni mill-proċedimenti kriminali.", "Taħt il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kien l-Avukat Ġenerali li kien jagħti eżenzjoni mill- proċedimenti kriminali, allavolja seta' kellek il-kummissjoni li tista' tħoss li fil-kors ta' l-investigazzjoni tagħha wieħed mix-xhieda għandu jkun eżenti mill-proċedementi kriminali, għax ovvjament l-ebda xhud m'għandu jkun obbligat li jixhed u jinkrimina ruħu.", "Issa biex kemm jista' jkun neliminaw l-użu jew l-abbuż ta' din il-faċilita' għal skopijiet politiċi, qegħdin ngħidu illi t-talba għall-eżenzjoni mill-proċedimenti kriminali ta' xi xhud tintalab mill-maġistrat inkwerenti u tintalab direttament lill-President ta' Malta.", "Mela r-rabta bejn il-President u l- ġudikatura - hemm rabta vinkolanti sħiħa li toħroġ mill-Kostituzzjoni u toħroġ ukoll mill-istrutturi tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja - qegħdin inżommuha ukoll għax għandek it-talba min-naħa tal- maġistrat - mhux mill-ministru jew mill-Avukat Ġenerali - f'ċirkostanzi li qed tħares fihom il-liġi u huwa l-President ta' Malta illi fil-ġudizzju deliberat tiegħu - hawnhekk qed timponi wkoll fuq il-Kap ta' l-Istat, il- President - irid jassumi r-responsabbilta' fuq ir-rapport illi jkollu mingħand il-maġistrat u jara jekk għandux jeżenta lil dak ix-xhud mill- proċedimenti kriminali.", "Allura m'għadux iktar l-eżekuttiv li jipprova jiddeċiedi jew jinfluwenza jekk \"X\" jew \"Y\" għandux ikun eżentat imma huwa l-maġistrat, u wara, dik l-eżenzjoni tiġi kkonfermata wkoll mill- President.", "Mela hawnhekk mirqum fl-istess liġi għandek dan l-element ta' kontroll.", "Aħna mhux qed inħallu f'idejn il-maġistrat li jiddeċiedi hu għax m'huwiex sew li tħalli f'idejh lil min jeżenta jew le.", "Dawn huma proċeduri u deċiżjonijiet serjissimi u għaldaqstant ivvinkolajna dan il- prinċipju ta' l-eżenzjoni minn proċedementi kriminali ma' talba li ssir direttament lill-President ta' Malta.", "Bħalma huwa l-President illi jista' jitlob b'mozzjoni, li tgħaddi għand l-iSpeaker, biex jitneħħa maġistrat jew membru tal-ġudikatura huwa wkoll il-President li f'każijiet delikati bħal dawn jagħti l-eżenzjoni lil xi ħadd minn proċeduri kriminali biex tagħti l- fatti kollha u tikxef dak kollu li taf ħalli tgħin fl-investigazzoni, għax ovvjament ma tistax tagħtih l-eżenzjoni mill-proċedimenti kriminali għal xejn b'xejn.", "Biex tieħu din l-eżenzjoni, din il-grazzja, trid ċertament tkun marbuta illi tagħti l-fatti kollha li hi għandha fil-pussess tagħha, tixhidhom u tikkonfermahom bil-ġurament.", "Din hija wkoll departure mill- Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u huwa punt ieħor fejn dak li qegħdin inwaqqfu b'din il-liġi jikkostitwixxi istituzzjoni kompletament indipendenti b'poteri eżekuttivi, b'poteri ta' prosekuzzjoni u b'poteri amministrattivi illi topera waħedha mingħajr influwenza jew indħil ta' ħadd.", "Fi klawsola 15 ta' dan l-abbozz qegħdin ninkludu wieħed minn dawk ir- reati li hemm stipulati fil-Money Laundering Act bħala att ta' korruzzjoni, kif definit taħt dan l-Att.", "X'ifisser dan?", "Fis-Second Schedule tal-Money Laundering Act għandek lista ta' reati speċifiċi, bħalma huma: \"an offence against the law relating to dangerous drugs or narcotics, illegal dealing in arms and armaments, wilful homicide u blackmail.\"", "Ma' dawn qed ninkludu wkoll dan ir-reat u dan ifisser illi bis-saħħa illi għandu l-maġistrat investigattiv taħt sezzjoni 4 ta' l-istess Att, huwa jkun jista' jitlob lill-qorti kriminali illi tagħtih dik li ngħidulha an investigation order.", "Bis-saħħa ta' din l-investigation order ikollu l-poter jidħol f'kull bini, ifittex materjal, jitlob informazzjoni, jiċċekja anke fuq life styles, xi ħaġa li tista' tkun parti essenzjali mill-investigazzjoni tiegħu illi twasslu għall-konklużjonijiet.", "Jiġifieri din l-inklużjoni taħt clause 15 qed tagħti wkoll il-poteri illi l-maġistrat ikun jista' jagħmel assessment ta' life styles illi bis-saħħa t'hekk ikun jista' jidħol aktar fil-fond, ikun jista' jfittex u jsib aktar fatti u jista' jasal ukoll effettivament għal konklużjonijiet reali, għal konklużjonijiet ta' veraċita' kif inhi.", "Mela hawnhekk ma nibqgħux biss fl-ambitu ta' allegazzjoni, ma nibqgħux biss niġu fi kwestjonijiet fejn tant issir investigazzjoni b'mod mhux aċċettabbli - bħalma diġa' semmejt, u qed nirreferi għall-każ ta' l- Awżiljari - fejn ikollok membru tal-kummissjoni illi ma jaqbel xejn mal-mod u mal-konklużjonijiet li effettivament tkun waslet għalihom il-kummissjoni u ma jittieħdu passi ta' xejn.", "Hawnhekk għandna liġi illi għall-ewwel darba f'pajjiżna bis-serjeta' qegħdin inwaqqfu awtorita', fi ħdan il-maġistratura, illi qed tagħti l- kontroll u l-bilanċ neċessarju illi kull uffiċjal pubbliku u kull politiku jaf illi jista' jkun sindakat fl-aġir u fil-mezz kif jamministra u kif imexxi l-awtorita' u l-poteri illi għandu.", "Dan il-kontroll qiegħed mhux biex jeqred l-inizjattiva valida u d-deċiżjoniijet illi wieħed jieħu imma biex ċertament jillimita - anzi jekk jista' jkun jillimita għal kollox - it- tentazzjoni li wieħed juża l-poter amministrattiv.", "Dan jista' jkun il- politiku, jista' jkun l-uffiċjal, tista' tkun anke persuna li tkun qed iddur fl-ambiti politiċi tas-segretarjat tal-ministru.", "Dan il-kontroll qed isir biex dan ma jużax l-influwenza tiegħu jew il-poter tiegħu biex iġib favuri liċ-ċittadin u b'hekk verament inkunu qegħdin nagħtu interpretazzjoni ta' drittijiet u mhux favur.", "Mhux slogans imma verament inti tipprova tibni u tissostitwixxi l-mezz kif dan l-element ta' korruzzjoni tista' teqirdu.", "Jiena ngħid mhux sewwa li kulħadd jiġi mċappas b'mod ġenerali għax hija nġusta għal min ikun qed jaħdem b'amor proprju, b'onesta' u jagħmel ħidmietu u ħiltu kollha.", "Kwalunkwe uffiċjal illi qed jagħmel dmiru sew għandu jiġi apprezzat.", "Il-maġġoranza jagħmlu dmirhom sew imma mhux sew illi l-ftit jagħtu l-impressjoni ħażina u dawn jibqgħu jaħarbu mir-responsabbilta' qisu ħadd u m'hemm xejn li jista' jikkontrollahom għax għandhom il-ħbieb, għandhom min jipproteġihom, għandhom il-ħitan biex jinħbew warajhom.", "Bl-istituzzjoni tal-maġistrat investigattiv qed nagħtu l-għodda biex persuna indipendenti, bniedma idonea tkun tista' tikkontrolla.", "Jiena naħseb li min ikun lest li jieħu l-ġurament ta' maġistrat, għalkemm kulħadd huwa bniedem, huwa ċertament bniedem li jrid jispira fiduċja fis-soċjeta'.", "Mhux ma jkollhomx nuqqasijiet imma ta' l-inqas is-soċjeta' tistenna serjeta' u tagħti fiduċja lil bnedmin bħal dawn.", "Allaħares ma jkunx hekk għax kieku mhux biss il-problema tad-dewmien fil-qorti jkollna imma jekk tintilef u tispiċċa din ċertament inkunu qegħdin fi problemi ħafna kbar.", "Għaldaqstant il-fatt li għandek membru tal-maġistratura li għandu l- protezzjoni kollha illi tagħtih il-liġi - barra li huwa protett bil- Kostituzzjoni - u l-fatt li l-eżekuttiv ma jistax iwarrbu jekk mhux bi qbil kważi unanimu tal-Parlament, għandu jserraħ ras kulħadd li dan il-Gvern bis- serjeta' irid jeqred il-korruzzjoni.", "Aħna kburin li qegħdin immexxu 'l quddiem dan l-abbozz ta' liġi għax ċertament se jispira fiduċja fil-mod ta' tmexxija tal-Gvern Laburista, gvern li wiegħed lill-poplu serjeta' fl-amministrazzjoni u s-serjeta' qed iħaddimha fil-prattika u jmexxiha 'l quddiem fil-prattika.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nibda minn fejn għalaq il-Ministru.", "L- Onor. Mangion qed jgħid illi l-abbozz odjern li għandna quddiemna jixhed is- serjeta' tal-Partit Laburista għax dak li jwiegħed iwettqu.", "Aktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi nuri x'kien wiegħed il-Partit Laburista u naraw x'qed iwettaq.", "Pero' żgur li dak li għandna quddiemna m'huwiex dak li wiegħed il-Partit Laburista.", "Jista' jkun li dan kien f'moħħ l-Onor.", "Mangion, f'moħħ l-Onor.", "Alfred Sant u f'moħħ ħafna nies oħrajn pero' żgur li ma kienx fil-kamp pubbliku.", "Fil-kamp pubbliku kien hemm ideat oħra.", "Anke l-programm elettorali tal-Partit Laburista huwa differenti minn dak li għandna quddiemna llum, pero' issa drajna illi l-Partit Laburista fil- programm elettorali jgħid ħaġa u mbagħad meta jiġi għall-attwazzjoni jagħmel ħaġa oħra.", "Jiena stagħġibt ukoll bid-diskors tal-Ministru għax għamel enfasi kbira illi din tal-maġistrat investigattiv speċjali hija xi istituzzjoni ġdida għal pajjiżna.", "L-unika ħaġa ġdida - naqtgħu barra l-kontorni ta' kif se jaħdem u mhux se jaħdem, l-istituzzjoni per se, l-idea per se - hija l- kelma \"speċjali\".", "L-unika ħaġa ġdida f'dan il-konċett huwa li llum għandna madwar 14-il maġistrat, kollha bil-poteri investigattivi sħaħ, u kull wieħed minnhom jista' jinvestiga kull reat imsemmi f'din il-liġi - li diġa' huma msemmija fil-Kodiċi Kriminali - u l-Partit Laburista fil-gvern ma jridx 14 imma jrid wieħed li jkun magħżul mill-Prim Ministru.", "Ma jridx iħalli l-poteri lill-maġistrati kollha.", "Irid jagħżel hu min jinvestiga.", "Dan irid jiġi nnominat mill-Prim Ministru li jrid benjamin tiegħu.", "Dan niġu għalih aktar 'il quddiem pero' mill-bqija m'hemm xejn speċjali f'din il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħid li l-President ta' Malta jinnomina.", "Jiena mhux hekk ngħid għax nafu li l-President jaġixxi fuq il-parir tal- Prim Ministru.", "Il-Prim Minsitru jmur għand il-President u jgħidlu: Sur President, lil \"dan\" trid tagħmel u l-President ikollu jgħidlu: Signor si, lil \"dak\" nagħmel.", "Dik hi l-pożizzjoni.", "Mela l-għażla ssir mill-Prim Ministru.", "Anke s-sistema tagħna hekk hi għax, biex minn avukat issir maġistrat l-għażla ssir mill-Prim Ministru.", "Mela multo magis, għandna l- għażla tal-Prim Ministru li issa se jmur għal sistema fejn illum għandu 14- il maġistrat li jistgħu jinvestigaw ...", "Kull wieħed minn dawn l-14 għandu dawn il-poteri.", "Imbagħad niċċitahom kelma b'kelma, inkluż li jagħtu ordnijiet lill-Pulizija, liema poter ġieli ntuża'.", "Ara fil-każ tal-frame-up ta' Pietru Pawl Busuttil, imn'Alla li kellna żewġ maġistrati kuraġġużi li ma qagħdux għall-provi li ġabulhom il- Pulizija.", "Imn'Alla li kellna żewġ maġistrati kuraġġużi.", "Nista' nsemmihom għax dawn huma fatti magħrufa.", "Dawn kienu il-Maġistrat Camilleri u l- Maġistrat Valenzia, illum it-tnejn imħallfin.", "Lill-Pulizija qalulhom li mhux dawn il-provi riedu quddiemhom imma qalulhom li riedu jġibu provi oħrajn u jtellgħu lil dak is-supretendent jixhed.", "Dawk huma veru l-poteri investigattivi tal-maġistrati!", "Probabbilment issa se jgħidulna li dawn ħadd ma jużahom.", "Hawn nistgħu naqblu.", "Mela ejja nbidluhom, ejja nagħtuhom l-għajnuna.", "Jiena naqbel perfettament, per eżempju, ma' l-idea li dawn ikollhom staff speċjali u anke l-maġistrati jaqblu.", "Il-maġistrati jibku biex ikollhom staff speċjali.", "Pero' mhux niġu hawnhekk u ngħidu li qed nagħmlu xi istituzzjoni ġdida.", "Fil-verita' m'aħniex qed nagħmlu istituzzjoni imma kulma qed nagħmlu huwa li għandna 14-il ruħ li jistgħu jagħmlu din il-funzjoni imma l-Gvern mhux kuntent bihom u jrid jagħżel wieħed hu.", "Jiena jiddispjaċini u jiddispjaċini sinċerament li l-mod kif inhi magħmula din il-liġi, il-mod kif inhi magħmula din il-proposta, iġġiegħel lil din in-naħa, sinċerament kontra qalbha, tivvota kontra tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Ejja ninsew l-idea tal-Kummissjoni Permanenti kontra l- Korruzzjoni.", "Jien assolutament m'iniex marbut ma' l-idea tal-kummissjoni.", "M'għandi l-ebda pożizzjoni riġida fuqha pero' jekk verament irridu bis- serjeta' li minn dan il-Parlament toħroġ liġi - aktar 'il quddiem nikkwota x'kien qal l-Onor.", "John Attard Montalto meta kien fl-oppożizzjoni - u li permezz tagħha jkollok istituzzjoni rrispettata fil-pajjiż, ejja nagħmlu l- isforz biex din ikollha l-fiduċja taż-żewġ naħat.", "Ejja nagħmlu l-isforz li aħna nagħmlu pass, intom tagħmlu pass mill-ideat u nsibu kompromess għax wara kollox l-istituzzjoni hawn qiegħda ma' saqajna.", "Il-maġistrat inkwirenti, vivo e vegeto, kif jgħidu t-Taljani, forsi mhux funzjonanti wisq imma ejja nagħmluh funzjonanti mingħajr ma norbtulu jdejh, kif qed nagħmlu llum, u mingħajr ma nagħmlu liġi li tista' tiġi kkwalifikata bħala liġi faxxista, pure and simple.", "Hawnhekk qegħdin niente di meno nipproponu illi persuna, hi min min, tista' tiġi nvestigata mingħajr ma tkun taf li qed tiġi nvestigata.", "Dan il-famuż maġistrat inkwerenti speċjali magħżul mill-Prim Ministru jista' jgħid: Lil Austin Gatt se nibda ninvestigah, nagħmillu proces-verbal, nisma' lin-nies kontra tiegħu, mingħajr ma Austin Gatt ma jaf xejn, u nagħmillu rapport li jersaq quddiem il-Parlament, li jista' jiġi ppubblikat, li jista' jwassal ukoll għal akkużi kriminali u sadanittant Austin Gatt ma jaf b'xejn.", "Jekk m'huwiex faxxiżmu dan ma nistax nifhem x'inhu!", "Jiddispjaċini, imma dan huwa faxxiżmu.", "Li tinvestiga lil xi ħadd bla ma l-persuna lanqas tkun taf li hi investigata u bl-investigatur li f'daqqa waħda jilbislek il-ġlekk tal-prosekutur huwa faxxiżmu.", "Dan il- poter ma jeżisti mkien fid-dinja.", "Fittex taħt kwalunkwe' leġislazzjoni li trid u ara jekk investigatur għandux il-poter deċizjonali li jaqleb għal prosekuzzjoni.", "Imma dan se jkun benjamin tal-Prim Ministru li twieled taħt stilla tajba!", "Issa l-Prim Ministru se jmur fuq l-14-il maġistrat u jgħidilhom li 13 minnhom m'humiex tajbin għal din il-biċċa xogħol.", "Irid jagħżel wieħed biss biex jinvestiga u lil din il-persuna famuża se jagħtiha l-poter li tinvestiga lil kull uffiċjal pubbliku li hawn Malta bla ma jinforma lil ħadd li qed jagħmilha, bla ma jinforma lill-persuna involuta u dan iwassal għal akkuża kriminali.", "Jekk m'hux faxxiżmu dan ma nafx x'inhu faxxiżmu!", "Qegħdin immorru mhux biss kontra l-aktar prinċipji elementari legali imma qed immorru wkoll kontra l-ġustizzja naturali.", "Il-proċess kriminali f'pajjiżna - u f'kull pajjiż - fil-punt ta' qabel l- akkuża, dejjem irid iwassal biex il-persuna tkun taf l-akkużi x'inhuma u r- realta' hija wkoll illi anke fil-fażi istruttorja u investigattiva l- persuna tkun taf li qed tiġi investigata.", "Jista' jkollu mitt elf difett l- Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni pero' dan il-punt kien kopert ukoll għax kien hemm l-obbligu tal-kummissjoni li tavża.", "Pero' ejja ninsewha dik il-liġi.", "Aħna m'aħniex marbutin ma' dik il-liġi qisu xi punt ta' prinċipju li ma nistgħux niċċaqalqu minnu.", "Pero' din hija l- ewwel raġuni għaliex aħna se nivvotaw kontra.", "Dan hija liġi li għandha elementi faxxisti u bilfors iġġegħelna nivvotaw kontra.", "Jiena nazzarda ngħid ukoll li jekk tibqa' hekk ikollna liġi anti-kostituzzjonali.", "Jiena nemmen, u din in-naħa temmen, illi dan l-Att sejjer jippolitiċizza l- maġistratura għax lil dawn se nitfgħuhom f'nofs il-politika u aħjar nifhmu x'aħna nagħmlu milli nidħlu fiha b'għajnejna magħluqin.", "Aħna m'għandniex it-tradizzjoni ta' maġistratura politika, għalkemm nifhem li ħaddieħor għandu imma għax għandu sistemi differenti.", "Nispera li hawnhekk m'aħniex qed nikkupjaw lit-Taljani pero' jekk qed nikkupjaw lit-Taljani ejja nikkupjawhom sew għax għandu jkun kulħadd qed jaħseb hawnhekk illi l- maġistrati tipo Di Pietro huma l-uniċi maġistrati li hemm l-Italja.", "L-ewwel distinzjoni li rridu nagħmlu hija bejn il-magistrati di procura u l-magistrati della corte, li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin.", "Pero' b'din il-liġi x'qegħdin nagħmlu?", "Hawn qegħdin ngħaffġu kollox f'daqqa u lill-maġistrat ngħidulu: Inti tagħmel sitt snin tinvestiga u mbagħad sitt snin oħra tmur tiġġudika.", "Jew inkella nagħmlu l-istess maġistrat li filli qiegħed fuq il-bank tal-ġudikatur u mbagħad f'daqqa waħda jsir prosekutur hu.", "Issa ma tarax li b'dawn l-affarijiet bilfors se ndaħħlu l-politika fin- nofs!", "Kif ma ddaħħalx il-politika fin-nofs meta l-Prim Ministru l-ewwel ħaġa li jrid jagħmel, hekk kif tgħaddi din il-liġi, huwa li lil 13-il maġistrat minn 14 jgħidilhom li m'għandhomx il-fiduċja tiegħu u allura jrid jagħti l-poteri lit-tali maġistrat għax dak hu l-benjamin li jrid!", "Kif tista' tgħid li ma ddaħħalx il-politika?", "Mela x'tagħmel!", "Din hija raġuni oħra għala se nivvotaw kontra.", "Hawnhekk mhux veru qed nimxu mal-programm elettorali tal-Partit Laburista.", "Hawnhekk għandna eżempju ċar ta' diżonesta' politika għal darba oħra.", "Hawnhekk għandna wegħdiet li saru meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni, affarijiet li ssemmew u kritika li kienet issir qabel u llum kollox tar-riħ.", "Hawnhekk issa li jiena nibda niddubita mir-raison d'etre wara din il-liġi.", "Għaliex jiena sinċerament l-ewwel wieħed li ngħid li kieku hawn liġi serja li taqbad il- konċett li diġa' jeżisti tal-qorti tal-ġudikatura fil-fażi istruttorja tagħha - fejn il-maġistrat, speċjalment l-iktar li jaħdem illum, hija fil- fażi ta' l-inkjesti - u tiżviluppa fuq dik il-bażi, jiena ngħidlek li jkollok il-koperazzjoni tagħna 100%.", "M'hemmx dubbju li ssibha l- koperazzjoni tagħna.", "Pero' li meta nkunu fl-oppożizzjoni ngħidu mod imbagħad meta nkunu fil-gvern ngħidu totalment mod ieħor, din tibda ġġibli d-dubbji għalfejn allura din il-liġi tkun qed issir.", "Aħna - u nerġa' nirrepetiha b'mod l-aktar sinċier u nispera li n-naħa l-oħra tifhem bl- iktar mod sinċier - irridu illi naslu għal soluzzjoni permanenti pero' m'aħniex se naslu jekk ħa niġu ffaċċati b'sitwazzjonijiet li jimminaw id- drittijiet personali ta' l-individwu.", "Nispera li mhux qed ninsewhom dawn biex nilħqu l-apice li suppost nagħmlu xi ħaġa.", "Żgur li mhux se naslu jekk il-metodu li ħa jiġi wżat min-naħa tal-Gvern ħa jkun il-metodu ta' l- inkwiżizzjoni.", "Fiż-żmien meta l-Onor.", "Attard Montalto kien il-kelliem ewlieni tal- Partit Laburista dwar il-ġustizzja, kien qal hekk fis-16 ta' Settembru, 1996 u se niċċita minn \"l-orizzont\":-", "\"Meta jkun hemm kummissjoni daqstant vitali għat-tmexxija trasparenti tal-pajjiż huwa ovvju li, jekk min jiġi maħtur ma jgawdix il-fiduċja sħiħa tal-forzi politiċi ewlenin, kull deċiżjoni tkun qiegħda mill- bidu tippresta ruħu għal kritika.", "Ukoll l-istess japplika għal inkjesti partikolari.", "Meta jinħatar ġudikant biex jagħmel inkjesta fuq allegazzjoni ta' korruzzjoni huwa ovvju li dwar il-persuna magħżula jrid ikun hemm qbil bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Meta ma jsirx hekk l-istess inkjesta mill-għeruq ma tkunx tgawdi l-appoġġ sħiħ tal-forzi politiċi prinċipali tal-pajjiż, bil-probabbilta' li l-konklużjonijiet ukoll ikunu suġġetti għal kritika.\".", "Li qed nagħmlu hawn huwa kontra li kien igħid il-kelliem ewlieni tal-Partit Laburista dwar il-ġustizzja.", "Issa nispera li ma ngħidux li għax dan huwa maġistrat bilfors hemm il-qbil fuqu.", "Għaliex?", "Għaliex l-Onor.", "Attard Montalto hawnhekk qed jitkellem fuq inkjesti u qed jitkellem fuq inkjesta speċifika, l-inkjesta mmexxija mill-Imħallef Caruana Colombo fejn ma kienx hemm qbil fuq il-persuna.", "(Interruzzjonijiet) Iva, hawn qed jirraġuna: Isma' mhux biżżejjed li tgħidli li għamilt imħallef imma huwa neċessarju li naqblu fuq l-imħallef.", "Mela nispera li issa ma nisimgħux l-argument li għaliex huwa maġistrat mela dan bilfors irid igawdi l-fiduċja ta' kulħadd!", "Anzi jiena napplika l-istess kliem li kien qal l-Onor.", "Attard Montalto - u naħseb li mhux se jiċħdu llum il-Partit Laburista - li l-veru ħaġa li rridu noqogħdu attenti għaliha hija l-ewwel parti li semma hu, li:", "\"Meta jkun hemm kummissjoni daqstant vitali għat-tmexxija trasparenti tal-pajjiż huwa ovvju li, jekk min jiġi maħtur ma jgawdix il-fiduċja sħiħa tal-forzi politiċi ewlenin....\"", "Lil hemm irridu naħdmu.", "Jiena rrid infakkar ukoll illi fl-1993 il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien offra li jemenda l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l- Korruzzjoni iżda l-Oppożizzjoni, taħt ħafna skużi, kienet rrifjutat is- sejħa tal-Gvern.", "Jiena ngħid: Ejja ninsew il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u l-maġistrat investigativ speċjali.", "Għalfejn għandna nikkonċentraw fuq id-dettall?", "Qed naqblu fuq l-għan?", "Jiena naħseb li ultimament qed naqblu fuq l-għan.", "Aħna x'qed ngħidu?", "Jiena naħseb li rridu verament nikkontrollaw mhux il-petty corruption.", "Ma naħsibx li qed niddiskutu fuq petty corruption, jiġifieri li xi ħadd imur jagħti Lm5 lill- pulizija tal-liċenzji biex iqabbżu l-queue.", "Ma naħsibx li fuq dik qed nitkellmu, imma qed nitkellmu fuq korruzzjoni b'background politiku.", "Fuq din qed nitkellmu ultimament u mhux qed nitkellmu fuq ir-reati minuri li huma koperti bil-liġi.", "Aħna rridu istituzzjoni li tagħti ċerti garanziji li tista' tinvestiga bis-serjeta' l-korruzzjoni politika.", "Din li rridu u qed naqblu t-tnejn li l-istituzzjonijiet li għandna llum m'humiex biżżejjed u allura rridu jew nivvintaw xi ħaġa jew nestendu xi ħaġa li diġa' teżisti.", "Jekk qed naqblu, x'inhu verament iżommna milli nipprovaw insibu consensus minflok ninsistu fuq diktat?", "Is-suġġeriment ta' din in-naħa hu li jekk irridu naslu aħna lesti li npoġġu madwar mejda fejn tridu, kif tridu u meta tridu.", "Jekk il-Gvern jixtieq jagħmel select committee, nitkellmu f'select committee.", "Jekk il-Gvern jixtieq jagħmel tip ta' laqgħat oħra, lesti nagħmlu tip ta' laqgħat oħra.", "U jekk qed naqblu fuq l-għan, għaliex se noqogħdu niġġieldu fuq id-dettalji?", "Jiena lest u din in-naħa hija lesta li tidħol f'dawn it-tip ta' diskussjonijiet mingħajr irbit.", "Mhux qed ngħidu la hemm il-kummissjoni għandna nibnu fuq il-kummissjoni.", "Mhux qed ngħidu hekk imma qed ngħidu: Isma' hemm il-liġijiet viġenti llum, narawhom, ejja naraw kif irridu nsaħħuhom u ejja naraw x'istituzzjonijiet għandna bżonn.", "Naħseb li meta qed ngħidu hekk qed inkunu altru milli raġonevoli.", "Naħseb li dan huwa l-mod li nilħqu dak li qal ben tajjeb l-Onor.", "John Attard Montalto meta kien fl-oppożizzjoni, cioe' il-kreazzjoni ta' xi ħaġa li kulħadd għandu fiduċja fiha, li skond hu, u naqbel miegħu, hija l-bażi li mbagħad tagħti l-kredibbilta' lil dik l-istituzzjoni.", "Ara fil-liġi dwar l- ombudsman hekk ġara.", "Apparti l-għażla tal-persuna li għamilna, li tispira l-fiduċja, il-mod kif ikkreajniha, bi qbil ma' kulħadd, ikkreat il- fiduċja neċessarja biex dik l-istituzzjoni taħdem.", "U l-istess ħaġa li rridu nagħmlu hawn.", "Pero' issa nixtieq ngħid lil tan-naħa l-oħra li aħna m'aħniex lesti li naċċettaw diktat fuq dawn l-affarijiet.", "Din mhijiex xi liġi li tibqa' għaddejja ma' l-oħrajn.", "Din hija liġi serja, liġi li tista' tippreġudika ħafna drittijiet, liġi li tista' tiġi mmanipulata b'mod perikoluż ħafna, liġi li gvern mingħajr kuxjenza jista juża' biex idendel in-nies u m'aħniex lesti li nħallu din il-liġi għaddejja qisu ma ġara xejn.", "Jiena għidt li din il-liġi hija xhieda tad-diżonesta' politika tal-Malta Labour Party u tal-Prim Ministru b'mod partikolari.", "B'din il-liġi qisna qed nagħmlu xi liġi li qed tkopri xi atti ta' korruzzjoni żul minn hawn.", "Kif ippreżentaha l-Ministru, kif ġiet hyped bid-diskorsi ta' qabel u kif bdejna naqraw fil-gazzetti, kulħadd ħaseb li ġejja xi liġi żul minn hemm, waħda bulija li biha se nkissru u nfarrku l-korruzzjoni kollha.", "Imbagħad taqbad dan li għandna quddiemna u taqra li din hija liġi li hija applikabbli għal numru ta' reati diġa' nsemmiha fil-Kodiċi Kriminali!", "Mela fuqiex tapplika din il-liġi?", "Din il-liġi tapplika fuq ir-reati kkontemplati fil-Kodiċi Kriminali f'artikli 112 sa 188, 120, 121, 124 sa 127 u 138.", "Imbagħad hemm it-tentattiv ta' reat, hemm l-undue influence, li hija basically il-konġura eċċ. Jiġifieri għamilna liġi billi qbadna dawn ir-reati li kien ilhom jeżistu fil-Kodiċi Kriminali minn żmien żemżem u għidna li dawn huma reati li hemm implikazzjoni ta' korruzzjoni u napplikaw il-liġi għalihom.", "Mhux hekk kien jgħid meta kien kap ta' l-oppożizzjoni l- Prim Ministru tal-lum.", "Il-Prim Ministru tal-lum kien jagħti l-impressjoni dak iż-żmien li se jagħmel xi liġi żul minn hemm biex jikkontrolla l-korruzzjoni u mhux sempliċement jaqbad għaxar artikli li ilhom fil-Kodiċi Kriminali żmien twil - jien dejjem nafhom hemm - u jgħid li min jikser xi wieħed minn dawn l-artikli huwa ħati ta' korruzzjoni.", "Mur obsor!", "Mhux dejjem kien ħati ta' korruzzjoni?", "Kien hemm bżonn li jiġi l-Prim Ministru jew jiġi elett il-Partit Laburista fil-gvern biex jgħidilna li tkun ħati ta' korruzzjoni meta tikser dawn l-artikli?", "Tant huwa redikolu dan l-argument li dawn l-artikli msemmija hawnhekk huma l-istess artikli, wieħed wara l- ieħor, imsemmija fl-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l- Korruzzjoni, ikkuppjati kollha għajr wieħed, li huwa - u ma nafx sinċerament kif daħal - artiklu 127 tal-Kodiċi Kriminali li jikkontempla serq minn uffiċjal pubbliku.", "Jiġifieri jekk xi ħadd imur iħallas lil xi uffiċjal pubbliku ta' liċenzja u minflok li jitfagħhom fil-kaxxa tal-gvern jitfagħhom fil-but, dan ikkwalifikajnih bħala att ta' korruzzjoni.", "Jien ma nistax nifhem kif u ma nistax nifhem għaliex din it-trovatura ġdida li ġie biha l-Prim Ministru biex jgħidilna: Ara x'liġi qed nagħmel!", "Din hija diżonesta' politika għaliex in-nies qed jaħsbu li għandna quddiemna xi erba' definizzjonijiet ta' korruzzjoni żul minn hawn.", "Naħseb li n-nies qed jaħsbu li l-Prim Ministru qabad ir-rapporti ta' Edgar Mizzi u ħareġ b'xi erba' definizzjonijiet ta' korruzzjoni li ħadd ma kien semma bihom, qabel kważi kważi ġejjin l-Amerikani u se jikkuppjaw lilna issa!", "Mur għidilhom imsieken lil dawk li kienu jisimgħu lill-Onor.", "Alfred Sant li kulma qed jagħmel il-Prim Ministru huwa li dak li kien definit bħala korruzzjoni taħt il-Kodiċi Kriminali issa huwa definit bħala korruzzjoni taħt din il-liġi speċjali li qed nagħmlu.", "Għalhekk hija d-diżonesta' politika.", "Jekk irridu s-serjeta' wara kollox irridu nistaqsu lilna nfusna: Isma' għaliex bdiet din l-idea?", "Fir-realta' r-reat ta' korruzzjoni ta' uffiċjal pubbliku minn dejjem kien ikkontemplat fil-liġijiet tagħna u minn dejjem kienu fil-Kodiċi Kriminali.", "Jiena ngħid li minn żmien il-Kavallieri, minn żmien Napuljun, minn żmien l-Ingliżi kellna numru ta' reati kwalifikati bħala corruzione di un ufficiale pubblico.", "Jiġifieri l-atti speċjali, l-ewwel magħmula mill- Partit Nazzjonalista fil-gvern, issa mill-Partit Laburista fil-gvern, huma ovvjament neċessita' għal ċerti ċirkostanzi.", "Il-prinċipju motivatur ta' l- Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, wara li aħna rbaħna l-elezzjonijiet ta' l-1987, kien li aħna sibna li l-Gvern Soċjalista ta' qabel l-1987 tant kien irnexxielu joħloq ħakma li fil-fatt ħakem ukoll lil minn kellu d-dover bil-liġi li jaġixxi indipendentement, fosthom l- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali u, agħar u agħar, il-Pulizija.", "Din kienet il-problema kbira li aħna ridna nsolvu bil-Kummissjoni Permanenti kontra l- Korruzzjoni.", "Aħna ridna xi ħadd indipendenti li jista' jinvestiga.", "Meta lill-Onor.", "Leo Brincat, f'intervista li dehret f'\"The Malta Independent\" ta' xi tlett ijiem ilu, staqsewh x'kienu l-iktar affarijiet li kienu jdejquh fil-Gvern Soċjalista meta hu kien segretarju parlamentari, qalilhom li kien jiddejjaq bil-vjolenza u bl-arroganza.", "Hekk qallhom il-Ministru tal-Finanzi.", "Mela l-vjolenza u l-arroganza - kif iddefinihom il-Ministru Brincat - tal-Gvern Soċjalista ta' l-1987 ħolqu atmosfera fejn il- korruzzjoni istituzzjonalizzata setgħet tikber u l-Partit Nazzjonalista deherlu li għandu joħloq kummissjoni kontra l-korruzzjoni biex ikun hemm poter indipendenti investigattiv.", "Kien perfett?", "Le, ma kienx perfett.", "Seta' sar aħjar?", "Jien naħseb li kieku kien hemm ftit tal-buona volonta' min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, żgur li kien isir aħjar.", "Wara li l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kienet ilha mwaqqfa għal ħames snin, u allura wieħed jitgħallem mill-esperjenza, il-Gvern Nazzjonalista għamel offerta lill-Oppożizzjoni Laburista biex niltaqgħu flimkien, naraw x'hemm oġġezzjonabbli min-naħa tagħhom, naraw x'qed idejjaqna u noħorġu b'xi ħaġa li naqblu fuqha ż-żewġ naħat.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, bl-istrateġija tiegħu ta' oppożizzjoni ad oltranza u non-co- operation fuq kollox, qal: Le.", "Kompla jgħid li qatt ma rrikonoxxiha u qatt ma ried ikollu x'jaqsam magħha u allura ma riedx jitkellem fuqha.", "Għalhekk ma kienx hemm il-possibbilta' li tiżviluppa.", "Imma waqt li kkonstatajna li l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni ma kellhiex il-possibbilta' li tiżviluppa, konna wkoll iffaċċati b'xi ħaġa alternattiva fi ħdan il-Malta Labour Party.", "Allura biex wieħed jifhem din il-liġi u jifhem għaliex jiena ngħid li huwa politikament diżonest li l-Gvern jersaq b'liġi bħal din li għandna quddiemna, rridu niftakru ftit x'kienu il- pożizzjonijiet tal-Partit Laburista.", "Jiena se nfakkar ftit billi nikkwota mill-ġurnal \"it-Torċa\" tal-Ħadd 17 ta' Ottubru, 1983 diskors ta' l-Onor.", "Alfred Sant, illum Prim Ministru:", "\"Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni mwaqqfa mill-Gvern preżenti m'hijiex qed taqdi tassew il-funzjonijiet ta' korp li jipproteġi l-poplu mill-imġieba politika korrotta.\".", "Din kienet l-ewwel oġġezzjoni.", "Oġġezzjoni utilitarja li jista' jkun li l- kummissjoni mhijiex kapaċi taqdi l-funzjonijiet tagħha sewwa jew inkella mhijiex qed taqdihom fil-prattika.", "Pero' żgur mhux fuq oġġezzjoni ta' prinċipju jew oġġezzjoni totalment ta' management - kif iħobb isejjħilha hu - u ta' eżekuzzjoni.", "Pero' xorta waħda l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qatt ma ried jikkopera biex jara kif tista' tipproteġġi liċ-ċittadin.", "Ħalli nkompli nikkwota minn \"it-Torċa\" tal-Ħadd 17 ta' Ottubru, 1983:", "\"Dr Sant saħaq li ma jistax ikun li l-korruzzjoni titrażżan b'organu li jkun ivviżjat fil-mod kif kien ġie kostitwit, fil-mod kif kellu jirrapporta dwar il-funzjonijiet tiegħu.\"", "Issa l-famuż rapportar tafu x'kien?", "Il-kummissjoni tibgħat ir-rapport lill- ministru mentri l-Labour Party ried li tibagħtu lill-iSpeaker.", "Jiena naħseb li kieku l-Onor Sant fl-1993 qalilna li din l-emenda jinsisti fuqha, naħseb li ħadd ma kien se jgħidlu le għaliex hawn kienu jiġu r-rapporti kollha, in ogni caso, b'deċiżjoni li ħadet il-kummissjoni stess.", "Allura dawn kienu l-oġġezzjonijiet il-kbar li konna qed nitkellmu fuqhom, oġġezzjonijiet li fir-realta' sfumaw fix-xejn.", "Għaliex?", "Għaliex illum għandna l-istess ħaġa hawnhekk.", "Il-proposti tal-lum kif ivarjaw bħala istituzzjoni minn dawk li kien jikkritika l-Onor.", "Alfred Sant dak iż-żmien?", "Pero' d-diżonesta' politika m'hijiex qegħda hawnhekk biss.", "Id-diżonesta' politika hija kif malli jgħaddi ż-żmien l-Onor.", "Sant jaqleb id-diskorsi.", "Ħa niċċita issa minn \"l-orizzont\" tas-Sibt 31 ta' Diċembru, 1994.", "Veru li kien l-aħħar tas-sena u kulħadd jieħu l-affarijiet b'ċerta leġġerezza għax fl-aħħar ġranet tas-sena kulħadd moħħ ir-riħ u kulħadd moħħu fil-parties.", "L-Onor.", "Alfred Sant għamlilna d-diskors tiegħu ġurnata qabel u kien qal hekk:", "\"Gvern Laburista ġdid jinvestiga b'mod serju u trasparenti lil min kien involut f'dawn it-tliet każijiet u dawk responsabbli jintalbu jagħtu kont ta' għemilhom.\".", "It-tliet każijiet kienu San Raffaele, il-Freeport u Queiroz.", "Inkompli ngħid x'qal u isimgħu kemm iżomm kelmtu l-Prim Ministru tal-lum:", "\"Inkjesta serja ssir billi tinvestiga l-operat tan-nies involuti u mhux toqgħod biss fuq il-karti\".", "Bħal dak li qallu Dr Edgar Mizzi, dan l-investigatur, Sherlock Holmes ta' Malta, bagħat għal xi ħadd biex kiteb xi rapport?", "Jien qatt ma qgħadt fuq dak li qal Dr Edgar Mizzi, qatt ma qgħadt fuqu.", "La qgħadt fuqu u lanqas noqogħdu fuqu, tħabbilx rasek!", "Pero' Dr Edgar Mizzi, l-investigatur speċjali, ma bagħat għal ħadd imma qagħad fuq il-karti.", "U l-Prim Ministru hawn solennement fl-1994 qalilna biex ninvestigaw l-operat tan-nies u mhux noqogħdu biss fuq il-karti.", "Imbagħad l-Onor.", "Sant kompla jgħid illi:", "\"Gvern Laburista ġdid jaħtar inkjesti magħmulin mir-rappreżentanti taż- żewġ naħat tal-Kamra bi staff eżekuttiv u bi tmexxija minn figura indipendenti fil-qasam legali.\".", "Ara rridux indaħku lin-nies bina!", "Hawnhekk solennement qed jgħid li se jagħmel inkjesti magħmulin mir-rappreżentanti taż-żewġ naħat tal-Kamra bi staff eżekuttiv u bi tmexxija minn figura indipendenti fil-qasam legali u fil-verita' spiċċajna b'figura fil-qasam legali.", "Lanqas Dr Edgar Mizzi ma kien indipendenti.", "Għaliex?", "Mela li Dr Edgar Mizzi jappuntah il-Prim Ministru u jirrapporta lura lill-Prim Ministru mhuwiex oġġezzjonabbli, pero' meta aħna waqqafna l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, appuntata mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni, u din tirrapporta lura lill-Gvern dan oġġezzjonabbli.", "Dr Edgar Mizzi mhuwiex oġġezzjonabbli allavolja appuntah il-Prim Ministru u jirrapporta lill-Prim Ministru.", "Il- Partit Laburista kien joġġezzjona - għadni kemm qrajtha - għaliex ir- rapporti tal-kummissjoni kienu jmorru għand il-ministru tal-ġustizzja, imma li r-rapporti jagħmilhom Edgar Mizzi waħdu, mingħajr ma jkellem lil ħadd, u l-Prim Ministru jġibhom meta jrid hawnhekk mhuwiex oġġezzjonabbli!", "Mhuwiex oġġezzjonabbli li tkun tant diżonest li f'Diċembru, 1994 tgħid li se tagħmel inkjesti magħmulin miż-żewġ naħat tal-Kamra mbagħad ma tagħmel xejn?", "Din hija r-realta'.", "Kemm kien indipendenti Dr Edgar Mizzi?", "Dr Mizzi kien appuntat mill-Prim Ministru, kien jirrapporta lill-Prim Ministru, jagħmillek inkjesta mingħajr ma jkellem lil ħadd u fl-istess żmien kumpannija li wieħed mit-tfal tiegħu jmexxi riedet tieħu l-kuntratti kollha tal-gvern.", "Jiena wieħed se nsemmi għaliex illum il-Ministru Charles Buhagiar wieġeb għall-mistoqsija W1023.", "F'din ir-risposta jingħad li mill-1 ta' Novembru, 1996 sa Ottubru, 1997 il-Water Services Corporation ħallset lill-kumpannija tat-tifel ta' Edgar Mizzi is-somma ta' Lm48,000.", "Għandek, Alla jbierek, Lm20,500 għar- relazzjonijiet pubbliċi u Lm10,000 dritti għal konsulenza għaliex iċ- chairman għandu bżonn li jikkonsulta.", "Mhux biżżejjed li mar ibiddel l- uffiċċju kollu, mhux biżżejjed biddel il-karozza!", "Kieku l-Lm50,000 nefaqhom f'reklamar fiha u ma fihiex.", "Lanqas għadni għoddejthom tar- reklamar.", "F'reklamar nefqu Lm13,000 imma tgħid għallinqas irreklama xi ħaġa.", "Imma li tonfoq Lm10,000 f'konsulenza, Lm20,000 f'relazzjonijiet pubbliċi u Lm1,000 f'xogħol u disinn ta' stampar meta din kienet qiegħda tegħreq, hi naqra kbira.", "Huwa inkredibbli li fi żmien meta kienu qed jinkitbu r-rapporti ta' Edgar Mizzi, it-tifel tiegħu ħoloq kumpannija ta' advertising, liema kumpannija prattikament ma kenitx magħrufa - din ġiet ikkreata mingħalija ftit qabel l-elezzjoni u kienet ineżistenti fid-dinja ta' l-advertising - u f'daqqa waħda meta missieru beda jikteb ir-rapporti, Alla jbierek din il-kumpannija tibda tieħu l-kuntratti left, right and centre.", "Dawn kumbinazzjonijiet!", "Forsi l-maġistrat investigattiv speċjali, l-ewwel ħaġa li jibda jinvestiga huma dawn l-affarijiet għaliex din hija l- korruzzjoni politika.", "Korruzzjoni politika hija kif ingħata l-kuntratt lil Phil Noble, ħabib tal-Prim Ministru, li ħadem għal-Labour Party, u l-Prim Ministru jitolbu lil min jissuġerixxi biex jagħmel kuntratt ta' konsulenza pubblika għall- Gvern Malti, dak jissuġġerixxi kumpannija u l-kumpannija tieħu l-kuntratt u timpjegah.", "U ejja ma ndaħkux lin-nies!", "Dawn l-affarijiet bil- kumbinazzjoni jiġru jew kollox pinġut!", "Bħall-kuntratt tal-Plus Advertising, Lm564,000 b'direct order mid-DOI, dipartiment li għalih huwa responsabbli l-Prim Ministru.", "Dawn li rridu ninvestigaw jekk irridu ninvestigaw bis-serjeta'.", "Imma dawn ma nistgħux ninvestigawhom jekk min se jinvestiga se jiġi appuntat mill-Prim Ministru, se jkun il-benjamin tal- Prim Ministru.", "Dan se jkun magħżul minn fost 14-il maġistrat, qisu l- prinċep li qed jistenna biex jiġi xi ħadd u jgħidlu: Inti l-bniedem!", "Qisu ir-Re Artur li mar biex ineħħi x-xabla mill-ġebla u kellu jneħħiha hu!", "Veru li dan kien magħżul minn qabel u hekk qed nagħmlu hawn.", "Il-Prim Ministru għandu għajnejh fuq maġistrat jew xi ħadd u se jgħidlu: Int l- ispeċjali tagħna!", "Imbagħad tkompli d-diżonesta u iktar ma taqra x'kienu jgħidu iktar tirrealizza fejn hi din id-diżonesta.", "Fil-ġurnal \"l-orizzont\" tal-Ġimgħa, 17 ta' Mejju, 1996 l-Onor.", "Attard Montalto kien qal hekk:", "\"Skond il-liġi, il-Gvern żamm setgħat kruċjali li fost oħrajn jinkludu l-għażla tal-kummissjoni li qiegħda f'idejn il-Prim Ministru.\".", "Il-maġistrat minn min se jiġi magħżul, mhux mill-Prim Ministru?", "Allura kif qabel kont tikkritika u issa ma tagħmel xejn?", "U kompla jgħid:-", "\"L-obbligu li jrid jikkonsulta mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija purament xi ħaġa konsultattiva.\".", "L-Onor.", "Attard Montalto dak iż-żmien kien qal li mhux billi fil-liġi tal- kummissjoni hemm il-konsultazzjoni għax sostna li dik qiegħda hemm biex ngħaddu ż-żmien bihom, taparsi hemm il-konsultazzjoni u mbagħad nagħmlu li rridu.", "Ara hawnhekk ġew jitmellħu totalment għax lanqas konsultazzjoni m'hawn hawn.", "Il-Prim Ministru huwa bravu, jaf kollox, kapaċi, jaf lil min irid, allura hu jiddeċiedi min u ħallik mill-konsultazzjoni u dawn il-ħafna ħmerijiet!", "Mhux hu elett biex imexxi l-pajjiż?", "Mhux hu jiddeċiedi min jieħu l-kuntratti mid-DOI?", "Mhux hu jimpjegah lil Phil Noble?", "Issa jiddeċiedi hu fuq il-maġistrati, se noqogħdu nħabblu rasna!", "Jiena niċċalinġja lin-naħa l-oħra biex jgħiduli fejn fil-programm elettorali tagħhom għandhom li se jagħmlu maġistrat investigattiv speċjali.", "Fejn qiegħda?", "Jien ġibt tnejn għax intom kellkom diversi programmi elettorali.", "L-iktar wieħed oħxon - għax hekk trid tiddeskrivihom - \"Politika Ġdida Laburista\", f'paġna 180 jgħid hekk:", "\"F'każi ta' korruzzjoni u ta' abbuż ta' poter minn politiċi u minn pulizija ...\"", "Din hija l-wegħda.", "Din il-liġi tmur oltre l-politiċi u l-pulizija.", "Mela din il-wegħda qlibniha.", "Imbagħad qed jingħad li:", "\"Il-maġistratura tissaħħaħ b'poteri investigattivi ...\"", "Il-maġistratura tissaħħaħ mhux il-maġistrat magħżul mill-Prim Ministru!", "Kieku tagħmlu kif wegħidtu jien minn issa ngħidilkom li naqblu.", "Intom wegħidtu li ssaħħu l-maġistratura.", "We are all for it li ssaħħu l- maġistratura pero' we are all against it li l-Prim Ministru jiddeċiedi hu lil min jagħmel re fuq il-maġistrati l-oħrajn.", "Din inaċċettabbli.", "Dan kien qisu l-ktieb il-kbir, il-bibbja u allura ma qassamtuhx lil kulħadd.", "Il-Partit Nazzjonalista kellu jħallas xi ħaġa biex akkwista kopja għax kontu tbigħuh li ma tmorrux tagħtuna xi kopja żejda!", "Imma mbagħad bgħattu l-programm elettorali tal-qoxra ħamra, \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" u f'paġna 4, taħt it-titolu \"Għal Tmexxija Nadifa\", għidtu:", "\"Il-maġistratura tissaħħaħ b'poteri investigattivi,\"", "Imma hawnhekk m'intomx qegħdin isaħħu l-maġistratura b'poteri investigattivi.", "Il-maġistratura insejtuha, anzi eżawtorajtuha.", "Fil-liġi qed tgħidu li jekk ikun hemm il-Pulizija li tkun qed tinvestiga xi reat ieħor, bħal xi qtil jew xi serq, u tittendi li hemm xi reat kontra dawn, maġistrat ieħor li qed jagħmel l-inkjesta lanqas biss jista' jkompliha.", "Irid imur għand dak li għażel il-Prim Ministru, li qallu int l-blue eyed boy tiegħi, u jgħidlu: Din inti trid tkompliha għax lilek għażel il-Prim Ministru.", "Mela mhux il-maġistratura qed insaħħu, hawn qed insaħħu l- maġistrat partikolari magħżul mill-Prim Ministru.", "Fi \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" qed tgħidu li:", "\"il-maġistratura tissaħħaħ b'poteri investigattivi, fosthom aċċess totali għar-records tal-gvern\"", "Jien nixtieq inkun naf fejn qegħda din.", "Intesiet din u baqgħet għaddejja ma' l-oħrajn.", "Veru li din il-liġi tidher li għandha ħafna problemi legali u inkitbet b'ċerta għaġġla pero' żgur li m'għandha xejn fuq l-aċċess li huwa neċessarju għar-records tal-gvern.", "Għalhekk ikollok tgħid li dak li smajna qabel l-elezzjoni m'huwiex dak li għandna quddiemna llum.", "Allura l- konklużjoni bilfors trid tkun ta' diżonesta' politika.", "Ir-realta' hija li kull darba li n-naħa l-oħra riedet tittratta l-materja tal-korruzzjoni dejjem strumentalizzatha.", "Ma kenitx tinteressaha r-riċerka tal-verita'.", "Ma kenitx tinteressaha investigazzjoni jew inkjesta serja għax dejjem irrifjutat li tmur quddiem il-kummissjoni.", "Ejja ngħidu li nifhimha li tirrifjuta li tmur quddiem kummissjoni li m'għandiex fiduċja fiha, pero' x'kien iżomm lill-Onor.", "Alfred Sant li jagħmel rapport formali lill- Pulizija?", "X'kien iżomm lill-Onor.", "Alfred Sant li jagħmel rapport formali quddiem maġistrat?", "X'kien iżomm lill-Onor.", "Alfred Sant li jitlob inkjesti?", "Xejn!", "Lanqas meta kellna imħallef jagħmel inkjesta ma ried jaċċetta l- konklużjoni ta' dak l-imħallef.", "Għaliex?", "Għax ultimament l-Onor.", "Sant ma kienx jinteressah u m'għadux jinteressah - u ovvjament għalija hawnhekk baqa' konsistenti - li jkollok istituzzjoni serja li tagħmel riċerka serja ta' verita' f'materja li hi delikata.", "Jien nerġa' ngħid li hawnhekk il-liġi m'għandhiex tikkonċerna ruħha fuq petty corruption.", "Fil-verita' li qed nippruvaw nattakkaw hawn - u hawn iż- żewġ naħat naqblu - hija l-korruzzjoni li għandek ġejja min-naħa politika u b'influwenza politika, u allura di natura huma investigazzjonijiet u inkjesti li huma delikati għax huma soġġetti għal ħafna kritika, trid persuna iebsa biex tagħmilhom u se jkun in the limelight u mhux faċli.", "Pero' żgur li ma jsirux aktar faċli jekk min jistigahom kulma jrid huwa l- vantaġġ politiku, l-istrumentalizzazzjoni politika.", "Aħna ma nistgħux naqblu ma' din il-proposta għaliex din il-proposta, apparti problemi oħra li niġi għalihom aktar 'il quddiem, hija proprja xhieda tad-diżonesta' politika li rridu mmexxu biha anke f'materja li hija tant delikata.", "Aħna naqblu - diġa' għidtha u nerġa' nirrepetiha - li jekk irridu nibnu istituzzjoni serja, flimkien irridu nibnuha.", "Ma nistgħux nibnuha waħedna fil-ħames snin jew l-għaxar snin li nkunu fil-gvern aħna u mbagħad terġgħu tibnuha waħedkom intom fil-ħames snin jew l-għaxar snin li tkunu fil-gvern.", "Ma jistax ikun li tkun din il-premessa, liema premessa lanqas hi marbuta ma' dak li l-Partit Laburista kien iwiegħed meta kien fl-oppożizzjoni.", "Aħna lesti li niddjalogaw, lesti li niddiskutu u naħseb li s-soluzzjonijiet mhumiex daqshekk diffiċli jekk nibnu fuq il-kodiċi li diġa' għandna.", "Pero' ma nistgħux nitilqu mill-premessi li din il-materja nużawha kif użaha l- Onor. Alfred Sant, meta kien kap ta' l-oppożizzjoni, bħala political football.", "Jekk se nitilqu minn hemmhekk, u l-liġi hija mibnija fuq dawn il- premessi, allura din in-naħa żgur li ssibuha li ma taqbilx.", "Jien għidt ukoll li din n-naħa mhijiex se tivvota favur il-liġi kif inhi għax din se tippolitiċizza l-maġistratura.", "Hemm diversi raġunijiet għal dan.", "L-ewwel ħaġa, l-materja fiha nnifisha hi materja delikata u to be fair, l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni bl-istess mod kien delikat.", "Hawnhekk qegħdin inkopru kull tip ta' korruzzjoni, ibda minn korruzzjoni possibbli ta' ministru u spiċċa f'xi ħadd li jagħti lira lis-security guard barra l-bieb ta' xi kju biex iqabbżu l-kju għax anke dik tikkwalifika bħala korruzzjoni wkoll.", "Ma naħsibx li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dik it-tip ta' korruzzjoni imma qed nitkellmu fuq korruzzjoni b'xenarju politiku.", "Il-materja fiha nnifisha hija highly political.", "Hija materja delikata u mhux faċli tittrattaha u żgur li hija soġġetta għal kontroversja politika.", "Aħna rridu li l-ġudikanti tagħna jkunu daqshekk politiċi?", "Qed nuża l-kelma \"ġudikanti\" mhux b'kumbinazzjoni għaliex hawn - u 'l quddiem nispjega għaliex - jidher li hawn taħlita fil-konċetti.", "Il- maġistrat inkwerenti huwa ħaġa - u taħt ċerti sistemi għandek maġistrati li jgħaddu ħajjithom inkwerenti biss - pero' l-maġistrat ġudikant huwa ħaġa oħra wkoll.", "F'pajjiżi oħra hemm maġistrati li jgħaddu ħajjithom ġudikanti biss pero' hawn Malta rridu nagħmlu xi ħaġa li ma teżisti mkien.", "Irridu nagħmlu maġistrat inkwirenti, ġudikant, li jitbiddel kull sitt snin, iżda ma tistax lill-maġistrat inkwirenti f'dawk is-sitt snin tagħmlu qisu qiegħed f'xi ħaġa tal-ħġieġ u tneħħilu l-aspett ġudizzjarju.", "U allura jekk irridu aħna nippolitiċizzaw l-maġistratura billi ngħabbuhom b'din, irridu nagħmluha mhux b'kumbinazzjoni, irridu nagħmluha b'għajnejna miftuħin u nispera li ma nibdiex nisma' lil xi ħadd jgħid li b'daqshekk mhux se nippolitiċizzaw il-maġistratura.", "Ma naħsibx li nkunu saqajna ma' l-art jekk ngħidu li ma nippolitiċizzawhiex jekk se nagħmlu hekk.", "Anzi rrid insemmi proprju x'kienet ir-rakkmandazzjoni ta' l-Imħallef Caruana Colombo lil sħabu l-ġudikanti meta ra minn xiex għadda qabel l-inkjesta.", "L-Imħallef Caruana Colombo qalilhom illi jekk se jibqgħu jaċċettaw li jagħmlu l-inkjesti se jispiċċaw bħala political football.", "Fl-opinjoni tiegħu l-ġudikatura kienet qed tirrendi ruħha bħala political football.", "Tista' taqbel jew ma taqbilx miegħu pero' din hija r-realta`.", "Jekk imħallef jew maġistrat jagħmel inkjesta li n-natura tagħha hija politika, tistenna li jkun hemm reazzjoni politika.", "Ħafna drabi, għax aħna pajjiż żgħir, għax aħna nafu lil xulxin, għax aħna nħobbu nzekzku fuq xulxin, il- konklużjonijiet li nipprovaw niġbdu ma niġbduhomx biss mill-konklużjoni tar- rapport pero' nitilqu bil-preġudikali ta' min hi l-persuna - dan qed ngħidu kemm għal dik in-naħa u kemm għal din in-naħa u kemm għan-nies li m'humiex hawnhekk - u appena nsiru nafu min hu li se jagħmel l-inkjesta, kważi ngħidu li dak se jiddeċiedi \"hekk\".", "Dik hija r-realta'.", "Għalhekk jien ngħid: Ejja noqogħdu attenti rridux nippolitiċizzaw il-ġudikatura tagħna.", "Jekk irridu, ngħidu li rridu, pero' ma naħarbux mill-fatt li se nippolitiċizzawha.", "Ma naħarbux mill-fatt li r-realta' se turi li jekk din issir, maġistrat, hu min hu, li se jagħmel sitt snin jinvestiga lill- politiċi mhux se jkollu ħajja faċli, la f'dawk is-sitt snin u lanqas wara.", "Din hija r-realta'.", "Dan huwa att li jippolitiċizza lill-maġistratura tagħna.", "Għaliex?", "It- tradizzjoni tal-ġudikatura Maltija hija għal kollox aljena għal dan li qed jiġi propost hawn.", "It-tradizzjoni u l-prinċipji li hija mibnija fuqhom il- ġudikatura Maltija tagħna hija li l-maġistratura hija biss ġudikanti, maġistratura li żżomm 'il bogħod b'mod konxju mir-rwol illi għandhom u li jista' jkollhom il-Pulizija u l-Attorney General.", "Żgur li din l-idea li għandna hawn hi idea totalment ġdida għar-reġim legali tagħna.", "Tant hi ġdida li jekk wieħed jibda jeżamina l-mod kif dawn il-poteri mogħtija lil dan l-investigatur speċjali pprovaw jiddaħħlu fil-Kodiċi Kriminali - u dawn daħlu billi qalu li t-titlu 2 tat-Taqsima 2 tal-Kodiċi Kriminali japplika kollu għall-investigatur - jittendi kemm hemm problemi legali partikolarment fejn jidħol l-Attorney General.", "Per eżempju, x'se jiġri issa bil-proċess - biex insemmi waħda biss - fil-fażi ta' l-inkjesta?", "Meta jagħlaqlu ż-żmien ta' l-inkjesta u suppost jibgħat il-proċess lill- Attorney General, billi issa għandna proviso illi l-investigatur hu ekwivalenti għall-Attorney General, jiena nifhem li dan se jibgħat il- proċess lilu nnifsu!", "Dan ma jagħmilx sens.", "Hekk qiegħda.", "Hemm sostituzzjoni diretta.", "Din hija waħda mill-eżempji u m'niex se nidħol fihom għax dawn huma affarijiet ta' l-avukati u se mai nidħlu fihom fil- Committe stage.", "Pero' qed ngħid hekk biex wieħed juri kemm hija aljena totalment din l-idea tagħna u rridu noqogħdu attenti li biex nipprovaw insolvu problema issa ma nkissrux l-edifiċju sħiħ li aħna għandna.", "Il-liġi kriminali tagħna u l-qrati tal-ġudikatura kriminali tagħna huma bażikament mibnija fuq il-mudell Ingliż.", "Dak l-aktar li napplikaw aħna.", "L- investigatur speċjali li hawn jiddipartixxi b'mod totali mill-mudell Ingliż.", "Is-sistema Maltija, f'dik li għandha x'taqsam ma' ġudikatura, ilkoll nafu li hija maqsuma bażikament fi tnejn.", "Għandek il-qorti ġudizzjarja, aktar faċli biex nispjegawha bħala l-qorti t'isfel fejn inti jkollok il-kawżi tat-traffic jew tad-distrett, eċċ., u tibqa' għaddejja mill-ewwel għas-sentenza u għandek il-qorti istruttorja.", "Il-qorti Istruttorja bażikament għandha żewġ funzjonijiet.", "Għandha l- funzjoni l-aktar magħrufa ta' fażi ta' kompilazzjoni ta' provi, jiġifieri l- pulizija takkuża lil xi ħadd, ittellgħu quddiem il-maġistrat, il-maġistrat jisma' l-provi u jiddeċiedi jekk hemmx provi biżżejjed biex jitqiegħed taħt att ta' akkuża.", "Imma mbagħad hemm l-oħra illi mhux daqshekk forsi magħrufa li hija l-qorti Inkwerenti.", "Din fiex taħdem l-aktar?", "Din taħdem meta jkollna inċident tat-traffiku serju u l-pulizija tgħajjat lill- maġistrat fuq il-post.", "Dan imur fuq il-post u jappunta diversi periti biex jinvestigaw x'ġara u jsiru rapporti.", "F'dik il-fażi l-qorti hija qorti inkwirenti li qiegħda tfittex il-provi biex tara xi ħadd jistax jiġi ndizjat.", "Li huwa interessanti - u dan jirriferi għal dak li kont qed ngħid qabel - huwa li f'artiklu 540 tal-Kodiċi Kriminali tagħna jgħidlek ċar x'poter għandu fl-investigazzjonijiet kieku jrid jużah il-maġistrat. .", "Dan l-artiklu jgħid hekk:", "\"Meta l-Pulizija Eżekuttiva tirċievi rapport, denunzja jew kwerela illi fuqhom għandhom isiru proċeduri, għandha tgħarraf mill-aktar fis lill-Qorti tal-Pulizija Ġudizzjarja biex tieħu mingħandha l-ordnijiet meħtieġa għal dawk il-proċeduri.\".", "Ħalli nġib eżempju u nerġa' niċċita x'ġara fil-każ tal-frame-up ta' Pietru Pawl Busuttil.", "Fil-każ tal-frame-up ta' Pietru Pawl Busuttil kellna żewġ maġistrati illi għamlu l-aċċess għal raġunijiet differenti.", "Wieħed kien daħal fuq l-aċċess tas-sejba ta' l-arma u l-ieħor kien daħal fuq l-aċċess ta' l-allegat sejba tad-droga u l-allegat sejba ta' l-arma.", "Kellna dawn iż-żewġ maġistrati illi rċevew ir-rapport mill-Pulizija.", "Il-Pulizija għamlet ir-rapport fejn wieħed qal li sab arma u l-ieħor li qal li sab id-droga u beda l-proċess normali.", "Il-maġistrati wżaw il-poter li tagħtihom il-liġi li tgħid:", "\"... għandha tgħarraf mill-aktar fis lill-Qorti tal-Pulizija Ġudizzjarja biex tieħu mingħandha l-ordnijiet meħtieġa għal dawk il- proċeduri.\".", "U l-investigazzjoni bażikament, għax il-qorti ma kellhiex fiduċja f'xi pulizija li kienu qed jippreżentaw ir-rapporti, bdiet tordna hi lil min tisma' u bdiet tistaqsi: It-tali li jidher fir-ritratt, min hu?", "L- ispettur prosekutur jgħidilha: It-tali surġent.", "Għaliex m'huwiex fuq il- lista tax-xhieda?", "Tellagħhuli ħalli nisimgħu.", "Min ħa l-arma?", "It-tali pulizija.", "Għaliex m'huwiex fil-lista tax-xhieda?", "Tellagħhuli ħalli nisimgħu.", "Dawn il-poteri kollha jeżistu llum fil-liġi tagħna.", "Naqbel mal- Ministru - l-ewwel għadda rimarka - li ħafna maġistrati ma jużawhomx.", "Qabel ma sirt avukat jien - issa ilu xi 20 sena! - jgħidu li numru ta' maġistrati, fosthom il-Maġistrat Soler u xi żewġ maġistrati oħra, kienu b'mod regolari jmorru d-depot tal-Pulizija jinterrogaw huma lin-nies suspettati u jordnaw lill-ispettur lil min iridu jġibu taħt arrest.", "Dawn l-affarijiet kollha huma kienu jagħmluhom.", "Illum ftit jagħmluhom.", "Xi wieħed 'l hawn u 'l hemm jagħmilhom.", "Pero' dan huwa l-poter veru li għandu jiġi żviluppat.", "Għalhekk nagħmlu ħażin li nipprovaw noħolqu maġistrat superman meta dawn il-maġistrati kollha għandhom dawn il-poteri investigattivi.", "Fir-realta' jekk wieħed jaqra' l-liġi jsib li lil dan is- superman li ħloqna ma tajnihx aktar poteri.", "Jista' jkun li qed nipprovaw nagħtuh aktar staff, qed nipprovaw nagħtuh uffiċċju aħjar, pero' ma tajnihx aktar poteri milli għandhom il-maġistrati llum.", "Qed nużaw l-istess poteri.", "Għalhekk l-oġġezzjoni tagħna allura hija ikbar.", "Jekk hemm 14-il maġistrat li jistgħu jużufruwixxu minn dawn il-poteri għaliex għandna nagħżlu wieħed?", "Din hija l-oġġezzjoni li jien ma nistax nifhem.", "L-oġġezzjoni l-oħra hija s-separazzjoni netta li fil-liġi tagħna għandna u f'kull ġurisdizzjoni li teżisti bejn l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni.", "Imkien, safejn naf jien - ovvjament ma nafx il-ġurisdizzjonijiet kollha pero' naf il-maġġuri ta' madwarna u l-aktar li jinfluwenzaw lilna - taħt ebda sistema legali ma għandek persuna waħda li tinvestiga u tiddeċiedi jekk għandhiex tagħmel il-prosekuzzjoni jew le.", "Mhux li tagħmel il- prosekuzzjoni, iżda li tinvestiga u tiddeċiedi hi jekk isirx l-att ta' l- akkuża.", "Hawn Malta x'inhu l-proċess?", "Hawn Malta tinvestiga l-Pulizija - jista' jinvestiga l-maġistrat - pero' id-deċiżjoni jew issir mill-Attorney General jew issir mill-maġistrat inkwirenti fejn għandek il-prosekuzzjoni tal-Pulizija.", "Jekk nieħdu l-iktar fażi sempliċi tal-kumpilazzjoni nsibu li l-investigazzjoni qiegħda ssir mill-Pulizija, il-qorti tiddeċiedi hemmx fatti biżżejjed biex joħroġ att ta' l-akkuża u jekk il-qorti tgħid le u l- Pulizija ma ġabitx aktar provi ma joħroġx l-att ta' l-akkuża.", "L-att ta' l- akkuża jinħareġ mill-Attorney General.", "Hekk hija s-sistema tagħna.", "Għaliex qiegħda hekk?", "Għax jagħmel sens li tkun hekk, kif qiegħda fid- dinja kollha.", "B'hekk inti għandek check fuq min qed jinvestiga.", "Inti għandek check li min qed jinvestiga la qed jabbuża mid-drittijiet tiegħu, osserva d-drittijiet ta' l-akkużat, ġabar il-provi biżżejjed u mhux se jaħlilek ħin fil-prosekuzzjoni.", "Dan kollu jagħmel sens.", "Hawn hi l-biża' tiegħi u ma nistax nifhem minn fejn ġiet din.", "Ħalli taqra t-titolu tal- liġi - hawn nerġa' mmur għas-superfiċjalita' - u tgħid din idea tajba.", "Se nagħmlu Di Pietro għal hawn Malta, mentri lanqas l-Italja m'hu hekk.", "Di Pietro m'għandux il-poter li jiddeċiedi hu lil min jinvestiga u jitfa' taħt att ta' akkuża.", "L-Italja għandek is-sistema tal-procura generale jew il-pretura skond id-distrett u jiddeċiedu huma.", "Di Pietro jrid jissottometti l-investigazzjoni tiegħu bl-akkużi li qed jirrakkmanda lill-procura generale.", "Il-Pulizija Ingliża, meta tinvestiga trid tmur għand id-director of prosecutions u d-director of prosecutions jiddeċiedi jekk għandhomx każ li jistgħu jmexxu bil-qorti.", "Il-Pulizija Amerikana trid tmur għand id-district attorney, skond fuq liema livelli, pero' normalment huwa d-district attorney, li jiddeċiedi jekk għandhomx każ biex imexxu bil-qorti.", "Franza, li għandha l-istess sistema kontinentali fejn għandek il-maġistratura inkwirenti, l-istess, l-ekwivalenti ta' Di Pietro ma jiddeċiedix hu imma jmur għand il-prefecture biex jiddeċiedi.", "Imkien fid-dinja ma teżisti sistema li min jinvestiga jiddeċiedi li għandu fatti biżżejjed u jmur il-qorti bihom.", "Jien nispera li tan-naħa l-oħra ma jwaqqgħux l-affarijiet issa għax hawn mhux qed nitkellmu fuq kawżi ta' traffic jew tad-distrett imma qed nitkellmu fuq kawżi ftit serji.", "Imkien fid-dinja ma teżisti din is-sistema.", "Imkien fid-dinja ma teżisti maġistratura inkwirenti, ġudikanti u prosegwenti.", "Imkien!", "Ejja nieħdu s- sistema Taljana, għax ma nafx għaliex hawnhekk qisna rbatna mas-sistema Taljana.", "Fl-Italja meta wieħed isir avukat l-ewwel irid jagħmel il-prattika, kif nagħmlu hawn Malta, u wara jieħu l-lawrja.", "Wara ċertu żmien, mingħalija wara ħames snin, jista' jagħmel l-eżami biex isir maġistrat.", "L-Italja m'għandhomx is-sistema li jappuntahom il-Prim Ministru jew il-Kabinett imma trid tagħmel l-eżami biex issir maġistrat.", "Meta ssir maġistrat inti tiddeċiedi f'liema branka trid tmur; jekk hux maġistrat inkwirenti, bħal Di Pietro, jew maġistrat ġudizzjarju u wieħed m'għandux x'jaqsam ma' l-ieħor.", "Mhux sitt snin tiġġudika u sitt snin tinvestiga, imma huma speċjalizzazzjonijiet totalment differenti.", "(Interruzzjonijiet) Le, bir- riforma li għamlu għaqqdu l-maġistratura taħt kappa waħda u m'għandhomx rappreżentanza diversa fil-Consiglio Superiore della Magistratura.", "Jistgħu jmorru minn waħda għall-oħra, pero' darba jistgħu jaqilbu u ma jistgħux jaqilbu iktar.", "(Interruzzjonijiet) Iva, pero' darba jistgħu jaqilbu.", "Ma jistgħux jagħmlu sitt snin 'il hawn u sitt snin 'il hemm u jibqgħu għaddejjin hekk.", "Pero' l-agħar ħaġa m'hijiex din, imma li anke maġistraturi t-tip ta' Di Pietro jridu jmorru għand xi ħadd biex jgħidilhom li l-investigazzjoni twassal għal reat kriminali u allura jista' jipprosegwixxi.", "Aħna dik, Alla jbierek, ma teżisti mkien u hawnhekk irridu nivvintawha.", "Veru speċjali dan l-investigatur għax għaqqadna kollox f'daqqa u għamilnih Di Pietro, Sherlock Holmes u Perry Mason f'daqqa!", "Kollha f'daqqa tfajniehom u rridu nsibu wieħed minn fost l-14-il maġistrati li għandna li għandu l-kapaċitajiet investigattivi ta' Sherlock Holmes, is- sens legali ta' Di Pietro u mbagħad kapaċi jmur il-qorti u jagħmilha ta' Perry Mason!", "Jien naħseb li hawnhekk qed nitolbu kemm xejn iż-żejjed.", "Veru li aħna l-avukati xi kultant għandna rasna kbira imma naħseb li biex insibu lil xi ħadd li kapaċi jagħmel dawn l-affarijiet f'sistema li Malta qatt ma ħaddimniha u f'atmosfera politiċizzata fejn kulħadd qiegħed b'għajnejh fuqek ħalli jara li mill-ewwel żball jaqbeż fuqek naħseb li hija daqsxejn diffiċli.", "Jien naħseb li din is-sistema hija xi ftit skomda għall- ġudikatura l-oħra.", "Jiena la jien maġistrat u lanqas imħallef, pero' filli għandi maġistrat kollega tiegħi qed jiddeċiedi fuq il-bank miegħi, filli nsibu prosekutur u filli wara ftit nerġa' insibu fuq il-bank miegħi, ma naħsibx li l-ħajja hija faċli la għal min jibqa' ġudikant u wisq inqas għal min ikun investigatur.", "Pero' mbagħad jiena nistaqsi: Kif ħarġet din il-liġi u Alla jbierek la fil-liġi u lanqas fil-preżentazzjoni tal-Ministru ma nsemmu l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja?", "Xi ħadd min-naħa tal-Gvern ħa l- briga biex jistaqsi l-opinjoni tagħha fuq din l-istituzzjoni ġdida?", "Xi ħadd indenja ruħu u staqsa lil din il-kummissjoni li nħolqot f'dan il- Parlament bil-kunsens ta' kulħadd u li qegħda hemmhekk biex tiċċekkja l- abbużi u tkabbar ir-rispett x'jidhrilha jekk tinħoloq istituzzjoni bħal din?", "Kif nistgħu ma nagħmluhiex anomala daqshekk?", "Xi ħadd kellimhom lil dawn?", "GĦax issa anke hawnhekk hawn id-distinzjonijiet.", "GĦaliex ħadd ma ġietu f'moħħu li jgħid li x-xogħol tal-maġistrati u l-imħallfin illum m'għadux jiġi assenjat mill-gvern, kif kien qabel?", "Sa l-1989, kien il- Gvern li jiddeċiedi liema mħallef ipoġġi f'liema awla u niftakru l-abbużi.", "Kien hemm prim ministru u ministru tal-ġustizzja li sempliċement biex waqqfu l-qrati ma assenjaw lil ħadd għall-ebda qorti kostituzzjonali u domna s-snin hekk.", "Dik irriformajnieha u m'għadhiex iktar f'idejna.", "Ħallejnieha f'idejn l-imħallfin u l-maġistrati u issa la hemm il- kummissjoni tieħu ħsiebha hi.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hijiex f'idejn il-Ministru, jiddispjaċini.", "(Interruzzjonijiet) Jekk reġa' ħadha l- Ministru Mangion ma nafx, pero' nista' nassigurak li din ma kenitx f'idejn l-ex-Ministru Refalo.", "(Interruzzjonijiet) Nista' nassigurak.", "Il-poter u t-tqassim illum isir mill-imħallfin stess u din nafuha lkoll.", "Allura ħadd ma ġietu l-kirjanza li jgħid li, la se noħolqu din l-istituzzjoni ġdida, għandha tkun il-kummissjoni li tiddeċiedi min se jkun dan il-maġistrat?", "Il- Prim Ministru jrid ikun?", "X'inhu dan l-interess li l-Prim Ministru jrid jagħżlu?", "GĦandna kummissjoni li qbilna fuqha lkoll.", "Għandna kummissjoni li llum fil-kamp ta' amministrazzjoni tiddeċiedi hi.", "Bażikament dan il- Parlament iddeċieda - u tajjeb - li biex jidher li kollox huwa above board f'dak li għandu x'jaqsam ma' mħallfin, ma' maġistrati u xogħol tagħhom neżawtoraw lill-politiċi minnha totalment.", "Aħna ħsilna jdejna minnha.", "Issa qed noħolqu din l-istituzzjoni - ħloqnieha ħażin, fuq sieq waħda - u lanqas tiġina l-kirjanza li ngħidu li la għandna istituzzjoni li qbilna fuqha u li qiegħda tqassam ix-xogħol hi, il-maġistrat għandha tagħżlu hi.", "GĦaliex ma tagħżlux hi?", "GĦaliex ma tarax l-operat tiegħu hi?", "Il-Prim Ministru jrid jagħżlu minn fost 14-il wieħed.", "Kieku jiena kont il-Prim Ministru ngħid: Ara x'diffikulta' għandi!", "X'irridu dan il-piż!", "Ara kemm se ninbagħad ma' nies!", "GĦalfejn għandi nitgħabba bih jien dan il-piż?", "Mela jien, bħala prim ministru, għandu jkolli xi choice partikolari jekk ikunx \"X\", \"Y\" jew \"Z\"?", "Jien ma naħsibx li għandu xi interess il-Prim Ministru.", "Imma f'dan il-każ jidher li għandu xi interess.", "Qisu jidher li jrid jagħżel lil xi ħadd partikolari.", "Aħna mhux qed nitkellmu fuq kreazzjoni ta' post ġdid ta' maġistrat.", "Qed nitkellmu fuq assenjazzjoni ta' xogħol ta' maġistrat eżistenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jose' Herrera, point of order.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: L-Onor.", "Gatt qed jikkwota l-liġi ħażin.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan mhux point of order, Madam Speaker, jiddispjaċini.", "Noġġezzjona.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Artiklu 3 jgħid li l-President ta' Malta għandu jassenja u mhux il-Prim Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Noġġezzjona.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, ħallih ikompli.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Herrera attenda għall-kors ta' l-ewwel sena tal-liġi jaf li l-President ma jistax jaġixxi waħdu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt ikompli.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu, jekk nikkwotaw ħażin l-iktar prinċipji elementari tal-liġi kostituzzjonali hawn ġew, allura jien ma nafx kif ċerti nies jgħaddu mill-eżamijiet!", "(Interruzzjonijiet) Il-President ma jaġixxix awtonomament ħlief fejn hu speċifikatament indikat.", "(Interruzzjonijiet) U ħallina!", "MADAM SPEAKER: Onor. Gatt, jekk jogħġbok kompli bid-diskors.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, kont qed ngħid li qegħdin f'sitwazzjoni fejn għandna l-għażla f'idejn il-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru jindika lill-President lil min irid jagħżel maġistrat bħala maġistrat investigattiv speċjali u l-President huwa marbut bil- Kostituzzjoni li joqgħod fuq dak il-parir.", "Jien nistagħġeb għaliex il-Prim Ministru għażel li jieħu dan il-poter f'idejh meta seta' u se mai messu ħalla dan il-poter f'idejn il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja li diġa' hi weħedha tiddeċiedi min jagħmel xiex fuq il- maġistrati.", "Jien għalhekk, nerġa' ngħid, ninkwieta, għaliex dan m'huwiex normali llum.", "Ara fil-bidu tat-tmeninijiet kien normali li l-ministru jiddeċiedi fejn ipoġġi maġistrat, lil min ipoġġi u x'jagħmel.", "Illum, bil- qbil taż-żewġ naħat, la kien jagħmilha l-ex-Ministru Refalo u lanqas jagħmilha l-Ministru Mangion.", "Ħadd ma jindaħlilhom imma f'dan il-każ il- Prim Ministru se jieħu fuq dahru x-xogħol antipatku li jagħżel hu minn fost 14-il maġistrat.", "Jien jiddispjaċini, pero' ma nemminx li dan qed jagħmlu għax jixtieq jagħmlu, għax irid ikompli jerfa' r-responsabbilta', imma nemmen li qed jagħmlu għax għandu a clear choice lil min irid jagħżel u lil dak biss irid biex ikun l-investigatur speċjali.", "Il-liġi kollha hija marbuta ma' dan.", "Qiegħed ngħid dan għaliex, kif diġa' kkwotajt, ma kienx il-ħsieb tal-Partit Laburista fil-programm elettorali li jagħmel lil dan il- maġistrat speċjali.", "Mhux hekk jgħidu fil-programm elettorali.", "Ngħid hekk ukoll għaliex kien l-istess Onor. Alfred Sant li qal li meta jkun fil- gvern se jinvestiga l-każ ta' l-Isptar San Raffaele u l-każ tal-Freeport billi jagħmel kummissjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra u m'għamilhiex.", "GĦalhekk qed jidħluli s-suspetti.", "Jidħluli s-suspetti għax meta torbot dan kollu fil-kwadru tal-politiċizzazzjoni kollox jinkwadra.", "Mhux ħaġa waħda, imma huma serje ta' affarijiet li torbot kollox flimkien u tasal f'punt bażiku, il-punt tal-kontroll.", "Jien għaġġibni kif il-Ministru Mangion, abbilment sa ċertu punt, irraġuna li m'hemmx kontroll u qal li dan huwa maġistrat, mela għandu postu żgur u ma tistax tneħħih biż-żewġ terzi, ergo m'għandniex problemi f'dan il-pajjiż għax għandu żewġ terzi.", "Araw x'raġunament dan!", "L-ewwelnett il-maġistrat huwa l-magħżul.", "Dan bħall-Bibbja.", "Aħna fil-Bibbja naqraw li meta kienu jintagħżlu l-profeti kien jinżel dawl kbir mis-sema.", "Hekk kien ġralu Samwel.", "Kien rieqed u f'daqqa waħda ra dawl kbir u qam u skopra li se jsir profeta.", "Meta tgħaddi din il-liġi xi maġistrat l-istess se jiġrilu.", "Ma naħsibx li se jara xi dawl kbir sakemm it-tieqa ta' Kastilja ma tkunx miftuħa u jkun hemm ħafna xemx u mhux ħafna xita, kif għandna llum!", "Se nsibu li se jkollna maġistrat - kif kienu jgħidu l-Ingliżi - anointed, midluk.", "Se jkollna lil xi ħadd f'dan il-pajjiż li huwa l-benjamin tal-Prim Ministru u inti tiġi tgħidli li din ma taffettwax.", "Li l-Prim Ministru jagħżel lil xi ħadd partikolari minn fost 14-il maġistrat m'huwiex metodu ta' kontroll?", "Ma xxomm xejn u ma tgħidlek xejn ħażin din?", "Tgħid din hija xi ħaġa normali?", "Tgħid din hija xi ħaġa ta' gost li tagħmilha?", "Jien naħseb li lanqas li tagħżel lil xi ħadd biex isir imħallef minn fost il- maġistrati ma tieħu gost tagħmel.", "Kieku aħna, l-erba' jew ħames avukati li qegħdin f'din il-Kamra qegħdin f'dik il-pożizzjoni - m'għandix dubju li jkollok ħafna pretensjonijiet! - u rridu nagħżlu wieħed ma naħsibx li nieħdu gost nagħmluha.", "Imma l-Prim Ministru jrid jagħmilha hu u ma qalx li la hemm il-kummissjoni li diġa' qed tqassam ix-xogħol inħalluha tagħmilha hi biex żgur ma jidhirx li qed jiffavorixxi lil ħadd.", "Le, il- Prim Ministru jrid jiffavorixxi.", "Irid jidher li qed jagħżlu hu.", "U nerġa' ngħid, għaliex wieħed biss?", "Lil dan maġistrat speċjali se nagħtuh l- istess poteri li diġa' għandhom ilkoll illum, allura għalfejn din l- insistenza li nagħżlu wieħed?", "Mhux bilfors allura bil-kontra rridu nirraġunaw?", "Qed ngħidu li l-korruzzjoni qiegħda fl-istess klawsoli li diġa' jeżistu.", "Mhux qed nikkreaw klawsoli ġodda.", "Dawn qegħdin fil-Kodiċi Kriminali u qed nagħmluhom f'din il-liġi.", "Għandna klawsola ta' l-undue influence li parti minnha hi fil-Kodiċi Kriminali u parti minnha qiegħda fil-liġi tal- kummissjoni taħt il-konġura.", "Jiġifieri r-reati kkopjati, kif kienu kkopjati fi żmien il-kummissjoni.", "Id-dritt ta' l-investigazzjoni jeżisti llum għax il-maġistrat illum jista' jordna biex issir investigazzjoni u naħseb li lkoll huma kapaċi li jagħmluha l-maġistrati.", "Jiġifieri għaliex irridu nagħżlu?", "Għaliex din l-insistenza?", "Għaliex il-Prim Ministru jrid jeżawtora 13-il maġistrat u jagħżel persuna waħda?", "Għal din għad m'hemmx spjegazzjoni.", "Is-soluzzjoni hija din: Ejja ma neżawtoraw lil ħadd.", "Ejja nħallu lil kulħadd bil-poteri li għandu llum taħt il-Kodiċi Kriminali; ejja nsaħħu dawk il-poteri jekk għandna bżonn u ejja nagħtuhom iktar faċilitajiet.", "Il-maġistrati ikunu l-ewwel nies li jgħidulek biex tagħtihom iktar staff, iktar pulizija f'idejhom u iktar mezzi biex jinvestigaw.", "Għaliex allura nibqgħu ninsistu?", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, se jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa 5 ta' Novembru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 1998.", "Skond ftehim milħuq, is-seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 1998 u s-seduti li fihom isiru d-diskorsi tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni u d-diskors tal-Prim Ministru għandhom jiġu trasmessi dirett bit-televiżjoni mill-PBS.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Madam Speaker, naħseb li din il-ġimgħa jkun xieraq jekk minn din il-Kamra nitkellmu dwar avveniment importanti li se jiġi ċċelebrat biex ifakkar il-ħamsin sena minn mindu l-ħaddiem Malti u Għawdxi kiseb id-dritt tal-vot u, aktar importanti minn hekk, d-dritt għall-vot tal-mara.", "Nemmen li din il-ġrajja wasslet lill-poplu Malti u Għawdxi li jikseb id-dritt uman u fundamentali li bih ikun ħieles u jiddeċiedi lil min jagħżel biex imexxih.", "Għalhekk illum f'dawn iż- żmenijiet qegħdin niċċelebraw dan l-avveniment, għaliex meta l-poplu Malti u Għawdxi kiseb id-dritt tal-vot pajjiżna kiseb id-dritt li jkollu elezzjonijiet ħielsa u fuq kollox demokratiċi.", "Bħalma diġa' semmejt dawn huma żewġ ġrajjiet f'waħda.", "Min-naħa waħda hemm il-kisba li l-ħaddiem Malti sa fl-aħħar irnexxilu li jiddeċiedi huwa lil min irid fil-gvern u min- naħa l-oħra l-mara Maltija għall-ewwel darba kisbet id-dritt tal-vot.", "B'hekk hija wkoll kisbet id-dritt li jkollha sehem fl-għażla tat-tmexxija tal-pajjiż.", "Illum qed nitkellmu b'vuċi waħda, sewwa l-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni, u hija ħaġa tajba u ta' min ifaħħarha imma ta' min jgħid ukoll - u hija mniżżla anke f'din il-ġrajja ta' ħamsin sena ilu - li dak iż-żmien l- Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet mija fil-mija kontra li l-mara jkollha dan id-dritt.", "Jekk infittxu fil-kotba ta' l-istorja nsibu li dak iż-żmien il-mexxej tal-Partit Nazzjonalista, Nerik Mizzi, saħaq li għandu jkun hemm referendum għax kien isostni li dan kien piż u toqol kbir għal mara li ma kenitx kapaċi li terfa' din ir-responsabbilta'.", "Imma bħalma ngħidu, llum il-ġurnata ż-żewġ naħat naqblu li kien pass għaqli li dak inhar il-vot ingħata wkoll lill-mara u tajjeb li ngħidu wkoll li ma' din il-ġrajja tal- vot hemm marbuta ġrajja oħra li tibqa' minquxa fl-istorja tal-politika Maltija u anke fejn jidħol il-Partit Laburista.", "Il-Partit Laburista minn dejjem kien minn ta' quddiem biex jiġġieled għad-drittijiet tal-bniedem.", "Hawnhekk irrid insemmi li f'din il-ġrajja hemm marbuta l-ġrajja tassew importanti meta għall-ewwel darba, hekk kif il-mara kisbet il-vot kellna l- ewwel membru parlamentari mara li kienet is-Sinjorina Agatha Barbara u li minn hawnhekk ngħid ukoll li s'issa kienet l-unika ministru mara tul dawn l- aħħar ħamsin sena.", "Din hija mara li dejjem ħadmet minn qalbha għaliex kienet temmen tassew fl-ideal tagħha u anke minħabba l-imħabba li kellha lejn pajjiżha u lejn iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Minn hawnhekk, għan- nom ta' kulħadd, nixtieq inselmilha u anke nagħtiha x-xewqat it-tajba għax tassew is-Sinjorina Barbara matul il-ħidma tagħha parlamentari wriet li kienet mara qalbiena u li għax emmnet fl-ideal tagħha batiet, saħansitra ġiet imkasbra, iżda għall-imħabba li wriet lejn pajjiżha ngħatat l-ogħla unur, dik li tkun President ta' Malta.", "Ma' din il-ġrajja, Sinjura President, hemm marbut ukoll personalita' oħra li għal aktar anke minn ħamsin sena ddominat ix-xena politika ta' pajjżna b'mod mill-iktar demokratiku u li din il-persuna isimha se jibqa' marbut mal-ħelsien ta' pajjiżna.", "Din hija persuna li, taqbel jew ma taqbilx magħha, tibqa' magħrufa fl-istorja ta' pajjiżna u anke fil-fora internazzjonali bħala l-persuna l-iktar patrijottika u l-persuna li fdiet il-poplu tagħna mill-ħakma barranija.", "Naħseb mill-ewwel fhimt li qiegħda nalludi għall-Onor.", "Perit Mintoff li għadu wkoll membru parlamentari anke f'din il-leġislatura.", "Ħamsin sena ilu l-Onor.", "Perit Mintoff kien fost il- membri ta' l-Assemblea Nazzjonali li ġġieled bi sħiħ favur il-vot mhux biss għall-ħaddiema imma wkoll saħaq bi sħiħ sabiex il-mara tikseb il-vot.", "Madam Speaker, inkun qed nonqos jekk minn hawnhekk ma nsellimx ukoll lill-Għaqda tan-Nisa Maltin.", "Din kienet għaqda li anke fi żmenijiet l- aktar imwiegħra, meta dak iż-żmien anke l-Knisja kienet kontra s-sehem tal- mara fil-ħajja politika u t-tmexxija tal-pajjiż, qajmet kuxjenza kbira dwar id-dritt tal-mara għall-vot.", "U hawnhekk mill-istorja jidher li meta l- Għaqda tan-Nisa Maltin kienet għamlet it-talba tagħha fl-Assemblea Nazzjonali biex tieħu sehem ukoll u anke biex tiġġieled għall-vot, insibu li din it-talba kienet imsaħħa minn dikjarazzjoni fil-manifest Laburista ta' l-1944 fejn kien hemm ukoll propost li l-vot kellu wkoll jingħata lin- nisa.", "Hawnhekk nixtieq insellem lil Josephine Burns Debono u lil Carmen Buhagiar li verament kienu żewġ nisa qalbiena.", "Kienu vera qalbiena għal dawk iż-żmenijiet meta wieħed jiftakar iċ-ċirkostanzi li konna qegħdin ngħixu fihom.", "Madam Speaker, il-kisba tal-vot ma kenitx xi ħaġa faċli.", "Dak iż-żmien min kellu interess li jżomm lill-ħaddiem imkasbar, min ried ikabbar l-interess u l-leata' lejn il-kultura u l-ilsien Taljan u min kien jemmen fl-imperu Ingliż żgur li ma riedx li l-injoranza tinqered.", "U dan għaliex?", "Għax kien jaf li b'hekk kien għad kellu s-setgħa li jgħassar l-imħuħ tal-ħaddiema u l- kotra Maltija.", "Dak iż-żmien, Madam Speaker, għal min ma jafx, il-poplu tagħna kien għadu serv tal-barrani.", "Kulma kien jagħmel kien li jbaxxi rasu għal kulma jgħid il-barrani u kien jgħid: Signor si.", "Kien jibża' jitkellem, kien poplu li qatt ma kien jaħseb b'moħħu għax kien hemm min kellu interess li jħallih hekk u kellu jaċċetta dak kollu li jgħid il- barrani.", "Kien għalhekk li l-Partit Laburista ġġieled biex ikisser u jfarrak din il-mentalita' medjovali.", "Madam Speaker, bis-saħħa tal-vot inkiseb l-ewwel prinċipju ta' kull demokrazija, u għal min ma jafx, l-ewwel kondizzjoni ta' kull pajjiż f'sistema demokratika hija li l-poplu jitħalla jagħżel lil min imexxih mingħajr ebda ndħil barrani u mingħajr indħil minn min m'għandux dritt li jindaħal fil-politika u fuq kollox mingħajr theddid fuq il-kuxjenza tal- poplu tagħna.", "U għax il-Partit Laburista kien minn ta' quddiem nett fil- ġlieda tiegħu favur il-jedd tal-vot u għax ridt ideffes ftit melħ fl-imħuħ ta' min ried joħnoq l-evoluzzjoni tal-poplu Malti, xi ġralu?", "L-istess Partit Laburista safa mkasbar, mgħajjar u, agħar minn hekk, miċħud mill- aktar ħwejjeġ għeżież li huma marbuta ma' l-ispiritwalita' tal-bniedem.", "Iżda tajjeb li hawnhekk ngħidu li l-Partit Laburista minn dejjem emmen bi sħiħ fir-rieda ħielsa tal-poplu, baqa' jissielet u jitħabat.", "U dan għaliex?", "Għaliex dejjem emmen li f'pajjiżna jkun aħjar jekk ikun hawn aktar sistemi demokratiċi, liema sistemi jġiegħlu lill-bniedem jifhem li kull dritt jirrispetta dritt ieħor.", "U fost dawn id-drittijiet hemm id- dritt li jidditermina d-destin tal-pajjiż u tal-poplu, jiġifieri d-dritt tal-vot.", "Huwa bis-saħħa ta' dan id-dritt ukoll, Madam Speaker, li għalhekk illum f'pajjiżna qed ingawdu d-dritt tal-ħsieb ħieles, id-dritt ta' l- espressjoni, id-dritt tal-kitba u mitt elf dritt ieħor.", "Dawn huma drittijiet li għandhom jiġu mħarsa u rispettati mhux biss miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, imma anke għandhom jiġu mħarsa fil-qafas parlamentari tagħna jiġifieri l-Parlament.", "Meta qed insemmi l-Parlament aħna għandna d- dritt ukoll li nesprimu ruħna, għax wara kollox huwa l-poplu bis-saħħa tal- vot li tana d-dritt lilna l-parlamentari li nesprimu ruħna u ma jkollniex idejna marbutin, imma dejjem skond ir-regoli tad-demokrazija.", "Fi kliem ieħor ħadd m'għandu jiġi mċaħħad milli jagħmel dan.", "X'setgħa aktar għandu l-vot?", "Il-vot, Madam Speaker, għandu s-setgħa u s-saħħa li jibdel il-gvernijiet.", "Bidla fil-gvern mhux biss iġġib magħha bidla fit-tmexxija interna, iżda saħansitra anke bidla fejn tidħol il-politika barranija.", "Bis-saħħa tal-vot il-poplu Malti u Għawdxi llum qed juri lill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li pajjiżna jaqbillu li jersaq qrib ta' l-istess Unjoni bis-saħħa ta' relazzjonijiet speċjali fejn jidħol il-kummerċ ħieles speċjalment, filwaqt li jħeġġeġ lill-istess pajjiżi ta' l-Ewropa sabiex flimkien jaħdmu bis-sħiħ biex titfassal il-politika għar-reġjun tal-mediterran.", "Fuq kollox aħna Mediterranji.", "Il-Mediterran jiġi qabel l-Ewropa u qabel l-Afrika.", "Il- Mediterran huwa magħmul mill-Ewropa u mill-Afrika u l-politika tagħna għandha tkun dejjem li nkunu ħbieb ma' kulħadd, ħbieb ma' min hu lest li jgħinna, ma' min hu lest li jinvesti f'pajjiżna u ma' min jagħmel kummerċ magħna.", "Nistgħu nimxu fuq din il-linja politika għaliex il-Partit Laburista kiseb l-poter bis-setgħa tal-vot li tah il-poplu Malti u Għawdxi.", "Meta qed insemmi l-poplu huwa poplu magħmul min-nisa kif ukoll mill- irġiel.", "Hawnhekk semmejt poplu magħmul min-nisa u mill-irġiel għax nixtieq nagħmel kumment li għalija huwa mportanti ħafna u nixtieq li nsemmih.", "Qabel semmejt id-demokrazija parlamentari u din id-demokrazija parlamentari hija bħall-imrewħa u għandha bosta tifsiriet, fosthom ir- rappreżentanza taż-żewġ sessi.", "Madam Speaker, mexjin lejn millenju ġdid imma kif qegħdin nippreparaw ruħna għalih, speċjalment meta tidħol r-rappreżentanza parlamentari.", "Illum aktar minn qabel qed inħossu l-ħtieġa li jkollna aktar nisa fit-tmexxija tal-pajjiż u biex nilħqu dan il-għan irridu naħdmu aktar biex tkompli titbiddel il-mentalita' u l-kultura - biex ngħid hekk - maskili li għadha wisq dominanti.", "Irridu naħdmu ħafna, imma nemmen li ladarba pajjiżna huwa maqsum bejn nisa u rġiel, allura anke fil-Parlament biex tassew niftaħru li għandna demokrazija parlamentari s-sehem tal-mara fit-tmexxija jrid ikun akbar milli huwa llum.", "Jiena nagħlaq billi nsellem lil dawk in-nisa parlamentari kollha ħajjin u mejtin li matul is-snin taw s-sehem tagħhom f'dan il-Parlament.", "Insellem ukoll lil dawk in-nisa li qegħdin f'xi kariga għax dawn ukoll qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom sabiex il-mentalita' tkompli tinbidel.", "Hawnhekk irrid insellem lil sħabi kollegi tiegħi tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni u nieħu l-opportunita' biex insellem lill-kollega l-Onor.", "Helena Dalli, fil-kariga tagħha ta' Segretarja Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa, u nawguralha aktar xogħol ta' fejda sabiex nilħqu dan l-għan li għadni kemm semmejt.", "Fl-aħħar u mhux l-inqas insellem lilek, Madam Speaker tal-kariga li għandek.", "Naf li hija kariga li hija mhux biss importanti imma ta' responsabbilta' kbira u minn hawnhekk nwiegħdek il-fiduċja tiegħi u l- appoġġ tiegħi f'dak kollu li tagħmel.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Waqt id-diskussjoni li kellna ftit tal-ġranet ilu dwar l-għotijiet speċjali lill-kunsilli lokali, l-Onor.", "Edwin Vassallo tkellem dwar kunsilli li ġejjin min-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod speċjali dawk tal- Kottonera.", "Dan juri l-ħerqa li kellhom tan-naħa l-oħra għall-iżvilupp tal- Kottonera pero' lil dawk l-inħawi xorta ttraskurawhom.", "Ma naħsibx li għandi għalfejn noqgħod nirrispondi għal dak li qal l-Onor.", "Vassallo għaliex diġa' rrispondih il-kollega tiegħi l-Ministru Mizzi fl-intervent li għamel.", "F'dan l-istess perijodu l-arċiprieti tal-paroċċi tal-Kottonera u l- Kalkara ppreżentaw rapport dwar il-ħteġijiet ta' dawn il-lokalitajiet lill- Planning Council mwaqqaf mill-Gvern għan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Minn hawn nixtieq nifraħ u nirringrazzja u fl-istess ħin ngħid prosit lil Fr Roy Galdes, lil Fr Vince Cachia, lil Fr Stefan Buontempo u lil Fr Joe Mifsud li huma l-arċiprieti ta' dawn il-paroċċi għall-impenn u l-interess tagħhom sabiex anke f'dawn in-naħat ikun hemm żvilupp li bih ir-residenti tagħhom ikollhom ħajja aħjar.", "Din l-għaqda bejn l-ibliet tal-Kottonera u l-Kalkara twassalni sabiex inkompli nikkonferma x-xewqa ta' aktar għaqda bejn dawn l- ibliet.", "M'hemmx lok ta' firda, m'hemmx lok li l-kunsilli lokali jkollhom pika bejniethom, l-aktar dwar il-piki fuq il-konfini.", "Irrid ikun hemm l- għaqda bejn dawn il-lokalitajiet hekk żgħar.", "Dan wasalni biex nemmen aktar f'dak li kien jgħid l-Onor.", "Perit Mintoff.", "Dan li qed jagħmlu l- arċiprieti huwa sinonimu ma' dak li ried jagħmel l-Onor.", "Perit Mintoff rigward l-għaqda bejn l-ibliet tal-Kottonera u l-Kalkara.", "L-Onor.", "Perit Mintoff irnexxielu jwaqqaf għaqda bl-isem ta' \"Il-Kottonera Magħquda\" li fiha hemm imseħbin s-soċjetajiet kollha tal-Kottonera flimkien mal-kunsilli lokali.", "L-għan tagħha hu li twassal aktar 'il quddiem leħen in-nies tal- Kottonera sabiex il-ħajja ta' dawn in-nies tkun aktar aħjar.", "Madam Speaker, meta tkun qed tisma' lin-naħa l-oħra jitkellmu taħseb li dawn għamlu mill-Kottonera ġenna ta' l-art.", "Qatt daqs dawn l-aħħar disa' snin u nofs ma kienet daqshekk minsija u diskriminata din il-parti ta' Malta.", "Ma sar prattikament xejn f'dawn in-naħat.", "Mhux talli ma sar xejn talli n-nies ta' dawn in-naħat ġew diskriminati.", "Dawn huma fatti għax jekk nieħdu n-numru ta' nies bla xogħol f'dawn in-naħat insibu li n-numru ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol huwa kbir wisq u baqa' jiżdied xahar wara l-ieħor fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra.", "Meta xi żagħżugħ minn dawn in- naħat kien imur ifittex xi xogħol malajr kienu jittimbrawh u jagħtuh stigma għax hu mill-Kottonera.", "Fl-istess waqt meta nħoloq xi xogħol mal- korporazzjonijiet tal-gvern in-nies minn dawn in-naħat ma tantx ġew ikkonsidrati.", "Jekk nieħdu bħala eżempju l-Freeport, li jimpjega 519 ruħ, insibu li mpjegati minn Bormla hemm persuna waħda biss, hemm oħra mill- Isla, hemm sitta mill-Kalkara u hemm żewġ persuni mill-Birgu.", "Jekk nieħdu l-Employment and Training Corporation, li hija korporazzjoni oħra tal-gvern li timpjega 138 impjegat, insibu li hemm pesuna mill-Isla, persuna mill-Birgu, persuna mill-Kalkara u tnejn minn Bormla.", "Meta naraw dan nindunaw għalfejn ir-rata tal-qgħad f'dawn in-naħat baqgħet tikber jum wara l-ieħor.", "Għalhekk nemmen li ż-żgħażagħ ta' dawn in-naħat għandhom jingħataw dik l-attenzjoni speċjali speċjalment meta jinħoloq xi xogħol.", "L-ibliet tal-Kottonera saru wkoll bliet b'popolazzjoni li dejjem tixjieħ u għalhekk waħda mill-problemi li qegħdin inħabbtu wiċċna magħha hija meta l-anzjani jinkitbu sabiex jissieħbu f'xi dar ta' l-anzjani.", "In-numru ta' dawn l-anzjani qiegħed dejjem jiżdied u l-waiting list hija twila ħafna, speċjalment minn nies mill-Kottonera.", "Naraw li f'dawn in-naħat, jekk nieħdu Bormla, l-Birgu u l-Isla għandna ma' l-2,000 pensjonant li għandhom iktar minn 61 sena.", "Pero' possibbli li anke f'dan l-att daqshekk umanitarju u daqshekk ta' karita' ma' l-anzjani, in-nies tal-Kottonera ġew diskriminati wkoll?", "Dan qiegħed ngħidu għaliex minn risposta parlamentari li kellna xi ftit tal-ġranet ilu mill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja nsibu li mill-bliet tal-Kottonera f'San Vincenz daħlu medja ta' sitta fis-sena u dan meta għandek daqshekk popolazzjoni kbira ta' anzjani jabitaw f'din in-naħa ta' Malta.", "Nispera li jien żbaljat u dawn in-nies ma kenux diskriminati minħabba li ġejjin minn dik il-parti ta' Malta fejn huma magħrufa għall-kulur politiku tagħhom.", "L-edukazzjoni hija waħda mill-issues li qegħdin fuq nett ta' l-agenda tal- Partit Laburista.", "In-naħat tal-Kottonera għandhom għax jieħdu pjaċir jisimgħu din l-attenzjoni speċjali li se jagħti dan il-Gvern lill- edukazzjoni.", "Din l-attenzjoni diġa' bdiet tingħata u l-ewwel bdiet tingħata lill-istat fiżiku ta' l-iskejjel.", "Kellna ħafna xogħol għaddej matul is-sajf, ħafna mill-iskejjel kellhom xogħlijiet kbar għaddejjin u kienu lesti sabeix meta reġgħu fetħu l-iskejjel fis-sena skolastika ġdida kellhom dehra ħafna aħjar.", "Hawnhekk wasalt sabiex insemmi żewġ skejjel partikolari li huma l-iskola ta' Bormla u dik ta' l-Isla.", "Jekk nieħdu l-iskola tal-primarja ta' Bormla, li hija fost l-eqdem skejjel ta' l-Istat, insibu li t-tfal ta' l-iskola waqt il-break tagħhom m'għandhomx fejn joħorġu jirrikrejaw ruħhom.", "Dawn it-tfal waqt il-break jibqgħu fil-klassi għax m'għandhomx fejn joħorġu.", "Dan qed jagħmel ġurnata ta' l-iskola mhux daqstant attraenti.", "Naf li hemm pjani sabiex ground żgħir li hemm quddiem din l-istess skola jiġi rranġat sabiex ikun jista' jaqdi dawn il-bżonnijiet.", "Pero' naf ukoll li issa dawn il-pjanijiet ilhom għaddejjin ħafna u nispera li fi żmien qasir anke dawn it-tfal ta' l-iskola primarja ta' Bormla jkollhom fejn ikunu jistgħu jqattgħu l-ġurnata, sabiex mhux ikollhom studju biss iżda waqt il-break ikollhom fejn joħorġu jirrikreaw ruħhom ukoll.", "Ngħaddi issa għall-iskola primarja ta' l-Isla.", "Din l-iskola hija mibnija fuq is-swar u taħtha hemm żewġ baċiri, il-baċir Nru. 2 u l-baċir Nru. 3.", "It-tfal ta' l-iskola ta' Isla, l-istess bħat-tfal ta' Bormla, qed ikollhom joqogħdu fil-klassi waqt il-break u dan minħabba foga u grit blasting li jista' jkun hemm minn taħt.", "Minbarra l-lat fiżiku, dawn in-naħat għandhom bżonn ta' attenzjoni speċjali wkoll fejn jidħol it-tagħlim.", "In-numru ta' tfal minn dawn in-naħat li jgħaddu mill-eżami tal-Junior Lyceum m'huwiex wieħed inkoraġġanti u dan, wara kollox, minkejja l-impenn ta' l-għalliema tagħhom.", "Jien nemmen li hemm bżonn li ssir xi ħaġa sabiex l-edukazzjoni f'dawn in-naħat ikollha l- importanza li jixirqilha.", "In-numru ta' nies illiterati huwa kbir wisq.", "L- impenn tal-Gvern sabiex jiġu identifikati dawk it-tfal li juru minn eta' żgħira li jkunu se jbatu sabiex jitgħallmu jiktbu u jaqraw għandha tkun ta' ġid għat-tfal ta' dawn in-naħat.", "J'Alla, Madam Speaker, it-tfal u l- ġenituri, b'mod speċjali ta' dawn in-naħat, jagħrfu x'inhu l-iskop wara din l-inizzjattiva li se jieħu l-ministeru ta' l-edukazzjoni sabiex fil- futur qarib inkunu nistgħu nqawdu l-frott minn din il-miżura u jkollna nisa u rġiel iktar ppreparati għall-isfidi li toffri l-ħajja.", "Il-Partit Laburista fil-gvern qed juri bil-fatti li dawn l-inħawi li għal dawn l-aħħar disa' snin kienu minsija huma fuq quddiem nett fuq l-agenda tiegħu.", "Konna ilna nisimgħu, Madam Speaker, minn Gvern Nazzjonalista dwar proġetti li kellhom jagħmlu fil-Kottonera.", "Fost dawn nista' nsemmi l- marina, il-baċir Nru. 1 u sports complex quddiem id-de La Salle.", "Kien ġie mwiegħed li se jinbena sports complex għall-ewwel team li twaqqaf f'Malta, is-St.", "Georges.", "Niftakar li fl-1992 kienet twaħħlet tabella fis-site fejn kien se jinbena dan il-ground u din kienet tindika li hemm kien se jsir xogħol sabiex l-ewwel team ta' Malta jkollu wkoll fejn jittrejnja.", "Kienu ntbagħtu xi gafef sabiex jaqilgħu l-ħamrija pero' wara li għaddiet l- elezzjoni ta' l-1992 dawn ix-xogħlijiet waqfu u ma tkompla xejn.", "Għalhekk il-ħolma ta' dan l-ewwel team ta' Malta li jkollu l-ground tiegħu sfumat eżatt wara li l-Gvern Nazzjonalista reġa' tela' fil-gvern fl-1992.", "Din l-istess propaganda pprovaw jagħmluha fuq il-proġett tal-marina u baċir Nru. 1.", "Jekk hemm ħaġa li hija x-xewqa u t-tama tan-nies tal- Kottonera, b'mod speċjali dawk ta' Bormla, hija li jaraw dan il-baċir jispiċċa darba għal dejjem u minfloku jkun hemm area li sservi ta' divertiment u anke ta' sfog għan-nies ta' dawk in-naħat.", "Din ix-xewqa ndunaw biha n-Nazzjonalisti qabel l-aħħar elezzjoni u pprovaw jużawha wkoll bħala lixka ma' dawn in-nies.", "Ftit jiem biss qabel l-elezzjoni ntbagħat leaflet mill-iktar kulurit fid-djar kollha tan-nies ta' dawn in-naħat u lin- nies ta' Bormla u l-inħawi wegħduhom li jekk il-Partit Nazzjonalista jerġa' jitla' fil-gvern dan il-baċir jinbidel b'mod li jkun utli għal użu differenti.", "Pero' n-nies ma fdawhx għax indunaw li dan ix-xogħol messu sar fid-disa' snin u nofs li għamlu fil-gvern u mhux iwegħduhulhom eżatt qabel l-aħħar elezzjoni.", "In-nies ta' dawn in-naħat kienu drawhom dawn l- affarijiet.", "Madam Speaker, aħna mhux hekk għamilna imma waqqafna planning council u hemmhekk qed jiġu diskussi l-proġetti mixtieqa min-nies ta' dawn in-naħat.", "Rigward il-proġett tal-marina u baċir Nru. 1 saret konsultazzjoni sħiħa ma' kull min huwa nvolut.", "Il-pjanijiet ta' dan il-Gvern huma li jibdel din l-area f'marina ta' livell internazzjonali u jidhru li mexjin 'il quddiem u fi ftit żmien ieħor nibdew naraw ix-xogħlijiet isiru anke f'din in-naħa ta' Malta.", "Dan juri l-impenn tal-Gvern Laburista sabiex dawn in-naħat ikun hemm iktar żvilupp u jagħti nifs iktar lil dawn in-naħat.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 5 ta' Novembru 1997 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QRATI - MULTI", "8599.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress illi b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8049 il-Ministru sostna li Lm2.85c li qed jiġi mitlub iħallas min ma jkunx ħallas ċitazzjoni hi \"dritt li joħroġ mit-tariffa annessa mal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili\", jista' l-Ministru jindika b'mod preċiż liema hu dan id-dritt?", "Jista' l-Ministru jikkonferma ukoll li l-ittra li qed tintbagħat mhijiex ittra uffiċjali?", "Kemm-il darba l-ittra mhijiex ittra uffiċjali, jista' l-Ministru jgħid ukoll kif se jirrendi esegwibbli d- debitu ċivili relattiv?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Id-dritt li qed jirriferi għalih l- Onor.Interpellant joħroġ mit-Tariffi D u E ta' Skeda A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Nikkonferma li l-ittra li qed tintbagħat hija ittra uffiċjali għall- finijiet kollha tal-liġi.", "BANEK - MID-MED - BEJGĦ TA' ISHMA", "8600.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Mid-Med Bank bigħx ishma tiegħu fil-Middle Sea u jekk il-bank għadux involut f'negozjati biex titwaqqaf kumpannija ta' assigurazzjoni ġdida u jekk iva, min huma l-persuni/kumpanniji l-oħra nvoluti fin-negozjati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-negozjati dwar il-punti msemmija għadhom għaddejjin.", "Il-Mid-Med Bank, għalkemm huwa kkontrollat permezz tal-maġġoranza ta' l- ishma mill-Gvern, għandu direzzjoni awtonoma biex ikun jista' jikkompeti ma' banek oħra Maltin u barranin li għandhom sidien privati.", "Ma jkunx prudenti li jkun ippubblikat tagħrif kummerċjali li jista' jiżvantaġġja l-Mid-Med Bank, speċjalment fil-fażi tan-negozjati.", "KODIĊI KRIMINALI - INKJESTI MAĠISTERJALI", "8601.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jidhirlux li hu opportun li ssir emenda għal Kodiċi Kriminali biex inkjesti maġisterjali ma jkunux neċessarji meta l-valur involut ikun anqas minn Lm1,000 meta llum il-valur hu ta' Lm100?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qed nieħu nota tas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.Il-proposta tiegħu se tiġi studjata flimkien ma' proposti oħra ta' emendi lil Kodiċi Kriminali.", "KODIĊI KRIMINALI - EMENDA", "8602.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jidhirlux li hu opportun li ssir emenda għall-Kodiċi Kriminali biex fatti ta' akkuża li bil-kunsens ta' l- akkużat tiegħu jistgħu jinstemgħu minn Maġistrat, it-talba għal-liberta' proviżorja tibda ssir verbalment fis-seduta mingħajr ħtieġa ta' rikors u riferenza lill-Avukat Ġenerali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-proċeduri għal talba ta' liberta' proviżorja qed tiġi studjata.", "Jien ser ngħaddi l-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Avukat Ġenerali biex jagħtini parir dwarha.", "PORTIJIET - DĦUL TA' CRUISE LINERS", "9105.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu cruise liners fil-portijiet tagħna din is-sena u kemm ġabu turisti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8373 - Seduta Nru. 126.", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL XIRI TA' ARMI", "9106.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet it-talba għal permessi għal xiri ta' armi to keep din is-sena?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' armi kienu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL FTUĦ TA' ĦWIENET", "9107.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal permessi ġodda għal ħwienet din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 358 applikazzjoni mal-pulizija għall-ftuħ ta' ħwienet ġodda.", "XORB ALKOĦOLIKU - TAXXI", "9108.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern minn taxxi fuq bejgħ ta' xorb alkoħoliku u sigaretti s-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "Għas-sena 1996", "|Xorb alkoħoliku|Lm 3,475,085 | |Sigaretti |Lm9,232,557 | |magħmula | | |bil-magna | | |TOTAL |Lm12,707,642 |", "Għas-sena 1997 l-ewwel ta' Jannar sat-30 ta' Settembru", "|Xorb |Lm 2,344,183 | |alkoħoliku | | |Sigaretti |Lm8,513,538 | |magħmula | | |bil-magna | | |TOTAL |Lm10,857,771 |", "UNIVERSITA' - IMPJEGATI", "9109.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati l- Universita' u jagħti breakdown tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' persuni mpjegati l-Universita' huwa kif ġej:", "* Akkademiċi: Fulltime 441 Part-time 248", "* Mhux Akkademiċi: Fulltime 463 Part-time 34", "Dawn in-numri ma jinkludux persuni li jiġu mpjegati fuq bażi temporanja minn żmien għal żmien.", "Lista tax-xogħol ta' dawn l-impjegati tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - HSO", "9200.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tal-job description tal-HSO?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-job description tas-Security Guards li qabel kien jissejjaħ HSO hija l-istess bħal dik t'April, 1996.", "SPTAR SAN LUQA - VIP PARKING AREA", "9201.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid min hu ntitolat li jipparkja ġewwa l-VIP parking area ta' l-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-lista ta' persuni ntitolati jipparkjaw fir- Reserved Parking Area (mhux VIP) ta' l-Isptar San Luqa hi din:-", "* L-Onor Prim Ministru * L-Onor Kap ta' l-Oppożizzjoni * L-Onor Madam Speaker * L-Arċisqof ta' Malta * L-Isqof ta' Għawdex * Il-Ministri kollha * Is-Segretarji Parlamentari kollha * Il-Membri kollha tal-kamra tar- Rapreżentanti * Il-Prim Imħallef * L-Imħallfin * Il-Maġistrati kollha * L-Attorney General * L-Ambaxxaturi kollha * Il-Kummissarji tal-Pulizija * Il-Kap tal-Forzi Armati * Is-Segretarji Permanenti kollha * L-uffiċjali kollha tal-Ministeru tas- Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal- Familja.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - DOLPHINARIUM", "9360.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fil-perijodu minn mindu nfetaħ sa llum?", "Jekk iva, kemm saru spezzjonijiet sabiex jiġi żgurat li jinżammu l-istandards imsemmija fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7243?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "9361.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern preżenti huwiex se jibqa' miexi bil-policy li mpjegati fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u fl-iskejjel tal-Knisja jieħdu allowance ta' diploma, degree, masters u dottorat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-prassi stabbilita fil-ħlas mhix se tinbidel.", "GĦAWDXIN RESIDENTI F'MALTA - PASSES SPEĊJALI", "9362.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu passes speċjali għall-Għawdxin residenti f'Malta sal-lum?", "Kemm daħlu applikazzjonijiet sal-lum għal dawn il-passes speċjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq ngharraf lill-Onor.", "Interpellant li minn Mejju 1997 sal-lum daħlu 498 applikazzjoni ghall-passes specjali għall-Ghawdxin residenti f'Malta.", "Dawn l-applikazzjonijiet jinkludu talbiet għall-passes għall-familja li kull waħda minnhom tista' jkollha talbiet għall-passes ghal diversi membri taghha.", "Rigward in-numru ta' passes li ingħataw nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9325.", "TOROQ", "9363.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7462, jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum ġietx formulata l- lista prioritarja rigward il-private streets li hu tkellem fuqha fid- diskors tiegħu tal-Budget li għadda, liema lista kellha tiġi fformulata b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali?", "Jekk hija lesta, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il- lista?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8850 (Seduta Nru. 121)", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - FONDI", "9364.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-fondi vvotati għall-1997 għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija kienu ntnefqu globalment sat-30 ta' Settembru, 1997?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-somma minfuqa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bit-tibdiliet għall-aħjar li seħħew fit-tmexxija eżekuttiva tal-kunsill issa dan qiegħed f'pożizzjoni li jforni informazzjoni dettaljata li lanqas tkun qadima xahar.", "Żgur ma kienx f'din il-qagħda l-kunsill ta' qabel is-26 ta' Ottubru 1996.", "Il-kunsill li kien imexxi l-Onor.", "Interpellant ħalla lill-kunsill preżenti s-sitwazzjoni ta' Lm51,904 f'dejn, kif ukoll diżordni totali fir-rekords finanzjarji.", "L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - QALA - ART", "9365.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7521, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-trattazzjonijiet li qed isiru mid-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar biċċa art li ġiet identifikata fil- Qala, f'Għawdex mill-avukat ta' l-Onor.", "Dom Mintoff?", "Jista' jgħid x'qies fiha din l-art identifikata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-trattativi għadhom ma ġewx finalizzati.", "ILMA TAD-DRENAĠĠ", "9416.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi proposti hemm biex aktar ilma tad-drenaġġ li sal-lum nifhem li għadu ta' 10%, jiġi ttrattat qabel ma jispiċċa l-baħar?", "Xi ħsebijiet hemm biex imbagħad aktar u aktar minn dan l-ilma jiġi utilizzat għal ħteġijiet oħra qabel ma dan jispiċċa l- baħar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AMBJENT - TAGĦLIM DWAR L-AMBJENT", "9417.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi programmi ta' informazzjoni, tagħlim u relazzjonijiet pubbliċi tella' d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex il-poplu jkun jista' japprezza aktar il-valur ta' l-ambjent fil-ħajja tagħna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minħabba li qed tinġabar xi informazzjoni oħra, ir- risposta tingħata f'seduta oħra.", "DRENAĠĠ - TFIGH TA' SKART INDUSTRIJALI", "9418.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex tinbena fuq linji professjonali l-unit fi ħdan id-Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent jew f'dak tad-drenaġġ li jimmoniterja it-tfigħ ta' skart industrijali fis-sistema tad-drenaġġ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minħabba li qed tinġabar xi informazzjoni oħra, ir- risposta tingħata f'seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN - TAL-MAGĦLUQ", "9419.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi kien sar xogħol kontra l-pariri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-Magħluq ta' Wied il-Għajn xogħol, li għamel ħsara lil flora ta' qiegħ l-għadira, saru xi spezzjonijiet biex tiġi eżaminata s-sitwazzjoni attwali u jekk riġenerazzjoni ta' l-ispeċi meqruda seħħitx?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tinġabar l-informazzjoni.", "IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ - SKART", "9420.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi l-impjant għar- riċiklaġġ ta' l-iskart solidu f'Sant Antnin issa ilu żmien twil ma jitħaddem, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir mill-iskart li qed jakkumula?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minħabba li qed tinġabar xi informazzjoni oħra, ir- risposta tingħata f'seduta oħra.", "WASTE MANAGEMENT", "9421.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-draft tal-Waste Management Policy tiġi ppubblikata?", "X'time-frame qed ipoġġi il-gvern għall-implimentazzjoni ta' din il-policy?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minħabba li qed tinġabar xi informazzjoni oħra, ir- risposta tingħata f'seduta oħra.", "UNIVERSITA' - ĦADDIEMA", "9440.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fuq bażi ta' fulltime, temporary fulltime, permanent part-time u part-time fl- Estates & Works Division fl-Universita' ta' Malta?", "Min huma?", "Id-data ta' kull wieħed meta dawn ġew maħtura?", "Taħt liema sejħa ta' l-applikazzjoni kull wieħed minn dawn ġie magħżul?", "X'kienet id- data tas-sejħa ta' l-applikazzjoni ta' kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadhom qed jiġu ppreparati u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BUS SHELTERS", "9441.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li l-bus shelters li nqalgħu minn Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, u oħrajn li nqalgħu fid-daħla ta' Buġibba fil-fatt jerġgħu jitwaħħlu?", "Kemm għandha rapporti ta' tali bus shelters maqlugħa l-Awtorita' tat- Trasport?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-bus shelters li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant huma ordnati għand id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Jiena nformat ukoll li bħalissa l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha rapporti fuq erba' bus shelters li huma maqlugħa.", "Dan ma jfissirx li m'hawnx xi bus shelters oħra maqlugħa li l-awtorita' baqgħet ma ġietx infurmata bihom.", "AWTORITA' TAD-DJAR - RAPPORT ANNWALI", "9442.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi t-tifsira ta' market housing li tidher fir-rapport annwali ta' l-Awtorita tad-Djar?", "Kemm se jkun hemm units minn dawn minbarra f'Pembroke?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Market Housing huma djar mibjugħa mingħajr susidju, jigifieri bi prezz li jqarreb għal dak li wieħed isib fuq is-suq tal-proprjeta'.", "Minbarra Pembroke, għalissa xejn.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - ARBLU TAD-DAWL", "9443.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arblu tad-dawl li jinsab fil-kantuniera bejn Triq San Pawl u Triq Stella Maris, San Pawl il-Baħar li ilu rrapport biex jinqala' minn fejn hu u li qed jagħmel ħsara lill-bini eżistenti, fil-fatt jinqala'?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mill-investigazzjoni li għamlet l-Enemalta l-arblu indikat mill-Onor.", "Membru m'għamilx ħsara lill-bini.", "Il-korporazzjoni se tieħu azzjoni sabiex l-arblu msemmi jkun rinfurzat biex ma jagħmilx ħsara lill-bankina.", "BAĦRIJA - XOGĦLIJIET", "9444.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Billi f'ġurnal lokali fid-29 ta' Ottubru kien hemm korrispondenza li tgħid li fil- Baħrija sar xogħol ta' konkos li permezz tiegħu saret ħsara sostanzjali, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol sarx mid-Dipartiment tal-Biedja u jekk iva, xi prekawzjonijiet ittieħdu biex ma ssirx ħsara?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fit-tieni ġimgħa t'Ottubru (il-perijodu msemmi fil- ġurnal lokali kwotat fil-mistoqsija), id-Dipartiment tal-Agrikoltura m'għamilx xogħol ta' konkos fil-Baħrija.", "Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamel xi xogħol ta' livellar u kisi bil- konkos fil-Baħrija f'Awissu.", "Dan ix-xogħol kien ferm 'il bogħod mill-korsa ta' l-ilma u ttieħdet kull prekawzjoni biex ma' tiġix disturbata l-fauna u l-flora fil-lokalita.", "TURIŻMU", "9445.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mit-turisti li jiġu fuq cruise liners jiġu kkonsidrati bħala turisti għal skop ta' statistika uffiċjali?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li ġew hekk ikkonsidrati din is-sena?", "Kif jingħad n-numru ta' dawk li jinżlu f'Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: B'konformita' mas-sistema internazzjonali addottata mill-Organizzazzjoni Mondjali tat-Turiżmu, passiġġieri li jżuru Malta fuq cruise liners ma jiġux kkonsidrati bħala turisti iżda jingħaddu bħala kategorija differenti ta' viżitaturi.", "Infatti l-Uffiċċju Ċentrali ta' l- Istatistika jippublika dawn il-figuri separatament mill-figuri ta' tourist arrivals.", "Kull passiġġier li jasal u jitlaq min Malta huwa obbligat li jimla' immigration card.", "L-uffiċjal tal-immigrazzjoni huwa responsabbli biex jikklassifika x'tip ta' passiġġier ikollu quddiemu.", "Il-klassifika tiddistingwi bejn Maltin, turisti, cruise passengers, transit passengers u tipi ta' passiġġieri oħra li jaslu Malta.", "KAROZZI TAL-KIRI", "9446.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' karozzi tal- kiri ġodda li ġew reġistrati fil-perijodu 1/11/96 - 15/10/97?", "Kemm minn dawn il-vetturi ġew reġistrati minflok oħrajn li tneħħew mit- toroq?", "Kif inbidel in-numru totali ta' dawn il-vetturi?", "Kemm vannijiet tal-kiri ġodda ġew liċenzjati f'dan il-perijodu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jista' l-Onor.", "Interpellant jgħid għal-liema karozzi tal-kiri qed jirriferi, self-drive jew chauffeur driven?", "TURIŻMU", "9461.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li f'dawn l-aħħar xhur il-Gvern għamel ftehim dwar it-turiżmu ma' Sqallija, l-Eġittu, it-Turkija kif ukoll ħaddem il-protokoll tat-trattat ta' koperazzjoni mal-Libja, jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-ħidma u r- riżultati miksuba sforz ta' dawn it-trattati?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Ministeru tat-Turiżmu qed iżomm taħt osservazzjoni l-iżviluppi f'dan il-qasam mal-pajjiżi msemmija mill-Onor.", "Membru.", "Xogħol u kuntatti ma dawn il-pajjiżi u ma pajjiżi oħra dejjem għaddejjin, għaldaqstant wieħed ma jistax jattribwixxi riżultati miksuba ma dawn il- pajjiżi għal dawn il-protokolli biss.", "PAJJIŻI EWROPEJ - SERVIZZI TA' L-AJRU", "9462.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' pajjiżi Ewropej li magħhom Malta għandha ftehim dwar is-servizzi ta' l-ajru (ASA)?", "Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għar-rigward ta' pajjiżi Mediterranji, mhux Ewropej, kif ukoll pajjiżi oħra madwar id-dinja?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari numru 9462 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "STRATEGIC DEVELOPMENT TOURIM FRAMEWORK", "9463.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jipprovdi kopja lis-sottofirmat tar-rapport ippreżentat lill-istampa fit-30 ta' Ottubru, 1997 u mtella' mill-awtoritajiet turistiċi dwar Strategic Development Tourism Framework?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kopja tad-draft executive summary ta' l-Istrategic Development Tourism Framework tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TAXXI INTERNI - TAXXA TAL-PART-TIMERS", "9464.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Gvern jikkonsidra tnaqqis fit-taxxa tal-part-timers minn 15% għal 10%?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat.", "SANTA VENERA - TWAQQIGĦ TA' BINI LLEGALI", "9469.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm ordni biex jitwaqqa' l-bini llegali li hemm ġo Triq it-Turetta, Santa Venera?", "Jekk iva, jista'l -Ministru jgħid meta se jittieħdu passi biex dan it- twaqqigħ isir?", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex din l-ordni għada ma ngħatax u l-bini għadu ma twaqqax?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar", "QRATI SUPERJURI - KAWŻI", "9476.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi mhux appuntati quddiem il-Qrati Superjuri fit-30 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: In-numru ta' kawżi mhux appuntati fit-30 ta' Ottubru, 1997 quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili huwa ta' 1175.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦOL - ĠBIR TA' FLUS GĦAL ĦADDIEMA", "9477.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus għall-ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħol matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena inħarġu claims li jammontaw għal Lm80,396 favur ħaddiema fis-settur privat.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "9478.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti daħlu fl-Universita' ta' Malta taħt il-maturity clause f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena kors b'kors?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - SAG F'TA' KANDJA", "9479.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm spetturi preżentement stazzjonati u jaħdmu fl-SAG Ta' Kandja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hemm żewġ spetturi stazzjonati l- SAG Wieħed minnhom qed jattendi course l-Universita'.", "QRATI - KAWŻI", "9480.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-diary system sabiex l-appuntamenti tal-kawżi jkunu jistgħu jsiru mill-imħallfin, mingħajr ma' dawn jikkonfliġġu ma' appuntamenti oħra, għadha ma daħlitx fis-seħħ?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sistema tad- djarju fil-Qrati daħlet fis-seħħ u d-Deputati Reġistraturi tal-Qorti kollha ingħataw it-taħriġ meħtieġ.", "Diversi huma dawk l-Imħallfin li qed jużaw is- sistema tad-djarju meta jiġu jappuntaw is-seduti.", "Iżda minħabba li mhux il- membri kollha tal-Ġudikatura qed jużaw is-sistema b'mod regolari din ma tistax taħdem kif suppost.", "L-Amministrazzjoni tal-Qorti qed kontinwament tiddiskuti mal-membri tal- Ġudikatura dwar it-tħaddim tas-sistema tad-djarju fuq bażi regolari.", "BIEDJA - SENGĦA TA' BIĊĊIER", "9486.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk xi sentejn ilu kenux ġew ingaġġati studenti/trainees mid-Dipartiment tal-Biedja bil-għan li jiġu ttrenjati fis-sengħa ta' \"biċċier\" f'kors li kellu jkun mifrux fuq perijodu ta' żmien u, jekk fl- affermattiv meta sar dan l-ingaġġ; kemm kien in-numru ta' studenti/trainees; meta spiċċa l-kors ta' taħriġ fis-sengħa ta' \"biċċier\"; kemm ikkwalifikaw; meta ħareġ ir-riżultat; u jekk dawn it-trainees li kkwalifikaw ġewx ingaġġati u, jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għall-aktar informazzjoni nirriferi l- Onor.Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W503.", "TARXIEN - ILMA TAX-XITA", "9487.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6715 u t- tweġiba mogħtija fis-seduta tas-7 ta' Lulju (Seduta Nru. 86), jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex l-ilma tax-xita li jinġabar fi Triq iż-Żejtun, Tarxien ma jibqax jinħela imma b'xi mod jintuża mill- bdiewa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VALLETTA - MAIN GUARD - XOGĦOL", "9488.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol baqa' xi jsir fil- Main Guard biex jiġi akkomodat fih parti mill-istaff ta' l-Uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali tar-Repubblika?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan id-dipartiment bħalissa ma għandu l-ebda talba pendenti biex jagħmel xogħlijiet fil-bini tal-Main Guard għan-nom ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA MHUX GRADWATI", "9489.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8661 u mistoqsijiet supplimentari li saru wara t-tagħrif mogħti fis-seduta tal-31 ta' Ottubru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa fl- iskejjel msemmija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl-iskejjel tas-Snajja' hemm għalliem wieħed biss nieqes.", "Dan hu għalliem tal- Ġeografija u l-iskola hija dik tan-Naxxar.", "Fl-iskejjel Primarji m'hemm l-ebda nuqqas ta' għalliema.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "VISUAL TRENDS LIMITED", "W1,020.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u kemm għad baqa' jitħallas lill-kumpannija Visual Trends Limited mal-ministeru, dipartimenti, enti governattivi, korpi statutorji, awtoritajiet, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu u jindika ukoll għal-liema xogħol sar jew irid isir kull ħlas?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 8510.", "VISUAL TRENDS LIMITED", "W1,023.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u kemm għad baqa' jitħallas lill-kumpannija Visual Trends Limited mal-ministeru, dipartimenti, enti governattivi, korpi statutorji, awtoritajiet, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu u jindika ukoll għal-liema xogħol sar jew irid isir kull ħlas?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija murija fit-tabella hawn taħt:", "| |THALLA|HLAS |SERVIZZI | | |S |PENDENT| | | | |I | | |Minist|Lm1610|XEJN |Policy | |eru | | |Document | |ghax-X| | |Korporazz| |oghlij| | |joni | |iet | | |ghas-Serv| |Pubbli| | |izzi ta' | |ci u | | |l-Ilma | |Kostru| | | | |zzjoni| | | | |Water |Lm35,7|Lm137,4|Lm18,268-| |Servic|95 |9-72 |58 | |es | |Reklama|Relazzjon| |Corpor| |r |ijiet | |ation | | |Pubblici | | | | |Lm205,18-| | | | |20 | | | | |Konsulenz| | | | |a | | | | |Lm10,000-| | | | |00 | | | | |Xoghol | | | | |ta' | | | | |Disinn u | | | | |stampar | | | | |Lm757.05 |"]} {"filename": "19970218_031d_par.doc", "date": "1997-02-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 31 It-Tlieta, 18 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 31 It-Tlieta, 18 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "31", "It-Tlieta, 18 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 618", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 618", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 625", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IT-TLETTAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT 626", "AĠĠORNAMENT 662", "MISTOQSIJET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 663", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 684", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 30 li saret fis-17 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WIED IL-GĦAJN - IL-MAGĦLUQ", "511.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar fir-rigward tal-Magħluq ta' Wied il-Għajn?", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar tikkonsulta mad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qabel ma jinħarġu xi permessi għal xogħlijiet f'lokalitajiet ekoloġikament sensittivi bħalma hu l-Magħluq?", "Uffiċjalment x'inhi l-ħsara li saret lill- flora u l-fauna ta' din ir-riserva, kawża ta' xogħlijiet li saru dan l- aħħar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid li l-Magħluq ta' Wied il-GĦajn ikun imħares minħabba l-valur ambjentali tiegħu.", "Għal dan il- għan, l-awtorita' skedatu - flimkien ma' għadajjar oħrajn naturali jew semi- naturali - bħala area ta' importanza ekoloġika u sit ta' importanza xjentifika ta' livell 1, li huwa l-aktar livell importanti u li jagħti protezzjoni legali skond it-termini ta' artiklu 46 ta' l-Att dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Dan sar b'seħħ mill-5 ta' Mejju 1995.", "Minbarra din il-protezzjoni, l-awtorita' tisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li nħawi bħal dawn isirulhom pjan - management scheme - li b'mod tanġibbli jwassal għall-ħarsien tagħhom.", "Fl-1995, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent applika għall-permess - Nru. ta' l-applikazzjoni PA 5920/95 - biex jiżviluppa l-post f'riserva naturali, liema applikazzjoni tqieset fid- dettall mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u eventwalment ġiet approvata b'numru ta' kondizzjonijiet li jiżguraw li x-xogħlijiet kollha li jsiru mhux biss ma jagħmlux ħsara lill-post, iżda li jgħinu bis-sħieħ sabiex jintlaħaq l- għan komuni ta' l-awtorita' u d-dipartiment.", "Il-kondizzjonijiet kienu jinkludu, fost oħrajn, kontrolli fuq tbagħbis fl-ekoloġija delikata tal- post, miżuri sabiex jissolvew il-problemi eżistenti, bħalma huma t-tniġġiż, l-intejjen u rdim, u provvedimenti biex isaħħu l-potenzjal edukattiv tal- post.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet investigat rapporti li kien sar xogħol mhux skond il-permessi maħruġa u minn din l-investigazzjoni jidher li l- agħar li ntlaqtet minn dawn ix-xogħlijiet kienet il-flora ta' qiegħ l- għadira fejn jista' jkun li r-riġenerazzjoni tagħha issa se tkun waħda diffiċli.", "F'dan il-każ, l-awtorita' kienet waqqfet ix-xogħol u kienet ukoll ħarġet linji ta' gwida dwar kif jistgħu jsiru xogħlijiet ta' tindif b'mod li ma jkunx daqshekk ta' dannu għall-ekoloġija ta' dan il-post.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joseph Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kienx hemm xi applikazzjonijiet għal xi proġetti oħra fill-Magħluq ta' Wied il-GĦajn?", "Jekk fl-affermattiv, bl-liema lenti se jiġu kkonsidrati dawn l- applikazzjonijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, bl-amment ma nafx nirrispondih, pero' naf li seta' kien hemm xi ħsibijiet mhux għall-Magħluq proprju imma għal madwar tal-Magħluq.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija speċifika nkun nista' nagħtih aktar detallji.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Madam Speaker, b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 873 l-Viċi Prim Ministru kien weġibni li kellu parir fis-sens li ċertu riservi naturali ma jibqgħux meqjusa bħala tali.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjanijiet hemm f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-riservi naturali huma taħt monitoring kontinwu kemm mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif ukoll mid-Dipartiment ta' l-Ambjent u kull tant żmien issir reviżjoni tagħhom.", "Fil-preżent ma nafx li hemm postijiet li mhux ser jibqgħu meqjusa bħala riserva naturali.", "L-uniku sit li nista' nimmaġina li se jkun aktar liberu milli kien qabel, huwa l-area ta' madwar il-post fejn kien hemm l-istazzjon Deutsche Welle u dan għaliex, peress li issa m'għadtx hemm l-istazzjon, qed issir pressjoni biex dan il- post ma jibqax magħluq.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq risposta aktar dettaljata, ikun aħjar jekk jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "P.A. - ENFORCEMENT UNIT", "669.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 1993 sal-31 ta' Diċembru 1996, kemm-il azzjoni diretta ttieħdet kull xahar mill-enforcement unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Fl-istess perjodu, kull xahar, kemm-il bini jew struttura illegali twaqqfet mis-sid stess?", "Kemm hemm każi pendenti li jirrigwardjaw kawżi legali li nqatgħu u li fuqhom l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' teżerċita s-setgħat li tagħtiha l-liġi biex twaqqa' dik l-istruttura jew bini illegali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar ħadet dawn l-azzjonijiet diretti fil-perjodu mill- 1 ta' Jannar 1993 sal-31 ta' Diċembru 1996.", "|Sena |Xahar |Azzjonijiet| |1993 |April |1 f'jum | | | |wieħed | | |Awissu |2 f'jum | | | |wieħed | | |Ottubru |1 f'jum | | | |wieħed | | |Novembru |1f'jum | | | |wieħed | |1994 |Jannar |2 f'jum | | | |wieħed | | |April |1 f'jum | | | |wieħed | |1995 |April |2 f'jum | | | |wieħed | | |Ġunju |1 f'jum | | | |wieħed | | |Lulju |1 f'jum | | | |wieħed | | |Awissu |2 f'jumejn | | |Settembru|4 f'jum | | | |wieħed | | |Ottubru |3 f'jumejn | | |Novembru |55 f'erbat | | | |ijiem | | |Diċembru |3 fi tlett | | | |iġranet | |1996 |Jannar |1 f'jum | | | |wieħed | | |Marzu |4 f'jumejn | | |Mejju |5 f'erbat | | | |ijiem | | |Awissu |1 f'jum | | | |wieħed | | |Settembru|4 fi tlett | | | |ijiem | | |Novembru |3 f'jum | | | |wieħed |", "It-total ta' strutturi mneħħija mis-sidien stess bejn is-snin 1993-1995 kien ta' 110, filwaqt li għas-sena 1996, li fiha wkoll bdew jinżammu records aktar dettaljati dwar dan is-suġġett, in-numru totali kien ta' 121.", "Dawn ta' l-aħħar huma mqassmin kif ġej:", "Jannar '96 - 2 Frar '96 - 8 Marzu '96 - 2 April '96 - 18 Mejju '96 - 13 Gunju '96 - 9 Lulju '96 - 16 Awissu '96 - 3 Settembru '96 - 6 Ottubru '96 - 26 Novembru '96 - 7 Dicembru '96 - 11", "Bħalissa hemm mal-236 każ pendenti fejn il-kawżi legali nqatgħu u allura l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' teżerċita s-setgħa li tagħtiha l-liġi biex twaqqa' l-istrutturi jew bini illegali.", "P.A. - PERMESSI TAL-ĦWIENET", "996.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Claude Muscat) staqsa lill- Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 483 fejn intqal li dawn il- ħwienet qegħdin joperaw mingħajr liċenzja tal-pulizija, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dan ifissirx li dawn il-ħwienet lanqas għandhom permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-taqsima ta' l-infurzar ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar indagat dwar il-ħwienet indikati fil-mistoqsija parlamentari numru 996 u ħadet passi billi ħarġet `Avviż Biex Tieqaf u Ta' Twettiq' kontra id- 9 ħwienet li kienu qiegħdin joperaw mingħajr il-permessi meħtieġa.", "Lista ta' sidien tal-ħwienet li kienu qed joperaw mingħajr permess hija kif tidher hawn taħt:", "Isem/Indirizz ECF Nru.", "Mr Stephen Micallef 67/97 \"Sardinella\" Sqaq il-Qenc Żebbuġ", "Mr Richard Cauchi 66/97 Securich Co. Ltd.", "Mdina Road Qormi QRM 11", "Ms Helen Agius 65\\97 16, St. Anthony Street Żebbuġ", "Mr Anthony Gauci 64/97 \"Shamrock\" Mdina Road, Qormi.", "Mr Emanuel Vella 68/97 142, Paris Street Żebbuġ.", "Mr Alexander Mallia 63/97 Force Forklifters Co. Ltd.", "\"Begonia\" Pitkali Road Attard.", "Mr Raymond Mintoff 27/97 Ennegi (Malta Ltd) 207 Mdina Road, Żebbuġ.", "Mr Lawrence Agius 261/96 \"Lorraine\" 15, Patri G A Bonelli Street, Rabat.", "Mr Robert Gauci 397/95 Tudor Court \"A\" Flat No. 12 Triq il-Baħħara Qawra.", "P.A. - PEMBROKE - GARAXXIJIET", "2196.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-enforcement section ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar garaxxijiet ta' djar residenzjali f'Pembroke li qed jintużaw għal skopijiet industrijali - per eżempju, mechanics, car wash, mastrudaxxi u attivitajiet simili - kif ukoll biex jinżammu ċerti annimali bi ksur tal-liġijiet li jirrigwardaw l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l- Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jirriżultalhiex li garaxxijiet ta' djar residenzjali f'Pembroke qed jintużaw għal skopijiet industrijali, inklużi ukoll, fiż-żewġ każijiet li ġew irrapurtati mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke.", "L-Awtorita' se tkompli tagħmel spezzjonijiet fil-lokalita' imsemmija u jekk jirriżulta li jkun hemm xi illegalitajiet se jittieħdu l- passi neċessarji.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk f'dan l-istadju tax xi policy guidelines lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar faċilitajiet għal nies li jaħdmu għal rashom fuq skala żgħira, bħalma huma mechanics u mastrudaxxi, u li għandhom bżonn dawn it-tip ta' liċenzji?", "Dan qed ngħidu għax, kif inhu xieraq, l-awtorita' mhux qegħda toħroġ permessi għal dan it-tip ta' xogħol fl-abitat u allura jinħass il-bżonn li jinħolqu xi forma ta' oqsma industrijali.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hijiex tħejji xi policy dwar dan is- suġġett u xi pjanijiet għandha għad-diversi lokalitajiet f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker din hija kwestjoni li ilha ħafna tiġi ttrattata peress li m'hijiex problema ġdida u allura nixtieq ninforma lill- Onor. Interpellant li, iva, kien sar studju u kien hemm anke l-ħsieb li wieħed jikkonċentra f'ċerti lokalitajiet dawn is-small industries, speċjalment jekk ikunu tat-tip polluting jew noxious, bħalma huma sprayers, panel beaters u min jaqta' l-irħam.", "Pero' meta tiġi biex tara fejn se talloka dawn l-industriji ż-żgħar titfaċċja l-problema taċ-ċokon tal- pajjiż, kif spiss jiġri meta jiġu kkonsidrati kwestjonijiet ta' din in- natura.", "Jien naqbel mal-kollega tiegħi dwar dan is-suġġett għax huwa minnu li wħud minn dawn kibru u spiċċaw f'nofs l-abitat bil-konsegwenza li issa kulħadd qed ifittixhom legalment sabiex ikeċċihom minn fejn huma.", "Min-naħa l-oħra mbagħad hemm il-problema li min irid jibda negozju żgħir bħalma qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, qed isib diffikulta' għax mhux qed ikun jista' jsib fejn jiftaħ dan it-tip ta' negozju.", "Madam Speaker, dwar dan kien hemm ħafna ħsebijiet fosthom, li f'GĦawdex tiġi allokata parti mill-estate industrijali tax-Xewkija speċifikament għal dawn l-industriji ż-żgħar u fil-każ ta' f'Malta kien hemm il-ħsieb li għal dan il-għan jintużaw barrieri li m'għadhomx joperaw.", "B'dan irrid infisser li dwar din il-kwestjoni hemm ħafna ħsebijiet, imma kollox għadu f'livell ta' studju.", "MADAM SPEAKER: L-Onor Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-pjanijiet rigward ix-Xewkija industrial estate ilhom għaddejjin għal xi sentejn jew tlieta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhija l-pożizzjoni attwali?", "Ma nafx jekk il-Viċi Prim Ministru hux f'pożizzjoni li jikkonfermali dan il-mument, pero' f'dan il- każ niftakar li kien hemm xi oġġezzjonijiet mir-residenti ta' l-inħawi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien se nirrispondi mill-memorja billi ngħid li l-ħsieb ta' l-MDC huwa li talloka dawk il-fabbriki żgħar li għadhom vojta.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li f'dan ir-rigward kien hemm xi oġġezzjonijiet mir-residenti ta' triq partikolari - bħalissa ma niftakarx x'jisimha - li n-naħa ta' wara tad-djar tagħhom tiġi għal fuq fejn kien prospettat li jiġu dawn il-fabbriki.", "Fuq din il-kwestjoni kien hemm suġġerimenti biex jinbidel il-pjan kollu u l-fabbriki l-ġodda jiġu allokati f'parti oħra ta' l-estate u kien hemm ukoll il-ħsieb li dawn il- fabbriki jiġu kklassifikati f'dak li huwa storbju u trabijiet li joħolqu.", "Barra minn hekk, jekk m'inix sejjer żball għax dejjem qed nitkellem mill- memorja, peress li kien hemm xi parti li kienet baxxa ħafna tant li tiġi f'livell aktar baxx mill-bini, kien hemm il-ħsieb li parti minn dawn il- fabbriki jiġu fil-livell t'isfel u oħrajn fis-sular ta' fuq.", "Dan hu li niftakar.", "Dwar x'kien ġara qabel dawn l-aħħar sitt xhur ma niftakarx u jekk l- Membru jrid aktar dettalji aħjar jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "P.A - PLAYING FIELDS - APPLIKAZZJONIJIET", "2301.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet li hemm pendenti għall- bini ta' playing fields li tressqu mill-kunsilli lokali u mid-dipartimenti tal-gvern?", "Dawn l-applikazzjonijiet għal liema lokalitajiet jirriferu?", "Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet u minn liema kunsilli lokali u dipartimenti saru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-applikazzjonijiet pendenti li hemm quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' playing fields hu kif jidher fil- lista li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fost l- applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemmx xi waħda mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar jew inkella minn xi dipartiment li bħalissa qed jagħmel xogħol f'San Pawl il-Baħar jew fl- inħawi ta' madwaru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bl-amment ma nistax nirrispondi u għalhekk aħjar jekk issirli mistoqsija bil-miktub.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li huwa impossibbli li nkun naf x'applikazzjonijiet daħlu minn Malta kollha.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, qed nagħmel din id-domanda għax għalkemm għall-domanda li saret il-bieraħ mill-kollega tiegħi, l-Onor Jesmond Mugliett, dwar xogħlijiet li qed isiru f'Buġibba, ir-risposta kienet li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra, jien qed nassumi li f'dan il- każ partikolari l-informazzjoni kienet diġa' inġabret iżda se tingħata aktar 'il quddiem.", "Fi kliem ieħor, li nixtieq inkun naf huwa jekk fir- rigward ta' xogħlijiet li qed isiru f'Buġibba hemmx xi applikazzjoni minn xi dipartiment tal-gvern jew mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "Kif diġa' indikajt, l-applikazzjonijiet deħlin bil-mijiet", "u għaldaqstant jien ma nistax inkun naf bl-amment, su due piedi, jekk hemmx xi applikazzjoni partikolari jew le.", "Għalhekk nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub ħalli niġbor l-informazzjoni u nassigurah li dik l-informazzjoni nagħtihielu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-mistoqsija li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Galea għamiltha jien u fit-tweġiba intqal li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għalissa.", "Pero' kull min hu midħla tal-proċedura ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar jaf li l-awtorita' għandha ħafna informazzjoni stored fil-computer dwar applikazzjonijiet pendenti u għaldaqstant jien ma nistax nifhem għala ingħatat dik it-tip ta' risposta meta kulma trid huwa żewġ minuti biex wieħed ikun jaf x'tip ta' applikazzjonijiet hemm.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għal dik il-mistoqsija partikolari forsi trid żewġ minuti jew tlieta biex tinġabar, imma għandi u għand l-istaff tiegħi u għand l- Awtorita' ta' l-Ippjanar jasal volum ta' informazzjoni fl-aħħar minuti.", "Dawn il-mistoqsijiet l-ewwel iridu jmorru quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, din tagħti risposta, imbagħad jiġu għandna fejn jien niċċekjahom u wara ngħaddihom fis-segretarjat biex jiġu ttajpjati.", "Jien m'għandix xi erbgħin ruħ miegħi fuq dan ix-xogħol.", "GĦaldaqstant wieħed irid jifhem li aħna m'għandna l-ebda skop li nżommu l-informazzjoni u nassigura lill-Onor.", "Membru li f'seduta oħra jkollna l-informazzjoni miġbura.", "Jien ma naħsibx li hemm x'taħbi fuq dawn l-affarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien naħseb li d-domanda speċifika hi li hemm allegazzjoni li l-Bugibba action committee beda xi xogħlijiet mingħajr ma applika jew mingħajr ma qagħad jistenna l-permessi neċessarji, u allura hawnhekk, indipendentement milli jekk saritx applikazzjoni jew le, nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jekk jafx b'dan il-każ?", "In vista ta' din l- allegazzjoni - jekk hija vera, hija waħda gravi - x'miżuri se jieħu biex jinvestigaha kemm jista' jkun malajr?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nerġa' nassigura li l-informazzjon għall-mistoqsija li saret qiegħda tinġabar u malli tasalli ngħaddiha lil din il-Kamra.", "Pero' jiena ma nistax nifhem l-\"allegazzjoni gravi\" x'taħbat għaliex safejn jiena nformat it-toroq li saru qabel l-elezzjoni f'Tal- Barrani kollha saru bla ma kien għadu nħareġ il-permess u allura jekk il- kwestjoni li qed iqajjem l-Onor.", "Interpellant hija gravi, din hija kienet gravi aktar minnha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jidhirli li f'waħda mill-mistoqsijiet parlamentari li kien hawn il-ġimgħa li għaddiet, il-Kunsill Lokali ta' San Gwann kellu enforcement notice fuq xi xogħol li kien qed jagħmel u għaldaqstant nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jistax jgħid jekk ix-xogħol li kien qed isir f'San Gwann huwiex wieħed mix-xogħlijiet li hemm pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jekk dan jidhirx fil-lista li għandu quddiemu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Inti qed titkellem fuq il-playing fields?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-ġimgħa li għaddiet kien hawn mistoqsija parlamentari u bi tweġiba ntqal li l-Kunsill Lokali ta' San Gwann għandu enforcement notice fuq xi xogħol li qed jagħmel - jidhirli li dan kien ġnien pubbliku.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol jidhirx fil-lista li għandha quddiema l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nirrispondih.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nistax niftakar l-eluf ta' każi li hemm quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-mistoqsija li għaliha l- Onor. Galea qed jagħmel mistoqsija supplimentari hija jekk nistax nagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' playing fields u ma titrattax affarijiet oħra.", "P.A. - SURVEYS", "2541.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'surveys ġew ikkommissjonati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mingħand aġenziji jew kumpanniji privati kemm lokali kif ukoll barranin, matul l- 1995 u l-1996?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Matul l-1995 u l-1996, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikkommisjonat is-surveys li jidhru hawn taħt:", "1)Employment & Training Corporation - Supply of Data re Employers", "2)Alex Camilleri - North West Malta Local Plan Ecological Survey", "3)MISCO International Ltd. - Household Migration Survey", "4)Ewan Anderson - Agriculture on the Island of Gozo", "5)Water Service Contribution - Data Collection Exercise for the Maltese Islands", "6)MISCO International Ltd - Research on Development Planning in Cyprus", "7)Malta University Services Ltd. - North West Malta LP - Archaeology of Urban Settlement", "8)Malta University Services Ltd. - North West Malta Countryside Archaeology", "9)Malta University Services Ltd. - Grand Harbours Local Plan", "10)Malta University Services Ltd. - Ecology North West Local Plan", "11)Malta University Services Ltd. - North Harbour Local Plan", "12)Wardell Armstrong - Mineral Resource assessment", "13)Misco International Ltd. - Shopper Survey 3500 interviews", "14)Theatre Projects - National Arts Centre Malta", "15)Malta University Services Ltd. - Beaches database", "16)County Planning Dept. - NW Malta Country Plan - Landscape", "17)BR Services - Housing Quality Survey 4000 interviews", "18)Misco International Ltd. - Cruise Passenger Survey", "19)BR Services Ltd. - Tourism & Recreation Community Survey 3500 interviews", "20)Misco International Ltd. - Tourist Survey 1250 interviews", "21)Misco International Ltd. - Business Survey 800 questionnaires", "SAG - SITWAZZJONI PREŻENTI", "2748.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindaga fuq is- sitwazzjoni preżenti fit-tmexxija ta' l-SAG peress li diversi membri qed jilmentaw mill-fatt li saħansitra qed jiġu sfurzati b'riskju kbir għalihom li joqogħdu fl-istess ċella ma' priġunieri waqt guard duty bl-skuża ta' tisħiħ fis-sistema ta' sigurta'?", "Jaf il-Prim Ministru li din l-attitudni awtokratika ta' xi wħud qed tiddemoralizza lill-membri ta' dis is-sezzjoni tant importanti li hemm fi ħdan il-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat illi l-immigranti illegali fil-kumpless tal-S.A.G. f'Ta' Kandja ma jinżammux ġewwa ċelel imma f'dormitorju li huwa wkoll separat mid-dormitorji wżati mill-membri ta' l- S.A.G.", "Ninsab informat ukoll illi l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija ma waslilha l-ebda ilment f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm immigranti illegali f'Ta' Kandja?", "Dan qed nistaqsih għax in vista tad-domanda li saret in-numru ta' immigranti illegali li hemm jagħmel differenza fis-sens li qabel il-membri ta' l-S.A.G. kienu jagħmlu għassa fuq dawn l-immigranti illegali minn barra filwaqt li issa qed jgħassuhom minn ġewwa mingħajr ma jkunu armati.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex dawn l-immigranti illegali li, għalkemm kisru l-liġi, wieħed ma jistax iqishom bħala kriminali u allura mhux xieraq li jinżammu l-ħabs, jinżammu f'xi post ieħor minflok f'Ta' Kandja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'inix f'pożizzjoni li nispekula fuq il-bażi ta' l- ewwel mistoqsija li għamel l-Onor.", "Interpellant u allura jekk jagħmel mistoqsija preċiża nkun nista' nirrispondih eżattament fuq kemm hemm jew kemm kien hemm minn dawn l-immigranti illegali.", "Dwar it-tieni mistoqsija, ir-risposta għaliha tinkwadra ruħha fix-xogħol li qiegħed isir u li se jkompli jsir", "fil-programm ta' riforma li għaddej minnu il-Korp tal-Pulizija.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti, il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim MInistru): F'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' impjegati nisa li ħadu sena leave bla ħlas biex jieħdu ħsieb wild addottat bejn l-1990 u l-1996, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 626;", "Informazzjoni dwar servizz ta' telefon ċellulari f'dipartimenti tal- gvern u korpi parastatali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 628; u", "Tabella li turi n-numru ta' ħaddiema fis-servizz pubbliku li matul l- 1996 id-dħul tagħhom eċċeda Lm7,000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2990.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: (Ministru tal-Kummerċ) Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ammont written off mill-Korporazzjoni Enemalta għal konsum ta' dawl fi street lighting bejn il-15 ta' Mejju u l-15 ta' Novembru 1995, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2605.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Deskrizzjoni tax-xogħol ta' consultant geriatrician fid-Dipartiment għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3277;", "Lista ta' mard prinċipali li konsegwenza tiegħu ġew ammessi pazjenti fl-Isptar San Luqa bejn Jannar u Novembru 1996 maqsuma skond l-eta', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 35; u", "Informazzjoni dwar impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa li rriżenjaw mix-xogħol bejn l-1988 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 38.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IT-TLETTAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il-ħin tad-diskussjoni ta' llum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- Gvern.", "Issa nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nipproponi:", "VOT 12 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm5,558,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 12 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 13 - AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,038,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 - Ambjent, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT II - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,027,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "THE CHAIRMAN: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija waħda mill-istituzzjonijiet li l-iktar qiegħda taħt l-iskrutinju pubbliku u dan minħabba li fir-rigward ta' din l-istituzzjonil il-pubbliku għandu aspettattiva għolja.", "Skond iċ-Chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il- pubbliku qiegħed jippretendi li din l-awtorita' sservi ta' gwida sabiex ikun hawn żvilupp sostenibbli u sabiex dan l-iżvilupp isir b'ordni u b'effiċjenza.", "Il-Partit Laburista kien jikkritika lil din l-awtorita' u kien ipinġiha bħala speċi ta' paraventu biex meta jaqbillu Gvern Nazzjonalista jistaħba warajha.", "Fil-fatt, fittixt id-diskussjoni fuq l-Estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ta' meta kien għad hawn il-Gvern Nazzjonalista u sibt li dakinhar, il-Viċi Prim Ministru", "George Vella kien qal li meta ma jaqbillux il-Gvern kien qiegħed iwaħħal fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar filwaqt li l-istess awtorita' kienet qed tgħid li għandha ċerti restrizzjonijiet dwar kif tista' teżerċita' l-kontrolli tagħha.", "Minkejja ħafna kritika, anke tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista li kien sejjaħ lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħala imperu, il- Gverm Laburista s'issa għadu ma biddel xejn mill-istrutturi jew mill- għanijiet jew mill-operat ta' l-awtorita'.", "Fil-fehma tiegħi, huwa diffiċli li jkollok awtorita' li fl-istess ħin tkun trasparenti, effiċjenti, imparzjali, sensitiva u li tħares 'il quddiem għax hawnhekk wieħed irid jiftakar li qabel din l-awtorita' kien jeżisti biss il-baħħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ippjanar.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Partit Laburista meta tela' fil-gvern talab li jsir audit ta' din l-awtorita' u minkejja li issa għaddew ix-xhur dan l-audit għadu ma ġiex ipubblikat.", "Forsi l-Gvern Llaburista hawnhekk ma sabx dik il-ħofra li l-Ministru seta' joħroġ jgħajjat dwarha.", "F'dawn il-granet qegħdin ngħixu fi żmien ta' inċertezza f'dak li jirrigwardja l-awtorita' peress li wieħed għix jisma' ħafna għajdut li l- Ministru se jibda jieħu rwol iktar attiv fiha jew li se jibda jintervjeni f'ċerti deċiżjonijiet jew proċessar jew li qed jibdel il-policies.", "Per eżempju, smajt li l-policies għall-estensjonijiet f'HOSs se jinbidlu biex ċerti affarijiet li qabel ma kenux permessibbli jkunu jistgħu jsiru.", "F'laqgħa li kellu mal-Kamra tal-Periti, il-Viċi Prim Ministru stess qal li se jiddevolvi parti mill-proċess tal-permessi lill-periti li jaħdmu mal- privat.", "F'mistoqsija parlamentari jiena staqsejt liema parti ta' l- ipproċessar se tkun devoluta u t-tweġiba kienet li s'issa għadhom qed jistudjaw u allura risposta tingħata fi stadju ieħor.", "Mhux sewwa li jibqgħu dawn l-inċertezzi rigward l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex minn barra li din hija istituzzjoni fraġli, ix-xogħol tagħha jimpinġi fuq l- ambjent, xi ħaġa li pajjiżna ma jistax jaffordja li jkompli jiddeterjora.", "Il-kritika li rridu nagħmlu llum għandha tkun kritika mhux biex nimminawha imma sabiex xi darba naslu biex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar verament tilħaq l-għan li twaqqfet għalih ħalli tkun awtorita' imparzjali, trasparenti u effiċjenti.", "Jiena nawgura li dan iseħħ anke issa taħt Gvern Laburista.", "Minkejja dan kollu aħna għadna 'l bogħod milli nilħqu dawn l-għanijiet u fil-fatt, anke meta konna għadna fil-gvern aħna konna nagħmlu l-kritika tagħna li ħafna drabi ma kenitx tkun indirizzata lejn l-għanijiet ta' l- awtorita' imma aktar lejn l-operat tagħha.", "Sur President, meta wieħed jitkellem fuq l-operat ta' l-awtorita' jrid iżomm f'moħħu li din hija magħmula minn diversi units differenti bi rwoli differenti.", "Per eżempju, filwaqt li l-istrategic planning unit twaqqfet biex tagħmel u tirrivedi l-Pjan ta' Struttura, id-development control commission twaqqfet biex toħroġ il-permessi u għalhekk dawn iż-żewġ units għandhom performances differenti.", "Hawnhekk ta' min iżid li mbagħad hemm ukoll il-bord ta' l-appell li għalkemm ma jaqax eżattament taħt l-awspiċi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-Vot tiegħu jittieħed minn dak ta' l- awtorita'.", "Wieħed jista' jgħid li bi ftit eċċezzjonijiet issib li hemm nuqqasijiet fil-units kollha ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Per eżempju, l-istrategic planning unit, li huwa unit kbir, minkejja li għandu ħafna x'jagħmel, il-kap tiegħu kien jindaħal ħafna fil-major projects li ma kenux jaqgħu strettament taħt ir-responsabbilta' tiegħu, bil-konsegwenza li kien qed ikun hemm ħafna dewmien f'xogħol li għandu x'jaqsam mal-Pjan ta' Struttura.", "Dan il-unit jikkordina x-xogħol ma' dak il-unit li jfassal il- pjanijiet lokali.", "Fil-fatt, suppost isiru seba' pjanijiet lokali fejn kull pjan lokali jkun maqsum f'diversi setturi u jekk, per eżempju, nieħdu l- Pjan ta' Struttura għall-Majjistral ta' Malta nsibu li dan fih tliet action plans.", "GĦalhekk, l-istrategic planning unit irid jagħti wkoll ir-reazzjoni tiegħu fuq kull wieħed minn dawn is-setturi u allura ċertu xogħol, speċjalment dak li għandu x'jaqsam mal-local plans, qiegħed jaqa' dejjem lura.", "Din is-sitwazzjoni jista' jkollha effett fuq affarijiet oħra li mhux bilfors għandhom x'jaqsmu direttament ma' l-ippjanar bħal, per eżempju, il- fatt li għakemm il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp kellha master plan għall- qasam tas-snajja' ta' Ta' Qali li kien ilu lest xi sentejn, dawn qagħdu jittitubaw biex jipprovaw il-permess meħtieġ.", "F'dan il-każ, is-suspett tiegħi huwa li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar żammet lura milli tapprova dan il- pjan sabiex tifformola viżjoni aktar wiesgħa dwar Ta' Qali u mbagħad tinfilza l-ideat kollha ma' xulxin.", "Id-dewmien u l-ineffiċjenza ta' l- awtorita' dwar dan il-master plan għal Ta' Qali wasslu biex il-pjanijiet li kellhom ċerti artiġjanati u businessmen biex itejbu s-set-up tagħhom kellhom jibqgħu iffriżati għal xi sentejn.", "Sur President, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tiġbed ħafna antipatija minħabba l-operat tagħha, operat li kultant joħloq regoli li minflok ma' jżidu l-effiċjenza pjuttost jikkaġunaw aktar tbatija.", "Per eżempju, l- enforcement section dan l-aħħar ħarġet proċedura - jien ma narax li hemm bżonnha - li permezz tagħha jekk koppja takkwista proprjeta' in shell form li tkun parti minn kumpless u tasal biex iddaħħal id-dawl u l-ilma, il- building inspector jiġi jispezzjona l-post u jekk jara li l-aperturi ma jkunux imwaħħla fil-units kollha, l-building inspector's report ma joħroġx qabel ma l-units kollha jkollhom l-aperturi.", "Dan qed jirriżulta f'każijiet fejn koppji għandhom il-proprjeta' tagħhom iffriżata u ma jistgħux ilestuha minħabba li ċerti units ikunu għadhom mhux mixtrija.", "Jiena smajt - peress li ili nistaqsi fuqha - li l-awtorita' qiegħda taħdem biex issib soluzzjoni għal din il-problema u nawgura li jsibu soluzzjoni tajba u jatwawha għaliex jiena naf każijiet ta' klijenti tiegħi li qegħdin ibatu minħabba f'hekk.", "L-ispirtu ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jitlob li din tkun trasparenti, jiġifieri jekk applikant iħoss li għandu jagħmel sottomissjoni verbali meta l-bord ikun se jiddeċiedi dwar il-permess tiegħu, dan jagħmel talba bil-miktub f'dan is-sens u mbagħad il-bord jgħajjatlu biex jisma' s- sottomissjoni tiegħu.", "Pero' f'każ li applikant jagħmel talba biex jagħmel sottomissjonijiet verbali, dan ikun ifisser li l-ħruġ tal-permess ikun ġie pospost f'xi erba' xhur għaliex il-bord iddeċieda li f'kull seduta jisma' biss numru limitat ta' sottomissjonijiet verbali u allura kulħadd irid joqgħod jistenna t-turn tiegħu.", "Fil-fehma tiegħi dan m'huwiex l-ispirtu ta' trasparenza li ridna ndaħħlu fl-awtorita'.", "L-istess jiġri meta tagħmel appell quddiem id-development control commission fejn mill-inqas qegħdin nistennew sena biex tiġi appuntata l- ewwel hearing u mbagħad, jekk fl-ewwel seduta tintalab li ssir site inspection, ikollok tistenna xi xahrejn oħra sabiex din issir.", "Dan biex ma nsemmix li wara jkollok tistenna xi xahar ieħor sabiex ikun hemm l-ewwel seduta għas-smigħ tal-każ.", "Dan ifisser li għandna każijiet fejn appell idum sena u tliet xhur biex jibda jinstema' wara li titfa' l-appell.", "Jiena naħseb li l-bord ta' l-appell qiegħed jikkopja l-aktar element negattivi mis-sistema tal-qorti.", "Meta taqra r-rapport annwali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ssibu mimli kliem pożittiv u fil-fatt jekk wieħed iħares mill-perspettiva nazzjonali ma jistax ma jarax il-kontribut pożittiv ta' l-awtorita'.", "Wieħed irid jiftakar li qabel ma ddaħħlu dawn il-konċetti kien hemm biss sistemi arbitrarji u diskrezzjoni assoluta min-naħa tal-ministru, la kien hemm ppjanar u lanqas pjanti aġġornati ta' Malta u GĦawdex ma kien hemm fuq xiex isir l-ippjanar.", "Aħna l-periti veru li ngorru mill-awtorita' pero' naħseb li m'hawnx perit serju li jemmen li xi darba nistgħu nreġġgħu l-arloġġ lura bħal, per eżempju, fil-każ ta' l-obbligu li l-gvern ukoll għandu japplika għall-permessi għall-bini.", "Illum din saret qisha xi ħaġa naturali pero' disa' snin ilu lanqas biss konna qatt smajna biha.", "Dan ifisser li kien it-twaqqif ta' l-awtorita' li tat liċ-ċittadin id-dritt li jkun jista' jagħmel l-oġġezzjonijiet tiegħu f'qafas organizzat, li jsegwi t-teħid tad- deċiżjonijiet u anke d-dritt li jista' jappella minnhom.", "Diġa' rajna każijiet fejn individwi u nies komuni, għaliex kellhom struttura fejn jistgħu jipprotestaw għamlu dan u ħadu r-raġun, bħal fil-każ tal-Mare d'Oro.", "B'din l-istruttura individwu li ma jkunx kuntent b'deċiżjoni li tkun ħadet l-awtorita' għandu erba' stadji fejn jista' jappella.", "GĦall-ewwel darba, illum qegħdin nistudjaw kemm se jservuna r-riservi naturali tal-ġebla Maltija, x'inhuma l-proġettazzjonijiet għall-art li nirrikjedu għal kull xorta ta'bini, anke ta' skejjel.", "Permezz ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bdejna l-iskedar ta' żoni u ta' monumenti storiċi.", "Dan huwa meqjus bħala l-ewwel pass biex issir konservazzjoni vera, jiġifieri li tkun taf x'monumenti għandek, fejn huma u x'valur għandhom.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' skedar ta' monumenti, Malta kienet għadha mitt sena lura ħdejn pajjiżi Ewropej għaliex dawn kienu bdew l-iskedar tal-monumenti fl-aħħar tas-seklu l-ieħor.", "GĦall-ewwel darba wkoll daħal il-konċett taż-zoning xjentifiku fl- ippjanar.", "L-iskemi qabel kienu jitkellmu biss fuq fejn tista' tibni u jekk il-bini jkunx jikkonsisti f'vilel, bungalows jew terraced houses u jekk kont tkun trid tibni uffiċini jew ħwienet ma kellek l-ebda direzzjoni jew gwidi fuqiex timxi.", "Illum għandna policies dwar dan u li, fil-fehma tiegħi, jiddefendu anke d-dritt tal-proprjeta' privata, pero' mhux kull zoning li qed isir huwa tajjeb għax fil-fehma tiegħi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kultant qed tagħti interpretazzjoni dejqa wisq ta' x'jista' jsir f'żona residenzjali.", "Hawnhekk ma rridux ninsew li fid-dinja tal-lum tista' tmexxi business anke minn dar privata permezz ta' l-informatika.", "GĦandna wkoll il-local plans li jittraduċu l-policies tal-Pjan ta' Struttura fuq livell ta' lokal u dawn qed joħolqu proċedura interessanti.", "Dan l-aħħar, flimkien ma' deputati oħra ta' din il-Kamra u membri tal- Kunsill Lokali tal-Marsa, ipparteċipajt f'laqgħa fejn iddiskutejna d-draft local plan tal-Marsa, eżerċizju interessanti ferm għax tara l- partiċipazzjoni taċ-ċittadini sseħħ permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil- lokal.", "Il-ħidma ta' l-awtorita' wkoll daħlet fil-proċess ta' kif il-pajjiż ireġi l-iżvilupp tiegħu, proċess li jinvolvi l-iskrutinju ta' l-Ombudsman - jekk irridu nibdew minn fuq - u li jmur għall-parteċipazzjoni tad- dipartimenti, ta' l-NGO's, tal-kunsilli lokali - per eżempju, l-enforcement officers jiltaqgħu regolarment mal-kunsilli lokali - u ta' l-individwi.", "Mr Chairman, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha 'l bogħod milli tilħaq l- għanijiet li twaqqfet għalihom, pero' dan m'għandux iżommna milli nistinkaw sabiex ngħinuha tasal għal dan.", "Jiena smajt li l-Gvern Laburista talab pariri lill-Avukat Ġenerali biex jara kif jista' jevita milli jgħaddi ċerti permessi mill-Awtorita' u, fl-opinjoni tiegħi, dawn it-tip ta' tentattivi iservu biss biex iġarrfu din l-istituzzjoni fejjieda.", "Saru anke mistoqsijiet parlamentari f'dan ir-rigward u hawnhekk jien għandi suspett li l-Gvern ma tefax applikazzjoni għal xogħol li nbeda f'Buġibba.", "Jien nerġa' nappella lil dan il-Gvern biex jgħin lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar tieħu l-pass li jmiss, jiġifieri li tilħaq l-għanijiet tagħha billi tkun awtorita' effiċjenti, sensittiva u umana.", "Grazzi.", "Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Mr Chairman, sa ftit snin ilu meta konna nitkellmu fuq l-ambjent konna nifhmu affarijiet differenti ħafna minn dak li nifhmu bihom illum.", "Sa 30 sena ilu, meta konna nitkellmu fuq l-ambjent, konna nifhmu pjuttost hwejjeġ bħal, tiżjin, embellishment jew inkella l- kondizzjonijiet tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Illum il-ġurnata dawn l-affarijiet tbiddlu totalment u kulħadd qed japprezza li l-ambjent għandu konnotazzjonijiet kulturali, xjentifiċi, ekonomiċi u anke rikreattivi.", "Dan m'huwiex sempliċiment xi feeling tagħna, imma dan l-aspett ġie rapportat ukoll f'sondaġġi li ma naħsibx li huwa lok li noqgħod nidħol fihom hawnhekk.", "Illum il-ġurnata fenomini bħalma huma l-arja, l-istorbju, l- ilma li nixorbu, il-kampanja, it-tnaqqis f'dik li hija art agrikola u kampanja, kif ukoll l-iskart saru parti mill-vokabolarju tagħna ta' kuljum.", "Meta njipprovaw nifhmu x'qiegħed iħarbat dan l-ambjent - għax illum l-ambjent nidħlu fih biex iktar nindokrawh u biex nieħdu ħsiebu ħalli ma nitilfuħx - naraw li meta aħna jkollna attivita' produttiva din se jkollha effett fuq l-ambjent u jekk ma jkunx hemm investiment biżżejjed u jekk ikun hemm nuqqas ta' kontroll dawn kollha jħallu effett fuq l-ambjent.", "Mr Chairman, fl-opinjoni tiegħi, in-nuqqas ta' qbil li hawn ta' kif l- ambjent jimposta ruħu vis-a-vis il-bniedem hija ħaġa kruċjali biex insalvaw l-ambjent.", "Illum il-ġurnata għandna ħafna estremitajiet fejn min-naħa waħda għandek min jgħidlek li l-bniedem huwa suprem u jagħmel li jrid u li jgħoġbu, filwaqt li min-naħa l-oħra għandek ambjentalisti li jgħidulek ħalli n-natura tfendi għar-rasha u tieħu ħsieb liliha nnifisha hi.", "Xejn minn dan kollu!", "Hawn insibu li l-ħsieb tal-Partit Nazzjonalista jieħu l- għeruq tiegħu mill-konċett ta' ambjent Kristjan fejn il-bniedem tpoġġa responsabbli għal dak li hemm madwaru.", "Aħna nħossu li l-bniedem huwa ċ- ċentru ta' l-ambjent, il-bniedem huwa ċ-ċentru tan-natura, iżda għalkemm il- bniedem huwa ċ-ċentru ta' dawn l-affarijiet kollha m'għandux jitqies li l- bniedem qiegħed hemm biex iħarbat id-dinja li jgħix fiha.", "Aħna nħossu li l- bniedem għandu kemm drittijiet fuq l-ambjent kif ukoll responsabbiltajiet.", "GĦandu d-drittijiet għax hu jifforma parti kruċjali mill-ambjent u allura m'għandniex narawh bħala ħaġa estranja li qegħda tħassar l-ambjent, u mill- banda l-oħra l-bniedem għandu responsabbiltajiet tiegħu lejn l-ambjent, jiġifieri jrid jiżen kif jitmexxa l-ambjent.", "Irridu nimmiraw għal ambjent ċivili fejn kulħadd isib in-niċċa tiegħu, fejn kulħadd jgħix ma' kulħadd, fejn mhux inqisu l-bniedem bħala żejjed jew li niddefendu l-ambjent minnu imma għandna naraw li l-bniedem jerfa' r-responsabbilta' tiegħu billi jikkontrolla l-attivitajiet tiegħu.", "Il-goal aħħari għandu jkun li nsibu soluzzjonijiet li jigganċjaw l-iżvilupp soċjo-ekonomiku - illum il- ġurnata ħadd ma jista' jżomm l-iżvilupp u dan jenħtieġ li jsir - mar- rispett li għandu jkollna lejn l-ambjent.", "Naħseb li l-iktar mod ċar li ġie muri dan il-konċett kien fir-rapport ta' Bruntland għall-Kummissjoni Dinjija ta' l-Ambjent, fejn jgħid li \"l-iżvilupp ikun sostenibbli meta jissodisfa l-ġenerazzjoni tal-lum bla ma jagħmel xejn biex jirrovina s- sodisfazzjon tal-ġenerazzjonijiet t'għada.\"", "Illum il-ġurnata, il-poplu tagħna qiegħed japprezza u jemmen ħafna affarijiet.", "Il-poplu qiegħed japprezza wkoll li kultant qed inħallu l- emozzjoni taħrab bina, jekk mhux ukoll napprofittaw irwieħna b'ċerti affarijiet għal skopijiet partiġġjani.", "Hawnhekk wieħed jista' jsemmi l- kwestjoni tal-kaċċa u l-insib, fejn qabel u wara l-aħħar elezzjoni rajna kemm l-emozzjoni ġriet b'uħud minna, kemm ta' naħa u kemm ta' naħa oħra, kif ukoll bl-ambjentalisti u b'dawk li għandhom għal qalbhom l-insib u l- kaċċa.", "Mil-lat partiġjan jiena ma nistax nifhem kif illum il-ġurnata, wara li ħarġu l-aħħar regolamenti ta' l-insib u l-kaċċa, il-Ministru ta' l- Ambjent qed jgħid li rridu ngħolu l-liċenzji għax irridu nimxu bil-policy ta' the polluter pays.", "Din għalija hija perverzjoni tas-sens komun.", "Jiena naħseb li hawnhekk il-Ministru ta' l-Ambjent allura qed jaċċetta li dawn ir- regolamenti ġodda qed ikollhom ħsara fuq l-ambjent, imma minflok ineħħi l- affarijiet li se jħassru l-ambjent se jagħmel miżata fuqhom biex il- polluter ikun qiegħed iħallas għal dik il-ħsara!", "Jiena ma naħsibx li din għandha tkun aċċettabbli u naħseb li dan huwa mod kif aħna qegħdin napprofittaw ruħna mill-ambjent għal skopijiet partiġjani.", "Mr Chairman, naħseb li l-poplu llum il-ġurnata qed japprezza u jemmen li l-protezzjoni ta' l-ambjent xi drabi taf iġib magħha wkoll tniġġis ta' l- istess ambjent bħal fil-każ ta' l-impjant ta' riċiklaġġ.", "Meta aħna waqqafna l-impjant tar-riċiklaġġ, l-iskop kien biex nissalvagwardjaw l- ambjent billi nkunu nistgħu nutiliżaw u nirriċiklaw l-iskart, imma mbagħad ġara li minnu nnifsu dan beda joħloq proċess ieħor li kien qed jgħarraq l- ambjent b'irwejjaħ jintnu.", "Il-poplu qed japprezza wkoll li l-bniedem huwa ħaġa waħda ma' l-ambjent u allura hu għandu jgawdi l-ambjent mingħar ma jgħarrqu.", "Hawnhekk qed niftakar li meta kont segretarju parlamentari responsabbli għat-turiżmu kont ipprovajt nagħmel xi ħaġa dwar il-crowded beaches.", "Aħna għandna beaches, speċjalment dawk żgħar, li fil-aqwa ta' l-istaġun turistiku jkunu crowded tant li ma jkunx hemm fejn tiċċaqlaq u allura kont ipprovajt nutilizza l-ħafna rocky beaches li għandna.", "Ġara pero' li minħabba l-fatt li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dejjem oġġezzjonat li aħna nużaw dawn ir- rocky beaches kellna nabbandunaw dan il-ħsieb u ħallejna dan il-blat għall- flora u għall-fauna biss u ma ħallejniex lill-bniedem igawdi dan it-tip ta' ambjent.", "Illum wieħed qiegħed japprezza wkoll li l-kwestjoni ta' l-ambjent hi waħda urġenti u importanti.", "Jien ma nistax nifhem kif l-ambjent, li huwa tant importanti, illum il-ġurnata qiegħed igganċjat ma' ministeru ieħor, jiġifieri dak ta' l-affarijiet barranin.", "Il-Gvern ipprova jispjega dan il- fatt imma naħseb li hawnhekk l-ambjent ma ngħatax l-importanza li tixraqlu.", "Il-poplu qiegħed japprezza li kwestjonijiet ambjenali m'għandhomx jiġu meqjusa b'kejl differenti bħalma, per eżempju, qiegħed jagħmel il-Ministru preżenti fuq il-problema tal-boat houses.", "Hu qed jgħid li, iva, ħafna mill- boat houses li għandna f'postijiet differenti huma illegali imma mill- banda l-oħra rridu nħarsu lejhom ukoll mill-lat soċjali.", "Hawnhekk speċi qiegħed jgħid li l-uniku żvog ta' dawn in-nies - imsieken! - huwa dawn il- boat houses u allura jekk f'dawn il-każijiet nissodisfaw il-liġi nkunu qegħdin inneħħulhom l-uniku żvog i li għandhom u allura qed jgħid li rridu nħarsu lejn l-aspett soċjali ta' dawn il-boat houses.", "Jiena naħseb li hawnhekk imxew b'two weights and two measures għax min-banda n-nollijiet għal GĦawdex għollewhom għal dawk in-nies li kienu jagħmlu l-btala tagħhom ta' darba fis-sena f'GĦawdex u mbagħad, fl-istess nifs, qed jgħidu li rridu naraw l-aspett soċjali ta' fil-każ ta' dawn il-boathouses.", "Jiena naħseb li fiż-żewġ leġislaturi Nazzjonalisti ta' dawn l-aħħar disa' snin u nofs aħna wrejna l-apprezzament tagħna għal dan kollu li qiegħed ngħid u fill-fatt kien fl-1990 li nħoloq is-Segretarjat għall-Ambjent biex imbagħad ftit wara waqqafna saħansitra l- Ministeru għall-Ambjent.", "Hawnhekk wieħed irid jiftakar li f'dan il-qasam qabel kien hemm assolutament baħħ.", "Imbagħad għaddejna l-Liġi għall- Ħarsien ta' l-Ambjent li pprovdiet il-qafas meħtieġ għall-pubblikazzjoni ta' regolamenti dwar dan il-qasam.", "Dan ġab miegħu żviluppi u responsabbiltajiet varji kemm fit-tħejja ta' l-ewwel pjan ta' struttura u kemm bit-twaqqif ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li kif qal sieħbi l-Onor.", "Mugliett, għalkemm għandha l-ħafna difetti kienet żvilupp kruċjali speċjalment wara s-sitwazzjoni li kien hemm fill-leġislatura Laburista ta' qabel l-1987.", "Struttura oħra li waqqaf kienet id-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent biex jieħu ħsieb il-konservazzjoni tan-natura, il- kontroll tal-pollution, l-iżvilupp tan-non-urban areas u anke it-twaqqif tal-cleaner technology centre.", "Pass ieħor li wettaqna kien meta l- amministrazzjoni ta' dawn l-affarijiet kollha għaddejnihom minn idejn il- gvern ċentrali għal għand il-kunsilli lokali.", "Mr Chairman, jekk naraw il-ġid kollu li ħareġ minn dawn l-affarijiet li saru f'dawn id-disa' snin u nofs, naraw kemm aħna poġġejna l-ambjent fuq sisien sodi.", "Minn dan ix-xogħol kollu ħarġu r-regolamenti għall-ħarsien ta' l-ambjent li mbagħad ġabuna f'pożizzjoni li nkunu nistgħu nirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Berna.", "Inħolqu numru ta' riservi naturali li tant kellna bżonn, ġie ntrodott il-konċett ta' l-environmental impact assessment, kif ukoll ġie ppreparat is-sewerage master plan fejn hemm ippjanati tliet impjanti ġodda għat-tisfija tad-drenaġġ u fejn ġie stabbilit x'jista' u x'ma jistax jintefa' fid-drenaġġ.", "Twaqqaf unit biex tiġi kordinata l-azzjoni meħtieġa għal kontra xi spills taż-żejt, ħaġa illi lilna twerwirna f'baħar magħluq bħalma huwa l- Mediterran, u l-istrateġija ġdida dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart li llum il-ġurnata għandu bżonn ta' bidliet radikali, li nisperaw li jitwettqu minn dan il-Gvern.", "Fit-tindif pubbliku rajna l-introduzzjoni ta' sistemi totalment ġodda bħal, per eżempju, il-knis mekkanizzat, l-iskips, l-involviment tal- koperattivi u ħafna affarijiet oħra.", "Ma ninsewx ukoll il-kampanji edukattivi li saru biex il-poplu tagħna japprezza l-ħtieġa ta' l-ambjent aktar nadif u san.", "Mr Chairman, ma rridx ninsa lanqas il-cleaner technology centre ġewwa l- Universita' li jagħti pariri lill-industrija fuq l-użu ta' teknoloġija li tikkawża l-inqas tniġġiż.", "F'dan il-kontest rajna tnaqqis fit-tniġġiż li tiġġenera l-power station billi waqaf l-użu tal-faħam.", "Rajna ukoll tnaqqis drastiku fl-importazzjoni ta' sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saff ta' l- ozone.", "Dwar il-prezz tal-petrol, irrid infakkar li meta ġie ntrodott il- petrol mingħajr ċomb, dan għamilnielu prezz inqas mill-istandard petrol biex jiġi promoss l-użu tiegħu.", "Mr Chairman, dawn l-iżviluppi kollha seħħew permezz tas-set-up li nħoloq fid-disa' snin u nofs ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Dawn il-miżuri kienu qiegħdin ippoġġuna f'pożizzjoni li nagħtu l-kontribut tagħna anke fl- isfera internazzjonali.", "Jiena nawgura illi fis-snin li għandu quddiemu dan il-Gvern ikun jista' jagħti l-kontribut tiegħu wkoll lejn l-ambjent bħalma għamlet l-Amministrazzjoni Nazzjonalista billi jimxi b'politika fejn il- bniedem ikun parti fundamentali minn ambjent san u bilanċjat.", "Dan iġib miegħu kemm drittijiet kif ukoll doveri biex dak li hemm madwaru llum jitgawda kemm mill-ġenerazzjonijiet tal-lum kif ukoll minn dawk li għad iridu jiġu warajna.", "Ix-xewqa tagħna hija li ngħaddu għal ekoloġija konservazzjonista li tkun waħda serena u pożittiva.", "Jekk il-bniedem ikollu aċċess għall-informazzjoni dwar dak li jkun qiegħed isir u jekk ikollu l- mezzi legali biex jikkontrolla l-attivitajiet dannużi, jiena naħseb li x- xewqa tagħna, li wara kollox hija x-xewqa ta' din il-Kamra kollha, tkun tista' tiġi realizzata.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO dE MARCO: Sur President, hija l-użanza ta' din il-Kamra li hawnhekk jersqu ċerti emendi interessanti u għaldaqstant se nressaq din l- emenda għall-Vot 12:", "VOT 12 -MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,297\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,296\".", "Delete the figure \"Lm 10,297\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,296\".", "Sur President, kemm hi sabiħa l-ħajja u kemm hi sabiħa d-demokrazija!", "Fil-budget l-ieħor, il-kollega tiegħi ppreżenta emenda f'dan il-kontest fil- konfront tiegħi u llum jien qed nippreżentalu l-istess emenda fil-konfront tiegħu.", "Voldieri, hawnhekk tibda tara l-ġmiel ta' demokrazija li temmen preċiżament fl-alternanza.", "L-alternanza hija riżultat ta' ħidma li, naħseb, ikkontribwew ħafna individwi għaliha biex illum inkunu nistgħu ngħixu din il-ħajja demokratika fejn inkunu nistgħu ngħixu b'mod illi kulħadd ikollu l-liberta' ta' l-espressjoni tiegħu, kulħadd ikollu l- konvinċiment li qed jivvota kif jaħseb li hu l-aħjar għal pajjiżu u joħloq ukoll konvinċiment daqstant ieħor qawwi illi bniedem li qiegħed jemmen f'linja politika għada jew pitgħada se jkollu l-appoġġ tal-poplu warajh.", "Jien naħseb li dan huwa l-mod kif wieħed għandu jaffaċċja d-demokrazij u mhux jaħseb li għax linja politika hija aċċettata llum, din se tibqa' tiġi aċċettata għall-eternita'.", "Il-fatt li ċerta linja politika, għal xi raġuni jew oħra, ma ġietx aċċettata - allavolja din il-politika kellha l-appoġġ tal-maġġoranza assoluta tal-poplu għal tliet elezzjonijiet konsekuttivi fl- 1981, fl-1987 u fl-1992 - ma jfissirx li dik waqfet u spiċċat.", "Dik il- linja politika li wieħed jemmen fiha għandu jkompli jemmen fiha bl-onesta' kollha u f'kontest demokratiku għandu jkun konsistenti, persistenti u insistenti.", "Sur President, hemm żewġ metodi kif ħafna drabi wieħed jagħmel l-kritika lejn budget.", "X'jagħmel fill-każ odjern ta' pożizzjoni inversa tal-budget tas-sena l-oħra għall-budget ta' din is-sena?", "Wieħed jista' jgħid: Ħalli nara x'qal l-abbli kollega tiegħi, l-Onor.", "George Vella, is-sena l-oħra fil- konfront ta' dak il-budget, biex inbagħad nipprova nqiegħed dak id-diskors li kien għamel hu għas-sitwazzjoni tal-lum.", "Jekk wieħed jagħmel hekk jista' jkun anke dolċement antipatiku.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Per eżempju, insib illi l-kollega tiegħi fis-seduta tal-11 ta' Diċembru, 1995 beda d-diskors tiegħu b'naqra ta' kjass u tkaża bl-ammont li kien hemm ivvotat għas-safar.", "L-Onor.", "Membru hawn kien qed jagħmel il-kritika tiegħu għall-Voti tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li b'kollox kienu jammontaw għal Lm5.3miljun - bejn wieħed u ieħor ftit inqas milli huwa t- total tal-lum għall-istess ministeru - u qal hekk:", "\"... aktar minn Lm360,000 minnhom huma vvotati għall-infiq fuq safar, jiġifieri madwar Lm1,000 kuljum għas-safar f'pajjiż li għandu dejn ta' aktar minn Lm413 miljun, li jfisser madwar Lm1,100 għal kull persuna.\"", "Hawnhekk irrid inkun dolċement antipatiku għall-mument u ngħid li dan il- Vot tas-safar huwa wieħed mill-voti li żdied f'dan l-ewwel budget ta' Gvern Laburista u minn Lm360,000 tela' għal Lm390,000.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Jien bl-ebda mod mhu qed ngħid illi sar ħażin li f'dan il-budget il-Vot għas-safar minn Lm360,000 tela' għal Lm390,000 għax bqajna fil-kamp tar- raġonevoli u bqajna fil-kamp ta' dak li huwa essenzjali.", "Li qed ngħid huwa li s-sena l-oħra għax kien hemm Lm360,000 ivvotati għas-safar jien affrontajt din il-kritika li qed nonfoq Lm1,000 kuljum - mhux jien bħala jien, għax imbagħad sibna li l-ammont li jonfoq il-Ministru huwa infiniteżimu fil-konfront ta' l-ispiża totali ta' delegazzjonijiet li jmorru barra; mingħalija kien ilaħħaq bejn 15% u 16% ta' l-ispiża - imma llum dak il-Vot mhux biss ma naqqastuhx imma żidtuh.", "Allura forsi wieħed jgħid: B'liema skop sar dak id-diskors dak inhar?", "Wieħed jifhem li meta tkun qiegħed in-naħa ta' l-oppożizzjoni tkun qed tħares minn ċertu angolu, filwaqt li meta tkun qiegħed fuq in-naħa tal-gvern tkun qed tħares minn ċertu angolu ieħor.", "Jien ngħid li ċertament ma ġara xejn jekk is-somma għas-safar se titla' għal Lm390,000 (Interruzzjonijiet) U iva, hemm differenza ta' Lm30,000 li jekk tiddividihom bin-numru ta' ġranet li hemm f'sena ma nafx kemm jagħtuk!", "Imma hawnhekk wieħed bilfors jasal għall- konklużjoni li jekk biex il-Gvern jattwa l-politika tiegħu jeħtieġ nefqa ta' dak il-proporzjon, il-Gvern hu fid-dover li jonfoq dawk il-flus bl- għaqal u bl-aktar mod essenzjali.", "Qed ngħid hekk għax wieħed jista' jgħid ħafna affarijiet meta jitkellem fuq budget.", "Per eżempju, iIlum nieħu pjaċir nisma' ċertu kliem dwar kemm hi tajba l- Unjoni Ewropea u affarijiet oħrajn bħal dawn, pero' fid-diskors li kien għamel, il-kollega tiegħi kien qal hekk:", "\"... din trid tkun l-għażla tal-poplu Malti f'elezzjoni oħra, elezzjoni li trid tiddeċiedi - issa l-poplu huwa informat u jaf iktar fejn hi d-direzzjoni tal-partiti differenti - jekk il-poplu Malti jridx isegwi gvern li l-politika barranija tiegħu twassalna biex nidħlu taħt kontroll ta' struttura politika ekonomika militari li tirriduċina mill-ġdid għal stat ta' kolonjaliżmu - hawn min jgħidilha interdipendenza, jien ngħidilha kolonjaliżmu ġdid - jew inkella gvern li jemmen bis-serjeta' li għandu jsegwi politika barranija li biha jiggarantixxi li pajjiżna jibqa' jgawdi s-sovranita', l-indipendenza u n-newtralita' tiegħu u li l-poplu Malti u Għawdxi jibqa' verament b'rajh f'idejh.\".", "Jiena nixtieq nimmaġina lill-Onor.", "George Vella, meta mar jindirizza lill- kollegi tiegħu fil-marġini - għax issa aħna qegħdin fil-marġini - tal- Kunsill tal-Ministri ġo Brussels, jispjega fil-fehma tiegħu t-tifsira li kieku aħna nidħlu fl-Unjoni Ewropea inkunu qed nidħlu fi \"stat ta' kolonjaliżmu ġdid\".", "Allura dawk il-15-il pajjiż li hemm fl-Unjoni Ewropea, minn pajjiż żgħir daqsna bħal-Lussemburgu, u pajjiżi ftit ikbar minna, bħalma huma l-Irlanda u d-Danimarka, kif ukoll pajjiżi kbar bħall- Italja, l-Ingilterra, Franza u l-Ġermanja, dawn kollha qegħdin fi stat ta' kolonjaliżmu ġdid!", "U dan minħabba li din mhix vera interdipendenza imma hija \"politika barranija li twassalna biex nidħlu taħt kontroll ta' struttura politika, ekonomika u militari li tirrudiċina mill-ġdid għal stat ta' kolonjaliżmu\"!", "Sur President, dan qed ngħidu għal darb'oħra biex wieħed ikun kemm kemm antipatiku - mingħajr il-volonta' li nkun antipatiku fil-kontest tal- kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella - kif ukoll għax huwa essenzjali li l- politika barranija tiġi trattata b'dik ir-realta' politika li hija l-bażi fundamentali ta' l-interess nazzjonali, għax, wara kollox, il-politika barranija m'hi xejn ħlief metodu kif tħares lejn x'inhu l-interess nazzjonali.", "X'inhu l-interess ta' pajjiżek?", "X'direzzjoni trid tagħti lil dan il-pajjiż?", "Dan kif se jaffetwa d-direzzjoni tagħna fis-snin li ġejjin?", "Dan qed ngħidu għax huwa essenzjali li nifhmu ftit li meta titkellem ma' ħafna nies dawn jaħsbu li l-politika barranija hija xi ħaġa estranea għalihom.", "Hawnhekk irrid ngħid li mhux biss il-politika m'hijiex estranea għaċ-ċittadin kwalunkwe' fil-ħajja nazzjonali tagħna, imma l-politika barranija hija dik li tiddetermina l-għajxien preżenti u futur ta' pajjiżna.", "Għalhekk jiena dejjem appellajt li l-politika barranija hija essenzjali li tkun magħrufa mill-poplu u li m'hijiex xi speċjalizzazzjoni ta' ftit min-nies.", "Veru li hemm branki speċjalizzati imma l-effett ġenerali tal-politika barranija huwa xi ħaġa li taffettwa l-ħajja ta' kull Malti u tal-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Għaldaqstant huwa essenzjali ħafna li jkun hemm l-għaqal u kemm jista' jkun toroq komuni għal dak li jirrigwarda l-politika barranija tagħna.", "Sur President, per eżempju, waħda mill-aktar affarijiet li għamlet b'mod għaġġieli din l-Amministrazzjoni hija l-ħruġ mill-Partnership for Peace.", "Jiena nieħu pjaċir naqra d-diskors li għamel b'ħafna għaqal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "George Vella, meta fil-25 ta' Novembru kien għamel indirizz fil-marġini tal-General Affairs Council ta' l-Unjoni Ewropea fejn, fost affarijiet oħra, qal illi:", "\"Acting upon the mandate given by the electorate my Government has withdrawn Malta's participation from NATO's Partnership for Peace which is considered incompatible with our neutrality\".", "Din l-inkompatibilita' ta' newtralita' hija interessanti, pero' xi daqqiet ikun hemm ċertu ironija ta' l-istorja, bħalma ġara proprju dak inhar, għax meta l-Gvern Malti rtira l-parteċipazzjoni tiegħu mill-Partnership for Peace kellha tidħol l-Isvizzera.", "Mela ħarġet l-Isvizzera tal-Mediterran u daħlet l-Isvizzera ta' l-Alpi, l-aktar pajjiż ikkonsidrat bħala newtrali.", "Hawnhekk naħseb li kien hemm daqsxejn ta' beżżuliżmu għax kellu jkun proprju dak inhar li l-Gvern Malti bagħat lill-emmissarju tiegħu bil-mandat speċifiku biex joħroġ mill-Partnership for Peace, li daħlet l-Isvizzera!", "Li kieku dawn iż-żewġ Svizzeri tal-baħar u ta' l-Alpi kellhom jiftehmu biex jagħmlu l-istess ħaġa żgur ma kenitx tirnexxi b'mod daqshekk sinkronizzat!", "Sur President, qed ngħid dan għax kulħadd kien jaf li fil-każ ta' Malta, bħal fil-każ ta' pajjiżi newtrali oħra, il-Partnership for Peace ma kenitx a stepping stone biex tidħol fin-NATO imma kienet biss metodu ta' taħriġ għall-Forzi Armati tagħna, kif ukoll servizz umanitarju li jista' jkun - anzi għandu jkun - mhux taħt id-direzzjoni tan-NATO imma taħt il-mandat tan-Nazzjonijiet Uniti jew ta' l-OSCE.", "Huwa inutli tgħid, bħalma qal il- kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella meta ndirizza lill-Kunsill tal- Ministri, fil-marġini tiegħu, li:", "\"At the same time we will continue our active participation and involvement in the OSCE and we will continue to give our full support for actions and decisions of the United Nations, including where these involve humanitarian or peace keeping activities.\"", "Jiena nieħu pjaċir naqra dan għaliex meta il-Prim Minisitru ta' dak iż- żmien, l-Onor.", "Fenech Adami, ressaq il-mozzjoni għall-PFP u qal li dan huwa intiż biss għal skop ta' taħriġ biex jekk Malta, fis-sovranita' u fl- awtonomija tagħha jew taħt id-direzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti jew ta' l- OSCE, jekk hi jidhrilha, tipparteċipa f'dawn l-attivitajiet umanitarji, allura hi jkollha nies mħarrġa li jkunu jistgħu jagħmlu dan.", "Fl-aħħar messaġġ li hemm, dak inhar fid-diskors tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "George Vella, kien qed jivviżwalizza lill-Onor.", "Fenech Adami b'dawn għaddejjin minn quddiemu u jgħidulu: \"Hail Caesar, we who are about to die salute you.\"", "Voldieri mmaġina u pinġa lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Fenech Adami, fil-vesti ta' xi Ċesri jew xi Neruni bil-gladjaturi għaddejjin quddiemu u dan għaliex aħna konna se nidħlu fil-Partnership for Peace biex inħarrġu lin-nies preċiżament għal dan il-kompitu.", "Pero' issa l-Onor.", "Vella qed jgħid li Malta bl-ebda mod ma trid li ma tipparteċipax f'dawn l-affarijiet li qabel, għax kien ipproponiha l-Onor.", "Fenech Adami, kien jgħid li dawn huma affarijiet ta', kif kienu jgħiduha dari bil-Latin, \"Ave Caesar morituri te salutat\".", "Nimmaġina li lill-Neruni din kienu jgħiduhielu bil- Latin, pero' billi dawk forsi kienu ġejjin mill-Inglilterra qalulhielu bl- Ingliż u l-Onor.", "Vella ċċita din tal-gladjaturi bl-Ingliż!", "Qed ngħid dan, Sur President, biex nuri kemm hu importanti li fil-politika noqogħdu attenti għal dak li ngħidu għax fiċ-ċirkostanzi li qed ngħid jien dan jixhed, forsi involutament, iktar kontra milli favur.", "Sur President, qed jgħidulna li aħna ma żammejniex dibattiti fuq politika barranija.", "Hawnhekk jien niftakar meta kellna ċirkostanzi li lanqas il- ftehim li kien sar mal-Gvern Ingliż, meta ġiet imġedda l-preżenza tal-Gvern Ingliż f'Malta biex minfok fl-1974 tispiċċa fl-1979, qatt ma ġie diskuss f'dan il-Parlament.", "Jien niftakar li konna għidna: Imma x'jiġifieri qed nestendu l-preżenza tal-Forzi Armati Ingliżi f'Malta mill-1974 sa l-1979 u dan it-trattat li bih Malta qegħda tikri biċċa minnha lill-pajjiż barrani lanqas jiġi diskuss fil-Parlament!", "U aħna din konna rreżistejniha u fost affarijiet oħra konna anke għamilna mozzjonijiet fuqha.", "Meta jiena qed niġi kritikat għaliex aħna għamilna xi ħaġa del genere, jiġifieri li aħna ma tajniex ħin f'dibattiti, għamilt lista u sibt li kienu saru diversi dibattiti fuq politika barranija.", "Dawn saru kemm fuq sanzjonijiet u kemm fuq il-Partnership for Peace, f'liema każ saru mhux seduta jew tnejn imma talli t-tielet seduta damet sejra saħansitra xi ħames sigħat u nofs.", "U f'dak il-każ konna għamilna sew li domna daqshekk.", "Mhux hekk biss, talli aħna ħloqna l-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin.", "Pero' hawn irridu niftakru li meta għamilna d-diskussjoni fuq il-Partnership for Peace konna għadna lanqas emendajna l-iStanding Orders li bihom inħolqu l-Kumitati tal- Kamra u allura kif stajna niddiskutuha fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin - l-Onor.", "Vella kien ikkritikani fuq dan il-punt - meta dan il- kumitat lanqas kien għadu twaqqaf!", "Allura ddiskutejniha mhux f'dan il- kumitat imma fil-Kamra kollha billi għaddejna riżoluzzjoni għal tliet seduti - seduta minnhom ħadet ħames sigħat u nofs - fejn kien hemm diskorsi intelliġenti ħafna, fosthom diskors qawwi u tajjeb ħafna ta' l- Onor. Vella.", "Kien hemm diskors twil ta' l-Onor.", "Mintoff u diskorsi oħra ta' l-Onor.", "Sant, ta' l-Onor.", "Fenech Adami u diskors tiegħi wkoll.", "Li rrid ngħid jien huwa li altru li għamilna dibattiti fuq il-politika barranija.", "Jien nixtieq, anzi jiena ċert - biex inżid l-aċċertazzjonijiet morali tiegħi - li dan il-Parlament, kemm bħala sede u aktar u aktar fil- Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin, li aħna nawspikaw li ma jdumx ma jiltaqa' ...", "Fuq dan jien konvint li l-Onor.", "Vella għandu l-istess fehmiet tiegħi għalkemm bejnietna kien hemm battibekk animat u forsi ma tkellimniex kif nitkellmu s-soltu f'dan il-kontest.", "Forsi dakinhar kienet ġurnata ħażina għall-Onor.", "Vella bħalma ġieli anke jien ikolli xi ġurnata ħażina.", "Iva, jien konvint - u din hija l-iktar ħaġa importanti - li l-Kumitat ta' l- Affarijiet Barranin ma jdumx ma jerġa' jiltaqa' biex jagħmel ix-xogħol tiegħu kif għandu jkun.", "Sur President, jien għidt dawn l-affarijiet għax huwa tajjeb li nifhmu ftit il-politika barranija anke f'dawn l-aspetti li forsi jistgħu jidhru kemm kemm marġinali jew inkella li jirriflettu mentalitajiet li nisperaw li huma superati.", "L-għaqal fil-politika barranija huwa li fejn nidhru fil- konfront ta' terzi, iż-żewġ partiti politiċi rappreżentati f'dan il- Parlament iħaddnu toroq li huma komuni.", "Jien naħseb li hu meħtieġ li ma nenfasizzawx biss dawk l-affarijiet li ma naqblux jew li hemm atteġġament differenti fuqhom, partikolarment għar-rigward ta' politika barranija.", "Hemm bżonn li nenfasizzaw kif dan l-Istat żgħir, bil-limitazzjonijiet ġeografiċi u bil-limitazzjonijiet ta' popolazzjoni li għandu imma fl-istess ħin pajjiż sovran u li għandu rilevanza strateġika aċċentwata, jista' jħares lejn il-problemi li jaffettwaw lid-dinja ta' madwaru kemm fil- preżent u anke fil-futur.", "Għall-mument se nieqaf fuq it-toroq li hemm komuni bejnietna għaliex huwa tajjeb li l-poplu Malti ma jeħux l- impressjoni li fil-Parlament hemm ġlieda kontinwa, ħajt kontra ħajt, jew illoġika kontra illoġika, jew inkella loġika kontra loġika.", "Jien dejjem nemmen li l-politika hija konfront, kif imfissra fil-kontest Taljan u mhux f'dak Ingliż, fejn fid-djalogu ta' l-ideat joħroġ dak li huwa l-aħjar u li huwa l-iktar ta' siwi għal pajjiż.", "Sur President, jien naħseb li dan il-Parlament huwa unanimu mhux biss fuq dak li huwa appoġġ għan-Nazzjonijiet Uniti imma wkoll fuq l-appoġġ dwar il- linji politiċi li ħadet Malta fil-kontest tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Jien ċert li l-Amministrazzjoni attwali se tkompli tiġġieled dwar ir-riformi li jeħtieġ isiru fin-Nazzjonijiet Uniti biex din tagħti aktar saħħa lill- Assemblea Ġenerali, fejn kull pajjiż huwa membru permanenti tagħha.", "Ara kemm hemm oqsma, ara kemm hemm organizzazzjonijiet fin-Nazzjonijiet Uniti, ħares lejn is-Security Council, pero' l-uniku organu li kull pajjiż huwa membru permanenti tiegħu huwa l-Assemblea Ġenerali.", "Jien konvint li l- Gvern attwali se jkompli fuq dik il-linja li ħa l-Gvern ta' qabel, jiġifieri biex ikun hemm riforma fl-Assemblea Ġenerali wkoll biex din ikollha aktar saħħa, iktar preżenza u iktar attivita'.", "Jien konvint ukoll li għall-proposta li saret minn Malta dwar it-Trusteeship Council, proposta li tirrivoluzzjona anke l-funzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Vella, u dik il-persuna li l-Gvern Malti se jibgħat biex jirrappreżentah fin-Nazzjonijiet Uniti, se jagħmlu l-isforzi kollha tagħhom biex din il-proposta ta' Malta titwettaq.", "Jien fiduċjuż li l-politika Mediterranja tal-Gvern Malti fin-Nazzjonijiet Uniti se titkompla bis-saħħa tal-vigorożita' li aħna dejjem tajniha, anke għal dak li jirrigwarda l- Medju Orjent, partikolarment dwar il-politika fil-konfront tal-poplu Palestinjan.", "Aħna writna l-opportunita' mill-Gvern ta' qabel li nkunu rapporteurs fil-Kumitat dwar id-Drittijiet Inaljenabbli tal-Poplu Palestinjan u jien naħseb li din l-opportunita' writniha f'mumenti diffiċli u torturati.", "Aħna lil dik it-torċa komplejna nagħtuha iktar dawl bl- inizjattivi li ħadna u jien konvint li l-Gvern attwali se jkompli jmexxi lil dan il-kumitat bl-istess għaqal li mexxejnih aħna .", "Sur President, issa nixtieq ngħid ukoll xi ħaġa fuq il-politika Mediterranja.", "Fil-fatt, f'waħda mid-diskussjonijiet ta' l-aħħar budget tal- Gvern Nazzjonalista, eżattament fil-11 ta' Diċembru, 1995 niftakar li kien hemm diskors mill-kollega tiegħi li kien ippreokkupani xi daqsxejn, fuq id- differenzi ta' bejnietna - issa niċċita x'qal eżatt.", "Ċertament li aħna Mediterranji kif ukoll Ewropej, imma waħda m'hijiex kontra l-oħra.", "Aħna għandna l-Mediterranean pillar kif konna niddiskutuh u l-European pillar, jiġifieri żewġ pilastri li m'humiex kontra xulxin.", "Is-sena l-oħra l-Onor.", "Vella kien qed jgħid li hawn din li tifridna li huma bħala partit huma Mediterranean-centric mentri aħna Euro-centric.", "Dan hu żbaljat.", "Ħalli niċċita l-kliem testwali ta' l-Onor.", "Vella:", "\"Mr Chairman, fl-aħħarnett - u dan huwa importanti - hemm differenza bejna u bejn in-naħa l-oħra f'din il-kwestjoni.", "Irridu naraw li l- focus politiku u ċ-ċentru ta' l-iżviluppi ta' din il-politika ta' koperazzjoni biex takkwista l-paċi, is-sigurta', l-istabilita' u l- prosperita' f'dan ir-reġjun, jibqa' fil-Mediterran.", "Din hija importanti.", "Irid ikun Mediterranean-centric kontra l-Euro-centric concept li għandhom in-naħa l-oħra.\".", "Jien nieħu pjaċir jekk illum il-kollega tiegħi ma għadux jaqbel ma' dan imma qed jaqbel li Malta, pajjiż Ewro-Mediterranju, trid tkun kemm Euro- centric kif ukoll Mediterranean-centric.", "Kif kien qal tajjeb l-ex-Prim Ministru, l-Onor.", "Dom Mintoff, f'Helsinki 1 - dan jien dejjem irrikonoxxejtu pubblikament u għidt li dan kien pass importanti ħafna fl- iżvilupp politiku tagħna - hemm linkage bejn is-sigurta' ta' l-Ewropa u s- sigurta' tal-Mediterran.", "Malli aħna nitkellmu fuq Mediterranean-centric u l-Euro-centric inkunu qed niżbaljaw.", "Pajjiż Ewro-Mediterranju bħalma huwa Malta bilfors għandu jikkonċentra fuq dak kollu li jaffettwa l- istabbilita' tagħna u allura, billi hemm dan l-agganċ bejn l-istabbilita' u s-sikurezza Ewropea u dik Mediterranja, aħna mhux biss ma nistgħux naraw din l-inkompatibilita' - dik li kien qed jara l-kollega tiegħi sena ilu - anzi nemmnu li hemm kompatibilita'.", "Il-linja tal-Gvern ta' qabel li għandu jkollna żewġ pilastri, wieħed Mediterranju u l-ieħor Ewropew, bħala bażi tal-politika barranija tagħna għandha titkompla anke mill-Gvern attwali.", "U nieħu pjaċir ħafna li hawn Malta se tinżamm il-Euro-Med Conference.", "Sur President, nieħu pjaċir għaliex jekk hemm min ħadem għall-Mediterran u għall-istabbilita' Ewro-Mediterranja huma l-gvernijiet Maltin u dan ktibtu apposta f'artiklu li ppubblikajt dan l-aħħar.", "Nista' ngħid li ma nafx pajjiż ieħor li ħadem għar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji b'daqshekk konvinċiment daqskemm ħadmet Malta.", "Daqsna setgħu ħadmu imma iktar minna żgur ma ħadmux.", "Jien naħseb li dan huwa a feather in our cap u għandna biex niftaħru li aħna ħadna din il-linja.", "Għandna biex niftaħru li kienet Malta li ħarġet l-ewwel b'din l-idea meta tkellimna ġo Pariġi, meta kien ġie konkluż il-patt ta' stabbilita' għall-Ewropa, fejn aħna konna għidna li tajjeb ikun hawn patt ta' stabbilita' għall-Ewropa, imma jeħtieġ ikun hemm patt ta' stabbilita' għall-Mediterran ukoll.", "Meta mbagħad morna Barcelona ħadna pjaċir naraw lill-Franċiżi jimxu ma' l-istess politika li aħna konna avvanzajna qabilhom ġo Pariġi, għax anke huma jaqblu li għandu jkun hemm patt ta' stabbilita' għall-Mediterran.", "Jien nifraħ li dan il- patt ta' stabbilita' għall-Mediterran issa qed jirċievi l-attenzjoni tas- senior officials.", "Għadni kif ġejt minn Brussels fejn tkellimt ma' min għandu x'jaqsam ma' dawn l-affarijiet u qed jgħiduli li qed isir progress ukoll fuq dan l-aspett tal-patt jew karta ta' stabbilita'.", "Hemm pajjiżi li l-kelma \"patt\" ma togħġobhomx u allura jippreferixxu l-kelma \"charter\".", "What's in a name!", "Jagħtuha liema isem iridu, pero' l-importanti li aħna niġġeneraw din il-preventive dimplomacy.", "Dan hu metodu kif abbażi ta' patt ta' stabbilita' aħna nkunu nistgħu verament ikollna dik l-istabbilita' tant essenzjali għall-futur ta' dan ir-reġjun u għal Malta stess għax aħna parti minnu.", "Sur President, qed jinqtal li l-Euro-Med ġejja Malta għaliex aħna issa sirna newtrali.", "L-ewwelnett il-Kostituzzjoni tagħtina n-newtralita' tagħna u allura mhux \"issa\" se nsiru jew ma nsirux.", "In-newtralita' tagħna qegħda fil-kontest ta' l-iżvilupp ta' l-istorja u ta' dak li sar fl-isfond tagħha.", "In-newtralita' tagħna hija bbażata fuq in-non-allinjament.", "Hekk tgħid il- Kostituzzjoni tagħna u dan aħna dejjem osservajnih bl-iktar mod attent u bl- akbar skrupoliżita'.", "Aħna ħadna pjaċir li pajjiżi newtrali bħalna, bħalma huma l-Awstrija, l-Irlanda, l-Iżvezja u l-Finlandja, li qegħdin fl-Unjoni Ewropea qed jaqblu mal-prinċipji ta' Maastricht, fejn dawn jemmnu li jistgħu jkunu newtrali u parteċipi fi trattat li jista' jiżviluppa ruħu għal common foreign and security policy and eventually also to a common defence policy.", "Din hija a common foreign and security policy, mhux a single security and foreign policy.", "Din hi d-differenza li nixtieq li n- naħa l-oħra tinnota.", "Niftakar li meta tkellimt dwarha ma' Barnier, il- Ministru Franċiż għall-Affarijiet Ewropej, din issottolinjaha u tani raġun u qal li din hija l-linja li għandna nieħdu.", "Kif tista' tissostitwixxi l- kelma \"common\" bil-kelma \"single\"!", "Aħna ngħidu: There is a single market fl-Unjoni Ewropea but not a common market, iżda fil-każ tal-politika barranija u tas-sigurta' it is a common and not a single foreign and security policy.", "Tajjeb li nagħmlu dawn id-distinzjonijiet għax b'hekk aħna nkunu nistgħu nkomplu nimxu bil-politika tagħna u naqblu f'politika li tkun konċertata bejna u l-pajjiżi l-oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta kont Barcelona kienu qaluli li din l-Euro-Med għandha ssir f'pajjiż Għarbi, pero' staqsewni wkoll jekk caso mai jinqala' xi ħaġa li ma tkunx tista' ssir f'pajjiż Għarbi, Malta hijiex disposta li żżomm din il- konferenza.", "Jien niftakar li kienet fl-ewwel ġurnata - konna fil-kuridur ta' fejn kienet qed tinżamm il-konferenza ġewwa Barcelona u naħseb li hemm diversi xhieda ta' dan li qed ngħid - u jien mill-ewwel għidtilhom: \"Iva, Malta disposta li żżommha\".", "Niftakar li kont ġejt avviċinat iktar tard, meta konna t-Tuneżija, minn Ben Yahia, l-allura Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, li staqsieni jekk nappoġġjax li ssir ġot-Tuneżija u jien għidtlu li jekk kemm-il darba jiftiehmu li ssir ġo pajjiż Għarbi jien nappoġġjaha, pero' jekk ma jiftehmux aħna rriduha li ssir f'Malta.", "Effettivament il- Euro-Med se ssir Malta u għalhekk jien nagħti kull appoġġ lill-Gvern għaliex għalkemm din l-Euro-Med kienet proposta mill-Kummissarju Marin għall-Unjoni Ewropea fil-kontest tar-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l- pajjiżi tal-Mediterran, pero' l-mod kif saret, l-ispirazzjoni ta' l- istabbilta' fil-Mediterran u l-agganċ Euro-Mediterranju tas-sikurezza tal- Mediterran, dak huwa kollu wirt ta' Malta li għaddejnieh lill-Mediterran u lill-Unjoni Ewropea.", "U aħna kburin b'dan!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Niftaħru mhux biex noqogħdu ngħidu kemm aħna bravi, imma għax għalkemm il-pajjiż tagħna huwa żgħir xorta għandu r-rikkezza intellettwali li jimxi 'l quddiem bi proposti li huma seminali - u l-proposta ta' karta ta' stabilita' għall-Mediterran kienet proposta seminali - u allura jien naħseb li huwa ta' unur li l-ħmistax-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea u t- tnax-il pajjiż li huma fil-proċess ta' Barcelona wrew din il-fiduċja biex f'April li ġej ikomplu jiltaqgħu hawn Malta.", "Jien konvint li l-istaff tal- Ministeru ta' l-Affarijet Barranin u n-nies kollha huma wara l-Gvern Malti biex din il-konferenza jkollha s-suċċess li timmerita.", "Dan qed ngħiduh pubblikament apposta għaliex ma rridux li minħabba d-diverġenza li għandna bejnietna fuq in-newtralita' din tista' b'xi mod toħloq diverġenza fost il-poplu Malti anke f'ħaġa hekk tajba.", "Jeħtieġ li nifhmu li din il- konferenza Euro-Mediterranja hija twettiq ta' sensiela ta' linja politika koerenti li l-gvernijiet ta' Malta dejjem ħadu mill-Indipendenza 'l hawn.", "Jien konvint li l-Amministrazzjoni attwali se tkompli tkun koerenti f'dan il-kontest ukoll.", "Sur President, sitta jew seba' snin ilu min qatt kien jgħidilna li l- Ewropa li kienet maqsuma f'żewġ kampi avversarji - fejn banda kellek id- demokrazija u n-naħa l-oħra kellek id-dittatura komunista - f'daqqa waħda kienet se tispiċċa u li l-Ewropa se jkollha l-ispażju demokratiku - għaliex dan hu li jfisser il-Kunsill ta' l-Ewropa - li jestendi ruħu għal 40 pajjiż u li ġeografikament jestendi minn Reykjavik fl-Iżlanda sa Vladivostok fit-tarf tas-Siberja.", "Dan kien progress kbir ta' liberta'.", "Kien hemm min qal: U billi ġew hawn Malta Bush u Gorbachev, xi new world order seħħ?", "Altru li seħħ a new world order!", "Kien Shevardnadze li testwalment qal dan il-kliem: \"Fl-ibħra tempestużi ta' Malta aħna dfinna l- Gwerra Bierda\".", "Forsi dak inhar lanqas aħna ma rrealizzajna l-kontest storiku ta' dak l-avveniment.", "Allura llum meta jien immur il-Kunsill ta' l-Ewropa - u naħseb l-Onor.", "Vella mar diġa' fil-Kunsill tal-Ministri li jien attendejt għal disa' snin sħaħ - u nara 40 pajjiż parteċipanti ngħid: Iva, kien storiku dak il-mument ta' Bush u Gorbachev f'Malta għaliex dak kien il-mument li - għal darba oħra ngħid kif qal Edward Shevardnadze fil- ktieb tiegħu \"The Future Is For Freedom\" li bil-Malti tfisser \"Il-futur qiegħed għall-liberta'\" - \"fl-ibħra tempestużi ta' Malta dfinna l-Gwerra Bierda.\"", "Huwa essenzjali li nifhmu dan bħalma huwa importanti li nifhmu il- Moviment Non-Allineat.", "F'dawn l-aħħar xhur ma ssemma xejn partikolari dwar il-Moviment Non- Allineat, pero' jien konvint li l-kollega tiegħi jemmen bħali li dan il- moviment li allavoja ismu inqaleb mill-istorja u llum il-kliem \"non- allinjament\" m'għandux sinifikat iżjed fih innifsu xorta waħda huwa moviment li jħaddan fih numru ta' pajjiżi hekk imsejħa tat-Tielet Dinja.", "Jien konvint li dan huwa moviment li għandu jkollu forza u risonanza politika importanti.", "Jien dejjem għidt li sakemm nistgħu nkunu membri ta' dan il-moviment għandna nkomplu nagħmlu ħilitna kollha għaliex huwa essenzjali li jkun hemm il-vuċi ta' moderazzjoni, bħal dik ta' Malta, f'pajjiżi li mhux kollha, minħabba l-istoriċita' taċ-ċirkostanzi tagħhom, neċessarjament għandhom dan is-sens ta' moderazzjoni.", "Niftakar meta l-Onor.", "Fenech Adami kien mar Belgrade - u anke fis-seduti li kelli l-unur li nipparteċipa fihom jien bħal, per eżempju, fil-laqgħa utli ħafna bejni u l-President Mubarak fejn għidna x'se nagħmlu b'dan il-moviment - konna bdejna nisimgħu min jistaqsi: Imma non-allinjat xi tfisser fis-sens ta' Nasser jew xi tfisser fis-sens ta' Nehru jew xi tfisser fis-sens ta' Tito?", "X'inhu dan in-non-allinjament?", "Konna għidna li l-kelma \"non-allinjament\" qed tinżamm biss għal raġunijiet storiċi għax in-non-allinjament ġie capovolt mill-istorja li għaliha naħseb li kkontribwixxa anke dan l-istess moviment.", "Dan qed ngħidu għaliex jien nemmen li huwa għaqli li nibqgħu sejrin lejn it-toroq li huma komuni għaż-żewġ naħat fejn tidħol il-politika barranija.", "F'dak li jirrigwarda l-pajjiżi bilateralment, jien naħseb li huwa għaqli li aħna noqogħdu dejjem attenti kif ma nenfasizzawx ċerti affarijiet li jkunu ta' ħsara għal Malta anke jekk fihom infushom m'hemm xejn ħażin li wieħed jgħidhom.", "Irridu noqogħdu attenti ferm anke għall-mod kif nirbħu l- ħbiberiji tagħna u ma għandniex ngħidu kliem żejjed li jista' jagħmel ħsara, speċjalment jekk dan jista' jagħmel ħsara lill-interess nazzjonali.", "Pero' jien naħseb li kollha kemm aħna mexjin b'għaqal f'dan il-qasam.", "Aħna dejjem imxejna b'sens ta' bilanċ, b'sens ta' għaqal u b'sens ta' moderazzjoni biex nipprovaw nevitaw il-konfronti, f'sens Ingliż, u biex il- kelma tagħna tkun tiswa ta' ġid u tkun tista' ġġib sens ta' moderazzjoni anke fiċ-ċirkostanzi ta' ċerti pajjiżi li huma kkonsidrati minn xi wħud bħala pajjiżi diffiċli.", "Sur President, s'issa tkellimt fuq it-toroq komuni għax sfortunatament teżisti triq li m'hijiex komuni, u forsi din it-triq hija parti essenzjali ħafna għall-futur ta' Malta.", "Nibda biex ngħid li jien rajt il-mission statement ta' l-Estimi ta' l-1995 fejn għar-rigward tal-Ministeru għall- Affarijiet Barranin insibu li dan jgħid hekk:", "\"To enhance the relationship with the European Union and to pursue Malta's objective of full membership under the right conditions;\",", "jiġifieri mhux akkost ta' kollox, bħalma tniżżel b'mod żbaljat fid-Diskors Presidenzjali tal-ftuħ ta' dan il-Parlament.", "Imbagħad, sfortunatament, fl- Estimi għal din is-sena hemm miktub biss:", "\"To enhance Malta's relationship with the European Union;\"", "jiġifieri dan il-Gvern ħalla barra l-kliem \"to pursue Malta's objective of full membership under the right conditions\".", "Fil-fehma tiegħi dan huwa żball kbir għall-futur ta' Malta.", "Sur President, jien naħseb li meta l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Vella, mar jitkellem mal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Ewropa, filwaqt li uża kliem diplomatikament matur, ipprova jostor dak li effettivament kien qed jgħid billi qal: \"a change in focus or rather a shift in focus\", donnu sempliċement hemm daqsxejn ta' ffokar u daqsxejn ta' ċaqliq minn post għall- ieħor.", "Jien jiddispjaċini ngħid li dawn mhux hekk ħaduha, anzi jien se naqra mill-komunikat għall-istampa li ħareġ Dick Spring wara l-laqgħa li dawn kellhom ma' l-Onor.", "Vella:", "\"The Council took note that at the meeting between the Ministers of Foreign Affairs of the EU and Malta, the Foreign Minister of Malta set out the reasons why full membership of the Union is not considered feasible for Malta by his Government.\"", "- dan il-kliem kważi huwa lepidarju -", "\"It followed that the structured dialogue with Malta, which is part of a pre-accession strategy, will be suspended in all its components\".", "Fi ftit kliem dawn qalu li Malta, permezz tal-Gvern attwali tagħha, qed tagħżel li ma tridx tiġi kkonsidrata bħala pajjiż li jrid jidħol fl-Unjoni Ewropa u bl-iktar kliem lakoniku, imma fl-istess ħin lepidarju, dawn qalu li jirriżulta li d-djalogu strutturat ma' Malta, li huwa parti mill- istrateġija ta' pre-adeżjoni, jkun sospiż fl-aspetti tiegħu kollha.", "Dan ifisser dak li se ngħid jien iktar 'il quddiem.", "Sur President, aħna ridna nassiguraw il-futur tagħna billi Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea għax il-futur ta' dan il-pajjiż jiddependi minn ħafna fatturi bħal, per eżempju, il-fatt li bis-suq ristrett ta' 400,000 ruħ, kif qatt tista' l-industrija f'Malta tespandi verament?", "Jien niftakar it- trattattivi u l-ħafna kontro-kambji li kelli biex inkabbru l-kwota ta' l- esportazzjoni tal-birra, liema trattattivi naħseb li qed jitkom-lew mill- kollega tiegħi, l-Onor.", "Vella.", "Jekk tidħol fl-Unjoni Ewropea, Malta tkun tista' tesporta l-birra fil-kwantitajiet li trid.", "Kemm kellna problemi biex inkunu nistgħu nesportaw il-biskuttini!", "Jekk tidħol fl-Unjoni Ewropea, Malta ma jkollha l-ebda problema għar-rigward ta' l-esportazzjoni f'dan il-prodott.", "Sur President, aħna naħsbu li l-akwakultura tiddependi biss mill-ftit sajjieda li għandna.", "Għalkemm dawk is-sajjieda għandhom jiġu protetti, illum il-ġurnata l-akwakultura ma għadhiex fil-kontest ta' fish hunting għax illum il-ħut trid fil-veru sens tal-kelma trabbih u għalhekk, jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, wieħed ma jistax jipproduċi kemm irid għax l- iktar li nistgħu naspiraw hija għal xi kwota 'l hawn u xi kwota 'l hemm.", "L- iżvilupp ta' l-industrija Maltija, bis-salvagwardji għall-perijodu miftiehem għal dak li jirrigwarda l-industrija lokali, ma għandux futur veru jekk Malta ma tkunx parti minn dan is-suq komuni u singlu ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-istess fejn jidħlu impriżi żgħar u medji, għax jekk dawn ikollhom il-buttressing permezz tal-fondi li tagħti l-Unjoni Ewropea -", "u fil-każ tagħna 90% ta' l-impriżi huma mpriżi żgħar jew medji - dawn ikollhom l-għajnuna neċessarja biex jikkompetu.", "Imma issa, ladarba Malta m'hijiex fl-Unjoni Ewropeja, ma nistgħux nipparteċipaw f'din il- kompetizzjoni.", "Fil-budget debate ta' l-aħħar budget Nazzjonalista, il-kollega tiegħi l- Onor. Vella qisu ddieħak bija meta qal: U iva, intom titkellmu fuq l- istudenti, imma ż-żgħażagħ m'humiex l-istudenti biss!", "Wieħed jista' jaqra dan id-diskors tal-kollega tiegħi fejn qal li għalihom anke l-istudenti huma importanti għax il-forza intellettwali ta' Malta jeħtiġilha li jkollha l-għajnuna kollha essenzjali biex tkompli tiżviluppa ruħha.", "Hawnhekk ma rridux ninsew li meta tlajna fil-gvern aħna sibna Universita' ta' 700 student u mbagħad meta tlaqna mill-gvern ħallejna Universita' ta' 7,000 student.", "Qed niftakar ukoll li ftit wara li ħarġu r-riżultati elettorali u morna fil-Konkatidral ta' San Ġwann għall-okkażjoni tal-quddiesa għall- istudenti li ggradwaw, kont rajt il-knisja ppakkjata bi studenti li ħadu l- lawrja u jien għidt: Dan hu l-isbaħ monument għall-Ammistrazzjoni Nazzjonalista.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Meta dan l-aħħar mort, flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo, nitkellem ma' l- istudenti ta' l-Universita' stajna naraw il-volonta' Ewropeja li hemm fl- istudenti u li hija riflessa wkoll fiż-żgħażagħ tagħna li qed jgħidu li l- futur tagħna huwa fl-Ewropa.", "Malta hija pajjiż sovran, pero' Malta qegħda fl-Ewropa.", "Din hija t-triq ta' Malta.", "Issa l-Gvern Laburista Malti qed jgħidilhom: Le, din it-triq ma rriduhiex.", "Il-Prim Ministru, bl-iktar mod kawt, qed jgħid kliem bħal \"not in the foreseeable future\" u \"never say never\".", "Fil-fatt, il-Gvern Malti ma rtirax l-applikazzjoni imma fi Brussels morna ngħidu: Le, aħna ma jinteressaniex li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "U fost l-iktar argumenti kontro-indikati għaliex Malta m'għandhiex tidħol fl-Unjoni Ewropea intqal li kieku kellna nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni din żgur taffettwalna l- agrikoltura, allavolja din hija biss 3% tal-GDP.", "Jekk hawn xi mkien fejn l- agrikoltura hija mgħejjuna u għandha l-vantaġġi kollha immaġinabbli, dan huwa fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Fil-każ tagħna, Malta żgur li tkun tista' tirċievi l-għajnuna kemm għal raġunijiet ambjentali u l-aktar fis-settur ta' l-agrikoltura.", "Tressaq argument ieħor li Malta m'għandhiex issir membru sħiħ ta' l- Unjoni għax f'pajjiżna għandna \"a combination of mainly small scale entrepreneurship servicing the local market\".", "Hawn l-argument qegħdin jaqilbuh rasu 'l isfel għax huwa fl-interess ta' l-industrija u ta' l- impriża ż-żgħira li nidħlu fl-Unjoni Ewropea jekk dawn irid ikollhom futur, altrimenti dawn l-industriji se jispiċċaw bit-tip ta' ekonomija liberalizzata li l-Gvern preżenti huwa kommess fuqha.", "Aħna ma rridux li l- industrija Maltija medja u żgħira tispiċċa, anzi rridu nassiguraw il-futur tagħha.", "Jekk żbaljajna f'xi ħaġa din kienet li dan il-messaġġ ma wassalnihx tajjeb biżżejjed.", "Il-verita' hi li min għandu impriża żgħira u jrid ikompli jopera f'sistema liberali - u Malta hija parti mill-World Trade Organisation u l-Ministru Vella mar qal, u qal tajjeb, li aħna se nosservaw dak li tgħid il-World Trade Organisation - m'għandux futur jekk ma nidħlux fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "L-istess fejn jidħol it-turiżmu.", "Jekk madwar 90% tat-turiżmu tagħna ġej mill-Ewropa, u mn'Alla hu hekk, kif nistgħu ngħidu li d-dħul fl-Unjoni Ewropea se jafettwana negattivament?!", "Sur President, rigward id-Drydocks, illum il-ġurnata qed naraw li anke tan-naħa tal-Gvern ma jaqblux li d-Drydocks tkun emorraġija kontinwa għall- poplu Malti.", "Lit-Tarzna tagħna qed iċaħħdulha dawn il-miljuni ta' liri li jistgħu jiġu mill-Unjoni Ewropea sabiex din tkun tarzna effettiva, moderna u kummerċjalment kompetittiva.", "Dawn huma fondi li l-Unjoni Ewropea qed tagħti lit-tarzni li jinsabu f'pajjiżi membri tagħha.", "Tant hu hekk li għal dak li jirrigwarda għajnuna mill-fondi, ladarba Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea, nakkwistaw Lm43 miljun fis-sena.", "Għalhekk ma nistax nifhem dan l-atteġġament tal-Gvern preżenti.", "Niftakar meta darba kont ħadt sehem f'dibattitu fuq it-television mal- kollega tiegħi, l-Onor.", "Vella, fejn kienu qalu li ħarġu bil-pjan tagħhom għas-sigurta' ta' Malta li, fi ftit kliem, kien jgħid li l-United Nations toffri garanzija imma qiegħda 'l bogħod wisq; li l-OSCE hi essenzjali imma it offers a soft protection and a soft security; li l-pajjiżi Għarab , u postijiet oħra bħal dawn, ma tistax tikkonsidrahom bħala garanzija għas- sigurezza ta' Malta; u allura qalu li fadal l-Unjoni Ewropea biss li tista' tiggarantixxi din is-sigurta'.", "Pero', meta l-kollega tiegħi mar jitkellem fi Brussels, kien qal: Jekk tridu nistgħu naraw kif nsibu xi termini dwar kif ikun hemm xi forma ta' sigurta'.", "Jien ma nafx, pero' l-impressjoni li ħadt hija li qed jitkellmu fuq sigurta' f'teminu limitat ħafna, jiġifieri għal koperazzjoni akbar f'dan il-kamp.", "Xi rrid ngħid jien?", "Irrid ngħid li anke dak li huma jemmnu fih, jiġifieri li s-sigurezza ta' Malta tista' tiġi garantita biss permezz ta' trattat ma' l-Unjoni Ewropea, dan ma jistax isir ħlief jekk Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan hu li kulħadd għandu jifhem.", "Aħna ma rridux pika.", "Ma rridx li l-kwestjoni dwar jekk Malta tidħolx fl-Unjoni Ewropea tkun pika bejn iż-żewġ partiti, qisna f'xi pajjiż Sud Amerikan - dik li tissejjaħ colorados - fejn wieħed għandu kulur mod u l-ieħor għandu kulur mod ieħor u allura temmen skond il-kuluri.", "X'għandhom x'jaqsmu l-kuluri!", "Hawn qed nitkellmu fuq il-futur ta' uliedna.", "L-aħħar darba ġejt ikkritikat għax ilni nsemmi l-futur ta' uliedna u ulied uliedna.", "Illum, l-Onor.", "Vella bħali għandu uliedu u t-tfal ta' uliedu u allura jifhem li meta nitkellmu fuq uliedna u ulied uliedna m'hijiex xi ħaġa distanti imma hija realta' li għandna nitkellmu fuqha.", "Xi rridu aħna?", "Irridu li t-tfal tagħna u t-tfal tat-tfal tagħna jkunu second class Europeans?", "Dan hu l-futur li qed joffri l-Gvern attwali lil uliedna?", "Aħna qed ngħidu li l-linja politika m'hijiex linja ta' pika, m'hijiex linja li aħna ngħidu mod u huma jgħidu mod ieħor ħalli nieħdu pjaċir li jkollna fuqhiex ma naqblux.", "L-ewwelnett, mhux veru li aħna l-Maltin nieħdu l- pjaċir li jkollna xi ħaġa fuqhiex ma naqblux.", "Dan l-aħħar kont qed insegwi programm fejn qalu: Taf int, aħna l-Maltin kull raħal għandu żewġ baned u żewġ qaddisin, donna rridu niggwerraw bejn il-baned, bejn il- qaddisin u issa anke bejn il-Parlament għax min hu favur l-Unjoni Ewropea u min m'huwiex.", "Jien nara li dan il-futur irriduh għax aħna nħarsu lejn pajjiżi oħrajn bħal, per eżempju, il-Lussemburgu li llum huwa wieħed mill- iktar pajjiżi sinjuri li hemm fl-Ewropa, għalkemm dan huwa pajjiż daqs tagħna li llum għandu waħda mill-iktar ekonomiji kbar.", "Il-Lussemburgu qabel kellu ftit minjieri li spiċċaw fix-xejn għax m'għadx għadhom valur kummerċjali li tista' tkompli tisfruttah, imma llum huwa membru fundatur ta' l-Unjoni Ewropea u huwa wieħed mill-aktar pajjiżi sinjuri fid-dinja.", "Sur President, dan l-aħħar kont qed naqra artiklu dwar l-Irlanda, pajjiż il-faqar u fejn kien hemm tant ġuħ.", "Illum, dan il-pajjiż li għandu popolazzjoni ta' ftit aktar minn 3 miljuni, grazzi għall-Unjoni Ewropea sar wieħed mill-iktar pajjiżi avvanzati.", "Imbagħad niġi nisma' lill-kollega tiegħi jgħid kontra li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea!", "Jien kont ma Dick Spring meta qalli: Guido, kieku taf kemm-il meeting għamilt fejn kont għidt li l-Irlanda m'għandhiex tidħol fl-Unjoni Ewropea, imma llum ngħid li mn'Alla dħalna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Illum, dan il-Kap tal-Labour Party Irlandiż, jgħidlek: Imn'Alla dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Mhux biss, Sur President, imma qed naqra wkoll li llum hemm ħafna fabbriki u investiment Ġappuniż, Amerikan, Ġermaniż u anke minn postijiet oħra u dan għaliex għandhom mano d'opera tajba u kompetittiva u naturalment jitkellmu bl-Ingliż.", "Jien niftakar meta ġew jarawni madwar 20 investitur Ġappuniż u staqsewni meta Malta dieħla fl-Unjoni Ewropea.", "Kont għidtilhom li meta dieħla eżatt ma nistax ngħidilhom imma naħseb li fi żmien sitt xhur wara l- IGC għandhom jibdew in-negozjati li ma naħsibx li jieħdu fit-tul u allura Malta għandha tkun fl-Unjoni Ewropea fi żmien relattivament viċin.", "Għidtilhom: Intom għalfejn qegħdin tistaqsuni?", "U dawn tawni l-istess tliet raġunijiet li jiena għadni kif tajt fil-każ ta' l-Irlanda.", "Sur President, jien nagħmel appell lill-kollega tiegħi, li ċertament huwa ġenwin fil-linja tal-politika tiegħu bħalma hu jakkreditani fil-ġenwinita' tiegħi, biex ma ngħaġġlux.", "L-IGC probabbilment se tagħlaq f'Ġunju li ġej u allura aħjar nistennew u naraw x'inhija s-saħħa li se jkollhom pajjiżi bħal tagħna.", "Ejjew nistennew qabel ma nieħdu linji politiċi li jkunu kontra l- interess tagħna.", "B'hekk imbagħad tkunu tistgħu tgħidu: Ara, aħna stennejna, rajna r-riżultat u biddilna l-fehma tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Għandhom kwalunkwe' dritt jagħmlu hekk.", "Dan hu l-appell sinċier tiegħi ta' Malti li qed iħares lejn il-futur tagħna għax b'hekk biss nistgħu navvanzaw 'il quddiem.", "Sur President, meta aħna ngħidu li rridu nkunu fl-Unjoni Ewropea m'hijiex xi poeżija imma hija loġika ta' ħsieb u garanzija għall- istabbilita' ta' Malta.", "Dan huwa bżonnjuż għall-impriżi ż-żgħar, il-medji u l-kbar li għandna.", "Dan huwa l-futur taż-żgħażagħ tagħna.", "Dan huwa l- futur tal-forzi intellettwali ta' pajjiżna.", "Dan huwa mod kif id- demokrazija tagħna titħabbeb u ssir ħaġa waħda ma' l-Unjoni Ewropea li tħaddem id-demokrazija fil-liberta' u li tħaddem l-iżvilupp industrijali.", "Dan huwa l-futur li aħna ħaqqna u ma jistax ikun li nipperikolawh għax ma rridux li nkunu second-class Europeans.", "Sur President, jien konvint li tkun xi tkun il-linja politika tal-Gvern attwali, meta għal darb'oħra il-Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern - ma ninsewx li l-Partit Nazzjonalista għandu 48% tal-voti, voldieri b'inqas minn 2% aħna nsibu ruħna fil-maġġoranza assoluta peress li d-differenza bejna u bejn in-naħa l-oħra hija biss ta' 3% - it-triq għall-Ewropa hija u se tibqa' miftuħa.", "Bil-konvinċiment ta' dan il-partit li kien dejjem konsistenti fit-twemminu għax jemmen li dan huwa fl-interess tal-futur ta' Malta, jien ngħid li aħna se nkunu fl-Unjoni Ewropea għax dan hu għall- ġid tal-poplu Malti tal-preżent u tal-futur.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin disponibbli għall- Oppożizzjoni u l-ħin li fadal huwa kollu għall-Gvern.", "Il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, l-ewwel ħalli nibda fuq nota aktar kwieta u ngħid xi ħaġa dwar il-Planning Authority.", "Il-kollega tagħna, l- Onor. Jesmond Mugliett, reġa' uża l-istess kliem li issa saru stock phrases - \"l-inċertezza\" u \"l-baħħ\".", "Fil-fatt, anke għal dak li jirrigwarda l- qasam tas-saħħa dawn qalu li qabel l-1987 kien hemm baħħ u mbagħad meta bdejna nistaqsu dwar x'kien hemm qabel l-1987 bdew isemmulna lista sħiħa ta' affarijiet li ma kienu baħħ xejn imma kienu fatti konkreti.", "Imma issa ħalli naraw daqsxejn x'sibna fil-Planning Authority għax ikun tajjeb li issa, li għalaqna tliet xhur u nofs li tlajna fil-gvern, naraw jekk il- kritika hijiex ġusta.", "Ħalli naraw aħna x'għamilna fi tliet xhur u nofs u naraw x'għamel ħaddieħor f'dawk is-snin kollha li kien ilu fit-tmexxija.", "L-ewwelnett irrid inserraħ ras il-kollega tiegħi billi ngħidlu li bl-ebda mod u mkien m'hu qed jiġi kkontemplat li jien nintervjeni direttament fil- kwestjoni tal-planning u għalhekk nista' nassigurah li min tah dik l- informazzjoni huwa żbaljat.", "Lill-Onor.", "Mugliett nista' ninformah ukoll li l-kwestjoni li ġustament semma fuq il-completion u l-compliance certificate - jiġifieri f'dawk il-każi meta l-klient ma jkunx sodisfatt bis-servizzi li jkun ingħata, bħal ngħidu aħna, meta l-aperturi ma jkunux kollha f'posthom - diġa' ġiet deċiża mill-Planning Authority u qed nistennew lill-Kamra tal- Periti tiddeċiedi jekk taqbilx jew le mal-miżuri proposti.", "Aħna sibna problemi kemm trid, iżda ħaġa li jien bħala l-ministru responsabbli ma sibtx hija xi sinjal ta' concern min-naħa tal-ministru ta' qabli jew xi forma ta' pjan biex tiġi trattata din il-problema.", "Jidher li għalkemm il- problema kienet qiegħda hemm donnu ħadd ma kien qed jagħti kasha.", "Kulħadd jaf x'inhi l-impressjoni tan-nies dwar il-Planning Authority u hawn irrid ngħid bil-quddiem li mhux qed inwaħħal fl-istaff għax dawn qed jipprovaw jagħmlu minn kollox biex jaqdu d-doveri tagħhom.", "Sfortunatament il-burokrazija hija ġġammjata u allura hemm bżonn ta' ċertu tibdil u fil- fatt dan huwa proprju d-dover li għandi jien.", "GĦalkemm m'iniex se mmexxi l-Planning Authority pero', bħala manager irrid nara x'nista' nagħmel biex din l-awtorita' taħdem aħjar.", "Min-naħa tal-ministru ta' qabel kien hemm apatija kompleta li daqqa bi skuża u daqqa b'oħra ma kienx qed jipprova jsolvi l-problemi tal-Planning Authority li ma nqalgħux minn tliet xhur u nofs 'l hawn.", "Jien nista' ngħid għaliex kont fuq il-bord u għalhekk naf xi problemi kien hemm.", "Aħna x'irridu mill-Planning Authority?", "Kif diġa' għidt, aħna la rridu nindaħlu lill-Planning Authority, la rridu nwaqqfuha milli taħdem u lanqas irridu nagħmlu xi witch-hunt.", "Aħna rridu li fil- Planning Authority jkun hemm l-effiċjenza, is-serjeta' u l-integrita' min- naħa ta' l-impjegati kif ukoll ikun hemm kontroll effettiv fuq l-ippjanar, li ssir ekonomija - jiġifieri ma noqogħdux nonfqu bl-addoċċ għax m'għandniex flus x'nisparpaljaw - ikun hemm il-ġustizzja f'dik li hija s- sistema u l-għoti tal-permessi u jkun hemm ukoll il-professjonalita'.", "Jien naħseb li fuq dan kulħadd jaqbel għax ma jistax ikun li min jimxi mod u min jimxi ieħor u hawnhekk, nerġa' ngħid, jien m'hu qed nagħmel riflessjonijiet fuq ħadd.", "Dawn huma l-parametri li jien irrid naħdem fihom ħalli bl- għajnuna ta' kulħadd, jiġifieri kemm ta' l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar kif ukoll ta' sħabi min-naħa tal-Gvern, nipprovaw inħallu xi ħaġa aħjar milli sibna.", "Sur President, aħna x'għamilna s'issa?", "L-Onor.", "Membru semma r-rapporti.", "Iva, jien tlabt li jsir management audit professjonali tas-sistema u hawnhekk, kif diġa' għidt, kelli s-servizzi ta' Carmelo Farrugia, ekonomista magħruf u rispettat.", "Ngħid ukoll li meta l-Planning Authority rat li aħna ridna nattakkaw il-problema - mhux biex insolvuha bilfors imma għallinqas ridna nagħmlu xi ħaġa fuqha - hija stess għamlet studju dettaljat interessanti u intelliġenti - ċertament li huma qegħdin f'pajjiżna li jagħmlu analisi bis-serjeta' - u flimkien wasalna fl-istadju li l-punti prinċipali li wieħed iddikjara li jistgħu jitbiddlu ħalli l- awtorita' tkun aktar effiċjenti nlaqqgħuhom flimkien ħalli noħorġu qafas tat-tibdil li jrid isir.", "Probabbilment nagħmlu xi sotto-kumitat tal- Kabinett ħalli nistudjaw is-suġġett iktar bis-serjeta' u jiena għandi f'rasi wkoll li wara li jkun hemm xi forma ta' white paper dwar x'se jsir inħalli ftit ġimgħat għar-reazzjoni tal-pubbliku u mbagħad isir it-tibdil fil-liġi.", "Imma dan ma jsirx fi tliet xhur u nofs taf, imma għallinqas il- concern qiegħed hemm.", "Jiena nista' ngħid bl-ikbar rispett li kemm ilna li wassalna dan is-sens ta' concern u l-fatt li qegħdin ninkwetaw lill-Planning Authority, ħeġġew lill-awtorita' tagħmel ċertu tibdil ħalli l-affarijiet imorru aħjar.", "Jien naqbel miegħek li l-Planning Authority għandha setturi differenti u sfortunatament hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq parti minnha, fejn in-nies għandhom kuntatt dirett ma' l-awtorita'.", "F'dawn it-tliet xhur u nofs, minkejja l-problemi l-oħra li għandi jien għamilt minn kollox biex nara kif nistgħu ma nħallux lill-Planning Authority tistaġna.", "Issa dan huwa kollu soġġettiv għax wieħed jista' jgħid: Imma barra kemm idumu biex jieħdu l- permess?", "U mbagħad noqogħdu nikkomparaw.", "Aħna dejjem nipprovaw nagħmlu mill-aħjar, pero' l-pubbliku dejjem jippretendi, anzi għandu dritt jippretendi, li jkun moqdi għax wara kollox din qed tiswa lill-Gvern ammont sostanzjali ta' flus.", "Mill-banda l-oħra pero' wieħed irid jgħid illi din m'hijiex xi ħaġa li tagħmel profitt imma qiegħda hemm biex toffri servizz.", "Iva, nikkonferma li dik is-sezzjoni li taqdi lill-klijent fuq il-permessi tal-bini għandha l-problemi u qed nipprova nitkellem fil-qosor mhux biex nevita d-diskussjoni imma għaliex minn hawn u ftit ġranet oħra se jkollna seduta sħiħa biex niddiskutu u nitkellmu fuq l-accounts tal-Planning Authority.", "Sur President, jien mhux qed nipprova nagħlaq jew inżomm lill-Planning Authority, lanqas qed nindaħal; u dan jistgħu jixhduh id-diriġenti tal- Planning Authority.", "Pero' mbagħad dan ma jfissirx li l-Gvern m'għandux jagħmel policy changes jew inkella jagħti policy input lill-Planning Authority fejn iħoss li hemm il-ħtieġa.", "Jekk kemm-il darba aħna jidhrilna li hemm bżonn naħsbu f'din id-direzzjoni, irridu nagħtu l-imbuttatura, irridu nagħtu indikazzjoni lill-Planning Authority li trid taħseb f'dik id- direzzjoni u dan bla ma nidħlu fid-dettall ta' jekk tagħmilx kamra ta' għaxar piedi jew ta' żewġ piedi.", "Bħalissa qegħdin nipprovaw nagħmlu diversi affarijiet.", "Waħda minnhom hija, kif diġa' għidt, li l-ħaddiema tal- Planning Authority isiru konxji li huma qegħdin hemmhekk biex jaqdu lin- nies u mhux biex in-nies iseftru jew jaqdu lilhom - dan qed ngħidu b'mod ġenerali u bl-ebda disprezz.", "Aħna rridu li din timxi aktar smooth, li tkun aktar functional - jiġifieri l-management tagħha jkun aktar effiċjenti - u tkun aktar customer friendly.", "Illum kulħadd jitkellem fuq customer friendly - mhux environmental friendly biss imma customer friendly - u f'dan il-każ il-customer huwa kemm il-klijent - inti tgħallimni, Onor. Mugliett, f'din il-kwestjoni - u kemm il-perit li jiġi f'kuntatt mal- Planning Authority.", "Aħna qegħdin ngħidu: Ejjew naraw kif nintegraw lil dawn in-nies li huma nteressati f'dan is-settur.", "Sur President, l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra għamel riferenza għall-fatt li jiena tkellimt mal-Kamra tal-Periti ħalli nipprovaw nirresponsabbilizzawhom.", "Iva, jiena nemmen li bħala professjonisti hemm il- lok li gradwalment jibdew jieħdu parti mir-responsabbilta' ħalli nħaffu ftit mix-xogħol li għandha l-Planning Authority filwaqt li nagħmlu x-xogħol tagħha aktar faċli permezz ta' aktar responsabbilta' min-naħa tal-periti.", "Bħalma hemm tobba ħżiena u tobba tajbin, bħalma hemm qassisin ħżiena u qassisin tajbin, hemm periti li huma ħżiena u periti li huma tajbin, imma rridu nammettu wkoll li hemm ċerti periti li huma kemm kemm laxki.", "Qed ngħid dan għaliex huwa inutli li ngħidu li rridu nbiddlu l-istruttura jekk mhux se jkun hemm koperazzjoni mis-setturi kollha li huma nvoluti għax inkella mhux se naslu.", "Dawn is-setturi huma tlieta, jiġifieri l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-professjonist li jwassal liċ-ċittadin lejn l-awtorita' u ċ-ċittadin innifsu.", "Aħna rridu li dawn jaħdmu flimkien b'mod effiċjenti ħalli kulħadd ikun kuntent bis-servizz li qed jieħu u hekk ma jkunx hawn tgergir.", "Din hi l-istorja kollha.", "Il-Gvern qed jonfoq il-flus, kif għamel il-Gvern ta' qabilna - u nisperaw li jagħmel il-Gvern ta' warajna - biex jagħti dan is-servizz.", "Pero' imbagħad is-servizz ma jiddependix minn hekk biss imma jrid ikun hemm ukoll l-osservazzjoni tar-regolamenti.", "Bħalma diġa' semmejt, fil-Planning Authority stess aħna nippretendu li jkun hemm l- integrita' ta' l-uffiċjali kollha billi jimxu fuq regolamenti u skond etika.", "Jien nemmen ukoll li għandu jkun hemm osservazzjoni tar-regolamenti mill-professjoni tal-periti billi jagħtu lill-klijent stampa ċara ta' x'inhuma ċ-chances tiegħu ħalli dan ikun jaf x'qed jiġri u ma jiġrix u b'hekk jgħinu lill-awtorita' fix-xogħol tagħha.", "Min-naħa l-oħra, iċ- ċittadin ukoll irid jobdi r-regolamenti.", "Per eżempju, fi tweġiba li tajt illum għal mistoqsija parlamentari semmejt kemm hemm każi ta' nies li jibnu mingħajr permess jew li jbiddlu l-pjanti.", "Hawnhekk imbagħad tinħoloq il-problema ta' kif se tagħmel l-enforcement, għax jekk lil min ikun bena bla permess iġġiegħlu jwaqqa' dan jispiċċa biex jieħu għalih.", "Allura, Sur President, nixtieq li nħallu d-diskussjoni f'dan il-livell ħalli mbagħad, meta fi ftit ġimgħat oħra niġu għad-diskussjoni fuq il-Planning Authority, nidħlu aktar fid-dettall.", "Mr Chairman, ngħaddi issa għall-parti l-oħra li għandha x'taqsam ma' l-ambjent.", "Biex inkunu ċari fuqhiex qed nitkellmu, il-parti ta' l-ambjent li taqa' taħt il-ministeru tiegħi hija differenti minn kif kien miftiehem l-ambjent qabel, fis-sens li dak li huwa l-ġbir ta' l-iskart, il-proġġet ta' Ta' Qali u parti sew mill-countryside, li qabel kien magħruf bħala n-non-urban roads, jaqgħu taħt il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Kien hawn min ikkritika l-fatt li l-ambjent qiegħed mal-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin - imma din spjegajtha kemm-il darba u mhux se noqgħod naħli ż-żmien fuqha.", "Li qed nipprova nagħmel huwa li jkun hemm koerenza, jiġifieri li jkun hemm ministeru li jkun responsabbli għall-ħsieb fuq l- ambjent u għall-mod kif se napplikaw ix-xjenza ta' l-ambjent.", "(Interruzzjonijiet) Issa mbagħad ngħidlek fuq il-kaċċa!", "Jien naqbel mal- kollega tiegħi meta jgħid li llum l-aspett ta' l-ambjent jidħol kullimkien u li meta wieħed jiġi biex jieħu xi miżuri żgur li jrid iħares mill-ottika ta' l-ambjent.", "Qabel kien hemm Segretarjat għall-Ambjent u anke Ministeru għall-Ambjent, imma jien x'sibt Mr Chairman?", "Sibt li l-istaff lanqas biss kellu spazju fejn jaħdem u nistħi ngħid li sal-lum is-sitwazzjoni hekk għadha ħlief għall-pollution unit li qiegħed f'post sabiħ fejn wieħed jieħu gost iħares għal fuq il-Port.", "Pero', imbagħad sibt li għalkemm il- head tal-pollution unit kien wasal biex jispiċċa lanqas ħadd ma ndenja ruħu jħalli under-study għalih.", "Paroli fuq l-ambjent isir ħafna imma dwar pjanijiet ma sibt xejn.", "Dan hu l-baħħ!", "Nerġa' ngħid li dan m'huwiex tort ta' l-istaff imma huwa tort tan-nuqqas ta' planning.", "Sieħbi semma l-kwestjoni ta' l-iskart.", "Jinsab kuntent bis-sitwazzjoni dwar is-separazzjoni ta' l-iskart jew bil-mod kif ġew mgħallma n-nies fuq din il-ħaġa?", "Jien naħseb li l-ikbar falliment li kien hemm f'din il- kwestjoni kien meta pprovaw jintroduċu s-separation at source ta' l-iskart għax ma sibna xejn.", "Il-miżbliet?", "Ejjew u araw issibux xi studju jew għallinqas xi indikazzjoni ta' tħassib dwar il-problema tal-miżbliet!", "Araw issibux li l-ministru ta' qabli jew is-Segretarjat għall- Ambjent kenux b'xi mod concerned jew inkella ħejjewx xi dokument jew xi studj ħalli jaraw x'se jagħmlu bl-iskart!", "Sar ħafna paroli imma meta mort ma sibt assolutament xejn.", "L-istess fuq l-Impjant ta' San'Antnin.", "L-ex-ministru Zammit Dimech, li qiegħed hawn quddiemi, kien wegħedna - dan kien żmien ilu - li jekk dan l-impjant jibqa' jrejjaħ iwaqqa' l- kuntratt u jagħlaq il-post, imma minn dan kollu ma sar assolutament xejn għax irejjah kien u jrejjaħ għadu sal-lum.", "Hawnhekk writna problema enormi u ma sibna assolutament xejn u jekk xi ħadd jistaqsini bħalissa x'qegħdin nagħmlu - u din ngħidha b'simpatija ma' dawk ir-residenti ta' Wied il-Għajn li ċempluli għax sal-ġimgħa l-oħra ċemplu ruxmata nies id- dar għaliex ma setgħux jissaportu; (Interruzzjonijiet) anke miż-Żejtun inxommuha tinten! - ngħidlu li kulma għamilna kien li ġbarna l-proġetti u s- suġġerimenti xjentifiċi u serji, u mhux xi ħmerijiet li ntbgħatulna, ħalli jiġu studjati.", "Hemm numru ta' nies biex jistudjawhom u nispera li joħorġu b'xi proposta li eventwalment tkun tista' tiġi applikata.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq infiq ta' miljuni ta' liri, u allura jekk se niġġustifika l- infiq tal-miljuni tal-liri rrid inkun ċert li jkunu flus minfuqa bis- serjeta', u mhux inkompli nippompja u nitfa' biex ngħatti l-iżbalji ta' qabel bir-riżultat li r-riħa tibqa' hemm.", "Dan li sibt jien!", "M'hemm assolutament xejn serju ppreparat.", "Sibna wkoll li bejn l-environment monitoring unit tal-Planning Authority u d-Dipartiment ta' l-Ambjent hemm ċertu nuqqas ta' kongruwenza bejniethom.", "Din hija xi ħaġa li forsi wieħed jista' jirranġaha, pero' ma kien hemm ħadd li resaq 'l quddiem u qalilna: Isma', hawnhekk konna pprovajna nirranġaw xi ħaġa pero' ma wasalniex.", "Mr Chairman, fid-Dipartiment ta' l-Ambjent sibt li kien hemm part-time instructor li kien fuq il-kotba tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li eventwalment kien ġie ssekondat mas-Segretarjat għall-Ambjent biex imbagħad telaq u mar mal-Birdlife Malta u minn hemm mbagħad reġa' telaq u waqqaf kumpannija għal rasu.", "Ġara li din il-kumpannija ħadet f'idejha \"Xummiemu\", bdiet tesplojtah, anke mat-tfal ta' l-iskola, bil-konsegwenza li l-flus kienu deħlin fil-but bla ma kien hemm kuntratt jew tender u mingħajr accountability ta' xejn.", "Meta tlabt inkjesta ħalli nara min kien responsabbli għal dan kollu, dan l-individwu anke rrifjuta li jgħaddilna l-kotba ċertifikati minn accountant ħalli nkunu nafu dawn l-eluf ta' liri x'sar minnhom.", "Dan li sibt!", "Pero' din il-biċċa xogħol għadha sejra u nispera li xi darba naslu x'imkien.", "Aħna x'għamilna s 'issa, Mr Chairman?", "Jien mill-ewwel ħassejt li ma nistgħux nibqgħu bis-sitwazzjoni li d-Dipartiment ta' l-Ambjent jaħseb mod u mbagħad issib li fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni hemm in-NEES li taqdef għal rasha, fil-Planning Authority hemm dipartiment ta' l-ambjent li jaħdem on it's own u fid-Dipartiment tas-Saħħa hemm dipartiment ta' l- ambjent ieħor li wkoll jaħdem għal rasu.", "Dawn ma kien hemm xejn li jgħaqqadhom, l-ebda ħsieb politiku, l-ebda policy, l-ebda guidelines, imma kulħadd jitlaq għal rasu, forsi min b'ħafna entużjażmu u min b'nuqqas ta' professjonalita', imma kulħadd jaħdem għal rasu.", "Jien għidt li l-aħjar li nagħmlu hu li għallinqas ikollna xi ħadd - bord jew grupp ta' nies, għidlu li trid - biex jgħinna nagħmlu ftit thinking bis-serjeta' fuq dawn l- affarijiet.", "Illum l-ambjent sar xjenza estiża, komplessa u kkomplikata li r-ramifikazzjonijiet tagħha jmorru fl-oqsma kollha tat-tmexxija.", "Għal dan il-għan waqqaft dak li qed ngħidlu l-consultative and executive board li huwa magħmul minn nies ta' l-affari tagħhom u li għandhom ċertu knowledge xjentifiku sabiex dawn ikunu jistgħu jaraw il-problemi b'mod distakkat.", "Dawn m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-ministeru u l-parir tagħhom m'huwiex wieħed eżekuttiv, jiġifieri jiena nista' nieħdu dak il-parir u nista' niskartah.", "Dawn jistgħu jaħsbu fuqxiex iridu huma u jagħtuni l-pariri biex jien inkun nista' niggwida ruħi dwar x'nista' nagħmel.", "Dak li jiġi aċċettat imbagħad jiġi msarraf f'policy li tiġi applikata u followed up mid-dipartimenti l-oħra.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li saħansitra kienet tema pubblika, hija l-miżbla tal-Magħtab fejn qegħdin nagħmlu studju dwar x'se nagħmlu b'din il-miżbla.", "Jien nerġa' ngħid li ma sibtx l-iċken concern minn ta' qabilna għax dawn donnhom kien moħħhom mistrieħ li din tkompli tinxtered u tinxtered u meta fl-aħħar tasal sal-baħar, forsi nibdew narmu fil-baħar ukoll!", "Mr Chairman, bħalissa qegħdin nagħmlu studju ħalli naraw x'jista' jsir bil-materjal tal-bini li qegħdin narmu hemmhekk għax fil-fatt 80% ta' dak li jintrema' fil-Magħtab huwa materjal ta' ġebel.", "Qegħdin nistudjaw ukoll il-possibilita' li nerġgħu nużaw il-barrieri li m'għadhomx jintużaw.", "Se nipprovaw inwaqqfu monitoring station biex inkunu f'pożizzjoni aħjar li nanalizzaw il-kwalita' ta' l-arja għax wara l-ħafna paroli li konna nisimgħu lanqas hekk ma kellna.", "Se nibdew bl-inħawi tal-Furjana, fejn għandek konċentrazzjoni ta' tniġġis b'dak il-ħafna emission ta' carbon monoxide, forsi jibda jkollna x'idea.", "Jiena jidhirli li biex ikollna studju xjentifiku ta' l-affarijiet irid ikollna l-informazzjoni għax bla informazzjoni ma nistgħu naslu imkien.", "Għaldaqstant se nipprova nagħmel minn kollox ħalli jkollna monitoring stations madwar il-gżejjer tagħna biex biex inkunu nistgħu nafu kemm hemm għabra, gassijiet u veleni fl-arja ħalli nkunu nistgħu nanalizzaw il-problema b'mod xjentifiku u bis-serjeta'.", "Għalhekk qiegħed nieħu passi immedjati ħalli fi żmien qasir nirrakkmanda lill-Kabinett biex nadottaw il-konvenzjoni rigward it-trans boundary pollution u xi protokolli minnha ħalli forsi nkunu nistgħu nieħdu xi fondi biex inkunu nistgħu nagħmlu dawn il-proġetti.", "Kritika oħra tal-kollega tiegħi kienet dik tal-eco-taxes.", "Iva, qegħdin nippruvaw nimplimentaw sistema li tirrifletti l-prinċipju li \"the polluter pays\".", "Rigward l-argument tiegħu fejn qal li ma jagħmilx sens li lil tal- kaċċa żidnielhom l-liċenzji għax dawn qegħdin ikissru u joqtlu, jien ngħidlu mela allura bl-istess argument flok ngħolli l-liċenzja tal-karozzi nwaqqaf il-karozzi!", "Din hi l-loġika tiegħek!", "Jekk inti ma taqbilx li ngħollu l-liċenzji tal-karozzi biex ma nkomplux niskoraġġixxu lil min iħammeġ minħabba ċ-ċilindrata kbira tal-karozzi, allura jkollna nwaqqfu l-karozzi.", "Issa ħalli niġi għall-kaċċa.", "Sur President, jien poġġejt il-legal notice li tittratta dwar il-kaċċa fuq il-Mejda tal-Kamra u issa, jekk intom ma taqblux, għandkom 28 ġurnata biex tersqu bl-oġġezzjonijiet tagħkom.", "Ma noqogħdux nilagħbu bl-ekwivoċi!", "Jew intom favur jew m'intomx u jekk m'intomx favur għandkom il-mezz legali biex tressqu protest u mbagħad wara dibattitu li jsir hawnhekk naraw kif nibqgħu.", "Din hija l-istess ħaġa bħal meta l-kollega tiegħi qabad fuq il- boathouses, xi ħaġa li lanqas ippretendejtha minnu.", "Intom se taqbdu fuq il- boathouses meta għadkom ħerġin minn disa' snin u nofs fil-gvern u m'għamiltu xejn fuqhom!", "Issa se jinbex lili, l-Onor.", "Membru!", "(Interruzzjonijiet) Jiena qatt ma għidt li se nwaqqagħhom.", "Il-Prim Ministru ta' qabel kien qal li se jwaqqagħhom u mbagħad ma waqqagħhomx.", "Hemm hi l-ipokresija!", "Aktar ma qorbot l-elezzjoni, dan l-argument aktar evitajtuh.", "Aħna dejjem għidna li dan huwa fenomenu sfortunat li żviluppa u li gvern wara gvern ħalla l-problema tikber - mushrooming.", "Minħabba li issa din il-problema għandha ċertu għeruq, aħna għidna li wieħed ma jistax jaqbad u jgħaddi bil-gaffa minn fuq dawn il-boathouses għax dawn fihom element kulturali u soċjali u allura jekk m'aħniex se niddiskutu l- problema kollha se nkunu faċċoli.", "Min ma għamel xejn f'disa' snin u nofs ma nafx kif issa għandu l-wiċċ jiġi hawnhekk u jistaqsina aħna x'se nagħmlu fuq il-boathouses!", "Issa naraw.", "Iż-żmien għad jurina min kien l-aktar bil- għaqal f'dan ir-rigward.", "Sur President, jien nemmen li wara kollox, iż-żewġ naħat għandna ċertu interess fl-ambjent imma huwa importanti li minbarra li nippriedkaw għandna nitilqu mill-aktar ħaġa fundamentali li hija l-edukazzjoni ambjentali.", "Hemm bżonn li nedukaw liċ-ċittadini miċ-ċokon għax jekk kemm-il darba ma jkunx hemm din l-edukazzjoni allura se nispiċċaw ikollna bżonn pulizija ma' kull persuna u pulizija ieħor ma' kull pulizija.", "Jien ċert li dwar dan kulħadd jaqbel u jien konvint li kulħadd jixtieq jara lil pajjiżna, aħjar l- ewwelnett għalina ħalli nkunu nistgħu ngawduh aħna stess, kif ukoll għat- turisti li jżuruna.", "Bħalma semmejt fil-kwestjoni tal-Planning Authority hemm ukoll il-bżonn ta' l-enforcement.", "L-edukazzjoni u l-enforcement huma l-iktar żewġ affarijiet li titkellem fuqxiex titkellem dejjem tispiċċa biex tgħid li hemm bżonnhom.", "Issa ħalli ngħaddi għall-intervent tal- kollega tiegħi l-Onor. de Marco.", "Mr Chairman, kull meta l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra jagħmel intervent f'din il-Kamra dejjem nieħu pjaċir nisimgħu u fl-aħħar tad-diskors kważi kważi nkun se nċapċaplu jien ukoll, imma mbagħad ninduna li jekk inċapċaplu nkun qiegħed inċapċap għall-forma tad-diskors u mhux għas-sustanza.", "Iva, rigward il-forma kieku jien inċapċaplu għax togħġobni, imma mbagħad fuq is-sustanza ma naqblux.", "Fil-bidu ta' l-intervent tiegħu, l-Onor. de Marco ipprova jiġbidli saqajja fuq il-kritika li kont nagħmillu jien fuq l- ammont ta' flus ivvotati għas-safar fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Iva, jien ngħid li hemm ħafna flus ivvotati għas-safar u nista' ngħidlu li aħjar inħallu dan il-punt fuq kemm se nonfqu għas-sena d-dieħla meta nkun f'pożizzjoni - u nispera li nkun - li ngħidlu li għamilna ċerti savings bla ma nkunu għamilna ssikkar taċ-ċintorin u bla ma nitqammlu.", "Dan qed ngħidu għaliex jien, bħala l-bniedem responsabbli minn dan id- dipartiment, beħsiebni nagħmel ċerta ekonomija.", "Meta dħalt sibt li l- kollega tiegħi - hawnhekk nixtieq li bl-ebda mod ma jeħodni b'mod personali imma se nitkellem biss fuq fatti li sibt - kellu staff segretarjali ta' 15-il ruħ u sitt PROs, jiġifieri kien hemm b'kollox 21ruħ.", "Jien sal-lum miexi b'disgħa u nispera li ma jkollix bżonn ta' iktar minn wieħed sa tnejn.", "Per eżempju sibt li hemmhekk kellna messaġġier bil- karozza li addirittura rrifjuta darbtejn li jdur dawra mal-kantuniera ta' Kastilja biex iwassalli ittra fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Dwar dan m'hemmx għalfejn ngħid li tlabt lid-Director Corporate Services biex jara x'jagħmel u jieħu ħsieb il-każ.", "Mr Chairman, sibt ukoll li fl-24 ta' Ottubru li għadda, jumejn qabel l- elezzjoni, ġiet ittra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data tas-7 ta' Ottubru, 1996 fejn bagħtu jgħidu lill-political appointees kollha - lil dawk li kienu ambaxxaturi appuntati politikament u anke min kien appuntat politikament fis-segretarjat - li ġie deċiż li jekk jinbidel il-gvern u huma jitilfu posthom għandhom dritt għal tliet xhur paga.", "Sfortunatament dan ifisser li jien se jkolli - għax il-kollega tiegħi qal kemm għamilna żieda fil-budget, iżda jien naħseb li min talab il-fondi pprova jagħmel ftit riservi 'l hemm u 'l hawn ħalli jkollna minn fejn niffaċċjaw dawn it- tip ta' spejjeż żejda - noħroġ mat-Lm22,000 lil dawn in-nies ta' xejn, għax wara kollox talli għamlu d-dover tagħhom dawn ħadu l-paga li kellhom jieħdu.", "Per eżempju, għandi ambaxxatur minnhom li se jieħu mas-Lm6,000 - dan kien każ speċjali għax barra l-paga hemm l-other emoluments ukoll - filwaqt li hemm tnejn li kienu fis-segretarjat tal-kollega tiegħi, Albert Rutter u Richard Sladden, li se jieħdu Lm1,170 u Lm877 rispettivament.", "Ta' xiex ma nafx.", "Mr Chairman, naf ukoll li sar kuntratt fid-9 ta' Ottubru, 1996, jiġifieri ħmistax wara l-ħruġ tar-writ ta' l-elezzjoni, bejn Tony Mallia tal-PBS u Dr Simon Busuttil u Dr Joanna Drake - żewġ ismijiet popolari u nies li huma intelliġentissimi u kapaċi fl-affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea - biex itellgħu serje ta' erba' programmi fuq it-television li għal kull wieħed kellhom jieħdu Lm150 ir-ras.", "Dan huwa ġust, pero' f'dan il-kuntratt kien hemm ukoll li jekk sa l-aħħar ta' Novembru din is-serje ta' erba' programmi ma tixxandarx kollha jkollhom dritt għal penali ta' Lm3,000.", "Dan ġara meta kienet ġejja l-elezzjoni u kulħadd kien jaf li kienet fifty-fifty jitlax il-Partit Laburista jew il-Partit Nazzjonalista u kulħadd kien jaf ukoll li ż-żewġ partiti jħarsu b'mod differenti lejn l-Unjoni Ewropea.", "Ġara li laħqu ntwerew xi programm jew tnejn u meta lili wrewni wieħed minnhom ma stajtx naqbel li l-kumplament tal-programmi jibqgħu għaddejjin bihom għax l-orjentament kien kif kien jaħseb il-Gvern ta' qabel - veru li jien nirrispetta l-opinjoni ta' kulħadd - u allura tajt parir biex dawn il-programmi ma jkomplux jixxandru.", "Għaldaqstant fl-aħħar ta' Novembru spiċċajt b'talba ta' Lm4,200 li kienet tinkludi l-penali ta' Lm3,000, liema ħlas għoġbu jirregalalhom il-Gvern ta' qabilna.", "Mr Chairman, ridna wkoll nieħdu deċiżjoni fuq il-famuża konferenza tal- Crans Montana li kienet se tħalli telf ta' Lm0.75 miljun.", "Calderon, li huwa l-organiser, kien diġa' ħa xi Lm250,000 - dawk ħadhom franki svizzeri bil-quddiem! - u jekk kemm-il darba konna nagħmlu din il-konferenza kien jonqos noħorġu xi Lm0.5 miljun ieħor biex nagħmlu tajjeb għat-telf, bħalma kien ġara fis-sena ta' qabel.", "Meta aħna staqsejna jekk is-sena ta' qabel kienx sar studju biex jaraw għaliex kien sar dak it-telf u għaliex Calderon kien qal: \"Jien skantajt kif hawn Malta qamet id-doppju talli qamet fl- Isvizzera\", sibna li ħadd ma kien għamel ebda studju u ħadd ma kien għamel ebda kalkolu biex darba oħra ma jkunx hemm dak it-telf kollu.", "Id-deċiżjoni tagħna kellha tkun waħda, penuża għax aħna ma ħadniex gost ngħidu li mhux se norganizzaw l-Crans Montana, imma aħna ma kellniex l-istonku li wara li konna diġa' tlifna Lm0.25 miljun - għax kien diġa' tefagħhom fil-but Calderon - noħorġu Lm0.5 miljun ieħor biex ngħidu li għandna l-Crans Montana!", "Din kienet deċiżjoni li n-naħa l-oħra pprovaw jgħidu li kienet waħda ħażina, imma jien inħoss li fl-interess tal-poplu Malti għamilna deċiżjoni li kienet tajba ħafna.", "Sur President mill-Foreign Affairs toħroġ news bulletin ta' folja waħda li fl-1 ta' Ottubru kellha din il-kwotazzjoni: \"He who is young and is not a socialist has no heart and he who is old and remains a socialist has no head.\"", "Issa jekk tagħmel din f'dipartiment bħal dan, fejn suppost li hemm it-taħlit - u issa ngħid kemm ma kienx hemm taħlit - allura din tagħmilha biex tipprovoka lil xi ħadd ieħor.", "Ħadd ma qal xejn fuqha din.", "Jien kont tlabt - u nerġa' ngħidha u nirrepetiha hawnhekk - u xtaqt li ħafna min- nies li sibt hemm jibqgħu jaħdmu miegħi.", "Qed nagħtihom il-fiduċja kollha tiegħi u ċert li dawn se jkunu leali lejja u jien se nesiġi li jkun hemm lealta'.", "Jien nixtieq li hawnhekk, anke b'kuntrast ma' l-approach tagħna u mal-mod kif aħna qed inħarsu lejn l-impjegati tal-gvern, ngħid il- verżjoni ta' Evarist Saliba u ta' min kien jgħid: \"Insiru lkoll aħwa Maltin\".", "Mr Chairman, jien għandi x'kiteb Evarist Saliba f'Ġunju ta' l-1987 fejn tkellem fuq il-fatt li fil-ministeru hemm \"delicate and confidential material\" u qal: \"For obvious reasons ħafna uffiċjali li hemm barra minn Malta will have to be recalled\".", "Imbagħad filwaqt li qal li jrid ikun hemm \"humane and caring image\" l-iskuża ta' l-ispazju rrikkmanda li \"these should be transferred to other departments immediately on their return.\"", "Mhux se noqgħod nidħol fid-dettall għax huwa dokument twil ħafna imma nixtieq inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli n-nies ikunu jafu x'sar fid-Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (L-Onor.", "Anġlu Farrugia): Hawn permess biex l-Onor.", "George Vella jpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokumenti datati Ġunju u Awissu 1987 dwar reklutaġġ u transfers ta' impjegati fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Barra minn hekk id-dipartiment ikkrea vojt għax qal li:", "\"A number of the general service officers who had openly demonstrated anti-government political bias in their behaviour at their place of work and publicly outside could not possibly be retained in sensitive posts.", "These were transferred to other branches of the general service and in several cases no replacements were provided.\"", "Iktar tard hu stess qal li huwa stmat li bejn Mejju u l-aħħar ta' Settembru ta' l-1987 ried ibiddel 75% ta' l-istaff tal-ministeru.", "Jekk din m'hijiex mistħija jien ma nafx x'inhi mistħija!", "Iktar tard imbagħad dan beda jgerger għaliex hemm ġew tant żvojtah li qal li rridu nsibu xi mezz biex nimlew it-toqob vojta fuq id-desks politiċi li kważi ġew żvojtati kollha.", "Sur President, issa minn hawnhekk jien nixtieq nirringrazzja lil ċerti ambaxxaturi - dan qed ngħidu mingħajr ebda plaġjariżmu - li kienu political appointees għall-mod korrett u għall-professjonalita' li wrew miegħi f'dawn it-tliet xhur.", "Hawn nixtieq insemmi b'mod partikolari lil Joe Cassar, lil Noel Buttigieg Scicluna, kif ukoll lil John Vassallo li ħadmu bl-akbar professjonalita' u kkoperaw biex jagħmlu d-dover tagħhom, kif fil-fatt kellhom jagħmlu.", "Pero' mbagħad jiddispjaċini ngħid li kien hemm oħrajn li minħabba fihom għandi problemi kbar għax meta telqu minn posthom dawn lanqas biss taw handover u jien ngħid li dan għamluh apposta.", "Fil-fatt, smajt ħafna tgergir minn nies li marru minflokhom għax dawn qed jgħidu ċar li ma kellhomx il-benefiċċju li jkollhom handover - bħalma taw lil ta' warajhom - bil-konsegwenza li dawn ma sabu xejn li jmexxihom u għadhom qed jipprovaw jagħmlu heads or tails of the outdated inventory of this chancery.", "Dan qalu wieħed li bħala diplomatiku serju ħalla lil ta' warajh informat kif suppost - hawnhekk qed nirriferi għas-Sur Carmel Aquilina li ħalla kollox kif għandu jkun ġo Ruma.", "F'Pariġi s-sitwazzjoni fl-Ambaxxata tagħna kienet agħar għax mhux talli l-Ambaxxatur il-ġdid ma sabx min jagħtih handover talli lanqas ir-records uffiċjali li kull diplomatiku suppost iħalli warajh ma sab.", "Fil-fatt, dan qed jitlobna biex nibagħtulu l-kopji ħalli jkun jista' jimxi.", "Dawn l-affarijiet irridu ngħiduhom biex il-poplu jkun jaf x'ħallewlna warajhom.", "Sur President, s'issa jien tkellimt fuq l-istruttura u allura issa tajjeb naraw daqsxejn x'sibna fil-qasam politiku.", "Jien hawnhekk se ngħid x'kienet ir-raġuni vera li għaliha aħna konna nattakkaw lil dik in-naħa li kienu qed jaħbu, li kienu qed jidħku bin-nies, li kienu qed jgħidu affarijiet li m'humiex veri u li dak li kienu jafu kienu qed jaħbuh mill-poplu.", "GĦalhekk se nsemmi ruxxmata dokumenti li qegħdin għandi u dawn imorru mhux xi sentejn jew tlieta lura imma xi għaxar xhur biss.", "Ħalli nibda mit- twissijiet tan-naħa l-oħra kienu jirċievu, ċioe' li dawn l-affarijiet kienu se jdumu u mhux kif kienu qed jgħidu lill-poplu li se jidħlu l-ġimgħa d-dieħla, imbagħad ix-xahar id-dieħel, imbagħad fl-1 ta' Jannar, 1995 u mbagħad ma' l-ewwel grupp u ħwejjeġ oħra bħal dawn.", "Hawnhekk jien għandi evidenza li ġbart mid-dipartiment rigward x'qalilhom Profs.", "Ludlock, li jumejn ilu konna qegħdin miegħu u li huwa ċ-Chairman tas-Centre for European Political Studies, li kien qed iwissi dwar \"longish negotiations\".", "Fit-13 ta' Frar l-Ambaxxatur Malti f'Bonn qed jgħid li l-Ambaxxatur ta' Ċipru wissih dwar kif il-Belġjani jaħsbuha fuqna.", "L-Ambaxxata ta' Malta fi Brussels, minn fejn kellna korrispondenza twila ħafna - u lil sieħbi ngħidlu li jiddispjaċini għalih li kellu min jimmiżlijdjah daqshekk minn Brussels - hawnhekk qed tirrapporta li \"ħafna jiddipendi mill-Kanċillier Kohl u li hemm bżonn li Fenech Adami jiltaqa' miegħu; imma għandna noqogħdu attenti li ma nippressawx għal xi time- frame għaliex dan jaf ikun kontro-produttiv għax jekk nagħmlu hekk nagħmlu aktar ħsara milli ġid\".", "Insomma kien hemm sens kbir ta' diżappunt.", "Kien hemm rapporti mill-Ambaxxatur tagħna f'Washington li fiha qed iwassal x'qallu l-kap tad-delegazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, fis-sens li aktar ma nantiċipaw u nikkonformaw ruħna mal-policy ta' l-Unjoni Ewropea aktar id-dħul tagħna jittieħed for granted.", "John Vassallo, bi frustrazzjoni kbira, fit-12 ta' April jikteb li l- metodi li qegħdin jintużaw minn pajjiżna \"lack incisiveness\", jiġifieri m'għandhomx il-gidma li hemm bżonn, m'humiex iffokati, \"m'hemmx ix- sharpness and focus li jkun hemm bżonn biex nagħmlu n-negozjati jekk dawn se jibdew fis-sitt xhur li ġejjin.\"", "Dan kien għadu qed joħlom li fi żmien sitt xhur kien se jsir kollox!", "F'Mejju ta' l-1996 jiġifieri s-sena l-oħra u mhux seba' snin ilu, Joe Licari jfakkarna f'dak li kien qal soċjalista prominenti, Claude Cheysson, li qal li \"jekk kemm-il darba tiġġudika lill-Maltin mil-lingwa tagħhom għandhom ċans jidħlu fl-Unjoni Ewropea daqskemm għandhom ċans tat- Tadzhikistan!\"", "Dawn l-affarijiet lill-poplu qatt ma ġabuhomlu.", "Evarist Saliba, diplomatiku li għandu esperjenza u ta' min wieħed jiżnu, qalilna li kellu laqgħa mad-Deputy Director General for Institutional Co- ordination fl-Unjoni Ewropea u hawn qed jgħid li \"there is an increasingly strong movement that the process\" - jiġifieri l-proċess kollu ta' wara l- IGC - \"will have to be subject not only to national parliaments but also to national referenda.\".", "Hawnhekk nerġgħu niġu għall-istorja antika jekk kemm- il darba għandiex ssir ratifikazzjoni jew inkella referendum.", "Ikompli jgħid li dan qallu li \"ħadd ma jista' jagħmel profezija minn issa kemm se ddum sejra l-IGC, x'suċċess se jkollha\" - jekk ikollha! - \"u x'se jkun fihom il-konklużjonijiet u allura diffiċli li wieħed jgħid x'ikun ifisser madwar sena oħra\", jiġifieri meta tgħid sitt xhur wara l-għeluq ta' l-IGC.", "Allura hawnhekk kellna sensiela sħiħa ta' dan it-tip ta' informazzjoni dieħla kontinwament għand il-ministeru biex imbagħad pubblikament jiġu jgħidu li mexjin tajjeb, li kollox sewwa u li m'għandniex problemi!", "Fit-28 ta' Ġunju, l-Ambaxxata Maltija fi Brussels rrapportat li minkejja l-isforzi kollha min-naħa Maltija biex issir is-16-il membru ta' l-Unjoni Ewropea - hawn se nikkwota - \"unfortunately we have received too few positive signals from the Union in return\".", "Imbagħad hawnhekk niġu ngħidu kemm jilqgħuna, kemm ikellmuna u kemm qed immorru tajjeb magħhom!", "Il-paniku jidher f'ittra ta' l-Ambaxxatur Vassallo ta' l-10 ta' Ġunju fejn jitkellem dwar il-famuż summit ta' Firenze li wara ppretendejna li se niġu ngħidu li deħlin minn għada.", "Dan jasal anke biex jirrakkomanda t-text - ara f'liema assurdita' konna wasalna! - ta' kif għandha tkun imsemmija Malta fid-dokument finali ta' Firenze.", "Fost ħolm ieħor jgħid li \"t-trick qiegħed li nġiegħlu lil Jacques Santer jinsisti mal-Kummissjoni biex tagħmel mini-group ħalli jipprepara negotiating framework għal Malta u Cipru bejn Lulju u Diċembru ta' l-1996\" - jiġifieri konna għadna nhewdnu fuq affarijiet li kulħadd kien qed jgħid li kienu affarijiet impossibbli - \"ħalli mbagħad meta ninżlu għand il-Ġermanja din taċċetta l-metodu tagħna bħala possibbli għax imbagħad hi tkun tista' tagħmel l-istess mal-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali\".", "Ara naqra meta taqbad dan it-tip ta' ħolm u tqabblu ma' dak li qalet Pauline Green, jiġifieri li kienu xebgħu jwissuhom li mexjin ħażin!", "Dan kien kif kienu qegħdin jirreaġixxu u x'kienu qegħdin iwasslu kontinwament l-ambaxxaturi li kellu barra l-ex- Ministru de Marco, biex imbagħad il-poplu kien jinżamm assolutament sajjem minn din l-informazzjoni kollha.", "Evarist Saliba, fuq il-kwestjoni tad-dħul ta' Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, iddeskriva dak li qara f'ċerta gazzetta bħala \"disturbing echoes\".", "Imbagħad - din hija xi ħaġa interessanti ħafna - lill-Onor. de Marco qallu li \"the new draft treaty ta' l-IGC probabbilment se toħroġ f'Diċembru ta' l-1996 u allura bilfors li se jkun hemm xi diżappunti f'termini ta' public consumption Maltija għax dan ifisser li se jkun hemm uncertainties\".", "Kompla qallu li \"hu, bħal ħafna oħra bħalu, din diġa' raha\" - oriġinarjament kienu qed jippjanaw li l- IGC tispiċċa għas-sajf ta' l-1997 - \"u jekk din tiġi 'l quddiem b'sitt xhur din se tagħti a field-day\" - jiġifieri se tagħtihom għalqa fejn jixxalaw - \"lil dawk li ilhom jitfgħu d-dubju fuq kemm huwa għaqli li nidħlu fl-Unjoni Ewropea\".", "Jiġifieri Evarist Saliba kien qed jipprevedi u kien qed jinkwieta li n-new draft treaty ta' l-IGC ġejja sitt xhur qabel, liema żmien allura suppost kellu jaħbat maż-żamma ta' l-elezzjoni f'Malta.", "Mela dan kien inkwetat u lill-Onor. de Marco qallu li minħabba li ħierġa sitt xhur qabel se tagħmlilhom ħafna ħsara.", "Mr Chairman, dan kien Gvern li kien lest li jaċċetta kollox, basta jimxi 'l quddiem, u dan jirriżulta minn dawn il-famużi kwotazzjonijiet li għandi.", "F'Novembru ta' l-1995, per eżempju, meta l-Onor.", "Fenech Adami ltaqa' ma' Klaus Haensch, mar jiftaħar li dħalna fil-Partnership for Peace u Haensch qallu: \"Malta fil-Partnership for Peace u bħala osservautur futur fil-Western European Union, kif se tiffitja f'dik li fil-futur tkun il-politika barranija tas-sigurta' komuni ta' l-Unjoni Ewropea?\"", "U mela dħalna fil-PfP għall-gost li nidħlu!", "Aħna dħalna fil-PfP biex nintgħoġbu ma' dawn it-tip ta' nies.", "Il-kollega tiegħi qal li aħna konna qegħdin fuq il-marġini tal-Joint Association tal-Council, pero' intom kontu fuq il- marġini ta' l-Unjoni Ewropea fejn mingħalikom li deħlin, deħlin, deħlin!", "(Interruzzjonijiet) U x'kont taf inti!", "Issa tini ċans inkompli.", "Ħalli naraw kif konna nirredikolaw lil pajjiżna.", "Haensch kompla jgħid: \"Bħalissa għandna sitt siġġijiet fl-Unjoni Ewropea, pero' jekk ir-ratio tal- pajjiżi jitbiddel ma nafx x'se jiġri\".", "Qabeż l-ex-Prim Ministru u qallu: \"Ma jimpurtax, Malta taċċetta n-numru l-ġdid\".", "Dawn kienu n-negozjati li kellna.", "Imbagħad biex ikompli jbenġilha, biex jiċċajta qallu: \"Wara kollox Malta fiha wieħed minn ħamsa mill-kostitwenza tiegħek, Sur President Haensch\".", "Ara kemm konna naqgħu baxx!", "Dwar il-krib mal-pajjiżi barranin biex jgħinuna, għandna ruxxmata ta' kwotazzjonijiet.", "F'Marzu ta' l-1996, per eżempju, l-Ambaxxatur Vassallo informa lill-Onor. de Marco dwar il-laqgħa ta' Turin u qallu li hemmhekk \"l-aktar li nistgħu nakkwistaw huwa jekk nidħlux fir-reserved area għaliex those corridor contacts\" - ara x'diskussjonijiet profondi kienu jiġifieri! - \"with the representatives of the Member States are usually the most useful ones.", "This has been the situation in both Cannes and Madrid.\"", "Iva, verissimu, hekk konna stmati aħna, fil-kuriduri!", "F'din l-ittra Dr Vassallo kompla jgħid li ma jaqbilx mal-messaġġ ta' l-Ambaxxatur Aquilina li kien qal hekk: Naħseb li bil-politika tagħna li ma npoġġux il-pożizzjoni tagħna rigward l-IGC substance to paper u billi sempliċement nattendu għall- information sessions u nirrepetu l-pożizzjoni taż-żwieġ tagħna bejn is- sovereign state u l-popolazzjoni, mhux se jkun hemm diskriminazzjoni aktar 'il quddiem.", "L-Onor. de Marco qallu: GĦandna nevitaw a kwalunkwe kost li niġu nvoluti f'xi diskussjoni formali li ċertament tintuża kontra tagħna jew mill-pajjiżi il-kbar jew inkella mill-pajjiżi ż-żgħar.", "Ara f'liema pożizzjoni konna aħna, lanqas pożizzjoni ma kellna għax konna qegħdin niggalleġġjaw fejn l-importanti kien li forsi nimxu kemm kemm 'il quddiem!", "(Interruzzjonijiet) Meta trid nagħtik kopja tagħhom.", "Inti kollha qrajthom għax kollha għaddew minn idejk.", "Inti taf bihom dawn u qed tilgħabha li ma tafx bihom imma dawn kollha għaddew minn idejk.", "(Interruzzjonijiet) Mela kompli isma' għax għandi ħafna iktar xi ngħidlek.", "(Interruzzjonijiet) Le, paċenzja m'għandekx għalfejn tieħu għax tista' titlaq il-barra, tħabbilx rasek.", "(Interruzzjonijiet) Inti qed tgħid li trid tieħu paċenzja.", "Min irid jista' jitlaq u ma jkomplix jisma'!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: M'hemmx interruzzjonijiet, ikompli l-Ministru Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, il-laqgħa tal-Prim Ministru ma' Bruton kienet interessanti wara d-doċċa kiesħa ta' Firenze u ta' Turin.", "Xi jħalluh jiltaqa' magħna!", "U x'ma jagħmlux biex aħna ma niltaqgħux miegħu!", "Hawnhekk hawn id-dokument immarkat \"confidential\" tal-laqgħa ma' Bruton u hemm tara l-inċertezza, il-biża', it-tħassib u d-dubbji għax wara kollox, l- ex-Prim Ministru staqsih: Imma hemm political will mill-Ewropa biex ikellmuna ħalli nidħlu għax dan id-dewmien kollu aħna ma nistgħux naċċettawh?", "Hawnhekk hawn ħafna affarijiet x'wieħed jogħmod, għax fid- diskors li għamel meta indirizza lil Bruton qallu ċar u tond: \"Isma', l- impazjenza politika fl-aħħar se tiżdied u dan taf x'se jġib?", "Dan jġiegħel lin-nies jitilfu l-interess fil-membership ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea\".", "Ara kemm konna mexjin u kemm konna mexjin 'il quddiem!", "Ara kemm kienu qegħdin jigdbu lill-poplu u kemm kienu qegħdin jaħbu mill-poplu!", "Issa jiena se ngħid xi ħaġa dwar dak li qalilhom l-Ambaxxatur Boggio.", "Dan ta x'jifhem lill-Gvern li l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kienet qed taħseb biex lil pajjiżna ġġiegħlu jagħmel avis ieħor - diġa' għaddejna minn wieħed u jriduna nagħmlu avis ieħor - u r-reazzjoni kienet li l-avis kien ikun ta' \"ħsara politika\".", "Din ġiet imsemmija partikolarment fis-sena ta' l- elezzjoni u qalulu li \"qatt qabel ma kien ġara hekk u allura f'każ bħal dan kien ikun unfair għalina li naċċettaw\".", "Hawnhekk jien għandi d-dokument li jitkellem ċar fuq il-possibbilta' li Malta jkollha tgħaddi mit-tieni avis.", "Din ma kenitx l-unika riferenza għaliex f'ittra li kiteb l-Ambaxxatur Vassallo lill-ex-ministru dan ukoll tkellem fuq il-possibbilta' tat-tieni avis u fuq il-possibilta' li jkollna nistennew ir-ratifikazzjoni ta' l- IGC.", "Il-kandidati kollha tawh x'jifhem - Dr Vassallo kien qiegħed fl- għajn ta' l-informazzjoni u għalhekk kien qiegħed iwassal l-informazzjoni korretta - li fost affarijiet oħra \"they would require an avis, and entry documents commanded from the Commission by the Council\".", "Hawn kienu qed jirriferu għal studju fuq l-impatt tat-tkabbir u affarijiet oħra.", "Imma lill-poplu qatt ma qalulu li se jkollna nerġgħu ngħaddu minn avis ieħor!", "Żgur li l-ex-Viċi Prim Ministru kien inkwetat fuqha din għaliex f'laqgħa li kellu ma' l-Ambaxxatur Portugiż qal ċar u tond li m'huwiex sew li jerġa' jkollna avis ieħor.", "Jiġifieri din il-kwestjoni ma baqgħetx fil-livell ta' ambaxxaturi, imma kienet ukoll parti mid-diskorsata li għamel il-kollega tiegħi, l-Onor. de Marco, ma' l-Ambaxxatur Portugiż.", "Dan kollu ġara meta lill-poplu konna qegħdin ngħidulu li kollox sew, li wasalna u li dalwaqt insiru membri ta' l-Unjoni Ewropea!", "Illum jien nifhem kemm kemm iktar x'kienet is-sitwazzjoni reali, għax mhux billi sieħbi tan-naħa l-oħra jiġi jiftaħar li hawnhekk ġol-Parlament iddibattejna fuq l-affarijiet barranin għaliex fil-fatt aħna konna sajmin ħafna minn dawn id-dibattiti.", "Jien naf li f'erba' snin, minn Lulju ta' l- 1992 sa Mejju ta' l-1996, iltqajna għaxar darbiet biex niddiskutu dan il- qasam u f'okkażjoni minnhom, kif intqal korrettament, kien hemm tliet seduti fuq il-PfP; nista' ngħid ukoll li erbgħa seduti oħra minn dawn l- għaxra li qed insemmi kienu jikkonsistu f'dibattiti tal-budget bħal dan li qed nagħmlu llum.", "Kellna wkoll l-mozzjoni ta' sfiduċja li għamilna fil- Gvern ta' dak iż-żmien, ħalli jkollna skuża biex niddibattu, u kellna riżoluzzjoni fuq il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal- Baħar, li strettament m'hijiex politika barranija.", "Naturalment l-aqwa żewġ okkażjonijiet kienu l-kwestjoni tal-PfP u dik tal-Kunsill tas-Sigurta' dwar is-sanzjonijiet.", "Il-bqija, minn Diċembru 1993 sa Diċembru 1994 - jiġifieri lejliet l-1995 meta suppost kellna nsiru membri - f'dan il-Parlament ma sarx dibattitu wieħed fuq il-politika barranija.", "Illum nifhem aktar u aktar għaliex ġara dan għax kieku nkixfu dawn l-affarijiet kienu jallarmaw ħafna nies.", "Jekk il-poplu qed jara li ġie mqarraq minħabba li min kellu l- fatti f'idejh ma kixifhomx u minħabba li min kellu ċerti indikazzjonijiet baqa' biex jimmislijdjah, jiena għandi xi ħaġa oħra li naħseb li se tinkwetahom kemm kemm iktar.", "Sur President meta kulħadd kien qiegħed jgħid ejja nidħlu għax jaqblilna u għax ikun hawn ħafna vantaġġi, l-Ambaxxatur Vassallo bagħat lista ta' agreements lill-ex-Ministru u qallu: Isma', aħjar nistudjawhom dawn ħalli nippreparaw għax l-accession waslet u dalwaqt nidħlu, u anke ħalli jkollna reazzjoni fuqhom.", "L-Onor. de Marco talab rapport fuqhom u hawnhekk jien slitt ftit minnhom.", "Dan kien fis-16 ta' Ottubru ta' l-1995, żmien il-pre- accession package meta konna qegħdin fil-marġini taħt l-għatba!", "Mela ħalli nsemmi xi affarijiet li ġew rapportati lill-Onor. de Marco.", "L-ewwel ma qalulu kien hekk: \"Huwa mportanti li dan id-dossier ikun għall-użu tiegħek biss\" - naturalment dan id-dokument kien jitratta l-pożizzjoni Maltija fuq is-suġġett in kwestjoni u b'ittri kbar kien hemm miktub li dan id-dokument għandu jiġi trattat bħala \"strictly confidential\".", "Dażgur, għax li hawn hawnhekk huwa splussiv!", "Mela x'qalulu lill-ex-Ministru de Marco dak iż-żmien?", "Qalulu dwar il-ftehim biex jitħaffef it-transit ta' ċittadini Maltin fl-airport Ewropej, biex meta vjaġġatur Malti ngħidu aħna jasal Heathrow jgħaddi min-naħa ta' l-EU citizens u mhux ma' l-oħrajn.", "Qalulu hekk: \"Il-vantaġġ ta' dan huwa li b'daqshekk inkabbru l-image ta' l- Unjoni Ewropea f'għajnejn il-pubbliku Malti filwaqt l-iżvantaġġ huwa li din tpoġġi pressjoni fuq l-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni f'Malta\" - naturalment aħna jkollna nagħmlu l-istess ħaġa u allura l-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni jitilfu kull xorta ta' kontroll fuq il-passiġġieri li jidħlu - \"u l-effett għal Malta jista' jkun li tkun impossibbli li nagħmlu kontroll effettiv fuq persuni mhux mixtieqa milli jidħlu f'pajjiżna u l- istess japplika għall-kontroll tal-bagalji\".", "Niġi għal parir ieħor li taw lill-ex-Ministru fuq it-trade agreement bejn Malta u l-European Union.", "(Interruzzjonijiet) Dan hu d-dokument li kellek inti, dawn mhumiex affarijiet ċuċeski kif qed tgħid int, imma huma fatti.", "Hawnhekk qalulu li \"meta jitneħħew il-levies fuq setturi sensittivi, speċjalment fuq il-prodotti agrikoli, il-produtturi Maltin ikollhom share iċken tas-suq Malti\" - mentri hawn kienu jiġu jgħidu li se nkabbru s-suq għall-produttur Malti! - \"u f'ċerti każi, minħabba regolamenti dwar rules of origin, ditti Maltin se jsibuha diffiċli biex jikkompetu ma' kompetituri ħafna akbar minnhom ġejjin mill-Unjoni Ewropea\".", "Din l-istess bħalma konna ngħidulek aħna Onor. de Marco, u dak inhar kienu qed igħidulek l-istess ħaġa l-esperti tiegħek.", "Dan qatt m'għidtuhulu lill-poplu!", "(Interruzzjonijiet) Mhux esperti?", "Mela issa ngħidlek min huma l-esperti li kellek.", "Dawn komplew jgħidulu li \"hemm dubbju jekk il-flus li jidħlu minn levies u dazji jkunux tal-Gvern Malti jew inkella tal-Kummissjoni Ewropea\".", "Fuq ftehim reċiproku li jħalli liċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u lil dawk Maltin jivvotaw fl-elezzjonijiet fil-pajjiż fejn ikunu residenti, dawn qalulu li l-vantaġġ ikun \"li dan it-trattat ikun fattur pożittiv għaliex huwa mod kif il-pubbliku Malti jħares lejn l-Ewropa u b'hekk jgħin ħalli jikber is-sens fil-Maltin li jappartjenu lil xi ħadd, a sense of belonging, u li jkunu ċittadini ta' entita' ikbar minn pajjiżhom, jiġifieri ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea\".", "Araw x'meskinita'!", "(Interruzzjonijiet)", "Hawn għandhom jiftħu widnejhom l-istudenti u l-professjonisti li xebgħu jisimgħu min ibellgħalhom ħmerijiet fuq kemm huma kbar iċ-ċansijiet li wieħed jista' jaħdem barra!", "Dwar il-ftehim li jippermetti għarfien reċiproku ta' degrees u kwalifiki oħra, l-parir lill-Onor. de Marco kien li hemm bżonn ta' \"iktar studju biex jiġu mkejla l-konsegwenzi li jista' jkun hemm, speċjalment jekk dan ikollu impatt fuq ir-reġim li jirregola l- liberta' ta' barranin li jaħdmu f'Malta\".", "Mela allura inti tippretendi li n-nies tiegħek jaħdmu barra u l-barranin ma jaħdmux hawn Malta!", "Mhux hekk, Sur ex-Ministru!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Dawk huma affarijiet li tinnegozjahom.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mela kellek x'tinnegozja!", "Niġi għall-ftehim fuq ir- reċiproċita' għall-benefiċċji ta' sigurta' soċjali u pagamenti ta' national insurance.", "Dawn qalulu li jekk dan il-ftehim jiġi applikat, \"is-sigurta' soċjali f'Malta tagħmel pressjoni kemm fuq ir-riżorsi finanzjarji kif ukoll fuq il-kapaċitajiet amministrattivi tagħna.\"", "Sur President, il-kbir għadu ġej!", "(Interruzzjonijiet) Ħalli niġi għal ftehim ma' Medigrain Ltd. biex jixtru l-qmuħ issussidjat.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: No cross debates, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Kummissarju ta' l-Agrikoltura ta' dak iż-żmien, Rene' Steichen, f'Diċembru ta' l-1993 kien wiegħed li se jara kif jagħmel biex jipprovdielna 60,000 tunnellata qamħirrun fis-sena billi jawtorizza sussidju għal Malta.", "Dan fil-fatt ma seħħx għax din il-wegħda kienet ġiet irtirata fi Frar, 1995.", "Meta mbagħad ġie biex isemmilu l-hard wheat, dan qallu li l-ħobż Malti huwa magħmul minn qamħ iebes.", "Allura minn hawn nibdew nifhmu għaliex bdew imorru dawk il-furnara kollha jitgħallmu kif jagħmlu l-ħobż ġo Brussels minkejja li aħna ilna nagħmlu l-ħobż minn żmien żemżem!", "Araw għalfejn kienu qed jeħduhom hemmhekk!", "Dawn qalu hekk:", "\"Aħna nimportaw 30,000 tunnellata fis-sena mill-Canada, minn North America u mis-Saudi Arabia għax fl-Ewropa m'hemmx qamħ bħal dan.", "Bħalissa Malta tħallas prezz tas-suq u huwa importanti li jintlaħaq ftehim ma' l-Unjoni Ewropea li dan jibqa' jsir anke wara li nsiru membri sħaħ.", "Jekk ma nitħallewx nimportaw bi prezzijiet bħal-lum, at world prices, ikollna jew ngħollu l-prezz tal-ħobż b'mod sinifikanti jew il-ħobż tradizzjonali Malti jkollu jisparixxi mis-suq.", "Ir-raġuni prinċipali għaliex Malta għadha tinnegozja dawn l-arranġamenti hija għaliex inkella l-cost of living jiżdied drastikament\".", "Dan kollu biex insiru membri ta' l-Unjoni Ewropea!", "(Interruzzjonijiet) Idħak, għax għandek biex tidħak!", "Onor. de Marco, hawn ħaddieħor qed jidħak għax din iddoqqlu għal widnejh!", "Ħalli naraw x'komplew jgħidu dawn:", "\"Jekk il-ġwież ikun mixtri bil-prezzijiet ogħla ta' l-European Union, Malta ma tibqax kompetittiva u dan ikollu riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali serji fuq is-settur agrikolu\".", "- dan is-settur, skond l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra, tgħidx kemm kien se jikber! -", "\"Riperkussjonijiet simili jiġu wkoll iffaċċjati mis-settur tal- manifattura, inkluż il-manifattura ta' l-għalf, l-ipproċessar tal- prodotti u setturi marbutin magħhom, bħal dawk ta' l-ippakkjar, tat- trasport eċċ. Fil-fatt dan kollu jista' jkollu effett negattiv fuq setturi varji industrijali, inkluż it-turiżmu minħabba l-għoli li jirriżulta mill-cost of living.", "Il-prezzijiet għolja ta' l-għalf jistgħu jirriżultaw f'nuqqas fil-popolazzjoni ta' bhejjem f'Malta u dan ikollu effett negattiv fuq il-produzzjoni ta' wċuh tar-raba lokali, speċjalment il-produzzjoni tal-patata, wieħed mill-prodotti li nesportaw lejn l-Unjoni Ewropea.\".", "Imbagħad, l-aħħar biċċa parir li tawh lill-Onor. de Marco kien biex jiftakar li Malta ma tipproduċix xgħir u allura ma tistax tibbenefika mis- sussidju ta' l-Unjoni Ewropea fuq din il-produzzjoni agrikola jekk issir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma l-pariri kollha li kellu l-kollega tiegħi, l-Onor. de Marco.", "Jien għandi d-dokumenti kollha u naħseb li l-Onor.", "Membru qed jagħraf dan l- envelope li għandi f'idejja.", "Jien naħseb li anke l-Onor.", "Joe Borg qed jagħrfu dan l-envelope għax din hija l-kitba ta' dak li llum qed jgħid li jrid iktar informazzjoni u li l-Ewropa kienet is-salvazzjoni tagħna.", "Dan id-dokument jixlikom!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: No cross debates, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dan id-dokument jixlikom u dawn messkom ippubblikajtuhom żmien ilu.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Kompli, Onor. Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Intom kontu qed taħbu, mela tistudjaw!", "Intom kontu qed tipproduċu r-rapporti u tidfnuhom (Interruzzjonijiet) Issa nżomm l- oriġinal u npoġġilek kopja tiegħu!", "(Interruzzjonijiet) Inpoġġihom meta jasal il-waqt, Onor. Borg.", "Daqskemm poġġejtuh intom dan il-highly confidential report u dak li bgħattu lill-Unjoni Ewropea!", "GĦalkemm konna nitolbuhomkom over and over again, intom qatt ma tajtuhomna.", "Issa ħudu paċenzja u nagħtukom l-informazzjoni meta jkun il-waqt.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, fl-interess ta' Malta aħna ma rridux noqogħdu naħbu mill-pubbliku.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Galea, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "Kompli Onor. Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-importanti huwa li llum il-poplu jaf iktar u kellu raġun ineħħikom mill-gvern għax intom kontu qed taħbu l-fatti minnu.", "Illum il-poplu huwa iktar kuntent.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Onor. de Marco, jiġifieri dan inti tinnegah?", "(Interruzzjonijiet) Ħudu ħalli tarah!", "Qed ngħidlek biex tieħdu ħalli tarah!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Vella, ippermettili ftit.", "Onor. Galea, jekk jogħġbok no cross debates.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, l-Onor.", "Galea qed jinkwieta għax bħala part-time farmer kien se jkun affetwat ħażin!", "Dik hi l-istorja!", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Issa oqgħod hemmhekk u oqgħod idħak!", "(Interruzzjonijiet) Issa oqgħod hemm!", "Sur President, nitlob il-protezzjoni tiegħek biex inkun nista' nkompli bid-diskors tiegħi.", "Min ma jridx jisma' jista' jitlaq 'il barra!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Galea, jew tieqaf immedjatament jew inkella oħroġ mill-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Eżatt.", "GĦax issa kellu ħin biżżejjed biex ilablab!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ippermettili Onor. Vella.", "Onor. Galea, jew tieqaf immedjatament jew inkella oħroġ mill-Kamra.", "Onor. Vella, tista' tkompli.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: U inti lanqas qatt ftaħt ħalqek hawn ġew se tgħallimna kif nagħmlu debate!", "Jekk għamilt maiden speech!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ministru Vella, indirizza lili.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vella, kompli u indirizza lili jekk jogħġbok.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, aħna x'għamilna f'dawn it-tliet xhur u nofs?", "Il-kollega tiegħi ilmenta mill-fatt li ħriġna mill-PfP.", "Iva, ħriġna b'unur u ħriġna għax kellna wegħda mal-poplu u l-poplu tana l-approvazzjoni tiegħu biex nagħmlu hekk.", "Ara aħna ma nagħmlux bħalkom!", "Intom dħaltu fil- PfP biex tkunu tistgħu tidħlu fid-WEU ħalli lill-President Haensch tkunu tistgħu tgħidulu li issa faċli li Malta tidħol fl-EU!", "(Interruzzjonijiet) Kellna ċans nitkellmu fuq x'tgħid il-Kostituzzjoni, kif qal korrettement il- kollega tiegħi meta rrifera għat-tliet seduti li saru hawnhekk fuq il-PfP.", "Aħna għamilna dak li kellna nagħmlu Mr Chairman u nista' nassigurak li ħadd ma qalilna: Intom għaliex ħriġtu mill-PfP?", "Kemm intqal diskors li korrispondenti barranin ġew biex jgħallmuna, biex jikkonvinċuna u saħansitra biex jgħajruna!", "Imma jien nista' ngħidlek li dwar dan ma setax ikun hemm smentita iktar b'saħħitha minn dik tat-tliet uffiċjali mill- ministeru tiegħi - dawn ma qabbadthomx jien biex jagħmluha - li ma ħamlux dan il-gideb fil-gazzetti u allura ħarġu din l-ismentita u lili qaluli li d- dover kien jitlob minnhom li jagħmlu hekk għax żgur li Pangalos ma ġiex jgħidilna biex nidħlu.", "Mela aħna xi tfal żgħar!", "Tifel żgħir huwa min kien imur jgħidlu: Imbuttawna, daħħluna, għinuna, ma jimpurtax kemm ikollna siġġijiet sitta, erbgħa jew tlieta.", "Aħna qatt m'għamilna bħal dan u qatt mhu se nagħmluh.", "Mr Chairman, aħna xejjinna l-kampanja ta' qerq dwar li aħna anti- Ewropej, liema kampanja kienet oriġinat minn hawn Malta.", "Mela jiġu jgħidu li jien, bħala Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, qed nagħmel il-ħsara!", "Il-ħsara jagħmilha min kien imdorri jagħmilha u kien diġa' beda jagħmilha wara l-elezzjoni.", "Din il-kampanja li aħna anti-Europe bdiet ħierġa minn kullimkien qisha diska!", "Aħna giddibna l-media lokali li riedu jgħawġu l- fatti billi tajna messaġġ ċar.", "Il-kollega tiegħi kkwota l-messaġġ li tajt jien lill-General Affairs Council.", "Jien mort hemmhekk b'wiċċi minn quddiem għax jien nirrappreżenta pajjiż li għandu dritt ikun sovran u għandu dritt li jitlob u jgħid xi jrid u mhux jgħidulu: Jew dan jew xejn!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna qegħdin ngħidu li nirrispettaw lill-Unjoni Ewropea u li m'aħniex kontra l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Jistgħu jdumu jgħidu għax illum m'għadhomx emmnuti għax illum inkixef x'kienu jmorru jgħidulhom kontra tagħna.", "Illum jafu li aħna qed nipprovaw ikollna l-aħjar relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jien mort b'messaġġ ċar u għidtilhom li aħna rridu nagħmlu \"hekk\", \"hekk\" u \"hekk\".", "X'fiha din?", "Qed tgħid li dan sar fil-ġenb!", "Ma jimpurtax.", "L-importanti hu li l-15-il ministru kienu qegħdin hemmhekk.", "Nista' ngħidlek li barra dik l-ispjega tajna spjega wkoll lid-diplomatiċi akkreditati lil Malta f'Ruma fejn wrejna sens ta' prattiċita' u mhux ħolm.", "Dan jikkontrasta ħafna ma' x'qalet Pauline Greene, jiġifieri li tan-naħa l-oħra kienu qegħdin joħolmu.", "Pauline Greene qabel kienet tgħidli: Aħna ma naqblux magħkom, imma lin-naħa l-oħra għalxejn ngħidulhom li qegħdin jittamaw fil-vojt għax għad fadlilhom ħafna x'jaqdfu.", "Anke meta ġiet hawn Malta qaltli hekk ukoll.", "Lili ħadd ma keċċieni, għalkemm il-kollega tiegħi kien jgħid li aħna se nkunu qasba tixxejjer mar-riħ.", "Mhux biss ma keċċewnix, talli jien ngħid li sirna iktar rilevanti.", "Lilna ħadd ma pprova jipperswadina, anzi nista' ngħid li kulħadd offrielna l-koperazzjoni tiegħu u hawnhekk nista' nsemmi nies bħal Malcolm Rifkind li fuq insistenza tiegħu mort għandu l-għada li attendejt il- General Affairs Council u qalli li se jkollna full cooperation min-naħa tagħhom.", "Insemmi lil Lamberto Dini li kelli l-pjaċir u l-okkażjoni niddiskuti miegħu għal darba, tnejn, tlieta kif ukoll lil Pangalos tal- Ġreċja, lil Schuessel ta' l-Awstrija u lil Lena Hjelm-Wallen ta' l-Iżvezja, li kollha kemm huma qalulna: Iva, we go along ma' dak li qed tgħidu intom u se ssibu l-appoġġ tagħna.", "Jien nippretendi li meta fil-bidu tax-xahar id- dieħel mmur għand Klaus Kinkel tal-Ġermanja anke dan jifhem il-pożizzjoni tagħna u ma jaraniex bħala nies li qed nipprovaw inkunu kbar daqs l-istess Ġermanja jew li rridu nieħdu d-drittijiet bħall-Ġermanja.", "Aħna għidna x'beħsiebna nagħmlu u meta mort Brussels mpjegajt il-politika tagħna f'erba' messaġġi ċari.", "L-ewwel messaġġ kien li aħna, bħala pajjiż żgħir u sovran, u bħala gvern li għandu l-backing tal-maġġoranza assoluta tal-poplu, ridna verament insaħħu r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Ewropa.", "It- tieni messaġġ kien li wara l-politika tagħna kien hemm l-interessi nazzjonali u mhux ideoloġiċi.", "Il-kollega tiegħi kkwota mid-diskors li jien għamilt - qal li kien diskors diplomatiku u ta' dan il-kompliment jiena nirringrazzjah - diskors ċar u tond u mingħajr ekwivoċi, mhux bħalma qed jgħid hu.", "It-tielet messaġ kien li aħna ma xtaqniex li r-relazzjonijiet tagħna jgħaddu minn żmien li fih ikun hemm \"perijodi sterili\", biex nuża l- istess espressjoni li kien jgħid il-kollega tiegħi.", "Ir-raba' ħaġa kienet li aħna ridna nibnu fuq dak li ġie akkwistat fil-25 sena li pajjiżna ilu assoċjat ma' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna mhux talli ma morniex ngħidulhom li ma naqblux magħhom jew li nħarsu lejhom b'mod ta' disprezz, talli bħala preambolu aħna dejjem ngħidu li naqblu mal-konċett ta' l-Unjoni Ewropea u naqblu li l-Ewropa għandha tkun iktar b'saħħitha ekonomikament, imma fiċ- ċirkostanzi tagħna aħna ma jaqblilniex li nkunu membri sħaħ.", "Allura aħna rridu nibnu fuq dak li ġie akkwistat f'dawn il-25 sena ħalli intejbu dak li hu tajjeb u niskartaw dak li ma kienx jaqbel lilna.", "Jien kont ikkonfortat bil-kbir bir-reazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill li mmedjatament talbet lill-Kummissjoni biex tieħu din il-materja f'idejha.", "Kieku riedu dawn setgħu qaluli: Thank you very much u nitlaq 'il barra u nagħmlu xi sebgħa jew tmien xhur ma nisimgħu mingħandhom.", "Jiena ngħid li aħna grati li ġejna mogħtija dan it-trattament mill-Unjoni Ewropea għax aħna morna b'ideat u b'talbiet ċari u tondi u allura hekk jixirqilna.", "Jekk immorrux 'il quddiem jew le jkollna nistessew u ż-żmien jagħtina parir, pero' jien ngħid li l- fatt li aħna morna b'wiċċna minn quddiem irrifletta ruħu fil-mod kif dawn irreaġixxew.", "(Interruzzjonijiet) Xi ħadd qed isemmili l-questionnaire.", "Aħna nafu li dwar il-questionnaire ma għamilna l-ebda sforz biex dan ikun sigriet u fil-fatt naf li kulħadd għandu kopja tiegħu.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Borg, probabbilment xeba' jaqrah, u jerġa' jaqrah imma dan ma hemm xejn speċjali fih.", "(Interruzzjonijiet) Tidħak, dażgur li tidħak!", "Aħna qisna dak il-barmil kollu mtaqqab li kien jidher fil-poster waqt il-kampanja elettorali!", "(Interruzzjonijiet) Issa għar-risposti ħu daqsxejn paċenzja għax dawk huma kemm kemm twal u aktar 'l quddiem ikollok ir-risposti wkoll.", "Pero' meta f'Marzu jiġi Van den Broek biex nagħmlu d- diskussjonijiet ...", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li ġej Van den Broek!", "Lilna ma jgħaddux żmien bina.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Borg, għad ma għandix data eżatta, pero' l-commitment huwa għall-ġimgħa ta' qabel l- GĦid.", "Imbagħad jekk dan irid jiġi xi ġimgħa jew ħmistax qabel aħna nilqgħuh bil-qalb kollha.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, issa jien irrid ngħid ċar x'irridu għax dan ikun tajjeb anke for the record (Interruzzjonijiet) Dan huwa l-ewwel dibattitu li qed isir fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u jien inħoss li minkejja li nkun qed nirripeti l-istess affarijiet, dawn l- affarijiet iridu jitniżżlu.", "Aħna x'qed ngħidu u x'qed nippretendu li jkollna mill-Unjoni Ewropea.", "Dan qed ngħidu għax kulħadd għandu l-interess li jgħawweġ il-fatti, li jkabbarhom jew iċekkinhom jew jipprova jisfoka l- affarijiet.", "Aħna qed ngħidu ċar li l-ewwel u qabel kollox irridu relazzjonijiet diplomatiċi li fihom ikun hemm konsultazzjoni u kordinazzjoni fuq livelli differenti.", "Irid ikun hemm il-livell parlamentari fejn allura jkollok an ongoing consultation u fl-istess ħin ikun hemm anke sorvelja dwar kif jiżviluppaw ir-relazzjonijiet.", "Imbagħad, bil-mod il-mod - dan għidnieh kemm-il darba - irridu nibnu bejnietna żona ta' kummerċ industrijali ħieles u ta' koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, kummerċjali u anke teknika.", "Aħna rridu koperazzjoni anke fil-qasam soċjali, jiġifieri fil-kultura, fl-edukazzjoni, fiż-żgħażagħ, fit-training u f'affarijiet simili.", "Din għamilniha ċara u l-argument inftiehem li m'aħniex qed nipprovaw naqbdu ma' dak li huwa tajjeb imma li rridu nagħmlu huwa li nattakkaw dak li huwa ħażin.", "Aħna qed ngħidu u nkomplu nirripetu li lesti nagħmlu diskussjonijiet għal ftehim f'kull settur sakemm dan ikun kemm fl-interess tagħna kif ukoll ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-mument li ma jibqax fl-interess ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-interess tagħna li nsegwu dak it-tip ta' arranġament aħna nistgħu nieqfu.", "Aħna għidna wkoll li rridu koperazzjoni fuq is-sigurta' u mhux imbilli tan-naħa l-oħra qed jirredikolawha billi qed jgħidu li din hija xi ħaġa...(Interruzzjonijiet) Jien ngħid lill-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra li jekk hemm ċans li nibdew nitkellmu, l-ewwel settur se jkun il-qasam tas- sigurta' għax qatt ma rajt u ma ħassejt li hemm daqshekk entużjażmu li jkollna koperazzjoni fil-qasam tas-sigurta'.", "Kemm meta mort għand Lamberto Dini kif ukoll meta ġie Theodore Pangalos, kulħadd kien ħerqan li ssir xi ħaġa f'dik li hija sigurita', anzi f'dik li hija soft security għaliex il- problema tal-lum m'hijiex li jinvadik xi ħadd imma l-problemi tal-lum jikkonsistu f'theddid ambjentali, theddid ekonomiku, theddid soċjali, id- drogi, il-kuntrabandu, il-ġarr illegali ta' l-armi, it-terroriżmu, il- kriminalita' organizzata u dawn l-affarijiet kollha li sfortunatament il- Mediterran huwa mifni bihom.", "Aħna għidna kemm-il darba li fil-politika tagħna se mmoru kemm jista' jkun għal dik li hija diplomazija preventiva u se nipprovaw nibnu djalogu mal-pajjiżi kollha li huma interessati li jkollhom djalogu magħna.", "(Interruzzjonijiet) Qegħdin jagħmluli sinjal li ma tantx baqagħli ħin u darba oħra forsi jkun aħjar, jekk nagħmlu żewġ seduti u b'hekk anke ikollna aktar ħin sabiex niddiskutu l-ambjent.", "Sur President, il-kollega tiegħi għamel riferenza għan-Non-Aligned Movement u fuq dan jiena nista' ngħidlu li mhux talli aħna m'aħniex qed nikkontemplaw li nnaqqsu l-importanza li se nagħtu f'din id-direzzjoni, talli dan huwa wieħed mill-postijiet fejn jiena qed nittama - u I am really eager - li fil-bidu ta' April nattendi l-laqgħa li se ssir fi New Delhi għaliex hemmhekk se jkolli esperjenzi ġodda u m'hemmx dubju li se nwassal il-messaġġ tal-Gvern Malti li jemmen li għad hemm relevanza għal dan il- moviment.", "M'hemmx dubju li fil-passat iż-żewġ naħat ħdimna flimkien f'postijiet bħall-Inter-Parliamentary Union, li kien forum siewi, u naħseb li dan għandna nikkultivawh bi kwalunkwe mezz ħalli anke hemmhekk inkunu nistgħu nsemmu leħinna.", "Hawnhekk m'hemmx għalfejn wieħed joqgħod isemmi l- Kunsill ta' l-Ewropa u l-OSCE.", "Aħna nittamaw, anzi nemmnu, u forsi nista' ngħid anke noħolmu, li xi darba dan l-OSCE jkun kapaċi jestendi l- influwenza, il-kontroll tiegħu, il-benessere tiegħu u l-affarijiet tajbin li għamel fl-Ewropa anke għar-reġjun tal-Mediterran.", "Rigward il-Ġnus Magħquda nista' ngħid li hemm ħafna affarijiet li naqblu fuqhom.", "Jiena nixtieq - u dan għidtu kemm-il darba bħalma jaf il-kollega tiegħi - li l-Ġnus Magħquda tkun aktar demokratika, aktar rappreżentattiva, aktar kapaċi ta' azzjoni u li taħdem aktar favur il- pajjiżi ż-żgħar.", "Apparti dan, jiena nemmen li fi ħdan il-Ġnus Magħquda rridu naraw dibattitu ġdid u serju fir-rigward tas-sanzjonijiet kif inhuma użati u applikati llum.", "Dan għidtu drabi oħra u ma nħossx li nkun qed nagħmel xejn ħażin billi nirripeti li ma naqblux mal-mod kif qegħdin jiġu applikati s-sanzjonijiet tal-lum, kemm idumu jseħħu, min jiddeċiedi li jġeddidhom, x'forma qegħdin jieħdu u l-argumenti l-oħra kollha li hemm dwar din il-kwestjoni.", "Mr Chairman, aħna nemmnu li l-bażi tal-politika tagħna għandha tkun in- newtralita'.", "Ħaddieħor jista' jgħid li jrid dwar x'qallu Barnier għax l- unika ħaġa li naf hija li meta Barnier kien hawn, Licari kien irrapporta:", "\"During his meeting with the Deputy Prime Minister, he seemed to be hammering on neutrality as a problem.\".", "Dan ir-rapport ta' Licari huwa ddatat 31 ta' Lulju, 1996 u jittratta ż- żjara li kien qed jagħmel Barnier f'pajjiżna.", "Issa jiena ma nafx liema hi l-verita', jekk hux dak li qed jgħid il-kollega tiegħi jew dak li qed ngħid jiena, imma huwa fatt li hawnhekk jiena għandi bil-miktub x'qal Barnier.", "Rigward il-Mediterran irrid ngħid li aħna, kif qal korrettement il- kollega tiegħi - u hawnhekk ħadt pjaċir li għamel riferenza anke għall- mexxej anzjan tal-Partit tagħna l-Onor.", "Perit Mintoff - dejjem kellna politika konsistenti fuq il-Mediterran.", "Aħna niftaħru li konna kważi injettajna din il-politika anke fin-naħa l-oħra u aħna nieħdu gost b'dan għax hemmhekk hemm possibbiltajiet kbar u hemm għalqa kbira fejn wieħed jaħdem.", "Filwaqt li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom ċerta konsistenza dwar kif naħsbu fuq il-Mediterran, bla dubju ta' xejn wieħed jirrealizza li l- problemi huma kbar u li wieħed ma jistax jimminimizzahom.", "Jien nixtieq insemmi malajr malajr dawk li nara li huma konflitti potenzjali futuri fil- Mediterran.", "Filwaqt li t-teknoloġija u x-xjenza ġabu rivoluzzjoni fuq il-livell internazzjonali, fil-Mediterran għad hemm nuqqas ta' integrazzjoni.", "Il- pajjiżi mhux żviluppati għadhom jiddependu wisq minn dawk li huma iktar żviluppati u dan qed iġib konflitti razzjali, etniċi u reliġjużi bħal, ngħidu aħna, il-fundamentaliżmu.", "Mr Chairman, konflitt ieħor huwa r-relazzjoni li trid teżisti bejn l- iżvilupp u l-ambjent.", "Fil-Mediterran hemm problemi - li aħna forsi ma tantx qed nirrealizzawhom - tad-desertification, jiġifieri dwar il- problemi tan-nuqqas ta' ilma, it-telf tal-ħamrija u l-erosion, imbagħad għandek il-kontroll fuq ir-riservi tal-gass u taż-żejt kif ukoll il- kontroll fuq ix-xmajjar u allura fuq il-provvista ta' l-ilma ta' ċerti pajjiżi.", "Fl-opinjoni tiegħi, problema li wieħed irid jagħtiha l-ikbar importanza hija l-immigrazzjoni.", "Din qed tirriżulta mill-fatt li mill-popolazzjoni ta' 380 miljun li hawn jgħixu madwar dan il-baħar għandek 50% minnhom li huma min-naħat t'isfel u tax-xlokk ta' dan ir-reġjun u barra minn hekk huwa kkontemplat li jekk din tibqa' tiżdied bl-istess rata, fi żmien 25 sena din il-popolazzjoni se tinħaq bejn 520 miljun u 570 miljun u l- persentaġġ ta' dawk tan-naħa t'isfel u tax-xlokk se jiżdied min 50% għal 60%.", "Hawnhekk interessanti li wieħed jirrifletti fuq il-fatt li fil- preżent dawk li fin-naħa ta' fuq għadhom taħt il-25 sena huma biss minn 21% sa 26% mentri dawk ta' l-istess eta' fin-naħa t'isfel huma bejn 37% u 49%.", "Dan ifisser li jekk mhux se jkun hemm min jieħu ħsieb dan il- fenomemu se jkollna niffaċċjaw il-problema ta' l-immigrazzjoni massiva ta' nies, anke permezz tad-dgħajjes, bil-problemi tal-xenophobia u tar-razziżmu li ġġib magħha, liema problemi diġa' qed jiżviluppaw fl-Ewropa.", "Jien nemmen li s-sigurta' - u dan iġibni anke għall-konferenza tal-Euro- Med illi rrid nagħmel xi rimarki fuqha - trid tkun komprensiva u li fiha kulħadd irid ikun meqjus indaqs.", "L-ewwel ħaġa li trid issir hija li jitnaqqsu l-armamenti, għax sakemm is-sitwazzjoni dwar l-armamenti tibqa' kif inhi ma jistax ikun hemm paċi la fil-Mediterran u lanqas f'xi parti oħra tad-dinja.", "Iridu jiġu żviluppati wkoll relazzjonijiet fuq bażi ta' ugwaljanza u ta' rispett reċiproku, mingħajr ma jsiru kondizzjonijiet bil- quddiem u bla ma jkun hemm l-ebda preġudizzju, anzi billi jkun hemm ammont ta' tolleranza għad-diversi kulturi u twemmin.", "Mr Chairman, għalhekk jien inħoss li d-deċiżjoni li tinżamm il-Euro-Med f'dan il-pajjiż ...", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux se nidħol fil-mertu ta' min tkellem u ma tkellimx għax kulma naf hu li n-naħa l-oħra kienet - u hawn id-dokumenti - qed titlob li jkun hemm laqgħa ministerjali fuq id- droga u l-kriminalita' u hawnhekk hawn ċar u tond li f'dik id-darba li din ġiet proposta s-Sirja kienet opponiet.", "Fid-dokumenti ma sibt imkien li n- naħa l-oħra b'xi mod għamlet xi canvassing jew xi lobbying ħalli din il- konferenza tiġi hawn Malta.", "Pero' jekk għamlu nirringrazzjawhom - ħalli naqtgħu dan l-argument - u j'Alla l-konferenza li ġejja tkun suċċess mill- kbar.", "Qed ngħid \"tkun suċċess\" mhux fis-sens li jkun hemm ħafna nies imma nittama li dawn jutilizzawha b'mod li nkunu nistgħu nwasslu l-messaġġ li dan il-pajjiż Mediterranju kapaċi jilqa' fih kemm pajiżi Ewropej u kemm pajjiżi GĦarab u dan għaliex dawn iħossu li l-istand newtrali tagħna - u nerġa' nsostni jien li din kienet importanti ħafna - ma jnaffar lil ħadd, la lil min jemmen li m'għandux joqrob lejn l-Ewropa u lanqas lil min jemmen li m'għandux jitħallat mal-pajjiżi ta' l-Afrika, imma li dawn huma affarijiet li rridu naċċettawhom.", "Jien nemmen li l-konferenza tal-Euro-Med trid tagħti lil dan il-pajjiż spinta ġdida, image ġdid u ċerta rilevanza f'dik li hija politika Mediterranja.", "Mr Chairman, fil-ftit ħin li kelli pprovajt nuri d-differenza li teżisti fil-qasam tal-politika barranija kif imħaddma mill-Gvern Nazzjonalista u kif se titħaddem mill-Gvern Laburista.", "Jiena naħseb li rnexxieli nikxef x'kien għaddej minn wara dahar il-poplu fis-snin li għaddew meta filwaqt li kollox kien jindika li l-affarijiet ma kenux sejrin kif mixtieq, l- Amministrazzjoni Nazzjonalista kienet qiegħda tuża l-mezzi kollha tal- propaganda biex tpinġi f'moħħ il-poplu stampa totalment differenti mir- realta' tal-fatti.", "Jien nerġa' nsostni li l-poplu ma kienx jixraqlu dan it- trattament.", "Issa l-logħba ta' l-ingann intemmet għax il-poplu beda jinduna li ma kienx hemm serjeta', ma kienx hemm onesta' u fuq kollox ma kienx hemm it-trasparenza.", "Il-poplu beda jinduna li l-interessi tal-pajjiż kienu qed jiġu negozjati fl-interess ta' politika partiġjana falluta, li ma waslet imkien u li ma kienet se twassal imkien peress li tan-naħa l-oħra ma ridux jaċċettaw il-verita' li bdiet taslilhom.", "Il-verita' kienet qiegħda tgħidilhom ċar u tond li l-pjanijiet li kellhom kienu tħarbtu u li x-xewqat tagħhom għall-mument kellhom jintnesew.", "Lill-poplu stħaw jgħidulu l- verita'.", "Ma kellhomx politika alternattiva.", "Dak kien l-iżball li ma setgħux jagħtu alternattiva u nemmen li permezz ta' dawn il-ftit fatti li kxift illum kulħadd jista' jifhem aħjar x'kienet is-sitwazzjoni.", "Mr Chairman, il-Partit Laburista wiegħed lill-poplu li jkun miftuħ u onest, wiegħed li jħares l-interessi nazzjonali l-ewwel u qabel kollox, wiegħed dak li huwa possibbli u mhux ħolm.", "Lanqas ma libes lbies li tfassal għall-kbar u allura jekk inti tipprova tilbsu jiġik kbir u jibdew jiddieħku bik.", "Il-messaġġ tagħna huwa ċar u jinftiehem minn kulħadd, jiġifieri li dan il- pajjiż ċkejken irridu nagħtuh is-sliem, il-paċi, l-istabbilita' u l- prosperita' li jixraqlu u dan se nagħmluh billi nżommu quddiem għajnejna ċ- ċokon tagħna u r-realtajiet ġeografiċi u politiċi ta' madwarna.", "Ħaġa oħra hi li mingħajr ma nħossuna nferjuri rridu naċċettaw ir- rilevanza tagħna.", "Bla ma nħallu rasna tikbrilna rridu nużaw bl-aħjar mod ir-riżorsi li għandna.", "Bla ma niksruha ma' ħadd irridu niddefendu d- drittijiet tagħna kif ukoll li mingħajr ma jieħu għalih ħadd irridu nibqgħu għajjurin għall-indipendenza, għas-sovranita' u għall-identita' tagħna.", "L- identita' tagħna hija waħda partikolari magħġuna mall-mixja taż-żmien u mill-avvenimenti politiċi li seħħew matulu u li jagħmilna dak li aħna, poplu ta' oriġini semitika b'identita u kultura Ewropea li jgħix fuq gżira f'nofs il-Mediterran.", "Dan hu li wiegħed il-Gvern u ninsab konvint li bir- rieda ta' kulħadd dan il-programm politiku li wegħedna lill-poplu se nwettquh u se nwettquh għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-kumitat ta' provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 12 kif imressqa mill- Onor. Guido de Marco.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997 il-Kumitat huwa sospiż għal ħames minuti.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat kien sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 12 kif imressqa mill-Onor.", "Guido de Marco.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "19", "FAVUR : 33", "L-Onor", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando | |Giovanna |Jeffrey | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Pace | | |Victor | |", "KONTRA : 34", "L-Onor", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mintoff Dom | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar |Pace Bertu | |Louis | | |Camilleri |Portelli Alfred | |Maria | | |Cardona Chris|Refalo Anton | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cilia Joe |Sceberras Trigona | | |Alex | |Dalli Helena |Schembri Adami | | |Sandro | |Debono Grech |Spiteri Lino | |Joe | | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella George | |Farrugia |Vella Karmenu | |Michael | | | | |", "L-Emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent:", "VOT 12 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,558,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 12 - Ministeru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 12 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 13 - AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,038,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 - Ambjent, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 13 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT II - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,027,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot II għaddiet.", "Fid-9.37 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 12, 13 u II taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 19 ta' Frar, 1997 b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997", "L-Erbatax-il Jum Stabbilit", "Voti ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Infakkar lill-Onor.", "Membri li peress li għada għandna żewġ seduti mħollija għall-Voti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il- mistoqsija għar-riżoluzzjonijiet kollha u l-emendi li jista' jkun hemm għalihom titqiegħed fl-aħħar tad-diskussjoni, jiġifieri fid-9.30 p.m.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar, fid-9.00 a.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997.", "MISTOQSIJET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ESTACODE - PERFORMANCE RATING REPORT", "2809.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindaga dwar il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom under separate cover, jekk sarx performance rating report skond ma trid l- Estacode?", "Jekk dan ma sarx, kien hemm xi rapport mid-direttur li l-istess persuna ma kellha ebda opportunita' li tikkontesta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Minn stħarriġ li għamilt jirriżulta li meta kienet qiegħda tiġi kkunsidrata l-progression tal-grupp ta' uffiċjali li kien jinkludi l-individwu ndikat kien sar arranġament bejn il-Management and Personnel Office u l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex fejn l- Uffiċjal ikun serva għal aktar minn sentejn fl-istess Dipartiment, il-Kap ta' dak id-Dipartiment jagħmel rapport qasir fuq il-perjodu ta' sentejn u jgħid fl-aħħarnett jekk l-Uffiċjal għandux jieħu jew le l-iskala jew il- grad li jmiss.", "Dan minnflok il-performance rating report.", "Ninsab infurmat li l-persuna indikata mill-Onor Interpellant ma kenitx rakkomandata għal progression wara li ġew kapijiet differenti tad- dipartiment fejn taħdem kienu rrappurtaw dwarha avversament.", "Jien infurmat ukoll li din il-persuna irrikorriet għand il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, għand il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u anki, saħansitra, quddiem l-Ombudsman u mkien ma ħadet ir-raġun li qed tippretendi.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TA' HAWKER", "2817.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il liċenzja ta' hawker fuq il-monti kif ukoll liċenzji ta' kiosks ġew trasferiti fuq terzi kontra l-ħlas ta' fee ta' Lm1,000 favur il-Gvern matul l-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li, matul l-1996, kien hemm tnax-il trasferiment ta' liċenzji ta' hawkers ta' fuq il-Monti u tlieta ta' fixed hawkers (li jinkludu kiosks) li t-transfer fee tagħhom hija ta' Lm1,000.", "ĦABS ĊIVILI - AMNESTIJA", "2922.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Billi l-Prim Ministru qies illi d-deċiżjoni li tingħata amnestija lil żewġ ħabsin li qatlu anzjana kienet \"liberali żżejjed\", jista' jassigura kif deċiżjonijiet bħal dawn ma jerġgħux jirrepetu ruħhom 'il quddiem?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Infakkar li l-amnestija mogħtija fil-każi msemmija kienet ġiet definita mill-Kabinett b'mod rigoruz li eskluda minnha ħafna każi li preċedentement, taħt Gvern Nazzjonalista, kienu ġew mogħtija tnaqqis kbir fil-piena.", "L-interpretazzjoni tal-linji li ħarġu mill-Kabinett tħalliet f'idejn is- servizzi legali tal-Gvern, taħt l-Avukat Ġenerali, għall-applikazzjoni ta' l-amnestija każ każ.", "Żgur li la jien u l-ebda Ministru ieħor ma dħalna f'din l-interpretazzjoni.", "Żgur li l-Kabinett bid-deċizjoni tiegħu ried jeskludi mill-amnestija persuni misjuba ħatja ta' omiċidju volontarju.", "L-interpretazzjoni fil-każ imsemmi mis-servizzi legali kienet li l- amnestija kienet tapplika għax il-persuni konċernati teknikament instabu ħatja ta' serq aggravat b'omiċidju, u mhux ta' omiċidju volontarju.", "Għal li ġej, jekk u meta tingħata amnestija oħra (li jien m'inix inklinat li naqbel magħha) id-definizzjoni ta' min hu eskluż tiġi marbuta b'mod aktar legalment preċiż.", "Għal li ġej ukoll, s-servizzi legali konċernati se jkunu mistennija li jagħtu interpretazzjoni ristretta kull fejn jibqa' lok għal xi ambigwita'.", "ĦABS ĊIVILI - TABIB", "624.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid min hu t-tabib li jieħu ħsieb li joffri s-servizz tiegħu lill-ħabsin?", "Kif inhuma organizzati s-servizzi mediċi fil-ħabs?", "Huwa minnu li hemm tabib wieħed biss għall-ħabs kollu?", "Jeżisti servizz ta' psikjatra fil-ħabs li hu importanti biex jiġu ttrattati każi ta' abnormality mentali?", "Hemm staff mediku fil-Ħabs skond il-European Prison Rules?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemm żewġ tobba li qed jagħtu servizz fil-Ħabs.", "Dawn huma:-", "Dr Chris Muscat, MD; u Dr Ivan Zammit Montebello, MD", "Dr Muscat huwa t-tabib tal-Ħabs skond Regolament 31(2) tar-Regolamenti ta' l-1995 dwar il-Ħabs u huwa responsabbli għall-kordinazzjoni u t-tmexxija tas-servizz mediku fil-Ħabs.", "Dr Zammit Montebello, li jaħdem il-Ħabs fuq bażi part time huwa l- kordinatur f'Division VII, is-Substance Abuse Therapeutic Unit (SATU).", "Barra s-servizz ta' dawn it-tobba qiegħed jingħata wkoll servizz part time ta' Dentista, Psikjatra u servizz ta' Nurses.", "Bħalissa qiegħed isir ukoll il-proċess mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex jiġu mpjegati tliet psikoloġisti, tnejn kliniċi u wieħed forensiku.", "ĦABS ĊIVILI - KASTIGI KORRETTIVI", "625.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' skala ta' kastigi korrettivi għal min fil-Ħabs jonqos milli jobdi dak li jordnaw l-awtoritajiet tal- Ħabs?", "Jidhirlu l-Gvern illi biex dawn jingħataw b'ġustizzja ikun aħjar li jingħataw minn awtorita' indipendenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Artikolu 77 ta' Regolamenti tal-Ħabs ta'l-1995 jipprovdi x'tip ta' kastigi d-Direttur jista jimponi fuq il-priġunier li jkun kiser xi regolament.", "F'ċerti każi l-priġunier għandu dritt li jressaq il-każ tiegħu quddiem Tribunal ta' l-Appelli kif hemm provdut fl- Artikoli 78 u 79 ta' l-istess Regolamenti.", "SERVIZZ ĊIVILI - SENA LEAVE BLA ĦLAS", "626.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet tul is-snin 1990-1996 sena b'sena biex impjegati nisa jieħdu dik is-sena leave bla ħlas biex jieħdu ħsieb wild adottat?", "Kemm intlaqgħu minnhom?", "Kemm ġew rifjutati talbiet u għaliex kien hemm dan ir-rifjut?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hija dik kif tidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta", "TAQSIMA TAL-WIRELESS TELEGRAPHY", "627.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhu l-irwol li t-Taqsima tal-Wireless Telegraphy twettaq in konnessjoni ma' apparat tar-radju stallat fuq vapuri għal skopijiet ta' sigurta' tal-ħajja fuq il-baħar u kommunikazzjoni bejn il- vapur u l-art?", "Kif taħdem is-sistema tas-satelliti ta' l-International Maritime Satellite Organisation (INMARSAT) biex taqdi l-istess irwol tat- Taqsima tal-Wireless Telegraphy?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li l-irwol tad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy in konnessjoni ma' l-apparat tar-radju stallat fuq vapuri Maltin huwa li joħroġ liċenzji għall-istallazzjoni tar-radju skond ir-Regolamenti Internazzjonali tar-Radju ta' l-Unjoni Internazzjonali tat- Telekomunikazzjoni (ITU), l-Ordinanza dwar it-Telegrafija Mingħajr Fili (Kap. 49) u l-Att XI ta' l-1973.", "Id-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy għandu wkoll l-irwol ta' Routing Organisation responsabbli għall-apparat stallat fuq vapuri Maltin għall- komunikazzjoni bis-satelliti jiġifieri Ship Earth Station (SES).", "Għaldaqstant id-Dipartiment jiċċekkja applikazzjonijiet għal dawn l- istazzjonijiet, jalloka Identities fejn meħtieg u jikkordina l- Commissioning u Decommissioning ta' l-apparat ma' l-International Mobile Satellite Organisation (INMARSAT).", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-irwol ta' l-INMARSAT huwa li jipprovdi s-servizz għal skopijiet ta' sigurta' tal-ħajja fuq il- baħar u komunikazzjoni bejn vapuri u ma' l-art bis-satelliti fuq skala internazzjonali.", "L-irwol tad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy huwa li jwettaq ix-xogħol indikat hawn fuq u li jassigura li l-istallazzjoni ta' SES fuq bastimenti Maltin tkun konformi mal-ħtiġijiet ta l-INMARSAT.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN/KORPI PARASTATALI - TELEPHONES ĊELLULARI", "628.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonjiet minn Dipartimenti tal-Gvern u Korpi Parastatali li applikaw għas-servizz tat-telephone ċellulari fil-preżent?", "Liema huma dawn id-dipartimenti u korpi parastatali li applikaw?", "Liema dipartimenti/korpi diġa' qed jutilizzaw dan is-servizz?", "Minnu li daqs ħames snin ilu (circa) saru rakkomandazzjonijiet dwar dan is- servizz cellular a rigward dipartimenti/korpi parastatali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta", "L-użu ta' cellular phones fis-settur pubbliku huwa regolat mid- dispożizzjonijiet ta' ċirkulari numru 22/92 maħruġa mill-Uffiċċju tiegħi fit-12 ta' Marzu 1992.", "Kopja ta' din iċ-ċirkulari tpoġġiet ukoll fuq il- mejda tal-Kamra. aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PROPRJETAJIET - AKKWIST MILL-BARRANIN", "629.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li akkwistaw proprjeta' f'Malta tul is-snin 1990-1996 sena b'sena u kemm kien id-dħul f'taxxa tul l-istess snin?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nagħti t-tweġiba f`xi seduta oħra.", "ENEMALTA - PAGAMENTI DOVUTI", "2605.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2390 intqal li l- Korporazzjoni Enemalta għamlet write off ta' l-ammont dovut bħala pagament għall-ħlas tad-dawl fit-toroq, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti tagħrif dwar kemm minn dan l-ammont ġie written off?", "Minbarra hekk, jista' jagħti breakdown tal-konsum tad-dawl (f'termini ta' flus) li sar lokal b'lokal matul l-1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja 1995-96, jiġifieri bejn l-1 ta` Ottubru 1995 u l-31 ta` Marzu 1996, il-Korporazzjoni EneMalta għamlet Write off ta` Lm429,894.00 li kien jirrappreżenta l-konsum ta` bejn Mejju u Novembru 1995.", "Minħabba l-qalba tal-kontijiet li bdiet f`Ġunju 1996, ir-readings tas- sitt xhur ta` wara bejn Novembru 1995 u Mejju 1996 ma ġewx ipproċessati għax aktar sar konċentrazzjoni fuq il-kontijiet li jinġabru milli dawn li jiġu biss written off.", "Għalhekk, għat-tieni sitt xhur inħaddmet stima fuq l-istess paġi ta' l-ewwel sitt xhur u l-ammont li ġie written off għas-sena 1995-96 kien ta` Lm860,000.", "Breakdown f` termini ta` flus lokal b`lokal. tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra, aktar kmieni f'din is-seduta.", "2.", "Wieħed irid jispjega li jista` jkollok diversi każijiet fejn, għalkemm l-użu jkun isir f`post, il-meter ikun qiegħed installat f'substation f`post ieħor.", "Dan l-aktar li jiġri huwa f`dawk il-postijiet li jmissu ma` xulxin, bħall-Kottonera, Tas-Sliema u San Ġiljan, il-Ħamrun u l-Marsa, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra, Ħal-Lija, Ħal-Balzan, Ħ'Attard u B`Kara.", "F`ċertu postijiet oħra jkun jidher ukoll il-konsum tat- toroq prinċipali (Highways).", "Minħabba li dawn huma l-ammonti ta` sitt xhur, bejn wieħed u ieħor irid jirdoppja l-ammont biex joħroġ il-konsum ta` sena.", "ENEMALTA - POMPI TAL-PETROL AWTOMATIĊI", "2606.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibdew jaħdmu f'kull pompa tal-petrol li għandna f'Malta, l-pompi awtomatiċi?", "X'inhi l-pożizzjoni tal- Korporazzjoni Enemalta dwar il-ftuħ tal-pompi tal-petrol fil-Ħdud u l-festi pubbliċi?", "X'diskussjonijiet saru mal-Korporazzjoni Enemalta dwar din il- materja matul l-aħħar tliet xhur u x'irriżulta minn dawn id- diskussjonijiet?", "X'effett hu mistenni li jkollu l-għoli fil-prezz tal-fuel fuq il-qligħ li tagħmel l-Korporazzjoni Enemalta mill-attivita' marbuta mal- bejgħ u xiri ta' dan il-fuel?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-preżent għaddejjin taħditiet bejn l-Enemalta u l- GRTU dwar il-ftehim il-ġdid li qiegħed jirreferi għalih l-Onor.", "Membru.", "Minħabba li dan il-ftehim jinsab fi stadju avvanzat ħafna, inħoss li jkun prematur jekk nagħti dan it-tagħrif għalissa.", "Meta jkun il-waqt dan it-tagħrif ikun ippubblikat.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - PASSIĠĠIERI", "2607.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu permezz tal-vapur bejn Malta u Għawdex u viċi versa matul ix- xahar ta' Jannar, 1997?", "Kemm kien in-numru ta' vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex u viċi versa fl-istess żmien?", "Kif jitqabbel dan in-numru ta' passiġġieri u vetturi ma' dak ta' l-istess xahar ta' l-1992, l-1993, l- 1994, u l-1995?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li n-numru ta' passiġġieri u vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex u viċi versa matul ix-xahar ta' Jannar, 1997 kif ukoll matul l-istess xahar tas-snin ta' qabel kienu kif ġej:-", "Sena Vetturi Passiggieri ---- ------- ----------- 1992 22,834 98,220 1993 28,012 132,882 1994 30,180 120,894 1995 29,910 112,280 1996 37,460 141,504 1997 37,652 142,332", "Il-figuri għax-xahar ta' Jannar 1997 imqabbla mal-figuri ghax-xahar ta' Jannar tas-snin ta' qabel jitkellmu waħedhom, għax huma l-għola figuri għal dawn l-aħħar 6 snin.", "PENSJONIJIET - PENSJONANTI", "2608.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' Maltin li minbarra l-pensjoni lokali jirċievu pensjoni minn xi pajjiż barrani?", "Kemm hu n-numru ta' Maltin li jirċievu pensjoni għaliex kienu jaħdmu mas- Servizzi Ingliżi?", "Kemm hu n-numru ta' Maltin li jirċievu pensjoni minn xi pajjiż ieħor għaliex kienu jaħdmu mas-Servizz ta' dak il-pajjiż?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Att dwar is- Sigurta` Soċjali (Kap. 318) f`każ ta` pensjonijiet jagħmel distinzjoni bejn persuna li għandha Pensjoni tas-Servizz u dik li m`għandhiex.", "Il-liġi ma tagħmilx distinzjoni minn fejn tkun ġejja l-Pensjoni tas-Servizz, ħlief fil- każ ta`dawk li għandhom Pensjoni mħallsa mill-Gvern tar-Renju Unit.", "Minn dawn tal-aħħar jidher li hemm 4,043.", "Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika dwar persuni li qed jirċievu Pensjoni minn barra minn Malta li mhix Pensjoni tas-Servizz.", "B`kollox hemm madwar 15,348 persuna li għandhom pensjoni tas-servizz, li minnhom madwar 10,667 persuna għandhom pensjoni mħallsa mill-Gvern Malti.", "AWTORITA' MARITTIMA - YACHT MARINES", "2609.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-portijiet li bħalissa qed jiġu kkonsidrati mill-Maritime Authority biex isiru yacht marines?", "X'diskussjonijiet saru bejn il-Maritime Authority u l-Planning Authority biex jiġi deċiż fejn għandha - jekk għandha - issir marina ġdida?", "X'diskussjonijiet saru bejn il-Maritime Authority u l-kunsilli lokali responsabbli minn dawn il-portijiet dwar is-suġġeriment li jkun hemm marina fl-inħawi?", "X'kienu r-reazzjonijiet ta' dawk li kienu nvoluti s'issa f'dawn id-diskussjonijiet?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2967.", "MOSTA - VENDA TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "2610.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Billi xi żmien ilu l-Public Transport Authority kienet ħadet deċiżjoni li l-venda tal-karozzi tal-linja fil-Mosta titneħħa minn fejn kienet u l- istess awtorita' baqgħet issostni l-pożizzjoni tagħha minkejja diskussjonijiet pubbliċi twal dwar dan is-suġġett, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' reġgħetx riċentement iddiskutiet dan is-suġġett?", "Jekk iva, x'kienet il-pożizzjoni li ħadet l-istess awtorita' dwar dan is- suġġett?", "Jekk le, tista' l-awtorita' tikkonsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha dwar il-venda tal-Mosta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li d-deċiżjoni, li wara kollox saret mill-amministrazzjoni ta' qabel, li l-venda tal-karozzi tal-linja tibda tkun trasferita għal Buġibba wara l-10.00 ta' fil-għodu ttieħdet fid- dawl tal-problema li kien qed ikun hemm fil-venda ta' Buġibba minħabba nuqqas ta' karozzi tal-linja u wara stħarriġ li sar u li minnu rriżulta li l-karozzi tal-linja kienu qegħdin joħorġu mill-venda tal-Mosta jew vojta jew b'numru żgħir ħafna ta' passiġġieri.", "Għalhekk kien deċiż li l-istess karozzi li kien qed ikun hemm jaħdmu bejn il-venda tal-Mosta u l-Belt, jibdew wara 10.00 a.m. jaħdmu bejn Buġibba u l-Belt.", "Peress li xorta baqa' jkun hemm xi lmenti, ġie deċiż li s-servizz tar- Rotta 58 (li jservi lil Ħal Lija u l-Iklin) ikun eżtiż ukoll għall-Mosta, bir-riżultat li filwaqt li l-Mosta għadu jkollha l-venda tagħha sal 10.00 a.m., minn kmieni fil-għodu, qed tinqeda ukoll bis-serviss ċirkolari tar- Rotta 58, li jfisser li s-servizz fil-Mosta żdied sostanzjalment u jidher li l-pubbliku qed japprezzaħ għaliex l-ilmenti waqfu.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li diskussjonijiet jibqgħu jsiru kull meta jinħass il-bżonn għaliex it-trasport pubbliku hu xi ħaġa ħajja li trid tkun segwita kull ħin.", "DELEGAZZJONIJIET", "2777.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet tal-Gvern mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Jannar 1997, x'kien l-iskop ta' kull safar, minn min kienet komposta d-delegazzjoni u kemm intnefqu flus?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni li għandha x'taqsam ma dan l-Uffiċċju qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Nistieden lill-Onor Membru jiġbor il-bqija ta' l-informazzjoni mill-Ministri konċernati.", "PULIZIJA - UŻU TAL-BREATHALYSER", "2778.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex l-intenzjoni tal-Gvern li jintroduċi l- breathalyser?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2573.", "PROFESSJONIJISTI - SERVIZZ TA' KONSULENZA LILL-GVERN", "2779.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-avukati, periti, tobba, awdituri u professjonisti oħra li jagħtu servizz ta' konsulenza lill-Gvern, enti statutorji, korporazzjonijiet u kumpanniji li l-Gvern direttament jew indirettament għandha interess fihom kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji li hemm magħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni li għandha x'taqsam ma dan l-Uffiċċju qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Nistieden lill-Onor Membru jiġbor il-bqija ta' l-informazzjoni mill-Ministri konċernati.", "KONSULENTI - ĦATRA", "2794.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew maħtura konsulenti mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Diċembru, mas-Servizz Pubbliku, mill-enti statutorji, minn enti jew kumpanniji li huma kkontrollati mill-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas 50% ta' l-ishma u mill-kunsilli lokali?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tweġiba tiegħu xahar xahar u maqsuma skond dipartiment jew enti relattivi u jindika x-xogħol li għalih ġiet kuntrattata l-persuna u jsemmi min huma l-persuni maħtura?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi wkoll kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni li għandha x'taqsam ma dan l-Uffiċċju qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Nistieden lill-Onor Membru jiġbor il-bqija ta' l-informazzjoni mill-Ministri konċernati.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - POSTIJIET", "2795.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mid-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-1 ta' Ġunju 1987 u l-31 ta' Ottubru, 1996?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien infurmat illi matul il-perjodu indikat id- Dipartiment għamel 3153 allokazzjoni.", "Dawn jinkludu 339 rikonoxximent fil- kirja u 335 bdil.", "GOZO CHANNEL . - BINI TA' TLIET VAPURI", "2796.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ġie kkummissjonat rapport dwar il-bini ta' tliet vapuri ġodda għall-Gozo Channel, il-bini ta' breakwater ġdid u terminal fiċ-Ċirkewwa u terminal, fl-Imġarr, li l-pjani għalihom kienu tlestew mill-Gvern preċedenti?", "Jekk iva, min qed iħejji r-rapport, tlestix u jekk le, meta l-Ministru jistenna li jitlesta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ma naf bl-ebda rapport li ġie kkummissjonat fis-sens li qiegħed isaqsi l-Onor.", "Interpellant.", "Bħalissa għaddej studju fuq l-operat tal-Kumpannija u jista' jkun li min qiegħed jagħmel l-istudju jħoss il-bżonn li jgħarbel l-infiq li kien ppjanat li jsir inkonnessjoni max-xiri tal-vapuri ġodda.", "FESTIVAL \"KANZUNETTA GĦALL-EWROPA\"", "2942.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2503, dwar il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa fit-2 paragrafu, jikkonferma l-Ministru li l-ewwel darba li r-riżultati tal- ġurija għal kull kanzunetta ġo Festival ta' livell nazzjonali kien f'Awissu 1996 fl-okkażjoni tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija meta l- udjenza preżenti u t-telespettaturi ġew murija dawn ir-riżultati dettaljati permezz ta' screens kbar fit-Teatru apert f'Ta' Qali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2503 paragrafu 2 ma kontx qed nirreferi għall-Festival tal-Kanzunetta Maltija li sar f'Awissu imma għall-Festival tal-Kanzunetta għall-Ewropa li sar fis-26 u 27 ta' Jannar 1996.", "LIBRERIJI", "2986.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tal-Gvern li l- libreriji li jinsabu fil-bliet u fl-irħula fil-ġejjieni jkunu r- responsabbilta' tal-kunsilli lokali li ħafna minnhom wrew ix-xewqa li lesti jerfgħu dan il-piż?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Se jsiru taħdidiet mill-Kunsilli Lokali dwar it- tmexxija tal-libreriji fl-ibliet u fl-irħula.", "TEMPJI TA' L-IMNAJDRA/ĦAĠAR QIM - BINI LLEGALI", "2987.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex se tieħu passi kontra minn beda xogħol illegali f'barriera qrib it-tempji preistoriċi ta' l-Imnajdra u Ħaġar Qim u milli jidher irrifjuta li jobdi lill-pulizija meta dawn issejħu fuq il-post?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li, wara li rriżulta li kien qed isir xogħol barra mill-limiti tal-barriera in kwestjoni, ix-xogħol ġie imwaqqaf u ser jittieħdu proċeduri fil-Qorti.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA TAL-CABIN CREW", "2988.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid: Kemm kien l-għadd ta' ħaddiema tal-cabin crew ta' l-Air Malta, impjegati fuq bażi temporance li dan l-aħħar ma ġġeddilhomx il- kuntratt; Jista' jgħid kemm dawn il-ħaddiema kien ilhom jaħdmu ma' l-Air Malta u x'kien is-salarju tagħhom; Jista' jgħid min ħa u għaliex ħa d- deċiżjoni li l-kuntratti ma jiġux mġeddha; Jista' jgħid meta ittieħdet id- deċiżjoni msemmija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Kuntratt t'impjieg temporanju ta' 19 il-cabin crew li daħlu jaħdmu ma l-AirMalta f' Mejju tas-sena l-oħra kellu jiskadi fl-aħħar ta' Ottubru li għadda.", "Mingħajr ma kien hemm l-ebda ħtieġa, anzi minkejja tnaqqis fil-volum ta' traffiku fix-Xitwa, il-kuntratt gie estiż f'nofs Ottubru għal perjodu ta' tlett xhur oħra - sa l-aħħar ta' Jannar li għadda.", "Is-Servizz ta' dawn l-impjegati b'kuntratt t'impieg temporanju ġie terminat mill-amministrazzjoni tal-kumpannija kif kien antiċipat, dipendenti mill- volum ta' traffiku staġionali fuq ir-rotot tal-kumpannija.", "TEMPJI TA' L-IMNAJDRA/ĦAĠAR QIM", "2989.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi f'dawn il-jiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar waqqfet xogħol llegali li kien qed issir f'barriera qrib it-tempji preistoriċi ta' l-Imnajdra u Ħaġar Qim, ma jidhirlux l-Ministru li:- Id-Dipartiment tal- Mużewijiet għandu b'jedd jingħata aktar leħen u saħħa fuq l-Awtorita' ta' l- Ippjanar; Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol illegali li sar kienx ta' ħsara għat-tempji msemmija u l-bjar tal-Misqa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Dipartiment tal-Mużewijiet ilu mill-1969 jopponi l-barrieri li jinsabu ħdejn l-Imnajdra u Ħaġar Qim.", "Fil-jiem illi għaddew, id-dipartiment reġa' esprima l-għadab tiegħu għall-fatt illi waħda minn dawn il-barrieri reġgħet bdiet topera illegalment.", "Dan wara li kienet saret talba formali fl-1994 biex il-permess ta' dawn il-barrieri ma jkunx imġedded għal ebda raġuni.", "Meta twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar permezz tal-liġi ta' l-iżvilupp fl- 1992, id-Dipartiment tal-Mużewijiet ma' ngħatax post permanenti fl- Awtorita'.", "Id-dipartiment kellu biss post fuq il-Heritage Advisory Committee illi huwa limitat strettament għal pariri mingħajr qawwa legali.", "Fl-istess żmien li twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-poteri li darba kellu d-Dipartiment tal-Mużewijiet minn mindu dan kien twaqqaf fl-1903, iddajfu b'konsegwenzi serji billi ma kienx kostitwit il-kumitat ta' l- antikitajiet kif titlob il-liġi ta' l-antikitajiet ta' l-1925.", "Din il-liġi għadha fis-seħħ, u għal bosta raġunijiet ma jaqbilx li tiġi mħassra qabel ma titfassal liġi ġdida.", "Il-protezzjoni tal-wirt nazzjonali tinħtieġ reviżjoni tal-leġislazzjoni eżistenti biex b'hekk tiġi kkoreġuta s- sitwazzjoni li teżisti f'dan il-kamp tant importanti.", "Ix-xogħol illegali li sar dan l-aħħar żgur illi ma kkontribwixxa xejn pożittiv għall-protezzjoni tal-Imnajdra u l-bjar tal-Misqa.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA", "2990.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li s-sena li għaddiet (1996) daħħlu aktar minn Lm7,000, Lm9,000, Lm10,000 u Lm12,000?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PBS - BORD TAD-DIRETTURI - MEMBRI", "2991.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jaf il-Prim Ministru li fil-Board tad-Diretturi tal-PBS hemm żewġ membri li jgawdu mill- ftehim kollettiv, wieħed ħaddiem u l-ieħor pensjonant, u allura se jkollhom konflitt ta' interess meta jiġu għat-tratattivi dwar pagi u kondizzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nara l-ebda konflitt ta' interessi fil-każ taż- żewġ membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS - wieħed ħaddiem u l-ieħor pensjonant.", "It-tnejn li huma kkunsidrati bħala persuni integri u serji f'xogħolhom.", "Ta' l-ewwel maħtur minn fost il-ħaddiema sħabu, tat-tieni maħtur minni a bażi tal-ħidma twila tiegħu u l-esperjenza vasta li jħaddan fil-qasam tax- xandir nazzjonali.", "PBS - BORD TAD-DIRETTURI", "2992.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li wieħed mill-Bord tad-Diretturi huwa ċ-ċensur ukoll tal-PBS, u għalhekk imħallas extra mill-PBS bir-riskju li jkollu wkoll interessi konfliġġenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa minnu li wieħed mill-membri tal-Bord tad- Diretturi tal-PBS jagħmel ix-xogħol ta'ċensur mal-Kumpannija.", "Konvint li l-persuna konċernata tħaddan sens ta' responsabbilta sia fil- konfront taż-żewġ rwoli li qed taqdi għall-ġid tal-Kumpannija, liema rwoli ma għandhom l-ebda rabta professjonali waħda ma l-oħra.", "PBS - MANAGER", "2993.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li Manager tal-PBS, li kien tkeċċa għaliex inqabad ripetutament skartat waqt il-ħin tax-xogħol, reġa' ddaħħal jaħdem?", "Ma jidhirlux il-Prim Ministru li dan huwa eżempju ħażin mill-ħaddiema jew inġustizzja magħhom, peress li mill-Managers wieħed jistenna dixxiplina sħiħa, sens ta' responsabbilta' u accountability aktar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar il-każ tal-Manager imsemmi għandu jingħad li dan tressaq quddiem Bord ta' dixxiplina magħmul minn Chairman u membri maqbula bejn iż-żewġ naħat, Kumpannija u Union.", "Kien dan il-Bord indipendenti li rrakkomanda d-dħul lura għax-xogħol tal- persuna konċernata.", "Il-fatt li din ir-rakkomandazzjoni saret fid-dawl ta' miżuri dixxiplinarji deċiżi mill-istess Bord, żgur li kien ta' eżempju xieraq għall-ħaddiema kollha.", "PBS - RAPPORT TA' JOE A GRIMA", "2994.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux allegazzjonijiet speċifiċi fir-rapport ta' Joe A Grima dwar il-PBS, inklużi rregolaritajiet u abbużi?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu dwarhom?", "Se ssir inkjesta fuqhom biex ikun hemm trasparenza u toħroġ il-verita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar ir-rapport ta' Joe A Grima fuq il-PBS, ta' min ifakkar li dan sar pubbliku u għaldaqstant sar hekk ukoll il-kontenut tiegħu.", "Il-Bord tal-PBS qiegħed attwalment jikkunsidra ulterjorment ċerti allegazzjonijiet fih imsemmija, biex jara huwiex rakkomandabbli li wieħed jimxi aktar 'l quddiem dwarhom.", "GĦAWDEX - SUSSIDJU LIL STUDENTI GĦAWDXIN", "3011.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jibda jitħallas is-sussidju speċjali ta' Lm45, imwiegħed mill-gvern preċedenti lill-istudenti Għawdxin, kull tliet xhur, biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta' trasport u akkomodazzjoni f'Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-Segretarjat Parlamentari ghal Għawdex diġa pproċessa l-applikazzjonijiet li rcieva u ċ-ċekkijiet tas-sussidju se jintbagħtu lill-istudenti matul din il-ġimgħa.", "ENEMALTA - ŻIEDA FIL-KONSUM TA' L-ELETTRIKU", "3040.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jassigura lill-Kamra li mhux se jogħla l-ħlas għall-konsum ta' l- elettriku?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Meta l-Onor.", "Membru jassigurani x`ser jiġri minni u minnu fix-xhur u s-snin li ġejjien, jien inkun nista nagħtih l- assigurazzjoni li talabni.", "ŻEJTUN - TRIQ WIED IL-GĦAJN", "3154.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi b'inizjattiva tiegħu ddeċieda li jaqleb il-wied ta' ilma tax-xita minn sqaq oħra għal Triq Wied il-Għajn, Żejtun, bir-riżultat li qed isir xogħol bla ħsieb li joħloq inkonvenjent għar-residenti, kif ukoll li d-drenaġġ ikun għadu ma sarx qabel il-kisi bit-tarmac, jista' l-Ministru jara li jingħata konsiderazzjoni mill-ġdid biex ix-xogħol isir bil-ħsieb?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻEJTUN - TRIQ IL-BAJJA TA' SAN TUMAS - DRENAĠĠ", "3155.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Nagħmel riferenza għax-xogħlijiet fuq l- extension tas-sistema tad-drenaġġ li qiegħed għaddej fi Triq il-Bajja ta' San Tumas, Żejtun, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol hux se jsolvi l-problema tad-drenaġġ ta' Triq Xrob il-Għaġin kantuniera ma' Triq Anton Buttigieg u ta' Triq il-Kotob?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Se nippruvaw nidentifikaw dawn il-problemi msemmija ta' drenaġġ.", "Risposta fuq dan il-każ tista' tingħata aktar il- quddiem.", "AIR MALTA - ACCOUNTS", "3156.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi fid-diskors tiegħek fil-budget debate tal-Ministeru tiegħek, inti tfajt dell ikraħ fuq il-mod kif saru l-accounts ta' l-Air Malta fejn aċċennajt li ċ-Chairman ta' qabel hu accountant tajjeb u bħala tali kapaċi juri dak li m'hux, ma taħsibx li dan ma jagħmilx ġieħ la lill-membru ta' l- Oppożizzjoni li kien qiegħed shadow minister ta' l-Air Malta fil- leġislatura preċedenti u wisq anqas lill-kumpannija ta' l-Awdituri li kienu jivvetjaw l-accounts?", "X'passi beħsiebu jieħu l-gvern fil-każ ta' dawn ta' l-aħħar?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Hemm ħafna affarijiet li ma jagħmlux gieħ lill- oppozizzjoni ta' llum.", "Fosthom kif tmexxiet l-AirMalta.", "Jien nibqa' nsostni li l-AirMalta għamlet telf minn fuq il-core business tagħha.", "Dan joħroġ tajjeb mix-xogħol li għamlu l-awdituri.", "Il-ħażin huwa l-mod kif l-ex chairman tal-AirMalta ipprova u għadu jipprova jaħbi dan il-fatt.", "ŻEJTUN - ĠEBEL SAN MARTIN - ĠIBJUN", "3157.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi d-Dipartiment tax-Xogħlijiet kien ħejja pjanti għaż-żona ta' madwar il-ġibjun ta' Ġebel San Martin, Żejtun u l- ġnien biswit kien ġie identifikat bħala sit għall-żona rikreattiva, f'liema stadju waslu dawn il-pjani biex jintlaħaq dan il-għan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-pjani għaz-zona msemmija tlestew u ġiet sottomessa applikazzjoni għall-permessi mall-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "Sadanittant saru nvestigazzjonijiet strutturali fuq is-sit li ddeterminaw li mhux rakkomandabbli li fuq il-ġibjun, fl-istat strutturali preżenti tiegħu, jsiru xogħlijiet ta' ġnien pubbliku kif oriġinarjament propost.", "Għal dan il-għan il-proposti ma ġewx segwiti aktar minn dan id-Dipartiment.", "AIR MALTA - SHAREHOLDERS", "3158.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li filwaqt li f'dawn l-aħħar snin, kif allega l-Ministru, li l-Air Malta sena wara l-oħra għamlet telf, ix-shareholders u l-Gvern dejjem ingħataw dividends tajba kull sena?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Air Malta għamel telf fil-core business tagħha.", "Dan it-telf ġie mdawwar fi profitti wara li mdaħħal bħala profitt il-bejgħ ta' ajruplan, wara li kien hemm tibdil ta' l-accounting policy fuq id- deprezzament, u wara li ddaħħlu b'mod xejn normali flus li l-kumpannija għad trid tieħu minn fuq biljetti mibjugħa imma mhux użati.", "Għaldaqstant il-fatt li l-Air Malta ħallset dividends lix-shareholders tagħha fuq profitti mhux reali tkompli tgħarraq il-qagħda finanzjara tagħha.", "Forsi ma jafx illi wara l-ħlas tad-dividends, l-istess shareholder, jiġifieri l-Gvern, kellu jagħmel garanzija lill-AirMalta biex din tkun tista tissellef minn banek barranin għax-xiri ta' l-ajruplani.", "SAĦĦA - BCG VACCINE", "3159.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il- ħsieb li d-Dipartiment tas-Saħħa jintroduċi l-BCG Vaccine lit-tfal bħala obbligatorja?", "Kemm kien l-ammont ta' tfal li ħadu din il-vaccine fis-snin 1994, 1995 u 1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma hemm l-ebda ħsieb li t-tilqim bil-BCG jiġi obbligatorju.", "L-aħħar kampanji ta' tilqim bil-BCG li saru fl-iskejjel kienu fl-1995 - 1996 u fl-1993 - 1994.", "Fl-1993 - 1994 kien hemm 93% tat-tfal eliġibbli li ġew imlaqqma filwaqt li fil-kampanja ta' l-1995 - 1996 dan il-persentaġġ tela' għal 96%.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ATTI TA' AKKWIST", "3185.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew ppubblikati atti ta' akkwist ta' proprjeta' da parti tal-Gvern (Land Department) matul Jannar, 1997?", "Kemm kien il-prezz totali dovut?", "Jekk tħallsux jew kif se jitħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Matul Jannar ta' din is-sena saru tlett kuntratti ta' akkwist ta' propjeta.", "Fuq dawn il-kuntratti tħallsu b'kollox tnax il- elf, mitejn u tnejn u disgħin (Lm12,292) Lira Maltija li jinkludi danni li jitħallsu minn meta l-Gvern daħal fuq l-art sad-data tal-kuntratt.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - AKKWIST TA' ART", "3186.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-akkwist ta' l- art fejn illum hemm Qawra Road, limiti ta' San Pawl il-Baħar ġiex iffinalizzat meta madwar ħames snin ilu ġie aċċettat il-prezz kif ukoll kienu ingħataw lid-dipartiment ir-riċerki kollha relattivi għall- proprjeta'?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-file relattiv qed jiġi proċessat.", "RABAT, HOS", "3187.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex għadu mhux finalizzat da parti tal-Gvern l-art taħt il-Home Ownership Scheme tat-Torri fir-Rabat, Malta?", "Meta hu maħsub li dan jiġi finalizzat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jidher li l-art fejn saret il-Home Ownership Scheme msemmija mill-Onor.", "Interpellant hi propjeta tal-Knisja, u għalhekk l-esproprju jrid jiġi trattat skond id-dispożizzjonijiet tal-Att IV tal- 1992.", "RABAT - HOS", "3188.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex għadu mhux finalizzat da parti tal-Gvern l-art fejn illum hemm il-Home Ownership Scheme ta' Għar Barka, fir-Rabat, Malta?", "Meta hu maħsub li dan jiġi finalizzat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif jaf l-Onor Interpellant l-art in kwistjoni hi estensiva u l-esproprju sar f'żewġ stadji.", "Sar xi xogħol ta' riċerki, iżda billi hemm ħafna sidien fosthom entitajiet eklesjastiċi għad hemm bżonn aktar żmien biex l-esproprju jiġi finalizzat.", "DINGLI - HOS", "3189.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex għadu mhux finalizzat da parti tal-Gvern l-art fejn illum hemm l-Home Ownership Scheme ta' Dingli Phase 3 ta' Ħad-Dingli?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kuntratt għal akkwist ta' l-art sar u din ġiet trasferita lil Awtorita tad-Djar b'Avviż legali numru 86/96 li ġġib id- data tal-25 ta' Marzu, 1996.", "TAXXI INTERNI - TRASFERIMENTI TAL-BOLL", "3190.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew reġistrati ma' l- Inland Revenue Office fi Triq Merkanti, il-Belt it-rasferimenti għall-fini tal-Boll?", "Kemm minn dawn kienu ta' l-Awtorita' tad-Djar bħala transfer?", "Kemm fuq il-kumplament se jintbagħtu spezzjonijiet tal-Periti?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Peress li ma jidhirx indikat il-perjodu relattiv ma nistax nagħti risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija.", "Rigward il-kuntratti ta' trasferimenti li jikkonċernaw l-Awtorita' tad-Djar nagħmel riferenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 153.", "It-tielet parti ta' din il-mistoqsija li tikkonċerna n-numru ta' każi li d- Dipartiment jirreferi għal spezzjonijiet mill-Periti, tirrigwarda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali u ta' proċedura interna li ma jidhirx li qatt ingħatat.", "TELEMALTA - PROMOZZJONIJIET", "3202.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-17/1/97 'il hawn fil- Korporazzjoni Telemalta?", "F'liema kategoriji ta' ħaddiema ngħataw dawn it- transfers u għaliex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mis-17 ta Jannar 1997 sal-preżent fil-Korporazzjoni Telemalta ġew mogħtija tlett (3) promozzjonijiet.", "Ma kien hemm l-ebda kategorija oħra ta' ħaddiema li ngħataw promozzjoni.", "SIĠĠIEWI - PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "3226.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Peress li ħafna residenti ta' St. John Street u Alley 2, fl-istess triq, fis-Siġġiewi ilhom żmien twil isofru minn vultaġġ baxx ta' elettriku bil-konsegwenza li ħafna apparat elettriku bilkemm jaħdem, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex din il-problema tispiċċa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-problema ta` vultaġġ baxx fil-lokalita` indikata mill-Onor.", "Membru ġiet identifikata u sejrin jittieħdu l-passi meħtieġa biex din il-problema tispiċċa fil-ġejjieni qrib.", "SAĦĦA - DIPARTIMENT TAT-TRASFUŻJONI TAD-DEMM", "3227.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk id- Department of Blood Transfusion jissupplixxix demm lill-isptarijiet u kliniċi privati?", "Kemm kien l-ammont ta' demm lil kull wieħed mill- isptarijiet u kliniċi privati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ammont ta' units ta' demm li huma rreġistrati li ġew mitluba minn u mibgħuta lill-isptarijiet u kliniċi privati:-", "|St Philip |- |269 minn | |Hospital medja| |13.11.95 sal-lum| |ta' 18 | | | |fix-xahar | | | |Capua Court |- |162 minn 25.9.96| |medja ta' 32 | |sal-lum | |fix-xahar | | | |St. James |- |352 minn 1.1.96 | |Clinic medja | |sal-lum | |ta' 26 | | | |fix-xahar | | | |St. Mark |- |26 minn 1.1.96 | |Clinic medja | |sal-lum | |ta' 2 | | | |fix-xahar | | | |Oħrajn Homes |- |84 minn 1.1.96 | |medja ta' 6 | |sal-lum | |fix-xahar | | | |MEDJA TOTALI |- |84 FIX-XAHAR | |TA' | | |", "ŻEBBUĠ - SMW CORTIS -", "3228.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2358?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni numru PA 2523/92 tinsab quddiem il-Board ta' l-Appell kif diġa mwieġeb f'mistoqsija parlamentari numru 2283.", "Din l-applikazzjoni hija għal estensjoni ta' fabbrika u mħażen.", "Applikazzjoni oħra sottomessa mill-istess applikant numru PA 7781/95 hija għal estensjoni tal-fabbrika eżistenti sabiex tkun tista' tilqa makna tas- serrar.", "SKEJJEL - STUDENTI - DROGA", "3229.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fl-iskejjel sekondarji governattivi li nqabdu b'xi forma ta' droga matul is-sena 1996?", "X'passi ttieħedu fil-konfront ta' dawn l-istudenti, jiġifieri tkeċċew jew ġew sospiżi jew qed jiġu riabilitati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-każi ta' studenti li jinqabdu bid-drogi fl- iskola huwa żgħir.", "Matul is-sena 1996 inqabad każ wieħed dwar pussess ta' eroina.", "Dan il-każ tressaq il-Qorti tal-Minorenni fejn għadu qiegħed jiġi ttrattat.", "Il-persuna konċernata qiegħda tirċievi programm residenzjali ta' rijabilitazzjoni.", "Kull każ li jiġi rrappurtat jiġi nvestigat u meta jiġi ppruvat tiddaħħal il- pulizija.", "L-għan ewlieni ta' l-iskejjel kien u jibqa' l-edukazzjoni u l- prevenzjoni.", "Meta każ ikun ippruvat tingħata priorita' lir- rijabilitazzjoni, pero' meta l-istudent ikun ta' periklu jista' jiġi sospiż jew imkeċċi.", "Normalment, isiru wkoll arranġamenti biex l-istudent ikollu counselling sessions biex ikun jista' jkompli l-istudji tiegħu.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - DONATIONS", "3230.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irregolati (donations) biċċiet ta' arti lill-Istat f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Fejn tpoġġew jew fejn qegħdin esebiti?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn id- donazzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-lista ta' xogħlijiet ta' l-arti, ippreżentati lill-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti kull sena, tiġi ppubblikata fir-Rapport tad-Dipartiment tal-Mużewijiet tas-sena relattiva.", "Jiġifieri listi ta' dawn id-donazzjonijiet għas-snin 1994 u 1995 ġew pubblikati diġa', filwaqt li dik tas-sena 1996 tidher mar-rapport meta dan ikun pubblikat.", "Fl-1994, il-Mużew ta' l-Arti rċieva b'kollox 42 biċċa xogħol ta' l-arti bejn pittura, litografiji, ċeramika, akkwarelli, inċiżjonijiet, u disinji.", "Fl-1995, l-istess Mużew irċieva 39 biċċa xogħol simili ta' l-arti.", "Matul l-1996, 30 xogħol ta' l-arti oħra ġew reġistrati mill-istess Mużew.", "Dawn ix-xogħlijiet kollha ġew katalogati malli waslu fil-kollezzjoni nazzjonali.", "Ħafna minnhom huma preżentazzjonijiet li saru minn artisti kontemporanji wara li jesibixxu fil-mużew.", "Uħud oħra ġew donati mill-Capt O.F. Gollcher Art & Archaeological Foundation, waqt li numru żgħir minnhom inxtraw mill-fondi tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Minn dawn ix-xogħlijiet, xi wħud jinsabu esibiti fil-Mużew ta' l-Arti mal- kollezzjoni permanenti, waqt li oħrajn ingħataw on loan lil diversi ministeri, dipartimenti u ambaxxati Maltin.", "Oħrajn jinżammu fir-Reserved Collection tal-Mużew, sakemm jiġi attrezzat Mużew ta' l-Arti Moderna meta l- aħjar minn dawn ix-xogħlijiet jiġu esibiti għall-pubbliku.", "VAT - ĦLAS TA' REFUNDS", "3231.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: B'mod ġenerali, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont li l- VAT Office għandu jħallas lura permezz ta' refunds?", "Kemm kien l-ammont ta' refunds li kellhom f'Diċembru ta' l-1995 u l-1996?", "Meta hemm il-ħsieb li dan ir-refund jitħallas lura?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ninforma lill-Onor.", "Interepellant li bħala ħlas lura fuq Hażniet Kummerċjali saru dawn il-pagamenti:", "Bejn Awissu u Diċembru ta' l-1995 tħallset is-somma ta' Lm5,340,975.", "Bejn Jannar u Diċembru ta' l-1996 tħallset is-somma ta' Lm10,054,503.", "Għad hemm applikazzjonijiet li qegħdin jiġu pproċessati u malli dawn jitlestew isiru l-pagamenti dovuti skond kif hemm provdut fil-Legal Notice 190/94.", "MHRA - PROPOSTI DWAR IS-SETTUR TURISTIKU", "3234.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li fir-rubrika regolari tiegħi fil-gazzetta \"it-torċa\" l-Prim Ministru jsemmi li f'laqgħa ma' l-MHRA ġew diskussi proposti dwar is-settur turistiku u li l-Ministru tat-Turiżmu ressaq suġġerimenti u proposti tal- Gvern maħsuba li jagħtu spazju aktar wiesa' lis-settur, jista' l-Ministru jagħti ħjiel u spjega lill-Kamra dwar il-ħsieb, il-kontenut u l-għanijiet tal-proposti mressqa mill-Gvern?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-ħsieb tal-Gvern preżenti ħuwa li kontra dak li kien isir qabel, il-privat jingħata spazju aktar wiesgħa fis-settur billi dan jiġi involut aktar f'deċiżjonijiet u implimentazzjoni ta' l-istess deċiżjonijiet.", "B'hekk ma jiġix ripetut dak li kien jiġri qabel bħal meta per eżempu saret il-Master Plan tat-turiżmu fl-1989 liema pjan ma kien ġie qatt diskuss ma ħadd, ma ġie ppublikat qatt, u l-privat ma kellu ebda sehem fl- implementazzjoni tiegħu.", "SKEJJEL - FACILITATORS", "3235.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fir-rigward tal-facilitators, jista' l- Ministru jgħid meta beda s-servizz tagħhom fl-iskejjel tal-Gvern, u meta beda fl-iskejjel tal-Knisja?", "Peress li l-Gvern iħallas l-ispejjeż għal dawn il-facilitators kollha, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali minn meta beda dan is-servizz sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qegħda tiġi miġbura u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - ARRETRATI", "3236.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta sejrin jitħallsu l-arretrati lill-gradi kollha ta' l-instructors skond il-ftehim li kien intlaħaq bejn Gvern Nazzjonalista, l-MUT u l-GWU f'Settembru tas- sena l-oħra, jiġifieri aktar minn ħames xhur ilu?", "Kemm se tammonta l- ispiża globali ta' dawn l-arretrati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant li f'dawn l- aħħar ħames xhur kien qed isir xogħol voluminuż u meħtieġ biex jiġi ppreżentat l-eżerċizzju ta' l-assimilazzjoni tal-gradi kollha ta' l- Instructors.", "Għandi pjaċir ninfurmak li issa l-eżerċizzju tlesta u ser jintbagħat lil PSC fil-ġranet immedjati.", "Dwar l-ispiża globali involuta, għalissa m'inhiex f'pożizzjoni li nitkellem, biss il-quddiem, meta joħorġu l-approvazzjonijiet meħtieġa, it- Teżor ikun f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.", "TELEMALTA - TRANSFERS", "3237.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għat-transfers daqshekk numerużi li kien hemm fil-Korporazzjoni Telemalta li wasslu għal diżorganizzazzjoni sħiħa fost il-ħaddiema?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iċ-ċaqliq li sar fil-Korporazzjoni Telemalta kien proprju biex tibda tiġi rranġata xi ftit is-sitwazzjoni diżorganiżżata li wiret dan il-Gvern fl-istess korporazzjoni.", "HAMRUN/RABAT - GĦASES", "3238.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindaga ftit fuq it-tqassim ta' xogħol bejn l-għases tar-Rabat u tal-Ħamrun li jidher li qed isir b'mod diskriminatorju?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li ma jirriżultax li qed issir xi diskriminazzjoni fit-tqassim ta' xogħol fl-għases tar-Rabat u tal-Ħamrun.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi lment partikolari, jista jgħaddihuli under separate cover biex ikun jista jiġi nvestigat.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - RIORGANIZZAZZJONI TAS-SALARJI", "3239.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jibdew it-taħdidiet bejnu u bejn l-MUT dwar xi organizzazzjoni ġdida tas-salarji tal-gradi kollha ta' l-għalliema?", "Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk dawn hux se jkopru l-gradi kollha ta' l-għalliema jiġifieri minn Direttur Ġenerali sal-grad ta' Facilitators?", "Fil-każ ta' l- instructors min se jirrappreżentahom, il-GWU jew l-MUT?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mhix il-funzjoni jew ir-responsabbilta' tal- Ministeru tiegħi li jagħmel taħdidiet jew li jinnegozja ma' xi Union dwar xi reviżjoni ta' salarji jew struttura ta' gradi. din hi funzjoni tal- Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - PAZJENTI", "3254.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħtini breakdown tal-provenjenza ta' dawk il-pazjenti rikoverati fl-iSptar Zammit Clapp fis- snin 1995 u 1996?", "X'inhuma l-proċeduri u l-kriterji li qed jintużaw biex pazjenti jiġu riferuti f'dan l-isptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata aktar 'il quddiem.", "MARSA - MONUMENT TAR-REPUBBLIKA", "3255.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq il-Monument tar-Repubblika fi Triq Diċembru 13, fil-Marsa?", "Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-istat miskin ta' dan il- monument storiku jiġi rranġat u mogħti l-importanza xierqa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ilha ma ssir manutenzjoni fuq il-Monument tar- Repubblika fi Triq Diċembru 13, iżda issa ngħataw istruzzjonijiet biex issir t-tiswija u li hemm bżonn biex dan il-Monument jiġi rranġat.", "NAĦAL - INDUSTRIJA", "3256.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward it-trobbija u l-industrija tan-naħal, jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu u fiex tikkonsisti l-azzjoni tad-dipartiment biex it-trobbija tan-naħal toħroġ mill-kriżi li tinsab fiha?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, l-Industrija tan- naħal f'Malta u f' Ghawdex tinsab fi kriżi kbira sforz in-nuqqas ta' ippjanar u traskuraġni li kien hemm f' dawn l-aħħar snin.", "Tant kienet kbira din il-kriżi li n-naħal intlaqat minn diversi mard u l-popolazzjoni tan- naħal naqset minn 4,000 ferħ għal 1,000 ferħ waqt li l-produzzjoni ta' l- għasel naqset minn madwar 60 tunnellata għal 20 tunnellata.", "Il-pjan li għandna għal dan is-settur jinkludi:", "(a) Ingaġġ li sar diġa', ta' technician għal din it-taqsima tan-naħal biex insaħħu t-taqsima.", "(b) Tkattir ta' l-irġejjen u friegħ biex tiżdied id-dakra.", "(c) Diġa' saru laqgħat edukattivi minn esperti Izraeljani lil Maltin kif wkoll lil Għawdxin.", "Huwa ppjanat li laqgħat bħal dawn ikomplu jsiru fuq bażi regolari fejn jiġu nvoluti l-Universita' kif ukoll id-Dipartiment tas- Servizzi Veterinarji.", "(d) Inkomplu noffru s-servizz tagħna ta' pariri tekniċi dwar maniġġ u mard.", "Dan jinkudi l-użu tad-dip jew sterelizzar tal-kaxxi tan-naħal, provi ta' tipi differenti ta' medicini li hawn fis-suq biex inkunu nistgħu mmexxu lil dawk li jrabbu n-naħal fil-kondizzjonijiet lokali.", "(e) Kuntatt regolari ma dawk kollha li huma nvoluti f'dan is-settur inklużi l-Ghaqda tagħhom biex it-trobbija tan-naħal fil-ġarar tinqata'.", "(f) Twaqqif ta' Breeding station f' Kemmuna.", "TKABBIR TA' L-GĦENEB", "3257.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward it-tkabbir ta' l-għenba għat-tgħasir, jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu biex din il-fergħa tal-biedja tkompli tiġi żviluppata fuq eżempji diġa' eżistenti bħalma hemm f'Marsaxlokk u f'Ta' Qali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Taħt il-Gvern Nazzjonalista dan is-settur tħalla abbandunat tant li fid-Dipartiment lanqas biss kien hemm Vitikulturista u Oenologu biex jagħti il-pariri meħtieġa lill-bdiewa f'dan il-qasam.", "(a) S'issa diġa bdejna l-proċess biex jingħazel gradwat ħalli jintbagħat jieħu taħriġ fuq il-Vitikultura u fuq l-Oenoloġija.", "(b) Fil-Buskett ġew ippreparati madwar 30 tomna (3ha) raba għat taħwil tad- dwieli għall-għasir.", "Qeghdin f'negozjati ma erba' għassara dwar dan il- progett.", "(c) Minn din is-sena stess id-dipartiment żied il-produzzjoni ta' żraġen tad-dwieli għat-tilqim.", "(d) Qegħda ssir ħidma biex il-Wine Advisory Board li mistenni li jiġi mwaqqaf fil-jiem li ġejjin jibda' jaħdem bis-sħiħ biex tkun riveduta il- liġi ta' l-Inbid (Att: Nru. IX ta' l-1969), biex din tkun aktar konformi mal-ħtiġijiet tal-lum u b'hekk tipproteġi l-investiment li qiegħed isir f' dan is-settur.", "BIEDJA/SAJD - ESPORTAZZJONI TA' PRODOTTI", "3258.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-esportazzjoni ta' prodotti tal-biedja u s-sajd lejn swieq Ewropej, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru minn Novembru 1996 'l hawn biex, fejn f'pajjiżi Ewropej jeżistu dazji/levies fuq prodotti esportati minn Malta, dawn l-istess dazji/levies jitnaqqsu u jiġu eliminati gradwalment?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministeru tiegħi qed isegwi mill-qrib l- izviluppi dwar diversi talbiet li għamlet Malta permezz tal-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent u permezz ta' l-istess Ministeru ta' l- Agrikoltura u Sajd għal tnaqqis mid-dazji u levies fuq prodotti tal-biedja u Sajd esportati lejn l-Unjoni Ewropeja.", "Flimkien mal-METCO id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura qed jinvestiga kif Malta tkun tista' tibbenefika aktar mill-iskema tal-GSP Generalized System of Preferences ta' l-Unjoni Ewropea fuq prodotti tal-Biedja u Sajd.", "TREJQIET/SQAQIEN - XOGĦLIJIET", "3259.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sena rikorrenti huwiex se jsir concreting ta' trejqiet/sqaqien rurali, u jekk fl-affermattiv, kemm hu l-vot allokat għal dan l-iskop u f'liema areas tal-pajjiż se jsir l-istess xogħol?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Minħabba li qabel l-elezzjoni Generali ġew awtorizzati xogħlijiet ħafna aktar milli kien hemm flus ivvotati għal dan il-għan, u minħabba li ħafna mix-xogħlijiet li saru jridu jitħallsu mill- voti ta' din is-sena, xogħlijiet ġodda ta' concreting ta' trejqiet/sqaqien rurali jiġu kkonsidrati fid-dawl ta' prijoritajiet oħra li jkollna.", "BIEDJA - COMPOST", "3260.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu d-Dipartiment tal-Biedja dwar provvista ta' compost lill-bdiewa biex jgħin fil-kompożizzjoni tal-ħamrija lokali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nformat li fl-impjant tal-kompost f'Sant Antnin hemm ammont sostanzjali ta' kompost għall-bejgħ bil-Lm5 kull tunnellata.", "Huwa mistenni li l-kompost se jibqa' disponibbli mill-Impjant ta' Sant Antnin regolarment matul is-sena.", "WIDIEN - PROĠETT TA' TINDIF", "3261.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-proġett ta' tindif ta' widien, jista' l-Ministru jgħid eżattament fiex se jikkonsisti dan ix-xogħol, kemm hu l-vot allokat għal dan ix-xogħol u f'liema widien se jsir xogħol fis-sena 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni tingħata f' seduta oħra meta jiġu ffinalizzati l-pjanijiet tal-Gvern f' dan ir-rigward.", "PULIZIJA - SPIŻA KAPITALI", "3269.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża kapitali attwalment minfuqa għar-rigward il-Korp tal-Pulizija fl-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ispiża kapitali attwalment minfuqa għar-rigward il- Korp tal-Pulizija matul l-1996 kienet ta' Lm599,899.", "TURIŻMU - TIMESHARE", "3275.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li meta dan l-aħħar il-Ministru tkellem fil-laqgħa ta' l-RCI dwar it- timeshare semma' r-regolamentar ta' dan il-qasam ta' l-Industrija tat- Turiżmu, jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex l-intenzjoni tal-Gvern li jimxi fuq il-linji suġġeriti mill-Unjoni Ewropea?", "Jekk le, jista' l- Ministru jagħti ħjiel dwar l-alternattiva proposta?", "Peress li f'din il- laqgħa ssemma li dalwaqt jiftħu tlett stabbilimenti timeshare ġodda, jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni tal-HCEB għall-approvazzjoni tal-proġetti; liema u fejn huma u meta ngħata l-permess li jawtorizza l- proprjetarji joperaw f'dan il-qasam?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fis-Seminar dwar it-timeshare jiena semmejt il- htiega li din l-industrija, bis-sahha tal-Malta Timeshare Association, tieħu passi biex tkun self-regulated u b'hekk, ittejjeb mhux biss l- istandard tal-prodott izda wkoll tħares l-interessi tal-konsumaturi.", "Fil- fatt il-livell meħtieġ minn timeshare units registrati diga' ilahhaq tajjeb fil-kwalita' ma' standards Ewropej.", "It-tlett proprjetajiet li beħsiebhom jibdew joperaw fuq sistema ta' timeshare u li huma diġa' irregistrati mill-HCEB biex jintuzaw ghat- turisti, huma l-lukanda Bay Point fil-bajja ta' San Gorg, l-appartamenti Porto Azzuro fix-Xemxija u l-appartamenti Break Point fil-Qawra.", "Biex dawn il-progetti joperaw fit-Timeshare ma hemmx bzonn ta ebda permess ladarba jkunu diġa' reġistrati bħala akkomodazzjoni turistika.", "ANZJANI - HOMES TAL-GVERN", "3276.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu magħmul il-Bord li jiddeċiedi liema anzjani jidħlu fil-Homes tal-Gvern?", "Meta ġie appuntat dan?", "Kif kien kostitwit qabel?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Bord li jiddeċiedi liema anzjani jidħlu fil- Homes tal-Gvern kien kostitwit ħafna snin ilu u għadu jikkonsisti fl-istess personnel: jiġifieri minn: Dr. Joseph Dimech il-Kap tad-Djar ta' l-Anzjani u s-Sur Lino Mizzi.", "Dawn jagħmlu assessment ta' kull kas partikolari u d-deċiżjoni min jidħol meta jivvaka post tittieħed b'konsiderazzjoni ta' dan l-assessment.", "SAĦĦA - KONSULENT FIL-ĠERJATRIJA", "3277.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jispjega x'wassal illi konsulent fil-Ġerjatrija li kien għadu kif ġie appuntat reġa' mar lura l- Ingilterra?", "Kif kien propost li jkun ix-xogħol ta' dan il-konsulent sew fir-Residenza San Vincenz de Paule kif ukoll fl-iSptar Zammit Clapp?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dan il-konsulent fil-Ġerjatrija ħa l-post tiegħu ftit qabel l-elezzjoni u beda x-xogħol Immedjatament.", "Sar magħruf minnu stess li fl-istess waqt hu żamm il-post tiegħu bħala geriatrician l- Ingilterra.", "Mill-ewwel wera x-xewqa li jerġa' jitlaq hemmhekk għal xi żmien.", "Billi fil- qasam hemm bżonn ta' Konsulent fil-Ġerjatrija urġenti, din ix-xewqa ma setgħetx tiġi milqugħa.", "Hu telaq fuq l-inizjattiva personali tiegħu.", "Hu telaq fit-23 ta' Diċembru, 1996 u bagħat l-ittra tiegħu lid-Dipartiment fejn spjega li se jkompli bl-istudju tiegħu fl-istess data.", "Għalhekk l- ittra tiegħu ittieħdet bħala ittra ta' riżenja.", "Il-kumplament tar-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "QRATI - DEĊIŻJONIJIET TAL-QRATI", "3278.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid:- 1) jeżistix xi ftehim bejn il-Qorti u xi ditta Maltija għall-istampar tad-deċiżjonijiet tal-Qrati; 2) jeżistix kuntratt ta' dan il-ftehim u x'jinkorpora dan il-ftehim; 3) kemm ħallas il-Gvern fl-1996 lid-ditta nvoluta; u kemm hemm kontijiet pendenti; 4) min huma r-rappreżentanti ta' din id-ditta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fl-1992 kien ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u d- ditta Legal (Publishing) Enterprises fejn din kienet ġiet inkarigata biex tippubblika l-ġudizzju u d-deċiżjonijiet tal-Qrati Superjuri.", "Skond il- ftehim id-ditta hi responsabbli għall-ispejjeż kollha marbuta ma' l- istampar u l-bejgħ tal-pubblikazzjonijiet, iżda jagħtiha wkoll id-dritt ta' esklussivita' għal dak li jirrigwarda distribuzzjoni u publishing.", "Il- Gvern mhux marbut li jħallas l-ebda ħlas iżda jekk ikollu bżonn jixtri xi pubblikazzjoni jrid iħallas għaliha l-prezz normali.", "Il-Gvern kellu wkoll jaħtar Bord editorjali li jkun responsabbli għall-editing u l-preparazzjoni tal-materjal biex jiġi ppubblikat.", "Il-ftehim kien għal perjodu ta' ħames snin, mill-1 ta' Frar 1993, u jkun imġedded għal tliet snin oħra jekk waħda mill-partijiet ma tagħtix notifika bil-miktub lill-oħra sitt xhur qabel it-tmiem tal-validita' tal-ftehim li tixtieq ittemm il-ftehim.", "Fl-1996 il-Qorti ħallset is-somma ta' Lm23,433 u baqa' Lm15,209 x'jitħallsu.", "Il-ftehim kien ġie ffirmat f'isem id-ditta mill-Avukat Tony De Gaetano.", "AMMINISTRAZZJONI NAZZJONALISTA - SAFAR", "3279.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu fuq safar - vjaġġ bi vjaġġ - il-Ministri Nazzjonalisti fis-snin 1995 u 1996?", "X'kienet in-natura ta' kull żjara u minn min kienet komposta kull delegazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - TRANSFERS", "3280.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fl- Universita' mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-KUMMERĊ - TRANSFERS", "3281.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil-Korporazzjoni jew Korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta` transfers fil-Korporazzjoni Enemalta fil- perjodu li beda fis-17 ta` Jannar, 1997, kien ta` 16.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - TRANSFERS", "3282.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil- Korporazzjonijiet/aġenziji/kumplessi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma ghandi xejn x' inzid mar-risposta li tajt ghal mistoqsija parlamentari numru 2872.", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - TRANSFERS", "3283.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil- Korporazzjonijiet/aġenziji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis- 17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fl-MDC, mis-17 ta` Jannar 1997, kien hemm persuna waħda li ġiet sekondata għall-Ministeru ta` l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali", "MINISTERU TAS-SIGURTA' SOĊJALI - TRANSFERS", "3284.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil- korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2874, seduta numru 27.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR TAL-GVERN", "W34.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2259, nitlob lill-Ministru jinnota li waqt li fit-text tar-risposta jgħid li ġew rifjutati 1423 talba (li taqbel mat-tabella \"Ten 9708\" impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra) fit- tabella \"Ten 9709\" ir-refusals huma indikati bħala 7010.", "Peress li jista' jkun hemm żball fin-nomenklatura tat-tabella \"Ten 9709\", jista' l-Ministru jerġa' jikkonferma l-informazzjoni u f'każ li sar żball ipoġġi l- informazzjoni korretta fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nikkonferma li n-numru 7,010 fit-tabella TEN 9709 jirrappreżenta n-numru ta' każijiet fejn it-tiswijiet tlestew waqt li dak ta' 1,423 jirrappreżenta dawk li ġew rifjutati.", "Jidher li fit-tieni tabella sar żball tat-typing.", "B'hekk l-informazzjoni mogħtija fit-text ta' PQ 2259 hija korretta, u l-iżball kien biss fit-typing (kif jidher evidenti wkoll minn tabella TEN 9708).", "SPTAR SAN LUQA - MARD", "W35.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-mardiet prinċipali li bihom daħlu pazjenti fl-isptar tagħna matul l-1996, skond l-age groups differenti tal-pazjenti?", "Jekk hu possibbli, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni maqsuma f'age groups:- 1) sa sena; 2) minn sena sa ħames snin; 3) minn ħames snin sa għaxar snin; 4) minn għaxar snin sa 15-il sena; 5) minn 15-il sena sa 25 sena; 6) minn 25 sena sa 35 sena; 7) minn 35 sena sa 45 sena; 8) minn 45 sena sa 55 sena; 9) minn 55 sena sa 65 sena; u 10) 'il fuq minn 65 sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta..", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA", "W36.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l-impjegati tal-Gvern illi kienu ġew \"boarded out\" mill-Gvern għal raġunijiet ta' saħħa qabel l-1987 u reġgħu ddaħħlu mal-Gvern wara l-1987 peress li dawn fiequ mill-marda li kellhom?", "ONOR.", "ALFED SANT: Jien informat li kien hemm mija u erba' (104) impjegati tal-Gvern illi kienu ġew \"boarded out\" għal raġunijiet ta' saħħa qabel l-1987 u reġgħu ddaħħlu mal-Gvern wara l-1987 peress li dawn fiequ mill-marda li kellhom.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "W38.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' mpjegati tad-dipartiment illi rriżenjaw mix-xogħol mill-1988 'il hawn sena b'sena?", "X'kien il-grad tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' mpjegati bil-grad tagħhom, li rriżenjaw mix-xogħol mill-1988 'il hawn, sena b'sena huwa kif jidher fil- lista.", "Din il-lista tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "W39.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu sena b'sena mill-1970 'il hawn dawk il-kawżi ġodda ta' separazzjoni?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - MEMBRI LI RRIŻENJAW", "W40.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija illi rriżenjaw mill-impjieg tagħhom mill-korp sena b'sena mill-1988 'il hawn?", "Kemm kienu uffiċjali u kemm other ranks?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-membri tal-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw mill-Korp mill-1988 sas-17 ta' Frar 1997 kienu kif ġej:-", "|1988|2 Uffiċjali |1993|5 Uffiċjali| | |95 'Other | |75 \"Other | | |Ranks' | |Ranks\" | |1989|3 Uffiċjali |1994|5 Uffiċjali| | |83 \"Other | |45 \"Other | | |ranks\" | |ranks\" | |1990|3 Uffiċjali |1995|4 Uffiċjali| | |83 \"Other | |67 \"Other | | |ranks\" | |ranks\" | |1991|2 Uffiċjali |1996|6 Uffiċjali| | |86 \"Other | |60 \"Other | | |ranks\" | |ranks\" | |1992|9 Uffiċjali |1997|Uffiċjal | | |100 \"Other | |12 \"Other | | |ranks\" | |ranks\" |", "SIGURTA' SOĊJALI - IMPJEGATI", "W42.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni illi ġew boarded out sena b'sena mill-1988 'il hawn mill-bordijiet tas-Sigurta' Soċjali?", "Kemm kienu mpjegati tal-privat?", "Kemm kienu mal-Gvern, korpi jew awtoritajiet parastatali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal każijiet imressqa quddiem il-Bord Mediku maħtur taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali biex jagħti pariri dwar talbiet għal Pensjoni ta' l-Invalidita'.", "In-numru ta' persuni illi ġew boarded out taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali sena b'sena huma kif ġej:-", "|Sena |Persuni | | |Mogħtija | | |Pensjoni | |1988 |474 | |1989 |418 | |1990 |341 | |1991 |457 | |1992 |648 | |1993 |718 | |1994 |558 | |1995 |973 | |1996 |934 |", "L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jiddistingwix bejn persuni li jaħdmu mal-privat, il-Gvern jew Korpi Parastatali jew li jaħdmu għal rashom.", "Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm ġew boarded out skond kif talab l-Onor.", "Membru.", "SAĦĦA - SECURITY GUARDS", "W43.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Nirriferi lill-Ministru għad-domanda u r- risposta numru 2644 fejn qal illi fl-1991 u fl-1992 kien hemm għaxar security guards mad-Dipartiment tas-Saħħa u fl-1993 kien hemm 233 security guards, jista' l-Ministru jgħid x'wassal lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jimpjega 223 security guard ġdid f'sena waħda?", "Mil-liema distrett elettorali huma dawn is-security guards?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment tas-Saħħa kien ilu jaħseb mill- 1990 biex jimpjega \"Security guards\" għall-isptarijiet u l-Health Centres.", "Fil-fatt fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta' Ottubru, 1990 kien ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-kors ta' Hospital Surveillance Officers.", "Min temm b'suċċess dan il-kors kellu mbagħad japplika għas-sejħa pubblika li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta' Jannar 1992 għall-mili ta' postijiet ta' Hospital Surveillance Officers fid-Dipartiment tas-Saħħa biex ikun jista' jiġi hekk appuntat.", "Din is-sejħa ġiet ipproċessata bħas-soltu mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u fit-23 ta' Diċembru, 1992 ġew impjegati 223 Hospital Surveillance Officers.", "Il-ħatriet tagħhom ġew ipproċessati f'Jannar 1993 u għalhekk dehru bħala żieda fin-numru ta' Hospital Surveillance Officers fl-istess xahar.", "Dawn l-impjegati huma mid- distretti elettorali kif jidher hawn taħt:-", "|DISTRETT |NUMRU | |1 |11 | |2 |7 | |3 |22 | |4 |14 | |5 |26 | |6 |34 | |7 |46 | |8 |13 | |9 |6 | |10 |1 | |11 |10 | |12 |10 | |13 |23 | |TOTAL |223 |", "TAL-MAGĦLAQ L/O QRENDI - BARRIERA", "W44.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ambjent: Billi fl-1994 wara li waqa' xi ġebel ġewwa t-Tempju ta' l-Imnajdra, il-barriera \"Tal-Magħlaq\" limiti tal-Qrendi u li hija l-aktar barriera viċin it-tempji, tneħħielha jew inżammilha il- permess biex tuża furnelli għall-qtugħ tal-blat fil-barriera u billi issa f'diversi ġurnali lokali dehru artikoli fejn esperti ddikjaraw illi l-ħsara saret minħabba il-maltemp u mhux minħabba il-ħruq ta' furnelli, jidhirlu l- Viċi Prim Ministru illi dan \"l-istop order\" għandu jiġi annullat peress li minħabba din id-deċiżjoni 15-il familja sofrew danni finanzjarji kbar mingħajr ħtija ta' xejn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.", "KAĊĊA/INSIB", "W45.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u Ambjent: In vista ta l-artikolu li deher fid-9 ta' Frar ġewwa gazzetta Ingliża dwar kaċċa u insib u importazzjoni ta' għasafar ta' l-għana għall-ikel, artikolu li għamel ħafna ħsara lil Malta, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Ministeru tiegħu f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Permezz tal-High Commission ta' Malta f'Londra, il- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent nsista li d- dikjarazzjoni li saret mid-Dipartiment ta' l-Ambjent u li tagħti l-fatti kif inhuma fil-verita', tintbagħat lis-Sunday Times ta' Londra biex tiġi ppubblikata ħalli tirranġa l-impressjoni ħażina u żbaljata li ta dan l- artiklu.", "Ninsab informat li l-Kummissarju Għoli Malti f'Londra sab xi diffikultajiet biex jikkuntaTtja l-Editur, u r-rettifika li ridna nġibu ma deheritx fil-ħarġa tal-bieraħ fil-ġurnal.", "Għalissa l-Ministeru se jara x'miżuri oħra jistgħu jittieħdu.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - DIPLOMA NURSING", "W46.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna msemmija, li isimha qed jintbagħat under separate cover, ma ġietx aċċettata fil-kors tad-diploma nursing li beda f'Ottubru ta' l-1996?", "Peress li minkejja diversi talbiet din il-persuna għadha ma ngħatat l-ebda risposta bil-miktub għaliex ma ġietx magħżula minkejja li għandha il-kwalifiki meħtieġa, tista' din il-persuna tappella mid-deċiżjoni?", "Tista' din il-persuna tagħmel resit?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-persuna kkonċernata kienet diġa' qed tagħmel kors ieħor fl-Institute of Health Care is-sena ta' qabel.", "Kienet sejra ħażin u ma kien hemm xejn li juri li l-istudent kapaċi jlaħħaq ma' kors ieħor fl-istess livell.", "Kellu intervista minn bord separat, wara li kienet irrifjutata l-applikazzjoni tiegħu għall-kors tan-Nursing, u dan ikkonferma d-deċiżjoni ta' l-ewwel bord.", "Ġie nformat b'din id-deċiżjoni verbalment ftit ġranet wara u bil-miktub b'ittra fis-27 ta' Diċembru, 1996.", "It-tieni Bord li ntervista lill-istudent kien il-Bord ta' l-Appell, dan għalhekk diġa' sar.", "Ma hux il-każ ta' resit għaliex hawnhekk ma kienx hemm eżami.", "L-istudent m'għandux l-aptitude għal nurse."]} {"filename": "19970728_110d_par.doc", "date": "1997-07-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 110 It-Tnejn, 28 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 110", "It-Tnejn, 28 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "110", "It-Tnejn, 28 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 465", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 465", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 471", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 472", "AĠĠORNAMENT 498", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 504", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 515", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 109 li saret fit-28 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "WSC - SAN PAWL IL-BAĦAR - XOGĦOL FUQ MAIN", "6917.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta huwa mistenni li jsir ix-xogħol ta' resurfacing fuq il-main ta' Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar?", "X'qed iżomm milli jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Bħalissa qegħdin isiru taħditiet kordinati mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar dwar il-possibbilta' li t-triq kollha fil-wisa' tagħha tingħata wiċċ ġdid.", "F'dan ir-rigward il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qablet li tagħti kontribuzzjoni finanzjarja għall-wisa' tat-trinka.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, fil-fatt id-diskussjonijiet bejn il- Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, il-Water Services Corporation u d- Dipartiment tax-Xogħlijiet ilhom sejrin għal kważi tmien xhur.", "Jista' l- Ministru jara li x-xogħol fuq din it-triq jitlesta peress li hija t-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar u minnha jgħaddu l-karozzi tal-linja?", "Ta' min jgħid li diġa' kien hemm sospensjoni tas-servizz tal-karozzi tal-linja għal ċertu żmien u milli jidher qegħdin nerġgħu nersqu għal sospensjoni oħra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Se nressaq dan l-ilment lill-ministru konċernat.", "IMPJIEGI - NISA MIŻŻEWĠIN", "7209.", "L-ONOR.", "JOE ABELA (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn nisa miżżewġin jaħdmu part-time u fulltime sena b'sena bis-servizz ċivili u fil- privat matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm hawn koppji miżżewġin b'kollox?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): In-numru ta' nisa miżżewġin li jaħdmu fis-servizz ċivil u fil-privat f'dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:-", "|Perijodu |Fullti|Part-Tim| | |me |e | |Dicembru |11,390|N/A | |1987 | | | |Dicembru |11,615|N/A | |1988 | | | |Dicembru |11,877|N/A | |1989 | | | |Dicembru |12,193|N/A | |1990 | | | |Dicembru |12,716|N/A | |1991 | | | |Dicembru |12,767|2,702 | |1992 | | | |Dicembru |12,677|2,850 | |1993 | | | |Dicembru |12,340|3,411 | |1994 | | | |Dicembru |12,036|4,825 | |1995 | | | |Dicembru |12,158|5,616 | |1996 | | | |April |12,701|5,985 | |1997 | | |", "Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ ma żżommx statistika fuq kemm hawn koppji miżżewġin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: X'inhi l-politika tal-Gvern sabiex aktar nisa miżżewġin ikollhom l-opportunita' li joħorġu jaħdmu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Il-Gvern ma jindaħalx u dawk li jridu joħorġu jaħdmu joħorġu jaħdmu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif inhi magħmula d-domanda, din tagħmel distinzjoni bejn dawk li jaħdmu mal-gvern u dawk li jaħdmu mal-privat u l-Ministru ta ċifri globali.", "Jista' jgħidilna kemm minn dawn il-persuni jaħdmu mal-gvern u kemm jaħdmu mal-privat u x'xogħol normalment jagħmlu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nkun nista' nagħtih l-informazzjoni li qed jitlob.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiena għamilt din il-mistoqsija għas- sempliċi raġuni li nemmen li aktar ma jkun hemm nies jaħdmu, aktar se titjieb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż.", "Għaldaqstant sinċerament nixtieq inkun naf kif din il-problema qiegħda tiġi tackled mill-Gvern.", "Skond l-informazzjoni li ngħatat, f'għaxar snin kien hemm żieda ta' 1,000 mara miżżewġa jaħdmu fulltime, pero' nemmen li jekk il-Gvern ikun jista' jagħmel policy għat-tul f'dan il-qasam żgur li dan in-numru jiżdied b'mod qawwi.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, il-Gvern Laburista m'hu se jimbotta lil ħadd sabiex joħroġ jaħdem.", "Li għidna fuq in-nisa tad-dar huwa li ma nixtiqux li dawn ikollhom joħorġu jaħdmu minħabba l-għoli tal-ħajja.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ladarba l-Ministru semma l-għoli tal- ħajja, jista' jgħidilna x'inhi r-raġuni li n-nisa miżżewġa li jaħdmu fulltime komplew jiżdiedu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Beħsiebni ngħid lill-ETC sabiex tagħmel studju dwar dan il-fattur sabiex naraw x'inhi r-raġuni vera għaliex dan in-numru kiber.", "FAĊILITA' KORRETTIVA - U L-ETC", "7235.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed tagħmel l-ETC fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kompliet bil- ħidma tagħha fir-rigward tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.", "L-uffiċjal li jieħu ħsieb is-supported employment unit - kif inhija magħrufa - fi ħdan il-korporazzjoni jżur il-faċilita' minn żmien għal żmien u jintervista persuni li jkunu waslu biex jiskontaw is-sentenza tagħhom.", "Dan isir biex jinstabilhom xogħol fl-iqsar żmien possibbli.", "Biex jagħmel dan, l-uffiċjal jista' juża waħda miż-żewġ skemi li għandu għad- dispożizzjoni tiegħu, jiġifieri employment training placement scheme u l-on- line scheme.", "Fil-fatt din il-ġimgħa, persuna li għadha kemm skontat sentenza se titpoġġa fuq l-on-line scheme ma' employer bil-ħsieb li l- impjieg isir permanenti wara ż-żmien ta' taħriġ.", "F'Lulju l-ETC se torganizza kors fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol fid-diviżjoni 7 tal-Fakulta' Korrettiva ta' Kordin.", "F'Awissu se jibda kors fuq kif wieħed għandu jfittex xogħol u dwar kif iġib ruħu waqt intervista għax-xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri bħalissa l-ETC m'hi qiegħda torganizza l- ebda kors fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Qabel ma tagħmel kors trid tipprepara għalih u allura naħseb li qegħdin jppreparaw il-korsijiet li semmejt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri f'dawn l-aħħar xhur l-ETC m'għamlet l-ebda preparazzjoni jew tħejjija għal dawn il-korsijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Dan m'huwiex korrett, Madam Speaker.", "L-ETC għamlet ħafna preparamenti u għamlet ħafna korsijiet.", "ETC - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "7237.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ġie offrut lill-persuni li ġew maqtugħa mir-reġistru mill-ETC matul ix-xahar ta' Mejju minħabba li ma aċċettawx taħriġ?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm min-nies maqtugħa minħabba r-raġuni msemmija għamlu appell quddiem il-bord nazzjonali għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: It-taħriġ li ġie offrut lill-persuni li ġew maqtugħa mir-reġistru mill-ETC matul ix-xahar ta' Mejju minħabba li m'aċċettawx taħriġ hu kif ġej:", "|driver/delivery course | 7 | |office skills course | 7 | |literacy/gardening | 8 | |course | | |computer course |18 | |TIG welding course | 2 | |retail skills course | 8 | |adv. spray painting | 1 | |course | | |sage course | 3 | |wages clerk course | 2 |", "In-numru ta' persuni li appellaw quddiem il-bord nazzjonali tax-xogħol minħabba li m'aċċettawx taħriġ kien ta' 25.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru semma literacy/gardening course.", "Jista' jillumina li din il-Kamra x'tip ta' kors hu dan?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Il-gardening course ma naħsibx li għandi bżonn nispjega x'inhu - anzi naħseb li l-Onor.", "Ċensu Galea jgħallimni fuqu! - pero' l-persuni li jattendu għal dan it-tip ta' kors ikunu nies li ma jkollhom skola ta' xejn u allura jitgħallmu jaqraw u jiktbu bil-Malti u bl- Ingliż.", "UE - AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI", "7509.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti ċifri ta' kif intnefqu flus mogħtija lill-Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi mill-Unjoni Ewropea mill-1995 'il hawn?", "Lil min u għalxiex ingħataw?", "Jista' jqiegħed kopja tal-ftehim li saru bejn l-istess akkademja u l-UE fl-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Id-dettalji li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant huma kif ġej:", "(i) 30 ta' April 1996 - żjara mill-istudenti ta' kif jaħdem Brussels - ECU 13,452", "(ii) 9 ta' Lulju 1996 - żjara mill-istudenti ta' kif jahdem Brussels - Lm5819.79", "(iii)16 ta' Lulju 1996 - Euro-Med Information and Training Programme fejn tħarrġu f'Malta 'l fuq minn 100 diplomatiku barrani minn 27 pajjiz differenti - ECU 182,260 (iv) 11 ta' Dic '96 - Euro-Med Internet Forum fejn 27 ufficcju diplomatiku tal-pajjiżi membri tal-Euro-Med partnership jingħataw servizz u fejn isir zvilupp għal dawn il-membri fil-qasam tal-Internet - ECU 40,000", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll l-ittri mill-EU li jispeċifikaw il-ftehim għal dawn l-attivitajiet.", "Fil-każ taż-żjara għal Brussels tad-9 ta' Lulju, 1996 il-ftehim kien wieħed verbali bejn id-Direttur ta' l-Akkademja u d-Direttur Ġenerali I B tal-Kummissjoni Ewropea.", "ETC - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "7695.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi stħarriġ qed isir mill-ETC biex tinstab ir- raġuni għaliex in-numru ta' nies li qed jieqfu jirreġistraw minn jeddhom qiegħed dejjem jiżdied meta dan in-numru ma jaqbilx man-numru ta' nies li qed isibu mpjieg?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: L-Onor.", "Interpellant suppost jaf li informazzjoni bħal din qatt ma nġabret mill-ETC.", "Ir-raġunijiet prinċipali għal dawn huma li:", "i) il-prinċipal ta' min isib jaħdem idum ma jibgħat l-engagement form ta' l-impjegati ġodda li jimpjega;", "ii) ikun hemm numru ta' reġistranti li jieqfu jirreġistraw għal raġunijiet ta' bdil ta' status soċjali; u", "iii) ikun hemm numru ta' reġistranti li jagħżlu li jibdew jaħdmu b'mod illegali biex ma jħallsux il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "Għalhekk dejjem ikun hemm id-diskrepanzi li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.", "Minkejja dan kollu, ninsab informat li l-uffiċċjali tal-korporazzjoni qegħdin jistħarrġu mezz effettiv biex isiru tracer studies tan-numru residwu ta' nies li jieqfu jirreġistraw kull xahar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jaf il-Ministru li min jimpjega nies suppost li jinforma lill-ETC mill-ewwel ġurnata li jibdew jaħdmu?", "Jaf li suppost jieħu passi kontrihom jekk dan ma jsirx?", "Barra minn hekk, il-Ministru semma affarijiet oħra llegali.", "X'passi qed jieħu dwarhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Dwar l-ewwel parti tad-domanda naf x'irid isir daqskemm jaf l-Onor.", "Interpellant.", "Fil-fatt ladarba dan mhux qed isir, l- ETC se tesiġi li jibda jsir hekk.", "Barra minn hekk l-ETC se taħdem biex kemm jista' jkun tnaqqas l-abbuż ta' nies li m'humiex qegħdin jaħdmu bil- ktieb tax-xogħol.", "PROTOKOLL FINANZJARJU MALTA - ITALJA", "7746.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7408, jista' l-Ministru jgħid liema dipartimenti, aġenziji governattivi jew organizzazzjonijiet huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti approvati?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu maħsub li se jqum kull proġett approvat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-informazzjoni dwar min huwa responsabbli mill- implimentazzjoni tal-proġetti approvati, kif ukoll l-ammont ta' kemm huwa maħsub li se jqum kull proġett, qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PORT IL-KBIR - PJAN LOKALI", "7827.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall- ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 7572 - oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet - jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern rigward il-proposta fil-pjan lokali għall- Port il-Kbir, Floriana Policies, GF12, rigward l-introduzzjoni ta' pedestrian footbridge fi Triq Nazzjonali fil-viċinanza ta' Pjazza Robert Sammut, fil-Furjana u dwar il-possibbilta' ta' kompetizzjoni internazzjonali sabiex il-pjanti jkunu ta' l-ogħla kwalita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-proposti msemmija huma parti mill-policy li titkellem dwar l-idea li tiġi stabilita heritage trail fil-Furjana.", "Biex din l-idea taħdem aħjar u tkun aktar possibbli, il-pjan lokali jissuġġerixxi li jsir dan il-pont f'livell aktar għoli mit-triq.", "B'hekk ikun possibbli li wieħed jaqsam it-triq fil-kwiet mingħajr il-periklu tat- traffiku.", "Peress li l-pjan lokali għadu fi stadju ta' abbozz, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar qiegħda tirċievi suġġerimenti fuq il-proposti kollha li fih il- pjan, fosthom dawk imsemmija f'din il-mistoqsija.", "Għaldaqstant wara li jiġi adottat il-pjan lokali għall-Port il-Kbir, il-Gvern 'il quddiem għad irid jifformola l-proċess kif din il-policy tkun tista' tiġi attwata.", "PA - POSTIJIET SKEDATI", "7833.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7465, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li tiġi ppubblikata lista tal-postijiet kollha skedati sal-lum?", "Meta huwa maħsub li dan it-tagħrif jitpoġġa fuq il-web site ta' l- awtorita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-pubblikazzjoni se tkun parti mill-handbook.", "Sadanittant beda xi xogħol preliminari biex jitpoġġa fuq il-web site ta' l- awtorita'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jitpoġġa fuq il-web site ta' l-awtorita'?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, naħseb li l-kollega tiegħi jaf li diġa' hemm web site tal-Planning Authority fuq l-internet.", "Din hija xi ħaġa li ormai ilha li ġiet launched xi ftit xhur mhux ħażin pero' d-data eżatta ma nafx ngħidlu x'inhi.", "Jekk kemm-il darba jrid jagħmel mistoqsija aktar fid-dettall, nirrispondihielu bil-qalb kollha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Ministru semma l-handbook.", "Hemm target date għall-ħruġ ta' dan il-handbook?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Biex inkunu qegħdin niftehmu, naħseb li hawnhekk qegħdin nirriferu għall-handbook tal-policies, general conditions u proċeduri.", "Jiena nformat li dan qiegħed jiġi kkompilat b'rata mgħaġġla mhux ħażin.", "Proprju dalgħodu tkellimna fuq xi wħud minn dawn il-policies u peress li l-konċett tagħna huwa li dan ikun a loose-leaf handbook, dan ifisser li dan irid jiġi kkompilat.", "Jien ma nħobbx nagħti dati dwar meta se jkun lest għaliex dan ma jiddependix minni imma mill-awtorita' pero' qiegħed nimbotta kemm jista' jkun għax dan huwa parti mil-liġi u, biex ngħid hekk, huwa kważi l-bażi tal-ftehim tal-liġi li tagħha qiegħed nippreżenta l-emendi.", "Jiena nispera li jkun lest sa mhux aktar tard minn ġimgħatejn oħra, pero' din hija a wild guess.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li naħseb li hija idea tajba ħafna li dan il- handbook ikun loose-leaf, għax huwa l-uniku mezz effettiv kif jinżamm aġġornat, jista' l-Viċi Prim Ministru jilqa' s-suġġeriment - jekk mhux diġa' ġie kkonsidrat - li jkun hemm sistema ta' sottoskrizzjonijiet ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-emendi?", "Għaliex inkella, bħalma jiġri ħafna drabi fil-liġijiet, ħlief sistema privata mmexxija minn kumpannija privata li tagħmel l-emendi fuq sistema loose-leaf ma jkollniex.", "GĦalhekk jiena naħseb li huwa importanti ħafna li jkollna xi ħaġa ta' dan it-tip.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-idea tal-loose-leaf handbook biex kull min huwa nteressat ikun jista' jagħmel riferenza għalih naqbel ħafna magħha.", "Naqbel ukoll mas-suġġeriment li qed jagħmel il-kollega tiegħi u jekk hemm bżonn dan ninkorporawh ukoll ħalli jkun parti mill-ftehim li għad irid isir.", "B'hekk min jixtri l-handbook awtomatikament isir subscriber u jibagħtulu s-supplements.", "Dan bħalma jiġri fil-qasam ta' l-avjazzjoni - din semmejtha dalgħodu u għidt ukoll li jien authorised examiner tal-piloti - u l-Federal Aviation Authority ta' l-Amerka u s-Civil Aviation Authority ta' l-Ingilterra jibagħtulek updates kontinwi u taqla' u ddaħħal il- faċċati.", "Dan huwa suġġeriment tajjeb u naċċettah.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Apparti li kien hawn mistoqsija supplimentari rigward il-manual tal-policies li nittama li fl-aħħar joħroġ - għaliex għal mistoqsija parlamentari oħra konna ngħatajna tweġiba li se joħroġ sa l- aħħar ta' Mejju u s'issa għadu ma ġiex ippubblikat - il-lista tal- postijiet skedati tista' titpoġġa fuq il-web site li għandha l-Planning Authority?", "Li din għandha web site kont naf imma għallinqas naħseb li għandu jkun hemm daqsxejn aktar materjal li wieħed jista' juża aktar milli informazzjoni ġenerika.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, dawn huma kollha suġġerimenti tajbin u pożittivi u għalhekk li qed inżomm lura milli nagħti data dwar meta se jkun lest dan il-handbook.", "Kif kont qed ngħid dan mhux jiena nikkompilah imma qiegħed nimbotta lil min jikkompilah biex ix-xogħol isir.", "Dawn jafu li jridu joħorġuh pero' ma tistax tgħid li dan irid joħroġ sat-tali data.", "Jiena m'għandix dubju li l-Planning Authority tkun qed tismagħhom dawn l- affarijiet pero' sakemm naf li dak li qbilna fuqu fl-aħħar mill-aħħar se jkun available .....", "Jiena nemmen fit-time frames pero' ladarba dan m'huwiex isir fid-dipartiment tiegħi ma nistax nesiġi li joħroġ fit-tali data.", "F'dan il-każ, biex ngħid hekk, irrid nitlob bl-edukazzjoni kollha.", "Rigward li l-lista ta' bini skedat tkun qiegħda fuq il-web site ma narax li hemm xi problema kbira għaliex dawn diġa' huma kkompilati u kulma jrid isir huwa li jiġu mitfugħin fuq il-web site ta' l-awtorita'.", "Dan ukoll huwa suġġeriment utli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nixtieq nagħmel ukoll is-suġġeriment - j'Alla jgħaddi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar - li għal dik li hija korrispondenza mal-periti, din issir bl-E-mail.", "B'dan il-mod la naħlu karti u niffrankaw anke l-ħin.", "Naf li x-xogħol għat-trasferiment ta' l-informazzjoni għar- rigward ta' l-iskedar kif ukoll tal-manual jista' jieħu aktar ħin pero' kulma jrid isir huwa li jikkopjaw il-file fuq diskette u jitgħuh fuq il-web site.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dan li qed jgħid l-Onor.", "Pullicino aktar iġegħelni nirrifletti kemm huma bżonnjużi dawk l-emendi li qegħdin nitkellmu fuqhom għaliex dawn l-affarijiet m'għandux jidħol fihom il-ministru.", "Dawn huma affarijiet amministrattivi li jsiru minn organizzazzjoni li għandha biżżejjed knowledge tas-sistemi tal-lum bħall-internet, web sites, home pages u affarijiet bħal dawn.", "Jiġifieri din hija proċedura tagħhom u mhux tiegħi.", "Irrid ngħid li jiena għandi daqsxejn riserva fuq l-E-mail, fis-sens li din hija xi ħaġa transitorja u li tintilef jekk inti ma tipprintjahiex.", "Meta għandek l-ittri għandek il-korrispondenza reġistrata u għandek riferenza, imma jekk tkun fuq l-E-mail biss taf ma tasalx jew whatever.", "Jiena nistqarr l-injoranza tiegħi f'dan is-suġġett għaliex żgur li m'iniex xi espert tal-computer pero' fl-istess ħin dawn huma affarijiet li l-Kamra tal-Periti u l-Planning Authority - li jiena ftaħart u sodisfatt li qarribthom flimkien u suppost li jkun hemm djalogu kontinwu għaddej bejniethom - għandhom jarawhom flimkien u jekk inhi teknikament feasible u aċċettabbli li ssir, allura m'hemmx għalfejn jidħol il-ministru fiha u japprovaha hu.", "Jiena naqbel ma' l-Onor.", "Pullicino li din hija purament amministrazzjoni li trid taġġorna ruħha għas-sistemi moderni tal-lum u kemm ili fil-ministeru rrealizzajt li ħafna mill-korrispondenza ma' l-ambaxxati barra mal-ministeru ssir bl-E-mail.", "Din hija xi ħaġa tajba u żvilupp fit- teknoloġija moderna li jkun iblah min ma jtuilizzahx, imma fl-istess ħin m'għandux ikun il-ministru li jgħid lill-awtorita' li trid tikkorrispondi mal-periti bl-E-mail.", "Dawn iridu jirranġaw bejniethom huma.", "Barra minn hekk issa se jkun hemm il-users' committee fejn ir- rappreżentant tal-Kamra tal-Periti jista' jwassal dawn is-suġġerimenti u proposti u j'Alla jkun hemm qbil u jiġu adottati.", "Iktar ma jkun hemm effiċjenza aktar inkunu kuntenti lkoll kemm aħna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Brincat.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 105 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet li joħorġu mill-Att dwar il-Kumpanniji.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Memorandum u rapport dwar l-effiċjenza milħuqa mill-kunsilli lokali bejn April u Ġunju 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pjanti li juru l-plots li nbiegħu mid-Dipartiment ta' l- Artijiet bejn l-1987 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7860.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar reġistrazzjoni għax-xogħol għax-xhur bejn April u Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7951.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-23 ta' Lulju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar huwa in possession of the House.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Madam Speaker, l-aħħar li kont qiegħed nitkellem dwar dan l-abbozz ta' liġi - abbozz ta' liġi li se jġib fis-seħħ il-miżuri mħabbra fil-budget, inkluż it-twettieq tal-wegħda li kien għamel il-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni li jneħħi dawk l-anomaliji ta' ċerti persuni li kienu u għadhom igawdu pensjoni tas-servizz - kont qiegħed nelenka l-benefiċċji li dan se jagħti lill-pensjonanti.", "Kont qiegħed ngħid li dawk il-pensjonanti li l-pensjoni tas-servizz tagħhom ma kenitx taqbeż il-Lm200 fis-sena se jieħdu ż-żieda kollha dovuta lilhom.", "GĦidt ukoll li dawk kollha li kienu kkommutaw il-pensjoni privata tagħhom se jieħdu 50% tal-bilanċ tal-pensjoni li kkommutaw magħduda mal- pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "It-tielet benefiċċju li joħroġ minn dan l- abbozz ta' liġi jirrigwarda l-pensjonanti tal-gvern Malti - inkluż il- pulizija li rtiraw qabel l-1978 - li lkoll se jieħdu żieda fil-pensjoni tas-sigurta' soċjali ekwivalenti għall-ammont li jkun imniżżel fil-PI column ta' l-islip li jkun maċ-cheque.", "Pensjonanti oħrajn li kienu jaħdmu ma' entitajiet barranin, bħall-Barclays Bank, il-Cable and Wireless u r- Rediffusion, ukoll se jieħdu benefiċċji u titjib fil-pensjonijiet tagħhom.", "Essenzjalment dawn huma l-benefiċċji li joħorġu minn dan l-abbozz ta' liġi, benefiċċji li se jolqtu tajjeb ħafna lil madwar 10,500 pensjonant.", "Madam Speaker, kif issemma anke minn kelliem ta' l-Oppożizzjoni, servizz soċjali mportanti huwa l-ħolqien tax-xogħol.", "Fil-fatt fl-ewwel parti tad- diskors tiegħi jiena għamilt enfasi li wara kollox is-saħħa tal- pensjonijiet tiddependi fuq kif tkun sejra l-ekonomija.", "Dan aħna nirrikonoxxuh u għalhekk nerġgħu ntennu l-impenn tagħna li ntejbu u nsaħħu l-ekonomija u noħolqu x-xogħol għaliex din verament hija miżura soċjali mportanti għall-ħaddiema kollha u anke għall-pensjonanti.", "Aħna lkoll nafu li l-pensjonijiet jiġu mill-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema u għalhekk huwa mportanti li dawn ikunu msejsa fuq workforce qawwija li tkun qiegħda tikkontribwixxi għalihom.", "Servizz soċjali ieħor daqstant importanti huwa dak li għandu x'jaqsam maż- żamma tal-kontroll tal-prezzijiet.", "Din hija miżura soċjali mportanti ħafna għaliex jekk nagħtu żidiet fil-pensjonijiet u fl-istess ħin ma nikkontrollawx l-għoli tal-ħajja, dan bil-mod il-mod ikun qiegħed inaqqar iż-żidiet fil-pensjonijiet lill-anzjani tagħna.", "Dan huwa punt importanti ħafna għaliex jekk ma nżommux kontroll fuq l-għoli tal-ħajja, nidħlu ġo ċirku vizzjuż u kull darba nżidu l-pensjonijiet.", "Dan il-punt issemma wkoll mill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni pero' huwa importanti li wieħed jiftakar daqsxejn x'sar fl-amministrazzjoni preċedenti dwar dan il-fatt u x'qiegħed isir minn din l-amministrazzjoni.", "Xi tliet snin ilu, f'wieħed mill-budgets imressaq mill-amministrazzjoni Nazzjonalista, kienet tħabbret il-miżura ta' l-iżvalutar tal-lira Maltija.", "Jiena kont ipprevedejt li din il-miżura kienet se tolqot speċjalment ħażin lill-pensjonanti, kif fil-fatt sar.", "Xi sena jew sentejn wara ddaħlet il- liġi tal-VAT li kompliet tħeġġeġ l-għoli tal-ħajja u laqtet ħażin lill- pensjonanti.", "Kien hemm ħaġa oħra li sfat ta' ħsara u li kompliet tiġġenera ambjent fejn l-inflazzjoni kienet tiġi mħeġġa.", "Dan kien il-kliem li kien jingħad min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista.", "L-attitudni tal-Prim Ministru preċedenti u ċerti kliem li kien jgħid - \"Ħa jogħlew il-prezzijiet!", "Ħa jogħlew il-prezzijiet!\" - taw sinjal lill-intrapriżi biex huma stess jiġġeneraw, joħolqu u jħeġġu l-għoli tal-ħajja.", "Dan kien kliem inflazzjonarju minnu nnifsu u fil-fatt hekk ġara għaliex sena wara l-oħra konna naraw il-prezzijiet jogħlew u jolqtu ħażin lill-pensjonanti.", "Niftakru wkoll li l-mara tad-dar dak iż-żmien kienet tingħata parir mill- Gvern Nazzjonalista li toħroġ iddur il-ħwienet wieħed wieħed u tiżen u tara liema ħanut jista' joffrilha l-aħjar prezzijiet.", "Din kienet is-soluzzjoni li kien joffri Gvern Nazzjonalista.", "B'kuntrast ma' dan, Gvern Laburista ġdid, kif wiegħed fil-programm elettorali tiegħu, mill-ewwel ħa passi biex ineħħi l-liġi tal-VAT li fl-opinjoni tagħna, kienet qiegħda żżid il- prezzijiet", "MADAM SPEAKER: Onor. Buhagiar, ippermettili.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "JOE CASSAR : Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar ikompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Din il-liġi tressqet quddiem il-Parlament u għaddiet fiż-żmien stipulat u mistennija tolqot tajjeb diversi prezzijiet.", "Immedjatament wara dan, Gvern Laburista nieda kampanja ta' tagħrif minn fuq il-media dwar il- prezzijiet li roħsu, programm li ntlaqa' tajjeb mill-konsumatur.", "Fl- opinjoni tagħna dan huwa mezz effettiv biex il-mara tad-dar u l-pensjonant ikunu jafu liema prezzijiet qegħdin jorħsu mingħajr ma joqogħdu jduru 'l hawn u 'l hemm.", "B'din il-miżura soċjali l-pensjonant u l-mara tad-dar ikunu jafu wkoll liema negozjanti qegħdin jabbużaw mit-tibdil fil-liġi.", "Dan il-programm, l-Oppożizzjoni ma qablitx miegħu u l-argument tagħha kien - fl-opinjoni tiegħi kien fraġili ħafna - li dan qiegħed jostakola n- negozju u jikxef in-negozjanti.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa argument li ma jreġix għaliex dan it-tagħrif iwassal biex il-konsumaturi u l-pensjonanti jkunu jafu min huma dawk in-negozjanti li jkunu qegħdin jabbużaw u għalhekk jevitawhom.", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni smajna wkoll li l-liġi ta' l-1989 kienet mażżra ma' għonq il-gvern.", "Dik kienet liġi li ntroduċiet il-konċett taż- żewġ terzi tal-pensoni, konċett li lanqas biss għadu daħal f'ħafna pajjiżi żviluppati Ewropej.", "Jiena nifhem għaliex l-Oppożizzoni qiegħda tgħid li din il-liġi kienet mażżra m'għonq il-Gvern.", "Kien verament pass ambizzjuż u pass kuraġġuż li gvern, hu min hu, speċjalment gvern ta' gżira żgħira bħal tagħna, ikun f'pożizzjoni li jiggarantixxi żewġ terzi tal-pensjoni.", "Kif għidt l-aħħar darba, dan kien ukoll pass kontrollat, pero' issa l- Oppożizzjoni trid tiddeċiedi jekk tridx tkompli ttejjeb il-qagħda tal- pensjonanti għaliex jgħidu li din hija liġi tajba u li se jivvotaw favuriha u fl-istess ħin jgħidu li l-liġi ta' l-1978, li kienet pass importanti u pass kbir 'il quddiem, kienet mażżra ma' għonq il-Gvern.", "Aħna kburin li kien Gvern Laburista li ressaq dik il-liġi u nirrikonoxxu li kien pass ambizzjuż, li jfisser ċerta responsabbilta' u ċertu piż fuq il-Gvern biex ikun kapaċi jikkontribwixxi u jassigura li l-pensjonanti jingħataw żewġ terzi tal-pensjoni.", "Dan huwa pass li ħa l-Gvern flimkien mal-poplu Malti u issa rridu naraw kif nikkontrollaw is-sitwazzjoni tal-pensjonijiet biex il- poplu jkun jista' jerfa' dan il-piż billi nipprovdu ekonomija tajba biżżejjed biex 'il quddiem inkunu nistgħu nkomplu nipprovdu għal dan il- fatt li l-Gvern qed jiggarantixxi żewġ terzi tal-pensjonijiet.", "Madam Speaker, din il-liġi tirrikonoxxi konċett ieħor importanti, dak taż- żewġ pensjonijiet.", "Dan huwa konċett tajjeb li jien diġa' tkellimt fuqu.", "Huwa tajjeb li jkollok national insurance li tipprovdi safety net u li tinżamm b'saħħitha billi kull employer jagħti s-sehem tiegħu lill-gvern fil- ħlas tas-sigurta' soċjali.", "Hija ħasra li għandna ħafna employers, inkluż entitajiet tal-gvern, li għadhom ma ħallsux il-kontribuzzjoni tas-servizzi soċjali, għax biex in-national insurance tinżamm b'saħħitha kulħadd irid jikkontribwixxi.", "Huwa inutli li tkun fl-oppożizzjoni bħalma ġara qabel l- 1987 u toqgħod tgħid bil-\"bolla balla\".", "Il-bolla hija mportanti għax is- saħħa tal-pensjonijiet tiddependi mill-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema.", "Dawn l-affarijiet ma jistgħux ikunu partiġjani.", "Ma tistax meta tkun fl- oppożizzjoni tgħid ħaġa u mbagħad meta tkun fil-gvern tgħid oħra.", "Huwa mportanti li n-national insurance ma tkunx abbużata.", "Sfortunatament hawn ħafna ħaddiema u pensjonanti li jaħsbu li l-gvern se jibqa' jaħleb u allura jabbużaw min-national insurance, pero' huwa mportanti li n-national insurance tinżamm b'saħħitha ħalli tkompli tikkontribwixxi biex il- pensjonanti tagħna jibqgħu jingħataw pensjoni xierqa li tkun kapaċi ssostnihom fil-ħajja rtirata tagħhom.", "Konċett ieħor importanti li qed jiġi aċċettat iżjed ma jgħaddi ż-żmien huwa dak tal-private pension schemes fejn il-ħaddiema, apparti li jkunu jħallsu l-kontribuzzjoni tagħhom tas-sigurta' soċjali, jiġu mgħarrfa bil- vantaġġi ta' sistema bħal din biex jekk ikunu jridu, mingħajr ma jiġu mġiegħla, jidħlu fi private pension scheme biex meta jirtiraw ikollhom pensjoni addizzjonali li tkompli tgħinhom fil-ħajja rtirata tagħhom.", "Dan aħna nirrikonoxxuh u nħeġġuh pero' nsostni li l-importanti hu li n-national insurance tinżamm b'saħħitha biex dawk li ma jkunux jistgħu jidħlu fi private pension schemes ikollhom il-ħajja tagħhom assigurata għax ikollhom national insurance scheme b'saħħitha.", "Madam Speaker, din il-liġi hija eżempju tas-serjeta' ta' dan il-Gvern li jagħmel dak li jwiegħed f'qasir żmien.", "Dan wegħednih, sar studju qabel l- elezzjoni, il-Partit Laburista fehem li jista' jerfa' dik ir- responsabbilta' u minkejja li sibna sitwazzjoni agħar milli pprevedejna, dik il-wegħda qegħdin inwettquha permezz ta' din il-liġi.", "Din hija liġi li kienet ibbażata fuq diskussjoni li nvolviet lil dawk kollha konċernati, speċjalment l-għaqdiet tal-pensjonanti l-iżjed rappreżentattivi f'dan il- pajjiż.", "Huwa veru li fil-bidu l-konċett ta' din il-liġi kien ristrett għal ċerta sezzjoni ta' pensjonanti imma wara s-suġġerimenti li saru mill- għaqdiet tal-pensjonanti sar tibdil fil-liġi biex jiġu akkomodati n-nies kollha nvoluti u ma jkun hemm diskriminazzjoni ma' ħadd.", "Dan huwa wkoll xempju tal-pragmatiżmu li aħna kapaċi niddiskutu mas-sezzjonijiet involuti fil-pajjiż u ninsabu lesti li nqisu s-suġġerimenti li jsiru minn kulħadd, hu min hu, sakemm ikunu aċċettabbli u vantaġġużi.", "Din hija liġi realistika li tieħu konjizzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż.", "Jiġifieri l-vantaġġi kollha li qegħdin inwiegħdu lil dawn in- nies se jingħataw gradwalment biex il-pajjiż ikun jista' jaċċerta ruħu li jiflaħ għall-piż finanzjarju ta' dawn il-pensjonijiet.", "Din hija liġi li ntroduċiet il-konċett tal-pensjonijiet addizzjonali, konċett li aħna naqblu miegħu u minn hawnhekk insostni li għandna nkomplu nagħtu mportanza lill- iskema nazzjonali tas-saħħa bħala l-aktar skema li tagħti sostenn lill- pensjonanti tagħna.", "Din il-liġi ilha mistennija minn eluf ta' pensjonanti mill-1987 fejn, kif spjegajt qabel, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika ta' dak iż-żmien, biex jiggarantixxi żewġ terzi tal-pensjoni lil kulħadd, il- Gvern Laburista ma setax jagħti pensjoni addizzjonali lill-pensjonanti tas- servizzi Ingliżi.", "Issa ż-żmenijiet tbiddlu u l-Gvern fehem li jiflaħ għal dak il-piż u għalhekk qegħdin nagħmlu dawn il-wegħdiet.", "Din il-liġi hi aċċettata minn kulħadd - dan huwa punt kardinali - mhux biss mill-pensjonanti nvoluti imma anke mill-għaqdiet nazzjonali tal- pensjonanti.", "Jien ġejt informat minn wieħed minn dawn il-membri li kellhom joħorġu stqarrija proprjament biex jagħtu appoġġ lil din il-liġi.", "Sfortunatament, minkejja li ngħatajt din l-informazzjoni, din l-istqarrija għadni ma rajthiex fil-media.", "Din il-liġi hija aċċettata anke min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u minkejja l-kritika fjakka li saret min-naħa tagħhom qed jgħidu li se jivvotaw favur tagħha.", "Jien ma nistax nara kif jistgħu jagħmlu mod ieħor għax, kif diġa' għidt, din hija liġi fejjieda li se tgħin lil ħafna pensjonanti.", "GĦad jgħaddi ż-żmien u din il-liġi tibqa' tissemma' bħala liġi mportanti fil-qasam tal-pensjonijiet pero' hija addizzjoni għal liġi iżjed importanti li kienet daħlet fis-seħħ fl-1987.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li din m'hijiex liġi ta' ftit ċenteżmi, bħalma pprova jindika l-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni għas-sigurta' soċjali, l-Onor.", "Lawrence Gonzi, imma hija liġi li se tpoġġi Lm1.5 miljun fil-bwiet tal-pensjonanti li ilhom għal snin twal jistennew dawn iż-żidiet.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jekk ħarġet frażi tajba minn dan id-dibattitu kienet dik li għadu kemm qalilna l-Onor.", "Buhagiar li dawn huma affarijiet li ma jistgħux ikunu partiġjani.", "Dan kien kumment tajjeb min-naħa ta' l-Onor.", "Buhagiar imma ftit wara għarrqu billi qal li min-naħa tagħna saret kritika fjakka u affarijiet bħal dawn.", "Il-ħidma fil-qasam soċjali hawn Malta la bdiet issa, la bdiet fl-1948 u lanqas waqfet fl-1979, imma nbdiet mill- ewwel gvernijiet Maltin.", "Jekk l-Onor.", "Membri jqallbu ftit id-dibattiti ta' dan il-Parlament u jmorru għall-1921 isibu liġi soċjali oħra dwar il- kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Din il-ħidma fil-qasam soċjali tkompliet minn kull gvern Malti kif naħseb li se tkompli fil-ġejjieni.", "Ħadd m'hu se jaqta' qalbu u kulħadd se jagħmel għall-ġid ta' ħutu Maltin.", "Din hija ħidma tal-bniedem għall-bniedem u l-bniedem hawnhekk m'huwiex biss iċ- ċittadin.", "Illum nisimgħu ħafna l-kelma \"ċittadin\", imma din tfisser xi ħaġa?", "Il-bniedem jgħix il-ħajja tiegħu fil-familja, fuq il-post tax-xogħol u jieħu sehem f'għaqdiet u għalhekk m'għandniex naraw biss ir-rabta bejn il- bniedem u l-Istat u nibqgħu nagħfsu fuqha għax din hija xi ħaġa differenti għal kollox.", "Il-bniedem huwa xi ħaġa aktar minn ċittadin għax jgħix f'soċjeta' li għandha l-jeddijiet u d-dmirijiet tagħha u l-Istat ma jistax joħnoq lis-soċjeta'.", "Wieħed irid iqis dak li jgħid dwar il-ħidma soċjali li kull gvern li kien hawn f'Malta dejjem ħadem fuqha.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu nsemmu ħafna kliem żejjed - kliem bħal kritika fjakka, barrin, deżert, kukkudrilli, nasba - għaliex hawn ġew kulħadd għandu jiġbed ħabel wieħed u kulħadd għandu jagħmel dmiru bħalma għamlu dawk ta' qabilna u kif ninsab ċert li se jagħmlu dawk ta' warajna.", "Hawn ġew ħadd m'għandu jaħseb li hu taż-żonqor għax qiegħed fejn qiegħed illum.", "Aħna bnedmin bid- difetti tagħna bħal ħaddieħor, dejjem nagħmlu dak li nistgħu imbagħad il- poplu jagħmel ħaqq fuqna.", "Madam Speaker, fl-għanijiet u r-raġunijiet ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tissemma t-tneħħija ta' ċerti anomaliji li skond kif qed nifhem ġabithom il-liġi ta' l-1979.", "Irrid ngħid li biex tinħoloq l- ugwaljanza u ssir il-ġustizzja soċjali l-Gvern għandu jgħolli lil kulħadd u ma jbaxxi lil ħadd - dak li bl-Ingliż isejħulu levelling għax fil-ġrajja ta' l-Ingilterra darba kien hemm dawk li jsejħulhom il-levellers - l-għan tal-Gvern m'għandux ikun li jniżżel lil xi ħadd imma li jgħolli lil kulħadd.", "Jekk ekonomija tibda tmur ħażin m'għandhomx ibatu s-servizz soċjali.", "Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Buhagiar li għaqqad dawn iż-żewġ affarijiet flimkien, qishom is-servizzi soċjali jiddependu minn kif tmur l- ekonomija.", "Irridu noqogħdu attenti ħafna minn dan il-konċett u rridu naħarbu minn din l-idea.", "L-idea ta' soċjeta', ta' wens u sedqa, u ta' welfare society hija ferm ogħla minn dan il-konċett u rridu noqogħdu attenti għal kif inpoġġu l-kliem bejn dawn iż-żewġ affarijiet.", "Illum il-qasam soċjali m'għandux jaqa' taħt il-ħakma ta' politika partiġjana li tħares lejn l-Istat bħala missier ta' saħħa kbira li kollox jaqa' taħtu, li kollox imexxi hu u li jagħraf waħdu x'inhuma l-ħteġijiet soċjali tas-soċjeta' Maltija.", "Din hija sistema paternalistika li tħares lejn il-bniedem bħala ċittadin li kull tant żmien jiddobba servizz tas- saħħa u flus biex jgħix.", "Fl-agħar tagħha din is-sistema toħloq patronaġġ politiku sħiħ fejn it-tqassim ta' servizzi soċjali u affarijiet oħra jsiru logħba politika li tħares lejn il-qasam soċjali bħala monopolju ta' xi partit.", "Nerġa' ngħid li kull partit f'Malta ħadem fil-qasam soċjali u ħadd m'għandu - (Interruzzjonijiet) lanqas l-Onor.", "Lino Spiteri! - jaħseb li hawn ġew xi ħadd minna huwa kollox.", "Jiddispjaċini ngħid li f'dan il-pajjiż hawn ħaġra taż-żonqor li tfixkel ħafna.", "Dan huwa l-paternaliżmu li ħafna drabi huwa marbut mal-kult tal-personalita'.", "Huwa marbut ma' min jipprova jaħtaf għalih il-qasam soċjali u jaħseb li qed jagħmel kollox hu.", "Il- bniedem li jeħtieġ l-għajnuna jista' jidħol fin-nasba tal-paternaliżmu.", "Għalkemm il-kelma paternaliżmu ġejja mill-kelma pater, li tfisser missier, f'dan il-każ m'huwiex każ ta' missier ħanin għax jeżisti wkoll il- paternaliżmu politiku.", "Dawn huma diskorsi li jpoġġu l-iżvilupp soċjali bħala ġlieda bejn twemminijiet politiċi differenti.", "Naħseb li dan iż-żmien illum għadda.", "Paternaliżmu ieħor jintlagħab fuq il-palk fejn hemm min jaħseb li kollox huwa f'idejh, jista' jagħmel kollox u jaħseb li sar sultan.", "Imbagħad hawn il-paternaliżmu burokratiku li ħafna drabi jfixkel il- welfare state, joħloq ineffiċjenza, iġib ħela ta' riżorsi u jnissel dewmien u tbatija.", "Punt ieħor huwa li s-solidarjeta' ma tfissirx karita'.", "L-għaqda bejn l- aħwa m'għandhiex ittella' fuq it-tron lil xi ħadd li jaħseb li huwa ħuna l- kbir jew xi ħadd li għax qed iqassam jaħseb li qed imexxi kollox hu u ħaddieħor qablu m'għamel xejn.", "Aħna lkoll bnedmin, kulħadd jagħmel kulma jista' u ħadd m'għandu joqgħod jgħolli rasu biex jieħu xi ġieħ jew xi midalja.", "Il-ħsieb ta' kull gvern irid jissarraf f'ħidma li tqiegħed fiċ- ċentru ta' l-iżvilupp soċjali l-bniedem, l-familja u l-komunitajiet differenti f'Malta u f'Għawdex.", "Ħafna drabi din in-naħa għamlitha ċara li temmen u emmnet fil-welfare society.", "Illum jissemma l-welfare network li huwa ħaġa differenti mis-safety net li semma l-Onor.", "Buhagiar.", "Is-safety net safejn naf jien kien kiteb ktieb dwaru Heinrich Böll, u jekk irid l- Onor. Buhagiar nista' nislifulu ħalli jaqrah.", "Dan ma tantx hu wieħed mill- aħjar xogħlijiet tiegħu.", "Fl-amministrazzjoni l-oħra sar ħafna fil-qasam soċjali.", "Sar ħafna, per eżempju, fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam tas- sigurta' soċjali, fil-qasam tas-servizzi soċjali personalizzati - u importanti l-kelma personalizzati - fil-qasam ta' l-anzjani, fil-qasam tad- diżabilita', fil-qasam tan-nisa u fil-qasam tad-droga.", "Sar ħafna imma nittama li m'hawn ħadd li jaħseb li sar kollox.", "Trid tkompli tinbena welfare society b'aktar wens u sedqa.", "Illum għaddejjin mill-welfare state għall-welfare society.", "Il-konċett ta' welfare state illum huwa pjuttost antikwat.", "Gvern modern m'hemmx għalfejn isemmih.", "L-Istat waħdu ma jistax jieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta' kull wieħed u waħda minna, kif kien jagħmel il-welfare state, li wkoll kellu ħafna tajjeb.", "Soċjeta' għaqlija msejsa fuq is-solidarjeta' hi soċjeta' fejn kulħadd jagħti kas ta' kulħadd.", "Hija soċjeta' mhux biss ta' ġirien imma ta' aħwa bnedmin, li ma twarrab u ġġenneb lil ħadd.", "Hija soċjeta' li trid tilħaq lil min għadha ma laħqitx u li jista' jkun li mingħajr ma taf tixlih u tgħaddi l-ħaqq fuqu.", "Soċjeta għaqlija msejsa fuq is-solidarjeta' hija soċjeta' li ssib l-għodda fejjieda li teħtieġ ta' kuljum biex twettaq dmirha.", "Hija soċjeta' li tissieħeb fl-għaqda, tistinka u ma toqgħodx biss tħares lejn il-Gvern biex isib tarf tal-problemi.", "Hija soċjeta' li ma tħallix lil min imur lejn ix-xifer, tkun proattiva, ma toħloqx iħirsa u ma tgħajjar lil ħadd parassita.", "Dan huwa konċett differenti minn dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Buhagiar dwar il-private pension scheme.", "Jien mhux qed ngħid fuq privatizzazzjoni hawnhekk jew fuq min jista' jħallas għall- pensjonijiet l-oħra.", "Din hija ħaġa kompletament differenti mill-welfare society.", "Jien qed nipprova nfiehem mill-aħjar li nista' l-konċett li s- soċjeta' għandu jkollha konċett imsejjes fuq is-solidarjeta' u s-servizzi soċjali għandhom jibqgħu personalizzati.", "Kien hemm żmien meta xi wħud dan ma kenux jemmnu fih għax baqgħu marbuta ma' l-idea ta' welfare state, li min hu fuq iqassam il-flus lil ta' taħtu.", "Kull bniedem għandu l-ħtiġijiet tiegħu.", "Ħafna drabi mhux il-flus importanti imma li bniedem tmur għandu direttament u tmur għandu bħala bniedem.", "Lanqas bil-badge ta' social worker ma trid tmur għand in-nies.", "Aħjar tmur għandhom bħala bniedem, għax tagħmel iktar ġid.", "Għalhekk huwa ta' ħtieġa li t-taħriġ professjonali tas-social workers jibqa'.", "Għalhekk xi snin ilu twaqqfu servizzi ġodda bħal taqsima dwar vjolenza domestika, taqsima għall-ħarsien tat-tfal, taqsima għall-żvilupp fil-komunita', twaqqif tal-programm ta' ħidma soċjali u sar titjib fil-kondizzjonijiet tax- xogħol u ta' min jaħdem f'dan il-qasam.", "Sar investiment qawwi fl- Universita' fit-taħriġ ta' professjonisti biex jaħdmu f'dan il-qasam.", "Twettqu wkoll proġetti b'għaqdiet volontarji.", "Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali hawn ġew wiegħed kondizzjonijiet aħjar għall-casual social assistants li jaqgħu taħt il-kategorija ta' nies li jaħdmu għal rashom.", "Il- Ministru hawn wiegħed li se jtejbilhom il-kondizzjonijiet tax-xogħol peress li għolitilhom il-bolla.", "Il-Ministru hawnhekk wiegħed li se jgħin lil dawn il-ħaddiema imma s'issa, safejn naf jien, għadu ma sar xejn u nittama li ssir.", "Punt ieħor li xtaqt nsemmi huwa rigward il-figura ta' Lm200 li qed tissemma.", "Forsi kieku għamilniha li minn jaqla' aktar minn daqshekk jieħu proportionately inqas kienet tkun miżura aħjar milli dak li jkun jibqa' barra għal kollox.", "Jien mgħarraf li hawn ħafna ħaddiema, per eżempju, tat- Tarzna li minħabba din il-figura se jibqgħu barra.", "Qed issir ħaġa tajba imma naħseb li setgħet saret aħjar fis-sens li, kif se jgawdu ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Bank of Valletta u mar-Rediffusion, stajna naraw li fix- xibka naqbdu numru akbar ta' pensjonanti.", "Nafu li min għandu dan l-ammont illum għandu ċerta eta' u m'hemmx dubbju li huma ftit dawk in-nies li għandhom din l-eta' u ma naħsbix li kienet se tqum ħafna flus lill-gvern kieku estenda din il-miżura għal nies oħra.", "Huwa importanti li niżviluppaw infrastruttura ta' teknoloġija u infrastrutturi oħra imma huwa mportanti wkoll li niżviluppaw l- infrastruttura soċjali biex l-iżvilupp ekonomiku jissaħħaħ.", "Min jargumenta li jrid jibni ekonomija b'saħħitha biex wara joħloq is-servizzi soċjali meħtieġa jista' jiftiehem li qed jgħid li l-iżvilupp soċjali qiegħed biex dejjem jerda minn fuq l-iżvilupp ekonomiku.", "Ħafna pajjiżi fid-dinja malli jsibu ruħhom darhom mal-ħajt l-ewwel ma jagħmlu huwa li jnaqqsu s-servizzi soċjali.", "Dan huwa ħażin.", "Fuq dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Buhagiar, jien għalhekk għidt li jekk ngħaqqdu dawn l-ideat flimkien nistgħu naslu għal tifsira jew riżultat li ma jkun jogħġob lil ħadd u li jaffettwa ħażin lil sezzjoni tal-popolazzjoni.", "Bniedem jista' jkun maqtugħ mill-komunita' minkejja li jkun qed jirċievi servizz u flus mill-Istat.", "Il-komunita' hija ċ-ċentru tad-demokrazija.", "Din hija importanti għax, kif qal Alexis De Toqueville fil-ktieb tiegħu \"Democracy in America\", id-demokrazija tinbed fil-komunita'.", "Dan l-awtur Franċiż kien mar l-Amerka u kien impressjona ruħu bil-mod kif kienet taħdem din il-komunita' ġdida li kienet qed tinbena.", "(Interruzzjonijiet).", "Jekk trid ngħidlek iżjed fuqu u fuq l-antenati tiegħi.", "Dan miet fil-battalja ta' Hastings.", "In-nies li nagħtuhom laqam jistgħu jitħallew barra mis- setgħa, mill-ħarsien u mill-ħajja tal-komunita' imma l-aktar importanti hu li jkunu parti mill-komunita' u jieħdu sehem fil-ħajja ta' kuljum tal- komunita'.", "Hawn min b'mod erojku jsib it-triq hu stess.", "Is-soċjeta titfgħu barra imma hu jkollu forza qawwija fih li jerġa' lura lejn il-komunita' u jsir membru sħiħ.", "Mhux kulħadd jiġrilu hekk fid-dinja u għalhekk il-bnedmin iridu jingħaqdu flimkien biex jgħinu lil xulxin.", "Ħadd ma jista' jippretendi li qed iqassam, li hu kollox u li hu qiegħed f'qagħda li jista' jgħin lil kulħadd.", "Dan kulħadd irid jgħin lil xulxin flimkien.", "Għalhekk hija meħtieġa s-solidarjeta'.", "Għalhekk huma meħtieġa l-welfare society u l-welfare network.", "Il-welfare state għamel ġid imma dejjem tagħmel iktar ġid il-komunita' li tagħraf id-dinjita' u l-ħila ta' kull bniedem.", "Komunita' li taf tafda, tilqa' lil kulħadd u ma tieħu setgħa fuq ħadd hija xibka ta' rabtiet bejn il-bnedmin, fejn kull bniedem jilħaq il-milja tiegħu.", "Din hija l-idea li din in-naħa temmen fiha.", "Hija idea ta' welfare society, jiġifieri soċjeta' bbażata fuq is-solidarjeta', li mbagħad tgħaddi fuq is-sussidarjeta', fejn il-gvern m'għandux kollox f'idejh.", "Din semmiha l-Onor.", "Buhagiar u mhux jien.", "Trid tkun soċjeta' li safejn tista' tasal biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-bniedem, tifhem li hija magħmula mill-bnedmin, tifhem id-difetti tagħha, ma tgħajjar lil ħadd u taħdem għall-ġdid ta' kulħadd.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, fil-fehma tiegħi wieħed ma jistax jiddiskuti liġi bħal din mingħajr ma jħares ukoll lejn diversi aspetti storiċi.", "Minn banda għandna l-mod li bih evolviet il-politika Nazzjonalista dwar is-servizzi soċjali minn waħda ta' ostilita' ċara għal waħda li trid turi li qed ittellaq mal-politika soċjali tal-Gvern Laburista.", "Mill-banda l- oħra għandna l-aspett l-ieħor, jiġifieri l-qagħda attwali meta ġiet biex tagħlaq il-bażi militari Ingliżi f'pajjiżna 18-il sena ilu.", "Din kienet ħaġa li ovvjament laqtet direttament lin-nies li qed nindirizzaw bil- leġislazzjoni li għandna quddiemna llum.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Gonzi jgħid li Malta llum għandha politika soċjali grazzi għad-diversi amministrazzjonijiet.", "Hekk għandu jkun iżda bl- umilta' kollha nħoss li huwa argument xi ftit fallaċi.", "Dan għax jagħti l- impressjoni żbaljata li l-unika differenza li kien hemm tul is-snin bejn iż- żewġ naħat kienet biss waħda ta' enfasi.", "Għalkemm jien normalment inħares iktar 'il quddiem milli lura ma nistax ma nsemmix każi - li huma on record - fejn bniedem bir-raġun kollu kien jistaqsi lilu nnifsu jekk tal-Partit Nazzjonalista fl-imgħoddi kenux verament jaqblu mas-servizzi soċjali.", "Ħamsin sena ilu, per eżempju, il-ġurnal Nazzjonalista \"La Patria\", kif ukoll diversi kelliema tal-Partit Nazzjonalista, kienu żammew lura milli jħallu lilhom infushom jiġu nterpretati bħallikieku jridu japprovaw il- pensjoni tax-xjuħ u l-liġijiet soċjali fuq bażi ta' servizz statali.", "Għalkemm wieħed kellu kull dritt li ma jaqbilx mal-mod li bih iddaħħlet il- liġi taż-żewġ terzi fil-pajjiż, wieħed irid iżomm f'moħħu li sakemm iddaħħlet il-ħaddiem Malti ma kellu l-ebda garanzija ta' pensjoni ta' żewġ terzi tal-paga tax-xogħol li jkun ħalla.", "Is-sistema tal-pensjonijiet hija waħda mill-aqwa kisbiet tal-bniedem modern.", "Dan għadu jiftakar kif fl-imgħoddi mhux tant 'il bogħod, l-anzjani kienu fost dawk il-klassijiet li damu ma kisbu u gawdew mill-kisbiet ta' bniedem modern f'dik li hija paga u f'dawk li huma kondizzjonijiet tax- xogħol.", "Għadni niftakar qisu l-bieraħ, deputat żagħżugħ Nazzjonalista jitkaża li s-soċjalisti Maltin jaljenaw lill-poplu mill-veri valuri billi joffrulu titjib materjali biss.", "Għalkemm illum l-Onor.", "Eddie Fenech Adami jitkellem mod ieħor, anke hu xi 20 sena ilu kien esprima ruħu f'mod ċiniku dwar dan is-suġġett.", "Jekk niftakar tajjeb hu kien ġie rrapportat li fl- Lulju ta' l-1978 qal li l-Prim Ministru Laburista fil-meetings kien isemmi biss iż-żidiet fil-pagi u l-pensjonijiet għaliexjemmen f'dak li kienu jgħidu r-Rumani, panem et circenses, jiġifieri lill-poplu tagħtih l-ikel u żżommu miegħek.", "Anke meta l-ispiża fuq is-servizzi soċjali kompliet tiżdied tul is-snin ta' amministrazzjoni Laburista kien hemm min tkaża li veru li l- Gvern Laburista tejjeb is-servizzi soċjali iżda din l-ispiża għal dan is- servizz ġiet minn demm il-poplu Malti u Għawdxi.", "Anke jekk għall-mument ninsew x'intqal tul is-snin naħseb li hemm kunsens li s-servizzi soċjali kienu ġew ittraskurati fis-snin sittin u fil-bidu tas- snin sebgħin.", "Se nispjega għaliex qed ngħid li kien hemm kunsens, Madam Speaker.", "\"In....", "Tagħna\", l-organu uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, kien ammetta li mill-Indipendenza ta' l-1964 sa l-1971, minħabba, skond huma, l- aċċent li kien hemm fuq l-industrija u l-investiment, il-politika soċjali kienet xi ftit ittraskurata.", "Hawnhekk mhux qed nikkwota minn \"l-orizzont\" jew xi ġurnal uffiċjal tal-Partit Laburista imma qed nikkwota l-organu uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan jammetti li minħabba prijoritajiet oħrajn, il-Gvern Nazzjonalista kien ittraskura l-politika soċjali bejn l- 1964 u l-1971.", "Jien ngħid li anke fil-manifest elettorali ta' l-aħħar elezzjoni, jien ngħid li ż-żewġ partiti wrew diverġenzi fundamentali dwar din il-kwestjoni tal-pensjoni għan-nies tas-servizzi.", "L-MLP tkellem ċar mingħajr tlaqlieq u wiegħed dak li qed iwettaq illum.", "Din il-wegħda saret wara jiem sħaħ ta' diskussjoni interna.", "Aħna mhux kemm qbadna u wegħdna bl-addoċċ fil- manifest tagħna għax niftakar li kellna laqgħat intensivi ta' l-eżekuttiv.", "Iltqajna diversi drabi s-Sibt fil-għodu u meta ddiskutejna din il-wegħda ridna nkunu ċerti li se nagħmluha.", "Tant konna ħadna din il-wegħda bis- serjeta' li konna ħadna ħsiebha wkoll b'mod xjentifiku.", "Konna għamilna l- costings tagħha biex inkunu ċerti li hija wegħda li l-Partit Laburista, meta jkun fil-gvern, kif fil-fatt huwa fil-gvern illum, ikun f'pożizzjoni li jonoraha.", "Din ma saritx bħala gimmick sempliċement biex jintrebah xi vot 'l hinn u 'l hawn.", "Issa ħalli naraw x'kienu qalu tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni.", "Jien dan il-weekend kont qed inqalleb ftit u fittixt il-manifest tal- Partit Nazzjonalista.", "Sibt li kulma qalu kien li", "\"Fl-eżerċizzju ta' analisi u tfassil ta' soluzzjonijiet il-Gvern iwettaq ...\"", "- jiġifieri kieku tela' l-Gvern Nazzjonalista -", "\" ... flimkien mal-partijiet soċjali u organizzazzjonijiet oħra, evalwazzjoni ta' l-impatt finanzjarju tat-tneħħija tal-pensjoni tas- servizzi mill-kalkolu għall-finijiet ta' l-għoli tal-pensjoni tas- sigurta' soċjali u jiġu mistħarrġa l-implikazzjonijiet tat-twettiq tas- soluzzjonijiet possibbli.\"", "Mela fi kliem ieħor, min-naħa kellek wegħda ċara Laburista, filwaqt li min- naħa l-oħra kellek wegħda biss tal-Partit Nazzjonalista li jagħmel analisi, li jagħmel tfassil u li jagħmel stħarriġ ta' l-implikazzjonijiet mingħajr ebda rabta' tat-twettieq tal-wegħda nnifisha.", "Dak li qed tipproponi l-liġi tal-lum mhux biss huwa konsistenti mal-programm elettorali Laburista iżda huwa wkoll konsistenti mad-diskors tal-budget ta' l-1997 fejn il- predeċessur tiegħi, l-ex-Ministru Spiteri, kien qal żewġ affarijiet, fost affarijiet oħra.", "Fid-diskors tal-budget, il-ministru tal-finanzi kien qal li ż-żidiet mogħtija fil-budget b'kumpens għall-għoli tal-ħajja jkunu riflessi bi proporzjon stabilit mil-liġi tas-sigurta' soċjali fuq il-pensjonijiet u l- għajnuna soċjali.", "Min-naħa l-oħra l-Gvern kien qiegħed iwiegħed li mill-1 ta' Ottubru ta' din is-sena se tinbeda l-ewwel fażi biex pensjonanti li jgawdu l-pensjoni tas-servizzi Ingliżi u li sarilhom tnaqqis mill-pensjoni tagħhom tas-sigurta' soċjali, dawn biż-żmien jaslu biex jieħdu din l-aħħar pensjoni sħiħa u bla ebda tnaqqis.", "Filwaqt li fir-rigward ta' l-ewwel proposta l-emendi rilevanti fil-liġi tas-sigurta' soċjali qed ikunu mressqa issa biex jagħtu saħħa legali għal dak li diġa' sar fir-rigward tal- pensjonijiet, il-Gvern Laburista qed jipproponi, permezz ta' dawn l-emendi fil-liġi tas-sigurta' soċjali, biex inaqqas gradatament sakemm jinnewtralizza l-anomaliji fil-ħlas tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali ta' dawk li fl-istess ħin qed jirċievu l-pensjoni tas-servizzi Ingliżi.", "Jien kif għidt fil-bidu ta' l-intervent tiegħi, Madam Speaker, naħseb li nkunu qed nonqsu jekk ninjoraw l-isfond storiku ta' l-1979 u rridu nħarsu lejh b'mod oġġettiv u mhux inħarsu biss lejn, is-sabih tiegħu.", "Dak iż- żmien kellek pensjonanti tas-servizzi Ingliżi li kienu sfurzati li jtemmu l- impjieg tagħhom bl-għeluq tal-bażi Ingliża f'Malta.", "Dawn tilfu potenzjal ta' impjieg aktar fit-tul mal-gvern Ingliż sa l-eta' tagħhom ta' l- irtirar.", "Kellek ukoll l-impjieg tal-ħaddiema li kienu jaħdmu mas-servizzi Ingliżi li tilfu x-xogħol b'deċiżjoni konxja u deċiżjoni politika, il-biċċa l-kbira minnhom numru ta' snin qabel ma laħqu l-eta' tal-pensjoni li kienet ta' 60 sena.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-impjegati ċivili mas- servizzi Ingliżi għandhom żewġ skemi ta' pensjoni.", "Waħda jeħduha dawk li jkunu ġew stabiliti fuq bażi ta' servizz u li l-biċċa l-kbira minnhom ma jkunux industrijali; din hi kkalkolata fuq Lm1 għal kull Lm80.", "It-tieni skema ta' pensjoni hija dik imsejħa l-Malta pension scheme, li jeħduha l- ħaddiema li kellhom mhux inqas minn 25 sena servizz.", "Il-pensjoni ta' dawn ġiet ikkalkolata fuq Lm1 għal kull Lm200 għal kull sena servizz.", "Wieħed irid jissottolinea l-fatt li minħabba fiċ-ċirkostanzi li kienu jipprevalu dak iż-żmien, dawn il-ħaddiema meta spiċċaw mix-xogħol bis-sensja ma marrux fuq xogħol ekwivalenti għal dak li kellhom iżda marru fuq xogħol bi ħlas inqas ħafna minn dak li kellhom.", "Jekk irridu nsemmu l-isfond storiku b'mod oġġettiv irridu insemmu s-sabih u l-ikrah ukoll, jiġifieri l-aspetti li kienu ġew iddettati mill-qagħda ekonomika ta' dak iż-żmien stess.", "Irridu nsemmu wkoll l-isfortuna l-oħra li kienet messet lil dawn in-nies.", "Barra milli ġew mgħotija xogħol b'paga inqas minn dik li kellu unskilled labourer mal-gvern, ġew imtellfa d-dritt ta' pensjoni tat-Teżor allavolja kienu jaħdmu mal-gvern jew ma' korpi parastatali qabel l-1979.", "Ħaġa oħra li kienet laqtithom kienet li naqsu milli jieħdu pensjoni bbażata fuq l-aħjar tliet snin fl-aħħar għaxar snin.", "Dawn tilfu d-dritt li jieħdu pensjoni bbażata fuq il-paga u s-salarju li kellhom qabel ma ħadu s-sensja.", "Dan minkejja li dawn, fil-biċċa l-kbira tagħhom, kienu jagħmlu xogħol ferm ogħla minn dak li kienu jitħallsu għalih.", "Ħaġa oħra li laqtithom ħażin kienet li fil-maġġoranza tagħhom ġew issensjati qabel ma għalqu l-50 sena bil-konsegwenza li dawn mhux biss tilfu l-impjieg, il-pagi u l- kondizzjonijiet tax-xogħol ħafna aħjar milli kellhom il-ħaddiema tal-gvern, imma tilfu wkoll id-dritt ta' pensjoni ogħla bbażata fuq pagi ogħla u maħduma fuq għaxar snin jew aktar.", "Biex ma niġix miżinterpretat, dan qed ngħidu mhux biex niċħad jew inċekken l-iżviluppi storiċi ta' dak iż-żmien imma qed ngħidu għal raġuni waħda biss, ċioe' biex nuri kemm il-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi jinsabu f'kategorija unika u f'kategorija speċjali.", "Fl-aħħar nett ta' min ifakkar li dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom kienu qed jaraw is-sors ta' l-għajxien tagħhom jispiċċa iżda xorta waħda baqgħu leali lejn it-tmexxija tal-pajjiż.", "Indunaw li t-tmexxija tal-pajjiż ma kellhiex quddiemha interessi partiġjani imma kellha l-għan strateġiku li teħles lil gżiritna mill-ħakma barranija, kif effettivament għamlet fl- 1979.", "Illum irridu nżommu f'moħħna li l-pensjoni tas-servizz tagħhom fl- ebda waqt ma nħadmet fuq aktar minn 50% tas-salarju li rtiraw bih, għalkemm mill-banda l-oħra l-pensjoni tas-servizz tagħhom setgħu - u jibqgħu jistgħu - jikkommutawha fi kwalunkwe waqt sa 100% u li din il-pensjoni tiġi updated kull darba li l-gvern Ingliż jagħti żieda b'kumpens għall-għoli tal-ħajja.", "Irridu wkoll inżommu f'moħħna li din il-pensjoni tas-servizz ittieħdet in konsiderazzjoni meta l-pensjonanti ħadu l-pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "Fil-fatt il-pensjoni tas-servizz ittieħdet:", "(a) bħala mhux ikkommutata;", "(b) wara s-6 ta' Jannar, 1996 ittieħdet netta minn kwalunkwe kumpens mogħti mill-gvern Ingliż għall-għoli tal-ħajja; u", "(ċ) wara l-istess data, (i) fejn il-pensjoni kienet ġiet ikkommutata kollha, bħala 50% tal- pensjoni riċevuta; u (ii) fejn il-pensjoni kienet ġiet ikkommutata biċċa minnha biss, u jekk il- pensjonant kien għalaq 72 sena, bħala 50% tal-parti kkommutata.", "Jekk nieħdu l-emendi proposti mill-Onor.", "Edwin Grech wieħed isib li ttieħdu miżuri biex il-Gvern jibda jneħħi l-anomaliji msemmijin; l- ewwelnett ma' dawk li laħqu kkommutaw il-pensjoni kollha tas-servizz, issa jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-aġġustamenti; it-tieni nett għall-finijiet tal-punteġġi ma jibqax jingħata biss kas tal-pensjoni oriġinali mħallsa iżda jidħlu wkoll fil-kalkolu ż-żidiet mogħtija għall-għoli tal-ħajja mill- gvern Ingliż matul iż-żmien; u t-tielet nett dawk li l-pensjoni tas-servizz tagħhom hi inqas minn Lm200 fis-sena, l-pensjoni tas-sigurta' soċjali tingħatalhom sħiħa b'effett immedjat.", "Dawn il-miżuri kollha flimkien huma meqjusa li se jiswew lill-Gvern Malti Lm1.7 miljun matul l-1997.", "Bħala emendi huma se jkollhom effett mill-4 ta' Ottubru ta' din is-sena.", "Biex nagħlaq nixtieq li nagħmel osservazzjoni ġenerali.", "Meta segwejt id- dibattitu nnotajt żewġ aspetti oħra.", "L-ewwelnett innotajt kif l-argument iddeġenera għal dibattitu dwar is-semantika bejn welfare state u welfare society.", "Innotajt ukoll it-tattika li qabdet l-Oppożizzjoni li toqgħod iżżeffen it-taxxi l-ġodda fin-nofs, l-istess kif għamlet fil-liġi tat- tneħħija ta' l-opposition nominees minn fuq il-bordijiet tal- korporazzjonijiet.", "Dawn il-kummenti kienu irrelevanti għal-liġi nnifisha.", "Dwar il-welfare state, Sur President, ngħid li għamel ħażin min ipprova jagħti l-impressjoni li dan il-konċett huwa skadut u mmoffat.", "L-importanti huwa kif tgħaġnu u kif tinterpretah.", "Għadni kemm irċevejt \"Statement of Principles and Action Programme\" ta' wieħed mill-partiti Laburisti ewlenin Skandinavi.", "Tajjeb li wieħed jgħid li meta jitkellmu dwar il-konċett tal- welfare, huma jitkellmu dwar kif il-welfare huwa l-għan tax-xogħol u x- xogħol huwa l-bażi tal-welfare.", "Aktar milli jagħmlu aċċenni speċifiċi għall-welfare society huma jitkellmu l-aktar dwar il-bżonn ta' dak li jsejħu a well-functioning welfare state u l-ħtiġijiet tiegħu.", "Hemm bżonn li fit-tfassil tal-politika soċjali tagħna ma ninħlewx niġru biss wara slogans iżda rridu nfittxu li nsaħħu l-bażi ta' dak li qed noffru bil-fatti u bis-sustanza.", "Fl-istess waqt irridu niżguraw li jkollna politika moderna u aġġornata in line u in tune ma' dik ta' pajjiżi oħrajn ġirien tagħna fl- Ewropa.", "Il-konċett tal-welfare state li nabbraċċaw aħna huwa l-welfare state modern li qed jitkelllmu dwaru l-Iskandinavi.", "Se nikkwota minn dan il- manifest programmatiku ta' partit Laburista Skandinavu li jgħid hekk:", "\"A welfare state must manage its resources in this kind of responsible long term way in order to reduce the number of problems and increase people's quality of life and welfare.\"", "Dan huwa it-thinking tagħna wkoll bħala partit u Gvern Laburista dwar il- welfare state.", "Żgur ma naħsbux li huwa xi ħaġa skaduta.", "Aħna rridu soċjeta' ekwa fejn is-servizzi soċjali jitqassmu b'mod effiċjenti ħalli b'hekk il-pajjiż ikollu distribuzzjoni ġusta tar-riżorsi tiegħu kif ukoll stabbilta' ekonomika u soċjali akbar.", "Sur President, jien nemmen li din il-liġi se tkompli tmexxina f'din id- direzzjoni; id-direzzjoni ta' solidarjeta' fil-prattika.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sur President, jien naħseb li m'għandhiex tkun ta' sorpriża li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni m'ħijiex se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi, anzi aħna esprimejna ruħna favur din il-liġi.", "Il- Partit Nazzjonalista huwa dejjem konsistenti fit-twemmin tiegħu għalhekk huwa konsistenti wkoll fid-deliberazzjonijiet li jkunu bbażati fuq dan it- twemmin.", "Aħna dejjem konna konsistenti, sew meta konna fil-gvern kif ukoll issa li qegħdin fl-oppożizzjoni u forsi din hija d-differenza reali bejn il-partit tagħna u l-partit l-ieħor.", "Għalkemm aħna ninsabu fuq din in- naħa tal-Kamra xorta waħda nsostnu titjib fil-miżuri soċjali bħalma nsostnu fuq l-introduzzjoni ta' miżuri soċjali oħra għaliex aħna veru nemmnu fil- ġustizzja soċjali.", "Għalhekk jekk din il-liġi hija xi forma jew xi mezz ta' miljorament għal ċerti miżuri soċjali bħal, per eżempju, pensjonijiet ħadd m'għandu jkun sorpriż li aħna nkunu favur din il-liġi.", "Sur President, irrid ngħid li kontra l-istampa distorta li għadu kemm ta l-Ministru Brincat, kull meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern il-qasam soċjali dejjem mar 'il quddiem u dejjem ħa r-ruħ.", "Kull gvern Nazzjonalista għamel mill-aħjar li seta biex itejjeb il-miżuri soċjali diġa' eżistenti u ntroduċa miżuri jew benefiċċji soċjali oħra.", "Fil-fatt fl-aħħar seduta li kellna, fl-ewwel parti tad-diskors tiegħu, l-Onor.", "Buhagiar irrikonoxxa dan il-mertu tal-Gvern Nazzjonalista ta' wara l-1987 meta qal li dan kien fattur importanti li reġa' rebbaħ lil dan il-partit l- elezzjoni ta' l-1992.", "Ħallieha li wara qal ukoll li din il-lezzjoni dwar il- qasam soċjali l-Partit Nazzjonalista ħadha mingħand il-Partit Soċjalista meta kien hu fil-gvern.", "Pero' ta' min jgħid li l-Partit Nazzjonalista m'għandux bżonn u qatt ma kellu bżonn jieħu l-ebda lezzjoni mingħand il- Partit Soċjalista dwar x'inhu l-aħjar mod kif iwettaq il-ġustizzja soċjali f'pajjiżna.", "Sur President, kienet kalunnja kbira meta kienu jagħmlu propaganda qarrieqa kontra tagħna meta kienu jgħidu li l-Partit Nazzjonalista kien il- partit tas-sinjuri u li hu kontra l-ħaddiema, kontra r-romol, kontra l- foqra, kontra n-nies b'diżabilita' u kontra dawk kollha li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna ta' l-Istat u ta' ħaddieħor.", "Pero' ż-żmien xejjen għal kollox din il-kalunnja u huwa ta' sodisfazzjon għalina li nisimgħu min-naħa l-oħra tal-Kamra li l-Gvern Nazzjonalista ta' wara l-1987 kien gvern li ta prijorita' kbira lill-qasam soċjali - dan juri li almenu llum l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra waslu biex giddbu lilhom infushom.", "Nerġa' ngħid li l-gvernijiet kollha ta' l-imgħoddi immexxija mill-Partit Nazzjonalista kellhom f'moħħhom titjib fil-qasam soċjali.", "M'iniex se noqgħod insemmi dak kollu li sar minn gvernijiet Nazzjonalista għax ma nispiċċa qatt, iżda l-istorja qiegħda hemm u ma jista' jmeriha ħadd.", "L- ewwel Gvern Nazzjonalista kien bejn l-1921 u l-1927.", "Fl-1931 imbagħad ħareġ ir-rapport tal-Malta Royal Commission li kienet preseduta minn Lord Asquith.", "Din il-kummissjoni qalet hekk fuq l-operat ta' Gvern Nazzjonalista bejn l-1921 u l-1927:", "\"In this endeavour, the Nationalist governments secured the passage of acts for the protection of women and children workers, for the grant of pensions to widows and orphans of government employees, for the provision of modern and hygienic dwellings for the working classes and for the restriction of rents\".", "Dan juri kif il-Gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1921 u l-1927 kien għadda liġijiet biex jipproteġi lin-nisa u lit-tfal orfni, biex jagħti pensjonijiet lir-romol u lill-ħaddiema tal-gvern, bena djar iġeniċi u anke kien jikkontrolla l-kera.", "Sur President, dan kollu kien ġara fl-1921 imbagħad niġu llum u nisimgħu ċerta stampa distorta tal-passat soċjali meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern.", "Nista' ngħid li kull meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern mill- aħħar gwerra 'l hawn, kemm meta ggverna waħdu kif ukoll meta kien f'koalizzjoni ma' partit ieħor, dejjem żamm quddiem għajnejh il-kwestjoni soċjali.", "Ma naħsibx li wieħed jista' jinsa x'għamel gvern Nazzjonalista fi żmien Dr George Borg Olivier.", "Hawnhekk kemm-il darba smajna ripetutament miż-żewġ naħat tal-Kamra li waħda mill-akbar miżuri soċjali żgur hija meta l-gvern jipprovdi xogħol liċ-ċittadini tiegħu, lill- ħaddiema u liż-żgħażagħ tiegħu; għalhekk jekk dan huwa veru jista' xi ħadd jinsa kemm ħoloq postijiet ta' xogħol il-Gvern Nazzjonalista tas-snin sittin ta' Dr Borg Olivier?", "Ma żiedx pensjonijiet u benefiċċji soċjali dak il-Gvern?", "Allura kif niġu hawn u ngħidu li gvernijiet tal-Partit Nazzjonalista fl-imgħoddi m'għamlu xejn fil-qasam soċjali!", "Sur President, nerġa' ngħid li jiena għamilt riferenza għal dawn il-gvernijiet ta' l- imgħoddi biex nuri bil-fatti li anke dawn għamlu mill-aħjar li setgħu biex ġabu 'l quddiem il-ġustizzja soċjali f'pajjiżna.", "Issa għandna ċertifikat saħansitra mill-kelliema tan-naħa l-oħra dwar kemm mexa tajjeb il-Partit Nazzjonalista fil-gvern fl-operat tiegħu fil- qasam soċjali wara l-1987 u li kważi kważi kien jimmeritana li nirbħu l- elezzjoni ta' l-1992.", "Jiena ngħid li mhux l-elezzjoni ta' l-1992 biss kien jimmeritana nirbħu iżda anke, u aktar, l-aħħar elezzjoni għax nerġa' ntenni u nsostni li dak li wettaq il-Gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l- 1996 fil-qasam soċjali l-ebda gvern ieħor qatt ma wettaq.", "Iżda l-kampanja qarrieqa u ta' ingann tal-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni, speċjalment dwar l-għoli tal-ħajja, dwar il-VAT u dwar il-barunijiet - dawn donnhom m'għadhomx fuq in-naħa tagħna u 'l quddiem forsi wieħed jista' jsibhom anke fuq xi naħa oħra! - kienu l-fatturi kollha li ġiegħlu lill-maġġoranza tal-poplu tinsa l-ġid kollu li wettaq Gvern Nazzjonalista u tibla' l-lixka tal-Partit Soċjalista.", "Jien illum inħossni sodisfatt meta aħna nkunu konfortati min-naħa l-oħra bl-approvazzjoni tal-politika soċjali tagħna f'dawn l-aħħar snin għax tajjeb li nenfasizza li, waqt li aħna nemmnu u bdejna ndaħħlu fil-pajjiż il-kultura tal-welfare society, mill- banda l-oħra din ma kenitx tfisser għalina li l-gvern ifarfar xi ftit mill- obbligi li għandu meta wieħed jalludi għall-welfare state.", "Xejn minn dan kollu, Sur President.", "Kieku wieħed kellu jsemmi x'għamel Gvern Nazzjonalista f'dawn l-aħħar għaxar snin fil-qasam soċjali żgur illi l-lista tant tkun twila li l-ħin ma jippermettix li nsemmuha kollha.", "Iżda rrid insemmi ċerti miżuri u benefiċċji soċjali, speċjalment fejn si tratta l-pensjonijiet, l-aktar meta din hija liġi li se temenda l-liġi tal-pensjoni.", "L-akbar miżura soċjali li wettaqna f'dawn l-aħħar għaxar snin kienet li konna kapaċi nipprovdu xogħol lil kull min ried jaħdem - dan kontra dak li qed naraw illum.", "Neħħejna l-kankru tal-qgħad li kien hawn f'pajjiżna u ħloqna postijiet u kondizzjonijiet tax-xogħol li huma l-akbar ċertifikat għall- aħħar Gvern Nazzjonalista.", "Sur President, hawnhekk irrid insemmi xi ftit mill-miżuri u mill-benefiċċji soċjali li Gvern Nazzjonalista wettaq fl- ambitu tal-politika tiegħu li juru kemm lil pajjiżna konna qed immexxuh għal dak li aħna nifhmu bħala welfare society.", "Fil-qasam tal-pensjonijiet għamilna ċerti emendi li żgur juru r-ruħ soċjali tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Fil-qasam tal-pensjonijiet neħħejna l-provvediment li bih l-gratuity li titħallas lill-ħaddiema kienet tiġi mnaqqsa mill-pensjoni tas-sigurta' soċjali - din qabel kienet ikkalkolata bil-5%.", "Neħħejna provvediment ieħor li bih il-proporzjon ta' bejn il-parti kkommutata tal-pensjoni u l-paga kurrenti kienet tiġi mnaqqsa mill-pensjoni tas-sigurta' soċjali, b'hekk żdied l-ammont tas-sigurta' soċjali.", "Biddilna l-liġi biex nassiguraw li l-pensjoni għal min jirtira - din titħallas lil min għandu pensjoni tas-servizz - mhux talli ma tibqax titnaqqar, talli kulħadd beda jirċievi din il-pensjoni b'rata sħiħa, minkejja li kellu xi pensjoni oħra tas-servizz.", "Neħħejna provvediment ieħor li kien itellef lill-pensjonanti milli jirċievu pensjoni jekk jaqilgħu aktar minn Lm7.50 f'ġimgħa u llum dawn il-pensjonanti jistgħu jaqilgħu sal-paga minima nazzjonali.", "Neħħejna l-provvediment li bih aktar minn pensjoni tas-servizz waħda kienet titnaqqas mill-pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "Dan kien qed jagħmilha aktar diffiċli sabiex min għandu aktar minn pensjoni waħda jieħu ż-żieda.", "Illum, hemm kemm hemm pensjonijiet tas- servizz, tittieħed waħda biss fil-kalkulazzjoni tas-sigurta' soċjali.", "Sur President, forsi dawn m'humiex emendi fil-liġi tal-pensjoni li bihom ibbenefikaw tant u tant pensjonanti?", "Altru li l-Gvern Nazzjonalista kien diġa' beda t-triq li kellha twassalna għall-emendi tal-liġi li llum qed jippreżenta l-Gvern.", "Nista' nkompli nsemmi emendi oħra bħal, pensjonijiet tar-romol, fejn romol li kienu jagħlqu 60 sena kienet titnaqsilhom il-pensjoni u dawn fi żmienna bdew jieħdu pensjoni sħiħa.", "Eluf ta' romol li minkejja li żwieġhom kienu ħallsu l-kontribuzzjonijiet earnings related, kienu mċaħħda milli jirċievu pensjoni taħt l-iskema taż-żewġ terzi għax żwieġhom mietu qabel ma kienu laħqu l-eta' ta' 61 sena.", "Issa dawn ir-romol qegħdin igawdu r-rata ogħla tal-pensjoni tas-superstiti.", "Sur President, l-istess nista' ngħid dwar is-self-employed.", "Gvern Nazzjonalista emenda l-liġi li biha neħħa l-provvediment li bih is-self- employed kienu mċaħħda milli jirċievu l-pensjoni minima nazzjonali miżjuda u issa dawn jistgħu jirċievu din il-pensjoni.", "Is-self-employed ta' taħt il- 65 sena u li kellhom dħul li jaqbeż Lm630 fis-sena, kienu mċaħħda li jirċievu pensjoni taħt l-iskema taż-żewġ terzi.", "Gvern Nazzjonalista lil dawn tahom id-dritt li jistgħu jirċievu din il-pensjoni.", "Gvern Nazzjonalista neħħa l-provvediment li bih tant pensjonanti, l-aktar dawk li kienu self-employed, kienu jiġu mċaħħda milli jirċievu pensjoni tas- sigurta' soċjali għax kellhom liċenzja tan-negozju.", "Nista' nibqa' nsemmi lista sħiħa li ma tispiċċa qatt ta' emendi li bihom tejjibna l-pensjoni lil tant u tant kategoriji ta' nies.", "Miżura oħra li kien ħa Gvern Nazzjonalista f'dan il-qasam kienet li l- pensjoni minima nazzjonali ma tkunx inqas minn erbgħa minn ħamsa, jiġifieri four-fifths tal-paga minima nazzjonali fil-każ ta' persuna miżżewġa u two- thirds ta' l-istess paga fil-każ ta' persuna weħidha.", "Gvern Nazzjonalista ta l-fakulta' lil dawk ir-romol li qed irabbu t-tfal u li qed jaħdmu li jistgħu jaqilgħu kemm iridu u jibqgħu jieħdu l-pensjoni.", "Dawn qabel ma setgħux jaqilgħu aktar minn Lm7.50c fil-ġimgħa.", "Lil dawk ir-romol li ma jkunux jistgħu jaħdmu minħabba t-tfal żgħar żidnilhom l-allowance speċjali minn 85c għal Lm3 fil-ġimgħa għal kull tifel u tifla u dan minbarra ċ- children allowance.", "Miżura oħra ta' Gvern Nazzjonalista kienet dwar il- pensjonanti li kienu kkommutaw il-pensjoni tas-servizz.", "Dawk li kienu kkommutaw is-somma kollha kellhom 20% maħfura fil-kalkulazzjoni tal- pensjoni tas-sigurta' soċjali filwaqt li dawk li kienu kkommutaw parti minnha kellhom 40% maħfura tal-parti kkommutata.", "GĦamilna miżura li biha dawk in-nies li minħabba mard kellhom jirtiraw qabel l-eta' tal-pensjoni u ħadu l-pensjoni ta' l-invalidita', ma baqax ikollhom tnaqqis fil-pensjoni taż-żewġ terzi, basta wara Jannar ta' l-1979 kienu ħallsu bolol daqs in- numru ta' ġimgħat li matulhom irċevew il-pensjoni ta' l-invalidita'.", "Għandna lista twila ta' titjib fil-pensjonijiet lil diversi kategoriji ta' nies.", "Mhux ta' b'xejn li ħafna pensjonanti jirringrazzjaw lill-Gvern Nazzjonalista ta' l-aħħar snin li tejbilhom il-qagħda tagħhom.", "Gvern Nazzjonalista kien protaganist ukoll fiż-żidiet kbar li ta fid- diversi benefiċċji soċjali jew allowances kif ukoll fl-introduzzjoni ta' benefiċċji soċjali ġodda li kollha jirriflettu r-ruħ soċjali ta' l-aħħar Gvern Nazzjonalista.", "Gvern Nazzjonalista waqaf mal-ħaddiema, mal-familja Maltija, mar-romol, ma' l-anzjani, ma' persuni b'diżabilita', mal-morda u ma' kull min kien l-aktar jenħtieġ l-għajnuna u s-support ta' l-Istat.", "Din il-katina sħiħa ta' servizzi soċjali tiddistingwina bħala l-veru partit li jemmen fil-ġustizzja soċjali u bħala gvern li għandu responsabbilita' kbira f'dan il-qasam, gvern li jemmen ukoll fl-iżvilupp tal-welfare society, li huwa l-akbar twettieq fil-prattika tas-solidarjeta' li dan iż-żmien kulħadd qed isemmi.", "X'ma għamilniex, Madam Speaker?", "Aħna tajna dritt lis-self-employed li jirċievu l-benefiċċju għal waqt il- mard bħal ħaddieħor, ħaġa li kienu mċaħħda minnha.", "GĦamilna tibdil sostanzjali fit-test tal-mezzi mhux biss fil-qasam ta' għajnuna soċjali imma anke f'dak li jolqot l-għajnuna għal mard, pensjoni mhux kontributorja u l-għoti ta' mediċini b'xejn.", "Tajna għajnuna soċjali lill-familji numerużi ta' iktar minn ħames persuni u żidna r-rata ta' l-għajnuna soċjali lil dawk il-familji li għandhom it-tfal.", "L-għajnuna soċjali u l-għajnuna għal mard tibqa' titħallas sa żmien sitt xhur meta l-kap tal-familja jidħol l-isptar għall-kura.", "Aħna tajna ċ-children allowance u l-benefiċċji għal maternita' lit-tfal kollha.", "L-istipendju ta' dawk l-istudenti li kienu ġejjin minn familja li tgħaddi bl-għajnuna soċjali ma baqax jitnaqqas mill- ammont ta' l-għajnuna soċjali li tkun tieħu l-familja.", "Lill-persuni li jbatu minn xi diżabilita' u li kienu qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja tajnihom il-possibilita' li jistgħu jagħmlu x-xogħol u jaqilgħu l-flus mingħajr ma jitilfu l-pensjoni, sakemm bejn pensjoni u dħul ma jaqilgħux iktar mil-paga minima nazzjonali.", "GĦamilna miżura li biha ħloqna sussidji speċjali għal dawk li jirċievu pensjoni minn barra minn Malta biex ngħinuhom fil-kambju.", "Tajna allowance għad-drogati waqt riabilitazzjoni.", "Nista' nkompli sejjer u ma nispiċċa qatt.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li filwaqt li fl-1986 in-nefqa f'benefiċċji soċjali kienet ta' madwar Lm64 miljun, fl-1996 in-nefqa kienet ta' mhux inqas minn Lm135 miljun, jiġifieri iktar mid-doppju.", "Dan l-ammont jirrrappreżenta madwar 30% tan-nefqa kollha rikorrenti tal-gvern.", "Jekk irrid nista' nagħti ċifri tad-diversi pensjonijiet u benefiċċji soċjali kif kienu fl-1986 u kif inhuma llum iżda ma jidhirlix li dan huwa neċessarju.", "Kif għidt qabel, f'dawn l-aħħar għaxar snin Gvern Nazzjonalista irnexxielu jintroduċi numru ta' servizzi ppersonalizzati li huma ta' ġid u ta' għajnuna kbira, speċjalment lil numru kbir ta' anzjani u persuni b'diżabilita'.", "Naħseb li ħadd ma jista' jlumni li nitkellem ftit fuq il- qasam ta' l-anzjani, qasam li matul l-aħħar leġislatura ta' Gvern Nazzjonalista kont responsabbli minnu bħala segretarju parlamentari.", "L-isfida li kellu quddiemu l-Partit Nazzjonalista qabel ma ħa f'idejh it- tmexxija tal-pajjiż wara l-elezzjoni ta' l-1987 kienet li jġib fix-xejn l- impressjoni li kien jagħti l-Malta Labour Party li Gvern Nazzjonalista ma jittrattax tajjeb lill-anzjani.", "Partit Nazzjonalista fil-gvern mhux biss neħħa din l-impressjoni iżda poġġa lill-anzjani fuq nett ta' l-aġenda tiegħu.", "Barra minn hekk, sa għaxar snin ilu l-mentalita' kienet li lill- anzjani jkun biżżejjed li tagħtihom pensjoni tajba biex jgħixu ħajjithom fil-kumdita'.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għaraf li fil-verita' dan ma kienx biżżejjed għall-anzjani.", "Il-persuna anzjana jkollha bżonn l- appoġġ tal-komunita' kollha biex tgħix il-bqija ta' ħajjitha bl-akbar dinjita'.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għaraf li filwaqt li huwa importanti u mandatorju li l-Istat jibqa' jagħti sehmu biex jgħin liċ- ċittadini li jkollhom bżonn l-għajnuna, huwa daqstant ieħor importanti li jħeġġeġ li jkun hawn welfare society f'pajjiżna, soċjeta' li minnha nnifihsa tipprovdi wens u sedqa liċ-ċittadini tagħha.", "Gvern Nazzjonalista applika dan il-prinċipju wkoll fil-qasam ta' l-anzjani.", "Waħdu l-Gvern ma jistax jagħmel kollox f'qasam li jkun qed jiżviluppa b'ritmu mgħaġġel u ma jistax jissodisfa l-ħteġijiet kollha - dawn dejjem qed jiżdiedu u jinbidlu - ta' settur tal-popolazzjoni li qed jikber ma' kull sena li tgħaddi.", "Gvern Nazzjonalista b'għaqal kbir għaraf iħaddem il-prinċipju ta' sussidjarjeta'.", "Dan għamlu billi f'dan il-qasam ħadem id f'id ma' movimenti volontarji, mal-Knisja u ma' l-anzjani nfushom.", "Gvern Nazzjonalista nieda t-triq għad-diċentralizzazzjoni ta' dan il-qasam billi bdejna ninvolvu lill-kunsilli lokali.", "Fuq kollox fil-ħidma kollha tagħna kellna quddiemna s-sens ta' solidarjeta' li hu tant meħtieġ f'qasam bħal dan.", "Żgur li ħadd ma jista' jakkuża lill-Gvern Nazzjonalista ta' dawn l- aħħar għaxar snin li m'għamilx iktar milli wieħed kien jistenna minnu biex lill-anzjani - kemm dawk li jgħixu f'darhom kif ukoll dawk li huma rikoverati f'xi dar ta' l-anzjani jew f'xi istituzzjoni - u lill-persuni b'diżabilita' jgħollilhom il-livell ta' l-għajxien tal-ħajja tagħhom.", "Is-servizzi komunitarji li ntroduċejna fil-pajjiż huma l-aqwa xhieda ta' l-impenn totali li kellu Gvern Nazzjonalista biex il-policy tiegħu li kemm jista' jkun u, safejn hu possibbli, l-anzjan jibqa' jgħix f'daru tirrealizza ruħha.", "GĦalkemm wieħed irid jammetti li kien hemm u għad hemm ċerti defiċjenzi naħseb li ħadd ma jista' jinnega l-utilita' tas-servizzi li ntroduċejna.", "Hawnhekk qed nirriferi għas-servizz ta' kura u għajnuna fid-dar, is-servizz tat-telecare, is-servizz tal-handyman, il-meals on wheels, id-day centres u s-servizz għall-inkontinenza.", "Dawn kollha huma servizzi li bihom għinna lil ħafna anzjani u persuni b'diżabilita'.", "Gvern Nazzjonalista ried jaħseb f'dawk l-anzjani li ma setgħux jibqgħu jgħixu f'darhom.", "Hawnhekk irrid insemmi t-twaqqif ta' l-Isptar Zammit Clapp, il- ftuħ ta' djar residenzjali għall-anzjani u r-rinnovament kontinwu tar- residenza ta' St. Vincent De Paule.", "Dan iż-żmien huwa faċli li ssib lil min jikkritika u jsemmi l-effiċjenza jew il-cost effectiveness ta' dak kollu li wettaqna iżda lil dawn it-talin ngħidulhom li kieku m'għamilniex dawn l-affarijiet kollha kieku lanqas għandhom fuq xiex ikomplu huma.", "Kif diġa' għidt, il-Partit Nazzjonalista żgur li ma kienx ħaqqu jitlef l- aħħar elezzjoni, jekk xejn fuq ir-record maġistrali fil-qasam soċjali.", "Aħna kellna kontra tagħna kampanja qarrieqa ta' ingann dwar il-VAT u l- għoli tal-ħajja.", "Hawnhekk irrid nirriferi ftit għall-għoli tal-ħajja għax jekk kien hemm suġġett li l-kelliema tal-Partit Laburista meta kienu fl- oppożizzjoni kienu jsemmu f'dibattiti bħal dawn fuq il-liġi dwar is- sigurta' soċjali kien dejjem l-għoli tal-ħajja, l-inflazzjoni u l-effettii negattivi tal-VAT fuq l-għoli tal-ħajja kif kienu jaħsbu huma.", "Kemm għamlu propaganda qarrieqa fi żmienna dwar l-għoli tal-ħajja!", "Kienu jgħidu li l- għoli tal-ħajja jifnik u ċappsu dan il-kliem fuq billboards madwar Malta u GĦawdex.", "Kull darba li konna niġu hawn ġew b'xi liġi simili għal din li għandna quddiemna, konna nisimgħu l-istess kantaliena min-naħa tal-kelliema ta' l-oppożizzjoni li l-anzjani u l-pensjonanti ma jistgħux ilaħħqu ma' l- għoli tal-ħajja.", "Kienu jgħidulna, u se nikkwota, li : \"L-għoli tal-ħajja u t-tnaqqis fil-livell ta' l-għajxien kien u għadu l-akbar uġieħ ta' ras għall-anzjani tagħna.\"", "Qalulna wkoll:", "\"L-Oppożizzjoni u s-sezzjoni tal-pensjonanti tal-General Workers' Union ilhom żmien jinsistu li l-qagħda ta' l-anzjani f'pajjiżna sejra lura, prinċipalment minħabba l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja.\"", "Issa ma nafx jekk l-istess sezzjoni tal-pensjonanti tal-General Workers' Union għadhiex ta' l-istess fehma!", "Jista' jkun li din tasal biex tipprova tipperswadi lill-membri tagħha biex jemmnu l-propaganda banali u bla sens li qed jagħmel il-Gvern fuq il-media li l-ħajja qed torħos għax neħħew il- VAT u daħħlu l-liġi l-ġdida tas-sisa!", "L-iktar nies li jistgħu jgħidu jekk il-ħajja hijiex qed togħla jew le huma n-nisa tad-dar.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar u iktar ma tistax tagħti kas tal-lista twila ta' prodotti li l-Gvern qed jippubblika fil- gazzetti u jgħidilna li dawn suppost roħsu.", "II-mara tad-dar kuljum tmur tixtri l-affarijiet li jkollha bżonn u tinduna kemm qed tonfoq iktar.", "Dan hu l-kejl tar-roħs tal-ħajja għall-mara tad-dar għax għal ġimgħa wara l- oħra qed tinduna li l-flus li jagħtiha r-raġel għax-xiri ta' kuljum dejjem iservuha anqas.", "Basta nkomplu għaddejjin bil-propaganda qarrieqa li suppost ħafna oġġetti kellhom jorħsu!", "Minkejja li l-Gvern wiegħed li bit-tneħħija tal-VAT il-ħajja se torħos, issa l-poplu Malti qed jara kif ġie ittradut.", "X'inhu jogħla l-iktar?", "L-iktar li qed jogħlew huma l- affarijiet essenzjali li familja tikkonsma ta' kuljum.", "GĦadni ma smajtx Membru min-naħa tal-Gvern tiġih ħasra u reqqa għall-anzjani u għall- pensjonanti għax l-affarijiet essenzjali ta' l-ikel u l-mediċini qegħdin jogħlew b'mod regolari.", "Niftakar li f'waħda mis-seduti parlamentari dwar il-liġi tal-VAT kienu qalulna hekk:", "\"Intom tiftaħru li billi l-ikel u l-mediċini huma zero rated dawn m'humiex se jaffettwaw lill-anzjani, pero' dan mhu veru xejn għax l- anzjani diġa' qed ibatu miż-żidiet mhux ikkontrollati ta' l-ikel u tal- mediċini.\"", "Dawn hekk kienu qalu hawn ġew, pero' l-Membri tal-Gvern issa qed jaraw x'differenza hemm fil-prezz ta' l-affarijiet esenzjali ta' l-ikel, bħall- kafe' u l-ġobon, bejn is-sena l-oħra u din is-sena?", "Xi ngħidu għall- mediċini, speċjalment dawk il-mediċini li huma l-aktar użati mill-anzjani?", "Żgur li waqt diskussjoni fuq liġi bħal din dwar is-sigurta' soċjali wieħed irid jirriferi dwar il-problema kbira li qegħdin jiffaċċaw ħafna ċittadini li huma ntitolati għal mediċini b'xejn mingħand il-gvern.", "Huwa fatt innegabbli li qatt ma kien hemm perijodu twil ta' nuqqas ta' mediċini mill-isptar u mill-polikliniċi daqskemm kien hawn f'dawn l-aħħar xhur ta' Gvern Laburista.", "Dawn insew kemm kienu jikkritikawna għax fi żmienna kienu jonqsu xi mediċini, li wara kollox ma kenux daqshekk importanti u essenzjali bħal dawk li qed ikunu nieqsa llum.", "Wieħed għandu jistaqsi ftit lill-anzjani u lill-pensjonanti minn liema kalvarju qegħdin jgħaddu biex jieħdu l-mediċini b'xejn li huma ntitolati għalihom, mediċini essenzjali, kif diġa' għidt, speċjalment għall-anzjani li jkunu morda b'qalbhom, bil- pressjoni, bil-Parkinson's disease, bl-ażżma u bil-bronkite kronika.", "Iġerruhom mill-polikliniċi għall-isptar u xorta ma jinqdewx.", "U lkoll niftakru li lil dawn l-anzjani qabel l-elezzjoni, bl-għajta ta' \"Iċ- Ċittadin l-Ewwel\", wegħduhom li anke dan il-qasam se jkun aħjar milli kien fi żmienna.", "Pero' issa l-istess anzjani qegħdin jirrealizzaw li anke fil- qasam tas-saħħa qatt ma kienu agħar milli qegħdin issa.", "Mhux talli ħafna drabi ma jinqdewx min-naħa ta' l-isptar, talli meta jmorru biex jixtru dawn il-mediċini mill-ispiżeriji jsibu li l-prezz tagħhom qiegħed jogħla b'rata esaġerata.", "Pero' l-povru anzjan u pensjonant xorta jkollu jixtri dik il- mediċina, għalja kemm hi għalja.", "Insibu nuqqas ta' mediċini anke fl- Isptar San Vinċenz de Paule.", "Hija verament ironija li l-Prim Ministru jiftaħ spiżerija ġdida f'din ir-residenza imma mbagħad ċerti mediċini essenzjali għall-anzjani residenti hemmhekk stess ma ssibhomx.", "Din hija s- sitwazzjoni li l-anzjani tagħna qegħdin ikollhom iħabbtu wiċċhom magħha fil- qasam tas-saħħa.", "Ladarba qiegħed insemmi l-qasam tas-saħħa, irrid nagħmel riferenza għal dibattitu li kien sar fl-1989 fuq abbozz ta' liġi ieħor dwar is-sigurta' soċjali.", "L-Onor.", "Alfred Sant, illum Prim Ministru - hawn se nikkwota preċiż x'kien qal dak iż-żmien - kien akkużana li:", "\"Il-kwalita' tas-servizzi soċjali qiegħda tonqos fis-sistema tas- saħħa, fis-sistema tal-kura li jingħataw il-pazjenti fl-isptar u anke f'affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-mod kif pazjenti, xjuħ u nies li huma morda jiġu ttrattati meta jiġu f'kuntatt dirett mal- burokrazija tal-gvern.\"", "Jekk din l-akkuża ma kenitx vera dawk iż-żmenijiet, jiena persważ li allegazzjoni bħal din tgħodd ħafna għaż-żmenijiet li qegħdin fihom illum.", "L-Onor.", "Alfred Sant kompla jgħid: \"X'jiġri mbagħad ekonomikament u soċjalment f'ħaġa bħal din?", "Dawk li jifilħu, iridu u ma jridux, jibdew jemigraw mis-sistema pubblika għas- sistema privata.", "Jekk m'intix tinqeda tajjeb għax is-servizzi soċjali li tistenna - per eżempju, tas-saħħa - ma jkunux tajba biżżejjed, trid u ma tridx temigra lejn is-sistema privata.\".", "Dan li qed jiġri fi żmienna, Sur President.", "Taħt dan il-Gvern Laburista l- akkuża u l-allegazzjoni li kien qiegħed jagħmlilna l-Onor.", "Sant issa qiegħda tavvera ruħha.", "L-Onor.", "Brincat ipprova jpinġi lill-Partit Nazzjonalista b'ċerti kuluri li żgur m'humiex veri pero' aħna dejjem konna konsistenti.", "Aħna nemmnu fil- ġustizzja soċjali u ma nagħmluhiex biex inġibu l-voti u biex nirbħu l- elezzjonijiet.", "GĦalhekk illum aħna ħadna din il-pożizzjoni fil-konfront ta' dan l-abbozz ta' liġi għaliex dan l-abbozz huwa bħal ħafna oħrajn li għamel Gvern Nazzjonalista.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li se jirranġa l- pensjonijiet u allura m'għandha tkun ta' ebda sorpriża għal ħadd li aħna favur tiegħu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Nirringrazzjak, Sur President.", "Qed nieħu gost ħafna nisma' li anke l-Oppożizzjoni taqbel ma' dawn l-emendi għal-liġi tas- sigurta' soċjali, partikolarment meta nara li hemm qbil dwar l- implimentazzjoni tal-wegħda ta' Gvern Laburista li dawk li jirċievu l- pensjoni tas-servizz mingħand il-gvern Ingliż ma jkollhomx tnaqqis fil- pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "Gvern Laburista, kif kien anke ppjanat fil-programm elettorali, ħejja strateġija sabiex l-ekonomija tal-pajjiż ma tbatix u sabiex fl-istess ħin, bil-mod il-mod u bil-għaqal, ikun jista' jneħħi kull diskriminazzjoni li teżisti fl-għoti tal-pensjonijiet.", "Waqt dan id-dibattitu ssemmew l- anomaliji li kienu nħolqu meta kull żieda għall-għoli tal-ħajja li kienet tingħata fil-pensjoni tas-sigurta' soċjali kienet qiegħda tiġi meħuda fil- kalkolazzjoni tal-pensjoni tas-servizz.", "Minn hawnhekk jiena nistqarr apertament, li filwaqt li naqbel ma' dawn l-emendi, ikun ġust ukoll jekk ngħidu fil-qosor kemm jista' jkun x'kienu r-raġunijiet li għalihom il-Gvern Laburista fl-1978 ra li għandu jkun hemm tnaqqis fil-pensjoni tas-servizzi Ingliżi.", "B'hekk mhux biss inkunu qed nagħmlu ġustizzja ma' l-istorja iżda wkoll ma' l-istess Gvern Laburista ta' dak iż-żmien.", "Qabel ma nitkellmu dwar l-istorja tal-pensjoni nnifisha, tajjeb li naraw x'kienet il-qagħda tal-Maltin li kienu jaħdmu mas-servizzi Ingliżi.", "Żgur li m'hemmx il-ħtieġa li wieħed ifakkar dan iż-żmien lil kull min għex fil-gżejjer Maltin meta konna kolonja għaliex dak li għadda mingħalina f'dawk iż-żmenijiet għadu stampat f'moħħna ċar daqs il-kristall.", "Pero' għal dawk li kienu għadhom żgħar jew inkella kien għadhom ma tweldux, tajjeb li xi ħadd jurihom f'liema qagħda mwiegħra kienu jinsabu l-Maltin taħt il-ħakma kolonjali.", "Il-baħar jaqsam li kien hemm fil-kondizzjonijiet ta' l-impjegati Maltin u l-personnel Ingliż li kienu jaħdmu mas-servizzi Ingliż, kienet xi ħaġa ta' l-għaġeb.", "L-Ingliżi, għaliex kienu jaħdmu barra minn pajjiżhom, kellhom paga tajba u l-Maltin li kienu jaħdmu spalla ma' spalla magħhom kellhom paga ferm iżgħar.", "Din kienet id-differenza bejn Ingliż u Malti.", "Imma li jkun hemm differenza bejn il-Maltin stess li kienu qegħdin jagħmlu l-istess xogħol żgur li ma tifhimhiex.", "Qed ngħid dan għaliex kien hemm nies jaħdmu ma' l-ammiraljat li għaliex kienu established kellhom paga u dritt għal pensjoni pero' oħrajn le.", "Din id- diskriminazzjoni bejn irġiel li jagħmlu l-istess xogħol u li jaħdmu għall- istess sid ma tifhimhiex.", "Imbagħad inqas u inqas tifhem għaliex mara - tajjeb li dawn insemmuhom ukoll - li kienet tagħmel l-istess xogħol, kienet titħallas ferm u ferm inqas minkejja l-fatt li xi drabi kienet hija l- breadwinner.", "Kien għalhekk li l-Partit Laburista ġġieled biex ineħħi din id- diskrepanza.", "Fil-fatt fl-1951, meta kien hemm gvern ta' koalizzjoni, il- Partit Laburista ressaq mozzjoni sabiex il-Kamra taħtar kumitat speċjali biex jistudja d-diskrepanzi fil-pagi u s-salarji ta' nies impjegati mas- servizzi mwielda Malta vis-a-vis il-personnel Ingliż, u mbagħad dan jagħmel rappreżentanza lill-Gvern Ingliż għal trattament ugwali.", "Fi kliem ieħor il- Partit Laburista kien ta l-bidu biex il-problema fid-differenzi ta' pagi u salarji ta' l-impjegati Maltin mas-servizzi, ipparagunati ma' dawk ta' impjegati Ingliżi li jagħmlu l-istess xogħol, tiġi solvuta.", "Jiena fittixt ftit fil-kotba antiki li għandi dwar l-istorja li għandhom x'jaqsmu ma' mozzjonijiet tal-Parlament u sibt li fl-1951, l-Onor.", "Dom Mintoff, f'isem il-Partit Laburista, kien ressaq din il-mozzjoni fejn talab li jinħoloq kumitat speċjali li jistudja d-differenzi ta' pagi u salarji ta' l- impjegati Maltin mas-servizzi, ipparagunati ma' dawk ta' impjegati Ingliżi fl-istess xogħol.", "Fost id-diskors twil li kien għamel, li kien qasmu fi tlieta - il-lat politiku, il-lat ekonomiku u l-lat morali - nixtieq nislet kwotazzjoni mil-lat morali dwar dawn id-diskrepanzi li kien hemm.", "Dan qal:", "\"Mil-lat morali jiena nixtieq ngħid - għalija l-lat morali huwa l- aktar wieħed importanti, aktar mil-lat politiku u mil-lat ekonomiku - li ma kien hawn l-ebda ħaġa li qiegħda żżomm f'moral baxx lill-poplu Malti u m'hawn l-ebda ħaġa li qiegħda tiddegrada lill-poplu Malti u li qiegħda tagħmlu defeatist daqskemm huwa l-fatt li jkollu jħoss ruħu inferjuri għall-poplu Ingliż.", "M'hawn l-ebda ħaġa li qiegħda teqred u tħassar ir-ruħ tal-poplu Malti daqs dik li meta jiltaqa' ma' bniedem Ingliż iħoss dik il-misħuta inferiority complex.", "Jekk verament u bis- sinċerita' kollha rridu li l-poplu tagħna fir-ruħ, fil-moral tiegħu u fil-ħajja intelletwali tiegħu jkun verament liberu, jekk verament irridu li l-poplu Malti jkollu l-istess dinjita' u l-istess dekor u self-respect bħall-poplu Ingliż, ma nistgħux naslu għal dan l-iskop sabiħ jekk ma ningħaqdux fuq din il-mozzjoni biex il-kondizzjonijiet tal-Maltin ikunu bħall-kondizzjonijiet ta' l-Ingliżi.", "Jekk irridu li meta Malti jiltaqa' ma' l-Ingliż jgħid bl-istess sens ta' kburija \"jiena Malti\" bħalma Ingliż jgħid \"jiena Ingliż\", għandha lkoll nivvotaw għal din il-mozzjoni mingħjar ebda qtigħ il-qalb u dubji.\"", "Sur President, qiegħda ngħid dan għaliex qabel ma niġu biex nitkellmu dwar jekk kienx hemm anomaliji fl-għoti tal-pensjoni, tajjeb li ngħidu li kien il-Partit Laburista li ġġieled sabiex il-Malti jkollu l-istess paga daqs ħaddiem Ingliż li kien jaħdem hawn Malta.", "Għidt dan kollu wkoll għaliex inħoss li filwaqt li d-diskrepanzi fil-pensjoni tas-servizz għandhom jiġu rranġati, fl-istess ħin irridu nammettu li kien il-Partit Laburista li ġġieled sa mill-bidu tas-snin ħamsin sabiex il-ħaddiem Malti li kien jaħdem mal-gvern Ingliż ikollu paga xierqa bl-istess kondizzjonijiet bħal sieħbu l-ħaddiem Ingliż.", "Kien fl-1978, meta l-Gvern Laburista għadda din il-liġi, li nħolqu l- hekk imsejħa anomaliji fis-Social Security Act pero' wieħed irid jiftakar li Malta kienet riesqa lejn indipendenza mibnija fuq ideat demokratiċi, b'sovranita' sħiħa, bi tħejjijiet biex tinbena ekonomija li tagħti lill-poplu tagħha l- għajnuna soċjali neċessarja, biex b'hekk tkun tista' teżisti b'mod ċivili mingħajr indħil mill-barrani.", "Hawnhekk qed nirriferi għad-data storika tal- 31 ta' Marzu, 1979.", "Illum naraw l-affarijiet xorta oħra iżda għal dak iż- żmien kien pjan prattiku, oġġettiv, marbut mal-kondizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u finanzjarji kif kienu dawk iż-żmenijiet.", "Hawnhekk nista' ngħid li kien għalhekk li meta l-Partit Laburista reġa' tela' fil-gvern beda jaħseb biex iwettaq l-ugwaljanza anke fil-pagi u jagħti s-self-esteem lil kull min kien jenħtieġlu u mbagħad wasal iż-żmien għall-pensjoni.", "Sur President, tkellimna ħafna dwar dinjita' u mhux dinjita'.", "Jiena nemmen li l-Partit Laburista kien minn tal-bidunett li ried jagħti d- dinjita' lill-ħaddiem Malti meta jispiċċa mix-xogħol u ma tibqax dik id- drawwa tal-ħaddiem li hekk kif jerfa' mix-xogħol l-għada l-ħaddiem irid imur bilfors wara l-bieb tal-post tax-xogħol jittallab il-karita'.", "Dan seta' jagħmlu billi jiżgura li hekk kif kull min jaħdem jilħaq l-eta' tal- pensjoni jirċievi tnejn minn tlieta tal-paga li kellu.", "F'dawk iż-żmenijiet li qegħdin insemmu ta' l-1978 il-pajjiż ma kienx f'qagħda li jagħti l- pensjoni sħiħa u lanqas ma ried li jkun hemm min jieħu tnejn jew tliet pensjonijiet u ħaddieħor jibqa' b'xejn.", "Għalhekk mexa' fuq il-prinċipju li kien ħaddan meta daħħal l-income tax fejn kull min kien jaqla' ħafna jagħti ftit minn dak li kien jaqla' ħalli jkun jista' jgħin lil dak li kien qiegħed jaqla' ftit.", "B'hekk il-flus li bdew deħlin f'Malta fis-snin ta' l- 1978 setgħu jitferrxu ftit fuq kulħadd għax aħna l-akbar twemmin tagħna minn dejjem kien li nwieżnu lil min hu fil-bżonn.", "Sur President, dan kien pjan biex fl-iqsar żmien possibbli l-istat soċjali, ekonomiku u finanzjarju ta' pajjiżna jiġi merfugħ sal-livell li waslu pajjiżi progressivi u ngħidu wkoll li sa ċertu punt wasalna qabilhom, l-aktar fejn jidħlu s-servizzi u l-benefiċċji soċjali.", "Semmejt dan kollu għaliex jaqbel jew ma jaqbilx ħaddieħor miegħi, jien fil-kuxjenza tiegħi nħoss li rridu nkunu ġusti sew ma' l-istorja kif ukoll ma' min għamel il- liġi ta' l-1978.", "Dawk iż-żmenijiet, biex nagħtu fiduċja lil kull ħaddiem, kien jenħtieġ li min għandu ħafna jagħti xi ftit milli kellu.", "Tul dawn l- aħħar għoxrin sena wrejna li konna kapaċi naqdfu għal rasna mingħajr ma nkunu la bażi u lanqas xi kolonna jew kolonja ekonomika ta' ħaddieħor.", "Għaldaqstant sakemm inkunu qed niġġeneraw ġid biżżejjed, nistgħu nagħtu lil dan in-numru żgħir ta' nies pensjoni mingħajr tnaqqis.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel ftit rimarki fil-qosor b'mod ġenerali għal dak li qalu xi kelliema ta' l-Oppożizzjoni, għax bħal donnu kien hawn min ried jagħti l-impressjoni li allaħares ma kienx il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern biex jagħti l-pensjoni u biex joħroġ il-benefiċċji u l- għotjiet l-oħra.", "Jiena hawnhekk nixtieq nitkellem mil-lat personali u ngħid xi ħaġa illi għadni niftakarha ċara daqs il-kristall.", "Kont għadni tfajla żgħira u sakemm tela' l-Partit Laburista fil-gvern kont għadni niftakar it-tallaba f'Bieb il-Belt u wara l-bibien tan-nies jittalbu l- karita'.", "Fis-snin ta' qabel is-sebgħinijiet min kien hemm fil-gvern, mhux il-Partit Nazzjonalista?", "Dawn it-tallaba hemmhekk kienu u hemmhekk ħallihom il-Partit Nazzjonalista, Sur President.", "Kien il-Gvern Laburista illi lil dawn it-tallaba refagħhom minn xagħarhom u tejbilhom il-qagħda finanzjarja tal-pensjonijiet.", "Hawnhekk issemmew ħafna l-welfare society u l-welfare state.", "Il-welfare society huwa ġġenerat mill-kapitaliżmu sfrenat.", "Aħna ma nistgħux naffordjaw illi n-nies tagħna jmorru għal xi ħaġa daqshekk personalizzata.", "X'fiha ħażin illi wieħed jgħin lill-ieħor u li kulħadd jgħin lil xulxin?", "M'aħniex noqtlu l-ebda inizjattiva volontarja, anzi l-għaqdiet volontarji baqgħu jiġu megħjuna u se nkomplu ngħinuhom imma aħna nemmnu illi biex kulħadd ikun jista' jmissu l-parti tiegħu hemm bżonn illi l-għajnuna tingħata anke mill-gvern ċentrali.", "Per eżempju, ssemmew ukoll iċ-ċifri tal-pensjonijiet u ż-żidiet.", "Aħna nieħdu gost li anke l-pensjonanti ħadu ż- żidiet, għaliex le!", "Se jgawdi bihom kulħadd.", "Imma jiena rrid infakkar hawnhekk ukoll li anke l-anzjani ħassewh l-għoli tal-ħajja.", "Meta kien hemm Gvern Laburista l-anzjani jgħidulek li kienu jieħdu gost jagħtu xi ħaġa lill-ulied uliedhom minn dak li kienu jaqilgħu għax setgħu jagħtuhom imma mbagħad meta kien hemm Gvern Nazzjonalista minkejja ż-żidiet illi ta, xorta waħda ma setgħux ilaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja.", "Dawn huma fatti li ħadd ma jista' jiċħadhom.", "Jiena ma nixtieqx intawwal għaliex xtaqt biss nagħmel punt ta' referenza dwar dak li seħħ fl-1978.", "Nerġa' nirrepeti li jkun ħażin meta aħna naqbdu l-liġijiet minn barra l-kontest tagħhom u nagħtuhom slant billi, noħorġuhom barra mill-kontest u kulħadd jibda jitkellem dwarhom kif ġie ġie.", "Per eżempju, l-Onor.", "Gonzi qal hekk u se nikkwota:", "\"Għalhekk hawn qed ngħidu li fl-1978 twieldet din il-problema taħt il- Gvern Laburista.", "Aħna m'għandniex għalfejn nidħlu wisq fid-dettall tar-riżultat ta' dak li sar fl-1978 għax dak iż-żmien b'daqqa ta' pinna l-Gvern Laburista kien qal li hu ma jimpurtahx mill- kontribuzzjonijiet li ħallas il-poplu għas-servizzi, mill-iskemi u mill-affarijiet li l-poplu għandu fil-postijiet tax-xogħol.", "Dak il- Gvern kien qal li minn dakinhar 'il quddiem dawn ma jeżistux u l- massimu li jistgħu jieħdu hija pensjoni ta' żewġ terzi.\".", "Jien lill-Onor.", "Gonzi ngħidlu: Jekk jogħġbok, mur għamel riferenza għal dak li kien ġie diskuss dakinhar dwar din il-liġi.", "Jekk jogħġbok, mur għamel riferenza u ara min kien dak il-partit li ġab il-pensjoniijet, il- kontribuzzjonijiet u tejjeb il-qagħda soċjali u ekonomika tal-Maltin.", "Għalhekk jien semmejt dak il-punt.", "Għadu stampat f'moħħi, Sur President, illi sakemm kien għad hemm Gvern Nazzjonalista tas-sittinijiet u qabel ma tela' il-Partit Laburista fil- gvern, tallaba kellna jiġru mas-saqajn, fil-Belt, fl-irħula u wara l- bibien, imbagħad tela' l-Partit Laburista fil-gvern u bdew jinfetħu l- pensjonijiet.", "Issemmew anke persuni b'diżabbilita'.", "Min kien dak il- partit li kien l-ewwel wieħed li qabeż għalihom, li ħarġilhom il-pensjoni u li ħarġilhom il-kontribuzzjoni?", "Għaliex ma ngħidux il-verita'?", "Ma ninnegawx illi partit li jkun fil-gvern ikompli jtejjeb il-qagħda ta' dak li jkun imma li nippruvaw intapnu u nippruvaw inkissru dak li jkun għamel gvern ieħor huwa ħażin ħafna.", "M'aħniex qed inkunu ġusti ma' l-istorja u dan kemm-il darba sar u billi noqogħdu nitfgħu t-tajn ħaġa biss ngħid u nispiċċa biha, Sur President.", "Tajn nistgħu nitfgħu.", "Nistgħu aħna nċajpru u nħammġu karta bit-tajn imma l-istorja ħadd ma jista' jħassarha.", "Din tibqa' miktuba u fl-istorja se jibqa' miktub illi kien il-Gvern Laburista li dejjem ħadem u qabeż għall- pensjonant, għall-batut u għall-ħaddiem.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sur President, erġajna għandna quddiemna abbozz ta' liġi illi jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Qed ngħid \"erġajna\" għaliex sena wara l-oħra ressaqna quddiem din il-Kamra abbozzi ta' liġi illi meta wieħed jiflihom isib illi l-għan prinċipali ta' dawn l-abbozzi kien biex jipprovdi għaż-żidiet illi jkunu ġew imħabbra fil-budget u biex ukoll jagħtu spjegazzjoni ta' miżuri ġodda jew riformi f'xi qasam soċjali.", "Dan hu wkoll l-iskop ta' dan l-abbozz illi għandna quddiemna llejla.", "Pero' għalkemm insibu l-istess skop, l-istess għan prinċipali fl-abbozzi kollha li tressqu f'din il-Kamra biex jemendaw l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, pero' żgur li ma nsibux l-istess kwalita' u l-istess kwantita' ta' żidiet fil-benefiċċji li għandna quddiemna llum u ż-żidiet fil-benefiċċji illi ressaqna", "fl-aħħar żewġ leġislaturi li għaddew.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Gonzi llum qed nitkellmu fuq ċenteżmi iżda fid-disa' snin li għaddew tkellimna u implimentajna żidiet sostanzjali fil-benefiċċji.", "Jekk ikolli noqgħod nsemmi dawk il-benefiċċji u l-miżuri kollha li ħloqna fil-qasam soċjali u anke l-assistenza soċjali u kif dawn żdiedu minn sena għall-oħra ma nispiċċa qatt, apparti l-fatt li diġa' ġew imsemmija f'din il-Kamra llejla stess anke mill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "Inħoss li hu dover tiegħi li nsemmi dawk li l-aktar kienu ta' fejda u ta' sostenn għall-familji tagħna u wkoll sabiex fir-records ta' dan id-debate jkollna kontinwazzjoni ta' l-istorja tas-sigurta' soċjali.", "Jien ukoll, bħall-Onor.", "Maria Camilleri, nemmen li l-istorja hija importanti, pero' importanti wkoll li tkun kontinwazzjoni ta' l-istorja u mhux biċċiet mill-istorja, bħalma għamel l-Onor.", "Edwin Grech fl- introduzzjoni tiegħu fejn semma biss parti minn din l-istorja tas-sigurta' soċjali.", "Hu għamel sew li semmiha; li m'għamilx sew kien li waqaf fl-1979 u x'ġara wara ma smajna xejn minn għandu.", "Anzi kieku wieħed joqgħod biss fuq dak li qalu l-Onor.", "Edwin Grech - u sa ċertu punt anke dak li qalet l- Onor. Maria Camilleri - jieħu l-impressjoni li kienu biss gvernijiet Laburista li wettqu tibdil fil-qasam tas-sigurta' soċjali.", "Wieħed jieħu l- impressjoni li kien biss frott ta' gvern Laburista li llum għandna ħarsien soċjali daqstant tajjeb.", "L-istorja vera tas-sigurta' soċjali turi li kull gvern impenja ruħu biex itejjeb dan il-qasam, għalkemm ċerti liġijiet f'ċerti leġislaturi Laburisti ħolqu anomaliji, anke bħalma semma membru parlamentari Laburista f'dan id-dibattitu.", "Pero' nemmen li l-intenzjoni u l-iskop f'kull introduzzjoni ta' miżura jew riforma dejjem tkun waħda tajba.", "Għalhekk m'huwiex xieraq li xi ħadd f'din il-Kamra jipprova jiżvija lill-istess membri ta' din il-Kamra jew inkella lis-semmiegħa billi l-ewwel jirriferi biss għal parti mill-istorja twila u dettaljata tas-sigurta' soċjali u t-tieni jipprova wkoll li jinfluwenza lill-poplu li kienu biss gvernijiet Laburista li ħadmu fil-qasam tal-politika soċjali.", "Forsi ta' min isemmi li l-Onor.", "Edwin Grech kellu raġun jaqbeż parti mill- istorja tas-sigurta' soċjali u qed nirriferi b'mod partikolari għal dak il- perijodu ta' ħames snin mill-1982 sa' l-1987 meta taħt amministrazzjoni Laburista kien hemm friża sħiħa fuq il-pagi u fuq l-benefiċċji u l-ħajja xorta waħda baqgħet togħla.", "Dakinhar għal ħames snin sħaħ ma ngħatatx żieda fil-pagi u lanqas fil-benefiċċji soċjali.", "Dakinhar ukoll tneħħa d-dritt ta' l-għażla għall-mara tad-dar meta kienet tiġi biex tixtri l-bżonnijiet tagħha.", "Żgur li min-naħa tal-Gvern dan ħadd ma jieħu pjaċir isemmih.", "Imma apparti dan kollu, jien xorta ngħid li ftit jew wisq kull gvern ipprova f'xi żmien jew ieħor isostni l-livell ta' benefiċċji soċjali u servizzi oħra dejjem s'intendi skond l-iżvilupp soċjali ta' dak iż-żmien.", "Pero' jibqa' fatt ukoll li x'ħin nagħmlu l-paraguni nsibu li Gvern Nazzjonalista bl-akbar serjeta', b'għaqal u b'attenzjoni kontinwa ħa ħsieb il-morda, il-persuni b'diżabilita', ir-romol, il-pensjonanti, is-single parents, id-drogati, il-familji li jgħixu fuq l-assistenza soċjali u oħrajn, barra milli pprovda wkoll diversi miżuri biex jissewwew l- inġustizzji u anomaliji fost il-pensjonanti.", "Gvern Nazzjonalista għamel riforma sħiħa f'dan il-kamp, qabad is-sistema kollha u poġġiha fuq linji ġodda.", "Aħna wettaqna politika li assigurat livell ta' għajxien diċenti lil dawk l-aktar li huma fil-bżonn u fil-qosor nixtieq nagħmel riferenza għalihom.", "Per eżempju, l-ewwel miżura li wettaqna kienet tolqot lill-familja numeruża bi dħul baxx.", "Aħna konna żidna r-rata ta' l-għajnuna soċjali, dik li kulħadd jifhem biha bħala relief, u bdejna nagħtu għajnuna għal kull membru li hemm fil-familja, hu kemm hu n-numru ta' persuni, għaliex aħna dejjem emmina bis-serjeta' li d-dinjita' ta' kull membru tal-familja m'għandix tiġi injorata jew diskriminata.", "Emminna wkoll li l-ewwel m'għandna ngħinu huma lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn; u ż-żieda li tajna kienet sostanzjali.", "Per eżempju, ħalli nieħu familja bi tlett itfal li tirċievi l-għajnuna soċjali.", "Meta tgħodd l-għajnuna soċjali, tgħodd iċ- children allowance, il-bonus u l-bonus addizjonali nsibu li fl-1987 din il- familjia kienet tieħu Lm29.78ċ u biż-żidiet fir-rati tul l- amministrazzjonijiet Nazzjonalista din il-familja fl-1996 bdiet tirċievi Lm57.96ċ; jiġifieri din il-familja ħadet żieda ta' aktar minn Lm28 fil- ġimgħa.", "Komplejna b'miżuri oħra u lil dawk il-familji li għandhom tfal b'diżabilita' tajnihom allowance speċjali.", "Komplejna ngħinu lill-familji permezz tal-family bonus, tajna wkoll bonus addizjonali lil dawk il-familji li jieħdu l-għajnuna soċjali u għamilna miżura biex meta kap tal-familja fuq l-għajnuna soċjali jidħol l-isptar din l-għajnuna soċjali ma titnaqqaslux għal perijodu ta' sitt xhur.", "Ħadna ħsieb ukoll sabiex fejn hemm mard mentali neskludu mit-test tal-mezzi d-dħul tal-membri l-oħra tal- familja biex nagħmluha aktar faċli għall-pazjent li jieħu din l-għajnuna.", "Sur President, meta wieħed joqgħod jifli daqsxejn dawn il-miżuri li ħoloq u implimenta Gvern Nazzjonalista, jinnota li dawn il-miżuri mhux biss kienu u għadhom mezz ta' għajnuna finanzjarja aktar diċenti imma kienu wkoll miżuri li kellhom effett morali pożittiv fuq il-familja tagħna, bħal fil- każ tal-miżura marbuta mas-single parents.", "Dawk li jkunu qed irabbu lil uliedhom waħedhom, jiġifieri s-single parents, nafu li diġa' għandhom piż tqil biex iġorru waħedhom, kemm mill- lat finanzjarju kif ukoll f'dak kollu li ġġorr magħha t-trobbija ta' l- ulied u l-kura tal-familja.", "U meta aħna tajna permess lil dawn is-single parents li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sabiex jekk iridu jistgħu jaħdmu u bejn l-għajnuna soċjali u qligħ minn xogħol jaqilgħu sal-paga minima nazzjonali, aħna b'din il-miżura, b'dan il-pass lis-single parents tajnihom dinjita' akbar u għamilnihielhom aktar faċli wkoll biex jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol, dejjem kif għidt diġa', jekk hija x-xewqa tagħhom.", "Pero' sfortunatament illum il-ġurnata bil-politika li miexi biha Gvern Laburista s-single parents li jixtiequ jsibu xogħol adattat għalihom, xogħol li fit-tip tiegħu jikkumplimenta mal-ħajja tal-familja, wara kollox bħal kull ċittadin ieħor, dawn is-single parents mhux qegħdin isibuha daqshekk faċli, daqshekk possibbli li jsibu impjieg.", "Smajna f'din il- Kamra mill-Onor.", "Gonzi li wara li Gvern Nazzjonalista kien kapaċi joħloq l- aqwa servizz soċjali permezz tal-ħolqien tax-xogħol issa sfortunatament u b'dispjaċir dan is-servizz soċjali qed ikun mhedded b'konsegwenza li żgur l- aktar li se jbatu huma dawk li l-aktar jeħtieġu għajnuna.", "Sur President, meta semmejt is-single parents ftakart ukoll fir-romol, pero' biex ma nirrepetix ma nistax noqgħod insemmi l-miżuri kollha li ħloqna li bihom tejjibna l-qagħda tar-romol.", "Ngħid biss li żgur li fejn jidħlu r-romol Gvern Nazzjonalista rnexxielu jtejjeb il-qagħda tagħhom tant li huwa fatt li r-romol igawdu vantaġġi u drittijiet fost l-aqwa li hawn fl- Ewropa.", "Ħadt pjaċir ukoll li bl-abbozz li qed niddiskutu llum, l-abbozz imressaq mill-Onor.", "Edwin Grech, il-qagħda tar-romol se terġa' tkompli titjieb.", "Aħna għalhekk qed naqblu ma' dan l-abbozz għaliex aħna dejjem favur miżuri li jtejbu s-sigurta' soċjali, bħalma naqblu wkoll mal-Gvern meta jkompli jassumi responsabbilta' għat-twettiq tal-politika favur l- ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, xi ħaġa li ħdimna ħafna dwarha fid-disa' snin li għaddew.", "Hawn nixtieq insemmi xi miżuri oħra marbuta dejjem mal- qasam tas-sigurta' soċjali li konna ntroduċejna u li laqtu u għadhom joltqu direttament lill-mara.", "Per eżempju, konna biddilna l-liġi tas-sigurta' soċjali biex l-impjegati nisa li jiżżewġu ma jitilfux l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali li jkunu ħallsu qabel iż-żwieġ.", "Miżura oħra kienet li lill-mara li taħdem fuq bażi part-time tajniha d-dritt li tgawdi l-leave, sick leave u benefiċċji oħra bil-proporzjon għas-sigħat li taħdem.", "Bdejna nagħtu wkoll għajnuna finanzjarja lin-nisa vittmi ta' vjolenza domestika u hawnhekk wieħed ta' min isemmi kemm dan il-benefiċċju llum aktar minn qatt qabel qiegħed iservi ta' għajnuna għaliex aktar ma qed jgħaddi ż-żmien aktar qed jiżdied in-numru ta' persuni vittma ta' vjolenza domestika.", "U konna bdejna nagħtu sussidju finanzjarju wkoll lin-nisa imsawta li jkunu fid-dar \"Merħba Bik\".", "Jien nappella lill-Gvern preżenti biex ikompli fuq dawn il-linji ħalli fil-liġi tas-sigurta' soċjali jkompli jsir eżerċizzju biex anke l- iċken diskriminazzjoni kontra n-nisa tiġi eliminata.", "Dan kien eżerċizzju li beda fis-snin li għaddew, li diġa' ta ħafna frott, eżerċizzju wkoll li wara kollox mhux il-mara biss se tgawdi minnu imma indirettament dan jolqot il- familja kollha.", "Jien nappella lill-Gvern - u lill-Ministru Grech responsabbli mill- ħarsien soċjali - biex ma jkunx biss attiv u jagħmel eżerċizzju fuq l- avvanz tal-mara imma li jikkonsidra l-introduzjoni ta' l-hekk imsejħa carers leave, jiġifieri li persuna tingħata leave speċjali mingħajr ħlas għal perijodu ta' żmien indefinit, sakemm ikun hemm bżonn, biex din il- persuna tkun tista' tieħu ħsieb membri anzjani tal-familja li jiddependu kompletament minn ħaddieħor.", "B'hekk meta l-membru tal-familja anzjan jew għax jiġi nieqes jew minħabba ċirkostanzi oħra ma jkunx jenħtieġ aktar dan is-servizz, il-persuna li tkun ħadet l-ispecial leave tkun tista' tirritorna lura għax-xogħol mingħajr ma titlef id-dritt li tibqa' fil-grad li kellha qabel.", "Jien nissuġġerixxi wkoll li l-carers ikunu jistgħu jgawdu mill-pensjoni tal-wens jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi stabiliti mil-liġi dwar is- sigurta' soċjali.", "Dan is-suġġeriment diġa' għamiltu darb'oħra pero' ħassejt li għandi nerġa' nirrepetih iżjed u iżjed meta llum il-ġurnata nafu, minn studju li sar, li n-numru ta' persuni li jieħdu ħsieb lill-qraba anzjani li jiddependu minnhom aktarx li qed ikompli jikber.", "Kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista naqblu u nemmnu li kemm jista' jkun l-anzjani għandhom joqogħdu fil-lokalita' u fid-djar tagħhom, imdawrin b'dawk kollha li jħobbuhom u mal-familjari tagħhom.", "Għalhekk ħassejt li għandi nerġa' nenfasizza l-ħtieġa li kemm jista' jkun malajr tiġi mplimentata l-miżura tal-carers leave.", "Jiena m'għandix dubju li l-gvern tal-ġurnata jaqbel ma' din il-proposta pero' bħal f'kull ħaġa oħra għandu jagħmel l-isforzi kollha tiegħu għax xejn ma jsir waħdu u kollox irid il- ħsieb u l-impenn biex finalment dak li jkun mixtieq jitwettaq.", "Jiena persważa wkoll li l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali lest jikkonsidra din il- miżura allavolja qed tissemma mill-Oppożizzjoni.", "Prova ta' dan huwa dan l-istess abbozz li għandna quddiemna fejn l-emendi dwar il-pensjoni tas-servizz, li se jidħlu fis-seħħ mill-4 ta' Ottubru ta' din is-sena, qed jiġu ppreżentati b'dan il-mod u mhux kif kienu mħabbra mill-Onor.", "Lino Spiteri fid-diskors tal-budget.", "Dan proprju għaliex il- Gvern ta widen għall-messaġġ ta' l-Oppożizzjoni flimkien ma' kritika oħra min-naħa ta' l-Għaqda tal-Pensjonanti.", "Hekk għandu jkun.", "Jiżbalja min b'suppervja ma jilqax u ma jikkonsidrax kritika kostruttiva.", "Jien sinċerament nistqarr li aħna l-Membri ta' l-Oppożizzjoni hekk qegħdin kontinwament nagħmlu.", "F'kull liġi li ngħaddu f'din il-Kamra qegħdin nippruvaw bl-aktar mod ċar u qawwi nkunu oppożizzjoni kostruttiva għaliex aħna verament nemmnu fil-ġid tan-nazzjon u nikkritikaw dak kollu li b'xi mod ikun se jfixkel ir-ritmu tal-progress.", "Aħna dan nippruvaw inwaqqfuh mhux biex nitfgħu xi dell ikrah fuq il-Gvern għal xi vantaġġ politiku, bħalma kultant niġu akkużati li nagħmlu, imma għax bis-serjeta' nemmnu li m'għandna nħallu lil ħadd joħloq inġustizzji u m'għandna nħallu lil ħadd jimxi b'politika li ma tagħmilx ġieħ lil pajjiżna.", "Jekk jiġri hekk il- konsegwenzi jkunu kbar u jkollhom ukoll effett long-term.", "Imbagħad trid iż- żmien u sforzi kbar biex issewwi l-iżbalji li jkunu saru barra milli l- povru ċittadin ibati meta jintlaqgħat minn deċiżjonijiet mhux korretti, proprju bħalma kien ġara fil-każ ta' l-emendi li kienu saru fl-Att dwar is- Sigurta' Soċjali fl-1979.", "Dak inhar Gvern Laburista kien għamel skema kontributorja li biha kienu ġew ikkreati numru ta' anomaliji u inġustizzji.", "Kieku dak iż-żmien il-liġi saret mod ieħor - kien hemm modi oħra kif setgħet saret - kieku llum l- affarijiet huma xorta oħra.", "Imma għallinqas b'diversi miżuri li ħadna f'dawn id-disa' snin li għaddew fejn naqqasna xi wħud mill-anomaliji u mill- inġustizzji li writna kif ukoll b'dan l-abbozz li qegħdin niddiskutu, se nkomplu nsewwu xi wħud mill-iżbalji li Gvern Laburista kien ħoloq snin ilu.", "Ma rridx niftiehem li Gvern Laburista ta' qabel l-1987 ma għamel xejn tajjeb fil-qasam tas-sigurta' soċjali, anzi kien ħoloq miżuri li kienu ġustifikati, pero' għar-rigward ta' l-iskema kontributorja u l-mod kif saret fl-1979 żgur li ma kenitx waħda daqstant ġusta.", "Allura qed jagħmel sewwa l-Gvern illum li ġab quddiemna dawn l-emendi biex ta' l-inqas ikompli fid-direzzjoni li qbadna aħna tul iż-żewġ amministrazzjonijiet li għaddew, jiġifieri dik li fil-pajjiż tagħna ma nħallux li jsiru nġustizzji.", "Sur President, jien nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nuri l- apprezzament tiegħi lil kull min tul il-medda tas-snin ħadem sabiex itejjeb il-qasam tas-sigurta' soċjali.", "Qed ngħid dan għax kull miżura u kull riforma li saret f'dan il-kamp, li kienet miżura jew riforma ġusta, kienet ta' ġid kbir għall-familji tagħna.", "Aħna dejjem emminna li l-familja hija l- qofol tas-soċjeta' u għalhekk nappella sabiex kull impenn, kull deċiżjoni, kull policy u kull liġi li nimplimentaw naraw li tkun tirrispetta d- diversita' tal-familja fis-soċjeta' tagħna.", "Nemmen ukoll li kull servizz soċjali m'għandux jiġi meqjus biss f'termini finanzjarji, għalkemm dan huwa importanti, pero' irridu nqisu aspetti oħra.", "Per eżempju, il-metodu, il- motivazzjoni u t-tip ta' benefiċċju jew servizz soċjali għandu jkollu wkoll xejra personali u wkoll valur edukattiv - biex insejjaħlu hekk - li jispira, jgħallem u jagħmel enfasi fuq il-valuri.", "Sur President, dan kollu rajnih iseħħ b'diversi miżuri li ġew introdotti fis-snin li għaddew u nixtieq nappella biex dawn l-aspetti li semmejt, jiġifieri l-emendi u l-policies ġodda li jkunu se jiġu implimentati, ikunu policies li jkunu bbażati fuq family friendly policies, b'aspett personalizzat u b'aspett ta' valuri marbut dejjem mas-servizzi soċjali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Sur President, dan id-dibattitu wera kemm is- sezzjoni politika ta' pajjiżna għamlet u għamlet ħafna għall-persuni li l- aktar għandhom bżonn.", "Ħafna drabi s-sezzjoni politika tiġi attakkata mingħajr ebda raġuni ta' xejn - forsi xi kultant ukoll ikun hemm raġuni għaliex għandha tiġi attakkata - għax fejn tidħol l-għajnuna lil min l- aktar għandu bżonnha u fejn jidħlu servizz soċjali, iż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom biex jiddandnu għaliex kull naħa għamlet mill-aħjar li setgħet biex tgħin lil min l-aktar għandu bżonn.", "Mill-banda l-oħra kien ta' għajb li naraw lil ċerti Membri ta' din il-Kamra jitkellmu b'mod u manjiera qisna tfal ta' l-iskola u jgħidu min għamel l-aktar.", "Il-fatt li wieħed ikun għamel xi ħaġa diġa' huwa biżżejjed u jiena naħseb li r-realta' hija li ż- żewġ naħat tal-Kamra għamlu biżżejjed biex jiddandnu bih.", "Huwa inutli noqogħdu ngħidu li aħna għamilna aktar minnkom u intom għamiltu aktar minna.", "Huwa aktar agħar li sezzjoni ta' din il-Kamra tipprova tidħak bir- realta'.", "Rajna, per eżempju, lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali sfaċċatament jaqbeż perijodu sħiħ ta' żmien - mhux sena jew tnejn imma għaxra jew għoxrin sena sħaħ - u jipprova jidħak bil-poplu u jindika li f'dawk is-snin ma sar assolutament xejn.", "Veru li nistgħu ngħidu li wara l-1979 konna aktar moħlijin biex niġġieldu għad-demokrazija u konna aktar moħlijin biex niġġieldu kontra l-vjolenza bla rażan li kienet ħakmet dan il-pajjiż milli biex ngħaddu servizzi soċjali - apparti l-friża li għadha kemm semmiet l- Onor. Giovanna Debono li fil-bidu tas-snin tmenin żammet totalment in abeyance is-servizzi soċjali - imma tkun daħka kbira bil-poplu jekk aħna nippruvaw naħbu minnu dak kollu li sar tul id-disa' snin u nofs ta' Gvern Nazzjonalista.", "Saret qisha hallmark ta' dan il-Gvern Soċjalista li jidħak bil-poplu.", "Dan il-Gvern qisu qed jagħmillha hallmark tiegħu li jgħid ħaġa llum, jgħid ħaġa għada, illum jikkonvinċi lilu nifsu, għada jipprova jikkonvinċi lin-naħa l-oħra tal-Kamra u pitgħada jipprova jikkonvinċi lill- poplu Malti kollu b'affarijiet li huma 'l bogħod ħafna mill-verita'.", "L-istorja tal-benefiċċji soċjali ġewwa Malta hija storja twila imma ma kienx hemm bżonn li waqt li qegħdin nitkellmu fuq dawn l-emendi mmorru lura għar-reġim kolonjali ta' 40 sena ilu - kif għamlet l-Onor.", "Maria Camilleri - u nsemmu x'ingħad fl-1951 u x'kien intqal f'\"La Patria\", kif għamel l- Onor. Leo Brincat.", "Ir-realta' ta' l-istorja tas-servizzi soċjali hija waħda.", "Il-verita' hija li gvernijiet Laburisti matul iż-żmemnijiet għamlu u għamlu ħafna fejn jidħlu benefiċċji soċjali.", "Gvernijiet Nazzjonalisti għamlu ħafna u ħafna wkoll imma filwaqt li gvernijiet Laburisti kienu tajbin biss f'dan is-settur, gvernijiet Nazzjonalisti ta' leġislaturi waħda wara l-oħra kienu tajbin f'ħafna setturi oħra wkoll, mhux l-inqas li jtejbu l-ekonomija tal-pajjiż.", "Sur President, xtaqt nitkellem ftit fuq il-konfużjoni li ħolqot din il- liġi f'dak li għandu x'jaqsam mal-pensjoni taż-żewġ terzi.", "M'hemm l-ebda dubju li din il-liġi as a whole kienet a step in the right direction, biss irridu nammettu li kienet ġiet introdotta mingħajr ma kien hemm preparazzjoni biżżejjed.", "Fil-fatt naraw li hekk kif ġiet introdotta fl- 1979 waqqfet ħesrem u ħlief talbiet minn setturi oħra ta' pensjonanti ma kellniex.", "Naf li kien hawn min min-naħa l-oħra tal-Kamra staqsa għaliex Gvern Nazzjonalista m'arranġahiex.", "Veru li wara l-1982 Gvern Nazzjonalista dam disa' snin fil-poter u ma ressaqx dawn l-emendi imma veru wkoll li mill-1979 sakemm niżel Gvern Laburista m'għamel xejn lanqas.", "Ir- raġuni hi li meta tressqet din il-liġi dwar il-pensjoni taż-żewġ terzi, l- Onor. Leo Brincat m'għamilx eżattament dak li qal li għamel waqt li kienu qegħdin jippreparaw il-programm elettorali qabel l-elezzjoni t'Ottubru.", "L- Onor. Membru qal li saru ħafna diskussjonijiet fuq dawn l-emendi u li saru diversi accounting exercises biex jiġi assigurat li meta jidħlu fis-seħħ dawn l-emendi l-Gvern ikun jista' jlaħħaq magħhom.", "Jien naħseb li din hija ħaġa tajba u hekk għandu jsir.", "Tkun ġennata li tressaq emendi li se jiswewlek ċertu ammont ta' flus u mbagħad ma tkunx għamilt il-homework tiegħek biex tara tistax tasal.", "Sur President, issemmew iċ-ċenteżmi.", "L-Onor.", "Gonzi qal li dawn huma emendi li se jrebbħu xi ftit ċenteżmi 'l dak u 'l ieħor.", "Kien hawn min min-naħa l-oħra li qal li dawn huma emendi li se jissarfu f'ħafna iktar mill-ftit ċenteżmi li semma' l-Onor.", "Gonzi.", "Wieħed mill- membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra qal li dawn il-miżuri li qed jintroduċi l- Gvern se jiswewlu Lm1.5 miljun u minnhom se jigwadanjaw eluf u eluf kbar ta' pensjonanti.", "Issa jekk taqbad Lm1.5 miljun u tiddividihom b'eluf u eluf kbar ta' pensjonanti naħseb ma tiġix wisq 'il bogħod minn ftit ċenteżmi!", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk għidt li jkollna nammettu li meta kienet tressqet il-liġi fl-1979, il-pajjiż ma kienx ippreparat għaliha.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Naħseb li jekk l-Onor.", "Sceberras Trigona jrid jitkellem, din il-Kamra tagħtih iċ-ċans kollu.", "(Interruzzjonijiet)", "Naħseb li m'hemm l-ebda dubju li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li din il- liġi taż-żewġ terzi hija liġi li l-pajjiż għandu bżonnha ħafna.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu wkoll li l-konfużjoni li ħolqot hemm qiegħda.", "S'intendi n-naħa l-oħra tal-Kamra ma jaqblilhiex titkellem b'mod differenti minn hekk.", "Il-Membri tal-Gvern qalu li meta tressqet din il-liġi fl-1979, il-pożizzjoni ekonomika tal-pajjiż dak iż-żmien kienet tali li ma setgħetx tagħmel tajjeb għall-emendi li qegħdin isiru llum.", "Hawnhekk irridu niftakru li fl-1979 ġa kien hemm tmien snin ta' amministrazzjoni Laburista.", "Allura tan-naħa l-oħra qed jgħidu li wara tmien snin sħaħ ta' gvernijiet Laburisti, is-sitwazzjoni ekonomika kienet tali li ma setgħux jagħtu dan li qegħdin jagħtu l-llum!", "Mill-banda l-oħra - għax imbagħad tiġi waħedha - llum dan il-Gvern qed jgħid li sab il-ħofor u diffikultajiet ekonomiċi.", "Fl- ewwel xhur ta' dan il-Parlament ħlief fuq ħofor ma tkellimniex imma madanakollu b'dawn il-ħofor kollha l-Gvern preżenti qiegħed f'pożizzjoni li joħroġ il-flejjes li hemm bżonn biex jiġu in forza dawn l-emendi!", "Dan id- daħk bil-poplu ma jistax ikompli.", "(Interruzzjonijiet) Nippermettilek kemm trid.", "THE DEPUTY SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor.Sceberras Trigona, bil-permess ta' l-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRS TRIGONA: Lill-Onor.", "Membru nixtieq nistaqsih mistoqsija qasira ħafna.", "Jista' jiġġustifika għaliex f'disa' snin ta' dan l-allegat ġid kollu din il-farka żgħira, li l-Onor.", "Gonzi rriduċa għal ftit ċenteżmi, ma saritx?", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Naħseb li r-risposta hija faċli.", "Meta tlajna aħna fl-1987 sibna verament sitwazzjoni ekonomika tal-biża' f'dan il- pajjiż.", "Din kienet tali li ma stajniex nivvotaw il-flejjes li jirrikjedu dawn l-emendi.", "Jien ngħid b'wiċċi minn quddiem li allavolja dan huwa money bill, din in-naħa tal-Kamra se tivvota favur.", "Fl-1987 din ma kenitx tiġi l- ewwel fil-prijoritajiet.", "(Interruzzjonijiet) Il-memorja ta' l-Onor.", "Sceberras Trigona hija qasira u ma jistax jiftakar x'sibna aħna fl-1987.", "Importanti kemm hi importanti din l-emenda u importanti kemm huma importanti l-inġustizzji li saru kontra l-pensjonanti bil-liġi ta' l-1979, din ma kenitx prijorita'.", "Fl-1987 fejn kien hemm straġi f'dak li huwa xogħol, straġi f'dik li hija ġustizzja u straġi f'dik li hija liberta' u l- prijoritajiet li kellu Gvern Nazzjonalista fl-1987 kienu ħafna.", "Dan apparti l-fatt li s-sitwazzjoni ekonomika ta' dak iż-żmien kienet verament bil-ħofor.", "Hemmhekk kienu l-ħofor!", "Nixtieq li ndaħħluha f'moħħna li l- poplu mhux mazzun, Madam Speaker.", "Il-poplu jkun jaf ċerti affarijiet fuq il- ponot ta' subgħajh.", "Il-Gvern preżenti qiegħed japprofitta ruħu ħafna mis-sitwazzjoni li l- poplu qiegħed jismagħna.", "Meta jkun qed jismagħna l-poplu ma jkunx qiegħed jeżamina kull kelma li tingħad hawnhekk u l-Gvern qiegħed japprofitta ruħu u jipprova jdaħħal f'moħħ il-poplu li l-Gvern Nazzjonalista m'għamel assolutament xejn.", "Jien nista' ngħid li impressjonajt ruħi meta l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici ta lista sħiħa ta' affarijiet li għamel Gvern Nazzjonalista.", "Din il-lista kienet inkredibbli.", "Dan biex tara kemm din in- naħa tal-Kamra ma tagħmilx propaganda.", "Uħud minna f'din il-Kamra, inkluż jien, konna mpressjonati b'li għamel Gvern Nazzjonalista, aħseb u ara the man in the street kemm ma jirrealizzax xi jkun għamel gvern għalih.", "Ma nixtieqx noqgħod ngħid x'għamel iktar il-Gvern Nazzjonalista.", "Aktar kmien l- Onor. Brincat ikkwota lil Eddie Fenech Adami li fl-antik kien qal li l- Onor. Perit Mintoff kien jimla l-istonku tal-poplu biex imbagħad ikun jista' jagħmel li jrid bih.", "Jekk ikkwotax tajjeb jew le l-Onor.", "Birncat jien ma nafx, imma m'hemm ebda dubju li gvernijiet Nazzjonalisti ma ħadmux biss fuq il-lat materjali tal-benefiċċji soċjali imma ħadmu biex kattru x- xogħol, il-pedament tal-benefiċċji soċjali.", "Gvern Nazzjonalista dejjem ta importanza għall-pedament tal-benefiċċji soċjali, Madam Speaker.", "Ix-xogħol jagħti ż-żejt lill-ekonomija.", "Huwa mpossibbli li gvern jagħti benefiċċji soċjali materjali mingħajr ma jkun iġġenera x-xogħol.", "Ix-xogħol iġib il-flejjes u l-flejjes iġibu t-taxxi u l- kontribuzzjonijiet tan-national insurance.", "Bihom gvern ikun jista' jagħti l- benefiċċji soċjali.", "Kien hawn min qal li xtaq li kien tajjeb biex iġib ix- xogħol lejn pajjiżna daqskemm kien tajjeb biex iġib flus!", "Din hija quote popolari ħafna ta' l-Onor.", "Perit Mintoff.", "Ejja nikkonċedu li kien kapaċi ħafna iġib il-flus - biex ma nidħlux fid-dettalji - imma falla f'dak li huwa xogħol.", "Għallinqas il-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien ħareġ rebbieħ fejn jidħlu flus li ġab lejn pajjiżna imma kien tellief fl-isfera tax- xogħol.", "Il-Gvern tal-lum falla fuq iż-żewġ counts, Madam Speaker.", "Il-Gvern tal-lum gerrex ix-xogħol u gerrex il-flus.", "Għaliex ngħid hekk?", "Għax qatt b'daqshekk qawwa u daqshekk malajr wara elezzjoni ma naqas ix-xogħol daqs kemm naqas f'dawn id-disa' xhur.", "Qatt ma żdiedu n-nies jirreġistraw daqs kemm żdiedu f'dawn id-disa' xhur taħt dan il-Gvern Soċjlalista.", "Qatt ma kien hawn daqshekk għaks daqskemm hawn dawn il-ġranet.", "Dan l-għaks għadu mhux qiegħed jinħass, Madam Speaker, għax għadna għaddejjin bir- rankatura ta' standard of living għoli li konna qegħdin ingawdu fis-snin ta' qabel.", "Dan mhux b'kumbinazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "Madam Speaker, ma nafx għaliex qed jitbaqbqu daqshekk l-Onor.", "Membri tan- naħa l-oħra.", "Hawn min jgħid li hekk kif jitla' partit Soċjalista, dan jipproġetta image li ma tantx tagħmel qalb lill-kummerċjant.", "Gvern Soċjalista forsi ma tantx huwa assoċjat mal-well-being u allura jaf igerrex il-kummerċ.", "Dan il-Gvern mhux hekk biss qed jagħmel.", "Dan mhux gerrex il- kummerċ bl-isem u bit-timbru ta' gvern Laburista imma għamel mill-aħjar li seta' biex igerrex il-kummerċ.", "Ħela żmienu u ħela żmien il-komunita' kummerċjali billi għal tmien xhur sħaħ qgħadna niddibattu ma kull sezzjoni kummerċjali biex inneħħu taxxa li diġa' kienet ħadet postha u ndaħħlu taxxa oħra li ħafna minnhom għadhom lanqas jafu kif taħdem sal-ġurnata mqaddsa tal-lum.", "U r-rota qiegħda ddur illum il-ġurnata għax it-taxxi preżenti li ddaħħlu - dawn l-hekk imsejħa taxxi ġodda - jaħdmu fuq dik li kienet titħaddem biha l-VAT.", "Fil-fatt meta jkun hemm telefonati lejn l-uffiċċju tal-VAT, dawn igħidulhom biex ikomplu kif kienu jagħmlu qabel.", "Madam Speaker, minflok ma utilizzajna dan iż-żmien biex jinħoloq ix-xogħol u biex tinżera' arja ta' fiduċja f'pajjżna, ħlejna tmien xhur induru wara dembna.", "Minflok ma ħa bis-serjeta' t-twissija tagħna li hawn inċertezza kbira fil- pajjiż, il-Gvern \"ġdid u modern\" waqa' fit-tattika antika li jsejjaħ dan il- warning tixwix.", "X'għamel aktar, biex gerrexx ix-xogħol minn pajjiżna?", "Waqqaf ix- xogħlijiet kollha li kienu qegħdin isiru qabel.", "Kwalunkwe biċċa xogħol li kienet qegħda ssir taħt il-Gvern preċedenti - li kienet tingranana ħafna xogħlijiet oħra u allura r-rota kienet iddur - dan il-Gvern waqqafha għall- pika biex imbagħad jerġa' jibdiha u jkun jista' jagħmilha proġett tiegħu.", "Biex kompla daħħalna f'abbiss ta' baħħ, il-Gvern preżenti neħħa dik il- viżjoni li kellu l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel li jaf fejn irid jasal.", "L- iffriżar ta' l-applikazzjoni tagħna ta' l-Unjoni Ewropea daħħlet ħafna inċertezza f'pajjiżna.", "Minħabba f'hekk, is-settur kummerċjali waqaf ħesrem.", "Dan huwa settur li jingrana x-xogħol.", "Ix-xogħol jagħti iktar flejjes lill- gvern biex ikun jista' jagħti servizzi soċjali, Madam Speaker.", "Imma issa dan is-settur ma jafx fejn hu sejjer.", "Jien ma kelli ebda ħsieb li nitkellem fuq dawn l-emendi - għax ħafna drabi nsibu ruħna nirrepetu ħafna u ħafna affarijiet li diġa' jkunu ntqalu qabel - imma xtaqt biss nagħmel dawn l-osservazzjonijiet.", "Ma nixtieqx indaħħal ukoll daqsxejn it-tħassib tiegħi f'xi diskors jew xi punti li saru mill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra għax aħna niftakruhom kif kienu jitkellmu meta kienu fl-Oppożizzjoni.", "Kienu jgħidu li l-benefiċċji soċjali huma dritt u l-Gvern irid jara x'jagħmel biex iġibhom.", "Illum il-ġurnata donnhom skoprew il-bajda ta' Colombus u qed jgħidulna li dawn is-servizzi soċjali jiswew il-flus u ma jaqgħux mis-sema u għalhekk irridu noqogħdu attenti li ma jiġux abbużati.", "Mur obsor!", "M'hemm ebda dubju li s-servizzi soċjali li jieħdu ħafna mill- pensjonanti u ħafna nies oħrajn li huma fil-bżonn jiġu minn flejjes oħra.", "F'dan id-dibattitu erġajna smajna li hija ħaġa tajba li jkun hemm il- private pension scheme - dik kienet l-idea ta' gvernijiet Nazzjonalisti ta' qabel - pero' min kien gerrixha 'l bogħod minn moħħ il-poplu?", "Kif kien waqaf ħesrem il-poplu Malti bl-għajta tal-gvernijiet Laburisti ta' qabel li ħadd ma jiekol b'iktar minn ħalq wieħed meta l-Malti bl-għaqal tiegħu jinxurja ruħu biex meta jikber fl-eta' jkollu fuq xiex jistrieħ u barra minn hekk jinvesti flusu in a pension scheme!", "Issa llum il-ġurnata qegħdin nerġgħu nisimgħu li hija ħaġa tajba li pensjonant jibda jaħseb daqsxejn għal rasu u ma joqgħodx jistenna l-gvern.", "Din hija ħaġa tajba imma nispera li dan m'huwiex każ li qed iberraq u xi awgurju ta' xi affarijiet li għad irridu naraw 'il quddiem.", "Illum il-ġurnata dan il-Gvern għadu frisk wara r-rebħa ta' l-elezzjoni u allura qed ikun ewforiku u qed jiftaħ idejh.", "Din hija ħaġa tajba wkoll imma nispera li dawn is-sinjali li qegħdin jaslu min-naħa l-oħra tal-Kamra m'humiex jindikaw li 'l quddiem se nnaqqsu xi benefiċċji li l-Maltin jinvestu fihom.", "Għad irridu naraw ħafna konsegwenzi ta' l-emendi li qegħdin jgħaddu llum il-ġurnata, Madam Speaker.", "Peress li llum il-ġurnata hawn min qed jieħu ż-żewġ terzi żgur li għada pitgħada se jkollna talbiet minn unions u assoċjazzjonijiet biex ikopru setturi ta' ħaddiema oħra u hekk għandu jkun.", "Nispera li l-Gvern preżenti jieħu aktar bis-serjeta' l-ħidma tiegħu biex iġib ix-xogħol lejn dan il-pajjiż għax fin-nuqqas ta' dan mhux talli mhux se jkollu l-flejjes biex ikopri għall-emendi li qiegħed jipproponi llum imma żgur li mhux se jkollu l-flejjes għal setturi ta' ħaddiema oħra u għall-kwadru demografiku li għad irid jolqot lid-dinja kollha.", "Iktar ma qiegħed jgħaddi ż-żmien iktar il-bniedem qed jgħix fit-tul.", "Dan ifisser li l-benefiċċji soċjali, bħall-pensjonijiet, se jitgawdew minn aktar u aktar nies għal aktar u aktar tul ta' żmien.", "Għalhekk irid ikollna x'jagħmel tajjeb għal dan min-nies li qegħdin jaħdmu.", "Jekk ma jkollniex numru li jikkompara tajjeb bejn nies jaħdmu u nies li jkunu qed jgħixu fuq il- pensjonijiet ebda emendi li ngħaddu minn din il-Kamra ma jkunu jistgħu jirnexxu.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 29 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - t-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - t-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - t-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - t- Tieni Qari;", "u xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata iktar tard. --------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Madam Speaker, fil-weekend li għadda, proprju nhar is-Sibt, 26 ta' Lulju, smajna li l-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant ħatar kummissjoni dwar il-futur tal-familja biex tkun tista' tifli l-qagħda tal-familja u tal-koppji Maltin.", "Din hija kummissjoni li fost affarijiet oħra se tara - b'ċerta kontroversja u b'ċerta lixka fina - kif jista' jintlaħaq consensus nazzjonali għad-dħul tad-divorzju f'Malta, għalkemm s'intendi l-kelma \"divorzju\" ma tissemma mkien.", "Jien nistaqsi: Il-Prim Ministru ħaseb li llum il-poplu Malti mhuwiex intelliġenti biżżejjed biex ma jindunax li din hija kummissjoni dwar id-divorzju, għalkemm il-kelma \"divorzju\" ma tissemma mkien?", "Il-poplu ma jiftakarx li fil-5 ta' Frar li għadda waqt diskussjoni li saret fl-Universita' ta' Malta organizzata mill- Kunsill Studenti Universitarji, l-Prim Ministru Alfred Sant kien qal li aktar 'il quddiem se jaħtar kummissjoni biex tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha dwar id-divorzju?", "Għalhekk jidher ċar li għalkemm il-kummissjoni mħabbra matul dan il-weekend tissejjaħ Kummissjoni dwar il-Futur tal- Familja żgur li din hija kummissjoni li bl-aktar mod qawwi se tiffoka fuq id-dħul tad-divorzju f'pajjiżna.", "Għaliex ma qalilniex ċar u tond il-Prim Ministru x'inhu l-iskop ta' din il-kummissjoni minflok qagħad jilgħab bil-kliem?", "Għaliex fil-kampanja elettorali, jiġifieri qabel l-elezzjoni, ma qalx lill-poplu Malti u Għawdxi li huwa mhux biss favur id-divorzju imma jekk ikun fil-gvern se jdaħħal id- divorzju f'Malta?", "Għaliex ma kienx sinċier mal-poplu Malti l-Prim Ministru Alfred Sant u ma tkellimx ċar fuq issue bħal din u dwar kwestjoni daqstant delikata li tolqot lill-familja, l-aktar ħaġa importanti għalina?", "Ħaġa bħal din, li hija ta' importanza kbira, kellha tkun imniżżla fil-programm elettorali għax hekk titlob ir-responsabbilta' ġusta tat-tmexxija tal- pajjiż.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu sempliċement fuq xi miżura li ma tagħmel ebda effett sostanzjali fuq il-persuna jew fuq il-familja.", "Il-Prim Ministru ħeba lill-poplu x'kellu f'moħħu dwar il-kwestjoni tad-divorzju u għalhekk kellna raġun aħna li ta' spiss konna nfakkru li dan ma tistax tafdah.", "Issa x'ġara?", "Issa għandna quddiemna kummissjoni li mhux se tistudja jekk id-divorzju għandux jidħol jew le imma għandna kummissjoni li hija mwaqqfa biex tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha dwar kif u meta se jinstab il-consensus nazzjonali ħalli jidħol id-divorzju.", "Jien inħoss li dan huwa nuqqas ta' rispett lejn iċ-ċittadin Malti għaliex dan ma kienx mgħarraf dwar din il-liġi qabel l-elezzjoni.", "Minkejja li konna nisimgħu l-famuża għajta \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" il-fatti qed juru li d- dinjita' taċ-ċittadin qed tkun imwarrba u b'politika fina ta' ingann il- leħen tiegħu qiegħed ikun maħnuq.", "Kulħadd huwa konxju li xi familji Maltin u Għawdxin għaddejjin minn diversi problemi.", "Jien għidt \"xi familji\" għax kultant wieħed jieħu l-impressjoni li kważi l-familji kollha Maltin u Għawdxin illum jinsabu f'baħar ta' nkwiet u bi problemi li m'hemmx soluzzjoni għalihom.", "Huwa veru li hawn xi familji li sfortunatament għaddejjin minn din l-esperjenza u aħna fid-dover li lil dawn nieħdu ħsiebhom - aktar 'il quddiem nagħmel riferenza dwar x'miżuri, rimedji u tip ta' attenzjoni u għajnuna għandha tingħata lil dawn il-familji - pero' lanqas ma rridu ninsew li l-maġġoranza tal-Maltin huma familji b'saħħithom kif juri l-istudju \"Maltese Families in Transition\" li sar minn Fr. Charles Tabone.", "F'dan l-istudju nsibu li, meta l-familji ġew mistoqsija kif jiddeskrivu l- familja tagħhom, 93% minnhom għażlu li jiddeskrivuha bħala familja li ma jonqosha xejn, familja magħquda, familja mibnija fuq id-djalogu u kien hemm ukoll ħafna li ddeskrivewha bħala familja li għalkemm m'hijiex sinjura hija ferħana.", "Dan qed nerġa' nfakkru biex ma niġrux bl-idea li f'Malta qisu ma baqax familji magħquda.", "Nerġa' ngħid li minkejja li 93% tal-familji Maltin wieġbu li huma kuntenti bil-qagħda tal-familja tagħhom huwa d-dover tagħna li bl-aktar mod xieraq u dinjituż naraw x'inhuma l-kawżi prinċipali għat- tifrik ta' dawn il-familji.", "B'hekk minbarra milli nsibu l-aħjar metodu u attitudni adattata għall-familji li għaddejjin minn żmien ta' kriżi lill- familja ta' għada ngħinuha tifforma ruħha biex possibilment tkun tiflaħ tilqa' għall-problemi li l-istess żvilupp kultant iġib miegħu.", "Għalhekk irridu naħdmu biex insibu rimedji dejjem aktar effettivi u mezzi biex possibilment nevitaw il-gwaj fil-familja.", "Għandna naraw x'kienu u x'qed ikunu l-kawżi li jwasslu għall-problemi fil- familja.", "Mhux l-ewwel darba li problemi ta' vjolenza domestika, nuqqas ta' fedelta' u intolleranza bejn membri tal-familja jkunu l-kaġun ta' problemi serji u tkissir ta' familji.", "Jekk wieħed jistudja sew kif dawn il-familji sabu ruħhom f'din is-sitwazzjoni fost riżultati oħra nsibu li, per eżempju, fl-għerusija l-koppji ma kenux jippreparaw ruħhom tajjeb għall-ħajja miżżewġa.", "Issib li l-għarajjes, per eżempju, kien aktar ħsiebhom kif se jibnu l-ġebel tad-dar milli kif se jibnu relazzjonijiet sodi u stabbli kemm bħala għarajjes, kemm bħala miżżewġin u għada pitgħada bħala ġenituri.", "Kawża oħra li kkaġunat u li qed tikkaġuna problemi fil-familja hija li xi wħud ma fehmux tajjeb u fuq kollox ma pprattikawx l-ugwaljanza.", "Xi wħud din l-ugwaljanza jeħduha b'mentalita' trejdunjonistika, matematika u pikuża, b'enfasi aktar fuq id-drittijiet milli d-dmirijiet.", "Ugwaljanza vera hi dik kumplimentari u mhux pika jew bullying; hi sens ta' rispett reċiproku lejn xulxin.", "Kawża oħra li kompliet u li qed tkompli tifred il-familja hija l-laxkezza morali, imġieba pubblika mmoral u tixrid ta' films pornografiċi.", "Issa li semmejt x'ġara fil-passat u x'qed jiġri fil-preżent li jista' jkun ta' dannu għall-għaqda fil-familja, nixtieq nagħmel riferenza - dejjem fil-qosor għax il-ħin ma jippermettix - għall-futur għax kif jgħidu bl-Ingliż prevention is better than cure.", "Barra mill-ħafna xogħol li diġa' sar u li qed isir irridu naraw x'jista' jsir aktar biex f'pajjiżna ma tiżdiedx ir-rata ta' familji bi problemi serji.", "Sal-lum, kemm il-gvern kif ukoll il-Knisja u d-diversi għaqdiet volontarji taw sehem siewi ħafna favur il-familja u li mpossibbli li nsemmi f'dan il-ħin limitat li għandi.", "Għalkemm il-kontribut, il-ħidma u l-introduzzjoni ta' diversi miżuri u policies għenu sabiex itaffu u kultant anke jirrimedjaw diversi problemi familjari, jien inħoss li flimkien mal-ħidma mill-gverm u mal-ħidma mill- volontarjat, fil-pajjiż u fost il-poplu għandu jkun hemm spirtu u sens ta' dixxiplina intelliġenti, dixxiplina adattata għall-kultura u r-realta' ta' żmienna, dixxiplina rispettuża, motivata u mhux dixxiplina militari u dixxiplina li ma tirrispettax id-dinjita' umana.", "Din it-tip ta' dixxiplina trid tibda mill-bankijiet ta' l-iskola mbagħad nipprattikawha fuq il-postijiet tax-xogħol u anke fil-postijiet tad-divertiment.", "Jekk inkunu rawwimna fina dan l-ispirtu u sens ta' dixxiplina, jiġifieri li jkollna self-control u li jkollna tolleranza, meta mmorru lura d-dar wara l-iskola, wara x-xogħol jew wara d-divertiment l-imġieba tagħna fil- familja żgur li se tkun waħda tolleranti u kkontrollata li tevita konflitti bejn il-membri tal-familja.", "Biex nagħti xi eżempji, ħalli niftiehem aħjar b'dan li qed ngħid, nista' nsemmi li jekk persuna fuq il- post tax-xogħol ħsibha biss kif se toqgħod komda hi għad-dannu ta' ħaddieħor, żgur li x'ħin din il-persuna tmur id-dar se taġixxi bl-istess mod mal-mara, mar-raġel u mat-tfal.", "Jekk, per eżempju, persuna m'hijiex kapaċi tikkontrolla l-kilba għax-xorb meta tkun f'post ta' divertiment, x'tistenna minn bniedem xurban x'ħin imur id-dar?", "Daqsxejn dixxiplina fuqna nfusna u rispett lejn ta' madwarna f'kull post li nkunu hija arma tajba biex nevitaw inkwiet mill-bieb 'il ġewwa.", "Madam Speaker, pero' l-aqwa rimedju preventiv għall-kawża ta' tkissir fil-familja hija bla dubju ta' xejn l-edukazzjoni għall-ħajja.", "Għalhekk sa mill-bidu tal-gvernijiet Nazzjonalisti ħadna ħsieb li nintroduċu fl- iskejjel tagħna, per eżempju, il-personal and social education u l-life skills.", "Dan l-aħħar frixna anke korsijiet tal-parental skills ma' l-ibliet u l-irħula kollha ta' Malta u Għawdex.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja anke lill-Kummissjoni SEDQA tal-kontribut li tat biex, flimkien mas- segretarjat għall-affarijiet tal-familja u flimkien mad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni, tat kontribut siewi ħafna biex dawn il-parental skills irnexxielna nifirxuhom ma' l-ibliet u l-rħula ta' Malta u Għawdex.", "Bħala segretarjat għall-affarijiet tal-familja konna bdejna wkoll laqgħat ma' koppji miżżewwġa friski li fost l-oħrajn f'dawn il-laqgħat konna nispjegawlhom kif iwettqu fil-prattika l-parental skills li jkunu tgħallmu b'mod teoretiku f'okkażjonijiet oħra.", "Madam Speaker, irrid insemmi wkoll il-ktejjeb li konna nibagħtu mis- segretarjat għall-affarijiet tal-familja lil kull koppja lejliet it-tieġ tagħhom.", "Dan il-ktejjeb bl-isem \"Minn Staġun għal ieħor fil-Familja b'Impenn\" żgur li kien kontribut ieħor edukattiv għall-ħajja tal-familja.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nappella lill-Gvern preżenti biex dan l-istess ktieb jerġa' jagħmel użu minnu, jagħmel fih l-emendi li jidhirlu hu u jerġa' jibda s-sistema li jibagħtu fid-djar ta' dawn l-għarajjes.", "Jien kelli l-okkażjoni li niltaqa' ma' ħafna għarajjes li rċevew dan il-ktieb u qaluli kemm kien ta' ġid għalihom u kemm kien se jibqa' ta' għożża għalihom għaliex fih, għalkemm huwa żgħir, hemm tagħlim li huwa adattat għal kull staġun u għal kull fażi tal-familja.", "Jekk wieħed isemmi xi pjanijiet oħra kellu l-Partit Nazzjonalista għall- futur naraw li, per eżempju, fil-programm elettorali aħna ma tkellimnix dwar id-divorzju bħala s-soluzzjoni għall-problemi tal-familja imma konna qed inwegħdu li, fost affarijiet oħra, nibnu strutturi ġodda bħal, per eżempju, short-term therapeutic counselling u separation mediation biex insalvaw kemm jista' jkun l-għaqda tal-familja tagħna.", "Fil-programm elettorali għidna wkoll li għandu jitwaqqaf domestic violence shelter li jagħti kenn u għajnuna lil min isofri vjolenza fil-familja u għat-tfal tagħhom.", "Biex lill-familji ngħinuhom fir-rwol tagħhom tal-lum, għidna li għandna noħolqu forom u kondizzjonijiet ġodda ta' xogħol bħal, per eżempju, il-flexy time, job sharing, emergency unpaid leave u kondizzjonijiet oħra li kollha jgħinu sabiex fejn ikun hemm l-omm u l-missier jaħdmu, bl- introduzzjoni ta' kondizzjonijiet ġodda bejniethom ikun jista' jintlaħaq aktar bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja għax meta għandek bilanċ tajjeb żgur li se tevita konflitti bejn il-familja.", "Madam Speaker, illum il-ġurnata l-familji kollha madwar id-dinja qed jesperjenzaw tibdiliet kbar fl-istil ta' ħajja tagħhom u Malta m'hijiex eċċezzjoni.", "Nistgħu pero' nħarsu lejn dan it-tibdil jew bħala theddida jew bħala sfida.", "Jien ċerta u nemmen li jekk nedukaw u nippreparaw ruħna nkunu nistgħu nħarsu lejn dawn it-tibdiliet bħala sfida u anke nkunu kapaċi nilqgħu għal dawn l-isfidi u b'familji aktar edukati żgur li jkollna soċjeta' aktar b'saħħitha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Madam Speaker, irrid nieħu ftit minuti ta' din il- Kamra biex inwieġeb biċċa ġurnaliżmu tal-gutter, dak li bl-Ingliż jgħidulu gutter journalism, li deher nhar il-Ħadd li għadda.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għall-ewwel paġna ta' l-\"KullĦadd\" fejn, taħt it-titlu \"Tanġenti\", dwar ir-rapport tal-Gozo Channel kien hemm fost l-oħrajn ritratt tiegħi bil-quote li jien \"M'iniex hawn\"; imbagħad fit-test kien hemm li jiena kont ministru responsabbli mill-Gozo Channel.", "Madam Speaker, dawn huma żewġ gidbiet assoluti u f'dak li qalet il-\"KullĦadd\" uriet ruħha - ma naħsibx li hija l-ewwel darba li għamlet dan - bħala gazzetta giddieba u qarrieqa.", "Jien ma kontx naf li kienet kapaċi tinżel daqshekk fl-abissi tal-ġurnaliżmu u niżlet fil-post li kif jgħidu l- Amerikani l-post li jixirqilha hu t-thrash can , niżlet fl-abissi tal-landa taż-żibel.", "Araw ftit il-fatti.", "Nhar il-Ġimgħa filgħaxija wara l-Parlament jien ingħaqadt mal-familja tiegħi għal jumejn mistrieħ u ma kontx id-dar sal-Ħadd fil-għaxija - dawk huma l-fatti.", "Meta wasalt il-Ħadd fil-għaxija sibt messaġġ fuq l-answering machine li għandi d-dar mingħand Joe Muscat tas-Super I li ried ikellimni.", "Il-Ħadd fil-għaxija stess ċempiltlu biex inkellmu imma ma kienx hemm.", "Ċempiltlu llum ukoll imma kien qed jaqra l-ġurnali.", "Xi ħadd ġibidli l- attenzjoni - jiena l-gazzetta \"KullĦadd\" ma nixtrihiex - li l-\"KullĦadd\" kienet ġabet storja fuq ir-rapport tal-Gozo Channel u li jien kont fil- front page bil-quote li jien \"M'iniex hawn\".", "Madam Speaker, jien membru parlamentari u għalhekk persuna pubblika u minn ġurnalisti serji nistenna l- inqas livell possibbli ta' diċenza bħalma jistenna kull min qiegħed f'din il-Kamra.", "Imma jidher ċar li llum din il-gazzetta lanqas l-inqas livell ta' diċenza m'għadha tħaddem.", "Il-\"KullĦadd\" kienu ċempluli d-dar meta jiena ma kontx id-dar, ħallew messaġġ fuq l-answering machine li riedu jkellmuni u allura dan kien għalihom biżżejjed biex jivvintaw il-quote kompletament falza taħt ir- ritratt tiegħi \"M'iniex hawn\" u dan għaliex tkellmu ma' answering machine.", "Naħseb li kieku qed nitkellmu fuq affarijiet li m'humiex daqshekk serji din hija redikolaġni ta' l-akbar kwalita'.", "Fil-fatt hija oxxenita' li diffiċli tniżżilha kieku ma tkunx ġrat lilek personalment.", "Din gidba li kważi kważi wieħed ma jistax lanqas jimmaġina li tista' ssir imma fil-fatt f'dan il-pajjiż saret u l-premju għaliha ħadu l-\"KullĦadd\".", "Ċemplu u kellmu lill-answering machine, ħallew risposta li riedu jkellmuni fuq answering machine u għalihom dan kien biżżejjed biex fil-front page tal- ġurnal tagħhom iġibu ritratt tiegħi bil-quote \"M'iniex hawn\".", "Għalkemm f'pajjiżna lħaqna livelli baxxi ta' ġurnaliżmu jien naħseb li s'issa konna għadna qatt ma lħaqna dan il-livell u forsi dan hu l-iżjed livell baxx li wieħed jista' jimmaġina li jkolli fil-ġurnaliżmu.", "Dan juri li min kien qed jagħmel l-istorja ried li, bi kwalunkwe mod, jipprova li jdaħħal lili fil-kredu meta kien jaf li jien f'dan il-kredu ma kont nidħol assolutament xejn imma kellu l-istorja, ried iġib ir-ritratt, ried jagħmel il-quote u allura vvinta kompletament quote bħal din u poġġiha fil-front page tal-ġurnal tiegħu.", "Imma mhux hekk biss, għax dan il- ġurnaliżmu m'huwiex biss ġurnaliżmu oxxen imma huwa wkoll ġurnaliżmu inkompetenti għaliex barra li qalu quote li ma kenitx teżisti, għaliex ħallew risposta fuq answering machine, meta taqra l-gazzetta ssib li fit- tieni paġna kitbu li jien kont il-ministru responsabbli mill-Gozo Channel.", "Madam Speaker, jien ilni għaxar snin fil-Parlament, għamilt sitt snin u nofs membru tal-Gvern Nazzjonalista bħala segretarju parlamentari u ministru u lanqas għal sekonda waħda - mhux għal ġurnata imma lanqas għal sekonda - ma qatt kelli fil-portfolio tiegħi l-Gozo Channel.", "Lanqas għal sekonda waħda għaliex taħt il-Gvern Nazzjonalista l-Gozo Channel kienet ikkonsidrata wieħed mill-investimenti li kellu l-gvern fil-kumpanniji u kienet taqa' dejjem taħt ministeri oħrajn u qatt ma kienet taqa' taħt ministeru li kont nokkupa jien.", "Ma naħsibx li kien ikun diffiċli wisq għall-ġurnalisti tant bravi tal-ġurnal \"KullĦadd\", ġurnalisti li jieħdu gost jgħidu li għandhom fama ta' investigating journalists mill-aqwa li jinvestigaw ftit u jiskopru li fil-portfolio tiegħi bħala ministru, kemm meta kont ministru responsabbli mill-kultura, mix-xandir, miż-żgħażagħ u minn affarijiet oħrajn u anke meta kont ministru responsabbli għat-toroq, portijiet, teknoloġija u telekomunikazzjoni qatt ma kelli l-Gozo Channel.", "Imma l-ġurnal \"KullĦadd\" naturalment dan ma tax kasu u ried bilfors iġib ir-ritratt tiegħi u ried bilfors isib xi mezz biex lili jdaħħalni fl- istorja.", "Dan huwa ġurnaliżmu li jagħmel deni kbir lil pajjiżna, huwa ġurnaliżmu bla responsabbilta' meta nħammġu lin-nies bl-iktar mod leġġer mingħajr ma nieħdu kont tal-konsegwenzi li jista' jkollhom dawk l-akkużi għall-futur tal-persuna u għall-familja tiegħu.", "Bl-iktar mod salvaġġ u irresponsabbli l-\"KullĦadd\" gideb fuq il-front page tiegħu mhux darba imma darbtejn u ġab quote li kienet ivvintata kompletament għaliex ħallew risposta fuq answering machine u vvintaw li jien kont responsabbli mill-Gozo Ghannel meta għandhom ikunu jafu - jekk ma kenux jafu wkol! - li jien qatt ma kont responsabbli mill-Gozo Channel fis-snin kollha li jien ilni f'dan il- Parlament.", "Wieħed għandu jieħu kont ta' dan it-tip ta' ġurnaliżmu f'dan il-pajjiż u jara li ġurnaliżmu bħal dan ma jkunx hawn spazju għalih u l-qrati tagħna għandhom ikollhom il-possibbilta' li jagħmlu kundanni mill-iktar b'saħħithom lejn min bl-iktar mod irresponsabbli jivvinta quotes u affarijiet li m'humiex fatti imma huma invenzjonijiet u fabbrikazzjonijiet totali.", "Ġurnalisti bħal dawn f'pajjiżi serji jiġu mill-ewwel iċċensurati mill-kunsill ta' l-istampa u jeħlu multi kbar mill-qrati għall-gideb monumentali.", "Dan huwa ġurnaliżmu ta' qiegħ il-barmil taż-żibel u n-nies li jagħmluh iridu biss iċappsu mingħajr ma jindenjaw ruħhom jiċċekkjaw l- affarijiet u għax iċemplulek u jħallu messaġġ fuq l-answering machine jivvintaw quote tiegħek li jien \"M'iniex hawn\" u jagħmlu gidbiet perfetti, bla riżervi li n-nies komuni lanqas biss jgħaddilhom minn moħħhom li dan seta' jkun.", "Kien hemm nies li staqsewni għalfejn għidtilhom hekk u qaluli: Isma', mela l-Gozo Channel ma kenitx taħtek?", "Dawn in-nies diġa' belgħu l-gideb komplet li għamlet il-\"KullĦadd\" dwari fl-ewwel paġna tagħhom.", "Madam Speaker, dawn huma metodi mill-agħar u jien qiegħed ngħid li dak li qal dwari l-ġurnal \"KullĦadd\" fil-front page u f'page 2 ta' nhar il-Ħadd li għadda huwa gideb biss.", "Madam Speaker, filwaqt li ngħajjar lill-\"KullĦadd\" li huma giddibin fil- konfront tiegħi, niżvesti ruħi minn kull immunita' parlamentari u minn kull privileġġ li tagħtini din il-Kamra.", "Dalgħodu, meta ma sibtx lil Joe Muscat, li naturalment kien ħalla risposta fuq l-answering machine fid-dar tiegħi, kellimt lill-editur Felix Agius u għidtlu li jien irrid korrezzjoni u li rridha fl-ewwel paġna biex ma neħux azzjonijiet oħrajn biex jien ikolli sodisfazzjon kif għandu jkun.", "Jekk in-nies iridu jkunu diċenti ma' xulxin għandu jkun hemm korrezzjoni li tkun għas-sodifazzjon tiegħi.", "Se nistenna sa nhar il-Ħadd li ġej biex nara li ssir dik il-korrezzjoni mingħajr ma nitlobha skond il-liġi.", "Se nagħti ċans sa nhar il-Ħadd li ġej biex il-\"KullĦadd\" ikollha d-diċenza li minn dawn l-abbissi li waqgħet fihom titla' ftit 'il fuq u jkollha d-diċenza li tammetti li vvintat il- quote \"M'iniex hawn\", sempliċement għaliex ħallew risposta fuq l-answering machine, u li jkollha d-diċenza li tammetti li żbaljat u li ngannat lill- pubbliku Malti - mhux biss il-\"KullĦadd\" imma anke s-Super 1 Radio irripeta dawn il-gideb - u tgħid il-verita', li jien qatt ma kont responsabbli mill- Gozo Channel.", "Issa nispera li ma jkunx hemm xi ħelu u jgħid li jista' jkun li kien hemm xi ministru msiefer għal xi tlett ijiem u forsi jien kont ħadtlu postu kif normalment isir fil-gvern.", "Jien qatt ma kelli l-Gozo Channel bħala parti mill-portfolio tiegħi.", "Jien niżvesti ruħi minn kwalunkwe privileġġ li tista' tagħtini l-Kamra, mingħajr ebda immunita' parlamentari u nerġa' ngħid li l-\"KullĦadd\" huwa ġurnal giddieb fil-konfront tiegħi.", "Madam Speaker, jekk din il-korezzjoni ma ssirx serjament u għas-sodisfazzjon tiegħi jien se nieħu l-azzjonijiet kollha li tagħtini l-liġi.", "Dan il- ġurnaliżmu moqżież irid jieqaf f'pajjiżna u l-qrati tagħna għandhom jagħtu aktar u mhux anqas protezzjoni lill-persuni pubbliċi kif tidher li hija t- tendenza fil-qrati tagħna llum.", "Għandu jkun hemm iktar protezzjoni lill-persuna pubblika għaliex il-ħajja pubblika ta' dik il-persuna tiddependi mill-perception li n-nies ikollhom tagħha.", "Allura min jattakka l-immaġini ta' dik il-persuna jkun qed jagħmel ħafna aktar ħsara milli kieku jattakka persuna privata.", "Huwa raġunament li ma jagħmilx sens li tagħti inqas protezzjoni lill-persuna pubblika għaliex tgħid li dan suppost ikun kapaċi jaqla' fih u jkun imdorri li jkun hemm min jattakka l-image tiegħu.", "Anzi jekk irridu li fil-pajjiż ikollna persuni serji fil-politika u mhux nies li m'għandhomx sens ta' diċenza rridu nagħtu aktar protezzjoni lill-persuna pubblika għar-rigward tal-libell u ta' l- akkużi li jsiru fil-ġurnali.", "Min huwa persuna pubblika jiddependi mill- image tiegħu, u speċjalment f'dinja fejn in-nies jgħixu bl-għaġġla, jaqraw il-headlines, jaraw ir-ritratti u malajr joħorġu l-kundanna tal-mewt, iktar importanti li jkun hemm protezzjoni serja għal min hu fil-ħajja pubblika.", "Huwa iktar importanti li l-ġustizzja tkun aktar severa ma' min iħammeġ persuna pubblika għaliex ikun qed jattakkalu dak li jħallih jopera fis- soċjeta' u ċoe' l-unur tiegħu.", "Madam Speaker, meta ma sibtx lil Joe Muscat illum kellimt lill-editur tal- \"KullĦadd\" Felix Agius u issa li l-ġurnalisti tiegħu għaffġuha nistenna li jagħmel il-korezzjonijiet neċessarji.", "L-ewwelnett li jien qatt ma għidt il- kliem \"M'iniex hawn\" u li dawn il-kliem inkitbu mill-\"KullĦadd\" wara li ħallewli risposta li riedu jkellmuni fuq l-answering machine: It-tieni nett li fl-ebda waqt mill-karriera politika tiegħi meta kont membru tal-gvern ma kont responsabbli għall-kumpannija Gozo Channel.", "L-editur kien jaf li jien qatt ma għidt \"M'iniex hawn\" lill-\"KullĦadd\" imma huma pprintjaw din il- gidba u poġġewha taħt ir-ritratt tiegħi għaliex ħallew risposta fuq l- answering machine li riedu jkellmuni, bħalma jaf issa l-editur li jien qatt ma kont responsabbli għall-Gozo Channel.", "Dawn huma l-agħar abbissi tal- ġurnaliżmu f'pajjiżna.", "Meta spjegajtlu l-affarijiet irċevejt privatament l- iskużi tiegħu imma għandu jifhem li dawk l-iskużi m'humiex biżżejjed għalija iżda għandhom jitwasslu lill-qarrejja tiegħu kollha u lill-pubbliku Malti li għal darba oħra ġie mqarraq dwari mill-\"KullĦadd\".", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 29 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UFFIĊĊJU TAL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA - MEDIĊINI", "7857.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mediċini li kellhom jorħsu wara intervent mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta minn Novembru 1996 'il hawn?", "X'tip ta' mediċini kienu f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Wara intervent mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, 53 prezz tal-mediċina ġie mraħħas minn Novembru 1996 'l hawn.", "Dawn kienu maqsumin f'dawn il-kategoriji:-", "1 Mard Kroniku 27 bir-riċetta tat-tabib 25 over the counter", "SPTARIJIET PRIVATI - OPERAZZJONIJIET", "7858.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ġewwa sptarijiet privati li għalihom ħallas il-Gvern?", "Kemm swew lill-Gvern dawn l-operazzjonijiet u kemm kienu jiswew kieku dawn saru ġewwa l-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kien hemm 20 pazjent li ġew sponsorjati mill- gvern għall-operazzjonijiet fi sptarijiet privati.", "Peress li l- informazzjoni mitluba għal rigward kemm swew lil Gvern dawn l- operazzjonijiet hija ta' natura kummerċjali, id-dipartiment m'huwiex f'pożizzjoni li jagħti din l-informazzjoni.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "7859.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ġewwa l-Isptar San Luqa mill-ewwel ta' din is-sena?", "Kemm saru majors u minors?", "Kemm minn dawn għamluhom konsulenti, senior registrars, registrars u SNO's?", "Kemm hemm tobba f'kull grad illi għamlu dawn l-operazzjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - PLOTS", "7860.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inbena fuq il-plots mibjugħa fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7226?", "Jiġifieri humiex residenzi privati jew entitajiet kummerċjali?", "Jekk il-Ministru jidhirlu li din id-domanda għandha ssir lid-Dipartiment ta' l-Ambjent, jista' jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal- plots involuti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena mhux f'pożizzjoni li ngħid x'ġie mibni fuq il-plots mibjugħa peress li d-Dipartiment ta' l-Art ma jagħtix permess ta' x'għandu jinbena fuq art li tkun inbiegħet.", "Il-pjanti li juru l-plots imsemmija fit-tieni parti tar-risposta għad- domanda Nru. 7226 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "VETTURI BIL-MUTUR - ĊILINDRAĠĠ", "7861.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti breakdown taċ-ċilindraġġ tal-vetturi bil-mutur illi hawn f'pajjiżna llum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "PETROL STATIONS - BEJGĦ", "7862.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu litri ta' petrol (leaded), petrol (unleaded) u diesel is-sena l-oħra u din is-sena sal-lum?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "| |1996 |1997-01/01/| | | |97 sal | | | |21/07/97 | | |litri |litri | |Diesel |87,784,362|52,336,813 | |Unleaded |21,210,875|13,585,130 | |Petrol |83,641,640|42,788,996 |", "Dawn il-figuri ma jinkludux l-użu ta' diesel għall-ġenerazzjoni elettrika jew bejgħ ta' diesel lill-MOBC għall-bunkering.", "PATRIJOTTI MALTIN", "7898.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba li ta fis-26 ta' Mejju għall-mistoqsija parlamentari numru 5814, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat li nħatar biex jorganizza l-attivitajiet li se jfakkru l-ġrajjiet li seħħew f'Malta fl- 1978 u fis-sentejn ta' wara?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk irċeviex ir- rakkmandazzjonijiet tal-kumitat sad-data li semma fit-tweġiba tiegħu?", "F'każ li r-rakkmandazzjonijiet tal-kumitat qegħdin f'idejn il-Prim Ministru, jista' jgħid x'inhi l-qagħda bħalissa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-membri tal-Kumitat imwaqqaf biex ifakkar il-Biċentinarju tal-ġrajjiet ta' l-1798 huma dawn:-", "Michael Sant Chairperson Frans Sammut Segretarju Stephen Petroni Frederick Fearne Dott. Carmelo Testa Dott. Vicky Ann Cremona Narcy Calamatta Karmen Azzopardi; u Gerald Miller Ir-rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat waslu għandi sad-data msemmija fit- tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 5814.", "Il-qagħda bħalissa hi li l-Kumitat se jgħaddi biex iwettaq il- programm tiegħu kif jidher fir-rakkmandazzjonijiet li ressaqli.", "KUMITAT \"SPORTIVI TAS-SENA\"", "7899.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba li ta fis-26 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5839 dwar l-użu taċ-Ċentru tal-Mediterran għall- Konferenzi mill-Kumitat Organizzattiv tal-konkors \"Sportivi tas-Sena\", jista' l-Ministru jgħid jekk il-kont relattiv issa tħallasx?", "Jekk fin- negattiv, jista' jgħid liema dati ċ-Ċentru fakkar lill-kumitat fl-obbligi li għandu jħallas?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "L-aħħar reminder inħarġet fit-23 ta' Mejju, 1997.", "QRATI - SMIGĦ TA' KAWŻI", "7900.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li l-kawżi fil- Qrati jinstemgħu b'appuntament?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux diskussjonijiet dwar dan?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ma' min saru d- diskussjonijiet?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Is-sistema ta' l-użu tad-Diary li ġiet introdotta fil-Qrati Superjuri kmieni din is-sena hija ntiża preċiżament għal dan il- għan.", "Saru diskussjonijiet ma' kull min huwa konċernat inkluż il-Ġudikaturi.", "Qabel l-introduzzjoni tas-sistema, ġew imħarrġa d-Deputati Reġistraturi f'kull awla, u ġie offrut taħriġ lil kull membru tal-Ġudikatura.", "Dan il- proċess ġie esegwit biex jkun assigurat li s-sistema taħdem effiċjentement.", "QRATI - IMPJEGATI", "7901.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li fil-bini tal-Qorti jkun hemm impjegati li jilqgħu liċ-ċittadin u jindikawlu fejn jista' jsib l-awla li fiha jkun mistenni jattendi u li jinformawh jekk effettivament il-kawża li tinteressa lilu tkunx se tinstema'?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-foyer tal- Qorti hemm impjegata, li xogħolha huwa proprju biex tagħti informazzjoni lill-pubbliku li jirrikorri għandha.", "Barra minn hekk, dan l-aħħar, fis-sulari kollha tal-Qorti twaħħlu sinjali li jindikaw fejn qegħdin l-awli u l-uffiċini.", "Għalhekk illum huwa aktar faċli għall-pubbliku li jsib l-awla li jkun irid jattendi fiha.", "Rigward informazzjoni jekk effettivament il-kawża tkunx se tinstema jew le, dan wieħed jista' jsir jafu mingħand il-Marixxall jew l-iskrivan ta' l- awla konċernata.", "KUMMISSJONI ĦIDMA FIL-QRATI", "7902.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-materja taqax taħt ir- responsabbilta' tiegħu fejn huma maħżuna d-dokumenti tal-Kummissjoni Ħidma fil-Qrati li ttemmet il-ħidma tagħha fl-1987?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "7903.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' kawżi pendenti fl-aħħar ta' Ġunju li għadda f'kull Qorti separatament?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien l-għadd ta' kawżi pendenti f'kull Qorti fl-aħħar ta' Ġunju ta' kull sena mill-1986 'il hawn?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tkun tista' tingħata f'seduta oħra.", "ETC - KOPJA TAL-\"WORKINGS\"", "7951.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-workings għax- xhur ta' April, Mejju u Ġunju, 1997 li tipprepara l-ETC kull xahar kif diġa' għamel fir-rigward tax-xhur preċedenti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "GĦAWDEX - TRIQ SANTA MARIJA", "7952.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla ċ-ċint fi Triq Santa Marija, Marsalforn, li issa ilu fi stat perikoluż għal ġimgħat sħaħ tant li kull m'hemm bejn it-triq u l-kosta xi tliet sulari 'l isfel hi biċċa ħabel?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fuq iċ-ċint fi Triq Santa Marija, Marsalforn għadu għaddej u din il-ġimgħa se jkunu qegħdin jitwaħħlu r- railing tal-ħadid.", "OPM - ARRETRATI TAL-PAYE", "7953.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet, kumpanniji li fihom il-Gvern għandu sehem, korporazzjonijiet jew enti parastatali li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu għandhomx iħallsu arretrati tal-PAYE u jekk iva, kemm għandha tħallas kull waħda minnhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru se jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "P.A. - ARRETRATI TAL-PAYE", "7954.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet, kumpanniji li fihom il-Gvern għandu sehem, korporazzjonijiet jew enti parastatali li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu għandhomx iħallsu arretrati tal-PAYE u jekk iva, kemm għandha tħallas kull waħda minnhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'għandhiex ħlasijiet pendenti ta' PAYE.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - ARRETRATI TAL-PAYE", "7955.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet, kumpanniji li fihom il-Gvern għandu sehem, korporazzjonijiet jew enti parastatali li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu għandhomx iħallsu arretrati tal-PAYE u jekk iva, kemm għandha tħallas kull waħda minnhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - ARRETRATI TAL-PAYE", "7956.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet, kumpanniji li fihom il-Gvern għandu sehem, korporazzjonijiet jew parastatali li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu għandhomx iħallsu arretrati tal-PAYE u jekk iva, kemm għandha tħallas kull waħda minnhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Ammonti dovuti huma:", "EneMalta Lm177,972 - Dawn qegħdin fil-proċess li jitħallsu", "Limsuk Lm 3,798", "FDALIJIET EĠIZZJANI F'MALTA", "7966.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jitlob lid-Dipartiment tal-Mużewijiet jagħti fil-qasir il-kummenti tiegħu dwar artiklu li deher f'\"The Times\" tat-22 ta' Lulju, 1997 dwar fdalijiet Eġizzjani f'Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WIED IL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "7967.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7654 magħmula lill-Ministru tal-Biedja u Sajd u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tat-22 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Mużewijiet qattx wettaq xi ħidma f'Wied il-Qlejja u fl-inħawi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WIED IL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "7968.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7654 u t-tweġibiet mogħtija fis-Seduta tat-22 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal- Kalaxlokk humiex se jieħdu parti mill-qliegħ li din tista' tagħmel mix- xogħol li qed isir u se jsir f'Wied il-Qlejja?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jaghmel il- mistoqsija lill-ministru responsabbli mill-Kalaxlokk.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - KUNSILL LOKALI", "7981.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll effettiv ta' Buġibba u l-inħawi?", "Billi qed jingħad li l-kunsill qed jintalab biex iċedi wħud mid-drittijiet tiegħu għal B.A.C., jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar dan?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li mhux qed tittieħed l-ebda azzjoni biex twassal lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il- Baħar li jċedi uħud mid-drittijiet tiegħu għall-Buġibba Action Committee.", "Kull arranġament li jwassal biex l-investiment sostanzjali li sar minn dan il-Gvern f'Buġibba ma jitlifx l-effett b'konsegwenza ta' nuqqas ta' manutenzjoni, se jsir biss fil-kuntest ta' dak kollu li jipprovdi l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali u bi ftehim sħiħ mal-Kunsill Lokali.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - BENEFIKAR MINN AMNESTIJI", "7994.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ħaddiema li bbenefikaw mill-amnestija, minn passi dixxiplinarji, li ngħataw mill- Ministru wara l-elezzjoni?", "X'tip ta' akkuża kellhom dawk li rċevew il-maħfra?", "F'liema grad kienu mpjegati?", "Fejn joqogħdu dawk li bbenefikaw?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Materji ta' dixxiplina huma fin-natura tagħhom ta' natura kunfidenzzjali u għalhekk ma nħossx li għanda tingħata nformazzjoni f'dan ir-rigward.", "Nista' pero' ninforma lill- Onorevoli Interpellant li bbenefikaw seba' persuni.", "GĦAWDEX: QALA - ART", "8014.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qies fiha l-art (f'metri kwadri) li ġiet iddentifikata fil-Qala, Għawdex minkejja li t- trattattivi għadhom ma ġewx finalizzati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: F'dan l-istadju ma hemm xejn aktar x'inżid għat- tweġiba numru 7521 li tajt fis-seduta 101.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI INTERNAZZJONALI", "8015.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7511?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI - FLUS MINFUQA", "8016.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7509?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 7509 mogħtija f'din is-seduta.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI - STUDENTI BARRANIN", "8017.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7508?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iż-żjara għal Ruma ta' l-istudenti Maltin u dawk barranin ta' l-Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi kienet iffinanzjata mill-Protocol Finanzjarju Italo-Maltese tat-28 ta' Marzu 1994 (Proġett Nru. 35).", "(i) Il-Proġett kien iffinanzjat skond il-modulitajiet ta' l-art.", "3 tal- Protocol u, għaldaqstant, ma jikkontravenix il-proviżjonijiet ta' dan il- Protocol.", "(ii) Għalkemm il-Proġett ġie ffinanzat mill-Protocol Finanzjarju, ma ġewx mogħtija inqas \"scholarships\" mill-Italja lill-istudenti Maltin peress li l- istudenti Maltin jiġu ffinanzjati mill-Protocol Kulturali.", "PEMBROKE - TALBA GĦAL GĦOTI TA' GROUND", "8018.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7593?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 7593 mogħtija f'seduta 108.", "PULIZIJA - FTUĦ TA' GĦASES ĠODDA", "8019.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk hemmx lokalitajiet li fihom l-Gvern qed jaħseb li jiftaħ għases tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7026.", "BANEK - IMPJEGATI B'ĊERTIFIKAT FIL-BANKING", "8022.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skrivani li għandhom ċertifikat fil- Banking maħruġ miċ-Chartered Institute of Bankers, Malta Centre għal: (i) Bank of Valletta Ltd; (ii) Bank Ċentrali ta' Malta; u (iii) Mid-Med Bank Ltd?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'nuqqas ta' skrivani bil-kwalifika msemmija hemm fil-banek imsemmija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "| |Central|Mid Med|Bank of| | |Bank |Bank |Vallett| | | | |a | |ACIB Part 1|29 |347 |281 | |ACIB |8 |110 |45 | |Diploma | | | |", "Għat-tieni parti tal-Mistoqsija nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda impjegat ma għandu fil-kundizzjoni li jrid ikollu l- kwalifiki hawn fuq imsemmija.", "Hawn taħt qed nagħti l-għadd ta' impjegati li ma għandhomx dawn il-kwalifiki:", "|Central |Mid Med Bank|Bank of | |Bank | |Valletta| |86 |1005 |1343 |", "SERVIZZ ĊIVILI - ASSISTANT FOREMAN (RUNWAY PAINTERS/GRASSCUTTERS)", "8023.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-kandidati għall-post ta' assistant foreman (Runway painters/ grasscutters) li għamlu intervista dan l-aħħar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li kien hemm ħames (5) kandidati għal post ta' Assistant Foreman (Runway painters/grasscutters) skond iċ- Ċirkolari MPO Nru. 29/97 tal-10 ta' April 1997.", "PULIZIJA - LIĊENZJI GĦAL DĦUL FIL-BELT VALLETTA", "8024.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li għandhom liċenzja li jidħlu l-Belt Valletta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "AJRUPORT - PROĠETTI", "8042.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol ta' natura kapitali saret fl-airport fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Liema minn dawn il- proġetti kienu jenħtieġu permessi tal-bini?", "X'nefqa saret s'issa fuq dawn il-proġetti?", "Dawk il-proġetti li għadhom ma nbdewx, meta hu mistenni li fil-fatt jibdew jiġu esegwiti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat illi d-dettalji mitluba mill Onorevoli Interpellant huma kif ġej.", "1.", "Xogħol li sar bejn 1 ta' Jannar u 30 ta' Gunju 1997. a. Installazjoni ta' Taxiway u Parking Loghts System f'park 9. b. Tiswija ta' Fire station. c. Tibjijd u water proofing tal Control Tower. d. Bini ta' Observation Room u Fire Station fil Gozo Heliport. e. Terminal Area Radar ġdid. f. PAPI System ġdida.", "Proġetti li jeħtieġu il permessi tal Planning Authority. a. Ix-xogħol li sar fil Gozo Heliport.", "3.", "Nefqa fuq il- Proġetti msemmija. a. Installazjoni ta' Taxiway,Parking Lights System f'park 9.", "Nefqa Lm.11,326. b. Tiswija ta Fire Station.", "Nefqa.", "Xejn. c. Tibjijd u water proofing tal Contrl Tower.", "Nefqa.", "Lm.1,898. d. Bini ta' Observation Room u Fire Station fil Gozo Heliport.", "Nefqa.", "Lm.2,148. e. Terminal Area radar ġdid.", "Nefqa.", "Lm.15,473. f. PAPI System ġdida.", "Nefqa.", "Xejn.", "4.", "Proġetti ġodda u data ta' meta għandhom jiġu mibdija. a. Xorok ġodda fis-Civil Engineering Office Lulju - Awissu 1997", "b. Apron Sweepers Ottubru - Novembru 1997", "MMA - PROĠETTI", "8043.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' natura kapitali ġie deċiż li tidħol għalihom il-MMA fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "LIema minn dawn il-proġetti jenħtieġu permessi tal-bini?", "X'nefqa saret s'issa fuq dawn il-proġetti?", "Dawk il-proġetti li għadhom ma nbdewx, meta hu mistenni li fil-fatt jibdew jiġu esegwiti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat illi d-dettalji mitluba mill- Onorevoli Interpellant huma kif gej:", "|Progett Kapitali |Ammont li | | |ntefaq | |1.Tiswijiet u titjib |Xejn | |iehor ghall-uzu ahjar | | |ta` Flagstone Wharf | | |2.Pinto Stores - |Lm6,343 | |Restawr tal-pjan terran| | |3.Laboratory Wharf - |* | |Il-Bini Amministrattiv | | |4.Hanut ghax-xoghol |Xejn | |ta`Maintenance | |", "* Il-pjan originali kien biex jinbena bini kompletament gdid.", "Fuq dan il- progett intefqu Lm4,578.", "Wara gie deciz li tigi restawrata l-istruttura tal-Polverista (mahzen ta` zmien il-Kavallieri).", "Fuq dan il-progett intefqu Lm550.", "Hu mahsub li dawn il-progetti jigu esegwiti fl-ewwel sitt xhur tas-sena d- diehla.", "Il-progetti msemmija kollha jinhtiegu permessi mill-Awtorita ta` l- Ippjanar.", "PTA - PROĠETTI", "8044.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' natura kapitali ġie deċiż li tidħol għalihom il-PTA fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Liema minn dawn il-proġetti jenħtieġu permessi tal-bini?", "X'nefqa saret s'issa fuq dawn il-proġetti?", "Dawk il-proġetti li għadhom ma nbdewx, meta hu mistenni li fil-fatt jibdew jiġu esegwiti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li bħala proġetti ta' natura kapitali li ġie deċiż li tidħol għalihom l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku huma dawn li ġejjin:-", "Upgrading tal-Valletta Terminus", "Proġett tal-Buġibba Terminus", "Jiena nfurmat ukoll li dawn iż-żewġ proġetti għadhom ma nbdewx għax l- Awtorita' qed tistenna il-permessi meħtieġa.", "MIA - PROĠETTI", "8045.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' natura kapitali ġie deċiż li tidħol għalihom il-MIA fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Liema minn dawn jenħtieġu permessi tal-bini?", "X'nefqa saret s'issa fuq dawn il- proġetti?", "Dawk il-proġetti li għadhom ma nbdewx, meta hu mistenni li fil- fatt jibdew jiġu esegwiti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat illi d-dettalji mitluba mill- Onorevoli Interpellant huma kif ġej:", "1.", "Proġetti ta` natura kapitali approvati bejn 1-1-97 u 30-6-97", "a. Sewage Treatment Plant b. Kaxxi tad-dawl għall-avviżi esterni c. Irranġar ta` l-area madwar is-service station d. Fire extinguishers (tibdil) e. File server (tiswija ġenerali) 2.", "Proġetti li jeħtiegu il-permessi tal-Planning Authority", "a. Sewage Treatment Plant b. Kaxxi tad-dawl ghall-avviżi esterni c. Irrangar taż l-area madwar is-service station", "3.", "Meta mistennija jibdew il-Proġetti msemmija", "a. Sewage Treatment Plant - fl-ahhar ta` l-1997 b. Kaxxi tad-dawl ghall-avviżi esterni - mal-permess c. Irranġar ta` l-area madwar is-service station - qed isir d. Fire extinguishers - Settembru 1997 e. File server - lest", "4.", "Ammont li ntefaq sa issa fuq il-Proġetti a. Sewage Treatment Plant - xejn b. Kaxxi tad-dawk ghall-avviżi esterni - Lm1,200 c. Irranġar ta` l-area madwar is-service station - Lm4,500 d. Fire extinguishers - xejn e. File server - Lm11,000", "SOCIAL HOUSING - APPLIKAZZJONIJIET", "8100.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjali li jaħdmu s-Social Housing biex jagħtu progress report għall-applikazzjonijiet li qed isiru u dan in vista ta' dak li jgħidu l-acknowledgement letters li jintbagħtu voldieri li kull min iħoss li għandu iżjed x'iżid ma' l-applikazzjoni tiegħu, jikteb lid-Dipartiment?", "Jaf il-Ministru li l-unika korrispondenza li qed jirċievu n-nies hu acknowledgements?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, il-Gvern preżenti wiret kważi 5,000 każ ta' applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni waqt li d-Dipartiment jista' isolvi biss madwar 250 każ fis-sena.", "Għalhekk fil-maġġoranza kbira tal-każi m'hemm l-ebda progress li jista' joqgħod jiġi rapportat lill-applikanti.", "Madankollu, kull applikant li jirraporta lid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali xi tibdil fl-applikazzjoni, dan it- tibdil jiġi reġistrat fil-computer u kull applikant li jistaqsi lid- Dipartiment jekk dan it-tibdil sarlux huwa jingħata sodisfazzjon.", "VALLETTA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "8116.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm power cuts fi Triq Sant'Ursola, l-Belt Valletta f'dawn l-aħħar ġimgħat u għaliex f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kien hemm erba' (4) interruzzjonijiet fi Triq St. Ursula il-Belt Valletta fl-24 ta' Ġunju, it-2 ta' Lulju, il-15 ta' Lulju, u t-28 ta' Lulju.", "L-ewwel tlieta ġew ikkawżati min fuse li nqata fuq wieħed mill-phases, filwaqt li l-aħħar waħda kienet ipprogrammata sabiex issir manutenzjoni fuq il-main cable li jissupplixxi l-inħawi.", "SAĦĦA - PARAMEDIC TRAINEES", "8117.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat ir-riżultat ta' l-eżami tal-Paramedic Trainees?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Bord tal-Għażla għadu għaddej bil-ħidma tiegħu dwar l-intervisti ta' l-applikanti għal Paramedical Aides.", "POWER STATION - MARSA", "8124.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5331, ittieħdet deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tas-sistema PEP99 fuq il-boilers l-oħra kollha?", "Peress li nħoss li r-residenti fl-inħawi batew biżżejjed riperkussjonijiet minħabba air pollution, jaħseb il-Ministru li l- introduzzjoni ta' din is-sistema fil-boilers kollha għandha sseħħ mill- aktar fis, hi x'inhi l-ispiża finanzjarja?", "X'inhu l-livell ta' air contaminants fl-inħawi fl-aħħar analizi li sar u kemm suppost ikunu skond standards internazzjonali?", "Kull meta jsiru dawn l-analizi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-trial period fuq Boiler nru.", "8 ser jibda għall- aħħar ta' Awissu.", "Id-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-PEP 99 tittieħed fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "L-EneMalta perjodikament tagħmel analiżi tal-kwalita' ta' l-arja fl- operational areas tagħha u r-riżultat ta' dawn l-analiżi dejjem urew li l- kwalita' ta' l-arja kienet aċċettabbli.", "SPTAR SAN LUQA - INĊINERATUR", "8125.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5332, jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħditx deċiżjoni issa li għaddew xahrejn?", "X'inhu l-livell ta' air contaminants fl-inħawi fl-aħħar analisi li sar u kemm suppost ikunu skond standards internazzjonali?", "Kull meta jsiru dawn l-analisi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL GĦAWDEX - MS.", "ESTHER BAJADA", "8126.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar- risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7777 rigward il- kuntratt ta' persuna mas-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex, jista' l- Prim Ministru jgħid:- 1) kemm hu s-salarju marbut ma' l-istess ingaġġ; 2) minn meta beda l-imsemmi ngaġġ kif ukoll jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-iskedi kollha li ġew ippreparati bil- kordinazzjoni ta' din il-persuna minn meta din bdiet taħdem fis-Segretarjat għal Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni ghandha qeghda tigi migbura, u risposta tinghata f'seduta ohra.", "Seduta 110", "PULIZIJA - MEMBRI", "8127.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu biex membri tal-Korp tal-Pulizija ma jagħmlux part-time jobs bħal xogħol ta' barmen, salesmen, waiters, security, eċċ u dan fl-interess tagħhom stess u wkoll fl-interess tal- Korp?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi jsiru 'patrols' u dawk il- pulizija li jinqabdu jagħmlu x-xogħol imsemmi fil-Mistoqsija, jittieħdu passi dixxiplinarji kontra tagħhom.", "KAŻ DWAR ITTESTJAR TAD-DRAPP", "8128.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'dan il-każ - li qiegħed nibgħat dokumenti konnessi miegħu separatament - ma sarx ix-xogħol meħtieġ kif mitlub minn dan iċ-ċittadin li ħallas ukoll għal dan is-servizz?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il- Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - APPLIKAZZJONI", "W771.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni li qed nibgħatlek separatament?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Stima dwar l-Installar ta' żewġ lampi fil-post indikat mill-Onor.", "Membru diġa' saret u l-approvazzjoni neċessarja hija mistennija fi żmien qasir.", "ĦABS ĊIVILI - DETENUTI", "W812.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx detenuti l-ħabs illi ġewwa ċ-ċella tagħhom għandhom wall units, fitted carpets u/jew brazzi?", "Jekk iva, min huma dawn id-detenuti u kemm huwa n-numru tagħhom?", "Jistgħu jagħmlu dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweiġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3055 fis-Seduta Nru. 50 tat-22 ta' April, 1997, ma nħossx li l-ismijiet ta' persuni li jinsabu l-ħabs għandhom jiġu ppubblikati.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - ĦLAS TA' TAXXA", "W816.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex taħt l-amministrazzjoni l-oħra tneħħew ir- rebates fuq:- a) kemm hemm tfal fil-familja; b) mard fil-familja?", "Jista' jgħid għaliex il-bolla ma titnaqqasx mid-dħul taxxabbli u jekk din hijiex diskriminatorja lejn is-self-employed li jħallsu bolla ogħla?", "Jista' jgħid għaliex koppja separata tibda tħallas taxxa fuq Lm6,000 (anke jekk jibqgħu jgħixu flimkien) u koppja miżżewġa fuq Lm4,000?", "Jikkonferma l-Ministru li dawn l-anomaliji u tneħħija ta' rebates m'hijiex se tgħin biex il-poplu jibda jirrispetta l-moralita' fiskali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bħala riżultat tar-riforma fit-taxxa fuq id-dħul li saret fl-aħħar budget tal-gvern preġedenti (1996), ir-rebates kif ukoll it- tnaqqis personali, inkluż dawk dwar in-numru tat-tfal fil-familja, mard fil- familja u l-bolla tas-Sigurta' Soċjali li kienu jeżistu sas-sena 1995 ġew inkorporati fir-rati tat-taxxa l-ġodda li bdew iseħħu mis-sena ta' stima 1997 (sena bażi 1996).", "L-għan prinċipali għal din ir-riforma kien biex jiġi ssimplifikat il-kalkolu tat-taxxa dovuta u b'hekk twitti t-triq għall- introduzzjoni tal-Final Settlement System (minflok is-sistema tal-PAYE) fejn it-taxxa li titnaqqas tkun tikkorrispondi mat-taxxa li individwu jrid iħallas fuq id-dħul mill-impjieg jew mill-pensjoni.", "B'hekk dawn l- individwi 'l quddiem ma jkollhomx għalfejn jimlew il-formola tat-taxxa kull sena sakemm ma jkollhomx xi dħul ieħor minn sorsi oħra.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, skond ir-rati l-ġodda koppja miżżewġa tibda tħallas taxxa meta taqbeż l-Lm4,000.", "Koppja miżżewġa tista' tiġi ikkonsidrata bħala żewġ persuni singoli u għalhekk igawdu minn ammont mhux taxxabbli ta' Lm3,000 kull wieħed f'dawk il-każi biss meta l-konjuġi l- ieħor jew l-oħra li mhux it-taxpayer ikollhom dħul minn negozju, professjoni, vokazzjoni, impjieg jew pensjoni li tkun ġejja minn impjieg."]} {"filename": "19970224_035d_par.doc", "date": "1997-02-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 35 It-Tnejn, 24 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 35 It-Tnejn, 24 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "35", "It-Tnejn, 24 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 872", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 872", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 877", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI", "TA' VETTURI BIL-MUTUR", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 878", "AĠĠORNAMENT 899", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 905", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 929", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 34 li saret fil-21 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - STUDENTI", "2236.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti f'kull eta' li jattendu skejjel pubbliċi maqsuma fi skejjel primarji u skejjel sekondarji?", "Fil-każ ta' l-iskejjel primarji, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfal li hemm fl-iskejjel ta' l-istat f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeħux in konsiderazzjoni t-trends demografiċi tal-lokal meta jkun qed jiġi ppjanat xi bini jew estensjoni ta' xi skola?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena persważ li l-Ministru jagħti konsiderazzjoni lil kull ħaġa li hija rilevanti għax-xogħlijiet li jkunu se jsiru u allura nemmen li r-risposta hija fl-affermattiv.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Ġaladarba l-Ministru ta' l-Edukazzjoni m'huwiex qiegħed fil-Kamra, nistaqsi lill-Ministru Mizzi, li qed jirrispondi għalih, jarax il-bżonn li l-curriculum nazzjonali ta' l-iskejjel jinżamm aġġornat mal-bżonnijiet tal-lum?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, il-mistoqsija oriġinali kienet dwar in- numru ta' tfal li jattendu f'kull skola primarja u mhux dwar is-suġġett li qed iqajjem l-Onor.", "Interpellant.", "Jien persważ li jekk issir domanda bil- miktub, il-Minsitru konċernat jagħti l-informazzjoni mitluba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidli jekk fl-ippjanar ta' l- iskejjel primarji hemmx xi numru ta' studenti li jitqies bħala l-massimu li għandu jkun hemm fi skola sabiex jiġi assigurat li l-kap ta' l-iskola jkun jista' jmexxi b'mod effettiv?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ir-risposta hija fl-affermattiv, pero' preżentement ma nafx in-numru preċiż.", "Il-Ministru konċernat ikun f'pożizzjoni aħjar li jwieġeb b'mod eżatt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li hemm numru ta' skejjel - għalkemm f'moħħi bħalissa għandi l-iskola ta' San Pawl il-Baħar, naħseb li hawn skejjel oħra fl-istess sitwazzjoni - fejn f'xi klassijiet ikun hemm tfal ta' nazzjonalitajiet diversi, saħansitra anke ta' 10 nazzjonalitajiet differenti, il-Ministru jaħseb li wasal iż-żmien li fi skejjel bħal dawn l- istudenti Maltin jiġu separati mill-barranin?", "Il-ħsieb tiegħi m'hux li wieħed għandu jissegrega lill-Maltin mill-barranin.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru se għaddih għall- konsiderazzjoni tal-Ministru konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Minbarra l-btieħi u l-grounds li hemm fl-iskejjel primarji, il-Ministeru għandu xi pjanijiet biex ikun hemm faċilttajiet sportivi oħra fejn it-tfal ikollhom l-opportunita' li jaħlu ftit mill- enerġija tagħhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien persważ li l-Ministru konċernat jieħu in konsiderazzjoni d-diversi problemi li hemm fl-iskejjel.", "Jien persważ ukoll li l-Ministru konċernat ma jemminx li l-problemi li wiret fl-iskejjel ta' l-Istat mingħand l-Amministrazzjoni ta' qabel kienu jikkonsistu biss f'xi ftit ħġieġ inkisser.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, il-Ministru jaqbel li meta aħna nagħmlu d-domandi tagħna ma nagħmluhomx biex inkunu nafu xi problemi kien hemm jew għad hawn imma nagħmluhom biex intejbu s-sitwazzjoni u għaliex għandna dritt li nagħmlu dawn il-mistoqsijiet?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Vella on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-Onor.", "Membru għandu d-dritt jagħmel mistoqsija imma m'għandu l-ebda dritt iqum u jiddetta lis-Sedja x'għandha tagħmel.", "Min-naħa l-oħra jsiru mistoqsijiet sabiex tintalab informazzjoni u minn din in-naħa jingħataw ir-risposti xierqa għal dawk id-domandi.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KONSULENTI", "2344.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-Konsulenti tal- Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u f'liema qasam ħadmu mill-1 ta' Jannar, 1986, sa l-aħħar ta' Diċembru 1996 kif ukoll individwalment xi tħallsu sena b'sena?", "Għal dak li jirrigwarda l-impjegati full-time jew part-time, jista' l-Ministru jindika b'liema sejħa għall-applikazzjonijiet ġew impjegati l-ħaddiema tal-Fondazzjoni mill-1 ta' Jannar, 1986, sa l- aħħar ta' Diċembru, 1996?", "Fl-istess perjodu min kienu l-impjegati kollha tal-Fondazzjoni u xi tħallsu kull sena, inkluż benefiċċji oħra apparti s- salarju?", "Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi determinat min jingħata dawn il- benefiċċji u abbażi ta' liema kriterji jingħataw?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' impjegati tal- Fondazzjoni, kemm full-time kif ukoll part-time, mill-1 ta' Jannar, 1986, sal-31 ta' Diċembru, 1996.", "Dawn il-listi fihom dettalji ta' salarji u allowances imħallsa lilhom f'dan il-perjodu, liema dettalji huma fotokopja tal-P6 u P7 li ntbagħtu lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni.", "L-ingaġġ ta' l-impjegati biex jimtlew postijiet vakanti dejjem sar permezz ta' sejħa pubblika jew interna u, mit-twaqqif ta' l-Employment and Training Corporation, skond ir-regolamenti ta' din il-Korporazzjoni.", "Għall- impjegati full- time l-ingaġġ isir fuq rikkmandazzjoni ta' selection boards nominati skond in-natura tal-vakanza li tkun trid timtela.", "Ma ngħatawx benefiċċji ħlief għal rimunerazzjoni xierqa li tikkorrispondi mal-ħtiġijiet oġġettivi skond in-natura tax-xogħol.", "L-informazzjoni mitluba dwar konsulenti mqabbda mill-Fondazzjoni tinsab fid-dokumenti.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KONTIJIET PENDENTI", "2633.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Bertu Pace) staqsa lill- Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm sab kontijiet pendenti tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi?", "X'kienu jirrappreżentaw dawn il- kontijiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Kummerċ): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onor.", "Membru.", "ENEMALTA - ĦADDIEMA", "2681.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema fuq il-payroll ta' l-Enemalta fix- xahar ta' Jannar 1997 kif ukoll kemm kienu l-ħaddiema xahar b'xahar u sena b'sena fis-snin 1992 sa l-1996?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pagi globali xahar b'xahar u sena b'sena mill-1992 sa l-1996 u f'Jannar ta' l- 1997?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Kummerċ): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru.", "MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - KAROZZI", "2776.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'karozzi ġew assenjati lill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "BUĠIBBA - PROĠETT TA' TIĠDID", "3014.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet saru lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward xogħlijiet fuq il-proġett ta' Buġibba?", "X'numri ngħataw l-applikazzjonijiet in konnessjoni ma' dan ix-xogħol u kif inhi mqassma l-istima ta' dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minn informazzjoni li għandha l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għadha ma ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni minn xi dipartiment tal-gvern għal xi xogħol ta' tiġdid f'Buġibba u għaldaqstant l- applikazzjonijiet għadhom ma ngħatawx numri.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jkollhiex informazzjoni dwar l-istima tax- xogħlijiet", "Madam Speaker, din il-mistoqsija ġiet imwieġba fis-17 ta' Frar meta jien ma kontx Malta.", "Irrid ninforma lill-Kamra li issa għandi informazzjoni li l-applikazzjonijiet għal dawn ix-xogħlijiet intefgħu pero' bl-amment ma nafx in-numru ta' applikazzjonijiet li saru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Ministru għallinqas jassigura li filwaqt li dawk ix-xogħlijiet li għalihom m'hemmx bżonn permess naturalment isiru, li dawk x-xogħlijiet li għalihom hemm bżonn il-permess isiru biss wara li jiġi approvat il-permess?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, irrid nippreċiża li x-xogħol li qed isir ġo Buġibba huwa xogħol ta' embellishment ta' l-area, jiġifieri tal- promenade u affarijiet simili, u mhux xi xogħol ta' kostruzzjoni.", "Permezz ta' dan il-proġett aħna qegħdin nipprovaw nirranġaw il-ħerba li ħalla warajh il-Gvern ta' qabilna bħal, per eżempju, dik il-mistħija ta' promenade, minkejja li kien jgħid li qed jibbaża fuq turiżmu ta' kategoriji għoljin.", "Madam Speaker, aħna ħassejna li dan ix-xogħol għandu jinbeda immedjatament ħalli, jekk il-Bambin irid, jitlesta fit-tliet xhur li ġejjin, jiġifieri qabel l-istaġun tat-turisti mill-aħħar ta' Mejju 'l quddiem.", "B'hekk għallinqas ikun hemm promenade, toroq u parking spaces suret in-nies.", "Lil min irid joqgħod jiskandalizza ruħu minħabba l-fatt li ma ntefgħetx l-applikazzjoni in time infakkru fl-applikazzjonijiet li kienu ntefgħu għat-toroq tal-Barrani li saru b'ħafna ġiri qabel l-aħħar elezzjoni.", "Minn banda għamlu sew għax konna ilna nistennew ftit tarmak!", "Pero' nfakkar li f'Buġibba la qed nibnu palazzi u lanqas qed nagħmlu blokki ta' bini; kulma qegħdin nagħmlu huwa biss il-maintenance u l-irranġar li kellu jsir qabel u ma sarx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Ladarba x-xogħol qed isir mingħajr permess, jista' l-Ministru - għalkemm forsi din m'hix il-linja tiegħu - almenu jaċċerta li minkejja l-għaġġla li hemm ix-xogħol xorta waħda qiegħed isir taħt superviżjoni xierqa ħalli dan jitwettaq tajjeb?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, irrid nassigura lill-kollega tiegħi li dan ix-xogħol qed isir fil-miftuħ u għaldaqstant, bħala shadow spokesperson fuq l-ambjent, huwa liberu li jmur u jara b'għajnejh li x- xogħol qed isir bil-galbu u taħt superviżjoni bil-għan li permezz ta' dan il-proġett għallinqas insebbħu dik il-promenade.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "Jekk jogħġobkom tinterrompux lil xulxin u m'hemmx cross debates.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjegali jekk bir- risposta preċedenti li ta huwiex qed jgħid li dan il-Gvern iħoss li f'ċerti każijiet m'għandux jimxi skond il-liġijiet tal-pajjiż?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-risposta hija le.", "MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk ir-risposta hija le, kif seta' l-Viċi Prim Ministru fl-istatement preċedenti jgħid li dan ix-xogħol se jsir minkejja li m'hemmx l-approvazzjoni għall-permessi?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena diġa' spjegajt l-urġenza tax- xogħol u issa nħalli f'idejn il-poplu biex jiġġudika jekk kemm-il darba kellniex nagħmlu l-maintenance u l-embellishment li kien hemm bżonn isir f'dak il-lokal.", "Jiena nistaqsi lin-nies ta' Buġibba, lil dawk li għandhom in-negozji u l-istabbilimenti tagħhom hemmhekk u lill-Maltin li jmorru jieħdu ftit mistrieħ jippassiġġaw hemmhekk jekk jaqblux ma' l-Oppożizzjoni li ma nagħmlu xejn u noqogħdu nistennew ix-xhur jgħaddu sakemm joħorġu l- permessi jew inkella jaqblux magħna li nibdew u nitfgħu l-applikazzjonijiet meta għandna l-assigurazzjoni ta' l-Awtorita' li f'erba' ġimgħat se jkun hemm il-permessi meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, ma nafx għalfejn il-Ministru qed jeħodna b'dan il-mod meta fl-ewwel domanda tiegħi jiena għidt li dawk l- affarijiet li m'għandhomx bżonn permess għandhom isiru malajr kemm jista' jkun.", "MADAM SPEAKER: Mistoqsija, jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, issa ġejja d-domanda, Madam Speaker.", "Jidhirli li hija ħaġa tajba li nagħmel premessa żgħira għad-domanda tiegħi.", "Fid-domandi li kienu jsiru qabel minn Barcellona konna nispiċċaw il-Kalkara.", "(Interruzzjonijiet) B'daqshekk m'hemmx għalfejn tieħu għalik!", "Ix-xogħol li ma jinħtieġx permessi jista' jsir mill-ewwel, pero' rigward ix-xogħlijiet li għalihom hemm bżonn il-permess, ir-raġuni ta' l- urġenza hija kompletament irrilevanti.", "Inkella l-Ministru jrid jgħidilna l- Gvern liema liġijiet beħsiebu josserva u liema liġijiet m'huwiex se josserva.", "Il-Ministru jista' jassigurana li l-ebda xogħol m'hu qed isir f'Buġibba li għalih hemm bżonn il-permess u preżentement permess għad m'hemmx?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, hawnhekk qegħdin naħlu ż-żmien għax din hija kollha ripetizzjoni.", "Fil-fatt diġa' għidt li bdew xogħlijiet żgħar ta' embellishment u ta' maintenance li ma kienx sar qabel.", "Sadanittant l-applikazzjonijiet qed jiġu pproċessati u peress li m'hemmx bżonn isiru ċerti studji għax ix-xogħlijiet ma jinvolvux bini jew xi strutturi ta' xi car-park bħalma għandna quddiem Bieb il-Belt, bi ftehim mal-Planning Authority dawn il-permessi se jkunu mgħoddija f'erba' ġimgħat biex imbagħad ikun jista' jkompli l-bqija tal-programm.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jaf il-Ministru li effettivament parti mix-xogħol li qed isir imur kontra l-proposti li hemm fin-North West Local Plan, liema proposti bħalissa qegħdin jiġu diskussi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-kollega tiegħi jaf li n-North West Local Plan għadu qiegħed jiġi diskuss u m'hemm xejn stabbilit dwaru.", "Lil min qed jitkaża li għax qegħdin nagħmlu struttura ta' bankina u ta' promenade b'daqshekk se ninfluwenzaw in-North West Local Plan, infakkru f'meta kienu jagħtu l-artijiet b'riżoluzzjoni minn dan il-Parlament biex jinbnew lukandi f'areas ġo Pembroke u allura jikkommettuhom għat-turiżmu qabel ma jkunu saru local plans jew xi forma ta' studju fuqhom!", "Kemm sirna nitkażaw u kemm sirna puritani!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħol hux se jkun ikkonċentrat biss fuq il-promenade?", "Dawk il-ħafna open spaces li hemm li huma tajbin ukoll għall-parking, se jiġu asfaltati bħala parti mill-proġett ta' Buġibba?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena bl-amment ma nafx dan il-pjan x'jinvolvi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih iktar dettalji.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-Viċi Prim Ministru ma jaħsibx li hemm kontradizzjoni meta qed jgħid li għal dawk li huma xogħlijiet ta' embellishment f'Buġibba hemm bżonn permess - fil-fatt issa saru l- applikazzjonijiet għalihom - mentri f'risposta għal mistoqsija parlamentari li wieġeb hu stess il-ġimgħa li għaddiet qal li nħarġet enforcement notice fuq xogħol ta' embellishment fi ġnien ġewwa San Gwann u dan ġara għax minkejja li saru l-applikazzjonijiet il-permess kien għadu ma nħariġx?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk l-Onor.", "Interpellant jgħarbel u jara l-fatti ta' dawn iż-żewġ każijiet naħseb li huwa stess jasal għar-risposta meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Viċi Prim Ministru jaf li diversi kunsilli lokali - inkluż dak ta' San Pawl il-Baħar meta xi żmien ilu kien qed jagħmel l- istess tip ta' xogħol fuq il-promenade - qed jiġu ffaċċjati bi stop notices għaliex xebgħu jistennew li joħroġ il-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u bdew xi xogħlijiet?", "Il-Viċi Prim Ministru għandu l-assigurazzjoni li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar se tilqa' dawn l-applikazzjonijiet?", "X'se jagħmel il-Viċi Prim Ministru jekk m'għandux din l-assigurazzjoni u jekk xi waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma tiġix milqugħa?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jekk kien hemm min xeba' jistenna l- permess għall-applikazzjoni tiegħu mill-Planning Authority dan huwa tort ta' min kien imexxi qabel li ħalla lill-Planning Authority taħdem b'mod li kien qed jistaġna kollox.", "Aħna qed nieħdu s-sitwazzjoni li hemm fil- Planning Authority bis-serjeta' u qed nipprovaw insolvu dawk il-bottlenecks li kienu qed iwasslu għal dan l-istaġnar u dewmien.", "Nista' ngħid li ħaddieħor mank għamel biċċa studju żgħir biex jipprova jirranġa dawn il- problemi li hemm fil-Planning Authority u minn fuq illum jiġu jitkażaw b'dawn il-problemi!", "MADAM SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li ma tħallewx jidħlu Malta bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Jannar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3495.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt li għandhom il-Personal Driver/Security Officer u l- konsulent fuq l-ambjent fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 60.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Industrija.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO(Ministru ta' l-Industrija): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt li għandhom is-Segretarju Privat, il-Personal Assistant, u l-Personal Drivers/Security Officers fil-Ministeru ta' l- Industrija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 58.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt li għandhom is-Senior Secretarial Official, Personal Assistant u Personal Driver/Security Officer fil-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 66.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN S GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar persuni jirreġistraw għax-xogħol f'Novembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2977; u", "Tabella li turi n-numru ta' familji b'erbat itfal jew aktar li jirċievu ċ-children's allowance, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2982.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, niġbidlek l-attenzjoni dwar il-fatt li fir-rapport tas-seduta parlamentari ta' nhar il-Ġimgħa fil- gazzetta \"The Times\" tħalliet barra parti sostanzjali mid-diskors tiegħi fejn kont issuġġerejt li għandha tiġi mistiedna delegazzjoni mill-Istati Uniti ta' l-Amerika bħala osservatur għall-Euro-Med Conference.", "Nixtieq li \"The Times\" tieħu ħsieb li tkun korretta f'dawn l-affarijiet hekk sostanzjali.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nieħu nota u nara x'jista' jsir.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur\" jirrakkommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad- Deputati.", "20 ta' Jannar 1997", "Il-Ministru għat-Trasport u Portijiet, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, il-Gvern qed iressaq din il- liġi wara li sar studju rigward it-taxxa.", "Meta konna qed niddiskutu l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur, li għalih illum qed inressqu dawn l-emendi, kien sar ħafna diskors u fost affarijiet oħra, kien intqal li din il-liġi kienet se titressaq primarjament biex jorħos il-prezz ta' vetturi bil-mutur, jitneħħa ħafna red tape li kien hemm u anke biex naraw li l-karozzi li hemm reġistrati fil-fatt jikkorrispondu mal-vetturi li hawn fit-toroq.", "Meta mbagħad wieħed jara fil-fatt x'ġara, isib li mhux veru kien hemm roħs fil-prezz tal-vetturi għax kulma sar kien li tneħħiet it-taxxa minn fuq it-transfers tal-karozzi.", "Dak iż-żmien kien intqal ukoll li din se titneħħa biex jonqos ir-red tape, biex kulħadd ikun jaf fejn huma l-karozzi, biex ma jkollniex rubbish dumps u biex f'dan ir- rigward ikollna kollox kif suppost għaliex aktar 'il quddiem kienet se tiġi introdotta l-MOT.", "Fil-fatt din il-liġi saret fl-1994 u bdiet taħdem fl- 1995 imma minn dawk il-wegħdiet kollha ma sar xejn.", "Dak iż-żmien ħafna kelliema kienu qalu li din trid issir minħabba li 'l quddiem se tiġi introdotta l-VAT u b'hekk kien se jitħaffef ix-xogħol għaliex ir-reġistrazzjoni tal-karozzi ma kenitx se tibqa' f'idejn il- Pulizija imma kienet se tmur taħt id-Direttorat tal-Liċenzji u kienu sar anke trasferiment ta' nies minn post għall-ieħor.", "Wara dan kollu nsibu li kulma ġara kien li tneħħiet it-taxxa li qabel kienet titħallas fuq il-karozzi, minflokha daħlet taxxa ta' 15% u ntqal li b'daqshekk il-karozzi roħsu.", "Ħaġa li ħadd ma kien qal f'dak id-debate kienet li biex wieħed jirreġistra karozza ma setax iħallas inqas minn ċertu somma.", "Għaliex qed ngħid dan, Madam Speaker?", "Għax għalkemm veru kienet titħallas taxxa ta' 15%, kien qed jiġri li biex imbagħad tieħu n- numru tal-karozza kien hemm każi fejn wieħed ried iħallas 'il fuq minn Lm2,000.", "Per eżempju, jekk karozza kienet tiswa Lm10,000 kont tħallas ċertu ammont, jekk il-karozza kienet tiswa Lm12,000 tħallas aktar u jekk kienet tiswa inqas kont tħallas inqas.", "Pero' mbagħad kien hemm klawsola li tgħid li, tkun tiswa kemm tkun tiswa l-karozza, ma tistax tħallas inqas minn ċerta somma, anke meta timportaha.", "Dak inhar kienet tneħħiet ukoll il-konċessjoni li kellhom l-emigranti Maltin li jerġgħu lura wara ċertu żmien barra minn Malta, konċessjoni li permezz tagħha meta dawn kienu jdaħħlu karozza għall-użu personali tagħhom ma kenux iħallsu taxxa fuqha.", "Bl-emendi li kienu saru din il-konċessjoni spiċċat u l-emigranti kellhom jibdew iħallsu 15% VAT plus l-inqas somma li setgħet titħallas.", "Fl-interventi li kienu saru mill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien konna staqsejna kemm wieħed kellu jħallas ta' dawn l- affarijiet, pero' qatt ma ngħatajna risposta ċara għaliex kulma kienu jgħidulna kien li l-karozzi se jorħsu u allura kulħadd kien ferħan li se jmur u jixtri karozza bl-irħis.", "Aħna sibna li fil-fatt il-karozzi mhux talli ma roħsux, talli kienu għolew.", "Kien intqal ukoll li ħadd ma kien se jħallas dazju fuq l-importazzjoni ta' karozzi second-hand.", "Veru li ħadd ma ħallas dazju, imma mbagħad kellha titħallas il-15% VAT u r- reġistrazzjoni.", "Madam Speaker, dawn kienu l-wegħdi li saru imma meta ġejna biex naraw kif tassew huma l-affarijiet sibna mod ieħor.", "Il-Gvern issa se jemenda l-liġi fejn se ngħidu kemm irid jitħallas dazju fuq kull karozza kif ukoll kemm hu l-inqas ammont ta' dazju u kemm hu l-akbar ammont li jista' jitħallas.", "F'xi gazzetti ġie rrapportat li l-handicapped li għandhom karozzi speċjali se jbatu meta jidħlu fis-seħħ dawn l-emendi, pero' dan m'hu veru xejn għaliex fir-realta' ftit kienu dawk il-vannijiet li jintużaw għal min hu handicapped li kienu exempted.", "Meta tisma' l-kummenti min-naħa ta' l- Oppożizzjoni tibda taħseb li hawn xi 20,000 minn dawn il-karozzi u li allura l-Gvern se jagħmel xi gwadann minn fuqhom!", "Fil-fatt kulma hawn huma bejn 15 u 20 vann li jintużaw għall-handicapped u dawn mhux talli qatt ma kien jitħallas dazju fuqhom talli se jkunu exempted mil-liċenzji li se jogħlew jew li se jinbidlu.", "Dan it-tip ta' vannijiet se jibqgħu kif inhuma u m'humiex se jaqgħu taħt il-kategorija ta' karozzi li jaqgħu taħt kwalunkwe ċilindrata.", "Madam Speaker, din hija l-introduzzjoni li xtaqt nagħmel għal dan l- Abbozz u aktar 'il quddiem ikolli l-opportunita' li nispjega fejn il-Gvern irid jasal b'dawn l-emendi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR JOHN DALLI: Madam Speaker, l-ewwelnett ta' min jikkorreġi xi impressjonijiet li setgħu ngħataw mid-diskors tal-Ministru għall- introduzzjoni ta' dan l-Abbozz li qed jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur.", "Meta saret din ir-riforma u nħolqot it-taxxa tar-reġistrazzjoni, id- dikjarazzjoni kienet skjetta li din ir-riforma nħolqot appożitament biex il- prezzijiet tal-karozzi jibqgħu l-istess bħalma kienu qabel it-tneħħija tad- dazji - kif jaf kulħadd, fuq il-karozzi kien hemm dazji qawwijin ħafna.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm dazju ta' 63% jekk ikunu ġejjin mill- Ewropa u dazju ta' xi 80% jekk ikunu ġejjin minn barra mill-Ewropa.", "Fl- 1994 konna għamilna l-ewwel pass biex id-dazju nnaqqsuh għal 15% għal dawk il-vetturi li ġejjin mill-Ewropa u 15% flimkien mad-differenza li kien hemm qabel għal dawk il-vetturi li ġejjin minn barra l-Ewropa.", "Dan il-15% dazju eventwalment kellha tieħu post l-VAT u d-differenza fil-prezz ġiet kkalkolata bħala t-taxxa tar-reġistrazzjoni.", "Nerġa' ngħid li dak iż-żmien kien ġie dikjarat li dan l-eżerċizzju matematiku sar ukoll biex il- prezzijiet tal-karozzi jibqgħu kif kienu.", "Fil-fatt din hija s-sistema li anke issa, meta l-Gvern preżenti qiegħed jilgħab bis-sistema tat-taxxi indiretti - qiegħed jilgħab bis-sistema tal-VAT - sabha komda għaliex tagħmel sens u qed iżomm l-istess formula li konna għamilna aħna fl-1994.", "Naturalment, il-konċett ta' din il-liġi li qed ngħaddu llum m'huwiex biex tinbidel is-sistema għaliex is-sistema se tibqa' preċiżament dik li hi.", "Il-liġi li qed niddiskutu llum qed tipproponi żieda fir-rati, jiġifieri taxxa ġdida oħra li saret f'dan il-budget.", "Fil-fatt l-għan ta' dan l- Abbozz ta' Liġi hu li jattwa l-miżuri li kien semma l-Ministru tal-Finanzi fil-budget li bihom it-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi se tiżdied.", "Kieku ma kellniex din is-sistema tar-reġistrazzjoni, il-Ministru kien jiġi u jgħolli d-dazji!", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq misteri imma qed nitkellmu fuq is-sistema kif inhi fil-preżent.", "Jien irrid infakkar lil din il-Kamra fil-kritika li kien ikollna fuq it- taxxi indiretti, l-iktar mill-Onor.", "Sant meta kien għadu Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Kull darba li konna mmissu t-taxxi indiretti, l-Onor Sant kien jiġi hawnhekk u jagħtina l-persentaġġi ta' kemm qed jinġabru taxxi, kemm minnhom huma taxxi indiretti u kemm aħna inġusti meta qed niġbru iktar taxxi indiretti milli taxxi diretti.", "Fil-fatt, din it-taxxa u t-taxxi l- oħra li żdiedu fil-budget huma kollha taxxi indiretti.", "Qed ngħid dan mhux fil-kontest ta' jekk naqblu jew ma naqblux, imma sabiex kulħadd jirrealizza kif jinbidlu ż-żmenijiet u kif jinbidlu l-ideat fuq it-taxxi indiretti.", "Qed nersqu lejn il-ġurnata tat-28 ta' Frar li fiha jagħlaq iż-żmien fejn kulħadd seta' jagħti l-ideat tiegħu fuq il-proposti ġodda biex titjieb is- sistema tal-ġbir tat-taxxi indiretti f'pajjiżna.", "Jista' jkun li dan il- perjodu jiġi estiż u jekk jinħass dan il-bżonn hekk għandu jsir għaliex dawn huma affarijiet li jridu jsiru bil-galbu.", "Pero', Madam Speaker, jiena wisq nibża' li l-affarijiet m'humiex isiru bil-galbu, bil-ħsieb u b'mod li nafu preċiż x'inhu jiġri.", "U se nagħti eżempju ta' dan.", "Illum ġiet f'idejja pubblikazzjoni li qed tintbagħat fid-djar - ma nafx jekk hux fid-djar tas-self-employed biss jew inkella f'kull household - li għalkemm tqassmet mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, wieħed għandu jassumi li nħarġet mill-Ministeru tal-Finanzi għaliex fiha l-logo ta' din il-proposta ġdida.", "Meta wieħed jibda jaqra dan il-fuljett jibqa' mmeraviljat b'ċerti ineżattezzi li fih u qed nuża l-kelma \"ineżattezzi\" biex inkun ħanin u ma ngħidx affarijiet oħra.", "Per eżempju, f'paġna 16 hemm id-differenzi bejn is- sistema tal-VAT u s-sistema l-ġdida fejn qed jingħad li hija aktar sempliċi.", "The proof of the pudding is in the eating jgħidu l-Ingliżi u issa naraw kemm din se tkun sempliċi.", "Pero' qabel xejn ħalli nagħmel żewġ kummenti oħra.", "F'din il-pubblikazzjoni jingħad li \"taħt is-sistema tal-VAT dawn kollha kienu jiġbru l-15%\".", "U min huma dawn?", "Il-bdiewa kienu jiġbru 15% taħt il- liġi tal-VAT?", "Id-dentisti kienu jiġbru 15% taħt il-VAT?", "Is-sajjieda kienu jiġbru 15% taħt il-VAT?", "It-tobba kienu jiġbru 15% taħt il-VAT?", "Dawk kollha kienu eżenti!", "Jien persważ li dawn l-affarijiet ma ġewx ippubblikati biex iqarrqu u allura nibda ninkwieta iktar għaliex dawn ġew ippubblikati min-nies li qed ibiddlu sistema li għadhom ma jafux kif taħdem.", "Li jinkwetani huwa kif pubblikazzjoni uffiċjali tal-Gvern jista' jkollha dan it-tip ta' statements ħżiena u allura bilfors jidħluli dubji serji fuq il-mod kif qed isiru l-affarijiet.", "Madam Speaker, hawnhekk għandhom jingħataw spjegazzjonijiet dwar x'inhu jiġri!", "F'paġna oħra qed jingħad kif kienet tinġabar il-VAT u hemm li taħt il-VAT bħalissa għandna 15% miġbura f'kull stadju tan-negozju.", "Imma mkien ma qed jingħad li fl-istess ħin kien hemm rifużjoni tal-VAT kollha li kienet titħallas minn kulħadd u allura hawnhekk tista' tingħata l-impressjoni li kulħadd kien jiċċarġja 15% fuq il-prezz tal-prodott li jkun xtara.", "Imma mhux hekk kien isir, għaliex fil-katina tan-negozju kull min kien jixtri xi ħaġa u jeħel 15%, din kien jeħodha lura, u meta hu jiċċarġja 15% fuq l-aħħar prezz tiegħu kien jiċċarġjah wara li jnaqqas il-15% li hu jkun ħallas qabel biex b'hekk l-15% tibqa' fuq l-aħħar prezz.", "Qed ngħid dan għaliex anke f'xi diskorsi li saru mir-rappreżentanti tal-Gvern intqal li mhux veru li l-VAT kienet 15% imma kienet titla' sa 21%.", "Imma fuq liema kriterju nagħmlu statements bħal dawn?!", "Fuq il-prezz li kien iħallas il- konsumatur, bil-VAT kien iħallas 15% filwaqt li b'din is-sistema ġdida nsibu li, fuq l-istess kriterji, like with like, se jħallas 21%.", "Bil-ħabi tat-taxxi fil-prezzijiet li se jsir bis-sistema l-ġdida fil-fatt inkunu qed inżidu t-taxxi indiretti mingħajr ma niddikjaraw li qed inżiduhom, anzi nagħtu l-impressjoni li m'aħna nżidu xejn jew li qed innaqqsuhom.", "Dan huwa ħażin.", "Hawn min qed jgħid li bil-VAT il-prezz kien jitla' b'xi 21% fuq il- valur tal-prodott importat.", "Jekk rridu nagħmlu dak il-kalkolu nagħmluh ukoll.", "Nhar it-Tnejn li għaddew jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ statements dwar l-istess oġġett maħdum taħt is-sistema tal-VAT kif ukoll taħt is-sistema l-ġdida - naturalment iċ-ċifri jvarjaw skond il- persentaġġi li wieħed juża fil-katina tan-negozju kollu - li juru li jekk taħt is-sistema tal-VAT il-konsumatur iħallas taxxa ta' 21% fuq il-valur importat, taħt is-sistema l-ġdida t-taxxa hija ta' 30%.", "Allura t-taxxa fuq il-konsum tal-prodotti, jekk tqisha fuq il-valur importat, se tiżdied b'terz għall-konsumatur.", "Imma dan ħadd m'hu qed jgħidu f'dan il-booklet!", "M'aħniex ninformaw lin-nies eżattament kif se jkunu l-affarijiet!", "Qed isiru statements li l-ħajja se torħos u jien staqsejt: Kif se torħos il- ħajja?", "Sar xi studju biex il-poplu jkun jaf jekk il-ħajja hijiex se torħos jew le?", "Sar studju jew qed nitkellmu bl-addoċċ u bl-amment?", "Qed isiru wkoll statements li s-sistema m'għandhiex spejjeż żejda għan- negozjant għaliex issa dan mhux se jkollu għalfejn jagħmel statement għall- VAT.", "Ħafna minn dawn in-negozjanti ż-żgħar kienu jagħmlu statement darba fis-sena biss u issa dawn qed jgħidu li mhux se jkollhom spejjeż żejda.", "Allura dawn it-taxxi li issa se jeħlu magħhom - kemm id-dazju, kemm l-ETP u kemm l-ETSS - għaliex ma jistgħux jiġbruhom lura?", "Dawn m'humiex spejjeż?", "Issa għandna nkunu oġġettivi.", "Nafu x'qegħdin nagħmlu?", "Meta nara l-White Paper u nfittex ir-raġunar ta' l-istatements li hemm ma nsib xejn!", "In-nies qed jirċievu dan il-booklet li fih żbalji madornali li jirrenduh f'biċċa karta li ta' min jagħti kasha.", "Madam Speaker, jien wisq nibża' li ma jafux x'inhuma jagħmlu.", "GĦalhekk jien nibda ninkwieta meta nara li qed nibdlu s-sistemi b'din l-għaġġla kollha.", "Veru li saru l-wegħdiet qabel l- elezzjoni imma ....", "Il-bieraħ kont qed naqra waħda mill-gazzetti fejn ġie rrapportat li l-Prim Ministru qal li ħadd m'hu se jipperswadih jew ħadd m'hu se jġiegħlu ma jibdilx il-VAT, jiġifieri lanqas is-sens komun!", "Lanqas jekk kulħadd jibda jgħid kif din se toħloq terremot fl-għoli tal-ħajja jew kif se teqred il-kompetittivita' tal-pajjiż!", "Lanqas jekk kulħadd jibda juri li għalkemm din is-sistema tipprova tagħti l-image li se tħalli l- audit trail - u allura qegħdin naħarqu l-inċens tagħna quddiem l-artal tal- moralita' fiskali - fil-fatt kif se taħdem is-sistema se ċċarrat biċċiet mill-katina kollha, il-kolla li kienet torbot din is-sistema flimkien issa se tiżvinta u ma tibqax il-kolla li kienet qabel!", "Lanqas meta nibdew nifhmu l-element ta' kollużjoni li kien qiegħed iġiegħel lil ħafna negozjanti jidħlu fis-sistema uffiċjali ta' l-ekonomija u jitilqu mis- sistema ta' l-ekonomija s-sewda; mhux mingħajr diffikultajiet għaliex dawn l-affarijiet ħadd ma jieħu gost jagħmilhom.", "Imma ftit ftit din is-sistema kienet bdiet tagħlaq u kulħadd beda jirrealizza li ma tistax tixtri kemm trid mingħajr VAT u allura ma tistax taħbi kemm trid mill-bejgħ li tagħmel imma jkollok tiċċarġja l-VAT lill-klijenti tiegħek.", "U meta tiċċarġja lill-klijenti tiegħek, anke dawn isibu li ma jistgħux jixtru kemm iridu mingħajr VAT!", "Dan hu l-mod kif kienet qed taħdem u kif kienet qed tagħlaq is-sistema.", "Qalulna wkoll li kien hawn evażjoni u li kien hawn min jiġbor il-VAT u ma jħallashiex.", "Iva, jien nibqa' nirripeti li l-VAT kienet tatna stampa ħafna iktar ċara ta' l-evażjoni li kien hawn fil-pajjiż kif ukoll bdiet tagħtina l-indikazzjoni ta' l-azzjonijiet li rridu nieħdu biex din l-evażjoni naqtgħuha jew innaqqsuha kemm jista' jkun.", "Madam Speaker, irrid ngħid li hemm bżonn li fil-proposti li qegħdin nipprovaw nagħmlu l-affarijiet nagħmluhom b'mod li jagħmlu sens.", "Jiena ngħid li spiċċa ż-żmien li noqogħdu nagħmlu statement fejn ngħidu \"għaliex din hija iktar sempliċi\"; irridu ngħidu għaliex hija iktar sempliċi.", "Hija aktar sempliċi għaliex se jkun hawn madwar 6,000 ruħ li mhux se jibqgħu jagħmluha ta' kolletturi tat-taxxa?!", "Għalhekk hija iktar sempliċi?", "Illum mhux kollox jiddependi mit-tip ta' prodott jew mit-tip ta' servizz li jkun qed isir jew ikun qed jingħata imma jiddependi minn min qiegħed jixtrih.", "Għalhekk aħna għidna li għalkemm huwa veru li hawn ħafna nies li mhux se jibqgħu kolletturi, se jkun hawn nies li se jsiru assessuri tat-taxxa.", "Per eżempju, jekk nieħdu każ ta' avukat naraw li meta dan jiġi biex jagħti l- invoice lill-klijent tiegħu ikun irid jagħmel id-deċiżjoni ta' jekk din hux se jkun fiha taxxa jew le.", "Għax jekk din l-invoice mhux se jkun fiha taxxa, allura x'audit trail għandna?", "Jekk din l-invoice m'hijiex se tgħid x'inhi t-taxxa li suppost trid titħallas imma se tħalli kompletament f'idejn min qiegħed jipprovdi s-servizz biex jgħid hu, allura din x'tax invoice hi?", "Jew inkella qed ngħidu li se nħallu ħafna affarijiet meta fil- fatt m'aħna se nħallu xejn.", "Nerġa' nistaqsi: L-avukat x'se jagħmel meta jagħti invoice?", "Se jgħid jekk dak li jkun għandux iħallas taxxa fuqha jew le?", "L-avukat ikun jaf ħafna affarijiet, pero' kif se jkun jaf jekk wieħed li jkun mar għandu għal parir ikunx mar bħala individwu jew inkella bħala rappreżentant ta' kumpannija, u f'dak il-każ kif se jkun jaf jekk din il- kumpannija tesportax jew le?", "Allura issa kulħadd se joqgħod jiġri bl- identity card tal-kumpannija fil-but u jgħid jekk hux suppost iħallas jew le jew inkella joqgħod jgħid li minn erba' impjegati li kellu l-bieraħ dawn niżlu għal tlieta u allura mhux suppost li jħallas taxxa?", "Kif nistgħu nibqgħu ngħidu li m'hemmx kumplikazzjonijiet f'din is-sistema jew li din hija sistema sempliċi?!", "Imbagħad qed jgħidu wkoll li din hija taxxa ġusta.", "Imma fejn qiegħda l- ġustizzja, Madam Speaker?", "Illum huwa fatt magħruf - tant hu magħruf li anke fuq dan il-fuljett jirripetuh - li iktar ma l-ekonomija tespandi iktar se jintnefqu flus fuq is-servizzi jiġifieri iktar ma wieħed ikollu dħul kbir, iktar se jkollu infiq fuq servizzi.", "U mhux biss ikollu iktar infiq fuq servizz f'termini ta' ammont ta' flus, imma jkollu iktar infiq fuq servizzi bħala persentaġġ tad-dħul tiegħu.", "Din m'għandhiex x'taqsam mas- sistema per se, m'hijiex kwestjoni ta' jekk hijiex VAT jew le, għaliex fil- każ tal-VAT, per eżempju, konna għidna li din ma titħallasx fuq mediċini, fuq servizzi mediċi, fuq servizzi ta' l-edukazzjoni u servizzi oħra.", "Allura din hija kwestjoni ta' għażla politika u issa bis-sistema l-ġdida l- għażla politika hi li se niffrankaw it-taxxa lil min jaqla' l-iktar.", "Jekk nieħdu l-argument li aħna ridna ntaffu l-piż tat-taxxa fuq is-servizzi, fir- realta' rridu nifhmu li dan il-piż l-iktar li qed intaffuh huwa lil min għandu l-iktar dħul.", "Din hi l-ġustizzja li nemmnu fiha u li rridu nġibu?", "Madam Speaker, se nibqa' nirrepeti li minbarra li m'huwiex jingħata sodisfazzjon dwar kif qed isiru l-affarijiet, is-sistema li qed tiġi proposta m'hijiex se taħdem u se toħloq ħafna problemi fil-pajjiż.", "Hija ħasra li se noħolqu dawn il-problemi meta m'għandniex għalfejn.", "Kieku kien hemm għalfejn isir dan, aħna konna nagħmlu bħalma qed nagħmlu dwar dan l- Abbozz; nafu li l-Gvern għandu bżonn il-flus u allura hemm bżonn li jressaq dan it-tip ta' liġi ħalli jiġbor il-flus.", "Pero' fejn jidħlu r- riformi li qed jiġu proposti għas-sistema ta' tassazzjoni m'hemmx għalfejn immorru f'dik it-triq; nistgħu nsibu triq ħafna eħfef u li ma tikkawżax id- danni li se tikkawża din is-sistema ġdida.", "Skond dak li hemm fil-White Paper il-Gvern għandu żewġ oġġettivi politiċi u dawn m'għandhomx x'jaqsmu mas-sistemi.", "L-ewwel oġġettiv huwa li jneħħi l- ġbir tat-taxxa lil ħafna imprendituri u l-ieħor huwa li jneħħi t-taxxa fuq ċerti servizzi li huma kkonsmati minn kulħadd, imma kkonsmati l-aktar minn min jaqla' l-aktar.", "Jien ngħid li hemm mod ħafna aħjar kif il-Gvern jista' jilħaq l-oġġettivi tiegħu.", "Minn din in-naħa tal-Kamra aħna se nikkritikaw fejn għandna x'nikkritikaw.", "Dwar il-fatt li n-negozjanti ż- żgħar se jiġu eżentati milli jiġbru t-taxxa se ngħidu li finalment naqblu mal-Gvern u fil-fatt dan kien iddikjarat black on white fil-programm elettorali tagħna.", "Pero' mbagħad jien ma naqbilx mat-timing ta' dan għax jidhirli li għadu m'huwiex iż-żmien li jsir pass bħal dan jekk verament irridu sistema li tagħlaq għall-evażjoni tat-taxxa u jekk verament nemmnu fil-moralita' fiskali.", "GĦalkemm fuq it-timing ma naqbilx, fuq il-prinċipju tant naqblu li dan kien wieħed mill-oġġettivi dikjarati fil-programm elettorali tagħna.", "Iktar u iktar nibda nikkonfondi meta nara rapporti bħal dak li deher ftit ilu fuq gazzetta lokali - jekk m'iniex sejjer żball kienet \"l-orrizzont\" - fejn ġie ddikjarat li mhux se jkun hemm min jagħfas sabiex jara jekk ir-retailers irreġistrawx l-entries kollha fil-cash registers.", "Hawnhekk tibda tinkwieta iktar u tgħid: Allura issa kulħadd se jibda jagħmel li jrid?", "Meta konna ngħidu li rridu nedukaw lill- poplu biex ikollu sens ċiviku ħalli jikkumbatti l-evażjoni tat-taxxa kienu jikkritikawna li qed infarfru r-responsabbilta' fuq in-nies.", "Jekk wieħed jemmen dak li ġie miktub fil-gazzetti, milli jidher issa mhux se jkun hemm spezzjonijiet jew se jkun hemm bżonn ta' anqas spezzjonijiet - ħalli ngħid hekk - jew inkella mhux se jkun hemm għafsa fuq spezzjonijiet.", "Allura x'se jiġri?", "Jiġifieri issa hemm cracks fl-edifiċju, fir-resolve li għandna fuq il-moralita' fiskali?", "X'inhu jiġri, Madam Speaker?", "Illum qegħdin niddiskutu taxxa indiretta li l-Ministru tal-Finanzi ħabbar fil-budget biex ikun jista' jiġbor aktar fondi, pero' dawn il-miżuri huma limitati ħafna għall-futur ta' kif jinġabru dawn il-fondi.", "Jekk verament irridu naħsbu long term, irridu naħsbu fuq sistema li tkun sinkronizzata ma' l-ekonomija, jiġifieri li tiġbor għall-Gvern dħul proporzjonalment daqskemm tikber l-eknomija.", "Dik kienet l-intenzjoni tal-VAT u dan l-għan kienet tilħqu għaliex kienet ukoll broad based, jiġifieri kienet tkopri kważi l-ispectrum kollu tal-konsum.", "Għalhekk kien hemm is-sinkronizzazzjoni għax kienet sistema verament ibbażata fuq pjan long term.", "Żgur li ma tistax tibqa' tivvinta dawn it- taxxi waħda waħda \"ad hoc\" biex tipprova tagħmel tajjeb għall-pressjoni li l-Gvern għandu fuq il-budget tiegħu u li tiżdied iktar ma tikber l- ekonomija tal-pajjiż.", "Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm din is- sinkronizzazzjoni mad-dħul.", "Huwa dan li qed nitilfu meta noqogħdu nbagħbsu b'sistemi li ġew ipprovati u ħadmu kullimkien u li anke f'pajjiżna kienu qed jaħdmu; minflok se mmorru għal sistema li vvintajnieha aħna u li ma ssibha mkien u allura ma nafux xi problemi fiha.", "Pero' qed nagħlqu għajnejna għal dan kollu basta nwebbsu rasna fil-pika li għandna biex inneħħu l-VAT!", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, ma kontx beħsiebni nitkellem dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, pero' dan huwa suġġett interessanti u segwejt b'interess dak li kien qed jingħad min-naħa tal-kollega tiegħi l-Onor.", "John Dalli.", "Ladarba l-Onor.", "Dalli kien qed jitkellem dwar it-taxxa tal-VAT xtaqt infakkru f'waħda mill-asserzjonijiet li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista meta qal li l-VAT kienet se tkun revenue neutral.", "Illum qegħdin ngħidu kemm din effettivament qed tiġbor flus mingħand kulħadd u kemm hija taxxa ġusta għax tolqot lil kulħadd l-istess.", "Dan hu l-element soċjali ta' inġustizzja illi bih il-VAT kienet qed tolqot u għalhekk aħna dejjem ikkritikajnieha.", "Illum ġejna akkużati wkoll li l-affarijiet m'humiex qegħdin isiru bil- galbu, liema kritika kont qed nistenniha min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Imma mbagħad bqajt mistagħġeb meta fil-ħin tal-mistoqsijiet ġew jikkritikawna għax qegħdin nirranġaw il-bajja u l-esplanade ta' Buġibba.", "Din hija xi ħaġa li għalkemm il-Gvern Nazzjonalista kien ilu jippjanaha u jwegħedha għal snin sħaħ, baqa' ma għamel xejn dwarha, minkejja li dan hu l-aktar post li jakkommoda turisti fih.", "Dan meta kien jaf li konna f'sitwazzjoni fejn it-turiżmu kien ilu sejjer lura għal numru ta' snin.", "Ma nistax nifhem kif fl-istess waqt li kien qed jgħid li jrid iġib turisti ta' kwalita', ħalla dawn il-lokalitajiet turistiċi prinċipali f'din is-sitwazzjoni!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, żomm mas-suġġett.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, jien fuq is-suġġett se nitkellem u semmejt il-proġett ta' Buġibba bħala eżempju peress li l-kelliema ta' l- Oppożizzjoni qed jikkritikawna li l-affarijiet m'humiex qed isiru bil- galbu u allura tajjeb li l-poplu jifhem aktar xi jfissru l-prijoritajiet għall-Gvern u għall-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Dalli kkritikana wkoll fuq il-pubblikazzjoni li rċieva u jiena hawnhekk mhux se mmerih imma nixtieq niġbidlu l-attenzjoni li probabbilment dawn kienu l-istess uffiċjali li tawh il-pariri dwar kif jippjana l-VAT, għax safejn naf jien mal-Ministeru tal-Finanzi għad hemm l- istess uffiċjali ta' qabel.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx għax għadni ma rajtux il-ktejjeb.", "(Interruzzjonijiet) Ma nirrepeti xejn l-istess argument.", "Mhux dak hu l-fatt?", "(Interruzzjonijiet) Le, jekk huma ħmerijiet ...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mangion, kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, hawnhekk l-Onor.", "Dalli naqas milli jirrimarka kemm il-metodu ġdid ta' taxxa li qed jintroduċi ...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debates.", "Kompli, Onor. Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Dalli ma qalilna xejn dwar in-numru ta' nies li se jkunu eżenti mill-piż li joqogħdu jiġbru t-taxxa u jibagħtu r- returns, ħlief li semmieha ftit fl-aħħar fejn qal li jaqbel magħha.", "Tajjeb li ngħidu li għalkemm qed nagħtu dan il-privileġġ, bl-ebda mod ma tajna carte blanche biex il-cash registers ma jintużawx jew biex ma tingħatax l-irċevuta fiskali, għalkemm din hi l-impressjoni li qed jipprova jagħti l-kelliem ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Gvern dejjem insista, kemm fil-budget kif ukoll f'kull laqgħa li saret ma' kwalunkwe' settur, li l-moralita' fiskali trid tiġi osservata u nassigura lill-Oppożizzjoni li din se nibqgħu nisqħu fuqha.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka li s-servizzi li se jkunu ntaxxati b'rata inqas m'humiex dawk is-servizzi kollha li kienu jaqgħu taħt il-VAT imma huma servizzi selettivi.", "Mela se jkun hemm aġevolazzjoni ta' ċerti setturi, bħalma huma l-households, u ta' ċerti individwi li jkunu qed jibnu darhom.", "Dawn l-eżenzjonijiet se jirrendu sistema ġdida ta' tassazzjoni li tkun aktar ġusta u saħansitra sistema ta' taxxa li fl-aħħar mill-aħħar tiġbor aktar.", "L-enfasi tagħna f'dan ir-rigward se tkun li ma nittollerawx lil min jipprova joħloq skemi biex jevadi l-ħlas tat-taxxa biex b'hekk nassiguraw li s-sistema taħdem b'mod ġust.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jittratta t-taxxa tar- reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur.", "Pero' hawnhekk tajjeb li wieħed jikkonsidra wkoll li bħalissa għandna sitwazzjoni fejn in-numru ta' karozzi qiegħed dejjem jiżdied.", "GĦalkemm dan huwa element pożittiv għax jirrifletti l-progress li jkun qed isir, irridu nammettu li aktar ma jiżdiedu l-vetturi aktar se tikber il-problema tat-traffiku, aktar se tiżdied il-pressjoni fuq l-infrastruttura u aktar se tikber il-problema tal- pollution.", "Rigward il-problema tat-traffiku, nibda biex infakkar li, jekk m'iniex sejjer żball, mill-bidu ta' din is-sena 'l hawn diġa' kellna xi ħames inċidenti fatali.", "Illum qed naraw li l-inċidenti tat-traffiku qed jiżdiedu minn xahar għal xahar - dan jirrifletti ruħu wkoll fil-fatt li ħafna mill- insurances qed iħossu li għandhom iżidu l-premia tagħhom minħabba ż-żieda li qed ikun hemm fil-claims u li r-realta' hi li aktar ma jgħaddi ż-żmien it-toroq tagħna qed isiru aktar perikolużi.", "Dan l-iżvilupp iwassal biex jitfassal pjan dwar kif tista' tiġi inforzata d-dixxiplina fost is- sewwieqa.", "Jien nemmen li din l-enfasi fuq id-dixxiplina trid tibda minn kmieni u tinfirex fuq diversi livelli.", "L-ewwel post fejn dan għandu jibda jsir huwa fl-iskejjel ħalli t-tfal jiġu mgħallma sew kif għandhom jaġixxu meta jkunu qegħdin fit-triq u biex nissensibilizzawhom dwar il-problemi tat- traffiku.", "Punt ieħor li rrid insemmi hu li kull min ikun se jingħata l-liċenzja tas- sewqan għandu jkun jaf sewwa r-regolamenti tat-traffiku.", "Qed ngħid dan għaliex kultant meta tara kif isuqu ċerti individwi, ngħidu aħna mar- roundabouts, jew kif jibqgħu ħerġin minn side streets jiġini dubju kemm dawn huma konxji mir-regolamenti.", "Jiena nħoss li l-użu tal-pelican lights u tat-traffic lights idaħħlu ċertu miżura ta' dixxiplina u għalhekk jeħtieġ li dawn jiżdiedu fit-toroq tagħna.", "GĦalkemm huwa minnu li meta tintroduċi dawn it-tip ta' dwal jiġi ikkawżat xi waqfien, daqstant ieħor huwa fatt li fejn twaħħlu deher element ta' dixxiplina.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll l-element ta' pollution li qed tikkrea din iż-żieda fl-użu tal-karozzi.", "Il-Gvern Laburista qed jibda l-inizjattiva ta' monitoring tal-livelli tal-carbon monoxide ħalli l-poplu jkun jaf x'livell ta' carbon monoxide qed ikun hemm, kif ukoll studju dwar l-effett li dan iħalli fuq saħħet il-poplu u nsiru aktar konxji tal-problemi kkawżati miż-żieda fl-użu tal-vetturi.", "Naħseb li aktar 'il quddiem irridu naraw li parti mil-fondi li jinġabru mir-reġistrazzjoni tiġi kanalizzata għal mezzi u metodi kif innaqqsu dan l-element ta' pollution.", "Madam Speaker, dawn huma kollha konsiderazzjonijiet li wieħed ma jistax ma jagħmilx l-osservazzjonijiet tiegħu fuqhom, anzi wieħed irid iħares 'il quddiem biex nipprovaw insibu soluzzjonijiet għalihom ħalli nevitaw li għada pitgħada dawn il-problemi jilħqu livelli allarmanti.", "F'dan ir-rigward irridu naraw ukoll kif nistgħu nsaħħu t-trasport pubbliku u b'hekk ninkoraġġixxu l-użu tiegħu bħalma qed isir f'ħafna pajjiżi oħra.", "Fl-opinjoni tiegħi s-servizz tat-trasport pubbliku mhux biss jinkludi l-karozzi tal-linja imma anke t-taxis u kwalunkwe mezz ieħor ta' trasport li l-pubbliku in ġenerali jagħmel użu minnu, apparti l-vettura personali.", "Jekk verament irridu li jkun hawn kuxjenza dwar l-effett tat- traffiku fuq it-tniġġis ta' l-arja, jekk nixtiequ li l-pubbliku jkun konxju ta' l-effetti ħżiena li numru dejjem ikbar ta' karozzi qed jikkawża fuq l- infrastruttura tat-toroq, u jekk irridu li jkun hawn kuxjenza dwar l-għadd ta' inċidenti relatati mas-sewqan eċċessiv, allura rridu ntejbu t-trasport pubbliku billi nizvillupawh u naġġornawh għaż-żmenijiet tal-lum.", "L-introduzzjoni waħedha ta' karozzi tal-linja ġodda ċertament li m'hijiex is-soluzzjoni.", "Mhux se nidħol fil-mertu ta' x'tip ta' karozzi tal-linja għandu jkollna - m'iniex tekniku u kompetenti biżżejjed biex nargumenta dwar dan - imma żgur li rridu naraw kif is-servizz pubbliku verament nistgħu ntejbuh mill-aspetti kollha; kif jista' jiġi estiż biex jilħaq kull rokna tal-pajjiż, kif jopera b'ħin regolat u effiċjenti u kif il-pubbliku li juża dan is-servizz jiġi trattati b'mod ċivili.", "Hawnhekk irrid nifraħ lil ċerti kunsilli lokali li qed jieħdu inizjattivi ġodda biex isaħħu t-trasport pubbliku fil-lokalitajiet tagħhom.", "Pero' qed nisħaq li jrid ikun hemm pjan komprensiv li jiġbor fih lis-setturi kollha tas- soċjeta' li għandhom x'jaqsmu direttament mat-trasport.", "Irridu nħarsu lejn it-trasport pubbliku f'din il-linja ħalli verament ninkoraġġixxu lill-poplu jagħmel aktar użu minnu.", "Jiddipjaċini ngħid li għalkemm taħt il-Gvern Nazzjonalista twaqqfet il-Public Transport Authority u żdiedu n-nollijiet, fil-verita' qatt ma ġiet indirizzata l-problema tat-trasport pubbliku b'mod komprensiv u b'mod serju.", "Jien nemmen li jekk ma narawx din il-problema mill-perspettivi kollha tagħha, nkunu qegħdin inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar u qatt ma nidħlu fil-problema proprja tagħha.", "Madam Speaker, il-messaġġ qasir tiegħi fuq dan l-Abbozz ta' Liġi huwa li ċertament li ż-żieda li qed nipproponu fit-taxxa tar-reġistrazzjoni hija żieda minima u m'hix se taffettwa l-bejgħ jew ix-xiri ta' vetturi.", "Huwa fatt li n-numru tal-vetturi qed jiżdied minn sena għal sena.", "Din il- problema ma nistgħux nibqgħu nipposponuha u għada pitgħada rridu nindirizzawha bħalma għamlu pajjiżi oħra fl-Ewropa.", "Iktar ma nipposponuha iktar effettivament se tikber il-kriżi u għalhekk jien nemmen li għandna nittekiljawha fuq skala nazzjonali.", "It-titjib li nistgħu nilħqu fit- trasport pubbliku in ġenerali, f'kull forma ta' trasport kemm bil-baħar u anke bl-art, jgħin biex nirrendu t-toroq iktar safe għalina u għal uliedna u biex innaqqsu l-pollution ta' l-arja ħalli b'hekk effettivament inkunu qed nagħtu servizz aħjar liċ-ċittadin.", "MADAM SPEAKER: Hawn aktar rimarki L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, b'dan l-Abbozz ta' Liġi Gvern Laburista qed iressaq miżura fiskali li tħabbret seba' ġimgħat ilu mill- Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi.", "Hawnhekk wieħed irid jinnota li r- rati tat-taxxa tar-reġistrazzjoni se jiżdiedu fuq diversi kategoriji ta' karozzi.", "Per eżempju, fuq dawk li għandhom ċilindrata ta' 1300cc se tiżdied bi 2%, waqt li r-rati l-oħrajn se jiżdiedu gradatament b'4%, b'6%, b'11% u anke b'21%, li hija żieda sostanzjali.", "Veru li forsi dawn huma karozzi ta' ċertu lussu li jekk wieħed jista' jixtrihom allura jkun kapaċi wkoll li jħallas ċertu dazju fuqhom, pero' f'din il-kategorija naħseb li l-aktar li se jintlaqtu se jkunu l-isports cars.", "F'Malta l-isport tal-karozzi qiegħed jiffjorixxi aktar minn qabel.", "Dawn il-karozzi ma jiġux misjuqa fit-toroq li nużaw aħna ta' kuljum imma jinġarru fuq carriers jew inkella jkunu irmunkati biex jiġu misjuqa biss f'postijiet bħalma huma Ta' Qali u Ħal Far.", "Jien ma nħossx li għandha tiżdied it-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq dawn il-karozzi, li ċertament jikkonsmaw ukoll mijiet ta' liri f'petrol aktar minn karozzi oħra.", "Jien anzi naħseb li dan l-isport għandna ninkoraġġuh.", "Veru li xi drabi l-ħajja tas-sewwieq tkun f'periklu, imma hemm ħafna kategoriji oħra ta' sport li jinvolvu periklu, bħal ngħidu aħna meta tara xi ġuvni jiddendel bil-ħbula ma' xi sur jew ma' xi bridge.", "Is-sewqan ta' l-isports cars jista' jkun ta' periklu wkoll imma jien nemmen li min jieħu sehem fih jagħmel dan b'responsabbilta'.", "Għaldaqstant ma naħsibx li hija ħaġa sewwa li l-Gvern iżid sostanzjalment it-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq dan it-tip ta' karozzi li ċertament ma ssibhomx jiġru fit-toroq tagħna.", "Jien inħoss li għandu jkun hemm xi forma ta' eżenzjoni f'dan ir-rigward u nispera li l- Ministru jikkummenta fuq din fil-winding-up tiegħu.", "Jien naqbel ħafna ma' dak li qal il-Ministru Charles Mangion, b'mod speċjali fuq l-exhaust emissions.", "Jiena naħseb li l-gassijiet li joħorġu mill-karozzi tagħna, speċjalment minħabba nuqqas ta' manutenzjoni, qed iħassru l-ambjent.", "Nixtieq nagħmel enfasi fuq din il-materja.", "Kieku l- pulizija jkunu aġġornati jew inkella organizzati aħjar ...", "Il-Prim Ministru qalilna li hemm xi pulizija żejda u allura dawn forsi jistgħu jiġu organizzati fi skwadra biex jagħmlu patrols fit-toroq.", "(Interruzzjonijiet) Jiena mingħalija li l-Prim Ministru qal li hemm xi pulizija żejda fis-sens li huma above the complement.", "MADAM SPEAKER: Point of order.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT(Prim Ministru): Ma nixtieqx li jkollna min jagħti xi miżinformazzjoni.", "Jien ċertament m'għidtx hekk imma għidt li hemm ċertu numru ta' pulizija li qed jagħmlu xogħol li jista' jsir minn nies ċivili u jekk dan ix-xogħol jibda jsir min-nies ċivili allura jkollna aktar pulizija disponibbli biex ikunu addetti għal xogħol li jirrigwardja l-core activities tagħhom ta' sorveljanza u ta' sigurta'.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mela qegħdin naqblu perfettament.", "Dan ifisser li fil-Korp tal-Pulizija hemm xi pulizija li qegħdin fl-uffiċini u qed jagħmlu xogħol ta' skrivana, u allura faċilment dawn jistgħu jitneħħew minn dak ix-xogħol u jintefgħu fuq xogħol ta' ħarsien ta' l-ambjent.", "Barra minn hekk, jien naħseb li għandna ninkoraġġixxu aktar l-użu tal- petrol bla ċomb, kif ukoll indaħħlu l-użu ta' low sulphur diesel.", "Bħalma jaf il-Ministru, hawn ħafna nies li jħalltu l-pitrolju mad-diesel u jien nemmen li l-miżura li ħa l-Gvern fil-budget biex jgħolli l-prezz tal- pitrolju mhijiex diretta lejn il-konsumatur ġenwin, bħalma hi l-mara tad- dar, imma hija diretta lejn min kummerċjalment jagħmel użu ħażin mill- pitrolju meta jħalltu mad-diesel.", "Sfortunatament ir-riżultat ta' dan it- taħlit huwa l-emissions ta' carbon monoxide li huwa ferm agħar mill- emission tal-petrol li jkun fih iċ-ċomb.", "Naħseb li ż-żewġ naħat naqblu li għandna nippriservaw l-ambjent u allura ma nafx għaliex m'għandniex ninkoraġġixxu l-użu tal-petrol bla ċomb.", "Naħseb li hemm lok fejn dan inraħħsuh naqra oħra għax biż-żieda fid-dazju issa ftit li xejn hemm differenza fil-prezz bejn petrol normali u dak bla ċomb.", "Jien inħoss li l- petrol bla ċomb għandu jkun ħafna irħas mill-petrol normali għaliex inkella jkollna nħallsu prezz ferm ogħla jekk inħassru l-ambjent.", "Osservazzjoni oħra li rrid nagħmel hija li fit-testijiet li se jsiru għandu jiġi introdott l-użu tal-catalytic converter, li huwa apparat li jkejjel il-volum ta' fumes velenużi li joħorġu mill-exhaust tal-vetturi.", "GĦalkemm dan l-apparat jiswa' l-flus inħoss li tkun ħaġa tajba kieku nibdew nużawh u nittama li l-Ministru jikkonsidra din il-proposta bis-serjeta'.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Charles Mangion dwar it-toroq fis-sens li ma jistax ikollna dan l-ammont kbir ta' karozzi mingħajr ma nagħmlu toroq b'wiċċ tajjeb u biex jippermettu ċirkolazzjoni tajba tat-traffiku.", "Il-Partit Nazzjonalista kien beda programm u bħalissa qegħdin naraw il- frott tiegħu fin-naħat taż-Żejtun u ta' Tas-Sliema.", "Nispera li l-Gvern Laburista ma jonqosx milli jkompli dan ix-xogħol professjonali bil-mezzi kollha disponibbli ħalli l-karozzi ma jibqgħux iġarrbu dawk il-ħsarat kbar għax dawn jinvolvu spejjes konsiderevoli f'tiswijiet.", "Madam Speaker, nittama li dawn is-suġġerimenti li għamilt jiġu kkonsidrati minn min hu konċernat.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, għalkemm qegħdin niddiskutu dawn l-emendi ta' portata fiskali, jistgħu jitqanqlu argumenti bħal dawk li qajjem l-Onor.", "Charles Mangion li jirrigwardaw l-ambjent, l-infrastruttura u oqsma oħra vitali tal-ħajja soċjali ta' pajjiżna.", "Naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Debono Grech, fl-introduzzjoni ta' dan l- Abbozz ta' Liġi, għax fil-verita' mill-1994 sal-lum ħafna minn dak li kien ġie mwiegħed fid-diskussjoni dwar din il-liġi meta tressqet mill-Onor.", "Josef Bonnici bħala Segretarju Parlamentari għan-nom ta' l-Onor.", "Francis Zammit Dimech li dak inhar kien il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija u kien jinsab l-Uganda, prattikament baqa' ma twettaqx jew inkella, dak li sar kien tant ħażin li allura wieħed bilfors ikollu jagħmel dak li ġustament sejħulu studju dwar l-introduzzjoni ta' din it-taxxa.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "John Dalli, tkellem b'mod estensiv, kważi b'sens ta' namur fuq il-VAT u tani l-impressjoni li din hi baby tiegħu li ġiet abortita fl-elezzjoni li għaddiet u li jixtieq jerġa' jwellidha jekk għad xi darba jerġgħu jkunu fil-gvern.", "Il-verita' hi li s-sistema inġusta u bla bżonn tal-VAT switilhom l-elezzjoni għax din it-taxxa ħolqot aktar problemi milli fil-fatt ittantat issolvi.", "Jiena naħseb li t-taxxi indiretti li qed jipproponi l-Gvern Laburista huma ġusti għax qed isiru fuq servizzi li huma purament selettivi.", "Ikolli ngħid ukoll li l-VAT fil-fatt ma kenitx revenue neutral u allura ħafna mill-kritika li kienet għamlet dak iż-żmien l-Oppożizzjoni Laburista kienet ġustifikata.", "Huwa veru wkoll dak li nkiteb dan l-aħħar f'\"The Times\" fejn intqal li min ivvota għall-VAT kien qisu turkeys voting for Christmas, għaliex din it-taxxa għalihom kienet tfisser il-mewt, speċjalment dawk il-businessmen u s-self-employed li kienu ġew mgħajra mill-Partit Nazzjonalista bħala l-iprem fost l-aqwa ħallelin.", "L-għan ta' din l-emenda, kif imfisser fl-Għanijiet u Raġunijiet ta' dan l- Abbozz, hu sabiex tiżdied it-taxxa tar-reġistrazzjoni għar-rigward ta' vetturi bil-mutur maħsuba l-aktar għall-ġarr ta' disa' persuni jew anqas, inkluż is-sewwieq.", "Jien naħseb li din it-taxxa kienet intenzjonata biex il- Gvern jgħaddi ċerta responsabbilta' fuq is-sidien u fuq is-sewwieqa tal- vetturi.", "Kif diġa' għidt, din il-miżura kienet daħlet b'Abbozz ta' Liġi li kien introduċa l-Onor.", "Josef Bonnici fi żmien Gvern Nazzjonalista u f'dik l- okkażjoni kien qam battibekk bejn l-ex-Membru Parlamentari Laburista l- Onor. Freddie Micallef u l-Onor.", "Bonnici fuq miżinterpretazzjoni ta' diversi termini, ħaġa li suppost kellha ssir fi stadju ta' Kumitat imma li fil-fatt kienet tqanqlet fl-istadju tat-Tieni Qari meta suppost inressqu l- kummenti tagħna fuq il-prinċipju tal-liġi.", "Meta tressqet il-liġi aħna konna għidna li din kienet money bill u għaldaqstant konna vvotajna kontra.", "L-Abbozz ta' Liġi mressaq mill-Gvern Nazzjonalista kellu diversi oġġettivi fosthom li jipprepara għall-introduzzjoni tal-VAT fl-1995 u biex jagħmel - din l-aktar waħda tajba, kif qal l-Onor.", "Debono Grech - riforma ħalli titnaqqas il-burokrazija żejda.", "Fl-opinjoni tiegħi, irrid inkun skjett u ngħid li ma naħsibx li din naqqset il-burokrazija żejda fil- qasam tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, anzi bil-maqlub.", "Oġġettiv ieħor li kien semma l-Onor.", "Bonnici huwa li jkun hemm tnaqqis fil-prezz tal-vetturi kummerċjali, b'mod speċjali dawk ġodda.", "Dan is- suġġett kien qanqal diskussjoni bejn l-Onor Josef Bonnici - dak inhar Segretarju Parlamentari - u l-ex-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici dwar x'kien se jkun ir-riżultat fid-dħul tal-Gvern, jiġifieri jekk kienx se jonqos jew le, minħabba l-fatt li kien se jitnaqqas il-boll ta' diversi trasferimenti.", "Dak inhar l-Onor Josef Bonnici kien assigura lill-Kamra li d-dħul tal-Gvern kien se jibqa' l-istess.", "Għalhekk naħseb li jkun interessanti kieku l-Ministru Debono Grech jinformana dwar x'kien id-dħul tal-Gvern wara li ġiet introdotta din l-emenda ħalli naraw jekk dak li ntqal dak inhar fil-fatt kienx minnu jew le.", "Huwa veru li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin nattwaw miżuri li hemm fil-budget, l-istess bħal meta Gvern Nazzjonalista fl-1994 ressaq l- istess liġi biex jattwa miżuri li kienu tħabbru fil-budget ta' Novembru 1993.", "Pero' mhux qegħdin ngħidu li din hija s-salvazzjoni, kif ipprova jfisser il-kollega tiegħi, l-Onor.", "John Dalli, għax billi qed indaħħlu din it-taxxa - l-ewwel taxxa tagħna - ma tantx se nimlew ħofor milli ħallew warajhom in-Nazzjonalisti.", "L-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra qisu ried jgħidilna li ma tantx nistgħu ndaħħlu minn din it-taxxa.", "(Interruzzjonijiet) Mela m'għandux x'jaqsam!", "Jien nifhem li din il-liġi li qed iressaq sieħbi, l-Onor.", "Debono Grech, ma tantx se ssolvi problemi minn dak li inti ħallejtilna warajk bħala Ministru tal-Finanzi!", "Madam Speaker, aktar milli nipprovaw inħarsu lejn l-iskedi li hemm ma' l- Att X ta' l-1994 li l-Ministru għat-Trasport u Portijiet qed jemenda b'dan l-Abbozz, u aktar milli nħarsu lejn il-liġi li fil-fatt kienet ġiet emendata b'legal notice sussegwenti, nixtieq infiehem li wasal iż-żmien li fuq ir-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur - bażikament dan hu l-punt li nixtieq nasal għalih - għandna naraw kif ħadmet din il-liġi mill-1994 'l hawn u anke nipprovaw inħarsu lejn sistemi oħra ta' reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur li hemm in vigore f'pajjiżi oħra Ewropej ħalli nikkomparaw il-pożizzjoni tagħna ma' tagħhom u jekk jinħass il-bżonn nirrevedu l-pożizzjoni tagħna.", "Huwa veru li aħna pajjiż Mediterranju imma għandna wkoll vokazzjoni Ewropea u din ma niddejqux ngħiduha!", "Aħna nemmnu li nistgħu nixprunaw lilna nfusna lejn is-sistemi ta' reġistrazzjoni li addottaw pajjiżi Ewropej oħra.", "L-eżerċizzju li rridu nagħmlu huwa li filwaqt li ngħidu li naqblu ma' l- emendi li qed jipproponi l-Gvern, inħarsu l-ewwelnett lejn dak li hemm provdut fil-liġi viġenti.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar ġbir ta' taxxa u jekk inħarsu lejn artiklu 3 tal-liġi nsibu li hemm imniżżel hekk:", "\"Għandu jintalab u jinġabar mill-Uffiċjal Kompetenti f'isem il-Gvern dazju bir-rata jew fl-ammont speċifikat f'dan l-Att ...\".", "Mela hemm uffiċjal tal-Gvern li huwa answerable lejn il-Ministru għall-mod kif ikun qiegħed jaħdem.", "Pero' r-responsabbilta' taqa' fuqu jew fuq il- Gvern?", "Aħna n-nutara ninżammu responsabbli għax-xogħol li nagħmlu, imma l- fatt li dan huwa uffiċjal kompetenti nominat mill-Gvern ifisser li huwa għandu l-kompitu li jirrispondi u jekk jinstab ħati li naqas mid-dmirijiet tiegħu, jista' jeħel il-pieni li hemm fil-liġi.", "Jekk inħarsu lejn artiklu 4 tal-liġi viġenti naraw li kull min jimporta jew jimmanifattura vettura bil-mutur ġewwa Malta għandu jagħti avviż.", "Rigward dan l-avviż bilfors ikolli nistaqsi għaliex dak inhar li resqet din il-liġi fil-Parlament ma tajniex terminu - forsi żbaljajna, nibda minni - għal meta għandu jingħata l-avviż ta' dik l-importazzjoni jew manifattura lill-uffiċjal kompetenti u jekk fil-fatt ikun hemm dan in-nuqqas x'jista' jfisser għal min jimporta jew jimmanifattura din il-vettura.", "F'artiklu 5 tal-liġi prinċipali jingħad li \"vettura bil-mutur ma tistax tinħareġ mid-depost jew titneħħa mil-lok ta' manifattura mingħajr awtorizzazzjoni\".", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq dak li huwa enforcement.", "Imma l-enforcement se jsir mill-uffiċjali inkarigati jew mill- Pulizija?", "Kif se nieħdu ħsieb biex il-poteri tal-Pulizija ma jiġux infringed mil-liġi eżistenti?", "Imbagħad artiklu 6 ta' l-istess liġi prinċipali jitkellem fuq \"klassifika ta' vetturi bil-mutur\".", "Hawnhekk naħseb li wasal iż-żmien li nkunu ċari fid-distinzjoni fuq dak li jirrigwarda klassifikar proviżorju u klassifikar ieħor għaliex dan ma joħroġx mid-definizzjonijiet.", "Jien tal-fehma wkoll li għandna ninkorporaw l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni u diversi atti oħra - kif imsemmija f'artiklu 9 ta' l-Att in kwestjoni - f'att wieħed komprensiv li jkun jiġbor fih is-sistemi ta' reġistrazzjoni ta' kull xorta ta' vetturi.", "Għalkemm l-emendi li qed jipproponi l-Ministru m'humiex għal-liġi sostantiva, żgur li dan il-Gvern ikollu ċ-ċans jistudja - kif fil-fatt studja l-introduzzjoni ta' din it-taxxa indiretta - u jilqa' s-suġġerimenti tagħna biex ikun hemm emendi anke għal-liġi sostantiva għax, kif diġa' għidt, naħseb li rridu nħarsu wkoll lejn kif din is-sistema ta' reġistrazzjoni żviluppat f'diversi pajjiżi Ewropej.", "Il-Comité Européen des Assurances ħareġ rapport dwar motor vehicle registration systems in Europe li huwa interessanti ħafna.", "Fuq dan il-kumitat hemm diversi pajjiżi, fosthom il-Belġju, il-Ġermanja, il-Fillandja, Franza u l-Greċja.", "Uħud minn dawn il-pajjiżi jagħmluha compulsory li wieħed jirreġistra l-vettura qabel ma din tibda tiġi misjuqa f'public roads.", "Fl-Estimi nsibu miktub hekk dwar il-Licensing and Testing Department:", "\"The changing, on voluntary basis, of the vehicles' registration number plates ...\"", "- hawnhekk jitkellem biss fuq in-number plates -", "\"... has gathered momentum in 1996 and in 1997.", "The exercise will be introduced on a compulsory basis.\".", "Mela filwaqt li f'ċerti pajjiżi r-registrazzjoni m'hijiex compulsory, f'pajjiżna qegħdin ngħidu li l-bdil tan-number plates se jsir compulsory.", "Barra minn hekk, f'dawn il-pajjiżi li semmejt meta wieħed jiġi biex jirreġistra vettura, iridu jiġu ppreżentati ċerti dokumenti speċifiċi filwaqt li għalkemm f'Malta din is-sitwazzjoni teżisti, hemm distinzjoni bejn dak li huwa possessor of the vehicle u dak li huwa owner of the vehicle.", "Dan ifisser li jista' jkollok sid ta' vettura li fil-fatt ma jkunx qed isuqha huwa stess.", "Jiena naħseb li din għandha l-importanza tagħha mhux biss f'dik li hija reġistrazzjoni imma wkoll għal dak li semma l-Onor.", "Mangion, jiġifieri l-linkage li hemm bejn reġistrazzjoni u dak li huwa compulsory insurance.", "Jiena naħseb li rridu ndaħħlu il-compulsory insurance fuq bażi ta' fully-comprehensive u motor liability u b'hekk tkun insurance komprensiva u bl-iktar mod wiesa'.", "Ta' min jgħid li l-proċedura ta' reġistrazzjoni ta' vetturi mħaddma f'diversi pajjiżi hija linked ma' dak li huwa technical control of the vehicle u dak li huwa l-ħlas tat-taxxa tal-motor vehicle.", "Jiena naħseb li rridu naraw kif indaħħlu kontroll tekniku fuq il-vetturi u li dan ikun wieħed effettiv.", "F'Malta l-pulizija u l-istate bodies qed ikollhom aċċess regolari għall- informazzjoni mir-reġistri liema informazzjoni mbagħad tiġi mgħoddija taħt kondizzjonijiet speċifiċi lill-insurers u, jekk hemm bżonn, anke lil private individuals biex tgħin f'dak li għandu x'jaqsam mad-daily struggle against crime.", "Fil-fatt ir-rapport ta' dan il-kumitat Franċiż li diġa' għamilt riferenza għalih, jgħid:", "\"The present computerised registration system in different countries is also helping the police authorities and other organisations in their daily struggle against crime.\".", "Jiena naħseb li s-sitwazzjoni f'Malta f'dan ir-rigward m'hijiex daqshekk ħażina meta mqabbla ma' dik ta' ċerti pajjiżi Ewropej li huma avant-garde.", "F'pajjiżna l-Licensing and Testing Department fi ħdan il-Ministeru li huwa responsabbli għalih l-Onor.", "Debono Grech jieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni, il- liċenzjar u t-testing ta' vetturi bil-mutur u tax-xufiera.", "Il-Vehicle Registration and Administration hija sistema komputerizzata u l-vetturi jridu jkunu reġistrati ma' dan id-dipartiment kemm jekk ikunu se jintużaw fil-public roads kif ukoll jekk ma jkunux se jiġu wżati u fil-fatt l-ebda vettura ma tkun tista' tiġi maħruġa mid-Dwana jekk ma tkunx reġistrata mal- Licensing and Testing Department.", "Dan huwa importanti ħafna mhux biss biex nassiguraw li jkun sar il-ħlas tat-taxxa tar-reġistrazzjoni imma wkoll biex ikollna s-sistema tagħna kollha komputerizzata.", "Jien naħseb li fuq is- sales contract ta' min ikun qed jimporta wieħed għandu jassigura li l-owner ikun reġistrat bħala tali mad-dipartiment konċernat.", "Għalkemm nafu li din il-ħaġa mhux dejjem setgħet saret, hemm bżonn li tibda ssir.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li din il-liġi hija tkomplija ta' miżura li kien introduċa l-Gvern Nazzjonalista.", "Huwa importanti li dan isir anke f'diversi liġijiet oħra, mhux biss għal din il- liġi li hija ta' ċerta portata.", "F'sitwazzjoni fejn in-numru ta' karozzi f'pajjiżna qed jiżdied ħafna rridu naraw li minn żmien għal żmien il-liġi li tħares u tirregola l-attivita' tar-reġistrazzjoni tal-karozzi tiġi upgraded u fine tuned skond il-bżonnijiet.", "Jien ħadt gost nisma' lill- ħabib tiegħi l-Ministru Mangion jgħid li rridu norbtu din l-emenda fiskali ma' l-aspett soċjali.", "Meta s-Sinjorija Tiegħek kienet in-naħa tal-Gvern kienet tkellmet tajjeb fil-kontest tat-traffiku, infrastruttura u pollution.", "Għalkemm l-element ta' edukazzjoni huwa tajjeb, irridu nagħfsu wkoll fuq l-element ta' inforzar.", "Meta l-ex-Membru Parlamentari Freddie Micallef kien tkellem dwar din il-liġi kien iddeskriviha bħala l-iktar ħaġa importanti f'dan il-qasam.", "Jien naħseb li jekk irrridu nitkellmu dwar l- oqsma tat-traffiku, ta' l-infrastruttura u tal-pollution u nirrelatawhom ma' l-issue li għandna quddiemna rridu nammettu li kulħadd huwa responsabbli u kulħadd għandu dmir x'jaqdi f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "John Dalli semma l-valur tal-ġustizzja imma naħseb li din il-ġustizzja ssir meta f'dan il-pajjiż kulħadd jifhem li għandu dmir x'jaqdi.", "Għalhekk żgur li f'dan il-qasam għandna nkunu aktar far reaching milli qed inkunu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (L-Onor.", "Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jista' jgħid li hawnhekk għandna miżura li se tintroduċi żieda fit-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi skond iċ- ċilindrata tagħhom.", "Iż-żieda fit-taxxa tar-reġistrazzjoni tvarja bejn 3.5% għal 40%.", "Sur President, qabel ma nibda nitkellem fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, nixtieq nagħti ħarsa ftit aktar wiesgħa lejn dak li jirrigwarda r-reġistrazzjoni tal-vetturi.", "Fil-fatt, minn tweġiba li ngħatajna għal domanda parlamentari jirriżulta li f'Malta hawn reġistrati 183,000 vettura privata, li minnhom hemm madwar 45,000 vettura kummerċjali, madwar 8,000 vettura oħra tal-kiri u ftit iktar minn 1,000 vettura reġistrati bħala buses u mini-buses.", "Mill-informazzjoni li għandi wieħed jista' jasal ukoll għall-perjodu ta' żmien li dawn il-vetturi ilhom fuq it-triq.", "Aktar kmieni f'din id-diskussjoni ntqal li wieħed bilfors ikollu jagħmel link bejn il-ħarsien ta' l-ambjent u l-average age tal-vetturi li għandna fit-toroq.", "Illum stess, b'risposta għall-domanda parlamentari, il-Ministru għat-Trasport u Portijiet tana informazzjoni - proprjament jien tlabt informazzjoni li tmur aktar lura fis-snin, imma milli jidher kien fl-1988 li d-dipartiment beda jżomm dawn id-dettalji - li turi li mill-1988 sal-lum ħarġu 81,500 vettura privata, 25,600 vettura kummerċjali u madwar 6,000 vettura tal-kiri.", "Dan ifisser li 45% tal-vetturi privati, 57% tal-vetturi kummerċjali u madwar 73% tal-vetturi tal-kiri li għandna fit-toroq illum ħarġu matul l-aħħar għaxar snin.", "Dawn huma fatti li wieħed irid jorbothom mar-raġunijiet li semma l-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tal-budget tiegħu meta qal li waħda mir-raġunijiet għaliex qed issir din iż-żieda fit- taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi hija speċifikament biex iħallas l- aktar min jagħmel l-iktar ħsara lill-ambjent.", "Għalhekk wieħed irid jara kemm hawn karozzi li ilhom fit-triq għal ftit żmien u allura jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent.", "Tajjeb li wieħed jiftakar ukoll li minbarra ż-żieda fit-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi li għandna f'dan l-Abbozz ta' Liġi, hemm ukoll żieda fil-liċenzji, liema żieda tvarja skond iċ-ċilindrata tal-vettura.", "Sur President, wieħed irid jara jekk f'dak li qegħdin nagħmlu aħniex qegħdin naraw biss mod kif indaħħlu l-flus għall-kaxxa ta' Malta.", "Għalkemm il-Gvern b'xi mod irid idaħħal il-flus biex ikun jista' jibbilanċja l-budget tiegħu, irridu ngħidu wkoll li skond l-estimi din il- miżura - li ġiet deskritta minn xi wħud bħala miżura li m'hijiex se tħalli effett fuq il-kaxxa ta' Malta - se tiġġenera dħul ta' kważi Lm3 miljun li fil-kontest lokali ma nistgħux ngħidu li huwa ammont insinifikanti.", "Jekk naraw x'kien l-iskop tal-Gvern preċedenti meta kien ressaq din il- liġi fl-1994, mill-ewwel nindunaw li l-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż- żmien qatt ma qal li l-ħsieb tat-tibdil li kien qed isir dak iż-żmien kien biex ikun hemm xi effett fuq dawk li huma prezzijiet ta' vetturi privati.", "Fil-fatt, meta ġejna biex niddiskutu l-liġi tal-VAT f'dan il-Parlament, kien intqal li d-dazju li kien jeżisti dak iż-żmien għar-rigward ta' importazzjoni ta' vetturi kien se jinbidel fis-sens li 15% minnu kien se jsir VAT u l-kumplament kien se jsir taxxa tar-reġistrazzjoni b'mod li ma jkunx hemm tibdil fil-prezzijiet tal-vetturi.", "Hekk kien id-diskors dak inhar u hekk ġie pprattikat matul iż-żmien li ilha fis-seħħ il-VAT.", "GĦar-rigward tal-vetturi kummerċjali, is-sitwazzjoni kienet differenti.", "Hawnhekk l-intenzjoni kienet sabiex kemm jista' jkun tonqos il-preżenza ta' vetturi second-hand, b'mod partikolari dawk li jkun għadda ċertu żmien minn fuqhom.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kienet saret regola li ma jisgħux jiġu importati vetturi second hand li jkunu ilhom barra fit-triq aktar minn erba' snin biex ma jibqgħux jiġu importati ħafna vetturi qodma.", "Meta naraw l-istatistika għar-rigward tar-reġistrazzjoni ta' vetturi kummerċjali ġodda, insibu riżultat pożittiv fis-sens li filwaqt li fl-1994 ġew reġistrati 2,200 vettura kummerċjali ġdida, f'Diċembru li għadda kienu reġistrati 2,300 vettura kummerċjali ġdida.", "Din hija differenza sostanzjali, aktar u aktar meta wieħed jiftakar li dawn il-vetturi aktarx li kienu qegħdin jieħdu post vetturi qodma li jagħmlu ħafna aktar ħsara mil- lat ambjentali.", "Jiena nittama li b'konsegwenza taż-żieda fil-ħlas tat- taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, ma nerġgħux lura għas-sitwazzjoni li jibdew jiġu importati numru sostanzjali ta' vetturi second-hand għaliex dan ikun pass lura kemm mil-lat ta' safety fit-toroq kif ukoll mil-lat ta' sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Għalkemm nifhem li m'huwiex dejjem possibbli li jkollna l-karozzi kollha ġodda, pero' hemm bżonn nagħmlu ħilitna biex il-vetturi jkunu ta' l-aħjar kwalita'.", "Jiena naħseb li fir-realta' l-uniku skop ta' l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna huwa dak li jżid id-dħul tal-Gvern.", "Jitqiegħed kif jitqiegħed u jdawruh kif idawruh id-diskors tal-budget, xorta waħda jibqa' l-fatt li għandna quddiemna sitwazzjoni li għalkemm hija sempliċi biex tiddiskutiha se jkollha effett fuq min se jixtri vettura ġdida.", "F'dan l- Abbozz ta' Liġi qegħdin ngħidu li għal dawk il-vetturi li huma ta' aktar minn 1300 cc it-taxxa se tiżdied minn 48.5% għal 50.2% u tibqa' sejjer hekk sakemm tasal għall-vetturi ta' 'l fuq minn 2000 cc fejn it-taxxa se tiżdied minn 53% għal 74.5%.", "Żgur li dan se jkollu konsegwenzi negattivi fuq min se jixtri vettura ġdida.", "U dawn in-nies m'humiex waħdiet jew għexieren, kif jidher mil-fatt li fis-sena 1994 ġew reġistrati 9,500 vettura ġdida, fl-1995 ġew reġistrati 10,600 vettura u fis-sena li għaddiet ġew reġistrati 11,000 vettura oħra.", "Għalhekk dawn l-emendi se jolqtu lil eluf ta' nies.", "Għalkemm jien nippreokkupa ruħi dwar kemm jistgħu jibqgħu jiżdiedu l- karozzi ġodda - kif qal l-Onor.", "Mangion aktar kmieni - nixtieq nara bidla radikali fis-sitwazzjoni fit-toroq tagħna ...", "Sa ftit tas-snin ilu tista' tgħid li konna naraw biss vetturi kważi mkissrin; illum il-livell tal- vetturi fit-toroq tagħna huwa ferm aħjar, għalkemm dejjem ikun hemm l- eċċezzjonijiet.", "Sfortunatament naf li minħabba ż-żieda fit-taxxa tar- reġistrazzjoni numru ta' persuni li kienu diġa' ħallsu d-depożitu fuq karozza ġdida dawru l-ħsieb u għalissa se jkomplu jinqdew bil-karozza l- qadima li għandhom.", "Aħna ma rridux nibqgħu nħarsu lejn is-sitwazzjoni tat-traffiku mil-lat ta' kemm se jdaħħal flus il-Gvern mir-reġistrazzjoni, jiġifieri m'għandniex sempliċement noqogħdu ngħidu li din iż-żieda tfisser li jekk nimmultiplikaw 10,000 b'Lm200 se ndaħħlu Lm2 miljun aktar, imma rridu nieħdu veduta aktar wiesgħa ta' din il-materja.", "Jien nifhem li kull gvern għandu bżonn il-flus biex jamministra u li parti minn xogħlu hija li jara kif jagħmel biex jiffinanzja l-proġetti tiegħu, imma dawn il-flus m'għandhomx jiġu mir-registration fee tal-karozzi meta nafu li r-reġistrazzjoni tal-vetturi hija obbligatorja.", "Għandhom jinstabu metodi oħrajn ta' kif indaħħlu l-flus.", "Kif nafu dan m'huwiex mod ġdid ta' kif jinġabru t-taxxi imma huwa sors ta' tassazzjoni mill-iktar antikwat.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li minflok inżidu t-taxxa tar- reġistrazzjoni tal-vetturi għandna ngħinu lil dawk li għandhom vettura li m'hijiex roadworthy biex ikunu jistgħu jbiddluha ma' waħda ġdida permezz ta' self sussidjat jew ta' xi sistema oħra.", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għal dawk il-vetturi li huma marbutin man-negozju jew mal- kummerċ, jiġifieri vetturi li jġorru merkanzija, ġebel u materjal ieħor għall-kostruzzjoni.", "F'dan ir-rigward naħseb li l-Gvern għandu jkun l-ewwel wieħed li jagħti eżempju għaliex sfortunatament - din m'hijiex xi ħaġa ta' dawn l-aħħar tliet xhur biss - għandhom ħafna inġenji u vetturi tal-Gvern f'kondizzjoni tassew ħażina.", "Għalhekk naħseb li għandhom jiġu allokati fondi apposta biex jinbidlu dawn l-vetturi.", "Sur President, kif qal il-Ministru tal-Finanzi, dan l-Abbozz imiss ukoll l-aspett ambjentali u allura rridu naraw li kemm jista' jkun aktar vetturi jkunu f'kondizzjoni mill-aħjar.", "Fatt inkoraġġanti huwa li miċ-ċifri pubblikati jirriżulta li minn 8,000 vettura li qed jintużaw għall-kiri hemm 6,000 vettura, jiġifieri 73%, li ħarġu inqas minn għaxar snin ilu.", "Dan iġibna konxji mill-fatt li mhux biżżejjed li nħarsu lejn l-aspett fiskali ta' din il-liġi imma rridu nifhmu wkoll li żieda fit-taxxa tar- reġistrazzjoni jista' jkollha wkoll effetti negattivi fuq il-kiri ta' karozzi lit-turisti.", "Jien kemm-il darba għidt li dak kollu li jkun qed jiġri b'mod dirett f'settur partikolari jista' jkollu effett fuq setturi oħrajn u dan jgħodd ħafna hawnhekk għax it-8,000 vettura tal-kiri li għandna f'pajjiżna jintużaw mill-miljun u iktar turist li jiġu f'pajjiżna.", "Dan ifisser li l-kondizzjoni ta' dawn il-vetturi bilfors tħalli impressjoni pożittiva jew negattiva ta' pajjiżna fuq it-turist.", "Matul is-snin li għaddew ħarġu numru sostanzjali ta' vetturi ġodda tal-kiri u jien nemmen li għandna nagħmlu ħilitna biex ninkoraġġixxu din il-qabża fil-kwalita'.", "B'riżultat ta' dawn il-miżuri li qed jieħu l-Gvern Laburista wisq nibża' li se jkun hemm konsegwenzi negattivi fuq il-kwalita' tal- karozzi tal-kiri għax, kif nafu, jekk jiżdidulek l-ispejjeż jonqos il- qliegħ u allura jkun aktar diffiċli biex tibdel il-vettura.", "Jien ma nixtieqx li nerġgħu lura għal-livell ta' vetturi li kien hawn dari meta l- karozzi tal-kiri kienu ta' kwalita' verament baxxa.", "Nispera li ż-żieda fit-taxxa tar-reġistrazzjoni ma taffettwax ir-ritmu li bih kienu qegħdin jinbidlu dawn it-tip ta' vetturi.", "Għalkemm xi ħadd qal li m'huwiex l-iskop tal-Gvern li permezz ta' dan l- Abbozz idaħħal il-flus malajr jew b'mod ħafif, jien naħseb li m'hemm ebda raġuni oħra għal dak li qed isir ħlief li l-Gvern idaħħal aktar.", "Jekk hemm xi raġunijiet oħrajn, kemm fir-rigward tal-ħarsien ta' l-ambjent u kemm f'dik li hija l-kwalita' ta' vetturi, nittama li fil-winding up il-Ministru jagħmel riferenza għalihom għaliex sfortunatament s'issa kull riferenza li kien hemm għar-rigward tal-VAT, għar-rigward tar-roħs fil-prezz tal-karozzi u għall-affarijiet simili, ma jirriżultax li kienet ibbażata fuq xi intenzjoni partikolari tal-Gvern ...", "Meta l-Ministru qal li bejn wieħed u ieħor se ndaħħlu ¥2.9 miljun iktar mir-reġistrazzjoni ta' vetturi, jien naħseb li dan il-kalkolu bbażah fuq dak li kien qed jiġri fis-snin li għaddew u għalhekk nittama li dak li qed jipproġetta l-Gvern f'dak li huwa xiri ta' karozzi ġodda fil-fatt ikun jista' jseħħ.", "Madanakollu xorta waħda jkolli nirrimarka li b'dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun hemm 9,000 jew 10,000 persuna li matul is-sena li qegħdin fiha bejniethom se jħallsu ¥3 miljun iktar fuq ix-xiri ta' vetturi ġodda.", "Nerġa' ngħid li f'dawn l-emendi jiena ma nara l-ebda effett pożittiv fuq il-ħarsien ta' l-ambjent jew fuq il-bdil ta' karrozzi qodma imma nara sempliċement mezz kif fl-aħħar tas-sena l-Gvern jgħid li daħħal daqstant miljuni u allura seta' jnaqqas l-iżbilanċ kif kien ippjanajt.", "Jiena naħseb li din hija l-ewwel minn sensiela ta' liġijiet fiskali li għad iridu jgħaddu minn dan il-Parlament maħsuba biex iżidu d-dħul tal-Gvern.", "Jiena nittama li dawn iż-żidiet jikkawżaw effett negattiv minimu u li jekk ikun hemm xi effetti bħal dawn ikunu short-lived għaliex wisq nibża' li dawn il- miżuri jistgħu joħolqu konsegwenzi ħżiena għas-snin li ġejjin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI (Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Mr Speaker, waqt li dan huwa dibattitu fuq liġi xotta u liġi fiskali li tfittex li timplimenta miżuri li tħabbru fil-budget, sadanittant xorta waħda l- kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra, inkluż is-Sinjorija Tiegħek, bil-mod divers tagħhom u kultant b'mod kuntrastanti, irnexxielhom joħorġu dibattitu interessanti u li ta' min isegwih.", "Dan id-dibattitu huwa interessanti anke f'dak li ma jgħidx.", "Per eżempju, ħadd ma ambjenta d-diskussjoni fil- kontest ta' l-iżbilanċ li sab il-Gvern.", "Il-gvern min hu u l-ministri min huma?", "M'hemm xejn ħażin li noqogħdu nenfasizzaw, kif ġie enfasizzat mill- ewwel u mill-aħħar kelliema - li anke dawru d-diskussjoni f'waħda fuq il- VAT- li dan huwa money bill.", "Għaliex le?", "Imma fl-aħħar mill-aħħar hemm żbilanċ fil-finanzi tal-pajjiż u allura hemm min hemm fil-gvern irid jindirizza dan l-iżbilanċ.", "F'din is-sitwazzjoni trid jew tgħid li din hija r-realta' tas-sitwazzjoni u tiffaċċjaha b'kuraġġ, anke meta taf li m'intix se tkun popolari, jew inkella taħrab minnha.", "Jien ngħid illi anke kieku l-budget sar qabel l-elezzjoni, il-ministru preċedenti kien ikollu jiffaċċja din ir-realta' għaliex din ma tistax taħrab minnha.", "Fil-fatt dak hu li pprovajna nagħmlu fil-budget permezz ta' din il-miżura li qed niddiskutu llum.", "Qegħdin niffaċċjaw parti minn dik ir-realta'.", "U ma jimportax billi l-argument jieħu d-direzzjoni li qiegħed jieħu, jiġifieri li ngħidu li din hija taxxa li biha l-Gvern irid isodd parti mit-toqba, għaliex wara kollox il-Budget Speech jgħid li din hija waħda mill-miżuri ristretti u limitati li setgħu jittieħdu biex nipprovaw nimminimizzaw - mhux insolvu - din il-problema.", "Dan il-punt intqal ċar, mingħajr tlaqliq u ħabi, u f'kontest ta' serjeta' għax jien nemmen li hekk għandna nitkellmu.", "Tajjeb li nitkellmu u nikkontribwixxu biex nagħmlu d-diskussjoni interessanti, imma jekk kemm-il darba dak li hu interessanti ma npoġġuhx ukoll f'kontest serju allura ma nkunux qed nittrattaw lil min ikun qed jisma' b'maturita' li hija dimensjoni essenzjali f'kull demokrazija.", "F'demokrazija trid tgħid il-verita' u trid tmur għar-realta' għaliex jekk taħrabha tkun qiegħed tistma lill-istess demokrazija bħala xi ħaġa infantili, mentri d-demokrazija tagħna hija waħda matura u allura lill- poplu tagħna għandna nittrattawh ta' wieħed matur.", "Jien m'iniex se noqgħod nitkellem fit-tul imma se nieħu punt ewlieni mid- diskors li għamel l-aħħar kelliemi, li qgħadt nisimgħu b'attenzjoni - dejjem nieħu pjaċir nisimgħu anke meta ma nkunx qed naqbel miegħu, għalkemm sikwit insib ruħi naqbel miegħu, imma meta ma naqbilx miegħu xorta waħda nieħu pjaċir nisimgħu; nieħu pjaċir nisma' lil kulħadd imma mbagħad ikun hemm oħrajn li jpoġġu l-argument b'mod li jġiegħlek tisimgħu aktar - fejn b'enfasi qawwija qal x'jista' jiġri jekk kemm-il darba din il-miżura tiskoraġġixxi lin-nies milli jibdlu l-karozzi tagħhom.", "Dik l-enfasi kienet saħansitra mħawra bi proposta interessanti biex ninkoraġġixxu lin-nies jibdlu l-karozzi tagħhom billi nagħtuhom għotjiet.", "Kieku l-gvern - hu min hu - ikun jista' jagħmel dak kollu li jiġi suġġerit lilu, kieku ara x'dinja sabiħa u feliċi nkunu nistgħu ngħixu fiha!", "Imma r-realta' aħna se nagħtu kasha jew m'aħniex se nagħtu kasha?", "Intqal li għandna ninkoraġġixxu lin-nies biex jibdlu l-karozzi tagħhom, għax minħabba din iż-żieda fil-fee tar-reġistrazzjoni, se joqogħdu jaħsbuha biex jibdlu l-karozzi tagħhom.", "L-ewwelnett naħseb li huwa fatt soċjali u anke ekonomiku - kif dak li joħroġ mill-figuri li ġew ikkwotati matul id-diskussjoni - illi f'Malta għandna l-fenomenu illi meta tidħol karozza ġdida ma tkunx qiegħda tibdel lil waħda qadima imma sempliċiment tkun qiegħda tiżdied ma' l-istock ta' karozzi li diġa' għandna.", "F'Malta għandna wkoll il-fenomenu li għandna waħda mill-ogħla densities f'dak li jirrigwarda n-numru ta' karozzi meta tqis il-popolazzjoni tagħna, u iżjed u iżjed, meta tqis ir-road network tagħna.", "Dan jidher sewwa fil-kontest ta' l-istat tat-toroq tagħna għax għandna s-sitwazzjoni fejn wara ftit li ssir triq - li tippreżumi li tkun saret tajba, għalkemm bosta drabi wieħed jistenna li t-teknika li tintuża tkun aħjar - bil-wear and tear tal-heavy flow of traffic li għandna, din it-triq tibda ssir qisha waħda mhux ta' pajjiż tat-tielet dinja, għax inkella nkunu qegħdin ninsulentaw lill-pajjiżi tat-tielet dinja jekk nirreferu għalihom fil-kontest ta' l-istat tat-toroq tagħna.", "Din is- sitwazzjoni ġejja mill-fatt illi l-istock ta' karozzi fit-toroq tagħna qiegħed dejjem jikber.", "Allura issa, għax saret din il-liġi u saru dawn iż- żidiet, l-istock se jonqos?", "M'iniex qed ngħid hekk, Mr Chairman għax jekk kemm-il darba ngħid hekk jien stess inkun qed nikkontribwixxi għall-fattur li qed nikkritika, dak illi ma niffaċċjawx ir-realta' b'mod ċar u serju biżżejjed.", "Aħna rridu nagħrfu illi f'Malta m'għandniex MOT tests.", "Il-Gvern preċedenti kien se jibda jdaħħlu u dan il-Gvern għadu qiegħed jaħdem fuqu.", "Il-vetturi qegħdin dejjem jiżdiedu fit-toroq tagħna għax m'għandniex it- testijiet tal-karozzi u allura lil dak li jkun ma tistax tgħidlu: Jiddispjaċini, imma din il-vettura m'hijiex tajba għat-triq.", "Għalhekk għandna t-traffic jams li narawhom mhux biss fil-Belt Valletta, f'Paceville jew f'Tas-Sliema imma anke fl-irħula tagħna.", "Ilkoll kemm aħna li bħalissa ninsabu preżenti hawnhekk, inkluż is-Sinjorija Tiegħek, inzertajna minn xi raħal - m'iniex nara membri minn xi ibliet - u meta ngħid \"raħal\" ngħidha f'sens sabiħ għax l-irħula huma l-qalba ta' Malta; fihom għandek il- villaġġ u l-qalba tal-villaġġ.", "Naħseb li lkoll kemm aħna niftakru tfulitna.", "Jiena nzertajt l-ixjeħ wieħed bħalissa hawn ġew u niftakar lill-pulizija jiġru warajna għax konna nkunu qed nilagħbu l-ballun fit-triq tagħna, ġo Ħal-Qormi, meta ma kellniex fejn nilagħbu.", "Dak iż-żmien stajna nilagħbu fit-triq għax ma kienx ikun hemm karozza waħda pparkjata u kien rari ħafna li tgħaddi xi karozza.", "L-istess ħaġa tista' tgħid għalikom, li bħalissa qegħdin hawn ġew, li ġejjin minn Ħaż-Żebbuġ, miż-Żurrieq, minn Għawdex, miż-Żejtun, mill-Qrendi u Birkirkara.", "Nerġa' ngħid, illum tmur fejn tmur, mhux fil-postjiet kummerċjali, imma fil-qalba tal-villaġġi u ta' l-ibliet tagħna li m'humiex kummerċjali, issib kullimkien ippakkjat bil-karozzi.", "Allura din is-sitwazzjoni se nsolvuha b'din il-liġi?", "Le, mhux se nsolvuha billi jogħlew ir-reġistrazzjonijiet.", "Imma jiena qiegħed ngħid li waqt li l- Ministru tal-ġurnata għandu bżonn iżjed revenue biex jipprovdi s-servizzi lill-poplu, ma rridux ngħidu affarijiet li ma jorbtux ma' xulxin.", "Kif tista' tissuġġerixxi - qed nenfasizza biex forsi l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Censu Galea jirrifletti naqra iżjed, għalkemm naf li jirrifletti ħafna - lill-Gvern biex jieħu miżuri li permezz tagħhom iħallas lin-nies sabiex jibdlu l-karozza tagħhom meta dan wiret sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra?", "F'dan il-pajjiż għandna żbilanċ strutturali illi rridu nibdew mhux biss nindirizzawh imma rridu wkoll nibdew nifhmuh iżjed.", "Aħna mhux inzappu qegħdin imma għandna sieq waħda barra!", "Dak huwa żbilanċ strutturali!", "Allura kif tista' tiġi tgħid lill-Gvern biex jieħu miżuri biex iħallas lin- nies ħalli jibdlu l-karozza tagħhom?!", "Jista' jkun li l-kelliem, flimkien ma' kelliema oħrajn li rraġunaw bl- istess manjiera, tkellmu hekk għax hawn pajjiżi illi diġa' ħadu miżuri bħal dawn.", "Per eżempju, xi snin ilu Franza u riċentement anke l-Italja daħħlu miżuri li jipprovdu għotja ekwivalenti għal persentaġġ mill-prezz tal- karozza ħalli l-karozza l-qadima ddaħħalha għall-iscrap u toħroġ oħra ġdida.", "Imma dawk huma pajjiżi li għandhom industrija tal-produzzjoni tal- karozzi tagħhom stess.", "Franza hija waħda - b'daqshekk m'hu se nagħmel riklam lil ħadd - mill-pajjiżi ewlenin ta' l-Ewropa b'industrija tal- produzzjoni tal-karozzi u allura meta jaraw li din l-industrija sejra lura kif ukoll is-sitwazzjoni fil-kontest tal-qgħad illi għandhom, dawn jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu dak li ssuġġerixxa l-kelliem ta' qabel.", "L- Italja, l-eqreb ġar tagħna, għandha ismijiet leġġendarji fil-qasam tal- karozzi u għandha reġjuni sħaħ li jiddependu fuq il-produzzjoni tal- karozzi.", "Allura meta dawn jieħdu miżuri bħal dawk li qed jipproponi l- kelliem ta' qabli - u nifhem li għamel dan bi skop tajjeb - ikunu qed jieħdu miżuri ekonomiċi.", "Meta gvern ikun qiegħed jonfoq biex jistimula d- domanda għall-karozzi ta' l-industrija ta' pajjiżu - u hawnhekk dawn joqogħdu attenti mill-importazzjoni, mhux billi jgħajtu bil-free trade, għax jaraw kif jiskoraġġuha - ikun qed iżid attivita' ekonomika u allura jaħdmu iżjed nies, ikun hemm il-multiplier effect u affarijiet oħra bħal dawn.", "Għalhekk jagħmluhom dawn l-affarijiet!", "Imma kieku nagħmlu miżura bħal dik, x'effett ikollha fil-każ tagħna?", "L-effett ma jkunx illi jonqos l- istock ta' karozzi, Madam Speaker, għax kif għidt il-karozza tibqa' tinbiegħ lil ħaddieħor.", "Jekk kemm-il darba karozza tirtiraha miċ- ċirkolazzjoni, nispiċċaw b'iżjed ċimiterji ta' karozzi u għandna problemi biżżejjed bil-waste kemm dak uman, kemm dak ta' l-industrija tal-bini kif ukoll dak tal-karozzi.", "Ara kemm hawn postijiet u widien li saru ċimiterji ta' karozzi!", "Qed nara lill-Onor.", "Michael Bonnici u niftakar fil-wied li hemm bejn it-tlett ibliet ta' Ħaż-Żebbuġ, Ħ'Attard u Ħal-Qormi; ngħidulhom \"bliet\" ħalli r-residenti tagħha ma jeħdux għalihom għalkemm billi post tgħidlu \"raħal\" ħadd m'għandu għalfejn jieħu għalih.", "Jekk wieħed imur jimxi f'dawk l-inħawi jara diversi skeletri ta' karozzi.", "Aħna m'għandniex il-faċilitajiet li għandhom pajjiżi oħra fejn karozzi li jkunu ġew scrapped ngħaffġuhom biex imbagħad nużaw il-materjal tagħhom għall-produzzjoni ta' affarijiet oħra, jiġifieri rriċiklawhom.", "Il-punt hu illi meta titkellem hekk tkun qed titkellem dwar xi ħaġa illi ekonomikament ma tagħmilx sens fil-każ tagħna.", "Fil-każ tagħna kulma tkun qed tagħmel huwa li żżid l-istock ta' vetturi u allura żżid il-pressjoni fuq it-toroq tagħna - din diġa' tkellmu fuqha kelliema oħra qabli - u tkabbar in-nefqa u allura l-iżbilanċ tal-Gvern.", "Dan ifisser li mbagħad ikollok saħansitra effett ekonomiku ieħor, jiġifieri li tkun qiegħed tkompli taggrava l-bilanċ tal-pagamenti.", "Issa x'ifisser dan?", "Li qatt ma nimportaw iżjed karozzi jew li nibdew nikkontrollaw l-importazzjoni tal-karozzi mill-ġdid?", "Le, m'iniex qed ngħid hekk, imma qed ngħid li dawn il-fatturi reali hemm bżonn li nagħrfuhom għax jekk ninjorawhom jispiċċaw biex jagħmlulna iżjed ħsara milli saħansitra għandna.", "Naturalment jien u nitkellem qed nirrealizza li qed inħalli aspett importanti barra, jiġifieri dak ta' l-ambjent definit b'mod wiesa' ħafna.", "Meta inti titkellem fuq il-pressjoni li hemm fuq it-toroq tagħna diġa' qed titkellem b'mod definit fuq il-kwestjoni ta' l-ambjent għax l-ispazju fih innifsu huwa ambejnt.", "Il-fatt illi jkun hemm daqstant karozzi f'inħawi fejn wieħed imur biex jistrieħ - hemm ċerti nħawi fil-kampanja fejn lanqas tista' tiċċaqlaq bil-karozzi li jkun hemm - li allura jieħdu dak l-ispazju liberu huwa fih innifsu pressjoni fuq l-ambjent.", "Imbagħad għandek il- fattur ta' l-emissjonijiet tal-vetturi, il-carbon dioxide li mhux biss jolqot lill-ambjent imma saħansitra s-saħħa tal-bniedem.", "Għal darba oħra, hawnhekk wieħed irid jagħmel riferenza għall-villaġġi u l-ibliet tagħna u partikolarment għal dik li tissejjaħ il-core, jew inkella l-qalba tagħhom.", "Dan għaliex iktar ma post huwa sabiħ, għax huwa tradizzjonali u qadim, bħalma ssib f'ċerti postijiet fis-Siġġiewi, fiż-Żurrieq, fil-Qrendi - quddiemi għandi lill-Onor.", "Louis Galea - f'Ħal Qormi, fir-Rabat, f'Birkirkara u fiż-Żejtun, jiġifieri fejn għandek labirint ta' toroq dojoq, meta l-karozzi jgħaddu minn dawn it-toroq jagħmlu ħsara doppja, kemm ħsara lill-bini - mhux għax jaħbtu miegħu, imma bl-istess użu tat-triq issirlu ħsara - kif ukoll lis-saħħa tar-residenti.", "Hemm bżonn li ma ninsewhiex din.", "Issa x'ifisser dan kollu?", "Dan kollu jfisser illi meta norbtu l-argument f'daqqa għandna norbtuh b'mod li jkun koerenti għax il-ħolqa ekonomika, il- ħolqa soċjali, il-ħolqa fiskali, il-ħolqa ambjentali u dik tal-bilanċ tal- pagamenti kollha jorbtu ma' xulxin.", "Ara jekk kemm-il darba wieħed iħares lejn l-affarijiet b'mod daqsxejn waħda iżjed distakkat kemm jista' jkun mhux biss interessanti fl-argument, kif kienu l-kelliema ta' qabel, imma wkoll iżjed korrett u analitiku biex jara kif jolqtuna ċerti miżuri li jkunu qegħdin jiġu suġġeriti.", "Imbagħad tisma' wkoll, per eżempju, li fil-każ ta' ċerti kategoriji ta' vetturi għandha tingħata għajnuna bħal, per eżempju, vetturi kummerċjali.", "Dawn diġa' għandhom għajnuna għax għal dak li huwa kapitali hemm relief min- naħa tat-taxxa.", "Sinjura President - għax issa s-Sedja nbidlet - meta inti u jiena nixtru karozza għal xi negozju, hu x'inhu n-negozju, fuqha jkun hemm capital allowance u d-depreciation u b'hekk qed ikun hemm ċertu relief mill-gvern tal-ġurnata, hu min hu.", "Għal darb'oħra ngħid li ma tridx tpoġġi biċċa argument biss għax inkella ma tasalx għall-konklużjoni li trid tasal għaliha, imma appena torbot kollox flimkien tibda tara l-argument sħiħ.", "(Interruzzjonijiet) Mela le, il-gvern tal-ġurnata.", "Jien ma ngħidx il-Gvern Laburista jew il-Gvern Nazzjonalista imma ngħid il-gvern tal-ġurnata - dejjem hekk ngħid u m'iniex se noqgħod neħodha mal-kelliema ta' qabel għax ikunu qalu affarijiet li setgħu saru tliet xhur jew erba' xhur ilu imma ma sarux.", "Għalfejn għandu wieħed joqgħod iħares lura?", "Inħarsu 'l quddiem!", "Kulħadd jieħu pjaċir jagħmel affarijiet illi jkunu ta' benefiċċju għal min jirċevihom!", "Matul is-snin qatt kien hawn xi ministru li kien jieħu pjaċir jgħolli sitt ħabbiet fuq xi ħaġa?", "Matul is-snin kull ministru tal-finanzi, dam kemm dam, ħadem kemm ħadem, kien bravu kemm kien bravu ...", "Mhux bħali, jien m'iniex bravu għax ma tantx ilni ministru, imma kellna oħrajn li laħqu ħadu l-esperjenza, laħqu kkonċentraw, kellhom iżjed pariri, setgħu jagħmlu l-affarijiet b'mod iżjed meqjus, b'pass iżjed bil-mod u b'inqas pressjoni fuqhom.", "Kemm kellna sitwazzjonijiet fejn ministri tal-finanzi kellhom qagħda finanzjarja wisq u wisq aħjar u xejn paragunabbli ma' dik illi wiret dan il-Gvern!", "Sadanittant, meta tħares lura ssib li f'xi ħin jew ieħor kull ministru tal-finanzi kellu l-ħtieġa li jagħmel xi miżura bħal din li għandna quddiemna u fil-kontest tal-ħtiġijiet u tal-qagħda tal-pajjiż din hija miżura nominali.", "Naf x'jien ngħid u naf li se jkun hemm min jaqbad kelma u jgħid: \"Ara x'inhu jgħid dan, din il-miżura se żżid id-dħul tal- Gvern b'dawn l-ammonti, ħassewha tant nies u qed jgħidu li hi nominali!\"", "Fil-fatt, kull min għandu karozza ħassha u jien għadni kemm enfasizzajt dwar kemm hawn nies li għandhom karozza.", "Iva, Sinjura President, meta teħodha fil-kontest tal-qagħda fiskali tal-pajjiż kollu - mhux ta' naħa jew ta' oħra imma tal-pajjiż kollu - ssib li din hija figura nominali u għalhekk trid tifhem illi filwaqt li l-politiku, hu min hu, huwa bħal dak l- attur fuq il-palk, li sew jekk qed jagħmel traġedja u sew jekk qed jagħmel kummiedja, jieħu pjaċir li xi ħadd iċapċaplu, ma tistax dejjem tagħmel affarijiet illi għalihom se jkun hemm xi ħadd li jċapċaplek.", "Mhux talli ma tistax, talli jekk kemm-il darba trid tagħmel ir-rwol tiegħek ma tridx tibża' u ma tridx iżżomm lura milli tagħmel dak li fiċ-ċirkostanzi jkun meħtieġ isir.", "Din il-miżura hija parti minn dak li kien meħtieġ li jsir fiċ-ċirkostanzi għax jekk toqgħod titkellem biss fuq l-iżbilanċ tkun qiegħed titkellem fil-vojt.", "Allura trid tagħmel mossa biex tindika illi l- iżbilanċ trid iċċekknu u b'hekk turi li ċerti oqsma rridu noqogħdu iżjed attenti għalihom.", "Meta nitkellmu fuq il-qasam ta' l-infiq tal-Gvern irridu naraw li nonfqu għal dak li huwa meħtieġ, nonfqu bil-għaqal u nonfqu flus il-poplu - għax dawn huma flus il-poplu u mhux flusna bħala politiċi - b'mod effiċjenti, b'mod effettiv, b'mod ekonomiku u b'mod li jagħti valur għal kull lira li nonfqu.", "Wara li tgħaqqad kollox ma' kollox trid toħroġ l-argument, għax jekk ma ngħaqqdux kollox ma' kollox ma nkunux politiċi li qegħdin niddiskutu bis-serjeta'.", "Nixtieq nenfasizza li għalkemm id-dibattitu tal- lejla kien wieħed serju u li tieħu pjaċir tisimgħu għax ma kienx hawn ħafna logħob għall-gallarija, ir-rabta ta' l-argument xorta ma kenitx hemm.", "L- Onor. John Dalli dam jitkellem fuq is-sistema illi għalih hija l-aktar sistema tajba imma li għaliha ħaddieħor jista' jkollu sistemi alternattivi.", "Pero' ma rridx noqgħod nitkellem fuq dan.", "Jekk tieħu l-argumenti li saru separatament tista' forsi tgħid li kienu tajbin, imma meta torbothom flimkien issib illi mhux qed jingħad tajjeb u li l-problemi tal-pajjiż m'humiex qed jiġu indirizzati.", "Il-ħtieġa hi li kull politiku, qiegħed liema naħa qiegħed u hi x'inhi l-kariga tiegħu fil-mument, jindirizza l- problemi kif għandu jindirizzahom.", "Jekk ma ngħaqqdux ħolqa ma' ħolqa biex ikollna l-katina tas-sens u tas-serjeta' dan il-pajjiż se jibqa' f'sitwazzjoni fejn ma jimxix it-triq li għandu jimxi.", "Jekk kemm-il darba tkun qed timxi fi triq artifiċjali xi darba se tinduna li dik it-triq tkun artifiċjali.", "Jekk tkun qed timxi f'xi triq li taħtha hemm ħofor li ma jkunux qed jidhru, xi darba t-triq se tisfronda u se tħosshom.", "Għalhekk jien nenfasizza li hemm bżonn inkunu iżjed iffokati fl-argumenti tagħna.", "Wieħed mill-punti li semma l-kelliem ta' qabel - dan huwa interessanti - kien illi l-Gvern stess għandu jara illi l-vetturi tiegħu ma jeqdimux iżżejjed u ma jsirux scrap għax inkella jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni preżenti.", "Dak il-punt jinftiehem imma mbagħad trid tifhmu u trid tambjentah fil-kontest tal-ħtieġa illi l-ewwel ma jara l-Gvern - li qed jonfoq flus il-poplu u mhux flusu - hu illi jekk se jixtri l-karozzi jixtri dak li hemm bżonn.", "Jekk se juża l-karozzi juża dak li hemm bżonn.", "Dak irid ikun il-punt tat-tluq għaliex hemm mijiet u mijiet ta' karozzi tal- Gvern.", "Meta tibda tfittex u taħseb, kultant tgħid: Possibbli li fis- servizz pubbliku hemm bżonn dawn il-vetturi kollha?", "Possibbli għal ċerti vjaġġi bilfors trid tuża karozza?", "Ma tistax tuża mezz ieħor ta' trasport li huwa iktar ekonomiku, iktar irħis?", "Waqt li wieħed irid jagħti kas tal- punt li l-Gvern m'għandux ikollu karrakki, fl-istess ħin dan irid jorbtu fil-kontest li mbagħad il-Gvern jagħmel disposal - kif jagħmel kull gvern u kif ikollu jagħmel ukoll dan il-Gvern - ta' karozzi qodma biex imbagħad iġib il-ġodda.", "Meta tieħu l-karozzi l-qodma li jbigħ f'xi irkant, jew inkella f'xi offerta bil-metodi tiegħu, u tieħu l-karozzi l-ġodda li jkun xtara, x'jirriżulta?", "Jirriulta dak li semmejt iktar kmieni, jiġifieri li fl-aħħar mill-aħħar jiżdied l-istock ta' karozzi.", "Allura l-Gvern stess għandu joqgħod attent dwar kemm għandu bżonn karozzi u kif dawn il-karozzi qegħdin jiġu użati.", "Il-Gvern irid jara x'qed jirrapporta kull sena l- awditur tal-poplu dwar kemm qed jintnefqu flus fuq it-trasport u kemm jinħtieġ iżjed għaqal fl-użu tal-vetturi tal-Gvern.", "Iva, aħna rridu nagħmlu dan kollu fil-kontest ta' dan is-sens li qed nipprova ngħid li għandna nuru.", "Sinjura President, ħaġa li sakemm ili fil-Kamra naf li ma ssemmietx m'hijiex sempliċement l-użu bil-għaqal ta' vetturi fix-xogħol tal-Gvern imma l-fatt li kultant tibda taħseb li ċertu sewqan qisu jsir apposta biex jagħmlu l-ħsara ħalli dak li jkun idum ma jasal għax-xogħol.", "Huwa tajjeb li tikkritika lil kulħadd, minn fuq s'isfel, u huwa tajjeb ukoll li naqilbu l-piramida u f'dan il-kontest nibdew nagħtu l-eżempju minn fejn suppost jingħata l-eżempju.", "Dan l-aħħar kelli interpellanza mill-Onor.", "George Hyzler li laqtitni ferm.", "GĦall-ewwel kont għidtlu: \"Inti bis-serjeta' qed tagħmilha din id-domanda?\", u meta qalli li bis-serjeta' qed jagħmilha, għidtlu: Mela jiena se nwieġbek bis-serjeta' għax mistoqsija serja jistħoqqilha tweġiba serja.", "Aħna kultant inkunu daqsxejn leggeri ma' xulxin jew naqra niggieża, imma aħjar tkun serju f'li tirċievi u serju f'dak li tagħti.", "L-Onor.", "Hyzler staqsieni: Għal dak li għidt fil-Budget Speech, jiġifieri li ninkoraġġixxu l-użu aħjar ta' vetturi u li ma mmorrux għal ċilindraċċ għoli, x'beħsiebu jagħmel il-Gvern biex jibda jagħti l- eżempju hu stess?", "L-interpellanza kienet daqsxejn waħda f'termini differenti, kienet ftit sarkastika, imma jiena ħadtha fl-ispirtu li saret u mhux li l-Onor.", "Hyzler ried ikun sarkastiku miegħi, għalkemm wara kollox huwa politiku wkoll u allura kien qiegħed jagħmilli mistoqsija politika.", "Imma l-ġist tagħha, il-qalba tagħha, kienet waħda serja li aħna, bħala gvern, għandna nindirizzawha.", "Il-gvern tal-ġurnata għandu jindirizza din il-mistoqsija u għandu jibda minn fuq nett.", "Jagħmel sens illi l-ministri jkollhom karozzi ta' daqs illi assolutament mhux meħtieġ?", "Jagħmel sens li nużaw dan it-tip ta' karozzi li kien hemm taħt gvernijiet oħra?", "Jagħmel sens li ma nagħtux kas dwar x'nistgħu nekonomizzaw fin-nefqa billi nagħtu l-eżempju minn fuq nett?", "Jiena ngħid li dan ma jagħmilx sens, u issa qed nitkellem bħala ċittadin u mhux bħala ministru, għax kull ministru huwa temporanju.", "Jagħmel sens li biex tħossok ministru għandek tirkeb f'karozza illi bilkemm tgħaddi minn ċerti triqat?", "Jiena ngħid li dan ma jagħmilx sens u kien proprju wara li għamilna l-miżuri tal-budget li qegħdin nitkellmu dwarhom illum u wara li komplejna nieħdu stock tas-sitwazzjoni, li jien, bħala ministru responsabbli mill-infiq, għidt li l-ministri stess għandhom jagħtu l- eżempju u minn issa 'l quddiem għandna naraw illi għandu jitnaqqas il- limitu ta' l-ogħla karozza li tista' tinxtara.", "Allura l-ewwel miżura hija li l-limitu li kien ġie stabbilit jitnaqqas u dan jgħodd għal kulħadd mingħajr eċċezzjonijiet, anke għall-Prim Ministru.", "It-tieni miżura hija illi jitnaqqas ukoll iċ-ċilindraġġ.", "Jiġifieri mhux sempliċiment tgħidlu li jrid jonfoq sa tant eluf ta' liri imma jkun hemm ukoll limitu fuq iċ- ċilindraġġ.", "Jekk il-pajjiż ma qallix \"grazzi\" għall-miżura li kien hemm dwar iż-żieda fit-taxxa ta' reġistrazzjoni, jiena naħseb li meta l-ministri, kapijiet tad- dipartiment, kapijiet tal-korporazzjonijiet futuri u s-Sinjorija Tiegħek stess, se jiġu biex jibdlu l-karozza u se jsibu dan is-saqaf sew fuq il- prezz u sew fuq iċ-ċinildraġġ se jgħidu: Iva anke fuq dan se nagħmlu kontroll?!", "Dak mhux issikkar taċ-ċintorin u lanqas hu kontroll ħażin.", "Dak huwa eżempju ta' kif għandna nagħtu l-eżempju minn fuq.", "Il-miżuri msemmija f'dan l-Abbozz qed jippilota l-Onor.", "Joe Debono Grech u li ġew imressqa minni fil-budget huma parti mill-miżuri li kienu meħtieġa fil-kontest tal-problema finanzjarja strutturali li għandu dan il-pajjiż.", "Għalkemm wieħed jifhem li din hija a financial law u allura jkun hemm diviżjoni fuqha, għallinqas fil-kontest ta' l-argument attwali għandna norbtu dan l-argument ma' dak li għandu bżonn il-pajjiż.", "Aħna, bħala membri ta' dan il-Parlament, ikun minn ikun fil-gvern, u aħna li nkunu ministri, ikunu minn ikunu l-ministri, għandna nirriflettu fuq kif għandna nagħmlu biex filwaqt li nagħmlu l-miżuri bis-serjeta' u bir-realta' meħtieġa, aħna stess nagħtu l-eżempju liċ-ċittadini tagħna ħalli dawn ikunu ċerti li flushom qegħdin jintnefqu bis-serjeta' mill-Gvern tal-ġurnata.", "Grazzi, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t- Tlieta, 25 ta' Frar, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - it-Tieni Qari (Kont.)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, ftit tal-ġranet ilu meta jien ma kontx qiegħed hawnhekk minħabba li kont xogħol ieħor, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għamel diskors b'risposta, jew suppost b'risposta, għal li qal il-Prim Ministru fuq il-budget fejn għoġbu jagħmel attakk personali fuqi.", "F'dan l-attakk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ipprova jgħatti l-kjass li qam fuq id-dokumenti li jien żvelajt lill-poplu u ħaseb li billi joqgħod juża ħafna retorika u kliem ieħor li l-poplu issa xeba' minnu, kien b'xi mod se jċekken dak li jien żvelajt.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li l-ġurnata ta' qabel kien sema' lill- ħabib tiegħu l-Onor. de Marco jitkellem b'mod qawwi u li verament jipperswadik dwar il-ħtieġa ta' politika Ewropea.", "Lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni ngħidlu li titkellem kemm titkellem qawwi, jekk inti ma tkunx qiegħed tgħid il-fatti fl-aħħar mill-aħħar tinqabad u tinkixef, kif fil- fatt inkixef il-Partit Nazzjonalista.", "L-importanti f'dawn l-affarijiet m'hux kemm titkellem b'mod qawwi imma li jkollna l-fatti għaliex in-nies issa xebgħu jisimgħu kliem biss.", "Il-poplu kien jistenna mill-kollega tiegħi - jiddispjanċini li se ndaħħlu fix-xena għax jiena għidt li kelli ngħid fil-kontest politiku (Interruzzjonijiet) Jien ma nippretendix li għandu jiġi l-ex-Prim Ministru u jipprova mingħalih iċekken dak li għidna aħna billi joqgħod jgħajjar lil din in-naħa.", "Jiena ma wżajtx kliem ta' tgħajjir imma għamilt id-dover li ħassejt li kelli nagħmel, jiġifieri kkwotajt fatti minn dokumenti - aktar 'il quddiem ngħid għaliex ħassejt li kelli nikkwota minn dawk id-dokumenti - u ma qgħadt nipprova ngħajjar u nċekken lil ħadd għax jien dak inħallih f'idejn il-poplu wara kollox dik hija d-demokrazija.", "Jekk dak li għidt jien ma kienx veru jew inkella kien libelluż jew inkell dawk id-dokumenti mhux suppost li f'idejja u allura ma messnix għidt dak li għidt, allura jien kont nippretendi li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jqum jitkellem f'dak is-sens, kif jien ċert li huwa kapaċi jitkellem ta' avukat li hu.", "Imma minflok ma għamel hekk, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni infexx jgħid - bħalma hu mdorri jagħmel f'xi meeting - li jien skandalizzajtu, li jiena irresponsabbli u immatur jew li m'għandix l- esperjenza meħtieġa.", "Veru li bħala ministru ili fil-kariga erba' xhur biss imma fil-politika issa ilni madwar 20 sena u ma qed nistenna l-ebda lezzjoni mingħand nies bħall-Onor.", "Fenech Adami biex inkun naf kif nikkontrolla lili nnifsi.", "Naf safejn għandi nasal, naf x'inhuma d-doveri tiegħi u nerfa' r-responsabbilta' ta' dak kollu li għidt.", "Jien kont nippretendi li l-ex-Prim Ministru jgiddeb dak li għidt billi jispjega għaliex il-Gvern tiegħu kien ġab ruħu b'dak il-mod.", "L-akkuża tiegħi saret, imma d-difiża ma saritx allavolja pprova b'xi mod jgħid li dan m'huwiex sew li jsir u affarijiet f'dak is-sens.", "Jekk kellix nagħmel hekk jew le kienet deċiżjoni tiegħi, dik id-deċiżjoni jien ħadtha, aġixxejt fuqha u dħalt responsabbli għaliha.", "GĦalhekk ma nistenna lil ħadd li b'ton patronizzanti jiġi jgħid \"għax inti immatur\" u \"għax inti irresponsabbli\".", "Irresponsabbli hu min suppost kellu f'idejh it-tmexxija tal-pajjiż u minkejja li kellu pjanijiet u pariri li kienu qed jindikaw ċerta direzzjoni, hu baqa' jwebbes rasu billi kompla miexi bil-politika li kien qabad.", "Il-Kap tal-Gvern ta' dak iż-żmien kellu d-dritt kollu li jagħmel dan, pero' rriżulta li min kien qed jagħtih il-pariri kellu raġun għax l- affarijiet seħħew skond il-pariri li kellu.", "Jien ngħid li huwa irresponsabbli min qagħad jilgħab bid-destin tal-poplu Malti biex jipprova jilħaq għanijiet purament partiġġjani u politiċi.", "L-Onor.", "Fenech Adami reġa' qal li kien skandalizzat!", "Anke jien skandalizzajt ruħi bil-mod kif tkellem, għax dak m'huwiex diskors ta' wieħed li qed jirrispondi d-diskors tal-budget!", "Jien naħseb li ma kellux x'jgħid u allura b'xi mod ried jimla l-ħin għax fatti, hard facts, ma kellux.", "Fil-fatt la kellu biex jikkritika lil din in-naħa u lanqas kellu biex jikkritika dak li għidt jien, allura sempliċement beda jitgħajjar kif inhuma mdorrijin jagħmlu huma.", "Il-kultura tat-tgħajjir u tal-gideb daħlet fil-Parlament minn mindu tfaċċa l-Onor.", "Fenech Adami fuq il-bankijiet ta' l- Oppożizzjoni.", "Dak kollu li jien għidt huma fatti dokumentati u jekk jiċċalinġjani biex nippubblikahom, jien imbagħad nasal biex nippubblika aktar minn hekk, għax l-irresponsabbilta' - dik li għajjarni biha - tkun kieku jien insib xi dokumenti personali jew privati u ngħid li ma sibthomx.", "Imma l-kollega tiegħi jaf li meta jien sibt xi ftit affarijiet personali tiegħu - affarijiet innokwi bħal kuruna tar-rużarju, xi domni u xi kartiera - dejjem għidtlu: Isma', sibna dawn l-affarijiet li huma tiegħek personalment.", "Jiġifieri jien lanqas jekk insib x'insib qatt m'hu se nasal biex nagħmel kritika fuqhom.", "Kont inkun irresponsabbli kieku jien sibt xi ħaġa personali tal-kollega tiegħi u ppubblikajtha - qed ngħid \"kollega tiegħi\" bis-serjeta' għax bejnietna nitkellmu b'mod differenti jiena u l-kollega tiegħi, l-Onor.", "De Marco; qatt ma tgħajjarna bħalma għajjar lili l-ex-Prim Ministru.", "Hemmhekk, iva, kont inkun irresponsabbli imma mhux f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tal-pajjiż u fuq pariri ġejjin mingħand il-Kap tad-Dipartiment tad-Direttorat.", "Forsi jiena u l-kollega tiegħi ma naqblux fuq din il-linja, anzi nafu li ma naqblux imma xorta nieħdu gost niddiskutu allavolja ma naqblux.", "Mhux hekk għandu jkun, wara kollox mhux dik hija d- djalettika tad-demokrazija!", "U mela jiġi jgħajjarni irresponsabbli!", "Dawn m'humiex dokumenti li sibthom fuq l-iskrivanija għax, kif kien jgħid hu, kien hemm xi ġurdien ta' impjegat, xi civil servant li jmur jeħodlu l-fatti għax ma jkunx leali lejn l-Amministrazzjoni.", "Jien inħalli f'idejn il-kuxjenza ta' kulħadd pero' nista' ngħid li dan ma kienx il-każ.", "Dawn kienu dokumenti tal-Ministeru li jien għandi d-dritt kollu li nassessjahom, niflihom, ngħarbilhom u nużahom fl-argumentazzjoni politika, kif wara kollox jiġri f'kull pajjiż.", "Kieku l-kollega tiegħi ma riedx li dawn id-dokumenti jiġu vvalutati minn ta' warajh, jien naħseb li kien jaf x'għandu jagħmel biex ineħħihom minn hemmhekk pero' l-kollega tiegħi ma mexiex b'scorched earth policy, ma qeridx kollox, u ta' dan jien nirringrazzjah għax hekk għandu jkun.", "Jien l-istess ħaġa beħsiebni nagħmel għax nemmen li dak li huwa tal-pajjiż għandu jibqa' hemmhekk għar-records u għall-istudjużi biex għada pitgħada jagħmlu l-iskrutinju u l-assessment tagħhom dwar min kellu raġun u min ma kellux raġun.", "Aħna m'aħniex hawnhekk biex nagħmlu xi kontest dwar min hu irresponsabbli jew min hu responsabbli imma qegħdin hawn biex nagħmlu l-almu tagħna ħalli insibu l-aħjar triq għal pajjiż.", "Mhux ilkoll nafu li għandna ottika differenti fuq ċerti affarijiet, fejn l-Oppożizzjoni taħseb mod u aħna naħsbu mod ieħor!", "Jien kont nippretendi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew jispjega għaliex l-affarijiet kienu hekk imma saru mod ieħor, jew ma jitkellem xejn jew inkella jgiddibni.", "Imma mhux jgħidli li jiena irresponsabbli!", "Kont inkun irresponsabbli kieku kien hemm dawn l- affarijiet - li jien inħoss li kienu jiġġustifikaw dak li konna ngħidu aħna - u lill-poplu għidtlu li kelli ċerta informazzjoni f'idejja pero' ma ridtx ngħaddihielu.", "Kont inkun irresponsabbli kieku dik l-informazzjoni żammejtha għalija biss.", "Nerġa' ngħid li dawn m'humiex dokumenti u ittri privati jew xi affarijiet personali imma huma dokumenti uffiċjali tal- ministeru.", "Imbagħad, biex mingħalih idaħħak, l-ex-Prim Ministru qal li ried ikun ħanin miegħi u allura se jillimita ruħu billi jgħid: L-iktar li nista' ngħid biex inkun ħanin hija li hu immatur.", "Meta qal dan kien qiegħed ikun kontradittorju, imma hu lanqas induna x'inhu jgħid għax aħna nafu li meta dan jintilef ikun intilef.", "Fil-fatt imbagħad qal: Kieku l-Ministru l-ġdid ried ikun trasparenti kien jiġi jgħidilna li rċieva kwestjonarju u jurina r-risposti li bagħat.", "Hu jaf li l-affarijiet ma jmorrux hekk.", "Hawnehkk jien mhux qed nikkwota affarijiet li l-Gvern qed jiddiskuti illum imma qed nikkwota affarijiet ta' l-imgħoddi.", "Il-poplu qal lill-Amministrazzjoni preċedenti li ħadd m'għandu ċ-ċens perpetwu fil-gvern u li temporanjament il-policy ma kenitx qed togħġbu u allura ta l-gvern lilna filwaqt li lil tan-naħa l-oħra bagħtuhom fl- oppożizzjoni.", "Jekk aħna ma nogħġbux lill-poplu, għada pitgħada dan jista' jerġa' jgħidilna biex immorru lura fl-oppożizzjoni għax irid jagħmel għażla oħra.", "Din hija d-demokrazija!", "Issa jekk lanqas din ma nifhmu, allura mbagħad nibda ninduna għaliex il-pajjiż spiċċa fejn spiċċa taħt it-tmexxija ta' l-Onor.", "Fenech Adami.", "Ara kemm kien kontradittorju fl- argument tiegħu!", "Dan qal:", "\"Kieku l-Ministru Vella jrid jgħidilna kemm ma jaħbix kien jiġi hawn u jgħidilna: Isma', jien irċevejt kwestjonarju mill-Unjoni Ewropea, arawh għax tistgħu taraw x'fih.", "Imbagħad kien jgħidilna:", "Issa rrispondejtu - għax qal li rrispondieh - u tistgħu taraw x'fih.\".", "Fl-istess sentenza imbaggħad qal:", "\"Huwa evidenti li gvern ikollu bżonn perijodu ta' trattattivi, ikollu bżonn perijodu ta' negozjati, ikollu bżonn li d-diskussjonijiet jimmaturaw.", "Imma meta jiġi hawn il-Ministru Vella u jgħidilna ....\"", "Mela minn naħa waħda qed jaqbel li dawk l-affarijiet għandhom ikunu tiegħek u ma toqgħodx tperriċhom sakemm inti tittratta u tinnegozja fuqhom, u min- naħa l-oħra l-Onor.", "Borg - li f'daqqa waħda sar jagħmel ħafna mistoqsijiet għax jrid ikun jaf ħafna affarijiet, jibda jzikna biex ngħidu x'irrispondejna u x'ma rrispondejniex.", "Dan l-istess Partit, Madam Speaker?", "Possibbli li qed nitkellmu ma' l-istess Partit u ma' l-istess ex-Prim Ministru li l-ewwel qalilna: \"Imissu jiġi hawnhekk u jgħidilna x'irrispondew\", imbagħad hu stess jgħid li jifhem li jista' jkun hemm xi ħaġa li ma tingħatax informazzjoni dwarha għax ikunu qed isiru trattattivi fuqha?", "Kif xbajna ngħidu, dan jindika l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għadu stordut, li għadu lanqas jaf what hit him, kif jgħidu l-Ingliżi, u li għadu lanqas induna li tilef l-elezzjoni u allura qed jibqa' jitkellem b'dak it-ton paternalistiku li kien juża meta kien għadu Prim Ministru.", "Jien ngħid li l- Kap ta' l-Oppożuzzjoni tħawwad għax kieku ma tħawwadx ma jiġix jgħid: \"Ara jiġi xi ambaxxatur jew xi konsulent, whoever ...\"", "Dan ma jafx li l-iktar dokument sod li jien ikkwotajt ma qalux whoever u lanqas ma qalu xi ambaxxatur jew xi konsulent, imma qalu l-Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?", "Dr Joe Borg huwa \"whoever\", Madam Speaker?!", "Joe Borg m'hux \"whoever\", imma , fl-opinjoni tiegħi, huwa l-konsulent l-iktar awtorevoli li kellu l-Ministeru.", "Issa, nerġa' ngħid, li jekk aħna naqblu jew ma naqblux hija storja oħra, għax il- punt tal-kritika tiegħi kien li aħna konna korretti meta konna ngħidu ċerti affarijiet.", "Meta jiena kont qiegħed nikkwota l-fatti ta' kif l-affarijiet kienu għaddejjin minn ġewwa ridt lill-poplu jifhem dan l-argument tagħna: \"Ara kemm aħna kellna raġun u ara kemm kien miskin il-Gvern ta' qabel li kellu ċerti pariri ħbiehom mill-poplu u issa xi ġralu li l-poplu ma fdahx u bagħtu fl-Oppożizzjoni!\"", "Dan kien l-argument kollu.", "Mela jiġi jgħid: \"Jiġi jiċċita minn xi ittra!\".", "Minn xi ittra!", "Jien kelli munzell sħiħ, għaxriet ta' ittri u għad hemm iktar.", "Imma issa l-punt tiegħi għamiltu.", "Jekk imbagħad joqogħdu jizzikawna u joħorġu b'dan it-tip ta' attakki biex mingħalihom iċekknuna, jien ngħidlu li anke għall-paċenzja hemm il-limitu.", "Jiena nispera li ma jġegħelniex niżvelaw affarijiet li jien inħoss onestament li m'għandhomx jiġu żvelati u allura il-Kap ta' l-Oppożizzjoni aħjar jgħid li dan l-episodju huwa magħluq u noqogħdu kwieti.", "Ikun aħjar kieku naraw x'għandna x'nagħmlu f'dan il-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija milli noqogħdu naħlu ż-żmien nizzikaw lil xulxin u nipprovaw nokkupaw il-ħin kemm nifilħu b'elf miljun parliamentary question!", "Jien ħallihom jagħmluhom dawk il-parliamentary questions kollha u jekk hemm bżonn nimpjegaw aktar staff biex nirrisponduhom, imma fijom ejjew nuru intenzjonijiet tajbin.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq fuq dan il-punt.", "Il-Gvern il-ġdid għandu l- mandat tal-poplu u allura, jekk nemmnu fid-demokrazija - din se nerġa' ngħidha għal miljun darba - ejjew nipprovaw nagħmlu dibattitu bejnietna kif għandu jkun billi naraw id-differenzi tagħna f'dik li hija politika, nikkritikaw lil xulxin b'mod kostruttiv.", "Pero' ħadd m'għandu jgħaddilu minn rasu li għandna nqumu u ngħajru lil tan-naħa l-oħra li huma immaturi jew li għadhom ma jafux kif imorru l-affarijiet jew li huma inesperti.", "Jiena lest li noqgħod hawnhekk nisma' b'interess lill-Onor.", "Fenech Adami kemm-il darba jġib il-provi kollha li dak li għidt m'huwiex veru u jispjega għaliex aġixxa b'dan il-mod fil-konfront ta' l-informazzjoni li kellhom.", "Jekk isir hekk allura nkun qed nisma' xi ħaġa bis-sens.", "Mill- bqija dak li qal l-aħħar darba huwa kollu space filler padding biex jimla l- vojt li qed iħoss u li ma jistax jimlih bl-argumenti għax argumenti m'għandux.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed joqorbu l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali u min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, kemm mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kemm minn kelliema oħrajn, qegħdin nisimgħu kummenti b'mod aktar regolari fis-sens li \"il-Gvern beda jnaqqar mid-drittijiet tagħhom\", jiġifieri mid-drittijiet tal-kunsilli lokali.", "Is-slogan ta' l-elezzjonijiet li ġejjin għall-Partit Nazzjonalista se jkun \"Kunsill Lokali - Dritt tiegħek - inħarsuh\".", "Kummenti oħra li smajna kienu \"il-Gvern jidher li jrid jibda jindaħal fit-tmexxija tagħhom, nivvotaw favur il-kunsilli\" u \"il-Gvern qed inaqqar mis-saħħa tal-kunsilli lokali\".", "Madam Speaker, nixtieq nikkwota mill-Manifest Elettorali tal- Partit Laburista għall-elezzjoni li għaddiet.", "Dan jgħid hekk:", "\"Sfida politika kbira li s-soċjeta' għandha ma' wiċċha hija dik tat- tisħiħ tal-valuri tal-komunita'.", "Il-politika ġdida Laburista temmen bis-sħiħ li l-kunsilli lokali jistgħu jagħtu tweġiba tajba ħafna għal din l-isfida, billi jdaħħlu liċ-ċittadini fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-komunita' tagħhom.", "Korollarju ta' dan it-twemmin huwa li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali m'għandhomx isiru fuq bażi ta' listi partiġġjani.", "Iċ-ċittadini għandhom jagħżlu lill-kunsilliera tagħhom skond min jaħsbu li jista' jagħti l-aħjar servizz, mhux skond ta' liema kulur politiku jkunu.\".", "Hawnhekk għandna risposta ċara għall-kritika kollha tan-naħa l-oħra li qiegħda ssir proprju qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Jidher ċar li l-Gvern Laburista bl-ebda mod ma jrid joħnoq lill-kunsilli lokali.", "Fil- passat, anke qabel l-istess elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista stqarr pubblikament li hu jaqbel mal-kunsilli lokali pero', fl-opinjoni tiegħu, jinħtieġ isir xi tibdil u dan niġi għalih aktar 'il quddiem.", "Allura hawnhekk nasal biex ngħid li hemm argumenti li ż-żewġ partiti qed naqblu fuqhom imma l-Oppożizzjoni donnha ma tridx taċċetta dan il-fatt u għalhekk qed jivvintaw kliem biex iħawdu l-imħuħ ta' ċerti nies.", "L-Oppożizzjoni donnha trid iżżid id-doża ta' politika partiġġjana fuq skala lokali wkoll u xiehda ta' dan huma l-bosta kummenti li qed isiru u li semmejt aktar qabel.", "Ħaġa oħra li dan il-Gvern huwa impenjat li jagħmel u li fil-fatt diġa' beda jagħmel hija li jaħtar direttur minn fost il-kunsilliera fuq ċerti bordijiet ta' korporazzjonijiet u kumpanniji tal-Gvern, bħalma ġara riċentement fil-Gozo Channel Co. Ltd.", "F'\"In-Nazzjon\" illum rajt reklam jew shot - sejjaħlu li trid - li jittratta l-ewwel mitt jum ta' Gvern Laburista u fih hemm imniżżlin erba' punti li se nsemmihom wieħed wieħed.", "Punt minnhom huwa li fl-ewwel mitt jum tiegħu, il-Gvern Laburista \"naqqas il-budget tal-kunsilli lokali b'Lm1 miljun\", liema storja ilna nisimgħuha minn mindu tħabbar il-budget.", "In- Nazzjonalisti qed jgħidu wkoll li l-Gvern Laburista qed inaqqar id-dritt tal-kunsilli lokali, pero' r-realta' hija li huma ma jridux jaċċettaw - din smajnieha fid-diskussjoni tal-budget li spiċċat nhar il-Ġimgħa - il-fatt li ħallew ħofra finanzjarja.", "Partit li jemmen bis-sħiħ fil-kunsilli lokali kif jemmen il-Partit Laburista li għadni kemm qrajt mill-manifest elettorali tiegħu ta' qabel l-elezzjoni, żgur li ma jeħux gost inaqqas il- fondi tal-kunsilli lokali.", "Kienu ċ-ċirkostanzi li ġiegħlu li dan il-Vot jonqos b'Lm1 miljun.", "Għalkemm il-finanzi huma aspett importanti tal- kunsilli, b'daqshekk m'għandniex ngħidu lill-poplu li l-Gvern qed inaqqas mis-saħħa tal-kunsilli lokali.", "Ħaġa li tajjeb li wieħed jgħidha hi li l- Gvern mhux qed jindaħal lill-kunsilli lokali fil-mod kif jonfqu l-flus tagħhom.", "It-tieni punt li kien hemm fir-reklam kien li l-Gvern \"se jgħabbi lill- kunsilli lokali bi spejjeż kbar\".", "Dan m'huwiex minnu.", "Fil-fatt hemm bażi ta' ftehim - biex inkun eżatt ħalli żgur ma niġix interpretat ħażin - biex ħaddiema tal-Gvern imorru mal-kunsilli lokali.", "Jien ma jidhirlix li huwa xi diżunur li l-kunsilli lokali jutilizzaw, biex ngħid hekk, lill-ħaddiema tal-Gvern għax-xogħlijiet li jinqalgħu għax minkejja li bosta drabi dawn ikunu xogħlijiet żgħar, spiss idumu ġimgħat jew xhur biex isiru sforz il- burokrazija li teżisti.", "Jiena nħoss li din hija miżura ta' għajnuna għall- kunsilli lokali li tagħmel tajjeb għal parti mit-tnaqqis ta' Lm1 miljun.", "It-tielet punt kien li l-Gvern \"neħħa d-dritt li l-kunsilli lokali jżommu l-fondi li jiġbru mill-multi\".", "Jien se nikkwota mill-gazzetta \"In- Nazzjon\" ta' nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Frar - mhux minn \"l-orizzont\" għax inkella jgħidu li din hija biased favur il-Partit Laburista - fejn, per eżempju, hemm rapport tal-laqgħa li saret bejn il-Ministru Charles Mangion u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, rapport li juri kemm qed jiġri proprju l-oppost ta' dak li kitbu fir-reklam.", "Minn dan ir-rapport joħorġu bosta punti interessanti, fosthom iż-żieda ta' Lm5,000 lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex din tkun tista' taħdem aħjar.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Ministru Mangion qed ikollu taħdidiet b'mod regolari - s'issa diġa' saru xi żewġ laqgħat jew tlieta - mhux biss mal-kunsilli lokali wieħed wieħed imma wkoll ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li tirrappreżentahom.", "Nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Frar, sar ukoll ftehim - qed nara dan mir-rapport li sar dwar l-istess laqgħa - li d-dħul mill-multi se jmur fil-fondi tal-kunsilli lokali ...", "(Interruzzjonijiet) Jiena naħseb li fejn hemm il-kelma \"ftehim\" ifisser li hemm qbil bejn l-Assoċjazzjoni u l-Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nagħtik il-credit li wieħed irid jistenna, imma jekk ikun hemm a gentleman's agreement ikun tajjeb li wieħed iżommu anke għall-ġid u għall-kredibbilta' ta' min ikun involut.", "Il-punt hu li, kif kont qed ngħid, sar il-ftehim li l-multi jmorru fil-fondi tal- kunsilli lokali.", "Ir-raba' punt kien li l-Gvern \"beda jxekkel id-dritt ta' kull min irid jivvota għal kandidati lokali ta' partit politiku\".", "Il-Partit Laburista minn dejjem kien iħeġġeġ lill-poplu abiex jivvota għall-kandidati indipendenti kollha u mhux għall-kandidati indipendenti ta' twemmin Laburista.", "Fil-fatt kellna każijiet fejn persuni li għandhom twemmin Nazzjonalista kkontestaw l-elezzjoni tal-kunsilli lokali bħala kandidati indipendenti u saħansitra llum wieħed minnhom huwa Membru Parlamentari.", "Allura kif dejjem qal il-Partit Laburista, mhux veru li l-kandidati indipendenti m'għandhomx dritt jirrappreżentaw lill-poplu fuq skala nazzjonali.", "Madam Speaker, minn dan kollu jidher ċar li għaddejja konsultazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali u dan allura jgiddeb dak kollu li qed tgħid il- propaganda ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien naħseb li l-akbar differenza fl- opinjoni li teżisti bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fejn jidħlu l-kunsilli lokali hija dwr jekk il-partiti politiċi għandhomx jippreżentaw il- kandidati tagħhom.", "Nisimgħu bosta ftaħir fuq id-deċentralizzazzjoni iżda fl-istess waqt irridu li l-poter jgħaddi mill-partit fuq skala nazzjonali għall-istess partit fuq skala lokali.", "Hawnhekk nistaqsi: B'hekk se jkun hawn deċentralizzazzjoni tal-poter?", "Meta jsir transfer minn partit fuq skala nazzjonali għall-istess partit fuq skala lokali, il-poter ikun qed jibqa' f'idejn il-partiti u mhux jgħaddi f'idejn iċ-ċittadin.", "Allura b'daqshekk ikun hemm deċentralizzazzjoni?!", "Jiena naħseb li dan huwa kollu daħk fil-wiċċ.", "Biex verament il-poter jgħaddi f'idejn iċ-ċittadini tal- lokal hemm bżonn li partit politiku, hu min hu, ma jindaħalx fid- deċiżjonijiet li jittieħdu biex b'hekk kunsillier ikun liberu li jaġixxi skond kif iħoss hu u mhux skond l-ordnijiet tal-partit.", "Il-kunsillier ikun liberu meta ma jkollux isegwi strettament l-esiġenzi tal-partit tiegħu.", "Il-Partit Laburista tkellem ċar ħafna qabel l-elezzjoni dwar il-kunsilli lokali kif jidher mill-manifest elettorali li kkwotajt aktar kmieni.", "GĦalhekk hija kollha kritika bażwija li wieħed jgħid li l-Gvern irid inaqqas mis-saħħa tal- kunsilli lokali sempliċement għaliex il-Gvern iħoss u jemmen li l-kunsilli lokali għandhom ikunu ħielsa mill-politika partiġġjana.", "Mill-esperjenza tiegħi bħala kunsillier indipendenti nista' ngħid li dejjem ħassejtni liberu għall-aħħar li nivvota kif inħoss fil-kuxjenza tiegħi u qatt ma ħassejtni obbligat lejn ħadd ħlief lejn iċ-ċittadini tal-lokal tiegħi.", "Jien naħseb li dan jista' jiġi kkonfermat minn kandidati indipendenti oħra, iżda ma naħsibx li l-kunsilliera eletti f'isem il-Partit Nazzjonalista jistgħu jgħidu l-istess.", "(Interruzzjonijiet) Il-Malti jgħid li \"mill- kliem għall-fatti hemm il-baħar jikkumbatti\".", "Dan l-aħħar kellna kunsillier elett f'isem il-Partit Nazzjonalista li għoġbu jirriżenja minn kunsillier tal-Partit Nazzjonalista sabiex ikun rikonoxxut bħala kandidat indipendenti.", "Jien naħseb li bl-indħil tal- politika fil-kunsilli lokali nkunu qegħdin noħolqu speċi ta' gvern u oppożizzjoni f'kull lokal u ma naħsibx li l-affarijiet għandhom ikun hekk.", "Pero' f'dan ir-rigward jista' jkun hemm xi intenzjoni moħbija min-naħa tal- Partit Nazzjonalista, aktar u aktar issa li qegħdin fl-Oppożizzjoni.", "Eżempju ta' dan huwa meta dan l-aħħar kien hemm nuqqas ta' qbil - biex insejjaħlu hekk - fuq in-nollijiet tal-Gozo Channel fejn bosta kunsilli Għawdxin li għandhom maġġoranza ta' kunsilliera Nazzjonalisti ħarġu jikkritikaw lill-Gvern fuq iż-żieda li kien hemm fin-nollijiet.", "B'daqshekk ma rridx infisser li l-kunsilli lokali m'għandhomx jitkellmu anke fejn ma jaqblux mal-gvern tal-ġurnata, imma l-kunsilli lokali m'għandhomx jintużaw għal skopijiet politiċi u partiġġjani jew bħala arma oħra li biha l- Oppożizzjoni tikkritika lill-Gvern.", "Għalhekk jien ngħid li għandna nżommu quddiem għajnejna x'inhu l-iskop tal-kunsilli lokali u nħalluhom jaħdmu għall-ġid taċ-ċittadini ta' kull belt u raħal.", "Madam Speaker, qabel nagħlaq xtaqt inħeġġeġ lil dawk li joqogħdu fil- lokalitajiet fejn se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali sabiex imorru jivvotaw bi ħġarhom għaliex dan huwa dmir tagħhom u nħeġġiġhom sabiex jivvotaw għall-kandidati indipendenti kollha għaliex jien nemmen li l-kunsilli lokali għandhom ikunu ħielsa mill-partiti politiċi.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 25 ta' Frar, 1997 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - ARKEOLOĠISTI", "3100.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent fid- Dipartiment tal-Mużewijiet hemmx arkeoloġisti bi kwalifiki professjonali?", "Kemm minn dawn qed jagħmlu xogħol amministrattiv biss?", "Fil-preżent x'xogħol ta' skavi qiegħed isir mill-arkeoloġisti l-oħrajn?", "F'dawn l-aħħar ħames snin, kemm gradwaw studenti mill-Fakulta' ta' l-Arti fil-Kors ta' l- Arkeoloġija?", "Kemm minn dawn ġew impjegati mid-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Fakulta' ta' l-Arti fil-kors ta' l-Arkeoloġija f'dawn l-aħħar ħames snin huma kif ġejjin:", "1992 10 1993 3 1994 6 1995 8 1996 7", "SCRAPYARDS", "3103.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il scrapyard li hemm fit-Triq tal-Barranin, bejn Bir id-Deheb u Triq San Leonardu, huma koperti bil-permessi neċessarji?", "Jekk hemm scrapyards bla permess, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet ordni ta' twettiq kontra min qiegħed bla permess?", "Meta ħarġet din l-ordni?", "X'inhuma r-raġunijiet li dawk illegali, jekk hemm, għadhom hemm?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: B'riferenza ta' l-interpellanza ta' l-Onor.", "Membru, għandi ninforma, li hemm żewġ scrapyards mingħajr permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fuq waħda minnhom inħareġ l-Avviż ta' Twettiq fil-5 ta' Lulju 1994, u wara li sar l-appell mis-sid, il-bord ta' l-appell ikkonferma l-Avviż ta' Twettiq.", "Fuq din is-sit inħarġet ukoll Letter to Prosecute.", "Din il-kawża għadha pendenti quddiem il-Qorti.", "Fuq il-każ l-ieħor inħareġ ukoll 'Avviż ta' Twettiq' fil-15 ta' Settembru 1995 u sar l-appell mis-sid kontra l-istess avviż.", "L-appell għadu pendenti.", "ŻEJTUN - ILMA TAX-XITA", "3154.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi b'inizjattiva tiegħu ddeċieda li jaqleb il-wied ta' ilma tax-xita minn sqaq oħra għal Triq Wied il-Għajn, Żejtun, bir-riżultat li qed isir xogħol bla ħsieb li joħloq inkonvenjent għar-residenti, kif ukoll li d-drenaġġ ikun għadu ma sarx qabel il-kisi bit-tarmac, jista' l-Ministru jara li jingħata konsiderazzjoni mill-ġdid biex ix-xogħol isir bil-ħsieb?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-ħtieġa biex titranġa l-korsa ta' fejn imur l- ilma fi triq Wied il-Għajn irriżultat minħabba illi diversi toroq ġew asfaltati u b'hekk l-ilma tax-xita flok ma baqa' jinxtorob fl-art, kiber fil-volum u beda jgħarraq djar fl-isqaq li jagħti għal fuq din it-triq.", "Peress li parti mit-triq Wied il-Għajn kellha tinqala', id-Dipartiment tad-Drenaġġ fuq talba tar-residenti qiegħed jara hux possibbli jwasslilhom is-sistema tad-drenaġġ, iżda il-qlugħ tat-triq ma setax jiġi postpost minħabba l-periklu ta' dan l-għargħar.", "UNIVERSITA' - TRANSFERS", "3280.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fl- Universita' mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jinqalgħu esiġenzi, bħal meta jkun hemm xi riżenja jew leave fit-tul minn xi uffiċċju, meta jkun meħtieġ li l-post vakanti jintela' billi jinġieb ħaddiem minn uffiċju ieħor.", "Barra min dan, minn żmien għal żmien, ħaddiem jista' jkun assenjat xogħol differenti bħala parti mill-iżvilupp professjonali tiegħu.", "Dawn il-movimenti mhux meqjusa bħala transfers bil-mod kif l-użu popolari ta' din il-kelma hu ħafna drabi miftiehem.", "Għalkemm mis-17 ta' Jannar, 1997 kien hemm biss żewġ każi ta' ċaqliq minn uffiċċju għal ieħor, dawn ma kenux każi iżolati u wieħed għandu jistenna li matul iż-żmien ikun hemm każijiet oħra dejjem skond l-esiġenzi ta' l- Universita' u għall-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema.", "QRATI - LIBERTA' PROVIŻJORJA", "661.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mitluba talbiet għal- liberta' proviżorja u kemm fil-fatt ġew miċħuda mill-Qorti?", "Liema huma dawn iċ-ċirkostanzi li jista' jidhirlu l-Gvern li għandu jdaħħal fil-Liġi Penali tagħna fejn taħt l-ebda ċirkostanza m'għandha tiġi aċċettata l- liberta' proviżorja?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx statistika tan-numru ta' talbiet għal-liberta' proviżorja.", "Jinżamm biss rekord tat-talbiet għall-liberta' proviżorja li tingħata b'garanzija personali.", "Il-kodiċi kien igħid li f'ċerti reati ma kenitx tista' tingħata l- liberta' proviżorja.", "Il-Qorti kostituzzjonali ddeċidiet li dan ma kienx kostituzzjonali.", "Illum fil-kodiċi hemm stabbiliti kriterji li l-Qorti għandha tikkonsidra qabel ma tagħti l-liberta' proviżorja f'każi ta' delitt kontra s-sigurta' tal-gvern u f'każi ta' delitti suġġetti għal priġuniera għal għomru (Art 575)\"", "BASTIMENTI - ĦSARAT", "662.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vapuri reġistrati Malta li sofrew ħsarat meta kienu f'portijiet barra minn Malta?", "Kemm ġew inizjati actio in rem f'Malta f'dan ir-rigward?", "(Tagħrif għas-snin 1990- 1996)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ċert li l-Onor.", "Interpellant japprezza li l- bastimenti huma suġġetti għal diversi tipi ta' ħsarat waqt l-operat kontinwu tagħhom.", "Ma tinzammx statistika dwar dawn il-ħsarat.", "Jiena nformat li l-Awtorita' Marittima ta' Malta ma żżommx statistika ta' acto in rem inizjati f'Malta għalkemm jista' jkun li din l-informazzjoni tinstab fir-Reġistru tal-Qorti.", "ELEZZJONIJIET ĠENERALI", "663.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kandidati li ħarġu għall-elezzjoni u li d- dikjarazzjonijiet dwar l-infiq tagħhom fl-elezzjonijiet ġenerali hu suġġett għall-istħarriġ u/jew investigazzjoni għax prima facie, il-fatti ġuramentali ma jirriflettux ir-realta' dwar l-infiq tagħhom fl-elezzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat mill-Kummissjoni Elettorali li minbarra dawk il-kandidati li naqsu jibagħtu rapport dwar l-infiq tagħhom, il-kandidati l-oħra kollha bagħtu rapport ġuramentat lill- Kummissjoni Elettorali dwar l-ispejjeż elettorali.", "Fiċ-ċirkostanzi, skond il-kummissjoni ma jidhirx li hemm ġustifikazzjoni għal xi stħarriġ fil-każ ta' dawn ta' l-aħħar.", "KUMITATI TAL-KAMRA", "664.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi l-Gvern Malti ġustament wera r-rieda li l-Kumitati tal-Kamra jaħdmu bis-serjeta' f'din il- Leġislatura, jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li biex anke nsegwu il-linji tal- Westminister Model Of Parliamentary Democracy (UK), dawn għandhom jiġu megħjuna b'riżorsi finanzjarji/umani biex jirregolarizzaw aħjar l-għanijiet li għalihom twaqqfu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-suġġeriment ta` l-Onor Interpellant ġie nnotat.", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "665.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fuq iż-żamma ta' elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' din in-nefqa, lokalita' b'lokalita'?", "Liema kienet in-nefqa għall-andament ta' l-elezzjonijiet b'mod ġenerali għal kullimkien?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministeru responsabbli mill-Uffiċċju Elettorali.", "PORT ĦIELES - ĦADDIEMA", "666.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies li fil- preżent qed jaħdmu fil-Freeport?", "Kemm minnhom daħlu wara l-elezzjoni ta' l- 1992 u minn fejn ġejjien (e.g. lokalita' - Valletta eċċ)?", "F'kull każ ta' ingaġġ, saret xi forma ta' sejħa għall-applikazzjonijiet?", "Jekk fl- affermattiv, għal kull każ, jista' l-Ministru jagħti l-jiem meta saret is- sejħa u kemm fil-fatt applikaw f'kull każ u kemm fil-fatt ġew magħżula u fuq liema meriti?", "Jekk fin-negattiv, kif kien isir l-ingaġġ?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jiena għaddejt il-mistoqsija ta` l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni tal-Freeport u ngħatajt it-tagħrif li ġej:", "~In-numru ta` nies li fil-preżent jaħdmu fil-Freeport huwa 522.", "Min dawn 378 daħlu wara l-elezzjoni tal-1992 u ġejjien mill-lokalita` kif jidhru fil-lista.", "|Attard |5 | |Balzan |1 | |Bahar |2 | |ic-Caghaq | | |B`Bugia |22 | |B`Kara |20 | |Bahrija |1 | |Blata l-Bajda |1 | |Bugibba |1 | |Cospicua |2 | |Dingli |1 | |Fgura |13 | |Floriana |4 | |Gudja |2 | |Gzira |11 | |G`Mangia |1 | |Ghaxaq |1 | |Hamrun |10 | |Ibragg |1 | |Iklin |3 | |Kalkara |6 | |Kappara |4 | |Kirkop |3 | |Lija |1 | |Luqa |5 | |Marsa |2 | |Marsascala |14 | |Marsaxlokk |4 | |Mellieħa |3 | |Mosta |14 | |Mqabba |3 | |Msida |6 | |Naxxar |5 | |Paola |11 | |Qawra |1 | |Qormi |21 | |Qrendi |8 | |Rabat |5 | |San Gwann |13 | |San Giljan |4 | |Sta Lucia |6 | |Sta Venera |8 | |San Pawl |3 | |il-Baħar | | |St.George`s |1 | |Senglea |1 | |Siggiewi |13 | |Sliema |14 | |Ta` Xbiex |3 | |Tarxien |15 | |Valletta |14 | |Victoria |1 | |(Gozo) | | |Vittoriosa |2 | |Xemxija |1 | |Xghajra |2 | |Zebbuġ |20 | |Zabbar |10 | |Zejtun |8 | |Zurrieq |21 | |Total |378 |", "Meta tinħass l-ħtieġa għall-ingaġġ għal kwalunkwe pożizzjoni l-ewwel issir talba lill-Korporazzjoni ta` l-Impjiegi u Taħriġ u b`din il-proċedura ġew ingaġġati 101.", "Huwa biss meta l-Korporazzjoni ta` Impjiegi u Taħriġ toħroġ il permess li jsiru sejħiet għall ingaġġ min barra.", "Id-dettalji ta` dawn huwa kif jidhru hawn taħt.", "Post Dati ta` Avviżi Nru.ta' Kemm Applikanti dahlu", "Equipment Operators 19.11.91 42 3 Electrical Suprintendent 24.12.91 10 2 Mechanics 24.12.91 16 1 Operations Clerks 16.04.92 92 35 Personal Assistant 30.06.92 18 1 to the GM Mechanics 7&9.07.92 23 3 Electrical.Electronic Technician 7&9.07.92 17 2 Equipment Operators 24.07.92 105 26 Shift Leader 1&3.09.92 60 2 Operations Clerks 19.10.92 224 15 Reefer.A.C. Technician 27&29.10.92 6 1 Mechanic 27&29.10.92 25 1 Clerk Typist 19&24.11.92 57 2 Engineering 19&24.11.92 15 1 Administrator Electrical.Electronic 1&3.12.92 15 1 Technician Assistant Planning 1&3.12.92 26 1 Officer Stores Officer 12&14.01.93 33 1 Store Keeper 12&14.01.93 31 1 Electrical Technician 16&18.03.93 15 3 Computer Operator 30.03.93,01.04 46 1 Equipment Operator 16&19.04.93 126 26 Assistant to Financial 11&13.05.93 8 1 Accountant Clerk Typist 13&14.05.93 75 2 Mechanics 19.06.93 45 1 Electrical Engineer 19,20&21.06.93 21 1 Electrical Technician 19,20&21.06.93 46 2 Operations Clerk 2&7.09.93 128 43 Equipment Operators 30.10.93,01.", "11 93 116 25 Reefer.A.C.Technician 24&26.01.94 3 1 Mechanics 24&26.01.94 18 2 Mechanical Engineer 5,6,8,9,10, 11.02.94 15 2 Electrical Engineer 5,6,8,9, 10,11.02.94 9 1 Systems Network Support 9&11.02.94 11 1 Electrical Technician 13.03.94 15 3 Mechanics 6&8.03.94 17 1 Clerk Typist 04.04.94 28 1 Welder.Fabricator 13.05.94 21 1 Operations Clerk 26&30.07.94 172 20 Mechanics 26&30.07.94 19 3 Electrical Electronic 26&30.07.94 8 2 Technician Mechanics 11&13.10.94 9 1 Secretary to G.M. 11&13.10.94 11 1 Clerk Typist 5&7.12.94 10 1 Shift Leader 29.11.94 31 2 1,5&7.12.94 Electrical 24&26.01.95 10 1 Superintendent Secretary to G.M. 2&7.03.95 12 1 Technical Clerks 19&24.01.95 27 4 Clerk Typist 16&18.01.95 20 1 Equipment Operators 6&8.06.95 186 16 Personnel Officer 11&13.07.95 26 1 Finance and Adm.", "14&15.05.96 8 1 Mana Quality Assurance 10&12.06.96 9 1 Superintendent Civil Eng.", "Coastal 14.01.92 4 1 Managment Senior Security 23.02.92 26 2 Controller Accounts Clerk II 23-24.02.92 6 1 Technical Officer 09.06.92 10 2 Marine Manager 13.07.92 3 1 Security Controller 17.08.92 366 10 Junior Electrical 19-21-23-25.06.93 12 2 Engineer Junior Civil Engineer 19-21-23-25.06.93 4 1 Internal Auditor 19-21-23-25.06.93 9 1 Clerk-Receptionist 19-21-23-25.06.93 760 2 Secutiry Controller 19-21-23.06.93 354 14 Junior Technical 14.01.94 12 2 Officer Executive Business 25.01.94 30 3 Development Network Supervisor 28-30.03.94 6 1 Accounts Executive 22.06.94 7 1 Accounts Clerk II 29-31.03.94 5 1 Clerk Receptionist 1-3.11.94 141 2 Secretary 24.01.95 10 1 Technical Officer 27.02.95&01.03.95 8 2 (Surveyor) Marketing Manager 3-4.04.95 28 1 Junior Civil 21-27.12.95 4 1 Engineer Civil Engineer 21-27.12.95 4 1 Technical Officer Trainee Quantity 18-19.01.96& 4 1 Surveyor 12-14.02.96 Executive Business 1-3.07.96 24 4 Development Junior Mechanical 12.08.96 16 2 Engineer", "Dawn ingħażlu skond il-kwalifiki, esperjenza, abbilta` u ħila, komunikazzjoni, kondotta u testijiet prattiċi fejn applikabli.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "2977.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li marru jirreġistraw matul ix-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar?", "Kemm minn dawn il-persuni qed jirreġistraw għall-ewwel darba?", "Kemm minnhom kellhom impjieġ qabel ma marru jirreġistraw f'dawn ix-xhur?", "Mil-liema lokalita' (raħal raħal) huma dawk li marru jirreġistraw f'dawn ix-xhur?", "F'liema kategorija ta' mpjieg (skilled, unskilled, professional eċċ) applikaw dawn li marru jirreġistraw f'dawn l-aħħar tliet xhur?", "Fl-istess żmien, skond l-ETC kemm kienu l-persuni li sabu mpjieg permanenti ġdid?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: 1.", "In-numru ta' persuni li marru jirreġistraw matul ix-xahar ta' Novembru 1996 huwa ta' 1,033.", "Il-figuri ta' Diċembru 1996 u Jannar 1997 għadhom ma ġewx ippublikati.", "2.", "In-numru ta' nies li rreġistraw għal-ewwel darba matul ix-xahar ta' Novembru huwa ta' 867.", "3.", "In-numru ta' nies li rreġistraw għal-ewwel darba matul ix-xahar ta' Novembru u li kellhom impjieg huwa ta' 710.", "4.", "Il-lokalita' ta' dawk in-nies li marru jirreġistraw matul Novembru 1996 tidher fit-tabella 4A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "5.", "Il-kategoriji ta' mpjieg li fihom applikaw dawk li marru jirreġistraw matul ix-xahar ta' Novembru 1996 jidhru fit-tabella 5 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "6.", "Persuni li sabu mpjieg permanenti ġdid matul Novembru, Diċembru u Jannar f`Malta u f`Għawdex huma 4,377, 3,267 u 3,375 rispettivament.", "MĠARR - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "2978.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitwassal is-servizz tad-drenaġġ f'dawk l-inħawi ta' l-Iskorba, Mġarr li għad m'għandhomx dan is-servizz tad-drenaġġ?", "Minħabba hekk jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk il-lokalitajiet fil-11 u 12-il Distrett Elettorali li bħalissa qed jiġu kkonsidrati mad-dipartiment konċernat biex fihom jitwassal is-servizz tad-drenaġġ?", "Meta hu mistenni li dawn il- biċċiet ta' servizz li għad jonqos jitwassal is-servizz fihom?", "Kemm hu stmat li se tkun l-ispiża biex dawn is-servizzi jitwasslu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Se jiġu ċċekkjati l-inħawi ta' l-Iskorba, Mġarr, biex is-servizz tad-drenaġġ jgħaddi f'dawn l-inħawi wkoll.", "Se jiġu ċċekkjati wkoll ir-requests kollha li hemm fil-11 u 12 il-distrett u jingħata tagħrif fuqhom aktar 'il quddiem.", "MTARFA - TISWIJA TA' TOROQ", "2979.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-toroq ta' aċċess għall-Imtarfa jiġu mogħtija wiċċ ġdid fejn hu neċessarju, kif ukoll jittieħdu l-passi neċessarji biex fit-telgħa minn ħdejn ir-roundabout ta' ħdejn iċ-ċimiterju jinbena lqugħ ġdid fejn hu neċessarju u dan biex jiġu evitati ħsarat bħal dawk li ġraw xi snin ilu iktar 'l isfel mill- Imtarfa?", "Fl-istess ħin, jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji biex dan ix- xogħol isir direttament mill-gvern ċentrali jew jekk dan mhux il-każ, jingħata vot speċifiku lill-Kunsill Lokali Rabat għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-triq imsemmija jieħu ħsiebha l-kunsill lokali u għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda lill- Ministru kkonċernat.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "2980.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema hu x-xogħol li se jsir mill-kumitat li twaqqaf apposta għax-xogħol meħtieġ li jsir ġewwa Buġibba?", "Liema minn dan ix-xogħol għandu bżonn permess tal-Planning Authority biex ikun jista' jsir?", "Billi dan ix-xogħol qed jingħad li se jitlesta qabel l-istaġun tas- sajf, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol meħtieġ u meta se jitlesta?", "Billi fl-Estimi għas-sena finanzjarja li qegħdin fiha ma jirriżultax li hemm xi vot partikolari għax- xogħol meħtieġ, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti tagħrif dwar taħt liema vot se jsir il-ħlas, u kemm mistenni li jiġi jiswa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ix-xogħlijiet li jenħtieġu permessi tal-Planning Authority huma l-car-park f' ta' Fra Ben, il-car-park quddiem is-Santana Hotel u r-Road Junction f'Pioneer Road, il-pjazzez kollha kif identifikati fir-rapport u kif ukoll t-tiolets.", "L-applikazzjonijiet għal dan ix-xogħol ġew sottomessi u qed ikunu pproċessati mill-Planning Authority.", "Ix-xogħlijiet jibdew kif jinħarġu l- permessi.", "Wieħed jittama li dawn il-permessi jinħarġu malajr kemm jista' jkun sabiex ix-xogħol ikun jista' jitlesta kif imfassal sa l-aħħar ta'Mejju.", "Il- kumitat qed jizgura li x-xoghol li nbeda m' ghandux bżonn ta' permezzi mill- Planning Authority.", "Ix-xogħol se jithallas minn fondi diga' vvotati lid-dipartimenti koncernati.", "XEMXIJA - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "2981.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol konness mas-sistema tad-drenaġġ li twassal id-drenaġġ mix-Xemxija (Pwales) saċ-Ċumnija?", "Fiex wasal ix-xogħol konness ma' l-E.I.A. f'dawn l-inħawi?", "Meta mistenni li jkun lest?", "Il-Ministeru tiegħu se jkompli jieħu l-passi neċessarji biex ma jinxteħitx fil-baħar l-ebda drenaġġ fis-snin li ġejjin?", "Liema huma l-inħawi li fil-preżent qed jikkawżaw problemi minħabba kontaminazzjoni tal-baħar permezz tad-drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Interpellant huwa mfakkar illi fis-seduta dwar l-estimi għall-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni tħabbar illi ser jitfassal studju għat-Tramuntana ta' Malta biex jiġi assigurat illi jitwettaq l-impenn tal-Gvern biex jitħares l-ambjent naturali Malti.", "Dan l-istudju, li għalih qiegħda titfassal is-sejħa għall- offerti, ser janalizza l-infrastruttura eżistenti biex b'hekk jitfasslu transmission mains ġodda, jiġu ddentifikati siti fejn jista' jinbena l- impjant għat-tisfija tad-drenaġġ u l-infrastruttura meħtieġa għat-tqassim ta' l-ilma trattat lis-setturi ta' l-agrikoltura u l-industrija.", "Dan l- istudju ser ikun sottomess għall-Environmental Impact Assessment minn persuni indipendenti biex dan il-proċess ikun l-iktar wieħed ġust, serju u ta' kuxjenxa li ser iwassal ill-Gvern Malti biex ikun konformi ma' l- obligazzjonijiet Internazzjonali tiegħu sas-sena 2000.", "Bħalissa d-drenaġġ li jintefa' l-baħar huwa permezz ta' outfall fl-inħawi taċ-Ċumnija li hu mistenni li jiġi msaħħaħ kif diġa deskritt.", "Madanakollu wieħed ma jistax jeskludi illi l-kurrenti jistgħu jaffetwaw xi bajjiet minn żmien għall-ieħor.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "2982.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' familji li jirċievu ċ- children's allowance illum?", "Kif inbidel dan in-numru minn mindu nbidlu l- kriterji ta min hu ntitolat għaċ-children's allowance minħabba r-riforma fit-taxxa ta' l-income li daħlet fis-seħħ f'nofs l-1996?", "Kemm minn dawn il- familji li jieħdu ċ-children's allowance għandhom tifel wieħed; għandhom żewġt itfal; għandhom tlett itfal; għandhom erbat itfal; għandhom ħames itfal; għandhom sitt itfal; u aktar minn sitt itfal?", "Minn liema lokalita' huma dawk li jirċievu ċ-children's allowance u għandhom erbat itfal jew aktar, raħal b'raħal?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta` familji li jirċievu l-allowance tat-tfal huwa ta` 47,480 (Jannar 1997).", "F`April 1996 meta sar l-aħħar ħlas taħt is- sistema ta` qabel, in-numru ta` familji kien ta` 52,420.", "Il-familji li jieħdu l-allowance tat-tfal huma komposti kif jidher hawn taħt:", "|Numru ta` |Numru ta` Familji| |Tfal | | |1 |21141 | |2 |19255 | |3 |5652 | |4 |1155 | |5 |212 | |6 |50 | |7 |8 | |8 |6 | |9 |1 |", "Rigward l-informazzjoni l-oħra mitluba, din ser titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "TFAL LEĠITTIMI/ILLEĠITTIMI", "3175.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Wara s-sentenza tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li ddikjarat kontra l-kostituzzjoni d-differenza bejn it-tfal leġittimi u dawk illeġittimi fil-kuntest tal-Kodiċi Ċivili, jista' l-Ministru jgħid jekk il- Gvern hux qed jipprepara xi leġislazzjoni u jekk iva, x'linja se jieħu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Iva, qed tiġi ppreparata l-leġislazzjoni meħtieġa.", "Peress illi għad m'hemmx l-approvazzjoni tal-kabinet ta' l-abbozz li għadu qed jiġi studjat , ma nistax nellabora fuq il-kontenut tiegħi\".", "QRATI - QTIL TA' MARY DOUGLAS", "3176.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress li Dr George Abela hu konsulent tal-Ministru, jaqbel il- Ministru ma' l-istqarrija ta' Dr Abela fuq l-Avukat Ġenerali rigward il-każ ta' l-amnestija lil min qatel lil Mary Douglas?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-istqarrija li għamel Dr.George Abela u li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant ma saritx fil-vesti ta' konsulent tal-gvern, iżda fil-kwalita' tiegħu ta' Deputat kap ta' partit politiku.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant il-gvern u l- partit fil-Gvern mhumiex ħaġa waħda.", "Jien bħala Ministru responsabbli għal uffiċċju responsabbli għal Avukat Ġenerali ngħid illi għandi fiduċja fl- integrita professjonali u personali ta' l-Avukat Ġenerali.", "IMPJIEGI", "3243.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi fis-Seduta ta' nhar it-Tnejn 3 ta' Frar, 1997 (ara Seduta Nru. 23 - P. 148) il-Ministru qal li:-", "\"Il-qgħad se nżommuh baxx mhux billi noqogħdu nilagħbu bl-istatistika ...\"", "jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ħa s'issa l-Gvern biex ikun hemm aktar xogħol fil-pajjiż?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dwar dan il-qasam, l-ewwel pass konkret ittieħed mill-poplu Malti nhar is-26 t`Ottubru, 1996 meta biddel l-amministrazzjoni tat-tmexxija tal-pajjiż.", "Mill-banda l-oħra l-poplu kien jaf li l-qgħad f`pajjiżna kien ilu tiela` minn sena qabel għaliex filwaqt li n-numru ta` persuni jirreġistraw għax- xogħol f`Settembru 1995 kien ta` 4951, sena wara f`Settembru 1996 tela` għal 5486, jiġifieri żieda ta` 535, jew 9.75%.", "Xorta hija x-xewqa tal-Gvern preżenti li s-settur privat jibqa` l-mutur ewlieni ta` l-Ekonomija u dan billi noħolqu l-ispazju kollu possibbli biex dan il-għan jintlaħaq.", "Issa, waqt li mhux fil-kompitu tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li toħloq impjiegi, din il-korporazzjoni qegħda żżomm kontroll safejn tista` fuq in-numru ta` nies li jirreġistraw għax-xogħol, billi tinforza l-liġi dwar l-impjiegi u tissottometti regolarment dawk li jirreġistraw għax- xogħol għal postijiet vakanti fis-settur privat.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦOL - TISĦIĦ", "3244.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'għamel s'issa biex isaħħaħ id-Dipartiment tax- Xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-bżonn li l-Dipartiment tax-Xogħol jissaħħaħ kien ilu jinħass disa` snin.", "Kif assumejt ir-responsabbilta` ta` Ministru tal- Ħarsien Soċjali u mort inżur dan id-dipartiment, iddeċidejt li nqabbad kummissjoni biex tagħmel rapport dwaru.", "Dan ir-rapport jiġi ppreżentat kif ikun lest.", "Fl-istess waqt l-Onor.", "Interpellant għandu ċ-ċans jagħti l-veduti tiegħu dwar x`jista` jsir, ġaladarba dan it-titjib ma sarx meta l-Onor.", "Interpellant kellu f`idejh l- istess dipartiment.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦOL - PART-TIMERS", "3245.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa mid-Dipartiment tax-Xogħol biex tiġi regolata l-qagħda ta' dawk li jaħdmu part-time?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-qagħda tal-ħaddiema part-time hija diġa' regolata mil-liġi permezz ta` diversi Wages Council Wage Regulation Orders u National Standard Orders, partikolarment il-part-time Employment National Standard Order 1996`.", "Id-Dipartiment tax-Xogħol jitħarreg ilmenti li jsirulu minn żmien għal żmien.", "Uffiċjali tad-dipartiment iżuru wkoll postijiet tax-xogħol biex jaraw li l-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol, fosthom dawk li japplikaw għal ħaddiema part-time jiġu mħarsa.", "ŻEJTUN - ESPROPRJAZZJONI TA' GĦELIEQI", "3246.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Mużewijiet huwiex se jitlob għall-esproprjazzjoni ta' għelieqi qrib is-sejba f'Tal- Barrani ta' xi tliet snin ilu, biex il-quddiem issir daħla għas-sejba u oħrajn li jistgħu jirriżultaw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għalissa d- Dipartiment tal-Mużewijiet għad ma ħax deċiżjoni jekk għandhomx jiġu espropjati l-għelieqi qrib is-sejba f'Tal-Barrani (Katakombi paleo- Kristjan).", "Din il-proposta trid tiġi studjata sew qabel ma tittieħed deċiżjoni finali.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi fl'1994 id-Dipartiment tal- Mużewijiet kien ħejja pjanti biex isir aċċess għal dan il-katakombi għall- istudjużi.", "Madankollu dan l-aċċess baqa' ma sarx minħabba li l-proġett ma kienx ġie approvat mid-Dipartiment tat-Toroq.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET GĦAL SPETTURI", "3247.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet ma' l-Universita' ta' Malta biex jibdew korsiiet għal ċertifikati ta' spetturi fil-Health & Safety Unit?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min qed jieħu sehem f'dawn id- diskussjonijiet?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Saru diskussjonijiet minn uffiċjali tal-Ministeru u tad-Dipartiment tax-Xogħol ma`l-Institute of Health Care u mal-Workers` Participation Centre tal-Universita` bil-ħsieb li jiġi formulat pjan ta` azzjoni li jikkonsidra l-inizzjattivi li għandhom jittieħdu kemm fi żmien immedjat u kemm fi żmien fit-tul.", "Barra minn hekk intalab ukoll il-parir ta` persuna li għandha esperjenza twila fil-World Health Organisation.", "Meta jkunu finalizzati r-rapporti kollha nkun f`pożizzjoni aħjar li nieħu deċiżjoni.", "SKEJJEL: SKOLA ĠUŻE' DELIA", "3251.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi s-sena l-oħra ma daħal l-ebda intake fl-iskola Ġuże' Delia, Ta' Paris, B'Kara, jista' l-Ministru jikkonferma li din l- iskola mhux se tieħu iktar studenti tfajliet?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-istudenti subien ta' l-iskola Vincenzo Borg Brared se jiġu trasferiti fl-iskola Ġuże' Delia, Ta' Paris?", "Jekk dan huwa minnu, għaliex la l-istaff u lanqas il-ġenituri ta' dawn l-istudenti ta' dawn iż-żewġ skejjel ma ġew konsultati jew mgħarfin biha?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm xi protesti mill-għalliema ta' l-iskola Patri Ġuże' Delia dwar dan it-trasferiment?", "Hemm xi xogħol strutturali li jrid isir fl-iskola Ta' Paris minħabba dan it-trasferiment?", "Fejn se jmorru l- istudenti tfajliet li qegħdin f'Ta' Paris is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv u meta jsiru l-arranġamenti kollha meħtieġa u jkun il-waqt, il-partijiet kollha konċernati jiġu nformati.", "M'hemmx bżonn ta' xogħol strutturali minħabba dan it-trasferiment.", "FESTIVAL KANZUNETTA GĦALL-EWROPA", "3252.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba tal-Ministru għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2887, qed jiġi nnotatat li l-kontenut ta' l-istess tweġiba, (fejn napprezza t-tagħrif mogħti), ifisser li l- membri tal-ġurija internazzjonali u Maltija ma kenux jafu bis-sistema tal- votazzjoni li ntużat fil-\"Festival tal-Kanzunetta għall-Ewropa\" meta dawn aċċettaw l-istedina, iżda saru jafu biha biss meta waslu f'pajjiżna.", "Jista' l-Ministru jikkonferma dan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalma ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2887 il-ġurija internazzjonali kellhom briefing miċ- Chairman tal-Ġurija mal-wasla tagħhom f'Malta.", "Din hija l-prattika li ilha tiġi wżata għal dawn l-aħħar snin anke taħt l- amministrazzjoni preċedenti fejn is-sistema tal-votazzjoni tiġi spjegata hawn Malta u mhux waqt li tkun qed issirilhom l-istedina.", "SKEJJEL: VINCENZO BORG BRARED", "3253.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li l-iskola sekondarja Vincenzo Borg Brared ta' B'Kara se tiġi trasferita f'Ta' Paris, jista' l-Ministru jgħid kif il- Ministeru beħsiebu juża dawn il-premises fil-futur?", "Il-Ministru jara l- possibilita' li dan il-premises jinbidel f'xi post fejn isiru korsijiet għall-adulti jew anzjani?", "Hemm xi ħsieb li flok it-taraġ isir xi lift biex jiffaċilita l-aċċess tiegħu għall-adulti u anzjani?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru jiġi kkonsidrat fi żmien propizju.", "RABAT - GĦALQA \"TA' KOLA\"", "3274.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'qed iżomm lill- Land Department milli jibgħat għas-sidien ta' l-għalqa bejn Howard Gardens fl-Imdina u Wagens Street u St. Paul's Street, Rabat, magħrufa bħala \"l- għalqa ta' kola\", sabiex jittratta magħhom fuq il-prezz?", "Meta hu maħsub li jsir dan u x'inhu l-prezz li qed joffri l-Gvern?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif jaf sew l-Onor.", "Interpellant fid-Dipartiment tal-Artijiet hemm numru kbir ta' esproprjazzjonijiet ta' artijiet pendenti u s-sidien għadhom ma tħallsux.", "Dawn il-każi m'humiex riċenti u ilhom jinġabru kemm ilu wieqaf d- dipartiment.", "Barra n-nuqqas kbir ta' nies mħarrġa li d-dipartiment dejjem kellu, wieħed għandu jirrimarka li ħafna drabi huma s-sidien stess li ma jikkoperawx mad-dipartiment billi ma jagħtux id-dokumenti kollha biex ipprovaw it-titolu.", "Il-Gvern qed jistudja din il-problema bil-possibbilta' li xi xogħol ikun jista' jingħata lil avukati privati biex b'hekk dan l-akkumulu jibda jonqos.", "LOCAL COUNCILS UNIT", "3302.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress illi l-Ministru qal li l-formazzjoni tal-Local Councils Unit qed tiġi emendata (PQ 76) u li s'issa kull ma sar hu li tifforma parti mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Maintenance (PQ 2392), jista' l-Ministru jgħid x'emendi oħra hemm ippjanati u l-linji prinċipali ta' l-emendi previsti għall-funzjonijiet tagħha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalma ntqal fit-tweġibiet li ngħataw qabel il- mistoqsijar parlamentari numru 76 u mistoqsija parlamentari numru 2392 il- ħaddiema tal-Local Councils Unit ġew inkorporati fi ħdan id-Dipartiment tal- Kostruzzjoni u Manutenzjoni li fih ġie ċentralizzat id-direct labour kollu fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.", "Dan sar sabiex jippermetti aktar flessibbilta' fix-xogħol li jrid isir għal benefiċċju kemm tal- kunsilli lokali kif ukoll tal-Gvern ċentrali.", "KUNSILLI LOKALI - ĦLAS LID-DIPARTIMENTI", "3303.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom iħallsu flus il- kunsilli lokali lid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fil-31 ta' Jannar, 1997 u jagħti t-tweġiba skond kull kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ammont dovut mill-kunsilli lokali lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-31 ta' Jannar 1997.", "|Lokalita'|Ammont|Lokalita' |Ammont| | |LM | |LM | | | |Total B/F |155,22| | | | |5 | |Valletta |988 |Marsa |17,358| |Mdina |3,319 |M'Scala |1,870 | |Birgu |0 |M'Xlokk |3,507 | |Isla |0 |Mellieħa |7,616 | |Bormla |4,535 |Mgarr |0 | |Qormi |0 |Mosta |62,021| |Zebbug |17,612|Mqabba |2,015 | |Siġggewi |30,867|Msida |4,547 | |Zejtun |13,498|Naxxar |48,604| |Attard |21,874|Pawla |14,784| |Balzan |28,002|Pembroke |9,590 | |Birkirkar|5,904 |Pieta' |11,737| |a | | | | |Birzebbug|1,060 |Qrendi |8,479 | |ia | | | | |Dingli |712 |Rabat |25,998| |Fgura |0 |Safi |4,982 | |Floriana |120 |San Giljan |104 | |Gudja |0 |San Gwann |4,982 | |Gzira |4,370 |S. Pawl |0 | | | |Il-Bahar | | |Gharghur |54 |Santa Lucia |0 | |Ghaxaq |1,574 |Santa Venera|3,073 | |Hamrun |3,439 |Sliema |14,713| |Iklin |362 |Swieqi |3,794 | |Kalkara |2,568 |Ta' Xbiex |1,123 | |Kirkop |5,976 |Tarxien |427 | |Lija |0 |Xghajra |5,795 | |Luqa |2,598 |Zurrieq |33,539| |Total C/F|155,22|Total |445,85| | |5 | |4 |", "Dan jinkludi wkoll il-Kontijiet li ħarġu f'Jannar.", "GĦAWDEX - TRIBUNAL REĠJONALI", "3304.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi ħtieġa hemm li jitwaqqaf Tribunal Reġjonali f'Għawdex, kif stqarr il-Ministru fil-mistoqsija parlamentari numru 282, meta kawżi li jagħtu lok għal civil fines huma diġa' ttrattati b'mod reġjonali f'Għawdex billi hemm Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex kif ukoll Kummissarju tal-Ġustizzja f'Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li r-raġunijiet li tajt għat-twaqqif ta' Tribunal Reġjonali f'Għawdex fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 282 kienu jirrigwardaw iċ-ċirkostanzi msemmija fit-tweġiba, jiġifieri s-smiegħ ta' kawżi dwar kontravenzjonijiet li kienu se jinstemgħu fl-Uffiċji Amministrattivi tal-Kunsilli Lokali.", "Għal din ir-raġuni ma nifhimx li hemm xi konnesjoni bejn dak li qed isaqsi l-Onor.", "Membru issa u t-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 282.", "KUNSILLI LOKALI ĠODDA", "3305.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex l-intenzjoni tal-Gvern li jwaqqaf kunsilli lokali ġodda din is-sena?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-twaqqif ta' kunsilli lokali ġodda hija materja li trid tiġi kkonsiderata sew qabel ma' wieħed jista' jiddeċiedi dwarha.", "KOPERATTIVI", "3335.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk s'issa ġewx identifikati oqsma fid- dipartimenti tal-Gvern fejn ħaddiema jistgħu jiġu mħeġġa biex jiffurmaw koperattivi?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il- proċess qed isir u diġa' ġiet iffissata laqgħa ma` Union li wriet interess f`dan il-kunċett.", "AMBAXXATUR TA' MALTA F'PARIGI", "3377.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ambaxxatur ta' Malta f'Parigi huwiex l-istess persuna li kien chairperson responsabbli għall-attivitajiet tal-massa tal-Malta Labour Party skond il-pubblikazzjoni \"MLP General Conference\" tas-26 ta' Jannar, 1995; u jekk iva, jista' jgħidilna x'kienu l-attivitajiet kollha ta' din il- pesuna fi ħdan il-MLP bejn l-1992, meta rtira mis-servizz ċivili għal raġunijiet ta' saħħa, u n-nomina tiegħu bħala ambaxxatur f'Novembru 1996?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva.", "Le", "AMBAXXATI BARRANIN - IMPJEGATI", "3378.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ta' Malta jżommx rekord ta' ċittadini Maltin li huma mpjegati fl-ambaxxati barranin f'pajjiżna; u l- pagi li jitħallsu u l-kondizzjonijiet l-oħra ta' l-impjieg tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Ambaxxati barranin f`Malta m'humiex obbligati li jinformaw lill-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin b'dettalji dwar persuni ta` nazzjonalita' Maltija li huma jimpjegaw magħhom.", "Għaldaqstant, il- Ministeru tiegħi m`għandux it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "TAL-QROQQ - PIXXINA", "3384.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet iffissata l-aħħar, it-tariffa li ċ-ċittadin Malti jħallas biex jagħmel użu mill-Pixxina ta' Tal-Qroqq?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-tariffa togħla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-aħħar darba li t-tariffa li ċ-ċittadin Malti jħallas biex jagħmel użu mill-Pixxina ta' Tal-Qroqq ġiet iffissata kien f'Ottubru 1995.", "Il-kumitat preżenti qed jistudja d-diversi problemi konnessi mal-Pixxina, liema rapport jippreżenta malli jiġi ffinalizzat.", "MALTA RACING CLUB - SUR PAUL MIDOLO", "3385.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex intemmet il-ħatra tas- Sur Paul Midolo bħala chairman tal-Malta Racing Club meta kull min isegwi l- qasam tat-tiġrijiet taż-żwiemel jaf kemm għamel ġid u kemm daħħal novitajiet f'dan il-qasam is-Sur Midolo tul il-perjodu tal-ħatra tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li s-Sur Midolo ma kienx l-uniku chairman tal-Malta Racing Club li ma baqax fil-kariga.", "Qablu kien hemm chairmen oħra li bħalu kienet intemmitilhom il-ħatra, fosthom dak li s-Sur Midolo kien appuntat floku u li llum reġa' sab postu mill-ġdid.", "Jien persważ li ġid sar tul iż-żmien li żamm din il-ħatra s-Sur Midolo.", "ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - SAHRA LILL-IMPJEGATI", "3386.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset sahra lill- impjegati tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-attivitajiet li saru fil-qasam taż-żgħażagħ matul l-1996?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema Vot sar il-ħlas f'kull każ, u speċifikament minn liema item?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onor. membru li matul l- 1996 tħallsu Lm1,818.29 f'sahra għall-attivitajiet li saru fil-qasam taż- żgħażagħ lill-impjegati tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.", "Il-vot minn fejn sar il-ħlas kien vot 41 u l-item kien dak Nru. 4185, General Youth Activities and Exchanges.", "Minn dan il-vot dipartimentali jirriżulta wkoll li membru tas-Segretarjat ta' l-Onor.", "Interpellant kien tħallas Lm73.50 overtime matul ix-xahar ta' Ġunju 1996.", "UNJONI EWROPEA - RELAZZJONIJIET FUTURI", "3417.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 3142 magħmula minni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk, minkejja l-fatt li għad ma hemmx data stabbilita għaż-żjara tal-Kummissarju tal-Kummissjoni Ewropea Hans van den Broeck f'Malta, il-Gvern Malti hux se jieħu ħsieb li meta fil-fatt jiġi Malta dan il-Kummissarju jiltaqa' ma' l-Oppożizzjoni bħalma kien isir invarjabilment fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninnota li l-Onor.", "Interpellant għandu memorja qasira dwar kif kienet tiġi trattata l-oppożizzjoni minn Gvern Nazzjonalista f' dak li għandu x' jaqsam ma' visiti ta` politiċi barranin, u jekk kienux jew le iħalluhom jitkellmu ma' l-oppożizzjoni.", "Ninforma li l-programm tal-visita ta' Hans Van den Broeck għadu ma ġiex maħdum.", "UNJONI EWROPEA - RELAZZJONIJIET FUTURI", "3418.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 3142 magħmula minni, jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħid x'jifhem bil-kliem li \"din l- Amministrazzjoni f'dawn il-materji se timxi skond kif tħoss li jkun fl- aħjar interess nazzjonali\", liema kliem intqal b'risposta għat-talba tiegħi biex ir-risposti mogħtija għall-kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni Ewropea għall-Gvern Malti jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Dawn il- kliem jaqblu mad-diversi dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru dwar it- trasparenza tal-Gvern?", "Dawn il-kliem jaqblu mal-kritika kontinwa li kien u għadu jagħmel hu u sħabu li l-Gvern Nazzjonalista ħalla lill-poplu fil- għama dwar dak kollu li kien qed jiġi diskuss bejn Malta u l-Unjoni Ewropea taħt il-Gvern Nazzjonalista?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nħossx li għandi xi nżid mar-risposti ġa mogħtija rigward din il-materja.", "PAJJIŻI BARRANIN - VISA", "3419.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta mogħtija mill-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2594, jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jipprovdina b'lista ta' l-abbozzi kollha tal-ftehim dwar il-visa li hemm pendenti bejn Malta u għadd ta' pajjiżi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi kurrentement hemm ħames pajjiżi li magħhom ġie propost abbozz ta' ftehim fuq it-tneħħija tal-visa.", "Dawn huma: il-Latvja, l-Estonia, l-Albanija, ir-Rumanija u r- Russja.", "MDC - DIRETTUR-ĦADDIEM", "3420.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l- Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jiġi appuntat direttur-ħaddiem fuq il-Bord tad-Direttivi tal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp sabiex titwettaq il- wegħda li kien għamel il-Prim Ministru meta kien għadu Kap ta' l- Oppożizzjoni li Gvern Soċjalista jieħu ħsieb li jiġu appuntati ħaddiema- diretturi fuq il-Bordijiet tal-Korporazzjonijiet Parastatali?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Iva, hemm il-hsieb.", "KUNSILLI LOKALI - DAWL", "3430.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tkun il-policy ġdida ta' dan il-gvern li l- kunsilli jkunu jistgħu jagħmlu kif għamel il-Kunsill taż-Żejtun, li qabbad bozoz ma linja diġa' eżistenti bħal meta poġġa flood lights ġodda fil-ġnien taż-Żejtun, liema flood lights qed jieħdu dawl mil-linja tal-gvern?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Floodlighting li hemm idawlu l-ġnien taż-Żejtun ġew proposti u installati minħabba abbużi serji li kienu qegħdin isiru f`dan il-ġnien u mhux bħala policy.", "SKEJJEL - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "3431.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Wara li issa l-Ministru ilu aktar minn 3 xhur fil-ħatra, jista' jekk jogħġbu jgħid x'miżuri ġodda ħa biex itaffi l- problema tan-nuqqas ta' għalliema?", "Jekk fl-affermattiv, x'riżultati kellhom dawn il-miżuri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mis-7/1/97 ħarġet sejħa għall-applikazzjoni għal Supply Teachers.", "Kull meta jkun hemm nuqqas u jkun hemm applikanti, isiru interviews biex jimtlew il-vakanzi.", "Fil-fatt ma hemmx nuqqas ta' għalliema fl-iskejjel primarji u fis- sekondarji imtlew 35 vakanzi sa 19/2/97.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-FACILITATORS", "3432.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2365, jista' l-Ministru jagħti data preċiża meta suppost jibda l-kors tal-Facilitators fl-Universita'?", "Jaf il-Ministru li kien previst u ppjanat mill-amministrazzjoni preċedenti li l-kors jibda fi Frar 1997?", "Jekk iva, x'inhuma r-raġunijiet għal dan il-posponiment?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Universita' laqgħet it-talba tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li tirrevedi l-kors għall-Facilitators biex il-kors ikun aktar immirat għall-bżonnijiet ta' l-iskejjel f'dan il-qasam.", "Appena l- eżerċizzju ta' riviżjoni jkun komplet titħabbar id-data ta' meta ser jibda (hu mistenni li dan ikun aktar tard din is-sena stess).", "SCHOOL PSYCHOLOGICAL SERVICES - STAFF", "3433.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost li jkun il-full complement fl-iSchool Psychological Services?", "Kemm fih il- complement bħalissa?", "X'qed isir biex jintlaħaq il-full complement?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'hemmx full complement definit għalkemm il- Warnock Report li kien ġie ppubblikat fl-Ingilterra fl-1978 kien irrakkomanda li għandu jkun hemm educational psychologist għal kull 5,000 student.", "Bħalissa, fl-School Psychological Services hemm żewġ educational psychologists. għalliem ikkwalifikat bħala clinical psychologist u żewġ graduate trainees bi grad fil-psikoloġija.", "Qed jittieħdu passi biex jiżdied in-numru ta' educational psychologists ikkwalifikati.", "Dawn il-passi jinkludu taħdidiet bejn id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u d-Dipartiment tal-Psikoloġija ta' l-Universita' ta' Malta rigward taħriġ kif ukoll sejħa għall-applikazzjoni għall-grad ta' educational psychologists u trainee psychologists.", "KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERA", "3440.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' ismijiet ta' kunsilliera fil-kunsilli lokali li ġew maħtura fil-bordijiet tal-Gvern, mill-bidu ta' din is-sena (1997)?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: S'issa ġie nominat Kunsillier wieħed biex iservi fuq il-Board tal-Gozo Channel.", "Dan huwa s-Sur Charles Spiteri minn Għajnsielem.", "Sadanittant l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ngħatat l- opportunita biex tagħmel is-suġġerimenti tagħha dwar rappreżentanza tal- Kunsilli Lokali fuq diversi Korporazzjonijiet u Bordijiet.", "MOSTA - BINJA SPERANZA - GARAXXIJIET", "3441.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħidilna ta' min huma bħala proprjeta' l-garaxxijiet li s'issa għadhom vojta fil-Binja Speranza fil-Mosta?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Dawn il-garaxxijiet ma humiex proprjeta' ta' l- Awtorita' tad-Djar imma tal-Kummissarju ta' l-Art.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "3442.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk N/S in Ġanni Vella Street, fil-Mosta hijiex fuq il-lista ta' prijoritajiet ta' toroq li għandhom jingħataw wiċċ ġdid ta' tarmac għaliex għadu qatt ma sar xogħol ta' tarmac f'din it-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-triq N/S in Ġanni Vella Street fil-Mosta mhix fil-lista ta' toroq li huma lesti biex jiġu asfaltati minħabba li għad iridu jitqiegħdu il-mains ta' l-ilma.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "3443.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna fiex tikkonsisti l-lista ta' toroq li għandu l-Ministeru li jenħtieġu għoti ta' tarmac għaliex għadhom bla tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-lista ta' toroq li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tikkonsisti f'ismijiet ta' toroq li għandhom is- servizzi ta' taħt l-art mgħoddija permanenti u li lesti biex jiġu asfaltati għall-ewwel darba skond il-prijoritajiet tax-xogħol.", "Il-lista msemmija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 17 tal-Kamra tar-Rappreżentanti.", "ĠNEJNA - LATRINI", "3444.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk jistax jkun li l- Ministeru jieħu ħsieb li ssir latrina fil-Ġnejna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Hemm pjanijiet li jsiru mobile toilets għall-użu tal-pubbliku fil-Bajja tal-Ġnejna għas-sajf li ġej.", "KOTTONERA - SLUM CLEARANCE", "3446.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb ta' xi slum clearance fil-Kottonera?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jindikalna fejn se jsir dan is-slum clearance?", "Jista' jgħid ukoll jekk l-area ta' Triq Mariano Gerada f'Bormla, hijiex qiegħda fil-pjanijiet ta' slum clearance fil-futur qarib?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-bini ta' 18-il appartament f'Block 2, (Bieb ta' Sta.Liena) jiġifieri fi Triq l-Ajkla, Bormla.", "Hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għar-rikostruzzjoni ta' 1, Triq il-Papa Alessandru, Birgu.", "Fil-ġranet li ġejjin ser tintbagħat applikazzjoni lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-proġett ta' rikostruzzjoni fl-inħawi ta' Triq San Ġwann, Bormla.", "Dal-proġett se jkun fih żewġ fażijiet: fl-ewwel fażi ser jinbnew żewġ blokki (20 unit) maġenb il-mitħna waqt li fit-tieni fażi (49 unit) ser jinbena blokk fl-area ta' Triq Mariano Gerada indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Aktar tard din is-sena se jsir studju biex ikun jista' jitfassal it-tielet fażi tal-proġett ta' Sta.Liena, Bormla ukoll.", "SPTARIJIET - UŻU MINN KAROZZI TAL-KIRI", "3447.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex li għandhom għall-użu personali tagħhom karozza tal-kiri mħallsa mid-Dipartiment tas-Saħħa?", "X'inhi n-nomenklatura tagħhom?", "Min iħallas għall-petrol li jintuża?", "Dawn il-karozzi jibqgħu jintużaw anke meta l-individwu jkun off duty?", "Kemm hi l- ispiża ta' dawn il-karozzi fix-xahar?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-isptarijiet li għandhom il- faċilita' ta' l-iskytel imħallas mid-dipartiment?", "X'inhi n-nomenklatura tagħhom?", "Kemm qiegħda tiswa flus fix-xahar din is-sistema?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm impjegat wieħed fir-Residenza ta' San Vincenz de Paule li għandu għall-użu personali tiegħu karozza tal-kiri mħallsa mid-Dipartiment għall-Anzjani.", "Dan huwa l-Manager, Nursing Services u l-petrol li jużu huwa mħallas mid-Dipartiment.", "Din il-karozza tibqa tintuża anke meta l-individwu jkun off duty.", "L-ispiża ta' din il-karozza hija LM144,92 bħala kiri u Lm 18 spejjeż ta' petrol kull xahar.", "Ħadd mill-impjegati fir-Residenza m'għandu s-servizz ta' l-iskytel.", "Impjegati fl-isptarijiet ta' San Luqa, Monte Karmeli u Boffa, f' Malta li għandhom għall-użu personali tagħhom karrozza tal-kiri mħallsa mid- Dipartiment tas-Saħħa huma kif ġej:-", "Numru ta` Nomenklatura Numru Spiza Impjegati ta` Karrozzi Fix-Xahar", "3 Nursing Managers 3 Lm 486 1 Medical Superint 1 Lm 149", "Dwar l-isptar ta' Għawdex l-Onor Interpellant għandu jagħmel id-domanda lill-Onor Prim Ministru.", "Rigward il-pagers ta` Skytel, sa l-aħħar ta` Jannar, kien hemm 513 -il pager li tqassam ma' l-isptarijiet ta' San Luqa, Boffa u ta' Monte Carmeli.", "Dawn jitħallsu kollha mid-diviżjoni tas-Saħħa, fil-waqt li l-istess faċilita` għall-impjegati ta' l-isptar Ġenerali ta' Għawdex tiġi mħallsa mid-Dipartiment tal-Customer Services ta' Għawdex.", "L-impjegati li jagħmlu użu ta' din il-faċilita' jinkludu tobba ta' kull grad, infermieri, paramediċi, inġinieri u nies oħra tekniċi.", "Peress li l-ftehim ta' din il-faċilita' jikkonċerna informazzjoni kummerċjali, id-dipartiment mhuwiex f' pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.", "ŻEJTUN - ĠEBEL SAN MARTIN - ĠIBJUN", "3450.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3157, ma jagħmilx aktar sens li jittieħdu passi biex jitjib l-istat strutturali tal-ġibjun, għalkemm s'intendi hi aktar ħaġa faċli li l- proposti ma jiġux segwiti aktar mid-dipartiment?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proposti ma ġewx segwiti aktar mit-Taqsima tax-Xogħlijiet għar-raġuni li d-dipartiment kien mitlub mill-kunsill lokali biex jagħti assistenza teknika biss.", "Qatt ma kien hemm xi commitment li jsir xi forma ta' xogħol fuq dan is-sit.", "AWTORITA' TAL-VERIFIKA - RISERVI NATURALI", "3451.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 873, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk ir-Riservi Naturali li l-Awtorita' tal-Verifika tat parir biex ma jibqgħux meqjusa bħala tali?", "X'deċiżjoni ministerjali ttieħdet minn dak iż- żmien 'il hawn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita` tal-Verifika kienet issuġġeriet li l- Għolja ta' l-Għammar f' Għawdex m'għandhiex tibqa' rikonoxxutha bħala Riserva Naturali.", "Minn dak iż-żmien l-hawn numru tas-suġġerimenti ta'` l-Awtorita` tal- Verifika kienu ġew implimentati mill-Gvern Nazzjonalista fl-1996.", "Fost is- suġġerimenti li kienu ġew injorati kien hemm dak rigward l-Għolja ta` l- Għammar.", "Sal-lum il-ġurnata, għalhekk din għadha meqjusa legalment bħala Riserva Naturali.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAULE - TRASPORT PUBBLIKU MIR-RABAT", "3452.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-servizz tat- trasport bejn ir-Rabat u r-Residenza San Vincenz de Paule jerġa' jibda jaħdem fuq bażi regolari?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li saret prova ta' erba' xhur fuq din ir-rotta u rriżulta li ma kinitx patronizzata.", "Wieħed jifhem li, għalkemm is-servizz tal-karozzi tal-linja għandu bixra soċjali, ma tistax tagħmel servizz jekk dan ma jkunx patronizzat.", "MTARFA - TRASPORT PUBBLIKU", "3453.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-servizz tat- trasport minn u għall-Imtarfa jitwal aktar mit-8.00 p.m. sabiex in-nies tal- lokal ikunu moqdija aħjar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li qegħdin isiru taħdidiet biex jitjieb is-servizz minn u lejn l-Imtarfa.", "GĦAWDEX - RABAT - PARKEĠĠ", "3454.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata dik il- biċċa art li hemm maġenb il-parking eżistenti ġewwa r-Rabat, Għawdex għal finijiet ta' estenzjoni tal-parking li hija tant bżonnjuża minħabba l- problema li teżisti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-possibilita' ta' estensjoni tal-parking eżistenti fir-Rabat Għawdex qegħda tiġi studjata.", "GĦAWDEX - RABAT - TRIQ ANIĊI", "3455.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li Triq Aniċi fir-Rabat, Għawdex tiġi miftuħa għal Triq il-Mitħna?", "Jekk iva, jista' jgħid meta huwa l-ħsieb li dan ix-xogħol jinbeda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq Aniċi, fil-limiti tar-Rabat, Għawdex taqa' taħt il-key plan scheme u kull resident prospettiv għandu jara li l-parti tat-triq quddiem il-plot tiegħu tiġi ffurmata skond il-permess tal-bini maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għaldaqstant, it-triq tinfetaħ awtomatikament mill-individwu li jkun ser jibni fuq dan is-sit.", "KUNSILLI LOKALI - DWAL", "3456.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali mit-2 ta' Jannar, 1997 s'issa f'dawk li huma lampi tat-toroq, u kemm minn dawn ġew imwaħħla?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Risposta tingħata f`seduta oħra", "GĦAWDEX - TEATRI", "3457.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li ż-żewġ teatri li għandna f'Għawdex jiġu floodlit?", "Jekk iva, meta se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Risposta tingħata f`seduta oħra", "GĦAWDEX - TRIQ SAGĦTAR", "3458.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li Triq Sagħtar, fir-Rabat, Għawdex tingħata kisja tarmak peress li din it- triq hija mibnija kollha u għandha s-servizzi neċessarji?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq Sagħtar, fil-limiti tar-Rabat, Għawdex hija diġa asfaltata.", "Għalhekk, il-manutenzjoni ta' din it-triq hija responsabbilita' tal-Kunsill Lokali tar-Rabat.", "GĦAWDEX - DAWL FIT-TOROQ", "3459.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li toroq ġodda li issa huma abitati u għandhom is-servizzi neċessarji jiddawlu bil-lampi?", "Dawn it- toroq huma: Muniċipju Ruman; Viani; Kunsill Ċiviku; Karlu Galea; u l- Universita'?", "Jekk iva, meta se jibda dan ix-xogħol ġewwa r-Rabat, Għawdex?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Risposta tingħata f`seduta oħra", "WIED IL-GĦAJN - XOGĦLIJIET", "3460.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi kienu ħarġu għal xogħlijiet fil-Magħluq ta' Wied il-Għajn?", "Lil min u għal xiex?", "Billi kien sar xi xogħol li ma segwiex il-permessi maħruġa, x'azzjoni ttieħdet kontra min kien responsabbli?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din fil- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "WIED IL-GĦAJN - ŻVILUPP TA' \"IL-MAGĦLUQ\"", "3461.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Issa li d-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent għandu approvat applikazzjoni biex jiżviluppa \"Il- Magħluq\" ta' Wied il-Għajn f'Riserva Naturali, jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu biex dan il-pjan jiġi attwat?", "Dan jeskludi xi ħsebijiet (jekk mhux ukoll applikazzjonijiet) mis-settur privat għal proposti oħra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-riabilitazzjoni tal-\"Magħluq\" ta' Wied il-Għajn, wasal fi stadju avvanzat.", "Imiss li jsir bankina u reċint tal-wire fuq in- naħa ta' Triq il-Gardiel.", "Il-formazzjoni tal-ġnien kważi tlestiet ukoll, u ser jitħawlu siġar u pjanti ndiġeni.", "Siġar oħra mhux indiġeni ser jitneħħew ukoll.", "Mhux magħruf li hemm ħsibijiet għall-parteċipazzjoni jew użu mis-settur privat.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAULE - ĠARDINARA", "3484.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm nies jaħdmu ta' ġardinara fir-Residenza San Vinċenz de Paule?", "Kemm minnhom kienu jaħdmu bix-shift?", "Min ta dawn l-ordnijiet biex jaħdmu bix-shift u meta?", "Xi bżonn inħass biex dawn jaħdmu bix-shift u jidħlu jaħdmu s-Sibt u l-Ħadd?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fir-Residenza ta' San Vincenz hemm tmien (8) impjegati li qed jaħdmu bħala ġardinara, li erbgħa (4) minnhom kienu jaħdmu bix-shift.", "Il-Gradi tagħhom huma hekk:-", "1, Ex-impjegat tal-Posta li qiegħed jagħmilha ta' Leading Gardener; 2, ġardinara; 2, general hands; 1, health assistant (li kien għażel biex imur mal-ġardinara wara li ma kienx għadda mill-eżami tal-Health Assistants xi ħmistax il-sena ilu, u li xorta baqa` jissejjaħ health assistant (Group B); 2, Hospital Auxiliaries.", "Dawn it-tnejn ta' l-aħħar kienu jaħdmu bix-shift.", "Dawn iż-żewġ impjegati kienu ġew appuntati bħala Hospital Auxiliaries f`Mejju ta' l-1991, u dak iż- żmien kienu qed jagħmlu xogħol ta' tindif u knis ta' btieħi f'din ir- residenza.", "Dak iż-żmien huma kienu qed jaħdmu bix-shift.", "Peress li dawn iż-żewġ impjegati huma ntiżi ħafna fir-raba u jafu sew jużaw il-makkinarju agrikolu bħal per eżempju muturi tal-ħrit, dawn kienu ġew trasferiti għas-sezzjoni tal-Ġardinara minħabba li kien hemm nuqqas ta' staff, bil-kundizzjoni li jibqgħu jaħdmu bix-shift.", "Kien hemm ukoll wieħed mill-Ġardinara li kien ilu żmien jaħdem mas-sezzjoni tad-Drenaġġ, fejn kien ukoll jaħdem bix-shift iżda xi sitt xhur ilu dan kien ġie trasferit għal mal-ġardinara u baqa` jżomm ix-shift.", "Xi sena u nofs ilu kien ġie trasferit f`din ir-residenza impjegat mill- Posta, u kien ingħata l-kariga biex jieħdu ħsieb din is-sezzjoni u beda jaħdem fuq shift duties.", "GŻIRA - XOGĦLIJIET FIX-XATT", "3485.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħlijiet li bdew fix-Xatt tal-Gżira waqfu ħesrem?", "Jista' jara li dan ix-xogħol li l- Kunsill Lokali tal-Gżira ilu għal żmien twil jistenna, jerġa' jibda mill- aktar fis possibbli?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GŻIRA - XATT - TISWIJA TA' BANKINA", "3486.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jordna li l-ħsara kbira li saret fil- bankina matul ix-Xatt tal-Gżira mill-Water Services Corporation, tissewwa kemm jista' jkun malajr peress li hija veru ħasra li din il-bankina, li għadha kif ġiet pavimentata mill-Kunsill Lokali tal-Gżira bi spejjeż kbar, tinsab fi stat perikoluż?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻABBAR - TRIQ IS-SAQWI - DAWL", "3489.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jara illi jsir street lighting fi Triq is-Saqwi, Ħaż-Żabbar peress li fil-preżent m'hemm assolutament xejn?", "Billi r-residenti f'din l-area, qegħdin ukoll fuq is-single phase, b'konsegwenza li qed ibatu inkonvenjent, jista' l-Ministru jara li titjib il-provvista ta' l-elettriku għal three phase?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Risposta tingħata f`seduta oħra", "SAĦĦA - PARAMEDIC AIDES", "3490.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu magħżula Paramedic Aides minn fost dawk li applikaw f'Settembru li għadda?", "Jekk fl-affermattiv, meta se jsiru l-intervisti għal dawn l-applikanti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 395.", "BASTIMENT - GAS VELENUŻ", "3491.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn tħalla jidħol bastiment barrani fid-docks f'dawn l-aħħar jiem meta kien magħruf, anke mill-Ministru stess, li dan huwa sors ta' periklu minħabba kwantita' ta' gass li kien fih?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-Onor.", "Interpellant għandu nformazzjoni żbaljata ħafna.", "M'hinix daqshekk irresponsabbli.", "PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP", "3492.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-esiġenzi tas-servizz li minħabba fihom membri tal- Korp tal-Pulizija f'Kemmuna ġew trasferiti lura f'Għawdex, u oħrajn minn Għawdex mibgħuta Kemmuna?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru.", "3357.", "PULIZIJA F'GĦAWDEX", "3493.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' pulizija stazzjonati f'Għawdex?", "Ta' liema ranks huma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "Supretendent 1", "Spettur 1", "Surgenti 21", "Kuntistabbli 101", "Total 124", "IMMIGRANTI LLEGALI - GĦARQA BEJN MALTA U SQALLIJA", "3494.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'investigazzjonijiet qed tagħmel il-Pulizija dwar l- inċident ta' lejliet il-Milied 1996, li fih allegatament għerqu għexierem ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija, u li fih allegatament kien hemm involuta lanċa li telqet minn Malta?", "Saru kuntatti ma' Pulizija barranin dwar dan il-każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2119 u 2120.", "UFFIĊĊJU TA' L-IMMIGRAZZJONI - PERSUNI BARRANIN", "3495.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Novembru, 1996 kemm-il persuna ta' nazzjonalita' barranija ma tħallietx tidħol Malta mill-uffiċjali ta' l-Immigrazzjoni?", "Mil-liema pajjiżi kienu dawn il-persuni?", "Kemm minn kull pajjiż ġew rifjutati li jidħlu Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is-Seduta..", "PULIZIJA - TKEĊĊIJA TA' PERSUNI BARRANIN", "3496.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Novembru 1996, kemm-il persuna ta' nazzjonalita' barranija tkeċċiet minn Malta wara li tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli: (a) kienu qed jaħdmu bla permess; (b) qagħdu Malta aktar miż-żmien mogħti lilhom mill-Pulizija; u (ċ) kienu niżlu Malta bla permess tal-uffiċjal ta' l-Immigrazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li tkeċċew minn Malta bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Jannar 1997, wara li tressqu l-Qorti kien kif ġej:", "66, qagħdu Malta aktar miż-żmien mogħti lilhom mill-pulizija/niżlu Malta bla permess", "11, kienu qed jaħdmu f'Malta bla permess", "LIĠI DWAR IL-LINGWA MALTIJA", "3497.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li fil- leġislatura preżenti issir liġi dwar il-lingwa Maltija sabiex din tkun stabbilita fuq bażi leġislattiva?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispjega aħjar xi jfisser li għandha 'issir liġi dwar il-lingwa Maltija sabiex din tkun stabbilita fuq bażi leġiżlattiva?'", "FAMILJI MALTIN - GĦAJNUNA SOĊJALI FINANZJARJA", "3498.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jinformani kemm hemm familji f'Malta li qegħdin jiddependu biss mill-għajnuna soċjali finanzjarja?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-liġi dwar is- Sigurta` Soċjali tipprovdi li l-Għajnuna Soċjali għandha tingħata lill-Kap ta' Familja jekk jissodisfa l-provedimenti tal-liġi dwar l-Għoti ta' dik l- Għajnuna.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li \"Kap ta' Familja\" skond id- definizzjoni tal-liġi, tinkludi persuna li tkun tgħix waħedha.", "Din id- definizzjoni tolqot ukoll lil dawk ix-xebbiet u romol li jkunu qegħdin jieħdu kura ta' xi qraba, u għalkemm ikunu qed jgħixu fl-istess dar magħhom, dawn ukoll huma meqjusa daqs li kieku kienu qed jiffurmaw familja għal rashom.", "Għaldaqstant qiegħed nagħti hawn taħt statistika dwar il-persuni f`Malta u f`Għawdex li titħallas lilhom l-Għajnuna Soċjali:", "1,404 familji ta' persuna waħedha li qed jieħdu l-għajnuna minħabba mard.", "2,519 familji ta' aktar minn persuna waħda li qed jieħdu l-għajnuna minħabba mard.", "1,031 familji ta' persuna waħedha li qed jieħdu l-għajnuna dwar qagħad.", "1,920 familji ta' aktar minn persuna waħda li qed jieħdu għajnuna dwar qagħad.", "833, xebbiet u romol li jieħdu l-għajnuna dwar kura ta' qraba.", "199, Romol.", "1,697 familji separati legalment jew xort'oħra.", "444, familji ta' ġenitur wieħed.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "3499.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni fis-snin 1994, 1995 u 1996 li kienu qegħdin jieħdu benefiċċji soċjali li ma kenux intitolati għalihom?", "X'passi ħa d-dipartiment sabiex jiġu rikoverati l-flus?", "X'passi ħa fil- Qrati kontra dawn il-persuni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinħassx il- ħtieġa li tinżamm statistika tan-numru ta' każi fejn nies jinqabdu li jkunu qed jirċievu Għajnuna Soċjali meta ma jkollhomx dritt għaliha.", "Jekk ikun il-każ, il-persuna tintalab tħallas lura l-ammont ta' Għajnuna Soċjali li tkun irċeviet meta ma kellhiex dritt.", "Kull każ jiġi nvestigat, ħafna drabi bl-għajnuna tal-Korporazzjoni għat- Taħrig u Impiegi, u l-Għajnuna titwaqqaf immedjatament.", "Il-benefiċċjarju jintalab jirrifondi l-Għajnuna li tkun tħallset lilu matul il-perjodu li ma kienx intitolat għaliha.", "Xi drabi biex ma tinħoloqx tbatija finanzjarja fuq dik il-familja, r-refużjoni tal-ħlas ta` Għajnuna li ma kinitx dovuta jitħallas lura lid-Dipartiment f`pagamenti bin-nifs.", "Dan l-arranġament jidher li ħadem matul diversi snin, u mhux normali li każijiet bħal dawn jitilgħu l-Qorti biex jittieħdu proċeduri kriminali.", "PENSJONIJIET - PERSUNI LI KIENU JAĦDMU MAL-GVERN INGLIŻ", "3500.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward ta' l-iskema mnedija fid-diskors tal- Budget sabiex dawk il-persuni li kienu jaħdmu mal-Gvern Ingliż jibdew jieħdu l-pensjoni dovuta lilhom - ir-romol ta' dawn il-persuni serjin ikunu ntitolati għal din il-pensjoni?", "Kemm huwa n-numru ta' romol u kemm huwa n- numru ta' dawn l-ex-service men li għadhom ħajjin?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqija parlamentari numru 3362, fejn jien tajt il-figura ta` 4043 bħala n-numru ta' persuni ex-impjegati tas-Servizzi Ingliżi li ser jibbenefikaw mill- mizuri mħabbra fl-aħħar diskors tal-Budget.", "Din il-figura tinkludi pensjonanti waħedhom, dawk miżżewgin, kif ukoll ir-romol tagħhom.", "Hu stmat li hemm madwar 930 armla minn dawn.", "SIGARETTI - DUTY FREE", "3501.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-kwantita' ta' sigaretti li nbiegħu duty free matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm minn dan l-ammont ta' sigaretti kienu mportati u kemm kienu manifatturati f'Malta?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Irrid nifhem illi l-mistoqsija qed tirreferi l-iżjed għas-sigaretti li jiġu esportati u dawk li jinbiegħu lokalment lil persuni li jgawdu privileġġi diplomatiċi, la darba jinbiegħu duty free.", "L-Onor Interpellant żgur li jifhem illi wieħed irid imur lura għal diversi records biex jiġbor dan it-tagħrif u li dan bilfors jieħu xi żmien.", "Jekk l- Onor. Interpellant m'għandux utilita' speċifika, jiffranka lid-Dipartiment ħafna xogħol.", "Jekk jgħidli (privatament) li jeħtieġu, nara li jinġabar.", "BICAL - EX-DEPOŻITATI", "3502.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li għandhom jieħdu flus l-ex-depożitanti tal-BICAL?", "Kemm hemm flus depożitati mid-disposals li kien hemm mill-assi tal-BICAL?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Huwa stmat li fil-31 ta' Diċembru 1996, l-ex- depożitanti tal-BICAL kien fadlilhom jieħdu Lm1,898,925.", "Il-flus depożitati mid-disposals li kien hemm mill-assi tal-BICAL, fl-istess data, jammontaw għal Lm768,610.", "Għal darba oħra għandu jiġi emfasizzat li hemm diversi kawżi pendenti dwar dan l-ammont ta' depożiti.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "TEMPJU TA' L-IMNAJDRA", "W44.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ambjent: Billi fl-1994 wara li waqa' xi ġebel ġewwa t-Tempju ta' l-Mnajdra, il-barriera \"Tal-Magħlaq\" limiti tal-Qrendi u li hija l-aktar barriera viċin it-tempji, tneħħielha jew inżammilha il- permess biex tuża furnelli għall-qtugħ tal-blat fil-barriera u billi issa f'diversi ġurnali lokali dehru artikoli fejn esperti ddikjaraw illi l-ħsara saret minħabba il-maltemp u mhux minħabba il-ħruq ta' furnelli, jidhirlu l- Viċi Prim Ministru illi dan \"l-istop order\" għandu jiġi annulat peress li minħabba din id-deċiżjoni 15-il familja sofrew danni finanzjarji kbar mingħajr ħtija ta' xejn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Huwa kkonfermat li l-liċenzja tal-Pulizija ta' l- imsemmija barriera inżammet fl-1994.", "Dan wara ittra min-naħa ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tal- Mużewijiet, wara li kienu saru wkoll rappreżentazzjonijiet mill-UNESCO.", "Riċentement, inħareġ Avviż ta' Twettiq peress li kien qiegħed isir tqattiegħ ta' blat barra l-limiti ta' barriera eżistenti u f'zona ta' protezzjoni, madwar 50 metru 'l bogħod mis-sit arkejoloġiku magħruf bħala il-'Misqa Prehistoric tanks.", "Għaldaqstant, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar waqqfet kull xogħol li kien qiegħed isir barra l-limiti ta' l-imsemmija barriera, filwaqt li l-operat tal-barriera eżistenti twaqqaf mill-Pulizija, għax il-liċenzja ma ġietx imġedda.", "Preżentement hemm appell pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.", "UFFIĊĊJU TAL-MINISTRU TA' L-INDUSTRIJA - MEMBRI", "W58.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l-istaff ta' l-uffiċċju tiegħu (jew segretarjat privat kif ġieli hu magħruf), inkluż il-konsulenti, xi grad għandhom u x'inhu x-xogħol tagħhom fl-uffiċċju, f'liema dipartiment tal-gvern jew enti kienu jaħdmu qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 u min minnhom ġie mpjegat b'kuntratt u f'liema każ?", "Jista' ukoll ipoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab murija fit-tabella ta' hawn taħt.", "Kopji tal-kuntratti relattivi tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub aktar kmieni f'din is- seduta.", "Ta' min jgħid illi dan l-ingaġġ jikkonferma ma' Letter Circular maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-31 ta' Ottubru, 1996.", "|Isem |Salar|Xogħo|Dip. |B'kun| | |y |lhom |jew |tratt| | |scale|fil-p|enti | | | |fil-p|reżen|minn | | | |reżen|t |fejn | | | |t | |ġew | | | | | |sekond| | | | | |ati | | |Aaron |Scale|Segre| |B'kun| |Mifsud |10 |tarju| |tratt| |Bonnici | |Priva| | | | | |t | | | |Carmel |Scale|Assis| |B'Kun| |Formosa |10 |tent | |tratt| | | |Perso| | | | | |nali | | | |Pauline |Scale|Execu|Lands | | |Zammit |14 |tive | | | | | |Offic| | | | | |er | | | |Odette |Scale|Segre|Indust| | |Micallef|16 |tarja|rija | | | | |t | | | |Ramona |Scale|Segre|Home | | |Fenech |16 |tarja|Affair| | | | |t |s | | |Eric |Scale|Xogħo|Malta | | |Micallef|13 |l |Drydoc| | | | |kleri|ks | | | | |kali | | | |Edward |Scale|Xogħo|Malta | | |Camiller|14 |l |Shipbu| | |i | |kleri|ilding| | | | |kali | | | |Saviour |Scale|Recep|Posta | | |Chetcuti|17 |tioni|Ltd. | | | | |st/Te| | | | | |lepho| | | | | |ne | | | | | |Opera| | | | | |tor | | | |Paul |Scale|Handy|Agriko| | |Buhagiar|18 |man/Ġ|ltura | | | | |ardin| | | | | |ar | | | |Paul |Scale|Messa|Enemal| | |Borg |18 |ġġier|ta | | |Philip |Scale|Messa|Malta | | |Vella |18 |ġġier|Shipbu| | | | | |ilding| | |Joseph |Scale|Drive| |B'kun| |Vella |18 |r/ | |tratt| | | |Secur| | | | | |ity | | | |Mario |Scale|Drive| |B'kun| |Zammit |18 |r/ | |tratt| | | |Secur| | | | | |ity | | |", "UFFIĊĊJU TAL-VIĊI PRIM MINISTRU - MEMBRI", "W60.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l-istaff ta' l-Uffiċċju tiegħu (jew segretarjat privat kif ġieli hu magħruf), inkluż il-konsulenti, xi grad għandhom u x'inhu x-xogħol tagħhom fl-uffiċċju, f'liema dipartiment tal-gvern jew enti kienu jaħdmu qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 u min minnhom ġie mpjegat b'kuntratt u f'liema każ?", "Jista' ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għar-rigward ta' l-ewwel parti tad-domanda nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għad-domanda numru 389/8/1 magħmula lill-Prim Ministru.", "Ix-xogħol konness ma' dawn il-membri ta' l-istaff huwa li jamministraw is- Segretarjat tal-Ministeru.", "Konsulent ġie mqabbad wieħed biss li huwa l- Professur Alfred Vella, filwaqt li bil-kuntratt ġie mpjegat is-Sur Anġelo Desira bħala Security/Driver.", "Qed nippreżenta kopja taż-żewġ kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "UFFIĊĊJU TAL-MINISTRU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - MEMBRI", "W66.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l- istaff ta' l-uffiċċju tiegħu (jew segretarjat privat kif ġieli hu magħruf), inkluż il-konsulenti, xi grad għandhom u x'inhu x-xogħol tagħhom fl- uffiċċju, f'liema dipartiment tal-gvern jew enti kienu jaħdmu qabel is-26 ta' Ottubru 1996 u min minnhom ġie mpjegat b'kuntratt u f'liema każ?", "Jista' ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Lista tal-membri li jifformaw l-istaff ta' l- uffiċċju tiegħi kif approvati mill-MPO, bid-dettalji mitluba, flimkien mall- kopji tal-kuntratti relattivi ta' dawk impjegati b'kuntratt tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dawn in-nies jagħmlu xogħol normalment meħtieġ fis-Segratarjat Privat ta' Ministeru b'ammont ta' flessibilita'.", "|Isem |Grad |Dipartiment| | | |/enti fejn | | | |kienu | | | |jaħdmu | | | |qabel is-26| | | |ta' Ottubru| |Casinġen|Officer in |Works | |a E J |Grade 8 |Division | |Tanti |Personal |On Contract| |Michelle|Assistant | | |Debono |Senior |On Contract| |Martin |Secretarial| | | |Official | | |Aġius |Assistant |Education | |Carmel |Prinicipal | | |Camiller|Timekeeper |Education | |i | | | |Carmelo | | | |Azzoppar|Clerk |Consumer | |di | |Affairs | |Dennis | | | |Falzon |Clerk III |Enemalta | |Mary | | | |Mifsud |Clerk |Joint | |Jacquili| |Office | |ne | | | |Dunbar |Clerk A |Central | |Fleur | |Bank | |Sciberra|Casual Ward|Health | |s V Joan|Clerical |Department | | |Assistant | | |Falzon |Clerk |Department | |Nadette | |of Industry| |Bonniċi |Assistant |Telemalta | |P John |technical | | | |Officer | | |Mamo |Driver/Secu|On Contract| |Ivan |rity | | | |Officer | | |Briffa |General |Air Malta | |Paul |Hand | |", "CRAFTS & COTTAGE INDUSTRY", "W123.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3105 dwar Crafts and Cottage Industry, jista' l-Ministru jesplora l-possibbilta' dwar twaqqif ta' koperattivi, l-aktar fil-qasam ta' produzzjoni ta' prodotti tipikament Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ninforma lill-Onor.", "Membru illi l- koperattivi jaqgħu taħt il-Ministru tal-Ħarsien Socjali.", "RAĦAL ĠDID - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "W124.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija ta' Raħal Ġdid għandhiex xi sehem fiż-zona ta' sigurta' fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, m'għandhiex.", "TARXIEN - DAWL", "W126.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: B'irferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3109 u mistoqsijiet supplimentari, jista' l-Ministru jfisser il-kliem \"prijoritajiet\" u \"kriterji tekniċi\" dejjem safejn possibbli fiċ-ċirkostanzi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-prijoritajiet u kriterji tekniċi qegħdin jirriferu għal dawk il-postijiet fejn l-aktar li hemm bżonn u maqssmin fiżikament b`tali mod li t-tqassim ta` dawl ikun adegwat.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W127.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għax- xahar ta' Jannar, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet ġodda għal akkomodazzjoni alternattiva u kif inhuma kategorizzati; kemm ġew allokati djar mid-dipartiment, u kemm minnhom kienu rikonoxximent ta' kera u kemm bdil; kemm djar abitabbli ġew f'idejn id-dipartiment; x'kien l- istock ta' djar abitabbli li kellu d-dipartiment fl-aħħar tax-xahar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Matul Jannar 1997 dahlu 86 applikazzjoni gdida.", "Dawn kienu mqassma kif gej:", "|Danger | 6 | |Sub Standard |10 | |Sharing |34 | |Health |12 | |Reasons | | |Exchange | 1 | |Single Parent| 6 | |Separated | 1 | |Over 60 years| 1 | |Engaged | 5 | |Single Person| 4 | |Recognition | 6 |", "Fl-istess perjodu saru 17-il allokazzjoni li minnhom seba' kienu rikonoxximent u daħlu 12 -il post f'idejn id-dipartiment.", "Il-proċess ta' l-allokazzjoni hu wieħed kontinwu u n-numru ta' postijiet jinbidel il-ħin kollu.", "DJAR - BDIL TA' POSTIJIET", "W128.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għas- 17-il allokazzjoni li saret mid-dipartiment f'Novembru u Diċembru, 1996 skond mistoqsija parlamentari numru 799, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu rikonoxximenti ta' kera u kemm bdil?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi bejn Novembru u Dicembru kien hemm żewġ kazi ta' bdil u tliet kazi ta' rikonoxximent.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POSTIJIET", "W129.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm id-dipartiment kellu djar tajbin biex jiġu allokati fl- aħħar ta' Novembru u fl-aħħar ta' Diċembru 1996?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi matul Novembru daħlu 17-il post għand id-dipartiment u f'Dicembru daħlu seba' ohra.", "Il-proċess ta' l- allokazzjoni hu wieħed kontinwu u n-numru ta' postijiet jinbidel il-ħin kollu.", "DJAR - BEJGĦ", "W130.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta' bejgħ ta' residenzi mill-Awtorita' tad-Djar lill-inkwilini bejn l-1 ta' Ġunju 1987 u l-31 ta' Ottubru 1996?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar għamlet 674-il kuntratt ma' inkwilini f'proprjeta' tal-Gvern.", "VALLETTA REHABILITATION COMMITTEE", "W131.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- guidelines tal-Valletta Rehabilitation Committee?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-istudju dwar il-guidelines li jaħdmu fuqhom il- Valletta Rehabilitation Committe, għadu ma tlestiex.", "Meta dan l-istudju jkun lest titpoġġa kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ADDOZZJONI", "W133.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li jista' jkun hemm u hemm każijiet ta' koppji maturi li għalkemm parti jew oħra ma jkollhomx 30 sena jew aktar, ikunu xorta kapaċi li jaddottaw, jikkonsidra l-Ministru li għal dan l-iskop u f'dan is-sens għandha tiġi emendata l-liġi ċivili?", "Dwar l- addozzjoni mill-Albanija, jista' l-Ministru jikkonferma li din fil-fatt ma waqfitx u li fi żmien qasir se titkompla?", "Jikkonsidra wkoll il-Ministru li min ma għandux il-kwalifiki legali biex jaddotta jitħalla jieħu postu fil- lista available?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Effettivament diġa' bdejt nara ma` l-uffiċjali tat-Taqsima għall-Affarijiet Soċjali u tal-Familja kemm dan il-punt imqanqal mill-Onor.", "Interpellant kif ukoll xi punti oħra fl-istess direzzjoni u għall-istess għan imsemmi minnu.", "Nikkonferma illi l-ftehim ma` l-Awtoritajiet Albaniżi dwar addozzjonijiet minn hemmhekk għadu fis-seħħ u qed nistennew minn ħin għalll-ieħor jiġu approvati mill-Qorti Albaniża l-ewwel grupp ta` tfal.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant ikun speċifiku għax jista jkun il-każ illi n-nuqqas tal-kwalifika legali ikun ta` natura permanenti u serja u jkun bla skop illi titqiegħed fuq il- waiting list ma' l-oħrajn sempliċiment biex tkun tqiegħed hemm.", "ĠONNA PUBBLIĊI - KUNTRATT TA' XOGĦOL", "W134.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk sal-31 ta' Jannar, 1997 ingħatawx il-kuntratti għax- xogħol ta' ġonna pubbliċi fl-oqsma tad-djar fil-Kalkara, f'Ħaż-Żabbar, fiż- Żejtun u f'Santa Luċija kif kien qal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 146 fit-28 ta' Jannar, 1996?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Minn informazzjoni mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar mit-Taqsima tax-Xogħlijiet li qed tieħu ħsieb dawn il- proġetti ghan-nom ta' dan il-Ministeru, l-offerti kollha ingħataw."]} {"filename": "19970722_103d_par.doc", "date": "1997-07-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 103 It-Tlieta, 22 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 103", "It-Tlieta, 22 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "103", "It-Tlieta, 22 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 111", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 111", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL (IT-TIENI QARI) 120", "AĠĠORNAMENT 147", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 153", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 102 li saret fil-21 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TAD-DJAR - OPERATIONAL AND MAINTENANCE EXPENSES", "7307.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq mill-Ministeru tad-Djar mill-Vot għal operational and maintenance expenses fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, kkonsidrat li fil-budget kien qed ikun stmat infiq ta' Lm73,200 għal sena sħiħa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 intnefqu Lm38,264 mis-somma ta' Lm73,200 fuq operational and maintenance expenses taħt il-Vot 49 ta' l-Estimi Ġenerali.", "MINISTERU TAD-DJAR - PERSONAL EMOLUMENTS", "7308.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq mill-Ministeru tad- Djar mill-Vot għal personal emoluments fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, ikkonsidrat li fil-budget kien qed ikun stmat infiq ta' Lm766,800 għal sena sħiħa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 intnefqu Lm431,110 mis- somma ta' Lm766,800 li hemm għal business emoluments fil-Vot 49 ta' l- Estimi Ġenerali; Lm196,396 mis-somma li ntnefqet ġew irkuprati mill-voti kapitali.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk fhimt sew il-Ministru semma' \"business emoluments\" meta d-domanda hija dwar personal emoluments.", "Għaliex?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, hawnhekk jidher li l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi fuq l-Awtorita' tad-Djar, għax imbagħad hemm mistoqsijiet oħra ġejjin iktar 'il quddiem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħalli nispjegaw ruħna aħjar.", "Waqt li kien qed jaqra r-risposta l-Ministru qal \"business emoluments\" - ma nafx jekk ħax żball waqt li kien qed jaqra jew inkella hijiex imniżżla hekk fir-risposta - imma naħseb li \"personal emoluments\" ried jgħid.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, l-Onor.", "Membru ma jridx jinsa li l- ewwel mistoqsija kienet fuq operational and maintenance expenses u dak il- ħin li daħal fil-Kamra konna wasalna fit-tieni mistoqsija, li hija fuq personal emoluments.", "(Interruzzjonijiet) Issa ma nafx għalfejn fit- tweġiba hawn imniżżel il-\"business emoluments\".", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li hemm żball fir-risposta għaliex safejn naf jien - bl-amment qed nitkellem - fl-Estimi lanqas jeżisti vot għal \"business emoluments\", jiġfieri ninsab żgur li t-titlu fl-Estimi huwa \"personal emoluments\".", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Niċċekkja l-affarijiet, partikolarment ma' min ippreparali t-tweġiba.", "AWTORITA' TAD-DJAR - PERSONAL EMOLUMENTS", "7309.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefaq mill-Awtorita' tad-Djar mill-Vot għal personal emoluments fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, kkonsidrat li fil-budget kien qed ikun stmat infiq ta' Lm218,000 għal sena sħiħa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Vot għal personal emoluments ta' l-Awtorita' tad-Djar huwa ta' Lm480,000 - u mhux Lm218,000 - u sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 intnefqu Lm270,437.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-Awtorita' tad-Djar hijiex qed tħallas biss il-pagi tal-ħaddiema li jaħdmu direttament magħha jew hijiex qed tħallas ukoll il-pagi tal-periti li hemm mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli l-mistoqsija bil-miktub inkun nista' nwieġbu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid għal liema mpjegati qed jirriferi fit-tweġiba tiegħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Qed nirriferi għall-impjegati ta' l-Awtorita' tad- Djar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, kemm hu n-numru ta' impjegati li qed tħallas l-Awtorita' tad-Djar?", "Daħlu xi impjegati ġodda ma' l-awtorita'?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi pero' jekk l-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija bil-miktub inkun nista' nwieġbu.", "AWTORITA' TAD-DJAR - OPERATIONAL AND MAINTENANCE EXPENSES", "7310.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien intnefaq mill-Awtorita' tad-Djar mill-Vot għal operational and maintenance expenses fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kkonsidrat li fil-budget kien qed ikun stmat infiq ta' Lm190,000 għal sena sħiħa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mill-estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax dan il-Vot, iżda hemm Vot simili li jissejjaħ \"Ħteġijiet ta' l- Uffiċċju\" li jammonta għal Lm65,000.", "In-nefqa sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 kienet ta' Lm54,840.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk in- nefqa li qed isemmi ta' Lm54,000 tinkludix infiq fuq sistemi ta' computers?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jista' jkun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, naturalment kollox jista' jkun, imma jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-Lm54,000 li ntnefqu jinkludux ukoll ħlasijiet fuq computers ta' l-Awtorita' tad-Djar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jekk iridni nkun aktar ċert jista' jagħmel id- domanda tiegħu bil-miktub ħalli nkun nista' nwieġbu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, il-ġimgħa l-oħra staqsejt dwar sussidju sabiex djar battala jkunu jistgħu jitwaqqgħu u jinbnew mill-ġdid jew inkella jiġu ristrutturati mill-gvern - ovvjament bi ftehim mas-sidien - u l-Ministru weġibni li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż ma tantx tħalli spazju sabiex ikun hemm inċentivi tajbin f'forma ta' grants jew inkella rebates fit-taxxa.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx flus allokati għal dawn l-inċentivi min-naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fl-Estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar hemm vot apposta, pero' meta kont qed nitkellem dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ħażina li writna mill-amministrazzjoni preċedenti kont qed ngħid il- verita'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna fiex intnefqu l-Lm54,000?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, diġa' għidtlu li m'għandix dettalji hawnhekk u nitolbu jagħmel il-mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtihomlu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, b'kull rispett lejn il-Ministru kulma wieġeb kien li minn vot ta' Lm65,000 intnefqu Lm54,000 mingħajr ma għamel l- ebda riferenza għalxiex intnefqu.", "Jien qed nistaqsi b'mod speċifiku fiex intnefqu dawn il-flus.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien qiegħed in order fuq il- mistoqsija għax hu oriġinarjament ma staqsinix fiex intnefqu.", "Kieku staqsieni fiex intnefqu kont ngħidlu.", "Jekk irid, jista' jagħmilli mistoqsija bil-miktub u ngħidlu eżatt fiex intnefqu, kemm intnefqu, meta intnefqu, meta tħallas eċċ, eċċ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Bejn wieħed u ieħor il-Ministru ma jistax jgħid fiex intnefqu?", "Possibbli ma jiftakarx!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jidhirli li diġa' weġibt.", "PAYE - ARRETRATI", "7315.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il- gvern għandu sehem kellhomx arretrati fil-ħlas ta' PAYE u kemm kienu l- arretrati għal kull enti?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru ma tistax tingħata mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni minħabba l-provvediment ta' segretezza eżistenti taħt artiklu 4 ta' l-Income Tax Management Act, 1994.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien staqsejt dwar arretrati li għandhom korporazzjonijiet u kumpanniji tal-gvern fuq il-ħlas tal-PAYE.", "Ma jidhirlux il-Ministru li billi jikkwota din il-parti tal-liġi qed jiċħad lill-pubbliku minn informazzjoni li hija rilevanti ħafna?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kieku l-informazzjoni setgħet tingħata kienet tingħata.", "Wieħed irid jimxi mal-liġi u ma jidhirlix li dak li qed jgħid l-Onor.", "Gatt huwa korrett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jaqbel il-Ministru li fil-passat din it-tip ta' nformazzjoni ngħatat diversi drabi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li diġa' tajt.", "N.I. - ARRETRATI", "7316.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il- gvern għandu sehem kellhomx arretrati fil-ħlas tan-national insurance u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-informazzjoni hi skond ir- records li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għandu miġbura sa l-aħħar ta' April, 1997.", "Hemm ukoll ammont ta' Lm179,461 bħala arretrati ta' kontribuzzjonijiet u kontribuzzjoni addizzjonali tas-sigurta' soċjali ta' korporazzjonijet u kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom li jew ġew likwidati jew qegħdin f'dan il-proċess.", "Nista' ngħid li l-ammont totali dovut huwa ta' Lm4,826,334.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li l-Ministru semma ammont tassew kbir, jista' jgħidilna jekk humiex qed jittieħdu xi passi kontra min għadu ma ħallasx,?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni li għandi hi li d-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali qed jieħu l-azzjonijiet meħtieġa kull darba li xi ħadd ikun qiegħed lura fil-ħlas.", "DETOX CENTRE - SERQ TA' METHADONE", "7489.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji ta' investigazzjoni li saret wara serqa ta' 900 litru methadone mid-Detox Centre, speċjalment meta wieħed li ġie nterrogat mill-pulizija llum jokkupa pożizzjoni sensittiva u delikata fil-ħabs ċivili?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, ninsab informat li mir-records tal-Pulizija jirriżulta li l-uniku każ ta' serq ta' methadone kien dak irraportat lill-Pulizija fid-9 ta' Marzu, 1993 meta ġie rraportat in-nuqqas ta' kaxxa li kien fiha 12-il flixkun ta' 500ml (6 litri) mill- medical stores ta' l-isptar u mhux ta' 900 litru kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Dwar ir-rapport ta' nuqqas ta' sitt litri methadone irrid ngħid li l-ebda persuna nterrogata mill-Pulizija ma taħdem il-ħabs.", "Għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji dwar il-każ li qed jagħmel riferenza għalih fil-mistoqsija.", "ĦABS ĊIVILI - INVESTIGAZZJONI", "7490.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux investigazzjonijiet wara li assistant manager, surġent tal-Pulizija u żewġ kuntistabbli - ilkoll stazzjonati l-ħabs - kellhom armi tan-nar fil-karozza tagħhom fil-jiem ta' l-għadd tal-voti fl-aħħar elezzjoni ġenerali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li la min-naħa tal-ħabs u lanqas min- naħa tal-Pulizija ma jeżistu records dwar l-allegazzjonijiet imsemmija fil- mistoqsija.", "ĦABS ĊIVILI - ASSISTANT MANAGERS", "7491.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-erba' assistant managers tal-ħabs u jekk dawn issodisfawx ir-rekwiżiti ppubblikati fis-sejħa għal applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il- postijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kien hemm żewġ sejħiet għal applikazzjonijiet għall- postijiet ta' assistant managers korrettivi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li ħarġu fil-21 ta' Lulju, 1995 u fid-9 ta' Frar, 1996.", "L-erba' persuni maħtura kollha kellhom ir-rekwiżiti skond kif dehru f'dawn is- sejħiet.", "Hija l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li tiddetermina l-proċeduri u l-proċedimenti li għandhom jiġu segwiti mill-bordijiet ta' l-għażla li jkunu qed jagħtu pariri lill-istess Kummissjoni dwar ħatriet ta' uffiċjali pubbliċi.", "ĦABS ĊIVILI - SAHRA", "7492.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l- investigazzjonijiet dwar il-każ ta' frodi ta' eluf ta' liri f'overtime li ma nħadmux fil-ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-każ għadu qed jiġi nvestigat.", "CARCADES", "7493.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Billi issa saret drawwa li dawk il-persuni li jmorru x- xalata ta' wara l-festa jirritornaw lejn id-dar f'forma ta' carcade, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawn il-carcades jirrikjedux il-permess tal- Pulizija?", "Billi ħafna drabi dawn jgħaddu minn San Ġiljan, Tas-Sliema, Gżira u Msida, jista' l-Prim Ministru jara li l-Pulizija tkun preżenti f'dawn l- inħawi għaliex ta' spiss qed jiġu sparati murtali minn ġo trakkijiet fl- abitant u qed jiġu nsulentati n-nies?", "Saħansitra nhar it-Tnejn, 7 ta' Lulju f'Tas-Sliema turista ntlaqtet minn flixkun u persuna oħra ntlaqtet minn bajd u affarijiet oħra li ġew mitfugħin minn carcade fl-Imsida.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nifhem li l-Onor.", "Membru qed isemmi eżempju ta' xi ħaġa spontanja u għalhekk ma narax kif jista' jintalab permess għaliha minn qabel.", "Pero' meta l-Pulizija ssir taf li tkun iffurmat xi carcade kif imsemmi, tieħu azzjoni biex kemm jista' jkun ma jinħoloqx inkonvenjent.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, fil-fatt din il-ħaġa tolqot bliet u rħula oħrajn u mhux biss dawk imsemmijin fid-domanda, bħalma huma l- Mellieħa u San Pawl il-Baħar.", "Nhar ta' Tnejn b'mod partikolari jkun hemm kwantita' ta' karrozzi li jgħaddu f'carcade.Fil-passat kien sar arranġament biex fil-Mellieħa l-karozzi li jkunu qed jiċċelebraw jgħaddu mill-bypass u mhux miċ-ċentru tar-raħal biex ma jikkawżawx problemi.", "Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li dak l-arranaġment tal-passat ikompli għaddej, jekk fir-realta' m'għadux għaddej?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONRO.", "ALFRED SANT: Jekk m'għadux għaddej fir-realta' naħseb li huwa utili li nerġa' ngħaddi dan is-suġġeriment lill-Pulizija biex jikkonsidrawh.", "PULIZIJA - GĦASSA MA VIPs", "7494.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni f'pajjiżna li għandhom għassa mill-Pulizija mad-dar tagħhom u magħhom?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn huma politiċi u kemm m'humiex?", "Ta' liema partit politiku huma dawk il-persuni li għandhom l-għassa magħhom?", "Jista' jgħid kemm tinvolvi pulizija din l-għassa, ta' liema rank huma u kemm tiswa lill-gvern din l-għassa fuq medda ta' xhur?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - BIGHI", "7594.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'rIferenza għall-bini msemmi fil-mistoqsija parlamentari numru 7240 u t-tweġiba mogħtija, il- gvern kien għadda dan il-bini lill-Fondazzjoni għax-Xjenza u Teknoloġija fit-12 ta' Mejju, 1995.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-Fondazzjoni qablitx ma' dan it-tibdil fl-użu?", "Jekk iva, jista' jgħid meta ngħata dan il-kunsens?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WHITE ROCKS HOLIDAY COMPLEX", "7595.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-rapport li deher fil-ġurnal \"The People\" fl-14 ta' Lulju, 1997 jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex complaints formali jew verbali mingħand il-grupp Sqalli Aulos minħabba l-livell baxx ta' akkomodazzjoni li huma ngħataw fil-White Rocks Holiday Complex?", "Jekk fl-affermattiv, x'investigazzjoni saret s'issa fuq dawn l-oġġezzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WIED IL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "7654.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7247, jista' l-Ministru jagħti l-breakdown tan- nefqa ta' Lm1.3 miljun għax-xogħlijiet li se jiġu esegwiti f'Wied il- Qlejja?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Risposta aktar iddettaljata tingħata meta x-xogħlijiet kollha jiġu ffinalizzati.", "Madam Speaker, qed ngħid dan peress li diġa' tajt informazzjoni dwar kif se tkun ikkategorizzata n-nefqa matul it-tliet snin li ġejjin fuq il- proġett imsemmi ta' Wied il-Qlejja.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk ix- xogħol li sar u li qed isir f'dawn l-inħawi huwiex kopert b'xi permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "X'sehem kellha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fit- tfassil tal-pjanti li hemm maħsuba għal dawn l-inħawi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, nikkonferma lil din il-Kamra u lill- Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar xhur saru numru ta' laqgħat - fil- fatt għadhom għaddejjin - biex jiġu ffinalizzati l-permessi meħtieġa mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fil-preżent għaddejjin xogħlijiet fejn hemm il- konferma tal-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u 'l quddiem naturalment ikomplu għaddejjin id-diskussjonijiet biex jiġu ffinalizzati ċerti permessi meħtieġa.", "Huwa tajjeb li l-Kamra tkun taf li f'Wied il-Qlejja l-Gvern se jintroduċi sistema teknika fost l-aktar moderna - din tiġi pprattikata f'numru ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea - sabiex il-ħarsien tal-widien ikun qed isir bl-iktar mod delikat u b'mod li jħalli l-inqas dannu u impatt negattiv lill-ambjent naturali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk s'issa sarux xi pagamenti għal xi xogħol li sar jew li qiegħed isir?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, kif kelli l-okkażjoni nispjega lil din il-Kamra dan ix-xogħol qed jagħmluh il-ħaddiema tal-Kalaxlokk u l-għan tal-Gvern huwa li dawn il-ħaddiema jiġu mgħallma teknika ġdida dwar kif għada pitgħada jkunu kapaċi jikkontribwixxu iktar fir-restawr tal-widien.", "Il-pagamenti qed isiru lil Kalaxlokk li hija responsabbli mix-xogħlijiet ta' dan il-proġett.", "Wieħed irid japprezza li l-politika tal-Gvern preċedenti ma kenitx daqstant konsistenti biex tipprovdi xogħol matur u popolari lill-ħaddiema ta' Kalaxlokk u ovvjament dan il-Gvern fuq l-agenda tiegħu għandu dejjem bħala prijorita' li bl-aktar mod modern u possibbli joħloq impjiegi u xogħlijiet aktar professjonali għan-nies li l-gvern għandu taħt ir- responsabbilta' tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk fhimt sew il-Ministru għamel riferenza għal xi permessi li ngħataw jew li ħarġu mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Jista' l-Ministru jgħidilna kemm-il applikazzjoni saret fuq dan il-proġett u liema minnhom ġew approvati?", "L-applikazzjonijiet u l-permessi nħarġu jew għadna lura biex ikollna permessi fuq ix-xogħol kollu?", "Barra minn hekk, nixtieq inkun naf jekk il-Ministru jikkonsidrax li l-użu ta' bulldozers u gafef huwa l-metodu ta' kif għandu jsir xogħol delikat f'post hekk sensittiv.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, applikazzjoni waħda saret.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' nies tekniċi - hemm anke nies barranin li qegħdin għad- dispożizzjoni tal-Gvern Malti permezz ta' l-Istituto Agronomico ta' Bari - u qed isiru negozjati u diskussjonijiet f'livell kordjali ħafna.", "Nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jekk irid imur bil-liberta' kollha jindaga hu ħalli ma joqgħodx biss fuq il-kelma tiegħi.", "Qed nistiednu sabiex jivverifika personalment li l-affarijiet huma kordjali u l-permessi qegħdin jiġu pproċessati bi flessibbilta' professjonali.", "Inżid ngħid li l-inġenji kollha qed jintużaw bl-approvazzjoni u bil-barka ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, anzi dħalna f'kull dettall u nistqarr li kellna nikkonfermaw li jekk kemm-il darba jinstabu għadam ta' dinosawri jew ta' iljunfanti x-xogħlijiet jieqfu immedjatament.", "Jiġifieri aħna anke fis- sens biex ngħid hekk immaġinattiv - sejħulu li tridu intom - qed nipprovaw nikkoperaw.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien nawgura lill-Ministru li ma jsibx għadam tad-dinosawri għax inkella jkollu jieqaf, pero' jista' jgħidilna jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġitx xi permess?", "Jekk fhimt sew il- Minstru għadu kif qalilna li kien hemm applikazzjoni waħda.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar toħroġ permess sħiħ jekk ikun hemm applikazzjoni waħda u ma toħroġx permess bil-biċċiet, almenu jekk ma nbdietx xi proċedura ġdida f'dawn il-ġimgħat.", "Jekk hemm applikazzjoni waħda permess wieħed jista' joħroġ.", "Jikkonferma l-Ministru li l-permess tax-xogħol fuq il-post ma ħariġx?", "Jikkonferma wkoll li minn barra l-ħaddiema tal-Kalaxlokk hemm ukoll kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq is-sit?", "Għaliex meta nhar is-Sibt li għadda mort personalment u vverifikajt b'għajnejja rajt trakkijiet tal- kuntratturi fuq il-post.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, nifhem dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant għaliex forsi hu bħala ministru preċedenti ma kienx imdorri jagħmel dawn il-pjanijiet, dawn l-iżviluppi tant ambizzjużi biex inġibu 'l quddiem il-livell ta' l-agrikoltura f'pajjiżna.", "Iva, nikkonferma li aħna x- xogħlijiet li qed nagħmlu qed nagħmluhom taħt il-barka u bil-permess tal- Planning Authority imma għad hemm numru ta' konklużjonijiet oħra, ta' fażijiet ta' xogħlijiet oħra li qegħdin attached ma' l-istess applikazzjoni u allura qed neħduha fażi fażi.", "Jiġifieri l-Planning Authority min-naħa tagħha qiegħda tapprova l-permessi meħtieġa skond l-applikazzjoni notifikata mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura imma qed neħduha fl-istadji tagħha.", "Nista' nikkonferma wkoll li jeżistu xogħlijiet ta' sub-contracting u dan minħabba li ċertu makkinarju partikolari m'huwiex aċċessibbli għall- kumpanija Kalaxlokk.", "Sabiex ovvjament tonora l-commitment li daħlet għalih, il-Kalaxlokk kellha tirrikorri għal sub-contract - jien informat li ħarġu tenders - biex ikunu jistgħu jitkomplew ix-xogħlijiet li jirrikjedi l- proġett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jiddispjaċini jkolli nerġa' nagħmel l- istess domanda.", "Jikkonfermax jew le l-Ministru li effettivament l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha fiżikament ma ħarġitx il-permessi meħtieġa għax-xogħol li qed isir?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Diġa' weġibt, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Għandi nifhem li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk se jieħdu biss il-paga li jieħdu s-soltu jew jieħdu parti mill-qligħ.", "Jista' jkun li l-Kalaxlokk bħala kumpannija tagħmel qligħ.", "Jien infakkar li l-Gvern ta' qabel kien nieda skemi sabiex il-ħaddiema tal-gvern ikunu jistgħu jieħdu sehem mill-qligħ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, nagħti risposta fi stadju ieħor.", "PULIZIJA - SNIETER", "7655.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pulliċino) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew liċenzjati għall- ewwel darba snieter mill-Pulizija minn Jannar sa Ġunju, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi minn Jannar sa Ġunju 1997 ġew liċenzjati 545 senter.", "ARMATA - KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "7656.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-figura ta' każijiet ta' dixxiplina fl-Armata xahar b'xahar matul l-1996 u l-ewwel sitt xhur ta' l- 1997?", "Kemm kien hemm każi li jirrigwardaw l-akkuża ta' serq ta' materjali fl-istess perjodu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li matul l-1996 u l-ewwel sitt xhur ta l-1997 fl-Armata kien hemm b'kollox 225 każ ta' dixxiplina li fihom l- akkużati nstabu ħatja.", "Dawn kienu mqassmin kif ġej:", "|1996 |1997 | |Jannar |17 |Jannar|28| |Frar |5 |Frar |8 | |Marzu |9 |Marzu |9 | |April |5 |April |7 | |Mejju |6 |Mejju |14| |Gunju |16 |Gunju |16| |Lulju |12 | | | |Awissu |29 | | | |Settemb|18 | | | |ru | | | | |Ottubru|10 | | | |Novembr|11 | | | |u | | | | |Dicembr|5 | | | |u | | | |", "Ninsab informat ukoll li matul l-istess perijodu ma kien hemm ebda każ li jirrigwarda akkuża ta' serq ta' materjali.", "PARK NAZZJONALI - SALINA", "7669.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- pjanti msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7341, f'dak li għandu x'jaqsam mal-park fl-inħawi tas-Salini/Burmarrad?", "Liema art agrikola mistennija tintlaqat minn dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Fil-proġett tal-park tas-Salina/Burmarrad qgħadna attenti li kemm jista' jkun ma nmissux art agrikola.", "Meta jiġu ffinalizzati l-pjanti dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u wara jkunu nistgħu nagħtu aktar informazzjoni dwar l-art agrikola li se tintlaqat mill-proġett.", "Madam Speaker, l-Onor. kollega qiegħed jirriferi għall-pjanti li ntużaw waqt esibizzjoni dwar strateġija li għandha tiġi adottata għal dawn il- parks nazzjonali.", "Dawk il-pjanti kienu conceptual u żgur li ma kenux il- pjanti proprjament li se jiġu sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-approvazzjoni tagħhom.", "Fil-fatt il-ħsieb ta' l-esibizzjoni kien biex nieħdu kummenti mingħand il-pubbliku ħalli mbagħad jiġi żviluppat aktar il- konċett.", "Nieħu pjaċir ngħid li kellna ħafna u ħafna kummenti mingħand il-pubbliku dwar dan il-konċett tal-parks.", "Nikkonferma li ntlaqa' tajjeb ħafna u issa qegħdin fil-fażi biex nippreparaw il-pjanti li qed jistaqsi fuqhom l-Onor.", "Membru.", "Nisperaw u nittamaw ukoll li fi żmien ftit ġimgħat oħra nkunu f'pożizzjoni li nissottomettu outline applications għal tliet parks, kif ukoll detailed application for developement għal parti minn park partikolari.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL", "MADAM SPEAKER: L-ewwel item fuq l-aġenda huwa t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar nomini mill-Oppożizzjoni.", "Il-Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inressaq it-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, il-liġi li għandna quddiemna llum hija maħsuba biex tħassar l-Att eżistenti dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Taħt dan l-Att l-Oppożizzjoni tintalab tinnomina direttur fuq għadd ta' korporazzjonijiet u aġenziji tal-gvern, fosthom l-Enemalta, it-Telemalta u l-Bank Ċentrali.", "Tajjeb li nħarsu ftit lejn kif daħlet il-liġi preżenti, Sinjura President.", "Daħlet daqs sentejn jew sena u nofs ilu mill-Gvern preċedenti li kien ibbażaha fuq white paper li kien ħareġ li kien semmiha \"Il-Bidla Tkompli\".", "Fil-white paper kien intqal li l-miżuri li kien qed idaħħal il-Gvern taħt dik il-white paper kienu maħsuba biex ikattru u jsaħħu d-demokrazija u anke biex idaħħlu anke t-trasparenza fit-tmexxija.", "Kien hemm ċerti proposti f'dik il-white paper li qbilna magħhom, anzi konna diġa' ppropejniehom bħala Oppożizzjoni Laburista.", "Kien hemm numru ta' proposti wkoll li ma qbilniex magħhom u konna kkontestajnihom fuq raġunijiet li huma ċertament fundamentali dwar kif aħna nħarsu lejn kif għandha tiġi pprattikata d- demokrazija u t-trasparenza f'demokrazija parlamentari.", "Dak iż-żmien wieħed seta' jargumenta li l-proposta kienet \"taġevola\" l- Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien għax suppost kellha tagħtiha ċ- ċans li tinnomina diretturi fuq bordijiet u aġenziji ewlenin tal-gvern.", "Il- proposta kienet - u ġiet imwettqa fil-liġi - li l-Gvern jistaqsi lill- Oppożizzjoni biex jinnomina diretturi fuq l-aġenziji u l-korporazzjonijiet.", "Kien intqal li b'dan il-mod l-oppożizzjoni jkollha ċans li jkollha min jirrapreżentaha fuq dawn il-bordijiet u jkollha ċans ukoll li tkun żgura li kemm jista' jkun ikun hemm trasparenza u anke safeguards kontra xogħol jew tmexxija abbużiva, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' korruzzjoni u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' mismanagement.", "Intqal li kien se jkun hemm aktar garanzija li l-affarijiet jitmexxew b'mod serju.", "Dawn l-argumenti aħna bħala Oppożizzjoni Laburista ma qbilniex magħhom.", "Konna ċari li qegħdin nikkontestawhom anke fl-għemil tagħna għax meta bħala oppożizzjoni konna ġejna mistiedna li ninnominaw direttur f'dawn l-aġenziji u korporazzjonijiet, ir-risposta ta' l-Oppożizzjoni Laburista dak iż-żmien kienet ċara li aħna m'aħniex disposti li ninnominaw direttur biex joqgħod fuq dawn il-bordijiet u dawn il-kunsilli.", "Tajjeb li ngħid ukoll li meta kienet għaddejja d-diskussjoni u l-proposta li wasslet għall-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni konna gustifikatament qajjimna numru ta' każi dwar nuqqas ta' trasparenza, mismanagement u, ngħid jien, anke korruzzjoni fil-mod kif kienu qegħdin jitmexxew ċerti affarijiet importanti mill-Gvern Nazzjonalista.", "Konna għamilna allegazzjonijiet serji ħafna dwar abbużi u dwar il-mod kif saru l-affarijiet b'nuqqas ta' trasparenza.", "Addirittura għamilna anke allegazzjonijiet dwar deċiżjonijiet li jistgħu jiġu magħduda bħala korrotti.", "Dawn l-argumenti kienu mbagħad ġew murija mill-Gvern ta' dak iż-żmien bħala raġuni oħra għaliex l-Oppożizzjoni għandu jkollha membru nominat fuq bordijiet u aġenziji tal-gvern.", "Anke fuq din ma qbilniex ma' l-argument u għadna ma naqblux ma' l-argument.", "Dan qed nagħmluh ukoll b'mod koerenti.", "Meta konna fl-oppożizzjoni ma qbilniex li għandu jkun hemm direttur u ma nnominajniex direttur u llum qegħdin inressqu din il-liġi li tabbroga l-liġi eżistenti li biha l-oppożizzjoni tingħata d-dritt li tinnomina direttur fuq bordijiet tal-korporazzjonijiet imsemmija.", "Tajjeb li nitilqu minn statement ċar ta' kif f'demokrazija parlamentari moderna jitqassmu r-rwolijiet bejn gvern u oppożizzjoni.", "Il-gvern jitla' fuq mandat popolari li jirbaħ bir-riżultat elettorali.", "Ir-riżultat elettorali jiġi miġġieled fuq skemi ta' programm ta' ħidma u min ikollu l-maġġoranza tal-voti u tas-siġġijiet fil-Parlament ikollu l- mandat li jwettaq il-programm elettorali tiegħu.", "Min ikollu l-minoranza tal-voti u allura jispiċċa bħala partit fl-oppożizzjoni għandu r-rwol prinċipali li jissorvelja u jikkritika r-rwol tal-gvern tal-ġurnata.", "L- oppożizzjoni jkollha d-dmir u l-funzjoni li toħroġ b'politika alternattiva għal dak li jkun qiegħed iwettaq il-gvern tal-ġurnata.", "U allura s-sistema demokratika taħt arranġamenti bħal dawn hija sistema li tassigura li kemm il-gvern ikollu l-ispazju fejn jista' demokratikament u b'mod trasparenti jwettaq l-operat tiegħu u kemm l-oppożizzjoni jkollha l-ispazju u l-mezzi biex bihom tkun tista' twettaq l-operat tagħha, jiġifieri li tikkritika, tissorvelja u li toħroġ b'alternattivi ta' tmexxija.", "B'hekk meta mbagħad tiġi elezzjoni oħra l-poplu jkun qiegħed f'pożizzjoni sħiħa li jevalwa u jiġġudika l-operat tal-gvern tal-ġurnata u wkoll ikollu ċans li jiġġudika kemm l-operat ta' l-oppożizzjoni tal-ġurnata u anke l-programm alternattiv li tkun qiegħda toffri.", "Dan huwa mudell Anglo-Sassonu ta' kif jitmexxew l- affarijiet politiċi.", "Fih hemm żewġ poles ta' tmexxija, il-pole li qiegħed in funzjoni, li għandu l-mandat popolari, u l-pole alternattiv li qiegħed jistenna bil-ħidma u bis-sorvelja tiegħu li jingħata ċ-ċans li jsegwi u- jidħol hu għall-gvern.", "Din hija sistema adversarial fis-sens li l-partit jew il-partiti li jkunu fil-gvern jikkompetu mal-partiti li jkunu fl- oppożizzjoni u jikkompetu għall-imħuħ u għall-qlub taċ-ċittadini.", "Min-naħa l-gvern irid iwettaq dak li jkun wiegħed u allura jiġi ġġudikat fuq kemm ikun wettaq dak li wiegħed b'mod tajjeb, ċivili u effettiv.", "Il-pole l- ieħor jiġi evalwat fuq kemm ikun issorvelja tajjeb, fuq kemm ikun ikkritika tajjeb - jekk dik hija l-kelma - u fuq kemm ikun ressaq proposti alternattivi li jagħmlu sens.", "Madam Speaker, f'perspettiva bħal din il- Partit Laburista, kemm fl-oppożizzjoni u kemm issa mill-gvern, jemmen li l- kriterji li għandhom jiddeterminaw kif nimxu 'l quddiem huma kriterji li jaraw li l-ispazji meħtieġa biex l-oppożizzjoni twettaq ix-xogħol tagħha, ta' sorvelja, ta' monitoring u ta' kritika u l-ispazju li jkollu l-gvern biex jimplimenta l-programm tiegħu jkunu qegħdin hemm b'mod sħiħ, b'mod ċar u b'mod trasparenti.", "Mela f'dan il-kuntest l-Oppożizzjoni għandha tingħata l-mezzi sħaħ li bihom se twettaq ix-xogħol tagħha ta' sorvelja, ta' monitoring u ta' kritika u li dawn il-mezzi jkunu effettivi.", "Aħna mill-bidunett għidna li huwa importanti li f'din id-demokrazija għandu jissaħħah il-mod li bih l-Oppożizzjoni tista' twettaq ix-xogħol tagħha.", "Din il-liġi tressqet preċiżament wara li għaddejna kważi mill- istadji kollha tal-Parlament liġijiet li bihom ħloqna aktar saħħa, aktar spazju u aktar awtonomija għall-uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali.", "L- Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali se jirrapporta direttament lill-Parlament.", "Aħna qed nimxu lejn sistema fejn l-Awditur Ġenerali - li għandu jkollu l- istaff tiegħu u l-awtonomija tiegħu - għax jirrapporta lill-Parlament, qiegħed isaħħaħ b'mod aktar ċar il-possibbilta' li għandha l-Oppożizzjoni li tkun tista' tmexxi l-ħteġijiet tagħha ta' sorvelja, ta' monitoring u ta' kritika.", "L-Oppożizzjoni stess, permezz tar-rappreżentanti tagħha fil- Public Accounts Committee, għandha l-fakulta' li titlob u tinsisti li jsiru inkjesti fuq termini ta' riferenza li hi stess tiddetermina.", "L- informazzjoni meħtieġa ħalli l-Oppożizzjoni twettaq is-sorvelja u l-kritika se tkun available għaliha u għall-poplu in real time u mhux sentejn jew tlieta wara.", "Dan fl-opinjoni tagħna huwa preċiżament il-mod kif għandna nsaħħu l-ispazju li fih l-Oppożizzjoni tista' twettaq u għandha twettaq id- dmirijiet tagħha.", "Jiġifieri jrid ikun hemm tisħiħ u garanzija għal dak li għandu x'jaqsam mal-poteri u mad-dmirijiet ta' l-Oppożizzjoni.", "GĦandu jkun hemm garanzijia anke fuq affarijiet li hi tinsisti li għandha tiġi nformata fuqhom, anke jekk il-Gvern ma jkunx irid, imma mbagħad min-naħa l-oħra ma naqblux li l-Oppożizzjoni għandha tkun b'xi mod jew ieħor involuta f'ċerti aspetti ta' tmexxija eżekuttiva.", "Niġi għar-raġunijiet għaliex m'għandhiex tkun involuta fit-tmexxija eżekuttiva aktar 'l quddiem, imma fuq kollox dan jirriżulta mil-mod kif inhija mfassla s-sistema demokratika tagħna fejn għandek gvern li jwettaq u oppożizzjoni li tissorvelja, tikkritika u tippreżenta l-alternattivi.", "Dan it-tip ta' mudell minnu nnifsu, fuq bażi fundamentali, ma jippermettix u m'għandux jippermetti li jkun hemm xi taħlita taż-żewġ funzjonijiet.", "M'għandux ikun hemm taħlit bejn min qiegħed iwettaq u min qiegħed jissorvelja.", "Jekk min jissorvelja huwa b'xi mod jew ieħor imċappas mat-twettiq, din hija diġa negazzjoni ta' kif taħdem id- demokrazija tagħna mehuda minn sistemi Anglo-Sassoni ta' tmexxija parlamentari.", "Sinjura President, kien hemm imbagħad l-argumenti li jekk ikun hemm ħatra ta' direttur nominat mill-oppożizzjoni, allura din se tagħti aktar kontroll fuq ċerti abbużi li jistgħu isiru fuq ċerti elementi ta' tmexxija li jistgħu jkunu soġġetti għall-kritika u għall-akkużi.", "Bħala argument, fl- opinjoni tagħna dan ma jregiex.", "Ma jreġiex għar-raġuni li direttur, għalkemm nominat mill-oppożizzjoni, se jkun appuntat mill-gvern tal- ġurnata.", "F'dan il-qasam allura, il-lealta' tiegħu għandha tkun lejn il- politika tal-gvern tal-ġurnata.", "Anke f'diversi stqarrijiet li saru min- naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista f'dawn l-aħħar xhur, baqa' jiġi insistit il-punt li direttur nominat mill-oppożizzjoni għandu jimxi fuq normi ta' konfidenzjalita' li assolutament - jgħidu huma - ma jirraportax lill-oppożizzjoni fuq dak li jkun għaddej.", "Huwa diffiċli li temmen din il- ħaġa, imma jekk vera tiġri, allura m'hemm assolutament l-ebda skop li direttur bħal dan ikun distint min diretturi oħra.", "Allura r-rwol li qed jingħatalu, li qiegħed hemm biex b'xi mod jew ieħor jiggarantixxi brake fuq it-tmexxija li tista' ma tkunx qed tiffunzjona tajjeb, ma jreġix.", "Dan jew qiegħed jimxi b'mod kompletament konfidenzjali u ma jitkellimx ma min innominah dwar dak li jkun għaddej, jew allura qiegħed jagħmel hekk u jekk qiegħed jagħmel hekk allura mhux qed jirrispetta l-mod kif titmexxa azjenda.", "F'azjenda jrid ikun hemm strateġija unita u fuq dik l-istrateġija l-kunsill jew il-bord jimxi 'l quddiem.", "Jekk dak li jiġi appuntat mill- oppożizzjoni jitqies bħala rappreżentant ta' l-oppożizzjoni li għandu d- dmir li jara kif l-ideat ta' l-oppożizzjoni jiġu mwettqa, dan minnu nnifsu jdaħħal element ta' divide and rule fuq il-bażi ta' kif jitmexxa kunsill jew bord ta' korporazzjoni.", "Se jkun hemm element min dan il-kunsill jew minn dan il-bord li ma jaqbilx ma l-istrateġija li qed tiġi mwettqa għax għandu ideat u għandu programm politiku ieħor f'moħħu.", "Jiġifieri jkun hemm il-qasma bejn min qiegħed hemm biex iwettaq il-politika tal-gvern elett demokratikament u min qiegħed hemm biex jimmanifesta li ma jaqbilx ma kif titwettaq u kif għandha titwettaq din il-politika.", "Sinjura President, l-element tad-divide and rule minnu nnifsu huwa element li jikser il-prinċipji ta' kif għandha titmexxa azjenda fejn għandu jkun hemm strateġija ċara ta' tmexxija li jkun appuntat b'ċerta lealta' biex iwettaq dik il-politika.", "L-element tad-divide and rule imur kontra għal kif għandha titmexxa kwalunkwe azjenda privata jew pubblika.", "Nerġa' ngħid li dan it-tip ta' argument għandu jiġi żviluppat fil-kontest li l- oppożizzjoni tal-ġurnata għandu jkollha mezzi li bihom tissorvelja u tingħata informazzjoni in real time dwar dak li jkun qiegħed isir mill- gvern fl-operat.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, qegħdin nenfasizzaw li din il- liġi tal-lum irridu narawha fil-kontest tal-ħidma li saret biex l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju tiegħu jingħataw awtonomija u saħħa ġdida.", "Nixtieq ngħid li aħna, min-naħa tal-Gvern, ninsabu mpenjati li qabel nidħlu għall- vaganzi tas-sajf, ikollna quddiemna mozzjoni maqbula miż-żewġ naħat tal- Kamra biex ninnominaw Awditur Ġenerali u deputat tiegħu.", "B'hekk dawn ikunu jistgħu, sa mis-sajf stess, jibdew jaħdmu kif għandhom jaħdmu.", "Naħseb li ma nistax nagħmel dawn l-osservazzjonijiet jekk ma nqabbilhomx ma' l-argumenti li jreġu f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra ta' membri fuq il-bordijiet ta' korporazzjonijiet u ta' l-aġenziji tal-gvern.", "Qisu hemm xi ħsieb li meta jiġu appuntati dawn id-diretturi, il-kriterju huwa wieħed li jifred in-nies u li jkun min ikun il-gvern għandu jsir hekk.", "Aħna fil- manifest tagħna - u din qed inwettquha - għidna li n-nies li nappuntaw fuq bordijiet ta' kumpanniji għandhom ikunu nies li għandhom kriterji ta' professjonalita'.", "GĦandu jkun hemm raġunijiet tekniċi u professjonali li jiġġustifikaw il-ħatra ta' dawn in-nies biex iservu fuq il-bordijiet u l- aġenziji tal-gvern.", "Jiena nassigurak, Sinjura President, li min-naħa tal- Gvern preżenti, dak l-impenn baqa' jinżamm mill-bidu sa l-aħħar.", "Ċertament iddejjaqni ħafna l-allegazzjoni li xi kultant issir li qisna b'xi mod jew ieħor xkupajna, fuq bażi ta' partiġjaniżmu politiku, lil nies li ġew appuntati fuq il-bordjijiet.", "Assolutament dan mhuwiex il-każ.", "Mingħajr l- ebda riżerva ta' xejn ngħid li jien l-ewwel wieħed u sħabi wkoll bqajna ninsistu li meta niġu biex nappuntaw membri fuq il-kunsilli, fuq l-aġenziji u fuq il-bordijiet tal-gvern ma neskludu lill ħadd.", "Kritika ssir minn diversi setturi li ħallejna jew daħħalna wisq nies ta' kulur differenti fil-bordijiet tal-korporazzjonijiet.", "Din il-kritika ma ddejjaqnix.", "Nemmen li hemm bżonn li dawn il-bordijiet ikunu qegħdin hemm għas-servizz tal-Maltin u ta' l-Għawdxin kollha.", "Allura fuq kriterju ta' kompetenza, fi kwalunkwe bord - m'aħniex se nagħmluha b'mod pubbliku għax dawn l-affarijiet m'għandhomx jintqalu b'mod pubbliku - hemm taħlita tajba ta' nies li għandhom kompetenzi varji professjonalment, huma ta' rispett kbir u wkoll għandhom appartenenza politika tat-tliet naħat ta' l-ispectrum politiku Malti.", "Jien nemmen li din hija xi ħaġa li għandha ssir u għandha tibqa ssir.", "Nemmen ukoll li f'din il-ħaġa r-record tal-Gvern preżenti huwa ferm aqwa mir-record tal-Gvern ta' qabilna.", "Nemmen li fejn il-Gvern ta' qabilna kien bl-aktar mod sħiħ inaqqi minn kullimkien nies li għandhom tendenzi politika differenti minn tiegħu, aħna qed nimxu b'sistema li biha nżommu, inħeġġu u ndaħħlu nies ta' tendenza politika differenti biex iservu fuq il-bordijiet differenti tal-Gvern.", "Dan nagħmluh fil-kontest li dawn in-nies huma professjonalment tajba u wkoll f'kontest li qegħdin hemm biex iwettqu l-politika tal-Gvern b'mod eżekuttiv u b'mod li jirriżulta mill-manifest elettorali tal-Gvern li huwa in vigore bħalissa.", "L-oġġezzjonijiet li għandna għall-liġi li qed nabbrogaw ma ġewx mil-fatt jekk nies ta' tendenzi politiċi differenti għandhomx ikunu diretturi fuq il-bordijiet u aġenziji tal-gvern, imma ġejja mill-fatt li hawn kontradizzjoni għal mod kif inhija mfassla d-demokrazija tagħna li l- oppożizzjoni tinnomina direttur biex iservi fuq il-bordijiet u korporazzjonijiet li huma listed fil-liġi li għandna quddiemna.", "Dan huwa l-kriterju li fuqu aħna qegħdin nimxu biex nabbrogaw il-liġi li għandna quddiemna.", "Sinjura President, tajjeb li ngħid ukoll illi, at the extreme, sistema bħal din, kif proposta minn din il-liġi illi qed nabbrogaw, tista' twassal u ddaħħal minnufih suspett ta' partitokrazija f'sistema illi titmexxa bejn żewġ partiti li għalkemm minn barra jidhru li huma avversarji ta' xulxin - avversarji f'sens politiku tal-kelma - fl-istess ħin jafu jirranġaw, jħalltu u jaqsmu bejniethom u jafu jħokku dahar xulxin.", "Min-naħa għandek l- argument illi s-sistema kif qiegħda taħt il-liġi preżenti tagħmel undermining tad-dinamika tas-sistema demokratika li għandna f'dan il- pajjiż, u min-naħa l-oħra għandek il-kritika l-oħra li din is-sistema tista' twassal biex il-partiti jħalltu u jaqsmu bejniethom għad-dannu tad- demokrazija, għax il-poplu mbagħad jispiċċa jaħseb illi m'hemmx alternattivi.", "Iż-żewġ partiti taparsi jipproponu alternattivi differenti imma effettivament, għax iħalltu u jaqsmu, huma parti mill-istess mod kif elite waħda tiggverna u tmexxi lill-pajjiż għall-vantaġġ tagħha aktar milli għall-vantaġġ ta' ħaddieħor.", "Din tal-partitokrazija, fejn il-partiti li jidhru avversarji effettivament mbagħad jiġu akkużati li jħalltu u jaqsmu, kien hemm kritika fuqha f'bosta pajjiżi Ewropej.", "Ma naħsibx li ħaġa bħal din tkun sana, la f'pajjiżi kbar, u aktar u aktar f'pajjiż żgħir bħal tagħna, fejn hemm bżonn li d-demokrazija tibqa' tkun sostnuta bil-ħsieb illi l-alternanza hija possibbilta' ċara, xi ħaġa meħtieġa, xi ħaġa li l- poplu għandu dritt għaliha biex ikun żgur illi, jekk iħoss li għandu jbiddel, ikun jista' jibdel lil min qed imexxi llum ma' min irid li jmexxi għada.", "Allura t-trend li tieħu din il-liġi li qed nabbrogaw f'dan is-sens hija trend li bl-akbar responsabbilta' aħna nħossu li għandna nħassruha u nwadbuha lura.", "Bl-istess mod imbagħad, anke fuq bażi prammatika, fuq bażi illi biha nkunu realistiċi dwar dawn l-affarijiet u l-oqsma illi rridu kemm jista' jkun nikkoltivaw f'pajjiżna.", "Ħafna mill-organizzazzjonijiet li fuqhom aħna noġġezjonaw li jkun hemm nomini min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - nerġa' ngħid li dan huwa argument li konna niżviluppaw anke meta konna fl-oppożizzjoni u mhijiex xi ħaġa li faqqset illum imma mill-bidunett għidna li ma naqblux - jirrigwardaw deċiżjonijiet eżekuttivi tal-gvern f'setturi fejn il-gvern għandu l- politika tiegħu - kull gvern ikollu l-politika tiegħu differenti minn ta' ħaddieħor u allura jkollu l-impenn li jwettaq dik il-politika tiegħu - u fejn iddaħħal qasma fil-mod kif tiġi mplimentata dik il-politika mhijiex ħaġa li hija demokratikament loġika u aċċettabbli, jekk se nżommu sens ta' unita' fl-organizzazzjonijiet u fl-aġenziji kkonċernati.", "Min-naħa l-oħra, imma b'sens anke ta' realiżmu u b'sens prammatiku, naħseb li għandna nirrikonoxxu li hemm ċerti oqsma tat-tmexxija tal-pajjiż fejn ikun tajjeb li kemm jista' jkun jinżamm consensus.", "Ir-raġunijiet għandhom x'jaqsmu maċ- ċokon ta' pajjiżna u mal-ħtieġa li nevitaw ċertu ammont ta' diskontinwita' u ċertament anke mal-ħsieb li kemm jista' jkun inżommu fil-pajjiż sentiment illi wieħed jista' jippjana għall-quddiem.", "Per eżempju, qed naħseb speċifikatament fil-qasam ta' l-ambjent u fil-qasam ta' l-edukazzjoni fejn l-idea li għandu jkun hemm xi forma ta' consensus wiesa' għal kif jiżviluppaw l-affarijiet, ma naħsibx li hija xi ħaġa li tikkontradixxi dak li għidt s'issa, għax f'dawn l-oqsma - eventwalment nittama meta jkunu żviluppaw il-ġenerazzjonijiet anke fil-qasam tal-politika barranija - ta' ċerta importanza huwa tajjeb li l-poplu jħoss li hemm consensus politiku u m'hemmx kompetizzjoni politika anke fuq qasam partiġjan bejn il-partiti.", "Allura f'oqsma bħal dawn ma narax illi, anke b'mod prammatiku realista, għandna neskludu li jkun hemm rappreżentanza ta' l-oppożizzjoni, aktar u aktar jekk nkunu qegħdin inwettqu affarijiet li waqt li l-policy hija deċiża, l-implimentazzjoni tagħha trid tibqa' ssir kemm jista' jkun b'mod regolari u koerenti minn amministrazzjoni għal oħra.", "Semmejt l-ambjent, semmejt l-edukazzjoni u semmejt eventwalment il- politika barranija u s-sigurta' fost l-oħrajn.", "F'dawn l-oqsma nemmen li l- argumenti li jkun hemm parteċipazzjoni - issa ta' liema forma tkun hija ħaġa differenti - min-naħa ta' l-Oppożizzjoni f'sens ta' kontinwita' jagħmlu ċertu sens u diġa' hemm strutturi eżistenti fl-organizzazzjonijiet illi jeżistu f'pajjiżna li jersqu lejn din it-tip ta' parteċipazzjoni.", "Imma f'oqsma oħra, speċifikament f'oqsma ta' implimentazzjoni ta' politika, bħall-oqsma li jirrigwardaw l-aġenziji li għandna taħt din il-liġi li qed nabbrogaw illum m'għandux ikun hemm din it-tip ta' parteċipazzjoni.", "Hemmhekk għandu jinżamm is-sens ta' qasma bejn ir-rwol tal-gvern u r-rwol ta' l-oppożizzjoni.", "U nerġa' lura biex nispjega l-prinċipju kif narawh aħna biex niġġustifika l-abbrogazzjoni li qegħdin nipproponu f'din il- Kamra.", "Jiġifieri għandu jkun hemm spazju sħiħ għall-Oppożizzjoni biex tissorvelja, tikkritika u tippreżenta l-alternattivi tagħha u spazju sħiħ għall-Gvern biex b'mod demokratiku u trasparenti jkun jista' jwettaq il- politika li ġie mtella' biex iwettaq.", "Imbagħad abbażi ta' dan il-konfront - konfront f'sens politiku tal-kelma - bejn il-ħidma tal-Gvern u l-kritika ta' l-Oppożizzjoni, li fl-istess ħin tkun qed tiżviluppa l-alternattivi tagħha, nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem biex kull darba li tersaq l- elezzjoni u anke matul il-mandat elettorali l-poplu jkun jista' jasal għall- konklużjonijiet tiegħu u jkun jista' jasal għad-deċiżjonijiet tiegħu.", "Is- sens li bih qegħdin inressqu din il-liġi huwa sens maħsub biex ċertament indaħħlu aktar trasparenza u aktar ċarezza fit-tmexxija ta' l-affarijiet pubbliċi, fl-interess tad-demokrazija kif nafuha llum.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, għandna waħda mill-iqsar liġijiet li qatt ġew iddibattuti f'dan il- Parlament.", "Din il-liġi fil-fatt tikkonsisti fi klawsola waħda li tgħid:", "\"L-Att prinċipali huwa b'dan imħassar.\",", "klawsola ta' ħames kelmiet illi bihom litteralment, kif hija l-espressjoni li nużaw, b'daqqa ta' pinna l-Gvern qiegħed iħott dak li l-Gvern ta' qabel stinka biex bena.", "Kemm hu faċli li tħott, Madam Speaker!", "Din il-liġi kienet parti minn proċess sħiħ u twil illi kien qiegħed iwettaq il-Gvern ta' qabel.", "Issa għandna att ta' arroganza fejn b'ħames kelmiet dan il- Gvern, bl-aktar mod arroganti, qed iwaqqa' dak li kien inbena f'pajjiżna.", "Huwa nkwetanti li dan il-Gvern fl-ewwel disa' xhur taż-żmien tiegħu jiġi b'att ta' arroganza bħal din għax huwa espressjoni tal-ħsieb ta' dan il- Gvern li effettivament irid jikkmanda hu u jikkmanda hu biss.", "L- atteġġament mentali, l-atteġġament programmatiku ta' dan il-Gvern qiegħed jidher kuljum b'mod l-aktar ċar.", "Għandna gvern fejn irid jiggverna - u l-gvernijiet għalhekk qegħdin biex jiggvernaw - pero' hemm mod u mod kif tiggverna.", "L-esperjenza ta' pajjiżna, esperjenza li mhijiex 'il bogħod, turina kif gvern demokratikament elett jista' jkun arroganti u jgħid li hu jikkmanda, ma jindaħallu ħadd u jirkeb u jibqa' għaddej minn fuq ras kull min jopponi.", "Imbagħad jista' jkollok gvern ieħor li jgħid li hu jiggverna imma jiggverna b'metodu li jisma', b'metodu fejn kull vuċi fil-pajjiż tista' ssemma' leħinha, għax ikun gvern li jiddjaloga u ma jgħaffiġx l-opinjoni ta' ħaddieħor u ifittex li kemm jista' jkun fil-pajjiż ikun hawn consensus, anke fuq affarijiet li apparentement ikunu ta' kontroversja politika.", "Nerġa' ngħid li dan l-att li għandna quddiemna nistgħu nsejħulu \"Att ta' Arroganza ta' l-1977 bl-ittra \"A\" kbira.", "Dan il-Gvern qed jurina t-triq li diġa' qabad u li jrid jimxi biha.", "Jiena naħseb li hemm bżonn niftakru l- proċess li kien għaddej minnu pajjiżna biex naraw kemm hu ġustifikat jew le - ir-risposta hija evidentement \"le\" - li l-Gvern jipproponi lil dan il- Parlament li nabbrogaw dik il-liġi.", "Il-proċess li konna għaddejjin minnu kien proċess li jirrifletti l-bżonn li pajjiżna jerġa' jakkwista demokrazija sħiħa, demokrazija vitali, demokrazija li ma tfissirx biss vot kull ħames snin imma demokrazija li tfisser illi f'kull mument tal-ħajja ta' kull gvern tkun irrispettata l- opinjoni pubblika jew biex nuża l-espressjoni li qed nużaw dan iż-żmien, \"l- opinjoni taċ-ċittadin\".", "Dan il-proċess kien inbeda proprju għaliex Malta kienet għaddiet minn perijodu xejn feliċi fejn id-demokrazija u d- drittijiet kienu mżebilħa u kien hemm bżonn ta' atteġġament pożittiv, u pożittiv mhux biss bħala atteġġament formali imma pożittiv anke fil-miżuri leġislattivi li kellhom jittieħdu biex f'Malta tiġi ristabilita' kompletament id-demokrazija u r-rispett sħiħ ta' l-individwu, taċ-ċittadin.", "Dan kien proċess li beda u kien beda bis-serjeta' proprju bl-ewwel liġi li kien approva dan il-Parlament wara l-elezzjoni ta' l-1987 li mhux b'kumbinazzjoni imma b'volonta' u b'rieda politika, soda u qawwija, il- Gvern ta' qabel, immexxi minni, kien ġab quddiem dan il-Parlament, liġi illi biha l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem saret parti mil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Dan kien pass kbir li juri mhux biss il-volonta' qawwija tal-Gvern illi ried jerġa' jibda l-proċess sħiħ tad-demokrazija imma bil-fatti wrejna kif dan għandu jsir.", "Konna bdejna neżaminaw is-setturi kollha ta' pajjiżna biex naraw x'kien hemm bżonn biex pajjiżna tabilħaqq jgħix id-demokrazija u sibna, per eżempju, li fl-1975 dan il-Parlament kien approva l-Interpretation Act.", "Din kienet liġi li kellha l-karatteristika ewlenija tal-ħsieb, li qed jiġi ribadit illum minn dan il-Gvern ukoll, li nikkmanda jien u jikkmanda l- Gvern biss.", "M'hemmx iktar awtonomiji tal-korporazzjonijiet jew ta' entitajiet oħra.", "M'hemmx iktar l-awtonimiji u liberta' reali ta' kull ċittadin fil-ħsebijiet u fl-attivitajiet tiegħu imma huwa l-gvern li jiddeċiedi.", "Qed insemmi din il-liġi ta' l-1975 għaliex kienet tispikka f'dak li kien fiha.", "Kienet tgħid li kull diskrezzjoni taħt kull liġi kienet eżerċitabbli mill-ministru responsabbli.", "L-argument kien li hemm dejjem responsabbilta' politika għax il-gvern tal-pajjiż għandu r-responsabbilta' politika f'kull qasam.", "Il-Gvern ta' l-Onor.", "Perit Mintoff kien qal li l- ministri huma dawk li jridu jerfgħu r-responsabbilta' politika għal dak kollu li jiġri, allura l-ministri għandu jkollhom is-saħħa li jwettqu l- volonta' tagħhom u jerżerċitaw kull diskrezzjoni skond il-liġijiet.", "U aħna, f'dan il-proċess ta' tisħiħ tad-demokrazija f'pajjiżna, bdilna dik il- liġi.", "Waqt li rrikonoxxejna r-responsabbilta' politika tal-ministri, għidna li l-ministru, jekk irid, jista' jeżerċita hu d-diskrezzjoni li tkun bil- liġi fdata lil ħaddieħor pero' jrid ikun hemm bil-miktub ordni tiegħu li tagħmilha ċara li hu mhux qed jaqbel ma' min eżerċita' dik id-diskrezzjoni u qed jordna hu li d-diskrezzjoni tiġi eżerċitata mod ieħor.", "Madam Speaker, dan hu punt ta' importanza mhux żgħira.", "Huwa fatt ta' importanza kbira għaliex ma tridx tħares lejh fl-eżerċizzju speċifiku ta' dan id-dritt tal-ministru jew ta' xi ministru imma trid tħares lejh mill- punto di vista ta' kif pajjiż għandu jitmexxa.", "Trid tħares lejh mill-punto di vista ta' kif il-ministri għandhom imexxu pajjiż, Madam Speaker.", "U bqajna għaddejjin b'dan il-proċess li l-gvern mhux jikkmanda biss imma jirrispetta l-bżonnijiet u d-drittijiet tal-poplu Malti.", "Kien hawn anarkija sħiħa fl-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Din laħqet il-quċċata tagħha b'liġi - famuża fis-sens negattiv tal-kelma - li kienet tgħid li kull min għandu erbat itmien art f'kull parti ta' Malta jista' jitlob u jingħata permess biex jibni fiha.", "Imbasta għandu erbat itmien art.", "Il-liġi li kienet tissejjaħ il-BDA, fost affarijiet oħra, kienet tagħti dan id-dritt.", "F'dan il-qasam sibna sitwazzjoni kaotika u għidna li trid tispiċċa.", "U konna ħloqna l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li dwarha qegħdin nitkellmu bħalissa f'dan il-Parlament.", "Konna għidna li mhux iktar il- ministru jiddeċiedi fejn jinbena u ma jinbeniex imma trid issir strutturazzjoni vera, fejn ikollok pjan strutturali ta' l-iżvilupp.", "Qegħdin nitkellmu fuq din il-liġi f'dan il-Parlament - u m'inix se nitkellem fuqha - pero' diġa' qed naraw x'qed jiġri.", "Din il-liġi tal-lum hija sintomu u hija parti mill-kultura ta' dan il-Gvern għax din il-kultura tidher ukoll fl-emendi mressqa quddiemna dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Se nerġgħu ndaħħlu, bl-iskuża ta' l-effiċjenza u ta' l-effikaċja, kif semma xi ħadd il-bieraħ, poteri li aħna konna neħħejnihom.", "Konna neħħejnihom għaliex għidna li biex jiġi verament salvagwardat l-ambjent ta' pajjiżna, il-pjanifikazzjoni trid issir b'mod serju, b'mod awtonomu u b'mod li ma jkunx hemm interferenzi mill-gvern tal-ġurnata.", "Qed ngħid bl-iskuża ta' l-effikaċja tal-liġi.", "Huwa veru li l-liġi ta' l- ippjanar trid tkun liġi effikaċi, imma effikaċi għal xiex?", "Naturalment tkun effikaċi u effiċjenti fil-ħruġ tal-permessi imma l-iktar trid tkun effikaċi biex tissalvagwarda l-ambjent ta' pajjiżna u li tissalvagwarda kif isir l-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Dak il-prinċipju qiegħed jiġi mxellef serjament bl-emendi li qed niddiskutu.", "Qed ngħid dan għax waqt li qed neżamina r-raġunijiet għaliex saret din il-liġi fl-1996, irridu nifhmu l- pattern ta' kif miexi dan il-Gvern f'diversi oqsma.", "Mhux qed ngħid biss għall-politika dwar l-ambjent u t-twaqqif ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma għall-proċess li kien għaddej bih il-pajjiż, li fisser ħafna affarijiet.", "Fisser, kif għidt, li tajna vuċi lil kulħadd.", "Il-mod li jispikka kif dan għamilnih kien bil-liberalizzazzjoni tax-xandir f'pajjiżna.", "Fl-1987 fix-xandir konna writna sitwazzjoni li kienet anti-demokratika, fejn kellna għal aktar minn darba ordni mill-Gvern ta' dak iż-żmien biex ix- xandir ma jsemmax leħen l-Oppożizzjoni.", "U aħna bil-kuraġġ għidna li hemm bżonn li f'pajjiżna nilliberalizzaw ix-xandir b'mod assolut, b'mod li min irid jitlob liċenzja għar-radju u għat-television jingħata dik il-liċenzja.", "Naturalment kellhom jiġu salvagwadati ċerti prinċipji u ċerti obbligi imma għidna li kulħadd f'pajjiżna għandu dritt isemma leħnu.", "U konna aħna li għamilna dik il-liġi.", "Konna aħna li pproponejna u għaddejna minn dan il- Parlament dik il-liġi, li fost affarijiet oħra tat lill-Oppożizzjoni ta' dakinhar, illum il-partit fil-gvern, ir-radju u t-televiżjoni tiegħu.", "Qed insemmi dan mhux b'kapriċċ jew biex insemmi l-imgħoddi imma għaliex il-liġi li qegħdin nabbrogaw hija parti minn dan il-proċess li aħna konna bdejna, imxejna fih imma ma temmejnihx.", "Anzi jien ngħid li huwa proċess li ma tista' ttemmu qatt għax jibqa' rikorrenti u trid tibqa' tieħu ħsiebu l-ħin kollu.", "Imma llum x'qed jiġri?", "Aħna lliberalizzajna x-xandir.", "Illum il- partit tiegħi qiegħed fl-Oppożizzjoni u jien ikolli nerġa' nagħmel il-kawżi biex insemma leħni fuq materja ta' interess pubbliku u fuq materja ta' kontroversja politika għax-xandir ta' l-Istat, biċ-chairman tal-bord tiegħu u bl-amministraturi kollha tiegħu ikollhom ordni mill-Awtorita' tax-Xandir u jinnegawli dan id-dritt.", "U l-Prim Ministru, li huwa wkoll il-ministru responsabbli għax-xandir jagħmel bħal Pilatu, kif rajnieh jagħmel ħafna drabi, jaħsel idejh u jgħid li m'għandux x'jaqsam ma' din is-sitwazzjoni.", "Jgħid li għandu chairman bravu u għandu background ta' l-għaġeb li huwa responsabbli u li jiddeċiedi hu.", "Lill-Prim Ministru ngħidlu: Inti responsabbli, inti l-Prim Ministru u inti l-ministru responsabbli għax- xandir.", "U jien ngħidlu lill-Prim Ministru: Inti taf li qed nerġgħu ngħixu dawn is-sitwazzjonijiet.", "M'intix qed tgħix fil-qamar, qed tgħix f'Malta.", "Inti l-Prim Ministru tagħna, il-Prim Ministru tiegħi wkoll, u inti ksirtli d-drittijiet tiegħi.", "Qed ngħid dan għax huwa importanti li neżaminaw il- kontest li fih saret il-liġi li qed nabbrogaw u l-kontest ta' l-affarijiet kif qed jiġru llum, taħt il-Prim Ministru tal-lum.", "Se nkompli ngħid dwar il-proċess li konna għaddejjin minnu.", "Aħna għamilna emendi sostanzjali għall-Att dwar l-Istampa.", "X'ridna?", "Ridna li l-istampa jkollha iktar liberta' u dritt għall-informazzjoni.", "Ridna li l- istampa tkun verament parti mill-ħajja demokratika ta' pajjiżna.", "U daħħalna għall-ewwel darba d-dritt ta' l-informazzjoni bħala dritt.", "Għidna li l-obbligu tal-gvern - ħlief għal raġunijiet ta' sigurezza li ma jippermettux li wieħed jiddivulga - hu li jagħmel pubblika kull informazzjoni li jkollu biex tkun available għall-istampa u għall-pubbliku.", "Ma nidħolx fid-dettalji ta' x'qed jiġri imma diġa' kellna okkażjoni fejn fil-gazzetti tagħna dehru kopji ta' dokumenti li jinsabu fil-files tal- gvern.", "Kien hemm editur li ried jara l-files biex jara dak id-dokument x'kien hemm warajh.", "U r-risposta kienet li ma setgħetx tingħata dik l- informazzjoni għal raġunijiet ta' sigurezza.", "Jien ngħid li jekk inhu hekk għandhom raġun, imma jien kont prim ministru u naf x'fih dak il-file.", "Kieku ra dak il-file kien isib li verament kien hemm raġunijiet validissimi għaliex il-prim ministru ta' dakinhar, jiġifieri jien, kont ħadt ċerti deċiżjonijiet.", "Nerġa' ngħid li d-drittijiet ta' l-informazzjoni aħna esiġejna li jkunu drittijiet reali.", "Dan kien parti mill-proċess tat- trasparenza, parti mill-proċess tad-demokrazija ħajja, reali u vera li konna għaddejjin minnu.", "Kien il-proċess, Madam Speaker, ta' devoluzzjoni ta' poteri u konna ġejna f'dan il-Parlament u pproponejna t-twaqqif tal- kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali ma waqqafnihomx bħala xi ħaġa astratta imma konna għidna li dan il-pajjiż irriduh jimxi b'mod li, kemm jista' jkun, ikun hawn devoluzzjoni ta' poter.", "B'hekk id-deċiżjonijiet anke amministrattivi jittieħdu kemm jista' jkun viċin iċ-ċittadin tagħna.", "Ġejna bil-proċess tal- kunsilli lokali u din il-Kamra approvat it-twaqqif tal-kunsilli lokali.", "U l-Gvern immexxi minni kien qed jgħid b'sens qawwi ta' realta' li ried li l- kunsilli lokali jikbru u jgħaddu minn saħħa għal saħħa.", "U hekk għamilna fit- tliet snin li domna fl-esperjenza tal-kunsilli lokali.", "X'għamilna?", "Ġejna f'dan il-Parlament u tlabna sena wara l-oħra ammont ta' flus akbar biex jiġu allokati lill-kunsilli lokali.", "Dan għamilnih biex dawn dejjem jakkwistaw iktar possibbilta' ta' azzjoni.", "Dan il-Gvern x'għamel?", "Dan il- Gvern ġibilna l-ewwel budget u flok żied il-flus disponibbli għall-kunsilli lokali biex l-attivita' tagħhom tkompli tikber naqqashom b'mod sostanzjali għax minn Lm7 miljun naqqas Lm1 miljun, kważi 13%.", "Kumbinazzjoni dan?", "Jien nistaqsi lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra u lill-poplu Malti tagħna: Dawn affarijiet aċċidentali li qed jiġru, jew huma rifless ta' ħsieb ta' min qiegħed imexxi lil pajjiżna?", "Jien ngħid li qabel kien hawn Gvern li żgur, bla ebda dubbju, kien qed juri manifestament li l-azzjonijiet kollha tiegħu kienu mexjin biex isaħħaħ id-demokrazija, biex iġib iktar trasparenza, biex iġib iktar accountability fil-pajjiż.", "Dan il-Gvern bil- kliem jgħid li jemmen fl-istess prinċipji imma l-fatti juruna l-kontra u jqajmu suspetti serji li dan il-Gvern qed ireġġagħna lura.", "Veru mexjin pass wara pass.", "Mhux pass wara pass 'il quddiem mexjin imma pass wara pass lura f'dan il-pajjiż.", "Hawn nerġa' ngħid li din il-liġi ta' ħames kelmiet li \"l-Att Prinċipali huwa b'dan imħassar\" faċli ħafna li tgħidu, imma trid tara dan il-kliem xi jfisser mhux biss għall-abbrogazzjoni tal-liġi imma għall-kontest kollu ta' kif jitmexxa pajjiż.", "Madam Speaker, il-pajjiż kien għaddej minn proċess ta' liberalizzazzjoni, proċess li jagħti iktar opportunitajiet għall- inizjattivi.", "Manifestament, waħda mill-affarijiet l-iktar importanti li twettqu taħt il-Gvern ta' qabel kienu l-liġijiet dwar il-kummerċ ħieles.", "Hemm ukoll konna writna sitwazzjoni fil-pajjiż fejn fl-oqsma kollha ta' l- ekonomija kien hemm il-gvern li kien irid ideffes imnieħu l-ħin kollu u ried jindaħal f'kollox.", "Għaddejna minn snin twal ta' suppost kontrolli ta' prezzijiet.", "Kellna gvern li kien jemmen li joħroġ price order prattikament għal kollox.", "Konna għaddejjin minn żmien li min jimporta l-affarijiet minn barra kienu jgħidulu li ma jistax jimporta waħdu għax l-affarijiet jiġu għoljin u biex l-affarijiet jiġu rħas daħħlu s-sistema tal-bulk buying.", "Konna għaddejna snin sħaħ, sena wara l-oħra, nisimgħu l-Gvern jordna x'jiġi importat hawn Malta.", "Aħna għidna li din kienet sistema ħażina u lliberalizzajna l-kummerċ.", "U l-Prim Ministru tal-lum ferħilna talli għamilna hekk u rrikonoxxa kif is-sistema tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ kienet kattret il-ġid f'pajjiżna u kienet, fost affarijiet oħra, ġabet ħafna impjiegi ġodda fil-pajjiż.", "Aħna x'għidna dakinhar?", "M'għidniex \"ħa jogħlew il-prezzijiet\" - u se niġi għaliha u qed nuża l-espressjoni apposta - imma għidna li l-prezzijiet għandhom isibu l-livell ġust tagħhom.", "Għamilna liġijiet apposta dwar il-kummerċ ħieles biex ikun hemm fair competition.", "Din minnha nnifisha ġġib prezzijiet ġusti fil-pajjiż.", "B'hekk stajna nilliberalizzaw filwaqt li ħloqna sistema fil-pajjiż li biha ma jkunx hawn esaġerazzjoni fil-prezzijiet.", "Dawn kienu se jkunu verament ġusti, kemm għall-konsumatur u anke għan-negozjant.", "Madam Speaker, illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn għadna nitkellmu fuq il-kummerċ ħieles pero' għandna Gvern li qed jipprattika l-oppost.", "Jien nidħak u ngħid: Kemm jaħsbuh li jibla' affarijiet il-poplu Malti!", "Per eżempju, l-editorjal tas-Super 1 Radio qal li dan il-Gvern Malti qed jagħmel bħalma għamlu pajjiżi oħra -u jibda jsemmi pajjiżi oħra li ma niftakarx liema - li jxandru wkoll il-prezzijiet.", "Din hija daħka.", "Din hija gidba.", "M'hawn imkien pajjiż demokratiku fid-dinja fejn isiru l-affarijiet li qed jagħmel il-Gvern.", "Ma fiha xejn ħażin li inti tgħid li jkun hawn għaqdiet ta' konsumaturi li lill-poplu jgħidulu s-sitwazzjoni fil-kummerċ illum, imma li jkollok sistema fejn il-gvern jipprova jinqeda bix-xandir ta' l-Istat u bir-reklami biex jipprova jagħti l-impressjoni li f'pajjiżna bħalissa hawn roħs kbir fil-prezzijiet dik hija gidba.", "Dawn huma affarijiet li juru għaliex il-Gvern miexi f'din ir-rotta.", "F'dan tista' tara d-differenza bejn gvern li ried verament isaħħaħ id-drittijiet ta' kulħadd, isaħħaħ id-demokrazija u jsaħħaħ it-trasparenza u gvern li jipprova jikkontrolla u jbellgħalek li qed jagħmel dan fl-interess tal-poplu.", "Madam Speaker, jiena nara dawn ir-reklami li jidhru kuljum fil-gazzetti u jinstemgħu fuq ir-radju.", "Per eżempju għandi \"l-orizzont\" tal-lum:", "\"Is-sistema ġdida ta' tassazzjoni ġabet roħs f'dawn il-prodotti u s- servizzi\",", "imbagħad hawn faċċata sħiħa li fiha hemm servizzi, li jokkupaw ħames linji, u f'dawn il-ħames linji għandna:", "\" ma ninsewx is-sistema ġdida ta' tassazzjoni ġabet roħs f'dawn is- servizzi: Mid-Med Bank Ltd., Bank of Valletta Ltd...\"", "Issa jekk għamlet xi ħaġa ġdida l-liġi preżenti hija li ntaxxat is-servizzi tal-banek, safejn naf jien.", "Qed jgħidu li roħsu!", "Jien ma nafx, forsi l- banek għall-ewwel għollew ċerti drittijiet li kienu jiċċarġjaw u issa raħħsuhom; kienu previġjenti u għarfu xi kwalita' ta' gvern għandna.", "Imma d-daħka hija li waqt li għandek l-ewwel tlieta huma l-Mid-Med Bank, l-Bank of Valletta u t-Telecell, imbagħad għandek Garment Finishing Ltd. għal dry cleaning services.", "Issa biex kulħadd ikun jaf, jekk għandu xi libsa mtebba', jeħodha għand il-Garment Finishing Ltd għax dawn raħħsu l- prezzijiet.", "Ma nafx jekk dawn raħsux b'xi 5c jew b'10c!", "Imbagħad hawn oħra wkoll mas-servizzi l-Capital Pest Control Ltd.", "Ma nafx jekk il-cost of living jistax jiġi affettwat mill-pest control!", "Issa l-Gvern qed jagħmel dawn ir-reklami bil-flus li nħallsu aħna.", "Anke \"In-Nazzjon\" tieħu pjaċir b'dawn ir-riklami għax jiswew Lm130 kull faċċata.", "Meta l-Gvern jagħmel dawn l-affarijiet, aħna ngħidulu: Mhux hekk il-proċess li kien għaddej minnu dan il-pajjiż.", "Dan il-pajjiż kien għaddej minn proċess serju, anke fil-qasam tal-kummerċ.", "Aħna rrikonoxxejna li hemm bżonn li pajjiżna jkun modern u jkollu liġijiet moderni kif jikkontrolla l-prezzijiet.", "Madam Speaker, issa se niġi għall-espressjoni \"Ħa jogħlew il-prezzijiet\", li dalgħodu erġajt smajtha wkoll fl-editorjal tas-Super 1.", "Jiena veru mort b'kuraġġ u b'determinazzjoni quddiem il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u għidtlu: \"Ħa jogħlew il-prezzijiet, basta il-poplu tagħna ma jitlifx il-postijiet tax-xogħol tiegħu.\"", "(Onor.Membri: Hear, hear) X'qed jiġri f'pajjiżna issa?", "Qed jiġri li taparsi l-Gvern se jikkontrolla l-prezzijiet u jien ngħidlu: X'qed jiġri mill-impjiegi?", "Faċli ħafna li tgħid lil xi ħadd biex iraħħas - mela ma jraħħasx, u żgur li jraħħas! - imbagħad jitlef Lm10,000 fis-sena, ikeċċi tnejn min-nies u jkun ġabu r- roħs.", "Dawn l-affarijiet qed jiġru.", "Hija diżonesta' politika konsistenti li għadni nisma' silta mid-diskors tiegħi.", "Jien kont għidt dan fil-kontest preċiż ta' żvalutazzjoni tal-lira Maltija.", "L-iżvalutazzjoni tal-lira bilfors li ġġib l-għoli fil-prezzijiet.", "U jiena kont għidt dakinhar li għandna għażla quddiemna għax jekk ma niżvalutawx il-lira nitilfu l- kompetittivita' tagħna fl-industrija, fit-turiżmu u ma nafx f'kemm affarijiet iktar.", "Iċ-ċirkostanzi internazzjonali m'għamilnihomx aħna għax fil-fatt kienu ġew żvalutati l-isterlina Ingliża, il-lira Taljana, il- peseta Spanjola u ma nafx kemm muniti oħra.", "Għidna li f'dawn iċ- ċirkostanzi aħjar jogħlew ftit il-prezzijiet u ma nitilfux il- kompetittivita', li tfisser postijiet tax-xogħol.", "Min jipprova jibqa', bħal-lum, jirrepeti dak il-kliem li għidt jien, ngħidlu biex dak issa jgħidu lill-Gvern t'issa.", "Għidulu: Inti x'inti tagħmel?", "Biex ma tħallix li fil-pajjiż ikun hawn prezzijiet esaġerati għandek il-mekkaniżmu li ħoloq Gvern Nazzjonalista li jista' jiġi applikat.", "Imma l-Gvern Soċjalista, bid- diktat tiegħu jipprova jintimida lin-negozjanti u lis-sidien tal-fabbriki jgħidilhom li jew iraħħsu inkella jxandarhom.", "Dawn huma metodi li ħsibna li spiċċaw minn pajjiżna.", "Dawn il-metodi spiċċaw minn pajjiżi demokratiċi u moderni.", "Dan il-Gvern pass wara pass qed jeħodna lura.", "Il-liġi li għandna quddiemna hija sintomu tal-frame of mind - bl-ingliż hekk jgħidu - li għandu l-Gvern preżenti.", "Il-Gvern preżenti ffissat li lilu ħadd ma jista' jfixklu, li l-politika tiegħu iddeċidiha hu waħdu u ma jindaħallu ħadd.", "Hawnhekk hekk qed jagħmel Madam Speaker.", "Aħna x'għamilna aktar?", "Aħna għidna li pajjiżna rriduh pajjiż modern, pajjiż li jħares 'l quddiem, li jkollu l-inizjattiva kbira kemm jista' jkun ta' kull ċittadin.", "Per eżempju, għidna li hemm bżonn il-kontroll tal-kriminalita' f'pajjiżna.", "U hawn ukoll aħna daħħalna sistemi ġodda għal pajjiżna, ġodda mhux fis-sens li qatt ma kien hawn bħalhom imma ġodda fis-sens li tajna strutturi ġodda biex il-ġlieda kontra l-kriminalita' f'pajjiżna tkompli tikber.", "Qed nagħmel riferenza b'mod partikolari għas-Security Service Act illi aħna konna ġibna quddiem dan il-Parlament u għidna li bħala pajjiż veru modern irid ikollna mezz ewlieni li bih niġġieldu kemm il-kriminalita' lokali kif ukoll il-kriminalita' internazzjonali.", "Madam Speaker, aħna għamilna kulma stajna f'dan il-proċess biex f'pajjiżna inkabbru d-drittijiet ta' kulħadd.", "F'dan il-Parlament aħna konna pproponejna u effettivament waqqafna, kif taf il-Kamra, il-kumitati tal-Kamra.", "Fosthom dawn il-kumitati waqqafna l-Public Accounts Committee u qbilna li nagħtu ċ-chairmanship tiegħu lill-membru ta' l-Oppożizzjoni, ħaġa li issa tidher li ġiet istruzzjonalizzata fis-sistema ta' pajjiżna.", "Il- Public Accounts Committee huwa għodda oħra li aħna daħħalna f'dan il- proċess sħiħ - dan ma tistax tarah item item imma trid tarah kollu f'daqqa - biex pajjiżna jsir aktar demokratiku, aktar trasparenti u aktar accountable fl-aġir tiegħu.", "Meta ngħid \"aktar trasparenti u aktar accountable fl-aġir tiegħu\" ma nistax ma nirreferix għar-riformi kbar li konna bdejna u li għadhom ma spiċċawx fis-servizz ċivili.", "Is-servizz ċivili aħna ridnih isir dejjem aktar effiċjenti u ridna li jkollu r-rwol tiegħu preċiż.", "Aħna ma rridux li s-civil service ta' pajjiżna jkun qiegħed jikkompeti bħala kummerċjant u allura għidna li peress li fiċ-ċirkostanzi tal-lum - tal-lum u mhux tal-bieraħ - il-Posta għandha funzjoni kummerċjali u qed tikkompeti f'dinja ta' kummerċ, hemm bżonn li ma tibqax dipartiment tal-gvern u għamilna l-Posta Limited.", "Il- ħsieb kien - il-Gverrn jista' jsib il-files relattivi - li niġu b'leġislazzjoni f'dan il-Parlament fejn nemendaw il-Post Office Act.", "Il- Post Office Act kellha tasal biex tagħmel il-parti regolatorja li tkun funzjoni tad-dipartiment tal-gvern u l-parti operativa tkun f'forma ta' public company, ta' soċjeta' kummerċjali.", "X'qed jiġri issa, Madam Speaker?", "Issa il-Gvern b'daqqa ta' pinna u bi skużi li huma trasparenti qed jgħidilna li Posta Limited għandha tispiċċa u safejn nafu aħna, mid- dikjarazzjonijiet li saru s'issa, il-Gvern iddeċieda li lil Posta Limited ireġġagħha lura għal dipartiment tal-gvern.", "Jekk isir hekk isir żball kbir.", "Minn dak li wieħed jisma' forsi m'huwiex se jsir hekk.", "Forsi finalment il-Gvern jiddeċiedi li jerġa' jmur għall-forma ta' korporazzjoni, li wkoll hija xi ħaġa aċċettabbli.", "Meta nitkellem fuq korporazzjoni mill-ewwel nistaqsi: X'ġara mill- fenomenu tal-korporazzjonijiet f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin?", "Meta ngħid \"f'dawn l-aħħar snin\" ma jfissirx f'dawn l-aħħar erba' snin jew f'dawn l- aħħar disa' snin imma x'kien qed jiġri f'pajjiżna għal ħafna snin u mmur anke lura għas-snin sittin.", "Kull gvern - mhux il-gvern immexxi minni imma gvernijiet oħra mmexxija minn prim ministri oħrajn - irrealizza li kien wasal iż-żmien li ħafna funzjonijiet li kien jagħmel il-gvern permezz tad- dipartimenti tiegħu għandhom jibdew isiru permezz ta' korporazzjonijiet.", "Allura twaqqfu d-diversi korporazzjonijiet illi l-maġġor parti tagħhom għandhom funzjoni nazzjonali, għandhom delivery ta' servizz illi huwa ta' interess nazzjonali.", "Eżempji mill-aktar ċari huma l-Enemalta, il-Water Services Corporation u t-Telemalta, li kollha joffru servizz li għandu konnotati nazzjonali.", "Dawn huma kollha korporazzjonijiet illi in forza tal- funzjoni tagħhom jiġġestixxu miljuni ta' liri f'investimenti li jsiru fil- pajjiż.", "Naturalment meta twaqqfu dawn il-korporazzjonijiet - qed ngħid li twaqqfu over the years anke 'l bogħod mis-sittinijiet - wieħed kellu jeżamina xi skrutinju u xi kwalita' ta' kontroll kien sejjer ikollhom.", "Kien jidher illi l-Parlament kien se jżomm ċertu kontroll f'ħafna mill- korporazzjonijiet permezz ta' l-approvazzjoni tal-budget ta' kull sena u d- dibattitu darba fis-sena, pero' naħseb li dak ma kienx biżżejjed.", "U hawn niġi għal-liġi li qegħdin nabbrogaw.", "Meta fil-11 ta' Novembru, 1993 l-Gvern immexxi minni ppubblika l-White Paper \"Il-Bidla Tkompli\" konna diġa' għamilna bidliet kbar - ħafna minnhom erġajt semmejthom illum - imma rrealizzajna li kien għad hemm affarijiet oħra li għad iridu jsiru u f'din il-white paper għidna li waħda mill- affarijiet li kien hemm bżonn li ssir hija li fit-tmexxija ta' korporazzjonijiet, li huma entijiet nazzjonali - nazzjonali kemm kif inhuma kostitwiti u anke minħabba d-delivery tas-servizz li jagħmlu - huwa tajjeb li dawn ikunu konformi mas-sistema demokratika ta' pajjiżna, fejn il-pajjiż jaħdem b'sistema ta' gvern u oppożizzjoni li m'humiex confrontational, m'humiex qegħdin hemm biex jiskontraw 'il ħin kollu lil xulxin imma qegħdin hemm biex jaraw li l-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Allura ħassejna l-bżonn li dawn il-korporazzjonijiet isiru aktar trasparenti.", "Issa f'dan il-pajjiż, bil-paroli kulħadd jgħid li jemmen fit-trasparenza.", "Il-Prim Ministru stess forsi rebaħ l-elezzjoni wkoll bl-eloġji għall-prinċipji tat-trasparenza u forsi bl-akkużi ta' nuqqas ta' trasparenza li għamel qabel l-elezzjoni.", "Issa qiegħed fil-gvern u jiġina hawn b'liġi arroganti illi se tneħħi wieħed mill-metodi kif ridna li jkun hemm trasparenza fil-korporazzjoniijet tal- gvern.", "Din m'hijiex ċajta, Madam Speaker.", "Is-sitwazzjoni li kellna f'pajjiżna f'Jannar tas-sena l-oħra kienet waħda fejn kellna l-partit ta' l-oppożizzjoni, illum fil-gvern, li kien kontinwament jattakka l-korporazzjonijiet b'nuqqas ta' trasparenza u mbagħad ikompli bl-akkużi ta' korruzzjoni, bis-suspetti ta' korruzzjoni, bir-rieħa ta' korruzzjoni u bil-fantasiji fuq il-korruzzjoni.", "Meta aħna konna għaddejjin bil-proċess li noħolqu pajjiż b'sistema kemm jista' jkun trasparenti, bis-sitwazzjoni li kellna quddiemna stajna nagħmlu xi ħaġa għaliha?", "Ir-risposta kienet: \"Iva\".", "U aħna għidna li fil-boards tad- diretturi ta' dawk il-korporazzjonijiet li huma entijiet b'konnotati nazzjonali, ikun hemm ukoll persuna ta' fiduċja ta' l-oppożizzjoni.", "Xi ħaġa stramba din Madam Speaker?", "Anzi, hija loġika.", "X'inhu bord tad- diretturi?", "Il-bord tad-diretturi huwa l-bord li jeżerċita l-kontroll fuq il-korporazzjoni jew is-soċjeta' kummerċjali jew assoċjazzjoni u min qiegħed fuq il-bord tad-diretturi għandu l-possibbilta', jekk irid, illi jiskrutinja in real time - nuża l-espressjoni li uża l-Prim Ministru dalgħodu - dak li jkun qed jiġri fil-korporazzjoni.", "Allura l-argument tagħna kien u għadu illi biex issegwi dak li qiegħed jiġri in real time m'hemmx possibbilta' aħjar milli jkollok persuna ta' fiduċja tiegħek fuq il- bord tad-diretturi.", "Din kienet il-pożizzjoni illi aħna ħadna.", "Il-Gvern ta' dak inhar, immexxi minni, ma kellu l-ebda diffikulta' li t-trasparenza tkun kompleta u għamilna l-liġi, li issa qegħdin jitolbuna nabbrogawha, fejn għidna lill-Oppożizzjoni biex issib persuna ta' fiduċja tagħha biex tkun fuq il-bord ta' dawn il-korporazzjonijiet.", "Jiena ma nistax nimmaġina xi att ta' frankezza, att ta' trasparenza, att ta' disponibilita', att ta' kuraġġ u att ta' fiduċja aktar minn dan.", "Kieku l-Gvern veru jrid it- trasparenza ma nistax nifhem b'liema argumentazzjoni - anke dik li għamel il-Prim Ministru dalgħodu u niġi għaliha - jista' jargumenta li persuna ta' fiduċja tiegħu jew ta' fiduċja tiegħi fuq bord ta' tmexxija ma twassalx għal dik it-trasparenza li hu jgħid li jrid in real time, u li issa qed jinnega lill-Oppożizzjoni jekk tgħaddi din il-liġi - u se tgħaddi għax il- Gvern għandu maġġoranza - minn dan il-Parlament.", "Tajjeb li naraw daqsxejn x'kienu l-argumenti tal-Gvern dak inhar meta ddibattejna l-liġi fil-Parlament.", "Jiena smajt l-argumenti tal-Prim Ministru llum u ma sibt xejn ġdid fihom ħlief ripetizzjoni ta' argumenti li kienu saru - mhux minnu għax hu ma kienx tkellem - fit-Tieni Qari tal-liġi f'Jannar 1996.", "Effettivament, fl-istadju tat-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar nomini mill-Oppożizzjoni kienu tkellmu żewġ deputati ta' l- Oppożizzjoni ta' allura, li kienu l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Lino Spiteri.", "X'qalulna dak inhar?", "Għaliex opponew il-liġi li konna qegħdin niddibattu?", "L-Onor.", "George Vella proprju fil-bidu tad-diskors kien qal:", "\"Nibda biex ngħid li wara din li-liġi jien ma nara xejn ħlief eżerċizzju ieħor ta' propaganda.\".", "Hemm proverbju li jgħid li: \"...... milli jkollha tagħtik\" u hekk hu dan il-Gvern.", "Dan hu gvern li jbella' lin-nies il-propaganda u ħaseb li aħna konna qegħdin nagħmlu l-propaganda.", "Aħna konna qegħdin nagħmlu att sinċier u ridna nagħtu ċ-ċans li jekk l-Opożizzjoni trid tkun taf il-kuntratti ta' l-Enemalta kif ingħataw, jew kif se jingħataw 'il quddiem, u trid tkun taf kif il-Water Services Corporation tagħti l-kuntratti u kif tat fl-imgħoddi u kif se tagħti 'l quddiem tista' tinnomina direttur u d-direttur għandu dritt imur jara u jkun jaf.", "Hekk għidna, imma l-Onor.", "George Vella ġie hawn u qalilna li ma \"jara xejn ħlief eżerċizzju ieħor ta' propaganda\" u qal ukoll li l-propaganda kienet għall-Gvern ta' dakinhar.", "Issa għadu japplika dan l-argument?", "Issa li jien fl-oppożizzjoni u rrid neżerċita dan id-dritt li tani l-Parlament Malti, l-Prim Ministru se jneħħihuli.", "Issa x'inhu dan, att ta' propaganda ta' dan il-Gvern jew att ta' biża' u ħabi ta' dan il-Gvern?", "Issa x'inhu jagħmel dan il-Gvern?", "L- argument ta' l-Onor.", "George Vella li kien att ta' propaganda, issa li se titneħħa l-liġi, x'inhu dan?", "Att ta' ipokrezija, att ta' ingann, att ta' ħabi, att ta' nuqqas ta' trasparenza?", "Huwa kollu minn dan.", "Il-Gvern ma jridx trasparenza bil-fatti u mhux bil-kliem.", "Bil-fatti jien innominajt persuni biex il-Prim Ministru jagħmilhom fuq il-bordijiet tad-diretturi tad- diversi korporazzjonijiet li hemm imsemmijin fil-liġi u l-Prim Ministru ma jridhomx.", "Ma jridhomx mhux għax mhumiex tajbin, għax żbaljaw, jew għax forsi naqsu mid-dmirijiet tagħhom, imma ma jridhomx għax ma jridhomx li jkunu hemm.", "Ma jridhomx li jkunu hemm għaliex huma nnominati minni.", "Ma jridhomx ikunu hemm għax ma jridx li jkun hemm min jaf x'inhu qed jiġri f'dawn il-korporazzjonijiet u jkun tal-fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ngħaddi għat-tieni argument ta' l-Onor.", "George Vella.", "Qal li mill-mod kif jitħaddmu l-affarijiet ma jistax jemmen li kien hemm intenzjonijiet tajba wara din il-liġi.", "Qed jakkużana li aħna kellna intenzjonijiet ħżiena, l- istess bħal tal-propaganda.", "L-intenzjonijiet ħżiena kienu - naħseb jien, almenu ninterpretah ikolli hawn - li l-Oppożizzjoni dak iż-żmien kienet għaddejja b'kampanja qarrieqa mimlija ingann, ta' akkużi u r-risposta tagħna kienet biex la qed jakkużaw issa għandhom id-dritt li jiġu u jaraw l-affarijiet kollha li jridu.", "Għidnilhom li jistgħu jiġu meta jridu u jaraw.", "Tajnihom id-dritt li jkunu fuq il-bord u l-Onor.", "George Vella ma setax jemmen li hemm intenzjonijiet tajbin wara din il-liġi.", "Illum il-folja nqalbet.", "Illum jien ninsab fl-oppożizzjoni u l-Gvern se jneħħili dan id- dritt li għandi li jkolli persuni ta' fiduċja tiegħi fuq il-bordijiet.", "U jien issa ngħidlu: L-intenzjonijiet tiegħek, Sur Prim Ministru, x'inhuma?", "Intenzjonijiet ħżiena?", "Intenzjonijiet li ma tridnix nara x'qed jiġri hemm?", "Intenzjonijiet li int ma tridx tkun trasparenti?", "Intenzjonijiet li inti u l- bord tad-diretturi tiddeċiedu l-affarijiet bejnietkom u m'għandu jkun jaf ħadd iżjed bihom?", "Dawn huma l-intenzjonijiet tiegħek?", "Ma kenux dawn l- intenzjonijiet tiegħi meta jien kont prim ministru u kont stedintek u għidtlek biex tibgħat lil min trid fuq il-bord tad-diretturi.", "Illum il- folja nqalbet u l-argument li għamel l-Onor.", "George Vella f'dan il- Parlament spiċċa.", "Jien illum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u qed ngħid li jien irrid neżerċita d-dritt li tagħtini din il-liġi u dan il-Gvern qiegħed ineħħihuli.", "Imbagħad l-Onor.", "George Vella kompla b'argument ieħor u qal: Aħna għidna kemm-il darba li l-ħaddiema ta' dawn il-corporations għandhom id- dritt u għandhom l-interess li jkunu jafu x'inhu għaddej fl-azjenda tagħhom.", "L-argument qawwi li mbagħad żvolġa ruħu fil-Kumitat tal-Kamra meta ddibattejna fl-istadju ta' Kumitat kien: M'għandux għalfejn għandu ikun hemm persuni ta' fiduċja ta' l-Oppożizzjoni imma għandu jkun hemm rappreżentant tal-ħaddiema.", "Meta jien għalaqt id-dibattitu għidt li veru li f'ċerti organizzazzjonijiet għandu jkun hemm rappreżentant tal-ħaddiema.", "Dan kif għamilna aħna b'liġi.", "Mhux iktar b'tolleranza imma b'liġi.", "Konna għamilna hekk fl-Enemalta, fit-Telemalta u fil-Bank of Valletta, fejn dak iż-żmien kellna majority holding.", "Imma x'għandu x'jaqsam dan!", "Aħna naqblu li l-ħaddiema jkollhom rappreżentant tagħhom fuq il-bord tad-diretturi.", "Kont għidt li hemm oħrajn li ma naħsibx li għandu jkollhom rappreżentant u kont semmejt is-Central Bank u għidt: Impjegat tas-Central Bank tpoġġih fuq il-board of governors?", "Ma naħsibx li tagħmel sens, u anke din wieħed jista' jiddiskutiha.", "Imma x'għandu x'jaqsam dan!", "Jiġifieri l-argument ta' l-Onor.", "George Vella, li nfakkar li kien il-main spokesman dakinhar fuq din il-liġi fit-Tieni Qari, kien li għandu jkun hemm id-dritt tal-ħaddiema.", "Imbagħad semmewilna l-konsumatur u qalulna li l-konsumatur għandu jkollu d-direttur fuq il-bord tad-diretturi u mhux l-oppożizzjoni.", "Semmew lill- konsumatur, dan il-famuż konsumatur li llum nafu kemm qed jiġi abbużat u dan il-konsumatur li suppost qed jieħu ħsiebu l-Gvern u nafu li ħlief ibellagħlu r-ross bil-labra m'huwiex jagħmel.", "Ħlief nisimgħu fuq roħs kullimkien ma nagħmlux - roħs tax-shampoo, roħs tas-sapun, is-sapuna l- kbira u s-sapuna ż-żgħira, roħs tat-toilet paper taż-żewġ rolls u tal-ħames rolls u ta' l-għaxar rolls u tal-50 roll u kollox roħs - u ma nafx kemm huma ċ-ċenteżmi u l-milleżmi li qed jiffrankaw in-nies!", "Dan huwa l-mod kif jieħdu ħsieb il-konsumatur, Madam Speaker.", "L-argument li rrid nagħmel hu li din il-liġi li għandna quddiemna mhijiex qed tgħid li se jdaħħlu, kif kienu qalu meta kienu fl-oppożizzjoni, rappreżentanti ta' dawn, imma permezz tagħha qed jiġi abbrogat l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Dik il-liġi li l-Parlament kien approva mhijiex tiġi emendata jew miżjuda imma qed tiġi abrogata.", "Dan hu att ta' arroganza.", "Dan hu t-titolu li jixirqilha din il-liġi, \" Att ta' Arroganza ta' l-1997\".", "Dan huwa att ta' arroganza, Madam Speaker.", "Punt ieħor li jsemmi huwa li l-ħaddiema, il-konsumaturi u r- rappreżentanti tal-kunsilli lokali jkollhom rappreżentanza f'dawn il- korporazzjonijiet.", "Issa daħħalna l-argument tal-kunsilli lokali.", "Hawn ukoll, x'inhu jiġri?", "Jien naf li kien hemm xi laqgħat tal-Ministru Mangion mal-kunsilli lokali pero' s'issa ma twieled xejn.", "Jien m'għandi l- ebda oġġezzjoni li l-kunsilli lokalli jkollhom xi rappreżentanza x'imkien għax tista' tkun utli ħafna.", "Jien hekk kont għidt meta kellna d-dibattitu fuq il-liġi, imma b'liema loġika tgħidli li trid tagħti rappreżentanza lill- kunsilli lokali imma lill-oppożizzjoni le.", "L-oppożizzjoni hija parti mis- set-up kostituzzjonali ta' dan il-pajjiż, Madam Speaker.", "Mhux invenzjonijiet dawn.", "Mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-Prim Ministru huwa obbligat li jikkonsulta fuq ċerti nomini.", "Hekk tgħid il-Kostituzzjoni.", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni jista' jagħti parir direttament lill-President fuq ċerti nomini.", "X'hemm ħażin billi aħna ngħidu li l-oppożizzjoni jkollha persuna ta' fiduċja tagħha fuq dawn il-bordijiet?", "Hawn niġi għall- argumenti li għamel dalgħodu l-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru reġa' semma' li s-sistema Anglo-Sassona tad-demokrazija ma titlobx li l-oppożizzjoni tipparteċipa imma li l-oppożizzjoni topponi, tissorvelja u tiskrutinja.", "Dażgur li tiskrutinja l-oppożizzjoni.", "U x'hemm aħjar biex tagħmel dan l-iskrutinju milli tkun parti mill-bord tad- diretturi?", "X'hemm aħjar, Madam Speaker?", "Hemm xi argument li jgħid li li jkun hemm xi ħadd ta' fiduċja tiegħi fuq il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta mhijiex ħaġa tajba ħalli jekk irid jiskrutinja u jara kif jingħata kuntratt in real time ikun f'pożizzjoni li jarah?", "Mhux tajjeb li jkun hekk?", "Mhux parti mis-sistema li l-oppożizzjoni qiegħda hemm bħala watchdog il-ħin kollu biex tara li l-gvern ma jiżbaljax?", "Dażgur li mhux se nagħmlu l-policy aħna.", "Mela inti jkollok membru wieħed fuq bord tad-diretturi jfisser li tagħmel il-policy?", "Lanqas ifisser li dik il-persuna li tiġi nominata trid toqgħod tikkontradixxi l-ħin kollu.", "Taf li l-gvern għandu l-policy tiegħu u sempliċement qiegħda hemm biex tara li l-affarijiet isiru u tifhem kif qed isiru.", "X'fiha?", "Xi jfisser dan l-argument mimli teorija li għamlilna fuq id-demokrazija dalgħodu l-Prim Ministru?", "Is-sistema Anglo-Sassona x'inhi?", "Sistema Anglo-Sassona tfisser li għall-grazzja t'Alla f'dan il-pajjiż aħna għandna sistema ta' demokrazija, kif inhi llum mibnija fuq sistema ta' żewġ partiti, li qed tiffunzjona, li l-partiti jalternaw, daqqa jkun hemm wieħed fil-gvern u daqqa jkun hemm l-ieħor u l-ħin kollu ż-żewġ naħat tal-Kamra jagħmlu d-dover tagħhom.", "Imma qalilna biex noqogħdu attenti għax din il- liġi tfisser partitokrazija - din ukoll kien semmiha l-Onor.", "Lino Spiteri fl-argumenti tiegħu.", "Ejja ma noqogħdux nużaw kliem biex inħawdu moħħ in- nies.", "Partitokrazija jekk il-Kostituzzjoni tgħid li l-Prim Ministru jrid jikkonsulta lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jagħmel ċerti nomini?", "Dik partitokrazija?", "Partitokrazija għax il-Kostituzzjoni tgħid li jien għandi dritt li ninnomina u nagħti parir lill-President biex ninnomina persuni fuq l-Employment Commission?", "Dik sistema demokratika.", "Is-sistema demokratika m'hijiex impożizzjoni ta' gvern tal-ġurnata.", "Is-sistema demokratika hija rifless ta' dak li hemm fil-pajjiż.", "Imma mhux hekk dan il-Gvern.", "Għalih is- sistema demokratika tfisser: Jien fil-gvern, jien nikkmanda u jekk xi ħadd jindaħalli nkissru u ngħaffġu.", "Hekk miexi dan il-Gvern.", "X'għandha x'taqsam il-partitokrazija?", "Hawn m'għandniex lil Pannella li jiġi jgħidilna fuq il- partitokrazija u nispera li ma jkollniex din il-kwalita' ta' politiċi f'Malta.", "Niskanta kif il-Prim Ministru jiġi jgħidilna li l-liġi li qed jipproponi li nabbrogaw kienet daħħlet il-partitokrazija.", "Il-liġi li se nabbrogaw kienet daħħlet id-demokrazija reali.", "Kienet daħħlet il-kontroll in real time li l-Prim Ministru ma jridux.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Iridna li nerġgħu nibdew nitfgħu l-ħmieġ.", "Jien ma nitfax ħmieġ.", "Nitfa' l- ħmieġ meta jkun hemm il-ħmieġ imma m'inix dispost li nagħmel kif għamel hu u nibda nattakka kull kuntratt li jagħtu l-korporazzjonijiet jew nattakka liċ-chairman t'hemm u ċ-chairman ta' l-ieħor, kif diġa' qed naraw li qed isir.", "M'inix dispost, Madam Speaker, li nagħmel dawn l-affarijiet.", "M'inix dispost li għax ikun hemm il-Broadcasting Authority li tieħu ċerti deċiżjonijiet nibdew nattakkaw liċ-Chairman.", "M'inix dispost li nagħmel hekk.", "Allura jien qed ngħid: Ejjew inkunu serji.", "Mela jgħidli bil- partitokrazija!", "Dan hu eżerċizzju tad-demokrazija.", "L-Oppożizzjoni għandha dritt mogħti lilha bil-vot ta' dan il-Parlament u l-Prim Ministru tal-lum se jneħħilha dak id-dritt.", "Qatt ma ġara dan f'pajjiżna, Madam Speaker.", "Qatt ma kien hawn dritt ta' l-oppożizzjoni u ġie gvern f'dan il-Parlament u qal li se jneħħi d-dritt ta' l-oppożizzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qed jiġru affarijiet li qatt ma ġraw f'dan il-pajjiż.", "Qatt ma ġara li l-Public Broadcasting Services ma tobdix direttiva ta' l-Awtorita' tax-Xandir.", "Issa ġara.", "Qatt ma ġara li l-Prim Ministru jiġi hawn u jgħid: Se nnaqqas id-drittijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Issa qed jiġri.", "Il-Prim Ministru ġie hawn biex inaqqas id-drittijiet ta' l-oppożizzjoni, drittijiet li ngħataw b'dik il-liġi.", "U tajjeb li niftakru x'għamlet l-Oppożizzjoni Laburista meta dik il-liġi ġibnieha quddiem il-Parlament .", "Meta tkellimna fuq il-prinċipji, tkellmu żewġ membri, l-Onor.", "Vella u l- Onor. Spiteri, u ġejna għall-vot.", "Il-vot sar fis-seduta tas-17 ta' Jannar, kien hemm min kien favur u kien hemm min kien kontra u l-mozzjoni għaddiet, jiġifieri ma ntalbietx division.", "Meta ġejna għat-Third Reading l- istess, lanqas division ma ntalbet.", "Kien hawn min kien favur u min kien kontra.", "L-Oppożizzjoni ta' dakinhar għamlet il-punti tagħha, li ma kenux loġiċi, imma l-atteġġament tagħha kien tali li l-liġi għaddiet mingħajr division.", "Meta tkun xi ħaġa verament ta' sustanza aħna nafu li fil- Parlament aktarx tintalab division.", "Dakinhar, bħala l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, l-Onor.", "Sant ma kienx talab division, la fis-Second Reading u lanqas fit-Third Reading.", "U niġi għall-punti ta' l-Onor.", "Spiteri dakinhar li kellu argumenti li oġġettivament wieħed jista' jitkellem fuqhom.", "L-Onor.", "Spiteri qal li qegħdin f'sitwazzjoni fejn għandna bżonn aktar riflessjoni.", "It-teżi tiegħu li għamel fit-Tieni Qari kienet li huwa veru li hawn dawn il-ħafna corporations li żdiedu, u aktarx ikomplu jiżdiedu, u rridu nsibu mod kif dawn il-korporazzjoniijet ikollna iktar mezzi ċari u konkreti biex nikkontrollawhom in real time.", "U qal li l-problema hi dik ta' l-accountability.", "Qal li s-soluzzjoni proposta b'din il-liġi m'hijiex is- soluzzjoni għall-problemi.", "Semma wkoll l-argument tal-partitokrazija.", "Imbagħad semma x'jidhirlu li għandhom ikunu r-rimedji u semma li għandu jkun hemm charter tad-drittijiet tal-konsumaturi li jdawwal lill- korporazzjonijiet li jagħmlu delivery ta' servizzi lilhom.", "M'għandi xejn kuntrarju jien, imma x'għandu x'jaqsam iċ-charter tad-drittijiet - effettivament it-Telemalta kienet għamlet wieħed diġa' fl-aħħar leġislatura - man-nomini ta' l-Oppożizzjoni fuq il-bord tad-diretturi?", "X'għandu x'jaqsam dan?", "Dan kien wieħed mill-argumenti.", "It-tieni argument ta' l-Onor.", "Spiteri kien li n-nomini tad-diretturi għandhom ikunu fuq bażi ta' merti tekniċi.", "U l-Prim Ministru semmielna wkoll dawn l-argumenti.", "Għamel eloġju lilu nnifsu u qal li n-nomini li qed jagħmel m'humiex partiġjani u huma skond il-merti tekniċi.", "Mhux il-mument li noqgħod nagħmel l-iskrutinju tan-nomini - hemm biċċiet minnhom li saru veru fuq merti tekniċi u hemm oħrajn li ma sarux - u ma naħsibx li għandna noqogħdu nagħmlu l-analisi tan-nomini li għamel il-Prim Ministru.", "Dak kien l-argument ukoll ta' l-Onor.", "Lino Spiteri li qal li għandu jkun hemm nomini tekniċi.", "Mela le!", "Hekk għandu jkun.", "Jekk tibqa' din il-liġi, li nagħmel nomini ta' persuni ta' fiduċja tiegħi fuq dawn id-diversi boards, għandi nsib persuni li huma knowledgeable u li għandhom ir-rekwiżiti tekniċi biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu.", "U safejn naf jien, fin-nomini li għamilt s'issa hekk għamilt.", "Iva, kien hemm kritika da parti ta' l-Oppożizzjoni u naf ukoll li xi ħadd irrikonoxxa li kienet kritika żbaljata għaliex il- fatti wrew li n-nomini kienu nomini responsabbli ħafna.", "Imbagħad l-Onor.", "Spiteri kien kompla bl-istess argument ta' l-Onor.", "George Vella li għandu jkun hemm rappreżentanza tal-ħaddiema u rappreżentanza tal-konsumatur.", "Jien nerġa' ngħid li m'għandi ebda oġġezzjoni li f'ċerti korporazzjonijiet ikun hemm id-diretturi ħaddiema, kif diġa' hemm liġijiet li għamilthom jien fi żmieni.", "Qed ngħid għall- ħaddiema ta' l-Enemalta, it-Telemalta u l-Water Services Corporation u ma nafx f'kemm oqsma oħra dawn saru.", "Jien naqbel ukoll ma tal-konsumaturi jekk ikollna xi korporazzjonijiet li huma idonei li fihom ikun hemm persuni li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi.", "M'għandi ebda diffikulta' fuq dan.", "Pero' dan m'għandu x'jaqsam xejn mal-punt prinċipali tal-liġi li qed nabbrogaw fejn għidna: F'ġieh id-demokrazija, f'ġieh it-trasparenza, f'ġieh l-accountability, f'ġieh li nkunu moderni, ejjew fil-bord tad- diretturi jkun hemm il-ħin kollu persuna ta' fiduċja ta' l-Oppożizzjoni.", "Madam Speaker, fil-fehma tiegħi, illum ninsabu, quddiem diktat ieħor tal- Prim Ministru.", "Il-Prim Minisru qed jgħid li jrid ineħħi din il-liġi.", "Qed igħid li din il-liġi ma togħġbux u li m'hemmx għalfejn tibqa' tagħmel parti mil-liġijiet ta' pajjiżna.", "U jien smajt lill-Prim Minstru u ħlief l- argumenti li konna smajnihom diġa' u li diġa' ttrattajthom ma smajt xejn ġdid.", "Ma kienx hemm xi raġuni li ngħidu li l-esperiment ilu jaħdem għal dawn l-aħħar ftit xhur u qed juri li huwa ħażin.", "Le, anzi l-liġi tgħid li l-persuni li jiġu nnominati jibqgħu in place sa l-iskadenza tan-nomina.", "U hija ħaġa tajba.", "Imma allura għaliex irid inehhiha?", "Għax hekk għoġbu u hekk irid.", "Għax hekk hi t-teorija li esponielna tad-demokrazija Anglo- Sassona.", "Dan huwa l-argument?", "Għax jekk hu dak l-argument, jien diġa' spjegajt biżżejjed li huwa assolutament argument li ma jreġix, Madam Speaker.", "Għaliex din l-għaġla?", "Għaliex qalilna li jrid jgħaddi din il- liġi sa l-aħħar ta' Lulju?", "M'hemmx esiġenzi tekniċi għaliex qalilna li min laħaq ġie nnominat se jibqa' nominat sakemm jiskadielu t-terminu u mhux se nitterminawlu issa.", "Allura x'inhi din l-għaġla li jrid jgħaddi din il- liġi hekk malajr?", "Importanti ħafna?", "U jien ngħid: Iva, għandu urġenza.", "Il- Gvern ma jridx it-trasparenza.", "Il-Gvern mhux veru li jrid pajjiż modern.", "Il-Gvern mhux veru jrid l-iskrutinju in real time min-naħa ta' l- Oppożizzjoni ta' dak li jiġri f'dawn il-corporations.", "Il-Gvern qed jiddejjaq li hemm din il-possibbilta' għall-Oppożizzjoni.", "Il-Gvern iddeċieda li jnaqqas dritt akkwiżit ta' l-Oppożizzjoni.", "Illum l- Oppożizzjoni għandha dan id-dritt u nerġa' nirrepeti li hija l-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna li l-Parlament se jgħaddi liġi biex inaqqas id- drittijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Jien nixtieq li l-Prim Ministru jgħidli minn xiex qed jibża' u x'għandu li qed idejqu li jkun hemm direttur ta' fiduċja tiegħi qiegħed fuq dawn il-corporations.", "Jekk jerġa' jgħidli għal darba oħra li s-sistema tad-demokrazija ta' pajjiżna mhux hekk, jien ngħidlu li mhux veru.", "Is-sistema tad-demokrazija ta' pajjżna anzi hekk hija.", "Hija li min-naħa ta' l-oppożizzjoni jrid ikun hemm il- parteċipazzjoni attiva.", "Irid ikun hemm il-parteċipazzjoni f'dak kollu li jsir fil-pajjiż.", "Dan huwa metodu kif l-oppożizzjoni tista' fin-numru ta' corporations - li żdiedu u aktarx ikomplu jiżdiedu - mhux tipprova tgħaddi tagħha imma li jkollha mezz ta' kontroll u ta' skrutinju aħjar milli qed jipproponi l-Gvern.", "Madam Speaker, jien għidt li huwa nkwetanti dak li qed jiġri fil-pajjiż.", "Il-proposta ta' din il-liġi li qed tabbroga liġi oħra huwa sintomu, huwa indicator li qed juri fejn qed jonfoħ ir-riħ.", "U r-riħ qed jonfoħ fid- direzzjoni opposta li kien qed jonfoq qabel.", "Aħna ridna nbiddlu lill- pajjiż u biddilnieh mill-għeruq tiegħu.", "Aħna meta biddilna lill-pajjiż għidna li rridu nkomplu nbiddlu lill-pajjiż u għamilna proposti konkreti biex il-bidla tkompli.", "Kienet bidla waħda, f'sens wieħed u f'direzzjoni waħda.", "Kienet bidla għal aktar demokrazija, aktar rispett lejn kulħadd, aktar possibbilta' li kulħadd isemma leħnu u aktar possibbilta' li jkun hemm kontroll u trasparenza.", "Dak kien is-sens ta' direzzjoni li kellna f'pajjiżna.", "Illum sfortunatament l-indikazzjoni hija li l-Gvern qiegħed ibiddel ir-rotta.", "Diġa' semmejt il-kwestjoni tal-kunsilli lokali.", "Veru li l-Gvern għadu jgħid li jrid isaħħaħ il-kunsilli lokali, imma bejn il-kliem u l-fatti hemm ħafna differenza, Madam Speaker.", "Ir-realta' naħseb jifhmuha iktar minna, lkoll jew almenu daqsna, il-kunsilli lokali li qegħdin joperaw.", "Dan kien pajjiż li kellu sens ta' direzzjoni u pajjiż li jrid ikun dejjem iktar modern.", "Ġiena dan il-Gvern u qalilna li sistema ta' tassazzjoni moderna by definition u sistema ta' tassazzjoni pprovata fil-pajjiżi moderni kollha - qed nirriferi għas-sistema fiskali magħrufa bħala l-VAT - ma tgħoddx għal pajjiżna.", "Pajjiżna mhux matur biex ikollu sistema ta' tassazzjoni bħal pajjiżi oħra.", "U qed immorru lura għal sistema li mhux m'hijiex moderna imma sistema antikwata, retrograda li ġiet eliminata minn ħafna pajjiżi, Madam Speaker.", "Tlifna s-sens ta' direzzjoni.", "Flok pass wara pass mexjin 'il quddiem, pass wara pass mexjin lura, Madam Speaker.", "Diġa' semmejt u nerġa' nsemmi t-televiżjoni ta' l-istat.", "Konna wasalna fiż-żmien fejn għidna li bil-liberalizzazzjoni tax-xandir kollu ridna li t- television ta' l-Istat jieħu iktar prominenza, ikun iktar verament ix- xandir li għandu jkun tipiku, ikun l-eżempju ta' imparzjalita', ta' bilanċ u ta' aċċessibilita'.", "Qegħdin naraw ġurnata wara l-oħra l-problemi jaggravaw.", "L-aħħar waħda hija l-problema ta' dawn ir-reklami li m'huma xejn ħlief propaganda partiġjana ntiża biex tmexxi 'l quddiem dak li qiegħed jgħid il-Gvern u l-poplu jibla'.", "Bħalissa għaddejja l-kontroversja għax dawn ir-reklami li għaddejjin huma reklami sfaċċati li ma jgħidux il- verita'.", "Irridu nikkumbattu biex inġibu l-bilanċ fix-xandir ta' l-Istat f'pajjiżna.", "Madam Speaker, il-lejla nkomplu niddibattu l-liġi tal-Planning Authority u nerġa' nagħmel l-istess kummenti li għamilt qabel.", "Hemm bżonn li l-Gvern ma jbiddilx ir-rotta għax ir-rotta kienet waħda ta' trasparenza, ta' devoluzzjoni ta' inqas indħil mill-gvern.", "L-emendi li għandna quddiemna se jitfgħulna l-arloġġ lura.", "Diġa' tkellimt fuq il-kontroll tal-prezzijiet u l-metodi ta' kif il-Gvern jikkontrolla l-kummerċ f'pajjiżna.", "Dan kollu jallarmana mhux ftit għax nibżgħu li fl-istat li jinsab il-Gvern, bil-problemi li għandu l-Gvern quddiemu qegħdin naraw li pass wara ieħor il-Gvern qed jaqa' għall- pożizzjonijiet li mingħalina kienu għaddew biex qatt aktar ma jiġu.", "Qed jieħu passi li huma retrogradi li qed inaqqsu l-proċess sħiħ ta' demokrazija, ta' liberta' u ta' trasparenza f'pajjiżna u dan huwa sintomu li qegħdin narawh jiġġedded kuljum.", "Naħseb l-ikbar sintomu huwa proprju din il-liġi li tabbroga liġi oħra.", "Din il-liġi m'għandniex bżonnha, hija liġi li turi l-biża' li għandu l- Gvern li l-affarijiet isiru magħrufa, liġi li hija arroganti, li se tneħħi t-trasparenza, li tikkontradixxi dak kollu li kien jgħid il-Prim Ministru qabel l-elezzjoni, liġi li neżżgħet lill-Gvern mill-maskra politika li kellu, liġi li qed turih kif inhu veru, x'għandu f'moħħu veru u l-metodi tiegħu x'inhuma.", "Din hija liġi li nerġa' ngħid il-pajjiż m'għandux bżonnha għax titfgħu lura u liġi li jidhirli li dan il-Parlament m'għandux japprova.", "Jiena naf li l-Gvern għandu l-maġġoranza u meta niġu biex nivvotaw se jkollna r-riżultat li huwa magħruf minn qabel, pero' jien nappella lill-Prim Ministru li jifhem li l-pajjiż m'għandux bżonn dawn it- tip ta' liġijiet.", "Liġi ta' ħames kelmiet li biha qed iħassar proċess li konna għaddejjin minnu f'pajjiżna m'hu se jieħu minnha ħadd xejn, lanqas il- Gvern, għax il-Gvern se jagħmel ħsara lilu nnifsu.", "Ir-raġunijiet li ġab il- Prim Ministru għaliex il-Gvern qed ineħħi din il-liġi meta dalgħodu tkellem fuq il-mozzjoni ma jeżistux u ma jurux ħlief il-biża' li hu għandu li jkun hemm it-trasparenza li tant kien iħobb jitkellem fuqha.", "(Applaws).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, l- ewwelnett dan li se ngħid se ngħidu mingħajr ma nitfa' bl-ebda mod xi dell fuq il-persuni li ġew nominati min-naħa tal-Partit Nazzjonalista biex iservu fuq bordijiet governattivi.", "Minkejja li wieħed ma jidħolx fil- performance tagħhom individwali, minkejja li wieħed ma jidħolx fl- integrita' personali tagħhom jew nuqqas tagħha, jien nemmen li, kif bassar il-Partit Laburista mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni, dan kien esperiment li wera kemm kien vojt u kemm kien għal kollox barra minn loku.", "Dan qed ngħidu għax bl-ikbar sinċerita' nemmen li kien esperiment li fil-prattika ma ndirizzax il-problemi ewlenin li ried jindirizza l-Partit Nazzjonalista jekk kien verament ġenwin meta wasal biex introduċa din il-liġi taħt l- amministrazzjoni tiegħu.", "L-esperiment wera kemm kienet ġustifikata l- kritika kontra din il-liġi min-naħa tal-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni meta fid-deher seta' jgawdi minnha.", "Naħseb li l-punt tat-tluq għandu jkun mhux jekk aħniex favur din il-liġi imma l-kontest li fih ġiet introdotta l- liġi, ir-rwol li kellu l-Partit Laburista dak inhar u jekk kien hemm xi ħadd li kien se jkun beneficiary meta għaddiet din il-liġi kien proprju il- Partit Laburista.", "Dan bl-istess kejl, bl-istess raġunament tal-partit li ressaqha dak inhar, il-Gvern Nazzjonalista.", "Madam Speaker, jiena ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membri ta' l- Oppożizzjoni jiġu hawnhekk jużaw ħafna kliem isteriku u jgħidu li dan huwa att ta' ipokrisija u ta' ngann!", "Jiena ngħid li mhux talli mhuwiex att ta' ipokrisija u ta' ngann imma il-pass li qiegħed jieħu l-Gvern illum juri konsistenza kbira mal-linja li kien adotta meta kien fuq il-bankijiet ta' l- oppożizzjoni.", "Jiena dejjem sostnejt, ktibt u għidt mingħajr ebda mistħija li meta oppożizzjoni, hu x'inhu l-orjentament politiku tagħha, tinnomina persuna fuq dawn il-korporazzjonijiet tkun qed titlef parti mill-funzjoni tagħha illi taqdi xogħolha b'mod naturali.", "Il-proposta li kien ressaq il- Gvern Nazzjonalista kienet biss parti minn gimmick min-naħa ta' gvern tal- ġurnata biex jagħti l-impressjoni li fuq dawn il-bordijiet gvern u oppożizzjoni setgħu b'xi mod imexxu flimkien.", "Il-liġi kif inhi tirriferi għal meta l-persuna nominata mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkun fil-fehma tal- Prim Ministru mhux idonea għal din il-ħatra b'mod ċar għal kollox.", "Din il- klawsola tista' tfisser li kieku l-Prim Ministru ma jkunx kuntent b'dik il- persuna li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkun deherlu li għandu fiduċja fiha jista' joġġezzjona, kif fil-fatt ġara fil-prattika.", "Iżda din hija parti tal-liġi li, għalkemm tħaddmet tajjeb mill-Prim Ministru Sant, setgħet ġiet abbużata min prim ministri oħra taħt ċirkostanzi oħrajn.", "Jiena nemmen li l- oppożizzjoni għandha rwol speċifiku, eżatt u preċiż x'taqdi f'demokrazija, bħal dak li tifli u tikkontrolla dak li qed jagħmel il-gvern, li tagħmel kritika kostruttiva, li twassal biex ikunu magħrufa n-nuqqasijiet u l- iżbalji tal-gvern, kif ukoll - forsi aktar importanti minn kull aspett ieħor - li toffri alternattivi.", "Madam Speaker, jiena nieqaf ftit hawnhekk u nirrifletti u nistaqsi bl- ikbar sinċerita': Billi jkollha rappreżentant fuq bord ta' korporazzjoni, l-Oppożizzjoni se tkun f'pożizzjoni li taqdi dawn il-punti li għadni kif semmejt, li tifli u tikkontrolla, li toffri kritika kostruttiva, li tidentifika n-nuqqasijiet u l-iżbalji tal-gvern tal-ġurnata, se tkun f'pożizzjoni li toffri alternattivi għall-politika tal-ġurnata?", "Fil-fehma tiegħi billi jkollok direttur fuq korporazzjoni ma tkun qed tindirizza l- ebda waħda min dawn l-options li għadni kif semmejt.", "Biex taqdi dawn il- funzjonijiet jien nemmen li l-Oppożizzjoni għandu jkollha l-mezzi biex takkwista l-informazzjoni mingħajr il-bżonn ta' liġi arkajka bħal din li għandna quddiemna.", "Illum l-informazzjoni mhux biss tista' tinkiseb anke f'aktar dettall permezz ta' mistoqsijiet parlamentari iżda ladarba għandna wkoll il-Public Accounts Committee attiv, dan għandu jservi biex ikun hemm aktar trasparenza u accountability u mhux taparsi rappreżentanza fuq il- bordijiet tal-korporazzjonijiet infushom.", "Jekk l-Oppożizzjoni għandha tħoss li għandu jkollha xi dritt sagrosant, dan huwa li tkun rappreżentata fuq kummissjonijiet ta' inkjesti parlamentari ħalli tkun tista' tirrapporta lura lill-Parlament dak li jkun effettivament qiegħed iseħħ.", "Se mai r- rappreżentanza fuq il-bordijiet għandha tkun, kif konna ipproponejna oriġinarjament meta għaddiet din il-liġi, rappreżentanza tal-konsumaturi, tal-ħaddiema li jaħdmu ma' dik l-azjenda u rappreżentanza tal-kunsilli lokali.", "Madam Speaker, għalkemm illum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni deher li biddel it-ton meta tkellem fuq il-konsumaturi u l-kunsilli lokali, jien niftakar li meta għaddiet il-liġi oriġinali kien hemm ton sarkastiku u ironiku ħafna meta aħna pproponejna li jkun hemm ir-rwol għall-konsumaturi u anke għall- kunsilli lokali.", "B'dak li qed tgħid il-liġi l-Gvern Nazzjonalista pprova jagħti l-impressjoni li se jkun hemm iżjed parteċipazzjoni, iżjed trasparenza, iżjed accountability u iżjed demokrazija.", "Imma jiena ngħid li eccetto l-propagandisti tal-Partit Nazzjonalista, ħadd minn fost the men in the street ma emmen dawn l-affarijiet jew ħadhom bis-serjeta'.", "Madankollu l-fatti wrew ħaġa waħda biss, li m'hu se jkun hemm xejn ħlief l-inseriment politiku fejn il-politika m'għandhiex tidħol.", "Din il-proposta wkoll tat lok għal kritika ġenerali, fis-sens li wasalna għall-partitokrazija.", "Anke jien insemmiha l-partitokrazija għaliex meta inti jkollok maġġoranza tal-membri fuq bordijiet nominati mill-gvern u minoranza nominata mill-oppożizzjoni tkun ressaqt il-pajjiż lejn il-konċett tal-partitokrazija li ħaddmu tant tajjeb it-Taljani għall-iskopijiet tagħhom .", "Jien persważ li deep down il-Partit Nazzjonalista ma jixtieqx li jara l-partitokrazija taħdem f'pajjiżna, kif ħaddmuha it-Taljani.", "Jiena nemmen li l-membri fuq il-bordijiet għandhom ikunu nominati fuq il-merti tekniċi tagħhom u mhux minħabba l-kulur politiku tagħhom.", "Issa jista' jkun hemm min jistaqsi jekk sarux kollha hekk dawn il-membri li nħatru dan l- aħħar.", "Uħud minnhom saru u wħud minnhom le, imma nista' nagħti assigurazzjoni li qatt ma kien hemm amministrazzjoni bħall-amministrazzjoni tal-lum li ħatret nies fuq kummissjonijiet ad hoc, study groups u commissions oħra li mhux neċessarjament kienu nies li jirriflettu t- thinking tal-partit tal-ġurnata.", "Niġi għal punt ieħor.", "Il-persuna nominata mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, hi min hi, minħabba l- fatt li għandha l-istess obbligi tal-membri l-oħra tal-bord tad-diretturi, suppost ukoll kellha l-obbligu li ma tgħid xejn lil ħadd, lanqas lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Mela fil-fehma tiegħi l-għan ewlieni ta' aktar trasparenza lanqas intlaħaq effettivament.", "Jiġifieri jekk inħarsu lejha mill-perspettiva ta' min ressaq il-liġi dak inhar, jekk inti poġġejt lil xi ħadd hemmhekk biex ikollok a better flow of information, lanqas dan il-għan ma ntlaħaq għax suppost li min kien hemmhekk kellu jonora l-obbligi tiegħu bħala direttur, kif għamlu d-diretturi l-oħra nominati mill-gvern tal- ġurnata.", "Dan huwa argument li jieħu aktar saħħa minħabba l-liġi li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista dwar il-konfidenzjalita' li tgħid li min jagħmel hekk ikun soġġett anke għal offiżi kriminali.", "Id-deċiżjonijiet fuq il-bordijiet jittieħdu skond ir-rieda tal- maġġoranza.", "GĦalhekk min ikun ivvota kontra l-proposta jħoss li lanqas bil- preżenza tiegħu fil-bord ma jista' jikkondividi dak li ddeċidiet il- maġġoranza u jekk veru huwa raġel suppost li għandu jirriżenja.", "Dan mhux mezz kif jintlaħaq l-għan iddikjarat tat-trasparenza.", "Tajjeb li nirriflettu wkoll li meta kienet għaddejja l-liġi kienu saru diversi interventi u min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kien tqajjem punt kostruttiv meta ntqal li trid tkun studjata jekk tibqax tinżamm is-sistema preżenti fejn il-gvern jiddeċiedi l-affarijiet hu u l-oppożizzjoni ma taqsamx fir-responsabbilta' tad-deċiżjonijiet, imma żgur mhux bis- soluzzjoni li kien qed joffri l-gvern tal-ġurnata.", "Dak inhar l-Oppożizzjoni kienet qalet ukoll - u dawn il-punti ma tqajmux min-naħa ta' l-Oppożizzjoni tal-lum - li jista' jkun hemm sistema fejn f'affarijiet li m'humiex strettament ta' natura politika partiġjana jitmexxew b'consensus kemm jista' jkun billi dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu qed jirrappreżentaw lill-gvern u n-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jiena persważ li dan l-għan ma jintlaħaqx sempliċement billi jkollok wieħed f'bord ta' ħafna diretturi.", "F'demokrazija parlamentari għandek il-gvern biex imexxi u għandek l- oppożizzjoni biex tissorvelja min-naħa tagħha.", "Jiena nemmen sinċerament li dawn iż-żewġ funzjonijiet għandhom jinżammu distinti u billi jinżammu distinti ma nemminx li qed jitnaqqar xi dritt sagrosant milli għandha l- Oppożizzjoni llum.", "Sur President, tajjeb li wieħed jgħid ukoll li meta kienet għaddejja l- liġi, oriġinarjament il-Partit Laburista mhux biss kien tkellem kontra imma kien ressaq diversi emendi li n-naħa tal-Gvern kienet iddieħqet bihom u anke ovvjament xejnithom.", "Tajjeb for the record ngħid x'kienu l-emendi li kienet ressqet in-naħa Laburista ħalli wieħed jiffriska ftit il-memorja u jiftakar x'kienet l-istand uffiċjali li ħadet l-Oppożizzjoni Laburista dak inhar.", "Waħda mill-emendi kienet:-", "\"Ħassar il-kliem kollu li hemm fi klawsola 3 u ssostitwixxi b'dan li ġej:", "\"3.", "(1) Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' kull liġi oħra, tliet membri tal-Bord tad-Diretturi ta' Korporazzjoni għandhom jiinħatru mill-Prim Ministru skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "(2) Il-membri msemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu jkunu nnominati kif ġej: wieħed innominat mill-Kunsilli Lokali; wieħed innominat mill-Għaqdiet tal-Konsumaturi; u wieħed magħżul mill- impjegati tal-Korporazzjoni.", "(3) Il-membri msemmija fis-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu jkollhom is-setgħat, jeddijiet u obbligi kollha l-istess bħalma jkollhom il-membri l-oħra tal-Bord tad-Diretturi.", "(4) Membru tal-Bord tad-Diretturi maħtur bis-saħħa tas- subartikolu (1) ta' dan l-artikolu jista' biss jitneħħa mill-kariga jekk skond il-liġi tal-Korporazzjoni huwa jsir persuna skwalifikata mill-ħatra għal dik il-kariga.", "(5) Membru tal-Bord tad-Diretturi maħtur bis-saħħa tas- subartikolu (1) ta' dan l-artikolu jibqa' fil-kariga, bla ħsara għas- subartikolu (4) ta' dan l-artikolu, għaż-żmien li huwa jiġi maħtur.\".", "Nerġa' ngħid li n-naħa tal-Gvern kienet warrbet kompletament dawn is- suġġerimenti kollha, xejnithom u pprovat twaqqagħhom għar-redikolu.", "Għalhekk jiena ngħid li llum il-Gvern Laburista m'hu qed jagħmel xejn drakonjan billi jressaq l-abolizzjoni tagħha.", "Fil-fehma sinċiera tiegħi din il-liġi m'hija xejn ħlief perversjoni tar-rwol naturali ta' l- oppożizzjoni u huwa pass intiż biex idaħħal il-partitokrazija fil-pajjiż, la Taljana.", "Kien hemm min semma l-kelma \"skrutinju in real time\", pero' jiena ngħid li jekk trid l-iskrutinju in real time ta' azjenda, hi x'inhi, l-Enemalta, it-Telemalta, jew il-Water Services Corporation, l-iskrutinju jrid isir on a day to day management basis.", "X'jiswa billi inti jkollok skrutinju li jsir darba fix-xahar, darba kull tliet ġimgħat meta jkollok board meeting?", "Dan huwa argument fallaċi ħafna li n-naħa tal-Gvern qatt ma ġabitu.", "Allura jien nistaqsi: Jekk mhux veru se jkun hemm skrutinju in real time, kif nistgħu ngħidu li din il-miżura kienet tipprovdi biex ikollna sistema ta' checks and balances fil-pajjiż?", "Jiena ngħid li s-sistema ta' checks and balances ipprovduta kienet waħda finta, kienet waħda taparsi, waħda li toffri ċertu tlellix, imma meta tmur tfittex fis-sustanza ssib li ma kienet qed toffri xejn konkret.", "Għalhekk jiena ngħid li l-liġi li qed inneħħu llum hija liġi superfluwa, hija liġi b'oġġettiv finta u hija liġi li ma tikkontribwixxi bl-ebda mod għat-tisħiħ tad-demokrazija fil-pajjiż.", "Iżjed u iżjed meta llum għandna Public Accounts Committee li anke bil-ħatra ta' l- Awditur se nwessgħu l-firxa ta' korporazzjonijiet li jistgħu jersqu quddiem il-Public Accounts Committee u anke jistgħu jiġu nvestigati mill-Awditur Ġenerali li fuqu se jkun hemm kunsens bejn iż-żewġ partijiet ta' din il- Kamra.", "Kif għidt aktar kmieni, jiena nerġa' nirrepeti li qatt ma kien hemm gvern bħall-Gvern Laburista attwali li meta ġie biex jagħmel nomini ta' kumitati ad hoc, commissions u affarijiet oħra, mexa skond il-kompetenza u ma mexiex skond il-kulur.", "Tant għamilna hekk aħna li ħafna drabi anke nies minn tagħna stess ma fehmux dejjem il-passi li ħadna u d-deċiżjonijiet li ħadna meta ħtarna lil ħafna nies.", "Imma dan għamilnih bil-kuxjenza safja, mingħajr ebda mistħija ta' xejn għax ħarisna lejn l-esperjenza ta' dawn l- individwi fil-qasam partikolari li kienu jispeċjalizzaw fih.", "Għamilnih għaliex aħna konna nemmnu li jekk irridu verament know-how f'task force ta' din in-natura għandu jkollok nies b'orjentament kummerċjali, orjentament ta' entrepreneurship milli orjentament ta' xi tiċpisa politika.", "Għalhekk jiena ngħid li billi nabbrogaw din il-liġi m'aħna qed ntellfu xejn jew inxellfu xejn mid-demokrazija tal-pajjiż, anzi qegħdin naraw li l- liġijiet li jkollna fuq l-istatute books ikunu ħajjin, organiċi u utilitarji, mhux bħal din il-liġi li kienet qiegħda hemmhekk biss biex isservi ta' finta u xi ħaġa għal taparsi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, qabel ma nħarsu lejn l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna naħseb li huwa tajjeb li wieħed jirriferi mill-ewwel għall-Att prinċipali ta' l-1996 għaliex dan l-abbozz ta' liġi bl-aktar mod qasir pero' bl-aktar mod drakonjan qed jipprovdi sabiex jitneħħa Att prinċipali.", "L-Att IX ta' l-1996 kien jagħti l-poter b'mod preċiż sabiex minkejja dak li jkun hemm fi provvedimenti ta' kwalunkwe liġi oħra, wieħed mill-membri tal-bord tad-diretturi, skond lista ta' korporazzjonijiet li kienu identifikati fl-istess liġi, ikun maħtur mill-Prim Ministru fuq il-parir tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Wara li jagħmel dan l-argument prinċipali dan l-Att mill-ewwel jipprovdi li l- membru li jinħatar fuq il-parir tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkollu l-poteri, d-drittijiet u l-obbligi kollha daqs il-membri l-oħra tal-bord tad- diretturi.", "Mela l-prinċipju kien li l-membru li jkun maħtur mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni - u l-liġi tidħol anke fid-dettall dwar kif issir in-nomina, dwar iż-żmien li jingħata lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jagħmel il-ħatra tiegħu, dwar il-pubblikazzjoni ta' dak l-isem fil-gazzetta tal-Gvern; u dwar x'jiġri fir-rigward ta' korporazzjonijiet fejn il-membri tal-bord jinħatru minn ministru ieħor u mhux mill-Prim Ministru - jkollu poteri, drittijiet u obbligi ugwali għal dawk tal-membri l-oħra fil-bord tad- diretturi.", "Huwa tajjeb li nfakkar li dan l-Att kien ipprovda għall-ħatra ta' nomini mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq il-Malta Development Corporation, fuq il- Bank Ċentrali ta' Malta, fuq il-Korporazzjoni Telemalta, fuq l-Awtorita' tad-Djar, fuq il-Korporazzjoni Enemalta, fuq il-Malta Financial Services Centre, fuq l-Awtorita' dar it-Trasport Pubbliku, fuq il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, fuq l-Awtorita' Marittima u fuq il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.", "Irridu niftakru li dak iż-żmien il-Gvern Nazzjonalista kien iddikjara f'din il-Kamra li kien ukoll dispost li jikkonsidra kwalunkwe suġġeriment ieħor jekk l-Oppożizzjoni xtaqet li din il-lista titwal jew tkun emendata b'xi mod.", "Fuq dawn il-korporazzjonijiet u l-awtoritajiet kollha kien iddaħħal prinċipju importanti ħafna li l- Oppożizzjoni tagħmel l-iskrutinju tagħha - din semmiha l-Prim Ministru dalgħodu - b'mod li jkun hemm dak li jissejjaħ sharing of responsibility.", "Dan kien konċett fejn din il-persuna setgħet tara dak li jkun qiegħed iseħħ fil-pajjiż għax kellha aċċess għall-informazzjoni kollha u jekk fuq il-bord tad-diretturi kien hemm proċess ta' għoti ta' tenders kellha d-dritt għall- informazzjoni kollha u setgħet tara l-files kollha, anke fejn jidħlu għoti tat-tenders, mingħajr l-ebda ħabi.", "Din il-persuna setgħet tagħmel il- mistoqsijiet kollha li jkun hemm bżonn, issegwi l-policies kollha ta' dik il-korporazzjoni jew awtorita' bl-aktar mod miftuħ u tipparteċipa fid- deċiżjonijiet importanti li jittieħdu.", "Issa dalgħodu l-Prim Ministru qalilna li fis-sistemi parlamentari dan ma jagħmilx sens għaliex skond hu, skond is-sistema Anglo-Sassona jrid ikun hemm sistema ta' konfront - hu uża l-kelma \"adversarial\" - sistema forsi riflessa wkoll naturalment fid-disinn ta' parlamenti bħal dawn fejn għandek gvern u oppożizzjoni li, skond id-definizzjoni tal-Prim Ministru, il-gvern jilleġisla u jagħmel il-policies u r-rwol ta' l-oppożizzjoni huwa biss li tikkritika u tattakka fejn ma taqbilx, pero' jrid ikollha l-opportunita' kollha biex tkun tista' tissorvelja dak kollu li jkun qiegħed jiġri.", "Naħseb li l-ewwel ħaġa li għandna ngħidu, jekk irridu nagħmlu rifless dwar is-sistemi kostituzzjonali ta' kif jaħdmu diversi gvernijiet demokratiċi madwar l-Ewropa kollha u fid-dinja kollha, hi li fis-snin li għaddew kien hemm evoluzzjoni, rikonoxxuta mill-awturi kollha li jitkellmu fuq dan is-suġġett, minn gvern li jmexxi b'mod dirett kważi l-aspetti kollha li jolqtu l-ħajja ta' kuljum għal sistema ta' gvern li aktar ma għadda żmien aktar saret tinkorpora fiha u tiddependi minn numru ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet, li allura jitmexxew bi grad ta' indipendenza mill-gvern tal-ġurnata, u dawk il-korporazzjonijiet u awtoritajiet flimkien huma responsabbli għal ħafna minn dak li jkun qiegħed jiġri fil-pajjiż fil-ħajja ta' kuljum.", "Biex nagħti eżempju, ma nitkellmux aktar fir-rigward li l-gvern waħdu jgħid xi tkun is-sistema ta' telekomunikazzjoni li għandu jkollu l-pajjiż, imma pajjiż modern li verament irid jitmexxa b'mod effiċjenti jkollu jew korporazzjoni, jew kumpanniji pubbliċi, jew taħlita ta' kumpanniji pubbliċi u privati li f'ċerti sistemi joffru servizzi li jolqtuk fil-ħajja ta' kuljum pero' li ma jitmexxewx bis-sistema tradizzjonali u antikwata ta' gvern waħdu mingħajr ma juża dawn il-korporazzjonijiet, awtoritajiet jew kumpanniji pubbliċi.", "Sur President, huwa fatt li kien hawn din l-evoluzzjoni fil-pajjiżi demokratiċi kollha li wasslet għall-ħtieġa li wieħed jistaqsi: B'sistemi bħal dawn, l-Oppożizzjoni kif se teżerċita r-rwol tagħha b'mod li verament tkun taf x'qiegħed jiġri f'dawn l-oqsma kollha tant importanti fil-ħajja ta' kwalunkwe pajjiż?", "F'dan ir-rigward huwa interessanti li, anke jekk inħarsu lejn il- Kostituzzjoni ta' pajjiżna, meta l-Kostituzzjoni tipprovdi għat-twaqqif ta' kummissjonijiet u awtoritajiet importanti ddaħħal il-prinċipju li l-ħatriet għandhom isiru jew wara konsultazzjoni mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew anke direttament fuq il-ħatra tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Allura jekk nimxi bid- definizzjonijiet li pprova jagħti l-Prim Ministru dalgħodu f'din il-Kamra nista' ngħid li dawn kollha ma jagħmlux sens, jew li dawn kollha suppost huma istituzzjoniet fejn il-Gvern jagħmel li jrid u l-Oppożizzjoni ma tipparteċipax?", "Jekk inħarsu lejn artiklu 109 tal-Kostituzzjoni nsibu li l-Public Service Commission, li żgur hija kummissjoni ta' importanza kbira, hija maħtura mill-President fuq il-parir li jagħtih il-Prim Ministru, wara li dan jikkonsulta mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Hawn qed nitkellmu fuq l-istess Kostituzzjoni u fuq kummissjoni li għandha l-poter tal-ħatriet kollha, tal- promozzjonijiet kollha u anke ta' l-eżerċizzju kollu ta' dixxiplina fis- servizz pubbliku tal-pajjiż.", "Mela l-Public Service Commission, li hi responsabbli mis-settur pubbliku, kif magħruf u kif miftiehem fis-sens tradizzjonali, għandha garanzija mill-Kostituzzjoni li almenu l-Prim Ministru jrid jikkonsulta mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni - wieħed jifhem li jrid jikkonsulta b'mod serju, jekk ikun prim ministru serju - meta jiġi biex jagħti l-pariri lill-President għall-ħatra ta' dik il-kummissjoni.", "Issa jekk illum il-kliem \"servizz pubbliku\" m'għadux ristrett għall- impjegati fis-servizz ċivili, jekk illum nafu li hemm definizzjonijiet ferm iktar wiesgħa għax is-settur pubbliku fir-realta' jkopri tant korporazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi li jiddependu minn dan il- Parlament għall-voti tal-flus, u allura f'ċertu sens jiddependu mill-gwida mill-gvern, anke għal dawk li huma policies ġenerali, mhuwiex ovvju li l- oppożizzjoni għandu jkollha sehem dirett, almenu permezz ta' membru wieħed fil-bordijiet rispettivi ta' dawn il-korporazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi li jeżistu llum, jekk irridu nkunu moderni, jekk irridu nkunu trasparenti, jekk irridu nużaw dan il-kliem fis-sens ġenwin tiegħu u mhux nużawh bil-metodu tad-double speak, jiġifieri bil-metodu li mmortalizza Orwell, fejn nużaw il-kelma bl-oppost ta' dak li tfisser?", "Għaliex ir- realta moderna tal-Gvern preżenti hija li juża l-kliem bl-oppost ta' dak li jfisser fid-dizzjunarji kollha li jeżistu madwar id-dinja.", "Sur President, ħa nagħti eżempji oħra mill-Kostituzzjoni.", "Artiklu 118 jitratta dwar l-Awtorita' tax-Xandir - naturalment bħalissa qed tissemma ħafna fl-aħbarijiet - li għandha funzjoni kostituzzjonali mill- iktar importanti, dik li tassigura bilanċ fil-mezzi tax-xandir ħalli jkun hemm tqassim ġust ta' faċilitajiet u ħin bejn persuni ta' partiti politiċi differenti.", "Li kieku ma kienx għall-insistenza u għall-battalja legali li kellna nagħmlu bħala Partit Nazzjonalista fil-ġranet u l-ġimgħat li għaddew, għal dan il-Gvern dawn il-prinċipji qishom m'għadhomx jeżistu.", "Fl- Awtorita tax-Xandir insibu wkoll il-prinċipju li jrid ikun hemm konsultazzjoni mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-ħatra ta' awtorita' bħal din.", "Jekk inħarsu lejn artiklu 120 insibu li l-Kummissjoni dwar l-Impiegi - kummissjoni li daħlet wara l-awtoritajiet l-oħrajn - kienet parti mill- emendi ta' l-1974, - jiġifieri qed nitkellmu issa fuq 23 sena ilu - fejn iddaħħal il-prinċipju ta' kummissjoni fejn nofs il-membri jinħatru direttament mill-Prim Ministru u n-nofs l-ieħor direttament mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni, biċ-chairman jinħatar mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Tlieta u għoxrin sena ilu gvern ifformat mill-Partit Laburista' kien wasal sa dan il-konċett modern u issa 23 sena wara għandna Gvern li jippriedka li huwa modern u li huwa trasparenti u li qed imur lura fuq dawn il-konċetti bażiċi ta' kif għandu jkollok l- Oppożizzjoni tipparteċipa b'mod dirett f'korpi mill-iktar importanti għall- pajjiż.", "Issa jekk inħares lejn x'kienet qalet l-Oppożizzjoni meta fl-1996 il- Gvern Nazzjonalista kien ressaq din il-liġi nsibu li kienu għamlu emenda - dan fakkarulna l-Onor.", "Leo Brincat ftit ilu - li biha riedu li jkun hemm ir-rappreżentanti tal-kunsilli lokali, tal-konsumaturi u tal-ħaddiema.", "Hekk għamlu dak inhar pero' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum - kumbinazzjoni naħseb! - m'huwiex jinkorpora dik l-emenda imma qed jabbroga b'mod totali l-liġi kollha rigward in-nomini mill-Oppożizzjoni fuq dawn il- korporazzjonijiet.", "Pero', r-rifless li żgur irid isir fir-rigward ta' għaliex l-Oppożizzjoni Laburista dak inhar ma riditx tipparteċipa fil-bordijiet ta' korporazzjonijiet pubbliċi bħal dawk li qed insemmu huwa li din - u dan m'huwiex b'kumbinazzjoni Sur President - li l-Oppożizzjoni kienet organizzata prinċipalment f'kampanja kontinwa ta' tfigħ ta' tajn, ta' allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fuq tender 'l hawn u tender 'l hemm u ta' allegazzjonijet dwar dak li kien qiegħed jiġri f'diversi oqsma pubbliċi tal- pajjiż.", "Allura dan juri li dak inhar l-Oppożizzjoni kellha interess bil- maqlub jew in reverse proportion li tipparteċipa f'xi strutturi fejn hi jkollha hands-on experience tal-verita'.", "Mela l-Oppożizzjoni ta' dak inhar, bi strateġija purament politika, bi strateġija forsi wkoll iggwidata b'opinjonijiet ta' esperti, forsi anke minn barra, kienet interessata biss li titfa' t-tajn b'akkuża wara l-oħra fuq diversi oqsma tal-Gvern Nazzjonalista u allura dik l-istrateġija ma setax ikollha fiha li l- Oppożizzjoni jkollha metodi kif tara l-verita' jew kif l-Oppożizzjoni tkun, per eżempju, fil-bord tal-Korporazzjoni Enemalta u jekk ikollha akkuża fuq tender dwar l-iżvilupp tal-power station ikollha persuna li tkun tista' tara kull file immaġinabbli u kull proċess ta' tendering, li tista' tagħmel il-mistoqsijiet kollha, li tista' tiltaqa' ma' l-ogħla inġiniera f'dik il- korporazzjoni, li tista' tagħmel dawk l-indaġini kollha, anke fuq korrispondenza, li tista' tagħmel il-mistoqsijiet kollha u li tista' tiskopri u tiċċekkja l-verita'.", "L-Oppożizjoni kellha dan l-interess dak inhar?", "Evidentement ma kellhiex dan l-interess.", "L-Oppożizzjoni dak inhar kellha l-interess li tkun fuq il-bord ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u jekk ikun hemm tender li ma taqbilx miegħu jew mal-mod kif qed jitmexxa tagħmel il-mistoqsijiet internament?", "Ħadd ma qal lill-Oppożizzjoni: Isma', ibagħtu membru minn tagħkom fil- boards ta' dawn il-korporazzjonijiet u ara li dan ma jmurx jiskopri xi ħaġa mbagħad u aħna għax nitkellmu hemm ġew ma nistgħux nitkellmu barra!", "Lill- Oppożizzjoni ħadd ma pprova jorbotha b'kondizzjonijiet bħal dawn, anzi dak li kien qiegħed isir dak inhar, b'att kuraġġuż u ta' responsabbilta' kbira, kien li nibagħtu lill-Oppożizzjoni fid-decision-making centres kollha fejn issib l-informazzjoni, fejn tista' tagħmel il-mistoqsijiet kollha tagħha, fejn tista' ssegwi l-proċess kollu, fejn tista' tgħid jekk taqbilx jew le u fejn tista' mbagħad tiġi hawn u tgħid: Isma', aħna qed jirriżultalna hekk fuq il-Korporazzjoni Enemalta, fuq l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, fuq il-Korporazzjoni Telemalta u fuq il-Malta Financial Services Centre.", "Imma l-Oppożizzjoni dan ma riditux għaliex l-istrateġija tagħha kienet strateġija ta' ingann.", "U dak li għall-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kien strateġija fejn ma jaqblilhiex tiskopri l-verita' issa, bil-maqlub, bħala partit fil-gvern, huwa evidenti għalina li l-Partit Laburista għadu kontra li l-poplu Malti jkun jista' jiskopri l-verita' kollha - aktar tard nagħti eżempju fuq ix-xandir - u huwa kontra li l-Oppożizzjoni tkun f'pożizzjoni li taqdi d-doveri kollha tagħha, li jkollha hands-on where it matters most u li tkun f'pożizzjoni li tara l-verita' kollha.", "Huwa importanti li nifhmu eżatt x'qiegħed jiġri għaliex riċentement, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, anke jekk bl-iktar intenzjoni tajba, deputat min-naħa tal- Gvern qal u għamel suġġeriment lill-Onor.", "Vella f'dan is-sens: Għaliex nagħmlu mistoqsijiet fuq dettalji ta' tendering process meta dawn suppost huma awtonomi?", "Mela kieku dak is-suġġeriment jittieħed, din il-Kamra, bħala Kamra sħiħa issa, jibda jkollha anke l-limitazzjonijiet dwar kemm tagħmel mistoqsijiet fuq l-operat tal-korporazzjonijiet pubbliċi, bl-iskuża li dawk m'għandniex x'nistaqsu dwarhom, imbagħad l-iktar li nistgħu nagħmlu hu li nistaqsu biss fil-Public Accounts Committee.", "Dan irid il-Gvern, jew irid li dawn l-oqsma li huma responsabbli għall-ħidma li tkopri l-iktar aspetti mportanti għat-tmexxija ta' pajjiż ikunu il-ħin kollu miftuħa għall- iskrutinju totali ta' l-Oppożizzjoni?", "Allura jien nagħmel din il- mistoqsija: Il-Gvern preżenti jħossu komdu jew le bi proċess demokratiku sħiħ?", "U hawn se nagħti eżempji minn oqsma oħra.", "Naħseb li tkellimt fit-tul biżżejjed f'dan il-Parlament dwar l-emendi li qed ikunu proposti għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-Gvern iħossu komdu jew le - illum nagħmel biss din il-mistoqsija - li jkollu Awtorita' ta' l- Ippjanar li l-policies tista' tfassalhom hi u li dawn jorbtu lill-Gvern?", "Jew il-Gvern issa jrid sistema li l-policies jagħmilhom hu u jimponihom fuq l-awtorita', kif qed jipproponi proprju bl-emenda li għandu quddiemu dan il-Parlament bħalissa?", "Il-Gvern iħossu komdu li jkun hemm proċess ta' deliberazzjoni fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar li jsir fil-pubbliku, jew iħossu aktar komdu jekk jiddeliberaw bil-bibien magħluqa imbagħad imorru biss fil- pubbliku jekk ikunu jridu jieħdu vot siġriet?", "Il-Gvern iħossu komdu li l- istrutturi kummerċjali moderni jitmexxew b'mod kummerċjali indipendentement mill-Gvern - kif inhu rakkmandat kullimkien u kif għamilna fir-rigward ta' Posta Ltd - jew jippreferi li jerġa' jikkontrolla permezz ta' dipartiment tal-gvern?", "Jien nawgura li l-Gvern jerġa' jaħsibha serjament fuq din il- kwestjoni.", "Naturalment min isegwi l-kitba tal-Prim Ministru, anke fil-gazzetti, jaf li dan jagħmlilna l-argument li jekk kumpannija - skond hu - ma kenitx qed titmexxa tajjeb, il-Gvern m'għandux iħalliha.", "Allura jien nistaqsi: Possibbli l-Gvern qed jasal fl-assurdita' li jgħid li struttura ta' kumpannija tikkaġuna tmexxija inqas effiċjenti minn dipartiment!", "Sar daqshekk antikwat dan il-Gvern!", "Għaliex jekk il-Gvern kellu bord fil-Posta Ltd li ma kienx jgħoġbu, qabad uża il-poter tiegħu u biddel il-bord li kien hemm ma' bord kompletament ġdid.", "Imma x'ġara?", "Il-bord kompletament ġdid maħtur mill-Gvern preżenti lill-Gvern qallu: Le, jekk inti għandek tnejn min-nies hawn ġew li jidhirlek li trid tagħmlilhom akkużi, nagħmluhom l- akkużi kollha li trid u aħna stess bħala bord noħorġuhom, imma nagħtuhom due process u nħalluhom jiddefendu ruħhom.", "Il-bord ġdid innominat mill- Gvern m'huwiex il-bord ta' qabel.", "Dan huwa bord li jinkludi bniedem attivissmu fis-segretarjat ta' l-istess ministeru li huwa responsabbli min Posta Ltd.", "Mela meta l-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu jiġu quddiem il- Parlament biex ixolju l-kumpannija Posta Ltd, ma nistgħux ma ninterpretawx li x-xoljiment ikun qiegħed isir għaliex anke il-bord li ħatar hu stess ma jridx isir kompliċi biex jitkeċċew nies mingħajr proċess ġust waqt li l- Gvern irid jimponi li jekk irid ikeċċi lil xi ħadd ikun jista' jkeċċih.", "Allura dik mhux arroganza?", "Dak huwa mod modern u trasparenti ta' kif tmexxi gvern?", "Issemma' wkoll l-argument fuq il-kunsilli lokali.", "Il-Gvern veru li lil dawn irid jagħtihom aktar awtorita', kif kien jgħid qabel?", "Fil-budget għamel iktar minn hekk għax, apparti li naqqsilhom Lm1 miljun fil-voti tagħhom, żied ukoll Lm1 miljun fil-vot tal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni biex jgħid li l-kunsilli lokali għandhom Lm1 miljun inqas x'jonfqu, pero' mill-vot inqas li għandhom x'jonfqu jridu jonfqu Lm1 miljun iżjed għand il-gvern!", "Issa se nagħti xi eżempju wkoll fl- aspett tax-xandir u tar-riklami li qed joħroġ il-Gvern.", "Fl-opinjoni tiegħi hawnhekk waqgħet il-maskra kompletament għax issa ma bqajniex nisimgħu lill-Prim Ministru u l-Labour Party, uffiċjalment u fl- apert ma jikkumentawx fir-rigward li l-Partit Nazzjonalista jitlob dritt ta' rimedju li f'demokrazija jmissu kien elementari u jmissu kien ovvju.", "Il-Prim Ministru jagħmel laqgħat ta' djalogu mas-settur kummerċjali fuq liġi, anke fi stadju meta lanqas biss kienet diskussa f'dan il-Parlament, u l-PBS - li skond l-Onor.", "Alfred Sant suppost li hija mmexxija minn pampalun tal-liġi u tad-dritt kostituzzjonali - ma jindunax li għandu jingħata aċċess simili lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għal laqgħat simili li kellu mas- settur kummerċjali u ma' setturi oħra.", "U l-Gvern ipprova jaħsel idejh.", "Il- Qorti ta' l-Appell qaltilna li l-aġir tal-PBS kien bħall-aġir ta' Pilatu għax ipprovat taħsel idejha mill-aġir tagħha stess u l-Prim Ministru bil- kitba u bl-aġir tiegħu pprova jieħu r-rwol ta' Pilatu huwa stess.", "Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista mbagħad kien hemm protesta dwar riklami li meta tarahom jipprovaw jagħtuk l-impressjoni li hawn roħs f'kollox, qisu ma għola xejn f'dan il-pajjiż.", "Tara ritratti ta' stabilimenti - ma nafx jekk hux kollha bil-permess tas-sid; naħseb li ċerti stabilimenti forsi bi pjaċir tas-sid għax qisu reklam b'xejn għalihom u oħrajn anke mingħajr il- permess tas-sid - bil-persentaġġ ta' kemm suppost naqas is-servizz u jekk tmur hemm issib li l-persentaġġ m'huwiex dak, anke fejn kien hemm roħs.", "Jiġifieri huma riklami li żgur ma jgħidux il-verita' kollha, dan mhux it- teletext fejn issib il-lista tal-prezzijiet kollha b'mod alfabetiku u ssib l-informazzjoni kollha li trid.", "Dan huwa mod selettiv skond il-Gvern ta' x'suppost raħas u x'suppost ma raħasx.", "U ssib ħafna affarijiet.", "Kien hemm anke min ħaseb li raħsu l-karozzi Ritmo imbagħad meta vverifika skopra li huwa prodott daqsxejn differenti li tixtrih mingħand St George's Pharmacy!", "Kollox fih dan ir-riklam, kull tip ta' sapun li suppost roħos, fih ħafna affarijiet interessanti.", "Issa l-Partit Nazzjonalista pprotesta ma' l-Awtorita' tax-Xandir għax dawk ir-riklami fil-format li huma, fuq suġġett ta' kontroversja politika u fuq suġġett ta' policy pubblika, jirrikjedu xi forma ta' rimedju.", "Fi żmien Amministrazzjoni Nazzjonalista, l-Awtorita' tax-Xandir kienet waqqfet kompletament riklami b'kontenut ferm inqas kontroversjali.", "L-Awtorita' tax- Xandir bl-ilment li kellha quddiemha mill-Partit Nazzjonalista, setgħet faċilment qalet - u kien ikollha raġun - li hemm riklami li juru mhux b'mod korrett fejn suppost sar ir-roħs u allura l-Partit Nazzjonalista għandu d-dritt jagħmel spots u juri fejn is-sistema ta' tassazzjoni ġdida ġabet l-għoli tal-ħajja b'eżempji konkreti u reali.", "Mhux il-verita' rridu ngħidu?", "Lanqas dan m'għamlet l-Awtorita' tax-Xandir, la waqqfet ir-riklami u lanqas qalet li għandhom isiru riklami li jagħtu l-istampa l-oħra li ma tidhirx f'dawn ir-riklami ta' propaganda partiġjana.", "Tafu x'qalet l- awtorita'?", "Qalet almenu għandu jkun hemm programm ta' diskussjoni ta' tliet kwarti kull ġimgħa fejn ikun hemm l-opinjonijiet kollha biex il- pubbliku Malti jkollu aċċess għall-informazzjoni sħiħa u jkun jaf li hemm diversita' ta' ideat u opinjonijiet fuq dan is-suġġett.", "Dan hu r-rimedju.", "U, anke jekk jien kont nippretendi rimedju iktar kuraġġuż minn dan, naħseb li dan huwa rimedju ġust.", "Imma x'jiġri issa?", "Il-Partit Laburista ma joqgħodx gallarija hawn, issa naraw il-ġurnal \"KullĦadd\" u naraw stqarrija wara l-oħra mis-Segretarju Ġenerali Jimmy Magro, għan-nom tal-Labour Party, jagħmlu attakk feroċi fuq l-Awtorita' tax-Xandir f'pajjiżna għaliex skond il-Labour Party f'Malta l-poplu m'għandux ikun jaf li hawn diversita' ta' ideat fuq dan is-suġġett.", "Dan hu l-konċett kollu.", "Il-Labour Party ma jridx li jkun hemm programm ta' tliet kwarti kull ġimgħa fejn jinstemgħu l- opinjonijiet differenti għax il-Labour Party għadu kontra li jkun hemm il- verita' kollha.", "Madam Speaker, dawn huma l-prinċipji moderni ta' kif tmexxi?", "Dan huwa l- mod ta' kif tinvolvi aktar nies?", "Dan huwa l-mod kif għandek tħares lejn l- oqsma differenti ta' tmexxija fil-pajjiż u tara li verament ma timxix bil- bibien magħluqa imma tara kif ikun hemm aċċess sħiħ għal min irid jipparteċipa?", "U jien nerġa' nħares lejn il-lista li għandna quddiemna ta' korporazzjonijiet jew awtoritajiet fejn l-Oppożizzjoni kellha d-dritt li tagħmel nomina, għaliex dalgħodu l-Prim Ministru pprova jagħmlilna distinzjoni oħra.", "Qalilna li jista' jkun hemm oqsma - u hawn semma' l- ambjent u l-edukazzjoni - fejn il-policy hija diġa' mfassla u huwa tajjeb li l-Oppożizzjoni tipparteċipa fl-implimentazzjoni.", "Issa jien naf għaliex dalgħodu l-Prim Ministru qagħad attent li jagħmel din id-distinzjoni.", "Għaliex ftit iktar minn xahar ilu f'dan l-istess Parlament, fis-seduta ta' nhar it-Tlieta 17 ta' Ġunju, l-Onor.", "Anġlu Farrugia għan-nom tal-Gvern għamel emenda - u għamel sew - biex fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni jiżdied membru ieħor li jkun maħtur mill-Oppożizzjoni.", "Rigward it-trasport l-Onor.", "Debono Grech dejjem jgħid li jrid jaħdem flimkien ma' l-Oppożizzjoni.", "Anke għas-social welfare committee tal- Pulizija u l-każijiet fejn dan ikun jista' jisma' ilmenti tal-Pulizija, jgħidu li l-Oppożizzjoni għandha tipparteċipa u f'ċerti okkażjonijiet għandu jkollha ċ-chairmansip tal-kumitat.", "Dan il-Gvern jaf x'qiegħed jgħid?", "Il-Prim Ministru, għax jaf li hawn eżempji bħal dawn u għax jaf li aħna se nikkwotawhom, qal li rridu niddistingwu u semma' l-edukazzjoni.", "Naturalment għax l-emenda li ppropona l-Gvern biex fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni jkun hemm l- Oppożizzjoni u semma' l-ambjent u xi settur ieħor għadha friska.", "X'inhi d- distinzjoni li pprova jagħmel?", "Hu qal li fejn ikun hemm policy biex nimplimentaw flimkien ma jimportax.", "U jien nistaqsi: Allura f'dawn l- oqsma kollha, li hawn imsemmijin fil-liġi dwar in-nomini fejn l- Oppożizzjoni kellha d-dritt li tinnomina, hemm daqshekk diverġenza ta' opinjoni li l-Gvern jibża' li jkollu persuna li tara x'qiegħed jiġri?", "Per eżempju, fil-Malta Financial Services Centre - il-leġislazzjoni kollha għalih saret bl-iktar mod bi-partisan f'din il-Kamra, allura jekk niġi għall-argument li għamel il-Prim Ministru dawn huma policies li saru u li ġew aċċettati - x'hemm ħażin li nimplimentaw flimkien, bl-istess distinzjoni li pprova jagħmlilna dalgħodu fir-rigward tal-MFSC u tas- Central Bank of Malta?", "Għandna diverġenza ta' policies?", "U jekk stess hemm, l-Oppożizzjoni m'għandhiex dritt tkun taf x'inhu jiġri fuq l-MDC u fuq l- iżvilupp industrijali?", "Hemm policies daqshekk ta' diverġenza li l-Gvern jibża' li l-Oppożizzjoni jkollha rappreżentant tagħha?", "Fl-Enemalta Corporation m'għandux ikun hemm parteċipazzjoni ta' l-Oppożizzjoni fl- iżvilupp tal-policies ta' l-enerġija?", "U tista' tibqa' sejjer hekk bl- eżempji kollha li hawn fl-istess liġi.", "Madam Speaker, meta tħares lejn dawn l-aspetti kollha ma tistax ma tirriflettix fuq fatt li kuljum qiegħed isir iktar ovvju u dan huwa l-fatt li l-karatteristiċi tal-Gvern preżenti huma karatteristiċi ta' ingann u arroganza.", "Ingann ta' Gvern li wiegħed trasparenza u fir-realta' qed jagħtina sistema dejjem ikbar ta' ħabi, sistema dejjem ikbar ta' deċiżjonijiet wara bibien magħluqa u sistema dejjem ikbar ta' deċiżjonijiet b'impożizzjoni minn fuq.", "La semmejt l-eżempju tax-xandir nixieq nistaqsi: L-Onor.", "Alfred Sant, bħala Prim Ministru, jaqbel mal-Partit Laburista' bl- istqarrijiet li qed jagħmel is-Segretarju Ġenerali tiegħu u mal-ġurnal \"KullĦadd\", li huwa l-organu uffiċjali tal-Partit Laburista, li jsiru attakki bħal dawn fuq l-Awtorita' tax-Xandir għaliex tat rimedju f'forma ta' diskussjoni fejn jistgħu jinstemgħu l-opinjonijiet kollha?", "Jaqbel jew ma jaqbilx?", "Forsi fil-winding up jgħidilna.", "Jew jemmen fl-impożizzjoni u mhux fi gvern modern?", "Jew jemmen fil-ħabi u mhux fi gvern trasparenti?", "Jew jemmen fi gvern ċentralizzat għal kollox u mhux fi gvern fejn ikollok il- firxa tal-poter?", "Nixtieq inkun naf b'liema argument possibbli l-Partit Laburista jista' jgħid li l-Awtorita' tax-Xandir għaġġlet wisq u nixtieq inkun naf ukoll jekk il-Prim Ministru jikkondividix din l-opinjoni.", "Ħalli nispjega ftit x'ġara fl-aħħar ġranet.", "L-Awtorita' tax-Xandir għadu kif kellha kundanna mill-Qorti ta' l-Appell li qaltilha: Int imissek għaġġilt iktar u jmissek ħadt passi anke qabel ma ġie l-Partit Nazzjonalista għandek.", "Għax l-Awtorita' tax-Xandir marret quddiem il-Qorti ta' l-Appell u qalet: Il-Partit Nazzjonalista ġabna l- qorti malajr wisq u għaġġel wisq.", "Iżda l-Qorti ta' l-Appell qaltlu: Mhux il-Partit Nazzjonalista għaġġel wisq imma int imxejt bil-mod wisq.", "U issa l- Labour Party jrid li meta jkollok ilmenti bħal dawn noqogħdu nieħdu l- affarijiet bil-mod, ma ngħaġġlux u ma nagħtux rimedju mill-ewwel.", "Għalfejn?", "Biex imbagħad il-fehma ta' l-Oppożizzjoni tasal, anke jekk tasal xahrejn tard - bħalma se jiġri nhar il-Ħamis li ġej - peress li l-proċess kellna neħduh sal-punt massimu tiegħu quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "Nistgħu ngħidu li, iva, wasalna minkejja forsi dak kollu li xtaqu b'mod kuntrarju l-Onor.", "Alfred Sant u l-Partit Laburista.", "Jekk il-Gvern irid ikun modern, irid jimxi bis-serjeta' fuq l-iktar parteċipazzjoni wiesgħa ta' kull min irid jagħti l-ideat diversi tiegħu.", "U f'dak il-proċess l- Oppożizzjoni għandha rwol kostituzzjonali u fundamentali x'taqdi.", "Huwa min irid il-metodu \"adversial\" u ta' konfront li huwa antikwat.", "Huwa min irid li l-affarijiet jerġgħu jibdew isiru wara bibien magħluqa li m'huwiex trasparenti.", "Huwa modern u effiċjenti dak li jrid li nżommu b'saħħitha liġi li tat dritt lill-Oppożizzjoni.", "Madam Speaker, jien nixtieq nagħlaq bi ħsieb wieħed.", "Jekk qed nitkellmu dwar liġi li tolqot l-operat ta' l-Oppożizzjoni, x'arroganza trid tkun min- naħa tal-Gvern li ma jħallix f'idejn l-istess Oppożizzjoni biex tiddetermina hi kif trid taqdi r-rwol tagħha?", "Mela dan huwa gvern li jrid jgħid kif irid jimxi hu, irid jgħid x'policies u x'liġijiet irid jagħmel hu u dan huwa gvern li jemmen li għandu jiddetta hu kif għandha taġixxi l- Oppożizzjoni.", "Almenu l-Oppożizzjoni għandha dritt li tagħżel hi l-metodi tagħha u tgħid dan hu l-metodu ta' skrutinju li rrid.", "Ma naħsbix li l- Gvern għandu dritt jgħid kif għandha taġixxi l-Oppożizzjoni, bħala oppożizzjoni?", "U jekk il-Gvern wasal fil-punt li jaħseb hekk, allura dan m'huwiex Gvern li wara disa' xhur li ilu fil-poter laħaq l-ogħla livell ta' arroganza u l-ogħla livell ta' distakkament mill-poplu Malti, b'mod ġenerali?", "Dan jixhduh ħafna membri ta' l-istess Gvern li jafu li llum reġgħet daħlet is-sistema ta' kollox hu, fis-sens li dak li joħlom bih jagħmlu fatt, u jikkmanda hu u ħadd iktar, għaliex kollox reġa' ġie ċċentralizzat.", "Id-deċiżjonijiet qed jittieħdu minn fuq nett u minflok ma qed naraw sistema ta' parteċipazzjoni qed nerġgħu mmorru lura għal sistema ta' gvern ċentralizzat, gvern arroganti, gvern li m'huwiex sensittiv għal dak li jħossu u li jsostnu n-nies fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lum, it-Tlieta 22 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Madam Speaker, ftit tal-ġranet ilu tlestiet l-ewwel fażi tax-xogħlijiet f'Buġibba, xogħlijiet li biddlu lil Buġibba mil-lejl għan-nhar.", "Dan jista' jarah kull min reġa' żar Buġibba f'dawn il-ġranet wara assenza ta' ftit xhur.", "Jistgħu jixhduh ukoll dawk it-turisti li kienu hawn is-sena l-oħra u reġgħu ġew fostna din is-sena.", "Il-bidla li seħħet f'Buġibba qed ifaħħarha kull min qed jerġa' jżur dan il-post tant popolari mal-Maltin kif ukoll mat-turisti.", "Il-Partit Laburista dejjem qal li jrid jagħti dehra aħjar lil dawk il- postijiet li huma holiday resorts.", "Aħna kellna l-prijoritajiet tagħna u fhimna li Buġibba kien il-post li bih kellna nibdew.", "Forsi kien hemm min ippretenda li kellna nibdew minn x'imkien ieħor pero' f'Buġibba u fl-inħawi madwaru jmorru mhux inqas minn 38% tat-turisti li jiġu għal vaganza f'Malta.", "GĦalhekk bdejna minn Buġibba.", "Mal-ħatra tiegħu, il-Gvern Laburista ħejja programm serju ta' xogħol li nbeda kmieni fi Frar ta' din is-sena.", "Wara biss 100 jum ta' xogħol dan il-proġett kien lest, proġett li sewa mat-Lm3 miljun f'area li kienet intesiet għal snin sħaħ.", "GĦaliex minkejja li Buġibba minn dejjem kienet tilqa' fiha ammonti kbar ta' turisti xorta waħda kienet minsija.", "Jiena llum nixtieq ngħid grazzi lil kull min ta sehemu sabiex Buġibba nbidlet fi żmien daqshekk qasir.", "Fost in-nies li ħaqqhom kull tifħir insemmi l-Prim Ministru, li ħa interess partikolari f'dan il-proġett, il- Ministru Karmenu Vella, il-Ministru Charles Buhagiar, il-Buġibba Action Committee u l-ħaddiema kollha.", "Hawnhekk nixtieq nirrimarka li ħafna mix- xogħol li sar, f'din l-ewwel fażi ta' xogħol f'Buġibba, sar mill-ħaddiema mill-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni.", "Jiena ngħid j'Alla naraw ħafna xogħol iktar simili f'areas oħra f'Malta u Għawdex pero' llum li għandna Buġibba ġdida rridu naraw kif se nieħdu ħsieb dan il-prodott ġdid, dan ir-reklam ta' Malta ġdida.", "Irridu naraw li dak li bnejna f'100 jum bi spiża ta' kważi Lm3 miljun nibqgħu ngawduh fl-istat li huwa għal ħafna snin.", "M'huwiex possibbli li nittolleraw li ssir ħsara lil dan il- monument turistiku ġdid.", "Hemm bżonn li naraw li l-liġi tiġi osservata għal ġid ta' kulħadd.", "GĦalhekk hemm bżonn li jkun hemm preżenza ikbar ta' pulizija jew inkella jinħolqu wardens sabiex titħares il-liġi u jkun hemm inqas abbuż, inqas vandaliżmu, inqas qżież u iktar indafa.", "Kif għidt, Buġibba nbidlet mil-lejl għan-nhar.", "Illum insibu pavimenti mill-isbaħ mad-dawra kollha u dawn hemm bżonn li jingħataw attenzjoni speċjali.", "Innotajt li diġa' hemm xi pavimenti mċappsin biż-żejt tal- karozzi u żgur li dawn iridu jinqalgħu u jinbidlu.", "GĦalhekk irridu naraw li ma jkunx hemm parking fuq dawn iċ-ċangaturi kuluriti.", "Inħoss ukoll li rridu ndaħħlu d-drawwa li min jagħmel il-ħsara jinżamm responsabbli ta' għemilu.", "Ħaġa oħra li ddejjaqt nara waqt li kont Buġibba huwa li ħafna air conditioners tal-ħwienet qegħdin jarmu l-ilma għal fuq dawn il-bankini l- ġodda.", "Nistħajjel li hawn min jistaqsi l-ilma xi ħsara jista' jagħmel għaliex kieku mur ara x'se jiġri fix-xitwa, pero' l-fatt hu li dawn l- għadajjar bl-ilma jagħmlu ikrah mad-dehra ta' ċangaturi ġodda u niexfa.", "Fl- istess waqt nemmen ukoll li ma jsirx ġid b'dak l-ilma dejjem ġej, kemm liċ- ċangaturi kif ukoll lis-sodda ta' taħthom.", "Ħaġa oħra li nixtieq nara ġewwa Buġibba hija li jkun hemm iktar indafa u f'dan il-każ naħseb li għandhom jidħlu anke l-wardens.", "Jekk tmur dawra mal- promenade ta' Buġibba, minkejja li hemm ħafna litter bins, tara ħafna ħmieġ ma' kullimkien.", "Għalhekk minbarra li nżidu n-numru ta' litter bins hemm bżonn li nkunu aktar responsabbli u nżommu iktar indafa.", "Fl-istess waqt hemm il-ħtieġa li s-sidien tal-ħwienet iħeġġu l-indafa u jwaqqfu lil kull min ikun se jħammeġ.", "Il-pjazza ewlenija ta' Buġibba ngħatat dehra ġdida wkoll; ġiet magħluqa għat-traffiku u tpoġġew numru ta' bankijiet madwarha pero' ħaġa li trid tiġi mħarsa huwa l-ġiri ta' tfal u żgħażagħ b'roti, skate boards, in-line skates, eċċ. M'huwiex sewwa li f'pedestrian area magħluqa għat-traffiku minflok il-perikli tat-traffiku issa se jkun hemm dawn il-perikli ġodda.", "Ħaġa oħra li nnotajt f'din il-pjazza huwa n-nuqqas kbir ta' litter bins u jiddispjaċini ngħid li din l-area qiegħda tkun mimlija b'ħafna skart il-ħin kollu.", "Fl-istess waqt irridu nkunu ibsin kontra dawk is-sidien ta' klieb sabiex ma narawx ħmieġ ta' klieb mad- dawriet u jekk hemm bżonn għandna noħolqu xi bye-law sabiex inħarsu kontra dan l-inkonvenjent.", "Issa li l-infrastruttura tlestiet hemm bżonn li jkun hemm supervizjoni.", "Kull fejn ikun hemm ftit ħsara, din trid tiġi rranġata mill-ewwel u mhux inħallu l-ħsara tikber.", "Diġa' rajna li hemm ċangaturi li qegħdin jinqalgħu jew jiċċaqalqu minn posthom meta jsir xi xogħol bħal bus stops jew litter bins ġodda.", "Hemm bżonn li meta jkun sar xi xogħol, jitpoġġa kollox f'postu.", "Sezzjoni ta' nies li ħadet ir-ruħ b'dan ix-xogħol li sar ġewwa Buġibba żgur li kienu s-sidien tal-ħwienet.", "Dawn kienu ilhom jistennew xi ħaġa simili.", "Illum għandhom rwol importanti huma wkoll sabiex nieħdu dak kollu li nistgħu minn dan il-proġett.", "Tal-ħwienet għandhom jgħinu fit-tħaris kontra kull vandaliżmu u abbuż.", "Fl-istess ħin għandhom jaraw li jibqgħu kompetittivi fil-prezz li jiċċarġjaw.", "Ma jistax ikun li ngerrxu lil kull min iżur Buġibba għax jista' jkun hemm min qed jiċċarġja prezzijiet ogħla.", "Naf li min irid iżid ix-xogħol irid iżomm prezzijiet normali.", "Jien ċert li l-maġġoranza hekk qed jagħmlu, pero' rridu noqogħdu attenti għall-abbużi.", "Madam Speaker, biċċa xogħol oħra ta' tifħir kbir li saret f'Buġibba hija d-daħla ewlenija lejn Buġibba.", "Kull min kien jiffrekwenta Buġibba jaf minn xiex kont trid tgħaddi sabiex tidħol lejn jew toħroġ minn Buġibba.", "It- traffiku esaġerat li kien jinġabar kien enormi.", "Ħadd ma kien jċedi lil ħadd u tistenna lil xi ruħ tajba biex iċċedilek sabiex tkun tista' tidħol.", "Illum l-istorja hi differenti għall-aħħar.", "Sar xogħol perfett u dan ġie kumplimentat ukoll b'set ta' traffic lights li jikkontrollaw għal kollox it- traffiku.", "Ix-xogħol li sar f'Buġibba qabel beda dan is-sajf m'huwiex l- aħħar xogħol li se jsir f'Buġibba.", "Wara din l-ewwel fażi li tlestiet, ċioe' wara s-sajf, ix-xogħol f'Buġibba huwa mistenni li jkompli.", "Jien ċert li problema li se tiġi tackled fil-futur qarib hija l-problema ta' fejn jieqfu u mnejn jitilqu l-karozzi tal-linja.", "Hemm bżonn li ssir venda għall- karozzi tal-linja f'post iffrekwentat daqs Buġibba, fejn it-trasport pubbliku huwa użat ħafna.", "Venda għall-karozzi tal-linja hija indispensabbli.", "Madam Speaker, il-mod serju li bih qed jaħdem il-Gvern qed jidher anke meta niġu għal tip ta' xogħol bħalma sar f'Buġibba.", "Issa wara Buġibba x- xogħol mistenni jkompli f'areas oħra fosthom Paceville, Wied il-Għajn u anke fil-ottonera.", "Dawn il-postijiet ġew identifikati bħala areas fejn hemm bżonn li jsir up-lift bħalma sar f'Buġibba.", "Jekk nieħu Wied il-Għajn, bħala eżempju, naf li kemm ir-residenti, is-sidien tal-ħwienet u anke dawk li jżuru Wied il-Għajn, jafu minn xiex għaddew f'dawn l-aħħar sjuf.", "Jafu li minħabba nuqqas ta' ppjanar kien hemm ħafna xogħol li kien isir fil-peak season, fl-aqwa tas-sajf.", "Niftakarni nara triq li fiha kien hemm għadd ta' ħwienet, ristoranti u pubs mgħarrqa fid-drenaġġ.", "Toroq sħaħ inqalgħu sabiex isir xogħol ta' bdil ta' katusi fl-eqqel tas-sajf.", "Min ikun jaf jippjana ma jagħmilx dan ix-xogħol fis-sajf iżda jittieħed l-eżempju ta' kif sar ix-xogħol f'Buġibba.", "Wara ħafna snin ta' taqtigħ il-qalb, kull min hu midħla sew ta' Wied il-Għajn qed jistenna bil-ħerqa sabiex tasal it-turn tiegħu li dan il-villaġġ jingħata dehra aħjar.", "Bl-istess ħsieb f'moħħhom huma n-nies tal-Kottonera, li wara ħafna snin minsija issa qed jaraw li fl-aħħar anke lilna stess se tmiss din ix-xorti.", "Illum nafu li din l-amministrazzjoni ġdida qed tagħmel l-aħjar tagħha sabiex isir dak ix-xogħol li konna ilna nistennew.", "Mhux l-istess nistgħu ngħidu għall-amministrazzjoni ta' qabel.", "Illum il-Gvern u aħna r-residenti tal-Kottonera qegħdin inħarsu lejn dan l-iżvilupp b'ħerqa kbira.", "Illum nafu li fl-aħħar waslet is-siegħa tagħna wkoll.", "Il-Kottonera tista' tħares lejn futur aħjar fejn, wara snin twal ta' industrijalizzazzjoni, qed nisperaw u nittamaw li l-Kottonera nbiddluha f'ċentru turistiku.", "Nafu li għandha l-kredenzjali kollha sabiex tkun tista' ssir ċentru turisitiku u anke nafu li hi adattata għall-aħħar sabiex isservi ta' yacht marina.", "Madam Speaker, ftit ilu ħareġ ir-rapport dwar il-Kottonera, il-waterfront regeneration.", "Ħareġ ukoll rapport mill-Awtorita' Marittima, flimkien ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, dwar studju għal aktar żvilupp ta' marinas f'Malta.", "Mit-tieni rapport joħroġ ċar li t-talba għal yachts żdiedet wisq.", "It-talba għal berths ġodda qed tkun enormi u meta tinħoloq xi marina din mill-ewwel qed tiġi okkupata.", "Mir-rapport joħroġ li sa Settembru ta' l- 1995 kien hemm talba għal 240 berth li tħallew jistennew fuq il-waiting list.", "Mhux hekk biss iżda n-numru baqa' jikber u mistenni li jkompli jikber fis-snin li ġejjin.", "Il-Maltin li huma sidien ta' yachts qed jaħtfu l-ewwel opportunita' meta jkun hemm xi berth vakanti, pero' qed jiġri li ħafna talbiet għal berths minn sidien barranin mhux dejjem qed jiġu sodisfatti.", "Malta saret ċentru popolari ta' yacht berthing mal-barranin u dan, fost kollox, minħabba l-pożizzjoni strateġika li nokkupaw fiċ-ċentru tal-Mediterran.", "Għalhekk dan l-istudju ħaseb sabiex jiġu identifikati areas fejn jistgħu jiġu żviluppati marinas ġodda.", "Ġew identifikati 18-il post li jistgħu jservu bħala lok ta' marina u, wara li dawn ġew short- listed, bħala l-aħjar għażla ġiet id-daħla lejn in-No.", "1 Dock, magħrufa aħjar bħala Dockyard Creek.", "Jingħad li marina f'Dockyard Creek jekk tkun żviluppata b'mod mill-aktar serju tkun tista' tiġi meqjusa bħala waħda mill- isbaħ marinas fil-Mediterran.", "Kif għidt, in-nies ta' dawn in-naħat ilhom snin twal jistennew sabiex isir żvilupp simili.", "Niftakar li meta kont iżgħar ħafna kont nara xi cruise liner marbut mal-mollijiet ta' Xatt ir-Riżq.", "Kienet xena ta' kuljum li jkun hemm cruise liners kbar ma' dawn ix-xtut.", "Dawn iż-żmenijiet issa ilhom li għaddew.", "Kienu s-snin '80 meta Gvern Laburista ta' dak iż-żmien ipprova jagħti ftit nifs u attenzjoni lil dawn in-naħat.", "Minbarra l-għadd ta' cruise liners minn pajjiżi differenti kien jorbot ukoll tliet darbiet fil-ġimgħa vapur tal-passiġġieri li minn Malta kien jaħdem għal Sqallija.", "Dan kien iffrekwentat ħafna dak iż-żmien, kemm minn Maltin kif ukoll minn Taljani li kienu jiġu għall-btala f'Malta.", "Mal-bidla tal-gvern fl-1987, dan spiċċa kollu u Xatt ir-Riżq reġa' ġie ridott għal dak li kien qabel.", "Ħallewh jerġa' jmut.", "Wara kollox dan ix-xatt jagħmel parti mill-Kottonera u l-Kottonera qatt ma kienet fl-aġenda għall-amministrazzjoni preċedenti.", "Illum reġgħu nbidlu ż-żmenijiet u issa tħejjew il-pjanijiet sabiex fi ftit żmien ieħor jibdew ix-xogħlijiet wara li nkunu smajna l-opinjoni ta' kulħadd.", "Ir-rapport jurina bl-aktar mod ċar li dan ix-xatt jista' jilqa' fih mas-600 yacht.", "Huwa l-aktar ideali sabiex jinbidel f'marina.", "Wara kollox dan ix-xatt għandu ħafna vantaġġi u fost kollox hemm li din il-parti ta' Malta dejjem kienet tilqa' fiha xogħol marbut ma' vapuri, dgħajjes u yachts.", "Insomma, hemm ġrajja marittima li tmur lura għal mijiet tas-snin.", "Rapport li deher f'magazine Ingliż ftit ta' snin ilu, il-Yachting World, iddedika parti sostanzjali minnu lil Malta u fost kollox jgħid:", "\"We were told of plans to develop Dockyard Creek as a special port for yachts.", "The surroundings are magnificent, all that's needed is the investment for the local infrastructure of quay site services\".", "Madam Speaker, dawn il-vantaġġi ġew rikonoxxuti minn kulħadd.", "Issa kulma jonqos hu li naraw il-bidu tax-xogħlijiet.", "Fl-istess xatt kien ikun hawn xogħol kbir ta' trasport bil-baħar lejn il- Birgu, l-Isla u l-Xatt tal-Belt bid-dgħajjes tradizzjonali Maltin.", "Dan ix- xogħol kellu l-boom tiegħu meta kien ikun hawn il-baħrin fuq xi frejgata barranija.", "Mat-tluq ta' l-Ingliżi l-mestjier tal-barklori majna u kważi miet.", "Illum tinżel sax-Xatt ta' l-Isla u l-Birgu u tara li x-xogħol tad- dgħajjes tal-pass donnu qed jerġa' jingħata l-ħajja.", "It-turist li jiġi lejn dawn in-naħat ma jkunx irid jitlef dawra mad-daħliet li hemm fil-port fuq dgħajsa Maltija.", "Dawn il-barklora mill-Kottonera llum qed jagħmlu sforz sabiex din il-parti mill-istorja marittima ta' pajjiżna terġa' tingħata l-ħajja.", "Għandhom bżonn kull kuraġġ u kull għajnuna.", "Minn hawn, Madam Speaker, nixtieq nappella sabiex dawra mal-Port il-Kbir fuq dgħajsa Maltija tkun inkluża fil-programmi tat-turisti u għandna nħajru lit- turisti, u anke lill-Maltin stess, sabiex jagħmlu din id-dawra u mawra mal- Port il-Kbir.", "Madam Speaker, illum nistgħu naraw b'liema serjeta' qed isir ix-xogħol.", "Qed nippjanaw bis-serjeta' sabiex inkunu ppreparati għal kulma jkun jista' jinqala'.", "Il-proġett tal-Kottonera Waterfront issa ġie ppreżentat f'żewġ dokumenti għad-diskussjoni u anke l-Gvern huwa favur il-politika li tiffavorixxi żvilupp ta' marina f'dawn in-naħat.", "Għalhekk in-nies tal- Kottonera qed jistennew bl-akbar ħerqa sabiex ix-xogħol ikun jista' jinbeda u lil dawn in-naħat jerġa' jingħatalhom dak in-nifs li ilhom jistennew għal ħafna u ħafna snin.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Madam Speaker, xtaqt nitkellem dwar suġġett illi b'xi mod huwa relatat ma' dak li tkellem dwaru l-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Chris Agius.", "F'dawn iż-żmenijiet l-attenzjoni tkun iffokata fuq ċerti servizzi illi noffru fix-xhur tas-sajf.", "Naħseb li għandna nagħtu aktar importanza lil dan is-settur tat-turiżmu, minħabba s-saħħa ekonomika tiegħu u l-impatt ta' din l-industrija fuq pajjiżna.", "Nitkellmu dwar it- trasport pubbliku u ngħidu li għandu jkun iżjed effiċjenti.", "Nitkellmu dwar li l-prezzijiet għandhom ikunu kompetittivi sabiex niġbdu iżjed turisti lejn pajjiżna għax nafu li qegħdin f'tellieqa ma' pajjiżi ġirien fil- Mediterran li joffru l-istess servizzi bħalna.", "Nitkellmu wkoll dwar li l- hotels u r-restaurants għandhom ikunu ta' livell għoli u jagħtu servizz illi jissodisfa l-aspettattiva ta' dawk in-nies li jżuruna.", "Hawn ta' min ifaħħar ix-xogħol li kien u għadu jagħmel bħalissa l-Institute of Tourism Studies.", "Insemmu wkoll it-toroq u l-infrastruttura in ġenerali u kollha kemm aħna naqblu li hemm bżonn ta' upgrading totali, u mill-ewwel jiġina f'rasna x-xogħol li sar f'Buġibba.", "Forsi li ma nsemmux u li ma nagħtux biżżejjed attenzjoni dwaru huwa r- riżors tal-baħar, illi noffruh lit-turisti għax qiegħed hemmhekk u nemmnu li huwa tagħna bi dritt.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li dan ir-riżors m'għamilnihx aħna u jekk mhux se nibżgħu għalih se ntellfulu ħafna mill- importanza tiegħu.", "Nafu wkoll li l-baħar huwa mezz ta' rikreazzjoni għall- familji Maltin.", "Huwa wkoll parti importanti mill-ambjent u kif għidt huwa kalamita kbira għat-turisti.", "Issa jekk se nitkellmu fuq it-tniġġiż tal- baħar, naħseb li nistgħu naqsmu din il-problema fi tliet kategoriji.", "Hemm dak it-tip ta' tniġġiż illi jiġi kkawżat mit-tnixxija ta' drenaġġ li ma jkunx ittrattat.", "Kif nafu d-drenaġġ jintrema' ġeneralment il-barra mill- kosta permezz ta' katusi u għalhekk jekk ikun hemm ħsarat f'dawn il-katusi ovvjament se jkun hemm it-tniġġiż li joħroġ viċin il-kosta u dan ovvjament m'huwiex se jagħmlilna ġid.", "Huwa ta' konsolazzjoni forsi għal xi wħud li sas-sena 2000 id-drenaġġ kollu li joħroġ mill-kosta se jkun ittrattat, pero' hemm bżonn li naraw li ċertu sbroff fid-drenaġġ jiġi kkontrollat b'mod u manjiera li ma jagħmilx ħsara lill-kosta.", "It-tieni tip ta' tniġġiż huwa dak ta' rqajja taż-żejt, dak li huwa msejjaħ bħala oil spills, ta' fuels u solvents li jintrema' mid-dgħajjes yachts u cabin cruisers oħrajn li jidħlu viċin ix-xatt.", "Ovvjament għandna l-irqajja taż-żejt li huma regolati b'ċertu mod mill-konvenzjonijiet internazzjonali u hemm bżonn li jkollna iżjed kampanja edukattiva biex naraw li ma jkunx hawn abbużi u biex insiru iżjed konxji ta' l-ambjent ta' madwarna.", "Hemm bżonn ukoll li l-id tal-liġi tkun enforzata aħjar, fis-sens li jkun hemm iżjed patrols fuq il-baħar mill-pulizija, fis-sens ukoll li għandu jiġi minn dak l-individwu li jkollu l-yacht jew il-cabin cruiser li ma jħammiġx u jara li b'mod u manjiera raġonevoli ma jħallix dawn is- solvents u l-fuels li jkerrħu u jagħmlu dannu għall-ambjent.", "Fl-aħħarnett għandna wkoll it-tniġġis tal-baħar ikkawżat minna stess.", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-iktar tip ta' tniġġis li jagħti fastidju lill-familji Maltin u li ironikament jagħmluh huma stess - u forsi anke t- turisti li jżuruna.", "Naħseb li tifhmuni li qed nirriferi għall-fliexken, għall-bottijiet u għall-affarijiet li n-nies tħalli warajha.", "Hija xi ħaġa tal-mistħija u ta' min jistmerra li tmur f'bajja bħal, per eżempju, l- Għadira u Għajn Tuffieħa - li aħna tant nirriklamaw barra minn Malta bħala attrazzjoni għat-turisti - u ssib ħafna ħmieġ u żibel li n-nies tkun ħalliet warajha.", "L-aqwa li marru ġurnata l-baħar!", "Li kieku m'għandniex is- servizz tal-beach cleaners li jnaddfu dawn il-bajjiet kieku l-għada filgħodu dawk l-istess persuni li jkunu ħallew dak il-ħmieġ kollu jerġgħu jsibuh ma wiċċhom.", "L-appell li nixtieq nagħmel jien huwa iżjed immirat lejn iż-żgħażagħ, li suppost huma aktar konxji minn nies ta' ċerta eta', pero' jiddispjaċini ngħid li xorta m'humiex qegħdin jagħmlu dak kollu li hu possibbli biex iżommu ċerta indafa u biex jaraw li ma jħammġux dawk il-postijiet fejn ikunu qed jiddevertu.", "Min-naħa l-oħra hemm l-inizjattiva ta' ċerti fondazzjonijiet u lil dawn ta' min ifaħħarhom għaliex mingħajr ħlas qed jieħdu ħsieb u jikkontrollaw huma stess it-tindif ta' ċerti bajjiet - hemm il-wardens li qed jisseparaw l-iskart bħal, per eżempju, l-aluminium u l- ħġieġ għalih - kif isir fil-pajjiżi moderni kollha.", "Madam Speaker, hemm bżonn ukoll li jkollna kuxjenza favur l-indafa u favur inqas tniġġis ta' l-ambjent u tal-baħar għaliex jekk se jkollna t- tniġġis dan se jkissirna, se jagħmilna inqas kompetittivi f'għajnejn il- barranin u f'għajnejn it-turisti u se nispiċċaw ngħixu f'maqjel.", "Ħadd ma jrid li d-dar tiegħu tkun maqjel.", "Min jgħum f'baħar imniġġes, speċjalment jekk jibla' l-ilma, għandu l-possibbilta' u l-probabbilta' li jbati konsegwenzi koroħ bħal, per eżempju, hepatitis A u ċerti infezzjonijiet fil- widnejn u fl-għajnejn.", "Ma rridux ninsew ukoll li bejn 60% u 70% ta' l-ilma li nikkonsmaw ġej direttament mir-reverse osmosis plants, li jieħdu l-ilma baħar u jikkonvertuh f'ilma tax-xorb, u għalhekk irridu nkunu iżjed konxji wkoll f'dan ir-rigward.", "Madam Speaker, fir-realta' il-bajjiet tagħna jikkomparaw b'mod tajjeb ma' bajjiet ta' pajjiżi oħra, pero' ma rridux ninsew ukoll li bajjiet ta' pajjiżi industrijalment żviluppati qegħdin ibatu l-konsegwenzi li jħallu warajhom l-industriji l-kbar.", "Ma rridux ninsew ukoll li l-ewwel ma tolqot hija l-għajn u għalkemm veru li l-baħar tagħna huwa aktar nadif minn ta' ħaddieħor pero' jekk aħna nħallu l-iskart fil-bajja dan se jidher ikrah ħafna u ovvjament mhux se jirrifletti tajjeb għall-pajjiż.", "Ma rridux ninsew li għandna bżonn kbir ta' aktar turisti - naħseb li kulħadd għandu bżonn - b'mod dirett u b'mod indirett, għax din l-industrija tolqot setturi kbar tal-popolazzjoni tagħna.", "Madam Speaker, f'dan l-istadju nixtieq nitkellem ukoll dwar din l- industrija tat-turiżmu f'pajjiżna, li mhux talli qed iżżomm il-pass maċ- ċifri li kellna fl-1996 talli rkuprajna b'medja ta' 7%.", "Dan jista' jiġi mqabbel ma' l-aħħar sentejn ta' l-Amministrazzjoni preċedenti fejn naraw li bejn Jannar u Mejju ta' l-1995 it-turisti naqsu b'medja ta' 2.2% mis-sena ta' qabel, jiġifieri mill-1994.", "Bejn Jannar u Mejju ta' l-1996 naqsu b'7.4% u issa, bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena, żdiedu b'7.6% fuq is- sena l-oħra.", "Meta kien fl-Oppożizzjoni l-Partit Laburista kien ta importanza kbira lil dan is-settur, tant li fil-politika ġdida Laburista kellna wkoll kapitlu sħiħ ddedikat għat-turiżmu bit-titlu \"Lejn Servizz Aqwa u Aktar Kompetittiv\".", "Hemm il-bżonn ta' pjan nazzjonali ta' żvilupp għall-ekonomija Maltija li jinkludi b'mod effettiv it-turiżmu fi ħdanu.", "Hemm sitt miri ewlenin tal-politika turistika prospettiva u preżenti ta' pajjiżna.", "L-ewwelnett irid ikun hemm titjib fil-prodott turisitku li bil- fatti jagħmel possibbli l-mixja gradwali lejn turiżmu ta' kategorija tan- nofs f'dak li huwa infiq ta' turist tul il-btala tiegħu.", "Irid ikun hemm diversifikazzjoni aktar intensiva u mifruxa tas-swieq li minnhom inġibu turisti lejn pajjiżna.", "GĦandu jkun hemm ukoll firxa aktar wiesgħa u bbilanċjata ta' l-attivita' turistika fil-gżejjer tagħna, partikolarment bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-pajjiż.", "Mira oħra hija l-marketing tal-gżira ta' Għawdex li permezz ta' promozzjoni diretta tenfasizza b'mod aktar ċar il-karetteristiċi distinti tagħha kif ukoll biex il-gżira ma tibqax titqies bħala sempliċi day tripper destination.", "Se jkun hemm ukoll marketing aggressiv intiż biex inaqqas il-problema ta' l-okkupanza fil- lukandi maħluqa mill-istaġjonalita' turistika billi tingħata spinta ikbar lill-conference and incentive travel.", "L-aħħar punt huwa li jiġi nkoraġġit it-titjib u l-upgrading ta' l-istock turistiku eżistenti.", "Madam Speaker, naħseb li din hija s-serjeta'.", "M'hemmx dubju li l-politika tal-Gvern Nazzjonalista li jelimina gradwalment il-forward buying rate kif ukoll it- telf ta' 150,000 turist Ingliż f'perjodu ta' sentejn se jirrikjedu ċertu żmien biex nirkupraw lil dan is-suq fil-massimu tiegħu.", "Il-konsegwenzi tal- politika żbaljata tal-Gvern Nazzjonalista jirrikjedu żmien biex jiġu rkuprati, iżda diġa' bdejna nixmu 'l quddiem.", "Matul dawn l-aħħar xhur diġa' ttieħdu miżuri effettivi biex nibdew nirkupraw dak li tlifna f'dan is- settur u ċ-ċifri ta' l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena juru biċ-ċar dan kollu.", "Il-Gvern Laburista jinsab determinat li jissokta bil-ħidma tiegħu biex l-industrija tat-turiżmu f'pajjiżna tkompli tirpilja u li l-livelli li jinkisbu jinżammu wkoll għas-snin li ġejjin.", "Fattur pożittiv li qed jgħin sewwa lil din l-industrija huwa t-tneħħija tal-value added tax u nagħlaq fuq dan il-punt, Madam Speaker.", "Is-sistema ġdida se tagħmel lil dan is- settur iktar kompetittiv u b'hekk se jkun assigurat l-iżvilupp sostenibbli ta' din l-industrija.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum it-Tlieta, 22 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m., bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fil-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SALINI/QAWRA - TINDIF TA' KANAL", "7670.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7340, jista' l-Ministru jgħid l-istima ta' Lm70,000 fil-fatt fuq liema bażi saret?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hux diġa' saret l- applikazzjoni msemmija lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-pompa msemmija fir-risposta hijiex se titħaddem is-sena kollha u x'tip ta' enerġija se tintuża biex tħaddem din il-pompa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-istima ta' \"Phase I\" tinkludi taħmil tal-kanal li hemm eżistenti n-naħa tas-Salini u iffurmar ta' kanal dejjaq fuq in-naħa tal-Qawra biex jagħqad il-kanal deskritt qabel sal-baħar.", "Dan it-taħmil taż-żewġ partijiet flimkien iġibu l-kwantita ta' 19,500m3.", "Issir ukoll l- istallazzjoni ta' pompi u xogħlijiet strutturali.", "L-istima għat-taħmil tal-kanal hija madwar Lm48,000 waqt li l-istima għall- istallazzjoni ta' pompi u xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' sumps hi madwar Lm18,000.", "Kif ingħata fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 7370 s'issa ma saret ebda applikazzjoni għal dan il-proġett lill-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "Il-pompi jitħadmu fuq bażi intermitenti f'dawk il-ħinijiet meta ma hemmx forza ta' ċirkolazzjoni permess ta' riħ jew tides.", "Jiġu kkonsidrati sistemi ta' enerġija alternativa biex jitħadmu dawn il-pompi.", "MELLIEĦA - TOROQ TAL-BIDWI", "7689.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7396, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm kienet in-nefqa fuq it-toroq rurali fl-1995, wara li kien hemm allokazzjoni speċjali mill-Kabinett għal dan il-għan wara maltempata li għamlet ħafna ħsara fit-toroq?", "B'riferenza għan-nefqa ta' l-1996, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'sar mill-virements mitluba u approvati biex flus ivvotati fuq voti oħra u li ma kenux intnefqu, igħaddu għal vot relatat mat-toroq rurali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Matul is-sena 1995 kienu ġew ivvotati Lm150,000 addizzjonali wara l-maltempata li għamlet ħafna ħsara fit-toroq.", "Jiena nformat li l-unika virement li sar fuq il-vot tat-toroq rurali matul l-1996 kien tnaqqis ta' Lm 12,000 f'April, 1996.", "Ma kien hemm l-ebda virement biex jiżdied il-vot relatat mat-toroq rurali.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "7690.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7365 għar-rigward tat-tielet parti tad-domanda?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' huma dawk li fil-fatt ġabu \"A\" f'kull suġġett li qagħdu għalih?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7365 mogħtija f'Seduta Nru. 101.", "Rigward it-tieni mistoqsija, l-istudenti li ġabu 'A' f'kull suġġett li qagħdu għalih huma minn dawn il-lokalitajiet:", "Birzebbuga 2 Dingli 1 Fgura 2 Mqabba 1 Mosta 1 Zabbar 2 Rabat 1 Gudja 1 Naxxar 1 Siggiewi 1 Marsaskala 1 Marsaxlokk 1 Zurrieq 2 Victoria 5 Kercem 1 Gharb 1", "BUĠIBBA - PROĠETT", "7691.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru ta għall- mistoqsija parlamentari numru 6571, jista' l-Ministru jara li fil-fatt jagħti wkoll ir-risposta dwar kemm ingħataw direct orders, kuntratti u allokazzjonijiet ta' xogħol ieħor f'Buġibba?", "Kemm sewa dan ix-xogħol f'kull każ?", "Liema kienu l-każi fejn il-kuntrattur li għamel ix-xogħol intalab li jaqla' dak li kien għamel u jerġa' jsewwih?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET PARLAMENTARI", "7692.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti risposta għal diveri domandi li saru minni u li bħala risposta ngħataw \"risposta tingħata f'seduta oħra\"?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Onor.", "Membru huwa ġentilment mitlub jindika liema huma d-domandi li għalihom għadu qed jistenna risposta.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "7694.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7138 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tal-15 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid kemm iritiraw nies mis- Servizz Ċivili mill-1987 - 1995 sena b'sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7695.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi stħarriġ qed isir mill-ETC biex tinstab ir- raġuni għaliex in-numru ta' nies li qed jieqfu jirreġistraw minn jeddhom qiegħed dejjem jiżdied meta dan in-numru ma jaqbilx man-numru ta' nies li qed isibu mpjieg?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SIGARETTI - DAZJU", "7696.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar flus il-Gvern minn dazju, sisa u excise duty fuq sigaretti bejn Jannar u Mejju 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bejn Jannar u Mejju 1997 il-flus li nġabru fuq sigaretti kienu kif ġej:", "Sigaretti Maħduma Lokalment", "Dazju tas-Sisa Lm4,440,825", "Sigaretti Importati", "VAT: Lm 1,572 Levy: Lm 1,847 Dazju u Sisa Lm 4,494", "ITALJA - PROTOKOLL FINANZJARJU MA' MALTA", "7746.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7408, jista' l-Ministru jgħid dawk il-proġetti approvati liema dipartiment, aġenziji governattivi jew organizzazzjonijiet huma responsabbli mill-implimentazzjoni tagħhom?", "Jista' jgħid ukoll kemm kull proġett approvat hu maħsub li se jqum?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "19970425_055d_par.doc", "date": "1997-04-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 55 Il-Ġimgħa, 25 ta' April, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 55", "Il-Ġimgħa, 25 ta' April, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.14 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "55", "Il-Ġimgħa, 25 ta' April, 1997", "WERREJ", "MINUTI 830", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 830", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 833", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR SELF GĦAT-TENUR TAS-SUBARTIKOLU (1) TA' L-ARTIKOLU 2", "TA' L-ATT DWAR SELF GĦALL-IŻVILUPP - KONTINWAZZJONI 834", "AĠĠORNAMENT 860", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL MIKTUB 865", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 54 li saret fl-24 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "VALLETTA - KNISJA TAL-MADALENA", "3316.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirriabilita l-knisja/kappella msejħa 'Tal-Madalena' li tinsab fi Triq il-Merkanti, ħdejn l-Iskola Primarja ta' Sant Iermu, l-Belt Valletta li ilha mitluqa għal snin twal u li fiha saħansitra jitħejjew jew kienu jitħejjew xi karrijiet tal-karnival biex b'hekk din terġa' tibda sservi għal servizzi liturġiċi għat-tfal żgħar ta' l-iskola primarja?", "Jista' mbagħad il-Ministru jsib post alternattiv għad-dilettanti tal-karnival biex dawn ikollhom fejn iħejju l-karrijiet tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-osservazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet innotata u se nistħarreġ x'jista' jsir f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid kif inhuma maqsuma r- responsabbiltajiet tar-restawr bejnu u bejn il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien nispera li l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni jaħdem biex jirrestawra l-bini u forsi jien nagħtih daqqa t'id biex nirrestawra lill-bnedmin!", "Madam Speaker, li ġara huwa li maż-żmien żviluppaw żewġ units li ma naħsibx li jaħdmu b'kordinazzjoni tajba, tant li qisna għandna żewġ strutturi paralleli.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li naraw eżattament x'għandu jsir f'dan il-qasam.", "Il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għandu l-istrutturi tiegħu biex jagħmel xogħol ta' restawr imma maż-żmien infetħet skola - li hija mmexxiija mis-Sur Paul Cassar - biex l-istudenti jiġu mgħallmin ix-xogħol ta' restawr.", "Fil-fatt dawn bdew jagħmlu xi xogħol ta' restawr ukoll.", "Pero' wisq nibża' li ħafna drabi x- xogħol ma jkunx ikkordinat kif għandu jkun u li m'aħniex nagħtu lil dan il- qasam importanza biżżejjed.", "Jien naħseb li jmissna qegħdin naħsbu iktar fit-tul dwar xi skemi ta' apprentistat fil-qasam tar-restawr kemm għall- futur taż-żgħażagħ, kemm għall-kultura kif ukoll għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Sfortunatament f'Malta meta nitkellmu fuq restawr inkunu qed nirriferu biss għall-ġebel u forsi għall-pittura, mentri fil-fatt hemm ħafna iktar snajja' x'jiġu mgħallma u mistħarrġa f'dan il-qasam.", "Hawn ta' min jgħid li meta l-Kunsill ta' l-Ewropa ressqilna rapport fuq il-pavimentar tal-Kon- Kattidral ta' San Ġwann intweriet ix-xewqa li kemm dan il-kon-kattidral, kemm il-Belt Valletta kif ukoll il-pajjiż kollu kemm hu jservu ta' proġett pilota għall-Kunsill ta' l-Ewropa biex inkunu nistgħu nistħarrġu b'mod aħjar kif nibnu skemi ta' apprentistat għaż-żgħażagħ - fil-fatt ħafna minn dawn l-iskemi qed jiġu esperimentati b'suċċess anke fil-pajjiżi ta' l- Ewropa - fejn dawn jiġu mgħallma snajja' differenti ta' restawr li żgur għandna bżonnhom hawn Malta.", "Pero' rrid ngħid li naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li hemm bżonn ta' iktar kordinazzjoni f'dan il-qasam, kif fil- fatt indika fil-mistoqsija supplimentari tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Il-Kappella tal-Madalena li tissemma fil- mistoqsija parlamentari hija sabiħa ħafna u dan qed ngħidu għax meta darba dħalt fiha ħassejt li hija tassew ħasra li din hija mitluqa u qed tiġi wżata għall-karrijiet tal-Karnival.", "Pero' bħalma għidt kemm-il darba anke lill-Ministru preċedenti, kulma jkun hemm jaħdmu l-karrijiet f'din il- kappella huma biss erbgħa min-nies.", "Allura possibbli li lil dawn in-nies ma nistgħux insibulhom post ieħor fejn jistgħu jaħdmu?", "Għalija din hija xi ħaġa tal-mistħija!", "Illum imiss lili biex nitkellem fl-Aġġornament u fil- fatt se nitkellem proprjament fuq il-qasam tar-restawr.", "Imissna nistħu li qed inħallu ċerti postijiet abbandunati, bħall-Forti ta' Sant Iermu u ta' Ricasoli!", "U hawnhekk m'iniex qed inwaħħal f'xi gvern jew ieħor imma qiegħed sempliċement nitlob lill-Ministru jara x'jista' jagħmel immedjatament biex din il-kappella u l-ambjent ta' madwarha jissebbaħ.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naqbel ħafna ma' l-Onor.", "Interpellant, u kif qal hu wkoll, dan huwa dnub li ntiret.", "Jien ma nafx jekk huwiex il-każ li noqogħdu nfittxu u naraw min għamel id-dnub oriġinali billi ħalla dik il- kappella tintuża ...", "(Interruzzjonijiet) Imma għandna ħabta li meta nkunu fl-oppożizzjoni naħsbu li s-soluzzjonijiet huma faċli u mbagħad meta nkunu fil-gvern nipprovaw insibu l-iskuża għaliex m'aħniex insibu s-soluzzjoni li konna indikajna.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Borg imissu jafu dan għax, per eżempju, f'daqqa waħda huwa għandu ħafna soluzzjonijiet għall-problemi li hemm fil-ħabs!", "(Interruzzjonijiet) Kif għidt diġa', jien naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Bonnici għax hija ħasra li din il- kappella tant sabiħa qed titħalla mitluqa.", "Imma wieħed irid jaħseb ukoll fil-problema li tinħoloq biex tinstab akkomodazzjoni alternattiva għax- xogħlijiet tal-karnival.", "Barra minn hekk, jekk stess insolvu din il- problema xorta se tibqa' l-problema ta' Sant Iermu għax hemmhekk ukoll m'hux aċċettabbli li jintuża b'dan il-mod.", "(Interruzzjonijiet) Taf kemm ilna naħdmu programmi!", "Kieku l-programmi huma biss dawk li niktbu fuq il- karta ilna li solvejnieha din il-problema!", "Irridu naraw kif se nittrattaw din il-problema serja li semma l-Onor.", "Interpellant ħalli b'hekk ħafna postijiet jibdew jiġu wżati kif suppost u mhux iservu ta' mħażen.", "VALLETTA - ŻDINGAR U TELQA AMBJENTALI", "3317.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed issir xi ħaġa dwar il-problema ta' żdingar u ta' telqa ambjentali li hemm fil-Belt Valletta minħabba l-wiring estern ta' quddiem il-bini, kemm residenzjali u kemm uffiċjali, li kerrah l-estetika tal-belt kapitali tagħna?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk hijiex se tissolva wkoll il-problema l-oħra rigward garaxxijiet u postijiet li huma battala u li għandhom il-bibien kollha trab u ħmieġ?", "Hemm records ta' dawk il-postijiet li huma battala fil-Belt Valletta?", "Jekk dawn se jdumu s-snin f'din il-qagħda, jista' l-Gvern jeħodhom taħt idejh u jibda jikrihom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): B'riferenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill- Onor. Interpellant li x-xogħol tat-tneħħija tal-wiring żejjed mill-Belt Valletta se jsir mit-Telemalta.", "Jien qed nifhem li dan il-kuntratt se jiġi finalizzat fi żmien qasir.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru wkoll li qed isir survey biex jiġi reġistrat il-bini vojt kollu li hemm fil-Belt, liema proċess miexi b'pass tajjeb tant li dan dalwaqt jitlesta.", "Hu ttamat li wara li jitlesta dan is- survey il-Gvern ikun jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet dwar l-arja tal-bini.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jista' għallinqas jiġi kkonfermat li minkejja li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista - eżattament meta s-Sur Ray Bondin kien għadu membru Parlamentari - kien hemm xi flus ivvotati, jidhirli mill-Ewropa, biex isir dan il-proġett, dan baqa' ma twettaqx?", "Fil- fatt, jien għamilt din id-domanda parlamentari għax smajt li din il-biċċa xogħol se tagħmilha t-Telemalta u allura xtaqt inkun naf x'sar minn dawk il- flus li kien hemm ivvotati għal dan il-proġett.", "Kien hemm xi ntoppi biex dan il-proġett baqa' ma sarx?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk wieħed jaqra d-diskorsi li kienu jsiru dwar il-budget xi snin ilu jsib li kull sena kien jingħad li se jsir proġett biex jitneħħa l-wiring żejjed tat-telephone li hemm fil-Belt.", "Fil-fatt malli aħna tlajna fil-gvern mill-ewwel tkellimna mal-Ministru Joe Mizzi li hu responsabbli mit-Telemalta biex naraw fiex wasal dan il-kuntratt li kien u għadu finanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "L-aħħar darba li jiena kelli diskussjonijiet ma' l-Onor.", "Joe Mizzi dwar is-suġġett, kien informani li dan kien wasal fl-aħħar stadji tiegħu u l-unika problema li kien hemm sabiex jitkompla kienet xi kamra li kienet se tintuża bħala xi substation mit-Telemalta fi Strada Stretta liema kamra tiġi wara l-Uffiċċju ta' l- Avukat tar-Repubblika.", "Fi żmien l-Amministrazzjoni ta' qabel kienu qegħdin joġġezzjonaw li din tittieħed mit-Telemalta biex tagħmel substation hemmhekk.", "Ir-raġuni dak inhar kienet li kien hemm il-ħsieb li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinżel fejn hemm il-Main Guard illum u allura ma xtaqux li din il-kamra, li kienet tiġi taħt l-uffiċċji li għandu l-Avukat tar- Repubblika, tittieħed għax b'hekk forsi tispezza parti minn din il- proprjeta'.", "Fir-realta', il-ħsieb li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinżel minn Kastilja għal hemmhekk kienet marbuta wkoll mal-ħsieb li l-Parlament xi darba jrid imur Kastilja.", "Dawn il-ħsibijiet issa ġew imwarrba u l- Uffiċċju tal-Prim Ministru se jibqa' Kastilja.", "Aħna tkellimna ma' l- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali biex naraw jekk għandhomx bżonn din il-kamra partikolari, ġie deċiż li din il-kamra ma kienx hemm bżonnha u allura l- Lands Department ta l-go ahead lit-Telemalta sabiex din il-kamra tintuża bħala substation.", "Safejn naf jien din kienet l-unika problema li kien hemm sabiex jitwettaq il-proġett tat-tneħħija tal-wires u ladarba issa solvejna din il-problema mat-Telemalta jidhirli li m'hemmx aktar intoppi xi jżommu dan ix-xogħol.", "Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Sandro Schembri Adami li sal-lum il- kordinatur tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta huwa Ray Bondin.", "MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'riferenza għal dak li ntqal fil-mistoqsija oriġinali, jiġifieri li hemm żdingar fl-ambjent ġenerali tal-Belt, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'inhu eżattament il-ħsieb tal-Gvern għar- rigward tas-sit fejn kien hemm it-Teatru Rjal?", "X'inhi l-pożizzjoni tal- Gvern fuq il-ħidma li kienet saret mill-Amministrazzjoni preċedenti biex jiżviluppa dan is-sit f'ċentru ta' l-arti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bla dubju ta' xejn it-teatru mwaqqa' huwa sit importanti u jenħtieġ li jkun hemm intervent fuqu.", "Pero' minħabba s- sitwazzjoni finanzjarja tal-Gvern il-proġett li kien hemm maħsub sabiex dan is-sit partikolari jiġi żviluppat tpoġġa on hold.", "Aktar minn hekk, wieħed irid jinfilza dan il-proġett fi proġett ieħor akbar li jinkludi wkoll l- iżvilupp ta' Bieb il-Belt.", "Għax wieħed ma jridx iħares biss lejn l- iżvilupp tas-sit tat-Teatru Rjali, imma jrid jħares ukoll lejn l-iżvilupp kollu li jrid isir f'Bieb il-Belt.", "Rigward il-parti l-oħra tas-sit, jiġifieri St. James Cavalier, hemmhekk għaddejjin ix-xogħlijiet biex isir l-Arts Centre u nispera li nibqgħu mat- targets li kienu iffissati qabel.", "Fir-rigward tal-kumment dwar żdingar u telqa li hawn fil-Belt, jien naqbel li hawn ċertu telqa u żdingar, pero' wieħed irid jifhem li mhux dejjem ikun il-kompitu tal-Gvern ċentrali li jagħmel ċertu tindif għax il- kunsilli lokali wkoll għandhom ċertu kompitu fejn jidħol it-tindif.", "Fil-każ tal-kumitati tar-riabilitazzjoni, aħna ħassejna l-ħtieġa li l- kunsilli lokali jkollhom rappreżentanza sħiħa fuq dawn il-kumitati u mhux ikunu biss osservaturi għax il-kunsilli lokali għandhom ċertu input f'dan il-qasam.", "Din hija xi ħaġa li qed nagħmluha għall-ewwel darba.", "Pero' jien naqbel li hemm bżonn ta' intervent qawwi fuq il-Belt u fuq ħafna postijiet oħrajn sabiex inneħħu d-dehra ta' telqa u żdingar li teżisti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Amjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar boroż ta' studju mogħtija bejn l-1990 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4672.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' studenti fl-Universita' ta' Malta għas-sena akkademika 1996-1997 maqsuma f'irġiel u nisa, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4671.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi t-talbiet pendenti minn kunsilli lokali għal bozoz tat- toroq u floodlights, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4504;", "Annual Financial Statements ta' l-1996 skond l-Att ta' l-1962 dwar l- Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika; u", "Rapport finali mħejji mill-Awditur tal-Gvern dwar l-arretrati dovuti mid-Dipartiment tat-Toroq fuq xogħlijiet li saru sal-31 ta' Diċembru 1996.", "Madam Speaker, irrid ngħid li mar-rapport innifsu hemm a self-explanatory executive summary.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Floriana Pilot Project - rapport preliminari dwar survey ta' postijiet vojta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4506.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR SELF GĦAT-TENUR TAS-SUBARTIKOLU (1) TA' L-ARTIKOLU 2 TA' L- ATT DWAR SELF GĦALL-IŻVILUPP - KONTINWAZZJONI", "Ikompli mit-23 ta' April, 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri huwa in possession.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Grazzi, Sinjura President.", "Meta nhar l-Erbgħa kienet qed tiġi diskussa din ir-riżoluzzjoni, l-aħħar kelliemi ta' l- Oppożizzjoni dwarha għal dak inhar - nimmaġina li se jkun hemm iżjed - waqaf jitkellem f'11.49 a.m. Wara qomt jien biex fil-11-il minuta lli kien fadal nibda nipprova nintervjeni fuq il-mozzjoni attwali u fuq dak li ntqal dwarha mill-kelliema li kienu laħqu ħadu l-floor f'din il-Kamra.", "Kienu 11- il minuta daqsxejn waħda mqanqla għax għalkemm il-kelliemi preċedenti kien - kif għandu kull dritt li jagħmel, bħalma kemm-il darba għamilt u nimmaġina li għad nerġa' nagħmel jien - tkellem f'tul estensiv, ġara li meta qomt biex nitkellem jien il-ftit minuti li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi ttieħdu prattikament iżjed minn interruzzjonijiet min-naħa ta' l- Oppożizzjoni milli minni biex nitkellem skond l-opinjoni u r-reazzjoni tiegħi għal dak li kien intqal qabel.", "Dak inhar jien ma fhimtx għaliex kellu jkun hemm dik ir-reazzjoni.", "Għaliex?", "Għax jien ma kont interrompejt lil ħadd, ħlief xi skartatura, bil-kliem naturalment, li nimmaġina li m'għandniex nonqsu milli nagħmlu f'dan il-Parlament.", "Jien żgur li ma kontx interrompejt lill-kelliemi preċedenti, anzi segwejt kif dejjem nipprova nsegwi.", "Allura jien frankament ma fhimtx, u frankament lanqas nifhem issa, għalfejn kien hemm dak it-tqanqil kollu, dak l-attentat biex f'dawk il-ftit minuti li kien fadal jien ma nilħaqx niżvolġi l-argument imqar għal dak it- tul disponibbli.", "Wisq inqas nifhem il-kontest tad-diskussjoni ta' dalgħodu, jiġifieri l- memorja u r-rapporti dwar dak li ġara l-bieraħ f'din il-Kamra tar- rappreżentanti demokratiċi u ċivili tal-poplu Malti li minnhom jistenna sewwa sew demokrazija u ċivilta' ma' xulxin.", "Għax jekk kemm-il darba ma nkunux ċvili ma' xulxin, kif nistgħu ngħidu li qed nirrappreżentaw bis- serjeta' lill-poplu li tul is-snin dejjem jipprova jtejjeb lilu nnifsu, dejjem jipprova jkun iżjed ċivili, dejjem jipprova jsostni t-tradizzjoni tiegħu ta' poplu li għandu dispożizzjoni Mediterranja, sħuna u mqanqla imma mhux dispożizzjoni li twassal għal konfrontazzjoni u għall-ġlied bla ħtieġa?", "Bħala poplu nargumentaw imma dejjem nipprovaw ma niġġildux.", "Jien nistqarr li s-sessjoni kollha tal-bieraħ mhux biss dejqitni imma lanqas jien kapaċi napprezza biżżejjed dak li sar anke wara li dalgħodu rriflettejt u smajt ir-radjijiet, il-gazzetti u r-rapporti ta' dak li ntqal fil-konferenza stampa ta' wara s-seduta tal-bieraħ.", "Madam Speaker, għalfejn inqala' l-inċident tal-bieraħ?", "L-inċident tal- bieraħ inqala' fuq punt proċedurali mqajjem min-naħa tal-Gvern dwar jekk kemm-il darba mozzjoni li hija a private member's motion u mhux mozzjoni fil-kors normali tax-xogħol ta' din il-Kamra għandhiex titressaq mill- proponent attwali jew inkella tistax titressaq minn xi ħadd ieħor jekk kemm- il darba ma javżawx lil din il-Kamra minn qabel, anke bħala kwestjoni ta' kortesija u mhux bħala kwestjoni ta' punto e virgola.", "Allaħares noqogħdu nimxu l-ħin kollu bil-punto e virgola għax inkella ma naslu qatt!", "Madam Speaker, l-opinjoni tiegħi hi li kien hemm nuqqas ta' ftehim, nuqqas ta' apprezzament u nuqqas ta' komunikazzjoni u dawn in-nuqqasijiet setgħu ġew maħlula faċilment meta l-Prim Ministru qajjem l-oġġezzjoni tiegħu u l-Oppożizzjoni wieġbet għal dik l-oġġezzjoni.", "Kieku dak li ntqal intqal b'mod differenti - għax jien ngħid li dan intqal f'kontest li ma kienx maħsub biex nimxu 'l quddiem u għalkemm forsi ma kienx maħsub biex ma nimxux 'il quddiem intqal f'kontest li forsi ma kienx dinamiku u ma kienx imexxina 'l quddiem biżżejjed - jew kieku sempliċement intqal li r- regolamenti jgħidu \"hekk\" jew ma jgħidux \"hekk\" ...", "Fl-aħħar mill-aħħar ir- regolamenti huma kwestjoni ta' interpretazzjoni u kwestjoni ta' kif l- iSpeaker jinterpretahom.", "Kieku qalu li l-fatt attwali huwa li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni huwa indispost u l-fatt li ma qalulniex li huwa indispost u li se jressaqha membru ieħor ta' l-Oppożizzjoni kien bi żvista u li qed jgħidulna dak il-ħin biex immexxu, kieku sar hekk, Madam Speaker, jien persważ li ma kienx jingħad dak li ntqal il-bieraħ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, jidhirli li for the record ....", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nista' nistaqsi lill-Onor.", "Membru jekk l-intervent tiegħu huwiex point of order jew point of explanation?", "Jekk dan huwa point of explanation jien inħallih jagħmel l-intervent tiegħu imma l-ewwel nixtieq inkun naf x'inhu dan l-intervent.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-każ jien nagħmel point of order li inti qiegħed out of order imma jien ma nixtieqx nagħmel dan.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Agħmel point of explanation.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, aħna f'dan id-dibattitu m'aħniex qed niddiskutu x'ġara l-bieraħ, pero' għar-record u biex inkun ġust ma' dak li ġara f'din il-Kamra rrid nispjega li l-bieraħ, bl-iktar mod kalm, ċivili u edukat - fl-opinjoni tiegħi dan l-aġir wera rispett kemm lejn in-naħa l- oħra tal-Kamra kif ukoll lejn il-Prim Ministru - u wara li l-Onor.", "Louis Galea kien għamel l-intervent tiegħu fejn fih informa lill-Kamra li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien indispost għax ma jiflaħx u anke wara li jien spjegajt li għal dan il-każ kien hemm Standing Order sempliċi li permezz tagħha stajna nkomplu bid-dibattitu, jien stess spjegajt lill-Prim Ministru biex ma noqogħdux nintilfu fit-teknikalitajiet u nkomplu qisu qatt ma kien xejn għax wara kollox l-iskop tagħna kien li niddiskutu mozzjoni li għalina kellha, għandha u jibqa' jkollha importanza kbira.", "L-Onor.", "Spiteri kien preżenti u għalhekk jaf b'liema mod għamilt dan l-intervent u jaf ukoll xi stil u x'ton użajt biex għamilt dan l-intervent.", "Fl-opinjoni tiegħi f'dak il-mument il-kwestjoni setgħet issolviet bl-iktar mod kalm u dekoruż għal din il-Kamra u għalhekk naħseb li m'huwiex għaqli li nkomplu nitfgħu l-melħ fuq il-ferita.", "Madam Speaker, hawn irrid nagħlaq b'parentesi billi ngħid li bħalissa qed niddiskutu abbozz ta' liġi li ma għandux x'jaqsam ma' l-inċidenti li ġraw il-bieraħ u għalhekk naħseb li jkun aħjar jekk nibqgħu mexjin fuq il-linja li bdejna biha dalgħodu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, jien qisni bdejt epoka ġdida f'dan il- Parlament għax kull darba li nqum biex ngħid xi ħaġa nsib lil xi ħadd li joġġezzjonali għal dik ix-xi ħaġa li nkun qed ngħid!", "Meta l-bieraħt lura bdejt l-intervent tiegħi u fil-ftit minuti li kelli pprovajt nitkellem fuq affarijiet tekniċi - issa nerġa' niġi għalihom - kelliema tekniċi, imma politiċi wkoll, min-naħa l-oħra tal-Kamra interrompewni bl-iżjed mod li jiena ma napprezzax, u dan għaliex jien m'iniex imdorri ninterrompi.", "Issa għax qiegħed nitkellem fil-kontest li ma nistgħux naħarbu minnu, għax hemm konsegwenzi serji għal dak li ġara l- bieraħ, l-Onor.", "Lawrence Gonzi, waqt li qed jieħu l-opportunita' biex jamplifika - ħalli ma ngħidx jiċċara - fuq dak li ġara l-bieraħ, qed jindika wkoll li jiena qiegħed barra mis-suġġett.", "Bir-rispett kollu lejn l- Onor. Gonzi, li r-regolamenti jafhom biżżejjed - iżjed minni - u allura jaf li m'iniex qiegħed barra mis-suġġett tad-dibattitu kemm fl-ispirtu u kemm fl-ittra ta' l-iStanding Orders fejn qegħdin niddiskutu mozzjoni finanzjarja, li għalkemm m'hijiex money bill fis-sens li mhijiex abbozz ta' liġi, hija mozzjoni finanzjarja, naħseb li m'hemmx għalfejn jirrifletti wisq biex jaqbel miegħi li nista' nitkellem kif bdejt nitkellem.", "Irrid nemfasizza li jien ma bdejtx nitkellem b'dik il-manjiera biex nerġa' niftaħ il-ġrieħi imma pjuttost biex nara jekk kemm-il darba dawk il-ġrieħi li nfetħu kienx hemm għalfejn jinfetħu u anke jekk hemmx għalfejn jibqgħu miftuħin u jitberrqu iżjed fix-xhur u l-ġimgħat li ġejjin.", "Dan huwa l- iskop u l-ispirtu tiegħi.", "Il-bieraħ smajt lill-Onor.", "Gonzi jwieġeb għall-point of order li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Skużawni, smajt lill-Onor.", "Gonzi jwieġeb lill- Prim Ministru.", "Hawnhekk sei niftaħ parentesi.", "F'dan il-Parlament jien kultant inkun disorjentat u fil-fatt meta l-bieraħ ipprovajt immur fil- kamra fejn imorru l-backbenchers kont dieħel fin-naħa ta' l-Oppożizzjoni għax saqajja 'l hemmhekk itendu li jiġbdu.", "Dan forsi anke għax jiena dejjem nopponi xi ħaġa jew oħra.", "Kont qed ngħid li l-bieraħ smajt dak li qal l-Onor.", "Gonzi bi tweġiba għall-point of order tal-Prim Ministru u għalhekk għidt li filwaqt li fisser li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa indispost, seta' poġġiha b'mod li jgħid li jekk ma qalulniex dan kien bi żvista u mhux biex jilagħbuna jew għal xi raġuni oħra.", "Dak kien hemm nieqes il-bieraħ u forsi kien hemm nieqes ukoll daqsxejn ta' burdata aħjar fil-Kamra wara li ilu jonfoħ il- gibli għal ma nafx kemm u li naħseb li jkun daħħal daqsxejn burdata ħażina fina lkoll.", "Jien qiegħed nitkellem mill-pożizzjoni umli ta' backbencher imma naf sewwa x'inhu jagħmel il-Gvern u allura nista' ngħid li min-naħa tal-Gvern il-bieraħ żgur li ma kienx hemm il-ħsieb li d-diskussjoni fuq ir- riżoluzzjoni li tressqet tiġi posposta.", "Anzi bil-maqlub, il-Gvern għandu kull interess li dak is-suġġett jiġi diskuss - nittama li nerġa' niġi għalih iżjed 'il quddiem - ħalli l-pajjiż ikun jista' jiffoka fuq il-futur u mhux joqgħod jiffoka fuq l-imgħoddi, kif għandu wisq tendenza li jagħmel u kif aħna l-politiċi ninkoraġġuh li jagħmel.", "L-inċident tal-bieraħ - apparti li seta' ġie evitat forsi bi kliem iżjed ċar u b'understanding iżjed wiesa' miż-żewġ naħat - kompla żviluppa b'mod illi lili tabilħaqq isewwidli qalbi.", "Dan qed ngħidu bl-iktar mod ġenwin.", "Sinjura President, il-bieraħ kien assolutament meħtieġ illi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jinqala' mid-dar tiegħu fejn kien indispost biex jiġi f'din il- Kamra u b'hekk ikollna d-drama li kellna?!", "Dan kien meħtieġ li jsir?!", "Fis-snin l-imgħoddija kellna drama f'dan il-Parlament minħabba xi votazzjoni imma l-bieraħ ma kienx hawn votazzjoni.", "Il-bieraħ l-agħar li seta' jiġri kien illi d-diskussjoni tiġi posposta u li l-Oppożizzjoni kienet tinsisti li din ma tiġix posposta għal tul ta' żmien għax inkella tattakka lill-Gvern illi qiegħed tassew jaħrab mid-dibattitu.", "Imma kien hemm għalfejn tiġi montata - għalkemm forsi mhux dak kien il-ħsieb imma hekk dehret - d-drama li rajna hawnhekk fejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu jiġi hawn f'kontest illi ġenwinament kien indispost biex jiddikjara li ġie kontra l-parir tat-tobba tiegħu - u nemmnu għax kien jidher - bil- konsegwenza li llum il-headlines tal-gazzetti u d-diskors fuq ir-radjijiet - min jaf kemm se jdum għaddej dan id-diskors - jitkellmu fuq dan l- inċident?", "Kien hemm għalfejn jiġri dan?!", "Issa ħalli ngħid għaliex ma kienx hemm għalfejn u għaliex ...", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Point of order, Madam Speaker.", "Ħalli nagħmluha ċara li wieħed se jkollu jwieġeb fuq dan is-suġġett.", "Jien nixtieq li jingħata ruling dwar jekk aħniex in order jew le li qed isiru dawn l-interventi għax imbagħad aħna jkollna bilfors inqumu nwieġbu għalihom minbarra li jkollna nidħlu f'diversi aspetti oħrajn.", "Għaldaqstant, jien nixtieq ruling jekk l-Onor.", "Spiteri huwiex in order jew le.", "MADAM SPEAKER: L-ispirtu li bdejtu titkellmu bih dalgħodu kien spirtu tajjeb, spirtu li jagħmel unur lil dan il-Parlament.", "L-affarijiet li ġraw il-bieraħ għaddew u jekk ilkoll kemm aħna nistgħu nitgħallmu minnhom biex inkunu aktar umani ma' xulxin, għandna nitgħallmu minnhom u nkomplu nfettquhom u nġebbduhom.", "Li sar il-bieraħ qiegħed hemm biex nitgħallmu lezzjoni minnu.", "Għandna nkunu aktar ġentili u aktar umani ħalli x-xogħol jimxi aħjar għall-ġid tal-poplu kollu.", "Issa nkomplu nitkellmu fuq is-suġġett li bdejna niddiskutu dalgħodu.", "L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, illum qegħdin nitkellmu fuq il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż u dak li huwa meħtieġ biex tiġi finanzjata din il- qagħda li wiret il-Partit Laburista hekk kif tela' fil- gvern.", "L-Onor.", "Gonzi jaf tajjeb li fuq hekk qegħdin nitkellmu.", "Il-bieraħ kellna quddiemna mozzjoni finanzjarja li torbot mas-suġġett tant illi l-Onor.", "Dalli, li tkellem fuqha, mill-ewwel daħal fis-suġġett u fil-punti li bilfors iridu jsiru fit-tkomplija ta' din id-diskussjoni.", "Għalhekk jien qiegħed perfettament in order.", "Apparti l-ispirtu pożittiv li rrid nitkellem bih u apparti li rrid insemmi affarijiet li stajt qajjimthom bħala ksur ta' privileġġ - jekk l-Onor.", "Gonzi jippreferi li nqajjimhom bħala ksur ta' privileġġ allura nagħmel hekk - jiena nitlob lill-Onor.", "Gonzi jieħu daqsxejn tal-paċenzja u jkompli jismagħni iżjed kif kien jagħmel bħala Speaker u mbagħad jara iniex in order jew le.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, irrid nagħmilha ċara li jien tlabt li jkun hemm ruling dwar jekk l-Onor.", "Spiteri huwiex in order jew le.", "Għalkemm apprezzajt l-appell tiegħek, nixtieq li jkun hawn ruling ċar ħalli nkunu nafu jekk f'dan id-diskors li qed isir mill-Onor.", "Spiteri in konnessjoni mal-mozzjoni li din il-Kamra għandha fl-agenda tagħha huwiex in order jew le.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri,", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, biex ngħinek tiddelibera - għax mhux se nindaħallek kif tiddelibera - nixtieq inkun naf kif tista' tgħid jekk iniex in order jew le meta għal darb'oħra għadni lanqas lissint tużżana sentenzi wara xulxin mingħajr ma ġejt interrott tliet darbiet?", "Kif tista' tgħid jekk iniex in order mingħajr ma nidħol fil-qalba ta' dak li l-Onor.", "Gonzi jista' jħossu out of order?", "Huwa out of order li nitkellmu fuq sitwazzjoni fejn tneħħa l-pairing fuq sempliċi pretest?", "Huwa out of order li nitkellmu fuq sitwazzjoni fil-kontest ta' allegazzjoni li saret il- bieraħ li kulħadd kien jaf li l-Onor.", "Fenech Adami kien indispost?", "Skużi taf!", "Aħna Membri tal-Parlament u rridu nirrispettaw lilna nfusna.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Richard Muscat għadda xi rimarka.", "Jekk inti ma tridx tirrispetta lilek innifsek affarik, imma jien nirrispetta lili nnisi.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom tindirizzawx lil xulxin.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Għidt li setgħet dehret muntatura għalkemm naf li m'hijiex.", "Kif ġiet interpretata wara ...(Interruzzjonijiet) Onor. Muscat, hawnhekk m'intix qiegħed fuq television Sqalli, hawnhekk qegħdin nitkellmu bil-kwiet.", "Mela ejjew inkomplu nitkellmu bil-kwiet.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Spiteri, indirizza lis-Sedja.", "Jekk jogħġbok, Onor. Muscat, tinterrompix.", "ONOR LINO SPITERI: Madam Speaker, il-bieraħ intqal hawnhekk - dan bilfors jorbot ma' dak li qed nagħmlu - li aħna, il-Gvern u Malta kollha kienet taf - u jien għalkemm parti żgħira xorta waħda parti minn Malta kollha - li l- Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu l-influwenza u allura kien ma jiflaħx.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'huwiex il-każ.", "Jiddispjaċini imma m'huwiex il- każ.", "Nieħu pjaċir nikkonferma li m'huwiex il-każ li Malta kollha kienet taf.", "Jien mhux se noqgħod nitkellem fuq diskussjonijiet privati.", "Jien personalment ma kontx naf li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa indispost.", "Jien kont smajt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed barra minn Malta fuq materja privata.", "Daqshekk kont naf.", "U għandu kull dritt ikun barra minn Malta fuq materja privata, hemm pairing u m'hemmx.", "Il-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, staqsieni personalment jekk smajtx xi ħaġa u jien għidtlu li mingħalija kien qiegħed barra minn Malta imma li bħalissa reġa' qiegħed Malta.", "Għidtlu: Dak kulma naf.", "Ma kontx naf.", "Għalkemm jien inħuf 'l hemm u 'l hawn u bħala ġurnalista jkellmuni ħafna nies, ma kontx naf.", "Hawn qed nipprova nneħħi l-malintiż.", "Jiġifieri meta l-bieraħ intqal li l- Oppożizzjoni kienet taf u li Malta kollha kienet taf, dan fil-fatt ma kienx il-każ.", "Kieku noqogħdu fuq l-għajdut ta' Malta kollha, kieku minn xahar ilu s'issa jien mitt daqskemm qalu li għandi affarijiet u jsemmu l-post eżatt fejn għandi dawn l-affarijiet.", "Issa hawn mhux se nsemmi l-post eżatt fejn għandi l-affarijiet!", "Kieku qalu f'moħħi, ngħid kulħadd jaf li f'moħħi għandi jew m'għandix xi ħaġa, imma fejn qalu mhux se nsemmih.", "L-għajdut hawn Malta huwa rampanti, imma f'dan il-każ ma kienx wasal.", "Din qed ngħidha ġenwinament.", "Jiena, personalment, kieku kont naf li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien ma jiflaħx, kont immur ngħid lill-Prim Ministru, anzi kont ngħidlu minn qabel: Isma', Eddie Fenech Adami ma jiflaħx, full-stop.", "M'huwiex il-każ li minn kwestjoni ta' mard, minn kwestjoni ta' indispożizzjoni - mhux ta' \"mard\", ta' \"indispożizzjoni\" ħalli noqgħod attent għall-kliem - nagħmlu gwerra politika!", "Għaliex għandna nagħmlu hekk?!", "Wisq inqas huwa l-każ issa - ħalli niġi għall-ksur ta' privileġġ li ma qajjimtx - illi fuq Radju 101 dalgħodu ...", "MADAM SPEAKER: Onor. Spiteri, ipprova ejja għas-sustanza tal-mozzjoni.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Iva, Madam Speaker, se niġi għas-sustanza.", "Imma meta niġu biex nivvotaw fuq din il-mozzjoni se nivvotaw fil-kontest li l- bieraħ l-Oppożizzjoni ħadet l-okkażjoni li tneħħi l-pairing u dan meta taf li rridu niġu biex nivvotaw fuq din il-mozzjoni.", "Dik hija parti mis- sustanza!", "Mela hawnhekk aħna l-membri tal-Parlament f'daqqa waħda se niġu mqegħdin f'kexxun u ma nistgħux niċċaqilqu mill-konfini tiegħu!", "Mhux inti qed tipprova tagħmel hekk, Sinjura President, imma fejn fl-imgħoddi d- diskussjoni kienet tgħaddi u tifrex fuq tant affarijiet u fejn fuq dan is- suġġett stess il-bieraħt lura l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni firxu fuq tant affarijiet li anke m'għandhomx x'jaqsmu, illum, meta qed nipprovaw noħorġu minn sitwazzjoni, se ningħalqu!", "Ħalli nerġa' nsemmiha, ħaġa li torbot mas- sustanza.", "Dalgħodu r-rapportaġġ kien - jew seta' ġie interpretat hekk, imma naf li mhux hekk - li l-Onor.", "Lawrence Gonzi, hu u jħabbar it-tneħħija tal-pairing fil-press conference tal-bieraħ, qal li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kienu ġentlomi biżżejjed - u veru kienu - għax għalkemm il-pairing ma jkoprix mard, meta kien hemm persuna tan-naħa tal-Gvern li kienet indisposta u damet indisposta, din ġiet paired, u hawnhekk semmew lill-Onor.", "Helena Dalli; issa se nsemmiha la ssemmiet.", "L-Onor.", "Gonzi semmieha din jew inkella ġurnalista ta' Radju 101?", "Allaħares semmieha l-Onor.", "Lawrence Gonzi fil-press conference għax kieku jkolli nirridefinixxi l-profil li jien għandi f'moħħi ta' l-Onor.", "Gonzi bħala bniedem mhux bħala politiku.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hawnhekk issa għandi dritt li nagħmel punt ta' spjegazzjoni.", "Naturalment, jiena nerġa' ninsiti fuq ir-ruling li tlabt dwar jekk aħniex in order jew le b'dan id-diskors u bl-intervent ta' Madam Speaker fhimt li aħna qegħdin out of order.", "Pero' ladarba ssemmejt jiena, l-Onor.", "Spiteri forsi wieħed ...", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, ħalli nkunu preċiżi aħna wkoll għax hawnhekk issa mhux point of order għandna imma point of information.", "Jekk irid jagħmel point of information għandu jkollu l-kortesija li jitlob lili biex nippermettilu u jien nippermettilu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, jien ssemmejt u qed nitlob li nagħmel personal explanation fuq id-diskors li qiegħed jagħmel l-Onor.", "Spiteri fejn semma lili personalment.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nippermettilu, mela le.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, l-Onor.", "Spiteri personalment huwa forsi l-aktar bniedem f'din il-Kamra li taf li f'diversi okkażjonijiet, anke mill-bidu nett ta' din il-Leġislatura, jien għamilt pairing f'ċirkostanzi meta kien hemm membru parlamentari li kien ma jiflaħx.", "Il- każ ta' l-Onor.", "Helena Dalli tqajjem waqt division f'din is-sala u semmejtu għaliex min jiftakar iċ-ċirkostanza partikolari jaf li din kienet ċirkostanza ħelwa fl-istess ħin.", "Iva, semmejtha fil-press conference, u nerġa' ngħid li min jiftakar jaf li din kienet ċirkostanza ħelwa, anzi jiena ngħid li kienet ċirkostanza dinjituża għal dan il-Parlament.", "Għalhekk qgħadt attent li semmejt dak il-każ u mhux każijiet oħrajn, għax l- Onor. Spiteri jaf li kien hemm każijiet oħrajn fejn l-irġulija ntweriet u ntweriet bl-iktar mod miftuħ.", "Jiena naħseb li l-Onor.", "Spiteri dan japprezzah; jiena hekk deherli u nispera li b'daqshekk ma biddilx l- opinjoni.", "Pero', nerġa' ngħid, naħseb li jkun aħjar jekk nibqgħu għaddejjin fuq is-sustanza ta' din il-mozzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Aħna se nibqgħu għaddejjin fuq is-sustanza ta' dan il-Parlament, Madam Speaker.", "Jiena assolutament napprezza dak li qed jgħid l-Onor.", "Gonzi u niftakar fil-każ ħelu, dinjituż u ta' ġentlom li sar f'dan il-Parlament.", "Jiena m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettalji imma dan kien każ li għamel ġieħ lil dan il-Parlament.", "Naf ukoll b'każijiet oħra u naf preċiżament għal xiex u għal min qiegħed jgħid l-Onor.", "Gonzi fejn spontanjament, mingħajr ma kien hemm rehearsal jew mingħajr ma kien hemm ħin għad-deliberazzjoni, meta nqala' l-każ l-Oppożizzjoni għamlet pairing u jien ma nbiddel xejn mill-istima tiegħi.", "Jien qiegħed nirriferi għal kif dan kollu tpoġġa minn Radio 101 dalgħodu.", "U huwa fl-interess ta' l-Onor.", "Gonzi li jiċċekkja kif tpoġġa dan għaliex hawnhekk huwa qiegħed jikkonferma li fil-press conference tal-bieraħ semma l-inċident purament fil-kontest li qiegħed jgħid hu u dan jiena nemmnu.", "Huwa ovvju li jiena nemmnu u hu jaf li l-kelma tiegħu neħodha għaliex ir- rispett tagħna lejn xulxin hemm jibqa', hija biss il-politika li tkun differenti.", "Pero' kif tpoġġiet fuq ir-radju dalgħodu qagħad jiġi emfasizzat li l-Onor.", "Helena Dalli kienet marida għat-tul u affarijiet bħal dawn.", "Dawn huma affarijiet li m'għandhomx isiru.", "Nerġa' ngħid, din ma qalhiex l-Onor.", "Gonzi l-bieraħ imma ntqalet mill-persuna - mhux se noqgħod insemmiha - li qrat l-estratti mill-ġurnali fuq Radio 101 dalgħodu.", "Kif għidt, dan m'għandux ikun.", "Jien lil din il-persuna mhux qed nagħtiha tort jew nikkundannaha.", "Lanqas qed ngħid li se nqajjem ksur ta' privileġġ imma qiegħed ngħid li b'affarijiet bħal dawn l-atmosfera li tiġi ġenerata f'dan il-pajjiż teċċedi l-punti li jkunu suġġett ta' kuntrast politiku u dan m'għandux ikun.", "Dan hu li qiegħed ngħid jien.", "Jiena m'iniex qiegħed nagħmel riflessjoni fuq l-Onor.", "Gonzi imma qiegħed nitkellem fuq il-mod kif dik il-kelma tiegħu, dik ir-riferenza tiegħu, ġiet imfissra dalgħodu.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli Spiteri.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Spiteri jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Biex inwarrbu min-nofs l- inċident tal-bieraħ, Madam Speaker, ilkoll kemm aħna rridu nistħu minna nfusna għall-mod kif il-bieraħ ġibna ruħna bħala membri tal-Parlament.", "X'ħin il-microphone kien mitfi u allura l-poplu ma setax jisma' dak li kien qed jingħad intqal diskors li m'għandux jingħad hawnhekk, fosthom anke kliem b'riferenza għas-Sinjorija Tiegħek.", "Kien hawn anke diskors sessista għaliex is-Sinjorija Tiegħek damet biex tat ir-ruling tagħha u dan m'għandux ikun.", "Apparti li għandna nirrispettaw lis-Sejda - kif naf li lkoll nirrispettawha - u apparti li għandna nirrispettaw lil xulxin, għandna noqogħdu attenti u nġewżu anke miegħek, Madam Speaker ....", "Il- predeċessur tiegħek kellu stima għolja u inti qed takkwista stima għolja ħafna wkoll.", "Għax aħna għandna nirrispettaw lis-Sedja, hemm minn hemm fiha.", "X'jiġifieri l-bieraħ spiċċajna - u din mhux hawn biss se ngħidha - qisna s-suq f'xi villaġġ?", "Mhux f'Malta għaliex lanqas irrid ninsulenta lil Malta.", "X'jiġifieri?", "Hekk għandna nġibu ruħna f'dan il-Parlament?", "F'dan il-Parlament għandna noqogħdu ngħidu li minħabba li l-bieraħ inqala' malintiż se jitneħħa l-pairing?", "Se jitneħħa l-pairing meta l-Gvern suppost li għandu maġġoranza ta' tlieta kieku ma kienx għar-riżultat pervers ta' l-elezzjoni li għaddiet?", "Hekk se jibda jimxi dan il- Parlament?!", "L-Oppożizzjoni għandha dritt tneħħi l-pairing.", "Il-Gvern ma għandu l-ebda dritt li jkollu l-pairing u forsi tajjeb li ma jkunx hemm pairing ħalli l-Membri tan-naħa tal-Gvern ikunu dixxiplinati sewwa fuqhom infushom, kif wara kollox għandhom ikunu għax l-ewwel servizz għandu jkun lejn il-Parlament.", "Imma allura aħna se nħallu dak li forsi jkun ġara b'malintiż iwassalna biex issa tant inkunu riġidi ma' xulxin - hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal naħa jew oħra - li jekk xi ħadd, ikun min ikun, verament ma jkunx jista' jkun preżenti għandu anke jitkaxkar mis-sodda biex jiġi hawnhekk għaliex neħħejna l-pairing?", "Fil-fatt, hawn ta' min jgħid li fis-snin bikrin tas-sebgħinijiet ex-Ministru Laburista kellu jiġi mkaxkar hawn ġew għax l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kienet neħħiet il-pairing ukoll u dan minkejja li ma kellha ebda raġuni għaliex tagħmel dan.", "Madam Speaker, fuq dan is-suġġett jien se nieqaf hawn u nħallih bħala punt ta' riflessjoni għalina.", "Jien m'iniex qed nitlob li l-pairing jiġi reinstated imma għandna nirriflettu dwar jekk kemm-il darba l-pajjiż jistħoqqlux li niddevjaw daqstant mid-dibattitu politiku.", "Aħna stess, bħala rappreżentanti tal-poplu - hawn qed nirriferi kemm għal dawk li għadhom jibdew kif ukoll għal dawk li għalihom ix-xemx nieżla, bħali, għax aħna lkoll rappreżentanti tal-poplu - jekk irridu nirrappreżentaw lill- poplu bis-serjeta', kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, irridu nagħmlu dan b'sagrifiċċju personali.", "Kemm jien, kemm l-Onor.", "Gonzi, kemm il-Ministri tal-lum u tal-bieraħ, kif ukoll il- backbenchers ilkoll jafu li kull min qiegħed hawnhekk dalgħodu għandu xogħol ieħor x'jagħmel.", "Allura meta quddiemna jkollna sitwazzjoni bħal din ma għandniex nirrispettaw lil xulxin u niffokaw iktar fuq x'għandu jkun verament membru tal-Parlament?", "Fil-fatt x'għandu jkun membru tal- Parlament?", "Membru tal-Parlament għandu jiddiskuti l-affarijiet, anke b'mod tekniku.", "Infatti jien issa se nidħol b'mod tekniku fuq il-mozzjoni li għandna quddiemna għalkemm nibqa' nsostni li dak li qiegħed ngħid huwa ambjentat tajjeb fil-mozzjoni.", "Madam Speaker, issa se jkolli nirripeti xi ħaġa żgħira minn dak li għidt id-darba l-oħra għax dak kien ġie mħarbat mill-interruzzjonijiet li kien hemm.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk nistaqsi jekk nafux x'aħna ngħidu meta għar-rigward tar-riżoluzzjoni li għandu quddiemu dan il-Parlament qed ngħidu li l-limitu li l-gvern tal-ġurnata jkun jista' jissellef minn barra l-pajjiż se ntellgħuh minn Lm75 miljun għal Lm150 miljun?", "Fil-kontest ta' diskussjoni mifruxa fuq ħafna suġġetti u fuq ħafna punti saret din il- mistoqsija: Nafu x'aħna ngħidu?", "Hawnhekk jien se nilgħab daqsxejn tennis u nerġa' nwaddab din il-mistoqsija lejn in-naħa l-oħra billi nistaqsi: Aħna x'qed ngħidu?", "Qed ngħidu li l-Gvern se jissellef Lm150 miljun minn barra minn Malta?", "Min qed jgħid hekk?", "Għaliex qed jingħad - anke minn kelliema tekniċi li jafu tajjeb ħafna x'inhuma jgħidu u allura meta jagħmlu żball u jibqgħu jirrepetuh ikunu qegħdin jagħmlu hekk apposta - li l-Gvern qed iressaq xi ħaġa li permezz tagħha se jissellef Lm150 miljun?", "Ma nafux li din hija enabling law?", "Din hija xi ħaġa li tressaqha fil-Parlament biex isservi għal numru ta' snin u mhux biex isservi għal sitt xhur jew għal sena!", "Dan l-istess bħal meta tressqet hawnhekk - din kont ressaqtha jien - il-mozzjoni biex il-limitu tat-treasury bills li jista' joħroġ il-Gvern li permezz tagħhom jissellef għal terminu qasir ta' xahar, tliet xhur, jew sena, jogħla minn dak li kien ġie stabbilit sena jew sentejn ilu meta kien ressaq mozzjoni għal ammont simili l-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż- żmien.", "Meta ressaqt dik il-mozzjoni jien kont spjegajt li qed nagħmlu l- livell ogħla milli hu meħtieġ apposta ħalli ladarba għandek budget out-turn li qiegħed dejjem jikber u allura l-ħtieġa ta' dak li jissejjaħ short-term financing tikber miegħu, ma jkunx hemm il-ħtieġa li wieħed jiġi f'dan il- Parlament u jitlob ir-reviżjoni ta' dak il-limitu.", "Dak inhar, hu u jwieġeb il-mozzjoni fuq it-treasury bills, l-ex-Ministru tal-Finanzi irreaġixxa.", "Dak inhar, fil-kontest ta' iżjed kalma u inqas kontroversja milli qed tipprevali bħalissa u fil-kontest ta' dispożizzjoni aħjar biex nagħmlu diskussjoni teknika u mhux il-ħin kollu diskussjoni fejn nieħdu positioning politiku, kien irreaġixxa allavolja kieku kien għadu Ministru tal-Finanzi probabbilment kien ikun hu li jressaq dik il-mozzjoni.", "Hawnhekk trid torbot tali kumment mal-mistoqsija li saret.", "Nafu x'aħna ngħidu?", "Meta rridu nkunu nafu x'aħna ngħidu għandna nerġgħu nħarsu lejn x'aħna ngħidu.", "X'aħna ngħidu?", "Se nammettu jew mhux se nammettu?", "Se nagħrfu jew mhux se nagħrfu?", "L-Oppożizzjoni se tkun sinċiera u tgħid li l- qagħda finanzjarja li ħalliet warajha kienet differenti għall-aħħar minn dak li pproġettat jew mhux se tkun sinċiera?", "Jekk għandek sitwazzjoni reali imma l-Oppożizzjoni tibqa' tgħid li dik is-sitwazzjoni hija vvintata, allura f'dan il-pajjiż se nispiċċaw fejn mhux sempliċement niġġieldu fuq ix- xejn - jiġifieri fejn qabel konna nargumentaw issa se nersqu biex niġġieldu - imma se nispiċċaw nitkellmu b'lingwi differenti.", "Madam Speaker, aħna nitkellmu b'daqsxejn ta' aċċent - int Għawdxija u titkellem b'aċċent Għawdxi u jien Qormi u kultant nitkellem b'aċċent Qormi - imma l-lingwa hija l-istess.", "Issa se nibdew nitkellmu b'lingwi jew b'ilsna differenti?", "Kif jista' jkun li tibqa' tgħid li m'huwiex veru dak li qed jingħad fuq il- qagħda finanzjarja meta l-figuri u l-kontijiet li ma tistax toqgħod tilgħab bihom, juru s-sitwazzjoni kif inhi?", "Minflok ma l-Oppożizzjoni ammettiet x'kienet is-sitwazzjoni meta hija kienet fil-gvern trid tgħid li n-naħa tal-Gvern qiegħda tivvinta dik is- sitwazzjoni.", "Mank li s-sitwazzjoni m'hijiex dik illi diġa' ddeskrivejna u għadna qegħdin niddeskrivu jien u sħabi!", "Din għidtha fl-imgħoddi u qed nerġa' ngħidha issa.", "Kemm kien ikun aħjar għalija personalment - għalkemm mhux neċessarjament kien ibiddel it-triq tiegħi - għall-Gvern u għall- pajjiż!", "Dan il-punt bilfors trid tagħmlu ladarba qiegħed jibqa' jiġi rriġettat min-naħa tal-Gvern u n-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma tridx tammettih.", "Is-sitwazzjoni kienet illi matul is-snin kien qiegħed jinbena deficit finanzjarju strutturali.", "Dan xi jfisser, Madam Speaker?", "Dan ifisser illi kien qiegħed jagħmlilna xi ħaġa nieqsa dejjiema ġo fina; jiġifieri mhux ċiklika jew temporanja imma dejjem.", "Kien hemm żbilanċ strutturali.", "Dak huwa l-ewwel punt.", "It-tieni punt huwa li l-finanzjament ta' l-iżbilanċ - li jkollok żbilanċ m'hijiex l-aħħar tad-dinja; jista' jkollok żbilanċ u tkun tista' tiffinanzjah - matul is-snin kien qiegħed jiġi minn sorsi li m'humiex sostenibbli.", "Meta jkollok żbilanċ strutturali ma tkunx tista' ssostni dak l-iżbilanċ billi tbigħ xi ħaġa mid-dar.", "Dan qisu għandek familja illi b'mod kroniku, jiġifieri b'mod regolari u b'mod dejjiemi, tonfoq iżjed milli jdaħħal il-kap tal-familja jew inkella l-familja kollha kemm hi mill- paga tagħhom.", "Issa biex din il-familja tpatti għal dan taqbad u tbigħ xi ħaġa minn ġod-dar.", "Ħalli nieħdu l-metafora tas-siġġijiet.", "Jekk din il- familja jkollha sitt siġġijiet fid-dar, fl-ewwel sena tbigħ siġġu biex iddaħħal xi ħaġa ħalli ssodd parti mill-iżbilanċ li għandha u l-parti l- oħra ta' l-iżbilanċ tissellifha.", "Mela l-ewwel sena tkun għaddiet.", "Imbagħad fit-tieni sena jerġa' jkollha żbilanċ għax tonfoq iżjed milli ddaħħal u terġa' tbigħ siġġu ieħor u tissellef daqsxejn oħra u tibqa' sejra hekk sakemm tispiċċa biex tbigħ dawk is-sitt siġġijiet u allura ma jkollhiex iżjed xi tbigħ.", "Jekk kemm-il darba s-sitwazzjoni tibqa' waħda kronika, jiġifieri ta' żbilanċ strutturali, din ma tkunx solvietha billi rrikkorriet għall-espedjent li biegħet is-siġġijiet tagħha għax kulma tkun għamlet huwa li spiċċat m'għandhiex fejn toqgħod bil-qiegħda.", "L-Oppożizzjoni dan ma tridx tammettih.", "Il-mod li bih l-Oppożizzjoni tħares lejn il-qagħda finanzjarja u ekonomika huwa dejjem wieħed ta' finzjoni jew fittizju.", "Ta' l-Oppożizzjoni mill-ewwel aġixxew hekk.", "Meta ħadu l-gvern f'idejhom, fl-1987, ħadmuha bil-maqlub.", "Jiena naf dan għax qalli min tahom il-gwida teknika meta talbuh il-parir ta' kif għandhom jagħmluha.", "Il-kelliema li qed jitkellmu issa mhux kollha kienu hawn dak iż- żmien u allura forsi ma jafux intimament x'ġara minn ġewwa, imma nirrikmandalhom li jiċċekkjaw dan.", "In-Nazzjonalisti daħlu fil-gvern f'Mejju ta' l-1987, u f'dawk is-sitt xhur l-ewwel ma għamlu kien li qabdu u ppakkjaw kemm felħu ħlasijiet u debiti biex juru li wirtu xi sitwazzjoni finanzjarja kerha.", "Imbagħad komplew itambru - kienu bdew itammbru minn qabel - li l-qgħad kien ta' 20,000.", "Mela qabel l-elezzjoni kienu jgħidu li ċ-ċifra tal-qgħad hija ta' 20,000 u malli telgħu fil-gvern bdew jaraw kif jagħmlu ħalli d-deficit juruh ikbar milli hu jew inkella jesternalizzaw affarijiet li forsi kienu għadhom m'humiex esternalizzati.", "Ara x'montatura - u hawnhekk tgħodd il- kelma \"montatura\" - n-naħa l-oħra tal-Kamra dejjem tagħmel għall-qagħda finanzjarja u ekonomika.", "Wara li telgħu fil-gvern iċ-ċifra ta' 20,000 persuna jfittxu x-xogħol żvintat.", "Lanqas l-inbid imħallat fl-ilma li jagħmlu wħud min-nies - nies li ma jipprovawx jisquh lill-Qriema għax il- Qriema malajar ixommuh l-inbid imħallat bl-ilma, għalkemm mhux il-Qriema biss ixommuh - ma jiżvinta daqshekk malajr!", "Imbagħad malli qlibna għas-sena 1988 il-qgħad kollu li kienu jgħidu li hawn fil-pajjiż żvinta.", "U ejja; mela qgħad ta' 20,000 li allura dak iż-żmien kien jagħmel rata ta' 20% jew 25% jiżvinta hekk?!", "Dan mhux daħk li nitkellmu b'din il-manjiera!", "Imma dik hija l-approach ta' l-Oppożizzjoni għall-ekonomija, is-slant politiku.", "Imbagħad kienu qabdu mal-qagħda finanzjarja.", "Fl-ewwel sena setgħu jippakkjaw ħafna ħlasijiet u debiti biex iwaħħlu fil-Gvern Laburista ta' qabel, imma mbagħad sabu illi gradatament, minħabba l-mod kif huwa strutturat il-pajjiż, minħabba l-mod kif bdew jonfqu huma u anke minħabba ċerti miżuri li bdew jieħdu biex ineħħu r-riħ fil-qalgħa tradizzjonali lill- Partit Labursita, sabu illi qed jiżviluppa żbilanċ dejjiemi u allura bdew jipprovaw jiffinanzjaw dak l-iżbilanċ billi, kif għidt, mhux jaraw x'sorsi sewwa u dejjiema setgħu jsibu biex tassew jiffinanzjaw u jikkontrollaw ċertu nfiq li hemm kontroll fuqu - mhux l-infiq kollu tista' tikkontrollah imma ċertu nfiq tista' tipprova tikkontrollah - billi tieħu valur aħjar għal dak l-infiq li qed tagħmel.", "Imma mhux hekk, huma kienu għamlu l-ewwel ħames snin tagħhom ipoġġu din il-montatura, din l-invenzjoni illi qegħdin jiffinanzjaw żbilanċ illi nifilħuh.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux veru.", "Minn hemmhekk beda jiżviluppa l-iżbilanċ illi huwa wisq għall-pajjiż u minn hekk kienet qed tiżviluppa l-problema għal dan il-pajjiż, problema li minħabba fiha dan il-pajjiż se jkollu jħabbat wiċċu ma' problemi kbar għal numru ta' snin, għax ladarba għandek siġra illi l-għeruq tagħha telgħin minn fond ħafna allura mhux la kemm iġġibha f'postha jew taqlagħha.", "Imbagħad, fit-tieni ħames snin ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista komplew bl-istess tattika ta' qabel bid-differenza li kienu jpoġġu l-argumenti tagħhom b'mod iżjed kosmetiku u inqas blunt milli kienu jitpoġġew fl-ewwel ħames snin.", "Imma xorta waħda kienu jsiru b'mod kosmetiku u xorta ma kenux juru li qegħdin jiffinanzjaw l-iżbilanċ b'mod sostenibbli.", "Mela billi tbigħ shares f'bank jew tbigħ xi assi li huma tal-poplu - irrispettivament minn jekk għandekx iżżommhom mil-lat ta' effiċjenza - b'daqshekk tkun iffinanzjajt l-iżbilanċ?!", "Mela dik il-familja li biegħet siġġu biex tpatti għall-fatt li qiegħda tonfoq iżjed milli daħlet, b'daqshekk irranġat il- mejda?", "Anzi l-mejda naqsitilha għax spiċċat biex biegħet is-siġġijiet kollha.", "Dan qegħdin narawh hawn Malta - issa ngħid dan il-Gvern kif rah - u barra minn Malta wkoll.", "Madam Speaker, għandna l-eżempju ta' l-Italja u ta' pajjiżi Ewropej oħra, imma bħala eżempju se nieħu l-Italja.", "L-Italja qiegħda titqanżah u tiġġebbed u tagħmel dak kollu li tista' biex tissodisfa l-kriterji tat- Trattat ta' Maastricht biex meta sentejn oħra ssir l-unjoni ekonomika u monetarja huma jikkwalifikaw u jkunu fost l-ewwel pajjiżi li jidħlu f'dik l- unjoni.", "Dawn kif qegħdin jipprovaw isolvu l-problemi tagħhom?", "Dawn ipprovaw isolvu l-problemi ta' żbilanċ kroniku finanzjarju massiv li għandhom b'żewġ manjieri: l-ewwelnett billi għamlu taxxa li sejħulha Euro Tax u li qalu li hija miżura temporanja, u t-tieni nett billi komplew jaċċelleraw il-privatizzazzjoni, jiġifieri l-bejgħ ta' ċerti assi tal- Gvern.", "Jiena m'iniex nargumenta kontra l-privatizzazzjoni mil-lat ideoloġiku għax f'dawn l-affarijiet m'hemmx ideoloġija.", "F'dawn l- affarijiet trid tara x'jaqbel għall-pajjiż.", "Lanqas qiegħed nargumenta mil- lat tas-suq, jiġifieri jekk hux aħjar illi jkollok intrapriża li tkun esposta għall-forzi tas-suq ħalli jkollha bilfors topera b'mod effiċjenti u allura kull min qiegħed fiha - bħall-management u impjegati - jifhem illi l- introjtu tiegħu jrid jieħdu b'mod effiċjenti u mhux għax ikun qed igawdi minn xi monopolu jew minn xi preferenza min-naħa tal-Gvern.", "Jien mhux qed nargumenta minn dak il-lat; qiegħed nargumenta mil-lat purament finanzjarju u mhux mil-lat ekonomiku.", "Mil-lat purament finanzjarju, meta jkollok żbilanċ u ssostnih billi tbigħ parti mill-assi tiegħek ma tkunx qed issolvi dak l-iżbilanċ għax kulma tkun qed tagħmel huwa li tnaqqas ir-rikkezzi tiegħek.", "Hawn min jagħmel hekk, Madam Speaker.", "Per eżempju, fil-kors tal- ħajja, meta nilħqu ċerta eta' jista' jkun illi ngħidu: Jien għandi żewġt idjar; għalfejn se noqgħod issikkat b'pensjoni baxxa u ma nistax nagħmel dak li rrid meta nista' nbigħ waħda minnhom u dak li ndaħħal minnha nużah għall-konsum tiegħi?", "Dak l-argument nifhmu għax tkun wasalt fi stadju tal- ħajja fejn tista' tagħmel hekk, imma fil-kuntest ta' gvern u fil-kuntest ta' intrapriża ma jagħmilx sens, bħalma ma jagħmilx sens għal fabbrika li taħseb li se ssolvi l-problemi tal-cash flow tagħha billi tbigħ maħżen jew billi tbigħ biċċa makkinarju.", "B'daqshekk se ssolvi l-problemi?", "Fil-każ ta' gvern l-argument huwa differenti għax, indipendentement mill-qagħda finanzjarja, jista' jkun li jkollok entijiet pubbliċi fejn ikun aħjar li ddaħħal element ta' kompetitizzjoni fihom u addirittura tipprivatizzahom - m'hemm l-ebda hard and fast rule fuq hekk - għax bil-mod kif inhuma jkollhom ċertu flabbiness, ksuħat u attitudnijiet ħażina u allura b'theżżiża minn rashom sa saqajhom tista' ġġibhom f'tagħhom.", "F'dan il-każ tista' targumenta hekk.", "Imma dak huwa argument fih innifsu u mhux argument finanzjarju.", "Dak huwa argument politiku u, iżjed minn hekk, argument ekonomiku.", "Imma l-Oppożizzjoni mhux hekk kienet targumenta.", "L-Oppożizzjoni kienet targumenta illi dawk id-deficits huma sostenibbli għax qed issodd parti mill-iżbilanċ billi tipprogramma l-bejgħ ta' assi pubbliċi.", "Hemmhekk kienet it-triq il-ħażina u hemmhekk riedet issir il-mistoqsija dwar l- ekonomija li għamel il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni fis-seduta ta' nhar l- Erbgħa: Nafu x'aħna ngħidu?", "Hemmhekk il-Gvern Nazzjonalista kellu jistaqsi lilu nnifsu: Nafu x'aħna ngħidu?", "Nafu x'aħna nagħmlu?", "Imma l- Gvern Nazzjonalista ma qalx hekk lilu nnifsu bħal daż-żmien sena meta kellu rapporti interni illi l-iżbilanċ li kien bassar il-Ministru tal-Finanzi dak iż-żmien - li kellu jkun bejn Lm32 miljun u Lm35 miljun - kien se jitla' bi tliet darbiet aktar.", "Għax f'April tas-sena l-oħra l-Ministru tal-Finanzi u l-Prim Ministru - ma nafx il-Ministri l-oħra kenux jafu - diġa' kellhom twissija mit-tekniċi, min-nies burokratiċi u min-nies responsabbli illi jgħidu lill-Ministru dwar kif inhi s-sitwazzjoni reali.", "Diġa' kienu qalulhom li fl-aħħar tas-sena se nispiċċaw bi żbilanċ ħafna u ħafna ogħla milli kien imbassar fil-budget speech u fl-estimi għall-1996.", "L-Ingliżi jgħidu finally the chickens came home to roost u għalkemm jien nikteb bil- Malti ma nafx eżattament l-ekwivalenti bil-Malti għal din l-esperessjoni.", "Imma Ħadd wara Ħadd tasal ta' kulħadd.", "Ħadd wara Ħadd tasal il-verita'!", "U l-verita' waslet.", "Imma l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ma għamilx kif issuġġerixxa lilna wieħed mill-ex-Ministri tiegħu nhar l-Erbgħa.", "Le, il-Gvern Nazzjonalista ttama illi jkompli jaħbi s-sitwazzjoni lill-pubbliku u ma qallux illi l-istima ta' dak li se jdaħħal mill-VAT kienet għolja żżejjed meta fil-fatt sena ilu diġa' kienu qalulu li se jkollu shortfall ta' madwar Lm20 miljun fuqha.", "Lill-poplu ma qallux illi dak li kien bassar li kien se jdaħħal mill-bejgħ ta' parti mill-ishma tal-banek u mill-bejgħ tal-White Rocks Complex ma kienx se jilħaq isir.", "Taqbel jew ma taqbilx jekk għandekx tagħmel dan, il-punt li lill-Gvern kienu qalulu li dan ma kienx se jilħaq isir.", "Dan ma qalulux lill-poplu, Madam Speaker.", "Lill- poplu dan ma qalulux dak inhar u ta' aktar skantament huwa illi sal-lum dan għadu ma jridx jammettih.", "Madam Speaker, hawn irrid nieqaf biex nagħmel xi ħaġa li kelli l- intenzjoni li nagħmilha mill-ewwel imma minħabba l-interruzzjonijiet li kelli m'għamiltx.", "Irrid nawgura lill-Kap ta' l-Opożizzjoni fejqan ta' malajr ħalli jkun jista' jirriżumi l-kombattiment politiku fuq il-pjan politiku.", "U din qed ngħidha bis-sinċerita' kollha.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-ex-Ministru tal-Finanzi u l-ex-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi kienu t-tliet min-nies ewlenin fil-gvern tagħhom li kienu responsabbli għal din il-qagħda u li għadhom sal-lum flok jammettu jiċħdu l-qagħda li ħallew warajhom.", "Imma kif jista' jkun li jkollok nies li jibqgħu jinsistu li jgħixu gidba anke wara li r-realta' tkun inkixfet mill-ewwel?!", "Nerġa' ngħid, il-Partit Laburista kien għadu lanqas kellu r- riżultat uffiċjali f'idejh meta kien ġie mgħarraf b'din il-qagħda.", "Kienu qaluha lili, Madam Speaker.", "Issa jien x'interess għandi li noqgħod noħroġ u npinġi sitwazzjoni illi m'hijiex reali?", "X'interess kelli dak iż-żmien jew x'interess għandi issa li noqgħod inbeżża'?", "Mela meta tkun fil- politika trid toqgħod tbeżża'?", "Meta tkun fil-politika trid tnissel ispirazzjoni u timmotiva lin-nies, mhux tbeżżagħhom!", "Imma dik is- sitwazzjoni għidnieha u ngħidu li hija sitwazzjoni reali ħalli l-poplu jkun jaf fejn hu għax waqt li trid timmotiva u trid iddaħħal ispirazzjoni, trid tagħmel dan dejjem f'kuntest ta' realiżmu.", "Jekk tagħmel dan fil-kuntest li kienu jagħmluh in-Nazzjonalisti, illi jipprovaw - u għal ċertu żmien irnexxielhom - jaħbu s-sitwazzjoni reali, tkun qiegħed mhux tidħak bik innifsek - bik innifsek idħak kemm trid għax fl-aħħar mill-aħħar inti taqa' għal wiċċek - imma tidħak bil-poplu.", "U bil-poplu l-ebda politiku, qiegħed fuq liema naħa qiegħed, m'għandu dritt jidħak.", "Lill-poplu trid dejjem tgħidlu x'inhi l-qagħda, x'irridu nagħmlu biex nimxu 'l quddiem u x'inhuma l-konsegwenzi ta' dak li qegħdin nagħmlu.", "Dawn huma l-affarijiet li għandek tgħid lill-poplu!", "X'interess kelli jiena u x'interess kellu l- Gvern illi ma jurix il-qagħda attwali kif inhi?", "Hawnhekk imbagħad tibda tieħu iżjed meaning il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Josef Bonnici d-darba l- oħra.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of House.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra.", "In vista tal- fatt li jiena kkritikajt lill-kelliem preċedenti dwar kemm tawwal issa se nagħtih grounds ħalli jkun jista' jagħmel il-kontra-kritika tiegħu!", "Hawnhekk trid tkompli tagħmel il-mistoqsija: Nafu x'aħna ngħidu?", "Taf x'inhi tgħid l-Oppożizzjoni meta tagħmel il-kritika tagħha bil-mod li qed tagħmilha?", "Taf illi għal darb'oħra hi stess qiegħda tgħolli l-ballun fis- sema u li mbagħad dan se jinżel fuq rasha!", "Ħalli ma ngħidx l-espressjoni Maltija għax hawn min dik iqisha vulgari meta m'hi vulgari xejn.", "Dawn jafu li qegħdin jagħmlu s-setting biex anke min ma jifhimx fil-finanzi u fl- ekomonija jgħidilhom: Imma kieku tlajtu intom x'kontu se tagħmlu?", "Kieku tlajtu intom kontu se tissellfu iżjed?", "Mhux bilfors trid tissellef!", "Mela meta inti mid-deficit tas-sena l-oħra għandek Lm35 miljun biss li huma koperti u allura Lm75 miljun oħra x'jiġu koperti mhux bilfors trid tissellef biex tiffinanzjahom?!", "Ma taħsbux li nkunu qegħdin niżvalutaw id- diskussjoni ekonomika u finanzjarja meta nies kwalifikati fil-materja jinsew illi huwa xieraq għalihom infushom illi jiftakru li qabel xejn huma nies tekniċi wkoll u allura m'għandhomx joqogħdu jilagħbu bil-politika u jgħidu: \"Ara l-Gvern qed jissellef!", "Ara l-Gvern Laburista li kien tant kontra s-self issa ħiereġ biex jissellef!?\"", "Dawn huma argumenti li bihom nippretendu li lill-pajjiż se nġibuh 'il quddiem?", "Dawn huma argumenti li nħossu li jagħmlu ġieħ għad-diskussjoni teknika illi ntqal li għandu jkollna?", "Id-diskussjoni teknika nagħmluha imma għandna nagħmluha fil- kuntest tas-serjeta'.", "Madam Speaker, aħna writna l-qagħda finanzjarja li writna, irridu niffinanzjawha u se niffinanzjawha bl-uniku mod li tista' tiffinanzjaha, jiġifieri billi nissellfu.", "Dan fl-assenza ta' xi ċaqliqa mill-Imgħallem Divin li jwaddbilna l-manna.", "Mela jiġu jgħidulek: \"Mela se tissellef?\"", "Din serjeta'?", "Dawn ħallew il-qagħda għall-1997 b'deficit diġa' ppjanat u allura aħna bilfors kellna nersqu biex nieħdu xi miżuri żgħar biex intaffu dak id-deficit, imma l-kumplament trid tissellfu.", "Flok qalu li d-deficit għall-1997 huwa wirt li ħallewlna huma, qagħdu jgħajruna għax għamilna ftit tat-taxxi u għax għidna li għall-1997 irridu nerġgħu nissellfu.", "Imma dan huwa l-mod kif irridu nagħmlu d-diskussjoni teknika li kellna appell kbir biex nagħmlu?", "Huwa tajjeb li jkun hemm l-appell biex nagħmlu diskussjoni teknika u għandna nagħmlu diskussjoni teknika.", "Imma għandna nagħmlu diskussjoni teknika fil-kuntest illi l-isfond irid ikun wieħed politiku l- ħin kollu?", "Jekk kemm-il darba se nilagħbu l-politika l-ħin kollu, allura ma noqogħdux nitolbu li jkun hemm diskussjoni teknika għax il-politika mhux teknika trid, il-politika hija l-kaċċa għall-voti, kif diġa' ddiskrivejtha jien u kif nerġa' niddiskriviha.", "Jekk sempliċiment se toqgħod tagħmel kaċċa għall-voti u se toqgħod tagħmel kaċċa biex tipproġetta lilek innifsek bħala wieħed li għandek muskoli - ħalli ngħid hekk - ebsin aktar minn ta' ħaddieħor u bħala aggressiv u li toffri iktar tama għall-futur, allura din ma tkun diskussjoni teknika xejn.", "Id-diskussjoni teknika trid tkun waħda oġġettiva u biex tagħmilha trid tibbaża ruħek fuq il-fatti ħalli mbagħad id- diskussjoni tiġi mill-interpretazzjoni tal-fatti.", "Jista' jkollok diskussjoni teknika fejn naħa waħda tgħid li ma taqbilx ma' l-oħra fil- miżuri li qiegħda tieħu.", "Mela le!", "Allaħares f'diskussjoni teknika titlaq mill-punto di partenza li se taqbel fuq il-miżuri li jkunu qed jittieħdu!", "Hemm min jemmen li għandek tieħu miżuri mod u hemm min jemmen li għandek tieħu miżuri mod ieħor.", "Hemm min ikejjel l-effett tal-miżuri mod u hemm ħaddieħor li jkejjilhom mod ieħor.", "Jien ma noqgħodx ngħid li jiena ekonomista imma lkoll nafu b'the old saying li jgħid: Ressaq flimkien 200 ekonomista u jkollok 400 opinjoni.", "Jiġifieri kull ekonomista joħroġ bl- opinjoni tiegħu u b'opinjoni kuntrarja.", "Anzi ġieli jkollok anke 500 opinjoni, daqskemm jibda joħroġ tferfix!", "Mela ma jimporta xejn li jkun hemm nuqqas ta' qbil f'diskussjoni bħal din.", "Waqt li ma jimporta xejn li jkun hemm nuqqas ta' qbil, darba li tkun tlaqt mill-punto di partenza tal- fatti, ma jistax ikun li l-fatti tinjorahom għal kollox - f'dan il-każ tinjora l-qagħda finanzjarja u tipprova tgħid li m'hijiex dik li hi - għax inkella ma jista' qatt ikollok diskussjoni bis-serjeta'.", "Waħda mill-problemi ta' dan il-pajjiż hija li fid-diskussjoni l-politika tippredomina l-ħin kollu.", "M'hawnx forum - ċertament ma naħsibx li dan il- Parlament jista' jkun dan il-forum għax aħna kollha politiċi imma jista' jkun, per eżempju, isititut ta' l-ekonomija - li bis-serjeta' u b'mod ftit distakkat mill-politika jiddiskuti u anke jiddibatti - għaliex le! - kwestjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u monetarji.", "Aħna m'għandniex dan.", "Allura nispiċċaw li jekk jiena nitkellem fuq l-ekonomija, għalkemm ngħid li qed nipprova nkun oġġettiv, ħaddieħor ifakkarni u jgħidli: Inti għid li trid imma inti politiku wkoll.", "U jkollu raġun!", "Jiena forsi nipprova nkun oġġettiv imma l-commitment politiku tiegħi forsi jidher, kif fil-fatt jidher.", "Mela jiena diġa' m'iniex idoneu biex nipproġetta lili nnifsi bħala xi ħadd li jista' jkun protagonista ewlieni fid-dibattitu li qed ngħid li għandu jkun hawn.", "Issa qed ngħid għalija li nqis ruħi bħala wieħed li nipprova nkun oġġettiv, aħseb u ara ħaddieħor li ma jipprovax ikun oġġettiv u li l-bażi tad-diskussjoni tiegħu bilfors irid jagħmilha waħda politika kemm iktar u iktar ma jkunx idoneu.", "U jiena ngħid: Imma għandna nibqgħu hekk?", "Pero' jekk f'dan il-Parlament m'aħniex se nipprovaw nagħmlu dak kollu li jrid isir għall-pajjiż u għallinqas f'area ristretta nfittxu diskussjoni serja ...", "Jien ngħid li għandna nipprovaw nagħmlu hekk għax jekk ma nipprovawx nagħmluha m'aħniex se nimxu 'l quddiem.", "Imma s'issa qegħdin nipprovaw nagħmluha?", "Jien ngħid li m'aħniex.", "Sfortunatament, fid- diskussjoni ekonomika qiegħda tipprevali l-ħin kollu l-politika.", "Hemm il- ħin kollu t-twerwir li jekk se tissellef minn barra se titlef l- indipendenza.", "Mhux it-twissija biex jekk se tissellef minn barra toqgħod attent għal xiex se tissellef jew tfittex jekk għandekx sorsi aħjar flok tissellef minn barra, għax dik nifhimha u lest li niddiskutiha.", "Imma huma mhux hekk jagħmlu; huma l-ħin kollu jħaddnu approach fundamentalista, approach allarmista.", "Mhux jagħmlulek twissija fejn jgħidulek: Isma', aħjar inkunu ċari fuq is-sistemi fiskali u monetarjij li se jkun hawn fil-pajjiż għax inkella jista' jkollok min joqgħod jistenna ħalli tidħol dik iċ- ċarezza u allura jkollok effetti li mhux bilfors tixtieqhom.", "Dik it- twissija nifhimha wkoll.", "Imma mhux hekk qed ikollna, Madam Speaker.", "Mar-radd tas-salib u tul dawn l-aħħar sitt xhur, l-Oppożizzjoni ma riditx taċċetta l-verdett tal-poplu.", "Mhux il-mandat li l-poplu ta lill-Partit Laburista imma ma riditx taċċetta l-verdett tal-poplu.", "Din hija defiċjenza ġenetika fil-Partit Nazzjonalista għax kull darba hekk jagħmlu.", "Din hija defiċjenza mwielda ġo fihom.", "Għaliex qed ngħid hekk, Madam Speaker?", "Għax hekk kienu għamlu anke meta fl-1971 kien hemm elezzjoni mmexxija minnhom li tat riżultat mill-iżjed ċar u kien reġa' tela' fil-gvern il- Partit Laburista wara 13-il sena, erba' snin minnhom għax kien hemm il- ħakma kolonjali diretta u disa' snin minnhom għax kien hemm żewġ elezzjonijiet li n-Nazzjonalisti rebħuhom bis-saħħa tad-dnub il-mejjet.", "Fil-fatt għada jaħbat l-anniversarju - nagħlqu 35 sena - ta' meta fetaħ l- ewwel Parlament tad-dnub il-mejjet fl-1962.", "Dak inhar, fl-1971, meta tilfu l-elezzjoni b'mod mill-iktar ċar u bla gerrymandering jew xi ħsieb li seta' kien hemm gerrymandering - u jekk kien hemm gerrymandering dan għamluh favur tagħhom għax xammew it-telfa u pprovaw iġibu bidliet distrettwali biex jittamaw li dik it-telfa ma sseħħx - xorta waħda - ara fejn hi d-defiċjenza ġenetika - flok ammettew li tilfu u aċċettaw il- verdett tal-poplu, kien hemm kelliema uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista li permezz tal-ġurnal tagħhom ħarġu jgħidu: F'sitta minn għaxar distretti għandna maġġoranza u allura dan jagħtina d-dritt li mmexxu l-pajjiż.", "Il- membri li ġew riċentement f'dan il-Parlament jistgħu jifhmu x'hemm minqux ġo l-istorja politika ta' pajjiżna u m'għandhomx għalfejn joqogħdu jfittxu.", "Imma jekk ifittxu jsibu dan li qiegħed ngħid jien.", "Il-ġurnal tagħhom kien qal editorjalment - u allura kien qed jitkellem għall-partit, mhux bħal meta jitkellem xi artikolista jew xi kandidat f'xi konferenza - li la kellhom maġġoranza f'sitta mill-għaxar distretti, dak kien jagħtihom id-dritt illi jmexxu.", "Din id-defiċjenza li ma jaċċettawx il-verdett tal- poplu qiegħda ġo fihom tant li din id-darba ġara l-istess għax f'Ottubru li għadda ma stennewx dak il-verdett tal-poplu u allura meta wasal ma qalux: Ma stennejnihx imma ġie; issa li hemm hemm u rridu naħdmu biex naraw fejn ma għoġobniex lill-poplu ħalli nbiddlu l-politika u l-istruttura tagħna biex b'hekk ikollna tama aħjar għal elezzjoni oħra.", "Qalu hekk internament b'ħafna tlaqliq u meta jgħidu hekk ma jgħiduhx b'mod ċar.", "Kif wera wieħed mill-kandidati aspiranti għall-elezzjoni li ġejja fil-ġurnal tagħhom, mhux ta' nhar il-Ħadd li għadda imma tal-Hadd ta' qabel - jiġifieri dan mhux jien qed ngħidu imma wieħed minn tagħhom li għal din id-darba ma ħariġx u li għandu isem illustriju ħafna; qed nirriferi għal Karmenu Mifsud Bonnici - s'issa għadhom m'humiex jagħmlu d-diskussjoni fejn jammettu bis-serjeta' fejn setgħu naqsu u fejn il-poplu seta' kellu raġun li jirriġettahom.", "Dan mhux aħna qegħdin ngħiduh imma qalulhom tmint ijiem ilu esponent tagħhom.", "Dik hija r-realta'.", "Ma ridux jaċċettaw il-verdett tal-poplu, mhux il- mandat tal-poplu.", "Madam Speaker, il-bieraħ smajna ħafna diskors - nittama li issa ma nerġax niġi indikat li qiegħed barra mis-suġġett tar-riżoluzzjoni li qiegħed nitkellem fuqha - fuq il-mandat u li l-Gvern Laburista m'għadx għandu mandat.", "Bħallikieku l-mandat jitneħħa għax jiġi xi kelliemi min- naħa tal-Gvern jew inkella jien jew xi ħadd ieħor minn naħa ta' l- Oppożizzjoni jew anke l-Oppożizzjoni kollha u jgħidlek: Kellek mandat u m'għadux għandek!", "Bħallikieku l-mandati jinbidlu hekk u r-riżultat ta' l- elezzjoni jista' jibdlu xi ħadd billi jiġi hawnhekk jgħajjat u jgħidlek li l-mandat spiċċalek kif għamlu l-bieraħ meta bdew jgħajtu u jgħidulna li l- mandat spiċċa.", "Ejja ma niċċajtawx!", "L-ewwel trid tħares lejn il-verdett tal-poplu u mhux lejn il-mandat, imma l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tridx taċċetta l-verdett tal-poplu.", "Il-verdett jingħata fuq il-performance u l- verdett tal-poplu qalilhom: \"Isma', ma mxejtux kif stennejna aħna.", "Sirtu arroganti żżejjed.", "Hemm wisq rapporti u allegazzjonijiet li għalihom ma weġibtux b'mod ċar.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf illi l-poplu hekk qalilhom u jaf ukoll li ħafna xhur qabel l-elezzjoni diġa' kellu rapporti li l-poplu qed jgħidlu li m'għadux jemmen illi l-Partit Nazzjonalista huwa nadif iżjed mill-Partit Laburista.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf li kien hemm min qallu: Ħabib tiegħi, għandek il-problemi, you have lost the high moral ground.", "Kien ilu jħoss x'ġej u mhux billi kellna dak il-ħafna aġir fil-beraħ li kienu żgur li se jirbħu l-elezzjoni u dan kollu.", "Mhux billi jgħidu li ma rebħux għax il-Partit Laburista ħa l-qagħda li ħa fuq il-VAT u ħa l-qagħda li ħa fuq il-kaċċa.", "Ejja ma niċċajtawx!", "Il-verdett tal-poplu jingħata għal raġunijiet li jinħassu mill-poplu u mhux għax inissilhomlu ġo fih xi partit jew xi mexxej.", "Veru li l-mexxejja u l-partiti jipproġettaw ċerti policies li jinfluwenzaw imma meta jkollok bidla daqstant radikali u ċaqliqa daqstant fundamentali, din tkun ġejja mill-esseri tal-poplu, jiġifieri l-poplu jkun ħassha ġewwa fih u mhux bilfors għax ikun ipperswadieh jew imbuttah xi ħadd.", "Biex ngħid hekk dan bilkemm m'huwiex att ta' fidi fejn tkun emmint ħaġa u mbagħad ikollok marġini ta' votanti li dik il-ħaġa ma' jkunux baqgħu jemmnuha jew għallinqas ma jkunux baqgħu jemmnu fil-prattikanti ta' dik il-ħaġa.", "Qed ngħid dan għax jista' jagħti l- każ li jkollok marġini ta' votanti li filwaqt li jkunu baqgħu jemmnu fil- kredu jkunu tilfu l-fiduċja fil-qaddis - jew suppost qaddis - illi jipprattika dak il-kredu għalihom.", "Imma huma ma aċċettawx dan il-verdett u peress li ma aċċettawx dan il-verdett minħabba din id-defiċjenza ġenetika li hemm ġo fihom, bħalma għamlu fl-1971 ...", "(Interruzzjonijiet) Defiċjenza ġenetika politika!", "Inti ma kontx hawn meta kont qed nispjega x'irrid ngħid.", "Madam Speaker, kif kont qed ngħid, dawn m'aċċettawx il-verdett tal-poplu u mill-ewwel bdew jaġixxu kif aġixxew fl-1971.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Richard Muscat staqsieni jekk iniex qed nirriferi għall-elezzjoni ta' l- 1981 imma jien ngħidlu li, mhux għall-elezzjoni ta' l-1981 qed nirriferi imma għall-elezzjoni ta' l-1971.", "Issa ħalli nerġa' nemfasizza dak li kont qed ngħid.", "Għalkemm dak iż-żmien il-Partit Laburista kien rebaħ elezzjoni mmexxija mill-Gvern Nazzjonalista minkejja l-gerrymandering li kien sar mill-istess Gvern dak iż-żmien - meta kien tneħħa d-dnub il-mejjet - permezz ta' editorjal fil-gazzetta \"In-Nazzjon Tagħna\" ta' jumejn wara l- elezzjoni, il-kelliema uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista wrew li ma ridux jaċċettaw il-verdett tal-poplu meta ma kien hemm l-ebda bażi morali u l- ebda dubju dwar kif il-Partit Laburista kien kiseb dik il-maġġoranza.", "(Interruzzjonijiet) Dan ġara f'Ġunju ta' l-1971; forsi wħud minnkom kontu għadkom m'intomx attivi f'dan il-Parlament jew forsi kontu u tridu tinsew.", "Dak inhar il-mexxejja Nazzjonalisti permezz ta' dak il-ġurnal qalu: Aħna għandna maġġoranza f'sitta minn għaxar distretti u allura għandna d-dritt immexxu u hekk se nagħmlu!", "(Interruzzjonijiet) Mur aqrah l-editorjal ħalli tara jekk huwiex veru dan li qed ngħid!", "Ara mbagħad fl-1981 nifhimha l-qagħda morali li ħassew li għandhom in-Nazzjonalisti għax f'dik is-sena n- Nazzjonalisti kellhom maġġoranza ta' voti imma minoranza ta' siġġijiet.", "(Interruzzjonijiet) Iva, kont nifhimha u kont nikteb li nifhimha.", "Imma llum huma qegħdin jifhmu li għandhom minoranza?", "Meta l-bieraħ neħħew il- pairing huma fehmu - ara issa kemm jorbot is-suġġett, Madam Speaker - li għandhom 34 siġġu f'dan il-Parlament bħala r-riżultat pervers ta' l- elezzjoni li għaddiet!", "Issa l-Onor.", "Richard Muscat ħareġ għax ma jridx ikompli jisma'!", "F'Ottubru li għadda r-riżultat kien eżattament bħar- riżultat ta' l-elezzjoni ta' l-1981 għax minkejja li kellu minoranza ta' voti l-Gvern Nazzjonalista ġab 34 siġġu u l-Partit Laburista ġab 31 siġġu.", "Issa ma jridux jisimgħuha din!", "Sinjura President, il-Kamra tbattlet u issa baqa' biss il-preżenza ta' żewġ deputati min-naħa Nazzjonalista u ta' sħabi min-naħa Laburista.", "Dawk li bdew jistaqsuni fuq il-qagħda ta' l-1981 marru 'l barra għax ma jridux jisimgħu r-realta'.", "Għal darb'oħra hawn tidher il-ħarba mir-realta', ir-reluctance, id-dwejjaq u n-nuqqas ta' abbilta' li jaċċettaw il-verdett tal-poplu.", "Fil-fatt, għax lanqas din id- darba m'aċċettaw il-verdett tal-poplu mill-ewwel, bdew jitkellmu b'mod li jagħmel ħsara lill-ekonomija; mill-ewwel u mhux wara xahar, xahrejn jew sitt xhur.", "Il-Partit Laburista issa se jagħlaq sitt xhur fil-gvern imma dawn mill- ewwel bdew jitkellmu b'mod li kien maħsub li jġib inċertezza fost il-poplu jew, biex forsi npoġġiha aħjar, biex iżid l-inċertezza fost il-poplu.", "Għaliex qed ngħid \"biex iżid l-inċertezza\"?", "Għax meta jkollok bidla fil- gvern u proposti għal bidliet radikali, allura bilfors li jidħol xi element ta' pawsa.", "Meta jkollok rapporti li l-qagħda finanzjarja u ekonomika kienet moħbija u li l-qagħda reali m'hijiex dik li kienu jipproġettaw huma allura bilfors jidħol xi element ta' riflessjoni.", "Minflok ma qalu lill- poplu li jista' jkompli jimxi dawn ipprovaw jaqtgħulu qalbu mill-ewwel billi bdew jipprovaw iġibu slow-down fil-pajjiż għax ħasbu - u għadhom jaħsbu kif fil-fatt smajna kemm il-bieraħ kif ukoll il-bieraħt lura - li jekk jimbuttaw lill-Gvern dan se jispiċċa biex jaqa'.", "Sinjura President, nerġa' ngħid, dawn ma jaċċettawx il-verdett tal-poplu u għalhekk jagħmlu plejtu minn personalita' u oħra, għalhekk jgħawġu l- argument, għalhekk imorru fil-beraħ u jgħidu ċerti affarijiet u għalhekk jagħmlu laqgħat privati bil-moħbi u joqogħdu jħeġġu lill-korpi kostitwiti biex ma jikkoperawx mal-Gvern.", "Minħabba li ma aċċettawx il-verdett tal- poplu, dawn ilhom sitt xhur sħaħ, eżattament minn wara l-elezzjoni, jimxu fuq żewġ binarji; il-binarju intern tat-tħarbit li għad għandhom fil-Partit tagħhom fejn għalkemm għaddew sitt xhur dan għadhom ma solvewhx - jien naħseb li jrid jgħaddi ħafna żmien qabel ma jkunu resqu lejn xi forma ta' soluzzjoni għal dan - u l-binarju pubbliku fejn ifittxu li jaqtgħu qalbu l- poplu u billi jġibu aktar slowdawn fl-ekonomija milli huwa ġustifikat.", "Madam Speaker, kif għidt diġa', jien nitkellem b'mod apert u nipprova nikkontribwixxi għad-diskussjoni pubblika billi lil qattus iswed ngħidlu qattus iswed, lil qattus abjad ngħidlu qattus abjad u lil qattus iswed u abjad ngħidlu qattus iswed u abjad.", "Kif qed jgħid il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Ċensu Galea, fid-dinja l-qtates ġeneralment ikunu mtektka u jkollhom ftit iswed u ftit kannella u meta jkun hekk jien ngħid li dan huwa qattus imtektek.", "Jien ma noqgħodx nagħmel argument abjad biss jew iswed biss imma nagħmel argument imtektek.", "(Interruzzjonijiet) Imma huma jagħmlu argument iswed u mhux argument imtektek għax l-argument tagħhom huwa maħsub speċifikament biex jaqtgħu qalb in-nies.", "Per eżempju, dawn lanqas jammettu - fil-kuntest tad-diskussjoni ekonomika kif għandha ssir - li kienu huma stess illi uffiċjalment ipprovaw iġibu tnaqqis fir-ritmu tal-konsum fil- pajjiż.", "Lanqas sitt xhur għadhom ma għaddew u din diġa' nsewha!", "Bħal għada 35 sena ilu jien dħalt għall-ewwel darba f'dan il-Parlament u niftakar li jien u dieħel qlajt daqqa ta' sieq.", "Lil min tahieli ngħidlu requiem eternam ukoll.", "Madam Speaker, dawn qed jinsew l-imgħoddi tagħhom, id-defiċjenzi ġenetiċi politiċi tagħhom u qed jinsew ukoll is-sitt xhur illi għaddew.", "Qed jinsew illi bħal-lum sitt xhur huma kienu għadhom responsabbli minn dan il-pajjiż.", "X'kienet il-policy tagħhom rigward il-qagħda ekonomika?", "Il-policy tagħhom kif espressa mill-kelliema ekonomiċi u kif espressa wkoll fil- Budget kienet illi jġibu slow-down fil-pajjiż.", "Jien infakkarhom li kienu qegħdin jgħidu li l-konsum fil-pajjiż kien għaddej b'ritmu mgħaġġel wisq u li kien hemm bżonn illi jitnaqqas u fil-fatt kienu ħadu miżuri biex dan isir.", "Dawn għandhom jagħmlu diskussjoni u riflessjoni magħhom infushom bis-serjeta' biex meta jikkritikaw għallinqas jikkritikaw b'mod li ma jinstemax daqstant ipokrita imma li fih ikollu sustanza teknika.", "Dawk li m'humiex tekniċi ħalli jkunu iżjed politiċi imma t-tekniċi għandhom jagħmlu din ir-riflessjoni.", "Kienu huma li ħadu miżuri tard biex jgħollu r- rati ta' l-imgħax li l-effett tagħhom qed jidher issa.", "Min qiegħed fid- dinja tan-negozju llum jaf li r-rati ta' l-imgħax hawn Malta huma fost l- ogħla fid-dinja għax ir-rata ta' l-imgħax għal ħafna nies li jmorru biex jissellfu mingħand il-banek hija ta' 9%.", "Din kienet il-politika uffiċjali tal-Gvern Nazzjonalista.", "M'għandniex ninsew li l-Gvern Nazzjonalista ma kienx ta widen għal dak li l-Bank Ċentrali kien qallu bil- kwiet il-kwiet.", "Il-Gvern Nazzjonalista ħalla l-affarijiet jintefħu biex meta n-nefħa riedet titniżżel kellha tinfaqa' bil-mod il-mod.", "M'għandniex ninsew li dawn il-miżuri kien ħadhom il-Gvern Nazzjonalista biex iġib slow- down fil-pajjiż.", "Jien nittama li dan mhux il-politiċi biss ma jinsewhx imma ma jinsewhx ukoll in-nies illi m'humiex politiċi kif ukoll il- constituted bodies.", "Nittama li ċerti nies illi jsibuha komda li fil-beraħ jgħidu ċerti affarijiet bħal, per eżempju, li għandna nidħlu fl-Unjoni Ewropea biex ikollna suq ħieles, ma jiġux wara l-kwinti u jgħidu li biex tagħtihom protezzjoni għax inkella jaqgħulhom ċerti partijiet minn ġisimhom!", "Nittama li ma jkollniex din l-ipokresija fuq il-materji li qed nirriferi għalihom!", "Nittama li huma jiftakru wkoll u jekk ma jiftakrux m'iniex se noqgħod niddejjaq infakkarhomlhom għax jien, qiegħed fejn qiegħed f'dan il-Parlament jew barra minn dan il-Parlament, qatt ma ġejt influwenzat mir-rispetti umani u mill-impożizzjonijiet!", "Jekk ma jiftakrux huma, infakkruhom aħna.", "Ara ma noqogħdux sejrin nikkwotaw out of context, per eżempju, dak li qal is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union li l-manifattura issa qiegħda agħar milli kienet sitt xhur ilu.", "Dak li qal kienet xi ħaġa differenti, jiġifieri li l- manifattura llum tidher agħar milli kienet tidher sitt xhur ilu.", "Għaliex?", "Għax issa l-qagħda qiegħda tidher iżjed ċara u mhux għax il-Gvern issa għamel xi ħaġa li laqtitha ħażin!", "Imma biex nibqa' fuq ir-ritmu ta' l-ekonomija rrid infakkar li kien il- Gvern Nazzjonalista li ħa passi biex ir-ritmu ta' l-ekonomija jżommlu l- brake billi jnaqqas il-konsum li kien tiela' żżejjed.", "Jekk il-konsum illum qiegħed jonqos, waħda mir-raġunijiet - waħda minnhom qed ngħid u għalhekk għidt li l-qattus m'hux abjad u l-Onor.", "Ċensu Galea qalli li hu mtektek; iva l-argument huwa mtektek, trid tħallat għax il-kuluri mħalltin - għaliex għandek din il-ftit ta' slow down - mhux kriżi, mhux riċessjoni, u għandna nkunu serji fuq din - hija proprju għax il-Gvern Nazzjonalista minn sena ilu kien beda jimplimenta - ħaġa li messu implimentaha minn qabel - dik li fl-ekonomija bl-Ingliż ngħidulha dampening of comsumption, jiġifieri jiskoraġġixxi r-ritmu li kien qabad il-konsum għax din il-ħaġa kienet qiegħda tiġi riflessa fi żbilanċ qawwi tal-pagamenti esteri, ħaġa li kien jenħtieġ li tiġi indirizzata.", "U hawn irrid ngħid li l-ekonomija taħdem with a slack, fejn irid jgħaddi ċertu żmien bejn meta tieħu miżura u meta jinħass l-effett tagħha.", "Anke fil-biedja jrid jgħaddi ċertu żmien bejn meta twaddab iż-żerriegħa fil-ħamrija u meta dik iż-żerriegħa ssir pjanta.", "Dan jiġri wkoll fil-miżuri ekonomiċi u fil-miżuri fiskali u monetarji marbutin magħhom.", "Allura l-effett ta' dawk il-miżuri li kienu ttieħdu dak iż-żmien qiegħed jinħass issa u waħda mir-raġunijiet ċarissimi għaliex issa hemm ftit ta' pawsa f'ċerti aspetti tan-negozju hija proprju minħabba dawn il- miżuri li l-Gvern Nazzjonalista kien ħa b'mod konxju ħafna fejn mexa wkoll skond il-parir tal-Bank Ċentrali.", "Madam Speaker, issa rridu nitkellmu bis-serjeta' fuq l-ekonomija?", "Irridu diskussjoni teknika jew ma rridux?", "Għax jekk irridu diskussjoni teknika dawn l-affarijiet irridu narawhom.", "Jekk m'aħniex se narawhom allura se nibqgħu nagħmlu bħalma ġara l-bieraħ fejn għalkemm ma nkunux qegħdin ngħajtu u ngħajru lil xulxin - fis-sens li ninżlu għal-livelli li nżilna għalihom il-bieraħ li ngħajru lil xulxin u ngħajtu biex imbagħad il-poplu jibda jistaqsi x'ġara u x'ma ġarax - xorta ma nkunux qegħdin nagħmlu sens.", "Għax fil-qasam ekonomiku jekk toqgħod titkellem politikament biss tispiċċa biex ma tagħmilx sens imma tispiċċa biex tkun qiegħed sempliċement tieħu l- ħin.", "Jekk stess jien dalgħodu qed nieħu ħafna ħin, u beħsiebni nieħu ftit ieħor, ma rridx nieħu l-ħin sempliċement biex inkun ħadtu imma rrid nieħu l- ħin biex nipprova nagħmel kontribut ħalli naraw jekk din l-imbierka diskussjoni ekonomika fil-pajjiż nistgħux nindirizzawha b'mod illi meta taqta' l-politika li inevitabbilment ikun hemm ġo fiha, jifdal il-laħam.", "L- Amerikani jgħidulek: Where is the beef?", "Ejja nħallu ftit laħam fid- diskussjoni u mhux xaħam politiku biss.", "Għax ħafna xaħam politiku jispiċċa f'cholesterol politiku u dan m'għandux ikun.", "Il-pajjiż għandu ħtieġa ta' diskussjoni.", "Nhar l-Erbgħa l-Onor.", "Josef Bonnici staqsa jekk aħniex se nagħmlu diskussjoni teknika.", "Iva, se nagħmlu diskussjoni teknika.", "Jekk irridu nkunu politiċi allura l-politika għandna nħalluha għall-konklużjoni jew għal x'ħin inkunu se nagħmlu logħba għall-gallarija imma jekk irridu niddiskutu b'mod li rridu nikkontribwixxu xi ħaġa għall-pajjiż irridu nagħmlu diskussjoni fuq livell tekniku fejn, kif diġa' għidt, il-fatti huma fatti.", "Wieħed mill-fatti huwa li għandna nfittxu niddeċiedu x'sistema fiskali se jkollna u mhux noqogħdu nħeġġu lin-nies biex ma jikkoperawx mal-Gvern biex iwettaq is-sistema li jrid hu.", "Il-Gvern għandu l-maġġoranza u l-mandat li jagħmel dan kif ukoll għandu r-responsabbilta' u allura jrid jagħmel il- kalkoli tiegħu sew.", "Għax jekk kemm-il darba jkun hemm riżultat differenti minn dak li qed jipproġetta jew minn dak li qed jistenna l-poplu jkun il- Gvern stess li jħallas politikament.", "Pero' jekk kemm-il darba se noqogħdu nipprovaw indawru d-diskussjoni ekonomika, jekk kemm-il darba n- Nazzjonalisti se jkomplu jipprovaw jimminaw id-diskussjoni ekonomika u l- miżuri li jkun qed jipprova jieħu l-Gvern, allura dan il-pajjiż ma jistax jimxi.", "Qed ngħid dan għax se nerġgħu nispiċċaw f'sitwazzjoni - u naħseb li diġa' qegħdin nispiċċaw hemmhekk - bħal dik li konna spiċċajna fiha bejn l-1981 u l-1987 - qabel ukoll imma qed nagħżel dawk is-snin għaliex tan- naħa l-oħra jħossu li kellhom ċerta ġustifikazzjoni morali għal dak li għamlu - meta kienu jmorru barra mill-pajjiż biex jagħmlu l-ħsara u jgħidu lill-investituri biex ma jiġux jinvestu hawnhekk.", "Il-Partit Laburista qatt ma għamel hekk.", "Sfortunatament jien wieħed mill-anzjani hawnhekk; għada se nagħlaq 35 sena minn mindu dħalt l-ewwel darba f'dan il- Parlament.", "Din hija ħaġa li ma neħux pjaċir ngħidha għax nippreferi li jew ma dħalt xejn fil-Parlament jew inkella li għadni se nidħol għax 35 sena huma 35 sena!", "Pero' qatt ma naf li kont fil-Parlament - u kulma għamilt fil-Parlament huma 20 sena; fil-fatt hawn min hu iżgħar minni u għamel ħafna iżjed minn hekk - jew f'eżekuttiv tal-partit jew inkella f'laqgħa intima ta' ftit nies li jkunu qegħdin jitkellmu b'ċerta tattika li mbagħad tiġi mfissra f'kuntest iżjed wiesa' - din nista' ngħidha fuq il-kuxjenza tiegħi għax m'hemm xejn iżjed sagru minn hekk għal dak li jkun - fejn kellna l-ħsieb li lil Malta nagħmlulha l-ħsara billi nnaffru l-investiment u niskoraġġixxu lin-nies milli jagħmlu l-ħidma ekonomika li għandhom jagħmlu.", "Mentri n-Nazzjonalisti bejn l-1981 u l-1987 - anke qabel imma se nagħżel perjodu wieħed biss ħalli nipprova nagħti daqsxejn kredtu lin- naivety u l-bluha tiegħi - kienu jmorru barra mill-pajjiż - biex nispeċifika rrid ngħid \"Nazzjonalisti\" u mhux \"in-Nazzjonalisti\" għax mhux il-partit kollu kien jagħmel hekk imma xi individwi għoljin fil-Partit Nazzjonalista - u jgerrxu lill-investituri biex ma jiġux Malta.", "Dawn kienu jgħidulhom li dan huwa Gvern illeġittimu, li jekk kemm-il darba jiġu jinvestu hawnhekk ikunu qegħdin isostnuh u allura m'għandhomx jiġu hawn.", "Dik kienet il-loġika anti-nazzjonali Nazzjonalista.", "Issa li ġara f'dawn l-aħħar sitt xhur qiegħed jindika li l-istess attitudni għadha hemmhekk għaliex il-verdett tal-poplu għadu ma jridx jgħaddi mill-istonku tagħhom u ma jridux jaċċettawh.", "Għax ma jridux jaċċettaw il-verdett tal-poplu qed jiġu hawn u fid-diskussjoni fuq din ir- riżoluzzjoni li għandna quddiemna bl-iżjed mod sfaċċat qed jgħidu li l- Gvern se jmur jissellef Lm150 miljun minn barra u dan wara li għadda Abbozz ta' Liġi biex isir self ta' Lm100 miljun li allura b'kollox iġibu Lm250 miljun.", "Imma ma tafux li din hija ħrafa?", "Kien hemm wieħed li qal li jien nikteb il-ħrejjef.", "Ma jimpurtax, naħseb li niktibhom u ngħidhom ukoll.", "Imma ma taħsbux li meta qed tgħidu hekk tkunu qed tgħidu mhux ħrafa imma ereżija apposta?", "Ma tafux li l-liġi l-oħra hija fir-rigward ta' kemm il- Gvern jista' jissellef matul din is-sena waqt li r-riżoluzzjoni preżenti hija fir-rigward ta' x'jista' jissellef minn barra l-pajjiż il-gvern tal- ġurnata, ikun min ikun, u dak li jissellef minn barra l-pajjiż ikun parti fis-sena attwali minn dak li ġie approvat fil-liġi li għaddejjna t-Tieni Qari tagħha?", "Safejn naf jien għax irridu ngħaddu għall-lstadju tal-Kumitat tagħha.", "Imma allura dan ma tafuhx?", "Dażgur li tafuh!", "In-naħa l-oħra m'hijiex magħmula minn nies li ma jafux il-proċedura parlamentari jew li ma jafux il-liġijet fiskali jew li ma jafux il-liġijiet ta' l-amministrazzjoni tal-finanzi tal-gvern.", "Dawn l-affarijiet mhux biss jafuhom imma għandhom esperjenza u intelliġenza biżżejjed.", "Allura għaliex noqogħdu nitkellmu qisna nies stupidi?!", "Mela m'għandhomx intelliġenza tan-naħa l-oħra, anzi għandhom ħafna intelliġenza u ħafna esperjenza!", "Allura għax jafu dan, jafu li dak li qed jgħidu ...", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx għalxiex qed jgħid.", "Jekk nifhmu nwieġbu.", "(Interruzzjonijiet) Iva, Onor. Galea, jekk trid titkellem qum tkellem inkella jekk trid tagħmel personal explanation inħallik tagħmilha, ħalli b'hekk inkomplu d-diskussjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: On a personal explanation, l-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, proprjament mhux personal explanation.", "L-Onor.", "Lino Spiteri qed jitkellem fuq ir-responsabbilta' ta' kull naħa tal- Kamra meta l-bieraħt lura kien hawn deputat minn dik in-naħa tal-Parlament li qal li l-Partit Nazzjonalista ħalla Lm1,000 miljun dejn.", "Meta tinkwadra dak l-Lm1,000 miljun dejn fil-mod kif tpoġġa d-diskors kollu ta' dak l- Aġġornament malajr wieħed jifhem x'ried ifisser b'dak id-diskors.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Issa niġi għal dak il-punt.", "Jien ma smajtux dak l- Aġġornament imma fis-seduta ta' qabel kont għidt xi ħaġa jien u forsi dak li jkun kien qed jinterpreta dak li għidt jien.", "Issa ħalli nispjega dak li għidt.", "Imma fuq din speċifikament jafu - mhux qed ngħid għall-backbenchers għax il-mod kif ipoġġuha xi backbenchers jista' jkun li wieħed ikun irid jillimaha xi ftit, imma qed ngħid għal ex-ministri tekniċi - li kif poġġew l-argument tagħhom f'din il-Kamra kien mhux żbaljat imma falz.", "Għax żball ikun meta ma tkunx taf x'inti tagħmel.", "Meta tkun taf x'inti tagħmel u tgħid xi ħaġa b'mod ħażin allura dik tiġi falzita'.", "Kien falz għax jafu li hemm differenza bejn il-Lm100 miljun loan stock li jista' jissellef il-Gvern għas-sena attwali, waqt li r-riżoluzzjoni li qed niddiskutu llum hija tirriferi għal-limitu li jista' jissellef il-pajjiż minn barra minn Malta, jiġifieri din hija fakultattiva.", "Mela dawn ma tistax tgħoddhom ma' xulxin għax huma separati.", "Anke aħna li qegħdin hawnhekk - bħalissa qegħdin ħamsa jew sitta min-nies - qegħdin nifhmu li huma separati imma n-nies li tkellmu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, in-nies tekniċi, apposta ma qalux li huma separati.", "Dan mhux żball li tista' tħassru b'gomma, dan sar apposta.", "L-iskop huwa li wieħed jagħti daqqa oħra mhux lill-fiduċja tal-poplu fil- Gvern imma lill-fiduċja li l-poplu għandu fih innifsu.", "Għax dan l- imbierek gvern min hu?!", "Jiena għandi teżi illi kulma jmur irrid inkompli nippropagaha u rrid niddikjara illi jiena anarkista fis-sens pożittiv tal- kelma.", "Jekk nistgħu ngħaddu mingħajr gvern ikun ħafna aħjar.", "Imma aħjar nibda' billi nispjega ftit lili nnifsi.", "Il-gvern min hu?", "Il-gvern huwa l- espressjoni tal-poplu.", "Mela meta ssir kritika bil-mod li qiegħda ssir, din ma ssirx bħala attakk fuq il-Gvern Laburista imma qiegħda ssir bħala attakk fuq il-poplu nnifsu.", "Meta qed tipprova tħassar il-fiduċja qed tipprova tħassar il-fiduċja fil-poplu u mhux fil-gvern.", "Kieku tħassar il-fiduċja fil-gvern tkun qed tipprova tagħmel xi ħaġa biex tikseb vantaġġ elettorali u din hija ħaġa li kull partit politiku jagħmel u jekk jeċċedi l-limitu ta' kif jagħmilha mbagħad il-poplu jagħtih id-deċmi illi jkun jistħoqqlu.", "Pero' meta tipprova tagħmel affarijiet biex taqta' l-fiduċja tal-poplu fih innifsu tkun qiegħed tagħmel ħsara lil dak il-poplu stess.", "Jiena se nkompli billi nagħti żewġ eżempji ta' kif qegħdin jagħmlu dan.", "Għandna l-eżempju ta' dak illi ntqal u qiegħed jingħad dwar ir-rapport ta' l-International Monetary Fund fuq is-sitwazzjoni ekonomika f'Malta fl-1995 u fl-1996 fejn kien hemm xi ħadd illi għadda lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew ir-rapport kollu kemm hu jew biċċa minnu.", "Dan ilu jtambar xi xahar jew xahrejn li għandu dak ir-rapport u x'qalet il-mission ta' l-IMF fuq il- VAT.", "Jiena ngħid: Imma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni rah ir-rapport.", "Min għaddihulu u b'liema skop?", "Min għaddihulu naħseb illi qallu li aħjar jaqrah kollu.", "Jekk jaqra r-rapport kollu, kif ċert illi qrah, jaf illi mhux biss dak ir-rapport hawn Malta għax mill-1986 'l hawn saru 13 minnhom imma qatt ma ġew ippubblikati.", "U l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf ukoll illi jekk ir- rapport illi qiegħed jirriferi għalih jiġi ppubblikat - din ngħidha fuq l- awtorita' tiegħi; jien m'għadnix ministru imma r-rapport sar lili - mhux ta' ġid ikun għall-poplu imma ta' ħsara.", "Din qed ngħidha bl-akbar responsabbilta'.", "Peress li fir-rapport hemm paragrafu illi fih l- ekonomisti ta' l-IMF li ġew Malta jgħidu illi huma jħossu illi l-Gvern ma jagħmilx sewwa jekk ineħħi l-VAT, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Partit tiegħu kollu kemm hu qegħdin il-ħin kollu jtambru fuq dak il-paragrafu u jgħidu li għalhekk aħna ma ppubblikajniex ir-rapport.", "Din hi l-politika li rridu nilagħbu f'Malta, illi għal biċċa paragrafu - għax dan m'huwiex paragrafu sħiħ, anzi kulma hemm hija sentenza - issostni l-argument tiegħek u tgħid li għandu jiġu ppubblikat kollox, minkejja li taf li jekk jiġri hekk se ssir ħsara lill-pajjiż!", "Imma din serjeta'?!", "Imma din hija xi ħaġa li aħna bħala politiċi, li nirrispettaw mhux biss lil xulxin imma anke lil Malta u lill-poplu tagħna, għandna ninkoraġġuha?", "Lanqas Sansun għax dak fl-aħħar wasal għal li wasal.", "Il-poplu wriehom li m'humiex Sansun għax l- ebda partit m'hu Sansun u fl-aħħar mill-aħħar il-poplu dejjem jurik.", "Imma dawn mill-bidu jridu jipprovaw iġarrfu s-saqaf tad-dar biex dan jaqa' fuq il-poplu kollu.", "Hija ħaġa tajba li jagħmlu hekk?", "Jien ngħid li m'hijiex ħaġa tajba li jagħmlu hekk iżjed u iżjed imbagħad meta anke l-argument fih innifsu ma joffrix solliev għall-qagħda ta' l-Oppożizzjoni.", "Għaliex tħares kif tħares lejn il-VAT, tipproponi x'tipproponi dwar il-VAT, jekk kemm-il darba l-pożizzjoni ta' l-International Monetary Fund u ta' l-ekonomisti tagħha hi favur il-VAT, allura b'daqshekk dan hu vanġelu li għandek taddottah?", "Se nagħti eżempju biex nuri kemm dan m'huwiex vanġelu.", "L-ikbar membru ta' l-International Monetary Fund u tal-World Bank - imma f'dan il- każ fuq l-International Monetary Fund qed nitkellmu - hija l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Fil-fatt l-IMF twieldet 53 sena ilu fl-Istati Uniti ta' l- Amerika f'post imsejjaħ Bretton Woods, il-headquarters tagħha qegħdin f'Washington, l-akbar kontribuzzjoni li tagħmel għat-tmexxija tal-IMF tagħmilha l-Istati Uniti ta' l-Amerika, imma sadanittant fl-Istati Uniti ta' l-Amerika m'hemmx VAT.", "Dan qed ngħidu mhux bħala parti mill-polemika dwar il-VAT imma bħala punt fattwali dwar kemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Oppożizzjoni li huwa jmexxi qegħdin flogging the wrong horse, mhux a dead horse imma flogging the wrong horse meta joqogħdu jagħmlu ħafna plejtu u ħafna għaġeb dwar din in-naqra ta' sentenza li hemm fir-rapport tal- consultation mission ta' l-IMF dwar Malta għall-perjodu ta' l-1995/96.", "Mela dak huwa eżempju ta' kif in-Nazzjonalisti qegħdin isostnu fuq xi ħaġa, jagħmlu kapital minnha u jgħidulna biex nippubblikaw ir-rapport kollu mingħjar ma jagħtu kas l-ewwelnett li dik il-ħaġa, fiha nnifisha, ftit li xejn għandha bażi li tagħtiha koerenza politika anke għall-argument tagħhom stess, u t-tieni nett - u agħar ħafna minn hekk - bla ma mqar jagħmlu kalkolu ta' xi jkun l-effett jew aħjar il-ħsara li jkun hemm għall-pajjiż jekk kemm-il darba dak li qed jimbuttaw għalih iseħħ.", "Wara kollox dawn għalxiex qegħdin jimbuttaw f'din id-direzzjoni?", "Dawn qed jimbuttaw biex jiġi ppubblikat rapport li jgħid il-qagħda ekonomika, monetarja u finanzjara fil-pajjiż kif ħallewha n-Nazzjonalisti.", "Jien nista' ngħidilkom - għax intom għidtu li jiena bniedem li ngħid fehemti, ma niddejjaqx ngħid fehemti, nimxi waħdi u ħafna affarijiet bħal dawn, jiġifieri jekk tgħidu hekk allura naħseb li dan li se ngħidilkom temmnuh - li m'hemmx kliem kumplimentuż għall-qagħda li sabu l-ekonomisti ta' l-International Monetary Fund meta studjaw l-aħħar sentejn tal-Gvern Nazzjonalista.", "Assolutament m'hemmx kliem komplimentuż.", "Allaħares ngħidilkom x'qalu fuq il-bidliet fl-income tax!", "Allaħares ngħidilkom x'qalu fuq is-servizz pubbliku u x'għandu jsir fis-servizz pubbliku!", "Għalhekk qiegħed ngħid - bla ma nkompli niftaħ fuq dan il-punt - li hija irresponsabbilta' li toqgħod tross biex dan il-Gvern jippubblika xi ħaġa, li qabel qatt ma ġiet ippublikata, għax fiha hemm sentenza li tgħid li dawn ma jaqblux li titneħħa l-VAT.", "Din hija irresponsabbilta'!", "Aħna qed ngħidu - qed ngħidha jien speċifikament fuq l-awtorita' tiegħi personali, għalhekk ukoll sostnejt it-tradizzjoni li r-rapport ma jiġix ippubblikat u bqajt nagħti l- parir biex ma jiġix ippubblikat minħabba l-ħsara li jagħmel - li hija irresponsabbilta' li tibqa' tross biex dan ir-rapport jiġi ppubblikat.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar tafu x'se tagħmlu?", "Se ġġibu sitwazzjoni politika fejn se jkun hemm min jgħid: Isma', wara kollox, jekk se nibqgħu sejrin hekk publish and be damned.", "Dan ikun ta' vantaġġ politiku għall-Partit Laburista u mhux għall-Partit Nazzjonalista, imma mbagħad fl-istess nifs ikun ta' ħsara għal Malta.", "U jiena ngħid: Le, il-Gvern Laburista, anke biex jikseb vantaġġ politiku għall-Partit Laburista, m'għandux iċedi u jieħu miżura li tagħmel ħsara lil Malta.", "It-tieni eżempju li rrid nieħu għal din l-attitudni Nazzjonalista li ma jridux jaċċettaw il-verdett tal-poplu, anke fl-istess kuntest tad- diskussjoni dwar ir-rimpjazzament tal-VAT, għandu x'jaqsam ma' l- association agreement li Malta għandha ma' l-Unjoni Ewropea.", "Proprju fid- diskussjoni fuq din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna erġajna smajna kelliema tekniċi min-naħa tal-Gvern jesprimu d-dubji, kif ilhom jesprimuhom għal ħafna ġimgħat u anke xhur - u issa ngħid kif ukoll - dwar kemm il- miżuri li qed jipproponi l-Gvern huma konsonanti mal-ftehim ta' assoċjazzjoni li Malta għandha ma' l-Unjoni Ewropea.", "Issa din qaluha uffiċjalment u pubblikament.", "Għamlu dan wara li kien hemm min avviċina direttament xi elementi fil-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea - u huma jafu min min-naħa tagħhom, mhux billi joqogħdu jgħidu \"ippubblikaw l-ittra\", għax din m'hijiex kwestjoni ta' ittra jew mhux ittra - biex jiġbdilhom l- attenzjoni għall-fehma tiegħu illi dak li ġie propost fil-White Paper dwar il-VAT jikser l-association agreement.", "Jiena nerġa' ngħid: Din serjeta'?", "Dan huwa mod kif tipprova tgħin lil pajjiżek?", "Jekk min-naħa ta' l- Oppożizzjoni trid tiġġieled lill-Gvern fuq issue li tħoss li għandek tagħmel reżistenza qawwija għaliha, din ir-reżistenza qawwija għandha tieħu l-forma li tmur barra mill-pajjiż jew li tikkomunika ma' barra l-pajjiż u anke tipprova tinstiga hemmhekk xi miżura, mhux kontra l-Gvern imma kontra l-pajjiż?", "Jiena ngħid: Le, il-pajjiż jistħoqqlu aħjar.", "Il-pajjiż jistħoqqlu aħjar mill-Oppożizzjoni tal-ġurnata ħalli b'hekk ma tkunx qiegħda ssir il-ħsara li qiegħda ssir minn aġir ta' dan it-tip.", "Sur President, naħseb li l-Onor.", "Ċensu Galea qed jagħmillek sinjal li jixtieq jagħmel point of order.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, personal explanation.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt li nixtieq nagħmel huwa point of order u mhux personal explanation.", "Jekk l-Onor.", "Spiteri qed jagħmel riferenza għal dak li ġie ppublikat fis-sens li l-Partit Nazzjonalista bagħat jew kellem lil xi ħadd barra minn Malta, il-Partit Nazzjonalista diġa' ċaħad bl-aktar mod kategoriku, anke fil-gazzetti, li b'xi mod hu kien imdaħħal f'ittri, korrispondenza, telefonati u affarijiet oħra simili bħalma qiegħed jgħid fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Spiteri.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, naħseb li l-Onor.", "Ċensu Galea jaf kemm jiena preċiż fl-użu tal-kliem tiegħi u naħseb li sema' x'għidt, u se nerġa' ngħid x'għidt.", "Kien hemm min mill-Partit Nazzjonalista kkomunika - issa meta tikkomunika tista' tuża l-E-mail, tista' tuża fax, tista' tuża ittra, tista' tuża t-telephone u safejn naf jien f'dan il-pajjiż dawn ma noqogħdux nirrekordjawhom u allaħares naslu f'dak l-istadju - ma' elementi fil-Kummissjoni Ewropea biex jiġbed l-attenzjoni li fil-fehma tiegħu dak li qed jiġi propost mill-Gvern jikser l-association agreement li Malta għandna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Din m'hijiex kwestjoni li l-Onor.", "Galea jgħidli biex nagħtih l-ittra jew li l-Partit Nazzjonalista jitlob l-ittra.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' ittri!", "Anke l-isem nista' ngħidlu imma mhux se ngħidulu.", "Għalfejn noqgħod ngħidulu hawnhekk?", "Jekk id-dibattitu jkompli, bla ma nsemmuh, huwa stess juri li għamel dan l-approach.", "Il-fatt biss li sar dan l-approach, meta ma kienx hemm għalfejn isir għax m'hemm xejn x'jikkozza ma' l-association agreement, jikkonferma biss il-punt li qiegħed nagħmel jiena, jiġifieri li n-Nazzjonalisti ma jridux jaċċettaw il-verdett tal- poplu, li hemm min minnhom - forsi mhux kollha - li ma jiddejjaqx li għal vantaġġ politiku - mingħalih jew mingħalihom - jagħmel xi ħaġa li tkun ta' ħsara għal din l-art ħelwa tagħna.", "Fid-diskussjoni fuq din ir-riżoluzzjoni saret l-emfasi li jekk il-Gvern jissellef minn barra se nitilfu l-indipendenza tagħna.", "Kellna l-emfasi li għandna noqogħdu attenti għall-politika monetarja ta' pajjiżna, jiġifieri għar-rati ta' l-imgħax u għall-politika dwar is-self.", "Jekk l-argument isir b'mod li wieħed juri l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li tissellef minn barra u l- vantaġġi u l-iżvantaġġi li tibqa' tissikka b'politika monetarja permezz ta' ssikkar tar-rati ta' l-imgħax, jiena ppreperat niddiskuti, u fuq dan hemm xi tgħid b'mod li tista' tikkontribwixxi biex l-awtoritajiet responsabbli - issa jien m'iniex wieħed minnhom - jiddeliberaw iżjed dwar x'tip ta' politika għandhom jimxu biha u x'tip ta' miżuri għandhom jieħdu f'dan ir- rigward.", "Imma trid tagħmilha f'dan il-kuntest!", "Ma tridx tagħmilha fil- kuntest li a priori l-punt tat-tluq ikun li jekk nissellfu minn barra nitilfu l-indipendenza u nsiru qisna c-Ċili' jew xi wieħed mill-pajjiżi li biegħ ruħu u ġismu, biegħ kollox.", "Le, mhux hekk.", "Taf meta ġie mibjugħ il- pajjiż?", "Meta fl-1994 il-Gvern Nazzjonalista ddeċieda li jneħħi d-dazji li kien hemm u daħħal struttura differenti favur l-Unjoni Ewropea mingħajr ma nnegozja xejn biex jieħu xi ħaġa mill-Unjoni Ewropea!", "Hemmhekk titlef l- indipendenza, hemmhekk tkun qed tbigħ ruħek, hemmhekk tbigħ il-pajjiż!", "Għalkemm aħna min-naħa tagħna wissejnieh biex ma jagħmilx hekk, il-Gvern Nazzjonalista fl-1994 ħa miżuri li laqtu ħażin is-setturi ta' l-industrija tagħna u llum il-ġurnata l-Unjoni Ewropea tgħidlek: Fejn għandi x'naqsam jien issa din hi l-pożizzjoni.", "Il-Gvern Nazzjonalista ħa miżuri li kien hemm industrijalisti li meta marru Brussels biex jitolbu ċerti affarijiet, il-kelliema ta' Brussels qalulhom: Allavolja l-Gvern tagħkom ħa dawk il- miżuri, aħna ma nagħtukomx kwota ikbar.", "Meta dawk l-industrijalisti staqsewhom għaliex, il-kelliema ta' Brussels qalulhom: Il-Gvern tagħkom ma talabhielniex, allura għalfejn għandna nagħtuhielkom?", "Fil-kuntest internazzjonali hekk isiru l-affarijiet, jiġifieri trid tinnegozja.", "Fil- memoirs tiegħu Henry Kissinger kiteb dwar meta ltaqa' mal-President Eġizzjan li kienu qatlu, għandu jkun Sadat.", "Kissinger, li kien mar ikellmu bħala Segretarju ta' l-Istat Amerikan, stenna li se jitolbu xi finanzjament fuq l-Aswan Dam u fil-fatt kien lest li jagħtih xi għajnuna fuqu.", "Dak ma talbux dik l-għajnuna u għalkemm ikkonċedielu xi ħaġa oħra xorta waħda baqa' ma offrihielux.", "Meta qalulu: Imma dan sewwa?", "Henry Kissinger qalilhom: Imma r-relazzjonijiet internazzjonali hekk jinħadmu; jien ma nagħtihx xi ħaġa li ma talabnix!", "Allavolja dik l-għajnuna kienet fil-komma jew fil-but u seta' jagħtihielu!", "Allavolja l-Eġittu kellhom in-nies imutu bil-ġuħ imqammlin, jaħasra - f'dan il-każ ngħidilhom \"jaħasra\", allavolja niddejjaq ngħidha din il-kelma - baqa' ma tahielhomx, għax skond ir-regoli riġidi tar-relazzjonijiet internazzjonali trid tinnegozja biex tieħu.", "Mentri l-Gvern Nazzjonalista fl-1994 qabad u għamel affarijiet li vvantaġġjaw lill-Unjoni Ewropea mingħajr ma ħa xi gwadann għal Malta.", "Dak trid tara!", "Dan mhux qed ngħidu jien imma ġew jgħiduhuli industrijalisti Nazzjonalisti u mhux Laburisti; ma tantx hemm industrijalisti li huma Laburisti.", "In-Nazzjonalisti stess jiġu jgħidulek li marru biex jinnegozjaw u qalulhom: Issa xi tridu tinnegozjaw?", "Il-Gvern tagħkom diġa' għamel li kellu jagħmel u aħna m'għandna l-ebda obbligu li nagħtukhom kwota aħjar.", "Se nsemmi eżempju wieħed biss għax inkella malajr nikxef lil min qalli u jien m'iniex dak it-tip, jekk irid jinkixef hu.", "Għaldaqstant għandna noqogħdu attenti kif niddiskutu u għandna noqogħdu attenti li meta nkunu qed nikkritikaw lil xulxin nifhmu mil-liema punt tlaqna.", "Aħna tlaqna mill-punt li sibna sitwazzjoni diffiċli għaliex il- gvern l-ieħor kien ikkommetta ruħu għal affarijiet - kif issa jkompli jingħad 'il quddiem - li lil Malta żvantaġġjawha għax ġabuha f'pożizzjoni fejn, hemm min hemm fil-gvern, naqqsilha l-bargaining power tagħha.", "Għaldaqstant illum minflok jiġu u joqgħodu jkellmuna b'mod fundamentalista u jgħidulna li se jneħħu l-pairing u li m'għandniex nibqgħu fil-gvern - kif kien hemm min qal il-bieraħ waqt l-interruzzjonijiet u waqt li l-iSpeaker ma kenitx hawnhekk - aħjar jidħlu fihom infushom u jaraw ta' xiex inhuma ħatja fil-qagħda finanzjarja li ħallew u fil-qagħda li ħallew mil-lat ekonomiku fejn l-ekonomija ma kenitx dik li kienet tidher fil-wiċċ - mhux qed ngħid li kienet f'kollass imma ma kenitx dak li kienet tidher li hi fil-wiċċ - u f'affarijiet oħra bħal dawn.", "Ħalli issa nitkellem fuq il-politika monetarja għax din ta' min jidħol fiha wkoll.", "Mela m'għandniex niddiskutuha l-politika monetarja!", "Kemm hawnhekk kif ukoll barra minn hawnhekk issemma li għandna noqogħdu attenti u niflu aħjar - nippreferi li npoġġuha hekk ħalli issa ninqatgħu ftit mill- politika - kemm jaqblilna nissellfu minn barra u jekk kemm-il darba għandniex inħallu r-rati ta' l-imgħax jogħlew.", "Dawn iż-żewġ punti ta' min iħares lejhom.", "Għaliex il-Gvern qiegħed jesplora l-possibbilta' li jissellef minn barra?", "Din l-esplorazzjoni mhux issa bdiet issir imma ilha iżjed minn erba' jew ħames ġimgħat u għalhekk jien kont imdaħħal fiha.", "Għalhekk m'huwiex il- każ li wieħed jiddistakka ruħu u joqgħod iħares lejha biss imma jien irrid nitkellem dwarha wkoll għax kienet ġiet suġġerita lili mill-Bank Centrali.", "M'huwiex desiderabbli li tissellef minn barra l-pajjiż biex tiffinanzja deficit tal-Gvern u jekk jista' jkun m'għandekx tagħmel hekk.", "Imma mbagħad trid tiżen kollox ma' kollox.", "Jekk int għandek qagħda finanzjarja li biex tiffinanzjaha tmur b'mod qawwi wisq fuq is-suq - hawn se noqgħod attent kif inpoġġi l-kliem - jista' jkun li tiddisturbah u allura tkun trid tiżen l-impatt tal-ħtieġa tal-finanzjament li trid tagħmel fis-suq lokali ma' dak li jista' joffrilek - bħala a second best alternative - is-self parzjali mis-suq internazzjonali.", "Hekk trid tpoġġiha, jiġifieri dawn l-affarijiet trid tiżinhom.", "Jien ngħid li aħna konna qed niżnuhom u l-Ministru preżenti u sħabu qed jiżnuhom u għandhom jiżnuhom ukoll.", "M'għandekx sempliċement tieħu deċiżjoni u tieqaf hemm imma trid tkompli tiżinha billi tara l-qagħda tal-likwidita' tal-pajjiż u tara x'tista' tagħmel fil-kontest attwali.", "Fuq kollox trid tara li ma jkollokx a crowding out effect fejn il-Gvern minħabba l-ħtieġa li għandu biex jissellef - issa għalxejn noqgħod nemfasizza li ntirtet mingħand il-Gvern Nazzjonalista; din issa hija ħtieġa attwali - ikun se jidħol b'mod li jaqla' barra jew inkella jfixkel lis- settur privat milli jieħu l-finanzjament li jeħtieġ.", "Dawk l-affarijiet trid tiżen u mhux tħares lejha f'termini emozzjonali u toqgħod tgħajjat li se nitilfu l-indipendenza!", "Le, trid tħares lejha teknikament b'mod xott, b'mod mhux eċitanti, imma b'mod li jwasslek għall-konklużjoni, għad- deċiżjoni li trid tieħu.", "Għalhekk trid tistaqsi: Se nissellef kollox minn barra?", "Allaħares!", "Għandek tikkonsidra li tissellef biċċa minn barra minħabba dan l-effett?", "Iva, dan għandek tikkonsidrah.", "Tissellef jew le?", "Jien ma nafx għax issa jiddeċiedi min hu responsabbli imma mil-banda l-oħra nifhem li jekk tiddeċiedi li għandek tissellef minn barra dan għandu jkun għal dawn ir-raġunijet tekniċi li qiegħed insemmi.", "Niġi issa għall-punt l-ieħor rigward ir-rati ta' l-imgħax.", "X'rati ta' l- imgħax fuq self għandu jkun hawn fil-pajjiż?", "Illum ir-rati ta' l-imgħax f'Malta huma rati għoljin meta tqabbilhom ma' rati fil-qasam internazzjonali.", "Dawn huma għoljin b'mod assolut kif ukoll in real terms, jiġifieri meta taqta' r-rata ta' l-inflazzjoni.", "Issa meta tkun f'sitwazzjoni fejn għandek daqsxejn ta' slow down fil-pajjiż, meta tkun sitwazzjoni fejn għandek Gvern li l-borrowing requirement tiegħu huwa għoli daqskemm hu għoli, meta għandek sitwazzjoni fejn il-qagħda hi dik li hi, il- Gvern għandu jaqbel li r-rati ta' l-imgħax fuq is-self tiegħu jogħlew?", "Dik hija xi ħaġa li l-Gvern irid jidħol fiha iżjed; mhux billi l-Bank Ċentrali jew xi ħadd ieħor jagħtih parir li jagħmel ċerti miżuri għax il-Gvern irid jikkalkola l-effett tagħhom.", "Jista' jkun li jaqbillu jaċċettahom u jista' jkun li jaqbillu jgħid lill-Bank Ċentrali: Isma', stenna ftit għax is- sitwazzjoni hija usa' jew differenti minn kif qiegħed tipproġettaha inti, inti qed tieħu prespettiva mil-lat ta' Bank Ċentrali u aħna rridu nieħdu l- perspettiva mill-lat fiskali, mil-lat finanzjarju u minn lat iktar nazzjonali.", "Niġi issa għall-aħħar punt tiegħi.", "Dan veru hu l-aħħar punt għaliex qed nara li l-Onor.", "Cassar jixtieq jitkellem ukoll.", "Fid-dibattitu sar punt b'mod emfatiku li issa li hawn dan is-slow-down fil-pajjiż - u dan is-slow- down esaġerawh - ma jmurx il-Gvern jibda jieħu miżuri bla ma jagħti kas, bħalma huma l-miżuri li qiegħed jieħu fir-rigward ta' l-iżvilupp tar- riabilitazzjoni - ngħidlu jiena - ta' Buġibba, għax jekk jagħmel hekk allura jkun qed jonqos.", "Imma skużi, dawn l-affarijiet jingħadu bis- serjeta'?", "Din qalha l-ex-ministru tal-finanzi.", "Dawn l-affarijiet jingħadu bis-serjeta'?", "Allura l-Gvern Laburista li wiret id-deficit tas- sena l-oħra, wiret l-iżbilanċ ta' din is-sena, wiret sitwazzjoni fejn il- Gvern Nazzjonalista nnifsu kien ħa passi biex iġib slow-down fil-konsum, ma jista' jieħu l-ebda miżura li jħoss li hija ta' ġid għall-pajjiż?", "Jekk il- Gvern Laburista wiret it-turiżmu b'defiċjenzi li jeħtieġu jiġu indirizzati, allura ma jistax jgħid li l-inħawi fejn imorru 50% tat-turisti tagħna - ma nafx eżatt kemm - għandhom bżonn ta' upgrading?", "Allura l-Gvern ma jistax jaqbad u jagħmel proġett, kif għamel fil-każ ta' Buġibba, li b'mod dinamiku jidħol biex jagħmel upgrading ta' dan ir-resort qabel ma jidħol is-sajf?", "Ma jistax jagħmel hekk?", "Allura joqgħod jistenna li jkun hemm il-barka ta' l-Oppożizzjoni?", "Mela l-Oppożizzjoni se tibda tagħti l-barka għal xi ħaġa li jkun irid jagħmel dan il-Gvern?!", "L-Oppożizzjoni ma tridx taċċetta l- verdett tal-poplu.", "L-Oppożizzjoni moħħha biex ikun hawn slow-down ikbar min- naqra li hawn ħalli tkun tista' tgħid: \"Ara, dan il-Gvern qata' nifsu.", "Ejja naslu għal elezzjoni ħalli nwaqqgħu lil dan il-Gvern!\".", "Dik hija t- tattika ta' l-Oppożizzjoni.", "M'hix ċara?", "Hemm hi l-irresponsabbilta'.", "Mela f'demokrazija, fejn l-elezzjonijiet isiru f'medja ta' ħames snin, hija responsabbilta' li tmur mill-ewwel fuq din il-linja ta' attakk?", "Smajt fuq ir-radio kemm lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u anke lis-Segretarju Ġenerali l- ġdid tal-Partit Nazzjonalista jitkellmu fuq il-kriżi ekonomika u affarijiet oħra bħal dawn.", "Din serjeta'?", "Tiġi tattakka li tgħid li hawn slow-down, imbagħad għax il-Gvern jieħu miżuri li jkunu bilanċjati biex joħolqu dinamiżmu fis-settur ta' l-ekonomija - mhux kif kien intqal, billi jħaffru t-triqat u jerġgħu jimlewhom imma billi jirriabilitaw resort bħalma hu Buġibba - tiġi tattakkah ukoll!", "Allura meta tara hekk, Madam Speaker - u qed nieħu pjaċir li reġgħet qiegħda hawnhekk Madam Speaker - bilfors ikollok tistaqsi: Veru jew mhux veru li l-Oppożizzjoni qiegħda tagħmel il- mistoqsijiet li għandha tagħmel?", "Jien ngħid li l-Oppożizzjoni m'hijiex tagħmel il-mistoqsijiet li għandha tagħmel, imma qed tipprova tattakka dak kollu li jipproponi l-Gvern.", "L-Onor.", "Ċensu Galea qal li wieħed mill-kelliema tan-naħa tal-Gvern - il- ħabib tiegħi qiegħed hawn preżenti - fl-aġġornament qal li l-Gvern wiret dejn ta' Lm1,000 miljun.", "Toqogħdux tiskantaw taf!", "Il-qagħda attwali hija li fl-aħħar ta' l-1996 id-dejn nazzjonali kien ta' Lm514.138 miljun.", "Din hi l-figura ta' kemm kien issellef il-Gvern u meta tqabbilha ma' dik ta' l- 1986 issib li d-dejn nazzjonali kien ta' Lm62.901 miljun.", "Minbarra li kien hemm dik il-qabża minn Lm62 miljun għal Lm514 miljun - u l- frazzjonijiet li semmejt magħhom - trid tagħti kas ukoll tal-fatt li l- Lm514 miljun ma jinkludux il-Lm75 miljun li jrid jissellef il-Gvern din is- sena biex jiffinanzja d-deficit tas-sena li għaddiet.", "Mela hawn diġa' tlajt għal Lm600 miljun.", "Barra minn hekk hemm Lm500 miljun oħra f'garanziji tal-Gvern għal debiti li ftit hemm ċans li jitħallsu lura fiż- żmien previst.", "Dawn jitħallsu lura - ħalli ma nbeżżgħux iżżejjed - imma mhux fiż-żmien previst.", "Mela allura dawn m'humiex sempliċement contingent liabilities, għax jekk tiġi biex tagħmel kalkolu xjentifiku serju bilfors trid tagħti kashom, kif taw kashom huma u jagħmlu l-assessment tal-qagħda ta' Malta dawk il-bankiera li kienu ġew f'pajjiżna sentejn ilu biex jagħmlu analiżi tal-qagħda reali - hemmhekk kien ħareġ għall-ewwel darba kemm għandna garanziji tal-Gvern, barra li kienu ħarġu anke minn interpellanzi bi tweġiba għall-mistoqsija li kien għamel l-Onor.", "Alfred Sant dak iż-żmien bħala membru ta' l-Oppożizzjoni - biex jaraw x'parir jagħtu dwar is-self ta' $200 miljun li kien se jagħmel il-Freeport.", "Mela meta tgħodd kważi Lm600 miljun dejn attwali, meta tieħu wkoll il-finanzjament tas-sena li għaddiet u tieħu l-garanziji li qed insemmi, li bilfors trid tikkalkulahom, allura l-qagħda tiġi li l-exposure nazzjonali - ħalli ngħidulu hekk - u mhux id-dejn nazzjonali jammonta għal iżjed minn Lm1,000 miljun.", "Issa din nieħdu pjaċir ngħiduha?", "Jien nieħu pjaċir noqgħod nagħti raġuni iktar xjentifika u npoġġiha f'termini forsi ekonomikament iżjed eleganti - allavolja llum mhux il-jum ta' l-eleganza tal-Belt! - milli għamilha l- ħabib tiegħi li m'huwiex ekonomista?", "Ma neħux pjaċir, imma dik hi r- realta'!", "Jien qed inpoġġiha f'termini iktar preċiżi.", "Jien kont nippreferi kieku stajt inqum u ngħid li sieħbi kien żbaljat, imma m'huwiex.", "Dik hija l-qagħda li wiret il-Partit Laburista u dik hi l-qagħda li għandna bħala poplu.", "Ejja ma naqtgħux qalbna minnha, imma lanqas noqogħdu naħarbu minnha jew noqogħdu ndawruha f'waħda politika.", "Mela ejja nagħmlu sforz biex noħorġu minnha għall-ġid ta' Malta tagħna li tassew għandha tkun Malta tagħna lkoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, irrid nagħmel point of explanation peress li fl-aġġornament tiegħu l-Onor.", "Censu Galea kien irrifera għal dak li kont għidt jien.", "Hawn irrid niċċara l-punt li l-Lm1,000 miljun jien semmejthom biex nagħti eżempju.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, points of order u points of explanation jitqajmu biss fil-mument li xi ħadd iqajjem il-punt.", "L-Onor.", "Vassallo ma kienx hawn fil-mument li sar id-diskors u ma naħsibx li huwa l-każ li jqajjem dan il-punt issa.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Jekk inti ma tridx tisma', jien lest li noqgħod kwiet u ma jkun ġara xejn.", "ONOR.", "CENSU GALEA: F'dak il-każ, il-permess ma jingħatax minn Madam Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini, Onor. Farrugia, imma meta jien għamilt dik il-point of order - ma nafx eżatt kif kien il-każ - l-Onor.", "Vassallo forsi kien qed jagħmel il-visti, imma jien kelli noqgħod hawnhekk il-ħin kollu minħabba x-xogħol li għandi.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Kieku kont qed nagħmel il-visti ma kontx inkun nafx x'għidt; la naf x'għidt sinjal li kont qiegħed hawn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, matul id-dibattitu li kellna għal din il- mozzjoni saru żewġ diskorsi b'kuntrast kbir bejniethom fejn il-Ministru tal- Finanzi attwali għamlilna diskors xott ħafna ta' ftit minuti, filwaqt li l- ex-ministru tal-finanzi għamlilna diskors twil - naħseb li ħa xi sagħtejn - b'ħafna lwien, kważi nista' ngħid iktar mill-ilwien tal-qawsalla.", "L-ex-ministru semma ħafna nies, bena palk, bena xena - dan qed ngħidu dejjem fis-sens tajjeb, wara kollox jaf kif inkellmu jien - fejn, per eżempju, beda b'Ġeremija u mbagħad f'daqqa waħda semma l-bgħula.", "Illum dan reġa' semma l-qamel imbagħad għadda għal karattri oħra fejn semmielna lil Sansun, lil Kissinger u lil Sadat.", "Imbagħad wara dan id-diskors b'tant ilwien ta' bniedem li nafu li jaf jikteb imma li huwa wkoll imħarreġ sewwa fl-arti tal-politika, kemm fil-prattika kif ukoll fit-teorija - għalhekk nifhmu d-diskors tiegħu b'ċerti kadenzi u għalhekk nifhmu lejn min kien qiegħed jindirizza ċertu kliem - konna nistennew li fl-aħħar mill-aħħar jispiċċa b'xi erba' versi biex ikun tassew diskors eżatt.", "Kif qal l-Onor.", "Lino Spiteri, huwa tajjeb li hawnhekk nitkellmu b'ilsien li jifhem kulħadd.", "Hu nzerta minn Ħal Qormi, jien inzertajt minn Ħal Tarxien, imma huwa tajjeb li kulħadd jifhem l-ilsien li nitkellmu bih għax il-poplu jrid ikun jaf fejn hu.", "L-Onor.", "Spiteri l-ewwel semmielna l-kaċċa għall-voti u mbagħad semmielna Bretton Woods.", "Min jaf, forsi żmien ilu kienet issir il-kaċċa fi Bretton Woods.", "Fil-fatt naħseb li ta' min jibgħat delegazzjoni minn dan il-Parlament sa Bretton Woods sabiex tara x'jiġri f'dawn il-postijiet.", "L-Onor.", "Spiteri semma wkoll il-familja li matul is-snin tbigħ is- siġġijiet.", "Imma kultant jista' jkollok familja li f'ħames xhur tbigħ is- siġġijiet kollha u allura dik il-familja tispiċċa malajr aktar.", "Għalhekk huwa ħażin li fid-dinja ngħixu f'gidba.", "L-Onor.", "Spiteri għamel ħafna tixbihat bil-għaqal imma hawnhekk qegħdin niddiskutu mozzjoni dwar self u jien xtaqt, bħalma xtaq kull min hu membru ta' din il-Kamra, li barra li jgħidilna x'se jissellef dan il-Gvern jgħidilna wkoll x'se jwettaq b'dan is- self.", "Fi kliem ieħor, għalfejn se jissellfu dawn il-flus?", "Immorru għall-qasam ta' l-impjiegi li l-Onor.", "Spiteri diġa' għamel aċċenn żgħir għalih.", "X'qed jiġri f'dan il-qasam?", "L-Onor.", "Spiteri kien kawt ħafna fl-użu tal-kliem u għalhekk jien niżżilthom eżatt.", "Huwa uża l-kliem \"element ta' pawsa u riflessjoni\" u wara semma l-kelma slow-down.", "Imma meta l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali ħareġ stqarrija fit-18 ta' April ta' din is-sena ma kienx daqshekk diplomatiku meta tkellem fuq il-qgħad għax qalilna li hawn \"sitwazzjoni ħażina fil-pajjiż\".", "Dak kien il-kliem li uża.", "Meta konna qed ngħaddu l-mozzjoni l-oħra, il-Ministru tal-Finanzi tal-lum uża l-kliem \"storm in a teacup\" filwaqt li l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali qal li hawn \"sitwazzjoni ħażina fil-pajjiż\".", "Ma naħsibx li f'dan il-pajjiż għandna sitwazzjoni ta' storm in a teacup, għax is-sitwazzjoni li għandna ma tantx hija sabiħa, speċjalment fil-qasam tax-xogħol.", "GĦandna l-qgħad u dan huwa ġerħa li tweġġa' għaliex il-ħaddiem għandu l-jedd li jaħdem u barra minn hekk bniedem li huwa nieqes mix-xogħol għandu xi ħaġa nieqsa.", "Għaliex il-Gvern mhux qed joħroġ il-figuri tal-qgħad?", "Hu min hu responsabbli, il-fuguri jafhom jew ma jafhomx?", "L-Onor.", "Spiteri mar ħafna 'l bogħod u allura jekk irridu nagħmlu xena ta' lwien għandna nibdew b'diskors ieħor - mhux ta' l-Onor.", "Spiteri - jiġifieri dak li kien għamel l-Onor.", "Mintoff f'mass meeting f'Ħal Qormi fis- 27 ta' Marzu 1976.", "Jien ma nafx dan li ġej qalux b'ċajta jew bis-serjeta':", "\"Illum in-nies u t-turisti jridu iktar ħut, tant li qed jimportaw fuq il- Lm1 miljun fis-sena ħut tal-friża jew immellaħ.", "Il-ħut tal-friża m'huwiex popolari mal-Maltin għaliex ma jafux isajruh.", "Il-Maltin iżda jħobbu l-ħut immellaħ.\".", "Iżda din il-biċċa xogħol tal-friża fl-aħħar mill-aħħar ġrat u dak iż-żmien kien l-Onor.", "Spiteri li bħala ministru kien qalilna fil-Budget tas-16 ta' Novembru 1982:", "\"Il-Gvern iddeċieda li b'effett mill-1 ta' Jannar li ġej jimplimenta freeze fuq il-pagi ħalli l-ispejjeż tal-produzzjoni minn dan il-lat jibqgħu stabbli.", "Matul l-1983 ma sar ebda ftehim kollettiv.\".", "L-Onor.", "Spiteri m'hemmx għalfejn jieħu l-karti tiegħi għax naħseb li dak l- avveniment famuż jiftakru bl-amment.", "Dak iż-żmien mhux l-impjiegi biss kienu ffriżati imma kollox.", "Din id-darba s'issa l-impjiegi biss huma ffriżati imma huma ffriżati waħda u sewwa.", "GĦalhekk ikun tajjeb jekk il- Ministru tal-Ħarsien Soċjali - jekk ma jridx forsi jispjegalna l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ - llejla jew inkella f'xi seduta oħra - għax jidher li l-Gvern irid jieħu sigħat twal fuq din ir-Riżoluzzjoni li ma nafux għalfejn iridu jagħmluha - kif se jġib ix-xogħol fil-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi għandu ħafna problemi, anke ġewwa l- ħabs, li naħseb ta' min isolvihom.", "L-Onor.", "Spiteri qagħad isemmi wkoll il- kolesterol, il-laħam, ix-xaħam u affarijiet bħal dawn.", "(Interruzzjonijet) Issa tal-ħut ngħidhielek ukoll!", "GĦax, per eżempju, kif tista' tiffriża l- ħut tista' tiffriża l-imħuħ tan-nies ukoll!", "Fil-fatt f'dan il-Parlament xi ħadd darba qal li għandna nżommu l-imħuħ tal-pajjiż iffriżati.", "L-Onor.", "Spiteri verament jaf juża kliem sabiħ - fil-fatt qed ikolli nikkwota dan il-kliem il-ħin kollu - tant li darba minnhom semma l-kliem \"endemika\" u \"ġenetika\" b'riferenza għall-Partit Nazzjonalista.", "Jien ngħid li hija xi ħaġa endemika u ġenetika għall-Partit Laburista li qatt ma rnexxielu jsolvi l-problema tal-qgħad.", "Jien nistieden lill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ biex jispjegalna x'impjiegi se jiġu maħluqa b'dan is-self u kif dan se jtaffi l-problema tal-qgħad.", "GĦax x'jiswa li l-Ministru tal- Ħarsien Soċjali joqgħod joħroġ stqarrijiet fejn jgħid li jaf ħaġa u ma jafx ħaġa oħra jew li ħaġa bagħatha lid-Dipartiment ta' l-Istatistika u ħaġa oħra ma bagħathielux?", "Per eżempju, darba minnhom il-Ministru Grech ma riedx jagħti l-figura tal-qgħad ta' Ottubru u Novembru imma mbagħad, f'daqqa waħda, ħareġ il-figura għal Diċembru.", "GĦandu jkun il-Ministru ma jafx kif ikejjilhom ix-xhur jew inkella forsi jaf ikejjilhom bis-sistema lunari jew b'dik xemxija u allura forsi kien għalhekk li tħawwad!", "Madam Speaker, il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali qalilna li se jibda jara l- istatistika mill-1983 u jien naf hemmhekk x'se jsib.", "Kif jaf kulħadd, il- Gvern ta' dak iż-żmien kien ipprova jsolvi l-problema tal-qgħad billi joħloq il-korpi.", "Min semma ta' l-Awstralja?", "Niftakar li meta kont għadni tifel żgħir kien hawn ministru apposta għall-emigrazzjoni.", "Jiġifieri min irid jitkellem fuq l-emigrazzjoni aħjar iqalleb ftit kotba jew jara ftit it- tifkiriet tiegħu!", "Aħna għaddejna għall-imgħoddi kif wara kollox riedna nagħmlu l-Onor.", "Spiteri.", "Fl-1972 permezz ta' l-Att Nru Xlll twaqqaf il-Korp tax-Xogħol ta' l- Emerġenza li għalih saru żewġ sejħiet.", "Dan il-korp kien issejjaħ ta' l- emerġenza mill-Onor.", "Mintoff li kien qal li ried jagħti rigal lil min isib ix-xogħol, imma għandu jkun dawn ir-rigali ma tahomx għaliex baqa' jinfetaħ korp wara l-ieħor, daqqa għall-Maltin, daqqa għall-Għawdxin, daqqa għan- nisa, daqqa għall-irġiel u daqqa għal kulħadd flimkien.", "Fl-aħħar konna spiċċajna bil-Korp tad-Dejma u b'ħaddiema irregolari jidħlu mal-gvern tant li l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien bagħat ittra - permezz tal-kap taċ- ċivil ta' dak iż-żmien - lill-Onor.", "Freddie Micallef, li dak iż-żmien kien Ministru tax-Xogħol, fejn żammu responsabbli personalment jekk idaħħal lin- nies mal-gvern.", "Jiġifieri f'dawk iż-żmenijiet konna wasalna f'sitwazzjoni ta' qgħad mifrux għax il-pajjiż kien wieqaf għal kollox.", "Billi llum ikun hawn min jipprova jpinġi l-qagħda b'mod sabiħ billi jagħtiha ħafna lwien u tixbihat jew jgħidilna li m'hu qed jiġri xejn inkella joqgħod juża kliem diplomatiku, ir-realta' xorta tibqa' dik li hi.", "Kif qal l-Onor.", "Spiteri, lill-poplu rridu nkellmuh ċar billi ngħidulu li llum hawn sitwazzjoni ta' qgħad kbir u li l-Gvern qed idum ma joħorġ il- figuri tal-qgħad għaliex dan qiegħed dejjem tiela'.", "Jekk wieħed jeżamina l- mistoqsijiet parlamentari li qed jingħataw u l-istqarrijiet li joħroġ il- Ministru tal-Ħarsien Soċjali malajr jinduna li l-qgħad qiegħed dejjem jiżdied.", "Huwa tajjeb li l-Ministru jagħtina spjega ta' x'qed jiġri fil-qasam tax- xogħol kif ukoll jgħidilna x'qed jagħmel bl-ETC, jiġifieri jekk huwiex se jibdlilha isimha jew jekk jagħmilha xi ħaġa oħra.", "Dan qed ngħidu għaliex qed jiġri li l-Ministru l-ewwel jgħid ħaġa biex imbagħad f'daqqa waħda xi ħadd joħroġ press release u jew jgħid bil-maqlub inkella jdawwarha mod ieħor.", "Per eżempju, dan l-aħħar il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali kellu laqgħa l-Universita' u tant ikkonfonda b'dak li qal li wasal biex anke żamm it-tape għandu.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Iva, nibqa' in possession.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 28 ta' April, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni dwar self għat-tenur tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 2 ta' l- Att dwar Self għall-Iżvilupp - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tieni Qari; u", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-VAT - Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, illum ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Lino Spiteri li bil-mod tiegħu spjega s-sitwazzjoni li l-pajjiż jinsab fiha llum.", "L-Onor.", "Spiteri kien ukoll kapaċi jifred dak li hu politiku minn dak li hu tekniku meta spjega minn xiex għaddej il-pajjiż.", "L-isfortuna hi li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni mhux qed jiġri l-istess.", "Madam Speaker, b'kumbinazzjoni l-bieraħ kont qed insegwi programm fuq it- television Taljan fejn membru ta' l-Oppożizzjoni għamel stedina lill-gvern ta' pajjiżu sabiex jekk jidhirlu li għandu l-maġġoranza jiggverna.", "Dan ġara minħabba l-għajdut li huwa Bertinotti li qed iżomm il-gvern u allura l- gvern Taljan qed jimxi skond ma jgħidlu l-istess Bertinotti.", "Għalhekk dan il-membru ta' l-Oppożizzjoni sfida lill-Gvern Taljan sabiex ikompli jiggverna jekk verament għandu l-maġġoranza.", "Dan l-appell żgur li ma jgħoddx għal pajjiżna għaliex m'hemm l-ebda dubju li l-Partit Laburista għandu maġġoranza assoluta u għandu mandat ċar mogħti lilu mill-poplu Malti sabiex jiggverna.", "Pero', kif ilna nisimgħu anke f'dan il-Parlament stess, l-Oppożizzjoni għadha ma tridx taċċetta l-verdett ċar tal-poplu.", "F'pajjiżna għandna Oppożizzjoni, li ssejjaħ lilha nnifisha demokratika, li qed tagħmel minn kollox sabiex tipprova tfixkel lill-Gvern u ma tħallihx jiggverna skond il-mandat ċar li ġie mogħti lilu fis-26 ta' Ottubru ta' l- 1996.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-Oppożizzjoni m'għandhiex dritt li tikkritika u titkellem fuq dak li jkun għaddej fil-pajjiż, anzi huwa proprju d-dover ta' l-Oppożizzjoni li tikkritika l-operat tal-Gvern b'mod serju u b'mod li jkun ħieles mill-politika partiġġjana.", "Imma mhux li tipprova tfixkel l-operat tal-gvern.", "Hawnhekk irrid infakkar li sal-lum l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għadha ma stqarritx li se tkun Oppożizzjoni kostruttiva u dan huwa sinjal ħażin.", "Ilna sa mill-ewwel ġimgħat ta' dan il-Gvern naraw dawn is-sinjali ħżiena min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u dan joħroġ bl-aktar mod ċar mid-diskors tagħhom kemm f'dan il-Parlament kif ukoll barra minn dan il-Parlament.", "Hemm sinjali ċari li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista m'hijiex se timxi b'mod demokratiku.", "L-Onor.", "Spiteri llum spjega fid-dettall kif il-Partit Laburista anke meta kien fl-oppożizzjoni kien ifittex l-ewwel l-interess tal-pajjiż mentri llum għandna Oppożizzjoni li m'hijiex tfittex l-interess tal-pajjiż l-ewwel u qabel kollox imma qed tipprova tilgħab il-logħba maħmuġa ta' politika partiġġjana.", "Żgur li m'huwiex fl-interess tal-pajjiż li jsir dan għaliex il-pajjiż għandu bżonn ta' diskussjoni serja - kif wara kollox nisimgħu bosta drabi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni stess - li sfortunatament m'hijiex qed isseħħ minkejja l-ħafna paroli li ilna nisimgħu min-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Madam Speaker, jidher li ta' l-Oppożizzjoni għandhom l-interess li lill- Gvern ma jħalluhx jiggverna.", "Din l-attitudni tkompli turi l-arroganza li ħakmet u li għadha taħkem lill-Partit Nazzjonalista.", "Wara disfatta elettorali, kull partit għandu jagħmel eżami sew tas-sitwazzjoni li jkun jinsab fiha.", "Il-Partit Laburista kellu l-kuraġġ jagħmel dan l-eżami u għamlu b'dinjita'.", "Għaliex irid ikollok kuraġġ biex tagħmel eżami bħal dan u fl-istess ħin ma tridx tkun arroganti la miegħek innifsek u wisq anqas mal-poplu.", "Il-poplu warrabhom, iżda minkejja li dawn jippriedkaw ħafna d- demokrazija u minkejja li jgħidu li huwa l-istess poplu li jagħżel x'tip ta' tmexxija u politika jrid għal pajjiżu, dawn baqgħu jwebbsu rashom u jinjoraw dak li l-poplu vvota għalih.", "Fl-aħħar elezzjoni - li kienet waħda kalma, u ħafna mill-mertu għal dan nagħtih lill-mexxej tal-Partit Laburista, l-Onor.", "Alfred Sant - il-poplu rrifletta u wara li ra r- riżultati tal-Gvern preċedenti u ra x'qed jipproponi l-Partit Laburista ħass li kellu jivvota favur il-Partit Laburista.", "Għalhekk hemm bżonn li l- Partit Nazzjonalista jagħmel eżami għax wara riżultat tant ċar wieħed ma jistax jibqa' għaddej jilgħab bid-diskors.", "Madam Speaker, fid-dibattiti li bħalissa qed nagħmlu f'dan il-Parlament qed nitkellmu fuq il-finanzi tal-gvern u allura hija ħaġa naturali li hawnhekk id-diskussjoni ddur prinċipalment fuq it-taxxa tal-VAT.", "Għalkemm il-poplu vvota bil-qawwa kontra din it-taxxa li kien għoġbu jdaħħal il- Gvern Nazzjonalista, l-Oppożizzjoni xorta waħda qed tipprova toħloq il- problemi u dan sabiex tagħmel il-ħsara.", "Din il-ħsara fl-aħħar mill-aħħar mhux qed issir lill-Gvern Laburista imma sfortunatament qed issir lil pajjiżna li tant niftaħru li rridulu ġid.", "Madam Speaker, fil-fatt illum donnu qed jiġri l-istess bħalma kien ġara fl-1987 meta l-Partit Nazzjonalista kien għadu ma ħax it-tmexxija tal- pajjiż.", "Sinċerament nistqarr li minħabba l-eta' żgħira li kelli u peress li ma tantx kont insegwi l-politika jien ma tantx niftakar dawk iż- żmenijiet, pero' milli qrajt u smajt mingħand nies li għandi fiduċja sħiħa fihom malajr indunajt li l-Oppożizzjoni qed tuża l-istess attitudni ta' arroganza li kienet tuża dak iż-żmien, jiġifieri dik li ma tirrispettax l- opinjoni tal-poplu.", "L-Oppożizzjoni dejjem tgħid li l-mexxejja u l-Partit tagħna qatt ma nbidlu imma meta wieħed iqis kollox ma' kollox jinduna li fil-fatt huwa l-Partit Nazzjonalista li ma nbidilx.", "Madam Speaker, bħala eżempju se nieħu l-Konferenza Ewro-Mediterranja biex nipprova dak li qed ngħid.", "Peress li din il-konferenza saret bis-saħħa tal- politika tal-Gvern Laburista, li kien il-poplu stess li vvota għaliha, l- Oppożizzjoni ħasset li dan l-avveniment kien wieħed negattiv u spiċċat qalet li minnu ma ħareġ l-ebda riżultat pożittiv.", "Minflok ma niġbdu ħabel wieħed anke hawn se ndaħħlu l-politika partiġġjana meta f'din il-konferenza kellu jidħol biss l-interess ta' Malta u mhux l-interess ta' partit jew ieħor.", "Madam Speaker, kif juru l-eżempji li għadni kif tajt huwa ġustifikat li wieħed jgħid li l-Partit Nazzjonalista qed ixewwex allavolja meta jisimgħu dan il-kliem il-membri ta' l-Oppożizzjoni jieħdu għalihom u jibdew jgħajruna li qed nużaw l-istess kelma li konna nużaw qabel.", "Dan juri biċ- ċar li huma wkoll qed jużaw l-istess tattika qarrieqa li kienu jużaw qabel meta kienu għadhom fl-Oppożizzjoni.", "Għalhekk huwa ġustifikat li wieħed jikkritika lill-Partit Nazzjonalista li qed ixewwex.", "Aħna l-Maltin ngħidu li l-verita' tniggeż u mid-dehra li qed jiġri bħalissa hu li l-kritika tagħna qiegħda tniggeż lill-Partit Nazzjonalista.", "Esponenti tal-Partit Nazzjonalista qalu wkoll li għandu jsir referendum dwar it-tneħħija tal-VAT u dan qed jgħiduh sitt xhur biss wara li ddeċieda l-poplu.", "Jiena nistaqsi: Sar xi referendum qabel ma ddaħħlet il-VAT?", "Allura għalfejn issa hawn dan il-bżonn li jsir referendum dwar it-tneħħija tal-VAT meta qabel ma kienx hemm dan il-bżonn?", "Jien infakkar ukoll li l- VAT lanqas biss kienet issue prinċipali fl-elezzjoni ta' l-1992.", "Illum il- Gvern Laburista għandu l-mandat u se jimxi fuq dak li ddeċieda l-poplu.", "Saret ukoll il-kritika li fost iż-żgħażagħ hawn ċerta biżgħa li - dejjem skond il-Partit Nazzjonalista - qiegħda tinħoloq mill-inċertezza dwar il- futur b'mod speċjali minħabba l-għoli tal-ħajja.", "Nerġa' nistaqsi: Issa qed iħossu din il-biżgħa?!", "Aħna konna ilna ngħidu dwarha tant qabel l- elezzjoni!", "Ilna nisimgħu tant dwar kif splodew il-prezzijiet ta' l- artijiet u dwar il-preokkupazzjonijiet taż-żgħażagħ - u ta' l-istess ġenituri tagħhom - li qed ifittxu post fejn jgħixu!", "Għalhekk il-kritika tan-naħa l-oħra hija inġusta għaliex meta kienu fil-gvern ma semmewx dawn il-problemi, anzi pprovaw jaħbuhom, mentri issa li qegħdin fl-oppożizzjoni qegħdin jikkritikaw bl-addoċċ mingħajr lanqas biss jgħidu: Isma', aħna wkoll għandna tort għal dan u allura għandna nipprovaw insibu soluzzjoni flimkien għal dak li aħna ma rnexxilniex insolvu.", "Issemma wkoll id-dħul tal-VAT li kompla żied il-piż fuq iż-żgħażagħ tagħna.", "Madam Speaker, jiena ġej mit-Tielet Distrett, preċiżament miż- Żejtun, fejn hemm bosta problemi fost iż-żgħażagħ, mhux biss dawk li jridu jsibu post fejn joqogħdu meta jiżżewġu iżda wkoll dawk li għandhom livell baxx ta' skola jew li saħansitra jafu jaqraw u jiktbu ftit li xejn u allura jsibuha diffiċli ħafna li jsibu fejn jaħdmu.", "Uħud minn dawn iż-żgħażagħ sofrew diskriminazzjoni politika għaliex kellhom jew għandhom kulur politiku differenti mill-gvern li kellna sa Ottubru li għadda.", "Tul dawn l-aħħar snin anke l-problema tad-droga kibret bil-bosta, speċjalment fiż-Żejtun u f'Ħaż-Żabbar, u sfortunatament ftit li xejn sar biex wieħed jipprova jilqa' għal din il-problema.", "Għalhekk huwa inġust li issa nsemmu l-preokkupazzjoni li għandna dwar dawn il-problemi, bħallikieku l-problemi soċjali kollha nħolqu għax issa hemm Gvern Laburista.", "Qisu meta konna taħt Gvern Nazzjonalista dawn il-problemi ma kenux jeżistu!", "F'ċerti zoni taż-Żejtun u Ħaż-Żabbar hemm ukoll problema ta' housing fejn f'ċerti djar lanqas hemm il-faċilitajiet sanitarji li kull dar għandu jkollha.", "Għallinqas f'Wied il-Għajn, li huwa lokal relattivament ġdid, ma tantx hemm postijiet li huma substandard.", "Madam Speaker, minkejja t-tfixkil li qed isib minn bosta membri ta' l- Oppożizzjoni - jien ma rridx ngħid li kull membru ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jipprova jfixkel l-operat tal-Gvern għax allaħares ikun hekk - il- Gvern Laburista huwa determinat li jaffronta dawn il-problemi li wiret mingħand Partit li anke issa meta qiegħed fl-Oppożizzjoni qiegħed ipinġi lilu nnifsu bħala perfett meta fil-fatt l-ewwel qed ifittex l-interessi partiġġjani flok dawk ta' pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Madam Speaker, xtaqt nieħu din l-opportunita' biex nelenka xi wħud mill-problemi li qegħdin jiffaċċjaw ir-residenti ta' Ħaż- Żabbar li huwa raħal kbir fejn biss biss hemm tliet housing estates, li huma Bulebel iż-żgħir u l-parti l-antika, il-housing estate tal-Plier u l- housing estate ta' St. Peter's, fil-limiti tax-Xgħajra.", "X'inhuma l-problemi prinċipali ta' dan ir-raħal?", "Jekk nieħdu dawn il- housing estates insibu li hemm nuqqas ta' manutenzjoni, il-ħitan qegħdin jiddeterjoraw u nuqqas ta' dawl fit-toroq ma' kullimkien.", "Ta' min jgħid li l-kunsill lokali qed isib ruħu dgħajjef wisq quddiem dawn il-problemi.", "Problemi oħra li qegħdin jiltaqgħu magħhom ir-residenti ta' Ħaż-Żabbar huma fejn jidħlu s-servizzi ta' l-ilma għax meta l-kuntrattur jiġi biex jgħaddi t-trinek m'huwiex jagħmel reinstatement works u allura m'huwiex qed jonora l-kuntratt li daħal għalih.", "Għaldaqstant in-nies għandhom raġun imorru jgergru mal-kunsilliera ta' dan ir-raħal dwar it-tħarbit fix-xogħol u dwar in-nuqqas ta' kordinazzjoni li qed ikun hemm f'dawn ix-xogħlijiet.", "Għandu jiġi aċċertat li l-kuntrattur jonora l-kuntratt tiegħu sa l-aħħar billi wara li jkun lesta mit-trinek jagħmel ir-reinstatement meħtieġ.", "Ħaġa oħra li wkoll hemm tgergir fuqha hija li meta jiġu biex jibdlu l- meters kultant jaqtgħu s-servizz ta' l-ilma ħesrem minn ħafna qabel mingħajr ma n-nies ikunu nformati b'dan.", "Imbagħad jiġri li meta jiġu informati jkollhom imorru japplikaw permezz ta' ħafna proċeduri li jieħdu fit-tul u sadanittant dawn jibqgħu mingħajr ilma.", "Hemm ukoll problema tal-patching ta' ċerti toroq fejn hemm madwar 50 triq li għandhom bżonn jiġu rranġati u dwar dan ix-xogħol il-kunsill għandu kuntratt mal-Gvern.", "Hawnhekk se nsemmi wħud minn dawn it-toroq, per eżempju Triq is-Santwarju, xi għaxar toroq f'Bulebel iż-Żgħir, Triq San Dumiku, Triq il-Kittien, l-area ta' St Peter's u Triq Ħadd in-Nies.", "Dawn huma wħud mit-toroq li l-iktar li għandhom bżonn ta' re-surfacing.", "Iżda fil-fatt x'inhu jiġri?", "Qed jiġri li l-kunsill qed isib problemi finanzjarji kbar u nuqqas ta' kordinazzjoni bejn id-dipartimenti bħal, per eżempju, meta l-kunsill jinforma lid-dipartiment konċernat li se jsir re- surfacing f'xi triq u peress li dan ma jarax x'xogħlijiet hemm bżonn isiru qabel ma tinkesa din it-triq jiġri li wara li jsir ir-re-surfacing dan ikollu jerġa' jinqala'.", "Dan qed jagħti lok għat-tgergir fost ir-residenti u anke qed iwassal lil dawn in-nies biex lanqas jibqgħu jikkonsultaw mal- kunsillieri tagħhom.", "Hawnhekk ta' min jgħid li għalkemm il-kunsill qed iħallas lill-Gvern biex jagħmel il-patching, ironikament il-kunsill qed ikollu jerġa' jħallas għall-materjal li qed jintuża minħabba li l- kuntratturi m'humiex qegħdin ifornu lill-Gvern b'dan il-materjal.", "Dan qed iwassal għal sitwazzjoni fejn il-kunsill qed iħallas kemm lin-nies tal- Gvern biex jagħmlu x-xogħol kif ukoll għall-materjal.", "Hemm ukoll il-problema ta' toroq li għadhom qatt ma ngħataw lagħqa tarmac, ngħidu aħna Triq Alessandru VII, Misraħ Alofju Wignacourt, Triq il- Ħofra, Triq il-Bikri, Sqaq il-Burdell, Triq Bieb is-Sultan, Triq Giuseppe Micallef, Triq Ganni Bonavia u Triq Joe Baldacchino.", "Dawn m'humiex it- toroq kollha għaliex b'kollox hemm madwar 50 triq li qatt ma ngħataw tarmac u wħud minnhom lanqas għad għandhom is-servizzi bażiċi.", "Problema oħra li ta' min jitkellem fuqha hija li meta n-nies qegħdin jirrapportaw lill-Enemalta li hemm bżonn li jinbidlu ċerti bozoz din qed iddum wisq biex tieħu passi u tibdilhom.", "Hawnhekk ta' min forsi jissuġġerixxi li fejn jidħol xogħol ta' bdil ta' bozoz, li hija biċċa xogħol relettivament żgħira ħafna, għandu jgħaddi f'idejn il-kunsill lokali ħalli dan ikun jista' jaqdi liċ-ċittadini b'mod aktar effiċjenti.", "Barra minn hekk, ir-raħal pjuttost kbir ta' Ħaż-Żabbar huwa nieqes mill- faċilitajiet sportivi speċjalment fl-inħawi tal-housing estates.", "L- ewwelnett, qed jiġri li l-uniċi playing-fields li hemm f'dawn il-housing estates qegħdin jintużaw biex jintlagħab il-football bil-konsegwenza li r- residenti ta' l-istess housing estates qegħdin igergru minħabba li qed ikissrulhom il-ħġieġ tat-twieqi u diversi problemi oħrajn li qed ikollhom ma' dawk iż-żgħażagħ li jmorru jilagħbu hemmhekk.", "Għalkemm il-kunsill kien investa billi anke sar synthetic pitch fil-bandli, żgur li dan m'huwiex jaqdi biżżejjed il-bżonnijiet u allura jidher ċar li hemm bżonn ta' faċilitajiet sportivi oħra.", "Il-football ground tas-St Patricks ta' Ħaż- Żabbar jintuża biss minn dak il-club u m'huwiex aċċessibbli għar-residenti ta' Ħaż-Żabbar.", "Il-kunsill lokali kellu proġett biex l-inħawi fejn hemm il- masġar taż-żebbuġ minflok jibqa' dumping place jikkonvertih f'ċentru sportiv jew regional park.", "Dan il-proġett ilu għal aktar minn sentejn quddiem il-Planning Authority u l-kunsill qatt ma ngħata risposta dwaru.", "Ironikament, il-Planning Authority ivvotat madwar Lm39,000 għal dan il- proġett pero' mbagħad ma ħarġitx il-permess biex b'hekk dawk id-Lm39,000 intilfu.", "Hemm bżonn li nagħtu kas ta' dawn il-problemi għax ma jistax ikun li nippriedkaw liż-żgħażagħ kontra d-droga u favur il-ħajja u mbagħad ma noffrulhomx faċilitajiet sportivi jew ċentri u faċilitajiet oħra fejn jitgħallmu.", "Illum kulħadd jaf li minħabba li l-prezzijiet biex tikri post huma esaġerati, l-assoċjazzjonijiet qed isibu diffikultajiet kbar biex jagħtu liż-żgħażagħ tagħna dawk il-faċilitajiet li għandhom bżonn.", "Fl- inħawi ta' St Peter's, f'Ħaż-Żabbar ukoll, hemm playing-field li kien se jinbeda x-xogħol fuqha iżda li twaqqaf.", "Hawnhekk ta' min iħeġġeġ ftit biex dan ix-xogħol jibda minnufih.", "Ħaż-Żabbar huwa post li minnu jgħaddi ħafna traffiku, speċjalment minn quddiem il-Mina ta' Hompesch sa quddiem il-pompa tal-petrol ta' Lourdes.", "Hemmhekk ta' min jissuġġerixxi - kif diġa' ssuġġerixxa u ppjana l-kunsill - li ssir centre strip ħalli ma jibqgħux isiru dawk l-aċċidenti kollha tat- traffiku.", "Bħalissa qed isiru madwar tliet aċċidenti tat-traffiku kuljum f'dik il-parti, speċjalment meta l-karozzi jiġu biex mit-triq ta' Ħaż- Żabbar imorru lejn Wied il-Għajn.", "Għaldaqstant qed nissuġġerixxu li jsiru centre strip u roundabout fuq in-naħa tat-Triq ta' Lourdes ħalli b'hekk it- traffiku jiġi ggwidat aħjar.", "Irrid insemmi wkoll il-postijiet storiċi li hemm f'Ħaż-Żabbar għax hija tassew ħasra li ħafna minn dawn qegħdin fi stat ta' abbandun jew inkella qegħdin għand nies li m'humiex qegħdin jieħdu ħsiebhom biżżejjed.", "Ta' min jgħid li Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u s-Siġġiewi se jagħlqu 200 sena minn mindu saru bliet mill-Granmastru Wignacourt u allura jkun tajjeb li għallinqas f'dan l-avveniment nagħtu daqsxejn importanza lil dawn il-postijiet storiċi jekk tassew irridu li nipproġettaw in-naħa ta' nofsinhar ta' Malta bħala area li wkoll għandha x'toffri lit-turist.", "Fost il-postijiet li għandhom bżonn ta' restawr se nsemmi l-mina ta' Bieb is-Sultan li tinsab abbandunata, il-Fortizza ta' San Leonardu li qiegħda tintuża bħala razzett u d-Dar tas-Soru li sfortunatament tħalliet tiġġarraf b'mod abbużiv minn min qabillu li din tiġġarraf.", "Hemm ukoll dawk li huwa magħruf bħala ċ- Ċirku, fin-naħa tal-Bidni, li huma numru ta' għelieqi f'forma ta' ċirku li jmorru lura ħafna fiż-żmien u li minnhom insterqu numru ta' dolmens.", "Insemmi wkoll it-Torri ta' Triq il-Wiesgħa li qiegħed f'għalqa privata u li l-proprjetarji tagħha jixtiequ jidħlu f'arranġamenti ma' Din l-Art Ħelwa biex dan it-torri jiġi restawrat.", "Pero' dan ir-restawr ma jistax isir għax dawn qegħdin isibu diversi problemi min-naħa tal-Lands Department bil- konsegwenza li xi nies qabdu u daħlu f'dan it-torri b'mod abbużiv u fejn għal xi żmien kien anke qed isir abbuż mid-droga.", "Dan huwa wirt storiku li jew wasal fi stat li nitilfuh jew inkella diġa' tlifnieh.", "Dawn huma ftit mill-problemi li hemm f'Ħaż-Żabbar, wieħed mill-irħula tan- nofsinhar ta' Malta.", "Jiena ngħid li fid-dawl tal-konferenza li saret dan l- aħħar dwar l-iżvilupp tan-nofsinhar ta' Malta, huwa tajjeb li wieħed jisma' l-ilmenti taċ-ċittadini ta' dawn in-naħat, pero' mbagħad jinħtieġ ukoll li ngħaddu għall-konkret ħalli anke din in-naħa tal-pajjiż tibda tgawdi minn żvilupp ta' ċertu fejda.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 28 ta' April, fid-9.00 a.m., bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL MIKTUB", "VALLETTA - BUST F'GIEH IL-PAPA PIJU V", "3318.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk u fejn ser jitqiegħed il-bust tal-Finanzjatur Ewlieni tal-Belt Valletta, il-Papa Piju V?", "Min se jkun l-artist li ser joħloq dan il-bust?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux il- każ li jiġi kkummissjonat artist biex joħloq bust tal-Papa Piju V, għar- raġuni li dan il-bust ilu ġa jeżisti għal ħafna snin u oriġinalment kien qiegħed fuq il-parti interna tal-bieb antik tal-Belt Valletta.", "Kif ġa weġibt għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Membru (numru 331), il- Kumitat għall-Erezzjoni ta' Monumenti w Plakki kien qed jikkonsidra li dan il-bust jerġa' jitpoġġa lura fejn kien qiegħed oriġinalment.", "Deċiżjoni finali tittieħed meta jiġi rikostitwit dan il-Kumitat għas-sena kurrenti.", "LUKANDA HILTON - ŻVILUPP", "3319.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex huma l-iżviluppi dwar il-każ li ġara ftit tal-jiem ilu fejn tliet żgħażagħ li kienu jiffurmaw il-Grupp ta' Pressjoni: Grupp Kontra l-Hilton, għamlu strajk tal-ġuħ f'Misraħ Kastilja sabiex il-Lukanda Hilton ma tkomplix testendi b'detriment għall-ambjent?", "L-estensjoni tal-lukanda twaqqfet, jew le?", "X'inhija l-fehma tal-Gvern Malti dwar din il-kwestjoni ta' interess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-każ mistħarreġ mill-Ombudsman u l-Gvern hu kommess li jattwa tibdil fil-liġi dwar trasferiment ta' art kif irrakkomanda l-Ombudsman.", "Ix-xogħol għadu għaddej skond il-permess maħruġ mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar u l-Gvern jirrispetta dak il-permess maħruġ skond il-liġi.", "AVVENIMENT TAS-SEKLU L-ĠDID", "3320.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu ċ- ċelebrazzjonijiet f'pajjiżna sabiex jiġi ċelebrat l-avveniment ta' seklu ġdid?", "Diġa' hemm xi pjan għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet?", "Ser jiġu mistiedna xi dinjitarji?", "Jekk fl-affermattiv, min?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif diġa' ntqal mis-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħaġagħ, Sport, Kultura u Arti fid-diskors tal-Budget tiegħu ser jitwaqqaf kumitat apposta biex jieħu ħsieb l-attivitajiet tal-Millenju l-Ġdid.", "Kwalunkwe suġġerimenti ta' l-Onorevoli Nterpellant għal dan l-avveniment storiku jkunu apprezzati.", "QRATI - KAŻ TA' QUEROS", "3321.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Since the notorious case of Queros, has there been any remission of sentences, even pecuniary, under the previous administration?", "If so, which ones and why?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-każi ta' maħfriet Presidenzjali minn Ottubru 1994 (minn wara l-kaz ta' Francesco Assis Queiroz) kienu dawn:-", "a) 6 maħfriet tal-kumplament ta' sentenzi ta' habs fuq bażi umanitarji. b) 16 il-maħfra ta' multi fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku.", "c) 12 il-maħfra ta' Deportation jew Removal Orders.", "d) 4 maħfriet ta' sospenzjoni tal-liċenzja tas-sewqan.", "e) 3 maħfriet li jirrigwardaw rilaxx ta' shotgun (f'każ minnhom anke maħfra tar-revokazzjoni tal-liċenzja marbuta miegħu).", "f) 2 maħfriet li jirrigwardaw rilaxx ta' vetturi wara li ġew konfiskati mill-Qorti.", "g) 2 każi ta' riduzzjoni ta' multi dwar bini bla permess.", "h) 2 maħfriet ta' multa dwar nuqqas ta' ħlas ta' liċenzja tal- vettura.", "i) 2 maħfriet dwar multi: (I) skond il-liġi ta' l-Edukazzjoni u (II) t-Taxxi Interni u s-Servizzi Soċjali", "j) maħra ta' projbizzjoni ta' dħul ġo Malta għal ftit ġranet fuq bażi umanitarja.", "k) maħfra ta' multa fuq dikjarazzjoni falza lid-Dwana fuq bażi umanitarja u medikali.", "l) maħfra tal-perjodu li priġunier għadda fuq Rehabilitation Course tal-Caritas kontra d-droga fuq deċizzjoni tal-Kabinett.", "Tajjeb illi wieħed jgħid li d-deċiżżjoni tittieħed wara li jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet konċernati.", "DIPARTIMENT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - \"EXCHANGES\"", "4496.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-\"exchanges\" li d- Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport qed ifassal għal din is-sena, hux kontemplat li jieħdu sehem żgħażagħ nieqsa mis-smiegħ, kif sar fl-1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-exchange bit-tema li qed isir riferiment għalih, kien sar ma' Wirral, fl-Ingilterra darba biss fuq talba tal- partners Ingliżi.", "Dan l-exchange ta' kull sena jkollu tema differenti.", "Jekk ikollha talbiet speċifiċi għal exchanges li jinvolvu żgħażagħ b'xi diżabilita', it-Taqsima Żgħażagħ tagħmel kull ma tista' sabiex issib partners li jkunu jistgħu jgħinu biex it-talba tintlaqa'.", "SAĦĦA - EŻAMI TA' \"WARD CLERICAL ASSISTANTS\"", "4497.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir- riżultat ta' l-eżami għal \"ward clerical assistants\" tqiegħed għall-viżjoni tal-pubbliku fil-ministeru tiegħu mhux fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-riżultat ta' l-eżami għall-Ward Clerical Assistant ilu mwaħħal fin-notice board tal-Head Office tad-Dipartiment tas- Saħħa minn mindu ħareġ.", "SERVIZZ PUBBLIKU - \"SENIOR PRINCIPALS\"", "4498.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba li ta fl-10 ta' Marzu, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 3750, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proċess li trid twettaq il- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku b'konnessjoni ma' l-ingaġġ ta' aktar \"Senior Principals\" hux se jostakola b'xi mod il-mili ta' vakanzi ta' Assistenti Diretturi fis-Servizz Pubbliku?", "Jista' jgħid ukoll fiex wasal il-proċess tal-mili ta' dawn il-vakanzi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-eżami, fil-forma ta' extended interview, li ħabbar riċentement il-Gvern għall-mili ta' postijiet fil-grad ta' Senior Principal ser isir prinċipalment għax il-Gvern jemmen li, bil-mod kif kien sar l-eżami ta' qabel, kienet twettqet inġustizzja kemm ma dawk l- uffiċjali li m'għaddewx mill-eżami kif ukoll ma dawk li setgħu, imma li ħassew li m'għandhomx, joqogħdu għal dak l-eżami.", "Meta uffiċjal, li ma kienx diġa fi skala ta' salarju 7, jitla fil-grad ta' Senior Principal, isir eliġibbli biex jiġi kkunsidrat għal ħatra ta' Assistent Direttur.", "Għalhekk, qabel ma jitkompla l-proċess għall-ħatra ta' Assistenti Diretturi, b'sens ta' ġustizzja, naħseb li l-ewwel għandu jiġi ffinaliżżat l-eżami li ser isir għall-grad ta' Senior Principal.", "PARTIT NAZZJONALISTA - STAZZJON TELEVIŻIV", "4499.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba li ta fis-17 ta' Marzu, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 3869, jista' l-Prim Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-problemi tekniċi li qal li kien hemm fi żmien il-Gvern preċedenti u li qed jgħid li għad hemm illum?", "Jista' jgħid x'qed isir biex dawn il-problemi jingħelbu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta li diġa tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 4238 tas-seduta numru 50.", "OPM - KONSULENTI ĠODDA", "4500.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3576, din il-persuna ġiet imħaddma mingħajr kuntratt u mingħajr ħatra uffiċjali?", "Jista' jgħid jekk dan l-aġir hux konformi mad-dispożizzjonijiet u l-esiġenzi tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 4406.", "Ma kien hemm xejn fit-trattament ta' dan il-każ li ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet u l-esiġenzi tal-Ministeru tal-Finanzi u tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Il-konsulent mhux ser ikun ħa l- ebda ħlas qabel id-data effettiva tal-kuntratt u l-inġaġġ mal-Gvern ta' konsulenti b'kuntratt qatt ma sar skond il-proċeduri tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "TOROQ - DWAL", "4504.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti mill-kunsilli lokali għal bozoz tat-toroq u \"floodlights\" maqsuma skond kull kunsill?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "DJAR", "4505.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk illum hux f'pożizzjoni li jinforma lill-Kamra f'liema żewġt ibliet hu mistenni li jkompli l-eżerċizzju ta' \"derequisitioning\"?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien infurmat illi l-eżerċizzju probabbli jitkompla fil-Mellieħa u Ħal- Kirkop.", "FURJANA - \"SURVEY\"", "4506.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-\"survey\" li sar dwar il- Furjana?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "KUNSILLI LOKALI - GĦAWDEX", "4507.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3722, peress li kien hemm żball fl-aħħar linja tad-domanda fejn il-kliem \"mhux permezz tal- kunsilli lokali\" kellha fil-fatt taqra \"mhux permezz tas-segretarji tal- kunsilli lokali\", żball li ovvjament żgwida lill-Ministru, jista' l- Ministru jgħid jekk hux lest li joħroġ direttiva illi talbiet għal sottomissjonijiet minn kunsilli lokali lil xi ministeru għandhom isiru direttament lis-sindki u mhux permezz tas-segretarji tal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li skond l- Artikolu 52 (1) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali \"Is-Segretarju jkun il-kap eżekuttiv, amministrattiv u finanzjarju tal-Kunsill\".", "Għaldaqstant ma nara xejn ħażin li talbiet amministrattivi jsiru lill- Kunsill permezz tas-Segretarju.", "Bħala kap eżekuttiv is-Segretarju għandu jara li s-sottomissjonijiet ukoll isiru għan-nom tal-Kunsill kif sar dwar il-proposti għat-twaqqif tal-Kunsill Reġjonali għal-Għawdex.", "TIŻJIN TAL-GALLARIJI", "4508.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra fejn il- Kunsill Lokali tal-Belt intalab jikkontribwixxi għat-tiżjin tal-gallariji?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk kienx hemm konsultazzjonijiet mal- kunsilli lokali qabel ma nkitbet l-ittra?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-komunikazzjoni kienet tiegħi personali u saret ma' Ray Bondin tal-Valletta Rehabiliation Committe li assigurani li sejjer jikkordina l-proposta mal- Kunsill Lokali.", "Nifhem li m' hemmx il-ħtieġa li npoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra meta huwa ovvju li l- Onor.Interpellant diġa ġie nfurmat bil-kontunent ta' din l-ittra mingħand min għaddielu l-informazzjoni.", "AIR MALTA - PASSAĠĠI B'XEJN LILL-MLP", "4509.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-Air Malta tax xi passaġġi b'xejn lill-Malta Labour Party b'konnessjoni ma' l-organizzazzjoni ta' l-attivita' tagħhom għal Jum il-Ħelsien?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "TARZNA TA' MALTA - APPRENDISTAT", "4669.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-Malta Drydocks għandhiex il-ħsieb li tkompli bl-iskema ta' apprendistat u fil-każ li t-tweġiba tkun fl-affermattiv, jagħti indikazzjoni taż-żmien meta dan se jsir?", "F'każ li t-tweġiba hi fin- negattiv, allura jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra dwar x'se jiġri minn dawk li applikaw għall-iskema ta' apprendistat f'Settembru 1996 u lestew il-fażijiet kollha?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minħabba fil-qagħda preżenti tat-Tarzna ta' Bormla, l-iskema ta' l-Apprendistat kellha titwaqqaf għal issa.", "SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET", "4670.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega jekk nisa miżżewġa mpjegati fis-settur pubbliku, jħallsux il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali meta jieħdu l- \"Partental Leave\" ta' 12-il xahar (bla ħlas) jew il-\"Career break\" ta' tliet snin (bla ħlas)?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Skond il-provedimenti tal-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318), mara miżżewġa hi prekluża milli tħallas kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali matul xi perjodu li fih hi ma tkunx okkupata b'mod ta' qliegħ.", "Dan jinkludi perjodi li matulhom tkun fuq \"Parental Leave\" jew waqt \"Career Break\".", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "4671.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' l-istudenti fl- Universita' ta' Malta, inklużi l-korsijiet ta' fil-għaxija għas-sena akkademika 1996-1997, maqsuma f'irġiel u nisa u skond kull fakulta' u dipartiment?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni dwar in-numru ta' studenti fl- Universita' ta' Malta għas-sena akkademika maqsuma f'irġiel u nisa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.", "BOROZ TA' STUDJU", "4672.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri ta' kemm ingħataw boroz ta' studji lill-persuni Maltin biex jistudjaw barra minn Malta, sena b'sena mill-1990 sa l-1996, maqsuma f'nisa u rġiel, u skond il-kategorija differenti ta' studju u skond il-pajjiż fejn studjaw?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra numru ta' listi bl-informazzjoni mitluba rigward boroż ta' studju bejn l-1990 u l- 1996.", "Jekk bil-frażi 'skond il-kategorija differenti ta' studju' l-Onor Membru qiegħed jirreferi għas-suġġetti magħżula, allura din l-informazzjoni hi nkluża, iżda jekk tirreferi għal xi aspett ieħor, nitlob aktar informazzjoni mingħand l-Onor Interpellant.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORTS - KUMITAT TAT-TMEXXIJA", "4679.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-attendenza bejn l- 1994 u l-1996 ta' l-ewwel kumitat tat-tmexxija tal-Kunsill Malti għall- Isports, inkluż dik tar-rappreżentant tal-MLP, in-Nutar Joe Cilia fl-istess kumitat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PROPRJETA' - BOLLI TAL-KUNTRATTI TAX-XIRI", "4680.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus tal-bolli tal- kuntratti ta' xiri ta' proprjeta' xahar b'xahar fil-perijodu Marzu 1996 u Marzu 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.Interpellant għandu jindirizza l- Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "NATIONAL ENVIRONMENTAL EDUCATION STRATEGY ACTION GROUP - LAQGĦAT", "4681.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' in- \"National Environmental Education Strategy Action Group\" matul l-1996 u l- 1997?", "X'sar mill-kumitat ta' l-istess Action Group li skond Dr Joseph Mangani f'Mejju 1995 kellu bħala \"first task to review the state of environmental education in its sphere of influence\" f'ittra li hu bagħat bħala Education Officer (Geography)?", "Dan il-kumitat qatt tlaqqa' minn Mejju 1996?", "Jekk fl-affermattiv, min ġie mistieden u min attenda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: a) In-National Environment Education Strategy Action Group matul l-1996 iltaqa' erba' darbiet.", "b) In-NEES qed jippjana li jwaqqaf sitt Target Group Committees, fosthom wieħed li għandu lil Dr J. Mangani bħala 'link person'.", "Biex dan il- Kumitat partikulari jkun jista' jitwaqqaf qed jiġu kkuntattjati istituzzjonijiet governattivi, partiti politiċi u kunsilli lokali biex dawn jinnominaw rappreżentanti biex eventwalment minn fosthom jinħatar dan it- target group partikulari. c) Fis-sena 1997 s'issa n-NEES qatt ma ltaqa' billi, skond nota mibgħuta lill-membri kollha ta' l-Action Group (Ċentrali), iċ-Chairman is-Sur Paul Pace ma setax isejjaħ laqgħat minħabba impenji urġenti li hu għandu fit- tħejjija għat teżi tiegħu tal-Ph.D u l-attendenza tiegħu f'Seminar Ewropej dwar il-policies ta' l-edukazzjoni ambejntali f'Luneberg fil-Ġermanja.", "It-target Group Committee (Government and Policy Making Organisations) għadu ma twaqqafx billi s'issa Dr J. Mangani rċeiva n-nomina biss mingħand il-Partit Nazzjonalista u mingħand 5 Kunsilli Lokali.", "Meta r-rispons tkun akbar il-Kumitat jitwaqqaf.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - XIRI TA' KOTBA \"MALTA'S EUROPEAN CHALLENGE\"", "4682.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw kotba \"Malta's European Challenge\" mill-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin mingħand il-Partit Laburista li jmexxi l-SKS (Sensiela Kotba Soċjalisti)?", "Kemm tħallas għal dawn il-kotba?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-numru ta' kotba 'Malta's European Challenge' mixtrija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent jammonta għal 900.", "Għal dawn il-kotba tħallsu Lm1800.", "KTEJJEB \"MALTA - THE SWITZERLAND OF THE MEDITERRANEAN\"", "4683.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu s-segwenti kumpanniji sabiex jiġi ppubblikat il-ktieb \"MALTA - The Switzerland of the Mediterranean\" u li tqassam fl-info package tal-Konferenza EurO Med: 1) Zone 5 Photographic Studio; (2) Plus Advertising; (3) Ritescan Reprographic Studios; u (4) PEG Printers?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant jifhem li l-kontijiet finali u dettaljati ta' konferenza daqstant kbira, ma jitlestewx f'jumejn jew tlieta.", "Meta jsiru l-kontijiet kollha u jsiru l-kontrolli neċessarji, l- informazzjoni li ma tkunx ta' natura kummerċjali tkun tista' tingħata.", "Għar-rekord, ta' min jinnota li l-Onor.", "Interpellant jew sħabu ma wrewx daqshekk ħerqa għat-trasparenza meta nżammet f'pajjiżna l-'Crans Montana Meeting'.", "TARZNA TA' MALTA - VAPURI LIBJANI", "4684.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il vapur Libjan daħal fit-Tarzna ta' Malta bejn Jannar 1995 u llum?", "X'kien l-isem ta' kull vapur Libjan li daħal fit- Tarzna f'dan il-perijodu?", "F'kull każ kemm kienu l-ispejjeż għax-xogħlijiet li rċevew?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-vapuri Libjani li ssewwew fit-Tarzna minn Jannar 1995 sa llum huwa kif ġej:", "Isem tal-Vapur Tiswijiet m/t Essidra Lm775,439 m/v Ghat Lm69,717 m/v Toletela Lm5,610 m/v Saladin Lm68,94 m/t Um El Faroud il-każ qiegħed il-Qorti", "SPTARIJIET - KAŻI TA' L-MRSA", "4713.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każi ta' MRSA f'kull sptar mill-1.1.97 sal-21.4.97, sptar b'sptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' każi tal-MRSA minn Jannar sa Marzu kienu kif jidhru hawn taħt.", "XAHAR SLH BOFFA SVPR MCH ZCH GOZO", "Jannar '97 15 xejn xejn xejn xejn xejn Frar '97 18 xejn xejn 1 15 xejn Marzu'97 28 xejn 6 1 9 xejn", "Statistika ta' xahar tiġi formulata fl-ewwel ġimgħa ta' xahar ta wara.", "Għaldaqstant statistika ta' April tista tingħata fil-bidu ta' xahar ta' Mejju.", "Uħud minn dawn il-pazjenti nġabu fl-Isptarijiet wara kura li ngħataw barra minn Malta.", "Qed jittieħdu l-passi kollha kif issuġġerit mill-Infection Control Unit tad- Dipartiment tas-Saħħa.", "SPTAR MONTE CARMELI - IMPJEGAT", "4714.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra għaliex enrolled nurse ġewwa l-iSptar Monte Carmeli qiegħed jitħalla jaħdem xogħol matul il-ġurnata ma' Ministru ieħor u jidħol biex jagħmel għasses bil-lejl ġewwa dan l-isptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena nfurmat illi hemm Enrolled Nurse impjegat fl-Isptar Monte Carmeli li fil-waqt li jaqdi d-doveri tiegħu fl-Isptar jagħti servizz wkoll f'Ministeru ieħor.", "Ir-raġuni prinċipali hija illi dan l-impjegat għażel li ma jinqatax mill-Isptar u fl-istess ħin jaqdi parti mid-doveri tiegħu banda oħra.", "Din is-sitwazzjoni qed tiġi evalwata.", "SPTARIJIET - SWALI", "4715.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk is-swali ġewwa l-isptarijiet fejn jikkonsidra li hemm \"stress qawwi\" għan-nurses u allura sejrin jibdew isiru transfers fuq bażi regolari?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Qed isiru diskussjonijiet mal-Unions tan-Nurses.", "SPTAR CAPUA - KIRURGU TAL-QALB", "4716.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 4375, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, minn hu l-kirurgu li se jopera ġewwa Sptar Capua?", "Dan il-kirurgu jaħdem mal-Gvern?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt ta' dan il-kirurgu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhuwiex etikament korrett li nisvelaw l-isem tal- kirurgu li se jopera ġewwa l-Isptar Capua.", "Pero nista ngħid li din il- persuna hija mpjegata normali tal-gvern u għalhekk ma jeżisti ebda kuntratt bejn dan il-kirurgu u l-gvern peress li dan inħatar fl-inkarigu tiegħu skond ir-regolamenti u l-proċeduri normali għall-impjieg mal-gvern."]} {"filename": "19970520_069d_par.doc", "date": "1997-05-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 69 It-Tlieta, 20 ta' Mejju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 69", "It-Tlieta, 20 ta' Mejju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.14 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "69", "it-Tlieta, 20 ta' Mejju, 1997", "WERREJ MINUTI 468", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 468", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 474", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA", "MALTA FREEPORTS (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 474", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA", "MALTA MARITIME AUTHORITY (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 482", "AĠĠORNAMENT 493", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 500", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 510", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 68 li saret fid-19 ta' Mejju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "MONUMENT AND PLAQUE COMMITTEE", "4855.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-monument and plaque committee ġiex maħtur riċentement?", "Kemm ilu xolt dan il-kumitat?", "Min huma l-membri attwali?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem dan il-bord?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġejjin mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kemm minn sorsi oħra?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Iva, dan il-kumitat inħatar riċentement u attwalment quddiemu hemm 11-il applikazzjoni pendenti biex jitwaqqfu monumenti jew plakki.", "Minn dawn, tmienja ġejjin mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Autin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidli - ma nafx kemm jista' jirrispondini l-Onor.", "Joe Mizzi - jekk hemmx risposta għall-ewwel żewġ mistoqsijiet, jiġifieri jekk il-bord huwiex imwaqqaf jew kemm ilu xolt?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'iniex f'pożizzjoni li nagħti risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, naf li l-Ministru Bartolo m'huwiex preżenti imma nixtieq nistaqsi jekk hemmx xi kumitat li qed jaħseb biex jagħmel xi restawr tal-monumenti.", "Per eżempju, il-monument ta' Dante ilu mċappas bis-żebgħa żmien twil u għalkemm jien għamilt diversi sottomissjonijiet biex jitnaddaf donnu ma sar xejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nassumi li hemm min hu responsabbli għal dan pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub, jien persważ li l- Ministru jagħtih l-informazzjoni kollha.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "5101.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni skond il- ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-informazzjoni meħtieġa qiegħda tinġabar.", "Fil- fatt, xi ftit mill-informazzjoni diġa' qiegħda għandi pero' m'għandix l- informazzjoni kollha.", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - IMPJEGATI", "5102.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): L-informazzjoni mitluba qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "5103.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - IMPJEGATI", "5104.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-ministeru tiegħi u fid-dipartimenti u kummissjonijiet li jaqgħu taħti ma kien hemm ebda persuna impjegata b'kuntratt definit/indefinit jew bħala konsulenti matul Marzu 1997.", "Rigward trasferimenti ta' impjegati dawn kienu kif ġej:-", "Avukat Generali - 1 Qrati ta' Malta - 1 Registru Pubbliku - 1 Kunsilli Lokali - 2", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "5105.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il- ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Ir-risposta għall- ewwel domanda hija xejn filwaqt li nista' ngħid li ngħataw tmien transfers.", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - IMPJEGATI", "5106.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Matul ix-xahar ta' Marzu 1997, fid-dikasteru li għalih jien responsabbli ma ġew impjegati l-ebda persuni kemm b'kuntratt definit kif ukoll b'kuntratt indefinit.", "Redeployments li twettqu matul Marzu 1997 huma murija hawn taħt:-", "|Ministeru |24 | |Segretarju Permanenti |5 | |Dipartiment ta' l-Artijiet |Xejn| |Dipartiment tal-Waste |40 | |Management | | |Korporazzjoni għas-Servizz |4 | |ta' l-Ilma | |", "PTA - KAROZZI SELF-DRIVE", "5305.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-proċedura applikata mill- Public Transport Authority għal-liċenzjar ta' garages ta' karozzi self- drive?", "Hemm xi ħsieb li din il-proċedura tinbidel?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jien informat li l-ħruġ tal-liċenzji biex xi ħadd ikun jista' jżomm u jopera public service garage jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Pulizija, filwaqt li r-reġistrazzjoni u l-ħruġ tal-liċenzji tal-vetturi li jistgħu jintużaw għat-trasport pubbliku, inklużi vetturi self- drive, isiru mid-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet bl-approvazzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Għal dettalji dwar il-proċedura applikata għal-liċenzjar ta' garaxxijiet ta' karozzi self-drive, l-Onor.", "Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli.", "MONUMENTI - RESTAWR", "5385.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5046 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid liema monumenti storiċi huma mistennija li jibdew jiġu restawrati matul l-1997?", "Meta mistenni jibda x-xogħol f'kull każ?", "Liema monumenti oħra hu mistenni li jintalab li jibdew jiġu mdawla minn din is-sena 'l quddiem?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Kopja tar-rapport rigward xogħol ta' restawr mid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni fuq monumenti storiċi qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AGRIKOLTURA - RABA' REĠISTRATA", "5434.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hi l-area ta' raba' reġistrata bħala art agrikola mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura f'Malta u f'Għawdex separatament?", "Kemm hi l-area reġistrata bħala saqwi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Kif jaf l-Onor.", "Interpellant l-aħħar ċensiment tal-biedja sar fl-1991 u qatt ma ġie ppubblikat.", "Mill-figuri miġbura f'dan iċ-ċensiment jirriżulta li fl-1991 l-area ta' art agrikola reġistrata f'Malta u f'Għawdex kienet hekk:", "Malta 9197 ettaru li minnhom 731 huma saqwi Għawdex 1832 ettaru li minnhom 44 huma saqwi", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond minuti uffiċjali ta' laqgħat li saru fil-ministeru f'dak iż-żmien jirriżulta li l-figuri miġbura f'dan iċ- ċensiment huma fil-maġġoranza tal-każi żbaljati.", "Għaldaqstant ma nistax nassumi responsabbilta' ta' dawn il-figuri.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Billi f'Ġunju jew f'Lulju kellu jibda ċensiment ieħor dwar il-biedja - naf li sar ċensiment ieħor fuq is-sajd - jista' l- Ministru jgħidilna jekk dan hux se jinbeda?", "Jekk iva, meta se jinbeda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, fl-opinjoni tagħna kien hemm mismanagement sħiħ fl-operat tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Billi kif jaf il-ministru preċedenti ma kien hemm ebda miżura u ebda follow-up biex ma jsirux l-istess żbalji, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttur ta' l-Agrikoltura qed ikollu numru ta' diskussjonijiet flimkien mas- scientific officers tagħna ħalli ċ-ċensimenti li jsiru f'pajjiżna tabilħaqq iħallu r-riżultat mixtieq.", "Aħna min-naħa tagħna wkoll qed nagħmlu l-almu tagħna kollu biex nassumu r-responsabbilta' li ċensimenti bħal dawn tabilħaqq iħallu l-frott tagħhom, pero' l-importanti m'huwiex li ċ-ċensiment jibda fi żmien immedjat imma li x-xogħol li għandu jsir isir skond ma titlob is-serjeta' u l-professjonalita'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, billi ċ-ċensiment ta' l-1991 la kien l-ewwel u lanqas l-aħħar wieħed li sar fuq il-biedja, jista' l-Ministru jgħidli fuq liema ċensiment joqgħod il-ministeru u allura jagħtini l- informazzjoni li tlabt jien fid-domanda oriġinali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, fir-risposta li għadni kemm tajt għidt li jiena ma nassumi ebda responsabbilta' għal dawn il-figuri.", "U qed niddikjara li ma noqgħod fuq ebda ċensiment għar-raġuni li - forsi l- ministru preċedenti ma kienx daħal f'dawn id-dettalji - kien hemm nuqqasijiet serji dwar dan l-eżerċizzju li kien sar fl-1991.", "Anke l- ministru ta' qablu kien qal li dawn il-figuri miġbura kienu żbaljati.", "Sal- lum id-dipartiment għadu nieqes minn ħafna informazzjoni uffiċjali u jien nistieden lill-Onor.", "Ċensu Galea sabiex jiġi ħalli jkun jaf xi problemi ltqajna magħhom aħna.", "Qed ngħid dan bl-ikbar responsabbilta' għaliex dalgħodu stess kont iddiżgustat meta mort inżur multiplier unit u jien nistiednu jiġi ħalli jara iniex nesaġera jew le.", "Qed insostni li fiċ- ċirkostanzi għadna m'aħniex f'pożizzjoni li nirrikonoxxu li s-set-up taċ- ċensiment fejn jidħol id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura - m'iniex qed nirriferi għall-uffiċjali u d-Dipartiment ta' l-Istatistika - huwa sodisfaċenti.", "GĦaldaqstant qegħdin nieħdu l-miżuri biex ix-xogħol li nagħmlu jkun b'mod professjonali ħalli ma jsirx iċ-ċensiment u mbagħad wara jerġgħu jirriżultaw l-istess problemi.", "MADAM SPEKAER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, qed nifhem tajjeb li l-Ministru qed jgħid li hu ma joqgħod fuq l-ebda ċensiment li sar dwar l-agrikoltura?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qed ngħid li ma nassumix ir-responsabbilta' tal-figuri li ngħataw.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant mhux jifhem mhuwiex tort tiegħi.", "Jiena qed ngħid li ma nassumix responsabbilta'.", "Jekk hu qagħad fuqhom, good luck to him.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien m'iniex qed nippretendi li l- Ministru jassumi r-responsabbilta' taċ-ċensimenti li kienu saru qabel ma twelidna jien u hu, imma naħseb li hemm xi ċensiment li almenu d- Dipartiment ta' l-Agrikoltura joqgħod fuqu.", "Jekk il-Ministru ma jikkonsidrax l-informazzjoni taċ-ċensiment li kien sar fl-1991 bħala tajba, jista' almenu jgħidli liema ċensiment jikkonsidra korrett?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, sal-lum id-Dipartiment ta' l- Agrikoltura ma jirrikonoxxi ebda statistika u hemm numru ta' raġunijiet għal dan.", "Per eżempju, filwaqt li l-istatistika tgħid li hawn 'il fuq minn 3,000 bidwi fulltime, insibu li bejn sena u oħra kien hemm 'il fuq minn 8,000 bidwi fulltime li ngħataw l-għajnuna tas-sigurta' nazzjonali mid- dipartiment.", "Qed jirriżultaw numru ta' fatturi, problemi u ċirkostanzi li rridu nistudjawhom sew ħalli meta naslu biex nagħmlu ċensiment dawn il- problemi jiġu megħluba.", "Iva, nistqarr li sal-lum jiena ma nassumix responsabbilta' għal dawn il-figuri.", "HAWKERS", "5435.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5128, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu għand il-Pulizija dwar fixed hawkers mill-1 ta' Jannar, 1996 sat-30 ta' April, 1997 xahar b'xahar u kemm minnhom ġew fil-fatt approvati?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar 1996 u t-30 ta' April 1997 kien hemm dawn l-applikazzjonijiet li għadhom kollha pendenti:", "|April '96 |1 | |Gunju '96 |1 | |Settembru |2 | |'96 | | |Novembru '96|1 | |Frar '97 |1 | |Marzu '97 |1 | |April '97 |1 |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Billi naf li hemm diversi persuni li applikaw - dan ġara anke fil-passat - jew jistqarru li għandhom applikazzjoni għal permess ta' fixed hawker, kemm hu possibbli li dawn jingħataw permess bil- mod li qed tgħid il-Pulizija biex ikunu jistgħu jbigħu from a fixed point?", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza partikolari għal fixed hawkers tal- ħaxix.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li wieħed irid ikun diskret fil-mod kif iħares lejn dawn l-applikazzjonijiet għal raġunijiet ovvji, pero' jkun tajjeb li ngħid li sebgħa minn dawn li applikaw qegħdin fuq il-Monti tal- Belt u wieħed qiegħed fit-Tokk tar-Rabat Għawdex, jiġifieri ma naħsibx li dawn ibigħu l-ħaxix.", "Għalhekk il-biċċa l-kbira ta' dawn il-fixed hawkers ċertament m'għandhomx x'jaqsmu ma' hawkers tal-ħaxix.", "Safejn naf jien huwa fl-interess tal-hawkers tal-ħaxix li jiċċaqalqu minn post għal ieħor.", "Ġeneralment meta dawn jieqfu f'post ikollhom id-dritt li joħorġu l-wares tagħhom madwar il-vettura tagħhom imma mbagħad ħafna minnhom iridu jiċċaqilqu minn post għal ieħor matul il-ġurnata u matul il-ġimgħa.", "Għalhekk l-impenn tagħna huwa li nħarsu lejn dawn l-applikazzjonijiet b'ċerta diskrezzjoni biex ma nkunux qegħdin nagħtu l-ħobża lil xi ħadd waqt li nkunu qed intellfuha lil xi ħaddieħor.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien napprezza dak li qal il-Prim Ministru pero' fl-istess ħin naf, anke min-nies li naħseb li kellmu nies oħra, li minbarra li hawn bejjiegħa tal-ħaxix li jduru minn post għal ieħor bil-vann hawn numru ta' persuni li jbigħu from a fixed point.", "Dawn ikunu f'postijiet li fis-sajf ikunu ħafna iktar iffrekwentati mix-xitwa, bħal Buġibba, Birżebbuġia, Marsaxlokk u Marsascala.", "Huwa l-każ li dawn il- każi jiġu trattati b'mod differenti u mhux neċessarjament bi preferenza?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jekk jien qed ninterpreta tajjeb id- data li għandi quddiemi - nerġa' ngħid li għandna madwar tmien fixed hawkers b'liċenzji pendenti - qed nassumi li l-ebda wieħed minnhom ma jbigħ il-ħaxix għax, kif għidt, sebgħa qegħdin ibigħu fuq il-Monti u wieħed qiegħed fit-Tokk, ir-Rabat Għawdex.", "Din m'hijiex kwestjoni urġenti għaliex ma jeżistux applikazzjonijiet pendenti f'dan is-sens.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar l-effiċjenza milħuqa mill-kunsilli lokali għall-perijodu bejn Jannar u Marzu 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' press release maħruġa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma fit-12 ta' Mejju 1997 dwar xogħlijiet fuq il-provvista ta' l-ilma fis-Siġġiewi u l-Fgura, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5600.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar proġetti fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa għas-sena 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5509.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA", "MALTA FREEPORTS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Mejju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Madam Speaker, il-bieraħ għamilt introduzzjoni qasira dwar dan l-abbozz ta' liġi u spjegajt li dan l-abbozz huwa ntiż biex jagħmel żewġ tipi ta' emendi pjuttost tekniċi.", "Minn mindu twaqqfet il-Freeport Corporation u minn mindu l-Parlament approva l-Malta Freeports Act tbiddlu diversi liġijiet u għalhekk kien hemm il-ħtieġa ta' bidla teknika f'dan is- sens.", "It-tieni emenda li qegħdin nipproponu m'hijiex waħda ta' natura teknika biss imma tippermetti lill-Freeport Corporation li tagħti faċilitajiet b'ċens għal mhux aktar minn 50 sena mingħajr ma dan jiġi kkonsidrat bħala bejgħ, ħaġa li ma setgħetx issir taħt il-liġi oriġinali.", "Għaldaqstant id-dibattitu tal-bieraħ kien maqsum fuq żewġ binarji - wieħed b'mod ġenerali dwar il-Freeport Corporation, u l-ieħor b'mod partikolari dwar ir-riallokazzjoni tal-kumpannija Medserv fil-Freeport.", "Għalkemm ma kienx wieħed twil dan id-dibattitu kien interessanti ħafna għaliex tana l- opportunita' li nitkellmu dwar il-Freeport Corporation bħala intrapriża fil- kontest tal-politika industrijali tal-forzi politiċi tal-pajjiż.", "Qed nuża l-frażi \"forzi politiċi\" għal raġuni speċifika għax, kif kellna l- opportunita' nisimgħu, il-Freeport jikkostitwixxi proprju kontinwita' ta' politika fil-qasam mhux biss industrijali imma b'mod speċifiku għat- trasbord.", "L-idea tat-trasbord bdiet dieħla in voga minħabba li kellna perijodu fejn kien hawn żieda qawwija fis-swieq internazzjonali fil-prezz taż-żejt u minflok li l-vapuri bdew imorru direttament għal dawk il-portijiet of final destination, is-sidien intebħu li jkun aktar għaqli u aktar ekonomiku li l- merkanzija titniżżel f'portijiet oħra nofs triq fejn hemmhekk imbagħad jidħlu in xena l-feeder vessels li jġorru l-merkanzija għall-inħawi differenti b'inqas spiża.", "Fil-fatt kien proprju għalhekk li l-iżvilupp sar f'żewġ oqsma għax dak iż-żmien kien beda proċess biex isir it-trasport tal-qamħ mill-grain terminal għas-silos u kien beda wkoll proċess biex Marsaxlokk isir port anċillari u fil-fatt illum nistgħu ngħidu li għal dak li huwa shipping il-Port ta' Marsaxlokk huwa prinċipali daqs il-Port il- Kbir.", "Ngħid għalija, l-importanza tal-portijiet hija relatata ħafna ma' l- istorja ta' pajjiżna u m'għandix dubju li pajjiżna wasal fejn wasal grazzi għall-portijiet naturali li għandna.", "Tant hu hekk li d-differenza li teżisti fil-qasam tal-kummerċ u ta' l-industrija bejn dak ta' Malta u dak ta' GĦawdex jien naraha li primarjament ġejja mill-fatt li Malta għandha portijiet naturali u GĦawdex m'għandux.", "L-istess nistgħu ngħidu għall- gżejjer li jinsabu ħdejn Malta, bħal Lampedusa.", "Dawn m'għandhomx l- iżvilupp industrijali, kummerċjali u soċjali li għandu pajjiżna għar-raġuni ewlenija li m'għandhomx il-portijiet li għandna aħna.", "Il-Port il-Kbir dejjem kellu żvolġiment ma' l-istorja politika ta' pajjiżna għaliex minħabba li Malta hija mbierka bl-aqwa portijiet fil-Mediterran - u probabbilment anke 'l hinn mill-Mediterran - ma setax ikun mod ieħor ħlief li l-iżvilupp li sar mal-miġja taż-żmien isir kollu fl-inħawi tal-Port il- Kbir.", "Biżżejjed insemmu li fi żmien il-Granmastru Pinto nbnew dawk il- warehouses - f'dik il-parti tax-xatt bejn il-Belt u l-Marsa - u dawn huma kapulavur u għalhekk għandna nindukrawhom sew.", "Madam Speaker, kulħadd jifhem li l-iżvilupp ta' l-industrija marittima għandu rabta kbira ma' l-iżvilupp tax-xogħol fil-portijiet.", "Aħna nafu li minn dejjem, partikolarment minn żmien il-Kavallieri, b'xi mod jew ieħor il- Port il-Kbir kien involut fit-tiswija tal-vapuri u meta mbagħad Malta għaddiet f'idejn l-Ingliżi dan ix-xogħol ingħata spinta kbira, l-aktar bl- iżvilupp tat-Tarzna fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Hawn ta min igħid li madwar mitt sena ilu nibtet l-idea li jiġi żviluppat il-Port ta' Marsaxlokk għax kienet ilha tinħass il-ħtieġa li pajjiżna jkollu iktar minn port wieħed.", "Kien Lord Strickland li l-ewwel li ġietu l-idea li jiżviluppa l- Port ta' Marsaxlokk u dan juri kemm il-politiċi Maltin minn dejjem kienu konxji ta' l-importanza li f'pajjiżna jkun hawn aktar minn port wieħed.", "Sfortunatament l-idea ta' l-ex-Prim Ministru Malti ma mmaturatx kif wieħed kien jixtieq u pajjiżna kellu jistenna għexieren ta' snin biex jagħti bidu għall-bini ta' breakwater f'Marsaxlokk.", "Hawn irrid ngħid li ċertament dan ma kienx xogħol faċli u ta' min ifaħħar lil min bena dan l-ilqugħ għax min jifhem fl-inġinerija marittima jgħidlek li hemmhekk il-baħar huwa fond u hemm ħafna kurrenti.", "Imbagħad bil-mod il-mod bdew jiġu żviluppati l- bankini u fl-1988 il-Gvern Nazzjonalista waqqaf il-Freeport Corporation u sena wara l-Parlament approva l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta.", "Dan kollu qed ngħidu biex nuri li l-idea li l-Port ta' Marsaxlokk ikun dedikat għat-trasbord kompliet tiġi żviluppata bl-iktar mod għaqli.", "Madam Speaker, nista' ngħid mingħajr tlaqliq li l-ħsieb prinċipali tal- Freeport huwa li jkun hub għat-transhipment - żgur li ma rridux naħsbu li l- Freeport Corporation m'għandhiex funzjonijiet oħra, iżda fuq dan nitkellem iktar 'il quddiem - għax kif qal tajjeb il-kollega tiegħi l-Onor.", "Bonnici llum il-Freeport huwa wieħed mill-aqwa portijiet ta' transhipment li hawn fil-Mediterran.", "Dan huwa wieħed mill-iktar portijiet effiċjenti u l- pożizzjoni strateġika ta' pajjiżna tirrendih attraenti ma' diversi linji tal-vapuri.", "Illum il-linji tal-vapuri li jidħlu l-Freeport huma t-tliet linji l-kbar tal-Hyundai, tan-Norasia u tal-Grand Alliance.", "Hawn wieħed għandu japprezza li bis-saħħa ta' dawn il-linji Malta hija konnessa direttament ma' 56 port ieħor madwar id-dinja.", "Fil-fatt kemm il-Viċi Prim Ministru kif ukoll x-shadow minister responsabbli għal qasam ekonomiku, it- tnejn qalu li meta jiġu avviċinati minn persuni li jkunu interessati f'pajjiżna, kull darba li jsemmulhom il-Freeport dejjem iġibu l-boċċa ħdejn il-likk għaliex dan huwa wieħed mis-suċċessi li l-pajjiż huwa kburi bih.", "Il-Freeport huwa wieħed minn dawk il-portijiet li jaħdmu s-sena kollha kontinwament għax matul is-sena jieqaf biss għal ħamest ijiem.", "Dan il-port għandu workforce ta' abbilta' kbira u fil-fatt jien naħseb li l-mertu ta' dan is-suċċess għandu jingħata liċ-chairman, lill-bord, lill-management, lill-ħaddiema li jaħdmu direttament mal-Freeport Corporation u anke lill- ħaddiema tax-xatt.", "GĦalhekk ikun tajjeb jekk aħna napprezzaw ix-xogħol li qed isir f'dan il-qasam u rrid infaħħar u nirringrazzja wkoll lid-diversi għaqdiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Freeport Corporation, fosthom il-GWU, il-UĦM u l-GRTU għaliex mill-mod matur kif dawn iġibu ruħhom u kif jiffaċċjaw il-problemi jidher li japprezzaw l-importanza ta' dan il-port għall-pajjiż in ġenerali.", "Madam Speaker, huwa tajjeb li wieħed igħid li filwaqt li sa seba' snin ilu kienu jidħlu fil-Freeport ftit 'il fuq minn 200 vapur fis-sena, fl-1996 l-ammont ta' vapuri li daħlu fil-Port ta' Marsaxlokk laħħaq iċ-ċifra ta' kważi 1,400.", "Wieħed irid iżid jgħid ukoll li n-numru ta' containers kważi eċċeda s-600,000 u din iċ-ċifra wieħed għandu jaraha mill-perspettiva li hemm pajjiżi ħafna akbar minna li qed jikkompetulna.", "Kulħadd jaf li qed isir xogħol qawwi fuq il-phase 2 tat-terminal li bis-saħħa tiegħu l- Freeport se jkun kapaċi jirdoppja n-numru ta' containers that it can handle għal kważi 'l fuq minn miljun u kwart.", "Jiġifieri għandna biex nkunu kburin u għalkemm il-Freeport Corporation ma nsejħulhiex \"gioia\", hija verament gioia li rridu nindukrawha.", "Semmejt il-kelma \"gioia\" għaliex kulħadd jaf li fil-qasam tat-trasbord Malta kellha edge fuq pajjiżi kompetituri oħra, fis-sens li l-idea kienet ilha li żviluppat - naturalment dan il-ħsieb f'kemm ili ngħidlek ingħata spinta 'l quddiem biex il-Freeport seta' jilħaq il-livell li laħaq - u mbagħad man mano fil-Mediterran kulħadd beda jintebaħ bil-konċett li port ħieles jista' joffri prospetti tajbin ħafna għall-ekonomija ta' kwalunkwe pajjiż.", "Naturalment Gioia Tauro huwa l-port l-iżjed viċin tagħna imma fil- Mediterran hawn numru sostanzjali ta' portijiet li qed jagħmlu l-istess xogħol, fosthom Barcelona, Marsilja, La Spezia u anke fl-Eġittu.", "Jiġifieri wieħed irid dejjem joffri servizz itjeb u aktar effiċjenti għaliex li nżommu l-pożizzjoni tagħna ma tiddependi minn ħadd iżjed ħlief minna.", "Nista' ngħid ukoll li kieku Terminal II kien lest diġa' jeżisti xogħol għalih u dan huwa ta' inkorraġġiment kbir għaliex juri l-fiduċja li għandhom il-linji tal-vapuri f'pajjiżna.", "Terminal II mhux biss se jkabbar il-potenzjal u l-faċilitajiet li għandna imma se jagħtina l-faċilita' li nagħtu ċerti slots f'ċerti ġranet.", "Ħafna drabi l-linji tal-vapuri kompetituri tagħna jaħdmu b'sistema ta' slots u jikkompetu għall-istess slot fl-istess ġurnata.", "Medda ta' 24 siegħa tista' tfisser miljuni kbar ta' dollari u għalhekk huwa importanti li noffru dan is-servizz lil linji differenti.", "Dan huwa importanti għaliex kulma jmur wieħed aktar qiegħed jirrealizza li l-linji tal-vapuri qegħdin jingħaqdu f'alleanzi u iżjed ma' jgħaddi ż-żmien din il-globalisation iżjed se tidħol fil-qasam marittimu.", "Kif wieħed kellu wkoll l-opportunita' li jismagħni ngħid, l-intenzjoni hija li sa l-aħħar tas-sena d-dieħla l-phase 2 tkun fully operational.", "Din hija l-istruttura tat-timetable u sal-lum jidher li din l-istruttura qiegħda tinżamm.", "Nista' ngħid li Terminal II qed isir permezz tal-ħaddiema li kien hemm qabel - qabel kien hemm żewġ kumpanniji li llum huma mseħbin f'kumpannija waħda li jisimha l-Kalaxlokk li fl-amministrazzjoni tagħha hemm involuta wkoll il-kumpannija Novita' - u jidher li x-shedules qegħdin on target.", "Fil-qasam marittimu nistgħu ngħidu li probabbilment din hija waħda mill-aqwa kumpanniji li llum akkwistat esperjenza kbira f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol ta' kostruzzjoni marittima.", "Kif diġa' kellu l-opportunita' jgħid il-Prim Ministru dwar diversi xogħlijiet li huma ntiżi għal din il-kumpannija - ovvjament wieħed dejjem jipprova jqanqal xogħol ta' tip marittimu peress li Malta hija ideali biex wieħed ikattar dan it-tip ta' xogħol - ġie ndikat li wara li tispiċċa phase 2 ta' Terminal II isir ix-xogħol biex jiġi żviluppat il-Port taċ-Ċirkewwa kif ukoll il-Port ta' l-Imġarr f'Għawdex sabiex ikollna aktar faċilitajiet.", "Dan għaliex il-Gvern Laburista jagħti importanza kbira lill-qasam marittimu tant li llum għandna lill-Ministru Joe Debono Grech li jikkonċentra l-enerġija kollha tiegħu fuq dan il-qasam.", "Jien nara li huwa sinjal ta' maturita' politika min-naħa ta' dan il-Parlament u anke sens ta' demokrazija li wieħed jifhem li hemm ċerti oqsma li huma 'l fuq mill- politika partiġjana.", "Meta nisma' ċerti dibattiti li għandhom x'jaqsmu mal- qasam ta' l-industrija, mal-qasam marittimu u mal-qasam tat-turiżmu nintebaħ li l-forzi politiċi tal-pajjiż jingħaqdu biex itejbu u mhux biex jipprovaw imaqdru dak li qed jiġri.", "Din hija pożittiva għall-aħħar li nirrealizzaw li hemm ċerti oqsma li huma 'l fuq mill-politika partiġjana u kif jgħidu ż-żewġ naħat tal-Kamra - kemm meta fuq il-bankijiet ta' l- Oppożizzjoni kien hemm il-Partit Laburista u kemm illum li hemm il-Partit Nazzjonalista - Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Madam Speaker, servizz ieħor li toffri l-Freeport Corporation għandu x'jaqsam mal-warehousing u fil-fatt għal dan ix-xogħol twaqqfet kumpannija apposta.", "Preżentement din il-kumpannija tieħu ħsieb 10 warehouses ta' 2,400 metru kwadru 'l waħda u fihom wieħed isib l-iktar faċilitajiet moderni.", "Dawn il-warehouses jintużaw għal diversi affarijiet, fosthom biex isir storage u anke biex isir ċertu xogħol li ma jkunx ta' natura manifatturali, bħal ngħidu aħna labelling fuq il-prodott li jkun se jiġi esportat.", "Issa kif ġie spjegat il-bieraħ, parti mix-xogħol tal-kumpannija Medserv huwa dak ta' warehousing u allura hemm synergy totali bejn dak li qed isir fil-Freeport u dak li huwa intenzjonat li tagħmel il-Medserv fiż- żmien li ġej.", "Madam Speaker, ingredjent ieħor li nsibu fil-Freeport huwa dak li jissejjaħ oil tanking.", "Il-kumpannija li tagħmel dan ix-xogħol ta' oil tanking mhux biss taħżen iż-żjut f'tankijiet differenti - mingħalija l- ammont ta' żejt li jinħażen ilaħħaq għal 400,000 metru kubu - imma tagħmel ukoll ċertu xogħol ieħor.", "Fil-fatt fid-diskorsi li għamlu kemm ix-shadow minister f'dan il-qasam kif ukoll il-Viċi Prim Ministru taw indikazzjoni li hemm synergy bejn ix-xogħol li qed isir preżentement fl-oil tanking u x- xogħol li tista' tagħmel il-kumpannija Medserv.", "Wara kollox din il- kumpannija sservi ta' supply station f'dawk is-servizzi li għandhom x'jaqsmu maż-żejt u mat-trasport ta' prodotti li jiġġeneraw l-enerġija.", "Evidentement il-Freeport Corporation hija abbinata b'mod dirett ma' l- iżvilupp marittimu u għalhekk kien tajjeb li meta ġie indikat li l-Medserv għandha tidħol f'qasam li għandu x'jaqsam direttament mal-Freeport ittieħed into consideration li l-Medserv ikollha synergy kbira ma' dak li jkun qed jiġri fil-Freeport.", "Madam Speaker, wieħed għandu jsemmi wkoll il-fatt li l-Freeport Corporation għandha diversi fergħat oħrajn.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili nwaqqfek għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn il-Leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn Leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, nirringrazzja lill-Kamra kollha talli estendietli l-ħin biex inkompli bl-intervent tiegħi.", "Kont se ngħid xi ħaġa dwar il-fergħat l-oħra li għandha l-Freeport Corporation, li wkoll huma importanti imma li forsi m'humiex daqshekk magħrufa popolarment.", "Il-Freeport Corporation għandna kumpannija sussidjarja b'shareholding barrani li xogħolha għandu x'jaqsam ma' inġinerijia marittima u hemm ukoll qasam ieħor li għandu x'jaqsam ma' training of Freeport personnel.", "Dan huwa importanti li wieħed japprezzah għaliex bla dubju ta' xejn l- eċċellenza tal-ħaddiem Malti tispikka f'dak li huwa assorbiment u potenzjal fix-xogħol tiegħu.", "Żgur li meta niġu biex nitkellmu fuq l-abbilta' tal- ħaddiem Malti m'hemmx lok għal inċertezza, kelma li saret tintuża ħafna dan l-aħħar minn ċerti nies.", "Meta l-ħaddiem Malti jkun irid kapaċi jasal għal livelli l-aktar għolja u jaf iħabbatha ma' min irid.", "Bla dubju ta' xejn l- aqwa riżors li għandna hija l-kapaċita' tal-ħaddiem Malti, il-lealta' tiegħu lejn il-post tax-xogħol, il-flessibbilta' li jadatta ruħu għaċ- ċirkostanzi u l-assorbiment ta' ċertu xogħol ta' teknika u preċiżjoni.", "Fil- fatt il-Freeport huwa mera ta' dan għaliex hija l-effiċenzja li għandna li tiddistingwina minn freeports oħrajn fil-Mediterran.", "Jekk wieħed jara l-balance sheets ta' l-oħrajn jinduna bid-distinzjoni netta bejn freeport li huwa mmexxi fuq linji kummerċjali, bħalma huwa l- Freeport ta' Marsaxlokk, u freeports oħra viċin tagħna.", "Aħna nafu x'juru u x'ma jurux il-balance sheets ta' l-aqwa kompetituri tagħna u dan huwa importanti għaliex huwa tajjeb li tkun taf f'liema qagħda jinsab fiha dak li jkun qed jikkompeti miegħek.", "Pero' wieħed m'għandux iserraħ rasu fuq dan għaliex żgur li l-kompetituri jagħmlu minn kollox biex jilħqu livelli ogħla u jattiraw lejn pajjiżhom ix-xogħol li għandna aħna.", "Għalhekk huwa importanti li ntejbu dak li qed noffru għaliex b'hekk biss nistgħu nibqgħu kompetittivi.", "U hawn nerġa' norbot l-argument tiegħi mal-fatt li l-Medserv se tkun parti mill-qasam ta' l-industrija marittima.", "Madam Speaker, kien proprju għalhekk li d-deċiżjoni ttieħdet li jkun għaqli li jkun hemm konċentrament ta' dan it-tip ta' servizz fil-qasam li huwa l-Freeport innifsu.", "Il-bieraħ il-Viċi Prim Ministru u l-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni f'dan il-qasam tkellmu fuq il-location tal- Medserv u ppreżentaw l-argumenti tagħhom dwar jekk din il-kumpannija għandhiex tmur fil-qasam tal-Freeport jew le.", "U l-argumenti minn naħa tal- Gvern għandhom proprju l-qofol tagħhom f'dak li għadni kemm għidt, ċioe' li l-Medserv toffri servizz li huwa ta' natura marittima u jkun ideali li din tkun lokalizzata f'dak li llum huwa magħruf bħala l-Freeport.", "Għalhekk meta wieħed jgħid li l-Medserv sejra Birżebbuġa ma jkunx preċiż.", "Ix-shadow minister f'dan il-qasam huwa minn Birżebbuġa u jiena nista' ngħid li ommi twieldet Birżebbuġa u missieri għandu proprjeta' f'dawk l-inħawi, jiġifieri m'hemmx dubju li għandi aktar minn ċerta simpatija għal dik il-parti ta' Malta li m'hux ta' b'xejn jisimiha Pretty Bay.", "Li huwa nteressanti huwa li l-Freeport mhux qiegħed f'Birżebbuġa per se imma qiegħed f'Kalafrana u allura l-Medserv m'hijiex se tkun f'Birżebbuġa imma se tkun proprju fejn illum hemm il-Freeport.", "Jiena naħseb ukoll li hemm ċerta misconception f'dak li huwa xogħol li tagħmel il-Freeport Corporation, kif ukoll nibża' li ftit hawn min jaf minn fejn se tibda topera l-Medserv.", "Il-korporazzjoni diġa' tagħmel servizz ta' entita' sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' trasbord, warehousing u oil tanking, filwaqt li l-Medserv se tagħmel xogħol ta' servicing għax se jkollha storage facilities f'qasam partikolari tal-Freeport u l-vapuri tagħha jidħlu f'dik il-parti tal-Freeport l-aktar imbiegħda minn Birżebbuġa u kemm jgħabbu u jitilqu.", "Mela jekk għall-grazzja ta' l-argument il- Medserv kellha tkun riallokata f'xi post ieħor fil-Port ta' Marsaxlokk, xorta waħda kien se jiġri li l-vapuri jidħlu fil-port.", "Per eżempju, il- bieraħ issemma' li wieħed mill-postijiet fejn seta' kien hemm l-idea li tiġi l-Medserv kien fejn illum hemm il-power station.", "Imma wieħed bilfors irid igħid li kieku l-vapuri kellhom jibqgħu deħlin lejn in-naħa tal-power station kienu jgħaddu proprju minn quddiem Birżebbuġa, filwaqt li issa l- vapuri li se jidħlu għall-qasam tal-Medserv - dan il-post anke indikajnih fuq il-mappa - se jużaw il-quay l-aktar imbiegħed mir-raħal ta' Birżebbuġa.", "Dan il-post qiegħed bejn il-breakwater u l-quay, li allura jiġi d-dar - hekk isejħulu - ta' Terminal II u mhux ta' Terminal I.", "Forsi kien hemm min ħaseb u anke qal li l-Medserv se tiġi proprju qrib il- qasam residenzjali.", "Jien naħseb li min qal hekk - irrid ngħid li dan ma ntqalx min-naħa ta' l-Oppożizzjoni imma kien għajdut li ġġenera fil-lokal ta' Birżebbuġa - kien informat ħażin għaliex, kif inhu indikat fuq il-mappa li l-bieraħ poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lokazzjoni ta' l-attivita' tal-Medserv hija fl-aktar post remot li hemm fil-Freeport u li huwa l-aktar post imbiegħed mill-qasam residenzjali.", "GĦalhekk naħseb li huwa importanti li l-poplu u n-nies ta' Birżebbuġa jifhmuh dan u bħala l-ministru responsabbli mill-Freeport qed noffri l-possibilita' lil kull min jixtieq sabiex jiġi jara l-post indikat għax wisq nibża' li għad hawn taħwid ta' ideat dwar minn fejn se tkun topera l-Medserv.", "Lin-nies ta' Birżebbuġia li raw il-Freeport nista' ngħidilhom li s-sit qiegħed fejn illum hemm dik l- excavation sħiħa u fejn hemm l-impjant li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp tal-phase 2 tal-Freeport, li huwa fl-aktar post imbiegħed.", "Qed nirriferi għal fejn qed isir ix-xogħol bħalissa, proprju biswit it-tankijiet taż- żejt.", "Barra minn hekk, il-moll li se tuża l-Medserv m'huwiex se jkun dak tal- Freeport ħdejn Birżebbuġa.", "Dawn ma jistgħu jużaw l-ebda moll ħlief wieħed li huwa ta' 200 metru.", "U hawnhekk jien irrid niddikjara li se ngħaddi lill- kollega tiegħi d-diversi ftehim li qed isiru mal-Medserv.", "M'iniex se npoġġihom illum fuq il-Mejda tal-Kamra għaliex għadhom m'humiex iffinalizzati - għad hemm xi klawsoli li għad irid isir xi fine-tuning fuqhom - imma nwiegħed li kif dawn jiġu ffinalizzati jiena npoġġihom fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Dawn jinvolvu tliet agreements: wieħed għandu x'jaqsam mat-trasferimenti ta' l-ishma bejn il-Gvern u Albert Abela Corporation; hemm ukoll ftehim ieħor bejn il-Medserv u d-Dipartiment ta' l-Artijiet; u ftehim ieħor bejn il-Medserv, il-Gvern u l-Freeport Corporation.", "Aktar tard jien se ngħaddi dawn id-dokumenti lill-kollega tiegħi ta' l-Oppożizzjoni - li għandi kull fiduċja fih għax kieku ma ngħaddihomlux f'dan l-istadju - u kif jiġu ffinalizzati npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jidher li din il- misconception fejn se jkun is-sit tal-Medserv hija l-aktar ħaġa li wieħed irid jikkonċentra fuqha meta jitkellem dwar jekk Birżebbuġa hijiex se terfa' xi piż akbar milli qed terfa'.", "Jekk ma tkunx il-Medserv tista' tkun xi ħaġ'oħra li tiġi llokata hemmhekk.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Bonnici staqsa jekk jistax jagħti l-kas li l-lok jintuża għal skop aħjar bħal skop ta' manifattura.", "Meta huwa kien ministru kien hemm l-intenzjoni minn xi ditti li jagħmlu xi xogħol f'dawk l-inħawi u probabbilment l-istess proġetti li ġew ippreżentati lilu reġgħu ġew ippreżentati lili kif sirt ministru.", "U kif kien hemm ċerta evalwazzjoni fi żmienu, l-istess ħaġa ssir illum.", "Jien naħseb li hawnhekk l-Onor.", "Bonnici kien qed jirriferi għal proġett partikolari li kien jenħtieġ iktar studju fuqu minħabba ċerti effetti li seta' jkun hemm.", "Kien proprju għalhekk li l- Medserv intgħażlet biex tmur f'dan il-qasam għax kieku ma kenitx il-Medserv ċertament li kien se jkun hemm xi ħaġa oħra.", "Il-Medserv se tkun qiegħda fl- art dedikata lill-Freeport, jiġifieri l-post mhuwiex se jerfa' piż industrijali akbar għar-raġuni li l-Medserv se tiġi lokalizzata hemm.", "Jien ma nistax neskludi l-possibilita' li jkun hemm xi proġett ta' manifattura għax jekk jiġi proġett li jkollu synergy u jkun fl-interess tal-poplu u tan- nazzjon m'iniex se neskludi din il-possibilita'.", "Li nista' ngħid ċar u tond u b'ċerta determinazzjoni huwa li l-qasam li hemm allokat għal dan it- tip ta' xogħol fil-Freeport m'huwiex se jitwessa'.", "Nisimgħu ħafna diskorsi ta' \"erfajna biżżejjed u s-slaleb tagħna huma tqal\".", "Dan huwa minnu imma huwa fatt ukoll li dan l-iżvilupp huwa sostenibbli għaliex qiegħed jirrendi u jagħti kontribut lill-ekonomija in ġenerali ta' pajjiżna u b'mod partikolari lil Birżebbuġa.", "Kieku ma kienx għal ċerti xogħlijiet li saru fil-Freeport kieku Birżebbuġa m'għandhiex dak ix-xatt tant sabiħ bir-ramel li għandha llum.", "Allura wieħed japprezza li l- fatti huma li huma u l-Freeport hu li hu.", "Pajjiżna huwa ċkejken u l- possibbiltajiet huma limitati minħabba l-ispazju.", "Meta imbagħad tiġi għall- qasam tal-portijiet il-limitazzjonijiet huma ħafna u ħafna akbar u t-tieni port li seta' jiġi żviluppat wara dak tal-Port il-Kbir kien proprju dak ta' Marsaxlokk.", "Għaldaqstant wieħed irid japprezza l-possibbiltajiet li dan il- pajjiż jiżviluppa biex wara kollox nikkreaw ix-xogħol.", "GĦalxejn noqogħdu nitkellmu dwar il-kreazzjoni tax-xogħol li jġib miegħu ġid dirett għall- pajjiż u b'mod indirett għaċ-ċittadin.", "Id-dinja m'hijiex magħmula biss mill-ward u biex ikollok il-ward irid bilfors ikollok xi xewk 'l hemm u 'l hawn.", "Din hija sfortuna imma hija wkoll ir-realta' ta' kull żvilupp f'pajjiż bħal tagħna li t-territorju tiegħu huwa ċkejken.", "Aħna nafu kif pajjiżi bħal Singapore, Hong Kong u oħrajn żviluppaw u jien naħseb li għandna nimmiraw biex nilħqu ċerti kapaċitajiet u potenzjal li għandhom dawn il-pajjiżi għaliex kulħadd jaf li fil-qasam ekonomiku dawn żviluppaw b'mod li wieħed jixtieq ikun bħalhom.", "U Malta tista' tiżviluppa b'dan il- mod fil-Mediterran.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Bonnici semma x-xewqa li kellu l-partit tiegħu li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea u semma kif l-Irlanda, pajjiż b'popolazzjoni żgħira imma b'land mass kbira llum qiegħda tiġi indikata bħala the shining light ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Membru qalilna wkoll li huwa kien qed jara lil Malta bħala a shining light fil-Mediterran fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħidlu li Malta hija diġa' stilla għalkemm m'għandhiex dik id-dija li għandhom ċerti pajjiżi, pero' jenħtieġ li minflok infixklu lil xulxin u noqogħdu niddibattu jekk għandniex nidħlu jew le fl-Unjoni Ewropea għandna ningħaqdu fil-ħsieb komuni li nagħmlu lil Malta the shining light fil-Mediterran.", "GĦax huwa żgur li għal dak li jirrigwarda l-qasam industrijali, u l-qasam tas-servizzi, u possibilment anke l-qasam marittimu, il-politika li qed joffri l-Gvern Laburista f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea m'hijiex waħda inferjuri għall-politika li offra l-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.", "L-intenzjoni tal-Gvern Laburista hija li kemm jista' jkun nersqu għal dak li aħna qed insejħulu an industrial free trade zone.", "Id-distinzjoni hija li l-mira tal-Partit Nazzjonalista kienet u għadha sħubija sħiħa, filwaqt li l-Partit Laburista fil-gvern qed jara li f'ċerti oqsma għandu jkun hemm ftehim li jkun fuq l- istess bażi, partikolarment fil-qasam industrijali.", "Allura ma tistax tgħid li m'hemmx synergy bejn il-ħsebijiet, bejn l-intenzjoni u bejn il-politika taż-żewġ partiti.", "Aħna ma jidhrilnix li dak li qed nipproponu huwa b'xi mod inferjuri għal dak li kien jixtieq u kellu fil-mira tiegħu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Meta niġu għall-industrija aħna għandna napprezzaw li dan hu qasam li dwaru ż-żewġ partiti, bla dubju ta' xejn, għandhom l-istess direzzjoni.", "Aħna għandna nibnu bħala pajjiż fuq dak li hu komuni u m'għandniex nipprovaw naraw id-distinzjonijiet u nħottu dak li kien hemm jew li għad hawn.", "Irridu nibnu fuq dak li huwa komuni.", "L-għajta li bdejna nippriedkaw bħala eżekuttiv kienet li dak li jidhrilna li sar tajjeb u li huwa ntiż skond il-politika tal-partit tagħna u li huwa fl-interess nazzjonali rridu nibnu fuqu.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-politika tal-Gvern Laburista għal dak li għandu x'jaqsam mal-Freeport innifsu jsib li dan huwa proprju l- kreazzjoni għal darb'oħra ta' dan il-ħsieb u ta' dan il-kliem.", "Il-kliem faċli tgħidu imma biex tattwah huwa diffiċli.", "Bħala Partit Laburista aħna dejjem tkellimna favur il-kontinwita' fejn jidħlu l-industrija, in-negozju u t-turiżmu.", "Għandna ntejbu s-servizzi li qed nagħtu f'kull qasam li għadni kif semmejt u rridu ntejbu l-kwalita' u l-effiċjenza għax b'hekk biss Malta tista' timxi 'l quddiem.", "Madam Speaker, jekk illum wieħed iħares lejn kif il-Freeport baqa' jaħdem bl-istess ritmu u bl-istess treġija bilfors li jara ċerta kontinwita' li turi maturita' politika kbira.", "Jiena konvint li ż-żewġ naħat tal-Kamra jafu li l-kontinwita' fil-Freeport tiġi qabel kull ħsieb jew intenzjoni oħra għax hekk jaqbel fl-interess nazzjonali u hekk għandu jkun f'dawk l- affarijiet li huma 'l fuq mill-politika partiġjana.", "In-nies ta' Birżebbuġa m'għandhomx jaraw il-Medserv bħala theddida għall-paċi u l-mistrieħ tagħhom imma jridu jqumu 'l fuq mill-politika partiġjana.", "Il-Medserv bl-ebda mod m'hi se tkun ta' piż għaliex se tkun fil-konfini tal-Freeport.", "Hawnhekk jien nistieden lin-nies ta' Birżebbuġa u ta' l-inħawi sabiex imorru jaraw b'għajnejhom stess fejn ġejja l-Medserv għax kif diġa' għidt din ġejja fl- aktar post imbiegħed minn Birżebbuġa.", "L-attivita' kummerċjali tagħha m'hijiex xi waħda li se tikkawża x'inkonvenjent.", "Mhux se jkun hemm l- inkonvenjent tal-ħsejjes minħabba l-ġenerazzjoni ta' l-elettriku għaliex il- cables diretti mill-power station għall-Freeport altru li huma adegwati għall-proċess li għandha bżonn il-Medserv.", "Madam Speaker, matul id-dibattitu tqajmu wkoll xi punti oħra li xtaqt nirrispondi għalihom.", "Rigward il-post għall-berthing irrid ngħid li dan huwa minimu bħala operat.", "Il-possibbilta' ta' tniġġiż fil-baħar minħabba li jaħrab xi żejt waqt li l-vapur ikun qed jaħdem qed tiġi minimizzata aktar għaliex il-berthing tal-vapuri li jiġu serviced mill-Medserv se jsir fl-aktar post imbiegħed.", "Nixtieq ngħid ukoll li d-design u d-development tal-faċilitajiet tal- Freeport huma b'mod li huwa kontigwu għax-xogħol li se tagħmel il-Medserv.", "Ċertu xogħol, bħall-warehousing - ingredjent prinċipali tal-Medserv - diġa' qed isir illum mill-Freeport Corporation.", "Hemmhekk diġa' hemm 10 warehouses ta' 2,400 metru kwadru l-wieħed u l-Medserv se tagħmel warehouse oħra.", "Jiġifieri din il-kumpannija se żżid ma' l-operazzjoni li preżentement qed issir fil-Freeport, iżda mhux barra l-Freeport.", "Madam Speaker, importanti wkoll li ngħid li se jittieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dak li jirrigwarda sigurta' u nista' ngħid li parti mill- ftehim jitratta preċiżament dan.", "Dan tkellem dwaru wkoll il-Viċi Prim Ministru pero' wieħed ma jridx jinsa li f'qasam tant vulnerabbli, minħabba d-dinamiżmu tax-xogħol, wieħed irid joqgħod aktar b'seba' għajnejn minħabba l-possibbilta' ta' ċerti ħwejjeġ li huma illeċiti.", "Importanti wkoll li wieħed japprezza li ċertu xogħol li jista' jkun relatat ma' l-inġinerija tal-portijiet fil-qasam tal-manifattura ma jsirx ħdejn Birżebbuġa fil- Freeport imma jsir f'ċerti fabbriki li hemm fl-industrial estate ta' Ħal Far.", "Tnejn minnhom huma l-Malta Win, dik id-ditta li tibni l-containers u li twaqqfet fl-aħħar snin ta' Gvern Nazzjonalista, u l-oħra li tibni l- gantry cranes li għadha ma bdietx taħdem, fis-sens li l-makkinarju għadu ma ġiex.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li dawn it-tnejn jinvolvu xogħol ta' manifattura li għandu x'jaqsam b'mod dirett mal-qasam ta' l-industrija marittima.", "Kieku l-Gvern ried dawn setgħu ġew riallokati fil-Freeport innifsu għax jagħmel iktar sens li jekk inti għandek bini ta' gantry cranes u containers dawn tippostjahom fil-qasam tal-Freeport, imma minħabba l- element ta' manifattura kien ġie deċiż li dawn isiru f'Ħal Far.", "Il-Malta Win u l-Malta Gantry Cranes qegħdin fil-qasam industrijali ta' Ħal Far imma li hemm tajjeb hu li dawn m'humiex 'il bogħod min xulxin u waħda tikkomplimenta lill-oħra.", "Meta aħna nitkellmu fuq il-kumpless li wieħed jista' joffri f'dik il-lokalita' aħna dejjem ngħidu li fil-qasam tal- Freeport għandna kumpless li għandu x'jaqsam mas-servizzi, waqt li l-qasam tal-manifattura b'konnessjonijiet ma' l-industrija marittima qiegħed f'qasam industrjali ftit kilometri 'l bogħod mill-Freeport imma b'aċċess dirett - fil-fatt hemm it-triq minn wara li tiġi direttament għan-naħa fejn hemm l-uffiċċji prinċipali tal-Freeport Corporation - li ma jdejjaq lil ħadd.", "B'hekk wieħed jevita kull inkonvenjent li jista' jsir bit- trasport ta' affarijiet min-naħa ta' Birżebbuġa.", "Sur President, ta' min wieħed jinnota wkoll li l-Freeport Corporation, entita' kbira fiha nnifisha, hija lesta li fejn tgħin fit-titjib ta' l- inħawi fil-viċinanzi tagħha għandha terfa' dik ir-responsabbilta'.", "Għalkemm għadni kemm semmejt il-bajja sabiħa tar-ramel li saret, wieħed irid isemmi wkoll li preċiżament f'Wied Buni qed isir investiment ta' eluf kbar ta' liri biex iz-zona tissebbaħ.", "Il-bieraħ għidt ukoll li l-Medserv għandha diġa' ċertu impenn, per eżempju, mal-football club ta' Birżebbuġa.", "Jien informat ukoll li jekk tiġi identifikata biċċa art, il-Freeport Corporation hija lesta li tikkonvertiha f'football ground għaċ-ċittadini ta' dawk l-inħawi.", "Dawn kollha huma affarijiet pożittivi u wieħed għandu japprezza dak li qed isir mill-qasam industrijali tal-pajjiż.", "Sur Presiden, nixtieq ngħid ukoll li l-kumpannija li tieħu ħsieb l-oil tanking, li hija parti mill-Freeport Corporation, għadha kemm offriet li tagħmel pjan ta' integrazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-diversi siti fil-qasam ta' l- enerġija tal-pajjiż, li huma diversi.", "Qed nirriferi kemm għat-tankijiet kif ukoll għall-ħażna ta' taħt l-art, kif ukoll għad-dolphin li hemm fil- Port ta' Marsaxlokk.", "Jekk tiġi kkontemplata din l-offerta żgur li l-Gvern iżomm quddiem għajnejh l-interess tan-nies u taċ-ċittadini ta' dawk l- inħawi, mhux biss f'dak li jirrigwarda l-periklu dirett għan-nies - u nassigura lil kulħadd li aħna konxji tiegħu - imma anke minħabba ċertu impatt ambjentali li għandhom ċerti ħażniet f'dawk l-inħawi ta' pajjiżna.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li d-deċiżjoni li l-Medserv tmur fil-qasam tal-Freeport ittieħdet b'mod konxju ħalli din bl-ebda mod ma tkun ta' xkiel ambjentali, la b'mod dirett u lanqas b'mod indirett, minħabba xi ħsejjes li jista' jkun hemm fil-viċinanzi.", "Anzi aħna naraw dan bħala fattur pożittiv li jista' jżid ukoll il-kummerċ f'dawk l-inħawi billi jkun hemm aktar viżitaturi u għaldaqstant il-kummerċ f'Birżebbuġa jista' jgawdi wkoll minn dan l-aspett.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Portijet Ħielsa ta' Malta, Kap. 334\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi li għadna kemm għaddejna mill-istadju tat-Tieni Qari jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar il-Portijet Ħielsa ta' Malta jiġi kkonsidrat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA", "MALTA MARITIME AUTHORITY (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Portijiet jipproponi t- Tieni Qari.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President nibda biex ngħid li dawn l-emendi li qed nipproponu llum permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi kienu tressqu għall-Ewwel Qari mill-amministrazzjoni preċedenti qabel is-sajf l-ieħor, pero' minħabba raġunijiet li jafhom kulħadd dawn baqgħu fuq l-ixkaffa.", "Fil- verita' kienet inħasset il-ħtieġa li jitressqu emendi għall-Att dwar l- Awtorita' Marittima ta' Malta wara li kien sar qbil bejn il-General Workers' Union u l-istess awtorita'.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li r-responsabbilta' ta' bdot għal xi telf jew ħsara li tirriżulta waqt it-twettiq ta' dmirijietu m'għandhiex tkun ta' iktar minn Lm5,000.", "Il-liġi kif inhi sal-lum tgħid li bdot li jkun imbarkat fuq bastiment huwa responsabbli għal kull żball, negliġenza jew nuqqas ta' ħila fil-każ ta' telf jew ħsara waqt in-navigazzjoni ta' bastiment, waqt li l- kaptan, li huwa mpjegat tas-sid, ma jġorr l-ebda responsabbilta' ċivili personalment għal xi ħsara kkawżata minn żball tal-bdot li fiha ma jkunx ħa sehem jew li ma setax jilqa' għaliha.", "Tajjeb li mill-ewwel ngħid li ħafna mil-liġijiet ta' pajjiżi Ewropej li jirregolaw dan is-servizz ta' ekwipaġġ ġeneralment jinkludu provvediment li jillimita l-ammont ta' ħsara li għaliha bdott jista' jkun responsabbli, pero' f'pajjiżna ma jeżisti l-ebda provvediment simili fil-liġi tagħna jew fir-regolamenti dwar il-pilotaġġ ta' l-1975.", "Kif għidt qabel, filwaqt li bosta pajjiżi ma jaqblux dwar il- mod kif jirregolaw ir-responsabbilta' ċivili, hemm konformita' sħiħa dwar il-fatt li bdot m'għandux igawdi limitazzjoni simili f'każ ta' offiża kriminali, ħaġa li aħna wkoll naqblu magħha.", "Skond l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta, bdot li jinstab ħati li kiser dmirijietu jista' jeħel sa sena ħabs jew multa ta' mhux iżjed minn Lm5,000 jew it-tnejn f'daqqa.", "Kważi l-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa għandhom provvedimenti simili pero' l-limitazzjoni tvarja minn pajjiż għall-ieħor.", "Dan qed ngħiduh għaliex fil-passat bdot Malti ma kienx kopert mil-liġi Maltija għaliex ma kellux limitu ta' kemm jista' jeħel.", "Għalhekk kienu saru diskussjonijiet bejn it-Taqsima tal-Portijiet tal-General Workers' Union, il-ministru responsabbli u l-Awtorita' Marittima sabiex issir emenda għal din il-liġi.", "Kienu saru ħafna diskussjonijiet u fl-aħħar kien intlaħaq qbil li jiġi ppreżentat dan l-abbozz ta' liġi għaliex għalkemm kulħadd kien jgħid li dan kien hemm bżonnu, jew bi traskuraġni jew inkella għaliex ħadd ma kien jagħti kas li dan il-periklu kien jeżisti dan l-abbozz ta' liġi qatt ma ġie diskuss u allura qatt ma daħal in vigore.", "Veru li rari li jsiru inċidenti, u dan grazzi għall-abbilta' ta' dawn in-nies, li għalkemm skond il-liġi huma self-employed jaqgħu taħt l-Att dwar l- Awtorita' Marittima ta' Malta.", "Aħna dan qegħdin ngħiduh u nħossuh għaliex filwaqt li kull min jaħdem fil- port huwa kopert b'xi liġi jew oħra, jidher li ħadd ma ta kas tal-bdoti.", "GĦalhekk huwa tajjeb li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jiġi quddiem il- Parlament illum għaliex bih qegħdin inkopru sezzjoni oħra li hija importanti ħafna f'dan il-qasam.", "Aħna nafu li port bħal tagħna ma jistax jimxi jekk ma jkollniex bdoti li kapaċi jaħdmu taħt kwalunkwe ċirkostanza u ma' kull kwalita' ta' bastiment li jidħol fil-Port il-Kbir.", "Ġieli smajna kliem ta' tifħir indirizzat lejn dawn il-bdoti imma fil-verita' lil dawn ħadd ma ta kashom.", "GĦalhekk filwaqt li qegħdin nagħrfu r-responsabbilta' li jġorru dawn in-nies, qegħdin naqdu d-dover tagħna lejhom.", "Se nasal biex ngħid li dawn il-bdoti, għalkemm ftit huma dawk li jafu bihom, huma kważi l- iktar nies importanti fil-port u, kif diġa' għidt, jaħdmu taħt kwalunkwe ċirkostanza u jiffaċċjaw ħafna periklu.", "GĦalhekk dan l-abbozz ta' liġi għalkemm żgħir huwa sinifikattiv għaliex ikopri ftit mix-xogħol li qegħdin jagħmlu dawn il-ħaddiema.", "GĦalissa se nieqaf hawnhekk biex nagħti ċans lill-kollegi tiegħi taż-żewġ naħat jitkellmu, pero' ma naħsibx li m'għandiex ma naqblux ma' dan l-abbozz ta' liġi li se jgħin u jmexxi 'l quddiem lil din il-kategorija ta' nies.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, kif qal il-Ministru dan huwa wieħed mill-abozzi ta' liġi li kellhom jiġu diskussi matul is-sena li għaddiet iżda malli ssejħet l-elezzjoni kellu jibqa' mdendel.", "Din li qegħdin niddiskutu hija emenda pjuttost sempliċi li titkellem dwar sakemm għandha tkun ir-responsabbilta' tal-bdot u ta' l-Awtorita' Marittima f'każ li jkun hemm xi inċidenti fil-Port il-Kbir li jolqtu lill-bdot jew li jista' jkollhom konsegwenza fuq l-Awtorita' Marittima.", "Permezz ta'", "dan l-abbozz ta' liġi qed nistabilixxu piena massima ta' Lm5,000 li titħallas mill-Awtorita' Marittima jew mill-bdot jekk kemm-il darba dawn jinstabu ħatja ta' xi inċident.", "Aktar ma beda għaddej iż-żmien u iktar ma beda jiżdied in-numru ta' vapuri li bdew jidħlu fl-ibħra tagħna iktar beda jinħass il-bżonn li wieħed jillimita l-piena ta' ħabs jew multa li jistgħu jeħlu kemm l-awtorita' kif ukoll il-bdoti, għaliex kif qal il-Ministru, għalkemm sal-lum in-numru ta' inċidenti kien limitat, iktar ma jikber in-numru tal-vapuri li jidħlu fil- Port il-Kbir iktar hemm ċans li jseħħ xi inċident li fih ikunu nvoluti l- bdot jew l-awtorita'.", "Naturalment dan għaliex il-vapuri li llum jidħlu fil- Port il-Kbir huma differenti għal kollox minn dawk li kienu jidħlu sa ftit taż-żmien ilu għaliex filwaqt li qabel il-Port il-Kbir kien ikun mimli bil- vapuri navali, illum il-parti l-kbira tal-vapuri li jidħlu fil-port huma dawk tat-turisti u dawk reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "Għal dawn ir- raġunijiet din in-naħa tal-Kamra taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi għaliex, kif qal il-Ministru stess, wara kollox dan ġie mfassal fi żmien l- ammistrazzjoni preċedenti.", "Il-Ministru qal ukoll li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qed naraw li l-bdot ikollu l-protezzjoni meħtieġa.", "Fil-fatt jien informat li fiż- żmenijiet l-imgħoddija u anke riċentement saru diskussjonijiet fost il- bodies kollha li b'xi mod huma marbutin mal-bdoti u għandi nifhem li ħadu sehem anke membri tal-unions u ta' l-Awtorita' Marittima bl-iskop li jintlaħaq consensus.", "GĦalhekk dan l-abbozz ta' liġi huwa pass ieħor lejn id-direzzjoni ta' protezzjoni lill-Awtorita' Marittima u lill-bdoti u għalhekk l-Oppożizzjoni m'għandiex diffikulta' li tivvota favur tiegħu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Sur President, l-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li qabel ma ġie introdott l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta ma kien jissemma xejn fuq il-limitation of liability.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-Pilotage and Mooring Regulations ta' 1975 isib kollox dwar dak li għandu x'jaqsam ma' pilotaġġ imma mbagħad ma jsib xejn dwar liabilities.", "GĦalhekk kien importanti li jiddaħħal dan l-element fil- liġi tagħna għax dan huwa meħtieġ għal meta jsiru r-rikorsi kontra xi pilota li jieħu r-responsabbilta' li jdaħħal vapur fil-port.", "Sur President, id-drafting ta' dan l-abbozz ta' liġi sar b'mod intelliġenti għaliex hawnhekk ir-responsabbilta' m'hijiex limita biss in kwantu għal danni li jista' jkun hemm.", "Per eżempju, Artiklu 22 tal-liġi Ingliża ta' l-1987 dwar il-pilotaġġ jittratta biss is-civil liability u ma jkoprix il-criminal liability.", "Fil-fatt dan jgħid hekk:", "\"... for loss or damage to property which does not include death or personal injury .\".", "GĦall-kuntrarju, Subartiklu 59 (1) kif propost fi klawsola 2 ta' dan l- abbozz ta' liġi jgħid ċar li:", "\"Ir-responsabbilta' ta' bdot li jkollu liċenza sew filwaqt li jkun imbarkat fuq bastiment sew band'oħra għal xi telf jew ħsara, inklużi l- mewt u ħsara fil-persuna, ...\".", "GĦalhekk jekk għall-grazzja ta' l-argument jiġri xi inċident u jkun hemm każ ta' mewt, il-pilota jista' jeħel multa li ma taqbiżx Lm5,000.", "Hawnhekk huwa importanti li wieħed iħares lejn din il-liġi b'mod aktar wiesgħa għaliex, per eżempju, jekk wieħed jara l-interpretazzjoni tar- responsabbilta' tal-pilota jsib li per se m'hemm xejn xi jgħid li għax pilota jkun qed idaħħal vapur fil-port allura b'xi mod he is in command tal- vapur.", "Li huwa żgur hu li l-kaptan huwa in command tal-vapur u għalkemm b'xi mod il-pilota jista' jkollu l-conduct tal-vapur he is not in command.", "Pero' mill-każistika li toħroġ mill-Ingilterra - hemm diversi interpretazzjonijiet f'dan is-sens ukoll - jirriżulta li meta vapur ikun dieħel fil-port il-master ikun qisu qed jiżvesti ruħu mill-command tal- vapur u allura f'dak il-mument il-pilota jieħu l-command hu.", "GĦalhekk hawn iktar toħroġ l-importanza ta' l-emenda li qed issir f'dan l-abbozz ta' liġi.", "F'ċerti pajjiżi Ewropej, fosthom id-Danimarka, il-piloti lanqas biss għandhom legal authority meta jkunu abbord, mentri fl-Ingilterra u fil- Kanada l-kwestjoni hija differenti.", "Il-qafas tal-Merchant Shipping Act tagħna huwa mibni kollu fuq is-sistema Ingliża u għalhekk ċertament li rridu naraw x'tgħid il-liġi Ingliża.", "Pero' hawn irrid ngħid ukoll li dan l- abbozz ta' liġi qiegħed in regola mad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li jittratta l-pilotaġġ u m'hemmx dubju li qed jipproteġi lill-piloti li jaħdmu fil-portijiet tagħna bl-iktar mod wiesgħa, saħansitra iktar milli qed jipproteġuhom liġijiet avvanzati, bħal-liġi Ingliża.", "Per eżempju, fil- Greċja l-powers tal-piloti huma iktar wiesgħa minn dawk li għandhom fil- Belġju waqt li fin-Netherlands il-pilota huwa kkonsidrat bħala a traffic participant.", "Għalhekk ċertament li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħid bl-iktar mod ċar li meta bdot Malti liċenzjat ikun \"imbarkat fuq bastiment sew band'oħra ...\" - hawnhekk għandna wkoll il- konċett tar-remote pilotage - huwa kopert.", "Sur President, fl-Att ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta hemm ukoll il-konċett li wieħed jista' jiġi akkużat kriminalment u jista' jeħel sa Lm5,000 multa u sa sena priġunerija.", "GĦalhekk huwa tajjeb li f'dak li għandu x'jaqsam ma' civil liability qed nagħmlu ceiling ta' Lm5,000.", "Jien naħseb li dan huwa ammont ġust għalkemm forsi jkun hawn min jikkritika dan l-aspett.", "Forsi hawnhekk ta' min jgħid li hekk il-piloti jistgħu jinxurjaw lilhom infushom u allura jagħmlu polza apposta biex tiġi covered din il- possibbilta'.", "Effettivament hemm diversi pajjiżi li għandhom limitazzjoni differenti.", "Jekk, per eżempju, nieħdu Franza naraw li hemmhekk għandhom liability ta' 30,000 French francs pero' mbagħad il-criminal liability hija kwalifikata as for any other citizen.", "Issa xi tfisser li inti tgħid \"as for any other citizen\"?", "Qed tinkludi dak li seta' weġġa' u li ma kienx fuq il-vapur jew qed tinkludi lil dak li kien fuq il-vapur?", "Jiġifieri wieħed irid joqgħod attent u nerġa' ngħid li, kif naraha jien, din l-emenda li qiegħda tiġi proposta hija aktar b'saħħitha u tagħti aktar protezzjoni lill- bdoti.", "Jekk nieħdu l-każ ta' Spanja naraw li l-liability tibda minn xi 2,000 peseta u titla' sa 100 miljun peseta u allura wieħed jista' jagħmel kawża għal dik li hija civil liability sa Lm5,000 imma, nerġa' ngħid, għandek minn minimu sa massimu.", "Meta niġu għal-liġi Ingliża - fl-opinjoni tiegħi, meta kkonsidrata mal-liġi Maltija hija aktar open-minded - insibu li biex dawn jipproteġu lill-istess bdoti, għamlu limitu ta' Stg£1,000 plus il- pilotage due.", "Issa aħna nafu li meta bdot idaħħal vapur f'xi port dan jitħallas tariffa.", "Mela jekk lil dan jagħmlulu kawża for liability taħt il- liġi Ingliża jitlef dak li kellu jieħu bħala ħlas talli daħħal il-vapur u barra minn hekk irid joħroġ Stg£1,000.", "Kumment ieħor li xtaqt nagħmel jirrigwarda Subartiklu 59 (4), kif propost fi klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi, fejn qed jingħad li l-fatt li l- Awtorita' Marittima tagħti l-liċenzja lill-bdot ma jpoġġix lill-awtorita' fil-pożizzjoni li hi għandha tirrispondi għal xi liability.", "Dan ifisser li l-fatt li l-awtorita' tat liċenzja lill-bdot biex ikun jista' jdaħħal il- vapuri fil-portijiet tagħna ma jpoġġix xi responsabbilta' addizzjonali, biex ngħid hekk, fuq l-istess awtorita'.", "Fi kliem ieħor, meta ssir kawża kontra bdot u din ma tirnexxix, il-persuna li tkun qiegħda tressaq il-kawża ma tistax iddur fuq l-Awtorita' Marittima.", "GĦalhekk il-leġislatur għamel sewwa li qed jgħid li l-għoti jew it-tiġdid tal-liċenzja lill-bdot - għax il-liċenzja trid iġġeddida kull sena jew iktar skond l-expiry date tagħha - mill-Awtorita' Marittima ma joħloqx jew jinftiehem li joħloq xi responsabbilta' fuq l-istess awtorita' jew fuq il-Gvern ta' Malta għal xi telf jew ħsara minħabba xi għemil jew nuqqas ta' xi bdot, sew jekk l- impjieg ta' bdot ikun obbligatorju u sew jekk ma jkunx.", "Din hija interessanti għaliex normalment ikollna sitwazzjonijiet, speċjalment fil- kamp ċivili, fejn inti tista' tattakka l-persuna li poġġejt fil-kawża u tista' tattakka persuna oħra jew awtorita' u tpoġġihom it-tnejn fil-kawża.", "Meta jkollna każ fejn sidien ta' vapur - jew xi ħadd li jkun empowered mis- sidien tal-vapur - jiftħu kawża kontra l-bdot, dawn imbagħad ma jistgħux iduru kontra xi ħaddieħor.", "Dawn iridu jattakkaw biss dak il-bdot li għandu l-liċenzja u ovvjament jieħdu rimedju sa Lm5,000.", "Qabel nikkonkludi xtaqt nagħmel kumment ieħor.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi jien semmejt ir-regolamenti ta' l-1975 u, fl-opinjoni tiegħi, ladarba għamilna dawn l-emendi li għandna quddiemna, tajjeb ukoll li wieħed jara jekk jistax jagħmel ftit ta' overhauling ta' dawn ir-regolamenti li ilhom ma jiġu updated mill-1989.", "F'dawn ir-regolamenti m'għandekx distinzjoni legali bejn dak li għandu x'jaqsam ma' piloting u dak li għandu x'jaqsam ma' mooring, għalkemm din id-distinzjoni toħroġ mil-liġi.", "GĦalhekk ladarba wasalna f'dan l-istadju, naħseb li tajjeb li nagħmlu redefining ta' dawn ir-regolamenti sabiex b'hekk niġu aktar in order.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sur President, dawn l-emendi li qegħdin jiġu proposti huma emendi li l-Gvern Nazzjonalista kien ħaseb biex idaħħal meta kien għadu ministru l-Onor.", "Frendo u l-leġislatur, qua leġislatur, ilu għal xi żmien jaħseb biex din il-liġi nemendawha u ntejbuha għaliex nemmnu li hija liġi li - jekk huwa veru li hija effettiva u jekk huwa veru li hija razzjonali - għandha ttendi lejn il-valur tal-kompletezza u allura b'dan l- abbozz ta' liġi qegħdin nipprovaw inbiddlu Artiklu 59 ta' l-Att dwar l- Awtorita' Marittima ta' Malta li jitkellem dwar il-limitazzjoni tar- responsabbilta'.", "Fil-verita' din l-emenda hija waħda li tpoġġi sens ta' responsabbilta' fuq il-bdot.", "Il-kelliem ta' qabli ta definizzjoni ta' xi jfisser bdot u r- responsabiltajiet li ġġib magħha l-funzjoni ta' bdot u kif dawn jiddistingwu ruħhom mill- funzjonijiet ta' dak li huwa l-owner jew il-master of the vessel.", "Punt li żgur ħareġ b'mod tajjeb mill-kontribuzzjonijiet li għamlu l-kelliema s'issa kien id-definizzjoni statutorja ta' bdot.", "Jekk inħarsu lejn il- ġurisprudenza Ingliża - li magħha aħna nikkonformaw - insibu li bdot huwa \"any person not belonging to a ship who has the conduct\" il-kelma \"conduct\" kif opposta għall-kelma \"command\".", "Mela qegħdin nitkellmu fuq dik il- persuna li m'hijiex parti mill-vapur, m'hijiex l-owner jew il-master tal- vapur imma sempliċement hija fuq kuntratt ta' impjieg u għalhekk il- leġislazzjoni dejjem ħarset b'mod statutorju lejn il-bdot bħala dik il- persuna \"not belonging to the ship\" imma li għandha l-\"conduct\".", "U l- conduct tal-bdot tidħol malli l-vapur jibda l-kors tan-navigazzjoni.", "Qabel ma l-vapur ikun qiegħed ibaħħar, il-bdot statutorjament definit huwa persun \"not belonging to the ship\", pero' \"the conduct\" - li għamel riferenza għaliha l-Onor. kollega tiegħi - kif distinta minn \"command\"...", "Dan huwa importanti għaliex jorbot ħafna ma' l-emenda meta niġu biex inqisu l- liability li għandu jkollu l-bdot.", "Għaliex jekk huwa veru li l-bdot għandu l-conduct, il-master huwa in command.", "Fil-fatt minn rapport dwar il- pilotaġġ insibu li:", "\"To conduct a ship must not be confused with being in command of a ship.", "The first expression refers to an action, to a personal service being performed; the second ...\"", "Jiġifieri dak li jagħmel il-master huwa poter.", "Allura d-domanda hija jekk il-bdot fil-fatt għandux kontroll tan-navigazzjoni, u jekk għandu kontroll tan-navigazzjoni din hija kwestjoni ta' fatt u mhux kwestjoni ta' liġi.", "Il- fatt li l-bdot għandu l-kontroll tal-vapur għal skopijiet ta' navigazzjoni biss ma jfissirx li fuq il-vapur għandu l-poter li jiżboq dak tal-master.", "Fil-verita' huwa l-master li jibqa' jikkmanda u li allura għandu l- awtorita' abbord u jista' fil-fatt jiddelega l-poter tiegħu lil dawk li jiġu taħtu, pero' l-poter irid jiġi eżerċitat b'diskrezzjoni.", "Huwa importanti li meta nħarsu lejn il-liability tal-bdot nifhmu wkoll min hu l-bdot.", "F'diversi leġislazzjonijiet barranin aħna ma nsibux x'inhi d-definizzjoni statutorja ta' bdot.", "Per eżempju, mill-ġurisprudenza Ingliża naraw li l-bdot huwa wkoll advisor, kultant huwa in sole charge ta' l-operazzjoni u qiegħed hemm ukoll biex jagħti assistenza lill-crew.", "Issa l-argument li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Farrugia dwar ir-rikkezza tal-leġislazzjoni tagħna u dwar il-mod kif aħna qed nixprunaw lilna nfusna biex din il-liġi nkomplu nagħmluha aktar kompleta jġiegħelna nħarsu lejn sistemi oħra - din se nagħmel riferenza għaliha iktar 'il quddiem - bħall- common law system u s-civil law system.", "Ikun tajjeb li naraw kif ħadmu dawn is-sistemi fuq din is-sitwazzjoni għaliex b'hekk jistgħu jdawluna.", "Għalkemm l-Awtorita' Marittima ta' Malta li ġiet imwaqqfa b'Att XVII ta' l-1991 għadha fil-bidu tagħha, din tat riżultati tajbin u għenet sabiex tiġi żviluppata l-attivita' marittima fid-dawl tal-funzjonijiet tagħha li hemm f'Artikli 3 u 4 ta' l-Att.", "Huwa importanti li niffokaw partikolarment fuq l-artiklu li jitkellem fuq ir-responsabbilta u l-parametri li għandu bdot.", "Per eżempju, l-bdot irid ikollu liċenzja li tingħata mill-pilotage board ta' l-Awtorita' Marittima - f'każ li jkollok sentenza jew deċiżjoni oħra ma tridx tappella minnha biex ma jkunx hemm il-prinċipju li tiġi ttrattat darbtejn - qabel ma jimbarka fuq bastiment jew fuq xi ħaġa oħra ...", "Imbagħad jibdew jidħlu l-konċetti u fi klawsola 2 insibu li:", "\"Ir-responsabbilta' ta' bdot li jkollu liċenza sew filwaqt li jkun imbarkat fuq bastiment sew band'oħra għal xi telf jew ħsara, inklużi l- mewt u ħsara fil-persuna, li jirriżultaw minn xi kawża waqt it-twettiq ta' dmirijietu m'għandhiex tkun ta' iktar minn Lm5,000 għal kull vjaġġ u kemm ikunu jiswew id-drittijet tal-pilutaġġ għar-rigward ta' dak il-vjaġġ li matulu tkun tnisslet ir-responsabbilta'. \".", "Mela fuq naħa għandna l-konċett ta' responsabbilta' ċivili u kriminali.", "Aħna ngħidu li kull azzjoni tagħti lok għal azzjoni kriminali u azzjoni ċivili.", "Lill-Awtorita' Marittima qed ngħidulha li huwa tajjeb li jkollha r- responsabbilta' tal-bdot partikolarment fejn jidħol it-telf jew il-ħsara, pero' issa qed ninkludu wkoll każijiet ta' mewt jew ħsara fuq il-persuna.", "Huwa ferm importanti li dawn l-affarijiet jittieħdu in konsiderazzjoni.", "Jiena nixtieq ngħid li l-ammont ta' Lm5,000 huwa adegwat ħafna għalkemm jista' jiġi deskritt bħala ammont għoli jew baxx ħafna, skond kif tħares lejh.", "Jekk inħarsu lejn sentenza riċenti ħafna ta' l-iSpanish Supreme Court ta' l-24 ta' Ottubru, 1995 insibu li din hija ta' importanza kbira fil-qasam tad-dritt marittimu għax fil-verita' tkompli ssaħħaħ dan li qed jagħmel il-Gvern Malti u tkompli tagħti raġun lill-ammont li qed insemmu fl-emenda tagħna.", "Fir-realta', din tikkjarifika ċerti konċetti li forsi huma konfużi.", "Meta nitkellmu fuq liabilities ta' maritime claims, qegħdin ngħidu \"for as long as it is not expressly regulated, there will be no other solution to permit for a larger limitation of liability.\".", "Fil- verita', il-liability tal-bdot hija ta' żewġ tipi, dik volontarja u dik compulsory.", "Fil-każ ta' voluntary pilotage huwa l-bdot li jrid jaqdi lix- ship owner li min-naħa tiegħu huwa responsabbli b'mod vicarious għall- pilot's negligence.", "Imbagħad hemm il-konċett ta' compulsory pilotage li min jaf kemm għad ikollna interpretazzjonijiet fil-ġurisprudenza Maltija dwar dan it-tip ta' pilotaġġ.", "Fil-fatt id-defence ta' compulsory pilotage fil-common law ġiet imneħħija u l-effett tagħha huwa li din, jiġifieri l- pilotage taħt il-compulsory form of understanding ta' liability, tpoġġi lill-bdot bħala li huwa x-ship owner's servant.", "Ta' min jgħid li ħafna drabi, kif qed ngħidu anke fl-emenda, ikollok atti ta' kommissjoni, pero' jista' jkollok ukoll atti ta' ommissjoni.", "U jista' jkollok culpa li tkun levis jew li levissima.", "Imma, hi x'inhi, żgur li hija negliġenza, u għaliex hija negliġenza, fejn hemm ir-responsabbilta' jrid ikun hemm ukoll il-mod kif wieħed jirrispondi għaliha.", "Jekk inti responsabbli, inti trid tirrispondi għall-azzjonijiet li jistgħu jiġru.", "Aħna qegħdin naraw ukoll li n-negliġenza tal-bdoti toħroġ anke fejn wieħed huwa liable għal ħsarat li jsiru lil vapuri u lil third parties.", "Jidhirli li diġa' għamilt riferenza għal sentenza li ngħatat mill-Qorti Suprema Spanjola, pero' jekk inħarsu lejn is-sistema tal-Kanada nsibu li l- limitazzjoni tagħhom hija ta' $Can1,000 filwaqt li l-UK legislation li aħna nimxu fuqha kienu qed jikkonsidraw li jgħolluha għal LStg2000 għaliex hemmhekk forsi hija iktar frekwenti.", "Pero' żgur li l-pilotage board għandu - u jibqagħlu - d-dritt li jillimita dan.", "Jekk inħarsu lejn l-iżviluppi li qegħdin isiru f'diversi pajjiżi oħra nistgħu naraw x'infissru meta ngħidu \"a person is liable.\".", "Jekk inħarsu lejn Artiklu 4 tal-Konvenzjoni ta' l-1976 insibu li jrid ikun hemm \".. a personal act or omission of a person liable .....\" jiġifieri jrid ikun att li juri li l-persuna trid tirrispondi u hawnhekk fejn tidħol l-importanza ta' l-insurance.", "Imma xi tfisser meta ngħidu li att irid ikun personali?", "Kemm huwa personali att kontra vapur?", "Hawnhekk jidħlu l-ġurisdizzjonijiet ta' admirality law li pero' hija kwestjoni oħra u huwa inutli li noqogħdu nidħlu fiha hawnhekk għax m'huwiex l-iskop ta' l-emenda.", "Il-kelma \"loss\" tfisser telf u Artiklu 2 tal-Konvenzjoni ta' l-1976 ħafna drabi jirriferi għal loss of life.", "Dan nistgħu nqabbluh mal-kamp kriminali fejn wieħed jista' jitlef il-ħajja tiegħu jew ipoġġi l-ħajja ta' persuna f'periklu ċar u b'hekk jista' jkollok mewt ta' persuna jew element li juri l-intenzjoni ġenerika li persuna tagħmillu ħsara.", "Imbagħad għandna personal injury u l-loss or damage to property.", "Mela la tista' tolqot persuna u allura hemm ir-risposta kriminali - azzjoni kriminali tista' tittieħed indipendentement mill-azzjoni ċivili għaliex hemm damage to property - ...", "Meta pajjiżi oħra jiġu biex jinterpretaw \"damage to property\" jibbażaw ħafna fuq il-Konvenzjoni ta' l-1976, li minnha nnifisha tista' tkun sadly lacking għaż-żmenijiet tal-lum.", "Allura aħna qed nagħmlu emenda li kważi hija avangardista iktar mill-konvenzjoni li nibbażaw fuqha aħna stess.", "Il-kliem \"intent to cause such loss\" joħorġu anke mill-emenda.", "Huwa ċar li dan il-kliem qiegħed hemm biex ineħħi lil persuna li hija liable id-dritt li tillimita hi.", "Allura huwa importanti li jkun hemm il- prova li l-persuna kellha l-intent soġġettiv u l-mens rea li tikkawża dan it-telf.", "M'huwiex suffiċjenti li wieħed jipprova li persuna ragonevolment kompetenti ma setgħetx tfalli li tikkonkludi li dan l-att jew ommissjoni daparti tagħha ma setax joħloq dan it-telf.", "Allura huwa importanti li l- persuna liable minnha nnifisha trid tkun hi li riedet toħloq dak it-telf.", "Għalkemm aħna qed nagħmlu limitazzjoni, dan m'huwiex daqshekk faċli għaliex l-oneru tal-prova qiegħed hemm, kemm jekk għandek intent to cause such loss kif ukoll jekk għandek dak li huwa \"recklessly and with knowledge that such loss would probably result\" li l-konvenzjoni tagħmel riferenza għaliha wkoll.", "Il-qrati tar-Renju Unit taw definizzjoni ta' din il-frażi \"recklessly or with knowledge that such loss would probably result\" għaliex din għandha konnetazzjoni ta' carelessness jew nonchalance.", "L-iskop hu li dan dejjem irid jiġi pprovat.", "Sena ilu fil-Qorti ta' l-Appell ta' l- Ingilterra meta kien hemm il-każ Goldman, intqal li \"an act may be reckless when it involves a risk\".", "Jekk ma jkunx hemm l-element tar-riskju \"even though it cannot be said that the danger envisaged is a probable consequence, it is enough that it is a possible consequence\".", "Il-fatt li kien possibbli imma forsi anqas probabbli huwa l-bażi ta' dak li ħafna drabi l-qrati - hawnhekk qed nitkellmu fuq l-Ingilterra - jistgħu jiġu msejħa biex jinterpretaw l-oneru tal-prova.", "Fil-fatt subinċiż (6) ta' Artiklu 1 tal-Konvenzjoni ta' l-1976 - din il-konvenzjoni hija mibnija fuq konvenzjoni oħra li saret fl-1957 - jgħid li l-oneru tal-fatti jrid joħroġ b'mod li wieħed jistaqsi: Il-bdot kien jaf x'inhu jagħmel?", "Kellu element ta' forcibleness?", "Kien f'pożizzjoni li jista' joħloq ġudizzju?", "Ħafna drabi meta jsir dan, jinqalgħu wkoll il-problemi ta' ġurisdizzjoni u allura naħseb li jkun tajjeb jekk inħarsu ftit lejn il-konċett ta' private international law għax hawnhekk il-punti ta' liema hu l-post li fih sar ir- reat u fejn se jiġi trattat l-individwu responsabbli joħorġu b'mod importanti.", "GĦalhekk fl-opinjoni tiegħi dan il-konċett għandu jidħol f'pajjiżna wkoll.", "Madam Speaker, minn Subartiklu 59 (1) kif propost fi klawsola 2 jidher ċar li d-drafter ta' dan l-abbozz ta' liġi jemmen li r-responsabbilta' tal- bdot - hawnhekk qed nippresumu li dan ikollu liċenzja - \"m'għandhiex tkun ta' iktar minn Lm5,000 għal kull vjaġġ u kemm ikunu jiswew id-drittijiet ta' pilutaġġ għar-rigward ta' dak il-vjaġġ li matulu tkun tnisslet ir- responsabbilta'.\".", "GĦalhekk aħna kważi qed nieħdu azzjoni ta' kontro-pass kontra bdot f'każ li dan b'negliġenza jew b'recklessness, kemm jekk volontarjament kif ukoll jekk le, ikun naqas.", "Fil-fatt jien naħseb li allura l-element ta' kontro-pass huwa tajjeb u ġust f'dan is-sens.", "Madam Speaker, imbagħad Subartiklu 59 (2) kif propost fi klawsola 2 jgħid li:", "\"Meta, mingħajr ma jkun hemm xi att jew nuqqas mill-Awtorita', xi mewt jew ħsara fil-persuna, jew telf jew ħsara fil-bastiment, lil xi proprjeta' fuq il-bastiment jew lil xi proprjeta' jew drittijiet ta' liema xorta jkunu, jiġu kaġunati min bdot li jkollu liċenza, l- Awtorita' ma tkunx responsabbli.\".", "Dan m'huwiex eżoneru ta' responsabbilta' imma għall-kuntrarju huwa konferma ta' responsabbilta' għax hawnhekk qed ngħidu li huwa l-bdot li jrid jirrispondi fejn tintalab azzjoni kontrih u li f'każ bħal dan l-awtorita' m'hijiex responsabbli.", "Imbagħad Subartiklu (3) ta' l-istess artiklu kif propost f'dan l-abbozz ta' liġi jgħid li:", "\"Dak il-limitu ta' responsabbilta' li hu muri f'dan l-artiklu għandu jkun japplika għall-ammont sħiħ ta' kull telf u danni li jistgħu jitnisslu f'xi okkażjoni waħda indipendenti għalkemm dawk it-telfiet u danni jistgħu jiġġarrbu minn iktar minn persuna waħda.\".", "GĦalhekk dan l-artiklu qed jgħid li d-drittijiet u d-doveri tal-bdot f'każ bħal dan huma l-istess, kemm jekk għandek voluntary pilotage kif ukoll jekk għandek compulsory pilotage u kemm jekk inti liċenzjat kif ukoll jekk m'intix.", "Jekk inħarsu lejn il-liġijiet kif prattikati barra minn Malta naraw li l-pożizzjoni hija differenti f'ħafna pajjiżi, pero' hemm diversi awtoritajiet li adottaw il-prinċipju li l-bdot m'huwiex the sole directing authority on board.", "GĦalhekk jiena għidt li l-pilota la huwa l-master u lanqas huwa l-owner pero' huwa responsabbli għal dik li hija s-safety tal- vapur u allura huwa mistenni minnu li juża diliġenza u li jkollu dak li huwa expertise raġonevoli biex ikun jista' jwettaq id-dmirijiet tiegħu.", "Ħafna drabi għandu bżonn dik li hija l-assistenza tal-kaptan, l-uffiċjali, il-master u l-crew li wkoll huma responsabbli u jridu jirrispondu għal din ir-responsabbilta'.", "GĦal dawk li huma l-pilotage liabilities fl-Ingilterra qiegħed isir studju dwar kif jistgħu jbiddlu ċerti regolamenti ħalli t-third party liability tkompli tiżdied, u din tgħin anke fid-difiża meta jinqalgħu ċerti claims.", "L-emenda li qiegħda tiġi proposta f'dan l-abbozz ta' liġi hija waħda li m'hawnx contention fuqha u tirrifletti l-konvenzjoni dwar il- limitazzjoni tal-liability for maritime claims ta' l-1976 u tkompli ssaħħaħha.", "Fl-istess ħin din hija emenda li tibgħat signal lill-istess drafters ta' din il-konvenzjoni biex jaħsbu kif jistgħu jtejbuha u għalhekk għidt li l-emenda fiha nnifisha hija avangardista.", "Huwa veru li l- konvenzjoni kienet biddlet dak li kellna qabel taħt l-International Convention relating to the Limitation of the Liability of Owners of Seagoing Ships li kienet saret fi Brussels u li daħlet fl-1986, pero' l- ammonti fejn jidħlu personal claims u claims oħrajn ta' liability ivarjaw.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li xi forum internazzjonali jara li jkun hemm rethinking dwar il-konvenzjoni li minnha, jien ċert, xprunajna l-ideat tajbin li daħħalna f'din il-leġislazzjoni.", "Din il-konvenzjoni tipprovdi għal sistema li fiha nnfisha hija virtually unbreakable fejn tidħol il-limiting liability għaliex nemmnu li l-persuna ma tkunx kapaċi li tillimita l-liability tagħha jekk - u dan huwa importanti - ikun ipprovat li t-telf ikun riżultanti minn att personali ta' ommissjoni jew att fih inniffsu ta' kommissjoni li jkun sar bl-intenzjoni speċifika li joħloq xi telf jew dak li huwa recklessness jew bl-għarfien li dan it-telf fil-fatt jista' jirriżulta.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Madam Speaker, kif qalu l-kelliema ta' qabli dan huwa abbozz ta' liġi li żgur m'huwiex kontroversjali.", "Fil-fatt dan l- abbozz kien ġie drafted meta jiena kelli r-responsabbilta' għal dan is- settur u l-Gvern tal-lum jidher li qed iżżomm mal-linji tiegħu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq attivita' li hija importanti ħafna għal pajjiżna għaliex hija attivita' marbuta mal-portijiet tagħna.", "Kulħadd naħseb li jaf li biex vapur ikun jista' jidħol fil-port irid jitqabbad bdot.", "Dan isir prattikament fil-każijiet kollha ħlief meta l-ministru jagħti xi eżenzjoni jew meta jkun hemm involuti ċerti tipi ta' bastimenti, fosthom bastimenti navali.", "Minkejja li llum hawn ħafna bastimenti li għandhom il-bow thrusters u mekkaniżmu ieħor modern ta' manuvrar il-verita' hi li dawn xorta jkollhom bżonn il-bdot biex jgħinhom jidħlu fil-port.", "Qed ngħid dan għax hawn min igħid li l-bżonn tal-bdoti naqas.", "Vapuri kbar, fosthom vapuri tal-passiġġieri u cruise liners li huma attrezzati b'ħafna mekkaniżmi biex kemm jista' jkun ikunu indipendenti fl-operat tagħhom, meta jiġu biex jidħlu f'port ħafna drabi ma jeħdux ċansijiet u jagħmlu minn kollox biex ikollhom l-assistenza tal-bdoti tal-post.", "Il-vapuri militari li wkoll għandhom il-possibbilta' li jimmanuvraw bl-iktar mod wiesgħa ħafna drabi jadottaw il-policy li jsegwu dejjem dak li jgħidilhom il-bdot.", "Allura jien naħseb li hija ħaġa li tagħmel sens li fid-diskussjonijiet li saru mal-unions li jirrappreżentaw lil dan is-settur tal-ħaddiema kien tqajjem l-aspett tal-limitazzjoni tas-civil liability waqt li l-bdoti jkunu qed jaqdu dmirijiethom.", "Naturalment meta titkellem fuq vapuri u fuq bċejjeċ tal-baħar is-somma ta' Lm5,000 hija waħda minima għaliex ġeneralment dawn ikollhom ħafna iktar spejjeż minn hekk.", "Din hija somma rappreżentattiva li hija ntiża biex kemm jista' jkun lill-bdot żżommu protett legalment.", "Naturalment dan jibqagħlu responsabbiltajiet oħrajn pero' li m'humiex ta' natura ċivili.", "Naħseb li din hija emenda neċessarja għaliex tkompli tagħti regolamentazzjoni sħiħa lil dan is-settur tal-pilotaġġ.", "Fil-fatt fis-snin li għaddew il-bdoti ħadu pakkett tajjeb f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet, tariffi u parteċipazzjoni u fix-xogħol li jagħmlu ħadu vantaġġi sostanzjali taħt l-amministrazzjoni preċedenti u tajjeb li din il-miżura li qed napprovaw tkun tagħmel parti mill-pakkett li kien inħadem għalihom dak iż-żmien.", "Ma rridux ninsew li l-bdoti għandhom responsabbiltajiet serji u kbar u dan il-qafas leġislattiv huwa importanti għaliex juri l-impenn li l-Istat għandu lejhom.", "GĦalkemm kellna bidla fil-gvern, iż-żewġ naħat tal-Kamra qed jingħaqdu fl-isforzi tagħhom sabiex jagħtu aktar protezzjoni lill- bdoti.", "Dan ifisser ukoll li r-responsabbilta' tal-bdoti mhijiex limitata għax-xogħol tagħhom fil-port imma dawn għandhom jifhmu li kulma jagħmlu, jew jonqsu li jagħmlu, jista' jipparalizza lill-pajjiż u jagħmillu l-ħsara u allura tajjeb li d-doveri u d-drittijiet ikunu bilanċjati f'dan il-qasam tant importanti.", "L-Onor.", "Membri li tkellmu qabli daħlu fid-dettall fuq l-emenda u fuq l- effett tagħha fuq il-liġi nnifisha.", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni diġa' tkellem ix-shadow minister responsabbli minn dan is-settur, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Ċensu Galea, u naħseb li għandi ningħaqad ma' dak li qal hu, fis-sens li din in-naħa tal-Kamra tappoġġja dak li qed jagħmel il-Gvern, anke għaliex dan huwa abbozz li kienet involuta direttament fih din in-naħa tal-Kamra meta kienet fil-gvern.", "Jiena naħseb li dwar dan li qed jiġi propost hemm qbil u dan huwa pass ieħor 'il quddiem sabiex nagħmlu regolamentazzjoni aħjar f'dan is-settur.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru sabiex, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, għalkemm huwa veru li dan huwa abbozz ta' liġi qasir, iż-żewġ naħat tal-Kamra ħassejna li għandna nuru l- apprezzament tagħna lejn dawn in-nies.", "Ħalli nieħdu l-kwestjoni tax-xatt.", "Fiż-żmenijiet meta jien kont naħdem ix-xatt - dak iż-żmien kien għadhom lanqas bdew jidħlu containers hawn Malta - il-port workers kienu maqsumin f'ħafna sezzjonijiet bħal stevedores u burdnara, u ovvjament kien hemm ukoll is-sezzjoni tal-pilots.", "Kif qalu l-kelliema ta' qabli, għalkemm dawn huma nies li jagħmlu xogħol utli għall-pajjiż u għalkemm huma rikonoxxuti bil-liġi, dawn qatt ma kellhom protezzjoni statutorja.", "Il-bdoti għandhom responsabbilta' kbira li jdaħħlu l-vapur fil-port u f'każ li jinqala' inċident u t-tort ikun tal-pilot, il-kumpannija s'issa kellha d-dritt tfittex kemm lilu kif ukoll lill-Awtorita' Marittima.", "Kulħadd jifhem li l- ebda bdot m'hu miġnun u rresponsabbli daqshekk li jipperikola l-bastiment li jkun fdat f'idejh, imma m'hemmx dubju li emenda bħal din li qegħdin inressqu llum kien hemm bżonnha u dan ħareġ mid-diskussjonijiet twal bejn l- Awtorita' Marittima, il-ministeru u l-unjoni li tirrappreżenta lil dawn il- bdoti.", "Madam Speaker, hawn irridu ngħidu b'sodisfazzjon li fil-ftit żmien li ilha mwaqqfa l-Awtorita' Marittima din għamlet ħafna ġid lill-pajjiż u dan grazzi għall-impjegati tagħha li huma nies responsabbli u li jagħtu sehemhom tajjeb.", "Jien m'iniex qed ngħid li din l-awtorita' hija perfetta għaliex jekk ngħidu li xi ħaġa hija perfetta f'din id-dinja nkunu qed nidħku bina nfusna, imma l-maġġoranza ta' l-impjegati jagħtu s-sehem tagħhom u bis-saħħa ta' din il-ħidma llum Malta tinsab fis-sitt post fil- lista ta' pajjiżi li għandhom vapuri jġorru l-bandiera u għalhekk huwa tajjeb li llum qed titressaq din l-emenda - ikollna nammettu li ttieħed ħafna żmien biex titressaq - li tagħti lill-bdoti s-saħħa u l-protezzjoni meħtieġa.", "Aħna lkoll nafu li ma teżisti l-ebda evidenza li ssaħħaħ l-argument li l- ammont ta' limitazzjoni ċivili għandu xi impatt fuq il-kwalita' ta' servizz ta' pilotaġġ.", "Il-bdoti huma nies dedikati u kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi dawn jaħdmu, jirsistu u jagħmlu kwalunkwe sagrifiċċju fi kwalunkwe kondizzjoni ta' temp.", "Aħna nafu li dawn ħajjithom iqattgħuha fuq il-baħar u, kif għidt diġa', sew jekk nagħmlu din l-emenda kif ukoll jekk ma nagħmluhiex, ħadd m'hu se jkun lest li jipperikola l-bastiment jew il-ħajja tal-passiġġieri għas-sempliċi raġuni li se nagħmlulu limitazzjoni ta' kemm tista' tkun il-multa jew il-piena ta' ħabs li jista' jeħel.", "B'din l-emenda r-responsabbilta' tal-bdot m'hijiex se titneħħa.", "Il-bdoti Maltin huma nies responsabbli li jafu xi jridu u x'ma jridux, nies li dejjem qdew dmirhom bi skruplu kbir lejn il-vapuri, lejn ix-xogħol tagħhom u lejn il-passiġġieri.", "Meta jien tkellimt ma' ċerti kaptani dejjem smajt tifħir għal dawn in-nies.", "Kemm l-Awtorita' Marittima kif ukoll il-bdoti dejjem ħadmu għall-ġid tan- nazzjon.", "Ir-responsabbilta' kriminali li toħroġ mill-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta għandha tkun ta' deterrent suffiċjenti.", "Aħna għandna nies responsabbli biżżejjed fl-Awtorita' Marittima li jekk ikun hemm bdot li ma jkunx qiegħed jagħti s-servizz tiegħu jieħdu ħsiebu, għaliex kif jafu huma, dan huwa xogħol ta' riskju u xogħol li jrid iġib l-unur lilhom u lill-mestier tagħhom.", "L-emenda li qed tissostitwixxi Artiklu 59 ta' l-Att prinċipali qiegħda tkopri l-bdot waqt il-qadi ta' dmirijietu, kemm jekk ikun qiegħed abbord kif ukoll jekk ikun qiegħed jiggwida l-bastiment mill-art, għaliex ix- xogħol tal-bdoti jsir kemm mill-art, bħal meta jkun il-maltemp, kif ukoll minn abbord.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se naraw li l-pilotaġġ isir b'mod aktar effiċjenti u mingħajr telf ta' ħin għax b'hekk il-bdot ikun iħossu iktar żgur f'dak li jkun qed jagħmel Dan ma jfissirx li se jkun hawn it-traskuraġni.", "Allaħares meta nagħmlu limitu jkun hawn it- traskuraġni!", "Qabel, il-bdoti u l-Awtorita' Marittima ma kenux iħossuhom koperti bil-liġi għax kienu jħossuhom li kienu miftuħin beraħ għal li jista' jinqala'.", "L-ex-Ministru Michael Frendo qal - dan huwa veru - li l- ispejjeż tal-bċejjeċ tal-baħar huma enormi.", "Qabel ma saret din l-emenda kemm l-Awtorita' Marittima kif ukoll il-bdoti ma kienu koperti b'xejn u kont tista' tfittxhom għal kemm trid.", "Kif qalu l-kollegi ta' qabli dawn il-liġijiet mhux f'Malta biss qed jidħlu imma kullimkien.", "B'din il-liġi aħna qegħdin insaħħu idejn l-Awtorita' Marittima u jdejn il-bdoti.", "Aħna rridu nifhmu li jekk il-bdot se jkun kopert ma jistax jeħel aktar minn Lm5,000 flimkien mal-kontijiet ta' pilotaġġ u irmiġġ dovuti għal dak il- każ.", "S'issa, nirringrazzjaw 'l Alla, qatt ma kellna bdot li ġie mfittex għad- danni u llum, permezz ta' din l-emenda, qegħdin ngħidu li kemm il-bdot, kif ukoll l-Awtorita' Marittima, l-iktar somma li jistgħu jfittxuhom għaliha hija ta' Lm5,000.", "Imbagħad f'Subartiklu 59 (3) ġdid, kif propost fi klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi, hemm spjegat x'inhu kopert minn- Subartiklu (2).", "Huwa għalhekk li dawn il-provvedimenti ġodda li qegħdin jitfasslu wara li saru konsultazzjonijiet ma' kull min huwa interessat se jsaħħu jdejn kulħadd.", "Huwa importanti li dawn in-nies jiġu koperti u dan kien l-għan li għalih saru t-taħdidiet mal-unions, kemm taħt il-Gvern preċedenti u kemm issa.", "Kien hemm min qalilna li ma bdilna xejn mill-abbozz ta' liġi kif kien qabel.", "Jiena ngħid li jekk l-emenda li qegħdin nipproponu hija waħda tajba allura ma kellniex għalfejn inkissruha biex inkunu nistgħu ngħidu li għamilniha aħna.", "Din hija xi ħaġa li l-Kamra kollha qablet li kien hemm bżonnha - u dan aħna fhimnih anke meta konna fl-Oppożizzjoni - u qed nieħu pjaċir li bħalma aħna ma konniex se nivvotaw kontra din il-liġi, l- Oppożizzjoni ta' llum m'hijiex se tivvota kontra tagħha.", "Ngħid għalija tkun ġennata li meta niġu biex niddiskutu liġi ta' importanza nazzjonali nispiċċaw biex ma naqblux fuqha.", "Huwa veru li din damet sabiex tressqet f'dan il-Parlament imma, kif spjegajt fil-bidu, dan ma kienx minħabba xi traskuraġni tal-Gvern Nazzjonalista u lanqas bi traskuraġni min-naħa tal- Gvern preżenti, imma ġara li ġara għaliex kienet issejħet l-elezzjoni u dan l-abbozz ta' liġi kien baqa' fuq l-aġenda.", "GĦalkemm m'għandhiex x'taqsam strettament ma' din il-liġi nixtieq nitkellem dwar xi ħaġa oħra.", "Qed nirriferi għall-istat miżeru tal-quarters tal-bdoti li hija xi ħaġa li l-Gvern preżenti se jieħu ħsiebha.", "Fil-fatt jiena diġa' bdejt taħdidiet mal-General Workers' Union li tirrappreżenta lil dawn il-ħaddiema u flimkien ma' l-Awtorita' Marittima qegħdin niddiskutu sabiex insibulhom post diċenti għaliex mill-post li għandhom il- bastimenti ma jarawhomx ġejjin.", "Ma jistax ikun li xi ħadd jara bastiment ġej minn wara sur.", "Barra minn Malta rajt uffiċini ta' bdoti suret in-nies u għalhekk bħalma qegħdin nitkellmu dwar l-immodernizzar tal-port - għadna kemm għamilna bankini ġodda u se nagħmlu dwana ġdida - naraw kif nagħmlu uffiċini diċenti għall dawn il-bdoti.", "Dawn in-nies jagħtu servizz tajjeb u qatt ma taw trouble lil ħadd.", "Huma wkoll nies li għandhom responsabbilta' kbira għaliex meta jieqfu huma tkun waqfet waħda mill-arterji kbar tal- pajjiż u biex jieqfu mix-xogħol veru jridu jkunu mxebbgħin sa mneħirhom, u għalhekk huwa meħtieġ li nieħdu ħsiebhom.", "Jien fis-snin sittin ħdimt ma' dawn in-nies u man-nies tax-xatt li għandhom xogħol iebes u fl-istess ħin bżonnjuż.", "Dawn in-nies ħadmu u taw sehemhom bir-reqqa taħt kwalunkwe ċirkostanza.", "Aħna għandu jkollna obbligazzjoni lejhom għax huma l-ewwel ambaxxaturi ta' pajjiżna.", "Din il- liġi li għandna quddiemna qed tkopri l-interessi tagħhom u l-fatt li hemm qbil miż-żewġ naħat dwarha juri r-rikonoxximent tagħna lejhom.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta, Att XVII ta' l-1991\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta li għadna kemm għaddejna mill-istadju tat-Tieni Qari jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta, Att XVII ta' l-1991\" jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 21 ta' Mejju, 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa - it-Tieni Qari.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Madam Speaker, fis-seduta ta' nhar il-Ħamis li għadda, fid-diskussjoni dwar il-mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, smajna l-argument mill-kelliema tan-naħa l-oħra li l-Gvern għandu dan il-famuż mandat li jneħħi l-VAT u li jdaħħal il-liġi proposta tat-taxxi l-ġodda.", "Jien illum f'dawn il-ftit minuti nixtieq nittratta l-argument li qed jinġieb li t-tneħħija tal-VAT hija marbuta intimament mal-mandat elettorali li għandu dan il-Gvern.", "Nixtieq nistieden lill-Gvern biex jerġa' jħares sew lejn dak li wiegħed dwar it-tneħħija tal-VAT u jara jekk verament huwiex marbut li jagħmel dak li qed jipproponi jew jekk għandux, fl- interess tal-pajjiż u ta' l-irġulija, jerġa' jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu u jersaq qrib dak li kien ġie propost fir-riżoluzzjoni li kellha l- Kamra quddiemha nhar il-Ħamis li għadda.", "M'hemmx dubju li l-Malta Labour Party ma wegħedx ħafna fil-programm elettorali konċiż tiegħu, anzi forsi għax kellu xi patt max-xitan żgur li ma wegħedx anġli jiżfnu.", "Il-wegħdiet kienu li joħroġ lil Malta mill- Partnership for Peace, li ma jidħolx fl-Unjoni Ewropea u li jneħħi l-VAT fi żmien sitt xhur.", "Dawn kienu wegħdiet li sa ċertu punt malajr tattwahom.", "Mill-Partnership for Peace ħriġna b'daqqa ta' pinna; li nibdlu r-rotta ta' l-Ewropa kienet ħaġa faċli għax daħħalna l-applikazzjoni fil-friża u tajna ċans lill-pajjiżi l-oħra li kienu fil-queue warajna - bħar-Repubblika Ċeka - biex jaqbżuna; u l-wegħda li l-VAT titneħħa fl-ewwel sitt xhur kienet ftit iktar diffiċli u aktar komplessa biex tintlaħaq.", "Għalhekk din timmerita analisi xi ftit iktar profonda.", "Il-wegħda tal-Partit Laburista rigward il-VAT kienet li jneħħu din it- taxxa u minflokha jdaħħlu s-sistema ta' dazji u sisa li kien hemm qabel Jannar 1995, wegħda li kienet immirata b'suċċess lejn iċ-ċittadin konsumatur kif ukoll lejn iċ-ċittadin negozjant, partikolarment iċ-ċittadin negozjant iż-żgħir.", "Din il-wegħda kienet intiża li taġevola lill-konsumatur billi l-VAT ġiet impinġija bħala r-raġuni wara l-għoli tal-ħajja filwaqt li kellha taġevola lin-negozjant billi teliminalu dak kollu fis-sistema tal- VAT li tant kien qed jinkwetah, speċjalment fil-fażi ta' l-introduzzjoni tagħha.", "Issa ħalli naraw kemm kienet flokha l-allegazzjoni li l-ħajja għoliet minħabba l-VAT.", "Sa ftit taż-żmien ilu kien jingħad ħafna li l-ħajja taħt Gvern Nazzjonalista għoliet.", "Mur obsor!", "Anke qabel ma daħlet il-VAT għoliet il- ħajja.", "L-uniku mod kif tista' trażżan l-għoli tal-ħajja f'pajjiż bħal tagħna huwa li ma timporta xejn u tikkontrolla l-prezzijiet.", "Dawn iż-żewġ metodi esperjenzajnihom taħt il-gvernijiet Laburisti tas-snin sebgħin li r- riżultat tagħhom nafu fejn wassal lill-pajjiż.", "Fl-aħħar mill-aħħar dawn kienu metodi li ma rnexxewx fl-iskop limitat tagħhom għaliex il-ħajja xorta għoliet u bis-saħħa tagħhom marru tajjeb il-kutrabandisti, partikolarment dawk li kienu midħla sew tal-gvern tal-ġurnata.", "Madam Speaker, ir-ri-introduzzjoni tas-sistema tad-dazji mlaqqma sisa żgur li tappella lil dawk li għandhom vokazzjoni għal kutrabandu.", "Ġieli jintuża l-argument li l-kutrabandu huwa l-mod kif iżżomm il-prezzijiet l- isfel.", "Jien ma nafx jekk huwiex dan li għandu f'moħħu l-Gvern sabiex jikkontrolla l-għoli tal-ħajja.", "Dan qed ngħidu għaliex ma tistax tgħid li se tneħħi l-VAT biex tikkontrolla l-għoli tal-ħajja.", "Il-mistoqsija li tiġi waħedha hi: Il-Gvern kif se jikkontrolla l-għoli tal-ħajja b'dawn il- liġijiet il-ġodda?", "S'issa għad m'hawnx tweġiba għal din il-mistoqsija anzi hawn qbil ġenerali li r-ri-introduzzjoni tad-dazji mhux talli mhux se trażżan l-għoli tal-ħajja talli se tkompli tgħolli l-ħajja.", "Dan l-aspett ġie diskuss f'diversi dibattiti f'din il-Kamra u llum naħseb li l-poplu kollu fehem il-vantaġġ tas-sistema bbażata fuq refunds ta' l-ammont li jkun tħallas għal sistema bbażata fuq dazji fejn, per eżempju, tbigħ jew ma tbigħx tħallas xorta waħda u fejn is-sistema ta' taxxi hija cascading u l- profitt jiġi kkalkolat mhux biss fuq il-valur miżjud iżda wkoll fuq l- ispejjeż ta' l-intrapriża.", "Mela fuq il-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja nistgħu naslu għall-konklużjoni li kemm-il darba s-sistema l-ġdida fiha nnfisha ma tikkontrollax u ma trażżanx l-għoli tal-ħajja allura kwalunkwe sistema, tissejjaħ x'tissejjaħ, li hija ntiża biex tissostitwixxi l-VAT u li fiha nnifisha ma trażżanx l-għoli tal-ħajja ma tissodisfax il-wegħda elettorali, anzi tkun qed tikser dik il-wegħda.", "Għalhekk jekk nibdlu l-VAT ma sistema li ma trażżanx l-għoli tal-ħajja l-Gvern ikun qed jikser il- mandat elettorali.", "Madam Speaker, il-Gvern ikun qed jikser il-mandat elettorali wkoll jekk bis-sistema l-ġdida ma jneħħix dawk l-elementi kollha tal-VAT li jirrenduha mhux popolari, partikolarment fil-fażi ta' l-introduzzjoni tagħha.", "Mill- indikazzjonijiet li għandna fil-white paper jidher li dawn l-elementi se jibqgħu hemm.", "Huwa ovvju li se tibqa' l-ħtieġa li kull operatur ekonomiku jiġi reġistrat bħala tali; se jibqgħu jingħataw l-irċevuti jew il- kontijiet fiskali; se jibqgħu jiġu ntaxxati s-servizzi permezz ta' taxxa msejħa \"sisa fuq servizzi\" magħżula b'xi eżenzjoni lill-konsumaturi; se tibda tinġabar 15% taxxa fuq l-importazzjoni, liema taxxa issa se tkun sisa li ma tkunx rifondibbli; u se tibqa' tinġabar taxxa fuq il-valur miżjud fil- proċess tan-negozju permezz ta' taxxa msejħa \"sisa fuq prodotti\".", "Madam Speaker, l-audit trail mhux talli se jibqa' hemm talli se jissaħħaħ b'theddid ta' ħabs għal min jabbuża u b'lotterija u rigali għall- konsumaturi li jogħġobhom jikkoperaw u jiġbru l-irċevuti fiskali.", "Meta tibda taħseb li s-sisien ta' sistema moderna u trasparenti qed jinbena fuq lotterija marbuta ma' irċevuti jibdew jidħlulek id-dubji dwar is-serjeta' tas-sistema, is-serjeta' ta' min qed imexxi l-pajjiż u fejn sejrin u dwar il-kompetenza ta' min hemm wara din l-iskema.", "Wara din l-iskema żgur li m'hemmx l-Onor.", "Spiteri għaliex il-lotterija ma dehritx fil-proposti ta' l- ewwel fażi li suppost kien ħejja hu.", "Jista' jkun li hemm xi moħħ ta' xi ekonomista jew ta' xi stratega merċenarju li jiddisprezza ċ-ċokon tagħna billi jagħraf li lill-poplu Malti aktar jinteressawh il-lotteriji milli l- moralita' fiskali.", "Madam Speaker, ikun tajjeb li wieħed janalizza wkoll il-mandat elettorali mill-punto di vista tan-negozjant u l-imprenditur iż-żgħir billi jara x'kienet ir-reazzjoni tiegħu għas-sistema li qed tiġi proposta mill-Gvern.", "Kien hawn kundanna assoluta u unanima.", "Biżżejjed jingħad li dawk l-erba' korpi kostitwiti, li qed jippareteċipaw mal-Gvern fl-introduzzjoni ta' din is-sistema permezz ta' kumitat li twaqqaf, qed jagħmlu hekk - din iddikjarawha pubblikament - mhux biex itejbu s-sitwazzjoni attwali imma biex jipprovaw irażżnu l-ħażin li bilfors se jitwettaq.", "Dawn qed jipparteċipaw mhux għax jaħsbu li din is-sistema hija tajba iżda biex jillimitaw il-ħsara li s-sistema proposta se tagħmel.", "Ara fiex ġie l- pajjiż f'qasir żmien!", "Qed nintroduċu sistema ġdida u nikkoperaw mal-Gvern billi nipparteċipaw f'damage containment exercise.", "Jekk mill-punto di vista tal-konsumatur se ndaħħlu sistema li se tgħolli l-ħajja, u mill-punto di vista tan-negozjant is-sistema mhux talli mhux se tneħħi l-iskumditajiet li kien hemm fil-VAT iżda se tikkrea effett negattiv, allura x'sens hemm li l-Gvern ikompli jwebbes rasu u jibqa' jirrepeti li se jneħħi l-VAT għaliex għandu l-mandat popolari?", "Madam Speaker, illum ħareġ ċar li l-mandat popolari għas-sistema l-ġdida ma jeżistix.", "Kif jista' qatt wieħed jitkellem fuq mandat popolari biex idaħħal sistema meta proprju fil-mument li wegħdu ma kenux jafu x'se jdaħħlu?", "Mhux talli meta wiegħed li se jneħħi l-VAT u jdaħħal sistema ġdida ma kienx jaf x'se jdaħħal talli lanqas illum, sitt xhur wara, għadna ma nafu eżattament x'għandu f'moħħu l-Gvern.", "Possibbli partit serju li rebaħ elezzjoni daqshekk diffiċli iwiegħed xi ħaġa u ma jkollu l-ebda rapport li fuqu se jibbaża dan it-taqlib?", "Fl-aħħar mill-aħħar fis-sistemi tat-taxxi, kwalunkwe bidliet fihom infushom huma taqlib u jġibu skonvolġiment fil-pajjiż.", "Jiena ma nemminx li dak iż-żmien il-Partit Laburista ma kellux rapporti u allura jekk kellu rapporti - il-Prim Ministru huwa akkanit għar-rapporti u biżżejjed wieħed jagħti daqqa ta' għajn lejn kemm-il rapport ġie mħejji malli nbidel il-gvern - għaliex qatt ma rajnihom?", "Għaliex qatt ma tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk il- Gvern ma kellux rapport allura iktar u iktar ngħidlu: Kif tista' tgħid li kellek mandat biex tagħmel xi ħaġa jekk lanqas biss kont taf xi trid tagħmel!", "Madam Speaker, jien bdejt nissuspetta li llum qed jirripetu l-istess argument sabiex forsi huma stess jibdew jemmnuh u fil-fatt kull min hu dilettant tal-propaganda jaf l-effetti tar-ripetizzjoni fuq l-imħuħ, inkluż fuq moħħu stess.", "GĦalhekk nagħlaq billi ngħid lill-kelliema tal-Gvern li jekk iridu jbiddlu l-liġi dan jistgħu jagħmluh għaliex għandhom il- maġġoranza tas-siġġijiet pero' ma jipprovawx jibqgħu ibellgħuha lilna, lilhom infushom u liċ-ċittadin billi jgħidu li huma kostretti li jagħmlu dan għaliex għandhom l-imbierek mandat elettorali.", "Mandat bħal dan għandu jkun ċar u inekwivoku - żgur li m'hux il-każ hawnhekk - u anke kieku għall- argument biss dan il-mandat kien verament ċar, mandat bħal dan għandu dejjem ikun soġġett għall-interess nazzjonali u għas-sens komun.", "Sfortunatament nafu li s-sens komun mhux dejjem huwa l-iktar sens komuni u għar-rigward l-interess nazzjonali f'dan il-każ jidher li hawn qbil unanimu fil-pajjiż dwar dan.", "Jien nistieden lill-Gvern sabiex jirrifletti fuq dak li qed jgħid li jrid jagħmel u jagħti kas ta' dawk li qed jgħidulu li m'huwiex fl-interess nazzjonali li jidħlu dawn il-liġijiet il-ġodda bil-mod kif qed jiġu proposti.", "U biex ma niġix interpretat li jien għandi xi streak ta' arroganza, allavolja għaddiet dik il-mozzjoni bil-mod kif għaddiet nhar il- Ħamis li għadda, jiena xorta nerġa' nistieden lill-Gvern biex jerġa' jifli l-kontenut ta' dik il-mozzjoni - li ma kienet xejn ħlief daqqa ta' id għall- Gvern, fejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed joffri l-għajnuna tiegħu lill- Prim Ministru biex ikun hemm consensus nazzjonali fuq materja daqshekk importanti - u jara sewwa dawk l-emendi u jekk huwa raġel ibiddel ir-rotta fl-interess ta' pajjiżna li aħna lkoll nirrispettaw.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, fis-seduta ta' nhar it-Tlieta, 13 ta' Mejju l-Onor.", "Edwin Grech, Ministru tal-Ħarsien Soċjali għoġbu jagħmel diskors fuq il-kwestjoni tas-sitwazzjoni tal-qgħad f'pajjiżna u f'dak id- diskors iddeċieda li jagħmel attakk sfrenat kontra l-Oppożizzjoni.", "Dan kollu għaliex din in-naħa tal-Kamra qiegħda kontinwament tipprova taqdi dmirha lejn il-pajjiż billi tressaq il-kritika tagħha, tipprova tiftaħ għajnejn il-Gvern għar-realtajiet li qegħdin niffaċċjaw u tipprova tindirizza lill-Gvern lejn is-soluzzjonijiet li aħna jidhrilna li huma tajbin għas-sitwazzjoni li pajjiżna qiegħed jiffaċċja.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Grech għoġbu juża kliem bħal - se nikkwota mit- text tad-debate li għandi f'idejja - \"ħmieġ\", \"gideb\", \"ipokresija\", \"irresponsabbilta'\" u diversi aġġettivi dispreġġjattivi li jien kont naħseb li spiċċaw mill-vokabularju li jintuża f'dan il-Parlament.", "Aktar kemm jgħaddi ż-żmien donnu aktar qiegħed joħroġ dan l-istil ta' attakk min- naħa tal-Gvern lejn l-Oppożizzjoni.", "Matul id-dibattitu li kellna nhar il- Ħamis li għadda dwar il-mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ntuża dan l- istil ta' attakk ukoll għax il-fatt li l-Oppożizzjoni ressqet għad- diskussjoni mozzjoni quddiem dan il-Parlament ġiet deskritta mill-Prim Ministru bħala xi ħaġa anti-demokratika.", "Sewwa jgħidu li l- interpretazzjoni ta' dak li huwa demokratiku u dak li m'huwiex inqalbu rashom 'l-isfel u saqajhom 'il fuq, almenu min-naħa tal-Gvern.", "Jien personalment jidhirli li d-diskors ta' l-Onor.", "Grech ma kien xejn ħlief reazzjoni isterika għall-fatt li aħna nħarsu lejn dak li qed jiġri bis- serjeta' u nipprovaw insibu soluzzjonijiet għall-problemi li niltaqgħu magħhom.", "Madam Speaker, bid-diskors tiegħu l-Onor.", "Membru reġa' kkonferma li l- qagħda ta' l-impjiegi f'pajjiżna m'hijiex sejra tajjeb u kemm mid-diskorsi li saru f'dan il-Parlament kif ukoll mid-diskorsi li saru barra minn dan il- Parlament jidher li l-Gvern iddeċieda li d-difiża tiegħu għal dan l-istat preokkupanti tkun li din il-qagħda ilha sejra ħażin minn qabel l-elezzjoni li għaddiet u allura dan kollu huwa kkaġunat mill-Gvern Nazzjonalista.", "L- Onor. Grech saħansitra qed jgħid li l-qagħda ilha sejra lura minn mindu daħlet il-VAT f'pajjiżna, jiġifieri minn Jannar ta' l-1995, u hawnhekk jidher ċar li dan l-Onor.", "Membru qed jipprova jiġġustifika l-fatt li llum pajjiżna qed jiffaċċja kriżi li ħarġet mill-istatistika li fl-aħħar ġiet ippubblikata.", "Fil-fatt ħalli nikkwota din is-sentenza mid-diskors li għamel l-Onor.", "Grech:", "\"Għalhekk huwa evidenti li s-sensji li qed jingħataw issa huma frott il-politika żbaljata u staġnata li kien qabad il-Gvern Nazzjonalista bid-dħul tal-VAT u bl-ossessjoni tagħhom li jdaħħalna fl-Unjoni Ewropea.\".", "Madam Speaker, issa ħalli naraw jekk l-Onor.", "Grech u l-Gvern Laburista għandhomx raġun meta qed jgħidu li s-sitwazzjoni kienet ilha sejra ħażin minn mindu daħlet il-VAT f'pajjiżna.", "Pero' hawnhekk se jkolli nieħu riskju għax aħna, il-Membri ta' l-Oppożizzjoni, qed ninnotaw li kull darba li xi ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jiftaħ ħalqu mill-ewwel qed jiġi mgħajjar li huwa Frankist u dan meta bil-Kostituzzjoni huwa d-dmir tagħna li naqdu l- funzjoni tagħna f'dan il-Parlament.", "Issa meta aħna qed niġu mgħajrin Frankisti kważi qed niġu deskritti bħala Faxxisti u xewwiexa u dan kollu għaliex f'dan il-Parlament niftħu ħalqna u nressqu l-kritika tagħna!", "Saħansitra qed niġu mgħajra \"giddibin\".", "Dan huwa kliem li ntuża mill- kelliema tan-naħa tal-Gvern, inkluż il-Prim Ministru, fil-konfront ta' l- Oppożizzjoni minħabba li l-Oppożizzjoni qed taqdi dmirha hawn ġew.", "Donnu li l-Gvern qed jaħseb li biex oppożizzjoni tkun kostruttiva trid tfaħħar lill-Gvern għad-diżastri, għall-problemi u għad-deċiżjonijiet żbaljati li qed jieħu.", "Imma jien iddeċidejt li nieħu dan ir-riskju u jekk hemm xi ħadd li beħsiebu jgħidli li jien Frankist jew xewwiex għax qed naqdi d-doveri tiegħi f'dan il-Parlament dik hija affari tiegħu għax lili li jinteressani huwa li naqdi d-doveri tiegħi.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Grech u l-Gvern Laburista iridu jiddeċiedu fl- iskiżrofrenja tagħhom.", "Issa għal min ma jafx tajjeb li ngħid li skiżrofrenja hija sitwazzjoni meta bniedem jispiċċa f'żewġ pożizzjonijiet kontra xulxin jew aħjar b'żewġ karattri differenti minn xulxin.", "Jien qed nuża din il-kelma għax donnu l-Gvern f'ċertu mument jgħid mod u mbagħad meta jaqbillu jgħid bil-kontra ta' dak li jkun għadu kif qal.", "Għax jekk jien personalment m'iniex kapaċi nikkonvinċi u nipperswadi lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali li dak li qal bħal-lum tmint'ijiem huwa żbaljat, allura forsi jista' jikkonvinċih u jipperswadih id-diskors tal-budget li kien għamel l-Onor.", "Spiteri f'wieħed mill-iktar mumenti importanti ta' dan il- Parlament.", "Ħalli nikkwota kelma b'kelma parti żgħira minn paġna 24 tad- diskors tal-budget fejn jingħad li:", "\"Fl-ewwel disa' xhur ta' l-1996 il-prodott gross domestiku f'termini nominali hu kalkulat li żdied b'6.9% għal Lm884.3 miljun jew 4% f'termini reali.", "L-ammont minfuq għall-konsum kien jirrifletti l- aktar iż-żieda fl-impjiegi u dħul aktar għoli ... għall-ħaddiema tagħna.\".", "Jien naħseb li ma jistax ikun hemm dikjarazzjoni iktar ċara minn din li qed tikkonferma ż-żieda fl-impjiegi li kien hawn f'dan il-pajjiż matul ix- xhur ta' l-1996, jiġifieri sena wara li daħlet il-VAT.", "Issa ħalli nikkwota parti minn paġna 25 ta' l-istess diskors tal-budget fejn hemm li:", "\"Il-prodott gross domestiku at factor cost huwa stmat li tela' għal Lm783.1 miljun minn Lm729.4 miljun sena qabel.", "Id-dħul mill-impjiegi tela b'Lm30.9 miljun jew b'7.9% għal Lm421 miljun.", "Din iż-żieda kienet riflessa fl-istima ta' dħul medju tal-ħaddiema, li tela' f'termini nominali b'Lm4.37c jew b'5.8% għal Lm79.35c.", "F'termini reali huwa stmat li tela' bi 3.1%.", "Dan id-dħul medju huwa maħdum fuq medda wiesgħa ta' nies bi dħul baxx kif ukoll minn numru ferm inqas li d-dħul tagħhom kien ikun ħafna iktar għoli\".\"", "Din id-dikjarazzjoni ma tgħidx biss li żdiedu l-impjiegi fl-1996 imma wkoll li l-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi tal-ħaddiema tagħna kienu dejjem qed jitjiebu.", "Imbagħad f'paġna oħra nsibu wkoll li:", "\"Il-profitti huma stmati li telgħu b'6.7% ...\",", "- u li -", "\"Il-kontribut tas-settur produttiv żdied bi 3.6% biex tela' għal Lm278.4 miljun.", "Dan jirrifletti żieda fl-attivitajiet kollha li jaqgħu f'din il-kategorija.", "Il-qasam tas-servizz żdied b'9.8%, l- aktar minħabba l-attivitajiet konnessi mas-setturi tat-trasport u komunikazzjonijiet, l-assikurazzjoni, il-banek u l-proprjeta', mis- servizzi privati u minn dħul ieħor mill-proprjeta'.\".", "Imbagħad fost affarijiet oħra paġna 26 tad-diskors tal-budget tgħid hekk:", "\"In-numru ta' nies jaħdmu żdied b'1,819 matul is-sena sa Settembru tal- 1996, bis-settur privat u dak pubbliku jikkontribwixxu t-tnejn għal livell ogħla ta' impjiegi.", "Is-settur tas-servizzi sostna ż-żieda fl- impjiegi tas-settur privat għalkemm parti minnha setgħet kienet attivita' li qabel kienet fl-ekonomija moħbija.\".", "Madam Speaker, għalhekk anke hawn l-Onor.", "Spiteri qed jikkonferma li fl- ewwel disa' xhur kien hemm żieda ta' 1,819 impjieg imma qed jgħid ukoll li parti minn din iż-żieda hija frott l-effett pożittiv tas-sistema tal-VAT.", "Madam Speaker, allura jekk il-pożizzjoni reali kienet dik li semma l- Onor. Spiteri, il-Gvern kif qed jipprova jiġġustifika s-sitwazzjoni li qiegħed fiha billi jgħid li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kien hemm xi forma ta' diżastru?", "Jekk illum wieħed jisma' din l-argumentazzjoni li qed iġib il-Gvern u jerġa' jaqra d-diskors tal-budget ta' Frar li għadda - għax dan id-diskors tal-budget li għadni kif ikkwotajt m'huwiex ta' xi għaxar snin ilu - wieħed bilfors ikollu jistaqsi min hu Jekyll u min hu Hyde.", "Kif il-Ministru Grech u l-Gvern Laburista llum qed jgħidu kompletament il- kontra ta' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Spiteri li dak iż-żmien kien il- ministru responsabbli mill-finanzi?", "Wara kollox l-istatistika li għandna tikkonferma li minn Jannar ta' l-1995, jiġifieri minn meta daħlet il-VAT, sa Ottubru ta' l-1996 l-impjiegi f'dan il-pajjiż żdiedu b'iktar minn 6,000.", "Jien naħseb li din l-istatistika ħadd ma jista' jmeriha u din fil-fatt qiegħda hemm biex kulħadd ikun jista' jaraha b'għajnejh u jmissha b'idejh.", "Madam Speaker, il-Ministru Grech nhar it-Tlieta li għaddew kompla d- diskors tiegħu - liema diskors jien ngħid li huwa denju ta' min jagħmel il- gabirjoli fiċ-ċirku - billi għamel eżerċizzju li spjegah b'dan il-mod:", "\"L-istampa globali turi li bejn Mejju 1996 u April 1997 il-qgħad żdied b'1,330.", "Minn dawn 1,071 jew aktar minn 80% żdiedu fl-aħħar xhur tal- Gvern Nazzjonalista.\".", "Issa hawn ikun tajjeb jekk nispjega lil kull min qed isegwina li min jagħmel eżerċizzju bħal dan ma jkunx qed ikun ġust u sinċier u għalhekk qatt ma għandu jsir eżerċizzju simili għaliex wieħed irid japprezza l-fatt li l-qasam ta' l-impjiegi jgħaddi minn staġuni differenti.", "Dan bħal meta, per eżempju, filwaqt li fix-xhur tax-xitwa, il-fabbriki li jipproduċu s- soft drinks jkollhom ftit bejgħ, fis-sajf il-bejgħ tagħhom jisplodi minħabba li tkun daħlet is-sħana.", "GĦalhekk dan il-bejgħ nistgħu nsejħulu bħala staġonali u l-istess jista' jingħad għall-impjiegi għaliex għall- ħabta ta' Ġunju u Lulju n-numru ta' nies li jirreġistraw għax-xogħol awtomatikament jiżdied minħabba li jkun hemm diversi studenti li jkunu spiċċaw l-iskola u jkunu laħqu l-eta' biex imorru jaħdmu.", "Hawn nista' nsemmi wkoll li jkun hemm diversi żgħażagħ li jiġu mpjegati biss għax-xhur tas-sajf u għalhekk meta jerġa' jibda jersaq Settembru wieħed jinnota li n- numru ta' dawk li jirreġistraw jogħla minħabba li dawn ikunu spiċċaw mill- impjieg temporanju tagħhom.", "GĦalhekk hija ħaġa mill-iktar normali li f'pajjiżna n-numru ta' dawk li jirreġistraw jiżdied għall-ħabta ta' Lulju u ta' Ottubru.", "Madam Speaker, imma fil-fatt x'għamel il-Ministru biex wasal għal din il- figura ta' qgħad matul Mejju 1996 u April 1997?", "Il-Ministru konvenjentement qabad dak li sar - jien għalhekk għidt li dan kien qisu qed jagħmel il-gabirjoli fiċ-ċirku - u dak li ma sarx fil-qasam ta' l-impjiegi minn Mejju sa Ottubru ta' l-1996, qabad dak li sar u li ma sarx fl-istess qasam minn Ottubru ta' l-1996 sa April ta' l-1997 u pparagunahom biex issa qed joqgħod jiftaħar kemm żdied il-qgħad taħt il-Gvern Nazzjonalista.", "Imma jien ngħid li mhux sew li jsiru dawn it-tip ta' argumenti għaliex kieku, per eżempju, kellna ngħidu lill-mara tad-dar sabiex tipparaguna l-flus li kellha fil-portmoni fl-ewwel ġimgħa tax-xahar ma' dawk li kellha fl-aħħar ġimgħa tax-xahar din żgur li ssib li fl-ewwel ġimgħa tax-xahar kellha ħafna iktar flus mill-aħħar ġimgħa tax-xahar għax sa l-aħħar ġimgħa tax-xahar tkun nefqet kollox u tkun qed tistenna paga oħra dieħla.", "Imma dan ma jfissirx li l-mara tad-dar għandha paga jew li r-raġel qed iġibilha paga aħjar fit-tieni xahar milli mill-ewwel xahar!", "Imma l-Ministru għoġbu jagħmel dan it-tip ta' argument li, fl-opinjoni tiegħi, m'huwiex ġust.", "Madam Speaker, jiena jinkwetani iżjed u iżjed il-fatt li fid-diskors tiegħu - fil-parti li kkwotajt fil-bidu ta' l-intervent tiegħi - il- Ministru qal li l-Oppożizzjoni hija ossessjonata bl-Ewropa.", "Din hija l- vera differenza bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.", "Din hija l-vera differenza bejn is-sitwazzjoni ta' dan il-pajjiż sa Ottubru ta' l-1996 u s-sitwazzjoni minn Novembru ta' l-1996.", "Id-differenza vera m'hijiex li issa hemm Gvern Laburista u qabel kien hemm Gvern Nazzjonalista, imma hija li sa Ottubru ta' l-1996 Malta kellha direzzjoni ċara ankrata ma' l-applikazzjoni biex hi ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea u dik waħedha ġabet ġid kbir għal dan il-pajjiż.", "Dan l-argument hemm bżonn nagħmluh.", "Il-ġid li dan il-pajjiż gawda matul is-snin li għaddew kien ġid li ġie għas-sempliċi fatt u żgur minħabba l-fatt - fost raġunijiet oħra u diversi argumenti oħrajn - li aħna wassalna messaġġ lid- dinja kollha li ridna nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dak il-fatt waħdu ġab il-ġid lejn pajjiżna, aħseb u ara l-ġid li kien jiġi malli konna nidħlu!", "X'ġara f'Novembru ta' l-1996?", "F'Novembru ta' l-1996 il-Gvern Laburista ddeċieda li jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta biex insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din hija d-differenza bejn iż-żewġ partiti u huwa għalhekk li qabel kellna l-ġid u issa m'għandniex dak il-ġid u li qabel kien hawn is-serħan tal-moħħ u issa m'hawnx is-serħan tal-moħħ.", "Aħna qegħdin nitkellmu b'dan il-mod għaliex ninkwetaw meta nisimgħu lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali - u l-Gvern miegħu - jgħid li aħna ossessjonati bl-Unjoni Ewropea.", "Aħna ossessjoni waħda biss għandna li naraw lil dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem, li l-poplu tagħna jgawdi kwalita' ta' ħajja aħjar u li dan il-pajjiż igawdi stima u dinjita' mad-dinja kollha dejjem aħjar xahar wara l-ieħor.", "Allura d-dover tagħna f'dan il- Parlament huwa li niftħu għajnejn il-Gvern.", "Jiena nagħlaq billi nappella lill-Gvern sabiex privatament fl-uffiċċini tiegħu - fejn la għandu gazzetti, la għandu oppożizzjoni preżenti u lanqas ħadd - isakkar il-bieb u jistudja bir-reqqa l-implikazzjoni tad- deċiżjonijiet li ħa s'issa, li qiegħed jieħu u li se jieħu fil-ġranet li ġejjin.", "L-ebusija tar-ras ma sservi għal xejn ħlief biex tkabbar il-ħsara li tkun qed issir.", "Din issa m'għadhiex kwestjoni ta' ġustifikazzjoni politika imma hija kwestjoni li tolqot l-għajxien ta' ħafna familji tagħna li huma mħassbin.", "Hemm bżonn li l-Gvern jieqaf jirifletti u jasal għal deċiżjonijiet li verament huma fl-interess ta' dan il-pajjiż Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 21 ta' Mejju fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "P.A. - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "5436.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5124?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "P.A. - APPLIKAZZJONIJIET TA' L-MDP", "5457.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5126?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5126 se tingħata f'Seduta Nru. 70.", "GĦAWDEX: QALA - BIĊĊA ART", "5472.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari u t-tweġiba relattiva numru 3216 jgħid jekk għandux xi jżid wara li issa għaddew tliet xhur?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: F'dan l-istadju m'hemm xejn aktar x'inżid mat- tweġibiiet li diġa' tajt.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - KONSULENTI KLINIĊI", "5505.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm pazjenti ġew investigati u eżaminati mill-konsulenti kliniċi li jaħdmu fil-Health Centres?", "Jista' l-Ministru ġentilment jipprovdi breakdown?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, l-konsulenti li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa raw total ta' 857 ruħ.", "Dawn kienu mqassma hekk:", "Floriana Gzira Qormi Paola Total Jannar 89 90 53 90 322 Frar 84 75 52 59 270 Marzu 66 55 84 60 265 Total 239 220 189 209 857", "Dawn il-figuri ma jinkludux pazjenti li dawn il-konsulenti raw fil- kliniċi tal-Iskeda V.", "SAĦĦA - RIŻENJI TA' TOBBA", "5506.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk mis-26.10.96 sal-lum kienx hemm riżenji ta' tobba mill-Primary Health Care?", "Kemm huwa l-complement ta' tobba preżentement?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-perijodu bejn is-26 ta' Ottubru u t-13 ta' Mejju kien hemm żewġ tobba fil-grad ta' Senior Medical Officer li rriżenjaw mid-Dipartiment tal-Kura Primarja.", "Il-complement ta' tobba li fil-preżent hemm jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa huwa 73.", "SAĦĦA - MENTAL HEALTH REVIEW", "5507.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4707, jista' l-Ministru jwieġeb għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Mental Health Review huwa ifformat minn", "CHAIRPERSON", "Mr Justice V. Caruana Colombo CCD", "MEMBRI", "Ms Marika Sacco Dr Peter Muscat MD CRCP MRCS MRCP Psych (UK) (Cons.", "Psych) Ms M'Louise Borg", "SEGRETARJU", "Mr Alfred Zammit Montebello BA (Hons) ME & AFB Ps.", "S.C. Psych.C. Psych U.K.", "SPTAR MONTE CARMELI - AKKUŻI KONTRA ŻEWĠ IMPJEGATI", "5508.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4712, jista' l-Ministru jikkonferma li żewġ impjegati m'għadhomx jaħdmu fid-dipartiment u meta spiċċaw?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nerġa' nikkonferma li l-inkjesta Maġisterjali appuntata biex tinvestiga serq mill-Isptar Monte Carmeli għadha ma ppreżentatx ir-rapport finali tagħha u għaldaqstant sal-lum m'iniex f'pożizzjoni li nindika l-ismijiet konnessi mal-każ.", "Sadanittant m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba parlamentari numru 4712.", "SAĦĦA - PROĠETTI", "5509.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jwieġeb għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4762 tat-22.4.97?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija se titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR MONTE CARMELI - MARD", "5510.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4764, jista' l-Ministru jikkonferma li t- testijiet relevanti li saru għal \"inċidenza żgħira ta' diarrhea u remettar\" kienu jinkludu follow-up ta' għaxar pazjenti u li ntbagħtu kampjuni għall- analisi barra minn Malta?", "X'kien l-eżitu ta' dawn it-testijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-każi msemmija ta' diarrhea u remettar ġew investigati fost l-oħrajn permezz ta' testijiet barra minn Malta.", "Ir- riżultat preliminari ta' dan l-analisi kien negattiv.", "Dawn il-każijiet imsemmija, kif ukoll l-iġjene fl-isptar, qed jiġu nvestigati u segwiti mill-qrib mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.", "ĊIRKEWWA/MĠARR - ESPERTI MALTIN", "5530.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4888 fejn waqt il-ħin tal- mistoqsijiet inti għamilt riferenza għall-esperti Maltin oħra li qed jgħinu fil-proġett taċ-Ċirkewwa u l-Mġarr (Għawdex), jista' l-Prim Ministru jgħid barra esperti ta' l-Awtorita' Marittima u tal-Gozo Channel min huma dawn l- esperti oħra Maltin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq il-proġett taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, Għawdex hemm involuti direttament periti tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni kif ukoll tal-Kalaxlokk Co Ltd u tal-Freeport Corporation illi bejniethom għandhom snin twal ta' esperjenza fuq proġetti ta' xogħlijiet marittimi li saru hawn Malta.", "Dawn huma id-Direttur Ġenerali (Xogħlijiet) il-Perit Vince Cassar, ic-Chief Engineer il-Perit Patrick Grixti Soler, il-Perit Joe Bugeja u l-Perit Furtu Said.", "SIĠĠIEWI - PROVVISTA TA' ILMA", "5600.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' nuqqas ta' provvista ta' l-ilma għal ġranet sħaħ fil-ġimgħa li spiċċat 11 ta' Mejju, 1997 f'diversi nħawi fis-Siġġiewi?", "X'rapporti waslu fil-Korporazzjoni tas- Servizzi ta' l-Ilma?", "X'passi ttieħdu dwar dan l-inkonvenjent?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fit-12 ta' Mejju l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma permezz tad-Dipartiment ta' l-informazzjoni xandret \"press release\" fejn ingħatat spjegazzjoni dwar xogħlijiet li seħħew fil-parti mis- Siġġiewi matul is-Sibt u l-Ħadd, 10 u 11 ta' Mejju 1997.", "Kopja ta' dan id- dokument tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "F'Marzu ta' din is-sena l-korporazzjoni bdiet testendi s-servizz ta' \"Customer Care\" matul is-Sibtijiet, Ħdud u Festi Pubbliċi fejn il- konsumaturi jistgħu jċemplu fuq servizz ta' \"freephone\".", "Bejn dan is-servizz u s-servizz tal-\"Bowsers\" ġew reġistrati 40 telefonata li oriġinaw minn dawn it-toroq.", "H/E Binja Ħesri Dr Nikola Żammit Street St. Margaret Street Parish Street Dum Mikiel Azzopardi Street Mdina Road Prof. Neriku Vassallo Street", "Għaldaqstant il-korporazzjoni ħadet ħsieb li f'dawk il-jumejn tipprovdi servizz b'xejn permezz ta' l-\"bowsers\".", "SIĠĠIEWI - WESGĦAT IL-PALAZZ", "5601.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar l- iżvilupp ta' l-arja fis-Siġġiewi magħrufa bħala Wesgħat il-Palazz?", "Fiex jikkonsisti l-proġett kollu?", "Liema hu x-xogħol li għalih hu responsabbli l- Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u liema hu dak li għalih hu responsabbli l-Kunsill lokali tas-Siġġiewi?", "X'sar s'issa mill-proġett?", "X'jonqos li jsir biex il-proġett kollu jkun komplet u lest?", "X'inhu l- estimu ta' l-ispiża nvoluta?", "Kemm minnha se joħroġ il-Gvern ċentrali u kemm il-Kunsill Lokali?", "Meta l-arja ta' Wesgħat il-Palazz se tkun ġiet kompleta, abbellita u t-toroq kollha mogħtija t-tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SIĠĠIEWI - WESGĦAT IL-PALAZZ", "5602.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvatx il-proġett u ħarġet il-permessi kollha meħtieġa għat-tkomplija ta' l-iżvilupp ta' l-arja fis-Siġġiewi magħrufa bħala Wesgħat il-Palazz?", "X'permessi ħarġu s'issa, meta u għal xiex?", "X'permessi jonqos joħorġu, jekk hu l-każ, u fil-każ x'inhi l- pożizzjoni dwarhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill- istħarriġ li sar jirriżulta li l-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp approvat dawn l-applikazzjonijiet fl-area magħrufa bħala Wesgħat il-Palazz, kif ġej:", "PA 2783/93 Kostruzzjoni ta' `showroom', post għal abitazzjoni u garaxx fil- `basement'.", "Approvat fil-15 ta' Novembru 1993.", "PA 0074/95 Tiġdid ta' permess għal bini ta' dar bil-`basement' u garaxx għal użu domestiku.", "Approvat fit-12 ta' Lulju 1995.", "PA 3321/96 Bini ta' showroom, maisonette u garaxxijiet għal użu domestiku.", "Approvat fit-8 ta' Awwissu 1996.", "Bħalissa ma jidhirx li hemm applikazzjonijiet oħra pendenti, fil-lok imsemmi.", "SIĠĠIEWI - ASFALTAR", "5603.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jingħataw it- tarmac it-toroq kollha fl-inħawi Ta' Kirċippu fis-Siġġiewi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sas-16 ta' Mejju l-kunsilli lokali kienu miftehma li jgħatu informazzjoni dwar toroq li għandhom bżonn jiġu asfaltati fil-lokalitajiet tagħhom lil-\"Steering Committee\" mwaqqaf bejn il- Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u dak tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "Deċiżjonijiet dwar xogħlijiet indikati mill-Onor.", "Interpellant jittieħdu wara dan ix-xogħol ta' konsultazzjoni.", "SIĠĠIEWI - TRIQ NIKOLA ZAMMIT", "5604.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li biċċa art mhix żviluppata fi Triq it-Tabib Nikola Zammit, Siġġiewi, preċiżament biswit il- monument ta' l-istess Nikola Zammit, u li għandha faċċata ma' żewġ toroq oħra, tiġi preservata u akkwistata mill-Gvern u proġettata bħala ċentru ta' servizzi soċjali u residenzjali, għal matul il-jum u l-lejl, għall-anzjani, persuni b'diżabilita', persuni oħra bi bżonnijiet speċjali kif ukoll biex takkomoda servizzi oħra bżonnjużi sew tal-Gvern kif ukoll tal-Kunsill Lokali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali ta' l-Affarijiet tal-Familja u Welfare irċeviex rappreżentazzjonijiet dwar din l-art mill- Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jew minn xi għaqda partikolari?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninsab informat illi f'xi żmien matul l- Amministrazzjoni ta' qabilna, l-Onor.", "Interpellant, dak iż-żmien Ministru għall-Iżvilupp Soċjali, kien iddiskuta dan is-suġġett mad-Direttur Ġenerali responsabbli mit-Taqsima ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja ta' dak iż- żmien u proprju fuq l-istess linji.", "Jidher iżda illi kollox kien baqa' fi stat bikri għal tliet raġunijiet prinċipali li kienu:", "(i) Id-deċiżjoni dwar it-teħid jew il-kiri jew ix-xiri ta' l-art li għaliha qed jirreferi l-onor.", "Interpellant;", "(ii) Id-deċiżjoni finali ta' x'użu eżatt kellu jsir mill-art imsemmija ħalli jkun jista' jitqabbad perit biex isiru l-pjanti meħtieġa; u", "(iii) L-approvazzjoni finali mill-Finanzi tal-fondi meħtieġa għat-twettiq tal-proġett kif kien mixtieq minnu bħala l-Ministru li kien primarjament konċernat.", "Effettivament ma jidhirx li qatt ngħatat il-\"go-ahead\" biex isiru xi kuntatti uffiċjali minn naħa tat-taqsima jew mid-dipartiment konċernat mas- sidien ta' l-art jew ma' għand min kienu d-diversi biċċiet bi qbiela sabiex jinstab liema biċċiet kienu attwalment disponibbli mingħajr problemi.", "Naturalment dan kollu żamm lura t-tieni pass għax ma kienx possibbli illi tasal għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi u finalment għad-deċiżjoni aħħarija dwar l-użu u sussegwentement l-pjanti relattivi.", "Spiċċa għalhekk illi sat-tħabbira ta' l-Elezzjonijiet Ġenerali ma kien sar xejn ta' sustanza partikolari ħlief kliem u xewqat.", "Ma jidhirx illi kienu saru xi rappreżentazzjonijiet bil-miktub lid- Direttur Ġenerali personalment jew lid-dipartiment konċernat la mill- Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u lanqas minn xi għaqda partikolari dwar din l- art; iżda fil-bidu nett ta' din l-istorja kollha membru ta' l-imsemmi kunsill lokali kien ġie mitlub mill-Onor.", "Interpellant (meta kien Ministru) javviċina lid-Direttur Ġenerali u jara miegħu x'kellhom f'moħħhom u x'ried isir.", "Fil-fatt ftit taż-żmien wara d-Direttur Ġenerali kien mar personalment ma' dan il-membru tal-kunsill lokali fuq il-post ħalli jkollu idea dwar x'hiex kienu qed jitkellmu.", "Wara anki ntbagħtet lid-Direttur Ġenerali fotokopja tas-\"site plan\" biex fuqha jkun jista' jibda jaħdem xi ħaġa l-perit f'każ li tittieħed deċiżjoni dwar x'kien mixtieq li jsir minn dik l-art.", "Iżda kif għidt iżjed 'l fuq jidher li kollox staġna ruħu fl- ewwel pass.", "Kienu wkoll saru tentattivi ta' diskussjoni minn naħa tad- Direttur Ġenerali ma' uffiċjali tal-finanzi dwar il-possibbilta' li jiġu pprovduti xi fondi għas-sena 1996 bil-ħsieb illi jkun jista' jinbeda xi ħaġa matul is-sena 1996 jekk id-deċiżjonijiet preliminari kienu jaslu biex jittieħdu iżda dan kien ġie rifjutat mill-Ministeru tal-Finanzi.", "Sadaittant, iżda din l-istess persuna kienet tkellmet diversi drabi mad- Direttur Ġenerali dwar xi żviluppi li seta' kien hemm u t-tweġiba kienet li kollox jidher li staġna ruħu u li se jkun diffiċli li jbda jsir xi ħaġa matul dik is-sena għax il-Finanzi ma kenux ipprovdew mqarr xi ftit tal- fondi biex għallinqas tinbeda xi ħaġa konkreta.", "Mill-mistoqsija ta' L-Onor.", "Interpellant jidher illi llum il-ġurnata il- proposta tiegħu tolqot mhux biss il-ministeru tiegħi iżda ministeri oħra wkoll, u għalhekk ma jidhirlix li għandi nintrabat fuq konsiderazzjonijiet li jolqtu ministeri oħra wkoll barra dak tiegħi.", "Li nista' ngħid hu biss illi safejn għandu x'jaqsam il-Ministeru tiegħi jien ser ngħaddi s- suġġerimenti ta' l-Onor.", "Membru lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħi biex dan jagħtini l-pariri li jħoss li huma xierqa wara li jagħmel il-konsultazzjonijiet meħtieġa.", "SIĠĠIEWI - MUŻEW TAL-BNIET", "5605.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jakkwista għall-patrimonju pubbliku l-fond li sa ftit ilu kien jintuża għall-Mużew tal-Bniet fil-pjazza tas-Siġġiewi, proprjeta' ta' l-istess Soċjeta' tal-Mużew, biex ikun jista' jakkomoda diversi servizzi li jiħtieġu li jingħataw minn post ċentrali w aċċessibbli, bħal per eżempju, servizz ta' berġa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant tiġi kkonsidrata.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - SKEMA \"IXTRI DAREK\"", "5625.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tad-Djar: Billi beda x- xogħol fuq djar mogħtija b'kerha skond l-iskema \"Ixtri darek\", mill- Uffiċċju Konġunt, jista' l-Ministru jgħid kemm għaddew djar mikrija mill- Knisja għal għand il-Gvern ta' Malta?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 4203.", "DELIMARA - PARK NAZZJONALI", "5626.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi tħabbar li se jsir \"park\" nazzjonali fl-inħawi ta' Delimara, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Mużewijiet qattx ħejja rapporti dwar l-imsemmija inħawi jew dwar inħawi fil-qrib?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Park Nazzjonali li qed jirriferi għalih għadu fi stat bikri ta' pjanar.", "Naturalment, meta jkunu delineati l-konfini ta' dan il-park, id-Dipartiment tal-Mużewijiet se jkun ikkonsultat dwar monumenti u siti arkeoloġiċi/storiċi li jinsabu fl-inħawi.", "CULTURAL HERITAGE CONFERENCE", "5627.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta \"The Times\" tat-Tlieta 13 ta' Mejju, 1997 (Pg.", "22), jista' l-Ministru jgħid x'intqal eżatt fil-\"Cultural Heritage Conference\" u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskorsi li jidhirlu xierqa biex il-poplu jkun jaf x'qed jiġri mill-wirt kulturali tiegħu li prezzu ma jitqiesx fi flus?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, illi għall- kuntrarju ta' dak li ġie rrapportat fil-Gazzetta 'The Times' (it-Tlieta, 13 ta' Mejju, 1997), mhuwiex minnu illi l-UNESCO qatt ikkontemplat li tikkanċella t-tempji megalitiċi ta' l-Imnajdra mill-'World Heritage List' minħabba nuqqas ta' manutenzjoni.", "Dak li fil-fatt kienet għamlet il-UNESCO xi snin ilu, kien li wriet tħassib serju għall-fatt li barriera tal-qawwi kienet tħalliet mill-gvern preċedenti topera hekk fil-qrib ta' l-Imnajdra, b'impatt ambjentali tant negattiv u kontra l-konvinzjoni tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Għandi l- pjaċir ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li din il-barriera issa ġiet imwaqqfa mill-gvern preżenti.", "Wieħed jista' jżid ukoll, li kien hemm varji okkażjonijiet meta l-UNESCO esprimiet l-apprezzament tagħha kemm għall- kobor ta' l-isfidi ta' konservazzjoni li qegħdin niffaċċjaw f'dan il-qasam, kif ukoll tax-xogħol siewi li qiegħed jagħmel id-Dipartiment tal-Mużewijiet speċjalment fl-investiment qawwi li qiegħed isir fil-proġett tal-Hypogeum.", "Rigward l-aħħar parit tal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant ngħarrfu li d-diskorsi li saru matul il-'Cultural Heritage Conference', huma protetti bil-'copyright' billi dawn għandhom jiġu ppubblikati uffiċjalment mill- organizzaturi tal-konferenza.", "Hospital Linen Service", "5692.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5558, jista' l-Ministru jgħid liema hi s-sezzjoni waħda li tidher li fiha hemm interess li tifforma koperattiva fil-futur?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sezzjoni riferuta għaliha fil-mistoqsija parlamentari numru.", "5558 hija l-Hospital Linen Service.", "RAĦAL ĠDID - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "5693.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru traffic lights fiż- zona ta' fejn il-Malta Shipbuilding, f'Raħal Ġdid, fejn il-volum tat- traffiku huwa kbir?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tat-Toroq għamel disinji sabiex it- \"traffic lights\" jitwaħħlu u qiegħed jistenna l-permess meħtieġ mill- Awtorita tal-Ippjanar.", "EDUKAZZJONI - HEALTH PSYCHOLOGY", "5694.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5563 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jeżisti l-post fil-Health Psychology li dwaru deher avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Mejju, 1997 (paġna 2996)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: S'issa qatt ma kien jeżisti l-post fil-Health Psychology fid-Dipartiment tal-Psikoloġija.", "Il-ħtieġa ta' korsijiet fil- Health Psychology (kemm fil-programmi tal-Psikoloġija, kif ukoll f'programmi ta' studji oħra li d-dipartiment jorganizza għall-fakultajiet l- oħra u għal uħud mill-Istituti), żdiedu tant illi madwar sena ilu nħass il- bżonn li jinħoloq dan il-post ġdid fid-Dipartiment tal-Psikoloġija.", "SAĦĦA - TILQIM KONTRA T-TUBERCOLOSIS", "5695.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Rigward it-tilqim kontra t- Tubercolosis, jista' l-Ministru jgħid għaliex jintuża l-Mantoux Test flok il-Heaf jew it-Time Test?", "Hemm vantaġġi peress li ta' l-aħħar hi anqas invasive u żżid il-compliance tal-persuni peress li ma jkollhomx bżonn appuntament biex isir; kemm tlaqqmu tfal ta' l-iskola sena b'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin; u kemm tlaqqmu nies wara li ħarġu mill-iskola, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li skond rakkomandazzjonijiet ta' esperti lokali kif ukoll dawk internazzjonali, l-użu tal-Mantoux test huwa ppreferut minn dak tal-Heaf u aktar u aktar minn dak tat-Tine minħabba li l- Mantoux tista torbot fuqu ferm aktar.", "Mill-istatistika li hemm miġbura fid-Dipartiment tal-Kura Primarja , in- numru ta' tfal tal-iskola, li ġew mlaqqma kontra t-tuberkolożi f'dawn l- aħħar snin kien hekk:", "1993 - 1994 8504 1995 - 1996 9067", "M'hemmx miżmuma figuri għas snin ta' qabel.", "In-numru ta 'nies li ġew imlaqqma fiċ-ċentru ta' tilqim fil-Floriana huwa hekk:", "1989 667 1990 614 1991 617 1992 919 1993 629 1994 619 1995 395 1996 505 1997 195", "Dawn il-figuri jistgħu jinkludu fihom numru zgħir ta' tfal tal-iskola.", "SPTARIJIET - PLASTIC UTENSILS", "5696.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid humiex disposable il-utensils tal-plastic li jintużaw fl-isptarijiet pubbliċi kollha?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab assigurat li l-utensils tal-plastic li jintużaw fl-Isptarijiet huma disposable.", "PULIZIJA - UŻU TA' SEAT BELTS", "5697.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5539, jidhirlu l-Prim Ministru li din l-istatistika hi rilevanti u b'hekk għandha tibda tinġabar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-istatistika msemmija mill-Onor.", "Interpellant tkun utli li tinżamm, iżda l-Pulizija jħossu li ma tkunx tirrifletti l-verita' billi n-nuqqas ta' użu ta' seat belt huwa offiża kriminali u għalhekk mhux fl-interess ta' l-individwu li jammetti dan.", "PULIZJA - NEIGHBOURHOOD WATCH", "5728.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1.11.96, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġiet introdotta neighbourhood watch għall-ewwel darba?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ma ġiet introdotta l-ebda 'neighbourhood watch', mill-1 ta' Novembru 1996 l'hawn.", "PULIZIJA - SERQ FUQ ANZJANI", "5729.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrapportata lill-pulizija fuq anzjani 'il fuq minn 60 sena?", "X'kien l-ammont misruq?", "Kemm minnhom kienu hold- ups?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħid għal liema żmien qiegħed jirriferi.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "5743.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal kellhom eżamijiet tal-Common Entrance Examinations dan ix-xahar?", "Kemm minnhom m'attendewx għal xi sezzjoni ta' eżami?", "Minn dawn kemm jirriżulta li m'attendewx minħabba anzjeta' jew problemi psikoloġiċi oħra marbuta ma' l- istess eżamijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VALLETTA F.C - GROUND", "5744.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex se tikkonsisti l- għajnuna tal-Gvern fl-iżvilupp tal-ground tal-football tal-Valletta F.C.?", "Meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol meħtieġ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "INTERNET - SUBSCRIBERS", "5745.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm \"subscribers\" ta' l-Internet f'pajjiżna f'Jannar 1996 u f'Jannar 1997?", "Kemm minnhom huma djar; u intrapriżi kummerċjali/amministrattivi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 445.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija l-Onor.", "Membru japprezza li ġaladarba xi wħud mill-kumpanniji deherilhom li m'għandhomx jagħtu tagħrif, l- informazzjoni mitluba minnu mhix għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "GVERN TALJAN - BOROZ TA' STUDJU", "5747.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikanti għall-boroż ta' studji offruti mill-Gvern Taljan u li l-interviews għalihom għadhom kemm saru dan l-aħħar?", "Kemm kien hemm applikanti minn Malta u kemm minn Għawdex?", "Kemm intgħażlu u f'liema suġġetti ntgħażlu wieħed wieħed?", "Minn kien hemm fil-bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din is-sena kien hemm 81 applikant għall-boroż ta' studji fl-Italja.", "Minn dawn il-81 applikant kien hemm 74 minn Malta u seba' minn Għawdex.", "Intagħżlu 28.", "|Field Of Study |Number of | | |Candidates| |Comparative Literature|1 | |European Community Law|1 | |Psychology |4 | |`Glottodidattica' |1 | |Biotechnology |1 | |Literature |1 | |Master of Business |1 | |Administration | | |International |2 | |Relations and | | |Diplomacy | | |Research - Baroque |1 | |Studies | | |Master in |1 | |International | | |Economics and | | |Management | | |Civil Law |1 | |Research - Maltese |1 | |Artists (17th Century)| | |Restoration of |2 | |Monuments | | |T.V. Journalism |1 | |Pedagogy (Scienze |1 | |dell'Educazione) | | |Music - Violin |1 | |Technique | | |Art |1 | |Psychobiology/Pschopha|1 | |rmacology | | |Voice Training |1 | |Research - History |1 | |Music - Piano |1 | |Technique | | |Law |1 | |Journalism |1 |", "Fuq il-Bord ta' l-għażla kien hemm:-", "Maltin", "| Mr. G. Naudi |MFAE | | Mr. L. |MFAE | |Inguanez | | | Mr. F. X. |SDO (OPM) | |Grima | | | Mr. J. Xerri |MENC | | Mr. A. Vella |University of | | |Malta | | Ms. J. Pisani|MFAE |", "Taljani", "| Dott. P.A. Forlano|Italian | | |Embassy | | Prof. G. Xausa |Italian | | |Cultural | | |Institute | | Sig.na G. Stivala |Italian | | |Cultural | | |Institute |", "SKEJJEL - SPEĊJALI - COMPUTERS", "5748.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm computers għall- użu tat-tfal fl-iskejjel speċjali, skola, skola?", "X'inhu jsir biex dawn it- tfal jibbenefikaw huma wkoll mill-informazzjoni teknoloġika fl-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed naħdmu biex ninkludu lill-iskejjel speċjali fil-programm ġenerali tad-dħul tal-IT fl-iskejjel li kienu tħallew barra fil-pjan oriġinali tal-amministrazzjoni preċedenti.", "Fil-preżent hemm sitt computers fl-iskejjel speċjali li jintużaw mill- istudenti u l-istaff.", "Iżda sar pjan biex ħamsa u 20 computer jitqassmu f'dawn l-iskejjel fi żmien qasir.", "F'Ottubru 1997 għandu jingħata t-taħriġ lill-għalliema u wara jibda t-taħriġ ta' l-istudenti.", "EDUKAZZJONI - INIZJATTIVI", "5749.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3792, fejn il-Ministru qal li qiegħed jikkonsidra l- proposti mniżżla fil-ktieb \"New Initiative in Education\", jista' l-istess Ministru jgħid liema proposti minn dan id-dokument qiegħed jikkonsidra li jwettaq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dawk il-proposti li jgħinu biex ittejjeb il- kwalita' ta' l-edukazzjoni u meta din il-kwalita' ma tibqax ristretta għal xi 20% biss tat-tfal tagħna.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA TAL-PSE", "5750.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa għalliema tal-PSE fis-settur sekondarju?", "Kemm minnhom huma mħarrġa speċifikament u kemm minnhom m'għandhom l-ebda taħriġ għal dan ix-xogħol?", "Jikkonsidra l- Ministru li dan is-suġġett jibqa' jiġi mgħallem ukoll wara l-Form II?", "Qed issir xi konsiderazzjoni dwar din il-materja mill-kumitat li qed jirrivedi l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - TQASSIM TA' PETROL", "5751.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jaċċerta lill-poplu li l-petrol komuni mqassam mill- Korporazzjoni Enemalta huwa ta' grad primarju sabiex barra li jassigura li m'hux qiegħed jagħmel xi ħsarat fil-vetturi li jużawh, ma jagħmilx ħsara lill-ambjent?", "Isiru testijiet ma' kull konsenja li tasal f'Malta?", "F'liema laboratorji jiġi ċċertifikat it-test li jsir u jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-riżultati (analisi) ta' l-aħħar għaxar konsenji?", "Ġieli petrol komuni reġa' ntbagħat lura minħabba li ma kienx ta' grad tajjeb?", "Qatt kien hemm xi complaints lill-Enemalta minn entitajiet barranin dwar makkinarju li jisfa difettuż minħabba xi nferjorita' ta' petrol?", "Hemm il-ħsieb li barra l-unleaded petrol jiġu mportati gradi oħra ta' petrol barra dak li qiegħed jintuża bħalissa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kull prodott tal-Petroleum importat u mqassam mill- Korporazzjoni Enemalta ikun akkompanjat b'ċertifikat ta' kwalita' (analisi) li jsir fil-Laboratorji tar-Raffinerija qabel ma jitgħabba l-prodott.", "Din l-analiżi tkun saret fil-preżenza ta' Spettur imqabbad mill-korporazzjoni.", "Fil-każ ta' petrol biċ-ċomb, li nifhem li għalih qiegħed jagħmel riferenza l-Onor.", "Membru, tinżamm l-istess proċedura.", "Il-Korporazzjoni Enemalta qatt ma rċeviet konsenji ta' prodott li ma kienx ta' grad tajjeb u għalhekk, qatt ma kien hemm il-ħtieġa li xi prodott jerġa' jintbagħat lura.", "Lanqas ma rċeviet ilmenti minn entitajiet barranin dwar makkinarju li safa difettuż minħabba xi inferjorita' ta' prodott.", "S'issa m'hemmx ħsieb li jiġi importat xi petrol ta' kwalita' oħra.", "Il-korporazzjoni tħoss li ċ-ċertifikati tat-testijiet li jkunu saru fuq il-prodotti importati huma ta' natura kmmerċjali u għaldaqstant, m'għandhomx jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - HOSPITALITY", "W566.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jghid kemm intefaq bhala hospitality mid- diskateru li ghalih hu responsabbli mill- 1 ta' Novembru,1996 sat-30 ta' April,1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba hija din:-", "| |LM | |Ministeru |6,958 | |Avukat Generali |3,066 | |Dipartiment |1,778 | |tal-Kunsilli | | |Qrati ta' Malta |752 |", "Dan l-infiq jinkludi l-attivitajiet li normalment isiru fi zmien il-festi tal-Milied.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - HOSPITALITY", "W572.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant, u l-istess informazzjoni għas-sitt xhur bejn Novembru 1995 u April 1996, hija kif ġej:-", "| |1 ta' |1 ta' | | |Novembr|Novembr| | |u 1995 |u 1996 | | |sat-30 |sat-30 | | |ta' |ta' | | |April |April | | |1996 |1997 | | |LM |LM | |Ministeru |10,698.|8,980.0| |għat-Trasport u |00 |0 (1) | |Portijiet | | | |Malta | |3,832.2| |International |720.52 |3 (2) | |Airport | | | |Malta Maritime | |1,684.9| |Authority |2,493.6|5 | | |9 | | |Dipartiment ta' | | | |l-Avjazzjoni |733.50 |742.73 | |Ċivili | | | |Posta Limited | |5,517.6| | |5926.22|3 (3) | | |(3) | | |Dipartiment |xejn |xejn | |tal-Liċenzji u | | | |t-Testijiet | | | |Public Transport | | | |Authortiy |167.01 |331.00 | |Il-Bord |xejn |xejn | |għall-Kontroll | | | |tat-Traffiku | | | |Gozo Channel Co. | | | |Ltd. |2053.43|147.35 |", "Noti:-", "(1) Lm 4,208 kienu kontijiet pendenti fuq 'Hospitality' li saret qabel Ottubru, 1996.", "(2) Jinkludu spejjeż ta' 'l fuq minn Lm3,000 għal żewġ konferenzi.", "(3) Jinkludu spejjeż li jaqbżu Lm 4,000 għall-Istaff Party tal-Milied.", "ĦAMRUN - WIRE TA' L-ELETTRIKU", "W610.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-wire tal-high tension li jinsab fi Triq San Fedele, Ħamrun ma jibqax mikxuf u joħloq ħsara u periklu speċjalment fix-xita?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 5406.", "VALLETTA - LATRINA", "W614.", "L-ONOR.SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li l-latrina maghluqa ta' bejn St.Nicholas Street u Fountain Street, fil-Belt Valletta terga' tinfetah ghall-uzu tal-pubbliku turisti u Maltin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l- mistoqsija lill-kunsill lokali konċernat peress li t-talba taqa' taħt il- funzjonijiet mgħoddija lill-kunsilli lokali.", "BANEK - FERGĦA F'TAL-PIETA'", "W625.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proposta oriġinali li jsir Bank kummerċjali għar-residenti ta' tal-Pieta'/ G'Mangia?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minn żmien għall-ieħor il-Mid-Med Bank jistudja l- ħtieġa ta' fergħat ġodda f'inħawi fejn għadu mhux irrappreżentat.", "Dan il-post qiegħed ikun ikkonsidrat għal dan il-għan, flimkien ma' nħawi oħra, fid-dawl ta' l-istrateġija globali tal-Bank.", "P.A. - APPLIKAZZJONI NRU.", "1486/97", "W626.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru, jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament bl-applikazzjoni Nru. 1486/97 jingħata l-permess meħtieġ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-proċess ta' jekk jingħatax permess jew le ma jiddependix mill-Ministru u jiddependi mill-applikazzjoni ta' policies tal- Pjan ta' Struttura.", "Dan il-każ se jitressaq quddiem il-Kummissjoni għall- Kontroll ta' l-Iżvilupp nhar id-19 ta' Mejju, 1997."]} {"filename": "19950228_397d_par.doc", "date": "1995-02-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 397 It-Tlieta, 28 ta' Frar, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 397", "It-Tlieta, 28 ta' Frar, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 397", "It-Tlieta, 28 ta' Frar, 1995", "WERREJ", "MINUTI 780", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 780", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "Kumitat 788", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRIBUNAL GĦAL TALBIET ŻGĦAR", "SMALL CLAIMS TRIBUNAL BILL", "Kumitat 797", "AĠĠORNAMENT 816", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 822", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 396 li saret fis-27 ta' Frar, 1995, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QRATI - XHUD FIL-ĠURI TA' JOHN BUĠEJA", "24443.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Dwar ix-xhud Alexander Psaila li kellu jixhed fil-ġuri ta' John Buġeja, magħruf bħala l-Jumbo, dwar pussess u traffikar ta' eroina, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija ħallietu jitlaq minn Malta meta kienet taf li kien xhud daqshekk importanti?", "Il-Pulizija għandha tama li Psaila jiġi lura Malta?", "Meta se jkompli l-ġuri?", "Lil Psaila li mar l-Italja jixtri yacht, il-Pulizija qed tinvestigah minn fejn ġab dawk il-flus kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Xhud f'każ ta' ġuri ma jiġix notifikat mill-Pulizija iżda mill-qorti u jiġu applikati l-provvedimenti tal-liġi f'każ li dan jassenti ruħu mingħajr raġuni tajba meta jkun hekk notifikat.", "Il-Pulizija qed tagħmel il-verifika tagħha dwar l-informazzjoni ta' xiri ta' yacht minn din il-persuna, li llum tinsab Malta.", "KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-IŻVILUPP - INDUSTRIJI ŻGĦAR", "24444.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara li tħabbar it-twaqqif ta' MDF li se jgħin negozji li huma 'l fuq minn Lm0.5 miljun, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex jiġi megħjun in-negozju ż-żgħir?", "Għaliex ma ssirx xi ħaġa biex jiġu megħjuna aktar negozji taħt il-Lm100,000 li ħafna minnhom iħaddmu sitta, tmienja jew iktar minn għaxra minn nies?", "Apparti l-Lohombus, x'istituzzjonijiet oħra hawn biex jgħinu lil dawn in- negozji ż-żgħar?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Industriji u negozji żgħar jibbenefikaw mill-inċentivi maħsuba taħt l-Att ta' l-1988 dwar Żvilupp Industrijali.", "Fil-fatt il-Malta Development Corporation kontinwament tagħti għajnuna lil dawk l-industriji żgħar li jikkwalifikaw.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Ministru jaf jekk għadhiex teżisti dik l- iskema li permezz tagħha impjegat mal-Gvern jew mal-parastatali jista' jieħu grant biex jiftaħ negozju, fi kliem ieħor biex isir self-employed?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien ma naħsibx li din l-iskema għadha teżisti.", "Kien hemm żmien meta din l-iskema kienet tiġi mnedija, imma issa ma naħsibx li għadha teżisti.", "LIRA MALTIJA - ŻVALUTAR", "24452.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: In vista ta' dak li ġie rapportat li qal Andreas Grabowsky ta' l-AMS, jiġifieri li uffiċjal ta' l-MDC kien żvelalu li l-lira Maltija kienet se tiġi żvalutata u b'hekk mis-self ta' Lm500,000 li kellha tieħu l-AMS kienu se jaqilgħu kemxa flus ġmielha, saret xi investigazzjoni biex jiġi stabbilit min kien dan l-uffiċjal ta' l-MDC?", "Dan għadu jaħdem ma' l-MDC?", "Ma jidhirlux li għandu jagħti l-każ f'idejn il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni biex dan l-uffiċjal jiġi nvestigat?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Billi fiż-żmien tal-każ imsemmi ma kienet qiegħda tiġi kontemplata ebda żvalutazzjoni, ma naħsibx li hu l-każ li jsiru l-investigazzjonijiet li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "KNEJJES - RIĊEVUTI FISKALI FUQ SERVIZZI MOGĦTIJA", "24453.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "RENO CALLEJA) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern qed jinsisti mal-Knisja biex fis-sagristiji jibda jkun hemm cash registers biex titħallas il-VAT fuq servizzi u oġġetti mibjugħa mill-Knisja?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern mhux qiegħed jinsisti mal-Knisja biex fis-sagristiji jibda jkun hemm cash register; aħjar inkunu daqsxejn serji f'dan il-Parlament!", "L-insistenza għall-użu tal-cash registers issir biss jekk f'xi post, hu fejn hu, issir attivita' ekonomika taħt forma ta' bejgħ ta' oġġetti taxxabbli bl-imnut.", "Fejn jidħlu servizzi trid tingħata riċevuta fiskali bil-kitba u mhux bil- cash register.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hux suppost li kull bejjiegħ ikollu l-cash register.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, skond ir-regolamenti li għandna, meta kulħadd ikun fornut bil-cash register kull bejjiegħ bl-imnut, jiġifieri kull retailer - anke jekk ikun hawker - irid ikollu cash register.", "Il-hawkers jistgħu jqabbdu l-cash registers mal-batterija tal-vettura tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiġifieri anke kull min jagħti servizz suppost li jkollu cash register?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fit-tweġiba li tajt għadni kemm għidt li għal dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi għandha tingħata riċevuta fiskali bil-kitba u mhux bil-cash register.", "AJRUPORT - LINJA TA' L-AJRU ĠDIDA", "24454.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx talba biex titwaqqaf linja ta' l-ajru ġdida?", "Min għamilha din it-talba?", "Kemm hemm Maltin involuti?", "Kemm hemm barranin?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dan il-Ministeru ma jkollux l-informazzjoni mitluba qabel ma tiġi komunikata talba formali lill-awtoritajiet.", "AJRUPORT - ANNUAL STATISTICAL REVIEW", "24455.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija: Fejn ġie stampat l- aħħar rapport li ħarġet l-MIA?", "Kemm ġew stampati kopji?", "Kemm qam flus biex ġie stampat dan il-brochure?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Jien informat li d-disinn u l-istampar ta' l-Annual Statistical Review 1994 ta' l-MIA Ltd kien magħmul minn Storm Creative Services Ltd u ġew stampati 2000 kopja sabiex jitqassmu fost l-oqsma tat- trasport u turiżmu f'Malta u fl-Ewropa.", "Għalkemm mhux għaqli li wieħed ixandar prezzijiet li huma ta' natura kummerċjali, jien assigurat li l- prezz li tħallas mill-MIA għal dan ix-xogħol huwa normali skond ir-rati fis- suq għal xogħol ta' din il-kwalita' u li din il-pubblikazzjoni tlestiet b'ħeffa biżżejjed sabiex ikun ippubblikat fit-18 ta' Jannar 1995, jiġifieri 18-il jum biss wara tmiem is-sena li fuqha jitkellem il-ktieb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Peress li l-Ministru qed jgħid li ma jistax jgħidilna kemm kienet l-ispiża li ntnefqet għall-istampar ta' dan il- brochure, jista' jgħid jekk ħarġitx xi offerta għal dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li qiegħed inwieġeb f'isem l-Onor.", "Michael Frendo ma nistax inwieġeb għal din id-domanda u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Portelli biex jagħmel din il-mistoqsija bil-miktub u jindirizzaha lill- Ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: GĦalkemm il-Ministru konċernat m'huwiex qiegħed hawnhekk - forsi l-Onor.", "Frendo għandu r-raġunijiet tiegħu għaliex m'hux qiegħed hawnhekk - il-Ministru Galea jista' jgħidilna jekk is-sitwazzjoni li nqalgħet illum hix se taffettwa lill-MIA direttament?", "F'dan ir-rapport kien hemm xi indikazzjoni għar-rigward tal-ħaddiema li jaħdmu fil-Control Tower fejn hemm problema li ilha teżisti għal żmien twil?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, is-suġġett ma għandu x'jaqsam xejn mal- mistoqsija oriġinali u għalhekk ma naħsibx li nista' nirrispondi għal din id-domanda.", "(Interruzzjonijiet)", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - TAĦRIĠ LIL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "24473.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' li fil-preżent qed jingħataw taħriġ speċjalizzat biex ikun possibbli għalihom li jintegraw fid-dinja tax- xogħol?", "Xi kwalita' ta' taħriġ qed jingħataw u fejn huwa maħsub li dawn jingħataw id-dritt tax-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani) : Jien informat li l-għadd ta' persuni b'diżabilita' li qed jitħarrġu bħalissa fiċ- ċentru tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ huwa ta' 11.", "Dawn il-persuni qed jingħataw taħriġ f'dawn l-oqsma: bejgħ 2; ħiliet ta' l-uffiċċju 1; kompjuter 2; ittajpjar 2; u ġojjellerija 4.", "Hemm 19-il persuna oħra b'diżabilita' mentali li qed jingħataw taħriġ fi programm ta' l-Eden Foundation li hu sussidjat mill-Korporazzjoni għax- Xogħol u Taħriġ.", "Il-persuni b'diżabilita' jingħataw xogħol skond l-esiġenzi tas-suq u b'kompatibilita' mad-diżabilita' tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi fid-dibattitu li kien hawn fil-Parlament fuq l- estimi ta' l-ETC kien ġie suġġerit li ma jibqax jinżamm reġistru separat għal dawk il-persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol - jekk m'iniex sejjer żball il-Ministeru wkoll kien qabel ma' dan is-suġġeriment - jista' l-Ministru jgħid x'inhu maħsub li jsir f'dan ir-rigward, jekk għadu ma sar xejn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ġibditli l-attenzjoni wkoll dwar dan u fil-fatt bħalissa qed niddiskuti kemm ma' l-ETC kif ukoll mad-Dipartiment tax-Xogħol fuq dan ir-rigward.", "Bażikament il-problema hi li skond il-liġi li tirregola l-impieg ta' persuni b'diżabilita' hemm obbligu li jkun hemm disablement resettlement officer, DRO, li baqa' jagħmel mad-Dipartiment tax-Xogħol, u li jkun hemm reġistru għan-nies b'diżabilita'.", "F'dan ir-reġistru hemm imniżżel kull min għandu xi diżabilita', anke jekk ma jkunx qed ifittex ix-xogħol.", "Fost il- persuni li hemm imniżżla f'dan ir-reġistru hemm min qed jaħdem, hemm min qed ifittex ix-xogħol u hemm min, għal xi raġuni jew oħra, m'hux interessat li jaħdem.", "Meta twaqqfet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ - li għandha r- responsabilita' li tipprovdi impieg lil dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol - din baqgħet tniżżel f'dan ir-reġistru anke lil dawk in-nies b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Fil-fatt f'dan ir-rigward hemm xi nuqqas ta' kordinazzjoni minħabba l-fatt li n-nies b'diżabilita' li qed ifittxu x- xogħol ġieli jirreġistraw fuq ir-reġistru tad-DRO u jaħsbu li huwa biżżejjed, u ġieli jmorru jirreġistraw għax-xogħol l-ETC.", "Pero' meta jirreġistraw fuq dan ir-reġistru biss ma jkunux imniżżlin fuq ir-reġistru tal-persuni b'diżabilita'.", "GĦalhekk l-ewwelnett se naraw kif il-liġi eżistenti li tirrigwarda lill- ħaddiema b'diżabilita' tista' tiġi aġġornata ħalli tieħu in konsiderazzjoni l-fatt tat-twaqqif ta' l-ETC.", "Minħabba li din il-liġi saret fl-1969 meta ovvjament din il-Korporazzjoni ma kenitx imwaqqfa, tkun ħaġa siewja jekk din il-liġi tiġi aġġornata għaż-żmenijiet tal-lum billi tieħu in konsiderazzjoni r-responsabilita' kollha li għandha l-ETC.", "Fil- fatt se nagħmlu arranġament biex għal żmien temporanju - sakemm jiġu mressqa l-proposti quddiem il-Kabinett ħalli tkun tista' tiġi aġġornata l- liġi - il-piż u r-responsabilita' tal-placements jingħataw lill-ETC.", "Fl- istess ħin id-DRO xorta se jibqa' jkollu d-dover li jagħmel screening biex jara li kull min huwa reġistrat li jbati minn xi forma ta' diżabilita', veru jkun qed ibati minn xi diżabilita' u li jisma' l-ilmenti li jagħmlu n- nies għar-rigward tal-post tax-xogħol tagħhom.", "B'hekk id-DRO se jibqa' jissorvelja s-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilita' li jkunu qed jaħdmu.", "Fil-fatt il-Labour Office dejjem se jibqa' jkollu a monitoring role għal dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet li hemm bejn min iħaddem u l- ħaddiem.", "Pero' għar-rigward tal-persuni b'diżabilita' din ir- responsabilita' se tgħaddi f'idejn id-DRO, imma l-placements tagħhom se jiġu mgħoddija f'idejn l-ETC.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk dawk li qed jitħarrġu humiex dawk li ilhom jirreġistraw l-iktar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma naħsibx li neċessarjament dan hu l-każ.", "L- ewwelnett wieħed irid jara min huma dawk li jkunu jridu jitħarrġu.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll il-fatt li ċertu taħriġ ma jkunx tajjeb għal kulħadd għax dan jiddependi mid-diżabilita' li wieħed ikollu.", "GĦalhekk ma naħsibx li dawk li qed jitħarrġu neċessarjament huma l-iktar nies li ilhom jirreġistraw.", "Pero' nixtieq ngħid ukoll li l-ETC qiegħda tagħmel eżerċizzju importanti ħafna għal dawk li ngħidulhom long term unemployed.", "Ikun tajjeb li wieħed isemmi li dan l-eżerċizzju mhux qed isir biss għal dawk il-persuni li jbatu minn xi forma ta' diżabilita', għax peress li hemm numru ta' nies li ilhom jirreġistraw għal numru twil ta' snin - hemm min ilu jirreġistra xi sitt snin jew seba' snin - l-ETC qiegħda tagħmel eżerċizzju biex tara xi problemi għandhom dawn in-nies u qed tidħol aktar fil-fond f'kull każ individwali.", "Hemm uħud li qed jirreġistraw b'abbuż.", "Pero', biex inkun fair, irrid ngħid li mhux kollha jabbużaw.", "Hemm każijiet li verament huma ġenwini, fis-sens li veru għadhom jirreġistraw għax ma sabux xogħol.", "L-ETC qed tagħmel programm separat għal dawk in- nies li mhux biss għandhom diżabilita' imma wkoll huma long-term unemployed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: B'referenza għal dak li qed jgħid il-Ministru dwar it- tibdiliet li jeħtieġ li jsiru fir-reġistrazzjoni ta' persuni b'diżabilita', ma jaħsibx li wasal iż-żmien li jkun hemm iktar spjegazzjoni dwar il- kwalita' ta' kull diżabilita', kemm jekk hija żgħira u kemm jekk hija kbira, ngħidu aħna jingħad li bniedem qiegħed f'wheelchair?", "Nafu li mhux kull diżabilita' hija ta' l-istess tip u allura forsi jista' jkun hemm xi forma ta' kwalifika fir-reġistrazzjoni ta' dawk li qed ifittxu impieg.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qabel ma l-ismijiet tan-nies b'diżabilita' jinżlu fir-registru l-individwi jiġu eżaminati minn tobba biex jaraw taħt liema parametri jaqgħu.", "Ma jistax ikun li kull min għandu xi problema jidħol fir-Reġistru tad-Diżabilita'.", "Hemm nies li għandhom ċerti kondizzjonijiet li minħabba fihom ma jkunux jistgħu jagħmlu ċerti jobs, pero' dan ma jfissirx li neċessarjament iridu jidhru f'dan ir-Reġistru tad-Diżabilita'.", "Per eżempju, wieħed li jbati bil-vertigo ma jkunx jista' jaħdem fuq krejnijiet jew jitla' slielem, imma nies bħal dawn ma jikkwalifikawx biex jiġu reġistrati f'dan ir-reġistru.", "Għax kieku nagħmlu hekk nispiċċaw biex nirreġistraw lil kulħadd fuq ir-Reġistru tad-Diżabilita', għaliex ħadd m'hu perfett fid-dinja.", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "24474.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' jirreġistraw għax-xogħol?", "Kemm minnhom huma xebbiet, ġuvintur u rġiel jew nisa miżżewġa?", "Kemm f'kull kategorija ilhom jirreġistraw għal aktar minn sentejn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-għadd ta' persuni b'diżabilita' li kienu jirreġistraw fis-6 ta' Frar 1995 kien ta' 196, imqassmin hekk:", "Total Ilhom jirreġistraw għal aktar minn sentejn Xebbiet 35 10 Ġuvintur 95 29 Irġiel Miżżewġa 64 43 Nisa Miżżewġa 2 1 Total 196 83", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "24475.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fil-preżent?", "Kemm minnhom qed jirreġistraw għal-light work minħabba l-kondizzjoni ta' saħħithom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Skond l-aħħar ċifri pubblikati, l-għadd ta' persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1994 kien ta' 5,502, kif diġa' ntqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24254 f'seduta 390.", "Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma tirreġistrax nies speċifikament għal-light work.", "Meta persuna tindika li għandha xi kondizzjoni medika li tillimitaha fl- għażla tax-xogħol, l-uffiċjal inkarigat jirreferiha għand it-tabib tal- Korporazzjoni.", "Dan jikkonferma jekk il-persuna hijiex tajba għax-xogħol jew le.", "F'każ li jkun hemm xi limitazzjonijiet, it-tabib jgħid x'tip ta' xogħol dik il-persuna tista' tagħmel.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħid x'inhu jsir rigward dawk il-persuni li jkollhom bejn 45 sena u 50 sena li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol - din mhijiex kwestjoni ta' light work u mhux light work - u li qed isibu mblokk totali fil-possibilita' li jerġgħu jsibu mpieg?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Huwa fatt li ħafna drabi jkun diffiċli biex dawk in-nies li jkunu għamlu ċertu tip ta' xogħol li ma jkunx hawn iktar bżonnu jinstabilhom xogħol ieħor.", "Fl-ETC aħna qed nagħmlu eżerċizzju għal dawk in-nies li għandhom ċerta eta' - fuq dan is-suġġett diġa' tkellimt għax saret mistoqsija supplimentari - u li huma long-term unemployed.", "Irrid nara jekk huwiex il-każ li lil dawn in-nies li jaqbżu ċerta eta' u jdumu jirreġistraw inħarrġuhom f'xi jobs oħra permezz ta' courses li jiġu organizzati.", "Ħafna drabi l-ETC tidħol f'dawn il-każijiet individwalment.", "Ovvjament ma jidhirx li hemm proporzjon enormi ta' nies li qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa minnu li jeżisti preġudizzju fost l-employers fil-konfront ta' ħaddiema li għandhom iktar minn 48 sena u awtomatikament jeskluduhom mill-possibilita' ta' mpieg?", "Jista' jsir xi forma ta' programm speċifikatament għal dawk in-nies li ma jkunux iridu jieħdu light work - lanqas jekk jieħdu light work m'għandhom ċans - u l-problema tagħhom hija li għalkemm jixtiequ jaħdmu ma jsibux min lest li jikkonsidrahom għax- xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien ma nistax niċħad li ċerti employers għandhom parametri ta' mpiegi mmirati għal nies ta' eta' inqas minn 40 sena jew 35 sena.", "Dan huwa a fact of life.", "Hemm problema oħra - jien nista' nitkellem bħala perit - li ċerti nies li jaħdmu fl-industrija tal- kostruzzjoni u li jagħmlu tip ta' xogħol ta' strapazz, meta jilħqu l-eta' ta' 45 sena jew 50 sena ma jkunux jistgħu jkomplu jagħmlu dak ix-xogħol.", "Jiġifieri jista' jkun li dawn in-nies ma jitilqux biss għax ikunu tilfu l- impieg, imma għaliex ikunu għamlu ċertu xogħol u meta jikbru, fiżikament ikun jaqblilhom ibiddlu x-xogħol.", "M'hemmx dubju li dawn il-problemi jeżistu u nkun iblah jekk ngħid li ma jeżistux.", "Safejn naf jien, ma jsirx programm speċifiku mill-ETC għal dawn in-nies pero', kif għidt, hemm programm indirizzat għal-long-term unemployed u dawk li għal ċertu żmien ma jirnexxilhomx isibu job mill-ewwel jaqgħu taħt dan il-programm.", "Wieħed mill-fenomeni ta' dan is-settur - mhux biss f'Malta imma fil- labour market ta' kullimkien - huwa li jekk wieħed jispiċċa bla xogħol u ma jirnexxilux isib xogħol fi żmien relattivament qasir, iktar ma jgħaddi ż- żmien iktar ikun diffiċli għalih biex isib xogħol.", "L-employers għandhom preġudizzju wkoll kontra dawk in-nies li ilhom ħafna mingħajr xogħol.", "Jiġifieri ma' wieħed li ma jkunx qed jaħdem jista' jkun hemm ċertu preġudizzju meta jmur għal interview għand employer u jista' jkun li l- preġudizzju ta' l-employers mhuwiex għal xejn.", "Jekk imur quddiemu wieħed li ilu xahar jew xahrejn ma jaħdimx u ieħor li ilu tliet snin li tilef il- job, awtomatikament jidħol ċertu preġudizzju kontra dak li ilu jirreġistra għax-xogħol.", "Jiġifieri dawn huma diffikultajiet naturali li jeżistu u wieħed jifhimhom.", "Ix-xogħol ta' l-ETC huwa proprju biex tgħin lil dawn in- nies jissorvolaw dawn id-diffikultajiet.", "SANTA VENERA - DAR GUBBIO", "24536.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI (f'isem L-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir f'Dar Gubbio f'Santa Venera bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dar Gubbio f'Santa Venera qiegħda sservi bħala bażi għal servizzi li SEDQA qed toffri fil-komunita' għal persuni bi problema ta' droga permezz ta' community workers.", "Mill-istess post għadhom kif bdew jingħataw servizzi oħra ta' informazzjoni u L-Ewwel Kuntatt; Counselling; u servizzi għall-familji.", "Dawn is-servizzi ġew introdotti riċentement fuq rakkomandazzjonijiet li kienu ħarġu mir-Rapport Meli.", "Mhux eskluż li mill- istess post aktar 'il quddiem jibdew jingħataw xi servizzi oħra.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT - ŻGĦAŻAGĦ TAĦT L-ETA'", "24537.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsalill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Għadha teżisti l- liġi li dawk taħt is-16-il sena ma jistgħux jidħlu fid-discos?", "Matul l-1994 kemm-il darba ttieħdu passi kontra sidien ta' discos talli dawn ħallew tfal taħt l-eta' jidħlu fil-post ta' divertiment tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, il-liġi għadha teżisti.", "Diversi drabi matul l- 1994 l-Pulizija spezzjonat discos u eskortat żgħażagħ taħt l-eta' barra minn discos.", "SKEJJEL - TQASSIM TA' LEZZJONIJIET LILL-GĦALLIEMA", "24538.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi stħarriġ mid-Dipartiment biex isir jaf jekk hemmx tqassim ġust u ugwali ta' lezzjonijiet fost l-għalliema ta' l-iskejjel sekondarji u post sekondarji?", "X'riżultat ta dan l-istħarriġ?", "X'passi ttieħdu biex ma jkunx hemm għalliema bi ftit lezzjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sar eżerċizzju biex jiġu komputerizzati l-formoli tal-klassifikazzjoni ta' l-iskejjel biex toħroġ stampa ċara tat-tqassim tal- lezzjonijiet lill-għalliema f'kull skola.", "L-eżerċizzju ġie finalizzat fil- każ ta' l-iskejjel sekondarji.", "Fil-każ ta' l-iskejjel tas-snajja' u post- sekondarji, dan l-eżerċizzju għadu qed isir.", "Fil-każi fejn irriżulta li xi għalliema f'xi skola setgħu jtaffu n- nuqqasijiet f'xi skola oħra, ittieħdu passi biex dan isir.", "Tħejja programm biex fuqu l-kapijiet ta' l-iskejjel ikunu jistgħu jaħdmu l-eżerċizzju għas-sena skolastika li ġejja u b'hekk tittaffa l-problema ta' nuqqas ta' għalliema li in parti hija kawżata minn tqassim ħażin ta' klassijiet u ta' lezzjonijiet.", "SWIEQI: SWIEQI ROAD - DOROG", "24539.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 22492, jista' l-Ministru jgħid xi pjan sar mid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġu estiżi dorog għan-naħa ta' Swieqi Road biex b'hekk titjieb is-sitwazzjoni meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Id-Dipartiment tat-Toroq ħa ħsieb li d-dorog li hemm fil- parti ta' St. Andrews Road jitnaddfu u għadu qiegħed jaħdem biex jara jistgħux jiġu estiżi dorog għan-naħa ta' Swieqi Road biex titjieb is- sitwazzjoni.", "Peress li mill-1 ta' April 1995, il-Kunsilli Lokali se jkunu responsabbli għall-manutenzjoni tat-toroq urbani li ma jkunux privati, nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24198.", "SKEJJEL - SKOLA TA' L-IMĠARR", "24540.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'jidhirlu l-Ministru mill-proposta li qed jagħmlu xi ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fl-iskola ta' l-Imġarr (Malta), li biex jonqsu l-perikli mit-traffiku jinfetaħ bieb għall-iskola minn Triq San Pietru biex ma jkollhomx jimxu fil-parti traffikuża?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fl-iskola ta' l-Imġarr jintuża biss il-bieb li jagħti għal Triq San Pietru li hija magħluqa għat-traffiku.", "Iż-żewġ bibien li jagħtu għat-triq prinċipali, li hi traffikuża, ma jintużawx.", "SKEJJEL PRIVATI - ŻIEDA FIL-MIŻATI", "24541.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid jekk waslulux xi lmenti minn ġenituri ta' skejjel privati li rċevew ċirkolarijiet mill-iskola dwar għoti lura ta' flus ta' żidiet fil-miżati minn Jannar 1995 wara li l-Ministeru ġibed l-attenzjoni li ma jistgħux jgħollu f'Jannar?", "Ma jidhirlux il-Ministru li min qabad u għolla u mbagħad ried jagħti refund messu bagħat din ir-refund lill-ġenituri flok qalilhom japplikaw huma għaliha bl-implikazzjoni li dawk li jieħdu r-refund jiġu identifikati u diskriminati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li kien hemm ilmenti bħalma semma l-Onor.", "Interpellant minn ġenituri li jibagħtu lit-tfal fi skola privata partikolari.", "Skond informazzjoni li għandha d-Diviżjoni, l-awtoritajiet ta' l-iskola għall-ewwel talbu lill-ġenituri jgħidu ridux rifużjoni tal-flus imħallsa żejda jew le.", "Minkejja dan, wara dan l-awtoritajiet ta' l-iskola konċernata ddeċidew li jagħtu rifużjoni lil kulħadd, proprju biex ma jqumx is-suspett ta' implikazzjonijiet li semma l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mis-27 ta' Frar, 1995", "KLAWSOLA ĠDIDA 3 (KONT.)", "NEW CLAUSE 3 (CONT.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Mr Chairman, nitlob il- permess tal-Kumitat biex l-emenda \"C\" tiġi rtirata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda \"C\" ġiet irtirata.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Fil-klawżola ġdida numru 3 kif proposta fl-emenda \"B\":-", "(a) Fl-artikolu 1576A li hemm fiha, minnufih wara l-kliem \"jista' f'kull żmien\" għandhom jidħlu l-kliem \"fl-interess tal-pubbliku\";", "(b) Fl-artikolu 1576C li hemm fiha, minnufih wara l-kliem \"u dan għaż- żmien tal-kuntratt li jkun għadu m'għalaqx\" għandhom jidħlu l-kliem, \"u f'każ ta' fond kummerċjali, fejn il-kerrej jipprova li jkun sofra telf fl-avvjament minħabba x-xoljiment tal-kuntratt, somma li tiġi meqjusa mill-Qorti skond iċ-ċirkostanzi biex tikkumpensa għat-telf f'dak l-avvjament tenut kont taż-żmien li jkun għad fadal tal-kirja qabel ix-xoljiment\"; u", "(c) Fl-artikolu 1576D li hemm fih:", "(i) id-dispożizzjoni li hemm għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala subartikolu (1) tagħha; u", "(ii) minnufih wara s-subartikolu (1) tiegħu kif enumerat mill-ġdid għandu jidħol is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(2) Ix-xoljiment tal-kuntratt skond l-artikolu 1576A ma jistax jitwaqqaf għax jiġi allegat li ma jkunx hemm il-ħtieġa għaldaqshekk fl- interess pubbliku, iżda jekk jiġi ppruvat li l-kuntratt ikun ġie maħlul abbużivament u mhux fl-interess pubbliku, il-kerrej ikollu dritt għal dawk id-danni li l-Qorti jidhrilha xierqa fiċ- ċirkostanzi.\".", "\"D\" In new clause 3 as proposed in amendment \"B\":-", "(a) In section 1576A therein, after the words \"may at all times\" there shall be inserted the words \"in the public interest,\";", "(b) In section 1576C therein, immediately after the words \"and this for the unexpired term of the contract\" there shall be added the words, \"and in the case of commercial premises, where the lessee proves that he has suffered a loss in the goodwill because of the dissolution of the contract, a sum to be fixed by the court, according to circumstances to compensate for the loss in such goodwill, taking into account the unexpired term of the lease before the dissolution.\"; and", "(c) In section 1576D therein:", "(i) the present provision shall be renumbered as subsection (1) thereof; and", "(ii) immediately after subsection (i) thereof as renumbered, there shall be added the following subsection:", "\"(2) The dissolution of the contract according to section 1576A shall not be opposed on the allegation that there is no necessity therefor in the public interest, but if it is proved that the contract is dissolved abusively and not in the public interest, the lessee shall have a right to such damages as the court may deem appropriate in the circumstances.\".", "Mr Chairman, din l-emenda hi identika għal dik li ressaqna l-bieraħ bid- differenza li issa koprejna l-każ ta' fond kummerċjali fejn l-inkwilin jiġi kumpensat jekk ikun hemm minħabba telf fl-avvjament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nixtieq nikkummenta dwar l- emenda l-ġdida li daħlet illum għal artiklu 1576C.", "Issa qed jingħad li dan l-artiklu għandu jiġi jaqra hekk:", "\"Jekk sid il-kera li jħoll il-kuntratt skond l-artikolu 1576A ta' dan il-Kodiċi ma kienx ikollu raġuni valida iħoll il-kuntratt skond id- dispożizzjonijiet ta' l-artikoli 1566 sa 1575 ta' dan il-Kodiċi hu għandu jħallas lil kerrej somma li tiġi meqjusa mill-Qorti skond iċ- ċirkostanzi, biex tikkumpensa lill-istess kerrej għal spejjeż żejda li hu jkun daħal fihom biex joħroġ mill-fond qabel il-waqt kif ukoll biex jikri u jitrasferixxi għal fond ieħor minflok dak li minnu jkun ħareġ, u dan għaż-żmien tal-kuntratt li jkun għadu ma għalaqx u f'każ ta' fond kummerċjali, fejn il-kerrej jipprova li jkun sofra telf fl- avvjament minħabba x-xoljiment tal-kuntratt, somma li tiġi meqjusa mill-Qorti skond iċ-ċirkostanzi biex tikkumpensa għat-telf f'dak l- avvjament tenut kont taż-żmien li jkun għad fadal tal-kirja qabel ix- xoljiment.\".", "F'każ ta' abitazzjoni, ladarba persuna materjalment tiġi żgombrata minn fond, bilfors trid tipprokura fond ieħor fejn tmur toqgħod u allura se jkun hemm kirja ġdida.", "L-ispejjeż tal-kirja l-ġdida huma koperti b'dak li hu provdut fl-artiklu, imma f'każ ta' fond kummerċjali mhux dejjem possibbli li wieħed isib fond kummerċjali alternattiv fi żmien tliet xhur.", "Id- dettalji tal-kumpens li hawn kontemplat huma marbuta ma' l-eventwalita' ta' kirja ġdida, mentri wieħed irid jipprovdi għall-kumpens indipendentement minn kirja ġdida, għaliex jekk inti ma jirnexxilekx issib kirja ġdida t- telf se ssofrih xorta u ma jkollokx dritt li tiġi kumpensat.", "Allura l- kwestjoni tal-kumpens m'għandhiex tkun marbuta mal-kirja l-ġdida u spejjeż addizzjonali.", "Dawn trid tkoprihom ukoll, imma l-kumpens għat-telf għandu jkun provdut indipendentement minn jekk jinexxilekx issib kirja ġdida jew le.", "Mela d-diċitura ta' dan l-artiklu trid tinbidel biex jiġi enunċjat il- prinċipju li jkun hemm il-kumpens u f'każ ta' kirja ġdida jidħlu wkoll l- ispejjeż addizzjonali.", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, għax b'dan il-mod jekk xi ħadd ikun se jagħlaq in- negozju jew għax ma jkollux iktar interess fih jew għax ma jkunx irid ikompli jinnegozja, tasal biex tikkumpensah talli jagħlaq in-negozju.", "Aħna qegħdin ngħidu li dak li jkun se jiġi kumpensat talli se jiġi żgombrat u se jitpoġġa fl-istess stat li kien.", "Ggħalhekk qed ngħidu li jrid ikollu post ieħor li jkun b'kera biex jagħmel tajjeb għall-post li ġie meħud mingħandu.", "Dak hu l-iskop, imma mhux li tagħti kompens lil xi ħadd anke jekk kien se jagħlaq il-ħanut jew m'għandux iżjed interess fin-negozju.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien nikkonċedi li jekk wieħed ma jkunx se jkompli n-negozju m'għandux jingħata ċertu kumpens, imma min-naħa l-oħra trid tikkonċedi wkoll li jekk wieħed isibha impossibbli li jikri fi żmien tliet xhur, xorta waħda jrid jiġi kumpensat.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jiġi kumpensat malli jikri, basta joħroġ fi żmien tliet xhur.", "It-terminu mhux marbut mal-kumpens.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħtu każ li wieħed joħroġ fi żmien tliet xhur u jdum ma jsib post erba' xhur u nofs, allura f'dan ix-xahar u nofs ma jiġix kompensat?", "Jien qed nikkonċedi li lil bniedem li mhux se jkompli n- negozju m'għandekx tikkumpensah għax inkella jipprofitta ruħu, imma min- naħa l-oħra jrid jiġi konċess ukoll il-każ fejn dan ma jkunx irid jipprofitta ruħu imma jrid ikompli n-negozju u jsibha diffiċli biex isib fond ieħor fejn jikri.", "Għax biex issib tikri post kummerċjali adattat għalik m'huwiex daqstant faċli.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk tħallas issib u hawn qed nikkumpensawh b'dak il- mod.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din isbaħ; jekk tħallas issib!", "ONOR JOE FENECH: Jista' jkun li jkollok tħallas iktar, dejjem skond iċ- ċirkostanzi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Inti ma tafx li mhux faċli li ssib fond kummerċjali minħabba ċerti konsiderazzjonijiet?", "Aħna qed insemmu kirja; imma nimmaġinaw li dan jieħdu b'ċens u mhux b'kera, allura għax teknikament m'hemmx kirja imma hemm enfitwesi ma jkunx intitolat għal kumpens?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ma rridux illi bniedem jieħu vantaġġ miċ-ċirkostanzi.", "Aħna rridu npoġġu lil dak li jkun fl-istess stat li kien.", "Issa jien konvint, u int konvint daqsi, li la dan se jiġi kumpensat biex isib fond b'kera, jekk ifittex isib, basta jħallas.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din il-formula tagħti lok għal abbuż kbir kontra l-Gvern.", "GĦaliex?", "GĦax jekk jien naf li jekk inħallas insib u naf li d-differenza se jħallasha l-Gvern, lanqas ninnegozja mas-sid u nwikki lill-Gvern bi spiża addizzjonali għalxejn.", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-Gvern irid ikun baħnan biex jagħmel hekk, għax f'ċirkostanzi simili jista' jsiblu post hu b'inqas kera.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-Ministru ma jirrealizzax li l- formula għandha tkun applikabbli, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi?", "Qed ngħidu li se jsiblu post il-Gvern, imma jien qed ngħid li jista' jkun li bil-buona intenzione kollha tal-Gvern u ta' l-inkwilin, dak li jkun ma jsibx post fi żmien tliet xhur.", "Il-Ministru qal li jekk iħallas isib, imma jien ngħidlu li jekk dan jaf li l-Gvern se jħallas id-differenza lanqas biss ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk ikun hemm bżonn il-Gvern iħallas, jiġifieri l- Gvern f'idejh għandu mod kif jista' jikkontrolla l-affarijiet biex jara li l-ispiża tkun moderata kif għandha tkun.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Apparti dawn il-konsiderazzjonijiet kollha, jien nistqarr li r-risposti li qed ningħata m'humiex sodisfaċenti.", "Issa jekk niġu għat-telf li se jkollu naraw li l-kumpens għall-avvjament mhux biżżejjed.", "Nimmaġinaw li bniedem ikun għamel spiża kbira biex irranġa post, allura dan m'għandux jiġbor l-ispiża tal-benefikati li jkun għamel?", "ONOR.", "JOE FENECH: Nerġa' ngħid li fil-każ ta' kirja joperaw ir-regoli u l-artikli tal-Kodiċi Ċivili.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIĊI: Jekk qed jiġi speċifikat x'inhuma l- kwalita' u l-kwantita' tad-danni u tal-kumpens li jingħata, kif jista' wieħed, over and above, jinvoka l-Kodiċi Ċivili biex jieħu d-danni ta' kirja ta' kuntratt li min jidħol fih għandu jiġi preżunt li jaf li qiegħed għar-riskju li l-Gvern jista' jitterminalu dak il-kuntratt u li jekk jitterminahulu jkollu dritt għal dak li tipprovdi l-liġi?", "Kif tista' taqa' fuq il-prinċipji tal-Kodiċi Ċivili li jgħidlek li tista' tirkupra danni oħra li sofrejt, jekk inti taf li dieħel għal kuntratt ta' kirja għal żmien determinat?", "Jiġifieri mhux ma naqblux li mhix ġustizzja li dawn id-danni jiġu mħallsa, imma qed ngħidu li l-Ministru, skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi jista' jkoprihom u jien qed nissottometti li bil-mod kif qed nagħmlu l-emenda ma jistax.", "Jekk fil-liġi hemm li meta tidħol għal kirja għal żmien determinat taf li l-Gvern jista' jitterminahielek u li jekk jitterminahielek japplikaw ċerti provvedimenti, 'il quddiem ma tistax tgħid li inti għamilt b'Lm100,000 benefikati li ladarba se tiġi sfrattat minnhom trid tirkuprahom.", "Kif jista' jkun?", "Inti kont taf għal xiex dieħel!", "ONOR.", "JOE FENECH: Kif taf, din il-materja l-bieraħ iddiskutejnieha fit- tul.", "Il-kwestjoni hi li f'materja ta' kera l-liġi tikkontempla diversi ċirkostanzi.", "Fil-każ ta' benefikati l-liġi titkellem ċar u tgħid li jekk ċerti benefikati jkunu saru bil-permess tas-sid, allura s-sid għandu r- responsabilita' li jħallas dak l-ammont, irrispettivament jekk l-inkwilin tkeċċiex jew telaq; anke jekk l-inkwilin jitlaq jew għax tispiċċa l-kirja jew għax irid jitlaq mill-kirja, ikollu dritt għal dawk il-benefikati.", "Naturalment jekk xi ħadd ikun għamel xi benefikat bil-permess tas-sid, ladarba s-sid ikun tah il-benedizzjoni, ikun responsabbli li jħallas kumpens għalihom, mill-bqija ma jkunx hemm din ir-responsabilita'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jafx il-Ministru li l-Gvern fil-fondi li jikri żgur ma jintitolax lill-inkwilin għall-ħlas tal-benefikati li jagħmel?", "Ħadd ma jkun intitolat għall-ħlas tal-benefikati u għalhekk l- ispejjeż kapitali li jsiru jiġu written down over the period of lease.", "Hekk jiddettalek in-negozju, li tirkupra l-parti written down ta' l-ispiża kapitali mill-profitti li tagħmel.", "Hekk isir in-negozju.", "ONOR.", "JOE FENECH: Dan isir f'diversi każijiet għalkemm mal-Gvern forsi ma jsirx.", "Imma meta xi ħadd jikri fond mingħand proprjetarju privat u jinformah - kellna diversi każijiet minn dawn - li jrid jagħmel ċerti benefikati, is-sid ġieli jistipula li mhux se jidħol responsabbli għal dawn il-benefikati għax fl-aħħar tal-kirja jista' jgħidlu biex iwaqqa' kollox.", "Pero' jekk dan jagħtih il-permess għax jaf li se jiggwadanja, allura huwa obbligat li jikkumpensah għalihom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Gvern jgħid lill-inkwilin li jekk jagħmel xi benefikati se jgawdihom hu u allura ma jħallsux tagħhom.", "F'każ li inkwilin jidħol għal kirja ta' 12-il sena u jagħmel ċerti benefikati, imbagħad wara sentejn il-Gvern għal xi raġuni valida jittermina l-kuntratt, għaliex m'għandux ikun obbligat li lil dak l-individwu jikkumpensah għall- benefikati li jkunu saru?", "ONOR.", "JOE FENECH: Għall-futur din żgur li ma tapplikax għar-raġuni sempliċi li min se jikri mingħand il-Gvern ikun jaf kif inhi l-liġi u jaf b'din l-ipotesi remota - għax ma tantx tiġri imma tista tiġri - li l-Gvern jista' jikri post lil xi ħadd, imbagħad ikollu bżonnu għal skopijiet pubbliċi u allura jkeċċih 'il barra qabel iż-żmien.", "Ftit hemm każijiet ta' fondi tal-Gvern mikrija għal żmien determinat; nimmaġina li tista' tgħoddhom fuq is-swaba' taż-żewġ idejn.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq numru li tant hu żgħir ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nista' ngħid li biss biss il-partit għandu xi 24 post.", "ONOR.", "JOE FENECH: Ġeneralment il-Gvern ma tantx jikri għal żmien determinat.", "Qed nitkellmu fuq numru żgħar ta' fondi, jiġifieri għall-futur min se jikri jaf li jekk il-Gvern ikollu bżonn il-post għar-raġuni ta' interess pubbliku jista' jiżgombrah u l-benefikati li jkun għamel ma jkollux dritt għalihom.", "Rigward postijiet li nkrew fil-passat nerġa' ngħid li hemm numru żgħir ħafna ta' postijiet mikrija mingħand il-Gvern għal żmien determinat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma hemm xi raġuni għaliex għandha tkun hekk u mhux b'mod iktar ġust?", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-ġustizzja perfetta ma tantx issibha.", "Dawn huma inċidenzi tal-kirja, il-Gvern seta' ddeċieda li la jħallas kumpens għall- benefikati u lanqas għall-avvjament bħala inċidenza tal-kirja, imma deherli li f'avvjament ta' post, kif issuġġerejtu, quite rightly, min-naħa tagħkom stess, bniedem jista' jsofri danni sostanzjali u allura għandu jkun kumpensat għalihom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kemm hu umli l-Ministru tal-Ġustizzja!", "Fl- opinjoni tiegħi f'din l-emenda għandu jitniżżel li l-Gvern jikkumpensa lill- inkwilin għat-telf li attwalment ikun se jsofri, imbagħad taħt din il- formula tidħol kull konsiderazzjoni ta' telf.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda \"D\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"D\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 3 kif emendata tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawżola Ġdida 3, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 4", "NEW CLAUSE 4", "ONOR.", "JOE FENECH: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 4 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawżola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "JOE FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 4.", "\"E\" Minnufih wara Klawżola Ġdida 3 għandha tidħol il-klawżola ġdida li ġejja:", "\"Sostituzzjoni ta' l-artikolu 1640 tal-Liġi prinċipali.", "4.", "Minflok l-artikolu 1640 tal-Liġi prinċipali għandu jidħol l- artikolu li ġej:", "\"Min jagħti x-xogħol jista' jħoll il-kuntratt.", "1640.", "(1) Min jagħti x-xogħol jista' jħoll, meta jrid, il-kuntratt, għalkemm ix-xogħol ikun ġia' beda.", "(2) Jekk ma jkunx hemm raġuni valida biex iħoll il-kuntratt, min jagħti x-xogħol għandu jħallas biss lill-appaltatur l-ispejjeż kollha u x-xogħol kollu tiegħu flimkien ma' somma li tiġi meqjusa mill-Qorti, skond iċ-ċirkostanzi, iżda mhux iżjed mill-qliegħ li l-appaltatur seta' jagħmel b'dak l-appalt.", "(3) Jekk ikun hemm raġuni valida biex iħoll il-kuntratt, min jagħti x- xogħol għandu jħallas biss lill-appaltatur somma li ma tkunx iżjed mill-ispejjeż ta' l-appaltatur u l-valur tax-xogħol, wara li jittieħed qies ta' l-utilita' ta' dawk l-ispejjeż u dak ix-xogħol lil min ikun ta x-xogħol kif ukoll id-danni li dan ikun sofra.", "(4) Kull somma mogħtija bil-quddiem lill-appaltatur qabel ma l- kuntratt ikun inħall għandha tiġi applikata għal dak dovut skond is- subartikolu (2) jew (3) ta' dan l-artikolu u l-appaltatur għandu jrodd lil min ikun ta x-xogħol kull eċċess li jirriżulta.", "(5) Il-kuntratt jinħall immedjatament malli min ikun ta x-xogħol jinforma lill-appaltatur, b'kull mezz li jkun, bid-deċiżjoni tiegħu li jħoll il-kuntratt u dan bla ħtieġa ta' ebda awtorita' jew konferma mill-Qorti.\".", "\"E\" Immediately after new clause 3 there shall be added the following new clause:", "\"Substitution of section 1640 of the principal Law.", "4.", "For section 1640 of the principal Law there shall be substituted the following:", "\"Employer may dissolve contract.", "1640.", "(1) It shall be lawful for the employer to dissolve the contract even though the work has been commenced.", "(2) If the employer has no valid reason for the dissolution, he is to compensate the contractor for all his expenses and work and to pay him a sum to be fixed by the Court, according to circumstances, but not exceeding the profits which the contractor could have made by the contract.", "(3) If the employer has valid reason for the dissolution, he is to pay the contractor only such sum which shall not exceed the expenses and work of the contractor after taking into consideration the usefulness of such expenses and work to the employer as well as any damages which he may have suffered.", "(4) Any advance made to the contractor before the dissolution of the contract shall be applied to the sums due in terms of subsection (2) or (3) of this section and the contractor shall return any resulting excess to the employer.", "(5) The contract shall be immediately dissolved when the employer informs the contractor, by any means whatsoever, of his decision to dissolve the contract, and this without the need of any authorisation or confirmation by any Court.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 4 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 4 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOE FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 4 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, f'subklawsoli (1) u (2) qegħdin nirrepetu l-artiklu li jeżisti llum mingħajr ebda kambjament.", "F'subklawsola (3) qed nikkodifikaw l-istat li l-ġurisprudenza tagħna llum ilha tikkonstata bħala s-sitwazzjoni attwali.", "F'subklawsola (4) qegħdin ngħidu - ħaġa li hija aċċettata fil- ġurisprudenza imma qed niċċarawha - li jekk min jagħti l-appalt ikun ħallas xi ħaġa lill-appaltatur qabel jew matul l-appalt, naturalment dik is-somma trid tiġi meħuda akkont ta' qualsiasi somma li tiġi dikjarata dovuta lill- appaltatur.", "F'subklawsola (5) għandna l-istess sitwazzjoni bid-differenza li qed nikkjarifikaw is-sitwazzjoni biex ma jkunx hemm iktar dawk id- diffikultajiet li għaddejjin minnhom bħalissa.", "Filwaqt li l-liġi kif inhi llum tgħid li l-appalt jista' jiġi xolt minnufih minn min jagħtih, fil-fatt jiġri li min ikollu l-appalt jostakola lil min jagħtih u jgħidlu li jrid konferma tal-Qorti li kellu dritt ixolji, jew il-prova li fil-fatt xolja.", "Kellna każijiet fejn dawn il-kawżi jdumu sejrin għal żmien twil, is-sid tal-post ma jkunx jista' jkompli bix-xogħol għax l-appaltatur iħalli l-affarijiet hemm u jkun jista' anke jagħmillu mandat ta' inibizzjoni milli jkompli x-xogħol.", "Il-Kummissjoni għar-Riforma tal-Liġi, quite rightly, dehrilha li din is-sitwazzjoni għandha tinbidel fis-sens li d-drittijiet ta' l-appaltatur għal dak li ħaqqu jibqgħu hemm, kemm jekk minn ta l-appalt ma kellux dritt ixolji l-kuntratt, kif ukoll jekk kellu dritt ixoljih, il-kumpens li huwa dovut lilu skond il-liġi jieħdu dejjem, imma ma jkunx jista' jwaqqaf lil sid il-fond, lil min jagħti l-appalt, milli jkompli bix-xogħlijiet.", "B'hekk għallinqas ikun hemm kontinwita' ta' xogħol.", "Għalhekk f'subklawsola (5) hemm li l-kuntratt jiġi riżolt immedjatament malli min jagħti l-appalt jinforma lill-kuntrattur b'kull mezz, anke bil-kliem, bid-deċiżjoni tiegħu li jxolji l-kuntratt mingħajr ma jkollu bżonn jottjeni ebda awtorita' tal-qorti, kif fil-fatt irid isir illum .", "Ma naħsibx li dan l-artiklu huwa kontroversjali imma nħasset in-neċessita' ta' kjarifika u li tiġi konfermata s-sitwazzjoni kif inhi waqt li titneħħa l-ħtieġa ta' l-awtorizzazzjoni tal-qorti biex il- kuntratt jiġi xolt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma naħsibx li kif inhu l-istat tal-liġi llum fil-fatt hemm il-ħtieġa ta' l-awtorizzazzjoni tal-qorti biex ixxolji kuntratt ta' appalt.", "ONOR.", "JOE FENECH: Iva, hekk qiegħda; nista' ngħid li meta jien kont għadni qed nipprattika kelli żewġ każijiet fejn espressament sid il-kera ma setax ikompli bix-xogħlijiet peress li l-appaltatur żammu għax kien qed jikkontendi li kellu dritt ikompli x-xogħol.", "Fil-fatt il-kawża damet sejra għal madwar ħames jew sitt snin u dan il-post baqa' nofsu mwaqqa' u ma setax jinbena.", "Fil-fatt il-Kummissjoni għar-Riforma tal-Liġi taqbel ma' din is-sitwazzjoni u biex niċċarawha qed nikkodifikawha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Xorta waħda ma naħsibx li skond il-liġi kif inhi llum hemm bżonn l-awtorizzazzjoni tal-qorti biex tħoll kuntratt ta' appalt.", "F'artiklu 1640 hemm ċar li min jagħti x-xogħol jista' jħoll il- kuntratt ta' appalt meta jrid mingħajr il-ħtieġa li jinħall mill-qorti.", "ONOR.", "JOE FENECH: Taf daqsi li l-ġurisprudenza dejjem ikkonstatat li hemm din in-neċessita' u għalhekk qed issir din l-emenda.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-importanti hu li naraw jekk aħniex se nbidlu xi ħaġa mis-sitwazzjoni kif inhi llum.", "Subklawsola (5) kif proposta tagħmilha ċara li min jagħti x-xogħol jista' meta jrid iħoll il-kuntratt, anke jekk ix-xogħol ikun diġa' beda, u li \"l-kuntratt jinħall immedjatament malli min ikun ta x-xogħol jinforma lill-appaltatur, b'kull mezz li jkun, bid-deċiżjoni tiegħu li jħoll il-kuntratt u dan bla ħtieġa ta' ebda awtorita' jew konferma mill-Qorti\".", "Mela l-frażi \"jista' jħoll il-kuntratt\" issa qed tiġi spjegata ċara fis-sens li l-kuntratt awtomatikament jinħall mingħajr il-ħtieġa ta' ebda awtorizzazzjoni tal-qorti.", "Fl-opinjoni tiegħi, m'għandniex nużaw il-frażi \"li jinforma lill-appaltatur b'kull mezz li jkun\" u jidhirli li għandu jingħad li jrid jinformah b'att uffiċjali u mhux b'kull mezz li jkun.", "ONOR.", "JOE FENECH: Imma jekk fil-kuntratt l-appalt ikun sar verbalment, għaliex għandek timponi li jrid ikun hemm in-notifika bil-miktub?", "Naturalment imbagħad tidħol il-kwestjoni ta' prova jekk inħallx jew le.", "Jekk employer ikun intelliġenti jagħmilha bil-miktub biex ma jkunx hemm diffikulta' dwar dan, imma ma tistax timponilu li jagħmilha hekk bilfors.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-konsegwenzi fuq l-appaltatur jistgħu jkunu serji għax min ikun irid jipprova li huwa informa lill- appaltatur, anke jekk ikun qallu bil-fomm, iġib xhud li jgħid li semgħu jgħid lill-appaltatur li se jitterminalu l-kuntratt.", "Jidhirli li t- terminazzjoni ta' kuntratt għandha tirriżulta b'ċerta ċertezza, ladarba jista' jkun hemm konsengwenzi serjissimi.", "Li nixtieq ngħid huwa li jekk appaltatur jista' jikkontesta li ma kienx hemm terminazzjoni, il-problema ta' proċeduri bil-qorti m'aħniex se nevitawha.", "Mela l-qofol ta' kollox hu kif se nevitaw li l-allegazzjoni li t-terminazzjoni ma seħħitx ma timpedix li s-sid xorta waħda jibqa' miexi bix-xogħol permezz ta' ħaddieħor.", "B'dan il-mod din id-diffikulta' m'aħniex se nevitawha.", "ONOR.", "JOE FENECH: Se tevitaha għax, nerġa' ngħid, jekk tagħmilha bil- miktub tirriżulta bil-miktub u jekk issir ittra uffiċjali li tgħid li l- kuntratt ta' l-appalt qed jiġi terminat, allura jkun hemm il-prova weħidha u wieħed ma jistax jiċħad li hemm il-prova li l-kuntratt ġie terminat.", "Il- liġi stess illum qed tikkontempla li malli jkun hemm in-notifika, tkun b'liema mod tkun, il-kuntratt jispiċċa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma meta ma jkunx hemm aċċertazzjoni b'ittra jew att uffiċjali, kif qed ngħidu, l-appaltatur jista' jikkontendi li ma kienx hemm terminazzjoni bħala fatt.", "ONOR.", "JOE FENECH: Kif jista'?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jista' jgħid li qatt ma qallu li se jittermina l-kuntratt.", "ONOR.", "JOE FENECH: Imma int stess qed tgħid li se jkun hemm ittra uffiċjali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għalhekk jiena qed ngħidlek li għandha ssir hekk fil-liġi.", "ONOR.", "JOE FENECH: Dik sta għall-parti in kwestjoni, jekk ma jkunx iblah u jrid jevita d-diffikultajiet - normalment hekk isir imma ma tistax timponiha bil-liġi - jagħmillu ittra uffiċjali - lanqas ittra normali - biex jassigura li jkun ġie notifikat.", "Issa jekk ikun iblah daqshekk li jrid jitterminalu l-kuntratt bid-diskors, kif għandu dritt li jagħmel, u jidħol f'mare magnum tal-prova jekk fil-fatt itterminalux il-kuntratt jew le, allura naturalment imbagħad irid ibati l-konsegwenzi ta' dak li għamel.", "Imma wieħed ma jistax jimponi bil-liġi li n-notifika bilfors trid issir b'ittra uffiċjali.", "Kif inhi l-liġi llum, kuntratt ta' appalt jista' jsir bil-fomm u jista' jiġi terminat bil-fomm.", "GĦalhekk ma nistgħux ngħidu li f'dan il-każ terminazzjoni ta' appalt trid issir bilfors b'ittra uffiċjali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi, biex wieħed jevita ċerti kontestazzjonijiet dwar jekk fil-fatt kienx hemm terminazzjoni jew le ta' kuntratt ta' appalt, in-notifika għandha ssir b'ittra uffiċjali.", "ONOR.", "JOE FENECH: Naqbel miegħek.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk terminazzjoni ta' appalt issir b'ittra uffiċjali, tiġi evitata l-possibilita' ta' kontestazzjoni.", "Jekk il- Gvern jagħżel triq oħra, jien ma naqbilx magħha.", "Punt ieħor huwa li jekk ma jkunx hemm raġuni valida għaliex wieħed ikun ħall il-kuntratt, il-konsegwenzi jkunu dawk li hemm illum.", "Imma issa ġejjin f'sitwazzjoni fejn jekk ikun hemm raġuni valida għaliex ikun inħall kuntratt, min jagħti x-xogħol għandu jħallas biss lill-appaltatur somma li ma tkunx ikbar mill-ispejjeż ta' l-appaltatur u l-valur tax-xogħol wara li jittieħed kont ta' l-utilita' ta' dawk l-ispejjeż kif ukoll tad-danni li jkun sofra.", "GĦalhekk naħseb li l-valur tax-xogħol jinkorpora l-ispejjeż.", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, jekk il-kuntrattur stess ikun il-bennej dan oltre l-ispejjeż materjali li jkollu, ikun hemm ukoll l-ispejjeż tax-xogħol li ħa wkoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura mhux il-valur tax-xogħol!", "Il-valur tax-xogħol jinkludi l-ispejjeż.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk dan ikun kuntrattur kbir ix-xogħol tiegħu jista' jkun oltre l-ispejjeż, imma x-xogħol li jkun qed isir jinkorpora l-ispejjeż materjali wkoll.", "Hawnhekk qed nikkontemplaw iż-żewġ każijiet, anke l-każ ta' min ikun ta xogħlu stess over and above l-ispejjeż li jkun nefaq.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma hawnhekk hawn miktub: \"wara li jittieħed qies ta' l-utilita' ta' dawk l-ispejjeż\".", "ONOR.", "JOE FENECH: Dik hi ħaġa naturali.", "Illum, kif inhi l-liġi wieħed ma jistax jarrikkixxi lilu nnifsu a skapitu ta' ħaddieħor.", "Aħna qed nikkonfermaw is-sitwazzjoni attwali.", "Jekk sid il-post se jieħu xi benefiċċju minn dak ix-xogħol li għamel il-kuntrattur - anke jekk dan ikun tah xogħol ħażin li jiġġustifika l-fatt li l-kuntratt ġie terminat - dan għandu jikkumpensa lill-kuntrattur.", "Jekk min-naħa l-oħra l-kuntrattur għamel xogħol ħażin tant li dak li jkun għamel irid jerġa' jaqa' kollu, naturalment is-sid ma jridx jikkumpensah, anzi s-sid jista' jgħid lill- kuntrattur biex iħallsu tad-danni.", "Dan hu dak li qed nikkontemplaw.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien jidhirli li kif inhi subklawsola 3 hi ta' preġudizzju għall-appaltatur.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk naqblu fil-prinċipju li qed insemmi allura jista' jkun li l-kliem mhux qed jirrispekkja dan il-prinċipju u fil-każ għandna nikkorreġuh.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-prinċipju hu li s-sid jista' jħoll il- kuntratt ta' l-appalt mingħajr ma jiġi ostakolat mill-appaltatur.", "ONOR.", "JOE FENECH: Issa qed nitkellmu fuq kumpens.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'każ li ma jkunx hemm raġuni valida għaliex jinħall, x'jiġri?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk ma jkunx hemm raġuni valida jrid jiġu kumpensat.", "Illum x'inhi l-pożizzjoni tal-liġi meta jkun hemm raġuni valida għat- terminazzjoni, ngħidu aħna għax il-kuntrattur jagħmel xogħol ħażin?", "Il- qorti tara jekk minn dak ix-xogħol li sar hemmx xi ħaġa ta' utilita' għas- sid u jekk ikun hemm u s-sid ikun se jżommu, allura jrid iħallas tiegħu.", "Jekk, għall-kuntrarju ma jkun hemm xejn minn dak li għamel il-kuntrattur li jkun tajjeb u x-xogħol kollu jkollu jitwaqqa', allura s-sid jista' ma jħallsux, anzi jekk ikun sofra xi danni jista' jfittxu għad-danni.", "Dan huwa l-prinċipju li tissanzjona l-liġi llum.", "Issa hawnhekk jidhirli li qed nirrispekkjaw eżattament dan il-prinċipju.", "Jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici ma jaqbilx mal-kliem użat fil-klawsola, fis-sens li taħseb li dan il-kliem ma jirrispekkjax dan il-prinċipju, allura nikkorreġuh, imma safejn naf jien il- kliem huwa ċar u jirrispekkja dan il-prinċipju.", "Kultant ikollok dubji għal xiex qed tirreferi, jekk hux għall-appaltatur jew għal min ikun qed jagħti x-xogħol; għalkemm bil-lingwa Maltija dan hu ċar, bil-lingwa Ingliża jista' jkun hemm diffikulta' biex tifhem għal min hija r-referenza.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bil-lingwa Maltija l-interpretazzjoni hija ċara imma hemm xi żbalji ta' l-ortogrofija.", "ONOR.", "JOE FENECH: Iva, dawk jistgħu jiġu korreġuti mill-Iskrivan tal- Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 4 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 4 għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "ONOR.", "JOE FENECH: Sur President, għal klawsola 1 għandi din l-emenda:", "\"F\" Minflok il-kliem \"l-Att ta' l-1994 li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru. 2)\" fil-klawżola 1, għandhom jidħlu l-kliem \"l-Att ta' l-1995 li jemenda l-Kodiċi Ċivili\".", "\"F\" For the words \"Civil Code (Amendment No. 2) Act, 1994\" in clause 1, there shall be substituted the words \"Civil Code (Amendment) Act, 1995\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRIBUNAL GĦAL TALBIET ŻGĦAR", "SMALL CLAIMS TRIBUNAL BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Fuq din il-klawsola ma tantx hemm kummenti għax din hija sempliċement a definition clause.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien nixtieq inkun naf għaliex il-Gvern qed jinsisti li t-talbiet iż-żgħar għandhom jiġu trattati b'mod radikalment differenti minn dak li qed jiġu trattati llum.", "Illum dawn it-talbiet qed jiġu trattati mill-Qrati tal-Maġistrati skond il-liġi u mhux abbażi ta' l- ekwita'.", "Issa qed noħolqu organu ġdid li huwa fformat minn arbitru u tribunal minflok ma huwa fformat minn qorti.", "Veru li vale la pena li nissimplikaw l-affarijiet imma mhux meta s-simplifikazzjoni ma tkun xejn ħlief multiplikazzjoni u żieda kbira tal-kumplikazzjonijiet.", "Diġa' għidna li r-reġistru tat-Tribunal se jkun ir-reġistru tal-qorti, ir-Reġistratur tat-Tribunal huwa r-Reġistratur tal-Qorti u b'hekk se noħolqu konfużjoni żejda.", "Hemm xi raġuni għaliex għandna nibqgħu ninsistu li nieħdu din it- triq u mhux it-triq iktar sempliċi li dawn il-kwestjonijiet ta' entita' żgħira jiġu trattati b'mod aktar spedit milli qed jiġu ttrattati llum imma minn qorti ad hoc.", "ONOR.", "JOE FENECH: Fis-Second Reading dan il-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Mifsud Bonnici ddiskutejnih fit-tul u semmejna r-raġunijiet ukoll u fil- fatt l-Oppożizzjoni kienet issuġeriet u qablet ukoll li jkun hemm tribunal u mhux qorti - dak iż-żmien din kellha sens u se ngħid għaliex.", "Jekk inti trid tagħmel proċedura aktar spedita u simplifikata minn dak li normalment jiġri fil-qorti u anke bi smiegħ ta' xhieda b'mod differenti mir-rules of evidence li nafu li jeżistu, bir-restrizzjonijiet li timponi l-liġi fuq rules of evidence - per eżempju, kulħadd jaf li hearsay m'hux permess u l- qorti ma tagħtix kasu - trid taqbeż dawk il-ħafna regoli, imma f'affarijiet ta' ċerta serjeta' mhux biss trid iżżomm il-formalita' tagħhom imma trid tara li anke s-sustanza tagħhom tiġi osservata.", "Hawn qed nitkellmu fuq affarijiet ta' materja żgħira u llum wasalna li anke fuq it-television naraw programm - ma nafx x'isejħulu - fejn kwestjoni bejn tnejn min-nies tiġi quddiem maġistrat li jismagħha dak il-ħin stess u jiddeċiediha fuq bażi ta' ekwita' u kif jidhirlu hu li jkun korrett u ġust fiċ-ċirkostanzi fuq dak li jkun sema' u fuq dak li jkun emmen minn dak li sema'.", "Peress li ridna li ma nimxux bil-proċedura rigoruża li trid tiġi osservata fil-qrati ordinarja li tistipula l-Kodiċi ta' Procedura, ma stajniex inħallu qorti għax hawn inkella konna nikkreaw konfużjoni.", "Dan qed ngħidu għax l-aħħar darba l-ħabib tiegħi staqsa għaliex m'għandnix nħalluha qorti bis-sistemi preżenti.", "Jekk tagħmel hekk ikollok il- konfużjoni, għax ikollok qorti li tagħmel ċertu xogħol ta' ċerta kompetenza u l-istess qorti preseduta mill-istess maġistrat li l-bieraħ ddeċieda xi ħaġa u llum jista' jiddeċiedi xi ħaġa oħra, dan rrid isegwi sistemi u proċeduri oħra.", "Issa jekk nabqlu li talbiet ta' din l-entita' huma talbiet żgħar ma naħsibx li jimmeritaw li jiġu diskussi jew li tittieħed proċedura għalihom bl-istess sistema rigoruża li l-liġi tikkontempla għal affarijiet kbar u ta' ċerta entita'.", "Għax f'ħafna affarijiet m'hemmx differenza bejn il-Qorti ta' Isfel u l-Qorti ta' Fuq.", "Per eżempju, dwar ir-rules of evidence, l-unika ħaġa differenti bejn dawn iż-żewġ qrati hi li fil-Qorti ta' Isfel il-maġistrat jagħmel notamenti tax-xhieda li jkun sema' u jgħaddi għal ġudizzju, imma mill-bqija l-istess proċedura trid tiġi segwita.", "Issa biex nissimplifikaw u niffaċilitaw li dawn il-kawżi jibdew u jispiċċaw malajr - preferibbilment jinstemgħu u jinqatgħu fl-istess ġurnata u kważi fl-istess ħin sakemm ma jkunx hemm wisq xhieda x'tinstema' - qegħdin nagħmlu proċedura ħafna iktar simplifikata u qegħdin nħallu f'idejn il-ġudikatur jew l-arbitru - sejjaħlu li trid - li mhux maġistrat biex dan jisma' u jiddeċiedi skond il-kuxjenza kif jemmen li parti għandha raġun jew m'għandhiex.", "Anke biex nassiguraw li l-ispejjeż ikunu żgħar daħħalna li l- ispejjeż ta' l-avukati mhux se jingħataw; jekk parti trid tqabbad avukat tista' tagħmel hekk - jekk ma tridx tqabbad avukat m'hemmx għalfejn tqabbad - imma trid tħallsu hi, anke jekk tirbaħ il-kawża.", "Din hi r-raġuni għaliex dawn il-kawżi ta' petty claims qegħdin nittrattawhom b'dan il-mod, bi proċedura għaliha u b'tribunal għalih sabiex ma nħawdux l-affarijiet ma' kawżi oħrajn li jinstemgħu quddiem il-qrati ordinarji.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini li hawnhekk hawn konfużjoni kbira ta' konċetti.", "Il-kwestjoni m'hix l-entita' tat-talba imma l- kwestjoni fundamentali hija li kemm jekk tkun talba żgħira u kemm jekk tkun talba kbira aħna rridu li ssir ġustizzja.", "Ma nistgħux għax tkun talba żgħira ma nagħtux kasha u ma nesiġux li ssir ġustizzja u nużaw proċedura li tista' ma twassalx għal deċiżjoni ġusta.", "Jekk aħna anke f'talbiet żgħar ninsistu li qabel kollox irridu nassiguraw ġustizzja - qabel iż-żmien, qabel l-ispeditezza, qabel il-kwestjoni ta' l-ispejjeż - allura rridu naraw li bil-proċedura wżata, simplifikata kemm hi simplifikata, naslu għall-ġustizzja.", "Issa jien dejjem mgħallem li l- ekwita' hija ħafna iktar ġusta mil-liġi għax deċiżjoni bażata fuq il-liġi tista' tkun inġusta u deċiżjoni bażata fuq l-ekwita' ma tistax tkun inġusta.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex?", "X'jiġifieri soġġettiv?", "ONOR.", "JOE FENECH: Tista' tkun inġusta għax soġġettiv jiddependi minn dak li jkun.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela min jaqta' kawża skond il-kuxjenza u skond il-liġi mhux soġġettiv ukoll!", "Tant hu soġġettiv li fl-appell jaqilbu d-deċiżjoni li jkun ħa fil-Prima Stanza.", "Il-kwestjoni hija li meta aħna naddattow - apparti l-entita' tat-talba - sistema differenti minn dik użata llum, aħna rridu bilfors nistaqsu lilna nfusna jekk din is-sistema hiex se twassal għal ġustizzja almenu mhux inqas mis-sistema wżata llum.", "Jekk hi hekk, tista' tuża l-istess sistema imma jekk is-sistema li inti qed tipproponi ma tassigurax dak l-ammont ta' ġustizzja tas-sistema li inti qed tuża llum, allura trid tistaqsi jekk biex teħles aktar malajr intiex lest biex tissagrifika l-ġustizzja għall-ispeditezza.", "Jiena għalija m'iniex lest; l-aħjar ħaġa hi li tikkombina t-tnejn.", "Issa jekk is-sistema li qed nipproponu hija ġusta daqs is-sistema eżistenti allura jiena ngħidlek biex is-sistema eżistenti narmuha għat-talbiet kollha u mhux inħalluha għal kbar.", "Mela jekk is-sistema li qed nipproponu hija ġusta u twassalna għal ġustizzja daqs is-sistema tal-qrati ordinarji llum imma hija aktar sempliċi u aktar spedita, ejja din is-sistema ndaħħluha għat-talbiet kollha.", "It-tieni punt huwa li l-ammont ta' talba huwa irrelevanti, il- komplessita' tal-kwestjoni hija relevanti.", "Jekk ikun hemm kwestjonijiet legali komplikati hija ħaġa oħra, imma jekk inti ssellift Lm100 jew Lm1,000 xorta l-istess ammont ta' prova trid tagħmel u l-istess ċertezza jrid ikollok.", "Jekk jien ngħid li sellift lil sieħbi Lm1,000 hemm xi differenza jekk ħaddieħor jiġi jgħid li hu sellef lil sieħbu Lm100!", "Jekk hemmx kwestjonijiet komplikati hija relevanti mhux l-ammont u għalhekk qed ngħid li hawn konfużjoni ta' ideat.", "Aħna ma nistgħux li biex ngħaġġlu, nwarrbu mit-triq tal-ġustizzja.", "Jekk b'din is-sistema se jkun hemm ġustizzja anke f'affarijiet żgħar allura din is-sistema la hija aktar spedita għandna nużawha għal kollox u nwarbu s-sistema li hi wżata llum - bil-kawteli li jieħdu fir-rules of evidence, hi x'inhi l-entita' - u nħallu biss imbagħad il-kwestjonijiet li huma komplikati u ta' natura legali li jirrikjedu ħsieb profond fil-liġi biex inti ssolvihom.", "Imma dan mhux il- punt; il-punt hu jekk dan li se nadottaw hux se jwassalna għal deċiżjoni ġusta, u kemm jekk hu Lm100 u kemm jekk hu Lm1,000 xorta għandna nużaw din is-sistema.", "Għalhekk jien ma nistax naqbel ma' din il-frammentazzjoni ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja għaliex din timplika li xi sistema hija differenti mill-oħra mhux biss għax hija aktar spedita imma għax tista' tagħti riżultat differenti.", "Bis-sistema li għandna tilħaq grad ta' ċertezza li hija ġusta mija fil-mija u bis-sistema li se nadottaw, il-grad ta' ċertezza tal-ġustizzja fl-eżitu se jkun 70% jew 80%.", "X'jiġifieri!", "Mela min għandu talbiet żgħar ...!", "Lm100 għal ċerti nies hija importanti daqs Lm1 miljun għal xi wħud, min m'għandu xejn Lm100 huma ħafna u min għandu l-eluf Lm1,000 m'huma xejn.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien nerġa' ngħid li huwa diffiċli biex nifhem lil ħabib tiegħi.", "Fis-Second Reading bl-iktar mod testwali u ċar qal li jrid din il-proċedura li hemm stipulata fl-Abbozz tal-Liġi, imma nagħmlu qorti u maġistrat.", "Issa qed jikkontesta anke l-proċedura li hawn adottata.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux hekk qed ngħid.", "ONOR.", "JOE FENECH: Hekk qed tgħid għax taf li ma tistax tadotta din is- sistema għal affarijiet kbar, imma xorta se tilħaq ġustizzja hawn.", "Is- soffiżmu tiegħek hu li jekk din is-sistema se twassal għall-ġustizzja m'hemmx raġuni għaliex ma nadottawhiex ukoll għal affarijiet kbar.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦaliex?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien qed ngħid le.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦaliex?", "ONOR.", "JOE FENECH: F'affarijiet kbar din tista' twassal għall- inġustizzji u se ngħid għaliex.", "Jekk f'affarijiet ta' ċertu entita' li fihom infushom hemm il-kumplikazzjonijiet, jekk tasal biex tiddeċiedi fuq bażi ta' ekwita mingħajr ma tosserva r-regoli tax-xhieda li huma oġġettivi ...", "Hemm kriterji oġġettivi biex tasal għal liema xhieda hija valida jew m'hijiex valida anke jekk qed jgħid il-verita' u tiġi injorata mil-liġi.", "Hemm kriterji oġġettivi li jistgħu jiġu sindakati minn qorti oħra.", "Normalment fejn hemm kwestjoni ta' valutazzjoni ta' provi, l-appelli lanqas jidħlu fiha għax joqgħodu fuq il-maġistrat jew ġudikant li jkun sema' l- provi hu u li jkun f'possibbilta' ħafna iktar minnhom li jkun jista' jgħid min qed jgħid il-verita'.", "Biss hawn qed ngħidu li f'materja ta' affarijiet żgħar tista' tkun inġust jekk tadotta s-sistemi ta' l- affarijiet kbar għax se twassal għal dewmien u kumplikazzjonijiet ħafna iktar ta' appelli u affarijiet oħra li min għandu jieħu dawn il-famużi Lm10, Lm20 jew Lm100 se jdum jistenna l-Bambin biss jaf kemm u se jkollu jagħmel spejjeż għax irid isegwi l-proċeduri kollha u għandu dritt li jqabbad l-avukat u biex jieħu dawn il-ftit flus li għandu jieħu nagħmlulu l- inġustizzja kbira li jrid idum ma nafx kemm u jidħol f'ħafna spejjeż.", "Hawn aħna qed ngħidu li biex tassigura ġustizzja b'mod ekwu u bi proċedura ekwa kif jinstemgħu l-provi u biex id-deċiżjoni tingħata b'mod sommarju, hemm appell fuq kwestjoni ta' liġi - kif diġa' del resto għandna sitwazzjoni, per eżempju, f'materja tal-bord li jekk ikollok punt legali jkun appellabbli altrimenti mhux appellabbli - u qed nassiguraw li din tispiċċa immedjatament għax anke jekk tieħu ġustizzja wara għaxar snin tkun qed tagħmel inġustizzja, partikolarment meta għandek oġġett żgħir.", "Jekk tieħu Lm100,000, anke jekk teħodhom wara għaxar snin bl- imgħaxxijiet ma tkunx qed tagħmel ġustizzja ma' dak li jkun kif għandek tagħmilha, imma ma' min għandu jieħu Lm60 jew Lm100 tkun qed tagħmel inġustizzja kbira u għalhekk qed ngħidu li ma tistax tagħmel kompartiment u tkun riġidu fil-mod tal-loġika li tipprova tagħmel u tgħid li jekk dan japplika tajjeb hawnhekk allura tista' ssegwih band'oħra.", "Hawnhekk qed ngħidu li nassigura li se ssir ġustizzja kif jistgħu jagħmluha l-bnedmin - għaliex il-perfezzjoni tal-ġustizzja la b'sistema u lanqas b'oħra ma teżisti; teżisti x'imkien ieħor imma żgur li mhux fid-dinja biex skond il- kuxjenza u l-abbilita' tagħhom nassiguraw li din issir u qed ngħidu li jrid jisma' l-provi u jagħmel assessment fuq bażi ta' ekwita', irid jisma' l-provi dak inhar stess u jaqta' l-kawża possibilment dak inhar stess u b'konsegwenza ta'hekk wieħed qiegħed jassigura li f'affarijiet ta' entita' żgħira għallinqas lil dak li jkun ma tikkawżalux spejjeż u dewmien u una volta li l-ġudikant ikun bniedem kompetenti u onest ma' dak li jkun, tkun biżżejjed garanzija taħt is-sistema.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk il-Ministru qed jerġa' jħallat l- affarijiet.", "Nerġa' ngħid, is-sottomissjoni tiegħi hi li l-kwestjoni m'għandhiex tiġi ġudikata fuq l-ammont involut imma fuq il-komplessita' tal- kwestjoni involuta.", "Ammont ta' Lm100 jista' jinvolvi kwestjoni kumplikata tal-liġi u ammont ta' Lm1,000 jista' ma jinvolvi l-ebda kwestjoni kumplikata tal-liġi.", "GĦalhekk f'dawn l-affarijiet il-kriterju ta' l-ammont hu fallaċi u l-krtierju għandu jkun jekk hemmx kwestjoni kumplikata jew le.", "Nerġa' ngħid, li kemm jekk bniedem ikun silef lil xi ħadd Lm100 kif ukoll jekk ikun silef Lm1,000 l-istess kwestjoni hemm involuta u jista' jkun hemm l-istess natura ta' xhieda, jew nuqqas ta' xhieda għaliex l- ammont ma jagħmilx differenza.", "Ikun inutli li ngħidu li min għandu jieħu Lm1,000 jista' jistenna ż-żmien tal-proċeduri ordinarji, pero' min għandu jieħu Lm100 għandu jkun preferut u għalhekek ikollu deċiżjoni spedita.", "Int qed tikkontempla li min jagħmel claim u jippretendi li għandu jieħu Lm100 fil-fatt b'din il-proċedura se jirnexxielu jeħodhom.", "Pero' l-kwestjoni hi li jekk l-arbitru bil-proċedura li juża jasal għall-konklużjoni li m'għandux dritt u m'għandux raġun, dan bl'għaġġla ikun tilef il-Lm100 u mhux rebahhom.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mhux bl-għaġġla, u hemm hi d-differenza.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kieku tintuża s-sistema tal-lum u mhux is- sistema li uża l-Ministru kieku ċerti rekwiżiti ma kienx jitlifhom.", "Allura jien qed ngħidlek li jekk is-sistema li qed tiġi proposta twasslek għall- istess riżultat tas-sistema tal-lum ħlief kwestjoni taż-żmien, is-sistema li qed nużaw illum għandha tiġi scrapped għall-ammonti kollha ħlief dawk li dwarhom hemm kwestjoni kumplikata jew komplessa.", "Mhux l-ammont li jgħodd u għalhekk jien ma nistax nifhem għaliex għandu jkollna din il-konfużjoni ta' ideat.", "Jien assolutament ma nistax naqbel li jkun hawn din il-konfużjoni ta' ideat.", "Donnu li l-Gvern irid joħloq mezz kif kawżi li ma jinvolvux iktar minn Lm100 jinqatgħu malajr u jagħtihom preferenza - għax fil-fatt hekk se jiġri.", "Jekk irridu nagħtuhom preferenza nagħtuhom preferenza fuq kawżi oħra, imma mill-bqija ma naħsibx li hu konsiljabbli li tintroduċi dawn il-konċetti ġodda biex tottjeni dan ir-riżultat ta' espeditezza.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mr Chairman, irrid ngħid li din is-sistema m'hijiex xi ħaġa ġdida li qed tagħmel Malta; fil-fatt l-istess sistema hi applikabbli quddiem il-Justices of the Peace.", "Pero' irrispettivament minn dan, jien naħseb li l-ħabib tiegħi jaf jew imissu jaf li fil-fatt qed naħsbu għal ġurisdizzjoni għal dan it-tribunal għal kawżi sempliċi u mhux kumplikati u qed ngħidu talba għal kreditu biss ta' Lm100.", "Jekk hemm kontemplati xi kumplikazzjonijiet oħra, bħal xi immobbli, dritt ta' kera jew akkumulu ta' affarijiet li tikkomtempla l-liġi, it-Tribunal lanqas għandu ġurisdizzjoni.", "F'subklawsola 3(2) insibu:", "\"... it-Tribunal għal Talbiet Żgħar ikollu ġurisdizzjoni biex jisma' u jaqta' biss it-talbiet kollha ta' flus ta' ammont ta' mhux iżjed minn mitt lira Maltija.\"", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni li qed ngħidu li dawn l-ammonti la jiġġustifikaw spejjeż kbar għall-Istat jew fuq l-Istat biex dawn il- każijiet jiġu riżolti u lanqas m'hu ġustifikat li parti tagħmel spejjeż kbar biex tottjeni dik ix-xi ħaġa li tkun intitolata għaliha.", "GĦalhekk anke hawn eskludejna d-drittijiet ta' l-avukat, peress li kellna każijiet f'diversi ċirkostanzi li l-ispejjeż jissuperaw it-talba li jkollu jieħu l- parti.", "GĦal min m'għandu xejn, Lm10 huma ħafna!", "Pero' l-istess ma nafx kemm se jħallas biex ikun ottjena dawn l-Lm10 jekk is-sistema ordinarja quddiem il-qrati ordinarji tippermettilu li jqabbad avukat - u li jirbaħ jew jitlef il-kawża hija xi ħaġa oħra - u bil-proċeduri kollha tal-mod kif iridu jimxu l-affarijiet għat-taħrik ta' xhieda, noti ta' osservazzjonijiet u mitt elf ħaġa oħra, id-drittijiet għalihom jitilgħu u dan ikun irid jieħu Lm10 jew Lm20 u jispiċċa jew ma jagħmilx il-kawża - għax dan l-ammont ma jiġġustifikax li jonfoq il-flus li jkollu jonfoq biex jottjeniha - u lanqas li jdum jistenna x-xhur jekk m'hux is-snin biex jottjeniha.", "Allura trid teskoġita sistema li, nerġa' ngħid, tassigura li ssir ġustizzja ma' dak li jkun mingħajr ma timpedih milli jadixxi dik l-istituzzjoni minħabba spejjeż kbar jew telf ta' żmien sakemm ikun ottjena jew ħa deċiżjoni fuq dak li qed jippretendi li għandu dritt.", "Din hi l-pożizzjoni li, nerġa' ngħid, iddiskutejniha fit-tul fis-Second Reading.", "Nistgħu ma naqblux fuqha imma din hi s-sitwazzjoni.", "Il-konvinzjoni ġenwina ta' din in-naħa hi li b'dan il-mod aktar tista' tagħmel ġustizzja ma' dawn il-każijiet milli jekk tħallihom taħt is-sistema ordinarja tal-proċedura ordinarja u taħt il-qrati ordinarji.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nappellalkom biex inżommu d-diskussjoni fuq il- klawsola 2 u niftakru li qegħdin fl-istadju ta' Kumitat u m'hux fit-Tieni Qari.", "Akar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Twaqqif tat-Tribunal.", "Clause 3 - Establishment of Tribunal.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mr Chairman, klawsola 3 hija l-klawsola li twaqqaf it- Tribunal u tgħid x'inhi l-ġurisdizzjoni u l-kompetenza tiegħu.", "Qegħdin ngħidu li dan it-Tribunal se jkun magħruf bħala Tribunal għal Talbiet Żgħar, u qed ngħidu li jkun kompetenti li jisma' u jiddeċiedi talbiet għall- ħlas ta' ammont ta' mhux iżjed minn Lm100.", "F'każ ta' diversi somom dawn jingħaddu flimkien pero' jekk dawn ma jkunux għall-istess natura in kwestjoni, tittieħed l-akbar somma li tkun qed tintalab.", "Qegħdin ngħidu wkoll li dan it-Tribunal jista' jisma' l-kawżi kemm f'Malta u kif ukoll f'GĦawdex skond fejn jiġi ndikat mill-Ministru responsabbli.", "F'subklawsola 3 (5) imbagħad qegħdin ngħidu li t-Tribunal m'għandux kompetenza bl-aktar mod assolut li jisma':", "\"kawżi li fihom jindaħlu kwestjonijiet dwar proprjeta' ta' beni mmobbli, piżijiet jew jeddijiet oħra mgħaqqdin ma' l-immobbli, għad li t-talba ma tkunx tiskorri l-mitt lira Maltija, u kawżi ta' żgumbrament jew tkeċċija minn beni mmobbli ..... .\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq it-Tribunal għal Talbiet Żgħar u nistgħu nantiċipaw li dan it-tribunal 'il quddiem se jkun magħruf bħala t-tribunal tal-ġakulatorji.", "ONOR.", "JOE FENECH: Onor. Mifsud Bonnici, jekk għandek xi espressjoni aħjar, nużawha!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, f'subklawsola 3 (2) qegħdin ngħidu li dan it-Tribunal ikollu ġurisdizzjoni biex jisma' u jaqta' biss it- talbiet kollha ta' flus ta' ammont ta' mhux iżjed minn Lm100 u mbagħad f'subklawsola 3 (5) qegħdin insemmu kawżi li fihom jindaħlu kwestjonijiet dwar proprjeta' ta' beni mmobbli.", "Jien nistaqsi: Ħlas ta' kera ta' dar ta' anqas minn Lm100 hija talba żgħira jew le skond din id-definizzjoni?", "ONOR.", "JOE FENECH: Iva.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura xi tfisser \"dwar proprjeta' ta' beni mmobbli\"?", "ONOR.", "JOE FENECH: Aħna qegħdin ngħidu \"fejn jindaħlu kwestjonijiet\" jiġifieri fejn fil-materja li trid tiġi deċiża hemm involuti kwestjonijiet immobiljari jew drittijiet reali.", "Jekk tkun sempliċi talba ta' kreditu ta' kera dovut, jekk jitqanqlu fih xi drittijiet immobiljari, f'dak il-każ naturalment it-Tribunal ma jibqax kompetenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk l-inkwilin jeċċepixxi li min qed jitlob il-kera mhuwiex is-sid, xi jsir?", "ONOR.", "JOE FENECH: Naturalment f'dak il-każ hemm id-dritt immobiljari u allura t-Tribunal ma jibqax kompetenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma allura kif tista' tantiċipa d-difiża li se jagħmillek il-konvenut?", "ONOR.", "JOE FENECH: Inti ma tistax tantiċipa d-difiża.", "Jekk titqanqal kwestjoni simili ...", "L-ewwel darba li quddiem il-qorti inferjuri tqum kwestjoni li tinvolvi drittijiet reali u tieqaf?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, l-ewwel trid tikkonstataha.", "Nagħtu l- każ li bniedem jitlob Lm50 mingħand xi ħadd bħala ħlas ta' kera.", "Dan ta' l- aħħar jista' jgħid li lil dak li talbu l-Lm50 m'hux se jħallsu għaliex m'huwiex is-sid tal-kera.", "Una volta dan jallega hekk, it-Tribunal jieqaf għaliex ma jistax jiddeċiedi jekk dan huwiex is-sid tal-kera jew le.", "Quddiem il-qorti ordinarja jekk tipprova li fil-fatt dak huwa s-sid tal- kera tiegħek, f'dan il-każ il-kawża tibqa' miexja.", "ONOR.", "JOE FENECH: Dan skond, għaliex jista' jkun li min krielek ma jkunx il-proprjetarju imma l-inkwilin.", "F'każ ta' sublokazzjoni m'hemmx kwestjoni ta' proprjeta' imma kwestjoni ta' kreditu sempliċi.", "Jien qed ngħid li jekk ikun hemm kwestjoni li tinvolvi proprjeta', din ma tibqax f'idejn il- kompetenza tat-Tribunal.", "Issa ejja nħarsu lejn il-pożizzjoni kif inhi fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Hawnhekk lit-Tribunal qegħdin ngħidulu li jekk hemm kawżi fejn jidħlu kwestjonijiet ta' dritt reali, jiġifieri jekk min qed jagħmel it-talba huwiex il-veru proprjetarju jew le, din trid tiġi deċiża mill-qorti kompetenti.", "Jekk imbagħad hija kwestjoni ta' min kera, din hija kwestjoni oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri jekk tinqala' din il-kwestjoni tmur fil-Prim'Awla?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jekk persuna tallega li hemm kwestjoni ta' proprjeta', allura l-Qorti tal-Maġistrati tieqaf - m'hux kompletament - u tagħti żmien lill-parti biex jekk trid, tagħmel kawża fil-Qorti Superjuri.", "Issa meta l-eċċezzjoni tkun sempliċement frivola, dan jeħel ta' l-ispejjeż tal-Prim'Awla li huma konsiderevoli u jerġa' jinżel quddiem il-maġistrat.", "Imma dan li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici għandu mertu fis-sens li jekk persuna trid twaqqaf it-Tribunal, kulma għandha tagħmel huwa li tqanqal kwestjoni ta' proprjeta'.", "ONOR.", "JOE FENECH: Dan huwa kollu veru jekk tkun kwestjoni ta' kera imma mbagħad din il-persuna tbati l-konsegwenzi ta' l-ispejjeż jekk tmur quddiem qorti oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela min għandu dritt li jitħallas tal- piż, għandu dritt jirrikorri għat-Tribunal għall-ħlas ta' dak il-piż.", "Jiġifieri jekk ma jitħallasx minn min hu obbligat iħallas dak il-piż, allura lil dan jista' jfittxu għal dak il-piż.", "ONOR.", "JOE FENECH: Iva, għax dak kreditu sempliċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jekk f'dawn il-kawżi jidħlu kwestjonijiet ta' piż?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk hemm kwestjoni jekk dan huwiex piż jew le, iva.", "Jien qed nitkellem ma' xi ħadd li ilu avukat daqsi u jipprattika daqsi.", "Aħna qed nitkellmu fuq kwestjonijiet dwar piż m'hux sempliċement dwar talba għal ħlas ta' piż.", "Talba għal ħlas ta' piż tista' ssir għax dak kreditu sempliċi u xejn iżjed.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa meta oġġett mobbli jkun anqas minn Lm100, x'inhi r-raġuni li ma tmurx quddiem dan it-Tribunal?", "Jekk jien tajtek ktieb li jiswa Lm5 u ma rritornajtulix u rrid infittxek, għaliex ma nistax immur quddiem dan it-Tribunal?", "ONOR.JOE FENECH: Iva, quddiem dan it-Tribunal trid tmur.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma dan m'hux kreditu ta' flus.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk jien infittxek għal oġġett paritkolari, le.", "Aħna dawn qegħdin nillimitawhom unikament għall-krediti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma għaliex le?", "ONOR.", "JOE FENECH: Sabiex nagħmluhom sempliċi aktar.", "Kważi kważi inti ridt li dawn jiġu kollha ġudikati mill-maġistrat bil-liġijiet normali u issa għaliex illimitajna sempliċement tal-krediti qed tistaqsini għaliex ma daħħaltx l-oħrajn!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-loġika tiegħi tgħidli li jekk se tagħmel ħaġa tagħmilha sewwa.", "ONOR.", "JOE FENECH: Għax qed nagħmluha sewwa qed nagħmluha hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ngħidlek li m'għandekx tagħmilha, imma jekk se tagħmilha ma tridx tkun arbitrarju fid-distinzjoni.", "Qed ngħidu li dwar oġġett li jiswa Lm5 ma tistax tagħmel kawża quddiem it- Tribunal għax huwa oġġett u mhux flus.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk inti qed titlob il-Lm5 tal-ktieb iva, imma jekk inti qed titlob li jerġa' jirrestitwilek l-oġġett trid tmur quddiem il- qorti ordinarja.", "Il-liġi hija ċara hawnhekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naf li l-liġi hija ċara.", "Jien m'iniex qed nagħmel id-domanda jekk hijiex hekk, imma jekk għandhiex tkun hekk.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien għidtlek li għandha tkun hekk għax irridu li l- iktar każijiet sempliċi jmorru quddiem dan it-Tribunal.", "J'Alla ż-żmien jagħtina parir li fil-futur ninkludu aktar affarijiet.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Meta tkellimt fis-Second Reading għidt li wieħed għandu jipprova jissimplifika kemm jista' jkun l-affarijiet, imma mbagħad tasal f'ċertu qasam illi ma tistax toħroġ b'kontradizzjonijiet bħal dawn.", "Ejja nibdew minn hawn, il-kreditu dejjem joħroġ minn oġġett.", "Kreditu jista' jkun self u jista' joħroġ minn oġġett.", "Hu min hu l-arbitru, biex jiddeċiedi jrid jidħol fil-kwestjoni ta' x'kien il-ftehim, in-negozju u x'kien il-każ.", "Jien inkun onest miegħek.", "Meta ddibattejnieha l-ewwel darba għidt ukoll li din kienet parti minn dak li konna qed nikkontemplaw.", "Kieku kont qed nippilota dan l-Abbozz kont nieqaf u naħseb fuq is- suġġeriment li għamel l-Onor.", "Mifsud Bonnici li nagħmlu maġistrat li jkollu ġurisdizzjoni għal dawn l-affarijiet mingħajr ma nbiddlu l-bażi u l- prinċipji legali.", "ONOR.", "JOE FENECH: Ma kontx għadek wasalt int imma din id-diffikulta' diġa' għamilha u rrispondejtu.", "Jekk int tagħmel maġistrat u tagħmilha qorti normali ma tagħmilx sens illi tadotta proċedura speċjali għax hemm tkun qed toħloq konfużjoni.", "Una volta li int se tagħmel proċedura speċjali ma tistax tagħmel qorti u ma tistax tagħmel maġistrat.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kemm issa bħala partit u kemm meta konna fil- gvern aħna konna favur li ċerti affarijiet jiġu depenalizzati.", "L-unika ħaġa li nista' nxebbah remotament ma' dan it-Tribunal huma t-tribunali li jiddeċiedu affarijiet li ddepenalizzajniehom, bħal f'dawk il-każijiet meta bniedem ma jibgħatx tfal l-iskola jew bniedem jipparkja ħażin.", "Minkejja li din kienet idea tal-Gvern Laburista għalija din falliet għaliex fil- prattika min jeżerċita fil-qorti jaf li dawn it-tribunali ma jaħdmux għaliex l-ewwel ħaġa minn lista ta' 180 niddubita jidhrux 10% u minn dawk l-10% jiġu deċiżi nofshom.", "Jien immur hemmhekk u naf illi s-sistema tagħna ma tiffittjax f'dawn it-tip ta' tribunali.", "Jien ukoll meta kont sirt spokesman l-ewwel darba kont irrakkommandajt lil-Leader tiegħi xi ħaġa analoga u mhux qed nikkritikak għall-idea li ħriġt biha.", "Irridu nistennew ħalli naraw dawn jaħdmux, iżda għandi d-dubji tiegħi għax fil-passat dawn ma ħadmux - qed ngħid għal dawk li għamilna aħna.", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-verita' m'hijiex hekk.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-unika ħaġa li għamlu l-Kummissarji għall- Ġustizzja kienet li neħħew workload minn fuq il-maġistrati.", "Xi darba nistiednek tmur hemmhekk - mhux fi żmien il-karnival u tkun disguised! - u tara kif dawn ma jiffunzjonawx għaliex il-karatteristika tagħna hija waħda kważi ta' indixxiplina assoluta.", "Huwa diffiċli meta għandek il-maġistrat jew l-imħallef ...", "GĦalfejn jilbsu t-toga?", "Għalfejn hemm dawn ix- xinxilli?", "Biex almenu jkun hemm ċerti affarijiet li jimponu li wieħed joqgħod pass lura.", "Anke b'dawn illum l-awtorita' hija mxerrda fis-sens li m'għandhiex dik l-id li suppost għandha.", "Jiena smajt - u ma nafx jekk dan huwiex veru jew le - li 10% jew 20% jitilgħu, 5% minnhom jinstabu ħatja u l-oħrajn ma jiġbru xejn.", "GĦaliex il-makkinarju tal-pajjiż ma jistax jiġbor dak li hu dovut fuq dawn l-affarijiet.", "Il-makkinarju jipproiva għaliex jibagħtulhom il-karti u jbeżżagħihom li se jtellgħuhom il-ħabs u jibagħtu għalihom il-pulizija.", "Jien naħseb li jekk aħna naħsbu ftit fuq dak li qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici li nagħmlu maġistrat b'din il-kompetenza, naħseb li ma nagħmlux ħażin.", "Issa hawnhekk qed ngħid kontra dak li għidt fis-Second Reading imma naħseb li huwa aktar diffiċli għall-Ministru biex jesprimi ruħu bil-mod li qed nesprimi ruħi jien għaliex jien m'għandix responsabbilta' tal-Ministeru u m'għandix ir-responsabbilta' li qed nippilota l-liġi.", "Pero' wisq nibża' li - u m'għandix dubju li dan li qed isir qed isir b'kull intenzjoni tajba - 'l quddiem naraw li l-metodu, il- proċedura u r-riżultat se jkun differenti ħafna mix-xewqa tiegħi u tal- Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien ma naqbilx mal-ħabib tiegħi li t-tribunali - u ma nafx għal liema qed jalludi għaliex tal-Kummissarji tal-Ġustizzja m'humiex tribunali - ...", "Nista' nassigurah li dawk ħadmu u ma ddeċidewx kif qal hu.", "GĦada nista' nurih l-istatistika.", "(Interruzzjonijiet) GĦaliex inti għidt li jitilgħu 10% u jiġu deċiżi 5%.", "Jien qed ngħidlek li dan m'hux korrett u fil-fatt mil-lat ta' ġustizzja qiegħda ssir l-istess ġustizzja.", "Nista' ngħid li kemm ili Ministru tal-Ġustizzja qatt ma kelli complaints li m'hux qiegħda ssir ġustizzja quddiem il-Kummissarju tal- Ġustizzja.", "Hemm ukoll it-tribunal tal-Bord tal-Kera.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "Dan f'awla ta' maġistrat se jkun ukoll.", "Issa maġistrat liebes libsa u l-ieħor tavżah minn qabel li m'hux maġistrat!", "Qed tgħid li aħna ma niffitjawx l-affarijiet.", "Fil-Qrati Superjuri hemm terz tal- kawżi taċ-Ċivil li jiġu deċiżi mill-perit.", "Jiġifieri huwa l-perit li jisma' kollox u jagħmel rapport.", "U jrid ikun werżaq xi waħda kbira biex l- imħallef ma jaqbilx miegħu għalkemm ma jkun sema' xejn!", "Inti qed tgħidli li hemm terz, 3,000.", "Inti qed tgħid li dan l-inseriment mhux ħaġa li jidħol fis-sistema tagħna.", "Nerġa' ngħid, il-perit legali li jiddeċiedi l-kawża hu.", "Issa neliminaw din il-kwestjoni.", "Hawn qegħdin ngħidu li aħna ġenwinament inħossu li din is-sistema għandha tiffunzjona.", "Ħadd m'hu qed jgħid li Evanġelju dan, hekk se jsir.", "Iż-żmien jagħtina parir.", "Jekk din is-sistema ma tiffunzjonax kif qed nantiċipaw nerġgħu niġu hawn nikkorreġuha.", "GĦall-kuntrarju imma hawn naħsbu li din tkun sistema effiċjenti u effikaċi f'każijiet ta' talbiet żgħar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien sejjaħtilhom tribunali għax l-unika analoġija mat-tribunali li qed nipproponu huma dawn, biex ma nħawdux l- ideat.", "L-istatistika li għandek dwar dawn żgur ma tgħidlekx kemm minnhom ma telgħux għax quddiem dawk - ejja nsejħilhom Kummissarji għall-Ġustizzja - jekk ma titlax it-tieni darba jfisser li hemm ammissjoni.", "ONOR.", "JOE FENECH: Fiċ-Ċivil ukoll.", "Fl-Inferjuri mhux hekk!", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ippermettili.", "Allura jekk l-istatistika qed tgħidlek li ġew deċiżi 100 kawża nassigurak li 80 jew 90 minnhom - jien ma kontx sejjer żball għax jien il-ħin kollu hemm, ngħix hemm - ma jitilgħux.", "Inti għandek statistika li ġew deċiżi 100, imma jekk inti tassorbixxi kemm verament ġew deċiżi ssib li 90 minnhom ma dehrux u ma tawx kas.", "ONOR.", "JOE FENECH: GĦax preferew li jammettu kif tgħid il-liġi.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Issa trid tara x'ġara wara li dawn id-90 ma dehrux, kemm minnhom ħallsu l-multa li ġiet imposta.", "Minn hemm trid tara jekk is-sistema ħadmitx.", "Jekk 90 ġew deċiżi għax ma telgħux, imbagħad biex jiġbru 10 minnhom ...", "Jien tkellimt man-nies li jaħdmu ma' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika u spjegawli li minn dawn id-90 li jiġu misjuba ħatja 30, 40 isibuhom u jibagħtulhom u xi 10 minn dawn iħallsu.", "The end result tant huwa miskin illi l-Istat ikun ħareġ ħafna flus ...", "Fl-aħħar mill-aħħar trid tqis ukoll li l-Istat ikun ġab dawk il-pulizija kollha, ħareġ dawk in-notifiki kollha ...", "(Interruzzjonijiet) Le, m'iniex qed nesaġera.", "Jekk inti tara l-ultimate cost x'se jkun għall-Istat issib illi biex jeħlu 10, il-pajjiż qed joħroġ mijiet u eluf ta' liri.", "F'din hekk se jiġri.", "Għalhekk jagħmel sens dak li qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici li nagħmlu maġistrat, kif hemm fil-Bord tal-Kera u fil-Bord tal-Qbiela.", "Ejja ngħidu li se nagħmlu avukat li qed jippresjedi llum, imbagħad imur quddiem l- istess Tribunal, quddiem sieħbu jiddefendi l-kawża.", "L-agħar ħaġa hija tal-ħlas ta' l-avukat.", "Fil-fatt il-Ministru qal li se jipprova jagħmilha sempliċi ....", "ONOR.", "JOE FENECH: Niddiskutuha meta naslu għaliha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ippermettili, Onorevoli.", "Nixtieq nerġa' nappella li hawn qed nerġgħu mmorru 'l bogħod ħafna minn dak li tgħid klawsola 3.", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, l-iskop kollu ta' din il-Liġi huwa li joħloq sistema ġdida skond it-tendenza moderna ta' żmenijiet, mhux f'pajjiżna biss imma kullimkien, kemm fil-kamp ċivili kif ukoll fil-kamp kriminali.", "Ħadt gost li l-Onor.", "Attard Montalto semma l-kamp kriminal.", "Ma jistax ikun li kull kwestjoni li taqa' taħt il-Kodiċi Kriminali tidher quddiem maġistrat bi dritt ta' appell bil-konsegwenza ...", "Jien bħal l- Onor. Attard Montalto naħdem fil-Qorti tal-Maġistrati fejn isiru dawn il- famużi kawżi tad-distrett u jkun hemm ħafna pulizija.", "Nista' ngħid li sa ċertu punt hemmhekk kulħadd ikun qiegħed jaħli l-ħin għaliex nofs il- każijiet ikunu fuq ġlied tas-saħna, jiġifieri tal-mument li mbagħad jispiċċaw jaħfru lil xulxin.", "Ġieli anke jittellgħu x-xiehda għalxejn għaliex l-affarijiet ikunu diġa' kkalmaw qabel ma jaslu hemmhekk u ġieli anke jkunu ħafru lil xulxin.", "Fil-fatt barra minn Malta għal din ir-raġuni kienet inħolqot is-sistema tal-justices of the peace u safejn naf jien f'ċerti ġurisdizzjonijiet dawn għandhom il-poter li jiddeċiedu l-każ.", "Imma anke hawnhekk naħseb li t-tendenza hija l-kuntrarju ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "Hawn imissna noħolqu strutturi oħrajn biex ma jkunx hemm ċerta ħela ta' ħin fil-qorti.", "Quddiem il-qorti għandhom isiru biss dawk il-każijiet li verament wieħed irid jimponi piena kriminali.", "Il- Kostituzzjoni tagħna tgħid li ċerti każijiet li jkunu ta' reat kriminali bilfors ikunu jridu jiġu deċiżi mill-qorti u mhux mit-tribunal.", "Pero' s'issa din il-problema ġiet solvuta dejjem billi wieħed jiddepenalizza r- reati.", "Immaġina kieku għadna bis-sistema l-antika - niftakarha din għax dak iż-żmien, jiġifieri fl-1980, kont ilħaqt avukat - fejn il-parking ticket kien reat li jiġi deċiż minn maġistrat.", "Jiġifieri ara kieku llum b'dawn l-eluf ta' karozzi li hawn fit-toroq, xi 10,000, apparti s-second hand cars, kemm ikun hawn parking tickets u li kollha jridu jidhru quddiem il-maġistrat - dawn kellhom jidhru bilfors għaliex inkella kien jiġi ordnat l-arrest tagħhom.", "Anke kieku kellna nemendaw il-liġi b'mod li ngħidu li l- preżenza ta' l-akkużat ma tkunx neċessarja imbasta jkun notifikat, għaliex xorta jinħela l-ħin sakemm jiġi msejjaħ u jekk ma jinstabx jinħela aktar ħin.", "Jiġifieri immaġinaw kemm kien ikun hemm ħela ta' ħin kieku ma kellniex is-sistema tal-Kummissarji tal-Ġustizzja.", "Anzi jien ngħid li jkun tajjeb kieku tinħoloq sistema fejn ċerti każijiet li jirrigwardaw il- kriminal u li jkunu jistgħu jitranġaw ma jkollhomx għalfejn jitressqu lejn il-qorti.", "Jien ngħid li jkun tajjeb ukoll li napplikaw l-istess prinċipju fil-kamp ċivili li huwa eħfef għax m'hemmx ir-restrizzjonijiet kostituzzjonali li bilfors wieħed ikun irid imur l-qorti - għal dawn il- Kostituzzjoni tgħid li tista' tkun qorti jew inkella tribunal, basta jkun imparzjali.", "Jiġifieri li maġistrat jagħmel dan ix-xogħol se jibqa' anke fis-sistema li għandna llum.", "L-iskop kollu ta' din il-Liġi huwa li f'materji żgħar - il-Liġi tgħid sa Lm100 għaliex dan huwa l-massimu; ċerti tipi ta' kawżi allavolja huma taħt il-valur ta' Lm100 mhux bilfors jaqgħu taħt din il-Liġi - mhux biss se jinqatgħu mis-sistema billi ma jkunx hemm maġistrat imma jkollna persuna legali, talli anke r-regoli li wieħed japplika, l-ekwita' u l-prinċipji tal-ġustizzja naturali mhux neċessarjament ikunu identitiċi għal dak li hemm provdut fil-Kodiċi tal- Proċedura Ċivili.", "Wara kollox dan diġa' għamilnih f'kamp ieħor meta konna qed niddiskutu l-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur, diġa' ħloqna ħaġa simili b'kompetenza ħafna ikbar għaliex, jekk m'iniex sejjer żball, il- kompetenza ta' l-arbitru fil-Liġi tal-konsumatur kienet Lm250 imbagħad fuq insistenza ta' l-Oppożizzjoni - anke għaliex il-Ministru kien qabel magħha - dik il-kompetenza ġiet estiża għal Lm500.", "Jiġifieri jekk illum il- fridge li nixtri tirriżulta li hija difettuża, għandi dritt li minflok immur quddiem il-qorti immur quddiem arbitru, naturalment jekk l-ammont ma jeċċedix il-Lm500.", "Allura x'inhija l-oġġezzjoni li mmur ukoll quddiem arbitru fuq Lm100 bl-applikazzjoni ta' prinċipji ta' ekwita' u mhux strettament dawk li nsibu fil-Kodiċi tal-Liġi?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna qed nagħmlu frammentazzjoni u din il- frammentazzjoni se tkun ħafna iktar spendjuża milli kieku nużaw is-sistema b'kriterji jew proċeduri differenti skond in-natura tat-talba.", "Kemm tal- konsumatur u kemm tat-talbiet żgħar setgħu marru quddiem maġistrat li jkun qiegħed għal dawk biss, imma mhux noħolqu tribunal wara ieħor.", "Issa dawn it-tribunali li qed noħolqu ...", "U r-reġistru tal-qorti, biex illum diġa' huwa ad opera u ma jistax ilaħħaq max-xogħol li għandu suret in-nies, issa se toħloqlu komplikazzjoni ġdida?!", "Issa jien nistaqsi kemm hemm illum ...", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk ma tagħmilx sens li toħloqlu komplikazzjoni!", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, mhux se tinħoloq komplikazzjoni għaliex l-istess atti se jkollu.", "Se jkun tribunal ad hoc bħat-tribunal ta' l-arbitraġġ, ta' l-artijiet u tribunali oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Pero' xorta se tinħoloq komplikazzjoni ġdida għaliex hija frammentazzjoni oħra.", "Nixtieq nistaqsik skond l- istatistika tal-lum, kemm hemm kawżi li jikkwalifikaw bħala kawżi tat- talbiet żgħar?", "ONOR.", "JOE FENECH: Is-sena l-oħra daħlu 314 kawża.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela aħna se noħolqu tribunal għal 314-il kawża fis-sena.", "Issa vale la pena li toħloq struttura ta' din il-kwalita' għal 314 kawża?", "ONOR.", "JOE FENECH: Mela le.", "Din l-istruttura kollha x'inhi?", "Se jkollok avukat b'esperjenza ta' sena jew prokuratur legali b'esperjenza ta' tliet snin li se tagħtih din il-kompetenza ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: U li jaħdem part-time.", "ONOR.", "JOE FENECH: B'daqshekk billi jaħdem part-time.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kemm jista' jaqta' kawżi kuljum?", "ONOR.", "JOE FENECH: Skond kemm jagħmel jew timponilu li jagħmel seduti għal dan l-iskop.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'jiġri jekk ma jagħmilx ħames seduti f'ġimgħa?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ikun jista' jagħmilhom wara nofs inhar.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma kemm jista' jaqta' kawżi?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk hemm bżonn jagħmel tnejn minflok waħda kuljum.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jien ngħid li jkun irid jagħmel ħafna iktar biex jaqta' l-kawżi.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nagħmlu żewġ ġudikaturi u jekk hemm bżonn anke tlieta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura iktar se jiġu l-komplikazzjonijiet għaliex se jkun hemm mhux biss żewġ ġudikaturi imma wkoll l-assistenti tagħhom, eċċ. Imma għaliex ma tagħmilx wieħed full time li jkun jista' jagħmel kollox?", "ONOR.", "JOE FENECH: L-istess assistenti jkun hemm fil-qorti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Apparti dan kollu, il-kwestjoni hija jekk għandekx tagħmel din il-frammentazzjoni.", "Il-frammentazzjoni ma tiswiex, u ma taġevola lil ħadd u hija kontra l-effiċjenza u mhux iġġib l- effiċjenza jew tagħti riżultat aħjar.", "Issa ħalli niġu għal paragrafi (a) u (b) ta' subklawsola 3 (3).", "Il- prinċipju ta' paragrafu (a) huwa li d-diversi somom flimkien ma jammontawx għal iktar minn Lm100.", "Pero' jidher li paragrafu (b) ifisser xi ħaġa differenti għaliex din tgħid hekk:", "\"Jekk l-attur jitlob il-ħlas ta' diversi somom bħala li għandhom jingħataw lilu għal raġunijiet differenti, il-valur jiġi determinat mill-ogħla somma, irrespettivament mis-somom iżgħar.\".", "Jiġifieri komplessivament dik it-talba se teċċedi l-Lm100 u allura tmur kontra l-prinċipju tal-paragrafu (a).", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, ma tmurx kontra.", "Hawn qed ngħidu li minflok wieħed jagħmel tliet ċitazzjonijiet - li jista' jagħmel - qed ngħidulu biex għall-ekonomija tal-ġudizzju jagħmel kawża waħda kif del resto se jiġri wkoll fil-Kodiċi ta' Proċedura.", "Jiġifieri minflok jagħmel tliet ċitazzjonijiet differenti jagħmel waħda imma bi tliet talbiet differenti.", "X'hemm ħażin f'dan!", "Hawn tkun qed tagħmel ekonomija ta' ġudizzju u ma tkun qed tmur kontra ebda prinċipju.", "Jiġifieri jekk teċċedi s-somma ma tkunx tista' tmur quddiemu imma tmur quddiem il-maġistrat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri jekk titlob tliet somom li huma ta' l-istess raġuni u flimkien iġibu iktar minn Lm100, allura x'hemm ħażin li titlobhom fl-istess kawża bħalma tista' tagħmel għal dawk is-somom li huma ta' raġunijiet differenti u li wkoll tista' titlobhom fl-istess kawża?", "Dak li rrid infisser.", "Jiġifieri paragrafu (a) jidher li huwa kontra dak li jgħid paragrafu (b).", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, m'hu kontra paragrafu (a) xejn.", "Xi jfisser li jkunu għall-istess raġuni?", "Ħalli nieħdu eżempju fejn jien inkun xtrajt xi ħaġa li qed inħallasha by-installments u jiskadewli erba' installments li jeċċedu Lm100.", "Jiġifieri la skadew dawn l-installments ma nkunx nista' nitlob għal din l-iskadenza u għall-iskadenza l-oħra f'kawża waħda.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għaliex?", "ONOR.", "JOE FENECH: Għaliex iwaħħluk l-ispejjeż.", "Tista' titlobha f'kawża waħda.", "Jekk wieħed jagħmel erba' kawżi għal kull skadenza jwaħħluh l- ispejjeż ta' tliet kawżi minnhom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Min qallek hekk?", "ONOR.", "JOE FENECH: Qed ngħidlek jien.", "Jien ili maqtugħ mill-Qorti tmien snin imma hekk hu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Żgur li mhux hekk isir.", "ONOR.", "JOE FENECH: Niggarantilek li hekk hu.", "Il-loġika tgħidlek li jekk ma jsirx hekk wieħed jista' jikkawża spejjeż inutli lil xi ħadd.", "Fil-fatt jekk wieħed għandu talba l-liġi timponilu li ma jikkawżax spejjeż inutli lill-avversarji tiegħu.", "Issa jekk wieħed dawn seta' jitlobhom f'kawża waħda allura kien obbligat li jitlobhom f'kawża waħda imma jekk talabhom f'diversi kawżi - li teknikament kien ikollu dritt - kellu jħallas l- ispejjeż.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna nagħmluha hekk biex nevitaw li mmorru fil-Ġurisdizzjoni Superjuri.", "Din nagħmluha fil-Qorti ta' Isfel biex ma teċċedix l-ammont.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nassigurak li mhux dik hija r-raġuni.", "Din m'hijiex ħaġa daqshekk radikali li għandna għalfejn indumu niddiskutu kwarta fuqha!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed ngħidlek li jekk wieħed jagħmel tliet somom flimkien għal raġunijiet differenti f'kawża waħda, multo magis meta dawk it-tliet somom huma għall-istess raġunijiet jista' jagħmel kawża waħda.", "ONOR.", "JOE FENECH: Ma naqblux fuq din.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien jidhirli li l-paragrafu (b) ta' subklawsola 3 (3) jindika li l-paragrafu (a) ta' l-istess subklawsola huwa żbaljat għax jekk għal raġunijiet differenti wieħed jista' jagħmel talba li tikkontjeni t-tliet somom allura mhux bilfors jagħmel tliet somom għall- istess raġuni f'kawża waħda?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ippermettili ftit.", "Inti taf il-pożizzjoni kif inhi llum jekk tmur il-Qorti.", "Wieħed ma jistax jagħmel tliet talbiet għal tliet affarijiet differenti ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux hekk hu.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mela allura inti għadek lanqas qrajt l-emendi għall- Kodiċi ta' Proċedura!", "Issa hemm emenda speċifika ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux fuq kif aħna llum qed nitkellmu?", "ONOR.", "JOE FENECH: Illum wieħed ma jistax jagħmel tliet talbiet f'kawża waħda għal tliet affarijiet kawżali differenti.", "Issa permezz ta' din l- emenda qed ngħidu li wieħed jista' jagħmel tliet talbiet flimkien.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli nagħtik eżempju ħalli tkun taf x'aħna ngħidu.", "ONOR.", "JOE FENECH: M'hemmx għalfejn tagħtini eżempju għax naħseb li jien qed nagħmel l-eżempju l-iktar ċar.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Per eżempju, jien għandi nieħu bilanċ ta' paga, erbat ijiem paid leave u bonus.", "Dawn huma tliet raġunijiet differenti li jekk tispeċifikahom u tippremetti kollox differenti tista' tagħmilhom f'talba waħda.", "Fejn qiegħda l-oġġezzjoni?", "ONOR.", "JOE FENECH: Dawk huma kollha paga.", "Meta titkellem fuq paid leave qed timplika kwestjoni ta' ħlas.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed nitkellem fuq raġunijiet differenti.", "ONOR.", "JOE FENECH: F'dak il-każ l-istess raġuni għandek.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hux l-istess raġuni!", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien konvint li inti taqbel miegħi imma trid titkellem hekk!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela l-bonus huwa l-istess raġuni tal- paga!", "ONOR.", "JOE FENECH: Dak huwa parti mill-kondizzjonijiet tal-paga.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'għandu x'jaqsam?", "Imma m'hijiex l-istess raġuni.", "ONOR.", "JOE FENECH: Iva.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk lanqas tista' tirraġuna għax assolutament qed jingħadu ħwejjeġ li huma spropożiti.", "ONOR.", "JOE FENECH: Inħallu f'idejn il-ġuristi biex jaraw min għandu raġun.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura jmissna ma niddiskutu xejn!", "ONOR.", "JOE FENECH: Imma jien għandi bilfors naqbel miegħek anke fuq kwestjoni legali?!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien m'iniex qed ngħidlek li int għandek bilfors taqbel miegħi.", "Għandek tgħid li ma taqbilx imma mhux tgħid li l- affarijiet qegħdin hekk għax fil-fatt m'humiex kif qed tgħid int.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-affarijiet huma kif qed ngħid jien.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, m'humiex hekk.", "ONOR.", "JOE FENECH: Iż-żmien irid jagħtina parir.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-preżent irid jagħtina parir mhux iż- żmien.", "Jien qed ngħidlek li mhux hekk.", "Jekk tgħid li tliet somom għal raġunijiet differenti tista' tagħmilhom f'kawża waħda u tliet somom għall- istess raġunijiet ma tistax tagħmilhom fl-istess kawża lanqas tagħmel loġika.", "Din x'loġika hi?", "ONOR.", "JOE FENECH: Din hija loġika tal-liġi kif inhi llum.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux veru li l-liġi tal-lum qiegħda hekk.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Ġudikaturi.", "Clause 4 - Adjudicators.", "ONOR.", "JOE FENECH: Klawsola 4 tittratta min jista' jagħmilha ta' ġudikatur li jippresjedi fuq dan it-Tribunal, min ma jistax u xi kwalifiki għandu jkollu l-ġudikatur.", "Din il-klawsola tgħid li l-ġudikatur irid ikun bilfors ċittadin Malti u jrid ikun avukat b'esperjenza ta' sena jew prokuratur legali li jkun ilu jipprattika tliet snin.", "Qed jingħad ukoll li Membru tal-Kamra tad-Deputati, membru tal-kunsilli lokali u xi ħadd li hu dikjarat fallut ma jistax ikun ġudikatur.", "Barra minn hekk wieħed li jkun ingħata sentenza ta' priġunerija għal xi żmien jew ikun instab ħati minn xi qorti ta' xi wieħed mid-delitti kontemplati f'Titolu II, V jew VI ta' Taqsima II tal-Kodiċi Kriminali, ma jikkwalifikax biex jinħatar ġudikatur.", "F'din il-klawsola jingħad ukoll li l-ġudikatur jirċievi r- remunerazzjoni li jistabbilixxi l-Prim Ministru permezz ta' avviż fil- Gazzetta tal-Gvern.", "Il-ġudikaturi jsiru għal tliet snin u jkunu jistgħu jinħatru għal perjodu jew perjodi oħra ta' tliet snin kull darba.", "Subklawsola (6) tittratta t-twettiq tal-funzjonijiet tal-ġudikatur u tgħid li ma jaqa' taħt ebda kontroll jew ordni ta' xi persuna.", "B'hekk wieħed jassigura l-indipendenza tal-ġudikatur li ma jistax jitneħħa mill- kariga tiegħu jekk mhux mill-Qorti ta' l-Appell fuq talba mill-Prim Ministru minħabba raġunijiet ta' mġieba ħażina u inkapaċita' fit-twettiq ta' dmirijietu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Permezz ta' din il-liġi se noħolqu figura ġdida li hija msejħa Ġudikatur.", "Issa jien ċert li lill-ġudikatur il-poplu se jispiċċa jgħidlu ġokatur!", "ONOR.", "JOE FENECH: U t-Tribunal jissejjaħ tribunal tal-ġakulatorji!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Safejn naf jien, s'issa dejjem il-kelma \"ġudikant\" użajna.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq min jista' jkun ġudikatur.", "Qed jingħad li ġudikatur jista' jkun avukat li jkollu sena esperjenza.", "Dan ifisser li avukat li jkollu sitt snin esperjenza imma ma jkunx laħaq l-eta' ta' 30 sena ma jistax isir Ġudikatur u avukat ta' 30 sena li jkollu biss sena esperjenza jista' jsir.", "Din ma tagħmilx sens.", "Imma l-Gvern ma jafx li biex idaħħal iktar sens ta' serjeta' Ġudikatur irid ikun avukat li ilu jipprattika l-liġi - jekk se nirrikjedu li jrid ikun jipprattika l-liġi - iktar minn sena?", "Dawn x'affarijiet huma?", "Illum il- kawżi jaqtagħhom maġistrat li jkollu esperjenza ta' seba' snin avukatura u issa se jibda jaqtagħhom avukat b'esperjenza ta' sena jew prokuratur legali!", "Allura naħsbu li b'hekk qed indaħħlu iktar serjeta'?!", "Niġi għal punt ieħor.", "Huwa sewwa li dan il-ġudikant se jittratta dawn il- kwestjonijiet u jiddeċidihom meta hu part-timer u mbagħad ikollu jew jastjeni minn ħafna kawżi jew jirrifjuta li jippatroċinja nies għaliex ikunu dehru quddiemu fi kwestjonijiet oħra?", "Għalfejn se noħolqu din il- konfużjoni?", "Ikun min ikun għandu jkun full-timer ħalli verament ikun imparzjali, indipendenti u ma jħares lejn wiċċ ħadd u ma jkollux għalfejn jantiċipa jekk 'il quddiem hux se jiswielu jaqtagħha kif jaqtagħha.", "Għalfejn se nżidu dawn il-komplikazzjonijiet?", "Illum il-ġudikant, bis- safeguards kollha li għandu, huwa bjażimat mill-pubbliku li mhux imparzjali, aħseb u ara kemm se jkun rispettat mill-pubbliku għall- imparzjalita' u l-indipendenza tiegħu jekk inneħħulu dawn is-safeguards kollha li għandu!", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-ħabib tiegħi jaf li din diġa' ħadmet f'diversi każijiet; naturalment dejjem qed nitkellmu fuq affarijiet żgħar.", "Eżempju fejn din is-sistema ħadmet b'mod effiċjentissimu huwa fil-każ tal- Kummissarji għall-Ġustizzja li huma part-timers u xorta huma imparzjali.", "Dawn jiġġudikaw affarijiet li kienu kriminali u li issa ġew depenalizzati.", "Jiġifieri hemm ukoll ċerta serjeta' - jien konvint li anke fil-mod kif jagħmlu l-affarijiet - anke fis-sustanza tad-deċiżjonijiet li jieħdu.", "Rigward jekk in-nies li jintgħażlu jkunux serji biżżejjed, naturalment hija responsabilita' ta' min jagħmel l-għażla li jipprova jagħżel l-aħjar nies.", "Fil-każ tal-ġudikatur, jekk wieħed jista' jsib avukat li għandu esperjenza ta' 20 sena fl-avukatura, ikun aħjar milli jagħżel wieħed b'sena biss esperjenza, imma imma qed ngħidu li sena esperjenza hija l-minimum stabilit mil-liġi.", "Min jagħżel in-nies għal din il-kariga għandu jagħżilhom b'serjeta' biex jassigura li jkun hemm ir-rispett u s-serjeta'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nista' ngħid li prokuratur legali jkun jaf iżjed proċedura milli nkunu nafu aħna.", "Lili għall-ewwel il-prokuratur legali tiegħi kienet tmexxini għall-ewwel.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-proċedura legali x'għandha x'taqsam?", "L- iktar li jrid ikollok huwa sens u esperjenza tal-ħajja, jekk lanqas se tkun iggwidat mill-prinċipji tal-liġi fil-mod kif tiddeċiedi l-affarijiet.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Li żgur huwa importanti huwa l-prattika li wieħed ikollu warajh għax ma tistax taqbad u tgħid li l-minimum huwa ta' sena esperjenza fl-avukatura.", "Naħseb li l-perjodu ta' sena huwa qasir wisq.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-minimum għandna nagħmluh ta' seba' snin, imma almenu għandu jkun ilu avukat għal jagħmel sentejn jew tlieta.", "Inti taf li l-avukati fl-ewwel sena bilkemm ikunu għadhom jafu fejn huma l-awli u jkun hemm ħafna taħwid.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-aktar jekk ibiddluhom minn ġurnata għal oħra!", "ONOR.", "JOE FENECH: Hawnhekk qed ngħidu li bħala minimum avukat irid ikollu sena esperjenza biex jikkwalifika għal ġudikatur; jekk wieħed ikun jista' jsib avukat b'għaxar snin jew 20 sena esperjenza, tant aħjar.", "Jekk ma ssibx ikollok tagħżel lil xi ħadd b'inqas esperjenza.", "Jekk ikun kwalifikat bħala avukat, żgur li għandu jkun kapaċi jiddeċiedi kawżi ta' din is-sempliċita'.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Apparti minn dan, jien naħseb li huwa importanti li ndaħħlu l-konċett li jekk bniedem ikun ġudikatur ma jistax ikun difensur quddiem ġudikatur ieħor.", "ONOR.", "JOE FENECH: GĦaliex le?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Illum mhux hekk sejrin l-affarijiet!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Allura llum imħallef ma jistax ikun parti f'kawża quddiem imħallef ieħor?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien mhux qed ngħid bħala parti.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk jidher bħala avukat mhux bħala parti jkun qed jidher?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Wieħed għandu d-dritt li jkollu l-assistenza legali.", "Aħna konna neħħejnieh u ma naqbilx li neħħejna dak id-dritt.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE FENECH: Imn'Alla dak iż-żmien ma kontx fil-Parlament għax kieku kien ikun diffiċli li tgħidha din!", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ma naqbilx li f'affarijiet legali wieħed jista' jidher mingħajr assistenza legali, għax dak għandu mnejn jaħseb li se jagħmel xi bravura u fil-fatt iktar ikun qed jagħmel ħsara lilu nnifsu milli lil ħaddieħor.", "ONOR.", "JOE FENECH: Imma trid tagħti d-dritt ta' l-għażla; kulħadd għandu dritt jiddeċidi hu.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-punt tiegħu hu: Jekk inti tkun ġudikatur, kif tista' mbagħad tmur quddiem ġudikatur ieħor u tiddefendi kawża bħala avukat?", "Din żgur li ma tistax tagħmilha.", "B'dan li se nagħmlu se ndaħħlu l-konċett kompletament ġdid, bl-eċċezzjoni tal-Kummissarji għall- Ġustizzja, li bniedem jista' jkun ġudikatur u fl-istess ħin jaħdem fil- prattika privata.", "Jien naħseb li bniedem li jkun ġudikatur għandu jiġi eskluż milli jidher bħala difensur quddiem ġudikatur ieħor.", "Kif jista' jkun li f'kawża jkun qed jiddeċiedi kawża u f'kawża oħra jkun qed jidher quddiem sieħbu?", "Naħseb li nkunu qed indaħħlu anomalija.", "ONOR.", "JOE FENECH: M'hemm xejn unethical.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien mhux qed jgħidlek li hemm xi ħaġa unethical, imma qed ngħid li din hija anomalija.", "ONOR.", "JOE FENECH: Allura għaliex ma jistax jagħmilha ta' ġudikant u ta' difensur?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Huwa ħażin li jsir hekk għax jista' jkollu interess li jaqta' kawża kif ikun jaqbel li tinqata' fil-kawża l-oħra li fiha jkun qed jidher bħala avukat.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed ngħid li din hija unethical imma qed ngħid li jkun ħażin li jsir hekk.", "ONOR.", "JOE FENECH: Dawn huma kwestjonijiet ta' fatti.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Meta nisimgħek tirraġuna b'dan il-mod bilfors ikolli nistaqsi lili nnifsi kif għamilt 35 sena avukat!", "Għax lanqas f'bord ma tista' tappella ħlief fuq kwestjonijiet ta' liġi.", "Kull appell li jsir jiġi aċċettat jekk ma jkunx fuq kwestjonijiet ta' liġi, għax il-liġi hija ħaġa u fatti huma ħaġa oħra.", "Kull appell li jsir irid ikun fuq il-fatt, u minkejja li l-liġi tgħid li fuq punti ta' fatti biss ...", "Jiġifieri għalxejn noqogħdu ngħidu li se jiddeċiedu fuq fatti.", "Kwestjoni tista' tkun fuq Lm1, Lm100 jew Lm100,000; f'kull kwestjoni tidħol il-liġi li trid tiġi applikata u, tajjeb jew ħażin, min ikun qed jiġġudika jrid japplika dik il-liġi.", "Jista' jkun li l-ġudikatur ikollu interess kif tinqata' kawża.", "Ħalli nieħdu, per eżempju, l-aspett tal-ġurisdizzjoni; inti taħseb li l-kompetenza ta' kull każ se tkun ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Dak ikun soġġett għall-Qorti ta' l-Appell.", "Inti semmejt każ tipiku.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dażgur li jkun soġġett għall-Qorti ta' l- Appell, imma almenu jekk se ddaħħal dan il-konċett ġdid eskludi lill- ġudikaturi milli jiddefendu f'dik il-Qorti.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nerġa' ngħid li dik hija soġġetta għall-Qorti ta' l- Appell u hija dik il-Qorti li se tiddeċiedi l-kwestjoni.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kollox sew, ma taqbilx.", "Jien niskanta meta taqbel dwar xi ħaġa u mhux meta ma taqbilx.", "ONOR.", "JOE FENECH: Naqblu li ma naqblux!", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Issa kkwotalna l-istatistika u ħu gost biha, imbagħad mur il-Qorti u għidilhom li għandek kaos, għax għandek statistika tajba.", "In-nannu lili għallimni li tista' titmejjel b'ħaddieħor imma bik innifsek ma titmejjilx, imma int hekk qed tagħmel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, użaw kliem parlamentari.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-ewwelnett dan mhux lingwaġġ xieraq għal dan il- Parlament.", "Sur President, jiena ma nitmejjel b'ħadd u tista' sserraħ rasek li jien nipprova nagħmel id-dover tiegħi tajjeb.", "Dan huwa diskors żejjed.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Inti taf li din hija biss farsa.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa niġu għal ċirkostanza ftit delikata, il-mod kif ġudikatur jitneħħa mill-kariga.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dan jista' jitneħħa mill-Qorti ta' l- Appell.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'subklawsola 4 (6) qed jingħad li:", "\"Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, Ġudikatur ma jkun jaqa' taħt ebda kontroll jew ordni ta' xi persuna jew awtorita' oħra ...\"", "- naħseb lanqas taħt il-Ministru ma jaqa' -", "\"... u ma jistax jitneħħa mill-kariga jekk mhux mill-Qorti ta' l- Appell fuq talba għal dak il-għan mill-Prim Ministru imsejsa fuq imġieba ħażina jew inkapaċita' li jwettaq dmirijietu minħabba f'inabilita' fiżika jew debilita' mentali.\".", "Mela lil dan l-imsejken proxxmu li għandu inkapaċita' fiżika jew debilita' mentali rridu nonxruh quddiem il-Qorti ta' l-Appell?", "Issa li għamilna l- Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, f'każ ta' mġieba ħażina ġudikant jista' jidher direttament quddiem din il-Kummissjoni.", "ONOR.", "JOE FENECH: Meta ġejna biex nikkomponu l-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ridna nagħtuha dawn il-funzjonijiet, imma minħabba d-diffikultajiet li tqajmu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, per necessita' dawn il-funzjonijiet ma tajniehomlhiex.", "Kieku ħallejniehom kif proposti minna u għaddejniehom kif xtaqet l-Oppożizzjoni, b'maġġoranza sempliċi, il-konsegwenza kienet tkun li npoġġu f'riskju serju l- indipendenza tal-Ġudikatura.", "Dak iż-żmien l-Onor.", "Mifsud Bonnici ma qabilx u m'iniex qed nistenna li llum se jaqbel ma' dan il-konċett.", "Huwa fatt li llum il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja m'għandhiex din il-funzjoni, imma għandha funzjoni speċifika, jiġifieri li tagħmel investigazzjoni f'każijiet li jgħaddilha l-Parlament dwar ir-rimossjoni ta' ġudikant u biex tagħti pariri għall-aħjar andament tal-qrati.", "Dawn huma l- funzjonijiet li għandha l-Kummissjoni.", "Jekk għada pitgħada dawn jitbiddlu u wieħed jara li jkun iżjed konvenjenti li ...", "Il-Qorti ta' l-Appell għalfejn daħlet?", "Il-Qorti ta' l-Appell daħlet biex tistabbilixxi jekk dak li qed jgħid il-Prim Ministru jeżistix jew le, jiġifieri hemmx raġunijiet għaliex ġudikatur għandu jitneħħa minħabba inkapaċita' fiżika jew mentali.", "Jekk jiġi stabbilit mill-ogħla qorti tal-pajjiż li hemm raġunijiet li għalihom għandu jitneħħa, il-Prim Ministu jkun ġustifikat li jneħħih, imma jekk dak il-fatt bħala fatt ma jiġix stabbilit mill-ogħla qorti tal-pajjiż, allura l-Prim Ministru ma jkunx jista' jneħħih.", "Hawnhekk qed nassiguraw li l-ġudikatur ma jkunx qiegħed hemm biex jitneħħa at the whim tal-Prim Minstru, imma jkun jista' jitneħħa biss jekk quddiem il-Qorti ta' l-Appell jiġi pprovat li kien hemm imġieba ħażina u inkapaċita' mwettqa minħabba inabilita' fiżika jew debilita' mentali.", "Imma qabel ma ġudikatur jiġi rimoss, dan il-fatt irid jiġi stabbilit quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dak hu li tgħid il-liġi, imma dan huwa konċett totalment ħażin.", "Jekk illum il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja m'għandhiex is-setgħa li tagħti parir f'dawn il-każi, m'hemm xejn xi jżomm lill-Gvern milli jagħti din il-funzjoni lil din il- Kummissjoni, jekk hu indikat li għandha tingħatalha.", "(Interruzzjonijiet) S'issa din mhix funzjoni tal-Qorti ta' l-Appell u se nagħtuhielha b'din il- liġi.", "Allura flok lill-Qorti ta' l-Appell nistgħu nagħtuha lill- Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "U ma nippretendix li l- Ministru jqum u jirrispondi bil-mod frivolu u redikolu li qed jirrispondi bih.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien frivolu?", "Min jitkellem bħalek huwa frivolu u redikolu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qed tagħti funzjoni lill-Qorti ta' l-Appell li sal-lum m'għandhiex.", "Mela din il-funzjoni stajt tajtha lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustiizzja.", "Allura meta inti tgħidli li ma nistgħux nagħmlu hekk għax illum il-Kummissjoni m'għandhiex dik il-funzjoni, tkun qed tagħti risposta frivola u redikola, li ma nistennihiex mill-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Frivolu u redikolu huwa min qed juża din l- espressjoni għax jaf x'għidt.", "Jien għidtlu li llum il-Kummissjoni m'għandhiex din il-funzjoni, imma m'għidtlux li ma tistax tagħtihielha.", "Huwa ovvju li tista' tagħtiha din il-funzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela flok ma tagħtiha lill-Qorti ta' l- Appell agħtiha lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-Liġi li twaqqaf il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tikkontempla li l-funzjonijiet tal- Kummissjoni jistgħu jiżdiedu b'sempliċi liġi, jiġifieri ma qed jgħid xejn speċjali.", "Jiena kont attent x'qed ngħid, imma ried taparsi ma jifhimnix biex ikun jsita' jgħid li jien redikolu, meta fil-fatt hu qed ikun redikolu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, ma nibqgħux nużaw dan id-diskors.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Onor.", "Mifsud Bonnici qal li jien għidt li din il- funzjoni ma nistgħux nagħtuha lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja.", "Dażgur li nistgħu nagħtuhielha; hemm espressament fil-liġi li l-funzjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jiżdiedu!", "Jien għidtlu li sal-lum m'għandhiex din il-funzjoni.", "Għada pitgħada, meta x-xogħol tagħha jkun iżjed organizzat - għax s'issa għadha taħdem biss b'segretarja - inkunu rridu nikkreaw l-istruttura u l-ambjent fejn din tkun tista' tiffunzjona iktar.", "M'iniex ngħid li 'l quddiem din il-funzjoni ma tistax jew m'għandhiex tingħata lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, anzi nispera li din il-Kummissjoni tespandi b'mod li tassorbi diversi funzjonijiet biex tassigura ħafna iktar l-indipendenza tal-Ġudikatura.", "Forsi għada pitgħada wieħed jista' jikkontempla li tkun il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li tagħti parir dwar min għandu jsir ġudikant, imma l-ewwel wieħed irid jara kif se taħdem.", "Insistejtu tant li ma ridtux tagħtuha s-salvagwardja ta' l-approvazzjoni taż-żewġ terzi ta' din il-Kamra għax ridtu taraw kif se taħdem u kif se timxi!", "Issa fiċ- ċirkostanzi tridu tgħabbuha b'ħafna affarijiet?!", "Naslu biex nagħmlu dawn l- affarijiet, imma at the moment qed nassiguraw l-indipendenza ta' dawn il- ġudikaturi billi ngħidu li dawn ma jitneħħewx sempliċement bżdeċiżjoni tal- Prim Ministru, imma dak li jgħid il-Prim Ministru jrid jiġi pprovat u aċċettat mill-Qorti ta' l-Appell.", "Għada pitgħada tista' tkun istituzzjoni oħra li tiddeċiedi din il-kwestjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-argument tal-Ministru ma jreġix.", "GĦaliex?", "GĦax safejn naf jien, jekk inti tkun marid għand tabib tmur u jekk għandek bżonn tmur il-Qorti għand avukat tmur.", "Li l-Ministru jitkellem fuq istituzzjonijiet u jgħid li l-Qorti ta' l-Appell hija istituzzjoni, jidhirli li huwa żbaljat.", "Illum teżisti istituzzjoni li dawn l-affarijiet jistgħu jiġu pigeon-holed fiha.", "Il-Qorti ta' l-Appell m'għandha l-ebda dmir, obbligu jew funzjoni li tkeċċi ġudikatur.", "Meta għandek organu li diġa' jeżisti u li qiegħed hemm biex jassorbixxi ċerti poteri li tajnieh fil-mument meta saret il-liġi ad hoc ...", "Dak iż-żmien ma kienx hawn din il-liġi u allura wieħed ma setax jiddiskuti jekk it- tneħħija tal-ġudikatur għandhiex tiġi stabbilita minn din l-istituzzjoni.", "Allura l-argument li ġab il-kollega tiegħi huwa minnu.", "L-idea u l- impressjoni li qed jipprova jagħti l-Gvern li din il-funzjoni ma tistax tingħata lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għax l- Oppożizzjoni m'għamlitx ċerti affarijiet, huwa żbaljat.", "L-Oppożizzjoni ma riditx li l-Liġi dwar il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tiġi entrenched fil-Kostituzzjoni, imma l-Gvern neħħielha l-poteri kollha li kellha u ħallielha biss xi 20% ta' dawk li kellha oriġinarjament, għax qal li ladarba m'hemmx l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Membri ta' din il- Kamra, m'għandhiex id-dehra ta' organu indipendenti.", "Dan kollu biex inbeżżgħu lin-nies bil-babaw, biex inbeżżgħu lill-poplu li jekk għada pitgħada jitla' fil-gvern il-Labour Party huwa partit anti-demokratiku ...", "Dejjem nisimgħu l-istess ħaġa.", "Pero' l-verita' hija li l-Gvern ried jagħti lil dik il-Kummissjoni l-istruttura ta' kummissjoni entrenched bl- approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Kamra, u aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ridna l-ewwel nagħtuha l-opportunita' li taħdem, naraw kif ħadmet u mbagħad jekk tkun ħadmet tajjeb nagħmluha entrenched u jekk ma tkunx ħadmet tajjeb f'ċerti affarijiet, inbiddluha għax kif il-Ministru stess - qed juża l- argumentazzjoni li użajna aħna - din hija ħaġa li żviluppajna aħna, qisa kostituzzjoni li ġiet mill-pajjiż innifsu minflok li tawhielu.", "Aħna x'għamilna ħażin?", "Allura għandna niġu kkritikati għax qed nissuġġerixxu li llum għandek organu li jista' jkollu funzjoni li hu iżjed adattat u attrezzat għaliha mill-Qorti ta' l-Appell?", "Għax jekk il-Kummissjoni għandha membri u segretarja, diġa' hija ħafna iktar aattrezzata mill-Qorti ta' l-Appell.", "Din il-funzjoni la qatt kienet tal-Qorti ta' l-Appell, u lanqas qatt għandha tkun.", "Il-Qorti ta' l-Appell qatt m'għandha jkollha l- funzjoni li tiddeċiedi li titneħħa persuna appuntata bħalma se jkun appuntat il-ġudikatur, għax individwu appuntat mill-Eżekuttiv qatt m'għandu jitneħħa mill-Ġudikatura.", "Apparti minn kif inhi attrezzata l-Kummissjoni, dan il-prinċipju huwa ħażin.", "Jista' jagħti l-każ li wieħed jgħid li hawnhekk qed niddiskutu tribunal ċkejken, imma l-punt mhux dan.", "Jekk taċċetta li l-Qorti ta' l-Appell tista' tneħħi parti minn dawk in-nies li jiddeċiedu - hawn qed nirreferu għall-ġudikatur - tkun qed tirfes qasam perikoluż ħafna.", "Dan il-prinċipju huwa perikoluż għax jista' jiġi estiż.", "X'hemm li jżomm l-Gvern milli jżid il-kompetenza tal-ġudikatur għal Lm1,000 u allura jkollu l-istess funzjoni li se jkollu maġistrat?", "Allura sewwa li bl-istess liġi li tagħtih funzjoni daqs maġistrat, il-ġudikatur ikun jista' jitneħħa mill-Qorti ta' l-Appell?", "Dan il-prinċipju jmur kontra kull tagħlim li wieħed għandu jkollu bħala bażi għal dak li jemmen fih, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' separazzjoni tal-poteri kif ukoll mad- demokrazija.", "X'jiġiferi l-Qorti ta' l-Appell tneħħi l-ġudikaturi?", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li hi tneħħih.", "Il-Prim Ministru għandu a finger in the pie, direttament jew indirettament, fil-mod kif tintgħażel il- Qorti ta' l-Appell?", "Mela m'għandux!", "ONOR.", "JOE FENECH: Assolutament le.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-President min jagħżlu?", "L-Eżekuttiv?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kliem eżatt użat f'din il-klawsola huwa \"u ma jistax jitneħħa mmill-kariga jekk mhux mill-Qorti ta' l-Appell.\"", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri lanqas il-Prim Ministru ma jneħħih.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jitneħħa fuq talba tal-Prim Ministru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma hija l-Qorti ta' l-Appell li tneħħih mill-kariga.", "ONOR.", "JOE FENECH: Naturalment, wara li l-Qorti tkun ġabet prova ta' dak li jkun qed jallega l-Prim Ministru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk irridu li jitneħħa mill-Prim Ministru rridu ngħidu li l-Qorti ta' l-Appell tagħti l-ġudizzju tagħha, imbagħad huwa l-Prim Ministru li jneħħih.", "Imma kif qed jiġi propost hawnhekk se jitneħħa mill-Qorti ta' l-Appell.", "Dak kien il-punt li qanqal l- Onor. Attard Montalto, imma l-kwestjoni hija li kieku minflok il-kliem \"mill-Qorti ta' l-Appell\" daħħalna l-kliem \"mill-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja\", din il-Liġi kienet tkun qed tagħti funzjoni ġdida lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Issa x'inhuma r-raġunijiet li ġab il-Ministru għaliex m'għandhiex issir hekk?", "Il-Ministru qal li l-Kummissjoni mhix attrezzata.", "Imma jekk mhix attrezzata t-tort huwa tiegħu għax imissu attrezzaha!", "(Interruzzjonijiet) Għaliex bħala parti minn dan l-esperiment kollu li se jsir bil-Kummissjoni ma jkunx hemm ukoll din il-funzjoni li tagħti l-parir tagħha dwar l-imġieba ħażina, l-inabilita' fiżika u debilita' mentali ta' ġudikatur?", "Dawn huma ħwejjeġ jixraq li jiġu konsidrati in camera u mhux fil-pubbliku.", "GĦaliex għandhom jiġu ttrattati fil-pubbliku dawn l-affarijiet?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Mifnistru, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, l-1 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Likwidazzjoni) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji tas-Sisa fuq is-Sigaretti maħdumin bil-Makna - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa fuq Bunkering ta' Żjut - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari.;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħa l- Aġġornament tal-Kamra biex irrepeta l-istedina tiegħu għar-riżenja tiegħi mill-kariga fid-dawl tal-każ tal-mewt ta' Carlos Chetcuti li ġrat fil-ħabs.", "Skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, żewġ toroq biss hemm: jew nitlaq jien jew itellaqqni l-Prim Ministru.", "Bħallikieku b'hekk, insolvu l-problemi kollha li jeżistu f'dan il-qasam!", "L-Aġġornament li għamel l-Onor.", "Sant nistgħu naqsmuh f'żewġ partijiet; fl-ewwel nofs ġew ripetuti argumenti li saru meta kienet tressqet mozzjoni ta' sfiduċja fil-konfront tiegħi f'April tas-sena li għaddiet, u t-tieni nofs hu magħmul minn sensiela ta' rimarki.", "Fil-fehma tiegħi l-ebda rimarka ma torbot ma' oħra u l-ebda rimarka ma tat idea konkreta u pożittiva ta' kif nistgħu niffaċċjaw il-problemi li jeżistu fil-ħabs b'mod aħjar.", "Imma x'inhi r-raġuni vera li għaliha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħass li kellu jieħu Aġġornament sħiħ?", "Fl-opinjoni tiegħi jekk wieħed jagħsar dak li qal l-Onor.", "Sant ma jsib xejn ta' sustanza jew li jista' jgħin biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni tal-ħabs, sakemm wieħed ma jemminx li r-riżenja tiegħi u r-riżenja ta' kull min hemm illum fl-amministrazzjoni tista' twassal għal dan.", "Jien qed ngħid dan għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-Ministru għandu jirriżenja u għandha tinbidel l-amministrazzjoni kollha kemm hi.", "Bħallikieku b'hekk inkunu solvejna l-problemi kollha!", "L-Onor.", "Sant ma ta l-ebda suġġeriment ieħor li jista' jagħti kontribut għas- sitwazzjoni f'dan il-qasam.", "Meta naħseb x'kienet ir-raġuni li għaliha l- Kap ta' l-Oppożizzjoni ħa dan l-Aġġornament nasal għall-konklużjoni li l- Kap ta' l-Oppożizzjoni induna li żbalja bl-ikrah meta ma laqax l-istedina tiegħi biex jinnomina rappreżentant fuq kummissjoni ta' inkjesta biex tistħarreġ iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ ta' Carlos Chetcuti, tant induna li għaġġel u li ħa deċiżjoni prematura, li pprova jieħu dan l-Aġġornament biex jiġbor ġiehu billi bi tqanżiħ kbir jipprova jiġġustifika dak l-iżball.", "Qed ngħid li din hija l-konklużjoni tiegħi, għax jien kont naħseb li fl- Aġġornament ma kienx se jerġa' jiġi rrapportat - kif ġie rapportat fuq Super 1 - li issa ma jridx inkjesta normali, iżda jrid inkjesta parlamentari.", "Imma skond Super 1 l-ewwel jirriżenja l-Ministru, imbagħad twarrab l-amministrazzjoni u mbagħad nagħmlu inkjesta parlamentari.", "Jien ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'din is-sitwazzjoni mexa b'mod partiġġjan, irresponsabbli u li ma jixraqx lil persuna li qiegħda tambixxi li tkun Prim Ministru ta' Malta.", "GĦax liema persuna ta' responsabilita' tirreaġixxi bil-mod kif irreaġixxa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta lanqas biss indenja ruħu jipprova jiskopri ċ- ċirkostanzi preliminari tal-każ!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ddikjara ruħu kontra li jieħu sehem fl-inkjesta meta kienet għadha lanqas biss saret l- awtopsja.", "Jien, il-Ministru responsabbli, illum, tant ġranet wara li ġara l-każ, għadni lanqas naf ir-riżultati tat-testijiet tossikoloġiċi li ġew ordnati mill-Maġistrat inkwirenti fuq l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-każ u sal-lum il-ġurnata għadni ma nistax ngħid b'mod informat biex miet Carlos Chetcuti.", "GĦandna traġedja ta' familja, li tilfet l-omm ftit taż-żmien ilu, lil dan iż-żagħżugħ u lil ħuh ftit ġranet ilu.", "L-istampa malajr qalet li Vincent Chetcuti miet l-Ingilterra kaġun ta' overdose, imma jien ma nafx min jista' jaqbad u jiddeċiedi biex mietet persuna.", "Kif nistgħu naqbdu u niddikjaraw biex mietet din il-persuna fl-Ingilterra u biex miet Carlos Chetcuti!", "Jien għadni qed nistaqsi ħalli nipprova nifhem iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, anke dwar il-kaġun tal-mewt ta' ħu Carlos Chetcuti.", "Sal-lum jien, il-Ministru responsabbli, u l-awtoritajiet konċernati, minkejja li saret l-awtopsja nafu biss li waqfet il-qalb, fattur li jindika l-kawża immedjata tal-mewt.", "Kulħadd imut għax tieqaf il- qalb, imma x'inhuma l-kawżi li wasslu għal dawn iċ-ċirkostanzi?", "Din hija ħaġa li trid tiġi stabbilita b'eżamijiet tossikoloġiċi u testijiet oħra mediko-xjentifiċi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma stenna xejn minn dan kollu imma qabad u wasal għall-konklużjonijiet u strumentalizza l-każ b'mod - fl- opinjoni tiegħi - irresponsabbli.", "Kulma jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmlu biss biex jirbaħ il-voti u jekk il-parir tad-dimonju jwasslu biex jirbaħ il-voti jsegwih, u jekk il-parir ta' l-anġli jwasslu biex jitlef il- voti ma jsegwihx.", "Dan mhux jien qed ngħidu, mhux qed nikkwotah ħażin, imma kitbu hu u għalkemm ġie konfrontat kemm-il darba b'din il-filosofija - taħt il-libsa tal-buzz word sabiħa ta' strateġija ta' prammatiżmu, irid ikun prammatiku, kelma li jħobb juża, fil-politika tiegħu - hu qatt ma ċaħadha.", "L-ewwelnett ngħidlu: Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni, kull darba li l-Gvern jitolbok biex għall-finijiet ta' serjeta' u ta' trasparenza tieħu sehem ħalli anke l-Oppożizzjoni tkun preżenti f'dawn iċ-ċirkostanzi partikolari biex tistħarreġ, biex tkun tista' tagħti l-kontribut tagħha ħalli l- istħarriġ jinżel fil-fond kemm hemm bżonn, biex mill-istħarriġ toħroġ il- verita' kollha kemm hi, biex mill-istħarriġ nindunaw x'inhuma d-difetti u b'hekk jitgħallem il-Gvern u titgħallem ukoll l-Oppożizzjoni li trid tkun il-gvern t'għada pitgħada ...", "Kull darba li l-Gvern jitlob lill- Oppożizzjoni mhux biex tabdika mir-rwol tagħha ta' Oppożizzjoni jew ta' kritika, imma biex terfa' biċċa responsabilita' billi tieħu sehem fil-korpi kostitwiti taħt il-Kostituzzjoni tagħna, tieħu sehem f'diversi mekkaniżmi tal-pajjiż kollu kemm hu ħalli l-Istat tagħna jkun dejjem iktar demokratiku u dejjem iktar mibni fuq il-valuri l-iktar fundamentali taċ- ċivilizzazzjoni, l-Oppożizzjoni kull darba qiegħda taħrab mir- responsabilitajiet veri tagħha.", "Meta fiċ-ċirkostanzi tal-lum il-pajjiż qed jgħix f'ċerta serenita', b'sistema demokratika, b'sistema libera u b'ċertu żvilupp soċjo-ekonomiku u mbagħad ikollna Oppożizzjoni li għadha taħdem b'dan il-mod, fl-opinjoni tiegħi tkun qiegħda tiżbalja bis-serjeta'.", "Dwar l-istedina tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għar-riżenja tal-Ministru - ilu ħafna jitlob biex jien nirriżenja, daqqa fuq ħaġa u daqqa fuq oħra - irrid nassigura lill-Kamra li ġieli jiġru affarijiet fejn jien stess nibda nikkonsidra għandix niddemetti jew le, u jiġru affarijiet li tiġbidlek l- attenzjoni għalihom l-Oppożizzjoni li wkoll iġiegħluni nibda nikkonsidra jekk l-Oppożizzjoni jkollhiex raġun.", "Sinċerament irrid ngħid li sal-lum ma kienx hemm ċirkostanzi validi li jġiegħluni nemmen li jekk jiena niddemetti mir-responsabilitajiet tiegħi, inkun qiegħed nikkontribwixxi għas-soċjeta', inkun qed nagħmel ġid lis-soċjeta' jew inkun qed nagħmel ħaġa sewwa.", "Għall- kuntrarju, fil-każ li għandna in specie, il-konvinzjoni interna tal- kuxjenza tiegħi tgħidli li jekk jiena nirriżenja ma nkunx qed nagħmel att ta' rġulija u ta' maturita', imma nkun qed naħrab mir-responsabilitajiet fundamentali tiegħi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tant irid ikisser u mhux jibni, li qed jitlob ir-riżenja tiegħi u qed jitlob li l-amministrazzjoni kollha tal-ħabs titwarrab.", "Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lil din il-Kamra x'jiġri kieku kelli nirriżenja minn Ministru u warajja titlaq l-amministrazzjoni kollha attwali tal-ħabs u kif, minn issa sa għada, se jirnexxilna npoġġu in place sistema li tista' tiggarantixxi s-sigurta', l-ordni u l-iżvilupp tas- sistema korrettiva tagħna!", "L-Oppożizzjoni tgħajjat bir-riżenji u ma tipprovdi l-ebda soluzzjoni.", "Il-kelliemi ewlieni ta' l-Oppożizzjoni ħareġ stqarrija - jien weġibt għaliha - li mill-ewwel tinduna li hi waħda mħarbxa bl-iktar mod leġġer li juri biċ-ċar li l-Oppożizzjoni m'hijiex qed taqbad x'inhu l-qofol tal-problemi, m'hijiex qed tagħraf x'inhuma l- affarijiet u lanqas qed tibni l-kampanja tagħha fuq informazzjoni korretta.", "Per eżempju, f'din l-istqarrija nsibu li żdiedu l-ħarbiet mill- ħabs, meta l-istatistika turi li dan mhux veru.", "Fil-fatt fl-1994 kellna żewġ ħarbiet biss li kienu jinvolvu sitt priġunieri, apparti li dawn inqabdu f'qasir żmien.", "Dan in-numru ta' ħarbiet huwa ħafna inqas minn dak ta' żmenijiet oħrajn u żgur inqas mill-famuża ħarba ta' żmienhom li ġrat fil-Ġimgħa l-Kbira!", "Mhux talli kien hemm ħarbiet inqas, talli dan seħħ meta l-popolazzjoni tal-ħabs irdoppjat.", "Qalulna wkoll li kien hemm żieda fuq l-inċidenza ta' l-attakki fuq il- gwardjani meta l-fatti juru mod ieħor.", "Jien anke każ wieħed ta' attakk fuq gwardjan jinkwetani, hu kundannabbli u nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex dan ma jerġax jirrepeti ruħu.", "U llum permezz ta' diversi impjegati u uffiċjali li għandna fis-sistema qed jiġu operati miżuri għal dan il-għan.", "Imma ħadd minna ma jiskandalizza ruħu u jiskanta jekk xi darba xi ħadd jattakka pulizija fit-triq jew jekk xi pazjent jattakka nurse fl-isptar.", "Veru li dawn l-affarijiet inġibuhom fl-aħbarijiet pero' ma nitolbux ir- riżenja tal-Ministru.", "Mela affarijiet li jiġru barra l-ħabs ma jimportax, imma affarijiet simili li jistgħu jiġru ġewwa m'għandhomx jiġru!", "Irrid ngħid li kull min attakka gwardjan ittieħdu passi ta' dixxiplina kontra tiegħu, ittella' l-Qorti u weħel iktar ħabs, kif weħlu anke dawk li ħarbu.", "Qalulna wkoll li ilna snin twal nitkellmu fuq ir-ristrutturazzjoni tal- ħabs, il-master plan, eċċ. Dan mhux veru għax ilna nitkellmu fuq dawn l-affarijiet minn Ġunju 1993.", "Kien dak inhar li l-Imħallef Maurice Caruana Curran tani r-rapport finali tar-rakkommandazzjonijiet tiegħu wara l- inkjesta li kienet saret, xogħol li kien ilu jaħdem fuqu għal tmien snin sħaħ.", "Jiġifieri sena u nofs ilna nitkellmu b'ċertu dettal fuq ir-riforma.", "Imma mbagħad x'tagħmel l-Oppożizzjoni b'diżonesta' politika kbira?", "Tipprova tagħti l-impressjoni li għamilna snin twal nitkellmu, nitkellmu biss u ma nagħtux riżultati.", "Ir-realta' hi li ilna biss sena u nofs nitkellmu fuqha u f'dan iż-żmien żrajna ż-żerriegħa u bdejna naraw ċertu frott pożittiv.", "Hemm affarijiet oħra li żbaljajniehom u hemm problemi oħra li meta bdejna nitkellmu fuq ir-riforma ma kkonsidrajniehomx għaliex ma kenux jeżistu.", "Meta bdejna nitkellmu fuq ir-riforma ma kellniex 200 priġunier fil-ħabs, imma kellna xi ftit aktar minn 100.", "Dak iż-żmien kellna priġunieri bil-problema tad-droga imma ma kienx hemm 70% minnhom li kellhom problema konnessa mad-droga.", "Numru kbir minnhom qegħdin il-ħabs minħabba pussess ta' droga, oħrajn qegħdin hemm minħabba traffikar ta' droga u oħrajn qegħdin hemm minħabba reati konnessi mad-droga.", "Meta qatt kien hemm din is-sitwazzjoni fil-ħabs tagħna?", "Qatt, Mr Speaker.", "L- Oppożizzjoni semmiet ir-regolamenti li jmisshom ġew pubblikati ħames snin ilu.", "Jien ngħid: X'jiġifieri dawn ir-regolamenti jmisshom ġew pubblikati ħames snin ilu?", "L-Imħallef Caruana Curran tahomli dawn f'Ġunju ta' l-1993, sena u nofs ilu.", "GĦalfejn l-Oppożizzjoni qed tagħti l- impressjoni li din hija xi ħaġa li ilna nitkellmu fuqha?", "Mhux veru li ilna nitkellmu ħafna fuq dawn l-affarijiet.", "Qalulna li m'hemmx direzzjoni ċara imma rrid ngħid li fil-fatt ir-riforma li aħna mbarkajna fuqha fil-ħabs hija l-unika direzzjoni ċara li l-ħabs għandu.", "Mhux veru, Mr Speaker, li m'hemmx direzzjoni ċara u dan huma jafuh għaliex kultant jgħidu mod imma mbagħad meta l-mument politiku jitlob mod ieħor, ibiddlu d-diska.", "Dawn jagħmlu biss u jgħidu biss dak li jaqblilhom.", "Fil-fatt il-Kap ta' l-Oppożizzjoni waqt l-Aġġornament qalilna li qed jitkellem b'mod politiku għaliex hemm bżonn li l-affarijiet jitressqu quddiem il-poplu b'mod politiku.", "Jiena ngħid li l-Opożizzjoni fuq temi ta' kriminalita' dejjem għall-finijiet politiċi tkellmet.", "Il-kriminalita' użatha għall-finijiet politiċi partiġġjani meta kienet fil-gvern u llum qed titkellem fuq il-kriminalita' u fuq id-droga għall-finijiet politiċi partiġġjani.", "Dan hu l-gwaj li ġġib magħha l-Oppożizzjoni li ma tirrealizzax jew inkella ma tridx tifhem li l-fenomenu tal-kriminalita' fil- pajjiż m'huwiex xi fenomenu li jweġġa' naħa u mhux oħra.", "Dan huwa fenomenu li jweġġa' lis-soċjeta' kollha kemm hi, huwa fenomenu li l-Gvern ma jridux.", "Liema Gvern irid il-kriminalita' fil-pajjiż?", "Lanqas huma ma jriduha l- kriminalita', ħlief meta użaw ċerti elementi għal raġunijiet ta' strateġija politika.", "Imma jekk nitkellmu fuq il-kriminalita', liema Gvern iridha?", "Mela għalfejn nitkellmu fuq dawn l-affarijiet b'mod li nimmiżlijdijaw lill- poplu u nagħtuh x'jifhem li donnu hemm xi soluzzzjonijiet sempliċi, soluzzjonijiet assoluti u ta' malajr, u li jekk jirriżenja l-Ministru nkunu solvejna kollox?", "Tajjeb dan, Mr Speaker?", "Kieku jien konvint li bir- riżenja tiegħi s'għada l-ħabs inġibu fir-riforma li rrid jien, kieku nwiegħed li nitlaq mill-ewwel.", "X'interess għandi li nimbarka fuq riforma li m'hi popolari ma' ħadd għaliex kulħadd isibha diffiċli li jitkellem fuq ħabs li jissodisfa l-kastigi li jridu l-liġijiet tagħna?", "Tajjeb ngħid, Mr Speaker, li l-liġijiet tagħna ma jgħidulniex biex insawtu u nikkastigaw lill-priġunieri.", "Il-liġi tagħna l-uniku kastig li tippermetti lill- istituzzjoni li tagħti huwa biss it-tneħħija tal-liberta'.", "Meta bniedem jiġi kundannat il-ħabs ifisser li jiġi kundannat biex jgħix għal sena, tnejn, tlieta jew għaxra f'mil kwadru u li jekk ma jġibx ruħu sew f'dak il- mil kwadru japplikaw ċerti regolamenti ta' dixxiplina.", "Dak hu l-kastig.", "Jien qed ngħid li naf li mhux popolari li titkellem fuq il-ħabs bħala post ta' riabilitazzjoni, ta' riġenerazzjoni tal-karattru, tal-valuri tal- bniedem li huma l-għerq tal-problema tal-kriminalita' fl-individwu partikolari.", "Jien mhux qed inħares kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ...", "Xi jrid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Fl-istqarrija qalilna li rridu nħallsu prezz politiku.", "Kemm hi sempliċi din!", "Kieku naf li nista' nħallas prezz politiku u nsolvi l-problemi, dak il-prezz inħallsu.", "Jien prezz politiku bil-maqlub qed inħallas.", "Qed niġi kkritikat minn ħafna nies, minn dawk li ma jifhmunix u minn dawk li suppost jifhmuni - inkluż ċerti nies f'għaqdiet volontarji - u qed nipperikola wkoll illi ma tiftiehemx id-direzzjoni tal-Gvern.", "Dak hu l-prezz politiku li qed inħallsu talli qed nibqgħu mexjin f'direzzjoni ċara.", "Min qiegħed jgħid li din ir-riforma hija xi ħaġa faċli?!", "Jien mill-bidu, meta ltqajt ma' l-istampa, għidt li hija diffiċli.", "Niġi kkritikat ukoll li jien niltaqa' ma' l-istampa ħafna drabi.", "Din hija fissazzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-mediċina tiegħu jipprova jagħtiha lil ħaddieħor.", "Hu qed jipprova jipperswadi lill-poplu li huwa alternattiva billi jagħmel packaging u marketing sabiħ tal-prodott tiegħu; il-marketing tal-prodott jiddependi ħafna minn kif tkebbu, u hu jipprova jkebbu sabiħ.", "Allura hu ffissat illi jekk tidher ħafna fuq it-television, il-prodott tiegħek se jkun sabiħ.", "Aħna mhux hekk qegħdin ngħidu u mhux hekk kien il-każ meta ltqajt ma' l-istampa.", "Issa jien ma nidħolx f'dak li tgħid, fil-mod kif tinterpreta l-affarijiet u x'pariri tieħu l-istampa.", "Imma jien meta ltqajt ma' l-istampa għidtilhom li aħna qegħdin niżirgħu ż- żerriegħa ta' riforma u qed nimbarkaw fuq riforma li nafu li hija triq twila li mhux se tagħtina riżultati ta' malajr, hija triq diffiċli, riskjuża u li għad iridu jgħaddu s-snin biex aħna nkunu nafu jekk din ir- riforma hijiex tirnexxi jew le.", "F'din is-sena u nofs li ilna mbarkati fuq din ir-riforma pożittiva, li jien ngħid li hija essenzjali għax jekk aħna ma nirriformawx is-sistema tas-servizzi korrettivi nkunu qegħdin nonqsu milli nirriformaw qasam essenzjali ...", "Il-kriminalita' fiha tliet ħoloq importanti li jridu jintrabtu flimkien: X'tagħmel il-Pulizija, x'jagħmlu l- qrati u x'jiġri fil-ħabs.", "Qegħdin ngħidu li m'għandniex nimxu iktar b'mod illi l-Pulizija tagħmel ħaġa, il-ħabs jagħmel ħaġa oħra u l-qrati xi ħaġa differenti.", "Jekk hemm qasam fejn huwa diffiċli, sew biex tibdel il- mentalita' u sew biex tpoġġi f'posthom l-istrutturi u r-riżorsi meħtieġa ta' faċilitajiet ta' bini u ta' riżorsi umani, dan huwa l-qasam tal-ħabs.", "Niftakar li meta sirt ministru bir-responsabilita' tal-ħabs, il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Guido De Marco, kien qalli li dak huwa bir tas-sriep u kont naf il-piż kbir li fih dan il-qasam.", "Dan ma għażiltux għax ridt jien għax kieku jkolli ċ-ċans, nagħżel oqsma aktar komdi.", "Imbagħad x'jiġifieri jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħidilna li l- editorjal ta' \"The Times\" għandu joqgħod attent kif jitkellem?", "Qalilna wkoll: L-editorjal ta' \"The Times\" u oħrajn - hu sejħilhom boloh, irwieħ tajba u ma nafx x'iktar - m'għandhomx għalfejn jaħsbu li se \"jbeżżgħuna\" u jintimidawna.", "Minn meta 'l hawn daħlet l-idea fil-kuridur ta' moħħna li l- fehma editorjali hija xi ħaġa maħsuba biex tbeżża' u tintimidixxi!", "X'inhu dan l-konċett li xi ħadd jaħseb li jekk xi ħadd jagħmel editorjal ...", "Ikun hemm ħafna editorjali li kultant huma ta' kritika qawwija fil-konfront tiegħi.", "Żgur li ħafna drabi jgħidu affarijiet inġusti, esaġerati, li ma naqbilx magħhom u li jagħmluli ħsara, imma qatt ma għadda minn rasi li xi ħadd jikteb editorjal biex ibeżżagħni u jintimidani.", "Li l-istampa għandha konnessjoni mal-konċett ta' intimidizzjoni flok mal-liberta' ta' l- espressjoni rrid ngħid li huwa lapsus freudian għaliex aħna nafu x'kienu l- iskużi ta' ċerti eċċessi li ġraw fi żmien il-Gvern Soċjalista fil-konfront ta' l-istampa.", "Insejniehom dawn!", "Min jaf kemm flok il-kelma \"beżżagħna\" użaw il-kelma \"ixewxu\"!", "U dan għadu Kap ta' l-Oppożizzjoni u jbezzgħu l- editorjal ta' \"The Times\"!", "Mela meta jsir Prim Ministru x'se jibda jgħid li jagħmel l-editorjal ta' \"The Times\"?!", "Dan huwa l-metodu ġdid tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li aħna għandna nispiraw ruħna minnu?", "Hu qal ukoll li lanqas hemm triq oħra għall-Gvern ħlief li jibdel l-amministrazzjoni u t- tmexxija tal-ħabs b'mod radikali.", "Mhux dan li qegħdin nagħmlu?!", "Qed nipprovaw nibdlu l-amministrazzjoni u t-tmexxija tal-ħabs b'mod radikali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kif kien se jibdilha din it-tmexxija?", "Aħna qed nipprovaw nibdlu t-tmexxija billi għamilna ristrutturazzjoni tal- gradi, billi l-ewwel għidna li ma jistax ikun li xi ħadd li jidħol jaħdem il-ħabs, jibqa' hemm minn mindu jkollu 18 sa l-eta' ta' 61 sena għaliex ikun f'dak li jgħidulu \"closed department\".", "U hemm raġunament għaliex m'għandux isir hekk.", "Għalhekk aħna ħloqna s-sistema li l-ewwel tidħol tagħmel kors u mbagħad issir Gwardjan, li huwa grad ġenerali, imbagħad tista' ssir Correctional Officer fuq bażi ta' kuntratt, biex jekk tiżbalja ma tkunx tista' tibqa' Correctional Officer; jekk inti għal xi raġuni jew oħra jkollok burnout ma tibqax Correctional Officer imma lanqas tispiċċa barra.", "Għamilna żmien fejn kien hemm nies li għamlulhom il-bombi u ħarqulhom darhom għax kienu jaħdmu l-ħabs, damu snin twal mhumiex il-ħabs u xorta baqgħu jissejħu Gwardjani, Prison Officers u Chief Prison Officer.", "U meta kont nistqasi lill-burokrati, kienu jgħiduli li r-raġuni hija li dak huwa a closed department.", "Imbagħad x'għamilna?", "Wara ħafna snin u wara li għaddejna minn dik il-burokrazija kollha, ħriġna a call for applications għal Manager.", "Fejn hu dan il-manager, Mr Speaker?", "Il-Manager bħalissa qed jieħu t-taħriġ barra minn Malta.", "Jiġifieri dak li qed nipprovaw nagħmlu; inbiddlu l-amministrazzjoni u t-tmexxija tal-ħabs b'mod radikali.", "Nerġa' nirrepeti li l-Manager bħalissa qiegħed jieħu t-taħriġ barra u għalissa qed nirrapazzaw, qed naraw kif nistgħu nirranġaw sakemm dan il- Manager jiġi lura.", "Ħriġna wkoll a call for applications għal Correctional Officers.", "L-ewwel call diġa' saret, issa qed isir il-kors u se jispiċċa nhar il-Ġimgħa li ġej.", "Ħarġet ukoll it-tieni call for applications u diġa' saru l- interviews.", "Ġejt informat - irrid ngħid li ħadt gost b'dan - li l- kwalita' tat-tieni batch ta' applikanti hija ftit aħjar minn dik ta' l- ewwel batch.", "Imma żgur li jien mhux se nkun daqshekk prużuntuż li xi darba naħseb li ma jsirux żbalji, li jien ma nagħmilx żbalji u li ta' taħti ma jagħmlux żbalji!", "Jekk jagħmlu żbalji ta' taħti, dawk in-nies li qegħdin jegħrqu l-għaraq ta' ġbinhom biex jipprovaw isaħħu din ir-riforma, għandi mmur insawwathom u naqtagħlhom qalbhom?!", "Jien għandni ngħidilhom: \"Żbaljajna imma issa ejjew inqumu.", "Ma nafux bit-triq tar-riskju?", "Ma nafux bir-riskji previsti li dħalna għalihom?\".", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li hemm bżonn responsabilita' biex dak li sar ħażin jinbidel, pero' bħalissa mhux hekk qed jiġri.", "Jien lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu: Mhux veru, inti ma tafx x'inhu jiġri u ma jinteressakx li tkun taf x'inhu jiġri.", "Mhux billi tgħidli li xi ħadd ħabat għal gwardjan jew li nstab l-inbid fil-ħabs.", "Aħna nafu li kien isir l- inbid u li dawn kienu jagħmluh billi kienu jaqbdu ftit ħmira, ħafna qxur tal-frott, bħal-larinġ, eċċ., u mbagħad jiffermentawh u allura kienu jagħtu l-impressjoni li qed jidħol l-inbid.", "Aħna ma nafux bid-droga, Mr Speaker?", "Kien hemm xi ħadd li ma rrikonoxxiex din il-problema?", "Meta f'April tkellimna fil-Parlament fuq dan is-suġġett ma konniex innegajna li għandna problema tad-droga u llum għandna problema ikbar.", "Dan ma ġiex negat, Mr Speaker, imma llum il- priġunieri żdiedu.", "Minn fejn qed jiġu l-problemi?", "Nafu s-sors; hemm il- problema tal-qorti, il-problema ta' l-isptar, il-problema tal-viżitaturi u hemm ukoll il-problema ta' impjegati li jittradixxu l-missjoni tagħhom.", "Aħna qegħdin nipprovaw nieħdu l-miżuri meħtieġa fuq kull qasam.", "Jien għalhekk jiddispjaċini li l-Oppożizzjoni flok ma tissieħeb biex tistħarreġ u fl-istess ħin tifhem ftit l-objectives, il-valur tar-riforma u s-sistemi li qed nipprovaw indaħħlu - għax dan huwa qasam li fuqu għandu jkun hawn consensus fil-pajjiż - tieħu l-atteġġjament distruttiv li ħadet s'issa.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 1 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RABAT: OQSMA TAD-DJAR - KANALI GĦALL-ILMA TAX-XITA", "24589.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi r- residenti ta' Vjal il-Ħaddiem u Għajn Qajjed Housing Estate, ir-Rabat, ilhom żmien imwegħda lid-dipartiment konċernati li se jsir il-kanal ta' l- ilma sabiex l-ilma ta' wara x-xita ma jibqax jinġabar fit-triq u joħloq inkonvenjenza u periklu lir-residenti u lis-sistema tat-traffiku fl-inħawi, jista' l-Ministru jinformani għaliex dawn ix-xogħlijiet qed jiġu abbandunati?", "Jista' jara li jirrimedja mmedjatament bix-xogħlijiet meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hu l-għan tagħna li l-problema komplessa bħal dik ta' l-ilmijiet fl-area indikata, tiġi studjata ma' problemi oħra ta' għargħar ta' l-ilma tax-xita madwar il-gżejjer Maltin minn esperti mqabbdin apposta fit-tieni parti tas-Sewerage Master Plan.", "OQSMA TA' DJAR - PROGRAMM TA' XOGĦLIJIET", "24590.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ħafna Housing Estates f'Malta u Għawdex jeħtieġu ħafna manutenzjoni inkluż li jissebbaħ l-ambjent tagħhom, jista' l-Ministru jara li jiġi mwettaq programm ta' xogħlijiet għal dan il-għan?", "X'programm ta' xogħlijiet fil-fatt huma pprogrammati li jsiru matul din is-sena fil-Housing Estates f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Wieħed irid l-ewwelnett jagħmel distinzjoni bejn dawk li huma xogħlijiet fuq il-blokki nfushom u dawk li huma xogħlijiet fuq l-estate in ġenerali.", "Tiswijiet fuq il-blokki proprja huma responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fi ħdan il- Ministeru għall-Ambjent, li bħalissa għaddej bi programm ta' xogħol ibbażat fuq talbiet li jagħmlu r-residenti stess minn żmien għall-ieħor.", "Xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq it-toroq lokali u landscaping sal-lum huma r-responsabbilta' tad-Dipartiment tad-Distretti u wara l-1 ta' April jaqgħu fuq il-Kunsilli Lokali.", "Hawnhekk ta' min isemmi madankollu li l- Gvern Ċentrali għaddej ukoll bi programm ta' bini ta' ġonna pubbliċi ġodda f' Housing Estates eżistenti b'koperazzjoni ta' diversi Dipartimenti (tad- Djar, Distretti u Bini u Inġineriji) fl-istess Ministeru għall-Ambjent.", "S'issa sar xogħol fuq ġonna f'Ħ'Attard, Buġibba, Naxxar u Qrendi u hemm xogħlijiet oħra programmati f'oqsma oħra għal din is-sena.", "SPTAR SAN LUQA - XOGĦOL FUQ AIR CONDITIONING PLANT", "24674.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex xogħol ta' tagħmir ta' air conditioners fil-main theatres ta' l-Isptar San Luqa li kien ippjanat li jsir nhar is-Sibt 4 ta' Frar ma tħassarx minħabba l-emerġenza li nħolqot bl- isplużjoni fit-Tarzna ta' Malta ġurnata qabel fejn disa' ħaddiema tilfu ħajjithom u bosta oħra korrew serjament?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan ix-xogħol seta' jitħalla għal xi żmien ieħor?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li x-xogħol fuq l-'Air Conditioning Plant' tal-'Main Operating Theatres', fl-4 ta' Frar, 1995, kien ippjanat b'mod li ma jfixkel xejn mis-Servizzi Mediċi mogħtija fl-Isptar.", "Minkejja t-Traġedja tat-Tarżna fil-lejl ta' qabel, l-Isptar San Luqa reġa' beda jiffunżjona b'mod normali sa mis-6.00 a.m. ta' l-4 ta' Frar, 1995.", "Ma kienx hemm il-ħtieġa li jitħassar ix-xogħol ippjanat.", "Dan l-istess xogħol kellu jitkompla l-għada 5 ta' Frar kif kien ippjanat ukoll.", "Għal din id-darba kien hemm il-bżonn li l-'Air Conditioning' tal- 'Main Theatres' jintefa, għalhekk ittieħdu miżuri biex l-emerġenzi li setgħu jinqalgħu jsiru fl-'Operating Theatres' ta' Karen Grech.", "L-'Air Conditioning' tal-'Main Theatres' fl-Isptar San Luqa reġa' nxtegħel lura għan-normal fis-1.30 ta' wara nofs in-nhar tal-5 ta' Frar, 1995.", "SPTAR SAN LUQA - SISTEMA TA' SIGURTA'", "24675.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jitfa' ftit dawl fuq żewġ monitors li riċentement twaħħlu fis-Security Office fl-Isptar San Luqa?", "Dawn il-monitors huma parti minn xi sistema ta' sigurta' bħal xi closed circuit television?", "Jekk fl-affermattiv, għal-liema skop se tintuża din is- sistema?", "X'kienet l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ż-żewġ 'monitors' li twaħħlu riċentament fl-Uffiċċju tas-'Security Officer' jifformaw parti integrali minn Sistema ta' Sigurta'.", "Ma naħsibx li hu f'interess ta' xi ħadd li nagħti iktar informazzjoni dwar din is-sistema u dan għal raġunijiet ovvji.", "ORGANIZZAZZJONIJIET MHUX GOVERNATTIVI", "24676.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru u min huma l- organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGO's) li fil-preżent jaħdmu u jagħtu għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-mard jew saħħa mentali?", "X'għajnuna finanzjarja dawn l-organizzazzjonijiet jirċievu mingħand il- Gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultalix li hemm xi organizzazzjoni mhux governattiva li tagħti għajnuna finanzjarja lil pazjenti li jbatu minn mard mentali.", "Il-Gvern jagħti għajnuna finanzjarja lil NGO skond il-'policy' li tirregola l-'NGO/Government Financial Services Agreements'.", "SPTAR SAN LUQA - NUQQAS TA' KUTRI U TROLLEYS", "24677.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Matul l-eżerċizzju ta' l-emerġenza kkaġunata mill-isplużjoni fit- Tarzna ta' Malta ġie nnotat li kien hemm nuqqas ta' kutri u trolleys, jista' l-Ministru jara li n-numru adegwat ta' dawn il-bżonnijiet ikunu preżenti għal li jista' jinqala'?", "Diżastri nazzjonali ħadd ma jkun jaf meta se jinqalgħu, għalhekk aktar ma nkunu armati u organizzati dejjem aħjar.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt assigurat li ma kienx hemm nuqqas ta' kutri u 'trolleys' meta nqala' l-Inċident tat-Tarzna.", "B'danakollu tlabt l- Uffiċjali tiegħi jagħmlu l-verifiki meħtieġa.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - NEON TUBES", "24678.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jindaga għaliex fl-Isptar San Vinċenz de Paule dan l-aħħar numru konsiderevoli ta' neon tubes li kienu maħruqa damu xi sitt ġimgħat biex jinbidlu?", "Ma jaqbilx il-Ministru li dan kien ta' inkonvenjent kbir għall-pazjenti fis-swali u ma jindikax servizz ta' effiċjenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-'Neon Tubes' fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule ġew mibdula kollha.", "Dan bilfors ħa żmien aktar minn normal minħabba li kien hemm numru kbir x'jinbidel.", "Barra minn hekk il-provvista ta' dawn it-tip ta' tubi spiċċat u sakemm reġgħu ġew fornuti kien għadda ftit taż- żmien.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - KAŻI TA' FOOD POISONING", "24679.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-Isptar San Vinċenz de Paule dan l-aħħar kien hemm każi ta' food poisoning ikkaġunat mis-Salmonella tat- tip \"Berta\"?", "Jekk fl-affermattiv, x'investigazzjonijiet saru u x'kienu l- konklużjonijiet tagħhom?", "Kemm kien hemm każi bejn staff u pazjenti li ġew affettwati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-każijiet ta' 'food poisoning' kienu kollha karatteriżżati minn episodji singoli ta' diarrhea nferrxin mar-residenza.", "Ma kien hemm l-ebda każ klinikament serju u n-numru globali li kien mifrux fuq għadd ta' ġranet kien ta' 50.", "Mill-ewwel ġiet mitluba l-għajnuna tas-Servizz Pubbliku tas-Saħħa permezz ta' 'Health Inspector' u tobba f'dan il-qasam kif inhi l-proċedura.", "Fil-fatt kien minn dawn it-testijiet li kien magħruf il-bakterja 'Salmonella' tip 'Berta'.", "NAĦAL - TKABBIR TAN-NAĦAL", "24706.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkomandazzjonijiet ta' l- espert Iżraeljan dwar it-tkabbir tan-naħal f'pajjiżna?", "X'miżuri se jaddotta d-dipartiment sabiex permezz tas-sezzjoni tan-naħal jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet li saru biex jitjieb il-livell tat-trobbija tan-naħal f'pajjiżna?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Id-dipartiment qed jistenna l-konklużjonijiet taż- żjara ta' l-espert Izraelit.", "MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMEN-TARI - RIĊEVUTI FISKALI TAS-SERVIZZ MOGTĦI", "24798.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jaf il-Prim Ministru li hemm diversi rapporti li hemm Ministri u/jew Segretarji Parlamentari Tobba li minkejja li qegħdin f'din il-kariga qegħdin xorta waħda jipprattikaw il-professjoni medika tagħhom f'ħafna każi mingħajr il- ħruġ ta' VAT receipts?", "Dan imur kontra l-kodiċi ta' l-etika jew le?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Minn imkien ma jirriżultali li hemm xi rapporti kif qed jallega l-Onor Membru.", "Dwar il-Kodiċi ta' Etika nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li tajtu fil- 21 ta' Ġunju, 1994 għall-mistoqsija parlamentari numru 19154.", "PORT IL-KBIR - PJAN LOKALI", "24801.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jressaq proposti dwar il-Menqa, Marsa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet fuljett biex tistieden organizzazzjonijiet u individwi jikkontribwixxu fit-tfassil tal-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, li jinkludi ż-zoni madwar il-Belt Valletta, Furjana, Marsa, Bormla, Birgu, Isla u Kalkara.", "Għaldaqstant dan ifisser li f'dan l-istadju għad m'hemmx proposti konkreti - il-Pjan għadu ma tlestiex.", "Meta l-ewwel abbozz ta' dan il-Pjan ikun lest, il-pubbliku jerġa' jingħata opportunita' biex jikkumenta dwaru.", "MARSA: KORSA TAŻ-ŻWIEMEL - PARKEĠĠ", "24802.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jintroduċi sistemi ta' tmexxija aħjar għat-traffiku l-parking għaż-zona fejn il-korsa taż-żwiemel, il-Marsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-istess mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MARSA - ZONA INDUSTRIJALI", "24803.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jintroduċi żvilupp ambjentali għaż-zona industrijali, fil-Marsa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iż-żoni industrijali (industrial estates) illum huma amministrati direttament mill-Malta Development Corporation, speċifikament biex ikunu jistgħu jitfasslu interventi għall-iżvilupp ta' dawn l-inħawi b'kordinazzjoni aħjar milli kien possibbli qabel.", "Dan jgħodd ukoll għaż-żoni industrijali tal-Marsa.", "Għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PORT IL-KBIR - PJAN LOKALI", "24804.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jindentifika zoni għall-futur għall-iżvilupp u jindika l-bżonnijiet ta' ppjanar fil-Marsa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li qiegħed nagħti għall-mistoqsija parlamentari numru 24801 ta' din is-seduta.", "MARSA - ŻVILUPP INDUSTRIJALI", "24805.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jħejji linji ta' gwidi għall-iżvilupp industrijali, fil- Marsa b'mod ġenerali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li qiegħed nagħti għall-mistoqsija parlamentari numru.", "24801 ta' din is-seduta.", "SPTAR SAN LUQA - GĦOTI TA' DEMM MILL-IMPJEGATI", "24806.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min ikun jixtieq jagħti d-demm fl-isptar San Luqa u jkun jaħdem fl-istess sptar ma jingħatax l-fakulta' li jmur jagħmel dan fiċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad- Demm imqarr għal dik in-nofs siegħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din id-deċizjoni tillimita lill-impjegati ta' l- Isptar li jagħtu d-demm wara l-11.00 a.m. u bil-permess ta' min hu responsabbli minnhom.", "Barra minn hekk, f'każi urġenti għal tipi rari ta' demm jew prodotti ta' demm isiru eċċezzjonijiet għal din r-regola.", "Ta' min ifakkar li wieħed jista' jmur jagħti d-demm kuljum mit-8.00 a.m. sat-8.00 p.m., s-sena kollha, inkluż Ħdud u Festi.", "SKEJJEL - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "24949.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħidli f'liema suġġetti li jiġu mgħallma fl-iskejjel sekonarju ta' l-Istat hemm nuqqas ta' għalliema bħalissa?", "Kif u meta se jintlew dan il-postijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fit-23 ta' Frar, 1995, il- qagħda kienet hekk:", "Is-suġġetti li bħalissa hawn nuqqas ta' għalliema għalihom huma l- Personal & Social Education, il-Business Studies, l-Ingliż u l-Istudji Soċjali.", "Il-postijiet li bħalissa huma vakanti fl-Integrated Science, fil-Kimika u fil-Ġermaniż se jimtlew fil-bidu ta' Marzu minn għalliema li kienu bil- leave bla ħlas.", "Għall-Edukazzjoni Fiżika u għall-Mużika saru l-intervisti u qegħdin jiġu impjegati għalliema każwali.", "Fl-Istorja u fl-Arti, l-għadd ta' lezzjonijiet huwa żgħir u hemm diffikultajiet biex għalliema każwali addatti jaċċettaw li jgħallmu għal ftit ħin biss.", "Hemm sejħa miftuħa għal għalliema każwali li dehret għall-ewwel darba fil- Gazzetta tal-Gvern fit-2 ta' Settembru tas-sena l-oħra.", "Minn żmien għal żmien issir talba permezz tal-gazzetti biex min hu interessat japplika.", "PORTES DES BOMBES - MANUTENZJONI", "24950.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Peress li l-ġebel ta' \"Porte des Bombes\" qed jitmermer minħabba dħaħen eċċ ta' numru kbir ta' karozzi u jinsab fi stat maħmuġ u mmermer, jista' l-Ministru jieħu passi (a) biex jitnaddaf; (b) jiġi protett?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ix-xogħlijiet li qieghed jipproponi l-Onor.", "Interpellant m`humiex responsabbilta` tal-Ministeru tiegħi, iżda huma kompitu tal-`Estates Management Department`(Works Division) fil-Ministeru Għall-Ambjent.", "Nissuggerixxi lill-Onor.", "Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill- Ministru kkoncernat.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ NINU CREMONA - TINDIF", "24951.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara illi l-area wara l-fabbrika tas-suf fil-parti t'isfel ta' Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid titnaddaf mill-ħafna ħmieġ li tħalla jinġemgħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-dipartiment konċernat jinvestiga l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ NINU CREMONA - ĊINT", "24952.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jittella' ċint fi Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid il-parti t'isfel fejn hemm ħofra kbira qisha barriera li hija perikoluża immens speċjalment għat-tfal li jmorru jilagħbu fl-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li diġa' nġibdet l- attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija biex jiġi eliminat kull sors ta' periklu.", "L-art in kwistjoni hi privata.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ NINU CREMONA - ASFALTAR", "24953.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li tiġi asfaltata b'mod xieraq il-parti t'isfel ta' Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid li tinsab fi stat tal-biki?", "Jaf il-Ministru li din il-ġimgħa saħansitra waqgħet persuna minn fuq wheelchair minħabba l-istat ta' din it-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Peress li mill-1 ta' April, 1995, il-Kunsilli Lokali se jkunu responsabbli għall-manutenzjoni tat-toroq urbani li ma jkunux privati, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24198.", "Sakemm jiġri dan, il-manutenzjoni tat-toroq lokali hija f'idejn it- taqsima tad-Distretti tal-Ministeru ta' l-Ambjent.", "RAĦAL ĠDID - ĦSARA MILL-GĦERUQ TAS-SIĠAR", "24954.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel fuq il-ħsara li qed jagħmlu l-għeruq ta' dawk is-siġar (ġganteski) li hemm fil-pjazzetta ta' bejn Triq Joseph Stivala, Triq Zabbar u Triq San Ġużepp f'Raħal Ġdid?", "Dawn qed ikunu ta' ħsara kbira għal dawn ir-residenti billi l-għeruq qed jgħollulhom l-art u jsoddulhom id-drenaġġ.", "Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid diġa' lmenta dwar dan - saru xi żviluppi f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MARSA - SKOLA TAL-ĦJATA", "24955.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-Iskola tal-Ħjata li hemm il-Marsa saret bejta tat-tipjip?", "Il-Ministru jaf li l-għalliema ta' din l-iskola qegħdin jibgħatu lill-istudenti jixtrulhom is-sigaretti u wara anke jagħtuhom ipejjpu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ninsab aċċertat li l-iskola tal-ħjata tal-Marsa mhix bejta tat-tipjip.", "L-istudenti m'għandhomx permess li jpejpu u meta jinqabdu bis-sigaretti fuqhom, is-sigaretti jiġu konfiskati.", "Minn stħarriġ li sar fl-iskola, ma rriżultax li studenti tqabbdu mill- għalliema jixtrulhom is-sigaretti u li l-għalliema tawhom is-sigaretti biex ipejpu.", "L-għalliema konċernati għamlu dikjarazzjoni bil-miktub dwar dan.", "PENSJONIJIET - PENSJONI TA' L-IRTIRAR", "24956.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli għaliex jingħad li l-mara għandha kull dritt daqs ir-ragel, meta mara li jkollha kontribuzzjonijiet daqs ta' raġel ma tieħux pensjoni ta' l-irtirar daqs kemm jieħu raġel?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-Att dwar is-Sigurta' Socjali (Kap 318) jghid li persuna assigurata jkollha dritt ghal pensjoni minghajr distinzjoni jekk il-persuna tkunx ragel jew mara.", "Izda, filwaqt li taht l-iskema tal-Pensjoni taz-Zewg Terzi m'hemmx distinzjoni fuq bazi ta'sess, fil-kaz ta' pensjoni li tithallas b'rata fissa, r-rata tal-pensjoni tkun oghla fejn il-pensjonant ikun ragel mizzewweg li qed imantni lil martu.", "Wiehed jifhem li din ir-rata ghola li ilha stabbilita sa mill-1956 ghandha tibqa' tinghata lil din il-kategorija ta' pensjonanti.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-maggoranza tal- pensjonanti qed johorgu taht l-iskema taz-zewg terzi.", "DJAR - XIRI TA' ĊNUS", "24975.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Possibli jittieħdu passi biex is-sidien tad-Djar Plots 24, 25 u 29 fi Triq Dun Salv Portelli, San Lawrenz, Għawdex ikunu jistgħu jixtru ċ- ċens?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li riċentament l-Awtorita' tad-Djar akkwistat it-titolu legali ta' l-art.", "Għalhekk il-benefiċċarji se jiġu mitluba biex jiffinalizzaw il-kuntratt tal-plots imsemmija.", "Iċ-ċens ikun jista' jiġi mifdi kif stipulat mill-ligi.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - ASSISTENTI KAŻWALI", "24976.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Hemm il-ħsieb li jsiru reviżjonijiet tal-kondizzjonijiet fosthom tal-paga ta' l-assistenti każwali li jaħdmu mad-Dipartiment ta' l- Anzjani fuq bażi part-time?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa qed issir evalwazzjoni tas-servizz kollu tal-'Home Care Help Scheme' li jinkorpora l-kondizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll reviżjoni tal-pagi tal-Assistenti Soċjali Każwali.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - WARD CLERKS", "24977.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhi l-pożizzjoni tal-Ward Clerks li huma mpjegati mad- Dipartiment tas-Saħħa?", "X'inhuma l-ilmenti pendenti li bħalissa għandhom mal-Gvern?", "Meta hu maħsub li jsiru tal-post fuq bażi permanenti?", "Jista' l-Ministru jiċħad għajdut li hawn li dawn si jitkeċċew mill- impjieg tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Preżentement il-pożizzjoni ta' l-impjegati imsemmija hi waħda fuq bażi każwali.", "L-ilment prinċipali tagħhom hu l-fatt li l-Gvern għadu ma tahomx nomina permanenti.", "Hemm diffikultajiet legali u proċedurali biex dawn isiru tal-post.", "Id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tittratta l-kwestjoni ma' l-Union Ħaddiema Maqgħudin u ma' l-'Management & Personnel Office'.", "BUSKETT - PALAZZ VERDALA", "24978.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tneħħew il-ġranet li kienu t-Tlieta u l-Ħamis li fihom qabel in-nies kienet tkun tista' żżur il- Palazz Verdala, fil-Buskett?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Gejt informat li mhux soltu li meta l- Eċċellenza Tiegħu il-President ikun resident fil-Palazz Verdala, isiru viżiti fil-Palazz, ħlief bil-permess tal-President stess.", "Dan jgħodd ukoll għall-Palazz ta` San Anton.", "FURJANA - ĊENTRU AMMINISTRAT-TIV TAL-GVERN", "24979.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu r-rappreżentant lokali jew ditti lokali assoċjati mal- kumpannija \"International Ireland Development Ltd, liema kumpannija ġiet magħżula biex tagħmel ix-xogħol ta' \"project leader\" għall-pjan ta' żvilupp għal Belt u l-Furjana?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li, għall-iskop tal-Proġett li jidher li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Membru, jiġifieri l-iżvilupp fil- Furjana li jkun jinkludi Ċentru Amministrattiv tal-Gvern, il-kumpannija ta' konsulenti li ħatar il-Gvern (International Development Ireland Ltd.) hija assoċjata mall-kumpannija Maltija Architecture Project Ltd.", "BORMLA: TRIQ SAN MARK - DAWL", "24980.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu ħsieb biex tinbidel bozza ħażina li ilha rrapportata ġimgħat ħdejn Premises No. 5, St. Mark Str, Bormla, kif ukoll bozza ta' ħdejn dar Nru. 2, Marina Alley 3, Kalkara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lit-Taqsima responsabbli u ninsab informat li l-bozza ħdejn Nru 5 St Mark Street, Bormla ġiet irranġata filwaqt li l-oħra se titranġa fi żmien qarib.", "KAĊĊA - GĦOTI TA' LIĊENZJI LILL-KAĊĊATURI", "24981.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jispjegali x'inhi r-raġuni li biex dilettanti tal-kaċċa tkun tista' tingħatalhom liċenzja bilfors iridu jkunu membri ta' xi għaqda?", "Għalkemm jien naqbel li kulħadd għandu jkun imsieħeb f'għaqda, ma jidhirlux il-Ministru li hemm xi raġuni li għada mhux magħrufa li għaliex biex tieħu liċenzja għall-kaċċa trid bilfors tkun membru f'għaqda u biex ikollok liċenzja għal delizzju ieħor mhux bilfors trid tkun membru f'għaqda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux preċiż meta jgħid \"li biex delettanti tal-kaċċa tkun tista' tingħatalhom liċenzja bilfors iridu jkunu membri ta' xi għaqda\".", "Ir-regolamenti ta' l-1993 dwar il-Liċenzji tal-Kaċċa (AL 145 ta' l-1993) jgħidu li min japplika irid ikollu referenza \"minn xi għaqda konstitwita skond il-liġi li tirrappreżenta l-kaċċaturi\".", "BIRGU - ARRANĠAMENTI TAT-TRAFFIKU", "24982.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23107, peress li s- sitwazzjoni ggravat, jista' l-Ministru jitlob lit-Traffic Control Board biex tagħti risposta pożittivament għal din it-talba mill-aktar fis possibbli minħabba li jista' jiġri xi inċident minn mument għal ieħor?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol li għamel id-Dipartiment tad- Distretti huwa skond id-direttiva tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku tat- 18 ta' Frar, 1994.", "Sadanittant it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali tal-Birgu billi dan għaddej f'arranġamenti ma' l-Awtoritajiet dwar arranġamenti tat-traffiku ġodda fil-lokal.", "WIED IL-GĦAJN - BEJJIEGĦA TAL-ĦAXIX", "24983.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mil-bidu ta' din is- sena li għaddiet sal-lum lill-bejjiegħa tal-ħaxix f'Wied il-Għajn u kemm minn dawn iċ-ċitazzjonijiet saru fi Triq Marina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li mill-bidu ta' din is-sena sal- lum, it-Taqsima tal-Kontroll tal-Prezzijiet ma rċeviet ebda rapporti kontra bejjiegħa tal-ħaxix f'Wied il-Għajn.", "Ta' min isemmi wkoll li fost rapporti li qed tirċievi permezz tal- 'freephone' din it-Taqsima għall-investigazzjonijiet ma jirriżultalix li kien hemm xi rapporti li jirrigwardaw bejjiegħa f'Wied il-Għajn."]} {"filename": "19940207_226d_par.doc", "date": "1994-02-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 226 It-Tnejn, 7 ta' Frar, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 226", "It-Tnejn, 7 ta' Frar, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.14 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 226", "It-Tnejn, 7 ta' Frar, 1994", "WERREJ", "MINUTI 276", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI 276", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 279", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA", "U S-SIGURTA' FUQ IX-XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY (PROMOTION) BILL", "It-Tieni Qari 280", "AĠĠORNAMENT 305", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 310", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta Nru. 225 li saret fit-2 ta' Frar, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "PUBLIC BROADCASTING SERVICES - RAPPORT TAT-TEMP", "15302.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t- trattattivi tal-Public Broadcasting Services ma' l-aġenzija ta' Godfrey Grima biex jibdew itellgħu ir-rapport tat-temp bil-computer permezz tal- kumpannija tiegħu?", "Ġaladarba l-Public Broadcasting Services sabet din il-proposta interessanti, x'qed iżommha milli jagħmel sejħa għall-offerti għal servizz simili meta f'Malta hawn ħafna PR companies u advertising agencies attrezzati għal dan ix-xogħol?", "X'fee qed tiġi negozjata mas-Sur Grima?", "Hemm xi servizzi oħrajn li l-Public Broadcasting Services qed tirċievi jew qed tinnegozja biex tibda tirċievi mingħand is-Sur Grima u/jew xi aġenzija minn tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Jien informat li qegħdin isiru provi tekniċi ma' l-Associated News sabiex din il- kumpannija tkun tista` tibda ttella` r-rapport tat-temp għall-PBS.", "Din il- proċedura hija l-istess sistema tar-rapport finanzjarju li jiġi mtella` kuljum minn aġenzija oħra u tirrifletti l-politika (policy) tal-PBS li tiżviluppa sezzjoni terzjarja fil-qasam tax-xandir.", "Bħalissa l-PBS għandha ftehim biex tingħata materjal komputerizzat grafiku jew servizzi tekniċi oħra ma` kull kumpannija u aġenzija attrezzata għal dan ix-xogħol f`Malta u Għawdex.", "Dawn l-arranġamenti ilhom isiru aktar minn sena.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Reno Calleja, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Jinnota l-Ministru li ma weġibx għat-tieni parti tal- mistoqsija rigward sejħa għall-offerti għal servizz simili meta f'Malta għandna ħafna advertising u public relations agencies attrezzati għal dan ix-xogħol?", "Ma jidhirlux li hija daqsxejn stramba li s-Sur Grima ġie magħżul - milli jidher mingħajr ma ħarġet sejħa għall-offerti - biex jagħmel dan ix- xogħol wara li tqanqlet ftit tal-kontroversja meta ġie żvelat li s-Sur Grima kien qed jieħu somma sostanzjali għall-programm li kien qed itella' fuq il-PBS u li issa m'għadux jagħmel?", "Ma jaħsibx il-Ministru li ladarba dan is-servizz tar-rapport tat-temp qiegħed isir mill-ħaddiema tal-PBS bħala parti mix-xogħol tagħhom, se jkun ħela ta' flus li tinbidel is- sistema?", "In vista ta' rapporti li dehru fl-istampa, li nxtraw cameras b'Lm138,000 mingħajr sejħa għall-offerti - għalkemm ħarġet stqarrija fejn intqal li fil-fatt saret sejħa għall-offerti fil-gazzetti - il-Ministru sodisfatt bit-trasparenza li qiegħda turi l-PBS kemm ilha taħt r- responsabilita' tas-Sur Flamini?", "Huwa sodisfatt bil-mod kif qed isir xiri ta' apparat, fejn jintnefqu ammonti sostanzjali ta' flus, jew inkella jaħseb li għandha tiġi attwata s-sistema governattiva jew sistema aktar trasparenti, kif isir meta dipartimenti u korporazzjonijet pubbliċi oħra jixtru apparat li jqum ħafna flus?", "Jaf il-Ministru li min imexxi l-PBS qed jiddeċiedi li lill-membri tal-panel iħallashom kemm ifettilu hu?", "Jiena ma nistennix li l-Ministru jindaħal f'din il-ħaġa, imma ta' min jiġbidlu l- attenzjoni li hemmhekk hemm id-disgwid.", "Ma jidhirlux li dawn il-ħlasijiet li qatt ma kienu jsiru f'Malta - u ma jfissirx li għax qegħdin isiru huwa ħażin - ...", "Il-Ministru jaħseb li dan huwa l-mod kif għandha titmexxa l- PBS?", "X'jaħseb dwar is-suġġeriment li jien kont għamiltlu fil-budget li anke l-estimi tal-PBS jiġu diskussi fil-Parlament biex ikun hemm iktar trasparenza?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li meta wieħed jitkellem dwar x'qed jiġri fil-PBS tajjeb li mmorru ftit lura - anke biex infiehem ir-risposta tiegħi - u nħarsu lejn il-White Paper li konna għamilna dwar ix-xandir f'pajjiżna, il-Liġi tax-Xandir innifisha u l-Pjan Nazzjonali dwar ix-Xandir.", "Il-Pjan Nazzjonali dwar ix-Xandir jgħid li għandna noħolqu sistema ta' farming out ta' ċerti partijiet mill- produzzjoni tat-televiżjoni u tar-radju bl-iskop li f'pajjiżna noħolqu industrija ġdida.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li dak li qed tipprova tagħmel il-PBS huwa in linea mal-Pjan Nazzjonali dwar ix-Xandir.", "Il-PBS qed tgħid li trid tipprova toħloq settur terzjarju marbut mas-sistema tat-television, u naħseb li dan sar.", "Rigward il-provi tekniċi li jien informat li qed isiru ma' l-Associated News nista' ngħid li din hija l-istess ħaġa li saret matul l-1993 ma' diversi kumpanniji oħrajn.", "Jekk wieħed iħares lejn il-programm ta' Għawdex, isib li dan il-programm huwa farmed out lil persuna minn Għawdex li offriet li tagħmel il-programm hi.", "Imbagħad saru n-negozjati u sar il-ftehim ma' din il-persuna.", "Jiġifieri dak li qiegħed isir illum huwa fuq l-istess kriterji li ntużaw ma' ħaddieħor.", "Qiegħed ngħid dan biex nuri l- korrettezza tal-ħsieb u ta' dak li qed tagħmel il-kumpannija.", "L-Onor.", "Interpellant jista' jgħidli li lanqas il-programm ta' Għawdex ma sar kif jixtieq hu.", "Il-punt hu li trid issib it-triq tan-nofs għaliex ma rridux li din il-kumpannija ...", "Fil-fatt aħna għamilnieha a limited liability company biex nagħtuha l-possibilita' li topera fil-qasam kummerċjali b'mod mill- iktar flessibbli.", "Jiena naħseb li nkunu qed nagħmlu żball jekk nitolbu lil kumpannija bħal din biex topera b'mod li jkun strettament marbut mal- proċeduri twal li juża l-Gvern biex jopera.", "Dwar dan, jien qed nieħu l- pariri ta' l-Accountant General biex naraw liema huma l-aħjar proċeduri li nistgħu nistabbilixxu għal ħaġa bħal din għaliex din hija - sa ċertu punt - esperjenza ġdida f'kumpannija li taħdem kummerċjalment kuljum.", "Mr Speaker, wieħed mill-punti li semma l-Onor.", "Membru kien li dan ix- xogħol kien isir internament mill-ħaddiema stess tal-PBS bħala parti mix- xogħol tagħhom.", "Fil-fatt jiena informat li minn fuq din il-proċedura l- ġdida, il-PBS se jagħmel qliegħ li ma kienx isir qabel, fis-sens li huma se jkunu marbutin ma' l-istess farming out li jistgħu jbigħu l-advertising.", "Fil-fatt kull darba li se jixxandar ir-rapport tat-temp il-PBS se jkollha l- qliegħ għaliex se jirċievu sponsorship, jekk m'iniex sejjer żball, mingħand Air Malta.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li tagħmel sens.", "Wieħed irid jgħid ukoll li PBS kontinwament tagħmel xogħlijiet ma' aġenziji oħrajn li qatt ma ssemma xejn dwarhom.", "Naħseb li mhux fair, la mal-PBS u lanqas mas-Sur Grima, li wieħed jgħid li għax huwa waqaf milli jagħmel programm se jiġi mqabbad jagħmel dan ix-xogħol ġdid.", "Din il-ħaġa ma ssegwix.", "Skond ma jiena informat is-Sur Grima avviċina lill-PBS biex jagħmel dan it-tip ta' programm, il-PBS ikkalkolat li jekk isir dan it-tip ta' programm jista' jsir il-qliegħ u għamlulu il-provi tekniċi biex ikunu jistgħu jagħmlu programm bħal dan.", "L-istess bħalma jagħmlu ma' ħaddieħor, per eżempju, bħalma jagħmlu mal-MPS - għalkemm forsi hawn mhux il-lok fejn noqogħdu nsemmu aġenziji - nies li huma attrezzati ħafna għax-xogħol tat- television u għamlu ħafna affarijiet għat-television għaliex jużaw il- graphics tagħhom.", "Anke l-RGB ġieli jaħgmlu graphics għat-televison.", "Issa f'pajjiżna qed jiżviluppa settur ġdid - li qatt ma kien jeżisti - fejn għandek gruppi ta' kumpanniji privati li billi qed jindunaw li t-television f'pajjiżna qed jiżviluppa u billi dan huwa settur tax-xandir li dejjem qiegħed jikber, qegħdin jattrezzaw ruħhom biex ifornuh.", "B'hekk l- esperjenza li jieħdu mix-xogħol li jagħmlu għat-television Malti jkunu jistgħu jagħmlu xogħol anke għal barra minn Malta.", "Naħseb li din l- ispjegazzjoni tagħmel sens għax qed infisser kif qed jiżviluppa dan is- settur.", "Issa m'iniex ngħid li ma jistax ikun hemm irtokki li wieħed jista' jagħmel fil-metodu ta' kif isiru l-affarijiet.", "Jiena fil-fatt - kif diġa' għidt qabel - għadni qed nieħu l-pariri ta' l-Accountant General biex naraw kif nistgħu noħolqu strutturi li ma jkunux tant burokratiċi li ma jkunux jistgħu joperaw kummerċjalment.", "Niġi issa għall-mistoqsija dwar ix-xiri ta' cameras.", "Din m'għandha xejn x'taqsam mal-mistoqsija li qed nitkellmu dwarha, imma la Mr Speaker ippermettiha jkolli nirrispondiha.", "Jiena naħseb li meta wieħed jara li kien hemm sejħa għall-offerti fil-gazzetti kollha jinduna li l-affarijiet saru b'mod korrett.", "Anzi jiena konvint li min kien inkarigat biex jieħu d- deċiżjonijiet dwar ix-xiri ta' cameras ħadhom b'reqqa u fil-fatt kollox sar bl-iktar mod miftuħ.", "Jekk l-Onor.", "Membru jixtieq li għas-sodisfazzjoni tiegħu jara kif saru d-dettalji, jiena lest li nkellem lil PBS biex jagħtuh il-possibilita' li jagħmel dan għaliex dawn huma affarijiet tekniċi u m'għandix dubju li kollox sar sew.", "Allura jien ma naħsibx li huwa sewwa li wieħed joqgħod jitfa' dell ikrah fuq affarijiet bħal dawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Reno Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Filwaqt li jiena segwejt b'interess lill-Ministru u ħadt gost li qal illi kellem lill-Accountant General biex l-affarijiet jimxu b'mod trasparenti, nixtieq nistaqsih jekk japprezzax li aħna nagħfsu fuq dawn l-affarijiet għax din il-kumpannija qed tinżamm bi flus il-poplu.", "Jekk aħna bħala membri parlamentari ma nistaqsux fuq dawn l-affarijiet ....", "Mhux aħna vvotajna l-flus għaliha?", "Parti ġġibhom mil-liċenzji u parti ġġibhom mill-flus li vvotajnielha aħna.", "Jista' jgħidli jekk hux veru li, kif jien informat, hija Air Malta li se tħallas, naturalment biex tagħmel riklam ukoll?", "Japprezza l-Ministru li meta kontinwament jitfaċċaw ċerti ismijiet ta' persuni li jkunu ħbieb ta' nies li jaħdmu fil-PBS - Malta tant żgħira li ma tistax tevita li dak ikun ħabib ta' dak u l-ieħor ħabib ta' l- ieħor - wieħed faċilment jista' jaħseb li dan huwa każ ta' ħokkli dahri u nħokklok dahrek?", "Air Malta li, bħal PBS, hija miżmuma bi flus il-poplu se tagħti flus lill-PBS.", "Is-Sur Grima kien qed jagħmel programm li tiegħu kien qed jieħu Lm250 fil-ġimgħa, waqaf u issa se jibda jagħmel dan il- programm ġdid ...", "Nittama li l-Ministru jifhem - u qed nistaqsih jifhimx - il-preokkupazzjoni ta' din in-naħa.", "Jiena nieħu pjaċir li int kellimt lill- Accountant General biex l-affarijiet isiru aktar trasparenti u min-naħa tiegħi naqbel ma' l-għan li kont semmejt fil-White Paper, li toħloq speċi ta' industrija, u mhux qed nikkritikak fuq hekk.", "Imma japprezza l-Ministru li aħna għandna dritt nitolbu għal aktar trasparenza?", "Nixtieq li l- Ministru jweġibni għall-mistoqsija supplimentari li kont għamiltlu dwar id- disgwid li qed jinħoloq fil-parteċipanti tal-panels għax min qed jieħu Lm40, min qed jieħu Lm20 u min qed jieħu Lm10.", "Nistħajjel lil l-Ministru jgħidli li din hija deċiżjoni amministrattiva.", "Imma din qed toħloqlok ħafna disgwid.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Dwar l-aħħar punt nista' ngħidlu li din għandha tkun xi ħaġa f'idejn l-kumpannija nnifisha u ma naħsibx li l-Ministru għandu jidħol fiha.", "Irrid ngħid li jiena m'għandix dubju mill-korrettezza ta' kif saru l- affarijiet għaliex jidher ċar li l-affarijiet kollha saru aboveboard.", "Meta jien semmejt lill-accountant General semmejtu għaliex naħseb li hawnhekk għandna sitwazzjoni partikolari ta' kumpannija li trid tikkompeti - u għada pitgħada trid tikkompeti iktar mil-lum - u ma nistgħux intaqqluha b'ċerti proċeduri li jistgħu jżommuha lura mis-suq.", "Għalhekk għamilnieha limited liability company.", "Allura qegħdin naraw nistgħux nagħtu struttura aktar speċifika ta' kif nagħmlu l-affarijiet.", "Kieku l-kumpannija qatt ma għamlet farming out u ftit ġimgħat ilu ħolmot biex tagħmel farming out lis-Sur Grima, allura jista' jkun li l-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Membru jkollha bażi, pero' l-fatt li l-kumpannija ilha sena sħiħa, jekk mhux iktar, minn mindu ....", "Anzi nista' ngħid li jien bħala l-Ministru responsabbli mbottajthom - fuq livell ta' policy - biex jagħmlu farming out, ħalli għallinqas għalissa jipprovaw joħolqu din l-industrija li ddur madwarhom biex f'Malta l-expertise tat-television tixtered iktar.", "Jiġifieri l-fatt hu li l-farming out isir ma' kulħadd u l-istess ħaġa saret mas-Sur Grima meta ġie bil-proposta tiegħu.", "Dwar Air Malta nista' ngħidlek li żgur mhux il-każ ta' you scratch my back and I scratch yours.", "Air Malta kummerċjalment jaqblilha tutilizza s- slot f'dan il-programm biex tagħmel riklam għaliha nnifisha; inċidentalment illum din diġa' tagħmel riklam fis-slot waqt il-programm tar-rapport tat- temp, jiġifieri qed tkompli l-politika li diġa' bdiet.", "Id-differenza hi li probabbilment għal dan is-slot Air Malta se tħallas iktar għax wieħed dejjem jipprova jgħolli l-livell tal-mod kif jixxandar ir-rapport tat-temp.", "Naħseb li hija ħaġa pożittiva li f'pajjiżna jkollna iktar u iktar studios li jidħlu għal xogħol bħal dan.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol għas-sena 1993; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 13 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 li jemendaw ir- Regolamenti dwar it-Taqsimiet Speċjali tar-Reġistru u l-Elenku ta' l- Infermieri;", "Avviż Legali Nru 14 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur; u", "Avviż Legali Nru 15 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Pulizija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 16 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 dwar il- Kummissarju ta' l-Artijiet (Trasferiment ta' Drittijiet u Responsabilitajiet).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IX-XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY (PROMOTION) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-2 ta' Frar, 1994.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, qed inressqu din il-liġi sabiex inħarsu lill-ħaddiema kollha fuq il-post tax-xogħol.", "Ix- xogħol, hi x'inhi t-tifsira tiegħu, huwa kemm dmir kif ukoll obbligu.", "Il- bniedem għandu l-jedd u d-dmir li jaħdem u dawn id-drittijiet u d-dmirijiet għandna nistħarrġuhom fil-kontest kollu tad-drittijiet tal-bniedem, drittijiet li jaqblu man-natura stess tal-bniedem.", "Nafu li fin-natura huwa l-bniedem biss li jaħdem u l-pedament huwa l-liberta' tal-bniedem fil-qasam ekonomiku, l-istess bħal-liberta' tiegħu f'ħafna oqsma oħra.", "L-ekonomija hija biss settur wieħed mill-ħafna setturi li fihom il-bniedem iħaddem l- attivita' tiegħu.", "F'dan is-sens, bħal f'setturi oħra, wieħed għandu l-jedd għal-liberta' u d-dmir li jagħmel użu minnha b'mod responsabbli.", "Ħafna minn dawn id-drittijiet ġew imxandra minn għaqdiet internazzjonali bħalma huma l-ILO, il-Gvern, l-unions u min iħaddem li ffirmaw is-Social Charter f'isem iċ-ċittadini kollha.", "Issa din il-liġi qed nagħmluha konformi ma' dak li ffirmajna għalih u hija viċin ħafna għal dak li diġa' għamilna.", "Wara 52 sena qed inressqu liġi ġdida u moderna li permezz tagħha qed inneħħu l-Ordinanza dwar il-Fabbriki li kienet ħarġet f'April ta' l-1940 meta s-sitwazzjoni kienet differenti ħafna milli hija llum.", "Aħna dehrilna li għandna nagħmlu liġi ġdida u mhux inkomplu inraqqgħu l-Ordinanza li kienet teżisti kif kien ilu jsir għal ħafna żmien.", "Jekk inħarsu lejn id- definizzjoni ta' \"fabbrika\" nsibu li din kienet tgħid hekk:", "\"il-kelma \"fabbrika\" tikkomprendi \"ħanut tax-xogħol\" u tfisser kull fond li fih, jew ġewwa bitħa, setaħ jew reċinti tiegħu, ikun hemm nies impjegati biex jaħdmu bl-idejn f'xi xogħol għal xi wieħed mill- iskopijiet imsemmija hawn taħt jew f'xi xogħol aċċessorju għal dawn l- iskopijiet, jiġifieri:", "(a) il-manifattura ta' oġġett jew parti minnu, jew", "(b) it-tibdil, it-tiswija, it-tiżjin, l-irfinar, it-tindif jew il- ħasil, jew il-ksir jew il-ħatt ta' oġġett, jew", "(ċ) l-adattar ta' oġġett għall-bejgħ ...\".", "Peress li minn dak iż-żmien 'il hawn is-sitwazzjoni tbiddlet għal kollox, ma kienx hemm lok li noqogħdu nressqu emendi, imma kien aħjar li nressqu Abbozz ta' Liġi ġdid.", "Din l-Ordinanza ġiet emendata diversi drabi bl-Atti ta' l-1953, ta' l-1958, ta' l-1960 u ta' l-1962, imbagħad kien hemm avviżi legali fl-1963 u fl-1965, u reġgħet ġiet emendata bl-Atti ta' l-1974 u ta' l-1977.", "Dan ifisser li, kif għidt, kien wasal iż-żmien li nagħmlu liġi ġdida għal kollox u mhux noqogħdu nraqqgħu dik li għandna.", "'Il quddiem ngħid x'inhuma d-differenzi prinċipali li minħabba fihom ridna nagħmlu liġi ġdida.", "Dak iż-żmien li għaddiet l-Ordinanza kien hawn il-Council of Government u meta l-Attorney General ken introduċa l-liġi f'dik is-seduta tal-Parlament, għamel referenza għal-Liġi ta' l-1926 dwar ix-xogħol tan- nisa u tat-tfal, liġi li qatt ma ġiet in vigore.", "Dan qal hekk:", "\"As all honorary Members probably know, there is an Act, passed in 1926, regulating the employment of women and children and the conditions of employment of workmen in factories.", "That Act did not have effect from the day of its promulgation.", "It contains a delaying clause which gave the Governor power to bring the law into effect by proclamation when he thought fit.", "Although that Act has been in existence since 1926, it has never been brought into operation and the reason why I am suggesting another Ordinance instead of advising the Governor to bring the Act into effect is that considerable difficulty has been experienced in attempting to apply that Act for the reason that it contains provisions which are too rigid.\".", "Jiġifieri l-Gvern kolonjali dak iż-żmien ma riedx iġib in vigore l-liġi ta' l-1926 għax qal li kienet iebsa ħafna imma mit-tiftix li għamilt imkien ma tirriżulta r-raġuni għaliex qed jgħid li kienet iebsa ħafna.", "Probabbilment kienet iebsa ħafna għaliex kienet timponi doveri kbar fuq dawk li dak iż- żmien kienu msemmijin biss bħala factories and workshops.", "Dr Enrico Sacco li spjega s-sitwazzjoni ta' żmienu u tal-Partit Laburista mmexxi minn Dr Boffa, qal:", "\"As a member of the medical profession I give my support in principle to the Bill.", "In my private practice I generally come in contact with most of the cases in the Bill in question in terms to provide for workmen carrying out their duties in basements which have never been visited by sunlight, in damp cellars without any ventilation.", "In these places workmen are kept overtime for which they are badly paid or not paid at all. The Government therefore in bringing forward the proposed law is moving in the right direction.", "Before enacting laws, however, the Government being the principal employer should be the first to give a good example.", "Most of the Government workshops are kept in places as unhealthy as any private workshop.", "Scavengers in certain districts are billeted in places which are damp, beneath the dampproof layer without washing facilities to clean their hands and disinfect themselves and change their clothes after working hours before they return to their homes.", "The law should consequently apply equally to Government departments, and offices responsible for the working of the law should be specially instructed to see that it is strictly adhered to, not only by private concerns but also by Government departments.\".", "Dan juri kemm tbiddlet is-sitwazzjoni minn dak iż-żmien.", "Hawnhekk il- kelliemi kien qed jirreferi prinċipalment għal xogħol taħt l-art, kif ukoll għal nuqqas ta' iġjene fejn jidħlu l-iscavengers u affarijiet oħra, forsi kif għadu jiġri sal-lum għalkemm l-atmosfera hija differenti għal kollox.", "Illum f'Malta għandna ekonomija bbażata prinċipalment fuq is-servizzi u hija differenti minn ta' dak iż-żmien għax is-sitwazzjoni tbiddlet u għalhekk jeħtieġ li ssir liġi ġdida, kif fil-fatt qed nagħmlu.", "L-ewwel ħaġa li ridna nagħmlu kienet li nibdlu d-definizzjoni fil-liġi u minflok il-kelma \"fabbrika\" wżajna \"post fejn isir ix-xogħol\" u \"post tax- xogħol\", definizzjoni ampja li tikkomprendi kollox.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi nsibu li:", "\"\"post fejn isir ix-xogħol\" u \"post tax-xogħol\" ifissru kull post f'Malta fejn ħaddiem jagħmel xogħol jew jipprovdi servizz għal min iħaddem, u mingħajr ħsara għall-ġeneralita' ta' dan li ntqal qabel, jinkludu fabbrika, ħanut, uffiċċju, tarzna, barriera, minjiera, sit tal-bini, struttura, triq, għalqa razzett, baċir, ajruplan jew bastiment u jinkludu wkoll ajruplan jew bastiment reġistrat f'Malta jew li jkollu liċenza biex jaħdem minn Malta;\".", "Jiġifieri hawnhekk għamilna definizzjoni ferm aktar ampja minn dik li kien hemm fil-liġi eżistenti, li ma kenitx tipprovdi għat-tip ta' azjendi li għandna llum.", "Irrid ngħid li kull meta ssir liġi ta' dan it-tip kważi dejjem iqumu l-istess diskussjonijiet dwar kif se jkun kompost il-bord, awtorita', kummissjoni jew aġenzija li tkun se tieħu ħsieb il-liġi, x'poteri għandu l-Ministru u affarijiet bħal dawn.", "Jien se nerġa' nikkwota lil Dr Sacco fejn kompla jgħid:", "\"I see that most of the measures and the advantages to be derived from this law are connected with hygene ...\"", "- u hawnhekk jiddispjaċini ngħid li waqt din id-diskussjoni fuq hygene ma tantx tkellimna imma tkellimna biss fuq health and safety -", "\"... cleanliness, overcrowding, temperature, lighting, ventilation ... \".", "Imbagħad Dr Sacco għamel complaint dwar il-fatt li tabib ma kienx imdaħħal fil-bord, u qal:", "\"Yet I'm sorry to say that whilst on the Advisory Board there will sit the Commissioner for Labour, a member of the Chamber of Commerce, a member of the Trade Union Council and two other members nominated by the Government, not a single representative of the medical profession has been included.", "It is true that he may be one of those to be named by the Government but just as a trade union member and a member representing the Chamber of Commerce have been specially selected to sit on the committee, I am of opinion that it should be specifically stated in the law that a member of the medical profession should sit regularly on the Board.\".", "Mr Speaker, hawnhekk irrid ngħid li kull meta saret din il-liġi d-dibattitu dejjem kien - kif qed jiġri llum ukoll - dwar il-kompożizzjoni ta' min se jieħu ħsieb il-health and safety u x'poteri kien se jkollu l-Ministru.", "Din hija ħaġa li dejjem ġiet diskussa u għalhekk ma niskantax li reġgħet tqajmet waqt li qed ngħaddu dan l-Abbozz li għandna quddiemna llum.", "Wieħed dejjem jipprova jagħmel l-aħjar liġi li jista' u ilna s-snin naħsbu fuq din il-liġi imma issa wasal iż-żmien li din issir.", "Aħna dehrilna li dan hu l- aħjar mod li bih nistgħu nimxu u għalhekk ressaqna dan l-Abbozz kif inhu.", "B'danakollu, kif qal il-Ministru Ugo Mifsud Bonnici, din il-liġi m'hijiex xi vanġelu u aħna lesti li nilqgħu s-suġġerimenti li jistgħu jsiru biex nagħmluha aħjar.", "Fl-aħħar mill-aħħar kull gvern Malti ħadem biex f'dan il-pajjiż ikun hawn is-servizzi soċjali u jekk wieħed jaqra d-debates jara li kull membru li tkellem fl-1940 kien ftaħar b'dak li għamel il-partit tiegħu fil-qasam soċjali.", "Jien naħseb li anke dwar din il-liġi rridu naħdmu flimkien, għax ma fiha xejn partiġġjan u għalhekk kulħadd għandu jagħti sehmu.", "Kull xogħol fih il-periklu tiegħu, naħseb li anke hawn ġew għandna l-periklu għax fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra qed isiru xi tiswijiet u tista' taqa' xi ħaġa fuqna.", "Irrid ngħid li kullimkien jeżisti l-periklu u wieħed irid jagħmel li jista' biex jevitah.", "Trid tagħmel u tenforza l-liġijiet, kif diġa' qalu ħafna kelliema, imma l-periklu xorta se jibqa' jeżisti u d- diżgrazzji u l-fatalitajiet xorta se jibqgħu jsiru.", "Xtaqt insemmi r-regolamenti li għandna in vigore pero' m'humiex f'idejja bħalissa.", "Il-liġi li qed nagħmlu qegħdin nagħmluha konformi mas-Single Act ta' l-1986 li f'artiklu 118A tgħid hekk:", "\"Member States shall pay particular attention to encourage improvements especially in the working environment as regards the health and safety of workers and shall set as their objectives the harmonisation on conditions in this area while maintaining the improvements made.\".", "Aħna qegħdin nagħmlu din il-liġi konformi mar-regolamenti ta' l-ILO u tal- Komunita'.", "Issa qabel ma naraw x'għandna ġdid f'dan l-Abbozz, nixtieq insemmi n- numru ta' konvenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-health and safety li Malta iffirmat diġa' u tajjeb li l-poplu jkun jaf x'inhuma.", "Dawn huma n- Night Work Woman Convention 1919, Minimum Age Industry Convention 1919, Minimun Age Sea Convention 1920, Minimum Age Agricultural Convention 1921, White Lead Painting Convention 1921, Minimum Age Trimmers and Stokers Convention 1921, Equality of Treatment Accident Compensation Convention 1925, Marketing of Weight Package Transport by Vehicles Convention 1929, Protection Against Accident Dockers Convention 1929, Protection Against Accident Dockers Convention 1932, Night Work Woman Convention 1934, Underground Woman Convention 1935, Reduction of Hours Textiles Convention 1937, Food and Catering Ships' Crews Convention 1946, Medical Examinations Seafarers Convention 1946, Medical Examination of Young Persons (Industrial) Convention 1946, Medical Examination of Young Persons (Non- Industrial) Convention 1946 u n-Night Work of Young Persons Convention.", "Malta ffirmat ukoll in-Night Work Convention ta' l-1990 - kif riveduta - Night Work of Young Persons Convention ta' l-1948 u anke l-Accommodation of Crews Convention ta' l-1949.", "Iktar tard Malta ffirmat conventions oħra - u m'iniex se nkompli nsemmihom kollha - fosthom is-Seafarers Welfare Convention ta' l-1987 u l-Heath Protection and Medical Care Seafarers Convention li ġiet iffirmata fl-istess sena.", "Fl-1966 Malta ffirmat ukoll is-Safety and Health in Construction Convention u l-aħħar tnejn li ffirmajna kienu l-Chemicals Convention u n-Night Work Convention li kienu għaddew fl-1990 u ffirmajniehom fl-istess sena.", "Jien semmejt din il-lista biex nuri li f'dan il-kamp Malta hija avvanzata daqs pajjiżi oħra, iffirmat conventions daqs pajjiżi oħra u konna minn ta' quddiem biex nirratifikaw dawn il-konvenzjonijiet.", "Aħna qed nagħmlu kulma nistgħu biex dawn il- konvenzjonijiet jiġu osservati f'pajjiżna għall-ġid tal-ħaddiema u għal kulħadd.", "L-aħħar darba, min-naħa l-oħra saret l-allegazzjoni li b'din il-liġi m'hu qiegħed jitbiddel xejn u għalhekk illum irrid nuri x'qegħdin inbiddlu u l- importanza ta' l-affarijiet li qegħdin nintroduċu f'din il-liġi.", "Diġa' semmejt il-fatt li d-definizzjoni ta' postijiet tax-xogħol li kien hemm fil- liġi kienet antikwata u kienet issemmi postijiet taħt l-art, eċċ. Illum f'din id-definizzjoni qegħdin ninkludu ħwienet kummerċjali, uffiċċji, bars, ristoranti u xogħol li jsir fuq il-baħar, ngħidu aħna fuq rigs u bastimenti.", "Per eżmpju, jien niftakar li wieħed mir-regolamenti ta' l- 1953, jekk m'iniex sejjer żball, kien sar apposta għaliex il-Gvern kien tilef kawża minħabba li l-kelma \"ship\" ma kenitx taqa' taħt id-definizzjoni ta' \"fabbrika\".", "Għalhekk meta l-Gvern f'dak il-każ kien applika dik il- liġi, skond id-deċiżjoni tal-qorti, il-Gvern kien mar ultra vires u eventwalment ir-regolamenti ġew emendati.", "Aħna għamilna studju intensiv biex f'din id-definition nipprovaw indaħħlu kull forma ta' xogħol li jeżisti; naturalment m'hijiex xi definizzjoni perfetta u nistieden lil min jaħseb f'xi ħaġa oħra biex jagħmel is-suġġerimenti tiegħu ħalli b'hekk ikollna definizzjoni li tkun kemm jista' jkun kompleta u l-liġi l-ġdida tiġi tapplika għal kull post tax-xogħol bla distinzjoni, kif ukoll għal kull ajruplan jew bastiment li huwa reġistrat f'Malta.", "Jiġifieri din qegħdin napplikawha għal dawn ukoll, fejn qabel ma kenitx tapplika.", "L- Ordinanza qabel kienet issejjaħ lis-sid tal-fabbrika bħala responsabbli primarjament mill-ħarsien u s-saħħa tal-ħaddiem u dan kien iġib xi diffikultajiet quddiem il-qorti, għax fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' injuries u sfortunatament ġieli anke mwiet, ħafna drabi tidħol il- qorti.", "Din id-darba fil-liġi qegħdin indaħħlu wkoll lill-manager jew lid- direttur li jkun responsabbli għax-xogħol.", "Barra minn dan issa qed indaħħlu wkoll responsabbli lil dik il-persuna li tkun self-employed jew anke ma' kuntrattur fejn qabel ma kenux inklużi.", "Jiġifieri sub-contractor huwa responsabbli u self-employed huwa responsabbli wkoll.", "Il-liġi twaqqaf kummissjoni permanenti li ma kenitx teżisti qabel.", "F'dan l-Abbozz qed ngħidu min għandu jaħdem fuq din il-kummissjoni u min għandu l-eżerċizzju tal-funzjonijiet.", "Il-funzjonijiet ta' din il-kummissjoni huma differenti minn dawk li kien hemm fil-liġi ta' qabel.", "Jekk inħarsu fil-qosor lejn il- liġi nistgħu ngħidu li l-kummissjoni tagħti pariri lill-Gvern, tiġi konsultata dwar regolamenti ġodda, tippromwovi informazzjoni, tara li l- liġi tiġi mħaddma u inforzata u tiddeċiedi appelli minn deċiżjonijiet ta' l- ispetturi.", "Fl-Ordinanza ta' qabel ma kienx hemm makkinarju permanenti għall-konsultazzjoni bħalma se jkun hemm illum.", "Barra minn hekk qed jingħata d-dritt ta' l-appell lill-kummissjoni li se jkollha poteri fuq il- kumitat ġudizzjarju.", "Minkejja dak li qal l-Onor.", "Michael Farrugia d-darba l-oħra, l-ispetturi llum m'humiex l-istess bħalma kienu qabel u għandhom poteri akbar.", "Il-liġi tgħid li l-ispettur jista' jagħlaq parti minn fabbrika fuq l-esperjenza tiegħu skond ir-regolamenti, mentri qabel kienet li dan seta' jsir \"wara li jkun ħa parir mid-Direttur tax-Xogħol\" u kien jittieħed in konsiderazzjoni jekk id-deċiżjoni taffettwax il-produzzjoni jew in-nefqa tal-produzzjoni.", "Jiġifieri kien hemm dawn iż-żewġ kondizzjonijiet, li spettur irid jieħu l-parir mingħand id-Direttur tax- Xogħol u jikkonsidra jekk l-ordni li tingħata taffettwax il-produzzjoni jew tgħollix in-nefqa tal-produzzjoni.", "Dawn illum m'għadhomx jeżistu.", "Jiġifieri llum hemm differenza kbira anke fil-poteri li qegħdin nagħtu lill- ispetturi.", "Irridu nammettu li għandna bżonn ta' iktar spetturi għax mhux biżżejjed li jkollok liġi li tkun sabiħa, irid ikollok ukoll l-inforzar tajjeb ħafna.", "Għal dan il-għan - kif għidt waqt id-diskors tiegħi fil- Budget - il-parti \"tas-Sanita\" li hija konċernata minn dak li jissejjaħ occupational health, se tiġi tifforma parti mil-Labour Office biex flimkien jaħdmu fuq din il-liġi.", "Jiġifieri minflok se jkollna żewġ entitajiet li bejniethom ix-xogħol jista' jidduplika, se jkollna entita' waħda li tagħmel dan ix-xogħol.", "Ir-relazzjonijiet li kellha l-occupational health mal-WHO m'humiex se jinqatgħu imma se jkomplu.", "Ftit ilu hawn Malta kellna rappreżentant tal-WHO li nformajnieh b'dan il-proċess ta' għaqda li se ssir bejn dawn iż-żewġ entitajiet u l-WHO se tkompli tagħti l-għajnuna tagħha, anzi beħsiebha żżidha, u fil-fatt diġa' offriet l-għajnuna tagħha biex jekk ikun hemm bżonn tagħti t-training lil persuni li nibagħtu aħna biex jiġu mħarrġa bħala spetturi.", "L-ispetturi llum fid-diskrezzjoni tagħhom se jkollhom il-poter li jagħlqu fabbrika jew parti minn fabbrika jew minn azjenda.", "Dan huwa poter kbir li l-ispetturi għandhom jeżerċitaw b'għaqal kbir għax meta jagħmlu dan ikunu qegħdin jeffettwaw ix-xogħol imma peress li s-saħħa tiġi qabel kull ħaġa oħra għandu jkollhom dan il-poter biex il- ħaddiema tagħna jkunu kemm jista' jkun protetti minn kollox.", "Hawn diversi modi kif il-ħaddiem jista' jkorri, jista' jkorri b'makkinarju - nafu li din hija l-iktar ħaġa komuni - u jista' jkorri b'affarijiet oħra.", "Illum hawn diversi affarijiet li jistgħu jġibu korriment u anke mard li jieħu ż-żmien biex jiżviluppa.", "Għalhekk peress li l-affarijiet illum tbiddlu ħafna, kien hemm bżonn ta' din il-liġi.", "Għalkemm hawn Malta ma jkollniex numru kbir ta' diżgrazzji pparagunati ma' barra, sfortunatament xorta jiġru u se nuri dan b'ċifri.", "Għandi statistika li turi n-numru ta' diżgrazzji li ġraw mill-1981 sa l-1992 fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Sfortunatament il-figuri għall-1993 għadhom m'humiex lesti.", "Fl-1981 kien hemm 5,512-il korriment fuq ix-xogħol; fl-1982 kien hemm 5,270; fl-1983 il- figura niżlet għal 4,664; fl-1985 kien hemm 6,569; fl-1986 kien hemm 6,628; fl-1987 kien hemm 7,727; fl-1988 kien hemm l-ogħla rata li laħqet 8,679 inċident; fl-1989 kien hemm 7,892; fl-1990 kien hemm 7,810; fl-1991 kien hemm 7,062, u fl-1992 kien hemm 6,964.", "Dawn huma kollha korrimenti fuq il-post tax-xogħol, il-parti l-kbira tagħhom ikunu korrimenti żgħar ħafna, pero' xorta jistgħu jiġu evitati.", "Dawn il-figuri m'humiex meħuda mid-Department of Labour għaliex mhux kulħadd imur hemm - meta xi ħadd ikorri fuq il-post tax-xogħol imur id-Department of Labour biex jittieħdu l-passi kontra s-sid jew kontra min iħaddem u biex jinvestigaw l- inċident - imma huma l-figuri tan-nies li jieħdu japplikaw għall-benefiċċji soċjali - naħseb li kulħadd imur għalihom - meta jweġġgħu, li naħseb li hija lista aktar eżatta.", "Forsi \"d-dehra\" tidher ftit monotona imma dawn il-figuri qed nagħtihom għaliex il-poplu tagħna għandu d-dritt li jkun jaf il-fatti u d-dati kif inhuma; dawn l-affarijiet m'għandniex għalfejn ninħbew minnhom.", "Dawn huma affarijiet li ġraw u li qed jiġru u li minħabba fihom jintilfu sigħat kbar ta' xogħol.", "Bħalissa qed jintilfu iktar sigħat ta' xogħol minħabba diżgrazzji milli minħabba strajkijiet u affarijiet oħra.", "Dan irriżulta kemm matul is-sena l-oħra kif ukoll is-sena ta' qabel.", "Hawnhekk għandi figuri oħra u hawn il-formoli apposta ta' kif jinħadmu.", "Per eżempju, jekk meta bniedem imut jikkalkolawlu li kien fadallu 20 sena x'jaħdem, in-numru ta' working days lost jitla'; fl- 1991 kien hawn 149,000 days lost.", "Imbagħad hawn ir-rati ta' l-accidents frequency u calendar days lost by permanent disabilities.", "F'Malta ir- rata m'hijiex għolja ħafna.", "Fil-fatt l-accidents rate fl-Ingilterra - irnexxieli nsibha wkoll - hija ta' 0.014% filwaqt li f'Malta hija ta' 0.006%.", "Jiġifieri f'Malta r-rata hija ferm inqas mill-Ingilterra fejn hemm popolazzjoni ta' madwar 26 miljun jaħdmu.", "Nispera li dawn il-figuri huma korretti pero' huma l-figuri li tawni.", "GĦalkemm f'Malta jiġru inqas diżgrazzji milli jiġru f'pajjiżi oħra, xorta rridu nieħdu ħsieb biex dan in-numru, li kif diġa' għidt jitla' għal madwar 7,000 fis-sena, inkomplu nġibuh fix-xejn.", "L-Onor.", "Michael Farrugia rrefera wkoll għaċ-ċertifikat mediku.", "Din hija ħaġa li rridu noqogħdu attenti ħafna għaliha.", "Hija ħaġa personali jekk bniedem għandux xi marda jew le.", "Galhekk il-liġi trid tkun b'ċertu mod li filwaqt li tissalvagwarda lill-impjegat, tħares ukoll is-sigriet professjonali.", "L-Onor.", "Farrugia daħal ukoll fil-kwestjoni tal-Conditions of Employment (Regulations) Act u semma xi affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu.", "Kif għidt drabi oħra, diġa' qed naħdmu fuq din il-liġi, waqqafna kumitat li se jagħmel liġi ġdida adattata għall-kondizzjonijiet tal-lum fid- dinja tax-xogħol minflok liġi antikwata li teżisti - għalkemm mhux daqs l- Ordinanza li semmejna għax din il-liġi għaddiet fl-1952 - u jrid jieħu ħsieb b'mod speċjali d-diskriminazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-dinja tax-xogħol biex niġu konformi mal-Kostituzzjoni.", "Naħseb li m'għandix għalfejn nidħol fid-dettalji, imma nassigura lill-Onor.", "Farrugia li fil- liġi li qed tiġi mfassla qed nieħdu ħsieb il-kondizzjonijiet tax-xogħol tan- nisa, qed nieħdu ħsieb il-familja u affarijiet oħra li semma hu.", "Imma naħseb li dawn il-punti nistgħu niddiskutuhom meta, jekk Alla jrid, inressaq dik il-liġi quddiem dan il-Parlament u b'hekk ikollna liġi oħra ġdida li tirrigwarda d-dinja tax-xogħol li hija dinja importanti ħafna.", "Mr Speaker, nista' nagħti wkoll xi figuri li għandhom x'jaqsmu ma' l- iġjene.", "Matul is-sena li għaddiet saru 947 medical examinations mid- Dipartiment tas-Sanita', ġew eżaminati 3,619-il import licence għal kimiċi li ġew importati li minnhom 1,600 huma reġistrati fuq database.", "Barra minn hekk saru 253 spezzjoni fuq liċenzji ta' pesticides importati.", "Nerġa' ngħid li qed nikkwota dawn il-figuri għall-interess tal-pubbliku u biex nuri li tassew qed isir xogħol, għalkemm huwa xogħol diffiċli.", "Nammetti li, kif qalu l-ħbieb tagħna ta' l-Oppożizzjoni nhar l-Erbgħa, hemm bżonn li nżidu n-numru ta' spetturi mħarrġa f'dan il-qasam u fil-fatt diġa' għandna offerta mill-WHO biex nibagħtu nies jitħarrġu barra, għalkemm hawn Malta wkoll qed isiru lectures biex jiġu mħarrġa nies bħala inspectors.", "Nerġa' ngħid li fil-preżent qed isir ħafna xogħol, imma rridu nagħmlu iżjed.", "Hawnhekk qed nagħmlu liġi ġdida li hija ferm differenti minn dik ta' qabel - kif spjegajt fil-qosor biex ma noqgħodx nirrepeti, u mbagħad waqt l-istadju tal-Kumitat inkunu nistgħu neżaminaw x'timplika din il-liġi klawsola klawsola - u fit-tfassil tagħha kkonsultajna lill-unions u lill- korpi kostitwiti li qablu mal-liġi kif qed tiġi proposta.", "Irrid inkun ċar fuq dak li qal l-Onor.", "Moran - u jiddispjaċini li llum mhux qiegħed hawn - u nerġa' ngħid li l-unions qablu mal-liġi kif qed nipproponuha; qalulna biex inbiddlu xi erba' kelmiet 'l hawn u 'l hemm u aħna aċċettajna s- suġġerimenti tagħhom.", "Per eżempju, union minnhom ipproponiet li f'industrial estate kbir fejn ikun hemm ċertu numru ta' nies jaħdmu, għandu jkun hemm clinic, u din aċċettajnieha u se ndaħħluha fil-liġi billi nintroduċu emenda f'dan is-sens.", "Nista' nassigura lil dan il-Parlament - kif jista' jikkonferma l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici li kien miegħi waqt id-diskussjonijiet - li l-unions aċċettaw din il-liġi kif inhi b'xi emendi żgħar, per eżempju fejn kien hemm terminu ta' jumejn qalulna biex nagħmluh ta' tlett ijiem, kif fil-fatt għamilna, fejn kien hemm erbat ijiem għamilniehom ħamsa u affarijiet żgħar bħal dawn.", "Imma bħala prinċipju u forma nista' ngħid li l-unions din il-liġi aċċettawha.", "Jiġifieri ma nafx x'nistgħu nagħmlu aktar minn hekk, meta qed nimxu bis- sistema li qabel ma nersqu quddiem dan il-Parlament qed nikkonsultaw mal- korpi kostitwiti konċernati, kif qed nagħmlu fuq il-liġi dwar il-kwestjoni tax-xogħol li qed tiġi mfassla.", "Xtaqna niddiskutu anke ma' l- Oppożizzjoni biex forsi l-liġi tgħaddi iżjed malajr u b'hekk neħilsu minn xi ħaġa li nammetti li ilha ttul ħafna għax dejjem kellna f'rasna li nsibu xi ħaġa aħjar - u, kif jgħidu, l'ottimo e' il nemico del bene - u fl-aħħar wasalna għal dan l-Abbozz.", "GĦamilna l-aħjar li stajna imma naturalment din m'hijiex xi liġi sagrosanta għax hija bbażata fuq il-liġijiet ta' korpi internazzjonali li Malta diġa' ffirmathom kif iffirmat is-Social Charter u diversi konvenzjonijiet oħra ta' l-ILO li wħud minnhom diġa' semmejthom.", "Nitlob lil dan il-Parlament biex jivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi li jiggarantixxi s-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Minn hawnhekk nawgura li f'dan il-pajjiż jiġru inqas diżgrazzji u hemm bżonn li kulħadd joqgħod aktar attent, kemm min jaħdem kif ukoll min iħaddem.", "Min iħaddem irid jieħu ħsieb in-nies tiegħu u jagħmel dak li tgħidlu l-liġi u nieħdu gost ninnotaw li f'ċerti fabbriki hemm gruppi ta' nies li jieħdu ħsieb is-saħħa tal-ħaddiema.", "F'fabbriki li jħaddmu aktar minn ċertu numru ta' nies, skond il-liġi li diġa' teżisti, għandu jkun hemm first aiders imħarrġa, imma dan il-provvediment ma tantx jidher li qed jiġi osservat.", "Jiġifieri mhux biżżejjed li jkun hemm sempliċement first- aid box, imma għandu jkun hemm first aiders imħarrġin tajjeb biex jekk jinqala' xi ħaġa jkunu jafu x'għandhom jagħmlu.", "Barra minn hekk, fuq suġġeriment ta' union minnhom fil-liġi se ndaħħlu l-provvediment li f'industrial estates kbar irid ikun hemm clinic.", "Il-ħaddiem min-naħa tiegħu jrid josserva l-liġi billi jilbes l-ilbies protettiv li jiġi provdut u jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji.", "Kull wieħed minna li jdur il- fabbriki jista' jara li hemm min assolutament ma jagħtix kas; per eżempju hemm min ineħħi l-elmu, ippoġih ħdejh u jkompli jaħdem.", "Imbagħad għaliex jgħaddulu kelma biċ-ċajt u jgħidulu li aħjar jilbsu, jilbsu.", "Imma dan għandu jirrealizza li jekk jiġri xi ħaġa jbati huwa stess.", "Ħaddiem irid joqgħod attent mhux biss għall-persuna tiegħu nnifsu imma wkoll għall- persuna ta' sieħbu li għandu l-istess drittijiet u allura m'għandux jagħmel affarijiet li jista' jweġġa bihom ħaddieħor.", "Sid il-fabbrika għandu d- dmir li jħares il-ħajja u s-saħħa tal-ħaddiema għaliex dawn jiġu l-ewwel, qabel il-profitti u qabel kull forma ta' negozju.", "Il-bniedem jiġi l-ewwel fid-dinja.", "Sid ta' fabbrika jaqbillu li ma jitlifx ġranet tax-xogħol minħabba korrimenti li n-numru tagħhom, kif għidt, huwa akbar min-numru ta' ġranet li jintilfu fi strikes u azzjonijiet industrijali.", "Jien naħseb li spjegajt is-sitwazzjoni kif inhi hawn Malta mill-aħjar li stajt u tajt ukoll xi figuri.", "Kelli ħsieb li nsemmi aktar affarijiet imma hawnhekk għandi ħafna karti tad-diversi regolamenti maħruġin taħt din il-liġi li ma nistax insibhom.", "Issa meta noqgħod bil-qiegħda naħseb li jinstabu.", "Uħud minn dawn ir-regolamenti huma tajbin, f'oħrajn trid tidħol per eżempju, il- protezzjoni għall-għajnejn, protezzjoni minn ċerti gassijiet u anke protezzjoni għall-istress li joħloq ċertu xogħol.", "Per eżempju, bniedem kemm għandu jdum jaħdem fuq computer?", "Dan x'effett ikollu fuqu?", "Mingħalija hemm xi sitta jew seba' regolamenti li rridu nżiduhom u se nżidu wkoll regolament għal kull settur.", "Fil-liġi l-ġdida jrid ikollna regolamenti dwar kif tgħaddi l-elettriku, regolamenti dwar il-fabbriki, regolamenti dwar il-kimika u regolamenti dwar l-asbestos.", "Dan huwa xogħol li mhux biss jinvolvi lill-impjegati tad-Dipartiment imma se jkollna bżonn insejħu esperti biex dawn ir-regolamenti jsiru skond il-bżonnijiet moderni u skond affarijiet li jeżistu llum u li meta saru r-regolamenti ma kenux jeżistu.", "Jiġifieri liġi għandna, korp ta' regolamenti hemm imma kien hemm bżonn ta' tibdila radikali.", "Din it-tibdila radikali qegħdin nagħmluha imma jrid isir iżjed, irid jiżdied l-inforzar, irridu aktar koperazzjoni minn min jaħdem u minn min iħaddem għaliex din hija essenzjali għas-saħħa tal- ħaddiem tagħna.", "Jien nitlob li dan il-Parlament jivvota favur din il-liġi u nieħu gost jekk xi ħadd irid iressaq xi emendi għaliex irridu li din il- liġi tkun iktar komprensiva u tkun iktar ċara għal dawk il-partijiet li forsi m'humiex daqshekk ċari.", "Nafu li f'liġijiet bħal dawn, il-gvernijiet Maltin, kienu ta' liema kulur politiku kienu, dejjem għamlu mill-aħjar li setgħu biex jgħinu lill-ħaddiem Malti u lill-familja tiegħu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, illum l-ewwel proponiment li se nagħmel huwa li nipprova nitkellem bil-mod għaliex kull darba li nitkellem nispiċċa nieħu kedda.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx għalfejn, minħabba fik għaliex għandi ċertu rispett lejk.", "Is-soltu meta nitkellem qabel l-Onor.", "Joe Cassar dejjem jgħajjarni li tkellimt bil-vuċi għolja, allura issa li se nitkellem warajh, se nipprova nitkellem bil-mod.", "Pero' rrid nagħmel ħilti kollha għaliex meta nisma' ċerti dikjarazzjonijiet ta' l-Onor.", "Cassar, jien personalment titlagħli fawra.", "Per eżempju, qal li rridu nagħmlu ċerti regolamenti dwar l-użu ta' l-asbestos minħabba l-għajnejn u meta jien qallibt fir-regolamenti ta' l-1986, sibt li dawn jgħidu hekk:", "\"Where in any room arsenic or any other poisonous substance is so used as to give rise to any dust or fume, a person shall not be permitted to partake of food or drink in that room.", "Where in any room a process takes place which gives rise to silicous dust or asbestos dust, a person shall not be permitted to remain in that room during the intervals allowed to him for meals or rest.\".", "Qed ngħid dawn l-affarijiet biex nuri għaliex wieħed titlagħlu t- temperatura meta jisma' ċerti affarijiet.", "Min jara r-regolamenti li saru fl-1986 - dak iż-żmien kont Ministru jien - isib li dawn kienu saru wara li kien sar seminar fil-Phoenicia fejn konna stedinna experts barranin minn kull qasam.", "Jien kont tkellimt magħhom personalment u mir- rakkommandazzjonijiet li għamluli - u dawn għadhom għandi personalment, pero' mhux se noqgħod nidħol fihom fid-dettall - irriżultali ħafna mill- postijiet tax-xogħol tagħna kienu up to standard.", "Ir-regolamenti li saru fl-1986 għamilniehom biex naġġornaw ruħna kompletament mal-Konvenzjonijiet kollha ta' l-ILO li għadu kemm semma l-Onor.", "Cassar.", "Dawn l-affarijiet kienu saru wara studju serju u fit-tul.", "L-Onor.", "Cassar ta l-impressjoni, kif ipprova jagħmel anke l-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici, li donnu l-ħarsien tas- saħħa u tal-periklu fuq ix-xogħol se jibdew permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Kif qal il-Ministru Mifsud Bonnici nnifsu din m'hijiex liġi li tinkorpora fiha dawn l-affarijiet iżda hija an enabling law.", "Il-Gvern, permezz tal-Kummissjoni li se jagħmel, se jkun jista' jibda jorganizza sub-committees biex ikun jista' jingħata parir fuq x'għandu jiġi aġġornat f'kull qasam.", "Issa għaliex għandkom tibqgħu tagħmlu dan il-brainwashing kontinwu mill-bidu tad-diskors sa l-aħħar, qisu qabel ma kien hawn xejn u malli tgħaddi din il-liġi se jibda jseħħ il-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiem mill-periklu fuq il-post tax-xogħol?", "Dan m'huwiex sewwa.", "Lili li jirrabjani huwa - u għalhekk li kultant inqum nitkellem b'ċerta rabja - li tan-naħa tal-Gvern għandhom kapaċita' kbira li wara li ma jagħmlu xejn, jiġu hawnhekk u jattribwixxu l-għażż li għandu l-Gvern Nazzjonalista - u li dejjem kellu - lill-Partit Laburista.", "Dan huwa ħażin għaliex regolamenti kien hemm u biex jitħaddmu kien hemm aktar milli hemm illum.", "Illejla dan kellu jkun il-qofol tad-diskors tiegħi.", "Jien jiddispjaċini li qabli tkellem l-Onor.", "Joe Cassar għax meta tisma' ċerti affarijiet li qal trid tkun minnek li tissaportihom.", "Biex tkun tista' tinftiehem trid iżżomm vuċ1i baxxa u jien ma nistax nissaporti ċerti rimarki mingħajr ma nirreaġixxi bil-mod li nirreaġixxi s-soltu; fuq kollox dan huwa n-natural tiegħi.", "Meta nitkellem bil-mod nibda naħseb li lanqas inkun qed nesprimi dak li nkun nixtieq li ngħid.", "Jien kont ippreparat li nitkellem l-ewwel wieħed fuq din il-liġi.", "Kieku wieħed jara x'informazzjoni għandi hawnhekk isib li anke l-Gvern stess ikun jista' jagħmel użu minn ċerti affarijiet għaliex jien domt responsabbli għal dan il-qasam tliet snin u nofs - għalkemm mhux ħafna - dejjem żammejt ruħi aġġornat ma' dak li jkun qed jiġri fil-konvenzjonijiet ta' l-I.L.0.", "Meta mort għas-seminar li kien ġie organizzat mill-AZAD, anke min kien hemm preżenti nduna li meta tkellimt, tkellimt b'mod li ħassejt dak li kont qiegħed ngħid u li xtaqt li dawn l-affarijiet ngħaġġluhom.", "Qed ngħid dan għaliex il-Gvern permezz tal-Ministru Louis Galea fl-1988 kien qal li għandu l-liġi diġa' lesta, u dan kien sena u tliet xhur wara li l-Partit Nazzjonalista ħa t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh fl-1987.", "Jien kelli feedback dwar dak li kien qed jiġi propost f'din il-liġi, li ħafna minnu kont naqbel miegħu, u kieku dak li kien hemm propost li jsir fil-fatt sar fl-1988, konna nirbħu ħames snin jew sitta.", "Naħseb li b'hekk konna niffrankaw ħafna sofferenzi u dwejjaq ta' nies li korrew, jew ta' familji li tilfu lill-kap tagħhom fuq ix-xogħol u l-Gvern kien ikun qed jagħmel dmiru f'settur ferm importanti fejn nemmen li kull wieħed minna għandu jagħmel minn kollox ħalli jevita ħafna minn dak li ġara u dak li għadu qed jiġri.", "L-Onor.", "Cassar qal li anke l-GWU qed taqbel ma' din il-liġi.", "Dan mhux minnu u mhux sew li jgħid hekk għax jien naf li l-union sal-lum għadha ma taqbilx ma' dak li hemm propost fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Dan jafu l-Onor.", "Cassar u ma jmissux qal mod ieħor għax meta wieħed jara x'inkiteb f'ġurnal eżattament fil-31 ta' Marzu, 1993 - ma nistax ngħaddi kopja ta' din il-cutting għax kopja waħda għandi - isib li hemm miktub b'ittri kbar ħafna li l-GWU ma taqbilx ma' l-Abbozz ta' Liġi kif propost mill-Ministru Ugo Mifsud Bonnici dwar saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax- xogħol għax il-provvedimenti li fih iwarrbu għal kollox dawk il-miżuri li l- Ministru Galea kien inkorpora f'Abbozz ieħor fl-1988.", "L-Abbozz preċedenti kien jirrifletti t-talbiet tal-GWU, fosthom it-twaqqif ta' awtorita' nazzjonali awtonoma responsabbli għal dak kollu li għandu x'jaqsam mas- saħħa tal-ħaddiem fuq ix-xogħol.", "\"The Times\" għamlet l-istess referenza għal dan fit-3 ta' Mejju 1993 u meta tisma' dawn id-dikjarazzjonijiet tas- Segretarju Parlamentari nkarigat minn dan il-qasam tirrabja meta tkun taf li ma jirriflettux il-verita'.", "Ftit xhur ilu waqt is-seminar ta' l-AZAD - kont preżenti għalih ma' l-Onor.", "Vincent Moran u sħabi oħrajn u mal- Ministru stess - ir-rappreżentant ta' l-union tkellem mod ieħor u mhux kif qed jgħid l-Onor.", "Cassar li l-union qablet ma' kollox.", "Kemm hu u kemm rappreżentanti ta' unions oħra - m'hemmx għalfejn insemmihom - ma qablux ma' dak li qed jiġi propost.", "Allura kif niġu hawnhekk u ngħidu dan?!", "Jekk ma nkunux ippreparati aħjar ma ngħidu xejn għax nirrabjaw lil min ikollna quddiemna fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Waqt li kien qed jitkellem l-Onor.", "J. Cassar, l-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici beda jħares lejh u waħda mill- affarijiet li naħseb li xtaq ifakkru lill-Dr.", "Cassar - forsi kont qed nikkalkola ħażin - kienet li hu wkoll kien preżenti meta tkellem l-Onor.", "Farrugia u l-Ministru Mifsud Bonnici qam u qal li se jsiru emendi għal-liġi meta niġu fl-istadju ta' kumitat.", "L-emendi ma naħsibx li jikkonsistu f'dak li qal l-Onor.", "Cassar, jiġifieri li se jilqgħu suġġeriment li ssir clinic f'industrial estate.", "(Interruzzjonijiet) Iva, qed taqbel miegħi.", "Allura jien irrid nistaqsi x'inhi r-raġuni li gvern li jiftaħar ħafna bil- konsultazzjoni ħalla ħames snin jgħaddu biex ressaq din il-liġi fil- Parlament, imbagħad wara ftit ġimgħat li ilha li ġiet ippubblikata - allura suppost li l-konsultazzjonijiet ma' l-għaqdiet ta' min iħaddem u l- unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema saru qabel - u wara li l-Abbozz tressaq hawnhekk, proprju toħroġ id-dikjarazzjoni tal-Ministru li se jsiru emendi għal dan l-Abbozz.", "Dan juri li l-Gvern mhux veru kien qed jaħdem fuq din il-liġi għax kieku dawn is-suġġerimenti kienu joħorġu qabel.", "Naħseb li kulħadd jifhem dan li qed ngħid jien, ma naħsibx li dak li qal l- Onor. Cassar, li trid issir clinic f'industrial estate, hija xi ħaġa li tiddiskutiha f'din il-liġi għax din ma tista' tiġi diskussa taħt l-ebda klawsola.", "Din hi enabling law fejn il-Gvern qed jipproponi li jkun hemm kummissjoni li l-president tagħha jinħatar mill-President ta' Malta - naħseb li se jiġri bħas-soltu u jkun ħatru l-Gvern imbagħad jgħaddih lill- President biex jinnominah - u li jkollha bħala viċi presidenti lid-Direttur tax-Xogħol u lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern.", "Dawn diġa' kienu hemm u kellhom żewġ dipartimenti ...", "Jien illejla ma ridx ninħela fuq dawn ir- rimarki li qed insemmi dwar id-diskors ta' l-Onor.", "Cassar.", "Id-Direttur tax- Xogħol kien responsabbli biex jara li l-liġijiet u r-regolamenti, b'mod partikolari dawk ta' l-1986, jiġu osservati u mħaddma, u mat-Tabib Prinċipali tal-Gvern - sakemm kont hemm jien - konna niltaqgħu kontinwament ħalli naraw kif nistgħu naġġornaw ruħna u nsaħħu l-għodda u l-makkinarju li kellna ħalli dawn ir-regolamenti jkunu jistgħu jiġu mħaddma.", "Għalija dan huwa l-qofol ta' kollox.", "Meta l-Ministru kien qed iressaq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ma semma xejn fuq emendi ġodda suġġeriti mill-union; l-emendi bdew jissemmew wara suġġerimenti minn din in-naħa.", "Kieku dan qalu qabel kont nifhimha u kont ngħid li almenu jħalli l-liġi għaddejja.", "Mr Speaker, dan juri nuqqas kbir ta' serjeta' għaliex jien ngħid li ladarba fl-1988 kien hemm Abbozz ta' Liġi ppreparat, ma kellniex inħallu sitt snin jgħaddu biex issa kulma qed inressqu quddiem dan il-Parlament hija an enabling law.", "Din hija xi ħaġa li turi mhux biss nuqqas ta' serjeta' imma wkoll nuqqas ta' rieda u nuqqas ta' determinazzjoni għaliex f'dan il-qasam li huwa ferm importanti, suppost li l-Onor.", "Cassar u aħna lkoll imissna ħadna ħsieb li nevitaw ħafna mwiet u korrimenti li kellna f'dawn is-sitt snin li għaddew.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dak li qed ngħid, li kulħadd imissu jagħmel li jista', għax f'sitt snin ma kellkomx toqogħdu taħdmu fuq il-karti biss.", "Jien nerġa' ngħid li dan ma jissorprendinix għax dan huwa l-mod kif jaħdem Gvern Nazzjonalista.", "Jien ili hawn biżżejjed u forsi xi ftit sensittiv, pero' xi kultant inkun impressjonat ħafna.", "Jien nixtieq nistaqsi lill- Ministru Ugo Mifsud Bonnici - Ministru anzjan, tant hu hekk li għadu kif kien Acting Prime Minister - u lill-Onor.", "Cassar jekk jaħsbux li skond il- liġi li għamlu xi tliet snin ilu rigward dawk in-nies li ħarġu minn mal- Gvern fi żmienna - ġieli semmejt l-ismijiet ta' xi wħud minnhom hawn pero' issa qiegħed kalm u m'iniex se nsemmihom; wieħed minnhom konna qabbadnieh jagħmel naqra nbid imma ma riedx u allura telaq minn mal-Gvern u mar jaħdem mal-privat, imbagħad għadda bord; fil-fatt kien hemm ħafna minn dawn in- nies u jekk nibda nsemmihom insibu li fosthom kien hemm min ġab ċertifikat li kellu x-xaħam fid-demm, eċċ., u l-medical boards ma setgħux ma jilqgħux it-talbiet li kellhom quddiemhom - u reġgħu daħlu lura mal-Gvern wara li kien ilhom xi sebgħa, disgħa jew tnax-il sena barra jaħdmu mal-privat u jieħdu flus il-poplu f'benefiċċju ta' l-invalidita' ...", "Dawn l-affarijiet jibqgħu ġewwa l-istonku tiegħi u ma ninsihom qatt.", "Dawn in-nies kienu ħadu l-flus ta' l-invalidity, li huma flus il-poplu, bis-saħħa ta' liġi li m'hijiex intenzjonata għalihom u kienu qed jaħdmu ma' ditta privata, imbagħad appena tela' l-Gvern Nazzjonalista, daħlu lura.", "Ħalli ngħid li billi daħlu lura jaħdmu mal-Gvern ma fiha xejn għax forsi kien baqgħalhom ir-rieda li jgħinu u jaħdmu, imma allura dik il-liġi - u din hija d- domanda tiegħi - li ressaqtu hawn intom ilkoll bħala Gvern biex kull ġimgħa, xahar u sena li ħadmu wara l-1987 kull bolla iservi d-doppju billi tgħoddilhom għal dak il-perjodu meta kienu boarded out, kellha tieħu preċedenza fuq din il-Liġi?", "Issa ħalli nitkellmu ta' ħbieb u nistaqsi mhux lilek, imma lill-poplu.", "Hawnhekk intom għaddejtu liġi biex dawk in- nies li daħku bil-poplu billi kienu għaddew bord, daħħaltuhom lura u rranġajtulhom dan kollu, billi qabel ma ġibtu din il-liġi li tippromwovi s- saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, jiġifieri tajtuhom preċedenza fuq din biex lil dawk il-ftit bażużli l-bolla li ħallsu tkun tista' tgħoddilhom għal dak il-perjodu meta kienu fuq l-invalidity pension, kienu qed jaħdmu privat u jieħdu flus il-poplu mingħajr ma jimmeritahom!", "Jiġifieri tajtuha preċedenza qabel din il-liġi u dawn huma affarijiet li jirrabjawk.", "Meta tisma' lil tan-naħa l-oħra jitkellmu bilfors li tirrabja għaliex huma għamlu oxxenita' - nibqa' ngħid li hija oxxenita' sakemm indum ħaj - meta lil dik il-liġi tawha preċedenza fuq din il-liġi, u Alla jbierek jiġu hawn, jagħmlu an enabling law ħalli jkollna kummissjoni biex tagħti pariri lill-Gvern dwar kif jarma f'dan il-qasam ħalli nevitaw il- korrimenti, l-imwiet u l-mard, u mbagħad jiġu jgħidu li ma sar xejn minn din in-naħa!", "Id-domanda tiegħi hija jekk dik il-liġi kellhiex issir qabel dik l-oxxenita' u jekk kellkomx tagħtu importanza qabel ħalli dawk il- familji li sofrew telf ta' xi ġenitur jew xi ulied fuq ix-xogħol setgħu ġew skansati?", "Jiġifieri din il-liġi kellha tieħu preċedenza?", "Din hija waħda mid-domandi li rrid nagħmel lill-Ministru.", "Kemm il-Minstru kif ukoll l-Onor.", "Cassar qalu li kien hemm ħafna u ħafna diffikultajiet x'jiġu megħluba.", "Malajr tgħid li kien hemm ħafna diffikultajiet x'jiġu megħluba, imma x'inhuma d-diffikultajiet?", "Kieku konna se nagħmlu l-liġi mill-bidu sa l-aħħar, bl-Ordinanza u bir- regolamenti b'kollox, u rridu nħaddmuha, allura ngħid li veru kellu jkun hemm diffikultajiet, u jkun għad hemm diffikultajiet li tiltaqa' magħhom, imma mhux biex nagħmlu an enabling law li meta tara l-klawsoli li fiha tara li m'hemmx diffikultajiet ma' xiex tiltaqa' għax dak li qed ngħidu - dan huwa l-qofol ta' kollox - għadu fuq il-karta biss u ta' fuq il-karta ma jevitax imwiet.", "L-ebda liġi li għadha fuq il-karta ma tevita mwiet, korrimenti, dwejjaq jew sofferenzi tal-familji; li jista' jevita huwa l- makkinarju li intom mhux talli ma ndokrajtux, talli kemm ilkom fil-gvern u kemm ilkom tippreparaw din il-liġi ħallejtuh jitfarrak u jisparpalja ruħu.", "Jien naħseb li intom it-tnejn, bħala avukati, tafu li qed ngħid il- verita', li ebda liġi li għadha u se tibqa' fuq il-karta biss m'hi se tevita l-korrimenti u l-imwiet.", "(Interruzzjonijiet) Iva, iktar 'il quddiem nitkellem dwar it-tobba.", "Se ngħidlek hekk mhux biex nirrispondik imma nixtieq li t-tobba ma jkunux hemm biss biex jevitaw is-sick leave, imma wkoll biex jagħtu parir lill-Ministru u lill-Gvern - ikun min ikun fil- gvern - ħalli fuq il-postijiet tax-xogħol tassew ikun hemm ħarsien mill- periklu.", "Intom bħala tobba tiltaqgħu magħhom dawn il-każijiet, iżda nista' ngħidlek li minn survey li sar irriżulta - li meta ġie mqassam questionnaire lil mitt ruħ, u din niġi għaliha iktar 'il quddiem - li meta ġew mistoqsija jekk meta, per eżempju, Dr. Psaila Savona jagħmel il-viżti lill-ħaddiema li jkunu on sick leave - qed inġib dan l-eżempju għax l-Onor.", "Membru għamilli din ir-rimarka; nista' ngħid Dr. Micallef, biex inġib eżempju fuqi nnifsi li m'iniex tabib, it-tabib li tqabbad il-fabbrika - qattx staqsihom fejn qed jaħdmu u jekk humiex qed jaħdmu fl-asbestos, 94% rrispondew li t-tabib li jinviżtahom qatt ma staqsihom f'liema ċirkostanzi qed jaħdmu u 6% biss qalu illi t-tabib staqsihom jekk humiex qegħdin jaħdmu f'ċirkostanzi li jistgħu jagħmlulhom il-ħsara.", "Dan biex nurik kemm huwa importanti li anke t-tobba jagħtu sehemhom f'dan il-qasam għax m'għandhomx ikunu qegħdin hemm biss biex jaraw li ma jkunx hemm abbuż mis- sick leave, imma għandhom ikunu jgħinu f'dan il-qasam għax huma kważi aktar minn dawk l-inspectors li intom ħallejtu jitilqu minn mad-Dipartiment jistgħu jikkontribwixxu, Onor. Cassar.", "Kien hemm nies li kienu kapaċi, taħt Gvern Laburista - u forsi taħtkom ukoll - ħadu kors barra dwar dan ix- xogħol u llum ma baqa' ħadd minnhom jew baqa' biss xi wieħed jew tnejn.", "Minn dawn, min mar ma' l-ETC, min mar segretarju mal-kunsill lokali ...", "Issa dawn kollha kienu nies kapaċi.", "Jien ma nafx min se jeħodkom bis- serjeta' meta qegħdin tiftaħru b'din il-liġi li qegħdin tagħmlu, u min mhux se jgħid bħali li se tibqa' fuq il-karta biss meta intom lil min kien kapaċi jattwa l-liġi fil-prattika neħħejtuh.", "Niftakar li meta kienet qiegħda titwaqqaf l-ETC u meta qlajtuha minn mad-Dipartiment tax-Xogħol, kontu għidtu li d-Dipartiment tax-Xogħol kien se jkun responsabbli proprju minn dan il-qasam biss u din hija waħda minnhom ...", "Hekk jew mhux hekk?", "Allura għaliex żarmajtuh minn dawn ukoll?", "Dawn huma domandi li nixtieqkom tirrisponduhom.", "Għaliex sparpaljajtu d-Dipartiment tax-Xogħol?", "Kien hemm nies kapaċi li setgħu jiġbdulkom l-attenzjoni ħalli nevitaw il-perikli fuq il-postijiet tax-xogħol u intom ħallejtuhom jitilqu - jew neħħejtuhom - u llum dawn m'humiex jagħmlu ix-xogħol li huma ttrenjati għalih u li kienu jħossu li għandhom jagħmlu ħalli jpoġġu fil-prattika ir-regolamenti li kien hemm fuq il-karta, jiġifieri r-regolamenti ta' l-1986.", "Mr Speaker, dan hu l-qofol ta' kollox u għalhekk meta tisma' ċerti rimarki min-naħa l-oħra jirrabjawk.", "Nerġa' ngħid li jien għamilt proponiment u għamilt minn kollox biex inżomm lura u ma nisħonx għax naf li ma jagħmillix ġid għal saħħti.", "Imma kull meta nkun hawnhekk u nisma' ċerti rimarki, nirrabja.", "Għax qisu minn din in-naħa ma sar xejn u mbagħad wara li tkunu kissirtu u rmejtu dak li konna għamilna u armajna għalih aħna biex nattwawh, tgħajruna li m'għamilna xejn u qiskom qegħdin tagħmlu kollox intom!", "Mentri l-affarijiet - u dan irrid ngħidu f'dawn iċ-ċirkostanzi waqt id-diskussjoni fuq din il-liġi - huma l-kuntrarju għax kontu intom li għidtu li issa se tagħmlu l-ETC ħalli jitneħħew ċerti responsabilitajiet minn fuq id-Dipartiment tax-Xogħol biex dan ikun jista' jieħu ħsieb areas oħra li huma ferm importanti.", "Allura kif anke f'areas oħra ħallejtuh jitfarrak u llum lanqas ħallejtulu biex jaħdem?", "Issa wara dan kollu nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Mifsud Bonnici u lill-Onor.", "Cassar biex se jattwaw dak li qegħdin jipproponu fuq il-karta li għandna quddiemna, jiġifieri f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Naturalment ir-risposta tkun li se jattwawh b'nies oħra magħżulin minnkom, għax intom imdorrijin tagħmlu awtorita' waħda wara l-oħra u ddaħħlu nies tal-kulur tagħkom biss!", "Imma issa f'dan il-qasam ukoll hekk se jsir?", "(Interruzzjonijiet) Fl-ETC hekk għandek, Onor. Mifsud Bonnici, fl-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku hekk għandkom u f'Telemalta wkoll hekk għandkom.", "Jien m'iniex xi wieħed li xi darba ttrattajt ħażin lil min ma jaqbilx miegħi fil-prinċipju.", "Jekk tħarsu lura taraw min kien segretarju tad-dipartiment tiegħi u min kien direttur ta' l-agrikoltura u min kien manager fl-MMU fiż-żmien meta kont Ministru jien.", "Dawn kollha kienu jappartjenu lill-Kumitat Ċentrali u lis- Segretarjat tal-Partit Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) .", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ma nafx għalfejn għandek issemmi Telemalta meta hemm bniedem imlaħħaq li kien segretarju ta' ministru fl-aħħar Amministrazzjoni tagħkom.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Ma tafx għax semmejtha din.", "Meta jiena nħares lura ...", "Forsi dak li qed issemmi int kien żleali lejn il-Gvern tagħna u kien joħroġ affarijiet biex jaqdi lilkom aktar minn dak li kien fis- Segretarjat tagħkom u li jien kont fdajtu bħala manager fl-MMU u direttur ta' l-agrikoltura.", "Xi kultant nagħmel domanda u nistaqsi lili nnifsi, issa nifhem kif ċerti affarijiet kienu joħorġu.", "Naturalment fid-dinja minn kollox issib.", "Jien qed ngħidlek li kont nittratta lil kulħadd ta' raġel u kont nirraġuna li allavolja dak kien fis-Segretarjat tal-Partit tagħkom xorta ħallejtu hemm għax ladarba kien qiegħed jagħmel ix-xogħol ma kellix niddubita minnu.", "Intom semmejtu wieħed minn dawk kollha li semmejt jien u dan iwassalni biex ngħid li forsi b'hekk ċerti affarijiet kienu joħorġu għax kulma konna nkunu xi tlieta biss ...", "Jiġifieri toqgħodx tgħid għax bniedem baqa' hemmhekk; sinjal li għandkom pjaċir bih.", "Meta ddur dawra madwaru, tibda miċ-Chairman u dawk kollha li hemm, inkluż it-technicians kollha li saru ...", "(Interruzzjonijiet) Intom tafu, staqsu lil seħibkom li għamel dan u araw xi trouble għandu fuq hekk mall-General Workers' Union u tkunu tafu x'inhu għaddej.", "Imma ħalli nibqgħu fuq l-Abbozz li għandna quddiemna.", "Jien qed nistaqsi minn fejn se ssibu dawn l-inspectors - dan huwa l-qofol ta' kollox - li permezz tagħhom se tattwaw dak li kien diġa' jeżisti u li issa qed iżżidu miegħu.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġijiet u r-regolamenti eżistenti - m'iniex se nidħol fil-Konvenzjonijiet kollha li ffirmaw il-gvernijiet għaliex m'hemmx għalfejn - jsib li l-parti l-kbira minnhom ġew inkorporati fir-regolamenti ta' l-1986 u konna qed nagħmlu ħilitna kollha biex isir l- enforcement tagħhom.", "Jien ma nafx jekk l-Onor.", "Cassar kellux iċ-ċans li jara dawn il-Konvenzjonijiet u jidħol fid-dettall tagħhom għaliex kieku ma kienx jgħid ċerti affarijiet.", "La qegħdin hemm u sal-lum inqdew bihom u jridu jdaħħluhom fil-liġi li qed tiġi proposta llum, l-Onor.", "Cassar ma kellux jgħid li ma kienx hemm dik u ma kienx hemm l-oħra.", "Veru li jista' jkun li hemm xi affarijiet li ma japplikawx għaż-żmenijiet tal-lum u li hemm bżonn li jiġu aġġornati imma mhux jgħid li m'hemm xejn!", "Dan m'huwiex fair.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Anzi jien tajt id-dati ta' meta ġew iffirmati u dan juri min kien fil-gvern dak iż-żmien; uħud minnhom ġew iffirmati meta kontu intom fil-gvern.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Int tajt id-dati tal-Konvenzjonijiet, Onorevoli.", "Mela aħna konna fil-gvern fl-1921, fl-1931 u fl-1939?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien semmejt anke dati ta' meta intom kontu fil- gvern u kont leali.", "Jekk trid kopja .....", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Nerġa' ngħidlek, jien ma nafx pero' nispera li tkun taf xi tkun qed tgħid.", "Int qed issemmi d-dati ta' meta saru l- Konvenzjonijiet ta' l-ILO pero' ma semmejtx id-dati ta' meta ġew ratifikati.", "(Interruzzjonijiet) Le, żgur li ma qalx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: GĦidt li kull gvern ħadem għall-ġid soċjali tal- ħaddiema kollha.", "Dik għidtha wkoll.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mhux hekk għandu jkun?!", "Jien m'iniex se nargumenta dwar dak li għidt rigward jekk għandhiex tkun kummissjoni jew awtorita' għaliex dan l-argument diġa' sar.", "GĦalija dan huwa immaterjali għaliex nerġa' ngħid li ma jfisser xejn li fil-liġi jkun hemm li trid issir kummissjoni jew awtorita'; li jgħodd huma l-għodda u l-makkinarju biex tenforza l-liġijiet li diġa' għandna u dak li qed tipproponu fl- Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Jien qed ngħid li dan il-Gvern mhux talli ma kompliex jieħu ħsieb u jsaħħaħ il-makkinarju li kien hemm, talli ramieh u llum m'għandux biex jaħdem, tant li f'dan il-qasam irid jibda mill-ġdid.", "U dan huwa ħażin.", "Nerġa' ngħid li b'dak li tagħmel fuq il-karta mhux se jiġu evitati l-imwiet u l-korrimenti fuq ix-xogħol u biex isir l-enforcement ta' kull liġi li tgħaddi minn din il-Kamra jrid ikollok biex taħdem.", "Jien ngħid li l-Gvern ma ħalliex biex taħdem u dan, għalija, juri nuqqas ta' spirtu, rieda u determinazzjoni min-naħa tal- Gvern, l-ewwelnett għax ħalla dawn is-snin kollha jgħaddu sakemm ressaq dan l-Abbozz ta' Liġi meta fl-1988 diġa' kellu abbozz ieħor lest.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa simili, imma l-Gvern baqa' jargumenta dwar jekk għandux ikun hemm kummissjoni maħtura għal ħames snin jew inkella awtorita', meta din il-liġi, nerġa' ngħid, seta' għamilha fl-1988 u b'hekk kien jiġi evitat ħafna mill-inkwiet u korrimenti li ltaqgħu miegħu ċerti ħaddiema u familji Maltin.", "Jien ngħid li b'dan il-mod biss il-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq ix-xogħol ma jispiċċawx isiru biss eżerċizzju fuq biċċa karta.", "U jkun ħażin li jibqgħu biss eżerċizzju fuq il-karta għax allura ma nkunu għamilna xejn, ħlief li lludejna ruħna u komplejna nikkontribwixxu għan-negliġenza li kien hemm f'dan il-qasam matul dawn l- aħar snin.", "U kien hemm negliġenza għax min kien kapaċi jara li l- affarijiet ikunu up to standard ġie mwarrab.", "Mr Speaker, irrid insemmi xi ħaġa oħra u nixtieq spjegazzjoni dwarha.", "Jekk verament kien hemm din ir-rieda, id-determinazzjoni u l-ispirtu li tkellem bih il-Gvern, x'inhi r-raġuni li ma ramax dan il-qasam b'nies imħarrġa - ħalli ngħidu li ma kienx kuntent b'dawk li kien hemm - anke meta kienet qed titwaqqaf l-ETC u b'hekk ikun jista' jiġi evitat ċertu periklu fuq ix-xogħol?", "GĦax, nerġa' ngħid, għal seba' snin sħaħ kollox baqa' kif kien, anzi l-Gvern mhux talli ma ħasibx biex isir l-enforcement tal-liġijiet u r-regolamenti, talli rema dak li kellu.", "Anke r-Rapport li llejla tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra juri nuqqas ta' serjeta'.", "Illejla, Mr Speaker, il-Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra n-National Employment Authority Report.", "Dan għandu jiġi ppreżentat illum?", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa ta' l-1992.", "Isma l-argument tiegħi u mbagħad irrispondih.", "Illum quddiemna għandna r-Rapport ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol għall- 1992, jiġifieri sena u xahar wara.", "Kieku dan ġie ppreżentat meta konna qed niddiskutu l-ETC - u hemm rabta kbira bejniethom - ma kienx ikun aħjar?", "Meta se niddiskutuh dan ir-Rapport?", "(Interruzzjonijiet) Mhux nibdew nagħmluhom hekk!", "Waqt li kien għaddej id-dibattitu tal-lejla tajt daqqa t'għajn lil dan ir-Rapport u jidher li fih ċerti rakkommandazzjonijiet ...", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed ngħidlek meta bagħtuhulkom, imma qed ngħidlek li dan jittratta dwar il-perjodu li għalaq sena u xahar ilu.", "GĦaliex dan?", "Dan ir-Rapport m'hux ta' l-1993 imma ta' l-1992.", "Kieku dan ir-Rapport ġie ppreżentat tliet xhur jew erba' xhur ilu meta konna qed niddiskutu l-estimi ta' l-ETC - u seta' ġie ppreżentat qabel - ma konniex inkunu nistgħu naraw is-suġġerimenti ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol?", "GĦaliex qed ngħid dan?", "F'paragrafu ta' dan ir-Rapport li tqassam lilna llejla hemm li din l-Awtorita' għandha tkun armata ħalli ċerti appelli li jsiru jkunu jistgħu jmorru jinvestigawhom u jivverifikawhom.", "Hemm nies li jitilqu mix-xogħol għar-raġuni li jkun hemm periklu kbir fuq il-post tax- xogħol; ngħidu aħna wara li wieħed mill-ħaddiema jaqa' minn ċertu għoli minħabba nuqqas ta' armar li jkun hemm u jmut quddiem ħaddiema oħra, jew xi ħadd jieħu xokk b'sett tal-welding u jmut, wara li l-ħaddiema kienu ilhom jilmentaw ma' l-employer li ma jistgħux jaħdmu f'dawk il- kondizzjonijiet - wires imqaxxrin u huma lanqas biss għandhom żarbun li jista' jilqa' x-xokkijiet - bniedem li jkun ra lil sieħbu jkorri jew anke jmut, jaqbad u jitlaq mix-xogħol biex ma jibqax f'dak il-periklu.", "Allura f'dawn il-każijiet għaliex l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol m'għandhiex taċċetta li dan il-bniedem jirreġistra fl-Ewwel Parti tar-Reġistru, meta jkun telaq mix-xogħol għal dawn ir-raġunijiet?", "GĦaliex għandha tgħidlu li dan telaq mix-xogħol għax ried hu?", "Kieku kellna r-Rapport ta' l-Awtorita' waqt li konna qed niddiskutu dawn l-affarijiet konna nkunu nistgħu nagħmlu r-rimarki tagħna u naraw x'qed tgħid l-Awtorita' min-naħa tagħha, u hemm min hu serju hemmhekk.", "Wara li llum poġġejtu dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra, nistaqsi lill-Ministru jekk għandux biex jaqdi lill-Awtorita' f'dak li qed tissuġġerixxi, ħalli ċerti appelli minflok tibqa' tismagħhom biss, tkun tista' tibgħat inspector biex jivverifikahom u tara jekk hux veru li t-tali ħaddiem telaq mill-fabbrika fejn kien jaħdem jew minn mat-tali kuntrattur għax ma felaħx jara iktar korrimenti u poġġa s-saħħa tiegħu l-ġid tal- familja tiegħu l-ewwel u qabel kollox, anke qabel ix-xogħol.", "Nerġa' ngħid, għaliex il-mewt u l-korriment għandhom ikunu parti mill-ħajja, biex l- ħaddiem jaqla' l-għajxien tiegħu?", "Għandha tkun ir-rutina li bniedem ikorri jew imut fuq ix-xogħol biex jaqla' l-għajxien tiegħu u tal-familja tiegħu?", "Jekk kien hemm każijiet bħal dawn, kif l-Awtorita' m'aċċettatx li dawn in- nies jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru?", "Jien nista' nsemmilek każ ta' wieħed li telaq mix-xogħol minħabba dawn iċ-ċirkostanzi - kien miet ħaddiem fuq l-istess post tax-xogħol - bagħat ittra lill-Awtorita' miktuba minn avukat bħalek, l-Awtorita' ressqet lil dan l-individwu biex jixhed, staqsietu jekk hux veru li fuq dak ix-xogħol kien nieqes minn ċerti affarijiet, ikkonferma u xorta ma ġiex aċċettat li jirreġistra f'Part I tar- Reġistru.", "GĦalhekk il-ħaddiem qed ikun kostrett li jibqa' jaħdem anke jekk ikun qed jipperikola ħajtu, għax jekk jitlaq ma jingħatax iċ-ċans li jirreġistra f'Part I tar-Reġistru u anke jitlef l-benefiċċju tad-disimpieg.", "Tista' tiċċekkja dan li qed ngħidlek u jekk issib li qed ngħidlek kelma b'oħra ...", "Jien nista' nagħtik l-ismijiet ta' l-individwi u kopji ta' l- ittri fejn dawn in-nies iddikjaraw li ma jistgħux jaħdmu għax ix-xogħol kien qed jipperikolalhom ħajjithom u saħħithom, u dawn xorta qed jintbagħtu jirreġistraw għal sitt xhur f'Part II tar-Reġistru.", "Allura r-Rapport ta' l- Awtorita' tax-Xogħol ma jistax almenu jiġi ppreżentat waqt li nkunu qed niddiskutu l-Estimi ta' l-ETC ħalli niddiskutuhom flimkien?", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li qed nitkellem bil-mod u għandi niftiehem.", "Meta se niddiskutu r-Rapport ta' l-Awtorita' li tajtuna llum?", "L-Awtorita' jkollha każijiet quddiemha ta' nies li telqu mix-xogħol għax ħassew li m'għandhomx ikomplu jipperikolaw ħajjithom u saħħithom.", "Per eżempju kellha każ ta' wieħed li telaq mix-xogħol wara li miet ħaddiem u korra ieħor fl- istess post u l-istess xogħol li kien jagħmel dan l-individwu - m'iniex se nsemmi ismijiet - u minkejja li jafu dan u minkejja li ġibed l-attenzjoni ta' l-Awtorita', meta dan mar biex jirreġistra ma ħallewhx jirreġistra f'Part I. Meta mar jappella quddiem l-Awtorita' ...", "Fir-Rapport li ġie ppreżentat hawnhekk illum stess l-Awtorita' qed tgħid li m'għandhiex ċerti possibilitajiet biex dawn l-affarijiet tiċċekkjahom.", "U jien stess ċempilt u qaluli - lanqas għandi għalfejn isemmi l-individwu - li fuq dak li qalilhom ma jistgħux jagħtuh id-dritt li jirreġistra f'Part I. Imma jafu li miet bniedem u jafu li korra ieħor fuq l-istess xogħol tiegħu; jafu li dan l-individwu huwa terrorizzat b'dak li ġara!", "GĦalhekk qed ngħid biex ir- Rapport ta' l-Awtorita' jġibuh f'waqtu ħalli jkun jista' jservi ta' għajnuna u meta nkunu qed niddiskutu l-Employment and Training Corporation inkunu nistgħu nirranġaw dawn l-affarijiet.", "Dan is-suġġeriment għamiltu lill-Onor.", "De Marco f'Ottubru ta' l-1993 u kont għidtlu li meta għandu jkun hemm ir-Rapport ....", "Hu qalli li għandi raġun u għalhekk din il-ħaġa qed nerġa' ngħidha llum.", "Dan qed inġibu b'eżempju biex nuri lill-Onor.", "Cassar li anke dak li kien hemm ħallewh jisparpalja ruħu.", "Ħalli nkun aktar ġentlom u ngħid li forsi mhux huma ċaqalquhom lil dawk in-nies imma forsi talbu huma biex jiċċaqilqu.", "Imma jekk trid li jkollok il- makkinarju biex tagħmel l-enforcement tal-liġi u taf li jrid ikollok ċerti nies, fil-fatt għandek dawn in-nies?", "GĦandek nies jew m'għandekx?", "GĦandek jew se tibda mill-ġdid fuq il-parir tal-kummissjoni?", "U għaliex ħallejtu jiġri hekk?", "Jien dan li qed nistaqsi.", "Int kellek is-saħħa biex tliet snin ilu għamilt liġi ħalli lil min għadda ż-żmien bil-poplu u ħa l-flus, kull ġimgħa li jaħdem tiswielu oħra ta' meta ħa l-flus inġustament u b'malinjita', u mbagħad din il-liġi ma tajthiex prijorita' aktar fuqha!", "Dan hu l-argument tiegħi.", "Jien ma rridx nitkellem fit-tul pero' nispera li tifhmu li dawn is-suġġerimenti ġejjin mill-qalb għax irrid nara ameljorament f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, niġi issa għal klawsola 10 ta' dan l-Abbozz.", "F'din il- klawsola li qed tiġi proposta - qed inġib eżempju biex inkompli nsaħħaħ l- argument tiegħi - hemm li l-Ministru għandu jaħtar spetturi għall- implimentazzjoni ġenerali u l-esekuzzjoni ta' dan l-Att.", "Int kellek in- nies kapaċi u ħallejthom jitilqu!", "Allura inti minn fejn se taħtarhom issa lil dawn?", "Kellek nies kapaċi li għamlu rapporti lill-Ministeru u anke lid- Direttur fuq ċerti ameljoramenti li għandhom isiru!", "Jien nispera li temmnu dak li qed ngħid.", "Jien għandi teżi ta' wieħed mill-ispetturi li kellkom.", "Kellkom nies kapaċi bħal dawn, għaliex ħallejtuhom jisparpaljaw ruħhom?", "Kieku flok li qgħadtu tistennew din l-enabling law li qed tressqu hawnhekk, għamiltu l-enforcement tal-liġijiet u regolamenti eżistenti bin-nies li kien hemm, ma kienx ikun aħjar?", "Issa minn fejn se ssibu nies ittrejnjati f'dan il-qasam?", "L-ewwel għidtlek li forsi se ssibu nies tal-kulur tagħkom ħalli mbagħad tpoġġuhom responsabbli għal din il-kummissjoni, eċċ. Ħalli nirtiraha din; imma intom kellkom nies kapaċi li kienu ilhom is-snin jagħmlu dan ix-xogħol, dawn irmejtuhom u issa tridu terġgħu tittrejnjaw in-nies mill-ġdid.", "Dawn in-nies issa minn fejn se ssibuhom?", "Per eżempju, jien m'għandi ebda idea ta' kif tridu taslu.", "Dawn in-nies se ssibhomlkom il-kummissjoni?", "U minn fejn se ssibhom?", "Jien qed nitkellem b'referenza għal klawsola 10 li permezz tagħha jrid isir l-enforcement tal-liġi.", "Ġew ratifikati ħafna conventions ta' l-ILO u fi żmienna saru ħafna regolamenti dwar il-fabbriki - u dawk li saru fl-1986 kienu eżawrjenti - ...", "Imma issa meta tiġi biex tagħmel l-enforcement ta' din il-liġi kollox se jibqa' fuq il-karta, għax il-ftit makkinarju u għodod li kien hemm ilhom li sparpaljaw ruħhom, jiġifieri tista' tgħid li morna lura.", "Dan hu l-ħażin.", "L-Onor.", "Cassar - u qbiżt biċċa sew mid-diskors għax qed niddejjaq nitkellem - ta l-figuri dwar nies li weġġgħu fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Ħalli nieħdu medja ta' 7,500 każ fis-sena għax ġieli kien hemm aktar - fl- 1991 in-numru ta' inċidenti kien ta' aktar minn 8,200 - u ġieli kien hemm inqas, per eżempju qabel l-1986 in-numru ta' inċidenti fuq il-post tax- xogħol kien inqas minn 6,000.", "Jiġifieri jien qed nikkonferma dak li qal is-Segretarju Parlamentari.", "In-numru ta' inċidenti fl-1982 kien ta' 5,000; fl-1983 kien hemm 4,000; fl-1984 ġraw 5,000 każ; fl-1985 u fl-1986 ġraw 6,000 inċident kull sena; fl-1987 kien hemm 7,800; fl-1988 kien hemm 8,000; fl-1989 ġraw 7,900 u matul l-1990 kien hemm 7,800 inċident fuq il- post tax-xogħol.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li l-medja hija ta' 7,500 każ fis-sena.", "(Interruzzjonijiet) GĦandek raġun, dawn kienu biss dawk li ġew rapportati u marru quddiem id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.", "Jekk trid, jien nista' ngħidlek kemm minnhom kienu serji u kien hemm bżonn li jiġu investigati mid-Dipartiment tax-Xogħol.", "Nista' ngħidlek ukoll kemm kien hemm mwiet - u issa ngħid kemm kien hemm għax dan huwa importanti - u kemm kien hemm każijiet li ttellgħu l-qorti u l-individwi rebħu l-kawża.", "Mela għandna medja ta' 7,500 każ fis-sena ta' korriment fuq ix-xogħol, u dan meta għandna popolazzjoni ta' terz ta' miljun ruħ.", "Kieku nieħdu din il- figura medja ekwivalenti għall-popolazzjoni, per eżempju, tar-Renju Unit, il-figura kienet tkun ta' 1.4 million accidents fis-sena fir-Renju Unit.", "Dan ifisser li hawn Malta jsiru d-doppju tal-korrimenti li jsiru fir-Renju Unit.", "Inti għidt li l-figura ġibtha 0.006 f'Malta 0.14 fir-Renju Unit.", "Issa jien ngħid li din il-figura riedet tiġi bil-maqlub.", "MR SPEAKER: Onor. Micallef, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nipproponi li l-Onor.", "Micallef ikompli jitkellem.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Micallef ikompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Fuq din il-liġi kont ippreparat ħafna u ċerti affarijiet ma stajtx ma nsemmihomx.", "Din hija problema kbira.", "Wieħed jista' jieħu idea ta' liema hija l-aktar age group suxxettibbli għall- inċidenti.", "Per eżempju, iż-żgħażagħ li għandhom bejn 20 sena u 30 sena - u fuq liema xogħol l-aktar li jkorru.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq l-injuries li ġew investigati mid- Dipartiment tax-Xogħol biex nuri kif żarmajtu d-Dipartiment.", "Jien ma nitkellimx b'rabja għax inkun irrid nirrabja imma għax inħoss.", "Fl-1983 meta kien hemm 2.6% tal- każi li ġew investigati - u dawn jew għax kienu każi serji ħafna fejn kien hemm min tilef driegħu - kien ta' 122; fl-1984 in-numru ta' każi li ġew investigati kien ta' 2.7% - 137 kas; imbagħad fl-1992 36 każ biss ġew investigati u s-sena li għaddiet in-numru kien ta' 46 każ meta n-numru ta' l-accidents irdoppja.", "Qed ngħid dan biex nuri kemm żarmajtu id-Dipartiment.", "Il-Gvern tagħkom li qed jagħmel din l- enabling law ...", "Dan kollu juri li fejn qabel kienu jiġu investigati bis- serjeta' 2.7% tal-każijiet rapportati kull sena biex naraw li ma jkunx hemm bniedem ieħor li jitlef driegħu - u inti rajt quddiemek każi simili bħalma rajt jien inċidenti jien sal-ġimgħa l-oħra stess u l-ġimgħa ta' qabel u hawn qed nirreferi għal dak il-każ li ġara f'barriera fejn makna ħatfet driegħ ta' ħaddiem - ...", "Fuq dan l-istess post tax-xogħol kien hemm tliet korrimenti gravi fejn il-ħaddiema ġew invalidati għal għomorhom.", "Għaxar snin ilu aħna konna ninvestigaw 2.7% minn dawn il-każijiet serji biex ma jirrepetux ruħhom, mentri llum qed jiġu investigati biss 0.5%.", "U dan qed isir għaliex m'hemmx biex taħdem.", "Dak li qed ngħid jien qed norbtu mal- figuri biex nuri li dak li kien hemm ġie sparpaljat.", "Allura min se jemminkom li qabel ma kien hemm xejn u issa intom se tagħmlu kollox?", "Il- verita' hi li m'hemmx ir-rieda, l-ispirtu u d-determinazzjoni biex isiru dawn l-affarijiet bis-serjeta'.", "Irrid nitkellem ukoll fuq l-inspections li jsiru ad hoc biex jaraw l- irregolaritajiet li jeżistu u jekk il-postijiet tax-xogħol humiex up to standard.", "Per eżempju, fl-1983 saru 743 u s-sena l-oħra waqajna għal 142 inspection.", "Dan juri li m'hemmx biex taħdem u issa se jkollna biss liġi fuq il-karta meta l-affarijiet qegħdin f'sitwazzjoni agħar milli kienu għaxar snin ilu.", "Dan huwa ħażin ħafna.", "Jiġifieri mhux talli m'hemmx preparazzjoni, imma dak li kien hemm ġie żarmat.", "Dan kollu jidher mill- graphs li kellek int f'idejk u mhux se noqgħod nirreferi għalihom kollha.", "Irrid ngħid ukoll li l-imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol żdiedu ħafna.", "(Interruzzjonijiet) L-argument tiegħi hu li intom ma ħallejtux biex wieħed jaħdem.", "L-unika darba li kien hemm iktar minn tliet imwiet fuq il- postijiet tax-xogħol fi żmienna kien fl-1984 meta mietu seba' ħaddiema li mietu fi splużjoni.", "Kienet sena fejn kien hemm disat imwiet, pero' trid tara x'kienu l-każijiet.", "Dan huwa x-xogħol li għandu jagħmel min hu responsabbli mill-enforcement.", "Per eżempju, fl-1985 kien hemm każ wieħed ta' mewt, fl-1987 kien hemm tliet każi u fl-1988 kien hemm disa' każi.", "Kien hemm żewġ każi ta' asphyxia, tnejn electrocuted, tlieta mietu minħabba head injuries, wieħed from burns u wieħed fell from a height.", "M'hemm ebda każ ta' mewt minħabba li taret xi kamra tan-nar u huma kollha inċidenti li saru fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk wieħed għandu jinvestiga biex ma jkunx hemm repetizzjoni ta' dan.", "Id-Dipartiment irid ikun armat għax bil-liġi fuq il-karta biss ma jagħmel xejn u d-diżgrazzji jiġru lil kulħadd.", "Per eżempju, fl-inċident tal-patrol boat fl-1984 kienu involuti disgħa min-nies; sebgħa mietu bl-isplużjoni, wieħed from head injuries u wieħed from gangrene.", "Fl-1990 kien hemm għaxar inċidenti li fihom erbgħa min-nies mietu b'asphyxia, wieħed while operating machinery, tnejn from head injuries u wieħed fell from height, jiġifieri l-ebda wieħed ma miet għax kien hemm xi splużjoni ta' xi kamra tan-nar.", "Fl-1991 kien hemm ħamsa li waqgħu from different heights, four electrocuted u two mietu from head injuries.", "Issa dan jikkonferma dak li qed ngħid jien, jiġifieri li ma kienx hemm min jinvestiga u d-Dipartiment ħallejtuh jisparpalja ruħu.", "Jekk xi ħadd jgħidilkom bħali, dan fuq il-kuxjenza tagħna lkoll u mhux tagħkom biss ħalli ma tmorrux tieħdu għalikom - ...", "(Interruzzjonijiet) Dawn saru fuq ix-xogħol u mhux fid-djar.", "Fl-1992 kien hemm każ ta' wieħed li kellu traffic accident waqt li kien qed jaħdem.", "Meta wieħed jara l-graph kif telgħet isib li ma kienx hemm interess, rieda u determinazzjoni min-naħa tal-Gvern ħalli dak li kien hemm jissaħħaħ u l-enabling law - li aħna m'aħniex kontra tagħha - li qed issir tkun xi ħaġa ġdida biex tkompli ssaħħaħ fuq li hemm.", "Aħna nħossuna ftit skandalizzati kif tan-naħa l-oħra mhux talli ma saħħux dak li kien hemm fl-Ordinanza ta' l-1986 dwar safety u health fuq il-post tax-xogħol, talli ħallewh jisparpalja ruħu u issa qed tippretendu li l-kummissjoni tagħtikom parir biex dawk in-nies li kien hemm taħt id-Direttur tax-Xogħol fid-Dipartiment taraw minn fejn se ġġibuhom.", "Dan huwa ħażin ħafna.", "Jien, nerġa' ngħid, ma xtaqtx inkompli nitkellem għalkemm hawn ħafna xi tgħid.", "Kif diġa' għidt, x'ħin l-Onor.", "Psaila Savona għadda r-rimarka, lit- tobba ta' dawn l-industriji ħaqqkom tkellmuhom.", "Dawn m'għandhomx ikunu hemmhekk biex jevitaw is-sick-leave biss - għalkemm dan huwa meħtieġ għaliex hemm min iqarraq - imma naħseb li għandhom ukoll id-dover li jekk jindunaw li qed ikun hemm numru ta' pazjenti li qed jgħidulhom biex jagħmlulhom it-test ngħidu aħna tas-sider, dawn għandhom jistaqsuhom humiex qed jaħdmu fit-tali fabbrika.", "Diġa' għidt li 94% ta' dawn qatt ma staqsewhom fhiex jaħdmu Dan huwa ħażin u juri li m'humiex konxji ta' ċerti riskji. .", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Kif għidt fid-diskors tiegħi waqt id-diskussjoni dwar il-Budget, din il-kwestjoni rigward l-eżami mit-tobba se nneħħuha meta nressqu liġi ġdida flok il-Conditions of Employment (Regulations) Act ta' l- 1952, biex nirregolaw x'għandhom jagħmlu u għalfejn qegħdin hemm it-tobba tal-fabbriki.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiġifieri taf li dawn kollha huma fatti?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien qed ngħid li se ndaħħal liġi oħra li tolqot lit- tobba wkoll.", "Jiġifieri ma tkellimtx fuq dan il-punt għaliex din il- kwestjoni se tidħol taħt liġi oħra.", "Kif għidt l-ewwel, jien ma kkummentajtx anke dwar dak li qal l-Onor.", "Farrugia fejn tkellem fuq il-liġi ta' l-1952 għax dak se niddiskutuh f'liġi oħra.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien għidtlek li kemm jista' jkun mhux se nirrepeti dak li qalu sħabi u ndunajt.", "F'dan l-Abbozz għandna dak kollu li kien hemm fir-regolamenti ta' l-1986 li kienu eżawrjenti mmens u naħseb li dawn ir-regolamenti se jibqgħu hemm u taraw fejn tridu taġġornawhom għaliex issa għaddew tmien snin minn dak inhar 'l hawn u forsi jridu jiġu aġġornati għal ċerti fabbriki ġodda li daħlu llum u anke oħrajn.", "Il-Gvern, permezz tal-Ministri, kemm hawn ġew kif ukoll barra minn din il-Kamra joqgħod jiftaħar kemm iffirmajna konvenzjonijijet.", "Hawnhekk għandi diskors tal-Ministru Galea fejn kien ftaħar li fi żmienna ffirmajna l-Konvenjoni 155 u r-rakkommandazzjonijiet li hemm magħha li jappartjenu għal din l- Ordinanza.", "Fl-I.L.O jitkellmu mod, imbagħad meta jiġu hawnhekk jgħidu l- kontra, jgħidu li ma kien hemm xejn u li issa qed issir xi ħaġa għaliex qed tagħmlu din il-liġi.", "Inti mort darbtejn jew tliet darbiet titkellem u tgħid li aħna bħala pajjiż qegħdin fl-avant garde f'dan il-qasam sabiex nipproteġu s-saħħa tal-ħaddiem fuq ix-xogħol - u kont qiegħed tiftaħar b' ħaġa li saret taħt Gvern ieħor.", "Allura kif tiġu titkellmu bit-ton li ġejtu titkellmu hawnhekk u mbagħad meta wieħed jibda janalizza l-affarijiet isib li intom il-partit ta' l-avukati biss?", "Għaliex ngħid li intom il-partit ta' l-avukati?", "Għaliex biex tagħmlu l-liġijiet u biex titkellmu dwarhom ...", "Nerġa' ngħid li jien sinċerament timpressjonawni għaliex il- brainwashing li kapaċi tagħmlu intom ftit hawn min hu kapaċi jagħmlu, pero' se nerġa' ngħid - u llum apposta qed nitkellem bl-aktar ton baxx; dan huwa qasam li qiegħed ikun kaġun ta' dwejjaq u sofferenzi kbar u m'għandniex nittrattawh b'dan il-mod - li għandkom tgħidu x'kien hemm tajjeb s'issa u x'kien hemm biex isir l-enforcement.", "Dak li għidt fil-bidu taqblu miegħu u naħseb li intom taqblu li l-liġijiet kollha li hawn qegħdin hawn biex bihom tieħdu n-nies il-qorti, għaliex mill-bqija l-enforcement tagħhom.", "Hemm ħafna affarijiet li ħadd jagħti kas tagħhom, pero' hawnhekk irridu nkunu serji - u hawnhekk tidħol ir-responsabilita' tal-Gvern - u l-Gvern irid jara li anke mal-ħaddiem ikun iebes.", "Irridu nagħtu eżempji - sal-lum dawn ftit ingħataw - li fejn ħaddiem ma josservax ir-regolamenti ...", "Jekk l-employer lill-ħaddiem jagħtih biex jipproteġi u jibża' għal saħħtu u jipproteġi lilu nnifsu, dan ma jagħtix kas u jweġġa', għandna nibdew nagħtu eżempju billi lil dak li jkun ngħidulu li kien nuqqas tiegħu u issa mhux hu biss se jbati imma se tbati anke l-familja.", "Jiġifieri f'dan il-każ il- ħaddiem kien aktar irresponsabbli għax ladarba ġie armat b'dak kollu meħtieġ ħalli jipproteġi saħħtu, kellu jużah.", "Hawn min jaħdem, per eżempju, fis-cement - forsi llum dawn naqsu - fejn tgħidx kemm kien hemm minnhom li mietu.", "Waqt li kont qiegħed nipprepara dan id-diskors ftakart f'każ ta' tliet ħbieb tiegħi li kienu jaħdmu fl-istess post, mad-Drainage Section.", "Qabel ma kien hawn il-makkinarju li hawn illum, dawn kien ikollhom jinżlu fil-manhole u sħabhom kienu jabbużaw bihom - għaliex forsi ma kienx jidħlilhom f'rashom li qed jiġu abbużati b'dan il-mod - u jgħidulhom biex jinżlu dejjem huma.", "Dawn it-tlieta mietu b'cancer ta' l- istonku u t-tlieta mietu fl-eta' ta' ftit 'il fuq minn 50 sena.", "Allura meta jkollok każi bħal dawn, it-tobba li rawhom u sabulhom il-cancer ma kellhomx jirrapportaw ħalli jaraw minn fejn oriġinat din il-marda, jekk hux minn fuq ix-xogħol ħalli wieħed ikun jista' jara x'jagħmel u jevitaha lill- oħrajn?", "Din dejjem baqgħet f'moħħi u weġġgħatni.", "Dawn kienu tlieta min- nies b'saħħithom u l-laqam ta' wieħed minnhom kien bħal tal-papa' tiegħek, l-Ministru.", "Dawn it-tlieta mietu bl-istess kawża, cancer fl-istonku u allura bilfors li dak li belgħu minn hemm isfel affetwahom hekk.", "Jien qed inġib eżempju għaliex dak li semmejt fil-bidu jrid ikollok l-enforcement tiegħu.", "Waqt is-seminar ta' l-AZAD jien kont għidt ukoll li importanti li tagħmel follow-up tal-każijiet.", "Fejn kien hemm każ ta' electrocution minn biċċa equipment li daħlet minn barra u li min jaf x'bagħbsu fiha, kien hemm bżonn li jmutu tnejn oħra qabel ma wieħed imur jissiġillaha ħalli ma jmissha ħadd?", "GĦalfejn fuq l-istess biċċa equipment għandhom imutu tlieta min-nies u ma jsir xejn?", "Jien nispera li wassalt il-messaġġ, li huwa inutli li nagħmlu l-liġijiet jekk ma jkollniex il-makkinarju u s-saħħa ħalli nagħmlu l-follow-up u l- enforcement tagħhom.", "Dan hu l-qofol ta' kollox u mhux tiġu hawnhekk u tgħidu li qabel ma kien hemm xejn u issa qegħdin tagħmlu l-affarijiet meta fil-fatt ma tkunu qegħdin tagħmlu xejn.", "Kif għidt minn kull 100 ħaddiem li ġew mistoqsija, 94 qalu li t-tabib li jinvistahom qatt ma jistaqsihom jekk humiex jaħdmu fit-tali periklu jew fit-tali ħaġa.", "Dan huwa nuqqas serju u fundamentali għaliex it-tabib huwa aqwa minn kull inspector li jista' jkollok fid-Dipartiment għax huwa kontinwament konness mal- ħaddiema.", "Jien naħseb li għandha nitolbu lit-tobba - jekk hemm bżonn anke bi ħlas - biex kull sena jagħtuna rapport serju, kif tagħmel l-Awtorita' dwar ix-Xogħol, ħalli wieħed ikun jista' jirranġa sitwazzjonijiet li qed jikkaġunaw miżerja minħabba mwiet u korrimenti permanenti.", "Il-mard u l- korriment fuq ix-xogħol m'għandhomx ikunu rutina biex wieħed jaqla' x'jiekol għalih u għall-familja tiegħu.", "Jien ngħid li għandna naħdmu lkoll flimkien biex indaħħlu aktar kuxjenza u ċerti affarijiet għandna nibdluhom minn fuq it-television u fuq ir-radio billi nedukaw lill-poplu f'dawn l-oqsma għaliex il-miżerja li jispiċċaw fiha familji li ħabta u sabta jispiċċaw mingħajr kap hija xi ħaġa ta' min jagħti kas tagħha.", "Nerġa' ngħid, matul is-snin kellna żieda allarmanti fin-numru ta' inċidenti u jien minn dak li naf lest biex nagħti l-parti tiegħi ħalli f'dan il-qasam nagħtu sehemna lkoll kemm aħna u nuru li aħna pajjiż ċivilizzat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, huwa diffiċli biex wieħed ma jaqbilx mad- diskors li għamel l-Onor.", "Freddie Micallef fil-maġġoranza tal-punti li qajjem.", "Huwa inutli li wieħed ikollu l-liġijiet jekk imbagħad ma jużax l- għodda li tagħtih dik il-liġi.", "Iżda huwa tajjeb li jsiru l-liġijiet u għalkemm il-liġi li hemm illum hija tajba u kienet tajba meta saret, kienet tħalli diversi toqob.", "Per eżempju, ir-regolamenti li saru matul is-snin taħt din l-Ordinanza kienu marbutin neċessarjament mad-definizzjoni ta' \"fabbrika\".", "Veru li matul iż-żmien din id-definizzjoni twessgħet skond is-sentenzi tal-qorti, pero' baqgħet d-definizzjoni ta' fabbrika, fosthom li fabbrika trid tkun post tax-xogħol illi għandha bħala skop in-negozju jew il-qliegħ.", "Mela s-settur pubbliku huwa prattikament kollu eskluż.", "Fost l-aħjar regolamenti li saru kien hemm dawk li semma l-Onor.", "Micallef, jiġifieri ta' l-1986, imma dawk ma jistgħu qatt japplikaw għal xi ħaġa li m'hijiex koperta bid-definizzjoni ta' fabbrika taħt l-Ordinanza dwar il-Fabbriki.", "Mela l-Gvern stess, li suppost jara li r-regolamenti kollha li saru jiġu applikati, kien eskluż milli jassigura li dawn ir- regolamenti jiġu osservati fil-ħwienet tax-xogħol tiegħu, fid-dipartimenti, fl-uffiċini u f'kull qasam tas-settur pubbliku.", "GĦalhekk minn din in-naħa ħadd ma qal li qabel ma kien hemm xejn, tant hu veru li din il-liġi stess se żżomm fis-seħħ ir-regolamenti kollha li saru taħt l-Ordinanza dwar il- Fabbriki.", "Imma meta wieħed jgħid li din m'hijiex liġi li qed tagħmel xi ħaġa, naħseb li jkun qed imur fl-estrem l-ieħor.", "Nispera li fid-diskors tiegħi nislet proprju dawk il-provvedimenti li qed jagħmlu xi ħaġa ġdida u qed jagħmlu ħafna.", "Mr Speaker, l-ewwel liġi li għaddiet mill-Parlament dwar il-qasam tas- saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol kien proprju fl-1926.", "Din kienet tissejjaħ il-Factories Regulation Act ta' l-1926, Att XXI, li għal dak iż-żmien kienet liġi progressiva ħafna u l-iskop ewlieni tagħha kien li tipproteġi u tirregola l-impieg ta' nisa u tfal u l-impieg fil- fabbriki.", "GĦandi photocopy ta' din il-liġi li kienet tgħid li l-ebda tifel taħt l-14-il sena ma seta' jiġi mpjegat f'barrieri, fabbriki jew inkella f'xogħlijiet li għandhom x'jaqsmu ma' bini.", "Kien hemm ukoll provvediment ġenerali ħafna li jawtorizza lill-ministru li jieħu \"the necessary measures to protect the health, the safety and the morals of the workers\" fil- fabbriki nnifishom u li joħroġ regolamenti għal dan l-iskop, pero' din il- liġi qatt ma ġiet fis-seħħ għax qatt ma ħarġet il-proklama tal-gvernatur biex iwettaq il-liġi nnifisha.", "Ir-raġuni li nġiebet kienet li l- provvedimenti kienu riġidi wisq.", "Allura mbagħad fl-1940 saret l-Ordinanza dwar il-Fabbriki li ġiet mudellata fuq il-Factories Act ta' l-1937 tar- Renju Unit.", "Meta kienet qed tiġi diskussa din il-liġi fil-Kunsill tal- Gvern, il-Kunsill tal-Gvern qagħad attent li jimxi pass wara l-ieħor sabiex ir-regoli jkunu jistgħu jiġu emendati dejjem skond l-esperjenza.", "Jekk wieħed iħares lejn il-Factories Ordinance isib li din hija liġi qasira ħafna u prattikament kulma hemm huma sitt artikli li jagħtu poter lill- Ministru biex jagħmel regolamenti skond id-definizzjoni ta' fabbrika u poter lill-ispetturi biex iwettqu r-regolamenti taħt il-Factories Ordinance.", "Jiġifieri bażikament din il-liġi kienet biss an enabling law.", "L-Abbozz li qed jiġi propost illum huwa an enabling law ukoll pero' m'huwiex biss hekk.", "Per eżempju, sal-lum kien hemm l-assenza ċara ta' stqarrija ċentrali ta' l-għanijiet u l-prinċipju ġenerali b'tema li tgħaqqad dan il-prinċipju dwar is-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Din kellha r-riżultat negattiv li kulħadd, parti soċjali jew oħra, jenfasizza partijiet mil-liġi u jinsa l-liġi sħiħa u l-għanijiet tagħha.", "Fil-fatt dan l-Abbozz fil-parti introduttiva tiegħu jistqarr - u nikkwota - illi", "\"Il ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' fuq ix-xogħol għandu jitqies ta' interess pubbliku.\".", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni jew materja ta' kondizzjonijiet ta' kuntratt privat bejn individwu u ieħor, iżda materja ta' interess pubbliku.", "Fil-parti introduttiva hemm ukoll stqarrija ta' dmirijiet ta' min iħaddem u lejn min huma mmirati dawn id-dmirijiet.", "Jissemma wkoll id-dmir finali ta' superviżjoni li għandu l-Gvern stess - u hawn nerġa' nikkwota mill- Abbozz - fejn insibu li:", "\"Huwa d-dmir tal-Gvern li jara li jiġu mħarsa l-livelli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq ix-xogħol ...\".", "Issa jekk wieħed iħares lejn ir-regolamenti li saru mill-1945 'il quddiem bis-saħħa ta' l-Ordinanza, wieħed isib li l-lista ma tkoprix kollox, anzi r- regolamenti kellhom isiru bilfors b'referenza għall-ħaddiema f'fabbriki.", "Għalkemm maż-żmien, kif diġa' għidt, din id-definizzjoni dejjem twessgħet, ħafna drabi b'reazzjoni għal sentenzi tal-qorti, dejjem baqgħet definizzjoni ftit monka.", "Per eżempju, insemmi battalji legali li saru fil- Qrati Kriminali dwar jekk barriera kenitx inkluża fid-definizzjoni ta' fabbrika u l-qorti qalet li m'hijiex, u in quanto li kien hemm regolamenti allura taħt l-Ordinanza dwar il-Fabbriki li kienu jirregolaw is-saħħa tal- ħaddiem fuq il-barriera, dawk ir-regolamenti ġew deċiżi li huma ultra vires u allura kellha tiġi emendata d-definizzjoni ta' fabbrika.", "Imbagħad kien hemm il-kwestjoni li semma l-kollega u ħabib tiegħi, l- Onor. Cassar, dwar jekk vapur għandux jitqies bħala fabbrika għal skop ta' definizzjoni taħt l-Ordinanza dwar il-Fabbriki - jidhirli li l-kawża kienet il-Pulizija vs Savetta - u ġie deċiż li \"fabbrika\" ma tinkludix vapur.", "Allura bqajna dejjem nemendaw il-liġi sabiex inkopru sitwazzjonijiet li ma kenux koperti bid-definizzjoni l-antika.", "Bid-definizzjoni l-ġdida tneħħa l- konċett innifsu ta' fabbrika jew ħanut tax-xogħol, u l-importanti huwa li jkun hemm post tax-xogħol u relazzjoni ta' prinċipal, jiġifieri bejn min iħaddem u l-ħaddiem innifsu.", "Għalhekk il-liġi se tapplika għal kull post tax-xogħol, kemm jekk l-employer huwa privat kif ukoll jekk l-employer huwa l-Gvern innifsu.", "Kien dan il-punt li l-Onor.", "Michael Farrugia, minkejja t- tentattivi ripetuti daparti tal-Ministru biex jispjega, ma setax jifhem għax qal li stajna biddilna r-regolamenti ta' l-1986 - li kienu regolamenti tajbin - mingħajr il-ħtieġa li noqogħdu niġu f'dan il-Parlament.", "Kif għidt diġa', ir-regolamenti jistgħu jsiru biss fi ħdan u fi sfond ta' parametri stabbiliti mil-liġi prinċipali u allura jekk liġi prinċipali ta' sitt artikli hija mimlija toqob, partikolarment fejn jidħlu definizzjoni ta' fabbrika u setgħat ta' spetturi, ma tistax bir-regolamenti tagħti poteri iktar milli tagħtik il-liġi prinċipali.", "U allura l-aħjar ħaġa hija li ssir liġi ġdida.", "Intqal li m'aħna nagħmlu xejn straordinarju.", "Huwa veru għax din m'hijiex xi ħaġa straordinarja.", "Minn din in-naħa tal-Kamra qatt ma kkapparrajna xi poter jew kapaċita' li nagħmlu dak li huwa straordinarju, għalina huwa biżżejjed li nagħmlu dak li huwa tajjeb, anke jekk huwa ordinarju, u dan qed nagħmluh f'inqas minn 16-il sena.", "Fl-Ordinanza ta' l-1940 kien hemm previst li jkun hemm \"an advisory board\".", "Dan l-advisory board seta' jiġi mwaqqaf - mhux bilfors li kellu jiġi mwaqqaf, imma l-Gvernatur, u mbagħad il-President ta' Malta, seta' jwaqqaf dan l-advisory board - u seta' jagħmel rakkommandazzjonijiet sabiex isiru r-regolamenti.", "Jien qrajt id- debates ta' l-1940 meta għaddiet il-Factories Ordinance u sibt diskorsi fis-sens li t-twaqqif ta' dan il-bord kien meqjus bħala xi ħaġa urġenti.", "Fil-fatt Sir Paul Boffa waqt id-diskussjoni tal-Factories Ordinance kien qal hekk:", "\"A factory law was enacted in 1926 which however was never put into effect.", "I hope that this law, that is the Factories Ordinance, will not meet with the same fate.", "I urge on the Government that both the regulations as well as the composition of the board, be made known and published within the shortest time possible.\".", "Safejn naf jiena, dan il-bord f'50 sena ma twaqqaf qatt, jew aħjar, ma twaqqaf qatt b'mod permanenti għax ġejt informat li ġieli twaqqaf biex isiru xi regolamenti, pero' l-Ministru lanqas kien marbut li jrid bilfors jikkonsulta 'l-advisory board.", "Tant hu veru, li l-Gvern lanqas kien obbligat li jwaqqaf dan l-advisory board.", "Għalhekk, kif qal ukoll l-Onor.", "Micallef, m'għandniex nintilfu fuq l-irqaqat tal-liġi għaliex diġa' kellna liġi li f'ċerti aspetti kienet tajba għalkemm imbagħad ċerti provvedimenti tal-liġi stess ma kenux jiġu attwati.", "Veru li għandna nagħtu l-poteri li hemm bżonn, iżda fl-aħħar mill-aħħar trid tkun ir-rieda politika tagħna lkoll biex dawn il-liġijiet inwettquhom.", "L-Abbozz ta' Liġi ma jitkellimx biss dwar il-poter li l-Ministru, fuq parir tal-kummissjoni, jagħmel ir-regolamenti, iżda wkoll dwar li l- kummissjoni jkollha d-dritt li tipproponi kodiċijiet ta' prattika.", "Anzi fil-lista tal-funzjonijiet tal-kummissjoni li se titwaqqaf, skond klawsola 4, hemm miktub li:", "\"Il-Kummissjoni għandha tifformola u tippubblika Kodiċijiet ta' Prattika, li jimmiraw biex fil-postijiet tax-xogħol, meqjusa skond kategoriji, ikun hemm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa u tas- sigurta.\".", "Dan il-poter se jkollu l-vantaġġ li jelimina l-attitudni negattiva li min iħaddem u ħaddiema jieħdu dwar il-problema tas-saħħa fuq il-post tax- xogħol għaliex ħafna drabi jkunu kondizzjonati li jaħsbu fil-problema qisha kwestjoni ta' regoli dettaljati imposti minn oħrajn.", "Fl-aħħar seduta l- Onor. Moran staqsa x'differenza se jkun hemm bejn kodiċi ta' prattika u regolamenti.", "Naħseb li d-differenza hija li filwaqt li r-regolamenti jkunu esegwibbli u jieħdu forma ta' ordni, il-kodiċi ta' prattika jkun jikkonsisti iktar f'guidelines u pariri li għalkemm ikun tajjeb li toqgħod fuqhom, m'humiex ordni.", "Jistgħu jitħejjew mill-Kummissjoni, ikunu aktar dettaljati u jmorru lil hinn mill-minimu li r-regolamenti jistgħu jimponu.", "Sal-lum il-pożizzjoni legali kienet li jekk xi ħadd jikser ir-regolamenti kien jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Kriminali iżda ma kien hemm l-ebda poter - għallinqas fil-Factories Ordinance - li bih spettur seta' jordna remedial measure, miżura dak il-ħin stess, li biha wieħed ineħħi l-periklu minn fuq il-post tax-xogħol.", "Jien informat li l-ispetturi ħafna drabi kienu jagħmlu hekk u jista' jkun li kienu jagħtu ċerti poteri lill-ispetturi, pero' din is-setgħa ma kenitx fil-Liġi prinċipali u allura kien hemm ir-riskju li r-regolament jiġi dikjarat null kif diġa' ġara taħt din l-Ordinanza - jekk inħarsu lejn il-ġurisprudenza fil-qasam tad-dritt amministrattiv naħseb li l-aktar regolamenti li ġew dikjarati nulli kienu proprju taħt din il-liġi, - jiġifieri r-regolamenti jmorru ultra vires il-Liġi prinċipali għaliex il-Liġi prinċipali mkien ma kienet tagħti din is- setgħa lill-ispetturi.", "Kienet tagħtihom is-setgħa li jagħmlu l- investigazzjonijiet, kienet tagħtihom l-aċċess għall-postijiet tax-xogħol u kienet tagħtihom id-dritt li jressqu nies quddiem il-qorti, iżda ma kienx hemm il-poter speċifiku li l-ispettur jagħti ordnijiet immedjati.", "B'dan l- Abbozz ta' Liġi qed jiġi propost li fost il-funzjonijiet li se jkollha l- kummissjoni, jiġifieri li tinforma, tirrakkommanda u tagħti pariri, se jkollha wkoll il-poter jew il-ġurisdizzjoni li taġixxi bħala qorti u tisma' bħala tribunal amministrattiv appelli proprju minn dawn l-ordnijiet li se jsiru mill-ispetturi.", "Peress li dawn l-ordnijiet se jkollhom ċertu piż u l- poteri ta' l-ispetturi se jiżdiedu b'mod li jkunu jistgħu jieħdu l-miżura drastika li jordnaw l-għeluq ta' fabbriki jew partijiet minn fabbriki jew postijiet tax-xogħol għax ikunu ta' periklu għas-saħħa tal-ħaddiem, se jingħata dritt ta' appell minn dawn l-ordnijiet quddiem il-Kummissjoni.", "Dan l-Abbozz fi klawsola 11 jgħid ċar u tond - u se nikkwota - li:", "\"Spettur jista' jagħti ordni, bil-fomm jew bil-kitba, biex iħares is- saħħa jew is-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, u kull persuna għandha tobdi l-ordni hekk mogħtija minnufih:\".", "Klawsola 12 imbagħad tgħid li \"spettur jista' jordna li post tax-xogħol jew parti minn post tax-xogħol jiġu mbartrati\".", "Pass ieħor 'il quddiem li qed isir permezz ta' dan l-Abbozz huwa dwar id- dmir ta' min iħaddem li jagħti avviż ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Sal-lum, skond ir-regolamenti ta' l-1945, min iħaddem kellu obbligu li jinnotifika lid-Dipartiment tax-Xogħol meta l-inċident ikun ikkawża diżabilita' temporanja jew permanenti lill-ħaddiem li jweġġa'.", "Meta tgħaddi din il-liġi min iħaddem ikun irid jgħarraf lid-dipartiment b'kull diżgrazzja jew korriment jew b'kull marda konnessa max-xogħol fuq post tax- xogħol li jkun taħt il-kontroll tiegħu u li jżomm reġistru ta' kull diżgrazzja industrijali fuq dak il-post tax-xogħol.", "Forsi fl-istadju ta' Kumitat ta' min jiddiskuti dwar jekk wieħed għandux ikollu l-obbligu li jagħti avviż anke ta' inċidenti li jsiru fejn b'xorti tajba ma jweġġa' ħadd, near misses, per eżempju jaqa' xi ħaġa fuq il-post tax-xogħol li tkun se tkorri lil xi ħadd għalkemm fil-fatt ma tkorrihx.", "Naf li f'dawn l- affarijiet huwa diffiċli li taqta' linja pero' forsi wieħed jista' jiddiskuti jekk tistax issir definizzjoni tajba ta' xi tkun a near miss fejn għalkemm f'dak l-inċident partikolari ma jweġġa' ħadd, ikun hemm indikazzjoni li jeżisti periklu fuq dak il-post tax-xogħol.", "Mr Speaker, jidhirli li saret xi kritika dwar min għandu jkollu l-poter li joħroġ regolamenti dwar dan is-suġġett tas-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol u l-kritika kienet fis-sens li dan il-poter baqa' f'idejn il- Ministru.", "Imbagħad, aktar minn hekk, intqal li dan huwa Gvern li d- diskrezzjoni ta ' l-Eżekuttiv qiegħed inaqqasha.", "Aħna nirringrazzjaw lill- Onor. Farrugia tar-reklam li tana f'dan is-sens u l-kritika tiegħu kienet li dan huwa Gvern li dejjem jipprova jnaqqas id-diskrezzjoni fl-Eżekuttiv u issa hawn qed jerġa' jmur lura mill-prinċipji tiegħu.", "Mr Speaker, gvern qiegħed hemm biex jiggverna, għandu jkun hemm il-kontrolli neċessarji sabiex gvern ma jabbużax u m'għandux ikun hemm xkiel fil-poter tal-qrati li jissindikaw l-aġir tiegħu u li jolqtu dak l-abbuż.", "GĦalhekk m'għandhomx isiru liġijiet bħalma saru fil-passat, partikolarment Att Nru VIII ta' l- 1981 illi llimita b'mod drastiku l-poter tal-qrati li jirrevedu deċiżjonijiet tal-Gvern.", "Iżda l-poter li jiggverna jibqa' f'idejn il- Gvern.", "Meta l-Parlament jiddelega d-dritt assolut tiegħu li jilleġisla, dan id-dritt m'għandux jiġi sparpaljat 'l hawn u 'l hemm iżda għandu bħala regola ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien meta tkellimt fuq kemm il-Ministru jkollu saħħa fuq din il-liġi, bażikament għamilt żewġ punti; wieħed minnhom kien dwar kif tintgħażel il-kummissjoni fejn jidħlu rappreżentanti ta' l-unions u l-employers, jekk jagħżilhomx il-Ministru jew inkella l-ismijiet jingħatawx mill-unions u mill-employers, jiġifieri jintgħażlu fuq indikazzjoni tagħhom.", "S'issa skond l-Abbozz, l-unions u l-employers jagħtu l-ismijiet ta' numru ta' nies, imbagħad jagħżel il-Ministru.", "It- tieni punt li argumentajt fuqu kien dwar meta l-kummissjoni toħroġ regolamenti u l-Ministru jagħmel overruling tagħhom u joħroġ regolamenti hu mingħajr ma jerġa' jmur quddiem il-kummissjoni.", "Jien kont argumentajt li fil-liġi għandu jkun hemm li l-Ministru jrid imur quddiem il-kummissjoni ħalli tkun il-kummissjoni li fl-aħħar mill-aħħar toħroġ ir-regolamenti u mhux il-Ministru sempliċement għandu żmien sa xahar biex jagħti bil-miktub lill-kummissjoni r-raġunijiet għalfejn biddel ir-regolamenti.", "Fuq dan l- iktar li għafast, fuq id-diskrezzjoni tal-Ministru u kemm għandu jkollu power il-Ministru f'din il-liġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt bl-ispjega li għamel l-Onor.", "Farrugia ikkonferma li jien fhimtu tajjeb, ċioe' li kkritika dan il-poter li fl- aħħar mill-aħħar il-Ministru għandu l-final say fuq x'regolamenti joħroġu.", "Wara kollox il-poter li jilleġisla huwa tal-Parlament imma huwa impossibbli li l-Parlament jilleġisla hu fuq kollox, allura ħafna drabi jiddelega dan il-poter lill-Eżekuttiv, u hemm każijiet rari ħafna fejn dan il-poter jiġi delegat lil xi ħadd barra l-Eżekuttiv.", "Irrid insemmi l-Education Act ta' l-1988 rigward materji speċifiċi ħafna.", "Per eżempju, il-kwalifiki akkademiċi biex wieħed jagħmel kors jiġu stabbiliti mill- Kunsill jew is-Senat ta' l-Universita' imbagħad il- Kanċillier jista', jekk ma jaqbilx magħhom, jibgħathom lura pero' fl-aħħar mill-aħħar huma jiddeċiedu.", "Mela dawn huma każijiet rari.", "F'ċerti każi l- Qorti tista' tagħmel rules of court dwar kawżi tad-drittijiet tal-bniedem mingħajr ma jindaħlilha l-Eżekuttiv.", "Iżda bażikament il-poter dejjem qiegħed f'idejn il-Gvern li joħroġ dawn ir-regolamenti.", "Ir-raġuni hija li kostituzzjonalment il-Gvern huwa accountable għall-Parlament u mhux il- Kummissjoni.", "Allura huwa tajjeb li ċerti poteri, bil-kontrolli neċessarji, jibqgħu f'idejn il-Gvern - li huwa kompost min-nies eletti mill-poplu - ħalli jikkonsulta u jirċievi l-pariri.", "Jien mhux talli manikkritikax dan il-poter, talli nispjega li huwa innovazzjoni għax is-soltu wieħed jieħu l- parir u daqshekk.", "Hawnhekk hawn l-innovazzjoni illi l-Ministru għandu l- poter li joħroġ ir-regolamenti pero' jekk dawk ir-regolamenti ma jaqblux ma' dawk li l-kummissjoni trid - minkejja li l-Ministru jifforma parti mill- Eżekuttiv u minkejja li huwa elett mill-poplu - għandu jagħtiha r- raġunijiet bil-miktub għaliex ir-regolamenti jkun qed joħroġhom b'mod differenti minn dawk li tkun issuġġeriet il-kummissjoni.", "Safejn naf jien, fl-ebda liġi oħra ma jeżisti d-dritt li wara li tieħu l-parir, jekk inti ma taqbilx ma' dak il-parir, lil dik il-persuna li tagħtik il-parir trid tispjegalha bil-miktub għaliex ma taqbilx magħha.", "Naħseb li din il- parti innovattiva tal-liġi li għadni kif semmejt hija mera tal-provvediment li ntroduċa dan il-Gvern bl-emenda li kien għamel fl-Interpretation Act ta' l-1975 għalkemm din m'hijiex l-istess.", "Fl-Interpretation Act ta' l-1975 li d-diskrezzjoni ta' uffiċjal pubbliku fl-aħħar mill-aħħar kienet id- diskrezzjoni tal-Ministru - u għandu jkun hemm kontroll daparti tal- Ministru - imma bl-emenda li konna ntroduċejna, jidhirli li fl-1989, jekk l-uffiċjal pubbliku ma jaqbilx ma' l-Ministru dwar xi deċiżjoni partikolari li fiha għandu diskrezzjoni uffiċjal pubbliku, għandu dritt li jitlob li l- ordni tingħatalu bil-miktub ħalli aktar tard ma jkunx jista' jgħid li ma kienx jaqbel mad-deċiżjoni tal-Ministru.", "Kieku ma qabilx magħha kellu d- dritt li jitlob li dik l-ordni tingħatalu bil-miktub.", "B'analoġija nistgħu ngħidu li dan il-konċett li ġie introdott bl-emenda ta' l-Interpretation Act ta' l-1975 ittrasportajnieh f'din il-liġi.", "Jien mhux ma nikkritikax dan il-pass, anzi ngħid li din hija innovazzjoni għax l-Eżekuttiv qed jintrabat li jilleġisla fuq parir tal-Kummissjoni u li jekk ma jaqbilx mal- parir tal-Kummissjoni jrid jagħti sodisfazzjon bil-miktub għaliex ma jaqbilx ma' dan ir-regolament.", "Issa jien nimmaġina li mhux se jinqalgħu ħafna minn dawn il-każijiet għax hawnhekk m'aħniex qed niddiskutu xi kwestjoni kontroversjali, anzi mhux qed naqblu għax kulħadd irid jagħmilha ta' paladin ta' kif jista' jipproteġi s-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax- xogħol!", "Fl-istadju ta' Kumitat din wieħed jista' jillimaha aktar. imma għandna nħarsu lejha mill-perspettiva tagħha.", "Enemalta Act, Telemalta Act u l-Public Transport Act - u dawn huma korporazzjonijiet pubbliċi - ilkoll jgħaddu regolamenti bil-kunsens tal-Ministru.", "Fid-dibattitu nnotajt li f'mument minnhom l-Onor.", "Farrugia qal xi ħaġa fuq it-twemmin demokristjan tagħna u kemm dan huwa validu in vista ta' dak li qed jiġri fl-Italja.", "It-twemmin demokristjan ma jiddependix mix-xorti ta' xi partit politiku f'xi pajjiż partikolari.", "Nisperaw li t-twemmin soċjalista ma jiddependix mix-xorti ta' Bettino Craxi!", "It-twemmin politiku huwa xi ħaġa ħajja, xi ħaġa li teżisti lil hinn mill-persuni li jgħidu li jħaddnuh u x-xorti tagħhom.", "It-twemmin demokratiku msejjes fuq il- prinċipju tal-Vanġelu huwa etern u lanqas huwa xi monopolju ta' xi partit politiku.", "Peress li aħna nistqarru li aħna demokristjani nemmen li għandna piż u responsabilita' akbar li nimxu ma' dak li nemmnu.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi b'dan il-ħsieb.", "Dak li qed nipprovaw nagħmlu b'dan l-Abbozz ta' Liġi huwa li nuru li x-xogħol huwa għall-bniedem u mhux il-bniedem għax-xogħol.", "Ix-xogħol jagħmel lill-bniedem aktar bniedem u għalhekk huwa ta' ġid għall-bniedem innifsu.", "Fl-enċiklika soċjali \"Laborem Exercens\" hemm miktub hekk:", "\"Wieħed għandu jqis is-siwi tax-xogħol tal-bniedem l-aktar mhux mis- sura tax-xogħol li jsir imma mill-fatt li dak li qiegħed jagħmlu huwa persuna u bniedem.", "Ir-raġuni tad-dinjita' tax-xogħol għandna nfittxuha l-aktar fl-aspett soġġettiv tax-xogħol u mhux fl-aspett oġġettiv tiegħu; f'min qiegħed jagħmel ix-xogħol u mhux fix-xogħol fih innifsu.\".", "J'Alla jkollna l-viżjoni, l-enerġija u r-rieda qawwija li nagħmlu lil kulħadd - permezz ta' edukazzjoni, informazzjoni u inforzar effiċjenti tal- liġijiet - aktar konxju - ta' dik li sal-lum forsi wieħed kien jikkonsidraha li kienet is-cindirella tal-Liġi tax-Xogħol, ċioe' saħħet il- ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jekk wieħed jisma' lill-kelliema tan-naħa tal-Gvern dwar dan l-Abbozz ta' Liġi jaħseb li se nilħqu xi livell ta' perfezzjoni.", "Veru li l-liġi ilha tinħema u veru li qabel kien hemm liġijiet u regolamenti li taw il-bidu - għalkemm forsi ma kenux perfetti - għal- leġislazzjoni ta' din in-natura fil-pajjiż.", "Meta nara u nanalizza dan l- Abbozz ta' Liġi - li ilna nistennewh li jiġi quddiemna diversi snin - ninduna li l-għanijiet huma tajbin u bħalma jiġri ħafna drabi f'liġijiet li jiġu diskussi f'dan il-Parlament, ħadd m'hu se jitkellem kontra l-idea ġenerali, ċioe' li jkun hemm sigurta' u ħarsien għas-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, pero' din hija biċċa xogħol ta' nofs kedda.", "Qed niddeskrivih l-Abbozz b'dan il-mod għax qed iressqu quddiemna Abbozz li fih ħafna kliem sabiħ, għalkemm aħna bħala leġislaturi fil-Parlament nistgħu ma naqblux miegħu, imma hija liġi inadegwata li ma tagħtix il-mezzi biex il-ħaddiem fil-prattika jkun verament imħares.", "Meta wieħed iħares lejn il-liġi jsib li waħda mill-iktar affarijiet li jolqtuk meta qed nitkellmu fuq is-sigurta' u s-saħħa fuq il-postijiet tax- xogħol hija x'kumpens se jieħu l-ħaddiem f'każ ta' diżgrazzja, li ħafna drabi tkun fatali.", "Meta nħarsu lejn din il-liġi li qed titressaq quddiemna nsibu li għandna baħħ kbir għax minkejja li qed ngħidu li huwa tajjeb li tagħmel liġi li tgħid li l-employer għandu jkun responsabbli għal dak li huwa perikoluż għas-saħħa tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol u qed napprovaw din il-liġi, sfortunatament inċidenti industrijali kellna u se jibqa' jkollna.", "J'Alla qed ngħid ħażin u dan ma jiġrix, imma l-fatti juru li meta qed titkellem fuq sigurta' u saħħa fuq il-postijiet tax-xogħol, nerġa' ngħid, sfortunatament dan l-Abbozz ta' Liġi mhux se jelimina għal kollox dawn l-inċidenti.", "Allura jekk ikun hemm każ wieħed biss fuq xi post tax-xogħol ta' xi negliġenza daparti ta' min iħaddem, x'hemm fil-liġi li jassigura lil dak il-ħaddiem jew lill-familjari tiegħu li se jiġi kumpensat adegwatament kontra d-danni li jsofri?", "GĦalija dan huwa nuqqas kbir f'din il-liġi u forsi ftit li xejn tkellimna dwaru, imma huwa aspett li rridu nħarsu lejh.", "Irridu nħarsu lejn il-kumpens li jrid jingħata l- ħaddiem li jsofri diżgrazzja jew inċident fuq il-post tax-xogħol jew, u jekk ikun inċident fatali, il-familja tiegħu li għaliha forsi kien il-bread winner, u allura l-income ta' dik il-familja li tant nippriedkaw dwarha u ngħidu li hi l-unit soċjali, f'daqqa waħda se jisfa fix-xejn.", "Allura wieħed bilfors ikollu jipponta subgħajh lejn dan in-nuqqas fl-Abbozz ta' Liġi li qed jiġi ppreżentat quddiemna.", "Ħaġa oħra li nixtieq inkun naf hija x'jiġri f'każ ta' inċident industrijali li jirriżulta li ma kienx ħtija ta' min iħaddem iżda ta' xi wieħed jew uħud mill-istess impjegati li jkun hemm fuq il-post tax-xogħol.", "F'każ ta' din ix-xorta, x'kumpens se jieħu dak il-ħaddiem li jweġġa' jew inkella niesu?", "X'se jkun hemm li jassigura li l-ħaddiema li jgħaddu minn dawn id-diżgrazzji jibqgħalhom għajxien diċenti?", "Ovvjament dawn l- inċidenti ma tistax teliminahom għal kollox billi tgħaddi xi liġi.", "Nerġa' ngħid li dawn l-affarijiet se jibqgħu jiġru u għalhekk għandna nipprovaw nagħmlu mill-aħjar li nistgħu ...", "Jien mhux qed nitkellem dwar xi forma ta' karita' għalkemm il-karita' hija tajba, speċjalment meta jkun hemm xi ħadd li jagħmel xi ġabra ta' flus minn sħabu fuq il-post tax-xogħol biex juru solidarjeta' ma' dak li jkun weġġa'.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq kumpens bħala dritt sagrosant tal-ħaddiem, jew tal-familja tiegħu meta, mingħajr ma jkollu ebda ħtija, iweġġa' jew jgħaddi minn xi diżgrazzja fuq il-post tax-xogħol.", "Fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna m'hemm assolutament xejn dwar id-dritt għal kumpens.", "Waqt dan id-dibattitu smajna ħafna dwar il-kummissjoni li se titwaqqaf, il-kompożizzjoni tagħha u n-nies li jistgħu jkunu membri tagħha u forsi mhux se jkunu.", "Nispera li ħadd ma jiġi jgħid li hija l-kummissjoni li se titwaqqaf permezz ta' din il-liġi li trid tagħmel xi regolamenti għal dan l-għan, għaliex huwa l-Gvern li jrid jara li l-istess liġi tipprovdi l-mezzi biex il-ħaddiem li jweġġa' jew il-familja tiegħu jiġu kumpensati.", "'Il quddiem beħsiebni nagħmel ukoll suġġerimenti f'dan il-kontest u wieħed forsi jkun jista' jiddiskutihom.", "Pero' s'issa f'dan l-Abbozz m'hemm xejn dwar dan l-aspett.", "Għaliex l- imsejken ħaddiem jew il-familjari tiegħu jridu joqogħdu jiftħu kawżi fil- qorti kontra min iħaddem meta jiġru inċidenti ta' din in-natura biex forsi - u ngħid forsi - wara ħafna żmien u sagrifiċċji jieħu dak li hu tiegħu bid- dritt?", "Għalfejn dan?", "F'dan l-Abbozz l-aspett tal-kumpens ma jissemmiex.", "Smajna ħafna diskors, saru ħafna preparamenti, imma m'hemm ebda indikazzjoni dwar f'liema direzzjoni mexjin dwar dan l-aspett.", "Jekk ikun hemm kumpanniji - u kellna diversi minnhom - li wara li jiġru inċidenti ta' din in-natura, ifettlilhom jagħlqu, x'se jiġri mill-ħaddiem?", "Se nitfgħuh fuq is-social benefits li llum nafu kemm jikkwantifikaw?", "Dak li se jiġri?", "Il-liġi ssemmi li postijiet tax-xogħol jistgħu jiġu mbarrati.", "Din hi ħaġa tajba u ma rridx ninstema' b'ton negattiv li meta ngħid li jekk għandek post tax-xogħol li huwa ta' periklu għal min jaħdem ġo fih għandu jiġi mbarrat, anzi din irrid nissottolineaha.", "Fit-termini tal-liġi hemm l-ispettur li jista' jordna li l-post jiġi mbarrat u li ma jidħol ħadd fih.", "Pero' x'jiġri mill-ħaddiema f'dawn il-każijiet meta inti tkun għalaqtilhom il-post tax-xogħol tagħhom jew imbarrajtilhom il-fabbrika?", "Dan ġie previst fil-liġi?", "Il-ħaddiem m'għandux tort li jeżistu dawn iċ- ċirikostanzi.", "Din il-problema wieħed għandu jistudjaha u janalizzaha.", "Dan qed ngħidu mhux biex nikkritika b'xi mod negattiv anzi għax nemmen li l- affarijiet jistgħu jkunu aħjar u forsi wieħed għandu jkollu r- responsabilita' li janalizza dawn l-affarijiet u filwaqt li huwa veru li bħalma jgħidu l-Ingliżi prevention is better than cure - s'hawn naqblu li hekk għandu jkun - x'se jiġri mill-ħaddiem sakemm dan il-post ikun imbarrat?", "Min se jħallas il-pagi li se jitilfu dawn il-ħaddiema?", "Min se jipprovdilhom għall-għajxien tagħhom u tal-familji tagħhom?", "Dan huwa aspett li l-liġi ma titkellimx dwaru.", "Anke sħabi semmew każijiet ta' ħaddiema li ma jistgħu jgħixu f'dawn il-kondizzjonijiet.", "Tajjeb li jsir studju serju fuq dawn l-affarijiet u mhux inressqu l-abbozzi, forsi kemm ngħidu kelmtejn fuqhom u l-liġi tibqa' għaddejja.", "Ma nistgħux nagħmlu liġi sempliċement biex inkunu għamilnieha la ma nkunux studjajna bis-serjeta' l- konsegwenzi tagħha.", "Fil-qasam privat, per eżempju, jeżistu skemi fejn fuq il-postijiet tax-xogħol jinħolqu fondi li jkunu relatati man-numru tal- ħaddiema li jaħdmu f'dak il-post u jkun hemm kontribuzzjoni mill-istess ħaddiema.", "Dawn l-iskemi jeżistu f'ċerti oqsma.", "Per eżempju, fil-banek hemm l-iskema tal-BUPA, fejn bniedem qed jikkontribwixxi għal fond u meta jiġru inċidenti bħal dawn, ġieli fatali u ġieli jaffettwaw lill-bniedem għall-kumplament ta' għomru u jaffettwawlu d-dħul finanzjarju tiegħu ...", "Jista' wieħed jistudja din il-proposta u jara jekk hijiex feasible jew jekk wieħed għandux jagħti inċentivi fil-postijiet diversi tax-xogħol fil-pajjiż biex joħroġ bi skemi bħal dawn.", "Nista' nissuġġerixxi wkoll il-polza tas-sigurta' li jiena naraha bħala xi ħaġa importantissima.", "Hawn sempliċement qed nitfa' s-suġġerimenti imma jekk bniedem ma jagħmilx suġġerimenti jkun qed jonqos.", "Jeżistu wkoll poloz tas-sigurta' f'diversi ditti privati fejn il-ħaddiema jitħarsu għal każijiet bħal dawn.", "F'din il-liġi m'huwa qed jiġi propost assolutament xejn; liġi li tant ilna nisimgħu li ġejja quddiem dan il-Parlament u li bil-preparazzjoni kbira tagħha qisna lħaqna l-livell fejn nistgħu nserrħu ras il-ħaddiem dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u fuq dan l-element m'għandna xejn.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "ONOR.", "JOE CILIA; Nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 8 ta' Frar, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari; u", "Abbozz ta Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tielet Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Mr Speaker, ridt nagħmel xi osservazzjonijiet u l- ewwel waħda hija dwar abbużi minn numru ta' tobba u speċjalisti fuq il- mediċini.", "F'Novembru ta' l-1993, seduta Nru. 189, l-Onor.", "Joe Psaila Savona kien għamel xi osservazzjonijiet dwar dak li kien qal l-Arċisqof fil-quddiesa li kienet saret fl-okkażjoni tal-festa ta' San Luqa.", "Dak inhar l-Arcisqof kien uża kliem iebes dwar ċerti abbużi u regħba ta' xi wħud li jaħdmu mal-marid, speċjalment fl-isptarijiet.", "Qal li min jaħdem mal-marid, jiġifieri t-tobba, il-paramediċi u kwalunkwe persuna oħra, minflok li jkunu qed jaraw dak li huwa ta' ġid għall-marid jaraw aktar dak li jista' jkun ta' qliegħ u benefiċċju għalihom.", "Indika wkoll li jiġu preskritti xi mediċini aktar biex isir il-bejgħ u l-profitt minn fuqhom milli għax ikun hemm il-ħtieġa għalihom.", "L-Arcisqof infatti wissa li l- pazjent m'għandux isir mezz ta' negozju.", "Jien konvint li l-Arcisqof ma kienx qed jirreferi għat-tobba u l-paramediċi kollha, bħalma jien konvint li l-maġġoranza tat-tobba u l-professuri jipprattikaw il-professjoni tagħhom bl-ikbar serjeta' u kuxjenza.", "Pero' l-Arcisqof kien qed jirreferi għal dawk il-ftit li jabbużaw u jaraw kollox mil-lenti tal-flus.", "L-unika reazzjoni li kien hemm fil-gazzetti dwar dawn l- osservazzjonijiet ta' l-Arcisqof kienet fil-fatt mill-Assoċjazzjoni Medika tat-Tobba li fil-maġġor parti tad-dikjarazzjoni li ħarġet qablet ma' dak li qal l-Arċisqof.", "L-Assoċjazzjoni rreferiet ukoll għar-responsabilita' kbira li suppost għandu l-Kunsill Mediku Malti li jissalvagwarda d-drittijiet u l- interessi tal-pazjenti.", "S'intendi kien hemm ukoll reazzjoni mill-Onor.", "Psaila Savona fil-Parlament pero' ma jidhirlix li kien hemm xi reazzjoni mill-Kunsill Mediku nnifsu u min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa fuq din il- kwestjoni.", "Jien ma stajtx nifhem għaliex l-Onor.", "Psaila Savona ħass li kellu jkun hemm reazzjoni akbar min-naħa ta' l-Assoċjazzjoni Medika biex tirribatti dak li qal l-Arċisqof.", "Jien inħossni żgur - u nirrepeti hawnhekk - li l-Arċisqof ma kienx qed jitkellem fuq it-tobba u l- ispeċjalisti kollha in ġenerali imma fuq grupp żgħir ta' speċjalisti li qed jabbużaw.", "Huwa fatt li ċerti tobba u speċjalisti jippreskrivu mediċini li jqumu ħafna flus mingħajr ma jkun hemm il-bżonn li jintużaw, speċjalment meta jkun hemm mediċini oħra li għandhom l-istess effett u li jqumu ferm inqas mill-oħrajn.", "Barra minn hekk, hemm numru ta' tobba li jippreskrivu mhux biss mediċini imma wkoll affarijiet oħra li m'għandhomx valur mediku għall- pazjent.", "F'każi bħal dawn, l-uniku benefiċċju jkun il-perkaċċ u l-qliegħ li jkun qed jagħmel l-ispeċjalista u t-tabib.", "Jien jidhirli li dan huwa abbuż kbir u qed isir kontinwament minn ċerti tobba u speċjalisti fl-Isptar San Luqa.", "Ma tkellimtx qabel fuq dan is-suġġett għax jien ħassejt li se jkun hemm reazzjoni min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa pero' għadda ż-żmien u ma rajt l-ebda reazzjoni.", "Fil-fatt xejn ma waqaf minn dak li kont qed nosserva qabel.", "Per eżempju, jien naf li kull pazjenta li toħroġ mid- Dipartiment tal-Maternita' u l-Ġinekoloġija, wara li tkun taħt il-kura ta' wieħed mill-konsulenti, wara xi ħlas - li fil-maġġor parti dan ikun normali - wara xi korriment jew wara xi operazzjoni tiġi mogħtija preskrizzjoni ta' xi preparati.", "Dawn il-preparati se nsemmihom b'isimhom ħalli d- Dipartiment tas-Saħħa jieħu azzjoni u dan l-abbuż jieqaf.", "Dawn il- preparati huma only liquid soap.", "Dan hu forma ta' xi sapun likwidu biex il- pazjenti jinħaslu bih.", "Il-preparati l-oħra huma meclon vaginal cream u meclon vaginal suppositories.", "Dawn il-preparati - għax ma rridx ngħidilhom mediċini - jiġu prescribed regolarment lil kull pazjenta li tgħaddi minn din il-unit, minn taħt dan il-konsulent u anke minn tobba li jaħdmu miegħu.", "Jien għandi ħafna prescriptions hawnhekk, kollha bl-istess ismijiet.", "U dawn mhux qed jordnawlhom waħda jew tnejn minn kull preparat għal ġimgħa, imma jordnawlhom erbgħa jew ħamsa minn kull kwalita' għal xahar sħiħ.", "Meta tgħodd kemm iqumu dawn għal xahar sħiħ, issib li l-pazjenta jkollha toħroġ minn butha bejn ¥40 u ¥50.", "Dawn wara li jużawhom għal ġimgħa, lilna jiġu jistaqsuna għandhomx bżonnhom.", "U bilfors li hemm xi ħaġa ħażina meta kull pazjenta minn dan il-unit, min din il-firm toħroġ bi preskrizzjoni - li għandi ħafna minnhom hawnhekk - b'dawn il-preparati.", "Jien dawn il- preparati semmejthom b'isimhom u allura nistenna li l-Ministru u dawk li huma konċernati jwaqqfu dan l-abbuż.", "L-Arċisqof għal dawn in-numru ta' tobba kien qed jirreferi.", "Ridt nagħmel ukoll ilment dwar id-dewmien kbir li qed ikun hemm biex ningħataw risposti għall-interpellanzi li nagħmlu, u dan speċjalment mill- Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Hemm mistoqsijiet li għamilniehom fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar u kull darba jgħidulna \"tweġiba tingħata f'xi seduta oħra\" imma din is-seduta ma tasal qatt.", "Interpellanzi oħra jintesew kompletament.", "Jiġifieri aħna jkollna nirrepetu dik il-mistoqsija biex il- Ministru jħossu obbligat li jagħtina risposta u allura nitilfu ċans li nagħmlu mistoqsijiet oħrajn billi skond ir-regolament ma nistgħux nagħmlu aktar minn sitt mistoqsijiet f'kull seduta.", "Ilment ieħor li rrid inqajjem huwa dwar in-nuqqas ta' trasparenza ta' ċerti Ministri fit-tweġibiet tagħhom għal ċerti mistoqsijiet.", "Fl-10 ta' Jannar jien għamilt domanda lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali li kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jikkonferma li ...\"", "- hawnhekk semmejt lill-persuna bl-isem -", "\"... m'għadux chairman tar-Refurbishment Committee ta' l-Isptar San Luqa?", "Veru li dan il-post issa ġie offrut lil persuna oħra li kien Chairman u Manager fl-Isptar Zammit Clapp?\".", "Il-Ministru wieġeb:", "\"F'dan l-istadju t-tagħrif indikat fil-mistoqsija ma jistax jiġi konfermat.\".", "L-istess irriżulta wara domanda simili li tgħid:", "\"Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tali persuna - li semmejt isimha fil-mistoqsija - ġiet appuntata bħala General Manager ta' l-isptar San Luqa?", "Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' kuntratt ġie mogħti u x'inhu s- salarju tiegħu?", "X'inhu l-job description tal-post li jokkupa?.\".", "Il-Ministru reġa' rrispondini fl-istess manjiera u qalli:", "\"F'dan l-istadju t-tagħrif indikat fil-mistoqsija ma jistax jiġi konfermat.\".", "Jekk l-informazzjoni li wrejtu li kelli lill-Ministru kienet ħażina, kulma stennejtu jwieġibni kien \"le\", mhux jagħtini tweġiba mill-inqas trasparenti.", "Wara kollox għandna dritt għal din l-informazzjoni.", "Kont għamilt mistoqsija oħra lill-Ministru fejn għidtlu li kelli informazzjoni li l-ilma fit-tankijiet fuq id-Dipartiment tal-Blood Transfusion - u hemm ħafna tankijiet hemmhekk li ma jservux biss lid-Dipartiment tal-Blood Transfusion imma jservu anke lis-Psychiatric Unit, lill-mess tan-nurses u postijiet oħra kien qed jiġi ttestjat repetutament u kien hemm suspett li dan l-ilma kien kontaminat.", "Il-Ministru rrispondieni għal darba darbtejn li:", "\"Għalkemm it-testijiet li semma l-Onor.", "Interpellant isiru regolarment, m'hiex korretta l-informazzjoni li għandu li t-testijiet qed isiru kuljum.", "Ninsab assigurat li ma jeżisti ebda periklu ta' infezzjoni.\".", "Jien għandi informazzjoni - u naf ir-riżultat li ħareġ mil-Laboratorju ta' Evans - li dan l-ilma għandu kontaminazzjoni ta' livell għoli bil-mikrobu Eschicoli.", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici jifhem x'qed ngħid.", "Allura għalfejn jinnegali din l-informazzjoni?", "Irrid inkun naf x'passi qed jittieħdu biex nissalvagwardaw is-saħħa tan-nies li jużaw dak l-ilma.", "Lid- Dipartiment tal-Blood Transfusion, il-laboratorji konnessi miegħu, lill- mess tan-nurses u postijiet oħra avżajniehom biex ma jużawx dan l-ilma?", "Il-Ministru jibqa' jgħidli li ma jeżistix periklu!", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda ċertu teknika ta' kirurġija li daħlet f'pajjiżi oħra barra minn Malta, u hawn qed nirreferi għal- laparoscopic surgery - forsi wieħed jifhimni iktar jekk ngħid keyhole surgery, li tfisser li tagħmel major operation, imma minflok ma tiftaħ il- pazjent b'inċiżjoni kbira, tagħmilha minn strument qisu teleskopju.", "Din it- tip ta' surgery bdiet issir hawn Malta, għalkemm kien hemm nies li ma kenux prattikati biżżejjed.", "Pero' issa l-konsulenti tagħna għandhom esperjenza biżżejjed.", "Jien nammetti li l-apparat iqum il-flus għaliex wara kollox kwalunkwe ħaġa li tmiss mal-mediċina tqum il-flus, pero' l-apparat biex issir din l-operazzjoni kien qed jiġi misluf mill-aġenti u dawk li kienu qed jagħmlu din l-operazzjoni kienu qed jieħdu esperjenza tajba.", "Issa f'daqqa waħda waqaf kollox għaliex l-aġenti dehrilhom li l-apparat sellfuh biżżejjed.Milli jidher is-CGMO - m'iniex żgur imma xi uffiċjal għoli -waqqaf din it-tip ta' kirurġija minħabba nuqqas ta' finanzi.", "Jiena nispera li l-informazzjoni li għandi m'hijiex korretta imma l-informazzjoni li għandi ġejja mill-konsulenti stess li jixtiequ li jkompli u b'dan l- iżvilupp ta' din l-operazzjoni li għall-ewwel se tqumilna kemxa flus pero' in the long term, l-investiment f'dan l-apparat se jkun ta' benefiċċju mhux għall-pazjent biss, għaliex il-pazjent wara li, per eżempju, tneħħilu l-marrara u jdum l-isptar bejn tmint ijiem u għaxart ijiem, jekk din l- operazzjoni tiġi perfetta bil-prattika li ssir, il-pazjent jista' joħroġ l-għada jew il-pitgħada.", "Jiġifieri in the long term, il-Gvern u l- management ta' l-isptar, jekk hemm wieħed, se jiffranka l-flus għaliex ikun hemm iktar sodod available għall-pazjenti oħra.", "Illum għadni kemm qrajt waħda mill-mistoqsijiet parlamentari fuq l-istess suġġett fejn il-Ministru qal li qed jistudjaw id-dettalji fuq dan l-apparat li hemm bżonn biex 'il quddiem toħroġ tender.", "Irrid ngħid li l-Minsitru wieġeb hekk illum - u din m'hijiex domanda tiegħi imma rajt domanda ta' ħaddieħor - u nispera li dan l-iżvilupp ma jinżammx mill-Ministru u d-Dipatiment tas-Saħħa sabiex 'il quddiem ikunu jistgħu jibbenefikaw il-pazjenti tagħna u anke l-isptar ikun jista' jitmexxa b'aktar effiċjenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ftit taż-żmien ilu kelli okkażjoni f'dan il-Parlament illi nqanqal il-kwestjoni tas-sanzjonijiet kontra l-Iraq u l- Libja li l-Gvern Malti aderixxa għalihom u f'din l-okkażjoni li għandi llum li nerġa' nitkellem f'din il-Kamra nixtieq li għal darba oħra ngħid li hija ħaġa immorali li l-Gvern Malti, Gvern li jiftaħar li huwa nisrani, jappoġġja sanzjonijiet illi l-għan tagħhom huwa li jikkaġunaw ħsara lill- popolazzjoni ċivili ta' l-Iraq u tal-Libja mingħajr ġustifikazzjoni biżżejjed għall-ħsara li qed issir lill-poplu Iraqi u lill-poplu Libjan.", "Il-Gvern jgħid li jrid jimxi fuq id-direttivi tal-Ġnus Magħquda.", "Min-naħa tiegħi jidhirli li l-Gvern ma jistax jistaħba u jiskuża ruħu wara dan ir- raġunament.", "Jekk il-Gvern jaf u jemmen li dawn id-direttivi u dawn is- sanzjonijiet m'humiex ġustifikati, huwa m'hux ġustifikat li jinħeba wara l- fatt li bħala membru tal-Ġnus Magħquda jrid jobdi dawn is-sanzjonijiet.", "Mela l-fatt li aħna membri tal-Ġnus Magħquda fih innifsu ma jiskulpaniex mill-ħtija li qed nieħdu sehem f'sanzjonijiet li m'humiex ġustifikati u huma immorali.", "Dawn is-sanzjonijiet kontra l-Iraq m'humiex ġustifikati għaliex permezz tagħhom ma jistax isir negozju - u hawn mhux qed nirreferi għal negozju ta' armi għax ħadd mill-pajjiżi l-kbar li hemm imseħbin fil- Ġnus Magħquda m'hu ppreparat li jnaqqas il-qliegħ u n-negozju ta' l-armi - tal-ħwejjeġ u ta' l-ikel li huma meħtieġa għall-ħajja ċivili tal-poplu Iraqi.", "Għalhekk m'hemmx ġustifikazzjoni għaliex għandu jibqa' l-bojkott ta' negozju ma' l-Iraq, ħafna xhur wara l-gwerra ta' l-Iraq.", "Lanqas hemm ġustifikazzjoni għaliex l-Iraq għandu jkompli jiġi ostakolat milli jbigħ iż- żejt li huwa s-sors tad-dħul ta' flejjes barranin li bihom il-poplu Iraqi ikun jista' jixtri l-ħteġijiet tiegħu.", "Li pajjiż timpedih milli jbigħ u jesporta l-prodott prinċipali ewlieni tiegħu - mingħajr ebda raġuni u ġustifikazzjoni - snin wara li tkun spiċċat il-gwerra huwa abbuż kbir u l- Gvern Malti qed ikun kompliċi f'dan l-abbuż.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għas-sanzjonijiet li hemm kontra l-poplu Libjan.", "M'hemm ebda ġustifikazzjoni morali u legali għal dawn is- sanzjonijiet.", "Fl-okkażjoni li semmejt meta tkellimt l-aħħar darba ġbidt l- attenzjoni tal-Gvern Malti għal fatt li l-Gvern ħassu ġustifikat li ma jċediex li barrani li kien għaddej proċeduri kriminali hawn Malta jingħata f'idejn pajjiżi barranin biex jiġi ġustizzjat f'dawn il-pajjiżi barranin - il-Gvern Malti għamel dan fir-rigward ta' barrani.", "Fil-każ tal-Libja, il- Gvern Libjan mhux qed iċedi għall-pressjoni biex żewġ ċittadini Libjani jingħataw f'idejn pajjiżi barranin biex jiġu ġustizzjata f'dawn il-pajjiżi barranin, mingħajr m'hemm ftehim ta' estradizzjoni li normalment taħt il- liġi internazzjonali jirregola ħwejjeġ bħal dawn.", "Jien nixtieq li nsib persuna onesta li tista' b'onesta' u sinċerita' tgħid kif il-Gvern Amerikan u l-Gvern Ingliż, li diġa' kkundannaw lil dawn iż-żewġ Libjani dwar l- allegazzjonijiet li hemm kontrihom, jistgħu jassiguraw li dan l- atteġġjament li huma diġa' ħadu pubblikament u mad-dinja kollha m'huwiex se jinfluwenza lil dawk li jiġu mitluba biex jiġġudikaw lil dawn iż-żewġ ċittadini Libjani li kieku dawn iċ-ċittadini kellhom jgħaddu kawża ġewwa l- Amerika jew l-Ingilterra.", "Hija ħrafa li wieħed jippretendi li tista' ssir ġustizzja imparzjali fil-qrati taż-żewġ pajjiżi li, bħala politika dikjarata tagħhom diġa' kkundannaw lil dawn iż-żewġ ċittadini.", "Jekk dawn iż-żewġ ċittadini Libjani m'humiex diġa' kundannati bħala ħatja, allura hemm inqas għandhom raġun l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Ingilterra jimponu sanzjonijiet fuq il-poplu Libjan meta wara kollox jista' jinstab li dawn iż-żewġ Libjani, li huma allegati li kienu l-awturi tat-traġedja ta' Lockerbie, huma innoċenti!", "Allura l-ħsara kollha li qed issir permezz tas- sanzjonijiet fuq il-poplu tal-Libja tkun saret mingħajr l-ebda ġustifikazzjoni.", "Jidhirli li l-Gvern Malti m'għandu l-ebda raġuni u ġustifikazzjoni biex jibqa' jieħu sehem f'dawn iż-żewġ proċeduri oppressivi kontra l-poplu ta' l-Iraq u tal-Libja u qed jagħmel ħażin li ma jiddiżassoċjax ruħu mid-direttivi tal-Ġnus Magħquda, li huma inġusti u immorali.", "Nixtieq niġi għall-kwestjoni li qanqalt fl-aħħar okkażjoni li kelli biex nitkellem quddiem din il-Kamra, jiġifieri li l-Gvern Nazzjonalista jrid is- sħubija ta' Malta fis-Suq Komuni, fil-Komunita' Ewropea jew kif isejħulha llum l-Unjoni Ewropea.", "Huwa tradiment tal-Gvern Malti li qiegħed jagħti l- impressjoni lill-poplu Malti li l-ġejjieni ta' pajjiżna huwa intimament marbut mas-sħubija fis-Suq Komuni jew fil-Komunita' Ewropea għax kull min għandu ruħ u qalb ma jistax japprova li l-poplu Malti jgħaddi mill-gwaj li għaddejjin minnu l-popli ta' ħafna mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk wieħed jara l-aħbarijiet li jkollna kuljum minn dawn il-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea jaf li ħlief gwaj, inkwiet ekonomiku, soċjali, industrijali u politiku m'għandhomx.", "Allura huwa tradiment għall-interessi tal-poplu tagħna li rridu ngħaqqduh ma' pajjiżi li llum ma joffru xejn ħlief inkwiet soċjali, ekonomiku, politiku u industrijali.", "Jekk inħarsu lejn il-politika ekonomika li biha miexja l-Komunita' Ewropea f'ħafna oqsma, per eżempju s- sajd u l-biedja - u nistgħu nistaqsu lis-sajjieda u 'l-bdiewa ta' Franza, tal-Belġju, ta' l-Italja u ta' pajjiżi oħra tal-Komunita' - u fil-qasam tax- xogħol - u nistgħu nistaqsu lill-miljuni ta' ħaddiema li jinsabu bla xogħol fi Spanja, fl-Ingilterra, fi Franza u anke fil-Ġermanja - u lejn il- politika soċjali tagħha - jekk inħarsu lejn dawn il-pajjiżi li semmejt naraw li t-tendenza hija li jitnaqqsu d-drittijiet soċjali minħabba l- qagħda ekonomika jew twemmin ideoloġiku ta' min qed imexxi dawn il-pajjiżi - insibu li l-Komunita' m'għandhiex x'toffri lill-poplu Malti f'dawn l- oqsma li semmejt, anzi l-poplu Malti qiegħed fi stat u fi grad aħjar minn ħaddiema ta' dawn il-pajjiżi li semmejt.", "Allura trid tkun bla qalb u bla kuxjenza biex tipprova tisqi lill-poplu Malti mill-istess imrar li qed jixrob il-poplu ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi tal-Komunita' Ewropea.", "Biex inkomplu ngħarrqu l-qagħda, il-Gvern Nazzjonalista wasal biex jiftaħar li s-sigurta' ta' pajjiżna - u meta rrefera għas-sigurta' ta' pajjiżna għandi nifhem li ma kienx qed jirreferi għas-sigurta' fil-qasam tax-xogħol għax l-Unjoni Ewropea ma tistax toffri sigurta' fil-qasam tax- xogħol u allura nifhem li kien qed jirreferi għas-sigurta' militari ta' pajjiżna - tista' tiġi assigurata billi pajjiżna jkun ħaġa waħda mal- Komunita'.", "Din hija l-linja li l-Partit Nazzjonalista kien jieħu fis-snin sittin u sebgħin meta ried li pajjiżna jkun fin-NATO.", "II-poplu Malti dak inhar għażel triq ta' newtralita' u non-allinjament għax għalkemm il-Partit Nazzjonalista kien jinsisti li s-sigurta' ta' Malta kienet titlob li nkunu parti min-NATO, il-poplu Malti kien fehem li Malta tkun iktar ċerta mis- sigurta' tagħha jekk tkun newtrali u mhux allinjata.", "Hekk ukoll ngħid għall-quddiem; fil-ġlieda li tidher fuq l-orizzont bejn id-dinja Musulmana u d-dinja tal-Punent, Malta trid tkun newtrali u non-allinijata, u ma tagħmilx parti mid-dinja tal-Punent, mhux għax m'aħniex parti mill-Punent u parti mill-Ewropa imma għaliex ma rridux nieħdu sehem f'din il-ġlieda li ġejja bejn id-dinja Musulmana u d-dinja tal-Punent u żgur li m'għandniex għalfejn niġu identifikati bħala li nifformaw parti mid-dinja tal-Punent kontra l-interessi tad-dinja Musulmana.", "L-istess ħaġa nista' ngħid dwar il-kwestjoni kbira bejn il-pajjiżi ta' fuq tad-dinja u l-pajjiżi tan- nofsinhar tad-dinja.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, Onorevoli, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Malta m'għandhiex għalfejn tiġi identifikata mill-pajjiżi tan-nofsinhar tad-dinja bħala li tifforma parti mill-pajjiżi tan-naħa ta' fuq tad-dinja.", "GĦalhekk meta l-Gvern Nazzjonalista qed jinsisti li s-sigurta' ta' Malta titlob li Malta tkun parti mill-Unjoni Ewropea bħala parti mid-dinja tal-Punent, din l-idea għandha tiġi kombattuta kif sar fl-imgħoddi, billi nasserixxu li Malta għandha tkun newtrali u non-allinjata anke fis-snin li ġejjin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta 8 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EDUKAZZJONI GHAL ADULTI", "15303.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fit-2 ta' Marzu tas-sena l-oħra kien beda kors fil-għodu għall-adulti li kellu jwassal biex il-parteċipanti jkunu jistgħu jagħmlu wkoll l-eżamijiet ta' livell \"Ordinarju\", f'suġġetti bħal: Malti, Ingliż, Matematika, Taljan jew Franċiż, u Studju Soċjali.", "Peress li l-kors kellu suċċess kbir ħafna ħasbu li kien se jkompli f'Ottubru, 1993; iżda baqa' ma bediex.", "Wara, f'ġurnali lokali, qrajna li l-kors se jitkompla f'Jannar ta' din is-sena.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan il-kors reġax beda f'Jannar, 1994?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fetaħx kors ieħor ġdid għal dawk l-individwi li s-sena l-oħra ma kenux laħqu applikaw?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It-tieni fażi tal-Programm ta' Tagħlim ta' l- Adulti se jibda dan ix-xahar.", "Din is-sena l-applikazzjonijiet huma miftuħa kemm għal dawk il-parteċipanti nisa u rġiel li bdew il-kors is-sena li għaddiet, kif ukoll għal individwi oħra.", "Minħabba l-għadd kbir ta' studenti li din is-sena qegħdin isegwu korsijiet fl-iskola Sekondarja Għolja Giovanni Curmi, il-Programm ta' Tagħlim ta' l-Adulti ma setax jerġa' jiġi akkomodat fl-istess skola.", "Għalhekk din is-sena t-tagħlim se jibda fl-Iskola tal-Mużika, Johann Strauss, fil-Belt Valletta.", "Aktar tard, il-Programm ikompli fil-kumpless Ġan Franġisk Abela, f'bini li bħalissa qiegħed jiġi rinnovat mid- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "MOSTA - SKOLA PRIMARJA", "15404.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru li t-tfal li jattendu l-iskola Primarja tal-Gvern fil-Mosta li jirrikjedu attenzjoni speċjali qed jinżammu fil- kurridur ta' l-istess skola?", "Jaf il-Ministru li l-\"clinic\" li kien hemm fl-istess skola issa qed tintuża bħala klassi għat-tagħlim minħabba nuqqas ta' spazju?", "Jaf il-Ministru li kull meta tkun ix-xita l-aperturi miftuħin li hemm f'din l-istess skola qed joħolqu nkonvenjenzi kbar kaġun ta' l-ilma li jidħol?", "Meta se jiġu rrimedjata dawn in-nuqqasijiet?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Minħabba li l-għadd ta' tfal qiegħed dejjem jikber, inħass il-bżonn li b'arranġament ta' time-table, il-kamra fejn isir remedial teaching tiġi wżata wkoll bħala klinika.", "Qed jittieħdu passi biex jinħoloq spazju li jkun jista' jintuża bħala klinika.", "Xi tfal, minħabba problemi speċjali, ma jistgħux jibqgħu fil-klassi għal żmien twil.", "Meta jinħass il-bżonn, dawn it-tfal jinħarġu mill-klassi akkumpanjati mill-Kindergarten Assistants.", "Fl-iskola tal-Mosta, bħal fi skejjel li nbnew żmien ilu, hemm kuriduri b'arkati miftuħa.", "L-għeluq ta' dawn l-arkati jista' jiġi kkonsidrat wara li jintlaħqu prioritajiet oħra skond il-\"business plan\" tad-Dipartiment.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA TAL-PE", "15413.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'inhu n-numru ta' għalliema tal-PE mad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni?", "Kemm hemm għalliema li għandhom warrant bħalha għalliema tal-PE:", "(a) fl-iskejjel tal-Knisja (b) fl-iskejjel privati?", "Il-Ministru huwa sodisfatt bl-ammont ta' sports ipprattikat fl-iskejjel, kemm ta' l-Isport kif ukoll f'dawk tal-Knisja u Privati?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-għadd ta' għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel ta' l-Istat huwa ta' 98, disa' fl-iskejjel Primarji, 83 fl-iskejjel Sekondarji u f'dawk tas-Snajja', u sitta fl-iskejjel Post- Sekondarji.", "L-għadd ta' għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel tal- Knisja huwa ta' 36 u fl-iskejjel Privati huwa ta' 12.", "Inzertajt Ministru li ma tantx nissodisfa ruħi, iżda l-ammont ta' sport ipprattikat fl-iskejjel huwa l-massimu possibbli.", "Attivitajiet sportivi jsiru ta' sikwit kemm fl-iskejjel individwali kif ukoll bejn l-iskejjel, fuq skala nazzjonali u fuq bażi kompetittiva jew mhix.", "Ta' min jinnota li l-maġġoranza ta' l-iskejjel f'livell sekondarju jkollhom attivitajiet sportivi waqt il-\"break\" ta' nofs inhar.", "Il- kampjonati sportivi li jiġu organizzati f'dawn l-iskejjel isiru wara l-ħin ta' l-iskola.", "Rigward l-isport fl-iskejjel tal-Knisja u tal-Privat, meta wieħed iqabbel l-għadd ta' l-għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika ma' l-għadd ta' skejjel, wieħed jasal għall-konklużjoni li l-ammont ta' sport f'dawn l-iskejjel għandu jilħaq livell sodisfaċenti.", "QRATI - OFFERTI GĦALL-GĦAMARA", "14304.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet l-offerta għall-għamara u office equipment għall-annexe il-ġdid mal-Qorti?", "Min tefa' l-offerta?", "Liema kienet l-ogħla offerta?", "Liema kienet l-orħos?", "Lil min ingħatat it-tender?", "Kemm swiet din l-għamara u office equipment kollha?", "ONOR.", "JOE FENECH: L-offerta harget b'Avviz numru 302 fil-Gazzetta tal- Gvern numru 15633 fl-24 ta' Lulju, 1992.", "Kien hemm diversi offerti.", "Sar Board Dipartimentali biex jezamina l-offerti u jaghmel is-sottomissjonijiet tieghu.", "L-offerti kif irrikkmanda l-Bord inqassmu fuq diversi kuntratturi sabiex jigi assigurat l-inqas prezz.", "Qieghed naghti hawn taht kif giet moghtija t-Tender:", "EMWD Item 1 (v) Lm 30 2 (ii) 394 Lm 424", "Rizzo Mobili Item 1 (i) LM 120 i (ii) 140 1 (iii) 150 1 (iv) 210 2 (i) 1950 2 (ii) 1125 2 (v) 390 LM 4085", "Bezzina Bros Ltd.", "Item 3 (i) Lm 620 3 (ii) 1392 3 (iv) 156 3 (viii) 115 LM 2283", "Invicta Limited Item 3 (vi) LM 556", "FGP Ltd.", "Item 3 (ix) LM 620 4 (iii) 220 4 (iv) 230 4 (v) 120 LM 1190 Melco Item (iii) LM 962 (v) 661 LM 1623", "Total LM 10,161", "QRATI - PUBBLIKAZZJONI TA' SENTENZI", "14305.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kemm hu frekwenti l-pubblikazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti u f'liema sena waslu dawn il-pubblikazzjonijiet?", "ONOR.", "JOE FENECH: Minn mindu gie appuntat il-kumitat sabiex jikkompila l- gurisprudenza f'Awissu, 1992, gew pubblikati hames volumi li jkopru s-snin 1990 1991 u 1992.", "Qeghdin jithejjew dawk ghas-snin 1989 u 1993 u se jkunu ppubblikati matul din is-sena.", "PULIZIJA - PATOLOĠI FORENSIĊI", "14306.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Hemm il-ħsieb biex ikollna Patoloġi Forensiċi imħarrġin oħra biex jgħinu lit-tkabbir tas-sezzjoni forensika preżenti?", "X'taħriġ għandhom jingħataw u l-Gvern x'se jagħti?", "ONOR.", "JOE FENECH: Peress li s-sezzjoni forensika ma taqax taht id- dipartiment tieghi nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant biex jirrivolġi d- domanda lill-Ministeru koncernat.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ATTI INSINWATI", "14321.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid tul 1993 (Jannar 'il quddiem) kemm ġew insinwati atti fir-Reġistru Pubbliku?", "Kemm ġew reġistrati ipoteki, ipoteki legali, referenzi u renovi tul l- istess żmien?", "ONOR.", "JOE FENECH:", "|Enrolment of |16,525 | |Deeds(Insinwa)| | |Hypothecations|19,675 | |References | 7,040| |Legal | | |Hypothecations|141 | |Renewals | | | |1 |", "VALLETTA - STRAIT STREET, POST ALTERNATTIV", "14886.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 728,4331 u 7737 għall-post alternattiv għar-residenti ta' 29 Strait Street, Valletta, kif ukoll għall-interpellanza fuq l-istess suġġett ta' l- Onor. Lino Spiteri, jista' l-Ministru jara li dawn jingħataw il-post alternattiv li jidhirli li jixirqilhom, l-aktar jekk mis-Seduta 19 tal- Leġislatura wegħdtuhom li \"t-talba msemmija tkun tista' tintlaqa' meta jinstab post alternattiv\" s'issa għadu ma nstabilhomx dan il-post?", "X'tentattivi saru s'issa biex dan il-post xieraq jinstabilhom?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: M'ghandi xejn x'inzid mat-twegiba li tajt ghall- mistoqsijiet parlamentari numri 728 u 6558.", "CATERING AND ESTABLISHMENTS BOARD", "14935.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fejn mar l-uffiċċju tal-\"Catering and Establishments Board\"?", "Meta ġie mixtri?", "Mingħand min?", "Kemm kien il- prezz?", "Kif waslu għal dik l-għażla ta' dan il-post?", "Jekk ġie irranġat, kemm kienet in-nefqa?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Skond kif gie mħabbar fil-press release cirkolata lill-istampa l-Hotels and Catering Establishments board gie ri- allokat f'dar numru 172, Triq Melita, il-Belt, Valletta.", "Il-fond ma nxtarax u kull spiza, inkluz l-istallazzjoni ta' lift, necessarja biex ikunu jistgħu jigu akkomodati l-impjegati u l-pubbliku saret mis-sidien.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "15102.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 14391?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-għadd ta' għalliema li qed jaħdmu fuq bażi part-time din is-sena fl-iskejjel huwa hekk:", "(a) Tal-Gvern - (b) Tal-Knisja 123 (ċ) Privati 126 (d) Li jgħallmu l-Ingliż 191", "L-għalliema li huma kkonsidrati bħala part-timers huma dawk li ma jaħdmux aktar minn 15-il siegħa fil-ġimgħa.", "Rigward (a) (b) u (ċ) tat-tieni parti tal-mistoqsija, irrid ngħid li d- Dipartiment ma rċieva ebda lment minn għalliema impjegati.", "Minn żjajjar li saru fi skejjel privati fl-aħħar xhur, ma jirriżultax li kien hemm għalliema part-time jaħdmu sigħat full-time.", "Lanqas ma jirriżulta li kien hemm xi għalliema jaħdmu mingħajr warrant.", "PULIZIJA -- FRODI", "15103.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pulizija qed tinvestiga każi ta' frodi li hemm imdaħħal fihom Olaf Cini?", "Fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?", "Jikkonferma li Olaf Cini ma jinsabx Malta u li dwaru kien hemm kuntatti ma' forzi oħra tal-pulizija f'pajjiżi oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Pulizija għamlet il-kuntatti kollha meħtieġa sabiex tissokta bl-investigazzjonijiet ta' dan il-każ.", "SERVIZZI INTEGRATI AZIENDALI - FRODI", "15104.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jikkonferma l-Ministru li fl-1993 Dr Enzo Florams, Managing Director tal-kumpannija Taljana Servizzi Integrati Aziendali - Servizzi SAS - kiteb lill-Ambaxxata Maltija f'Ateni l-Greċja u spjega kif ġie ffrodat miċ-ċittadin Malti Olaf Cini?", "X'passi ħa l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin wara li rċieva din l- ittra mill-Ambaxxata Maltija fil-Greċja?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nikkonferma li l-Ministeru rcieva ittra minghand Dr Enzo Florams fis-6 ta` Settembru 1993, u li din giet moghtija lill- awtoritajiet koncernati halli jittiehdu l-passi mehtiega.", "MID-MED BANK - IFFALZIFIKAR TA' DOKUMENT", "15105.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jikkonferma l-Ministru li f'dawn l-aħħar sitt snin kien hemm każ fejn ċertu Olaf Cini ffalsifika dokument tal-Mid-Med Bank biex jagħti x'jifhem li se jagħmel ħlasijiet ta' 4.29 miljun Dollaru Amerikan għax- xiri ta' siment mill-Eġittu?", "X'passi ħa l-Mid-Med Bank dwar dan l-abbuż?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nikkonferma li ftit snin ilu l-Mid-Med Bank ircieva mingħand Bank Egizzjan rikjesta biex jitħallsu kummissjoni u pustaġġ fuq garanzija li l-Bank Egizzjan kien ircieva bil-fax.", "Il-Mid-Med Bank indunaw li din il-garanzija kienet iffalsifikata, għamlu investigazzjoni intensiva u sussegwentement irreferew il-każ f'idejn is- sezzjoni tal-Frodi tal-Pulizija biex jittieħdu l-passi necessarji.", "Ta' min jgħid li l-Mid-Med Bank ma tilifx flus minn dan l-allegat frodi.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR", "15179.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Mindu twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kemm irċeviet rapporti/saret taf:", "a) b'lukandi u/jew parti minnhom;", "b) blokki ta' appartamenti jew parti minn kull blokk;", "c) ristoranti u/jew bars li kienu:", "1) mibnija bla ma ħarġu l-permessi kollha;", "2) mibnija bla ma ħareġ l-ebda permess?", "X'passi ħadet l-Awtorita' f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li minn mindu twaqqfet l-Awtorita` ttieħdu dawn il-passi:", "a) fuq tlett (3) lukandi mingħajr permess u tlieta (3) oħra mhux skond il- pjanti approvati fil-permess", "b) fuq 17-il blokk ta` appartamenti mingħajr permess u 25 mhux skond il- pjanti approvati fil-permess", "c) fuq 11-il ristoranti/bars mingħajr permess u ħamsa (5) mhux skond il- permess", "F`kull sit fejn il-permess jista` joħroġ tinħareġ `Avviż biex Tieqaf` u qabel ma jinħareġ il-permess titħallas multa.", "Fejn permess ma jistax joħroġ, jinħareġ `Avviż ta` Twettieq` bi żmien stipulat biex is-sit jerġa` lura fl-istat oriġinali tiegħu jew kif ġie approvat il-permess fuq is-sit.", "LUKANDI", "15180.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' lukandi liċenzjati bħala ta' Ħames stilel, Erba' stilel, eċċ?", "Kemm minn dawn jinsabu f'Għawdex?", "X'inhu n-numru ta' lukandi li huma taħt kostruzzjoni?", "Liema huma?", "Fejn qed jinbnew?", "Min ingħata l-permess biex jibni?", "Is-Segretarjat tat-Turiżmu huwa sodisfatt li kull lukanda li qed topera inbniet bil- permessi kollha meħtieġa?", "Titlob lil-Awtoritajiet ta' l-Ippjanar biex tieħu passi kontra dawk il-lukandi li hi kienet taf u/jew taf illum li ma inbnewx skond kif kienu jgħidu l-kondizzjonijiet imposti?", "Jekk saru xi rapporti lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mis-Segretarjat, tista' tgħid dwar liema lukandi saru r-rapporti?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Bħalissa hawn ħames lukandi licenzjati \"Five Star\" (fosthom tnejn f'Għawdex) u oħra li l-licenzja tagħħa qed tigi kkonsidrata; 26 lukanda licenzjati \"Four Star\" (fosthom 2 Għawdex u l- Kemmuna) u tnejn li l-licenzja tagħħom qed tigi kkonsidrata (fosthom waħda f'Għawdex); 57 lukanda licenzjati \"Three Star\" (fosthom 2 f'Għawdex); 31 lukanda \"Two Star\" (fosthom xejn f'Għawdex); u 15-il lukanda \"One Star\" (fosthom 4 f'Għawdex).", "Dwar progetti ta' lukandi godda approvati mil-\"Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li jservu ikel\", nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jara r- risposta tiegħi tal-21 ta' Ottubru 1992 għal mistoqsija parlamentari numru 5166 fejn kont tajt dettalji ta' kull progett.", "Din ir-risposta għadha valida.", "Dan il-Ministeru ma joħrogx permessi għal bini u għalhekk mhux f'pożizzjoni li jagħti informazzjoni mil-lat strutturali.", "L-applikazzjonijiet għal-lukandi jigu pprocessati mad-Dipartimenti tal- Gvern interessati u ma tinħarigx licenzja proprja jekk qabel ma jkunx hemm il-'clearance' minn dawn id-dipartimenti.", "Is-Segretarjat tat-Turizmu u d- Direttorat ta' l-Ippjanar jiltaqgħu regolarment kull xahar, jiddiskutu progetti turistici u jaħdmu bil-koperazzjoni ta' xulxin.", "Id-Direttorat ta' l-Ippjanar għandu l-ispetturi tiegħu, specjalizzati f'dan ix-xogħol, li jiccekkjaw jekk kull bini sarx skond il-pjanti approvati.", "L-ispetturi tas- Segretarjat tat-Turizmu jikkoncentraw l-aktar fuq li- 'standards' tal- lukandi skond il-klassifika tagħhom.", "MARSAXLOKK - DAWL FI TRIQ IX-XERRIEK", "15349.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Huwa possibbli li ssir lampa ħdejn \"Ta' Marie Garage\" f'Xerriek Rd, Marsaxlokk minħabba li din ilha ħafna tintalab mir-residenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li t-talba biex isir dawl fi Triq Xerriek, Marsaxlokk qegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "ZABBAR - DAWL FI TRIQ IS-SANTWARJU", "15350.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Għal- liema raġuni minkejja diversi talbiet għadha ma saritx bozza ħdejn l- istatwa tal-Madonna fi Triq is-Santwarju, f'Ħaż Żabbar?", "Tapprezza Enemalta li din il-parti ta' din it-triq prinċipali hi ferm mudlama u allura din il-lampa żgur li mhux qed tintalab b'kapriċċ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-talba biex issir bozza ħdejn l-istatwa tal- Madonna fi Triq is-Santwarju Ħaż Żabbar għadha qed tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "WIED IL-GĦAJN - ILMA FI TRIQ L-ISKAL", "15351.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Għaliex fi Triq l-Iskal, f'Wied il-Għajn qed ikun hemm qtugħ ta' l-ilma ta' spiss?", "X'xogħol hemm ippjanat biex din il-problema tittaffa?", "Meta hu maħsub li jibda dan ix-xogħol?", "Bejn wieħed u ieħor, meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li bħalissa l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta` l-Ilma qed twettaq programm ta` bdil tat-`trunk mains` u s- service mains f`Marsascala.", "Dawn ix-xogħlijiet qed iwasslu għal xi interruzzjonijiet fil-provvista ta` l-ilma f`dawn l-inħawi.", "Sadanittant, fil-ġimgħat li ġejjin għandu jitkompla l-estensjoni tat-tieni fażi New Qrendi Pipeline - South\".", "Meta dan il-main il-ġdid tad-distribuzzjoni lejn Nofs Inhar ta` Malta jkun qed jiffunzjona kompletament, il-provvista ġenerali ta` l-ilma lejn it- toroq kollha ta` Marsascala mistennija titjieb konsiderevolment.", "BDIEWA - ILMA MILL-IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "15352.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-bdiewa li hemm fl- inħawi ta' \"Ħas-Sajd\" f'Ħaż Żabbar mhumiex jieħdu ilma mill-'open channels' ta' l-impjant ta' Sant'Antnin?", "X'jista' jsir biex anke dawn il-bdiewa jkunu jistgħu huma wkoll jieħdu minn dan l-ilma?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma lill-Onor.", "Membru li f'dawn l-ahhar xahrejn kull min ried ilma mill-kanali ta' l-impjant ta' Sant'Antnin seta' jieħu ilma kemm irid.", "Veru li kultant il-produzzjoni ta' l-ilma ma lahqetx id-domanda ghax kien hemm talba kbira ghall-ilma u Has-Sajd kien fost il- lokalitajiet li batew, minhabba li jinsab l-izjed 'il boghod mill-gibjun u kawza tas-sistema tal-kanali.", "Il-bdiewa min-naha taghhom jistghu jghinu lilhom nfushom billi jibnu gwiebi kbar biex jahznu ghal meta jkun hemm nuqqas ta' ilma.", "Fl-inhawi ta' Has-Sajd, ftit li xejn hemm gwiebi kbar.", "WIED IL-GĦAJN - PLOTS FI TRIQ L-ISKAL", "15353.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Fi Triq l-Iskal, f'Wied il-Għajn hemm madwar tmien plots (illum ilkoll mibnija u abitati) li ħarġu bħala Homeownership Scheme u li sal-lum minkejja li għaddew aktar minn għaxar snin, dawn għadhom biss b'att ta' konvenju u qatt ma sar kuntratt fuqhom, jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'inhi l-problema u meta hu maħsub li tiġi solvuta din il-problema?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Qed jittiehdu l-passi necessarji biex l-art in kwestjoni tigi trasferita lill-Awtorita' tad-Djar u b'hekk ikunu jistghu isiru l-kuntratti.", "MTARFA - ANZJANI F'ĦAŻ ŻMIEN", "15368.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hemm anzjani akkommodati f'Ħaż Żmien, l-Imtarfa?", "Kemm minnhom jenħtieġu li jingħataw ikel speċjali minħabba natura ta' saħħithom?", "Kemm huwa l-ammont finanzjarju tal-vot allokat biex jinxtara ikel mitlub mill-Anzjani ta' Ħaż Żmien?", "Jikkonferma l-Ministru li hemm bżonn li dan l-ammont finanzjarju jiżdied sabiex l-anzjani f'Ħaż Żmien jkollhom aċċess għall-ikel aktar sodisfaċenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-preżent f'Ħaż Żmien, l-Imtarfa, hemm 45 anzjan.", "19 minnhom huma diabetiċi u għalhekk għandhom dieta speċjali.", "L-ammont finanzjarju allokat biex jinxtara ikel għall-Anzjani ta' Ħaż Żmien huwa mdaħħal fl-ammont allokat għar-Residenza ta' San Vinċenz.", "L-ikel jiġi provdut nej (raw) minn San Vinċenz u jissajjar mill-koki li hemm f'Ħaż Żmien.", "L-ammont finanzjarju għall-ikel ta' SVPR u ta' Ħaż Żmien jiżdied kull sena u qatt ma kien hemm xi forma ta' xeħħa fix-xiri jew tisjir ta' ikel.", "TELEPHONES - RATA TA' TARIFFI", "15369.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma eżatt kemm huwa l-ħin ta' kull telefonata qabel ma tibda t'applika t-tariffa l-ġdida ċioe' jekk hux ħames minuti jew ta' 3.8 minuti għal kull telefonata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'ħinijiet bejn it-8.00 a.m. u s-6.00 p.m. mit-tnejn sal-ġimgħa, l-abbonat jeħel pulse wieħed biss għal telefonata li ma taqbiżx il-ħames minuti, mentri jekk it-telefonata taqbeż il-ħames minuti anke b'sekonda, l-abbonat jeħel żewġ pulses.", "Il-figura ta' 3.8 minuti għal kull telefonata ma teżistix.", "TELEMALTA - IMPJEGATI", "15370.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Kemm ittieħdu passi dixxiplinari bil-Qorti mill- Korporazzjoni Telemalta kontra mpjegati li nqabdu jwettqu rregolaritajiet għad dannu ta' l-istess korporazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin (sena b'sena)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Wieħed irid jiċċara li skond il- provvedimenti tal-Ftehim Kollettiv, il-Korporazzjoni Telemalta ma tistax tieħu passi dixxiplinarji meta każ ikun qiegħed jiġi ttrattat mill-Qorti Ġudizzjarja, iżda tista' tissosspendi b'nofs paga lill-impjegati li kontra tagħhom ikunu qed jittieħdu proċeduri kriminali.", "F'dawn l-aħħar ħames snin, kien hemm tliet każi t'impjegati li tressqu l- Qorti Kriminali fuq reati li kienu ta' dannu għall-istess Korporazzjoni.", "Dan wara li l-investigazzjonijiet li saru mill-pulizija fuq talba ta' l- istess Korporazzjoni, kienu rriżultaw pożittivi.", "Il-każi kienu wieħed fl- 1992 u tnejn fl-1993.", "It-tlett impjegati huma sospiżi b'nofs paga.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "15371.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm kienu f'numru dawk il-ħaddiema li matul ix-xahar ta' Jannar inqatgħu minn fuq il-kotba ta' l-ETC biex ma jkomplux jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-għadd ta' ħaddiema li nqatgħu mill-ewwel parti tar-reġistru matul Jannar 1994 kien ta' 32.", "BDIEWA - ĦASIL TAL-KAXXI", "15372.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi jirriżulta li ma sar ebda titjib sodisfaċenti fir-rigward tas-sistema tal-ħasil tal-kaxxi (dugħ) anzi l-problemi qed jiżdiedu, jista' l-Ministru jikkonsidra li jara li jirrimedja għal din is-sitwazzjoni sabiex jkun assigurat lil bdiewa li din il-problema tingħeleb fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT:L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jara t-twegiba li tajt ghad-domanda numru 13493 ta' l-20 ta' Ottubru, 1993.", "Il-Ministeru se jaghmel l-almu tieghu, biss bhala membri tal-kumpannija, l- Assocjazzjonijiet tal-Bdiewa ghandhom jaghmlu l-parti taghhom wkoll biex jissodisfaw lill-bdiewa fuq it-tindif tad-dugh.", "ĦAXIX - LEVY", "15373.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Qed issir xi forma ta' ħlas ta' levy fuq ħaxix li jidħol u jinbigħ fil-pitkalija?", "Jekk iva, minn meta bdiet tinġabar din il-levy u kemm inġabru flus s'issa sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il-flus li jingabru bhala levy fuq haxix u frott li jidhol u jinbiegh fil-Pitkalija qed jinghataw lill-Pitkali Crates Ltd biex imexxu l-iskema tad-dugh.", "Il-flus li ngabru minn mindu bdiet l-iskema kienu hekk:-", "| | LM | |1990 |49,087 | |1991 |61,411 | |1992 |54,337 | |1993 |43,297 |", "MELITA CABLE TELEVISION - OPTIC CABLE NETWORK", "15432.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14914, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-ftehim milħuq bejn Telemalta u l-Melita Cable TV?", "Kien hemm xi klawsoli jew ħsieb li jiġu evitati kemm jista' jkun cables esposti?", "Hekk fl-affermattiv, għaliex dan mhux qed isir?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-ftehim milħuq bejn il- Korporazzjoni Telemalta u Melita Cable TV Ltd, jipprovdi għall-kiri minn Telemalta lill-Melita ta' ducts, arbli, brackets, trinek u faċilitajiet oħra li jsostnu linji u jżommu cables taħt l-art taħt ċerti kundizzjonijiet u proċeduri stipulati fil-ftehim.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija r-risposta hija fin-negattiv billi l- ftehim imsemmi mhux intiż biex jirregola l-operat tal-Cable Operator.", "F'dan ir-rigward nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 15164.", "POWER STATION - DELIMARA", "15433.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 14848 dwar l-ispiża s'issa tal-Power Station ta' Delimara, fejn qed jingħad li l-ispiża tas-Civil Engineering Works hija ta' Lm11,189,431.", "Jista' l-Ministru jagħti l-lista sħiħa tal-valur tat-tenders oriġinali kif ukoll l-isem tal-kuntrattur u n- nazzjonalita' tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-offerti li kienu saru oriġinarjament meta ħarġet it-tender kienu hekk:", "|Nru |Isem |Nazzjon|Valur | |tat-T|tal-Kuntr|alita' |tat-tend| |ender|attur | |er | | | | |oriġinal| | | | |i | |1. |Federici-|Italja |9776748.| | |Cogefar | |62 | |2. |Constr. &|Malta |2388100 | | |General | | | |. |Eng.", "Co | | | |3. |I.N.C.I.S|Italja |14452553| | |.A. | |.78 | |4. |Power |Malta |8595152.| | |Builders | |86 | |5. |Strojexpo|Czechos|10945868| | |rt Corp. |lovakia|.00 | |6. |Mowlem/Ma|Malta |13417227| | |lcon JV | |.00 | |7. |SMELT |Yugosla|20342188| | | |via |.02 | |8. |Slipform |Hong |13577483| | |Eng. |Kong |.40 |", "It-Tender Numru 2 kienet għal parti mix-xogħol biss u mhux għax-xogħol kollu kif mitlub.", "Għaldaqstant l-offerta ma ġietx ikkonsidrata.", "DIRETTORAT TAL-LIĊENZJI TAL-VETTURI - KONTIJIET", "15434.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Tista' ġentilment tgħid jekk hemmx xi ħsieb biex id- Direttorat tal-liċenzji tal-vetturi jibda jibgħat kontijiet bħal fil- każijiet ta' dipartimenti u korporazzjonijiet oħra tal-Gvern u b'hekk jkun iktar faċli li wieħed li jkollu vetturi reġistrati fuqu jew jkun liċenzjat biex isuq biex iħallas b'ċekk jew li jagħmel użu minn \"bank order\"?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Kollega se jkun ikkonsidrat meta tkun imdaħħla s-sistema komputerizzata fid- Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet.", "APPARAT SABIEX JITKEJJEL IT-TNIĠĠIS", "15439.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'mezzi jew apparat għandu l-Gvern sabiex jitkejjel t-tniġġis f'pajjiżna nkluż dak nukleari?", "Kif qed jintużaw dawn il-mezzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Dipartiment tat-Tossikoloġija tal-Gvern għandu apparat li jista' jkejjel ir-Radjoattivita' fl-arja, kif ukoll f'materjali oħra bħalma hija l-ħamrija u ħwejjeġ oħra ta' l-ikel.", "L-apparat jikkonsisti f'żewġ tipi: dawk li huma 'Field Instruments' li jittieħdu minn post għall-ieħor biex isir 'monitoring', kif ukoll apparat ieħor komputerizzat li jintuża fil-laboratorju biex jiġu identifikati u mkejla 'radioisotopes' differenti.", "Dan l-apparat jintuża minn żmien għal żmien biex isir 'monitoring' ta' l-ambjent.", "Jeżisti apparat varju ieħor li jista' jintuża għall-investigazzjonijiet fuq tniġġis ta' natura differenti.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni fuq xi tip speċjali ta' tniġġiz, nitolbu jagħmel mistoqsija aktar speċifika.", "PROGRAMM ELETTORALI PN 1987", "15440.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fil-programm elettorali tal-PN 1987 kien hemm hekk \"Saħħtek f'idejk...", "Bl-għajnuna tat-tabib li tagħżel int\".", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-wegħda flimkien ma' rapport ta' \"Working Committee on the General Practitioner Scheme\" u ġie ppubblikat f'Ottubru, 1988?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pożizzjoni dwar id-diskussjonijiet fuq l-Iskema tat-Tabib tal-Familja ma tbiddletx minn dik deskritta fit-tweġiba għall- mistoqsijiet parlamentari numri 9246 u 12951 mogħtija fil-15 ta' April u fid-29 ta' Settembru 1993 rispettivament.", "PROGRAMM ELETTORALI PN 1987", "15441.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Imbilli fil-programm elettorali tal-PN fl-1987 kien intqal \"Infittxu l-enerġija alternattiva\".", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'sar f'dan u rigward l-aħħar seba' snin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "SPTARIJIET - QWIEBEL", "15442.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm qwiebel impjegati mal-Gvern u kemm ras għar-ras iwelldu trabi kull sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' qwiebel mal-Gvern li jaħdmu fil- 'Labour Suite' huwa:", "Malta 18 'Full-Time' 14 'Part-time' Għawdex 6 'Full-Time' 2 'Part-time'", "Dawn jiġu ekwivalenti għal 20 'midwife full- time' f'Malta u seba' 'midwives' f'Għawdex. (bejn wieħed u ieħor ikun hemm sitt 'midwives' li jkunu fuq 'Maternity Leave').", "In-numru ta' trabi li twieldu matul 1992 u 1993 kien:", "Malta (K.G.H.) 4805 fl-1992 4595 fl-1993 Għawdex (G.G.H.) 405 fl-1992 438 fl-1993", "Ras għal ras dawn il-figuri iġibu:", "Malta fl-1992 - 240 twelid għal kull 'midwife' fl-1993 - 229 twelid għal kull 'midwife'", "Għawdex fl-1992 - 58 twelid għal kull 'midwife'", "fl-1993 - 62 twelid għal kull 'midwife'", "QORMI - DROGA FIL-POLIKLINIKA", "15445.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li għandi nformazzjoni li jidher li riċentement persuna inqabded tinjetta lilha nnfisha xi droga fil-bini tal-polyclinic ta' Ħal Qormi, jista' l-Ministru jikkonferma dan l-inċident u jagħti x'informazzjoni fuqu?", "X'passi ħadet il-Pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-4 ta' Jannar 1994, il-Pulizija ta' Ħal Qormi kellha rapport li fil-'basement' tal-Qormi 'Health Centre' nstabet kuċċarina maħruq li aktarx intużat għad-droga.", "Minn stħarriġ li għamlet il- Pulizija ma rriżultax min kien li ħalla il-kuċċarina fil-post.", "Wara li spiċċaw l-investigazzjonijiet il-kuċċarina ġiet distrutta fl- Isptar San Luqa.", "MARSA - TRAFFIKU FI TRIQ ALDO MORO", "15446.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għas-sitwazzjoni fi Triq Aldo Moro, Marsa (direzzjoni lejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata) fejn qed jiġi kkaġunat periklu fit-traffiku billi l-lane tan-naħa ta' ġewwa huwa kontinwament bblukkat b'karozzi wieqfa matul il-ġurnata minħabba trakkijiet li jbiegħu l- ħaxix, jista' l-Ministru jara li dan il-periklu ma jitħallix jitkompla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Pulizija ta' spiss tagħmel sorveljanza fl-inħawi.", "SANT'ANDRU - TISWIJIET FI TRIQ REĠJONALI", "15447.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-investigazzjoni li kellu jagħmel dwar l-Interpellanza tiegħi numru 14919?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-investigazzjonijiet għadhom sejrin peress li qed jinġabru l-applikazzjonijiet kollha li saru fuq is-sit imsemmi minn qabel l-1983 biex jiġi ndikat min għamel ix-xogħol.", "FONDAZZJONI GĦAT-TIFTIX LINGWISTIKU MALTI - MEMBRI", "15448.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-objettivi tal- Fondazzjoni għat-tiftix lingwistiku Malti?", "Min huma l-Membri u ċ-Chairman ta' din il-fondazzjoni?", "Meta twaqqfet?", "Min s'issa għamel użu u użufrutt minnu?", "X'mezzi hemm biex kull ċittadin ikun jista' jużufruwixxi minn din il-fondazzjoni?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ma teżisti ebda fondazzjoni b'dan l-isem fil- Ministeru jew fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Hemm \"Trust Fund for Linguistic Research\" li pero' m'għandux konnessjoni diretta mal-Ministeru.", "Naf li l-Fond kien għamel xi xogħol ta' pubblikazzjoni ta' xogħlijiet tal- Professur Aquilina.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - HEALTH ASSISTANT", "15449.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-Health Assistant li kkwalifika sentejn ilu?", "Meta se jieħdu l-appointment, kemm huwa n-numru li kkwalifikaw u x'xogħol qed jagħmlu bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel partijiet tal-mistoqsija m'għandix xi nżid mat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13344.", "Dwar l-aħħar parti, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' dawn il-'Health Assistants' ivarja skond is-sezzjoni/taqsima fejn ikunu qed jaħdmu.", "BIRŻEBBUĠIA - TISWIJA TA' TRIQ IL-KITTARISTI", "15454.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Kittaristi, l-Qajjenza, Birżebbuġia li ilha snin tistenna li tiġi asfaltata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li Triq il-Kitarristi (qabel Triq il- Qanfud) fil-Qajjenza għadha mhux żviluppata kollha u se tiġi mdaħħla fil- programm ta` l-asfaltar aktar 'il quddiem.", "BIRŻEBBUĠIA - TISWIJA TA' TRIQ L-GĦANNEJ", "15455.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq l-Għannej, il-Qajjenza li hu mimlija ħofor?", "Jista' jsir programm ġenerali ta' tiswija ta' toroq fil-Qajjenza li jinsabu f'kondizzjoni tassew ħażina?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-dipartiment konċernat jara x`jista` jagħmel dwar l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "BIRŻEBBUĠIA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "15456.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwassal id-drenaġġ f'diversi toroq fil-Qajjenza, Birżebbuġia peress li għad hemm diversi residenti joqogħdu fi djar bla drenaġġ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li diġa' saru tħejjijiet meħtieġa biex jinħarġu l-kuntratti tax-xogħol meħtieġ għas-servizz imsemmi.", "BIRŻEBBUĠIA - \"SLEEPING POLICEMEN\" FI TRIQ L-IŻBARK TAT-TOROK", "15457.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistgħu jsiru żewġ \"mounts\" jew \"sleeping policemen\" fil-parti asfaltata bl- isem ta' l-Iżbark tat-Torok, Qajjenza peress li r-residenti li joqogħdu hemm kollha huma koppji żgħar bi tfal żgħar u l-karozzi jgħaddu sparati minn hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se ngħaddi t-talba ta` l-Onor.", "Interpellant lill- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "KORP TAL-PULIZIJA - PERMESS TA' PART-TIME JOB", "15458.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-Pulizija, Surġenti u Spetturi li ngħataw l-permess li jaħdmu part-time job fis-snin 1992 u 1993 u din is-sena s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul l-1992 u l-1993 ma ngħata l-ebda permess.", "Fil-1994 ngħata permess wieħed.", "BIRŻEBBUĠIA - DISTRIBUTUR TAL-GASS", "15459.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' t-Taqsima tal-Gass ta' Enemalta tordna lid-distributur tal-gass f'Birżebbuġia biex jmur regolari darba f'ġimgħa fil-Qajjenza, Birżebbuġia?", "Jaf il-Ministru li d-distributur m'għandux ġurnata fissa u ma jmurx regolarment?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li d-distributor tal-gass imur regolari fit-toroq magħrufa bħala Tal-Qajjenza.", "Il-ġranet regolari tiegħu huma nhar ta` Tlieta u l-Ħamis.", "Peress li l-impjant tal-gass jinsab fil-Qajjenza, d-distributur jgħaddi minnhom ta` kuljum.", "SPTAR SAN LUQA - ĠLIEDA FIN-NURSES MESS.", "15521.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba għall-Interpellanza tiegħi numru 15032, jista' l-Ministru jgħid f'liema parti ta' l-isptar saret il- ġlieda/inċident msemmi fil-mistoqsija tiegħi skond l-investigazzjoni magħmula mill-awtoritajiet ta' l-Isptar San Luqa?", "Jekk il-ġlieda saret fil-mess ta' l-Infermiera, x'kienu qegħdin jagħmlu hemmhekk dawk iż-żewġ persuni li mhumiex impjegati tad-Dipartiment tas- Saħħa?", "Minn tahom l-awtorita' li jidħlu hemmhekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalma jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant fin-nofs ta' nhar ta' fil-għodu jattendu eluf ta' nies ta' kull kategorija u għal diversi raġunijiet fl-Isptar San Luqa.", "Mhux possibbli li jsir kontroll fuq kull persuna li tidħol fl-Isptar, la loġistikament u lanqas amministrattivament.", "Ma jirriżultax prima facie li xi awtorita' tat permess lil persuni involuti fil-'Mess' ta' l-Infermiera.", "ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "15582.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Huwa minnu li l-casual social assistants ma' l-anzjani għad għandhom status ta' self-employed u ma jieħdu ebda benefiċċji soċjali għall- mard jew leave?", "Meta mistennija li tiġi regolarizzata l-pożizzjoni tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-'Casual Social Assistants' li jaħdmu ma' l- anzjani għandhom status ta' 'self-employed' skond l-Att No. VIII ta' l- 1992.", "Huma mhumiex intitolati għall-'vacation leave' iżda ntitolati għal benefiċċji soċjali għall-mard skond l-istess liġi.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - METER READERS", "15583.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jinżammu meter readers mal-Water Services Corporation minn mal-Water Works?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma m`għandha l-ebda talba minn xi meter readers li ma jridux jibqgħu jaħdmu magħha u għaldaqstant il-meter readers kollha se jibqgħu fis-servizz tagħha.", "SWATAR - TISWIJA TA' TOROQ", "15584.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fit- toroq tas-Swatar jistgħu isiru xi forma ta' patches għax meta jiġu jitfgħu ftit qatran appena tagħmel naqra xita u jgħaddu l-karozzi minn fuqu dan jerġa' jinqala'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jara x`jista` jagħmel dwar is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "SWATAR - DAWL FI TRIQ IT-TORRI", "15585.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jsir street lighting fl-isqaq li jagħti għal Triq it-Torri, mis-Swatar minħabba li din it-trejqa qed tagħti lok għal kull tip t'abbuż?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-talba biex isir dawl fl-isqaq li jagħti għal Triq it-Torri, mis-Swatar qed tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "SWATAR - PLAYING FIELD", "15586.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li minkejja li t-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija preċedenti, il-playing field tas-Swatar għadha qed tinxtegħel fit-8.35 p.m. u tintefa' fil-5.00 a.m., filwaqt li minn 18-il bozza hemm biss ħamsa jixgħelu għax l-oħrajn jinsabu maqtugħin?", "Jaf il-Ministru li anke d-dawl fit-telephone box huwa maqtugħ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment konċernat jara x`jista` jagħmel dwar l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "SWATAR - PLAYING FIELD", "15587.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi playing field komuni għaż- żgħażagħ tas-Swatar, Ta' Paris u tal-Qattus?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dan l-aħħar diġa' sar xogħol fuq spazju pubbliku f`Tas-Swatar, filwaqt li f`Ta` Paris inbeda x-xogħol fuq ġnien pubbliku ġdid li mistenni jitlesta ma jdumx.", "GĦAWDEX - QASAM TA' DJAR", "15596.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Qasam tad-Djar ta' l-Istat hemm?", "F'liema bliet/irħula qegħdin?", "F'liema sena ngħata bidu għal kull wieħed minnhom?", "Kemm-il unit (plot, flat jew dar) hemm f'kull Qasam tad-Djar?", "Kemm hemm nies jabitaw fihom?", "Kemm-il unit hu kkalkolat li baqa' x'jitla' fihom sa' l-1996?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Naghti risposta f'seduta ohra.", "INDUSTRIJA - EGĦLUQ TA' FABBRIKI", "15597.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il fabbrika għalqet minn Mejju 1987 sal-31 ta' Diċembru, 1993?", "Kemm kien hemm ħaddiema impjegati f'kull fabbrika?", "Dawn għadhom bla xogħol sal-lum?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat- twegiba tal-mistoqsijiet parlamentari numri 9144 u 14255.", "TELEMALTA - KAŻI TA' DIXXIPLINA", "15600.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-każi ta' dixxiplina ta' Telemalta li nqatgħu tul is-snin 1991, 1992, 1993 u matul Jannar 1994?", "X'kienu l-akkużi u x'weħlu penali?", "Rigward dawk il-każi ta' telefonati li saru għal barra minn Malta minn uffiċjali ta' Telemalta b'dannu finanzjarju għall-istess Telemalta, jista' l-Ministru jindika min huma dawn l-uffiċjali u kemm kienu l-ammonti individwali li kull uffiċjal kien responsabbli għalihom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma nara l-ebda użu li wieħed jagħti dettalji ndividwali tal-każi kollha ta' dixxiplina li kien hemm bejn l-1991 sal-lum.", "Madankollu, għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant, in-numru ta' każi ta' dixxiplina li nqatgħu fis-snin mitluba kienu kif ġej:", "| |Dixxiplin|Late | | |a |attendance | |1991 |361 |nil | |1992 |533 |137 | |1993 |322 |158 | |1994* |7 | nil |", "* sa Jannar", "L-offiżi kienu waħda jew aktar minn dawk li jidhru hawn taħt, bil- penalitajiet ivarjaw minn twissija sa tnaqqis ta' xahar u nofs paga b'din ta' l-aħħar tkun f'każi fejn uffiċjali kienu nstabu ħatja ta' skartar minn fuq il-post tax-xogħol.", "Kien hemm ukoll każijiet fejn uffiċjali kienu \"down graded\".", "Offiżi:", "(a) nuqqas ta' ppanċjar fil-ħin tad-dħul u/jew ħruġ (b) nuqqas ta' rrapportar għax-xogħol (c) skartar minn fuq il-post tax-xogħol (d) tnikkir (e) tbagħbis ma' l-punchcards (f) nuqqas ta' rispett lejn l-abbonati (g) vacation leave mhux awtorizzat (h) nuqqas ta' lbies ta' l-ID card, jew ilbies protettiv jew uniformijiet (i) irrapportar tard għax-xogħol", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija, jifhem l-Onor.", "Interpellant li mhix etika li wieħed jindika b'isimhom l-uffiċjali nvoluti.", "Madankollu, il-każi li hemm referenza għalihom fil-mistoqsija kienu għaxra (10) u l-ammonti nvoluti kienu jvarjaw minn Lm21 sa Lm900.", "L- ufficjali ntrabtu li jroddu lura s-somma nvoluta.", "MOSTA - DAWL FI VJAL L-INDIPENDENZA", "15613.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8548 tat-22 ta' Frar, 1993 dwar il-ħtieġa li tiġi mdawwla b'mod xieraq Vjal l- Indipendenza, il-Mosta għax anke il-\"pedestrian crossing\" li hemm quddiem il-Kappella tinstab fid-dlam, il-Ministru kien qal li din it-talba qed tiġi mistħarrġa u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra, jista' l-Ministru issa li għaddiet sena jgħid jekk is-sitwazzjoni ta' din il-Bypass ġietx mistħarrġa u għaliex baqa' ma sar xejn f'dan ir-rigward minkejja l- inċidenti li sikwit ikun hemm f'dan il-lokal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-talba biex tiġi mdawwla Vjal l-Indipendenza l- Mosta għadha qed tiġi kkonsidrata.", "Ix-xogħol biex issir il-manutenzjoni ta` l-elettriku għal `pedestrian crossing` li hemm quddiem il-kappella għandu jinbeda.", "VETTURI - DIRETTORAT GĦALL-ILLIĊENZJAR/ITTESTJAR TA'", "15614.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista l-Ministru jagħti tagħrif kif kien kompost id- Direttorat għall-Illiċenzjar u Ittestjar tal-Vetturi meta twaqqaf f'Jannar 1993 billi jgħid kemm kien hemm impjegati sena ilu u llum?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien ix-xogħol ta' kull impjegat li kien hemm meta twaqqaf id-Direttorat u x'inhu xogħol ta' kull impjegat li hemm illum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' impjegati fid-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet f'Jannar ta' 1993 kien l-istess bħal dak tal-lum, jiġifieri 80 ruħ.", "Id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet huwa maqsum prinċipalment fi tlett sezzjonijiet jiġifieri s-sezzjoni ta' l-amministrazzjoni, is-sezzjoni tal-liċenzji tal-vetturi u s-sezzjoni tal-liċenzji tas-sewqan.", "Fis- sezzjoni ta' l-amministrazzjoni hemm 32 impjegat, fis-sezzjoni tal-liċenzji tal-vetturi hemm 32 impjegat filwaqt li f'dik tal-liċenzji tas-sewqan hemm 16-il impjegat.", "TRASPORT PUBBLIKU - XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "15615.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li matul l-ewwel xhur tas-sena l-oħra (1993) kienu saru diskussjonijiet bejn l-Uffiċjali fil- Ministeru għall-Ambjent u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dwar min kellu jkun responsabbli minn xogħlijiet infrastrutturali fil-Qasam tat- Trasport Pubbliku bħalma huma bus shelters, bus stages, eċċ. jekk issa hemmx qbil dwar dan?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ġie deċiż dwar dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-responsabbilta' tal-bus stages u bus shelters hi issa f'idejn l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Fil-futur qrib din se toħroġ sejħa għal offerti għal min hu interessat iwettaq xogħol ta' bini ta' bus shelters u twaħħil ta' bus stages u jieħu ħsieb il- manutenzjoni u t-tindif tagħhom.", "Sakemm issir l-għażla ta' l-aħjar offerta, dan ix-xogħol se jibqa' jsir mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tal-Ministeru ta' l-Ambjent u li għalih qed tħallas l-Awtorita'.", "MOSTA - TISWIJA TA' TOROQ", "15616.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi fi Triq it-Trinċetta kantuniera ma' Triq il-Kultellazz, l-Mosta kull meta tagħmel ix-xita qed iżżomm għadira ilma kbira li hija ta' inkonvenjent kemm għar-residenti kif ukoll għal kull min jgħaddi, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex din is-sitwazzjoni ma tibqax hekk u l-inkonvenjent jitneħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt li jittieħdu l-livelli fit-triq imsemmija biex isir studju x`inhu l-aħjar li jsir biex din il-problema tiġi eliminata.", "ZABBAR - ESTENSJONI TAĊ-ĊIMITERJU", "15626.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress illi għadd kbir ta' residenti li jabitaw u/jew qegħdin jibnu qrib in- naħa taċ-Ċimiterju ta' Ħaż Żabbar qegħdin joġġezzjonaw għal estensjoni ta' l-istess Ċimiterju, tant li diġa' ppreżentaw żewġ rikorsi (Melvin Depasquale, Mario Degabriele, Lawrence Pullicino u Emmanuel Farrugia VS.", "Joseph Zammit u Dun Kalċidon Vassallo bħala Kappillan tal-Parroċċa ta' Ħaż Żabbar) quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u qegħdin fil-preżent sal-lum stess jiġbru l-firem dwar petizzjoni minnhom sabiex l-estensjoni ma ssirx għax inħossu li hi ta' ħsara għalihom, għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet dan il-permess qabel ma nqatgħet il-kawża fil-Qorti?", "Jista' d- dipartiment iwaqqaf dan ix-xogħol li nbeda diġa'?", "Hawn xi policy rigward estensjoni ta' ċimiterji?", "X'distanza jrid ikun hemm mill-abitat bħala Liġijiet Sanitarji?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-permess ta` l-estensjoni taċ- ċimiterju ta` Ħaż Żabbar ħareġ konformi maz-zoning ta` l-art skond l- ischemes approvati.", "Ta` min jgħid illi qabel ingħata l-permess kien hemm il-`clearance` neċessarju tad-Dipartiment tas-Saħħa, minħabba li diġa kien hemm ċimiterju eżistenti.", "Hu aħjar li tingħata estensjoni ta` ċimiterju eżistenti milli tikkommetti area ġdida għal dan l-użu.", "ZABBAR - DAWL FI TRIQ IL-KBIRA", "15627.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb tixgħel bozza fi Sqaq Nru. 4, fi Triq il-Kbira, f'Ħaż Żabbar peress li ilha mitfija aktar minn tmint ijiem?", "Jista' d-dipartiment konċernat isewwi ċint li twaqqa' fil-playing field ta' Ħaż Żabbar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ċ-ċint imsemmi se jsir mid- Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi żmien qasir.", "Dwar il-bozza mitfija fi Sqaq Numru 4, Triq il-Kbira, Żabbar, jien informat li din issa ġiet mixgħula.", "ZABBAR - TISWIJA TA' TRIQ ALESSANDRO VII", "15628.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat jieħu ħsieb isewwi u jasfalta Triq Alessandro VII, f'Ħaż Żabbar u l-inħawi ta' madwarha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li Triq Alessandru VII, Żabbar hija mdaħħla fil-lista ta` l-asfaltar u ssir skond prioritajiet ta` xogħlijiet simili.", "KORDIN - DAWL FEJN IL-PADILJUN SPORTIV", "15629.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb tagħmel għadd ta' bozoz biżżejjed biex ikun hemm id-dawl fl-inħawi ta' fejn hemm il-Padiljun Sportiv ġewwa Kordin, Raħal Ġdid, (fejn jilagħbu l-Basketball)?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-talba biex isir dawl fl-inħawi ta` fejn hemm il- Padiljun Sportiv ġewwa Kordin Raħal Ġdid qed tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - ĦLAS LIS-SUR ZERAFA", "15642.", "L-ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: X'inhi r-raġuni li ċertu ħlas lil persuni li taw servizzi għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għadhom ma tħallsux kif inhu il-każ ta' Gużeppi Zerafa li pprovda karozzini u karrettuni?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Din hija materja li hi responsabbilta` unika tal- Kumitat Olimpiku Malti li huwa entita` totalment awtonoma u indipendenti taħt il-Kumitat olimpiku Internazzjonali.", "ZEJTUN - RAMPA FIL-MID-MED BANK", "15643.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jikkonsidra l-Ministru li jordna li ssir xi forma ta' rampa għad-dħul tal-Mid-Med Bank, Zejtun biex isir aċċessibbli għal min qiegħed fil- wheelchair, jew għandu xi diżabilita' li ma jistax jitla' turġien?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-Bank qiegħed jistudja x'jista jsir biex jipprovdi access għal min juza l-wheelchair f'kull fergħa li għandu f'Malta u Għawdex.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - CYPROTERONE ACETATE 50MGS", "15654.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Nagħmel referenza għat-tender 263 (Teżor) tas-16 ta' Lulju, 1993, item 3 (i) HMS 7776/92/BWB għal Cyproterone Acetate 50 mgs tabs (Androcur).", "X'inhi r-raġuni li din se tiġi allokata lil min ittenderja b'il fuq minn Lm4,000 aktar minn ħaddieħor, meta dawn qegħdin joffru eżattament l-istess prodott mill-istess ditta Schering?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-Tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN - DRENAĠĠ FI TRIQ ARTILLIERI", "15655.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li fi Triq Artillieri (New Street off Blajjiet Street) Marsaskala, minkejja li aktar minn 70% tat-triq ġiet mibnija, u s-servizzi kollha mħallsa, numru biss żgħir ta' familji fil-fatt daħlu joqgħodu fil-bini minħabba nuqqas ta' sistema ta' drenaġġ?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex fil-futur qarib dan is-servizz jingħata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li dalwaqt se tinħareġ tender għax- xogħol li hemm bżonn isir biex is-servizz mitlub jingħata.", "PULIZIJA - KAROZZI", "15673.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi u vans għad- dispożizzjoni tal-Pulizija u l-qadi ta' dmirhom fil-preżent?", "Kemm minnhom huma \"impressed\"?", "Qed ikun hemm sorveljanza li dawn ikunu \"road worthy\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fil-preżent il-Korp tal-Pulizija għandu għad-dispożizzjoni tiegħu 229 vettura (Karozzi u vanijiet).", "Informat ukoll li l-ebda vettura m'hi 'impressed' u li l-vetturi msemmija huma kollha 'road worthy'.", "Ta' min jgħid li l-Korp għandu 62 mutur għad- dispożizzjoni tiegħu.", "PULIZIJA - VETTURI MĦARKA/MIŻMUMA", "15674.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm buses, trucks, bowsers, vans u karozzi eċċ. ġew mħarka/miżmuma mill-Pulizija matul l-1992/1993 kull sena dwar \"exhaust fumes\" esaġerati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ġew imħarrka/miżmuma dawn il- vetturi rigward 'exhaust fumes' esaġerati:", "1992 - 187 1993 - 267", "SPTARIJIET - MEDIĊINI", "15675.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jdaħħal fil-lista ta' mediċini b'xejn awtorizzati mill-konsultants fl-isptar kemm \"in-patients\" kif ukoll \"out-patients\" tal-mediċina \"Lisinopril Tablets\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mediċina 'Lisinopril' diġa' qed tingħata b'xejn kemm lill-'Out-patients' kif ukoll lill-'In-patients' b'ċertu restrizzjonijiet.", "'Lisinopril tablets' jistgħu jiġu preskritti minn Konsulenti ta' l-Isptar wara li mediċini oħra mniżżla fil-Formularju tal- Gvern jinstabu li ma jagħtux l-effet meħtieġ fil-pazjent.", "Il-Konsulent ta' l-Isptar irid jagħmel talba fuq bażi individwali lill-'Drugs and Therapeutics Committee' ta' l-Isptar.", "Dan il-kumitat, wara li jikkonsidra l-każ, jista' jawtorizza lill-Konsulent biex jippreskrivi l-mediċina 'Lisinopril' għal dak l-individwu.", "VETTURI - DĦAĦEN ESAGERATI", "15676.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi passi dwar trucks, vans, buses, mini-buses u cars li jkunu qed jitfgħu \"dħaħen esaġerati\" li huma ta' ħsara għall-bniedem?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena ċert li l-Onor.", "Membru jaf li aktar tard din is-sena se nintroduċu l-ittestjar tal-vetturi bil-mutur fuq sistemi nternazzjonali b'makkinarju mill-aktar modern.", "Wieħed mill- iskopijiet prinċipali ta' dawn it-testijiet huwa li d-dħaħen perikolużi jkunu eliminati.", "ĦAMRUN - SUBSTATION FIL-QASAM TAD-DJAR TAR-RABBAT", "15685.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fil- Housing Estate tar-Rabbat il-Ħamrun, hemm substation li hija ta' nkonvenjent kbir għar-residenti ta' dan il-Housing Estate.", "Jista' l-Ministru jara jistax isolvi din il-problema billi din is- substation titqiegħed aktar lura tal-Housing Estate jiġifieri fejn hemm biċċa art li hija proprjeta' tal-Gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li peress li s-substation tar-Rabbat il-Ħamrun tinsab fil-ftuħ ħdejn il-garaxxijiet ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li din tiġi spustjata.", "GĦAJNUNA FINANZJARJA - KAŻ B'ID NRU.", "596577 (M)", "15686.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li għandha l-ID No. 596577 (M) li tbati minn Chronic Renal Failure, tistax tiġi kkonsidrata għal xi għajnuna finanzjarja oltre dik li qegħda tingħata?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ma jirrizultax illi l-persuna li ggib l-I.D. No. 596577(M) ghandha dritt ghal xi ghajnuna jew beneficcju iehor.", "Effettivament l-ghajnuna li qed tinghata bhalissa mid-Dipartiment dwar il- marda msemmija hija mahruga f'isem missierha peress li din tifforma parti mill-familja tieghu.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TAS-SEWQAN", "15690.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħidli għaliex id-driving licence ta' Grech John minn Ħaż Żebbuġ għadha ma ħarġitx wara li dan għadda mit- test eżattament fit-22 ta' Jannar, 1993?", "X'inhi r-raġuni li dan id-driving test tal-Group I wara li tħallset il- fee mitluba ddum daqshekk biex tintbagħat jew tinġabar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Kollega li d- \"driving licence\" li rrefera għaliha, issa ħarġet.", "Nixtieq pero' niġbed l- attenzjoni ta' Onor. Kollega li l-irċevuta li kellha f'idejha l-persuna msemmija xorta kienet isservi għall-iskop ta' \"driving licence\" sakemm hu jirċievi d-\"driving licence\".", "ENEMALTA - DANGER MONEY", "15691.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega għaliex id-danger money ma ngħatax lil ċerti kategoriji ta' ħaddiema f'Enemalta dan ix-xahar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ma kien hemm l-ebda `Danger Money` li kien dovut skond il-ftehim kollettiv li ma tħallasx f`Jannar 1994.", "Jekk l-Onor.", "Membru qiegħed jalludi għal xi `Danger Money` tal-ħaddiema tad- distrett ta` Ħal Luqa, dak ma tħallasx għax mhuwiex dovut skond il-Ftehim Kollettiv.", "MOSTA - TRASPORT PUBBLIKU", "15692.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaċċetta stedina sabiex f'ħin konvenjenti għalih, f'jum kiesaħ b'riħ qawwi mit-Tramuntana kif inhu llum il-Ħamis 27 ta' Jannar, noqogħdu flimkien nistennew biex nirkbu karozza tal- linja fuq l-istage li hemm fejn qabel kien hemm il-venda tal-Mosta mqarr għall-għoxrin minuta biss sabiex b'hekk jirrealizza b'liema mod ġie ttrattat il-poplu li jinqeda bil-karozzi tal-linja f'dan il-lokal?", "Jista' l-Ministru jġib miegħu fuq l-post il-persuna/i li ħadu d-deċiżjoni li titneħħa l-venda u lanqas jiġi provdut bus shelter u b'hekk in-nies ġew stmati agħar min annimali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li minn stħarriġ li jsir mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku minn żmien għal żmien ma jirriżultax li jkun hemm persuni li jdumu jistennew aktar minn seba' minuti biex jirkbu karrozza tal-linja mill- pjazza tal-Mosta.", "Barra minhekk, għandi ninformak li l-bus shelter twaħħal nhar il-Gimgħa, 4 ta' Frar.", "Il-passi biex isir il-bus shelter ittieħdu qabel kull stedina li saret mill-Onor.", "Interpellant.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - TISWIJIET", "15696.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nagħmel referenza għat-tweġiba tiegħek għall-Interpellanza numru 14830.", "Jista' għaldaqstant isiru l-ispezzjoni u t-tiswijiet meħtieġa fi Triq Sant'Anġlu, Żejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li diġa' saru spezzjonijiet f`St Angelo Street, Żejtun u l-kuntrattur ġie ordnat jerġa` jsewwi x-xogħol li ma kienx laħaq il-livell meħtieġ.", "TFAL ADDOTTATI", "15697.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Hu mixtieq li qabel ma koppja taddotta tarbija din trid tkun ilha ta' lanqas ħames snin tagħti ċans biex ikollha t-tfal.", "Tista' fil-każ ta' koppji li jkunu qabżu l-eta' li jista' jkollhom tfal, tingħata konsiderazzjoni li dan il-perjodu ma jkunx daqshekk ukoll għar-raġuni biex tali koppja li jkollha l-kwalitajiet biex taddotta ma tikbirx aktar fl- eta'?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-materja li ghaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant ma taqax taht il-Ministeru tieghi izda taht il-Ministeru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali.", "Ghaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lil Ministru koncernat.", "KALAXLOKK - ASSIKURAZZJONI", "15698.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'insurance cover għandhom il-ħaddiema ta' Kalaxlokk?", "Kien hemm inċidenti li rriżultaw fatali?", "X'kumpens sar lill-qraba?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ŻABBAR - DAWL FI TRIQ SANTA MARIJA", "15699.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' Enemalta tieħu ħsieb il-fanali ta' barra l-Knisja ta' Santa Marija fi Triq Santa Marija, Żabbar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta biex tieħu azzjoni ħalli ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq is-sistema tad-dawl quddiem il-Knisja ta` Santa Marija fi Triq Santa Marija, Żabbar.", "TELEMALTA - ĦADDIEMA MRESSQA QUDDIEM IL-KUMMISSJONI KONTRA L-INĠUSTIZZJI", "15700.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ tressaq mill-ħaddiema ta' Telemalta quddiem il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni kontra l-Inġustizzji?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn ir-rapporti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li sa l-1 ta' Frar 1994, il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Ingustizzji rċeviet 477 każ minn ħaddiema ta' Telemalta.", "Billi skond l-Artikolu 7, Subartikolu (2) ta' l-Att XV tal-1987, kull investigazzjoni skond din il-Ligi għandha ssir fil-privat, ma nħossx li r- rapporti mitluba għandhom jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SPTARIJIET - INFERMIERA", "15701.", "L-ONOR CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-arretrati ta' dawk in-nurses li kienu jaħdmu full-time fl-isptar fis-snin 1991 u 1992 u li qalbu part-time fis-sena 1993 u li sal-lum għadhom jaħdmu part-time fl- isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena nformat li d-Dipartiment tas-Saħħa, flimkien mad-Dipartiment tat-Teżor (Taqsima Salarji), qed jagħmlu x-xogħol involut fil-ġbir u pproċessar tad-dettalji meħtieġa biex ikun jista' jiġi stabbilit l-ammont ta' l-arretrati ta' dawn l-infermiera 'part-time'.", "Hekk kif jiġi finalizzat dan ix-xogħol, isir il-pagament ta' l-arretrati dovuti lilhom.", "INDUSTRIJI - FABBRIKA SELECO", "15702.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-fabbrika Seleco għaddejja minn kriżi serja f'dawn il-ġranet?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-qagħda tal-fabbrika Seleco qed tiġi mogħtija l-ezenzjoni kollha meħtieġa u ma jidhirlix li hu l-waqt li nikkummenta aktar f'dan l-istadju.", "BIRKIRKARA - TISWIJA TA' TRIQ PSAILA", "15703.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li Psaila Street, Birkirkara titranġa mill-aktar fis possibbli peress li fl-istat li hi qiegħda tkun ta' inkonvenjent kbir għas- sewwieqa kollha li jgħaddu minnha, speċjalment għall-pazjenti li jkunu f'ambulanzi u li jużaw din it-triq b'mod regolari?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bħalissa qed isir xogħol mid-Dipartiment tat-Toroq u l-MSU biex jiġu identifikati l-prioritajiet għat-tiswija ta` toroq in ġenerali.", "Sakemm dawn il-prioritajiet jiġu stabbiliti, Psaila Street tibqa` tingħata l-manutenzjoni li tenħtieġ.", "AWTORITA' TAD-DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "15704.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jistħarreġ il-każ ta' Mrs. Iris Tempelman u tat-tifla tagħha, li joqogħdu fi 12, Joe Flats, Emanuele Galizia Street, Ta' Xbiex u li għal raġunijiet serji ħafna ta' saħħa għandhom talba pendenti għal dawn l-aħħar sitt snin biex tinstabilhom akkomodazzjoni fi flat f'sular ta' isfel?", "Minkejja li ilu pendenti għal daqstant żmien, ma jidhirx li għadha saret investigazzjoni sħiħa tal-każ mid-Dipartiment tal- Housing.", "Minkejja li s-sinjuri Tempelman ikunu flessibbli ħafna dwar il- lokalita' fejn jistgħu jintbagħtu, l-aqwa li dan ikun \"Ground Floor\".", "(Referenza tal-File: HO 8556).", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-kaz tas-Sinjura Templeman qieghed jigi kkonsidrat flimkien ma' talbiet ohra simili.", "QORMI - DRENAĠĠ FI TRIQ MANWEL DIMECH", "15711.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li r-residenti ta' qrib Triq Manwel Dimech, Qormi li hi wżata wkoll minn tfal ta' l-iskola, qegħdin jilmentaw li qiegħed jinżel drenaġġ minn Mdina Rd, Qormi?", "Jista' l-Ministru jgħid ġiex stabbilit x'qiegħed jikkawża dan, u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt li ssir investigazzjoni fuq l-ilment ta` l- Onor. Interpellant għax jidher li qatt ma kien hemm rapporti fuq dan is- sit.", "G.A.T.T. - URUGUAY ROUND", "15712.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-qagħda preżenti ta' Malta viż a viż il-G.A.T.T.?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif se tiġi milquta gżiritna b'dak li ġie miftiehem fil-\"Uruguay Round\" tan-negozjati fi ħdan G.A.T.T?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Malta qeghda tippartecipa attivament fil-GATT, u fl-isfond tan-negozjati msejha `Uruguay Round`, li ghadu kif intemm, ghamlet il-kontribuzzjonijiet taghha kif mehtieg.", "Ir-rizultat ta` l- `Uruguay Round` huwa ntiz biex dejjem aktar jigi liberalizzat il-kummerc internazzjonali, mhux biss f`dak li ghandu x`jaqsam mal-prodotti agrikoli u manifatturi, izda anke fl-oqsma godda ta` servizzi, inkluzi servizzi finanzjarji.", "Ghaldaqtant ghal pajjiz bhal Malta, li l-ekonomija tieghu tiddependi fuq kummerc internazzjonali miftuh, inkluzi l-oqsma tas-servizzi, il-ftehim li ntlahaq fl-`Uruguay Round` huwa pożittiv, ghaliex se jippermetti li ahna nkunu nistghu nsahhu l-esportazzjoni taghna u s-servizzi taghna lejn barra.", "QORMI - ST.EDWARD'S STREET", "15713.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-feles żgħir ta' art privata f'St. Edward Street, Qormi kantuniera ma' Nru. 95 Triq Santa Katerina, Qormi tistax tiġi esproprjata ħalli titkompla l-bankina li tmiss magħha billi din l-art saret miżbla pubblika infestata bil-ġrieden b'dannu għar-residenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Wara spezzjoni fuq is-sit, irriżulta li l-feles ta` art imsemmi, li hija pjattaforma tal-konkos, proprjeta' ta` terzi persuni, li mhux fi stat mitluq rigward ħmieġ, u għalhekk mhux il-każ li din tiġi esproprjata biex tiġi estiża l-bankina li diġa' hija ta` qies normali.", "QORMI - RIMI TA' SKART", "15714.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11066 datata 8/6/93 u l-oħra sussegwenti Nru. 12767 datata 20/9/93 billi fl-art imsemmija reġa' akkumula ħafna ħmieġ u qegħdin jerġgħu jfiġġu għadd kbir ta' ġrieden, jistgħu jittieħdu passi rimedjali urġenti?", "Billi l-art mhux probabbli li tista' tiġi żviluppata għax dejqa u żgħira u hi biss kontinwazzjoni ta' parapetti/bankina, jista' jsir l-laison meħtieġ biex l-art tiġi esproprjata u titkompla bħala bankina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'referenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Membru li l-każ instema' quddiem il-Qorti fis-Seduta tas-Sanita' fil-25 ta' Jannar 1994.", "L-istess Qorti tat differiment għad-19 ta' April 1994 biex jitneħħa l-akkumulu msemmi.", "Madanakollu baqgħu jittieħdu passi perjodikament mingħand is-Sezzjoni ta' Kontroll tal- Ġrieden.", "Se ngħaddi s-suġġeriment tal-Onor.", "Membru fit-tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "QORMI - DAWL FI TRIQ IL-PALAZZ L-AĦMAR", "15715.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi l-bozza pubblika li qiegħda fuq id-dħul ta' Block A, Entrance 1, Triq il- Palazz l-Aħmar, Qormi (li taqa' taħt id-distrett ta' Birkirkara) ilha mat- tliet xhur ma tixgħelx, kif diġa' ilni li attirajt l-attenzjoni tal- Ministru, jistgħu jfittxu jittieħdu passi biex tinbidel/issir it-tiswija meħtieġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta biex tieħu l- passi meħtieġa.", "FLEUR-DE-LYS - TISWIJA TA' TRIQ TA' L-INDJANA", "15716.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex ġiet irranġata u mogħtija t-tarmac Triq ta' l-Indjana, Fleur-De-Lys, u minn min sar ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-ispiża biex ġiet irranġata u mogħtija t-tarmac Triq ta` l-Indjana, Fleur-de-Lys, hija ta` madwar Lm8,500 u x-xogħol sar minn kuntrattur privat taħt id-direzzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq.", "AQUA KULTURA - INFIQ", "15729.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Mill-1988 sal-lum kemm intnefaq kapital fuq Aqua Kultura?", "Kemm kienet in-nefqa rekurrenti fl-istess perjodu?", "Kemm inbiegħ (f'ammont ta' flus) ta' ħut prodott mill-aqua kultura fl- istess perjodu?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Risposta tinghata f'xi seduta ohra.", "BANEK - DEPOSITI", "15730.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm żdiedu id-depositi kollha kull sena mill-1988 sa l-1993 fil-Banek kummerċjali Maltin?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Onor Membru hu mitlub jikkonsulta l'\"Quarterly Review\" tal-Bank Centrali, partikolarment paġna 78, harġa ta' Dicembru 1993 li kopja tagħħa ngħatat lill-Onor Membru.", "KIRKOP - FTUĦ TA' TRIQ", "15746.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex il-parti ta' Triq San Pietru, f'Ħal Kirkop li se tinfed għal Safi Road (Kirkop) għadha ma infetħitx bil-konsegwenza li hemm plots li ma jistgħux jinbnew u qed isservi biss għal tfiegħ ta' skart u terrapien?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li Triq San Pietru li qed isir żvilupp fiha u li għad trid tinfed ma` Triq Ħal Safi u, Kirkop trid tinfetaħ bl-iżvilupp u tiġi ffurmata minn dawk li jagħmlu dan l-iżvilupp u li huma fl-obbligu li jifformaw l-parti tat-toroq quddiem il-proprjeta` tagħhom.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA'L-ILMA - SERVIZZ TA' L-ILMA", "15762.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb u jiżgura li l-applikazzjoni (Nru. 1025) tas-Sur Jesmond Farrugia ta' 128 F.X. Caruana Street, Birkirkara, lill-Uffiċċju tal- Water Services Corporation fin-Naxxar, biex jiddaħħallu l-ilma f'Chamonix, St. Mary Street, Naxxar, fejn se jmur joqgħod meta jiżżewweġ, tiġi implimentata minnufih?", "Din l-applikazzjoni għadha pendenti mill-11 ta' Ottubru, 1993.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li dan id-dewmien huwa dovut minħabba kwantita` ta` xogħol simili, u xogħol ieħor li kultant ikollu jingħata priorita` fuq is-servizzi ġodda.", "Huwa maħsub, li dan is-servizz jiġi mogħti fi żmien ftit ġranet oħra.", "UNIVERSITA' - SEJĦA GĦAL ASSISTENT DIRETTUR", "15763.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għal call for applications għal Assistant Director tas-Centre for Distance Learning ta' l-Universita' ta' Malta li ħarġet f'Jannar, 1994, jista' l-Ministru jikkonferma li sa minn qabel għalqet din il-\"call\", diġa' kien intgħażel is-Sur David Bezzina għall- post?", "L-applikanti li bagħtu l-applikazzjoni tagħhom bagħtu għalihom għal intervista?", "X'inhuma l-kriterji li fuqhom intgħażel is-Sur Bezzina għall- post ta' Assistant Director?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Le, l-allegazzjoni li saret għażla qabel għalaq iż-żmien ta' l-applikazzjonijiet għall-post imsemmi hija għal kollox bla bażi.", "Is-Sur Bezzina nħatar aġent Assistent Direttur taċ-Ċentru, mill- Kunsill ta' l-Universita' skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi għall- ħatriet fl-Universita', għal perijodu determinat ta' sena li beda f'Jannar ta' l-1993.", "Issa pero' jinħatar min fost il-kandidati għall-post min ikun l-aktar kwalifikat.", "LUQA - FTUĦ TA' SPIŻERIJA", "15764.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li l-ispiżerija pubblika ta' Ħal Luqa kienet tiftaħ kuljum u kienet taqdi n-nies u pazjenti tal-lokalitajiet tal-madwar, u issa qiegħda tiftaħ drabi anqas fil-ġimgħa b'riżultat li kull darba li tiftaħ ikun hemm ħafna nies jistennew għal żmien twil, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni ta' dan il-pass lura f'dan il-qasam?", "X'tama hemm li dawn l-affarijiet jitranġaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15049.", "SPTARIJIET - LAPAROSCOPIC SURGERY", "15765.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li huwa fatt li Laparoscopic Surgery hija għalqa fertili ħafna li minnha jistgħu igawdu ħafna pazjenti, billi jsir l-inqas trauma kirurġika u billi l-pazjent jirnexxilu jirkupra fl-inqas żmien possibbli, u huwa ta' benefiċċju wkoll għas-servizzi tas-saħħa kollha billi dawn jintużaw b'ħafna iżjed effiċjenza, u hawn Malta hawn min għandu esperjenza jagħmilhom u fil-fatt dawn jagħmluhom fi kliniċi privati, u kemm-il darba kien hemm pazjenti li xtaqu jagħmluhom l-isptar, u ma setgħux, jaqbel il- Ministru li din it-tip ta' kirurġija għandha tiddaħħal l-isptar?", "Jaqbel li huwa investiment tajjeb li l-apparat jinxtara?", "Meta ġieli saru mistoqsijiet fuq dan is-suġġett ħafna xhur ilu, għaliex s'issa dan għadu ma sarx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Gvern ħareġ sejħa għal offerti għall-video endoscopy equipment u bħalissa l-offerti li daħlu qed jiġu studjati mill- persuni kompetenti f'dan il-qasam.", "POLIKLINIĊI - ĦLAS LIT-TOBBA", "15766.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li għandi ilmenti li xi tobba tal-Polikliniċi għandhom jieħdu xi pagamenti ta' xogħol li sar extra ħafna xhur ilu, veru dan?", "X'inhi r-raġuni li għadhom ma tħallsux?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor. membru biex fl-ewwel lok ikun iżjed speċifiku u jgħid għal liema każi qed jirreferi.", "ŻEJTUN - DAWL FIT-TOROQ", "15783.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb: 1) li d-dawl li hemm ma' l-arblu fil-kantuniera ta' Triq Ġużeppina Curmi/Triq l-Isqof Galea, Żejtun jsirlu l-maintenance meħtieġ, u jekk hemm il-ħsieb li jitneħħa l-arblu jkun hemm street lighting alternattiv billi din il-pjazzetta hi mudlama għal kollox; u", "2) l-ħteġijiet ta' mistoqsija parlamentari numru 15304?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra."]} {"filename": "19971103_131d_par.doc", "date": "1997-11-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 131 It-Tnejn, 3 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 131", "It-Tnejn, 3 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "131", "It-Tnejn, 3 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 739", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 739", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 744", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA RIŻOLUZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TA' KUMMISSJONI DWAR L-INDUSTRIJA TAL-BINI F'MALTA 746", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET (VOTAZZJONIJIET) 764", "AĠĠORNAMENT 769", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 773", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 130 li saret fil-31 ta' Ottubru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "7096.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' ħlas li ħallsu l-clubs ta' l-ASA u t-team nazzjonali sabiex isir taħriġ u logħob tal-waterpolo/u għawm fil-pixxina nazzjonali f'Tal Qroqq fl-1996 u fl-1997 xahar b'xahar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-flus li ħallsu l-clubs tal-waterpolo għal taħriġ fil-pixxina u l- pagamenti li saru mill-ASA għall-kampjonat tal-waterpolo, għawn u taħriġ tat-teams nazzjonali ta' l-għawn kif ukoll tal-waterpolo huwa kif ġej:", "|Ħlas mill-Clubs|Ħlas mill-ASA | |Jan 96 LM |------- | |2645.90 | | |Feb |------- | |1979.60 | | |Mar |------- | |1800.30 | | |Apr |------- | |1030.40 | | |May |------- | |1027.80 | | |Jun |------- | |1998.90 | | |Jul |------- | |1408.70 | | |Aug |------- | |1225.60 | | |Sep | 2530.00 | |655.60 | | |Oct |------- | |598.00 | | |Nov |------- | |629.55 | | |Dec | 1265.00 | |1150.40 | | |TOTAL |LM 3795.00 | |LM16150.75 | | | | | |Jan 97 LM | ------- | |1962.90 | | |Feb |LM 1000.00 | |1533.60 | | |Mar |------- | |1819.20 | | |Apr |------- | |1563.70 | | |May |------- | |1363.30 | | |Jun |------- | |1531.55 | | |TOTAL LM |LM 1000.00 | |9765.25 | |", "Jiġifieri b'kollox jiġu aktar minn Lm25,000 għal dak li għandu x'jaqsam mal-clubs u xi ftit inqas minn Lm5,000 għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- ASA.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fid-dawl tal-fatt li ċerti clubs tal-waterpolo isibu diffikulta' biex iħallsu, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il- ħsieb li jingħata xi forma ta' sussidju, għallinqas lill-clubs iż-żgħar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li hemm diversi passi x'jittieħdu dwar tmexxija aktar effiċjenti u aħjar tal-pixxina nazzjonali u nittama li fix- xhur li ġejjin inkunu qegħdin nimxu f'dik id-direzzjoni.", "Jekk jien informat tajjeb, il-kriterji li fuqhom iħallsu l-clubs u li tħallas l- assoċjazzjoni kienu ġew imwaqqfa mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Jiġifieri jekk se nbiddlu dawk il-kriterji se nkunu qegħdin inbiddlu kriterji li kienu twaqqfu mill-amministrazzjoni preċedenti.", "DRENAĠĠ - MOSTA - TRIQ IL-WIED", "8856.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 4696 dwar servizz tad-drenaġġ fi Triq Ġdida ġo Triq il-Wied, il-Mosta - kif muri fis-site plan li qed tintbagħat separatament - tista' tingħata tweġiba dwar x'possibbilta' hemm li l-ftit residenti f'din it-triq ikunu jistgħu jingħataw is-servizz tad-drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant illi s-site imsemmija tinsab f'livell baxx fuq il-Wied ta' l-Isperanza, liema livell huwa 'l isfel mill-qiegħ tad-drenaġġ fi Triq il-Wied.", "Għaldaqstant huwa mpossibli li din is-site taqbad mas-sistema ta' drenaġġ by gravity u dan jista' jsir biss permezz ta' pumping station.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija parlamentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma naħsibx li jekk isir dan li qed jgħid il-Ministru din tkun l-unika triq li jkollha s-sistema tad-drenaġġ għaddej b'dan il-mod - hawn diversi postijiet f'Malta fejn hemm pumping station għad-drenaġġ - u allura, fid-dawl ta' dan, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li din it-triq ikollha s-sistema tad-drenaġġ imqabbda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, bħalissa d-dipartiment tad- drenaġġ qed jaħdem fuq numru ta' prijoritajiet li għandu u nassigura lill- Onor. Interpellant li din it-triq se tingħata l-prijorita' li jixirqilha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, peress li l-Ministru semma l- prijoritajiet, nixtieq nistaqsih jekk jistax jgħidilna meta se jsir ix- xogħol tad-drenaġġ f'Wied Blandun, fejn hemm problema li qed toħloq inkonvenjent kbir lin-nies ta' l-inħawi u tista' anke tkun ta' periklu għas- saħħa tan-nies.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, Wied Blandun u s-sit fil-Mosta li ssemma' mill-Onor.", "Galea m'humiex l-uniċi żewġ postijiet li għandhom bżonn is-servizz tad-drenaġġ.", "Hawn diversi lokalitajiet oħra fejn qed isiru binjiet ġodda li wkoll għandhom bżonn servizz.", "Kif diġa' għidt, wieħed irid jara eżattament liema huma dawk is-siti li għandhom bżonn dan is- servizz sabiex ikun jista' jiffissa programm u jibda jaħdem fuqu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix lista tal- prijoritajiet li semma' u jekk fl-affermattiv ipoġġiha fuq il-Mejda tal- Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, teżisti lista ta' postijiet li għandhom bżonn id-drenaġġ u li fuqhom qegħdin jinħadmu l-prijoritajiet.", "Jekk l- Onor. Pullicino jagħmilli domanda bil-miktub, inkun nista' npoġġi din il- lista fuq il-Mejda tal-Kamra, jew inkella jekk irid nista' ngħaddihielu personalment.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, f'dan il-Parlament qamet il- mistoqsija rigward l-impjanti ta' purifikazzjoni tad-drenaġġ f'diversi inħawi ta' Malta u jien nixtieq li l-Ministru jindika xi pjani konkreti hemm f'dan ir-rigward, b'mod partikolari għall-impjant li se jsir fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Ġie identifikat is-sit preċiż fejn se jsir?", "Sar xi studju dwar l-impatt ambjentali?", "X'inhuma d-deċiżjonijiet finali jew riċenti tal-Gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli għamel din id-domanda għaliex qed jagħtini ċ-ċans li nispjega xi affarijiet.", "L-ewwelnett fil-pajjiż aħna marbutin li sa ċertu żmien nibnu biżżejjed impjanti tat-trattament tad-drenaġġ li permezz tagħhom inkunu nistgħu nittrattaw id-drenaġġ kollu li nipproduċu f'Malta.", "Dan il-pjan kien sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti u ġew identifikati diversi sites fejn għandhom isiru l-impjanti.", "L-ewwel xogħol li sar kien it-tkabbir ta' l- impjant li hemm f'Sant'Antnin.", "Dan kien inbena mill-amministrazzjoni Laburista ta' qabel, iżda fid-disa' snin li għamel fil-poter Gvern Nazzjonalista dan ix-xogħol ma komplieħx.", "Malli tlajna aħna fil-gvern, kabbarna dan l-impjant u issa x-xogħol huwa lest u nittama li jinfetaħ uffiċjalment fi żmien ġimgħa jew tnejn.", "Kien hemm żewġ impjanti oħra, wieħed għan-naħa ta' fuq ta' Malta u ieħor għal Għawdex, li s-siti għalihom diġa' ġew ddeterminati mill-konsulenti.", "Aħna naqblu mal-prinċipju li għandhom jinbnew żewġ impjanti f'dawk il-lokalitajiet pero' hemm diffikulta' dwar il-location li ntgħażlet għan-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Jekk wieħed jiftakar tajjeb meta ġie biex isir transmission main, ħalli jwassal id-drenaġġ tan-naħa ta' fuq ta' Malta għal dan it-treatment plant, kienet qamet il-kwestjoni tal-famuża gallery li riedet tgħaddi mill-Pwales għaċ-Ċumnija.", "Aħna ridna li ma jsirx xogħol li jista' jagħmel ħsara ambjentali, kif kien se jiġri kieku sar ix-xogħol kif kien propost taħt l- amministrazzjoni preċedenti, u fil-fatt issa se toħroġ tender sabiex isir studju ġdid li jikkombina l-location ta' l-impjant mat-transmission main innifsu, għaliex ovvjament jekk tbiddel il-location ta' l-impjant trid tbiddel ukoll id-direzzjoni tat-transmission main.", "Pero' nifhmu li hemmhekk irid isir impjant bħalma qed isir għal Għawdex.", "L-impjant li kellu jinbena fin-naħa t'isfel tal-pajjiż kellu jkun l-akbar wieħed u kellu jittratta bejn 50% u 60% tad-drenaġġ kollu li nipproduċu.", "Jingħad li dan kellu jinbena x'imkien lejn Wied Għammieq, fejn illum il- ġurnata hemm l-outfall, pero' kulma kien sar mill-amministrazzjoni preċedenti kien biss pjan ta' kif se jiġi ttrattat dan id-drenaġġ mingħajr ma ħasbu x'se jsir mill-ilma li joħroġ mill-impjant.", "Għall-kuntrarju aħna ħsibna kif, bi ftit għaqal, nistgħu nużaw id-90,000 metru kubu ta' ilma li jiġi prodott wara li jiġi ttrattat id-drenaġġ.", "Dan huwa second class water, huwa ilma tajjeb għal ċerti affarijiet u jekk ikompli jiġi polished bit-tertiary treatment isir ilma kważi tajjeb għax-xorb.", "Tant l- amministrazzjoni preċedenti ma ħasbitx dwar l-użu ta' dan l-ilma li bħala l- akbar impjant għal Malta għażlet Wied Għammieq, l-inqas post fejn hemm bżonn ta' dan l-ilma.", "L-ewwelnett għaliex hemm impjant ieħor bħalu viċin tiegħu u allura dik l-area hija moqdija; u t-tieni nett għaliex din la hija xi area agrikola - u għalhekk m'hemmx bżonn ta' ilma għat-tisqija - u lanqas hija xi area industrijali, fejn dan l-ilma jkun jista' jiġi wżat.", "Jiġifieri l-konċett kien li nittrattaw id-drenaġġ u narmu kollox il-baħar.", "Jien qed ngħid li jekk ma nużawx is-second class water ikun ħela ta' riżors u allura qabel ma niġu biex ngħidu fejn se jsir l-impjant li se jinbena fin-naħa t'isfel tal-pajjiż - id-domanda li għamel l-Onor.", "Francis Zammit Dimech - irridu nistaqsu lilna nfusna x'se nagħmlu bl-ilma li se nirċievu permezz tat-trattament tad-drenaġġ.", "Aħna waqqafna working committee bejn id-dipartiment tad-drenaġġ u l-Water Services Corporation - ma rridx ninsa nsemmi li f'dan il-kumitat hemm involuti wkoll id- dipartiment ta' l-agrikoltura u l-industrija - ħalli naraw kif nistgħu nużaw dan l-ilma, imbagħad skond x'jirriżulta nagħżlu l-locations.", "Forsi jkun aktar ideali li minflok ma nibnu impjant kbir f'Wied Għammieq, nibnu tlieta iżgħar mifruxin mar-route sa ma tasal Wied Għammieq.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, bl-istess argument li għadu kif uża l- Ministru, jista' jagħti indikazzjoni jekk l-impjant li kien se jsir ħdejn iċ-Ċumnija għadx hemm il-ħsieb li jsir f'dawk l-inħawi?", "Jew inbidel il- ħsieb biex mill-Wied taċ-Ċumnija jgħaddi għall-Wied tal-Miżieb?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sal-lum l-indikazzjonijiet li għandna huma li l- impjant se jsir fl-area fejn kien ġie maħsub qabel għar-raġuni li f'dik l- area hemm użu għal dan it-treated effluent.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna bejn wieħed u ieħor meta se jkun lest l-istudju dwar l-ewwel impjant li semma, jiġifieri dak għan-naħa t'isfel ta' Malta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, l-istudju li rriferejt għalih qabel huwa dwar l-użu tat-treated effluent.", "Ovvjament imbagħad se jsiru l- impjanti l-oħrajn fin-naħa ta' fuq ta' Malta, kif ukoll dak ta' Għawdex.", "Sakemm jinbnew dawn l-impjanti se jsir studju dwar l-użu tat-treated effluent li se nipproduċu mid-drenaġġ ħalli mbagħad inkunu nistgħu niddeċiedu fejn huma l-aħjar locations għal dawn l-impjanti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna eżattament għafejn qed isir studju dwar l-użu ta' dan it-treated effluent?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk għandux time frame sa meta għandu jitlesta dan l-istudju ħalli imbagħad ikun jista' jiġi ddeterminat is-sit preċiż għal dan l-impjant?", "Qed nagħmel dawn id-domandi għaliex, kif naturalment jaf il-Ministru, dawn l-impjanti ta' trattament tad-drenaġġ huma marbuta mal- fatt li Malta timxi ma' l-obbligi tagħha internazzjonali, b'mod partikolari skond il-Konvenzjoni ta' Barcelona, li tgħid li sal-bidu tas-seklu l-ġdid id-drenaġġ kollu jkun ittrattat u ma jispiċċax jiżbokka fil-baħar bil-mod kif qed jiġri bħalissa.", "Madam Speaker, peress li l-Ministru qal li ma sar xejn mill- amministrazzjoni preċedenti rigward l-impjant ta' Sant'Antnin, xtaqt nistaqsih jekk japprezzax li t-tendering process u l-projections kollha għat-tkabbir ta' dan l-impjant - u l-Ministru jista' jmur ukoll jinawgura l- impjant imkabbar - fil-fatt huwa xogħol li sar mill-amministrazzjoni preċedenti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, tan-naħa l-oħra għandhom vizzju jagħmlu domandi li aktar jimbarazzaw lilhom infushom milli lilna!", "Jien naf li l-Konvenzjoni ta' Barcelona ġiet iffirmata fi żmien Gvern Laburista ta' qabel u bħala l-ewwel pass sabiex jiġi konformi ma' din il-konvenzjoni il- Gvern Laburista ta' qabel kien bena dan l-impjant ta' Sant'Antnin.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien jaf li sas-sena 2000 iridu jinbnew l-impjanti kollha pero' f'disa' snin baqa' ma beniex impjant wieħed.", "Kulma sar kien pjan sabiex jitkabbar l-impjant ta' Sant'Antnin.", "Issa qed jiġu hawnhekk b'ċerta qdusija u jgħidulna li ftit fadlilna żmien sabiex nibnu dawn l-impjanti.", "Dażgur li ftit fadlilna żmien jekk f'disa' snin ma sar xejn!", "Rigward it-tieni mistoqsija ngħid li aħna qegħdin ngħidu li sa nofs is- sena d-dieħla jrid ikollna dan il-pjan lest ħalli b'hekk ikollna indikazzjoni fejn jistgħu jinbnew l-impjanti l-oħrajn jew l-impjant l-ieħor li jrid iservi għan-naħa t'isfel ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, jiddispjaċini ngħid li l- Ministru ħalla l-emozzjoni tiġri bih u baqa' ma rrispondiex għad-domandi kollha.", "Id-domanda preċiża kienet jekk għandux time frame u jekk għandu jgħidilna x'inhu.", "Xtaqt nistaqsih ukoll jekk japprezzax il-fatt li jekk qed jikkonsidra li jagħlaq impjant sħiħ, li kien se jkopri l-parti l-kbira tas-sistema tad- drenaġġ ta' Malta, jista' anke jkun qed jaqa' lura ferm milli jimxi ma' l- obbligi internazzjonali.", "Naturalment jista' jagħmel ħames jew sitt impjanti li fit-totalita' tagħhom ikopru dak li kien ippjanat u jista' jagħmel hekk ukoll għan-naħa ta' fuq ta' Malta, kif ilu jirrikkmanda entrepreneur Malti magħruf, pero' id-dipartiment tad-drenaġġ dak iż-żmien kien jgħid li dik m'hijiex l-iktar sistema cost effective u ekonomika.", "Dawn huma d-deċiżjonijiet li l-Gvern irid jagħmel u jispjega.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, it-time frame li se jipprova jimxi bih il-Gvern huwa t-time frame li hu marbut bih mal-Konvenzjoni ta' Barcelona.", "Pero' irrid nerġa' ntenni li għal disa' snin sħaħ ta' Gvern Nazzjonalista ma sar xejn u allura bilfors li dan it-time frame kellu jaqa' lura.", "ASFALTAR - MOSTA - TRIQ FORTIZZA", "9207.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Fortizza, fil- Mosta tiġi mogħtija qoxra asfalt, speċjalment fin-nofs tagħha, biex l- ilma jibqa' miexi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Saru diversi laqgħat ta' kordinament ma' l- entitajiet kollha dwar xogħol ta' tarmac li se jsir fi Triq Fortizza.", "Wara li jiġi provdut ix-xogħol ta' servizzi meħtieġa, din it-triq tkun tista' tingħata l-wiċċ bl-asfalt.", "Il-problema tal-magħqad ta' l-ilma se tiġi solvuta billi jinbidlu l- livelli eżistenti.", "DJAR - EX-PROPRJETA' TAL-KNISJA", "8579.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għal 477 talba li l-Gvern irċieva taħt l-iskema tax-xiri jew fidi ta' ex- proprjeta' tal-Knisja, jista' l-Ministru jgħid sa l-aħħar ta' Settembru, 1997 kemm talbiet ġew iffinalizzati għal kollox mid-dipartiment; kemm saru kuntratti; u kemm daħħal flus il-gvern?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Sa l-aħħar ta' Settembru 1997 ġew iffinalizzati għal kollox 286 talba mill-Uffiċċju Konġunt, li minnhom 216-il kuntratt ġew iffirmati, 34 applikazzjoni kienu invalidi u 36 kuntratt kienu lesti biex jiġu ffirmati.", "Il-Gvern daħħal Lm429,559.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, din l-iskema kienet inbdiet mill- amministrazzjoni preċedenti u d-deadline sabiex wieħed japplika kien sas- sena li għaddiet.", "Huwa veru li kien hemm avviżi tad-deadline kemm fil- ġurnali ta' kulljum kif ukoll fil-Gazzetta tal-Gvern, pero' mhux kulħadd jaqra l-gazzetti u mhux kulħadd jixtri l-Gazzetta tal-Gvern.", "In vista tal- fatt li l-Gvern m'hu se jitlef xejn jekk jerġa' jiftaħ din l-iskema, anzi jdaħħal il-flus - tant hu veru li l-Ministru qal li nġabru Lm429,000 - jista' l-Ministru jikkonsidra li jerġa' jiftaħ din l-iskema tal-Joint Office ħalli min ma bbenefikax u ma xtarax il-post tiegħu jkun jista' jagħmel dan issa?", "MADAM SPEAKER: Il-Minstru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jeżistu żewġ skemi; waħda \"Ixtri d-dar\" u l-oħra \"Ifdi ċ-ċens\".", "L-iskema \"Ixtri d-dar\" hija għal min qiegħed bil-kera f'post li qabel kien tal-Knisja u l-iskema l-oħra hija għal dawk li qegħdin b'ċens.", "Din l-iskema kienet għalqet fit-30 ta' Diċembru tas-sena l-oħra u fil-fatt in-numru ta' applikazzjonijiet li hemm għadhom qed jiġu pproċessati.", "Dan spjegajtu kemm-il darba f'dan il- Parlament għaliex saru diversi mistoqsijiet simili.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jien insejt x'wieġeb il-Ministru sitt xhur ilu u, apparti minn hekk, f'sitt xhur iċ-ċirkostanzi jistgħu jinbidlu.", "Issa jien qed nistaqsih jekk huwiex qed jikkonsidra din il-possibbilta'.", "Jien ma narax li għandu jkun hemm xi diffikulta'.", "Nifhem li jagħmel deadline kieku kienet kwestjoni li l-Gvern joħroġ il-flus, imma din hija skema li anke jekk dak li jkun se jixtri daru jieħu benefiċċju, dan xorta se jħallas lill-gvern li min-naħa tiegħu nimmaġina li juża dawk il-flus għal proġetti oħra tal-housing.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'se jsir?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien li nista' ngħidlu huwa li sakemm għadhom qegħdin jiġu pproċessti l-applikazzjonijiet wieħed jista' liberament jimxi fuq dak li hemm.", "Wara li jitlesta kollox, il-Gvern jara x'inhu l-aħjar li jagħmel fl-interess tal-pajjiż.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Meta l-Ministru semma li ċerti talbiet kienu invalidi, jista' jgħidilna għaliex?", "Jista' 'l quddiem jingħataw ċans biex jerġgħu japplikaw?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, dawk it-talbiet kienu invalidi għaliex għal xi raġuni jew oħra ma kkwalifikawx taħt il-kondizzjonijiet ta' l-iskema.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm skema ġdida għal dawn in-nies?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, lill-Onor.", "Interpellant ngħidlu sabiex jirriferi għal dak li diġa' għidt.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Memorandum of Association ta' l-Orkestra Nazzjonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9385.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Statistika li turi l-valur ta' prodotti tat-tabakk importati bejn l- 1990 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9314;", "Statistika li turi l-valur ta' prodotti tat-tabakk esportati bejn l- 1990 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9316; u", "Statistika dwar prodotti importati matul l-1996 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9403; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 166 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li Jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi);", "Informazzjoni dwar impjegati assenjati mal-kunsilli lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8580; u", "Informazzjoni maħruġa mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar fil-31 ta' Ottubru 1997 dwar tindif tal-kosta' ta' dik il-lokalita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9391.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' pazjenti li daħlu fl-Isptar Zammit Clapp minn Ottubru 1991 sa Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9090; u", "Tabella li turi l-għadd ta' mwiet assoċjati mat-tipjip bejn l-1990 u l- 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9311.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "(Tkompli mill-31 ta' Ottubru,1997)", "MADAM SPEAKER: L-ewwel item fuq l-aġenda hija l-kontinwazzjoni tar- Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet.", "Peress li fl-aħħar seduta ntalbu diversi votazzjonijiet, skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat- 12 ta' Mejju, 1997 dawn jittieħdu fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ta' din is-seduta.", "Il-Kamra issa tgħaddi mill-ewwel għat-tieni item fuq l-aġenda, jiġifieri l-kontinwazzjoni tar-Riżoluzzjoni dwar it-Twaqqif ta' Kummissjoni dwar l- Industrija tal-Bini f'Malta.", "L-Onor.", "Michael Bonnici huwa in possession.", "RIŻOLUZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TA' KUMMISSJONI DWAR L-INDUSTRIJA TAL-BINI F'MALTA", "(Tkompli mill-31 ta ' Ottubru, 1997)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, nhar il-Ġimgħa f'nofs il-lejl temmejt l-ewwel parti tad-diskors tiegħi, fejn kont qed ngħid li l-ħatra tal-membri tal-kunsill konsultattiv m'għandhiex tkun għal sitt snin imma għal tliet snin, u dan naturalment biex jagħti lok għal aktar ideat ġodda.", "Semmejt ukoll is-slowdown li hawn bħalissa fl-iżvilupp tal-bini, fatt li rrifera għalih ukoll il-Ministru waqt l-introduzzjoni tiegħu.", "Madam Speaker, nixtieq nerġa' nirriferi għal dan il-fatt u nagħmel enfasi li meta jkun hawn slowdown fl-iżvilupp tal-bini, inkunu rridu nikkonsidraw diversi fatturi.", "Ma rridux ninsew li hemm madwar 6,000 persuna li x-xogħol tagħhom għandu x'jaqsam direttament ma' l-industrija tal-kostruzzjoni u hemm madwar 14,000 ruħ oħra li x-xogħol tagħhom huwa relatat ma' din l-industrija.", "Fil-fatt wara x-xogħol tal-manifattura u x-xogħol li jiġi mis-settur tat-turiżmu, ċertament jiġi dak ta' l-industrija tal-bini, liema xogħol huwa importanti ħafna għal pajjiżna għaliex jiġġenera ħafna income u negozju u wieħed irid joqgħod attent li dan ma jiġix sfrattat.", "L-aħħar darba jien tkellimt ukoll dwar l-importanza li jkun hemm sostituti għal ċerti membri ta' din il- kummissjoni GĦidt ukoll li fuq din il-kummissjoni għandu jkun hemm ukoll membru tal-kunsilli lokali għaliex dawn b'xi mod jew ieħor dejjem ikollhom xi biċċa xogħol ta' kostruzzjoni għaddejja.", "Rigward il-materja ta' health and safety, li se tiġi diskussa wkoll f'din il-kummissjoni, wisq nibża' li jista' jkollok conflict of interests għaliex diversi partijiet - bħal, per eżempju, id-Dipartiment tal-Labour - għandhom kummissjoni apparti.", "L-aħħar ħaġa li spiċċajt nitkellem fuqha d-darba l-oħra tirrigwarda l- assets tal-kummissjoni.", "Fil-fatt paragrafu 9(viii) ta' din il-mozzjoni jgħid hekk:", "\"viii.", "Ir-rappreżentanti l-oħra f'dan il-Kunsill jistgħu jipprovdu fondi u faċilitajiet lill-Kunsill sabiex jgħinu lill-Kunsill iwettaq il-ħidma tiegħu skond l-istatut;\".", "Mela r-rappreżentanti f'dan il-kunsill jistgħu jipprovdu fondi.", "Allura jien nistaqsi: Possibbli li din il-kummissjoni se tkun tiddependi mill- fondi li jagħti l-gvern u minn dawk li joħorġu dawn l-istess rappreżentanti?", "Per eżempju, il-General Retailers and Traders Union, il- Federazzjoni ta' l-Industrija, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Estate Agents Association, il-Kamra tal-Periti, il-Kamra ta' l-Inġiniera Professjonali, l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-General Workers' Union u l-Confederation of Malta Trade Unions se joħorġu xi somma bejniethom sabiex din il-kummissjoni tkun tista' taħdem?", "Jiena ma nafx li hawn xi kummissjoni li l-membri tagħha joħorġu l-flus għaliha.", "Jien nistenna li l-Ministru jagħti daqqa t'għajn lejn din il-ħaġa u jgħidilna eżatt x'se jsir minn din il- kummissjoni.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu kontra t-twaqqif ta' din il- kummissjoni, anzi naqblu li hemm bżonn li ssir xi ħaġa, pero' mhux li l- membri tal-bord joħorġu l-flus huma biex il-kunsill ikun jista' jaħdem!", "Aħna nafu bil-burokrazija kbira li teżisti meta l-gvern jiġi biex joħroġ il- flus.", "Għalhekk jien naħseb li jkun aħjar kieku l-Gvern kellu jalloka ammont ta' flus li jiġu nvestiti f'isem il-kummissjoni sabiex din ma toqgħodx titlob għall-flus kull darba.", "Mill-banda l-oħra - hawn għadni qed nirriferi għall-funds - paragrafu \"B\" jgħid hekk:", "\"The other parties to this agreement undertake to provide such funds ...\",", "- hawnhekk qed jerġa' jirrepeti dak li qal qabel fl-introduzzjoni \"li jistgħu jipprovdu fondi\" -", "\"... and other facilities as they may from time to time be in a position to provide to the Council in order to further enable it to perform its functions in accordance with this statute.\".", "Allura hawnhekk qed nerġgħu nagħmlu enfasi li l-kummissjoni m'hijiex se taħdem biss bis-subvention tal-gvern imma se jkun hemm introjtu sostanzjali ieħor.", "Imma dawn l-organizzazzjonijiet li qed jissemmew jistgħu joħorġu dawn il-fondi?", "Jafu bihom dawn l-affarijiet jew se jsibuhom ma' wiċċhom?", "Pargrafu \"D\" ta' dan l-istess agreement jgħid hekk:", "\"Each of the other parties may, by giving the same notice to the Government and the other parties withdraw from this agreement at the end of its term, whether this be original or renewed as aforesaid, but the Council shall continue to function for as long as the Government and one of the other parties remain party to this agreement.\".", "Jiġifieri b'waħda biss minn dawn l-entitajiet u b'dawk in-nies maħtura mill- Gvern din il-kummissjoni tista' tkompli tmexxi.", "Jiena naħseb li jekk jirriżenjaw tmienja mid-disa' organizzazzjonijiet li hawn imsemmija jkun falliment kbir u allura ma narax għaliex għandna ngħidu \"and one of the other parties remain party to this agreement.\"", "U x'jiġri jekk dawn jirriżenjaw en bloc?", "Imbagħad paragrafu \"E\" jgħid hekk:", "\"Upon the termination of the term of this agreement, any asset of the Council shall be distributed between the Government and the parties to the agreement ...\".", "Hawnhekk naraw kemm huwa enfasizzat il-fatt li dawn joħorġu l-fondi huma.", "Imma kif se jiġu mrodda lura dawn l-assi meta xi ħadd minnhom jirriżenja?", "B'liema mod jista' jinstab l-ammont li dak li jkun ikun ħareġ?", "Kif se tiġi kkalkolata d-depreciation fuq l-assets?", "Din in-naħa tal-Kamra taqbel ma' din il-kummissjoni pero' naħseb li saret b'ħafna għaġġla u jkun aħjar li noqogħdu aktar attenti.", "F'Document One, taħt \"Article Three - Objects\", paragraph 2 insibu hekk:", "\"To advise government and the private sector on ways for upgrading and monitoring the building industry, taking into account the specific situation, requirements and other related factors of the Maltese Islands.\".", "Issa hawnhekk wieħed irid joqgħod attent ħafna għaliex, kif diġa' għidt, jekk jaqa' l-prezz tal-bini jew inkella jkun hemm slowdown, ir-ritmu tal- progress fil-pajjiż jonqos.", "Għaliex, kif nafu, hawn tipi differenti ta' kuntratturi; hemm dawk li jibnu proġetti kbar bħal lukandi, hemm dawk li jibnu vilel u djar, imbagħad hemm dawk li huma magħmula minn tnejn jew tlieta min-nies li jibnu post u jbiegħuh mill-flus li jdaħħlu jerġgħu jibnu post ieħor.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti u naraw kif se jiġu affettwati dawn it-tip ta' kuntratturi żgħar għaliex hemm differenza kbira bejn code of practice u code of standards.", "Code of practice tfisser li trid tibni b'tali mod, mentri fil-code of standards jidħlu ċerti specifications li jridu jkunu eżatti bħal, per eżempju, kif għandha tkun it- taħlita tal-concrete.", "Jiena dan l-aħħar mort in-naħa taċ-Ċirkewwa u bqajt skantat meta rajt il-concrete li ntuża biex inbnew xi ħitan.", "Dawn fihom taħlita ta' concrete griż skur, griż ċar u griż medium.", "Safejn naf jien is-cement huwa kollu ta' l-istess kulur u allura li seta' ġara kien li min tefa' ħafna u min tefa' ftit.", "Ħaġa oħra li rridu naraw hija l-batching plants li għad għandna jaħdmu bla permess.", "Irridu naraw ukoll jekk għandux kulħadd iżomm ċerti standards fil-mod kif jaħdem.", "Per eżempju, ssib kuntratturi li jinvestu f'tower cranes li jqumulhom il-belli liri, imbagħad hawn kuntratturi żgħar li proprju ma jkunux jistgħu jinvestu f'dawk it-tip ta' cranes jew makkinarju għall-bini.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent kif jissettja l-istandards.", "Fir-recommendations ta' paragraph 2 (i) taħt Article Three ta' Document One insibu:", "\"Building regulations which include standard methods of measurement, ...\"", "- dawn ilhom li daħlu fis-seħħ u nifhimha li għandhom ikunu eżatti -", "\"... standard conditions of contract of works ...\"", "- din nifhimha wkoll u naf li d-dipartimenti u l-ministeru qegħdin jaħdmu fuqha -", "\"... standard work detailing registration and classification of contractors and tradesmen and quality assurance standards.\".", "Hawnhekk qegħdin nimmiraw fil-għoli ħafna u rridu noqogħdu attenti għaliex mhux kull kuntrattur jista' jilħaq ċerti standards.", "Jekk inti tneħħi l- kuntratturi ż-żgħar allura l-unemployment se jikber u dawn in-nies se jkollhom jissoġġettaw ruħhom li jaħdmu mal-kuntratturi l-kbar.", "Jien ma naħsibx li dan huwa l-iskop li l-kummissjoni qiegħda timmira għalih.", "Madam Speaker, issemmiet in-new technology, ħaġa li verament għandna bżonn f'pajjiżna.", "Għandu jkun hemm apparat li jaħdem b'ċerta teknoloġija u għandna naraw li r-regolamenti jiġu mħarsa, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' tħaddim u sewqan ta' cranes u gafef.", "Aħna nafu li l-cranes u l- gafef isuquhom anke żgħażagħ ta' 19-il sena għalkemm suppost li jrid ikollok 21 sena biex issuq crane.", "Paragraph 2 ta' Article Four 4 ta' dan l-agreement jgħid li waħda mill- funzjonijiet ta' dan il-kunsill hija:", "\"To prepare short and medium term plans for building construction industry activities in Malta, orientated towards perceived national needs in the Maltese public and private sectors;\".", "Madam Speaker, bħala membru fuq il-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, naħseb li dan li qed tipproponi l-istess awtorita' fil-brief \"Review of the Structure Plan for the Maltese Islands; Project Management Plan\" jista' jkun conflicting ma' dak li tista' tipproponi din il-kummissjoni.", "Pajjiżna huwa żgħir u għalhekk huwa faċli ħafna li jkollna diversi organizzazzjonijiet li jkunu qed jaħdmu għall-istess għan.", "Fil-fatt parti minn dan ir-review ta' l-istructure plan tgħid hekk:", "\"The work programme proposes that an inter-agency steering committee is set up to monitor the overall direction of the projects.\".", "Jiġifieri l-kummissjoni se tieħu kollox taħt idejha, inkluż:", "\"a technical working group which would meet more frequently during the key stages of the whole project ...\".", "Issa hawnhekk ma rridux ninsew li f'din il-kummissjoni qegħdin ngħidu li għandna l-kunsill, l-advisory board, l-executive board u l-co-ordinators tal-working committees.", "Huwa veru li dawk kollha involuti fil-kummissjoni qegħdin jaħdmu għal għan wieħed pero' ma rridux ninsew li mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed naħtru wkoll \"an expert panel made up of international planning experts\".", "Hawnhekk żgur li se jkun hawn konflitti.", "Jiena naħseb li kien ikun aħjar kieku l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġiet ikkonsultata dwar din il-materja sabiex tara jekk ċertu xogħol li qed tagħmel hi huwiex se jsir minn din il-kummissjoni wkoll.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, lill-Onor.", "Bonnici nixtieq ninformah li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġiet ikkonsultata.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: M'għandix dubju dwar dan pero' dan is-summary tar- review ta' l-istructure plan qed jgħid", "\"planning experts who would provide brief inputs at key stages of the project; they would service a creative innovatory team offering suggestions and potential directions\".", "Hawnhekk jista' jkun hawn ċerti problemi peress li se jkunu qed jagħmlu l- istess xogħol għaliex meta taqra paragraph 10 ta' Article Four issib li waħda mill-funzjonijiet tal-kunsill se tkun ukoll:", "\"To set up working committees of professional persons and organisations to assist in the formulation of policies, implementation of programmes and to monitor areas of importance in the building construction industry in Malta;\".", "Jiena nifhem li hemm bżonn ta' monitoring fejn jidħlu proġetti ta' lukandi u proġetti kbar oħra, anke fis-sistema ta' toroq li għad irridu nibnu, għaliex hija ħaġa tal-mistħija f'dan il-pajjiż li qegħdin fuq l-għatba tas- seklu 21 u għad għandna toroq bħal dawk li ssib fit-third world countries.", "Allura l-fatt li jkun hemm monitoring ta' areas of importance in the building construction industry in Malta hija ħaġa pożittiva ħalli jiġi żgurat li l-makkinarju wżat ma jkunx ta' periklu għal min ikun qed iħaddmu.", "Dan l-aħħar sirt naf b'każ ta' żagħżugħ ta' 25 sena, li peress li kien ilu għal ħafna żmien jaħdem b'hymac li ma kellux bibien jingħalqu u għalhekk ma kellux x'jevitalu l-ħsejjes, allavolja dan il-povru kien juża l- ear cuffs, illum-il ġurnata qed ikollu jirrikorri għal hearing aid.", "Huwa veru li hawnhekk tidħol il-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s- Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol imma l-monitoring tal-construction industry irid jidħol ukoll f'ċertu aspett tal-periklu tax-xogħol fih innifsu, kif ukoll tas-saħħa ta' l-individwu.", "L-aħħar punt li ridt nikkummenta dwaru huwa paragraph 3(a) ta' Article Five fejn jgħid li din il-kummissjoni: \"shall have power to acquire property under any title onerous or gratuitous for the Council.\".", "Pero' f'liema sens din il-kummissjoni tista' takkwista proprjeta`?", "Dan ifisser li jista' jkun hemm ċertu xogħol li l-kuntrattur ma jasalx għalih u tidħol hi biex jitkompla dak ix-xogħol?", "Jew inkella jkun hemm xi fondi biex jixtri dak l-unfinished project u tkomplih hi jew inkella tqabbad kuntrattur?", "Jiena ma naf bl-ebda board jew kummissjoni li, barra li toħroġ il-flus hi, tixtri wkoll proprjeta`.", "(Interruzzjonijiet) Iva naf li l- Gvern se jagħti bini kbir ġewwa l-Birgu - ix-xogħol huwa diġa' in progress - fejn tista' tiġi żviluppata l-attivita' ta' din il-kummissjoni.", "Qed ngħidu wkoll li \"the executive board shall be responsible for the general administration\", jiġifieri jista' jakkwista proprjeta` u jista' jiddisponi mill-assi li jakkwista.", "Hemm miktub ukoll li l-kummissjoni tista' tinvesti dawn il-flus fil-banek, jekk din ma jkollhiex bżonnhom, imbagħad meta niġu għall-interessi tagħhom qed jingħad li meta xi ħadd mill- parties jirriżenja, l-assets tiegħu jiġu ritornati lilu.", "Hawnhekk irridu noqogħdu ferm attenti għaliex ħafna drabi l-affarijiet jibdew plain sailing imma mbagħad jibda jinqala' l-inkwiet, b'mod speċjali jekk ikun hemm xi interessi f'dawn il-ħatriet ta' ċerti entitajiet.", "Imbagħad jekk inħarsu lejn l-ewwel paragrafu ta' Article Seven ta' dan l- istess agreement insibu hekk:", "\"The advisory board shall consist of the Chief Executive, the Director General (Land and Construction) and one member nominated by each of the parties to the agreement constituting the Council; ...\".", "- jiġifieri l-kunsill se jkun magħmul mill-membri ta' l-advisory board li għadni kemm semmejt pero' mbagħad se nżidu oħrajn għaliex dan il-paragrafu jkompli jgħid hekk:", "\"... provided that if and when associations or other bodies are set up to represent developers, users and environment groups ...\".", "Mela dawn l-environment groups, li dejjem qed jiżdiedu, se ndaħħluhom ukoll bħala membri u se jkunu jagħmlu parti mill-kunsill.", "Issa nispera li ma niġux mitluba noħorġu wkoll il-fondi għal dawn id-developers, users and environment groups!", "Madam Speaker, din in-naħa qed tgħid li taqbel ma' din l-organizzazzjoni għaliex għandu jkollna bord li jikkontrolla l- proġetti tal-bini po' naħsbu li għandu jkun hemm organizzazzjoni perfetta qabel ma din tibda taħdem.", "L-education and training ukoll huma importanti ferm f'dan il-każ għaliex ħafna mill-construction workers - hawnhekk ma rrid numilja lil ħadd - lanqas kważi jafu jiktbu u jaqraw imma sempliċement jafu jaqraw ir-readings fuq il-measuring instruments, pero' mill-bqija daqshekk.", "Jien hawnhekk ma rridx ninftiehem li qed ngħid li hawn Malta għandna bennejja traskurati fix- xogħol tagħhom għaliex għall-grazzja t'Alla rari kellna diżgrazzji li kienu jinvolvu bini, ħlief forsi żmien ilu meta kont għadni żgħir jien.", "F'din il-mozzjoni qed jissemma wkoll il-property market.", "X'inhi din tal- property market?", "Din il-kummissjoni se tidħol ukoll f'dettalji ta' kemm qegħdin jinbiegħu ċerti postijiet?", "Jew inkella se tara l-grad ta' bini li jkun available fis-suq?", "Il-Ministru se jiġi nformat mill-advisory board ta' x'hawn bini fis-suq u kif wieħed jista' jiddisponi minnu?", "F'dan il-każ diġa' għandna l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għandha nies apposta u qiegħda taħdem ħafna biex tara kif wieħed jista' juża dan il-bini vojt li hawn fis- suq u fejn wieħed jista' jibni.", "Fatt ieħor li wieħed irid jagħti kas huwa l-mod kif l-aġenziji qegħdin jesaġeraw fil-prezzijiet tal-proprjeta'.", "Għalkemm huwa veru li ċertu bini u ċerti artijiet jixtruhom bi prezz għoli u allura jipprovaw idaħħlu ħafna units biex jagħmlu tajjeb għall-flus li jkunu ħarġu, ċerti esaġerazzjonijiet m'humiex sewwa, anke moralment, u b'mod speċjali fejn jidħlu l-għarajjes u l-koppji miżżewġin li jkollhom jaraw minn fejn se jġibu dawk l-ammonti ta' flus sabiex jixtru proprjeta', ħafna drabi bi prezz li jkun overinflated.", "Għalhekk jien minn hawnhekk nixtieq nagħmel appell ħalli jkun hawn xi ħaġa li tikkontrolla l-prezzijiet tal-proprjeta'.", "Diġa' għandna kummissjoni mwaqqfa bil-liġi tal-fair trading pero' ma naħsibx li fl-industrija tal-bini għandna fair trading.", "Jien nifhem li l- kuntratturi għandhom spejjeż kbar għaliex l-industrija tal-bini wkoll żdidilha l-infiq tagħha, speċjalment minn mindu tneħħiet il-VAT.", "Per eżempju, naraw li l-prezz tal-concrete għola b'madwar Lm2-il metru kubu u dan minħabba l-fatt li, fejn qabel il-kuntratturi kellhom refund tal-VAT fuq il-ħadid, ix-xibka u ż-żrar, illum il-ġurnata t-taxxa m'għadhiex refundable u għalhekk dawn bilfors li jkollhom jgħollu l-prezz.", "Dan huwa kollu tort tal-Gvern li webbes rasu u neħħa l-VAT - għalkemm fil-fatt kulma għamel kien li bidlilha l-isem għaliex il-cash registers xorta waħda baqgħu hemm! - bil-konsegwenza li kellna żieda fil-prezzijiet, b'mod speċjali fil-qasam tal-manifattura u fl-industrija tal-bini.", "Jien nittama li għada pitgħada terġa' tidħol is-sistema tar-refunds għalkemm onestament ikolli nistqarr li din is-sistema tat ukoll lok għal ċerti abbużi.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli ppermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nipproponi li jkompli jistema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Bonnici jkompli bid-diskors tiegħu Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "ll-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra talli għoġobha testendili l-ħin.", "Madam Speaker, m'iniex se ntawwal iktar għaliex naħseb li esprimejt il- ħsebijiet tiegħi sew fuq din il-materja u nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nappella li għalkemm hija ħaġa tajba li tinħatar kummissjoni, għaliex naħseb li dan id-dipartiment huwa l-uniku wieħed li m'għandux xi bord konsultattiv biex jagħti parir lill-ministru, min-naħa l-oħra għandna noqogħdu attenti li dak li jsir ma jkunx in conflict mal-ħidma li tista' ssir minn xi aġenziji jew entitajiet oħra.", "Lanqas ma nixtieq li kulħadd jimxi għal rasu għaliex jekk isir hekk nafu x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi.", "Qed ngħid dan għaliex f'Malta għandna ħabta nirreaġixxu b'mod li jimportana biss minn dak li nkunu qed nagħmlu aħna u mhux minn dak li jkun qed jagħmel ħaddieħor, bil-konsegwenza li jekk ikollna xi ħsieb tajjeb, bħalma għandna llum li qed naħsbu biex naħtru din il-kummissjoni, jisfaxxa fix-xejn.", "GĦalhekk jien nappella biex noqogħdu attenti li dak li nagħmlu ma jisfrattax l-industrija tal-bini, iktar u iktar meta nafu li l-kuntratturi tagħna m'humiex kollha ta' l-istess kalibru.", "Kif għidt aktar kmieni, għandna kumpanniji ta' kuntratturi li jimpjegaw 200 jew 300 ruħ - riċentement fil-gazzetti qrajna li hemm kumpannija li timpjega 400 ruħ - u għandna oħrajn li kulma jimpjegaw huma tlieta jew erbgħa min-nies.", "GĦalhekk għandna naraw li l-modes of practice u l- istandards li ndaħħlu jkun jaffordjahom kulħadd għax inkella jkollna frattarija sħiħa.", "M'għandniex ninsew ukoll lil dawk id-dilettanti li jibnu d-djar tagħhom stess.", "Jien nispera li l-kummissjoni li se tinħatar iżżomm dan kollu quddiem għajnejha u ma tisfrattax il-kummerċ li sar matul iż- żmien b'tant għaqal u ħerqa.", "Jien nittama u nawgura li din il-kummissjoni taħdem bis-serjeta' u tevita l-konflitt li jista' jinqala'.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-seduta hija sospiża.", "Is-seduta ġiet sospiża fl-10.10 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, l-għan li għalih se tinħatar din il-kummissjoni huwa to oversee l-industrija tal-bini u tagħmel il-proposti neċessarji f'dan il-qasam.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li qed niddiskutu din il-kummissjoni bħalissa, minħabba s-sitwazzjoni preżenti li tinsab fiha l-industrija tal-bini.", "Mill-figuri li tani l-Viċi Prim Ministru għad- diversi mistoqsijiet parlamentari li għamiltlu jidher ċar li hawn slowdown fl-industrija tal-bini.", "Meta wieħed jikkompara l-ammont ta' ħlasijiet li rċeviet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-applikazzjonijiet ġodda li saru matul l-aħħar sena ma' żmenijiet simili jsib li l-ammont ta' flus li daħħlet l-awtorita' naqas b'madwar 30%, jiġifieri kważi terz mix-xogħol li kien għaddej fil-qasam ta' l-industrija tal-bini matul l-aħħar sena ħadu l-ilma tax-xita!", "Aħna rridu nifhmu li l-industrija tal-bini ma jgawdux minnha biss il-bennejja jew dawk li jissupplixxu l-konkos imma wkoll diversi setturi oħra li huma involuti f'din l-industrija bħal, per eżempju, dawk li jistallaw is-sistemi ta' l- ilma u tad-dawl, dawk li jkaħħlu, dawk li jbajdu u dawk li jpoġġu l-madum.", "GĦaldaqstant hemm bżonn li pajjiżna mhux biss jiddiskuti l-ħtieġa ta' din il-kummissjoni imma jara x'wassal li jkun hemm din is-slowdown qawwija li qed ikollha l-industrija tal-bini bħalissa biex wieħed jara kif jista' jirrimedja għal din is-sitwazzjoni.", "Jien nittama li dan ir-rifless negattiv li għandha l-industrija tal-bini bħalissa ma jkomplix jiżdied imma jkollna reversal ta' din is-sitwazzjoni billi jkun hemm żieda f'dan ix- xogħol.", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar il-mozzjoni li għandna quddiemna llejla.", "Nibda biex ngħid li l-Oppożizzjoni ma taqbilx mal-mod kif qed jiġi nnominat iċ-chairman ta' dan il-kunsill konsultattiv.", "GĦalkemm ġew mitluba biex jipparteċipaw disa' membri f'isem il-Gvern, dan m'hu qed jagħtihom l- ebda say fid-deċiżjoni ta' min jinħatar bħala chairman fuq dan il-kunsill konsultattiv u huwa l-Gvern li qabad u ddeċieda min se jkun iċ-chairman u wkoll iċ-chief executive ta' dan il-kunsill konsultattiv.", "Jien ma naħsibx li huwa fair li l-Gvern jgħid lill-partners li ġew mitluba biex jipparteċipaw: Ingħaqdu miegħi, ipparteċipaw f'dan il-kunsill konsultattiv imma niddeċiedi jien min ikun iċ-chairman, u niġi naqa' u nqum minn dak kollu li taħsbu intom, anke jekk għandkom f'moħħkom lil xi persuni oħra li huma tajbin għal pożizzjoni bħal din.", "Fil-fatt il-Gvern qed jiġi jaqa' u jqum minn persuni oħrajn li jistgħu jkunu ħafna iktar idonei biex jokkupaw pożizzjoni ta' dan it-tip.", "Biex insemmi xi ħaġa pożittiva, ikun tajjeb jekk ngħid li fit-tieni draft tal-mozzjoni li ressaq quddiem dan il-Parlament, il-Gvern irrealizza li m'għandux jagħmel l-istess żball li sar meta nħatru diversi kummissjonijiet nazzjonali oħra u għalhekk l-ismijiet ta' dawk li se jipparteċipaw tneħħew u tħallew biss l-ismijiet ta' l-organizzazzjonijiet li se jipparteċipaw f'dan il-kunsill konsultattiv.", "GĦalhekk jien nixtieq nieħu din l- okkażjoni sabiex nirringrazzja lill-Gvern talli sema' l-kritika li konna għamilnilu għar-rigward ta' kummissjonijiet nazzjonali oħra - qed nirriferi għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni u għall- Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Informazzjoni Teknoloġika - u rrealizza li m'għandux jagħtina l-ismijiet tal-partners li se jipparteċipaw.", "Madanakollu huwa ħażin ħafna l-fatt li l-Gvern huwa wieħed mill-għaxar persuni li se jipparteċipaw u anke kien hu li għażel liċ-chairman u liċ- chief executive ta' dan il-kunsill konsultattiv.", "Sur President, ħaġa oħra li rrid ngħid hija li jien ma naqbilx li ċ- chairman ta' dan il-kunsill konsultattiv ikun ukoll chief executive.", "Normalment il-kariga ta' chairman u dik ta' chief executive ikunu jokkupawha persuni differenti għax m'hijiex sistema tajba li min jippresjedi jkun ukoll il-persuna responsabbli mix-xogħol ta' kuljum.", "Jekk nagħmlu hekk, jiġri li min ikun qed jippresjedi jibda jipprova jitfa' d- dnubiet li jkun qed jagħmel taħt it-tapit.", "GĦalhekk jien naħseb li jkun ħafna iktar għaqli jekk il-kariga ta' chairman u dik ta' uffiċjal eżekuttiv jiġu okkupati minn persuni differenti.", "GĦalkemm bl-ebda mod ma rrid inkun personali, irrid ngħid li min-naħa tal- Gvern qed jiġi nnominat is-Sur Martin Debono bħala chairman u chief executive, u dan mingħajr ma ngħatat l-ebda konsiderazzjoni dwar dak li jaħsbu l-partners l-oħra.", "Jien naħseb li kulħadd jaf li s-Sur Martin Debono, li fl-aħħar elezzjoni ħareġ bħala kandidat tal-Partit Laburista, minkejja li m'għamilx l-eżamijiet meħtieġa fl-Universita' ta' Malta, ġab il- warrant ta' perit baxx baxx.", "GĦalhekk li l-Gvern jiġi f'dan il-Parlament u jipproponi bniedem, li inqas minn sitt xhur ilu ħa l-warrant tiegħu baxx baxx bħala chairman u chief executive ta' dan il-kunsill konsultattiv ...", "Jien kont nistenna li għallinqas il-Gvern se jkollu d-diċenza li jiddiskuti mal-partners l-oħra liema persuni jistgħu jokkupaw din il-pożizzjoni.", "Jien naħseb li huwa insult li minn tant periti li ħadu l-warrant kif suppost, il- Gvern jipproponi bniedem li kiseb il-warrant tiegħu hush hush.", "THE DEPUTY SPEAKER(L-Onor.", "Michael Bonnici): L-Onor.", "Joe Abela, on a point of order.", "ONOR.", "JOE ABELA: Sur President, l-Onor.", "Pullicino m'huwiex qed ikun korrett meta qed jgħid li s-Sur Martin Debono ħa l-warrant tiegħu baxx baxx għaliex dak li fil-fatt ġara kien li minkejja li hu kellu dritt għal dan il- warrant, il-Gvern Nazzjonalista ma kienx tahulu u kellu jagħmel għaxar snin sħaħ jiġġieled għalih.", "(Interruzzjonijiet) Hija ħaġa tal-mistħija li minn fuq imbagħad tiġi f'dan il-Parlament u toqgħod tgħid dawn l-affarijiet!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Onor. Abela, jien nista' nissostanzja dak li qed ngħid għaliex kien hemm persuni li kienu fl-istess sitwazzjoni tas-Sur Martin Debono u l-Universita' ta' Malta talbithom biex joqogħdu għall- eżamijiet qabel ma jingħataw il-warrant.", "Il-Gvern preċedenti kien aċċetta l-proposta li dawn il-persuni, inkluż Martin Debono, jieħdu l-warrant hekk kif il-liġi l-ġdida li għaddiet taħt l-amministrazzjoni oħra u li permezz tagħha speċifikajna l-kwalifiki ta' perit ...", "(Interruzzjonijiet) L- ewwelnett safejn naf jien is-Sur Martin Debono lanqas ilu għaxar snin li kkwalifika minn universita' barranija.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, jien lest nirrispondi għal kull point of order li jsir.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, biex nikkoreġi dak li qed jgħid l- Onor. Pullicino, irrid ngħid li s-Sur Martin Debono ilu mill-1983 li kkwalifika bħala arkitett, jiġifieri fil-fatt ilu iktar minn għaxar snin.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mangion, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-Onor.", "Pullicino qed jirriferi għal tliet persuni imma, filwaqt li semma l-isem ta' persuna minnhom ma semmiex iż-żewġ persuni l-oħra b'isimhom.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa li ma nafx jekk hijiex il-konswetudini ta' din il-Kamra li nsemmu persuni li ma jistgħux jiddefendu ruħhom hawn ġew stess.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li dak li jingħad hawnhekk m'huwa sindakabbli mkien, jiġifieri jkun tajjeb jekk nissalvagwardjaw ir- reputazzjoni ta' individwi barra minn din il-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Pullicino, nitolbok biex timxi mar-regolamenti tal-Kamra.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien qed nimxi mar-regolamenti tal-Kamra.", "Quddiemna hawn imniżżel isem is-Sur Martin Debono, li se jiġi nnominat bħala chairman u chief executive tal-kunsill konsultattiv.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, dan li qed ngħid hawn ġew, diġa' ppubblikajtu fil-media lokali.", "Issa min irid, jista' ifittixni għal libell.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ħadd ma jista' jfittxek għal libell minħabba dak li tgħid hawn ġew!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien kont nistenna li l-Gvern ikun iktar koerenti f'dak li jgħid għar-rigward tat-trasparenza billi jispjegalna għaliex il-persuni l-oħra li kienu fl-istess sitwazzjoni tas- Sur Martin Debono ma ħadux il-warrant ukoll.", "Nixtieq li l-Gvern jgħidilna wkoll għaliex għażel li ma jdaħħalx in vigore liġi li diġa' għaddiet ħalli b'hekk kulħadd, inkluż is-Sur Martin Debono, jintefa' f'keffa waħda u l- warrant jeħduh flimkien.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, l-Onor.", "Pullicino jaf daqsi għaliex il-Gvern għadu ma daħħalx in vigore l-liġi li qed jirriferi għaliha.", "Biex dik il-liġi tidħol in vigore hemm il-ħtieġa li l-ewwel issir elezzjoni bejn il-periti li għandhom il-warrant ħalli jiġu eletti tnejn minn fosthom.", "Meta aħna tlajna fil-gvern sibna li m'hemmx lista tal-periti li għandhom il-warrant u naħseb li l-Onor.", "Pullicino jaf li saħansitra saru avviżi fuq il-gazzetti sabiex periti li għandhom il-warrant japplikaw ħalli jiġu inklużi f'dik il-lista.", "Issa l-lista ġiet vetted u għalhekk ktibna lill-Kummissjoni Elettorali sabiex tagħtina żewġ rappreżentanti minn tagħha ħalli tkun tista' ssir l-elezzjoni u nittama li din l-elezzjoni ssir fi ftit ġimgħat oħra.", "Fil-fatt bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il- Gvern u l-Kamra tal-Periti ħalli tkun tista' ssir l-elezzjoni.", "Jiġifieri fuq dan ir-rigward għaddej proċess kontinwu ħalli s-sitwazzjoni tiġi regolarizzata kemm jista' jkun malajr.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, ħalli nagħmel mistoqsija iktar diretta.", "Jista' l-Gvern jispjegalna għaliex ma semax mill-Kamra tal-Periti li tat parir sabiex qabel ma jiġu kkonsidrati persuni biex jieħdu l- warrant, l-ewwel tiġi in vigore dik il-liġi sabiex kull min kien qiegħed jistenna għax ħa xi degree minn barra jitpoġġa fl-istess keffa u jkun jista' jsir eżami wieħed biex finalment tittieħed id-deċiżjoni dwar jekk dawn għandhomx jieħdu l-warrant jew le?", "Effettivament dan il-Gvern għażel li ma jistenniex sakemm dik il-liġi tidħol in vigore.", "Jekk il-Gvern qed jgħid li huwa daqstant effiċjenti - u tajjeb li jkun effiċjenti - ma naħsibx li s-Sur Martin Debono kien se jdum jistenna xi snin twal oħra sabiex jieħu l-warrant.", "Kien jistenna biss li l-liġi tiġi in vigore u mbagħad in-nies kollha li qed jistennew biex jieħdu l-warrant jiġu skedati flimkien u mhux is-Sur Martin Debono jingħata l-warrant tiegħu baxx baxx, kif ingħata, u ħaddieħor li għandu l-istess kwalifiki għadu jistenna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, jien m'iniex xi wieħed li nħobb ninterrompi waqt id-debates pero' qed ikolli nagħmel hekk minħabba li qed jingħadu ħafna ineżattezzi.", "Mhux veru li s-Sur Debono ingħata l-warrant baxx baxx imma ngħata l-warrant kif suppost, bil-proċeduri kollha.", "Għalhekk din l-allegazzjoni li qiegħed jagħmel l-Onor.", "Membru hija infondata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Pullicino, nitolbok timxi mar-regolamenti.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien naħseb li qed nimxi mar- regolamenti pero' m'iniex se nkompli ninsisti fuq dan il-punt għaliex id- diversi queries li kelli ppubblikajthom ftit tax-xhur ilu f'\"The Times\" u dawk id-diversi mistoqsijiet twal li għamilt, inkluż lill-Universita' ta' Malta, ma ġew imwieġba minn ħadd.", "Jiġifieri l-mistoqsijiet għadhom hemm u jien nitlob lill-Gvern biex almenu jkollu d-diċenza Ii jirrispondi dawk il- ħafna mistoqsijiet li kont għamilt dwar kif is-Sur Martin Debono ħa l- warrant tiegħu.", "Issa għaddew il-ġimgħat u x-xhur u ħadd, inkluż l- Universita' ta' Malta, għadu ma rrisponda għal dawk id-diversi mistoqsijiet.", "Sur President, jien se nagħlaq dwar dan il-punt, pero' qabel ridt nagħmel din il-mistoqsija: Jekk mhux jien biss, imma persuni oħra, inkluż il-Kamra tal-Periti, kellhom mistoqsijiet dwar din il-kwestjoni, kif induru proprju fuq din il-persuna biex nagħmluha chairman u chief executive ta' dan il- kunsill konsultattiv?", "Minn tant periti li ħadu l-warrant tagħhom f'Malta, din hi l-unika persuna idonea?", "U dan mingħajr lanqas biss iddiskutiha mal- partners l-oħra.", "Jien ma jidhirlix li dan huwa l-mod ċivili kif jitwaqqaf kunsill konsultattiv jekk irridu li dan il-kunsill ikun ogħla mill-politika partiġjana f'pajjiżna u jkun verament kunsill konsultattiv nazzjonali.", "Nixtieq ngħid li fl-aħħar punt li hemm f'din il-mozzjoni, eżatt qabel il- firma tal-Ministru, jingħad li:", "\"L-Uffiċjal Eżekuttiv tal-Kunsill ...\"", "- li huwa wkoll iċ-chairman, two in one! -", "\"... għandu jħejji estimi annwali għall-approvazzjoni tal-kunsill.", "Dawn l-estimi jridu jkunu approvati mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u ffinanzjati mill-Gvern b'vot annwali.\"", "Dan huwa każ ieħor ta' meta niġu mitluba napprovaw xi ħaġa li ma tkun tfisser xejn għaliex il-Gvern lanqas biss qed jagħtina indikazzjoni ta' meta l-uffiċjal eżekuttiv irid jagħti l-proposti annwali tiegħu.", "Dan huwa punt żgħir pero' naħseb li għall-amministrazzjoni jkun tajjeb li wieħed jindika għallinqas sa liema xahar iċ-chief executive għandu jagħti din il- formolazzjoni annwali tal-kontijiet tiegħu.", "Għar-rigward tal-proposta sħiħa, kif qiegħda f'Document One, nixtieq nikkummenta dwar xi punti li hemm matul din il-preżentazzjoni.", "Per eżempju, f'Article Two insibu li l-kunsill se jingħata bini sabiex jopera minnu f'dak li jissejjaħ Scamps Palace fil-Birgu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, mhux biex niżvijja lill-Onor.", "Membru pero' xtaqt ninformah li jien tkellimt mal-Whip tan-naħa l-oħra u nformajtu li għandi xi emendi għal din il-mozzjoni.", "Fil-fatt waħda minn dawn l-emendi tikkonċerna appuntu l-post partikolari li qed isemmi l-Onor.", "Pullicino.", "Bl-emenda li se nipproponi, Article Two se jiġi jgħid hekk:", "\"The name of the Council shall be The Building Industry Consultative Council.", "The Council shall operate from a building to be known as the Building Research Centre which is to be housed in the premises provided by Government in terms of the Agreement.\".", "Jiġifieri neħħejna l-isem tal-post speċifiku.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirringrazzja lill-Ministru imma sal-mument li jien ġejt biex nitkellem ma kontx għadni ġejt notifikat b'din l-emenda.", "Fil-fatt m'hawn xejn daqstant provokattiv f'dan li se ngħid pero' nħoss li l-kumment pożittiv li kont se nagħmel ma nistax nagħmlu f'dan il-każ.", "Jien kont se ngħid li nieħu gost li dan il-Gvern qed jara li jibda jintuża l- bini li hemm mhux utilizzat fin-naħat tat-Tlett Ibliet.", "Effettivament naħseb li dak il-kumment pożittiv ma nistax nagħmlu, anke fid-dawl ukoll li sfortunatament il-bini ta' Bighi Palace, li kien diġa' kważi sar ir-restawr kollu fuqu, li kien se jkun is-sit amministrattiv tal-Kunsill Malti għax- Xjenza u t-Teknoloġija, issa jidher li b'daqqa ta' pinna mhux se jibqa' bħala ċentru amministrattiv għal dan il-kunsill.", "Il-bini ta' ħdejh, li jissejjah il-left wing, mhux se jkun lanqas is-sit għal dak li kellu jkun iċ-ċentru interattiv għax-xjenza u t-teknoloġija f'pajjiżna.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li dan il-Gvern ikompli fuq il-passi li kien beda l-Gvern preċedenti li jagħmel mill-Kottonera area ta' attrazzjoni turistika wkoll.", "Dik l-area għandha ħafna x'toffri bħala storja u anke bħala arkitettura u għalhekk naħseb li jkun tajjeb li mhux biss dawn il-postijiet nirranġawhom imma anke għandna nagħtuhom il-ħajja billi nħalluhom jiġu wżati minn diversi organizzazzjonijiet nazzjonali f'pajjiżna.", "Sur President, imbagħad Paragraph 2(i) ta' Article Three jgħid li:", "\"Building regulations which include standard methods of measurement, standard conditions of contract of works, standard work detailing registration and classification of contractors and tradesmen and quality assurance standards\"", "Sur President, ippermettili ngħid li jien rajt ftit stramb il-fatt li fil- mozzjoni, kif ġiet ippreżentata lilna, imkien ma ssemma xejn dwar il-Malta Standardisation Authority, li effettivament kellha kollox imħejji mill- Gvern preċedenti u ġiet in vigore taħt dan il-Gvern.", "Jien nixtieq nistaqsi x'se tkun l-interattivita' bejn dan il-kunsill konsultattiv u din l- awtorita'.", "Hawnhekk irridu nifhmu li fil-liġi kif inhi llum, l-istandard fil-qasam tal-bini huwa responsabbilta' tal-Malta Standardisation Authority u mhux ta' dan il-kunsill konsultattiv.", "F'ħafna partijiet insibu li se jkun ir-rwol ta' dan il-kunsill konsultattiv li jara li jinżammu dawn l- istandards, pero' effettivament m'huwiex ir-rwol eżekuttiv tiegħu.", "Jekk xejn, hu jista' jagħti parir lill-Malta Standardisation Authority, imma ċertament li l-kunsill konsultattiv ma jistax ikun eżekuttiv f'dan il-qasam ta' l-istandardisation.", "Sur President, l-importanti huwa mhux biss li wieħed iqajjem dan il-punt imma li n-naħa tal-Gvern tikkonstata dan il-fatt u tagħmel it-tibdiliet neċessarji f'din il-mozzjoni.", "Article Three imbagħad jitkellem dwar il-formulazzjoni u titjib fl- education and training programmes and structures.", "Hawnhekk, Sur President, ippermettili nqajjem punt ieħor għaliex jien ħassejtha stramba ħafna li l-Universita' ta' pajjiżna lanqas biss hija waħda minn dawn l- għaxar partners li se jaħdmu fil-kunsill konsultattiv, meta proprju hemmhekk jeżisti istitut li xogħlu huwa proprju li jagħmel riċerka fil- qasam tal-kostruzzjoni li, jekk m'iniex sejjer żball, huwa taħt it-tmexxija tal-Prof Alex Torpiano.", "Jien inħossha stramba ħafna l-ewwelnett li l- Universita' ta' Malta, għallinqas il-Fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili, m'hijiex qed tintalab li jkollha rappreżentant fuq dan il-kunsill konsultattiv, u t-tieni nett li m'hu qed jissemma xejn f'din il- mozzjoni dwar dan l-istitut li qiegħed proprju fil-fakulta' li jagħmel xogħol ta' riċerka fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Jekk hemm xi ħaġa li ddejjaqni ħafna hija d-duplikazzjoni pero' minn studji soċjoloġiċi li saru joħroġ ċar li normalment f'soċjetajiet żgħar kulħadd iħossu iktar bil- biża' li xi ħadd jidħollu fl-għalqa tiegħu u allura kulħadd jipprova jipproteġi t-torri ta' l-avorju tiegħu.", "GĦalhekk ħafna drabi nispiċċaw b'ħafna istituzzjonijiet li jkunu overlapping, b'duplikazzjoni ta' nies u ta' makkinarju.", "Jien naħseb li jekk m'aħniex se ninvolvu b'mod dirett lill- Istitut għar-Riċerka dwar il-Bini, li jeżisti fil-Fakulta' ta' l- Arkitettura u Inġinerija Ċivili, inkunu qegħdin nagħmlu l-istess żball.", "Dan għaliex qiegħed jingħad li l-kunsill konsultattiv se jagħmel riċerka, liema riċerka ma ssirx mill-kotba biss imma ssir anke permezz ta' esperimenti u jintuża ċertu apparat u għalhekk ikun għaqli li l-Gvern idaħħal lil dan l-istitut bħala partner f'dan il-kunsill konsultattiv għaliex dan diġa' għandu l-equipment neċessarju għal din it-tip ta' riċerka.", "Ngħaddi issa għar-raba' punt li jissemma fil-paragrafu 2(iv) ta' Artiklu Three.", "Hawnhekk qiegħed jingħad li:", "\"The monitoring of the property market and the relationship between the building industry and the property market; ...\".", "Jiena ma nara xejn ħażin li l-kunsill konsultattiv jagħmel dan il- monitoring imma rridu nifhmu li dan huwa rwol li diġa' huwa moqdi mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar u allura dan huwa każ ieħor ta' duplikazzjoni.", "Jiena nispera li dan m'huwiex se jsir bl-intenzjoni li l-kunsill konsultattiv jiddeċiedi li jagħti xi forma ta' proposta lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitkabbru l-konfini ta' l-iżvilupp f'pajjiżna.", "F'din il- Kamra diġa' kelli ċans nitkellem dwar x'naħseb jiena u x'taħseb l- Oppożizzjoni dwar din il-kwestjoni u ma naħsibx li għandi għalfejn nidħol aktar fid-dettall dwar dan pero' jkun tajjeb li n-naħa tal-Gvern tispjegalna għalfejn il-kunsill konsultattiv se jkollu dan l-oġġettiv meta diġa' huwa rwol ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Article Four imbagħad jitkellem dwar dik li hija l-funzjoni.", "Qiegħed jingħad li l-kunsill konsultattiv għandu l-funzjoni:", "\"To assist in the national economic planning process... \",", "pero' din ukoll hija funzjoni li diġa' għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jiena ma nistax nara għalfejn il-kunsill konsultattiv se jkollu dawn il- funzjonijiet li diġa' huma moqdija minn oqsma oħra.", "M'hemm xejn ħażin li l-kunsill konsultattiv ikollu dawn it-tip ta' funzjonijiet pero' nispera li l-Planning Authority ma tispiċċax tinqabeż jew inkella tiġi replaced f'dan il-proċess bil-kunsill konsultattiv.", "F'paragraph 6 ta' l-istess artiklu, jiġifieri Article Four, qed jingħad li dan il-kunsill għandu l-funzjoni:", "\"To assist Government in the formulation and negotiation of educational, scientific and technology transfer agreements with foreign governments or international bodies.\".", "Effettivament, Sur President, ir-responsabbilta' prinċipali għar-rigward ta' formulazzjoni u negozjati ta' educational, scientific and technology transfer agreements diġa' taqa' taħt il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t- Teknoloġija u għalhekk jien nixtieq nistaqsi lill-Gvern x'tip ta' interattivita' se jkun hemm bejn dan il-kunsill konsultattiv u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija li wkoll ma jissemma xejn f'din il- mozzjoni.", "M'hemm xejn ħażin li dan jagħmlu l-kunsill konsultattiv pero' nittama li anke f'dan il-każ il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija ma jinqabiżx f'din il-funzjoni.", "Ngħaddi issa għall-paragrafu 12 ta' Article Four, fejn qiegħed jingħad li funzjoni oħra ta' dan il-kunsill konsultattiv hija:", "\"To advise on and monitor quality and safety standards to be adopted and implemented and where requested to conduct scientific and technological audits of the building construction activities of government departments, public corporations and of the private sector.\".", "Effettivament huwa biss l-istandards board li għandu l-poter eżekuttiv sabiex jiġu adottati ċerti standards u għaldaqstant nittama li jkollna kjarifika anke dwar dan.", "Sur President, jien nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi ngħid li huwa mportanti ħafna li niddiskutu dwar l-industrija tal-bini għaliex pajjiżna għaddej minn mument fejn mhux biss jenħtieġ li ssir analisi ta' l- industrija tal-bini imma jenħtieġ ukoll li jittieħdu miżuri effettivi li bihom din l-industrija titjieb f'dik li hija kwalita' u anke fil-kwantita'.", "Sa ftit ta' żmien ilu din ħadd ma kien jindenja ruħu jsemmiha pero', minn risposta li ta l-Viċi Prim Ministru stess għal domanda parlamentari, nafu li għandna tnaqqis ta' 30% fl-attivita' f'din l-industrija.", "Nittama wkoll li l-kunsill konsultattiv jaħdem sabiex jagħmel realta' dak li kien jgħid il-Partit Laburista mill-oppożizzjoni, jiġifieri li permezz ta' l- introduzzjoni tat-taxxa l-ġdida l-prezzijiet se jorħsu.", "Kull min jaħdem fl- industrija tal-bini jaf li bit-tneħħija tal-VAT l-prezzijiet fl-industrija tal-bini mhux veru raħsu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sur President, ilna għal diversi seduti niddiskutu t-twaqqif ta' kummissjoni dwar l-industrija tal-bini.", "Kif nafu, il-Parlament għandu l-funzjoni li jirregola l-finanzi, għandu l-funzjoni leġislattiva u għandu wkoll il-funzjoni ta' kontroll ta' l-operat fuq l- eżekuttiv.", "Pero' d-dritt amministrattiv jgħidilna wkoll li l-Parlament, in forza tas-sovranita' tiegħu, jista' jwaqqaf kummissjonijiet u kumitati li jirrapportaw lilu dwar il-ħidma tagħhom.", "Kumitati jew kummissjonijiet bħal dawn jistgħu jinħatru fuq diversi oqsma li l-pajjiż iħoss li jkun wasal iż-żmien li ssir diskussjoni wiesgħa, studjata u meqjusa dwarhom.", "In forza tas-sovranita' tiegħu, il-Parlament qiegħed iwaqqaf din il- kummissjoni - u nuża l-kelma \"kummissjoni\" mhux biss għaliex hija l-kelma li qiegħda tintuża fil-mozzjoni mressqa mill-Ministru imma għaliex tiddistingwi ruħha minn awtoritajiet jew korporazzjonijiet oħra - li hija vestita b'poter, funzjonijiet u objettivi partikolari.", "Sur President, huwa importanti li nifhmu li din il-kummissjoni qiegħda titwaqqaf b'mozzjoni.", "Ftit ilu kellna diskussjoni dwar riżoluzzjoni pero' quddiemna llum għandna mozzjoni.", "Forsi l-legaliżmi hawnhekk jidħlu aktar mis-soltu, u bilfors li wieħed irid jagħmel distinzjoni għaliex fil- prattika parlamentari, anke kif inhi adottata fl-Ingilterra, hija proprju b'mozzjoni li dan jista' jsir.", "(Interruzzjonijiet) Le, bejn mozzjoni u riżoluzzjoni hemm differenza.", "F'din il-mozzjoni l-Parlament qiegħed jgħid li se nwaqqfu kummissjoni dwar l-industrija tal-bini li tkun magħrufa bħala l-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini u li jagħti pariri lill- ministeru ħalli dan il-qasam ikun jista' jimxi aktar 'il quddiem.", "Li huwa interessanti hawnhekk huwa l-fatt li qegħdin ngħidu li s-settur privat jista' jintalab jikkopera b'rappreżentanza tiegħu.", "Allura l-Gvern Malti, immexxi mill-Partit Laburista, qiegħed jgħid li bħal fil-qasam tal-housing hawnhekk ukoll huwa ta' importanza vitali għall-iżvilupp tal-bini li s- settur privat jikkontribwixxi wkoll.", "Meta l-Onor.", "George Pullicino, meta ġie biex jitkellem dwar il-forom ta' rappreżentanza li kunsill bħal dan għandu jkollu, qajjem il-punt - għalih ġustifikat imma għalina forsi dibattibbli - li l-Universita' għandha tkun rappreżentata permezz tal-Fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili.", "Filwaqt li dan il-punt jista' jkun validu, il-fatt li l-kunsill jista' hu nnifsu jaħtar bord konsultattiv ifisser li f'dan l-istess bord jista' jkun hemm din ir-rappreżentanza li l-Onor.", "Membru jixtieq li jkun hemm.", "Pero' l- firxa ta' rappreżentanza f'dan il-kunsill, b'mod li għandek koperazzjoni bejn dawk kollha konnessi ma' din l-industrija tal-bini, tikkonferma l-ħila tal-Gvern Malti li jħalli lil min jista' jikkontribwixxi f'dan il-pajjiż, jikkontribwixxi u jgħid tiegħu.", "Fil-fatt fuq dan il-kunsill, fost l-oħrajn, se jkun hemm rappreżentati l-Kamra ta' l-Arkitetti u Inġiniera Ċivli u l- Kamra ta' l-Inġiniera Professjonali, u dan ma jfissirx li dawn m'humiex se jikkonsidraw u jagħmlu ċertu riċerka bl-għajnuna ta' l-Universita' ta' Malta.", "Il-kunsill qiegħed jingħata wkoll il-possibbilta' li jaħtar bord eżekuttiv u bord konsultattiv skond it-termini kif speċifikat fl-istatut, pero' wieħed irid jara wkoll il-parametri li fihom dawn jistgħu jaħdmu.", "Jiena naħseb li l-fatt li l-Gvern qiegħed jagħti dawn il-poteri lill- kunsill ifisser li dan l-istess kunsill, li għandu rappreżentanza xierqa ta' nies li jafu l-affarijiet tagħhom f'dan il-qasam, ikun jista' jiġi kkonsultat u jirrapporta lura lill-Gvern.", "Sur President, din il-mozzjoni titkellem dwar industriji li nistgħu ngħidu li huma fost l-aktar li jgħinu l-ekonomija tal-pajjiż u li jikkontribwixxu f'qasam li huwa kkomplikat u anke joffri hot issues.", "Għalhekk jien naħseb li kien għaqli min-naħa tal-Gvern Malti li jitkellem dwarhom u li jara kif nistgħu norkestraw din l-industrija billi fuq dan il- kunsill ikun hemm rappreżentanza tal-korpijiet kostitwiti tal-Planning Authority u tal-Kamra tal-Kummerċ li flimkien, bħala l-backbone ta' dan is- settur, ikunu jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom.", "Ħaġa oħra li hija importanti ħafna f'dan il-qasam huwa l-monitoring, partikolarment fejn jidħlu d-dmirijiet u l-performance ta' kull min huwa konness ma' l-industrija tal-bini.", "Fil-verita' jrid ikun hemm kordinament bejn l-efforts kollha tal-partijiet konċernati u jrid ikollna wkoll standards board u politika sana fuq dawk li huma prodotti sekondarji.", "U x'inhuma l-objettivi u l-għanijiet wara dan kollu?", "Huwa żgur li wieħed mill-objettivi huma li jkollna klassifikazzjoni u allura distinzjoni bejn dawk li huma kuntratturi u dawk li huma tradesmen.", "Illum issib lil min jgħidlek li huwa kuntrattur pero' la jkollu nies jaħdmu miegħu u lanqas ikollu l-ammont neċessarju ta' makkinarju.", "Issa se ssir din il- klassifikazzjoni abbażi tal-past track record ta' l-individwu u wieħed se jkun jista' jara jekk il-kondizzjonijiet tal-kuntratt kenux adhered to, jekk il-completion dates ġewx rispettati u jekk ix-xogħol sarx to specifications.", "Il-klassifikazzjoni tal-kuntratturi hija importanti daqskemm hija importanti l-quality assurance u l-formulazzjoni ta' dawk li huma regulations rigward il-means of escape f'każ ta' nirien, l- aċċessibilita' għal persuni b'diżabilita' u persuni anzjani, kif ukoll it- techniques moderni ta' kostruzzjoni u l-konservazzjoni ta' l-enerġija.", "Allura huwa ugwalment importanti li nistabilixxu metodi standard ta' measurement, li nistabilixxu kondizzjonijiet standard ta' kuntratti għal xogħol u dettalji standard ta' l-aktar xogħol komuni ħalli b'hekk ikollna quality assurance u jkollna klassifikazzjoni ta' dawk li huma kuntratturi u dawk li huma tradesmen.", "U l-għan tal-Gvern jispikka b'mod tajjeb f'dan il- qasam u għalhekk qiegħed jagħti l-pariri u l-assistenza lil dawn il- kumpanniji sabiex ikunu jistgħu jadottaw dik li hija l-ISO quality certification.", "Sur President, il-Gvern irid li dan kollu jiġi implimentat, kif ukoll li jkun hemm il-formulazzjoni u l-backing legali ta' l-ispettorat tal-bini għaliex inkella ma jkunx jista' jkollna garanzija fuq is-servizzi u l- prodotti.", "Minbarra l-quality assurance, tajjeb li nistabilixxu wkoll dawk li huma x-schedules ta' average building unit prices, kemm għal dak li huwa żvilupp privat, kif ukoll għal dak li huwa żvilupp pubbliku.", "L-iżvilupp privat huwa importanti - għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi għamilt riferenza għall-importanza tal-kontribuzzjoni mis-settur privat f'dan il- qasam - pero' irridu naraw li jkun hemm monitoring fejn tidħol il- varjazzjoni tal-prezzijiet tal-proprjeta'.", "Dan il-monitoring imbagħad irid ikun ikkompensat bir-rakkmandazzjoni tal-politika tal-Gvern fejn tidħol l- esproprjazzjoni ta' l-art.", "Irridu nidentifikaw dawk li huma l-constraints li qegħdin iżommu milli wieħed jaħdem f'dan is-suq tal-proprjeta' u allura rridu naraw li dan il-kunsill ikun jista' jagħmel rakkmandazzjonijiet sabiex inaqqas, u jekk jista' jkun jelimina, dawn il-constraints li jistgħu jagħtu daqqa ta' ħarta lil dan is-suq.", "Ma' dawn irid ikun hemm ukoll rakkmandazzjonijiet għall-użu aħjar ta' l-art, kemm dik tal-gvern, kif ukoll dik tal-privat.", "F'dan il-qasam, Sur President, irridu nagħtu attenzjoni wkoll lil dik li hija riċerka u identifikazzjoni ta' teknika ġdida ta' xogħol.", "Fil-fatt hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar it-twaqqif ta' data collection and evaluation section, li nixtiequ li tkun waħda mill-prijoritajiet ta' dan il- kunsill.", "Irridu naraw ukoll li jkun hemm eżekuzzjoni ta' dawk il-proġetti piloti in conjunction ma' istituzzjonijiet Mediterranji sabiex wieħed jiddetermina b'mod tajjeb u sħiħ il-forom u t-teknika ta' bini għal dawk li huma climate u landscape.", "Dan ukoll huwa aspett li jista' jgħin lil dan il- kunsill sabiex jasal għall-objettivi veri tiegħu pero' dan ma jkunx jista' jintlaħaq b'mod sħiħ jekk aħna ma narawx kif nippromwovu studji bħal dawk li semma l-kollega tiegħi l-Onor.", "Pullicino.", "Il-promozzjoni ta' studji u esperimenti li jirrigwardaw energy saving techniques hija importanti fid- dinja tal-lum fejn l-enerġija qed tiġi vvalorizzata iktar u qed titlob iktar attenzjoni.", "Naħseb li la qed nitkellmu fuq ir-riċerka huwa mportanti li ngħidu li dan il-kunsill għandu jkollu aċċess f'dik li hija riċerka barranija, speċjalment ma' pajjiżi ta' l-istess daqs u bl-istess kondizzjonijiet bħal tagħna.", "Sur President, tkellimna fuq ir-riċerka, fuq il-quality assurance u fuq il-property market fih innifsu, pero' l-aktar ħaġa mportanti hija s-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem u għalhekk f'dan il-kontest irridu noħolqu kultura ta' safety permezz ta' preparazzjoni u ta' pariri dwar kif jista' jkollna safety awareness f'dan il-qasam.", "Fil-leġislatura li għaddiet konna ddiskutejna diversi modi ta' kif wieħed jista' jipproteġi s-saħħa tal- ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Kienet għaddiet liġi f'dan ir-rigward mill- Gvern Nazzjonalista u llum il-Gvern Laburista qiegħed jgħid lill-kunsill li huwa mportanti li jħares lejn is-sigurta' tal-ħaddiem b'mod prijoritarju u li jkun hemm monitoring tal-building construction, speċjalment fejn jidħlu d-dmirijiet u l-performances tas-saħħa tal-ħaddiem.", "Għalhekk huwa tajjeb li jkollna inforzar tal-liġi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu ta' safety equipment.", "Dan nistgħu nagħmluh billi jitwaħħlu posters u jiġu mqassma pamphlets, pero' bla dubju ta' xejn iridu jiġu organizzati diversi forums u seminars ħalli ssir diskussjoni dwar dan il-qasam.", "Flimkien ma' dan kollu għandu jkun hemm bord ta' inkjesta li jidħol fl-aspetti tekniċi kollha, l-aktar fejn ikun hemm major building accidents - f'dan il-qasam kellna diversi inċidenti, għalkemm forsi mhux daqs kemm qed ikollna inċidenti tat-traffiku - ħalli jkunu jistgħu jiġu proposti xi soluzzjonijiet .", "Sur President, huwa mportanti li meta jiġru dawn l-inċidenti nieħdu azzjoni pro-attiva iktar milli reattiva u għalhekk ninsisti li l-health and safety regulations jibqgħu dejjem importanti, anzi naħseb li jkun utli jekk dawn isiru f'forma ta' regolamenti at a subsidiary level.", "M'hemmx bżonn li dan isir mill-Parlament pero' dan il-bord jista' jitlob lill-ministeru kkonċernat sabiex jara li f'dan il-qasam partikolari fejn jidħlu health and safety - li forsi huwa distint minn oqsma oħra - jkollna l-iprem fost l- aqwa sigurta' għall-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Mhux hekk biss imma għandu jara wkoll li jinġabru l-building services certificates u li dawn ikunu magħmulin minn nies professjonali li jkollhom il-warrant u li jkollhom l-awtorita' legali sabiex jagħmluhom.", "Aktar kmieni semmejt l-importanza ta' l-edukazzjoni fejn jidħlu l-health and safety tal-ħaddiema, l-aspett didattiku li wieħed ma jistax jissottovalutah.", "Dan jista' jsir ukoll billi jkollna uffiċċju ta' l- informazzjoni dwar kif taħdem din l-industrija tal-bini u li l-building equipment u materials li wieħed juża jiġu esibiti quddiem kulħadd b'mod permanenti.", "Ma tkunx idea ħażina kieku jkollna wkoll librerija ta' building and construction journals u specialised book shops fuq dan il- qasam partikolari u anke jiġu organizzati aktar orientation seminars għall- pubbliku.", "Fejn jidħol imbagħad is-settur privat u l-major private projects, naħseb li huwa mportanti li jibqgħu jsiru dawn is-seminars fejn jorjentaw lill-individwi fuq l-oqsma partikolari.", "Ikun utli wkoll li wieħed jorganizza courses akkademiċi - dawn mhux bilfors isiru fl- Universita' - fil-livell li semma l-Onor.", "Pullicino, jiġifieri għall- middle management f'areas partikolari ta' project management u quantity surveying.", "Sur President, il-maġġoranza tax-xogħol relatat mal-bini u l-kostruzzjoni f'Malta tista' tgħid li huwa kkommissjonat u magħmul minn private concerns u l-intenzjoni ta' dan il-Gvern Malti mmexxi mill-Partit Laburista hija li jħalli aktar parteċipazzjoni ta' dawk li huma non-government entities, dawk li għandhom iktar interessi diretti fl-industrija tal-bini u tal- kostruzzjoni, li huma stess jirrikkmandaw framework ta' policies u ta' proċeduri li għandhom jiggvernaw, imexxu u jirregolaw din l-industrija hekk importanti.", "L-aktar punt li xtaqt nenfasizza huwa l-importanza tal- parteċipazzjoni sħiħa tas-settur privat fl-industrija tal-bini għaliex nemmen li din hija parti minn proċess li beda u li jrid jitkompla.", "Il- Gvern irid anke joffri premises - m'aħniex se nagħtuhom xi post kif qed jipprovaw jagħtu l-impressjoni u nispera li ma jgħidux li qed nagħmlu xi skandlu ieħor - with an organisational set-up, b'management structures, b'administrative support u bl-għajnuna kollha tal-Gvern.", "Sur President, jien ma xtaqtx nidħol fil-kwestjoni - għalkemm għamilt xi ftit noti - dwar is-Sur Martin Debono għaliex naħseb li s-suġġett ġie eżawrit u nixtieq li ma jsirux kummenti barra minn lokhom jew li jkunu diġa' ġew spjegati.", "Bħalissa qed nitkellmu fuq is-slowdown fl-industrija tal-bini u jien, li naħdem bħala nutar, nista' ngħid li jista' jkun li hemm slowdown fl-industrija tal-bini, pero' dan ma ġarax illum.", "L-ewwel daqqa li ħadet l-industrija tal-bini - din hi l-verita' tajjeb jew ħażin, naqblu jew ma naqblux - kienet malli daħlet il-VAT għax bdew jogħlew il-prezzijiet tal- materjal u affarijiet oħra, u dan qed ngħidu bl-ikbar onesta'.", "Hawnhekk qegħdin inħarsu lejn industrija li hija waħda mill-aktar setturi li qed tagħti kontribut lill-ekonomija tal-pajjiż u naħseb li ż-żewġ naħat tal- Kamra verament nixtiequ li nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Huwa mportanti li naraw x'hemm komuni bejn il-partijiet konċernati u nużaw departure platform wieħed biex f'dan il-qasam narmonizzaw id-diversi setturi varjati għall-futur.", "Nixtieq li jkun hawn iktar armonizzazzjoni li twassal lejn effiċjenza ikbar f'dik li hija l-utilizzazzjoni aħjar tar-riżorsi, kemm dawk kapitali, kemm dawk materjali, kif ukoll dawk umani.", "Jien naħseb li biex nakkwistaw l-armonizzazzjoni f'din l-industrija hemm bżonn li jitwaqqaf co-ordination board li jinkorpora l-interessi ta' dawn il-partijiet kollha kkonċernati u fir-rigward ta' dak li qed jipproponi l-gvern ngħid li huwa tajjeb li jkun hemm safety precautions and better quality assurance, pero' l-aktar ħaġa importanti hija li issa li se nwaqqfu din il-kummissjoni, dawn min-naħa tagħhom jagħtuna xi ħaġa li tkun għall-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nista' ngħid ilna għal numru ta' sigħat niddiskutu l-mozzjoni li għandna quddiemna u naħseb li jekk wieħed jagħti daqqa' t'għajn lejn x'inhi l-intenzjoni tal-Gvern jara li l-iskop prinċipali huwa li jkun hemm kordinazzjoni akbar u ppjanar aħjar f'dawk li huma affarijiet li jikkontrollaw l-industrija tal-bini, kif ukoll li nieħdu inizjattivi li permezz tagħhom nistgħu ngħinu lil din l-industrija.", "L-Onor.", "Schembri Adami għadu kif qal li din hija waħda mill-iktar industriji mportanti li għandna f'pajjiżna u qal ukoll li jispera li l- Oppożizzjoni ma tarax bħala skandlu l-fatt li l-Gvern se jagħti post minn fejn il-kunsill konsultattiv li se jitwaqqaf ikun jista' jaħdem.", "Jien naħseb li f'dan ir-rigward m'hemm l-ebda skandlu u naqblu mal-fatt li jekk jitwaqqaf bord konsultattiv, dan għandu jkollu post diċenti fejn jiltaqa'.", "Li qed jinkwetani hu li l-affarijiet li jkunu qegħdin jiġu diskussi quddiem dan il-Parlament mhux biss ikunu tfasslu imma jkunu diġa' saru min- naħa tal-Gvern.", "Per eżempju, fil-ħarġa tal-gazzetta \"l-orrizzont\" ta' nhar il-Ġimgħa li għaddiet, kien hemm artiklu bit-titlu \"Jiltaqa' l-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini\".", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, fil-fatt diġa' tajt spjegazzjoni għal dan li qed jalludi għalih l-Onor.", "Galea.", "Kulma ġara f'dik il-laqgħa kien li ġew diskussi t-terms of reference tal-BICC ma' min hu kkonċernat biex min seta' kellu xi emendi jgħaddihomli ħalli mbagħad inkun nista' nġibhom fil-Parlament, ovvjament qabel ma tgħaddi r-riżoluzzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jien nieħu l-kelma tal-Ministru pero' safejn naf jien ma kien hemm l-ebda korrezzjoni min-naħa tal-gazzetta Lili mhux qed jinkwetani l-fatt li ma saritx korrezzjoni imma jinkwetani l-fatt li ripetutament l-affarijiet ostensibilment jiġu quddiem dan il-Parlament bħala proposta imbagħad nindunaw li jkunu diġa' jagħmlu parti mill-istorja u kważi kważi ftit ikun jagħmel sens f'ċirkostanzi bħal dawn li nkomplu niddiskutu u nressqu l-ideat tagħna.", "Per eżempju, din hija mozzjoni li permezz tagħha qed jitwaqqaf bord konsultattiv u naħseb li kien hemm il-possibbilta' li jsiru ċerti proposti.", "Irrid ngħid li aktar kmieni l-Ministru nformani li se jsiru xi emendi b'konsegwenza ta' dak li ntqal matul id-diskussjoni imma l-fatt li gazzetta toħroġ b'rapport li l-bord konsultattiv żamm l-ewwel laqgħa tiegħu, fl- opinjoni tiegħi hija ndikazzjoni żbaljata.", "Matul id-dibattitu li kellna s'issa tqajmu diversi domandi bħal: Għaliex huma biss dawk id-disa' organizzazzjonijiet li qegħdin jissemmew sabiex ikunu rappreżentati fuq il- bord?", "Għaliex il-Gvern irid lil Martin Debono bħala chairman, bir-rispett kollu lejh?", "Għaliex dan il-bord se jingħata l-funzjoni li qegħdin ngħidu li għandu jkollu?", "Naturalment għandna industrija tal-bini li minkejja dak kollu li ntqal f'dan id-dibattitu, kemm ilha taħdem tat kontribut mhux biss għall-ekonomija imma anke għall-iżvilupp ta' dan il-pajjiż.", "Jien ma naqbilx ma' dawk li qalu li f'pajjiżna hawn diversi bennejja li ma jafux is-sengħa tagħhom.", "GĦall-kuntrarju jien nemmen li għandna numru sostanzjali ta' bennejja li jafu s-sengħa tagħhom sew.", "Naturalment dan ma jfissirx li minn żmien għall-ieħor m'għandhomx jingħataw iktar taħriġ u aġġornament fis-sengħa tagħhom.", "Anzi jien nemmen li dawk il-persuni li qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom b'mod mill-iktar dirett lill-ekonomija ta' pajjiżna għandhom ikunu aġġornati kontinwament dwar l-avvanzi li jisgħtu jsiru fis-sengħa tagħhom.", "Sur President, ma nistgħux insemmu l-industrija tal-kostruzzjoni mingħajr ma nagħmlu aċċenn għall-prekawzjonijiet li wieħed għandu jieħu.", "Għax jekk inħarsu lejn id-diversi nċidenti li seħħew matul is-snin malajr nindunaw li, huma x'inhuma l-prekawzjonijiet li jittieħdu fuq kwalunkwe post tax- xogħol, fix-xogħol tal-kostruzzjoni għandu jkun hemm prekawzjonijiet ferm aqwa - u hawn m'iniex nirriferi biss għall-bennejja imma hemm snajja oħrajn marbutin direttament mal-qasam tal-bini - jekk verament irridu li din l- industrija tkompli tagħti s-servizz li s'issa dejjem tat u li tkompli tiżviluppa fid-direzzjoni ta' regolamenti li jagħtuha sigurezza.", "Allura jien nemmen li għandu jkollna xi tip ta' organizzazzjoni li tassigura livell ta' sigurezza għal dawn il-persuni aktar milli kellna sal-lum.", "Min huwa midħla ta' din l-industrija huwa konxju li r-raġuni prinċipali ta' ħafna minn dawn l-accidents ma tkunx kwestjoni ta' traskuraġni imma pjuttost ta' over confidence għax min ikun dara xogħlu jibda jieħu l- affarijiet for granted.", "Din hija r-raġuni għaliex ikollna tant disgrazzji fejn dawk involuti jew imutu fuq il-post jew jibqgħu mmarkati għal għomorhom.", "Naturalment l-imwiet fuq il-post tax-xogħol fil-qasam tal- kostruzzjoni m'hijiex xi ħaġa li tiġri f'pajjiżna biss u, jieħdu kemm jieħdu miżuri ta' sigurezza pajjiżi ħafna aktar avvanzati minna, xorta jridu jħabbtu wiċċhom ma numru konsiderevoli ta' disgrazzji imma bil-qawwa kollha f'dan it-tip ta' xogħol.", "Jien nemmen li jekk ir-regolamenti jiġu nforzati aktar, fl-aħħar mill-aħħar se jgawdu l-istess nies li jaħdmu fil- qasam tal-bini u l-kostruzzjoni.", "Madam Speaker, tippermettili issa xtaqt nirriferi għal xi punti oħra li ssemmew matul dan id-dibattitu.", "Id-diskors introduttiv tal-Ministru juri li l-għan prinċipali li għalih qed jitwaqqaf dan il-bord konsultattiv huwa li għandna numru ta' tradesmen li jeħtieġu aktar tagħrif dwar ix-xogħol tagħhom.", "Fost l-għaqdiet li se jifformaw dan il-bord insibu l-Federazzjoni ta' l-Industrija, l-Kamra tal- Kummerċ u żewġ unions, pero' sfortunatament dawn l-għaqdiet ma jirrappreżentawx is-6,000 ruħ li hemm jaħdmu fl-industrija tal-kostruzzjoni għax ħafna minnhom la qegħdin f'union u lanqas f'xejn.", "Għalhekk jien nemmen li fuq dan il-bord konsultattiv għandu jkun hemm persuni jew almenu persuna waħda li tkun tista' tirrappreżenta direttament lil dawn il- ħaddiema.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn l-ismijiet li oriġinarjament dehru fil- mozzjoni - nifhem għal liema raġuni sussegwentement tneħħew l-ismijiet - insibu li m'hemmx persuni li jaħdmu direttament fix-xogħol tal- kostruzzjoni.", "GĦalhekk nappella lill-Ministru sabiex isib mod kif il- bennejja li huma liċenzjati jkunu jistgħu jsibu wieħed minnhom li jkun jista' jirrappreżentahom, għaliex il-bennej li xogħlu huwa fuq il-post tax- xogħol jista' jagħti ħafna aktar tagħrif fuq is-sengħa tiegħu milli jistgħu jagħtu r-rappreżentanti tiegħu, huma min huma.", "GĦalhekk nappella li jkun hemm din it-tip ta' rappreżentanza.", "Madam Speaker, qegħdin ngħidu li dan il-bord konsultattiv għandu jara wkoll x'inhi l-pożizzjoni tas-suq lokali u fil-fatt kien hawn diversi kelliema li rriferew għal din il-funzjoni partikolari u staqsew sa liema limitu l-bord għandu jidħol f'dawk li huma prezzijiet li jitħallsu għall- proprjeta' fis-suq lokali.", "Jien nixtieq norbot l-argument tal-prezzijiet tal-proprjeta' ma' dak li ntqal kemm mill-Ministru Charles Buhagiar kif ukoll mill-Ministru Alfred Portelli, li t-tnejn li huma qalu li s-slowdown fl-industrija tal-bini jaħtu għaliha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dawk li egoistikament ħassew li jkun aħjar għalihom jekk jistennew li l-Gvern joħroġ il-plots bl-isperanza li jkunu jistgħu japplikaw għal xi waħda minnhom.", "Skond kif ġie rrapportat fil-gazzetta \"The Times\" il-Ministru Buhagiar qal li l-pożizzjoni f'dan ir-rigward issa hija waħda ċara u l- persuni kollha li b'xi mod ittamaw li se jingħataw plot jafu li dan m'huwiex se jseħħ.", "Issa hawnhekk tajjeb li wieħed jirrimarka li l-Partit Laburista ilu konxju li hawn problema serja f'dan ir-rigward - il-programm elettorali tal-partit jixhdu dan - imma madanakollu l-esponenti tal-partit xorta kienu jgħidu li meta jkunu fil-gvern se jqassmu plots bl-irħis f'inħawi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent lil dawk li jixtiequ jibnu d-dar tagħhom.", "Issa l-isfortuna hi li għad fadal numru ta' nies li għadhom jemmnu li l-Gvern xi darba jew oħra se jqassam il-plots u għad hawn nies li għadhom jistennew il-ħniena tal-gvern, meta nafu li realistikament dan m'huwiex possibbli.", "Fost affarijiet oħrajn, il-Ministru Portelli fl-intervent tiegħu qal li Gvern Nazzjonalista kien tefa' piżijiet kbar fuq l-industrija tal-bini, bħall-capital gains tax, il-building levies u levies oħrajn.", "Issa kieku konna l-għada tal-bidla fil-gvern, forsi kliem bħal dan wieħed kien jasal biex jaċċettah imma ma jmissu qatt lissen dan it-tip ta' diskors il- Ministru tad-Djar meta f'risposta uffiċjali il-Gvern qalilna ċar u tond li m'għandux il-ħsieb inaqqas il-building levies, il-capital gains tax u l- ħlasijiet infrastrutturali.", "Anzi, jekk xejn, mir-risposta li ngħatajna jidher li jekk hemm xi trend li l-Gvern qed iħares lejha, din hija li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, bħal tant awtoritajiet oħrajn, tkun self- sufficient f'dawk li huma finanzi u allura meta għandna dan it-tnaqqis fl- ammont ta' bini tiela' u fin-numru ta' applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi tal-bini, żgur li l-fees jogħlew jistgħu.", "Żgur ukoll li matul is-sena li għaddiet ma sar xejn biex ikun hemm żieda fir-ritmu tal-kostruzzjoni li għandu dejjem isir fil-framework ta' dak li jgħid il-pjan ta' struttura.", "Qed ngħid dan għaliex diversi drabi, kuntrarju għal dak li qiegħda tgħid l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kuntrarju għal dak li qed jiġi mfassal għas-snin li ġejjin, nisimgħu xniegħat li se jsir bini f'ċerti areas barra d-development zones.", "U fl-opinjoni tiegħi, mingħajr ma nnaqqas mill-integrita' ta' ħadd, dan żgur li ma jagħmilx ġid lil din l-industrija, anzi għall-kuntrarju jagħmel ħsara lill-industrija b'mod ġenerali.", "Madam Speaker, hemm bżonn li l-qasam tal-housing nittrattawh b'mod serju u mhux kif ġie ttrattat matul is-sena li għaddiet mill-Gvern preżenti fejn sa dalgħodu stess, kull darba li nistaqsu dwar xi pjanijiet għandu għall- futur, iqum il-Ministru tad-Djar u jgħidilna li dawn l-affarijiet nkunu nistgħu nitkellmu dwarhom u ngħiduhom lill-pubbliku meta jkun il-waqt.", "Per eżempju, intqal li fit-8 ta' dan ix-xahar, jiġifieri nhar is-Sibt li ġej, se ssir konferenza nazzjonali dwar id-djar u ż-żgħażagħ.", "Imma llum, ħamest ijiem qabel it-8 ta' Novembru, jekk verament il-Gvern - jew ma nafx min - għandu l-pjan li jorganizza din il-konferenza nazzjonali, nistgħu ngħidu li żgur li m'hawnx ħoss tagħha.", "Min-naħa l-oħra, jekk din il-konferenza se ssir, din għandha ssir b'mod serju u min jieħu sehem fiha għandu jirrifletti l-pożizzjoni ta' dan il-qasam illum u mhux inħallu ż-żmien jgħaddi u s-sitwazzjoni tiggrava aktar.", "Irridu nammettu li min-naħa tal- Ministru tad-Djar ma ttieħdet assolutament l-ebda inizjattiva matul l-aħħar sena li b'xi mod tagħti indikazzjoni tal-bżonnijiet ġodda li għandu pajjiżna.", "Nixtieq nagħti ħarsa ta' malajr lejn il-funzjonijiet u l-oġġettivi ta' dan il-kunsill konsultattiv.", "F'din il-mozzjoni qegħdin ngħidu li dan il- kunsill irid jara li d-diversi health and safety regulations li għandna f'pajjiżna jiġu aġġornati mal-bżonnijiet tal-lum.", "GĦalhekk nispera li l- membri kollha fuq dan il-kunsill, id-diversi għaqdiet rappreżentati fuqu u persuni oħrajn li jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom - bħalma huma l-bennejja u l-Istitut għar-Riċerka dwar il-Bini li hemm fil-Fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili, li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Pullicino - jingħataw l-opportunita' li jagħtu s-sehem tagħhom u mhux jibagħtu għalihom kultant.", "F'din il-mozzjoni hawn riferenza għar-regolamenti tal-bini f'dawk li huma metodi ta' qisien u hawn riferenza wkoll għall-klassifikazzjoni ta' kuntratturi.", "Jiena naħseb li ilu jinħass il-bżonn li jkun hawn klassifikazzjoni ġenerali tal-kuntratturi ħalli kull kuntrattur ikun jaf x'inhuwa l-potenzjal tiegħu u jkun jista' jagħmel bidding aktar bis-sens.", "Nispera wkoll li wara li jsir dan l-eżerċizzju ta' klassifikazzjoni, lil min jiġi kklassifikat f'ċertu livell tingħatalu l-possibbilta' li jimxi 'l quddiem għal klassifikazzjoni oħra jekk kemm-il darba jagħmel t-tibdil neċessarju.", "Madam Speaker, dalgħodu saret riferenza wkoll għall-ħtieġa ta' iktar programmi speċjalizzati ta' training u ta' edukazzjoni, għax intqal li mhux kulħadd għandu ċertu livell ta' edukazzjoni fix-xogħol tiegħu.", "Bir-rispett kollu lejn min esprima ruħu b'dan il-mod, nemmen li m'għandniex naqilgħu komplikazzjonijiet żejda f'dik li hija edukazzjoni għax, għalkemm hija ħaġa mixtieqa li kulħadd ikollu ċertu livell ta' edukazzjoni, trid tieħu in konsiderazzjoni li xi wħud ikunu telqu mill-iskola kmieni ħafna biex setgħu jibdew jaħdmu.", "Għalkemm forsi ma jkunux laħqu ċertu livell ta' edukazzjoni, dawn ikunu jafu jipprattikaw is-sengħa tagħhom b'għajnejhom magħluqa u żgur li wieħed jitgħallem bosta affarijiet mingħandhom.", "GĦalhekk il-kunsill konsultattiv għandu jara li jitfasslu programmi speċjalizzati ta' training u ta' edukazzjoni b'mod li jiġu rrispettati l- ħiliet li għandhom dawn in-nies fis-sengħa tagħhom, jekk irridu verament li dan il-kunsill jagħti sehem prattiku f'dan ir-rigward.", "Dan il-kunsill m'għandux jibda joħroġ biss rapporti li jibqgħu fuq l-ixkaffa imma għandu jagħti opportunita' lin-nies tas-sengħa biex jiġu iktar imħarrġa ħalli finalment jagħtu s-sehem tagħhom fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Nista' ngħid li f'din il-mozzjoni li għandna quddiemna hemm diversi objettivi pożittivi u jkun tajjeb jekk fis-snin li ġejjin nibbażaw il-ħidma tagħna fuqhom.", "Hemm bżonn ukoll li f'pajjiżna iktar nies jipprattikaw it-teknoloġija indiġena.", "F'pajjiżna għandna diversi persuni ta' ċerta' eta' li għandhom kapaċita' f'xi sengħa partikolari imma m'humiex qed jipprattikawha minħabba li huma pensjonanti.", "Jien naħseb li dawn il-persuni għandhom jiġu mħajra biex jibqgħu jagħtu sehemhom u jgħallmu lil persuni oħrajn is-sengħa tagħhom.", "F'din il-mozzjoni hemm ukoll punti oħrajn, fosthom dik li jingħataw scholarships u fellowships lil persuni li jkunu qed jagħmlu dan ix-xogħol.", "Dawn huma kollha ideat tajbin u nispera li jiġu implimentati ħalli maż-żmien ikollna l-ħsad.", "Madam Speaker, hawnhekk tqanqal ukoll id-dubju dwar jekk dan il-kunsill huwiex se jagħmel xogħol li diġa' qed isir minn ħaddieħor u jekk huwiex intenzjonat li jaqla' 'l barra lil min qed jagħmel dan ix-xogħol illum biex minfloku jidher li qed jagħmlu hu.", "Jien nispera li dawn id-dubji ma jsirux realta' pero' huwa tajjeb li wieħed qed isemmihom illum biex il-membri ta' dan il-kunsill konsultattiv joqgħodu attenti li waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom ma jidħlux fuq xogħol ħaddieħor.", "Dan il-bord għandu jagħti sehemu b'mod pożittiv billi jgħin lil din l-industrija.", "Jien ċert li jekk nittrattawha b'mod serju, din l-industrija tkun tista' tagħti riżultati serji bħalma għamlet sa llum.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "MADAM SPEAKER: Se ngħaddi issa sabiex nerġa' inpoġġi l-mistoqsija fuq l- emendi u r-riżoluzzjonijiet li fuqhom fl-aħħar seduta intalbet votazzjoni u nibda minn emenda \"A\", kif imressqa u moqrija mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fis-seduta Nru 127 tal-21 ta' Ottubru, b'riferenza għal Dokument \"A\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża f\"nofsinhar u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU 74", "FAVUR: 35 L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA: 33", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | |", "L-emenda \"A\" għaddiet.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' nqiegħed issa l-mistoqsija fuq l-emenda \"G\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Lawrence Gonzi fis-seduta Nru. 130 tal-31 ta' Ottubru, b'riferenza għal Dokument \"A\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, din id-division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU.", "75", "FAVUR: 33", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA: 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda \"G\" m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-ewwel proposta ta' l-emenda \"H\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Lawrence Gonzi - in konnessjoni ma' Dokument \"A\", jiġifieri dik dwar Ħal Ferħ Co. Ltd - fis-Seduta Nru. 130 tal-31 ta' Ottubru, 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, din id-division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU.", "76", "FAVUR: 33", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA: 35", "L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-ewwel proposta fl-emenda \"H\" m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: Ngħaddi issa biex inpoġġi l-mistoqsija fuq it-tieni proposta li hemm fl-emenda \"H\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Lawrence Gonzi, in konnessjoni ma' Dokument \"A\", dwar l-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, din id-division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU.", "77", "FAVUR: 33 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA : 35", "L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "It-tieni proposta fl-emenda \"H\" m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: Eżawrejna l-emendi li tressqu għal Dokument \"A\" u teknikament il-votazzjoni proprja fuq Dokument \"A\" kif emendat suppost tittieħed f'seduta oħra, sakemm ovvjament ma tindikawlix mod ieħor.", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, jiena naħseb li l-mistoqsija fuq l- ewwel parti tal-mozzjoni xorta trid issir issa, imbagħad jekk tintalab division titħalla għas-seduta ta' wara.", "MADAM SPEAKER: Onor. Gonzi, jiena qed nimxi bir-raġunament li l-aħħar darba l-mistoqsija fuq dik il-parti sħiħa ma saritx u għaldaqstant bħala l- ewwel item fuq l-order paper kellna l-kontinwazzjoni tal-Mozzjoni dwar it- Trasferiment ta' Artijiet.", "In actual fact, sal-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol il-mistoqsija kienet għadha ma saritx u ovvjament jekk ma ssirx il-mistoqsija m'hemmx lok għal votazzjoni.", "Dan huwa r-raġunament tas- Sedja.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena noqgħod għall-interpretazzjoni tas-Sedja, pero' li se jiġri issa huwa li s-Sedja fis-seduta ta' wara nofsinhar tpoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif emendata u f'dak l-istadju tintalab division.", "U peress li d-division tkun intalbet wara l-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol, dik id-division trid titħalla għas-seduta ta' fil- għaxija.", "Pero' wara kollox din hija kwestjoni ta' proċedura.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Madam Speaker, bir-raġunament ta' l-Onor.", "Gonzi, fis-seduta tas-2.00 p.m. is-Sedja tpoġġi l-mistoqsija fil-bidu ta' l-istess seduta u jekk tintalab division tittieħed fl-aħħar tas-seduta.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"D\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech - in konnessjoni ma' Dokument \"D\", b'riferenza għall-art f'St. Andrew's lill-Malta Labour Party - fis-Seduta Nru. 128 tal-21 ta' Ottubru,1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, din id-division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU.", "78", "FAVUR: 33 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA : 35", "L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda \"D\" m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"E\", kif imressqa u moqrija mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - in konnessjoni ma' Dokument D b'riferenza għall-art f'St. Andrew's lill-Malta Labour Party - fis-Seduta Nru. 129 tad- 29 ta' Ottubru, 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, din id-division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU.", "79", "FAVUR: 33 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA : 35 L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda \"E\" m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"F\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Austin Gatt - in konnessjoni ma' Dokument \"D\" b'riferenza għall- art f'St. Andrew's lill-Malta Labour Party - fis-Seduta Nru. 130 tal-31 ta'Ottubru, 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, din id-division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU 80", "FAVUR: 33 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA : 35 L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda \"F\" m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lum it-Tnejn, 3 ta' Novembru 1997 fis-2.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet - Kontinwazzjoni;", "Riżoluzzjoni dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni dwar l-Industrija tal-Bini f'Malta - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi Kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - iTieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. ---------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Angelo Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Madam Speaker, fl-order paper tal-lum dehret domanda li għamilt lill-Prim Ministru fejn tlabtu sabiex jinforma lill- Kamra liema dipartiment - jew taqsima tal-gvern - huwa responsabbli mit- tindif u mill-indukrar tat-toroq, traffic islands u centre strips fit-toroq arterjali u liema dipartiment għandu jieħu ħsieb it-tneħħija tal-ħaxix ħażin u żbir ta' siġar f'dawk il-lokalitajiet.", "Il-Prim Ministru rrisponda li għandi nagħmel domanda sew lill-ministru responsabbli għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni kif ukoll lill-ministru tal-biedja u sajd.", "Għamilt id-domanda tiegħi lill-Kap tal-Gvern u mhux lil dawn il-ministri għaliex naf li bejn dawn iż-żewġ ministeri u d-dipartimenti li jaqgħu taħthom hemm overlapping ta' responsabbiltajiet b'mod li wieħed iħalli fuq l-ieħor u jittraskuraw u iktar ma jgħaddi ż-żmien, it-toroq, is-centre strips u t- traffic islands aktar u aktar jidhru żdingati.", "Jiena nħoss li waħda mill- affarijiet li tagħti pjaċir sew lill-Maltin kif ukoll lil min jiġi jżurna hija l-indafa u l-ordni.", "Min-naħa l-oħra, waħda mill-affarijiet li ddejjaq lill-Maltin u lit-turisti u li anke tagħti impressjoni ħażina hija t-traskuraġni, it-telqa, l-iżdingar u dan in-neglect kontinwu li jista' jarah kulħadd.", "Xi jiem ilu kelli l-okkażjoni nitkellem f'din il-Kamra u għamilt suġġeriment biex dawk il-ħaddiema tal-gvern li jistgħu jkunu qegħdin idle jew inkella m'humiex produttivi daqskemm wieħed jistenna, jiġu mqabbda jagħmlu dan ix-xogħol tabilħaqq bżonjuż, neċessarju u essenzjali għall- image u għall-indafa ta' dan il-pajjiż, jew bħala impjegati tal-gvern jew inkella permezz ta' koperattivi li jifformaw bejniethom.", "Jien nemmen li jekk ikollna nies assenjati speċifikament għal areas definiti jintlaħaq ukoll l-iskop ta' accountability għaliex inti tkun taf min kien il-gang li suppost għamel dak ix-xogħol partikolari u jew għamlu tajjeb jew inkella ttraskurah.", "GĦalhekk nerġa' nagħmel l-appell lill-Gvern li l-ewwelnett jara li ma jkunx hemm aktar overlapping bejn dipartiment tal-gvern u ieħor għal dak li għandu x'jaqsam mar-responsabbiltajiet tagħhom.", "Kull min jgħaddi mill-by-passes u t-thoroughfares l-iktar importanti ta' Malta, jista' jara ħafna ħaxix li xi drabi jkun kważi żewġ metri għoli u dan żgur li ma jagħtix dehra sabiħa ta' pajjiżna.", "Aħna, bħala poplu, inżommu d- djar tagħna ndaf ħafna imma donnu ħadd ma jirrealizza li anke dak li huwa barra t-triq huwa komuni għalina lkoll.", "GĦalhekk, Madam Speaker, jenħtieġ li jsir sforz verament kordinat sabiex dawn l-affarijiet jitranġaw u nibdew nagħtu impressjoni aħjar.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li jien m'iniex qed nirriferi għal dak li jiena nsejjaħlu frott ta' l-egoiżmu tal-bniedem, jiġifieri r-rimi u l-iskart li jħammeġ kullimkien imma qed nirriferi għat- toroq in ġenerali.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tista' ssir bi ftit effort u bi ftit organizzazzjoni imma huwa proġett li jkopri lill-pajjiż kollu.", "Li qed ngħid jiena huwa li huwa importanti li nirrealizzaw x'dehra qiegħed joffri l-pajjiż b'din it-telqa, l-iżdingar u t-traskuraġni u naraw x'hemm bżonn isir.", "Madam Speaker, nixtieq nagħmel riferenza wkoll għar-Rubble Walls and Rural Structures (Conservation and Maintenance) Regulations li għadhom kemm saru taħt l-Environment Protection Act.", "Suppost li 20 sena ilu f'din il- Kamra kellna dibattitu twil ħafna dwar l-urġenza biex il-pajjiż jikkonserva u jippreserva l-ħitan tas-sejjiegħ!", "Naħseb li min josserva l-politika u dak li jiġri fl-andament soċjali ta' dan il-pajjiż ilu li qata' qalbu li se tittieħed xi azzjoni dwar it-tiswija jew inkella l-preservazzjoni ta' dik li darba kienet feature jew aspett familjari ħafna u speċjali għall- pajsaġġ u għall-kampanja Maltija.", "Jekk m'iniex sejjer żball, jiena kont wieħed minn dawk id-deputati li kellna l-intenzjoni li din \"l-urġenza\" nitraduċuha f'azzjoni, imma, kif qed ngħid, naħseb li min kien semagħna dak iż-żmien qata' qalbu li se ssir xi ħaġa f'dan is-sens u qed jaħseb li din l-inizjattiva ntilfet ma' ħafna oħrajn li wkoll ma sar xejn dwarhom.", "Ta' min jgħid li minn dak iż-żmien, kemm minħabba t-temp kif ukoll minħabba t-traskuraġni u r-regħba tal-bniedem - għaliex kif nafu hawn min jagħmel negozju kbir bl-użu tal-ġebel li jaqilgħu mill- ħitan tas-sejjiegħ u jużah bħala dekorazzjoni, biex jagħti dak il-gost li jiena ngħidlu artifiċjali, ma ngħidlux barra minn loku għaliex jagħti dehra mhux ħażin - ....", "Jiena ngħid li anke l-Gvern irid iħabbat ftit fuq sidru u jieħu t-tort għal dan għaliex mhux l-ewwel darba li saru ħitan, per eżempju, fit-triq tar-Rabat li m'huma ħitan tas-sejjiegħ xejn.", "Sfortunatament pero' jirriżultali wkoll - u naħseb li l-informazzjoni li ġejt mogħti hija korretta - li m'hawn ħadd f'dan il-pajjiż li għandu s- sengħa tal-bini tal-ħitan tas-sejjiegħ.", "Milli jidher iżda għandna xaqq ta' dawl għaliex il-Ministru għall-Affarijiet Barranin liebes il-kappa inqas kontroversjali tiegħu ta' l-ambjent u għamel dawn ir-regolamenti.", "U jiena ppretendejt li dawk il-ħafna għaqdiet ambjentali u nies li normalment jitkellmu dwar kemm hemm bżonn isiru dawn l-affarijiet jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar dan, imma sfortunatament din il-biċċa news niżlet down the drain mingħajr ma ħadd induna biha jew inkella ta kas tagħha.", "Personalment ma nafx għaliex ġara hekk.", "Jista' ikun li n-nies iddejqu jisimgħu li għandha ssir xi ħaġa u mbagħad ma jsir xejn, pero' rrid ngħid ukoll li l- ħitan tas-sejjiegħ u strutturi b'ħitan tas-sejjiegħ m'humiex xi ħaġa tagħna biss.", "Fil-fatt, madwar ix-xtut tal-Mediterran hemm ħafna pajjiżi fejn issib bini simili.", "Fin-nofsinhar ta' Sqallija, per eżempju, post viċin ħafna tal-gżira tagħna, speċjalment fl-inħawi ta' Ragusa u Modica, din is-sengħa għadha pprattikata ħafna u min imur hemmhekk jara li l-bini fil-kampanja magħmul minn din it-tip ta' ġebla jinsab fi stat tajjeb ta' priservazzjoni u manutenzjoni.", "Jiena niftakar li fl-1993 kont mexxejt delegazzjoni tal- Gvern fi Sqallija u f'dik id-delegazzjoni - delegazzjoni li għamlet l- ewwel pass importanti ħafna, liema pass wassal sabiex riċentement sar il- ftehim bejn Malta u Sqallija dwar it-turiżmu - daħħalt uffiċjal mill- ministeru ta' l-ambjent ta' dak iż-żmien, speċifikament ħalli jibdew diskussjonijiet sabiex Sqallija tibgħatilna nies tas-sengħa li jkunu jistgħu jgħallmu s-sengħa li aħna fil-fatt tlifna.", "Imma sfortunatament la dak iż-żmien u lanqas issa li sar dan il-ftehim ma ntqal xejn dwar dan l- aspett tant importanti għad-dehra ta' Malta, għat-tkomplija ta' sengħa etnika Maltija u kif ukoll għal xi ħaġa li hija tabilħaqq utli.", "Kif għidt anke fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi, Madam Speaker, tisma' ħafna nies jikkritikaw lill-ħaddiema tal-gvern, speċjalment il-ħaddiema ta' l-id, pero' jiena naħseb li l-kritika forsi trid issir lejn min joħloq ix- xogħol għalihom.", "Kif issuġġerejt iktar qabel, fejn għidt li tista' ssir koperatitva għat-tindif ta' ċerti postijiet, ċertament ukoll li bl-għajnuna ta' esperti barranin, esperti li jkunu nies tas-sengħa, tista' ssir koperattiva għat-tiswija tal-bini tal-ħitan tas-sejjiegħ, li tkun ukoll lok ta' qligħ ta' flus għal min jissieħeb fiha.", "Xi ħaġa li għandna nagħmlu żgur hija li nneħħu dawk il-laned kollha msadda, mimlijin ħmieġ u żibel, li hemm ma' l-għelieqi u mbagħad f'dak il-vojt li jinħoloq jinbena ħajt tas-sejjiegħ.", "Jien naħseb li l-iżjed ħaġa importanti - apparti minn dik li semmejt, jiġifieri li wieħed jieħu l-opportunita' li jwaqqaf koperattivi għall-bini ta' ħitan tas-sejjiegħ u kmamar agrikoli u għal dak it-tindif speċifiku, affarijiet li jitolbu sengħa u mpenn - hija li din l- intenzjoni tajba tiġi tradotta f'azzjoni konkreta li tkun tabilħaqq tajba għal dan il-pajjiż.", "Qabel nagħlaq irrid ngħid li jiena qed nagħmel dan is-suġġeriment kważi kważi bħala dejn mal-kuxjenza tiegħi għaliex din hija xi ħaġa li kont bdejtha imma ma kellix l-opportunita' li nkompliha.", "Nemmen pero' li din hija xi ħaġa tajba għal pajjiżna u għalhekk nissuġġerixxi lill-Gvern sabiex jikkonsidra attivament dawn iż-żewġ proposti li qiegħed nagħmel.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, fil-ftit ħin li għandi nixtieq nagħmel ftit rimarki rigward inizjattivi li qed jittieħdu mill-Kunsilli Lokali ta' Birkirkara, tal-Mosta, tan-Naxxar u ta' Tal-Pieta'.", "Nibda biex ngħid li d-deċiżjonijiet meħuda mill-kunsilli lokali jenħtieġu ċerta responsabbilta' għaliex kull inizjattiva fiha nnifisha hija esperjenza ta' għażla bejn prijoritajiet u irridu napprezzaw li ħafna drabi din ir- responsabbilta' tkun diffiċli.", "Kull għażla fiha nnifisha hija diffiċli pero' minkejja d-diffikultajiet din trid tittieħed b'ċerta responsabbilta'.", "U meta għażla tittieħed b'responsabbilta' lejn it-titjib tal-livell tal- ħajja, anke jekk fil-bidu ma tkunx tinftiehem, wara ż-żmien naraw li dik l- inizjattiva tkun ħalliet il-frott tagħha.", "Hawn nista' nirriferi għall- inizjattiva partikolari li ttieħdet mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, li tirrigwarda t-traffiku li jgħaddi minn dik il-lokalita'.", "Id-deċiżjoni ma kenitx waħda faċli u d-diffikultajiet kienu diversi pero' fl-aħħar mill- aħħar bilfors li wieħed kellu jiddeċiedi.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, fuq stazzjon televiżiv, kien hemm programm fejn b'mod umoristiku l-preżentatur beda jistaqsi lin-nies x'jidhrilhom li kieku fil-pjazza tal-Mosta kellha ssir mina.", "Forsi ftit huma dawk li jafu li l-idea li tgħaddi mina taħt il-pjazza tal-Mosta kienet tressqet formalment quddiem il-Kunsill Lokali tal-Mosta minn town planner professjonali u nista' nikkonferma li l-kunsill lokali għarbel din il- proposta b'mod serju ħafna.", "Ċertament li xogħol il-kunsill lokali huwa li jistħarreġ u jeżamina bir-reqqa l-proposti kollha li jsirulu fid-dawl tal- prijoritajiet li l-kunsill jistabilixxi.", "Illum il-ġurnata, waqt li nħares lura u nara x'ġara f'dawn l-aħħar xhur minn meta daħlet is-sistema tal-one-way traffic - f'ċerti każi f'dawn l- aħħar ftit snin - ikolli nistqarr li kien naturali li f'Malta tidħol is- sistema tal-clamping u t-towing.", "Issa apparti l-problemi u d- diffikultajiet li jinqalgħulek meta tiġi biex iddaħħal ċerta dixxiplina fit- toroq - għax wieħed jifhimha li, filli għandek a free for all u filli tipprova torganizza sistema tat-traffiku, xi naqra ta' reazzjoni se toħloq - l-introduzzjoni tal-clamping u t-towing żgur li fiha nnifisha tenfasizza l-ħtieġa ta' traffic management serju.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l- Kunsill Lokali tal-Mosta introduċa sistema ta' traffic management u għamilha b'mod tajjeb minkejja l-problemi li ovvjament inqalgħu.", "Anke l- Kunsill Lokali tan-Naxxar introduċa t-traffic scheme fil-pjazza għax niftakar li ukoll kienu nqalgħu xi problemi pero' dawn huma affarijiet li wieħed jistennihom kull meta tidħol xi ħaġa ġdida.", "Fil-każ tal-Mosta, fejn diġa' teżisti traffic scheme li qiegħda taħdem u li turik fejn suppost għandek jew m'għandekx tipparkja, is-sistema tal-clamping u t-towing kważi daħlet biex tikkumplimenta din l-iskema.", "Nistgħu ngħidu li s-sidien tal-ħwienet fil-Mosta - u għada pitgħada tkun l-istess għan-Naxxar - m'għandhomx il-problemi li issa qegħdin jiffaċċjaw lokalitajiet oħra li għad iridu jadattaw ruħhom għall-iskema tat-traffiku u fejn is-sistema tal-clamping u t-towing daħlet proprju qabel it-traffic scheme.", "Dan huwa ovvju għax is-sidien tal-ħwienet f'daqqa waħda se jsibu ruħhom f'diffikulta' li tista' toħolqilhom problema għan-negozju tagħhom għaliex ħadd ma jkun jista' jipparkja f'ċerti toroq.", "Kif diġa' għidt, fil-każ tal-Mosta u n-Naxxar is-sistema tal-clamping u t- towing ma ħolqitx dan id-diżastru għaliex kienet ittieħdet deċiżjoni f'waqtha, bil-għaqal, b'ċertu kuraġġ u b'ċerta responsabbilta'.", "U dan qed ngħidu għaliex meta ssir xi ħaġa tajba aħna ftit jew xejn nagħtu kasha.", "Fil-fatt il-poplu li jgħix f'dawn il-lokalitajiet u li diġa' għadda minn din ir-riorganizzazzjoni qed jagħraf kemm swielu tajjeb li għadda minn dan it-tibdil għaliex għenu biex ikollu sistema ta' traffiku li tirrispetta l- pożizzjoni kemm tas-sidien tal-ħwienet kif ukoll tal-pedestrians, li meta jaqsmu t-triq ikollhom rashom mistrieħa li għandhom ċerta sigurta'.", "Nixtieq issa nirriferi għal sitwazzjoni li għaddejt minnha l-bieraħ meta dħalt f'Tal-Pieta', fejn rajt li għandhom one-way traffic scheme ġdida.", "Bħal f'kull lokalita' oħra ġewwa pajjiżna, f'Tal-Pieta' hemm toroq li ma jifilħux it-traffiku enormi li jgħaddi minnhom u s-soluzzjoni għal dan hija li tiġi organizzata traffic scheme.", "Jiena ċert li din is-sistema qiegħda tqanqal ċerti problemi kemm għar-residenti ta' hemmhekk kif ukoll għall- kunsill lokali, pero' jiena nħeġġeġ lill-kunsilli lokali sabiex minkejja dawn id-diffikultajiet jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu b'responsabbilta'.", "Madam Speaker, fil-ftit ħin li baqagħli nixtieq nirrimarka dwar inizjattiva li ħa l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara rigward l-eżami tal- kwalita' ta' l-arja.", "Jekk naraw it-tliet ċirkolarijiet li ġew mibgħuta lis- sindki u s-segretarji tal-kunsilli lokali kollha rigward air quality monitoring, insibu paragrafu interessanti li jgħid hekk:", "\"GĦaldaqstant il-kunsilli lokali huma mħeġġa li ma jidħlux fi spejjeż żejda u jidduplikaw ix-xogħol u l-inizjattivi f'dan il-qasam speċjalizzat li jinvolvi interpretazzjonijiet korretti u xjentifiċi ta' kull eżami li jsir.\".", "Naf li ma baqax ħin pero' qabel nikkonkludi xtaqt ngħid li jien kont għamilt xi mistoqsijiet parlamentari lill-ministru konċernat fejn kont staqsejtu jekk kienx possibbli li b'xi mod il-ministeru responsabbli minn dan l-eżami tal-kwalita' ta' l-arja jaħdem flimkien mal-kunsilli lokali u fl-interess tal-partijiet kollha u biex l-ispejjeż jinqasmu.", "Kieku l- ministeru rreaġxxa b'mod pożittiv għal dik id-domanda kieku l-affarijiet kienu jimxu aħjar.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum it-Tnejn, 3 ta' Novembru, 1997 fis-2.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fis-1.10 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - ASSENJAR TA' ĦADDIEMA", "8580.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Wara l-introduzzjoni ta' l-iskema ta' l-assenjar tal-ħaddiema mal-kunsilli lokali u wara li nħarġet ċirkolari lill-ħaddiema tal-Gvern, liema ċirkolari għalqet f'Lulju, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw ħaddiema biex jiġu assenjati mal-kunsilli lokali, kemm fil-fatt ġew assenjati, il-grad tagħhom u ma' liema kunsilli ġew assenjati?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll huwiex sodisfatt bir-rispons u jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi inizjattiva oħra f'dan is-sens?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mill-informazzjoni li għandi n-numru ta' ħaddiema li applikaw biex ikunu assenjati mall-Kunsilli Lokali kienu 12.", "Peress li dan in-numru ma kienx biżżejjed biex jaqdi t-talbiet tal- Kunsilli, wara taħdidiet li saru mal-General Workers Union, l-Union Ħaddiema Magħqudin, u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali intlaħaq ftehim biex mill-1 ta' Ottubru, 1997 jiġu assenjati l-ħaddiema li d-dettalji tagħhom qed jingħataw ma' din it-tweġiba.", "Għadu kmieni wisq biex tingħata tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija.", "KUNSILLI LOKALI - WARDENS", "8581.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jispjega l-pjanijiet tiegħu, jekk għandu, għad- dħul in vigore tas-servizz tal-wardens mill-kunsilli lokali u għat-twaqqif tat-Tribunali Lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Is-servizz tal-Gwardjani u t-twaqqif tat-Tribunali jagħmlu parti mill-iskema tad-delega ta' l-infurzar tal-liġijiet lill- kunsilli lokali.", "Wara konsultazzjonijiet ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il- Ministeru tiegħi qed iħejji pjan intensiv li jinkorpora l-aspetti kollha ta' dan l-eżerċizzju.", "Huwa l-ħsieb li dan il-pjan jibda jseħħ s-sena d- dieħla bħala pilot project fuq tliet kunsilli lokali.", "Dan joħroġ mill-joint Press Release li l-Ministeru tiegħi flimkien ma' l-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Lokali ħarġu nhar it-30 ta'Settembru, 1997.", "PULIZIJA - CLAMPING/TOWING", "8582.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tal-Gvern li l-Pulizija tgħaddi l- infurzar tal-clamping u towing lill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le.", "ENEMALTA - KONSUM TAL-PITROLJU", "8583.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress illi b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6928 il-Ministru ammetta li għad hawn \"użu illeċitu\" ta' pitrolju minkejja li dan il-Gvern għolla l-prezz, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex irażżan dan l-abbuż?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħata għall-mistoqsija parlamentari numru 7415.", "PULIZIJA - LAMPI F'BUĠIBBA", "8584.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar allegata rregolarita' fl-għoti ta' tender għal-lampi tad-dawl f'Buġibba spiċċawx u jekk iva, x'kien l-eżitu tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-investigazzjonijiet tal- Pulizija dwar allegata rregolarita' fl-għoti ta' tender għall-lampi tad- dawl f'Buġibba issa ġew konklużi u l-eżitu ta' l-investigazzjoni kien wieħed negattiv.", "Ninsab informat ukoll li skond il-parir mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali ma rriżultax li hemm lok ta' proċeduri kriminali.", "MSIDA - TRIQ RUE D'ARGENS", "9087.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi Triq Rue D'Argens, Msida hija triq clamping u billi ġo din it-triq hemm \"forn\", jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li għal ftit sekondi karozzi jkunu jistgħu jieqfu ħalli jinqdew għal bżonnijiet tagħhom bħal ħatt ta' tqiq eċċ, għaliex il-pulizija ta' l-Imsida ta' spiss jitilgħu u jkeċċu lil min jieqaf u għaldaqstant dan il-forn li ilu hemm snin, dalwaqt se jkollu jagħlaq?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Pulizija qed tikkonsidra li jitwaħħlu tabelli fil-post indikat, li jkunu juru li jista' jsir waqfien ta' vetturi biex jagħbbu jew iħottu f'ħinijiet speċifiċi.", "MSIDA - TRIQ IL-KUNĊIZZJONI - INSPECTION", "9088.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara illi l-inspection drain li hemm ħdejn 107, Conception Street, Msida titnaddaf?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress illi t-triq in kwestjoni taqgħa taħt ir- responsabilita' tal-kunsill lokali, nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SPTAR SAN LUQA - WALKING AIDS", "9089.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm jintalab ħlas għal kiri ta' wheelchairs, krozzi u walking aids mill-Isptar San Luqa u minn dak ta' Zammit Clapp u għaliex id-differenza?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-depożitu li jintalab għas-self ta' Mobility Aids fl-iSptar San Luqa huwa hekk:", "Wheelchairs Lm 20 Krozzi Lm 6 Walking Aids Lm 10", "Id-depożitu huwa terz ta' kemm jiswa l-oġġett.", "Id-depożitu jingħata lura meta jiġi rritornat l-oġġett.", "Il-ħlasijiet ta' depożitu ta' mobility aids fl-Isptar Zammit Clapp li jidhru hawn taħt ġew imfassla b'dawn il-kriterji:", "1.", "Id-depożitu hu l-average price li nxtara l-apparat.", "B'hekk l-isptar ikun kopert f'ċirkostanzi li l-apparat ma jiġix irritornat.", "2.", "Id-depiżitu huwa mogħti lura meta jiġi ritornat l-apparat f'kondizzjoni tajba.", "3.", "Sar b'mod li jkun hemm dixxiplina w kontroll ta' ħruġ u dħul tal- mobility aids.", "MOBILITY AID PREZZ", "Standard Frame Lm 10.00 Medium Frame Lm 10.00 Small Frame Lm 10.00 Rollator Standard Lm 10.00 Rollator Medium Lm 10.00 Rollator Small Lm 10.00 Domestic Frame Lm 10.00 Delta Frame Lm 16.53 Stroke Frame Standard Lm 15.00 Stroke Frame Medium Lm 10.00 Stroke Frame Small Lm 10.00 Gutter Frame Lm 35.00 Crutch each Lm 3.00 Quadripod cane Lm 2.00 Wheelchair Lm100.00", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - PAZJENTI", "9090.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu pazjenti fl-Isptar Zammit Clapp sena b'sena minn meta infetaħ u mil-liema postijiet kienu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għall din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - OUT-PATIENTS", "9091.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għamlu użu mis-servizz ta' Out-patients ta' l-Isptar Zammit Clapp?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Persuni li għamlu użu mis-servizz ta' Day Hospital ta' l-iSptar Zammit Clapp.", "11 t'Ottubru - 31 ta' Dicembru 1991 / 1992 476", "1993 564 1994 625 1995 592 1996 676 1997 ( 1 ta'Jannar - 30 ta' Settembru ) 528", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "9092.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa minn ġod-Day Ward li nfetaħ dan l- aħħar?", "X'tip ta' operazzjonijiet kienu u kemm għal kull tip?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Day Surgery Unit infetħet fil-15 ta' Settembru 1997.", "Bejn din il-ġurnata u l-15 t'Ottubru 1997 saru dawn l- operazzjonijiet:", "General Surgery 91 Orthopaedic Surgery 80 Plastic Surgery 5 Coronary Angiograms 86 Endoscopies 48 TOTAL 310", "QAWRA - TISWIJA TA' TOROQ", "9152.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq il- Melħ, Triq tax-Xtut u Triq il-Qala, kollha fil-Qawra jiġu asfaltati sewwa biex jiġu evitati inċidenti li fihom jitkissru l-vetturi kif ukoll dawk li fihom iweġġgħu in-nies?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DINGLI - TISWIJA TA' TOROQ", "9160.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru ta' toroq fil-Housing Estate ta' Ħad-Dingli li għadhom mhux asfaltati jiġu asfaltati, issa li l-bini hu kollu lest filwaqt li wħud mis-sidien ta' dawn il-postijiet bdew imorru joqogħdu fihom?", "Meta hu mistenni li jibda x- xogħol fuq dawn it-toroq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Saru diversi laqgħat ma korporazzjonijiet tad- dawl, telephone u ilma biex jiġi assigurat illi x-xogħol minn dawn l- aġenziji tlesta u qed issir sejħa għall-offerti għal xogħol meħtieġ.", "MĠARR - TISWIJA TA' TOROQ", "9161.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru ta' toroq fl-inħawi tal-ground ta' l-Imġarr jiġu asfaltati biex ir-residenti tagħhom ikunu f'qagħda li jistgħu verament jużawhom mingħajr periklu għalihom u għal uliedhom u wkoll biex jevitaw ħsarat lill-vetturi li fil- fatt jużaw?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-preżent qiegħed isir xogħol biex jiġu asfaltati toroq Vanilja, Barbara, Melissa u Misq.", "Xogħlijiet oħra fil- lokal jiġu kkonsidrati wara li jitlestew dawn it-toroq.", "SPTARIJIET - OPERAZZJONIJIET", "9182.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet minuri, intermedjarji, maġġuri u maġġuri kkomplikati ġewwa l-isptarijiet u kliniċi privati minn Ottubru 1996 sa Ottubru 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' operazzjonijiet li saru fil-perijodu indikat mill-Onor Interpellant kienu kif ġej:", "| |MAGGURI |INTERMEDJ|MINUR| | |IKKOMPLIK|ARJI |I | | |ATI/MAGGU| | | | |RI | | | | | | | | |*Sptar |5351 |4709 |8128 | |San Luqa| | | | |Sptar |538 |226 |1169 | |Ghawdex | | | | |Sptar | - |- |1260 | |Boffa | | | |", "*Sa l-aħħar ta' Lulju 1997", "Ma tinżammx statistika għall-kliniċi privati.", "SPTAR SAN LUQA - DRENAĠĠ", "9183.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li l-Ministru kien stqarr li tul l-1997 kellu jibda x-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-Isptar San Luqa, jista' jgħid x'sar minn dan il-proġett?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tender għax-xogħol ta' drenaġġ fl-iSptar San Luqa għalqet il-ġimgħa l-oħra, u bħalissa qiegħed jinħadem il-proċess ta' l- adjudication.", "Ix-xogħol kien maħsub biex jibda wara", "- li jitieħdu miżuri speċjali ta' pest control fil-katusi tad-drenaġġ.", "- li jkun għaddew l-ewwel ġranet tal-ħarifa meta normalment ikollna waqtiet ta' xita qawwija.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "9184.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- inizjattivi ġodda li ħa l-Gvern tul l-aħħar sena biex iħajjar aktar żgħażagħ jidħlu nurses?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tul l-aħħar sena l-Gvern permezz ta' l-Istitut għall-Kura tas-Saħħa, kompla bil-kampanja ta' reklutaġġ ta' studenti għall- korsijiet fin-Nursing.", "F'dan il-perjodu żdied ħafna l-ammont u l-firxa ta' attivitajiet, permezz ta' l-użu tal-media, laqgħat ta' darba fil-ġimgħa ma' studenti fl-iskejjel sekondarji u pariri personali inkluż tqassim ta' fuljetti lill-istudenti tal-Junior College u 6th Form.", "Intbagħtu posters fiċ-Ċentri tas-Saħħa, fl-isptarijiet u fil-Job Centre, Il-Belt.", "L-Istitut ħa sehem ukoll fil-Careers Convention li saret Għawdex u fit-Trade Fair, Naxxar.", "Ġie organizzat ukoll seminar dwar Saħħa, Sbuħija u Sports.", "Din il-ħidma msemmija hawn fuq ħalliet il-frott.", "Fil-fatt in-numru ta' studenti li bdew kors ta' Nursing f'Ottubru 1997 kien 14 fil-mija aktar minn dak ta' Ottubru 1996.", "SPTAR ĠDID - SODOD", "9185.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li l-Gvern issa ddeċieda li jibni sptar ġdid ta' 800 sodda, jista' l-Ministru jgħid kif se jkunu mqassma dawn is-sodod bejn id-dixxiplini differenti?", "Kemm huwa maħsub li se jkun l-istaff complement?", "X'miżuri qiegħed jieħu minn issa biex din il- figura tintlaħaq?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' sodod u mpjegati għall-isptar il- ġdid f'Tal Qroqq huwa parti mill-analisi totali li qed issir bħalissa.", "SPTAR SAN LUQA - OXYGEN TANK", "9186.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-oxygen tank il-ġdid ġewwa l-Isptar San Luqa ġiex iċċertifikat li huwa ta' standard internazzjonali?", "Meta ġie kkummissjonat?", "Jekk inxtara kemm sewa flus u meta beda jintuża?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Hu kkonfermat illi l-oxygen tank il-ġdid ġewwa l- Isptar San Luqa huwa ta' standard internazzjonali.", "It-tank ġie kkommisjonat fil-15 ta' Settembru, 1997.", "It-tank mhux mixtri, imma mikri għal għaxar snin għas-somma ta' Lm3100 fis-sena għall-ewwel sentejn, liema rata tiżdied b' 5 % fit-tielet sena u b' 2.5 %, għal kull sena sussegwenti.", "Preżentament qed isiru l-aħħar testijiet u connections mas-sistema eżistenti biex it-tank ikun jista jintuża.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "9187.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tul l- aħħar sena ntbagħtu nurses barra minn Malta biex jispeċjalizzaw u jieħdu esperjenza aktar fix-xogħol tagħhom?", "Fejn intbagħtu u f'liema sptarijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tul l-aħħar sena ntbagħtu 22 nurse minn Malta biex jispeċjalizzaw u jieħdu esperjenza aktar fix-xogħol tagħhom.", "Dawn in-nurses intbagħtu l-Ingilterra, il-Ġappun u l-Iżrael l-Isptarijiet kienu l-Hammersmith, Guy's, Moorefields, St.Mary's u Royal Marsden fl- Ingilterra, Okinawa Hospital fil-Ġappun u Kaplan Hospital fl-Iżrael.", "MDC - SKOLA TA' BIL-LEJL", "9246.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-ħidma tal- Korporazzjoni Maltija għal Żvilupp ma' aġenzija tax-xogħol ibbażata f'Israel (ORT) biex titwaqqaf skola ta' bil-lejl għall-avvanz tekniku?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Waqt waħda mill-inizjattivi ta` Investment Promotion li l-MDC wettqet ġewwa l-Israel kienet iltaqgħat ma` l-Aġenzija ORT li tispeċċjalizza fi training tat-tekniċi.", "Peress li s-servizzi li toffri din l-aġenzija kienu jaqblu ma` dak li kienet qed tipproponi l-ETC dwar it-twaqqif ta` skola ta` bil-lejl għall-avvanz tekniku, il- korporazzjoni ħasbet biex tgħaddi dan il-kuntatt lill-ETC.", "Rappreżentanti ta` l-ORT ġew Malta u wara diskussjonijiet ma` diversi istituzzjonijiet u kumpanniji lokali ippreżentaw rapport lill-ETC b`pariri u rakkmandazzjonijiet fuq taħriġ għall-avvanz tekniku.", "VALLETTA - BIBLJOTEKA NAZZJONALI", "9247.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-bini li jmiss mal- Bibljoteka Nazzjonali meta jagħlaq iż-żmien tal-konċessjoni li biha dan il- bini kien ġie mgħoddi mill-gvern Malti żmien ilu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - SKEJJEL SPEĊJALI", "9261.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li l-applikant ta' tmien snin li huwa student b'special need li joqgħod il-Mellieħa, id-dettalji qed jintbagħtu separatament, jiġi kkonsidrat serjament li jattendi fl-iskola tal-Wardija u mhux minħabba ċirkostanzi jibqa' fil-waiting list?", "Dan hu każ li l-persuna qegħda tbati minn mental development disorder.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - GĦALQA", "9263.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri saru biex għalqa ta' circa nofs tomna li tinħadem bi qbiela minn persuna mill-Mosta li d-dettalji tagħha inkluża site plan qed jintbagħtu separatament spiċċat formanti bi żvilupp, bini u pavimentar, fejn meta mar il-persuna biex jaħdem l-għalqa dan litterament ma sabhiex hemm?", "Jista' l-Ministru jgħid x'rimedju se jingħata lil din il- persuna li minn dejjem kien iħallas il-qbiela lill-Knisja u issa lill-Joint Office?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qegħdin jittieħdu passi biex jitħallas kumpens skond il-ligi lil dawk il-bdiewa li ttieħdilhom ir-raba' fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq fl-inħawi ta' Erba Mwieżeb limiti ta' Burmarrad/ San Pawl il-Baħar.", "SEGRETARJAT GĦALL-KURA TA' L-ANZJANI - TAĦRIĠ MILL-ETC", "9264.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'sehem kellu u x'sehem qed jieħu s-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani f'taħriġ li qed isir mill-ETC għall-assistenti soċjali każwali?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani kien il- promutur fit-taħriġ li qed jiġi mniehdi mill-Korporazzjoni ta' l-impjieg u Taħriġ għal dawk kollha interessati li jaħdmu fil-qasam ta' l-anzjani (u mhux biss għall-Assistenti Soċjali Każwali), billi ħa ħsieb ifassal qafas tekniku tiegħu u dan billi:", "- laqqa' kumitat ta' nies esperti fil-qasam tal-ġerontoloġija biex jesprimu fehemthom fuq taħriġ maħsub għal dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani,", "- ħatar sotto-kumitat ta' ħamsa minn fost dawn l-esperti sabiex jifformulaw il-kontenut tal-korsijiet li qed jiġu mnehdija u biex jiddentifikaw għalliema mħarrġa fis-suġġetti relattivi,", "- nhieda eżerċizzju li permezz tiegħu ġew identifikati nies interessati li jsegwu dan it-tip ta' taħriġ,", "- fid-dawl ta' l-interess li ġie reġistrat għal dawn il-korsijiet, is- Segretarjat flimkien mal-Korporazzjoni ta' Impjiegi u taħriġ identifikaw postijiet li jistgħu jiġu milħuqa faċilment minn dawk interessati jattendu dan it-taħriġ,", "- għamel l-arranġamenti neċessarji mal-knisja sabiex dan it-taħriġ ikun jista jingħata fiċ-Ċentri Parrokjali ta' ħames lokalitajiet differenti (Raħal Ġdid, Qormi,Msida, Hamrun,Zurrieq).", "Dawn il-lokalitajiet huma meqjusa ċentrali fid-dawl tan-natura tad-domanda li kien hemm u minħabba li jgħaddu minnhom diversi rottot tal-linja,", "- kontinwament joffri s-servizzi ta' l-impjegati professjonali tiegħu fil- ko-ordinament u t-tagħlim relatat ma dan it-taħriġ estensiv.", "EDUKAZZJONI - PUBBLIKAZZJONI TA' KOTBA", "9265.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamenatri numru 8899 u t- tweġiba mogħtija fis-seduta tal-21 ta' Ottubru (Seduta Nru. 127) fejn intqal li matul din is-sena \"Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ma ppubblikax u ma għenx biex jiġu ppubblikati kotba ta' kittieba Maltin\", jista' l- Ministru jieħu ħsieb li jissokta l-ħidma ta' qabel fejn id-dipartiment kien jippubblika kotba ta' ċertu livell kif ukoll xogħlijiet klassiċi maqluba għall-Malti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8899, mogħtija fis-seduta tal-21 ta' Ottubru 1997, kienet tagħti stampa korretta ta' x'kien sar sad-data msemmija fil-mistoqsija.", "L-istess risposta ma kenitx indikazzjoni li m'hemmx possibbilta' ta' proġetti f'dan il-qasam għall-futur.", "MOSTA - ĊIMITERJU", "9296.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9122, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar iċ-Ċimiterju tal-Mosta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma l-Onor Interpellant li qed jittieħdu l- passi meħtieġa biex tissewwa minnufih iċ-ċangatura maqsuma li hemm ħdejn il-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Mosta.", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊJALI", "9308.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9134, jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni dawk l-uffiċjali li kienu jaħdmu fil-Gate il-Qadima u li din issa ngħalqet, ma ntbagħtux fil-Gate il-Ġdida?", "Dawn ma ntbagħtux fil-Gate il-ġdida peress li qed jiġu nvestigati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi dawn l-uffiċjali ma ntbagħtux jaħdmu fil-Gate l-ġdida minħabba li d-direzzjoni tal-Ħabs ħasset li dawn kellhom jagħmlu xogħol ieħor skond l-eżiġenzi.", "TIPJIP - MWIET", "9311.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' mwiet assoċjati ma' tipjip sena b'sena mill-1990 'l hawn b'dawn il- kondizzjonijiet: Kanċer tal-Pulmum (nisa u rġiel); Ischaemic Heart disease (nisa u rġiel); u mard ieħor kawżat mit-tipjip?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li mill-1990 sa l-1996 huwa stmat li mietu 2334 persuna minħabba t-tipjip fil-Gżejjer Maltin.", "Din l- istima hija bbażata fuq mudell statistiku żviluppat mill-Għaqda Dinjija tas- Saħħa.", "L-istatistika relevanti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TIPJIP", "9312.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar il-prevalenza ta' \"passive smoking\" f'Malta u f'Għawdex, jekk din teżisti sena b'sena mill-1990 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-istatistika mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma teżistix.", "SPORTS - SPONSORS", "9313.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma u liema huma l- isponsors ta' sport Malti li l-attivita' kummerċjali tagħhom għandha x'taqsam mal-prodotti tat-tabakk?", "Kemm huwa stmat li jlaħħaq dan l-isponsorship f'liri Maltin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija xi ħaġa konfidenzjali bejn l-isponsors u l-għaqdiet ta' l-isport.", "Il- Gvern m'għandux il-makkinarju biex jiġbor din l-informazzjoni.", "PRODOTTI TAT-TABAKK - IMPORTAZZJONI", "9314.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm u liema kienu l-prodotti tat- tabakk importati f'Malta u Għawdex mill-1990 sal-lum?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PRODOTTI TA' TABAKK - ĠBIR TA' SISA", "9315.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret sisa (f'Lm) fuq prodotti tat-tabakk mill-1990 'il hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bejn l-1990 u Settembru 1997 inġabret is-somma totali ta' Lm79,169,098 f'dazju ta' importazzjoni u sisa fuq tabakk u prodotti tat- tabakk, inklużi s-sigaretti.", "PRODOTTI TAT-TABAKK - ESPORTAZZJONI", "9316.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm ġew esportati prodotti tat-tabakk minn Malta għal barra mill-1990 'il hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - KAROZZA TAL-LINJA FIT-TUNNEL", "9327.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara jekk jistax jiġi kkonfermat li l-Pulizija irċeviet diversi rapporti li kien hemm karozza tal-linja wieqfa fit-Tunnel ta' Regional Rd, qabel ma sar inċident kważi fatali sbieħ il-Ħadd 26.10.97?", "X'passi ttieħdu mill-Pulizija wara li saru dawn ir-rapporti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija rċeviet rapport wieħed dwar karozza tal-linja wieqfa fit-Tunnel ta' Regional Road, u dan kien għall-ħabta ta' l-4.00 a.m. tas-26 ta' Ottubru, 1997.", "Il-Pulizija ħadet passi mill-ewwel sabiex tiddentifika min kien is-sid ta' din il-karozza tal- linja, pero', sfortunatament, sakemm dan kien qed isir, għall-ħabta ta' 5.10 a.m., seħħ l-inċident imsemmi.", "PULIZIJA - SAHRA", "9328.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta u kemm tqassam lill-Pulizija l-overtime li kien dovut lilhom għal xogħol fi żmien l-elezzjoni ta' Ottubru, 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL STATALI - COMPUTERS", "9329.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fl- istallazzjoni tal-computers fil-klassijiet tal-year 2 ta' l-iskejjel primarji tal-Gvern f'Malta u Għawdex biex dawn ikunu jistgħu jintużaw mit- tfal, issa li wasalna diġa' fl-aħħar ta' Ottubru?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il skola għandhom jiġu nstallati dawn il- computers?", "F'kemm-il skola tlesta x-xogħol jekk tlesta f'xi skejjel?", "Liema huma dawk l-iskejjel fejn il-computers għadhom ma' ġewx stallati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA ISSENSJATI", "9330.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dawk il-ħaddiema li ġew issensjati bejn Novembru '96 u Settembru '97?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ħaddiema li ġew issensjati bejn Novembru 1996 u Settembru 1997 Malta u Għawdex.", "|Sena |Nisa |Irgie| | | |l | |Novembru |46 |144 | |1996 | | | |Dicembru |20 |78 | |1996 | | | |Jannar |44 |190 | |1997 | | | |Frar 1997 |26 |135 | |Marzu 1997|28 |110 | |April 1997|34 |153 | |Mejju 1997|32 |178 | |Gunju 1997|36 |154 | |Lulju 1997|56 |187 | |Awissu |18 |132 | |1997 | | | |Settembru |24 |144 | |1997 | | |", "ĦAMRUN - CAR PARK", "9336.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9158?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'hemm l-ebda permess maħruġ mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar għal żvilupp ta' multi-level car park fi Triq id-Duka ta' Edinburgh, il-Ħamrun.", "TARZNA TA' MALTA - ĦADDIEMA", "9337.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji se jitqassmu l-ħaddiema tat-Tarzna?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-ħaddiema tat-Tarzna se jitqassmu f'żewġ units - waħda għat-tiswija tal-vapuri u l-oħra għal proġetti ġodda skond il- kriterji bbażati fuq ir-rakkmandazzjonijiet tar-Rapport Appledore.", "Il-ħaddiema kollha tat-Tarzna jibqgħu parti sħiħa mill-Work Force tat- Tarzna.", "Il-units ikollhom il-management identifikabbli tagħhom taħt id- direzzjoni tal-kunsill.", "Dan qed isir bi qbil bejn il-Gvern, il-Kunsill tat-Tarzna u l-General Workers Union permezz ta' Project Team taħt ic-Chairmanship ta' Dr Karmenu Mifsud Bonnici.", "FURJANA - BDIL TA' BOZZA", "9338.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb li tinbidel l- istreet light li hemm fi Triq San Publju kantuniera ma' Triq San Tumas, fil- Furjana?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-manutenzjoni meħtieġa fil-post indikat mill-Onor.", "Membru saret fit-28 t'Ottubru, 1997.", "VALLETTA - ŻBIR TA' SIĠAR", "9339.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex baqgħu ma' inżabrux siġar f'diversi partijiet tal-Belt Valletta fosthom f'St. Barbara Bastion, misraħ l-Assedju u Misraħ San Ġwann, minkejja talbiet tal-kunsill lokali konċernat?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ix-xogħol ta' żabra ħdejn Santa Barbara Bastions fil- Belt Valletta beda ħmistax ilu.", "Minħabba użu ta' parking mir-residenti x-xogħol kellu temporanjament jieqaf, iżda se jitkompla ma jdumx wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt.", "Rigward iż-żabra tas-siġar f'Mistraħ San Ġwann, ix-xogħol sar fil-bidu tas-sena.", "Dwar żabra f'Mistraħ l-Assedju l-kbir, ma kien hemm l-ebda talba mill- Kunsill tal-Belt.", "ETC - KORSIJIET GĦAL ĠARDINARA", "9340.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġardinara li qed jipparteċipaw f'korsijiet ta' l-ETC u li jaħdmu ċertu ammont ta' sigħat f'perijodu ta' żmien definit fl-istess skema, jistgħux jibdew jiġu utilizzati mill- kunsilli lokali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-kors ta' ġardinara organizzat mill-ETC jinkludi kemm taħriġ prattiku kif ukoll taħriġ teoretiku.", "Matul il-kors il- parteċipanti jkunu qed jitħarrġu u fl-ebda ħin ma jkunu qed jaħdmu.", "Hemm il-ħsieb li dan il-kors jiġi zviluppat aktar billi jiżdied kemm il-kontenut kif ukoll il-perjodu tat-taħrig.", "Dan ikun jippermetti li jsiru dikussjonijiet bejn l-ETC u l-kunsilli lokali biex parti mit-taħriġ prattiku jsir f'lokalitajiet differenti.", "KUNSILLI LOKALI - PARKING METERS", "9341.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali ntroduċew is-sistema ta' parking meters fil-lokalitajiet tagħhom?", "X'inhi l-proċedura li biha kunsill lokali jista' jibda jorganizza dan il-mezz ta' dħul finanzjarju?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sistema ta' parking meters ma ġietx introdotta minn l-ebda kunsill lokali.", "Barra mill-permessi ta' l-awtoritajiet kompetenti l-kunsill lokali jenħtieġ jagħmel bye-law skond il-provvedimenti ta' l-Artikoli 33 (1) (d) u (e), 34, 35 u 60 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali.", "Naturalment, din is-sistema biex tiġi introdotta, trid l-ewwel tkun approvata bħala policy nazzjonali fil-kuntest tal-pjan tad-delega ta' l-infurzar tal- liġijiet.", "QORTI - PASSAGEWAY", "9344.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol fuq il-passageway li tgħaqqad il-Qorti ma' l-Annexe sabiex titjieb l-estetika?", "Wara li għadda Awissu meta l-Ministru kien qal li hu ttamat li jinbeda x-xogħol u l-volum tax-xogħol tal-Qorti jonqos ħafna, jista' l- Ministru jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tender għax-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant għadu ma nħariġx għax il-permess ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar għax-xogħol propost għadu ma ngħatax.", "SCIENCE EDUCATION NETWORK - CO-ORDINATOR", "9345.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8970, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fir- remunerazzjoni mogħtija lil persuna - li isimha qed jintbagħat separatament - li ġiet appuntata bħala Co-ordinator tas-Science Education Network?", "Jekk fl-affermattiv, kemm hija d-differenza fir-remunerazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta persuna li ma tkunx co-ordinator tiġi maħtura bħala co-ordinator, jidhirli raġonevoli illi din tibda tgawdi mill- istess salarju ta' co-ordinators oħrajn.", "Id-differenza hija ta' Lm495.60 fis-sena.", "DAR IL-MEDITERRAN - LECTURES", "9346.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-persuna - li isimha qed jintbagħat separatament - mill-Gvern Malti sabiex jagħti xi lectures lill-għalliema dwar Creative Thinking f'Dar il-Mediterran f'Settembru, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-persuna msemmija fil-mistoqsija ma tħallset xejn ħlief għall-biljett tal-ajru minn Londra għal Malta u lura.", "Il-Professur De Bono għoġbu jippreżenta ż-żewġ konferenzi tiegħu bħala rigal lil Malta.", "Offerti simili mill-Professur De Bono lill- amministrazzjoni preċedenti kienu ġew rifjutati.", "KUMMISSJONI EWROPEA - SPACE APPLICATIONS IN THE EURO-MED REGION", "9347.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma r-raġunijiet li għalihom intgħażlet il-persuna - li isimha qed jintbagħat separatament - biex tattendi workshop fuq Space Applications in the Euro-Med Region organizzat mill-European Commission b'koperazzjoni mal-European Space Agency u l-Arab Institute of Navigation f'Mejju li għadda fil-Kajr, l- Eġittu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'Mejju li għadda l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant kienet meqjusa l-aktar persuna adatta biex tattendi għall- konferenza msemmija.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - TRAVEL ALLOWANCES", "9348.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn il-persuna - li isimha qed jintbagħat separatament - jidher fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8304 u ma jidhirx fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6361, meta jidher ċar li din il-persuna kienet sifret f'Mejju, 1997 u r-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 6361 ingħatat fl-14 ta' Lulju, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jidhirli li hija ħaġa ovvja illi fil-mument li kienet sottomessa r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru.6361, l- entry li għaliha qed issir riferenza kienet għadha ma ddaħħlitx fir-rekords tal-MCST u din mhix ħaġa kbira jekk wieħed iqis illi l-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija għadu qed jirċievi entries fuq safar li suppost daħlu fl-1995.", "L-ispejjeż indikati fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8304 huma l-uniċi spejjeż illi l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija daħal għalihom.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "9349.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7096?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7096 mogħtija f'din is-seduta.", "DIPARTIMENTI TAĦT ID-DIKASTERI TAL-MINISTRI - RAPPORTI", "9352.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 9236 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tad-29 ta' Ottubru dwar rapporti fuq id-Dipartimenti tal-Gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawn ir-rapporti sarux minn nies barra mid-dipartimenti konċernati u jekk humiex se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapporti saru minn min kien responsabbli mix- xogħol tad- dipartimenti konċernati.", "Ir-rapporti se jiġu ppubblikati.", "PENSJONIJIET - ŻIEDA", "9353.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pensjonant se jieħu żieda f'xi pensjoni jew f'xi waħda mill-pensjonijiet imħallsa taħt il-liġi tas-sigurta' soċjali b'konsegwenza tal-bidliet fil-liġi li daħlu fis-seħħ bl-Att Nru. XXII ta' l- 1997?", "Kemm se tkun l-akbar żieda li se titħallas lil xi pensjonanti u kemm se tkun l-inqas żieda?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk romol ta' persuni li mietu qabel l-1 ta' Ottubru, 1997, meta daħlu fis-seħħ il-bidliet fit- tifsira ta' pensjoni ta' servizzi, humiex se jmissjoni xi benefiċċju?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-implimentazzjoni tal-miżuri li ġew fis-seħħ mill-4 t'Ottubru, 1997 bis-saħħa ta' l-Att Nru XXII ta' l-1997 jirrikjedu eżerċizzju li f'ċerti każijiet riedet tinġabar informazzjoni dwar il- pensjonanti li tmur lura 30 sena.", "Għaldaqstant l-Onor Interpellant jifhem li f'dan l-istadju għadu mhux possbibli li tingħata l-informazzjoni kif mitluba minnu.", "Nassigura l-Onor Interpellant li din l-informazzjoni tingħatalu appena dan l-eżerċizzju jintemm.", "Nista' ngħidlu li fost dawk li nħaddmu s'issa kien hemm min ser jieħu żieda ta' madwar 50 ċenteżmu fil- ġimgħa u kien hemm min ser jieħu Lm26 fil-ġimgħa.", "Fir-rigward ta' l-aħħar parti tad-domanda nassigura l-Onor Interpellant li r-romol kollha jistgħu jibbenefikaw, skond il-każ, mill-miżura ta' fejda li daħħalna.", "ORKESTA NAZZJONALI - BORD", "9385.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Bord tal- Kumpannija ta' l-Orkestra Nazzjonali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatut tal-kumpannija kif imwaqqfa?", "Min kienu l-membri li wettqu l- auditions?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO:", "a. Il-Bord tal-Kumpannija ta' l-Orkestra Nazzjonali hu kompost mis- Sinjuri:", "i) Lino S. Gatt (Chairman) ii) Joseph Vella Bondin (Deputat Chairman) iii) Tony Cassar Darien (Membru) iv) Cynthia Turner (Membru) v) Tanya Craus (Membru) vi) Profs Joseph Vella (Surmast Direttur)", "Dan il-bord jista' jiżdied għal mhux aktar minn disa' diretturi.", "b. Kopja tal-iStatut tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta", "c. Il-membri li wettqu l-auditions kienu:", "i) Profs Charles Camilleri (Chairman - bla vot) ii) Robert Buschov iii) Basil Nicholas Tscaikov iv) Michael Laus v) Joseph Sammut vi) Joseph Vella (rtira wara l-ewwel sessjoni)", "ORKESTRA NAZZJONALI - COLLECTIVE AGREEMENT", "9386.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-collective agreement l-antik, ta' l-Orkestra Nazzjonali u kopja tal-collective agreement il-ġdid?", "X'se jsir mill-membri mużiċisti li qabel kienu ma l-orkestra tat-Teatru Manoel u issa ma' ġewx magħżulin ma dik Nazzjonali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Orkestra Nazzjonali bdiet tiffunzjona fl-20 t'Ottubru, 1997 wara li twaqqfet kumpannija reġistrata bl-isem ta' National Orchestra Ltd.", "Għalhekk s'issa la hemm ftehim kollettiv ġdid u wisq inqas wieħed antik.", "Dawk il-membri mużiċisti li qabel kienu ma' l-orkestra tat-Teatru Manoel u issa ma ġewx magħżulin ma' dik Nazzjonali ma ngħataw l-ebda garanzija t'impjieg alternattiv mill-Gvern kif maqbul mal-UHM li kienet tirrappreżentahom f'joint communique li kienet ħarġet dwar il-kwestjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti u l- istess UHM.", "ORKESTRA NAZZJONALI - MUŻIĊISTI", "9387.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex baqgħu barra mill-Orkestra Nazzjonali dawk il-mużiċisti li qabel kienu ingaġġati fulltime/part-time ma' l-Orkestra tat-Teatru Manoel?", "Kemm b'kollox applikaw għall-ingaġġ ma' l-Orkestra Nazzjonali u f'liema strumenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO:", "a. Ir-raġuni għaliex baqgħu barra mill-Orkestra Nazzjonali dawk il- mużiċisti li qabel kienu ngaġġati fulltime ma' l-Orkestra tat-Teatru Manoel, hi għaliex jew ma kkwalifikawx fl-awdizzjoni li saritilhom, jew inkella ma setgħux japplikaw għall-awdizzjoni għaliex l-istrument li huma jdoqqu ma kienx indikat fis-sejħa għall-għażla tal-ingaġġ.", "b. Ma saret qatt sejħa għall-ingaġġ ta' mużiċisti part-time, u dawk li qabel kienu jdoqqu part-time ma' l-Orkestra tat-Teatru Manoel kienu jissejħu ad hoc meta tinħass il-ħtieġa.", "c. B'kollox intefgħu 83 applikazzjoni mifruxa fuq dawn l-istrumenti:", "|Strumen|Applikazz|Rakkomand| |t |joni |ati | |Vjolin |23 |13 | |Vjola |8 |4 | |Vjolinc|6 |4 | |ell | | | |Kontrab|1 |- | |axx | | | |Tuba |1 |- | |Trumbun|4 |- | |Arpa |2 |- | |Flawt |4 |2 | |Obwe |4 |2 | |Klarine|11 |2 | |tt | | | |Fagott |3 |2 | |Kornu |7 |2 | |Trombi |6 |2 | |Perkuss|3 |- | |joni | | |", "ORKESTRA NAZZJONALI - MUŻIĊISTI", "9388.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif inhi komposta l-Orkestra Nazzjonali bin-numru ta' mużiċisti fulltime u part-time u skond l-istrument li jdoqqu?", "Kemm huma l-mużiċisti barranin fl-orkestra u xi strument idoqqu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO:", "a. L-Orkestra Nazzjonali hi ffurmata minn 34 mużiċist fulltime maqsuma hekk: |Vjolini |13 | |Vjoli | 3 (Ir-raba | | |ghadda wkoll | | |fis-sezzjoni | | |tal-vjolin) | |V'celli |4 | |Trombi |2 | |Korni |2 | |Flawti |2 | |Obwe |2 | |Fagotti |2 | |Klarinet|2 | |ti | | |Kontraba|1 | |xx | | |Perkussj|1 | |oni | |", "b. Minkejja li kemm il-kontrabaxx kif ukoll il-perkussjoni ma' kkwalifikawx, ġie rakkomandat li dawn jiġu ngaġġati taħt superviżjoni ta' żewġ mużiċisti barranin.", "c. Bħalissa m'hemm ħadd impjegat bħala part-time.", "Dawn jiġu ngaġġati biss meta jkun meħtieġ.", "d. Hemm tliet barranin impjegati ma' l-Orkestra: tnejn fis-sezzjoni tal- vjolinċelli, wieħed fis-sezzjoni tal-obwe.", "ORKESTRA NAZZJONALI - MEMBRI", "9389.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-membri mużiċisti li kienu jiffurmaw l-Orkestra tat-Teatru Manoel bħala ingaġġ fulltime u bħala part-time basis?", "Liema strumenti kienu jdoqqu ma' l-istess orkestra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ORKESTRA NAZZJONALI - RAPPORT", "9390.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport mill-espert Ingliż dwar l-orkestra tal-Manoel li issa saret l-Orkestra Nazzjonali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILL LOKALI - NAXXAR - KUNTRATT", "9391.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid hux veru li kuntratt ta' xogħol maħruġ mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar għall-beach cleaning f'Baħar iċ- Cagħaq, Salina u Magħtab hux qed isir mill-kuntrattur proprju jew le u jekk verament sar ix-xogħol kemm-il siegħa ħadem u jekk allura m'hux il-każ x'passi sa jittieħdu fiċ-ċirkostanzi?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Pero' poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mogħtija mill- Kunsill Lokali tan-Naxxar aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - DEJN", "9392.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom dejn il-kunsilli lokali?", "Min minnhom għandu l-ikbar akkumulu ta' dejn?", "Jista' l-Ministru jgħid kif se jitħallas dan id-dejn?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar pożizzjoni finanzjarja tal-kunsilli lokali skond ir-rapport ta' l-Awdituri tal-Gvern Lokali hija dik għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu, 1997.", "Dawn ir-rapporti, li se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'qasir żmien, jagħtu t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru.", "MOSTA - ARBLU", "9393.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li l-arblu li ġie propost li jitwaħħal fi Triq Dun Karm Sciberras, Mosta bejn plot 30 u plot 31 isir malajr u dan peress li l- problema tal-linji li hemm fl-inħawi issa ilhom żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mir-rekords tal-Korporazzjoni Telemalta ma jidhirx li hemm xi applikanti fi Triq Dun Karm Sciberras, il-Mosta, li qed jistennew li jitwaħħal xi arblu.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħti aktar informazzjoni u min huma l-klijenti nvoluti sabiex tittieħed azzjoni mmedjata.", "WSC - WATER SAMPLES", "9394.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm testijiet ta' water samples saru mill-Water Services Corporation fuq rapporti ta' nies matul il-perijodu 1/11/96 - 30/9/97 kull xahar?", "X'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet?", "Minbarra dawn it-tests, x'testijiet oħra għamlet il- Water Services Corporation fuq l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9395.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tip ta' professjoni kellhom il- professjonisti li skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8690 kienu qed jirreġistraw?", "Mil-liema lokalita' huma dawk li kienu qed jirreġistraw?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "SANTA LUĊIJA - ĠNIEN", "9396.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ġnien li bnew iċ-Ċinizi f'Santa Luċija hemm partijiet minnu li fihom daqshekk traskuraġni li saħansitra anki n-nies tal-lokalita' qegħdin jilmentaw minn dan?", "Għaliex parti oħra ħdejn l-istess ġnien ma' tiġix żviluppata u tintuża mill-pubbliku?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed jiġu evaluati proposti għall-iżvilupp tal-parti t'isfel tal-ġnien.", "Il-ġnien Ċiniż f'Santa Lucija qed jinżamm fi stat possibbli mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura iżda għad fadal xi xogħol u xi tiswijiet li jridu jsiru minn dipartiment ieħor.", "Qed issir konsultazzjoni dwar dan mal-Kunsill Lokali ta'Santa Luċija.", "PATATA - IMPORTAZZJONI", "9397.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' piż ta' patata ffriżata li ġiet importata matul l-1996 u l-1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nitlob l-Onor.Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "TOROQ - TINDIF", "9398.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid liema dipartiment jew taqsima tal- Gvern hi responsabbli mit-tindif u mill-indokrar tat-toroq, traffic islands u centre strips fit-toroq arterjali?", "Liema dipartiment għandu jieħu ħsieb it-tneħħija tal-ħaxix ħażin u żbir ta' siġar u ttranġar ta' centre strips f'dawk il-lokalitajiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u lill-Ministru tal- Biedja u Sajd.", "TURIŻMU", "9399.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-medja ta' guest nights (length of stay) tat-turisti fis-snin 1980, 1985, 1990 u kull sena sussegwenti ta' tmiem 1996?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-medja ta' guest nights għat-turisti fis-snin 1980, 1985, 1990 u kull sena sussegwenti ta' tmiem 1996 hu kif indikat hawn taħt:", "|Sena|Turist|Guest |Tul | | |i |nights |taż-żjar| | | | |a | |1980|726,36|9,588,000|13.2 | | |3 | | | |1985|517,27|6,303,494|12.2 | | |4 | | | |1990|877,17|9,603,532|11.0 | | |0 | | | |1991|887,90|9,633,789|10.9 | | |6 | | | |1992|1,004,|12,015,44|12.0 | | |019 |1 | | |1993|1,059,|11,553,14|10.9 | | |267 |9 | | |1994|1,175,|11,950,63|10.2 | | |044 |1 | | |1995|1,115,|10,918,72|9.8 | | |809 |3 | | |1996|1,063,|10,665,25|10.0 | | |594 |3 | |", "TURIŻMU", "9400.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bin-numru ta' turisti (mhux cruise passengers) li waslu Malta bil-baħar fix-xhur ta' Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru 1997?", "X'inhi l-qagħda meta dawn it-totali jiġu mqabbla ma' dawk miksuba fl-1996?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll in-nazzjonalita' tal- persuni li ġew Malta bil-baħar u qagħdu f'Malta għal aktar minn 24 siegħa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "| |1996 |1997 | |Ġunju |8606 |5900 | |Lulju |12960 |11692 | |Awissu |18434 |17845 | |Settembru|10267 |8893 |", "SLIEMA - MALTA UNION CLUB", "9401.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għal dak li jirrigwarda l-iskedar tal-Malta Union Club f'Tas-Sliema, peress li skond ir- risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6213 u l-Heritage Advisory Committee kien qal li s-sala ewlenija tal-club timmerita preservazzjoni, allura kif skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8955 ġie irrapportat li l-Planning Authority għad m'għandiex din ir- rakkmandazzjoni f'idejha wara daqstant żmien?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "TURIŻMU - RELAZZJONIJIET BEJN MALTA U ĊIPRU", "9402.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9079 dwar kemm kien in-numru ta' flights li saru bejn Malta u Ċipru u viċe- versa, fir-risposta indikata fil-perijodu msemmi?", "Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li użaw dawn il-flights?", "X'tibdil hu mistenni fuq din ir- rotta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Bejn l-1 ta' April, 1995 u t-30 ta' Settembru li għadda l-Air Malta għamlet 228 titjira minn Malta għal Ċipru u l-istess numru ta' titjiriet minn Ċipru għal Malta, bi programm ta' żewġ titjiriet fil-ġimgħa.", "It-total ta' passiġġieri kien ta' 25,122.", "Bħalma jidher fit-time table korrenti m'hemmx ippjanat ebda tibdil f'dan il-programm.", "PRODOTTI MPORTATI", "9403.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-prodotti u l- valuri rispettivi tagħhom li ġew importati matul is-sena 1996 u 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "P.A. - BINI TA' BOAT HOUSES", "9404.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu dwar il-problema ta' boat houses speċjalment rigward l-fatt li sar bini ta' boat houses bla permess filwaqt li f'każi oħra applikanti li għamlu talba għal permess ġie miċħud?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SEWER DISCHARGE CONTROL", "9405.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-Environment Protection Regulations dwar is-Sewer Discharge Control ta' l-1993, jista' l-Ministru jgħid x'għamel id-dipartiment konċernat biex jgħarraf lil min jitfa' skart industrijali fis-sistema b'dawn ir-regolamenti?", "X'miżuri qed jieħu biex dan l-iskart ma jitbattalx fis-sistema?", "Xi staff hemm fid-dipartiment li hu mħarreġ professjonalment għal dan il-monitoring?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SISTEMA TAD-DRENAĠĠ - SKART", "9406.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu biex jiġu riżolti l-problemi istituzzjonali u tekniċi fl-industrija biex din tkun konformi ma' l-Environment Protection Regulations dwar tfigħ ta' skart industrijali fis-sistema tad-drenaġġ?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-ministeru konċernat, jiġifieri l-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin u ta` l-Ambjent.", "UNIVERSITA' - KORS FIX-XJENZI AMBJENTALI", "9407.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jattendu studenti għal kors li jwassal għad-diploma fix-xjenzi ambjentali mtella' mill- Universita'?", "X'differenza hemm bejn dan il-kors u t-tnejn l-oħra wkoll mtella' mill-Istitut Internazzjonali għall-Ambjent?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SANT'ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "9408.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Billi l-impjant għall-immaniġġjar ta' l-iskart solidu f'Sant'Antnin issa ilu żmien twil ma jitħaddem, kif qegħda tintlaqa' t-talba tal-bdiewa għall- kompost li qabel kien qed jissodisfa ħafna mill-ħteġijiet tagħhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-impjant għall-immaniġġjar ta' l-iskart solidu f'Sant'Antnin waqaf jaħdem minħabba ħsarat fil-bidu ta' Awissu.", "Ix-xogħol ta' tiswija tlesta fis-27 ta' Ottubru.", "Il-bdiewa xorta waħda baqgħu jinqdew għax fil-fatt għad baqa xi 1,000 tunnellata kompost.", "Iżda minħabba t-temp u ż-żmien tas-sena, bħalissa iktar qed jinbiegħ kompost fl-ixkejjer għal- ġonna privati.", "FORTI RICASOLI - DEVELOPMENT BRIEF", "9409.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju qiegħed id-development brief għall- iżvilupp ta' Forti Ricasoli?", "Ġie mibgħut lill-kumpanniji interessati?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Id-development brief tal-Forti Ricasoli tlesta u tqassam lill-kumpanniji li kienu shortlisted.", "ISLA - SWAR TA' SAN MIKIEL", "9428.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex is-Swar ta' San Mikiel, fl-Isla, jingħata aċċess lil kunsilli lokali biex ikun jista' jiġi rranġat f'post pubbliku?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ISLA - MOBILE TOILETS", "9429.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fit-terminus ta' l-Isla jsiru mobile toilets għad-drivers tal-karozzi tal-linja kif ukoll bus shelters biex ikunu protetti dawk li jkunu qegħdin jistennew il-karozzi tal- linja?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mhux possibbli li jsiru mobile toilets fil-post imsemmi.", "Jiena nformat ukoll li dwar l-installazzjoni ta' `bus shelter' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku se tikkonsidra t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "ISLA - SPIŻERIJA TAL-GVERN", "9430.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jieħu passi biex l- ispiżerija tal-gvern fl-Isla u l-klinika li hemm jkunu miftuħa b'mod regolari u jekk le, għaliex mhux qed ikunu miftuħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-Isla m'hemmx spiżerija tal-Gvern.", "Fl-Isla hemm biss klinika tal-Gvern u ninsab informat li din tiftaħ b'mod regolari skond l-iskeda tal-ħinijiet ta' ftuħ stabilita.", "KUNSILLI LOKALI - SEGRETARJI", "9431.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex is- segretarji tal-kunsilli lokali jinbidlilhom il-mod ta' kuntratt ta' tliet snin biex segretarju jkollu xogħolu aktar garantit?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- kondizzjonijiet tax-xogħol tas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali huma regolati minn ftehim kollettiv iffirmat ma' l-Union li tirrapreżenta l-istess Segretarji.", "Dan il-ftehim jiskadi fit-30 ta' Ġunju, 1999.", "PULIZIJA - GĦASSA TA' L-ISLA", "9432.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex l-għassa tal-pulizija fl-Isla tkun miftuħa u topera kif meħtieġ?", "Jekk ma jistax ikun li din l-għassa tal-Pulizija tkun miftuħa, jista' il- Prim Ministru jgħid ir-raġuni għaliex din l-għassa tibqa' magħluqa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Għassa tal-Pulizija ta' l-Isla qed tkun miftuħa fuq bażi regolari u tingħalaq meta l-pulizija li jkun għassa jkun meħtieġ fuq xi xogħol barra.", "PULIZIJA - REATI VJOLENTI", "9438.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Peress illi b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8873, il-Prim MInistru wieġeb li l-figuri ta' reati vjolenti kontra l-persuna, bis-sistema l-ġdida jinkludu każijiet ta' ferita ta' natura ħafifa, u peress li b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9283 l-istess Prim Ministru nformani li bis-sistema l-antika, kienu jiġu nklużi taħt l-istess titolu reati ta' \"feriti ta' natura ħafifa\", x'differenza hemm bejn is-sistema ġdida u dik antika għar-rigward l-istess tip ta' reat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li taħt is-sistema l-antika reat ta' ferita ta' natura ħafifa kien jaqa' taħt it-titolu 'Każijiet ta' Reati Vjolenti Kontra l-Persuna'.", "Taħt is-sistema l-ġdida dan it-titolu m'għadux validu.", "Fis-sistema l-ġdida l-imsemmi reat issa jinsab taħt it-titolu Bodily Harm li taħtu jinkludi wkoll dawn ir-reati : -", "Offiża fuq il-persuna fi ġlieda aċċidentali Offiża skużabbli Offiża gravi fuq il-persuna Offiża gravi fuq il-persuna b'arma regolari Offiża fuq persuna ta' eta' ta' aktar minn 65 sena Offiża involontarja fuq il-persuna filwaqt ta' serq jew tentattiv ta' serq Offiża involontarja fuq il-persuna Offiża fuq il-persuna mhux imputtabli Kazijiet oħra ta' offiżi gravi fuq il-persuna Tixwix ta' rewwixta jew ġlieda bi ħsieb ta' offiża fuq il-persuna Offiża ħafifa fuq il-persuna."]} {"filename": "19970423_053d_par.doc", "date": "1997-04-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 53 L-Erbgħa, 23 ta' April, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 53", "L-Erbgħa 23 ta' April, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "53", "L-Erbgħa, 23 ta' April, 1997", "WERREJ MINUTI 750", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 750", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 756", "STQARRIJA MINISTERJALI 756", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL (KUMITAT) 759", "AĠĠORNAMENT 783", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 788", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 52 li saret fit-23 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ĦABS ĊIVILI - TAGĦLIM LILL-PRIĠUNIERI", "3070.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti li qed jiġu mgħallma fil-ħabs?", "Kemm priġunieri qed jipparteċipaw f'dawn il-lezzjonijiet?", "Jinħarġu ċertifikati għall-priġunieri li jattendu l-lezzjonijiet, speċjalment lil dawk li jkunu kisbu ċertu standard?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' l-għalliema kollha fil-ħabs, is- suġġetti li jgħallmu u l-kwalifiki tagħhom u fuq liema kriterju ntgħażlu dawn l-għalliema u mhux oħrajn?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll) (f'isem il-Prim Ministru): Is-suġġetti li qed jiġu mgħallma fil-ħabs bħalissa huma l-Malti, l-Ingliż, l-Accounts u l-Arti.", "In-numru ta' priġunieri li qed jattendu għal dawn il- lezzjonijiet hu ta' 36.", "Ma jinħarġux ċertifikati lill-priġunieri li jattendu dawn il- lezzjonijiet.", "Fil-preżent hemm ħames għalliema kkwalifikati - erba' fuq bażi volontarja mingħajr ħlas u għalliem part-time bi ħlas - li jagħtu l-lezzjonijiet darbtejn fil-ġimgħa.", "M'huwiex il-każ li tgħid li ntużaw xi kriterji biex intgħażlu dawn l-għalliema għax fil-fatt dawn ivvolontarjaw biex jagħtu dan is-servizz.", "DJAR - H166/96", "3071.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' persuna minn Ħal-Għaxaq, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom under separate cover, bil-file Nru. H 166/96?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Jien informat li l-każ imsemmi, li qabel xejn hu numru H12584 u mhux H166/96, hu każ ieħor ta' koppja li qed jgħixu ma' familja oħra, eżattament mal-ġenituri tal-mara.", "Huma jridu joqogħdu biss Ħal-Għaxaq.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "3072.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid b'kemm żdiedet il- popolazzjoni ta' priġunieri fil-ħabs ta' Kordin tul dawn l-aħħar ħames snin?", "X'inhi n-nazzjonalita' tagħhom?", "Kien hemm xi transfer ta' xi priġunieri biex dawn jiskontaw il-piena f'pajjiżhom?", "Ma' liema pajjiżi jeżisti ftehim għal dan it-tip ta' trasferiment ta' priġunieri?", "X'inhuwa l-prospett għal ftehim oħrajn fil-futur qarib?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Mill-1992 sa l-1996 il-medja ta' priġunieri kuljum kienet kif jidher hawn taħt;", "1992 - 120 priġunier 1993 - 155 priġunier 1994 - 185 priġunier 1995 - 188 priġunier 1996 - 197 priġunier", "Il-priġunieri barranin fil-ħabs ta' Kordin fid-9 ta' April, 1997 kienu minn dawn il-pajjiżi: Libja, Tuneżija, Eġittu, Jugoslavja, Ingilterra, Russja, Kanada, Marokk, Sirja, Pakistan, Bulgarija, Ghana, Awstralja.", "F'dawn l-aħħar ħames snin l-ebda barrani ma ġie trasferit lejn pajjiżu biex ikompli jiskonta s-sentenza.", "Malta rratifikat il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar Trasferiment ta' Persuni Sentenzjati fis-26 ta' Marzu, 1991.", "Bis-saħħa ta' din il-konvenzjoni Malta għandha ftehim dwar trasferiment ta' persuni sentenzjati ma' 30 pajjiż ieħor membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa u erba' pajjiżi oħra mhux membri tal-kunsill li rratifikaw din il-konvenzjoni.", "Malta għandha wkoll ftehim simili mal-Libja.", "Qed isiru negozjati ma' diversi pajjiżi oħra bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar is-suġġett.", "AMBAXXATURI MALTIN", "3121.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi d-domanda numru 605, ċioe' jista' ġentilment jelenka l-ambaxxaturi Maltin li fil-preżent huma akkreditati ma' Stati barranin?", "Liema minnhom huma permanentement residenti fl-Istati barranin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MARSA - MONUMENT TAR-REPUBBLIKA", "3122.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 602, ċioe' jista' jassigura li dejjem u f'kull ħin il-Monument tar-Repubblika fi Triq Diċembru 13, il- Marsa jkollu l-manutenzjoni meħtieġa u jinżamm f'kondizzjoni dekoruża?", "Min se jgħasses lil min hu responsabbli?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubblici u Kostruzzjoni): Ir-responsabbilta' tal-monumenti nazzjonali hija tal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali minkejja li dan ix-xogħol attwali fuq restawr ta' dawn il-monumenti jaqa' taħt ir-responsabbilta' tat- Taqsima għat-Tiswija u Restawr fil-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Restawr fuq il-monumenti jsir wara talba mill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jindirizza d-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "3124.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li jistgħu jwasslu biex persuna mill-Belt, Valletta li isimha qed jintbagħat separatament bil-file No. H12691 jingħata akkomodazzjoni alternattiva u kemm fil-fatt din it-totalita' ta' raġunijiet għaliex għandu jingħata setgħet wasslet biex oħrajn bl-istess każ jieħdu din l-akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata qed tapplika għax għandha kera għoli.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "4365.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3578, jista' l-Ministru jispjega l-kontradizzjoni minn naħa u jgħid li ċ-ċifri - li jirriferu għal Jannar ta' kull sena - \"jinkludu wkoll testmenti u atti causa mortis\" iżda fl-istess ħin jgħid li dwar dawn \"ma tinżammx statistika kull xahar iżda kull sena\"?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Bir- rispett kollu ma nafx għal-liema kontradizzjoni qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant fir-risposta mogħtija għaliex:-", "(a) iċ-ċifri mogħtija verament jinkludu t-testmenti w atti causa mortis; u", "(b) ma nistgħux ngħidu kemm hemm testmenti u atti causa mortis inklużi fil- figuri mogħtija għaliex ma tinżammx statistika ta' dan xahar b'xahar iżda darba fis-sena.", "Din l-istatistika tinżamm għal skopijiet ta' rapporti annwali biss peress li ma hemm l-ebda provediment tali fil-liġi.", "RADJU - TIELET FREKWENZA", "4366.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti tal-PBS għall-ftuħ tat-tielet stazzjon tar-radju u meta hu mistenni li l-istazzjon jiftaħ?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti wkoll estimi ta' l-infiq kapitali u rikkorrenti u jgħid jekk l-istazzjon hux se jkollu mpjegati addizzjonali għal dawk eżistenti fil-PBS jew jekk hux minnu li l-istazzjon se jitmexxa mill-impjegati tar-Radju ta' l-Universita'?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min se jmexxi l-istazzjon?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-PBS għadha għaddejja bit-tħejjijiet tagħha għall- ftuħ tat-tielet frekwenza tar-radju.", "Fil-futur qarib mistenni jsir xandir bi prova.", "Mhux xieraq f'dan l-istadju li kumpannija kummerċjali bħall-PBS tintalab tiżvela dettalji dwar estimi ta' nfiq kapitali u rikorrenti, kif ukoll dwar xi mpjiegi li jistgħu jew ma jistgħux ikunu kkontemplati.", "Mhux minnu li l-istazzjon se jitmexxa mill-impjegati tar-Radju ta' l- Universita'.", "L-inkarigu tat-tmexxija ngħata lis-Sur Ġorġ Peresso, b'koordinazzjoni sħiħa mal-kap tal-programmi radju.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk hux minnu li se jkun hemm amalgamazzjoni mar-Radju ta' l-Universita' u, jekk dan hu minnu, jista' jgħidilna x'se jiġri bl-agreement li hemm fil-preżent bejn ir-Radju ta' l-Universita' u l-MAS?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, din hija waħda mill-affarijiet li tqajmu kemm-il darba f'diskussjonijiet u jien inkun qed insegwihom.", "Jien wieħed minn dawk li nħoss li jkun tajjeb li jkun hemm xi forma ta' synergy bejn dak li qed isir fir-Radju ta' l-Universita' u dak li qed isir fir- Radju Nazzjonali tal-PBS, pero' bil-kondizzjoni li safejn naf jien ir-Radju ta' l-Universita' twaqqaf b'deċiżjoni awtonoma ta' l-Universita' u allura l- PBS ċertament m'għandux jassumi, fi kwalunkwe arranġament li jsir, il- piżijiet li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni.", "Jiġifieri s-synergy li trid tintħalaq trid tkun waħda li waqt li wieħed forsi jiffranka l- ispejjeż li jġorr ir-Radju ta' l-Universita', bħal dawk li jittrasmetti direttament hu, fejn allura jkun jista' jġorrhom il-PBS, il-programmi tiegħu jistgħu jkunu wkoll inkwadrati fi programm jew programmi tal-PBS.", "Allura sakemm l-Universita', fl-artikolazzjoni awtonoma tagħha li trid radju tagħha, tibqa' tissapportja dan l-istazzjon jista' jkun hemm ftehim mal-PBS biex dan iġorr il-programmi tar-Radju ta' l-Universita' mingħajr ma jassumi ċerti spejjeż extra u b'dan il-mod l-Universita' tkun qed tiffranka ċerti spejjeż li jirriżultaw mid-deċiżjoni awtonoma tagħha li jkollha radju tagħha.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-arranġament tal-MAS u kif qed jaqsmu l- istazzjon emittenti, personalment ma nafx eżattament fejn waslu l- affarijiet.", "Nimmaġina li hija kwestjoni ta' deċiżjoni u diskussjoni awtonoma bejn ir-Radju ta' l-Universita' u d-diriġenti tar-Radju ta' l- Universita' li għandhom jaslu għaliha fuq bażi kummerċjali u fuq bażi ta' organizzazzjonijiet volontarji li għandhom interess f'dan il-qasam.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li ovvjament ilkoll kemm aħna, inkluż din in- naħa, napprezzaw il-ħsieb li hemm wara dan it-tielet channel tal-PBS, li se jkun indirizzat lejn l-iżvilupp b'mod ġenerali tal-kultura Maltija fejn ikollna stazzjon li jagħti spazju għal programmi kulturali, naħseb li l-Prim Ministru japprezza iktar minn ħaddieħor li l-PBS ilha għal snin twal tagħmel telf kummerċjali qawwi.", "Allura jien qed nistaqsi jekk sarx xi studju kif dan iċ-channel il-ġdid se jimpinġi fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-PBS u jekk hemmx il-ħsieb li almenu dan iċ-channel ikun mezz li forsi b'xi mod jagħmel profitt li jista' jikkontribwixxi għat-telf globali li għandha l-PBS.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, Madam Speaker, fil-fatt dan huwa suġġett interessanti ħafna għaliex waħda mill-affarijiet li ġraw f'dawn l-aħħar tlieta jew erba' snin, bil-proliferazzjoni ta' stazzjonijiet privati hawn Malta, hija li l-istazzjonijiet tar-radju tal-PBS tilfu l-market share b'mod li ħafna drabi qed jitilfu anke l-flus.", "Diġa' kienu qegħdin f'pożizzjoni prekarja għaliex ħafna mid-dħul kummerċjali tagħhom mill- advertising kien aktar qiegħed jinbela' mit-television milli mir-radjijiet, imma meta kienu f'sitwazzjoni monopolistika din ma tantx kienet qed tinħass għax waħda tibbilanċja ma' l-oħra.", "Kemm ilhom li daħlu fix-xena l- istazzjonijiet privati tar-radju l-PBS tilfet mill-market share bil-kbir vis-a-vis s-Super I, l-RTK u b'inqas miżura vis-a-vis is-Smash Radio u stazzjonijiet minuri oħra li jeżistu fil-pajjiż.", "Issa l-PBS għandha żewġ frekwenzi tar-radju, waħda minnhom fuq l-FM u l- oħra fuq il-MW, u jirriżulta li dik tal-FM hija l-aktar frekwenza li tinqabad.", "Fuq l-FM jiġu trasmessi f'ċertu ħin is-seduti mill-Parlament - xi kultant f'ħinijiet oħra straordinarji meta jiltaqa' dan il-Parlament - u għalkemm hemm nies li huma affaxxinati b'dawn it-trasmissjonijiet naħseb li dawn huma f'minoranza żgħira ħafna u ma jikkontribwixxux biex jiżdied il- market share tal-PBS.", "U peress li jirriżulta li l-FM hija l-aktar frekwenza li fuqha jkun hemm kompetizzjoni għall-market share f'dan il- pajjiż, fil-każ tal-PBS dan qed ikun imblokkat ħafna drabi bi programmi ta' din in-natura li jorbtuh ma' market share li huwa kompletament speċjalizzat.", "Allura l-idea kollha li tingħata frekwenza ġdida fuq l-FM kienet sabiex għallinqas il-frekwenza FM eżistenti l-PBS tkun tista' tiddedikaha mija fil-mija għal xandir kummerċjali li jżidilha l-market share u li jista' jkun ukoll, kif għandu jkun, kulturali u f'ċertu sens b'sinifikat nazzjonali.", "Il-ħsieb hu - naħseb li huwa ħsieb tajjeb - li bl- ispread li se jkollhom il-PBS ikunu jistgħu jibnu strateġija ta' penetrazzjoni kummerċjali li żżidilhom il-market share f'dan il-pajjiż.", "GĦax issa l-PBS se jkollhom tliet frekwenzi, jiġifieri frekwenza fuq l-FM li tista' tiġi wżata għal xandiriet li m'humiex daqstant programmabbli minn qabel għaliex jiġu mill-Parlament; sistema FM li tkun profilata fuq bażi kummerċjali, anke jekk jidħlu ċerti programmi ta' kwalita' għolja; u l- istazzjon l-ieħor tal-MW li għandu problematika biex jilħaq ċertu tip ta' semmiegħa għax is-semmiegħa mdorrijin jisimgħu l-FM.", "Il-ħsieb allura hu li fil-qasam tar-radju l-PBS ikollha profil ta' programmi fuq żewġ stazzjonijiet FM u fuq stazzjon MW li bihom tkun tista' tippreżenta gamma' sħiħa ta' programmi li jżidulha l-market share u li jagħtu lir-radju tal-PBS iċ-ċans li jikkompeti ma' l-istazzjonjiet il-kbar bħas-Super 1 Radio u l-RTK.", "PBS - NEWS CENTRE", "4367.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq in-news centre tal-PBS u meta hu mistenni li jibda jaħdem?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus qabel Ottubru 1996 u kemm intnefqu minn dak iż-żmien s'issa?", "Kemm inħarġu tenders minn Ottubru 1996 s'issa, għal xiex, kemm minnhom ġew aġġudikati u għal liema ammont u min qed jiddeċiedi dwar it-tenders?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iċ-ċentru ta' l-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services Ltd. infetaħ uffiċjalment nhar it-Tnejn, 14 ta' April, 1997.", "Ma jidhirlix li għandi niżvela tagħrif ta' natura kummerċjali, pero, kif għidt fil-kelmtejn li għamilt meta inawgurajt dan iċ-ċentru, ninsab informat li sa Diċembru, 1996 kienu ntnefqu Lm207,000 iżda xorta waħda kien għad fadal ħafna spejjeż oħra xi jsiru biex dan iċ-ċentru jkun jista jiffunzjona kif suppost.", "Għalhekk il-PBS għażel li jiffoka fuq il- ħtiġijiet l-aktar essenzjali li kellhom isiru u vvota s-somma raġonevoli ta Lm50,000 biex finalment il-post ikun jista jiġi attreżżat u komplut biex b'hekk tkun tista tibda fih il-ħidma tat-taqsima ta' l- aħbarijiet.", "Fejn, għal żmien twil, kollox kien baqa' ċass u paralizzat mingħajr ħadd ma jaf eżatt fejn sejjer il-proġett tan-news centre, taħt it- tmexxija ġdida tal-PBS b'dan il-mod ingħatat spinta ġdida lill-proġett li twettaq f'qasir żmien.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, meta l-Prim Ministru kien Kap ta' l- Oppożizzjoni kien stqarr li kienet l-opinjoni tiegħu li wasal iż-żmien li jkun hemm tibdila fundamentali fil-mod kif inhuwa regolat ix-xandir f'pajjiżna u kien stqarr li fl-opinjoni tiegħu l-Awtorita' tax-Xandir għandu jkollha tmexxija diretta - jew kliem simili - fuq il-PBS, waqt li l- istazzjonijiet privati li jkunu qegħdin ixandru bit-televiżjoni għandhom jiġu regolati bl-istess mod kif inhuma regolati il-gazzetti, jiġifieri tispiċċa l-idea jew il-prinċipju ta' bilanċ u mparzjalita' rikjesta llum mill-Kostituzzjoni.", "Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru jekk il-Gvern huwiex se jimxi fuq din il-politika u jekk iva, huwiex fil-fażi li qed jiddraftja xi emendi għal-liġijiet, inkluża l-Kostituzzjoni, u jekk hu hekk allura meta jaħseb li jkun f'pożizzjoni li jippreżentahom.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant li bi kliemu stess qisu qed jagħti verament apprezzament tad-dinamiżmu li għandu dan il- Gvern għaliex diġa' qiegħed jistenna li fl-ewwel sitt xhur ta' dan il-Gvern ċerti affarijiet li huma mwiegħda fil-manifest elettorali jkunu twettqu u twettqu bil-kbir.", "Iva, nikkonfermalu li se jitwettqu l-ideat li għandna fil-manifest elettorali u fil-politika ġdida Laburista u se jitwettqu mhux eżattament fit-termini li tkellem dwarhom hu għax fl-idea tiegħi huma termini ftit tal-karrotti u l-pastard.", "L-idea tagħna hija ħafna aktar sensittiva u fundamentali milli qal hu u tmur fil-qalba ta' l-għażliet li saru f'dan il-pajjiż fl-aħħar snin dwar il-pluraliżmu fix-xandir.", "F'dan il-pajjiż kien hemm dibattitu kbir dwar il-pluraliżmu fix-xandir.", "Kien hemm żmien fejn il-Partit Laburista kien jemmen li l-pluraliżmu fix- xandir kellu jkun fi ħdan ta' sitwazzjoni, biex ngħid hekk, monopolista tax- xandir li tkun regolata u mmexxija mill-Istat u fi ħdan it-tmexxija statali monopolistika jkun hemm imbagħad ir-regoli kollha li huma ammessi f'demokrazija moderna biex ikun hemm pluraliżmu fi ħdan dik is-sistema.", "Id- dibattitu sar, il-voti ttieħdu f'dan il-Parlament u l-mudell li ġie adottat f'dan il-pajjiż għal pluraliżmu fix-xandir fl-1992 kien li għandu jkun hemm żvilupp kummerċjali tax-xandir kemm fuq ir-radju u anke evantwalment, by implication, fil-qasam tax-xandir televiżiv.", "Allura la ttieħdet dik it- triq naħseb li jkun inutli li wieħed joqgħod jerġa' jaqla' kontroversji antiki.", "Il-Partit Laburista aċċetta dik is-sitwazzjoni imma mbagħad qal li għandna nwassluha għas-sitwazzjoni loġika tagħha.", "Is-sitwazzjoni loġika tagħha hija dik li wieħed jgħid li fil-qasam tax- xandir bir-radju u bit-televiżjoni m'għadx baqa' spazju biex noqogħdu ngħidu li għandna noħolqu mudelli monopolistiċi ta' kif titmexxa sitwazzjoni pluralistika u għandna nħarsu lejn il-qasam tal-media - kif diġa' jeżisti fil-qasam ta' l-istampa - biex noħolqu viżjoni ġdida ta' kif is-sitwazzjoni tax-xandir għandha tiġi regolata f'dan il-pajjiż, jiġifieri fil-qasam tar-radju u tat-televiżjoni fejn għandu jkollna - u għandna - preżenza privata mifruxa.", "Għandha tibqa' l-preżenza tax-xandir ta' l-Istat imma din m'għandhiex tibqa' qisha f'forma monopolistika tax-xandir.", "Allura l-mudell li qed immexxu 'l quddiem u li se nkunu qed niżviluppaw fiż- żmien li ġej huwa li waqt li fil-qasam tax-xandir privat, kemm tar-radju u kemm tat-televiżjoni, ma jkunx hemm il-mudell li bih wieħed jirregola u jikkontrolla l-preżentazzjoni ta' veduti u aħbarijiet u li għandu jservi l- mudell ta' kif jiġi regolat il-qasam ta' l-istampa miktuba ...", "U x'inhuma l-affarijiet li jirregolaw il-qasam ta' l-istampa miktuba?", "L-affarijiet li jirregolaw dan il-qasam huma l-liġijiet ta' l-istampa li jiċċensuraw u jirregolaw affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' malafama, skorrettezza ta' ċertu tip, eċċ., eċċ. Allura aħna nħossu li fil-qasam tax-xandir privat għandhom ikunu dawk it-tip ta' proċeduri legali li japplikaw.", "Fil-qasam tax-xandir statali - li jibqa' jkun hemm biex jassigura li jkun hemm emanazzjoni nazzjonali fix-xandir tar-radju u tat-televiżjoni - il- mudell ikun dak tal-British Broadcasting Corporation fejn l-Awtorita' tax- Xandir issir hi allura l-bord li jmexxi x-xandir ta' l-Istat.", "Din hija xi ħaġa li effettivament diġa' hija kkontemplata fil-Kostituzzjoni li tgħid li l-Awtorita' tax-Xandir għandha tmexxi x-xandir statali, jew hi direttament jew permezz ta' arranġament kuntrattwali.", "F'dawn l-aħħar snin, mill-1964 'l hawn - jekk mhux iktar 'il bogħod - l-Awtorita' tax-Xandir ħadmet bil- mod kuntrattwali.", "Is-suġġeriment tagħna allura hu li effettivament l- Awtorita' tax-Xandir b'mod dirett issir hi l-bord li jirregola u li jkollu l-guidance, il-kontroll u r-regolamentazzjoni fuq ix-xandir statali li jkollu allura vokazzjoni nazzjonali f'dan is-sens.", "Dan huwa fuq livell ta' direzzjoni strateġika għaliex imbagħad irid ikun hemm bord ta' management li jkun taħt l-Awtorita' tax-Xandir, liema bord ikun immexxi fuq bażi maniġerjali professjonali u jkun ukoll jirrispondi għall-ħtiġijiet professjonali tal-mexxejja, tad-direġenti u tax-xandara fi ħdan is-sistema statali.", "Barra minn din l-istruttura jkun hemm ukoll struttura li fiha kumitat magħżul ta' dan il-Parlament ikollu l-funzjoni li jisma', jirregola, jiddiskuti u jagħti l-opinjonijiet tiegħu fuq il-qasam tax-xandir f'Malta, kemm dak privat kif ukoll dak statali, kif jiġri f'kumitati magħżula f'pajjiżi u f'demokraziji barranin.", "Dan huwa l-qafas li pproponejna fil- politika ġdida Laburista u fiż-żmien li ġej se jkun hemm white paper li tippreżenta dawn l-ideat u aktar 'il quddiem ikun hemm ukoll leġislazzjoni li titressaq quddiem din il-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Brincat.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 46 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Estensjoni ta' Applikazzjoni rigward Drittijiet ta' l-Awtur; u", "Avviż Legali Nru 47 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l- Applikazzjoni ta' Ċerti Dispożizzjonijiet dwar il-Proprjeta' Industrijali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport \"Special Examination Arrangements: Regulations and Guidelines\" maħruġ f'April 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 48 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar l- Importazzjoni ta' Flieles tat-Tjur u Bajd għat-Tifqis.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "STQARRIJA MINISTERJALI", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-istruttura ta' l-edukazzjoni għad għandna nuqqasijiet serji fil-kwalita' ta' servizz li qed nagħtu lill-persuni b'diżabilita'.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-eżamijiet nistgħu ngħidu li sal-lum dawn l-individwi jiddependu mill-ħniena ta' l-individwu jew mill- pressjoni li jagħmlu xi ġenituri biex uliedhom jingħataw xi għajnuna x'ħin jiġu biex jagħmlu l-eżamijiet.", "Sal-lum dawn l-istudenti b'diżabilita' għadhom iħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjonijiet kif ukoll individwi li jagħmluhielhom ferm diffiċli li jkomplu mexjin fl-iżvilupp edukattiv tagħhom.", "Jidhirli li meta ninsabu lejliet millenju ġdid aħna diġa' qegħdin tard biex inġibu ruħna kif jixraq fl-għajnuna tagħna għall-istudenti b'diżabilita'.", "Għal dan il-għan sejjaħt laqgħa fit-30 ta' Jannar, 1997 biex niddiskutu l-aċċessibilita' fiżika kif ukoll loġistika għall-eżamijiet minn persuni b'diżabilita'.", "F'din il-laqgħa nħasset il-ħtieġa ta' regolamenti u linji ta' gwidi ċara li bihom kemm l-istudenti b'diżabilita' kif ukoll l-għalliema u l- eżaminaturi jkunu jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom fil-każ ta' l- eżamijiet.", "Ġie nnotat wkoll li filwaqt li l-bordijiet ta' l-eżamijiet ta' l-Universitajiet ta' Oxford u Londra kellhom regolamenti ppubblikati u miġjubin għall-attenzjoni tal-kandidati, fil-każ ta' l-eżamijiet tal-Matsec ta' l-Universita' ta' Malta kienu jeżistu xi regolamenti approvati mis- Senat iżda li ma sarux magħrufa għall-pubbliku.", "Minħabba f'hekk il- kandidati b'diżabilita' ma kellhom l-ebda ħjiel ta' x'inhuma d-drittijiet tagħhom meta jersqu għall-eżamijiet immexxija mill-Universita' ta' Malta.", "Biex tiġi msewwija sitwazzjoni kerha bħal din ħtart kumitat ta' tmienja min- nies li kellu jfassal regolamenti u linja ta' gwida għall-arranġamenti speċjali fl-eżamijiet ta' kandidati b'diżabilita'.", "Il-membri tal-kumitat ġew magħżula minn oqsma differenti taħt ic- chairmanship tas-Sur Joe Camilleri li huwa wkoll ic-chairman tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Is-segretarju kien is-Sur Mario Briffa, għalliem fi skola tal-Knisja, u l-membri l-oħra kienu Joe Buhagiar mill-bord ta' l-eżamijiet pubbliċi, Joe Caruana, principal officer mill-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, Christine Firman mill-qasam ta' l- edukazzjoni speċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, Alex Saliba li huwa Assistent personali tiegħi u Philip Stilon li huwa rrappreżentat tal-Malta Union of Teachers u għalliem ta' persuni nieqsa mis-smiegħ.", "Nixtieq nirringrazzja lil kull membru ta' dan il-kumitat għall-ħidma siewja li wettaq u għall-mod kif għaraf jikkonsulta ma' dawk kollha li għandhom sehem u interess fl-edukazzjoni sħiħa ta' persuni b'diżabilita'.", "Jiddispjaċini li rappreżentant tal-Matsec qatt ma ħa fis-sehem fix-xogħol tal-kumitat.", "Ir-rakkmandazzjonijiet ta' dan il-kumitat huma aċċettabbli u ta' min isegwihom sakemm jarahom imwettqa fil-prattika.", "Issa dawn ir-regolamenti l- ġodda se naqilbuhom għall-Malti u nippreżentawhom b'mod li jinftiehem minn kulħadd biex kulħadd ikun jaf xi drittijiet għandu.", "Illum stess tlabt lill- kumitat ifassal pjan ta' azzjoni biex r-rakkmandazzjonijiet li għamel jitwettqu.", "L-ewwel bidla għandha tkun fil-mentalita'.", "Irridu naraw ukoll kif dawn ir-regolamenti jiġu nfurzati bil-liġi.", "Jeħtieġ li lkoll nifhmu li dawn ir-regolamenti mhumiex xi konċessjonijiet mogħtija għall-konvenzjenza ta' xi studenti b'diżabilita' iżda bżonn urġenti biex l-istudenti b'diżabilita' jkollhom l-istess opportunitajiet ta' edukazzjoni daqs sħabhom l-oħra.", "Dan m'huwiex ħlief dritt fundamentali tagħhom.", "Dan li qed nagħmlu llum għadu biss l-ewwel pass.", "Kif irrakmanda l-kumitat stess hemm bżonn urġenti ta' eżami ġenerali u dettaljat tas-sitwazzjoni preżenti fl- edukazzjoni għall-persuni b'diżabilita' biex nagħmlu t-titjib meħtieġa f'dan il-qasam.", "MADAM SPEAKER: Hawn mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Qed nieħu pjaċir li l-Ministru ħa din il-materja b'ħafna serjeta'.", "Nixtieq nistaqsi jekk dan ir-rapport jew dan il-kumitat huwiex biss għall-istudenti li se jidħlu l-Universita' jew inkella għal kullimkien, bħal ngħidu aħna s-sixth form.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax din l-inizjattiva, li ta' min ifaħħarha, donnha qed tirriferi biss għal dawk l-istudenti li jmorru l-Universita'.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk il-kelma \"diżabilita'\" hijiex qed tinkludi kwalunkwe diżabilita'.", "Allura se jintużaw diversi visual aids jew xi sistemi elettroniċi?", "Jekk inhu hekk, l-Universita' jew skejjel oħra għandhom dan l-apparat sabiex dawn l-istudenti ma jħossuhomx emarġinati?", "Nixtieq inkun naf ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet minn persuni b'diżabilita' biex jidħlu l-Universita' u jekk l-Universita' ta' Malta rċevietx ir-rapport ta' Oxford University.", "Jekk iva, dan għaliex ma tpoġġiex fil-prattika?", "MADAM SPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: GĦar-rigward ta' l-aħħar paragrafu tar-rapport fejn ġie rrakkmandat mill-kumitat stess li hemm bżonn urġenti ta' eżami ġenerali u dettaljat tas-sitwazzjoni preżenti, nixtieq nistaqsi lill- Ministru jekk hux se jkun hemm qbil fuq time-frame ma' dan il-kumitat jew ma' xi kumitat ieħor għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-azzjoni l-oħra li hemm bżonn li tittieħed.", "MADAM SPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, nixtieq nassoċja ruħi ma' dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici, jiġifieri li din hija inizjattiva lodevoli u ċertament kemm din in-naħa u kemm in-naħa l-oħra tal- Kamra ma tħarisx lejn dawn l-affarijiet mil-lenti politika imma tħares lejhom bħala affarijiet li jirrigwardaw lill-umanita' u lid-drittijiet ta' nies żvantaġġati.", "GĦalhekk ċertament din in-naħa taqbel mal-Ministru li kompla jibni fuq il-ħidma li għamlu ż-żewġ partiti f'dan il-qasam, liema ħidma qed iġġib dejjem iktar 'il quddiem id-drittijiet tal-persuni b'diżabilita'.", "Xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex qed jikkontempla xi miżura li tagħmilha obbligatorja fuq kulmin jagħmel eżami - kemm jekk dan ikun ta' l- Universita' ta' Malta, tal-MATSEC, kif ukoll jekk ikun ta' xi bord ieħor - biex ma' l-identity card jew ma' l-irċevuta jibagħtu wkoll dawn ir- regolamenti biex b'dan il-mod niżguraw li kull student jiġi a konjizzjoni tagħhom.", "MADAM SPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar mistoqsijiet nitlob lill-Ministru Bartolo biex iwieġeb.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, nibda bl-aħħar domanda.", "Fil-fatt hekk se jsir għax biex inwettqu din l-inizjattiva bis-serjeta' rridu naraw li dan id-dokument ma jibqax biċċa karta mejta bi kliem sabiħ fuqha.", "Hemm bżonn li n-nies tkun taf xi drittijiet għandha.", "Hawn ta' min jgħid li dawn ir-regolamenti se jkunu jgħoddu għall-eżamijiet kollha li jsiru f'Malta, jiġifieri mill-eżamijiet tal-Junior Lyceum sa l-eżamijiet organizzati mill- Universita'.", "Qed nagħmlu enfasi għall-eżamijiet organizzati mill- Universita' minħabba li llum, il-bord tal-MATSEC, li huwa regolat mill- Universita', huwa l-bord li qed jorganizza l-eżamijiet ta' eluf ta' studenti fil-livell sekondarju u post-sekondarju.", "GĦalhekk dawn il-gwidi ma jgħoddux biss għal min ikun se jidħol l-Universita' imma għal kull livell edukattiv.", "Madam Speaker, ħaġa li rrid ngħid u li għamilt aċċenn għaliha b'mod pulit fl-istqarrija - għalkemm wieħed ma jkunx jixtieq ikun daqshekk pulit meta jirrimarka serjament fuq ħaġa bħal din - hi li l-aktar bord li messu ħa sehem f'din l-inizjattiva, peress li għandu sehem dominanti fis-sistema ta' l-eżamijiet preżenti, huwa l-inqas wieħed li ħa sehem.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-Bord tal-MATSEC fl-Universita'.", "Jiddispjaċini ngħid li minkejja li kien mistieden biex jieħu sehem l-ebda rappreżentant minn dan il-bord qatt ma attenda biex jagħti sehmu fix-xogħol tal-kumitat.", "Din hija gravi.", "L-Onor.", "Bonnici għamel rimarka fuq jekk kienx hemm xi regolamenti li ma sarux pubbliċi.", "Waqt li l-eżamijiet regolati mill-Bord ta' l-Universita' ta' Oxford u ta' Londra kienu jkunu pubbliċi, kienu jkunu jafu x'għajnuna jista' jkollhom, fil-każ tal-Matsec kien hemm xi regolamenti li għaddew mis- Senat ta' l-Universita', imma lil dawn kull meta titlobhom qatt ma jagħmluhom pubbliċi.", "Qishom xi misteru jew xi sigriet ta' l-oraklu!", "Ma kenux jafu bihom u jekk tistaqsi għalihom ma kenux jgħiduhomlok.", "Għalhekk huwa mportanti li dawn ir-regolamenti jkunu pubbliċi.", "Jien ngħid li għandhom jiġu nforzati b'liġi biex ma nibqgħux niddependu mill-kapriċċi personali ta' min ikun f'kariga li jista' jagħmel ħafna ġid u jista' jagħmel ukoll ħafna ħsara.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, dawk jagħmlu li jridu bihom.", "Aħna dawn se nagħmlu pubbliċi, għax żgur li dawn huma aktar komprensivi minn dawk li kien hemm tal-Matsec.", "Jiġifieri dawn se jsiru pubbliċi u se ninforzawhom b'liġi.", "Issemma l-punt li hemm bżonn intejbu - u żgur hemm ħafna u ħafna x'intejbu - il-kwalita' ta' servizz edukattiv li qed nagħtu lil persuni b'diżabilita'.", "Dwar dan hemm ħafna xogħol x'isir.", "Irid isir xogħol fuq l- iskejjel speċjali u fuq it-tfal bi bżonnijiet speċjali li qegħdin jingħataw edukazzjoni fl-iskejjel hekk imsejħa regolari.", "Hemm diġa' gruppi differenti li qed jaħdmu u għadu kmieni wisq biex naraw meta se jagħtuna riżultati.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-22 ta' April 1997", "Klawsola 2 - Tifsir.", "(Kont.)", "Clause 2 - Interpretation.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, il-bieraħ kont qed ngħid li fid- definizzjoni ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\" il-kliem \"kontroll effettiv\", fit- test Malti, ma jaqbilx perfettament mal-kliem tat-test Ingliż.", "Għaldaqstant qiegħed inressaq din l-emenda:-", "\"C\" Minflok il-kliem \"kontroll effettiv jew kellhom kontroll effettiv bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1995 jew li fuqhom\" fit- test Malti ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\" fil-klawsola 2, għandhom jidħlu l-kliem \"sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew kellhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1995 jew li fuqhom\".", "\"C\" For the words \"kontroll effettiv jew kellhom kontroll effettiv bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1995, jew li fuqhom\" in the Maltese text of \"korp imwaqqaf b'liġi\" in clause 2, there shall be substituted the words \"sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew kellhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1995 jew li fuqhom\".", "B'hekk dak li fit-test Ingliż huwa definit bħala \"controlling interest\" u \"effective control\" - fid-definizzjoni ta' \"statutory body\" - jiġi definit iktar ċar fit-test Malti.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi emenda \"C\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"C\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Austin Gatt għan-nom ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"B\" m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"A\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Clause 3 - Tribunal for the Investigation of Injustices.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, klawsola 3 tistabilixxi t-twaqqif tat-tribunal, tikkwalifika min ikun jista' joqgħod fuq dan it-tribunal u tagħti s-sigurta' neċessarja biex il-president tat-tribunal ikollu s- sigurta' tal-pożizzjoni tiegħu sanċita u protetta bil-liġi.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-president ta' dan it-tribunal ikun maħtur mill-President ta' Malta u jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru.", "Ċertament li hawnhekk qegħdin insegwu l-prassi li hemm fil-Kostituzzjoni ta' Malta meta jkun hemm ħatra ta' imħallef fil-qorti.", "Fil-fatt Artiklu 96 tal-Kostituzzjoni jgħid ċar u tond:", "\"L-Imħallfin tal-Qrati Superjuri għandhom jiġu maħtura mill-President li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru.\"", "Għaldaqstant meta aħna qegħdin nimxu fuq il-kriterji stabiliti mill- Kostituzzjoni ma narax ġustifikazzjoni għall-emenda li nifhem li se titressaq mill-Oppożizzjoni", "F'subklawsola 3 (2) qegħdin ngħidu wkoll li:", "\"Il-president għandu jkun persuna li tokkupa, jew kienet tokkupa l- kariga ta' mħallef jew ta' maġistrat f'Malta jew li tkun eżerċitat bħala avukat f'Malta għal perijodi li b'kollox ma jkunux jammontaw għal inqas minn tnax-il sena.\".", "Dan ifisser li l-president ta' dan it-tribunal trid tkun persuna li jew ipprattikat bħala avukat għal mhux inqas minn 12-il sena jew tkun tokkupa jew kienet tokkupa l-kariga ta' imħallef jew maġistrat.", "Kif diġa' għidt, dan juri l-importanza li l-Gvern irid jagħti lil din il-pożizzjoni.", "Pero', sabiex neliminaw kwalunkwe element ta' konflitt ta' interess, qegħdin ngħidu wkoll li min jaċċetta li jkun president ta' dan it-tribunal irid jitlaq il-prattika privata tiegħu.", "Din hija l-istess ħaġa li tipprevali fil-każ tal-ġudikatura jew tal-maġistrati u sabiex nevitaw li jkun hemm kwalunkwe konflitt ta' interess u sabiex it-tribunal ikun jista' jaħdem b'mod espedjenti qegħdin ngħidu li min jaċċetta li jieħu din il-kariga jrid jitlaq il-professjoni tiegħu għallinqas għal dak il-perijodu li jkun qed jippresjedi dan it-tribunal.", "GĦal dan il-għan ukoll qegħdin ngħidu li s- salarju li l-president jirċievi huwa l-istess li jkollu mħallef fil-qrati superjuri.", "Suklawsola (3) ta' klawsola 3 tiddefinixxi min huwa kwalifikat sabiex jinħatar president tat-tribunal.", "Dwar dik li hija s-sigurta' tal-pożizzjoni ta' l-istess president - sabiex nassiguraw li jkun hemm indipendenza assoluta minn kwalunkwe influwenza politika jew influwenza oħra, li huwa element essenzjali fit- twaqqif tat-tribunali - qegħdin nipproponu din l-emenda għal subklawsola (5) ta' klawsola 3:", "\"(5) (a) Il-president tat-Tribunal ma għandux jitneħħa mill-kariga tiegħu ħlief mill-President ta' Malta wara indirizz mill-Kamra tad- Deputati li jkollu favur tiegħu l-vot ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri tagħha u li jitlob għal dik it-tneħħija minħabba inkapaċita' ippruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk għal mard korporali jew mentali jew għal xi raġuni oħra) jew imġieba ħażina ippruvata:", "Iżda meta l-president tat-Tribunal ikun imħallef jew maġistrat, huwa ma jibqax iktar president tat-Tribunal hekk kif huwa jtemm milli jkun imħallef jew maġistrat.", "(b) Id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 dwar Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, (Att Nru XI ta' l-1994) għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għal mozzjoni bħal dik imsemmija fil- paragrafu (a) ta' dan l-artikolu l-istess bħalma japplikaw għal mozzjoni li ssir skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 97 tal- Kostituzzjoni.\".", "For subclause (5) of clause 3 there shall be substituted the following:", "\"(5) (a) The president of the Tribunal shall not be removed from his office except by the President of Malta upon an address by the House of Representatives supported by the votes of not less than two-thirds of all the members thereof and praying for such removal on the ground of proved inability to perform the functions of his office (whether arising from infirmity of body or mind or any other cause) or proved misbehaviour:", "Provided that where the president of the Tribunal is a judge or a magistrate, he shall cease to be a president of the Tribunal on his ceasing to be a judge or a magistrate.", "(b) The provisions of the Commission for the Administration of Justice Act, 1994, (Act No XI of 1994) shall apply, mutatis mutandis, to a motion as is referred to in paragraph (a) hereof as it applies to a motion under subsection (2) of section 97 of the Constitution.\".", "Allura biex iktar inkunu ċari fl-intenzjoni tal-Gvern li jassigura indipendenza sħiħa, Mr Chairman, qed ngħidu li anke hawnhekk qed napplikaw dan l-artiklu tal-Kostituzzjoni.", "Ċertament li lill-ġudikatura trid tagħtiha protezzjoni partikolari.", "Hekk għandu jkun f'soċjeta' demokratika biex tassigura l-independenza mill-Eżekuttiv.", "Qed ngħidu hawnhekk li biex jitneħħa l-president ta' dan it-tribunal qed inqabblu l-istess kriterji li tistabilixxi l-Kostituzzjoni għall-membri tal-ġudikatura.", "Artiklu 97 (2) tal-Kostituzzjoni jgħid hekk:", "\"Imħallef tal-Qrati Superjuri ma għandux jitneħħa mill-kariga tiegħu ħlief mill-President wara indirizz mill-Kamra tad-Deputati li jkollu favur tiegħu l-vot ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-Membri tagħha u li jitlob għal dik it-tneħħija minħabba inkapaċita' pprovata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu.", "Once li jkun maħtur il-president, imbagħad huwa biss bi qbil - jew kważi - taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra li jkun hemm l-ewwel pass għat-tneħħija tiegħu.", "Qed ngħid li jkun hemm \"l-ewwel pass\" għax, kif jiġri wkoll fil- każ ta' imħallef jew maġistrat, hawn jidħol ukoll l-involviment tal- Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Tajjeb li ngħidu f'dan ir- rigward xi tgħid din il-liġi in partikolari.", "Subartiklu 9 (1) ta' din il- liġi jgħid li:", "\"Meta jingħata avviż fil-Kamra tad-Deputati dwar mozzjoni għall-għemil ta' indirizz lill-President kif imsemmi fis-subartiklu (2) ta' artiklu 97 tal-Kostituzzjoni, l-iSpeaker għandu, mingħajr ma jippermetti li din tingħata xi pubbliċita, jżomm il-mozzjoni pendenti, u għandu jirriferiha lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.\".", "Jiġifieri wara li anke l-Parlament ikun għamel din il-mozzjoni jrid jirriferiha lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li tagħmel il-konsiderazzjonijiet tagħha in camera biex tara jekk hemmx grounds ġustifikati.", "Jiġifieri l-kriterji kollha stabiliti u aċċettati kemm fil-Kostituzzjoni u anke meta kienet għaddiet din il-liġi, u l-istrutturi li hemm fil-Kummissjoni għall-Aministrazzjoni tal-Ġustizzja qegħdin japplikaw hawnhekk għall-president ta' dan it-tribunal.", "Fid-dawl ta' din l-emenda, li tiċċara b'mod hekk trasparenti s-sigurta' li se jkollu l-president ta' dan it-tribunal, ma nifhimx l-emendi li qed jiġu proposti min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Nemmen ukoll li forsi kien hemm dan l-istess spirtu fl-emendi u għaldaqstant naħseb li din l-emenda, kif inhi magħmula min-naħa tal-Gvern, tagħti l-protezzjoni mill-aktar assoluta f'dan ir-rigward.", "Fl-istess waqt qegħdin ngħidu wkoll li anke meta l-president tat-tribunal għal żmien temporanju ma jkunx jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu, ikun hemm president temporanju tat-Tribunal.", "Sakemm dan ikun qiegħed jaħdem fil- kariga ta' president tat-tribunal, l-istess protezzjoni u drittijiet japplikaw.", "Mr Chairman, dan kollu qed nispjegah fid-dettall biex nuri b'liema mod l- indipendenza tal-president tat-tribunal qed tiġi sanċita mil-liġi.", "Il- ħsieb huwa illi ma jkun hemm l-ebda dell ta' influwenza bl-ebda mod fuq il- president ta' dan it-tribunal.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, kif qal tajjeb il-Ministru, din il- klawsola tikkonċerna t-twaqqif tat-tribunal u l-metodu kif se jaħdem.", "Bħal kull tribunal irid il-persuni biex iħaddmuh u din il-klawsola tipprovdi għall-metodu kif it-tribunal li se jinvestiga dawn l-allegati inġustizzji se jkun ifformat.", "Din in-naħa naqblu ma' l-intenzjoni tal-Ministru illi t- tribunal mhux biss ikun, imma jidher li jkun, indipendenti, pero' waqt it- Tieni Qari diġa' qajjimna xi problemi li l-liġi tippreżenta fil-mod kif kienet imressqa.", "Jiddispjaċina nikkonstataw illi wħud minn dawn il-problemi għadhom hemmhekk illum.", "L-emenda ta' l-Oppożizzjoni hija spirata mill- kummenti li aħna għamilna fit-Tieni Qari, waqt li l-emenda li ressqet il- bieraħ in-naħa tal-Gvern tolqot biss parti mill-problema li aħna ressaqna.", "Kif qal il-Ministru, it-tribunal fir-realta' se jkun ifformat minn persuna waħda, minn president.", "L-idea probabbilment hi li persuna waħda forsi tista' tgħaġġel aktar u għalkemm hemm l-idea illi tkellimna dejjem fuq imħallef jew maġistrat eżerċenti jew irtirat, fir-realta' qed nikkontemplaw ukoll li jista' jinħatar avukat illi jkollu numru ta' snin ta' esperjenza illi jikkwalifikawh biex ikun imħallef skond il- Kostituzzjoni tagħna.", "Jiġifieri bażikament hawn qed nitkellmu fuq persuna b'background legali illi tiġi nominata mill-Prim Ministru.", "Għalkemm il- kariga tingħata mill-President ta' Malta, f'wieħed mis-subinċiżi hemm li l- President jaħtar persuna billi jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru.", "Fi kliem sempliċi, huwa l-Prim Ministru li se jiddeċiedi min se tkun din il- persuna u allura nibdew bil-problemi.", "Din in-naħa ħadna l-briga li naqraw id-diffikultajiet li kienet qajmet l- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien meta saret il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji u waħda minnhom kienet proprju li f'każijiet bħal dawn, f'każijiet li politikament forsi jistgħu jissejħu sensittivi, ma jkunx għaqli li persuna tiġi nominata mill-Prim Ministru għax dan għandu ċertu interess politiku u allura forsi jista' jħalli s- sentiment politiku tiegħu jiġri bih; u anke jekk hu jkun ċert li dan ma ġarax, jekk isiru ċertu nomini jista' jidher li aġixxa b'mod partiġjan aktar milli aġixxa bħala prim ministru tal-pajjiż kollu.", "Din in-naħa tal- Kamra qegħdin nargumentaw kontra li jkun hemm in-nomina tal-Prim Ministru mhux biss għal dawn ir-raġunjiet imma wkoll għax rajna kif aġixxa l-Prim Ministru - u anke ministri oħra - f'numru ta' ħatriet ta' bordijiet, speċjalment fejn kellna ħatriet ta' avukati.", "Hawn qed nitkellmu fuq l- avukati u allura bilfors ikolli nsemmihom.", "Per eżempju, llum ġiet f'idejja risposta għal domanda parlamentari li kienet tittratta dwar is-seba' avukati ġodda tal-Lohombus - naf li m'għandux x'jaqsam il-Ministru, pero' d-diskors huwa attinenti - li kollha huma attivisti kbar fil-Partit Laburista, tibda mid-deputat kap, Dr. Pawlu Lia, u tkompli bil-kandidati l-oħra.", "Allura jekk mill-esperjenza diġa' qed naraw li kull kandidat tal-Partit Laburista bażikament diġa' ħa xi kariga x'imkien, jekk it-tribunal se jiġi trattat b'dan l-istess mod ma jidhrilniex li dan huwa mod għaqli kif wieħed għandu jimxi.", "Għalhekk aħna jidhrilna li jekk irridu nagħtu sinjal ta' indipendenza assoluta ma nistgħux nitilqu mill-pożizzjoni fejn in-nomina ta' dan it-tribunal tkun f'idejn persuna li, għalkemm tkun prim ministru, fundamentalment tkun persuna politika.", "Allura din in-naħa temmen li jekk veru qed infittxu l- indipendenza, jekk veru rridu nibagħtu l-messaġġ li dan it-tribunal se jkun fuq kulħadd u li dak kollu li se jagħmel mhux se jkun kontrollat jew kontrollabbli mill-Gvern, nipproponu li n-nomina ssir mill-President ta' Malta billi jaġixxi b'mod awtonomu għal kollox u mhux fuq il-parir tal-Prim Ministru.", "Aħna nsostnu li, fil-kumpless sħiħ ta' kif inhi ppreżentata mill-Gvern, din il-liġi titlaq biex tiddistingwi bejn ċittadini Maltin li huma fuq l- istess livell f'liġi antecedent.", "Meta ngħid \"fil-kumpless sħiħ\" infisser dawk l-argumenti li ġibna 'l quddiem il-bieraħ fejn qed insostnu, bil-provi quddiemna, li din hija liġi li tiddistingwi.", "Diġa' hija liġi diskriminatorja kontra wħud.", "Diġa' hija liġi li tagħżel bejn individwi u individwi li għandhom kumpanniji; bejn individwi u assoċjazzjonijiet li fosthom hemm kumpanniji; bejn min sofra inġustizzja wara l-1987 u m'għamilx ilment u min sofra inġustizzja qabel l-1987 u wkoll ma għamilx ilment.", "Ta' l-ewwel jista' jirrikorri għand it-tribunal u tat-tieni ma jistax.", "Din titlaq biex tiddistingwi bejn ċittadini Maltin li huma fuq l-istess livell u li kienu fuq l-istess livell f'liġi ta' qabel.", "Issa ma nistgħux inżidu d- doża u ngħidu li n-nomina tal-persuna li se tifforma dan it-tribunal - għax fir-realta' se tifforma mhux tippresjedi - se tkun f'idejn persuna politika bħalma hu l-Prim Ministru.", "U għalhekk l-ewwel suġġeriment ta' din in-naħa huwa proprju li għandna naqblu li nneħħu l-poter lill-Prim Ministru li jinnomina u nħallu dan il-poter b'mod awtonomu f'idejn il-President ta' Malta.", "It-tieni oġġezzjoni li għandna għal din il-klawsola tirrigwarda l-avukati eżerċenti. |l-liġi qiegħda tipprovdi - din aċċenna għaliha l-Ministru fil- preżentazzjoni tiegħu - li avukat li jkun ilu 12-il sena jipprattika jista' jiġi nominat president tat-tribunal.", "Pero' ladarba jiġi nominat huwa obbligat li għat-terminu li jservi bħala president - it-terminu tat- tribunal normali huwa ta' erba' snin u jista' jiġi estiż - għandu jitlaq il- professjoni tiegħu.", "Fl-istadju tat-Tieni Qari aħna oġġezzjonajna għal dan il-provvediment l-ewwel u qabel kollox fuq livell ta' prinċipju.", "Għidna: Kif tista' tippretendi li min naħa tgħid li trid tribunal li l-Gvern m'għandux poter fuqu u trid tribunal totalment indipendenti, imbagħad toħloq kondizzjoni fejn proprju lil min se tinnomina - jekk se tinnomina minn fost l-avukati - se tagħmlu f'pożizzjoni fejn se jsir aktar dipendenti?", "Għaliex waqt li f'dawn l-erba' snin l-income tiegħu se jkun assigurat, speċjalment bl-emenda li ġiet ippreżentata issa min-naħa tal- Gvern, huwa ovvju li jrid jara x'se jagħmel wara.", "Naħseb li l-esperjenza komuni ta' din in-naħa, li issa qiegħda fl-Oppożizzjoni, u ta' diversi nies oħra li kienu fil-kamp tal-Gvern u għaddew fl-Oppożizzjoni, hi li ladarba titlaq il-professjoni mhux faċli terġa' taqbad tipprattikaha imma trid perijodu ta' snin biex terġa' tibda teżerċita u taqbad sew il-professjoni tiegħek.", "Allura jekk se tinnomina avukat bħala president tat-tribunal - veru li waqt dawk l-erba' snin għandu salarju garantit pero' hu jaf li wara l-erba' snin m'huwiex possibbli aktar għalih li jeżerċita l-professjoni tiegħu ta' avukat - aħna minn dan il-lat narawha ċertament bħala possibbilta' - ma rridx ngħid ċertezza - ta' iktar influwenza.", "Tista' tkun persuna iktar akkomodanti għall-gvern tal-gurnata jew li tkun taħseb skond kif il-gvern tal-ġurnata jkun jixtieqha .", "Il-fatt li tinnomina persuna u fl-istess ħin tneħħilha l-unika possibbilta' ta' indipendenza vera li għandha huwa metodu kif fir-realta' tirrendiha inqas indipendenti.", "Ara fil- każ ta' l-imħallef m'għandekx l-istess problema għax, jekk twaqqaf maġistrat jew imħallef eżerċenti, dan jaf li wara li jispiċċa l-perijodu tat-tribunal se jerġa' jmur jaħdem il-qorti u jieħu s-salarju normali tiegħu.", "Jiġifieri din il-persuna taf li wara se tkompli x-xogħol tagħha.", "Pero' jekk lill-avukat tneħħilu l-professjoni tiegħu u tgħidlu li ma jistax jeżerċita għal perijodu limitat dan bilfors se jħoss ruħu disadvantaged u jkun irid jara x'se jagħmel wara li jispiċċa l-perijodu tat-tribunal.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti li ma nikkreawx sistemi li involontarjament jirrendu lill-persuna li tiġi magħżula ħafna iktar dipendenti fuq il-gvern bil-konsegwenza li din tibda taġixxi skond kif il- gvern ikun jixtieqha taġixxi u mhux b'mod indipendenti.", "Sur President, fil-preżentazzjoni tiegħu l-Ministru qal li din il- klawsola ddaħħlet għal żewġ raġunijiet, fosthom minħabba konflitt ta' interess.", "Bir-rispett kollu lejn il-Ministru, jien naħseb li jekk se nsibu avukat li ilu jeżerċita 12-il sena dan ikun jaf kif iġib ruħu f'każ ta' konflitt ta' interess.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ikun jaf li f'konflitt ta' interess ma għandux imiss il-każ u faċilment jista' jastjeni, biex ma nsemmux ukoll il-fatt li dan jista' jkollu konflitt ta' interess anke jekk ma jkunx qed jeżerċita l-professjoni minħabba li jista' jkun ta parir fuq il-każ meta kien għadu qed jeżerċita.", "Per eżempju, jista' jkun hemm każ fejn l-individwu jkun klijent tiegħu u minħabba din ir-raġuni dan iħoss li ma għandux jittratta l-każ tiegħu.", "GĦalhekk jien naħseb li billi nagħmlu lill-avukat fulltime m'aħniex se naqtgħu l-possibbilta' ta' konflitt ta' interess.", "Sur President, il-Ministru qal ukoll li t-tieni raġuni li għaliha ddaħħlet din il-klawsola kienet li minħabba li l-avukat jibda jeżerċita fulltime ikun hemm ċertu speditezza fil-proċess.", "Jien ma tantx nista' naqbel ma' dan l-argument għax allura l-Ministru b'hekk qed jimplika li jekk jinħatar maġistrat jew imħallef li huwa eżerċenti dan irid jitlaq mill- qorti biex ikun hemm dik l-ispeditezza u naħseb li jekk lill-imħallef jew lill-maġistrat eżerċenti li nappuntaw ngħidulu biex jibqa' l-qorti l- implikazzjoni hi li t-tribunal ma jaħdimx b'mod spedit.", "Jiddispjaċini, pero' jien ma nemminx dawn l-affarijiet għax l-esperjenza tgħallimni li għandna nżommu saqajna ma' l-art.", "Per eżempju, meta l-Avukat Said Pullicino ġie nominat bħala president ta' waħda mit-tribunali li kien hemm fil-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u eventwalment sar imħallef żamm iż-żewġ karigi u la naqqas ir-ritmu tiegħu minn naħa u lanqas min-naħa l-oħra.", "Jien naħseb li fir-realta' din hija kwestjoni ta' kapaċita' ta' persuna li torganizza ruħha u taħdem u għalhekk ma jidhirx li ż-żewġ raġunijiet li ġab il-Ministru li għalihom għandna ngħidu lill-avukat biex ineħħi l-professjoni tiegħu huma validi u ċertament ma għandniex nibqgħu ninsistu li jkun hemm din il-klawsola.", "Fil-fatt jien sinċerament nixtieq li l-Ministru jkompli jispjegali għaliex l-Onor.", "Membri tan-naħa tal-Gvern qed jinsistu li din il-klawsola tibqa' hemm.", "Sur President, subklawsola 3 (3) telenka l-iskwalifiki tal-kariga u tgħid li:", "\"Ħadd ma jkun kwalifikat biex ikollu l-kariga ta' president tat- Tribunal:-", "(a) jekk ikun jew kien membru ta', jew kandidat għall-elezzjoni fil- Kamra tad-Deputati; jew", "(b) jekk ikun jew kien membru ta' kunsill lokali.\"", "Aħna naqblu ma' dawn l-iskwalifiki pero' jidhrilna li għandhom jiżdiedu.", "Ridt nikkumenta fuq paragrafu (a) ta' subklawsola 3(3) li hija ftit drakonjana, li jgħid \"jekk ikun jew kien membru ta', jew kandidat għall- elezzjoni fil-Kamra tad-Deputati.\"", "Jiena naħseb li għad hawn nies li kkontestaw qabel it-Tieni Gwerra Dinjija u għadhom ħajjin u b'saħħithom u ħa neskluduhom ukoll.", "Jien nifhem l-animu ta' dan, fis-sens li ma rridux nagħtu l-idea tal-partiġjaniżmu f'dan il-każ u allura forsi wieħed japprezza għaliex daħal dan il-paragrafu.", "Pero' bl-istess mod allura niġi għall-argument l-ieħor, li diġa' ssemma minn din in-naħa fit-Tieni Qari, illi bl-istess animu u biex niżguraw l-indipendenza assoluta għandu jkun hemm esklużjoni għal uffiċjali pubbliċi u għal kull konsulent li jista' jkollu l-Gvern.", "Jekk il-Gvern qed jirraġuna li bniedem li żmien ilu kkontesta f'isem xi partit ma jistax - jista' jkun partit li llum m'għadux jeżisti, ta' Stickland, l-PAD, ikun min ikun - jiġi nominat, minkejja li mhux attiv fil- politika, minkejja li nqata' għal kollox mill-politika u minkejja anke li jista' jkun avukat brillantissimu li jkun tajjeb ħafna fuq dan it-tribunal, allura multo magis għandu japplika dan l-argument għal persuni li qed jiċievu l-ħobża ta' kuljum mingħand il-gvern.", "Milli jidher il-Gvern qed jibqa' jinsisti li jistgħu jsiru presidenti ta' dan it-tribunal uffiċjali pubbliċi u konsulenti li m'għandhomx is-security of tenure ta' uffiċjali pubbliċi garantita mill-Kostituzzjoni imma qegħdin hemmhekk biss bil- beneplaċitu tal-gvern jaqilgħu l-flus - jaqilgħu l-eluf ta' liri kultant - minn xi kumpannija jew korporazzjoni bħala konsulenti tagħhom.", "Bir-rispett kollu lejn in-naħa l-oħra naħseb li ma kienx hemm ħsieb biżżejjed f'din il- ħaġa.", "Jekk qegħdin nipprovaw norbtu kollox madwar il-figura ta' mħallef, jekk qed norbtu madwar il-konċett ta' l-indipedenza tal-ġudikatura ...", "Irrid ngħid li napprezza l-emenda li saret u hekk għandha tkun - fil-fatt konna lestejna emenda f'dan is-sens - pero' jekk qed nitilqu mill-konċett li rridu żgur nagħtu l-impressjoni ta' indipendenza u jekk irridu nuru li t-tribunal li se nagħmlu huwa veru indipendenti, żgur li ma nistgħux nagħtu din l-idea jekk hawn se nappuntaw xi avukat li ilu jeżerċita 12-il sena u li huwa jew impjegat tal-gvern jew inkella iktar u iktar konsulent mal- gvern jew f'xi korp parastatali jew f'xi soċjeta' kummerċjali li l-gvern għandu interess fiha.", "Nispera li m'hijiex l-idea li noħolqu jobs for the boys ħalli naqdu lil xi ħadd, għalkemm ma naħsibx.", "Il-Ministru qiegħed jidħak.", "Jien l-ewwel wieħed li ngħid li l-Ministru huwa bniedem li dawn l- affarijiet, safejn naf jien, qatt m'għamilhom u naħseb li qatt m'hu se jagħmilhom, pero' m'iniex ċert li l-Gvern ma jagħmilhomx.", "Din hija d-diffikulta' kbira, pero' anke jekk effettivament ma jiġix nominat xi ħadd of the boys, huwa sewwa li persuna li hija konsulent ta' xi korporazzjoni li jaqla' xi Lm5,000 mingħandha u tista' twaqqafhielu at the stroke of a pen - għax huwa konsulent - tiġi nominata president ta' dan it- tribunal?", "Din hija l-indipendenza li rridu?", "Jew irridu verament indipendenza li tiġi mill-garanzija li l-Kostituzzjoni tagħti lill- maġistratura u lill-imħallfin tagħna?", "Jekk irridu hekk għandna nintrabtu b'dan il-mod?", "Kif ġew esklużi l-kandidati ta' partiti ta' qabel il-gwerra li m'għadhomx jeżistu għandu jiġi eskluż iktar u iktar min hu totalment dipendenti mill-gvern.", "Kif jista' jkun li jien għandi avukat impjegat mal- gvern - dan jista' jkun impjegat fl-Uffiċċju ta' l-Attorney General, pero' allaħares nagħmlu lil xi ħadd minn hemmhekk għax bix-short staff li hemm nispiċċaw agħar ...", "Kif inhi qiegħda l-liġi jista' jiġi nominat avukat mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, jista' jsir avukat impjegat, fejn naf jien, mal-Water Services Corporation, ma' l-Enemalta u mad-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Jista' jiġi nominat ukoll sempliċement konsulent ta' l-Air Malta, li jaqla' ma nafx kemm fix-xahar u jieħu l-free air tickets ukoll - hemmhekk hemm din is-sistema - u tneħħilu l-eżerċizzju tal-professjoni.", "Ovvjament dan jispiċċa minn konsulent pero' fejn qabel kien jaqla' Lm4,000 issa jibda jkollu paga ta' Lm12,000.", "Jien naħseb ukoll li t-terminu ta' erba' snin huwa wisq viċin l-elezzjoni pero' b'daqshekk m'iniex ngħid li hemm ideat ulterjuri.", "Naħseb li terminu ta' sentejn ikun aħjar - ma naħsibx li se jkun hemm ħafna każijiet ta' ilmenti u f'sentejn jeħilsu kollox - għax terminu ta' erba' snin joħloq xi suspetti.", "Persuna li tkun spiċċat minn konsulent u li kellha żieda fil-paga - naturalment jekk din il-persuna ma tkunx avukat imqabbad li jkun ilu 12-il sena jagħmel dan ix-xogħol - u sena qabel l-elezzjoni f'daqqa waħda ssib ruħha lampa stampa mingħajr professjoni, x'se tagħmel?", "Jekk torbot kollox flimkien issib li hawn wisq affarijiet li fl-opinjoni ta' din in-naħa tal-Kamra jistunaw.", "Għalhekk il-parir ta' din in-naħa huwa illi b'mod definit u taħt l-ebda ċirkostanza ma jista' jkun li l- iskwalifiki ma jinkludux ukoll l-uffiċjali pubbliċi.", "Fl-opinjoni tagħna dawn għandhom jiġu estiżi wkoll għal konsulenti li jagħtu s-servizz tagħhom lill-gvern u lil kull korp imwaqqaf b'liġi.", "Rigward subklawsola 3 (5) din in-naħa kellha oġġezzjonijiet li stqarrejnihom matul it-Tieni Qari pero' rrid ngħid illi l-emenda li tressqet il-bieraħ mill-Ministru biex it-tneħħija tal-persuna li ġiet nominata tkun dipendenti bl-istess mod tat-tneħħija ta' l-imħallfin u l- maġistrati, anke bl-intervent tal-Kunsill ta' l-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja, hija aċċettabbli għal din in-naħa għaliex hawnhekk qed nekwiparaw it-tneħħija ta' din il-persuna li huwa l-president tat-tribunal mat-tneħħija ta' l-imħallfin.", "La għandna din il- garanzija din hija aċċettabbli.", "Fil-każ ta' subklawsola 3(6) fejn qed nitkellmu fuq il-vakanza għal ftit żmien tal-president tat-tribunal, fl-opinjoni tagħna għandna nekwiparawha man-nomina.", "Anke f'dan il-każ, kif irraġunajna fil-każ tan-nomina, jidhrilna - biex inkunu konsistenti mar-raġunament tagħna nfusna - li fil-każ tan-nomina temporanja n-nomina għandha tkun tal-President ta' Malta wkoll u f'dan il-każ ma jridx jaġixxi fuq parir tal-Prim Ministru imma awtonomament.", "Ovvjament dan isegwi l-istess raġunament li għamilna aħna fil-każ ta' l-ewwel subklawsola u għal din ir-raġuni qed inressaq din l-emenda:", "\"E\" Fl-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali:", "(1) fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali neħħi l-kliem \"li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru\" u daħħal il-kliem \"li fin-nomina jaġixxi awtonomament\";", "(2) fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali neħħi l-kliem minn \"Iżda avukat li jinħatar\" sa \"il-professjoni tiegħu\";", "(3) fis-subartikolu (3) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali żid is- subparagrafi li ġejjin enumerati (c) sa (e);", "\"(c) jekk ikun uffiċjal pubbliku;", "(d) jekk ikun uffiċjal jew impjegat ta' korp imwaqqaf bil-liġi;", "(e) jekk ikun konsulent jew jagħti s-servizzi tiegħu lill-Gvern jew korp imwaqqaf b'liġi\";", "(4) fis-subartikolu (6) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali neħħi l-kliem \"li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru\" u daħħal il-kliem \"li fin-nomina jaġixxi awtonomament\".", "\"E\" In section 3 of the principal Act:", "(1) in subsection (1) of section 3 of the principal Act the words \"acting on the advice of the Prime Minister\" shall be deleted and shall be substituted with the words \"who shall act on his own initiative\";", "(2) in subsection (2) of section 3 delete the words from \"provided that an advocate\" to \"of his profession\" shall be deleted;", "(3) in subsection (3) of section 3 of the principal Act the following subparagraphs to be numbered (c) to (e) shall be added:", "\"(c) if he is a public officer;", "(d) if he is an officer or employee of any statutory body;", "(e) if he is a consultant to or gives his services to the Government or to any statutory body\".", "(4) In subsection (6) of section 3 of the principal Act the words \"on the advice of the Prime Minister\" shall be deleted and shall be substituted with the words \"on his own initiative\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, nixtieq inkompli ngħid xi ħaġa ma' dak li qal sieħbi l-Onor.", "Gatt rigward il-kwestjoni ta' l-uffiċjal pubbliku għax f'dan l-abbozz ta' liġi m'hawnx l-iskwalifika li ċ-chairman tat-tribunal ikun uffiċjal pubbliku u b'hekk din ġiet imfissra li mpjegat mal-gvern jista' jinħatar bħala chairman ta' dan it-tribunal.", "Fil-fatt Artiklu 124 tal-Kostituzzjoni jagħti definizzjoni ta' public officer u hawnhekk m'hawnx l-iskwalifika li avukat ikun ukoll uffiċjal pubbliku.", "F'dan il-każ il- Kostituzzjoni tgħid ukoll li uffiċjal pubbliku huwa \"the holder of any public office\".", "Issa public office huwa \"an office of emolument in the public service;\" u public service huwa \" the service of the Government of Malta in a civil capacity;\".", "Sur President, jekk inħarsu sew lejn il-Kostituzzjoni nsibu li kull fejn din taħtar kummissjoni, speċjalment jekk ikollha poter li tiddeċiedi kwestjonijiet u tkun trid tkun awtonoma mill-gvern kemm jista' jkun, il- public officers dejjem huma esklużi.", "Naturalment dan ma jgħoddx għal xi kummissjoni bħal, ngħidu aħna, dik tal-proġett ta' Buġibba - hemmhekk qed jaġixxi aġent tal-Gvern biex jagħmel ċerti xogħlijiet - imma għal kummissjoni li tiddeċiedi ċerti kwestjonijiet.", "L-istess ħaġa ngħidu għal membru parlamentari.", "Membru parlamentari ma jistax ikun public officer u dan għar-raġuni sabiex, kemm jista' jkun, ikun hemm separazzjoni bejn it- tliet poteri ta' l-Istat.", "Mela jekk inti mpjegat tal-gvern f'xogħol eżekuttiv ma fiha xejn ħażin, anzi hekk għandu jkun, pero' jekk se tkun tagħmel xogħol leġislattiv ma tistax tkun impjegat mal-gvern, jew inkella jekk tkun impjegat mal-gvern trid tirriżenja.", "U hawnhekk kien hawn persuni miż-żewġ naħat tal-Kamra li kellhom xogħol mal-gvern u fil-fatt kellhom jirriżenjaw malli ġew eletti f'din il-Kamra.", "L-istess jiġri meta jkun hemm rwol ġudizzjarju, mhux rwol li jagħmel il- liġijiet, imma li jaqta' kawżi jew kwestjonijiet u jinterpreta l-liġijiet.", "Proprju biex nisseparaw kemm jista' jkun it-tliet poteri ta' l-Istat, f'dawk l-istituzzjonijiet kollha fejn jeżisti dan il-poter li wieħed jaqta' kawża jew kwestjoni, l-individwu li jagħmel dan m'għandux ikun public officer.", "U se nieħu bħala eżempju l-Employment Commission.", "Din hija kummissjoni li ġiet kostitwita fl-1974 u għandha funzjoni ta' qorti għaliex tiddeċiedi kwestjonijiet ta' allegata diskriminazzjoni politika fuq il-post tax-xogħol.", "U jekk inħarsu lejn din il-liġi u naraw min huma dawk il-persuni li ma jistgħux ikunu membri ta' din il-kummissjoni nsibu li hemm: ministru, segretarju parlamentari - l-istess żewġ skwalifiki jeżistu fl-abbozz preżenti - u membru jew kandidat li jkun se joħroġ - mhux li kien ħareġ - għall-elezzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "Mela allura, fil-mument li membru ta' l-Employment Commission jiddeċiedi li joħroġ għall- elezzjoni - proprju kien hemm każ bħal dan fl-elezzjoni li għaddiet - irid jirriżenja mill-kummissjoni, pero' m'hemm xejn xi jżommu biex jekk wara li tgħaddi l-elezzjoni u ma jkunx tela' jerġa' jiġi appuntat fl-Employment Commission.", "Skwalifika oħra li hemm fil-liġi li waqqfet l-Employment Commission hija l-individwu jkun \"a member of a local government authority\" - li wkoll hija skwalifika f'dan l-abbozz ta' liġi - jew \"if he is a public officer\", skwalifika li ġiet eskluża f'dan l-istess abbozz ta' liġi.", "U allura dan iktar u iktar iġiegħelna ninkwetaw għaliex dan m'huwiex xi frott ta' żball.", "Huwa frott ta' intenzjoni speċifika għaliex filwaqt li fil- Kostituzzjoni tagħna public officer huwa eskluż minn kull kummissjoni li għandha l-iċken poter li tiddeċiedi hawn qed niftaħru li se nagħmlu tribunal li kważi huwa qorti - għaliex anke l-mod kif jiġi nominat qisu kif jiġi nominat imħallef u biex jitneħħa issa għamilniha iktar ċara li jitneħħa bid-due terzi, anzi żidna wkoll issa mill-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - jiġifieri għandu l-poter ġudizzjarju, pero' imbagħad jista' jkun public officer.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jrid ikun avukat.", "Ikkorreġieni l-Ministru, għandu raġun, irid ikun avukat, pero' m'hemm xejn xi jżomm lill-gvern milli jappunta lil xi ħadd li huwa avukat, pero' huwa public officer ukoll.", "L-istess jekk inħarsu lejn il-Public Service Commission, li għalkemm mhijiex qorti għandha poter li tiddeċiedi, għaliex bil-liġi l-każijiet kollha ta' dixxiplina ta' uffiċjali pubbliċi jsiru bilfors mill-Public Service Commission.", "Kollox irid jgħaddi mill-Public Service Commission, kemm jekk se tissospendi mpjegat tal-gvern, jekk se tkeċċi mpjegat tal- gvern, jew jekk se ddaħħal impjegat mal-gvern.", "Jekk naraw min ma jistax ikun fil-Public Service Commission ninnotaw l-istess pattern.", "Ma jistax ikun membru fil-Public Service Commission min hu ministru, segretarju parlamentari, membru tal-parlament, xi ħadd li hu - mhux li kien - kandidat għall-elezzjoni, membru ta' local government authority \"or if he is a public officer\".", "Mela, erġajna, huwa skwalifikat u ma jistax ikun membru tal-Public Service Commission jekk huwa uffiċjal pubbliku.", "Għaliex?", "GĦax se jiddeċiedi.", "Il-Public Service Commission mhux aġent ta' l-Eżekuttiv, anzi dan ġie proprju maħluq bħala buffer zone bejn il-gvern u l-impjegati tiegħu.", "L-employer għandu l-liberta' kollha li jkeċċi lil min irid hu, salv li mbagħad ikun hemm kontestazzjoni dwar dik it-tkeċċija.", "Mela jekk jiena employer privat m'għandi bżonn imur għand ħadd biex inkeċċi lil xi ħadd; naqbad u nkeċċih.", "Imbagħad naturalment jista' jfittixni quddiem it- Tribunal Industrijali.", "Fil-każ tas-settur pubbliku l-gvern ma jistax jagħmel hekk għax il-gvern jista' jkeċċi biss tramite il-Public Service Commission li tiddeċiedi l-każ permezz tal-bordijiet tagħha u mbagħad tagħti parir lill-Prim Ministru, li huwa obbligat li jimxi skond il-parir tal-Public Service Commission.", "Qiegħed nidħol f'dan id-dettall biex nuri kif il-Public Service Commission għandha funzjoni ġudizzjarja u malli tmiss ma' funzjoni ġudizzjarja l-Kostituzzjoni tagħna tgħidlek li ma jistax ikun public officer.", "Issa ħalli naraw min ma jistax ikun membru fil-Broadcasting Authority, li għandha funzjoni ġudizzjarja wkoll imma ferm inqas mill-Employment Commission u ferm inqas mill-Public Service Commission.", "F'artiklu 118 tal- Kostituzzjoni nerġgħu nsibu li ma jistax ikun membru ta' l-Awtoita' tax- Xandir ministru, segretarju parlamentari, membru tal-parlament, kandidat għall-elezzjoni, membru tal-kunsill lokali \"or if he is a public officer\".", "Dawn jiddeċiedu wkoll - mhux daqs l-Employment Commission - għax jiddeċiedu kwestjonijiet ta' jekk, per eżempju, kienx hemm bilanċ fil-qasam tax-xandir.", "Proprju għaliex jiġu f'konflitt - wieħed jgħid li rrapportawh tajjeb u l-ieħor jgħid li rrapportawh ħażin u wieħed jgħid li l-air time ngħata lill-partit politiku u l-ieħor jgħid li ngħata lill-partit politiku ieħor - li l-uffiċjali pubbliċi huma esklużi mill-Awtorita' tax-Xandir.", "GĦalhekk naraw li l-uffiċjal pubbliku huwa eskluż minn kull fejn il- Kostituzzjoni taħtar kummissjoni li tiddeċiedi.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi, f'diversi aspetti, għamilnih jixbah kemm jista' jkun lill-qrati.", "Min jista' jkun chairman ta' dan it-tribunal?", "Irid ikun xi ħadd bl-istess kwalifiki biex isir imħallef.", "Kif jiġi nominat?", "Bl-istess proċedura kif jiġi nominat imħallef.", "Kif jitneħħa?", "Bl-istess proċedura li jitneħħa mħallef.", "Kif se ssir il-kawża?", "Se ssir fil-pubbliku bħalma jsir fil-qrati.", "Mela x'inhi r-raġuni li f'dan l-abbozz biss m'hemmx l-iskwalifika ta' l-uffiċjal pubbliku?", "Bilfors naħsbu li hemm xi ħadd li għandu intenzjoni li ma jagħlaqx il-bieb biex uffiċjal pubbliku li jkun avukat ikun f'dan it-tribunal.", "Inkella l-Ministru jgħidilna x'inhi r- raġuni, forsi jipperswadina.", "Nisperaw li l-emendi tagħna ma jiġux rifjutati sempliċement għax ġejjin min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Naħseb li l-Istadju tal-Kumitat qiegħed hemm biex wieħed janalizza l-proposti.", "Naturalment kulħadd suġġett għall-konvinzjoni pero' fuq din il-ħaġa għadna ma fhimniex x'inhi r-raġuni għaliex mhux qed jiġu esklużi l-uffiċjali pubbliċi.", "Sur President, ħadt gost li l-Ministru ressaq emenda biex min jiġi nominat f'dan it-tribunal ikun jista' jitneħħa biss bil-metodu previst fil- Kostituzzjoni għat-tneħħija ta' mħallfin.", "Jien ma kontx hawnhekk mill-bidu imma smajtu fuq ir-radio jispjega l-proċedura ta' kif jitneħħa mħallef.", "Kien hemm żball żgħir u se nikkorreġih.", "M'huwiex minnu li meta titressaq il-mozzjoni l-ewwel darba għandek bżonn żewġ terzi.", "Iż-żewġ terzi għandek bżonnhom wara l-proċess kollu.", "Il-proċess huwa li membru tal-parlament iressaq mozzjoni quddiem l-iSpeaker fejn jgħid ir-raġuniiet għaliex għandu jitneħħa membru tal-ġudikatura, f'dan il-każ iċ-chairman tat-tribunal, għax mutatis mutandis japplikaw għaċ-chairman tat-tribunal; l-iSpeaker jibgħatha under confidential cover - fejn hu possibbli wieħed ma jkunx jaf x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż żgħir tagħna! - mingħajr ma jippubblika lill- Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - din kummissjoni ta' 15- il ruħ, li fiha hemm maġġoranza ta' ġudikanti; ħamsa huma membri tal- ġudikatura, maġistrati jew imħallfin; wieħed nominat mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni; ieħor mill-Prim Ministru; l-Avukat Ġenerali; u l-President tal-Kamra ta' l-Avukati - dawn jisimgħu x-xhieda u jaraw jekk hemmx każ ta' prima facie u jekk m' hemmx kas ta' prima facie l-każ jieqaf hemm; imma jekk hemm, il-każ jintbagħat lura bil-provi kollha miġbura lill-Parlament.", "Imbagħad il-Parlament jagħmel diskussjoni dwar il-punt ta' jekk hemmx xi raġunijiet għaliex għandu jitneħħa ġudikant - issa qegħdin ngħidu li dan se japplika wkoll għaċ-chairman tat-tribunal - imbagħad jivvotaw żewġ terzi tal-membri parlamentari kollha - u jekk hemm xi membri msefrin irridu ngħodduhom ukoll, u mhux biss dawk preżenti - u wara nibagħtu l-address lill-President u huwa jiffirmaha.", "Jiġifieri dan huwa proċess twil ħafna.", "Jiena nagħlaq b'dan il-kumment.", "Sur President, qiegħed nieħu gost li wara li l-Oppożizzjoni kienet ivvotat kontra l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, issa mhux talli approvat li titwaqqaf din il-kummissjoni imma qiegħda tgħid li meta jiġi biex jitneħħa ċ-chairman tat-tribunal, dan għandu jitneħħa bil- proċedura li kien stabilixxa l-Parlament fil-Leġislatura li għaddiet dwar kif għandu jitneħħa maġistrat jew imħallef.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, wara li smajt b'interess id-diskorsi li saru ma nafx jekk naqbadx nidħak jew inkella nibki bl-iskrupli li qegħdin iqanqlu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għax jiena ma nistax nifhimhom.", "L-Onor.", "Tonio Borg, apparti li tkellem ħafna barra l-linja ta' dan l- abbozz ta' liġi, qagħad jispjega u jagħti ċerti dettalji, u dan huwa tajjeb għal min ma jkunx informat biżżejjed.", "Huwa semma t-tribunali, il- Broadcasting Authority u l-Employment Commission pero' ma qalx li uffiċjal pubbliku jista' jiġi nominat bħala mħallef.", "Per eżempju, għandna l-każ ta' Dr Vincent DeGaetano li kien Deputy Attorney General u proprju nħatar imħallef.", "(Interruzzjonijiet) Il-punt issa huwa dwar min jista' jiġi nominat.", "Jiġifieri l-Onor.", "Membru tana ċerti dettalji kif deherlu iżda ma semma' xejn fuq dan.", "Mr Chairman, nerġa' nistqarr li ma nafx kif qed iqanqlu dawn l-iskrupli kollha meta fis-Second Reading kienu rriferew għall-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji bħala li għandha l-paternita' ta' dan il- liġi.", "Naturalment aħna dan niċħduh kategorikament, imma subartiklu 3 (3) ta' l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji jirriferi għal: \"... public officer who is qualified to be appointed chairman of the Commission under subsection (2) of this section.\".", "Jiġifieri fejn f'din il-liġi qed jingħad min ma jikkwalifikax għall- ħatra, insibu li:", "\"A person shall not be qualified to hold office as a member of the Commission if he is a Minister, a Parliamentary Secretary, a member of, or a candidate for election to, the House of Representatives, a member of a local Government authority or if he is a public officer other than a public officer who is qualified to be appointed chairman of the Commission under subsection (2) of this section.\".", "Ta' min jgħid ukoll li taħt din il-kummissjoni kollox kien jiddependi mill-Prim Ministru għaliex kien il-Prim Ministru li seta' jneħħi dan l- uffiċjal pubbliku fuq sempliċi rakkmandazzjoni.", "Ma kien hemm l-ebda proċess ta' sigurta' fir-rigward ta' dan l-uffiċjal kif qiegħed sanċit f'dan l-artiklu.", "Jiġifieri ma nafx lil min trid tikkonvinċi n-naħa l-oħra li taħt il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kien hemm xi indipendenza u llum lilna qed tgħidilna - naħseb bl-iktar wiċċ tost - li uffiċjal pubbliku għandu jkun eskluż għaliex hemm xi skop ulterjuri li noħolqu jobs for the boys.", "Din hija xi ħaġa kontradittorja.", "Aħna nammettu li ma tantx se ssib avukati li lesti jitilqu mill-professjoni tagħhom, imma biex neliminaw kemm jista' jkun li min jiġi maħtur jibqa' jkollu kuntatti fl-uffiċċju tiegħu u mbagħad ikollu dawn il-każijiet quddiemu, qegħdin ngħidu li dan m'għandux jibqa' jipprattika l-professjoni tiegħu.", "Barra minn hekk, biex inkomplu nsostnu dan l-element ta' skrupli, issemmew ukoll l-avukati tal-Lohombus.", "Mela nsejna li fl-1987 l-avukati tal-Lohombus kollha ġew xkupati?", "Mela nsejna li l-konsulenti tal-banek kienu kollha attivisti u spokesmen tal-PN?", "Mela nsejna li l-avukati tal- Freeport Corporation huma l-istess avukati li deheru għall-Partit Nazzjonalista meta saru l-libelli?", "Mela dawn l-affarijiet qegħdin ninsewhom biex niġu nsemmuhom illum?", "Għalhekk jiena għidt li meta jissemmew dawn l-iskrupli, din il-purita' kollha, verġni iktar mill- verġni, ma nafx jekk naqbadx nidħak jew nibki.", "Jekk qed jaħsbu li qed jikkonvinċu lil xi ħadd li qed jismagħna, allura veru jaħsbu li l-poplu huwa daqstant stupidu u mingħalihom li jistgħu jibqgħu jbellgħulu dak li jridu.", "U mhux hekk biss, Mr Chairman.", "Intqal ukoll li m'għandux ikun il-Prim Ministru li jirrakkmanda lill-President.", "Mela tista' ssir fil-każ tal- ġudikatura imma f'dan il-każ ma tistax issir!", "Hawn tajjeb li wieħed jgħid li din l-istess oġġezzjoni konna qajjimniha fil-konfront tal- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li ma kellha indipendenza ta' xejn għax il-Prim Ministru kellu s-seta' li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-president tal-kummissjoni u seta' jirrakkmanda lill- President biex ineħħih.", "Aħna, mill-bankijiet ta' faċċata, konna nsostnu li l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji m'hijiex indipendenti għar-raġuni sempliċi li hija maħtura mill-Prim Ministru.", "Hawnhekk ħalli nfakkar lil min għandu widnejn biex jisma' x'kien qal il-Viċi Prim Ministru, l-Onor Guido de Marco, meta kien qed jippilota l-liġi li permezz tagħha twaqqfet il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, u se naqra testwalment.", "Dak iż-żmien l-Onor. de Marco qal:", "\"Huma ħafna, Sur President, dawk il-kummissjonijiet li huma nominati mill-Prim Ministru u ħadd ma jiddubita mill-indipendenza tagħhom meta jkollhom il-poter li jirrikkmandaw.", "Pero' anke kieku għall-grazzja ta' l-argument din il-Kummissjoni tkun ġiet nominata mill-President tar-Repubblika, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf li l-President tar- Repubblika jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru.", "Voldieri l-bidla tkun sempliċement bidla kosmetika u mhux bidla reali.", "Issa, kif taf il-Kamra, dan il-Gvern hu kommess li jiġi nominat kumitat magħżul tagħha preċiżament biex fost affarijiet oħrajn jiġu delinijati x'inhuma l-poteri tal-President tar-Repubblika.\".", "Dan qed nikkwotah biex naraw kemm huma kompletament infondati u ma jsegwux l-argumenti tagħhom.", "Meta kienu fuq din in-naħa kienu jiġġustifikaw l-aġir tagħhom b'dan il-mod u llum għaliex marru n-naħa l-oħra qegħdin jaraw l- affarijiet bil-maqlub!", "Ċertament li dan ma jwassal għall-ebda sens ta' kredibilita' fl-argumenti tagħhom u jkompli jissottolinja kemm il-Gvern Laburista, biex żgur jagħmilha ċara li jrid isostni l-indipendenza tal- president tat-tribunal, qiegħed issa jdaħħal l-emenda li għandna quddiemna ħalli b'dan il-mod ikun assigurat li t-tribunal ikollu l-istess indipendenza daqskemm hi assigurata l-indipendenza tal-ġudikant.", "Il- ġudikant huwa nominat ukoll mill-President fuq il-parir tal-Prim Ministru.", "Għandu l-indipendenza taħt is-sistema demokratika Maltija.", "Din naqblu fuqha t-tnejn għax toħroġ mill-Kostituzzjoni.", "Ċertament allura, l-indipendenza li għandu dan it-tribunal hija wkoll protetta kif inhi mirquma u suġġerita f'din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Subartikolu 3 (2) jgħid li l-president għandu jkun persuna li tokkupa jew kienet tokkupa l-kariga ta' mħallef jew ta' maġistrat.", "Li xtaqt nistaqsi huwa jekk once li persuna tkun qed tokkupa kariga ta' mħallef jew maġistrat u tintgħażel bħala president tat- Tribunal, għal dawk l-erba' snin tispiċċa mill-funzjonijiet ta' mħallef jew maġistrat u taqdi biss il-funzjonijiet ta' president tat-tribunal?", "Jekk inhu hekk naħseb li se jkollha problemi.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar subartiklu 3 (3) li jgħid:", "Ħadd ma jkun kwalifikat biex ikollu l-kariga ta' president tat- Tribunal:-", "(a) jekk ikun jew kien membru ta', jew kanditat għall-elezzjoni ....", "Din tapplika, kif qed nifhima jien, indipendentement mill-fatt jekk persuna hijiex imħallef.", "Jiġifieri jekk persuna hija mħallef jew maġistrat u kienet kandidat ma' xi partit ma tistax tiġi appuntata.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu.", "Naqbel ukoll li fis-subartiklu 3(3) għandu jkun hemm l-inserzjoni ta' l- esklużjoni ta' uffiċjali pubbliċi u konsulenti oħra li jagħtu s-servizzi tagħhom lill-gvern.", "Naħseb li huwa essenzjali li dan it-tribunal mhux biss ikun iżda jidher li jkun kompletament indipendenti mill-gvern.", "Allura nsostnu li għandu jidħol paragrafu ieħor li jeskludi uffiċjali pubbliċi u konsulenti li jagħtu s-servizz tagħhom lill-gvern milli jiġu magħżula, minkejja li jkunu avukati, bħala presidenti ta' dan it-tribunal.", "Fil-każ ta' paragrafu (c) ta' subartikolu 3(4) ma nistax nifhem għaliex persuna li tkun imħallef jew maġistrat tispiċċa minn president tat-tribunal jekk hi tispiċċa minn imħallef jew maġistrat, meta hawnhekk għandna li tista' tintagħżel persuna irtirata.", "Jiġifieri jekk persuna li kienet imħallef jew maġistrat tista' tintagħżel bħala president, ma narax għaliex persuna li tul dawn l-erba' snin għamlet sentejn minnhom imħallef u wara sentejn spiċċat minn imħallef ma tistax tkompli tul is-sentejn l-oħra bħala president ta' dan it-tribunal.", "Ħaġa oħra żgħira hi li fit-test Malti tal-paragrafu (ċ) ta' subklawsola 3(3) fit-tielet linja għandek", "\"president li ma jkunx imħallef jew president...\"", "Dik it-tieni \"president\" trid tiġi \"maġistrat\" jekk mhux diġa' attirawlek l- attenzjoni għaliha.", "Jiġifieri hemm żball u flok \"president\" trid tiġi \"maġistrat\".", "(Interruzzjonijiet) Hemm żbalji oħrajn żgħar imma dawn punti li ma noqogħdux ngħiduhom hawn.", "Ħaġa żgħira oħra li dejqitni xi ftit hija li mħallef jibqa' bil-ħlas ta' mħallef u avukat li jkollu mill-inqas 12-il sena esperjenza u li allura jiġi ekwiparat mal-persuni li jkunu eliġibbli li jkunu mħallfin jitħallas daqs imħallef.", "Jien nifhem li jekk jintagħżel maġistrat dan jibqa' jitħallas ta' maġistrat u allura wisq nibża' li tinħoloq iżjed it-tentazzjoni li jintagħżel maġistrat minflok imħallef jew avukat peress li jkun il-maġistrat li jitħallas l-inqas.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, nixtieq li l-Attorney General jiċċarali ftit l-aħħar punt li se nagħmel għax kemm fit-test Malti kif ukoll fit-test Ingliż ta' subklawsola 3(3) (a) hemm comma fil-frażi \"jekk ikun jew kien membru ta', jew kandidat ....\".", "Issa jien ma nafx jekk dik il-comma hijiex qed iddaħħal ċerta inċertezza u naħseb li din trid tiġi \"jekk ikun jew kien membru ta' jew ikun jew kien kandidat\" għax inkella peress li hemm il-comma l-frażi \"jew kandidat\" qisha tiġi separata mill-kliem \"jekk ikun jew kien\".", "L-istess nistgħu ngħidu għat-test Ingliż.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, sinċerament ma nafx min qed jgħix fil- kontradizzjonijiet li semma l-Ministru meta ċaħad li l-paternita' ta' dan l- abbozz ta' liġi huwa l-Att dwar il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Meta nisma' dan il-kliem mill-Ministru nġib għajnejja wara widnejja għax proprjament l-emenda li qed iressaq hu stess għal subklawsola 6 (2) tgħid li:", "\"Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu, ...\"", "- li jittratta dwar kif jistgħu jsiru l-ilmenti u affarijiet simili -", "\"... it-Tribunal ma għandux jaċċetta li jeżerċita s-setgħat tiegħu taħt dan l-artikolu f'kull każ fejn ikun sar ilment dwaru quddiem il- Kummissjoni mwaqqfa taħt l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji (Kap. 320) jew li dwaru jkun tressaq każ quddiem xi qorti.\".", "Li l-Ministru jiġi jgħidilna li l-paternita' ta' dan l-abbozz ta' liġi mhix ġejja mill-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji meta hu stess qed iressaq emenda biex jeskludi kulma sar taħt dik il-liġi, naħseb li nkunu qegħdin inġebbduha kemmxejn iżżejjed.", "Sur President, issa xtaqt nikkummenta fuq xi punti li qajjem il-Ministru, bħal meta staqsa għaliex qed nistagħġbu li public officer jista' jsir president tat-tribunal meta imħallef seta' kien public officer, attorney general jew avukat.", "Dażgur li nistgħu niltaqgħu ma' każi bħal dawn!", "Fil- fatt iltqajna ħafna drabi ma' dawn il-każijiet pero' d-differenza sostanzjali hija li waqt li mħallef jiġi nominat li jibqa' mħallef sakemm jirtira bl-eta' u ħadd ma jista' jneħħilu l-kariga tiegħu, fil-każ ta' public officer dan ikun president tat-tribunal għal erba' snin biss u wara li jispiċċaw dawk l-erba' snin ikun irid jerġa' jmur lura bħala public officer.", "GĦalhekk filwaqt li lil dak ta' l-ewwel għaliex għandu s-security of tenure ħadd ma jista' jkeċċih, jivvittimizzah, jiġbidlu l-ispaga, jibagħtu quddiem il-PSC jew isirulu atti dixxiplinarji matul il-kariga kollha tiegħu ta' mħallef, il-public officer li jaċċetta li jsir president tat-tribunal irid jaċċetta wkoll li wara erba' snin imur lura taħt is- sistema ta' dixxiplina li hemm fis-servizz ċivili.", "Il-Ministru stagħġeb kif din in-naħa qiegħda tieħu din il-pożizzjoni fuq in- nomina tal-president.", "Huwa qal li meta aħna konna fil-gvern u kienet qiegħda tiġi diskussa l-liġi dwar il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji fl-1987, konna qegħdin ninsistu li n-nomini jsiru mill- President fuq il-parir tal-Prim Ministru.", "Bir-rispett kollu lejn sieħbi l- Ministru, jiena naħseb li mill-pożizzjonijiet li ħadna fl-1987 kien hemm żviluppi politiċi sostanzjali.", "Fl-1987 ħadd ma kien jikkontempla, per eżempju, li se naslu f'sitwazzjoni fejn iż-żewġ partiti naqblu sostanzjalment fuq il-ħatriet politiċi f'numru ta' bordijiet.", "Minn dak iż- żmien 'l hawn kellna diversi okkażjonijiet fejn - formalment jew informalment permezz ta' laqgħat bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien - kien hemm metodi ta' qbil informali.", "Naħseb li dak iż-żmien ħadd ma kien jipprevedi li f'awtoritajiet bħall- Planning Authority ikun hemm nomini mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ħadd ma kien jipprevedi li kienet se tgħaddi xi liġi dwar in-Nomini ta' l- Oppożizzjoni.", "GĦalkemm jista' jkun li ma naqblux f'kollox, anke n-naħa l- oħra diversi drabi pproponiet f'liġijiet li jkun hemm nomini ta' l- Oppożizzjoni.", "Jiġifieri minħabba ċerti żviluppi politiċi, il- pożizzjonijiet li konna assumejna ż-żewġ naħat fl-1987 tbiddlu sostanzjalment.", "Ta' min jgħid ukoll li l-argument li għamel il-Ministru tista' faċilment taqilbu għaliex, fl-istess dibattitu li huwa qara minnu, Dr Karmenu Mifsud Bonnici kien qal li n-nomina għandha ssir mill-President.", "Mela jekk għall- grazzja ta' l-argument aħna biddilna l-pożizzjoni tagħna din biddlitha wkoll il-Malta Labour Party.", "Imma jiena ma nitkellimx fuq tibdil ta' pożizzjonijiet.", "L-ewwelnett għaliex ma naħsibx li dawn huma xi pożizzjonijiet politiċi fundamentalisti li ma jistgħux jitbiddlu.", "Dawn huma affarijiet li titgħallimhom fil-ħajja, li jimxu 'l quddiem waħda wara l-oħra.", "Naħseb li iktar kmieni f'din is-seduta kellna eżempju ċar ta' dan.", "Fil-fatt il-Prim Ministru qal li l-Malta Labour Party ftit taż-żmien ilu kien kontra l-pluraliżmu fix-xandir pero' mbagħad aċċetta s-sitwazzjoni u llum mhux biss irid pluraliżmu imma jrid li fix-xandir ikollna r-regim li jeżisti fil-qsam ta' l-istampa.", "Dawn huma pożizzjonijiet li biddel il- Malta Labour Party.", "Issa jekk niġu għall-kwestjoni tal-lum tista' targumenta li biddilna l-pożizzjonijiet tagħna u tista' targumenta li dawn huma maturazzjoni ta' esperjenzi li kellna.", "Jiġifieri ma naħsibx li huwa utli li noqogħdu ngħidu min biddel jew ma biddilx il-pożizzjoni tiegħu.", "Id- debates qegħdin hemmhekk u se mai biddilna l-pożizzjoni tagħna ż-żewġ naħat.", "Il-Ministru tkellem ukoll dwar id-definizzjoni ta' public officer u qal ġustament li fl-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji ċ-chairman seta' kien a public officer.", "Il-Ministru kien korrett f'dan pero' jrid jagħti l- istampa kollha u ċioe' li dak kien bord ta' tlieta min-nies u mhux ta' persuna waħda.", "Minn dawk it-tlieta min-nies, persuna waħda biss setgħet tkun a public officer.", "Barra minn hekk dan kien bord li jirrikmanda u mhux bord li jiddeċiedi u din hija differenza sostanzjali.", "GĦalhekk din in- naħa qiegħda ssostni li billi għandek persuna waħda biss li tikkostitwixxi dan il-bord u billi għandek bord li jiddeċiedi huwa u kważi huwa ġudizzjarju, allura m'għandux ikollok persuna li taf li wara li jiskadi t- terminu tal-ħatra tagħha se terġa' tkun soġġetta għall-gvern, mhux biss bħala paga imma wisq iktar għal dik li hija dixxiplina.", "Mr Chairman, qabel nagħlaq dan l-intervent tiegħi nixtieq niġbed l- attenzjoni li kull fejn fl-emenda li ressaqtlek hemm il-kliem \"artikolu\" jew \"subartikolu\" iridu jidħlu l-kliem \"klawsola\" jew \"subklawsola\" - dan dejjem fit-test Malti.", "Fit-test Ingliż flok \"section\" u \"subsection\" jidħlu \"clause\" u \"subclause\" rispettivament.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, dwar dak li qanqal ġustament l-Onor.", "Joe Borg, il-kelma \"president\" trid tiġi \"maġistrat\".", "L-Iskrivan tal- Kamra ċertament li huwa awtorizzat jirranġa dan l-iżball.", "Għal dak li jirrigwarda li persuna li tispiċċa minn imħallef trid tispiċċa wkoll minn president tat-tribunal, ngħid li qiegħda tajba.", "Ħalli wara jkun hemm lok li din l-istess persuna terġa' tiġi nominata imma ma jkunx hemm lok li l-kariga ta president tat-tribunal tagħtiha lill-imħallef fl-aħħar sena tiegħu mbagħad testendilu dak il-perijodu għal tliet snin oħra.", "Immaġinak tpoġġi imħallef ta' 64 sena fuq it-tribunal!", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma bħala prinċipju ħalli mbagħad terġa' tappuntah u ssegwi l-istess prassi, ħalli kemm jista' jkun tikkonserva l- indipendenza tiegħu u tnaqqas il-possibilta' ta' x'influwenza żejda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, fuq dan il-punt jista' għallinqas il- Ministru jikkonsidra l-kwestjoni ta' public officer?", "Għaliex qed ngħid dan?", "Skond il-Kostituzzjoni, \"public officer\" tfisser biss impjegat tal- gvern.", "Impjegat ta' korporazzjoni pubblika jew, biex nieħdu eżempju aktar limpidu, impjegat tal-Mid-Med Bank, organizzazzjoni kontrollata mill- gvern, jagħmel parti mis-settur pubbliku pero' ma jagħmilx parti mis- servizz pubbliku.", "Issa kemm taħt l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji seta' jiġi maħtur bħala Chairman tal-kummissjoni avukat tal-Mid- Med Bank bi 12-il sena esperjenza, u kemm taħt dan l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji jista' jseħħ dan li qed ngħid.", "Allura jista' għallinqas il-Ministru jaċċetta parti mill-emenda mressqa mill-Oppożizzjoni li public officer - kif definit f'Artiklu 124 tal- Kostituzzjoni, jiġifieri bħala \"holder of public office\", li jfisser dak biss li hu fis-civil service - jiġi eskluż?", "Dik biss, imbagħad l-oħra naraw.", "Jidhrilna li kull min hu fis-settur pubbliku m'għandux jiġi nominat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, inressaq punt żgħir għall-konsiderazzjoni ta' l-Attorney General.", "Fl-emenda li tressqet, il-proviso għat-3 (a) jaqra hekk:", "\"Iżda meta l-president tat-tribunal ikun imħallef jew maġistrat hu ma jibqax iktar president tat-tribunal hekk kif huwa jtemm milli jkun imħallef jew maġistrat.\".", "Issa din tidher ripetuta taħt il-4(c) li jgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-diżpożizzjoni ta' dan l-artikolu l-kariga tal- president tat-tribunal għandha ssir vaganti fil-każ ta' president li jkun imħallef jew maġistrat meta huwa jtemm il-kariga ta' imħallef jew maġistrat.\"", "Il-proviso għal subinċiż (a) ta' subklawsola (5) ta' klawsola 3 bażikament jgħid li meta president tat-tribunal ikun imħallef jew maġistrat ma jibqax iktar president meta jispiċċa mill-kariga ta' mħallef jew maġistrat.", "Issa subinċiż (c) ta' subklawsola (4) ta' klawsola 3 jgħid l-istess ħaġa.", "Jiġifieri hawn ripetizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma nistax nagħraf fejn fi 3(5)(a) hemm similarita' għal 3(4)(c).", "(Interruzzjonijiet) Għandek raġun.", "Nistgħu nikkoreġu ftit l-emenda u naqtgħu dak il-proviso biex nevitaw ir- ripetizzjoni.", "Allura nerġa' nressaq l-emenda, kif ikkoreġuta.", "\"D\" \"(5) (a) Il-president tat-Tribunal ma għandux jitneħħa mill-kariga tiegħu ħlief mill-President ta' Malta wara indirizz mill-Kamra tad- Deputati li jkollu favur tiegħu l-vot ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri tagħha u li jitlob għal dik it-tneħħija minħabba inkapaċita' ippruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk għal mard korporali jew mentali jew għal xi raġuni oħra) jew imġieba ħażina ippruvata.", "(b) Id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 dwar Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, (Att Nru XI ta' l-1994) għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għal mozzjoni bħal dik imsemmija fil- paragrafu (a) ta' dan l-artikolu l-istess bħalma japplikaw għal mozzjoni li ssir skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 97 tal- Kostituzzjoni.\".", "For subclause (5) of clause 3 there shall be substituted the following:", "\"D\" \"(5) (a) The president of the Tribunal shall not be removed from his office except by the President of Malta upon an address by the House of Representatives supported by the votes of not less than two-thirds of all the members thereof and praying for such removal on the ground of proved inability to perform the functions of his office (whether arising from infirmity of body or mind or any other cause) or proved misbehaviour.", "(b) The provisions of the Commission for the Administration of Justice Act, 1994, (Act No XI of 1994) shall apply, mutatis mutandis, to a motion as is referred to in paragraph (a) hereof as it applies to a motion under subsection (2) of section 97 of the Constitution.\".", "Mr Chairman, issa għandi emenda oħra għal dak li ssuġġerixxa l-Onor.", "Joe Borg u din tgħid hekk:", "\"F\" Fit-test Malti ta' paragrafu (c) subartiklu 4 ta' klawsola 3 minflok il-kliem \"li ma jkunx imħallef jew president\" għandhom jidħlu l-kliem \"ma jkunx imħallef jew maġistrat\".", "\"F\" In the Maltese text of in paragraph (c) of subclause 4 of clause 3 for the words \" ma jkunx imħallef jew president\" there should be substituted the words \" ma jkunx imħallef jew maġistrat\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Biex nerġa' niċċara punt żgħir, fejn għandek", "\"jekk ikun jew kien membru ta', jew kandidat\", għal \"kandidat\" hemm il- kwalifika \"jekk ikun jew kien\", jew inkella \"jekk hu\" kandidat?", "(Interruzzjonijiet) Qed igħiduli li din hija kwalifikata wkoll.", "Staqsejt dan għax jien m'inix ċert - ma nafx jekk l-Attorney General jistax jgħidilna - jekk dik il-comma hux qed tagħmel distakk.", "Din tfisser \"jekk ikun jew kien membru ta'\" jew \"jekk ikun jew kien kandidat ta' \"?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-ħsieb huwa li din tapplika kemm għal membru kif ukoll għal kandidat.", "L-Attorney General jista' jieħu nota ta' din u nneħħu l-comma.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien naħseb li biex tkun ċara aħjar nagħmluha \"jekk ikun jew kien membru ta', jew jekk ikun jew kien kandidat ta'\".", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk tneħħi l-comma m'għandekx għalfejn toqgħod tirrepetiha.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"F\" kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"F\" għaddiet.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"E\" kif imressqa mill-Onor.", "Austin Gatt.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"E\" m'għaddietx.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"D\" kif imressqa mill-Ministru, bil-korrezzjoni li għamilna.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"D\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Żmien li matulu jibqa' mwaqqaf it-Tribunal.", "Clause 4 - Term of the Tribunal.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Klawsola 4 m'għandhiex bżonn ta' spjegazzjoni għax din qed tiddefinixxi t-terminu ta' dan it-tribunal.", "Fil-każ li ma jkunx tlesta x-xogħol dan jista' jiġi estiż b'riżoluzzjoni tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nafx kemm il-Ministru għandu jkun ċert li m'hemmx bżonn jagħti spjegazzjoni għax l-Onor.", "Joe Borg żgur li se jsibhomlu waħda waħda!", "ONOR.", "JOE BORG: Forsi qed nimla' l-vojt li ħalla warajh Dr. Karmenu Mifsud Bonnici!", "Hawn kien is-siġġu tiegħu wkoll!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, jien nixtieq inkun naf għaliex il- Ministru għażel il-perijodu ta' erba' snin f'dan il-każ.", "Dan iż-żmien huwa bbażat fuq xi previżjoni ta' kemm se jkun hemm talbiet?", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jwaqqaf iżjed minn tribunal wieħed.", "Qed ngħid dan għax jekk issa ninkwadraw x'se jiġri - wieħed jitkellem fuq ftit previżjonijiet li jista' jagħmel għalkemm nifhem li m'hemmx xi bażi statistika li wieħed jitlaq minnha - in-nies li ma rrikorrewx għand il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' lnġustizzji mhumiex daqs dawk li rrikorrew.", "Naħseb li huwa prevedibbli li dan huwa ferm iżgħar.", "Għalhekk nixtieq li l-Ministru jgħidilna għaliex wasal għall-konklużjoni ta' erba' snin, anke in vista tal-ħsieb li jista' għandu l-Ministru tan- numru ta' tribunali li se jkun hemm biex iħaddmu din il-liġi.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dwar il-perijodu ta' erba' snin ma kien hemm l- ebda statistika li bbażajna fuqha imma wieħed irid jagħti terminu lit- tribunal.", "F'terminu ta' erba' snin għidna li jkun lesta x-xogħol tiegħu kollu.", "MR CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, fit-test Ingliż ta' klawsola 4, il-kelma \"form\" trid tiġi \"from\".", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fl-Istadju ta' Kumitat huwa komendabbli li noqogħdu attenti għad-dettalji tal-liġi, pero' fejn ikun hemm żbalji ortografiċi żgur li se jkun hemm il-covering authority fejn nawtorizzaw lill-Iskrivan tal-Kamra li jirranġa żbalji simili u ħwejjeġ oħra.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 -Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att Clause 5 -Application of the provisions of this Act", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Klawsola 5 titħaddet dwar \"riferenza għall- Gvern\" li tinkludi kull dipartiment tal-gvern u kull persuna li taġixxi għan-nom tal-gvern.", "L-esklużjonijiet li qegħdin jissemmew fi klawsola 5(3) huma l-istess esklużjonijiet li ġew inkorporati taħt l-Ombudsman Act li fuqu kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fil-każ tal-PSC u ta' l-Armata ovvjament dawn jistgħu jitilgħu quddiem it- tribunal pero' ovvjament ir-rimedji li jkunu provduti taħt ir-regolamenti rispettivi jridu jkunu eżawriti minn qabel.", "Dan huwa prinċipju legali li huwa aċċettat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola ovvjament tinkorpora b'mod aktar dirett il-problema li ssemmiet il-bieraħ fid-definition clause, u cioe' l- applikabilita' ta' dan l-Att.", "Fi klawsola (5)(4) jingħad li:", "Dan l-Att ma għandu jkun japplika għal ebda att jew ommissjoni li jkunu ġraw qabel id-9 ta' Mejju, 1987 jew wara l-15 ta' Mejju, 1995.", "Kif diġa' intqal, intgħażlet il-15 ta' Mejju, 1995 bħala l-ġurnata li fiha, b'mod effettiv l-ilmenti amministrattivi kollha ġew kanalizzati fl- istituzzjoni ta' l-Ombudsman, istituzzjoni li ż-żewġ naħat qbilna fuqha.", "Mhux biss qbilna fuq il-liġi iżda qbilna fuq il-persuna wkoll.", "Hawn naħseb li rridu nfaħħru lil din il-persuna tax-xogħol li wettqet mill-1995.", "Dik il- fiduċja li din il-Kamra uriet fiha ġiet pjenament sodisfatta għaliex iż- żewġ naħat ilkoll naqblu li s-Sur Joe Sammut qed jagħmel xogħol siewi, qed jaħdem tajjeb u qed jagħmel xogħol għaqli ħafna.", "Fejn iż-żewġ naħat politiċi dejjem sabu diffikultajiet biex jittrattaw, f'dan il-każ naħseb li sabu soluzzjoni li ssodisfat lill-poplu Malti kollu.", "Jien naħseb li huwa ta' ġieħ li f'dan il-Parlament iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra kienu kapaċi jogħlew mis-soltu problemi politiċi partiġjani biex jingħaqdu flimkien u joħolqu istituzzjoni li solviet il-problemi ta' ħafna politiċi individwali.", "Jien dan l-ewwel wieħed li ngħidu.", "Din ħolqot il-mekkaniżmu li politiku jgħid lill-kostitwent tiegħu li ma għandux iħabbatlu l-bieb għax issa jista' jmur quddiem l-Ombudsman fejn ikollu ċ-ċertezza li din hija persuna integra li se teżamina l-ilment tiegħu u li se tagħmel ġustizzja miegħu, għalkemm naturalment mhux bilfors li se tagħtih raġun.", "Jien naħseb li hija a feather in the cap ukoll li dan il-Parlament kien għamel dibattitu fuq abbozz ta' liġi b'mod serju ħafna fejn forsi fih spikka n-nuqqas ta' partiġjaniżmu u l-konklużjoni tiegħu kienet il-ħolqien tal-wegħda elettorali taż-żewġ naħat li għamluha diversi drabi pero' li fl-aħħar twettqet.", "Naturalment id-data tal-15 ta' Mejju hija l-cut-off date u mhux the date of beginning għax fil-fatt the date of beginning hija d-9 ta' Mejju, 1987 fejn kulħadd jaf li din id-data kienet timmarka bidla minn Gvern Soċjalista - dak iż-żmien kellna Gvern immexxi mill-ex-Prim Ministru, Dr. Karmenu Mifsud Bonnici - għal Gvern Nazzjonalista mmexxi mill- Onor. Eddie Fenech Adami.", "Sur President, biex ninkwadra l-argument ta' din in-naħa rrid bilfors nitlaq minn fejn jitlaq dan l-abbozz ta' liġi u fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi telaq mill-premessa li hemm numru ta' nies li għandhom ilmenti ta' inġustizzji li saru matul l-Amministrazzjoni preċedenti, indipendentement minn jekk dawn l-ilmenti humiex ġustifikati jew le.", "Il-metodu ta' dan l- abbozz ta' liġi huwa maħsub minn dan il-Gvern u lil dawn in-nies jagħtihom il-possibbilta' li jirrikorru quddiem istituzzjoni li xogħlha huwa li tara jekk dawn għandhomx raġun jew le.", "Dan huwa r-raison d'etre wara dan l- abbozz ta' liġi, pero' kemm il-Kamra kif ukoll il-poplu kollu jafu li dan id-dritt diġa' kien jeżisti għax permezz ta' l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji dan il-Parlament kien ipprovda d-dritt lil kull persuna li ħasset li sofriet xi tip ta' inġustizzja amministrattiva bejn l-1971 u l-15 ta' Mejju, 1995 - indipendentement jekk dan l-ilment kienx ġustifikat jew le - li tmur quddiem il-kummissjoni, tirreġistra l-ilment tagħha u finalment dan l-ilment jiġi mismugħ u deċiż.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum tant huwa bbażat fuq l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u tant għandu l- paternita' tiegħu - kif sejjaħlu l-Ministru - li fl-istess emenda li l- Gvern qed iressaq għal klawsola 6 (2) hemm li:", "\"\"Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu,", "it-Tribunal ma għandux jaċċetta li jeżerċita s-setgħat tiegħu taħt dan l-artikolu f'kull każ fejn ikun sar ilment dwaru quddiem il- Kummissjoni mwaqqfa taħt l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji (Kap. 320) jew li dwaru jkun tressaq każ quddiem xi qorti.\".", "GĦalhekk naħseb li huwa inutli li l-Gvern jipprova jinnega li dan l-abbozz ta' liġi huwa l-ewwel wieħed ta' dan it-tip u li m'huwiex konness ma' l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Anzi hawn irrid ngħid li waqt it- Tieni Qari ħafna kelliema tal-Gvern, inkluż il-Ministru stess, qalu ċar u tond li huma ġew iffaċċjati b'pożizzjoni politika fejn numru ta' nies qalulhom li għalkemm kienu jafu li kellhom id-dritt li jmorru quddiem il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għażlu li ma jmorrux quddiemha minħabba li ma kellhomx fiduċja politika fiha u għax dehrilhom li din il-kummissjoni tant saret b'mod imbażwar li ħassew li hemmhekk ma kenux se jieħdu raġun.", "Dan stqarrietu n-naħa l-oħra stess meta qalet li għal din ir-raġuni hija kienet kostretta li tressaq dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawn irrid ngħid ukoll li jekk m'iniex sejjer żball il-Ministru stess kien qal - jekk ma qalhiex hu qalha xi ħadd minn tan-naħa l-oħra - li meta kienu jagħmlu l-home visits tant kienu jirċievu lmenti, tant kienu jgħidulhom li jridu jagħmlu xi ħaġa għall-inġustizzji li sarulhom u tant kull darba li kienu jgħidulhom biex imorru quddiem il-kummissjoni u kienu jgħidulhom li ma għandhomx fiduċja fiha li bilfors kellhom joħolqu dan it-tribunal.", "Sur President, għalhekk huwa ċar li l-pożizzjoni tal-Gvern hija li dan irid jagħti possibbilta' oħra lil kull minn ma wżax il-poteri mogħtija lilu taħt il-liġi, kemm jekk għax ma kellux fiduċja fil-kummissjoni, kemm jekk għax tilef it-terminu tas-sitt xhur kif ukoll jekk ma kienx jaf li teżisti din il-liġi.", "Il-Gvern iddeċieda li għandna nagħtu ċans ieħor lil kull min ma wżax il-poteri mogħtija lilu taħt din il-liġi, kienet x'kienet ir-raġuni li għaliha ma għamilx dan.", "Din id-deċiżjoni, liema deċiżjoni naħseb li ultimament hija waħda politika, jista' jeħodha kull gvern.", "Naħseb li kieku l-Gvern ħa din id-deċiżjoni billi rraġuna li għandna nagħtu ċans ieħor lil dawk in-nies li tilfu din l-opportunita' għax iħossuhom iktar fiduċjużi li jsemmgħu l-ilment tagħhom taħt dan il-Gvern, probabbilment din in-naħa kienet taqbel ma' dan ir-raġunament fuq bażi ta' prinċipju.", "Wara kollox jekk aħna qed naqblu li din m'hijiex kwestjoni ta' doppio esame fejn permezz tiegħu nkunu qed nagħtu ċans lil min il-każ tiegħu jkun diġa' ġie deċiż mill-kummissjoni jew minn xi qorti jerġa' jsemma l-każ tiegħu ...", "(Interruzzjonijiet) Allaħares din hija kwestjoni ta' doppio esame!", "Pero' dan se jiġi eskluż bl-iktar mod ċar bl-emenda li se jressaq il-Gvern.", "Kont qed ngħid li din in-naħa ma kenitx issib oġġezzjoni li kieku l-Gvern qal li jrid jagħti ċans ieħor lil min ma utilizzax il-possibbilta' li jsemma l-każ tiegħu, pero' din in-naħa ssib oġġezzjoni qawwija li filwaqt li aħna inkludejna lil dawk in-nies li allegaw li sofrew inġustizzja bejn l-1971 u l-1995 u li ma eżerċitawx id-dritt li kellhom, il-Gvern qed jgħidilna li issa mhux kulħadd jista' jirrikorri quddiem dan it-tribunal imma dawk biss li l-inġustizzja tagħhom saret bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1995.", "B'hekk hawn il-Gvern qed jiskarta lil dawk in-nies li sofrew xi inġustizzja bejn l-1971 u d-9 ta' Mejju, 1987 u li ma eżerċitawx id-dritt li jressqu l-ilment tagħhom quddiem il-kummissjoni u qed jgħidilhom: Intom m'intomx ċittadini Maltin bħall-oħrajn għax intom kellkom id-dritt li teżerċitaw l-ilment bħall-oħrajn u bħall-oħrajn ma eżerċitajtuhx imma issa l-Gvern Soċjalista, li jemmen li ċ-ċittadin għandu jiġu l-ewwel u li jemmen fiċ-ċittadini kollha bla distinzjoni, qed jiddistingwi għax qed jgħidilkom li intom ma jistax ikollkom l-istess dritt li għandu ħaddieħor.", "F'dan l- istadju jien din ma nsejħilhiex \"diskriminazzjoni politika\" imma nsejħilha biss \"diskriminazzjoni\" jew \"distinzjoni\" għax ċertament f'dan il-każ qed issir distinzjoni bl-iktar mod ċar u apert fid-drittijiet ċivili.", "Kif għidna l-bieraħ, irridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux liġi li tneħħi liġijiet oħra li jiggarantixxu ċerti drittijiet.", "Ċertament irridu noqogħdu attenti wkoll li ma noħolqux distinzjonijiet li ma għandniex noħolqu u fil- fatt jien għadni ma smajt lil ħadd min-naħa l-oħra tal-Kamra jġibilna raġuni valida li għaliha qed issir din id-distinzjoni.", "Sur President, in-naħa l-oħra tal-Kamra ma ġabet l-ebda raġuni biex tikkonvinċi lil din in-naħa li hu meħtieġ li wieħed jiddistingwi l-bażi ta' l-ilment u ċertament l-għażla tad-dati tindika bl-iktar mod ikrah l- intenzjoni tal-Gvern.", "Il-Ministru forsi jagħtina spjegazzjoni iktar 'il quddiem fuq dan ir-rigward, pero' meta qed ngħidu li għandhom dritt isemmgħu l-ilment tagħhom quddiem it-tribunal dawk in-nies li saritilhom inġustizzja bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1997 qisna rridu ngħidu li filwaqt li se nagħtu ċ-ċans lil min sofra inġustizzja taħt Gvern Nazzjonalista, lil min sofra inġustizzja taħt Gvern Soċjalista m'aħniex se nerġgħu nagħtuh iċ-ċans.", "Meta tara dawn id-dati miktubin fuq biċċa karta bilfors tasal għal din il-konklużjoni għax ġew magħżula proprjament id-dati li fihom inbidlet l-amministrazzjoni.", "Hawnhekk l-akkuża ta' diskriminazzjoni bilfors tikber għax il-mod li bih ġew magħżula d-dati jindikaw animu politiku.", "Il-bieraħ il-Ministru pprova jġib l-argument li wara kollox anke fil-liġi li waqqfet il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kien hemm cut-off date u staqsa għaliex quddiem il- kummissjoni setgħu jmorru biss dawk li sofrew inġustizzja mill-1971 'l hawn u mhux mill-1964 'l hawn.", "Sur President, bir-rispett kollu f'dan il-każ jien ma naħsibx li jreġi dan l-argument għax l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kien l- ewwel liġi li ta dan it-tip ta' redress amministrattiv.", "Dik il-cut-off date tista' ssejħilha deċiżjoni politika u targumenta jekk din id-deċiżjoni kenitx tajba jew ħażina, pero' li hu żgur huwa li din il-liġi ħolqot għall- ewwel darba dritt ta' appell fuq kwestjoni amministrattiva u allura kien hemm għażla.", "Stajna għamilniha sa l-1976 jew sa l-1974, pero' din hija l-istess għażla li dan il-Parlament jagħmel kull darba li jistabilixxi preskrizzjoni, fejn iżidha jew jnaqqasha jew itawwalha.", "Din hija l-istess ħaġa.", "Meta tkun qed tistabilixxi r-retroattivita' tal-liġi tista' tiddiskuti l-politika tal- ġurnata pero' mbagħad ma tistax tapplika l-argument kif qed napplikawh hawn, fejn għandek grupp ta' nies, ngħidu aħna mitt ruħ, li ma eżerċitawx dritt li kellhom taħt l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u se nagħtu dritt lil ħamsin minnhom pero' mhux lill-ħamsin l-oħra, għalkemm legalment u ġuridikament huma ugwali.", "U biex jikkonvinċi lil din in-naħa l- Ministru jrid jgħidilna r-raġunijiet għaliex kellha ssir din id- distinzjoni.", "Għaliex jekk, kif argumenta diversi drabi l-Ministru fit- Tieni Qari, l-iskop tal-Gvern kien li jagħti opportunita' lil min ma eżerċitax id-dritt, għaliex ma jagħtihiex lil kulħadd?", "Għaliex għandu jiddistingwi?", "Fil-bidu li twaqqfet il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji jien kont niltaqa' ma' diversi nies - din qed ngħidha bl-iktar mod onest u sinċier, apparti l-politika - li ma kenux jafu li hemm il-perijodu tas-sitt xhur u dawn meta marru quddiem il-kummissjoni ġew miċħuda peress li diġa' kien qabżilhom it-terminu u ma setgħux japplikaw.", "Dan apparti l-problema legali li se niġu għaliha fi klawsola 6.", "Per eżempju, jien naf individwu li kien jaħdem id-Dwana u kellu kwestjoni mal-gvern fuq il-pensjoni tiegħu li qatt ma ġiet risolta u meta rtira fl-1974 jew fl-1975 baqa' b'din il- problema.", "Jiġifieri assolutament din m'hijiex kwestjoni ta' politika imma hija kwestjoni dwar kalkolu ta' pensjoni fejn hu qed jallega ħaġa u l-gvern qed jgħid oħra.", "Issa lil dan se nċaħħduh milli jirrikorri għand it- tribunal.", "Għal liema raġuni?", "U bħal dan hemm numru ta' każijiet ġenwini.", "Jista' jkun hemm numru ta' każijiet politiċi wkoll, pero' jekk aħna qed nagħtu d-dritt lill-każijiet politiċi ta' bejn l-1987 u l-1995, għaliex m'għandiex nagħtu l-istess dritt lil min kellu każ politiku qabel l-1987 li kien igawdi dan id-dritt u baqa' ma eżerċitahx?", "Pero', apparti l-kawżi politiċi jien semmejt każ speċifiku ta' pensjoni.", "Għaliex dan l-individwu li rtira fl-1974 jew fl-1975 m'għandux jingħata l-istess dritt li ngħatat persuna li rtirat fl-1988 u għandha l-istess problema?", "Din hi d- diffikulta' kbira ta' din in-naħa.", "Aħna qatt ma nistgħu naċċettaw li jkun hemm din it-tip ta' diskriminazzjoni għax evidentement din hija diskriminazzjoni politika.", "Irrid ngħid ukoll li aħna nsibu oġġezzjoni anke għas-subklawsola 5 (3)(c) li tgħid:", "\"Il-Prim Ministru jista' jagħmel ordni fil-Gazzetta li biha jemenda, jibdel jew jissostitwixxi l-listi li hemm fit-Taqsima A u fit-Taqsima B ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' dan l-Att.\"", "Issa dawn l-iskedi ma jistabilixxux xi tip ta' formola.", "M'humiex xi ħaġa li tistabilixxi run of the mill amministrattiva imma huma skedi li jiddeterminaw liema korpi huma esklużi mill-ġurisdizzjoni ta' dan it- tribunal u fihom insibu ovvjament il-President, il-Kamra tad-Deputati, il- Kabinett, il-qasam ġudizzjarju, is-Servizzi tas-Sigurta', il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, eċċ. Din in-naħa ma jidhrilhiex li l-Prim Ministru jista' jaqbad u jbiddel ħaġa fundamentali bħal din, jiġifieri l-inoperattivita' ta' din il-liġi fuq ċerti istituzzjonijiet, b'sempliċement ordni fil- Gazzetta tal-Gvern.", "Jidhrilna li l-applikabilita' tal-liġi fuq il- President jew le għandha tiġi diskussa f'dan il-Parlament.", "Mhux f'dan il- Parlament jiġi deċiż illi din il-liġi m'hijiex applikabbli għall-President imbagħad nagħtu l-poter lill-Prim Ministru li b'ordni fil-Gazzetta tal- Gvern f'daqqa waħda l-President jiġi sottomess għal din il-liġi.", "Qed inġib l-eżempju tal-President biss imma hemm il-korpi l-oħra kollha.", "Aħna se nagħmlu oġġezzjoni, per eżempju, illi t-Tieni Skeda, li hija l-forma tar- rikors jew it-taħrika tax-xhud, tinbidel b'ordni?", "Jien naħseb li għandu jkun hemm ħafna iktar rispett lejn din il-Kamra li xi ħaġa bħalma hi l- operattivita' ta' din il-liġi, fejn qed niddeċiedu lil min qed neskludu u lil min m'hux qed neskludu, li qed nistabbilixxuha f'din il-Kamra għandna nemendawha wkoll f'din il-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, tieħu gost tisma' lill-Onor.", "Austin Gatt, issa 26 sena wara, jiftakar f'dawk li setgħu batew inġustizzja fl- 1971.", "Dam daqsxejn waħda ma stenbaħ u dam daqsxejn waħda, matul id-disgħa snin u xi ħaġa li l-partit tiegħu għamel fil-gvern, ma stqarr pubblikament li għandha ssir xi ħaġa biex lil dawk in-nies li saret inġustizzja magħhom f'xi żmien - issa ngħid għaliex f'xi żmien - niġbdulhom l-attenzjoni li hemm means of redress, hemm mezz kif jipprovaw isibu xi solliev għal dik l- inġustizzja.", "Tieħu gost għax li wieħed ikun nesa għal ħafna snin imma mbagħad jagħraf li jkun nesa dejjem hija ħaġa tajba.", "Pero' tkun ħaġa aħjar kieku jammetti u jkun naqra iżjed miftuħ ma' dan il-Parlament - mhux iżjed sinċier għax l-Onor.", "Austin Gatt huwa sinċier biżżejjed - u jgħid li dawn l- osservazzjonijiet seta għamilhom fl-imgħoddi.", "Ma tieħux gost imma meta l- osservazzjonijiet ikunu selettivi bil-mod illi għażel li jagħmilhom hu.", "L- Onor. Austin Gatt jagħżel illi l-loġika tiegħu japplikaha għall-argument safejn irid iwasslu hu imma mbagħad għall-argument li jkun tan-naħa kuntrarja - f'dan il-każ tan-naħa tal-Gvern - il-loġika tiegħu ma japplikahiex iżjed.", "Il-loġika trid tapplikaha għall-argument ikun xi jkun.", "U hawnhekk terġa' tiġi d-data.", "Jekk kemm-il darba qiegħed jgħid illi għandna nagħmlu xi ħaġa li issa, 26 sena wara, tmur lura sa l-1971, allura għaliex m'għandniex immorru lura sa l-1962?", "Għaliex m'għandniex imorru lura anke qabel?", "Għax jekk kemm-il darba toħroġ b'argument li m'għandux qiegħ tista' tibqa' nieżel safejn tibqa' nieżel.", "Għandna mmorru lura sa l-1962?", "Għandna mmorru lura iżjed minn hekk?", "Nieħdu cut-off point l-1962, meta saru ħafna nġustizzji u ma kienx hemm rimedju għalihom, jew ma neħduhx?", "GĦandek tiġbed linja jew le meta titkellem bis-serjeta' fuq is-suġġett u meta tapplika limitu fil- kontest ta' dak li tkun qiegħed tipprova tirranġa?", "U jiena ngħid illi, iva, għandna niġbdu linja.", "M'għandniex niġbdu linja meta tkun saret xi inġustizzja bħal dik illi rrifera għaliha l-Onor.", "Austin Gatt fir-rigward ta' bniedem - li skond l-Onor.", "Membru stess dan m'għandu x'jaqsam xejn mal-politika - li kellu xi żball jew inkella xi nuqqas fil-ħdim tal- pensjoni tiegħu.", "Hemmhekk m'għandniex niġbdu linja, la fl-1962, la fl- 1971, la fl-1987, m'għandna niġbdu ebda linja.", "Fejn saret x'inġustizzja amministrattiva li għandna nagħmlu hu li ngħidu lil din il-Kamra li f'każi bħal dawk m'hijiex kwestjoni ta' kummissjoni jew tribunal li min-natura tiegħu, kif stqarr hu stess, jew l-oriġinu tiegħu essenzjalment huwa wieħed politiku.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq the right of redress kontra xi nuqqas amministrattiv dak għandu jittraxendi kull arranġament anke li tagħmel din il-Kamra.", "Jien nieħu pjaċir nosserva li diġa' qiegħda tinbena l-konswetudni li permezz tagħha wieħed jista' jassigura b'mod aħjar illi nies li jkunu batew xi nuqqas tali - jew għallinqas iħossu li batew - jsibu l-mezz tas- sodisfazzjon.", "Għaliex?", "L-ewwelnett għandek l-amministrazzjoni tal-ġurnata - sew tal-lum u jien irrid nemmen li anke tal-bieraħ u anke tal-bieraħt lura u anke ta' qabel il-bieraħt lura - illi jekk kemm-il darba jersaq quddiemha lment mingħand ċittadin li kien uffiċjali pubbliku - ngħidulu ċittadin fis-sens illi fil-każ li ċċita l-Onor.", "Gatt kien qiegħed fis- servizz tal-gvern - u dak l-ilment jinħass li huwa ġustifikat, hemm għalfejn ikollna tribunal biex ilment bħal dak jiġi rranġat?", "Skond l- esperjenza tul iż-żmien tiegħi, daqqa twila u daqqa qasira, resqu każi tat- tip li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Austin Gatt u ma kienx hemm għalfejn jersqu bit-tribunali.", "Resqu anke b'rappreżentanza personali jew inkella rappreżentanza illi lil dak li jkun jagħmilhielu xi ħadd, jew membru tal- parlament - hu mil-liema naħa tal-Kamra hu - jew il-kappillan, jew avukat, jew tabib, jew ħabib, hu min hu.", "U jekk kemm-il darba tara li dak li jkun għandu raġun fil-punt li jkun qiegħed iqajjem, jiġifieri li m'huwiex qiegħed jieħu dak li ħaqqu, li l-pensjoni tiegħu nħadmet b'mod żbaljat jew b'mod li ma hux dak kollu li kien ħaqqu jieħu, tikkorreġih.", "Hemm għalfejn ikollok deċiżjoni minn tribunal?", "Hemm għalfejn ikollok tribunal?", "Tikkorreġih.", "Jiena niskanta kif għandna sitwazzjoni - nemmnu lill-Onor.", "Austin Gatt li qed jiċċita każ ġenwin - fejn nies li rtiraw fl-1973 jew fl-1974 u ħassew li ma ngħatawx il-pensjoni li kien ħaqqhom stennew 20 sena jew 22 sena biex jitkellmu.", "Jew forsi tkellmu u ħadd ma ta' kashom.", "Jien nittama li ma kienx il-każ li tkellmu u ħadd ma ta' kashom imma ċertament għandna naqblu aħna f'din il-Kamra li fejn ikun hemm każi ċari bħal dawn illi dak li jkun iħossu - issa jekk ikunx ġara hekk jew le wieħed ikun irid jara - li ma ngħatax dak li ħaqqu wara li jkun serva fis-servizz pubbliku - jista' jkun xi qasam ieħor, naħseb dan semmieh bħala eżempju - għandu jkollu d-dritt awtomatiku illi jersaq quddiem il-gvern tal-ġurnata, hu min hu - ma jersaqx quddiemu politikament imma jersaq bi dritt - u jfittex illi jieħu rimedju tan-nuqqas illi jħoss illi bata.", "B'hekk jissodisfa l-ħteġijiet li jkun hemm - għal pensjoni f'dan il-każ jew għal servizz soċjali - u jekk l- eżitu jkun li veru jkun sar nuqqas, allura l-awtorita' tal-ġurnata, hu min hu fil-gvern, hu min hu l-ministru u hu x'inhu l-kulur politiku tiegħu għandu jkollu l-kapaċita' - naf li l-Ministru għandu din il-kapaċita' u fiż- żewġ naħat tal-Kamra jeżistu minnhom; nafu li l-prattika hi hekk - u għandu jkollu n-nuqqas ta' rażan fuqu nnifsu u n-nuqqas li joqgħod jistaħba wara ħafna regolamenti u jgħid li veru hemm każ li għandu jiġi rranġat u jirranġah.", "Jekk ma jistax jirranġa b'mod ġuridiku, skond il-punto u l- virgola tar-regolamenti, jista' jirranġa ex-gratia.", "Il-frażi ex-gratia ddejjaqni imma qiegħed nużaha biex inwarrab min-nofs l- argument - nieħdu bl-ispirtu li tpoġġa f'dan il-każ - li ressaq l-Onor.", "Austin Gatt li jista' jkollok nies li qabel l-1987 ġenwinament batew xi nuqqas - lanqas ngħidlu inġustizzja f'dan il-każ - u ma sabux rimedju għalih.", "Ir-rimedju jeżisti llum, se jkun jeżisti għada jekk jinbidel il- gvern u pitgħada jekk jerġa' jinbidel il-gvern.", "Dejjem għandu jkun hemm rimedju għan-nies li ma ħadux is-sodisfazzjoni jew id-dritt sħiħ tagħhom mingħand l-amministrazzjoni tal-ġurnata minħabba xi nuqqas amministrattiv.", "Dan għandu jitwarrab min-nofs mill-ewwel.", "Dan il-punt għandu jitwarrab min- nofs iżjed u iżjed meta nifhmu li jekk kemm-il darba xi ħadd jersaq b'xi każ bħal dan quddiem l-Ombudsman...", "Kif osserva l-Onor.", "Gatt iż-żewġ naħat qablu fuq it-twaqqif tiegħu u fuq il-persuna li hija l-ewwel Ombudsman u ż-żmien uriena kemm kultant dan il- Parlament jitla' 'l fuq minnu nnfisu u jagħmel xi ħaġa tajba.", "Mhux dejjem affarijiet ħżiena nagħmlu.", "Kultant insibu common ground li jagħti l-frott.", "Il-probabbilta' kbira tkun li l-Ombudsman jgħidlu - hemm il-case law qed tinbena - li filwaqt li ħares lejn il-każ tiegħu ma jistax jisimgħu u jagħtih deċiżjoni illi permezz tagħha jista' jmur jiddomanda xi ħaġa, u jirrikmandalu li fil-każ tiegħu jittieħdu passi ta' rimedju għall-ilment li jkun qed jagħmel.", "Allura għandek żewġ affarijiet; għandek l-inklinazzjoni naturali li għandu jkollu l-gvern tal-ġurnata, hu min hu, u issa hemm il- mekkaniżmu ta' l-Ombudsman.", "Jien persważ li kemm l-Ombudsman li għandna bħalissa, kif ukoll persuni oħra li jimxu fuq il-mudell tiegħu iktar 'il quddiem, ikunu jistgħu jagħtu rimedju huma stess.", "Ladarba tkun warrabt mill-bażi ta' l-argument il-punt illi fuqu wieħed jista' jgħid li dan huwa punt validu - u rridu noqogħdu attenti li każi bħal dawn ma jkunux emarġinati, iżolati u mwarrbin - x'jifdallek?", "Jifdallek il-qasam politiku.", "Ejja ma noqogħdux nilludu lilna nfusna fuqhiex qegħdin nitkellmu.", "Jifdallek il-qasam politiku.", "Madam Speaker, jien ngħid li aħna għandna nipprovaw nersqu għal żmien meta ma jkunx hemm bżonn ta' tribunali ta' din ix-xorta, meta ma jkunx hemm bżonn kummissjonijiet ta' natura politika, bħalma kien hemm fl-imgħoddi u bħalma hemm jew se jkun hemm fil-bażi ta' din il-liġi, mhux bħala strument politiku imma ta' oriġinu politiku.", "Għax allura għaliex saret din il- kummissjoni kontra l-inġustizzji?", "Saret biex tidħol fl-inġustizzji jew inkella għaliex il-gvern tal-ġurnata li għamilha, li allura kien il-Gvern Nazzjonalista, ikkalkula b'mod politiku illi l-inġustizzji saru wara Ġunju ta' l-1971, li nżertat id-data meta 26 sena ilu kien inbidel il-gvern għax tela' l-Partit Laburista?", "Araha!", "Il-bażi politika waħedha toħroġ.", "Għamel dik id-data għaliex rabat data politika, il-bidla fil-gvern, mal- possibbilta' li setgħu saru xi inġustizzji.", "Saru inġustizzji?", "Ma sarux inġustizzji?", "Jien ma nidħolx fiha.", "Probabbilment kull amministrazzjoni tagħmel xi inġustizzji.", "Probabbilment fil-kontest tas-soċjeta' tagħna l- perception hi li taħt il-gvern l-ieħor, il-gvern tan-naħa l-oħra, in-naħa li ma tkunx fil-gvern tbati inġustizzji.", "Dik hi l-perception u jekk għandna nattakkaw xi ħaġa fl-għeruq tagħha hija li nneħħuha din il- perception.", "Ma noqogħdux nużaw il-loġika safejn irridu aħna, kif għamel l- Onor. Gatt, li wassalha sal-punt ta' l-1971, wassalha sal-punt ta' l-1987, bħalma hemm f'din il-liġi u mbagħad ma resaqx 'l hinn minnha.", "Ejja ngħidu li dan it-tribunal se nagħmluh għaliex hemm bżonn li nagħmluh.", "Hu bil- prattiċita' politika tiegħu - jaf li jiena nammira l-prattiċita' politika u l-bluntness politika - qal illi l-gvern tal-ġurnata għandu d-dritt u forsi wieħed ġieli jifhem ukoll ir-raġuni - kif poġġiha hu - li jieħu miżura bħal din u jagħmel mekkaniżmu bħal dan.", "Jiena ngħid: Ejja naslu iżjed 'il quddiem għall-punt fejn il-loġika nestenduha 'l quddiem issa u mhux lura.", "Mhux bħala premessa biex jien inkun nista' nikkritikah u ngħidlu: Wassaltha safejn ridt inti biss u ma wassalthiex lura biżżejjed biex verament tkun loġika.", "Jiena ngħid: Ejja nibnu 'l quddiem u nitgħallmu minnha 'l quddiem.", "Ejja nagħmluh dan it-tribunal.", "Ejja nisimgħuhom dawn l-imberkin każi li l- Bambin jaf kemm ġejjin quddiem it-tribunal.", "Ejja ma naqgħux fit-trappola li jrid jagħmel l-Onor.", "Gatt fejn il-mijiet u l-eluf ta' każi li se jersqu quddiem it-tribunal irid jimmultiplikahom daqs il-ħut u l-ħobż - forsi mhux daqstant imma kważi għax dak hu l-iskop ewlieni tiegħu.", "Ejja neħilsu minn din il-biċċa xogħol li trid issir u mmorru 'l hinn minnha.", "Ejja nipprovaw nisħqu illi l-iktar ħaġa mportanti li għandu jkun hemm hija li darba kellna bidla fil-gvern u n-Nazzjonalisti kienu għamlu l-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji u issa għandna bidla fil-gvern u aħna qegħdin nagħmlu dan it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji wkoll.", "Il-bażi ta' kull deċiżjoni f'kull każ hija bażi politika għaliex għandek il-perception tan-nies taż-żewġ naħat li, taħt naħa jew oħra, meta tinqaleb il-qagħda jsiru l-inġustizzji.", "Għaliex ma mmorrux u nattakkaw is- sitwazzjoni biex ngħidu li s-soċjeta' tagħna - is-soċjeta' tagħna hija demokratika u għaldaqstant irid ikollha ideat differenti u iktar kontrastanti u m'għandux ikollna soċjeta' fejn isiru inġustizzji għal raġunijiet politiċi u għal ebda raġuni - għandha tkun soċjeta' ġusta.", "Dak għandu jkun il-punt.", "Biex nersqu 'l quddiem ħalli veru niddiskutu din il- liġi fil-Committee Stage kif għandha tiġi diskussa biex intejbu l-liġi - issa li l-prinċipju għadda mis-Second Reading irridu nersqu biex intejbu l- liġi - issa rridu nitkellmu mneżżgħin mill-politika mhux bil-mod illi nafu nagħmlu lkoll - jaf jagħmlu l-Onor.", "Austin Gatt, naf nagħmlu jien u naħseb li lkoll nafu nagħmluh - billi noqogħdu nitkellmu b'mod illi fil-wiċċ jidher mod legali u mod loġiku imma l-kurrent qawwi li jkun għaddej ikun wieħed politiku.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Ħalli nieqaf u nieħu l-punt li kien se jagħmel il-Ministru.", "L-aħħar punt illi għamel l-Onor.", "Gatt hu u jitkellem - dan \"tkaża\" in sub-quotes - kien illi fi klawsola 5 hemm il-provvediment illi l-Prim Ministru jista' jagħmel ordni fil-Gazzetta tal-Gvern li biha jemenda, jibdel jew jissosstitwixxi l-listi li hemm fit-Taqsima A u fit-Taqsima B ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-Onor.", "Austin Gatt qal illi dan mhux sewwa għaliex la dan il-Parlament għadda dawk il- listi għandu jkun hu illi jkollu d-dritt illi jbiddilhom.", "Jiena naqbel miegħu imma għandek tikkritika dak il-punt fil-kontest reali li għandek tikkritikah.", "Dan il-punt għandek tikkritikah fil-kontest illi dak huwa provvediment meħud kompletament kelma b'kelma mil-liġi li għamel il-Gvern Nazzjonalista biex waqqaf l-Ombudsman bl-approvazzjoni u bi qbil ta' din il- Kamra.", "Kif tista' tgħid li ma taqbilx ma' xi ħaġa li għaddiet minn din il- Kamra diġa'?", "Hawnhekk ma tidħolx il-kwestjoni li l-Onor.", "Gatt dak iż-żmien ma kienx hawnhekk għaliex il-Kamra taġixxi rrispettivament mill-Onor.", "Membri li jkun hemm.", "Il-Kamra għandha l-ħajja tagħha.", "Għalhekk dak iż- żmien ma sarx żball għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett jekk stess issir ordni mill-Prim Ministru jew minn xi ministru ieħor din trid issir permezz ta' legal notice - kull legal notice trid titpoġġa fuq il-Mejda ta' din il- Kamra u kif jafu l-Onor.", "Membri u l-avukati hemm perijodu ta' 28 ġurnata li matulhom din tista' tiġi challenged u tista' titressaq riżoluzzjoni biex dik l-ordni tinqaleb - u t-tieni nett għaliex jekk l-Onor.", "Austin Gatt ried ikun kritiku tal-liġi kif għandu jkun, missu ħares lejn l-Ombudsman Act fejn kien isib li din il-klawsola li l-Prim Ministru jista' jagħmel ordni hija kwalifikata bis-subartiklu ...", "Ħalli naqra l-verżjoni bl-Ingliż li tgħid hekk:-", "\"No order under this subsection shall have effect unless it has received the prior approval of the House of Representatives signified by resolution.\".", "Din osservaha l-Onor.", "Mangion waqt li kien qed jitkellem l-Onor.", "Austin Gatt.", "Kieku l-emenda tiegħu hija biex jidħol dan is-subartiklu wieħed jgħid li qiegħed jitkellem bis-serjeta' u b'mod biex insaħħu din il-liġi.", "Imma meta jirristrinġi lilu nnifsu għal argument li fil-wiċċ huwa legali imma ftit biss taħt il-wiċċ huwa politiku għall-aħħar u jipprova jżid mijiet u eluf ta' nies biex jersqu quddiem dan it-tribunal, ngħidlu li jrid jiċċajta.", "Għalhekk sa fejn hu validu l-punt li għamel hu - u dan il-punt għandu l-validita' tiegħu - se jiġi korrett minnu stess għax jista' jħares lejn il-liġi u jagħmel iż-żieda b'mod loġiku u ġust u b'mod li jirrispetta d-drittijiet ta' din il-Kamra li l-Ministru jħoss li jkun meħtieġ.", "(Interruzzjonijiet) Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN : Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 24 ta' April, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni Nru. 49 dwar il-Liġi tal-VAT mressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fit-2 ta' April, 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kulħadd jaf li l-Euro-Mediterranean Conference li saret f'Malta ftit tal-ġranet ilu mhux biss kellha ċerta importanza għal pajjiżna imma wkoll għall-pajjiżi ġirien tagħna u għall- Ewropa.", "Illum jien m'inix se nitkellem mil-lat politiku imma mil-lat ta' l- organizzazzjoni li saret għal dan l-avveniment.", "Fil-fatt jien kont involut f'din l-organizzazzjoni u għalhekk stajt nara kif kienu mexjin l-affarijiet mill-qrib.", "GĦal din ir-raġuni jien inħoss li għandi nirringrazzja lil kull min ta sehem fl-organizzazzjoni u ħassejt ukoll li għandi nirringrazzja speċifikament lil ċerti dipartimenti u sezzjonijiet li taw sehemhom f'din il-konferenza.", "Fil-fatt nista' ngħid li fl-ajruport, fejn jien kont kontinwament, stajt nara li kull min kellu x'jaqsam ried jaħdem bħala familja waħda.", "Ħassejt li hemmhekk kien ta' eżempju kif pajjiżna għandu jkun magħqud għaliex ma kien hemm l-ebda differenza, la politika u lanqas mod ieħor.", "Stajt nara, kemm mil-lat ta' sigurta' u kemm mil-lat ta' personnel, il-mod kif taw l-għajnuna kollha tagħhom lill-ministri meta ġew u telqu minn pajjiżna.", "Nista' nsemmi l-istaff ta' l-uffiċċju tal-manager ta' l-airport security, l-Armed Forces, l-MIA security u l-customer care department, il-ground u l-passenger handling ta' l-Airmalta, il-pulizija, l-air traffic controllers tad-DCA, ir-refuelling section ta' l-Enemalta u l- customs department.", "Hawnhekk tajjeb li nsemmi l-persuna li kienet in charge mis-sigurta' ta' l-ajruport, il-Maġġur Cassar, li ta sehem importanti ħafna, kif ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija li għamel ħin twil hemmhekk.", "Kull min ġie f'pajjiżna, inkluż il-ministri, kollha qalu kemm konna organizzati tajjeb u kemm kien hemm security għal din il- konferenza.", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll lill-Ministru Van Mierlo ta' l- Olanda li kien il-president ta' din il-konferenza, li faħħarha minn kull lat.", "Insemmi wkoll lil Yasser Arafat u lil David Levi ta' l-Iżrael.", "Għalhekk jien ħassejt li għandi nirringrazzja pubblikament lil kull min ta sehem fl-organizzazzjoni ta' din il-konferenza.", "Madam Speaker, fil-bidu tas-sena d-dieħla se ssir konferenza tad-WTDC li se tkun responsabbli għaliha t-Telemalta.", "Se jieħdu sehem ma' l-1,500 delegat u fost dawn id-delegati se jkun hemm ammont sostanzjali ta' ministri.", "It-Telemalta taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħi u nħossni fiduċjuż li din se tirnexxi wkoll għax rajt b'għajnejja d-dedikazzjoni ta' kull min ħa sehem fl-Euro-Mediterranean Conference.", "Għalhekk jien persważ li l-istess koperazzjoni se nsibuha s-sena d-dieħla meta ssir din il- konferenza ġewwa pajjiżna.", "Madam Speaker, nixtieq issa ngħaddi għal suġġett ieħor li għandu x'jaqsam ukoll mat-Telemalta.", "Nista' ngħid li kontinwament fuq il-mezzi tax-xandir ikun hemm xi lmenti minn ċittadini dwar xi ħaġa li għandha x'taqsam magħha t-Telemalta.", "Tajjeb li nispjegaw lill-poplu fejn huwa għandu raġun u fejn m'għandux u fejn mhux qed jifhem sew.", "Se nsemmi eżempju li ssemma dan l-aħħar, ċioe' l-malicious calls fejn wieħed jagħti fastidju lil dak li jkun permezz tat-telephone.", "Madam Speaker, jien nista' nassigurak li ħadd daqsi ma kien preokkupat meta kont fl-Oppożizzjoni u għadni preokkupat b'din il-problema.", "Jiena batejt minnha din għaliex jien stess kont vittma ta' dawn it-telefonati anonimi.", "Pero' lill-poplu m'għandniex nagħtuh x'jifhem li t-Telemalta qiegħda f'pożizzjoni li permezz ta' \"biċċa unit\" tista' tiddentifika n-numru minn fejn wieħed ikun qiegħed iċempel.", "Le, it-Telemalta ma tistax tagħmel hekk.", "Biex isir hekk hemm bżonn li jkollna l-hardware u s-software neċessarju fil- computer system tat-Telemalta.", "Ċertament li għalina t-Telemalta għadha mhijiex f'pożizzjoni li tista' toffri dan is-servizz.", "Qed ngħid dan biex nuri li ma kienx korrett meta xi ħadd qal fuq il-mezzi tax-xandir li t- Telemalta tista' tagħmel din il-ħaġa faċilment.", "Dan talab lili, bħala ministru, biex nintervjeni, qisu xi ħadd qed jistenna li jingħata l-go- ahead tiegħi.", "Li kieku din il-ħaġa setgħet tiffunzjona naċċerta lil kulħadd li kont nidħol b'ruħi u b'ġismi biex nara li ssir għax jien naf x'jiġifieri telefonati anonimi.", "Naf x'jiġifieri meta wieħed jgħaddi minn dawk il-problemi.", "Naċċerta lill-poplu Malti u Għawdxi li qed nagħmel il- pressjoni tiegħi kollha biex ma jdumx ma jkollna dan is-servizz.", "Jiena nixtieq nieħu din l-opportunita' biex jekk hemm xi ċittadin li għandu xi suġġerimenti jew ilmenti dwar it-Telemalta, jista' jikteb direttament liċ- chairman jew lill-customer service unit tat-Telemalta jew jista' jikteb direttament lill-public relations officer fil-ministeru tiegħi.", "Jien naċċerta lill-poplu li aħna nagħtu attenzjoni kif suppost u kif jixraq.", "Madam Speaker, il-bieraħ f'dan il-Parlament reġgħu ssemmew it-transfers fit-Telemalta.", "Jien nerġa' nistieden għal darb'oħra lil min qiegħed jgħid dan il-paroli fil-vojt għal skopijiet ta' propaganda qarrieqa, li jekk għandu xi provi li saru xi transfers politiċi u vendikattivi, jieħu l- passi.", "Naċċertah - u hawn qed nitkellem b'responsabbilta' kbira - li jien qed nagħmel sorvelja kontinwa biex dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Li qed isir fit-Telemalta hija ri-organizzazzjoni biex dawk in-nies li ma kenux qed jagħmlu x-xogħol li suppost jagħmlu jibdew jagħmluh; biex dawk il-ħafna abbonati tat-telephones li kienu ilhom jistennew biex jissewwilhom is-sett tat-telephone ma jdumux jistennew aktar; u biex dawk li ilhom jistennew biex jingħataw is-servizz tat-telephone ma jdumx ma jingħatalhom.", "Dan l- għan diġa' lħaqnih fit-Telemalta.", "Jien ma noqgħodx indoqq it-trombi pero' huwa importanti li l-poplu jkun jafhom dawn l-affarijiet.", "Illum fuq il- mezzi tax-xandir m'għadniex nisimgħu lmenti ta' nies li ilhom jistennew ġimgħat sħaħ biex isewwulhom il-ħsara fit-telephone.", "Il-poplu stess jurik meta jkun hemm dan in-nuqqas għax jibda jilmenta fil-miftuħ.", "Kieku mhux qed isiru dawn l-affarijiet il-poplu jilmenta kif kien jilmenta ftit xhur ilu fuq il-mezzi tax-xandir.", "Madam Speaker, jien bir-responsabbilta' kollha nisfida lil min qed jipprova jqarraq bil-poplu Malti, lil min ma jridx li l-poplu Malti jkollu servizz mill-aqwa, lil min ma jridx li l- poplu Malti jingħata s-servizz tat-telephone mill-aktar fis u lil min ma jridx li l-poplu Malti jinqeda malajr meta jkollu ħsara fit-telephone, biex ma joqgħodx jinqeda bi propaganda qarrieqa.", "Meta jagħmel hekk ħsara lill- poplu Malti jkun qed jagħmel.", "Jekk inti jidhirlek li qed isiru affarijiet ħżiena kun raġel u meta titkellem ġib il-provi u naċċertak li nieħdu l- passi.", "Pero' m'huwiex sewwa li tiġi tgħid dawn l-affarijiet meta m'humiex veri.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li mhux biss turi l-ipokresija ta' l- Oppożizzjoni imma wkoll tagħmlilhom diżunur hija li fuq l-iċken ħaġa jimmislijdjaw lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, dik l-istituzzjoni li meta kienu fil-gvern huma tant kienu jiftaħru li se jagħtuha d-dinjita' li tixirqilha, u se ngħid għaliex.", "Fl-aħbarijiet ta' Radio 101 ingħad li fix- Xgħajra far id-drenaġġ.", "Qalu wkoll: Il-Ministru Joe Mizzi qabel tgħidx kemm kien jikkomplejnja meta kien joħroġ id-drenaġġ hemmhekk imma issa abbandunahom u lanqas tkellem.", "Imma x'wiċċ irid ikollok biex tgħid dawn l- affarijiet!", "L-ewwelnett, b'dan li qed jgħidu hawnhekk qed jikkonfermaw huma stess li dik il-kritika li kont nagħmel jiena dwar l-isbroffar tad- drenaġġ fix-Xgħajra ta' Ħaż-Żabbar kienet minnha.", "Dan juri wkoll li aħna konna Oppożizzjoni kostruttiva u li verament kien hemm din il-problema.", "Barra minn hekk irrid infakkar li dawn kienu qalu li din il-problema solvewha imma llum fuq il-mezzi tax-xandir tagħhom qegħdin jikkonfermaw li mhux veru solvewha għaliex, kif qalu, id-drenaġġ reġa' sbroffa.", "Dan kienu qaluh fil-Parlament u għalhekk jiena għidt li qed jimmislijdjaw lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Ta' min jgħid li meta r-residenti tax-Xgħajra ġibduli l-attenzjoni dwar dan l-isbroffar jiena ma qgħadtx indoqq trombi imma ċempilt lill-ministri responsabbli u lid-dipartimenti responsabbli.", "Jiena minn hawnhekk nirringrazzja lill-Ministru Charles Buhagiar u lill- Ministru Michael Farrugia ta' l-għajnuna li taw lili u lin-nies tax-Xgħajra biex inneħħu l-inkonvenjent li nħoloq fil-weekend għaliex kien hemm riħa li tibqa' tinxtamm għal ġimgħat sħaħ.", "L-istess żewġ Ministri qegħdin jagħmlu investigazzjoni biex jaraw x'qed jikkawża dan il-fawran u biex jaraw x'hemm bżonn isir u jaraw li dan isir u ta' dan nerġa' nirringrazzjahom.", "Dawn huma l-passi li ħadt jiena.", "Jiena kkomunikajt ma' min kelli nikkomunika u dawn ħadu l-passi u qed jagħmlu l-affarijiet bis-serjeta'.", "Kieku fuq il- mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista ma ntqalx dak li ntqal jien ma kontx niġi ngħid dawn l-affarijiet għaliex ma noqgħodx indoqq trombi.", "Qed ngħid dan biex nara li l-affarijiet li jiena responsabbli minnhom jimxu.", "Jiena jiddispjaċini li kelli ngħid dawn l-affarijiet pero' dawn kelli ngħidhom mhux għaliex ridt nagħmel propaganda għalija imma biex nuri l-qerq tal-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni.", "Issa dawn x'għamlu min- naħa tagħhom?", "Dawn m'għamlux bħalna meta aħna konna fl-Oppożizzjoni, ma ħarġux jikkomplejnjaw u juru l-fatti.", "Kieku l-Oppożizzjoni kienet kostruttiva u kienet tagħti kas in-nies tat-Tieni Distrett u n-nies tan- naħa t'isfel ta' Malta kienet tagħmel plejtu bħala Oppożizzjoni u mhux tinqeda bir-radju tagħha biex tipprova ssawwat lili.", "Din hi d-differenza bejn l-Oppożizzjoni li hawn illum u l-Oppożizzjoni li kien hawn ftit xhur ilu.", "L-Oppożizzjoni li kien hawn ftit xhur ilu kienet kostruttiva - u dan ikkonfermawulna huma stess - u l-Oppożizzjoni li hawn illum ma tagħmel xejn ħlief li tipprova ċċappas lil dak u lil ieħor.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, għalkemm diġa' għaddew sitt xhur mill-aħħar elezzjoni kull min sema' lill-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni jitkellmu - sa llum stess - nduna li dawn għadhom ma jridux iniżżluha li l- elettorat Malti warrabhom mis-setgħa.", "Fil-fatt l-elettorat Malti ma warrabhomx b'photo finish għax minn 13,000 vot minn fuq dawn spiċċaw b'7,000 vot minn taħt.", "Fi ftit kliem nistgħu ngħidu li dawn qalgħu tkaxkira kbira.", "Madanakollu l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni għadhom jinsistu u jippretendu li l-poplu Malti jbaxxi rasu għar-rieda tagħhom.", "Iridu li l- poplu jaċċetta l-VAT kif paspruha huma u jridu li l-poplu jaċċetta s- sħubija fl-Unjoni Ewropea kif iddeċidew huma.", "Madam Speaker, lil dawn x'inhu jiġrilhom?", "Tgħid għadhom reqdin jew forsi storduti u ma ntebħux li f'Ottubru li għadda l-poplu għamel l-għażla tiegħu li jwarrabhom bil-kbir!", "Jew forsi jista' jagħti l-każ li għan-Nazzjonalisti d-demokrazija tgħodd biss għal meta l-gvern ikun f'idejhom ħalli dawn jkunu jistgħu jiggvernaw bl-arroganza, bil-ħela u bl-isparpaljar ta' flus speċjalment għall-kapriċċ tal-bażużli tagħhom?", "Fi żmienhom in-Nazzjonalisti ddeċidew li Malta għandha tidħol fl-Unjoni Ewropa.", "Bil-miżuri ħorox li ħadu biex jintgħoġbu mal-barranin ġiegħlu lill- poplu Malti jħallas bil-quddiem.", "Fil-fatt il-poplu ħallas qares biex forsi l-Gvern preċedenti jikseb dik l-imbierka sħubija imma għalkemm daqqew ħafna trombi u għamlu ħafna safar u wegħdi din is-sħubija qatt ma waslet.", "Il- passi li ħa l-Gvern Nazzjonalista tellfu ħafna l-kompetittivita' ta' l- industrija Maltija u mponew fuq il-poplu Malti ħafna piżijiet kbar li ma kienx jiflaħ għalihom mingħajr ma ksibna mqar vantaġġ wieħed ta' sħubija.", "Biżżejjed insemmu l-VAT li kienet taxxa bla bżonn li għolliet il-ħajja, li ħawdet lil kulħadd u li xekklet lill-imprendituri.", "Madam Speaker, biex ikompli jpaxxi xi interessi Ewropej il-Gvern Nazzjonalista daħal għall-proġett ta' l-Isptar San Raffaele b'għajnejh magħluqa u għalkemm ilna minn żmien il-Kavallieri mmexxu l-isptarijiet tagħna aħna, il-Gvern ta' qabilna ried li l-Isptar San Raffaele jiġi mmexxi mill-barranin - allavolja jiftaħru tant li ħadna l-indipendenza - u daħal fi spiża kbira biex jibni sptar li kien se jaqsam ir-riżorsi umani disponibbli għall-kura ta' mard akut fi tnejn bil-konsegwenza li kien se jkun hemm ħafna ħela ta' ħin, strapazzar, periklu għall-pazjent u tant komplikazzjonijiet u taħwid ieħor li wieħed jista' jimmaġina.", "Dan mingħajr ma l-Gvern Nazzjonalista ndenja ruħu jikkonsulta ma' l-MAM, l-union tat- tobba professjonali Maltin.", "Fl-istrajk tat-tobba dawn kienu jikkonsultaw lil din il-union kuljum imma issa, li hemm interessi ulterjuri u barranin, dawn ma baqgħux jagħtu kasha!", "In-Nazzjonalisti daħlu wkoll għal nefqa pubblika li kkawżat l-ikbar budget deficit fl-istorja ta' Malta.", "Biżżejjed ngħid li għalkemm is-sena l- oħra ġie pproġettat deficit ta' ftit iktar minn Lm30 miljun illum spiċċajna b'deficit ta' kważi Lm110 miljun.", "Filwaqt li meta fl-1987, wara 16-il sena ta' tmexxija Laburista, il-Gvern Nazzjonalista sab dejn ta' Lm86 miljun u għamel plejtu kbir għax qal li Malta hija falluta, illum li wara għaxar snin ta' tmexxija Nazzjonalista d-dejn tal-gvern tela' għal Lm500 miljun qisu ma ġara xejn.", "Hawn ta' min jgħid li ma' dawn il-Lm500 miljun hemm Lm500 miljun dejn oħra moħbija fil-korporazzjonijiet u fl-awtoritajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern, jiġifieri nistgħu ngħidu li f'għaxar snin għamilna Lm1 biljun dejn.", "Imbagħad għax għidna li din hija ħofra daħku bina.", "Dawn mhux jidħku jmesshom imma jibku.", "Mela li tagħmel Lm1 biljun dejn f'għaxar snin hija ċajta?", "Jien naħseb li dawn għandhom raġun jgħidu li mhux veru sibna ħofra għax għal dak li sibna hija iktar adattata l-kelma \"barriera\" jew \"fondoq\".", "Issa hawn ta' min jgħid li dawn għamlu dan id-dejn kollu mingħajr ma lanqas biss ingħata ħjiel tiegħu, la lil dan il-Parlament u wisq inqas lill-poplu li jħallas it-taxxi u li jrid iħallas dan id-dejn hu.", "Ma' dan id-dejn wieħed irid iżid ukoll il-miljuni kbar ta' liri li għandhom jieħdu mingħand il-gvern ċerti kuntratturi, importaturi, negozjanti u anke l-poplu in ġenerali meta lil dawn suppost ħallashom il- Gvern Nazzjonalista.", "Issa, bil-wiċċ tost kollu, għax il-Gvern Laburista se jissellef ammont ta' flus biex ikun jista' jħallas lil min għandu jieħu u jtejjeb is-sitwazzjoni li sab, qed jakkużawna li l-ħofor ivvintajnihom aħna.", "Fil-fatt dawn waslu biex jgħidulna wkoll li l-kaġun tas-slow-down li hawn fl-ekonomija huwa tort tagħna meta kollox juri - min għandu ftit melħ f'moħħu dan jafu - li l-ekonomija ilha sejra lura għal dawn l-aħħar sentejn u preċiżament minn meta daħlet it-taxxa tal-VAT.", "Madam Speaker, il-ħela u l-kapriċċi kienu jsiru mingħajr ma l-poplu kellu tagħrif preċiż dwar dak li kien qed jiġri imma fi gżira żgħira, bħal m'hija Malta, fejn kulħadd jaf lil kulħadd, il-poplu seta' jara sinjali ta' arroganza, ta' ħela u ta' tberbiq ta' gvern li beda jippretendi li hu omnipotenti u ħadd ma jista' għalih.", "Il-poplu tfantas għal dan kollu u rreaġixxa billi warrabhom b'mod maġġoritarju li ħasadhom tant li dawn għadhom imħawda u storduti s'issa.", "Madanakollu dan ma kienx biżżejjed biex in-Nazzjonalisti jindmu.", "Il-Partit Nazzjonalista baqa' ma nidimx, anzi ta t-tort lill-poplu u beda jgħajru injorant u li ma jifhimx.", "Fil-fatt uħud min-Nazzjonalisti qalu li l-poplu bela' kollox bħall-mazzun u oħrajn qalu wkoll li l-Gvern Nazzjonalista waqa' minħabba li l-kaċċaturi vvotaw kontra tiegħu.", "La semmejt lill-kaċċaturi jkun tajjeb jekk ngħid li minħabba l- lagħqiżmu tan-Nazzjonalisti l-kaċċaturi raw il-passjoni ġewwa din id-dinja.", "Kien hemm ukoll min qal li l-Gvern Nazzjonalista twaqqa' min-negozjanti li ma ridux jaħdmu bil-cash registers.", "Dawn ir-raġunijiet li nġabu huma kollha ħmerijiet u fil-fatt il-verita' hi li l-poplu ddejjaq u marritlu l- fiduċja li kellu fil-Gvern Nazzjonalista u l-programm elettorali tal-Partit Laburista għoġobhom iktar.", "Madanakollu wara t-tkaxkira li ħa l-Gvern Nazzjonalista ħadd minnhom ma qal li huwa t-tort tiegħu li ġara hekk jew żamm ruħu responsabbli tas-somom ħżiena li għamel u talli aċċerta lil sħabu li l-Gvern tagħhom kien se jkollu maġġoranza ta' 20,000 vot.", "Ħadd minnhom ma fakkar it-tberbiq u l-amministrazzjoni arroganti li kien hawn jew inkella l-fatt li l-Onor.", "Fenech Adami, speċjalment fl-aħħar jiem tal- kampanja elettorali, tilef rasu u iktar u iktar naffar lill-elettorat bil- ħmerijiet li beda jgħid.", "Per eżempju, wieħed jista' jiftakar li dak iż-żmien l-Onor.", "Fenech Adami kien jgħid li n-nisa qed jaħdmu biex ikollhom airconditioner fil-kċina jew fil-kamra tas-sodda u li l-Isptar San Luqa huwa unbeatable, meta mbagħad lanqas lożor ma kont issib.", "Dak iż-żmien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qal ukoll li lill-Onor.", "Alfred Sant ma tistax tafdah.", "L-Onor.", "Fenech Adami forsi kellu raġun jgħid li ma jistax jafda lill-Onor.", "Sant għax kaxkru.", "Il- poplu lill-Onor.", "Fenech Adami ma jafdax għax lill-Onor Alfred Sant fdawh b'għajnejh magħluqa.", "Imma għalkemm illum iż-żejt tela' f'wiċċ l-ilma u l- Gvern Nazzjonalista jinsab barra mil-poter u kkundannat li jagħmel il-ħames snin li ġejjin fl-Oppożizzjoni, ħalli forsi sadanittant jagħmel eżami tal- kuxjenza, dan m'hu qed juri l-ebda sinjal ta' sogħba għal għemilu, la mal- partitarji tiegħu u wisq inqas ma' l-elettorat in ġenerali.", "GĦalhekk il- Partit Nazzjonalista baqa' arroganti sa llum.", "Allavolja issa qiegħed fl- Oppożizzjoni għadu jrid jimponi l-VAT u s-sħubija fl-Unjoni Ewropea fuq il- poplu, qisu qatt ma kien hemm elezzjoni.", "Madam Speaker, għalkemm l-Oppożizzjoni qalgħet tkaxkira din ma tfisser xejn għalihom.", "Il-poplu qalilhom ċar li l-politika tagħhom ma togħġbux imma madanakollu dawn għadhom sa llum ma jridux jirrikonoxxu r-rieda tal- poplu.", "Dak li ma rnexxielhomx jagħmlu meta kienu fil-gvern qed jinsistu li jibqgħu jiddettawh mil-bank ta' l-oppożizzjoni.", "Issa kif għidt diġa' l- Oppożizzjoni qed tuża dan l-aġir minkejja li l-poplu wrihom il-bieb ta' barra bil-ħeġġa kollha fl-aħħar elezzjoni.", "Il-poplu kien ċar dwar l-għażla tiegħu u għalhekk kemm aħna kif ukoll tan-naħa l-oħra rridu nirrispettaw ir- rieda tal-poplu jekk verament nemmnu fid-demokrazija.", "Il-pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea sa minn Ottubru li għadda wrew li huma lesti li jirrispettaw ir-rieda ta' l-elettorat Malti li vvota kontra l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, imma madanakollu n-Nazzjonalisti għadhom iwebbsu rashom dwar dan u issa t-tfixkil sar l-arma ewlenija tagħhom.", "In- Nazzjonalisti erħilhom jaraw sinjali fittizji ta' riċessjoni, ta' ekonomija staġnata u ta' splużjoni ta' qgħad u fl-ebda mument ma jgħidu li jekk illum il-Gvern preżenti għandu xi diffikultajiet quddiemu dawn huma kollha konsegwenzi tal-politika bażwija u ħażina li kellhom huma.", "Madam Speaker, il-poplu ilu li ntebaħ b'din il-politika ta' qerq u jaf li l-Gvern immexxi mill-Onor.", "Alfred Sant kellu l-kuraġġ jaqbad il-barri minn qrunu u jipprova jsib tarf tas-soluzzjoni għall-problemi li sab.", "Il-Gvern preċedenti l-problemi warrabhom u ma tax kashom bil-konsegwenza li l-ferita kompliet tikber.", "Aħna qed nuru li qed nimxu bis-serjeta' u bdejna u se nkomplu nfejqu l-ferita.", "Imma n-Nazzjonalisti għadhom lanqas biss refgħu subgħajhom iż-żgħir biex jibda jiltaqa' l-Kumitat Permanenti dwar il- Kontijiet Pubbliċi.", "Meta jridu jistgħu jagħmluh dan.", "Dan il-kumitat jissorvelja n-nefqa pubblika u huma għandhom it-tmexxija tiegħu.", "Dan juri li l-Oppożizzjoni ma tantx qed tagħti importanza lil dan il-kumitat għax naħseb li ma tantx hi ħerqana li jkomplu jinkixfulha iktar borom.", "GĦalhekk jien naħseb li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar il-poplu se jkompli jinduna bit-taħwid li kien hemm fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti u iktar se jkomplu jinkixfu l-borom li ħawdu fihom huma.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 24 ta' April, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BANEK - MID-MED", "4368.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Mid-Med Bank qiegħed f'negozjati biex iwaqqaf kumpannija ta' l-assigurazzjoni ma' fost oħrajn, kumpannija privata li tagħha iċ-Chairman preżenti kien direttur u qed tinnegozja għax-xiri ta' biċċa art viċin ir-Rużar Briffa Centre mingħand grupp ta' kumpanniji li tagħhom iċ-Chairman kien konsulent?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi evitat kull dell ta' konflitt ta' interess?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.", "AIR MALTA - MANAGEMENT REVIEW", "4369.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min tqabbad biex jagħmel management review ta' l-Air Malta u kemm tħallas jew, jekk għadu ma tħallasx kemm kien il-kont sottomess?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jgħid għal-liema management review qed jirriferi.", "ENEMALTA - MANAGEMENT REVIEW", "4370.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min tqabbad biex jagħmel management review tal- Korporazzjoni Enemalta u kemm tħallas jew, jekk għadu ma tħallasx, kemm kien il-kont sottomess?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-soċjeta` Coopers and Lybrand tqabbdet sabiex tagħmel management review għall-Korporazzjoni Enemalta u ta` dan tħallset is-somma ta` Lm5,175.", "ŻGĦAŻAGĦ - DOKUMENTI", "4471.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar dwar id-dokumenti tal- Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn Ottubru tas-sena li għaddiet 'il hawn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Ottubru tas-sena li għaddiet 'il hawn id-dokumenti tal-Politika Nazzjonali taż- Żgħażagħ ġew aġġornati u mistennija jkunu finalizzati f'qasir żmien.", "ŻGĦAŻAGĦ", "4472.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta lid- Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport li hawn pajjiżi li għandhom Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Onor.", "Membru jkun aktar speċifiku u jindika jekk hux qed jirriferi għall-pajjiżi kollha tad-dinja jew xi kontinent partikolari?", "ŻGĦAŻAGĦ - EXCHANGES", "4473.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-exchanges taż- żgħażagħ li jorganizza d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jistgħux ikunu mfixkla jekk kemm-il darba jitħaddem il-programm Youth for Europe?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "ŻGĦAŻAGĦ - EXCHANGES", "4474.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' akkomodazzjoni u fejn effettivament ġew akkomodati ż-żgħażagħ li siefru matul l-1996 bħala parti mill-programm ta' l-exchanges organizzati mid-Dipartiment taż- Żgħażagħ u Sport?", "Jista' jgħid xi proċeduri jiġu segwiti biex id- dipartiment ikollu tagħrif dwar il-post ta' l-akkomodazzjoni qabel jibagħat liż-żgħażagħ Maltin hemmhekk?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-akkomodazzjoni taż-żgħażagħ li siefru matul l- 1996 bħala parti mill-programm ta' l-exchange organizzat mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport kienet kif imsemmi hawn taħt:", "Hostel - Hostel Tivoli Rathenow - Ġermanja", "Hostel - Youth Exchange Centre Iuventa Bratislanva - Slovakja", "Hostel - Haus Sudetenland Waldkaraiburg - Ġermanja", "Hotel - Churchview Hotel - Birkenhead - Ingilterra", "Kunvent - I Comoniani - Thiene (VI) - Italja", "Hotel - Hotel Blu - Rieti - Italja Hotel - Arco Felice - Pozzuoli (Napli) - Italja", "Camping site - Archeoland - Stallavena Verona - Italja", "Hotel - Hotel Armando - Verona - Italja", "Familji - Strabane - Irlanda ta' Fuq", "Meta exchange ikun se jsir f'post ġdid, uffiċjal mid-dipartiment, meta hu possibbli jżur il-post fejn ikun maħsub li jkunu akkomodati ż-żgħażagħ Maltin barra minn Malta, biex jassigura li kollox ikun tal-livell mixtieq.", "ŻGĦAŻAGĦ - EXCHANGES", "4488.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' akkomodazzjoni u fejn effettivament ġew akkomodati ż-żgħażagħ barranin li ġew Malta matul l- 1996 bħala parti mill-programm ta' l-exchanges organizzat mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif nispera li suppost jaf l-Onor.", "Interpellant, li kien is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-exchanges li saru matul l-1996, iż-żgħażagħ involuti ġew akkomodati fil-White Rocks Holiday Complex f'Baħar iċ-Ċagħaq u fil-University Sports Complex ta' Ħal Lija.", "ŻGĦAŻAGĦ - DIRETTORJU", "4489.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jiġi stampat mill-ġdid id-direttorju ta' l-għaqdiet taż-żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-risposta hija fl-affermattiv.", "U.E. - DIKJARAZZJONI DWAR IL-LIBERIA", "4594.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta assoċjatx ruħha mad-dikjarazzjoni ppubblikata mill-Presidenza Olandiża ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' April, 1997 dwar il-Liberia, għal- liema dikjarazzjoni assoċjaw ruħhom il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal- Lvant, Ċipru u l-pajjiżi ta' l-EFTA li huma membri taż-Zona Ekonomika Ewropea (EEA)?", "Jekk Malta ma assoċjatx ruħha, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid il-għala, u speċifikament jekk fil-fatt Malta ġietx mistiedna tassoċja ma' din id-dikjarazzjoni?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk Malta assoċjatx ruħha ma xi dikjarazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea mis-26 ta' Ottubru, 1996 'il hawn fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurezza komuni ta' l-Unjoni Ewropea, u jekk iva, f'liema każi Malta assoċjat ruħha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "U.E. - NAZZJONIJIET UNITI", "4595.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tal-fatt li l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant qed jiżviluppaw ko- operazzjoni iżjed mill-qrib fil-qasam ta' materji li jikkonċernaw in- Nazzjonijiet Uniti - bħal per eżempju, is-sistema finanzjarja tal-N.U. - u fil-qasam ta' l-OSCE - bħal per eżempju f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ekonomija u s-sigurezza - u f'oqsma li jirrigwardaw il-WTO, l-OECD u l- WIPO, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex qed tiġi żviluppata ko- operazzjoni simili bejn l-Unjoni Ewropea u Malta fl-oqsma tan-Nazzjonijiet Uniti, l-OSCE u fl-oqsma l-oħra msemmija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MSIDA - TELEPHONE BOX", "4596.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li ssir telephone box fi Triq il- Kunċizzjoni kantuniera ma Triq it-Torri, fl-Imsida?", "Jekk dan huwa possibbli, jista' l-Prim Ministru jgħid meta dan huwa previst li jsir?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Korporazzjoni Telemalta tinforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida diga ġie nformat dwar din it- talba u se jittieħdu l-passi neċessarji biex titwaħħal cardphone f'dan il- post fix-xhur li ġejjin.", "B'KARA - MAIN TA' L-ILMA", "4597.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-komunikazzjoni ta' l-ilma permanenti fi Triq Dun Vinċenz Saliba, Tal-Qattus, Birkirkara peress li din it-triq għadha fuq bażi temporanja?", "Jista' l-Ministru jgħid in oltre meta hemm il-ħsieb li din it-triq tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li l-estensjoni tal-mejn ta' l-Ilma fi Triq Dun Vinċenz Saliba, tal-Qattus, Birkirkara, huwa proġettat fil-programm ta' xogħlijiet li jkopri 20 kilometru ta' estensjonijiet ta' mejnijiet.", "Ix-xogħlijiet mistennija jsiru fit-12-il xahar li ġejjin.", "PTA - ROTTA NRU.", "64", "4598.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li r-rotta tat-trasport pubbliku numru 64 tibda topera kull nofs siegħa minflok kull siegħa?", "Jekk dan hu possibbli, jista' l-Ministru jgħid minn meta dan jista' jibda jsir?", "Jista' l-Ministru jgħid in oltre jekk ir-rotta tat-trasport pubbliku numru 70 tistax tibqa' tagħti servizz sal-11.00 p.m. fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru minflok sat-8.00 p.m. kif inhi bħalissa peress li din l- estensjoni hija essenzjali għall-inqas għax-xhur tas-sajf?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-użu li qed isir mis-servizz tar-rotta Nru 64 minn naħa tar-residenti f'tas-Swieqi ma jindikax il-ħtieġa li s-servizz isir aktar spiss kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant.", "Fir-rigward tas-servizz tar-rotta Nru 70, jien infurmat li diġa' saru diskussjonijiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-Għaqda tas- Sidien tal-Karozzi tal-Linja u fis-sajf li għadda saret estensjoni fil- ħinijiet tas-servizz fuq bażi sperimentali, li, iżda, ma tantx kellha riżultati pożittivi.", "SWIEQI - CARDPHONE BOX", "4599.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu ħsieb sabiex issir cardphone box f'waħda mill-kantunieri bejn Triq l-Ispiera u Triq is-Sejjieħ, fis-Swieqi peress li f'dawk l-inħawi jinħass il-bżonn ta' dan is-servizz?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Korporazzjoni Telemalta tinforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi diga' ġie nformat dwar din it- talba u se jittieħdu l-passi neċessarji biex titwaħħal cardphone f'dan il- post."]} {"filename": "19970515_067d_par.doc", "date": "1997-05-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 67 Il-Ħamis, 15 ta' Mejju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 67", "Il-Ħamis, 15 ta' Mejju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "67", "Il-Ħamis, 15 ta' Mejju, 1997", "WERREJ MINUTI 340", "MISTOQSIJIET 340", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 340", "MOZZJONI TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI DWAR IL-LIĠI TAL-VAT 341", "AĠĠORNAMENT 378", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 378", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 400", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 66 li saret fl-14 ta' Mejju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Skond il-ftehim milħuq fl- aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra l-ħin tal- mistoqsijiet mhux se jittieħed u qiegħda tingħata tweġiba bil-miktub għal kull mistoqsija li tidher fuq l-aġenda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar persuni arrestati u persuni formalment akkużati fil- qorti fuq reati konnessi mad-drogi bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u t-30 ta' April, 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5527; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' xogħlijiet li ntalab permess għalihom mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4722;", "Informazzjoni dwar reviżjoni ta' skedar fuq proprjeta' skedata mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4768;", "Lista tad-delegati u ġurnalisti barranin li attendew il-Euro-Med Conference li saret f'Malta f'April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5461; u", "Dettalji dwar applikazzjonijiet għal żvilupp li saru lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-proġett ta' Buġibba, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5560.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONI TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI DWAR IL-LIĠI TAL-VAT", "Ikompli mill-24 ta' April, 1997.", "MADAM SPEAKER: Skond ftehim milħuq fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tibqa' sejra sad-9.30 p.m. u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "Ġie ukoll miftiehem li l-ħin kollu tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat, bil-winding up għall-Oppożizzjoni, u għaldaqstant il- Gvern fadallu 120 minuta u l-Oppożizzjoni fadlilha 84 minuta.", "L-Onor.", "John Dalli huwa in possession.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, l-aħħar darba li ltqajna sabiex niddiskutu din il-mozzjoni li titratta t-tibdil li qiegħed isir fis-sistema ta' tassazzjoni indiretta kont għidt li dan l-eżerċizzju inutli u ta' ħsara qiegħed isir bl-iskuża li l-Gvern għandu xi mandat li jrid bilfors jonora.", "Meta wieħed iħares lejn it-tip ta' mandat li l-Gvern qiegħed jinsisti li għandu, isib li fil-programm elettorali tiegħu, fid-diskorsi u fil-laqgħat li kien jagħmel il-Partit Laburista, kien wiegħed li jneħħi l- VAT wara sitt xhur mill-elezzjoni u li jdaħħal sistema ta' dazju u sisa kif kien hemm qabel l-1995 b'konsultazzjoni sħiħa biex b'hekk - u din hija l- iktar importanti u fuqha l-iktar li smajna - irażżan l-għoli tal-ħajja.", "Issa jiena qiegħed ninsisti, Madam Speaker, li l-ebda waħda minn dawn il- kondizzjonijiet m'hi qiegħda tiġi onorata u kull min jaf x'inhu jiġri dan jifhmu.", "Allura x'mandat hemm?", "Il-Gvern qiegħed jgħidilna li se jneħħi l-VAT pero' meta wieħed jara biex se jissostitwiha jsib li se jkollna VAT oħra għax kulma se jinbidel huma ftit dettalji u l-mod kif se tinġabar din it-taxxa.", "Pero' biex setgħu jsiru dawn it-tip ta' rqajja' f'sistema li hija ppruvata kullimkien kellhom bilfors jgħeżżu l-edifiċju ta' sistema sħiħa u allura qed jipprovaw idaħħlu pilastri oħra biex mingħalihom iżommu l-edifiċju kollu tar-revenue tal- gvern milli jikkrolla.", "B'hekk minflok is-sistema tal-VAT issa se jkollna sistema simili bid-differenza biss fl-istadju li fiha se titħallas.", "Dan kulma qed jagħmel il-Gvern.", "Meta wieħed janalizza preċiżament dan l- eżerċizzju kollu jsib li dan m'hu xejn ħlief li qed nagħtu isem lit-taxxi l- ġodda skond l-istadju li se jitħallsu fih.", "Jien għalhekk qed insostni li dan huwa kollu inutli.", "Jekk it-taxxa se titħallas fl-importazzjoni qed insejħulha excise on imports - EOI - u qed insejħulha hekk għaliex ta' l- Ewropa ġibdulna widnejna u qalulna li dawn ma nistgħux inlaqqmuhom dazji u għalhekk il-Gvern qed jgħid li se jdaħħal sisa fuq l-importazzjoni.", "B'hekk it-taxxa ta' 15% li kienet titħallas qabel semmejniha EOI.", "Imbagħad it- taxxa ta' 15% li kienet titħallas fuq il-prodotti se nibdew insejħulha ETP u din issa se titħallas f'ħafna stadji differenti b'rata ta' 5% kull darba fil-punt tal-wholesale - dan forsi ta' min wieħed jiddiskutuh meta niġu għal-liġi nnifisha.", "Imbagħad għandna t-taxxa l-oħra msejħa ETS li titħallas minn dawk kollha li jfornu s-servizzi fuq kemm ikunu biegħu matul is-sena.", "Mela x'differenza hemm?", "Id-differenza l-kbira li hemm hija li filwaqt li s-sistema tal-VAT hija waħda ppruvata u kulħadd kien jaf fejn qiegħed għaliex jekk tinqala' kwestjoni - f'dawn l-affarijiet jinqalgħu ħafna kwestjonijiet - hemm fuqiex taqa' għaliex hemm l-esperti tat-taxxa, hemm in-negozjant innifsu u hemm anke l-qorti li meta tiġi biex tiġġudika fuq xi każ li jidher quddiemha għandha case law daqsxiex ta' deċiżjonijiet u definizzjonijiet li ttieħdu minn 80 pajjiż li jeżerċitaw s-sistema tal-VAT, b'din it-taxxa l-ġdida qed indaħħlu definizzjonijiet ġodda li ma huma eżaminati u ppruvati mkien u dan qed idaħħal ħafna inċertezzi fost dawk kollha li se jkollhom x'jaqsmu ma' din it-taxxa - il-kummerċjant, il-manifattur, il-hotelier, il-prattikant tat-taxxa u l-ġudikant - għaliex ħadd ma jaf fejn qiegħed u xi jfissru dawn l-affarijiet.", "Pero' jekk il-Bambin irid meta niġu biex niddiskutu l-liġi se jkollna ċans nidħlu fid-dettall f'dawn l-affarijiet għaliex meta wieħed jaqra dan l-abbozz ta' liġi jiskanta kemm b'dawk l-affarijiet li fih kif ukoll b'dawk l-affarijiet li ma fihx.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Membri tal-Gvern qalulna li se jdaħħlu din it- taxxa b'konsultazzjoni, imma tiltaqa' ma' kull min tiltaqa' tisma' lil xi ħadd jgħid li l-Gvern iddiskuta miegħu biex flimkien joħorġu b'xi ħaġa li tagħmel ġid lill-pajjiż?", "Jien nistenna li manager modern iħares u jimxi 'l quddiem ħalli jara l-affarijiet imorru għall-aħjar imma tiltaqa' ma' kull min tiltaqa' jgħidlek li l-Gvern ippreżentalu diktat, fait accompli to control and limit the damage.", "Hija ħasra li lil dan il-pajjiż wassalnih fis-sitwazzjoni fejn illum m'aħniex qed nitkellmu sabiex nagħmlu l- affarijiet aħjar imma sabiex l-affarijiet ma nagħmluhomx agħar milli huma maħsuba li jkunu.", "Din hija l-loġika li biha rridu mmexxu lil pajjiżna?", "Lil din ir-ras iebsa li tgħid li trid tneħħi l-VAT akkost ta' kollox ...", "MADAM SPEAKER: Onor. Dalli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Dalli jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li din hija xi ħaġa li rridu neħduha bis- serjeta' u fil-fatt ma nistax nifhem kif qed nibqgħu nippersistu fuq xi ħaġa li kulħadd qed jgħidilna li hi ħażina.", "Il-Gvern imkien ma qal li s- sistema li se jdaħħal hija aħjar milli għandna llum.", "Il-kelliema tal-Gvern qed jgħidu li s-sistema tal-VAT ikkontribwiet għal żieda fl-evażjoni u li din l-evażjoni ġiet ikkaġunata mill-fatt li n-negozjant għandu dritt jitlob lura l-VAT li jkun ħallas.", "Jien ngħid li jekk stess huwa veru li ma sar xejn ta' ġid minn din is-sistema tal-VAT din żgur li kixfet l-evażjoni li kien hawn fil-pajjiż u dan il-fatt japprezzawh ħafna nies.", "Dan bħal meta wieħed jibda jħossu daqsxejn ma jiflaħx u wara li jagħmel it-testijiet l- isptar u jsib li għandu xi marda jibda jgħid li mar l-isptar u marrduh, u ma jgħidx il-verita' li kien marid minn qabel ma mar l-isptar u li issa almenu jaf ir-raġuni li għaliha ma kienx qed iħossu f'sikktu.", "Fil-fatt il- VAT dak li għamlet għax kixfet l-entita' ta' l-evażjoni li kien hawn f'pajjiżna filwaqt li kixfet ukoll lil ħafna operaturi li kienu qed jevadu t-taxxa - hawn m'iniex qed nirriferi biss għat-taxxa indiretta imma wkoll għat-taxxa tad-dħul u għat-taxxa tal-boll - u daħħlithom fil-linja biex jimxu skond il-liġi.", "Fil-fatt l-istatistika stess turi li hekk kif ġiet introdotta l-VAT in-numru ta' dawk reġistrati li jaħdmu żdied b'eluf kbar.", "Per eżempju, filwaqt li fl-1994 kien hemm reġistrati 7,111 li qed jagħmlu fulltime u part-time job, in-numru ta' din il-kategorija ta' nies fl-1996 tela' għal 12,034, jiġifieri kellna żieda ta' 69%.", "Jien ma naħsibx li dan ġara b'kumbinazzjoni!", "L-istess, filwaqt li fl-1994 kienu reġistrati 7,664 part-timers li ma kellhomx fulltime job, fl-1996 kienu reġistrati 11,130 part-timers, żieda ta' 45%.", "M'hemmx għalfejn ngħid li anke n-numru ta' mpjegati reġistrati li għandhom fulltime job żdied b'eluf kbar.", "Madam Speaker, qabel ma daħlet is-sistema tal-VAT ħafna ħaddiema ma kenux qed jiġu reġistrati mill-employer tagħhom - biex filwaqt li l-employer jiffranka l-bolla l-ħaddiem jiffranka t-taxxa - bil-konsegwenza li dawn l- impjegati ma kellhom l-ebda protezzjoni mil-liġi.", "Pero' hekk kif daħlet is- sistema tal-VAT ħafna employers irrealizzaw li ma kienx jaqbel iktar li jevadu t-taxxa u għalhekk ġiegħlu lill-impjegati tagħhom jirreġistraw.", "Meta bdiet takkumula l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-evażjoni tat-taxxa permezz tas-sistema tal-VAT stajna nibdew nieħdu l-miżuri neċessarji sabiex nattakkaw il-punti differenti fejn wieħed kien jibda jara xi lok ta' abbuż.", "Per eżempju, aħna konna bdejna nħaddmu sistema biex inkunu nistgħu naraw kif kien distribwit il-bejgħ ta' ċerti grossisti kbar.", "Ladarba jibdew jiġu ċċekkjati dawn l-affarijiet - u dawn l-affarijiet tista' tiċċekkjahom għaliex huma mqabbdin waħda ma' l-oħra - kulħadd jibda jirrealizza li dan ma jistax jitlob inputs u refunds kemm irid u li fir- realta' t-turnover li jirrapporta jrid ikun relatat max-xiri li fil-fatt ikun għamel.", "Hawn tibda tidħol l-enforcement fil-prattika.", "Jiena kont staqsejt għal darba darbtejn jekk id-Dipartiment tal-VAT għadux jitlob din l-informazzjoni u għadux miexi fuqha u kont ġejt assigurat li hekk qed jagħmel.", "Madam Speaker, l-ikbar wegħda sagrosanta li ġiet marbuta mat-tneħħija tal- VAT kienet sabiex jitrażżan l-għoli tal-ħajja - dan hu l-mandat li għandu l- Gvern Laburista - pero' meta wieħed jara x'sistema qiegħda tiddaħħal jinduna li minħabba din is-sistema se jiżdiedu t-taxxi u minħabba l- cascading effect ta' dawn it-taxxi, jiġifieri kif dawn it-taxxi u l- profitti se jkunu ċċarġjati fuq l-istess taxxi, allura wieħed jibda jirrealizza li se jkun hawn diżastru fil-prezzijiet.", "Jekk fuq oġġett se jkollok taxxa cascading ta' 15% u mbagħad taxxa oħra fuqha ta' 5% cascading ukoll - u jien qed nassumi li din il-5% se titħallas darba biss għax nerġa' nirripeti li tista' titħallas iktar minn darba - li allura jfisser li fil- prezz tal-bejgħ finali se jkollok effett ta' mill-inqas 21% meta qabel kellek effett ta' 15% VAT, kif tista' tgħid li l-prezz ta' l-oġġett m'huwiex se jogħla?", "Kif tista' tgħid li l-prezzijiet m'humiex se jogħlew meta dawk l-oġġetti li min jinnegozja fihom ma' kien iħallas xejn fuqhom għaliex kien jieħu l-VAT li jħallas kollha lura, u issa se nippreżentawh b'sistema fejn l-ispejjeż ta' dak kollu li jixtri se jkunu ntaxxati mingħajr ma jieħu xejn lura?", "Kif tista' tispjega li anke dawk l-oġġetti li llum m'hemmx VAT fuqhom - qed nirriferi għall-ikel, il-mediċini u l- edukazzjoni - m'huwiex se jogħla l-prezz tagħhom meta n-negozjant se jiżdiedulu spejjeż kbar minħabba t-taxxi li se jkollu jħallas fil-proċess tan-negozju kollu tiegħu?", "L-istess ħaġa tista' tingħad għar-rigward tas- servizzi.", "Kif nistgħu ngħidu li mhux se jkun hemm effett fuq il-prezzijiet tas-servizzi meta min qed jagħti servizz mhux talli se jħallas 5% extra fuq it-turnover tiegħu talli jrid jagħmel tajjeb ukoll għat-taxxi kollha li jeħel mingħand min jissuplixxih bi prodotti u servizzi?", "Din hi r-realta' u dak li se jiġri fir-realta' huwa li fejn illum konsumatur jaf li qed jixtri prodott li jiswa \"tant\" u li fuqu qed iħallas \"tant\" taxxa din it-trasparenza li kien hawn fit-taxxa issa se tittappan u l-konsumatur mhux se jkun jaf kemm qed iħallas taxxa għaliex dawn it-taxxi se jinħbew kollha fil-prezz.", "Meta qabel konna mmorru nixtru f'ħanut ħadd ma kien jgħidlek: Isma', se tixtri qmis, din il-qmis tiswa \"daqshekk\" u dazju fuqha se tħallas \"daqshekk\".", "Issa se nerġgħu niġu għal sistema fejn ma nkunux nafu kemm qed inħallsu taxxa fuq il-prezzijiet li l-konsumatur jiġi charged.", "Li hu żgur hu li t-taxxa li se tibda titħallas fuq dawn l- oġġetti hija iktar mill-15% VAT li qegħdin inħallsu bħalissa.", "L- Oppożizzjoni għalhekk qiegħda terġa' tappella lill-Gvern u tgħidlu li kulħadd qed jgħidlu li qed jagħmel ħażin.", "Din m'hijiex kwestjoni politika jew kwestjoni ideoloġika imma hija kwestjoni teknika u kulħadd qed jgħid lill-Gvern li qed jagħmel żball li qabad it-triq li miexi fiha u li se jagħmel ħsara kbira lill-pajjiż u li se jdaħħal ħafna distortions fl- ekonomija, liema distortions inaqqsu l-effiċjenza ta' l-ekonomija fil- pajjiż.", "X'inhuma dawn id-distortions?", "Dawn id-distortions huma meta bniedem jieħu deċiżjoni mhux abbażi ta' x'inhu l-aktar mod effiċjenti kif jaħdem imma abbażi ta' kif idaħħal iktar flus fil-but għaliex ċertu metodu ta' operazzjoni għandu ċerta tassazzjoni fuqu u ċertu metodu differenti, li jista' ikun iktar effiċjenti, għandu tassazzjoni akbar.", "Per eżempju, wieħed mill-effetti li żgur se jkollhom dawn il-cocktail ta' taxxi, li qegħdin nipprovaw inħawdu biex taparsi nkunu neħħejna l-VAT, żgur se jkun li l-professjonaliżmu f'Malta jibda jispiċċa, għax se niġu f'sitwazzjoni li jekk wieħed ifittex parir ta' espert se jkun intaxxat u jekk wieħed ma jfittixx parir ta' espert ma' jkun intaxxat xejn.", "Hemm ħafna effetti oħrajn pero' dan huwa wieħed mill-effetti li se jaffettwa l-effiċjenza fil-pajjiż għaliex issa se tiġi aktar expensive li tfittex parir ta' espert jew li tfittex servizz ta' kumpannija li tispeċjalizza f'servizz partikolari.", "Qabel ma kienx jagħmel differenza għax meta kont tfittex dan is-servizz mingħand kumpannija kont tiġi ċċarġjat bil-15% pero' dak il-15% kont tieħdu lura u allura jekk kont tfittex ix-xogħol ta' espert jew inkella għamilt ix-xogħol tiegħek in-house kien jiġik l-istess; imma bis-sistema li qed jipproponi l-Gvern illum, jekk inti tfittex il-parir ta' espert, dan se jiċċarġjak bil-5% fuq il-kont tiegħu u dak jibqa' mċappas miegħek.", "GĦalhekk min hu responsabbli mis-self- employed irid jara wkoll l-effett li se jkun hawn fuq l-impjiegi tas-self- employed ukoll.", "Madam Speaker, jien nixtieq nikkonkludi dawn ir-rimarki tiegħi b'appell ġenwin.", "Dan kollu jien m'iniex qiegħed ngħidu għaliex il-VAT daħħalniha aħna.", "Biex daħħalna l-VAT ħadna ħafna xogħol, qlajna ħafna kritika u kellna negozjati twal u mhux kollox \"ejja ħa mmorru\" bħalma qed isir illum.", "Jiġu jgħidulek: Minflok nagħmluha 85 nagħmluha 82, basta nlestu!", "Illum irridu niddeċiedu!", "L-affarijiet mhux hekk għandhom isiru.", "Dawn huma affarijiet serji għaliex finalment se jaffettwaw l-andament ekonomiku f'pajjiżna u se jaffettwaw ir-revenue tal-gvern, mhux biss għaliex filwaqt li l-konsumatur se jħallas iktar il-gvern se jdaħħal inqas imma wkoll għaliex kollox qed jippernja fuq is-sistema antika, dik tad-dikjarazzjoni tat-turnover biss, u se nerġgħu nidħlu f'era ta' evażjoni inkontrollabbli.", "Dik realta' oħra.", "Madam Speaker, se jkollna sistema li lill-VAT ma tneħħihiex.", "B'din is- sistema, apparti xi eċċezzjonijiet żgħar, kull servizz li kien intaxxat taħt il-VAT illum se jkun intaxxat ukoll wara li tgħaddi din il-liġi l- ġdida mill-Parlament.", "L-affarijiet ma nbidlux u l-konċett ta' taxxa fuq il- valur miżjud inżamm u finalment it-taxxi u l-mod ta' kif jiġu rrekordjati t- transazzjonijiet fil-pajjiż inżamm ukoll.", "Li ġara hu li l-glue li jwaħħal kollox flimkien u li jagħmilha sistema koerenti nqata' u issa se jkollna sistema li hija teknikament inferjuri ħafna għal dik is-sistema li qed inħaddmu llum, u dan - nerġa' ngħid - mhux biss bħala revenue raiser għall- gvern imma wkoll teknikament inferjuri biex pajjiżna jkompli miexi biex iseddaq ekonomija aktar effiċjenti u aktar prospera milli għandna llum.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, il-mozzjoni li għandna quddiemna llum tidher li hi dwar il-VAT iżda jekk wieħed jagħsarha jsib li fis-sustanza tmur oltre dan, fis-sens li permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista qiegħed jipprova jiggverna hu mingħajr m'għandu l-mandat li jagħmel dan.", "Fil- fehma tiegħi, il-punt tat-tluq għad-diskussjoni tal-lum għandu jkun il- manifesti elettorali taż-żewġ partiti ewlenin ta' gżiritna.", "Min-naħa għandek il-wegħda tal-Malta Labour Party li jneħħi l-VAT u jissostitwiha b'sistema ta' sisa u dazji, filwaqt li min-naħa l-oħra għandek il-Partit Nazzjonalista li, wara li nduna fejn u kemm kien mar żmerċ bil-VAT, ippropona li jirtokkaha u jimmodifikaha.", "Għal min ma jkunx jaf verament x'qed jiġri fix-xena politika, kliem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li hemm bżonn consensus f'din il-kwestjoni tat-taxxi jista' lil dak li jkun jinżillu għasel.", "Iżda meta wieħed jifli ftit aktar u jsib li biex jinkiseb il-consensus kulma qed jipproponi l-Onor.", "Fenech Adami huwa sempliċement li jitwettaq il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista, allura l- argument jinbidel u wieħed jintebaħ li l-Partit Nazzjonalista mhux talli mhux qed ifittex kunsens u mhux talli qed ikun partiġjan talli fil-fehma tagħna qed ikun ukoll prużuntuż politikament għaliex qed jippretendi li tgħaddi tiegħu mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni b'mod li jmur għal kollox kuntrarju għall-mandat elettorali espress f'Ottubru ta' l-1996.", "Sfortunatament dan l-argument qatt ma jinġieb min-naħa l-oħra.", "Madam Speaker, għalija aktar ma jmorru kontra l-mandat elettorali tal- Partit Laburista ta' Ottubru, 1996 aktar ikunu qed juru li fit-tmexxija tal- partit fl-oppożizzjoni hemm elementi li għadhom lanqas aċċettaw il-verdett tal-poplu kif espress dak inhar.", "Dan huwa ħażin u hawnhekk ta' min wieħed jieqaf ftit u jirrikonoxxi l-fatt li għalkemm il-korpi kostitwiti seta' kellhom u forsi għad għandhom ideat differenti dwar din il-kwestjoni fiskali, xorta waħda fil-maġġoranza assoluta tagħhom għażlu li jiltaqgħu madwar mejda sabiex jiddiskutu mal-Gvern għal kemm hemm bżonn, bil-mandat elettorali tal-Gvern bħala l-punt tat-tluq, u nerġa' nirrepeti din ta' l- aħħar, bil-mandat elettorali tal-Gvern bħala l-punt tat-tluq.", "Għalhekk fil- fehma tiegħi kien kollu barra minn loku kliem il-kollega tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici meta ftit ilu kiteb artiklu li jekk m'iniex sejjer żball kien jismu \"Where Angels Fear to Tread\" fejn qal li:", "\"Four associations have been forced to participate out of fear of the financial chaos that might otherwise ensure.\".", "Li kieku l-Oppożizzjoni, b'mod partikolari l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ħadet il-linja kostruttiva li ħadu l-korpi kostitwiti allura wieħed seta' xi darba jaħseb f'xi għamla ta' kunsens ma' l-Oppożizzjoni, imma dment li huma jibqgħu jtambru li kunsens jista' jinkiseb biss jekk jiġi attwat il- manifest elettorali Nazzjonalista, din tal-kunsens politiku tibqa' biss ħrafa u daħka fil-wiċċ.", "Minn dak li qrajna u smajna jidher li l-Partit Nazzjonalista mhux talli ma jridux soluzzjoni dejjiema tal-problema talli qegħdin jipprovaw jimmobilizzaw ċerti setturi, bħalma huwa s-settur tas- self-employed, biex mingħalihom jgħaqqdu xi forzi ġodda warajhom.", "Naf li għaddew ftit ġranet minn mindu saret din il-laqgħa imma jekk nirriferu għal- laqgħa tal-Partit Nazzjonalista mas-self-employed, mir-rapporti li kien hemm fil-media anke fil-media ta' l-istess Partit Nazzjonalista - għaliex aħna ma konniex preżenti - wieħed seta' jintebaħ kemm kienet laqgħa politiċizzata għall-aħħar fejn aktar dehru interessati li jintervjenu kandidati, deputati u kunsilliera lokali tal-Partit Nazzjonalista milli xi għexieren ta' self-employed infushom.", "Dan iġibni għall-argument l-ieħor.", "Fil-fehma tiegħi, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu llum jinsabu maqbudin f'morsa għaliex għalkemm xtaqu li kieku aħna bħala gvern intawlu kemm nifilħu fuq din il-kwestjoni bit-tama li ma naslu qatt, bil-ħafna kliem tagħhom dwar riċessjoni, economic slow-down u affarijiet oħra aktar saħħew id il-Gvern biex jgħaġġel kemm jiflaħ ħalli din il-kwestjoni tat-taxxa tiġi risolta kmieni kemm jista' jkun u mingħajr ebda dewmien żejjed.", "It-time- frames li qed jipproponi l-Partit Laburista, fil-fehma tagħna, jinkwetaw lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni għax jafu li dan il-cavallo di battaglia li ħasbu li kien se jkollhom ma tantx baqagħlu wisq żmien sakemm jissakkar darba għal dejjem fl-istalla politika.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed jiddejjqu għaliex minkejja l-kampanji li mmuntaw issa qed jirriżulta li m'hemm xejn f'dak li qed nipproponu aħna li jmur kontra l-obbligi internazzjonali li għandu pajjiżna, u dan minkejja l-isforzi li saru minn xi wħud permezz ta' kuntatti biex jipprovaw joskurawna u jċappsuna mill- aħjar li jistgħu.", "Fil-fehma tiegħi, il-Partit Nazzjonalista mhux biss qed juri li qed jiddejjaq li qed niddjalogaw mal-korpi kostitwiti iżda qed juri li qed jiddejjaq l-aktar li qed nikkonsultaw magħhom u nipprovaw insibu flimkien l-aktar soluzzjonijiet ekwi u ġusti għal din il-kwestjoni, liema soluzzjonijiet bl-ebda mod ma jnaffru l-andament tan-negozji u jew ir-ritmu ekonomiku li għandu jkollu l-pajjiż.", "Minkejja dak li diġa' ntqal min-naħa l-oħra tal-Kamra aħna qgħadna attenti ħafna li fuq il-kumitat li qed jiltaqa' mal-korpi kostitwiti poġġejna nies tekniċi u mhux nies politiċi ħalli d-diffikultajiet u l- problemi li jridu jingħelbu narawhom minn lenti oġġettiva u mhux minn xi lenti partiġjana jew politika.", "Tant jidher ċar li tal-Partit Nazzjonalista m'humiex jieħdu gost li n-naħa tal-Gvern qed tiddjaloga mal-korpi kostitwiti li shadow minister ta' l-istess partit ftit ilu wissa billi qal:", "\"One hopes that Dr. Sant will not drag with him innocent partners who have been forced to participate against their better judgement.\".", "Tant tħawdet in-naħa ta' l-Oppożizzjoni li filli ħarġet tattakka lill-GRTU u l-mexxejja tagħhom u filli kien hemm minn allega - u dan fil-ġurnal \"in- nazzjon\" ta' xi ftit ġimgħat ilu - li l-GRTU m'hijiex tieħu sehem fid- diskussjonijiet tekniċi li qed isiru.", "Din hija ħrafa oħra għaliex apparti l-fatt li dawn kienu minn ta' l-ewwel li resqu madwar il-mejda, fil-fatt il-kuntatti u l-laqgħat - mhux magħhom biss imma mal-korpi kostitwiti kollha - kienu u għadhom sejrin - iltqajna l-bieraħ u se nerġgħu niltaqgħu nhar it-Tnejn - u ċertament li dawn l-allegazzjonijiet huma għal kollox infondati.", "Apparti minn dan, diġa' għamilniha ċara li kien hemm suġġerimenti min-naħa tagħhom li aċċettajna u li għad irridu nikkonsidraw fid-dawl ta' l-abbozz ta' liġi li ppubblikajna.", "Għalhekk jiena ngħid li jekk hemm xi ħadd li qed ifittex consensus huwa l-partit fil-gvern aktar milli l-Partit Nazzjonalista għaliex minflok nimponu qegħdin nipprovaw insibu l-aħjar formulae li jkunu kapaċi jattwaw dak li r-rieda tal- maġġoranza esprimiet sitt xhur ilu.", "Ftit ilu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġie rrapportat mill-media li qal li wasal il-mument tal-verita' dwar il-kwestjoni tat-tneħħija tal-VAT.", "Jien naqbel mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar dan.", "Dan huwa veru l-mument tal- verita' u huwa mument tal-verita' li se jikxef in-nuqqas ta' kredibilita' li għandha l-Oppożizzjoni tal-lum.", "Huwa mument ta' verita' li se jesponi kemm kienu żbaljati u short-sighted politikament it-tattiċi kif ukoll l- istrateġiji li ġew adottati minn min ħaseb li jerġa' jilgħab il-logħba ta' bejn l-1981 u l-1987 mill-ġdid.", "Dan kollu juri ħaġa waħda biss, illi għalkemm kien hemm xi tibdil fil-profil tal-partit fl-oppożizzjoni, jidher ċar li l-mentalita' tagħhom għadha l-istess u għadha ankrata ma' ideat li setgħu taw ċerti riżultati taħt ċerti ċirkostanzi politiċi għal kollox differenti li pero' llum, fl-1997, huma għal kollox barra minn lokhom u huma skaduti wkoll.", "Għalhekk jiena nitbissem meta nisma' lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jgħid li l-Onor.", "Sant jinsab f'morsa.", "Jiena m'iniex se nuża l- espressjoni li \"s-seftura milli jkollha tagħtik\" imma lill-Onor.", "Fenech Adami nixtieq nagħmillu għadd ta' mistoqsijiet li diġa' għamiltlu pubblikament permezz ta' artiklu li ktibt xi xahar ilu.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ġie rrapportat li qal li ma jistax ikun li kull ħames snin noqogħdu nbiddlu s-sistema fiskali ta' pajjiżna.", "U jiena nistaqsi: Xi jfisser dan?", "Ifisser li la tgħaddi l-liġi l-ġdida tat-tassazzjoni l-Kap ta' l-Oppożizzjoni se jkun lest li jirrispettaha darba għal dejjem jekk xi darba jitla' fil-gvern?", "Ifisser li l-Onor.", "Fenech Adami se jwarrab il-VAT mill-programm elettorali tal-partit politiku tiegħu?\"", "Jiena ngħid li hemm bżonn li l-Partit Nazzjonalista jdaħħalha f'moħħu li ma' l-elettorat irridu nitkellmu ċar u mhux nipprovaw ningannawh politikament.", "Jien xi ftit tal-ġimgħat ilu stgħaġibt nisma' lill-ex-Ministru Louis Galea jsejjaħ fil-Parlament għal referendum dwar it-tassazzjoni l-ġdida.", "Mela issa saru aċċettabbli r-referenda dwar it-taxxi?", "Niftakru aħna kif kienet irreaġixxiet in-naħa l-oħra meta kienet fil-gvern għar-reazzjoni tal- GWU biex isir referendum.", "Dawn kienu qalu - forsi b'ċertu raġun ħalli nkun fair - li ma jsirux referenda dwar it-taxxi.", "U wieħed jistaqsi: Kif wasal l-Onor.", "Louis Galea biex isejjaħ għal referendum meta l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien xejjen għal kollox is-sejħa li kienet saret għal referendum min-naħa tal-GWU?", "Jekk dawn lanqas indenjaw ruħhom isejħu referendum dwar l-issue nnifisha ta' l-Unjoni Ewropea wara li baqgħu b'xiber imnieħer dawk is-snin kollha, kif jippretendu li Gvern Laburista ġdid - sitt xhur kulma ilna hemm - għandu jagħmel referendum dwar dak li għandu mandat elettorali ċar biex iwettaq?", "Dak li għandna propost għall- ġejjieni mhux biss jaħseb biex isaħħaħ il-moralita' fiskali iżda l-fatt li se nagħtu valur lir-riċevuta fiskali juri li tal-ħwienet u anke ċ-ċittadini nfushom se jkollhom inċentiv għar-riċevuta.", "Kulħadd jaf kemm din l-imbierka riċevuta kienet daħka fil-wiċċ taħt is- sistema ta' tassazzjoni tal-VAT u aħna issa qegħdin infittxu t-triq tal- ftehim mal-partijiet kollha konċernati għaliex ridna li kif wasalna mat- tobba dwar l-isptar il-ġdid ta' Tal-Qroqq naslu wkoll dwar din il- leġislazzjoni.", "U hekk sar fil-Girgenti taħt il-presidenza tal-Prim Ministru xi 15-il ġurnata ilu.", "Dan ma jfissirx li aħna bilfors ilqajna s- suġġerimenti kollha li saru jew li jistgħu jsiru iżda fejn hu prattiku konna u se nkunu flessibbli biżżejjed biex, wara li nsibu t-triq tan-nofs fl-abbozz ta' liġi, nimmodifikaw dak li hemm bżonn jiġi modifikat ħalli nkunu ċerti li meta din il-liġi tiġi attwata tkun tista' titħaddem bl-aktar mod prammatiku u prattiku possibbli.", "Hawnhekk ta' min wieħed, minkejja l- ippolitiċizzar kollu li sar, isellem lin-nies li taw u li qed jagħtu l- kontribut tagħhom kemm fit-task force governattiv li qed imexxi l-Prim Ministru, kif ukoll il-membri tal-kumitat tekniku li kienu mimlijin ideat dwar kif il-leġislazzjoni li qed tiġi mfassla tista' titħaddem aħjar.", "It- time-frame li fassalna għad-diskussjoni u t-twettiq tal-leġislazzjoni proposta huwa prattiku ħafna u għandu jagħti, fil-fehma tagħna, lill- Oppożizzjoni l-ħin kollu meħtieġ biex tiddiskuti din il-liġi f'kemm jidhrilha li hemm bżonn.", "Madam Speaker, iż-żmien wera kemm kellna raġun meta f'Lulju ta' l-1994 waqt id-diskussjoni dwar il-liġi tal-VAT f'din l- istess Kamra konna elenkajna r-raġunijiet primarji għaliex fil-fehma tagħna l-VAT ma kenitx se tkun taqbel għal pajjiżna.", "F'dan il-Parlament konna semmejna li din ma kenitx tapplika tajjeb għall- istrutturi tas-setturi ekonomiċi li huma mibnija l-aktar fuq azjendi żgħar ħafna u fuq ħafna sole traders.", "U konna semmejna wkoll li jibqa' lok kbir għal evażjoni tat-taxxa u anke għal irregolaritajiet fil-ġbir tagħha.", "F'din l-istess Kamra konna wrejna li mhux veru li se tkun taxxa anqas rigressiva minħabba l-inċidenza tagħha.", "Spjegajna li għalkemm tan-naħa l- oħra kienu qed jagħmlu ħafna plejtu għax hemm 80 pajjiż ieħor fid-dinja li għandhom il-VAT, xorta jibqa' l-fatt li għandek 270 pajjiż li m'għandhomx din is-sistema ta' tassassjoni u allura ma jfissirx li hemm xi maġġoranza assoluta li qegħdin iħaddmu din is-sistema ta' tassazzjoni li l-Partit Nazzjonalista jidher tant marbut magħha kważi ideoloġikament.", "Imma iktar minn kull punt ieħor, dak inhar kollna fissirna kif il-poplu nnifsu ma kienx ried il-VAT.", "Jiġifieri dawn kienu sinjali li mhux intwerew wara li bdiet titħaddem it-taxxa imma ntwerew qabel ma bdiet titħaddem u komplew jintwerew iktar u iktar malli bdiet titħaddem it-tassazzjoni nnifisha.", "Meta aħna kollna bassarna l-effett previst tal-VAT konna fissirna li l- compliance costs u l-komplessita' tas-sistema kien se jkollhom effett negattiv qawwi fuq in-negozji ż-żgħar.", "Konna fissirna wkoll li s-sistema kienet maħsuba biex tkabbar id-dħul tal-gvern u mhux veru li kienet se tkun revenue neutral.", "Konna wrejna wkoll kif il-prezzijiet kienu bdew jogħlew b'rata aktar mgħaġġla minn qabel l-1 ta' Jannar ta' l-1995.", "U forsi aktar importanti minn kull aspett ieħor, konna wrejna kif is-sistema setgħet twassal biex l-infiq tal-gvern jikber mingħajr kontroll, - u naħseb xiehda ta' dan għandna l-qagħda attwali fil-pajjiż kif wiritha Gvern Laburista.", "L-esperjenza wrietna li din it-taxxa kien se jkollha - fil-fatt kellha - effett negattiv fuq mill-inqas erba' setturi ewlenin.", "Dawn huma s-settur industrijali, b'mod partikolari dak li jipproduċi għal- lokal; is-settur tat-turiżmu; il-bilanċ tal-pagamenti bit-tendenza li tiżdied l-importazzjoni mingħajr ma tiżdied l-esportazzjoni fuq il-kummerċ; kif ukoll l-inflazzjoni kbira fil-prezzijiet tal-proprjeta'.", "Kemm m'huwiex minnu li l-kwestjoni tal-moralita' fiskali vvintajniha issa, biex taparsi jkollna xi slogan, jikkonfermah il-fatt li sieħbi, l-Onor.", "Lino Spiteri, kien diġa' ħareġ favur it-twaqqif ta' kummissjoni simili proprju waqt li kienet qed tiġi dibattuta l-introduzzjoni tal-VAT f'pajjiżna f'dan il-Parlament fl-1994.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq xenarju ta' tliet snin ilu.", "Dak inhar konna semmejna li l-Gvern kien jaf, iżda ried jaħbi l- fatt, li hawn pajjiżi fejn huwa kkalkolat li hemm evażjoni ta' anke 40% ta' dak li suppost il-gvern idaħħal permezz tal-VAT.", "Aħna konna kkritikajna lill-Gvern ukoll li b'dak li kellu maħsub konna se nibdew inħaddmu ekonomija ultra liberali li - kif ġie pprovat fl-Ingilterra taħt gvernijiet Konservattivi - twassal biex l-istrata tas-soċjeta' t'isfel jmorru agħar waqt li dawk is-sinjuri nett ta' fuq imorru l-aħjar.", "U jien ngħid li għalhekk intilfet l-elezzjoni mill-Partit Nazzjonalista u mhux kif jgħidu huma minħabba xi issues tal-cash registers u issues oħrajn simili.", "Din kienet liġi rigressiva mhux biss għaliex laqtet liż-żgħir aktar milli laqtet lill-kbir imma għaliex fl-enfasi tagħha, f'soċjeta' bħal tagħna, ippenalizzat lill-kategoriji żvantaġġati, li bilfors kellhom bżonn ta' ċerti servizzi li għada pitgħada se jkunu eżentati.", "Jien nittama li llum l-ex-Prim Ministru ma joħroġx jgħid li l-VAT u d- dħul tagħha ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' l-Unjoni Ewropea, għaliex wara kollox f'April,1992 fil-ġurnal \"The Accountant\" kien il-kollega tiegħi, l- ex-Ministru Dalli li kien qal:", "\"The introduction of VAT is a necessary step in our preparation for entry into the European Community.\".", "La dan l-aħħar kien hemm min ħa gost jikkwota u jżeffen fin-nofs l- International Monetary Fund tajjeb li nfakkru li, meta f'April 1989 kien hawn fostna missjoni ta' l-IMF, din kienet stqarret li jekk Malta trid tissieħeb fl-Unjoni Ewropea trid iżżomm f'moħħha li ebda pajjiż ma jista' jissieħeb fl-Unjoni jekk ma jaqbilx li tiġi imposta l-VAT.", "U jien ngħid li l-maġġoranza kontra l-VAT, kif aċċennajt aktar kmieni, ma nibtitx wara t- tħaddim tagħha iżda kienet hemm sa minn qabel ma ġiet fis-seħħ din il-liġi.", "Din hija l-miscalculation kbira li għamel il-Partit Nazzjonalista fil- gvern.", "Sur President, jien niftakar li meta darba jiena u l-Onor.", "Dalli - dak inhar kien ministru - morna fuq l-RTK u fost affarijiet oħra konna tkellimna fuq l-introduzzjoni tal-VAT, huwa kien ftaħar u qal li għalkemm kien hemm xi reżistenza negattiva għal din il-liġi, fil-fehma tiegħu, wara ftit din it-taxxa tindara.", "Jien naħseb li dan kien il-kalkolu l-iktar żbaljat, anke politikament, li seta' għamel il-Partit Nazzjonalista fil- gvern.", "U għalhekk ngħid li tal-Partit Nazzjonalista għadhom sal-lum stess ma jistgħux iġerrgħu l-pożizzjoni Laburista għaliex jafu li l-wegħda kategorika tagħna li nneħħu l-VAT offriet għażla ċara lill-elettorat Malti għax, jgħidu x'igħidu tan-naħa l-oħra, din dejqithom sa mill-bidu nett l- iktar għal raġunijiet politiċi.", "F'dan l-istadju l-poplu jrid iżomm f'moħħu li l-kontradizzjonijiet tal- Partit Nazzjonalista dwar il-VAT kien ilhom għaddejjin minn qabel ma ġiet fis-seħħ il-liġi nnifisha.", "Daqqa kienu jgħidu li l-VAT se tkun price neutral, daqqa li fejn il-prezzijiet jogħlew kienu se jikkumpensaw għalihom u fl-istess ħin kienu jgħidu li bid-dħul tal-VAT il-ħajja kienet saħansitra sejra torħos.", "Minn Brussels darba kienu qalulna li jekk kemm-il darba l- Gvern Malti beħsiebu jmur Brussels b'bagalja mimlija zero ratings", "kien ikun qed jaqbeż fil-pool mit-tarf il-ħażin.", "Fil-fatt niftakar lill- kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella jgħidha din f'dan il-Parlament.", "GĦalkemm din taz-zero ratings intużat bħala karrotta, kulħadd intebaħ li din kienet xi ħaġa purament temporanja.", "Sur President, hawnhekk irrid infakkar li fid-dibattitu dwar il-VAT l-ex- Ministru Dalli stess kien qal li l-VAT kienet se tiddaħħal biex il-Gvern ikun f'pożizzjoni aħjar li jlaħħaq ma' l-ispiża tiegħu stess li ma kienx kapaċi jikkontrolla u li kien qed jara inevitabbli.", "Dan kien il-forward planning objective għall-VAT tal-Gvern Nazzjonalista.", "Jien niftakar ukoll lill-Gvern Nazzjonalista f'nifs wieħed igħid lin-negozjanti li kien se jnaqqsilhom il-profit margin u fl-istess nifs jgħidilhom li jippretendi li għandhom ibaxxu l-prezzijiet.", "Ovvjament kienet ħaġa prevedibbli li n- negozjanti kienu se jipprovaw iġibu dak li kien se jeħdilhom il-gvern mill- profit margin tagħhom billi jżommu l-prezzijiet l-istess jew inkella billi saħansitra jgħolluhom.", "F'pajjiżi oħra dan kien wieħed mill-iktar passi li wassal biex il-prezzijiet jogħlew.", "In-naħa l-oħra tal-Kamra żbaljat ħafna wkoll meta waqt li kienet fil- gvern qalet li l-VAT hija newtrali u li ma teffettwax investment decisions.", "Hawn ta' min jgħid li lill-industrijalist li jipproduċi għas-suq lokali kienu qalulu indirettament biex jinsa s-suq Malti u minflok isir importatur għaliex bil-VAT hekk jaqbillu.", "Ta' min ifakkar li, minħabba l-VAT, fis- settur tat-turiżmu minbarra li tneħħiet il-forward buying rate kien hemm żieda fil-prezzijiet u dan ġara fi żmien meta t-tour operators kienu ilhom jgħidu ħafna lill-Gvern Malti ta' dak iż-żmien li għall-1995 is-suq kien jiflaħ biss żieda ta' 3%.", "Sur President, jien niftakar li meta din il-Kamra kienet qed tagħmel id- dibattitu dwar il-VAT u aħna sejjaħna lil dak l-abbozz ta' liġi bħala wieħed anti-nazzjonali kien hemm ċerta reazzjoni min-naħa tal-kelliema tal- Partit Nazzjonalista, pero' jien xorta nibqa' ngħid li din kienet kritika ġustifikata għaliex dik il-liġi veru kienet tmur kontra l-interess nazzjonali billi poġġiet f'vantaġġ lill-prodotti importati u żiedet l- ispiża tal-produzzjoni Maltija.", "Ovvjament l-istess jista' jingħad għall- proprjeta' għax dik l-inflazzjoni li bassarna aħna seħħet bil-kbir u ma kellhiex ħlief effetti negattivi fuq dan is-settur.", "Imma issa ħalli nfakkar lill-poplu x'kien qal il-Gvern Nazzjonalista qabel ma ddaħħlet il- VAT għax jien inħoss li biex inkun oġġettiv ma' din il-Kamra u biex il- poplu jkollu stampa ċara ma nistax ngħid biss x'konna bassarna aħna imma rrid ngħid ukoll x'kien bassar il-Gvern Nazzjonalista, allavolja l-poplu dan jafu u m'hemmx għalfejn noqgħod ngħidulu jien.", "Jekk wieħed jaqra l-ispeeches li saru mill-kelliema tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern isib li dawn kienu qalu li huwa faċli li tinġabar din it-taxxa u li għalhekk wieħed ma jistax jaħrab minnha.", "Dawn kienu qalu wkoll li din it-taxxa hija ntiża sabiex tnaqqas l-abbuż ta' l-evażjoni tat- taxxa u li għandna ndaħħluha fis-seħħ għaliex diġa' hemm 80 pajjiż ieħor li jħaddmu din is-sistema.", "Madanakollu forsi l-iktar kalkolu żbaljat li għamlu kien meta qalu li l-poplu jrid il-VAT.", "Din hi l-istess storja ta' meta ftit qabel l-aħħar elezzjoni l-Onor.", "Fenech Adami kien ħareġ igħid li l-VAT se trebbaħ l-elezzjoni lill-Partit Nazzjonalista u mbagħad meta għaddiet l-elezzjoni tan-naħa l-oħra ħarġu jgħidu li l-VAT kienet ir-raġuni li għaliha tilfu l-elezzjoni.", "Imma x'qalu iktar tan-naħa l-oħra meta kienet għadha se tidħol il-VAT sabiex kemm jista' jkun irattbu l-landing tagħha fost it-taxpayer Malti?", "Dak iż-żmien dawn kienu jiftaħru u jbassru li din it-taxxa m'hijiex se tgħolli l-compliance costs tan-negozji, li kienet se tkun revenue neutral, li l-prezzijiet ma kenux se jogħlew għax din is-sistema kienet se tkun retail price index neutral u fl-aħħarnett qalu li din it-taxxa kien se jkollha effett pożittiv tremend għall- ekonomija nazzjonali u li ma kienx se jkollha effett negattiv fuq it- turiżmu.", "GĦaldaqstant jien wisq nibża' li din il-mozzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni għandha skopijiet politiċi ulterjuri - dan bħalma ġara fil-każ tad-dokument li ħareġ l-MŻPN ftit jiem ilu għaliex faċilment stajt tkun taf il-konklużjoni tiegħu qabel ma tibda taqrah.", "GĦalhekk ikun tajjeb jekk hawnhekk nieqfu ftit u nistaqsu lilna nfusna x'qed jgħidu eżattament dawn in-nies bl-istand li qed jieħdu.", "Ir-risposta għal din il-mistoqsija hija waħda sempliċi.", "Qed jgħidulna biex inħallu l-VAT f'postha u forsi nistgħu nirtokkawha xi ftit imma l-aqwa li tgħaddi tal-Partit Nazzjonalista u l-VAT tibqa' hemmhekk.", "Dan huwa s-sugu kollu ta' dak li qed niddiskutu llum u ta' dak li bdejna niddiskutu meta ltqajna hawnhekk tliet ġimgħat ilu fuq din il-mozzjoni.", "Sur President, għal tan-naħa l-oħra din il-leġislazzjoni li se nressqu fil-ġimgħat li ġejjin hija daqqa ta' ħarta doppja, iżjed u iżjed wara l- ġest unilaterali li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista meta f'pajjiżna ntroduċa l-VAT qabel ma din kienet għadha biss ġiet imposta mill-Unjoni Ewropea nnifisha.", "Hawnhekk ta' min wieħed ifakkar u jirriferi għall-famuża ittra li l-Onor. de Marco kien bagħat lil Sir Leon Brittan, li għalkemm forsi kienet intiża biss bħala declaration of intent, effettivament biha l- Gvern preċedenti kien rabat lilu nnifsu unilateralment fuq diversi issues li jkopru s-setturi ewlenin ekonomiċi, monetarji u fiskali.", "Fil-fatt permezz ta' din l-ittra l-Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami mhux biss għamel commitment dwar id-dħul tal-VAT imma wkoll dwar il-kwestjoni tal-levies.", "Sur President, iż-żewġ naħat tal-Kamra jitkellmu ħafna fuq il-moralita' fiskali u jien ngħid li l-VAT fetħet toqob ġodda għall-evażjoni tat-taxxa u wasslet biex minnha jkun hemm evażjoni proporzjonalment ikbar milli kien hemm jew milli għad hemm fl-income tax innifisha.", "L-iżball kbir tal-Gvern Nazzjonalista ma kienx biss li introduċa l-VAT iżda l-metodu li bih introduċiha.", "Hawn ta' min jgħid li meta xi żmien ilu kont tkellimt ma' xi nies li qegħdin fil-Parlament Ewropew - dawn f'pajjiżhom għandhom is- sistema tal-VAT minħabba s-sħubija tagħhom fl-Unjoni Ewropa - kienu ħafna dawk li qaluli li l-Gvern Nazzjonalista kien ikkommetta suwiċidju politiku meta daħħal il-VAT bħal leħħa ta' berqa mingħajr ebda konsultazzjoni u mingħajr ebda tħejjija serja.", "Dawn ma kenux neċessarjament deputati ta' orjentament Soċjalista u naħseb li jingħad x'jingħad miż-żewġ naħat ta' din il-Kamra ż-żmien ta raġun lil dawn in-nies għal mistiming u għal miscalculation kbira li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern fl- approach tiegħu lejn il-kwestjoni kollha tat-tassazzjoni tal-VAT.", "Illum kulħadd jaf f'liema sitwazzjoni ġejna.", "Illum ġejna f'sitwazzjoni li bis- sistema tal-VAT ħafna nies li suppost kienu taxpayers spiċċaw net creditors bid-dipartiment obbligat li jagħtihom refunds ġenerużi minħabba ammonti li ġew claimed li effettivament ma misshom qatt ġew claimed.", "Sur President, l-iżball tal-Partit Nazzjonalista kien li rabat kollox mal- VAT u għamilha l-pern tal-politika fiskali tiegħu.", "Jekk tal-Partit Nazzjonalista webbsu rashom meta kienu fil-gvern, issa qed ikomplu jwebbsu rashom billi jipprovaw jirbħu argument ekonomiku fiskali b'għodda li fil- fehma tagħna huma politiċi u għalhekk qed jużaw l-għodda żbaljata biex jilagħbu din il-logħba u biex jiġġieldu din il-ġlieda politika li għaddejja bħalissa.", "Għalkemm mill-elezzjoni 'l hawn għaddew sitt xhur, minflok ipprova verament jirranka u jagħti ħarsa oġġettiva u analitika lejh innifsu u lejn il-politika tiegħu l-Partit Nazzjonalista qed iwebbes rasu u jkompli għaddej bħallikieku ma ġiet ebda elezzjoni ġenerali.", "Il-fatt li ma jridux jitgħallmu mit-telfa li ġarrbu jista' jrebbaħ xi punti lill-Partit Laburista f'dik li hija kredibilita' iżda xorta huwa ħażin għal pajjiżna li jkollok oppożizzjoni distruttiva li m'hijiex tilgħab ir-rwol naturali li suppost għandha tilgħab bħala parti mil-logħba demokratika parlamentari.", "Dawn huma rimarki li mhux aħna biss nagħmluhom - jekk nagħmluhom aħna dak li jkun jgħidlek li qed nagħmluhom biex nikkritikaw lin-naħa ta' l- Oppożizzjoni - imma tista' taqrahom f'ġurnali li editorjalment qatt ma kellhom tendenzi Laburisti.", "F'dawn il-ġurnali ssib artikli minn kittieba li qatt ma kellhom tendenzi Laburisti li meta tanalizza l-messaġġ li jkollhom issib li dawn qed jgħidu li l-Partit Nazzjonalista qabad linja distruttiva u minflok ipprova jirriforma ruħu u jagħmel analisi kritika tar-riżultat elettorali baqa' għaddej bħallikieku għadu fil-gvern.", "L-isfortuna hija li, anke ekonomikament, il-problemi li ħallew warajhom dawn in-nies iridu s-snin biex jintgħelbu għaliex ix-xquq li ħallew kienu xquq strutturali.", "Jekk aħna ġejna kkritikati għal xi ħaġa kemm ilna fil- gvern kienet li l-miżuri li ħadna fil-budget għal din is-sena kienu miżuri gradwali u modesti wisq biex ipattu għall-ħsara li saret lill-pajjiż f'dawn l-aħħar snin.", "Nies intiżi fl-ekonomija kienu mħassba għall-features inkwetanti tal-politika macro-economic ta' l-amministrazzjoni ta' qabel li, bil-wiċċ tost kollu llum, mill-Oppożizzjoni qed tipprova tgħajjar lilna b'economic mismanagement ta' dan il-pajjiż.", "Li kieku aħna applikajna t- terapija li verament kienet tenħtieġ gżiritna kien ikollna r-riskju li d- doża tal-mediċina tant tkun qawwija li tista' effettivament toqtol lill- pazjent.", "Biex nikkorreġu l-iżbilanċi macro-economic li ħallew tan-naħa l- oħra stajna kieku ridna rrikorrejna għal shock therapy u qtugħ fil-living standards, iżda aħna li għalina jiġi l-ewwel u qabel kollox il-ben essere tal-poplu Malti la rridu nagħmlu ssikkar taċ-ċintorin u lanqas irridu napplikaw miżuri li jolqtu liċ-ċittadin, speċjalment dak żgħir, fil-laħam il-ħaj.", "Il-Malti jgħidlek kull deni ħudu b'ġid u jien hekk inħoss li għandi ngħid dwar il-mozzjoni tal-lum.", "Din il-mozzjoni tal-lum tat lill-poplu Malti kollu, u mhux lill-Parlament biss, l-opportunita' biex naraw kemm kienet żbaljata l-politika tal-Partit Nazzjonalista u kemm kien f'sensih l-elettorat meta fl-aħħar elezzjoni vvota għal bidla.", "L-elettorat ivvota għal bidla għaliex kellu fiduċja fina u għaliex intebaħ li kien hemm bżonn bidla wara l-prepotenza, l-arroganza, l-inkompetenza u l-mismanagement ekonomiku tal-Partit Nazzjonalista fil- gvern.", "Il-mozzjoni tal-lum, fil-fehma umli tiegħi, hija konferma ta' x'wassal effettivament għall-bidla fil-gvern kif ukoll għad-disfatta ta' partit li kien inqata' mill-aspirazzjonijiet u mill-ħtiġijiet essenzjali tal-poplu Malti b'mod partikolari taċ-ċittadin komuni.", "Min ħaseb u min allega li xi ġimgħat ilu pprovajna noħonqu leħen l-Oppożizzjoni kien għal kollox żbaljat.", "It-tkomplija tad-dibattitu tal-lum - għalkemm xorta waħda jibqa' l-fatt li din il-mozzjoni hija barra minn lokha u skaduta - hija l- akbar konferma ta' dan.", "Barra minn hekk il-Gvern diġa' ppubblika l-abbozz ta' liġi dwar is-sistemi ta' taxxi ġodda u kif kulħadd jaf din il-liġi se titressaq quddiem din il-Kamra fi ftit ġranet oħra u se jingħata l-ħin kollu meħtieġ għad-dibattitu lill-Oppożizzjoni.", "Dak inhar li kellu jsir id-dibattitu, il-Prim Ministru, il-Viċi Prim Ministru, il-Ministru mingħajr Portafoll u jien konna għamilna press conference u niftakar tajjeb li l-Prim Ministru kien iċċirkola lill-istampa l-emenda għall-mozzjoni li kien se jressaq il-Gvern Laburista.", "Naħseb li min jifli dik l-emenda li kienet ġiet ippubblikata proprju dak inhar li kien beda d-dibattitu f'din il-Kamra jsib diversi punti importanti li għadhom rilevanti ħafna u ta' min wieħed jenfasizzahom fid-dibattitu tal- lum.", "L-ewwelnett il-Gvern Laburista wettaq titjib fil-proposti oriġinali tiegħu ħalli jiżgura li s-sistema ġdida ta' dazji u sisa tkun dejjem aktar sempliċi u ġusta.", "It-tieni nett din il-liġi se tilħaq sew il-wegħdiet li għamel il-Gvern li jneħħi minn fuq l-operaturi ż-żgħar il-piż li joqogħdu jiġbru huma t-taxxi għall-gvern.", "U l-punt l-ieħor hu li l-liġi l-ġdida għandha tgħin sabiex treġġa' lura t-tnaqqis fir-rata tat-tkabbir ekonomiku li s-sistema tal-VAT ġabet magħha fl-aħħar sentejn u nofs u tqiegħed il- pedamenti għat-twettiq, matul is-snin li ġejjin, ta' żona ta' kummerċ ħieles bi ftehim ma' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, nagħlaq bl-istess argument li bdjet bih, jiġifieri li l- Partit Nazzjonalista jrid jiggverna mingħajr ma għandu l-mandat li jagħmel dan.", "Dan imur kontra d-demokrazija kif ukoll kontra s-sens komun.", "L- appell sinċier tiegħi huwa li n-naħa l-oħra tagħraf ir-realta politika tal- lum u tbaxxi rasha, mhux għalina, imma għar-rieda tal-poplu Malti wara li ilha sitt xhur tgħix ġewwa fantasy land maqtugħa mill-poplu Malti u Għawdxi.", "Ftit jiem ilu fl-Ingilterra kien hemm elezzjoni ġenerali li minnha ħarġu ħafna tagħlimiet ġodda.", "Mhux biss li l-laburiżmu u s- soċjaliżmu demokratiku huma forza qawwija li se tkompli tnebbaħ lill- Ewropea fix-xhur li ġejjin, mhux biss li kellek poplu li qal li issa biżżejjed wara li ntebaħ li l-ġid tal-pajjiż ma kienx qed jitqassam kif suppost, iżda kien hemm tagħlima importanti ta' kif partit tellief għandu jġib ruħu meta jiġi wiċċ imb'wiċċ mal-verdett tal-poplu.", "Ngħid għalija jiena qatt ma kont xi fan tal-politika ta' John Major iżda rrid ta' bilfors nirrikonoxxi l-mod dinjituż li bih hu aċċetta r-riżultat elettorali u baxxa rasu għall-fehma tal-poplu Ingliż.", "Minflok infexx jgħajjar lill-poplu li tella' gvern li kien appella għall-istinti egoistiċi tiegħu John Major għaraf fejn kien mar ħażin u bl-umilta' kollha offra li jwarrab u nieda minnufih proċess ta' riflessjoni u analisi kritika ħalli jaraw kif hu u sħabu kienu infatmu mill-poplu in ġenerali.", "Din hija tagħlima għall-Partit Nazzjonalista li, kif qed naraw minn din il-mozzjoni, mingħalih li għadu qed imexxi lil pajjiżna b'xi stil imperjali, bħallikieku l-elezzjoni ġenerali ta' Ottubru ġiet u għaddiet mingħajr ma nbidel xejn.", "Huwa inutli nitkellmu kif tkellimmna f'dan il-Parlament meta kienet għaddejja l- mozzjoni ta' proċedura u qam xi ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - jekk m'iniex sejjer żball il-ħabib tiegħi l-Onor. de Marco - u qal: Ara kemm ġab voti Tony Blair!", "Ara x'vittorja strepituża għamel!", "Bħala Partit Nazzjonalista aħna ġibna persentaġġ ta' voti ikbar milli ġab Tony Blair!", "Allura din hi l-konsolazzjoni ta' partit fl-Oppożizzjoni li joqgħod jgħid li ġab persentaġġ ta' voti iktar milli ġab Tony Blair?", "Dan juri kemm il- Partit Nazzjonalista ma jridx jaċċetta l-verdett tal-poplu u ma jridx jaċċetta r-realta' li qed ngħixu f'dan il-pajjiż.", "Fil-fehma tagħna, l-emenda li se jressaq il-Gvern illum tiġġustifika kemm il-kritika tagħna għall-argumenti li smajna min-naħa l-oħra kif ukoll il-fatt li t-triq li qbadna ttieħdet fl-aħjar interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin iżjed, milli minħabba xi interessi politiċi u partiġjani kif ipprova jpinġiha ħaddieħor.", "Jiena ngħid li ż-żmien għad jagħti parir lill-poplu dwar min verament għandu għal qalbu l-ġdid tal-poplu u min moħħu biex ikeskes u jifred biex mingħalih xi darba jsaltan.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Segretarju Parlamentari għas-Self Employed): Sur President, jiena nixtieq li qabel xejn nassoċja ruħi mal-fehmiet espressi mill-kollega tiegħi l-Ministru Leo Brincat.", "Irrid inżid ngħid li fl-ewwel intervent li sar min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma ntqal xejn speċjali dwar din il-mozzjoni għax il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni aktar ikkonċentra fuq il- liġi l-ġdida mressqa mill-Gvern Laburista.", "Wieħed jittama li l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni li se jintervjenu 'l quddiem ma jaħlux iż-żmien ta' din il-Kamra billi jitkellmu fuq affarijiet li, jekk Alla jrid, se nitkellmu dwarhom minn hawn u ftit jiem oħra, imma jitkellmu proprju fuq il-mozzjoni li ppreżentaw huma stess.", "Sur President, fis-26 ta' Ottubru, 1996 il-poplu Malti ħareġ bi ħġaru biex jivvota f'elezzjoni ġenerali u naħseb li, aktar minn f'qualsiasi elezzjoni ġenerali oħra li għaddiet, kellu l-għażliet tiegħu ċari u tondi.", "Kellu żewġ manifesti elettorali, wieħed tal-Partit Laburista u l-ieħor tal- Partit Nazzjonalista, li kienu ċarissimi għal dik li hija direzzjoni politika.", "Min ried li Malta tkompli miexja fit-triq lejn sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea jew li tkompli tkun imsieħba fil-Partnership for Peace jew li f'pajjiżna tkompli tiġi mħaddma t-taxxa tal-VAT kellu l-għażla ċara li jivvota għall-Partit Nazzjonalista.", "Kien hemm ħwejjeġ oħra li kienu msemmija f'dak il-manifest elettorali u l-poplu Malti kieku ried seta' għażel lilhom u quindi kien jivvota għalihom.", "Bl-istess argument, min ried li Malta jkollha relazzjoni speċjali ma' l-Unjoni Ewropea imma li tkun short of full membership seta' faċilment bl-aktar mod ċar jivvota għall- Partit Laburista.", "Min ried li Malta tirtira mill-Partnership for Peace seta' jagħmel l-istess ħaġa u min ried li titneħħa l-VAT u minflokha tidħol sistema ta' taxxa bbażata fuq dazju u sisa kull ma ried jagħmel kien li jivvota għall-Partit Laburista.", "Kien hemm ukoll affarijiet oħra li kienu msemmija fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista u min ried dawk l- affarijiet seta' liberament ivvota għalihom billi jivvota għall-Partit Laburista.", "Jiġifieri kien hemm żewġ affarijiet li f'din l-elezzjoni kienu kardinali u fundamentali.", "Il-partiti politiċi semmewhom fil-manifesti elettorali tagħhom, pero' anke jekk wieħed ma xtarrx dawk il-manifesti eletttorali, dawn l-issues kienu fuq ilsien u anke f'widnejn il-poplu.", "Qed nirriferi għall-kwestjoni ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u mhux inqas għall-kwestjoni taż-żamma jew it-tneħħija tal-VAT.", "Kulħadd kien jaf dwarhom u l-għażliet kienu ċarissmi.", "Ma kienx hemm fhiex wieħed seta' jikkonfondi fl-għażliet tiegħu.", "Il-Partit Nazzjonalista għamilha ċara li ried ikompli jsegwi politika ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u quindi kellu rapport intimu anke mat-tkomplija tat-tħaddim tal-VAT.", "Il-Partit Laburista min-naħa l-oħra ried relazzjoni speċjali ma' l-Unjoni Ewropea u t- tneħħija tal-VAT bl-introduzzjoni ta' taxxi li huma bbażati fuq dazju u sisa.", "Anke hawnhekk l-affarijiet kienu ċarissimi.", "Jien naħseb li kemm aħna hawnhekk f'din il-Kamra kif ukoll il-poplu Malti naqblu li ma kienx il-każ fejn il-Partit Laburista kien qiegħed jgħid li se jżomm il-liġi tal-VAT wara li jirraffinaha u forsi jbiddel xi ħaġa minnha.", "Ċertament li l-wegħda tagħna kienet li aħna se nneħħu l-VAT.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): L-Onor.", "Gulia qed jagħmel tajjeb li jgħid li l-wegħda tal-Malta Labour Party kienet li jerġgħu jidħlu t-taxxi tad-dwana u tas-sisa, pero' jaf li d-dazji ma setgħux jidħlu u li l-Prim Ministru stess qal li wara l-elezzjoni sab li ma jistax jerġa' jdaħħal id-dazji kif kienu u li allura l-wegħda m'hijiex qiegħda titwettaq?", "Jaf l-Onor.", "Gulia li effettivament il-liġi li se niddiskutu f'dan il-Parlament m'hijiex biex jidħlu d-dazji u s-sisa?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: L-abbozz ta' liġi li se jiġi diskuss huwa msejjaħ \"Att ta' l-1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.\".", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-kelma \"dwana\" tissemma biss fit-titolu mentri fit-test kollu tal-liġi il-kelma \"dwana\" ma tissemmiex.", "Dan juri li m'hemmx ir-ri-introduzzjoni tad-dazji tad-dwana.", "Huwa titolu li ma jaqbilx mal-liġi u nafu għaliex.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Madam Speaker, jien enfasizzajt li l-liġi hija msejħa hekk, u hekk huwa.", "Biex inkompli ma' l-argument ta' qabel ngħid li kien hemm ukoll indikazzjonijiet oħra li għenu sabiex din il-kwestjoni tkun ċara bħal, per eżempju, il-fatt li l-Partit Laburista kien qal b'mod skjett li jekk wieħed irid li titneħħa l-VAT irid jivvota għall-Partit Laburista.", "L-istess għamlu n-Nazzjonalisti.", "Dawn min-naħa tagħhom qalu li bis-saħħa ta' l- introduzzjoni tal-VAT mhux biss se jirbħu l-elezzjoni imma anke se jkabbru l-maġġoranza.", "Daqshekk kienet ċara l-kwestjoni dwar il-VAT.", "Jien dan qed nenfasizzah għaliex il-manifest elettorali tal-Partit Laburista u l-istqarrijiet li saru sussegwentement għenu sabiex il-poplu Malti jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu bl-aktar mod ċar.", "Il-fatt li l- pożizzjoni tal-partiti fuq il-kwestjoni tal-VAT kienet għal kollox differenti għen sabiex il-poplu jiddentifika din id-disparita' bejn il- pożizzjoni taż-żewġ partiti.", "Dan il-fatt għamilha aktar faċli sabiex il- poplu Malti jiddistingwi u jagħżel bejn partit u ieħor.", "Fil-fatt fis-26 t'Ottubru l-poplu Malti mar biex jivvota - issa ma ninsewx li suppost li l- VAT kellha tagħti rebħa lill-Partit Nazzjonalista u addirittura kienu jgħidu li se jżidu l-maġġoranza minn 13,000 għal 18,000 vot! - u ġara li l- Partit Laburista rreġistra rebħa elettorali kbira u ċara b'mandat ċar daqs il-manifesti elettorali tal-partiti għal dik l-elezzjoni.", "Allura fil-fatt il-poplu Malti ta l-mandat lill-Partit Laburista sabiex fost affarijiet oħra jneħħi t-taxxa tal-VAT.", "Madam Speaker, dwar dan ma jistax ikun hemm l- inqas dubju u jien qed nenfasizza dawn ż-żewġ punti proprju minħabba l- importanza tagħhom.", "Din hija s-sistema demokratika ta' pajjiżna.", "Il- manifesti elettorali ma jsirux ta' xejn imma jsiru biex iservu bħala gwida lill-poplu.", "Tant hu hekk li jiena niftakar li ftit qabel l-elezzjoni l- Partit Nazzjonalista qagħad jiftaħar u jiddandan bil-manifest elettorali tiegħu u qagħad jgħid kemm hu sabiħ u kemm il-kontenut tiegħu huwa iktar realistiku minn dak tal-Partit Laburista u mbagħad jiġi xi ħadd sitt xhur wara l-elezzjoni u jipprova jagħti l-impressjoni li l-manifesti elettorali u l-mandat tal-poplu ma jiswew xejn.", "Qiegħed nagħfas fuq dan il-punt proprju sabiex ma ninsewx x'ġara fis-26 ta' Ottubru, 1996.", "Ma ninsewx li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista mhux biss ġie aċċettat imma ta' rebħa lill-Partit Laburista b'maġġoranza assoluta ta' 8,000 vot.", "U hawnhekk wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni l-fatt li l-Partit Laburista kien tilef l-elezzjoni ta' qabel bi 13,000 vot.", "Quindi b'kollox il-Partit Laburista dawwar dak l- iżvantaġġ f'maġġoranza ta' 8,000 vot u ċertament ma jistax ikun hemm dubji dwar il-mandat ċar li l-poplu Malti ta lill-Gvern Laburista biex fost affarijiet oħra jneħħi l-VAT.", "Madam Speaker, illum għandna din il-mozzjoni li qiegħda tippersisti sabiex il-Gvern iżomm il-VAT.", "Din hija mozzjoni li tmur kontra l-mandat tal-poplu u turi - kif fil-fatt qal il-Ministru Leo Brincat - li l- Oppożizzjoni Nazzjonalista trid li tkompli tiggverna.", "Qegħdin naħlu ż- żmien tal-Parlament sabiex niddiskutu mozzjoni li tittratta dwar affarijiet li l-poplu Malti diġa' ddeċieda fuqhom permezz tal-mandat li ta lill-Partit Laburista fl-elezzjoni ta' ftit xhur ilu.", "Jiena kultant nistaqsi lili nnifsi għalfejn ġiet ippreżentata din il-mozzjoni u għal liema scenario qiegħda sservi ta' paraventu.", "Lanqas kienu għadhom għaddew xahrejn mill- elezzjoni li l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni ma bdewx jgħidu li hawn ħafna inċertezza, li l-qgħad qiegħed jisplodi, li s-self-employed qatt ma kienu agħar mil-lum u li l-ekonomija staġnat.", "Donnu li l-Partit Nazzjonalista jsostni li sa Ottubru kollox kien miexi fuq ir-rubini u li l-ekonomija kienet qed ittir u li kollox kien in order u mbagħad f'daqqa waħda wara xahrejn il-qgħad beda jisplodi, l-ekonomija staġnat u kollox mar għal għajnu!", "Jien nistaqsi lili nnifsi għalfejn in-Nazzjonalisti qed jużaw din it-tattika distruttiva mhux fil-konfront tal-Gvern Laburista imma fil- konfront ta' l-interess nazzjonali u fil-konfront ta' pajjiżna.", "Illum, Madam Speaker, dan id-diskors kollu dwar inċertezza qiegħed nifhmu fil- kontest ta' din il-mozzjoni li ppreżentat l-Oppożizzjoni, mozzjoni li qed isservi ta' forċina għal dik l-atmosfera ta' inċertezza li l-Oppożizzjoni qiegħda tħawwar u tippreżenta lill-pajjiż.", "Fil-fatt l-inċertezza li ilu tant jitkellem dwarha l-Partit Nazzjonalista matul dawn l-aħħar sitt xhur hija biss il-preludju maħsub għall-preżentazzjoni ta' din il-mozzjoni.", "Madam Speaker, jekk tieħu din il-mozzjoni waħedha tara li ma tagħmilx sens għaliex hija mozzjoni anti-demokratika u hija kontra l-mandat li l- poplu tana f'Ottubru li għadda u allura bilfors li riedu xi ħaġa sabiex jagħtu aktar saħħa lil din il-mozzjoni.", "Għall-grazzja ta' l-argument, Madam Speaker, mozzjoni bħal din titressaq li kieku verament il-pajjiż qiegħed f'tarf ta' preċipizzju u li kieku s-sistema ta' taxxa li aħna se nipprovaw indaħħlu twassal għal falliment.", "Kieku kien hekk kieku wieħed verament jifhem għalfejn l-Oppożizzjoni tressaq mozzjoni bħal din, pero' f'dan il-każ għadna lanqas biss bdejna nħaddmu din it-taxxa u l- Oppożizzjoni qed titlob għall-approvazzjoni ta' mozzjoni sabiex tibqa' żżomm ħaġa li l-poplu fil-fatt irrifjuta.", "Dan huwa inaċċettabbli f'sistema demokratika u ma jagħmilx sens.", "Madam Speaker, nenfasizza wkoll li fil-mozzjoni li ppreżentat l- Oppożizzjoni hemm imsemmijin affarijiet li fil-fatt huma replika ta' dawk l- affarijiet li ssemmew fil-manifest elettorali tagħhom, bħal li riedu jemendaw it-taxxa tal-VAT sabiex in-neġozjanti ż-żgħar jiġu esklużi mill- ġbir ta' din it-taxxa.", "Jien nissottometti li bl-istess raġunament li l- poplu vvota sabiex titneħħa l-VAT ivvota wkoll sabiex lanqas biss isiru emendi għal-liġi tal-VAT.", "Mhux biss il-poplu ddeċieda li l-VAT titneħħa imma lanqas biss ried jisma' b'emendi għal din il-liġi.", "Dawn huma affarijiet li diġa' smajnihom u qrajnihom fil-manifest elettorali tal- Partit Nazzjonalista, liema manifest ġie rrifjutat mill-poplu bl-aktar mod ċar u inekwivoku.", "Hija ħasra li l-Oppożizzjoni qed tippersisti li tressaq din il-mozzjoni fuq ħwejjeġ li diġa' ġew deċiżi direttament mill-poplu.", "Madam Speaker, tan-naħa l-oħra qed jgħidulna wkoll li l-iskop tagħhom huwa li jintlaħaq kunsens nazzjonali.", "Jiġifieri dawn qed jistiednu lill- Gvern Laburista, li qiegħed jirrappreżenta l-maġġoranza tal-poplu Malti, mhux biex jilħaq kunsens nazzjonali imma biex jagħmel sabutaġġ nazzjonali ta' dak il-mandat elettorali.", "Jiġifieri dawn qed jgħidulna biex ninsew il- mandat u l-fiduċja li l-poplu Malti wera fil-Partit Laburista sabiex dan ineħħi l-VAT u sabiex naqblu bejnietna biex ma tiġix imwettqa r-rieda tal- poplu.", "Dan żgur li l-Gvern Laburista m'huwiex se jagħmlu u m'huwiex se jkun aġent ta' l-Oppożizzjoni biex jitwettaq il-manifest elettorali tal- Partit Nazzjonalista.", "Il-Gvern Laburista huwa aġent tal-poplu Malti biex titwettaq ir-rieda tiegħu.", "Madam Speaker, nagħlaq billi ngħid li permezz ta' din il-mozzjoni l-poplu Malti se jkollu ċans li jivvota fuq il-VAT għat-tieni darba għax ivvota l- ewwel darba għal dan il-għan fis-26 t'Ottubru ta' l-1996 permezz ta' vot popolari u issa se jkollu l-opportunita' sabiex ineħħi darba għal dejjem il- VAT minn wiċċ pajjiżna, din id-darba permezz tal-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, qgħadt nisma' b'attenzjoni liż-żewġ kelliema min-naħa tal-Gvern u naħseb li m'hemmx dubju li hemm ċerta tendenza li qed tipprova tpinġi lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista bħala xi oppożizzjoni anti-demokratika għax ġiet f'dan il-Parlament u ppreżentat mozzjoni biex proprju nipprovaw insewwu ċerti diffikultajiet li pajjiżna għaddej minnhom u li jidher li se jkompli għaddej minnhom.", "Bħala Partit Nazzjonalista l-interess tagħna huwa li pajjiżna dejjem jimxi 'l quddiem, ikun min ikun hemm fil-gvern.", "Aħna dejjem insistejna li hekk għandu jkun.", "Li l-Partit Laburista fil-gvern qed jipprova jinkwadra lill-Partit Nazzjonalista bħala partit mhux demokratiku hija xi ħaġa inkredibbli.", "Kemm l-Onor.", "Brincat kif ukoll l-Onor.", "Gulia qattgħu ħafna ħin jirrepetu li l- poplu ta l-mandat lill-Partit Laburista biex ineħħi l-VAT.", "Jiena nixtieq infakkarhom - għax nibża' li nsew - x'qalu fil-programm tagħhom.", "Hawnhekk għandi l-programm fejn hemm imsemmija l-għaxar raġunijiet għala wieħed kellu jivvota Labour.", "Raġuni numru sebgħa kienet tgħid hekk:", "Bil-proposti Laburisti se jkollna sistema ta' taxxa ġusta.", "It-taxxa tal-VAT li mpona Gvern Nazzjonalista hi inġusta għaliex ma tagħtix kas tad-dħul taċ-ċittadin.", "Hawn jien nistaqsi jekk it-taxxa li se jdaħħal il-Gvern tagħtix kas tad- dħul taċ-ċittadin.", "Dan huwa l-ewwel test li l-proposti li jiġu bihom hawnhekk iridu jgħaddu minnu biex il-Partit Laburista verament ikun jista' jgħid li qed iwettaq il-mandat elettorali.", "Jekk dawn il-proposti ma jgħaddux minn dan it-test ikunu qed jiksru il-mandat elettorali.", "Huwa dmir tal-Partit Nazzjonalista li dan nibqgħu nenfasizzawh.", "Aħna rridu li l- poplu ma jiġix imqarraq.", "Il-wegħdiet tal-Partit Laburista jridu jitwettqu in their entirely u mhux biss f'parti minnhom.", "Il-Partit Laburista kien wiegħed li s-sistema ta' tassazzjoni ġdida trid tkun waħda li tagħmel distinzjoni bejn min jaqla' aktar u min jaqla' inqas għaliex qalu li l-VAT ma kenitx tagħmel din id-distinzjoni.", "Huwa ċar li s- sistema li qed tiġi proposta ma jirnexxilhiex tagħmel dak li wiegħed il- Partit Laburista.", "Hija sistema li se tmur iktar 'il bogħod milli kienet il- VAT.", "Huwa fatt rikonoxxut minn kulħadd li dawk li jaqilgħu l-inqas huma dawk li jikkonsmaw l-anqas.", "Is-sistema li qiegħed jipproponi l-Gvern Laburista se żżid il-piż ta' tassazzjoni fuq l-oġġetti importati u peress li aħna pajjiż żgħir aħna nimportaw il-parti kbira mill-konsum tagħna.", "Is- sistema li qed jipproponi l-Gvern hija sistema rigressiva li tmur kontra dak li qalu li se jagħmlu u għalhekk il-Partit Laburista diga' qed jikser il-mandat tiegħu fuq l-ewwel test.", "Mhux billi jiġu hawnhekk u jgħidulna li se jneħħu l-VAT!", "Il-Gvern qed igħid li l-VAT ma tagħmilx distinzjoni bejn min jaqla' inqas u min jaqla' aktar u s-sistema li qed jipproponi hu se tagħmel is-sitwazzjoni agħar.", "Illum persuna bi dħul baxx qed tħallas daqs persuna bi dħul għoli għall-istess affarijiet.", "Sakemm il-Partit Laburista ma jiġix hawn b'sistema li tagħmel din id-distinzjoni jien ngħidlu li m'għandux il-mandat li jneħħiha t-taxxa tal-VAT.", "Jekk ineħħiha jkun qed jikser dak li wiegħed.", "Smajna ħafna kliem fieragħ li l-Gvern għandu mandat għax rebaħ l-elezzjoni, imma l-mandat mhux kif qed jgħidu huma.", "Il-mandat hu dak li hawn miktub fil-programm elettorali li ħareġ lejlet l-elezzjoni.", "Madam Speaker, raġuni oħra li taw għaliex il-VAT għandha titneħħa hi li l- Gvern preċedenti kien daħħal din it-taxxa fuq prodotti li jinħadmu Malta u anke fuq servizzi.", "Jien hawnhekk nerġa' nistaqsi jekk is-sistema li qed jipproponi l-Gvern Laburista hijiex se tkun imposta wkoll fuq prodotti li jinħadmu lokali u fuq servizzi.", "Mhux talli din se jimponuha fuq ċerti servizzi talli se jagħmluha fuq is-servizzi kollha.", "Jiġifieri hawnhekk għandna wegħda oħra li tittratta dwar dan is-suġġett li l-Partit Laburista fil-gvern qed jikser sfaċċatament.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Gavin Gulia u jgħid li l-Oppożizzjoni qed tkun anti-demokratika għax qed turi li l-Partit Laburista mhux qiegħed jimxi skond il-wegħdiet li għamel!", "Dażgur li nibqgħu ngħiduhom dawn l-affarijiet ħalli nuru lill-poplu x'qed jiġri u kif qed jiġi ngannat b'dawn il-wegħdiet fiergħa li issa nafu li mhux se jiġu mwettqa mill-Partit Laburista.", "Il-Partit Laburista għandu jwettaq il- wegħdiet li huma mniżżlin fil-manifest elettorali - hemm tkun demokrazija vera - u mhux jipprova jidħak bil-poplu billi jgħidilna nofs storja u jaħseb li l-poplu se jinsa f'sitt xhur u minn fuq jgħid li l-Oppożizzjoni hija anti-demokratika.", "Dawn x'argumenti huma!", "Lanqas it-tfal tan-nuna ma tidħak bihom hekk.", "Kif jistgħu jippretendu l-ministri tal-Gvern li l-poplu Malti jeħodhom bis-serjeta'!", "Jiġifieri mhux talli t-taxxa fuq is-servizzi se tibqa' talli se tibqa' fuq is-servizzi kollha li kienu ntaxxati bil-VAT.", "Allura fuqiex qed niddibattu hawnhekk?", "Qed niddibattu fuq bdil ta' ismijiet u fuq ċerti bidliet li, iva, se jagħmlu ħsara lill-ekonomija Maltija.", "Niġi issa għat-tielet punt li huwa l-iktar punt importanti minn dawn kollha.", "Il-Partit Laburista kien qal hekk:", "\"Fuq kollox it-taxxa nġusta tal-VAT żiedet il-piż fuq il-familji Maltin billi għolliet il-ħajja.\"", "Mela allura s-sistema li għandha tidħol għandha tiġġieled l-għoli tal-ħajja u tkun f'pożizzjoni li lil pajjiżna tgħollilu l-istandard of living billi tnaqqas il-prezzijiet.", "U x'insibu hawn?", "Insibu li hawn qbil minn kulħadd, minbarra min-naħa tal-Gvern, illi s-sistema l-ġdida se tgħolli l- prezzijiet.", "Jiena nixtieq nirriferi għall-istqarrija li ħarġu ċ-Chamber of Commerce, il-Federation of Industry u l-Malta Employers' Association, liema stqarrija turi bl-iktar mod ċar x'se jiġri mill-prezzijiet u tgħid hekk:", "\"A primary concern is posed by the fact that other things remaining equal...\"", "- u dawn baqgħu equal anke minn mindu ħarġet din l-istqarrija -", "\"... the costs of most products to the consumer are generally set to rise.\"", "X'mandat għandu l-Partit Laburista fil-gvern meta qed jikser anke din it- tielet wegħda dwar l-għoli tal-ħajja?", "Imbagħad jiġu il-Ministru Brincat u l-Onor.", "Gavin Gulia jitkellmu fuq azzjoni anti-demokratika min-naħa ta' l- Oppożizzjoni u dan kollu għaliex qed nikxfu lill-Gvern li gideb u li wiegħed ħaġa u qiegħed jagħtina oħra!", "Barra minn hekk, dik li qed jagħtina se tagħmel il-ħsara u dan mhux jien biss qed ngħidu imma qaluh dawn l- associations u nies oħra indipendenti.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Grech jaf kemm għandu problemi għax jaf li l-qgħad f'dawn l-aħħar ħames xhur żdied bi 800.", "Nifhem li din hija problema għalik u trid tara kif se timmaniġġjaha.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet, jekk jogħġobkom.", "Kompli Onor. Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, kulħadd qed jistaqsi għaliex inħolqot din is-sitwazzjoni ta' inċertezza.", "Kif jista' ma jkollokx inċertezza meta s-sistema li wiegħed il-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni m'hijiex qed tiġi mwettqa u se tiddaħħal sistema oħra li proprju se tixxokkja s- sitwazzjoni ekonomika f'pajjiżna.", "Dan mhux aħna biss qegħdin ngħiduh imma qed jingħad mill-operaturi kollha fis-settur ta' l-ekonomija u qed tgħidu wkoll l-IMF.", "Jiena staqsejt diversi drabi lill-Prim Ministru biex jgħidilna x'qalet l-IMF fuq il-bidla fis-sistema ta' tassassjoni u l-Prim Ministru ma għoġbux jirrispondi, anzi qalli li minħabba raġunijiet kuntrattwali ma jistax jirrispondini.", "Imbagħad kien hemm xi reporter li ċempel l-IMF dwar dan li qal il-Prim Ministru u l-IMF qalet li m'hemmx affarijiet kuntrattwali għax dik qiegħda f'idejn il-Gvern.", "Fl-aħħar xorta sirna nafu x'qalet l-IMF għax fil-fatt \"they questioned seriously the wisdom\" li f'pajjiżna se titneħħa s-sistema tal-VAT u se tiddaħħal sistema ta' tassassjoni differenti bbażata fuq dazji u sisa.", "Madam Speaker, l-IMF ma tantx tagħti pariri bħal dawn faċilment speċjalment meta tiġi biex twiddeb lill-awtoritajiet governattivi biex joqogħdu attenti meta jkunu se jidħlu f'diffikultajiet.", "Li kien għall-Prim Ministru din l-informazzjoni ma ħarġitx għax filwaqt li għoġbu jikkwota minn partijiet oħra tar-rapport, minn din il-parti Alla jbierek m'għoġbux jikkwota.", "U din hija wegħda oħra li kellna, ċioe' il-wegħda tat-trasparenza.", "Għaliex il-Gvern qed jibża' mid-diskussjoni?", "Għaliex m'għandux jiġi hawn ġew u jgħidilna li l-IMF ma qablitx miegħu?", "X'inhi d-diffikulta'?", "Hemm bżonn noqogħdu nduru mal-lewża b'dan il-mod biex niskopru u ninformaw lill-poplu tagħna x'qalet l-IMF?", "Jiena nixtieq ngħid x'qalet aktar l-IMF, u dan mhux fir-rapport dwar Malta imma fil-\"Handbook on Tax Policy\".", "Meta tifli dan il-handbook issib li s-sistema li se jdaħħal il-Gvern tikser kull parir li jagħtu l-esperti ta' l-IMF.", "Nibdew, per eżempju, fuq is-sistema ta' l-import taxes li f'dan il-handbook qiegħda taħt is-section ta' \"Less Developed Countries\".", "Dwar dan insibu hekk:", "\"The lowest income countries tend to rely most heavily on international trade taxes.\"", "Dan hu li se jdaħħal dan il-Gvern.", "Dan il-Gvern qiegħed jikklassifikana ma' the lowest income countries, qisu m'aħniex kapaċi nagħmlu sistema ta' tassassjoni moderna.", "Dan il-handbook - fih 300 faċċata - hu miktub mill- IMF li huma esperti fis-sistemi ta' tassassjoni u proprju jgħid li s- sistema ta' dazji u sisa hija sistema li jużawha biss dawk li jaqilgħu l- inqas, jiġifieri t-third world countries.", "Madam Speaker, għandna wkoll xi ħaġa li jiena nsejħilha farsa.", "Għaliex?", "Għax dan il-Gvern sar isejjaħ kull taxxa bħala taxxa tas-sisa, pero' jekk naraw daqsxejn internazzjonalment xi jfissru b'taxxa tas-sisa u x'rakkmandazzjonijiet hawn insibu li dawn ta' l-IMF jgħidulek li t-taxxa tas-sisa għandha tkun limitata għal ħames prodotti li huma: tobacco products, alcoholic and non-alcoholic beverages, petroleum products u forsi some luxury goods.", "Dan il-Gvern kellu xi diffikulta' fis-sistema tad-dazju li ried idaħħal u fil-fatt il-Prim Ministru ammetta li ma setax iwettaq il- wegħda eżatt kif għamilha billi jerġa' jdaħħal is-sistema tad-dazji li kellna minħabba ċerti arranġamenti internazzjonali.", "Aħna ilna ngħidu lill- Gvern biex joqgħod attent għax dan jista' jkun ta' periklu għal pajjiżna.", "Huwa dover tagħna li nagħmlu dan, anzi rridu nkunu ċerti li nissorveljaw dak li qed jagħmel il-Gvern għaliex għada pitgħada aħna se nkunu fil-gvern u ma rridux li jkollna pajjiż mifni bil-problemi tal-qgħad u bi kriżi ekonomika.", "Aħna rridu li dan il-Gvern imexxi lil pajjiżna 'l quddiem.", "Dak li wiegħed dan il-Gvern - kif konna għidnilu dak iż-żmien ukoll - m'huwa xejn ħlief sistema li m'hijiex aċċettabli fid-dinja tal-lum, speċjalment issa li l-Gvern qed jgħid li jrid imur eqreb lejn l-Ewropa.", "Irid imur eqreb lejn l-Ewropa u qiegħed jagħmel dazji fuq prodotti Ewropej!", "Huwa qed isejħilhom sisa imma fil-fatt huma dazji.", "Jiena nistaqsi lill-Prim Ministru x'se jiġri meta jdaħħal dawn id-dazji.", "Once li aħna nibdew ninnegozjaw dan it-trattament speċjali, li ħadd ma jaf sewwa sew x'inhu, id- dazji fejn se jmorru?", "Se jispiċċaw fuq l-ETP?", "Allura jekk se jispiċċaw fuq l-ETP is-sistema kemm hi differenti mis-sistema tal-VAT?", "Id-differenza hija waħda għax is-sistema tal-VAT li kellna kienet tibqa' sejra sar- retailer u l-ETP tieqaf x'imkien għand id-distributur jew għand il- wholesaler.", "Għandna sistema temporanja u allura wieħed irid bilfors jgħid", "li l-Gvern hawnhekk mhux qed ikun ġenwin mal-wegħdiet tiegħu u mal- ħteġijiet ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, jekk tħares lejn dan id-dokument u tara l-affarijiet kollha li qed jissuġġerixxi l-Gvern dwar it-tassazzjoni ssib li l-wegħdiet qed jiksirhom waħda wara l-oħra.", "L-IMF qed tgħid li:", "\"A retail VAT provides a better audit trail than a single stage tax.\".", "Allura huwa veru li bis-sistema tal-VAT il-moralita' fiskali tkun ferm iktar b'saħħitha minn dik ta' sistemi oħra u l-evażjoni tat-taxxa tkun miġġielda iktar milli se tkun miġġielda bis-sistema li se jdaħħal il-Gvern.", "Dan mhux aħna qed ngħiduh imma qed jgħiduh l-esperti internazzjonali.", "Jekk wieħed jeżamina l-pariri li qed jingħata l-Gvern dwar is-sistema ta' tassazzjoni jsib li kulħadd qed jissuġġerixxi li s-sistema ta' dazji m'hijiex tajba għaliex fiha elementi li se jgħollu l-ħajja u jżidu l- cost tal-produzzjoni.", "F'din is-sistema hemm a cascading element - dan diġa' ssemma diversi drabi - li jwassal għall-impożizzjoni ta' taxxa fuq taxxa li tnaqqas il-kompetittivita' ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, dan il-Gvern m'huwiex qed ikun ġenwin meta jitkellem fuq l-għoli tal-ħajja għax meta ħarġet il-white paper qalilna li din is-sistema se tkun price neutral - jien dejjem insistejt biex din jipprovawha u mhux sempliċement jgħiduha - pero' minn dak iż-żmien 'il hawn saru xi bidliet li bihom se togħla l-ħajja.", "Filwaqt li qabel kienu qalu li t-taxxa kienet se tkun fuq servizzi selettivi issa din ġiet mifruxa fuq is-servizzi kollha.", "Filwaqt li fuq prodotti importati minn barra l-Unjoni Ewropea d- dazju ma kienx se jiżdied issa jidher li se jiżdied fuq diversi prodotti li ma nafux liema huma.", "Jekk inti tieħu l-istarting point tal-white paper ma jistax ikun li temmen dak li kien jgħid il-Gvern, jiġifieri li din is- sistema se tkun price neutral, għaliex il-bidliet li saru, speċjalment il- kwestjoni tas-servizzi li tqarreb iktar lejn is-sistema tal-VAT, se jwasslu għal impatt ikbar fuq l-għoli tal-prezzijiet.", "Madam Speaker, jien nixtieq inkompli ngħid xi ħaġa dwar is-sitwazzjoni li qed tinħoloq f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Brincat qal li mhux veru li l-assoċjazzjonijiet ġew sfurzati biex jipparteċipaw.", "Imma dawn huma stess qalu li jippreferu s-sistema tal- VAT u li kienu qed jipparteċipaw biss biex inaqqsu l-ħsara li tista' ssir fuq l-ekonomija tagħhom mhux biex itejbu l-ġid ta' pajjiżna, l-pagi u l- produttivita'.", "Peress li l-Gvern webbes rasu u qalilhom li jew jipparteċipaw jew jagħmel ta' rasu, dawn naturalment għażlu li jipparteċipaw.", "Kieku aħjar jipparteċipaw milli ma jipparteċipawx f'din it- tip t'atmosfera imma l-Onor.", "Brincat ma jistax jiġi jikkritikani għax ktibt - jien nieħu pjaċir ninnota li huwa jaqra l-artikli tiegħi u fil-fatt ikkwotahom iktar minn darba - li l-associations ġew sforzati għax fuq kollox dan qaluh huma stess.", "Din hija verita'.", "GĦalhekk wieħed irid jara x'inhi s-sitwazzjoni preżenti biex ma nġibux l-ekonomija tagħna f'diffikultajiet li jkun diffiċli ħafna li noħorġu minnhom.", "Madam Speaker, bażikament din il-mozzjoni qed tgħid li kulma jrid jagħmel il-Gvern jista' jsir billi wieħed jirfina, jirtokkja u jirranġa fejn hemm bżonn il-liġi tal-VAT mingħajr ma jkun meħtieġ li jerġgħu jiddaħħlu d-dazji - id-dazji issa qed jissejħu \"sisa\" għax kien hemm min qallu li ma jistax jerġa' jdaħħal id-dazji - mingħajr ma jkun hemm żieda fl-għoli tal-ħajja u mingħajr ma titnawwar il-kompetittivita' ta' pajjiżna.", "Jien nibqa' nsostni li s-sistema li qed jipproponi l-Gvern tista' ġġibna f'inkwiet ekonomiku għax din m'hijiex qed turi l-effett kollu tagħha u s'issa l-Gvern għadu ma ppubblika l-ebda studju, għadu ma kkwantifika l-ebda effett tal-VAT u għadu ma rnexxielux jispjegalna sewwa sew kif din is-sistema li qed jipproponi se tolqot l-ekonomija.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi jkun ferm iktar għaqli li wieħed jirfina s-sistema li għandna.", "Ir-rapport ta' l-IMF stess li jittratta dwar Malta jgħid li f'pajjiżna s-sistema tal-VAT mhux talli żiedet id-dħul u mhux talli naqqset l-ekonomija moħbija imma it is \"bringing sizeable amounts of previously unrecorded economic activity within the tax net.\".", "Hawn ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li s-sistema tal-VAT irnexxielha toħroġ fil-beraħ madwar 12,000 persuna li kienu qed jagħmlu fulltime jew part- time job u filwaqt li dawn qabel ma kienu qed jagħtu l-ebda kontribuzzjoni llum qed jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom kif suppost jagħmlu.", "Li kieku ma kienx għas-sistema tal-VAT dawn il-persuni kienu jibqgħu moħbija.", "Madam Speaker, imma issa x'se jiġri?", "Tgħid se jkun hemm it-tendenza li l- ekonomija moħbija li kellna terġa' tibda tinħeba u nerġgħu nibdew nisimgħu lin-naħa tal-Gvern jgħidulna li l-impjiegi neżlin minħabba li dawn qed jinħbew?", "Jien qed nistenna li l-Onor.", "Membri tan-naħa tal-Gvern joħorġu b'dawn it-tip t'argumenti li naturalment m'humiex aċċettabbli.", "Is-sistema ta' tassazzjoni ġdida li qed tiġi ppjanata tista' twassal għal ekonomija moħbija u għan-nuqqas ta' moralita' fiskali u għalhekk jien ngħid li din is- sistema m'hijiex ġusta u wieħed ma għandux jipprova jdaħħalha.", "Madam Speaker, il-Partit Laburista kien jgħid li l-VAT hija inġusta, rigressiva u bla bżonn u dan meta kulħadd qed jaqbel li għall-kuntrarju dik is-sistema hija ġusta u hija s-sistema li se jdaħħal il-Gvern li hija inġusta.", "Bl-introduzzjoni tal-VAT aħna rnexxielna nneħħu d-dazji li issa l- Gvern se jerġa' jdaħħal u li 'l quddiem se jerġa' jneħħihom.", "Bil-mod kif qed indaħħlu u noħorġu s-sistemi ta' tassazzjoni qed nistħajjilna tal- Mickey Mouse.", "Is-sistema ta' tassazzjoni li se jdaħħal il-Partit Laburista mhux talli m'hijiex se tnaqqas l-għoli tal-ħajja, kif kien wiegħed fil- manifest elettorali tiegħu, talli se tkompli żżid l-għoli tal-ħajja u dan biex ma nsemmix ukoll li d-dazji jistgħu joħolqu diffikultajiet ma' l- Ewropa.", "Fil-fatt diġa' kellna xi diffikultajiet tant li l-Gvern stess kellu jbiddel diversi affarijiet mill-abbozz ta' liġi biex dawn id-dazji jkunu qishom moħbijin, pero' l-effett tagħhom huwa l-istess.", "Madam Speaker, il-Partit Laburista mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni kien jgħid li t-taxxa tal-VAT hija inġusta, bla bżonn u ġġib l-għoli tal-ħajja meta fir-realta' hija s-sistema ta' tassazzjoni li se jdaħħal il-Gvern Laburista li se tikkaġuna dan kollu.", "Kien hemm ħafna affarijiet oħra li ma qalhomx bil-fomm, fosthom meta l-Partit Laburista wassal messaġġ lil dawk li sabu li s-sistema tal-VAT ma kenitx qed tħallihom jevadu t-taxxa.", "Jien ngħid li kienu dawk li riedu jiskartaw mit-taxxa li taw il-mandat lill- Partit Laburista sabiex jiggverna u dan il-Gvern bena fuq il-voti ta' dawk in-nies li sfortunatament sabu l-VAT ta' inkonvenjent.", "Jekk jibqa' miexi f'din it-triq il-Partit Laburista fil-gvern ma jistax jitkellem fuq moralita' fiskali għaliex il-moralita' fiskali se jkissirha hu stess bil- passi li qed jieħu biex jibdel is-sistema li għandna għal sistema mħawda li se twassal għal inġustizzji u għal diffikultajiet kbar.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, jien smajt b'attenzjoni kbira kemm dak li ntqal illejla kif ukoll dak li ntqal l-aħħar darba - fil-fatt meta ma nkunx preżenti fil-Kamra nkun qed nisma' x'qed jintqal xorta waħda permezz tas-sistema radjofonika - u kultant bqajt immeraviljat bit-ton kważi isteriku li ntuża.", "Fil-fatt anke l-Onor.", "Bonnici uża dan it-ton u l-isteriżmu tiegħu jirrifletti sew il-paniku li qed jaqbadhom l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni meta qed jaraw li bil-kalma u b'mod ċivili qed inbiddlu dak li huma qalu li ma jistax jinbidel.", "It- terrimoti li jinsabu f'moħħ l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni jillustraw tajjeb wisq il-fatt li huma xotti mill-ideat, li jinsabu daharhom mal-ħajt u li m'humiex qed jifhmu u jagħrfu li l-affarijiet inbidlu.", "Il-mod li bih qed jesprimu ruħhom l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni juri li dawn għadhom maqbudin mal-passat u fil-fatt jidher li għandhom paniku fuqhom.", "Huwa għalhekk li qed ikun hemm dik l-ossessjoni fid-diskors ta' l-Onor.", "Bonnici u li l-Onor.", "Dalli qed isemmi d-\"diżastru\", qisu qed jaqa' t-tempju ta' żmien Sansun!", "Sinjura President, meta wieħed jara dawn l-affarijiet bilfors ikollu jirrifletti u jgħarbel ftit il-ħsus fundamentali tal- mozzjoni li għandna quddiemna filwaqt li jistaqsi x'inhu dak li qed jispira politikament - għax irridu nitkellmu b'mod politiku wkoll - din il- mozzjoni.", "Jien qrajt din il-mozzjoni iktar minn darba u kkonfermajt li l-Onor.", "Bonnici beda d-diskors tiegħu bl-iktar mod tajjeb għaliex laqat il-musmar fuq rasu imma mbagħad iddevja bħalma soltu jagħmel.", "Jien m'għadnix naqra l- artikli tiegħu - bir-rispett kollu lejh - proprju minħabba din ir-raġuni għaliex iħobb jiddevja.", "Pero' rrid ngħid li fil-bidu tad-diskors tiegħu laqat il-musmar eżatt.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Bonnici qed jgħidli li ma jaqrax l-artikli tiegħi; ma naħsibx li jista' jaqra l-artikli tiegħi għax jiddispjaċini ngħidlu li m'għadnix nikteb.", "Sinjura President, kont qed ngħid li l-Onor.", "Bonnici laqat il-musmar fuq rasu għaliex l-essenza ta' din il-mozzjoni hija essenza anti-demokratika.", "Hija mozzjoni minn Oppożizzjoni li ġiet skreditata fl-aħħar elezzjoni li kellna.", "Il-verdett tagħha ħareġ u huwa verdett politiku ċar minn naħa tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Minflok taċċetta li kien hemm verdett, l-Oppożizzjoni qiegħda tinjorah kompletament.", "L-Oppiżizzjoni qiegħda tgħid li l-Kamra tal-Kummerċ, il-Federazzjoni ta' l-Industrija u l-Employers' Association ma jaqblux li titneħħa l-VAT.", "Skużi, imma kulħadd huwa kontra l-VAT u dik hija l-essenza tal-mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni.", "Qabel l-aħħar elezzjoni il-Kamra tal-Kummerċ , il- Federazzjoni ta' l-Industrija, il-Malta Employers' Association u oħrajn kienu esprimew ruħhom favur il-VAT u minn dak inhar 'il hawn ma nbidel xejn ħlief il-verdett tal-poplu, sinjuri ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-poplu esprima ruħu bl-aktar mod ċar u jiena naf għaliex esprima ruħu.", "Jien naf u kont naf il-Kamra tal-Kummerċ x'kienet tgħid, imma kont naf ukoll x'kienu jgħidu l-membri tal-Kamra tal-Kummerċ għaliex waqt li l-Onor.", "Bonnici u sħabu kienu hawnhekk jimtlew bl-arroganza ta' ministri fil-poter, sħabi u jien kollna qegħdin nitkellmu - għal tliet snin sħaħ - villaġġ villaġġ, triq bi triq, man-nies, man-negozjanti ż-żgħar u anke man-negozjanti l-kbar.", "Konna qegħdin nisimgħu x'qed jgħidu dawn u konna qed nisimgħu wkoll x'qed jgħidu l-konsumaturi.", "U aħna għidna li lill-Kamra tal-Kummerċ, lill-Malta Employers' Association u lill-Federazzjoni ta' l-Industrija tajjeb li nisimgħuhom.", "Huma kienu jgħidulna li jisimgħuna bħala Oppożizzjoni imma jekk imbagħad inkunu fil-gvern jinnegozjaw magħna.", "U kienet stand demokratika għall-aħħar.", "U hawn nagħti ċertifikat lill-Kamra tal-Kummerċ, lill-Employers' Association u lill-Federazzjoni ta' l-Industrija li ħadmu demokratikament.", "Meta mbagħad il-verdett tal-poplu ġie dawn aċċettawh.", "Ara l-Oppożizzjoni m'għamlitx hekk għax din qed tinjora l-verdett tal-poplu u qed tgħidilna li kulħadd huwa kontra tagħna.", "Imma skużi!", "Kulħadd kontra tagħna meta l-verdett qiegħed hemm bl-aktar mod ċar!", "Meta l-mandat elettorali qiegħed hemm bl-aktar mod ċar, kif jistgħu jikklejmjaw li huma demokratiċi u joħorġu b'dan l-argument?", "Jiena nibqa' nsostni li l-mozzjoni li għandna quddiemna fundamentalment tillustra l-kredenzjali anti- demokratiċi ta' l-Oppożizzjoni attwali.", "Minflok jaċċettaw il-verdett dawn qegħdin jibnu, mingħalihom, stampa li kulħadd huwa kontra dak li qed nipproponu aħna meta kulħadd jaf li l-opinjoni professjonali ta' dawk l- organizzazzjonijiet hija l-istess opinjoni professjonali li taw qabel l- aħħar elezzjoni imma li ma ġietx aċċettata mill-poplu Malti u Għawdxi fil- maġġoranza assoluta tiegħu.", "Imma din hija Oppożizzjoni li tgħid li hija Ewropea, li trid timxi fit-tradizzjonijiet demokratiċi Ewropej li għandha għal qalbha lil Alcide de Gasperi u lil Jean Monnet?", "Jiena ngħid li le.", "Meta tifli t-tradizzjoni Ewropea li qiegħda taħdem fuqha l-Oppożizzjoni mmexxija mill-Onor.", "Fenech Adami tara li hija l-Frankiżmu, it-tradizzjoni ta' kif kienet timxi Spanja taħt il-Ġeneralissimo Franco fejn hemm dawk li jgħidulhom kotri - networks ta' nies - li mingħalihom qegħdin hemm għal dejjem ta' dejjem, li mingħalihom huma l-allat tal-professjonisti, ta' ċerti negozjanti u ta' ċerti nies imqabbda fin-negozju u mingħalihom li għandhom xi poter jew diktat divin - hawn id-diktat li ssemma dan l-aħħar - li jmexxu kif jgħidu huma.", "Din hi l-istorja kollha.", "L-Ewropejiżmu li jiftaħru bih mhux veru li hu ta' Monnet u lanqas ta' ċerti nies li wieħed jammirahom fit-tradizzjoni Ewropea tal-Punent imma l-għeruq politiku tagħhom huwa tal-Frankiżmu, li għadu hawn.", "Kienu l-istess partit li meta l- Frankisti daħlu f'Madrid qalu: Dħalna Madrid.", "U mingħalihom għadhom Madrid dawn!", "Dik hi l-ideoloġija u l-għerq politiku li minnu jaħdmu; għax meta jiġu wiċċ imb'wiċċ ma' verdett politiku ċar ma joqogħdux jgħidu: Għandna verdett politiku ċar u allura ejja naċċettaw din ir-realta'.", "Sinjura President, jekk wieħed jaqra l-mozzjoni li għandna quddiemna jara li din tinjora kompletament ir-realta' politika li ġiet in vigore fis-26 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet.", "U din hija r-realta' tal-Frankiżmu li qiegħed idawwal il-mod politiku ta' kif taħdem l-Oppożizzjoni.", "Ħalli nkun ċar.", "Meta aħna tlifna l-elezzjoni ta' l-1992 fuq l-Unjoni Ewropea jien kont l- ewwel wieħed li għidt li l-Gvern - dak iż-żmien kien il-Gvern Nazzjonalista - għandu mandat biex iwassal u jipprova jwassal fuq dak li wiegħed, li kien fuq l-għatba ta' l-Unjoni Ewropea u jinnegozja biex idaħħal lil Malta fl- Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Stenna ħalli nwassal l-argument, Onor. Borg.", "MADAM SPEAKER: Onor. Borg, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq dan kont pubbliku jien.", "Waħda mill-ewwel intervisti li tajt kienet ma' ġurnalist ta' \"in-nazzjon\" fejn kont għidtlu li fl-opinjoni tiegħi l-Gvern ta' dak iż-żmien, fuq dak li kien qal fil- manifest elettorali, għandu mandat biex idaħħal lil Malta malajr kemm jista' jkun - zobtu!", "Fil-fatt kienu jgħidulna li qegħdin \"appik\" - fl- Unjoni Ewropea.", "Din għidtha pubblikament u għaddew tliet xhur, kif qal l- Onor. Tonio Borg, u wasal is-summit ta' Lisbona.", "Wara d-dikjarazzjonijiet frakassanti ta' l-Onor. de Marco, ta' l-Onor.", "Fenech Adami, dak iż-żmien prim ministru, ta' l-Onor.", "Josef Bonnici, dak iż-żmien segretarju parlamentari għall-industrija u ta' l-Onor.", "Dalli, immaġinajt li Lisbona kienet se tagħtihom il-mandat biex jiftħu n-negozjati għaliex hekk kienu qalu, li kienu fuq l-għatba li jidħlu fl-Unjoni Ewropea flimkien ma' l- Awstrija, mal-Fillandja u ma' l-Isvezja.", "Hekk kienu qalu lill-poplu Malti u Għawdxi fil-manifest elettorali tagħhom ta' l-1992.", "U f'Lisbona x'ġara, Sinjura President?", "L-Ewropej ta' l-Unjoni Ewropea għamluha ċara li kien hemm grupp ta' pajjiżi bħall-Awstrija, il-Fillandja, l-Isvezja u dak iż- żmien in-Norveġja li qegħdin fuq l-aċċelleratur u pajjiżi oħrajn bħal Malta ta' dak iż-żmien u Ċipru ta' dak iż-żmien li se jibqgħu all'anno ... ormai, min jaf meta kien!", "U hemm għadna, Onor. Tonio Borg.", "Il-mandat tal-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien qiegħed premess fuq xi ħaġa li kienet gidba u daħk sfaċċat.", "(Interruzzjonijiet) Minnufih konna ressaqna mozzjoni f'dan il-Parlament bħala private members' motion u qajjimna minnufih l-argument quddiem il-poplu Malti u Għawdxi u għidna: Dawn suppost għandhom mandat elettorali biex minnufih jibdew jinnegozjaw, u fejn hu n-negozjar?", "U ħarġet ċara li kienu daħku bil-poplu Malti u Għawdxi.", "La qed nitkellmu fuq private members' section tajjeb li nitkellem ftit ukoll fuq x'ġara fl-inkwadrament ta' dan id-dibattitu, Sinjura President.", "Jien s'issa ġejt mgħajjar li jien inuman u l-Onor.", "Fenech Adami qal li jiena ipokrita - naħseb li kien qed iħares fil-mera meta qal hekk - u qal ukoll li hemm ċerti affarijiet li ma jridx jafdani fihom.", "(Onor. Membri; Hear, hear) U hawnhekk huwa tajjeb li jiena ngħid eżattament x'ġara fil- bidu tad-dibattitu fuq din il-mozzjoni.", "Meta fl-1992 konna ressaqna l-mozzjoni li semmejt ftit tal-ħin ilu konna għidna li għandna ndumu niddiskutu kemm ikun hemm bżonn, pero' min-naħa tal- Gvern ta' dak iż-żmien kienu qalulna li se jagħtuna seduta li tinqasam nofs b'nofs u daqshekk.", "U allura għidna li la tawna daqshekk għallinqas nieħdu dak id-daqshekk.", "U hekk għamilna.", "U minn dak iż-żmien 'il hawn il- private members' motions li saru taħt l-amministrazzjoni preċedenti kollha ħadu seduta waħda, maqsuma nofs bin-nofs.", "Imbagħad ġie d-dibattitu fuq il- mozzjoni mressqa mill-Onor.", "Fenech Adami u għidna li l-ewwel ċans li jkollna din se nressquha.", "U hekk għamilna.", "L-ewwel ċans li kellna ressaqniha quddiem dan il-Parlament.", "U kien hemm ftehim fuqha din.", "Meta ltqajna l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor. de Marco u jien ftit wara li għaddiet l-elezzjoni kien hemm qbil fuq pakkett ta' miżuri, fosthom qbil fuq pairing, qbil fuq l-iSpeaker u d-Deputy Speaker u kien hemm ukoll qbil - ipproponiha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u qbilt miegħu minnufih - li private members' bills u motions min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jitressqu minnufih quddiem din il-Kamra.", "Jien għidt: Isir kif kien isir taħt l- amministrazzjoni preċedenti.", "U din il-mozzjoni resqet hawnhekk u jien u sħabi assumejna li din se tkun maqsuma nofs bin-nofs fuq seduta waħda kif kienet l-insistenza tal-Gvern preċedenti.", "Imma n-naħa ta' l-Oppożizzjoni bdew jgħidulna li riedu jdumu jitkellmu kemm hemm bżonn.", "U għidt: Isma' dan x'qed jiġri?", "Mela diġa' qed jinħall il-qbil u l-ftehim li suppost kien hemm?", "Sinjura President, imbagħad wasalna għad-diskussjoni u, out of the blue, minflok il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qam jippreżenta l-mozzjoni l-Onor.", "John Dalli, mingħajr ħadd minn din in-naħa - jien ċertament li le - ma kien jaf x'qed jiġri.", "U jiena bir-raġun kollu qomt, Sinjura President, u għidtlek li din hija a private members' motion imressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u nistenna li jkun preżenti biex għallinqas iressaqha hu.", "Jien kont naf li l-ġimgħa ta' qabel kien imsiefer ...", "Allura l-ewwel joqgħod jittantana fil- gazzetti u jistaqsina jekk aħniex se nressquha jew le - aħna konna se nressquha bla problemi ta' xejn - imbagħad ma jitfaċċax biex jippreżentaha.", "U malli ressaqt dan il-point of order qam l-Onor.", "Louis Galea u b'ħanġra daqsxiex beda jgħid li jien biss ma nafx u Malta kollha taf li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jiflaħx.", "U jien l-ewwel wieħed li ma kontx naf.", "Le, ma kontx naf, ħadd ma nformaha lil din in-naħa.", "Imbagħad qam l-Onor.", "Gonzi u beda jsemmi article 33 ta' l-Ordnijiet Permanenti u jien għidtlu li article 33 qed jinterpretah ħażin u tlabt għal ruling mingħandek, Sinjura President.", "Kieku dak inhar xi ħadd kellu d-diċenza jgħidilna li kien misshom informawna li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien ma jiflaħx allura kont nifhem, imma dawn minflok baqgħu jinsistu fuq article 33.", "(Interruzzjonijiet) Lill-Onor.", "Gonzi ngħidlu li jien naf l-iStanding Orders daqs kemm jafhom hu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk l-Onor.", "Membru jaħseb li għandu xi prijorita' jew xi monopolju fuq l-iStanding Orders għandu żball għaliex xi kultant jinterpretahom ħażin u nista' ngħidlu jien fejn jinterpretahom ħażin.", "Għalhekk, Sinjura President, hemmhekk jiena tlabt għal ruling mingħandek u għamilt dan għaliex din in- naħa m'aħniex se naċċettaw li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni tibqa' ġġib ruħha qisha qegħda fil-gvern.", "Spiċċa dak iż-żmien.", "M'aħniex se naċċettawha aktar.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U nibqa' nagħmilha ċara li jekk ma jużawx mod ċivili u mod diċenti - u kont nistenniha mill-Onor.", "Gonzi li jkun ċivili u diċenti - aħna se nkunu kif għandna nkunu, eżattament skond ir-regoli u skond il-proċeduri.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, timputawx affarijiet lil xulxin.", "ONOR.", "ALFRED SANT: U nibqa' ninsisti aktar minn hekk, Sinjura President.", "Nerġa' nfakkar li l-ftehim li kellna bejnietna ma kienx a' la carte, fis- sens li tagħżel minnu u jkomplu l-affarijiet l-oħra.", "L-affarijiet l-oħra qegħdin hemm għax irriduhom aħna u mhux għax hemm ftehim fuqhom, Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "U nibqgħu ċari fuqha din il-ħaġa.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom tindirizzawx lil xulxin.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan jinkludi, per eżempju, il-flus li jingħataw lill- partiti ħalli jżommu lin-nies tagħhom barra għax hekk kien il-ftehim mill- bidunett.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija xi ħaġa li tkellimna fuqha u tajjeb li nkunu ċari fuq dak li qed ngħidu.", "Mela ħalli nkomplu minn hemmhekk u ħalli nkomplu minn hemmhekk bl-aktar mod ċar, Sinjura President.", "Jiena bniedem li nippreferi nagħmel l-affarijiet b'mod kalm u b'mod ċivili, sakemm in-naħa l-oħra tkun ċivili wkoll.", "Il-kalmezza tibqa', imma ara ma taħsbux li tistgħu tirromblaw fuqna għax bl-ebda mod m'intom se tirromblaw fuqna.", "U għalhekk Sinjura President, qed nagħmel ċar ukoll l-argument tal- pairing.", "Il-pairing kien xi ħaġa li tajjeb li ssir u kien hemm ftehim dwaru pero' it-tneħħija tiegħu bl-ebda mod ma hi ta' inkonvenjenza għall-Gvern.", "Jiena wasluli messaġġi - naf min bagħat dawn il-messaġġi - f'dawn l-aħħar ġimgħatejn jew tlieta fejn kien hemm min qalli: Il-aħwa x'għamlulkom!", "Jien weġibthom u għidtilhom li m'għamlulna xejn għaliex il-Gvern xorta se jibqa' jaħdem għaliex se nirranġaw ix-xogħol tal-Kamra b'mod illi x-xogħol, kemm dak tal-Kamra kif ukoll dak tal-Gvern, jibqa' għaddej.", "Sinjura President, m'għandna l-ebda intenzjoni f'dak li qegħdin nagħmlu li nillimitaw il-ħin ta' diskussjoni fil-Parlament u x-xogħol tal-Parlament.", "Ix-xogħol irid isir, kemm tal-Gvern u kemm tal-Parlament.", "Dan huwa l- messaġġ li rrid inwassal illejla fuq dan is-suġġett.", "Tlaqt minnu għax huwa marbut ma' l-argument ta' kif żviluppat din il-kwestjoni ta' private members' motion u tintrabat ukoll ma' kif qegħdin naħdmu hawnhekk.", "Imma tajjeb li ngħid ukoll x'inhi l-konklużjoni dwar il-mod kif qed topera l- Oppożizzjoni.", "Sinjura President, l-Oppożizzjoni qiegħda topera b'mod assolutament - biex nerġa' mmur għall-argument prinċipali tal-bidu - anti-demokratiku.", "M'hijiex qed taċċetta li hawn mandat biex din in-naħa timxi kif qiegħda timxi.", "U dak il-mandat huwa mandat kategoriku.", "L-Onor.", "Tonio Borg qed jgħid li rriduhom jaqblu magħna u jien ngħidlu, le, ma tridux taqblu magħna, imma imbagħad hemm mod u mod kif ma taqbilx, hemm mod u mod kif tagħmel l-affarijiet u hemm mod u mod kif tipprova turi l-oppożizzjoni tiegħek.", "U ċertament ma turix l-oppożizzjoni tiegħek billi tipprova tagħmel il-bsaten fir-roti.", "Dawn m'humiex qegħdin jagħmlu l-bsaten fir- roti lill-Gvern, għaliex il-Gvern għadu għaddej, imma qed jagħmlu l-bsaten fir-roti lill-pajjiż.", "U din hija xi ħaġa li lili turtani.", "Jien nisma' l-argumenti dwar kif kienu jsiru l-affarijiet bejn l-1971 u l- 1976 u nismagħhom mhux biss mingħand il-Laburisti imma anke mingħand in- Nazzjonalisti għaliex fil-pożizzjoni tiegħi jiġu Nazzjonalisti u Laburisti jkellmuni - u jkellmuni b'ċerta frankezza - u nisma' l-veduti ta' kulħadd.", "U minn din il-frankezza x'qiegħed jirriżulta?", "Hja tattika ta' l- Oppożizzjoni kurrenti - parti mill-ideoloġija Frankista tagħhom - li meta jiġu biex jagħmlu l-oppożizzjoni din ma jagħmluhiex b'mod demokratiku kif magħruf fid-demokraziji Ewropej imma jagħmluha b'mod totalitarju u assolut u b'mod li anke, jekk hemm bżonn, ikissru l-pajjiż.", "L-aqwa mingħalihom li jkunu qed jieħdu xi sopravvent.", "Nagħmilha ċara, Sinjura President, li din hija xi ħaġa li l-poplu Malti meta jaraha u jagħrafha jirrealizza li ma tagħmilx sens aktar.", "Jekk tanalizza d-diskors li għamel l-Onor.", "Bonnici ftit ilu - qisu Cassandra jew Ġeremija - tinduna li dan hu maħsub b'mod biex jinċita l-affarijiet li jrid li jiġru.", "Tarah l-inċitament u għandu kull dritt jagħmlu, imma skużi, hemm bżonn ta' ċerta oġġettivita' u ta' ċertu ħsieb f'dak li nkunu qed ngħidu.", "Hemm bżonn ta' ċertu nifs u ta' ċerta recul - kif jgħidu l-Franċiżi - jiġifieri fejn wieħed joqgħod ftit lura sabiex għallinqas josserva lilu nnifsu wkoll, Onor. Bonniċi.", "Bil-mod kif l-Onor.", "Bonnici jisposta l-argumenti tiegħu assolutament ma jkunux argumenti ta' xi ħadd li qed janalizza oġġettivament dak li qed jiġri imma ta' xi ħadd li jrid li dawk l-affarijiet jiġru u qed jimbottahom biex jiġru.", "Din taraha per eżempju fl-argumenti tiegħu fuq id-dazji li kienu bbażati fuq ir-rapport ta' l-IMF.", "L-IMF għamlet rapport u dan ir-rapport, f'dak li għandu x'jaqsam mat- tneħħija tal-VAT, kien prevedibbli.", "Mhux ovvju li l-IMF se tkun favur il- VAT!", "M'hijiex ħaġa ċara din!", "Allura fuq il-bażi ta' din se naċċettaw parir ta' l-IMF mingħajr ma naraw ir-realta' Maltija?", "Intom aċċettajtu b'għajnejkom magħluqin, u għamiltu żball kbir, l-impożizzjoni ta' l-EU Commission imma aħna ma naħdmux hekk.", "Aħna nisimgħu l-pariri ta' l-esperti barranin u lokali imbagħad niddeċiedu fuq il-bażi ta' jekk dawn ikunux jirriflettu r-realta' Maltija.", "Intom bil-maqlub tagħmlu għax l-aqwa li jkollkom espert barrani jgħidilkom xi ħaġa u tagħmluha.", "Kif jista' jkun li nimxu hekk!", "Dan huwa punt li tajjeb li ninsistu fuqu, Sinjura President.", "Eżempju ieħor huwa l-argument li żviluppaw l-Onor.", "Bonnici u l-Onor.", "Dalli - ilhom jiżviluppawh mhux ħażin - dwar id-diżastru - kif sejjaħlu l-Onor.", "Bonniċi - li skond hu beda dieħel fl-ekonomija Maltija.", "Jien tajjeb li nitkellem ftit dwar dan id-diżastru u jekk hu diżastru naraw meta beda.", "U dwar dan m'iniex se nitkellem fuq xi ħaġa li pprepara l-Gvern imma se nitkellem fuq xi ħaġa li ppreparalna l-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Jien u sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat dan l-aħħar konna għal briefing u dawn tawna ċerta informazzjoni u analisi li għamlu huma dwar fejn l-affarijiet bdew imorru ħażin.", "L-Onor.", "Bonnici jiddelitta bic-charts u jien hawnhekk għandi charts li juru minn meta l-affarijiet bdew neżlin 'l isfel.", "Iċ- charts tal-Bank Ċentrali ma jurux li l-affarijiet bdew neżlin 'l isfel minn Ottubru 1996 anzi juru eżattament bil-maqlub.", "Jekk, per eżempju, inħarsu lejn iċ-chart li tirrigwarda l-labour market - fuqha hemm linja ħamra li turi ċar kif iċċaqlaq l-unemployment f'dan il- pajjiż, jekk żdiedx jew naqasx - fl-iskala li turi s-snin 1992-1995 naraw li fl-1995 il-linja ta' l-unemployment bdiet tiela' 'l fuq.", "Ara din, ma teżistix għall-Onor.", "Bonnici!", "Għalih kollox beda jmur ħażin f'Ottubru ta' l-1996.", "Nerġa' ngħid li l-unemployment beda tiela' 'l fuq mill-1995.", "U l- 1995 meta kien, Sinjura President?", "L-1995 kienet is-sena meta daħlet it- taxxa tal-VAT.", "Waħda mill-affarijiet interessanti li wrewna tal-Bank Ċentrali hija l- indikaturi ta' business confidence.", "Jekk il-vista tiegħek twassal s'hawnhekk, Sinjura President, tista' tara li dawn huma charts li juru sena b'sena kif qed tikber jew tiċkien il-business confidence.", "F'din iċ-chart - nerġa' ngħid li din hija chart tal-Bank Ċentrali u mhux tal-Gvern - għandna dak li għandu x'jaqsam ma' ditti li huma export-oriented, jiġifieri ditti li jiffabbrikaw u jesportaw u jekk inħarsu lejn l-ewwel semester ta' l-1996 naraw li kien hemm numru akbar sew ta' ditti li kienu qegħdin ikunu aktar negattivi milli kienu qed ikunu pożittivi.", "Imbagħad fit-tieni semester ta' l-istess sena naraw li l-aħmar qiegħed 'l isfel, jiġifieri li fit-tieni nofs ta' l-1996, l-export-oriented business firms kienu qegħdin ħafna aktar negattivi milli pożittivi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Eddie Fenech Adami, on a point of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li s-Central Bank huwa wieħed mill- istituzzjonijiet ewlenin fil-pajjiż li b'ebda mod m'hu partiġjan, u peress li l-Prim Ministru qed jgħidilna diversi drabi li qed jikkwota minn presentation li għamlulu s-Central Bank, ma jidhirlekx, Sinjura President, illi ladarba qed jitkellem fuq dokumenti tas-Central Bank dawn id-dokumenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-Oppożizzjoni wkoll?", "MADAM SPEAKER: Hemm xi problema biex dawn id-dokumenti jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dawn se npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed ngħid għad dokumenti kollha li saru fil- presentation li qed jagħmel riferenza għaliha l-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, taħt is-sistema attwali, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu n-nominee tiegħu fuq il-Bord tad-Diretturi tal- Bank Ċentrali, li meta konna qegħdin hemmhekk kien qiegħed preżenti wkoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Id-direttur li hemm u li nnominajt jien skond il-liġi jimxi skond il-Liġi tas-Central Bank, liema liġi titkellem dwar il- konfidenzjalita'.", "Jiġifieri l-Prim Ministru qed jawtorizzani nitlob lis- Central Bank li jagħtuni d-dokumenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Li nista' ninforma lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa li mhux se jdum ħafna bid-direttur tiegħu għaliex qabel is-sajf se nkunu għaddejna l-Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sinjura President, il-Prim Ministru mhux qed jirrispondi għad-domanda tiegħi.", "Il-Prim Ministru qed jgħid li d-direttur huwa awtorizzat jagħtini d-dokumenti li qed isemmi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jiena qed ngħid li d-dokumenti li qed nikkwota minnhom se jkunu fuq il-Mejda tal-Kamra u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jkun jista' jarahom.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Eddie Fenech Adami;", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dan il-każ ta' selezzjoni diġa' għamiltu fil- każ tar-rapport ta' l-IMF.", "Jiena qed ngħidlek biex mhux tisselezzjona imma tpoġġi d-dokument kollu tal-preżentazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: U jiena qed ngħid li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li qed nikkwota minnhom illum.", "Sinjura President, jekk inħarsu issa lejn il-kunfidenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ewwel semester ta' l-1997 naraw li hemm aktar export- oriented business firms li qed jgħidu li għandhom kunfidenza milli li għandhom anqas kunfidenza.", "Bejn l-ewwel nofs tas-sena li għaddiet u l- ewwel nofs dan din is-sena żdiedu n-numru ta' ditti export-oriented li għandhom aktar fiduċja f'dak li għaddej f'pajjiżna.", "Is-sitwazzjoni tinqaleb f'dak li għandu x'jaqsam ma' locally-oriented business firms.", "Dan qed ngħidu biex inkunu għidna kollox ħalli l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jaħsibx li qed naraw biss l-affarijiet is-sbieħ.", "Jekk inħarsu lejn il-blue - qed nitkellmu fuq il-locally-oriented firms li huma ditti li jaħdmu biss għas-suq lokali - allura hawnhekk il-fiduċja li l-affarijiet sejrin tajjeb jew li l-prospetti huma tajbin kienu iktar negattivi milli pożittivi fl- ewwel quarter tas-sena li għaddiet.", "Imbagħad komplew jiżdiedu fin- negattiviżmu fit-tieni quarter tas-sena li għaddiet u fl-ewwel quarter ta' din is-sena kompla jiżdied in-negattiviżmu.", "Issa dan xi jfisser, Sinjura President?", "Dan ifisser li s-slow-down li kien hawn bdiet fl-1995.", "U allura l-punt x'inhu?", "Il-punt hu li s-slow-down ma bdietx mis-26 ta' Ottubru ta' l-1996, Onor. Bonnici.", "L-affarijiet bdew imorru lura minn ħafna qabel u preċiżament mill-mument meta daħlet it-taxxa tal-VAT.", "Għalhekk waħda mill-urġenza li hawn hija kif sejrin niffaċċjaw il-problemi ta' l-industrija tal-manifattura li taħdem għas-suq lokali.", "Imbagħad għandna chart oħra li għandha x'taqsam mas-savings, investments u l-current account fil-pajjiż.", "Jekk inħarsu lejn kif żviluppa d-deficit estern tal-pajjiż f'dawn l-aħħar snin naraw li mill-1994 'il quddiem kien hemm aċċellerament qawwi ta' l-external deficit, jiġifieri d-differenza bejn dak li ndaħħlu minn barra kkomparat ma' dak li noħorġu ' barra.", "Fl- 1994 l-external deficit kien ta' 9% - jiġifieri daħħalna 9% inqas milli ħriġna - tal-GDP ta' l-ekonomija in ġenerali.", "Fl-1995 dan tela' għal 14% u s-sena li għaddiet tela' għal 23%.", "Dawn huma affarijiet li jkexkxuna lilna u huma affarijiet li l-Onor.", "Bonnici kien jaf bihom meta kien qed jitkellem qabel l-aħħar elezzjoni fuq il-problemi li kienu għaddejjin.", "U hawnhekk niġi għal punt ieħor u nistaqsi għaliex id-deficit estern kiber b'dan il- mod.", "Dan kiber b'dan il-mod għaliex il-kompettitivita' ta' l-ekonomija tagħna mill-1994 'l quddiem kienet qed tiġi eroded u mminata għaliex fost affarijiet oħra kien hemm it-taxxa tal-VAT li kienet qed tagħmel piżijiet u toħloq problemi fit-tmexxija ekonomika u fil-kompetittivita' ta' pajjiżna.", "Din hija xi ħaġa li rridu naħdmu fuqha u qed naħdmu fuqha billi ngħidu li l- poplu għandu raġun.", "Il-mandat elettorali kien ta' poplu li jaf jaħseb, li jaf jirraġuna u li jaf jara l-affarijiet kif sejrin.", "Dan minkejja t- tlellix u l-maniġġi pubbliċitarji li kien imexxi l-Gvern Nazzjonalista qabel Ottubru li għadda.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Tajjeb ukoll li nħarsu lejn il-bilanċ fiskali, li juri kif mexa l-current account balance fil-pajjiż, jiġifieri bejn transazzjonijiet kurrenti, dak li nixtru minn barra u dak li nbiegħu barra, u wkoll il-bilanċ fiskali bħala budget tal-gvern.", "Jidher ċar, jekk tħares lejn il-linja l-ħadra, li l-bilanċ fiskali tal-gvern mill-1995 'il quddiem qala' daqqa kbira 'l fuq u d-deficit baqa' jiżdied u jiżdied.", "L-istess ħaġa jekk inħarsu lejn il- current account balance, jiġifieri t-transazzjoni fuq il-balance of payments tal-pajjiż - mhux tal-gvern - ta' kif joħroġ u jdaħħal l- affarijiet.", "Il-linja l-blue, jiġifieri l-linja li turi kif qed jiżbilanċja kontra l-current account balance, baqgħet taċċellera 'l isfel mill-1994 'il hawn.", "Din hija r-realta'.", "U kull darba torbot ma' l-1994/95 meta bdiet tinċidi l-impatt tagħha t-taxxa tal-VAT.", "Imbagħad biżżejjed inħarsu lejn x'ġara fil-bidliet fl-impjiegi.", "Dawn jiftaħru bl-impjiegi qisu li aħna daħħalna xi diżastru fl-impjiegi.", "Il- linja l-ħadra f'din iċ-chart turi kif iċċaqalqu l-bidliet fl-impjiegi fil- market services matul is-snin.", "Il-linja l-vjola turi kif iċċaqalqu l- impjiegi fis-settur tal-produzzjoni diretta, sena b'sena.", "L-aħmar juri kif inbidlu l-impjiegi fil-public sector matul is-snin.", "Joħroġ ċar li mill- 1995 'il quddiem,fil-market services l-impjiegi niżlu 'l isfel.", "Mill-1995 'il quddiem l-impjiegi fid-direct production niżlu 'l isfel ukoll.", "U l- unika ħaġa li telgħet 'il fuq kienu l-impjiegi fis-settur pubbliku.", "U dan x'jindika?", "Mill-ġdid, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-impjiegi, l- inċidenza hi li mill-1995 xi ħaġa affettwat b'dan il-mod.", "U x'setgħet kienet din, Onor. Bonnici?", "Huwa ċar li kienet it-taxxa tal-VAT.", "L-aħħar chart turi kif evolvew ir-riżervi esterni tal-pajjiż, kollha kemm huma, u r-riżervi tal-Bank Centrali u hemm il-linja l-ħamra li turi r- riżervi kollha tal-pajjiż u l-linja l-vjola li turi r-riżervi tal-Bank Centrali.", "Jekk inħarsu lejn kif iċċaqilqet il-linja l-ħamra mill-1994 'il quddiem naraw li din dejjem qiegħda nieżla u l-istess ħaġa ġara fil-każ tal- linja l-vjola, dik tal-Bank Centrali.", "Fl-1994 ir-riżervi kollha tal-pajjiż kienu jammontaw għal 8.7 xhur ta' importazzjoni totali.", "Sa sentejn wara kienu niżlu għal 7.9.", "Sinjura President, jekk imbagħad tħares lejn ir- riżervi tal-Bank Centrali bejn l-1994 u l-1996, f'dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjoni, tara li dan niżel minn 7 xhur għal 5.6 xhur.", "Din hija statistika ppubblikata u jista' jagħmilha kull min għandu computer u joqgħod idaħħal l-istatistika pubblikata mill-Bank Centrali.", "Din, Onor. Bonnici, tindika ħaġa waħda, ċioe' li mill-1994 'il quddiem kien hemm problemi fit-tmexxija ekonomika tal-pajjiż.", "Dawn għamiltu camouflage tagħhom kemm stajtu imma mbagħad meta rajtu li ġejja l-elezzjoni u li qabel l-elezzjoni tridu tagħmlu budget, u li f'dan il-budget tridu tiżvelaw il- karti eżatt kif inhuma, hemmhekk ippanikjatu u sejjaħtu elezzjoni.", "Imma l- poplu nduna.", "U din hija problema għalikom li l-poplu nduna x'kontu qed tagħmlu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U għax il-poplu nduna ta l-mandat li ta.", "Ma hemm l-ebda ambigwita' f'dan il-mandat.", "Huwa mandat li kien ċar u kien qiegħed hemm.", "Aħna għidna li minflok il-VAT se ndaħħlu sistema ta' dazji u ta' sisa ekwivalenti għal dak li kien hemm qabel id-dħul tal-VAT u għidna kif se nagħmlu dan.", "Għidna li se nwettqu proċess ta' konsultazzjoni - ħaġa li n- Nazzjonalisti ma jafux xi tfisser għax jitkellmu fuq djalogu imma mbagħad imexxu b'impożizzjoni - li kellu jimxi fuq żewġ livelli differenti.", "L-ewwel livell kellu jkun dak li konna se niddiskutu mal-korpi kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan.", "Konna nafu li l-maġġoranza tagħhom at the top uffiċjalment ma jaqblux li għandha titneħħa l-VAT imma konna nafu wkoll, għax qalulna minn qabel, li jaċċettaw il-mandat tal-poplu.", "Aħna tkellimna magħhom, segwejna l-ħsebijiet tagħhom u ħarġu ċerti ideat, liema ideat assimilajnihom and we took them on board.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li qamet - u li tagħmel sens - kienet li f'sistema ta' dazju u sisa li tkun ekwivalenti għal dak li kien hemm qabel l-1995, wieħed irid iżomm f'moħħu l-ħtieġa li l-firxa ta' dazji ma tkunx mimlija muntanji u widien kif kienet fl-imgħoddi.", "Dak iż-żmien is- sistema tad-dazji kienet li xi kultant ikun hemm prodott li għandu dazju m'għola s-smewwiet u ta' ħdejh ikollu anqas minn hekk jew ma jkollu xejn.", "U dan kien punt validu ħafna li smajnih u qbilna miegħu.", "U kien hemm argument li tqajjem li kemm jista' jkun - minkejja l-metafora tat-terremoti li semma l-Onor.", "Gonzi b'ċerta ħlewwa l-aħħar darba - ma ndaħħlux daqstant terremoti fiċ-ċaqliq tad-dazji.", "Allura hemmhekk qbilna li l-livell tad- dazji nagħmluh livell ta' 15% right across.", "U dik hi parti mill- konsultazzjonijiet li għaddejna minnhom.", "L-Oppożizzjoni ma fehmitx x'qed nagħmlu għaliex l-Oppożizzjoni m'hijiex imdorrija b'dan l-istil.", "L-Oppożizzjoni hija mdorrija bl-istil li jkun hemm l-Onor.", "Fenech Adami jagħmel xi speech panoramiku, imbagħad jidħol l- Onor. Josef Bonnici jew l-Onor.", "Dalli u joqogħdu jirranġaw, jgħajru lil kulħadd ħalliel u jmexxu.", "Aħna mhux hekk naħdmu.", "Għalkemm tgħidulna li aħna nimponu, aħna m'għajjarna lil ħadd ħalliel u mxejna bl-istil li smajna u bqajna nisimgħu sa l-aħħar.", "Sinjura President, per eżempju, waħda mill- affarijiet li għamilna kienet li ħriġna white paper.", "M'għamilnix kif għamel il-Gvern Nazzjonalista meta kien joħroġ il-white papers tiegħu, tkun xi ħaġa lesta, u daqshekk.", "Kien hemm affarijiet li ddiskutejna u waħda mill-affarijiet li huma ftit interessanti hija l-mozzjoni li għandna quddiemna li hija bbażata fuq proposti li kien hemm fil-white paper li ħriġna f'Jannar li għadda, liema proposti kienu qegħdin diġa' jitbiddlu bħala parti mill-konsultazzjoni li għamilna.", "Dan sar bla ebda forma ta' rizerva għax il-white paper qiegħda hemm biex tiftaħ bażi għad- diskussjoni.", "White paper toħroġha biex jekk isiru argumenti validi - u ħarġu argumenti validi - tkun lest tibdel dak li tgħid.", "U jiena l-ewwel wieħed li għidt li jiena lest li nibdel fejn nara li qed isiru proposti raġunati.", "U nagħmilha ċara li min-naħa tal-GRTU, min-naħa tal-Kamra tal- Kummerċ, min-naħa tal-Malta Employers' Association, min-naħa ta' l-MHRA, min-naħa ta' l-FOI, min-naħa ta' l-Assoċjazzjoni tar-Residenti ta' Paceville u min-naħa tal-Malta Institute of Accountants kellna u qed ikollna proposti validissimi.", "U fuq il-bażi tagħhom, iva, Sinjuri ta' l- Oppożizzjoni, biddilna u nibqgħu nibdlu.", "Għaliex le?", "Din l-idea li Gvern jaħseb li qiegħed hemm biex dak li jgħid imexxih mingħajr ħadd ma jbiddlu hija idea ta' l-imgħoddi.", "Il-konċett tagħha huwa Frankista.", "Aħna mhux hekk naħdmu.", "Aħna għidnilhom bl-aktar mod ċar li għandna mandat u flimkien għandna naraw kif naqblu dwar dan il-mod li bih dan il-mandat jista' jitwettaq bl-aħjar mod għalihom, għall-poplu kollu u għat-tmexxija 'l quddiem tal-pajjiż.", "Dak huwa l-istil, Sinjura President.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni m'hijiex qed tifhem il-ħtieġa li dan il-pajjiż jibdel l-istil tiegħu.", "Jitkellmu fl-ajru fuq l-Ewropa imbagħad il- prinċipji tagħhom huma mmuffati u anti-Ewropej fl-essenza tagħhom.", "Jitkellmu fuq id-demokrazija u l-liberta' u mbagħad il-mod kif jispostaw l- argumenti hu anti-demokratiku u anti-libertarju.", "Jitkellmu fuq ekonomija miftuħa imma mbagħad minn taħt dik hija mmexxija mill-barunijiet.", "Jitkellmu dwar sistemi li jipprovaw idaħħlu affarijiet ġodda fil-pajjiż meta fil-fatt imbagħad dak li jdaħħlu fil-pajjiż huwa msewwes minn taħt.", "Aħna ma nimxux hekk għax aħna fil-prattika qed inwettqu stil ta' tmexxija li nieħdu u naqsmu l-ideat ma' ħaddieħor.", "U għalhekk, Sinjura President, li f'dawn l-affarijiet qed inkunu lesti li sa l-aħħar - din nibqa' ninsisti fuqha - dak li jissuġġerulna se nkunu qegħdin immexxuh 'il quddiem.", "Imma mbagħad jgħidulna li domna wisq għaliex qalulna li aħna għidna li se nieħdu sitt xhur.", "Veru għidna li se nieħdu sitt xhur u konna qed inpoġġu fuqna għal tapposta ċertu ritmu ta' tmexxija u ta' ħidma li kien se jkun aċċellerat, imma rrid infakkar li f'dawn is-sitt xhur kellna nippreparaw budget.", "B'dan il-budget ridna naħsbu għall-ħofor kbar li ħallew warajhom ta' qabilna u naraw kif se nsolvu - u qed insolvu - dawk il-problemi.", "Apparti minn hekk il-proċess ta' konsultazzjoni kellu jibqa' sejjer sa l- aħħar.", "Nifhem li jgħidulna li domna wisq imma bir-rispett kollu naħseb illi li domna wisq hija xi ħaġa li m'hijiex se tibqa' tintqal wara l-1 ta' Lulju li ġej.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Aħna smajna l-pariri ta' kulħadd u smajna wkoll il-pariri ta' l-IMF.", "L- Onor. Bonnici u sħabu għandhom għajnejhom mimlija għax ma segwejniex il- parir ta' l-IMF.", "U jien ngħidilkom għaliex.", "Għax ma qbilniex miegħu, as easy as that.", "U konna nafu x'se jgħidu.", "U lill-Onor.", "Bonnici nista' ngħidlu għaliex ma ġiex ippublikat dak ir-rapport ta' l-IMF.", "Ma ġiex ippubblikat għal raġuni faċli li malli ndaħħlu sistema li biha rapporti bħal dawk jiġu ppublikati allura nafu x'jiġri għax imbagħad ikun hemm il- mument li jingħataw dawk il-pariri u dawk il-pariri ma jibqgħux jingħataw b'mod frank u trasparenti għax isiru dokument ta' għodda - mhux aktar diplomatika - ta' relazzjonijiet pubbliċi.", "U allura mbagħad l-impatt tagħhom se jkun kompletament differenti.", "U din hija xi ħaġa li tajjeb li nżommuha quddiemna, aktar u aktar minħabba li fil-proċess li mxejna fih matul dawn l-aħħar seba' xhur kien hemm - m'iniex qed ngħid għall-ġlieda li kellna fuq dan id-dibattitu li hu l-black mark li għandha din l- Oppożizzjoni - il-mod anti-nazzjonali li bih l-Oppożizzjoni tmexxi l- kampanji tagħha.", "L-akbar black mark li għandhom ta' l-Oppożizzjoni matul dan iż-żmien huwa l-mod kif ipprovaw jistrumentalizzaw il-bidla li qed issir biex mingħalihom ixewxu lill-Unjoni Ewropea kontra dak li qed isir.", "Saru sforzi biex iqanqlu l-ħsieb fost il-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea illi dak li qed nipprovaw nagħmlu jmur kontra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni b'mod li ma kienx aċċettabbli.", "M'huwiex aċċettabbli li jsiru tattiċi bħal dawn.", "Jiena nista' nagħmilha ċara li meta konna fl-Oppożizzjoni aħna qgħadna attenti li ma nagħmluhomx dawn l-affarijiet.", "Meta kien hemm il-każ ta' Shqaqi, per eżempju, qgħadna attenti mija fil-mija kif nitkellmu.", "U kien hemm whip fuq kull membru ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien biex ma jiftaħx ħalqu fuq il-każ ta' Shqaqi.", "Konna nafu li mhux sew li ħaġa bħal din tintuża bħala mod partiġjan u ma ridniex nagħmluha.", "Imma meta mbagħad tirrealizza x'ikun qed jiġri min-naħa ta' l-Oppożizzjoni tal-lum u l-mod kif użaw u strumentalizzaw u ppruvaw jużaw il-kuntatti tagħhom fil- Kummissjoni Ewropea biex mingħalihom iqanqlu l-Kummissjoni Ewropea kontra dak li konna qed nagħmlu fuq bażi assolutament u legalment m'hux vera, allura tgħid: Din x'Oppożizzjoni hi?", "Għaliex jaħdmu b'dan il-mod?", "Mhux lilna qed jagħmlu xkiel, għaliex aħna konna ċerti mill-bażi legali tagħna, imma qed jagħmlu xkiel lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Dan jgħodd speċjalment - u dik kienet ċara mill-bidunett li se tiġri - għall-problema li qanqlu għall-industrija lokali li taħdem għas-suq lokali.", "Mhux il-proposti tagħna huma kontra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni imma l- affarijiet oħra li daħlu fl-1989.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn l-Unjoni Ewropea baqgħet tikkontesta, tikklejmja u tiżgura li għandha d-dritt li jitneħħew - u għandha l- commitment u l-impenn mill-Gvern ta' qabel - mill-anqas 400 minnhom sa l- 1996.", "Din hija l-problema li tqanqlet u tqanqlet preċiżament għaliex kien hemm min qagħad iniggez min-naħa l-oħra.", "U tajjeb li ngħidu li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-impenn tal-Gvern preċedenti li jitneħħew il-levies kellna nagħmlu ġlieda kbira.", "U kellna nagħmlu ġlieda kbira għax kien hemm dak l-impenn diġa' lest min-naħa l-oħra.", "U tajjeb li ngħidu li l- arranġamenti li għamilna se jsostnu l-levies għax hemm bżonn li għalissa jibqgħu l-levies f'pajjiżna.", "U tajjeb li nerġgħu ngħidu lil kull min qed jisma' illi l-mod kif imxiet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fuq din il-ħaġa fetħet beraħ din il-kwestjoni u kienet u għadha ta' theddida kbira għal dawk kollha li jimxu fuq il-levies biex ikunu jistgħu jimmodernizzaw ix- xogħol tagħhom.", "Nagħmluha ċara li l-problema li l-Oppożizzjoni ħolqot lilna u lill-pajjiż fuq il-kwestjoni tal-levies aħna solvejniha u se nkomplu ninsistu li din il-problema tibqa' bħala waħda mill-affarijiet li rridu nissalvagwardaw ruħna kontra tagħha.", "Dan minkejja t-tniggiż u t- tixwix li jmorru għalih ...", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, mela le!", "Il- verita' hija verita' u waħda mill-affarijiet li tweġġagħni lili hija kif l- interess nazzjonali l-Oppożizzjoni attwali tpoġġih fit-tieni u fit-tielet pożizzjoni wara l-interess partiġjan, Sinjura President.", "Huwa għalhekk li f'dak li ġej irridu nimxu b'expediency.", "L-ewwelnett għaliex naqbel li hemm bżonn li l-affarijiet isiru issa għax ix-xogħol mexa, il-konsultazzjoni saret, id-diskussjonijiet imxew 'il quddiem u l-ideat ħadmu tajjeb.", "Għandna pakkett li huwa mfassal skond il-bżonnijiet ta' pajjiżna fir- rigward ta' dak li għandu x'jaqsam mal-ħtieġa ta' pajjiżna biex ikompli jimmodernizza ruħu u jkompli jersaq lejn zona ta' kummerċ industrijali ħieles ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk jiena, Sinjura President, nixtieq inressaq emenda għall-mozzjoni li għandna quddiemna - emenda li ilha miktuba minn tliet ġimgħat ilu, jiġifieri jekk kien hawn xi ħadd li ħaseb li ma ridniex nagħmlu dan id- dibattitu veru qiegħed jgħix fid-dinja ta' l-isħab - li tgħid hekk:", "Neħħi l-parti kollha tal-Mozzjoni quddiem din il-Kamra li tiġi wara l- kliem tal-bidu tat-tieni paragrafu \"li billi f'Jannar 1997 ġiet pubblikata White Paper li tat indikazzjoni ġenerali ta' kif se tinbidel il-liġi tal-VAT\", u żid dan li ġej:-", "\"DIN IL-KAMRA", "TINNOTA b'sodisfazzjon li l-Gvern fuq il-bażi tal-White Paper, mexxa konsultazzjonijiet wiesgħa u utli ma' diversi korpi kostitwiti u professjonali, u skond il-pariri li rċieva, wettaq titjib fil-proposti oriġinali tiegħu ħalli jiżgura li s-sistema l-ġdida ta' dazji u sisa li se tidħol minflok il-VAT, tkun dejjem aktar sempliċi u ġusta;", "TAGĦRAF li s-sistema ġdida ta' dazji u sisa se tilħaq sew il-wegħdiet li għamel il-Gvern li jneħħi minn fuq l-operaturi ż-żgħar il-piż li joqogħdu jiġbru huma t-taxxi għall-Gvern, u li jnaqqas il-pressjoni inflazzjonista fil-pajjiż waqt li jeżenta prodotti u servizzi essenzjali minn piż żejjed ta' taxxa fuq il-konsum;", "TIFHEM li s-sistema ġdida ta' dazji u sisa, fir-rispett tal-prinċipji tal-moralita' fiskali, se tħaffef mill-ispiża żejda li l-VAT imponiet fuq l-oqsma ewlenin ta' l-ekonomija tagħna, bħat-turiżmu, il-biedja, in-negozju ż-żgħir u l-manifattura lokali, u għaldaqstant għandha tgħin biex treġġa' lura t-tnaqqis fir-rata ta' tkabbir ekonomiku li s- sistema tal-VAT ġabet magħha fl-aħħar sentejn u nofs;", "TINNOTA li permezz tas-sistema ta' dazji u sisa li l-Gvern qed jipproponi, se jkunu tqiegħdu l-pedamenti għat-twettiq, matul is-snin li ġejjin, ta' zona ta' kummerċ ħieles bi ftehim ma' l-Unjoni Ewropea;", "ISSOSTNI li f'demokrazija moderna, id-deċiżjoni taċ-ċittadini f'elezzjoni ħielsa għandha titqies bħala sovrana, u konsegwentement,", "TIKKUNDANNA l-isforzi politiċi irresponsabbli li saru u għadhom isiru, biex il-mandat mill-elettorat Malti għat-tneħħija tal-VAT jiġi mfixkel, kif ukoll l-isforzi politiċi li saru u għadhom isiru, ħalli jinżergħu kemm f'Malta u kemm barra, dubji u spekulazzjoni dwar l- ekonomija u t-tmexxija ekonomika tal-pajjiż, u dan bi ħsara għall- interessi taċ-ċittadini, speċjalment dawk li jaħdmu jew jinvestu fl- oqsma tat-turiżmu u tal-manifattura lokali.", "GĦALHEKK DIN IL-KAMRA", "TIRRIŻOLVI li s-sistema ġdida ta' dazji u sisa li se tidħol minflok il- VAT għandha tiġi implimentata malajr kemm jista' jkun, issa li l- konsultazzjonijiet meħtieġa riesqa lejn it-tmiem tagħhom, u", "TĦEĠĠEĠ lill-Gvern biex kemm jista' jkun mingħajr ma jnaqqas il-ħin mid-dibattitu parlamentari meħtieġ, tiġi preżentata u mgħoddija l- leġislazzjoni għat-tneħħija tal-VAT minn dan il-Parlament sax-xahar ta' Lulju.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda din l-emenda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nissekonda.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li l-emenda minnha nnifisha, Sinjura President, tispjega l-istrateġija li biha se nkunu qed naħdmu.", "Se nkunu qed naħdmu fuq il-bażi tal-liġi li ġiet maħruġa ftit taż-żmien ilu u li dwarha għadhom għaddejjin konsultazzjonijiet wiesa' mal-korpi kostitwiti kollha.", "Qed nirċievu wkoll is-suġġerimenti mingħand l-assoċjazzjonijiet professjonali.", "Aħna nibqgħu disposti sa l-aħħar biex ikomplu ntejbu dak li għandna.", "Naħsbu li għandna pakkett tajjeb ħafna u li huwa mfassal b'mod adattat għal żmienna.", "Ma rridx nidħol fid-detalji tiegħu għaliex naħseb li bejn id-9.30 a.m. u nofs il-lejl kuljum, meta nkunu qed niddiskutu dawn l- affarijiet, se jkollna żmien iktar minn biżżejjed biex inkunu nistgħu napprofondixxu din il-ħaġa.", "Waħda mill-affarijiet li rrid nillumina lill-Onor.", "Bonnici fuqha hija dwar dak li għandu x'jaqsam ma' kif se tiżviluppa s-sistema li pproponejna.", "Mhux veru, u għandu żball jgħid li qed indaħħlu sistema li mbagħad ikollna nerġgħu nneħħuha.", "Jekk fhimt tajjeb, l-Onor.", "Bonnici qal li se nkunu qed indaħħlu sistema ta' dazji li se jkollna nneħħuha.", "L-Onor.", "Membru tant għandu a blinkered vision - tunnel vision għandu - li ma jifhimx kif l- affarijiet jistgħu jkunu iktar wiesgħa milli jimmaġinahom hu.", "Jiddispjaċini ngħid li din il-veduta qisha qarnita m'hijiex tajba biżżejjed biex ikun jista' jifhem x'qed ngħidu aħna.", "Nista' nispjegalu jien li l-intenzjoni se tkun li meta nersqu lejn iz-zona ta' kummerċ ħieles ma' l-Unjoni Ewropea nagħmlu dik li qed insejħulha excise tax on imports li se tiġi estiża across the board għall-produzzjoni kollha ta' Malta.", "Din hija ħaġa sempliċissima - li tista' ssir u għandha ssir - li żżid u mhux tnaqqas ir-revenue tal-Gvern u hija kompletament kompatibbli ma' l- istrutturi li bihom l-Unjoni Ewropea tikkonkludi kummerċ industrijali ħieles.", "Ħaġa bħal din hija kompletament faċli li tagħmilha; you roll it across, issir b'mod gradat u hija totalment possibbli li ssir.", "Meta l- Onor. Membru jgħid li se jkollna niżmantellaw xi ħaġa li qed nagħmlu, jien ngħid: Miskin, l-Onor.", "Bonnici mhux qed jifhem dak li aħna qed nipproponu!", "Affari tiegħu!", "Il-ħsieb tagħna huwa li fis-26 ta' Mejju nibdew bid-dibattitu fuq din il- liġi ħalli nkunu qed insegwu l-emenda tagħna stess, li tgħid li għandna nressquha malajr kemm jista' jkun quddiem il-Parlament.", "Mela fis-26 ta' Mejju qed nimpenjaw ruħna li ġurnata wara l-oħra nkunu qegħdin niddiskutu din il-liġi bl-iktar mod fertili u b'mod mill-iktar folt.", "Aħna konna pprotestajna għall-giljottina meta daħlet il-liġi tal-VAT u m'għandna l- ebda intenzjoni li nagħmlu xi forma ta' giljottina.", "Sinjura President, nerġa' ngħid li l-istrutturi li bnejna huma maħsuba biex kemm jista' jkun jassimilaw kull ħaġa li hija tajba, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistemi ta' dazji u sisa u anke l-elementi tajba li hemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-VAT.", "Jien l-ewwel wieħed li għidt fil- kampanja elettorali tagħna li dak li huwa tajjeb inżommuh u dak li huwa ħażin inneħħuh.", "Meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li ma biddilniex il- VAT ikun qed jikkontradixxi lilu nnifsu għaliex fl-istess ħin li jgħid li se nneħħu l-VAT jgħid ukoll li se jżommu l-elementi kollha tal-VAT.", "Jien ngħidlu li jekk qed jaħseb hekk jista' jivvota għas-sistema l-ġdida u nkunu kollha fi qbil.", "Jien assolutament ma ddejjaqnix il-kritika li tgħid li żammejt biċċa minn \"din\" u żammejt biċċa minn \"din\".", "Mhux dan il-punt.", "L- argument huwa li qed infasslu xi ħaġa li tgħodd għal pajjiżna, ħaġa li ġiet imfassla b'mod koperattiv u konsultattiv u b'mod ta' diskussjoni vera.", "Hija xi ħaġa li daħħalna fiha l-ideat ta' politiċi, ta' ekonomisti, ta' operaturi u ta' uffiċjali.", "Għalkemm hemm bżonn li ngħaġġlu kemm jista' jkun, ċertament iż-żmien li ħadna biex naslu għal dak li wasalna kien well spent.", "Ngħid time well spent iktar u iktar meta nanalizzaw l-effetti li ħalliet warajha l-VAT bil- mod kif daħlet.", "Il-VAT damet tliet snin biex ġiet ippreparata imbagħad damet sentejn biex tidħol u d-diżastru li għamlet in the meantime għadna nħossuh sal-lum.", "Is-sistema li qed indaħħlu aħna hija maħsuba apposta fuq din il-ħaġa għax waqt li tippreżerva l-prinċipji tal-moralita' fiskali, waqt li ma takkuża lil ħadd li huwa ħalliel, waqt li tagħlaq il-problemi ta' evażjoni li l-VAT żiedet bil-kbir f'pajjiżna, fl-istess ħin se tkun xi ħaġa li ladarba tidħol allura mbagħad il-poplu Malti se jgħid: Iva, din hija eżatt is-sistema li tgħodd għalina.", "U aħna fiduċjużi li ladarba s- sistema tkun in place se jkun hemm l-appoġġ kbir tal-poplu Malti u Għawdxi u tan-negozjanti Maltin u Għawdxin.", "It-tinwieħ ta' l-Oppożizzjoni mbagħad ikun kollu tinwieħ ta' Ġeremija li ma jwassal imkien.", "Hemmhekk allura mbagħad nuru li l-fiduċja fil-pajjiż tiddependi minn gvern li jħares 'il quddiem u ma jagħtix każ ta' l-inbix li jkun għaddej min-nies li għandhom interessi oħra fil-pajjiż.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien l-affarijiet illi nżammew lura f'dawn l-aħħar sentejn u nofs, tliet snin jerġgħu jimxu 'l quddiem.", "Dan iseħħ fit-turiżmu, fil-kummerċ iż-żgħir, fil-bini, fl- industrija tal-manifattura u fl-offshore.", "Dawn kollha se jaraw li hemm perspettiva ċara.", "Kollha se jifhmu l-aspett tagħna li meta nitkellmu fuq l- Ewropa nitkellmu bis-sens.", "Irridu niċċa Ewropea għal Malta li tgħodd għal Malta u li tagħmel sens li tkun fiha.", "Jiena konvint li d-deċiżjoni li se jieħu dan il-Parlament illejla se tkun deċiżjoni li se tkompli żżid u ssostni l-appoġġ tal-poplu Malti għall-Gvern Laburista tiegħu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, ma jridx ikollok konsulent importanti u kapaċi bħal dak li l-bieraħ il-Prim Ministru qalilna li \"kaxkarna\" - persuna bl-isem ta' Phil Noble - biex tinduna li meta gvern responsabbli jimxi fl-interess tal-pajjiż u jdaħħal liġi bħall-VAT ikollu backlash, ikollu mewġa kbira kontra tiegħu.", "Infatti statistikament huwa magħruf li ma kien hemm ebda gvern illi daħħal il-liġi tal-VAT u rebaħ l- elezzjoni.", "Liġi bħal dik tal-VAT għandha l-interess nazzjonali fiha nnifisha pero' huwa magħruf li ġġib ħafna oppożizzjoni minn min jintlaqat ħażin, b'mod partikolari - kif ġara f'pajjiżna - għaliex ikun kostrett iħallas it-taxxi dovuti.", "Jien niftakar li fl-1994 kont il-Kanada u kont kellimt lill-Prim Ministru li għadu prim ministru sal-lum, u kien rebaħ l- elezzjoni għax kien wiegħed li jneħħi l-GST, il-goods and services tax fil- Kanada, li hija ekwivalenti għall-VAT ta' pajjiżna.", "Rebaħ l-elezzjoni pero' l-VAT ma neħħihiex.", "Dan għaliex daqstant ieħor l-istatistika tipprova li gvernijiet responsabbli jistgħu politikament jieħdu vantaġġ billi jitkellmu kontra l-VAT imma ma jneħħux il-VAT fejn tkun daħlet.", "L- uniku pajjiż fejn daħlet il-VAT u tneħħiet kien il-Ghana li ma naħsibx li għandna nimxu fuq l-eżempju tiegħu.", "Jiena fhimt li l-Oppożizzjoni għamlet kapital fil-kampanja elettorali fuq il-VAT u ppretendejt li l-poplu tagħna jifhem - forsi nqast jien li ma fhemtux biżżejjed - li l-vantaġġi huma fl- interess nazzjonali, pero' l-poplu vvota kif ivvota.", "Madam Speaker, aħna għamilna din il-mozzjoni li ftit kien hawn bħalha f'dan il-Parlament għaliex m'hijiex mozzjoni ta' ċensura lill-gvern.", "M'hijiex mozzjoni fejn lill-Gvern qed tgħidlu li għandu jagħmel \"hekk\" u m'għandux jagħmel \"hekk\" imma hija mozzjoni li lill-Gvern qed tgħidlu x'inhuma l-fatti li rriżultaw u mbagħad qed tirrikkmanda.", "Għaliex irridu naraw x'ġara.", "M'hemmx dubju li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni bil- fattur importanti - jekk mhux l-uniku - li wiegħed li jneħħi l-VAT.", "Effettivament il-wegħda kienet li jneħħu l-VAT fi żmien sitt xhur u ngħatat l-impressjoni li kienu deċiżi dwar il-mod kif se jneħħu l-VAT u li tant kienu ppreparati li kienu se jagħmlu kollox malajr.", "Taw l-impressjoni li fi żmien sitt xhur il-liġi tkun għaddiet mill-Parlament għaliex kienu jafu preċiż xi jridu.", "U l-Prim Ministru kien jgħid - inkitbet ukoll minnhom - li huwa sempliċi ħafna li nerġgħu nagħmlu sistema ta' dazju u sisa kif kien hemm qabel.", "U għal darba, tnejn, tlieta - inkluż illum - il-Prim Ministru kellu jistqarr - missu għamel att ta' umilta' u ħabbat daqsxejn fuq sidru - li dak li kien qed jgħid kienu ħmerijiet.", "Malli sab ruħu fil-gvern ma setax iżomm il-wegħda li jerġa' jdaħħal id-dazji kif kienu.", "Kien ta l- impressjoni li hija ħaġa sempliċi ħafna li jerġgħu jidħlu d-dazji u s-sisa kif kienu qabel, imma fil-fatt din hija ħaġa li mmedjatament tinduna li ma tistax issir.", "Jien ngħid li nduna - forsi nganna lilu nnifsu imma li hu żgur hu li nganna lill-poplu - għaliex kienet ħaġa li ovvjament ma tistax issir.", "Aħna ħallejna ż-żmien jgħaddi u stennejna l-budget fejn ħsibna li kien se jkun hemm id-dikjarazzjoni fuq x'se jsir dwar il-VAT.", "Qalulna li dalwaqt kellha tiġi ppreżentata white paper u l-ministru tal-finanzi għaqli li kien hemm dak iż-żmien kiteb paragrafi fuq il-VAT fejn fost affarijiet oħra qalilna:", "\"... nitgħallmu minn x'kien l-impatt tagħha u jekk urietx li hi l- aħjar mekkaniżmu ta' dan it-tip li hu applikabbli għal Malta\".", "Jiġifieri l-ex-Ministru Spiteri, għalkemm naturalment kien all out biex iżomm il-wegħda tal-Gvern li jneħħi l-VAT, ried li jaraw daqsxejn il-VAT x'uriet u x'hemm bżonn isir.", "Tinterpreta kif tinterpreta l-kitbiet tiegħu u dak kollu li jgħid - u ħafna drabi ż-żmenijiet jixħtu ħafna dawl u sinifikat f'dak li jkun kiteb - l-Onor.", "Spiteri kien kawt.", "Qed ngħid dan b'ammirazzjoni.", "L-Onor.", "Membru huwa bniedem ta' ħsieb li jkun jaf kull kelma li qed jikteb, kif kien jaf meta kiteb l-ittra ta' riżenja lill-Prim Ministru fejn qallu li l-ewwel lealta' tiegħu hija lejn artna.", "U l-Prim Ministru kien jaf x'qed jiktiblu wkoll meta aċċetta r-riżenja u qallu: \"Tikkonfondi xejn Lin, il-liġi kif fassalta int se tkun\".", "M'hu veru xejn li l-liġi kien fassalha l-Onor.", "Lino Spiteri.", "Din il-liġi li se niddibattu fil-26 ta' Mejju hija tal-Prim Ministru.", "Meta rajna din is-sitwazzjoni wara li ħarġet il-white paper u rajna xi proposti fiha ħallejna ż-żmien jimmatura.", "Jiena stess mexxejt laqgħat ta' diskussjoni ma' korpi kostitwiti, ma' unions u ma' rappreżentanti ta' min iħaddem biex nara x'inhuma r-reazzjonijiet tagħhom.", "U l-Prim Ministru għamel l-istess u għamel tajjeb.", "Indunajna li - kif jgħidu bil-Latin una voce dicentes - kulħadd beda jgħid l-istess kelma, li l-proposti li hemm fil-white paper huma ħżiena u se jitfgħu lill-pajjiż lura.", "U f'dak il- mument, la lill-Gvern kulħadd kien qed jgħidlu hekk u ladarba fil-pajjiż kulħadd qed jirrealizza li m'hux veru se jitneħħew l-elementi li jagħmlu s- sistema fiskali waħda ta' VAT li l-proposti alternattivi li fihom l-istess proċess bħas-sistema tal-VAT huma ħżiena, aħna għidna: Ejjew nagħmlu appell biex jintlaħaq consensus.", "Il-Gvern m'għandux jimxi fl-interess ta' l- Onor. Alfred Sant, li qal li ma joħroġx għal elezzjoni oħra jekk ma jneħħix il-VAT, imma għandu jimxi fl-interess nazzjonali.", "Għaliex aħna qed nagħmlu dan, jgħidulna li aħna xewwiexa.", "Lill-Prim Ministru ngħidlu: Int se tgħajjar lin-nies bil-Frankiżmu meta malli aħna ngħidu li l-ekonomija sejra lura jew li dawn il-miżuri se jgħollu l-ħajja u huma kontra ftehim internazzjonali li għandha Malta, tgħidulna li qed inxewxu?", "Il-Faxxisti u l-Komunisti li żmienhom spiċċa kienu jagħmlu hekk.", "Dawk kienu l-egħdewwa tal-poplu.", "Jien ħsibt li se niġi hawn biex forsi jirnexxieli ngħin lill- Gvern għaliex inħoss li dan hu r-rwol ta' l-Oppożizzjoni.", "Aħna m'aħniex qed nimponu fuq il-Gvern biex iżomm il-liġi tal-VAT, imma rridu naraw id- difetti f'dak li qed jipproponi.", "Dan hu l-ispirtu ta' din il-mozzjoni.", "Nerġa' ngħid li aħna ma ġejniex hawnhekk fi spirtu ta' konfrontazzjoni fuq il-liġi li se jipproponi l-Gvern imma ġejna biex nagħmlu appell lill- Gvern.", "U l-appell huwa fi tliet affarijiet; l-ewwelnett huwa appell għar- rispett tal-verita' u l-onesta', it-tieni huwa appell biex nagħtu stima lill-vuċijiet kollha li semmew leħinhom f'pajjiżna; u t-tielet biex dan il- Parlament, li hu l-Parlament tan-nazzjon kollu, ifittex verament l-interess tan-nazzjon.", "Aħna ġejna biex naraw il-verita' u l-ewwel verita' li rridu naraw hi x'wiegħed il-Gvern.", "Kontinwament tul id-dibatittu kollu smajna li għandhom il-mandat li jneħħu l-VAT.", "Iva, mela le, għandhom dan il-mandat kif jirriżulta mill-programm elettorali fejn jingħad li:", "Bil-proposti Laburisti se jkollna sistemi ta' taxxi ġusti.", "It-taxxa tal-VAT li mpona l-Gvern Nazzjonalista hi inġusta għaliex ma tagħtix każ tad-dħul taċ-ċittadin.", "Illum persuna bi dħul baxx qed tħallas daqs persuna bi dħul għoli għall-istess affarijiet.", "Xi ħadd kapaċi jgħidli fejn fil-proposti tal-white paper - u issa anke fil- liġi - hemm din id-distinzjoni?", "L-istess programm elettorali jkompli jgħid li l-VAT daħlet ukoll fuq prodotti li jinħadmu Malta u fuq is-servizzi.", "Xi ħadd jinnega li l-proposti tal-Gvern huma li jkun hemm il-VAT fuq il- prodotti ta' Malta u fuq is-servizzi?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma allura l-verita' x'inhi?", "Il-verita' hi li hawn proposta bil-miktub li tneħħi l-VAT.", "Ma hawnx li tneħħi l-liġi li daħħlet il-VAT, imma li tneħħi l-elementi essenzjali tal-VAT.", "Sinjura President, element essenzjali u ġdid bid-dħul tat-taxxa tal-VAT kien li tintaxxa s-servizzi, liema servizzi ma kenux intaxxati qabel.", "Imma aħna x'għamilna?", "Aħna neħħejna d-dazji minn 60%, 70% u 80% u daħħalna taxxa fuq is-servizzi.", "Dan il-Gvern se jneħħiha?", "Ara l-Ministru Spiteri kellu almenu d-diċenza fil-white paper jgħid li se jħallu t-taxxa fuq servizzi magħżula - almenu kien għaqli biex allura jkun jista' jgħid li neħħejna xi ħaġa mis-servizzi - imma issa addio s-servizzi magħżula u l- Gvern se jħalli t-taxxa fuq is-servizzi kollha.", "It-tieni, Madam Speaker, huwa magħruf li s-sistema tal-VAT hija taxxa mhux li tinġabar fi stadju wieħed imma tinġabar - u għalhekk tissejjaħ hekk - fuq l-added value.", "X'inhu jagħmel il-Gvern fil-proposti tiegħu, fil- white paper u fil-liġi?", "Il-Gvern qed jipproponi li l-ewwel iħallas 15% taxxa - din l-ewwel kienet VAT, imbagħad qalilha dazju, issa qed jgħidilha sisa - u mbagħad malli dak li jidħol b'15% fuqu jinbiegħ, terġa' tħallas it- taxxa.", "Din qed isejħilha sisa.", "Isejħilha li jrid imma dik hija s-sistema tal-VAT.", "U allura f'ġieħ il-verita' l-Gvern għandu jgħid li se jirtokka s- sistema tal-VAT u mhux li qed ineħħi s-sistema tal-VAT.", "Hawnhekk wieħed irid jara l-kwadru kollu, Madam Speaker.", "Meta aħna wasalna biex daħħalna l-VAT konna nafu li qed nagħmlu xi ħaġa kbira b'ħafna effetti drastiċi li fil-fatt sofrejnihom, imma aħna għidna li rridu nagħmlu pajjiż modern.", "U l-pajjiż aħna mmodernizzajnih.", "Is-soċjeta' Maltija tal-lum mhijiex is-soċjeta' ta' 10 jew 15-il sena ilu imma hija soċjeta' moderna fejn il-qligħ u l-infiq huma sostanzjali.", "M'għandniex naqilgħu b'kemm kemm ngħixu u nieklu u nrabbu lil uliedna.", "Sar għandna metodu ta' ħajja li huwa bħall-metodu ta' ħajja ta' pajjiżi żviluppati u allura kiber ħafna l-infiq fil-konsum.", "U l-pajjiżi moderni kollha sabu li l-aħjar mod kif il-Gvern idaħħal il-flus bl-iktar mod ġust huwa li tintaxxa l-konsum.", "U għalhekk aħna għamilna taxxa li tissejjaħ value added tax fuq il-konsum kollu u mhux biss fuq il-prodotti imma anke fuq is-servizzi.", "U dan il-Gvern din se jħalliha.", "Wasalna f'dan l-aħħar żvilupp ta' riforma fiskali u ma rridux ninsew x'għamilna.", "Aħna rriformajna t-tassazzjoni fil-pajjiż fejn bdejna biex neħħejna t- taxxa tas-suċċessjoni li kienet saret daħka.", "Meta daħlet it-taxxa tas- suċċessjoni forsi kienu jħallsuha s-sinjuri imma sussegwentement kienet saret nuisance value fuq min l-inqas jiflaħ iħallas taxxa.", "Neħħejna wkoll it-taxxa tad-divertiment.", "Ħmistax-il sena ilu, f'dan il-pajjiż konna nikkonsidraw li jekk xi ħadd jixtri video tape recorder ikun qed jixtri oġġett ta' lussu u l-Gvern ta' qabel kien għamel dazju ta' 120% fuq dan il- prodott, liema dazju aħna niżżilnih għat-taxxa tal-VAT, jiġifieri 15%.", "Il- konċett x'inhu?", "Il-konċett hu li s-soċjeta' Maltija hija soċjeta' moderna li taqla' u tonfoq.", "Inti ma tridx tintaxxa l-qligħ għax lis-soċjeta' trid tħalliha taqla' iżjed u għalhekk aħna għamilna riformi kbar fl-income tax.", "L-income tax niżlet minn 65% għal 35%; saret riforma li biha tħallas biss 15% fuq imgħaxijiet, u riforma oħra li biha jekk tkun miżżewweġ u taqla' Lm4,000 fis-sena ma tħallas xejn.", "Din hija s-soċjeta' tagħna u allura bilfors trid tidħol sistema ta' tassazzjoni fuq il-konsum, fuq il-prodotti u fuq is-servizzi.", "X'qed jagħmel dan il-Gvern?", "Dan il-Gvern qed iħalli din it-tip ta' taxxa u allura qed iżomm il-wegħda tiegħu imma mhux veru li qed jimxi mal-mandat tiegħu.", "Fil-mandat kien qal - u daħak bin-nies - li se jneħħi t-taxxa tal- VAT minn fuq is-servizzi.", "Dan huwa miktub fil-programm elettorali tal- Partit Laburista.", "Dan kien ingann.", "(Onor. Membri: Hear, hear) In-nies ma ridux li titneħħa t-taxxa għax it-taxxa ma kenitx qed iddejjaqhom; l- irċevuta fiskali kienet qed iddejaqhom.", "Kien qed idejjaqhom il-fatt li s- sistema kif kienet kellha l-audit trail ta' l-affarijiet kif jgħaddu minn id għal oħra fil-pajjiż kollu u xi darba kienu se jinqabdu jekk jevadu l- income tax.", "Aħna nafu għal min l-Onor.", "Alfred Sant kien qed jappella meta mar fil-pjazez jgħajjat li se jneħħi l-VAT fi żmien sitt xhur.", "Kien qed jappella għal dawk li kienu qed jiddejqu bil-liġi mhux minħabba t-taxxa tal-VAT imma minħabba li kienet qed tikxifhom jekk kienu qed jevadu t- taxxa.", "Kien hemm min ħareġ bil-cash register u tefgħu fit-triq meta l- Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni, imma issa nafu li l-Gvern mhux se jneħħihulhom.", "U huwa dan li qegħdin ngħidu fil-mozzjoni, ċioe' li fil- white paper, u aktar u aktar fil-liġi, l-elementi essenzjali tas-sistema tal-VAT se jibqgħu.", "Se tibqa' l-ħtieġa li kull operatur ekonomiku jiġi reġistrat; se jibqgħu jingħataw irċevuti u kontijiet fiskali; se jibqgħu jiġu intaxxati s-servizzi, se tibda tinġabar kif mhux qed tinġabar issa 15% taxxa fuq l-importazzjoni; u se tibqa' tinġabar it-taxxa fuq il-valur miżjud fil-proċess tan-negozju permezz tat-taxxa msejħa sisa.", "Kif diġa' qal qabli l-Onor.", "Dalli, dan il-Gvern ħalla s-sistema u minflok sejħilha b'isem wieħed sejħilha t-taxxa tas-sisa fuq l-importazzjoni, fuq il-prodotti u fuq is-servizzi.", "Dik hi l-VAT.", "Hija gidba, huwa ingann u huwa qerq li l-Gvern jibqa' jgħid li qed ineħħi s-sistema tal-VAT għaliex kellu l-mandat li jagħmel hekk u jkun qed jigdeb u jqarraq meta jgħid li dak il-mandat qed iżommu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Bellagħha lill-poplu li se jneħħi s-sistema tal-VAT u s-sistema li għandna quddiemna mhux veru li qed tagħmel dan.", "Hemm mertu ieħor fis-sistema tal-VAT kif introdotta mill-Gvern tiegħi.", "Aħna għamilniha b'mod li jkollha effett ekonomiku tajjeb u għamilniha b'mod li tpoġġi lill-imprendituri kollha fuq l-istess livell u tneħħi d- diskriminazzjoni bejn operatur ekonomiku u ieħor.", "Dan kien ta' vantaġġ kbir anke għall-imprendituri ż-żgħar.", "Issa dan mhux se jibqa'.", "Effett soċjali ieħor ta' importanza kbira huwa li s-sistema tal-VAT kienet u għadha sistema li iktar ma tikber l-ekonomija u iktar ma jiġġenera l-proċess ekonomiku, awtomatikament id-dħul tal-gvern se jkun iktar.", "Din hija importanti ħafna jekk pajjiżna jrid iżomm il-benefiċċji tal-welfare state li għandna llum.", "Bħalissa pajjiżi oħra għaddejjin minn kriżijiet kbar għax iridu jaraw kif se jżommu l-pensjonijiet u l-benefiċċji li għandhom.", "F'pajjiżna kien wasal iż-żmien biex niżguraw li d-dħul tal- gvern ikun biżżejjed ħalli dan ikun jista' jkompli jsir.", "Rigward dan il- punt nixtieq nistaqsi lill-Gvern xi projections għamel.", "GĦamel studju ta' kemm se tirrendilu taxxa din is-sistema ġdida li se jdaħħal?", "Qed jiżgura li se jkollu l-flus li hemm bżonn biex il-pajjiż jibqa miexi 'l quddiem?", "Nagħmlu d-domanda u r-risposta hija silenzju assolut.", "Nafu b'ċertezza li l- Gvern m'għamel ebda studju.", "Mexjin fil-għama, tfajniha għal sieqha, u nisperaw li tiġi għal sieqha u mhux fuq rasha, imma għad rridu naraw.", "Kwestjoni oħra ta' importanza, u li diġa' għamilt riferenza għaliha, hija dik li llum qed tissejjaħ moralita' fiskali.", "Is-sistema ta' tassazzjoni li daħħalna aħna fil-pajjiż kienet l-ikbar tentattiv li qatt sar sal-lum sabiex f'Malta ma jkunx hawn evażjoni tat-taxxa.", "Aħna ħdimna biex fil-pajjiż niżguraw bis-serjeta' li t-taxxi jitħallsu.", "Dan il-Gvern se jneħħi dan u jekk ikompli bil-proposti li hemm fil-liġi se jerġa' jiftaħ beraħ il-possibilta' ta' abbużi u ta' evażjoni tat-taxxa.", "M'hemmx dubju li jekk inħarsu lejn il-verita' tas-sitwazzjoni bilfors ikollna naqblu li mhux veru li l-Gvern qed ineħħi s-sistema tal-VAT bil-mod kif wiegħed fil- programm elettorali.", "Ħaġa oħra li hija ta' importanza hija li l-Gvern wiegħed li jnaqqas l- għoli tal-ħajja.", "Illum il-Prim Ministru ġie hawnhekk u qalilna li s- Central Bank għamlulu presentation fejn urewh li l-gwaj kollu li għandu l- pajjiż, immaġinarju u reali, ġej mill-VAT.", "Il-Prim Ministru ħaseb li xi ħadd se jiblagħha din il-ħaġa.", "Billi jurina ċ-ċifri ta' l-ekonomija li huma ppubblikati!", "Huwa fatt li l-ekonomija ma baqgħetx tiżviluppa bir- ritmu tas-snin ta' qabel imma m'hemm l-ebda konnessjoni, ħlief f'moħħ il- Prim Ministru, li dan ġara minħabba l-VAT.", "Huwa veru li ċ-ċifri ekonomiċi juru li r-rate of growth ekonomiku fl-1995 u fl-1996 kienet inqas milli kienet fl-1994, fl-1993 u fl-1992.", "Liema pajjiż jibqa' miexi dejjem bl- istess ritmu meta jkollu ritmu qawwi ta' żvilupp?", "Il-Prim Ministru rabat kollox u qal li jekk kien hawn tnaqqis fit-ritmu taż- żieda ta' l-attivita' ekonomika dan bilfors ifisser li huwa tort tal-VAT imma dan mhux veru.", "Dan huwa ingann u jiena ngħid li l-Prim Ministru, li m'huwiex ta' subajh f'ħalqu - kien anke jikteb artikli anonimi f'\"The Economist\" meta kien fl-oppożizzjoni - jaf jagħmel analisi serja.", "Jaf li m'hemm ebda konnessjoni diretta biex ikun jista' jgħid li din is-slow-down fir-rata ta' l-iżvilupp hija dovuta għall-VAT.", "Madam Speaker, punt importanti huwa li mhux biss nirrispettaw il-verita' u l-onesta' imma nirrispettaw ukoll il-vuċi ta' kull min esprima ruħu.", "Il- Prim Ministru ħeles minnha faċilment din.", "Qalilna li l-FOI bilfors jitkellmu favur il-VAT.", "Dan mhux veru Madam Speaker.", "Veru li kienu jaqblu mas-sistema tal-VAT imma lill-Gvern qed jgħidulu li din is-sistema ta' VAT li jrid idaħħal hija agħar minn dik ta' qabel.", "Din is-sistema ta' tassazzjoni li qed idaħħal se ġġib gwaj fil-pajjiż.", "U dan mhux l-FOI biss qed tgħidu imma qed jgħiduh l-għaqdiet kollha tal-ħaddiema u ta' min iħaddem.", "Għandna l-joint press release li ħarġu l-Kamra tal-Kummerċ u l- Federation of Industry qabel iltaqgħu mal-Prim Ministru fejn qalu li they hope that their participation: \".... will contribute towards finding a system which will minimise all negative effects.\"", "Is-sistema li qed jipproponi l-Gvern se tagħmel ħsara lil pajjiżna u dan ma qaluhx biss dawn l-organizzazzjonijiet imma qaluh anke l-unions.", "Il- General Workers' Union qalet li fl-opinjoni tagħha s-sistema l-ġdida se ġġib l-għoli tal-ħajja u l-UĦM u s-CMTU qalu b'mod ċar li s-sistema m'hijiex tajba għaliex se tgħolli l-ħajja.", "Dawn ilhom jgħidulu li s- sistema hi ħażina u hija agħar mis-sistema li għandna llum u l-Prim Ministru li qed jiftaħar li jiddjaloga huwa kuntent u qed jgħidilna: X'tiswa l-vuċi tagħhom?", "Allura, Madam Speaker, din il-Kamra għandha tipprova tipperswadi lill-Gvern - kif qed nipprovaw nagħmlu aħna - sabiex jisma' dawn il-vuċijiet ta' kull min indenja ruħu jiftaħlu għajnejh u ma jħallihx ikompli jiżbalja.", "Imbagħad l-aħħar punt li semmejt huwa l-interess nazzjonali.", "Kulħadd qed jgħid li s-sistema li jrid idaħħal il-Gvern mhux biss ġabet diġa' seba' xhur ta' inċertezza imma se ġġib tħarbit fin-negozju.", "Is-sistema li jrid idaħħal il-Gvern se tgħolli l-prezzijiet, se tagħmilna anqas kompetittivi u minħabba f'hekk se jbatu l-ħaddiema.", "U meta aħna ngħidu li l-qgħad qed jiżdied, jaqbeż l-Onor.", "Sant u jgħidilna li qed inxewxu.", "Din hija r- realta' u dan m'aħniex qed ngħiduh biss aħna ta' l-Oppożizzjoni imma jgħidu kull min jeżamina s-sitwazzjoni b'mod oġġettiv.", "U allura l-appell li qed nagħmlu lill-Prim Ministru minn din in-naħa tal-Kamra huwa biex mhux iqis x'jaqbillu hu politikament jew x'jaqbillu hu għal elezzjoni oħra imma x'jaqbel lill-pajjiż.", "U fil-pajjiż m'hawn ħadd - nerġa' ngħid li m'hawn ħadd - li qed jgħid li s-sistema li qed jipproponi l-Gvern hija waħda li se tagħmel il-ġid.", "Jista' jkun hawn xi setturi li jgħidu li jaqblilhom b'din is-sistema.", "U x' qed ngħidu aħna, Madam Speaker?", "Il-wegħda li jrid effettivament iwettaq il-Gvern donnha hi li jeżenta lill-operaturi ż-żgħar mill-ġbir tat-taxxa u t-tieni, kif hawn imniżżel fil- mozzjoni, li xi servizzi lill-konsumaturi jiġu eżentati minn din it-taxxa.", "Issa donnu li din abbandunaha.", "U l-loġika ta' kull min jaf x'tgħid il- liġi preżenti u ta' min jaf x'qed igħid il-Gvern twassal biex tgħidlek li s- soluzzjoni hija waħda faċli.", "Jekk inti trid teżenta l-operaturi ż-żgħar kulma għandek tagħmel hu li teżentahom taħt il-liġi preżenti u l-istess jekk trid teżenta xi servizzi.", "Mhux taparsi tgħid li qiegħed tneħħi s- sistema tal-VAT meta fil-fatt is-sistema tal-VAT qiegħed iżżommha kollha kemm hi!", "Kulma kien hemm bżonn - u aħna dan għidnih u għamilna d-draft tagħhom ukoll - huwa li tagħmel legal notices u tgħid li operatur ekonomiku li m'għandux \"tant\" turnover ma jkollux bżonn jiġbor it-taxxa.", "Jekk inti trid teżenta r-retailers kollha milli jiġbru t-taxxa - żball jekk isir hekk - tgħid li dawn kollha huma eżentati milli jiġbru t-taxxa.", "Imma l- Prim Ministru bid-diktat - u dan veru huwa diktat - qed igħid li m'huwiex dispost jiddiskuti l-prinċipji li hemm f'dik il-liġi.", "Qed igħid li jista' jbiddel xi ftit u jgħid li t-taxxa ETP tinġabar fuq 82% - qabel kien qed jgħid 86% - tar-retail price.", "Madam Speaker, jien nippretendi li f'dan il-Parlament nitkellmu b'oġġettivita' u b'serjeta'.", "Jiena smajt dawk kollha li ntervenew illum u, kif diġa' għidt, l-Onor.", "Brincat u l-Onor.", "Gulia tkellmu biss fuq dan l- hekk imsejjaħ mandat li għandhom bħala gvern, liema mandat mhuwiex kif qed jinterpretawh huma.", "Smajt ukoll lill-Prim Ministru li ħela parti sew mill- ħin li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jerġa' jmur lura fuq meta kellu jibda dan id-dibattitu u jiena ma kontx preżenti.", "Jien ma jidhirlix li għandi nitkellem fuq hekk għaliex il-pożizzjoni tiegħi diġa' spjegajtha fil- pubbliku u jekk forsi l-Prim Ministru ddispjaċih ta' dak li għamel kont nippretendi li jkollu d-diċenza li jgħid dan.", "Kieku forsi jesprimi ruħu b'dan il-mod ħafna affarijiet jiġu riżolti wkoll, imma minflok ma ġie jgħidilna li ħa żball u li ma mexiex tajjeb jibqa' jgħidilna kemm mexa tajjeb dakinhar.", "Affari tiegħu.", "Jiena ħaġa waħda niggarantilu, li jsiru kemm isiru mozzjonijiet ta' proċedura f'dan il-Parlament, l-Oppożizzjoni taf x'inhu d-dmir tagħha.", "Madam Speaker, id-dmir tagħna mhuwiex li aħna nwaqqgħu lill-Gvern.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawn biex naqbdu lill-Gvern fuq sieq waħda u jekk għal xi raġuni jkollu lil xi ħadd nieqes nirbħu l-vot aħna.", "L-ewwel ħaġa nafu li b'daqshekk mhux se jaqa' l-Gvern imma anke kieku stess, xogħlna mhux li nwaqqgħu lill-Gvern.", "Xogħlna hu li ngħinu lill-Gvern sabiex jagħmel l- affarijiet b'mod tajjeb fl-interess nazzjonali u dan huwa l-ispirtu tal- mozzjoni.", "Jekk il-Prim Ministru ma jridx jisma' affari tiegħu pero' għad niġu għall-kontijiet mal-poplu tagħna, l-istess poplu li se jbati jekk il- Gvern iwebbes rasu.", "U l-ħtija nafu ta' min hi.", "Il-ħtija hija tal-Prim Ministru li bid-diktat tiegħu qiegħed jitfa' l-pajjiż lura.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja ġiet informata li ntlaħaq qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.30 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsja hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "41", "FAVUR: 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard Montalto |Herrera Jose' | |John | | |Bartolo Evarist |Mangion Charles| |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles|Pace Bertu | |Buhagiar Louis |Portelli Alfred| |Camilleri Maria |Refalo Anton | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech Joe|Vassallo Adrian| |Farrugia Anglu |Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Michael| |", "KONTRA: 33 L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mugliett | | |Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona | | |Joe | |D'Amato Helen |Pullicino | | |George | |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Pace | | |Victor | |", "L-emenda għaddiet.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni 49 tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni mressqa f'Seduta 54 ta' l-24 ta' April, 1997 kif issa emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.38 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni 49 tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni mressqa fis-Seduta Numru 54 ta' l-24 ta' April, 1997 kif issa emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 42", "FAVUR: 35 L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard Montalto|Herrera Jose' | |John | | |Bartolo Evarist|Mangion Charles| |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis |Portelli Alfred| |Camilleri Maria|Refalo Anton | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia Anglu |Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA: 33 L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael|Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mugliett | | |Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona | | |Joe | |D'Amato Helen |Pullicino | | |George | |Debono Giovanna|Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Pace | | |Victor | | | | |", "Il-mozzjoni kif emendata għaddiet.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn 19 ta' Mejju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola Condominia - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa - it-Tieni Qari.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 19 ta' Mejju 1997 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.48 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "P.A. - PERMESSI GĦAL XOGĦLIJIET", "4722.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu x-xogħlijiet li għalihom intalbu permessi ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Liema dipartimenti applikaw għal dawn il- permessi?", "Meta saret kull applikazzjoni u meta ġew approvati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ix-xogħlijiet li għalihom intalbu permess mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar huma skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-lista turi wkoll id-dipartiment li applika, il-proposta, meta daħlet l-applikazzjoni u meta ttieħdet id-deċiżjoni.", "Id-data ta' meta daħlet l-applikazzjoni mhux neċessarjament hija d-data ta' meta ġiet ivvalidata l-applikazzjoni.", "L-informazzjoni qabel l-1996 ma kienitx klassifikata b'mod dettaljat skond l-applikant.", "P.A. - REVIŻJONI TA' PROPRJETA'", "4768.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li terġa' ssir reviżjoni tal-proprjeta' skedata mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Kemm-il reviżjoni saret sal-lum minn din l- istess awtorita'?", "Kemm kienet il-proprjeta' li kellha l-livell ta' l- iskeda tagħha mibdula?", "Liema kienet din il-proprjeta', u fejn tinsab?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-reviżjoni li jmiss issir wara li jerġgħu jiġu skedati xi Proprejetajiet oħra peress li parti mill-proprjeta' l-iskedar jinkludi konsultazzjoni mal-pubbliku.", "L-Awtorita' għamlet reviżjoni ta' Skedar tal-Proprjeta' li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "P.A. - KONSERVAZZJONI TA' BINI", "4801.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien l-ipproċessar li wassal għat-tibdil ta' l-iggradar tal- Konservazzjoni tal-Bini magħruf bħala ex- Raffles Discotheque, Australia Hall u Annex ta' Australia Hall f'Pembroke?", "Jista' jgħid jekk sarux spezzjonijiet ġodda, minn kien preżenti għal dawn l-ispezzjonijiet u x'raġunijiet inġiebu għal dan it-tibdil?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-tibdil tal-grad ta' l-iskedar tal-proprjeta' msemmija segwiet il-proċess normali ta' l-iskedar.", "Wara li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar skedat dawn il-proprjetajiet, flimkien ma' proprjetajiet oħra fl- istess inħawi, is-sidien magħrufa tal-proprjeta ġew informati b'dan u skond il-proċedura stabbilita.", "Fil-każ tal-bini msemmi, is-sidien għamlu l- oġġezzjonijiet tagħhom, li wara li dawn ġew ikkunsidrati, ġie deċiż mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar li l-grad għandu jinbidel.", "Ta' min jgħid li mas-sottomissjoni tas-sidien, kien hemm għadd ta' ritratti li juru l-istat preżenti tal-bini, u li l-bini ta' l-ex Raffles kien ġie spezzjonat mill-HAC sabiex jivverifika l-istat tiegħu.", "Dan il-kumitat ta' parir sabiex il-grad jinbidel minħabba l-istat ħażin ta' l-intern tal-bini.", "Fl-ispezzjoni ta' Raffles Disco li saret fl-1 ta' Awissu 1996 kien hemm preżenti l-membri tal-HAC b'konnessjoni ma' l-applikazzjoni pendenti għat- tibdil ta' l-użu ta' l-istess proprjeta u qabel ma ġiet it-talba għat- tibdil fil-grad.", "L-Australia Hall u Annex ma ġewx spezzjonati għax id- dokumentazzjoni sottomessa mill-proprjetarju kif ukoll dik għar-Raffles disco (li kien ġie spezzjonat qabel) kienet dettaljata suffiċjenti sabiex issir valutazzjoni ta' l-istat tal-proprjeta'.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET", "4877.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li kellha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-sena 1996?", "Kemm minn dawn kienu għal change of use?", "Kemm kienu l- applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sal-lum?", "Kemm minn dawn kienu għal change of use?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċeviet 6965 applikazzjonijiet fl-1996.", "Minn dawn 788 kienu għal Change of Use.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċeviet dawn in-numru ta' applikazzjonijiet sena b'sena.", "1993 - 9083 1994 - 7731 1995 - 7345 1996 - 6965", "Il-figura ta' l-1993 tinkludi trasferimenti mill-PAPB għall-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Statistika għal Change of Use għal applikazzjonijiet ta' qabel l-1996 ma tistax tingħata minħabba illi ma kienux ikunu klassifikati b'mod separat minn Full Development Permit Applications.", "IMPJIEGI - JOB PLACEMENTS", "5089.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC u kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC f'Marzu 1997, kemm placements kienu mas-settur privat u kemm placements saru mill-Job Centre, minn Ħal Far u minn Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-placements li saru f'Marzu 1997 huma kif ġejjin:-", "Parastatali 8 Privat Hal-Far 94 Job Centre (Malta) 55 Ghawdex 7 Job Centre (Għawdex) 0", "In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol f'Marzu 1997 kien ta' 582.", "IMPJIEGI - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRAR", "5090.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Marzu 1997 u jagħti l-informazzjoni skond ir-raġuni li waslet għal qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5093.", "BORD NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI", "5091.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem il-Bord Nazzjonali tax- Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol f'Marzu 1997 kif ukoll jgħid kemm inqatgħu appelli fl-istess perjodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: F'Marzu 1997, l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol irċeviet 64 appelli, (fosthom ilmenti dwar qtugħ mir-reġistrazzjoni).", "Matul l-istess xahar ġew deċiżi 110 appell.", "F'26 minnhom, l-Awtorita' ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "Dawn l- appelli kienu saru kollha lill-Awtorita' fl-1996.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5092.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom fil-perijodu ta' Marzu 1997 u jindika wkoll ix-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC wara redundancy fl-impieg tagħhom matul ix-xahar ta' Marzu 1997 kien ta' 138.", "Ix-xogħol preċedenti tagħhom kien kif ġej:-", "Group 1 Senior Officials & Managers 3", "Group 2 Professionals 3", "Group 3 Technicians & Associates Professionals 6", "Group 4 Clerks 13", "Group 5 Service Workers & Shop & Market Sales Persons 33", "Group 6 Skilled Agriculture & Fishery Works --", "Group 7 Craft & Related Workers 16", "Group 8 Plant & Machine Operators and Assemblers 17", "Group 9 Elementary Occupations 47 IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5093.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Relattivament għax-xahar ta' Marzu 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u jindika għaliex l-ETC iddeċidiet li taqtagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul ix-xahar ta' Marzu 1997, in-numru ta' nies li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom kien ta' 407.", "In-numru ta' nies li nqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC kien ta' 91.", "Ir-raġuni li l-ETC ħadet biex taqta' dawn in-nies hi kif ġej:-", "M'aċċetawx taħriġ - 7 Instabu jaħdmu - 64 M'aċċetawx xogħol - 5 Ma marrux għall-intervista - 15 91", "QRATI - KAWŻI", "5094.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Riferibbilment għax-xahar ta' Marzu 1997, jista' l-Ministru jgħid:- 1) kemm ġew introdotti kawżi, maqsuma skond kull Qorti kompetenti; 2) kemm ġew deċiżi kawżi kategorizzati skond kull Qorti kompetenti; 3) kemm kien hemm kawżi pendenti kategorizzati skond kull Qorti kompetenti; u 4) kull Imħallef u Maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:-", "Qorti Intodotti Deċiżi Pendenti", "Kriminali 1 - 92 Appelli Kriminali 45 46 416 Appelli Superjuri 25 21 1024 Appelli Inferjuri 13 6 136 Ċivili Prim Awla 291 178 8495 Maġistrati Civili 235 95 1574 Magistrati Kriminali 1849 1212 10594", "Imhallef Pendenti Maġistrat Pendenti Pendenti Ċivili Kriminal", "Onor.J.Filletti 162 Magt.M.Mallia 356 58 Onor.A.Manche' 723 Magt.A.Mizzi - 228 Onor.F.Depasquale 297 Magt.J.Padovani 87 544 (Family Court) Onor.F.Depasquale 637 Magt.S.Meli - 153 Onor.F.G.Camilleri 702 Magt.J.Apap - 2821 Bologna Onor.A.J.Magri 1080 Magt.P.Vella - 173 Onor.N.Arrigo 2557 Magt.C.Peralta - 2791 Onor.V.DeGaetano 399 Magt.N.Cuschieri - 688 Onor.G.Valenzia 523 Magt.D.Scicluna 336 204 Onor.G.Caruana 702 Magt.D. 340 2 Demajo Montebello Onor.G.Camilleri 728 Magt.Farrugia 455 29 Sacco Magt.G.Grixti - 1278 Magt.S.Demicoli - 79 Magt.Micallef - 873 Trigona Magt.A.Lofaro - 673", "MELLIEĦA - SUBSTATION TA' L-ELETTRIKU", "5287.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jassigura li fil-Mellieħa, fl-area ta' l-iskola primarja tinbena s-substation ta' l-elettriku li hi meħtieġa biex il-bini ġdid (tal- Gvern) fl-inħawi jingħataw is-servizz tad-dawl li tant għandhom bżonn fid- djar tagħhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Enemalta ser tieħu l-passi meħtieġa biex ix-xogħol li baqagħlu jsir fuq is-substation li saret għall-bini l-ġdid fl-inħawi ta' l-iskola primarja fil-Mellieħa jitlesta.", "Sadanittant, ser jittieħdu passi biex tkun tista' tingħata provvista ta' l-elettriku mill-mezzi eżistenti.", "PTA/GOZO BUS OWNERS ASS. - XIRI TA' COACHES", "5288.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet bejn il-Public Transport Authority u l-Gozo Bus Owners Association dwar ix-xiri ta' coaches għall-użu f'Għawdex?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li d-diskussjonijiet bejn l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-Gozo Bus Owners Association għadhom għaddejjin.", "MĠARR - XOGĦLIJIET FIR-ROMAN BATHS -", "5289.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' diskussjonijiet saru u qegħdin isiru in konnessjoni max-xogħol li sar, jew se jsir fl-area tar-Roman Baths, Mġarr?", "Billi l-valur ta' postijiet bħal dawn jitlob li jkun hemm interventi professjonali u mhux tad-dilettanti, jista' l-Ministru jara li xogħol bħal dan isir taħt is-superviżjoni ta' persuni esperti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferixxi għas-sit tat-Thermae Rumani f'Għajn Tuffieħa.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Membru tal-Kamra li d-Dipartiment tal-Mużewijiet qed iħejji proġett għall-protezzjoni, preservazzjoni w konservazzjoni ta' dan is-sit arkeoloġiku.", "Dan il-proġett bħalissa qed jiġi diskuss mill-arkeologi professjonisti fid-dipartiment, li bħal l-Onor.", "Membru jemmnu li nterventi bħal dawn m'għandhomx isiru minn dilettanti.", "Ix-xogħol għandu jitwettaq skond il- prioritajiet loġistiċi w finanzjarji li għandu d-dipartiment.", "SKEJJEL - IMTAĦLEB", "5290.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-iskola ta' l-Imtaħleb tieqaf tintuża bħala estensjoni tal-ħabs?", "Meta hu mistenni li fil-fatt din l-iskola terġa' tintuża għal xi skop ta' edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'hemm l-ebda pjan immedjat biex jinbidel l-użu preżenti tal-bini msemmi fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - DAWL FIL-BYPASS", "5291.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex matul il-ġimgħat li għaddew, diversi drabi kien hemm partijiet sostanzjali tal-Bypass ta' San Pawl il-Baħar, bla dawl?", "X'passi ttieħdu biex dan ma jirrepetix ruħu, iktar u aktar meta wieħed iqis li minn din it-triq jgħaddi ammont sostanzjali ta' traffiku?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-parti tal-Bypass ta' San Pawl il-Baħar kienet bla dawl minħabba ħsarat ikkaġunati minn arblu li ntlaqat minn karozza, u b'konseguensza l-linja nqalgħet minn postha.", "Il-ħsara issa ġiet irrimedjata.", "AJRUPORT - AJRUPLANI", "5298.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ajruplani li niżlu fl- ajruport ta' Malta fil-perijodu l-1 ta' Jannar 1997 u l-aħħar ta' April 1997?", "Kif inhuma maqsuma dawn l-ajruplani f'kategoriji differenti, jiġifieri kemm kienu ajruplani tal-passiġġieri, kemm kienu ajruplani militari, kemm kienu qed iġorru merkanzija u kemm kienu ajruplani b'delegazzjonijiet uffiċjali?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li n-numru ta' ajruplani li niżlu fl-ajruport ta' Malta bejn 1-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' April 1997 huwa kif ġej:-", "Ajruplani tal-Passiġġieri bi skeda 2458 Ajruplani tal-Passiġġieri \"Chartered\" 1278 Ajruplani Privati 158 Ajruplani Militari 32", "Il-merkanzija tista' tinġarr fuq titjiriet tal-passiġġieri bi skeda għalkemm mhux bilfors kull ajruplan li jopera titjira bi skeda jġorr merkanzija.", "Il-merkanzija tista' wkoll tinġarr fuq ajruplani mikrija esklusivament għal ġarr tal-merkanzija; f'dan il-każ id-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili ma jżommx statistika separata ta' dawn it-titjiriet.", "Għaldaqstant jiena nformat li l-istatistika mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tistax tingħata.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm kienu l-ajruplani b'delegazzjonijiet uffiċjali li seta' kien hemm fuq ajruplani bi skeda jew privati.", "ĦAL FAR - PROĠETT TAL-KAROZZI", "5458.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill- proġett tal-karozzi ta' Ħal Far?", "Jaqbel il-Ministru ma' dan il-proġett li jsir f'Ħal Far?", "U jekk jiġi rrifjutat, hemm xi alternattivi oħra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nemmen għandu jsir sforz biex jitjiebu l- faċilitajiet għat-tlielaq tal-karozzi u s-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti lest jikkunsidra kull proposta f'din id- direzzjoni.", "In kwantu għall-proġett ta' Ħal Far, nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru W453.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - MEMBRI", "5459.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5226 nixtieq ninforma lill-Ministru li t-talba tiegħi tirriferi għar-rapporti kollha relattivi u relevanti għall-evalwazzjoni fuq ix-xogħol li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għamel sa Jannar 1997 u r-rakkomandazzjonijiet kollha relattivi u relevanti li l-bord il- ġdid għamel fuq kif l-istess kunsill għandu jaħdem għas-snin li ġejjin, liema evalwazzjoni u rakkomandazzjonijiet il-Kunsill talab jagħmel fl-ewwel xahar tal-ħidma tiegħu xi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni f'Jannar 1997.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha relattivi u relevanti għal din l- evalwazzjoni msemmija hawn fuq u r-rakkomodanzzjonijiet sussegwenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SYRIAN FAIR", "5460.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-kondizzjonijiet li taħthom il-promoturi tas-Syrian Fair ingħataw permess jużaw post pubbliku (il-Furjana)?", "Hu l-każ li dan il- post kien intuża għal attivita' oħra ftit qabel?", "Billi dan jirriżulta f'telfien ta' dħul għal car parkers li jaqla' ħobżu minn hemmhekk, jista' l- Prim Ministru jara li jkun kkonsidrat li min jitlob permessi bħal dawn ikun obbligat jikkumpensa lill-parker?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-kondizzjonijiet għall-ħruġ tal- permess tal-Pulizija sew għall-Fiera Sirjana kif ukoll għall-Fiera preċedenti, kienu li jkun hemm polza tas-sigurta', il-post għandu jinżamm nadif u li jkun hemm mobile tiolets.", "Dwar il-kumpens lill-car park attendants nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirriferi din il-parti tal- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "KONFERENZA EWRO-MEDITERRANJA", "5461.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5003, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-ismijiet u kunjomijiet tal-350 ġurnalist reġistrat għall-EuroMed Conference u l-ġurnali jew il- media li għaliha kull ġurnalist kien qed jirrapporta, kif ukoll lista ta' l- ismijiet u kunjomijiet tal-450 delegat li kienu rreġistrati għall- konferenza u l-pajjiż li minnu ġie kull delegat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Listi tal-ġurnalisti u delegati li attendew il- EuroMed tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Biex inkun eżatt nixtieq inżid li n-numru ta' ġurnalisti barranin kien ta' 310 waqt li d-delegati kienu 455.", "SKEJJEL - LEZZJONIJIET TAL-PRIVAT", "5462.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4898, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tweġiba hija fin- negattiv għall-ewwel parti tal-mistoqsija jew għat-tieni parti ta' l-istess mistoqsija parlamentari?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TA' KANDJA - TWAQQIGĦ TA' KAMRA", "5463.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5001, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l- investigazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 5001.", "KONKORS KANZUNETTA MALTIJA", "5464.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5122 jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux ħlasijiet lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, ma sarux ħlasijiet.", "SKEJJEL - SPEĊJALI - UŻU TA' COMPUTERS", "5465.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm computers għall- użu ta' l-istudenti fl-iskejjel speċjali, skola skola, f'Malta u f'Għawdex?", "Xi programm ta' software jużaw dawn it-tfal?", "Ingħata xi taħriġ lill- għalliema ta' dawn it-tfal?", "Jekk fin-negattiv, meta hu maħsub li dawn it- tfal bi bżonnijiet speċjali se jibdew huma wkoll jitħarrġu fl-użu tal- computers?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦABS ĊIVILI - PATRI MARK MONTEBELLO", "5473.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti assigurazzjoni li Patri Mark Montebello li ħareġ stqarrija dwar allegat abbuż minn gwardjani tal-Ħabs fuq viżitatur, ma ħa l-ebda sehem fl-investigazzjoni li qed issir mill-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs, li tiegħu hu membru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Bord tal-Viżitaturi li qed jinvestiga l-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant iddeċieda li Patri Mark Montebello, bħala membru tal-Bord, jista' jitħalla jattendi waqt is-smiegħ tal-każ iżda mhux waqt li jkun qed jagħti x-xhieda tiegħu xi priġunier.", "Fil-fatt hekk sar.", "Il-Bord għadu ma kkonkludiex l-investigazzjonijiet tiegħu dwar il-każ.", "Ikolli ngħid li għandi r-riżervi tiegħi dwar il-mod li bih il-membru tal- Prison Board konċernat donnu jidher li qed jassumi rwoli li m'humiex professjonalment kompatibbli fiċ-ċirkostanzi.", "Jew qed tipparteċipa fil- Prison Board u tiddefinixxi r-rwol tiegħek professjonali fuq dik il- pożizzjoni biss; jew inkella tassumi rwol ta' min qed jagħti pubbliċita' lill-każi li jqis li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali.", "ĦABS ĊIVILI - XUFIER", "5474.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li x-xufier tad-direttur tal-Ħabs hu membru tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll assistenta ta' l-istess direttur - it-tnejn membri tal-ALE Section tal-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva", "SINGLE PARENTS", "5475.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' single parents illum?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali m'għandux statistika ta' kemm hemm Single Parents.", "Hu magħruf li hemm 3278 familja li huma meqjusa bħala Single Parents u li qed jieħdu ċ-Children's Allowance.", "Minn dawn 450, qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali.", "STABBILIMENTI", "5476.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jagħti informazzjoni dettaljata ta' l-istabbilimenti ta' l-ikel, tax-xorb (bars), cafeterias, snack bars u take aways li għandhom il-liċenzji meħtieġa f'Marsaxlokk?", "Per eżempju: (i) kemm hemm restaurants u kif inhuma kklassifikati; (ii) kemm hemm snack bars; (iii) kemm hemm ħwienet tax-xorb (bars); (iv) kemm hemm cafeterias; (v) kemm hemm take aways?", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti definizzjoni dettaljata ta' kull kategorija, jiġifieri kull kategorija imsemmija hawn fuq x'inhi liċenzjata li sservi?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: F' Marsaxlokk hemm għaxar stabbilimenti reġistrati u liċenżjati mill-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti ta' l-Ikel għal skopijiet ta' catering.", "Tmienja huma ristoranti, jiġifieri jservu kull tip ta' ikel u tnejn huma snack bars jiġifieri joffru menu limitat.", "Hemm ukoll applikazzjonijiet oħra li qegħdin jiġu ppoċessati.", "Bars u Cafeterias ma jservux ikel u ma jaqgħux taħt dan il-Ministeru.", "STABBILIMENTI", "5477.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jikkonferma kemm hemm u min huma dawk l- istabbilimenti li għandhom permess biex joħorġu l-imwejjed barra fuq il- bankina, fit-triq jew fuq il-moll mal-baħar u x'suppost li jservu fuqhom?", "U f'kull każ kemm-il mejda huma liċenzjati li joħorġu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "CATERING BOARD - SPEZZJONIJIET", "5478.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jikkonferma meta saru l-aħħar spezzjonijiet mill- ispetturi tal-pulizija, mill-ispetturi tal-Catering Board u mill-ispetturi ta' l-NTOM u tas-sanita' u jpoġġi kopji tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli jiġi assigurat li m'humiex qegħdin isiru abbużi u li kull stabbiliment qiegħed iżomm mal-liċenzji mogħtija lilu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jispeċifika għall-liema stabbiliment qed jirriferi.", "Rigward spezzjonijiet mill-pulizija u mill-ispetturi tas-sanita, nitlob l- Onor. Interpellant jirriferi l-mistoqsija lill-Ministeri konċernati.", "Ma jsirux spezzjonijiet ta' stabbilimenti mill-NTOM.", "PULIZIJA - KAROZZI MISRUQA", "5479.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati karozzi misruqa lill-Pulizija sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?", "Kemm minn dawn instabu?", "X'miżuri ttieħdu mill-Pulizija fil-kors ta' l-aħħar għaxar snin biex jitrażżan is-serq ta' karozzi f'dawn il-gżejjer?", "Kemm tressqu nies quddiem il-qrati, sena b'sena, fuq akkużi ta' serq u kemm minnhom instabu ħatja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NET DIRECT AND PORTFOLIO INVESTMENT", "5480.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-net direct and portfolio investment minn barra, sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "1987 1988 1989 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996", "* 6.7 13.4 18.0 14.6 24.9 12.6 26.2 57.7 46.2 10.9 **-1.7 10.3 5.1 12.8 17.9 49.3 45.9 174.0 58.0 154.2", "*Private Direct Investment-net (Lm million) **Private Financial Investment-net (Lm million)", "INVESTIMENT MALTI BARRA L-PAJJIŻ", "5481.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat il-valur ta' l-investiment Malti barra l-pajjiż sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: 000's 1987 1988 1989 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996", "Investiment Dirett 0 4492 2113 37 5297 17026 350 11532 36590 53309", "Portfolio Investment 1024 1766 772 2990 4231 31421 29496 29969 38012 36009", "Investiment ieħor 7359 6240 13528 8450 7259 7359 12903 82096 72183 56718", "PRODOTT GROSS DOMESTIKU", "5482.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn nazzjonali bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-dejn nazzjonali bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin huwa:", "1987 15.8% 1988 18.2% 1989 17.8% 1990 23.7% 1991 26.2% 1992 28.1% 1993 32.4% 1994 33.3% 1995 36.3% 1996 42.7%", "BANEK - ĊENTRALI - RIŻERVI BARRANIN", "5483.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw ir-riżervi barranin tal- Bank Ċentrali sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub (li jinsab fir-rivista tal-Bank Ċentrali li toħroġ kull tliet xhur) huwa kif ġej:", "1986 Lm460.5 miljun 1987 Lm497.2 miljun 1988 Lm491.1 miljun 1989 Lm464.2 miljun 1990 Lm427.1 miljun 1991 Lm410.4 miljun 1992 Lm475.0 miljun 1993 Lm533.4 miljun 1994 Lm617.6 miljun 1995 Lm508.7 miljun 1996 Lm508.6 miljun", "AMBAXXATURI MALTIN", "5484.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-Ambaxxaturi Maltin u għal min huma akkreditati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ġiet mogħtija għad-domanda Numru W550 fis-Seduta 57.", "VAPUR EL FATEH", "5490.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jindaga ftit jekk it-tank cleaning fuq il-vapur EL FATEH kienx kompletament adegwat qabel ma saru xi xogħlijiet fuqu fil-Baċir Nru. 2 tal-Malta Drydocks?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nista' nifhem li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-bastiment MT `EL FETAH' mhux `EL FATEH'.", "Jiena nformat li wara li saru l-ispezzjonijiet neċessarji qabel ma' l- bastiment daħal fil-port, l-MT `ET FETAH' daħal ir-Ricasoli Tank Cleaning Farm, għal gas freeing.", "Jiena nformat ukoll li l-vapur ġie ċċertifikat gas free u tajjeb sabiex jipproċedi għat-tiswijiet fil-Malta Drydocks fis-7 ta' Mejju, 1997.", "SKEJJEL - INĊIDENTI", "5491.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistqosija parlamentari numru 4136, peress li jidher li n-numru ta' inċidenti fl- iskejjel fejn kellu jissejjaħ tabib jew fejn ingħatat attenzjoni medika hu daqsxejn għoli ħafna meta l-Ministru ta statistika ta' 199-il każ, jista' l- Ministru jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġraw waqt il-break ta' fil-għodu u ta' nofs in-nhar rispettivament?", "Qiegħed jaħseb il-Ministru biex isaħħaħ is-supervision waqt dawn il-breaks?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - XIRI TA' MEDIĊINI", "5492.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema mediċini ġew mixtrija b'direct order minn barra minn Malta, ġurnata b'ġurnata mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "Kemm kienet il-kwantita' ta' kull mediċina u mingħand min inxtrat?", "Kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' kull mediċina?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Minħabba fil-fatt illi s-sistema ta' xiri ta' mediċini qegħda tiġi komputerizzata bħalissa din it-tip ta' nformazzjoni għada ma tistax tiġi ġenerata awtomatikament.", "Ta' min jgħid li din it-tip ta' nformazzjoni qatt ma kienet tista' tiġi miġbura faċilment iżda wieħed jista' jgħid li dawn l-ordnijiet dejjem ikunu ta' nqas minn Lm 2,500, kull wieħed konforma mar-Regolamenti Finanzjarji tal-Gvern.", "SAĦĦA - XIRI TA' MEDIĊINI", "5493.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema mediċini ġew mixtrija b'direct order lokalment ġurnata b'ġurnata mill- 1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "Kemm kienet tqum kull ordni u mingħand min inxtrat?", "Kemm kienet il-kwantita' (i.e. numru jew ammont) ta' kull mediċini mixtrija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Minħabba fil-fatt illi s-sistema ta' xiri ta' mediċini qegħda tiġi komputerizzata bħalissa din it-tip ta' nformazzjoni għada ma tistax tiġi ġenerata awtomatikament.", "Ta' min jgħid li din it-tip ta' nformazzjoni qatt ma kienet tista' tiġi miġbura faċilment iżda wieħed jista' jgħid li dawn l-ordnijiet dejjem ikunu ta' inqas minn Lm 2,500, kull wieħed konforma mar-Regolamenti Finanzjarji tal-Gvern.", "MEDICAL STORES - MEDIĊINI", "5494.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu l-mediċini neqsin mill-Medical Stores fis-16 ta' April, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - MANAGEMENT", "5495.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-membri l-ġodda li jifformaw il-management ta' l-iSptar Zammit Clapp?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-membri l-ġodda li jiffurmaw il-management ta' l-Isptar Zammit Clapp huma:", "Chairman - Mr. M. Mallia Membri - Mr. F. Azzopardi - Ms. C. Camilleri Ciantar - Mr. C. Grixti - Mr. C. Mizzi - Prof. A. Psaila - Mr. M. Sultana", "SAĦĦA - SCHEDULE V CARDS", "5496.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inħarġu Schedule V cards ġodda u għal-liema mard kroniku, mill-1.1.97 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' Schedule V Cards ġodda li nħarġu mill-1/1/97 sat-13/5/97 huma hekk:", "Hypertension 1082 Congestive Heart Failure 360 Schizophrenia 336 Malignant Disease 280 Juvenile Diabetes Mellitus 24 Epilepsy 85 Chronic Peptic Ulcer 347 Parkinson's Disease 18 Hepatic Cirrhosis 3 Chronic Renal Failure 72 Enzyme Deficiency Disorder 25 Paget's Disease 6 Chronic Rheumatoid Arthritis 26 Coeliac Disease 12 Myaestaenia Gravis 2 Endometriosis 61 Psoriasis 147 Huntington's Chorea 3 Glaucoma 162 Systhemic Lupus Erythomatosus 2 Hypopitutarism 7 Systemic Sclerosis 1 Dermatomayositis 1 Crohn's Disease 1 Auto/Immune Enteropathy 1 Ulcerative Colitis 32 Chronic Bronchial Asthma 631", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "5497.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ttieħdu mill-Amministrazzjoni preżenti biex jissaħħaħ il-management ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fost il-miżuri li ttieħdu biex jissaħħaħ il- Management ta' l-Isptar ta' Ghawdex hemm li: i) qed isiru laqgħat regolari tal-Kumitat tat-Tmexxija ta' l-Isptar; ii) zdied l-istaff klerikali u eżekuttiv; iii) l-Uffiċċju principali ta' l-amministrazzjoni gie trasferit lura fejn kien qabel biex l-amministrazzjoni tkun iktar milħuqa u effettiva; u iv) twaqqaf kumitat biex fost affarijiet oħra: (a) jipproponi titjib fid-disinni u l-istrutturi ta' l-organizzjoni għal funzjonijiet u s-servizzi differenti ta' l-isptar; u (b) jipproponi kif dawn is-servizzi jkunu ntegrati bl-aħjar mod fi sptar wieħed, fi tmexxija waħda u fi process wiehed.", "MALTA SHIPBUILDING - EX-ĦADDIEM", "5504.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindika dwar persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, ex-ħaddiem tal-Malta Shipbuilding li rriżenja mix-xogħol u suppost li ngħata s-somma ta' sena paga, meta dan se jirċeviha?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li issa l-proċeduri kollha tlestew, u dawk il-ħaddiema li rreżenjaw mill-Malta Shipbuilding Co Ltd taħt il-Voluntary Termination Scheme għandhom jirċievu l-ħlas dovut ta' sena paga fi ftit ġranet oħra.", "SAĦĦA - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "5517.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 4863, intqal li f'dawn l-aħħar ħames xhur in- numru ta' assistenti soċjali każwali żdied b'20, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-20 assistenti soċjali każwali: a) qegħdin jagħtu s- servizz fid-dar ta' diversi anzjani li għadhom joqogħdu f'darhom; b) kemm qegħin jagħtu s-servizz tagħhom fid-djar ta' l-anzjani tal-Gvern; c) kemm qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom fid-Day Centres ta' l-Anzjani; d) kemm qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom f'xi post ieħor?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mill-20 Assistenti Soċjali Każwali li żdiedu f'dawn l-aħħar ħames xhur hemm:", "(a) Servizz lill-Anzjani f'darhom 15 (b) Fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern xejn (c) Fid-Day Centres 2 (d) F'Servizz f'xi post iehor 3", "ĦAMRUN - XOGĦLIJIET", "5518.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3803, intqal li biex ix-xogħlijiet fi Pjazza Kappillan Muscat, il-Ħamrun setgħu jinbdew l-ewwel kellu jsir kordinament tas- servizzi nfrastrutturali u billi issa huwa magħruf li dan il-kordinament sar, jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol minn naħa tad-Dipartiment tax- Xogħlijiet se jinbena u kemm hu previst li x-xogħol fuq din il-pjazza jieħu żmien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Minkejja li ġie ffurmat u ltaqa' il-Bord ta' Ko- ordinament biex jistudja x-xogħol fuq pjazza Kappillan Muscat, irrużulta li hemm xi problemi tekniċi rigward is-servizzi essenzjali.", "Wara li jingħelbu dawn il-problemi, għandha toħroġ sejħa għall-offerti biex ix-xogħol isir fl-iqsar żmien possibbli.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "5519.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema parti tal-proġett ta' Buġibba kien qiegħed jirriferi meta qal li \"parti mill-proġett ta' titjib f'Buġibba, tista' ma titlestiex sa l-aħħar ta' Mejju\" kif kien ippjanat minħabba ntoppi min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ix-xogħol fuq id-daħla għal Buġibba u l-Qawra, kif ukoll ix-xogħol fuq il-Bus Terminus il-ġdid f'Buġibba nżamm lura minħabba dewmien ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "Ma neskludix li minn ħdan l-Awtorita ta' l-Ippjanar se jkun hemm min jgħid li mhux hekk ġara.", "Mill-fatti li naf nibqa nsostni li d-dewmien maħluq mill-Awtorita ta' l- Ippjanar daħħal il-proġett fir-riskju li x-xogħol fuq dawn iż-żewġ aspetti tal-proġett ta' Buġibba jitlesta ġimagħtejn blura.", "VALLETTA - BUS TERMINUS", "5520.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern għall-bini ta' bus terminus fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-pjanijiet u s-suġġerimenti fuq titjieb fil-Bus Terminus tal-Belt Valletta għadhom qed jiġu studjati.", "BUĠIBBA - BUS TERMINUS", "5521.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet ta' pjanti għal titjib tal-bus terminus f'Buġibba?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Id-disinji għat-terminus il-ġdid li se jsir Buġibba kienu esebiti fil-wirja li saret ix-xahar li għadda dwar ix- xogħlijiet li qed isiru hemm.", "Għadhom għaddejjin diskussjonijiet ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar dawn id-disinji.", "HOMPESCH STEEL CO.", "LTD.", "5523.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4918, inkun korrett jekk nifhem li għalkemm il-pulizija ma kellhiex ilmenti mill-ġirien, issa li tessqet din l- interpellanza, l-azzjoni meħtieġa tittieħed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi dan l-ilment qed jiġi nvestigat.", "SAĦĦA - MEDICINE CONTROL AGENCY", "5524.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinformani fuq liema kriterji l-Medicine Control Agency fid-Dipartiment tas-Saħħa tista' tapprova l-estensjoni ta' l-iskadenzi tal-mediċini li għandu fil-Medical Stores tiegħu?", "Kif inhi magħmula din l-agency u minn min?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi ma teżisti l-ebda Medicine Control Agency fid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Milli jidher l-Onor.", "Interpellant qiegħed jagħmel riferenza għall-Medicine Regulatory Affairs Unit tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-gvern.", "Din it- taqsima m'għandniex il-kompitu li tapprova estenzjoni ta' l-iskadenza tal- mediċini fil-Medical Stores.", "Estenzjonijiet jingħataw biss mid-ditti li jkunu ħadmu l-prodott.", "MOSTA - TRIQ IL-FARINAL", "5525.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex fi Triq il- Farinal, fil-Mosta, li għandha f'parti minnha għalqa li kien twaqqgħalha l- ħajt meta twessgħet it-triq, jerġa' jinbena l-ħajt li qatt ma nbena mill- kuntrattur li ħadem f'xogħol ta' twessiegħ ta' triq, ladarba l-għalqa hija fil-livell li jiġi taħt it-triq bi kważi 1.50 metru għoli?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara jekk hemmx xi periklu u jekk hemm biex jieħu l-passi neċessarji sabiex dan jitneħħa.", "RABAT - ROMAN VILLA", "5526.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindaga jekk hux minnu li qed isir serq mis-sit storiku tar-Roman Villa fir-Rabat minn mindu twaqqa' l-ħajt tiegħu għar-raġunijiet ta' manutenzjoni?", "Nistgħu nikkonsidraw is-servizz ta' watchmen biex jiġu evitati abbużi bħal dawn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DROGA - PERSUNI ARRESTATI", "5527.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' persuni li (a) kienu arrestati u (b) kienu akkużati formalment fil-Qorti b'konnessjoni ma' pussess u/jew traffikar ta' drogi, bejn l-1 ta' Novembru 1996 u t-30 ta' April 1997, xahar b'xahar?", "Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu barranin?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu l-barranin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - TAĦRIĠ LILL-PERSUNI B'DIŻABILITA'", "5528.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu, jagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4665 u għat-tweġiba mogħtija fis-Seduta Nru.54 li fiha jintqal li \"ma tinżammx statistika dwar kemm mill-persuni mħarrġa kienu irġiel jew nisa\" u jgħid jekk teżistix xi diffikulta' teknika biex l- istatistika kollha ta' l-ETC tinżamm b'mod li tagħti stampa ċara dwar l- opportunitajiet indaqs għall-nisa u rġiel, peress li din l-informazzjoni tkun utili ħafna għal min irid ifassal jew hu interessat fit-tfassil ta' pjanijiet strateġiċi u ta' politika nazzjonali fl-oqsma differenti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-mistoqsija parlamentari numru 4665 kienet tirriferi għal taħriġ organizzat mill-ETC għal persuni b'diżabilita'.", "Għalkemm l-ETC iżżomm statistika ta' kemm persuni li ħarrġet kienu nisa u rġiel, dan it-taqsim ma tagħmlux għal kull kategorija ta' trainees.", "Għalhekk m'għandhiex statistika tal-passat kemm mill-persuni b'diżabilita' li tħarrġu kienu nisa u rġiel.", "Madanakollu bdiet tinżamm din l-istatistika mill-1 ta' Ottubru 1996 'il quddiem.", "UNIVERSITA' - KUNĊERT", "5529.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5184, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' l- istess mistoqsija jiġifieri jgħid x'kien dan l-appoġġ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-appoġġ finanzjarju jammonta għal Lm150.", "BIRKIRKARA - TRIQ IL-GUMMAR", "5531.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reserved parking li saret fi Triq il-Gummar, B'Kara għaddietx mill-proċeduri normali bħal approvazzjoni tal-pulizija, kunsill lokali, etc.?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mir-rekords miżmuma fl- uffiċċju tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma jidhirx li qatt kien hemm xi talba għall-reserved parking fit-Triq Gummar, Birkirkara.", "P.A. - MANAGER", "5532.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx sejħa interna jew esterna għall-mili ta' post ta' manager ta' l-Istrategic Planning Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jekk din is-sejħa saret, jista' jgħid xi kriterja u kwalifiki ntalbu u qegħdin ikunu segwiti għall-mili ta' dan il-post?", "Jista' jgħid kemm intefgħu applikazzjonijiet u kemm ġew short-listed?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "P.A. - MANAGER", "5533.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi appointments interni għall-mili ta' post ta' manager ta' l-Istrateġic Planning Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jekk saru xi tali appointments, jista' jgħid xi kriterji kienu addottati f'dawn l-appointments?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi għad ma sar l-ebda appointment intern għal mili ta' post ta' manager ta' l- Istrategic Planning Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "ŻEBBUĠ - WIED IL-BAQQIEGĦ", "5534.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li qiegħed isir fil-parti ta' Wied il- Baqqiegħ, Ħaż-Żebbuġ maġenb it-Troll, kantuniera ma' Triq Dun Karm Psaila?", "X'inhu n-numru tal-permess?", "Meta ħareġ il-permess mid-DCC?", "Se jkun hemm ħruġ għal ġol-parti ta' l-istess wied?", "Dik il-parti li tiġi mal-wied qegħda koperta fiż-zoning tal-bini?", "X'tip ta' bini huwa permess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "SANTA VENERA - DAR SAN ĠUŻEPP", "5538.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5330, li oriġinarjament saret lill-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, ċioe' jista' jgħid hemmx flus ivvotati għal titjib fil-ground ta' Dar San Gużepp, fi Triq il-Kbira, Santa Venera?", "Jekk fl-affermattiv, kemm u meta hu maħsub li jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tip ta' fondi msemmija ma jkunux jidhru mal-flus ivvotati taħt il-Ministeru tiegħi.", "PULIZIJA - SEAT BELTS", "5539.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5334 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, ċioe, jista' jgħid mill-inċidenti tat-traffiku li rriżultaw f'pażjenti miżmuma l-isptar fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, kemm minnhom (i.e. minn nies li kienu ġo vettura jew mutur) jirriżulta li ma kenux qed jilbsu seat belt/s?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ma tinżammx din l-istatistika.", "VALLETTA - PJAZZA L-ĦELSIEN", "5540.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il darba ngħata permess għall-attivitajiet fi Pjazza l-Ħelsien il-Belt din is-sena?", "Jidhirlu l-Prim Ministru li minħabba l-problema akuta ta' nuqqas ta' faċilitajiet ta' pparkjar ta' karozzi fil- Belt, m'għandux jingħata permess ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali?", "Saret applikazzjoni biex għaqda ttella' tinda f'din il-pjazza bħalissa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi mill-1 ta' Jannar 1997, il- Pulizija ħarġet seba' permessi għall-attivitajiet fi Pjazza l-Ħelsien il- Belt, inkluż dik li hemm bħalissa.", "Għalkemm hemm il-problema ta' parking fil-Belt, wieħed irid jikkonsidra wkoll li din il-pjazza hija l-unika post addattat għal dawn l-attivitajiet.", "PIXKERIJA - COLD STORES", "5541.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li nhar is-Sibt 3.5.97 għal ħabta tal-11.00 a.m. inqala' l-bżonn li sajjied lokali kellu bżonn idaħħal is-sajda tiegħu fil- cold stores tal-Pixkerija iżda dan ma setax peress li l-istess cold stores kienu magħluqin?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'passi korrettivi ttieħdu biex is-sajjieda tagħna ma jibqgħux jiġu ffaċċjati b'dawn it-tip ta' problemi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Le ma nikkonfermax, anzi nikkonferma li f' dak il- ħin kien hemm il-fizzjal inkarigat.", "MAJJAL - BEJGĦ", "5542.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5247 dwar l- industrija tal-majjal, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent, ta' kemm piż ta' majjal jitħallas il-produttur tal-majjal meta l-istess piż tal-majjal jaqbeż il-100kg, eżempju fuq majjal ta' 110kg?", "Jekk il-produttur ma jitħallas tal-piż kollu, (eżempju jitħallas biss ta' l-ewwel 100kg), jista' l-Ministru jgħid min jibbenefika mill-piż extra fuq l-ewwel 100kg?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nerġa ntenni li l-arrangamenti dwar bejgħ ta' majjal jsiru bejn il-bejjiegħ u x-xerrej sakemm il-prezz ma' jkunx għola min dak iffissat mill-Gvern skond il-grad.", "TJUR - TROBBIJA", "5543.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward it-trobbija tat-tjur fejn dan l-aħħar intqal li fil-pajjiż hawn total ta' 414 persuna nvoluti fit-trobbija tat-tjur, jista' l-Ministru jgħid jekk fis-survey li sar dan l-aħħar intalbitx informazzjoni dwar in- numru ta' tjur li qed jiġu mrobbija u jekk fl-affermattiv, fil-perijodu meta sar is-survey: 1) liema razez jew tipi ta' tjur qed jitrabbew; u 2) kemm kien l-ammont jew numru ta' kull razza/tip ta' tjur irreġistrati matul il-perijodu meta sar l-imsemmi survey?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-innotifikar ta' dawk il-persuni nvoluti fit- trobbija tat-tjur kien biss l-ewwel pass meħtieġ biex id-Dipartiment ikollu data-base aġġornata.", "Issa bdiet it-tieni fażi ta' dawn l-eżerċizzju li fiħ ufficjali tad-Dipartiment serjrin imorru għand il-produtturi biex jaraw b' għajnejhom u jiġbru l-informazzjoni kollha neċessarja.", "DULLIEGĦ - IMPORTAZZJONI", "5544.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5395 dwar importazzjoni ta' dulliegħ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 5395 tas-seduta numru 64.", "DINGLI - ASFALTAR", "5545.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq San Gwann Bosco, Ħad-Dingli, tiġi asfaltata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: \"L-Isteering Committee\" mwaqqaf bejn il- Ministeru tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni u l-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, flimkien mal-Kunsllli u d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jaġġorna l-informazzjoni dwar toroq li jeħtieġu l-asfalt.", "Deċiżjonijiet dwar xogħlijiet indikati mill-Onor.", "Interpellant jittieħdu wara dan ix-xogħol ta' konsultazzjoni.", "QRENDI - ARMA TAL-QRENDI", "5546.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni għaliex l-arma tal-Qrendi ma tinbidilx minn dik preżenti kif kienet qabel il-ħolqien tal-kunsill lokali skond ix-xewqa tal-poplu Qrendin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-arma tal- Qrendi diġa' ġiet mibdula bl-Avviż Legali 170 ta' l-1995 wara riżoluzzjoni, li għaddiet b'vot unanimu mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi u li ġiet eżaminata mill-Kumitat maħtur 'ad hoc' skond id-dispożizzjonijiet ta' l- artikolu 74 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Att.Nru XV ta' l- 1993).", "QRENDI - BANDIERA", "5547.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni għaliex il-bandiera tal- Qrendi ġewwa r-roundabout fil-bidu tar-raħal u f'Wied iż-Żurrieq turi l- arma preżent tal-Qrendi u tinbidel għal dik li tixbaħ bandiera ta' partit politiku fil-Ħdud u l-festi?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi l-mistoqsija lill-Kunsill Lokali konċernat.", "QRENDI - DAWL FIT-TOROQ", "5548.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saret l-ewwel applikazzjoni mill- Kunsill Lokali tal-Qrendi biex bozoz fit-toroq imsemmija hawn taħt jiġu nstallati?", "Meta huwa maħsub li dawn jiġu nstallati fi: (a) Triq Ġdida fi Triq it-Tempesta; (b) Triq iż-Żurrieq ħdejn il-kwartieri ta' l-Iscouts; (ċ) Triq l-Anġovini; (d) Triq Lourdes; u (e) Triq Filippu Zammit?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talbiet għall-bozoz fid-diversi toroq fil-Qrendi ndikati mill-Onor.", "Membru saru kif jidher hawn taħt:-", "Triq Ġdida fi Triq it-Tempesta Frar 1994 Triq iż-Żurrieq Settembru 1996 Triq l-Anġovini Settembru 1996 Triq Lourdes Settembru 1996 Triq Filippu Zammit ma saret l-ebda talba.", "Dawn it-talbiet se jiġu kkonsidrati flimkien ma' talbiet oħra.", "QRENDI - ASFALTAR", "5549.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jingħata t- tarmac fi Triq iż-Żurrieq (quddiem iċ-ċimiterju tal-Qrendi) peress li meta tagħmel ix-xita hija mpossibbli biex tgħaddi minn din it-triq kemm bil-mixi kif ukoll bil-karozza?", "Meta se jingħata t-tarmac fi Triq il-Fulija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li ċ-ċirkostanzi tal-lokalita jirrikjedu li jogħlew il-livelli tat-triq, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat- Toroq biex jinbeda x-xogħol tas-surveying li huwa meħtieġ biex isir pjan għax-xogħol f'din it-triq.", "QRENDI - MAINS TA' L-ILMA", "5550.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta huwa maħsub li jingħata s-servizz ta' l-ilma permanenti jew bdil ta' service fit-toroq msemmija hawn taħt: (a) Triq Massabielle; (b) Triq Ġużeppi Muscat; (ċ) Triq Puniċi; (d) Triq Kartaġiniżi; (e) Triq Kabiril (f) Triq Ġdida fi Triq Filippu Gutenberg; (g) Triq Ġdida fi Triq Sant'Anna; u (h) Triq il-Pirinej?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li x-xogħol ta' estensjoni ta' mejnijiet fit-toroq imsemmija huma pjanati biex jitwettqu fit-12-il xaħar li ġejjin.", "LIBJA - ŻIEDA TA' TURISTI", "5553.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 4317 fil-kuntest tal- qagħda fis-suq Ġermaniż, l-Ministru semma \"il-politika ħażina tal-Gvern ta' qabel\", jista' għalhekk l-Ministru jispjega b'mod aktar dettaljat x'kienet il-fehma tiegħu \"il-politika ħażina tal-Gvern ta' qabel\" u dan fil-kuntest tas-suq Ġermaniż u għalhekk ukoll x'miżuri speċifiċi ttieħdu biex tiġi riformata u emendata l-politika turistika tal-Gvern u ta' l-NTOM minn Novembru 1996 sal-lum?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jista' l-Onor.", "Interpellant jispeċifika għall-liema entitajiet qed jirriferi?", "ŻEJTUN - ATTI TA' VANDALIŻMU", "5554.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi rapporti min-naħa tal- Kunsill Lokali taż-Żejtun lill-pulizija rigward atti ta' vandaliżmu li saru fil-Ġnien tal-Kmand u fil-Ġnien Luqa Briffa ġewwa ż-Żejtun?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninsab informat li l-Kunsill Lokali taż-Żejtun għamel rapport lill-Pulizija rigward l-atti ta' vandaliżmu li saru fil- ġonna taż-Żejtun.", "ŻEJTUN - ATTI TA' VANDALIŻMU", "5555.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il rapport sar lill-pulizija min-naħa tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun rigward atti ta' vandaliżmu ġewwa ż-żewġ ġonna taż- Żejtun, Ġnien tal-Kmand u Ġnien Luqa Briffa?", "Meta?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kienet l-istima tal-ħsara?", "Saru xi inkjesti bil-maġistrat, jekk iva, meta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirriferi.", "ŻEJTUN - PELICAN LIGHTS", "5556.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidilna meta ħa jkunu nstallati l-pelican lights (a) fi Triq il-Barranin għal Wesgħa 25 ta' Novembru, fiż-Żejtun; u (b) f'salib it-toroq għal Bir id-Deheb ġewwa ż-Żejtun?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li billi l-istallar tal-pelican lights isir mid-Dipartiment tat-Toroq, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jagħmel din id-domanda lill-Ministru konċernat.", "SAN ĠWANN - TRIQ UGO CARBONARO", "5557.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4591, magħmula minni u r-risposta mogħtija minnu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'jista' jsir dwar iż-żewġ siti in kwestjoni ġaladarba dawn huma koperti b'permessi tal-bini?", "Jistgħu jittieħdu passi biex dawn iż-żewġ siti jiġu demoliti peress li issa ilhom żmien twil fi stat ta' abbandun totali, jew li jittieħdu passi sabiex jitkompla x-xogħol fuq dawn is-siti?", "Fil-frattemp jista' jgħidilna x'jista' jsir biex dawn is- siti ma jibqgħux iservu għal diversi abbużi inklużi abbuż ta' droga?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi dawn iż-żewġ siti ġaladarba huma koperti b'permessi tal-bini ma jistgħux jitwaqqgħu sakemm ma' ssirx applikazzjoni mis-sidien biex jittieħdu passi f'dan ir-rigward.", "Rigward abbużi f'dawn is-siti nissuġġerixxi li l-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.", "KOPERATTIVI", "5558.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk fid- dipartimenti li jaqgħu taħtu, hemmx ħaddiema li jixtiequ jifformaw koperattivi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm sezzjoni waħda li tidher li fiha hemm interess li tifforma koperattiva fil-futur.", "TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - PERITI", "5559.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti għall-postijiet ta' \"Perit u Perit Junior fit-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni\"?", "(Gazzetta tal-Gvern 11/2/97)", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' l-applikazzjonijiet għall post ta' perit u perit Junior fit-Taqsima tax-Xogħlijiet kien ta' tnax (12).", "Tmienja minn dawn waslu tard u għaldaqstant ma jistgħux jiġu kkonsidrati.", "It-tagħrif mitlub jidher hawn taħt:-", "Post ta' Post ta' Rimarki Perit Perit Junior", "Jikkwalifikaw u 4 _ waslu fil-hin", "Jikkwalifikaw izda 2 1 waslu tard _ *1 * ma ghandux degree Ma jikkwalifikawx u waslu tard - **4 ** ghadhom ma gradwawx", "P.A. - PROĠETT TA' BUĠIBBA", "5560.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-applikazzjonijiet li saru lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn dipartimenti dwar il-proġetti f'Buġibba bid-data ta' meta daħlu quddiem l-imsemmija awtorita' u bid-data ta' l-approvazzjoni?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm baqa' applikazzjonijiet pendenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tabella bl-applikazzjonijiet kollha li saru għall- proġett ta' Buġibba bid-dati relevanti murija tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "IMPJIEGI", "5561.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra globali tan-nies li ġew maqtugħa mill- ewwel parti tar-Reġistru bejn Novembru 1996 u April 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li ġew maqtugħa mill-ewwel parti tar-Reġistru huwa kif ġej:", "|Xhur |Nies maqtugha | | |mill-ewwel | | |parti | | |tar-Registru | |Novembru 1996 |92 | |Diċembru 1996 |57 | |Jannar 1997 |151 | |Frar 1997 |137 | |Marzu 1997 |83 | |April 1997 |163 |", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5562.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nies li kienu jirreġistraw fit- tielet parti tar-Reġistru bejn Novembru 1996 - April 1997 xahar b'xahar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li kienu jirreġistraw fit-tielet parti tar-Reġistru kien kif ġej:", "|Xhur |Registrant| | |i fuq | | |it-Tielet | | |Parti | |Novembru |431 | |1996 | | |Dicembru |485 | |1996 | | |Jannar |417 | |1997 | | |Frar |409 | |1997 | | |Marzu |382 | |1997 | | |April |378 | |1997 | |", "EDUKAZZJONI - HEALTH PSYCHOLOGY", "5563.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jeżisti l-post fil-Health Psychology li dwaru deher avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Mejju, 1997 (paġna 2996)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VALLETTA - TRIQ SAN KRISTOFORU - FOND NRU.", "177/7", "5567.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid jistax il-fond vakant dan l-aħħar bl-indirizz 177/7, St. Christopher Street, Valletta jiġi riżervat għal każ ta' mard peress li f'dawn l-appartamenti hemm il-faċilita' ta' lift?", "Fil-każ, nitlob lill- Ministru jikkonsidra l-każ H 11322 u fl-opinjoni tal-konsulenti mediċi fl- isptar San Luqa hu ta' gravita' kbira.", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Għaddejt il-mistoqsija lid-Direttur għall- Akkomodazzjoni Soċjali biex jinvestiga l-fond indikat huwiex vojt u wara jikkonsidra l-applikazzjoni ma' oħrajn mill-Belt ta' applikanti li għandhom bżonn post bla taraġ.", "DJAR - H 11322", "5568.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Il- fond bl-indirizz 221c/1, Republic Street, Valletta hu taħt ir- responsabbilta' ta' l-Uffiċċju Konġunt?", "Jekk fl-affermattiv, jista' dan il- fond bi ftit taraġ jiġi riservat għal każ ta' mard, u dan, wara li l-policy tal-Gvern ġiet definita wara mistoqsija parlamentari mwieġba mill-Ministru fis-Seduta tas-6 ta' Mejju, 1996?", "Fil-każ, nitlob lill-Ministru jikkonsidra l-każ bil-file No. H 11322 li fl-opinjoni ta' konsulenti mediċi fl-iSptar San Luqa hu ta' gravita' kbira?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Il-fond in kwestjoni se jiġi trasferit mill- Uffiċċju Konġunt lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali biex jiġi allokat skond il-kriterji stabbiliti, inklużi dawk msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5254.", "Dwar ir-riferenza għall-mistoqsija tas-6 ta' Mejju 1996, l-Onor.", "Membru huwa mitlub ikun aktar speċifiku.", "DJAR - H 11322", "5569.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-fond vojt fil-pjan terran bl-indirizz 188E, St Ursula Street, Valletta jiġi riservat għal każ ta' mard, u dan, wara li l-policy tal-Gvern ġiet definita wara mistoqsija parlamentari mwieġba mill-Ministru fis-Seduta tas-6 ta' Mejju, 1996?", "Fil-każ, nitlob lill-Ministru jikkonsidra l-każ bil- file No. H 11322 li fl-opinjoni ta' konsulenti mediċi fl-iSptar San Luqa hu ta' gravita' kbira?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi lid-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali ma jirriżultalux illi l-fond huwa vojt.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "GOZO CHANNEL - PASSIĠĠIERI", "W608.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 4555, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li għamlu użu mis-servizz tal-Gozo Channel fil-perjodu ndikat għall-1997 u għall- istess perjodu fl-1996?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-passiġġieri b'residenza f'Malta, b'residenza f'Għawdex u barranin matul l-istess perjodi?", "Matul l-istess żmien i.e.", "Frar, Marzu u mill-1 sas-27 ta' April, kemm kien in-numru ta' vetturi li qasmu din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant huwa kif ġej:-", "|1996 |Frar |Marzu|01-27 | | | | |ta' | | | | |April | |GĦawdxin |26,460|34,91|27,100 | | | |6 | | | | | | | |Residenti |15,049|19,67|32,334 | |Maltin | |8 | | | | | | | |Turisti |30,458|40,70|43,141 | | | |9 | | | | | | | |Vetturi |16,196|22,03|22,374 | | | |8 | | | | | | |", "|1997 |Frar |Marzu|01-27 | | | | |ta' | | | | |April | | | | | | |GĦawdxin |- |26,08|23,793 | | | |4 | | | | | | | |Residenti|- |74,50|87,768 | |Maltin/ | |2 | | |Turisti | | | | | | | | | |Vetturi |- |20,31|18,836 | | | |1 | | | | | | |", "Jiena nformat ukoll li għad m'hemmx statistika dettaljata fuq ix-xahar ta' Frar 1997 minħabba li kien ix-xahar fejn kien hemm bdil ta' nollijiet u li sa llum għadhom deħlin lura diversi biljetti biex jingħataw sussidju fuq il- ħlas li kien diġa sar qabel saret il-bidla.", "Barra minn hekk billi fl-1997 in-noll tal-Maltin u tat-turisti sar l-istess ma tistax issir distinizzjoni għal skop ta' statistika.", "MINISTERU TAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - HOSPITALITY SERVICES", "W609.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu hospitality services mill- Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi, dipartiment b'dipartiment fl-1995 u fl- 1996, sena b'sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "Hospitality Services 1995/1996", "|Ministeru/ |1995 |1996 Lm| |Dipartiment |Lm | | |Ministeru |3120 |8241 | |Uffiċċju |-* |45 | |tal-Kompet-izz| | | |joni Ġusta | | | |Dipartiment |776 |1242 | |ta' | | | |l-Industrija | | | |Dipartiment |211.07 |156.23 | |tal-Kummerċ | | | |Uffiċċju |xejn |11.58 | |tal-Proprjeta'| | | |Industrijali | | | |Dipartiment |-** |39.24 | |għall-Affariji| | | |et | | | |tal-Konsumatur| | | |Uffiċċju |1438 |550 | |Ċentrali ta' | | | |l-Istatistika | | | |Dipartiment |2201.45 |3168.40| |tat-Turiżmu | | |", "*L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta beda jopera fl-1996.", "**Fl-1995 id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma kienx jifforma parti mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi."]} {"filename": "19970219_033d_par.doc", "date": "1997-02-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 33 L-Erbgħa, 19 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 33 L-Erbgħa, 19 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "33", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 740", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 740", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997 747", "L-ERBATAX-IL JUM STABBILIT", "VOTI TA' L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU (KONTINWAZZJONI) 747", "AĠĠORNAMENT 783", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 783", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 787", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 32 li saret fit-19 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "KUMPANNIJI TAL-GVERN", "746.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-kumpanniji kollha li l-Gvern direttament jew indirettament permezz ta' xi korporazzjoni, kumitat jew enti oħra kkontrollata mill-Gvern, għandu sehem fihom, inklużi kumpanniji sussidjarji, u għal kull kumpannija jindika: (i) liema ministeru hu responsabbli li jinnomina l-bord tad-diretturi tal-kumpannija; (ii) id- diretturi ta' kull kumpannija; (iii) meta kull direttur ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; (iv) il-ħlas li jirċievi kull direttur; (v) allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, Telecell, driver etc) li jirċievi kull direttur u (6) minn min jiġi nominat kull direttur?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni li tikkonċerna lil dan l-Uffiċċju, jiġifieri informazzjoni li tirrigwarda responsabbiltajiet għall-kumpanniji f'termini ta' bordijiet tad- diretturi.", "MIA - MANAGEMENT BOARD", "636.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-management board ta' l-air terminal ta' Ħal-Luqa?", "Meta ġew appuntati u meta jiskadilhom iż-żmien tal-ħatra?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jiena nfurmat li l-Malta International Airport qatt ma kellha bord tal- management.", "Il-kumpanija hi preseduta minn bord ta' diretturi appuntati mill-Gvern u x-xogħol jitmexxa minn struttura ta' managers li huma mpjegati fissi tal-kumpanija.", "AGRIKOLTURA - BORD NAZZJONALI", "637.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ- Chairman u l-membri tal-Bord Nazzjonali tal-Biedja?", "Jista' jgħid kemm jitħallsu u x'inhi l-funzjoni ta' dan il-Bord?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Il-Bord Nazzjonali tal- Biedja, jew kif kien magħruf aħjar il-Bord Konsultattiv Nazzjonali dwar l- Agrikoltura, li kien kostitwit fl-1 ta' April 1991 kien ġie aġġornat sine die fit-8 ta' April 1994.", "Minn wara l-aħħar seduta tat-8 ta' April, 1994 dan il-Bord ma kienx ġie rikostitwit għas-snin 1995 u 1996.", "Ic-Chairman u l-membri tal-bord sat-8 ta' April 1994 kienu:", "Chairman: Is-Sur Oliver Vella Membri: Is-Sur Valhmor Borg,Is-Sinjura Mary Buhagiar, Is-Sur Joseph Debattista NDA,ND,Agric E,Is-Sur Lino Delia BA (Hons), MA,M.Litt(Oxon),Is- Sur Silvio Loporto,Prof.Joseph A.Micallef,LL.D,Dr.Jur.(EUR) ,Dr.Calcidon Zammit, MD, Rappreżentant ta' l-EU Directorate.", "Segretarju: Is-Sur Joe Galea", "Il-membri ta' dan il-bord kienu jiltaqgħu mingħajr ħlas.", "Il-funzjonijiet ta' dan il-bord kienu li jagħti parir lill-ministru dwar dak li hu meħtieg għall-iżvilupp tal-biedja, għall-progress ekonomiku ta' dan is-settur, u għall-progess socjali tal-bdiewa bħala produtturi ewlenin fl-attivita' ekonomika.", "Il-bord kien żamm numru ta' seduti dwar suġġetti varji, biss xejn ma kien ġie finalizzat għax hu mifhum li l-operat tal-bord ma setax iħalli riżultati konkreti u pożittivi.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWEĠIJIET", "638.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żweġijiet tul is-snin 1990-1996, sena b'sena?", "Tul l-istess perijodu, kemm kien hemm li żżewġu barranin?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Mill-1990 sa l-1996, f'Malta saru dawn iż-żweġijiet:", "1990...........2305 1991...........2372 1992...........2175 1993...........2291 1994...........2299 1995...........2145 1996...........2170", "Sa l-1994 ma setgħetx tinżamm statistika dwar in-nazzjonalita' tal-persuni li żżewġu Malta għaliex l-Atti taż-Żwieġ ma kenux jagħmlu riferenza għal dan.", "Għaldaqstant, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-1995 saru 247 żwieġ filwaqt li fl-1996 saru 292 żwieġ bejn Maltin u barranin.", "IMWIET TA' TRABI", "639.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu trabi, jiġifieri kemm kienet l-infant mortality, tul is-snin 1990-1996, sena b'sena?", "Kemm twieldu trabi tul is-snin 1990-1996, sena b'sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Ninsab informat li l-istatistika nazzjonali fuq it- twelid mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinġabar mill-Ufiċċju Ċentrali ta' l- Istatistika.", "Dan għaliex mhux it-twelid kollu jseħħ fi sptarijiet tal- gvern.", "L-istatistika nazzjonali fuq l-imwiet tinġabar mid-Diviżjoni tas-Saħħa abbażi taċ-ċertifikati tal-mewt li tgħaddi lill-Uffiċċju Ċentrali ta' l- Istatistika.", "|Sena |Trabi|Trabi|Trabi li| | |li |li |mietu | | |twiel|twiel|qabel ma| | |du |du |għalqu | | |ħajji|mejta|sena | | |n | | | |1990 |5368 |32 |49 | |1991 |5302 |26 |51 | |1992 |5474 |21 |59 | |1993 |5147 |25 |42 | |1994 |4826 |37 |44 | |1995 |4615 |17 |41 | |1996 |3407 |20 |33 | |(sa | | | | |Settem| | | | |bru, | | | | |proviż| | | | |orji) | | | |", "Iċ-ċifri ta' infant mortality - imwiet fl-ewwel sena - jinkludu r- reġistrazzjonijiet kollha, inkluż dawk ta' trabi li twieldu qabel egħluq it- 28 gimgħa tat-tqala jew taħt il-piż ta' 1000 gramma.", "L-Għaqda Dinjija tas- Saħħa tirrikmanda li għall-għanijiet ta' paraguni ma' pajjiżi oħra dawn it- trabi jiġu esklużi mill-istatistika.", "TELEMALTA - TELEFON", "640.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies li għandhom servizz tat-telefon?", "Kemm minnhom għandhom servizz tat- telefon għal skop kummerċjali u kemm għandhom is-servizz għal skop residenzjali?", "Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għall-istallazzjoni tat-telefon?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): In-numru ta' linji diretti tat- telefon li kien hemm jaħdmu sa-6 ta' Jannar 1997 kien ta' 180,608.", "Dawn il-linji huma mqassma kif jidher hawn taħt:-", "Linji ghal skop kummercjali 32,370 Linji ghal skop residenzjali 139,539 Linji tad-Dipartimenti tal-Gvern 4,810 Linji wzati mill-Korporazzjoni Telemalta u ohrajn 3,889 Total 180,608", "Fis-6 ta' Jannar 1997, in-numru ta' applikazzjonijiet għall-istallazzjoni tat-telefon kien ta' 1,808.", "GNP AT CONSTANT PRICES", "641.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-Gross National Product at constant prices per capita tul is-snin 1990-1996, sena b'sena?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Il- Gross National Product at constant prices per capita tul is-snin 1990-1996, sena b`sena, kien kif jidher f`din it-tabella: Lm 1990 1152 1991 1199 1992 1230 1993 1262 1994 1282 1995 1380 1996 (Jan-Sept) 994", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn id-dettalji huma pubbliċi u jistgħu jinkisbu min-National Accounts jew mill-Economic Survey.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "2712.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għaċ-ċifri tal-qgħad li jiġu ppubblikati minn żmien għal żmien, jista' l-Ministru jagħti tagħrif liema tip ta' xogħol qed jitolbu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "Xi training speċifiku qed tagħti l-ETC għal dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "Hemm xi training li huwa compulsory għal dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): In-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sa Novembru 1996, maqsuma skond il- kategorija tax-xogħol li qed jirreġistraw għaliha, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, il-Korporazzjoni tagħti taħriġ f`mhux inqas minn 60 kors differenti ta' taħriġ, li għalihom attendew 'il fuq minn 7,000 persuna bejn Ottubru 1995 u Settembru 1996, filwaqt li minn Ottubru 1996 sa l-aħħar ta` Jannar 1997 diġa' tħarrġu aktar minn 2,000 persuna.", "Dawn il-korsijiet ivarjaw minn taħriġ għal xogħol klerikali għal dak ta' snajja'.", "Kull min jirreġistra għax-xogħol bil-liġi hu obbligat li jattendi għat- taħriġ provdut mill-Korporazzjoni biex b'hekk itejjeb iċ-ċans li jsib impjieg.", "Kull min jirreġistra u jonqos li jattendi taħriġ mingħajr raġuni valida, jinqata' minn fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jagħti l-figura ta' kemm kienu qed jirreġistraw nies fix-xahar ta' Diċembru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jekk tagħmilli domanda speċifika bil-miktub inkun nista' nirrispondik.", "ŻEJT - IMPORTAZZJONI", "2713.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġie importat żejt matul l-1996?", "Minn liema pajjiżi ġie mportat dan iż-żejt?", "Sar, jew se jsir, xi tibdil fir- rigward tal-pajjiżi li minnu se jiġi mportat iż-żejt matul l-1997?", "Xi kwantita' ta' żejt hija mistennija li tiġi mportata matul l-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Kummerċ): Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li matul is-sena 1996 l-importazzjoni tal-prodotti tal-petroleum kienet ta` 855,000 tunellata.", "Matul Jannar 1997, iż-żejt inxtara mis-suq u ġie importat mil-Litwanja, l- Italja u l-Greċja.", "Il-kwantita' ta' żejt li mistennija tiġi importata matul is-sena 1997 hija ta` madwar 850,000 tunellata.", "SKEJJEL - SAN PAWL IL-BAĦAR", "2714.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 63 dwar l-iskola ta' San Pawl il-Baħar, jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar meta tfasslu l-pjanti meħtieġa, meta saret l- applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jekk inħareġ, meta nħareġ il- permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "F'liema stadju ta' preparazzjoni tinsab it-tender dwar dan ix-xogħol?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-pjanti meħtieġa għall-estensjoni ta' l-iskola ta' San Pawl il-Baħar tfasslu matul l-1996, l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar saret f'Settembru ta' l-1996 filwaqt li l-permess ġie approvat f'Jannar ta' din is-sena.", "Fil-preżent qiegħed jitħejja d-dokument tat-tender biex jiġi ppubblikat lejn nofs Marzu.", "Ix-xogħol hu mistenni li jibda f'Mejju ta' din is-sena.", "ILO - KONVENZJONIJIET", "2715.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema konvenzjonijiet ta' l- InternationalLabour Organisation ġew ratifikati minn Malta kemm ilha membru ta' din l-organizzazzjoni?", "Meta ġew ratifikati dawn il-konvenzjonijiet?", "Hemm xi konvenzjonijiet oħra li fil-preżent qed jiġu kkonsidrati għar- ratifika?", "Jekk iva, liema huma, u meta hu mistenni li jiġu ratifikati?", "X'effett mistenni li tħalli r-ratifikazzjoni ta' aktar konvenzjonijiet ta' l-ILO fuq id-drittijiet tal-ħaddiema?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konvenzjonijiet tal-ILO li ġew ratifikati minn Malta minn mindu saret membru ta' din l-organizzazzjoni, jiġifieri mill-1965.", "B`kollox ġew ratifikati 56 konvenzjoni li 50 minnhom huma fis-seħħ.", "F`Ottubru 1996 ma kien hemm ebda ħsieb biex jiġu ratifikati konvenzjonijiet ġodda.", "Malta hija fost il-pajjiżi li diġa ratifikaw ħafna konvenzjonijiet u meta wieħed iqis ukoll li Malta ratifikat konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn, bħalma hija is-Social Charter, allura ma jidhirlix li aħna qegħdin lura f`dan ir-rigward.", "Il-konvenzjonijiet tal-ILO m'humiex parti mil-leġislazzjoni ta' Malta u għalhekk ir-ratifika tagħhom ma żżid xejn fid-drittijiet tal-ħaddiem tagħna.", "Pero' mill-banda l-oħra qegħdin isiru sforzi biex tkompli titjieb il-qagħda tal-ħaddiema tagħna u r-ratifika ta' konvenzjonijiet ġodda internazzjonali tiġi kkonsidrata meta jkun il-waqt.", "FAĊILITAJIET TURISTIĊI", "2716.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk il-faċilitajiet turistiċi bħal, guest houses, lukandi, restaurants u faċilitajiet oħra, li fihom il- gvern għandu xi sehem?", "Kemm hemm ħaddiema f'dawn il-postijiet?", "X'investiment ġdid hu mistenni li jkun hemm f'dawn il-faċilitajiet matul il-ħames snin li ġejjin?", "Jekk se jsir dan l-investiment, x'effett mistenni li jkun hemm fuq in-numru ta' impjegati li jaħdmu f'dawn il-faċilitajiet?", "Xi qligħ kellha kull waħda minn dawn il-faċilitajiet matul l-1996?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru koncernat.", "SKEJJEL TAS-SNAJJA' - STUDENTI", "2717.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm żgħażagħ jattendu l-iskejjel tas-snajja' u liema huma dawn l-iskejjel?", "X'korsijiet qegħdin isegwu dawn l-istudenti?", "Hemm xi ħsieb li jsir xi tibdil fis-syllabus ta' dawn l-iskejjel b'mod li jiżdied is-sehem tat-tagħlim akkademiku li ma jkunx marbut direttament mas- sengħa li tkun qed tiġi mgħalma?", "Jekk iva, meta mistenni li jiġi fis-seħħ dan il-bdil fis-syllabus?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Eduazzjoni u Kultura Nazzjonali): Fir-riforma ta' l-ewwel sentejn tal-kors fl-iskejjel tas- snajja' li ġiet mnedija mill-Aministrazzjoni ta' qabel, f'Settembru 1995, u li tkun spiċċat l-ewwel fażi ta' implimentazzjoni tagħha f'Lulju 1997, kien ġie stabbilit proporzjon ta' suġġetti akkademiċi għal mat-tagħlim ta' technology education.", "Hemm tmien lezzjonijiet minn 35 lezzjoni fil-ġimgħa dedikati għal dan is-suġġett.", "Is-suġġetti l-oħra huma ta' natura akkademika, fis-sens li jistgħu jwasslu għal eżamijiet tal-SEC fil-każ ta' individwi li jippromettu.", "Dan kollu kien ġie spjegat f'rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Ottubru 1993 minn Dr. Ugo Mifsud Bonniċi, Ministru ta' l-Edukazzjoni ta' dak iż-żmien.", "Għadu kmieni wisq sabiex jerġa' jiġi kkonsidrat xi tibdil fis-sistema rigward il-proporzjon tas-suġġetti, anke kieku dan kien desiderabbli.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti ta' din il-mistoqsija.", "MALTA RACING CLUB", "3004.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jikkonferma l-Ministru li l-membri tal-kumitat tal-Malta Racing Club ta' qabel ħadmu b'mod volontarju, jiġifieri bla ħlas?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-membri l- ġodda esprimewx il-fehma li jaħdmu bi ħlas?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Kuntrarju għal dak li ġie ndikat, jien informat li l-membri tal-kumitat tal-Malta Racing Club kienu jirċievu allowance fix-xahar.", "B'deċiżjoni li ttieħdet fil-laqgħa tal-kumitat tas-17 ta' Settembru 1996, il-ħlas ta' l-allowance kien ġie sospiż temporanjament, għallanqas sakemm jiftaħ l-istaġun tat-tiġrijiet u ċ-chairman ingħata d-dritt jiddeċiedi fid- diskrezzjoni tiegħu meta jerġa' jibda jsir dan il-ħlas.", "Il-membri l-ġodda se jiġu allokati doveri speċifiċi u, l-istess bħalma kien isir qabel, se jkun hemm il-bżonn li huma jattendu l-Malta Racing Club għal ħafna ħin, kemm matul il-ġimgħa kif ukoll fi tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi.", "Għaldaqstant, il-kumitat iddeċieda li l-pożizzjoni ma tinbidilx.", "MALTA RACING CLUB", "3005.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-membri li jirrappreżentaw is-sidien taż-żwiemel fuq il-kumitat tal-Malta Racing Club spiċċaw b'vot wieħed fil-kunsill?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-informazzjoni li għandu l-Onor.", "Interpellant hija żbaljata għax il-membri li jirrappreżentaw lis-sidien taż-żwiemel fuq il-kumitat tal- Malta Racing Club għandhom vot kull wieħed.", "MALTA RACING CLUB", "3026.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-responsabbilta' tal-logħob fuq l-idejn fuq it-tlielaq taż-żwiemel fil-Marsa hijiex tal-Pulizija jew tal-Kumitat tal-Malta Racing Club?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-logħob klandestin hi attivita' kriminali u hu fl-interess ta' kulħadd li dan it-tip ta' logħob jinqata'.", "L-intenzjoni tal-kumitat hi li jaħdem id f'id ma' l-awtoritajiet konċernati biex dan it-tip ta' logħob jonqos u biex jittieħdu passi kontra n-nies li jipparteċipaw f'din l- attivita' kriminali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm ma niffrekwantax il-korsa tal-Marsa, sa fejn naf jiena hemm ukoll ċertu logħob li huwa legalizzat, u allura iktar u iktar huwa importanti li ma jsirx logħob klandestin f'kompetizzjoni mal- logħob legali li jista' jsir fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Marsa.", "Jista' l-Ministru jieħu passi biex forsi tiżdied l-enforcement ħalli ma jsirx logħob illegali ġaladarba għal min irid jilgħab hemm rimedju legali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan is-suġġeriment se jiġi kkonsidrat flimkien ma' suġġerimenti oħra.", "MALTA RACING CLUB", "3027.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'esperjenza għandhom l-uffiċjali u l-membri tal-kumitat tal-Malta Racing Club u jassigura li m'hemmx konflitti ta' interessi fl-istess kumitat?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-uffiċjali u l-membri kollha tal-kumitat tal-Malta Racing Club għandhom esperjenza fl-isport ekwestriju u barra minn hekk sitta mill- membri diġa' servew qabel fuq il-kumitat.", "Jien informat li l-kumitat ġie fformat b'tali mod li jkun jista' jsolvi l-problemi eżistenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Ministru jgħid x'esperjenza għandhom f'dan il- qasam il-membri li ġew nominati mill-Gvern?", "Dawn huma sidien ta' żwiemel, ġerrejja jew inkella jiffrekwentaw il-korsa tal-Marsa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li m'iniex intiż f'dan l-isport ma nistax ngħidlek x'esperjenza għandhom u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija ad hoc lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali li jkun f'pożizzjoni li jagħtih tweġiba.", "SPORT - KORSA TAŻ-ŻWIEMEL", "3028.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'policy għandu dwar is-soluzzjoni tal-problemi fil-korsa tal-Marsa?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Napprezza ħafna jekk l-Onor.", "Interpellant jindikali dawn il- problemi li qed jgħid li hemm fil-korsa tal-Marsa.", "MALTA RACING CLUB", "3029.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jidhirlux l-Ministru li l-mod kif ġew maħtura l-membri tal-Malta Racing Club u l-istess għażliet li saru mis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Joe Cilia jindikaw politiċizzazzjoni ta' dan l-isport?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-Gvern preżenti jqis l-isport in ġenerali 'l fuq mill- politika partiġjana u jistieden lill-Membri ta' l-Oppożizzjoni biex jgħinuh jimxi f'din id-direzzjoni u ma jdaħħlux politika partiġjana fejn m'hemmx lokha.", "TARXIEN: TRIQ ĠUŻE' D'AMATO - DAWL", "3109.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jieħu ħsieb li tiżdied il-provvista tad-dawl fi Triq Ġuże' D'Amato, Ħal Tarxien peress li dan in-nuqqas ta' dawl hu ta' periklu kemm għan-nies kif ukoll għat-traffiku?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- prijoritajiet tal-Korporazzjoni Enemalta meta tiġi biex tipprovdi dawl fit- toroq u postijiet fil-beraħ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar dawl qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "Il-prijoritajiet għall-provvista ta' dawl fuq barra - street lighting - huma bbażati fuq kriterji tekniċi li jridu jaqdu l-ħtiġijiet ta' dawl adegwat mal-pajjiż kollu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid, anke f'xi okkażjoni oħra, kif inhuma l-prijoritajiet għall-provvista ta' dawl, belt b'belt, u raħal b'raħal, f'Malta u Għawdex?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li dan hu daqsxejn diffiċli għax dawn il- prijoritajiet jinbidlu skond iċ-ċirkostanzi.", "QRATI - TESTMENTI SIGRIETI", "3115.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2730 dwar dewmien mis-Sekond'Awla dwar ħruġ ta' ċertifikati ta' testmenti sigrieti u t-tweġiba mogħtija għaliha fis-seduta tat-Tlieta, 11 ta' Frar - fejn fil- fatt il-Ministru ma weġibx kif mistenni dwar liema xogħol tlesta u meta tlesta - jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għadhom pendenti, x'data ġiet komputerizzata s'issa u x'għad jonqos isir f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fit-18 ta' Frar 1997 kien hemm tliet talbiet pendenti li issa qed jiġu mdaħħla fil-computer u allura x-xogħol jinsab aġġornat.", "JOINT OFFICE - PROFESSIONAL SERVICES", "3163.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jispjega kif se tintnefaq iż-żieda ta' Lm35,000 li hemm bejn l- estimi ta' l-1996 u dawk ta' l-1997 taħt il-Vot tal-Joint Office għal dawk li huma professional services?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Jien informat li ż-żieda ta' Lm35,000 li hemm bejn l-estimi ta' l-1996 u dawk ta' l-1997 taħt il-Vot tal-Uffiċċju Konġunt għal dawk li huma professional services hija maħsuba sabiex jekk ikun hemm il-ħtieġa jiġu utilizzati s-servizzi ta' avukati biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet dwar l-iskemi għal fidi ta' ċnus u ta' xiri ta' postijiet residenzjali.", "Għad hemm il-ħsieb ukoll li jiġu utilizzati s-servizzi ta' aktar nutara biex jitħaffef il-proċess ta' reġistrazzjoni mar-Reġistru ta' l-Artijiet ta' proprjetajiet li kienu ta' l-entijiet ekklesjastiċi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "L-ERBATAX-IL JUM STABBILIT", "VOTI TA' L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU (KONTINWAZZJONI)", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mid-19 ta' Frar, 1997", "THE CHAIRMAN: Illejla l-Kumitat għandu quddiemu l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni dwar il-voti ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Skond il-ftehim milħuq il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni u peress li matul is- seduta ta' dalgħodu l-Gvern ħa 72 minuta u l-Oppożizzjoni ħadet 103 minuti, il-Gvern issa fadallu 105 minuti u l-Oppożizzjoni fadlilha 74 minuta.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Pullicino", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, tema oħra li taqa' taħt l- Uffiċċju tal-Prim Ministru hija t-Teknoloġija ta' l-Informatika.", "F'dan il- qasam, li ċertament huwa ta' importanza, hemm il-Management Systems Unit jew inkella l-MITTS, kif jidher li se tibda tiġi msejħa.", "L-MSU, kif se nibqa' nirreferi għaliha fl-intervent tiegħi, hija organizzazzjoni importanti ħafna li tgħidx kemm smajna kritika fuqha, kemm meta l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni kif ukoll meta tela' fil-Gvern.", "Fil-fatt, ftit ġranet wara r-rebħa tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru kkummissjona rapport, liema rapport, fl-opinjoni tiegħi, sar b'mod verament superfiċjali u mimli kontradizzjonijiet u jien Sur President, se nagħti biss tliet eżempji biex nuri kemm verament dan huwa minnu.", "L-ewwel eżempju hu li l-kittieb, Alfred Mifsud, sawwar ir-rapport fuq numru ta' laqgħat li kellu ma' numru żgħir ta' nies u dan, skond ma qal hu, minħabba l-ħin limitat li kellu.", "Per eżempju, is-Sur Mifsud iltaqa' mal- konsulent barrani, Tony Walsh, u tant emmen dak kollu li qallu li f'paġna 22 tar-rapport kiteb li dan:", "\".... huwa kompetenti għaliex waqaf jimpjega barranin u jippreferi aktar lill-Maltin.\".", "Tony Walsh tant impressjona lis-Sur Mifsud li kien hu li rrakkmanda li dan jitħalla bħala system development manager.", "Pero', kieku ċċekkja l-fatti kien isib li dak li qallu Tony Walsh ma kienx veru iżda s-Sur Mifsud ħa l- kelma tiegħu u ħarbixha fir-rapport.", "Appena daħal ic-chief executive l- ġdid, is-Sur Emmanuel Camilleri, mar fuqu Tony Walsh u qallu li kien se jimpjega ħames barranin oħra.", "Is-Sur Camilleri effettivament ġie jaqa' u jqum minn x'kien irrakkmanda s-Sur Mifsud fuq Tony Walsh għax b'daqqa ta' pinna mhux talli ma ħallihx jimpjega aktar barranin talli temmlu l- kuntratt, qaċċtu 'l barra u addio l-kliem sabiħ tas-Sur Mifsud!", "Niġi issa għat-tieni eżempju, Sur President.", "Ir-rapport ikkritika lill- MSU għax kienet organizzazzjoni barra mill-qafas taċ-Ċivil iżda imbagħad, aktar tard fl-istess rapport, is-Sur Mifsud stess jammetti li m'huwiex faċli li tintegra organizzazzjoni bħal din fiċ-Ċivil.", "Jien għad irrid insib kontradizzjoni akbar minn din!", "Niġi issa għat-tielet eżempju.", "F'xi disa' partijiet differenti tar- rapport tiegħu, is-Sur Mifsud ikkritika l-lussu u l-extravaganza ta' Villa Portelli.", "Ikkritika wkoll il-fatt li l-head office kien il-Kalkara u l- kumplament ta' l-uffiċini kienu l-Blata l-Bajda.", "Dan huwa verament argument tat-tfal!", "Possibbli li s-Sur Mifsud jikkritika dan meta llum qegħdin fl-era tal-komunikazzjoni, aktar u aktar, meta l-organizzazzjoni hija waħda bbażata fuq it-teknoloġija ta' l-informatika!", "Dan ikompli jgħid li s-Sur Joe Tabone kellu uffiċċji lussużi u hawn jiena nistaqsi: Jekk l- uffiċċju li kellu s-Sur Joe Tabone kien lussu, x'jista' jingħad għal dak li għandu llum is-Sur Emmanuel Camilleri!", "Hu u l-erba' segretarji li għandu qegħdin jokkupaw kważi sular sħiħ f 'Gattard House.", "Minn din biss ma nistax nikkonkludi li s-Sur Camilleri huwa cost effective.", "X'ġara mill-MSU wara li għaddew kważi erba' xhur minn mindu ħareġ ir- rapport?", "Illum għandna organizzazzjoni li m'hijiex motivata u għalhekk inħeġġeġ lill-Prim Ministru jerġa' jmur ikellem lill-ħaddiema ħalli dawn jgħidulu x'tip ta' organizzazzjoni hemm.", "Qed jiġri li kull meta tintalab direzzjoni mingħand iċ-chief executive, dan ikun pront iwieġeb: Issa ngħadduha mid-decision making process.", "Dan bil-konsegwenza li dik il- kwestjoni tibqa' ma tingħata direzzjoni qatt.", "Barra minn hekk ħadd għadu ma jaf xejn fuq kif se ssir ir-reorganisation.", "Per eżempju, jista' l-Prim Ministru jillumina lill-programme managers kif se jiġu ntegrati fiċ-Ċivil?", "Dawn se jingħataw iċ-ċans japplikaw għall- promotions fiċ-Ċivil ukoll ġaladarba qed jingħad li se jiġu ntegrati maċ- Ċivil?", "Mr Chairman, jidher ukoll li lis-Sur Emmanuel Camilleri jew diġa' ma sabuhx effettiv biżżejjed jew inkella riedu jikkontrollawlu ġwinħajh.", "Għax kif tista' tispjega l-fatt li diġa' ħassew il-bżonn li jitwaqqaf executive committee bi tliet diretturi, żewġ managers u c-chief executive nnifsu?", "Il- ħaddiema kollha jafu li hemm antagoniżmu kbir bejn ic-chief executive u c- chairman.", "Sur President, fatt ieħor inkwetanti huwa kif ċerti ħaddiema f'daqqa waħda qed jiġu mgħollija 'l fuq bi speed fenomenali.", "Biex nagħti eżempju wieħed ngħid li persuna li kienet taħdem bħala telephone operator, li kumbinazzjoni hija n-neputija ta' l-ex-driver ta' l-ex-Kap ta' l- Oppożizzjoni, illum assistent tiegħu, is-Sur Emanuel Camilleri l-ewwel kien se jpoġġiha taħdem fuq l-istrateġija ta' l-MSU pero' meta mbagħad ġie ssikkat minn fuq għamilha segretarja fl-uffiċju tiegħu.", "Jiena nistaqsi: Veru jew mhux veru li lanqas ħarġet call for applications imqar interna?", "Punt ieħor li jħassibni ġej mill-fatt li l-MSU bdiet tagħmel xogħol ta' konsulenza lill-banek bħal, per eżempju, il-Mid-Med Bank.", "Dan it-task ma jidher imkien fil-mission statement ta' l-MSU.", "Jien nistaqsi: Din hija l- pluralita' li għandu jkollha l-MSU, jew forsi l-MSU qed tibda taħseb biex tagħmel profitti billi tikkompeti ma' kumpanniji privati ta' konsulenza?", "Ngħid jien, mhux aħjar kieku l-MSU tikkonċentra fuq ix-xogħol ta' riformi ta' l-istess Ċivil!", "Sur President, għandna partit li tela' fil-poter bis-slogan \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" imma mbagħad meta tara l-MSU llum x'qiegħda twettaq issib li l- aktar proġetti li seta' jibbenefika minnhom iċ-ċittadin b'mod dirett, bħalma huma l-government on-line projects, tpoġġew fuq l-ixkaffa.", "Malli nagħti tliet eżempji ta' dawn.", "Kien hemm il-proġett tas-second generation citizen information booths fejn l-idea kienet li dawn il-booths mhux biss jagħtu informazzjoni - kif kienu sal-lum - imma li mill-belt jew raħal tiegħu ċ-ċittadin ikun jista' jieħu servizz dirett.", "Dan il-proġett issa twaqqaf totalment.", "Eżempju ieħor li juri kif il-proġetti li ċ-ċittadin seta' jiggwadanja minnhom b'mod dirett twaqqfu, huwa dak tal- komputerizzazzjoni tar-riżultati tal-patoloġija u radjoloġija fl- isptarijiet li permezz ta' din is-sistema tabib li jkun ġo kwalunkwe kamra ta' l-isptar ikun jista' jara mhux biss l-istorja ta' kull pazjent imma jara wkoll scan ta' l-X-rays li jkunu saru fid-dipartiment tar- radjoloġija.", "Kien hemm il-proġett li kien se jagħti l-faċilita' li jsiru ħlasijiet tas-servizzi soċjali diretti fil-kontijiet taċ-ċittadin mingħajr il-ħtieġa ta' ċekkijiet.", "Dawn il-proġetti ta' fejda twaqqfu kollha u għall- kuntrarju issa jidher li l-MSU qed tagħti prijorita' lill-proġetti relatati mal-ġbir tat-taxxa.", "GĦaldaqstant is-slogan \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" spiċċa \"Ċittadin Newwel\" anke fl-MSU!", "Sur President, jien inħossni preokkupat għax anke f'dan il-qasam ix- xogħol fejjiedi li kienet bdiet tagħmel l-MSU - jien ma rridx ngħid li l- MSU kienet xi organizzazzjoni perfetta - issa se jispiċċa jintrema l-baħar u għandi biża' kbir li se nerġgħu nispiċċaw fid-direzzjoni li qed taddotta l-MSU, jiġifieri li se nispiċċaw b'xi reconstruction tas-Swatar u nerġgħu nispiċċaw biss b'numru ta' adding machines sofistikati.", "Fid-diskors tal-budget, l-Onor.", "Lino Spiteri qal li s-Sur Joe Tabone, l- ex-chairman ta' l-MSU, kien imexxi l-MSU qisu d-doġe ta' Venezja.", "Jekk l- Onor. Lino Spiteri kien qed jgħid fuq il-ġmiel ta' Venezja li ħalla d-doġe, naħseb li kien kumment pożittiv vis a vis l-ex-chairman, imma l-kumment ta' l-Onor.", "Membru ċertament kien ifisser li s-Sur Joe Tabone kien imexxi b'xi id iebsa.", "Dan kien kumment inġust għall-aħħar ma' persuna li tat tant ħin u tant enerġija lill-MSU u lil pajjiżna.", "Jien nittama biss li issa l- Management Systems Unit ma tispiċċax immexxija - hawnhekk se nuża figura Taljana wkoll - minn xi persuna li tixbah lill-pagliaccio ta' Napli!", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Mr Chairman, qed inqum nitkellem biex bħala Membru ta' l-Oppożizzjoni nagħmel id-dover tiegħi u nsegwi din id-diskussjoni daqstant importanti.", "Fl-opening remarks tiegħi rrid ngħid li bl- arranġament li għamel il-Gvern il-ġdid inħoss li ma għandix interlokutur fuq in-naħa tal-Gvern kif ukoll li lanqas għandi l-ħin biex nagħmel id- dover tiegħi b'kritika kif nixtieq nagħmel jien.", "Qed ngħid dan fl-isfond tal-fatt li għal dawn l-aħħar għaxar snin dan il-Parlament kien jiddiskuti dak kollu li jaqa' taħt il-vot ta' dan l-ex-ministeru f'seduta sħiħa għax kien ikun hemm il-vot għal GĦawdex biss u b'hekk il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra kien ikollhom iċ-ċans jiflu l-items kollha elenkati taħt dak il- ministeru.", "Illum il-ġurnata dan ma jistax isir għax m'hemmx il-ħin u, nerġa' ngħid, ma nħossx li għandi l-interlokutur tiegħi fuq in-naħa l-oħra.", "Jekk niftakar sew is-sena l-oħra l-ħin li kien dovut għall-ministeru għal GĦawdex fi żmien il-budget kien ta' tliet sigħat sħaħ.", "Qed ngħid dan biex wieħed ikun jista' jasal għall-konklużjoni ta' kemm l-arranġament il-ġdid li sar minn wara l-elezzjoni 'l hawn verament ta lil GĦawdex inqas spazju f'dan il-Parlament.", "Dan minbarra li tah inqas spazju wkoll fil-qasam ta' l- amministrazzjoni tal-gvern billi għamlu inqas rilevanti u inqas importanti.", "Meta dan il-Gvern neħħa l-ministeru għal GĦawdex dan neħħa dak li kien akkwista GĦawdex, jiġifieri l-istatus u d-dinjita' tiegħu.", "Qabel Għawdex kien qiegħed f'pożizzjoni li joħroġ il-potenzjal tiegħu u kien qiegħed ineħħi dik l-immaġni li kellu qabel ta' post imwarrab mimli bi problemi kważi insuperabbli.", "Imma dan il-Gvern milli jidher ma rax dak kollu li rnexxielu jagħmel il-ministeru għal GĦawdex u allura għamel dan l- arranġament.", "Filwaqt li dan il-Gvern sab il-mod kif iżid żewġ ministri fil- Kabinett il-ġdid fl-istess ħin għoġbu jelimina lill-ministru għal GĦawdex.", "Li l-Gvern qed jibbaża l-argument tiegħu fuq il-fatt li llum GĦawdex jaqa' taħt il-Prim Ministru huwa fl-opinjoni tiegħi gimmick għax fil-verita' bħala prim ministru dan qiegħed fuq l-oqsma kollha.", "Per eżempju, meta jien kont ministru għal GĦawdex, l-Onor.", "Fenech Adami kien prim ministru ta' GĦawdex daqskemm kien il-prim ministru ta' Malta.", "X'għamel dan il-Gvern għal GĦawdex?", "Dan il-Gvern minflok ministeru għamel segretarjat parlamentari li, fl-opinjoni tiegħi, serva biex jenfasizza l-fatt li issa GĦawdex ħa demotion għax illum fil-Kabinett m'hemm l-ebda membru fuq livell ministerjali li huwa responsabbli unikament għall-affarijiet ta' GĦawdex.", "GĦawdex illum waqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien mal-PBS, mal- ħabs u ma' ruxxmata items oħra li, importanti kemm huma importanti, ċertament li m'humiex suġġetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-affarijiet ta' GĦawdex li jinkorporaw il-ħajja kollha ta' komunita' sħiħa li qiegħda tgħix fi gżira maqtugħa għaliha.", "Allura wieħed mill-ewwel jifhem li s-sitwazzoni ta' GĦawdex issa iċċajpret u ħadet daqqa ta' ħarta.", "Il-fatt li GĦawdex ma baqagħlux il-ministru tiegħu rrifletta ruħu bis- sħiħ fuq dak li ġara fuq il-kwestjoni riċenti tal-Gozo Channel Co. Ltd.", "Il- mod kif il-Gvern tratta din il-kwestjoni juri nuqqasijiet kbar minħabba li fil-Kabinett m'hemmx membru minn GĦawdex li jista' jiftaħ għajnejn il-Gvern u jekk ikun il-każ jirreżisti għal deċiżjonijiet li jkunu se jkunu se jħallu dannu kbir fuq GĦawdex u eventwalment fuq il-pajjiż kollu kemm hu.", "Jiena ngħid li dan l-istat ta' fatt lil GĦawdex umiljah għaliex poġġih f'pożizzjoni differenti minn dik li kellu qabel.", "GĦawdex ġie fil- pożizzjoni li ħaddieħor qed jiddeċiedi għalih mingħajr ma jikkonsultawħ u allura hawnhekk naraw li l-prinċipju tas-sussidjarjeta' ntilef bl-aktar mod ċar u lampanti.", "Ngħid ukoll li bħala membru ta' din il-Kamra u bħala ċittadin li noqgħod GĦawdex, il-mod kif dan il-Gvern impona n-nollijiet, tista' tgħid, mil-lum għal għada fuq il-vapuri li jbaħħru bejn Malta u GĦawdex issorprendieni u offendieni.", "L-iktar li offendieni huwa l-mod arroganti li bih saret l- operazzjoni għax b'din l-operazzjoni kollha l-Gvern wera kemm m'huwiex konxju u sensittiv u kemm għadu ma għarafx li l-passaġġ bil-baħar bejn Malta u Għawdex huwa l-highway tagħna l-Għawdxin u minnha tiddependi il- ħajja jew il-mewt ta' Għawdex.", "Daqshekk hija importanti din il-highway!", "Jiena ħassejt - u din ngħidha bl-ikbar responsabbilta' u bl-ikbar serjeta' - li l-Gvern ma kienx qed jagħraf, ma kienx konxju u m'għandux kuxjenza u kultura Għawdxija għaliex kieku qatt ma kien jagħmel foul bħal dak Joffendik ukoll il-fatt, nerġa' ngħid, li n-nies li jsostnu lill- Gvern, in-nies li fi kruċjata sħiħa qabel l-elezzjoni raw kif għamlu biex iwarrbu lill-Gvern ta' qabel, ma lluminawhx jew qalulu: Kun af li meta se ċċaqlaq il-prezzijiet tal-vapur ta' GĦawdex int se ġġib terremot fl- ekonomija, fil-kummerċ u fil-ħajja soċjali ta' kull wieħed u ta' kull waħda li jgħixu fil-gżira ta' GĦawdex.", "Jiena ngħid ukoll li minn dak li ġara juri li GĦawdex ħareġ umiljat għaliex ma kellux l-istrutturi u l-għodda li jiġġieled u jirreżisti sabiex ma ssirx ħaġa bħal din.", "Naturalment illum qegħdin hawnhekk biex niddiskutu l-Estimi u jiena kont nistenna li f'dawn l-Estimi nara iktar u aħjar x'inhuma l-proġetti tal- Gvern għall-Għawdex.", "Jekk nibqa' fuq is-suġġett l-iktar importanti, jiġifieri t-trasport ta' bejn il-gżejjer, u ladarba fl-Estimi ma jidher xejn, irrid nistaqsi x'inhuma l-ħsebijiet tal-Gvern fuq il-proġett li jkollna l-vapuri l-ġodda.", "Wara din l-esperjenza kollha li offendiet lil kull min huwa GĦawdxi veru - dak il-bniedem li jgħix ir-realta' GĦawdxija u għalhekk lil dan ma tistax tittraskurah imma trid iżżomm kuntatt kontinwu miegħu - nistaqsi: X'hemm ipproġettat?", "Se jinbnew il-vapuri?", "It-trips tal-vapuri se jonqsu?", "Se jinbnew it-terminals li kellhom isiru fiċ- Ċirkewwa u l-Imġarr?", "Il-mollijiet fiċ-Ċirkewwa se jsiru?", "Il-helicopter se jkompli bis-servizz tiegħu?", "Il-catamaran se jibqa' wieqaf?", "Minn dan kollu aħna ma nafu xejn għaliex fl-indicators jew fl-objectives tal-budget ma nsibu xejn minn dan.", "Aħna qegħdin nisimgħu biss ħafna diskors li qed joħloq inċertezzi.", "Jekk tagħmel ftit paragun bejn l-estimi tas-sena l-oħra u l-estimi ta' din is-sena tara d-differenza bejn il-mission statement tal-mnisteru għal GĦawdex taħt Gvern preċedenti u dak ta' din is-sena.", "Dan għaliex meta jara x'kienu l-objectives, sena wara l-oħra, u x'inhuma l-objectives għal din is-sena, wieħed malajr jibda jifhem li hemm flessjoni ta' impenn u ta' viżjoni f'dak kollu li wieħed kien qed jippjana għal GĦawdex u li issa, f'daqqa waħda, dawn l-affarijiet ta' sustanza għebu.", "Wieħed irid jistaqsi jekk humiex se jsiru dawn il-proġetti għaliex dawn huma l-proġetti essenzjali u ta' sustanza u mhux li mmorru nbajdu xi erba' għasses tal- pulizija!", "Dak irid isir ukoll imma dik hija amministrazzjoni ordinarja li wieħed lanqas biss għandu jiffoka wisq fuqha.", "Jien nara li dawn l- affarijiet għandhom rilevanza kbira.", "Jew inti għandek l-istrutturi li bihom inti tara l-ġid jasal f'GĦawdex ukoll inkella, jekk m'għandekx dik is- saħħa u jekk m'għandekx dik l-istruttura, ftit li xejn tista' tagħmel impatt fuq il-Gvern.", "Jekk l-affarijiet ma jkunux f'idejk għaliex, kif diġa' għidt, jidher li GĦawdex reġa' qiegħed f'idejn nies li ma jafuhx biżżejjed u ma jħossux għalih biżżejjed għax m'humiex GĦawdxin u allura ma jkunx hemm dak l-impatt mixtieq fuq il-Gvern.", "Fatt li jinkwetani huwa li issa nħatar segretarju parlamentari flok ministru u jriduh jiġi joqgħod ġo Kastilja taħt djul il-Prim Ministru biex allura Għawdex jitmexxa minn Kastilja, qisu bir-remote control.", "Issa għandna sitwazzjoni li ħaditna lura b'annati kbar.", "Jien qatt ma kont naħseb li se nerġgħu ngħaddu minn dawn l-affarijiet għax kont nemmen li llum il-ġurnata kulħadd għandu iktar kuxjenza tal-potenzjal u tal-prospetti li joffri Għawdex.", "Jien kont nemmen li kulħadd jifhem li llum il-ġurnata Għawdex huwa kontributur għall-ġid nazzjonali u allura trid tagħtih l- istima u d-dinjita' li jixirqulu u d-dimensjoni vera tiegħu ħalli jkun jista' jkompli jikkontribwixxi għall-ġid nazzjonali kif kien beda jagħmel taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Bħal donnu mhux biżżejjed li tkun naqqast l-istatus amministrattiv ta' Għawdex billi minflok ministru tagħmel segretarju parlamentari, li tinsisti wkoll li dan jaħdem minn ġo Kastilja hija naqra goffa.", "Allura issa se jkollna - jekk kemm-il darba qed ninterpreta l-affarijiet sewwa -tmexxija bir-remote control mit-torri ta' Kastilja.", "Din hija sitwazzjoni ħażina ħafna u ma tawgurax tajjeb għal GĦawdex.", "Żgur li n-naħa l-oħra se tgħid li huma għandhom f'moħħhom li jwaqqfu l-kunsill reġjonali għal GĦawdex imma jiena ma nafx x'se jiġri u meta se jsir dan il-kunsill reġjonali għal GĦawdex.", "Li naf hu li mill-elezzjoni 'l hawn diġa' ntilef ħafna żmien u ntilef ħafna mir-ritmu li kien hemm f'Għawdex għaliex illum għandek sitwazzjoni fejn kollox qiegħed jieqaf, kemm mil-lat ekonomiku u anke mil-lat soċjali.", "Qabel ma nsemmi l-kunsill reġjonali rrid nidħol ftit fl-estimi.", "Fil- kritika li kienet saret sena ilu meta konna qegħdin niddiskutu l-budget għas-sena 1996, il-Kap tal-Gvern preżenti kien qal li GĦawdex mhux qed jieħu l-persentaġġ dovut lilu min-nefqa totali kapitali vvotata għaliex - kif kien qal ukoll f'konferenza meta kien għadu Kap ta' l-Oppożizzjoni - inti trid tieħu l-popolazzjoni t'GĦawdex li hija one-seventh ta' dik ta' Malta, tieħu d-dimensjoni tal-gżira t'GĦawdex flimkien ma' Kemmuna li tiġi 22% tat-territorju kollu, mbagħad hemmhekk tkun tista' tkejjel preċiż kemm għandek tagħti lil GĦawdex f'dik li hija nefqa kapitali.", "Is-sena l-oħra kienu qalulna li kellna persentaġġ żgħir għaliex bħala nefqa kapitali kien hemm ivvotati biss Lm2.1 miljun.", "Is-sabiħa hija li din is-sena huma vvotaw Lm1.9 miljun f'nefqa kapitali minn total - jekk m'iniex sejjer żball - ta' Lm87 miljun!", "Allura jien nistaqsi lill-Gvern: Dak id-diskors li konti tagħmlu m'għadux japplika, issa li tlajtu fil-gvern?", "Jekk tħares lejn l- estimi, l-unika ħaġa li ssib differenti u li tolqtok mal-ewwel daqqa t'għajn hija l-hospitality, peress li dik żdiedet.", "Ma jimpurtax, jekk hemm bżonn li l-hospitality tiżdied ħalliha tiżdied, imma l-bqija tas- sitwazzjoni baqgħet kif kienet, fis-sens li meta wieħed jara x'inhu l- persentaġġ tan-nefqa kapitali jara li s-sitwazzjoni ma nbidletx, anzi jekk tbiddlet kienet għal agħar.", "Allura x'kien dak id-diskors li kontu tagħmlu qabel l-elezzjoni meta kontu fl-Oppożizzjoni?", "Dwar il-kunsill reġjonali ilna nisimgħu għal dawn l-aħħar sentejn u nofs mill-partit li llum qiegħed fil-gvern biex issa nafu li dan għad m'għandu l-ebda idea ċara dwar dan il-kunsill reġjonali.", "Il-Kap tal-Gvern bħalissa qed jidħak, u jien nixtieq li nista' nidħak bħalu, imma naħseb li bħalissa iktar għandi aptit nibki bis-sitwazzjoni preżenti.", "(Interruzzjonijiet)", "Ministru Grech, fuq l-ekonomija mbagħad inkellmek daqsxejn għax jien smajt li xi terz minn dawk is-600 ruħ li bdew jirreġistraw mill-elezzjoni 'l hawn huma minn Għawdex.", "Smajt ukoll li se tagħmel xi job centre, imma jien naħseb lli jekk nibqgħu sejrin hekk ikun aħjar jekk tagħmel job creation centre!", "Issa ħalli nkompli fuq il-kunsill reġjonali.", "Sur President, jien bdejt nifhem li l-Gvern irid jagħti x'jifhem li lil Għawdex irid jagħtih kważi awtonomija sħiħa għax dan daqqa jsejjaħlu kunsill reġjonali u daqqa jsejjaħlu gvern reġjonali u għalhekk donnu jrid jagħti l-impressjoni ta' xi awtonomija sħiħa.", "Imma jien xi daqsxejn suspettuż dwar dan għax meta tneħħi ministeru, li kien l-ikbar forma ta' awtonomija s'issa, u dak li tagħmel minfloku ma jkunx ta' l-istess livell allura lil Għawdex iġġibu f'sitwazzjoni li m'hijiex daqstant komda.", "Jien nafha l-istorja u kif jgħidu, ħafna drabi l-istorja tirrepeti ruħha.", "Niftakar li qabel l-1971 il-Partit Laburista kien ittammahom li mmedjatament kif jitla' fil-gvern se jagħtihom iktar flus u iktar awtonomija, biex imbagħad wara li għamel namur kbir ma' l-uniku kunsill ċiviku li kien hawn, jiġifieri dak ta' Għawdex, l-ewwel ħaġa li għamel meta' tela' fil-gvern kienet li tajjarhom mix-xena lokali.", "Wara 25 sena qed terġa' tirrepeti ruħha l-istess storja għax kif reġa' tela' l-Partit Laburista fil-gvern dan tajjar lill-ministeru għal Għawdex.", "L- inklinazzjoni ta' dan il-Gvern ma tantx hija favur id-deċentralizzazzjoni u għalhekk wieħed għad irid jibda jifhem kif se jkun kostitwit u kif se jaħdem dan il-kunsill reġjonali jew aħjar dan il-gvern reġjonali.", "Dak inhar, il-Prim Ministru qalli li għandi nifhem li hemm is-sistema matrix, imma jien jiddispjaċini ngħid li b'daqshekk ma fhimtux.", "Li nista ngħid jien huwa li jekk kemm-il darba l-Prim Ministru u l-Gvern iridu jitkellmu dwar Għawdex fuq bażi reġjonali jkun tajjeb li jżommu quddiem għajnejhom li fil-maġġoranza assoluta tagħhom in-nies ta' dak ir-reġjun ma vvotawx biex ikun hemm bidla fl-amministrazzjoni lokali.", "F'Għawdex hemm maġġoranza Nazzjonalista u allura, meta nitkellmu fuq bażi reġjonali rridu nirrispettaw ukoll dan l-aspett ewlieni.", "Il-maġġoranza tan-nies ivvotaw biex il-ministeru jibqa' u mhux jiżżarma.", "Sur President, jien naħseb li anke l-kunsilli lokali għandhom bżonn ta' riflessjoni għax apparti l-fatt li l-flus għalihom naqsu minkejja li jistgħu jitgħabbew b'piżijiet oħrajn, jibqa' l-fatt li filwaqt li d-diskors ta' l-Oppożizzjoni Laburista kien wieħed ta' kordjalita' u li kien jagħti wieħed x'jifhem li immedjatament kif jitilgħu fil-gvern se jgħinhom isolvu l-problemi - jiġifieri jekk għandhom bżonn iktar flus jagħtuhom, jekk għandhom bżonn iktar awtorita' jagħtuhielhom u jekk hemm bżonn jagħmlu t- toroq ta' ma nafx fejn bit-tarmac jagħmluhom - issa huwa evidenti li dan id- diskors tbiddel sew.", "Jien ninsab imħasseb ukoll fuq in-nuqqas ta' informazzjoni li qed tingħata rigward dan il-famuż kunsill reġjonali jew aħjar gvern reġjonali.", "Sur President, jekk fhimtu sew minn fuq ir-radio, il-Prim Ministru nhar il-Ħadd f'GĦawdex qal li diġa' kkonsultaw ma' kunsilli lokali u ekkleżjastiċi u għalhekk nixtiequ jgħidilna fiex kienu jikkonsistu dawn il- konsultazzjonijiet.", "Fil-fatt, minn informazzjoni li għandi jidher li għalkemm kien hemm min issottometta xi veduti, ħadd għadu ma kkonsulta ma' ħadd u ħadd għadu ma fiehem xejn lil ħadd dwar kif għandhom jimxu l- affarijiet.", "Sur President, għaldaqstant meta niġi biex nikkonkludi d-diskors tiegħi irrid infakkar - dan diġa' għidtu fil-bidu tad-diskors tiegħi - li l-Vot taħt il-ministeru għal Għawdex kien jagħti l-lok u l-ħin neċessarju biex fih wieħed ikun jista' jiddiskuti l-oqsma kollha li kienu jaqgħu taħt dan il-ministeru, jiġifieri l-edukazzjoni, is-saħħa, il-kultura, l-isports, ix- xogħol, l-amministrazzjoni u diversi setturi oħra.", "Fil-fatt aħna għalhekk konna waqqafna l-istrutturi bħall-ministeru għal Għawdex biex b'hekk Għawdex seta' jiġi diskuss kif jixraqlu f'din il-Kamra.", "Għaldaqstant, jien inħoss li b'din is-sistema l-ġdida, Għawdex mar lura, ġie umiljat u qed jiġi mmexxi bir-remote control mit-torri ta' Kastilja, qisu kolonja, f'idejn min ma jafux u ma jħossx biżżejjed għalih.", "Grazzi, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO (Segretarju Parlamentari għal GĦawdex): Mr Chairman, ma nistax nibda d-diskors tiegħi dwar l-estimi għal din is-sena jekk qabel xejn ma nirringrazzjax lill-impjegati kollha tas-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex, jiġifieri, lill-permanent secretary, lid-diretturi, lill- kapijiet tad-dipartiment u lill-impjegati kollha li f'dawn il-ftit xhur li ilu mwaqqaf dan is-segretarjat ħdimna flimkien b'sens ta' koperazzjoni, b'sens ta' għaqal, bi pjan u b'serjeta'.", "Imma jien naħseb li l-ikbar ringrazzjament irrid nagħtih lill-Prim Ministru li f'dawn ix-xhur li ilu mwaqqaf is-segretarjat għen u għamel xogħol biex insolvu ħafna mill- problemi li kellha l-gżira Għawdxija u bil-mod il-mod mexjin 'il quddiem b'viżjoni.", "Jgħidu li fil-Parlament ma jikbrux fjuri, pero' għallinqas nistenna li fil-Parlament ikun hawn kritika verament kostruttiva.", "Qed ngħid dan għaliex l-Onor.", "Anton Tabone ad nauseam irrepeta li issa għaliex tneħħa l- ministeru għal Għawdex u sar segretarjat parlamentari allura issa aħna waqajna mill-first division għas-second division!", "Jien naħseb li, bir- rispett kollu lejh u lejn il-partit tiegħu, dan m'huwiex il-mod kif tagħmel politika.", "Din turi nuqqas ta' maturita' u nuqqas ta' sens ta' direzzjoni.", "Aħna għandna nitgħallmu li aħna naqdu lill-partit tagħna bl-aħjar mod jekk aħna l-ewwel naqdu lil pajjiżna u naħseb li lkoll naqblu li pajjiżna huwa l- gżira Għawdxija.", "Ma rridux infittxu li nkunu popolari llum biss imma rridu nfittxu li nagħtu futur lill-ġenerazzjonijiet Għawdxin t'issa u tal-futur.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Anton Tabone għaliex fid-diskors tiegħu ma qal xejn li f'dawn il-ftit xhur li ilu mwaqqaf is-Segretarjat għal Għawdex aħna għamilna xi forma ta' vendikazzjoni.", "Aħna tlajna bil- wegħda li rridu nkunu gvern tal-Maltin u ta' l-Għawdxin kollha u din il- wegħda wettaqniha, Mr Chairman.", "Kif jaf l-Onor.", "Tabone stess, fl-uffiċċju għad hemm nies li kienu miegħu, pero' dawn huma nies li jridu jaħdmu u għalhekk aħna lesti li naħdmu magħhom għax tawna anke l-leata' tagħhom.", "Dak huwa l-gvern li hu mmexxi mill-Onor.", "Alfred Sant, gvern tal-poplu Malti u Għawdxi kollu!", "Saħansitra l-fotografu tiegħi huwa fotografu tiegħu u ħadd ma jista' jgħid li f'Għawdex għamilna xi forma ta' vendikazzjoni.", "Jien illum ġejt ippreparat b'ħafna studju fuq id-dipartimenti, x'irridu nagħmlu u x'viżjoni għandna, pero' minn dan li ppreparajt jien m'hu se ngħid xejn għax ma saret l-ebnda kritika f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "Tabone qalilna wkoll li ladarba Għawdex m'għadux iktar taħt ministeru allura issa Għawdex se jiġi jiddependi miċ-ċentru, minn Kastilja.", "Jien nistaqsih jekk jiftakarx li, meta hu kien ministru għal Għawdex, l- OPM kienet ħarġet memo lid-dipartimenti tal-gvern li tgħid li fejn jidħlu l- interessi ta' Għawdex id-dipartimenti jridu jikkonsultaw lill-ministeru għal Għawdex għax id-dipartimenti kollha lanqas kienu qed jikkonsultawh!", "Tiftakarha din il-memo?", "Id-dipartimenti lanqas kienu jikkonsultawk u għalhekk ħarġet din il-memo.", "Għidtilna li għaddew tliet xhur u għadna m'għamilnix il-kunsill reġjonali.", "Inti kont ilek disa' snin fil-gvern u lanqas pjan ta' żvilupp għal Għawdex ma għamilt, basta kont għidtilna li l-pjan ta' żvilupp għal Għawdex lest!", "F'disa' snin lanqas urejtulna, u meta staqsejnik għalih għidtilna li pjan bil-miktub ma kienx hemm, għax il-pjan kien f'moħħok u tagħmlu kif jidhirlek int. Imbagħad tippretendi li tiġi tistaqsi lilna meta għadna bilkemm bdejna!", "Bil-mod, u tara kemm se nagħmlu ġid lill-poplu Għawdxi!", "Din id-darba qed tgħid li l- maġġoranza f'Għawdex hija Nazzjonalista u ħames snin oħra tkun tista' tgħid li l-maġġoranza hija Laburista.", "Għal hemm mexjin għax qegħdin naħdmu bis-serjeta' u bil-galbu.", "Mr Chairman, l-Onor.", "Membru qalilna li dwar il-Gozo Channel Co. Ltd għamilna nuqqasijiet kbar.", "Jien niftakar li kemm dam hawn fil-Parlament bħala ministru għal Għawdex dejjem kien jiġi hawn u jgħidilna kemm qasmu nies u kemm qasmu vetturi bejn iż-żewġ gżejjer; u bil-ħofor tal-Gozo Channel Co. Ltd min qalilna?", "Aħna fil-Gozo Channel daħħalna l-prezzijiet li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista xahar qabel l-elezzjoni.", "Ġurnata qabel l-elezzjoni għamlu l-famuża tinda u nefqu ħafna flus f'receptions u f'parties u taparsi ġabu l-catamaran - il-karrotta!", "Ma qalulniex bid- diżastri u bl-iskandli kbar li kien hemm fil-Gozo Channel!", "Il-ministru għal Għawdex kien preżenti, kien jaf bil-prezzijiet u ma qal xejn waqt it- taħdidiet.", "Mr Chairman, hemm kollox recorded u ma jistax imerih dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Mr Chairman, la l-Onor.", "Membru qed isemmi lili, nitolbu biex jekk għandu xi evidenza jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra biex jissostanzja dak li qed jgħid.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Refalo jista' jkompli.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Dan tħaddidnieh anke waqt debate fuq ir-radio.", "Fil- Gozo Channel kien hemm skandli kbar u llum ġibtlu wkoll biljetti tal-Gozo Channel u nitlob il-permess biex inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn huma bla numru, taparsi fihom in-numru.", "Dawn il-biljetti ta' Lm4.50 kienu joħorġu mill-Istamperija Indipendenza, jagħtuhom lin-nies, jerġgħu jiġbruhom lura u jerġgħu jagħtuhom lil ħaddieħor u min kien jiġborhom jieħu Lm4.50 ta' kull biljett.", "Nitlob il-permess tal-Kamra biex nesebixxi dawn il-biljetti, taparsi fihom in-numru u ma fihom numru xejn.", "Dan kien il- mod kif kien jamministra l-Partit Nazzjonalista u jien nistaqsi issa lill- ex-ministru għal Għawdex jekk kienx jaf b'dawn il-biljetti.", "Kellha raġun il-Gozo Channel tmur lura, Mr Chairman!", "THE CHAIRMAN: Hawn permess, biex jitqiegħdu dawn il-biljetti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Diversi biljetti tal-Gozo Channel kanċellati.", "Kien mod skandaluż kif tmexxi int lil Għawdex u ma tgħid xejn x'kien se jiġri, ma tgħid xejn bil-kuntratti fejn int daħħalt lill-poplu kollu - mhux lil Għawdex biss - f'iktar minn Lm30 miljun dejn, b'commitment ta' Lm3 miljun garantiti mill-bankGvern u tmur għall-elezzjoni tiftaħar kemm kollox miexi sew, kemm turisti ġejjin Għawdex u kollox miexi fuq ir-rubini, imbagħad wara nikxfu l-ħofra kbira tal-Gozo Channel Co. Ltd.", "Mr Chairman, jekk hemm xi ħadd li għandu għax jistħi dan huwa l-Partit Nazzjonalista li ma tkellem xejn għax ried biss il-voti, imma l-elettorat iġġudika u tefgħu fl-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Membru qalilna li ħassu sorpriż bl-għoli fin-nollijiet.", "Aħna tħaddidna ma' kulħadd, ma' kull min kellu interess.", "L-ewwelnett għidna li dwar il-prezzijiet aħna wettaqna dak li kien għamel il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.", "Imbagħad iddiskutejna ma' kull min hu nvolut għax hekk naħdmu aħna.", "Aħna niltaqgħu flimkien ma' kulħadd, mhux jien u l-Prim Ministru biss, u niddiskutu ma' kull min għandu interess.", "Rajna n- nollijiet u llum għamilna nollijiet li huma orħos milli kellhom huma meta kienu fil-gvern.", "Dan huwa l-mod kif int tamministra lil Għawdex.", "Sur President, l-Onor.", "Tabone qalilna wkoll li l-maġġoranza tal-poplu Għawdxi ma vvotatx biex jitneħħa l-ministeru.", "Il-maġġoranza tal-poplu GĦawdxi ma ġġudikatx fuq il-ministeru imma fuq il-programm elettorali.", "Il- programm elettorali tagħna kien jgħid ċar li aħna se nneħħu l-ministeru u minfloku se nagħmlu segretarjat parlamentari għal Għawdex u fil-fatt dak hu li għamilna.", "Hawn ma jidħolx l-argument li għax Għawdex għandu maġġoranza Nazzjonalista allura dak ifisser li Għawdex ivvota li l- ministeru għandu jibqa', imma l-argument huwa li l-elettorat jivvota fuq il- programm elettorali.", "Jiddispjaċini ngħid li dan m'huwiex il-mod ta' kif tagħmel il-politika.", "Sur President, meta tlajna fil-gvern aħna sibna żewġ problemi kbar - dik tal-Gozo Channel Co. Ltd, liema problema illum naħseb li hija solvuta għall- benefiċċju ta' kulħadd, u dik tad-dumping.", "Filwaqt li l-ex-ministru għal Għawdex f'għaxar snin baqa' ma solviex il-problema tad-dumping, aħna rnexxielna nsolvuha fi tliet xhur!", "Fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kont tara t-trakkjiet jitilgħu fi Pjazza San Franġisk jilmentaw ma' l- uffiċċjali tal-ministeru għal Għawdex għax ma kellhomx post fejn jitfgħu ir- radam, bil-konsegwenza li konna għamilna lil Għawdex dumping site waħda.", "Aħna solvejna din il-problema billi dik il-barriera magħrufa bħala tal- Qsajjem, fil-limiti ta' l-Għarb, li l-Gvern kien esproprja fl-4 ta' Novembru, 1994 għamilniha dumping site.", "U anke meta qalulna li mhux sew li t-trakkijiet jibdew jgħaddu mill-qalba tar-raħal - hawnhekk kellhom raġun - għaddejnihom minn triq oħra u b'hekk b'sens ta' rieda tajba u bil- koperazzjoni ta' kulħadd illum għandna dumping site li l-ministeru għal Għawdex ma kellux ħila jagħmel f'għaxar snin sħaħ.", "Dan huwa l-mod kif inti tamministra lil Għawdex, jiġifieri li f'għaxar snin ikollok ministeru għal Għawdex li ma jirnexxielux jagħmel dumping site fejn il-kuntratturi jistgħu jitfgħu r-radam!", "Sur President, issa ħalli niġu għas-servizz pubbliku.", "Biex seta' jkollu l-imperu u t-torri kollu taħtu - għax it-torri mhux f'Kastilja qiegħed imma kien fil-ministeru għal Għawdex - f'Jannar ta' l-1996 l-ex-ministru għal Għawdex tefa' l-fergħat kollha fil-ministeru, jiġifieri ġab mhux inqas minn 29 uffiċċju governattiv fil-gżira Għawdxija taħt saqaf wieħed.", "Hawnhekk ta' min jgħid li n-nefqa rikorrenti ta' dawn l-uffiċċji governattivi hija ta' iktar minn Lm15 miljun; imma issa x'irriżulta?", "Irriżulta li l-ministeru għal Għawdex ma kienx ippreparat biżżejjed biex jassorbi dan ix-xogħol kollu f'daqqa u allura preżentament hemm ħafna konfużjoni.", "Dan minħabba li hemm uffiċjali li ma għandhomx l-esperjenza neċessarja bħal, per eżempju, fil-proċeduri tal-pensjonijiet, tad- dixxiplina, ta' l-increments u ta' żidiet oħra konnessi mar-reform agreements.", "Biex inneħħu dan it-taħwid kbir li l-Gvern preċedenti kien għamel qabel l-elezzjoni, għamilna korsijiet biex dawn l-uffiċjali jkunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet kollha tad-dipartimenti tagħhom b'mod iktar effiċjenti u effettiv.", "Fil-fatt qegħdin nistħarrġu wkoll jekk nagħmlux uffiċċju wieħed tal-personnel għax għalkemm illum hemm diversi uffiċċji tal-personnel ħadd ma jaf kif se jaħdem.", "Hawn ta' min jgħid li din id- devoluzzjoni ta' dawn id-dipartimenti saħansitra ħolqot problemi mad- dipartimenti ta' Malta għax m'hemmx linja ċara fejn tibda r-responsabbilta' tad-dipartimenti ta' Għawdex u fejn tispiċċa dik tad-dipartimenti ta' Malta u għalhekk aħna qed nagħmlu studju anke fuq dan l-aspett.", "Fil-fatt anke fil-qasam taċ-Ċivil hemm bżonn urġenti - din il-Gvern Nazzjonalista ma għamilhiex - li jsir eżerċizzju bil-għaqal fuq id- deployment għax kienet u għadha d-drawwa li meta skrivan jieħu promozzjoni jippretendi li jibqa' fuq l-istess desk u jagħmel l-istess xogħol.", "Illum f'GĦawdex saħansitra wasalna fl-assurdita' li principal għadu jagħmel xogħol ta' skrivan!", "Hawn ta' min jgħid ukoll li filwaqt li ħafna mid- dipartimenti huma overstaffed hemm oħrajn li ma għandhomx staff u fil-fatt bħalissa qed nagħmlu eżerċizzju biex naraw kif nistgħu nutilizzaw aħjar is- senior principals u wara se nagħmlu l-istess eżerċizzju fejn jidħlu l- principals u l-assistant principals.", "Jien naħseb li l-iskrivani Għawdxin iridu jkunu jafu fejn sejrin u għandna nkunu aħna li nagħtuhom is-sens ta' direzzjoni u ta' fiduċja.", "Lil dawn aħna rridu ngħallmuhom ukoll ikunu accountable u din hija l- iktar ħaġa importanti.", "Il-konċett tal-value for money huwa importanti u l- Gvern preżenti qed jisħaq fuqu għax ma jistax ikun li nibqgħu bl-istess sistema.", "L-aħħar ħames snin tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern kienu snin ta' abandonship li matulhom kulħadd beda jagħmel li jrid, bil-ħaddiema jitilqu minn fuq ix-xogħol, prinċipji ta' accountability u ta' value for money ma jeżistux u b'konsegwenza ta' dan kien hemm rebus sħiħ, mentri aħna bdejna nagħtu sens ta' direzzjoni lill-ħaddiema filwaqt li bdejna ngħidulhom li d-dmir tagħhom huwa li jaħdmu bis-serjeta' u bil-għaqal bħala ħaddiema vera fl-interess tal-poplu Għawdxi.", "Sur President, fil-fatt taħt il-Vot Kapitali nqalgħet l-istess problema li kellna taħt il-Vot Rikorrenti.", "Per eżempju, aħna rajna li f'Għawdex ma għandniex għajnuna teknika għax kulma għandna huwa perit wieħed u naturalment aħna ma nippretendux li perit wieħed se jagħmel il-proġetti kollha li hemm li se jkun hemm għaddejjin f'Għawdex.", "Fil-fatt aħna pprovajna nqabbdu anke periti privati, pero' dawn iktar joqogħdu attenti fuq xogħolhom milli fuq xogħol id-dipartiment.", "Dan kollu jirriżulta mis- servizz ineffettiv u ineffiċjenti li hemm fis-servizz pubbliku ta' GĦawdex.", "Sur President, l-Onor.", "Tabone qalilna biex ngħidulu x'għamilna fuq il- kunsill reġjonali.", "Għall-informazzjoni tiegħu jien ngħidlu li aħna ltqajna ma' ħafna għaqdiet interessati, mhux bħalu li kien juża lill-kunsilli lokali paraventu!", "X'kien jiġri fi żmienu?", "Ċerti rħula - dawk minn fejn jiġi hu u jiġu sħabu, bħan-Nadur - kellhom il-ħaddiema filwaqt li rħula oħra, għax fihom ma joqgħodx xi deputat Nazzjonalista, ma kellhomx.", "Malli aħna ġejna mgħarrfa b'din il-problema mill-kunsilli lokali tajna l-ħaddiema lil kulħadd filwaqt li għidnielhom x'inhuma l-prijoritajiet tagħhom.", "Aħna għidnielhom ukoll biex jieħdu ħsieb lill-ħaddiema u jaraw li jaħdmu u fil- fatt ix-xogħol miexi bil-galbu u bi pjan.", "Rigward il-kunsill reġjonali aħna ltqajna mal-kunsilli lokali u fil-fatt dawn diġa' tawna l-veduti tagħhom.", "Ta' min jgħid ukoll li anke r- rappreżentanti ta' l-Isqof qablu magħna li hija ħaġa siewja li nagħmlu dan il-kunsill reġjonali għax huwa permezz ta' dan il-kunsill reġjonali li inti lil Għawdex tagħtih verament l-identita' tiegħu, huwa bil-kunsill reġjonali li jipprovdi l-post fejn l-Għawdxin jistgħu jipparteċipaw verament fit- tmexxija ta' pajjiżhom.", "F'temp ta' jumejn, tlieta, ir-rappreżentanti ta' l-Isqof tawna l-veduti tagħhom dwar kif huma jaħsbu li Għawdex jista' jiġi amministrat aħjar b'dan il-kunsill reġjonali.", "F'dawn it-tliet xhur abbozzajna white paper li qed tiġi diskussa u nisperaw li fi ftit żmien ieħor inkunu nistgħu nippreżentawha hawnhekk għal aktar diskussjoni.", "Diġa' qegħdin inlestu l-post fejn se jiltaqa' l-kunsill reġjonali u meta jitwaqqaf il-kunsill reġjonali nistieden lill-Onor.", "Anton Tabone biex jiġi ħalli flimkien nagħmlu l-ġid għall-poplu Għawdxi.", "Issa se niġi għad-dipartiment ta' proġetti u żvilupp fejn kien hemm oxxenitajiet kbar.", "Mr Chairman, hemmhekk ma kienx hemm pjan fit-tul u għalhekk id- dipartiment kien qiegħed jiffunzjona ġurnata b'ġurnata u ħadd mill- uffiċjali tad-diversi taqsimiet ma kien jaf safejn kellu jasal għax kulħadd kien tħalla jgħix f'misteru fejn jirrigwardja proċeduri u proċessi maniġerjali.", "Problema mhix żgħira li kellna nħabbtu wiċċna magħha u li swiet eluf kbar ta' liri kienet l-użu tal-kuntratturi privati, dawk il- famużi kuntratturi privati li kien iqabbad il-Gvern Nazzjonalista biex jagħmlulu x-xogħolijiet.", "Aħna mill-ewwel għidna: Isma', dan huwa ħażin.", "Aħna ma rridux iktar kuntratturi privati għax għandna biżżejjed ħaddiema mal-gvern.", "Altru minn biżżejjed!", "Mr Chairman, fil-preżent għandna 30 watchmen li ma jaħdmux imma qegħdin id-dar jieħdu flus ta' xejn.", "Dawn kien daħħalhom il-Partit Nazzjonalista fil-gvern biex meta jkun hemm bżonn ta' reliever imur xi wieħed minnhom.", "Meta aħna għidna li mill-lum 'il quddiem ix-xogħlijiet nagħmluhom aħna qamet il-kwestjoni li ma stajniex nużaw il-makkinarju tal-gvern għaliex dawn kienu qed jużawh il-kuntratturi privati u kienet għal din ir-raġuni li l-Amministrazzjoni preċedenti qatt ma ħasbet biex timpjega magħha heavy plant drivers.", "Lil dawn in-nies ħallewhom labourers apposta biex issa dawn bir-raġun kollu qalu: Isma', aħna ilna ħames jew għaxar snin immorru l- ministeru għal Għawdex biex insiru heavy plant drivers imma qatt m'għamluna u allura issa kif triduna li nsuqu din il-heavy machinery?", "Aħna ltqajna ma' dawn il-ħaddiema, fehemnihom x'inhi s-sitwazzjoni u waslu biex aċċettaw li jħaddmu dan il-makkinarju.", "Anke mal-kunsilli lokali identifikajna lista ta' prijoritajiet tat-toroq u allura ninsabu mexjin bi pjan.", "Mr Chairman, li ma rridux huwa li ħaddiema jagħmlu xogħol li mhux suppost jagħmlu.", "Din hija ħaġa li tinkwetani ħafna għax ma nistax nifhem kif, per eżempju, electrician, bniedem tas-sengħa, joqgħod jaqta' l-biljetti fil- ħeliport!", "Ma nistax nifhem kif, per eżempju, għandek bennejja tas-sengħa qegħdin fl-uffiċini jew jarmaw l-armar tal-festi nazzjonali.", "Mhux sewwa li inti għandek bennej, bniedem tas-sengħa telephone operator f'uffiċċju.", "Issa niġu għas-sitwazzjoni skandaluża ta' kif l-allowances. kienu jingħataw bir-radam u mingħajr kontroll fejn, per eżempju, kellek żewġ gruppi ta' ħaddiema direttament taħt il-ministru għal Għawdex li kienu jagħmlu x-xogħol li jgħidilhom il-ministru, jiġifieri dawn kienu mqabbdin direttament taħt il-ministru għal Għawdex biex jagħmlu dak ix-xogħol li jgħidilhom hu biss u mhux dak li jkun meħtieġ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Anġlu Farrugia): On a point of order, l-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Lil dawn in-nies li inti qed tgħid li kienu jieħdu instructions direttament minn għandi, jekk jogħġbok, semmihom b'isimhom ħalli nkunu nistgħu naraw l-affarijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onorevoli, jekk tallega xi ħaġa trid tippruvaha.", "ONOR.ANTON REFALO: Mr Chairman, l-ismijiet ngħidomlu barra mill-Kamra ħalli jkun jista' jħarrikni.", "Lil dawn il-ħaddiema tahom allowance ta' Lm40 fix-xahar!", "Imbagħad meta niġu għall-famuża construction and maintenance unit - din hija waħda oħra tal-ministru għal Għawdex ta' dak iż-żmien - insibu li kien hemm xi wħud qed jieħdu allowance oħra ta' Lm21.66c fix- xahar bħala acting supervisors meta fil-fatt dawn kienu diġa' saru supervisors.", "Kien hemm sitwazzjoni fejn żewġ persuni kienu jieħdu allowance ta' Lm43.33c fix-xahar sabiex jagħmlu xogħol ta' acting inspectors u dawn baqgħu jieħdu din l-allowance għal diversi xhur mingħajr ma kienu jagħmlu l-inspections.", "Din mhijiex ħaġa sewwa, Mr Chairman!", "Kellek ukoll - din l-isbaħ waħda - il-każ ta' l-uffiċjal inkarigat mit-taqsima msemmija li kien jieħu allowance ta' Lm65 fix-xahar.", "(Interruzzjonijiet).", "Jekk inti tridni nsemmihulek, insemmihulek.", "Qed nirriferi għas-Sur Lanzon u naħseb li inti taf min hu.", "Dan kien jieħu din l-allowance sempliċement talli kien jagħmel ix-xogħol ta' uffiċjal inkarigat mit-taqsima meta fil-fatt dan kien diġa' mħallas għal dan ix- xogħol.", "X'jiġifieri għax jiena nagħmel xogħol f'taqsima li diġa' mħallas għalih, imbagħad jiġi l-ministru għal Għawdex u jagħtini Lm65 fix-xahar!", "Dan kien il-mod kif kienu jamministrawh Għawdex.", "Jien nistaqsi lill-poplu Għawdxi: Tridu li nibqgħu mexjin b'dan il-mod?", "Tridu sitwazzjoni fejn kull min kellu ftit ta' responsabbilta' jieħu allowance?", "Eżempju ieħor huwa li fit-taqsima tad-drainage kulħadd, mill-kbir saż-żgħir, kien bl- allowances.", "Jien mingħalija li min jinżel fid-drenaġġ ikollu bil-liġi xi allowance ta' 15%, imma hawn il-kbir kien jieħu allowance ta' 100% u b'hekk il-paga tiegħu kienet titla' bejn Lm600 u Lm700 fix-xahar, ta' taħtu kien jieħu allowance ta' 75%, imbagħad ta' taħt ta' taħtu kellu 50% u nibqgħu sejrin hekk.", "Mr Chairman, min kien qed iħallas ta' dan?", "Il-poplu Malti u Għawdxi.", "Ma nistax nifhem kif imbagħad tista' tgħid li dan huwa l-mod kif għandek tamministra lil Għawdex.", "Mr Chairman, ftit qabel l-elezzjoni dawn bdew jagħmlu xogħlijiet mingħajr ma lanqas biss kellhom l-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi u nefqu nofs miljun lira aktar milli kien ivvotat fil-budget.", "Issa ġara li bil-Vot li għandna għal din is-sena lanqas għandna biżżejjed biex inħallsu dak li huma nefqu iżjed fis-sena li għaddiet mingħajr l-awtorizzazzjoni tal- Ministru tal-Finanzi.", "Berbaq, aħli, sparpalja u ma jimpurtana xejn, dak kien il-mod kif kienu jamministraw lil Għawdex!", "Dan huwa biss fuq il- fergħa tax-xogħlijiet għax jekk tibda sejjer minn uffiċċju għal ieħor issib aktar.", "Imbagħad b'kuntrast ma' dan insibu li, per eżempju, lill-Pulizija lanqas jagħtuhom fax jew computer jew lanqas jagħtuhom aktar vetturi meta kulma għandhom huma tnejn biss.", "Imbagħad issib li kulħadd bil-karozza biex jeħodha d-dar u joqgħod jiġri 'l hawn u 'l hemm.", "Din l-idea li kull min hu kap ta' dipartiment irid self-drive hija ħażina.", "Fil-fatt, diġa' tajna struzzjonijiet li kull min għandu karozza self-drive jrid fil-għaxija jdaħħalha f'compound tal-gvern.", "Milli jidher kulħadd irid is-self-drive mhux għax-xogħol imma biex jiġru biha fil-weekend.", "Dan meta ħafna affarijiet importanti għall-Pulizija ma nipprovduhomx.", "Mela ma nbajduhomx l-għases u se nkomplu nagħtu lill-pulizija l-għajnuna kollha meħtieġa għaliex aħna nemmnu fil-Korp tal-Pulizija.", "(Interruzzjonijiet).", "Fil-ftit ħin li baqgħali irrid ngħid x'beħsiebna nagħmlu fis-sena li ġejja.", "Mr Chairman, kif diġa' spjegajt, l-ewwel ħaġa li beħsiebna nagħmlu hija l-kunsill reġjonali.", "B'konsultazzjoni u b'kordinament mal-kunsilli lokali Għawdxin se nagħmlu programm ta' titjib ta' triqat kif ukoll xogħol ta' manutenzjoni u titjib fl-iskejjel kollha tal-gvern; flimkien mal-Water Services Corporation qed nippjanaw nagħmlu tibdil ta' 4,640 metru ta' kanen; nagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa lis-sajjieda u lill-bdiewa; se nkomplu bl-estensjoni ta' drenaġġ u se nagħmlu masterplan għad-drenaġġ; irridu naħsbu fit-tul biex nirranġaw siti storiċi; irridu naħsbu wkoll fuq aktar korsijiet ta' l-Universita', qed nippjanaw biex niftħu uffiċċju tal- METCO kif ukoll li nsaħħu l-uffiċċju tal-MDC; se nagħtu l-għajnuna lill- Koperattiva Għawdxija tas-Snajja' u tal-Manifattura kif ukoll irridu nħeġġu b'mod speċjali lill-artisti Għawdxin.", "Barra minn hekk irridu nagħtu inċentivi lill-Għawdxin biex jispeċjalizzaw; nagħmlu żona għall-irziezet u żoni ġodda għall-bini tad-djar; qed nippjanaw li nagħmlu sittings tad-DCC tal-Planning Authority; u nagħmlu l-appelli ta' kawżi kriminali fil-qrati ta' Għawdex.", "Dan hu l-mod u din hija l-viżjoni li għandna taħt il-Prim Ministru li nimxu bi pjan serju, bil-mod u bil-għaqal.", "Aħna ma rridux nagħmlu bħalkom fejn l-ewwel kontu tagħmlu mbagħad tikkonsultaw.", "Aħna rridu li l-ewwel nikkonsultaw biex bi pjan għaqli u serju u b'viżjoni li lil Għawdex verament nagħmluh ta' l-Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Chairman, il-Vot tal-Prim Ministru, kif tradizzjonalment nafu, għandu l-aspetti ta' ministeru bħall-oħrajn, dikasteru ta' responsabbilta' għal diversi dipartimenti, imma imbagħad il-Prim Ministru għandu wkoll r-responsabbilta' tad-direzzjoni tal-gvern.", "Kelliema min-naħa ta' l-Oppożizzjoni diġa' tkellmu fuq diversi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Prim Ministru.", "Per eżempju, l-Onor.", "Tonio Borg tkellem fuq il-ministeru ta' l- intern u kelliema oħra tkellmu fuq il-Korporazzjoni Telemalta, l-equal status of women, ix-xandir, Għawdex u l-MSU.", "Fil-ħin qasir li għandi, jien se nirriferi għal xi partijiet oħra tal-ministeru li s'issa għad ma sarux kummenti fuqhom bħal, l-Armata, is-servizz pubbliku, il-Malta Drydocks u l- Malta Shipbuilding u, naturalment, wara nitkellem fuq ir-responsabbilta' tad-direzzjoni tal-Prim Ministru.", "Mr Chairman, naħseb li kulħadd jjirrikonoxxi li tul il-perijodu ta' kważi għaxar snin ta' gvern immexxi minni, għamilna ħilitna kollha biex l-Armata nagħtuha l-istatura li suppost dejjem kellha.", "F'dawn id-disa' snin u nofs irnexxielna nkunu speċifiċi fil-funzjonijiet li trid taqdi l-Armata u filwaqt li għamilna ħilitna biex l-Armata jkollha l-mission statement tagħha b'mod ċar, kull sena ħadna ħsieb nattrezzawha biex tkun tista' taqdi dawn id-dmirijiet.", "Saru kambjamenti kbar fil-mod ta' recruitment tal- complement neċessarju għall-Armata u kien ta' sodisfazzjon kbir għalija u għal sħabi li naraw li ż-żgħażagħ tagħna fehmu li l-Armata hija karriera ta' sodisfazzjon għalihom.", "Dan il-fenomenu rajnih meta ġejna biex nagħmlu s-sistema ta' open recruitment għall-ingaġġ fl-Armata fejn mijiet, anzi eluf, ta' żgħażagħ bdew liberalment jagħżlu karriera fl-Armata.", "Qed ngħid il-kelma \"liberalment\" għaliex l-Armata kienet għaddiet minn żmien meta parti sostanzjali minnha ma kenitx komposta minn volontarji imma kienet magħmula minn nies li, fin-nuqqas ta' xogħol ieħor, kienu kostretti li jidħlu fil-korpi militari.", "Naħseb li llum l-Armata hija magħmula minn nies li huma professionals u li huma kollha volontarji u fejn id-domanda miż-żgħażagħ fil-livelli kollha, kemm ta' uffiċjali u kemm fir-ranks l- oħra, dejjem kienet waħda kostanti.", "Dan naħseb li huwa frott tas- sodisfazzjon li l-membri ta' l-Armata beda jkollhom fix-xogħol tagħhom.", "Aħna konna wasalna fi stadju li nibdew naraw sew x'hemm bżonn ta' investiment kapitali biex l-Armata tkun tista' twettaq aħjar id-dmirijiet tagħha.", "Fost affarijiet oħra kien qed jinħass il-bżonn li l-Iskwadra Marittima jkollha l-mezzi kollha neċessarji biex taqdi din il-funzjoni li llum saret parti importanti ħafna.", "Rajna wkoll il-mezzi bl-ajru li għandha u li għadhom limitati ħafna.", "Dawn ukoll huma utli ħafna biex l-Armata taqdi l-funzjoni tagħha b'mod effiċjenti.", "GĦall-Armata kien maħsub pjan ta' żvilupp fuq perijodu ta' tliet snin u mill-istatements li għandna quddiemna ma jidher imkien jekk il-Gvern huwiex se jibqa' miexi fuq dan il- pjan.", "Bla dubbju l-ikbar investiment fl-Armata kellu jkompli jkun fin-nies, fejn diġa' kien ġie stabbilit xi kwalita' ta' establishment għandha bżonn, kien ġie ffissat il-complement li meħtieġ u filwaqt li konna mexjin bi prudenza fir-recruitment, konna qed ninsistu li kull sena jsir numru adegwat ta recruitment ta' żgħażagħ għax", "ridna li l-Armata tkun ringiovanita.", "Bl-emendi li għamilna fil- pensjonijiet konna pprovdejna li numru ta' nies li jilħqu l-eta' jirtiraw u mhux nibqgħu bis-sistema li kienet qabel fejn prattikament kulħadd kien jibqa' fl-Armata sa l-eta' ta' 61 sena.", "Jiena nistaqsi: Il-Gvern se jagħmel ir-recruitment li kien ikkontemplat?", "Is-sena l-oħra laħaq sar recruitment ta' 90 suldat u milli jidher dak li kellu jsir f'Ottubru baqa' ma sarx.", "Kellu jsir ukoll recruitment ta' uffiċjali u jidhirli li diġa' kienu ntagħżlu n-nies biex jagħmlu l-korsijiet ħalli jsiru uffiċjali u hawnhekk nixtieq li l-Prim Ministru jgħidilna jekk dan il-proċess ta' recruitment hux se jkompli.", "Jiena ngħid li huwa essenzjali li dan ir- recruitment ma jaqtax.", "Nerġa' ngħid li l-Armata ġiet mogħtija rwol preċiż ħafna u dan l-aħħar konna ħloqna sistema ta' kif isir review kostanti ta' l-esiġenzi ta' l- Armata.", "Jien kont nippresidi regolarment il-laqgħat tal-kumitat ta' l- Armata fejn fuqu kien hemm rappreżentanza kemm tal-Korp tal-Pulizija - ġeneralment kien jattendi l-Kummissarju - kif ukoll tal-Foreign Office, fejn bħala regola kien jattendi l-Permanent Secretary.", "Fih innifsu dan kien juri d-dimensjoni li aħna tajna lill-funzjoni ta' l-Armata u jien nawgura li l-Armata tkompli miexja fuq dawn il-linji.", "Diġa' semmejt l- investiment li l-Maritime Squadron għandha bżonn u f'dan ir-rigward konna f'kuntatti biex nipprovdu l-equipment, inklużi patrol boats u affarijiet oħra, skond il-ħteġijiet tal-lum.", "Nixtieq li l-Prim Ministru jsib l- okkażjoni jgħidilna x'inhu l-programm ta' l-Armata għax, kif għidt, mill- budget wieħed ma tantx jifhem jekk il-proċess kif kien mibdi mill-Gvern tiegħi huwiex se jkompli.", "Fil-ministeru tal-Prim Ministru s-servizz pubbliku huwa qasam importanti ħafna.", "Fid-disa' snin u nofs li għaddew, is-servizz pubbliku wkoll ħa svolta bir-riforma li twettqet li mhux biss hija bidu ta' proċess, imma hija twettiq tal-proċess tar-riforma li ta riżultati tajbin u li żgur għandu jkompli jiġi msaħħaħ.", "Dan il-proċess wassal biex ikunu identifikati, tista' tgħid, l-istrutturi fid-dipartimenti kollha u stabbilixxa modi ġodda ta' kif isiru n-nomini fil-livelli l-aktar għoljin, jiġifieri fuq proċess ta' għażla li ssir wara talba għall-applikazzjoni, biex b'hekk japplika kull min hu lest li jimla' l-pożizzjoni ta' direttur f'xi dipartiment.", "Imbagħad wara ssir s-selection, bl-iktar mod oġġettiv, u l-persuna li tingħażel tingħata kuntratt ta' tliet snin.", "Din kienet innovazzjoni ta' importanza fundamentali għax kienet tfisser li min jokkupa l-karigi l-iktar għoljin fis-civil service se jkun soġġett għall-monitoring tal-performance tiegħu u ma' din ħloqna wkoll sistema fejn performance eċċezzjonali jew performance li tkun aktar milli normalment mistenni, tkun relatata ma' xi remunerazzjoni extra.", "Din kienet is-sistema li konna qegħdin indaħħlu bil-mod il-mod fil-livelli kollha tas-servizz pubbliku u dan biex nimmotivaw lill-membri kollha tas-servizz pubbliku.", "Imma din is- sistema kienet sejra twassal biex ikun hemm performance rating reali u biex jiġu ffissati objectives li jridu jintlaħqu.", "Jiena nieħu pjaċir nara li fil-mission statement ta' l-MPO fl-Estimi hemm imniżżel li din is-sena se titwaqqaf management efficiency unit u support and research unit.", "Jien ngħid li dan huwa kontinwazzjoni tal-politika tal- Gvern tiegħi u hija xi ħaġa essenzjali jekk irridu li dak kollu li sar s'issa ma jintilifx, anzi jkompli jissaħħaħ fis-snin li ġejjin.", "Ninnota li l-Gvern se jkompli wkoll bil-politika - fil-fatt hemm diversi drafts ta' dik li aħna konna qegħdin insejħulha Civil Service Act u li dan il-Gvern qed isejħilha Charter for the Public Service pero' nifhem li l-iskop huwa identiku - ħalli jkollna bil-liġi x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet u kif jiffunzjona tabilħaqq is-servizz pubbliku.", "Naħseb li biex issir liġi bħal din illum hemm bżonn li nagħtu wkoll ħarsa sew lejn l-obbligi kostituzzjonali li għandna l-Public Service Commission u nintegraw id- doveri li għandha - forsi anke b'xi emendi li jkun hemm qbil dwarhom - biex niżguraw li s-servizz pubbliku mhux biss ikollu l-garanziji li tagħtih l- Public Service Commission imma jkollna l-garanzija li dan is-servizz jibqa' jsir dejjem aktar effiċjenti.", "Nieħu pjaċir nara wkoll li qiegħda ssir enfasi fuq it-tkomplija ta' l- iżvilupp tal-computerised human resources information management system li żgur għandha tgħin ħafna biex il-Gvern ikun f'pożizzjoni li jippjana aħjar dwar id-deployment tan-nies fis-servizz pubbliku biex b'hekk nagħmlu l- aħjar użu tan-nies li għandna.", "Għad hemm ħafna u ħafna aktar x'isir u waħda mill-problemi li l-Gvern immexxi minni kien qiegħed jirrinfaċċja kienet in-nuqqas ta' recruitment fil-livelli importanti tas-civil service.", "Fis-servizz pubbliku hemm areas li huma kważi fi kriżi, anzi wħud minnhom huma fi kriżi, bħal, per eżempju, l-Uffiċċju ta' l-Attorney General.", "Hemm postijiet oħrajn fejn jinħass il-bżonn għal servizzi professjonali u mhux qed jinstabu nies f'dawn il-pożizzjonjiet li lesti li jidħlu fis-servizz pubbliku u naħseb li b'mod ġenerali s-sitwazzjoni ta' żvilupp li kien hawn f'pajjiżna ħolqot problemi ta' recruitment ta' nies fil-livelli mixtieqa fis-servizz pubbliku.", "Jien dejjem sostnejnt li għandna nkunu kburin bis- servizz pubbliku għaliex dan għandu tradizzjoni ta' servizz u effiċjenza.", "Huwa importanti li nkunu nafu kif il-Gvern se jimxi fuq il-ħtieġa li jsiru l-agreements ġodda wara li jiskadu dawk li konna għamilna fl-1995.", "Din il-Kamra tiftakar li meta beda l-proċess tar-riforma konna għamilna ftehim ma' l-unions kollha fejn konna dħalna għal reviżjoni radikali kemm tas-salarji kif ukoll tal-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Il-proċess ta' ftehim ma' l-unions li jirrappreżentaw il-ħaddiema kollha tal-gvern kien konkluż is-sena l-oħra u konna fil-proċess li mal-unions nesploraw kif nistgħu ngħaddu għal agreements għal ħames snin oħra.", "Hawnhekk infakkar li l-ftehim oriġinali ta' l-1991 kien jgħid espliċitament li meta jiġi biex jiskadi l-perijodu ta' ħames snin kellhom isiru konsultazzjonijiet mal- unions għal agreement għal perijodu ieħor, aktarx ta' ħames snin.", "Il-Gvern immexxi minni kien diġa' beda d-diskussjonijiet, jew aħjar, diġa' kien hemm feelers mal-unions dwar x'għandu jsir.", "Il-ħsieb tal-Gvern immexxi minni kien li jkun hemm framework agreement li mbagħad abbażi tiegħu jkunu jistgħu jsiru d-diskussjonijiet dettaljati mad-diversi setturi fis-settur pubbliku.", "Infakkar ukoll li kull agreement li jsir mal-unions għar-rigward tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku jrid jiġi backdated għall-1 ta' Jannar ta' l-1996.", "Dak kien il-ftehim li kien hemm mal-Gvern tiegħi u jien nistenna, kif ċertament il-unions qed jistennew, li dan il-Gvern ikun dispost li jonorah.", "Pero' jien fittixt fl-estimi biex nara jekk hemmx xi provision biex il-Gvern ikun jista' jagħmel tajjeb għal żidiet li jridu jingħataw backdated mill-1 ta' Jannar 1996.", "Nixtieq li l-Prim Ministru jgħidilna jekk fl-estimi hemmx ikkontemplat xi provision - naturalment l- ewwel iridu jkomplu d-diskussjonijiet mal-unions, li ma jistgħux ma jitkomplewx - biex imbagħad l-agreements li jintlaħqu jkunu jistgħu jiġu implimentati.", "Irrid ngħid ukoll li parti mill-istrateġija kienet li filwaqt li issa ġew konklużi l-agreements għall-ħaddiema kollha tal-gvern, diġa' kienu bdew jinbtu xi anomaliji u f'dan ir-rigward il-unions kienu ssottomettew talbiet ta' riformi għall-agreements li kienu saru.", "Nixtieq li l-Gvern jgħidilna fiex wasal u kif sejjer ikompli dan il-proċess.", "Jien diġa' għidt li l- istrateġija tal-Gvern tiegħi kienet li jkun hemm effort li jkun two- pronged, wieħed biex fi żmien qasir kemm jista' jkun jintlaħaq framework agreement mal-unions, biex fost affarijiet oħra jiġu aġġustati l-iskali tas- salarji abbażi ta' dak li kien ġie miftiehem ħames snin ilu, u ieħor biex il-konċertina li dak iż-żmien kienu qablu magħha l-unions kollha u li ġiet disturbata bid-diversi żidiet għall-għoli tal-ħajja li ngħataw tul dawn il- ħames snin tiġi aġġustata u allura l-iskali tas-salarju abbażi tal-ftehim li kien sar sitt snin ilu jieħu in konsiderazzjoni l-bidliet li saru minn dak iż-żmien sal-lum.", "Jien naħseb li s-servizz pubbliku jibqa' wieħed mill- aktar responsabbiltajiet importanti tal-Prim Ministru.", "Naturalment il-Prim Ministru jagħżel hu x'inkarigu ta' dikasteri jieħu, pero' jien impressjonat li l-Prim Ministru tal-lum għoġbu jieħu dikasteri wesgħin daqshekk għax mill-esperjenza li kelli wara l-ewwel ħames snin li għamilt bħala prim ministru, jien għażilt li fit-tieni Amministrazzjoni tiegħi innaqqas kemm jista' jkun ir-responsabbiltajiet diretti biex b'hekk ikolli l-possibbilta' li nsegwi aktar id-direzzjoni tal-pajjiż.", "L-aqwa funzjoni ta' prim ministru hija l-funzjoni ta' direzzjoni tal-gvern tiegħu u effettivament id-direzzjoni tal-pajjiż.", "Jien ma nistax ma nkunx kritiku, anzi kritiku ħafna tad-direzzjoni li l-Prim Ministru ta lill-gvern tiegħu f'dawn l-ewwel erba' xhur ta' l-Amministrazzjoni tiegħu.", "Jien naħseb li l- fatti li seħħew fl-għaxar snin li jien domt immexxi bħala prim ministru jitkellmu waħedhom u juru l-iżvilupp kbir li sar fil-pajjiż.", "Jien naħseb li meta wieħed jagħmel analisi ta' x'ġara fil-pajjiż fl-għaxar snin li għaddew, għandu jara li kien hemm running theme il-ħin kollu fl- Amministrazzjoni tiegħi u din ir-running theme kienet li Malta trid issir pajjiż modern f'kull sens.", "Id-deċiżjonijiet kollha li ħa l-Gvern tiegħi kienu ispirati minn ħsieb ewlieni, jiġifieri li Malta ma tikkuntentax b'dak li huwa second class, ma tikkuntentax ħlief bl-aħjar u proprju dan kien il- proċess li anima lil pajjiżna tul l-għaxar snin li għaddew.", "Allura aħna ma bżajniex nidħlu għal investimenti kbar biex din ir-running theme ta' l- Amministrazzjoni ssir realta' f'kull qasam.", "Kif jaf kulħadd, investejna bil-kbir bl-informatika, fit-telekomunikazzjoni, fl-enerġija u f'kull aspett li l-pajjiż kellu bżonn bħala infrastruttura u hawnhekk mhux biss tajna l-impressjoni, imma f'dawn l-investimenti kollha wrejna li l-pajjiż ma kienx jikkuntenta jekk mhux bl-aħjar.", "Naħseb li għal għaxar snin sħaħ irnexxilna noħolqu atmosfera li ġiet ikkomunikata lill-pajjiż kollu.", "Tista' tgħid li l-iskop uniku tal-pajjiż kien li ngħollu l-livell ta' l- għejxien tal-poplu tagħna.", "Jien naħseb li l-ispjegazzjoni għall-iżvilupp kbir għall-inizjattiva li wera l-poplu tagħna kienet eżattament il-fatt li rnexxilna nikkomunikaw fiduċja u li ma stajniex iktar nikkuntentaw b'dak li ma kienx proprju l-aħjar.", "Dan kien jirrifletti ruħu kullimkien.", "Jiena għadni kif smajt lill-Onor.", "George Pullicino jagħmel riferenza għar- rapport li sar fuq l-MSU fejn qal li min għamel dak ir-rapport skandalizza ruħu għaliex l-MSU għandha uffiċini moderni u għall-mod kif ġiet restawrata Villa Portelli.", "Jien naħseb illi dan jista' jkun id-difett kbir li se jkollu dan il-Gvern.", "F'dawn l-erba' xhur smajna kritika kostanti fejn qalulna li kollox huwa lussu, kollox huwa tberbiq u kollox huwa kapriċċ.", "Il-Gvern tiegħi kellu l-lussu illi jgħid: Iva, fl-ambjent tal-lum trid tagħmel uffiċini li huma attrezzati għall-funzjonament tagħhom u moderni biex jilqgħuk tmur taħdem fihom.", "Dan m'għamilnihx biss fl-MSU, għax jekk wieħed imur jara l-bini ġdid tad-dipartimenti tax-Xogħlijiet Pubbliċi u jara wkoll ir-refurbishments li kienu qegħdin isiru fl-Isptar San Luqa, jara li l-konċett tagħna kien li dak li l-Gvern tal-lum qed isejjaħlu \"lussu\" ikun in-norma.", "Il-\"kapriċċi\" tiegħi kienu kbar ħafna u l- akbar kapriċċ li semmew kien l-Isptar San Raffaele.", "Jiena ma nafx f'liema stadji wasal dan il-Gvern, pero' il-biża' tiegħi huwa li dan il-Gvern se jdaħħal lill-pajjiżna mill-ġdid fi psikoloġija in reverse tal-politika li kellna qabel għaliex issa l-aħjar sar lussu, l-aħjar sar tberbiq u l-aħjar sar kapriċċ.", "Per eżempju, insemmi l-proġett l-ieħor li għalkemm kien għadu 'l bogħod milli jiġi realizzat, il-Gvern tiegħi kien diġa' miexi b'serjeta' kbira biex ikollna administrative centre viċin il-Belt, jiġifieri x'imkien il- Furjana.", "Aħna ridna illi d-dipartimenti kollha tal-gvern jiġu miġburin f'administrative centre wieħed kif jixraq għaż-żmenijiet tal-lum.", "Jien sal- lum ma nafx x'ġara u ma nafx jekk il-Gvern dan il-proġett warbux jew jekk għadux jaħseb fuqu, pero' nerġa' ngħid li l-fehma tiegħi hija li waqt li l- leitmotiv kollu tal-politika tagħna kienet li nfittxu l-aħjar u li nagħmlu l-aħjar għal pajjiżna, il-Gvern preżenti qiegħed jagħmel bil-maqlub u qed jagħmel żball kbir.", "Il-politika tal-Gvern Laburista li kollox isejjaħlu lussu, li kollox isejjaħlu tberbiq u li kollox isejjaħlu kapriċċ fil-fehma tiegħi jista' jwassal biex il-pajjiż kollu jistaġna.", "U għalkemm dan il- Gvern ilu erba' xhur biss fil-poter diġa' bdew jidhru indikazzjonijiet li ma tantx huma sbieħ.", "Wieħed jista' jekk irid iħares lejn kif inhi sejra l- ekonomija tal-pajjiż u malajr jinnota li hemm slackening fir-ritmu li konna mexjin bih.", "Parti sostanzjali ta' dan li qed jiġri ġej bla dubbju ta' xejn mill-fatt illi l-Gvern jidher li nqabbad mhux preparat biex jiggverna u naħseb li l-akbar indikazzjoni ta' dan insibuha fil-famuża wegħda tat- tneħħija tal-VAT.", "Jiena smajt - u biċċiet minnhom rajthom ukoll - id-diversi sessions li kellu l-Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, inkluża dik tal-bieraħ, u meta l-Gvern mar f'dawn il-laqgħat ta' djalogu biex suppost jirrispondi u jispjega d-diffikultajiet li qajmu dawk li attendew dwar kif se taħdem din il-liġi - jew liġijiet - li se tieħu post il-VAT, bla dubju ta' xejn jien inħoss li dawn il-laqgħat urew kemm il-Gvern m'għandux ideat ċari dwar x'se jagħmel.", "Jidher li l-Gvern m'huwiex f'pożizzjoni illi jattwa din il-wegħda li kienet l-ikbar wegħda elettorali u, fil-fehma tiegħi, kienet il-wegħda li fl-aħħar elezzjoni effettivament ġabitlu l- maġġoranza assoluta tal-voti.", "Hemm bżonn illi l-Gvern isib il-mod kif jattwa din il-wegħda elettorali, jekk mhux interament, almenu in parti.", "Jiena diġa' għamilt il-pożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni ċara fis-sens li aħna jidhrilna li l-kwestjoni ta' tassazzjoni hija materja ta' interess nazzjonali.", "Skond il-white paper li għadha kemm ġiet ippubblikata jihder li l-prinċipji li hemm fl-istess white paper manifestament mhux se jneħħu l- elementi essenzjali tas-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT - karatteristika ewlenija tagħha hija li jkun hemm il-kontroll fuq l-attivita' ekonomika kollha billi tkun taxxabbli kemm fil-provvista ta' oġġetti kif ukoll fil- provvista ta' servizzi - u allura, ladarba din hija l-bażi ta' dak li jrid jagħmel il-Gvern, jien għadni nittama li jista' jsir sforz, u l- Oppożizzjoni lesta li tagħmel dan l-isforz, biex jintlaħaq consensus dwar sistema ta' tassazzjoni li tkun waħda permanenti.", "Naturalment, tkun permanenti fl-elementi essenzjali tagħha.", "Ma tkunx permanenti jekk gvern illum jimponi rata ta' taxxa u għada jimponi rata ogħla jew inqas, jew inkella li llum jeżenta ċerti servizzi u għada jeżenta xi servizzi oħra, pero' l-importanti huwa li nistabbilixxu sistema ta' tassazzjoni illi tkun verament waħda permanenti.", "Il-Gvern, nerġa' ngħid, sab ruħu mhux preparat u dan jirrifletti ruħu f'suġġett ieħor ta' importanza fundamentali, jiġifieri is-sens ta' direzzjoni ta' pajjiżna.", "Is-sens ta' direzzjoni ta' pajjiżna, mhux biss fis-sens immedjat anzi ferm iktar jekk wieħed jitkellem fuq long-term, kien, għandu u jibqa' li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Il-bieraħ jiena kont hawn u smajt lill-ħabib tiegħi, l-Onor. de Marco, jitkellem b'mod verament qawwi li jipperswadik dwar il-ħtieġa ta' politika Ewropea imma mbagħad skandalizzajt ruħi bid-diskors tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, l-Onor.", "George Vella, li jien ngħid kien wieħed mill-aktar diskorsi irresponsabbli li qatt għamel ministru f'dan il-Parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jiena ngħid li kien irresponsabbli politikament, u hawnhekk forsi niskużah għax ngħid li dan huwa frott ta' inesperjenza u frott ta' immaturita' li jiġi hawn il- Ministru għall-Affarijiet Barranin u jgħid li qagħad ifittex qalb il-karti fejn sab notamenti fuq xi nkontri li jien seta' kelli ma nafx ma' liema prim ministru jew ministru - naturalment ta' dawk il-laqgħat jinżammu l- minuti konfidenzjali - u qagħad jgħid x'qalli dak il-prim ministru jew ministru biex imbagħad ikun jista' jgħid: Qed tara kemm hi ħażina l- politika tal-Gvern ta' qabel!", "U dan għax f'dik is-seduta li jien kelli ma nafx fejn, kont esprimejt ruħi b'ċertu mod.", "Din m'hijiex serjeta' u biex inkun ħanin nasal biex ngħid li hija immaturita' u nuqqas ta' esperjenza.", "Pero' l-Onor.", "Vella jrid jitgħallem li ma jistax ikun li joqgħod jiġi fil- Parlament u jgħid: Jien sibt ittra konfidenzjali ta' ambaxxatur li rrapporta x'qallu ambaxxatur ieħor jew x'qallu ministru ta' pajjiż ieħor biex imbagħad jiġi jgħidilna kemm ħeba l-Gvern ta' qabel.", "Dan il-Gvern huwa gvern li kontinwament għaddej b'ħafna buzz words - waħda mill-buzz words hija l-\"ħabi\" u ripetutament jgħidu li dan huwa Gvern li ma jaħbix.", "Kieku l-Ministru Vella jrid jgħidilna kemm ma jaħbix, jien kont nistenna li jgħidilna: Isma' jien irċevejt kwestjonarju mill-Unjoni Ewropea, araw x'fih.", "U wara kien jgħidilna wkoll li l-kwestjonarju rrispondieh u li nistgħu naraw x'fih.", "Dan qed ngħidu biex jekk irid dan il- metodu ta' tmexxija jagħmel hekk.", "Jien ma naħsibx li dan hu l-aħjar metodu għax huwa evidenti li gvern ikollu bżonn perijodu ta' trattativi u perijodu ta' żmien biex jimmaturaw negozjati u diskussjonijiet.", "Mela jiġi hawn il-Ministru Vella u jgħidilna: Araw, imisskom tistħu li m'għidtux li kien hemm ambaxxatur li qalilkom biex toqogħdu attenti!", "Imma mbagħad jien ngħid ukoll li dan hu kollu nuqqas ta' esperjenza u immaturita' għax Allaħares l-Onor.", "Vella jaħseb li kulma jiktiblu ambaxxatur jew kulma jgħidlu kull min jiltaqa' miegħu jkun the gospel truth u li Allaħares il- gvern ma jimxix skond ma jgħidlu l-ambaxxatur jew il-konsulent jew whoever.", "Jiġifieri, jien ma nistax nifhem kif il-bieraħ l-Onor.", "Vella ma qalilniex x'inhuma r-raġunijiet veri għaliex Malta m'għandhiex tkun parti mill-Unjoni Ewropea jew għaliex illum biddlu l-istandards tagħhom.", "Issa ma jgħidulniex jekk Malta hijiex dieħla fl-Unjoni Ewropea imma l-Prim Ministru jgħidilna \"never say never\", u jien nifraħlu għax hekk hu, \"never say never\".", "Il-bieraħ jien kont nistenna lill-Onor.", "Vella jispjegalna r- raġunijiet għaliex s'issa dan il-Gvern għadu għaddej bil-politika li għandu għar-rigward ta' l-Ewropa, kif għamel tant tajjeb l-Onor. de Marco, u mhux jiġi joqgħod jiċċita minn xi ittra.", "Mr Chairman, nikkonkludi billi ngħid li s-sens ta' direzzjoni li qed jagħti l-Prim Ministru lill-Gvern tiegħu u lill-pajjiż mhuwiex is-sens ta' direzzjoni li għandu bżonn pajjiżna llum.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin li fadal issa huwa kollu għan-naħa tal-Gvern.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Mr Chairman, jien għamilt ġurnata nisma' l-kritika u l-kummenti li saru min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u l- kummenti u l-ispjegi li saru min-naħa tal-Gvern u se nerġa' nikkonferma dak li kkonfermajt ftit taż-żmien ilu, jiġifieri li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni għadha storduta bit-telfa elettorali u għadha ma stejqritx.", "Qegħdin nisimgħu kummenti ta' nies li huma maqbudin f'dik li jgħidulna time warp, jiġifieri f'sitwazzjoni fejn iż-żmien qisu waqaf għax il-mod kif qed jikkummentaw illum jinħass mhux biss antikwat, imma jkolli ngħid anke ipokrita.", "Ngħid hekk aktar u aktar meta mbagħad nisma' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li m'hawnx sens ta' direzzjoni.", "GĦaliex hu ma jaqbilx mas-sens ta' direzzjoni allura għalih m'hawnx sens ta' direzzjoni!", "L-Onor.", "Fenech Adami qal ukoll li aħna qisna ma għandna l-ebda proġetti jew programmi ċari.", "Hawnhekk, bir-rispett kollu, jien ngħidlu li l-viżjoni u l- programmi tagħna huma mfissra bl-aktar mod konkret u bl-aktar mod ċar fil- manifest elettorali tagħna fejn tkellimna dwar proġetti biex nagħmlu pajjiż tassew modern u soċjeta' moderna.", "Aħna għidna li rridu nagħmlu Svizzera fil-Mediterran, jiġifieri pajjiż li jkun miftuħ, modern u li jagħmel l-affarijiet bis-serjeta' u bil-galbu u fejn il-gvern ikun tal- Maltin u ta' l-Għawdxin kollha.", "Jien nitbissem meta nisma' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li aħna m'għandniex sens ta' direzzjoni għax fuq dan nirriferih, per eżempju, għal dak li kien qal hu meta daħal għall-ewwel darba fil-gvern.", "Ftit ġranet wara kien laqqa' lill-kapijiet tad-dipartimenti kollha u qalilhom: Jien ma nafx x'għandi nagħmel; il-manifest elettorali tiegħi jgħid ħafna affarijiet imma ħafna minn dak li jgħid huwa ħolm embrijoniku u allura intom tridu tgħiduli x'għandi nagħmel.", "Jien issa se nikkwota lil dak li llum ġie hawn biex jgħidilna li aħna m'għandniex sens ta' direzzjoni, ħalli naraw kif kien imexxi hu meta daħal fil-gvern f'Mejju ta' l-1987.", "Meta laqqa' quddiemu lill-kapijiet tad-dipartimenti mar qalilhom hekk:", "\"U allura nistenna li taraw il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista u nistenna wkoll l-inizjattivi mingħandkom kif il- proposti li hemm f'dak il-programm, li biċċiet minnhom huma embrijoniċi, biċċiet minnhom huma biss ideat, biċċiet minnhom huma tamiet aktar minn ħaġa oħra, kif dawk l- affarijiet nistgħu, mhux mil-lum għal għada, nattwawhom.\".", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jippretendi li aħna naħdmu fuq il-mudell ta' kif tkellem hu f'Mejju ta' l-1987?", "Jien ngħidlu li mhux hekk, anzi aħna qed nagħmlu l-affarijiet bil-maqlub ta' kif mexa hu.", "Sur Kap ta' l- Oppożizzjoni, is-sens ta' direzzjoni qiegħed hemm u għandna anke l-mandat dwar kif irridu naħdmu biex inneħħu t-taxxa tal-VAT.", "Fuq it-tneħħija tal- VAT għandna mandat preċiż u qed naħdmu fuqu b'konsultazzjonijet miftuħa, preċiżi u ċari u mhux kif għamiltu intom meta daħħaltu l-VAT fejn għajjartu lis-self-employed kollha ħallelin.", "Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni, milli jidher għalik il-fatt li wieħed jisma' u jitkellem bis-serjeta' fuq l-affarijiet juri li dak li jkun ma jafx x'qed jgħid.", "Pero' jien ngħid li dak l- assessment huwa assessment ta' xi ħadd maqbud f'time warp li għal min qiegħed jgħix tassew f'dan il-pajjiż spiċċa bir-riżultat elettorali.", "L- istil tagħna huwa differenti għax aħna nisimgħu u jekk wara li nisimgħu jkun hemm bżonn nibdlu, nibdlu b'mod preċiż, ċar u intelliġenti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid ukoll li aħna m'għandniex sens ta' direzzjoni rigward l-Ewropa.", "Dam is-snin jgħid li wasalna biex nidħlu mal- Fillandja u ma' l-Awstrija, imbagħad kienu jġibu lill-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin ta' \"X\", ta' \"Y\" , ta' \"Z\" u wara ħafna ikliet u ritratti jgħid li kulħadd iridna ġewwa.", "U kulħadd iżommna barra!", "Hekk kienet l-istorja u dak kien is-sens ta' direzzjoni!", "Dik kienet direzzjoni brillanti!", "Jien nifraħlu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni talli bħala prim ministru għamel għaxar snin iħabbat fuq il-bieb u baqa' fuq l-għatba.", "Imbagħad jiġi jgħid li kellu sens ta' direzzjoni!", "Mr Chairman, aħna għidna ċar x'inhuwa l-għan tagħna, jiġifieri Svizzera fil-Mediterran.", "Irridu nkunu ħbieb mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea b'rabta kuntrattwali li tirrispetta kemm dak li nixtiequ aħna fin-newtralita' tagħna u kemm dak li jixtiequ huma fid-dimensjoni Ewro-Mediteranja tagħhom.", "Mr Chairman, imbagħad x'ġara?", "Ġara li f'anqas minn sitt xhur wara li daħal il-Gvern Laburista se jkollna l-Konferenza ta' l-Euro-Med.", "Fi żmienhom saret xi ħaġa bħal din?", "GĦat-tieni darba, wara Barcelona, il-membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea u l- pajjiżi kollha tal-Mediterran aċċettaw unanimament li jiġu jiltaqgħu f'Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qatt ġrat din fi żmienhom?", "Hawnhekk se nirrepeti x'qalilna rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea.", "Din kienet l- ewwel darba li f'laqgħa ta' rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea kollha u l- pajjiżi kollha tal-Mediterran, iqum rappreżentant ta' l-Unjoni Ewropea u jgħid: \"Iva, naqblu li niltaqgħu f'Malta\"; imbagħad warajh iqum rappreżentant tal-pajjiżi Mediterranji mhux ta' l-Unjoni Ewropea, l- Algerin, li f'isimhom - inkluż l-Iżreal - jgħid: \"Iva naqblu li għandna niltaqgħu f'Malta.\"", "Hekk jiżvolġu l-affarijiet taħt Gvern Laburista li għandu sens ta' direzzjoni ċara u tajba.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Rigward is-sens ta' direzzjoni li għaddejjin biha fl-ekonomija rrid nispjega lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li r-rallentament ekonomiku ilu għaddej sena u nofs kemm fit-turiżmu, kemm fl-industrija kif ukoll fil- kummerċ.", "Ir-raġuni għal dan kienet il-politika żbaljata li mexxa l-Onor.", "Fenech Adami bħal, per eżempju, l-iżvalutar tal-lira u l-VAT li l-Gvern kien impona fuq l-ekonomija tagħna bl-aktar mod arbitrarju.", "B'hekk it- turiżmu mar lura, l-industrija irrallentiet, u fil-kummerċ daħlu wkoll inċertezzi kbar.", "Sur President, aħna x'qed nagħmlu?", "Aħna mill-ewwel fhimna għaliex ma għamlux il-budget u għaliex sejħu l-elezzjoni fiż-żmien li sejħuha.", "X'inhi d-direzzjoni li qed nagħtu?", "Hemm bżonn li nagħtu lill-ekonomija injection ġdida imma qabel irridu nissanaw il-finanzi pubbliċi għax ma jistax ikun li l-pajjiż f'dawk li huma finanzi pubbliċi jibqa' għaddej b'ħofra, ħofra, ħofra.", "L-Onor.", "Fenech Adami jinnega li hemm ħofra.", "Barra minn hekk, imbagħad l-ekonomija rridu mmexxuha 'l quddiem billi lit-turiżmu, l- aktar branka importanti tagħha, nagħtuh in-nifs li għandu bżonn.", "X'inhu l- ħsieb wara l-proġetti, fuq bażi micro, li għaddejjin għat-titjib tal- prodott fil-qasam turistiku?", "Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni, aħna lis-settur produttiv ta' l-ekonomija rridu nagħtuh l-injezzjoni li għandu bżonn ħalli r-rota terġa' tibda ddur sewwa u dan se nagħmluh billi l-ewwelnett inneħħu l-VAT ħalli nħaffu l-ispejjeż u allura t-turiżmu jkollu ċans jikkompeti aktar, kif ukoll billi matul din is-sena u s-sena d-dieħla ntejbu l- prodott.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni baqa' ma ndunax bid-dannu li għamel il-Gvern tiegħu lit-turiżmu f'dawn l-aħħar sentejn allura ngħidlu: Skużi, mhux talli int maqbud f'time warp, talli maqtugħ kompletament mill- ħajja ekonomika tal-pajjiż!", "Sur President, dan huwa s-sens ta' direzzjoni tagħna, li ntejbu l- kondizzjonijiet tat-turiżmu ħalli l-ekonomija terġa' timxi 'l quddiem biex imbagħad nagħtu wkoll ċans lill-industrija li tirpilja b'investiment ġdid u fl-istess ħin naħsbu - u dan qed nagħmluh - biex lis-setturi żgħar tas- self-employed u tal-manifattura nagħtuhom in-nifs meħtieġ ħalli jirristrutturaw u jimmodernizzaw.", "Dan huwa s-sens ta' direzzjoni li mexjin bih mentri n-naħa ta' l-Oppożizzjoni qiegħda tipprova tgħid: li m'huwa jsir xejn, li hawn l-inċertezzi, li ma nafux fejn sejrin.", "Pero' jien ngħid li l-affarijiet huma bil-maqlub għax is-sens tad-direzzjoni qiegħed hemm u diġa' għandna indikazzjonijiet li fil-qasam tat-turiżmu, per eżempju, skond ma qed jgħidulna l-operaturi, din is-sena se nilħqu mill- anqas il-livelli ta' l-1995.", "Jiena nittama li mhux biss nilħqu l-livelli ta' l-1995 imma li malajr kemm jista' jkun nilħqu dawk ta' l-1994.", "Malli t-turiżmu jerġa' jirpilja naraw fejn hu l-istaġnar li kellna f'dawn l-aħħar sentejn ħalli dan il-pajjiż jimxi tassew 'il quddiem.", "Fl-istess waqt se inkunu qegħdin insaħħu bl-aktar mod serju l-pożizzjoni tal-finanzi pubbliċi li kienet ġiet assolutment injorata mill-Gvern l-ieħor.", "Sur President, aħna rridu amministrazzjoni serja u moderna f'dan il- pajjiż u għalhekk se nerġa' nispjega l-mod kif ħdimna u kif irridu naħdmu.", "Aħna rridu nkunu gvern tal-Maltin u ta' l-Għawdxin kollha u mhux ta' ftit bażużli u barunijiet biss.", "Barra minn hekk, imbagħad, aħna irridu nidħlu f'partnership mas-settur privat u ma' l-unitajiet kollha fil-pajjiż li għandhom xi sehem x'jagħtu.", "F'dawn l-aħħar xhur aħna konna qed naraw kif nistgħu nagħmlu partnership f'oqsma fejn il-Gvern ta' qabel kellu kull ċans jagħmilhom u ma għamilhomx bħal, per eżempju, fil-qasam ta' l-informatika.", "Hawn ta' min jgħid li l-Kamra tal-Kummerċ staqsietna: Kif intom bħala gvern, għalkemm issemmu l-MSU u ħafna imperi u ħafna kuntratti, lis-settur privat assolutament insejtuh fl-informatika tant li ma ssemmiet l-ebda forma ta' kollaborazzjoni mal-privat f'dan il-qasam?", "Din tkellem dwarha l- Onor. Pullicino imma mid-dehra assolutament ma għandux idea tagħha.", "Aħna għidna lill-Kamra tal-Kummerċ li mhux veru ħallejniehom barra u stedinniehom biex nagħmlu kumitat ħalli naraw kif flimkien nistgħu nagħmlu politika dwar l-informatika.", "Fil-fatt dan il-kumitat sar, mexxieh sieħbi l-Ministru Joe Mizzi, u minn hawn u ftit ieħor se jkollna joint report bejn il-Gvern u s-settur privat fuq il-politika ta' l-informatika għall- futur.", "Sur President, se nsemmi aktar eżempji ta' fejn seta' kien hemm kollaborazzjoni u fil-fatt ma kienx hemm.", "Se nsemmi proġett li l-Onor.", "Fenech Adami jqisu bħala l-baby tiegħu.", "Bir-rispett kollu, jekk il-babies isiru b'dan il-mod allura se nispiċċaw b'zoo ta' mostri għax fil-fatt il- baby ta' l-Onor.", "Fenech Adami huwa mostru!", "Min ikollabora f'dan ix-xogħol?", "It-tobba u l-ispeċjalisti Maltin ġew mitluba jikkollaboraw?", "Lanqas xejn, ma tarax!", "Kollox telaq għal rasu!", "Kien hemm ftit bażużli, ħbieb ta' ma nafx min, li ħadu kollox f'idejhom.", "Aħna rajna li ma jistax ikun li nibqgħu naħdmu b'dan il-mod u għalhekk stedinna minnufih lill-Assoċjazzjoni tat-Tobba Maltin biex tagħtina l-veduti tagħha, kif fil-fatt għamlet u ta' dan minn hawn nixtieq nirringrazzjaha.", "Ta' min jgħid li aħna għidna wkoll lil din l-assoċjazzjoni biex tidħol magħna ħalli naraw x'se nagħmlu b'dan il-mostru ta' l-Onor.", "Fenech Adami.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Fenech Adami dan qed isejjaħlu kapriċċ.", "Pero' jien insejjaħlu mostru għax bil-mod kif fasslu, anke jekk stess kellu l-aħjar intenzjonijiet tad-dinja, welled mostru.", "Il-MAM qaltilna - u dan aħna naqblu miegħu - li jekk dan il-pajjiż għandu biżżejjed flus allura għandu jkollna sptar ġenerali ġdid imma ma għandux ikun hawn tnejn għax b'żewġ sptarijiet ikollna wisq spejjeż li dan il-pajjiż ma jiflaħx għalihom.", "Kif diġa' għidt, il-MAM qaltilna li jekk il-finanzi tal-pajjiż jifilħu għandu jkun hemm sptar wieħed ġdid, l-Isptar San Raffaele, għalkemm dawn qalulna biex inbiddlulu ismu.", "Imbagħad aħna għidna lill-MAM biex iħarsu ftit lejn dan il-baby sabiħ ta' l-Onor.", "Fenech Adami u jgħidulna kemm se jiġi jiswa.", "Min-naħa tagħhom dawn qalulna li kif inhu mibni u kif inhu mfassal - riedu jgħidu kif inhu mbażwar! - dan l- isptar jieħu biss 480 sodda u b'dan in-numru ta' sodod ma jistax ikollok sptar wieħed modern u ġdid.", "Meta mbagħad staqsejna lill-MAM u lill- periti tagħna jekk dan l-isptar jistax jerġa' jitfassal b'mod li jilqa' aktar minn 480 sodda dawn qalulna li ma jistax u, iktar minn hekk, qalulna li ċerti speċjalitajiet mediċi bżonnjużi lanqas se jkunu jeżistu fl-Isptar San Raffaele, bir-riżultat li jkollok tuża kemm l-Isptar San Luqa kif ukoll l-Isptar San Raffaele.", "Aħna qbilna li din hija ġennata.", "Imma dan huwa l-mod kif kien jaħdem il-Gvern preċedenti!", "Berbaq, berbaq, berbaq u mbagħad għada naraw, \"domani never comes\" kif kienu jgħidu fil-kanzunetta tas-snin ħamsin.", "Fejn hi d-direzzjoni li kellna qabel, Sur Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "Imma aħna m'aħniex se naħdmu b'dan il-mod, Sur President.", "It-time warp qiegħed fuq in-naħa l-oħra għax aħna qed naħdmu b'mod modern u b'mod li nkunu nistgħu nħarsu 'l quddiem b'sens ta' direzzjoni realistiku u f'partnership ma' dawk il-forzi kollha li lesti li jikkontribwixxu għall- pajjiż.", "Dan hu l-istil tagħna, għalkemm għall-Onor.", "Fenech Adami u sħabu din hija xi ħaġa li ma tistax issir.", "Meta inti tibda tmexxi b'dan il- mod allura tistaqsi lilek innifsek minn fejn se titlaq u għalhekk għidna li biex inkunu nafu minn fejn se nitilqu għandna nikkummissjonaw rapporti li jgħidulna x'inhi l-istampa reali.", "GĦax għamilna hekk qisha waqgħet id- dinja u ma nafx kemm attakki saru biex in-nies li għamlulna dawn ir- rapporti, li kollha huma professjonali, jiġu murija bħala nies tat-tiben.", "Jien niddeplora dan it-tip ta' attitudni għax għalkemm nemmen fil-politika u qed ngħix fiha, il-politika kif prattikata mill-Oppożizzjoni hija skaduta f'dawn l-affarijiet.", "Minflok ma l-Oppożizzjoni qed tiffaċċja r-realta' u tara kif verament saru l-affarijiet, qed tipprova tħammeġ lin-nies li għamlu r-rapporti kif ukoll qiegħda toskura ċerta data li ċertament ma tistax tinjoraha, bħal, per eżempju, fil-każ tar-rapport dwar l-MSU.", "Sur President, illejla smajna lill-Onor.", "Pullicino jitkellem dwar ir- rapport ta' l-MSU u sejjaħlu wieħed superfiċjali, magħmul ħażin u żbaljat.", "Bir-rispett kollu, jien ngħidlu li wara li rajt x'sarraf l-operat tiegħu fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija nista' ngħidlu li ma għandu l- ebda kredenzjali biex jikkritika rapport serju bħal dak li sar fuq l-MSU.", "Qed ngħid hekk ħalli din il-ħaġa nagħmilha ċara.", "(Interruzzjonijiet) (Onor. Membri: Hear, hear) Sur President, x'ħareġ mir-rapport ta' l-MSU?", "Minn hawn ħarġet strateġija mfassla apposta ta' kif se naħdmu u biex naraw eżattament kif nistgħu ninkwadraw lin-nies ta' l-MSU f'sitwazzjoni fejn ikunu jistgħu jagħtu xi ħaġa mit-talenti kbar li għandhom ħalli s-sistema pubblika timxi tassew 'il quddiem.", "Aħna fuq din il-linja ħdimna u għadna qegħdin naħdmu.", "L-ewwelnett, irrid nagħmilha ċara li fejn hemm bżonn, aħna se nibqgħu nużaw esperti barranin imma ma rridux li l-MSU tibqa' tintuża sempliċement bħala barumbara ta' esperti barranin bla bżonn jew b'mod esaġerat u mingħajr ebda kontroll.", "Din għidnieha qabel l-elezzjoni, fis-snin li fihom konna għadna qed nirrankaw għar-rebħa elettorali, u se nibqgħu ngħiduha issa bl-aktar mod razzjonali u raġonevoli.", "Sur President, ikun tajjeb li nispjega li l-MSU tagħmel żewġ tipi ta' xogħlijiet, dak li għandu x'jaqsam ma' konsulenza maniġerjali organizzattiva u dak li għandu x'jaqsam mat-teknoloġija ta' l- informazzjoni.", "Fuq il-bażi tar-rapport li sar aħna mexjin bi strateġija - l-Onor.", "Pullicino din lanqas biss intebaħ biha! - fejn is-sistema għal dak li għandu x'jaqsam ma' konsulenza maniġerjali organizzattiva li kien hemm fl-MSU se tiġi inkorporata fiċ-Ċivil u għal dak li għandu x'jaqsam ma' informatika se jkun hemm sistema differenti li taħdem fuq bażi ta' arm's length fejn il-kuntratti joħorġu direttament mid-dipartimenti konċernati - jiġifieri mhux ċentralment - u jiġu accounted for fl-accounts tal-gvern dipartiment, dipartiment u ministeru, ministeru.", "Imma aħna morna aktar 'il bogħod minn hekk għax ridna li minflok taparsi bord li jkun immexxi mit-tieni prim ministru ta' qabel, jiġifieri s-Sur Cachia Caruana - li kien imexxi kollox hu - ikun hemm bord ta' l-MSU li fuqu jkun hemm dawk in-nies aktar konċernati bix-xogħol ta' l-MSU, jiġifieri l-kapijiet taċ-Ċivil.", "GĦalhekk għidina li s-Segretarju Permanenti fl-OPM hu dak il-bniedem li huwa inkarigat mir-riżorsi - bħala funzjoni u mhux bħala persuna; għalkemm anke bħala persuna huwa validu ħafna - u allura għandu jkun l- aktar persuna importanti fil-bord ta' l-MSU jew, kif qed insejħulha, il- MITTS.", "Minn barra hekk daħħalna wkoll nies mis-settur privat li jistgħu jagħtuna l-għajnuna meħtieġa.", "Imbagħad illejla jiġi l-Onor.", "Pullicino u joqgħod jistagħġeb għaliex għamilna kumitat eżekuttiv biex jikkordina aħjar ix-xogħol tal-kumpannija!", "(Interruzzjonijiet) Imma, bir-rispett kollu, jekk inti ma tifhimx li hemm żmien ta' transizzjoni fejn dawn l- affarijiet iridu jsiru u jekk ma tifhimx li kumitat eżekuttiv ta' dan it- tip huwa maħsub biex jartikola l-affarijiet, allura mhux ta' b'xejn li anke int, Onor. Pullicino, bħal sħabek tinsab maqbud tassew f'din l-image skaduta ta' partit li tilef il-boxxla u li baqa' stordut wara r-riżultat ta' l-aħħar elezzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fill-kontest taċ-Ċivil, qegħdin nagħmluha ċara li hemm bżonn li ċ-Ċivil jimmodernizza ruħu.", "Hawnhekk smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem dwar kif huma tejbu l-uffiċini u kemm jinsistu fuq l-importanza li l- uffiċini jkunu sbieħ.", "Jien ngħidlu: Prosit imma, skużi, meta int kont prim ministru kont taf x'inhu għaddej fiċ-Ċivil tiegħek?", "Sur Kap ta' l- Oppożizzjoni, mort tara mhux il-ftit uffiċċji sbieħ li kellek bħala showcases 'l hemm u 'l hawn, imma l-kondizzjonijiet diffiċli li hemm aktar 'l isfel li wkoll huma parti essenzjali miċ-Ċivil?", "Żorthom dawn?", "Bilfors li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma żarhomx għaliex jien kelli, qed ikolli u jibqa' jkolli lmenti l-ħin kollu dwar il-kondizzjonijiet ħżiena li fihom qed jaħdmu ħafna uffiċjali taċ-Ċivil.", "Jien naċċetta li għad hemm ħafna kondizzjonijiet ħżiena u ħafna uffiċċji li m'humiex ta' livell mixtieq; imma allura mhux jossessjona ruħu għaliex ra żewġ uffiċċji sbieħ u b'daqshekk qisu solva l-problema!", "Din hija l-istess storja bħall- problemi ta' manutenzjoni u ta' kondizzjonijiet ħżiena li hemm fl-iskejjel.", "B'liema arroganza intellettwali - biex ma nużax kelma oħra - jiġi ex- prim ministru hawnhekk u jiftaħar li ma jiddejjaqx li qed jikkritikawh li għamel kullimkien uffiċċji sbieħ meta dan mhux veru?!", "Għandu tlieta, erbgħa, ħames postijiet li jurihom meta jkollu xi okkażjoni fuq it- television imma mbagħad ir-realta' li hemm fl-uffiċini u fl-iskejjel hija bil-maqlub ta' dak li qed jgħid hu.", "Fil-kampanja elettorali kien qal li fl-iskejjel kulma hemm huma xi żewġ ħġiġiet imkissrin!", "Din hi t-tip ta' tmexxija li kont qed tipproponi u li qed tipproponi lil dan il-pajjiż, Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni?!", "Bir-rispett kollu lejk, għalhekk spiċċajt skadut għax ma tistax tibqa' tgħid il-ħrejjef lill-poplu u ma tistax tibqa' sejjer b'din l-idea li permezz ta' retorika mibnija b'mod sabiħ se tibqa' tlellex il-mentalitajiet tal-poplu ad infinitum.", "GĦalhekk anke fil- qasam taċ-Ċivil irridu nirrikonoxxu li hemm bżonn ta' evalwazzjoni sħiħa tal-modi kif isiru l-affarijiet.", "Jien, l-ewwel wieħed, qed nirrifletti aktar fuq dak li sibt bħal, per eżempju, il-mod kif isiru l-kuntratti fil-livelli għolja taċ-Ċivil għax din hija waħda mill-affarijiet li m'iniex konvint minnha.", "Fuq din il-ħaġa diġa' kelli diskussjonijiet estensivi internament u nixtieq li nersqu għal soluzzjoni, mhux bħas-soluzzjoni li rċevejna, għax taħt il-veneer ta' kuntratti li suppost huma flessibbli, effettivament fl-istratum għoli taċ- Ċivil daħħalna l-flessibbilta' ġdida li, fl-opinjoni tiegħi, lanqas tassigura, accountability serja.", "Imbagħad, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsieni x'se nagħmlu mal-unions.", "Mal-unions aħna se ninnegozjaw, se niddiskutu u se nagħtuhom il-pożizzjoni tagħna ċara biex minn hemm nimxu 'l quddiem.", "Se nidħlu wkoll fuq oqsma ġodda fejn, fl-opinjoni tagħna, tħallew problemi kbar bħal, per eżempju, il- problema tas-senior principals.", "Jiena tkellimt kemm-il darba fuq il-mod kif kien sar l-eżami tas-senior principals mill-Amministrazzjoni preċedenti u qbilt ma' dawk li kienu lmentaw li l-mod kif sar l-eżami u l-mod kif tmexxa l-eżami ma kienx ġust ma' kategorija sħiħa ta' uffiċjali li ħafna minnhom huma uffiċjali anzjani u li taw servizz tajjeb.", "F'dawn l-aħħar tliet xhur tkellimna fuq dawn l-affarijiet, għalkemm kien hemm min qalli: \"Kemm qed teħodhom bil-mod l-affarijiet\".", "Jiena l-affarijiet neħodhom bil- pass tagħhom u nibqa' ninsisti li ħadd m'hu se jgħaġġilni aktar milli hemm bżonn ngħaġġel u ħadd m'hu se jżommni lura aktar milli hemm bżonn.", "Dan huwa s-sens ta' direzzjoni li nipprattikaw aħna.", "Fuq il-kwestjoni tas- senior principals irrid ngħid li wara d-diskussjonijiet li għamilna wasalna għall-konklużjoni - u se nimxu fuq din il-konklużjoni - li hemm bżonn jingħata ċans ieħor lil dawk is-senior principals li jew m'għaddewx mill- eżami jew inkella ma resqux għalih.", "Fuq din il-ħaġa rridu nimxu b'mod li ma nagħmlux ħsara lil dawk li qagħdu u għaddew.", "Għalhekk se jkun hemm eżami ġdid li se jkun f'forma ta' extended interview li jkun aktar bilanċjat u ċertament mhux żbilanċjat kif kien organizzat mill-MSU ta' dak iż-żmien illi bbażat kollox fuq xogħol li kellu x'jaqsam ma' nies li jaħdmu Kastilja jew li kienu midħla ta' l-MSU.", "L-iskop ta' dan l-extended interview huwa li jittestja anke r-writing skills ta' min ikun kif ukoll jirrifletti varjeta' ta' esperjenzi fiċ-Ċivil.", "Jien inħoss li dan huwa approach li jagħti ċans ġdid lil dawk l-uffiċjali taċ-Ċivil li bir-raġun iħossuhom li ngħataw il-ġenb bl-eżami tas-senior principals.", "Aħna se nieħdu l-passi meħtieġa ħalli dan l-eżami l-ġdid ikun opportunita' ġdida trasparenti u ġusta għal kulħadd mingħajr ma jsir dannu lil dawk li diġa' għaddew mill-eżami ta' senior principals.", "Jien inħoss li dan huwa l-mod kif għandna naħdmu, jiġifieri li nirriflettu fuq il-ħtieġa li nagħtu ċans lil kulħadd mingħajr il-possibbilta' ta' abbużi jew ta' skariġġi ta' ġustizzja.", "Dan il-Gvern jinsab impenjat ukoll li jagħmel dak kollu li jista' biex jitnaqqas l-ammont ta' ħela fis-sistemi tal-gvern.", "Teżisti din il-ħela.", "It- target tal-Gvern f'din l-area jrid ikun il-konċett ta' value for money.", "Għal kull lira li ċ-ċittadin qed ipoġġi fis-sistema pubblika għandu dritt jistenna li għallinqas jirċievi lura l-lira li jkun poġġa.", "Jien ngħid li għandu dritt jirċievi aktar minn hekk imma ħalli naslu għallinqas li għal kull lira li npoġġu nirċievu lira lura.", "GĦaldaqstant, waħda mill- affarijiet li se nisħqu fuqhom - m'għandix dubju li l-Oppożizzjoni se tagħmel minn kollox biex tipprova tieħu vantaġġ politiku jew tagħtina gambetti fuqha - hija li kull persuna impjegata mal-gvern għandha d-dmir li tagħmel ix-xogħol li qed titħallas għalih.", "Se nkunu lesti nieħdu l-passi dixxiplinarji kollha li hemm bżonn kontra kull skartar, jagħmlu min jagħmlu, għax il-poplu għandu d-dritt li jistenna dan minna.", "Din se tkun waħda mill-affarijiet li se nisħqu fuqhom meta nkunu qed nitkellmu dwar kif iċ-Ċivil għandu jimxi 'l quddiem.", "Sur President, issa se nitkellem fuq Għawdex, pero' ma nixtieqx intawwal għax diġa' tkellem tajjeb ħafna dwaru sieħbi s-Segretarju Parlamentari għal Għawdex.", "Illejla kellna ħafna diskors fieragħ dwar kif lil Għawdex waddabnieh taħt it-tapit, insejnieh u kkolonizzajnieh; għal ftit ma stħajjiltnix qisni r-rappreżentant tar-Raj li sejjer New Delhi biex nieħu over Għawdex meta konna qed naqsmu bil-Gozo Channel!", "Dawn l- esaġerazzjonijiet, jagħmilhom min jagħmilhom, ikomplu jikkonfermaw kemm l- Oppożizzjoni hija maqbuda fit-time warp ta' qabel l-aħħar elezzjoni.", "Għax min jista' jemmen li hemm xi ħsieb li lil Għawdex ma nqisuhx mhux biss bħala parti minn Malta, imma bħala parti essenzjali minn dan il-pajjiż kollu kemm hu!", "Jien niskanta meta nisma' argumenti fjakki u redikoli bħal dawn.", "Qalu li se naqflu lis-Segretarju Parlamentari għal Għawdex fit-torri ta' Kastilja u minn hemm se jmexxi lil Għawdex bir-remote control.", "Imma dawn xi ħmerijiet huma!", "Kif nistgħu nikkonċepixxu li raġel matur u ta' ċerta esperjenza bħall-ex-ministru għal Għawdex joħroġ bi ħrejjef bħal dawn!", "Li joħroġ bihom xi disc-jockey ta' xi radio station mitluf forsi, imma l-ex-ministru għal Għawdex!", "Anzi aħna qed ngħidu li s-Segretarju Parlamentari għal Għawdex se jkollu s-sede sħiħa tiegħu f'Għawdex u se jkollu wkoll uffiċċju f'Kastilja biex nuru u nirrinforzaw is-sentiment ta' kemm Għawdex għandu saħħa u kemm se jibqa' jkollu saħħa f'dan il-Gvern, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imbagħad, meta nisma' hawnhekk lill-Onor.", "Tabone bil-qdusija kollha jibqa' jinsisti li jippreżenta t-tariffi li nbidlu fil-Gozo Channel b'ċertu mod, jien ngħid: Imma l-irresponsabbilta' safejn tasal!", "Jekk kien hemm xi ħaġa li rrabjatni f'dawn l-aħħar tlieta jew erba' xhur kienet proprju l-istorja tal-Gozo Channel fejn tlieta jew erbat ijiem qabel l- elezzjoni, il-Gvern preċedenti iffirma kuntratt oxxen - nibqa' ngħidha dik il-kelma - li jorbot lill-Gozo Channel u lill-poplu t'Għawdex b'Lm20 miljun - li magħhom irirdu jiżdiedu Lm10 miljun oħra, imma ħallihom l-Lm10 miljuni l-oħra - marbuta anke permezz ta' ftehim bil-Bank Ċentrali, ma' żieda kruċjali fit-tariffi tal-Gozo Channel.", "Dik hija r-realta' u l-poplu Għawdxi fehemha din il-ħaġa.", "Jiena diġa' għidt li kien ikun aħjar li kieku kkomunikajna qabel mal-poplu Għawdxi, pero' meta spjegajnielu l-affarijiet u meta għamilna ftehim mal-partijiet konċernati ħarġet ir-realta'.", "U l- verita' hija li bir-retorika antikwata ta' l-avukati tista' tlellex lill- poplu għal ftit taż-żmien, imma mbagħad jasal mument fejn ma tkunx tista' tibqa' sejjer b'din il-ħaġa, Sur President.", "L-impenn tagħna għal Għawdex mhux talli huwa aqwa minn tal-Gvern preċedenti, talli bis-sistema li qed immexxu aħna se jħalli riżultati aħjar għal Għawdex.", "Meta mbagħad nisma' lill-Onor.", "Tabone jgħid: \"Għax se tmorru tbajdu xi żewġ għases!\", jien ngħidlu: Għax m'għamilthomx int, Onor. Tabone?", "Min żammek li tagħmel dan?", "Int, li kont daqshekk omnipotenti bħala ministru għal Għawdex, l-għases t'Għawdex ħallejthom jaqgħu biċċa biċċa!", "Tant bniehom tajjeb, li dik ta' Marsalforn, l-aktar area turistikament importanti f'Għawdex, kienet qed taqa' biċċa biċċa!", "Sur President, aħna se nimxu 'l quddiem ukoll bil-kunsill reġjonali għal Għawdex li huwa konċett ġdid u importanti.", "Għaliex huwa importanti?", "B'dan il-mod aħna se nkunu qegħdin naħdmu fuq il-konċett ta' reġjun mhux biss permezz ta' politika reġjonali imma permezz ta' istituzzjoni reġjonali li, b'mod maħsub u maħdum, se ddaħħal fil-proċess tad-deċiżjoni lill-forzi kollha elettivi f'Għawdex.", "Dan se jkun marbut ukoll mat-tħejjija ta' pjan ta' żvilupp għal Għawdex.", "Kif spjega sieħbi l-Onor.", "Anton Refalo, se nkunu qegħdin naħdmu fuq l-ewwel abbozz tal-white paper li se tiġi ppubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.", "Irrid ngħid li għalkemm min ħadem fuqu ħadem tajjeb ħafna, għadni m'iniex sodisfatt biżżejjed b'dan l-abbozz u naħseb li għandu jkun aktar folt.", "Din aħjar nispjegaha għaliex imbagħad malajr jgħidulna li m'għandniex sens ta' direzzjoni!", "Qalulna: \"Ippubblikajtu white paper.", "Grazzi!\"", "Irrid nagħmilha ċara li aħna se nippubblikaw white paper għad- diskussjoni biex nisimgħu l-kummenti ta' kulħadd.", "Dawn se jkunu tip ta' diskussjonijiet bħal dawk li qed ikollna fuq is-sistema ġdida li se ndaħħlu minflok il-VAT, fejn se nisimgħu u mhux se nimponu.", "Fid-diskussjonijiet aħna se nkunu open u se nisimgħu l-kummenti li jsiru kemm mill-Għawdxin u anke mill-Maltin u se nkunu lesti li nibdlu fejn ikun hemm bżonn.", "Meta l- white paper tiġi diskussa u nkunu wasalna għad-deċiżjonijiet, imbagħad nagħmlu liġi biex inwaqqfu kunsill reġjonali għal Għawdex li fost l- inkarigi tiegħu se jkollu dak li jipprepara pjan ta' żvilupp reġjonali għal Għawdex li jiġi mressaq quddiem dan il-Parlament.", "Dik se tkun il-linja tagħna fuq Għawdex.", "Mela jiġu jgħidulna: Qed tara, m'għandkomx sens ta' direzzjoni fuq Għawdex!", "Ħallihom jgħidu li jridu, għax xorta waħda dak se jkun l-istil tagħna.", "Aħna mhux se nimponu, kif kien jiġri qabel, taħt retorika kollha fiammeggiante.", "Issa ħalli nitkellem fuq xi ħaġa li naħseb li kienet l-aktar waħda li ġiet diskussa b'mod intelliġenti min-naħa ta' l-Oppożizzjoni bejn dalgħodu u llejla, jiġifieri l-Intern u l-Pulizija.", "L-Onor.", "Borg għandu ċertu stil kif jitkellem li nista' ngħid nammirah u kieku ż-żmien kien aktar ħanin miegħu forsi kien ikun l-aħjar Ministru ta' l-Intern li qatt kellha l- Amministrazzjoni preċedenti, imma ż-żmien ma kienx ħanin miegħu!", "Pero' bir- rispett kollu lejh, meta jitkellem fuq xi ħaġa bħall-amnestija li ngħatat wara l-aħħar elezzjoni, ikolli ngħid li jaf ikun mhux biss intelliġenti imma wkoll ipokrita.", "U bilfors ikollok tgħid: Imma għaliex bniedem intelliġenti bħal dan qed iħoss il-bżonn li jkun ipokrita b'dan il-mod?", "Għandu għalfejn?", "Jien nemmen li għandu bżonn ta' xi ħaġa biex iniggeż lil dan il-Gvern għaliex ma tantx għandhom biex iniggżuh u qed ikunu l-ħin kollu ċassi u qishom storduti.", "Imma wara kollox, għandu għalfejn ikun daqshekk ipokrita?", "Imbagħad tgħid: Dan qed jaħseb fil-ħniżrija li ġrat dwar Queiroz, per eżempju, li mhux biss kien ingħata amnestija min-naħa tal- Gvern preċedenti imma kienu wkoll bagħtuh b'biljett ta' Lm2,000 jew Lm3,000 għal Rio de Janeiro minħabba li kellu xi ħaġa fil-fwied?", "Imma issa ħass li kellu xi ħaġa biex iniggeż lill-Gvern Laburista u qalilna: Il-Gvern Laburista ikkommetta l-oxxenita' li ta amnestija li biha l-assassini tas- Sinjura Douglas ħarġu mill-ħabs meta fiż-żmien li kienu fl-Oppożizzjoni għamlu daqshekk plejtu li se jkunu fermi ma' min joqtol lill-anzjani.", "Jien għidt: Dan id-deputat kien ministru; jaf kif jaħdmu l-affarijiet u jaf ukoll x'tip ta' amnestiji kienu jingħataw mill-Gvern preċedenti.", "Qatt il- Gvern preċedenti għamel il-limitazzjonijiet qawwija li għamel dan il-Gvern fuq min jingħata amnestija?", "Le, anzi l-amnestija kienet tingħata lil kulħadd.", "Fil-każ ta' l-amnestija li ngħatat taħt dan il-Gvern domna żewġ seduti niddiskutu fil-Kabinett x'għandhom ikunu l-limitazzjonijiet.", "Din kienet limitazzjoni drakonika għaliex min ikun hu taħt piena ta' assassinju ta' anzjani kien eskluż minnha.", "Allura għidt: Imma l-Onor.", "Borg ma jifhimx x'seta' ġara?", "Dan għidtu aktar u aktar wara li jiena tlabt biex nara x'amnestiji kienu ngħataw taħt il-Gvern preċedenti dawn il-persuni li kienu taħt il-piena għall-qtil ta' Mrs Douglas.", "Fil-fatt dawn kienu weħlu 17-il sena ħabs, imbagħad ġara li fis-26 ta' Mejju 1989, fl-okkażjoni tal- ħatra ta' l-ex-President Censu Tabone, kienu ħelsulhom seba' xhur kull wieħed; fl-20 ta' Settembru 1989, għall-25 anniversarju ta' l-Indipendenza, kienu ħelsulhom seba' xhur kull wieħed; fit-23 ta' Mejju 1990, meta ġie l- Papa, kien inħelsilhom xahar kull wieħed u fl-20 ta' Mejju 1992, għall-50 anniversarju mill-għotja tal-George Cross, ħelsulhom 17-il xahar kull wieħed.", "Skond ir-rapport li għandi jien, jirriżulta li b'dawn l-amnestiji kollha, sa Diċembru tas-sena li għaddiet, mis-17-il sena li kellhom bħala piena kien baqgħalhom iservu anqas minn sena.", "JIġifieri l-pożizzjoni kienet li bl-amnestiji li ngħataw ġabuhom b'anqas minn sena ħabs xi jservu!", "Issa aħna kif ħdimna, Sur President?", "Meta l-Kabinett għamel il- limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet fuq l-amnestija, dawn intbagħtu lill- Avukat Ġenerali tar-Repubblika biex jaħdem fuqhom.", "Jiena ninsisti li l- ebda ministru, inkluż jien, ma tkellimna jew ma ndħalna f'dak il-proċess.", "La kellna għalfejn u ninsisti li m'għandniex għalfejn nindaħlu; aktar tard nitkellem fuq l-implikazzjoni ta' dak li qed ngħid.", "Ħadd minna ma daħal f'din il-biċċa xogħol u, nerġa' ngħid, ma kellniex għalfejn nidħlu.", "Din inħadmet mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika b'kordinament mal-ħabs u għaliex hija materja teknika naturalment saret diskussjoni dwar kif għandha tkun din l-amnestija.", "Nerġa' ngħid li din kienet bażi liberali li jien ma naqbilx magħha.", "Dawn inħelsu minħabba d-deċiżjoni li ttieħdet u peress li dawn in-nies kellhom anqas minn sena x'jiskontaw.", "Ir-responsabbilta' hija waħda amministrattiva u qed nispjegaha b'dan il-mod apposta ħalli nkunu ċari u għaliex hemm implikazzjonijiet oħra f'dan li qed ngħid.", "Hawnhekk għandi ittra li bagħat l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali fejn spjega dak li ġara.", "Fil- fatt nixtieq inpoġġi kopja ta' din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli tkun għall-konjizzjoni pubblika u biex l-affarijiet ikunu trasparenti u ċari.", "Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra mibgħuta mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika lill-Ministru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali fil-5 ta' Frar 1997, dwar l-amnestija li ngħatat lill-ħabsin.", "Meta qed ngħid dan, irrid ngħid ukoll li jien nibqa' nemmen mija fil-mija li f'dak li għamel l-Avukat Ġenerali mexa in good faith u skond kriterji li huwa qies bħala korretti.", "Huwa kritikabbli daqskemm jien kritikabbli jien, imma ċertament li nibqa' ngħid li mexa in good faith u b'dak li ħaseb li kienu kriterji tajba.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imma dan il-punt imur aktar 'il bogħod minn hekk, Sur President.", "Jiena għamiltha ċara li l-ebda ministru, inkluż jien, ma ndħalna f'din il-ħaġa.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi tas-sigurta', servizzi tal-Pulizija, u servizzi tal-Ħabs u ta' l-Armata, hemm bżonn ta' stil ġdid ta' tmexxija f'dan il-pajjiż.", "Ma jistax ikun li l-ministru jew il-prim ministru jibgħu jkunu n-nies li jmexxu bl-ispag bl-aktar mod dirett u bl-aktar mod ċar.", "Kieku ridna, malli dħalna fil-gvern stajna keċċejna lill-Kummissarju kif kienu għamlu huma, stajna biddilna u qtajna ras kulħadd kif kienu għamlu huma.", "(Interruzzjonijiet) Imma aħna ma ħdimniex b'dak il-mod u din nibqgħu ninsistu fuqha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debates.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aħna ma ħdimniex b'dak il-mod u ma rridx li naħdmu b'dak il-mod.", "Jiena rrid li niżviluppaw sistema fejn is-servizzi tas- sigurta' jkunu tassew teknikament responsabbli li nistgħu nħarsu lejhom b'ċertu mod u li nistgħu nirrispettawhom.", "Jiena għalhekk ma mortx inżuru il-ħabs, għaliex ma ridtx nispiċċa kif kienu jispiċċaw il-ministri tagħhom fejn kienu jimmanipulaw x'jiġri fil-ħabs.", "Jiena ma ridtx nagħmel kif kienu jagħmlu l-ministri ta' qabel li kienu jidhru ma' min jidher fil-ħabs u mbagħad fil-ħabs stess joħolqu rebus minħabba dawn l-affariijet.", "Aħna ma rriduhomx dawn l-affarijiet u din hija waħda mill-affarijiet li nibqgħu ninsistu fuqha.", "Fill-Pulizija wkoll irridu niżviluppaw kultura ġdida f'dan il-pajjiż ħalli s-servizzi kollha tas-sigurta', il-Pulizija, l-Armata u t-tmexxija tal-ħabs ikunu tassew trasparenti u professjonalment aċċettabbli minn kulħadd.", "Eventwalment jien nixtieq li tiġi żviluppata sistema fejn ċerti affarijiet li jkunu qed jiġru nkunu nistgħu nikklerjahom b'mod konfidenzjali bejn gvern u oppożizzjoni ħalli kulħadd ikun jaf fejn qegħdin.", "Jiena nixtieq - din hija waħda mill-aqwa ambizzjonijiet tiegħi u huwa s-sens ta' direzzjoni li rridu naħdmu fuqu - li eventwalment naslu għal sitwazzjoni fejn inkunu nistgħu ngħidu, fuq bażi konfidenzjali, per eżempju, fuq il-ħabs u fuq il-ġlieda kontra d-droga.", "Mela le!", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet isiru imma ċertament mhux f'sitwazzjoni fejn il-Pulizija, il-Ħabs u anke l-Armata - l-inqas l-Armata - jidhru li huma manipulati jew manipulabbli.", "Din hija s-sitwazzjoni li għandna quddiemna bħalissa u din hija s-sitwazzjoni li writna.", "Nerġa' ngħid, kieku rrid ma nistax nieħu ċerti azzjonijiet fuq l-SAG?", "Dażgur li nista', imma dawn l-azzjonijiet ma neħodhomx għaliex dak m'huwiex il-mod kif isiru l- affarijiet jekk tassew irridu riforma serja u mhux it-taparsi riforma li għamiltu intom fejn bl-aktar mod oxxen qlajtu nies biex daħħaltu tagħkom.", "Aħna mhux se naħdmu b'dan il-mod u l-poplu ma jistenniex minna li naħdmu b'dan il-mod.", "Dan huwa x-xogħol li rridu nwettqu u huwa dak li qegħdin inwettqu.", "Jiena, wara kollox, suppost li qed nitkellem ukoll dwar ċerti punti li żbalja fihom l-Onor.", "Tonio Borg.", "Mela ħalli nsemmihom ukoll.", "Per eżempju, semma l-Voti Kapitali fuq il-Pulizija u qal: Ara x'għamlu, naqqsu l-Vot minn dak tas-sena li għaddiet!", "U dan meta kienu jgħidu li jridu jinvestu fit-taħriġ u fl-equipment tal-Pulizija.", "Bir-rispett kollu, meta tkun għamilt erba' xhur jew ħames xhur maqtugħ mill-ministeru tibda titlef il- feel ta' kif isiru l-affarijiet u hekk ġralu dalgħodu l-Onor.", "Membru.", "Il- Vot Kapitali tagħna fuq l-equipment għall-Pulizija żdied u mhux naqas.", "L- Onor. Borg jidher li ma ndunax li l-Vot tas-sena li għaddiet kien hemm parti sostanzjali minnu għall-fire-fighting equipment u dan issa daħal taħt il-proġett ġdid tal-Malta Civil Protection Plan, li jaf bih ukoll.", "Jiġifieri dan ittieħed mill-Vot kapitali ta' l-equipment u daħal taħt item ieħor.", "Allura, f'termini reali, il-Vot ta' l-equipment għall-Pulizija mhux naqas imma żdied, Onor. Borg.", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦalhekk trid toqgħod attent kif tagħmel il-kritika fuq dawn l-affarijiet għax xi kultant, intelliġenti kemm inti intelliġenti, tiżloq ukoll, anke fin- niexef!", "Imma issa ħalli ngħaddi għal xi ħaġa oħra li ssemmiet dalgħodu, l-ġlieda kontra d-droga.", "Sur President, l-Onor.", "Borg qal li qed nippolitiċizzaw il-ġlieda kontra d- droga.", "Imma billi jikkwota \"l-orizzont\" u \"it-torċa\" jfisser li l-Gvern qed jippolitiċizza l-ġlieda kontra d-droga?", "Allura b'dan l-argument jien nista' ngħid li intom qed tippolitiċizzawha permezz ta' \"The Times\" u \"The Malta Independent\"!", "Il-gazzetti \"it-torċa\" u \"l-orizzont\" ma jitkellmux għall-Gvern u għalhekk mhux veru li aħna qed nipprovaw nippolitiċizzaw il- ġlieda kontra d-droga.", "Aħna qegħdin naħdmu b'mod li jkollna aktar informazzjoni serja dwar id-droga u b'mod li jkollna strateġija tali li ma tkunx tal-biċċiet.", "Jien niddejjaq iktar minnek meta fil-gazzetta naqra xi statements li jagħtu wieħed x'jifhem li qed nirbħu l-ġlieda kontra d-droga għax jien ma nemminx li qed nirbħu l-ġlieda kontra d-droga, anzi jien nemmen li din il-ġlieda għadna lanqas biss bdejnieha.", "Jien minn dejjem għidt li l-ġlieda kontra d-droga hija gwerra u dejjem ninsisti li meta tagħmel gwerra ma twaddabx mill-ewwel lill-battaljuni tiegħek 'il quddiem għax dak ikun żball imma trid tippjana kampanja fit-tul.", "Fil-fatt aħna dak li qed nagħmlu, qed nippjanaw kampanja fit-tul biex l-ewwel ikollna l- equipment lest, in-nies imħarrġa u l-pożizzjoni tagħna magħżula, imbagħad meta jasal il-waqt immexxu.", "GĦall-ajruplani, għat-tankijiet u għall- battaljuni jrid ikollna avvanz ġenerali imma aħna għadna ma wasalniex f'dak l-istadju u allura bħalissa m'aħniex qed naħdmu b'dak il-mod.", "Bħalissa qed naraw kif nistgħu nibnu l-istrutturi tagħna u minn hawn qed toħroġ l- istrateġija tagħna għal riforma fil-Korp tal-Pulizija.", "Għaliex qed naħdmu b'dan il-mod?", "Jien nemmen li l-ewwel trid timmodernizza l-istrutturi tiegħek b'ċerta serjeta' - mhux biċ-ċekċik li l-Onor.", "Fenech Adami kien taparsi jagħmel bl- MSU u biċ-Ċivil - b'ċertu focus u b'ċertu studju ta' dak il-proċess li bih tkun se twettaq il-bidla.", "Issa ħadd ma jista' jgħid li l-konsulenti li ġibna huma xi fantocci tiegħi - jew ta' xi ħadd ieħor - għax dawn ġibniehom mill-MSU u qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna f'parametri tajba; din diġa' għidtha u qed nerġa' ngħidha.", "Aħna qed naħdmu fuq proċess ħalli l-istruttura tal-Pulizija tiġi modernizzata u biex isiru ċerti affarijiet li qatt ma saru.", "Per eżempju, qed naħdmu fuq ir-rikmandazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kif ċerti funzjonijiet li hemm fil-Pulizija u li preżentement qed isiru minnhom jibdew isiru minn civilians.", "Fuq dan diġa' hemm proposti konkreti u aħna dawn se mmexxuhom 'il quddiem.", "Per eżempju, hemm il-ħtieġa li l-core activities tal-Pulizija jiġu identifikati aħjar u l-istruttura tal-Pulizija ma tibqax tintiret kif kienet tintiret sal-lum.", "Aħna ma rridux li jkollna struttura li żviluppat matul is-snin imma rridu li nerġgħu nħarsu lejn kollox u ngħidu li l-core functions tal- Pulizija huma tlieta, erbgħa, ħamsa jew sitta u allura l-Pulizija trid tkun organizzata skond dawk il-core activities.", "Imbagħad ħalli jidħol il-punt li ċerti affarijiet ma jridux ikunu determinati fuq bażi ta' effiċjenza.", "Hekk isir il-proċess ta' konsultazzjoni.", "Per eżempju, waħda mill- affarijiet li jkollha bżonn il-Pulizija - ħaġa li jien ma neskludihiex - hija li jkollha preżenza u għalkemm din il-preżenza jien mhux bilfors nikkalkolaha f'termini ta' effiċjenza maniġerjali għallinqas għandna nħalluha tħares lejn l-istrutturi fuq bażi maniġerjali ta' core activities u mbagħad tibni struttura adattata għaċ-ċirkostanzi tal-lum u għal-linja li trid taqbad.", "Hemm ukoll l-argument ta' kif fis-sistema tal-pulizija jkun hemm iktar nies imħarrġa għax, nerġa' ngħid, jien m'iniex sodisfatt bl-Akkademja tal- Ġustizzja Kriminali.", "Jien m'iniex sodisfatt mhux għaliex naħseb li m'għandux ikun hemm akkademja bħal din imma għaliex irrealizzajt - u hawnhekk bqajt imbellah - li l-Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali lanqas biss għandha statut u lanqas biss għandha bord suret in-nies.", "Jien għidt: Dan kif jista' jkun meta ilna nippampalunjaw dawn is-snin kollha!", "Kif m'għandhiex statut u lanqas bord statutorju?", "Meta mbagħad ħarist lejn il- curriculum tagħha sibt li għandha curriculum interessanti imma curriculum li huwa legali biss.", "Mela l-pulizija ma tridx tħarriġhom f'affarijiet oħra?", "Ma tridx tħarriġhom dwar kif imexxu l-affarijiet b'mod maniġerjali?", "Ma tridx tħarriġhom f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- istituzzjonijiet tal-pajjiż mhux biss b'mod legali imma anke b'mod soċjoloġiku?", "Allura anke hawnhekk għad hemm xogħol enormi x'isir u għalhekk jien ngħid li hemm bżonn li naħsbu iktar u naħdmu iktar.", "Niġi issa għal-liġijiet li jorbtu flimkien il-Korp tal-Pulizija fejn hemm ħafna biċċiet 'l hawn u 'l hemm.", "Hemm bżonn li jkun hemm liġi waħda organika u li tgħodd għaż-żminijiet tal-lum.", "Aħna se nimxu fuq din il- linja imma l-affarijiet ma jsirux mil-lum għal għada; hemm bżonn proċess biex norbtu f'fasla waħda l-liġijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal- Pulizija.", "Nerġa' ngħid, din hija parti mill-istrateġija għat-tul, mhux għal 20 sena oħra, imma għal tlieta jew erba' snin oħra biex b'hekk ikollna tassew il-makkinarju meħtieġ ħalli meta niġu biex inwettqu l-gwerra kontra d-droga nkunu nafu, fost affarijiet oħra - mhux taparsi headline 'l hemm u headline 'l hawn biex nilludu lin-nies - li għandna struttura organizzata u dixxiplinata.", "Jiena fiduċjuż li bil-kollaborazzjoni ta' l-uffiċjali u tal- membri kollha tal-Korp tal-Pulizija se nwettqu din ir-riforma li se tkun maħsuba appożitament u mhux sempliċement biex b'hekk inkunu rriformajna l- bżonnijiet tas-sigurta' ta' pajjiżna ħalli nkunu nistgħu nagħmlu tabilħaqq gwerra effettiva kontra d-droga li, fl-opinjoni tiegħi - għalkemm hemm min ma jaqbilx miegħi - hija l-aktar ġlieda importanti li rridu nagħmlu.", "Irrid nagħmilha ċara li fuq din il-ħaġa aħna lesti li nikkollaboraw ma' kulħadd, jiġifieri lesti li nikkollaboraw bla riżerva ma' kull min għandu xi interess li jaħdem magħna, kemm barrani u kemm Malti, ħalli flimkien inkunu nistgħu nkissru n-negozju li għaddej fid-droga kemm f'pajjiżna u anke barra.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fuq il-qasam tas-sigurta', jiġifieri dwar l-Armata, irrid nirrimarka li bħala sens ta' direzzjoni li qed jieħu dan il-Gvern kien hemm il-ħruġ ta' pajjiżna mill-Partnership for Peace, kif wara kollox, konna wegħedna.", "Aħna għamilnieha ċara li s-sehem ta' Malta fil-Partnership for Peace jikkonfliġġi mal-Kostituzzjoni għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu man- newtralita' ta' pajjiżna u allura ħriġna minnu bla ebda riżerva ta' xejn.", "Dak iż-żmien kien intqal li l-fatt li se nagħmlu hekk ifisser li se jonqsu l-opportunitajiet għal taħriġ u ħidma ta' l-Armata.", "Dan assolutament m'huwiex il-każ u aħna bqajna għaddejjin u se nibqgħu għaddejjin f'dak li għandu x'jaqsam ma' programmi ta' taħriġ u ta' kollaborazzjoni li ma jikkonfliġġux man-newtralita' ta' pajjiżna bħal, per eżempju, ma' l-Italja u mar-Renju Unit.", "Effettivament għandna proposta biex uħud mill-uffiċjali għolja ta' l-Armata jagħmlu sena jitħarrġu f'Sandhurst, l-Ingilterra, u din il-proposta se nsegwuha.", "Proposta oħra li se nsegwu hija dik li tinvolvi taħriġ fl-Istati Uniti, kif ukoll se jibqgħu għaddejjin bil-programmi ta' kollaborazzjoni ma' armati barranin f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- eżerċizzju li se jsir dan is-sajf tal-Canale 4, jekk m'iniex sejjer żball.", "Dan ifisser li mhux veru li l-ħruġ tagħna mill-Partnership for Peace b'xi mod jew ieħor se jġib tnaqqis ta' opportunitajiet għal taħriġ u kollaborazzjoni ma' forzi armati barranin.", "Ta' min jgħid li se nibqgħu għaddejjin ukoll bil-progammi għall- standardisation ta' l-equipment ta' l-Armata għax ma jistax ikun li l- Armata jkollha 30 mudell differenti għal kull biċċa equipment li għandha.", "Allura qed isir xogħol biex dawn l-affarijiet jiġu standardised, liema xogħol irrid ngħid li beda qabel l-elezzjoni u aħna se nkomplu għaddejjin bih.", "F'dak li għandu x'jaqsam mar-recruitment fl-Armata, din is-sena m'aħniex se nirreklutaw aktar suldati u, b'risposta għal dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, irrid ngħid li għandi l-assigurazzjoni teknika li dan jista' jsir mingħajr ma jfixkel ix-xogħol jew l-iżvilupp ta' l-Armata.", "Ix-xogħol f'dak li għandu x'jaqsam mal-kadetti li kienu se jiġu reklutati se jibqa' sejjer bl-istess rankatura li kienet ippjanata qabel u dan biex inkunu qegħdin inżommu l-complement kif suppost.", "F'dak li għandu x'jaqsam maċ-Ċentru tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin diskussjonijiet man-naħa Taljana biex għas-sena d-dieħla dan iċ-ċentru jkun f'postu.", "GĦalkemm ivvotajna madwar ¥900,000 għal dan iċ-ċentru, jidher li dawn m'humiex biżżejjed u għalhekk irridu nkomplu naħdmu ħalli dan iċ- ċentru jissawwar tajjeb u jimxi 'l quddiem.", "Mr Chairman, ta' min jgħid li f'linja parallela mar-rapport ta' riforma fuq il-Pulizija, għaddej ukoll xogħol għal review ta' l-Armata.", "Għandna dokumenti abbozzati dwar il-complement ta' Armata u fuq ix-xogħol tagħha għas-snin li ġejjin u huma kollha maħduma fuq dan il-konċett li jiġu identifikati l-core activities ta' l-Armata u x'inhuma l-aħjar strutturi li trid tibni madwarhom.", "Il-ħsieb tiegħi huwa li qabel tiġi adottata jew implimentata xi ħaġa, fi ftit ġimgħat oħra jiġi pubblikat dan id-dokument bħala discussion paper min-naħa tal-Gvern.", "Bl-istess mod se nkunu qegħdin naħdmu biex niffinalizzaw il-proposti li joħorġu mill-manifest elettorali Laburista dwar it-twaqqif ta' assoċjazzjoni għas-suldati li tkun tirrappreżentahom mhux fuq bażi trejdjunjonistika imma biex fir-rispett sħiħ tad-dixxiplina militari u taħt ċerti normi jiġu ppreżentati l- problemi li jinqalgħu abbażi ta' ideat li ġibna mill-Italja u mill-Isvezja.", "Nittamaw li din l-istaff association tiġi varata wara li l-white paperr fuqha tiġi soġġetta għal proċess ieħor ta' diskussjoni pubblika biex imbagħad inkunu nistgħu nwettquha f'xi żmien is-sena d-dieħla.", "L-aħħar punt li se nagħmel dwar l-Armata huwa dwar ix-xewqa li hemm bżonn li f'dan il-pajjiż niżviluppaw istituzzjonijiet li kemm jista' jkun ikunu meqjusa bħala istituzzjonijiet kompletament nazzjonali, jiġifieri mhux biss apolitiċi - għalkemm din m'hijiex il-kelma - imma istituzzjonijiet li għall- pubbliku ma jkollhom l-ebda dell fuqhom ta' politika partiġjana jew ta' kuxjenza oħra ħlief kuxjenza professjonali fl-interess nazzjonali.", "Jien inħoss li aktar ma jgħaddi ż-żmien l-Armata għandna nqisuha b'dan il-mod.", "Jien inħoss ukoll li, per eżempju, f'ċelebrazzjonijiet ta' jiem nazzjonali kemm jista' jkun għandna nneħħu l-preżenza u d-diskorsi ta' politiċi - ikunu min ikunu, il-prim ministru jew ministru jew kap ta' l- oppożizzjoni - ħlief għall-President u għall-Armata.", "Il-preżenza fiżika trid tkun hemm imma din m'għandhiex tkun waħda attiva.", "Jien naħseb li bid- deployment ta' l-Armata u bil-preżenza tal-President inkunu qed insaħħu dawn il-ġranet nazzjonali biex iktar ma jgħaddi ż-żmien dawn isiru verament ġranet nazzjonali għal kulħadd.", "Jien inħoss li jekk biż-żmien niżviluppaw is-sentiment li l-Armata, bħala istituzzjoni nazzjonali, hija ta' kulħadd, allura l-Armata tista' sservi bħala simbolu ta' għaqda nazzjonali.", "Imma, fl- opinjoni tiegħi, biex l-Armata tasal sa dan il-punt trid tkun aktar effettiva u effiċjenti fil-mod kif tilqa' għall-problemi ta' sigurta'.", "Irrid inżid li hemm bżonn li jkun hemm deployment aħjar tar-riżorsi ta' l- Armata u li meta l-pajjiż ikollu aktar riżorsi, lill-Armata nagħtuha aktar.", "Hemm bżonn li l-Armata tkun iktar effettiva fit-tasks li qed taffaċċja f'dik li hija sigurta' nazzjonali, speċjalment is-surveillance ta' l-ilmijiet tal-kosta ta' Malta u dan mhux biss f'termini ta' protezzjoni tad-drittijiet tagħna għall-esplorazzjoni taż-żejt imma wkoll rigward il-problema kbira biex ninterċettaw il-laneċ, it-trawlers u l- bċejjeċ tal-baħar li jersqu lejn xtutna fejn qed jidher li m'għandniex kapaċitajiet biżżejjed biex nagħmlu dan.", "Il-figuri li qed ningħata għar- rati li bihom nistgħu ninterċettaw dan it-tip ta' bċejjeċ tal-baħar, fl- opinjoni tiegħi, m'humiex sodisfaċenti, biex nuża kelma which understates dak li nħoss.", "Għalija din hija waħda mill-iktar affarijiet kruċjali li rridu nwettqu għas-sigurta' tagħna kif ukoll fl-ambitu tal-gwerra li rridu nwettqu kontra t-traffikar tad-droga, il-kuntrabandu ta' l-armi u l- kuntrabandu ta' persuni.", "Dak li ġie allegat li ġara - naħseb li ġara veru - lejlet il-Milied ftit 'il barra mill-gżejjer tagħna, fejn intqal li mietu bejn 200 u 300 ruħ mgħarrqa waqt li kienu qed jiġu transhipped minn fuq vapur għal ieħor, huwa xempju tal-problemi li għandna f'dan il-qasam.", "Safejn hu magħruf, il-forzi tas-sigurta' tagħna ma kienu jafu xejn b'dak li kien għaddej.", "Fil-fatt kulma sabu kienet ċerta informazzjoni dwar iċ- ċaqliq f'Malta ta' min kien involut f'dan il-każ, imma aktar minn hekk ma kellhom l-ebda informazzjoni oħra.", "Dan lili jħassibni għax juri li f'dan il-qasam hemm bżonn li tabilħaqq nagħtu prijorita' kbira lix-xogħol ta' l- Armata.", "Mr Chairman, issa se ngħid xi ħaġa fuq suġġett li ssemma dalgħodu mill- qaddis istituzzjonalizzat ta' dan il-Parlament, l-Onor.", "Richard Muscat.", "Bir-rispett kollu lejh, meta nisma' lill-Onor.", "Membru jitkellem ngħid li fl-aħħar qiegħed il-ġenna għax il-mod kif ipoġġi l-affarijiet qisu speċi qiegħed ...!", "(Interruzzjonijiet) L-affarijiet m'humiex ġelu, Onor. Muscat, kif taħsibhom int, imma l-affarijiet huma differenti minn hekk.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-PBS, nista' ngħid li l-mod kif imxejna u kif qed nimxu huwa mod għal kollox trasparenti u se nimxu bl-istess mod li għadni kif tkellimt dwaru fil-konfront tal-Pulizija u ta' l-Armata.", "L-Onor.", "Membru pprova jpinġi stampa ta' xi ħadd li għandu conflict of interest tremend, jew li jimmanipula minn hawn u jimmanipula minn hemm, jew li daqqa jidher fuq is-Super 1 Television u daqqa fuq il-PBS.", "Dan assolutament m'huwiex il- każ.", "Dak li għadni kemm għidt dwar it-tmexxija tal-Pulizija u t-tmexxija ta' l-Armata japplika mija fil-mija għal dak li għandu x'jaqsam mal-PBS.", "Il-concern tiegħi dwar il-PBS huwa kif se nassiguraw li l-istazzjon nazzjonali tat-television u tar-radio jimxi b'mod awtonomu u jkun tabilħaqq stazzjon nazzjonali u l-aqwa fil-pajjiż.", "Kien hemm bżonn li nħarsu lejn il-PBS b'dan il-mod għax it-tmexxija ta' qabel - ma rridx noqgħod ngħid \"X\" jew \"Y\" jew \"Z\", għalkemm kulħadd kellu kontribut - kienet wasslet biex dan l-istazzjon nazzjonali jogħdos fir-ramel.", "Jiena qed nipprevedi li f'dan il-pajjiż se jkollna aktar u aktar pluraliżmu fil- qasam tar-radju, fil-qasam tat-television u fil-qasam tal-multi media u allura rridu nistaqsu jekk irridux li jkollna stazzjon nazzjonali tar- radju u tat-television u jekk dan irriduhx ta' livell tajjeb.", "Jiena nemmen li għal din il-mistoqsija għandna ngħidu \"iva\" għal raġunijiet ta' natura nazzjonali, pero' biex jirnexxilna nagħmlu hekk irridu noħolqu tmexxija awtonoma.", "Mill-ġdid ngħid li l-istil tat-tmexxija tagħna huwa dak li ngħidu: Ħalli nagħmlu rapport li jipprovdina b'benchmark ta' minn fejn se nitilqu, imbagħad fuq il-bażi ta' dik il-benchmark noħolqu parametri li fihom tinbena struttura ġdida li tista' timxi 'l quddiem.", "U hekk għamilna.", "Ir-rapport tas-Sur Joe Grima - jien assolutament ma ndħaltlu xejn fix- xogħol tiegħu - jikkonvalida mhux dak li għidt jien jew li qal il-Partit Laburista imma dak li kienu qed jgħidu ħafna nies oħra.", "Minn hawnhekk imxejna 'l quddiem billi sibna persuna li għandha kompetenza teknika u kulturali sabiex tmexxi l-PBS.", "Jiena ninsab fiduċjuż - u naħseb li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni taqbel - li sibna persuna li għandha din il-kapaċita'.", "Dan qed ngħidu fid-dawl ta' dak li kiteb l-Onor.", "Richard Muscat meta qal li għandna nagħmlu bord li jkollu mhux biss kompetenzi tekniċi u professjonali imma li jkollu madwaru l-aura ta' nies li jista' jkollhom warajhom il-kunsens ta' kulħadd.", "Aħna ġejna kkritikati li sibna lil \"din\" jew lil \"dak\", pero' jien nemmen li n-nies li sibna huma nies li jirrispekkjaw il-veduti politiċi, kulturali u soċjali tal-pajjiż kollu, kif ukoll huma nies li kapaċi jagħtu l-aħjar tagħhom u aħna qed noħolqulhom l- awtonomija meħtieġa.", "Jien nerġa' ngħid li qatt ma pprovajt naqbad jew inċempel lill-Kap tal-PBS għax inħoss li m'għandix għalfejn.", "Tant hu hekk li xi kultant ikun hemm min jgħidli: Isma', inti jinteressak ix-xandir jew ma jinteressakx?", "Jiena ngħid li dak li jinteressani hu li x-xandir ikun awtonomu u li jimxi 'l quddiem.", "Tal-PBS jiġu għandi jew għand min hu burokratikament responsabbli mix-xogħol meta jkollhom bżonn, xejn aktar u xejn anqas.", "Jiena naħseb li f'dan ix-xogħol mexjin tajjeb u hemm bżonn li nibqgħu sejrin hekk, aktar u aktar meta resqin lejn sitwazzjoni fejn se jkollna aktar pluraliżmu f'dan il-qasam.", "Sur President, dwar il-mistoqsijiet li saruli fir-rigward tat-talbiet li hemm għal aktar stazzjonijiet tat-television nixtieq ngħid li se joħorġu l- liċenzji u bħalissa qegħdin naħdmu biex insolvu l-problemi tekniċi li writna mill-Gvern preċedenti, liema problemi setgħu ġew solvuti dak iż- żmien għax aktar ma jgħaddi żmien aktar jikkomplikaw ruħhom.", "Aħna ma ngħidux li hemm problema biex ma nsolvuhiex imma ngħidu li hemm problema għax nafu li se nkunu nistgħu nsolvuha.", "Barra minn hekk, irrid nagħmilha ċara li anke fil-qasam tax-xandir aħna għandna sens ta' direzzjoni u linja ta' direzzjoni f'dan il-qasam.", "Aħna nemmnu li l-Awtorita' tax-Xandir għandha tispiċċa qisha l-British Broadcasting Corporation u li x-xandir pubbliku għandu jkun ir- responsabbilta' diretta tagħha.", "F'dan is-sens jien għidt li ma jkunx hemm bżonn ta' bidliet kostituzzjonali għaliex sitwazzjoni bħal din diġa' hija prevista fil-Kostituzzjoni, jiġifieri sitwazzjoni fejn din tkun l-operatur ta' funzjonijiet tax-xandir kemm għax toperahom hi jew inkella għaliex tagħtihom bħala sub-contract, kif, per eżempju, fl-imgħoddi kienet tagħti lir-Redifussion.", "Meta wieħed jara kif l-Awtorita' tax-Xandir telqet fuq il- bażi li jkollha s-servizzi tagħha stess u għandha l-istazzjonijiet tagħha fuq il-cable, wieħed ikollu jgħid: Din it-tip ta' ħidma kif nistgħu nintegrawha fis-sitwazzjoni in ġenerali tax-xandir?", "GĦalhekk, jiena nixtieq li jkollna aktar diskussjonijiet pubbliċi dwar ir-rwol ta' l- Awtorita' tax-Xandir mhux biss bħala regolatur imma wkoll bħala sistema pubblika li daħlet jew li qiegħda tinvesti fil-qasam tax-xandir.", "Bħalissa għandna sitwazzjoni fejn il-PBS huwa x-xandir pubbliku, l-Awtorita' tax- Xandir qiegħda tirregola x-xandir filwaqt li hi stess qiegħda tittrasmetti fuq kanal jew fuq tnejn u mbagħad hemm ukoll l-istazzjonijiet tat- televiżjoni privati.", "Jiena nemmen li rridu nersqu lejn razzjonalizzazzjoni tas-sistema pubblika, liema razzjonalizzazzjoni tkun qiegħda hemm biex tikkonkretizza l-preżenza tax-xandir pubbliku bħala xandir li qiegħed hemm fuq bażi nazzjonali u b'mod li ma jirriflettix id-dimensjoni kummerċjali kif jagħmlu f'ħafna mill-istazzjonijiet privati.", "Punt ieħor li rrid nagħmel hu dwar dak li l-Onor.", "Muscat semma dalgħodu - ma nafx jekk ta' l-Oppożizzjoni qablux miegħu fuq dan - fejn qal li jien qed nistenna rapport ieħor mis-Sur Tony Mallia.", "Dan qal li jien kont għidt lis-Sur Mallia biex fiż-żmien li kien baqagħlu mall-PBS, jekk jogħġbu, jagħmlilna analisi ta' kif żviluppa x-xandir f'pajjiżna fil- qasam tat-televiżjoni u fil-qasam tar-radju minn meta beda fis-snin sittin sal-lum kif ukoll li jagħtina l-pariri u l-ideat tiegħu dwar kif nistgħu nimplimentaw jew x'effett jista' jkollha l-implimentazzjoni tal-pjani tagħna fil-qasam tax-xandir.", "Jien nemmen li dan it-tip ta' eżerċizzju jista' jkun - u se jkun - eżerċizzju produttiv għax jippermettielna nittestjaw il-qafas ġenerali li għandna b'mod li xi ħadd ikun qiegħed konkretament jevalwa d-direzzjoni li sejrin fiha.", "Fuq il-qasam tad-drittijiet tan-nisa irrid ngħid li l-aktar li ġġelat dalgħodu kienet il-qdusija ta' l-Onor.", "Richard Muscat.", "Ikolli ngħid li l- mod kif tkellem l-Onor.", "Muscat ħallieni ftit imħawwad.", "L-ewwelnett, jien ngħid li ċertament kien hemm il-ħtieġa li jkollna Segretarjat għad- Drittijiet tan-Nisa u hawnhekk niskanta kif sal-lum l-Onor.", "Muscat għadu ma ndunax bil-ħtieġa ta' segretarjat bħal dan biex ikun inkarigat espliċitament mid-drittijiet tan-nisa u minn kif jista' javvanza dawn id- drittijiet tan-nisa.", "Bir-rispett kollu lejh nistaqsih, s'issa x'kellna f'dan ir-rigward?", "Kien hemm ċerti miżuri statutorji imma mbagħad meta niġu għall-implimentazzjoni tagħhom insibu li din baqgħet fl-ajru.", "Aħna qegħdin ngħidu li parti kruċjali dwar kif id-drittijiet tan-nisa jistgħu jiġu mplimentati - kif, per eżempju, ġara fil-pajjiżi Skandinavi - hija permezz tad-dħul ta' miżuri f'forma ta' kwoti f'oqsma differenti bħal, per eżempju, fil-qasam tal-promozzjonijiet u fil-qasam tal-bordijiet ta' l-impriżi.", "Biex dawn il-miżuri jitwettqu hemm bżonn li jkollok segretarjat parlamentari u bniedma li jkollha r-responsabbiltajiet politiċi biex tiggwida l-bidliet meħtieġa fis-sistema governattiva.", "Din hija l-loġika kollha wara s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa.", "Bis- sistema kif kienet qabel ma setgħetx issir ħaġa bħal din.", "Qabel kien ikollok kummissjoni li tagħmel il-proposti u kien hemm ukoll id-dipartiment għad-drittijiet tan-nisa li kien jikkonċentra l-aktar fuq programmi ta' edukazzjoni - li mhux dejjem jaħdmu u bilfors kien jiġrilu hekk - u allura ma kellek lil ħadd fuq bażi politika biex imexxi 'l quddiem il-bidliet istituzzjonali meħtieġa.", "Għalhekk hemm il-loġika li s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa jkun qiegħed fi ħdan l-istruttura tal- Prim Ministru, ħalli nagħtu s-saħħa biex din il-bidla istituzzjonali isseħħ.", "Imbagħad hemm il-ħtieġa li permezz ta' pilot projects naħdmu fuq il- proġett ta' child day care centres.", "L-Amministrazzjoni preċedenti qalet ħafna kliem fuq din il-ħaġa u saħansitra kien ukoll inbeda xi xogħol, pero' hawnhekk jien m'iniex konvint li x-xogħol sar kif kellu jsir.", "Dan se jkun proġett pilota importanti taħt is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa ħalli mbagħad inkunu nistgħu nibnu infrastruttura, fuq bażi privata jew fuq bażi ta' koperattiva, biex n-nisa tad-dar li jixtiequ joħorġu jaħdmu jkunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jħossu li pass bħal dan se joħloq xi problema għall-familja u għat-trobbija tat-tfal tagħhom.", "Hemm oqsma oħra li rridu niżviluppaw f'dan il-qasam u hawnhekk ninsab konvint li permezz ta' l-istrutturi li qed jiġu mpjantati mis-sieħba tagħna l-Onor.", "Helena Dalli, fix-xhur li ġejjin se nibdew naraw il-frott tagħhom.", "Sur President, ħalli issa ndur ftit fuq it-Tarzna u x-Shipbuilding - naf li diġa' tkellimna fit-tul fuqhom imma tajjeb li nerġgħu niddiskutuhom.", "F'dan il-qasam qalulna li aħna m'għandniex sens ta' direzzjoni, imma naħseb li hawnhekk urejna biċ-ċar is-sens ta' direzzjoni tagħna għaliex waħda mill- ewwel affarijiet li dħalna għalihom kienet preċiżament it-Tarzna.", "Fit- Tarzna writna sitwazzjoni tassew allarmanti fejn qed nagħtu mill-anqas Lm15 miljun f'sussidju fis-sena u għalhekk kien hemm bżonn li naħdmu b'mod li din is-sitwazzjoni niffaċċjawha u nibdew insolvuha.", "Sur President, wara li waqqaf task force, il-Gvern ħa d-deċiżjoni li jibdel l-istruttura tal-kunsill tat-Tarzna.", "Din għamilniha b'sens ta' responsabbilta' u bl- akbar impenn ħalli tabilħaqq inpoġġu lit-Tarzna fuq bażi kummerċjali soda, ħaġa li żgur hija fl-interess tal-ħaddiema kollha.", "Fil-fatt bħalissa wasalna fi żmien fejn qed isiru l-elezzjonijiet għall-kunsill tat-Tarzna, liema kunsill se jkun fuq bażi ta' sħubija sħiħa bejn il-ħaddiema tat- Tarzna eletti u l-membri appuntati mill-Gvern.", "B'dak li għamilna, il-Gvern ħa r-responsabbilta' li mhux biss jippompja l-flus imma li jkun sieħeb sħiħ fit-tmexxija tat-Tarzna.", "Ninsab fiduċjuż li l-kunsill il-ġdid tat-Tarzna se jkun indirizzat biex dak li għandu jagħmel jagħmlu tabilħaqq.", "Jiena nappella lil kull min huwa konċernat biex jagħti dak li jista' għax jien nemmen bis-sħiħ fil-futur tat-Tarzna - din diġa' għidtha fil-ftuħ tal- Parlament u rrid nerġa' ngħidha.", "Jiena nemmen li bil-ħidma tagħna lkoll, it-Tarzna tista' tassew issir waħda mill-aqwa - jekk mhux l-aqwa - fil- Mediterran, li ġġib il-kuntratti u li tagħmel il-profitt għall-ġid tal- pajjiż.", "Dan iwassalni biex ngħid il-fehmiet tagħna fuq il-Malta Shipbuilding.", "Ilkoll nafu x'inhuma l-problemi tal-Malta Shipbuiding, pero' nista' nagħmilha ċara li f'dak li għandu x'jaqsam mal-Malta Shipbuilding se nimxu bl-istess mod li bih inkwadrajna l-problema tat-Tarzna.", "B'koperazzjoni sħiħa mal-workforce u mal-union konċernata, jien nemmen li għandna naslu għal qafas ta' tmexxija u anke għall-indirizz tal-problemi relatati maż- żewġ proġetti l-oħra, jiġifieri tal-Malta Win Containers Ltd u l-Malta Gantry Manufacturing Ltd ħalli b'hekk inqegħdu lill-Malta Shipbuilding fuq sisien aħjar.", "Sur President, fil-ftit ħin li kelli naħseb li dort il-linji kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Jiena m'iniex imdorri ntawwal u dak li għandi ngħid ngħidu u ngħaddi għal affarijiet oħra, imma f'dan il- każ tajjeb li ninsisti li, bil-maqlub ta' dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, aħna għandna strateġija sħiħa.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex qiegħed jagħraf din l-istrateġija għaliex għadu maqbud fil-modi antiki ta' kif kienu jsiru l-affarijiet.", "Ċerti affarijiet isiru fil- pubbliku filwaqt li ċerti affarijiet ikunu qed jiġu mħejjija bi ħsieb u dawn joħorġu fil-pubbliku meta jimmaturaw u fil-mument opportun.", "Nerġa' ngħid li, fil-qasam ekonomiku, l-istrateġija tagħna hija indirizzata biex din is-sena t-turiżmu jerġa' jirpilja u għal dan il-għan diġa' beda x-xogħol fuq ċerti proġetti biex dan is-settur jibda jistejqer.", "Fl-istes ħin, dan jagħtina n-nifs biex nippreparaw l-art ħalli l-industrija tespandi, anke permezz ta' investiment ġdid minn barra.", "Se nwettqu proġetti oħra sabiex l-industriji ż-żgħar jieħdu n-nifs billi jkunu jistgħu jimmodernizzaw u jirristrutturaw ruħhom.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal- finanzi tal-Gvern għandna miżuri biex inrażżnu ż-żieda fin-nefqa pubblika filwaqt li norjentaw in-nefqa tagħna lejn direzzjonijiet li huma vijabbli u li jagħmlu sens.", "Dan huwa l-mod kif nirribattu l-istaġnar li seħħ f'dawn l- aħħar sentejn!", "Parti minn dan ix-xogħol se jkun dak li nagħtu ftit sens u struttura tajba lil dawk il-proġetti tal-ġenn, jiġifieri proġetti li l-Gvern preċedenti ma ħasibx fuqhom b'mod għaqli.", "Fosthom hemm il-proġett ta' Manoel Island li hemm bżonn inqisuh mill-ġdid.", "M'hemmx għalfejn ngħid, hemm ukoll il-proġett ta' l-Isptar San Raffaele li dwaru hemm grupp ta' konsulenti li qegħdin janalizzaw it-tliet għażliet li għandna quddiemna.", "L- ewwel għażla hija li San Raffeale jiġi estiż biex isir l-uniku sptar ġenerali ta' pajjiżna; it-tieni option li qegħda tiġi evalwata hija li nħallu l-affarijiet mexjin fuq il-pjan li hemm, jiġifieri li jkollna żewġ sptarijiet; u t-tielet option hija dik li nwaqqfuh kompletament jew inkella li nċekknuh u nikkonvertuh għal funzjonijiet oħra bħal, per eżempju, estensjoni ta' l-Universita'.", "Irridu nagħmlu refurbishment radikali ta' St Luke's biex dan inġibuh sptar li jieħu 1,000 sodda u li jkollu sistemi moderni fuq livell Ewropew.", "L-analisti qed jiġu mitluba biex jevalwaw teknikament liema hi l-aħjar għażla u dan qed isir fuq bażi nazzjonali u mingħajr ebda preġudizzju.", "Aħna se niddeċiedu fuq dawn it-tliet options abbażi tar-running costs li jkun hemm u skond kriterji oħra simili.", "Qasam ieħor li qed naħdmu fuqu huwa t-titjib fis-sistemi ta' l-iskejjel tal-gvern.", "Hemmhekk se nagħmlu manutenzjoni aħjar u se jsir xogħol biex inkabbru ċerti skejjel tal-gvern.", "Il-ħsieb tagħna huwa li ntejbu t- throughput tax-xogħol billi fil-ħidma li tkun qed issir ninvolvu lill- istess bordjiet ta' l-iskejjel, jiġifieri huma se jkunu responsabbli għan- nefqa li ssir.", "Aktar importanti minn hekk huwa li l-kunsilli lokali se jkunu responsabbli mill-manutenzjoni u l-bini ta' extensions fl-iskejjel.", "Dan ifisser li mil-lat ta' finanzi pubbliċi aħna qed naħsbu biex waqt li nrażżnu ż-żieda fin-nefqa rikorrenti u fin-nefqa kapitali nassiguraw li jkollna value for money għal dak li qegħdin nonfqu.", "Fil-qasam tar-relazzjonijiet barranin, nerġa' ninsisti li għal dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea, se nkunu qegħdin naħdmu biex ikollna relazzjoni kuntrattwali ma' l-Unjoni Ewropea li tkopri żona ta' kummerċ industrijali ħieles.", "Dan jorbot ukoll mal-bidla li qed indaħħlu fis-sistema ta' tassazzjoni, jiġifieri bir-rimpjazzament tal- VAT b'sistema ta' sisa u dazji li hija aktar sempliċi u ħafna aktar ġusta milli hi l-VAT.", "Skond in-negozjati li issa bdejna ma' l-Unjoni Ewropea, ir-relazzjoni bejnietna se tkun tinvolvi wkoll kapitli li għandhom x'jaqsmu ma' koperazzjoni politika, koperazzjoni dwar sigurta' - jekk l-Unjoni Ewropea tixtieq li jkollha din ir-relazzjoni - u koperazzjoni ekonomika, teknika u soċjali.", "Jien fiduċjuż li t-triq li qbadna fir-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea se naslu għaliha u dan peress li din tidħol fil- loġika sħiħa ta' kif l-Unjoni Ewropea qed tħares lejn il-Mediterran, liema loġika se tiġi riaffermata fil-Konferenza tal-Euro-Med li se jkollna f'April ta' din is-sena.", "Din il-konferenza se tinvolvi lil pajjiżna mhux biss fi sforz kbir ta' tħejjija u preparazzjoni, imma wkoll f'opportunita' kbira biex l-isem ta' Malta u l-kontribut ta' Malta jkollu risonanza qawwija ma' l-Ewropa u mal-Mediterran.", "Jien inħoss li din hi opportunita' tad-deheb għalina lkoll u għalhekk inħeġġeġ lill-membri kollha ta' din il- Kamra u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li jagħmlu l-almu tagħhom ħalli we rise to the opportunity biex fil-build-up u matul din il-konferenza nuru tabilħaqq li pajjiżna, żgħir kemm hu żgħir, huwa modern, ippreparat u jaf kif imexxi l-affarijiet, anke meta jkunu affarijiet fuq skala internazzjonali, anzi fuq skala mondjali.", "L-aħħar ftit minuti li baqagħli se niddedikahom biex nikkonferma s-sens ta' direzzjoni li għandna billi nitkellem dwar l-inizjattivi li se nieħdu biex nissanaw il-prattika, il-proċeduri u t-tmexxija governattiva f'pajjiżna.", "Kif kulħadd jaf, quddiem dan il-Parlament għandna abbozz ta' liġi li permezz tiegħu se jitwaqqaf Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji biex jikkoreġi inġustizzji li saru bejn l-1987 u l-1995, jiġifieri qabel ma twaqqaf l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman.", "Aktar importanti minn hekk, se jitressqu żewġ abbozzi ta' liġi fejn l-ewwel abbozz se jkun jittratta dwar it-tisħiħ tal-poteri ta' l-Awditur u t-tieni wieħed se jdaħħal sistema aktar effettiva minn dik li kellna s'issa biex tiġi kkontrollata l-korruzzjoni.", "Din se tkun sistema li biha persuna li jkollha l-istatus ta' ġudikant tkun tista' tinvestiga allegazzjonijiet ta' korruzzjoni li jsirulha jew li tibda tinvestiga każijiet fuq inizjattiva tagħha stess.", "Ovvjament biex tkun tista' twettaq dawn l-investigazzjonijiet se nipprovdu l-proċeduri u l-personnel meħtieġa.", "Dawn huma parti mit- twettiq ta' l-impenn li għandna bħala Gvern biex niżguraw li pajjiżna jimxi b'mod modern u serju.", "Jien ngħid li minkejja l-ħafna spekulazzjonijiet u sturdamenti, ta' l- Oppożizzjoni għadhom ma fehmux ħaġa waħda.", "Hawnhekk qed nirriferi għas- serjeta' li fuqha ntrebħet l-aħħar elezzjoni u li fuqha se nkunu attenti l-ħin kollu.", "Il-Gvern l-ieħor tilef l-elezzjoni għax ma kienx serju biżżejjed.", "Mr Chairman, l-aqwa test li se jkollna f'dak kollu li se nkunu qed nagħmlu biex ikollna Malta moderna u li tħares 'il quddiem - Svizzera fil-Mediterran - huwa dak tas-serjeta'.", "Jiena ninsab fiduċjuż li minn dan l-eżami se ngħaddu with flying colours.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 4 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 37 tal-15 ta' Jannar,1997 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat kien sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 4 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Chairman, ninforma lill-Kamra li l-Onor.", "Dom.", "Mintoff jinsab indispost.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, jiena diġa' ġejt informat b'dan u kif kelli okkażjoni ngħid f'ċirkostanzi simili, b'ġest ta' kortesija din in-naħa taċċetta li jkun hemm il-pairing f'każ ta' mard.", "Fil-fatt jien se nkun paired ma' l-Onor.", "Mintoff.", "VOTAZZJONI NRU.", "20", "FAVUR: 32", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA: 33", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 1 - UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm508,512 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 1 - Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 1 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 2 - KAMRA TAD-DEPUTATI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 888,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 2 - Kamra tad-Deputati, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 2 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 4 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,956,789 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 4 - Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 4 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 5 - KUMMISSJONI GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 126,518 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 5 - Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 5 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 6 - FORZI ARMATI TA' MALTA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 11,805,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 6 - Forzi Armati ta' Malta, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 6 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 7 - INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,214,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 7 - Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 7 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 8 - INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 807,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 - Intern, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 8 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 9 - PULIZIJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 12,077,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 9 - Pulizija, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 9 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 10 - SERVIZZI KORRETTIVI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,375,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 - Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 10 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 11 - GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 15,634,002 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 - Għawdex, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 11 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT I - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 19,247,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I - Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 1 għaddiet.", "Fid-9.37 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11 u I taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Ġimgħa, 21 ta' Frar, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Approprjazzjoni għas-sena 1997 - L-istadji kollha", "2.", "Estimi Supplimentari 1996 - L-istadji kollha.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Skond il-Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - PERSONAL EMOLUMENTS", "3164.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jispjega kif se tintnefaq iż-żieda ta' nofs miljun lira li hemm bejn l- estimi ta' l-1996 u dawk ta' l-1997 taħt il-vot għall-personal emoluments fil-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Iż-żieda fil-personal emoluments taħt il- ministeru tiegħi u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mhix ta' nofs miljun lira kif isemmi l-Onor.", "Interpellant, iżda ta' Lm153,800 kif jirriżulta minn dawn il-figuri li hemm fl-Estimi tal-1996 u tal-1997:", "| |Estimate|Estimate| | |1996 |1997 | | |LM |LM | |Ministry |- |99,800 | |\"Housing\" |265,000 |279,000 | |Housing |363,000 |388,000 | |Construction | | | |and | | | |Maintenance | | | |Joint Office |186,000 |218,000 | | |814,000 |984,000 | |less P.E. |283,000 |300,000 | |chargeable to| | | |Capital Vote | | | |Total |531,000 |684,800 |", "Il-parti l-kbira taż-żieda hi riżultat tal-fatt illi l-Ministeru hu wieħed ġdid u allura ma setax ikun hemm vot għalih fl-1996.", "L-Onor.", "Membru seta' wkoll ġie misgwidat mill-fatt illi l-allokazzjonijiet li din is-sena jidhru f'żewġ Voti (49 u 50), fl-1996 dehru fi tliet Voti (40, 43 u 44).", "GOZO CHANNEL - NOLLIJIET", "3165.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Onor.", "Karmenu Borg kien preżenti għat-taħdidiet li l-Prim Ministru żamm ma' numru ta' korpi nhar is-Sibt 8 ta' Frar f'Għawdex dwar il-kwestjoni tan-nollijiet tal-Gozo Channel u ma kenux preżenti d- deputati Għawdxin l-oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kienet ħaġa utili li d-Deputat Parlamentari minn Għawdex għan-naħa tal-Gvern ikun informat direttament, għax preżenti għalihom, bid-diskussjonijiet li kienu għaddejjin.", "BUĠIBBA ACTION COMMITTEE - MEMBRI", "3166.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri tal-Buġibba Action Committee, minn min ġew appuntati u kemm jitħallsu?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l- kumitat qed juża xi billboards tal-Malta Labour Party u jekk fl- affermattiv, jista' jgħid kemm qed juża, jekk krihomx jew xtrahomx u l- prezz relattiv u jekk ħariġx xi tender?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-membri tal-Bugibba Action Committee huma:-", "Is-Sur George Micallef - Rapprezentant tal-Ministru tat-Turizmu bhala Chairman.", "Il-Perit Martin Debono - Rapprezentant tal-Ministru tax-Xogholijiet u Kostruzzjoni.", "Is-Sur Godwin Cutajar - Vici Sindku tal - Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Is-Sur Winston Zahra - President tal-Malta Hotels and Restaurants Association.", "Is-Sur Anthony Ellul u s-Sur Allan Vella mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "M'hemm ebda remunerazzjoni marbuta ma' dan il-kumitat.", "Il-kumitat ikkuntattja liz-żewġ partiti politici dwar il-kiri ta' billboards bħal dawk li ntużaw waqt l-aħħar kampanja elettorali.", "Il-Partit Laburista pprovda wieħed minn dawn il-billboards għall-ftit żmien bħala kampjun u bla ħlas filwaqt li l-Partit Nazzjonalista nforma lill-kumitat li l-billboards li għandu disponibbli huma għall-bejgħ u mhux għall-kiri.", "TAXXI - AIRPORT TAX", "3167.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: B'riferenza għat-taxxa ta' Lm4 magħrufa bħala airport tax jista' l-Ministru jgħid jekk din hijiex applikabbli (a) fuq kulħadd indipendentement miċ-ċittadinanza; (b) jew ċittadini Maltin biss; (ċ) jew ċittadini Maltin u residenti f'Malta?", "F'każ li din hi applikabbli fuq (b) u/jew (c) jaf il-Ministru li hemm problema għat-travel agents bil-ħafna kunjomijiet Ingliżi li hawn fost il-Maltin peress li normalment l-aġent hu l-persuna li jiġbor it-taxxa u mhux normali li jitolbu l-passaport meta jinqata' l-biljett?", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-Lm4 airport charge applikabbli mill-1 ta' Frar, 1997 iħallasha kull min jitlaq minn Malta fuq vjaġġ li joriġina minn Malta indipendentament miċ-cittadinanza jew residenza.", "KUNSILLI LOKALI - FLUS", "3168.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali mhux qed jagħtu value for money?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-verifika ta' valur għall-flus (value for money audit) hi rregolata mir-Regolament 9 tar- Regolamenti ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Verifika) - Avviż Legali Nru. 156 ta' l-1993.", "Skond l-imsemmi regolament, il-verifika ta' valur għall-flus, issir fuq talba tad-Direttur tal-Verifika jew kif stipulat fil-Proċeduri ta' Verifika.", "Jien informat li d-Direttur tal-Verifika beda l-konsultazzjoni biex jintroduċi dan l-eżerċizzju minn din is-sena stess.", "Sadanittant, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-rapporti ta' l- awdituri ta' gvern lokali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu 1996 li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta mill- Ministru risponsabbli għall-Finanzi nhar is-7 ta' Frar, 1997.", "TURIŻMU - TOURIST SERVICES OFFICERS", "3197.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm tourist services officers reġistrati f'Malta u f'Għawdex?", "Fejn qegħdin?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma jezisti ebda grad ta' tourist services officers fid-Dipartiment tat-Turizmu.", "SPTARIJIET - BUKKETTI TAL-FJURI", "3198.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi policy li ċerti ministeri jibagħtu bukketti tal-fjuri u/jew pjanti lin-nies rikoverati fl-isptarijiet tal-kura (St. Luke's, Sir Paul Boffa u Zammit Clapp)?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma hemm l-ebda policy minn dan il-ministeru.", "PROPRJETA' TAL-GVERN REĠISTRAZZJONI", "3199.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il proprjeta' tal-Gvern ġiet reġistrata mal-Lands Registrar mill-1 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Matul Jannar ta' din is-sena saru tliet reġistrazzjonijiet.", "COMMONWEALTH SCHOLARSHIPS 1998 (NEW ZEALAND)", "3203.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti għall-Commonwealth Scholarships 1998 (New Zealand)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sad-data ta' l-għeluq - 8 ta' Frar 1997 - in- numru ta' applikanti għall-Commonwealth Scholarships 1998 (New Zealand) kien tmienja (8).", "UNIVERSITA' - LECTURERES", "3204.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew lecturers mill-Foundation for the Improvement of Working and Living Conditions biex jieħdu sehem f'seminars u konferenzi li nżammu fl-Universita' ta' Malta bejn Jannar 1996 u Jannar 1997?", "Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' dawn il-lecturers kif ukoll f'liema seminars u konferenzi ħadu sehem?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mhux magħruf li ġew xi lecturers mill-European Foundation for the Improvement of Working and Living Conditions bejn Jannar 1996 u Jannar 1997.", "RAĦAL ĠDID - BEJGĦ TA' SITI", "3205.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Frar, 1997 (Numru 16412 - P. 628) u dawk ta' qabel dwar bejgħ ta' siti fuq wara ta' djar fi Triq Bormla, Raħal il-Ġdid, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tingħata priferenza għax-xiri lir-residenti tad-djar li warajhom jiġu s- siti, dejjem jekk dawn applikaw?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Billi dawn it-tenders sa jiġu deċiżi mill-Kumitat tal-Kuntratti, id-Dipartiment tal-Artijiet jagħmel biss rakkmandazzjoni lil dan il-kumitat.", "F'dan il-każ sa jiġi rakkmandat right of first refusal l- ewwel lis-sidien u mbagħad lir-residenti kemm-il darba dawn jitfgħu offerta.", "EDUKAZZJONI - ĊENTRU TAL-CURRICULUM", "3206.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Frar, 1997 (Numru 16412.", "P. 624) deher avviż dwar xogħlijiet li jridu jsiru fiċ-ċentru tal- Curriculum, Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, ma jidhirlux l-Ministru li kordinazzjoni ma' dipartimenti oħra, dwar xi xogħlijiet li jridu jsiru fil- ġejjien f'postijiet (e.g. skejjel) li jaqgħu taħt l-imsemmi dipartiment, għandhom jiġu mħajra ħaddiema tal-Gvern biex jingħaqdu f'koperattivi u jagħmlu x-xogħol huma u b'hekk bħala stat jipparteċipaw fil-qligħ dejjem jekk dan il-gvern jissolka fit-triq tal-Gvern ta' qablu li jwaqqaf koperattivi fil-qasam governattiv?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minħabba l-urġenza tax-xogħol fiċ-Ċentru tal- Curriculum dan kellu jsir b'sejħa għall-offerti skond il-proċedura stabbilita.", "Madankollu l-possibilita' li xi xogħolijiet jiġu mħajra għalih ħaddiema tal-Gvern magħqudin f'koperattivi tiġi kkonsidrata dwar xi xogħolijiet oħra li jkun hemm bżonn li jsir fil-ġejjieni.", "BDIEWA - TISWIJA TA' TOROQ", "3264.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsebijiet għandu għal tiswija ta' toroq tal-bdiewa/kampanja fl-inħawi ta' l-Għerien, L-Imbordin, il-Ġnien u l- Erba' Mwieżeb, lkoll limiti ta' San Pawl il-Baħar u x'vot hemm fil- Ministeru tiegħu għal dan l-iskop għall-1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari nru.3259 fuq l-istess suġġett.", "KUMPANNIJI LI JIĠU DIKJARATI IN LIQUIDATION", "3265.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex meta kumpanniji jiġu dikjarati in liquidation, fi żmien sitt xhur joħroġ l-assessment finali da parti tad-Dipartiment tat-Taxxa?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jiena mgħarraf li ż-żmien li normalment jieħu d- dipartiment biex jagħti l-clearance lil kumpannija likwidata huwa gimgħa.", "Is-sena li għaddiet ingħataw madwar 200 clearance.", "Dan iż-żmien jista' jkun aktar minn ġimgħa minħabba li t-taxxa dovuta tkun għadha ma tħallsitx jew il-kumpannija tkun għadha ma issottomettitx il-final scheme of distribution, jew ir-returns tal-kumpannija jkun għadhom ma ntbagħtux", "TAXXI INTERNI - SPONTANEOUS TAX DECLARATIONS", "3266.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati spontaneous tax declarations fl- 1995?", "Kemm minn dawn inħadmu u nħarġu l-assessments fuqhom?", "Meta hu maħsub li jkunu nħadmu u nħarġu l-assessments ta' dawk li għadhom pendenti?", "ONOR.", "LINO SPITERI: In-numru ta' spontaneous tax declarations li kienu ġew reġistrati fl-1995 kien 7637.", "Sibt li minn dawn inħadmu 985.", "Jiena mgħarraf li qiegħed isir sforz biex il-kumplament jinħadmu fl-iqsar żmien possibbli.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "GOZO CHANNEL - KONSULENT DR GEORGE ABELA", "W8.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jaqbilx mad-dikjarazzjonijiet tal-konsulent tiegħu Dr George Abela li l-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel għandhom jiġġustifikaw id-deċiżjoni \"tagħhom\" li jgħollu n-nolijiet tal-Gozo Channel meta hu magħruf li ż-żieda ġiet deċiża mill-Gvern u l-Bord lanqas biss iltaqa' dwarhom?", "Jikkonferma wkoll il-Prim Ministru li ż-żidiet fin-nollijiet tal-Gozo Channel jistgħu jsiru biss permezz ta' Legal Notice u għalhekk anke deċiżjoni tal-Bord tad- Diretturi m'għandhom ebda valur mingħajr l-approvazzjoni tal-Gvern?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja jekk teżisti tad-deċiżjoni tal-Gvern preċedenti li suppost tapprova xi żidiet fin- nolijiet tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-istqarrija li għamel l-Onor.", "Interpellant fl-ewwel parti tad-domanda tiegħu hija żbaljata.", "Mhux talli ċ-chairman, li għandu rappreżentanza tal-Bord, iltaqa', iddiskuta u qabel mat-tariffi l-ġodda fil- laqgħat uffiċjali mal-Gvern iżda talli l-bord kollu ltaqa' u approva ż- żidiet qabel dawn tpoġġew fis-seħħ.", "Rigward l-aħħar domanda nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija minn sieħbi l-Ministru Joe Debono Grech għall-mistoqsija parlamentari numru 2851."]} {"filename": "19970217_030d_par.doc", "date": "1997-02-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 30 It-Tnejn, 17 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 30 It-Tnejn, 17 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "30", "It-Tnejn, 17 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 554", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 554", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 561", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IT-TNAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI 562", "AĠĠORNAMENT 596", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 597", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 615", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 29 li saret fl-14 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "ETC - RAPPORTI DWAR L-OPERAT", "1049.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 490 u ċioe':", "\"Billi fis-seduta tat-Tnejn 16 ta' Diċembru, 1996 il-Ministru semma li talab rapporti dwar l-operat tal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ u tad-Dipartiment tax-Xogħol, jista' l-Ministru jgħid min hi/huma l- persuna/persuni li se jħejju dan ir-rapport jew rapporti u x'inhuma t- terms of reference\"?", "Jista' jkun li s'issa l-Ministru għadu ma talabx rapport b'mod dirett u ċar kif ta x'jifhem meta tkellem fis-16 ta' Diċembru, 1996?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk huwiex qed ipoġġi r- rapport jew inkella l-ismijiet tal-persuni li fis-16 ta' Diċembru, 1996 - jiġifieri xahrejn ilu - qal li qabbad biex jagħmlulu dan ir-rapport?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jiena qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista twila tat-terms of reference ta' dawn iż-żewġ rapporti.", "L-ismijiet m'iniex qed insemmihom għaliex min qed jagħmel dawn ir-rapporti jippreferi li l- ismijiet ma jitħabbrux qabel ma r-rapporti jkunu lesti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-Ministru jaf li, f'każijiet simili, kemm il-Prim Ministru kif ukoll ministri oħra taw l-ismijiet ta' min kien qed jagħmel dawn ir-rapporti, bħal fil-każ tat-Tarzna, fejn kien hemm is-Sur Cassar White u Dr Godfrey Baldacchino.", "GĦalhekk naħseb li l-Onor.", "Grech għandu jagħti l-ismijiet ta' min qed jagħmel dawn ir-rapporti għaliex min jagħmel rapport għandu jerfa' r-responsabbilta' tiegħu, kif kull min qiegħed hawn ġew jerfa' r-responsabbilta' tiegħu għal dak li jagħmel.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, jien qed nerfa' r-responsabbilta' tiegħi bħala ministru u qed ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ismijiet se nagħtihom meta r-rapport ikun lest.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Mela nieħu l-kelma tiegħu li 'l quddiem se jagħti l- ismijiet.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li meta r- rapporti jkun lesti - s'issa għadhom m'humiex lesti - l-ismijiet ta' min qed jagħmilhom nippubblikahom.", "ĦABS ĊIVILI - CONTACT VISITS", "618.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif taħdem is-sistema ta' contact visits fil-Ħabs Ċivili ta' Kordin?", "X'kienu l-complaints li ġraw xi xhur ilu wara li tħassret contact visit fejn iben priġunier ma tħalliex jara lill-missier fost il-biki u l-ilfiq tiegħu u diżappunt kbir?", "ONOR.", "ALFRED SANT(Prim Ministru): Is-sistema ta' contact visits titħaddem billi kull priġunier malli jidħol fil-Facilita' Korrettiva ta' Kordin u jkollu l-permessi neċessarji jmur l-uffiċju konċernat fejn jiġu appuntati il-contact visits.", "Fuq l-inċident in kwestjoni, l-ilment kien għaliex l-awtorijiet tal-Ħabs ma nformawx lill-familja li l-contact visit ġiet imħassra.", "Il-priġunier kien intitolat li jċempel il-familja tiegħu u jinformahom li l-contact visit ġiet imħassra u mibdula f'non-contact visit.", "M'hiex il- prattika li l-awtoritajiet tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin javżaw lill- familja tal-priġunier li ma jistax ikollu contact visit għax ikun b'kastig kawża ta' ksur ta' xi regolamenti tal-ħabs.", "AMBJENT - ENVIRONMENTAL WARDENS", "619.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu ttamat li titwaqqaf aġenzija ta' Environmental Wardens li jieħdu ħsieb li jaraw li l-liġijiet jitħarsu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): It-twaqqif ta` spettorat għall-ambjent li jinkorpora fih numru ta' wardens qed jingħata konsiderazzjoni sħiħa.", "Huwa l-ħsieb tal-ministeru li jorganizza kors għal-dawk interessati li jkun immexxi mill-Universita' ta' Malta u jwassal għal Diploma fix-Xjenza Ambjentali.", "AMBJENT -TNIĠĠIŻ TA' L-ARJA", "620.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu ttamat li jitwaqqaf il-bord li jissorvelja u jrażżan it-tniġġiż ta' l-arja, skond kif jemerġi mill-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista?", "Hemm proposti kif il-Gvern Malti se jara li dan il-kontroll ikun tassew effettiv?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-bord imsemmi mill-Onor.", "Membru twaqqaf mill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.", "Għalkemm l-Environment Protection Act tistabilixxi li jista' jsir tibdil fil-Clean Air Act, dawn il-poteri qatt s`issa ma ġew użati.", "Eventwalment se jkun jiffunzjona wkoll bord li jagħti pariri lill- Ministru, li miegħu ikun jista' jikkonsulta, biex jibdew jitwettqu miżuri skond l-aħħar ideat u b`mezzi xjentifiċi moderni.", "Madam Speaker, nixtieq nirrimarka li din il-mistoqsija ġiet imwieġba b'dan il-mod għax il-kollega tiegħi l-Onor.", "Sandro Schembri Adami jagħmel ħafna mistoqsijiet u din il-mistoqsija kienet saret fid-29 ta' Diċembru, 1996.", "Allura rrid ngħid li dak il-bord li hemm riferenza għalih fil- mistoqsija issa twaqqaf u qed jiffunzjona.", "WSC - DISTRIBUZZJONI TA' L-ILMA", "621.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif, tul ix-xhur u s-snin li ġejjin, is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma se tinbidel biex titnaqqas il-ħela kbira ta' l-ilma kawża tal- ħsarat?", "Kif, tul l-istess xhur u s-snin, se jimpenja ruħu l-Gvern Malti biex il-livell tan-nitrat fil-provvista ta' l-ilma jonqos għal-livell aċċettabbli?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll) (f'isem il-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma hija konxja mill-fatt li s-sistema tad-distribuzzjoni, li ilha tiġi żviluppata mis-seklu l-ieħor, hija magħmula minn kanen ta' diversi tipi u kwalitajiet ta' materjali.", "Peress li l-istat fiżiku ta' dawn il-materjali u l-istess kanen ivarja minn tajjeb għal ħażin, f'termini ta' saħħa u kondizzjoni interna, il-korporazzjoni dejjem għandha lest numru kbir ta' pjanijiet lokalizzati kif ukoll ġenerali għal bdil ta' kanen b'materjali addattati.", "Minn barra dawn il-pjanijiet għal bdil ta' kanen qodma, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma rnexxielha taqsam il-pajjiż kollu f'madwar 200 zona.", "L-ilma li jiġi prodott, ikkonsmat, maħżun u trasferit lejn jew minn dawn iz-zoni qiegħed jiġi mkejjel.", "B'hekk permezz ta' studju kontinwu ta' din l-informazzjoni, il-korporazzjoni qiegħda gradwalment tifhem aktar fejn qiegħed jikkonsma ruħu l-ilma u għalhekk tista' tikkonċentra l-isforzi u r- riżorsi tagħha sabiex issib ħsarat u teliminhom bl-aktar mod effettiv għall- ispejjeż li hemm bżonn.", "Il-ħeffa ta' kemm dawn ix-xogħlijiet jitwettqu malajr jiddependi fuq diversi fatturi fosthom, investiment ta' flus, kapaċita' ta' tħaffir ta' trinek li jiflaħ il-pajjiż u l-manteniment ta' riżorsi, faċilitajiet u strumenti li bihom jinstabu u jissewwew il-ħsarat.", "Iktar ma jkunu qawwija u enfasizzati dawn il-fatturi aktar tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni u b'hekk jonqos it-telf ta' l-ilma.", "In-nitrati fl-ilma huwa biss parametru wieħed li jaffetwa l-kwalita ta' l- ilma u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda tistudja din il- problema fit-totalita' tagħha b'mod integrat.", "Qiegħda tara x'jista' jsir kemm fix-short u kemm fil-long-term, u mbagħad tagħti prijoritajiet skond is-serjeta' tal-problema u skond ir-riżorsi li jkollha.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "622.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati irġiel li ħadu jumejn adoption leave b'paga sħiħa biex jieħdu l-kustodju tal-wild tagħhom għas- snin 1990-1996, sena b'sena?", "Lil kemm-il persuna ingħata leave speċjali bla ħlas għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur f'dawk il-każi ta' adozzjoni ta' tfal barranin li jkunu jeħtieġu proċess fit-tul f'pajjiżi oħra, u dan għas-snin 1990-96, sena b'sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hija dik kif tidher fit-tabella li qiegħed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra", "EWROPA/MEDITERRAN - RELAZZJONIJIET", "623.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-isfidi approssimattivi li għandu quddiemu l- ministeru li b'unur għalih u għal pajjiżna qed jokkupa?", "Kif tista' l- politika Euro-Mediterranea, fost affarijiet oħra, tagħna tkompli sservi bħala garanzija għall-ħarsien sħiħ tan-newtralita' ta' pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-qosor, l-isfidi li għandu quddiemu l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huma t-tisħiħ tar-relazzjonijiet ma' l-Ewropa kif ukoll il-Mediterran, il-kontribut tagħna fl-oqsma internazzjonali u ż-żamma ta' l-aħjar relazzjonijiet ma' pajjiżi individwali.", "Fir-relazzjonijiet bilaterali huwa fl-interess tagħna li nżommu l-aħjar kuntatti possibbli mal-pajjiżi kollha fil-waqt li nsaħħu l-koperazzjoni f'dawk l-oqsma kif japplikaw għal kull pajjiż individwali.", "Fil-kamp internazzjonali nagħtu l-kontribut tagħna għat-tisħiħ ta' l-iżvilupp sostenibbli kif jixraq.", "Fl-istess ħin jissaħħu l-meżżi kollha li jwasslu għall-paċi fost il-ġnus, permezz ta' miżuri ta' fiduċja, iż-żamma tal-paċi u koperazzjoni mill-aktar wiesgħa mal-pajjiżi ħbieb kollha.", "Bħala pajjiż Ewropew, ir-relazzjonijiet li qed nimmiraw għalihom ma' l- Ewropa għandhom ikunu msejsa fuq ir-rispett tas-sovranita' u l-obbligi kostituzzjonali ta' Malta, waqt li jwasslu lill-Malta u l-Unjoni Ewropea l- aktar qrib possibbli abbażi ta' interess reċiproku.", "Għaldaqstant, flimkien ma' l-Unjoni, irridu naqblu mill-aktar fis possibbli fuq il-forma ta' djalogu li għandu jwassalna sabiex insibu il-framework l-aktar adattat għal dawn ir-relazzjonijiet.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-Mediterran, barra mill-iżvilupp ta' relazzjonijiet partikolari mal-pajjiżi ġirien, Malta tikkontribwixxi bis- sħiħ fl-isfond tal-fora reġjonali bħal Med Forum u l-Euro-Med Conference.", "F'dawn il-fora Malta tixtieq tara djalogu sħiħ bejn il-pajjiżi tar-reġjun flimkien ma' dawk Ewropej, bl-iskop li titkattar il-koperazzjoni f'kull qasam u b'hekk tinħoloq żona stabbli għat-tkattir tal-paċi u l-iżvilupp.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk is-Sinjura Madeleine Albright talbetx biex tiġi Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor. kollega tiegħi illi aħna bgħatna nifirħulha għall-kariga ġdida li tawha u awgurajnhiela illi jkollha suċċess, speċjalment f'dik li hija politika mediterranja u fit-tfittxija għal soluzzjoni tal-problema tal-Lvant Nofsani.", "Pero' ma jidhirlix li saret xi talba min-naħa tagħha jew min-naħa tagħna biex tiġi żżurna.", "Mill- aħbarijiet naf li bħalissa qiegħda fil-Ġermanja u wara se tmur tiltaqa' mal- President Franċiż.", "ENEMALTA - DANNI", "2592.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi waqt id-diskussjoni tal-liġi dwar il-ħarsien tal-konsumatur kien hemm insistenza li korporazzjonijiet parastatali jkunu koperti mil-liġi, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid meta hemm il-ħsieb li l-partijiet relattivi tal-liġi jidħlu fis-seħħ?", "Kemm huma l-każi reġistrati mill-Korporazzjoni Enemalta ta' persuni li sofrew danni minħabba ħsarat fil-provvista tad-dawl?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Kummerċ): Hu l-ħsieb li fil-ġejjieni l- liġijiet dwar il-ħarsien tal-konsumatur isiru japplikaw ukoll għall- korporazzjonijiet pubbliċi fost oħrajn.", "Dan skond il-manifest elettorali tal-partit fil-gvern.", "Minħabba li l-Onor.", "Membru ma semmiex il-perjodu li għalih irid id- dettalji mitluba dwar persuni li soffrew danni minħabba ħsarat fil- provvista tad-dawl, jien se nagħti il-każi rreġistrati ma' l-Enemalta mill- 1992 sal-lum:", "|1992 |32 każ | |1993 |33 każ | |1994 |23 każ | |1995 |29 każ | |1996 |27 każ | |1997 | 4 każi (sal-5 ta` | | |Frar 1997) |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk jafx illi fl- Enemalta llum hemm nuqqas ta' high tension cable?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena ma nafx kemm din il-mistoqsija supplimentari għandha x'taqsam mal-mistoqsija li għandni kif irrispondejt, pero' se ninvestiga l-ilment ta' l-Onor. interpellant.", "ENEMALTA - UŻU TA' FAĦAM", "2593.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien il-faħam użat mill-Korporazzjoni Enemalta sena b'sena mill-1986 sal-lum?", "Liema partijiet tal-power station għadhom jużaw faħam biex jitħaddmu?", "Minn mindu twaqqaf l-użu tal-faħam b'mod qawwi għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija, kien hemm xi studju mill- korporazzjoni biex tara jekk fil-fatt kienx hemm effett pożittiv fuq l- inħawi ta' madwar il-power station tal-Marsa?", "Jekk iva, x'kienu r- riżultati?", "Jekk le, il-korporazzjoni tikkonsidra li tagħmel analisi bħal din?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-faħam li ġie wżat fil-power station tal-Marsa mill- 1986 sal-1995 kien ta' 1,908,405 tunellata.", "Ma baqa' l-ebda impjant li jitħaddem bil-faħam.", "Għalkemm ma sarx studju kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant, l- Enemalta għamlet proġett ta' tindif ta' l-inħawi ta' madwar il-power station bil-koperazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Marsa.", "PAJJIŻI BARRANIN - VISA", "2594.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-pajjiżi li għalihom il-Maltin jenħtieġu visa meta jiġu biex isiefru għal dawn il-pajjiżi?", "Mil-liema pajjiżi hu meħtieġ li ċittadini li jkunu se jżuru Malta jkollhom visa meta jiġu biex jidħlu Malta?", "X'tibdil hu mistenni li jseħħ dwar it-ħteġijiet ta' visa kemm għall- Maltin li se jsiefru, kif ukoll għall-barranin li jkunu ġejjin Malta?", "Ma' liema pajjiżi qed ikun hemm diskussjonijiet dwar dan is-suġġett fil- preżent?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru liema ċittadini ta' pajjiżi barranin m'għandhomx bżonn ta' visa biex iżuru Malta, kif ukoll għal liema pajjiżi l-Maltin ma jenħtieġux visa.", "Nixtieq inżid ngħid lill-Onor Interpellant li l-Gvern Malti, minn żmien għal żmien, jikkonsidra proposti dwar ħtiġijiet ta` visa fuq bażi reċiproka ma' diversi pajjiżi barranin.", "Fil-preżent hemm pendenti diversi abbozzi ta' ftehim dwar il-visa ma' għadd ta' pajjiżi u l-ħtiġijiet ta' visa jkunu jiddependu fuq l-esitu tad-diskussjonijiet.", "TURIŻMU - BEACH CLEANERS", "2595.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' beach cleaners li għandu miegħu fil-preżent il-Ministeru tat-Turiżmu?", "F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex huma okkupati dawn il-beach cleaners?", "Liema huma l-kunsilli lokali li magħhom hemm ftehim dwar it-tindif tal-bajjiet?", "Kemm hu n-numru ta' vetturi u nġenji li hemm jaħdmu ma' dan il-ministeru fis-sezzjoni tal-beach cleaners?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Fil-preżent, id-Dipartiment tat-Turiżmu għandu 131 ħaddiem li qed jagħmlu xogħol ta' beach cleaners.", "Dawn huma okkupati matul firxiet tal-kosta aċċettibbli li jaqgħu fil- konfini tal-kunsill lokali li magħhom id-dipartiment qiegħed f'kuntratt.", "Dawn huma:- Mġarr, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Naxxar, Pembroke, San Ġiljan, Sliema, Valletta, Isla, Birgu, Kalkara, Żabbar, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Birżebbuġia u s-Siġġiewi.", "L-inġenji li jitnużaw f'din it-taqsima huma 5 karozzi/vann, dumper, gaffa u 23 trakk.", "PULIZIJA - UŻU TA' ARMI TAN-NAR", "2596.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' każi rrapportati lill-pulizija li waqt ġlied, serq jew okkażjonijiet oħra ġew użati armi tan-nar jew armi oħra matul dawn l-aħħar tliet xhur?", "F'liema lokalita' seħħew dawn l-inċidenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' każi li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Membru, jiġifieri każi rrapportati lill-pulizija li waqt ġlied, serq jew okkażjonijiet oħra ġew użati armi tan-nar jew armi oħra matul dawn l-aħħar tliet xhur kienu ta' erbatax (14).", "Dawn il-każi seħħew fil-lokalitajiet kif ġej:-", "|Lokalita' |Numru | | |ta' każi| |Qormi |1 | |Fgura |1 | |Marsa |1 | |Raħal Ġdid |1 | |Żejtun |1 | |Gudja |1 | |Żurrieq |1 | |Mosta |2 | |Mellieħa |2 | |Ħamrun |3 |", "MDC - FABBRIKI", "2604.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' fabbriki li bħalissa għandha l-MDC u li huma vojta?", "X'floor space għandhom bejniethom dawn il-fabbriki?", "Kemm hu n-numru ta' talbiet li bħalissa qed tikkonsidra l-MDC għall-ftuħ ta' fabbriki?", "X'floor space jenħtieġu?", "Kemm hu mistenni li jħaddmu nies dawn il-fabbriki ġodda?", "X'indikazzjonijiet għandha l-MDC dwar il-workforce available għat-tip ta' xogħol li mistenni jinħoloq bil-ftuħ ta' dawn il-fabbriki?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Industrija): Dwar in-numru ta' fabbriki vojta nirreferi l-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari inumru 440.", "L-area ta' dawn il-fabbriki hija ta' madwar 73,000 metru kwadru.", "L-MDC qiegħda tikkonsidra 47 talba għall-fabbriki, li bejniethom jinħtieġu floor space ta` 64,145 metru kwadru.", "Fi zmien tliet snin, dawn il- kumpaniji mistennija li jħaddmu bejniethom madwar 958 ħaddiem.", "L- indikazzjonijiet li għandha l-MDC huma illi kemm bhala numru, kif ukoll bħala livell ta' taħrig, dawn il-figuri huma realistiċi fil-kontest tat- trends ekonomici f`dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk fl-allokazzjonijiet ta' fabbriki hemmx prijoritajiet, per eżempju, għal min jesporta barra jew għal min min jipproduċi prodotti lokali?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Meta l-MDC tiġi biex tiddeċiedi lil min għandha talloka fabbrika tieħu in konsiderazzjoni l-fatturi kollha.", "Wieħed mill-iktar fatturi importanti huwa dak ta' l-esportazzjoni.", "L-MDC tieħu in konsiderazzjoni fatturi oħrjan, bħalma huma t-tip ta' intrapriża li tkun qed tipproġetta l-business plan tagħha, l-added value, in-numru ta' impjegati u fatturi simili li permezz tagħhom hija tkun tista' tikkonsidra jekk għandhiex talloka jew le.", "SAĦĦA - MWIET TA' TRABI", "2771.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: In vista tar-rapporti pubblikati minn \"The Malta Independent\" dwar jekk humiex isiru jew le investigazzjonijiet dwar il-mewt traġika ta' erba' trabi u l-allegazzjoni li l-ġenituri ta' waħda mit-trabi mhumiex qed jinżammu nformati, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Ninsab assigurat li l-familja kkonċernati qed jinżammu aġġornati dwar l-investigazzjonijiet li qed isiru.", "Bħala korrezzjoni rrid ngħid li tlett itarbi kien hemm u mhux erbgħa.", "AIR MALTA - CHAIRMAN", "2772.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid meta hu l-ħsieb illi l-Gvern jappunta chairman għall-bord tad-diretturi ta' l-Air Malta li issa ilha aktar minn tliet xhur mingħajr chairman?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan iż-żmien twil jagħmel deni lill- kumpannija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "ETC - PERSUNI JIRREĠISTRAW", "2773.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Jannar, 1997, jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar: kemm persuni nqatgħu mir- reġistrazzjoni għax-xogħol maqsuma skond ix-xogħol li kienu qed jirreġistraw għalih u kemm minnhom appellaw id-deċiżjoni ta' l-ETC; kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol maqsuma kemm b'kategoriji ta' xogħol li rreġistraw għalih kif ukoll skond l-eta' tagħhom; kemm persuni nstabilhom xogħol mill-ETC?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrazzjoni għax-xogħol, kif ukoll l-appelli li ġew sottomessi lin-National Employment Authority (N.E.A.) matul Novembru 1996 huwa kif ġej:", "Novembru 1996 Malta Gozo Persuni li nqatghu mir-Registrazzjoni 97 1 Numru ta` Apelli lin-N.E.A. 54 1", "Tabelli 1A u 1B juru n-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrazzjoni għax- xogħol li kienu qed jirreġistraw għalih f`Malta u Għawdex.", "2.", "Tabelli 2B u 2C juru n-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol skond l-eta' tagħhom matul Novembru 1996, f`Malta u f`Għawdex, li kienu 839 u 194 rispettivament.", "Tabelli 2D u 2E juru l-kategoriji tax-xogħol li dawn il-persuni rreġistraw għalih f`Malta u f`Għawdex matul Novembru 1996 li kienu 1,620 u 443 rispettivament.", "Nota:- In-numru totali ta' kategoriji huwa akbar minn numru ta' reġistrazzjoni peress li persuna tista' tirreġistra għal aktar minn kategorija waħda.", "3.", "In-numru ta' persuni li nstabilhom xogħol mill-ETC f`Malta u Għawdex matul ix-xahar ta' Novembru 1996 huwa 229.", "Il-figuri għal-Diċembru 1996 u Jannar 1997 għadhom mhux ippublikati.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli 1A, 1B, 2B, 2C, 2D u 2E.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-European Charter of Local Self-Government tal-Kunsill ta' l- Ewropa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 32.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI : Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Statistika maħruġa mill-Matsec Support Unit dwar eżamijiet li saru f'Mejju u Settembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2810;", "Informazzjoni dwar impjegati fid-Dipartiment tal-Bibljoteki u Arkivji, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2892; u", "Lista li turi l-pajjiżi minn fejn ġejjin studenti barranin fl- Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3093;", "u f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' mozzjoni datata 11 ta' Jannar 1997 dwar il-vot ta' sfiduċja fis-Sindku ta' Marsascala, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3151.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar impjegati mat-Taqsima tax-Xogħlijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3215; u", "Informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li qed isiru mil-Local Councils Contracts Unit għall-kunsilli lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W31.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru tat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim dwar kiri ta' post f'Ta' Xbiex bejn l-Awtorita' Marittima ta' Malta u Christopher u Jayne Farrugia li sar fil-5 ta' Frar 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2917.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva f'diversi lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3128.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IT-TNAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu għad-diskussjoni l-Voti tal-Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Issa nitlob lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi biex jekk jogħġbu jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, nipproponi:", "VOT 14 - MINISTERU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,503,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 15 - TEŻOR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,773,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Teżor, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 16 - PENSJONIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 765,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Pensjonijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 17 - TAXXI INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,096,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Taxxi Interni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 18 - DWANA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 4,748,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Dwana, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 19 - V.A.T.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,874,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - V.A.T., kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 20 - STATISTIKA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 702,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Statistika, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 21 - KUNTRATTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 413,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Kuntratti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 22 - UFFIĊĊJU TA' L-AWDITUR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 431,300 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Uffiċċju ta' l-Awditur, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT III - MINISTERU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,892,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 14 - MINISTERU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,297\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,296\".", "Delete the figure \"Lm 10,297\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,296\".", "Sur President, wara l-pubblikazzjoni tal-white paper dwar it-taxxi indiretti fil-pajjiż il-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi fil-biċċa l- kbira se jkun iddedikat għall-analisi tal-proposti mressqa mill-Gvern biex taparsi jneħħi l-VAT, proposti nejja, imsaħħna fuq il-ġamar tal-pika jnemnem taħt il-gradilja ta' patti elettorali li issa wasal iż-żmien li jitħallsu.", "Kemm huma nejja l-proposti tixhdu l-konfużjoni li hawn dwarhom fil-pajjiż u tixhdu aktar u aktar il-karba kontinwa tal-Gvern għal ideat biex forsi fl-aħħar isib is-sistema li twettaq l-oġġettivi li hu stess qed jgħid li jrid jilħaq u li l-VAT kienet twassal għalihom.", "Dawn huma proposti inutli li se joħolqu terrimot fil-prezzijiet, taħwid fis-sistema tan-negozju, daqqa lill-kompetittivita' fil-pajjiż u wied ta' evażjoni, pero' qabel nixtieq indur dawra malajr mad-dipartimenti li jagħmlu parti mill-Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi.", "Fil-fatt qed nara ħafna minn sħabi l-antiki fuq il-bank ta' l-advisers - illum advisers tal-Ministru Lino Spiteri - u nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nirringrazzjahom għas- snin li għamilna naħdmu flimkien u għal dak li, fl-opinjoni tiegħi, flimkien, nerġa' ngħid, irnexxielna nwettqu fil-ħames snin li għaddew.", "Ħalli nibdew mit-Teżor.", "Waħda mill-iktar affarijiet ta' importanza fit-Teżor, minbarra l- ħlasijiet taċ-ċekkijiet u l-management tal-cashflow tal-gvern, hija s- sistema ta' accounting ġdida li konna qegħdin nimplimentaw fid-dipartimenti u fil-ministeri kollha tal-gvern.", "Din is-sistema għandha twassal biex ikun hemm dixxiplina finanzjarja akbar, biex ikun hemm accounting tajjeb - jiena dejjem sostnejt li l-accountability ma tista' qatt tintlaħaq jekk l-ewwel ma jkunx hemm accounting tajjeb - u mbagħad din naturalment ikollha l- effett tagħha b'kontroll ikbar ta' l-ispejjeż.", "Ħaġa oħra li konna wasalna biex niffinalizzaw fit-Teżor - u naħseb li huwa tajjeb li wieħed jenfasizza li din trid tiġi finalizzata - hija l- problema li kien hemm dwar il-pensjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu fil-korpi parastatali.", "Jiena ninsab informat li din il-problema għadha pendenti, għalkemm f'Ottubru konna ħallejniha f'sitwazzjoni ta' qbil ġenerali bejn kulħadd.", "Is-soluzzjonijiet li kienu nstabu kienu prammatiċi u ekwi u dawn għandhom jiġu attwati b'legal notice li għandha tiġi ppubblikata.", "Issa ħalli niġi għall-Inland Revenue Department.", "Fl-Inland Revenue Department sar ħafna xogħol fit-tibdil tas-sistema tat- taxxa tad-dħul.", "Sena wara sena bit-tibdil li sar din saret taxxa iktar raġonevoli u b'inqas inċentivi biex in-nies jaħarbuha.", "Fl-1996 sar attentat biex nagħmlu clean up sħiħ fl-assessments li kienu b'lura fid- dipartiment u fil-fatt sar ħafna xogħol u ħafna minn dawn l-assessments ġew imneħħija.", "Dan sar bl-intenzjoni li fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena tidħol sistema ġdida minflok is-sistema tal-PAYE, jiġifieri s-sistema tal-final settlement system.", "Din is-sistema minbarra li kienet isserraħ ras il-biċċa l-kbira tat-taxpayers iż-żgħar li għandna fil-pajjiż - għaliex ikunu jafu li ladarba t-taxxa ġiet imneħħija mid-dħul tagħhom allura mhux se jkollhom x'jaqsmu iktar mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni - kienet tneħħi wkoll il- bżonn li jimtlew ħafna formoli ta' l-income tax, li kienet parti mill- istrateġija sħiħa li kellna li nsaħħu amministrattivament il-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, dik li llum qed tissejjaħ fiscal morality.", "Naturalment m'huwiex biżżejjed li nitkellmu fuq il-bżonn li ma jkunx hawn evażjoni u fuq il-bżonn li jkun hawn fiscal morality, imma rridu norganizzaw ruħna biex inkunu f'pożizzjoni li naslu fejn irridu naslu.", "It- tibdil tas-sistemi b'mod ġenerali, l-introduzzjoni tal-VAT, it-tibdil li sar fit-taxxa tad-dħul, it-tneħħija tat-taxxa tad-donazzjoni u l-final settlement system kienu kollha attivitajiet immirati lejn l-istess oġġettiv għax fir-realta' l-Final Settlement System kienet tneħħi mid-dipartiment eluf u eluf ta' returns li jkun mgħobbi bihom.", "Dan ukoll kellu l-effett li minħabba li nħadmu daqstant assessments fl-1996 - wieħed jista' jara l- istatistika biex isib l-ammont kbir ta' assessments li nħadmu - ġew iġġenerati kemm arretrati li kellu jieħu d-dipartiment - u fuq l-arretrati kienet ittieħdet l-azzjoni li kull individwu ġie mogħti l-ammonti li jrid iħallas u ż-żmien li fihom iridu jitħallsu dawn l-arretrati; dak huwa proċess li sar fl-1996 - u naturalment ġew iġġenerati anke ħafna refunds.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball is-sena l-oħra kienu ġġenerati xi Lm7 miljun f'refunds sa Settembru jew Ottubru ta' l-istess sena.", "Mhux soltu jiġri hekk għax mhux soltu li kien ikun hemm dawn l-assessments kollha u naturalment mhux soltu li jkun hemm dawn l-ammonti ta' refunds li ġew iġġenerati.", "Fil-fatt aħna konna qed naħsbu jekk nivvotawx xi flus oħra biex jingħataw u jinqatgħu kemm jista' jkun malajr, pero' din is-sena l- budget qed jerġa' jipprovdi għal Lm3 miljun refunds.", "Hawnhekk nixtieq ngħid ukoll li din hija sistema sfortunata - fil-fatt jien fil-ħames snin ma biddilthiex, pero' din hija sistema li fl-opinjoni tiegħi eventwalment għandha tinbidel - għax r-refunds tat-taxxa m'għandhomx jiġu mogħtija u accounted permezz ta' Vot speċifiku ta' refunds bħala spiża tal-gvern imma għandhom jiġu accounted bħala netting tad-dħul tal-gvern biex id-dipartiment ikollu iktar flessibbilta' li jagħti r-refunds dovuti.", "Fil-fatt aħna konna ntroduċejna dan il-konċett fl-accounting tal-liġi li tirrigwarda l-VAT u allura l-kwestjoni tar-refunds kienet deċiża mid- dipartiment u ma kenitx deċiża minn Vot speċifiku fil-budget.", "Pero' jien għadni nistaqsi sal-lum għaliex il-final settlement system ittardjat b'sena.", "Ir-raġuni li ngħatat lill-pubbliku kienet li ma kenux saru l- preparazzjonijiet kollha.", "Jien naf li kienu saru ħafna preparazzjonijiet u ġew imqassma ħafna dokumentazzjoni u mailings lill-operaturi li kellhom joperawha.", "Anke lill-individwu li jħallas t-taxxa kienu ngħatawlu wkoll ir- rati li se jħallas bħala taxxa kurrenti u r-rata li ried iħallas fejn dovut għall-arretrati li ried jaqta'.", "Allura għadni sal-lum ma nistax nifhem sew għaliex ittardjajna sena biex nimplimentaw din il-final settlement system.", "Jien illum almenu li nixtieq huwa li l-Ministru jikkonfermalna li ma hemm l- ebda rethinking fuq din is-sistema u li fil-fatt għalkemm din is-sistema ġiet ittardjata b'sena se tkun implimentata fl-1 ta' Jannar, 1998.", "Imbagħad fl-istess ambitu tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandna l- Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali li għandha budget ta' Lm25,000.", "Naturalment hawnhekk għadna f'daqsxejn ta' limbu biex inkunu nafu x'se tkun din il-Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali, kif se tiffunzjona, x'relazzjoni se jkollha mad-dipartiment, jekk hix se jkollha f'idejha l- koordinament tar-revenue tal-gvern, u jekk hix se jkollha f'idejha l-poter ta' investigazzjoni tat-taxpayers.", "Naturalment din in-naħa tal-Kamra se nkunu favur kull pass pożittiv li jsir biex tinqata' l-evażjoni tat-taxxa ladarba aħna naħsbu li jkun pass li jsir bis-sens.", "Meta forsi jiġu mmaturati iktar il-ħsebijiet dwar x'se tkun preċiżament din il-Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali aħna rridu nassiguraw li mhux se timpinġi fuq id- doveri u l-awtoritajiet tad-dipartiment biex ma jkunx hemm cross functions li jistgħu jservu iktar b'mod negattiv milli b'mod pożittiv.", "Sur President, rigward id-Dwana kulma nista' ngħid huwa li fl-aħħar ħames snin għamilna riformi estensivi.", "Jien nista' ngħid li l-effiċjenza fid- Dwana tkattret għalkemm naturalment it-tgergir jibqa' dejjem.", "Is-sistemi ta' kontrolli ġew immodernizzati fuq sistemi ta' sampling li jagħmel sens; daħħalna s-sistema ta' stripping tal-containers li naturalment magħquda mal- fatt li ddaħħlet il-VAT, li tnaqqsu u tneħħew ir-raġunijiet għal valuations ħżiena, iktar u iktar għaliex anke l-pagamenti li kienu jsiru fil-punt tad- Dwana kienu jittieħdu lura minn min ikun ħallashom, allura naturalment anke hawnhekk ix-xogħol tad-Dwana ħfief u seta' jiġi kkonċentrat iktar fuq attivitajiet ta' kontroll iktar sofistikat.", "Issa ħalli niġu għad- Dipartiment tal-VAT.", "Sur President, id-Dipartiment tal-VAT kien ġie mwaqqaf fl-aħħar snin biex jieħu ħsieb ir-riforma li konna għamilna fit-taxxi indiretti tal-pajjiż, riforma li rat tibdil radikali fil-mod ta' kif in-nies iħarsu lejn l- organizzazzjoni tan-negozju tagħhom, kif ukoll fil-consciousness tan-nies dwar it-taxxi li jridu jħallsu.", "Dan kien tajjeb għax jekk wieħed jiftakar sew il-battalja - biex insejħulha hekk - li kellna fl-aħħar ta' l-1994 naturalment kienet ta' kif il-VAT kienet se tolqot id-dikjarazzjonijiet ta' l-income tax.", "Fil-fatt il-problema l-kbira li ffaċċjajna kienet dwar il- kontroll li l-VAT kienet se ġġib fuq dak li wieħed jiddikjara fit-taxxa tad- dħul.", "Id-dipartiment kien attrezzat biex jikkontrolla l-evażjoni għax kien maħsub bħala l-quċċata ta' piramida triangolari bejnu, bejn in-national insurance u bejn l-Income Tax Department għax fid-Dipartiment tal-VAT l- informazzjoni kienet tidħol aktar malajr u kienet tagħti - fil-fatt għadha tagħti - lill-amministrazzjoni l-possibbilta' ta' analisi, ta' kontroll u jekk l-affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb wieħed seta' jibda jieħu azzjonijiet korrettivi.", "Fil-fatt hekk bdejna nagħmlu għax meta beda jidher li kemm minħabba l-atmosfera politika li bdiet tinħoloq fil-pajjiż kif ukoll minħabba t-tkabbir tar-reżistenza biex min kellu jiddikjara jkun jista' u jkollu jiddikjara, aħna bdejna nieħdu l-passi meħtieġa biex nuru lin-nies li hemm il-possibbilta' kollha li jiġu kkontrollati.", "Naturalment din bdiet tagħti l-frott tagħha wkoll.", "Sur President, id-Dipartiment tal-VAT huwa attrezzat ukoll biex jagħti informazzjoni u hawnhekk irrid ngħid li nurta daqsxejn ruħi meta wieħed jistaqsi għal ċerta informazzjoni u din, mhux ma tingħatax minħabba l- iskuża li trid ħafna ħin biex tingħata, imma l-agħar huwa meta jsiru ħafna insinwazzjonijiet.", "Fir-risposta naturalment - għax jien għidt li ħafna informazzjoni kont nikkompilaha jien minn informazzjoni li kien jagħtini d- Dipartiment tal-VAT - iqum id-dubju dwar għalfejn kont nikkompilaha jien.", "Kont nikkompilaha jiena għas-sempliċi raġuni li jiena ridt li jkollna set ta' management reports fuq l-andament tal-VAT, fuq kif il-VAT kienet qed taħdem, mhux biss li jkollna l-computer biċ-ċifri individwali tan-nies imma li dawk iċ-ċifri jiġu analizzati b'mod loġiku, b'mod li jagħmel sens, b'mod li jagħtik storja, b'mod li jfisser xi ħaġa u b'mod li l-ewwelnett juru lill-Ministru l-effiċjenza jew in-nuqqas ta' effiċjenza fid-dipartiment innifsu - b'hekk tkun taf l-effiċjenza jew in-nuqqas ta' effiċjenza fid- dipartiment - u wkoll jagħtu lil kull min qiegħed fis-sistema l- possibbilta' li jħares lejn summaries ta' ċifri li fejn jara li l- affarijiet m'humiex sejrin sew ikun jista' on an exception basis jinżel għad-dettall minn hemmhekk ftit ftit sakemm jara l-problema x'inhi u jibda jaħseb fuq x'soluzzjonijiet jista' jagħmel.", "U hemm ħafna rapporti x'wieħed jagħmel u konna wasalna f'sitwazzjoni li nibdew inqabblu time-frames ta' returns li konna nirċievu.", "Per eżempju, f'Awissu kellna l-ewwel opportunita' li nagħmlu analisi tar- returns fuq bażi ta' staggers - f'kull stagger ikun hemm kważi l-istess nies involuti - għax ridna naraw kif in-nies kienu qed jirrapportaw il- persentaġġ ta' l-input tax ma' l-output tax u l-persentaġġ tal-purchases ma' dak tat-turnover.", "Dawn huma t-tip ta' ċifri fuq bażi globali fejn għandek l-istess popolazzjoni u mbagħad tibda tqabbel x'irrapportaw dawn fl- ewwel tliet xhur ta' l-1995 ma' dak li rrapportaw fl-ewwel tliet xhur ta' l- 1996 u tara jekk irrapportawx inqas jew iktar u jekk għandhomx l-istess trend li għandha l-ekonomija fil-pajjiż.", "Din hija t-tip ta' analisi li mhux biss tista' ssir imma għandha ssir u m'hemm xejn ħażin billi ssir.", "U ma rridux noqogħdu ngħidu li din trid ħafna ħin biex issir għaliex din ma trid l-ebda ħin imma sempliċement trid tkun taf x'għandek tagħmel.", "Dawn ir- rapporti huma utli li jsiru sabiex ikollna l-monitoring li hemm bżonn fil- pajjiż u aktar minn hekk huma utli għall-Ministru għaliex b'hekk ikun jaf x'inhu jiġri, ħaġa li hija importanti ferm.", "Mr Chairman, wettaqna wkoll riformi kbar fil-Kumitat tal-Kuntratti f'dak li jirrigwarda l-proċedura ta' l-għoti tal-kuntratti.", "Wettaqna riformi li bdew jaħdmu u daħħalna fihom konċetti ġodda bħall-għażla ta' kuntratturi, il-kontroll tal-varjazzjonijiet u d-dritt għall-appell qabel id-deċiżjoni u b'hekk ħloqna sistema li mhux biss hija ħafna aktar trasparenti minn dik li kellna qabel imma wkoll li tkun tista' taqta' ħafna mit-tgergir ta' dawk li ma jeħdux kuntratt.", "Għaliex meta jkollok ħamsa jew sitta li jitfgħu offerta għall-istess tender tispiċċa biex ikun hemm wieħed li jgħid kemm mar tajjeb għax ikun ħa t-tender hu u l-ħamsa l-oħra jgħidu li saret xi ħaġa ħażina għax ma jkunux ħadu l-kuntratt.", "B'dawn il-proċeduri li għamilna, daħħalna l-proċess li jista' jaqta' darba għal dejjem il-ħafna insinwazzjonijiet li jsiru kull meta tittieħed deċiżjoni.", "Pero', hawnhekk irrid nagħmel żewġ kummenti.", "Jien innotajt li għalkemm bir-regolamenti l- ġodda d-Dipartiment tal-Kuntratti llum għandu ħafna aktar xogħol milli kellu qabel għax għandu ħafna iktar monitoring, rapportar u follow-up x'jagħmel, jidher li l-budget li kellu għan-nies ġie mnaqqas mis-sena l- oħra u fejn is-sena l-oħra dan kien ta' Lm398,000 din is-sena dan niżel għal Lm329,000.", "Issa jista' jkun li s-sena l-oħra ċ-ċifra kienet inflated u l-impjiegi ma seħħewx, pero' huwa tajjeb li wieħed jispjega għaliex meta d-dipartiment għandu dan ix-xogħol kollu x'jagħmel din is-sena qegħdin ngħidu li mhux se jkun hemm nies meħtieġa - hekk jidher almenu sakemm ma jkunx hawn spjegazzjoni - biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Dwar id-Dipartiment ta' l-Audit, qabel Ottubru konna ppublikajna liġi li kienet tagħti awtonomija sħiħa lill-Awditur u prattikament tagħmlu uffiċjal tal-Parlament li jaħdem indipendentement mill-Eżekuttiv.", "Naturalment aħna nistennew li dik il-liġi, jew xi liġi simili għaliha - ma naħsibx li din kellha tkun liġi kontestata għax naf li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni wkoll kien hemm moviment favur dan l-atteġġament u tkellmu ħafna drabi favur dan fil-Parlament ukoll - għandna nġibuha quddiem dan il-Parlament kemm jista' jkun malajr biex inkunu nistgħu nattwaw ir-riformi li kienu maħsubin fiha.", "Hawn insibu bidla ta' isem ieħor fejn minflok il-Malta Council for Economic Development issa għandna l-Forum for a Better Economy u l-budget minn Lm35,000 żidnih għal Lm50,000, iżda ma nistax nimmaġina x'mirakli se jagħmel b'dawn il-Lm15,000 biex itejjeb l-ekonomija fil-pajjiż!", "Jiġifieri dan il-Forum for a Better Economy issa se nagħtuh xi funzjoni ta' policy maker?", "Il-Malta Council for Economic Development dejjem ħallejnih bil- funzjoni ta' forum illi fih jistgħu jiġu diskussi ċerti problemi fis-settur ekonomiku soċjali li jolqtu lil pajjiż sħiħ.", "Qatt ma ttieħdu deċiżjonijiet fil-Malta Council for Economic Development imma dejjem ħadhom il-Gvern u dejjem refa' r-responsabbilta' tagħhom hu.", "Il-Gvern qatt ma għadda r- responsabbilta' lil xi kunsill u qallu: Issa din id-deċiżjoni li ħadt inti jiena se nimplimentaha.", "Dejjem qgħadna attenti illi d-deċiżjonijiet ekonomiċi fil-pajjiż ma ngħadduhom lil ħadd imma ħadnihom aħna bir- responsabbilta' kollha.", "Naturalment wieħed issa jrid jara wkoll kif se jaħdem dan il-Forum għal Ekonomija Aħjar.", "Fir-rigward tal-Bank Ċentrali nistgħu ngħidu li għamilna żviluppi kbar f'dik li hija politika monetarja, kif nassessjaw u kif tiġi managed il- politika monetarja fil-pajjiż.", "Jiena nieħu gost li għadna u jidher li se nibqgħu għaddejjin fuq l-istess linji.", "Naturalment irridu nagħmlu monitoring ta' kif il-valur tal-lira Maltija qiegħda tiġi affettwata.", "Meta konna għamilna l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu maċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji konna għidna li s-superviżjoni tal-banek għandha tgħaddi għaċ- ċentru u ma tibqax f'idejn il-Bank Ċentrali.", "Aħna naħsbu li huwa bżonnjuż li jkollna s-superviżjoni tas-settur finanzjarju kollu f'idejn waħda u ma nifirxux ir-responsabbiltajiet għax dan jista' jġib problemi varji 'l quddiem u l-parir tiegħi hu li nibqgħu mexjin fuq il-politika li narmaw il- Malta Financial Services Centre bil-kapaċita' li tagħmel supervision tajba u meta jasal il-waqt nittrasferixxu r-responsabbilta' mill-Bank Ċentrali għaċ-Ċentru Finanzjajru.", "Naturalment fuq il-Borża f'dan l-istadju wieħed irid jgħid biss li għandna nsaħħu l-fiduċja ta' kulħadd f'din l-istituzzjoni, kemm tal- kumpanniji li jistgħu jutilizzaw is-servizzi li tagħti l-Borża u jekk jista' jkun jutilizzawhom fi ħruġ ta' equities u ma nibqgħux biss bl- intenzjoni li nużaw il-Borża biex noħorġu debentures jew bonds li bihom nissellfu b'rata inqas milli nissellfu mill-bank.", "Naturalment hemm bżonn li nsaħħu l-fiduċja tal-pubbliku u nedukaw lill-pubbliku dwar x'jiġifieri l- investiment fil-Borża.", "L-edukazzjoni qatt ma hi żejda u huwa importanti ħafna li l-pubbliku jkun konxju ta' x'inhu jagħmel meta qiegħed jinvesti flusu b'ċerti riskji f'xi ishma jew strumenti oħra finanzjarji li jkunu offruti.", "Fuq il-Malta Financial Services Centre wieħed jara wkoll li l-affarijiet baqgħu mexjin fuq il-linji li kienu stabbiliti u dan huwa tajjeb ħafna biex jagħti mhux biss l-impressjoni imma l-fattwalita' li bħala pajjiż aħna serji f'din l-inijzattiva li ħadna.", "Din hija inizjattiva ekonomika li għandha sservi ħafna 'l quddiem biex toħloq l-impjiegi għaż-żgħażagħ tagħna li llum ħerġin mill-iskejjel u mill-Universita' f'livell ta' maturita' u teknoloġija ogħla minn qatt qabel.", "Hemm bżonn li niffinalizzaw darba għal dejjem il-liġijiet dwar l-insurance u nispera li f'dawn il-liġijiet ma nerġgħux ninsġu xi xibka protettiva għall-kumpanniji ta' l-insurance li diġa' jeżistu f'Malta.", "Fil-liġijiet kollha taċ-Ċentru Finanzjarju għandna naraw li nbigħu s-servizz lil dawk li jiġu jinvestu minn barra u din irridu nagħmluha kemm jista' jkun faċli.", "Hemm żewġ punti żgħar li nista' nagħmel fuq il-ministeru.", "L-ewwelnett, ftit xhur qabel l-elezzjoni ta' Ottubru, konna ħloqna a tax revenue unit li kellu l-intenzjoni li jikkordina l-attivita' tar-revenue section tal- ministeru kollu u anke tal-ġbir tan-national insurance.", "Mid-Diskors tal- Budget jidher li dan il-unit se jibqa' għalkemm jista' jkun li tawh xi isem ieħor.", "Li nixtiequ nkunu nafu aħna hija - din qed nerġa' nirrepetiha għaliex fl-opinjoni tiegħi hija importanti - fiex wasal l-eżerċizzju li kien beda dan il-unit fil-ġbir ta' informazzjoni fuq il-commercial chain li teżisti f'Malta u meta l-ministeru qed jaħseb li jista' jkollu xi riżultati minnu.", "F'dan l-eżerċizzju kienet intalbet informazzjoni mingħand l- importaturi u mingħand ix-xerrejja sabiex dik l-informazzjoni li kienet qed tinġabar dwar il-VAT tiġi użata b'mod prattiku u konkret ħalli verament tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa.", "Ħalli niġi issa għall-punt l-ieħor.", "Fit-taħdidiet li kien ikollna fil- ministeru konna bdejna nsemmu l-bżonn li f'Malta jkollna liġi kontra l- użura, aktar u iktar meta wasal iż-żmien ukoll li jitneħħa s-ceiling ta' 8% li naturalment joħloq ċerta inkonvenjenza fl-amministrazzjoni finanzjarja u fl-iżvilupp finanzjarju ta' pajjiżna.", "Jekk xi darba naslu biex inneħħu dan it-tip ta' limitu - u jiena ngħid li għandna naslu biex inneħħuh - fl- istess ħin għandu jkollna liġi tajba kontra l-użura fil-pajjiż.", "Naturalment fost il-ħafna affarijiet li smajna hawn ġew, hemm il-ħofra kbira li sab dan il-Gvern meta ħa r-responsabbilta' tal-pajjiż f'idejh.", "Meta wieħed janalizza l-informazzjoni ta' kif kienu għaddejjin l- affarijiet, malajr jibda jifhem x'irriżulta f'din il-ħofra.", "L-ewwelnett inti jkollok ħofra jew għaliex tonfoq iż-żejjed jew inkella għaliex iddaħħal in-nieqes.", "Meta niġu għan-nefqa, bejn wieħed u ieħor jidher li bqajna fejn konna għalkemm in-nefqa fuq il-kapital rriżultat li kienet ftit inqas minn dik li konna qegħdin nipproġettaw li se tkun fl-aħħar tas-sena.", "L-aħħar projections li jiena kelli f'idejja, per eżempju, kienu projections li saru f'Awissu fejn dak iż-żmien konna qed nipproġettaw x'kellha tkun il- pożizzjoni tal-budget, pero' l-problema kbira nħolqot fir-revenue.", "U meta nipparagunaw dak li konna qed nipproġettaw f'Awissu dwar x'se jkun ir- revenue tal-pajjiż fl-aħħar tas-sena ma' dak li attwalment ġie ppubblikat fil-budget tal-Gvern insibu differenzi kbar prattikament f'erba' items ċioe' l-item ta' l-income tax, tal-VAT, tal-miscellaneous receipts u tad- dividends from public corporations.", "U hawnhekk wieħed jara li bejn l- estimi li konna qegħdin nagħmlu f'Awissu u dak li rriżulta f'Diċembru hemm differenzi sostanzjali.", "Per eżempju, f'Awissu l-istima ta' dħul mill- income tax kienet ta' Lm105 miljun, imbagħad f'Diċembru rriżulta li osfru Lm18 miljun u d-dħul mill-income tax fil-fatt kien ta' Lm93 miljun.", "Rigward id-dħul mill-VAT konna qegħdin nipproġettaw li se jkollna madwar Lm90 miljun u hawnhekk ukoll osfru Lm11 miljun oħra u finalment fil-budget rriżulta li dan se jkun ta' Lm79 miljun.", "Dwar id-dividends ġie deċiż li l- Air Malta ma tagħtix dividend ta' Lm1 miljun u fil-każ ta' miscellaneous receipts l-Gvern ddeċieda, bħala materja ta' policy tiegħu, li ma jbigħx ishma li kienu ppjanati li jiġu mibjugħa b'riżultat li kien hemm madwar Lm15 miljun li ma rriżultawx bħala dħul lill-Gvern.", "Meta wieħed jara dawn il-miljuni kollha - b'kollox jammontaw għal madwar Lm46 miljun - malajr jibda jifhem kif tiġi maħluqa l-ħofra u r-riżultati fir-realta' huma dak li kellna fil-budget.", "Hawnhekk nistgħu nagħmlu eżerċizzju u nibdew billi naraw x'ippubblika l-Gvern bħala dħul li kellu f'Ottubru u x'ippubblika f'Diċembru bħala li qiegħed jistma li se jdaħħal.", "Imbagħad tibda tikkompara wkoll ma' x'ġara fis-snin ta' qabel.", "Għaliex?", "Għaliex l-cash flow tal-gvern m'hijiex waħda lineari, m'hijiex cash flow li kull sena, kull xahar iddaħħal l-istess ammont ta' flus minn kullimkien.", "Il-cash flow tal-gvern hija tip ta' cash flow li għal ħafna raġunijiet ...", "Per eżempju, fl-aħħar tas-sena jsiru sforzi kbar mill-Ministeru tal- Finanzi.", "Naħseb li s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi huwa wieħed min-nies li qatt ma jgawdi l-aħħar tas-sena għaliex dejjem jiġri wara n-nies, u jiġri warajhom b'mod effettiv, biex jagħtuh l-aħħar ċekkijiet biex jkun jista' jagħlaq il-kontijiet.", "Issa jekk din is-sena ma ġrewx wara kulħadd ...dawk affarijiet oħra, imma wieħed jista' jagħmel kalkolu.", "GĦax jekk taqbad il-cash flow trend li kien hemm fl-1995 u tapplikaha għall-income li kien hemm f'Ottubru 1996, ir-riżultat ikun jixbaħ il-projections li konna qegħdin nagħmlu f'Awissu u mhux iċ-ċifri kif ġew preżentati fil-budget.", "Naturalment jiena ma nafx x'ġara u dawn huma spjegazzjonijiet li forsi jistgħu jingħataw.", "Mr Chairman, niġi issa għaIl-bidla fis-sistema ta' tassazzjoni.", "Meta wieħed jaqra l-white paper li ġiet ippubblikata mill-ewwel jiġi affrontat b'ħafna dikjarazzjonijiet qishom miktuba minn xi espert fejn qiegħed jgħid lin-nies x'għandha tkun is-sistema ta' tassazzjoni.", "Fil-verita' qegħdin fl- ajru, jew aħjar fis-sħab, għax fil-konkret m'hawn xejn.", "Fil-white paper insibu ħafna dikjarazzjonijiet, qisu qiegħed jitkellem l-oraklu: Isma', dak kien ir-riżultat, il-VAT ma ħadmitx!", "Imbagħad hemm kapitlu li suppost jispjegalna - niġi għalih aktar 'il quddiem - għaliex il-VAT ma ħadmitx iżda fil-fatt ma nsibu xejn.", "Jingħad li l-VAT ma ħadmitx għax aħna gżira, li l-VAT ma ħadmitx għaliex l-Unjoni Ewropea se tagħmel tibdil - tibdil, skond il-white paper, li lanqas fhimna x'inhu - li l-VAT ma ħadmitx għaliex l-Unjoni Ewropea għandha ċerti linji fuq il-VAT, għax l-Unjoni Ewropea ..., għax l-Unjoni Ewropea ...", "Mela nagħmlu statement li l-VAT f'Malta ma ħadmitx u fil-white paper kollha ma ssib xejn li jista' jagħtik raġuni waħda għaliex u kif f'Malta din ma ħadmitx.", "U dan bir-raġun, għaliex minn mistoqsijiet parlamentari li għamilt jirriżulta li ħarġet il-white paper, qed tiġi mibjugħa sistema, qed ngħidu kemm hi ġusta, qed ngħidu kemm hi sempliċi, pero' m'għamilna l-ebda studju dwar l-effett li din se jkollha fuq l-għoli tal-ħajja, fuq il-kompetittivita' tal-pajjiż u fuq ir-revenue tal-Gvern.", "Xejn, pero' fil-white paper qed ngħidu li l-ħajja se torħos.", "Imma kif?", "Fuq liema bażi se torħos il-ħajja?", "Għax hekk naħsbu ...", "Jew inkella xi ħadd għandu xi ispirazzjonijiet li naturalment il-poplu komuni m'għandux!", "Irridu niftħu d-djalogu, irridu nitkellmu, irridu nisimgħu lin- nies u mhux nagħmlu l-istatements imbagħad ma nibbekkjawhomx.", "Fis-sistema l-ġdida li qegħdin jipproponu - fir-realta' din m'hi ġdida xejn - hemm it- tajjeb u fil-fatt dak kollu li żammew mill-VAT huwa tajjeb.", "Ħalli nieħdu r- reġistrazzjoni.", "Iva, hija ħaġa tajba li nibqgħu reġistrati.", "Issa fil-white paper irridu naraw fil-każ li tibdel in-negozju xi tfisser li trid terġa' tirreġistra mill-ġdid.", "Irridu naraw daqsxejn x'se tfisser din.", "Tajjeb?", "Pero', li jkun hemm reġistrazzjoni għal kull min jopera, hu min hu - hekk qed nifhmu u jekk qed nifhmu ħażin jgħidulna - fulltime, part-time, żgħir, kbir, ibigħ Lm10, ibigħ Lm1 miljun jew ibigħ Lm10 miljun, kull min jagħmel operazzjoni tan-negozju se jirreġistra, din hija sewwa u aħna naqblu magħha.", "Din hija sistema li aħna daħħalna u għamlu tajjeb issa li żammewha.", "It-tieni nett għandha tingħata riċevuta jew kont fiskali.", "Dan huwa tajjeb għax din hija s-sistema tal-VAT; kulħadd irid jagħti kont fiskali jew riċevuta fiskali, ibigħ Lm10 f'sena, ibigħ Lm1,000 jew ibigħ Lm1 miljun, sew jekk hu taxxabbli u sew jekk mhux taxxabbli, jekk dan jagħmel negozju jrid jagħti riċevuta jew kont fiskali.", "Issa riċevuta jew kont fiskali - u din niġi għaliha wara - tfisser li jrid ikun kont li jindika t- taxxa li tħallset jew trid titħallas, inkella x'kont fiskali hu dan, inkella x'riċevuta fiskali hi din!", "Dan il-kont fiskali huwa l-pern li fuqu suppost jorbot l-audit trail kollu fis-sistema.", "Din ukoll issa se titħarbat għaliex il-katina tan-negozju nqatgħet u d-deterrent tal- kollużjoni minn din is-sistema l-ġdida li qed tiġi proposta qiegħed jinqala'.", "Dan jgħidulek kull professjonist.", "Fejn qabel ridt tmur għand xi ħadd - minn kif qed nifhmu dejjem - u biex taħrab it-taxxa kont tgħidlu: Tagħtinix invoice bil-VAT, teħodhilix il-VAT ħalli ma jkollokx għalfejn tgħaddiha lill-Gvern, illum tmur tixtri mingħandu u inti tiddeċiedi jekk tiddikjarax dik l-ispiża jew le.", "Jekk tiddikjara dik l- ispiża tħallas l-ETP u tħallas l-ETSS, u jekk ma tiddikjarax dik l-ispiża ma tħallas xejn u ma tiddikjara xejn għall-income tax.", "Veru li lanqas illum jekk ma jkollokx tax invoice l-awditur mhux se jaċċettahielek bħala spiża tan-negozju, m'hemm xejn ġdid fiha din.", "Pero' d-deterrent tal- kollużjoni spiċċa u llum hemm iktar inċentiv biex jinħeba n-negozju u nerġgħu lura għall-black economy għaliex min jaħbi xi xtara jrid bilfors irid jaħbi x'biegħ.", "Hekk jaħdem in-negozju.", "U issa nispera - bis- serjeta' kollha qed ngħidha din - li meta nitkellmu hekk ma nisimgħux min jgħidilna li qed nagħtu xi ideat lin-nies xi jridu jagħmlu għaliex jekk naħsbu li n-nies f'dawn l-affarijiet ma jgħallmux lilna xi jridu jagħmlu, jekk naħsbu li n-nies mhux diġa' ħasbu sakemm fehmu xi jridu jagħmlu, allura ma naħsibx li qed ngħixu f'dinja!", "Meta nitkellmu hekk inkunu qed nuru l-problemi li se jiffaċċja dan il-pajjiż għaliex intortament se nibdlu sistema li taħdem għal waħda li mhux se taħdem.", "U naraw kemm ma ħadmitx din is-sistema meta niġu biex ngħoddu r-revenue tal-Gvern wara li tgħaddi sena, jekk tiġi mibdula s-sistema ta' taxxi indiretti għal din s-sistema.", "Ġie aċċettat ukoll il-konċett ta' taxxa fuq is-servizzi.", "Issa din m'għadhiex anatema.", "Dan il-konċett ta' taxxa fuq is-servizzi ġie aċċettat bħalma hu fil-VAT.", "Bħall-VAT qegħdin nagħmlu rata waħda fid-dwana.", "U m'hu se ngħidu grazzi lil ħadd li għamilna rata waħda fid-dwana.", "Mhux se ngħidu grazzi lin- nies għaliex m'għollewx it-tariffi tad-dwana għal 50%, għaliex hekk kien hawn min qal.", "Huma kienu qalu hekk, għaliex huma kienu jgħidu li se jagħmlu l-istess taxxi ta' l -1994.", "Aħna konna ngħidu li jekk se jagħmlu li kienu qed jgħidu allura hekk ifisser.", "Issa għax mhux se jagħmlu hekk, irridu ngħidulhom: Grazzi talli m'għamiltux hekk, grazzi talli m'għamiltux dazju ta' 50%?", "Grazzi ta' xejn!", "Għax b'din is-sistema l- ġdida se żżidu t-taxxi fil-pajjiż.", "Se żżidu t-taxxi fil-pajjiż b'ħafna u mhux bi ftit.", "X'inhuma l-oġġettivi li poġġiet il-white paper għal din it- taxxa l-ġdida?", "U nerġa' ngħid li din kollha hija mibnija fuq is-sistema li hemm.", "Raqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar.", "U hemmhekk fejn għamilna ġobna tat- toqba, m'hemmx koerenza fiha u assolutament mhux se żżomm flimkien.", "Qalu li ma m'humiex se jżidu t-tax burden.", "Dan huwa kollu wishful thinking.", "Dan hu l-wishful thinking kollu ta' l-oġġettivi, issa tal-white paper.", "Ma żżidx it-tax burden meta fuq il-prodotti importati żidt 6%?!", "Minflok taxxa ta' 15% fuq l-aħħar prezz li l-konsumatur jieħu mingħand ir- retailer, issa jrid iħallas taxxa ta' 21%.", "U hawn nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, Mr Chairman, kalkolu li għamilt u ħdimt fuq l-eżempju li kont tajt fil-budget ta' l-1994, meta ħabbarna l-VAT.", "Nagħti dan l- eżempju kkalkolat bil-VAT u nagħti l-istess eżempju kkalkolat bit-taxxi fuq l-importazzjoni kif proposti.", "Użajt l-istess ċifri u l-istess xenarju li kien hemm fil-budget dakinhar, jiġifieri li l-importatur jagħmel 20% qligħ, li l-wholesaler jagħmel 5% qligħ u r-retailer jagħmel 15% qligħ, u xi rriżulta?", "Irriżulta li fuq prodott ta' Lm100 il-konsumatur bil-VAT kien iħallas Lm21 iktar.", "Allura hawnhekk bdejna nisimgħu: Imma l-VAT mhux 15% kienet, iżda 21%.", "Imma 21% fuq hiex?", "Fuq il-valur ta' l-importazzjoni?", "Il-VAT kienet 15% fuq il-valur tal-bejgħ mingħajr ebda taxxa.", "Jekk trid imbagħad toqgħod tikkalkula kemm kienet tiġi bil-persentaġġi b'kollox u bl-added value kollu, imbagħad wieħed jgħid 21%.", "Pero' bl-istess argument meta wieħed jiġi biex iqabbel it-taxxi proposti jsib li fuq l-aħħar prezz tar-retailer il-konsumatur se jħallas 21% iktar, pero' kieku jkollok tagħmel il-paragun mal-prezz ta' l-importazzjoni jiġi 30% aktar.", "Jiġifieri l-konsumatur hawnhekk żidnilu t-taxxa b'terz.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex l-Onor.", "John Dalli jpoġġi dokument fuq il- Mejda tal-Kamra?", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li jagħtu eżempju ta' kalkolu tat-taxxi proposti fuq importazzjoni u ta' kalkolu tal-VAT fuq importazzjoni.", "Imbagħad ngħidu li l-oġġettiv hu li jnaqqas it-tax burden minn fuq in-nies!", "Kif naqqasna t-tax burden?", "Naqqasna t-tax burden għaliex xi servizzi mhux se jkunu ntaxxati, pero' anke hawnhekk il-fatt hu li t-taxxi li se jitħallsu - din hi l-verita' u ma noqogħdux ngħidu li qed inxewxu lin- nies biex jgħollu l-prezzijiet, f'ġieh il-Bambin; ejjew naraw l-affarijiet kif inhuma u kif se jaħdmu - huma kollha spejjeż li se jiġu mgħoddija lill- konsumatur.", "Ma naħsibx li l-Ministru qiegħed jippretendi li dawn it-taxxi - taxxi fuq il-konsum suppost - se jsofrihom min ibigħ.", "Żgur li mhux hekk se jiġri.", "Nixtiequ kemm nixtiequ, nagħmlu kemm nagħmlu wegħdi u nixegħlu xemgħat kemm nixegħlu, mhux hekk se jiġri.", "Bħal dak li qallu l- barbier mhux se jaqta' iktar xagħar in-nies; jew forsi qegħdin naħsbu li se jiċċarġja 10ċ anqas għax tneħħiet il-VAT!", "Nieħdu hawker li jdur bil- ħaxix.", "Taħseb li l-15% li jħallas fuq l-ispare parts u t-10% li jħallas lill-mechanic kull meta l-van jiġrilu ħsara, se jsofrihom hu?", "Ma taħsibx li se jgħid li dawn huma spejjeż żejda għalih u se jara kif se jagħmel biex jgħaddihom lil ħaddieħor?", "L-ikbar daħka tal-white paper hi fis-section tal-priedka, ngħidilha jien, jiġifieri fl-ewwel żewġ sections.", "Din tispiċċa biex tgħid li kulħadd ikun jaf x'taxxa qed iħallas.", "Dan mhux veru anzi hu kompletament l- oppost.", "B'din is-sistema qed naħbu t-taxxi fil-prezzijiet, bħalma kien jiġri bid-dazji.", "Bil-VAT kienu jafu preċiż kemm kienu qed iħallsu n- nies, mentri b'din is-sistema qegħdin naħbulhom lin-nies x'qed iħallsu f'taxxi indiretti.", "M'hemmx trasparenza dwar x'qegħdin iħallsu u mhux iħallsu n-nies.", "Nieħdu t-turiżmu.", "Hawnhekk hawn daħka oħra għal min jagħmel ftit kalkoli.", "Lit-turisti għamilnilhom pjaċir għaliex naqqasnilhom ir-rata tal-VAT minn 10% għal 5%!", "Pero' mbagħad il-consumables - u jużaw consumables fit-turiżmu! - u s-servizzi se jkunu intaxxati; il-consumables se jkunu ntaxxati bi 21% u s-servizzi b'10%.", "Jien m'għandix costing structure preċiż, imma wieħed jista' jagħmlu faċilment.", "Għamel costing structure u ara x'consumable percentage għandu fis-sales value tal-lukanda u x'servizzi taxxabbli għandu fis-sales value tal-lukanda.", "Trid xi għerf biex tagħmilhom dawn!", "Jekk tieħu 15% f'kull każ, tal-lukanda se jħallas 4.7% iktar taxxa, spejjeż iktar li se jitilgħu fuq is-sales value tiegħu.", "X'qed nagħmlu?", "Għalfejn dan il-ħafna gyrations?", "Għalfejn dan il-ħafna taħwid fis-sistema?", "Għalfejn se nagħtu lok lil min jabbuża jerġa' jabbuża bil-prezzijiet?", "Għalfejn se nagħtu lok lil min irid jabbuża, jerġa' jabbuża bl-evazjoni?", "Għalfejn ma nkomplux nsaħħu dak li għandna?", "M'hemmx għalfejn nagħmlu dan l-eżerċizzju.", "Qed nagħmluh għax bżaqniha qabel l-elezzjoni biss għax m'hemm l-ebda raġuni oħra.", "Jien ma rridx nirbaħ fuq din il-bażi imma fuq is-serjeta'.", "Pero' din hi r-realta' u l-poplu Malti jekk mhux qiegħed jifhimha llum se jibda jifhimha jekk ddaħħlu din is-sistema għax se jkollna rebus.", "Dan qed ngħiduh biex niftħu għajnejn kulħadd.", "M'hemmx għalfejn nagħmlu dan li qed nipprovaw nagħmlu.", "Mr Chairman, jien se nagħlaq billi ngħid li r-realta' hi li anke hawnhekk normalment fil-pajjiżi żviluppati u anke fil-każ ta' dawk li qed jiżviluppaw, pajjiż jgħaddi minn sistema ta' single stage taxation għal sistema ta' multi stage taxation.", "L-Isvizzeri hekk għamlu f'pajjiżhom pero' l-Isvizzera fil-Mediterran mhux hekk se tagħmel għax aħna gżira fil- Mediterran u muntanji m'għandniex!", "Iċ-Ċina hekk għamlu fl-istess data li għamilniha aħna, fl-1 ta' Jannar, 1995 li għaddew minn din il-production tax, u minn dawn is-service taxes - l-ETP u l-ETSS u dawn il-ħafna ismijiet eżotiċi - u marru għal sistema aktar nadifa, aktar loġika, aktar enforceable li hija l-VAT.", "U jien nistaqsi: Għalfejn flok nagħmlu bħall- Isvizzera, qed nagħmlu bħall-Ghana u mmorru lura?", "X'inhu ġust f'din it- taxxa l-ġdida?!", "L-abbużi li se toħloq minħabba l-eżenzjonijiet li se nibdew nerġgħu nagħtu?!", "Staqsu lil tad-Dwana l-problemi li kien hemm fid- Dwana bl-eżenzjonijiet, l-uġigħ ta' ras ta' nies li jieħdu eżenzjoni mid- dazju biex jibnu lukanda u mbagħad il-Bambin biss ikun jaf dak il-materjal fejn mar!", "Għalfejn nerġgħu ndaħħlu dawk l-uġigħ ta' rasijiet fis-sistema?", "M'hemmx għalfejn.", "Dik hi l-pożizzjoni tagħna għax il-VAT naddfet dawn l- affarijiet kollha.", "Il-VAT neħħiet l-iskop ta' l-abbuż kollu.", "Ma kienx hemm għalfejn tabbuża aktar għax il-15% li tħallas fid-Dwana kont terġa' teħodhom lura.", "Ma kienx hemm għalfejn tipprova taqli.", "Issa qed indaħħlu l- inċentiv biex ikun hemm dawn l-affarijiet u allura qed nagħmlu uprooting tal-level playing field u dan mhux tajjeb għall-ekonomija u mhux tajjeb għall-pajjiż.", "Jien biex nagħlaq, Mr Chairman, nerġa' ntenni li t-tibdil li qed isir huwa tibdil għal kollox inutli.", "Minn dan kollu jirriżulta li ridna nagħmlu żewġ affarijiet.", "Waħda li nneħħu n-negozjanti ż-żgħar milli jkunu kolletturi - u dan stajna għamilnieh faċilment bit-threshold fis-sistema tal-VAT - u l-oħra li nneħħu xi servizzi milli jkunu VATable u dan stajna għamilnieh faċilment b'legal notice taħt il-Liġi tal-VAT.", "(Interruzzjonijiet) M'għamilnihiex għax ma kienx għadu ż-żmien.", "Aħna mxejna fuq linja rigoruża kontra l-evażjoni tat-taxxa bis-serjeta' u ma kienx wasal iż-żmien biex nagħmlu dawn l-affarijiet, imma aktar 'il quddiem kien jasal iż-żmien.", "Sur President, ma kellix ċans nitkellem fuq l-ekonomija, pero' finalment ir-riżultat ta' kull gvern jitkejjel fuq xi jkun qed iħoss the man in the street.", "Illum il-poplu diġa' mhux qed iħossu sew.", "Ħafna nies tan-negozju qed igergru li l-bejgħ naqas u diġa' tisma' min jgħidlek kemm qiegħed aħjar illum għax fejn qabel ma kienx isib min jaħdimlu, illum iċemplulu n-nies biex ifittxu xogħol part-time.", "Dawn m'humiex indikazzjonijiet tajbin.", "F'dan l-istadju jien inħalliha hemm id-diskussjoni biex nifhmu eżatt x'inhu jiġri, nifhmu għaliex ikunu ġraw dawn l-affarijiet u nieħdu l-miżuri korrettivi li għandna bżonn nieħdu malajr biex dan il-pajjiż jibqa' miexi fuq it-triq li kien miexi sa Ottubru li għadda.", "Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Grazzi, Mr Chairman.", "Dan il-ministeru huwa responsabbli mhux biss mill-finanzi imma wkoll mill-politika ekonomika, żewġ setturi li bażikament juru sewwa liema direzzjoni jieħu l-pajjiż mill- aspett ekonomiku.", "Jiddispjaċini ngħid li meta wieħed iħares lejn l-Estimi u jisma' d-diversi diskorsi li saru, bilfors jistaqsi: Imma dan il-Gvern Laburista ġdid li ilu disa' snin jistenna u jippjana biex ikun fil-gvern, 'il fejn se jimxi fil-politika ekonomika?", "Dan se jimxi b'mod li se jkattar il-ġid, b'mod li jtejjeb l-istandard of living?", "Fuq dan insibu ftit li xejn, biex ma ngħidx li kultant insibu r-reverse.", "Insibu r-reverse għaliex waħda mill-iktar affarijiet li dan il-Gvern tela' bl-għajta tagħha kienet l-għajta ta' l-għoli tal-ħajja, l-għajta li l-għoli tal-ħajja jifnik.", "Illum l-poplu Malti qed jinduna kemm l-għoli tal-ħajja jifnik meta għandna żidiet fuq prodotti essenzjali li ma kienx hemm bżonnhom.", "Li ġara f'pajjiżna s-sena li għaddiet huwa li min kien jevadi t-taxxa, evadiha aktar u ħallas għaliha l-bqija tal-poplu biż-żidiet iththrth li kellu jġorr fuq il-prezz tal-petrol, tad-diesel u tal-liċenzji li mhux biss jeffettwaw l-għoli tal-ħajja ...", "Il-Partit Laburista kien jgħid li l- government induced cost huwa l-ikbar periklu għall-ekonomija tagħna u proprju fl-ewwel budget tiegħu għolla l-cost ta' dawn il-prodotti essenzjali!", "L-għoli ta' dawn il-prodotti mhux biss inaqqsu l-istandard of living, iżda l-poplu tagħna lanqas biss ġie kkumpensat għalihom.", "Mhux talli ma ġiex ikkumpensat, iżda talli fejn qabel kienu jgħidu - forsi mhux l-Onor.", "Spiteri imma ċertament l-Onor.", "Alfred Sant - li l-figura ta' l- għoli tal-ħajja kienet saħansitra double digit, jiġifieri li kienet aktar minn 10%, illum kompla jgħolliha għaliex żied il-prezz tal-petrol, tad- diesel u ta' affarijiet oħra.", "Jiena stennejt biex nara dan il-Gvern x'se jipproponi li għandu jsir biex jiġġieled l-għoli tal-ħajja, jekk huwa veru li l-għoli tal-ħajja jifnik u jekk huwa veru li din kienet waslet għal double digit.", "Imbagħad jiġi l-Prim Ministru u jgħidilna li qegħdin inxewxu u qegħdin ninkoraġġixxu li jogħlew il-prezzijiet.", "Lil dan il-pajjiż ġibnih f'sitwazzjoni ta' Dr. Jeykle and Mr. Hyde; meta kienu fl- oppożizzjoni kienu jgħidu li kollox tort tal-Gvern, u llum li qegħdin fil- gvern, jgħidu li dak m'għandux x'jaqsam!", "Huwa stmat li f'sena waħda se jinġabru Lm14 miljun aktar f'taxxi li ġejjin minn għoli fi prezzijiet ta' prodotti essenzjali imbagħad fid-diskors tal-Budget intqal li dawn il- miżuri ftit li xejn jolqtu l-konsum essenzjali.", "Onor. Spiteri, jekk il- petrol u d-diesel m'humiex essenzjali, mela x'inhu essenzjali?", "Jekk l- ilma għal ċerti partijiet ta' l-industrija se jgħola, x'effett se jkollu fuq il-prezzijiet? - X'hemm iktar essenzjali mill-ilma?", "Imbagħad il- Budget Speech ikompli jgħid \"għalkemm huwa mistenni li jkollok impatt negliġibbli fuq l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut\".", "Mela dan il-Gvern tela' bl-għajta li se jiġġieled l-għoli tal-ħajja imbagħad għamel proprju l- oppost għaliex żied il-prezzijiet u jiġi jgħid li dawn m'humiex se jkollhom impatt fuq l-għoli tal-ħajja!", "Allura bilfors ikollok tgħid li dawn qed jiddieħku bil-poplu Malti.", "Mr Chairman, wara li saret din l-istqarrija - naħseb li hija żball - jien kont għamilt domanda parlamentari proprju fuq dan is-suġġett fejn staqsejt għal stima ta' l-impatt li dawn iż-żidiet se jkollhom fuq l-għoli tal- ħajja.", "U l-Onor.", "Spiteri weġibni billi qalli \"Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf biżżejjed li l-indiċi tal-prezzijiet jitkejjel ex-post - dak li jkun sar - mhux ex-ante - dak ta' qabel\".", "Imma skużi, il- prezzijiet mhux diġa' kienu tħabbru meta jien għamilt din il-mistoqsija?", "Mela ma tistax tikkalkola l-impatt fuq il-prezzijiet billi tara x'żidiet saru u taħdimha?", "Jien ħdimtha din u l-istima li ħriġt kienet ta' żieda ta' madwar 1%, żieda ta' l-inflazzjoni li jekk aħna qed nimmiraw - hawnhekk id-diskors tal-budget ma jgħid xejn - li se jkollna inflazzjoni ta' 2% ...", "Aħna konna ngħidu mhux aktar minn 3%.", "Jekk qed jimmira għall-inflazzjoni ta' 2% qed ngħidu li 50% ta' l- inflazzjoni ġejja minn dawn il-miżuri tal-Gvern.", "Anke meta nitlob uffiċjalment minn dan il-Parlament biex ikolli stima, dan jgħidli li ma nistgħux nikkalkolaw għalissa.", "Jiena nixtieq ukoll nikkummenta fuq il-fatt li meta wieħed jieħu miżuri, jrid jieħu miżuri fuq informazzjoni illi tkun maħduma sewwa u tkun meqjusa.", "Jiena l-impressjoni li qed nieħu minn dawn ir-risposti - u għandi iktar minn dawn - hija li m'hemm xejn meqjus minn dan il-Gvern.", "Mhux qed ngħid li l-affarijiet isiru bl-adoċċ, imma b'mentalita' ta': Issa naraw, issa naraw kif nirranġaw hawn u issa naraw kif nimxu hemmhekk.", "L-affarijiet mhux qed ikunu meqjusa.", "Din hija nkwetanti għax meta l-affarijiet ma jkunux meqjusa jkollna riċetta għal diżastru u riċetta għal kriżi ekonomika.", "U għandi raġun inkun xettiku jiena għax l-aħħar darba li dan il- Partit kien fil-gvern kellna kriżi ekonomika.", "The burden of the proof biex jurina u jserraħ ras il-poplu hija aktar fuq dan il-Gvern biex juri li qed jagħmel affarijiet meqjusa.", "U meta wieħed jistaqsi mistoqsija wara l-oħra f'dan il-Parlament u ma jkollux risposta jew jingħad li dan l-istudju m'hemmx għalfejn isir jew li ma jistax isir - u dan mhux veru - jien bilfors irrid ngħid illi l-affarijiet m'hux qed isiru b'mod meqjus.", "Pero' nkompli fuq il-politika ekonomika.", "Meta wieħed ifittex, isib illi f'dan il-budget u f'dawn id-diskorsi li saru dwar dan il-Ministeru - li huwa importanti għax qiegħed jindirizza u jikkanalizza d-direzzjoni ta' pajjiżna - m'hemm prattikament xejn dwar il- politika ekonomika.", "Tant hu hekk, illi meta wieħed jipprova jifli s- setturi tal-manifattura jew tat-turiżmu ma jsib xejn.", "Anke dwar politika monetarja, m'hawn xejn x'jindika f'dan il-budget per eżempju dwar x'inhi l- politika monetarja ta' dan il-Gvern rigward rata ta' l-imgħax, rigward kif se jimxi jew rigward jekk hux se jkun hemm restrizzjoni tal-credit.", "M'hemm xejn li huwa ċar.", "Imma nsomma dan forsi bi żmien ikollu ċans jiżviluppah daqsxejn aktar.", "Qabel kellna direzzjoni li kienet sejra lejn sitwazzjoni fejn konna nafu fejn sejrin.", "Konna se nsiru membru ta' l-Unjoni Ewropea u allura kien se jkollna l-istess drittijiet għall-industrija tagħna li għandha l-industrija fl-Ewropa, li għandha l-industrija fl-Irlanda, li għandha l-industrija fil- Portugal u postijiet oħra.", "Konna se nkunu f'dik it-tip ta' sitwazzjoni u kulħadd kien qed jaħdem f'dak it-tip ta' xenarju u b'dik it-tip ta' aġenda.", "Issa nsibu li dan il-Gvern iddeċieda jiffriża l-applikazzjoni.", "Il- mistoqsija tiegħi hi din: Imma dan l-iffriżar ta' l-applikazzjoni għandu periklu li jiffriża wkoll l-iżvilupp ekonomiku?", "X'inizjattivi ġodda hemm fil-budget?", "Minn fejn se jiġi x-xogħol?", "X'inċentivi ġodda se nagħmlu?", "Kif se nippromwovu lil Malta b'mod li tkun tista' tikkompeti mad- demokraziji l-ġodda ta' l-Ewropa tal-Lvant?", "X'qed nagħmlu biex nimbottaw lill-poplu tagħna 'l quddiem?", "U nsibu li m'hemm xejn minn dan.", "Ħlief li hemm diskussjoni twila dwar 'l hekk imsejħa ħofra finanzjarja - u din niġi aktar tard għaliha għalkemm il-kollega tiegħi l-Onor.", "John Dalli tkellem diġa' fuqha - m'hemm xejn.", "Dażgur li l-Gvern għandu problema!", "GĦandu problema minħabba li d-direzzjoni 'l fejn konna sejrin li kienet se ġġib ukoll benefiċċji ekonomiċi u finanzjarji issa twarrbet, naturalment il- Gvern għandu d-diffikultajiet kif se jespandi s-settur tal-manifattura u l- assistenza li jagħti meta bħal kull gvern ikollu ċerti restrizzjonijiet finanzjarji.", "Allura jiena nistaqsi: Minn fejn se jiġi l-iżvilupp?", "Minn fejn se jiġi r-riżors ekonomiku li għandna bżonn?", "U jiena naf fuqiex qed nitkellem.", "Per eżempju, fl-industrial estates hemm bżonn nagħmlu refurbishment kbir.", "Biżżejjed inħarsu lejn it-tibdil tas-soqfa ta' ċerti fabbriki, imma inti ma tistax tgħid li għal sentejn ma tibnix fabbriki ġodda ħalli tibdel is-soqfa li hemm bżonn jinbidlu.", "Imbagħad x'tagħmel għall-impjiegi ġodda?", "Minn fejn se ġġib il-finanzjament neċessarju?", "Jiena ngħid li l-ħofra qiegħda fid-direzzjoni li miexi biha l-Gvern għaliex hemmhekk hemm baħħ, ma nafux fejn sejrin.", "Jien nistaqsi: Xi tfisser din iż-żona industrijali ħielsa li qiegħda tiġi proposta?", "L-ewwel l-Unjoni Ewropea qaltilhom biex jimlew questionnaire ħalli jkunu jafu sewwa x'qed jaħsbu u mbagħad jaraw x'jistgħu joffru u safejn jistgħu jaslu.", "Jiena niskanta kif ma jirrealizzawx li din id-direzzjoni se ttellifna l-impjiegi u se ttellifna investimenti fl-industrija.", "Nistaqsi wkoll: B'din id- direzzjoni, il-possibbilta' li nattiraw investimenti ta' fabbriki lejn Malta, se tikber jew se tonqos?", "Mhux ovvju li meta llum għandek il- kompetizzjoni madwarek, b'din id-direzzjoni se jkollok aktar diffikulta' biex tiġbed fabbriki lejn pajjiżna għaliex hija inċerta?", "Ħaġa inċerta tgerrex l-investiment u mhux iġġibu.", "Jiena ngħid li waħda mid- diffikultajiet kbar li għandu dan il-Gvern hija n-nuqqas ta' direzzjoni ekonomika.", "Ħalli issa nsemmi t-turiżmu.", "Meta kienu jgħidu li jridu jdaħħlu l- forward buying rate, aħna konna ngħidulhom li din għadda ż-żmien tagħha.", "Għalhekk għamilna t-tour operator support scheme.", "Il-Gvern preżenti żammha din l-iskema, pero' din is-sena l-Gvern Ingliż daħħal il-miżura fejn intaxxa aktar lit-turisti Ingliżi li jmorru għall-vaganza tagħhom barra l- pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li biex it-turist Ingliż jiġi Malta jkollu jħallas Stg10 aktar, u dan għaliex m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela issa qed insibu ruħna f'pożizzjoni fejn dan is-support li qed nagħtu bit-tour operators support scheme li jiswa Lm2.5 miljun, il- Gvern Ingliż seraqulna għaliex bl-ammont aktar li qed jintaxxa lit-turisti, jirriżulta li dawn bejn wieħed u ieħor fuq 400,000 turist jiswew madwar Stg4 miljun, allura bir-rata tal-kambju tal-lum, dawn jiġu madwar Lm2.5 miljun.", "U jiena ngħid li hawnhekk għandna l-akbar eżempju ta' l-iżvantaġġ ċar ta' dan il- baħħ fid-direzzjoni ekonomika.", "Aħna konna f'pożizzjoni li stajna nitkellmu u ngħidu: Isma' aħna se nsiru membri u allura wieħed jista' jargumenta biex din it-taxxa titneħħa.", "Imma llum tmur targumenta u jgħidulek: Ta' barra barra u ta' ġewwa ġewwa.", "B'hekk spiċċajna biex l-għajnuna li konna qed nagħtu lit-turiżmu taħt din l-iskema - it-tour operators support scheme - ġiet newtralizzata b'miżura li ħa ċ-Chancellor of the Exchequer Ingliż li se tibda topera aktar tard din is-sena u li se twassal għal erosion tal- kompetittivita' tagħna fit-turiżmu.", "Ħbieb tiegħi, hemm ħafna impjiegi li jiddependu mit-turiżmu u għalkemm wieħed jista' jgħid: \"Mela ejja nkomplu nżidu l-assistenza, ejja nkomplu noffru aktar assistenza biex nagħmlu tajjeb għal din,\" xorta tiġi l-mistoqsija minn fejn se ġġib il-flus.", "Naturalment din hija mistoqsija li dan il-Gvern għandu esperjenza biżżejjed tagħha għax ilu jitkellem biżżejjed fuqha u f'dawn iċ-ċirkostanzi jkun aktar diffiċli li wieħed joffri pakkett ta' iktar inċentivi li jiżgura li l- ekonomija tagħna tibqa' tespandi.", "Jiena ngħid ukoll li hemm costs oħra li huma nvoluti f'din id-direzzjoni ekonomika li ffriża l-Gvern - għax issa lanqas qed jgħid li m'huwiex se jidħol imma qed jgħid li jiffriżaw l-applikazzjoni - u kieku nibqgħu mexjin lejn is-sħubija nkunu f'pożizzjoni li nattiraw aktar investiment mill- Mediterran stess, anzi nkunu nistgħu nagħmlu investiment fejn il-valur miżjud ta' Malta jkun jista' jingħadd ma' dak ta' pajjiżi oħra fil- Mediterran, ħaġa li llum ma tistax issir.", "Allura nkunu nistgħu mill-aktar fis possibbli nużaw karta li għandna li allura tkun tista' ġġib aktar xogħol lejn pajjiżna.", "Dawn li qed insemmi huma kollha affarijiet li kienu fuq l-aġenda tagħna u li sparixxew.", "U filwaqt li jien nistenna li l-Gvern tal-lum joffri xi ħaġa alternattiva li turi biċ-ċar kif se nimxu u kif se nibqgħu niġbdu l-investiment lejn pajjiżna, ma jidher xejn minn dan.", "Issa niġi wkoll għar-riforma l-oħra għax dan il-Gvern mhux biss huwa responsabbli mill-politika ekonomika imma wkoll mill-politika fiskali.", "Jekk fid-direzzjoni tal-politika ekonomika hemm dan il-vojt, fil-politika fiskali hemm aktar inċertezza.", "Hemm l-inċertezza li wieħed qed jgħid: Dan l-eżerċizzju kollu li daħal fih il-Gvern fejn irid jivvinta tliet taxxi differenti biex jisostitwixxi waħda, x'eżerċizzju hu?", "Jagħmel sens dan?", "Fil-fatt hemm ħafna diskors fil-White Paper fuq il-moralita' fiskali u kulħadd jaqbel fuq il-moralita' fiskali, imma ejja nistaqsu mistoqsija waħda dwar il-moralita' fiskali: Il-VAT ħadmet?", "Din is-sistema li qed tipproponi, se ttejjibha, jew le?", "Jiena naqra ħafna affarijiet fuq il- moralita' fiskali u naqbel li din għandha titjieb u li għandna nnaqsu l- evażjoni, imma fil-prattika ejja naraw ftit jekk il-VAT irrnexxitx dwar il- moralita' fiskali.", "Ħalli nsemmi statistika waħda, statistika li fil-fatt dan il-Gvern jużaha fejn jaqbillu u fejn ma jaqbillux iwarrabha.", "U din hija l-istatistika ta' l-impjiegi.", "Jekk inħarsu lejn x'ġara fis-sena meta daħlet il-VAT - 1995 - naraw li n-numru ta' nies reġistrati li jaħdmu fulltime żdied b'5,583 filwaqt li n-numru ta' nies li jaħdmu part-time żdied b'6,296, żieda globali ta' madwar 12,000 persuna.", "Jien nassumi li l- parti l-kbira ta' dawn in-nies kienu jaħdmu qabel għaliex ma naħsibx li fl- 1995 kellna boom daqshekk qawwija li rriżultat f'din il-kreazzjoni ta' dan l-ammont ta' impjiegi.", "F'sena normali bejn fulltime u part-time mhux mistenni li jkollok iktar minn 2,000 jew 2,500 impiegi ġodda.", "Jiġifieri f'sena waħda, meta daħlet il-VAT, kellna żieda ta' 'l fuq minn 12,000, jiġifieri f'kelma oħra s-sistema tal-VAT ħarġet fil-beraħ madwar 10,000 impjieg.", "Hemmhekk qiegħda l-moralita' fiskali Sur Gvern tal-lum.", "Il- verita' hija li kellna 10,000 persuna bejn fulltime u part-time li kienu qed jaħdmu imma li kienu moħbija.", "U meta tħares lejn it-tabelli fl- Economic Survey f'diversi partijiet jgħidu li t-tabella tinkludi shift għal darba minħabba r-riforma fiskali.", "Jiġifieri fejn irid, il-Gvern jirrikonoxxiha din, pero' imbagħad ma jibqax sejjer u jgħid jekk il-fatt li dawn l-10,000 persuna li kienu qed jaħdmu u ma kenux qed jindikaw li kienu qed jaħdmu u allura ma kenux qed jagħtu kontribuzzjoni għall-bolla u għall- income tax, ħriġnihom fil-beraħ hijiex moralita' fiskali jew le.", "Allura s- sistema tal-VAT ħadmet jew le, biex trażżan l-ekonomija moħbija?", "U issa b'din is-sistema l-ġdida, dawn l-10,000 persuna kollha li ħarġu fil-beraħ se jibqgħu jidhru jew inkella bis-sistema l-ġdida ċerti linkages ta' kif se timxi s-sistema mhux se jibqgħu jeżistu u allura dawn bil-mod il-mod se jerġgħu jinħbew?", "Din hija mistoqsija li jien nixtieq ikollna risposta għaliha għaliex fil-White Paper ma hemm xejn minn dan.", "Fil-White Paper lanqas biss ġiet analizzata s-sistema tal-VAT b'mod intelliġenti minn dan l- aspett għaliex jien nistenna li meta wieħed janalizza s-sistema tal-VAT għandu janalizzaha b'mod komplet mhux sempliċement jgħid li m'hijiex tajba għalina għaliex aħna żgħar.", "M'hijiex tajba għalina meta rnexxielna noħorġu fil-beraħ 10,000 persuna li qabel ma kenux jidhru?", "Imma possibbli li l- Gvern jaħseb li l-poplu Malti huwa ġifa meta jipprova jbiegħlu din l-idea li l-VAT ma ħadmitx meta kien hemm 10,000 ruħ li kienu qed jiffrankaw it- taxxa u l-bolla u issa ħarġu fil-beraħ?", "Imbagħad iridu li l-poplu Malti jiblagħha li l-VAT ma ħadmitx!", "Jiena naħseb li din ukoll kellha effett fuq l-elezzjoni għaliex l-10,000 persuna li qed insemmi żgur li ma ħadux pjaċir li kellhom joħorġu fil-beraħ imma ġew imġiegħla joħorġu.", "Issa bis-sistema li għandna llum, x'se jiġri?", "Għalhekk tqum il-mistoqsija fuq il-moralita' fiskali, mhux billi niktbu fuqha u ngħidu favuriha.", "Fil-prattika x'se jiġri?", "Xi studju sar fuq x'se jiġri?", "U għandna l-baħħ għaliex meta nagħmlu l-mistoqsijiet parlamentari jgħidulna li dan l-istudju ma jsirx u li issa se jaraw u ħaġa u oħra u allura jirriżulta li dan il-Gvern m'għamilx din l-analisi u se jbiddel sistema fid-dlam, se jimbotta lil pajjiżna fid-dlam u f'sitwazzjoni inċerta.", "U din bilfors twassal għal sitwazzjoni li jkollok diffikultajiet ta' inċertezza.", "Imbagħad rigward is- sistema, kieku din hija straight forward kieku tajjeb.", "Dan mhux jien qed ngħidu imma qed jgħiduh in-negozjanti li jmorru għal dawn il-famużi laqgħat li jkollu dan il-Gvern magħhom.", "Dawn jaraw erba' ministri jew kemm ikun hemm, u xi wħud minnhom kultant iħokku rashom meta jisimgħu: \"Imma issa naraw l-affarijiet u aħna qegħdin hawn għall-pariri.\".\"", "Tajjeb li tkun hemm għall-pariri, imma skużi, jrid ikollok sitwazzjoni ċara f'moħħok ukoll u mhux tkun qiegħed f'sitwazzjoni li xejn m'hi ċara.", "Jien nappella li jekk hemm bżonn ta' iktar żmien aħjar jieħdu iktar żmien, allavolja imbagħad jiġu kkritikati għaliex jieħdu iktar żmien.", "Imma aħjar hekk, milli jagħmlu ħaġa nofsha msajra.", "Din is-sistema li għandna llum hija nofsha msajra, m'hijiex maħduma sewwa u m'hijiex meqjusa.", "L- indikazzjonijiet li għandna hija li din se twassal għal żieda sostanzjali fil-prezzijiet, għal diffikultajiet fid-dħul tal-Gvern u se twassal għal żieda fil-profitti.", "Jien ma nistax ma nikkummentax fuq xi artikli li dehru l-ġimgħa li għaddiet.", "Kif solvewha din il-problema ta' meta aħna ppreżentajna tabella li turi li kien se jkun hemm żieda fil-prezzijiet, tnaqqis fid- dħul tal-Gvern u żieda fil-profitti?", "Qalu: \"Nassumu li r-rata tal- profitti tkun inqas\".", "Grazzi.", "Insolvu l-problema billi ngħidu li \"nassumu\".", "Imma qed niġġennu li l-poplu Malti jiġi preżentat b'xi ħaġa li se żżid il-cost lill-importatur?", "Id-dazju hekk jagħmel u għalhekk id-dazju jiġi skartat mid-dinja kollha.", "Anke pariri mill-IMF għandhom li d-dazju hija sistema antikwata u għandu jiġi skartat.", "Jien nistieden lill-Gvern jinforma lill-poplu x'qalet l-IMF fuq dan.", "Jekk irid diskussjoni aperta, ġusta u informattiva għandu joffri l-informazzjoni kollha lill-pubbliku u mhux parti biss.", "Meta l-Onor.", "Prim Ministru jogħġbu, jikkwota minn dan ir- rapport u jgħidilna x'qalu fuq il-VAT u mhux jgħidilna li ma jistax.", "Ma tanix risposta minħabba raġunijiet kuntrattwali.", "Allura meta kkwota, dawn ir-raġunijiet kuntrattwali ma kenux jgħoddu u meta staqsejtu jien, kienu jgħoddu!", "Kieku s-sistema hija daqshekk soġġettiva kieku għandu raġun, imma ċertament li din hija sitwazzjoni fejn għandna manipulazzjoni kbira ta' l- informazzjoni li għaddejja lill-pubbliku.", "THE CHAIRMAN: Ikkonkludi, jekk jogħbok.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ngħid li hemm diversi affarijiet li xejn ma jien kuntent fuqhom dwar il-budget deficit.", "Il-budget deficit kif semma' sieħbi l-Onor.", "John Dalli jidher - u qed ngħid din bl-ikbar serjeta' - li d-dħul tal-Gvern is-sena li għaddiet m'huwiex qed jabqel ma' ċifri oħra li huma ppubblikati.", "Jien staqsejt darba, tnejn u għad m'għandix risposta.", "Ingħatat risposta, imma r-risposta m'hijiex sodisfaċenti.", "U qed nitkellmu fuq ammont sostanzjali.", "Jekk aħna nħarsu x'ġara sa Novembru tas-sena li għaddiet, insibu li d-dħul mill-VAT huwa ta' Lm12.4 miljun iktar mis-sena ta' qabel u f'Diċembru huwa ta' Lm900,000 biss.", "Dawn in-numri ma jaqblux u nistenna li l-Ministru jagħtina risposta dettaljata fuq dawn il-punti għaliex hawnhekk hawn elementi li jdaħħlu d- dubju li parti mid-dħul tas-sena li għaddiet qed jiġi mitfugħ fuq ta' din is-sena.", "Ċertament li din m'hijiex ħaġa ġusta u għalhekk nistieden lill- Ministru jispjega dawn l-affarijiet u mhux nibqgħu fis-sitwazzjoni fejn nistaqsu mistoqsija parlamentari u r-risposta li tiġi tkun nofsha nejja wkoll.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Spiċċa l-ħin disponibbli għall- Oppożizzjoni.", "Il-ħin li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "Il-Ministru ta' l- Ekonomija u l-Finanzi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, illejla, jekk ma kellna xejn, kellna kċina attiva għaliex bdejna bl-affarijiet nejjin, akkużi ta' grilling u xiwi, u spiċċajna b'iżjed affarijiet nejjin.", "Mela għaddejna minn kċina li xegħlet, imbagħad intfiet u mbagħad reġgħet xegħlet.", "Imma ma kellniex kċina onesta, Mr Chairman, għaliex anke kċina tista' tkun onesta fl- argumentar.", "Kellna kċina li kienet kontinwazzjoni tad-diżonesta' li rajna minn qabel l-elezzjoni sa wara l-elezzjoni u qegħdin narawha kuljum preċett minn kull kelliem li jqum jitkellem hawnhekk jew li jitkellem barra.", "Se ngħid fil-qosor għaliex hemm din id-diżonesta', għalkemm din hija tema li se nerġa' niġi għaliha.", "Waħda mill-affarijiet li naqblu fuqha minn dak li ntqal hawnhekk hija l-fatt li l-Onor.", "John Dalli ħares lejn in-naħa fejn ipoġġu l-esperti, fejn ipoġġu n-nies tal-ministeru, għaraf lin-nies li kien hemm hemmhekk u għamel sewwa li rringrazzjahom.", "Jien ħadt pjaċir li ġew, kif hija l-konswetudni.", "Jien niddejjaq noqgħod naqlagħhom imma xorta jkollok bżonn l-għajnuna tagħhom.", "Pero' żgur li qbilt ma' l-Onor.", "Dalli meta rringrazzja lil dawn in-nies tax-xogħol li kienu jagħmlu miegħu.", "U jekk ħares sewwa - u jien persważ li ħares sewwa - ra li dawn huma kollha l- istess nies li kienu hemmhekk meta kien ministru hu.", "Dawn huma eżattament in-nies li ppreparawli l-pożizzjoni finanzjarja tal-Gvern - dik kċina, dik hi r-realta' - li l-Onor.", "Josef Bonnici qagħad jitmasħan tant dwarha.", "Il- kċina ssaħħnek daqsxejn u hawn ġew hawn il-kesħa; allura billi jitmasħan ftit lili l-ewwel wieħed jagħmilli pjaċir.", "Dawn huma l-istess nies li qabel ma mort nieħu l-ġurament qaluli: \"Isma', Ministru\", jiena għidtilhom biex ma jsejħulix ministru, lanqas meta nsir ministru aħseb u ara dak inhar li kont għadni ma sirtx ministru \"din hi s-sitwazzjoni\".", "U dawn qaluli x'hemm lest f'dan il-forn ta' nirien li dieħel fih u li daħal fih il-Gvern li kien għadu kemm rebaħ l-elezzjoni, il-Gvern li kien għadu kemm ivvotalu l-poplu li llum għajruh ġifa, li implikaw għal darba oħra li huwa miġnun.", "Imma l-poplu la hu ġifa u lanqas miġnun.", "Il-poplu bosta drabi jagħraf l- affarijiet iżjed minna li naħsbu li aħna esperti fil-materja.", "Hawn min hu espert fil-materja - jiena ma tantx jien espert - imma iżjed minna li naħsbu li aħna esperti ħafna fil-materja, il-poplu jagħraf u fil-fatt għaraf.", "Il-punt tiegħi huwa li dak kollu li jien ippubblikajt, dak kollu li l-Gvern ippubblika, dak kollu li kompla ħiereġ xahar wara xahar, dak kollu li daħal fil-Budget - apparti l-intonazzjoni politika, għaliex dik naturalmet hija responsabbilta' tal-politiku tal-ġurnata u m'għandhiex titqiegħed f'ħoġor is-civil servants - dan kollu ħareġ minn nies li l- Onor. John Dalli qalilhom \"grazzi\".U għaliex ħareġ min-nies li l-Onor.", "John Dalli qalilhom \"grazzi\"?", "Għaliex ħareġ mhux minn moħħhom imma mill- kotba li ma jistgħux jiġu mbagħbsa u ħareġ mill-computers, mill- attwalita'.", "Jien hawnhekk fejn nibda nħokk rasi, meta nara li l- Oppożizzjoni għadha daqstant f'qagħda li ma tridx tammetti l-verita' U meta ma jkunux iridu jammettu l-verita' u joqgħodu jitfgħu d-dubji u jħeġġu - iva, jħeġġu jkunu qegħdin - lin-nies biex jevadu t-taxxa, allura ngħid li dawn għadhom ma fehmux għaliex il-poplu ddeċieda dak li ddeċieda, dawn għadhom ma ħaduhiex it-tagħlima u għadhom ma tgħallmux li lill-poplu trid tafdah bl-iżjed mod sempliċi.", "Kif tafdah lill-poplu?", "Billi toqgħod turi li inti ekonomista bravu?", "Iva, l-Onor.", "Josef Bonnici bravu bħala ekonomista meta jrid ikun ekonomista.", "Billi toqgħod turih li inti accountant bravu?", "Iva, bravu l-Onor.", "John Dalli meta jrid ikun accountant veru.", "Billi turih li inti politiku bravu?", "Imma politiku bravu x'inhuwa?", "Politiku bravu huwa dak li jkun illużjonista u joqgħod jaħbi l-verita'?", "Politiku bravu huwa dak li għalih kulma jagħmel hu huwa perfett u għal dak li jagħmel ħaddieħor qisu Ġeremija?", "Għaliex hekk smajna llelja.", "Illejla kellna l-kċina imbagħad kellna d-dnub tas-suppervja għaliex l-ewwel frażi li qal l-Onor.", "John Dalli kienet li \"smajna karba għall-ideat\".", "Iva, mela le!", "Billi jien nitlob għall-ideat u billi niġi kkritikat - mhux mgħajjar, ikkritikat - għax nitlob l-ideat, ma niddejjaqx.", "Jekk trid tgħidilha karba għidilha karba.", "Aħjar tgħidli li qed nitlob għall-ideat milli tgħidli li jien supperv għaliex ma rridx ideat u għaliex nagħmel għan-nies meta jagħtuni l-ideat.", "Dak inhar li jibdew jgħiduli li jien nagħmel għan-nies għax ikunu qed jiġu, jew privatament, ras imb'ras, jew inkella bħala grupp u jagħtuni l-ideat, hemmhekk nirrealizza li veru jien qiegħed nonqos u hemmhekk jekk jagħtini fil-beraħ - mhux jikkritikani għaliex jikkritikani dejjem - ikun ħaqqni għaliex ikun ġustifikat.", "Kellna mbagħad l-għeluq ta' Ġeremija min-naħa ta' l-Onor.", "Josef Bonnici, u in between x'kellna?", "In between kellna kelliema ta' l-Oppożizzjoni li t- tnejn huma l-arkitetti - x'se jkunu fil-futur ma nafx - ta' dak li kien jimxi fuqu l-Gvern Nazzjonalista fid-disa' snin li kien ilu hemmhekk - mhux it-tnejn fl-istess tul għax l-Onor.", "Josef Bonnici ma ġiex mill-bidu tad-disa' snin - jgħidulna li dak li għamlu huma huwa kollu tajjeb u dak li sar f'dawn it-tliet xhur li ilu Gvern Laburista - kważi erba' xhur - huwa kollu ħażin.", "Kellna riferenzi mbagħad mill-Onor.", "John Dalli - biex inkomplu bl-aspett mistiku - għall-mirakli li se nistennew.", "Mela Ġeremija, fran u mirakli!", "Dawn x'balbuljati huma?!", "Din xi kritika hija għall-Budget?", "Jien għamilt disa' snin nikkritika l-budgets tal-Gvern Nazzjonalista u kull sena kont nipprova nkun serju.", "Ma tantx naf ekonomija jien, biċċa degree mħallat għandi, ekonomija u politika, imma nsegwi l-affarijiet.", "Ma tantx jien bravu imma kont nipprova nagħmel kritika serja, tant li darba kien hawn ministru li qagħad jikkummiedja xi ftit u l-Onor.", "John Dalli stess qallu: \"Oqgħod kwiet, qed jipprova jagħmel kritika serja\".", "Ma nistgħux f'dan il-Parlament ikollna kritika serja?", "Mhux li naqblu, għaliex m'aħniex se naqblu u huwa ovvju għaliex m'aħniex se naqblu.", "Il-politiċi ma tantx ifittxu l-common ground, il-politiċi l-ħin kollu jippożizzjonaw ruħhom billi jħarsu 'l quddiem, l-iżjed jekk ikollhom ċerti ambizzjonijiet.", "Ara jien, għax m'għandix ambizzjonijiet nista' nħares u jekk naqbel ma' xi ħadd nista' ngħidlu: \"Iva, naqbel miegħek\", anke jekk ikun min-naħa l-oħra.", "Jekk imbagħad ikun min-naħa tiegħi u ma naqbilx miegħu nista' ngħidlu: \"Le, ma naqbilx miegħek\", allavolja jkun min-naħa tiegħi, għax ħajti qiegħda f'punt fejn jien sodisfatt b'dak li għamilt u la għandi bżonn iżjed achievements u lanqas żbalji, għaliex mit-tnejn kelli f'ħajti.", "Imma meta toqgħod tħares 'il quddiem u tieħu ċerti pożizzjonijiet fejn trid turi ruħek aggressiv, turi kemm taf iżjed minn ħaddieħor u turi li l-bieraħ kellek raġun mhux billi l-poplu tak tort, hemmhekk għandek il-problemi.", "Dik m'hijiex il-politika tas-serjeta' imma hija l-politika ta' l-espedjent, dik il-politika li ma tridx tagħraf li budget trid tħares lejh għal dak li hu.", "U jekk budget tħares lejh għal dak li hu trid tħares lejh bħala xi ħaġa li m'hijiex faċli.", "L-Onor.", "Dalli kemm ippreżenta budgets, erbgħa jew ħamsa?", "Qatt ma kellu biċċa xogħol faċli u jien meta kkritikajt ipprovajt nagħmel dan mil- lat tekniku ħalli nara fejn kienu d-diffikultajiet.", "Imma biex tkun politiku u fl-istess ħin tkun tekniku, tgħaqqad it-tnejn flimkien, għandu jkun hija ħaġa diffiċli ħafna u ftit hawn li jistgħu jagħmluha.", "Tant hawn ftit li jistgħu jagħmluha li lanqas lejn il-verita' ma nagħżlu li nħarsu, anke meta aħna tekniċi bħalma huma ż-żewġ kelliema li tkellmu llum.", "Niġu nirringrazzjaw lill-istaff u ngħidu grazzi lill-Ministeru tal-Finanzi u mbagħad fl-istess nifs niċċalinġjaw dak kollu li qed jiġi ppubblikat minnhom, qishom qed jiffalsifikawh huma.", "Ara jien ma qgħadtx inħares lejn l-uċuħ.", "Jien sibt lill-istaff u għidtilhom: Għalija intom civil servants, grazzi talli tajtuni l-informazzjoni mill-ewwel; ejja nipprovaw naħdmu flimkien ħalli din l-informazzjoni noħorġuha fil-beraħ għax fil- beraħ il-poplu jifhimha aħjar u nkunu nafu fejn aħna ħalli nimxu 'l quddiem.", "Komplu aħdmu u agħtuni l-pariri u politikament agħmlu li tridu; ma jimportanix\".", "Naħlef li għall-ebda wieħed minnhom ma qgħadt inħares lejn x'inhu u m'huwiex politikament.", "Jien dan la interessani fl-imgħoddi, la jinteressani issa u lanqas se jinteressani għal li ġej.", "Jien apprezzajt li f'biċċa xogħol li kienet iebsa ħafna, għaliex ridna nippreparaw budget għal kollox ġdid f'temp ta' ftit ġimgħat, sibt l-għajnuna teknika - mhux politika, il-politika jien inġorrha - li kelli bżonn.", "Lil dawn in-nies li għenukom fl-imgħoddi biex tagħmlu l-istess ħaġa qed tgħidulhom \"grazzi\" - għaliex irrid nemmen li għinukom ukoll u għinukom minn qalbhom għaliex huma civil servants committed għal dawn l-affarijiet - imma mbagħad ir- riżultat ta' dak li joħroġ mill-kċina amministrattiva tagħhom - ħalli ndaħħlu l-kċina issa - tiġu hawnhekk u tmorru quddiem il-poplu u tiskreditawh.", "Minflok ma taraw għaliex intom ġejtu skreditati mill-istess poplu, tipprovaw tiskreditaw liċ-Ċivil li kulma qed jagħmel hu li qed joħroġ l-affarijiet kif inhuma.", "Trid tmur minn naħa għal oħra ta' kull qasam.", "Jien għandi ċerti kummenti li rrid nagħmilhom b'mod strutturat imma lanqas ikolli aptit nagħmilhom b'mod strutturat, kważi kważi trid toqgħod twieġeb mill-ewwel għall-punti li jkunu saru.", "Allura tiġi tiskredita u ddaħħal dubju, per eżempju, fuq l-Income Tax Department dwar jekk kemm-il darba fl-aħħar xhur baqgħux jagħmlu l-emfasi li s-soltu jagħmlu biex jiġbru t-taxxa bħalma kien isir dejjem?", "F'ġieħ il-Bambin, nafu x'aħna ngħidu?", "Minflok ma nistaqsu xi problemi għandhom dawk in-nies, xi problemi ħallejnielhom, x'nistgħu nagħmlu bħala stat - bħala stat qed ngħid issa - biex ngħinu ħalli d-Dipartiment tat-Taxxa jkun imsaħħaħ u jimxi 'l quddiem ħalli jkun jista' jiġbor dak li għandu jiġbor, minflok ma nagħmlu hekk, niġu nitfgħu d-dubju li fl-aħħar tliet xhur m'għamlux dak li s- soltu jagħmlu.", "Imma dawn minn fejn iġġibuhom?", "Bis-serjeta' tgħiduhom dawn l-affarijiet?!", "Jien għadni lanqas ersaqt lejn id-Dipartiment tat-Taxxa; kellimt lill-Kummissarju erba' darbiet biex jagħtini briefing u kull meta jkellimni hu jew in-nies tiegħu ngħidilhom: \"Ma rridx neħdilkom ħin żejjed.", "Agħtuni briefing b'mod konċiż - għax jiena hekk imdorri - ħalli tkunu tistgħu tmorru tagħmlu xogħolkom għax għandkom ħafna xogħol x'tagħmlu.\".", "Niġi għad-Dipartiment tal-VAT.", "L-ex Ministru qisu ħa għalih għax talabni ċerta informazzjoni u jiena għidtlu: Jiddispjaċini, imma biex nagħtik din l-informazzjoni l-Ministeru jrid jieqaf, id-dipartiment irid jieqaf, l-MSU li qed tagħmel ċertu xogħol trid tieqaf, ċerti sistemi li qegħdin jiġu mfassla - hu faħħarhom u sewwa għamel u jiena rrid infaħħar lilu għax kien hu li bdiehom - iridu jieqfu.", "Allura riedni nieqaf biex nagħtih dik l- informazzjoni li hu stess kellu sa Ottubru?", "Qed tgħid inti stess li kont tiġborha int!", "Tridni noqgħod inwaqqaf lid-dipartiment minflok ma nkompli ngħidlu, kif għidtlu mill-ewwel ġurnata, biex ikompli jinforza dak li qed jagħmel?", "Dan għidtu lilu direttament u għidtu wkoll fi statement pubbliku.", "Allura issa anke dak li huwa pubbliku se nibdew ngħidu li ma jeżistix?", "Mhux diżonesta' din?", "M'hijiex dożonesta' personali imma diżonesta' politika hija żgur.", "Tiġu tistaqsuni jekk kemm-il darba l-Income Tax għadux miexi l-istess, jekk il-VAT għadhiex miexja l-istess!", "Issa għad-Dwana jonqos tistaqsuni jekk għadux miexi l-istess jew inkella għal xi dipartiment ieħor.", "Anke għad-Dipartiment tal-Kuntratti l-Onor.", "Dalli qalli li jittama li jekk kemm-il darba saret sistema, dik is-sistema tkompli.", "Issa mhux qed nagħmlu xi back tracking; qed nitkellem hekk apposta mingħajr ħafna kordinament bin-notamenti.", "(Interruzzjonijiet) Hekk kienet l- implikazzjoni meta qed tirriferu għal sistema li meta daħlet il-kritika li għamilt jiena kienet li m'hijiex b'saħħitha biżżejjed għax ħallejtu barra apposta lil Posta Limited u lill-MSU Ltd.", "Imbagħad tiġu tgħidulna: Nittamaw li l-Bank Ċentrali qiegħed miexi u r-rata tal-lira Maltija ...!", "Issa x'beda dieħel, ir-rata tal-lira Maltija?!", "U l-Onor.", "Josef Bonnici jiġi jgħidli li tant għandna budget vojt, tant għandna budget imtaqqab - qisu San Bastjan li l-Onor.", "John Dalli tant iħobb, miskin mimli vleġeġ - li ma tkellimna xejn dwar politika monetarja.", "Iva, dan li, nerġa' ngħid hu ekonomista tajjeb u nieħu pjaċir li jgħallem l-ekonomija - qed ngħid hekk ġenwinament u mhux b'ironija; hu jaf li ġenwinament qed ngħidha li ma mmurx għal mument ninstema' li qed inkun flippant fuqha - ma jafx li l- gvern tiegħu stess sentejn ilu ħa passi biex il-politika monetarja jagħmilha fi ħdan il-Bank Ċentrali ħalli l-gvern tal-ġurnata ma joqgħodx jindaħallu?", "Din għamilha l-Onor.", "John Dalli u naturalment kienet deċiża fil-Kabinett meta t-tnejn kienu Ministri.", "Allura kontu tmorru fil-Kabinett u dak li jgħid wieħed, l-ieħor ma jagħtix kasu?", "Skużi taf, jiena ma tantx ili fil-Kabinett imma jekk inkun qiegħed nitkellem f'Kabinett u nara lil sħabi ma jagħtux kas ta' dak li nkun qed ngħid, hemmhekk tidħol is- suppervja tiegħi u ngħidilhom li meta nkun qed nitkellem ma nkunx qed nitkellem għalxejn.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq affarijiet serji, qegħdin inservu lill-pajjiż.", "Ifhmu l-ftit li qed ngħid jiena, ħalli l- ewwelnett tikkritikawni, it-tieni nett tkunu tafu x'qed ngħid u t-tielet ħalli forsi jkollkom alternattivi aħjar.", "Mela tiġi tikkritikani hawnhekk għax il-budget ma jsemmix politika monetarja meta l-gvern tiegħek stess kien ta d-dritt lill-Bank Ċentrali li jmexxi l-politika monetarja skond iċ- ċirkostanzi li jidhirlu hu!", "U jiena, bħala l-bniedem li dħalt għall-piż li kellu l-Onor.", "John Dalli ...", "Dak piż!", "Xi darba l-Onor.", "Josef Bonnici jkollu dan il-piż ukoll u jġorru min iġorru piż ikun.", "Intom id-Deputati l- ġodda li qegħdin fuq in-naħa l-oħra u taspiraw li xi darba jinbidel il- gvern - u jinbidel, mela ma jinbidilx xi darba - u tieħdu ministeru taraw li dak piż ikun mhux xi kuruna tar-rand.", "Dak kien piż meta konna qabel aħna fil-gvern, kien piż meta kontu intom u huwa piż issa; dejjem piż jibqa'.", "Malli sirt Ministru l-ewwel ħaġa li għidt lin-nies illi l-Onor.", "John Dalli qalilhom: \"Grazzi talli qdejtuna tajjeb\" - u jiena wkoll minn hawnhekk qed ngħidilhom \"grazzi\" talli taqdu tajjeb lill-pajjiż\" - kienet: Ejja nkunu ċari; dak li kien qiegħed isir tajjeb araw li jkompli jsir.", "Ejja nkunu ċari u dak li għamel tajjeb ta' qabli u ta' qablu nagħtuh il- kredtu tiegħu.", "Fil-laqgħat li kien ikollna u li jkollna ma' barranin, per eżempju, ma naqbadx u ngħidilhom li l-Gvern Laburista se jagħmel \"hekk\", imma ngħidilhom li kien beda jsir \"hekk\" u aħna se nkomplu fuqu u nfittex li nagħmel briefing fuq il-kontinwazzjoni li għandu jkun hemm f'pajjiż f'ċerta area li m'hemmx għalfejn noqogħdu nitqanfdu politikament fiha għax jekk nitqanfdu politikament fiha nkunu qegħdin nagħmlu ħsara lill-istess pajjiż.", "Imma għax timxi hekk tiġi ttrattat - mhux personalment għax personalment naf li m'hemm l-ebda animożita' - b'mod li minflok ma l-budget jiġi meħud għal dak li hu u jiġu kkritikati partijiet minnu waqt li jiġi magħruf fejn hemm kontinwazzjoni, jingħad dak li fil-fatt intqal.", "Qalu li ma ġbarniex it-taxxa u li waqqafna t-taxxa.", "Ma ġbarniex il-VAT!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni din qalha għal darba, darbtejn u hawnhekk erġajna smajnieha mtennija.", "Imma intom bis-serjeta' qed tgħiduhom dawn l- affarijiet?", "Kieku ma nkunux nafu lil xulxin tgħid.", "Imma meta hemm gvern li għandu sitwazzjoni finanzjarja iebsa - u għall-pajjiż kollu tkun iebsa - kif ma tkellimx fuqha l-Onor.", "Bonnici li huwa ekonomista u jaf li dik is- sitwazzjoni finanzjarja bilfors trid torbotha mal-qagħda ekonomika, għax hekk tgħidlek l-ekonomija, għax jekk kemm-il darba ma tirranġahiex il- qagħda ekonomika se tmurlek għall-agħar?", "Lanqas irrid nitkellem wisq fuqha għax ekonomista tajjeb daqsek m'iniex u għax aktar nagħmlu ħsara lill- pajjiż.", "M'huwiex ċar li meta għandek ċerta sitwazzjoni ma tistax tkompli għax inkella tagħmel il-ħsara u allura trid tmur biex tara kif se tirranġa dik is-sitwazzjoni?", "Imma l-ewwel trid tgħidha, toħroġha; ma toqgħodx tmur għall-kawżi kollha, il-partijiet li jagħmlu ħsara lill-pajjiż, imma jekk ma tindirizzahiex, issir ħsara lill-pajjiż.", "Inti ma tafx daqsi u iżjed minni li d-deficit spending kontinwu, sostnut, illi l-Gvern dejjem jiżborżja għax joħroġ iżjed milli jdaħħal, fl-aħħar mill-aħħar se jwassal għal sitwazzjoni mhux feliċi, biex ngħidilha hekk u nieqaf hemmhekk għax inkella veru nkun qiegħed naggravaha?", "Allura hemm xi gvern miġnun illi proprju meta nqaleb il-gvern ...", "Jien bdejt inwaqqaf id-dħul u l-inforzar tat-taxxi wara l-elezzjoni?", "Din hi loġika li xi ħadd f'sensih jista' jifhimha?", "Mhux intom m'intomx f'sensikom; intom f'sensikom u qegħdin tgħiduha bil-maqlub apposta.", "Ara l-loġika politika x'inhija u kif użajtuha intom.", "Qabel l-elezzjoni kien hemm rallentament, kien hemm naqra zzoppjar f'ċertu ħruġ ta' kontijiet, f'ċertu xogħol li suppost tiġbor mingħand dak li jkun, f'ċerti kxaxen li spiċċaw ċerti affarijiet fihom.", "Imbagħad tistaqsi lil dak li jkun: Din kif ġejt iffaċċjat biha jiena?", "U jgħidlek: Jiena ma rajthiex, staqsi lil ta' qabli.", "Allura mbagħad tgħidlu: \"Se noqgħod nistaqsi lil ta' qablek?", "Ejja nipprovaw insolvuha u jekk hemm fejn tieħu passi legali ħudhom\".", "U m'iniex se nsemmi ismijiet.", "Qabel l- elezzjoni hekk kien isir.", "Allura wara l-elezzjoni l-Gvern il-ġdid għandu xi interess li jieħu pass bil-mod biex jiġbor it-taxxa?", "Imma din hija loġika?", "Il-Gvern il-ġdid li qiegħed jgħid li sab din is-sitwazzjoni, għandu xi interess li ma jiġborx ħalli dik is-sitwazzjoni ma tkunx kerha daqskemm hi?", "Ħadt pjaċir jiena niġi hawnhekk u nħabbar it-taxxi li ħabbart?", "Ħadt pjaċir li min ipejjep u min għandu karozza jiġi jgħidli: \"Prosit x'gost tajtna!\"?", "Ma stajtx nantiċipa?", "Ħadt pjaċir b'daqshekk jiena?", "Xi ħaġa sabiħa din?", "'Il quddiem niġu għal meta sar hekk fl-imgħoddi għaliex l-Onor.", "Josef Bonnici jitkellem qisu d-dinja bdiet teżisti meta qam bil-wieqfa hu u qalilna l-verita' skond \"San Josef\", l-Evanġelu skond \"San Josef\", u x'ġara qabel ma jgħoddx!", "Anke l-istess Onor. Fenech Adami għamel hekk.", "Jiġiferi l-Onor.", "Bonnici mhux waħdu qed jagħmel hekk imma qed jagħmel hekk bħala dixxiplu den u fidil tal-kap tiegħu stess.", "Kif qed ngħid, din niġi għaliha 'l quddiem pero' għall-mument qed ngħid: Jiena bħala Ministru tal- Finanzi u bħala politiku - u l-politiċi kollha, anke dawk li bħali m'għandhomx ambizzjoni għaliex ix-xemx għalihom hija nieżla u mhux tielgħa - nieħu pjaċir nagħmel it-taxxi?", "Inti tieħu pjaċir tgħid li m'għamilt xejn u ħallejt kollox kif kien jew tieħu pjaċir tgħid li tajt xi ħaġa lil xi ħadd?", "Allura kieku kien possibbli li nenforzaw biex indaħħlu iżjed flus, wara l-elezzjoni kont se ngħid lil tat-Taxxa, lil tal-VAT, lil tad-Dwana, jew lil ta' l-excise duty biex joqogħdu lura u ma jiġbrux il-flus ħalli nidhru ħelwin?", "Kont se ngħidilhom biex joħorġu l-kontijiet sa l-aħħar ta' Ottubru - dejjem joħroġ dak li jgħidulu l-comparative return of income and expenditure, għall-poplu li qed jismagħna dan ifisser il-kontijiet tal- Gvern - u mbagħad minn hemm 'il quddiem nuru kemm aħna bravi u nżidu?", "Jien m'għamilt xejn minn dan kollu.", "La għidtilhom biex jimxu bil-mod u lanqas għidtilhom biex jgħaġġlu.", "Jiena għidtilhom biex imexxu bis-serjeta' kollha li kienu qegħdin imexxu biha u ma jħallu xejn jaqa' lura.", "Meta staqsew dwar dak l-exercise li nbeda fir-rigward tal-VAT fejn intbagħtu 500 questionnaire at random lil 500 kumpannija biex jimlewhom ħalli l-audit trail tintrabat aħjar u jekk dan aħniex se nkompluh, jien għidtilhom: Lanqas hemm għalfejn tistaqsuni affarijiet bħal dawn u ara ma nismax mistoqsija oħra.", "Lil dawk li l-Onor.", "John Dalli, ex-Ministru tal- Finanzi, qalilhom \"grazzi\", dik hi l-unika kelma li għidtilhom jiena, u hekk komplew jimxu.", "U jekk kemm-il darba hemm xi ħadd li għandu xi dubju, jista' bil-liberta' kollha jsibhom wieħed wieħed u jistaqsihom.", "Din qed ngħidha bħala dispensa politika għalkemm naf li mhux suppost nagħmel hekk.", "Staqsu lill-Economic Planning mortx nara xi ħaġa fl-analiżi li qed jagħmlu.", "Staqsu lill-Istatistika - li qiegħda biċċa 'l hawn u biċċa 'l hemm u mhux f'post wieħed - mortx nara kif qed jaħdmu l-indiċi.", "Staqsu anke lil tal- VAT.", "Jiena ma mort fl-ebda wieħed minn dawn id-dipartimenti mhux għaliex ma ninteressax ruħi imma għaliex naħdem mod ieħor.", "Pero' jidher li l-Onor.", "John Dalli ħa għalih għaliex għamel interpellanza dwar ċertu xogħol li kien jagħmel hu personalment fuq il- computer.", "Dak huwa l-istil tiegħu.", "Jien l-ewwelnett ma nafx nagħmlu hekk ix-xogħol u t-tieni nett nemmen li hemm civil servants li fil-qasam tagħhom jifhmu iżjed minni u x-xogħol mingħandhom irridu.", "Imbagħad jiena li għandi l-kapaċita' li nanalizza u għandi n-nies li jgħinuni, infittex iżjed għajnuna.", "Allaħares ma kienx hekk għaliex inkella nispiċċa kmieni hemm isfel.", "Li qed ngħid hu li dan ix-xogħol m'hemmx għalfejn noqgħod nagħmlu jiena.", "Jekk l-Onor.", "John Dalli ħass li għandu jagħmlu hu, għaliex le?", "Kulħadd għandu l-istil tiegħu, kulħadd għandu l-ħin tiegħu u kulħadd għandu l-iskills tiegħu.", "Imma mhux imbagħad tiġi tagħmel allegazzjoni u tgħidli: \"Nispera li kompliet!\".", "Issa se noqogħdu niftgħu d-dubju fuq l-integrita' ta' xulxin?", "Ħalli niġi għal xi mistoqsijiet oħrajn li saruli dwar id-dipartiment apparti l-kċina, il-karba, in-nej u l-misjur, għaliex iż-żmien malajr itir.", "L-Onor.", "Dalli staqsieni - fid-diskors tiegħu dar b'mod ħafif lid- dipartimenti għax ma tantx kellu żmien - għaliex qabel ma spiċċa mill- gvern fit-Teżor kien hemm sistema lesta ta' kif iħallsu l-pensjonijiet ta' dawk li jaħdmu mal-parastatali u issa twaqqfet.", "GĦaliex twaqqfet?", "Twaqqfet għax ma kenitx lesta, proprju għax ma kenitx lesta.", "Twaqqfet għax meta mort jien tela' l-file rilevanti bil-parir mingħand l-Attorney General, jew aħjar mingħand l-Attorney General's Office - se npoġġiha hekk għax ma rrid nippersonalizza fuq ħadd - li din is-sistema aħjar inħarsu lejha iżjed għax hemm ċerti implikazzjonijiet u rridu nsibu mod kif dawn l- implikazzjonijiet inħolluhom.", "Allura ġie suġġerit approach ġdid li qed jinħadem.", "L-union għamlet u għadha tagħmel ħafna pressjoni u jien ngħidilha: Iva, trid issir ġustizzja, imma d-deċiżjoni li tittieħed trid tkun waħda li ma toħloqx problemi għal għada, trid tkun waħda li ssajret sewwa.", "Hawnhekk jidħol it-tisjir u hawnhekk jidħol in-nej.", "Mela tiġi tgħidli li jien sibt xi sistema ta' pensjonijiet lesta u waqqaftha!", "X'interess jista' jkollu politiku li jkun hemm sistema lesta u jwaqqafha, meta dan ...", "Issa mhux taxxa ġejja.", "It-taxxa għamiltha u meta għamiltha kien hemm uħud mis-civil servants li qaluli: Ma tantx se tidher sabiħ!", "Mela jien dħalt għal xi beauty contest?", "Sabiħ m'iniex, imma ma dħaltx għal beauty contest.", "Allura t-taxxa għamiltha, imma mbagħad il-pensjoni li skond l-Onor.", "John Dalli kienet lesta u stajt nagħtiha waqqaftha!", "Dawn l- affarijiet bis-serjeta' nistaqsuhom?!", "GĦamilt tajjeb li staqsejt għax qed tagħtini ċans li nispjega.", "Ma jimportax b'daqshekk, naf li bi skop tajjeb staqsejtha, imma kieku kienet lesta kont se noqgħod inwaqqafha?", "Anzi kont ngħidilhom biex ifittxu jmexxu.", "Jekk għidtilhom xi ħaġa fuq il- pensjonijiet kienet biex iħaffu kemm jista' jkun fil-ħdim tal-pensjonijiet normali.", "Mhux bl-għaġġla - għax qattusa għaġġelija friegħ għomja tagħmel u jsiru l-iżbalji - imma min ikun spiċċa bil-pensjoni m'għandux joqgħod jistenna.", "Per eżempju, kien hemm parlamentari, kien hemm nies oħrajn ...", "L-ewwel darba ġabuli lista twila u staqsewni jekk irridx nara l-ismijiet.", "Imma narahom għalfejn?", "Jien niffirma, imbagħad l-importanti hu li dak li jkun ħaqqu l-pensjoni tinħadem, jagħtuhielu u mmexxu.", "Allura jista' jgħaddi l-ħsieb minn moħħ xi ħadd li jiena se mmur lura minn xi ħaġa li tkun lesta u li tkun għall-ġid ta' dak li jkun?", "Niġi għall-kuntratti.", "Intqal li lid-Dipartiment tal-Kuntratti għamilnielu iżjed piż fuqu u fl-istess ħin jidher li naqqasnielu n-nies.", "Din l-Onor.", "Dalli qalha bħala mistoqsija mhux bħala xi allegazzjoni.", "Le, m'għamilniex hekk, anzi fejn hemm bżonn in-nies, jekk issib in-nies, trid issaħħu.", "Hemmhekk hemm nies biżżejjed u waqt li fl-1996 ġiet approvata somma ta' Lm398,000, minħabba ċertu ċaqliq li kien hemm - per eżempju, spiċċaw is-central stores jew is-central supplies, ma nafx eżatt x'jgħidulhom - in-nefqa attwali naqset b'iżjed minn Lm100,000.", "Allura s- somma ta' Lm329,000 allokata għall-1997 tammonta għal iżjed minn dak li attwalment intnefaq is-sena ta' qabel.", "(Interruzzjonijiet) Naf li biex nispjega staqsejt u qed nispjega.", "Huwa tajjeb li ngħid hawnhekk li apparti li d-Dipartiment u d-Direttur tal-Kuntratti se jkomplu mexjin bis-sistema li kienu mexjin u forsi jsiru xi reviżjonijiet jekk il-kumitat jirrikkmanda ...", "Mhux għax ngħidilhom jiena, jien ma rrid inbiddel xejn.", "Anzi rrid ngħid li diġa' kelli rikkmandazzjoni biex nagħmel xi tibdiliet u jien għidtilhom: Le, ma tarawx.", "L-ewwel ħalluhom jaħdmu għal sitt xhur, imbagħad wara li jkollna l-esperjenza, jekk kemm-il darba tinqala' xi ħaġa li tgħidilna li ta' min ibiddel xi affarijiet, inbiddluhom.", "L-unika ħaġa li għidtilhom biex ibiddlu u qed nistenna biex imbagħad noħorġuha, hija dik li kont ikkritikajt dwarha, jiġifieri li Posta Limited u MSU Limited - issa tissejjaħ b'isem ieħor - ma kenux inklużi.", "Dak li għidtilhom biex ibiddlu, il-kumplament kien qiegħed hemm u qiegħed jaħdem għalkemm għandu ċerti diffikultajiet f'partijiet minnu, pero' huma l-esperjenza u t-tiġrib li juruk kif issolvi d-diffikultajiet.", "M'iniex se nidħol jien, politiku ġdid, frisk frisk, u nibdilhom.", "Jien ngħid li għandek tħalli s-sistema taħdem imbagħad naraw jekk kemm-il darba hemmx bżonn tbiddel xi ħaġa biex ittejjibha, biex tagħmilha iżjed trasparenti u biex tkun ċert li l-poplu qiegħed jieħu dak li ħaqqu tal-flus li qiegħed iħallas.", "Hemmhekk tibda dieħla l-moralita' fiskali u l-value for money, li jekk lill-poplu tridu jħallas it-taxxi trid tara li mbagħad il-flus jintnefqu tajjeb.", "Ilkoll irridu hekk, allura rridu nipprovaw nagħmlu hekk bl-aħjar mod li nistgħu.", "Din twassalni għall-inland revenue liema punt kien qabad fuqu l-Onor.", "Fenech Adami, pero' din se nħalliha għal aktar tard.", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni tal-public auditor u saret id-domanda jekk il-liġi dwar l-awditur pubbliku hijiex se ssir.", "Dażgur li se ssir; din kienet xi ħaġa li konna kommessi fuqha, anzi se nipprovaw nagħmu xi tibdil fiha b'mod li jekk jien jew il-partit tiegħi konna kkritikajna xi ħaġa li kien hemm qabel, inneħħuha ħalli tkun tista' taħdem iżjed kif jixtieqha kulħadd, b'mod li l-awditur pubbliku jkun jirrapporta direttament lejn il- Parlament.", "Hemm ċerti problemi li we have to overcome għax jekk ikun close shop trid tara jekk kemm-il darba ssibx nies biżżejjed biex taħdem.", "Imma mill-bqija, iva, se ssir.", "L-Abbozz kif ġie ppreparat - b'xi modifiki li jtejbuh u mhux li b'xi mod idgħajfuh - se jitressaq u huwa wieħed mill- bikrin li se jitressaq hawnhekk.", "Dak li kien hemm maħsub biex iseħħ, iseħħ.", "Dwar il-Bank Ċentrali, Mr Chairman, issemma li kien hemm il-ħsieb li r- regolazzjoni tal-banek tgħaddi mingħand il-Bank Ċentrali għal għand il- Malta Financial Services Centre.", "Le, jien ma naqbilx ma' dan; ikkritikajtha dak iż-żmien u nerġa' nikkritikaha llum.", "Ma naqbilx għal raġuni waħda u sempliċi, u għandi l-backing ta' min studjaha - m'iniex se noqgħod nikkwota min - indipendentement minn dak li jixtieq il-Gvernatur jew ħaddieħor - ma rridx nippersonalizza - u l-backing anke mingħand fora internazzjonali.", "GĦaliex?", "GĦaliex ġewwa l-Bank Ċentrali hemm il- konswetudni tas-superviżjoni li ilha mibnija 27 sena u hemm supervisory culture li hija tajba ħafna b'nies kwalifikati.", "Allura għalfejn toqgħod taqlagħhom minn hemmhekk biex titfagħhom f'ċentru ieħor li l-funzjoni tiegħu hija daqxejn waħda differenti minn ta' bank ċentrali u allura tkun żlogajthom għalxejn b'xejn?", "Jien m'iniex qed ngħid li kieku għamilt hekk kienet se tkun waqgħet id-dinja, imma dik m'hijiex se ssir u m'hijiex se ssir b'deċiżjoni tiegħi, b'mod pożittiv u mhux li b'xi mod twaqqa' dak li kien se jagħmel il-Gvern ta' qabel għax l-Onor.", "Dalli jaf - stqarr huwa stess - li fuq din hemm a bi-partisan policy.", "Hekk kienet u persważ li hekk għandha tibqa' u billi tinżamm din is-sistema m'hijiex se ġġib xi problemi ġodda, anzi hija aħjar għaliex aħjar ikollok it-tnejn separati ħalli kultant żmien waħda tħares lejn l-oħra u jkun jista' jkollok żewġ veduti fuq l-istess affarijiet.", "Ħafna drabi f'Malta tagħna - u mhux f'Malta tagħna biss, imma kullimkien - aħjar jekk ikollok two views fuq l- istess ħaġa għaliex hekk ikun ta' ġid għal kulħadd.", "B'daqshekk m'iniex qed ngħid li issa l-banek se jkunu regolati miż-żewġ naħat, imma jista' jkun hemm ċirkostanzi - il-poplu forsi ma jifhimhomx kollha imma l-Onor.", "John Dalli u l-Parlament u min jipprattika f'dan il-qasam jifhmuni żgur - fejn aħjar li wieħed jagħmel hekk.", "Rigward il-liġi ta' l-insurance staqsiena jekk din hijiex miexja u qal li jispera li ma nerġgħux lura fix-xibka prottettiva.", "Jispera kemm irid, imma għalfejn jaħseb li għandna nerġgħu mmorru lura fix-xibka prottettiva?", "Mela bilfors irridu nipproġettaw l-immaġini li għax kien hemm bidla fil- gvern issa f'daqqa waħda se jdur kollox rasu 'l isfel?", "Dak li kien miexi se jimxi.", "Il-liġi dwar l-insurance sar ħafna xogħol fuqha; m'hijiex liġi politika u peress li għad fadal ftit żmien ieħor sakemm tersaq hawnhekk jien tlabthom biex jagħtuha daqqa t'għajn oħra teknika ħalli mbagħad tkun waħda mill-ewwel li nressqu fil-programm leġislattiv tal-Gvern tagħna.", "Jien għalija, ippreparaha min ippreparaha, tibqa' leġislazzjoni għall- pajjiż.", "Mela l-leġislazzjoni ssir għall-partit li jkun fil-gvern?", "Imbagħad partikolarment f'dan il-qasam!", "Jien jidhirli li dwar din sar anke l-First Reading - forsi hawnhekk tista' tiggwidani s-Sedja; għalkemm ma tantx naħseb li tista' tiggwidani għaliex m'għandhiex lill-Iskrivan maġenbha - biex inkunu nistgħu nfittxu nagħmluha kmieni kemm jista' jkun, fil-kontest ta' dak li jrid isir, ħalli nimxu 'l quddiem anke f'dan il- qasam.", "Staqsa dwar it-tax revenue unit li kien inħoloq fil-ministeru, li jinkludi l-Finanzi, biex jistabbilixxi l-commercial chain tal-VAT u dawn l- affairjiet.", "It-tax revenue unit - u l-ex-Ministru jaf - kien għadu kemm inħoloq u jrid isir ħafna iżjed xogħol fil-ministeru, kif irid isir dejjem, anke meta nispiċċa jien.", "Ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li meta nispiċċa jien se nħalli warajja ministeru perfett!", "L-amministrazzjoni hija ħaġa dinamika fis-sens li dejjem trid titbiddel, bħal xmara li dejjem għaddejja, daqqa jkun fiha l-ħmieġ, daqqa jkun fiha r-rapids u daqqa jkun fiha l-waterfalls.", "Jiena ma se nħalli ebda ministeru perfett warajja imma nħalli ċertu tibdil li jsir għax ikun iż-żmien li jsir dak it-tibdil.", "It-tibdil li pprova jagħmel l-Onor.", "Dalli ma kienx hemm nies biżżejjed biex jinħadem; ġew appuntati tlieta min-nies imma ma kienx hemm spazju biżżejjed fejn setgħu jaħdmu - it-tlieta huma nies li għandhom il-qalb u għandhom l-abbilta' - biex isir l-inforzar li wieħed jixtieq li jsib.", "Issa wieħed jipprova li b'ristrutturar tad-dipartiment, b'iżjed enmeshing, u billi anke ċertu xogħol jiġi mgħoddi fejn jista' jagħmlu ħaddieħor inkunu nistgħu nagħmlu dak li nbeda u nagħmluh b'mod aħjar.", "Semma li jixtieq li ssir liġi kontra l-użura fl-istess waqt li nneħħu s- ceiling ta' 8% u qal li ma laħaqx għamilha hu.", "Ma niskantax li ma laħaqx għamilha hu għax ma tistax tagħmel kollox u min jaħseb li se jilħaq jagħmel kollox hu ...", "Anke Alla ħalaq id-dinja u għamel il-kmandamenti u mbagħad irrevedihom daqsxejn waħda, għax meta Mose' kissirhom, reġa' tela' fuq il- muntanja u reġa' kitibhomlu.", "Aħseb u ara l-bniedem x'jagħmel u ma jagħmilx!", "Jiġifieri dawk huma affarijiet li rridu nħarsu lejhom iżjed 'il quddiem.", "Tajjeb li wieħed iħares lejn l-attitudni meta niġu għall-famuż żbilanċ, id-deficit, jiġifieri l-iżbilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ tal-Gvern.", "Dan qed jgħidulu \"ħofra\"; ma nafx jekk din ħriġniex biha aħna jew huma.", "Imma għalfejn toqgħod tgħidlu bil-\"ħofra\" lill-poplu?", "Il-ħofra f'xi bajja qiegħda.", "L-ewwelnett trid tittratta lill-poplu bis-serjeta', trid tittrattah bħala adult, bħala xi ħadd li jifhmek jekk inti tfiehmu.", "Meta tgħid \"jifhmek jekk inti tfiehmu\" mhux qed ngħidha paternalistikament imma li bis-serjeta' għandek tfiehmu lill-poplu.", "Per eżempju, għaliex tiġu titfgħu d-dubju kif tefa' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mar-radd tas-salib, ġimgħa jew ħmistax wara l-elezzjoni u għalkemm jien weġibtu, illejla l- Onor. John Dalli reġa' tennieha.", "Dawn jibqgħu jgħidu li kienet qed issir riforma fil-mod kif tinġabar l-income tax, konna mexjin mill-PAYE għas- sistema tal-Final Settlement System, l-FSS.", "Din ma setgħetx tiġi implimentata.", "Diġa' spjegajt u ħriġt press release personali - spreadsheets personalment ma nagħmilx għax m'iniex kapaċi, kif inhu kapaċi l-Onor.", "John Dalli, imma press release personali kapaċi nagħmilha - biex nispjega eżatt għaliex ma stajniex inkomplu nimplimentaw is-sistema mill-1 ta' Jannar.", "U ħriġtha b'mod diplomatiku.", "Għaliex għalfejn għandi nkun politiku u noqgħod nippolemiċizza anke meta noħroġ press release?", "Imma mbagħad jekk tridu li nippolemiċizzaw, nippolemiċizzaw!", "Is-sistema ma setgħetx issir għax ma kenitx lesta, għax telgħu karti l-ministeru stess u ma ġewx cleared u marru lura biex id-dipartiment ikun jista' jmexxi.", "U tifhem għaliex.", "Mela fl-elezzjoni ma kienx hemm ċertu ġġammjar f'diversi affarijiet!", "Iċ-Ċivil kien qiegħed jaħdem, imma n-nies politiċi fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra kienu mħabbtin b'ċerti affarijiet.", "Anke jien, li ma tantx naħdem politikament, kont imħabbat għax kont qed inħabbat il-bibien u ħaddieħor kien imħabbat jagħmel attivitajiet u affarijiet oħra.", "Imma l- punt hu li d-dipartiment ma kellux ix-xogħol lest u ma kellux ix-xogħol lest f'diversi oqsma.", "Id-dipartiment kellu issues ta' policy li ma setax isolvihom hu imma ried isolvihomlu l-amministratur politiku u kien hemm issues li ma kenux riżolti.", "Kien hemm affarijiet fl-Income Tax Act u fir- regolamenti dwar il-PAYE li ħtieġu bidliet li fil-fatt lanqas biss kienu għadhom ġew drafted.", "Nista' nsemmi raġunijiet oħra bħal, per eżempju, is- sistema tal-computers li kienet għadha m'hijiex żviluppata u l-fatt li ftit li xejn kien sar xogħol fuq l-infrastruttura ta' l-Inland Revenue Department bħal xiri ta' computer terminals, training ta' staff u affarijiet bħal dawn.", "U allura d-dipartiment ma setax jipproċedi.", "Il- parir li ngħatajt jien - parir tekniku u onest mhux parir politiku; il- politika qatt ma daħlet - kien fejn qaluli: Sur Ministru ta' bħalissa - qed noħloq frażi ġdida; jien niddejjaq min isejjaħli \"Ministru\" imma fil- każ li xi ħadd irid isejjaħli hekk, jgħidli \"Ministru ta' bħalissa\" għaliex aħna kollha hekk irridu nkunu, \"ministri ta' bħalissa\" - is-sistema ma nistgħux nimplimentawha mill-1 ta' Jannar, inkella nqajmu rebus fil-pajjiż għaliex la aħna m'aħna ppreparati u lanqas l-employers, u għalhekk qed nirrikkmandaw li nipposponu.", "Allura rrid inkun miġnun biex ngħidilhom jibqgħu sejrin b'din is-sistema.", "Jekk kemm-il darba la l-employers u lanqas id-dipartiment m'huma ppreparati biex iħaddmu l-Final Settlement System jien irrid inkun miġnun biex ngħidilhom biex ikomplu.", "Miġnun naħseb li jien imma hemm limitu għall-ġenn, u l-limitu tal-ġenn tiegħi huwa li għallinqas ma nimponix dak il-ġenn fuq ħaddieħor.", "Allura jien għidtilhom: Kollox sew, nipposponuha, tidħol at the latest fl-1 ta' Jannar 1998 u jekk jista' jkun iddaħħluha qabel billi anke tibdew tintroduċu elementi minnha bis-sens, bil-loġika, ejja nagħmlu hekk.", "U qablu miegħi.", "Imma minkejja li spjegajt u minkejja li għamiltha ċara, l-Onor.", "Fenech Adami ħareġ jattakkani fil-beraħ u qal li l-ewwel ħaġa li għamilt jien kien li waqqaft ir-riforma ta' l-income tax.", "Jien ngħidlu \"grazzi\".", "Mela wara li minflok li ħriġt nitgħajjar u ngħid li din ir-riforma għadha nejja - u kienet għadha nejja; hemmhekk jidħol il-forn! - ħriġt nispjega, dan ħareġ jgħajjarni!", "Ma jimpurtax.", "Meta spjegajt mhux talli ma skużax ruħu, talli lanqas ammetta x'inhi l-verita'.", "U jiskuża ruħu miegħi?", "Jien min jien?", "Dan jgħid li l-poplu miġnun għax ma fehmux, se jiskuża ruħu miegħi?", "Jien m'iniex il-poplu!", "Imma mhux talli hekk, talli lanqas ammetta l- verita'.", "Daqstant ir-rispett għall-verita'!", "U mhux hekk biss, talli anke l-Onor.", "John Dalli, b'sorpriża għalija, illum jiġi jsemmiha hawnhekk!", "Issa se nerġa' niġi għall-miżuri u ż-żidiet f'ċerti prezzijiet li ħabbart fil-Budget u li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mill-ewwel kien ikkastigani għalihom fis-sens li attakka b'mod iebes ħafna - dażgur li mhux se jfaħħar dan! - kif attakkaw anke b'mod iebes illejla l-Onor.", "Dalli u b'mod iżjed iebes saħansitra l-Onor.", "Josef Bonnici.", "Għall-Onor.", "Josef Bonniċi l-ħajja hija sempliċi ħafna.", "Kważi ngħir għalih jiena.", "Dejjem hu għandu raġun, m'hemm assolutament l-ebda dubju.", "Min hu dak il-qaddis li kultant jiddubita?", "Iva, San Tumas, imma l-Onor.", "Josef Bonnici lanqas biss jaf li jeżisti San Tumas u jekk kemm-il darba jmurlu San Tumas u jgħidlu: \"Urini x'hemm fil-pali ta' jdejk\", dan jirrispondih billi jgħidlu: \"Tistaqsix lili, sieħbi, għax lili ħadd m'hu se jsallabni bid-dubju, jien ma nissallabx bid-dubju għax jien ċert\"!", "Aħna għamilna xi taxxi għax sibna żbilanċ tal-miżerikordji li skandalizza anke lill-IMF, Professur Bonnici, jekk trid tkun taf - jekk ma skandalizzahomx, għax forsi din hija kelma iebsa, ħasadhom - żbilanċ ta' 12% tal-gross domestic product tagħna.", "Inti ekonomista u tifhimha iżjed minn ħaddieħor din; mhux 3% kif kienet il-mira għall-Ewropa, imma 12%.", "Issa għaliex intlaħaq dan il-livell, jekk jibqax hekk sena wara sena u l-fatt li kien hemm ċertu nfiq li m'għandux x'jaqsam ma' l-iżbilanċ - il-public debt m'għandhiex x'taqsam ma' l-iżbilanċ, imma tikkontribwixxi għaliha - dik hija ħaġa oħra, imma l-iżbilanċ hu ta' 12% u qabel kien qiegħed ikun moħbi, \"masked\" hija l-kelma bl-Ingliż, imlibbes maskla, kellu paraventu fuqu.", "Allura meta għandek żbilanċ bħal dak ma teħux miżuri?", "U jien ipperswadejt lill-Gvern tiegħi li nagħmlu dawk il- miżuri u l-esperti barranin qalulna li qisna ma għamilna xejn għax ma kenux biżżejjed.", "Jiġifieri jien poġġejt lili nnifsi f'din il-pożizzjoni xejn sabiħa u żgur li mhux se jagħmluli statwi għal daqshekk meta jitkellmu dwari.", "Lill-politiċi ma tantx jagħmlulhom statwi, imma fil-każ tiegħi naħseb li meta jkunu se jnaddfu lil San Bastjan - nerġa' niġi għal San Bastjan - forsi jpoġġu lili hemmhekk u jgħidu: \"Ħalli nisparawlu ftit ieħor għax ħaqqu erba' vleġeġ dan.\".", "Għax għamilt dawk il-miżuri jiġu hawnhekk u jgħidu: X'għarukaża!", "L-Onor.", "Fenech Adami fir-risposta għall- budget speech qal li jrid ikollok l-ardir - uża l-kelma \"ardir\" - biex tgħid li se tbaxxi l-ħajja u tgħolli l-petrol.", "Ara x'ardir irid ikollok biex inti tersaq u tieħu l-miżuri li għandu bżonn il-pajjiż!", "Ara x'ardir irid ikollok biex tersaq fil-Parlament u tagħmel pass ċkejken - pass ċkejken, mhux xi pass brillanti għax it-taxxi kulħadd jaf jgħollihom; mhux dawk is-soluzzjoni, is-soluzzjoni mbagħad nitkellmu fuqha - meta taf li mhux talli ħadd m'hu se jċapċaplek talli sħabi stess qagħdu jitkellmu warajja dak inhar.", "Imma għallinqas qagħdu jitkellmu biss, ma qabdux xi żarbuna u tawni daqqa fuq rasi biha talli mar-radd tas-salib bdejna b'din il-manjiera!", "L-Onor.", "Fenech Adami qal li jrid ikollok l-\"ardir\" biex tersaq u tagħmel dawn it-taxxi.", "Illum wara xahar jersaq l-Onor.", "Josef Bonnici u għal darb'oħra huwa ċert - addio San Tumas - li għamilt ħażin, jgħajjarni - mhux jgħajjarni, għax personalment mhux se jgħajjarni imma jattakka dak li għamilt ħażin - li għamilt government induced cost għax għollejt il-petrol!", "Id-dinja ma bdietx meta tlajna aħna fil-gvern!", "Darba min-naħa Laburista xi ħadd qal li x-xemx telgħet meta tlajna aħna fil- gvern.", "Le, ix-xemx ilha titla' u tinżel mill-ħolqien, u daqskemm hemm xmux fl-univers, daqshekk ieħor hemm gvernijiet!", "Mhux se noqgħod insemmihom kollha, jien infakkru biss li fl-1989 kien hemm żieda fid-dazju tad-Dwana fuq il-motor vehicles, fuq l-inbejjed, fuq l-ispirti, fuq is-sigaretti u fuq it-tabakk.", "Fl-1990 kien hemm żieda fil-customs duty fuq il-petrol u fuq id-diesel, li ma kenitx żieda żgħira lanqas, għax il-gvern tal-ġurnata dak iż-żmien daħħal Lm2.4 miljun minnha.", "Forsi mn'Alla għamilha għax kieku d-deficit li sibna din is-sena kien ikun ikbar minn hekk.", "Mela meta nattakkaw lil xulxin, waqt li bħala politiċi nikkritikaw lil xulxin u ma tantx nikkumplimentaw lil xulxin - dak nagħmluh privatament meta nkunu ħbieb u ma jkollniex is-saħna li jkollna hawn ġew - xorta waħda rridu noqogħdu attenti kif nikkritikaw lil xulxin fuq bażi li nkunu kredibbli u which stands up, u li ħaddieħor, imqar jekk hu student fl- Universita', undergraduate - mhux professur jew gradwat, biċċa gradwat bħali għax jien biċċa gradwat; kulma għandi hu degree wieħed u m'għandix Ph.D. u dawn l-affarijiet kollha - jgħid: X'inhi din is-sistema, gvern wieħed biss iżid it-taxxi; il-gvern l-ieħor qatt ma żied taxxi?", "Irridu nkunu ftit serji.", "Meta gvern iżid it-taxxi, l-oppożizzjoni se tikkritikah.", "Dik hija parti mir-realta' tal-ħajja.", "Imma mbagħad trid tikkritikah fil- kontest tar-realta' tal-ħajja.", "Kien hemm bżonn iżidhom it-taxxi?", "Il- partit tiegħek meta kien fil-gvern, żied taxxi?", "Żied l-istess taxxi?", "U għat-tliet mistoqsijiet, it-tweġiba hija \"iva\".", "Wieħed għandu jemfasizza dawn l-affarijiet.", "Jiena nemfasizza li meta wieħed ma jagħmilx dan il-punt b'mod ċar, ikun qed ikun politikament diżonest.", "Meta wieħed ma jgħidx lill- poplu b'mod ċar x'inhi l-qagħda, ukoll ikun diżonest mal-poplu.", "Il-partit tiegħi, il-Gvern li jien nagħmel parti minnu, jiena bħala Ministru ta' bħalissa - ma rridx ninsiha din - ħass li għandna nkomplu kif konna mexjin fil-kampanja elettorali, jiġifieri serji, onesti u nitkellmu ċar.", "Il-poplu fl-aħħar mill-aħħar igerger u jippretendi iżjed, imma s-serjeta' u ċ- ċarezza jifhimhom.", "Jekk kemm-il darba tersaq lejh id-diżonesta', il-poplu mhux talli ma jifhimhiex talli jagħtik d-deċmi li jkun jixraqlek.", "X'inhi s-serjeta'?", "X'inhi l-qagħda?", "Il-qagħda hija li l-ispiża tal- Gvern - kif kien jgħid kemm-il darba l-Onor.", "Dalli - hija kbira.", "Il-Gvern f'Malta huwa kbir wisq u jakkonta għal 52% ta' l-attivita' diretta fil- pajjiż.", "Meta tieħu dak li jissejjaħ il-multiplier effect - jekk tikkonvertiha għal kliem il-poplu tiġi l-karambola ta' l-attivita' - issib li Malta tiddependi fuq l-infiq tal-Gvern - u hawnhekk naħseb li jekk irid jagħmel l-eżerċizzju l-Onor.", "Bonnici jista' jagħmlu - għal bejn żewġ terzi u tliet kwarti ta' l-attivita' tagħha.", "Ħalli ngħidu żewġ terzi u ma mmorrux għal tliet kwarti.", "Imma din hija l-problema tal-pajjiż.", "Dan huwa fejn irridu nibdew nindirizzaw gradatament.", "U trid tindirizza dawn l- affarijiet bis-serjeta' u tgħid: Hemm żbilanċ li rrid ngħix miegħu għal numru ta' snin imma rrid naħdem bis-serjeta' biex inċekken dak l-iżbilanc.", "Ara jiena fil-Budget Speech identifikajt dawk il-miżuri li jagħtu dħul lill-Gvern darba biss, u semmejthom apposta.", "Hemm il-loan ta' Lm20 miljun li se nagħmlu biex jiġi rifinanzjat parti mid-dejn tat-Tarzna, biex din tkun tista' tħallas in-national insurance, il-PAYE u xi ħlas ieħor ta' kirjiet li għandha tagħti lill-Gvern.", "Din hi meħtieġa; kien qed jaħsibha l- gvern ta' qabel, ġiet rakkommandata lili u ddeċidejt li nagħmluha allavolja forsi psikoloġikament it-timing ma kienx tajjeb.", "Ħassejna li għandna nagħmluha partikolarment minħabba l-ħaddiema li qegħdin ibatu għax il-PAYE tagħhom ma ġietx mgħoddija lill-Gvern kif suppost.", "U jien kont kritiku tal-fatt li dan ma sarx.", "Imma, nerġa' ngħid, jiena identifikajt liema huwa dak id-dħul li se jkollu l-Gvern din id-darba imma li m'huwiex ripetibbli.", "Għaliex ikkwantifikajtu dan?", "Għaliex irrid li l- qagħda tkun ċara għal kulħadd u għaliex nixtieq li jekk għandna sitwazzjoni li tenħtieġ tiġi indirizzata bil-galbu, mingħajr ma naqtgħu qalbna, mingħajr ma noqogħdu ngħidu li hawn l-inċertezzi u mingħajr ma noqogħdu nitwerwru, allura nindirizzawha.", "Jekk aħna, bħala politiċi, ma nagħmlux dawn l-affarijiet ikun jistħoqqilna li nkunu hawnhekk f'dan il-Parlament?", "Aħna m'aħna xejn; aħna rappreżentanti tal-poplu.", "Austin Gatt qiegħed faċċata tiegħi u jiena, Lino Spiteri, qiegħed hawnhekk; it-tnejn qegħdin nirrappreżentaw lill-poplu.", "Mhux l-istess poplu huwa dan?", "Issa billi parti minnu hija Nazzjonalista u parti minnu hija Laburista, jekk kemm-il darba tagħmel ix-xita mhux fuq it- tnejn tinżel?", "U jekk kemm-il darba jkun hemm in-nixfa mhux fuq it-tnejn tinżel?", "Jekk kemm-il darba jkun hawn il-feel good factor fil-pajjiż u b'mod li verament tħoss li tista' tgħid li inti tajjeb - jekk ma nibdewx niddiskriminaw kontra xulxin fl-impjiegi; imma apparti dik, jien qed nitkellem fuq bażi nazzjonali - mhux it-tnejn ikunu tajbin?", "Jekk kemm-il darba jkun hawn it-tbatija mhux it-tnejn iġorruha?", "Allura bħala politiċi aħna m'aħna xejn; aħna rappreżentanti tal-poplu u meta niġbru u nonfqu l- flus inkunu qed niġbru u nonfqu flus il-poplu, mill-poplu għall-poplu.", "Mela ejja ngħiduhom l-affarijiet!", "Ejja ngħidu s-sitwazzjoni kif inhi!", "Lill-poplu għandna ngħidulu li mingħandna għandu jippretendi li l-flus tiegħu - kif qalli wieħed minn tal-constituted bodies din il-ġimgħa stess - nieħdu ħsiebhom tajjeb u nonfquhom tajjeb imma fl-istess ħin irid jifhem li jekk mingħandna jippretendi dak li jissejjaħ value for money - effiċjenza, ekonomija u nfiq b'mod effettiv - in-naħa l-oħra tal-munita hi li hu jrid iħallas it-taxxi tiegħu u jrid jagħmel ix-xogħol tiegħu.", "Fejn jidħlu taxxi l-poplu jrid jara li jkun hemm il-moralita' fiskali u allura jrid iħallas dak li għandu jħallas, min jaħdem mal-Gvern jew mat-Tarzna jrid jara li jagħti l-ġurnata xogħol tiegħu.", "U għaliex dan?", "Għaliex meta tagħti l-ġurnata xogħol tiegħek ma tkunx qed tagħtiha lill-Gvern Laburista jew lill-Gvern Nazzjonalista imma tkun qed tagħtiha lill-poplu.", "U jekk lill-poplu ma ngħidulux dawn l-affarijiet mhux veru nkunu qegħdin inkunu onesti miegħu, mhux veru nkunu qegħdin nibżgħu mid-diżonesta'.", "U f'dan il- Parlament m'hawnx biża' mid-diżonesta' politika.", "L-Oppożizzjoni m'hijiex qiegħda turi li tibża' mid-diżonesta' politika.", "L-Oppożizzjoni qaltilna li aħna qed ninqdew bir-rapporti biex ikollna skuża ħalli nżidu t-taxxi.", "Jidhirli li l-Onor.", "Fenech Adami kien qal dan fit-tweġiba tiegħu għad-Diskors tal-Budget.", "Imma, skużi, għal darba oħra din hija attitudni tal-ġenn.", "Dan bis-serjeta' ngħiduh?", "Issemmew ħafna affarijiet hawnhekk; fran, nej, mirakli ...", "Ħaġa waħda ma ssemmietx hawnhekk fost affarijiet oħra.", "Ma ssemmiex, per eżempju, li l-Onor.", "Fenech Adami kien ilu jaf minn Lulju x'kienet il-qagħda finanzjarja.", "L-Onor.", "Dalli qed isemmi l-pronostiku li għamel f'Awissu.", "Ejja nkunu iżjed serji ma' xulxin ħalli iżjed niftiehmu, ħalli l-poplu jibni iżjed fiduċja fil- politiku minflok lil jibda jitfagħna kollha fl-istess keffa u ma jemminx iżjed fil-politika għaliex hemmhekk imbagħad tiġi mhedda d-demokrazija.", "Jekk kemm-il darba kien l-Onor.", "John Dalli stess li ppreżenta memorandum lill-Kabinett, lill-Prim Ministru tiegħu - issa x'għamel bih hija ħaġa oħra - kien qed jagħmel l-obbligu tiegħu.", "Jiena rrid ngħid hawnhekk pubblikament li huwa għamel l-obbligu tiegħu meta qallu: L-istaff tiegħi, li xi darba se nirringrazzjahom talli jkunu ħadmuli tajjeb - u sewwa għamel l-Onor.", "Dalli li rringrazzjahom - qegħdin jgħiduli li l-kotba tagħhom, il- computers tagħhom u l-isforzi tagħhom jgħidulhom li din hija s-sitwazzjoni.", "Dak sar f'Lulju ta' l-1996, anzi naħseb li qabel imma resaq bil-miktub f'Lulju.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Kien diġa' jidher li kien se jkun hemm shortfall massiċċ fil-VAT, illi wara kollox l-istima ta' Lm110 miljun ma kenitx waħda pprovduta mid-Dipartiment tal-VAT.", "Imma, kienet x'kienet, kien hemm shortfall massiċċ fil-VAT u fir-revenue.", "Il-Ministru Dalli qal b'dan lill-Prim Ministru tiegħu u tah memorandum li għandi kopja tiegħu imma mhux se noqgħod inġibu hawnhekk għax qed temmnuni.", "Kieku mhux qed ngħid il-verita' tiċċalinġjawni biex inġibu hawn.", "Dan il-memorandum flok tqassam lill-Kabinett, ħalli l-Kabinett kollu jkun jaf x'inhi l-qagħda, il- Prim Ministru għażel illi jżommu għalih u għal erbgħa min-nies - mhux biex jaħbi - li kienu f'xi kumitat strateġiku jew ma nafx x'kien jissejjaħ.", "Flok li l-Prim Ministru qal lill-membri kollha tal-Kabinett li għandna sitwazzjoni li kollha kemm huma kellhom ikunu jafu biha ħalli kollha kemm huma joqogħdu attenti fl-infiq għax jekk jistgħu jiffrankaw imqar Lm100 għallinqas ikunu qed itaffu xi ftit, żamm dan il-memorandum internament.", "Imbagħad jiġi jgħajjarna - u llejla smajna l-istess diskors - illi aħna qegħdin infittxu skuża biex inkunu nistgħu ngħollu t-taxxi.", "Imma dawn l- affarijiet bis-serjeta' jingħadu?!", "Din hija politika tas-serjeta'?", "Din hija l-politika li jistħoqqlu l-poplu Malti?", "Li ma naqblux iva, imma b'dan il-mod irridu nittrattawh lill-poplu Malti?", "U jiena ngħid li mhux b'dan il- mod għandna nittrattawh għax inkella jiddisprezzana.", "Ir-realta' hija illi ilna s-snin bi żbilanċ li kien qiegħed ikun moħbi.", "L-Onor.", "Fenech Adami qal li din tal-\"ħofra\" hija ħrafa - u llum erġajna smajnieha - għax dan l- iżbilanċ qed jidher għax hemm inqas dħul milli kienu qegħdin ibassru.", "Daqskemm tista' tbassar affarijiet!", "Forecasting hija l-eħfef ħaġa.", "Il- profeti li ma jkunux foloz huma daqsxejn rari.", "Ir-realta' kienet illi ma kien xejn minn dak li ssemma mill-kelliema Nazzjonalisti u minn dak li ntqal hawnhekk illejla.", "Illejla smajna li n-nuqqas ta' dħul kien għax, per eżempju, kien hemm Lm15 miljun mid-dħul mixxellanju li ma daħalx.", "Le, mhux għalhekk, dawn ma setgħux jidħlu.", "Intqal ukoll li għax inbidlet il-policy meta nbidel il-Gvern.", "Le, mhux veru.", "Ma kienx hemm ċans.", "Intom ridtu tbigħu x-shares, ridtu tbigħu l-White Rocks u kien wasal Ottubru u ma kontu għamiltu xejn.", "Anke kieku l-Gvern ried ibigħhom ma kienx possibbli illi jinbiegħu.", "Billi tbigħ ix-shares, il-White Rocks u l-assets ma tkunx qed issolvi l-problema.", "Tkun qed ittaffi l-problema temporanjament, imma mhux issolvi l-problema strutturali.", "Issa hawnhekk irridu nkunu tekniċi.", "Problema strutturali hija mhux meta nzappap imma meta saqajja jkunu telqu kompletament.", "Dik tkun problema strutturali.", "Meta nzappap nirranġa.", "Ara jiena għandi problema strutturali bħala bniedem u ma nistax insewwiha għax m'hijiex problema temporanja.", "Hemm tkun problema strutturali; mhux inzappap qiegħed u allura rrid nara x'se nagħmel dwarha.", "U billi taqbad u tbigħ shares u ċerti assets ma tkunx qed issolviha imma ttaffiha.", "Forsi hemm l-argument li b'hekk lil dawk l-intrapriżi tagħmilhom iktar effiċjenti, imma dak huwa argument ieħor.", "Dak huwa l-argument ta' l- effiċjenza u mhux l-argument fiskali illi permezz ta' hekk se tkun solvejt xi ħaġa.", "U tista' tibqa' sejjer hekk għax dak li qal l-Onor.", "John Dalli llejla hawnhekk diġa' qalu fuq ir-radju fil-15 ta' Jannar u mbagħad irrapportatu l-gazzetta tagħhom fejn kien irrapportat li qal li huma kellhom stampa differenti u setgħu ġabru Lm20 miljun oħra.", "Imma, f'ġieħ il- Bambin, din għidtha xahar ilu u llum erġajt għidt l-istess ħaġa.", "Le, nerġa' ngħidlek, in-nies li rringrazzjajt u faħħart inti - u sewwa għamilt - qegħdin jitbażwru biex jipprovaw jiġbru.", "Inzertajna telgħin it-taraġ u flok għidna \"saħħa\" lil xulxin, fuq hekk bdejna nitkellmu.", "Ġieli jkunu d- dar morda jew bil-leave u trid toqgħod tiksrilhom għajnhom iċċemplilhom u tgħidilhom: \"Spjegawli daqsxejn \"din\"\" jew \"arawli naqra l-oħra\".", "M'huwiex il-każ li qed issir pressjoni.", "Għalfejn noqogħdu ngħidu illi din il- \"ħofra\" li hemm - ħalli ngħidilha \"ħofra\" jien ukoll - hija xi ħaġa li qegħdin nivvintawha?", "Aħna mġienen?!", "Bħala politiċi mġienen u se noqogħdu nivvintaw il-problemi għalina nfusna?", "Aħna ma nafux li għax għidna l- verita' dwar xi żbilanċ għandu l-Gvern, fil-pajjiż kien hawn min daħħal qrunu daqsxejn 'il ġewwa?", "Imbagħad intom komplejtu għaxxaqtu l-biegħa għax għidtu li se ngħollu t-taxxi u wħud min-nies bdew jibżgħu u daħħlu qrunhom naqra iżjed 'il ġewwa.", "F'sens tajjeb qed ngħid \"qrunhom\", jiġifieri metaforikament.", "Ara mbagħad meta raw li m'għollejniex it-taxxi, ma daħħalniex dazji esaġerati, m'għollejniex ir-rati ta' l-income tax u ma qgħadniex nistennew min jgħidilna \"grazzi\", kif sarkastikament qal l-Onor.", "John Dalli llejla, il-poplu beda jieħu n-nifs u qed jerġa' jibda jagħmel dak li għandu jagħmel.", "Billi jfaddal daqsxejn iżjed milli kien ifaddal qabel ma fiha xejn ħażin għax kien hawn konsum żejjed u inti stess kont qed tipprova trażżnu, Onorevoli John Dalli.", "Imma m'għandniex noqogħdu naqtgħu qalb il-poplu bil-manjiera li għamiltu intom.", "U għamlu ħażin u jagħmlu ħażin meta jerġgħu lura għat-tattika tagħhom illi lill-poplu joqogħdu jbeżżgħuh u jagħmlu ħsara lil Malta.", "Għax meta tagħmel ħsara lil Malta tkun qed tagħmel - nerġa' ngħid - ħsara lill-poplu kollu.", "Biex nitkellmu bis-serjeta' għandna nikkwotaw lil xulxin f'sens tajjeb.", "U jien nerġa' nikkwota u nerġa' nsemmi d-diżonesta' li niġu kkritikati għall-mod kif qed nimxu.", "L-Onor.", "John Dalli stess bħala Ministru tal-Finanzi pprova jagħmel xi ħaġa serja - u jiena stess ngħidlu li pprova jagħmel xi ħaġa serja u mhux xi ħaġa ħażina - meta għamel memorandum lill-Kabinett fejn qalilhom: Isma', għandna settur pubbliku li qed jikber u għandna ħafna korporazzjonijiet - irdoppjaw dawn il-korporazzjonijiet - u kulħadd qed jonfoq għal rasu; dan mhux sewwa għax irid ikun hemm kordinament.", "Dan qisek missier u għandek sitt itfal, kulħadd imur jonfoq mill-istess but tal-familja u mhux qed isiru l-kontijiet.", "Anke jekk tkun familja sinjura trid tkun taf x'qed toħroġ, aħseb u ara meta m'hijiex waħda sinjura.", "L-Onor.", "John Dalli uża l- expertise tiegħu u għamel rapport lill-Kabinett fejn għamlilhom return tajjeb, għax huwa accountant tajjeb, u qalilhom: Kulma nixtiequ huwa li darba fix-xahar dawn il-korporazzjonijiet jibdew jibagħtu return lill- Ministeru tal-Finanzi ħalli l-Ministru tal-Finanzi janalizzah, jgħaqqad kollox flimkien u nkunu nafu fejn qegħdin.Veru dan jew mhux veru?", "Veru.", "X'ġara fil-Kabinett?", "Il-Kabinett m'aċċettax.", "U jiena skandalizzajt ruħi meta l-ex-Prim Ministru mar fuq id-difiża u ħareġ bl-attakk.", "Dan huwa l- istil tiegħu l-ex-Prim Ministru.", "Wara t-telfa sar iżjed aħrax, inbidel u mmetamorfosizza f'xi ħadd li bilkemm għadni nagħrfu; nirrispettah personalment u nibqa' nirrispettah.", "Imma nbidel f'xi ħadd aħrax u ħareġ fuq l-attakk u qal: Iva, jien stess kont kontra illi jgħaddi dak il-memorandum għax b'hekk inkunu qed innaqqsu mid-deċentralizzazzjoni - kemm hi twila din il-kelma - jiġifieri milli nnaqqsu l-affarijiet miċ-ċentru tal-Gvern għax l- Unjoni Ewropea, liema Unjoni riedu jidħlu fiha, hekk temmen.", "Din sa ċertu punt hija ħaġa tajba.", "Imma m'hix ħaġa tajba meta titlef il-kontroll kollu ta' dak li qed isir.", "Għalhekk l-Onor.", "Dalli ħa l-pass serju - żgur li mhux se ngħid li ma kienx serju - illi ppropona dan il-memorandum.", "Imbagħad il- Prim Ministru tiegħu jammetti illi hu stess fil-Kabinett, flok appoġġjah kien kontra.", "Huwa veru li dak iż-żmien il-Prim Ministru ppropona miżuri oħra, imma l-Onor.", "Dalli mhux dak li ried.", "Huwa ried id-dixxiplina, imma l- Prim Ministru tiegħu ma tahielux id-dixxiplina.", "Imbagħad illum jiġi jattakka lilna - qed ngħid għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni - għax nitkellmu dwar l-iżbilanċ li sibna.", "Jekk kemm-il darba inti kellek ir-rapport u r- rakkommandazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi tiegħek stess u inti ma appoġġjajtux, kif jista' jkollok id-dixxiplina?!", "Li jiskantani hu kif il- Kap ta' l-Oppożizzjoni politikament ma jistħix jgħid ħaġa bħal din u kif l- Onor. Dalli dak inhar ma rriżenjax!", "U hawn irrid niddikjara li kieku ħaġa bħal din kellha tiġri lili lanqas tliet minuti ma ndum biex nitlaq 'il barra.", "Mhux b'suppervja imma b'irġulija.", "M'iniex ngħid li l-Onor.", "Dalli m'huwiex raġel għax dak inhar kien hemm ċiskostanzi differenti.", "Kulħadd ikollu ċ-ċirkostanzi tiegħu u l-għażliet tiegħu x'jagħmel.", "Imma meta l- Ministru tal-Finanzi, il-bniedem li qalilna kien li jieħu l-inkarigu li jagħmel ċertu xogħol fuq il-computer tiegħu biex iżomm l-audit trail u biex jara li tidħol it-taxxa li għandha tidħol, ippropona miżuri lill- Kabinett kollettivament, f'ċirkostanzi prekarji ta' żbilanċ dejjem qiegħed jikber, u dawn ir-rakkommandazzjonijiet il-Kabinett u l-Kabinett ma jaċċettahomlux, illum il-bniedem li kien responsabbli għaliex ma ġewx aċċettati dawk ir-rakkommandazzjonijiet jiġi jattakka lilna!", "Naqra iżjed serjeta'!", "Naqra iżjed onesta'!", "Lilna jattakka?!", "Dan flok ma jħabbat fuq sidru u jgħid \"mea culpa, mea culpa\" għax jien ġibtu f'li ġibtu lil dan il- pajjiż\"?", "Forsi kieku ħadt il-warning u tajt kas fil-ħin, forsi l-qagħda kienet tibda titranġa u r-riżultat ta' l-elezzjoni kien ikun differenti wkoll.", "Issa għalina ma kienx differenti u aħna qegħdin fil-gvern.", "Dan għamel ħsara lil pajjiżu u għamel ħsara lill-partit tiegħu, u llum ikollu l- ardir - issa trid tużaha l-kelma - li jattakka u jżeblaħ lilna; li jitkellem magħna bil-mod kif qed jitkellem u li jimxi b'dan il-mod negattiv!", "Qatt ma kien hawn oppożizzjoni negattiva bħal din!", "Qatt ma kien hawn!", "Jiena kont fl-oppożizzjoni fl-1962 u nista' ngħid li ma konniex negattivi.", "Dan l-aħħar għamilt disa' snin oħra fl-oppożizzjoni - għax il- parti politika ta' ħajti iżjed kienet fl-oppożizzjoni milli fil-gvern - u kkritikajna u attakkajna imma qatt b'dan il-mod negattiv.", "San imissu jħabbat fuq sidru u jgħid: It-tort huwa tiegħi u ara fiex ġibtu lil dan il- pajjiż.", "U ġabu f'li ġabu mhux mil-lum għal għada.", "Din il-biċċa tax- xogħol kienet ilha sejra, il-qagħda kienet ilha tiddeterjora.", "Jien se nagħti erba' figuri malajr għaliex il-ħin veru jtir; ħsibtni se ngħejja għaliex kelli ħafna ħin imma issa kulma baqa' 20 minuta.", "Fl-aħħar sena ta' Gvern Laburista, fl-1986, id-dejn pubbliku kien ta' kważi Lm63 miljun.", "Fis-sena li spiċċat, mingħajr ma tagħti kas l-iżbilanċ tas-sena li għaddiet li għad irid jiġi finanzjat, id-dejn pubbliku sploda għal Lm514 miljun.", "Mela kienet ilha sejra l-problema.", "Veru li t-Tarzna kkontribwiet għal dan għaliex hemm dejn fuqha ta' Lm100 miljun.", "Mela le, għandna nammettu li dik hija problema li rridu nattakkawha b'mod iżjed vigoruż u rridu naraw kif inċekknuha għaliex ma nafx kif nistgħu nsolvuha.", "Kellna sitwazzjoni fejn l-imgħax imħallas fuq il-public debt fl-1986 kien ta' 1.3%, waqt li s-sena li għaddiet tela' b'erba' darbiet u sar 4.1%.", "Issa jmissu jitkellem l-Onor.", "Josef Bonnici fuq l-ekonomija, mhux fuq il- forecasts u fuq l-istudji!", "Iva, isiru forecasts u studji għaliex dawn ukoll huma affarijiet meħtieġa u jiena nifhmu xi jrid jgħid - jien mhux qed ngħidlu li qiegħed jgħid il-ħmerijiet - imma rridu nħarsu wkoll lejn l- istampa kollha.", "Fl-1986 il-public debt burden bħala persentaġġ tal-gross domestic product - dawn kienu resqin lejn l-Unjoni Ewropea li suppost qiegħda tipprova tinżel lejn ċertu livell, u aħna hawn Malta telgħin lejn dak il-livell u iżjed se jkollna nitilgħu fis-sentejn li ġejjin minħabba l- qagħda li sibna; m'humiex se jsiru mirakli - kien ta' 13.6% u fl-1996, mingħajr ma tieħu into account id-deficit li writna li jrid jiġi finanzjat fis-sena li qegħdin fiha, tela' għal 48.6%.", "Mela kien ilu jaqbad in-nar, la qed nitkellmu fuq in-nej u l-maħruq.", "Mhux talli kien maħruq talli kien jaħraq ħafna u ma kenitx qed issir ħidma biżżejjed imqar ta' awareness, ta' consciousness - il-kelma li ssemmiet l-ewwel - tar-realiżmu li trid tkellem lill-poplu bih biex il-poplu jifhem fiex qegħdin.", "Ma rridux ngħidu dan biex inbeżżgħu lill-poplu imma biex nagħrfu li dan huwa pajjiżna, huwa tagħna lkoll, ta' min hu Laburist, Nazzjonalist, Alternattiva, ta' xi partit ieħor favur id-divorzju, kontra d-divorzju, jemmen jew ma jemminx, hu min hu.", "U rridu naraw x'inhu l-istat li jinsab fih dan il-pajjiż ħalli nipprovaw nirranġawh ftit.", "Imma minflok ġara hekk, kellna din il- fissazzjoni li d-deficit b'xi mod ma nuruhx minħabba l-Ewropa - li taparsi konna mexjin lejha biex nagħmlu dak kollu li tixtieq minna - u komplejna għaddejjin.", "Mr Chairman, ħalli issa mmur fuq punt li jvarja minn dan li qiegħed ngħid imma li ssorprendieni ħafna.", "Dan huwa punt li għamel l-Onor.", "Lawrence Gonzi - m'huwiex qiegħed hawnhekk, kont nippreferi li kieku qiegħed hawnhekk - fil-kritika tiegħu dwar il-Voti tas-social welfare.", "Hawnhekk irrid nagħmel prefazju u ngħid li jien għandi kull ammirazzjoni għall-Onor.", "Lawrence Gonzi u billi daħal fil-politika attiva - min jaf x'se jsir iżjed 'il quddiem - dik l-ammirazzjoni m'hijiex se tonqos.", "Anke jekk nikkritikah f'kontest ieħor fuq bażi politika, fuq bażi personali qatt ma se ngħid xejn kontrih.", "Jien lil ħadd ma nattakka personali, lanqas nirritalja kontra min jattakkani, aħseb u ara kemm se ngħid fuq min ħaqqu l-ammirazzjoni għal dak li jkun għamel fil-pajjiż.", "Imma ħalli naraw x'qal.", "Dan qal - u ssorprendieni u weġġagħni - li fis-social spending naqqasna l-flus għall- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Din hija kummissjoni li l- Onor. Gonzi mexxa għal tant snin b'daqstant unur, kummissjoni li lkoll irridulha l-ġid, kummissjoni li meta għamlitilna proposti aċċettajniehom mill-ewwel; ma tajnihiex xi eluf kbar ta' liri imma dak li talbitna tajniehulha.", "Imbagħad jiġi jaqbad dan il-punt mingħajr ma jmur jiċċekkja daqsxejn, meta għandu kull mezz kif jista' jiċċekkja; wara kollox, sa tliet xhur ilu hu kien imexxiha.", "U x'kienet ir-realta'?", "Ir-realta' kienet li din il-Kummissjoni talbet Lm195,000 u l-Finanzi, in-nies li rringrazzja l-Onor.", "Dalli talli kienu qegħdin jagħmlu xogħolhom, waqt li qatgħu minn kullimkien, lil din il-Kummissjonidaqskemm talbet tawha, ma naqqsulhiex sold.", "Allura tiġi tattakka u tagħmel plejtu fuq dan l-iktar punt sensittiv fejn għandna ningħaqdu ħalli lill-poplu nuruh li jekk il-politika tifridna f'kollox, hemm almenu qasam li qegħdin nikkollaboraw fuqu u nittrattawh oġġettivament?", "Se nsemmi punt ieħor.", "Fl-1996 il-Kummissjoni nefqet Lm148,413.", "Allura effettivament għas-sena li qegħdin fiha għandha allokati Lm50,000 iżjed milli nefqet is-sena l- oħra.", "Dawn l-affarijiet l-Onor Gonzi seta' ċċekkjahom.", "Mela jiġi jattakka fuq dawn l-affarijiet ukoll?", "Hekk se tkun il-politika ġdida?", "Jien nawgura lill-Partit Nazzjonalista li għall-programmi li għaddejjin bil-mod il-mod u li qegħdin jinħmew - hawnhekk mhux nejjin, jinħmew u nafu x'inhuma imma m'aħniex se noqogħdu nidħlu fihom illejla - biex ikun hemm tmexxija ġdida u nawgura li fil-fatt tkun tmexxija ġdida u vigoruża.", "Jien diġa' nista' nimmaġina kif se tkun imma ħalli ma noqogħdux nidħlu f'hekk bħalissa.", "Dan huwa l-istil li se taddotta, li anke fil-qasam tan-nies b'diżabilita' nagħmlu kapital politiku fejn m'għandux isir?", "Ara jekk aħna nonqsu f'dan il-qasam, hemmhekk imbagħad mhux ikkritikawna politikament, imma attakkawna, għajruna u żebilħuna għaliex veru nkunu abjetti.", "Imma meta qegħdin nipprovaw inkomplu x-xogħol tajjeb li nbeda ...", "Dan ilu s-snin sejjer; aħna bħala Partit Laburista niftaħru li bdejnieh aħna, il-Partit Nazzjonalista komplieh f'dawn l-aħħar disa' snin, u dan il-Gvern minkejja l- għafsa finanzjarja jrid ikomplih; m'hemmx il-miljuni imma jrid ikomplih.", "Allura fuq dan se noqogħdu nsibu d-differenzi?", "M'iniex se nkompli nitkellem fuqu fit-tul għaliex ikun hemm opportunitajiet oħra fejn inkunu nistgħu nagħmlu dan.", "Niġu issa għall-VAT.", "Illum smajna biċċa fit-tul mingħand l-Onor.", "Dalli, biċċa mhux daqstant fit-tul, għax ma kellux żmien - kieku kien jixxala ftit iżjed - mingħand l-Onor.", "Josef Bonnici - dan ċert f'kollox aħseb u ara fuq din kemm ikun ċert! - u konna smajna ħafna mingħand l-Onor.", "Fenech Adami meta wieġeb għad-Diskors tal-Budget.", "L-ewwel reazzjoni ta' l-Onor.", "Fenech Adami meta ħarġet il-White Paper fuq is-sistema l-ġdida ta' taxxa kienet li din hija l-istess bħall-VAT u ma tbiddel xejn; hemm il-fiscal register, hemm il-fiscal receipt u jridu jirreġistraw id-dħul, mela allura hija bħall- VAT, ma tbiddel xejn.", "Mela bi-ġirja, bla ma ddiġeriha u bla ma fehemha sewwa, qabad u qal \"din VAT\".", "Wara ftit bdiet iddur, il-bieraħ qrajna fil- gazzetti u llum smajna lill-Onor.", "Dalli hawnhekk jgħidilna li din m'hijiex VAT, din hija sistema li se żżid aktar it-tassazzjoni u l-evażjoni.", "Imma allura din x'inhi?", "Nejja, maħruqa, kelba, xadina, x'inhi?", "Tridu tiddeċiedu, għaliex inkella se tħawduh waħda sew lill-poplu.", "Il-poplu diġa' qiegħed tajjeb b'dawn il-politiċi kollha mas-saqajn, u jekk issa il- politiku stess, l-istess bniedem illum jgħid mod u għada jgħid ieħor, il- poplu li qed nirrappreżentaw aħna x'se jgħid?", "Mhux li ma naqblux bejnietna għaliex f'dak il-kontest il-poplu drana, daqqa jeħodna bis- serjeta' u daqqa jgħid \"u iva, dawn mhux dejjem hekk\".", "Il-poplu jagħżel lin-nies li jixtieq li jirrappreżentawh, imma f'ġieħ il-Bambin għandna nkunu konsistenti.", "Il-bieraħ qalu li żammejna s-sistema tal-VAT għaliex żammejna l-fiscal register, il-fiscal receipt, it-tax invoice u l-audit trail - ir-rabta minn kont għall-ieħor - u llum qed jgħidu li żammejna biċċiet minnhom.", "Illum l-Onor.", "Dalli qal li l-audit trail ma żammejniehx u l-bieraħ ma nafx x'mar jgħid l-Onor.", "Fenech Adami.", "Jidher ċar li tan-naħa l-oħra qed joħolqu konfużjoni sħiħa apposta għaliex ma jistax ikun li tkun daqstant ma tapprezzax l-affarijiet.", "L-Onor.", "Fenech Adami dam disa' snin prim ministru, rebaħ tliet maġġoranzi wara xulxin, anke fl-1981 - jien dejjem tajtu l-kredtu ta' dak li wettaq - u għalhekk m'huwiex xi iblah, l- affarijiet jafhom.", "Allura meta jgħid affarijiet daqshekk kontradittorji mhux bi żball ikun qed jgħidhom, ikun qed jgħidhom apposta.", "Dik hija diżonesta' politika u hemmhekk nattakka jiena u ngħid li m'aħniex inkunu sinċieri mal-poplu u m'aħniex nipprovaw nimxu miegħu kif għandna nimxu.", "Minflok ngħidu li b'din is-sistema l-ġdida li ħarġet, il-Gvern qiegħed iwettaq commitment li għamel fl-elezzjoni, mhux bħala commitment politiku biss imma għaliex f'Malta tagħna tista' tipprova ssib sistema li hija differenti minn dik li taddotta ċ-Ċina.", "U issa lil Malta maċ-Ċina se tiġi tikkomparaha?!", "Malta hija Malta, bit-tajjeb u bl-ikrah tagħna, bis- sabiħ li jfuħ u b'dak li jinten ukoll.", "Għandna, iva, ċerti affarijiet li rridu nirranġawhom.", "Il-VAT f'postijiet oħra taħdem imma fil-każ ta' Malta jista' jkollok sistema differenti minnha; tieħu dak li hemm tajjeb fiha imma tagħmel sistema għal kollox differenti.", "Dawn bilfors iridu jgħidu li din is-sistema se tgħolli l-ħajja.", "Minflok li lin-negozjant qegħdin jgħidulu biex jagħmel il-profitt xieraq li għandu jagħmel u jekk kien jaqla' Lm1 jibqa' jaqla' Lm1 imma ma jagħmilhiex Lm1.10 għax m'għandux għalfejn u minflok li lill-poplu qegħdin jgħidulu li qabel il-VAT fuq prodott importat kienet ta' 15% u sakemm jasal għandu dan kien ikun żdied bejn 23% u 25% - ma tistax tkun eżatt, jien ippreparat anke nieħu bejn 21% u 25% - qegħdin jgħidulu li bis-sistema l-ġdida l-ħajja bilfors se togħla.", "Minflok li lill-poplu qegħdin jgħidulu kemm se jiffranka f'taxxa minn fuq is-servizzi ...", "Nitkellmu fuq in-negozjanti biss, qisu l-poplu l-ewwel mhux bħala konsumatur trid tħares lejh.", "Il- poplu kollu, hu min hu, - kważi 400,000 ruħ - huwa konsumatur, u allura bħala tali għandna ngħidulu li se jkollu pakkett fejn ċerti prezzijiet se jibqgħu l-istess, oħrajn se jinżlu ftit u oħrajn forsi se jogħlew ftit - jekk kemm-il darba jkun hemm min ma jifhimx li m'għandux għalfejn jgħolli jew inkella forsi jkollu għalfejn jgħolli ftit - imma mbagħad għandu partita servizzi li qabel kien suppost qiegħed iħallas taxxa fuqhom u issa m'għandux taxxa xi jħallas fuqhom.", "Mela kollox ma' kollox il-poplu m'għandux ikun agħar milli hu, anzi għandu jkun aħjar.", "Mhux aħjar ngħidulu hekk lill-poplu, lill-konsumatur, ħalli jitgħallem jitlob ir-riċevuta, jitgħallem jara li r-riċevuta jkun fiha n-numru tar-reġistrazzjoni ta' dak li jkun, mhux xi biċċa karta mħarbxa.", "X'jiġifieri meta tgħid \"riċevuta fiskali\"?", "Għaliex ma fihiex il-VAT m'hijiex riċevuta fiskali?", "Iva, bis- serjeta' ngħiduhom dawn l-affarijiet?", "Il-poplu għandu jitgħallem ikun selettiv u jekk kemm-il darba jara min qed jgħaddih biż-żmien ma jmurx għandu imma jmur għand ħaddieħor.", "Dik kien qalha l-ewwel l-Onor.", "Fenech Adami u darba kont qed nieħu sehem fuq programm tar-radju tal-Partit tagħna u għidtha jien ukoll u min kien għamilli l-mistoqsija qalli li qed ngħid bħall-Onor.", "Fenech Adami.", "Niftakar li jien kont għidt: \"Prosit ħej!", "Mela issa għaliex qalha l-Onor.", "Fenech Adami, jien m'għandix ngħidha jekk inhi ħaġa tajba?\"", "Minflok li lill-poplu ngħallmuh jagħmilhom dawn l-affarijiet nibqgħu ngħidulu li se jogħlew il-prezzijiet u nħeġġu lil min irid jgħolli l-prezzijiet biex jgħollihom!", "Din hi s-serjeta' u l-onesta' li jrid il- poplu?", "Minflok ngħidu lill-poplu li hu vvota u ta mandat lil-Labour Party u l-Labour Party qiegħed iwettaq dak il-mandat billi mhux qed jagħmillha ta' supperv u qed jitlob għall-opinjonijiet, ngħidulu li aħna qed nitkarrbu għall-ideat.", "Aħna m'aħniex nitkarrbu, ma tantx jien wieħed li nitkarrab imma jien wieħed li nisma' - allavolja nofsi trux - l-ideat ta' ħaddieħor; nagħmel ħafna mistoqsijiet u nisma' ħafna.", "Iva, nagħmilhom dawn l-affarijiet.", "Qegħdin nipprovaw noħorġu b'sistema iżjed sempliċi u iżjed ġusta - qegħdin noqorbu u hemm reazzjonijiet pożittivi għal dak li qegħdin nagħmlu - li ma jkollhiex impatt ħażin fuq il-prezziijet.", "Imma minflok jingħad hekk, għal skopijiet politiċi, noqogħdu nħeġġu u nrewħu n- nirien - erġajna dħalna fil-kċina imma issa fil-kċina tar-rewwieħa mhux fil-kċina ta' l-ifran - ħalli dawk li jridu jabbużaw jerġgħu jibdew jabbużaw.", "Din hi s-serjeta' li jrid minna l-poplu?", "Hekk jistenna mingħandna l-poplu jew inkella jistenna li meta nitkellmu fuq moralita' fiskali, nitkellmu bis-serjeta' u ngħidu li l-moralita' fiskali għandu juriha l-konsumatur, il-bejjiegħ, il-ħaddiem mal-Gvern, il-ħaddiem tat- Tarzna u l-politiku li jrid jagħti l-ewwel eżempju?", "Imma minflok ngħidulu hekk lill-poplu tagħna qed ngħidulu li se togħlilu l-ħajja u lin-negozjant qed ngħidulu \"Isa, ħu l-liċenzja, aqbad u għolli\", fis-sens li għandu l- ispazju kollu għaliex l-Oppożizzjoni qiegħda tiġġustifikah!", "Dan minflok ngħidu li jekk tieħu kollox ma' kollox se mmorru 'l quddiem.", "L-Onor.", "Josef Bonnici li m'għandux dubju - mhux bħal San Tumas - ġie jgħidilna li anke fit-turiżmu se jogħlew il-prezzijiet.", "Tajba wkoll din!", "Issa ħareġ bit-teorija li anke fit-turiżmu se jogħlew il-prezzijiet.", "Imbagħad irridu li l-poplu jeħodna bis-serjeta'!", "L-Onor.", "John Dalli staqsieni x'se tkun il-kummissjoni għall-moralita' fiskali u staqsieni jekk kemm-il darba din hijiex se tibda tenforza l-liġijiet hi u jekk hijiex se tieħu post id-dipartimenti tat-taxxi.", "U ejja!", "M'hux ċar fil-Budget Speech li din il-kummissjoni se tkun waħda edukattiva li tħeġġeġ il- moralita' fiskali, timbotta u teduka lill-poplu?", "Issa la noħorġu ċ- charter tagħha u nħabbru min se jkunu in-nies - mhux se jkunu politiċi; se jkunu from right across the board - li se jkunu qed jirrappreżentaw verament lill-poplu Malti, taraw kif se tkun il-funzjoni tagħha.", "Mr Chairman, ħalli nieħu din l-opportunita' biex insemmi xi ħaġa fil- qosor ħafna fuq il-BICAL għaliex fil-Budget Speech fuq dan ma kien hemm xejn u fil-fatt ma tantx hemm xi tgħid.", "L-Onor.", "John Dalli kien għadda liġi fl-1995 biex permezz tagħha jaqta' l-ġungla ta' kawżi li kienet qed issir, imma sfortunatament din ġiet imblokkata fil-qorti b'ħafna liġijiet.", "Waħda mill-affarijiet li jistgħu jsiru f'dik il-liġi hija li jkun hemm bord li jkompli jisma' ċerti kawżi li jkunu għadhom pendenti quddiem il- Qorti.", "Nixtieq inħabbar illejla li dak il-bord issa kkostitwejnieh - m'hemmx għalfejn noqgħod nagħti l-ismijiet; hemm tlieta min-nies u wieħed riżerva - u nittama li jibda jaħdem u nittama li min tassew irid li tiġi maħlula din is-sitwazzjoni ma joqgħodx jinċampa l-azzjoni li jkun qed jipprova jieħu l-gvern tal-ġurnata b'kontinwazzjoni mal-gvernijiet ta' qabel biex id-depożitaturi tal-BICAL tibda ssir ġustizzja magħhom.", "Kont se ngħid xi ħaġa fuq il-Gozo Channel pero' m'iniex se noqgħod nidħol fiha għaliex m'għandix ħin u se ngħaddi biex nitkellem dwar l-aspetti ekonomiċi.", "L-Oppożizzjoni qalet li dan il-Budget m'għamel xejn dwar l-aspett ekonomiku.", "Allura l-Onor.", "Josef Bonnici jiġi jgħidha din?", "Ma jifhimx kemm trid toqgħod attent għall-infiq meta għandek budget b'dak it-tip ta' deficit ġo fih?", "Kieku jgħidhieli xi ħadd li ma jafx xi tfisser ekonomija, nifhimha imma li jgħidha bniedem li jgħallem l-ekonomija ma nifhimhiex.", "Ma jifhimx l-aspett espansjonista tal-budget?", "Ma jifhimx li fil-budget m'hemm xejn li jista' fih innifsu jwaqqaf ir-ritmu ekonomiku?", "Dawn l-affarijiet nistaqsuhom bis-serjeta'?", "Allura meta nitkellmu b'din il-manjiera, mhux bilfors inkunu qegħdin inrewħu l-inċertezza minflok ma nipprovaw inserrħu moħħ il-poplu li għalkemm hemm area fejn ma naqblux, mil-lat ta' budget dan mhux qiegħed jiskossja jew jibbrejkja l-ekonomija!", "Min irid jimxi jista' jkompli jimxi.", "Mr Chairman, jiġi jistaqsina x'inizjattivi ħa l-Gvern u xi proġetti beda.", "U jien nistaqsi lill-Oppożizzjoni: Temmnu li s-settur privat għandu jkollu l-ispazju biex jieħu l-inizjattivi hu?", "Dawn f'nifs wieħed jgħidu li l-Gvern se jerġa' jibda jindaħal u f'nifs ieħor jistaqsu dwar x'inizjattivi ħa l-Gvern.", "F'termini purament ekonomiċi, meta għandek budget espansjonarju, tridu li l-Gvern jagħmel kif għamiltu intom fejn konna f'sitwazzjoni fejn ma kienx hemm spare capacity, jew fejn diġa' hemm żbilanċ enormi u dak l-iżbilanċ ikompli jikber?", "Ngħaddi biex insemmi l-Forum għal Ekonomija Aħjar.", "Hawnhekk spiċċajna bl- aħjar żewġ tifħiriet li tawna min-naħa Nazzjonalista.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien qal lili personalment li għamilt bravura kbira għaliex dawwart l-isem tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku f'Forum għal Ekonomija Aħjar u l-Onor.", "Dalli għalkemm ma kienx daqstant sarkastiku qal li dan issa se jibda jagħmel il-mirakli.", "U issa l-mirakli se nagħmilhom jien?!", "M'għamiltuhomx intom f'disa' snin!", "Lanqas għamiltu l-miraklu li ressaqtu l-budget u mbagħad għamiltu l-elezzjoni warajh!", "L-uniku miraklu li għamiltu huwa li tliftu elezzjoni li kontu daqstant ċerti li se tirbħu!", "Issa jien se nagħmel il-mirakli?!", "Bil-forum m'iniex se nagħmel il-mirakli.", "Anzi li se nipprova nagħmel bil-forum huwa li nsaħħaħ dak li kien hemm; inħallu xi ħaġa li tkun konsultattiva, ikun hemm rappreżentati fuqha l- bodies kollha li jkunu jistgħu jitkellmu u jressqu l-ideat tagħhom u barra minn hekk ikun forum tekniku li jkollu l-kompitu li jagħmel xi ħaġa teknika.", "Nagħlaq, Mr Chairman, għaliex iż-żmien itir.", "M'iniex se nagħlaq b'ħafna tul u ħafna iżjed għajjat jew ħafna iżjed tmasħin għaliex naħseb li tmasħanna biżżejjed.", "Aħna fil-Budget ridna ngħaddu messaġġ sempliċi.", "Fil- Voti li ressaqt jiena bħala l-ministru responsabbli biex inressaq il- budget, ridna ngħaddu messaġġ sempliċi mhux għan-Nazzjonalisti, għal- Laburisti, għal ta' l-Alternattiva jew għal xi ħadd ieħor imma għal kulħadd.", "U dan il-messaġġ huwa li kulħadd irid jagħtu sehmu.", "Jekk ilkoll nagħtu sehemna u jekk ilkoll nifhmu dan il-messaġġ, Malta tista' timxi ħafna iżjed 'il quddiem.", "Din hija t-triq li rridu nsegwu, lejn din irridu nimxu u ilkoll kemm aħna jekk tassew inħobbu lil Malta għal hekk għandna naħdmu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (L-Onor.", "Anġlu Farrugia): Grazzi.", "Skada l-ħin tad- diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 14 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "John Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-Division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 14 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "John Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "18", "FAVUR : 33", "L-Onor", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco |Pullicino George| |Guido | | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Pace | | |Victor | |", "KONTRA : 34", "L-Onor", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mintoff Dom | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar |Pace Bertu | |Louis | | |Camilleri |Portelli Alfred | |Maria | | |Cardona Chris|Refalo Anton | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cilia Joe |Sceberras | | |Trigona Alex | |Dalli Helena |Schembri Adami | | |Sandro | |Debono Grech |Spiteri Lino | |Joe | | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella George | |Farrugia |Vella Karmenu | |Michael | |", "L-Emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi:", "VOT 14 - MINISTERU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,503,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 14 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 15 - TEŻOR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,773,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Teżor, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 15 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 16 - PENSJONIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 765,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Pensjonijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 16 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 17 - TAXXI INTERNI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,096,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Taxxi Interni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 17 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 18 - DWANA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 4,748,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Dwana, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 18 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 19 - V.A.T.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,874,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - V.A.T., kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 19 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 20 - STATISTIKA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 702,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Statistika, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 20 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 21 - KUNTRATTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 413,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Kuntratti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 21 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 22 - UFFIĊĊJU TA' L-AWDITUR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 431,300 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Uffiċċju ta' l-Awditur, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 22 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT III - MINISTERU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,892,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot III għaddiet.", "Fid-9.37 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22 u III taħt il-Ministeru ta' l- Ekonomija u l-Finanzi kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t- Tlieta, 18 ta' Frar, 1997 b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997", "It-Tlettax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 18 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA", "2774.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu li matul din is-sena jkompli bil-programm ta' modernizzar tal-karozzi tal-linja u jekk hux se jkompli jħallas is-sussidju miftiehem lis-sidien biex dawn jixtru karozzi tal-linja ġodda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-prograMm ta' modernizzar tal-karozzi tal- linja rrid jiġi diskuss mill-ġdid.", "KNISJA - EX-PROPRJETA'", "2775.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-kummissjoni nkarigati biex jiddentifikaw artijiet li kienu tal-Kurja u li jistgħu jinbnew għal skop ta' housing soċjali?", "L-artijiet iridu jkunu 'l ġewwa mil-limiti ta' żvilupp imposti mill-iStructure Plan?", "Meta hi mistennija li tirraporta l-kummissjoni?", "Għaliex il-kummissjoni tirraporta lilek u mhux lill-Ministru tad-Djar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-membri tal-kummissjoni huma l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, l-Perit Piju Busuttil, n-Nutar Joseph Debono, l-Perit Joe Mizzi, l-Perit John Sciberras u -Segretarju tal-Kabinett", "It-terms of reference ma jillimitawx fejn iridu jkunu dawn l-artijiet.", "Il-kummissjoni mistennija li tispiċċa l-ħidma tagħha fi żmien tliet xhur.", "Il-kummissjoni ġiet imwaqqfa mill-Prim Ministru minħabba l-importanza partikolari li jrid jagħti l-Gvern preżenti lill-qasam tas-social housing fl-interess taċ-ċittadin kif kien imwiegħed fil-Manifest Elettorali.", "MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - VETTURI", "2776.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'karozzi ġew assenjati lill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "2810.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti li tagħhom isir l-eżami tal-Matsec mill-Universita'?", "Kemm qagħdu studenti għal dawn l-eżamijiet suġġett b'suġġett is-sena l-oħra?", "Kemm għaddew u kemm weħlu minn kull suġġett?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Statistika ippreparata mill-MATSEC Support Unit li fiha l-informazzjoni kollha li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta .", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "2812.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li bdew xi kors fil-Junior College is-sena l-oħra?", "Kemm kien id- drop out number s'issa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 1254 student bdew il-kors fil-Junior College f'Ottubru s-sena l-oħra.", "Minn dawn 42 irriżenjaw fil-bidu tal-kors biex imorru fi skejjel oħra post-sekondarji waqt li 32 oħra irriżenjaw matul il- kors s'issa.", "ANZJANI - GĦASAFAR", "2813.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2598 ntqal li nxtraw xi għasafar mis-Segretarjat Kura għall-Anzjani, jista' l-Ministru jgħid kif inxtraw dawn l-għasafar, jiġifieri b'tender, b'direct order, eċċ; mingħand min inxtraw; kemm kien in- numru li nxtraw; u x'tip ta' għasafar inxtraw?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar l-għasafar li nxtraw mis-Segretarjat għall- Kura ta` l-Anzjani, it-tweġibiet huma hekk: Dawn inxtraw b`direct orders f`dati diversi bejn Ġunju 1995 u f'Jannar 1996 u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa ta` tender anki għall-fatt ukoll illi l-ammont involut ma kienx jirrekjedi dan it-tip ta` proċedura.", "Dawn inxtraw mingħand Iċ-Cerfa Pet Shop.", "In-numru u t-tip ta` għasafar li nxtraw kien hekk: 32 Australian Gold Finch, 3 Breeding Birds, 3 Paguni, 2 Fagani, 8 Doves, 20 Finches, 5 Green Finches, 2 Linnets, 4 Paradise Whydah, 4 Pintall Whydah, 6 Glossy Starling, 2 Paguni, 13 Silver Green Finch", "ANZJANI - CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "2814.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' casual social assistants fid-Dipartiment ta' l-Anzjani?", "Kemm huwa n-numru ta' anzjani li jagħmlu użu minn dawn l-impjegati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` casual social assistants fid- Dipartiment tal-Anzjani huwa 443 u n-numru ta` anzjani li qed jagħmlu użu minn dawn l-impjegati huwa 2,569.", "PULIZIJA - IMMIGRANTI LLEGALI", "2815.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies ikkonsidrati bħala illegal immigrants li ġew mkeċċija minn Malta mill-pulizija s-sena l-oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' nies li ġew mkeċċija minn Malta matul l- 1996 kien ta' 290.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI", "2891.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett ta' komputerizzazzjoni li kellu jgħaqqad il-libreriji pubbliċi tal-gżejjer Maltin f'network wieħed?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li s'issa diġa' ġie nstallat apparat tal-computer u software' fil-Librerija Nazzjonali, il-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Librerija ta' Għawdex u f'żewġ Libreriji Reġjonali.", "Dawn il- libreriji ġew ukoll ikkonnettjati ma' computer ċentrali ddedikat għas- sistema kompjuterizzata tal-libreriji permezz ta' Wide Area Network (WAN).", "L-implimentazzjoni tas-sistema kompjuterizzata fil-Librerija Ċentrali tinsab miexja 'l quddiem.", "Diġa' nfetħu għall-pubbliku l-OPAC's (Online Public Access Catalogue) fejn fil-futur qarib se jkun hemm aċċess għad- dettalji ta' 'l fuq minn 40,000 ktieb.", "Il-kompjuterizzazzjoni fuq il-proċess tax-xiri tal-kotba u l-ipproċessar tagħhom bdiet tiffunzjona din is-sena u f'nofs is-sena se jkun hemm dik tas- self tal-kotba mis-swali tal-Librerija Pubblika.", "Hemm ukoll ippjanat għal din is-sena l-implimentazzjoni tas-sistema kompjuterizzata f'librerija reġjonali oħra u 12-il fergħa oħra tal-Librerija Pubblika.", "LIBRERIJI - IMPJEGATI", "2892.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid- Dipartiment tal-Libreriji?", "X'inhu l-grad ta' kull impjegat u x'tip ta' xogħol qed jagħmel kull impjegat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Linformazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "LIBRERIJI - TAĦRIĠ LILL-IMPJEGATI", "2893.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ ingħata kull impjegat li hemm fid-Dipartiment tal-Libreriji, fejn ingħata t-taħriġ u f'liema perjodu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tliet uffiċjali tad-dipartiment għandhom il- kwalifika professjonali FLA jew ALA li kisbu wara li attendew korsijiet fulltime fl-Ingilterra fis-snin sittin jew fis-snin sebgħin.", "Sebgħa uffiċjali oħra għandhom id-Diploma in Library and Information Studies (Dip.L.I.S) mogħtija mill-Universita' ta' Malta fis-snin 1988-1990, jew 1993-1995 wara li temmew b'suċċess korsijiet ta' fil-għaxija mifruxin fuq sentejn.", "Żewġ uffiċjali qegħdin jattendu l-istess kors (1996-1998) li jwassal għad-diploma.", "Asst.", "Librarian qegħda tattendi kors ta' sentejn (1995-1997) fil-Paleografia, Diplomatica e Archivistica fl-Archivio di Stato di Roma.", "Fl-1981 żewġ uffiċjali tħarrġu għal tliet xhur fil-metodi ta' restawr ta' dokumenti fl-Istituto centrale per la patologia del libro ta' Ruma u f'Novembru 1995 it-tliet bookbinders li jaħdmu fil-laboratorju tar-restawr attendew Corso di perfezionamento ta' xahar fl-istess Istituto ta' Ruma.", "Diversi mpjegati attendew diversi korsijiet qosra organizzati mill-Għaqda Bibljotekarji u bosta huma l-impjegati li attendew għadd ta' korsijiet ta' taħriġ fl-użu tal-computers u korsijiet oħra organizzati mill-iStaff Development Organisation (SDO).", "Id-Dipartiment jinkoraġġixxi lill-impjegati tiegħu biex jattendu korsijiet twal jew qosra billi jħallas il-miżati dovuti.", "LIBRERIJI - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "2894.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-amministrazzjoni tad- Dipartiment tal-Libreriji kienet iltaqgħet ma' kumitati li jieħdu ħsieb persuni b'xi bżonn speċjali biex jiġi ddentifikat il-mod kif jiġi aġevolat l-aċċess għal-libreriji minn persuni b'diżabilita' u biex isir possibbli li anke min hu llitterat ikun jista' jagħmel użu mil-libreriji permezz ta' impjanti u materjal awdjo-viżivi?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda bħalissa f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Saru laqgħat mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-awtoritajiet fl-iskola għat-tfal b'nuqqas ta' smiegħ, kif ukoll ma' rappreżentanti tal-kumitat inkarigat mill-Malta Wireless for the Blind Fund.", "Minn dawn il-laqgħat ġie mfassal pjan sabiex il-Librerija Pubblika u s-servizzi li tagħti jkunu aċċessibbli aktar għal persuni b'diżabilita'.", "Għal dan il-għan is-sezzjoni fil-Librerija Pubblika li kienet qed tagħti servizz lill-persuni neqsin mid-dawl permezz ta' tape cassettes ġiet ittrasformata għal waħda li tkun tista' tagħti servizz għall- persuni b'tipi oħra ta' diżabilita'.", "Din is-sezzjoni flimkien ma' dik tal- customer care ħadmet biex saru rampi fid-dħul u l-ħruġ tal-bini prinċipali tal-librerija, kif ukoll saru preparamenti biex jiġi nstallat lift.", "Rampi oħra huma proġettati għal dan il-għan.", "L-ixkaffar fis-swali beda jinbidel u rranġat b'tali mod li jħalli spazju biżżejjed biex jgħaddu wheelchairs.", "F'dak li huwa servizz ta' materjal awdjo-viżiv bħalissa hemm 'l fuq minn 7000 tape cassette li jistgħu jagħmlu użu minnhom nies neqsin mid-dawl jew b'diżabilita' oħra.", "Kumplimentari hemm ukoll librerija awdjo-viżiva li fiha se jkollha tapes, videos u materjal ieħor li jistgħu jintużaw ukoll minn nies illetterati.", "It-tape casettes li huma bil-Malti jew bl-Ingliż ikopru suġġetti bħal rumanzi, letteratura, bijografiji, dokumentarji, mużika moderna u klassika, kif ukoll affarijiet reliġjużi.", "Matul is-sena li għaddiet ġew irrekordjati madwar 2175 cassette u ġew mislufa 'l fuq minn 10,000 tape cassette.", "Biex jingħata dan is-servizz qed jintbagħat katalgu b'żewġ supplimenti fis-sena b'titli ġodda lill-membri affiljati.", "Hemm il- ħsieb ukoll fil-futur qarib jinxtraw close-captioned videos sabiex nies neqsin mis-smiegħ ikunu jistgħu jaqraw dak li qed jingħad.", "Saru żjajjar f'St.Vincent De Paule, il-Hospice Movement u Żammit Clapp Hospital fejn ġiet imfassla sistema biex il-pazjent f'dawn it-tliet postijiet jibda jkollhom is-servizz regolari ta' tape cassettes.", "Barra minn hekk il-katalgu ta' tape cassettes qed jiddaħħal fis-sistema komputerizzata tal-Librerija Pubblika u qed isiru kuntatti ma' kunsilli lokali biex is-servizz ta' cassettes jingħata wkoll lil dawk li għadhom ma jafux bis-servizz.", "Kien hemm kuntatti ma' uffiċjali mill-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' sabiex il-materjal li għandha l-kummissjoni fil-librerija tagħha jiġi kkomputerizzat u mdaħħal fis-sistema tal-Librerija Pubblika.", "Dan il-katalgu mbagħad jista' jiġi kkonsultat minn nies neqsin mid-dawl bis-sistema tal- optiview u optivoice.", "Dan il-kunċett iddaħħal fil-pjan ġenerali tal- komputerizzazzjoni.", "Qed isiru arranġamenti wkoll ma' l-istess kummissjoni sabiex jingħataw lectures minnhom lill-membri ta' l-istaff tal-Librerija Pubblika li jkunu f'kuntatt man-nies, fuq kif il-persuna b'diżabilita' tista' tingħata għajnuna meta tissellef materjal mill-librerija.", "Tajjeb li nsemmu wkoll li bħalissa qed jiġu mdaħħla d-dettalji tal-kotba ta' stejjer fid-database tas-sistema komputerizzata tal-librerija minn nies b'diżabilita' li ġew ikkuntrattjati permezz tal-ETC.", "SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "2895.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw il-Kummissjoni għall- Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol?", "Jista' jgħid meta nħatru u meta jiskadi l-perjodu tal-ħatra tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-membri tal-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol huma dawn:-", "| |Data |Meta | | |ta`ħatr|tiska| | |a |di | | | |l-ħat| | | |ra | |Avukat Dr. J. |1.8.94 |31.7.| |Zammit McKeon | |97 | |President | | | | E. Cilia Debono |ex-uffi| | |Direttur tax-Xogħol|cio | | |Vici President | | | |Tabib Dr. John |ex-uffi| | |Cachia Aġent Tabib |cio | | |Principali | | | |tal-Gvern Viċi | | | |President | | | |Tabib Dr. Mark |1.8.96 |31.7.| |Gauci | |97 | |Spettur |1.8.96 |31.7.| |tal-PulizijaRonald | |97 | |Kelly | | | |Is-Sur Anthony |1.8.96 |31.7.| |Micallef | |97 | |Is-Sur Joe Delia |1.8.96 |31.7.| | | |97 | |L-Inġinier Ray |1.8.96 |31.7.| |Spiteri | |97 |", "Segretarju huwa s-Sur Vincent Micallef, Uffiċjal Pubbliku.", "KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI", "2914.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni hijiex se tkompli tinvestiga dawk il-każi li ġew a konjizzjoni tagħha sa l-aħħar ta' Novembru ta' l-1996 u li deċiżjoni dwarhom kienet għadha ma tteħditx peress li kienu qegħdin jiġu nvestigati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tweġiba hi fl-affermattiv.", "SKEJJEL - TAL-KNISJA - ARRETRATI", "2915.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus dovuti lill-iskejjel tal-Knisja bħala arretrati bejn is-snin 1987 u 1996, sena b'sena, u jista' l-Ministru jgħid xi tħallsu dawn l-iskejjel f'arretrati mill-Gvern il-ġdid, jekk fil-fatt sar xi ħlas?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ammont ta' flus dovuti lill-iskejjel tal-Knisja bħala arretrati bejn is-snin 1987 u 1966 huma hekk:", "Bejn l-1987 sa Settembru 1991 - xejn Sena Skolastika 1991/1992 - LM676,792 1992/93 - LM158,371 1993/94 - LM438,617 1994/95 - LM174,289 Minn Ottubru 1995 sa Dicembru 1996 - LM194,917 TOTAL LM1,642,986", "Rigward dawn l-arretrati, fil-fatt għadu ma sar l-ebda ħlas mill-Gvern il- ġdid.", "ĊIMITERJI - OQBRA", "2916.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid hijiex se ssir x'investigazzjoni dwar il-bini ta' oqbra f'diversi ċimiterji bejn is-snin 1987 u 1996?", "Jaf il-Ministru li biex wieħed jixtri qabar dan jispiċċa jagħmel il-kuntratt mal-Gvern iżda fil-fatt jispiċċa jħallas lill- kuntrattur li kien tqabbad b'direct order biex jibni dawn l-oqbra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sabiex nirrispondi l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jindika għall-liema ċimiterji qed jirriferi.", "Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li l-Gvern ibiegħ BISS is-sit tal- qabar, filwaqt li l-ħlas tal-kuntrattur huwa għax-xogħlijiet ta` żvilupp li jkun sar fuq is-sit ta` l-istess qabar u dan il-ħlas isir direttament mix- xerrej lill-kuntrattur.", "Il-prezz ikun indikat mill-perit tal-gvern u approvat mill-Ministru tal-Finanzi.", "TA' XBIEX - RESTAURANT", "2917.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorita' Marittima ċediet parti mill-bini tagħha f'Ta' Xbiex biex setgħet takkomoda restaurant kummerċjali bl-isem ta' Christophers?", "Jista' l-Ministru jgħid xi ħlas tirċievi l-awtorita' għal dan il-kiri?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tal-kuntratt tal-kiri fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li f'Ottubru ta' 1995, l- awtorita' ġabet avviż fil-gazzetti għal min hu interessat biex jikri parti mill-propjeta' tagħha f'Ta' Xbiex sabiex jiġi ntużat bħala restaurant ta' standard għoli.", "Kien hemm seba' li rreġistraw l-interess tagħhom biex joperaw dan ir-restaurant.", "Fil-5 ta' Diċembru 1995, l-awtorita' kitbet lil dawn fejn ġew mistiedna jagħtu l-proposti tagħhom kif beħsiebhom joperaw dan ir-restaurant u x'kera lesti jħallsu.", "Ingħata żmien sal-5 ta' Jannar, 1996, sabiex jintefgħu l-offerti.", "Christpher's kien l-unika wieħed li tefa' offerta biex jopera dan ir- restaurant.", "Il-ħlas tal-kera fis-sena hija hekk kif ġejja:", "L-1 sena Lm 500 Mit-2 sena sal-5 sena Lm2,000 Mis-6 sena sal-10 sena Lm5,000 Mil-11 l-sena sal-15 l-sena Lm7,000", "Skond il-kuntratt il-kerrej jista' jagħżel li jġedded il-kera għal għaxar snin oħra, wara li jagħlqu l-ewwel 15-il sena kera, bir-rata ta' Lm7,000 fis-sena.", "Kopja tal-kuntratt tal-kiri tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PROGRAMM WEEKEND", "2920.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2501, peress illi bir-rispett kollu nistqarr li ma naqbilx mal-fehma tiegħu espressa fl-ewwel paragrafu, infatti jiena ma nara li hemm l-ebda distinzjoni bejn l- informazzjoni pubblikata fir-rapport kommissjonant mill-Gvern u \"dettalji ta' natura kummerċjalli b'rabta ta' programm u kontributuri partikolari\".", "Minħabba l-fatt li r-rapport Grima inkluda fih proprju dettalji ta' natura kummerċjali minn kontributuri partikolari, nerġa' nitlob li din il-Kamra tingħata l-informazzjoni mitluba dwar il-preżentaturi tal-programm Weekend.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li diġa tajt dwar dan is-suġġett għall-mistoqsijiet parlamentari numri 824, 2075 u 2501.", "BORD TAL-KOPERATTIVI", "2936.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bord tal-Koperattivi ħejjiex pjan ta' ħidma għall- ġejjieni qarib u jekk iva, jidhirlu l-Ministru li għandu jagħti ħjiel dwaru fil-Kamra tal-Parlament?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Iva, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- bord il-ġdid tal-koperattivi fil-preżent qed jiddiskuti pjan ta` ħidma għall-ġejjieni qarib.", "Meta dan ikun lest, sintendi jiġi għall-attenzjoni tiegħi.", "Wara nkun f`pożizzjoni li nagħti tweġiba dwaru fil-Kamra tal- Parlament.", "RAĦAL ĠDID - IPOĠEW", "2946.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2190 dwar l- Ipoġew ta' Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid x'sar \"mill-fdalijiet\" li semma l-Ministru fit-tweġiba tiegħu tas-27 ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-fdalijiet imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2190, jinstabu taħt Triq Ħal Saflieni.", "Kif diġa' għidt fl-istess tweġiba, id-Dipartiment tal-Mużewijiet kien ħa l-opportunita' biex jinvestiga dawn il-fdalijiet waqt li kienet qiegħda tinbena l-entratura ġdida għall-Ipoġew.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li dawn il-fdalijiet ma setgħux jitħallew mikxufa minħabba li kellha terġa tinfetaħ it-triq għat-traffiku.", "HERRERA ONOR.", "JOSE' - RIFORMI PROPOSTI", "2947.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jattwa l-\"baħar ta' riformi\" li semma l-Onor.", "Jose' Herrera fl-Aġġornament tas-Seduta tat- Tlieta 28 ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kwalsiasi suġġeriment/riforma li tiġi proposta, tkun ikkonsidrata u evalwata fid-dawl tal-politika tal-Gvern fil-qasam tal- amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "SKEJJEL - PLAYGROUNDS", "2952.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola m'għandhiex playground space bejn tliet u ħames metri kwadri għal kull tifel/tifla?", "Liema huma, kategorija b'kategorija, (i.e. tal-Gvern, tal-Knisja, Private - fee paying)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iskejjel li m'għandhomx playground spaces bejn tliet u ħames metri kwadri għal kull tifel/tifla huma mqassma hekk:", "Skejjel Statali", "Primarja: 43 Sekondarja: 14 Post-Sekondarji 6", "Skejjel Privati", "Tal-Knisja 6 Fee-paying 8", "APEX - KUNTRATTI", "2972.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti saru mill-Apex - il-koperattiva li tiġbor fiha l-Koperattivi kollha ta' dawn il-gżejjer - ma' l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol matul dawn l-aħħar tlett xhur?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Apex hi soċjeta' awtonoma u mhux governattiva u għalhekk jekk din is-soċjeta' għamlet xi kuntratt ma` l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dan huwa ta` natura konfidenzjali.", "INDUSTRIJA TAL-BINI - SEMINAR", "2984.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi għadu kemm tħabbar li se jsir seminar mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni dwar l-industrija tal-bini għall- ġejjieni, ma jidhirlux l-Ministru li għal dan is-seminar għandhom jiġu mistiedna rappreżentanti tal-Kummissjoni li Tippromwovi s-Saħħa u s- Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol li diġa' ħejjew kodiċi ta' prattika dwar l- Industrija tal-Bini billi l-ħajja u s-saħħa tal-ħaddiema jiġu qabel kull sura ta' bini?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-seminar dwar l-Industrija tal-Bini li ġej u li se jorganizza l-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni se jkun miftuħ għal kulħadd.", "Għaldaqstant ir-rappreżentanti tal-kummissjoni li tippromwovi s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol ikunu jistgħu jattendu wkoll.", "IMPJIEGI", "2985.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies impjegati mal-Gvern u korpi parastatali matul ix-xahar ta' Jannar; kemm minn dawn kienu:- nies; u irġiel; kemm minn dawn kienu mpjegati b'kuntratt; kemm minn dawn kienu:- fulltime; u part-time?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Iċ-ċifri mitluba għax-xahar ta` Jannar 1997 ma jistgħux jingħataw peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "SAĦĦA - VACCINE", "3088.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet importata vaccine kontra l-Meningitis mid-Dipartiment tas-Saħħa u mill- privat f'dawn l-aħħar tliet snin 1994, 1995 u 1996?", "Hemm xi ħsieb li d-Dipartiment tas-Saħħa jintroduċi din il-vaccine bħala obbligatorja bħalma jeżisti fit-Tetanus, Polio u Diphteria?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal- liema vaccine qed jirriferi ħalli nkun f'pożizzjoni li nirrispondi", "ŻEJTUN - PROVVISTA TA' ILMA", "3089.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li m'hemmx sistema ta' ilma fi triq ġdida off Gidwat Lane St. Thomas Bay, l/o Żejtun?", "Għaliex dawk ir-residenti qed idumu daqshekk mingħajr il-provvista ta' l-ilma?", "Meta hemm il-ħsieb li jkollhom dan is-servizz?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "GĦAQDIET FILANTROPIĊI", "3090.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet filantropiċi li d- dipartiment għandu financial agreements magħhom?", "Kemm huwa l-ammont ta' għajnuna li dawn jieħdu kull sena (1994, 1995 u 1996)?", "Hemm xi għaqdiet filantropiċi oħrajn li japplikaw għal din l-għajnuna finanzjarja u għadu ma sarx ftehim magħhom?", "Liema huma dawn l-għaqdiet?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "QRATI - LEGAL AID", "3091.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li talbu legal aid f'dawn l-aħħar ħames snin jiġifieri mill-1992 sa l-1996?", "Tinżamm statistika għal-liema każijiet tintalab din il-legal aid (jiġifieri serq, droga, eċċ)?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "TITJIR TA' BNADAR - REGOLAMENTI", "3092.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux regolamenti dwar titjir ta' bnadar ta' pajjiżi barranin fuq bini privat f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le.", "UNIVERSITA' - STUDENTI BARRANIN", "3093.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti barranin li qegħdin jieħdu korsijiet akkademiċi fl-Universita' ta' Malta?", "Mil-liema pajjiżi ġejjin dawn l-istudenti?", "Dawn kemm ilhom jistudjaw hawn Malta?", "Kemm huwa l-ammont ta' flus li daħħlet l-Universita' għas-snin 1994, 1995 u 1996 mingħand dawn l-istudenti?", "Kemm minnhom qegħdin jistudjaw fuq termini ta' ftehim reċiproku ma' pajjiżi barranin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hemm 354 studenti barranin li qegħdin jieħdu korsijiet akkademiċi fl-Universita' ta' Malta.", "(Din il-figura tinkludi 30 student barrani li qegħdin Malta għal perjodu ta' tlieta jew erba' xhur fuq sistema ta' bdil ta' studenti ma' diversi universitajiet barranin, speċjalment Amerikani).", "Dawn l-istudenti ġejjin minn 66 pajjiż differenti, kif jidher mid- dokument li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is- seduta.", "229 student qegħdin jattendu l-ewwel sena.", "67 student ilhom hawn sentejn.", "35 student ilhom hawn tlett snin.", "17-il student ilhom hawn erba' snin.", "4 studenti ħames snin u 2 studenti sitt snin.", "L-ammont ta' flus li daħħlet l-Universita' mit-tuition fees kienu:", "Sena Akkademika Ammont 1993/94 Lm 68,000 1994/95 Lm 87,317 1995/96 Lm 105,428 1996/97 Lm 132,350 sa llum * * Xi wħud mill-istudenti jħallsu kull simestru, oħrajn iħallsu għal sena akkademika sħiħa.", "Studenti barranin li qegħdin jattendu l-Universita' fuq bażi ta' ftehim reċiproku ġejjin minn dawn il-pajjiżi:", "Italja 3 Germanja 3 Grecja 2", "Hemm diversi studenti oħra barranin li l-Gvern Malti aċċetta li jistudjaw Malta bla ħlas fuq bażi mhux reċiproka, per eżempju:", "Albania 3 Seychelles 2 Palestina 4 Gordanja 4", "Hemm 63 student barrani li kienu eżentati mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni milli jħallsu tuition fees.", "INDUSTRIJI - SIGUREZZA", "3113.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: In vista tal-fatt li l-Unjoni Ewropea waslet biex taddotta direttiva dwar is- sigurezza ta' għodda u makkinarju li jaħdmu bl-użu ta' pressjoni (pressured equipment), jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-Ministeru tiegħu hux beħsiebu jagħmel regolamenti sabiex ikunu konformi mal-provvedimenti ta' din id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sal-lum f`Malta hawn fis-seħħ żewġ standard orders mandatorji imfassla fuq direttivi tal-Komunita` Ewropea li jaqgħu taħt in-New Approach.", "L-iskop ta` dawn id-direttivi hu li jarmonizza l- bżonnijiet tekniċi ta` prodotti billi jispeċifika l-bżonnijiet essenzjali ta` protezzjoni għas-saħħa u s-sigurezza tal-konsumatur u l-ambjent.", "Hemm l-obbligu li prodotti indikati f`dawn id-direttivi jkollhom imwaħħla magħhom il-marka CE mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant tiegħu.", "Iz-żewġ standards orders mandatorji fis-seħħ huma dwar Sigurezza tal-Gugarelli u appliances li jaħdmu bi fuels tal-gass.", "Hemm direttiva oħra dwar tagħmir għall-protezzjoni personali li qegħda fi proċess ta` konsulatazzjoni.", "L-Awtorita` ta` Malta għall-Għemil ta` standards żgur li se taħdem biex direttivi ġodda tal-Komunita` jiġu addottati bħala standard orders mandatorji.", "Id-direttiva li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant dwar sigurezza ta` għodda u makkinarju li għadha fi stadju ta` pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill tal-Ministri, sejra tkun adottata fil-futur.", "L- awtorita` sejra jibqagħlha l-obbligu li taddotta dawk ukoll li huma diġa' fis-seħħ fil-Komunita` Ewropea.", "M`hemmx għalfejn nżid li l-awtorita` sejra tara l-prijoritajiet ta` Malta u taddotta l-ewwel dawk li huma urġenti.", "VETTURI - ITTESTJAR", "3114.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: In vista ta' l-eżistenza ta' sistema ta' l-Unjoni Ewropea dwar il- karatteristiċi tekniċi tal-karozza magħrufa bħala l-community system for car type approval, u ta' l-introduzzjoni dalwaqt ta' sistema simili għall- muturi (motorcycles), jista' l-Ministru jgidilna jekk il-Ministeru tiegħu hux beħsiebu jagħmel regolamenti sabiex karozzi u muturi importati u/jew użati f'Malta jkunu konformi ma' dawn il-provvedimenti ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Billi kważi t-total ta' vetturi li għandna fuq it-toroq tagħna huma manifatturati jew fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew f'pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea iżda li huma intiżi għas-suq Ewropew, wieħed jista' liberalment jassumi li dawn il-vetturi huma kollha konformi mal-community system for car type approval.", "Għaldaqstanat għalissa ma tinħassx il-ħtieġa li jkollna sett ta' regolamenti daqshekk tekniċi.", "Il-Gvern bħalissa għandu f'idejh rapport tekniku minn żewġ esperti Ingliżi dwar l-introduzzjoni dwar l-ittestjar tal-vetturi fuq standards Ewropej.", "Dan ir-rapport irid jiġi evalwat bir-reqqa u jiġu ndivitwati proċeduri ta' testing li huma applikabbli għal Malta.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "3128.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-applikanti għalL-akkomodazzjoni alternattiva mill-Belt, Floriana, Ħamrun, Pieta', St.Venera u Marsa li qed japplikaw minħabba wisq taraġ; mard; anzjani; substandard housing; overcrowding; u periklu?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - TQASSIM TA' DJAR", "3129.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid mill-524 dar li għalihom ħarġu applikazzjonijiet mill- Awtorita' tad-Djar fl-aħħar nofs ta' l-1996, tqassmu ċ-ċwievet tagħhom qabel is-26 ta' Ottubru, 1996; u wara s-26 ta' Ottubru, 1996?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- appartamenti/maisonettes/cluster houses li ħarget l-Awtorita' tad-Djar għall-kiri taħt Avviżi 56 u 58, iċ-ċwievet se jibdew jitqassmu għall-aħħar ta' Frar 1997.", "Rigward dawk li ħarġu taħt Avviż 57, il-benefiċċjarji se jirċievu d-dokumenti ħalli jiffirmaw il-konvenju.", "Iċ-ċwievet jingħataw fuq il-kuntratt.", "FURJANA - ĠNIEN TA' L-ARGOTTI", "3130.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi mogħti manutenzjoni lill-paviment tal- ġonna ta' l-Argotti, fil-Furjana?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li huwa ppjanat li l-Universita' tagħmel xi bini flok dak li twaqqa' ma jaqbilx li għalissa l-biċċa passaġġ imsemmija tingħata wiċċ ġdid għax iridu jidħlu l-inġenji.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li huwa f' ħsieb id-Dipartiment tal- Agrikoltura li jsir titjib f' dan il-ġnien u għal dan il-għan diġa twaqqaf kumitat bejn il-ministeru tiegħi u dak tax-xogħlijiet pubblici sabiex jara' x'hemm bżonn li jsir", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET", "3131.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid jekk koppji għarajjes hux qed jitħallew jiftħu file fid- Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?", "Jekk fl-affermattiv, koppji għarajjes qegħdin jingħataw l-opportunita' li jiġu allokati djar b'allokazzjoni diretta?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Koppji għarajjes qed jitħallew japplikaw għall- akkomodazzjoni.", "L-allokazzjonijiet ta' djar isir skond kemm ikun hemm djar f'idejn id-dipartiment u l-urgenza jew serjeta' tal-każi.", "FURJANA - POSTIJIET BATTALA", "3132.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jaf il- Ministru li studju dwar bini (residenzjali u mhux) vojt fil-Furjana kien diġa' sar fl-1994 mill-kunsill lokali konċernat?", "Peress li s-sidien tal-postijiet battala diffiċilment setgħu jiġu misjuba, x'miżuri se jieħu d-dipartiment tiegħu biex dan iseħħ?", "Peress li s-sidien ta' postijiet battala li rnexxielhom jiġu avviċinati ma wrew ebda interess għal żvilupp, x'inċentivi se joffri l-Gvern biex is- sidien jipparteċipaw?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien naf li kien sar xi studju mill-kunsill lokali.", "L-impjegati tad-dipartiment qed jiddependu fuq l-informazzjoni mogħtija lilhom mill-pubbliku biex isiru jafu fejn hu possibbli s-sidien ta' postijiet battala.", "Inċentivi li jista' joffri l-Gvern biex is-sidien ta' postijiet battala jipparteċipaw, jiġu mħabbra iżjed 'il quddiem fil- kuntest ta' pjani u skemi li jkopru Malta kollha.", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - ESPERT", "3141.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: In vista tal-fatt li l-Ministru ta' l-Industrija qal fil-Parlament fis-Seduta Nru. 21 tal-31 ta' Jannar, 1997 waqt li kien qed jitkellem fuq l-estimi għall-Ministeru tiegħu għal din is-sena li \"waħda mill-affarijiet li saru kważi mmedjatament kif dan il-Gvern ħa s-saħħa tal-poter f'idejh, kienet li ngaġġa persuna li hija esperta f'dan il-qasam sabiex Malta ma tibqax aktar lura milli hi f'dak li qed jiġri fil-MEDA\", jista' l-Ministru jgħidilna min hija din il-persuna, kif ġiet ngaġġata, għalkemm ġiet ingaġġata, kif u kemm se titħallas u x'inhuma eżattament it-\"terms of reference\" tagħha?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Id-ditta Ramboll giet ingaġġata biex tassenja lil Simon Armstrong, (li kien mexxa t-team li għamlu rapporti dwar ir- riorganizazzjoni ta`l-MDC għall-istess MDC), biex jaħdem skond pjan maqbul biex jinġiebu Malta proġetti taħt il-kappa tal-MEDA.", "Il-kuntratt huwa għall-perijodu ta` sena.", "Id-ditta Ramboll se titħallas 62,600 ECU inklużi spejjeż ta` vjaġġi bl-ajru, akkomodazzjoni u komunikazzjoni.", "Armstrong se jaħdem ġo team magħmul minn Anthony S. Diacono, Chairman ta` l-MDC, kif ukoll Marketing Executive ta` l-istess MDC.", "U.E. - RELAZZJONIJIET FUTURI", "3142.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li huwa magħruf li l- Kummissarju tal-Kummissjoni Ewropea Hans Van den Broeck għandu jiġi Malta għal diskussjonijiet mal-Gvern dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn Malta u l- Unjoni Ewropea wara li jitlestew u jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea r- risposta għall-kwestjonarju mogħti lill-Gvern Malti preċiżament fuq ir- relazzjonijiet futuri bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna: (a) jekk tlestewx dawn ir-risposti għall-kwestjonarju; u (b) meta ġej Malta l-Kummissarju Van den Broeck u jekk hux se jsiru arranġamenti sabiex dan il-kummissarju jiltaqa' ma' l-Oppożizzjoni bħalma kien isir invarjabilment fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru, in oltre jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-risposta mogħtija għall-kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni Ewropea għall-Gvern Malti fuq imsemmi jekk dawn ir-risposti tlestew mill- Gvern Malti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-risposta għal parti (a) tal-mistoqsija ta` l-Onor Interpellant hija fl-affermattiv.", "Rigward parti (b) ngħid li għad m`hemmx data stabbilita`.", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nfakkar lill-Onor.", "Membru li din l- amministrazzjoni f`dawn il-materji se timxi skond kif tħoss li jkun fl- aħjar interess nazzjonali.", "UNJONI EWROPEA", "3143.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk il-Gvern preżenti għadux intenzjonat li Malta tipparteċipa fil-Fourth Research and Technological Development Framework Programme ta' l- Unjoni Ewropea bl-użu ta' fondi mill-Protokoll finanzjarju eżistenti bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor Membru li l-Gvern għadu miexi fuq l-istess linji ta` dak ta` qablu rigward il-parteċipazzjoni ta` Malta fil-Fourth Research and Technological Development Framework Programme ta` l-Unjoni Ewropea billi juża fondi mill-protocol finanzjarju eżistenti għal dan il-għan.", "Il-Gvern diġa ħa ħsieb jinforma lill-Kummissjoni Ewropea b` din l-intenzjoni.", "P.A. - MANUAL", "3144.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Fid-dawl tar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 2701, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx deadline għal meta jiġi ppubblikat dan il-manual peress li din il- pubblikazzjoni ilha ħafna tiġi mwegħda lill-periti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Issa li ġiet stabbilita' l-forma li dan il-manual għandu jieħu, u anke hemm indikazzjoni tal-prezz tal-produzzjoni, qed jinġabru l-policies kollha li ħarġet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar sa mill- bidu tagħha biex dan id-dokument jiġi ppublikat fl-iqsar żmien possibbli.", "Jidher iżda li mhux se jkun possibbli li dan id-dokument jiġi ppublikat qabel tliet xhur oħra għaliex, kif jista` jissoponi l-Onor Interpellant, hemm ħafna materjal x`jinġabar, li jrid jerġa jiġi stampat.", "Il-manual se jkun fih numru kbir ta` paġni, li jkunu jistgħu jiġu up-dated faċilment darba toħroġ xi policy ġdida li twaqqa` policy antika.", "Minkejja kollox, ix-xogħol għaddej b` ritmu mgħaġġel ħalli jiġi sodisfatt dan il-bżonn tal-periti.", "Ta` min ifakkar li l-Awtorita` dejjem bagħtet lill- periti l-policies ġodda jew emendati li toħroġ u dejjem ġibdet l-attenzjoni tagħhom għal xi policy li tkun ġiet superceeded minn oħra.", "INDUSTRIJI", "3145.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: B'riferenza għar-risposta tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 553 magħmula mill-Onor.", "Chris Cardona, jista' l-Ministru jipprovdi d- dettalji li huwa wiegħed li jagħti f'seduti oħra dwar kemm ħadmu nies f'dawn il-proġetti matul ħajjithom, dwar kemm minnhom għadhom joperaw u kemm għalqu u meta?", "(Ara paragrafu enumerat 3a tar-risposta msemmija)", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kif stqarrejt fit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari numru 553, il-gbir u tabulazzjoni ta` l-informazzjoni mitluba hija kumplikata wkoll mill-fatt li din l-informazzjoni tinsab f`postijiet diversi u b`formati diversi.", "Jidher ukoll li hemm lakuni fl-istatistika.", "Ghaldaqstant nerga` nistqarr li l-hidma ta` rkupru ta` din l-istatistika storika ghadu sejjer, se jiehu zmien kunsiderevoli u meta tkun lesta, r- rizultati jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "FLEUR-DE-LYS - KUMITAT ĊIVIKU", "3146.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2705, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi riżultati jew deċiżjonijiet min-naħa tal-Ministeru fid-dawl tal-laqgħa li l-Ministru kellu mal-Kumitat Ċiviku ta' Fleur-de-Lys?", "F'din il-laqgħa ġiet ippreżentata xi petizzjoni, u jekk fl-affermattiv, kemm-il persuna ffirmawha?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li fil-laqgħa kordjali li kelli mal-Kumitat Ċiviku ta' Fleur-de-Lys nhar il-11 ta' Frar 1997 ġejt ippreżentat b'petizzjoni iffirmata minn 98% tar-residenzi taż- zona li, skond il-Kumitat Ċiviku, jikkostriwixxi Fleur-de-Lys.", "Kif diġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari numru 2705 jiena nfurmajt lill-Kumitat Ċiviku li t-talba tiegħu trid tiġi kkunsidrata attivament flimkien ma' talbiet oħra simili.", "Sadanittant il-Kumitat Ċiviku ġie mħeġġeġ biex jitlob lill-Kunsill ta' Birkirkara ħalli jaħtar il-kumitat previst skond l-Artikolu 47 (6) (a) ta' l-Att ta' l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.", "VETTURI - EXHAUST", "3147.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il test sar fuq il-kwalita' ta' l-exhaust minn vetturi, xahar b'xahar minn Novembru 1996 sal-lum?", "Fuq liema tip ta' vetturi saru dawn it- testijiet per eżempju, trakkijiet, \"coaches\", karozzi tal-linja, karozzi privati, eċċ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f`seduta oħra, sakemm tinġabar l- informazzjoni mitluba.", "AIR MALTA - AJRUPLANI", "3148.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jfiehem b'daqsxejn aktar dettall għaliex il-Ministru ra stramba l-istrateġija li l-Air Malta tbiegħ ajruplani tal-flotta tagħha biex imbagħad tikri dawn l-istess ajruplani jekk billi l-ħtieġa ta' dawn kienet ftit kien aktar jaqbel li tikri milli żżomm dawn l-ajruplani?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nixtieq nassigura lill-Onor.", "Membru illi f'dan il- każ, li proprju tbiegħ ajruplan biex imbagħad tikrih wara ftit ġimgħat, ma kien jagħmel l-ebda sens, la bħala strateġija lanqas mill-aspett ekonomiku tal-kumpannija.", "AIR MALTA - CORE OPERATIONS", "3149.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi l-Ministru allega li l-Air Malta wirtet qligħ fl-aħħar snin għax mat- telf li għamlet mill-core activity tagħha inkludiet il-profitti minn attivitajiet oħra tal-gruppi, u l-istatement ta' l-ex-Chairman ta' l-Air Malta dan irrepeta li kemm għas-sena 1995/96 kif ukoll għall-1996/97 profitti sostanzjali saru minn fuq il-core operations, jista' l-Ministru jara li tingħata stampa ċara ta' x'inhi verament is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-istampa ċara tas-sitwazzjoni fil-core operations hi hekk:- Fl-1994/95 l-Air Malta tilfet Lm0.9 miljun.", "Fl-1995/96 l-Air Malta tilfet Lm2.1 miljun.", "Din is-sena 1996/97 skond il-Financial Review ta' l-awdituri it-telf kien mistenni jitla' għal Lm4 miljuni.", "ŻEJTUN - PLAYING FIELD", "3150.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-isports centre ġewwa l-playing field tal- Ġnien San Girgor, Żejtun ilu għal xhur sħaħ ġebel u saqaf, jista' l- Ministru jgħid x'hemm li qed iżomm is-sezzjonijiet żgħażagħ u sport biex dan il-proġett jitlesta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nippreċiża li l-proġett in kwestjoni mhuwiex qed isir mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport fi ħdan is- Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti iżda mill- Kunsill Lokali Żejtun, għalkemm kienet saret għotja diretta lill-kunsill għal dan il-proġett xi snin ilu.", "Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l- isport centre li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant, ilu fl-istat indikat minnu madwar tnax-il xahar.", "Ġejt infurmat ukoll illi diġa' intnefqet somma ta' flus akbar milli kien oriġinarjament stmat għax-xogħol kollu.", "Iċ-ċentru in kwestjoni għall-bidu kien ippjanat biex iservi bħala clubhouse tat-tennis iżda peress illi ftit huma ż-Żwieten li jipprattikaw dan l- isport, il-Kunsill Lokali tar-raħal iddeċieda li se jkompli l-bini u se jattrezzah bħala ċentru sportiv wara li tressqet il-playing field biex inkiseb il-wisgħa għall-kmamar li nbnew ġodda.", "WIED IL-GĦAJN - SINDKU", "3151.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Nagħmel riferenza għall-vot ta' sfiduċja lis-Sindku ta' Wied il-Għajn mill-kunsill lokali stess, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-akkużi li saru kontra s-sindku?", "Billi jidher li dawn l-akkużi huma ta' ċerta serjeta', x'investigazzjonijiet qed jagħmel id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kopja tal-Mozzjoni dwar il-Vot ta' sfiduċja fis- Sindku ta' Marsaskala tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed jinvestiga l-każ skond il- provvedimenti tal-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali u r-Regolamenti u l- Proċeduri relattivi (jiġifieri A.L. 155/1993 u L.C.P. 1/1996", "ŻEJTUN - TRIQ ĦAŻ-ŻABBAR", "3152.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi Triq Ħaż-Żabbar li miż-Żejtun tieħu għal Ħaż-Żabbar tista' tieħu bosta traffiku, biss tant hi fi stat ħażin li bil- patching biss ma titranġax u billi l-kunsill lokali għandu pressjoni biex din tingħalaq, jista' d-dipartiment jieħu ħsieb li jsir ix-xogħol billi din tista' tiqies bħala arterial road apparti l-fatt li jkun ħasra li triq bħal din tingħalaq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Direttur tat-Toroq, fir-rappreżentanza tad- Direttur Ġenerali tax-Xogħlijiet, li bil-liġi u l-awtorita' kompetenti fir- rigward, ma ta l-ebda struzzjonijiet biex it-triq tingħalaq.", "Din it-triq bħalissa mhix meqjusa bħala waħda arterjali u għalhekk il- manutenzjoni tagħha trid issir mill-kunsilli lokali konċernati skond il- prijoritajiet li għandhom għal dan it-tip ta' xogħol.", "ŻEJTUN - TRIQ ĦAL TARXIEN", "3153.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi Triq Ħal Tarxien, Żejtun tista' tieħu bosta traffiku li jwassal għal Bulebel/Tarxien/Tal-Barrani 'il barra miż- Żejtun hemm partijiet minna li huma dojoq b'kantunieri diffiċli, b'ħitan tas-sejjiegħ perikolużi (xi 50 metru b'kollox), jista' l-Ministru jara dawn jistgħux jitwessgħu mingħajr ma jintilef l-aspett rustiku tagħhom biex il- konġestjoni fiż-Żejtun teħfief?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għaddejt is-suġġeriment lid-Dipartiment tat-Toroq biex dan jiġi kkunsidrat.", "ĦABS ĊIVILI - AMNESTIJI", "3160.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2781, jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-priġunieri li gawdew minn i) 122 jum kull wieħed; (ii) 153 jum kull wieħed; (iii) 183 jum kull wieħed; (iv) 302 jum kull wieħed; u (v) 458 jum kull wieħed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppubblikata.", "ESTS - APPRENDISTI", "3177.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawn l-apprendisti ta' l-ESTS li għadhom kif spiċċaw it-training scheme tagħhom? (i) Ma jaħsibx il-Ministru li n-nuqqas ta' nies tas-sengħa f'setturi diversi għandu jiġi ndirizzat malajr kemm jista' jkun? (ii) Ma jaħsibx li d-dewmien biex jiġu ngaġġati se jtellef lil dawn il-motivazzjoni jew li jispiċċaw f'setturi tal-privat u b'hekk jintilfu għas-servizz li kienu tawhom fit-taħriġ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Apprendisti li jtemmu b`suċċess l-apprendistat tagħhom m`humiex garantiti impjieg minn min jipprovdilhom taħriġ fuq ix-xogħol wara li jtemmu l-apprendistat.", "F`każ li jkun hemm talba minn dipartimenti tal-gvern jew korpi parastatali għall-impjieg ma' l-entitajiet jkunu jistgħu japplikaw dawk kollha li jkunu temmew b`suċċess l-apprendistat tagħhom fis-sengħa mitluba, skond ir- regolamenti eżistenti għall-impjiegi mal-gvern u korpi parastatali.", "SAĦĦA - GENERAL PRACTITIONERS", "3178.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn General Practitioner's part-time fil-Health Centres?", "Kemm minn dawn il- GP's part-time fil-Primary Health Care diġa' qegħdin jaħdmu mal-Gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li d-Dipartiment tas-Saħħa, sat- 13 ta` Frar, iffirma ftehim ma 14-il tabib biex jaħdmu part-time b`kuntratt mad-dipartiment.", "Minn dawn hemm 4 li jaħdmu mal-Gvern", "SAJJIEDA", "3179.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux arranġamenti sabiex sajjieda fulltime li jistadu 'l barra mill-ibħra territorjali ta' Malta, jingħataw diesel bla dazju/sisa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2116 tal-21 ta' Jannar 1997.", "MĠARR - TRIQ PRINĊIPALI", "3180.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex tiġi uplifted it-Triq Prinċipali ta' l-Imġarr, Malta li minn ħdejn St Pius Street twassal sal-Bajja tal-Ġnejna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Din it-triq tinsab imdaħħla fil-programm ta' l- upgrading ta' toroq li għandu d-Dipartiment tat-Toroq u x-xogħol meħtieġ isir skond il-prijoritajiet.", "MTARFA - LANDSCAPING", "3181.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol ta' landscraping fl-Imtarfa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "P.A.- APPLIKAZZJONIJIET", "3182.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar da parti ta' l-Awtorita' tad-Djar u għalxiex inhuma, u meta saru?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar għandha tlett applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dawn huma:- Bini ta'żewġ maisonettes u żewġ garaxxijiet fl-Imsida Swatar li saret fis-6 ta' Jannar 1997; Bini ta' żewġ maisonettes u żewġ garaxxijiet f'San Gwann li saret fid-29 ta' Diċembru 1994; uBini ta' 13 Terraced Bungalows fl-Imtarfa li saret fl- 1991.", "PROPRJETA' GOVERNATTIVA", "3183.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra hux possibbli li jsir set ta' survey sheets tal-proprjeta' governattiva ta' Malta li jkunu murija b'mod permanenti għall-pubbliku, u safejn hu possibbli jsir indiċi li juri t-titolu relattiv?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fid-Dipartiment ta' l-Artijiet hemm survey sheets\" li juru l-entita' tal-proprjeta' tal-Gvern, b'esklużjoni iżda ta' dik l-art li saret tal-Gvern skond id-disposizzjonijiet ta' l-Att IV ta' l- 1992.", "Dawn is-survey sheets jinstabu fid-Drawing Office tad-dipartiment u huma aċċessibbli għall-pubbliku.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - AVUKATI", "3184.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm Avukati impjegati mal-Land Department u kemm ġew finalizzati legal advices għall- akkwist ta' proprjeta' matul (a) Novembru 1996; Diċembru 1996; u (c) Jannar 1997 mill-istess Legal Department?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li fid-Dipartiment ta' l- Artijiet hemm avukat wieħed.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda matul ix- xhur imsemmija mill-Onor.", "Interpellant l-Avviżi għal Ftehim Notice to Treat li intbagħtu kienu:", "F'Novembru 1996 - NIL F'Dicembru 1996 - 5 F'Jannar 1997 - 10", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "3200.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jispjega kif impjegati tal-Gvern u li qegħdin on loan mal- Korporazzjoni Enemalta li qed jaslu għall-pensjoni qed jingħataw informazzjoni li mhux se tingħatalhom is-somma dovuta lilhom jew li din se tkun drastikament inqas milli kienu qegħdin jistennew?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-ħlas ta` pensjonijiet li qed jirreferi għalihom l- Onor. Membru jsir mid-Dipartiment tat-Teżor.", "Għalhekk l-Onor.", "Membru jista`, jekk irid, jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MOSTA - TRIQ IL-KULTELLAZZ", "3201.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex ix-xogħol fi Triq il- Kultellazz, il-Mosta, jinsab wieqaf?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol tat-tarmac li baqa' isir f'din it-Triq ġie kwantifikat u qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex dan flimkien ma' xogħol ieħor simili jitkompla skond ir-riżorsi u l-prijoritajiet tad- Dipartiment.", "P.A. - TALBA MILL-KUNSILL LOKALI TAL-FGURA", "3212.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċevitx xi applikazzjoni mill- Kunsill Lokali tal-Fgura għal xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l- Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet talba f`isem il-Kunsill Lokali tal-Fgura għal xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar u Triq Hompesch, il-Fgura.", "Ix-xogħlijiet jikkonsistu fi qlugħ tas-siġar tal-Ficus, sabiex jerġgħu jinżergħu f`post ieħor, u rranġar tal-bankini eżistenti.", "Id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura ma sabx oġġezzjoni sabiex jiċċaqalqu dawn is-siġar, biss fl-ittra li l-Awtorita` bagħtet lil perit tal-Kunsill għamlitha ċara li l-istess Kunsill xorta waħda kellu jġib l-approvazzjoni minn dipartimenti oħrajn.", "Għal dak li għandu x`jaqsam ma` xogħlijiet tal-bankini, dan huwa żvilupp permessibbli skond l-Avviż Legali numru 178 ta` l-1993.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "3213.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3014, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Action Committee ta' Buġibba ssottomettiex applikazzjonijiet għax-xogħlijiet li qed isiru f'Buġibba?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MIA - IMPJEGATI TEKNIĊI", "3214.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3012, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabbilitajiet tat-23 impjegat tekniku?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li r-responsabbiltajiet tat-23 impjegat tekniku tal-Malta International Airport Ltd. huma: proġetti ġodda, tibdil Alterations, manutenzjoni preventiva fuq is- sistemi kollha u tiswijiet ta' ħsarat.", "Tajjeb li jingħad li s-snajja' huma dawk ta' technicians plumbers, electricians, mechanical u electronics u mastrudaxxi.", "TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - ĦADDIEMA", "3215.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, x'inhu l-grad tagħhom u f'liema sezzjoni tad-dipartiment jaħdmu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li fit-Taqsima tax-Xogħlijiet in- numru ta' ħaddiema huwa ta' 4484.", "Il-gradi u s-sezzjoni li fiha jaħdmu f'din it-Taqsima huma kif jidhru f'lista li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "GĦAWDEX - BIĊĊA ART", "3216.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numri 249,257 u 2965, jista' l-Ministru jgħid x'qies fiha (f'metri kwadri) l-biċċa art li ġiet identifikata fil-Qala, Għawdex mill- avukat ta' l-Onor Dom.", "Mintoff u li preżentament it-trattazzjonijiet fuqha qed isiru mad-Dipartiment ta' l-Artijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: F'dan l-istadju ma hemm xejn aktar x'inżid mat- tweġiba li ngħatat għall-Interpellanza numru 249.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "BORMLA - TRIQ IX-XATT", "W25.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li Triq ix-Xatt, f'Bormla (li hi magħrufa bħala taħt il-Baċir) kull meta tagħmel ftit xita, id-djar u garaxxijiet li hemm f'din it-triq jegħrqu, u peress li dan l-inkonvenjent ilu issa għal ħafna snin, jista' l-Ministru jara li jsir dak li hu neċessarju sabiex tittaffa' din il- problema?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jistudja l-problema u jfassal pjan biex tiġi solvuta.", "Wieħed ta' min jinnota li parti mill-ilma li jaqa' fi Pjazza Gravino Gulia jiġi min-naħa tal-Fgura u bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet sabiex dan l-ilma jintlaqa' qabel ma jasal Bormla.", "B'hekk din il-problema tkun tista' tittaffa'.", "ETC - BORD TAD-DIRETTURI", "W26.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi ta' l-Employment and Training Corporation?", "Kemm jitħallsu u x'benefiċċji oħra għandhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nixtieq lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi għall-Gazzetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Frar, 1997 numru 16,408.", "Dwar it-tieni parti, ir-remunerazzjoni fis-sena huma ta' Lm4,000 liċ- Chairman u Lm800 lill-Viċi Chairman u lill-membri.", "L-uniku benefiċċju hu liċ-Chairman li għandu karozza.", "QRATI - MULTI", "W27.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mill-1987 sa l-1996 kemm kien: a) l-ammont totali ta' multi ordnati mill-Qrati; b) l-ammont ta' flus miġbura minn ħlas ta' multi u c) l-ammont li għadu pendenti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "QRATI - MULTI", "W28.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' multi mhux imħallsa fil-31 ta' Diċembru, 1996 maqsuma: a) skond is-sena li ġew deċiżi; u b) skond in-natura tal-multa (eż. traffiku)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel biex jipprova jiżgura li dawn jinġabru?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija qed tinġabar u l- informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.", "Dwar il-ġbir ta' flus qed issir sistema komputerizzata li se tgħin biex jitħaffu l-proċeduri biex ħafna minn dawn il-multi jinġabru.", "Qed tiġi riveduta l-proċedura eżistenti biex il-ġbir ta' multi tat-traffiku jitħaffef.", "Għal dan il-għan qed isiru diskussjonijiet bejn il-Qorti u d-Dipartiment tal-Liċenzji sabiex il-liġi li kienet approvata mill-Parlament li permezz tagħha dawk li ma jħallsux multa tat-traffiku ma tiġġeddilhomx il-liċenzja tiġi nforzata.", "QRATI - KUMMISSARJI TAL-ĠUSTIZZJA", "W29.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġusizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Kummissarji tal-Ġustizzja, meta ġew appuntati u meta jiskadi l-appointment tagħhom, kemm jitħallsu u kemm kull wieħed minnhom żamm seduti matul l-1996?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:- |Kummissarj|Data ta' |Numri ta'| |u |l-Appointa|Seduti | |tal-Ġustiz|ment |Matul | |zja | |l-1996 | |Dr Louis |26 ta' |185 | |Vella LLD |Settembru | | | |'96 | | |Dr Benny |24 ta' |183 | |Delia LLD |Diċembru, | | | |'95 | | |Dr Joseph |24 ta' |181 | |Zammit |Diċembru, | | |Maempel |'95 | | |LLD | | | |Dr Anthony|24 ta' |213 | |Farrugia |Diċembru, | | |Sacco LLD |'95 | | |Dr Ramon |26 ta' |202 | |Rossignaud|Settembru'| | |LLD |96 | | |Dr Alex |27 ta' |171 | |Perici |Ġunju, '95| | |Calascione| | | |LLD | | | |Dr John |17 ta' |185 | |Laferla |Mejju '95 | | |LLD | | |", "L-appointment tagħhom jiskadi wara sentejn mill-ħatra tagħhom.", "Il- Kummissarji tal-Ġustizzja jitħallsu Lm15 għal kull seduta li jagħmlu.", "QRATI - MEMORANDA", "W30.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- memoranda li rċieva mill-Kamra tal-Prosekuturi Legali, mill-Kamra ta' l- Avukati, mill-Kamra tan-Nutara u minn assoċjazzjonijiet oħra, dwar kif jaraw il-problemi fil-qasam ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-oqsma l-oħra li għalihom hu responsabbli?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Memoranda li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant ġiet mogħtija mill-Għaqdiet rispettivi fuq bażi personali u konfidenzjali.", "Għalhekk ma nħossx li dawn għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Pero' ma nsib l-ebda oġġezzjoni jekk l-Onor.", "Interpellant jiksibhom minn għand l-għaqdiet konċernati.", "LOCAL COUNCILS CONTRACT UNIT", "W31.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista tax-xogħol kollu li qed isir mill-Local Councils Contract Unit għal kull kunsill lokali u għal kull biċċa xogħol jindika meta hu mistenni li jispiċċa x-xogħol u kemm se jħallas il-kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Lista tax-xogħlijiet kollha li qed isiru mill- Local Councils Contract Unit lill-kunsilli lokali fuq talba tagħhom stess tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Id-dati ta' meta jitlestew ix-xogħlijiet ma jistgħux jingħataw minħabba diversi raġunijiet fosthom li mill-kunsill stess ġieli jbiddlu l-andament tax-xogħol minħabba xogħlijiet urġenti li jinqalgħu.", "Il-ħlas dovut ta' kull biċċa xogħol jinħareġ wara li jkun tlesta x-xogħol kollu.", "KUNSILL TA' L-EWROPA", "W32.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-European Charter of Local Self-Government tal-Kunsill ta' l-Ewropa li ġiet ratifikata minn Malta fis-6 ta' Settembru, 1993 u jgħid jekk Malta għamlitx xi riżervi u jekk iva, x'kienu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kopja tal-European Charter of Local Self-Government tal-Kunsill ta' l-Ewropa addottat fi Strasbourg fil-15 ta' Ottubru, 1985 u li d-dokument tar-ratifika ġie ddepożitat minn Malta mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa fis-6 ta' Settembru, 1993 tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra .aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija aktar kmieni f'din is-Seduta tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dokument tal-Kunsill ta' l-Ewropa li jinkludi l-Proces Verbal dwar ir-ratifika ta' Malta u li jindika dawk l- Artikli u partijiet ta' Artikli taċ-Charter msemmi li magħhom Malta ntrabtet.", "GĦAWDEX - FDALIJIET FIL-BLAT", "W33.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret mid-Dipartiment tal- Mużewijiet dwar \"raddi u fdalijiet oħra' fil-Blat f'Ta' Durell, fis-Sannat, Għawdex\", wara li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar stqarret li l-proprjeta' tinsab fil-periklu li tiġi danneġġjata jew distruttra (Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta' Novembru, 1996 - 16372 - P. 7733)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-fdalijiet li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant ġew spezzjonati mill-uffiċjali tat-Taqsima ta' l-Arkeoloġija fid- Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Wara kollaborazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, dawn il-fdalijiet qed jiġu skedati biex il-preservazzjoni tagħhom tiġi assigurta."]} {"filename": "19970422_051d_par.doc", "date": "1997-04-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 51 It-Tlieta, 22 ta' April, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 51", "It-Tlieta 22 ta' April, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "51", "It-Tlieta, 22 ta' April, 1997", "WERREJ MINUTI 659", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 659", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 665", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL (TIENI QARI U KUMITAT) 666", "PERMESS TAL-KAMRA 678", "AĠĠORNAMENT 690", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 695", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 50 li saret fit-22 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI REĊIDIVI", "3058.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' released prisoners li reġgħu waqgħu għall-kriminalita' u li allura spiċċaw fil-ħabs mill-ġdid f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Dawn ir-reċidivi qed jitħallew dejjem u f'kull ħin separati minn dawk li jkunu first offenders jew minn dawk li jkunu taħt arrest preventiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): F'dawn l-aħħar ħames snin 141 priġunier reġgħu daħlu l-ħabs biex jiskontaw sentenza.", "Fil-limitazzjonijiet eżistenti m'huwiex possibbli li ssir separazzjoni totali bejn priġunieri reċidivi u first offenders minbarra fil-każ ta' first offenders taħt il-21 sena li qed jitqiegħdu f'diviżjoni apposta tal- juveniles.", "Iżda fejn hu possibbli priġunieri sentenzjati jinżammu f'diviżjonijiet separati minn dawk li qegħdin taħt arrest preventiv.", "ĦABS ĊIVILI - REMUNERAZZJONI", "3059.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħlas qed jingħata għax- xogħol li jagħmlu l-priġunieri fil-ħabs?", "Hemm biżżejjed xogħol għall- popolazzjoni kollha ta' priġunieri fil-ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed isir ħlas ta' Lm2 fil-ġimgħa lil dawk il- priġunieri li jagħmlu xogħol kemm ta' tindif kif ukoll xogħol ieħor li jsir fil-faċilita'.", "Ir-risposta għat-tieni parti ta' din il-mistoqsija parlamentari, jiġifieri jekk hemmx biżżejjed xogħol għall-popolazzjoni kollha ta' priġunieri fil-ħabs, hi fin-negattiv.", "ĦABS ĊIVILI - TOILETRIES", "3060.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu frekwenti l-għoti ta' ħwejjeġ u affarijiet biex wieħed jinħasel - sapun, shampoo, eċċ. - jew toiletries lill-priġunieri, l-aktar lil dawk li ma għandhomx min iżurhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kull priġunier jingħata b'xejn kull ħmistax sapuna, 200gr washing powder u żewġ rollijiet toilet paper.", "Dawk li ma għandhomx min iżurhom u lanqas mezzi, li ġeneralment huma priġunieri barranin, jingħataw sapun, shampoo u toileteries oħra mingħajr ħlas skond il-ħtieġa.", "ĦABS ĊIVILI - AFTER-CARE TAL-PRIĠUNIERI", "3061.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min fil-preżent qed jieħu ħsieb l-after-care tal-priġunieri li jkunu skontaw il-piena, bħal per eżempju, akkomodazzjoni soċjali, servizzi soċjali, xogħol u ħteġijiet mediċi?", "Dawk il-priġunieri li jkunu skontaw il-piena u jkunu se jerġgħu jintegraw fis-soċjeta' qed jingħataw benefiċċji ta' diżimpjieg jekk ikunu għadhom qed jgħixu mal-familji tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv kemm f'kull ġimgħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Priġunieri li jiskontaw sentenza jingħataw servizz ta' after-care mill-correctional supervisor inkarigat mir-riabilitazzjoni fil- Faċilita' Korretiva ta' Kordin.", "Fil-fatt jien nista' ngħid li għadni ma tantx jien sodisfatt għax ma nħossx li għadna servizzi biżżejjed f'dan ir- rigward u għalhekk irridu naħdmu iktar fuq dan l-aspett.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi t-tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "3062.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi t-timetable ta' dawk li huma awaiting-trial prisoners u sentenced prisoners fil-Ħabs ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, jiġifieri x'inhi t-timetable ta' dawk li huma awaiting-trial prisoners u sentenced prisoners fil-Ħabs ta' Kordin.", "ĦABS ĊIVILI - YOUTH DIVISION", "3063.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-kriterju li abbażi tiegħu priġunieri jitpoġġew fil-youth division u kemm hu n-numru ta' ħelsien fil-youth division?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kriterji li fuqhom priġunier jitqiegħed fid- diviżjoni tal-juveniles huma li jkunu first-time offenders u bejn l-eta' ta' 16 u l-21 sena.", "Jekk priġunier li jissodisfa dawn il-kriterji jitqiegħedx fid-diviżjoni tal-juveniles jew le jiddependi mill-pariri li l- awtoritajiet tal-ħabs jingħataw mill-psikologu u psikjatra li jkunu assessjaw il-priġunier.", "Fl-10 ta' April, 1997 kien hemm għaxar priġunieri f'din id-diviżjoni.", "KUNSILLI LOKALI - KONFINI", "4213.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri bir-rapport li tlesta mill- Kumitat għar-Reviżjoni tal-Konfini tal-Kunsilli Lokali mwaqqaf mill- Kummissjoni Elettorali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li rċeviet ir-rapport il- Kummissjoni Elettorali qed tkompli tagħmel il-konsultazzjonijiet meħtieġa kif stipulat fl-Artikolu 3 (3) ta' l-Att ta' l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk id- dipartiment għandux xi kuntatt mal-Kummissjoni Elettorali biex jiżguraw li dan ix-xogħol jitħaffef kemm jista' jkun, in vista ta' l-anzjeta' ta' diversi kunsilli lokali biex jiddeterminaw din il-kwestjoni darba għal dejjem.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mal-Kummissjoni Elettorali ltqajna wkoll, għandha proċedura stabbilita biex il-konsultazzjoni tagħmilha kif tistipula l-liġi u ġejt assigurat li jiżbrigaw ix-xogħol kemm jistgħu ħalli jikkonkludu dan l-inkarigu tagħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt id-dipartiment se jagħmel sottomissjonijiet hu wkoll jew se jibqa' above ir-rakkmandazzjonijiet li hemm u jistenna biss ir-rakkmandazzjonijiet finali min-naħa tal-kummissjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Effettivament id-deċiżjoni aħħarija hija f'idejn il-kummissjoni.", "Peress li diġa' kien hemm is-sottomissjonijiet mill- kunsilli u mill-partijiet konċernati kollha li forsi aktar qegħdin idonei li jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom ma jidhirlix li d-dipartiment kellu jagħmel xi sottomissjonijiet partikolari.", "ZABBAR - MEWTA FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "4282.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultat ta' l-inkjesta li saret dwar il-mewta traġika taż-żagħżugħ minn Ħaż-Żabbar li ħalla ħajtu fuq il-post tax-xogħol fil-Fgura x-xahar li għadda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "EU - YOUTH FOR EUROPE III", "4283.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jkompli l-proċess biex iwettaq il-Programm Youth for Europe III?", "Jista' jgħid huwiex intenzjonat li jkompli bl-impenn li jiffinanzja parti mill-ispiża ta' dan il-programm li hu mħallas mill-Protokoll Finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ir-risposta għall-mistoqsijiet ta' l-Onor.", "Interpellant huma fl- affermattiv.", "QRATI - SEDUTI DIFFERITI", "4284.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm seduti ġew differiti fil- Qorti tal-Maġistrati mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-18 ta' Marzu, 1997 u mil- liema maġistrati?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' seduti li ġew differiti fil-Qorti tal-Maġistrati mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-18 ta' Marzu,1997 u l-maġistrati li ddiferew dawn is-seduti huwa kif ġej:-", "MAGISTRAT NRU TA' SEDUTI QORTI TAL-MAGISTRATI (MALTA", "Dr.J.Padovani 5 Dr.J.Apap Bologna 1 Dr.N.Cuschieri 10 Dr.D.Scicluna 9 Dr.D.Montebello 3 Dr C.Farrugia Sacco 2 Dr.G.Grixti 4 Dr.T.Micallef Trigona 9 Dr.A.Lofaro 3", "MAGISTRAT NUMRU TA' SEDUTI", "Dr.C.Peralta 2 Dr.G.Grixti 4", "AIR MALTA - BORD TAD-DIRETTURI", "4285.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri kollha tal-Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta kif ukoll kemm jitħallsu u x'benefiċċji oħra jgawdi kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru)(f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Il-membri tal-bord tad-diretturi ġew imħabbra fuq il-mezzi kollha fis-7 ta' Marzu.", "Il-ħlas u l-benefiċċji kollha baqgħu kif kienu qabel.", "AIR MALTA - CHAIRMAN", "4286.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-ħatra taċ-Chairman ta' l-Air Malta hijiex ħatra eżekuttiva u kemm se jitħallas u x'benefiċċji oħra jgawdi?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk wara din il-ħatra l-persuna konċernata għadhiex ukoll konsulent tal-Ministru?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru mingħajr Portafoll li qed jissostitwixxi lill-Ministru tat-Turiżmu li huwa assenti, jgħidli - ma nafx jekk jistax jgħidli hu - jekk fil-fatt, indipendentement minn jekk il- ħatra saritx formalment, iċ-chairman attwali ta' l-Air Malta huwiex ukoll chief executive jew qed jaġixxi bħala tali llum?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru tat-Turiżmu huwa msiefer fuq xogħol tal- Gvern u kif diġa' intqal fir-risposta għad-domanda oriġinali, ir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.", "MSU - PROJECT MANAGER", "4287.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu l-project manager li ġie mpjegat ma' l-MSU b'kuntratt definit f'Novembru 1996 u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-project manager li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Membru kien Javid Kandloosi.", "Dan kien iffirma l- kuntratt qabel l-elezzjonijiet ġenerali, jiġifieri fit-12 ta' Settembru, 1996 u ttermina l-kuntratt minn jeddu fis-17 ta' Jannar, 1997.", "PBS - GENERAL MANAGER", "4288.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt definit iffirmat f'Diċembru 1996 tal-general manager tal-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlix li huwa xieraq li l-kuntratt definit tal- general manager ta' kumpannija kummerċjali, bħalma hi l-PBS, isir pubbliku.", "Nista', madankollu, nassigura lill-Onor.", "Membru li s-salarju tal-general manager huwa ħafna inqas minn dak tal-predeċessur tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ladarba l-Prim Ministru qalilna li dan huwa kuntratt definit, jista' jgħidilna għal liema perijodu hu?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk niftakar tajjeb huwa għal perijodu ta' sentejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ladarba l-Prim Ministru qed jassigurana li s-salarju tal-general manager huwa ħafna inqas minn dak tal-predeċessur tiegħu u allura qed jagħti indikazzjoni ċara ta' x'inhu dan is-salarju, peress li dak tal-general manager ta' qablu kien pubbliku, ma nistax nara fejn hu dan l-interess kummerċjali li qed jgħid.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena ma tajt l-ebda indikazzjoni ċara, Sinjura President.", "Effettivament indikajna li s-salarju huwa inqas biex il- prijorita' li hemm fil-każ tal-PBS li tikkonserva l-flus u ma jkunx hemm sparpaljar ta' riżorsi tiġi affermata.", "U peress li l-kuntratt tal- predeċessur ta' l-incumbent preżenti ċertament li ma kienx ippubblikat imma kienet ħarġet l-informazzjoni, kien xieraq li nagħtu indikazzjoni li l- incumbent preżenti għandu remunerazzjoni inqas minn dak ta' qablu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-Prim MInistru semma ir-remunerazzjoni, jista' jagħti indikazzjoni dwar il-fringe benefits li jista' jkun hemm?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bl-istess argument ta' qabel, il-fringe benefits ma kenux iktar - u żgur m'humiex iktar - mill-fringe benefits tal-predeċessur ta' dak preżenti.", "PULIZIJA - BALLU", "4289.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min investiga r-rapport ta' daqq u kant ta' l-innu Laburista waqt il-ballu tal-pulizija fil-Milied, lil min interroga, u jistax ipoġġi kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'hemm xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 3513.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3513 il-Prim Ministru kien qal li dan qed jiġi nvestigat, jien tlabt iktar informazzjoni sussegwenti għad-data ta' meta ngħatat dik ir-risposta.", "Jiġifieri ma narax kif il-Prim Ministru jista' jsostni li m'għandu xejn x'iżid, sakemm m'huwiex qed jgħid li fil-fatt l- investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Effettivament, Madam Speaker, kien hemm risposta fuq dan il-każ li kienet tgħid li l-investigazzjonijiet ma waslu mkien.", "L- Onor. Interpellant għandu żball li ma qarax ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3513, li kienet tgħid hekk:", "\"Ninsab informat li mill-istħarriġ li sar ma rriżultawx il-fatti kif ġew rapportati.\".", "FIS - KONFERENZA DWAR L-AGRIKOLTURA U SAJD", "4386.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min kienu l-parteċipanti fil-Konferenza dwar l-Agrikoltura u Sajd li ġiet organizzata f'Malta wara l-21 ta' Marzu, 1997?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta bdew il-preparamenti għal din il-Konferenza dwar l-Agrikoltura u Sajd fir-reġjun?", "X'tibdil sar mill- programm oriġinali ta' din il-konferenza dwar suġġetti diskussi fil- konferenza?", "X'kien il-kontribut tal-Gvern Malti - f'termini ta' flus - għal din il-konferenza?", "Min ħallas id-differenza ta' l-ispejjeż?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA(Ministru tal-Biedja u Sajd): Il-konferenza ġiet organizzata mill-Foundation for International Studies fi ħdan l-Universita' ta' Malta u għaldaqstant aktar tagħrif dettaljat jista' jinkiseb mingħand din il-Fondazzjoni.", "Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd ħallas l-ispejjeż li kien mitlub biex jikkoordina matul din l-attivita'.", "UNIVERSITA' - PULIZIJA STUDENTI", "4438.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li fil-preżent qegħdin isegwu xi kors fl-Universita' ta' Malta?", "Jista' jgħid kemm minnhom qed isegwu l-kors tal-liġi?", "Fejn huma stazzjonati dawn il-pulizija/studenti fil-preżent, in vista tal- kors li qed isegwu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA BARRANIN", "4453.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Cassar) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Marzu, 1997 (P.2056) dwar l-ingaġġ ta' ċittadini barranin residenti f'Malta bħala għalliema fuq bażi ta' kuntratt, jista' l-Ministru jgħid x'nuqqas ta' għalliema hemm fl-iskejjel sekondarji/post sekondarji li jiġġustifikaw dan l-ingaġġ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Marzu għandu l-iskop li fil-bidu tas-sena skolastika d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni jkollha lista ta' nies ikkwalifikati biex jimlew il-vakanzi li jinqalgħu minħabba żieda fin-numru ta' studenti, nies li jirtiraw mis- servizz, li jieħdu promozzjoni, ikunu fuq sick leave fit-tul, maternity leave jew leave bla ħlas.", "Id-Diviżjoni tingaġġa ċittadini barranin meta l-lista tal-Maltin tintemm u dan jista' jiġri f'kull suġġett li għalih saret is-sejħa.", "Fl-iskejjel post sekondarji ma nstabux biżżejjed għalliema tal-Ġermaniż, computing, accounts u navigation studies u għalhekk infetħu l- applikazzjonijiet anke għall-barranin.", "LIBRERIJA PUBBLIKA - XIRI TA' KOTBA", "4454.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Cassar) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba mid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji matul ix-xhur ta' Jannar u Frar u b'mod ġenerali jagħti klassifika?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif qed isir ix-xiri ta' kotba b'ilsna barranin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Numru ta' kotba li nxtraw mill-Librerija Pubblika matul ix-xhur ta' Jannar u Frar - 2813 li jikkonsistu:", "1904 pubblikazzjonijiet lokali (dawn inxtraw minn għand il-pubblikaturi Maltin);", "909 pubblikazzjonijiet barranin li nxtraw minn barra mingħand Morley Books Ltd;", "Il-pubblikazzjonijiet lokali jinkludu:", "846 ktieb ta' l-istejjer għat-tfal; 565 ktieb ta' l-istejjer għall-kbar; 74 ktieb ta' fatti vera għat-tfal; 419 ktieb ta' fatti vera għall-kbar.", "Il-pubblikazzjonijiet barranin jinkludu:", "458 ktieb ta' l-istejjer għat-tfal; 217 ktieb ta' l-istejjer għall-kbar; 234 ktieb ta' fatti vera.", "Il-kotba kollha qed jiġu magħżula minn kumitat apposta taħt id-direzzjoni ta' l-uffiċjal inkarigat fis-sezzjoni tax-xiri tal-kotba li jikkunsidra prinċipalment is-suġġerimenti tal-pubbliku, l-istaff konċernat mis-self tal- kotba u l-opinjonijiet ta' nies oħra ntiżi sew fl-oqsma ta' l-ilsna barranin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, nixtieq nistaqsi jekk teżistix video library tal-gvern fejn wieħed ikun jista' jissellef il-videos.", "Jien naħseb li dan ikun importanti li jsir u jista' jsir ukoll b'kooperazzjoni mal- kunsilli lokali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, fil-fatt jekk irridu nimxu fid-direzzjoni li tindika anke t-teknoloġija tal-lum irridu mmorru lejn libreriji multi- media.", "Għadna lanqas għandna libreriji tal-kotba suret in-nies, aħseb u ara kemm għandna libreriji kif qed jindika l-Onor.", "Interpellant!", "S'intendi x-xogħol li jrid isir huwa li l-ewwel nirranġaw dak li għandna mbagħad immorru mhux biss għall-video tapes imma anke għall-audio u l-użu ta' l- informatika fil-libreriji.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' sejħa interna għall-applikazzjonijiet biex jimtela l-post ta' sports manager fl-Universita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W381.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont ta' bejgħ ta' petrol u gasoil bejn l-1994 u l- 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4646.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' korrezzjonijiet magħmula mill-Control Committee maħtur skond l-Artiklu 17 tal-ftehim milħuq bejn il-Vatikan u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill-Gvern.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-24 ta' Marzu 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, naħseb li din il-liġi kienet l- ewwel waħda li ġiet introdotta f'dan il-Parlament u kien hemm diskussjoni sħiħa fuqha.", "Wara l-mandat ċar li rċeva mill-poplu, il-Gvern kellu żewġ toroq x'jagħmel.", "Kellu l-għażla li jwaqqaf kummissjoni politika u jistrumentalizzaha politikalment - dan ma kienx ikun ta' ġid għal pajjiżna, anzi kien ikompli jżid id-doża politika - u kellu wkoll it-triq iktar serja u effiċjenti li jwaqqaf tribunal indipendenti li jaħdem fil-pubbliku, li jkun ekwu u jagħti deċiżjonijiet li mbagħad jiġu applikati.", "Il-Gvern Laburista mill-ewwel ittrasmetta l-messaġġ tiegħu ta' serjeta'.", "Il-Gvern wera li jrid jaħdem b'mod modern u effiċjenti u għalhekk għażel li jwaqqaf dan it-tribunal.", "Madam Speaker, jien ma ppretendejtx li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tikkritikax jew ma tagħmilx l-oġġezzjonijiet tagħha għax fuq kollox ir- rwol ta' l-Oppożizzjoni huwa li tikkritika imma fil-kritika tagħha spikka b'mod partikolari n-negattiviżmu.", "Ipprovaw jagħtu interpretazzjonijiet anke tal-liġi eżistenti u kkwotaw il-liġi b'mod li jħawdu l-imħuħ.", "Dan jirrifletti biċ-ċar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed tikkonvinċi lilha nnifisha - jew tipprova tikkonvinċi - li fi żmienhom, għallinqas bejn l- 1992 u l-1996, għamlu kollox tajjeb u allura kien il-poplu li żbalja fl- elezzjoni ta' Ottubru li għadda meta ddeċieda bl-iktar mod ċar li ma kienx kuntent bil-performance tal-Gvern Nazzjonalista.", "Jien lil tan-naħa l-oħra nawguralhom li jibqgħu sejrin kif inhuma li jattribwixxu t-telfa tagħhom elettorali bħala żball tal-poplu.", "Din tikkonfermalna li qed nimxu tajjeb u li qegħdin fit-triq li l-poplu vvota għaliha.", "Imma issa ħalli nwieġeb għal ċerti punti saljenti li tqanqlu matul il-kritika li saret minn sħabna ta' l- Oppożizzjoni.", "Wara li l-Onor.", "Austin Gatt għamel l-intervent tiegħu, l-Onor.", "Membri li tkellmu warajh komplew idoqqu l-istess diska u ma kien hemm xejn ġdid f'dak li qalu.", "Waħda mill-affarijiet li semma' l-Onor.", "Membru kienet dwar il- liġijiet li għandu quddiemu l-Gvern Laburista fil-programm tiegħu.", "Se nirriferi għal xi wħud minnhom, apparti li fl-opinjoni tagħna din il-liġi hija importanti u kienet waħda mill-liġijiet ewlenin li enfasizzajna fuqha fil-kampanja elettorali.", "Għandna wkoll il-liġi li dalwaqt nintroduċu tal-maġistrat inkwirenti.", "Din hija ntiża biex b'mod serju u effettiv inkunu nistgħu nattakkaw il- korruzzjoni b'mod li l-poplu jbiddel fhemtu u jibda jħares lejn il-politiku bl-iktar mod li aħna nixtiequ, jiġifieri li l-politiku qiegħed hemm biex jagħti servizz bl-aħjar mod li jista'.", "Jien nazzarda ngħid li anke meta niġu biex nagħmlu din il-liġi tal-maġistrat jew il-prosekutur inkwirenti se nsibu wkoll lil tan-naħa l-oħra ma jaqblux magħna.", "Forsi se jgħidu li l- Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni li kien waqqaf il-Gvern Nazzjonalista kienet effettiva u anke ħadet ħsieb każi, bħall-każ famuż tal- makni tal-biljetti, kif ukoll inkjesti simili.", "Ma nistgħaġibx li anke fuq liġi ta' din il-portata se jkun hemm il-kritika negattiva li smajna s'issa.", "Hemm ukoll il-liġi ta' l-awditur.", "Din se ssaħħaħ bis-sħiħ il-pożizzjoni tad-Direttur tal-Verifika ħalli dan ikun jista' jindaga u jikkontrolla n- nefqa pubblika.", "Mhux se jikkontrolla b'mod li jżomm in-nefqa pubblika imma jaċċerta li n-nefqa pubblika ssir b'mod effiċjenti.", "Il-fondi li l-Gvern jalloka fil-budget annwali u fl-andament tax-xogħol tiegħu se jkunu kontinwament monitered minn awtorita' indipendenti u awtonoma.", "Din se jkollha l-istruttura u r-riżorsi neċessarji biex l-Awditur ikun verament il- mezz ta' kontroll fuq in-nefqa pubblika.", "Jien nemmen li din se tkun liġi li se tissana lil dan il-qasam hekk importanti tan-nefqa pubblika.", "Dan huwa wieħed mit-topics li ħafna oqsma għas-soċjeta' Maltija, speċjalment l-oqsma ekonomiċi, jagħmlu riferenza għalih u tajjeb li jingħata l-konsiderazzjoni meħtieġa.", "Hemm il-liġi tal-political nominees - diġa' sar l-Ewwel Qari tagħha - li l-Gvern Laburista ddeċieda li jabbroga.", "Din bilfors trid issir.", "Bħalissa l-liġi tagħti lok fejn wieħed mid-diretturi, fuq kumpanniji jew korporazzjonijiet pubbliċi, ikun membru politiku li ċertament l-interess tiegħu jkun lejn il-partit li jinnominah u mhux lejn il-korporazzjoni li jirrapreżenta.", "Dan huwa element li jikkonfliġġi ma' l-obbligi ta' direttur f'kumpannija jew f'korporazzjoni li jħares l-ewwel u qabel kollox l- interess ta' dik il-korporazzjoni jew kumpannija u mhux l-interess tal- partit politiku li jappuntah.", "Dan ifisser li bil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi u bit-tisħiħ tal-liġi ta' l-awditur se jkun hemm l-istrutturi neċessarji li jikkontrollaw u jagħmlu s-supervision neċessarja fuq dawn il- korporazzjonijiet.", "Dan isir anke fuq kumpanniji li jkunu ġew kostitwiti bħala kumpanniji privati taħt il-Companies Act minkejja li jkunu ġew imwaqqfa bi flus il-poplu bħal, per eżempju, fil-każ ta' Posta Ltd, li hija kumpannija li ngħatat fondi pubbliċi għalkemm twaqqfet taħt il- Companies Act.", "L-effett ta' dan kien li din ħadet deċiżjonijiet minkejja li qed tamministra u tħaddem flus tal-Gvern dwar art f'Ħal Qormi, fejn bl- ebda mod ma ġew osservati l-kriterji normalment aċċettabbli meta jkollok nefqa pubblika, tant li anke l-Awditur ikkundanna dan it-tip ta' aġir.", "U għalhekk il-fatt li jkollok direttur hemmhekk innominat minn partit ma jkun jiswa xejn għax irid ikollok l-istrutturi neċessarji indipendenti li jikkreaw dak il-kontroll u dak il-bilanċ neċessarju ħalli l- korporazzjonijiet, l-istituzzjonijiet governattivi jew fejn il-Gvern għandu l-interess jibqgħu mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "F'seduta speċjali għaddejna l-liġi dwar id-Drydocks għax il-problema reali tad-Drydocks kienet ilha tissemma ħafna imma ftit ittieħdet azzjoni konkreta dwarha.", "Għandna l-liġijiet dwar l-assigurazzjoni biex insaħħu dan il-qasam li jidher li se jiżviluppa ħafna bis-saħħa tal-liġijiet fiskali li jipprevalu, liġijiet li kienu saru fi żmien Gvern Nazzjonalista bi qbil u b'kollaborazzjoni sħiħa min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista dak iż-żmien.", "Tajjeb insemmu li meta l-Oppożizzjoni Laburista ħasset li kien hemm liġijiet validi kkontribwiet bis-sħiħ ħalli tikkrea dik l-istabbilta' neċessarja biex dawn il-liġijiet ikunu effettivi f'pajjiżna.", "Għandna l- liġi li se tirrimpjazza l-VAT li hija liġi sostanzjali wkoll u dalwaqt tiġi ppreżentata quddiem dan il-Parlament.", "Madam Speaker, qed ngħid dan kollu għax il-Gvern Laburista ġie kkritikat li m'għandux programm ta' liġijiet.", "Programm ta' liġijiet għandna imma l-bieraħ kien hemm oġġezzjoni għall- mozzjoni li ressaqna biex ikun hemm laqgħat aktar spissi tal-Parlament.", "Jien ma stajtx ma nagħmilx rimarka qasira fuq dan il-punt.", "Madam Speaker, punt ieħor li tqanqal kien l-iskop soċjali ta' din il-liġi li qed inressqu.", "L-oġġettiv soċjali huwa li din il-liġi tittratta lmenti dwar inġustizzji li saru bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1995 u li tipprovdi mezz ta' rimedju.", "Aħna mhux qegħdin ngħidu li sempliċement se ssir investigazzjoni imma hawnhekk se jiġu trattati każi ta' nies li m'humiex sodisfatti bl-istrutturi li ħoloq il-Gvern Nazzjonalista bejn l- 1987 u l-1988.", "Se ngħid għaliex in-nies ma kellhiex il-fiduċja billi nispjega x'kienet il-filosofija li bihom twaqqfu dawk l-istrutturi.", "Hemm ċerti nies li verament għaddew minn swat morali, nies li twarrbu u ntefgħu f'rokna ma jagħmlu xejn, nies li nqabżu fil-promozzjonijiet, nies li ħassew li l-istrutturi li kienu twaqqfu minn Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ma kenux se jipprovdu rimedju għas-sempliċi raġuni li l-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji ma kenitx tipprovdi rimedju.", "Din il- kummissjoni kienet tirrikkmanda forma ta' rimedju lill-Prim Ministru u mbagħad il-Prim Ministru, fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu, kien jiddeċiedi jekk għandux jattwa dak ir-rimedju jew le.", "Mela hemmhekk ċertament għandek element politiku ċar li ovvjament ħafna nies ma kellhomx fiduċja fl- istrutturi li twaqqfu u għalhekk ma fittxewx ir-rikors neċessarju biex jirregolaw l-inġustizzja li sofrew.", "Tajjeb ninnotaw immedjatament li permezz ta' dan l-abbozz jistgħu jiġu investigati ilmenti ta' inġustizzji li ġraw bejn l-l987 u l-1995, jiġifieri preċiżament sa meta daħal in vigore l-Att dwar l-Ombudsman.", "Hawn tidher is-serjeta' għax mhux biss qbilna li l-Ombudsman għandu jitwaqqaf imma wkoll minn meta għandu jibda jiffunzjona.", "Niftakar sew li konna ffissajna ż-żmien meta jibda jopera l-Ombudsman, appuntu biex ma jkunx mgħobbi b'ħafna complaints li ma jippermettulux li jamministra sew u jilħaq l-għan li għalih twaqqaf.", "Għalhekk dan it-tribunal li qiegħed jitwaqqaf se jkun ikopri l-perjodu bejn l-1987 sakemm ġiet in vigore l-liġi dwar l- Ombudsman, peress li minn hemmhekk 'il quddiem kien hemm mezz ta' redress li qablu fuqu ż-żewġ naħat, li allura minnu nnifsu jirrendi dak il-mezz bħala mezz ta' fiduċja.", "Għaldaqstant it-terminu taż-żmien m'għandux imur oltre l-perijodu minn meta ġiet in vigore l-Liġi ta' l-Ombudsman.", "Mela hawnhekk l-għan soċjali joħroġ ċar għax anke jekk hemm minoranza li ma kenux jemmnu fl-istruttura li waqqaf il-Gvern Nazzjonalista, dawk ukoll għandhom id-dritt li jressqu l-każ tagħhom u jkollhom redress, jekk ħaqqhom redress.", "U għalhekk wara li t-tribunal jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu l-Prim Ministru - jew xi ministru ieħor - irid jattwa dik ir- rakkmandazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk l-istruttura tat-tribunal ma taqbel xejn ma' l-istruttura tal-kummissjoni, anke legalment, għax ir- rimedju qiegħed ikun fiss.", "U fejn ma jistax ikun jingħata rimedju in kind qegħdin ngħidu li jrid jingħata rimedju f'termini ta' flus.", "Ovvjament kellna bilfors nillimitaw dan it-tip ta' rimedju għar-raġuni ovvja ta' finanzi.", "Pero' jekk wieħed għandu raġun b'xi mod jew ieħor se jingħata rimedju, mhux jieħu rakkmandazzjoni favorevoli u imbagħad effettivament xorta jibqa' jistenna għax jgħidulu li r-rakkmandazzjoni ma tistax tiġi attwata, bħalma ġara taħt il-kummissjoni.", "L-Onor.", "Zammit Dimech beda jispjega s-sitwazzjoni li kien sab Gvern Nazzjonalista fl-1987 u b'mod partikolari kkwota liġi - issa nerġa' nsemmiha - u ta ad intendere li Gvern Nazzjonalista ma kienx jaqbel ma' din il-liġi u għalhekk ħassarha.", "Hawn qed nirriferi għal Att VIII ta' l- 1981 li bis-saħħa tiegħu kien daħal in vigore artiklu 460, kif ukoll artiklu 743 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Issa tajjeb li ngħidu li artiklu 460 jgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta subartikolu (2) ta' dan l- artikolu, ebda att ġudizzjarju li bih jinbdew xi proċedimenti ma jista' jiġi ppreżentat, u ebda proċedimenti ma jistgħu jittieħdu jew jinbdew, u ebda mandat ma jista' jiġi mitlub, kontra l-Gvern, jew kontra xi awtorita' mwaqqfa bil-Kostituzzjoni, barra mill-Kummissjoni Elettorali, jew kontra xi persuna li jkollha kariga pubblika fil- kwalita' uffiċċjali tagħha, ħlief wara li jgħaddu għaxart ijiem min- notifika kontra l-Gvern jew dik l-awtorita' jew persuna kif intqal qabel ...\".", "Dik kienet waħda mill-emendi li ġew introdotti dak iż-żmien.", "Huwa qal li l- Gvern Nazzjonalista ma kienx jaqbel ma' din l-emenda u fl-għaxar snin li dam fil-poter ħalliha hemmhekk.", "Din għadha hemmhekk sal-lum.", "Issa, b'din il-liġi li għandna quddiemna, eliminajna l-applikabilita' ta' dan l- artiklu speċifiku għal din il-liġi in partikolari.", "Mela Gvern Nazzjonalista, fi kliem l-Onor.", "Zammit Dimech, ma kienx jaqbel ma' dawn l- emendi imma xorta waħda ħallihom hemm.", "Illum Gvern Laburista neħħa l- applikabilita' ta' dan l-artiklu biex jirrendi t-tribunal iktar effiċjenti u biex jillimita l-eċċezzjonijiet li jistgħu jitqanqlu min-naħa tal-gvern jew uffiċjali tal-gvern.", "Jekk nieħdu section 743, din kienet tgħid hekk, Madam Speaker:", "\"Ebda Qorti f'Malta ma għandha l-ġurisdizzjoni li tistħarreġ il- validita' ta' xi għemil jew ħaġa li tkun saret mill-Gvern jew minn xi awtorita' mwaqqfa bil-Kostituzzjoni jew minn xi persuna li jkollha kariga pubblika fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tagħha jew li tiddikjara xi għemil jew ħaġa bħal dawk nulli jew invalidi jew mingħajr effett, ħlief u sakemm -", "(a) dak l-egħmil jew ħaġa ma tkunx ultra vires; jew", "(b) dak l-egħmil jew ħaġa ma tkunx mod ċar bi ksur tad-dispożizzjoni espliċita ta' liġi miktuba; jew", "(ċ) il-forma jew il-proċedura xierqa ma tkunx ġiet segwita f'ħaġa importanti u dan in-nuqqas ikun iwassal għal preġudizzju sostanzjali: \".", "Dan kien artiklu li l-Partit Nazzjonalista kien ikkundannah ħafna fl-1987 imma xorta waħda ħallih in vigore u kien biss fl-1995, tmien snin wara, li abbrogah.", "Mela l-Onor.", "Zammit Dimech qanqal kundanna għall-Gvern Laburista ta' qabel l-1987 minħabba dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ta' din il-liġi, imma s-sabiħa hi li taħt Gvern Nazzjonalista dawn id- dispożizzjonijiet baqgħu in vigore.", "Il-konċett ta' judicial review ta' l- amministrazzjoni daħal biss fl-1995.", "Għalhekk fi kliemhom stess jagħmel iktar sens it-twaqqif ta' dan it-tribunal li se jkopri s-snin mill-1987 sa l-1995.", "Jiġifieri l-argumenti li qanqlu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kienu t- tip ta' argumenti li jwasslu għal konklużjoni li ma tagħmilx sens.", "Int qed tikkundanna sitwazzjoni li sibt fl-1987 u l-istess sitwazzjoni imbagħad tħalliha hemm għal għaxar snin u trid tagħti l-impressjoni li għamilt xi ħaġa immedjatament meta ħadt il-poter.", "Dan m'hu xejn ħlief misleading.", "Jekk hemm xi ħaġa li ma taqbilx magħha trid tikkundannaha, u jekk qed tikkundannaha allura iktar u iktar hemm il-ġustifikazzjoni li dan it- tribunal jagħmel sens.", "Dan l-ambjent ġuridiku ħallejtu hemmhekk u jekk kien ħażin qabel kien ħażin anke matul l-għaxar snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Dak li kien ħażin qabel jibqa' ħażin wara.", "Jekk kien tajjeb qabel jibqa' tajjeb wara imma ma jistax ikun ħażin qabel l-1987 u jsir tajjeb wara l-1987 bil-bidla tal-gvern.", "L-Onor.", "Louis Galea beda jisħaq li llum jipprevali l-Ombudsman.", "Din l- istituzzjoni l-ġdida hemm qbil fuqha, u għandha l-fiduċja taż-żewġ naħat u għalhekk it-terminu ta' dan it-tribunal japplika appuntu sa dak il-mument li daħlet in vigore l-liġi ta' l-Ombudsman.", "Għalhekk ma stajtx nifhem il- loġika ta' l-argument li qanqal l-Onor.", "Galea.", "L-Ombudsman huwa bniedem magħżul bi qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra, allura hu x'inhu għandu l-fiduċja tal-poplu kollu.", "Lil dan appuntawh ir-rappreżentanti tal-poplu kollu u għalhekk it-tribunal jieqaf eżatt qabel ma daħlet in vigore l-liġi ta' l- Ombudsman.", "Kellna wkoll l-argument li stajna estendejna ż-żmien ta' l-Ombudsman għal qabel.", "Meta aħna ffissajna ż-żmien ta' l-Ombudsman għal 15 ta' Mejju, 1995 konna għidna li għamilna dan biex l-Ombudsman ma ngħarrquhx bil-complaints ħalli jkun jista' jiffunzjona.", "Allura l-istess raġunar ta' dakinhar m'għandux japplika għal-lum ukoll?", "Għalhekk l-istess argumenti ta' l- Oppożizzjoni aktar isaħħu l-bżonn li dan it-tribunal jitwaqqaf.", "Nerġa' ntenni li l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji ma kellhiex il-fiduċja tal-poplu dakinhar li twaqqfet.", "Qed ngħid dan għaliex fl-1987 meta l-Gvern Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni u ħa over it-tmexxija tal-gvern mill-ewwel bdejna naraw l-atmosfera li bdiet tipprevali dak inhar u tajjeb li nfakkruha xi ftit.", "Jekk ma niftakrux xi ftit il-background li fih twaqqfu ċerti istituzzjonijiet ma nkunux nistgħu naslu għall- konklużjoni ta' l-iskop soċjali li għalih irid jitwaqqaf dan it-tribunal.", "Jien se nikkwota minn ittra li l-ministru ta' l-affarijiet barranin ta' dak inhar kien kiteb minħabba li ried iqaċċat bl-iktar mod indiskriminat lin- nies li kellu hemmhekk fil-ministeru.", "Dan jgħid hekk:", "\"Issa ninsabu f'sitwazzjoni fejn ma jistgħux isiru aktar trasferimenti minn ministeri jew għax m'hemmx min jieħu post dawn il-ħaddiema, jew għax id-dipartimenti l-oħra ma jridux il-persuni li aħna nixtiequ li jingħataw transfer.", "Il-ħtiġijiet tas-sigurta' tal-gvern għandhom jiġu qabel il-konsiderazzjonijiet individwali tad-dipartimenti differenti.", "Inkella niġu f'sitwazzjoni redikola fejn minħabba l-immobilita' ta' din l-amministrazzjoni jibqgħu jipprevalu d-deċiżjonijiet tal-gvern preċedenti dwar ħatriet fl-uffiċċji sensittivi.\"", "Mela hawnhekk diġa' qed naraw ċar u tond li kull min kien issuspettat li kien iħaddan opinjoni kuntrarja għall-Gvern ma kellux postu taħt l- Amministrazzjoni ġdida Nazzjonalista.", "Araw meta l-Gvern Laburista ħa over f'Ottubru ta' l-1996, l-ewwel direttiva li ħarġet mingħand il-Prim Ministru kienet li ma jkunx hemm transfers.", "Lanqas xkupajna lil kull min kien fil- bordijiet imma fuq il-bordijiet fittxejna l-iktar li npoġġu nies li nemmnu li huma idonei u li jistgħu jagħtu kontribut lill-azjenda partikolari.", "Ma ġarax bħalma ġara fl-1987 meta nies li ma kellhomx x'jaqsmu mal-pulizija imma kienu sempliċement tal-ġakketta blu - fil-fatt kienu irriżenjaw mill- Korp tal-Pulizija - daħlu fil-korp u ħadu over.", "Dawn ma kenux uffiċjali!", "Fl-1987 hekk ġara.", "Araw illum baqa' l-istess Kummissarju.", "Anzi kkritikawna għax hemm l-istess uffiċjali ġewwa l-qalba tal-headquarters tal-Pulizija.", "Din kienet is-sitwazzjoni dakinhar.", "Kellna sitwazzjonijiet fejn uffiċjali tħallew f'kamra ma jagħmlu xejn.", "Qed nirriferi għal uffiċjali għoljin, bħal managers fil-Bank Centrali, li tħallew ma jagħmlu xejn, qishom ma jeżistux.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mangion għandek bżonn extension.", "Min jipproponi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi li l-Onor.", "Mangion ikompli jinstema.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn qbil li l-Onor.", "Mangion ikompli jinstema'?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha.", "Kellna sitwazzjoni fejn nies ingħalqu f'kamra għalihom, tħallew assolutament ma jagħmlu xejn għal żmien twil.", "Dawn wassalnihom biex jitilqu mill-impjieg tagħhom.", "Oħrajn ħallasnihom biex jitilqu mill-impjieg tagħhom u mhux utilizzajnihom jew rajna x'jistgħu joffru.", "Kieku kien hemm xi prova li dawn kienu qed ifixklu, nifhimha - għax jekk bniedem ikun qed ifixkel u jagħmel ħsara lill-azjenda bir-raġun kollu li jiġi mwarrab; anzi, għax ikun qed jikser l-obbligu tiegħu għandhom jittieħdu passi kontra tiegħu - imma dan żgur li ma kienx il-każ.", "Din kienet is-sitwazzjoni li kienet tipprevali fl-1987 u fl-1988 meta twaqqfet il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "U għalhekk, Madam Speaker, tasal għall-konklużjoni li ħafna minn dawn in-nies li ntlaqtu ma setax ikollhom il-fiduċja f'din il-kummissjoni.", "Min ħass li hija kummissjoni li se tagħmel ġustizzja miegħu kellu kull dritt u kull ċans li japplika quddiemha, imma kien hemm oħrajn li ħassew li m'għandhomx jagħmlu dan u effettivament m'għamluhx.", "Ma applikawx u ma marrux quddiemha għax il- kummissjoni hija accountable lejn il-Prim Ministru - u tajjeb li dan nissottolinjawh għax din hija importanti ħafna biex naraw l-element politiku ta' dik il-kummissjoni li twaqqfet fl-ambjent politiku li għadni kif spjegajt - topera fil-magħluq u tirrikkmanda biss, imbagħad il-politiku - seta' kien il-Prim Ministru jew xi ministru jew xi ħaddieħor - jiddeċiedi fid-diskrezzjoni tiegħu x'rakkmandazzjoni jrid jew ma jridx jilqa'.", "Qed ngħid dan biex il-poplu jifhem aħjar dak li kien sar dak iż- żmien u dan li qed nipproponu llum.", "Tant hu hekk li t-tribunal m'huwiex kummissjoni imma bħall-qorti l-persuna li tkun qed tiddeċiedi jkollha l- indipendenza assoluta.", "Fil-fatt fl-istadju ta' Kumitat se ndaħħlu emenda fejn is-security of tenure, jiġifieri s-sigurta' u l-indipendenza assoluta, se nagħmluha bħal dik ta' imħallef.", "Għalhekk il-persuna li se tiġi appuntata - tista' tkun imħallef, ex-imħallef jew avukat li jkun ilu jipprattika għal 12-il sena - se jkollha indipendenza assoluta u ma jkun jista' jneħħiha ħadd, lanqas il-Prim Ministru.", "Biex titneħħa jrid ikun hawn qbil bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Għalhekk qegħdin nipproponu emenda fis-sens li d-deċiżjonijiet tal- president tat-tribunal, u anke dak kollu li jkun għaddej, se jkun għall- iskrutinju tal-pubbliku.", "Barra minn hekk il-president irid josserva proċeduri imparzjali u r- rapport tiegħu jrid jasal quddiem il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn huma elementi bażiċi u essenzjali li jiddistingwu dan it-tribunal mill-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji li kienet kummissjoni politika.", "Dan it- tribunal ma fih l-ebda element politiku u tan-naħa l-oħra kienu żbaljati jew inġusti fil-kritika - biex ma ngħidx mod ieħor - meta qalu li t- tribunal huwa politiku.", "Meta dan it-tribunal ikun lesta x-xogħol tiegħu ma jkunx hemm iktar lok li jitwaqqfu dawn it-tip ta' tribunali għax għandna l- Ombudsman, li kif diġa' għidt, iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuqu.", "Forsi jkun tajjeb li iktar 'il quddiem nistudjaw kif l-istituzzjoni ta' l- Ombudsman tissaħħaħ.", "Ikun tajjeb ukoll li fil-white paper dwar l-Universita' u fl-emendi fil- liġi dwar l-Universita' jidħol il-konċett ta' l-Ombudsman anke f'dik l- istituzzjoni.", "Illum f'soċjeta' moderna d-drittijiet tal-konsumatur huma importanti u kull investitur li għandu ftit sens komun jara kif it-tali prodott u t-tali servizz jolqot lill-konsumatur bl-iktar mod pożittiv.", "Għalhekk ombudsman li jieħu ħsieb id-drittijiet tal-konsumatur ikun pass fid-direzzjoni t-tajba, pass li jkompli jsaħħaħ id-drittijiet ta' l- individwi u fis-soċjeta' għax minbarra li jkollu l-liġijiet li jkunu qegħdin jipproteġuh - minn dawn għandna ħafna - ikollu istituzzjoni li tagħti interpretazzjoni u validita' lil dawk il-liġijiet.", "B'hekk iċ- ċittadin ikollu l-mezz li jieħu redress.", "Għalhekk ikun tajjeb kemm għal pajjiżna, kif ukoll għal din il-Kamra, li aktar 'il quddiem l-istituzzjoni ta' l-Ombudsman niżviluppawha u nsaħħuha.", "B'hekk l-Ombudsman ikun qed iservi ta' protezzjoni, ta' balance u ta' check fl-istruttura ta' soċjeta' demokratika li kulħadd jaqbel fuqha.", "Permezz ta' din il-liġi qed nagħtu r- redress neċessarju.", "L-ewwel kompitu li jkollu t-tribunal quddiemu hu jekk min iressaq complaint ikollux raġun jew le.", "Kull min se japplika quddiem it-tribunal se jibqa' jsostni li għandu raġun.", "Min igħid li m'għandux raġun ċertament mhux se joqgħod japplika.", "Imbagħad huwa importanti illi l-president ta' dan it-tribunal jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu, jagħti ċ-ċans liż-żewġ naħat u jagħti d-deċiżjoni tiegħu.", "Imbagħad id-deċiżjoni tkun trid tiġi attwata.", "Fejn ċerti deċiżjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu attwati hemm a pecuniary redress.", "Issa l-mistoqsija hi: Is-somma ta' Lm5,000 hija somma biżżejjed?", "Hija diffiċli ħafna biex tikkwantifika kemm għandhom ikunu d-damages li bniedem ikun sofra.", "Tista' tikkwantifika danni fiżiċi imma diffiċli tikkwantifika danni ta' natura morali għax dawn huma soġġetti għal opinjonijiet differenti.", "Imma jekk bniedem ikollu raġun ta' l-inqas dak ir- raġun ikun ifisser xi ħaġa għalih.", "Madam Speaker, tqanqlet wkoll il-kwestjoni tad-doppio ezame u ntqal li dan il-provvediment huwa diskriminatorju u partiġjan għax min ikun għamel rikors quddiem qorti jew quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u ma jkunx ħa raġun, jew forsi jkun ħa raġun u jrid jieħu xi ħaġa oħra, jista' jerġa' jmur quddiem it-tribunal.", "Ċertament din kienet interpretazzjoni żbaljata tal-liġi kif redatta u biex inkun aktar ċar beħsiebni nintroduċi emenda fi klawsola 5 ħalli nagħmluha ċara u tonda li min ħass li jista' jirrikorri jew quddiem il-Kummissjoni jew quddiem xi istituzzjoni oħra biex jieħu redress, dak għamlu mingħajr ma ġiegħlu ħadd.", "Ħax redress jew le hija kwestjoni oħra.", "Dan it-tribunal se japplika għal dawk li ġustament ħassew illi fl-ambjent li twaqqfet il-kummissjoni ma setgħux jieħdu r-redress li ħassew illi kellhom jieħdu.", "Allura l-element tad-doppio esame, jiġifieri li l-istess każ jiġi eżaminat darbtejn, ma japplikax.", "Tqanqlet ukoll il-kwestjoni ta' x'jikkostitwixxi liġi diskriminatorja.", "(Interruzzjoniijet) Għaliex qed tgħidu hekk?", "Jiena ħarist lejn il- Kostituzzjoni biex nara x'inhi d-definizzjoni tal-kelma \"diskriminatorju\", għax ċertament ma kellna l-ebda għan li nagħmlu xi liġi li tkun diskriminatorja, u skond subartiklu 45 (3) tal-Kostituzzjoni sibt li:", "\"F'dan l-artikolu, il-kelma \"diskriminatorju\" tfisser għoti ta' trattament differenti lil persuni differenti attribwibbli għal kollox jew prinċipalment għad-deskrizzjoni tagħhom rispettiva skond ir-razza, post ta' oriġini, opinjonijiet politiċi, kulur, fidi jew sess ...\".", "Jiġifieri ma naħsibx li fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm xi element li jgħid li wieħed jista' japplika u l-ieħor, minħabba l-opinjoni politika tiegħu, ma jistax japplika.", "Il-kriterji li bihom qegħdin neskludu lil min japplika quddiem dan it-tribunal huma aċċettati legalment u allura ma nistax nifhem għalfejn din il-kritika, aktar u aktar meta dan it- tribunal mhux se jiddependi mill-politiku, għax il-president tiegħu se jkollu l-istess indipendenza li għandu mħallef tal-Qorti Superjuri u d- deċiżjoni li jrid jagħti trid tiġi implimentata immedjatament.", "Aktar minn hekk, l-operat ta' dan it-tribunal se jkun miftuħ għall-pubbliku u l- proċeduri li japplikaw għalih huma l-istess li japplikaw għall-qrati tagħna b'rispett assolut lejn l-imparzjalita' kif ukoll lejn il-ġustizzja naturali.", "Jiġifieri l-kritika li se ssir diskriminazzjoni f'dan il-każ hija kompletament inġusta u mingħajr sens.", "Dan it-tribunal ġie deskritt bħala tribunal partiġjan.", "U jiena nibda nsaqsi: Imma x'tifhmu meta tgħidu \"tribunal partiġjan\"?", "Għax jekk tħares lura lejn l-1988 u l-1989, meta kienu jiġu magħżula uffiċjali fil- korporazzjonijiet u fid-dipartimenti tal-gvern, il-kwalifika prinċipali dak iż-żmien kienet li tkun tħaddan il-politika tal-Partit jew tal-Gvern Nazzjonalista u xejn aktar.", "Dik kienet l-ewwel kwalifika.", "B'dan il-mod kontu timxu.", "L-ewwel prinċipju sagrosant biex tingħata promotion, kariga jew ħatra, kien it-timbru li joħroġ minn tal-Pieta' għax inkella ma jkollokx ċans.", "Dan mhux qed naqilgħu minn żniedi iżda se nikkwota x'kien qal l-Onor.", "Austin Gatt fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista skond kif ġie kkwotat fil-gazzetta \"In-nazzjon\" tas-27 ta' Jannar, 1989 fejn fost affarijiet oħra qal li:", "\"Id-direzzjoni tas-servizz ċivili u tal-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji apparti mill-istituzzjonijiet tal- gvern, trid tkun politika; u l-ogħla ħatriet fi ħdanu jridu jkunu ħatriet politiċi li jdumu daqskemm idum il-gvern partikolari.", "Ma noħorġux bil-ħrafa li s-civil servant hu indipendenti u jservi lealment lil kull gvern.", "Iż-żmien ta' l-Ingliżi għadda u aħna qed ngħixu f'Malta tal-lum u nafu li dan m'huwiex veru.\"", "Mela din kienet il-filosofija ta' kif għandhom jitmexxew l-istituzzjonijiet governattivi u d-dipartimenti tal-gvern; allura kif issa lit-tribunal qed jakkużawh li huwa partiġjan?", "Mela la wieħed iħares lejn il-gvern b'dan il- mod, xi ngħidu għall-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji?", "Ninsab ċert li n-nies li ġew magħżula fit-twaqqif ta' din il-kummissjoni dak inhar ġew magħżula fid-dawl ta' din il-filosofija.", "(Interruzzjonijiet) Din kienet il-filosofija li kien iħaddan Gvern Nazzjonalista.", "Għaldaqstant jien naħseb li l-kritika li dan t-tribunal huwa partiġjan ċertament m'hijiex valida.", "Issa ħalli niġi għall-element tar-rimedju.", "Madam Speaker, nerġa' ntenni li dan ir-rimedju ġie kkritikat ukoll mill- Oppożizzjoni Nazzjonalista fejn intqal li l-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji dejjem tat rimedju u l-Prim Ministru dejjem irrikonoxxa jew implimenta dak kollu li rrakkmandat il-kummissjoni, u allura skond huma m'hemmx għalfejn jitwaqqaf dan it-tribunal.Hekk inbena l- arugment ta' l-Oppożizzjoni.", "U jiena għidt: Ħalli naraw kemm hu minnu li l-Prim Ministru dejjem attwa dak li rrakkmandat din il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji jew inkella aċċettax u mplimentax dak li qalet hi u dak li qalu kummissjonijiet oħra mwaqqfa anke mill- Kostituzzjoni.", "Din l-asserzjoni wieħed irid jaraha wkoll fid-dawl tad- deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Impjiegi, imwaqqfa bil- Kostituzzjoni, fil-każ tas-Sur Emanuel Camilleri li llum sar każ klassiku.", "Dan il-bniedem kien jaħdem fil-Computer Centre, tas-Swatar, f'Ħad-Dingli u meta l-Gvern Nazzjonalista xtaq li fl-MSU jaħtar direttur biex jintroduċi l-komputerizzazzjoni - effettivament kellu kull dritt li jagħmel dan - is-Sur Camilleri applika u ma ġiex magħżul minkejja li kellu l- kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa.", "Is-Sur Emanuel Camilleri minn dejjem sostna li l-esklużjoni tiegħu minn din il-kariga saret minħabba diskriminazzjoni politika.", "Ovvjament imbagħad il-Gvern preċedenti għamel is-sottomissjonijiet tiegħu quddiem l-Employment Commission u wara li kkonsidrat dan il-każ il-kummissjoni waslet għal dawn il-konklużjonijiet:", "\"Ir-rikorrent huwa suffiċjentement ikkwalifikat akkademikament sabiex jokkupa post bħal dak ta' direttur tal-management information system li għalih kien applika.", "Ir-rikorrent issottometta dettaljatament il- kwalifiki akkademiċi tiegħu kif ukoll l-esperjenza tiegħu f'dan il- qasam.", "Ma jidhirx li l-intimat, jiġifieri l-Gvern, jikkontesta l- livell akkademikament għoli li għandu r-rikorrent f'dan il-qasam.\".", "GĦalhekk anke l-Gvern ta' dakinhar aċċetta l-kwalifiki li kellu s-Sur Emanuel Camilleri u aċċetta l-fatt li dan l-individwu kien kompetenti biex jaqdi l-funzjoni ta' natura pjuttost teknika, liema funzjoni titlob li bniedem ikun profiċjenti, effiċjenti u ppreparat tajjeb akkademikament.", "Imbagħad il-kummissjoni kompliet tgħid hekk:", "\"Ir-rikorrent pero' kellu difett wieħed, li kien iħaddan twemmin Laburista, għalkemm ma jidhirx li jipparteċipa b'mod attiv f'attivitajiet politiċi\".", "Din il-konklużjoni waslet għaliha l-Employment Commission stess, jiġifieri la waslet għaliha l-General Workers' Union u lanqas wasal għaliha l-Partit Laburista.", "Hawn ta' min jgħid li l-kummissjoni waslet ukoll għal din il-konklużjoni:", "\"Matul it-trattazzjoni ta' dan il-każ deher ċar li r-rikorrent kien ittimbrat ma' l-Amministrazzjoni Nazzjonalista bħala persuna li għenet b'mod dirett lill-Malta Labour Party b'materjal li huwa proprjeta' tal- gvern mill-Computer Centre u wara qered l-informazzjoni tal-gvern u għalhekk wieħed ma kellux jafdah.", "Pero' quddiem il-kummissjoni ma tressqet l-ebda prova li b'xi mod tipprova li dawn is-suspetti fil- fatt kienu fondati.\".", "GĦalhekk l-unika defiċjenza li kellu dan l-individwu kienet li kellu opinjoni politika Laburista u xejn iktar.", "Imbagħad il-kummissjoni tkompli b'dan il-kliem:", "\"Fid-dawl ta' dan kollu l-kummissjoni ħasbet fit-tul dwar x'kienet fil- verita' r-raġuni jew ir-raġunijiet għaliex ir-rikorrent ma ġiex magħżul bħala direttur ta' l-MIS.", "Wieħed mill-punti li neċessarjament il-kummissjoni trid tevalwa huwa jekk fil-verita' r-rikorrent kienx qed imur kontra u/jew jirreżisti l-pjan strateġiku tal-gvern.\",", "jiġifieri jekk dan fil-fatt kienx qed jaħdem kontra t-terms of reference li għamillu l-Gvern.", "Il-Gvern ħaseb li dan l-individwu kien se jaħdem kontra l-politika tiegħu u li ma kienx se jattwa l-pjan li riedu jattwa, imma mill- fatti mressqa quddiem din il-kummissjoni m'hemm xejn x'jindika li r- rikorrent kien qed jopponi għal dan il-pjan, anzi r-rikorrent mhux talli ma kienx qed jopponih imma talli effettivament jirriżulta li dan kien ta r- rakkmandazzjoniijet tiegħu, liema rakkmandazzjonijiet ġew aċċettati biex il- pjan tal-management information system jiġi attwat.", "Fil-fatt il- kummissjoni tgħid li:", "\"GĦall-kuntrarju r-rikorrent ressaq provi li juru li huwa kien ikkontribwixxa sostanzjalment fil-kumpilazzjoni ta' l-information system strategic plan li l-Gvern kien ħareġ f'Lulju 1990.\".", "GĦalhekk dan l-individwu mhux talli ma fixkilx lill-Gvern preċedenti imma talli l-istess Gvern talab ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu qabel ma beda jattwa l-pjan li kellu f'moħħu u min-naħa tiegħu, kif kien obbligat li jagħmel bħala uffiċjal, is-Sur Camilleri ta rakkmandazzjonijiet tajbin li effettivament ġew adottati.", "Meta l-kummissjoni rat dan kollu waslet għal din il-konklużjoni:", "\"Il-fattur determinanti li kkontribwixxa sabiex ir-rikorrent ma jintgħażilx bħala direttur ta' l-MIS kien li huwa ma kellux il-fiduċja ta' l-Amministrazzjoni minħabba l-opinjoni politika tiegħu.\".", "GĦalhekk dan l-individwu ma ntgħażilx biss minħabba din ir-raġuni u mhux minħabba li ma kienx kompetenti jew minħabba li l-opinjoni li ta lill-Gvern ma kenitx valida, anzi l-opinjoni tiegħu tant kienet valida u tajba li fil- fatt ġiet adottata.", "GĦal dawn ir-raġunijiet il-kummissjoni hija tal-fehma li:", "\"Din l-attitudni fil-konfront tar-rikorrent hija ntrinsikament konnessa mal-fehmiet politiċi tiegħu u għalhekk l-esklużjoni tiegħu minn direttur ta' l-MIS tammonta għal diskriminazzjoni politika.\".", "Din id-deċiżjoni ħaditha l-Employment Commission imma l-Prim Ministru ta' dakinhar minflok ma aċċetta din id-deċiżjoni u ta xi forma ta' redress jew re-instatement ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi evidentement il-Ministru qed jikkwota minn dokument, jista' jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "It-tieni nett jista' l- Ministru jikkwota, mill-istess proċess ukoll, il-parti fejn tkellem id- difensur tas-Sur Camilleri, Dr Karmenu Mifsud Bonnici, li kien qal testwalment li l-\"kawża kienet saret kontra l-Prim Ministru li kien responsabbli minn dak id-dipartiment\" Il-Prim Ministru ma kienx involut fid-deċiżjoni tas-Sur Camilleri personalment u l-kawża kienet qed issir biss kontra l-Prim Ministru bħala ministru responsabbli minn dak id- dipartiment?", "Fil-fatt l-Onor.", "Fenech Adami ma kien involut fl-ebda proċess u fl-ebda ħin waqt l-għażla tas-Sur Camilleri.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, jien qed nikkwota minn dak li qalet l-Employment Commission mentri l-Onor.", "Gatt qed jirriferi għal xi kawżi oħra li kienu saru kontra l-Prim Ministru ta' dakinhar, liema kawżi ma għandix it-test tagħhom.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien qed nirriferi għal dak il-proċess li sar quddiem in-National Employment Commission fejn is-Sur Camilleri kien qiegħed jiġi difiż minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici li ssottometta testwalment dak l- istatement quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Il-point of order tiegħi huwa li jekk l-Onor.", "Mangion irid jikkwota minn proċess, irid ikkwota l-proċess kollu u mhux parzjalment.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, jekk ikun hemm bżonn nista' npoġġi dan il-proċess fuq il-Mejda tal-Kamra u barra minn hekk jien diġa' kkwotajt il-punti saljenti tiegħu u l-konklużjoni ta' dan il-proċess kollu hija waħda.", "Intqal x'intqal min-naħa tal-Gvern, li pprova jiġġustifika għaliex iddeċieda li lis-Sur Camilleri jwarrbu, il-Kummissjoni għall-Impjiegi waslet għal konklużjoni waħda.", "Din jien qrajtha interament.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li jekk ikun hemm il- bżonn dan id-dokument, għalkemm fih xi kitba tiegħi personali, jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Li rrid ngħid huwa li deċiżjoni bħal din ġiet aċċettata mill- kummissjoni.", "Il-Prim Ministru kien għamel kawża dwar din id-deċiżjoni imma s-Sur Emanuel Camilleri ma ħa l-ebda forma ta' redress.", "Allura kif nistgħu nsostnu li r-rimedji ....", "(Interruzzjonijiet) Iva lil dak għamilnih chairman għax nemmnu fil-ħila tiegħu (Interruzzjonijiet) Hemm diversi chairmen oħrajn - nista' nsemmihom b'isimhom - li ġew appuntati fi żmienkom u ħallejnihom hemmhekk għax ħassejna li huma kompetenti u jistgħu jaqdu dmirhom.", "Insemmi lis-Sur John Grech li huwa chairman tal-BOV.", "(Interruzzjonijiet) Iċ-chairman mhux il-Ministru tal-Finanzi jappuntah?", "Mela min jappuntah?", "Madam Speaker, nerġa' ntenni li dan id-dokument jista' jitpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra, biss fih xi notamenti personali u nħoss li għandhom jitgħattew qabel ma jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx nitlobx l-opinjoni tiegħek.", "MADAM SPEAKER: Jiġifieri n-notamenti ma tridx turihomlu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma fihomx affarijiet psataż!", "Huma affarijiet li jista' jarahom, imma huma notamenti personali.", "(Interruzzjonijiet)", "Madam Speaker, jiġifieri li tgħid li l-Prim Ministru - issa prim ministru qua prim ministru; għalissa ninsew jekk kienx l-Onor.", "Fenech Adami jew xi ħadd ieħor - implimenta r-rakkmandazzjonijiet kollha li sarulu m'huwiex aċċettabbli.", "Jien dan ma naċċettahx u għalhekk ikkwotajt din id- deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi għax dan kien każ ta' diskriminazzjoni politika sfaċċata.", "U dik hi d-diskriminazzjoni li l- istess Kostituzzjoni tagħmel riferenza għaliha u mhux tiġu tgħidu li t- tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji se joħloq diskriminazzjoni.", "Tqanqlu diversi punti oħra, fosthom dak tat-terminu tat-tribunal, fejn qed jistaqsu għaliex għażilna l-perijodu ta' bejn l-1987 u l-1995.", "Jien ma nafx għaliex qed jitqanqal dan it-tip ta' argument.", "Jekk il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u kummissjonijiet oħra kienu tant effiċjenti, kif ġie sostnut, u jekk dan it-tribunal huwa superfluwu, allura m'hemmx għalfejn inħawlu t-terminu ta' żmien.", "Anzi bl-istess loġika ta' l- argument nista' mmur oltre u ngħid li jew l-istituzzjonijiet li waqqaf Gvern Nazzjonalista kienu effiċjenti jew inkella ma kenux.", "Jekk kienu effiċjenti ċertament li laħqu l-għanijiet tagħhom politiċi bit-terminu li kien iffissat fuqhom u jekk ma kenux effiċjenti allura għandhom jistqarru pubblikament li ma kenux effiċjenti u kienu diskriminatorji u partiġjani.", "Madam Speaker, rigward dak li ntqal fuq id-definizzjoni ta' \"persuna aggravata\", irrid ngħid li aħna b'din ridna speċifikament nagħmlu riferenza għal individwi li kienu aggravati u ma ridniex ninkludu kumpanniji li għandhom ir-riżorsi finanzjarji, li għandhom id-dipartiment legali fi ħdanhom u li għandhom mezzi oħra kif ifittxu li jieħdu redress fil-qrati tagħna.", "Għaldaqstant lil dawn eskludejnihom minn din il-liġi.", "Ġiet ukoll ikkritikata ħafna l-possibilita' li taħt ċerti ċirkostanzi definiti mil-liġi jista' jkun hemm a public officer bħala president tat- tribunal.", "L-Onor.", "Gatt fid-diskors tiegħu sostna li taħt l-Att dwar il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji dan ma kienx jipprevali u hawnhekk jien nirriferih għal subartiklu 3 (3) ta' l-istess liġi li jgħid ċar u tond li uffiċjal pubbliku jista' jiġi appuntat chairman, ovvjament taħt ċerti ċirkostanzi.", "Dan l-istess prinċipju qed nagħmluh japplika wkoll għal din il-liġi, pero' bid-differenza li l-persuna li tkun magħżula, immedjatament li tkun magħżula, se jkollha l-indipendenza assoluta matul dak it-terminu li tkun qiegħda teżerċita l-inkarigu tagħha.", "Għaldaqstant qegħdin nagħmluha ċara li l-president tat-tribunal se jkollu l-istess sigurta' li għandu imħallef tal-Qrati Superjuri.", "Punt ieħor li xtaqt niċċara huwa rigward il-PSC u l-Armata.", "Qed ngħidu li dawn se jkollhom mezz ta' redress, pero' ovvjament ikun importanti li l- ewwel jeżawrixxu l-metodi kollha ta' redress li għandhom permezz tar-regoli u l-istrutturi tagħhom.", "Madam Speaker, punt ieħor li tajjeb li jiġi enfasizzat bil-qawwi - forsi anke nifhmu aktar l-istruttura ta' dan it-tribunal - li hawnhekk qegħdin nitkellmu rigward tribunal u mhux kummissjoni.", "Sfortunatament fil-kritika li saret min-naħa ta' l-Oppożizzjoni din id-distinzjoni ma ġietx ikkonsidrata.", "Għalhekk jien xtaqt ngħid x'definizzjoni taw il-qrati tagħna rigward id-differenza bejn kummissjoni u tribunal.", "Dwar l-istat ġuridiku tal-kummissjoni u tat-tribunal hemm l-opinjoni fil-kawża \"Pulizija versus Narcy Calamatta\" tas-26 ta' Ġunju, 1991 fejn intqal ċar u tond li l- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji m'għandhiex l-istess funzjoni ta' tribunal.", "Jiġifieri l-garanziji ta' imparzjalita' u indipendenza li huma essenzjali għal tribunal ma japplikawx għall- kummissjoni.", "Barra minn hekk, it-tribunal għandu l-element li jrid jiddeċiedi u mhux jirrikkmanda, bħalma tagħmel il-kummissjoni.", "Il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kienet tinvestiga u tirrikkmanda u t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji jevalwa.", "Imbagħad il-partijiet jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom u fl-aħħar ikun hemm deċiżjoni finali li trid tiġi implimentata, u dan huwa element essenzjali fir-rigward tat-tribunal.", "Tajjeb ukoll li nagħmel riferenza għall-Committee on Tribunals and Inquiries ta' l-1965 tar-Renju Unit fejn jiddefinixxi x'inhu t-tribunal.", "Jiena se naqra bl-Ingliż ħalli jkun recorded testwalment u mbagħad nagħti spjegazzjoni bil-Malti.", "Dan jgħid hekk:", "\"In the field of tribunals, openness appears to us to require the publicity of proceedings and knowledge of the essential reasoning underlying the decisions; fairness to require the adoption of a clear procedure which enables parties to know their rights to present their case fully and to know the case which they have to meet; and impartiality to require the freedom of tribunals from the influence, real or apparent, of the parties concerned with the subject matter of their decisions.\".", "Dawn huma l-elementi li din il-kummissjoni tar-Renju Unit kienet stabiliet fir-rigward tat-tribunali, jiġifieri li l-proċedimenti jkunu pubbliċi; li l- proċedura tkun ċara ħalli kulħadd ikun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu, kif jippreżentahom, kif jikkonservahom, kif jissanahom u kif iħarishom; u fl-aħħar li jkun hemm l-imparzjalita' u li l-president tat-tribunal li jiddeċiedi jkun qed jiddeċiedi bl-iktar mod imparzjali u bl-iktar mod indipendenti mingħajr ma jkun hemm influwenza la diretta u lanqas indiretta.", "U dawn l-elementi, Madam Speaker, huma kollha inkorporati f'din il-liġi li għandna quddiemna.", "Kritika kostruttiva kienet tkun tali kieku kien hemm suġġerimenti kif dan it-tribunal insaħħulu dawn l-elementi.", "Hemmhekk tagħmel distinzjoni bejn kritika kostruttiva u kritika negattiva.", "Kull kritika li tgħin biex nissanaw dawn l-elementi fit-tribunal li għandna quddiemna hija xi ħaġa li wieħed irid jikkonsidraha b'mod pożittiv għax aħna fl-obbligu li l- istituzzjonijiet li nwaqqfu jkunu istituzzjonijiet serji u trasparenti u li jkollhom il-fiduċja taċ-ċittadin li jkun qed jarahom jitfasslu u jitwettqu quddiemu.", "Madam Speaker, jiena nħoss li t-tribunal li qed jiġi propost li jitwaqqaf permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi għandu element pożittiv u għandu għan soċjali ċar u ddikjarat li jirrispetta l-prinċipji legali kollha u l- opinjoni ta' kull min ħass li seta' jieħu redress quddiem xi istituzzjoni oħra.", "F'kelma waħda huwa tribunal li t-tifsila tiegħu se tkun il-bażi ta' kif jitfasslu tribunali oħra li għad iridu jiġu ntrodotti f'pajjiżna biex intejbu l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' tribunal indipendenti għas-smigħ ta' ilmenti ta' ċerti inġustizzji li ġraw bejn l-1987 u l-1995\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fis-7.42 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' tribunal indipendenti għas-smigħ ta' ilmenti ta' ċerti inġustizzji li ġraw bejn l- 1987 u l-1995\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-Onor John Attard Montalto, l- Onor Maria Camilleri, l-Onor Chris Cardona, l-Onor Karl Chircop, l-Onor Alex Sceberras Trigona, l-Onor George Vella u l-Onor Karmenu Vella huma paired ma' l-Onor Helen D'Amato, l-Onor Guido de Marco, l-Onor Louis Deguara, l-Onor Jean Pierre Farrugia, l-Onor Eddie Fenech Adami, l-Onor John Vella u l-Onor Francis Zammit Dimech.", "VOTAZZJONI NRU : 32", "FAVUR : 28", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mintoff Dom | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar |Pace Bertu | |Louis | | |Cilia Joe |Portelli Alfred | |Dalli Helena |Refalo Anton | |Debono Grech |Sant Alfred | |Joe | | |Farrugia |Schembri Adami | |Anġlu |Sandro | |Farrugia Joe |Spiteri Lino | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Michael | |", "KONTRA : 27", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gonzi Lawrence | |Agius |Hyzler George | |Francis | | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Josef |Antoine | |Bonnici |Mugliett Jesmond| |Michael | | |Borg Joe |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona | | |Joe | |Dalli John |Pullicino George| |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey | |Frendo |Refalo Michael | |Michael | | |Galea Censu |Tabone Anton | |Galea Louis |Vassallo Edwin | |Galea Pace |Zammit Ninu | |Victor | | |Gatt Austin | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba u għadda.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, nixtieq nitlob il-permess tal- Kamra sabiex inkunu nistgħu niddiskutu f'istadju ta' Kumitat l-Abbozz ta' Liġi li għadna kemm għaddejna mit-Tieni Qari.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat ta' l- Abbozz ta' Liġi Dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Min-naħa tagħna m'hemmx oġġezzjoni.", "MADAM SPEAKER: Jiġifieri hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, għal klawsola 2 għandi emenda:", "\"A\" Fit-test Malti tal-klawsola 2, minflok il-kliem \"jallegaw li jkunu azzjonisti\" fit-tifsira ta' \"persuna aggravata\", għandhom jidħlu l- kliem \"jagħmlu talba minħabba li jkunu azzjonisti\".", "\"A\" In the Maltese text of clause 2, for the words \"jallegaw li jkunu azzjonisti\" in the definition of \"persuna aggravata\", there shall be inserted the words \"jagħmlu talba minħabba li jkunu azzjonisti\".", "Din il-klawsola tagħti definizzjoni ta' \"persuna aggravata\" u tagħmel riferenza għal individwu speċifiku u teskludi kumpanniji kummerċjali.", "L- għan ta' din l-esklużjoni huwa għaliex nifhmu li l-maġġor parti ta' dawk li sofrew xi inġustizzja huma ħaddiema li jew ma kenux ingħataw promozzjoni jew inkella minħabba raġuni oħra simili.", "Forsi tajjeb ukoll li nżommu quddiem għajnejna li soċjetajiet kummerċjali għandhom mezzi oħra ta' redress u jistgħu faċilment jirrikorru għall-assistenza ta' konsulenti legali għax jistgħu finanzjarjament jagħmlu dan, proprju minħabba n-natura tan-negozju tagħhom.", "Għalhekk ħassejna li dawn m'għandhomx ikunu nklużi bħala individwi li jistgħu jfittxu redress quddiem dan it-tribunal.", "Mr Chairman, barra minn hekk, din il-klawsola tagħti wkoll definizzjoni ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\" u tgħid li dan huwa wieħed komprensiv biex jinkludi kwalunkwe istituzzjoni governattiva u kumpanniji oħra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, din il-klawsola fiha numru ta' definizzjonijiet li fil-każ ta' dan l-Att jenfasizzaw mill-bidu nett il- linja li jidher li l-Gvern huwa deċiż li jsegwi, minkejja l-pariri kuntrarji li aħna tajna waqt id-dibattitu fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Dan qed ngħidu għax proprju fid-definizzjonijiet ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\" u ta' \"persuna aggravata\" għandna l-bidu tad-distinzjonijiet li l-Gvern qed jimponi.", "Fil-fatt l-Oppożizzjoni qed tinsisti li dawn id-distinzjonijiet sejrin iwasslu għal element ta' diskriminazzjoni, għax għalkemm persuni jkollhom l-istess deskrizzjoni dawn jiġu magħżula bejniethom minħabba li, kif qal il-Ministru, kumpanniji kummerċjali, li huma ftit ikollhom iktar flus u iktar mezzi biex jieħdu parir minn individwu. jien sinċerament dan ma nistax nifhmu (Interruzzjonijiet) Almenu jien hekk fhimtu lill-Ministru u issa jekk ma qalx hekk nitolbu biex ifehimni x'qal.", "Mr Chairman, fi klawsola 2 insibu din id-definizzjoni għal \"korp imwaqqaf b'liġi\":", "\"... kull korporazzjoni jew korp magħqud ieħor imwaqqaf b'liġi u tinkludi kull soċjeta' jew korp ieħor li fih il-Gvern jew xi korp wieħed jew iktar minn dawk hawn aktar qabel imsemmija jew kull kombinazzjoni tagħhom ikollhom kontroll effettiv jew kellhom kontroll effettiv bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1995 jew li fuqhom il-Gvern jew xi korp wieħed jew iktar bħal dawk jew kull kombinazzjoni tagħhom ikollhom kontroll effettiv jew kellhom kontroll effettiv bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1995;\".", "Din in-naħa ma għandhiex oġġezzjoni għal din id-definizzjoni, għax ovvjament l-intenzjoni tal-Gvern m'hijiex li jestendi l-applikazzjoni tal- liġi biss għal dak li tradizzjonalment huwa msejjaħ is-servizz pubbliku, imma li jestendiha wkoll għas-settur pubbliku kollu - fil-fatt din in-naħa taqbel li hekk għandu jkun - li jinkludi korporazzjonijiet, kumpanniji, kull għamla ta' bord u kull istituzzjoni li b'xi mod il-gvern għandu kontroll fuqha.", "GĦalhekk din in-naħa taqbel ma' din id-definizzjoni imma, għar-raġunijiet li se nsemmi iktar 'il quddiem, żgur li ma tistax taqbel mal-prinċipju li l-Gvern kellu kontroll fuq korp mid-9 ta' Mejju, 1987.", "Mr Chairman, din in-naħa dejjem spjegat li huwa ħażin li nfasslu dan l- abbozz ta' liġi bl-element li donnha x-xemx telgħet fid-9 ta' Mejju, 1987 għax dan huwa element diskriminatorju qawwi.", "L-Oppożizzjoni qatt ma tista' taċċetta li nagħmlu distinzjoni bejn persuni li għandhom dritt jaġixxu quddiem dan it-tribunal sempliċement għax irridu nagħmlu data, li bir- rispett kollu lejn dak li qal il-Ministru fil-winding up tiegħu, mhijiex xi data partikolari fl-istorja Maltija imma hija data partikolari fil-kontest ta' din il-liġi.", "Id-differenza li l-Gvern jidher li ma jirdx jifhem huwa fatt li hu ultimament sempliċi.", "Ir-raison d'etre ta' din il-liġi - u llum il-Ministru reġa' sostniha - kienet biex tikkoreġi, tgħin jew tissostitwixxi - uża liema verb trid, imma żgur li hija konsegwenzjali għal - l-Att preċedenti li permezz tiegħu twaqqfet il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Skond il-Ministru kien hemm numru ta' nies li ma rrikorrewx għand din il-kummissjoni u allura jridu jagħtuhom l- opportunita' biex issa jmorru quddiem dan it-tribunal.", "Huwa fatt rikonoxut ukoll li dik il-liġi kienet tkopri allegati inġustizzji li saru mill-1971 'il quddiem.", "GĦalhekk jista' jkollok nies li ma rrikorrewx għand dik il-kummissjoni, kemm jekk sofrew inġustizzja wara l-1987 kif ukoll jekk sofrew inġustizzja qabel l-1987.", "Aħna ma naraw l-ebda bażi għaliex għandna nagħmlu din id-distinzjoni.", "Hawnhekk mhux qed nirriferi għal distinzjoni politika imma għal distinzjoni f'termini legali.", "Per eżempju, jista' jkun li persuna li sofriet inġustizzja qabel l-1987 ma rrikorrietx għand il-kummissjoni għax ma kenitx taf bit-terminu tas-sitt xhur.", "Jiena naf b'każijiet ġenwini fejn persuni rrikorrew għand il- kummissjoni wara s-sitt xhur u bl-applikazzjoni ta' dik il-liġi l- kummissjoni m'aċċettax l-ilment tagħhom.", "Hawnhekk mhux qed nitkellem fuq bażi politika u ma naħsibx li għandna nirraġunaw fuq bażi politika, almenu fl-applikazzjoni ta' din il-klawsola.", "Naħseb li rridu nirraġunaw b'termini legali u żgur li m'għandniex inċaħħdu lil xi ħadd id-drittijiet li se jingħataw lil ħaddieħor.", "Din in-naħa tal-Kamra ma tara ebda raġuni, la loġika, la legali u wisq anqas politika, għaliex il-Gvern għandu jinsisti li jagħmel cut-off date fl-1987.", "Jekk napplikaw ir-raġunament li qed jagħmel il-Gvern b'mod dispassjonat, lanqas nistgħu niġbdu din il- konklużjoni.", "Qed ngħid dan għax jekk il-Gvern qed jgħid li numru ta' nies li kellhom dritt imorru quddiem dik il-kummissjoni ddeċidew li ma jmorrux għax ma kellhomx fiduċja fiha - jista' jkun li dawn ikunu nsew ukoll - liema evidenza se jġib f'din il-Kamra biex jgħid li dawk in-nies li sofrew inġustizzja qabel l-1987 jmisshom marru quddiem il-kummissjoni u allura jitilfu d-dritt, filwaqt li dawk li ma marrux għax sofrew inġustizzja wara l-1987 għandhom dritt biex imorru u jagħtuhom l-opportunita'?", "Dan qed ngħidu bl-iktar mod dispassjonat politiku għax m'huwiex argument politiku imma argument ta' fatt. Meta qegħdin nitkellmu fuq inġustizzji tista' titkellem fuq inġustizzji voluti u tista' titkellem fuq inġustizzji li m'humiex voluti.", "Jiena naħseb li ż-żewġ naħat nistgħu ngħidu li 90% ta' l-inġustizzji li qed isib l-Ombudsman, kemm taħt l-Amministrazzjoni preċedenti kif ukoll taħt din l-Amministrazzjoni, m'humiex kwestjoni ta' inġustizzja voluta imma huma kwestjoni ta' żball amministrattiv, u għalhekk kien twaqqaf l-Ombudsman.", "Jiena naħseb li nistgħu napplikaw dan ir- raġunament anke għall-Amministrazzjoni preċedenti.", "Din in-naħa qiegħda tgħid: Jekk xi ħadd bata żball amministrattiv qabel is-sena 1987, għaliex dan għandna nittrattawh b'mod differenti għal min sofra żball amministrattiv wara l-1987?", "Jekk l-esklużjoni hija data partikolari, dik id-data partikolari x'sinifikat għandha fil-kontest ta' żball amministrattiv?", "Persuna li sofriet żball amministrattiv qabel l-1987 u għar-raġunijiet tagħha ma marritx quddiem il-kummissjoni - u dan it- tribunal m'huwiex se jinvestiga r-raġunijiet għaliex din il-persuna ma marritx quddiem il-kummissjoni; m'huwiex se jistaqsiha jekk kellhiex fiduċja fil-kummissjoni; se tmur quddiem it-tribunal, dan se jikkonstata s- sempliċi fatt jekk marritx quddiem il-Kumissjoni u jekk ma marritx jgħidilha li tista' tidher quddiem it-tribunal - għaliex għandha tiġi eskluża?", "Allura din in-naħa tinsisti li l-Gvern għandu jerġa' jirrevedi l- pożizzjoni tiegħu.", "Jekk aħna qegħdin nagħmlu liġi li tagħti opportunita' lil min kellu diġa' opportunita' pero' ma eżerċitahiex, din in-naħa temmen li għandha tingħata opportunita' lil kull min kellu l-opportunita' fl-ewwel każ u m'għandna nagħmlu l-ebda distinzjoni u l-ebda għażla hawnhekk.", "Aħna għandna nħallu lil kulħadd liberu biex min kien diġa' għażel li ma jmurx u issa se jingħata l-opportunita' biex imur, allura għandna nagħtu opportunitajiet ugwali u mhux nibdew niddistingwu minn hawnhekk.", "Għalhekk iktar 'il quddiem din in-naħa sejra tressaq emenda għal din id- definizzjoni.", "Niġi issa għad-definizzjoni ta' \"persuna aggravata\".", "Din id-definizzjoni tiddefenixxi min jista' jmur quddiem dan it-tribunal u bażikament tagħmel distinzjoni skjetta bejn persuna fiżika u persuna legali għax tgħid li persuna legali m'għandha l-ebda dritt li tmur quddiem it-tribunal.", "Jekk nerġa' norbot mal-liġi tal-Kumissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji lkoll nafu li din id-distinzjoni ma kenitx teżisti u kulħadd - kien jew ma kienx kumpannija - seta' jmur quddiem il-kummissjoni .", "Din in- naħa wkoll ma tarax raġuni għaliex għandha ssir din id-distinzjoni u bir- rispett kollu lejn il-ħabib tiegħi, il-Ministru ma naħsibx li spjega biżżejjed ir-raġunijiet, almenu fl-introduzzjoni qasira tiegħu, għal din il- klawsola.", "Jekk fhimtu sewwa l-Ministru qal li din id-distinzjoni qegħdin jagħmluha għaliex jaħsbu li l-maġġoranza tal-każijiet li se jirriżultaw se jkunu ta' persuni individwali.", "Pero' jiena ma naħsibx li din il-Kamra għandha tiddeċiedi li tagħti drittijiet skond dak li naħsbu li se tkun il- maġġoranza.", "Din il-Kamra għandha tagħti opportunitajiet ugwali lil kulħadd u rridu niftakru wkoll li f'pajjiżna l-maġġoranza tas-soċjetajiet kummerċjali huma one-man companies.", "Dawn huma kumpanniji fejn persuna tinnegozja taħt isem ta' limited liability company minħabba numru ta' vantaġġi li tieħu, speċjalment mil-lat ta' taxxa.", "Din il-persuna flok hija self-employed u tinnegozja bħala Austin Gatt tagħmel kumpannija li ssejħilha Austin Gatt Company Ltd., pero' fl-aħħar mill-aħħar hija persuna waħda li qiegħda taġixxi b'dan il-mod.", "U allura jekk l-individwu Austin Gatt għandu d-dritt jaġixxi quddiem dan it-tribunal, għaliex il-kumpanija Austin Gatt li m'hi xejn ħlief il-funzjoni legali ta' Austin Gatt għal skopijiet totalment differenti, ma tistax tmur quddiem dan it-tribunal?", "Jiġifieri ma naħsibx li huwa sew li aħna niddistingwu.", "Anke jekk hemm każ wieħed, għaliex m'għandekx tagħtih l-istess dritt li jeżisti fil-każ ta' ħaddieħor?", "Il-Ministru qal ukoll li waħda mir-raġunijiet għaliex qed jagħmlu din id- distinzjoni hija li dawn il-kumpanniji għandhom ħafna iktar mezzi - u jistgħu anke jmorru quddiem il-qorti - kif jistgħu jieħdu redress.", "Bir- rispett kollu, apparti li nerġa' napplika l-istess eżempju ta' a one-man company, ma naħsibx li dan huwa l-każ.", "Jista' jkollok individwu li għandu Lm100,000 jew Lm1 miljun il-bank u jista' jmur il-qorti, u jista' jkollok kumpannija ta' mastrudaxxa li forsi għandu Lm100 jew Lm200 il-bank u m'għandu ebda mezz biex imur il-qorti.", "Jiġifieri nkunu żbaljati jekk nitilqu minn dan il-punt u niprovaw nagħmlu dawn id-distinzjonijiet.", "Inkunu żbaljati jekk nipprovaw nikkanalaw mill-bidu lil min irridu u lil min ma rridux.", "Nerġa' nsostni wkoll li hawnhekk m'hawn ebda raġuni ċara għaliex qed issir din id-distinzjoni, m'hawn ebda argument favur li neskludu realta' fil-ħajja Maltija, realta' li ħafna minna naħdmu magħha kuljum.", "Infakkar li din hija liġi li ġejja minn liġi oħra, l-Att dwar il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, u din bilfors iridu norbtu magħha u ma nistgħux naħarbu minnha.", "Issa din il-liġi qiegħda tagħti drittijiet lil dawk in-nies li ma eżerċitawx id-dritt tagħhom taħt dik il-liġi.", "Hemmhekk almenu qegħdin naqblu t-tnejn u m'għandniex għalfejn nargumentaw fuqha, anke wara l-kjarifika li għamel il-Ministru bl-emenda li jidhru li se jippreżentaw.", "Mela jekk tlaqna minn dik il-liġi u l-Gvern diġa' qiegħed jgħid li se jiddistingwi bejn min sofra inġustizzja wara l- 1987 u min sofra inġustizzja qabel l-1987, għaliex anke għal dawk ta' wara l-1987 irridu niddistingwu bejn persuna fiżika u persuna legali?", "Ma naħsibx li hawn raġunijiet validi għaliex dan għandu jsir u din in-naħa ssostni li issa tkun inġustizzja ma' dawk in-nies li veru sofrew inġustizzja u ma applikawx jekk jingħata d-dritt lil persuni fiżiċi biex jirrikorru u lilhom le.", "Għalhekk jidhrilna li l-Gvern għandu jikkonsidra serjament li din ibiddilha.", "Barra minn hekk, din in-naħa se tipproponi wkoll definizzjoni ġdida f'din il-klawsola biex tissostitwixxi d-definizzjoni eżistenti ta' \"tribunal\".", "Madam Speaker, fil-winding up tiegħu l-Ministru aċċenna għall-pożizzjoni ta' din in-naħa meta qal li aħna jidhrilna li jkun ħafna iktar għaqli u ċertament inqas kontenzjuż jekk minflok ma noħolqu tribunal ieħor indaħħlu l-Ombudsman f'din il-materja.", "Kif qal sew il-Ministru, iż-żewġ naħat naqblu li l-introduzzjoni ta' l-Ombudsman kienet sistema tajba biex wieħed jaħdem biha u din in-naħa sinċerament tagħmel appell biex nibnu flimkien fuq dan il-qbil.", "Jekk din in-naħa qed tinsisti li tagħti dan ir-rimedju ġdid u n-naħa tal-Gvern trid tfittex il-consensus, m'hemm xejn ħażin billi nużaw istituzzjoni li lkoll naqblu fuqha.", "Waqt il-winding up l-uniku aċċen li għamel għaliha l-Ministru kien: Għalfejn ngħabbu iktar lill- Ombudsman?", "Bir-rispett kollu, l-Ombudsman għandu l-garanzija ta' l- indipendenza, għandu mezzi kif jaħtar nies biex jassistuh, rajna l- effiċjenza tiegħu mir-rapporti li ssottometta u mill-każijiet li qata' s'issa u ma naħsibx li għandna niddeċiedu jekk għandux ikun l-Ombudsman jew it-tribunal għar-raġuni li l-Ministru jew il-Gvern jidhirlu li m'għandniex ngħabbu lill-Ombudsman.", "Naħseb li iktar milli nfittxu dak li jiddistingwina għandna nfittxu l-consensus.", "Jekk għandna istituzzjoni li ż-żewġ partiti konna nwiegħduha f'kull elezzjoni, u fl-aħħar twettqet bil-consensus taż- żewġ naħat, u iktar importanti minn hekk meta ġie biex jaħdem l-Ombudsman sibna persuna li qbilna fuqha ż-żewġ naħat, u qbilna mhux biss fin-nomina imma anke fil-mod kif qed taġixxi min-nomina 'l hawn, allura jkun metodu ħafna iktar clean u jkun metodu li jġib ħafna aktar għaqda u ħafna iktar consensus jekk fl-istituzzjoni minflok it-tribunal ikun hemm l-Ombudsman.", "Jekk hemm bżonn li l-Ombudsman jingħata aktar għajnuna allura jingħata aktar għajnuna, pero' jkun hemm ħafna iktar qbil fil-metodu ta' kif jaħdem jekk minflok it-tribunal ikun hemm l-Ombudsman.", "Il-konklużjoni ta' din l- istorja kollha tkun ferm aktar feliċi jekk fl-aħħar mill-aħħar id- deċiżjonijiet ta' l-Ombudsman jiġu rispettati miż-żewġ naħat milli jkollna tribunal li bil-mod kif se jiġi mwaqqaf u bil-mod kif huwa suġġerit huwa kjarament partiġjan.", "Hawn kjarament għandna istituzzjoni li se twassal biex nagħżlu bejn ċittadini Maltin li kellhom l-istess drittijiet u jekk ma eżerċitawx dawk l-istess drittijiet ma eżerċitawhomx għar-raġunijiet tagħhom.", "Għalhekk din in-naħa qed tipproponi s-segwenti emendi għal artiklu 2 ta' l-Att prinċipali:", "Fl-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali:", "\"B\" (1) fid-definizzjoni ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\" neħħi l-kliem \"9 ta' Mejju 1987\" kull fejn jirrikorri u daħħal il-kliem \"1 ta' Ottubru 1971\";", "(2) fid-definizzjoni ta' \"persuna aggravata\" ħassar il-kliem kollu minn \"iżda ma tinkludiex\" sa l-aħħar tad-definizzjoni;", "(3) id-definizzjoni ta' \"it-Tribunal\" għandha titħassar u minflok tidħol definizzjoni ġdida kif ġej:", "\"\"Ombudsman\" ifisser l-\"Ombudsman\" imwaqqaf permezz ta' l-Att dwar l- Ombudsman, 1995\".", "In section 2 of the principal Act:", "\"B\" (1) in the definition of \"person aggrieved\" the words from \"but does not include\" to the end shall be deleted;", "(2) in the definition of \"statutory body\" the words \"9 May 1987\" wherever they occur shall be substituted with the words \"1 October 1971\";", "(3) delete the definition of \"the Tribunal\" and substitute therefor the following new definition:", "\"\"Ombudsman\" shall mean the \"Ombudsman\" set up in accordance with the Ombudsman Act, 1995\".", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, aħna ma naqblux ma' l-emendi li ġew proposti min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "L-ewwelnett, din il-liġi bl-ebda mod m'hija s-suċċessur tal-liġi preċedenti, li sakemm teżawrixxi l-ħajja tagħha se tibqa' in vigore.", "It-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzja fis- sustanza, fl-istruttura u fl-operat tiegħu huwa istituzzjoni kompletament differenti mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Barra minn hekk, jien ma nistax nifhem l-argumentazzjoni fejn qed jingħad li għandna mmorru lura għall-1971.", "Nixtieq infakkar li meta konna qed niddiskutu l-liġi dwar il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u tqanqal il-punt għaliex dak inhar il-Gvern Nazzjonalista kien waqaf fl-1971 u ma marx lura għall-1964 għadni niftakar li l-ex-Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami, kien qal li l-Partit Laburista kien ilu fil-gvern biżżejjed biex jagħmel l-investigazzjonijiet u jwaqqaf l-istituzzjonijiet neċessarji li jindirizzaw l-inġustizzji li allegatament saru, u naħseb li fl-għażla tad-data li għamilna wara għaxar snin ta' Gvern Nazzjonalista l-istess prinċipju japplika wkoll.", "Madam Speaker, jien ħadt gost li l-Onor.", "Austin Gatt jaqbel li d- definizzjoni ta' \"korp imwaqqaf\" b'liġi qed nagħmluha b'mod mill-iktar wiesa' biex, per eżempju, kumpannija li tiġi kostitwita mhux bħala korporazzjoni imma taħt il-Companies Act ma tkunx eskluża bl-ebda mod imma tkun inkluża wkoll.", "Hawnhekk tajjeb illi nissottolinjaw li hemm qbil fuq din id-definizzjoni ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\" għalkemm ma naqblux fuq id- data ta' l-applikabilita'.", "Rigward id-definizzjoni ta' \"persuna aggravata'' tajjeb li ngħidu wkoll li l-indirizz tagħna kien għal individwi fiżiċi partikolari.", "Dan jorbot ħafna mas-setgħat - dawn iridu jiġu kkonsidrati iktar 'il quddiem - illi għandu t-tribunal dwar ħatriet fl-impjieg, promozzjonijiet, dħul fl-impjieg u affarijiet simili illi iktar jolqtu lill-individwi konċernati.", "Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li meta soċjeta kummerċjali tħoss li għandha xi element ta' inġustizzja għandha l-mezzi neċessarji biex tikkawtela l- interessi tagħha aktar minn ħaddiem li jkun milqut ħażin fuq il-post tax- xogħol.", "Se ngħid xi ħaġa dwar l-emenda l-oħra li għandna napplikaw għall- Ombudsman.", "Dwar l-Ombudsman kien hemm il-qbil ukoll minn meta għandu jibda għal raġunijiet amministrattivi u prattiċi illi spjegajt.", "Dak inhar m'għidniex li l-Ombudsman għandu jerġa' jirrevedi dak kollu li kienet għamlet il-kummissjoni għax ma kienx jagħmel sens.", "Fuq din l- argumentazzjoni li kienet tagħmel sens kien hemm qbil miż-żewġ naħat tal- Kamra u naħseb li l-istess loġika għandha tapplika.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, għadha ma ngħatatx spjegazzjoni ċara għaliex fid-definizzjoni ta' \"persuna aggravata\" qegħdin jiġu esklużi l- kumpanniji u s-soċjetajiet kummerċjali.", "Dan qed ngħidu wkoll għaliex fit- Tieni Qari smajna diversi kelliema għan-nom tal-Gvern illi qalu li din il- liġi kienet meħtieġa għaliex minbarra li l-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji kellha diversi difetti fil-proċedura, kienet marbuta li tirrikkmanda biss u xejn aktar.", "Semmew ukoll kemm kienet restrittiva dik il-liġi u kemm hi wiesgħa din il-liġi li qed niddiskutu bħalissa.", "Issa hawnhekk għandna kwestjoni fuq ħaġa importanti ħafna għax dwar min jista' japplika quddiem it-tribunal għandna definizzjoni aktar restrittiva minn dik li kellna fil-liġi li waqqfet il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "L-Att XV ta' l-1987, li bih kienet twaqqfet il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji, kien jagħti d-dritt lil kull persuna, kemm jekk hija persuna fiżika kif ukoll jekk persuna legali - jekk ngħidu persuna morali nkunu qed nidħlu f'kamp ieħor - bħal kumpannija jew bħal assoċjazzjoni li għandha personalita' ġuridika differenti minn dik tal- membri li jikkomponuha, li tressaq ilment quddiem il-kummissjoni.", "Issa għal xi raġuni l-Ministru għadu ma spjegax b'mod suffiċjenti għaliex il- kumpanniji kollha, anke kumpanniji żgħar li hawn ħafna minnhom - illum ma nafx kif inhi imma dak iż-żmien b'Lm100 kont tista' tifforma kumpannija għaliex il-kapital kellu jkun Lm500 with a paid-up minimum ta' 20%; ikunu private exempt companies żgħar li jitwaqqfu l-aktar minħabba l-liability ħalli l-liability tagħhom tkun limitata, imma anke wkoll għal skopijiet ta' taxxa; jien naħseb li m'hawnx negozju wieħed ta' ċerta sustanzja li m'huwiex a limited liability company - se jiġu esklużi milli jmorru quddiem it-tribunal.", "Ir-raġuni li ngħatat mill-Ministru li għandhom aktar mezzi finanzjarji mhijiex minna.", "Hawn xi statistika li turi li kumpanniji għandhom mezzi finanzjarji aktar minn individwu?", "Allura jekk ikun hemm wieħed milljunarju, għaliex huwa persuna fiżika u m'għandux kumpannija, jista' jmur quddiem it-tribunal u jgħid għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar b'mod inġust ma tagħtux permess - aktar tard niġu għad-definizzjoni ta' x'inhi \"inġustizzja\" - imbagħad xi ħadd li għandu ħanut li qed imexxuh tal- familja u li kien ingħata parir u waqqaf kumpannija, hemmhekk la l- kumpannija ma tista' tmur quddiem it-tribunal u lanqas l-azzjonisti.", "Imbagħad, biex żgur nagħlqu t-toqob kollha u biex żgur li kull min imiss ma' kumpannija jiġi eskluż milli jmur quddiem dan it-tribunal, qegħdin ngħidu li l-azzjonisti ta' kumpannija li tallega li saret inġustizzja fil- konfront tagħha u li għandhom personalita' ġuridika differenti mill- kumpannija, ukoll huma esklużi milli jmorru quddiem it-tribunal.", "Jiġifieri individwu, sempliċement għaliex ma waqqafx kumpannija, pero' għandu l-mezzi finanzjarji u legali kollha li semma' il-Ministru u li kieku ried seta' mar quddiem il-qrati jew jew quddiem xi ħaddieħor li seta' jagħtih rimedju, jista' imur quddiem it-tribunal, imbagħad ħaddieħor li għandu kumpannija ma jistax.", "Dan huwa aktar u aktar ħażin għaliex jekk imbagħad tħares - se nantiċipa ftit, pero' huwa importanti għal dak li se ngħid issa - biex tara fuq xiex wieħed jista' jmur quddiem it-tribunal isib li hemm imniżżel hekk:", "\"ħatriet, promozzjonijiet jew trasferimenti ta' uffiċjali pubbliċi; ...\",", "- hemmhekk ma naħsibx li l-kumpanniji se jkollhom xi lmenti għax ma tistax tagħti promotion lil kumpannija -", "\"... ħatriet, promozzjonijiet jew trasferimenti ta' membri, uffiċjali jew impjegati ta' xi korp bħal dak; ...\",", "- hawnhekk ukoll ma tidħolx kumpannija -", "\"... dħul fl-impjieg; ...\"", "- naħseb li kumpannija ma tidħolx f'dan lanqas -", "\"... liċenzi jew permessi meħtieġa bil-liġi; ...\".", "Jiġifieri dwar din ta' l-aħħar jekk xi ħadd jidhirlu li saret inġustizzja fil-konfront tiegħu, f'dak li għandu x'jaqsam ma' liċenzji jew permessi meħtieġa bil-liġi, hemmhekk għandu dritt imur quddiem it-tribunal, pero' mhux jekk tkun kumpannija.", "Jien m'għandix l-istatistika hawnhekk pero' naħseb li tliet kwarti tal-permessi tan-negozju li joħorġu mill-Pulizija, kif ukoll nofs il-permessi li jinħarġu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar .....", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk inti azzjonista f'kumpannija u dik il-kumpannija ma tkunx se tagħmel l-ilment tagħha ta' inġustizzja, inti ma tistax tagħmel l-ilment bħala azzjonista indirettament milqut minn dik l-inġustizzja li qed issofri l-kumpannija.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma jistgħux joħorġu f'isem kumpannija waħedha imma joħorġu f'isem persuna għan-nom ta' kumpannija.", "Jekk persuna li qed tirrappreżenta kumpannija tikser il-kondizzjoni ta' dik il-liċenzja u jiġi pprovat, taħt l-Interpretation Act, li hija ma ħaditx il-passi neċessarji biex tara li ma jkunx hemm ksur tal-liġi, kriminalment tista' tħarrikha.", "Pero' f'dan il-każ hemm provvediment speċifiku li jgħidlek li, minkejja li l-ksur sar mill-kumpannija tista' tħarrek personalment lil dak id-direttur, manager jew uffiċjal ieħor tal-kumpannija li ma jipprovax li ma kienx jaf b'dak li għamlet il-kumpannija jew inkella li ma jipprovax li meta sar jaf għamel minn kollox biex dak il-ksur ma jsirx.", "Imma hawnhekk qegħdin ngħidu ħaġa kompletament differenti.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li sempliċement għaliex inti limited liability company u ġejt reġistrat, saru kemm saru inġustizzji volontarji jew involontarji kontra tiegħek mill-gvern, inti ma tistax tmur quddiem it- tribunal.", "Issa r-raġunijiet li ssemmew għaliex qed ssir din id- diskriminazzjoni - ma nistax ngħid li l-Ministru ma semma xejn - m'humiex sodisfaċenti.", "U m'humiex sodisfaċenti aktar u aktar meta wieħed jikkonsidra li l-istess persuna jista' jkollha kumpannija u taġixxi fin- negozju f'isem din il-kumpannija u jista' jkollha negozju ieħor hi stess fejn taġixxi f'isimha personali.", "Issa jekk issir inġustizzja fin-negozju fejn qiegħda taġixxi f'isimha personali tista' tmur quddiem it-tribunal, pero' jekk issofri inġustizzja f'dak in-negozju li qed jiġi ġestit minn kumpannija kontrollata minnha allura ma tistax tmur quddiem it-tribunal.", "Jiena qed nagħmel riferenza għal paragrafu (d) ta' klawsola 6 ta' l- abbozz ta' liġi għaliex fejn hemm kwestjoni ta' liċenzji jew permessi - kuntrarjament għal dak li hemm f'paragrafi (a), (b) u (c) fejn mhux se tagħmel differenza għax dawn jirriferu b'mod ovvju għal persuni fiżiċi - l- iktar li jinħarġu liċenzji huma fuq kumpanniji u hemm ukoll numru konsidervoli ta' permessi li jinħarġu f'isem kumpanniji.", "Issa mil-lat politiku qed ngħid: Huwa sewwa li jekk nagħmlu liġi bħal din neskludu mingħajr raġuni l-persuni legali?", "Jiena ma nixtieqx li niġu interpretati ħażin.", "Aħna kontra din il-liġi għaliex qegħdin ngħidu li dan it-tribunal m'hemmx bżonnu pero' b'saqajna ma' l-art nafu li dan l-abbozz se jsir liġi - sakemm ma jinqalax xi ħaġa li mhijiex prevedibbli - u allura għalkemm ma naqblux li għandha ssir din il-liġi, li għandha riħa ta' politika partiġjana qawwija, għallinqas jekk se ssir m'għandniex niddiskriminaw bejn dik li hija kumpannija u dik li m'hijiex.", "Jien se nżid argument ieħor anke mil-lat kostituzzjonali.", "Il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni; il-Kostituzzjoni ta' Malta tipprojbixxi diskriminazzjoni fuq ħames grounds li huma speċifiċi u exhaustive, dawk biss.", "(Interruzzjonijiet) Jekk hija diskriminazzjoni li għandha ġustifikazzjoni allura ma tmurx kontra l- Konvenzjoni Ewropea, imma jekk dik il-ħaġa li ssir toħloq diskriminazzjoni li għaliha m'hemmx raġuni tista' tiġi attakkata.", "U ġaladarba min qed jippilota din il-liġi qalilna li din mhijiex bħal-liġi ta' qabel li sempliċement toħloq tribunal li jirrakkmanda imma tribunal li jiddeċiedi, li kieku ssir kawża kostituzzjonali l-Gvern ma jkunx jista' jargumenta li din hija konċessjoni - għax fil-konċessjonijiet wieħed jista' jagħżel bejn persuna jew oħra u jista' jgħid liema nies jistgħu japplikaw jew ma jistgħux japplikaw, anke mingħajr raġuni - imma issa li għollejt il-livell sa fuq l-artal tad-drittijiet li jekk tinqata' mit-tribunal li inti sofrejt inġustizzja l-Prim Ministru bilfors irid jesegwixxi deċiżjoni tat-tribunal u jekk ma jistax imbagħad jista' wkoll jagħti kumpens finanzjarju - u sar ħafna ftaħir fuq din il-kwestjoni - kif tista' imbagħad inti tiddiskrimina mingħajr raġuni bejn xi ħadd li għandu negozju f'kumpannija u xi ħadd li għandu negozju li jmexxih b'mod personali u qed jallega li saret inġustizzja miegħu fil-kamp ta' liċenzji jew permessi meħtieġa bil-liġi?", "Jiġifieri apparti l-kwestjoni politika meta qed ngħidu li aħna ma naqblux ma' din il-liġi imma jekk se tidħol għallinqas m'għandhiex tiddiskrimina, anke fil-kamp legali issa.", "Il-liġijiet u l-obbligi internazzjonali li għandna, li saru parti mil-liġijiet ta' Malta, jagħmluha permessibbli li wieħed jagħmel diskriminazzjoni hekk bla raġuni?", "Mhux qed nitkellmu fuq diskriminazzjoni politika, kif qal l-Onor.", "Gatt, imma diskriminazzjoni fuq x'kategorija ta' nies jistgħu jippreżentaw ilment quddiem it-tribunal.", "Fuq il-kwestjoni l-oħra ta' l-introduzzjoni ta' l-emenda li qed tagħmel l- Oppożizzjoni sabiex flok tribunal jkollna l-Ombudsman għadna ma kellniex spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex l-emenda għandha tiġi rifjutata.", "F'dan il-pajjiż kemm se jkollna organi u istituzzjonijiet!", "L-ewwelnett għandna l- qrati u jekk xi ħadd iħoss li saret inġustizzja fil-konfront tiegħu dejjem jista' jmur quddiem il-qorti anke għal dak il-perijodu, jekk hija kwestjoni ta' dritt legali, li meta ma marx seta' kien tort tiegħu.", "Imbagħad għandna l-Ombudsman li vera ma jistax jeżamina ħwejjeġ li ġraw qabel l-1995.", "Se noħolqu ombudsman ieħor speċjali għall-Universita' u jidhirli li se jinħoloq ombudsman għall-Planning Authority wkoll jekk qrajt sewwa fil- gazzetti.", "Kemm-il wieħed se jinħoloq!", "(Interruzzjonijiet)", "Fil-kamp tal-pulizija l-Gvern għadu mhux ċert x'tip ta' bord se jinħoloq, imma se jinħoloq bord tal-pulizija li fir-rapport ta' l-MSU jgħid li m'għandux jieħu ħsieb l-ilmenti tal-pubbliku imma l-ilmenti tal-pulizija.", "Imbagħad se jinħoloq ukoll dan it-tribunal.", "Hemm bżonn nagħmlu dawn l- istrutturi kollha f'dan il-pajjiż meta għandna l-Ombudsman?", "Din il-persuna żgur għandha l-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra għax il-Gvern ta' qabel intrabat li biex jinnominah irid ikun hemm l-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-Membri tal-Parlament u għalhekk nistgħu ngħidu li minflok jibda jara każijiet mill-1995 'il quddiem niffissaw data oħra.", "Lanqas hemm għalfejn nintrabtu mad-data ta' l-1987 għax, kif qal l-Onor.", "Gatt, b'liema dritt tiġi tgħid mid-9 ta' Mejju, 1987 'l quddiem?", "Jiġifieri l-Ombudsman li qbilna lkoll dwaru huwa l-uniku uffiċjal f'Malta li biex tinnominah trid maġġoranza ta' żewġ terzi tad-deputati.", "Ebda uffiċjal ieħor, la imħallef, la maġistrat u lanqas l-avukat ġenerali m'għandu bżonn maġġornaza ta' żewġ terzi tal-Parlament biex jiġi nominat, jista' jitneħħa b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Parlament.", "Meta ddiskutejna dik il-liġi konna għidna li qed nirriskjaw għax jekk iż-żewġ naħat tal-Kamra ma jaqblux ma ssirx il-ħatra ta' l-Ombudsman.", "Ġaladarba kulħadd, bejn wieħed u ieħor, jaqbel li l- operat ta' l-Ombudsman kien pożittiv - mhux qed ngħid li kulħadd qabel ma' kull rapport li sar mill-Ombudsman imma ma qamux xi kontroversji kbar li jitfgħu dubju dwar kemm dak li għamilna għamilnih sew jew le - x'inhi d- diffikulta' li minflok noħolqu tribunal ieħor presedut minn imħallef, nagħmlu l-Ombudsman u ngħidu li jista' jindaga wkoll il-każijiet ta' l- allegati inġustizzji?", "GĦaliex se noħolqu struttura oħra bi spiża ikbar?", "Naħseb li huwa iktar ekonomiku li żżid ir-riżorsi finanzjarji u umani ta' l- Ombudsman milli toħloq struttura oħra li l-ħlas tagħha jsir mil- Consolidated Fund.", "Ir-raġuni li qed nagħmlu Kumitat tal-Kamra kollha hija proprju minħabba li din il-liġi għandha implikazzjonijiet finanzjarji, u allura d-diskussjoni bilfors trid issir fil-Kumitat tal-Kamra kollha.", "Nixtieq li l-Ministru jispjega dawn il-punti li tqajmu min-naħa ta' l- Oppożizzjoni li għadha mhix sodisfatta għaliex l-emendi li qed tipproponi, fl-intier tagħhom jew parti minnhom, mhux qed jiġu aċċettati min-naħa tal- Gvern.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, apparti mill-aspetti ġenerali li tkellmu dwarhom l-Onor.", "Gatt u l-Onor.", "Tonio Borg li naqbel magħhom perfettament u ovvjament nassoċja ruħi magħhom - xtaqt nagħmel żewġ punti ta' dettall.", "L- ewwel punt huwa dwar id-definizzjoni ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\".", "Il-kelma \"soċjeta`\" fit-tieni linja tinkludi soċjeta' kummerċjali jew le?", "GĦax ovvjament jekk tinkludi soċjeta` kummerċjali ma taqax eżattament taħt d- definizzjoni ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\", għax soċjeta` kummerċjali mhijiex imwaqqfa b'liġi imma hija mwaqqfa bil-memorandum of association.", "GĦalhekk jekk irridu li l-frażi \"korp imwaqqaf b'liġi\" tinkludi soċjeta' kummerċjali rridu nbiddlu ftit id-definizzjoni u filwaqt li nagħmluha \"korp imwaqqaf b'liġi jew korp ieħor\" niddefinuha bħala \"kull korporazzjoni jew korp magħqud ieħor imwaqqaf b'liġi u kull soċjeta' ...\".", "Sur President, it-tieni punt li xtaqt inqajjem huwa li jekk wieħed iqabbel it-test Malti tad-definizzjoni li ngħatat għal \"korp imwaqqaf b'liġi\" mat-test Ingliż isib li fit-test Malti hemm żball għax il-frażi \"... ikollhom kontroll effettiv jew kellhom kontroll effettiv ...\" intużat darbtejn filwaqt li fit-test Ingliż, fid-definizzjoni ta' \"statutory body\" din il-frażi ma ġietx ripetuta għax l-ewwel hemm il-kliem \"has a controlling interest or had a controlling interest.\" u mbagħad hemm il- kliem \" has effective control or had effective control\".", "Fl-opinjoni tiegħi t-test tajjeb huwa dak Ingliż għax filwaqt li jagħmel distinzjoni bejn \"a controlling interest\" u \"effective control\" it-test Malti ma jagħmilx u għalhekk naħseb li f'din id-definizzjoni l-ewwel frażi li tgħid \" ikollhom kontroll effettiv jew kellhom kontroll effettiv \" trid tinbidel ħalli tiġi tirrifletti \"a controlling interest\".", "Forsi l-Attorney General ikun jista' jgħidilna xi kliem nistgħu nużaw fit-test Malti għall-frażi \"a controlling interest\".", "Din id-distinzjoni iġġiegħlni nistaqsi x'nifhmu bit-terminoloġija \"controlling interest\" u \"effective control\".", "Jien naħseb li ta' min jagħti din id-distinzjoni forma iżjed konkreta billi ssir riferenza għall-Att dwar il-Kumpanniji minħabba li hemmhekk a parent company hija mfissra bħala soċjeta' li jkollha kontroll b'diversi mezzi.", "GĦalhekk forsi tista' ssir riferenza għal dan l-Att biex b'hekk ma nħallux it-termini vagi ta' \"controlling interest\" u ta' \"effective control\".", "Issa ħalli nagħmel punt ieħor.", "Sur President, jien naqbel kompletament li għandu jidħol il-konċett li kull soċjeta' kummerċjali jkollha dritt tressaq l-ilmenti tagħha imma għall- inqas u bla dubju ta' xejn fil-każ tas-soċjetajiet a non collectif\" fejn teżisti, ir-responsabbilta' personali tas-soċju - għax f'dak il-każ is- soċju jkollu responsabbilta' personali għal kulma tagħmel dik is-soċjeta'.", "GĦalhekk jien inħoss li għallinqas, din it-tip ta' soċjeta' kummerċjali jkollha r-rimedju wkoll.", "Irrid nistaqsi wkoll jekk soċjetajiet ta' professjonisti bħalma huma firm of auditors, firm of accountants u oħrajn jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' \"persuna aggravata\" għaliex għandi d-dubji tiegħi kemm wieħed jista' jinkludihom fid-definizzjoni li ġiet mogħtija.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nixtieq inkompli neżawrixxi s-suġġett tas-soċjetajiet kummerċjali għax, għalkemm ma nifhimx għal liema raġuni, nifhem li min-naħa l-oħra jista' jkun hemm raġuni politika fil-cut-off-date ta' l-1987.", "Nifhem ukoll li jista' jkun hemm raġuni politika, għalkemm ma naqbilx magħha, fuq l-għażla tat-tribunal minflok l-Ombudsman, pero' sinċerament ma nistax nifhem din id-distinzjoni ta' soċjeta' kummerċjali u individwu.", "U okkorrewli żewġ eżempji.", "Minn ftit tas-snin 'l hawn daħlet il-prassi - naħseb li ttieħdet xi tip ta' deċiżjoni - li liċenzji li normalment jingħataw biss lil ċerti individwi jiġu trasferiti fuq kumpanniji kummerċjali reġistrati, purche jkunu wholly owned minn individwu li jintrabat li ma jbiegħx ix-shares.", "Bħala eżempju ta' dan nista' nsemmi l- liċenzji tal-kiosks u tas-suq, bħalma hu s-suq tal-Belt.", "Illum huwa aċċettat, anke mill-pulizija, li minflok ma tirreġistra l-istall tiegħek fuq Ganni Borg tittrasferixxi l-liċenzja fuq Ganni Borg Ltd, basta tintrabat li ma tbiegħx ix-shares ta' Ganni Borg Co. Ltd.", "Jiġifieri x'sens qed jagħmel hawnhekk li qed ngħidu: Sakemm Ganni Borg iżomm il-liċenzja tiegħu fuq Ganni Borg jista' jirrikorri għal dan it-tribunal, pero' malli Ganni Borg, għax jaf li jaqbillu mil-lat ta' taxxa, jittrasferixxi l- liċenzja fuq Ganni Borg Ltd u jibqa' l-owner ta' Ganni Borg Co. Ltd fejn minn 100 share ikollu 99 share u jintrabat li la jbiegħ u lanqas jittrasferixxi x-shares ta' Ganni Borg Co. Ltd., dan ma jistax jirrikorri għal dan it-tribunal.", "Irrid infakkar ukoll ħaġa oħra għax s'issa d-diskors li sar miż-żewġ naħat kien iffokat fuq soċjetajiet kummerċjali, l-iktar fuq limited liability companies, mentri d-definizzjoni ta' \"persuna aggravata\" hija anke iktar wiesgħa għax fil-fatt tgħid li:", "\"persuna aggravata\" tfisser individwu li allega li ġarrab dik l- inġustizzja msemmija f'artikolu 6 ta' dan l-Att iżda ma tinkludix kumpannija jew soċjeta' kummerċjali oħra ...\"", "- dawn diġa' tkellimna fuqhom -", "\"... jew individwu ieħor jew persuna oħra li jallegaw li jkunu azzjonisti ...\"", "- u hawn se ssir l-emenda -", "\"... jew membri ta' kumpannija jew soċjeta' kummeċjali oħra, ...\"", "- allura qed ngħidu s-soċjeta' kif ukoll l-azzjonisti li qed jaġixxu bħala azzjonisti.", "Pero' mbagħad hemm iktar:", "\"... jew grupp jew assoċjazzjoni li jkunu jinkludu kumpannija jew soċjeta' kummerċjali oħra bħal dawk;\".", "Mela hawnhekk issa qed ngħidu li għandek assoċjazzjoni, grupp ta' nies li qegħdin f'għaqda filantropika.", "L-għaqda filantropika tista' tirrikorri għand it-tribunal, pero' jekk b'kumbinazzjoni din l-għaqda tkun tinkludi kumpannija jew soċjeta' kummerċjali ma tistax tirrikorri għand it-tribunal.", "Din id-distinzjoni teżisti wkoll f'każ ta' sports club għaliex qed ngħidu \"assoċjazzjonijiet volontarji\".", "Per eżempju, illum numru ta' football clubs - m'iniex qed nirriferi biss għal dawk li jilagħbu fil-premier division imma anke għal dawk li jilagħbu fil-first u s-second divisions - jiffurmaw ruħhom b'mod formali, jew bħala limited liability company jew inkella bħala assoċjazzjoni.", "Allura jekk wieħed ikun shareholder jew ikun jikkontribwixxi bħala founding member ta' kumpannija kummerċjali simili - nafu li llum ħafna assoċjazzjonijiet volontarji, mhux biss dawk sportivi, jieħdu l-flus ta' l-isponsorships minn hemm - jiġi eskluż mill-azzjoni ta' din il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qed ngħidu li dawk l-assoċjazzjonijiet li kienu applikaw għal xi liċenzja bejn l-1987 u l-1995 u ma rrikorrewx għand il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji huma esklużi minn din il-liġi.", "X'inhi r- raġuni li għaliha dawn għandhom jiġu esklużi?", "L-argument tagħna huwa li aħna ma jidhrilniex li hemm xi raġuni loġika għaliex inti għandek tgħid li persuna li għandha kumpannija f'isimha ma tistax tapplika u persuna li m'għandhiex kumpannija f'isimha allura tista' tapplika.", "Ma jagħmilx sens lanqas li tgħid li Valletta Hibernians Football Club, biex ma nsemmu lil ħadd, li m'għandux kumpannija bħala azzjonista jista' japplika imma jekk għandu kumpannija bħala azzjonista - jista' jkollu biss one share - ma jistax japplika.", "U hawnhekk nerġa' nenfasizza dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Borg; irridu noqogħdu attenti ħafna mil-lat legali.", "Mr Chairman, jien naħseb li din il-Kamra għandha toqgħod attenta ħafna li ma tagħmilx liġijiet li jmorru mhux biss kontra d-drittijiet taċ-ċittadini b'mod ġenerali imma li jmorru wkoll kontra liġijiet bħal dik tad-Drittijiet tal-Bniedem taħt il-Konvenzjoni Ewropea li llum hija waħda mil-liġijiet tagħna.", "L-appell ta' din in-naħa huwa li dawn id-distinzjonijiet li ma jidhirx, anke minn dak li qal il-Ministru, li hemm xi raġunijiet politiċi għalihom - probabbilment qed jiġi prevvist li hemm biss numru ta' ilmenti żgħar allura qed jiġi rraġunat li m'hemmx għalfejn wieħed joqgħod jaħseb għalihom - inneħħuhom.", "Jien sinċerament ma naħsibx anke bl-istruttura li qed issir li hemm raġuni għalfejn għandha ssir din id-distinzjoni u allura s- suġġeriment ta' din in-naħa ċertament huwa li jekk kulma ridna nagħmlu hu li neskludu forsi 20 jew 30 ilment, huwa ħafna aħjar li wieħed jimxi b'mod differenti.", "Fl-istess ħin jerġa' jsir l-appell minn din in-naħa fuq l-affarijiet li huma ħafna aktar gravi minn hekk, cioe' d-distinzjoni li qiegħda ssir bejn min kellu lment ta' qabel l-1987 u min kellu l-ilment wara l-1987, liema liġi aħna nsostnu li tmur kontra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u anke xxellef id-drittijiet ċivili taċ-ċittadini Maltin.", "Irridu noqogħdu attenti x'aħna nagħmlu biex ma nagħtux l-okkażjoni li din il-liġi tiġi attakkata fuq din il-bażi.", "Fil-bidu tal-winding up, il- Ministru qal li din kienet waħda mill-ewwel liġijiet li ppreżenta l-Gvern Laburista u għalhekk irridu noqogħdu attenti li din il-liġi ma tiġix attakkata fuq il-bażi li qed tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem kif salvagwardjati mil-liġijiet Maltin.", "Madam Speaker, s'issa għadni ma smajtx raġuni valida li għaliha għandna niddistingwu bejnl min sofra inġustizzja qabel l-1987 u min sofra inġustizzja wara l-1987 u għalhekk l-appell ta' din in-naħa se jerġa' jkun l-istess, ċioe' li l-Gvern jaċċetta kemm din l-emenda kif ukoll l-emenda dwar l-Ombudsman.", "Kif qal sew sieħbi l-Onor.", "Tonio Borg l-istituzzjoni ta' l-Ombudsman ħadmet tajjeb u għandha l-fiduċja ta' kulħadd u għalkemm lill- Ombudsman stess inkunu qed inkomplu ngħabbuh bix-xogħol u bir- responsabbilta' aħna fiduċjużi lkoll kemm aħna li dan iwettaq kull responsabbilta' li aħna lesti nafdawlu.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, jien ma nistax nifhem kif qed insibu diffikulta għax inkludejna lil dawk li sofrew inġustizzja mill-1987 u mhux mill-1971 meta fl-1988, is-sena li fiha kienet twaqqfet il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, il-Gvern Nazzjonalista kien inkluda biss lil dawk in-nies li sofrew inġustizzja mill-1971 'l hemm u ma marx iktar lura.", "Jien naħseb li kif l-istess reġim legali kien jipprevali dak iż-żmien dan għadu jipprevali llum.", "Fil-fatt ma nistax nifhem kif meta l- Gvern preċedenti kien iddeċieda li jagħmel cut-off-date fl-Att dwar il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għar-raġunijiet li kien ta dakinhar ma kienx qed imur kontra l-Kostituzzjoni u llum għax il-Gvern Laburista qed jagħmel cut-off-date f'dan l-abbozz ta' liġi, wara li ta r- raġunijiet tiegħu, qed jingħad li dan qed imur kontra l-Kostituzzjoni.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti drittijiet lill-individwu għal skopijiet speċifiċi.", "Sur President, kif għidna diġa' aħna għandna fiduċja fl-Ombudsman u fil- fatt dan l-abbozz ta' liġi ma jinkludix dak iż-żmien li fih daħal in vigore l-Att dwar l-Ombudsman.", "Fil-fehma tagħna din hija turija ċara ta' rispett għal din il-liġi għax il-loġika tgħid li jekk tkun qed taqbel fuq istituzzjoni ma għandekx tagħmel istituzzjoni oħra li tkun overriding fuqha.", "Sur President, l-Onor.", "Borg staqsa jekk fi klawsola 2 il-kelma \"soċjeta'\" tinkludix soċjeta' kummerċjali.", "Fit-test Ingliż din qiegħda \"partnership\", jiġifieri hawnhekk id-definizzjoni ta' \"korp imwaqqaf b'liġi\" qiegħda titwessa iktar imma jien nemmen li l-kelma \"soċjeta'\" hija intenzjonata anke għal soċjeta' kummerċjali bħal ngħidu aħna, Posta Ltd.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt l-Attorney General qed jgħidli li qed jipprepara xi emenda biex jagħmel korrezzjoni fit-test Malti minħabba dan il-punt.", "Rigward il-punt l-ieħor li qajjem l-Onor.", "Borg għal klawsola 2 ukoll dwar id-differenza bejn \"controlling interest\" u \"effective control\" irrid ngħid li t-test Ingliż huwa dak korrett għax f'dan it-test l-għan qiegħed iktar spjegat.", "GĦalhekk naħseb li fit-test Malti rridu nagħmlu korrezzjoni oħra sabiex l-għan jiġi spjegat iktar ċar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nixtieq nagħmel punt żgħir fuq dak li għadu kemm qal il-Ministru li donnu ma jistax jifhem għaliex din il-liġi qed tilledi d-drittijiet ċivili taċ-ċittadini Maltin u l-liġi l-oħra ma kenitx.", "Bir- rispett kollu r-raġuni hija waħda sempliċi.", "Fl-emenda għal klawsola 5 li se jressqu aktar 'il quddiem jingħad b'mod speċifiku li:", "\"Minkejja d-dispożizzjoni tas-subartikolu (1) it-tribunal m'għandux jaċċetta li jeżerċita s-setgħat tiegħu taħt dan l-artikolu f'kull każ fejn ikun sar ilment dwaru quddiem il-Kummissjoni mwaqqfa taħt l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.\"", "Qed jingħad li dan huwa eżerċitabbli min-nies li kellhom dritt pero' me eżerċitawhx.", "Meta għandna l-Investigation of Injustices Act ma kien jeżisti xejn u għalhekk ma għamilniex distinzjoni imma saret cut-off-date ab inizio.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nipprova nagħmel argument legali mhux argument politiku.", "Meta saret il-liġi li waqqfet il-Kummissjoni dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji seta' kien hemm inġustizzji mill-1900.", "Bħal kull liġi li ultimament tagħmel xi tip ta' preskrizzjoni din tgħid li mit-tali data lura ħadd ma jista' japplika u mit-tali data 'l quddiem kulħadd jista' japplika.", "Permezz tal-liġi ta' qabel seta' japplika biex jinvestigawlu inġustizzja kull min kellu ilment bejn l-1971 u l-1987 u din il-liġi l-ġdida qed tgħid li mhux kull min ma applikax jista' japplika pero' jistgħu japplikaw biss parti minnhom.", "Hawnhekk qiegħda d-distinzjoni legali li taqa' taħt il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem li tagħmel parti mill-Liġijiet ta' Malta.", "Sinċerament jien mhux qed nagħmel punt politiku - għalkemm dan għamiltu qabel - imma naħseb li din trid tiġi eżaminata mil-lat legali jekk tilledix għax huwa fl-interess ta' kulħadd li ma jkollniex liġi li tista' tiġi attakkata b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: L-ewwelnett nixtieq ngħid li jien inħares lejn il- kwestjoni dwar il-kostituzzjonalita' minn aspett ieħor.", "Nixtieq nara jekk hemmx problema kostituzzjonali dwar l-esklużjoni ta' soċjeta' kummerċjali fid-definizzjoni ta' \"persuna aggravata\" ġaladarba nafu li kien hemm instances fejn taħt il-Konvenzjoni Ewropea nstab li kien hemm ksur tad- drittijiet fundamentali fil-konfront ta' soċjeta' kummerċjali.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa x'qed nifhmu b' \"individwu\".", "Jekk dan iffisser persuna fiżika jfisser li l-oħrajn kollha, u mhux soċjeta' kummerċjali biss, huma esklużi.", "Dan ifisser li, per eżempju, firm ta' professjonisti hija eskluża u ma taqax taħt \"persuna aggravata\".", "Għalhekk jekk firm of auditors b'xi mod jew ieħor ikollha xi ilment, ġaladarba ma taqax taħt id-definizzjoni ta' \"persuna aggravata\" lanqas tista' twassal il- complaint tagħha.", "Assoċjazzjonijiet u clubs ma jistgħux iressqu ilment la ma jaqgħux taħt id-definizzjoni \"persuna aggravata\".", "Nixtieq nistaqsi jekk din id-definizzjoni għandhiex tiġi estiża.", "Għalkemm jien ma naqbel assolutament xejn ma' dan għandhom jiġu esklużi biss soċjetajiet kummerċjali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Mangion.", "L-aħħar kumment, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, ovvjament il-punt legali jiddependi minn kif wieħed iħares lejh.", "Dan bħal l-element tal-preskrizzjoni.", "Jekk jien għandi sitt xhur, sena u nofs, jew sentejn biex neżerċita d-drittijiet tiegħi u għax traskurajt ma eżerċitajthomx, il-fatt li nkun tlift dawk id- drtittijiet ifisser li b'xi mod qed niġi mċaħħad minn xi drittijiet?", "Taħt il-liġi tal-Kummissjoni għall-Invstigazzjoni ta' Inġustizzji ħadd ma kien eskluż li jmur u jeżerċita d-drittijiet tiegħu.", "Li seta' kien hemm huwa nuqqas ta' fiduċja f'dik il-kummissjoni minħabba raġunijiet politiċi u wieħed seta' ma rrikorriex għand il-kummissjoni.", "U nafu li kien hemm individwi li ma rrikorrewx.", "Jiena m'iniex ngħid li l-opinjoni ta' l-Onor.", "Austin Gatt u l-Onor.", "Tonio Borg hija ħażina, imma hija opinjoni legali.", "Il-ħsieb tal-Gvern kien li dan it-tribunal jindirizza l-individwi u għalhekk hemm din l-esklużjoni speċifika.", "Rigward il-\"kontroll effettiv\" u \"controlling interest\" għandi emenda oħra biex kemm jista' jkun it-test Ingliż u dak Malti jkunu jaqblu.", "THE CHAIRMAN: Onor. Mangion, peress li sar il-ħin, nitolbok li tieqaf hawn u tressaq din l-emenda darba oħra.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, nista' nressaqha darba oħra.", "Id-diskussjoni fuq Klawsola 2 u l-emendi għaliha baqgħet aġġornata.", "Fid-9.20 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 23 ta' April, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar self għat-tenur tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 2 ta' l- Att dwar Self għall-Iżvilupp, Kap 229.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, peress illi kont nifforma parti mid- delegazzjoni Maltija mmexxija minnek - magħna kien hemm ukoll l-Onor.", "Richard Muscat jirrappreżenta lill-Oppożizzjoni - li attendiet għas-97 Konferenza ta' l-IPU f'Seoul u li wara attendiet ukoll għall-iSpeakers' meeting tal-pajjiżi Mediterranji li saret f'Atene u anke fl-ambitu tal- EuroMed Conference li saret f'Malta, jidhirli li jkun opportun li niddedika l-ħin ta' dan l-aġġornament fuq ċerti aspetti ta' l-Inter-Parliamentary Union.", "Pero' qabel ma nidħol fis-suġġett ta' min wieħed ifakkar li l-Helsinki Final Act tas-CSCE ta' l-1975 kienet inkludiet għall-ewwel darba kapitlu dwar materja relatata mas-sigurta' u l-koperazzjoni fil-Mediterran.", "Dan kien sar fuq insistenza tal-Gvern Laburista Malti ta' dak iż-żmien.", "Dan il- kapitlu ħalla l-marka tiegħu fl-istorja ta' wara l-gwerra għax din kienet l- ewwel okkażjoni fejn il-pajjiżi Ewropej tan-naħa ta' fuq irrikonoxxew bħala fatt li s-sigurta' fil-Mediterran kienet tabilħaqq kruċjali għall- istabilita' fl-Ewropa in ġenerali.", "Kien hawnhekk li twieled is-sinfikat tad-djalogu EwroMediterranju.", "L-iktar kumitat ad hoc ta' l-Inter-Parliamentary Union li jolqot b'mod dirett l-interessi ta' pajjiżna huwa bla dubju ta' xejn is-CSCM, jiġifieri l-Conference on Security and Co-operation in the Mediterranean.", "Dan minħabba li dan il-kumitat jikkonċerna z-zona Mediterranja.", "L-aspettativi politiċi tagħna rigwardanti s-CSCM huma ħafna.", "Ir-raġuni hi li kif il- pajjiżi Ewropej għandhom entita' waħda - u pajjiżna hu pajjiż Ewropew u għandna nikkondividu l-istess entita' - peress li huma marbutin ħafna ekonomikament u kulturalment, l-istess jista' jingħad għall-pajjiżi li jiżbukkaw fil-Mediterran.", "Is-CSCM li ilha teżisti biss għall-perijodu relattivament qasir hija pjuttost assoċjazzjoni xi ftit jew wisq - nażżarda ngħid - informali u tbati min-nuqqas ta' struttura għalkemm l-għanijiet tagħha huma tabilħaqq kuraġġużi u jkopru firxa sħiħa ta' suġġetti ta' interess komuni.", "Minħabba f'dan, hija l-politika Maltija li tesiġi li s- CSCM tiġi istituzzjonalizzata għax aħna nemmnu li b'hekk biss din l-għaqda li tista' tilħaq l-iskopijiet li għalihom oriġirajament ġiet ifformata.", "Aħna nemmnu fil-fatt li għandu jiġi kkreat forum parlamentari li jkun jinkludi fih il-pajjiżi kollha Mediterranji, kif ukoll dawk il-pajjiżi li għandhom interess dirett fiz-zona Mediterranja, li jkopru madwar 20 pajjiż.", "Mis-CSCM ħarġet l-idea li perjodikament jsiru laqgħat tal-presidenti u speakers flimkien ma' delegazzjonijiet parlamentari ta' dawn l-istess pajjiżi.", "L-aħħar waħda li saret kienet dik li saret riċenti ġewwa l- Greċja.", "Dawn il-laqgħat tant għandhom skopijiet simili għal dawk tas-CSCM li l-istess Segretarju Ġenerali ta' l-IPU, Cornillon, insista li l-IPU għandha wkoll tkun mistiedna għal dawn il-laqgħat.", "Ir-raġuni għal dan hija sabiex ikun hemm kordinament sħiħ bejn dawn iż-żewġ tipi ta' laqgħat biex b'hekk ikun jista' jiġi reġistrat aktar progress.", "Il-ħolqien ta' kunsill parlamentari ad hoc fil-Mediterran bl-edba mod ma jikkrea, fl-opinjoni tiegħi, konflitt ma' l-Unjoni Ewropea, tant li anke fil-Konferenza tal- EuroMed, il-pajjiżi Ewropew jammettu li teżisti wkoll identita' Mediterranja li sa ċertu punt tista' wkoll tagħmel overlapping ma' l- identita' Ewropea għax ħafna mill-pajjiżi li jiżbukkaw fil-Mediterran huma wkoll pajjiżi Ewropej.", "L-iskop ta' l-istituzzjonalizzazzjoni tas-CSCM mhuwiex daqstant - biex insejjaħlu hekk - drastiku imma għandu aktar ikun marbut mal-linji ta' kif inhu ikkreat il-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Fil-fatt mill-laqgħa tal-Presidenti tal-Parlamenti Mediterranji rriżulta x'għandhom ikunu l-għanijiet ta' l-assoċjazzjoni, cioe' ħidma aktar intensiva bejn il-pajjiżi kkonċernati favur s-sigurta' u l-istabilita'.", "Dan il-konċett jinteressa ħafna, forsi aktar minn pajjiżi oħra, lil pajjiżna u dan tenendo conto l-politika ta' newtralita' li għandna, li m'għandniex alleanzi militari ma l-ebda blokk.", "It-tieni skop huwa ħidma sabiex ikun hemm garanziji għas-sovranita' ta' territorji sovrani.", "Din tista' tinteressa ħafna pajjiżi bħal Ċipru li għandu problema ta' sovranita' mat-Turkija u għalhekk il-forum parlamentari fil-Mediterran jista' jservi ta' pjattaforma għal medjazzjoni politika għal dawn it-tip ta' issues.", "It-tielet skop huwa dak ta' natura ekonomika, jiġifieri l- bżonn li tiġi kkreata a free trade zone fil-Mediterran.", "Imbagħad wieħed ikun jista' jgħid li dan l-forum parlamentari jkun jista' jservi wkoll bħala pjattaforma, par excellence, bil-makkinarju tiegħu kollu, biex jiġu skambjati bejn il-membri ideat u suġġerimenti ta' interess komuni.", "B'danakollu, pero' għandu jingħad li l-proċess huwa wieħed fit-tul u dan minkejja r-rabtiet storiċi, kulturali u ekonomiċi li jeżistu.", "Fil-fatt għandu jingħad, kif kien spjega ferm tajjeb is-Segretarju Ġenerali ta' l-Inter-Parliamentary Union, li s-CSCE kienet damet 20 sena biex tiġi istituzzjonalizzata, allura wieħed għandu jistenna li istituzzjonijiet simili li huma ta' tant importanza għandhom bżonn iż-żmien tagħhom biex jiġu mwaqqfa.", "Madanakollu jidher li mexjin b'pass mgħaġġel u dan il-proċess diġa' beda jagħti l-frott tiegħu u qed jiġbor anke consensus ġenerali mill-pajjiżi interessati.", "Pero' għandu jingħad li Malta għadha mhux sodisfatta biżżejjed bil-progress li sar s'issa lejn l- istituzzjonalita' tas-CSCM.", "Infatti fil-laqgħat li semmejt, id- delegazzjoni Maltija kellha okkażjoni tilmenta fuq dan u f'dan il-kontest għandi ngħid li jkun ta' interess u ta' ġid għal pajjiżna jekk Malta tibda tieħu hi stess l-inizjattiva f'dak li huwa lobbying f'din id-direzzjoni.", "Jiena nemmen fil-fatt li tant huwa ta' interess għall-politika barranija Maltija li jkun hemm forum parlamentari fil-Mediterran illi, kważi kważi, wasal iż-żmien li jiġi kkreat uffiċċju, taħt l-awspiċi ta' l-iSpeaker ta' dan il-Parlament, bl-intendiment li tinżamm korrispondenza u kollaborazzjoni ħajja bejn membri tas-CSCM u jsir lobbying adegwat biex meta mbagħad terġa' tiltaqa' l-konferenza ħafna xogħol preparatorju jkun diġa' sar u Malta jkollu minn qabel il-feedback minn dawn il-pajjiżi u tkun taf aħjar kif għandha tirreaġixxi.", "Waħda mir-raġunijiet li jistgħu jikkreaw ostakli għal dan il-proċess huma d-diverġenzi politiċi li jeżistu bejn ċerti membri tas-CSCM.", "Per eżempju, sfortunatament f'dan il-club hemm pajjiżi li għandhom konflitti kbar bejniethom.", "Waqt il-laqgħa ta' Ateni, per eżempju, deher manifestat il- konflitt kbir fil-politka bejn it-Turkija u l-Greċja u bejn l-Iżrael u l- pajjiżi Għarab, minħabba l-kwestjoni tal-Palestina.", "Dawn huma konflitti tant kbar li jistgħu anke jwaqqfu l-progress f'dan il-proċess.", "Għalhekk l- intervent ta' Malta fis-CSCM kien illi bħala prijorita' kellhom jiġu identifikati areas ta' qbil biex fuqhom inkomplu nibnu l-pedamenti.", "Ikun inutli jekk għal ċerti pajjiżi dawn il-laqgħat iservu primarjament bħala opportunita' ta' konfronti għax b'hekk żgur li ma jiġġenerax progress.", "Madam Speaker, jingħad ukoll li allavolja fl-aħħar laqgħa tas-CSCM li saret f'Malta kien ġie kkreat co-ordinating committee li kellu jħejji dokument u r-rakkomandazzjonijiet għat-twaqqif tas-CSCM, dawn ir- rakkomandazzjonijiet għadhom ma tlestewx.", "Aħna għandna ninsistu li fil- laqgħa tas-CSCM li għandha ssir it-Tuneżija għandu jsir xi ħaġa b'mod konkret.", "Waqt il-laqgħa ta' l-IPU li saret ftit ġranet ilu ġewwa Seoul, u anke fil-laqgħa tas-CSCM, Malta offriet li jekk hemm bżonn dan il-kumitat jiltaqa' Malta qabel ma ssir il-laqgħa fit-Tuneżija biex isir sforz u jkun hemm kordinament xieraq f'dan il-qasam.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, meta kont qed nisma' lill- kollega tiegħi, l-Onor.", "Jose Herrera, jitkellem fuq l-aspetti ta' politika internazzjonali ħarist lejn pajjiżna bħala pajjiż żgħir fid-daqs imma kbir fil-ġieħ u fil-kontribut li jista' jagħti.", "Waqt li kien qed jitkellem ispirani wkoll fuq l-aspetti EwroMediterranji li spikkaw bl-ikar mod qawwi meta Malta ospitat diversi ministri ta' l-affarijiet barranin ġewwa pajjiżna biex taw kontribut sabiex ikun hawn koperazzjoni u aktar stabilita' f'diversi oqsma illi jolqtu lill-istati membri.", "Jiena naħseb illi l-vokazzjoni ta' Malta, għalkemm hija pajjiż żgħir, hija li sservi bħala hub fejn jinżammu diversi konferenzi internazzjonali.", "Jekk huwa veru li tgħid li hawnhekk kellna nilqgħu lill-Bush u lill-Gobachev, u li kellha tkun Malta li tinizja diversi ideat ġodda f'fora internazzjonali bħal, per eżempju, il-common heritage of mankind u ideat oħrajn, huwa veru wkoll li d- dinja kollha kienet qed tħares lejn Malta meta f'pajjiżna ospitajna lid- diversi ministri ta' l-affarijiet barranin fil-EuroMed Conference.", "Dan mhux qed ngħiduh f'sens ta' megalomania imma għax inħossuna kburin li pajjiżna ta kontribut biex ngħidu lid-dinja li Malta hija Ewropea.", "Aħna, bħala gvern, fl-ebda mument ma għidna li aħna m'aħniex Ewropej.", "Jiena darba qrajt li l-Onor.", "Dom Mintoff fl-1975 kien kiteb lil-Lord Ismay fejn kien irrifera għal Malta bħala \"a European Malta\", \"a European civilisation\" u \"a European culture\".", "Pero' daqstant ieħor qegħdin ngħidu li aħna Mediterranji.", "Aħna għandna l-vokazzjoni Mediterranja u rridu naqduha sa l-aħħar.", "Ergo, nistgħu nżewwġu dak li huwa Ewropew ma' dak li hu Mediterranju, b'vokazzjoni li tista' taqdi lil pajjiżna daqs kemm taqdi lill-pajjiżi oħra.", "Naħseb li l-konferenza li kellna f'pajjiżna wriet biċ-ċar kemm kienet avangardista Malta li sa mill-bidu, sa mis-sebgħinijiet, kienet tkellmet dwar il-EuroMed possibility.", "Din hija ħaġa diffiċli biex titwettaq pero' hija ħaġa li tista' titwettaq.", "Irridu naraw unita' ta' direzzjoni u qegħdin inħarsu 'l quddiem għax din żgur li hija triq li minnha tista' tibbenefika l-komunita' internazzjonali.", "Jiena kelli l-okkażjoni li nakkumpanja lill-Prim Ministru ġewwa Barċelona.", "Kien providenzjali li din il-laqgħa inzertat proprju xi ġimgħa jew ġimgħa u nofs qabel ma' Malta, taħt il-premiership ta' l-Onor.", "Alfred Sant, ospitat il-EuroMed Conference.", "F'Barcelona rajna kemm ħadu interess bil-commitment politiku ta' Malta li għalkemm hija żgħira fid-daqs ċertament hija kbira fil-ġieħ.", "Malta veru hija żgħira fid-daqs u minħabba li preċiżament hija żgħira fid-daqs u li għandha riżorsi naturali limitati jiena naħseb - u s-Sinjorija tiegħek tapprezza - li t-triq għall-prosperita' vera ta' dan il-pajjiż tinsab f'kemm pajjiżna huwa kapaċi li jiftaħ u jieħu iktar vantaġġi minn swieq barranin.", "Kien preċiżament fl-aħħar tas-sebgħinijiet li b'mod partikolari Malta rat tisħiħ ta' l-industrija tat-turiżmu fil-gżejjer tagħna kif ukoll dħul kbir fl-investiment barrani, partikolarment dak Ġermaniż fil-qasam tal- manifattura.", "Ergo, l-importanza tas-swieq barranin ma nistgħux nissottvalutawh jekk il-pajjiż tagħna jrid jimxi 'l quddiem.", "Flimkien maż- żieda ġeneruża fil-qasam soċjali dan il-fenomenu ġab titjib drammatiku fil- livell ta' l-għajxien tal-poplu tagħna.", "Dan seħħ fil-perjodu ta' bejn l- 1971 u l-1987.", "F'dan il-kontest irridu ngħidu ukoll li, minkejja dak li jingħad mill- kelliema ta' l-amministrazzjoni preċedenti, huwa ċar li r-record tagħhom li jiġbed investimenti ġodda fil-fatt kien dgħajjef u minn dak il-ftit investiment li ġabu kważi xejn ma mar lejn il-manifattura u intrapriżi bħal dawk li bil-politika tiegħu l-Parti Laburista rnexxielu jiġbed lejn pajjiżna.", "Anzi, fl-istess ħin, rajna t-tendenza ċara min-naħa ta' qawwiet fil-gvern li jnaqqsu l-importanza tal-manifattura u t-turiżmu u l-offshore ġew ippreżentati - mhux għax mhux tajbin - bħala l-uniċi pedamenti ewlenin li fuqhom jista' jitkattar il-ġid u tisseddaq vijabilita' ekonomika.", "Jiena naħseb li kieku kellna naraw il-ħafna kliem fieragħ li l-predeċessuri tagħna qalu konna nistgħu nsibu l-akbar konferma ta' dan.", "Id-deċiżjoni tal- Partit Nazzjonalista fil-gvern li tinjora l-forward-buying rate, li jgħabbi l-industrija tar-rikreazzjoni bil-VAT u li jżid il-prezz tal-bżonnijiet essenzjali bħalma huma elettriku u t-telekomunikazzjoni, żgur li kienet ħażina.", "Waqt li kien qed isir dan, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, kien qed jitraskura problemi serji fl-infrastruttura li għandha x'taqsam ma' l- industrija tat-turiżmu.", "Dan kollu ħalla lil dawk kollha li għandhom x'jaqsmu ma' din l-industrija f'konfużjoni verament kbira.", "Min-naħa l-oħra, meta nħarsu lejn il-problemi mill-għajn ta' l- investituri fil-manifattura, is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kellna m'nejn li tagħmel minn Malta dak li jiena nsejjaħ a Euro speck, tikka fl- Ewropa.", "Il-pajjiż tagħna żgħir fid-daqs imma kbir fil-ġieħ.", "Għalhekk bdejt biha jiena.", "Imma li inti tispiċċa subordinat għal min jista' jiddomandalek x'għandek tagħmel mingħajr ma inti tagħmel il-kondizzjonijiet tiegħek, żgur li hija riflessjoni li wieħed irid jagħmel anke fil-kontest tal-manifattura li għaliha għamilt riferenza.", "Malta, Euro speck, ma tistax tiġi mqabbla maċ-ċirku ġewwieni tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u m'għandniex għalfejn infittxu integrazzjoni sħiħa monetarja mal-pajjiżi ta' l-Unjoni jekk irridu li ħaddieħor jirrispetta l-politika ekonomika tagħna.", "Wieħed jista' jkollu l-opinjonijiet tiegħu pero' din hija xi ħaġa li rridu nifhmuha.", "Allura hija ħaġa naturali li meta l-Partit Laburista u l-poplu fl- elezzjoni li għaddiet għażlu li jaħdmu for an industrial free zone kienet għażla verament tajba.", "Din kienet għażla biex tieħu post dak li kienet qed tipproponi l-amministrazzjoni skaduta tan-Nazzjonalisti, hekk distinta mill- Gvern Malti mmexxi mill-Partit Laburista.", "Din l-industrial free zone, għalkemm għal-bidu forsi rawha dawqsxejn kerha, tista' tiftaħ it-tieqa ta' opportunita' li biha l-industriji tagħna, kemm tal-manifattura kif ukoll oħrajn, jistgħu jiżviluppaw.", "Dan jista' jsir, ħieles minn ħafna constraints li s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tista' ġġib magħha.", "Ħaġa bħal din tipprovdi opportunita' biex il-kumpanniji Maltin jirristrutturaw ruħhom bil-mod il-mod għax aħna ma rridux li jkollna shock therapy jew cultural shock.", "Hekk ġralhom il-businessmen meta ndunaw li tivvota għall- VAT qisek qed toqtol iċ-chickens fil-Christmas.", "Daqshekk hija ħażina l- VAT.", "Daqshekk kellha effett devastanti fuq l-ekonomija.", "Il-politika tal- Partit Laburista hi t-triq tal- konsistenza, persistenza u insistenza pero' fuq politika realizzabbli li tpoġġi lil Malta l-ewwel u qabel kollox għax aħna nemmnu li l-vokazzjoni tagħna hija l-ġid ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, biex norbot ma' dak li għidt l-ewwel, meta tkellem l- kollega tiegħi l-Onor.", "Herrera, jiena naħseb illi Malta lejn dan trid tħares.", "Malta għandha vokazzjoni Ewropea u għandha wkoll vokazzjoni Mediterranja u meta d-diskussjoni f'pajjiżna ssuktat anke fuq is-civil forum rajna kif nistgħu niżviluppawh b'rispett lejn iż-żgħażagħ.", "Hawnhekk rajna li għandna bżonn ta' programm ta' EuroMed li jolqot liż-żgħażagħ u jkollu għanijiet speċifiċi u joħloq l-għodda meħtieġa biex ikollna aktar żgħażagħ informati b'mod li jkunu jistgħu jikkumbattu d- diskriminazzjonijiet soċjali u tant oħrajn.", "Naħseb li nista' nagħlaq billi ngħid li j'Alla li Malta ma jkollhiex biss din l-okkażjoni imma jkollha okkażjonijiet oħra li jgħollu l-prestiġju tagħha, nifhmu x'inhi l-vokazzjoni tagħna u nikkontribwixxu għal stabilita' fil-Mediterran u għall-koperazzjoni mal-pajjiżi Ewropej u ma' l-Unjoni Ewropea, kif irid il-poplu, permezz ta' dak li għadni kif spjegajt, jiġifieri an industrial free zone li tagħti benefiċċji lill-ekonomija ta' Malta u tagħmel il-politika tagħna politika aktar attraenti.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 23 ta' April, 1997 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET", "ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VALLETTA - CASA GASPE", "4462.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jekk hijiex issir bħalissa tħejjija biex wieħed miż-żewġ dipartimenti li joperaw minn Casa Gaspe, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, jiġi traslokat band'oħra?", "Fl-affermattiv, jista' jgħid sewwasew x'arranġamenti qegħdin isiru u għalfejn qamet il- ħtieġa tat-traslok?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed isir studju mis-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti dwar kif jistgħu jintużaw bl-aħjar mezz u b'aktar effiċjenza l-premises kollha li jaqgħu taħt is-segretarjat u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "Meta dan iseħħ, isiru kwalunkwe kambjamenti neċessarji biex jintlaħaq din il-għan f'każ li tinħass il-ħtieġa.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI CILIA - UFFIĊJALI MILL-BJERLORUSSJA", "4463.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal dak li ġie rrapportat dan l-aħħar mill-gazzetti rigward laqgħa li s-Segretarju Parlamentari Cilia kellu ma' uffiċjali mill-Bjelorussja, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali Bjelorussi u x'kariga uffiċjali għandhom f'pajjiżhom?", "Jista' jgħid min attenda għal-laqgħa min-naħa Maltija?", "Jista' jgħid ukoll liema temi ġew diskussi u x'riżultat kellha l-laqgħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-uffiċjali mill-Bjelorussja li ltaqgħu mas- Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti kienu l- Ministru tal-Isport u Turiżmu tal-Bjelorussja l-Onor.", "Vladimir Makeichick li miegħu kellu uffiċjal mid-Dipartiment għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-pajjiżi li fuq kollox serva wkoll ta' nterpretu għall- ministru.", "Min-naħa Maltija attendew is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Joe Cilia u uffiċjali mis-sezzjoni sport tas-Segretarjat Parlamentari.", "Ġie diskuss l- isport inġenerali fiż-żewġ pajjiżi, partikolarment il-ġinnastika u l-isport fl-iskejjel.", "B'riżultat tal-laqgħa nbeda bdil t'ideat li jistgħu jwasslu għal ftehim bilaterali fuq l-isport bejn iż-żewġ pajjiżi.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - MEMBRI", "4464.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal- Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u lil min jirrappreżentaw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-membri tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma dawn:", "President: Dr Sandra Caruana LL.D. Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista", "Vici-President: Nadette Bugeja Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista", "Segretarja Claudette Azzopardi Generali: Kerygma Zghazagh", "Segretarju Ronald Attard Pullicino Internazzjonali: Kunsill Studenti Universitarji", "Tezorier: Konrad Maistre Red Cross Youths", "Ufficjal Josef Buttigieg Relazzjonijiet Kummissjoni Djocesana Zghazagh Pubblici:", "Ufficjal Mario Vassallo Pubblikazzjonijiet: Nominat mis-Segretarju Parlamentari", "Ufficjal Drittijiet Anthony Cremona Indaqs: Studenti Demokristjani Maltin", "Segretarja Maronia Scerri Organizzattiva: CMTU Youths", "Euro-Med Lorraine Napier Project Officer: Co-opted", "Gozo Project Anthony Zammit Officer: Polisportive Giovanile Salesiane", "Membri Ohra: Clarie Buġeja Nominata mis-Segretarju Parlamentari", "Ivin Catania Ghaqda Haddiema Zghazagh tal-GWU", "Joanna Ghigo Malta Medical Students' Association", "Godwin Xuereb Nominat mis-Segretarju Parlamentari", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "4478.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 3769 li kienet tgħid hekk: (i) F'liema dipartimenti li jaqgħu taħt il- ministeru tiegħek saru s-27 trasferiment li semma fis-seduta ta' 3 ta' Marzu; u (ii) kemm minn dawn it-trasferimenti ntalbu minn nies ikkonċernati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3769.", "RAĦAL ĠDID - POLIKLINIKA - STAFF", "4479.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4118, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-complement sħiħ li tenħtieġ il-poliklinika ta' Raħal Ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-complement sħiħ ta' tobba fiċ-Ċentri tas- Saħħa ta' Raħal Gdid huwa ta' 30 tabib.", "KORDIN - ĦAŻNA TAL-FUEL", "4525.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' tankijiet ġodda għall-ħażna tal-fuel f'Kordin (fejn qabel kien hemm il-BP Installation) hux se jitkompla jew le? (i) Jekk fl-affermattiv, meta se tkun tista' tibda titħaddem din l-istallazzjoni? (ii) Xi kwalitajiet ta' żjut se jiġu maħżuna? (iii) Kemm se jkun il-volum ta' kull żejt maħżun? (iv) kemm se jiġi jqum dan il-proġett?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lil-Onor.", "Membru li l-proġett tat-tankijiet il-ġodda f`Kordin, fejn qabel kien hemm l-istallazzjoni tal-Kumpanija Esso, ser jibqa` sejjer.", "Nistennew li jkun lest għall-aħħar tas-sena 1998.", "F`din l-istallazzjoni ser jinħażnu madwar 22,000 tunnellata fuel oil u madwar 3,000 tunellata gas oil.", "Nistennew li n-nefqa ser tkun ta` madwar Lm800,000.", "KORRADINO/RAS ĦANŻIR - PETROLEUM DIVISION", "4526.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-istallazzjonijiet tal- Petroleum Division f'Korradino jew Ras Ħanżir jispiċċaw?", "(i) Fil-preżent kemm hemm tankijiet taħt il-blat li qed jintużaw? (ii) Xi kwalita' ta' żjut qed jinħażnu f'dawn it-tankijiet? (iii) Fil-preżent kemm qiegħed jinħażen żejt (volum) f'dawn it-tankijiet?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M`hemm l-ebda ħsieb li l-istallazzjonijiet tal- Petroleum Division` f`Korradino jew Ras Ħanżir jispiċċaw għalissa.", "Fil-preżent qed jintużaw 10 tankijiet ta` taħt il-blat.", "Fihom jinħażnu kemm light fuel oil u kemm gas oil.", "Fil-preżent qiegħda tinħażen madwar 10,600 tunellata żejt f`dawn it- tankijiet.", "POWER STATION - MARSA", "4527.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tat-tneħħija tad-distillers fil-Power Station tal-Marsa?", "Xi ħsieb għandha l-Korporazzjoni Enemalta fuq l-użu ta' dan l-ispażju flok id-distillers?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-distillaturi li nbnew fil-Power Station tal-Marsa bejn il-1965 u 1970 tbattew għall-kollox is-sena l-oħra.", "Jonqos biss li jitneħħew xi pedamenti u tiġi livellata l-art.", "L-użu ta` l-ispazju tad-distillaturi qed jiġi kkunsidrat fil-pjanijiet li l- Korporazzjoni Enemalta qed tħejji għall-istallar ta` impjant ġdid min flok dak qadim li qed jitneħħa.", "KUNSILLI LOKALI - GAZZETTA TAL-GVERN", "4530.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Billi hu magħruf li ma hemm xejn li jżomm lill-kunsilli lokali milli jixtru l-Gazzetta tal-Gvern bħal ħaddieħor, jidhirlux il-Ministru li dawn il-kunsilli lokali għandhom almenu jirċievu l-Gazzetta tal-Gvern b'xejn; dan dejjem b'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 4134 (Seduta Nru. 48 - 26/3/97)?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4134 magħmula minnu stess.", "RAĦAL ĠDID - IPOĠEW", "4531.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fl-Ipoġew ta' Raħal Ġdid, liema xogħol qed isir bħalissa?", "Jista' l-Ministru jagħti aktar tagħrif għall-mistoqsija parlamentari numru 2031 (tweġiba mogħtija fis-Seduta Nru. 45 tat-18 ta' Marzu, 1997)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, li x-xogħol li għaddej bħalissa fl-Ipoġew ser jitlesta aktar tard din is-sena.", "Fil- preżent qegħdin jiġu nstallati l-passaġġi ġodda li ser jippermettu l- viżitaturi jaraw l-Ipoġew mingħajr ma' jirfsu fuq il-fdalijiet preistoriċi.", "Fil-preżent ukoll hemm sejħa għal tenders sabiex tinbena sub-station\" biex tipprovdi l-elettriku meħtieġ biex dan is-sit jinfetaħ mill-ġdid għall- pubbliku.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, sit importanti u sensittiv bħal dan kontinwament jinħtieġ interventi speċjalizzati sabiex jitħares għall- ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.", "Dwar il-parti l-oħra tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- polemika fil-gazzetti dwar meta l-bniedem l-ewwel rifes Malta jidher li bdiet għal raġuni sempliċi.", "Din hi li l-fdalijiet li qed jiġu msemmija fil- polemika għadhom qatt ma' ġew datati bl-aħjar modi li tippermetti t- teknoloġija tal-lum.", "AMBAXXATI MALTIN - KONTIJIET TAT-TELEPHONES", "4582.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3049 li għaliha l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent qal li erba' ambaxxati Maltin jissottomettu l-kontijiet tat-telefon ta' l-ambaxxata u tar- residenza ta' l-ambaxxatur itemised u li \"l-Ministeru tiegħi qed jistudja kemm u fejn nistgħu nestendu din il-proċedura għall-ambaxxati l-oħrajn Maltin\", jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi konkreti ħa s'issa biex jestendi l-proċedura għall-ambaxxati u għar-residenzi ta' l-ambaxxaturi l- oħrajn kollha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "UNJONI EWROPEA - AKKORDJI/TRATTATI BILATERALI", "4583.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2060, fejn il-Viċi Prim Ministru ta lista ta' akkordji u trattati li bdew jiġu negozjati fl-aħħar snin, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-każ ta' Franza il-Cooperation to fight terrorism, organised crime, drug trafficking and illegal Immigration u l- Police Cooperation Agreement humiex żewġ akkordji differenti jew żewġ ismijiet ta' l-istess ħaġa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KONVENZJONI - RATIFIKA", "4584.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta Malta beħsiebha tirratifika l-Convention on the Prohibition of the Development, Production, Stockpiling and Use of Chemical Weapons and on their Destruction li ffirmat fit-13 ta' Jannar, 1993? 14/04/97", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATURI", "4585.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna fir-rigward ta' kull wieħed individwalment u speċifikament ta' l- ambaxxaturi li nħatru jew ħadu posting ġdid kemm ilu li tela' l-Gvern Soċjalista: (a) x'somma jew somom tħallsu lilhom bħala settling-in allowance (i) fil-munita tal-post u (ii) f'liri Maltin; (b) meta tħallset kull somma; u (c) li s-somom kollha kienu skond ir-regolamenti tal- Ministeru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATURI - KORSIJIET TAL-LINGWA TAL-PAJJIŻ", "4586.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus minn fondi pubbliċi bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu, 1997: (a) fil-munita tal-post; u (b) f'liri Maltin biex jitħallsu korsijiet tal-lingwa tal-pajjiż ta' fejn ġew akkreditati l-ambaxxaturi li nħatru jew ħadu posting ġdid kemm ilu li tela' l-Gvern Soċjalista, u dan speċifikament għal kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "LAQGĦAT EURO-MEDITERRANJI - SEHEM TA' MALTA", "4587.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta kenitx rappreżentata fil-laqgħat segwenti: (1) Euro- Mediterranean Economic Partnership: follow-up to industry ministers meeting: working party Development of industrial and entrepreneurial fabric li saret fl-24 ta' Marzu, 1997 fi Brussels; u (2) Euro-Med Partnership: meeting of economic institutes (MEDA) li saret fl-24 u l-25 ta' Marzu, 1997 f'Marsilja?", "Jekk Malta kienet rappreżentata, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn min kienet rappreżentata u min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni Maltija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AIR MALTA - SERVIZZI", "4614.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni qed tieħu l-linja nazzjonali Air Malta lejn dak li hu dovut lejha minn pajjiżi barranin għal servizzi li saru?", "X'diskussjonijiet saru għal dan il-għan?", "Minn min?", "Qatt marret xi delegazzjoni f'dawn l-aħħar xhur biex tesplora l-possibbiltajiet li tirkupra dak li hu dovut?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "NOFSINHAR TA' MALTA - PJAN TA' ŻVILUPP SOĊJALI U EKONOMIKU", "4615.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Nagħmel riferenza għall-Pjan ta' Żvilipp Soċjali u Ekonomiku għan-Nofsinhar ta' Malta.", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l- membri tal-Planning Council?", "Kif u meta twaqqaf?", "Fuq liema kriterji?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Planning Council twaqqaf wara l-laqgħa li saret fil-Jerma Palace Hotel nhar is-Sibt, 5 ta' April huwa 'ffurmat hekk:-", "Chairman -Il-Perit Lino Bianco B.A.(Phil), B.E.& A.(Hons.)(Malta), M.Sc (Geol)(Leics.),M.Sc.(Arch.)(Lond.),A & C.E.", "Membri -Il-Perit V.Cassar B.(Arch.),M.I.Hosp.E.,A & C.E.,Direttur Generali, Ministeru tax-Xoghlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni", "-Il-Perit Chris Falzon B.Sc.", "M.Phil.(Univ.Hong Kong),Grad.", "Dip.(Maths), MICE, C.Eng.,A & C.E. mill-Management Efficiency Unit", "-Is-Sur Emanuel Ellul B.A.(Hons.)", "Econ.,Dip.Econ.(Oxon)., Ekonomista", "-Kunsillier li jrid jingħażel minn fost il-Kunsilliera tal-lokalitajiet involuti", "-Membru Parlamentari li jirrapreżenta lil dak ir-reġjun li għad irid jingħażel mid-Deputati kollha tad-Distretti involuti", "Segretarju Eżekuttiv- Is-Sur John Gatt B.A.(Hons.)Pub.Admin.,Dip.Dev Planning Techniques (The Hague),M.A. Econ.", "(The Hague). mill-Ministeru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali", "Ass.Segretarju Eżekuttiv- Is-Sur Roderick Galdes Planning Technician, mill- Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "Naħseb li l-kriterji li ntużaw fl-għażla tidher biżżejjed mill- informazzjoni mogħtija dwar kull membru.", "PENSJONIJIET - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "4616.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Filwaqt li fil-budget tas-sena l-oħra l-Pensjoni għal Persuni b'Diżabilita' minn Lm84 saret Lm93 u mbagħad b'seħħ minn Jannar ta' din is- sena din saret Lm103, l-ispecial allowance għal dawn it-tfal minn Lm3.25 saret Lm5 is-sena l-oħra u din is-sena ma żdiedet xejn, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ż-żieda saret biss fil-pensjoni u mhux fl-ispecial allowance din is-sena, filwaqt li saret fit-tnejn is-sena l-oħra?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Allowance ta' Tfal b'Diżabilita' qatt ma kienet tiżdied kull sena.", "L-aħħar żieda li kien hemm qabel daħlet ir-riforma tas- 6 ta' Lulju 1996, kienet ingħatat f'Jannar 1994 meta minn Lm3.00 kif kienet fl-1988 telgħet għal Lm3.25 fil-ġimgħa.", "Din is-sena għalkemm ma kienx hemm żieda f'din l-Allowance, ittieħdu l- passi neċessarji biex żdied l-għola dħul fis-sena stmat għall-finijiet ta' ħlas ta' l-\"Allowance tat-Tfal, Allowance ta' Tfal b'Diżabilita' u Allowance Supplimentari.", "Liema żieda tiżgura li ħadd mill-benefiċċjarji ta' dawn l-Allowances ma jitilfu xejn minħabba ż-żieda li setgħu ħadu għall- għoli tal-ħajja matul is-sena 1996.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "4617.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi tax- xogħlijiet li qed isiru f'Buġibba se jsir xogħol biex tissolva l-problema tal-ħruġ ta' drenaġġ li jfur mill-pumping station li hemm f'Islet Promenade?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-jiem li ġejjin, ser jinbeda x-xogħol fuq tqegħid ta' raising main ġdid għall-pumping station ta' drenaġġ li hemm f'Islet Promenade.", "Dan il-main ser jitqiegħed biswit dak eżistenti biex b'hekk f'każ ta' ħsara fuq wieħed minn dawn il-mains, il-pumping station xorta waħda tkun tista' tibqa' titħaddem sakemm isiru t-tiswijiet neċessarji.", "Fl-istess ħin, bl-introduzzjoni ta' main alternattiv, il-kapaċita, li biha l-pumping station imsemmija tkun tista' tippompja, effettivament tiġi rduppjata.", "SAĦĦA - PARAMEDIĊI", "4618.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li xi paramediċi - wieħed jew aktar - filwaqt li qegħdin jaħdmu fis-segretarjat ta' xi ministru jew segretarju parlamentari, qegħdin xorta waħda jagħmlu night jew shift duties fl-isptar fejn kienu jaħdmu qabel?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ġejt informat li hemm persuna waħda fid- Dipartiment tiegħi li tagħmel xogħol f'Segretarjat ta' Ministru u tagħmel servizz ieħor fi Sptar, fejn kien jaħdem qabel.", "EURO MEDITERRANEAN CIVIL FORUM", "4619.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk fl-inawgurazzjoni ta' l-Euro Mediterranean Civil Forum li saret nhar il-11 ta' April, meta kollega tiegħek, ministru ieħor, indirizza l-laqgħa minflokok bi żball, qarax l-ispeech li kellu jagħmel kelliemi ieħor minflok dak li kellu ppreparat għalih jew għalik?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sa fejn huwa magħruf ma nafx li xi Ministru indirizza xi laqgħa minfloki bi żball.", "ĦABS ĊIVILI - ASSISTANT MANAGER", "4625.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min ġie appuntat anke jekk f'kapaċita' ta' Aġent, bħala Assistant Manager responsabbli għas-security fil-Ħabs ta' Kordin?", "Dan l- uffiċjal huwa pulizija?", "Dan l-uffiċjal kien jaħdem il-Ħabs qabel in-nomina tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma ġie appuntat ħadd bħala Assistant Manager responsabbli għas-security fil-Ħabs.", "Li ġara hu li x-xogħol li kien jagħmel dan l-uffiċjal kellu jingħata lil ħaddieħor peress illi hu rtira bis-sick leave għal perjodu twil.", "Għalhekk, temporanjament, l-inkarigu ġie mgħoddi lill-uffiċjal tal-Pulizija li ilu jaħdem il-Ħabs għal dawn l-aħħar erba' snin u nofs.", "PULIZIJA - UFFIĊJAL TA' L-IMMIGRAZZJONI", "4626.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'investigazzjonijiet għaddejjin fuq rapport illi uffiċjal ta' l-Immigrazzjoni li hu pulizija kien involut f'irregolarita' fl- ittimbrar ta' passaporti fis-Sea Port?", "Dan l-uffiċjal ġie sospiż?", "Fiex kien jikkonsisti dan l-abbuż?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Pulizija qegħdha tinvestiga każ ta' persuna ta' nazzjonalita' Libjana li nstabet f'Malta fis-17 ta' Marzu, 1997, li hija pprojbita milli tidħol Malta b'ordni tal-Qorti.", "Fil-passaport ta' din il- persuna nstabu żewġ timbri ta' wieħed mill-uffiċjali li jaħdmu fis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni ġewwa x-Xatt tal-Belt.", "Minn investigazzjonijiet li saru s'issa ma rriżultax li kien hemm responsabilita' kriminali fil-konfront ta' dan l-uffiċjal tal-Pulizija, imma rriżulta li kien hemm ammont ta' traskuraġni u negliġenza.", "L-uffiċjal tal-Pulizija ma ġiex sospiż, pero' ġie ssuġġerit mill-Investigaturi sabiex jittieħdu passi dixxiplinari kontra tiegħu minħabba traskuraġni u negliġenza.", "Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.", "PULIZIJA - PERSUNI NIEQSA MINN DJARHOM", "4627.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jippubblika l-lista ta' l-ismijiet, kunjomijiet, indirizzi uffiċjali u numri tal-karta ta' l-identita' tal-persuni Maltin kollha li minn għaxar snin ilu sal-lum baqgħu qatt ma marru lejn darhom?", "Jista' l- Prim Ministru jgħid x'sar jew x'inhu maħsub li jsir dwar l-investigazzjoni dwar dawn in-nies?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-persuni Maltin irrapurtati bħala nieqsa lill- Pulizija matul dawn l-aħħar għaxar snin, u li għadhom meqjusa hekk huma:", "|1987 Angelo Xuereb 55 | |Wilga Street | | | |M'Scala PP No. 12128 | | | |1988 Paul Mizzi | |Newstead | | Guze'| |Ellul | | | |Mercer Street, | | | |Victoria ID No. 34165G | | | |1988 Taddeo Mifsud 55 | |Marrubja Street | | | |Zejtun ID No. 479749M| | | |1990 Michael Scerri 3 | |Carmel Street | | | |Victoria, Gozo ID No. 58851G |", "Ma' dawn hemm pendenti nkjesta bil-Maġistrat dwar mara, li għalkemm qatt ma ġiet rapurtata nieqsa, ilu ma jkun hemm aħbar tagħha għal diversi snin.", "Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet dwar dawn il-każijiet għadhom sejrin.", "ĦABS ĊIVILI - TENTATTIV TA' XI ĦARBA", "4628.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk din is-sena kienx hemm tentattiv ta' ħarba mill-Ħabs ta' Kordin?", "X'passi dixxiplinarji jew kriminali ttieħdu dwar dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li din is-sena ma kien hemm l-ebda tentattiv ta' ħarba mill-Ħabs ta Kordin.", "ĦABS ĊIVILI - DROGA", "4629.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta u kemm-il darba nstabet droga fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordina mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "Huwa minnu li nstabet droga fid-Division 6 tal-Ħabs li hija t-taqsima tas-Sigurta' Massima?", "Kemm instabet droga f'din id-diviżjoni u xi kwalita' ta' droga kienet?", "Saret xi nkjesta maġisterjali dwar dan l-aħħar inċident?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-1 ta' Jannar 1997 sas-17 ta' April 1997 kien hemm tliet okkażjonijiet meta nstabet id-droga fil-Ħabs.", "Fid-29 ta' Marzu 1997 fid-Diviżjoni 6 tal-Ħabs instabet sustanza suspettuża li għadha qed tiġi analizzata u għalhekk għalissa ma jistax jingħad li din is-sustanza hi droga.", "F'dan il-każ saret inkjesta mill-Maġistrat.", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊĊJU TA' L-AMMINISTRAZZJONI", "4630.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx priġunieri li jaħdmu fl-Uffiċċju ta' l- Amministrazzjoni tal-Ħabs?", "Jekk hemm, kemm hemm u x'xogħol jagħmlu u taħt liema provvediment huwa awtorizzat dan ix-xogħol?", "Hemm telefon f'dan l- uffiċċju li għalih għandhom aċċess?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li ma hemmx priġunieri jaħdmu fl- Uffiċċju ta' l-Amministrazzjoni tal-Ħabs.", "ENEMALTA - BEJGĦ TA' PETROL U DIESEL", "4646.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Rigward il-bejgħ ta' unleaded petrol, leaded petrol u diesel mill- Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid għal kull prodott:- 1) kemm kien l-ammont (litres) mibjugħ, xahar b'xahar, fil-perjodu 1.1.97 sal- 31.3.97; 2) kemm kienu l-istess ammonti fl-istess xhur fit-tliet (3) snin preċedenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ENEMALTA - BEJGĦ TA' GASS", "4647.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Rigward il-bejgħ ta' L.P.G. mill-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid:- 1) kemm kien l-ammont (kg) ta' gass mibjugħ xahar b'xahar, fil- perjodu mill-1.1.97 sal-31.3.97; 2) kemm kienu l-istess ammonti fl-istess xhur fit-tlett (3) snin preċedenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru huwa kif jidher hawn taħt:", "| |1997 |1996 |1995 |1994 | | |Kgs |Kgs |Kgs |Kgs | |Janna|1,664,|1,709,|1,812|1,571| |r |641 |226 |,608 |,792 | |Frar |1,485,|1,601,|1,502|1,541| | |755 |626 |,916 |,252 | |Marzu|1,430,|1,740,|1,501|1,510| | |312 |662 |,766 |,388 |", "ENEMALTA - REGOLATURI/VALVIJIET TAĊ-ĊILINDRI TAL-GASS", "4648.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm il-Korporazzjoni Enemalta għandha stock ta':- a) regolaturi taċ-ċilindri tal-gass; b) valvijiet fiċ- ċilindri tal-gass?", "Jekk f'dawn l-aħħar sitt (6) xhur ġietx awarded xi tender għall-importazzjoni ta' dawn it-tip ta' aċċessorji u jekk fl- affermattiv:- a) meta ġiet awarded it-tender; b) il-valur ta' l-istess tender; c) kemm huwa l-ammont ta' regolaturi u ta' valvijiet li se jiġu mpurtati; d) meta hu mistenni li dawn l-aċċessorji jaslu f'pajjiżna; u e) mingħand liema ditta/manufacturer se jinxtraw dawn l-aċċessorji?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru huwa kif ġej:", "1.", "Il-Korporazzjoni Enemalta għandha:", "a. stock ta` 3,200 regolatur taċ-ċilindri tal-gass tat-tip `switch on`; b. stock ta` 18,000 valvijiet għal dawn iċ-ċilindri.", "Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li meta jiġu ordnati ċ-ċilindri ġodda, dawn jiġu bil-valvijiet magħhom.", "2.", "L-ebda tender għall-importazzjoni ta` dawn it-tip ta` aċċessorji ma ġiet milqugħa f`dawn l-aħħar sitt xhur.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "4649.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-preżent il-Korporazzjoni Enemalta:- 1) għandha stock ta' ċilindri ġodda tal-10kgs, 12kgs u 15kgs; 2) jekk f'dawn l- aħħar sitt (6) xhur ġietx awarded xi tender għall-importazzjoni ta' dawn it- tip ta' ċilindri u jekk fl-affermattiv,:- a) meta ġiet awarded it-tender; b) kemm huwa l-ammont ta' ċilindri li se jiġu mportati; c) meta se jaslu f'pajjiżna dawn iċ-ċilindri; d) mingħand liema ditta/manufacturer se jintużaw dawn iċ-ċilindri; u e) il-valur ta' l-istess tender?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-preżent, il-Korporazzjoni Enemalta għandha `ħażna` ta` 24,000 ċilindru ġodda ta` 12-il kilo.", "Iċ-ċilindri ta` 10kgs u 15kgs qegħdin jitneħħew ftit ftit miċ-ċirkulazzjoni u, għaldaqstant, dawn it-tipi ta` ċilindri ilhom ma jiġu mpurtati mill-1993.", "It-tender għaċ-ċilindri tal-gass ta` 12 kgs. qed tiġi pproċessata.", "P.A. - INFORMAZZJONI", "4650.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għall-perjodu 1.11.96 sa 31.3.97:- 1) kemm kien ir-running cost (salarji, eċċ) ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar; 2) kemm kien in-numru totali ta' applikazzjonijiet għall-bini, modifikazzjonijiet, eċċ; 3) kemm kien in- numru ta' permessi li ġew approvati, maħruġa u mibgħuta lill-applikanti; u 4) kemm kien in-numru totali ta' mpjegati ta' l-Awtorita' (eskluż cleaners, xufiera u security guards)?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "BIRŻEBBUGIA - TRASFERIMENT TAL-MEDSERV", "4651.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Rigward it-trasferiment tal- Medserv għall-post f'Birżebbugia, jista' l-Viċi Prim Ministru:- 1) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan u pjanta dettaljata ta' l-area allokata għall-użu tal-Medserv f'Birżebbugia; 2) jgħid jekk sarx E.J.A. għal dan l- operat tal-Medserv f'Birżebbugia u jekk fl-affermattiv, ipoġġi kopja ta' l- istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MIŻIEB - LIMBORDIN - TISWIJA TA' TRIQ", "4652.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi ta' Limbordin (qrib il-Miżieb), it-triq prinċipali li mit-triq ta' Għajn Tuffieħa tieħu għal Mellieħa tiġi rranġata għaliex tant tinstab fi stat ħażin wara li għadda l-cable tad-dawl li uħud mill-bdiewa sewwew kif setgħu, l-istess triq, huma stess?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li x-xogħol biex jiġi rranġat il-wiċċ tat-triq fl-inħawi ta` l-Imbordin inbeda u hu mistenni li jitlesta fi żmien qasir.", "BIEDJA U SAJD - MIXED VEGETABLES FIL-BOTTIJIET", "4653.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar ġimgħat ġie mportat f'Malta mixed vegetables fil-bottijiet?", "Kemm kien importat minn dan il-prodott?", "X'tibdil sar, jew hu mistenni li jsir fil-levies marbuta mal-prodotti agrikoli mill-1 ta' Novembru 1996 'il hawn?", "Meta tħabbru dawn il-bidliet, u minn hu mistenni li jibbenefika minnhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nfurmat li fl-4 ta' Marzu 1997 ġew impurtati 1778.5 Kg ta' prodott fil-bottijiet taħt l-isem \"Ratatouille\" u li ġie diskritt mill-importatur bħala Mixed Vegetables.", "Kampjun ta' dan il-prodott ġie sottomess lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li kklassifika dan il-prodott bħala \"Kaponata\".", "L-importazzjoni ta' Mixed Vegetables mhux suggetta għall ħlas ta' levy fuq l-importazzjoni waqt li l-importazzjoni tal-Kaponata taqa' taħt HS 2005.90.70.20 u hija soġġetta għall ħlas ta Levy ta' Lm 1.30 kull kilo.", "Ma' sar l-ebda tibdil fil-levies marbuta mal-prodotti agrikoli mill-1 ta' Novembru 1996 l' hawn, ħlief li qed tiġi applikata aktar serjeta u trasparenza biex ma jsirux abbużi li setgħu saru fil-passat.", "TJUR - TROBBIJA", "4654.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni jew kumpanniji li rreġistraw li qed irabbu t-tjur fiċ-ċensiment li sar dan l- aħħar?", "Kemm hi l-kapaċita' tat-trobbija li dawn il-produtturi rreġistraw?", "Minn fejn huma dawk li rreġistraw?", "Kemm-il processing plant ġiet rreġistrata?", "Fejn jinsabu dawn il-plants hekk reġistrati?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. membru li s' issa għada ma saret l-ebda reġistrazzjoni jew ċensiment ta' l-Industrija tat-tjur.L- eżerċizzju li sar kien biss notifika ta' dawk li jrabbu t-tjur jew li għandhom xi attivita fl-Industrija.", "Kien meħtieġ li jsir dan l-eżerċizzju minħabba li l-informazzjoni li kellu d-Dipartiment kienet ilha ma' tkun aġġornata sa mill-1988 u għalhekk id- Dipartiment ma' setgħax jippjana il-futur ta' din l-industrija li taħt l- amministrazzjoni preċidenti tħalliet mingħajr ebda direzzjoni.", "Sad-data tal-25 ta' April 1997, id-Dipartiment kellu 253 notifika f' Malta u 82 notifika f' Għawdex.", "Il-kapaċita ta' dawk li nnotifikaw ser tiġi stabbilita wara li jsiru spezzjonijiet fuq l-irziezet.", "Kien hemm notifika ta' 11 il-proċessur f' Malta u 5 f' Għawdex.", "XEMXIJA - BUS SHELTER", "4655.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bus shelter li hemm fejn il-Knisja tal-Kappuċċini, x-Xemxija, jinbidel ma wieħed iktar modern?", "Billi l-ħġieġ ta' dan il-post kontinwament qed jitkisser minn xi nies li ma tantx għandhom x'jagħmlu, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan ix-shelter isir ta' materjal ieħor?", "Dan igħodd iktar u aktar billi dan hu wieħed mill-bus shelters l-aktar użati kemm minn Maltin, kif ukoll minn barranin.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena infurmat li dan il-bus shelter se jinbidel tant li l-ordni għalih saret xi żmien ilu għand id-Dipartiment tal- Manifattura u Servizzi.", "DELIMARA - FANAL", "4658.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li f'dawn l-aħħar snin il-fanal ta' Delimara tħalla abbandunat u mitluq, b'konsegwenza li ġratlu bosta ħsara u anke nsterqu xi ħwejjeġ li kien fih, jista' dan jitranġa u jerġa' jibda jintuża għall-iskop li għalih dan kien inbena u li għal bosta snin kien serva?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru illi huwa l-ħsieb tal- Gvern li dan il-Fanal jitranġa u jiġi mgħammar għal skopijiet ta' sorveljanza ta' navigazzjoni aħjar u li possibilment jerġa' jintuża bħala fanal.", "HOMPESCH STEEL CO.", "LTD.", "4659.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Minħabba li l-kumpannija Hompesch Steel Co. Ltd. li tinsab fi Triq id-Dejma, Tarxien, hija qrib taż- zona residenzjali ta' Bulebel iż-Żgħir, f'Ħaż-Żabbar, qed jittieħdu l- prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ir-residenti ma jbatux xi tip ta' inkonvenjent?", "Jista' jkun li forsi huwa meħtieġ li jintużaw xi metodi oħrajn ta kif isir ix-xogħol sabiex ma tkunx ta' inkonvenjent għar- residenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "19980615_226d_par.doc", "date": "1998-06-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 226 It-Tnejn, 15 ta' Ġunju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 226", "It-Tnejn, 15 ta' Ġunju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.06 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "226", "It-Tnejn, 15 ta' Ġunju, 1998", "WERREJ MINUTI 410", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 410", "TQEGĦID TA' KARTI 417", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 419", "AĠĠORNAMENT TAL-KAMRA TAĦT L-ORDNI PERMANENTI 13 429", "RULING 433", "AĠĠORNAMENT 434", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 438", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 225 li saret fit-8 ta' Ġunju, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - SAFAR", "14049.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998?", "X'kien l-iskop ta' kull safra?", "Minn min kienet komposta d- delegazzjoni u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivvjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l- ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-QAWSALLA - CONTAINER", "14207.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mingħand min krieh id-Dipartiment tat-Toroq il-container li jinsab fi Triq il-Qawsalla, Santa Venera?", "Jista' jgħid minn meta beda jinkera u r-rata li qed titħallas għalih kuljum?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru)(f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 14817.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - SURVEYS", "14265.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l- 1992 u l-1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): It-tagħrif li ngħatajt bi tweġiba għal din l-interpellanza hu kif se nsemmi:", "Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti", "Fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant ġew ikkummissjonati tliet surveys li kellhom x'jaqsmu mad-Dipartiment tal-Kultura u survey wieħed mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u sport; sezzjoni żgħażagħ.", "Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija", "Bejn l-1992 u l-1996 il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija ma kkummissjona l-ebda survey ta' opinjoni pubblika għalkemm saru xi surveys mill-kunsill direttament dwar l-istandardizzazzjoni u l- industrija, il-fourth framework programme ta' l-Unjoni Ewropea, l- għadd ta' studenti li jagħżlu x-xjenza, il-Ġimgħa Xjenza u Teknoloġija u l-mużewijiet f'Malta fost l-oħrajn.", "Ta' min jgħid li sa l-1996 ir-records ta' ħlasijiet tal-kunsill kienu jinżammu mill-universita'.", "Ninsab informat ukoll li fl-istess firxa ta' żmien id-Dipartimenti ta' l- Eżamijiet, tal-Libreriji u Arkivji, tal-Mużewijiet u dawk fi ħdan id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali kif ukoll l-Universita' ta' Malta ma kkummissjonaw l-ebda survey ta' opinjoni pubblika.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Membru li d-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi m'għandux records ta' opinion polls jew surveys li saru minn dan id-dipartiment.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "14480.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega kif wasal biex qal li l- Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija 1996 qamet iktar minn ¥60,000 fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11419?", "Jista' jagħti breakdown li juri dan l-infiq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif weġibt għall-mistoqsija parlamentari numru 11419, il-Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija 1996 qamet lill-Kunsill iktar minn ¥60,000.", "Ma jistax jingħata breakdown sħiħ ta' l-ispejjeż relatati ma' din l- attivita' billi dak iż-żmien ir-records tal-Kunsill kienu jinżammu mill- Universita'.", "Għalhekk it-tagħrif li qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra m'huwiex neċessarjament eżawrjenti iżda jagħti rendikont ta' dak l-infiq li seta' jinġabar fiċ-ċirkostanzi.", "B'danakollu jekk wieħed iżid maċ-ċifra mogħtija parti mis-salarju annwali tas-Sur Giovanni Buttigieg, koordinatur ta' din l-attivita', u ta' xi staff permanenti ieħor li wkoll ħadem fuqha, wieħed malajr jasal għall-konklużjoni li l-Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija 1996 ġiet tiswa iktar minn ¥60,000.", "Barra minn hekk wieħed ma jridx jinsa spejjeż oħra bħal ħlasijiet għall- posta, telefonati, faxes, eċċ. li m'humiex faċilment kwantifikabbli.", "SKEJJEL - SANTA MARIJA GORETTI - ŻIEDA TA' SULAR", "14562.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx sottomessa applikazzjoni għal żieda ta' sular fl-iskola Santa Marija Goretti, Tarxien?", "Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu sabiex l-inċident tat- traffiku fejn kienu involuti studenti ta' din l-iskola ma jerġax jirripeti ruħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm s'issa ma kienet sottomessa ebda applikazzjoni għal żieda ta' sular, fil- preżent qed jitħejjew il-pjanti relattivi biex jitkompla l-bini ta' sular sħiħ fl-aħħar sular eżistenti għall-eventwali sottomissjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sa l-aħħar ta' Ġunju, 1998.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-uffiċjal fid- diviżjoni nkarigat mit-trasport tat-tfal ta' l-iskola qed imur ta' spiss ħdejn l-iskola msemmija waqt il-ħinijiet tal-wasla jew tluq ta' l- istudenti.", "Se nimpenjaw irwieħna li jittieħdu l-passi meħtieġa biex nevitaw xi problemi li jistgħu jinqalgħu.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-ministru jikkonsidra s-suġġeriment li t-tfal ta' din l-iskola jibdew joħorġu minn xi bieb ieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dik hija waħda mis-soluzzjonijiet possibli li qiegħda tiġi esplorata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-kunsill lokali huwiex se jkun involut fix-xogħlijiet ta' din l-estensjoni ta' l- iskola?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-kunsilli lokali jiġu involuti biss meta jkunu se jsiru xi xogħlijiet fl-iskejjel primarji tal-lokal, u dan minħabba li l-iskejjel sekondarji jkollhom catchment area ikbar mil-lokalita' ta' xi kunsill partikolari.", "Naturalment imbagħad dejjem ikun hemm xi eċċezzjonijiet, kif ġara f'Ħal Qormi, fejn peress li hemmhekk l-iskola primarja tmiss ma' dik sekondarja ma kienx jagħmel sens li l-kunsill lokali ta' dak il-lokal ikun involut fi skola waħda u ma jkunx involut fl-oħra.", "Madanakollu jiena nformat li fix- xogħlijiet li se jsiru fl-iskola Santa Marija Goretti mhux se jkun involut il-kunsill lokali ta' dak il-lokal minħabba li din hija skola sekondarja.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - KUNTRATTI", "14659.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnerships ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-", "Air Malta: Matul il-perijodu Mejju 1987 - Ottubru 1996 kien hemm 19-il kumpannija jew partnership ta' awdituri li servew lill-kumpannija Air Malta u s-sussidjarji tagħha.", "NTOM: Matul il-perijodu msemmi kien hemm żewġ kumpanniji/partnerships li servew lill-NTOM.", "MCC: Kien hemm kumpannija waħda li serviet lil dan iċ-ċentru matul il-perijodu msemmi.", "UE - ZONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14699.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-ministeru tiegħu, minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli biex janalizza jekk jaqbilx għall-ministeru tiegħu, għall- korporazzjonijiet jew għall-entitajiet pubbliċi li għalihom huwa responsabbli li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles ma' l-Unjoni Ewropea biss?", "Fi kwalunkwe każ jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat f'seduta 223 mill-Prim Ministru u għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14687 li ngħatat mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "MUŻEWIJIET - ĦINIJIET TAL-FTUĦ", "14767.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħinijiet tal-ftuħ tal- mużewijiet tal-gvern għall-pubbliku f'Għawdex sfawx imnaqqsa?", "Jekk fl- affermattiv, minn meta u b'kemm?", "X'kienet ir-raġuni u x'rimedji se jieħu l- ministru f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministeru konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Ministru jilqa' s-suġġeriment li jiġu riveduti l-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet f'Malta u Għawdex?", "Qed nagħmel dan is-suġġeriment għax jien informat li dawn jiftħu kmieni wisq u jagħlqu kmieni wisq, speċjalment matul ix-xhur tas-sajf minħabba li l-impjegati jkunu bin-nofs ta' nhari.", "Jien qed ngħid li l-ħinijiet mhux ikunu l- istess, imma wieħed jadatta l-ħinijiet għal kull mużew partikolari.", "Fil- fatt meta pajjiżi oħra, partikolarment l-Italja, għamlu dan l-esperiment, dawn sabu li rnexxa.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk l-Onor.", "Interpellant jistaqsi lill-kollegi tiegħu li sa sena u nofs ilu kellhom f'idejhom xi responsabbilta' ministerjali żgur li jgħidulu xi problemi wieħed jiltaqa' magħhom kieku jkollu jwettaq dan is-suġġeriment, pero' naħseb li xi darba jew oħra rridu naslu f'sitwazzjoni fejn il-mużewijiet jiftħu għal min ikun irid iżurhom u mhux għal min ikun għassa magħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jaf il-Ministru li numru ta' snin ilu l-mużewijiet f'GĦawdex bdew jagħlqu saħansitra iktar tard minn dawk ta' Malta sabiex min imur GĦawdex wara nofsinhar ikollu l-opportunita' li jżur dawn il-postijiet ta' interess?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk huwiex minnu li l-ħinijiet li fihom is-soltu kienu jkunu miftuħa l-mużewijiet f'Għawdex tnaqqsu b'mod sostanzjali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena lill-Onor.", "Interpellant diġa' għidtlu biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, pero' billi dan ma laqax is-suġġeriment tiegħi ngħidlu li, safejn naf jien, qed jittieħdu l-passi neċessarji biex il-ħinijiet li fihom jiftħu l-mużewijiet jitwalu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' l-Ministru jgħidilna fiex waslu x- xogħlijiet ta' restawr tal-Hypogeum ġewwa Ħal Saflieni?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk hemmx il-ħsieb li l-Hypogeum jerġa' jinfetaħ fix-xhur li ġejjin peress li issa x-xogħlijiet ilhom li nbdew xi erba' snin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iktar ħaġa faċli għalija hija li nirrispondi li hemm il-ħsieb li l-hypogeum jerġa' jinfetaħ fix-xhur li ġejjin, pero' din it-tweġiba tista' tkun vaga ħafna.", "Li nista' ngħid hu li jiena nformat li ż-żewġ amministrazzjonijiet se jkunu ħadu iktar żmien biex jirranġaw il- Hypogeum milli ħadu n-nies li ħaffruh żmien twil ilu!", "Kif naħseb li l- Onor. Interpellant huwa informat, il-ħaddiema li kienu qed jagħmlu x-xogħol hemmhekk sabu problema għax minkejja l-ħafna xogħol Ii għamlu u minkejja li nqalgħu l-mains, is-seepage xorta baqa' hemm.", "Fil-fatt preżentement qed isir minn kollox biex dan is-seepage jitwaqqaf, pero' m'hemm l-ebda garanzija li wara li jinbidlu l-mains u jintnefqu dawk l-eluf kbar ta' liri s-seepage se jieqaf għax jista' jkun li dan huwa kkaġunat mill- komunikazzjonijiet domestiċi tad-djar li hemm fuq is-sit.", "Madanakollu ta' min jgħid li s-seepage naqas ħafna u fil-fatt jien ġejt informat - hawnhekk qed inkun kawt ħafna - li sa Ottubru s-sit se jkun jista' jerġa' jilqa' n-nies fih.", "STA VENERA - TRIQ IL-QAWSALLA - CONTAINER", "14817.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14207 u ċioe' jgħid mingħand min krieh id-Dipartiment tat-Toroq il- container li jinsab fi Triq il-Qawsalla, Sta Venera?", "Jista' jgħid minn meta beda jinkera u r-rata li qed titħallas għalih kuljum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-container li hemm fi Triq il-Qawsalla tpoġġa fil-post mill-privat bi ftehim mad-dipartiment tat-toroq sabiex jitpoġġew fih affarijiet minn kmamar li kienu se jitwaqqgħu.", "Peress li issa m'għadx hemm bżonn dan il-container iżda għadu ma tneħħiex, hemm proċeduri fil-qorti biex dan jitneħħa.", "SKEJJEL - UŻU TA' L-INTERNET", "14820.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti għandu l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni rigward l-użu ta' l-Internet fl-iskejjel pubbliċi?", "Fiex waslu l-proġetti pilota li qed isiru f'xi skejjel dwar l-għoti ta' aċċess għall-Internet?", "Meta huwa maħsub li dan is-servizz jibda jitgawda mit-tfal fl-iskejjel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nhar it-Tnejn, 25 ta' Mejju, il-Maltacom p.l.c. u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ffirmaw il-qafas ta' ftehim li se jagħmilha possibbli li istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni f'Malta jiġu magħquda ma' xulxin b'infrastruttura avvanzata ta' telekomunikazzjoni.", "Din l-infrastruttura se tagħmilha possibbli li l-istituzzjonijiet ta' l- edukazzjoni fil-pajjiż ikunu jistgħu jikkomunikaw ma' xulxin kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta permezz tat-teknoloġija ta' l-Internet.", "Il-proġett kollu huwa maqsum f'żewġ fażijiet; l-ewwel se jsir proġett pilota f'16-il skola f'Malta u f'Għawdex.", "F'din il-fażi ser jiġu mistħarrġa sistemi, proċessi u programmi kemm teknoloġiċi kif ukoll edukattivi.", "Dan se jibda f'Ottubru ta' l-1998.", "L-ewwel fażi se tgħin ukoll fid-definizzjoni iktar eżatta tat-tieni fażi meta s-sistema se tkun estiża gradwalment għal iżjed istituzzjonijiet edukattivi f'Malta u Għawdex.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk is-16-il skola li semma humiex kollha ta' l-istess livell u jmorrux fihom studenti li għandhom l-istess eta'?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sabiex dan ikun verament proġett pilota li nitgħallmu minnu huwa importanti li s-16-il skola jkunu jirrappreżentaw areas differenti ta' Malta u Għawdex kif ukoll li jkunu jirrappreżentaw kemm il-livell primarju, kemm il-livell sekondarju kif ukoll il-livell post- sekondarju.", "Ta' min jgħid li f'dan il-proġett se tingħata attenzjoni partikolari lill-kumpless post-sekondarju ta' Għawdex u lill-Gozo University Centre għax l-istudenti ta' dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ilhom żmien twil juru x-xewqa li jkollhom aċċess għal komunikazzjoni diretta ma' l-istituzzjonijiet ta' Malta, u dan sabiex ikunu jistgħu jgawdu minn ċerti opportunitajiet li jeżistu f'Malta u ma jeżistux f'GĦawdex minħabba ċ-ċokon ta' dik il-gżira.", "SKEJJEL - INTERNET", "14821.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-iskejjel u/jew individwi li qed jieħdu sehem fl-inizjattiva msejħa Junior Summit 1998 dwar l-Internet?", "Kemm qed jieħdu sehem tfal b'kollox?", "X'jikkummenta l-ministru dwar din il-parteċipazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-parteċipazzjoni fil-Junior Summit 1998 kienet immirata għall-istudenti taħt is-16-il sena tad-dinja kollha.", "Din ġiet organizzata mill-Media Laboratory fil-Massachusetts Institute of Technology Centre ġewwa l-Istati Uniti.", "Għaldaqstant il-parteċipanti kienu mħajra jidħlu b'mod individwali u mhux f'isem l-iskola u għalhekk mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi min ħa sehem f'din l-inizjattiva.", "L-iskejjel li żgur nafu li ħadu sehem kienu:-", "St. Theresa Girls' Junior Lyceum, Mrieħel; Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum, St. Patrick's; Dun Ġużepp Zammit (Brighella) Boys' Junior Lyceum, Ħamrun; Umberto Calosso Boys' Trade School, St. Venera; Adelaide Cini Girls' Secondary, Ħamrun.", "L-għan prinċipali kien illi nħeġġu liż-żgħażagħ ipoġġu l-ideat tagħhom għall-ġid tal-komunita' mingħajr ma jkunu nfluwenzati mill-adulti.", "SKEJJEL - LIBRERIJI", "14824.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn libreriji pubbliċi fl-iskejjel tagħna?", "X'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom?", "Min jieħu ħsiebhom u kemm jitħallsu?", "Kemm qed jintużaw dawn il-libreriji pubbliċi?", "Qed issir kampanja ta' pubbliċita' sabiex dawn jintużaw aktar?", "Hemm xi ħsieb li dawn jiġu mkabbra u mtejba sabiex iktar nies jiġu mħajra jaqraw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Illum f'Malta u Għawdex hawn 60 librerija pubblika.", "Dawn huma fergħat tal-librerija pubblika ċentrali fil-Furjana.", "Il-libreriji pubbliċi huma mqassma hekk: 53 librerija jinsabu fil-bini ta' skejjel governattivi, tlieta f'ċentri ta' kunsilli lokali, tlieta fi sptarijiet u waħda f'ċentru taż-żgħażagħ ġewwa Għawdex.", "Ħamsa minn dawn il-libreriji huma reġjonali u għalhekk jiftħu fl-istess ġranet u ħinijiet bħal-librerija ċentrali u huma mmexxija minn impjegati tal-librerija pubblika; 50 librerija oħra jiftħu erba' sigħat fil-ġimgħa, il-parti l-kbira tagħhom kull nhar t'Erbgħa.", "Il-ħames libreriji l-oħra jiftħu hekk: ta' Bormla tiftaħ matul il-ħinijiet ta' l-iskola, ta' Ħaż- Żebbuġ (Malta) tiftaħ 12-il siegħa u ta' San Ġwann, in-Naxxar u Birżebbuġa jiftħu tmien sigħat fil-ġimgħa.", "Dawn il-libreriji jieħdu ħsiebhom għalliema, impjegati tal-librerija jew nies magħżula mill-kunsill ta' l-iskola.", "Huma jitħallsu ¥10 kull xahar fejn jaħdmu erba' sigħat fil-ġimgħa.", "Fil-każ tan-Naxxar, San Ġwann u Ħaż- Żebbuġ għas-sigħat addizzjonali minbarra l-erba' sigħat, jitħallsu mill- kunsill lokali tal-post.", "Matul is-sena li għaddiet ħarġu madwar 396,000 ktieb bħala self minn dawn il-libreriji.", "Is-servizzi offruti minn dawn il-libreriji qed ikunu msemmija f'pubblikazzjonijiet maħruġa mil-librerija ċentrali kif ukoll fuq ix-xandir permezz ta' programmi li tieħu sehem fihom il-librerija ċentrali u permezz ta' artikli f'gazzetti lokali.", "Permezz tal-kuntatt mal-kunsilli lokali qed isiru tentattivi biex jiżdied il-ħin tal-ftuħ ta' dawn il-libreriji u fl-istess waqt issir propaganda dwar l-użu tagħhom.", "Inbeda wkoll eżerċizzju biex dawn il-libreriji jiġu komputerizzati u b'hekk tinħoloq sistema ta' network li biha n-nies li jużaw il-libreriji jkunu jafu x'hemm f'libreriji oħrajn.", "Matul il-ġranet tas-sajf permezz ta' studenti mill-universita' dawn il-libreriji jinfetħu għal iktar minn erba' sigħat.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN PAWL", "14827.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta finalment se jiġi attwat ix-xogħol meħtieġ fuq Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol li ssemma tant drabi huwiex se jsir matul ix-xhur tas-sajf meta t-triq hi daqstant passaġġa jew matul ix-xhur tax-xitwa meta hu perikoluż ħafna li jsir xogħol f'din it-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tħaffir ta' l-inspection pits se jsir fi ftit ġimgħat oħra u wara jkun jista' jiġi deċiż ix-xogħol li jrid isir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien ma nafx f'liema operetta qed nieħdu sehem hawnhekk għax tant ilna ndoqqu strumenti differenti miż-żewġ naħat tal-Kamra li ma nafx meta se naslu!", "Jista' l-Ministru almenu jagħti indikazzjoni dwar meta l-imbierka main road ta' San Pawl il-Baħar se tiġi rranġata b'mod li minnha jkunu jistgħu jgħaddu l-karozzi bla ebda inkonvenjenza ta' xejn?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, l-ewwelnett ta' min jgħid li t- triq li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija mibnija fuq it- tafal u l-pedament ta' din it-triq huwa magħmul minn konkos rinforzat.", "Li ġara kien li fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti l-kuntrattur qata' dan il-konkos rinforzat u qata' wkoll ix-xibka biex jgħaddi trinka.", "Allura din it-triq spiċċat totalment.", "Dwar din it-traskuraġni kien qam argument sħiħ bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u dan il-kuntrattur u fost affarijiet oħra l-korporazzjoni insistiet li r-responsabbilta' ta' dan kollu hija tal-kuntrattur u tax-xogħol ħażin li għamel.", "Saħansitra l- korporazzjoni żammet il-flus u dan il-kuntrattur baqa' ma tħallasx, imma dawn ir-retention money ma kenux biżżejjed biex isir ix-xogħol meħtieġ.", "Madam Speaker, huwa veru li din it-triq tinsab fi stat ħażin ħafna u hemm bżonn li tiġi rranġata.", "Għalhekk inbdew diskussjonijiet mad-Dipartiment tat-Toroq biex naraw x'hemm bżonn isir.", "Mill-indikazzjonijiet li għandna s'issa jidher ċar li hemm bżonn isir xogħol estensiv u jiena ninsab mgħarraf li l-ħsieb tad-dipartiment huwa li fil-ġimgħat li ġejjin joħroġ tender sabiex tiġi rranġata l-parti ta' din it-triq mill-Veċċa sa fejn Palazzo Pescatore.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qed jgħidilna li hemm il- ħsieb li fil-ġimgħat li ġejjin tkun irranġata parti minn din it-triq imma sfortunatament il-parti li semma hija l-inqas biċċa li tinsab fi stat ħażin.", "Allura jista' l-Ministru jara li jinbeda kemm jista' jkun malajr ix- xogħol fuq l-iktar parti li tinsab fi stat ħażin?", "Il-Ministru semma wkoll l-amministrazzjoni preċedenti, pero' issa din ilha 20 xahar li spiċċat u jekk l-amministrazzjoni preżenti m'hijiex kapaċi tagħmel triq ta' nofs mil f'20 xahar ma nafx x'inhi kapaċi tagħmel!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Aħna forsi m'għamilniex triq ta' nofs mil, pero' huma ma nafx kemm-il triq ta' nofs mil għamlu!", "Imma issa ħalli niġi għal dak li kont se ngħid.", "Il-fatt li din it-triq għadha ma saritx m'hu tort ta' l-ebda amministrazzjoni imma hija kwestjoni legali.", "Jiena nifhem li m'għandux ibati ċ-ċittadin minħabba l-kwestjoni li nqalgħet bejn il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-kuntrattur li għamel ix-xogħol ħażin u għaldaqstant id-Dipartiment tat-Toroq qed jimpenja ruħu bis-sħiħ sabiex din it-triq tiġi rranġata.", "Jien informat li l-iktar parti tat-triq li tinsab fi stat ħażin u li jenħtiġilha xogħol hija dik il-parti li semmejt jien, jiġifieri mill-Veċċa tieħu sa Palazzo Pescatore, u x- xogħlijiet fuq dik il-parti tat-triq se jinbdew max-xogħlijiet l-oħra li se jsiru fi ftit tal-ġimgħat oħra bħala parti mit-tieni fażi tal-proġett ta' Buġibba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, kulma jrid jagħmel il-Ministru biex jara li l-parti tat-triq li se tiġi rranġata hija l-inqas parti li tinsab fi stat ħażin huwa li jgħaddi mimmha.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'għandix x'inżid ma' dak li diġa' għedt.", "WSC - ĦLAS TA' KONTIJIET", "14838.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-ammont ta' ħlasijiet dovuti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall- kontijiet tal-konsum qabel il-budget li għadda?", "Kif jinqasmu dawn l- ammonti bejn ħlas dovut mill-gvern/korporazzjonijiet tal-gvern, ħlas dovut mid-djar/residenzi u ħlas dovut mill-azjendi kummerċjali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ammont ta' ħlasijiet dovuti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-kontijiet tal-konsum qabel il-budget huma:", "ħlas dovut mill-gvern/korporazzjonijiet tal-gvern-¥553,118.", "ħlas dovut minn djar/residenzi u ażjendi kummerċjali-¥2,886,300", "ħlas dovut minn azjendi kummerċjali ¥513,018", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pjanta ta' Triq ir-Repubblika fir-Rabat, GĦawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14855;", "Tagħrif dwar aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru, bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l- 31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14074;", "Tagħrif dwar priġunieri barranin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fl-4 ta' Ġunju 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15045;", "Tabella li turi n-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin wara li nstabu ħatja ta' abbużi sesswali fuq tfal bejn l- 1989 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15046; u", "Tabella li turi t-tip u l-ammont ta' droga maqbuda matul l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15049.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 149 ta' l-1998 – Ordinamenti għall-Grad ta' Doctor of Philosophy – Ph.D. – fil-Fakulta' ta' l-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili, 1998; u", "Tagħrif dwar ħaddiema fil-Foundation of International Studies, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15154.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ matul il- perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14071;", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għax-Xgħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tax-schedules tas-sejħa għall-offerti ta' plots f'Wied GĦomor/Ta' l-Għoqod, San Ġiljan, flimkien ma' land drawing 175/94, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15135.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tas-Saħħa, kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Sħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 147 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 dwar Drittijiet għal Ċertifikati rigward Mediċini; u", "Avviż Legali Nru 148 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet (Ġarr ta' Kadavri).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ diskorsi li għamel il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali waqt is-Seba' Konferenza tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-ministri responsabbli mis-sigurta' soċjali, li saret f'Malta f'Mejju 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14999.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq bini ta' flats ħdejn l-GĦajn tal-Ħasselin fl- Imsida, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14985.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli l-Ministru tal-Ġustizzja matul il-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14070.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, nixtieq inressaq żewġ każi ta' ksur ta' privileġġ.", "L-ewwel każ huwa kontra l-Prim Ministru u d-Direttur tad- Dipartiment ta' l-informazzjoni fid-dawl ta' l-istqarrija numru 1098 li ħarġet fil-11 ta' Ġunju ta' l-1998 u li fiha jingħad hekk:", "\"Whereas during the last days several spokespersons from the Opposition, particularly Dr. Lawrence Gonzi, have continued persistently to furnish the wrong interpretation of the clause related to the right of access to the general public contained in the agreement reached between Government and Port Cottonera Co. Ltd., it has been decided to publish the relevant clauses of the said agreement for the information of the general public:\",", "u ġew ikkwotati żewġ klawsoli, klawsola 2.1 u klawsola 2.2.", "Issa klawsola 2.2 hija kompletament differenti minn dik li vvotajna fuqha f'dan il- Parlament fis-seduta ta' nhar it-Tnejn tal-ġimgħa li għaddiet.", "Din l- istqarrija tkompli tgħid:", "\"It is crystal clear from the above clauses that there are no pedestrian restrictions.", "Moreover any doubts about restriction on fishing, bathing and barbecues have been erased before the actual resolution was voted on in Parliament, with the amendment of article 2.2 as reproduced above.", "Dr. Gonzi although well aware of this, has persistently misquoted the agreement.\".", "Madam Speaker, din hija falsita' tal-proċeduri ta' din il-Kamra.", "Quddiemi għandi l-minuti tas-seduta tat-3 ta' Ġunju 1998, li huma voluminużi u fihom l-items kollha li ġew diskussi f'dik is-seduta maratona.", "Naturalment dawn m'għandix għalfejn inqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra għax huma records uffiċjali tal-Parlament.", "F'dawn il-minuti, per eżempju, insibu l-emendi kollha li tressqu waqt id-diskussjoni li saret fil-kumitat dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dak li jirrigwarda l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni.", "Pero' minn dawn il-minuti tas-seduta ta' l-Erbgħa, 3 ta' Ġunju, ma jirriżultax li quddiem din il-Kamra tressqet xi emenda għall- abbozz tal-kuntratt li kien hemm anness mar-riżoluzzjoni jew xi emenda għar- riżoluzzjoni.", "Hemm biss l-emenda li ressaqt jiena fejn tlabt li l-abbozz kollu kemm hu jintbagħat quddiem il-kumitat permanenti tal-verifika ta' din il-Kamra ħalli dan jirrapporta lura lil din il-Kamra fi żmien għaxart ijiem.", "Quddiemi għandi wkoll il-minuti tas-seduta ta' nhar it-Tnejn, 8 ta' Ġunju 1998, meta tqiegħdet il-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni.", "Lanqas minn dawn il-minuti ma jirriżulta li tressqet xi emenda quddiem din il-Kamra u din imbagħad ivvotat fuqha.", "Niġi issa għat-tieni każ ta' ksur ta' privileġġ kontra l-Ministru tat- Turiżmu u s-Self-Employed.", "Hawnhekk nirriferi għall-istqarrija numru 1115 li ħareġ l-istess Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed li ġġib id-data tat-12 ta' Ġunju 1998.", "Jien m'iniex se nikkwotaha kollha pero' se nikkwota minn paragrafu 2, li jgħid hekk:", "\"L-Oppożizzjoni u b'mod partikolari l-Onor.", "Lawrence Gonzi baqgħu jikkwotaw klawsola 2.2 li tneħħiet qabel saret il-votazzjoni fil- Parlament nhar it-Tnejn.\".", "Din ukoll hija falsita' u f'dan il-pajjiż ma nistgħux inħallu dawn l- affarijiet isiru qisu qatt ma ġara xejn, anke fiċ-ċirkostanzi partikolari li ninsabu fihom.", "Din l-istqarrija tkompli tgħid:", "\"Dan it-tibdil kien qed jiġi propost mill-Gvern lill-konsorzju biex jiċċara kull dubju żbaljat li kien qed jinżera' b'malinjita' mill- Oppożizzjoni biex tfixkel l-istess proġett tal-Kottonera.\".", "Madam Speaker, anke fil-konfront ta' din l-istqarrija, nirripeti li mir- records ta' dan il-Parlament - u wkoll mill-onesta' tagħna lkoll bħala deputati f'din il-Kamra - nafu li quddiem din il-Kamra ma tressqet l-ebda emenda oħra barra dik l-emenda li ressaqt jien, la għall-abbozz tal- kuntratt u lanqas għar-riżoluzzjoni.", "Dan kollu u partikolarment l-aġġettivi li ntużaw f'dawn iż-żewġ stqarrijiet - apparti aġġettivi oħrajn li m'iniex se noqgħod nagħti kashom - imorru kontra l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad- Deputati, Kap. 113 tal-Liġijiet ta' Malta, partikolarment paragrafi (j) u (k) ta' subartikolu 11 (4).", "Pero' m'iniex qed nillimita ruħi għal dawn il- paragrafi biss għaliex hemm klawsoli oħrajn li dan kollu jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ kontrihom, mhux fil-konfront tiegħi bħala deputat imma fil-konfront ta' din il-Kamra.", "Dan huwa ksur ta' privileġġ fil-konfront ta' din il-Kamra għaliex ir-records ta' din il-Kamra jixhdu l-verita' u ma nistgħux inħallu sitwazzjoni fejn din il-verita' tiġi mgħawġa pubblikament mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni jew minn xi ministru min-naħa tal- gvern.", "GĦalhekk jiena nitlob, Madam Speaker, li tieħu l-passi neċessarji biex dawn l-affarijiet ma nħalluhomx isiru f'dan il-pajjiż.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja tirriżerva d-dritt li teżamina dawn il-każijiet u tagħti deċiżjoni dwarhom iktar 'il quddiem.", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, nixtieq inqajjem ksur ta' privileġġ.", "Jiena m'iniex se nikkwota affarijiet legali għaliex hija s-Sinjorija Tiegħek li trid tara jekk hemmx prima facie ksur ta' privileġġ.", "Qed inqajjem ksur ta' privileġġ kontra l-Prim Ministru li f'dawn l-aħħar tmint ijiem għamel minn kollox, saħansitra anke hedded, biex meta jiena niġi hawnhekk mhux ma nivvotax kontra l-mozzjoni - għax dan kellu d-dritt li jagħmlu - imma nirriżenja.", "Din hija xi ħaġa li qatt ma ġrat fl-istorja tal- parlamenti demokratiċi la ta' l-Ewropa u lanqas tad-dinja.", "Qatt ma kien hemm Prim Ministru li jieħu s-saħħa tiegħu kollha, bil-pulizija b'kollox u kulma għandu, f'distrett u jhedded li jirriżenja u anke jbeżża' lin-nies jekk xi membru tal-Parlament ma jivvotax kif jidhirlu hu.", "Jekk dan m'huwiex ksur ta' privileġġ, allura din il-Kamra m'għandha privileġġi ta' xejn.", "Jekk inhu hekk, allura l-privileġġi spiċċaw.", "Issa ħalli nkompli niftaħ dan l-argument ħalli kulħadd jifhem għalfejn qiegħed inqajjem dan il-ksur ta' privileġġ.", "X'kienet it-teżi tal-Prim Ministru?", "X'ġustifikazzjoni kellu biex jagħmel din il-biċċa xogħol kbira li qatt ma saret fl-Ewropa?", "Il-ġustifikazzjoni tiegħu kienet li jien ilni ħafna żmien infixklu.", "Qal li jiena ilni nfixklu mill-elezzjoni sal-lum u mhux mindu qamet din il-kwestjoni tal-Kottonera.", "Pero' ma qalx li hu, bħala kap tal-partit, meta laqqa' l-konferenza ġenerali kellu d-dritt jibgħatni quddiem il-bord tad-dixxiplina ħalli jara jekk jiena ksirtx id- dixxiplina tal-partit.", "Kellu d-dritt legali, id-dritt demokratiku u d- dritt li jagħtih il-partit li jagħmel hekk.", "Imma x'għamel?", "Dan mar u qal lill-konferenza: \"Agħtuni vot ta' fiduċja\", u ppretenda li jien, li m'għamiltlu l-ebda vot ta' sfiduċja imma għidtlu biss li dak li kien qed jagħmel imur kontra l-prinċipju fundamentali tal-partit, li la qiegħed fil- manifest elettorali tiegħu u lanqas ta' ħadd u li jiena għandi d-dritt nivvota kontra tiegħu fil-Parlament ...", "Jien dan biss għidtlu u bgħattlu wkoll ittra li l-ġist tagħha kien li huwa jmissu sejjaħ konferenza ġenerali ħalli jara jekk huwiex miexi skond dak li qal fil-programm elettorali u skond il-prinċipji tal-partit u mhux biex jara jekk il-partit iridx ineħħih minn Prim Ministru.", "Imma dan m'għamlux, qisu qatt ma ġara xejn.", "Issa jiena x'għidt f'Novembru?", "Jien għidt li dan m'huwiex budget li jagħmel unur lill-Partit Soċjalista u li m'huwiex veru li m'huwiex se jolqot liż-żgħir.", "Imma kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-ministri - għaliex la refgħu l-piż miegħu huma mdaħħlin ukoll - kienu jgiddbuni.", "Wara ammettew li ż-żgħir kien se jintlaqat, damu x-xhur jinnegozjaw maż-żewġ unions u fil-fatt saru xi emendi.", "Imma mhux fejn jolqot liż-żgħir biss għamlu emendi għaliex emendaw anke miżuri li jolqtu lill-hotels.", "Dan qed ngħidu għaliex il-Prim Ministru webbes rasu u ma ħallinix nitkellem u kieku ma tatnix ċans l-Oppożizzjoni ma kontx nitkellem.", "Hawnhekk qed nirriferi għal meta nqalgħet il-kwestjoni l-ewwel darba.", "Issa wieħed kien jissoponi li minn dak inhar 'l hawn ġara xi ħaġa. imma la l-Prim Ministru u lanqas il- ministri tiegħu ma pprovaw b'xi mod jikkonsultawni f'xi ħaġa.", "Kif qed ngħid - dan huwa importanti bħala background - lili ma kkonsultawni f'xejn u fl-ebda ħaġa, b'mod speċjali fil-proġett tal-Kottonera.", "Iżda minkejja dan u minkejja li kienu qed jagħmlu minn kollox biex jaħarbuni ....", "Hanwhekk m'iniex se nsemmi x'għamlu biex jolqtuni personali ħalli jdejquni u jew I tow the line jew inkella nitlaq mill-Parlament.", "Din inħalliha għal darba oħra ħalli ma nħallatx affarijiet personali ma' affarijiet li għandhom x'jaqsmu man-nazzjon imma jekk jisfidawni ngħidha wkoll.", "Madam Speaker, jiena ma kont naf xejn iżda qgħadt attent li fejn nara xi ħaġa li tmur kontra l-interessi tan-nazzjon, kontra l-interessi tal-partit, kontra l-programm u kontra kollox nibgħat ngħid lill-Prim Ministru: Watch your step għaliex jien diġa' għidtlek li jekk tagħmel dawn l-affarijiet, jien nispiċċa biex fil-Parlament ikolli nivvota kontra tiegħek.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira għaliex jiena ġejt akkużat b'xi ħaġa li jafu li m'hijiex vera.", "Ġejt akkużat li darba minnhom sifirt apposta biex meta jiġi l-vot fuq l-abbozz ta' liġi dwar loan ta' xi ¥20 miljun ma nkunx hawn ħalli ma nivvotax u nġiegħel lilek, Madam Speaker, tivvota minfloki.", "Din hija ġidba faħxija.", "Min qalha huwa giddieb.", "U jekk qalha l-Prim Ministru huwa giddieb ukoll.", "GĦaliex?", "Jiena qabel sifirt għidt lill-Whip biex joqgħod attent.", "Jiena għidtlu: \"Inti ħallejtni hawnhekk il-Ġimgħa l-ġurnata kollha stand-by għalxejn għaliex għidt li se jkun hemm vot ta' fiduċja fil-gvern.", "Issa inti żgur li dan il-vot mhux se jkun nhar it-Tnejn u t-Tlieta?", "Għaliex jien aktarx li ma nkunx hawn.\".", "U hu qalli: Inti tista' tmur.", "Imbagħad meta ġejt lura ħadd ma attakkani jew qalli: Inti kif taqbad u ssiefer meta taf li hemm vot tal-flus?", "Kif qed ngħid, jien kont naf il-kontra.", "Kont naf li mhux se jkun hemm vot ta' flus u mhux li se jkun hemm vot ta' flus.", "Meta mbagħad rajt lill-Whip u għidtlu: \"Din xi storja hi?\", hu qalli: Tikkonfondi xejn, dik irranġajnieha.", "Dan hu li ġara.", "Imma ħalli nkompli fuq l-istorja tal- Kottonera.", "Irrid nammetti li ħafna miż-żmien jiena nkun ma niflaħx u mhux dejjem inkun nista' nsegwi l-affarijiet il-ħin kollu.", "Jien qatt ma ppretendejt li ma kontx marid.", "Anzi ngħid lil kulħadd biex ma jafdawx fuqi għaliex saħħti llum mod u għada mod ieħor.", "Imma meta nkun f'saħħti ara ma jkunx hawn xi ħadd li jaħseb li se jisserva bija biex imur kontra l-interessi tal-partit u tal-pajjiż.", "F'dan il-mument b'saħħti imma kif se nkun għada fil-għodu ma nafx, bħalma ma jafx kulħadd.", "Nerġa' ngħid, jiena ma kont naf xejn bil- proġett tal-Kottonera, kont assolutament sajjem, u meta qrajt x'emendi ressqu tal-Partit Nazzjonalista u rajt li dak li kienu qed jgħidu kien veru ma ġejtx hawnhekk u għidt lil Malta kollha minn fuq it-televiżjoni li l- Partit Nazzjonalista għandu raġun imma għajjatt lid-deputy leader u għidtlu: Agħmilli pjaċir, jew tiġi inti jew niġi jien ħalli nitkellmu fuq affarijiet urġenti.", "Għaliex?", "Meta jiena ndunajt b'dan kien il-Ġimgħa u naħlef quddiem kulħadd li fuq din ma kellimt lil ħadd, la lil Gonzi u lanqas lil de Marco għalkemm kieku kellimthom kien ikolli kull dritt inkellimhom.", "Minn meta 'l hawn m'għandix id-dritt inkellem membri oħra tal- Parlament biex nara kif jaħsbuha fuq affarijiet tal-Parlament?", "Minn meta tneħħa d-dritt li xi ħadd minn hawnhekk ikellem lil xi ħadd tan-naħa l- oħra?", "U dawn m'humiex konfoffi; jiena ma kellimthomx għaliex ma kienx hemm il-ħin, għaliex ma kienx hemm għalfejn nitkellem u għaliex ma ridtx indaħħalhom fin-nofs u mhux għaliex kont se nagħmel xi ħaġa ħażina kieku kellimthom fuq dawn l-affarijiet.", "Kemm-il darba jkun hemm min iwaqqafni u jkellimni fit-taraġ u jgħidli: Possibbli li inti taqbel ma' \"din\"?", "Allura nkunu qed nikkonfoffaw meta nagħmlu hekk?", "Lill-membri ta' l-Oppożizzjoni kellimthom ħafna fuq id-divorzju.", "Allura għamilt ħażin li tkellimt magħhom fuq id-divorzju?", "Lil dawk li kkundannawni mingħajr ma semgħuni - qed ngħid għall-membri tal-Parlament kollha - nistaqsihom: GĦandi d-dritt nagħmel hekk jew le?", "Ksirt xi dixxiplina ta' xi ħadd b'daqshekk?", "GĦandu raġun jiħmarlu wiċċu issa min qed jismagħni!", "Nerġa' ngħid, Madam Speaker, sal-Ġimgħa jiena kont għadni ma naf xejn u għajjatt lid-deputy leader kif kelli nagħmel.", "Kieku huwa veru, kif qegħdin jgħidu, li ridt l-inkwiet fil-partit u ridt inwaqqa' lill-gvern, ma kont ngħajjat lil ħadd - għaliex naf kif tagħti gambetti - u kont ngħid li m'huwiex tort tiegħi u li ġara \"hekk\" u \"hekk\".", "Allaħares ma nafx nagħmel dawn l-affarijiet, imma ma nagħmilhomx għaliex huwa fil-karattru tiegħi li ma nagħmilhomx.", "GĦalhekk għajjatt lid-deputy leader tal-partit u għidtlu: Qed ngħajjat lilek għaliex inti għandek ir-responsabbilta' li tmexxi lill- partit u jekk ma tridx terfagħha għidli tikkonfondi xejn.", "Dak qalli: \"Le!", "GĦaliex?\", u ġie.", "Issa jien dak inhar stajt ħadt nutar miegħi - mhux Madam Speaker imma nutar, hu min hu - ħalli jkun xhud.", "Għandi dritt intella' lil xi ħadd xhud meta lill-ieħor ngħidlu xi ħaġa lil ħaddieħor u meta qed ngħidlu minn qabel biex jekk irid iġib lil xi ħadd miegħu għaliex jiena m'iniex se nkellmu waħdi imma se jkun hemm xi ħadd xhud?", "Inqast f'xi ħaġa b'daqshekk?", "Allura jekk ma nqast f'xejn għaliex għandek toqgħod iddaħħal lil Sammy Meilaq fid-diskors fil-Birgu biex ikasbruh u jbossulu?", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, kompli fuq il-ksur ta' privileġġ.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mela xi trid tgħid bil-Malti?", "Jekk hawn xi kelma oħra għidhieli u ngħidha.", "MADAM SPEAKER: Jien ma kkorreġejtlekx il-kliem.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mela ngħid li jagħmlu ħoss minn wara!", "Imma ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "GĦalfejn tqajjem dan l-isem?", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, jekk jogħġbok issemmix nies li m'humiex parti minn din il-Kamra.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jew se nitkellem fuq dawn l-affarijiet jew inkella noqgħod bilqiegħda u ngħid li dan il-Parlament qed iħalli lill- Prim Ministru jagħmel dawn l-affarijiet kollha barra u mbagħad dak li qed jattakka lanqas biss jinstema'.", "Nerġa' ngħid, il-Prim Ministru ma kellu l- ebda dritt isemmi lil dan il-bniedem, bniedem li huwa stess sejjaħlu biex ikun chairman tal-Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali.", "Meta dan il-bniedem imbagħad mar għandu t-tieni darba, qallu: Le, din ma tgħoddx għalija.", "U veru li l-inkarigu li ried jagħtih ma kienx jgħodd għalih.", "Allura l-Prim Ministru qallu: Ara kif nagħmlu, ħu dan l-abbozz li qegħdin niddiskutu mal- Gran Mastri, ara x'jidhirlek minnu u għidli x'inhi l-opinjoni tiegħek.", "Dan kollu jiena qed ngħidu biex nuri li dawn ma jkunux affarijiet sigrieti u li kieku riedu setgħu qaluhomli.", "Qed ngħidu wkoll biex ma joqgħodx idaħħal lil dan il-bniedem fin-nofs ħalli għada jkissru.", "Dak qallu: Jekk dan l- abbozz għandu x'jaqsam mas-sovranita' aħjar ma tatihulix.", "U meta lili qalli b'din il-proposta, għaliex dan huwa ħabib tiegħi, jien għidtlu: Ara ma turihiliex għaliex inkella għada jgħajrek li tak xi ħaġa in confidence u ġejt turiha lili!", "Jien ma nafx x'fih dan l-abbozz imma qed ngħid hekk għaliex se jkun hemm konnessjoni ma' dak li għandu x'jaqsam mal-proġett tal- Kottonera.", "Issa, dakinhar li jiena vvotajt kontra l-mozzjoni tal-gvern - mhux ivvotajt man-Nazzjonalisti għaliex li tivvota għal emenda tan-Nazzjonalisti huwa mod u li tivvota kontra mozzjoni tal-gvern hija ħaġa oħra - għaliex ma qbiltx magħha kont naf li l-Prim Ministru, mingħajr ma qalli xejn, qabbad ministri fosthom il-Ministru Vella, jagħmlu propaganda fuq it-televiżjoni fuq dan il-proġett.", "In-nies qaluli li dawn dehru fuq it-televiżjoni, u jien għidt: Prosit, kemm aħna ħelwin; Mela jien qed nagħmel minn kollox biex dawn l-affarijiet nostorhom, u dawn diġa' marru fuq it-televiżjoni!", "Meta ġie għandi fis-2.00 p.m. ma' Dr George Abela, dan qalli: Il-kuntratt li se nagħmlu mal-kumpannija m'huwiex dak li jidher quddiem il-Parlament.", "Qed ngħid dan biex wieħed jinduna kemm il-membru min-naħa l-oħra, hu min hu, qed ikun eżatt u mhux għaliex qiegħed fuq in-naħa l-oħra ngħidu li qed jigdeb anke jekk ikun qed jgħid il-verita'.", "Wasalna f'din l-estremita' f'dan il-Parlament?", "Mela qalli li dan l-imbierek kuntratt ma kienx fih il- klawsola li qalli li lesti li jagħmlu meta jsir il-kuntratt.", "GĦandi dubju wkoll jekk qallix li din l-emenda kienu lesti li jressquha filgħaxija.", "Imma jien qbiżt u għidtlu: Jiddispjaċini, imma jien dak li nivvota fuqu fil-Parlament inkun naf li se jorbot u mhux x'tagħmlu wara li nkun ivvotajt.", "U jekk m'għandkomx bżonn iddaħħlu dawn il-privileġġi kollha li se tagħtu lil din id-ditta għalfejn għamiltuhom fil-kuntratt?", "Għaliex ma temendawhx?", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, dak li tgħid trid tgħaqqdu mal-ksur tal- privileġġ u mhux tagħmlu parti mid-diskussjoni.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jiena qed nagħti r-raġunijiet kollha għaliex jidhirli li hemm prima facie breach of privilege, u qed nagħti r- raġunijiet kollha wara li l-Prim Ministru, bil-gvern tiegħu b'kollox, ilu ġimgħa jtambar u jigdeb fuqi, ibikki lin-nies, jgħid li jiena traditur u ħafna affarijiet oħrajn.", "Jien għadni ma qed ngħidlu xejn.", "Qed insemmi biss il-fatti.", "Allura nippretendi li inti, Madam Speaker, tħallini u mhux tinterrompini u jekk jista' jkun tgħinni ħalli neħles.", "Wara li jiena għedtlu hekk, qalli: Lili ma tafdanix?", "Jien għidtlu: li le, u hu staqsieni għaliex.", "Għidtlu: GĦaliex inti kont wieħed minn dawk li kont issostni li l-Kabinett ma għamel xejn biex jaħqar liż-żgħir - qed nirriferi hawn għall-kwestjoni tal-tariffi ta' l-ilma - u allura ma nafx x'se terġa' tagħmel u mil-lum 'il quddiem ma se nafda lil ħadd.", "Nafda biss dak li nara b'għajnejja u mmiss b'idejja.", "Hu ħa għalih u qalli: Fuq kollox la inti ma ġġibuli sħun u lanqas il-Prim Ministru; jien nagħmel dak li huwa sewwa'.", "Jekk m'iniex qed ngħid eżatt dak li ntqal bejnietna, allura jikkorreġini.", "Imbagħad qbiżt jien u għidtlu: Qed nieħu ġost li qed tgħidli hekk quddiem id-deputy leader tal-partit għaliex dan huwa ċertifikat għalija li jien m'iniex qed nipprova nixtrik.", "Dan hu li għidtlu.", "Issa x'jagħmel ħaddieħor - dakinhar m'għidtlux hekk, imma qed ngħidlu llum - m'huwiex affari tiegħi.", "Imma xejn ma kont nobsor li meta filgħaxija niġi hawn u bħal tallab nitlob li din il-mozzjoni ma titressaqx għall-vot dakinhar imma nistennew sa l-għada ħalli nilħqu nitkellmu, la naħa u lanqas oħra ma jkunu jridu li jipposponuha.", "U inti xhud ta' dan, Madam Speaker.", "Dan qed ngħidu għaliex dawn l-affarijiet m'humiex qegħdin fil-minuti, jiġifieri m'humiex recorded.", "Mela lil dawk li belgħuha li jien miftiehem ma' tan-naħa l-oħra ngħidilhom li kieku riedu jużaw rashom kienu jindunaw li jekk hemm xiehda li dak inhar jiena ma kontx miftiehem ma' tan- naħa l-oħra kien proprju l-fatt li dawn lanqas issapportjawni biex nistennew sa l-għada.", "Imma n-naħa tal-gvern tant kienu kontra tiegħi u tant belgħu affarijiet li mhux talli ma tawnix ċans nitkellem, talli, agħar minn hekk, lanqas biss avżawni li se jkun hemm laqgħa tal-parliamentary group!", "Dak inhar ħadd ma qalli: Annimal, fil-parliamentary group tal- lejla se niddiskutu lilek!", "Mhux għaliex jien kont se mmur, imma kont nibagħtilhom ittra ħalli jkunu jafu x'kont se nagħmel.", "M'hemmx għalfejn joqogħdu jissikkawni ħalli mmur fil-parliamentary group bilfors.", "U qatt ma ssikkawni biex immur.", "Imma dakinhar la Joe Mizzi li huwa l-Whip - jiskużani jekk ma ngħidlux ministru Joe Mizzi, imma jien lil sħabi ma tantx nagħmlilhom kumplimenti; u jekk ngħidlu ministru mhux għax irrid nikkuljunah għax suppost ngħidlu parliamentary secretary imma m'aħniex se noqogħdu nfittxu dawn l-irqaqat bejnietna - u lanqas ħadd ma qalli li se jkun hemm laqgħa tal-parliamentary group proprju fuqi.", "Ara jekk xi ħadd li jrid jagħmel ġustizzja ma' xi ħadd u jkun serju jaqbadx u jakkużah ta' xi ħaġa mingħajr lanqas biss jgħidlu li se jagħmel hekk!", "Jien hu s-San Bastjan li jaqla' l-vleġeġ!", "Jien hu l-vittma.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, għadni qed nistenna l-allegazzjoni ta' ksur ta' privileġġ.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Iva, se nkompli.", "(Interruzzjonijiet) Qed jieħu għalih li ngħidlu hekk ukoll?", "Din hu qalagħha u mhux jien!", "Nerġa' ngħid, Madam Speaker, lili ħadd ma qalli xejn.", "Imma agħar minn hekk dan mar hemmhekk, qalilhom li jrid jirriżenja u staqsihom jekk hemmx xi ħadd li jrid jidħol minfloku.", "Ara naqra l-affarijiet għandhomx isiru hekk, Madam Speaker!", "Jien ukoll irriżenjajt imma qabel ma rriżenjajt tajt ħafna żmien biex kulħadd jaħseb u jara.", "Mhux ċumbumm!", "Dan taparsi, dan teatrin.", "Naturalment il-parliamentary group qallu li m'hemm ħadd u anke jiena, kieku kont hemmhekk, kont nagħmel l-istess għaliex jiena ma rridux jirriżenja imma rrid li jibdel it-triq ħażina li qabad.", "U hu jaf li qabad triq ħażina.", "GĦalhekk m'huwiex jimxi skond ir-regoli, għax għandu d-dnub.", "GĦalhekk ma marx quddiem il-bord tad-dixxiplina tal-partit, għaliex għandu d-dnub.", "Ma ġiex jgħidli x'se jagħmel għax għandu d-dnub.", "Mar fuq it- television għaliex għandu d-dnub.", "Ma pposponiex id-debate b'ġurnata għaliex għandu d-dnub għax kieku ma kien se jiġri xejn.", "Imma ma kienx biżżejjed li għamel hekk.", "L-għada filgħodu għamel it-taparsi press conference - jiena ma nafx x'pulizija għandna u kemm verament iridu li l- affarijiet isiru legalment għaliex meta tagħmel press conference ma tmurx mgħobbi bl-apparat ħalli tagħmel meeting u lanqas tkun għajjatt lin-nies minn fuq is-Super 1 ħalli jattendu - .....", "U l-Prim Ministru ma jistax jgħid li mhux hu jikkontrollah is-Super 1.", "Mela min jikkontrollah?", "Jien nikkontrollah?", "Dan sar proprjeta' tiegħu personali; ħadd aktar ma jikkmanda xejn hemmhekk.", "Sar proprjeta' tiegħu u jgħinu Evarist Bartlu.", "Dan kulħadd jafu.", "Intom ilkoll tafuh u tidħku!", "Allura xi dritt kellu jagħmel meeting fil-Birgu, fil-qalba fejn inkun jien ....", "U ara ma taħsbux li jiena nibża' mmur il-Birgu!", "Jiena nibża' li jitkisser il-partit imma jekk irid ikissru ħalli jkissru; jiena ma nistax inżommu.", "Intom tridu żżommuh; intom li qegħdin hemm u qegħdin tgħidulu: Kisser, kisser, kisser.", "Imma jiena dik inhar ma tkażajtx għaliex mar jagħmel meeting, tkażajt għaliex fuq ir-responsabbilta' tiegħu personali, mingħajr ma kellu l-ebda mandat la mill-parliamentary group, la mill-eżekuttiv u lanqas mingħand ħadd, ta' bully li hu - dan kien qed jiġġieled max-xejn għax jiena ma kontx hemm; illum hawn qiegħed u issa naraw kemm se jaħrab minn dawn l- affarijiet - mar hemmhekk u lin-nies qalilhom: Mintoff huwa traditur ta' Malta u traditur tal-partit.", "U x'raġunijiet ta?", "Għax jien ivvotajt kontra l-programm tal-partit.", "Imma f'dan il-programm tal-partit, fil-programm tal- Prim Ministru, tiegħi u ta' min tkellem s'issa, qegħdin ngħidu li l- mollijiet se nagħtuhom għal 99 sena?", "Hemm xi ħaġa f'dan is-sens fil- programm?", "Forsi fil-programm tal-partit qegħdin ngħidu wkoll li n-nies mhux se jkunu jistgħu jmorru hemmhekk jew inkella jridu jitolbu permess lil xi ditta?", "Imma x'qal iktar importanti minn hekk?", "L-ewwelnett daħħlu lil-Libjani bħal Pilatu fil-Kredu.", "Huwa qal: Mintoff ma kellu l-ebda dritt imur jitkellem il-Libja għan-nom tal-Partit Laburista, tal-Partit Nazzjonalista jew ta' xi ħadd.", "L-ewwelnett dan imissu staqsa lili.", "Imissu staqsieni xi tlajt nagħmel il-Libja u mhux jitbaxxa daqstant illi jmur jistaqsi lil- Libjani x'mort nagħmel il-Libja.", "U jekk il-Libjani ma jaqblilhomx jgħidulu x'mort nagħmel, kif se jkollu sodisfazzjon?", "Mela sal-lum għadu ma staqsiniex x'mort nagħmel il-Libja u kkundanani!", "Huwa għajjarni traditur ta' Malta, u jiena nistaqsih: Min hu t-traditur ta' Malta?", "Jiena li qatt ma ħbejt xejn lil Malta, jew hu li jgħid dawn l-affarijiet kollha mingħajr ma jaf xejn?!", "Il-bieraħ irranġaha u qal li jiena kelli d-dmir ngħidilhom x'mort nagħmel.", "Imma jien ngħidlu: Lil min kelli nkellem?", "Meta ridt inkellem lil George Vella fuq affarijiet esteri, ma ġiex.", "Allura lil min se nkellem?", "Lil min ridt inkellem kieku ridt ngħidilhom?", "Issa jiena ma kienx hemm għalfejn ngħidilhom għaliex jiena m'għamilt xejn kontra Malta u 'l quddiem nurih kemm ħdimt għal Malta meta kont hemmhekk u nħammarlu wiċċu.", "GĦaliex jiena mhux għalija ħdimt imma għal Malta.", "Imbagħad nurih min ittradieha lil Malta jekk hux hu jew jien.", "Imma dakinhar mhux hu biss daħħal lil-Libjani fin-nofs, imma qablu daħħalhom fin-nofs ukoll - u hawn fejn iddispjaċieni l-aktar - il-Ministru tat-Turiżmu.", "Din id-darba naħseb li poġġejtha eżatt għaliex illum tant nitfixkel min jikkmanda - għax għalija jikkmanda kollox il-Prim Ministru - li nitfixkel min hu ministru u min m'huwiex.", "Jiena l-aktar li ddispjaċieni hu li kien dan li daħħal lil- Libjani fin-nofs.", "Għaliex, safejn naf jien, il-Libjani lilu personalment ħlief ġid m'għamlulux.", "(Interruzzjonijiet) Qed tagħmel sewwa li qed tbaxxi rasek għaliex inti m'għandek l-ebda grudge kontra l-Libjani.", "(Interruzzjonijiet) Jiena naf li m'għandekx u għalhekk ma nistax nifhem kif daħħalthom fin-nofs.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex inti għidt li jiena tajt xi artijiet lil-Libjani.", "Din ma kellekx għalfejn tgħidha.", "(Interruzzjonijiet) Jiena m'iniex qed ngħidlek li għidt xi ħaġa ħażina.", "Ma noqogħdux indawru l-kliem u lanqas inħalltu l-ħass mal-qargħa bagħli.", "Din parlamentari hux, Madam Speaker?", "(Interruzzjonijiet) Jiena m'iniex qed ngħidlek x'għidt ħażin imma li għidt iżżejjed.", "Din ma kienx hemm għalfejn tgħidha, u weġġajt biha.", "GĦaliex?", "Għax il-Libjani qalu: Il- gvern ta tant artijiet lil ħaddieħor, lilna semma dan?!", "Għalhekk kellhom għalfejn iweġġgħu.", "(Interruzzjonijiet) Daqskemm tajtu artijiet!", "U ma tajtuhomx b'xejn, u lanqas aħna ma tajna artijiet lil-Libjani b'xejn!", "Jekk hawn xi ħadd li ħaseb li tajna xi ħaġa lil-Libjani b'xejn, imur jara x'għamlu bl-affarijiet li tajniehom, jara kemm ħaddmu nies, jara kemm għamlu ġid u mbagħad jara għamilniex sewwa jew le.", "Allura ma nafx kif dan daħħalhom f'dan l-argument.", "Jiena lanqas qatt ma kelli kritika mill-Partit Nazzjonalista għaliex lil-Libjani tajthom fejn jagħmlu Moskea.", "Ara kemm huma pro-European, imma qatt ma kelli din il-kritika mingħandhom!", "Mingħandek kellha tiġi din il-kritika!", "Daħħalthom bħal Pilatu fil-Kredu!", "Ma tantx kellek xi tgħid dak inhar biex daħħalt lilhom fin-nofs!", "Imma dan ma kienx biżżejjed.", "Il-Prim Ministru, biex jara kif isib lil xi ħadd ieħor ħalli jgħinu f'din it-tbażwira kollha, daħħal fin-nofs ukoll lill-Amerikani!", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, baqagħlek biss żewġ minuti biex jiskadulek l- 40 minuta.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Dan huwa theddid li lili kieku ma kellix il-kuraġġ niġi hawn u nieqaf għal kulħadd.", "Tinsiex li dan sħabi kollha vvotawlu u qalulu ...", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja qiegħda tfakkrek li minuta u nofs oħra jgħaddulek l-40 minuta għad-dispożizzjoni tiegħek biex titkellem.", "Imbagħad trid issir mozzjoni biex tkun tista' tkompli titkellem.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jekk jgħaddu mbagħad nara kif nagħmel u nsib ħin mod ieħor.", "U, jekk jogħġbok, Madam Speaker, jekk tinterrompini aktar indumu.", "Kont qed ngħid li jiena ma nafx kif daħlu dawn l-Amerikani u naħlef li qatt ma kont naf li hemm l-Amerikani fin-nofs.", "Dakinhar fil-5.00 p.m. ċempilli n-neputi tiegħi li ilu ma jkellimni tgħidx kemm - għax dawn lil kulħadd qabbdu biex isawwatni, jekk jista' jkun anke lil tal-familja - u għalhekk kont għadni ma nafx li huwa l-perit ta' dan il-grupp li se jieħu l-kuntratt għall-mollijiet.", "Dan qalli: \"Zi, kif int\"?, u jiena għidtlu: \"Ma tafx kif jien?", "Daqqa hekk u daqqa hekk\".", "Imbagħad qalli li hu l-perit ta' dak il-grupp u jiena għidtlu: Sewwa!", "Mela agħmilli pjaċir u għidli min hu dan il-grupp.", "Għidtlu wkoll li jiena ma kontx naf li hu kien il-perit ta' dan il-grupp għaliex fuq din il-kwestjoni kien ġie jkellimni l-Perit Vella u qatt ma qalli li kien hemm xi perit ieħor.", "GĦidtlu li naħlef li ma kontx naf.", "(Interruzzjonijiet) Hekk ħsibtek.", "Allura tagħtini tort?", "Anzi jiena ġimgħa biss ili li dħalt fiha din.", "Inti għandek dritt tkun il-perit tagħhom.", "Kull ministru hawnhekk qed jagħmel private practice.", "Ħadd ma kien se jżommulek dan id-dritt.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li l-Onor.", "Mintoff ikompli jinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mintoff jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Nirringrazzjakom.", "Mela għidtlu li kien ġie jkellimni l-Perit Vella u għidtlu jgħidli min hu l-kap ta' dan il-grupp għaliex, fl- opinjoni tiegħi, qed jaqdef fil-vojt.", "Sadanittant jiena kont għadni ma nafx li se niġi hawn u ma jagħtunix ġurnata ċans.", "Meta staqsieni għaliex, għidtlu: Inti bħala l-perit tagħhom għandek x'taqsam mal-periti imma jiena qed ngħidlek biex tgħidilhom li m'huwiex fl-interess tagħhom li jagħmlu agreement li nofs Malta ma tkunx taqbel miegħu u għidtlu li jekk jistgħu jagħmlu agreement li jkollu l-backing ta' kulħadd.", "Qalli li l-kap tagħhom huwa wieħed Ġermaniż li jmexxi l-fabbrika tal-Merit.", "Jiena lanqas naf x'jismu u jekk jidhirx bħala shareholder jew le.", "GĦalija l-akbar ħsieb li kien hemm xi Amerikan u ridt infixklu!", "Anzi jien ridt ngħinhom għaliex ridt li jekk jista' jkun jintlaħaq ftehim ħalli l-proġett jimxi 'l quddiem.", "Għaliex?", "Għaliex jien kont konvint li l-gvern mhux veru għamel ħiltu biex iġib l-aħjar terms għan-nies tal-Kottonera u l-prova ta' dan ġiet l-għada meta l-Ministru tat-Turiżmu ġie għandi u qalli li l-kumpannija li ħadet l- iżbrigu biex tmexxi dawn il-mollijiet aċċettat li tagħmel emenda fil- kuntratt.", "Imma mhux hekk biss, għaliex il-kumpannija lanqas kellha ċans tiltaqa'.", "Fil-fatt, jekk naraw l-emenda tal-kuntratt li għandna quddiemna nsibu li dawn ma laqqgħux lix-shareholders l-oħrajn u għamlu verbal minute.", "Mela dawn ftiehmu bil-fomm.", "Issa kemm din hija xi ħaġa legali ma nafx, imma din hija kwestjoni tagħkom.", "(Interruzzjonijiet) Għalfejn kien hemm din l-għaġġla kollha.", "Fuq il- kuxjenza tagħkom ir-raġuni għaliex għandkom din l-għaġġla u għalfejn tridu tagħmlu kollox f'ġurnata wara li ilkom is-snin dragging your feet.", "Jekk naraw il-minuta li hemm fil-kuntratt fejn qed jgħidu li l-kumpannija aċċettat din l-emenda, insibu li dawn lil sħabhom ikkonsultawhom verbally u refgħu r-responsabbilta` fuq daharhom.", "Din żgur li ma kenitx xi ħaġa li qajmuha huma.", "Kieku kif f'daqqa waħda din il-kumpanniija aċċettat li jsir dan?", "Allura jiena nistaqsi: Kieku jiena ma kellix il-kuraġġ niġi hawn u ngħid lill-gvern li m'iniex se nivvota favur x'kien jiġri?", "Kieku l- kumpannija lanqas din l-emenda ma kienet tagħmel.", "Għaliex qed ngħid dan?", "L-ewwelnett jiena għadni nemmen - u meta niġu għall-mozzjoni vera naraw kemm hemm sinċerita' min-naħa ta' l-oħrajn - li l-gvern Amerikan ma daħal xejn f'din.", "Tant hu hekk li meta marru jistaqsu lill-ambaxxata, ir- risposta kienet \"No comment\".", "GĦaliex?", "Mela l-ambaxxati se jindaħlu jew jippressawna biex ħaġa ssir jew le?", "Allaħares naslu s'hawn!", "Mela l- ambaxxati jikkmandaw fejn isir l-investiment?", "Il-gvern tagħhom jikkmanda - u kif! - imma dment li jrid jibqa' ħabib ma' Iżrael qatt m'hu se jiftaħ il- vit hawnhekk ħlief xi qatra 'l hawn u 'l hemm.", "Din bħal meta saret il- gidba l-oħra li fi żmienna qatt ma kellna għajnuna Amerikana.", "Dan m'hu veru xejn.", "Din kienet gidba faħxija għaliex fi żmienna jien żammejt l- armata b'equipment Amerikan u b'xejn jew bis-soldi.", "Allura m'hu veru xejn li mill-Amerika ma ġie xejn; dak li ġie ġie direttament mingħand il-gvern.", "Dawn huma ħmerijiet li ma jitwemnux.", "Allura kif jasal għall-konklużjoni u jgħid quddiem in-nies tal-Kottonera - naturalment ma kienx qed jgħid għan- Nazzjonalisti li ma jridux li jkun hawn investiment Amerikan, għax lil dawn ħadd qatt m'akkużahom li ma jridux investiment Amerikan imma kien qed jgħid għalija, kien qed jakkuża lili - li jien tant nobgħod lill-Amerikani li lanqas flushom ma rrid hawn Malta?", "Tridx Uncle Sam jibgħat ¥1 biljun u nqassmuhom bieb bieb!", "Mela le!", "Basta ma jitlobniex li nagħtuh Malta b'xejn.", "U jeħtieġ li din naqtgħulha rasha darba għal dejjem.", "Min daħħal lill-gvern Amerikan daħħlu għaliex m'huwiex kapaċi jiġġieled waħdu u jrid lil xi ħadd jgħinu.", "S'issa dan dejjem ikkommetta lill-partit qabel ma staqsieh, u l-partit ma qallux le għaliex il-partit ma jridx li jsiru elezzjonijiet ġodda.", "Il-partit jaf li jista' jkompli fil-gvern jekk ikun hemm ftehim dwar x'għandu jsir minn issa sa elezzjoni oħra u mhux naqbdu u npoġġu l-affarijiet u ngħidu li dan huwa l-programm.", "Għaliex issa qam dan kollu?", "Għaliex dan il-Prim Ministru huwa committed fuq ħafna affarijiet.", "Il-bieraħ semma li għandu l-programm tal-Gran Mastri.", "Jien li naf huwa li meta tkellem ma' ħaddieħor fuq dan, qallu li din hija speċi ta' ambaxxata kbira.", "X'jiġifieri?", "Mela hawn xi ħadd li jagħti Sant'Anġlu sħiħ bħala ambaxxata?", "U dan qal li kollox lest!", "Allura se nerġgħu niġu f'dan il-Parlament u ngħidu li lill-Gran Mastri se nagħtuhom \"hekk, hekk u hekk\" mingħajr ma ...", "Hawn fejn tidħol ir- responsabbilta' tiegħi, u mhux billi mar hemmhekk u xewwex lin-nies kontra tiegħi.", "Ħaseb li n-nies se jemmnu lilu u mhux lili.", "Issa naraw lil min jemmnu 'l quddiem!", "(Interruzzjonijiet) Jien għadni fil-partit.", "Agħtini ċ- ċans li kellek inti; agħtini l-equipment tal-partit ħalli mmur inkellimhom.", "Imma anke fl-elezzjoni l-oħra, kieku ma ġegħltekx jien bilfors li nitkellmu fid-distrett, ma kontx tħallini nitkellem.", "Mela ejja ma nilagħbux bil-kliem.", "Jiena llejla ġejt biex nuri l-falsita'.", "Kieku jiena ridt inwaqqa' lill-gvern, għandi d-dritt inwaqqgħu u m'huwiex se jiċħaduli.", "U jkun qed jagħmel breach of privilege jekk imur il-Birgu u jgħajjarni traditur u ħafna minn dawn l-affarijiet biex jiena nibża'.", "Jiena tgħidx kemm ċempluli nies jibku d-dar għax emmnuh li jiena rrid inwaqqa' lill- gvern.", "Fejn jobsru illi l-leader tal-partit se jmur jigdeb kontra tiegħi?", "Min jobsorha din fid-dinja?", "Tgħidx kemm bkew, u għadhom jibku s'issa għaliex għadhom ma semgħunix.", "Imma kif tridhom jisimgħuni meta kulħadd f'daqqa immobilizza kollox mingħajr iċ-ċans li nitniffes?", "Mela din ta' l- Amerikani kienet gidba oħra.", "Niġu issa għal-Libjani.", "Jiena mhux biss smajt li dawn ħadu għalihom - kemm hu veru ma nafx għaliex kollox mistur u addio transparency u mhux transparency, imma se ngħidha minn qabel biex żgur għada ma jwaħħalx fija li mort għidtilhom jien biex jagħmlu dan - talli kienu lesti biex jiffirmaw għal 5% mix-shares tal- Maltacom u reba' bdielhom.", "Nerġa' ngħid, jiena ma nafx dan huwiex veru u ma nafx jekk s'issa iffirmawhomx.", "Qed ngħid biss xi smajt imma nispera f'Alla li m'huwiex hekk.", "U kont inkun redikolu kieku mmur ngħid lil- Libjani biex ma jinvestux fil-Maltacom meta jien stess diġa' mlejt il- formola biex ninvesti fil-Maltacom.", "Dan qed ngħidu biex naraw il-kwalita' ta' ġenn li għaddej u biex nuri kemm m'hemmx serjeta'.", "Rigward ir-riżenja tiegħi jiena m'iniex se nitkellem illum imma wara li nkun naf x'se tagħmlu fuq il-mozzjoni.", "Imma minn issa ngħid li trid tkun miġnun biex taħseb illi għaliex se tmur fid-distrett tiegħi u tgħid dan il- ħafna gideb, allura jien se nibża' u naqbad u nirriżenja.", "Kieku dakinhar jiena rriżenjajt minflok ivvotajt kontra, allura l-mozzjoni ma kenitx tgħaddi u inti, Madam Speaker, ma kien ikollok l-ebda dritt tivvotta favur il-gvern jekk jiena nkun rriżenjajt fuq il-fatt li ma naqbilx.", "Allura fuqiex triduni nirriżenja?", "Nigdeb?", "Ngħid li jien marid?", "Ngħid li bżajt minn Alfred Sant?", "Intom triduni nigdeb?", "Mela meta dan qal li jien għandi nirriżenja u fl-istess ħin qal li dan il-proġett irid isir malajr ....", "Imma kif tista' tgħid li tridni nirriżenja u li trid li l-proġett isir malajr?", "Liema waħda trid?", "Għax jekk jiena nirriżenja inti trid itella' lil xi ħadd ieħor floki.", "U ma tafx dan ħaddieħor x'se jagħmel, u mhux hekk biss.", "Inti ma tafx lanqas għada x'se jagħmlu dawk li inti stess għidtilna- għalkemm jien ma nafx inti x'taf għaliex l-ewwel titfa' u mbagħad naraw - li qed inawru minn taħt u ma jgħidulekx.", "Fejn taf x'se jagħmlu għada dawn jekk tibqa' sejjer hekk?", "Għaliex ma tarax għalfejn qed inawru minn taħt, jekk verament qed inawru minn taħt?", "Imma nerġa' ngħid, dan inti qed tgħidu; jien ma naf li qed inawwar ħadd minn taħt.", "Anzi nista' ngħid li lil kull min minnhom jiġi jgħidli: Din għaliex qed terfagħha waħdek?, jien ngħidlu: Għax m'għandix bżonnok.", "Din kapaċi nerfagħha waħdi fil- Parlament.", "U ġejt hawn, qed nerfagħha u nkompli niġġelidha u kieku għidt lil xi ħadd ieħor kien jakkużana li rridu nkissru lill-partit it-tnejn.", "U ara ma jaħsibx li m'hemmx min hu mdejjaq.", "Jien m'iniex imdejjaq.", "Biex irrid inkun imdejjaq?", "Jien għidtlu lil jekk jagħmel l-affarijiet ħżiena, jiġi hawn u nwaqqagħhomlu.", "Daqshekk għidtlu, u m'għandix dwejjaq.", "Id- dwejjaq tiegħi huwa jekk nimrad, imma dan għal kulħadd l-istess għaliex ħadd ma jieħu pjaċir jimrad.", "Dan qed ngħidu biex inkunu nafu fejn aħna lkoll.", "Jien ma mort infesfes f'widnejn ħadd u li għamilt għamiltu bil- miftuħ.", "Jekk jien kont kontra d-deċiżjoni li ħa hu fil-kwestjoni tal- kunsilli lokali - l-aktar deċiżjoni stramba u li ma tiswiex li qatt kien hawn fid-dinja - jafu kulħadd.", "Jekk ma qbiltx mal-programm elettorali tiegħu taf il-Kottonera kollha għaliex jiena fuq programm ieħor tlajt u hu aċċetta li nitla' hekk.", "Mela min qed jitradixxi lil min?", "Imma minflok dan għamel id-dmir tiegħu u qalli biex naraw kif l-affarijiet nistgħu nlaqqgħuhom flimkien, għamilha ċara mill-bidu nett li żgur mhu se jħallini nindaħal f'xejn, qisu jien ma neżistix.", "Dan m'iniex qed ngħidu għaliex jiena rrid xi ħaġa.", "Nista' ngħidlu minn hawn li jiena qatt ma ridt xejn mingħand ħadd, aħseb u ara mingħandu.", "Jien qatt ma tlabtu xejn, la biex insir ministru u lanqas biex insir president.", "U jekk qed nigdeb iqum u jgiddibni.", "Imma mbagħad ngħidlu li hu l-giddieb għax jiena qatt ma tlabtu xejn.", "Lanqas qatt m'għidt lil xi ħadd li rrid nerġa' nsir prim ministru.", "Mela jien miġnun!", "Ngħin iva għax dik is-saħħa li għandi, imma ma rridx li nerġa' nilħaq prim ministru.", "Dan kulħadd jafu imma hu għadu jibża' li forsi neħodlu postu.", "Issa ħalli nkomplu, Madam Speaker.", "X'ġara?", "Ġejna filgħaxija - din l- iktar waħda kerha u iebsa - u jiena bdejt ngħid: Imma x'inhi r-raġuni li l- oppożizzjoni qiegħda ttawwal is-seduta kemm tiflaħ u se niġu għall-vot u se ndumu ntawlu tgħidx kemm?", "Ma kontx intbaħt li l-Onor.", "John Dalli ma kienx hawn u li n-naħa tagħna kienu qegħdin jistrieħu fuq il-fatt li m'huwiex ġej u allura l-oppożizzjoni ma tgħajjatx division u jien nibqa' waħdi u ngħajjatha jien.", "Allura riedu jgħaġġlu kemm jifilħu imma mbagħad l-Onor.", "Dalli laħaq ġie.", "Din hi l-amministrazzjoni moderna li għandu l-partit!", "Ara dakinhar kienu jaċċettaw li ndumu nitkellmu ġurnata oħra!", "Imma jiena fejn kont naf li kienu qegħdin jistrieħu fuq il-fatt li membru ma jkunx ġej u allura din tgħaddi mill-Parlament?", "Kieku xi ħadd qalli li se jiġri hekk kont nara nsibx mezz ieħor kif nirranġaw l-affarijiet imma lili ħadd ma kellimni u allura mxejt waħdi.", "La kont konfoffa ma' dawk u lanqas konfoffa magħkom.", "Ma kont konfoffa ma' ħadd, u għandi pjaċir ngħidu dan u ferħan li kont waħdi u s'issa għadni waħdi.", "Imma jiena konvint li biż-żmien intom ilkoll ta' din in-naħa tiġu miegħi.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja tirriżerva d-dritt li teżamina dan il-każ aktar tard.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nixtieq nagħmel spjegazzjoni personali, Madam Speaker.", "L-ewwelnett fejn l-Onor.", "Mintoff qal li jiena ma nformajtux li dakinhar wara s-seduta kien se jkun hemm laqgħa tal-grupp parlamentari, fuq ir- responsabbilta' tiegħi ngħid illi jiena għidt lil kull min kien fuq din in- naħa li kien se jkun hemm din il-laqgħa, bdejt minn dik in-naħa tal-bank u bqajt sejjer in-naħa l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Iva, lil kulħadd għidt!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mintoff, poġġi bil-qiegħda.", "Kulħadd għandu d-dritt jagħti l-verżjoni tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ħalli nkompli bil-personal explanation, Madam Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Iva, il-verita' qed ngħid.", "Meta mbagħad għidtlu li nhar il-Ġimgħa se jkollna l-Parlament u se jkollna seduta twila, huwa qalli li għandu appuntament li ilu ffissat ħafna u allura m'huwiex possibbli illi jħassru imma se jinformani aktar 'il quddiem jekk ikunx jista' jirranġa.", "Jiena għidtlu li s-seduta se jkollna nagħmluha għaliex ma nistgħux nagħmlu mod ieħor.", "GĦal xi raġuni jew oħra l-appuntament jew ma żammux jew ma nafx imma ġejt informat illi t-Tnejn u t-Tlieta tal-ġimgħa ta' wara huwa kellu appuntament u se jkollu jsiefer u ma jafx jiġix.", "U lili nformani - u mhux talabni - illi se jkollu jsiefer.", "Jiena għidtlu li se jkollna s-seduti u li se niddiskutu xi liġijiet li se jkun hemm bżonn il-vot fuqhom.", "Hu qalli: Imma jiena ma nistax niġi, u qalli wkoll biex inressqu xi items li m'huwiex se jittieħed vot fuqhom.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, jekk jogħġbok, m'hemmx iżjed interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena għidtlu li ma nistgħux nagħmlu mod ieħor għax konna marbutin.", "Din hija l-verita', u dan qed ngħidu bl-akbar responsabbilta' u m'għandniex indawru l-kliem!", "Nerġa' ntenni, huwa qalli: Jiena sejjer, imma mhux imbagħad fil-gazzetta jgħidu li dakinhar jiena ma ġejtx għaliex kien hemm xi vot jew xi ħaġa!", "Jiena erġajt għidtlu: Jiena se jkolli nagħmel seduta bilfors u se niddiskutu dawn l-items għaliex ma nistax naħrab minnhom.", "U għidtlu wkoll li se jittieħed vot.", "Din hi s- sitwazzjoni, u meta ġejt mistoqsi minn gazzetta ta' l-oppożizzjoni jekk il- perit Mintoff lili qallix li se jsiefer, għidt: Iva, qalli.", "Fil-fatt huwa informani imma jiena ma approvajtlux u m'għidtlux biex jitlaq.", "Imma huwa qalli li għandu appuntament u ma jistax jagħmel mod ieħor.", "Din hi s- sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Allura tort tiegħi li ma kontx hawn?", "MADAM SPEAKER: Dik kienet personal explanation.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mintoff, jekk jogħġbok bil-qegħda.", "L-Onor.", "Fenech Adami.", "AĠĠORNAMENT TAL-KAMRA TAĦT L-ORDNI PERMANENTI 13", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jidhirli li dan huwa l-mument biex inressaq mozzjoni skond l-iStanding Order 13 biex issir diskussjoni fuq ħaġa definita ta' importanza pubblika urġenti.", "Madam Speaker, kif kellna l-okkażjoni nisimgħu mill-intervent ta' l-Onor.", "Mintoff, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar it-Tlieta li għaddew ...", "(Interruzzjonijiet) Skużawni, ridt ngħid il-Prim Ministru Alfred Sant.", "(Agħjat) Nitlob maħfra.", "(Interruzzjonijiet) Issa mmur il-Birgu jien ukoll kif mort tliet Sibtijiet ilu ma' numru ta' żgħażagħ u kellna gwida jispjegalna dak kollu li hemm fuq il-moll, rajna l-bini fuq il-moll, dħalna fil-Mużew Marittimu u dorna mal-Birgu.", "Illum inzertajt nista' nitkellem fuq din il-mozzjoni li għandna quddiemna mhux biss għall-fatt li kont hemmhekk u apprezzajt x'ifisser il-Birgu imma wkoll għaliex in-nannu tiegħi huwa mill-Birgu u bħala tifel żgħir jiena għal snin twal kont immur miegħu għall-festa ta' San Lawrenz, imma dan m'għandux x'jaqsam.", "MADAM SPEAKER: Onor. Fenech Adami, ejja għall-mozzjoni defnita ta' importanza pubblika urġenti li qed tipproponi.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, fid-9 ta' Ġunju l-Prim Ministru mar il-Birgu fejn suppost kellu jagħti konferenza stampa imma minflok għamel mass meeting.", "Fid-diskors li għamel hemmhekk, li parti minnu ġie ripetut il-bieraħ f'Bormla, għamel dikjarazzjonijiet li huma ta' importanza kbira għal dan il-pajjiż.", "Il-Prim Ministru fil-Birgu għamel dikjarazzjoni fejn qal:", "\"Il-Parlament dejjem jitmexxa skond min ikollu l-maġġoranza tal-voti fil-Parlament.\".", "Naturalment din hija xi ħaġa li jafha kulħadd pero' mbagħad kompla jgħid li l-affarijiet ġraw kif ġraw minn Novembru 'l hawn b'mod ippjanat, b'mod maħsub u b'mod ikkalkolat biex din il-maġġoranza ma tibqax sħiħa.", "Kompla jgħid:", "\"Jiena responsabbli biex dik il-maġġoranza tinżamm flimkien imma m'iniex qed inżommha flimkien.\".", "Din hija dikjarazzjoni fejn il-Prim Ministru ta' dan il-pajjiż qed jgħid li m'huwiex iktar appoġġjat mill-maġġoranza ta' dan il-Parlament, u dan mhux fuq il-kwestjoni tal-mozzjoni tal-Kottonera li għandna quddiemna.", "Fil- fatt huwa qal li bħala Prim Ministru kien qed jirriżultalu li minn Novembru 'l hawn l-affarijiet ġraw kif ġraw - nerġa' ngħid il-kliem preċiż li uża - b'mod ippjanat, b'mod maħsub u b'mod ikkalkolat u wasslu għal sitwazzjoni fejn huwa m'għandux maġġoranza.", "Mid-dibattiti li saru f'dan il-Parlament, mill-kitbiet li saru u dikjarazzjonijiet li saru kemm fil-Parlament u kemm barra, huwa magħruf li l-Prim Ministru m'għandux l-appoġġ tal-maġġoranza ta' dan il-Parlament għar-rigward tal-politika estera tiegħu b'mod partikolari fir-relazzjonijiet ma' l-Ewropa; il-Prim Ministru m'għandux l- appoġġ tal-maġġoranza ta' dan il-Parlament fuq il-politika fiskali tiegħu; il-Prim Ministru m'għandux l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Parlament dwar il- miżuri li ħa tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.", "Allura ma ssorprendejt ruħi xejn li finalment huwa rrikonoxxa dan l-istat ta' fatt imma rrid ngħid, Madam Speaker, li l-kriżi ħoloqha huwa għax hekk għażel li jagħmel b'dawn id-dikjarazzjonijiet u qed ngħid li din hija materja urġenti u importanti għaliex dan l-istat ta' fatt xeħet lil pajjiżna f'sitwazzjoni intollerabbli.", "Dan il-pajjiż ma jistax jgħix f'din l-inċertezza ta' prim ministru li jgħid li m'għandux iktar l-appoġġ tal-maġġoranza u ta' prim ministru li jsejjaħ lil sħabu biex jagħmlu ieħor floku u sħabu jgħidulu li m'hemmx ieħor floku u ma jiġbidtx il-konsegwenzi loġiċi u demokratiċi ta' din is-sitwazzjoni.", "Skond l-Ordni Permanenti Nru. 13 suppost li jiena nagħmel dikjarazzjoni bil-miktub li ppreparajt u se naqraha:", "\"Il-Kamra għandha taġġorna biex tiddiskuti l-kriżi politika li ħoloq il-Prim Ministru Dr Alfred Sant bid-dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamel fid-9 ta' Ġunju, 1998 fil-Birgu.", "Il-Prim Ministru stqarr tajjeb li \"l-Parlament jitmexxa skond min ikollu l-maġġoranza tal-voti fil-Parlament\" u żied illi \"nirrikonoxxi li l-affarijiet ġraw kif ġraw minn Novembru 'l hawn b'mod ippjanat, b'mod maħsub, b'mod ikkalkolat biex dik il-maġġoranza ma tibqax sħiħa\" u kkonkluda li \"Jien responsabbli biex dik il-maġġoranza tinżamm flimkien imma m'iniex qed inżommha flimkien.\".", "L-unika konsegwenza loġika tad-diskors tal-Prim Ministru hi li joffri immedjatament ir-riżenja tiegħu lill-President ta' Malta.\".", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, din in-naħa tal-Kamra qiegħda tissuġġerixxi li ma nimxux fuq is-suġġeriment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Aħna nirrikonoxxu li hawn kriżi politika fil-pajjiż imma din m'hijiex ikkawżata mill-kliem li ċċita l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li wara kollox qalhom hu stess dak inhar filgħaxija - imma hija ċċitata minn stat ta' fatt ta' x'jiġri f'dan il-Parlament.", "Din in-naħa tal-Kamra qiegħda tipproponi l- mozzjoni li jmiss, jiġifieri r-riżoluzzjoni dwar il-baċiri u l-yacht marina fil-Birgu u d-diskussjoni fuqha se tkun ippreżentata u meħuda minn din in- naħa tal-Kamra bħala vot ta' fiduċja fil-Gvern Laburista.", "Allura minnufih il-punt ta' kriżi politika jista' jiġi diskuss minn dak l-angolu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, dan li qal il-Prim Ministru jikkonferma li l-materja li jiena qed ngħid li għandha tiġi diskussa issa hija materja ta' importanza pubblika urġenti.", "Jiena lest nerġa' nitkellem fuq il-mozzjoni li reġgħet tressqet quddiemna fil-Parlament.", "Fil-fatt fil- laqgħa tal-house business committee li għadha kemm saret aħna nformajna li min-naħa tagħna m'għandniex għalfejn intawlu fuq din il-mozzjoni.", "Imma din il-mozzjoni m'għandha x'taqsam xejn ma' l-istat ta' fatt li l-Prim Ministru ddeskriva li ilu jeżisti u qed jirrikonoxxi li ilu jeżisti almenu minn Novembru tas-sena l-oħra.", "Din hija sitwazzjoni intollerabbli u m'għandha x'taqsam xejn mal-mozzjoni li se niddiskutu għax din il-mozzjoni se niddiskutuha fuq il-merti tagħha mill-ġdid.", "Il-pożizzjoni ta' l- oppożizzjoni hija magħrufa u nerġgħu nirribaduha.", "Nista' ngħid minn issa li aħna m'aħniex se nivvotaw favur il-mozzjoni kif inhi għaliex ma naqblux li l-mollijiet tal-Birgu - mhux xi bini ieħor, mhux xi art biex tinbena, mhux xi art biex isir car park - għandhom jingħataw bi proprjeta' privata għal 99 sena imma rridu li jibqgħu proprjeta' tal-poplu Malti.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-gvern iddeċieda li niddiskutu dik il-mozzjoni, aħna qegħdin hawn biex nerġgħu niddiskutuha imma issa l-pożizzjoni hija li pajjiżna għaddej minn kriżi li sejħilha, riedha u fetaħha l-Prim Ministru u ma jistax ikun li dan il-pajjiż inħalluh miexi bl-addoċċ mingħajr ma nkunu nafu x'inhi l-pożizzjoni tal-Prim Ministru.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-kriżi li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni minnufih tirriżolvi ruħha fil-proposta li qiegħda tagħmel in-naħa tal-gvern li niddiskutu l-mozzjoni li jmiss fuq bażi ta' vot ta' fiduċja.", "Is- suġġeriment tagħna huwa li nimxu minnufih fuq is-suġġeriment li mmexxu din il-mozzjoni 'l quddiem.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jiena segwejt id-diskorsi kollha li għamel il-Prim Ministru dan l-aħħar.", "Dawn id-diskorsi kienu ppernjati fuq jekk dan il-proġett huwiex proġett ta' fejda għall-Kottonera.", "Niddikjara li l-oppożizzjoni hija favur li jsir il-proġett tal-Kottonera.", "(Interruzzjonijiet) M'aħniex favur li l-mollijiet jingħataw b'ċens u ma naqblux mal-kondizzjonijiet għaliex kif qal tajjeb l-Onor.", "Mintoff jidher li l-gvern ma kienx kapaċi jiddiskuti u jġib l-aħjar kondizzjonijiet.", "Pero' hija għażla tal-Prim Ministru li jħawwad ħaġa ma' oħra.", "Jekk il-Prim Ministru jagħżel li jorbot il-pożizzjoni tiegħu li hu stess qed jgħid li m'hijiex iktar demokratika mal-proġett tax-xatt tal-Kottonera, naħseb li l- poplu tagħna jifhem min ma jridx li jsir il-proġett tal-Kottonera.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Għadu kemm sar kumment, Madam Speaker, li m'għandniex inħalltu ħaġa ma' oħra, u m'għandniex inħalltu ħaġa ma' oħra.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mmotiva l-mozzjoni li qiegħed jagħmel fuq xi sitwazzjoni li f'dan il-Parlament m'hawnx maġġoranza parlamentari, u semma tliet affarijiet.", "Semma r-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, semma l- politika fiskali u semma mozzjoni li m'għandha x'taqsam xejn ma' fiduċja.", "Peress li ma tridx tkun għaref ħafna biex tifhem li meta semma r- relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea u l-politika fiskali kien qed jirriferi għall-kummenti li nagħmel jien, għal artikli li nikteb jien u għal affarijiet li ngħid jien biex noffri alternattivi fid-diskussjoni fil- partit tiegħi stess, u peress li huwa ċar li qed jagħmel hekk, irrid nerġa' nirripeti hawnhekk li m'hemm l-ebda dubju li l-vot tiegħi fuq dawn l- affarijiet huwa mal-gvern għaliex jiena deputat tal-gvern u l-vot tiegħi huwa mal-gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "GĦar-rigward tar-riferenza għall-mozzjoni attwali li għandna quddiemna, din il-mozzjoni tirrigwarda xi ħaġa partikolari u ta' interess kbir.", "Din hija mozzjoni li tikkonċerna lill-Kottonera, hija mozzjoni li tikkonċerna lil Malta.", "Saru diversi kummenti fuqha u anke jien ikkummentajt u għamilt mistoqsijiet fuqha, imma din m'hijiex kwestjoni ta' fiduċja.", "Min-naħa l- oħra jekk kemm-il darba f'dan il-Parlament għada kemm saret id- dikjarazzjoni li għandna nimxu fuqha u wieħed jara fejn qiegħed, allura wieħed irid jimxi fuqha u jara fejn qiegħed.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li fuq dik il-mozzjoni bħala kwestjoni ta' fiduċja l-oppożizzjoni m'hijiex se titpaxxa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Meta jiena għidt li jirriżulta li m'hawnx maġġoranza li taqbel mal-politika tal-gvern, naturalment kont qed ninkludi lil kulħadd; l-Onor.", "Spiteri m'għandux iqis li huwa biss jitkellem kontra l- politika tal-gvern u se jibqa' jivvota favur il-gvern.", "Jiena m'għandi l- ebda dubju dwar dan u din hija affari tiegħu, pero' f'dan il-Parlament u barra dan il-Parlament saru dikjarazzjonijiet minn deputati oħra fejn qalu li ma jaqblux mal-politika tal-gvern fejn tidħol l-Unjoni Ewropea, il- politika estera u l-politika fiskali.", "U t-tariffi u l-kontijiet ta' l-ilma u d-dawl huma parti mill-politika fiskali tal-gvern.", "Huwa veru li l-Onor.", "Spiteri għamel kummenti anke fuq din il-mozzjoni, u jiena qrajtu l-artiklu tiegħu fejn qal li ma jifhimx għaliex l-ewwel konsorzju ġie eliminat u se jieħu l-kuntratt it-tieni konsorzju.", "F'dan l-artiklu huwa esprima wkoll li ma jafx biżżejjed fuqha u jiena wkoll ma nafx biżżejjed.", "Dan il-punt it- tnejn qajjimnih pero' naħseb li aħjar noqogħdu għall-fatti.", "Jiena qed nagħmel talba biex il-Kamra taġġorna taħt l-Ordni Permanenti 13 u tiddeċiedi s-Sinjorija Tiegħek, Madam Speaker, jekk din taqax fil- parametri ta' dik l-Ordni Permanenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jien naħseb li għandi d-dritt nitkellem fuq din.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, qegħdin nitkellmu fuq it-talba ta' l-Onor.", "Fenech Adami ħalli l-Kamra taġġorna skond l-iStanding Order 13.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mhux fuq din qed nitkellem jiena!", "Madam Speaker, jekk jogħġbok, tinterrompinix għal xejn.", "Jiena għandi d-dritt nitkellem fuq din għaliex issa qed jingħad li jiena tkellimt dwar il-budget, qed jingħad li jiena tkellimt dwar il-politika Ewropea - u dawn huma fatti u għamilthom quddiem kulħadd - pero' m'iniex jiena li qiegħed nagħżel it- triq tal-fiduċja u mhux fiduċja.", "Jiena qed niġi mwarrab ħalli l-partit ma jkunx jaf x'inhuma l-veduti tiegħi, x'qed nagħmel u x'inhuma l- alternattivi.", "Dan huwa ħażina u ma jnissillix fiduċja fil-gvern.", "Illum diġa' għidt li ma rridx nisfiduċja lill-gvern għaliex ma rridx li nkun jien li nkun responsabbli li mmorru għall-elezzjonijiet.", "Din hija responsabbilta' ta' min qed ikompli jgħaddas rasu u jaf li f'ċerti affarijiet ma naqblux miegħu imma lanqas biss irid jisma'.", "Dan hu li qed ngħid jiena.", "Allura biex nuri li ma rridx inwaqqa' lill-gvern illum m'iniex se nivvota ma' l-oppożizzjoni imma jekk se nibqgħu sejrin b'din ikolli nagħżel x'inhuwa l-interess nazzjonali u x'inhuwa l-interess tal- partit mill-interess personali tal-Prim Ministru.", "U jekk niġi biex nagħżel irrid nagħżel b'kuxjenza safja.", "Bħalma għidtilkom id-darba l-oħra, sal-lum nista' ngħid li jiena la se nirriżenja għax jekk nirriżenja l-gvern xorta jaqa' u lanqas se nivvota ma' l-oppożizzjoni.", "Imma lanqas se naċċetta li tagħmlu kondizzjonijiet li m'humiex fil-programm u tippretendu li nivvota fuqhom.", "Dan qed ngħidu biex inkunu ċari ħalli għada ma jkunx hawn xi ħadd li jgħid li ma kienx jaf li se nagħmel hekk u li se noqgħod nilgħab, daqqa iva u daqqa le.", "M'iniex se nivvota favur din il-mozzjoni.", "U m'iniex se nivvota favur għaliex nemmen li l-partit għandu triq oħra, nemmen li l-partit jista' jibqa' fil-gvern, nemmen li nistgħu nsibu soluzzjonijiet li huma tajbin għal kulħadd u nemmen li m'għandniex għalfejn nimxu fit-triqat ħżiena li qbadna u li għandna noħorġu minnhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, fuq il-punt sollevat mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni, nerġa' ntenni li l-proposta tal-gvern li niddiskutu minnufih il-mozzjoni li għandna quddiemna dwar il-yacht marina tal-Birgu tiffittja eżattament il-problemi u l-concerns li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Oppożizzjoni tinsisti li s-Sedja tikkonsidra t-talba għall-iStanding Order 13?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iva, jiena ninsisti li din hija materja li għandha tiġi diskussa issa.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża.", "Fit-8.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-8.57 p.m. meta Madam Speaker tat dan ir-ruling:", "RULING", "Is-Sedja kkonsidrat it-talba tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex il-Kamra tissospendi x-xogħol tagħha ħalli tiddiskuti l-materja msemmija fid- dikjarazzjoni ppreżentata minnu.", "Is-Sedja tirrileva li kull talba li titressaq skond l-Ordni Permanenti Nru. 13 teħtieġ li tissodisfa tliet rekwiżiti:", "(a) li tkun definita; (b) ta' importanza pubblika; u (ċ) urġenti.", "Fl-essenza tagħha d-dikjarazzjoni ta' l-Onor Eddie Fenech Adami, meta wieħed jikkonsidra l-aħħar sentenza li tgħid: \"L-unika konsegwenza loġika tad-diskors tal-Prim Ministru hi li joffri immedjatament ir-riżenja tiegħu lill-President ta' Malta\", mhi xejn għajr talba biex il-Kamra tiddiskuti mozzjoni ta' sfiduċja fil-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu.", "Bla dubju dan huwa suġġett ta' importanza pubblika.", "Rigward jekk hux materja definita, biex jissustanzja t-talba tiegħu, il- Kap ta' l-Oppożizzjoni rrikorra għal diskorsi li saru mill-Prim Ministru barra din il-Kamra, u fid-dikjarazzjoni tiegħu m'għandux definizzjoni ċara li twassal lis-Sedja li tikkonsidra bħala sodisfatt l-element ta' materja definita għajr l-iċċitar ta' diskorsi kif diġa' ntqal li saru f'fora oħra.", "Rigward urġenza, is-sitwazzjonijiet li seħħew f'dan il-Parlament, illi minnhom fihom jagħtu lok għal tħassib, għad ma immaturawx biżżejjed biex is- Sedja tista' tiddeċiedi favur l-imminenza ta' ħwejjeġ li joħolqu urġenza fil-mument tal-lum.", "Barra minn dan irid jiġi mfakkar illi l-istess dikjarazzjoni ta' l-Onor Eddie Fenech Adami qiegħda tidħol fuq l-artikoli 80 u 81 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Ukoll l-Ordni Permanenti 13 (4) jgħid illi:", "\"Ebda diskussjoni ma tista' titqanqal b'dan il-mezz dwar ħwejjeġ li jkunu avżati għad-diskussjoni jew li jkunu mniżżla bħala Ordni tal-Ġurnata jew bħala kwestjoni ta' privileġġ, jew dwar ħaġa li ma tistax tiġi diskussa ħlief wara mozzjoni speċifika.\".", "GĦaldaqstant is-Sedja, kif spjegat qabel, jidhrilha li:", "(a) fl-ewwel lok it-tliet rekwiżiti m'humiex kollha sodisfatti; u", "(b) fit-tieni lok ikkonsidrata s-serjeta' ta' din il-talba, is-Sedja ma jidhrilhiex li f'dan l-istadju għandhom jitwarrbu l-proċeduri li normalment huma rikjesti biex titressaq mozzjoni sostantiva.", "U bla dubju biex titressaq mozzjoni ta' sfiduċja li hija mozzjoni sostantiva, m'għandhiex titressaq u tiġi diskussa f'dan il-mument billi jitwarrbu l-proċeduri stabbiliti fl-Ordnijiet Permanenti.", "GĦaldaqstant it-talba hija miċħuda.", "Sar il-ħin u għaldaqstant nistieden lill-Onor.", "Mizzi biex jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 16 ta' Ġunju, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar Enfitewsi temporanja ta' mollijiet, bini u dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla lill-Port Cottonera Limited.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) – it-Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. ----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Madam Speaker, fir-rapport ta' l-Ombudsman għas- sena ta' ħidma matul l-1997 insibu rakkmandazzjonijiet lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex jaħtar kuraturi ħalli dawk il-familji li bnew djarhom taħt il-home ownership scheme ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens u familji oħrajn ikunu jistgħu jixtru darhom mingħand il-gvern.", "Dan huwa bżonn li ilu jinħass u jeħtieġ li jinstab rimedju.", "Jekk nieħdu l-area magħrufa bħala ta' Dib fil- Mosta, lokalita' fid-distrett li nirrappreżenta jiena, insibu li familji li ilhom joqogħdu hemmhekk għal snin twal għadhom taħt l-att tal-konvenju oriġinali.", "Jiġifieri għalkemm investew ġidhom kollu fid-dar, legalment din għadha m'hijiex tagħhom għax għadha fuq konvenju.", "GĦalhekk nifhem illi l- Ombudsman hawnhekk kien qed jindirizza wkoll il-problema ta' dawn in-nies.", "Jidher li l-gvern għandu wkoll problema mas-sid oriġinali fuq feles ta' art f'xi housing estate u l-familji konċernati għadhom sal-lum ibatu l- konsegwenzi.", "GĦalhekk sewwa qed jgħid l-Ombudsman li l-gvern għandu jiċċaqlaq u li l-Kummisarju ta' l-Artijiet għandu jaħtar kuraturi.", "Kif qed jgħid sieħbi l-Onor. de Marco, għandna problemi simili rigward djar fil-Belt, fuq Putirjal.", "Skond l-artiklu 10 ta' l-Ordinanza dwar l- Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi jistgħu jinħatru kuraturi biex jirrapreżentaw dawk il-persuni li ma jkunux iridu jersqu biex isir il- kuntratt.", "Aħna nafu x'jiġri fil-qorti.", "Jekk jiena jkolli kawża ma' xi ħadd fuq titolu ta' art u l-qorti taqta' s-sentenza favur tiegħi, jekk il- persuna l-oħra ma tkunx trid tersaq għall-kuntratt il-qorti taħtar kuraturi jidhru minfloku.", "Jiġifieri s-soluzzjoni hemm qiegħda.", "Nixtieq insemmi hawnhekk l-iskema tal-fidi taċ-ċens, fejn in-nies applikaw lill-Joint Office jew lill-Awtorita' tad-Djar biex ikunu jistgħu jaqilbu ċ-ċens minn wieħed temporanju għal wieħed perpetwu.", "Bi pjaċir ngħid li l-eżerċizzju tal-fidi taċ-ċens beda jsir u dawn in-nies se jintalbu biex jersqu għall-kuntratt fi żmien qasir.", "Jiġifieri minn dan il- lat sar progress ukoll.", "Din hija problema li taffetwa wkoll lil sieħbi l- Ministru Portelli li tant jagħmel xogħol fil-qasam tal-housing.", "Nixtieq pero' niġbidlu l-attenzjoni għal problema oħra.", "Qed nirriferi hawnhekk għal dawk il-190 plot li kellhom il-permessi tal- bini u li ħarġu f'Selmun fl-1980, fl-1982 u fl-1983.", "Dawn il-plots li qegħdin fuq art xagħri fil-biċċa l-kbira tagħhom inxtraw minn għarajjes jew miżżewġin friski.", "Ġara pero' li mal-bidla fil-gvern fl-1987 inbidlet l- iskema u dawn il-familji - għaliex sal-lum iżżewġu u għadhom it-tfal - għadhom jistennew li l-pożizzjoni tagħhom tiġi rimedjata.", "Issa dawn m'humiex xi spekulaturi imma huma ħaddiema li xtraw din l-art in bona fide u għalhekk irridu naraw li din il-problema tiġi solvuta.", "Huwa veru li laħqu ħarġu xi ftit permessi imma jeħtieġ li sieħbi l-Ministru Portelli jara li l-pożizzjoni ta' dawn il-familji tiġi regolata, jekk hemm bżonn anke b'riżoluzzjoni fil-Parlament.", "U din m'hijiex kwestjoni ta' Laburisti jew Nazzjonalisti.", "Dak iż-żmien dawn iż-żgħażagħ kienu xtraw dawn il-plots għal ¥1,500 jew ¥1,800 u nafu x'piżijiet qegħdin jidħlu għalihom iż- żagħżagħ illum biex jixtru plot.", "GĦalhekk dawn għandna naħsbu fuqhom u għallinqas intaffu l-problema tal-housing f'dawk l-inħawi.", "Dan huwa appell minn qalbi lil sieħbi l-Ministru Portelli.", "Nixtieq nitkellem issa dwar is-sitwazzjoni tat-toroq.", "Hawnhekk ukoll m'iniex se noqgħod ngħid li dan huwa tort tat-tali gvern jew ta' xi gvern ieħor imma s-sitwazzjoni mhi feliċi xejn.", "Jiena naf li biex nirranġaw it- toroq kollha rridu l-miljuni kbar imma nemmen li nistgħu nirrimedjaw.", "Ftit ilu jiena u sieħbi l-Onor.", "Edwin Vassallo ltqajna mal-Kunsill Lokali tal- Mosta u rajna l-problemi li hemm f'dan il-lokal.", "It-toroq fil-housing estate ta' Santa Margerita, per eżempju, huma diżastru.", "Nerġa' ngħid, bħala gvern bħalissa m'aħniex f'pożizzjoni li nagħmlu t-toroq mill-ġdid anke għaliex dan huwa proġett li jrid isir fuq skala nazzjonali.", "F'dan il- każ, jekk hemm bżonn għandna anke nitolbu għajnuna minn barra, per eżempju, mill-Italja li dejjem kienet minn ta' quddiem biex tgħin lil pajjiżna b'diversi protocols.", "Pero', fl-opinjoni tiegħi, fejn jista' jsir patching, dan għandu jsir u għandu jsir regolarment b'kooperazzjni bejn il-ministru u l-kunsill lokali li naf li għandu intenzjonijiet tajbin.", "Ħalli niġi issa għal punt ieħor li qiegħed jinkwetani.", "Qed jingħad li xi art fl-inħawi ta' Ta' Qali li kienet ġiet mogħtija lil madwar 30 familja mid-distrett li ġej minnu jien se jsir proġett fiha.", "Ovvjament huwa tajjeb li dan il-proġett isir għall-ħolqien ta' mpiegi ġodda u żvilupp ta' l- industrija pero' tajjeb ukoll li nħarsu l-interessi ta' dawn il-part-time farmers li b'dan il-mod qegħdin jaqilgħu xi ħaġa addizzjonali għall- għajxien tagħhom.", "Tajjeb li nisimgħu b'attenzjoni l-ilmenti ta' dawn in- nies u naraw li nagħtuhom art oħra viċin ħalli ngħinu l-agrikultura tagħna li tant hija mportanti.", "GĦalhekk nissuġġerixxi li jsir tpartit ma' art oħra tal-gvern li m'hijiex qiegħda tinħadem fl-inħawi tal-Mosta, tar-Rabat jew tas-Siġġiewi.", "Fid-distrett li ġej minnu jiena hemm ħafna nies li jaqilgħu l-għajxien tagħhom permezz tar-raba' u huwa mportanti li nkomplu ninkorraġġuhom.", "L-agrikoltura hija xi ħaġa li hija ħafna għal qalb il- Partit Laburista u għalhekk persważ li l-ministri nvoluti f'dan il-proġett qabel ma jkomplu b'dan il-proġett se jikkonsultaw ma' dawk li qed jaħdmu din ir-raba'.", "Huwa veru li ħafna minnhom m'għandhomx titolu legali ta' qbiela jew kirja fuq din l-art imma qegħdin hemmhekk b'mere tolerance.", "Imma l-gvern dejjem hekk taha r-raba' fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.", "In- nanna tiegħi - Alla jagħtiha l-glorja tal-Ġenna - kienet taħdem 50 tomna raba' f'Ta' Qali.", "Il-familji li hemm jaħdmu r-raba' llum forsi għandhom żewġt itmien jew tlett itmien imma kkultivawhom, ħadu ħsiebhom u raw kif iġibu u jilqgħu l-ilma u dejjem ħareġ il-ġid.", "Mr Speaker, nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nerġa' nitkellem fuq il- ħabs.", "Onestament jiena nħossni viċin ħafna tal-ħabs għaliex meta kont fil- Korp tal-Pulizija ħdimt kemm ma' nies li jaħdmu hemmhekk - membri tal-korp tal-pulizija stess jew ta' l-armata - u anke mal-priġunieri.", "GĦaliex ma jfissirx li l-ħabsi huwa għadu tiegħek sempliċement għaliex inti qiegħed fil-Korp tal-Pulizija.", "Jiena nemmen li l-ġustizzja trid issir u nemmen li trid issir ma' kulħadd.", "Il-punt li rrid nerġa' nqajjem jirrigwarda diskriminazzjoni fil-mod kif qiegħed isir it-tqassim tax-xogħol jew detailing fost ħaddiema fil-ħabs.", "Jien ma nħobbx insemmi ismijiet u m'għandix għalfejn insemmi ismijiet imma hemm individwi fil-ħabs li jħossu li għandhom il-poter omnipotenti tal-Gvern Nazzjonalista.", "GĦaliex minħabba li llum qegħdin niddiskutu ħafna affarijiet b'mod apert, qegħdin jaħsbu li se jispiċċaw jieħdu over huma.", "Imma l-iktar ħaġa li qiegħda tinkwetani hi li dan ilu sejjer u m'huwiex sewwa li nies li għandhom ir-responsabbilta' li jqassmu x-xogħol lill-personnel dejjem jispiċċaw jagħtu l-ftit overtime li jkun hemm bżonn isir lill-istess nies, u għalhekk jekk hemm bżonn għandha ssir inkjesta.", "M'għandniex naslu s'hawn imma jekk hemm bżonn għandha ssir inkjesta.", "Fil-ħabs qed isir ukoll ċertu diskors fil-konfront ta' nies li jappartjenu lill-Parit Laburista qisu l-Partit Laburista m'huwiex fil- gvern!", "Qed jingħad li jridu jitfgħu lil-Laburisti taħt saqajhom u dan huwa diskors li jdejqek.", "Dawn huma nies li huma in charge fil-ħabs, u din qed ngħidha b'responsabbilta' kbira.", "Jien nifhem li kulħadd għandu d-dritt ikollu l-opinjoni politika tiegħu; kulħadd kien jaf li jiena Laburist meta kont fil-Korp tal-Pulizija imma kelli ċerta responsabbilta' meta kont nilbes dik l-uniformi.", "Jiena qatt m'għidt li rrid nitfa' lil min hu kontra tiegħi taħt saqajja.", "GĦalhekk nitlob lill-awtoritajiet tal-ħabs sabiex jekk verament sar dan id-diskors, dan għandu jiġi nvestigat u min qalu għandu jirrispondi fuq proċeduri ta' dixxiplina.", "Sur President, jiena ma nemminx li għaliex il-Partit Laburista qiegħed fil-gvern, allura b'xi mod għandna niddiskriminaw ma' min ma jaqbilx magħna.", "Anzi meta tlajna fil-gvern aħna tajna l-ikbar eżempju għaliex ma ċċaqlaq kważi ħadd.", "Min iċċaqlaq iċċaqlaq għaliex verament kien hemm bżonn, imma ma kienx hemm dik il-massa ta' transfers u dak it-tibdil ta' heads of departments li kien ikollna.", "Imma m'huwiex sewwa li l-Laburisti - għaliex f'Malta ma tridx tkun għaref biex tgħid min huwa Laburist jew Nazzjonalist - li hemm fil-ħabs iħossu li qed jiġu diskriminati taħt Gvern Laburista.", "Jiena nformat li lill-ħabsin li huma ta' tendenza Laburista qiegħda tinqatagħlhom siegħa mill-ħin tagħhom wara li jkunu għamlu l-break.", "Din hija xi ħaġa verament oxxena pero' lil min qed jagħmel dawn l- avventuri fid-detailing, fil-qtugħ tas-sigħat u fl-għoti ta' l-overtime ngħidlu joqgħod attent għaliex fil-ħajja ma tistax tidħak bin-nies il-ħin kollu għaliex illum jew għada tinqabad.", "Anke fil-Parlament, jekk taqbad argument u ma jkollokx raġun inutli ddur miegħu għax fl-aħħar kulħadd jinduna li m'intix qed tkun serju.", "Nerġa' ngħid, hija oxxenita' li fil- ħabs ikun hemm personnel li dejjem jingħataw l-overtime huma forsi għaliex għandhom l-istess tendenza ta' min għandu ċerti responsabbiltajiet.", "Din hija xi ħaġa serja għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq finanzi pubbliċi u fuq is-serjeta' fit-tqassim tax-xogħol GĦalhekk nispera li l-affarijiet jiġu nvestigati kemm jista' jkun malajr.", "Sur President, dan l-aħħar kont mistieden biex nattendi attivita' fejn tfakkru żewġ vittmi tan-nar 40 sena ilu fil-Mosta.", "Dawn kienu Fidel Camillieri u Toni Sant li jiġi mill-mara tiegħi.", "Kien ilu jinħass il-bżonn li ssir xi ħaġa biex jitfakkru dawn iż-żewġ vittmi li kienu għadhom fl- għoxrinijiet.", "Il-Kunsill Lokali tal-Mosta ħass li għandu jsemmi triq għalihom u jiena qbilt magħhom.", "Fil-fatt kont wieħed minn dawk li fl- 1982/83 ktibt lill-awtoritajiet sabiex tissemma triq għalihom, imma b'sorpriża kbira l-kumitat li jieħu ħsieb l-ismijiet tat-toroq fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħass li dan m'għandux isir għaliex ikun mod biex tippromwovi jew tiġġustifika xi splużjoni ta' kamra tan-nar.", "Jien ma naqbilx ma' dan, u nistaqsi: Mela kemm hija ġustifikazzjoni oġġettiva li timponi l-isem \"Triq ir-Refuġjati\" tant li n-nies li joqogħdu f'din it-triq ma jniżżlux dan l-isem fl-envelope imma jniżżlu \"new street off\"?", "GĦalhekk nappella biex dan il-kumitat jerġa' jikkonsidra li l-isem \"Triq il-Vittmi tal-Kamra tan-Nar\" jiġi approvat.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 16 ta' Ġunju, 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SALINA - TISWIJA TA' TOROQ", "14846.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-toroq kollha li hemm fl-inħawi tas-Salina jiġu asfaltati b'mod partikolari wara li parti sostanzjali ta' l-area saret residenzjali?", "Liema servizzi oħra hu mistenni li jitwasslu fl-area fil-futur qarib?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Gvern għatwa pjan vast ta' asfaltar ta' toroq u x-xogħol isir skond il-prijoritajiet li jkollu d-dipartiment.", "Is-servizzi f'din il-lokalita' huma kollha mwassla.", "GĦAWDEX - TRIQ IR-REPUBBLIKA - BANKINA", "14855.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għal bankina quddiem is- Segreterija fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat, Għawdex?", "Jekk fl- affermattiv, meta ħareġ il-permess?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi l-pjanta ta' din il-bankina fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Min għamel l-applikazzjoni?", "Kien hemm konsultazzjoni mal-kunsill lokali u mat-Traffic Control Board?", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'riferenza ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 14855 mogħtija f'Seduta Nru. 223, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is-seduta, pjanta ta' din il-bankina.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI POŻITTIVI GĦAD-DROGA", "14860.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad- droga wara li saru testijiet, xahar b'xahar, mill-1.10.97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad-droga wara li saru testijiet, xahar b'xahar, minn Ottubru 1997 sa Mejju 1998 kien kif ġej :", "1997 Ottubru 3 Novembru xejn Dicembru 7", "1998 Jannar 9 Frar xejn Marzu xejn April 2 Mejju xejn", "WIED IL-GĦAJN - TISWIJA TA' TOROQ", "14961.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Għaxqet il-Għajn, Zonqor ġo Wied il-Għajn ġietx inkluża fil-programm ta' rranġar ta' toroq ġo Wied il-Għajn?", "Jekk ma ġietx inkluża meta hemm il-ħsieb li din titranġa peress li r- residenti ilhom ħafna jilmentaw minn dan l-inkonvenjent?", "Liema huma t-toroq li se jiġu rranġati f'Wied il-Għajn mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni matul il-1998?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq Għaxqet il-Għajn, Żonqor ġo Wied il-Għajn mhux inkluża fil-programm tat-toroq ta' l-ewwel fażi.", "Il-programm ta' embellishment tas-south huwa mifrux fuq perijodu ta' tliet snin u peress li għadhom qed isiru il-pjani tal-fażijiet l-oħra, ma tistax tingħata data meta dan ix-xogħol ser isir.", "It-toroq li qed jiġu rranġati fl-ewwel fażi f'Wied il-Għajn huma:", "Triq is-Sikka Triq Tumas Ashby Triq il-Kanizzata Triq ix-Xedha Triq is-Siberja Triq is-Sajjieda Triq l-Irmiġġ Triq il-Baħħara Triq Nigel Dennis Triq Il-Kappara Triq il-Varjita' Triq il-Likama Triq ir-Ridott Triq il-Katakombi Triq Philippe de Vendomme Triq fi Triq is-Sikka Triq fi Triq Nigel Dennis Triq fi Triq il-Baħħara", "GĦAWDEX - MUŻEWIJIET", "14988.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb jekk il-ħinijiet li fihom il-mużewijiet f'Għawdex ikunu miftuħin għall-pubbliku ġewx imnaqqsin?", "Jekk fl-affermattiv, b'kemm ħin ġew imnaqqsin; minn meta; x'kienet ir- raġuni u x'passi ħa l-Ministru biex jirrimedja s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14767 mogħtija f'din l-istess seduta.", "UNIVERSITA' - SKRIVANI", "15015.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14654, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-proċedura li ntużat biex jiġu ngaġġati dawn l-iskrivani fuq bażi temporanja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iskrivani li jiġu ngaġġati fuq bażi temporanja, jsiru bl-awtorita' mogħtija mill-kunsill lir-Rettur.", "L-impjieg isir għal perijodu definit, għal ħteġijiet ta' natura urġenti u/jew temporanja.", "XGĦAJRA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "15018.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex tittaffa l- problema ta' sbruffar ta' drenaġġ fit-toroq prinċipali tal-lokalita' tax- Xgħajra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li qiegħed jinstab ta' spiss ħafna materjal mormi minn farms fis-sistema tad-drenaġġ tax-Xgħajra, qiegħed isir tindif regolari permezz tal-jetting/suction bowsers biex jinżamm kemm jista jkun nadif.", "DJAR - APPLIZZJONI NRU.", "4000/97", "13759.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,249 u ċioe' jista' jgħid meta l-koppja minn Santa Luċija li d- dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, bl-applikazzjoni numru 4000/97 (Housing Authority) se jkunu jistgħu jixtru l-post fejn qed joqogħdu peress li ilhom jistennew?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn xi iżjed nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,249.", "DJAR - KUNTRATTI", "13760.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,242 u ċioe' jista' jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W1,111 billi jwieġeb id-domanda kollha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,242.", "KUNSILLI LOKALI - PETIZZJONIJIET", "13761.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,219 u ċioe' jista' jagħti lista sħiħa ta' petizzjonijiet li saru mill-kunslli lokali kollha, kunsill b'kunsill, f'Malta u Għawdex minn meta saret l-elezzjoni ta' l-ewwel kunsilli sal-lum u sekondarjament, għall- istess perijodu għall-kunsilli kollha wieħed wieħed, kull petizzjoni: x'kien is-suġġett tagħha; x'kien jitratta sewwa sew; lil min saret il- petizzjoni; u x'ġie riżolt fl-aħjar interess ta' kull kunsill, f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,219.", "KUNSILLI LOKALI", "13762.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,218 u ċioe' jista' jinforma lill-Kamra kemm hu l-iżbilanċ li kull kunsill, inkluż dawk ta' Għawdex, għandu?", "X'qed jiġi propost biex dan l- iżbilanċ nilqgħu għalih?", "Jista' l-Ministru jagħti b'mod dettaljat, assistit mill-awditur ta' kull kunsill, billi anke jpoġġi l-istatement of accountants ta' kull kunsill, x'wassal għall-iżbilanċ f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,218.", "KUNSILLI LOKALI - FLEUR-DE-LYS", "13763.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,217 u ċioe' jista' jgħid x'għandu ppjanat il-gvern fid-dawl tal- wegħdi li għamel il-Partit Nazzjonalista għall-kunsilli ġodda bħal dak ta' Fleur-de-Lys li qed iħallu n-nies diżappuntati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,217.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN/KUNSILLI LOKALI", "13764.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,215 u ċioe' jista' jgħid x'għandu ppjanat il- Ministeru u meta hu mistenni li jiġi mplimentat biex il-burokrazija li teżisti fid-Dipartimenti tal-Gvern ma tibqax toħloq nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-kunsilli lokali u d-dipartimenti?", "X'hemm ippjanat b'mod globali għall-kunsilli u x'diffikultajiet instabu li hemm biex jiġu mplimentati b'azzjoni pożittiva mmedjata?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,215.", "AĠENZIJI TAL-KAROZZI TAL-KIRI", "14070.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru,1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14071.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14072.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati flimkien mal- ħlas li sarilhom matul il-perijodu ndikat fil-mistoqsija huma kif se nsemmi:", "MINISTERU/DIVIŻJONI TAL-EDUKAZZJONI", "|Autorentals Co. |Lm6,487.500* | |Ltd | | |Butterfly Garage |Lm5,512.480 | |Sterling |Lm 670.000* |", "(*) (Il-kontijiet ta' Marzu għadhom ma ntbagħtux)", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT, KULTURA W ARTI", "Segretarjat", "|Butterfly Garage Co. |Lm 230.520 | |Ltd | | |Delcarm Ltd |Lm2,543.450 |", "Dipartimenti taż-Żgħażagħ/Sport u tal-Kultura", "Butterfly Garage Co. Ltd Lm 670.57 Delcarm Ltd *", "(*) L-ammont li ntnefaq ma' Delcarm Ltd ma jistax jingħata għax il- kontijiet għadhom ma waslux f'dawn id-dipartimenti.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET", "Butterfly Garage Lm606.480 Autorentals Co. Ltd Lm955.500 DIPARTIMENT TAL-EŻAMIJIET", "Butterfly Garage Lm31.29", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI", "Paramount Garage Lm2925.25* Merlin Car Hire Lm 566.13*", "(*) għall-programm Elderhostel u konferenzi internazzjonali, li għalihom il- flus ġew minn barra.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "John's Garage Ltd Lm238.50 Wembley Motors Ltd Lm 16.00 Merlin International Ltd Lm397.63", "Fiż-żmien imsemmi ma sar ebda kiri ta' karozzi mid-Dipartiment tal- Libreriji w Arkivji u mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14073.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Viċi Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bejn Novembru 1997 u Marzu 1998, il-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent għall-użu ta' servizzi ta' kiri ta' karozzi mingħand dawn l-aġenziji lokali:", "*Affarijiet Barranin (kiri ta' karozzi bix-xufier)", "John's Garage Lm 9,330 * Dipartiment għal Relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea", "John's Garage Lm 647", "* Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent", "Sterling Car Hire Lm 384 Butterfly Car Hire Lm 7,005 St John Car Hire Lm 2,790", "*Awtorita' ta' l-Ippjanar", "Frank Borda Limited Lm16,498 Swift Rent-a-car Limited Lm 3,585", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14074.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad- dikasteru li għalih il-Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14075.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant hija kif tidher hawn taħt:-", "Entita' Agenzija Ammont LM", "Ministeru ghat- Freddie's 1318.00 Trasport u Car Hire Portijiet", "Dipartiment ACE Car Hire 1097.79 tal-Licenzji Ltd. u t-Testijiet", "Awtorita' dwar Eurocar 183.00 it-Trasport Pubbliku", "Dipartiment Islander Tourist ta' l-Avjazzjoni Services 52.50 Civili Julian Caruana Garage - Swieqi 35.00", "Awtorita' Merlin Int.", "Car Marittima ta' Hire 1360.25 Malta Meli Car Hire 52.42", "Malta Merlin Int.", "Ltd.", "755.00 International Sterling Car Rentals 669.00 Airport Mexico Garage Rent-A- Car 1585.50", "TOTAL 7108.46", "STATI UNITI - TAXXA DOPPJA", "14924.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-isforzi tal-gvern biex jirripristina t-trattat dwar taxxa doppja ma' l-Istati Uniti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għalkemm saru diversi rappreżentazzjonijiet min-naħa ta' Malta sabiex jiġi ripristinat it-Trattat dwar Taxxa Doppja ma' l-Istati Uniti, dan it-trattat għadu s'issa abbrogat unilateralment min-naħa Amerikana.", "Ta' min isemmi, madankollu, li b'seħħ mill-1 ta' Jannar 1997, ġie konkluż Agreement for the Exemption from Tax on Income Derived from the International Operation of Ships and Aircraft li parzjalment ipatti għat- trattat abbrogat f'dak li jirrigwardja t-taxxa fuq introjtu derivanti mit- trasport marittimu jew bl-ajru.", "Għal dak li jirrigwardja r-ripristinu tat-trattat dwar ħelsien mit-taxxa doppja, huwa mistenni li l-kuntatti bejn l-awtoritajiet rispettivi jitkomplew fil-futur qrib.", "UNĠERIJA - DELEGAZZJONI MALTIJA", "14925.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'riżultati kellha sal-31 ta' Mejju, 1998 il-viżita li għamlet id- delegazzjoni Maltja fl-Ungerija f'Ġunju ta' l-1997 biex tespandi r- relazzjonijiet ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi u jista' in oltre l-Viċi Prim Ministru jgħidilna meta se ssir il-Malta Week f'Budapest li kellha ssir fl- 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma' l-Ungerija u pajjiżi bħall-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovenja, l-Gvern preżenti, meta ħa l-ħatra, sab li ma kien sar assolutament xejn, għax il-politika barranija Maltija kellha direzzjoni waħda biss, l-Unjoni Ewropea.", "Id-delegazzjoni Maltija li marret l-Ungerija f'Ġunju 1997 kellha numru ta' laqgħat ma' entitajiet Ungeriżi kemm fil-kamp uffiċjali kif ukoll f'dak kummerċjali u turistiku.", "Bħala riżiltat ta' din iż-żjara fl-Ungerija mid- delegazzjoni Maltija, ġiet Malta delegazzjoni Ungeriża, magħmula minn uffiċjali għolja, f'Ottubru 1997 u din kellha l-okkażjoni li tiltaqa' ma' numru konsiderevoli ta' intraprendituri Maltin waqt attivita' organizzata mill-METCO.", "Saru wkoll laqgħat individwali minn xi intraprendituri Maltin ma' membri ta' din id-delegazzjoni.", "Ir-riżultat ta' dawn il-laqgħat huwa ta' natura kummerċjali.", "Il-Malta Week f'Budapest saret fl-aħħar ġimgħa ta' Marzu li għadda.", "MALTESE EYGPTIAN JOINT COMMISSION - LAQGĦA", "14926.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se ssir il-laqgħa li jmiss mal-Maltese Eygtian Joint Commission u x'se tkun l-aġenda tagħha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif diġa' nformajt lill-Onor.", "Interpellant waqt is- Seduta Nru. 222 b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14737, il- Kummissjoni Mħallta bejn Malta u l-Eġittu hija mistennija li titlaqqa' f'Malta matul it-tieni nofs ta' din is-sena.", "L-aġenda tiġi fformulata bi qbil bejn iż-żewġ partijiet fl-istadju preparattiv għall-laqgħa tal-Kummissjoni Mħallta.", "AVOIDANCE OF DOUBLE TAXATION AND FISCAL FRAUD", "14927.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Spanja aċċettax li tikkonkludi ftehim ma' Malta dwar Avoidance of Double Taxation and Fiscal Fraud?", "Jekk iva, meta se jiġu konklużi d- diskussjonijiet?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-naħa Maltija għamlet diversi tentattivi ma' l- awtoritajiet Spanjoli bil-għan li jitkomplew in-negozjati dwar il-ftehim li jikkonċerna ħelsien mit-taxxa doppja.", "Fil-fatt, is-suġġett tqajjem matul diversi laqgħat bilaterali ma' awtoritajiet Spanjoli kif ukoll waqt laqgħa li kelli mal-Ministru Spanjol għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Abel Matutes f'April li għadda.", "L-awtoritatjiet Spanjoli s'issa dejjem infprmawna li d-dipartiment konċernat minn dan it-tip ta' ftehim għandu ħafna xogħol b'lura u għalhekk il-Gvern Spanjol għadu mhux f'pożizzjoni li jindika data preċiża meta jistgħu jitkomplew in-negozjati.", "Il-leġislazzjoni Maltija ta' qabel l-1994 dwar servizzi finanzjarji u attivitajiet kummerċjali internazzjonali f'Malta li permezz tagħha setgħu jiġu stabbiliti kumpanniji off shore f'Malta, kienet ukoll raġuni għalfejn in-negozjati ma mxewx 'il quddiem.", "Waqt il-laqgħa tiegħi mal-Ministru Matutes ippreżentajtlu dokument li jispjega ċar kif inbidlet il- leġislazzjoni mill-1994 'l hawn.", "MALTA/SPANJA - TRAFFIKAR ILLEGALI TAD-DROGI", "14928.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta, minn min u fejn se jiġi ffirmat il-ftehim bejn Malta u Spanja dwar il- kontroll tat-traffikar illegali tad-droga?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-ftehim bilaterali bejn Malta u Spanja għall- Koperazzjoni fil-Prevenzjoni kontra l-Użu Illeċitu u l-Ġlieda kontra t- Traffikar Illegali ta' Drogi u Sustanzi Psikotropiċi ġie ffirmat fil- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin nhar il-Ħamis 28 ta' Mejju, 1998 mis- Segretarju Permanenti tal-Ministeru is-Sur Salv J. Stellini, għan-nom tar- Repubblika ta' Malta, u l-Ambaxxatru Spanjol Jose' Manuel Cervera de Gongora, għan-nom tar-Renju ta' Spanja.", "Preżenti għall-iffirmar kien ukoll is-Segretarju Permanenti tad-Dipartiment ta' l-Affarijiet Interni, Is-Sur Louis Cilia.", "GREĊJA - ŻJARA UFFIĊJALI", "14929.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li se jagħmel żjara uffiċjali fil-Greċja fit-3 ta' Ġunju, 1998?", "Jekk iva, jista' jgħid x'inhi l-aġenda tal-laqgħat?", "Jekk le, jgħid meta se ssir din il-viżita?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI KORRETTIVI - BINI TA' KALAFRANA", "14973.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjani sabiex jintuża l-bini ta' Kalafrana (ħdejn il-Freeport) mid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, liema bini kien kważi tlesta taħt l-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li x-xogħol fuq dan il-bini għadu għaddej minħabba l-fatt li sar xi tibdil fl-għan oriġinali tiegħu.", "Meta jitlesta dan il-bini se jintuża bħala ċentru ta' taħriġ għall-Uffiċjali tal- Ħabs.", "SIĠAR", "14974.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar kull sena, sena b'sena, mill-1987 sal-lum?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ARMI TAN-NAR - IMPORTAZZJONI", "14975.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il arma tan-nar li taħdem ġiet importata bħala antique ċioe' pre-1940, xahar b'xahar, mill-1.1.98?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma jiġborx tagħrif fuq kemm-il arma tan-nar li taħdem ġiet importata bħala antique ċioe' qabel l-1940.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "14978.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' xogħol ta' żebgħa, tibjid u tabelli tat-traffiku u oħrajn, jekk inhu l- każ, li fil-fatt sar fl-inħawi ta' Buġibba bħala parti mix-xogħol li kien sar fil-proġett ta' Buġibba?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min kienu l-kuntratturi li wettqu dan ix-xogħol u kemm sewa dan ix-xogħol f'kull każ individwalment?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol li sar f'Buġibba b'konnessjoni mat- toroq kien:", "Road Marking Paint Lm2662 Traffic Signs Lm4018 Base-Lite Bollards Lm1573", "Minn dan ix-xogħol ma sar xejn mill-kuntratturi.", "DJAR - GĦAJN TAL-ĦASSELIN", "14985.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienet in-nefqa, u fuq liema xogħol saret individwalment xahar b'xahar, fuq ix-xogħol ta' bini ta' flats ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida?", "F'kull każ marbut ma' dan il-proġett, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saret oriġinarjament, it-talba għall-permessi tal-bini?", "Meta, wara, saru talbiet oħra għal xi bidliet fil-permessi oriġinali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - BILLBOARDS", "14986.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' billboards li nkrew/inxtraw mid-diversi dipartimenti li jaqgħu taħt il- ministeru fil-perijodu 1/11/96 - 30/4/98?", "F'liema lokalita' twaħħlu?", "Kemm hu l-prezz tax-xiri jew kiri ta' dawn il-billboards?", "Mingħand min inxtraw/inkrew?", "Meta ħarġet is-sejħa għall-offerti f'kull każ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed isir użu minn seba' billboards li tlieta minnhom twaħħlu:", "i) Quddiem il-Ministeru ii) Quddiem l-Income Tax Department iii) Quddiem il-Project House", "L-erbgħa l-oħra jiġu wżati f'postijiet fejn tinħass in-neċessita'.", "It-total ta' dawn il-billboards hu ta' Lm633.", "Dawn il-billboards inħadmu mis-Sezzjoni tal-MSD.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - BILLBOARDS", "14987.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' billboards li nkrew/inxtraw mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd fil-perijodu 1/11/96 - 30/4/98?", "F'liema lokalita' twaħħlu?", "Kemm hu l-prezz tax-xiri jew kiri ta' dawn il-bill boards?", "Mingħand min ixtraw/inkrew?", "Meta ħarġet is-sejħa għall-offerti f'kull każ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: In-numru ta' billboards li nxtraw/nkrew mill- Ministeru tal-Biedja u Sajd fil-perijodu 01.11.96 - 30.04.98, kienu tlieta kif jidher hawn taħt:-", "a. Tnejn ġew mwaħħla l-Fiddien u ta' Slampa, limiti tar-Rabat, fuq il- proġett ta' Riħabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa.", "Il-prezz tagħhom kien ta' Lm2,300.", "Dawn il-billboards inxtraw mingħand Messrs C.R. Consultancy & Research Ltd., wara li kienet saret sejħa għall-quotations fis-27 t' Awissu, 1997.", "b. Waħda inkriet mingħand Sign IT Ltd. fl' okkazjoni tal-World Food Day u tpoġġiet il-Blata l-Bajda.", "Il-prezz kien ta' Lm 780 u is-sejħa għall- quotations saret fl-1 ta' Settembru, 1997.", "KONFERENZA TAL-MINISTRI TAS-SIGURTA' SOĊJALI - DISKORS", "14999.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskors li għamel fil- Konferenza tal-Ministri tas-Sigurta' Soċjali li nżammet f'Mejju?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Kopja ta' żewg diskorsi li għamilt waqt is-Seba' Konferenza tal-Kunsill ta' l-Ewropa tal-Ministri reponsabbli għas-Sigurta` Soċjali tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-ewwel diskors sar waqt is-sessjoni tal-ftuħ tal-konferenza waqt li d- diskors l-ieħor kien dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "ETC - RAPPORT", "15000.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11039 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tad-19 ta' Jannar (Seduta Nru. 173), jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet s'issa l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ biex tassigura li jitnaqqsu \"abbużi\" fir-reġistrazzjoni għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA SELF-EMPLOYED", "15001.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li kienu jaħdmu għar- rashom u li bdew jirreġistraw fl-ewwel parti tar-reġistru f'Mejju?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li kienu jaħdmu għar-rashom u bdew jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru f'Mejju 1998 kien ta' 46.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "15002.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies mit-Tieni Distrett li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel/fit-tieni/fit-tielet parti tar- reġistru skond l-aħħar ċifri li għandu maħduma?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fl-aħħar ta' Marzu 1998, in-numru ta' persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel/fit-tieni/ fit-tielet parti tar-reġistru mit-tieni Distrett kien kif ġej:", "L-ewwel Parti It-tieni Parti It-tielet Parti", "Birgu 68 11 4 Isla 118 2 6 Bormla 237 10 5 Zabbar 333 25 20 Fgura 189 10 12 Kalkara 62 4 5 Xghajra 20 1 -", "Nota:- Il-figura tan-nies li jirreġistraw għax-xogħol f'Ħaż-Żabbar hi skond il-Kunsill Lokali u għalhekk jinkludi lil kulħadd i.e. mhux kif qiegħed imniżżel fir-reġistru elettorali bħala parti biss min Ħaż-Żabbar.", "ETC - INFIQ", "15003.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'nefqet il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ fuq taħriġ mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-30 ta' Marzu, 1998?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-30 ta' Marzu, 1998 il- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq taħriġ nefqet;", "Spejjez ta' Tahrig Lm113,269 Sussidji fuq Skemi ta' Tahrig Lm 24,322 Total Lm137,591", "IMPJIEGI - REDUNDANCY", "15004.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies tilfu x-xogħol minħabba redundancy matul ix-xahar ta' Mejju u f'liema industriji kienu r-redundancies?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fl-aħħar ta' Mejju 1998, kien hemm 120 persuna li tilfu xogħolhom minħabba redunadancy.", "Ix-xogħol preċedenti tagħhom kien kif ġej:", "Turizmu/Hotels/Ikel 12 Manifattura 32 Mekkanika/Metal/Kostruzzjoni 18 Xogħol ta' Njam 4 Bejgh bl-imnut (Wholesale & Retail) 19 Ohrajn 35", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - PAZJENTI", "15035.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti rikoverati ġewwa l-Isptar Zammit Clapp illum?", "Kemm ilu rikoverat hemm kull wieħed minnhom?", "X'etajiet għandhom?", "Minn liema raħal jew belt huma?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - BARRANIN", "15045.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm barranin residenti l-ħabs illum?", "Mil-liema pajjiżi huma?", "Ta' xiex instabu ħatja?", "Kemm hemm minnhom issentenzjati u kemm fuq arrest preventiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĦABS ĊIVILI - ABBUŻI FUQ IT-TFAL", "15046.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies il-ħabs wara li nstabu ħatja ta' abbużi sesswali fuq it-tfal sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĦABS ĊIVILI - ABBUŻI FUQ IT-TFAL", "15047.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm nies il-ħabs minn hekk abbużi sesswali fuq tfal illum?", "Kemm minnhom huma ssentenzjati u kemm fuq arrest preventiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fl-4 ta' Ġunju, 1998 kien hemm erba' persuni taħt arrest preventiv fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin akkużati b'abbużi sesswali fuq tfal.", "Ninsab informat ukoll li persuna oħra, li qed tiskonta sentenza fuq akkuża differenti, instabet ħatja ta' abbuż sesswali fuq tfal u ġiet sentenzjata dwar dan ir-reat fid-9 ta' Jannar 1998, liema sentenza tibda sseħħ fit-28 ta' Settembru, 1998.", "PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI FUQ REATI TA' DROGA", "15048.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq reati konnessi mad-droga din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi sa l-aħħar ta' Mejju kien hemm 190 persuna li ttellgħu l-Qorti fuq reati konnessi mad-droga.", "PULIZIJA - DROGA", "15049.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena u x'tip u xi kwalita' kienet?", "Kemm tressqu barranin u Maltin il-qorti din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ninsab informat ukoll illi matul din is-sena tressqu l-Qorti 163 Maltin u 27 barranin in konnessjoni ma' droga.", "PULIZIJA - XIRI TA' ARMI TAN-NAR", "15050.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta' armi tan-nar illum?", "Kemm inħarġu liċenzji u permessi din is-sena s'issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi din is-sena, sat-3 ta' Ġunju, 1998 inħarġu 1436 permess ġdid għal xiri ta' armi tan-nar, filwaqt li hemm 560 talba pendenti.", "ENEMALTA - ARBLI TAD-DAWL", "15093.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kemm inbidlu arbli tad-dawl matul is-snin 1990-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - RIĊETTI TAL-MEDIĊINI", "15094.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inġabru flus, xahar b'xahar, minn fuq riċetti tal-mediċini li qabel kienu jingħataw b'xejn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor Interpellant għar-risposti tal- mistoqsijiet parlamentari numri 13651, 13650 u 14412.", "Is-somma li għandha tinġabar għax-xahar ta' April hi ta' Lm25117.", "Il- figuri għax-xahar ta' Mejju qed jinħadmu.", "WIED IL-GĦAJN - XOGĦLIJIET", "15095.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol li qed isir f'Wied il-Għajn, peress li issa dieħel is-sajf u ħafna Maltin iħossuhom inkonvenjati bix-xogħlijiet speċjalment max-xatt?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal pavimentar mill-Jerma sal-pjazza, dan mistenni jkun lest sa l-aħħar ta' Ġunju.", "MOSTA - TA' XKORA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "15113.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet sabiex ir- residenti li hemm f'Ta' Xkora, Mosta jkunu moqdija bis-servizz tad-drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li t-taqsima għadha qed tistenna li joħroġ il-permess tal-bini mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini tal- Pumping Station.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - IMPJEGATA", "15114.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li, dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha bil-paga ta' Lm41 fil- ġimgħa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li l-persuna li l-Onor.", "Membru qed jagħmel riferenza għaliha kien impjegat taħt l-iskema ta' l-AWTS ta' 1992.", "Huwa kien impjegat bħala caretaker fl-iskejjel mad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni.", "F'9 ta' April, 1997 huwa kien trasferit fid-Dipartiment tax- Xogħlijiet bħala AWTS.", "Fil-preżent il-paga gross fil-ġimgħa tiegħu hija ta' Lm45.75.", "PULIZIJA - INĊIDENT F'SANT'ANDRU", "15121.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru mill-pulizija biex jinstab min kien responsabbli għall-inċidenti tat-traffiku li saru f'Regional Road, St. Andrews (faċċata tas-Sunrise Inn) illum, 3 ta' Ġunju għall-ħabta tat- 8.00 a.m. kaġun ta' żejt li waqa' fit-triq u tħalla hemm?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija immedjatament għamlet tfittxija matul it-toroq sabiex titraċċa min kien waqqa' dan iż-żejt, iżda l-eżitu ta' din it-tfittxija kien fin-negattiv.", "MARSAXLOKK - SKOLA TA' TAĦRIĠ - INSTRUCTOR", "15122.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma jew le, li ġie mpjegat instructor minn barra l-Korporazzjoni fl-Enemalta fl-Iskola ta' Taħriġ ta' Marsaxlokk?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar rimunerazzjoni u kondizzjonijiet oħra ta' xogħol?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'Lulju 1997 impjegat tal-Malta Drydocks ġie misluf lill-Korporazzjoni Enemalta biex jagħti taħriġ u jtejjeb il-livell ta' profiċjenza fis-sengħa tal-Pipe Fitters.", "Dan l-uffiċjal għadu jgawdi l-istess paga u kondizzjonijiet li kellu fil- Malta Drydocks.", "DEMURRAGES", "15123.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14724 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid kemm kienu d-demurrages matul l-1997 u mill-1/1/98 sal-lum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jista' l-Onor.", "Membru jikklarifika għal-liema tip ta` demurrage qiegħed jirriferi.", "VETTURI - LIĊENZJI", "15128.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba pendenti hemm għal-liċenzjar ta' vetturi għall-ġarr ta' persuni b'diżabilita'?", "Kemm hu fil-preżent in-numru ta' vetturi liċenzjati għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li hemm talba waħda pendenti, fejn min applika ma mexiex ma' l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mill- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għal din ix-xorta ta' vettura.", "Jiena nformat ukoll li s'issa nħarġu żewġ liċenzji biex ikunu operati tnejn minn dawn il-vetturi.", "DCC - MEMBRI", "15129.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm jiem qabel qed jitqassmu lill-membri tad-DCC ir-rapporti counter reports li jagħmlu l-periti f'isem il-klijenti tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-rapporti li jagħmlu l-periti f'isem il-klijenti tagħhom bħala risposta għar-rakkomandazzjoni tad-Direttorat lill- Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp jitqassmu flimkien ma' l-aġenda tal-laqgħa partikolari, jiġifieri sebat ijiem qabel.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - POLZA", "15134.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Joint Office għandux policy li jdawwar plots vojta taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu b'ħajt sabiex jipproteġi s- sit minn xi diżgrazzja?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt m'għandu ebda policy ad hoc dwar plots vojta u ħitan madwarhom sabiex jipproteġi s-sit minn xi diżgrazzja.", "Iżda nżid ngħid li l-Uffiċċju Konġunt, bħal kull sid ieħor ta'proprjeta', jrid jimxi skond l-obbligi li għandu.", "WIED GĦOMOR - PLOTS", "15135.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti u għal plots f'Wied Għomor f'dawn l-aħħar sentejn?", "Jista' l-Ministru jgħid x'offerti intefgħu u kemm minn dawn il-plots kienu mogħtija?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan tal-plots li ngħataw?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - ŻIEDA TA' SULARI", "15136.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għal żieda ta' sular f'oqsma tad-djar tal-Gvern lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' jgħid kemm minn dawn kienu aċċettati u kemm kienu rifjutati?", "Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorita' tad-Djar appellatx mir-rifjuti li ngħatat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa saru 19- il applikazzjoni għal żieda ta' sulari.", "S'issa ġew approvati tliet applikazzjonijiet u ma ġiet rifjutata ebda waħda.", "KOTTONERA - DEVELOPMENT BRIEF", "15137.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk, fid-dawl tad-diversi tibdil li sar mill-ħsieb oriġinali tad- Development Brief tal-Kottonera minn meta kien abbozzat l-ewwel darba, hemmx il-ħsieb li dan il-brief ikun emendat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-Development Brief jipprovdi qafas għall-iżvilupp ta' Dockyard Creek.", "Kull proġett u inizjattiva f'din iż-żona issir b'konformita' mad-Development Brief kif kien approvat mill-bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "BIRGU - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "15138.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jniedi xogħol ta' estensjoni tas-sistema tad-drenaġġ sal-moll tal-Birgu kif indikat fid-Development Brief għall-iżvilupp tal-Kottonera?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tad-Drenaġġ jagħmel dak ix-xogħol li jkun maqbul fil-kuntratt li jiġi ffirmat mad-developers.", "SAĦĦA - HEALTH ASSISTANTS", "15139.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'tip ta' taħriġ sa jingħataw dawk il-health assistants li applikaw biex jagħmlu l-ECG recording, ħalli jkunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol?", "Dawn il-health assistants li se jiġu magħżula irid jkollhom xi tip ta' \"O\" level jew ċertifikati simili biex jiġu hekk aċċettati bħalma riedu l-ECG technicians bħala entry qualifications?", "Jista' jgħid jekk dan hux parti mill-proċess fejn ħaddiema jingħataw iċ-ċans li jkomplu jistudjaw u javvanzaw fil-karriera tagħhom?", "Hemm xi pjanijiet biex dawk l-ECG technicians attwali jingħataw taħriġ ieħor biex ikunu jistgħu javvanzaw?", "Sar xi tip ta' diskussjoni ma' rappreżentanti ta' l-ECG technicians dwar din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ECG Recording jifforma parti mill-job description ta' Health Assistant.", "Minkejja dan, il-Health Assistants li japplikaw biex jagħmlu ECG Recording se jingħataw it-taħriġ kollu meħtieġ sabiex isiru profiċjenti f'dan ix-xogħol fl-aħjar interess tal-pazjenti.", "Nikkonferma li dan huwa parti mill-proċess fejn ħaddiema jingħataw iċ-ċans li jkomplu jistudjaw u javvanzaw fil-karriera tagħhom.", "L-ECG Technicians preżenti jistgħu javvanzaw fil-karriera tagħhom skond l- istruttura tal-gradi tagħhom kif provdut fil-ftehim li ntlaħaq bejn il- Gvern u l-unions f'Awissu 1994.", "Ware rappreżentazzjonijiet mill-ECG Technicians dwar pressjoni ta' xogħol u stress eċċessiv ikkawżati minħabba nuqqas ta' staff, id-Diviżjoni tas- Saħħa ħadet din id-deċiżjoni fl-interess tas-servizz li għandu jingħata lill-pazjenti.", "KOTTONERA - DEVELOPMENT PLAN", "15140.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' konċessjoni sejra tingħata t-Tarzna għall-użu tal-proprjeta' tagħha fil-Kottonera skond kif indikat fid-Development Brief tal-Kottonera?", "Jista' l-Ministru jgħid x'time frames se tingħata t-Tarzna sabiex tlesti l-iżvilupp tagħha u x'obbligi oħra se jkunu imposti ma' l-iżvilupp fuq l- art tagħha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ARTIJIET - ART PUBBLIKA FI TRIQ LIONWELL", "15141.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex art pubblika f'Lionwell Street, skond ittra mibgħuta fit-18/9/96 lil ċertu K. Calleja, (File No. L661/63) u (L650/63) baqgħet magħluqa u mhux miftuħa u dan skond ittra ċitata aktar 'il fuq fejn din kellha ssir public area u wkoll peress li fuq din, hemm file mal-Public Works Department No. WD 1062/97 fejn din l- area kellha tinfetaħ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qegħdin jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex dan il-passaġġ jiġi miftuħ għall-użu pubbliku kemm jista' jkun malajr.", "ENEMALTA - STORES - ĦADDIEMA", "15142.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Il-Ministru ma jidhirlux li bil-mod kif irrisponda l-mistoqsija parlamentari numru 15037, l-aħħar paragrafu juri li f'isem il-flessibbilta' jista' jnaqqas l-accountability ta' l-iskrivani individwali f'materja delikata bħalma huma l-istores?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naqbel ma' l-Onor.", "Membru li l-istores huma materja delikata.", "Hi ħaġa ideali kieku fl-istores ikun hemm dejjem l-istess persuna li tkun accountable għan-nuqqasijiet kollha li jista' jkun hemm.", "Dan m'huwiex dejjem possibbli, l-aktar meta l-istores iridu jkunu miftuħin għal ħinijiet twal, inklużi s-Sibtijiet u l-Ħdud.", "Barra minn hekk, kull storeman hu intitolat għall-vacation leave, sick leave, eċċ., u jkun hemm bżonn li xi drabi jkun issostitwit.", "ŻEJTUN - MISRAĦ MIKIEL ANTON VASSALLI - SCAMMELS", "15143.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14897,li saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u li issa ġiet irriferuta lilek, ċioe' li filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal- Ministru għal żewġ scammels għall-ġbir ta' l-iskart li ta' kuljum qed jiġu pparkjati għal żmien twil f'Misraħ Mikiel Anton Vassalli, Żejtun ħdejn l- iskola primarja, jista' l-Ministru jieħu passi dwar dan peress li mhux iġjeniku kemm għar-residenti u aktar u aktar għal mijiet ta' tfal li jattendu din l-iskola?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninsab informat li ż-żewġ scammels ilhom aktar minn ġimgħatejn li tneħħew.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - SCAMMELS", "15144.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14898 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u li ġiet irriferuta lilek, ċioe' jista' l-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet jimponi d- Dipartiment ta' l-Ambjent lill-kuntratturi tal-ġbir ta' l-iskart biex dawn ma jħallux l-iscammels tagħhom ipparkjati f'żoni residenzjali?", "Jista' d-dipartiment jieħu l-passi neċessarji biex dawk l-iscammels li qed idejqu lil kull min joqgħod jew jgħaddi minn Misraħ Mikiel Anton Vassalli, Żejtun li hu misraħ faċċata ta' skola ta' tfal żgħar, ma jibqgħux jitħallew hemm?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SAĦĦA - RENAL DIALYSIS", "15145.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni differenti li jenħtieġu renal dialysis regolarment?", "Kemm minnhom jenħtieġu din il-kura aktar minn darba fix-xahar?", "Jista' jsir xi arranġament sabiex dawn il-pazjenti ma jkollhomx għalfejn iħallsu 50ċ bolla minħabba l-ħtieġa ta' l-items użati għal dialysis, aktar minn darba fix-xahar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' pazjenti li jenħtieġu renal dialysis hu ta' 98 (45 fuq Haemodialysis, u 53 fuq CAPD).", "Il-pazjenti tal- Haemodialysis ikollhom bżonn dan is-servizz minn 2 sa 3 darbiet fil-ġimgħa, erba' siegħat kull darba.", "Pazjenti tas-CAPD għandhom bżonn minn 3 sa 5 tibdiliet tal-bags kull ġurnata.", "Bħal kull pazjent ieħor intitolat għall-mediċini b'xejn, dawn il-pazjenti jħallsu l-50ċ bolla kull darba li jġibu l-mediċini.", "SAĦĦA - CEREBRO VASCULAR ACCIDENT", "15146.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni differenti li matul l-1997 ġew ikkurati għal Cerebro Vascular Accident (Stroke)?", "Hemm il-ħsieb li din il-marda tiġi nkluża f'Schedule 5?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li minn tagħrif miġbur fis- sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li fis-sena 1997 iddaħħlu fl-Isptar San Luqa 294 persuni differenti li kellhom Cerebro Vascular Accident (Stroke).", "Din hija diġa koperta fix-Schedule V taht id-diversi forom ta' mard li jikkawza din il-kondizzjoni.", "FORZI ARMATI - PERSONNEL", "15147.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-personnel tal-AFM fit-Turretta jiġu deployed mal-Malta Maritime Authority bħalma ġara fil-każ ta' l-Air Traffic Control li ġew deployed mal-MIA?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'hemmx ħsieb fil-preżent li membri tal-Forzi Armati ta' Malta li jaħdmu fit-Turretta jiġu deployed mal-Malta Maritime Authority.", "SERVIZZ ĊIVILI - SPONSORSHIP", "15148.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: In vista taċ-ċirkolarijiet MPO 4/98 tat-3 ta' Marzu, 1998 u MPO 12/98 tat-3 ta' April, 1998 (Masters Degree in Business Administration MBA), jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li applikaw biex jiġu kkonsidrati li jingħataw sponshorship mill-Gvern?", "Xi kwalifikazzjonijiet għandha kull persuna?", "Min huma l-persuni li ġew short listed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li kien hemm (52) applikazzjoni bi tweġiba għaċ-ċirkolarijiet tal-MPO Nru.4/98 u 12/98.", "Il-proċess ta' l-għażla għadu għaddej u għaldaqstant ma nħossx li, f'dan l-istadju, għandi nagħti aktar informazzjoni.", "TURRETTA - MEMBRI TA' L-AFM", "15151.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li fit-Turretta fejn jaħdmu membri ta' l-AFM hemm ħmieġ li jġib kwantita' ta' cockroach, tista' ssir il-fumigazzjoni meħtieġa mill-aktar fis?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jirriżultax li fit-Turretta tal-Palazz hemm ħmieġ li jġib il-cockroach.", "Il-cockroach qed jiġi kkawżat minn panelling tal- injam li hemm mal-ħajt fit-Turretta.", "Qed jittieħdu passi biex dan l- inkonvenjent jiġi mneħħi mill-aktar fis u possibbilment titneħħa l-kawża tiegħu.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - ĦADDIEMA", "15152.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' kull persuna li taħdem mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija inkluż ta' dawk il-persuni li huma sekondati minn dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, entitajiet governattivi jew korpi parastatali oħra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li numru ta' kuntratti ta' ħaddiema ma' l- MCST issa skadew, u li kuntratti ġodda għad iridu jiġu ffirmati, mhux opportun li jingħataw dettalji.", "SERVIZZ ĊIVILI - MG451/95/PSG149/97", "15153.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14272, jista' l- Prim Ministru jgħid meta dan it-tabib ikkonċernat beda jagħmel verifika tas- sick leave u minn dakinhar kemm tħallas sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tabib konċernat ilu li beda jagħmel il-verifika tas-sick leave mis-27 ta' Ottubru, 1997.", "Sa l-aħħar ta' Mejju 1998 kien ħadem 974 siegħa overtime fuq verifika tas- sick leave li tagħhom tħallas is-somma ta' Lm2363.43,7 u baqagħlu jieħu Lm1040.65,5.", "FIS - ĦADDIEMA", "15154.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħaddiema kollha li jaħdmu l-FIS?", "Liema minn dawn għandhom kuntratt definit u liema minn dawn għandhom kuntratt indefinit?", "Meta jagħlaq il-kuntratt definit f'kull każ?", "Kien hemm persuni li għalqilhom il-kuntratt minn Jannar '97 'il hawn?", "Meta għalaq dan il-kuntratt?", "Reġa' ġie mġedded il-kuntratt?", "Jekk iva, meta ġie mġedded?", "Kemm hemm persuni mill-FIS li huma sekondati ma' dipartimenti, aġenziji governattivi jew entitajiet oħra?", "F'kull każ, dawn min huma?", "Dawn x'għandhom, kuntratt definit jew indefinit?", "Fil-każ li huwa kuntratt definit, dan meta jagħlaq?", "Kien hemm ħaddiema li kienu seconded li għalqilhom il-kuntratt matul l-aħħar sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "15156.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress illi l-proċess ta' l-esportazzjoni tal-patata tas-sajf issa ilu li spiċċa, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun il-prezz ta' kull qantar li se jitħallas lill-bdiewa kif ukoll meta se jsir dan il-ħlas?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-proċess ta' l-esportazzjoni tal-patata tas-sajf jispiċċa meta tkun nbiegħat il-patata kollha, meta jiġu ffinalizzati l- kontijiet kollha u meta jitħallsu l-bdiewa għall-patata esportata.", "L-informazzjoni mitlub tingħata meta l-proċess kollu jkun mitmum.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "15157.", "LONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-esportazzjoni tal-patata ta' din is-sena (1998) li għadha kif għalqet, jista' l-Ministru jgħid: a) x'inhu l-ammont totali ta' patata li ġiet esportata; b) x'inhu l-ammont ta' kull varjeta' ta' patata li ġiet esportata; u c) meta telqet minn Malta u meta waslet l-Olanda kull ammont u varjeta' ta' patata?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Din is-sena ġiet imsiefra madwar 7,005 tunellata patata ta' Malta li kienet kollha tal-varjeta Alpha.", "Il-konsenji li ntbagħtu kienu jikkonsistu b'dan il-mod:-", "(i) Fil-25 t'April marru madwar 423 tunellata u waslu fis-6 ta' Mejju.", "(ii) Fis-26 t'April marru madwar 250 tunellata u waslu fl-4 ta' Mejju.", "(iii) Fit-2 ta'Mejju marru madwar 1,625 tunellata u waslu fid-9 ta' Mejju.", "(iv) Fid-9 ta' Mejju marru madwar 1,544 tunellata u waslu fis-16 ta'Mejju.", "(v) Fil-15 ta' Mejju marru madwar 2,117 tunellata u waslu fit-23 ta'Mejju.", "(vi) Fil-21 ta'Mejju marru madwar 25 tunnellata u waslu fid-29 ta' Mejju.", "(vii) Fit-23 ta'Mejju marru madwar 423 tunellata u waslu fit-30 ta' Mejju.", "Minbarra dawn bejn l-20 t' April u l-11 ta' Mejju ġew esportati madwar 598 tunellata oħra permezz ta' road trailers.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "15158.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-esportazzjoni tal-patata (1998) tas-sajf, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont kollu ta' patata li ġiet esportata wasalx f'kondizzjoni tajba fl-Olanda?", "Jekk fin-negattiv, kemm kien l-ammont (jew persentaġġ) ta' patata li ma waslietx fil-kondizzjoni miftehma?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kontra dak li bassru u xtaqu x' wħud l-patata kollha esportata waslet l-Olanda f'kondizzjoni tajba.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kontra dak li kien bassar f'din il- kamra waqt l-aġġornament tas-seduta tal-5 ta' Mejju, il-patata esportata f'Jumbo Bags ma wasslitx qisha soppa.", "Uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u tal-Agricultural Export Marketing Board marru l-Olanda biex jaraw il-patata tasal fl-Olanda u dawn stqarrew li l-patata tasal f'kondizzjoni tajba.", "Dan ġie kkonfermat ukoll mill-importatur li esprima sodisfazzjon għall-kwalita tal-patata mwassla' fl-Olanda.", "Dan juri li l-kritika ta' l-oppożizzjoni waqt l-esportazzjoni tal-patata ma kenitx f'lokha u kienet biss magħmula biex tfixkel u toħloq biża fost il- bdiewa.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "15159.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinnega dak li qed jingħad fil-qasam tal-biedja li ammont sostanzjali ta' patata li ġiet esportata fl-aħħar staġun (1998) ma kenitx skond l-agreement/specification tal-kuntratt ta' l-esportazzjoni peress li l-faxxina tal-patata kienet ġiet meqruda bl-użu ta' kimika/bexx qabel ma ġiet maqlugħa l-istess patata?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, ninnega.", "Il-patata kollha esportat kienet skond l-agreement/ specification tal-kuntratt ta' l-esportazzjoni.", "Fil-fatt, fil-kuntratt m'hemm l-ebda riferenza għall-użu ta' bexx biex tinqered il-faxxina.", "Infakkar li din is-sistema hija pprattika fid-dinja kollha u hi mezz kif telimina t-tixrid ta' mard u insetti u kif tikkontrolla d-daqs tal-patata.", "TONN", "15160.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward is-sajd tat-tonn ta' l-istaġun ta' din is-sena (1998), jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' tonn li ddaħħal il-pixkerija sal-lum; u kemm kien l-ammont ta' tonn li ġie magħżul għall-export?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ammont totali ta' tonn li ddaħħal fil-pixkerija bejn l-1.1.98 u l-11.6.98 kien 180,974 kg li minnu 102,057 kg ġie esportat.", "PIXKERIJA - BEJGĦ TA' ĦUT", "15161.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-bejgħ ta' ħut mill-pixkerija mill-1.1.98 sal-31.5.98, jista' l- Ministru jgħid: 1) kemm kien l-ammont ta' prodott (kg) li nbiegħ mill- pixkerija (barra dak ta' l-export); 2) kemm kien il-valur ta' l-ammont imsemmi f'(1); u 3) kemm kienu ċ-ċifri (1) u (2) għall-istess perjodu fis- snin 1997, 1996 u 1995?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-bejgħ ta' ħut mill-pixkerija (minbarra dak li ġie esportat) fl-ewwel ħames xhur tas-sena 1995, 1996, 1997 u 1998 huwa kif ġej:", "Sena Ammont (kg) Valur (Lm)", "1995 154,762 268,402 1996 177,761 320,710 1997 204,727 400,033 1998 197,249 401,453"]} {"filename": "19971021_128d_par.doc", "date": "1997-10-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 128 It-Tlieta, 21 ta' Ottubru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 128", "It-Tlieta, 21 ta' Ottubru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "128", "It-Tlieta, 21 ta' Ottubru, 1997", "WERREJ MINUTI 381", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 381", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 387", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET 388", "RULING TA' MADAM SPEAKER 408", "AĠĠORNAMENT 409", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 415", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Hemm korrezzjonijiet għall- Minuti?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l-Onor.", "Jose' Herrera kien preżenti għas-seduta ta' dalgħodu.", "MADAM SPEAKER: Hemm iżjed korrezzjonijiet għall-Minuti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l-Onor.", "Louis Deguara wkoll kien preżenti għas-seduta ta' dalgħodu.", "MADAM SPEAKER: Mela l-ismijiet ta' l-Onor.", "Jose' Herrera u l-Onor.", "Louis Deguara għandhom jinqatgħu mil-lista tal-Membri assenti.", "Il-Minuti issa jistgħu jiġu konfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 127 li saret fil-21 ta' Ottubru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - TFAL TAĦT L-ETA' F'DISCOS", "8380.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu mill-pulizija ġo discos f'Malta din is-sena?", "Fejn inqabdu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li sa l-10 ta' Awissu ta' din is-sena, il-Pulizija qabdet erba' żgħażagħ taħt is-16-il- sena ġewwa d-discos.", "Dawn inqabdu fit-Tattingers Club, fir-Rabat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' forsi min hu responsabbli jara jekk dawn humiex jattendu l-iskola u jekk m'humiex tittieħed azzjoni mid- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naċċerta lill-Onor.", "Membru li se tittieħed azzjoni f'kull każ fejn jidħlu dawn l-affarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jien jidhirli li ftit taż-żmien ilu min- naħa tal-Gvern kien hemm min staqsa jekk il-pieni jistgħux jiħraxu u l- Ministru kien qal li se jikkonsidra din il-proposta.", "Jaf il-Ministru li dawn il-pieni kienu ħraxu fl-1995?", "Fost affarijiet oħra kien intqal li mat- tieni conviction tiġi sospiża l-liċenzja ta' l-istabbiliment in kwestjoni.", "Jiġifieri l-Ministru qiegħed jantiċipa li se jħarrax il-pieni li diġa' jeżistu, jew inkella qed jgħid li se jara li r-regolamenti li għandna jiġu enforzati?", "Jiena naf li m'huwiex faċli li wieħed isib soluzzjoni għal din il-problema, pero' naħseb li b'daqsxejn ta' rieda tajba jista' jkun hemm aktar enforcement ta' dawn ir-regolamenti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jiena diġa' tlabt għal kopja tad-diskors li kien intqal f'din il-Kamra f'dik l-okkażjoni li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "Malli dan id-diskors ikun għandi, jien lest li ngħaddilu kopja tiegħu ħalli jkun jaf x'intqal.", "PULIZIJA - TFAL TAĦT L-ETA' FI STABBILIMENTI TAX-XORB", "8381.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu sidien ta' stabbilimenti jservu xorb alkoħoliku lit-tfal taħt is-16-il sena ġo Malta din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li ma nqabad ħadd.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Madam Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Prim Ministru jekk skond il-liġijiet eżistenti s-sidien tal-ħwienet jistgħux ibigħu xorb u tabakk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Safejn naf jien, ma jistgħux iservu xorb alkoħoliku lil minuri.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jista' tifel ta' 14-il sena jmur f'ħanut u jitlob pakkett sigaretti u jingħatalu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Safejn naf jien ma jistax, pero' ħalli nerġgħu mmorru lura fuq l-alkoħol.", "Kulħadd jaf li jkun hemm xi tfal li jmorru jixtru l- inbid jew il-birra għall-ġenituri tagħhom, pero' dawn ma jistgħux imorru f'bar jew f'ħanut u jixtru alkoħol biex jikkonsmawh hemmhekk.", "Safejn naf jien dan japplika wkoll għas-sigaretti.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, japprezza l-Prim Ministru li r-reat m'huwiex li minuri jidħol f'bar imma li dan jiġi servut l-alkoħol?", "Jiena qed nagħmel din id-domanda sabiex il-Prim Ministru jikkonsidra li jagħlaq dik il-loophole li hemm fil-liġi; m'iniex qed ngħid dan sabiex niġġustifika l-fatt li l-pulizija, f'sena sħiħa ma qabdux persuna waħda.", "Kif inhi l- liġi llum, biex jinqabad xi ħadd iridu jagħmlu raid u jsibu lil dak li jkun fil-bar bit-tazza f'idu jikkonsma xorb alkoħoliku.", "Għalkemm dan huwa possibbli, naturalment huwa aktar diffiċli u għalhekk jien qed nitlob lill- Prim Ministru sabiex jara li tinstab soluzzjoni għal din il-problema.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-problema hija waħda prattika, jiġifieri kif se ssib linja ta' mġiba min-naħa ta' l-awtoritajiet ta' sorvelja u kontroll li tkun raġjonevoli, li timpedixxi li jsiru dawn l-abbużi u li fl-istess ħin ma tkunx forma ta' regolament Gestapo għaliex inkella ma taħdimx.", "QRATI - KAĊĊATURI", "8382.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi l-qorti din is-sena?", "Kemm instabu ħatja u kemm ġew liberati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li din is-sena, sal-11 ta' Settembru, itellgħu 140 kaċċatur il-qorti.", "Minn dawn, 61 instabu ħatja filwaqt li 20 ġew liberati.", "PULIZIJA - QBID TA' DROGA", "8383.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is- sena u ta' liema kwalita' kienet?", "Kemm inqabdet mill-pulizija, kemm mill- AFM, kemm mid-Dwana u kemm mill-awtoritajiet tal-ħabs?", "Kemm kien in-numru ta' persuni arrestati fuq dawn is-sejbiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, ma naħsibx li nkun qiegħed nikxef sigrieti jekk ngħid li kien hemm il-ħsieb li fl-ajruport, fil-parti tad- dwana, issir xi forma ta' partition sabiex min ikun nieżel biex jgħaddi mid- dwana, ma jkunx jaf x'qed jagħmlu l-uffiċjali tad-dwana.", "Jista' jiġi kkonsidrat li dan il-pjan jitlesta?", "Qed ngħid dan għaliex kif inhi s- sitwazzjoni llum, huwa faċli li wieħed jara xi jkun qed jagħmel l-uffiċjal tad-dwana u jekk dak li jkun ikollu xi droga, ikun jista' jarmiha qabel ma jasal fil-punt tad-dwana.", "Jiena naħseb li huwa mportanti li dan isir għaliex id-dwana hija l-ewwel linja ta' drug enforcement fl-ajruport, li huwa l-aktar point of entry importanti fil-pajjiż.", "Naf ukoll li hemm pjanijiet f'dan is-sens fuq talba tad-dwana stess.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Se nitlob lill-awtoritajiet konċernati sabiex jikkonsidraw fejn waslu - jekk kienu nbdew - dawn il-pjanijiet.", "PULIZIJA - PARKING TICKETS", "8384.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' parking tickets maħruġa mill-pulizija din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li din is-sena, sal-11 ta' Settembru, il-Pulizija ħarġet 55,862 parking ticket.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nixtieq nittratta suġġett li ssemma diversi drabi f'dan il-Parlament.", "Fil-pajjiż għandna diversi traffic signs li meta tpoġġew kienu jagħmlu sens, pero' li llum m'hemmx bżonnhom.", "X'qed jagħmel il-ministeru konċernat sabiex flimkien ma' ministeri oħrajn jidentifikaw il-postijiet fejn hemm dawn it-tabelli u jekk hemm bżonn, jitneħħew jew jinbidlu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-eżerċizzju li qed isir f'dan ir-rigward se jkompli għaddej, pero' ma naħsibx li dan jispjega n-numru ta' parking tickets li ngħataw matul din is-sena.", "Jiġifieri l-55,862 parking ticket m'humiex riferibbli għal din il-problema.", "PULIZIJA - KOLLIŻJONIJIET", "8385.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru kolliżjonijiet din is-sena sal-lum?", "Kemm kienu nvoluti vetturi f'dawn il-kolliżjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li mill-ewwel tas-sena, sa l-10 ta' Settembru, seħħew 10,031 kolliżjoni li fihom kienu nvoluti 20,131 vettura.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jien jidhirli li fir-rapport ta' l-MSU dwar il-Korp tal-Pulizija kien hemm il-proposta - li naħseb li l-Gvern kien aċċettaha - li f'każ ta' kolliżjonijet li ma jinvolvux feriti fuq il- persuna tal-passiġġiera jew tas-sewwieq, il-pulizija ma jkollhomx aktar l- obbigu li jmorru fuq il-post ta' l-inċident.", "Fiex waslu l-pjanijiet tal- Gvern f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, diġa' kelli okkażjonijiet oħra waqt il-ħin tal-mistoqsijiet li nirrapporta dwar dak li hemm għaddej f'dan il-qasam.", "Illum nista' nirrapporta progress sħiħ, fis-sens li bi qbil anke ma' l-aġenziji ta' l-insurance u mal-pulizija fil-livell tal-Ministeru ta' l-Intern, waslna fi ftehim dwar pjan li se jiddaħħal gradatament fejn f'ċerti kolliżjonijiet li m'humiex gravi ma jkunx hemm il-bżonn li tissejjaħ il-pulizija imma jiġu segwiti proċeduri li jixbħu dawk li jeżistu f'ċerti pajjiżi Ewropej.", "F'każijiet bħal dawn, il-persuni nvoluti jkunu huma stess responsabbli li jagħtu rendikont ta' dak li ġara kemm lill- insurance tagħhom u kemm lil awtoritajiet oħra fejn hemm il-bżonn, dejjem skond proċeduri stabbiliti.", "Din is-sistema ovvjament tirrekjedi ċertu ammont ta' edukuzzjoni ċivika jew pubblika, ċertu ammont ta' pubbliċita' dwar kif se titħaddem u anke ċertu ammont ta' żmien sabiex tiddaħħal.", "Se tintuża wkoll l-esperjenza li kellna fit-towing u l-clamping sabiex din is- sistema tiġi estiża b'mod li jkun gradwali ħalli kulħadd jifhem x'inhu għaddej, dejjem permezz ta' kampanja pubbliċitarja meħtieġa.", "Jiġifieri l- proċess se narawh għaddej 'il quddiem f'dawn ix-xhur li ġejjin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, filwaqt li napprezza dak li qed jgħid il-Prim Ministru, li jekk isir dan il-pjan għandu jkun hemm kampanja ta' edukazzjoni, xtaqt nistaqsih x'jiġri f'każ li t-tnejn min-nies involuti ma jaqblux dwar kif ġara l-inċident.", "Jekk l-inċident ikun ġara fi Triq Sant'Anna, dawn se jibqgħu jiddiskutu u jwaqqfu t-traffiku u mbagħad xorta waħda tkun trid tinġieb il-pulizija fuq il-post ta' l-inċident?", "Jekk inhu hekk, il-pulizija jistgħu jmorru mill-ewwel jagħmlu l-isketches huma!", "Dawn m'humiex biss diffikultajiet li ltqajt magħhom jiena meta kont Ministru ta' l-Intern imma huma diffikultajiet li ġew espressi anke minn Dr. Micallef Stafrace - li kif nafu se jiġi appuntat chairman tal-kumitat biex jirrelata dwar il-kolliżjonijiet u l-inċidenti fatali li qegħdin isiru - fil-ħarġa tal-bieraħ tal-gazzetta \"it-Torċa\".", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, irrid ngħid li huwa ċar li sistema bħal din mhux bilfors titħaddem jew tkun tista' taraha b'mod perfett.", "Hemm ċerti dubji dwarha li fl-opinjoni tagħna ġew solvuti bil-proċeduri li qegħdin jiddaħħlu.", "Pero' ma tistax tibqa' ċċassat quddiem id-dubji, il- problemi u d-diffikultajiet li tqanqal sistema bħal din u lanqas nistgħu ngħidu li s-sewwieqa Maltin huma b'xi mod konġenitalment f'pożizzjoni li ma jiftehmux jew li jibdew jagħtu f'nofs ta' triq meta jkun hemm xi ħabta.", "Irrid ngħid li l-problemi li ssolleva l-Onor.", "Interpellant ġew ikkonsidrati u hemm proċeduri li bihom qegħdin nimxu fuq din il-biċċa tax-xogħol.", "DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA TA' DJAR", "8561.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru, 1997, kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, kemm daħlu talbiet biex postijiet jiġu rranġati, kemm kien hemm xogħlijiet pendenti wara li ġew approvati li jsiru, kemm kien hemm refusals ta' talbiet u kemm xogħlijiet approvati tlestew?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ma' din l-iskeda qed ninkludi wkoll l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Ta' min jispjega li n-numru ta' xogħlijiet approvati indikati f'kolonna \"C\" m'huwiex kemm ġew approvati xogħlijiet f'dak ix- xahar partikolari iżda kemm żdied jew naqas in-numru meta min-numru ta' spezzjonijiet li saru tnaqqsu x-xogħlijiet li kienu tlestew f'dak ix-xahar partikolari.", "B'hekk in-numru jista' jonqos jew jiżdied.", "Id-diskrepanza minn xahar għal ieħor ġejja mill-fatt li jista' jkollok xahar fejn ikun inbeda ħafna xogħol iżda ma jkunx ċertifikat li tlesta, u xahar ieħor fejn jiġu rrekordjati xogħlijiet li jkunu nbdew ix-xahar ta' qabel.", "Id- differenza bejn kolonna \"A\" u kolonna \"B\" hija n-numru ta' talbiet li jkunu għadhom ma ġewx spezzjonati jew indikati bħala \"indeċiżi\" sa l-aħħar xahar.", "Dawn qed jiġu indikati f'kolonna \"F\" għalkemm din ma kenitx mitluba fil- mistoqsija.", "Fir-realta' dan in-numru huwa aktarx iżgħar - bejn 70 u 100 - billi jista' jinkludi xi każijiet dupplikati jew xi każijiet li ġew spezzjonati iżda mhux reġistrati fil-computer.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-policy tad-Dipartiment tad-Djar vis-a-vis t- talbiet li jiġu approvati jew miċħuda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fil-fatt aħna qed nestendu din il-policy u malli jasal il-mument opportun inkun nista' nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, fil-weekend li għadda ġie rrapportat li l-Ministru qal li l-kummissjoni dalwaqt se toħroġ rapport dwar l- artijiet li jista' jitla' bini fihom.", "Jien ma nafx jekk hemmhekk il- Ministru kienx qed jirriferi għall-kummissjoni ppreseduta minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici jew għal xi kummissjoni oħra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għalkemm il-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Gatt m'għandhiex taqsam mal-mistoqsija oriġinali nista' ngħidlu li dakinhar jien kont qed nirriferi għall-kummissjoni ppreseduta minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jaf il-Ministru li f'risposta għal domanda parlamentari ingħad li għalkemm ir-rapport tal-kummissjoni huwa lest m'hemmx il-ħsieb li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, se nerġa' nara t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biex forsi niggwida lill-Ministru jkun tajjeb jekk nirriferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5970.", "Din il-mistoqsija ġiet magħmula mill-Onor.", "Michael Bonnici lill-Prim Ministru li min-naħa tiegħu ta din ir-risposta:", "\"L-Interim Report ġie ppreżentat lill-Gvern u jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fiż-żmien opportun\".\"", "Madam Speaker, fil-fatt għalkemm minn dak iż-żmien 'il hawn saru erba' domandi oħra fuq dan is-suġġett, il-Ministru għadu ma poġġiex dan ir- rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li filwaqt li qabel din il-kummissjoni kienet tippreżenta r-rapporti tagħha lill-Prim Ministru, issa jidher li din qed tippreżentahom lill-Ministru tad-Djar.", "Jista' l-Ministru jikkonfermali jekk dan huwiex minnu jew le?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, dak li għidt jien huwa konformi ma' dak li hemm fit-tweġiba parlamentari.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, it-tweġiba, li ngħatat fit-2 ta' Ġunju, tgħid li dan ir-rapport diġa' qiegħed f'idejn il-Gvern u se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fiż-żmien opportun, pero' l-Ministru ġie rrapportat mill-media li qal li r-rapport dalwaqt se jitlesta.", "Jiġifieri hemm differenza bejn dak li qed jgħid il-Ministru u dak li qal il-Prim Ministru fit-tweġiba li ta.", "Issa jekk il-Ministru ġie rrapportat skorrettement, dan għandu jgħidilna.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Safejn naf jien dak li ġie rrapportat kien li r- rapport se jiġi ppreżentat fil-mument opportun u fil-fatt jien l-ewwel għalhekk għidt li se nerġa' nara t-tweġiba li kienet ingħatat.", "Din ir- risposta issa qrahielna l-Onor.", "Gatt u ta dan nirringrazzjah.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien inħobb inkun preċiż u għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jistax jikkonferma li r-rapport ta' Dr. Karmenu Mifsud Bonnici huwa lest.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru.", "5970.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, huwa evidenti li l-Ministru mhux qiegħed iwieġeb id-domanda.", "Il-mistoqsija oriġinali ta' l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia kienet tirrigwarda l-bidliet fil-policy dwar it-tiswijiet ta' bini tal-gvern.", "Il-Ministru jikkonferma li effettivament ma saret assolutament l-ebda bidla f'dik il-policy?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif iqabbel in-numru ta' applikazzjonijiet bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ma' l-istess perijodu tas-sena li għaddiet u ta' sentejn ilu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, l-ewwelnett nixtieq ninforma lill- Onor. Interpellant li aħna diġa' għamilna policy fuq dan ir-rigward, pero' għadna ma ppublikajnihiex.", "Fil-fatt din se tiġi mxandra waqt id-debate li se jsir fuq dan il-qasam.", "It-tieni nett irrid ngħid li n-numru ta' talbiet li saru bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena jipparaguna tajjeb ħafna mat-talbiet li saru matul l-istess perijodu fis-snin ta' qabel.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li minn Jannar ta' l-1993 sa Diċembru ta' l-1996 saru 10,721 talba, minn Jannar sa Settembru li għadda saru 'l fuq minn 1,839 talba u sa l-1 ta' Novembru se jkunu saru madwar 2,000 talba.", "Nieħu din l- opportunita' sabiex ngħid ukoll li mit-2 ta' Jannar sal-15 ta' Settembru li għadda saru madwar 2,380 spezzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar ir-rapporti kummissjonati lil Dr. Edgar Mizzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8565; u", "Lista li turi n-nazzjonalita' tal-persuni li nqabdu jgħixu illegalment f'pajjiżna, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9058.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja 1997/1998;", "Financial Statements ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1997; u", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita' Marittima għas-sena 1996/1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' l-annimali fl-Għammieri u fi proprjeta' tad-Dipartiment tal- Biedja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9041; u", "Lista ta' għaqdiet li ltaqa' magħhom il-Ministru tal-Biedja u Sajd matul l-1997 dwar organic farming, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9042.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Skeda ta' talbiet għal tiswijiet, li saru lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar bejn Jannar u Settembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8561.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "Tkompli mill-21 t'Ottubru, 1997.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar huwa in possession of the House.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, dalgħodu konna bdejna nitkellmu fuq il- mozzjoni li permezz tagħha l-Gvern se jgħaddi diversi proprjetajiet lil entitajiet differenti.", "Hawn ta' min ifakkar li ma' din il-mozzjoni hawn annessi sitt dokumenti; A,B,C,D,E u F.", "Madam Speaker, Dokument \"A\" jittratta dwar biċċa art f'Għajn Tuffieħa li qed jiġi propost li tinqasam ħalli parti minnha tingħata lil Ħal Ferħ Company Ltd. - li hija kumpannija sussidjarja ta' l-Air Malta - għal bini ta' villaġġ turistiku, parti oħra tingħata lill-għaqda ta' l-iscouts u t- tielet parti - li hija l-iżgħar waħda - tintuża mill-Partit Laburista li diġa' għandu xi proprjeta' hemmhekk.", "Dokument \"B\" imbagħad jittratta dwar il-proprjeta' li l-Gvern beħsiebu jgħaddi lis-soċjeta' tal-M.U.S.E.U.M. sabiex tinbena sezzjoni femminili ta' din is-soċjeta' f'Tal-Pieta'.", "Fil-fatt hemm ukoll il-possibbilta' li tinbena dar residenzjali għall-membri anzjani ta' l-istess soċjeta'.", "Dokument \"C\" jittratta dwar l-għoti ta' l-iskola St. Patrick's lis- Soċjeta tas-Salesjani ta' Don Bosco, u dan għal miżata nominali ta' Lm1 fis- sena.", "Dan se jsir sabiex is-Salesjani jkunu jistgħu jkomplu bix-xogħol tagħhom li jieħdu ħsieb tfal ta' eta' żgħira.", "Dokument \"D\" imbagħad jittratta dwar il-bdil f'kondizzjoni ta' kuntratt, liema kuntratt kien sar fl-1979 u li permezz tiegħu l-Partit Laburista kien ingħata proprjeta' ġewwa St. Andrews bħala parti minn bdil ta' proprjeta' li kellu l-istess partit fil-Marsa, liema proprjeta' kienet ittieħdet mill- Malta Shipbuilding.", "Ta' min jgħid li dan il-bdil fir-regolamenti tal- kuntratt se jsir sabiex titneħħa l-kondizzjoni li permezz tagħha l-gvern kien qed iżomm id-dritt li jittermina kuntratt minħabba nuqqas ta' ħlas ta' ċens.", "Fil-fatt li qed jiġri llum huwa li l-Gvern qed jitlob lura ċ-ċens lill-Malta Shipbuilding, li min-naħa tagħha għandha kuntratt mal-Partit Laburista, u fl-istess waqt dejjem iżomm id-dritt li jkun responsabbli għall-ħlas ta' dawk il-flus lill-Partit Laburista stess.", "Imbagħad għandna Dokument \"E\" li jirrigwarda għoti ta' siti, liema siti huma tal-Joint Office, ġewwa Birkirkara u St. Andrews lil St. Michael's Foundation sabiex din il-fondazzjoni tkun tista' tibni xi skejjel hemmhekk.", "Madam Speaker, id-dokument li dalgħodu spiċċajna niddibattu fuqu kien Dokument \"F\", li jirrigwarda l-proposta li l-Gvern jgħaddi diversi faċilitajiet sportivi lill-għaqdiet li jagħmlu talba għalihom permezz tal- Kunsill Malti għall-Isport.", "Kif kont qed ngħid dalgħodu s-sistema taħdem billi l-għaqdiet konċernati jagħmlu talba lill-Kunsill Malti għall-Isport, dan jevalwa t-talba li ssirlu u mbagħad jekk jara li t-talba saret in bona fide u minn għaqda rikonoxxuta, jipproċedi sabiex jgħaddi b'ċens il- faċilitajiet lill-għaqda partikolari.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-flus li jinġabru miċ-ċnus ta' dawn il-faċilitajiet se jgħaddu f'fond li huwa amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport, liema fond huwa maħsub sabiex jippromwovi l-isport f'Malta.", "Semmejt ukoll diversi faċilitajiet - fil- fatt hemm 25 faċilita' li fil-maġġoranza tagħhom huma tal-football u tal- water polo - li huma inklużi f'Dokument \"F\".", "Madam Speaker, hawnhekk nixtieq nipproponi emenda għall-mozzjoni li ressaqt fis-seduta ta' dalgħodu, liema emenda tgħid hekk:", "\"C\" \"Minnufih wara l-kliem \"f'dokumenti annessi \"A\", \"B\", \"C\", \"D\", \"E\", \"F\"\", għandu jiżdied il-kliem \"u \"G\".", "Billi b'kuntratt tas-7 ta' Frar 1957 fl-atti tan-Nutar Victor Miller il-Gvern ta' Malta ta b'ċens lil General Workers' Union art fil-Belt Valletta fi Triq Nofsinhar kantuniera ma' Triq l-Ifran biċ-ċens u kundizzjonijiet li jinstabu fl-istess kuntratt, u fost dawn il- kundizzjonijiet hemm imsemmi li l-art għandha tintuża biex jittella' bini għall-użu ta' attivita' ta' Trade Union, u wkoll li l-ebda parti mill-bini ma għandu jiġi trasferit;", "U billi l-General Workers' Union talbet li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet għandhom jiġu modifikati fis-sens li l-General Workers' Union jistgħu jużaw parti mill-bini li tela' għal skop kummerċjali u wkoll li jkunu jistgħu jittrasferixxuh;", "U billi l-Gvern laqa' t-talba;", "U billi huwa xieraq li din il-modifika ssir wara riżoluzzjoni tal- Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-imsemmi kuntratt tas-7 ta' Frar 1957 għandu jiġi modifikat skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-abbozz ta' kuntratt li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.\",", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea on a point of order.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, in-naħa ta' l-Oppożizzjoni tqis li din l-emenda li għadu kemm qara l-Ministru tbiddel b'mod sostanzjali l-mozzjoni kif imressqa oriġinarjament.", "Din hija mozzjoni ġdida fiha nfisha għaliex anke mill-mod kif inhi ppreżentata, turi li hija riżoluzzjoni differenti għal kollox.", "Aħna ta' l-Oppożizzjoni nħossu li kien ikun ferm aħjar li kieku din l-emenda - jekk tan-naħa l-oħra jridu jsejħulha emenda - ġiet ippreżentata b'mod korrett.", "Fil-fatt din li qara l-Ministru tippreżentalna problema bħal dawk li tqajmu aktar kmieni u aħna bilfors ikollna nqisuha out of order jekk kemm-il darba l-Ministru ma jitlobx il-permess tal-Kamra u jfittex il-kunsens ta' din in-naħa sabiex iressaq dan id-Dokument \"G\" ġdid.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, Madam Speaker, f'dan il-każ nitlob il- permess tal-Kamra ħalli nkun nista' nressaq din l-emenda.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess sabiex ma' Dokumenti \"A\", \"B\", \"C\", \"D\", \"E\" u \"F\" ikun hemm ukoll anness, mar-riżoluzzjoni kif ġiet sottomessa, id- Dokument \"G\"?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda l-emenda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "ONOR ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nissekonda filwaqt li nifhem li fl- istess kontest tad-deċiżjoni li ħadet is-Sedja, se jkun hemm ukoll vot separat fuq din il-mozzjoni partikolari.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, dan id-Dokument \"G\" ġdid m'huwiex qed jitressaq sabiex tingħata proprjeta' lill-General Workers' Union imma sabiex meta tinbidel xi kondizzjoni - f'dan il-każ hemm żewġ kondizzjonijiet - f'kuntratt li jkun sar permezz ta' riżoluzzjoni ta' din il-Kamra, id-dokument jinġieb quddiem din l-istess Kamra sabiex aħna nkunu nistgħu niddiskutu t-tibdil li hemm bżonn isir.", "U se nispjega ftit x'qiegħed jingħad fil-kuntratt li hemm mal-mozzjoni.", "Kif naħseb li jaf kulħadd, xi żmien ilu l-printing press tal-General Workers' Union ma baqgħetx fil-basement ta' l-istess bini imma ttieħdet f'post ieħor u ġiet murija x-xewqa li l-ispazju li issa ġie vakanti jintuża għal xi ħaġa oħra.", "Fil-fatt aħna qed nagħmlu talba sabiex ikun possibbli li jinbidlu l-kondizzjonijiet li kien hemm fil-kuntratt tas-7 ta' Frar, 1957 ħalli jkun jista' jsir użu differenti minn dan il-post vakanti.", "Madam Speaker, aħna jidhrilna li jkun aħjar li post vojt jintuża, pero' l- kuntratt tal-General Workers' Union kien tassattiv ħafna fis-sens li kien jgħid b'mod strett li l-proprjeta' li ngħatat lill-union trid tintuża biss għal skopijiet ta' trade union u għalhekk inħasset il-ħtieġa li ssir din it- tip ta' riżoluzzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li waħda mill-kondizzjonijiet tgħid li jekk kemm-il darba l-post partikolari jintuża mill-union għal skopijiet oħra - dan qiegħed indikat fuq il-pjanti li huma annessi mad- dokument - jiġifieri jekk kemm-il darba dan l-ispazju jintuża għal użu kummerċjali, il-union qed tintrabat li tagħti persentaġġ mill-profitti ta' dik l-attivita' kummerċjali li tkun qed issir li jmur f'fond speċjali li se tagħmel il-union sabiex tippromwovi l-affarijiet tal-konsumatur għall- benefiċċju tal-poplu kollu.", "Din hija l-kondizzjoni li saret lill-union u hija parti mill-kuntratt li hemm anness ma' Dokument \"G\".", "Fi ftit kliem, għal darb'oħra ġibna quddiem din il-Kamra dokument li bħalma għidt fil-bidu huwa ntiż li jbiddel kondizzjoni.", "Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn dak kollu li qed jingħad fid-dokumenti li hawn quddiemna - apparti t-trasferimenti nfushom u l-kondizzjonijiet tat- trasferimenti - jara li hemm kondizzjoni waħda li tirriferi għar- riżoluzzjonijiet l-oħrajn kollha u din hi li għal kull ħaġa li trid issir, kemm jekk qiegħed tagħti proprjeta' għall-ewwel darba u allura jista' jkun hemm iċ-ċans li dik il-proprjeta' tiġi trasferita, u anke jekk trid tbiddel xi kondizzjonijiet, se tispiċċa dik il-klawsola li kienet tgħid li għandek bżonn il-permess tal-Kummissarju ta' l-Artijiet - qabel din kienet tkun fil- kuntratti kollha - u issa qed ngħidu li hemm bżonn l-approvazzjoni tal- Kamra tar-Rappreżentanti.", "Aħna nħossu li din hija xi ħaġa mportanti ħafna għaliex b'hekk apparti li nkunu fidili ma' dak li qal l-Ombudsman fil-każ tal-proġett tal-Hilton fejn kien ta l-parir li l-Kamra tar-Rappreżentanti tiġi kkonsultata kull meta jkun hemm xi tibdil f'kuntratt ta' trasferiment li jkun ingħata b'riżoluzzjoni tal-Kamra, aktar minn hekk inkunu fidili wkoll ma' dak li konna nikkritikaw qabel meta konna ngħidu li hemm il-ħtieġa li meta proprjeta' pubblika tingħata lil xi entita', hi min hi, qabel ma jsir xi tibdil, din tinġieb quddiem din il-Kamra sabiex tiġi dibattuta, u t-tibdil isir jekk kemm-il darba jiġi approvat.", "Għalissa se nieqaf hawnhekk ħalli nisma' l-kummenti tal-Kamra.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, naħseb li jekk kien hawn mozzjoni fl-istorja ta' dan il-Parlament li ma nistgħux ma nħarsux lejha bħala waħda mill-iktar gravi, anke għall-mod kif ġiet ippreżentata, hija bla dubju ta' xejn din il-mozzjoni.", "Dalgħodu kellna l-opportunita' li nindikaw - apparti li saru konsiderazzjonijiet oħra - kif il-Gvern f'mozzjoni li fiha ġabar sitt riżoluzzjonijiet differenti u issa għadu kemm żied is-seba' riżoluzzjoni - l-ewwel riżoluzzjoni tista' taqsamha fi tliet partijiet - ipprova jiġbor taħt kappa waħda numru ta' trasferimenti ta' l- art tal-Gvern li huwa evidenti li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin.", "Fil-qosor nixtieq ngħid fiex jikkonsistu dawn ir-riżoluzzjonijiet li ġew miġburin kollha flimkien, pero' mbagħad irrid nirriferi għal x'inhu l-iskop prinċipali tal-Gvern.", "Fl-ewwel riżoluzzjoni nsibu l-każ ta' trasferiment ta' art għal skop kummerċjali bħalma hu l-iskop tal-kumpannija Ħal Ferħ, trasferiment ta' art lil għaqda volontarja li hija l-assoċċjazzjoni ta' l- iscouts u fit-tielet parti ta' l-ewwel riżoluzzjoni nsibu wkoll trasferiment li jissana lil dak li jeżisti diġa' f'Għajn Tuffieħa, anke għar-rigward taż-żewġ interessi l-oħra lill-Partit Laburista.", "Fit-tieni riżoluzzjoni imbagħad insibu trasferiment ta' art lis-soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. filwaqt li fit-tielet riżoluzzjoni nsibu għoti b'użu, iktar milli trasferiment, għall-iskola ta' St. Patricks f'Tas-Sliema lis- Salesjani ta' Don Bosco.", "Ir-raba' riżoluzzjoni huwa evidenti li kienet ir-riżoluzzjoni prinċipali fl-intenzjoni tal-Gvern u aktar tard nirriferi għaliha iżjed fid-dettall.", "Għandna imbagħad il-ħames riżoluzzjoni li tikkonsisti fit-trasferiment ta' art lil St. Michael's Foundation sabiex ikunu jistgħu jibnu skola għal skopijiet edukattivi, u s-sitt riżoluzzjoni tittratta dwar diversi artijiet favur għaqdiet sportivi.", "Imbagħad biex inkomplu ngħaqduha, ftit ilu tressqet emenda rigward il-każ li indika l-Ministru tal-General Workers' Union.", "Sur President, jekk inħarsu lejn l-istorja ta' dan il-Parlament u naraw l- okkażjonijiet kollha li fihom tressqu riżoluzzjonijiet quddiem din il-Kamra sabiex din min-naħa tagħha tawtorizza trasferiment ta' art, ma nsibu ebda okkażjoni fejn gvern ġabar flimkien - u pprova wkoll kieku ma kienx għar- ruling tas-Sedja jiġbor flimkien fis-sens li jittieħed vot wieħed - diversi riżoluzzjonijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin.", "U allura meta tara konsiderazzjoni bħal din ma tistax ma tasalx immedjatament għall- konklużjoni li hemm skop li la hu skop ta' trasparenza, la ta' serjeta' u wisq inqas ta' onesta'.", "L-iskop prinċipali tal-Gvern hu li din il-Kamra tagħti lill-Malta Labour Party awtorizzazzjoni in blank - għaliex lanqas għandna indikazzjoni remota ta' lil min se jsir it-trasferiment, taħt liema kondizzjonijiet se jsir, għal liema skopijiet se jsir jew b'liema prezz se jingħata - sabiex jinnegozja kif irid art li għandu f'idejh b'ċens perpetwu f'St. Andrews.", "Imma mhux hekk biss.", "Biex dan in-negozju jiffaċilitah u jsir perfett, il- Gvern qiegħed jgħid li se jaħfer iċ-ċens dovut lilu lil min se jixtri din l- art - li qiegħda f'waħda mill-ikbar prime sites mil-lat kummerċjali ta' pajjiżna - mingħand il-Malta Labour Party.", "Issa, skond ir-risposta tal- Ministru stess għal interpellanza tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq somma ta' mill-inqas ¥230,000.", "Mela l-Gvern se jaħfer iċ-ċens fuq din l-art favur min għal skop kummerċjali u għal skop ta' spekulazzjoni se jieħu l-art mingħand il-Malta Labour Party.", "Din hija l-ewwel konċessjoni.", "Il-konċessjoni l-oħra hija li l-Gvern qiegħed jgħid li qed jirrinunzja għad-dritt li għandu li jieħu din l-art lura kemm-il dabra ma jkunx tħallas lilu ċ-ċens.", "Dan huwa li qed jgħid il-Gvern illum.", "Kif għamel ukoll il-Ministru, forsi huwa xieraq li wieħed jidħol fl- istorja ta' kif evolviet din is-sitwazzjoni.", "L-istorja, fil-bidu tagħha, hija simili għal kif iddeskriviha l-Ministru llejla.", "Kif nafu, fl-1979 il- Malta Shipbuilding iddikjarat li trid testendi l-operazzjonijiet u l- attivita' ekonomika tagħha, u indikat li kellha bżonn il-post okkupat mill- Malta Labour Party ġewwa l-Marsa.", "Dakinhar il-Gvern ġie quddiem din il- Kamra b'riżoluzzjoni speċjali ad hoc - mhux bħalma għamel il-Gvern tal-lum ifformat mill-istess partit li bil-mod kif qiegħed jimxi qiegħed joskura aktar il-metodi tat-trasparenza tiegħu - sabiex ikun awtorizzat jagħti lill- Malta Shipbuilding art kummerċjali mill-aktar importanti ġewwa St. Andrews sabiex din tkun tista' tpartatha ma' l-art fil-Marsa wżata mill-Malta Labour Party.", "Sa hawnhekk qegħdin naqblu.", "Meta mbagħad nagħtu ħarsa lejn il-kuntratti li saru abbażi tar- riżoluzzjoni li kien ressaq l-istess Gvern f'din il-Kamra fis-7 ta' Awissu, insibu li fl-20 t'Awissu - jiġifieri 15-il ġurnata wara, għax naturalment fejn jidħlu l-interessi tal-Malta Labour Party il-Gvern kien mgħaġġel ħafna - huwa għamel l-att li bih għaraf li - u nikkwota testwalment mill-kuntratt li sar fl-20 ta' Awissu 1979 - il-Malta Shipbuilding:", "\" ... għandha ħtieġa li tkabbar il-post fejn qiegħda tinbena l-Marsa Dock u billi l-uniku sit adattat għal dan l-iskop huwa dak li huwa okkupat mill-headquarters tal-Malta Labour Party, huwa magħruf li l- Malta Labour Party lest li jirrilaxxa din il-proprjeta' bil-patt li jingħata akkommodazzjoni adegwata alternattiva.\".", "Mela fl-1979 il-Malta Labour Party kien qed jiġi mitlub jagħti dawn il- headquarters lill-Malta Shipbuilding minħabba t-tkabbir tal-Marsa Dock.", "Min-naħa l-oħra l-Gvern ried li l-Malta Labour Party jingħata akkomodazzjoni adegwata alternattiva u allura ta dawn is-siti ġewwa St. Andrews lill-Malta Shipbuilding sabiex din tkun tista' tagħmel dan it- tpartit mal-Malta Labour Party.", "Fil-kuntratt ta' l-1979, dan il-konċett ta' akkomodazzjoni adegwata alternattiva jissemma mill-anqas tliet darbiet, u nenfasizza dan il-punt għaliex dan il-Gvern mill-bankijiet ta' l- Oppożizzjoni kien jgħid li jekk inti trid tagħti art għal xi skop, dak l- iskop ma tistax tbiddlu u ma tistax tagħmel trasferimenti in blank qisu ma ġara xejn.", "F'dan il-kuntratt mal-Malta Shipbuilding, il-Gvern qed jgħid li qiegħed jipprovdi l-akkomodazzjoni alternattiva meħtieġa sabiex ikun jista' jsir dan il-bdil ta' proprjetajiet, u għat-tielet darba nsibu li l-Malta Labour Party qed jingħata dawn is-siti f'St. Andrews bħala akkomodazzjoni alternattiva.", "Imma mhux hekk biss.", "F'dan il-kuntratt ta' l-1979, insibu li l-Gvern kien lest jagħti dawn l-istess siti f'St. Andrews, limiti ta' San Ġiljan, lill-Malta Shipbuilding sabiex din tkun tista' tittrasferihom b'ċens perpetwu lill-Malta Labour Party għaliex il-Malta Labour Party ma riedx jitgħabba bi spiża kapitali esaġerata u allura pprefera l-metodu ta' ċens perpetwu.", "Allura l-Gvern ta lill-Malta Shipbuilding dawn l-artijiet b'ċens perpetwu ħalli hi tagħtihom lill-Malta Labour Party b'ċens perpetwu u jpaċu waħda ma' l-oħra.", "Issa meta inti taqra dan il-kuntratt, allura tassumi li dak li kellu jsir huwa li l-Malta Labour Party imexxi l- attivitajiet tiegħu minn St. Andrews minflok mill-Marsa għaliex il- kuntratt ta' l-1979 ma jgħidx li l-Gvern qed jagħti lill-Malta Shipbuilding artijiet biex din tagħtihom lill-Malta Labour Party bħala kumpens u l-Malta Labour Party jagħmel minn dawk l-artijiet kull negozju mmaġinabbli.", "Il- Gvern qallu li bħala partit politiku qed jingħata siti fejn iżomm ir- records u minn fejn imexxi l-attivitajiet li kien imexxi bħal-laqgħat tal- kumitati, laqgħat fejn jindirizzaw lin-nies u attivitajiet politiċi oħra fl-attivita' normali ta' partit politiku.", "Jiġifieri l-Gvern ma kienx qed jagħti dan is-sit lill-Malta Labour Party qisu sar xi enti kummerċjali li qiegħed fin-negozju ta' l-ispekulazzjoni ta' l-artijiet.", "Din hija l-ewwel konsiderazzjoni li rridu nagħmlu.", "Meta mbagħad saru l-kuntratti bejn il-Malta Shipbuilding u l-Malta Labour Party dan il-punt reġa' ġie enfasizzat, pero' qabel ma niġi għal dawk il- kuntratti tajjeb ngħid li l-Gvern, apparti li rabat liż-żewġ partijiet biex jagħmlu dan it-trasferiment lil xulxin inkella jeħdilhom kollox lura, kien qal li jekk l-enfitewta jkun naqas li jħallas iċ-ċens għal sentejn jew aktar, jew jekk għalkemm ikun għamel xi ħlas parzjali f'xi sena huwa jibqagħlu jħallas somma daqs l-ammont ta' sentejn ċens u f'kull każ jibqa' hekk debitur wara li jgħaddu 30 ġurnata min-notifika ta' ittra uffiċjali, din tkun tiġġustifika lill-Gvern biex jieħu l-art lura.", "Issa żgur li l- Ministru u anke kull min isegwi x'jiġri f'kuntratti ta' ċnus ta' trasferimenti ta' artijiet fil-pajjiż jaf li meta inti tagħmel regola bħal din, tkun qed tagħmel regola estrema sabiex tassigura li dak il-ħlas isir.", "Dak li jagħmel kull persuna li għandu l-iċken proprjeta' f'dan il-pajjiż hu li jekk dak li għandu ċ-ċens jitolbu jagħtih id-dritt li jittrasferixxi l- proprjeta' - għax min irid jieħu l-art ma jridx jieħu l-art bir-riskju li l-proprjetarju directus dominus jieħu l-art lura għax ixolji l-kuntratt - jgħidlu li biex dan isir, fil-kuntratt stess fejn jagħtih il-permess tat- trasferiment, irid jitniżżel li jrid isir il-ħlas taċ-ċens kollu dovut.", "Dan hu l-elementari li jiġri dejjem, imma dan il-Gvern għaliex hawnhekk qed jittratta mal-Partit Laburista, irid jimxi b'mod differenti mill-konċetti kollha ta' sens komun, ta' tmexxija serja u ta' tmexxija responsabbli f'isem il-poplu kollu.", "Aktar tard jien se nikkwota wkoll minn diskorsi li saru f'okkażjonijiet oħra f'dan il-Parlament meta kellna mozzjonijiet ta' trasferiment ta' art fejn l-Onor.", "Alfred Sant, bħala Kap ta' l-Oppożizzjoni, kien iddeskriva dan il-Parlament bħala x-shareholder ta' l-artijiet kollha tal-Gvern u qal li dan il-Parlament irid jifli, jeżamina u jara bl-iktar mod metikoluż xi jkun qiegħed jiġri f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Allura l-ewwel osservazzjoni li jien nagħmel bħala parti mill-Parlament li l-Onor.", "Alfred Sant iddeskrivih bħala x-shareholder ta' din il- proprjeta' nazzjonali, huwa li nistaqsi għaliex il-Gvern m'huwiex jagħmel il-minimu li jagħmel kull proprjetarju ta' art, u dan apparti l-ewwel argument, jiġifieri li dan it-trasferiment m'huwiex qiegħed isir biex tinstab akkomodazzjoni alternattiva għall-Malta Labour Party.", "Għalkemm hawnhekk m'humiex qegħdin jgħidulna min qiegħed jixtri mingħand il-Malta Labour Party, jien nifhem li dan l-individwu l-aħħar ħaġa li għandu f'moħħu hija li jibni xi headquarters għal attivita' politika.", "Jiena ngħid li dan se jixtri din il-proprjeta' biex jagħmel attivita' kummerċjali u ta' spekulazzjoni mill-iktar wiesgħa immaġinabbli u l-Malta Shipbuilding m'għandha l-ebda dritt li meta tittrasferixxi l-art f'St. Andrews tagħmel xi kondizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk li taha l-Gvern, għaliex kif nafu hemm il-prinċipju fundamentali li jekk jien nagħti xi ħaġa lil ħaddieħor, imbagħad dak ma jistax jagħti iżjed milli tajtu jiena.", "Mela meta l-Gvern qal lill-Malta Shipbuilding sabiex tagħti lill-Partit Laburista premises alternattivi minn fejn jopera, huwa ma qalilhiex tagħti lill-Malta Labour Party art biex iżommha in storage għal skop ta' spekulazzjoni biex meta jħoss id-daqqa tajba, jispekulaha bl-aktar mod kummerċjali u jgħabbi lill-pajjiż b'negozju sfaċċjat.", "Imma apparti dik, il-Gvern, li żamm id-dritt fundamentali li jassigura li ċ-ċens lilu dovut ikun imħallas, qal - f'risposta mogħtija lill-Onor.", "Tonio Borg għall- mistoqsija parlamentari numru 647 - li sa Jannar ta' din is-sena kienu dovuti lilu Lm230,000 f'ċens.", "Issa l-Gvern qed jiġi quddiem dan il- Parlament biex jgħidilna li dak iċ-ċens m'huwiex imħallas u li għalkemm hu jaf li se jsir it-trasferiment ta' dik l-art, m'huwiex se jitlob li fuq dak it-trasferiment isir il-ħlas taċ-ċens dovut lilu kif jagħmel kull proprjetarju ieħor fil-pajjiż.", "Mhux talli hekk, talli l-Gvern qed jgħid li dawk li se jixtru mingħand il-Malta Labour Party - li hija misterjuża li ma jissemmewx - għalkemm huma se jkollhom it-trasferiment ta' l-art ta' ċens perpetwu u skond regoli oħra mill-aktar fundamentali suppost l-obbligi kollha li hemm fuq dik l-art jgħaddu fuqhom, se jinħafrilhom iċ-ċens dovut s'issa.", "Sur President, din tagħmel konsiderazzjoni kummerċjali importanti ħafna għall-Malta Labour Party għaliex jekk lil min jixtri mingħand il-Malta Labour Party b'madwar Lm400,000 - għalkemm m'humiex qed jinformawna min huma, nifhmu li huma ta' Fino - il-Gvern jgħidlu li jrid iħallsu Lm200,000 meta jsir il-kuntratt jew jingħata l-permess, dak idur fuq il-Malta Labour Party u jgħidlu li hu se jagħtih Lm400,000.", "Jekk inti taħfer iċ-ċens dovut lil min qed jieħu l-art mingħand il-Malta Labour Party, tkun qed tagħmel rigal taċ-ċens dovut favur il-Malta Labour Party.", "Dan li qiegħed jagħmel il-Gvern!", "Sur President, saru l-kuntratti bejn il-Malta Shipbuilding u l-Malta Labour Party fejn fihom il-Malta Labour Party ħa l-art ta' St. Andrews mingħand il-Malta Shipbuilding, liema art il-Gvern kien impona fuqha ċens ta' Lm20,000 fis-sena.", "B'hekk il-Malta Labour Party awtomatikament ħa dik l-art biċ-ċens dovut direttament minnu lill-Gvern.", "Hekk jgħidu l- kuntratti, pero' l-Malta Labour Party, biex ma jiġix skopert għaċ-ċens, żied iċ-ċens li kien jitħallas fuq l-art tal-Marsa - minn Lm160 għollih għal Lm20,000 - u qal lill-Malta Shipbuilding sabiex dak iċ-ċens tibda tħallsu lilu, imbagħad hu jħallas iċ-ċens lill-Gvern fuq l-art ta' St. Andrews biex b'hekk il-Malta Labour Party jkun kopert back to back, kif qal il-Ministru.", "Jien naħseb li dawn il-kuntratti bejn il-Malta Shipbuilding u l-Malta Labour Party kienu back to back fis-sens ta' I scratch your back and you scratch mine.", "Meta imbagħad wieħed jara dawn il-kuntratti isib li dawn li suppost kienu qed jagħmlu din l-operazzjoni kollha biex ma jibqgħux mingħajr headquarters, għamlu żewġ affarijiet oħra.", "L-ewwelnett, għalkemm ma kienx previst fil-kuntratt oriġinali, il-Malta Labour Party qalu lill-Malta Shipbuilding li huma ġol-Marsa kellhom printing press - il-Freedom Press - u għalhekk kellhom jagħtuhom ukoll alternative accommodation għaliha, liema alternative accommodation kellha tkun tikkonsisti f'fabbrika - u qalulhom id-daqs li trid tkun - u tkun bir-rati tal-Malta Development Corporation.", "Mela filwaqt li l-Malta Labour Party kien se jieħu siti li jrid hu f'St. Andrews u għall-iskopijiet li jrid hu, fil-kuntratt mal-Malta Shipbuilding qal li hu hemmhekk għandu l-press u li għaliha jrid alternative accommodation over and above dik ta' St. Andrews.", "U biex żgur ma jmorrux jitilfu xi ċenteżmu qalu wkoll li riedu Lm3,000 għall-ġarr, għall- ħatt u għall-istallazzjoni mill-ġdid tal-makkinarju.", "Issa jien ma nafx kemm ġarrew l-affarijiet mill-Marsa għal St. Andrews, sakemm m'hijiex xi riferenza għal parti tal-Freedom Press, pero' kif inhija miktuba hawnhekk ma tiftiehemx hekk.", "Mela l-Malta Labour Party kopra lilu nnifsu li jkollu premises alternattivi, kopra lilu nnifsu billi għażel il-post li ried hu, kopra lilu nnifsu billi ċ-ċens li hu kien dovut għal dik l-art żiedu billi żied iċ-ċens fuq il-Marsa, żied il-prezzijiet tal-ġarr u żied ukoll f'daqqa waħda alternative accommodation għall-parti ta' l-istamperija.", "Pero' fir- realta' x'ġara?", "Il-Malta Labour Party, bħala partit, qatt ma ħadem minn St. Andrews - almenu sakemm ma għamilx xi attivita' iżolata li forsi ma nafux biha - tant li ftit wara mar għand il-Gvern u qallu biex jagħtih il-Maċina ħalli jkun jista' jaħdem minn hemm.", "Mela dak li qallu l-Gvern fl-1979, jiġifieri li għandu art f'St. Andrews, wieħed mill-aqwa postijiet ta' Malta ...", "U mhux billi jiġi l-Ministru llum u jgħidilna li fl-1979 ma kienux jafu li St. Andrews huwa wieħed mill-iktar postijiet kummerċjali u prime sites ta' Malta, għaliex St. Andrews ilu magħruf minn żmien is-Servizzi Ingliżi biss biss għall-potenzjal tiegħu!", "Li huwa bieb ma' bieb ma' San Giljan naħseb li kienu jafu - ma tridx tkun perit biex tkun tafu dan, kulma trid tkun taf il-ġeografija elementari ta' Malta - u kienu jafu wkoll li qiegħed viċin dik il-kosta u li għandu dak l-iskop kummerċjali kollu.", "Paceville ukoll kien jeżisti fl-1979!", "Dawn illum qed jitkellmu b'tali mod li qisu tahom xi biċċa art fuq il-qamar li ma kellha potenzjal ta' xejn!", "Imbagħad fuq kollox mhux il-Malta Labour Party għażilhom is-siti, mela aħna x'tort għandna!", "Il-Malta Labour Party għażel dawk is-siti biex ikun jista' jmexxi l-headquarters tiegħu mill-Marsa għal hemmhekk ...", "(Interruzzjonijiet) Mela le, fair enough kieku veru għamel hekk!", "L-alternative accommodation ma saret xejn.", "Ħalli nieħdu eżempju sempliċi u nagħmlu paragun identiku.", "Sur President, ħalli għall-mument nimmaġinaw li jkun hemm każ ta' xi ħadd li qed jgħix fi flat u l-Gvern ikollu bżonn dak il-flat sabiex ikabbar xi uffiċini li jkollu f'dik l-area jew għal xi raġuni oħra, u allura l-Gvern jagħtih flat ieħor.", "Il-kuntratt isir u niġu bir-riżoluzzjoni hawnhekk sabiex nevitaw proċeduri oħra ta' tendering, imbagħad dak li ġie meħud lilu l-flat sabiex isiru uffiċini, minflok ma jmur joqgħod fil-flat l-ieħor li jkun ingħatalu, iħallih vojt għaliex ikun qiegħed f'area kummerċjali importanti, jieħu flat ieħor tal-gvern għaliex naturalment irid ikollu fejn joqgħod - l-istess kif għamel il-Malta Labour Party bil-Maċina - u mbagħad, meta jinnegozja ma' dak ta' l-uffiċini jitolbu garaxx għaliex jgħidlu li għandu biċċa apparat li m'għandux fejn iqegħedha, jieħu garaxx ukoll, jitlob il-flus għall-ġarr biex taparsi qiegħed iġorr u mbagħad iżommu għal skopijiet ta' spekulazzjoni.", "U dan jagħmlu f'isem it- trasparenza, f'isem l-onesta', f'isem il-moderniżmu u f'isem is-serjeta'!", "Hekk għamlu l-Malta Labour Party u l-Gvern Laburista!", "Jien niddejjaq ngħid \"Gvern Laburista\" għaliex suppost ngħidu \"Gvern tar- Repubblika ta' Malta\" pero' huwa interessanti li f'ħafna mir- riżoluzzjonijiet ħlief f'din, jissemma dejjem il-Gvern Laburista.", "Fil- każijiet fejn qed tiġi trasferita xi proprjeta' lis-soċjeta' tal- M.U.S.E.U.M., lill-għaqda ta' l-iscouts u lill-għaqdiet ta' l-isports dejjem hemm imniżżel \"il-Gvern Laburista\", imma fil-każ tat-trasferiment lill-Partit Laburista, m'hemmx imniżżel \"il-Gvern Laburista\".", "F'dak il- każ hemm imniżżel - b'mod li suppost nużaw fir-riżoluzzjonijiet - hekk:", "\"U billi ċ-ċenswalist preżenti ...\",", "- li huwa l-Malta Labour Party -", "\"... talab li jittrasferixxi parti miċ-ċens jew iċ-ċens kollu bil- kondizzjoni li l-Gvern ...\",", "- ma qalux il-Gvern Laburista, ma tarax!", "Dik ngħiduha għall-għaqdiet, għalfejn ngħidu li l-Gvern Laburista qed jagħmel rigal lill-Partit Laburista?!", "Biex imbagħad ikun hemm xi ħadd li jinduna! -", "\"... jirrinunzja għad-dritt li għandu għax-xoljiment ta' l-għotja enfitewtika minħabba nuqqas ta' ħlas ta' ċens ...\",", "- u mank jgħidulna kemm hu ċ-ċens; irridu noqogħdu inqallbu u nfittxu l- mistoqsijiet parlamentari biex insiru nafu kemm!", "Forsi hawnhekk tajjeb li nfakkar li skond tweġiba għal mistoqsija parlamentari li ngħatat, dan kien ta' Lm230,000 -", "\"... u dan biss għal dak iċ-ċens dovut sad-data ta' dan it- trasferiment.\".", "Jiġifieri min se jixtri mingħandhom - nifhem li huwa Fino għall-prezz ta' Lm400,000 - jibda jħallas iċ-ċens lill-Gvern mid-data li l-art tiġi f'idejh imma ta' qabel ma jħallasx għaliex inkella jonqos il-consideration price lill-Malta Labour Party.", "Ma tarax li m'aħniex se nittrattaw lill-Malta Labour Party b'dan il-mod ħażin!", "Issa ħalli nħarsu ftit aktar lejn il- kuntratt li għandna ppreżentat bħala Dokument \"D\".", "Sur President, qed nikkonċentra fuq dan għaliex bir-rispett kollu, li niġu quddiem din il-Kamra b'riżoluzzjoni moqżieża u diżonesta bħal din u nipprovaw nagħmluha eżatt fin-nofs ...", "Din eżatt fin-nofs issa ġiet, għandna tlieta qabilha u tlieta warajha ħalli żgur inħawwruha l-borma!", "Għandna sandwich perfett!", "(Interruzzjonijiet) Meta nimxu b'dan il-mod u noqogħdu ngħidu kemm aħna ġenerużi ma' l-għaqda ta' l-iscouts, kemm aħna ġenerużi mas-soċjeta' tal-M.U.S.E.U.M., kemm aħna ġenerużi mas-Salesjani u kemm aħna ġenerużi ma' dawn l-għaqdiet ta' l-isports kollha, inkunu qed nimxu b'mod ta' disprezz lejn dawn l-għaqdiet kollha, għaliex inkunu qegħdin nisservaw bihom u xejn aktar.", "B'dan li qed jagħmel il-Gvern, lil dawn l-għaqdiet kollha - l-għaqdiet filantropiċi, volontarji, l-għaqdiet li jagħmlu tant xogħol meritovoli f'dan il-pajjiż, fil-qasam edukattiv, fil- qasam ta' volontarjat, fil-qasam sportiv u fil-qasam edukattiv - qed jgħidilhom biex joqogħdu fil-ġnub tiegħu waqt li hu jagħmel din it-taħwida favur il-Partit Laburista!", "Qed jgħidilhom biex joqogħdu fil-ġnub tiegħu, tlieta qabel u tlieta wara, biex forsi l-poplu ma jindunax!", "Il-press releases li ħareġ il-Gvern f'dawn l-aħħar 15-il ġurnata ma semmewx din ir- riżoluzzjoni; kollha ssemmew imma din le.", "Wara kollox din min jaf li qiegħda hawn?", "Din qiegħda moħbija fin-nofs!", "Dan huwa Dokument \"D\" li jfisser \"dirty\"; dirty tricks department.", "Dawn l-affarijiet ma jsirux!", "Dan huwa ta' disprezz għal dawn l-għaqdiet volontarji, huwa ta' disprezz għal dan il-Parlament, huwa ta' disprezz għall-poplu u huwa ingann li ntuża fil-kampanja elettorali u issa qed jintuża bħala metodu, bħala strument ta' kif tiggverna u tmexxi l-pajjiż.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U r- responsabbilta' tagħna hi li din id-diżonesta' nindikawha eżatt kif inhi.", "Issa ħalli naqra xi jgħid iktar il-kuntratt anness ma' din ir-riżoluzzjoni li hija mmarkata bħala Dokument \"D\".", "Jien naħseb li dan il-kuntratt li għandna quddiemna se jikkwalifika bħala wieħed mill-iktar kuntratti li tista' ssejjaħlu lectio brevis, jiġifieri iġri, għaġġel li ma tmurx tiżloq xi kelma żejda.", "Bħala premessi, f'dan il-kuntratt - hawnhekk se jkolli naqleb mill-Ingliż għall-Malti għaliex għal xi raġuni, li forsi ma nifhimx biżżejjed jiena, l-abbozz li għandna ta' dan il-kuntratt huwa bl-Ingliż - hemm miktub hekk:", "\"Peress li l-Gvern kien ta b'titolu ta' ċens perpetwu lill-Malta Shipbuilding Company Ltd., li iżjed 'il quddiem tissejjaħ \"il- kumpannija\", il-porzjonijet ta' art f'St. Andrews deskritti hemmhekk ...\",", "- u naturalment jgħid fl-atti ta' liema Nutar u meta sar il-kuntratt -", "\"... bil-kondizzjoni li dik il-kumpannija min-naħa waħda tittrasferixxi dawk il-porzjonijiet ta' art lill-Partit ...\",", "- kif fil-fatt sar u hawn riferenza għall-kuntratt li kkwotajt -", "\"... u bil-kondizzjoni min-naħa l-oħra li l-Partit jittrasferixxi lill- kumpannija l-headquarters tiegħu fil-Marsa ...\",", "- naturalment, kif diġa' għidt, issa hawn l-arti kif naqtgħu fil-qasir għax hawn ma jissemmiex iktar li dan sar bħala eżerċizzju ta' alternative accommodation; dik insejniha -", "\"u peress li l-partit se jittrasferixxi dawn l-artijiet ...\".", "Jiġifieri dawn se jittrasferixxu ċ-ċens perpetwu u mank id-diċenza li jgħidulna lil min.", "Dan il-Parlament ma jinterressahx li jkun jaf?", "Jien irrid nifhem li meta l-Ministru jispjega l-iskop tal-mozzjonijiet jagħti l- motivazzjoni korretta.", "Jekk il-motivazzjoni hija li dan il-Gvern se jkun tant trasparenti li kull min jiġi biex jittrasferixxi art mogħtija lilu, għalkemm ikollu dritt jittrasferixxiha, jesiġi li dak jiġi quddiem din il- Kamra ħalli terġa' tiddibatti dak it-trasferiment - dan skond ma kien jgħid il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni - allura m'hijiex l-iktar ħaġa elementari tat-trasparenza li l-Gvern se mai jgħidilna lil min se jittrasferixxi din l-art il-Partit Laburista?", "M'hijiex l-iktar ħaġa elementari tat-trasparenza li l-Gvern jgħidilna taħt liema kondizzjonijiet se tiġi trasferita, li naturalment tinkludi anke l-prezz li għalih se tiġi trasferita?", "Għaliex meta jkolli l-konferma li suppost ikollha din il-Kamra - jekk veru rridu nimxu b'mod trasparenti - li l-Partit Laburista qed jagħmel dan it-trasferiment għal madwar Lm400,000, iktar u iktar nesiġi li nkun naf għaliex il-Gvern ma jinsistix li allura l-ħlas taċ-ċens dovut isir fuq il-kuntratt.", "Sur President, hawnhekk tajjeb li nżommu kollox fil-binarju ta' x'ġara.", "Jekk fl-1979 il-Gvern kien qiegħed jagħti art importanti ġewwa St. Andrews lill-Malta Shipbuilding biex din tagħtiha għall-akkomodazzjoni alternattiva ta' partit politiku, il-Gvern by definition kellu żewġ skopijiet soċjali li t-tnejn kienu tajbin; kellu l-iskop soċjali li jgħin lill-Malta Shipbuilding li hija industrija importanti biex tkabbar l-attivita' ekonomika tagħha u tkabbar id-Dock, u kellu l-iskop soċjali li jagħti post alternattiv għal headquarters ta' partit politiku.", "S'hemmhekk kollox sew, imma jekk min se jieħu l-art illum se jagħmel supermarket jew kumpless turistiku, dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' headquarters ta' partit.", "Mela issa mhux biss għandek - u dan huwa importanti - bidla favur min l-art kienet intenzjonata li tingħata, imma għandek ukoll bidla ta' l-iskop.", "Infakkar li meta min-naħa l-oħra kienet issir il-kritika li jekk isir trasferiment il-Kamra għandha tkun taf lil min se jsir, jien ħafna drabi kont inwieġeb - u dak l-argument fih validita' - li jekk il-kondizzjonijiet li jorbtu fuq il-kuntratt huma identiċi, sa ċertu punt nifhem li jista' jinteressana u jista' ma jinteressaniex.", "Sur President, hawnhekk tajjeb li nsemmi l-famuż argument li kien sar f'dan ir-rigward fuq il-Car Park tal-Furjana.", "L-argument min-naħa ta' l- Oppożizzjoni kien li jekk hawnhekk sar trasferiment favur il-Yellow Garage u dan wara jittrasferixxi lil xi ħaddieħor, għandna nerġgħu niġu f'din il- Kamra biex inkunu nafu għaliex il-Yellow Garage qiegħed jittrasferixxi lil ħaddieħor.", "Almenu f'dak il-każ kien hemm l-istess kondizzjonijiet għaliex jekk il-Gvern qal lill-Yellow Garage li hemmhekk għandu jsir car park, hekk baqa' u mhux ittrasferixxewh u f'daqqa waħda sar supermarket.", "Hawnhekk ma konniex qed nitkellmu fuq li noħolqu sitwazzjoni vantaġġjuża għall-partit politiku li hu fil-gvern!", "Mela allura f'dan il-każ li għandna quddiemna xi trasparenza hi din?!", "Jekk inkomplu naraw x'hawn miktub f'dan il-kuntratt insibu li:", "\"Issa l-Partit qiegħed jiddelega lill-Gvern ... \",", "- il-konfużjoni bejn \"partit\" u \"gvern\" hija xi ħaġa inkredibbli; naħseb li din it-tip ta' diċitura hija ta' żmenijiet antikwati ħafna, ma tantx hija moderna - \"... id-dritt li għandu l-partit għal kwalunkwe ċens mhux imħallas ....\"", "- anke hawnhekk, mank jgħid x'qiegħed jiddelega eżatt u mank jgħidilna x'inhu l-ammont ta' ċens dovut, li aħna nfakkru li hu ta' Lm230,000.", "\" ... u allura d-drittijiet li għandu l-partit kontra l-Malta Shipbuilding, il-partit issa qed jagħtihom lill-Gvern.\".", "Mhux hekk!", "Mhux borma waħda din!", "Imbagħad bil-konsegwenza li l-gvern jaċċetta dan kollu fid-drittijiet li hemm u l-gvern allura issa jrid idur fuq il-Malta Shipbuilding għal dan iċ-ċens mhux imħallas.", "Fid-draft tal-kuntratt hemm miktub ukoll li:", "\"Jekk il-Malta Shipbuilding ma tħallasx lill-Gvern, allura l-Gvern iżomm id-drittijiet tiegħu biex jitħallas mill-partit.\".", "Imma, bir-rispett kollu għal dan l-argument, l-ikbar dritt il-gvern se jkun tilfu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterromplik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOSEPH FARRUGIA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Zammit Dimech ikompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Sur President, kont qed ngħid li l-ikbar dritt tal-gvern jibqa' li tieħu l-art lura, jew jekk ma jagħmilx dan, jinsisti li meta jagħti l-permess għal trasferiment, isir il-ħlas kollu immedjat.", "Hawnhekk nixtieq infakkar ftit x'kien jintqal f'din il-Kamra f'okkażjonijiet preċedenti ħalli nkunu nistgħu naraw jekk il-Gvern huwiex qiegħed ikun konsistenti mat-tip ta' diskors li kien jagħmel qabel.", "Jekk nieħu s-seduta tat-13 ta' Jannar, 1993 fejn konna qed niddiskutu r-riżoluzzjoni dwar għoti ta' art lil Chambrai, fid-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, kien qal dan il-kliem:", "\"Aħna x-shareholders tal-poplu Malti għax qed niddefendu l-patrimonju Malti, il-Parlament.", "Aħna bħala shareholders li nirrappreżentaw il- poplu Malti rridu nidħlu fil-fond tal-kwestjoni u nistaqsu: Dan il- proġett huwa tajjeb jew ħażin, huwa maħdum sew jew le?\".", "Aktar tard fl-istess seduta kien qal hekk:", "\"Bla ebda biża' ngħid li l-ebda wieħed mill-kelliema tal-Gvern ma għamel assessment ta' dan il-proġett b'sens analitiku, ċar, ta' trasparenza u onesta'.\".", "Mela skond dan id-diskors suppost li aħna - la qed nitkellmu fuq trasferimenti - inkunu nafu d-dettalji kollha tal-proġett b'mod analitiku.", "U hawn quddiem din il-Kamra kulma għandna huwa li l-Malta Labour Party irid jittrasferixxi lil xi ħadd fantażma, li ma nafux min hu, jew li nafu min huwa imma l-Gvern mhux qed jgħidilna.", "Fejn hi l-indikazzjoni tal-proġett?", "Fejn huma l-costings tal-proġett?", "Kif se jopera l-proġett u x'inhuwa l- effett li se jkollu fuq St. Andrews?", "Fejn qed nimxu ma' dak li l-Onor.", "Alfred Sant qal f'din il-Kamra meta kellna d-diskussjoni rigward il-proġett ta' Chambrai?", "Sur President, se nikkwota issa parti minn dibattitu ieħor, din id-darba fuq li il-Caritas kien sar fis-27 ta' Marzu, 1995.", "L-Onor.", "Alfred Sant dakinhar - u issa naraw jekk dan japplikax għall-każ li għandna quddiemna llum - kien qal dan il-kliem:", "\"L-ewwelnett, x'inhu l-iskop li għalih titressaq quddiem dan il- Parlament riżoluzzjoni bħal din biex art, proprjeta' jew asset tal- Gvern jgħaddi lil organizzazzjoni jew għaqda privata, jew xi kultant anke għaqda kummerċjali?", "L-għan huwa t-trasparenza f'kontest fejn il- proprjeta' li qiegħda f'idejn il-Gvern hija proprjeta' tal-poplu, hija asset pubbliku.", "Meta dan l-asset ikun qed jgħaddi għand xi ħadd fuq bażi privileġġjata, ...\",", "- bħalma għadda l-art lill-Malta Labour Party; fuq bażi privileġġjata -", "\"... fuq bażi one-to-one mingħajr l-ebda sejħa pubblika għall-offerti, ...\",", "- hekk għandna fil-każ tal-lum, one-to-one, jew one-to-one through one għaliex l-ewwel intużat il-Malta Shipbuilding -", "\"... il-Gvern li jkun qed jipproponi li jagħmel din il-ħaġa għandu jispjega b'mod pubbliku u trasparenti r-raġunijiet li jwassluh biex jagħti din il-proprjeta' taħt forma ta' ċens jew ta' kiri.\".", "U qalilna iżjed minn hekk għaliex imbagħad kompla jgħid hekk:", "\"Il-proċedura minnha nnifisha hija ivvizzjata u hija vvizzjata mill- punt li hemm bżonn li meta nkunu qegħdin ngħaddu riżoluzzjoni bħal din, jiġi ċċarat li l-proprjeta' li tgħaddi b'dan il-mod lil terza persuna, lil organizzazzjoni pubblika jew volontarja, ma tistax terġa' tiġi mgħoddija lil xi ħadd ieħor jekk ma terġax tinġieb quddiem din il- Kamra.\".", "U hawnhekk jien nistaqsi: Hekk qed jagħmel il-Gvern illum sabiex iġib quddiem din il-Kamra lil min qed isir it-trasferiment?", "Dażgur li le!", "Hemm raġuni waħda biss għal dak li qiegħed jagħmel hawnhekk il-Gvern illum, u din hija li min irid jixtri l-art mingħand il-Malta Labour Party evidentement qalilhom li hu mhux lest li jieħu ċens perpetwu mingħandhom meta fuqu hemm xabla mdendla tax-xoljiment tal-kuntratt u b'hekk jiġi ma jkun ħa xejn.", "Għalhekk il-Gvern ġie b'din ir-riżoluzzjoni hawnhekk.", "Kieku ġie għall-iskop li kien tkellem għalih l-Onor.", "Alfred Sant anke fuq mozzjoni ta' trasferiment lil għaqda volontarja bħall-Caritas, kieku kien iġibilna d-dettalji tat-trasferiment hawnhekk u kien jagħmel ukoll il- poċedura li jekk dawn li issa se jeħduha għal skop kummerċjali, ikunu jridu jerġgħu jgħadduha lil ħaddieħor, iridu jerġgħu jiġu quddiem dan il- Parlament għall-approvazzjoni.", "Ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna llum hija l-oppost u hija n- negazzjoni ta' kulma kien intqal meta l-Partit Laburista kien fl- oppożizzjoni.", "Il-kontroll li mill-Oppożizzjoni kienu jippriedkaw li jrid isir, jiġifieri li dan il-Parlament jivverifika kull trasferiment li jsir sussegwenti għal dak li jkun approvat minn din il-Kamra, m'huwiex qed isir.", "Issa l-Malta Labour Party, li naturalment jikkwalifika taħt organizzazzjoni pubblika - wieħed jiddubita kemm din l-organizzazzjoni hija volontarja għal kollox meta jara trasferimenti bħal dawn - irid jagħmel trasferiment.", "Madanakollu aħna llum ma ġejniex quddiem din il-Kamra biex naraw it- trasferiment imma biex lill-Partit Laburista nagħtuh a blank cheque ħalli jkun jista' jagħmel li jrid b'dik l-art u ġejna hawnhekk ukoll biex ninsew li dik l-art kellha l-iskop oriġinali li tintuża bħala akkomodazzjoni alternattiva għal ħidma politika.", "Waqt is-seduta tas-27 ta' Marzu, 1995, l-Onor.", "Alfred Sant kien kompla jgħid hekk:", "\"Sur President, qed nagħmilha ċara li minkejja r-rispett u l-appoġġ kollu li għandha din in-naħa tal-Kamra lejn il-Caritas, se nkunu kostretti li nivvotaw kontra din ir-riżoluzzjoni jekk min-naħa tal- Gvern ma jkunx hemm l-impenn mogħti verbalment mill-Ministru llejla, jew li jinkiteb kuntratt li permezz tiegħu fil-każ li l-Caritas tirrinunzja għal din il-proprjeta' jew asset u tkun trid tgħaddiha lil xi ħaddieħor - jekk trid terġa' tirritornaha lill-Gvern mhux problema, din hija ċara - ikun hemm bżonn mhux sempliċiment timbru ta' dipartiment tal-gvern, imma jkun hemm bżonn li dan it-trasferiment jerġa' jiġi quddiem dan il-Parlament.\".", "Sur President, madanakollu issa l-Malta Labour Party qed jagħmel bil-kontra u l-Gvern Laburista qed jgħid lil dan il-partit: \"Bravu, sewwa qed tagħmel li qed tittrasferixxi l-art lil terza persuna!", "GĦandek problema fil- kuntratt għax ma jridux jixtru mingħandek minħabba li qed jinkwetaw li l- gvern jista' jaqbad u jieħu l-art lura?", "Ħalli mmur quddiem il-Parlament biex inneħħilek din ir-regola!", "Bravu, għax qed taqla' ħafna flus!", "Qed tibża' li se taqla' ftit inqas jekk tħallas iċ-ċens mal-kuntratt?", "Ħalli mmur quddiem il-Parlament u naħfer iċ-ċens lil min se jixtri mingħandek!", "Qed tittrasferixxi l-art lil xi ħadd u għalissa ma tridx tgħid lil min?", "Bravu, ħalli ntaptaplek fuq daharek u mmur fil-Parlament biex ngħid li se tittrasferixxi l-art lil terza persuna u ma ngħidx lil min!\"", "Il-Gvern hekk qed jagħmel; qed jagħti rigal assolut lil min kiser il-prinċipji kollha li tant kien ippriedka dwarhom meta kien fuq il-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni.", "Din hi d-diżonesta' tan-naħa l-oħra tal-Kamra!", "Sur President, se nikkwota issa x'kien qal l-Onor.", "Leo Brincat fis- seduta tat-28 ta' Marzu, 1997 waqt dibattitu ieħor fuq il-Caritas.", "Fil- fatt dan kien qal hekk:", "\"Mr Speaker, meta fl-imgħoddi tressqu għadd ta' riżoluzzjonijiet fil- Parlament fejn kellna proprjeta' mgħoddija lil ċerti ditti u azjendi li imbagħad spiċċaw għaddew f'idejn terzi persuni minn wara dahar il- Parlament, fil-fehma tiegħi effettivament b'dan l-aġir ġraw tliet affarijiet: ...\" -", "- hawnhekk l-Onor.", "Leo Brincat kien verament ċar u konċiż u dak li qal dakinhar jgħodd perfettament għal-lum -", "\"... inħbiet il-verita' tal-fatti lill-Oppożizzjoni; il-poplu Malti kollu, kemm dawk Laburisti kif ukoll dawk Nazzjonalisti, ġew ingannati u mqarrqin; u l-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, ġie mwaqqa' għaż-żuffjett, l-aqwa li jiġu akkomodati erba' bażużli tal- qalba.\".", "L-Onor.", "Leo Brincat b'dan il-mod kien iddeskriva l-proċedura ta' meta jsir trasferiment u ma jingħadx min huma t-terzi persuni, u għalhekk jien nappella lill-Ministru sabiex jekk irid iżomm il-minimu tar-regoli tad- diċenza, jemenda r-riżoluzzjoni \"D\" billi almenu jġib f'din il-Kamra l- kuntratt propost bejn il-Malta Labour Party u dak li qed jittratta miegħu.", "Anzi hawn jien qed nisfida lill-Ministru u lill-Gvern biex jemenda din ir- riżoluzzjoni jekk irid jimxi mar-regoli li kien qal dakinhar u jekk ma jridx li jseħħu t-tliet affarijiet li semma l-Onor.", "Brincat, jiġifieri li tinħeba l-verita' tal-fatti mill-Oppożizzjoni, li l-poplu kollu jiġi ngannat u mqarraq u li l-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, jiġi mwaqqa' għaż-żuffjett, l-aqwa li jiġu akkomodati erba' bażużli tal-qalba.", "U milli jidher hawnhekk hawn erba' bażużli tal-qalba sew għax qed nakkomodaw lill-Partit Laburista nnifsu, jiġifieri qed nakkomodaw lill- qalba nnifisha u mhux lil xi erba' bażużli tal-qalba!", "Skond l-Onor.", "Leo Brincat dan jiġri meta tiġi mgħoddija proprjeta' lil ċerti ditti u azjendi li jispiċċaw f'idejn terzi persuni minn wara dahar il-Parlament.", "F'dan id- dibattitu kien tkellem ukoll l-Onor.", "Joe Debono Grech fejn filwaqt li hu wkoll kien ġab l-argument li l-Parlament għandu jkun informat b'sitwazzjonijiet bħal dawn, kien qal hekk:", "\"Mr Speaker, m'iniex se ndum fuq il-kwestjoni.", "Jiena naqbel li din il-proprjeta' tingħata lill-Caritas, imma ma nixtieqx li wara li tingħata, jiġri bħalma ġara b'kuntratti oħra li taparsi jkun hemm falliment u din tgħaddi għand ħaddieħor.\".", "Sur President, fil-fatt kellna diversi żviluppi oħra fuq dan ir-rigward li naħseb li wieħed għandu jirriferi għalihom.", "Kif nafu kienet saret inkjesta mmexxija mill-Ombudsman rigward il-każ tal-proġett tal-Hilton kif ukoll rigward il-mod kif isir it-trasferiment ta' l-artijiet, u fost l- osservazzjonijiet li għamel l-Ombudsman, li llum huwa uffiċjal ta' din il- Kamra, kien qal hekk:", "\"Even if administrative actions in respect of changes to the original grant conditions were according to the letter of the law, they were certainly not in accordance with its spirit and with the philosophy which inspire legislators to enact The Disposal of Government Land Act.", "In my view the motion passed by Parliament on the grant of extensions to land already held was not intended to cover concessions of the type made by modification deeds entered with the company in 1991, 1995 and 1996.\".", "GĦalhekk skond l-Ombudsman, anke jekk kemm-il darba l-liġi tkun qed tiġi osservata, meta jkun se jsir kwalunkwe bdil mill-kondizzjonijiet oriġinali tal-grant - hawn irrid infakkar li l-kondizzjoni oriġinali ma kenitx li l- Malta Labour Party jbigħ l-art tiegħu għal użu ta' supermarket imma li jmexxi l-attivita' tiegħu bħala partit, kif għandu dritt li jagħmel, minn post li f'dan il-każ kien għażel hu - dan il-Parlament irid ikun informat b'dawn il-modifiki.", "Pero', bir-rispett kollu, dan mhux qed isir u l-Gvern, li tant jiftaħar b'dan ir-rapport ta' l-Ombudsman, qed jinjora din ir- rakkmandazzjoni permezz ta' riżoluzzjoni \"D\" tal-mozzjoni, liema riżoluzzjoni hija ad hoc.", "Apparti l-argumenti li smajna u li rriferejt għalihom jien stess, ta' min jgħid li anke l-Avukat Edgar Mizzi ta l-parir tiegħu rigward il-Car Park tal-Furjana fejn qal li waħda mill-iktar ħwejjeġ diffiċli hi dik li tipprova x'sar ħażin.", "Ta' min jgħid ukoll li fir-rakkmandazzjonijiet tiegħu dan l-avukat spjega li huwa tajjeb li wieħed jikkritika trasferiment ta' art tal-gvern mingħajr sejħa pubblika jekk ma jkunx hemm proċedura li turi lil min ikun sar, b'liema kondizzjonijiet sar u għal-liema skop sar dak it-trasferiment.", "Sur President, allura l-Gvern għaliex qed jinjora dawn ir- rakkmandazzjonijiet fil-konfront tal-Malta Labour Party?", "Jien qed nagħmel din l-enfasi għax parti mill-camouflage li għandna hawnhekk hija li f'diversi riżoluzzjonijiet il-Gvern daħħlilna l-prinċipju li ma jista' jsir l-ebda trasferiment lil ħaddieħor mingħajr ma' din il-Kamra terġa' tiddiskuti l-każ kollu, pero' issa f'riżoluzzjoni \"D\", li hija s-sandwich ta' din il-mozzjoni, il-Malta Labour Party qed jagħmel bil-maqlub u qed jittrasferixxi proprjeta' lil ħaddieħor mingħajr ma qed jiddiskuti dak it- trasferiment f'din il-Kamra.", "Issa nispera li f'dan il-Parlament ma nismax xi sofiżmu mingħand il-Ministru jew mingħand kelliema oħra min-naħa tal- Gvern, fejn jiġu jgħidulna li l-fatt li din ir-riżoluzzjoni ġiet quddiem dan il-Parlament biex nawtorizzaw lill-Gvern ixolji d-dritt li jieħu l-art lura hija r-riferenza lill-Parlament f'każ ta' trasferiment, għax dan żgur li m'huwiex il-każ.", "Mela jekk wieħed jirriferi lill-Parlament trasferiment li jkun se jsir lil persuna oħra dan għandu jiġi jgħidilna biss li se jxolji d-dritt li jieħu l-art?!", "Dan għandu jiġi quddiem dan il-Parlament biex jgħidilna fiex jikkonsisti preċiżament dak it-trasferiment, u mela jiġi jgħidilna biss li se jirrinunzja d-dritt li jieħu l-art lura minkejja li ma jkunx sar il-ħlas taċ-ċens!", "Min għamel hekk ma ġiex biex jinforma lill-Parlament dwar it-trasferiment li jrid jagħmel, għax lanqas ried jgħidilna.", "Nirrepeti li aħna la ġejna informati lil min se jsir dan it- trasferiment, la b'liema prezz, la għal liema skop, u lanqas fiex jikkonsistu l-kondizzjonijiet l-oħra li hemm.", "Dan il-Gvern m'hu qed jgħidilna xejn u qed jaħbi lil din it-terza persuna għal kollox!", "Sur President, jien m'għandi l-ebda dubju li kieku l-Malta Labour Party seta' jagħmel dan it-trasferiment u min se jieħu l-art mingħandu - nifhem li huma ta' Fino - ma ltaqax mal-problema legali li ma jistax jissogra jmiss dik l-art minħabba r-riskju li l-Gvern jeħodhielu lura, kieku l-Gvern ma ġiex bir-riżoluzzjoni quddiem dan il-Parlament għaliex kieku kellu", "l-iskop li jagħmel dan kollu bi trasparenza kien jiġi hawn u jagħtina d- dettalji tat-trasferiment.", "GĦalhekk hawnhekk jien nerġa' nisfida lill- Gvern sabiex jekk hu għandu l-iskop li jgħidilna fiex jikkonsisti t- trasferiment almenu għandu jibdel il-parti \"D\" tar-riżoluzzjoni u jġibilna l-kuntratt tat-trasferiment filwaqt li jimponi fuq min se jieħu l-art li ma jagħmilx xi trasferiment ieħor.", "Il-Gvern hekk irid jagħmel jekk irid jimxi b'din ir-regola għax inkella se nispiċċaw qisna karambola, nolqtu naħa biex inkunu lqatna post ieħor.", "Sur President, meta nara dan kollu jien ma nistax ma nirriflettix fuq fattur ieħor li fl-opinjoni tiegħi huwa rilevanti ħafna.", "Kif nafu lkoll, l- art ta' St. Andrews tikkomprendi fiha l-Australia Hall u bini ieħor ta' importanza storika.", "Allura hi koinċidenza li l-Malta Labour Party, apparti li qed jitlob lill-Gvern Laburista biex jiġi quddiem dan il-Parlament ħalli jressaq din ir-riżoluzzjoni, imur għand il-Planning Authority u jgħidilha sabiex tneħħi l-iskedar ta' dik il-proprjeta' f'St. Andrews li qiegħda għandu b'ċens u li hija skedata bħala Grade 1 building?", "Hija koindiċenza li l-Malta Labour Party qed jagħmel il-pressjoni politika kollha immaġinabbli biex ineħħi dak l-iskedar?", "Sur President, minħabba li issa l-Malta Labour Party jrid jispekula l-art tal-gvern li kienet ingħatatlu biex imexxi l-attivita' tiegħu bħala partit bl-iktar mod sfaċċat u bil-moħbi, dan il-Gvern m'huwiex qiegħed jimxi bil- prinċipju ta' proprjetarju li jħares lejn id-drittijiet tiegħu fl-interess tal-poplu kollu, u mhux qiegħed jittratta lil dan il-Parlament bħala shareholder tal-patrimonju Malti kollu, kif kien jgħidilna l-Onor.", "Alfred Sant, imma qiegħed jittrattah biss bħala mod kif huwa jaqdi politikament u bl-iktar mod partiġġjan lill-Partit Laburista f'kuntratt li nafu li l- Partit Laburista jrid jaqla' Lm400,000 minnu.", "Sur President, dawn huma Lm400,000 għalxejn għaliex il-Partit Laburista kellu art tiegħu fil-Marsa u fit-teorija ried li jċaqlaq dak li kien hemm hemmhekk għal St. Andrews u f'St. Andrews ma ċaqlaq xejn.", "Kellu wkoll il- Freedom Press u talab immedjatament post ieħor għaliha - mela allura l- parti tal-Freedom Press issa ma jistax joqgħod jgħoddielna fil-kalkoli tiegħu għaliex ħa post ieħor għaliha - u sakemm bena l-headquarters fil- Ħamrun, kien ħa l-Maċina.", "Mela allura dan il-post f'St. Andrews lanqas biss kien daħallu fil-kuriduri ta' moħħu li jużah għall-iskop li ngħatalu.", "L- Onor. Buhagiar, li bħala perit kien għamel id-disinn tal-headquarters tal- Partit Laburista fil-Ħamrun ma deherlux li fil-kapaċita' tiegħu ta' perit jgħid lin-nies konċernati li l-art li għandhom f'St. Andrews suppost qiegħda hemm biex jagħmlu l-premises tagħhom hemmhekk.", "Ma tarax li ma jagħmlux il-premises hemmhekk!", "Dik iħalluha żżid fil-valur ħalli mbagħad fil-mument li jaraw li jaqblilhom jispekulawha.", "Mhux hekk isir fil- business?", "Wara kollox l-iskop oriġinali koprewh kollu; il-Maċina ħaduha u wżawha għal kemm kellhom bżonn - l-alternative accommodation ħaduh doppju - il-Freedom Press poġġewha x'imkien ieħor - u m'iniex se nidħol f'listi ta' każini u proprjeta' oħra li l-Malta Labour Party ħa mingħand il-Gvern; dak huwa suġġett iktar wiesa' għalkemm f'ċertu sens hu marbut ma' dak li għandna quddiemna, pero' forsi mhux direttament mar-riżoluzzjoni - u l- proprjeta' ta' St. Andrews baqgħet hemm.", "Dan huwa sheer speculation.", "Sur President, fil-Parlament il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni Laburista kienu jgħidu li m'għandu jsir ebda trasferiment mingħajr ma l-Gvern Nazzjonalista jiġi fil-Parlament u jgħid lil min u għalfejn se jittrasferixxi.", "Issa esponenti tal-Malta Labour Party qed imorru għand il- Gvern Laburista u qed jgħidulu biex jinsa dak kollu li kienu jgħidu mill- bankijiet ta' l-Oppożizzjoni għaliex dak m'huwiex aktar rilevanti.", "X'inhu rilevanti għall-Malta Labour Party?", "Mela m'għadux jiġi l-ewwel iċ- ċittadin?", "Mela l-Malta Labour Party jiġi qabel iċ-ċittadin?", "Jiġifieri f'każ ta' trasferiment ta' xi għaqda volontarja, dawn għandna norbtuhom li jiġu quddiem il-Parlament, imma dan ma japplikax għall-Malta Labour Party.", "Dawn hekk imxew u naturalment dejjem b'ingann assolut ta' kull ħaġa li kienet tingħad qabel mill-Partit Laburista għaliex jekk wieħed jifli d- diversi argumenti li dawn għamlu meta ppubblikaw il-programm elettorali jsib li dawn, fost affarijiet oħra kienu ħarġu bl-għajta ta' \"Viżjoni ġdida għal Malta moderna\" u fost id-disa' raġunijiet għaliex l-elettur kellu jivvota Labour kellhom li l-Partit Laburista huwa \"Il-Partit li jwettaq dak li jwiegħed\".", "Jien naħseb li jekk hawn raġuni li dawn qalbuha rasha 'l isfel kompletament hija proprju din id-disa' raġuni u naħseb li kienu jkunu ferm iktar korretti kieku qalu \"Il-Partit li jwettaq bil-maqlub ta' dak li jwiegħed\".", "Naturalment fil-programm elettorali jsemmu wkoll il-prinċipji tat- trasparenza, jgħidu kemm kellhom ikunu gvern miftuħ u meta jitkellmu dwar it-trasparenza u t-tmexxija nadifa jgħidu li l-Partit Laburista ma jaqbilx li l-gvern għandu jieħu deċiżjonijiet importanti fil-magħluq u fil-moħbi u li m'għandux jirrifjuta li jagħti spjegazzjoni ta' deċiżjonijiet dubjużi u ta' għażliet suspettużi.", "Fl-istess programm elettorali l-Partit Laburista jgħid ukoll li Malta moderna jixirqilha wisq aħjar; jixirqilha tmexxija serja u nadifa.", "U allura hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi: Il-Gvern qiegħed jimxi b'dawn il-prinċipji, fir-riżoluzzjonijiet li għandna quddiemna?", "Il-politika ġdida Laburista hija mibnija fuq it-trasparenza, l- accountability u l-ġustizzja?", "Sur President, ħaġa li lili kienet laqtitni f'dan il-programm elettorali kienet dik fejn kienu qalu li jridu jimxu bil-proċedura li l-partiti politiċi, b'mod partikolari fiż-żmien tal-kampanja elettorali, jistqarru pubblikament li jipprattikaw prinċipji ta' mġiba li jħarsu liċ-ċittadin mill-ingann ta' informazzjoni qarrieqa.", "Naturalment din qaluha għaliex kienu jafu li qed jagħmlu kampanja elettorali mibnija fuq l-ingann u fuq l- informazzjoni qarrieqa.", "Jiġifieri fil-programm elettorali qalu li jridu jimxu bil-proċedura li jkun hemm l-iktar diskussjoni miftuħa u pubblika rigward il-kuntratti kollha, imbagħad hawnhekk għandna kuntratt fejn l- iktar prinċipji u punti mportanti huma moħbija bl-iktar mod assolut!", "Sur President, fid-dawl ta' dan kollu nixtieq nipproponi emenda għar- riżoluzzjoni li għandna quddiemna, liema emenda tgħid hekk:", "\"D\" \"Fir-Riżoluzzjoni mmarkata bħala Dok.", "D ħassar il-kliem minn \"u billi huwa xieraq\" sa \"imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra\" u ssostitwixxi għall-istess kliem li ġej:", "\"Wara illi eżaminat din ir-Riżoluzzjoni partikolari;", "Wara illi osservat illi l-effett reali ta' din ir-Riżoluzzjoni huwa sabiex il-Partit Laburista jkun jista' jittrasferixxi bi skop ta' qliegħ kummerċjali lil min irid hu art mogħtija lilu f'St. Andrews;", "Wara illi kkunsidrat illi l-Gvern ifformat mill-Partit Laburista sabiex jgħin lill-Partit Laburista jagħmel in-negozju, qiegħed jirrinunzja għad-dritt tiegħu li jieħu l-art lura talli ma tħallasx iċ- ċens, u qiegħed jaħfer iċ-ċens dovut mingħand min se jieħu l-art mingħand il-Partit Laburista, liema ċens illum jammonta għal mill- anqas Lm230,000, skond it-tweġiba mogħtija mill-Onor.", "Ministru Charles Buhagiar fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 647;", "Wara illi kkunsidrat illi dan l-aġir min-naħa tal-Gvern iffurmat mill- Partit Laburista favur l-istess Partit Laburista jikser kull regola ta' trasparenza, serjeta' u onesta';", "Wara illi kkunsidrat illi dan l-aġir imur kontra r-rakkmandazzjonijiet illi saru fuq trasferiment ta' l-art kemm mill-Ombudsman, kif ukoll mill-Avukat Edgar Mizzi fir-rapporti tagħhom; billi din il-Kamra qed tiġi mitluba tapprova t-trasferiment mingħajr ebda informazzjoni dwar lil min se jsir dan it-trasferiment u b'liema kondizzjonijiet u għal- liema skopijiet;", "Wara illi kkunsidrat illi flimkien mar-Riżoluzzjoni sabiex isir dan kollu, il-Gvern żied riżoluzzjonijiet fuq suġġetti oħra mhux kontroversjali sabiex jipprova jaħbi l-intenzjonijiet vera tiegħu u jipprova jisserva b'għaqdiet filantropiċi u sportivi għal skop ta' politika partiġġjana u b'hekk il-Gvern qiegħed jaġixxi b'disprezz ta' dawn l-istess għaqdiet;", "Tiddeċiedi billi tiddeplora dan l-aġir min-naħa tal-Gvern iffurmat mill-Partit Laburista bħala aġir li jikser ir-regoli kollha ta' trasparenza, serjeta' u onesta'.\".", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, qabel ma tkompli ngħidlek li reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn il-Leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn Leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, naħseb li l-ispjega ta' l- emenda li qed nipproponi diġa' tajtha, jiġifieri m'hemmx għalfejn intawwal wisq fuq hekk ħlief li nirriżerva d-dritt li skond il-proċeduri tal-Kamra nkun nista' nagħmel il-winding up fuq l-emenda li ressaqt.", "L-ispjega ta' l- emenda hija ċara; hija emenda li tirrifletti l-argumenti diversi li jien għamilt fuq ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna u naħseb li din il-Kamra - forsi dan hu l-ħsieb li nżid - ma tistax tħalli dan l-aġir għaddej qisu ma ġara xejn għaliex forsi hemm prinċipju ieħor.", "Sur President, hemm proverbju antik li jgħid: Jekk ma tridx li jitrattawk ta' tapit timteddx ma' l-art.", "Dan il-Parlament ma jistax jiġi stmat b'dan il-mod, ma jistax jintuża biex isir l-oppost ta' kulma kien ġie mwiegħed li se jiġri u ma jistax jintuża bħala paraventu għal manuvra ta' skop ta' qligħ kummerċjali lill-partit politiku li minnu huwa fformat l-istess Gvern.", "Dan il-Parlament jixraqlu aħjar, jixraqlu li jingħata l- informazzjoni kollha meħtieġa, jixraqlu li jkun hawn min iressaq il- mozzjonijiet hawnhekk bl-iktar mod onest u bl-iktar mod miftuħ, jixraqlu li d-diskussjoni tkun waħda serja u bid-dettalji kollha meħtieġa u ma jistax jaċċetta li għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu nsibu din il-manuvra moqżieża, maħmuġa, moħbija f'ħafna riżoluzzjonijiet oħrajn u li kieku ma kienx għar-ruling mogħti mis-Sedja, konna nieħdu vot wieħed in blank fuq kollox qisu m'hawn xejn gravi quddiem din il-Kamra.", "Jien nipproponi li dan il-Parlament japprova l-emenda li ressaqt sabiex b'hekk jesprimi r- reazzjoni tiegħu għall-mod kif qed jiġi trattat minn dan il-Gvern.", "Jien għalissa se nieqaf hawnhekk u nagħmel winding up fuq din l-istess emenda fil-mument opportun.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Sur President, qabel xejn irrid ngħid li assolutament ma naqbilx ma' l-emenda li ressaq l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Barra minn hekk, jidher li llejla ġie biex jgħajjar u jitgħajjar, ħaġa li ma tantx kont nistenniha minn ex-Ministru Nazzjonalista li ġej min- naħa ta' Tas-Sliema.", "Jiena nibda biex infakkru li dak li ma qalx huwa li meta l-Partit Laburista ta l-premises fejn kienet il-Freedom Press, ta xi ħaġa għażiża immens għalih għaliex dak ma kienx bini kwalunkwe.", "Il-Freedom Press huwa monument tal-Partit Laburista mibni minn dawk in-nies ikkundannati mill- Knisja Maltija għal kulma għamlu.", "Id-diżonesta' u l-kelma \"dirty\" toqgħod għal dik l-Oppożizzjoni li fl-1962 u fl-1966 rikbet lill-Knisja Kattolika, Appostolika u Rumana billi beżżgħet lill-poplu bid-dnub il-mejjet u permezz ta' hekk tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Dak li jmissu ntqal hawnhekk, illi l-Partit Laburista ta xi ħaġa li m'hemmx prezzha u li hija verament għażiża għalih.", "Sur President, jiena nixtieq nitkellem ukoll fuq riżoluzzjoniijet oħra u fosthom dik li tirriferi għall-użu tal-basement ta' l-istamperija tal- General Workers' Union, fil-Workers' Memorial Building, il-Belt, għal skop kummerċjali.", "Il-kelliem ta' qabli għażel li jiffoka fuq riżoluzzjoni waħda u qagħad jgħajjarna \"dirty\" sabiex inessi lill-poplu l-fatt li ħafna għaqdiet sportivi u oħrajn se jgawdu mid-deċiżjoni li ħa l-Gvern Laburista li jressaq dan in-numru kbir ta' riżoluzzjonijiet.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech ħa saħna bħal din illejla għaliex jaf li dak li m'għamlux huma f'disa' snin, issa qed jagħmlu l-Gvern Laburista.", "Fil-fatt il-Gvern qiegħed jgħaddi riżoluzzjoni wara l-oħra sabiex ifittex jagħti dawn il- premises jew artijiet - skond il-każ - lil min huwa kkonċernat.", "Kif diġa' għidt, waħda mir-riżoluzzjoniijet tittratta dwar għoti ta' proprjeta' lill-General Workers' Union, li min-naħa tagħha se twaqqaf fond ta' flus speċjali biex tippromwovi l-interessi tal-konsumatur.", "Il-General Workers' Union, li tant ħadmet għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin għal aktar minn 50 sena, jixirqilha - bħalma jixraq ukoll lil kwalunkwe għaqda jew kumpannija oħra - li nressqu din ir-riżoluzzjoni.", "F'dan ir-rigward aħna qegħdin nimxu bl-akbar demokrazija parlamentari u qed nagħmlu l-affarijiet bl-aktar mod trasparenti, sabiex lil din il-union nagħtuha dak li tixtieq.", "Sur President, nixtieq issa ngħaddi sabiex nitkellem rigward riżoluzzjoni oħra li tirrigwarda trasferiment ta' art lil St. Michael's Foundation for Education.", "Nieħu gost nitkellem fuq din ir-riżoluzzjoni aktar u aktar meta l-art li se ngħaddulha tinsab f'idejn l-Uffiċju Kunġunt li jiena nzertajt responsabbli minnu.", "Is-St.", "Michael's Foundation for Education ilha għal xi snin tfittex art fejn tista' tibni skola sekondarja li dwarha kien ħareġ il- permess mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni xi żmien ilu.", "L-iskola ilha topera mill-1995 ġo binja temporanja f'Pembroke li dwarha hemm ukoll applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-post li kien intalab lill-Gvern fl-1992 għal din l-iskola ġdida jikkonsisti f'żewġ plots li jmissu ma' xulxin f'Tal-Balal, li qabel kienu proprjeta' tal-Knisja u li issa qegħdin jiġu amministrati mill-Uffiċċju Konġunt.", "Sa qabel l-aħħar elezzjoni, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet għadha ma ħarġitx il-permess formali għall-iżvilupp ta' din il-biċċa art u għalhekk din il-fondazzjoni laħqet arranġament ma' l-Uffiċċju Konġunt sabiex tikseb biċċa art alternattiva f'Taż-Żwejt, San Ġwann, iżda dan l-arranġament ma setax iseħħ peress li nstab li din l-art kienet ġiet reġistrata mid-Dipartiment ta' l- Artijiet meta kienet għadha tagħmel parti mill-Building Development Area Scheme.", "Is-sit li għalih applikat is-St.", "Michael's Foundation u li kien reġa' ġie jagħmel parti minn Tal-Balal, huwa magħmul, kif se nispjega, minn żewġ siti separati u passaġġ.", "Dan il-passaġġ huwa magħmul minn biċċa art ta' 12.45 tumoli li jġibu 13,990 metri kwadri, magħrufa bħala Għalqa ta' Ġnien Ġebel, li fil-fatt kienet diġa' ġiet irreġistrata bħala proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt u wkoll minn biċċa art oħra ta' 7.47 tumoli, jiġifieri 8,400 metri kwadri, magħrufa bħala Ta' Rumana, li wara l- approvazzjoni riċenti mill-Joint Office Control Committee li kien twaqqaf fl-1992 bejn il-Knisja u l-Istat, issa tinstab irreġistrata wara li x-xahar l-ieħor rreġistrajniha bħala proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt għaliex aħna noqogħdu attenti li naraw li l-proprjeta' li nkunu se nallokaw tkun irreġistrata minn qabel biex ma jiġrix bħalma kien ġara fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Il-ħtieġa li s-St.", "Michael's Foundation tibni skola sekondarja, li dwarha l-Gvern diġa' ħareġ il-permess, hija bla dubju urġenti.", "Jekk il-Gvern jaqbel li din l-iskola tinbena, l-art għandha tiġi trasferita lil din il- Fondazzjoni ħalli l-proġett jiġi attwat.", "Tali trasferiment jista' jitwettaq jew minn riżoluzzjoni parlamentari, skond it-termini ta' paragrafu (c) ta' subartiklu 3 (1) ta' Kap. 268, li jispeċifika li l-art trid tintuża esklussivament għal għanijiet edukattivi - kif kien sar fil- każ ta' San Anton School u St. Catherine's School - jew inkella permezz ta' bejgħ dirett, jiġifieri wara ħruġ ta' offerti lill-pubbliku.", "L-ewwel għażla, jiġifieri r-riżoluzzjoni parlamentari, hija sintendi preferuta minħabba li tillimita l-valur tal-kirja tal-post ma' dak li jkun ġie miftiehem bejn il-gvern u l-fondazzjoni, u anke sabiex is-sit ma jġibx valur kummerċjali.", "Dwar id-draft tar-riżoluzzjoni, aħna konna tlabna l-parir legali ta' l- Avukat Ġenerali tar-Repubblika sabiex naraw li l-affarijiet isiru sewwa.", "Id-draft tal-kuntratt, li wkoll ġie mifli legalment, jinkludi fih il- kondizzjonijiet li taħthom kull trasferiment approvat mill-Parlament jista' jiġi effettwat.", "L-għotja enfitewtika suġġerita, li wkoll hija bbażata pro- rata fuq dik li kienet tapplika għal St. Catherine's Foundation, hija suġġetta għall-ħlas ta' Lm3,200 fis-sena bħala kera annwali temporanja għal 99 sena, liema ħlas jiġi rivedut kull 25 sena.", "Sur President, dan kollu juri l-impenn li l-Gvern Laburista għandu rigward l-edukazzjoni.", "Bħalissa f'din l-iskola hemm madwar 700 student u hemm domanda għal aktar dħul ta' studenti mill-ġenituri tagħhom.", "Bit- tkabbir li se jkun jista' jsir bl-għoti ta' din l-art, din l-iskola se tkun tiflaħ madwar 500 student ieħor.", "Din ir-riżoluzzjoni żgur li se tferraħ lil dawk l-istudenti li jattendu din l-iskola għaliex issa ma jkollhomx għalfejn jitilqu biex imorru ġo skola oħra meta jaslu f'Form III, ħaġa li l- istudenti jħossu bi tqila wara li jkunu draw lil sħabhom u forsi anke lit- teachers.", "Dan japplika wkoll għall-ġenituri li issa se jkollhom moħħhom mistrieħ u mhux se jkollhom għalfejn iħabblu rashom sabiex jaraw fejn se jdaħħlu lil uliedhom meta dawn jaslu f'Form lll.", "Dan huwa dak li qed qed jagħmel il-Gvern Laburista b'din ir-riżoluzzjoni u l-Oppożizzjoni għażlet li ma titkellimx fuq il-benefiċċji kbar li se jingħataw minn dawn ir- riżoluzzjonijiet.", "Sur President, hawnhekk ikun tajjeb li nagħti ħjiel ta' kif inhuma sejrin l-affarijiet fl-Uffiċċju Konġunt, liema uffiċċju huwa responsabbli għal din l-art li qed nitkellmu dwarha.", "Bħala riżultat dirett tax-xogħol tal- Kummissjoni mmexxijja minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, l-Uffiċċju Konġunt kważi lesta eżerċizzju ta' stock taking ta' dawk il-proprjetajiet - li jammontaw għal madwar 5,500 - infills u qbiela li għaddew għand il-Gvern mingħand il-Knisja.", "Dan kollu qed isir għar-raġuni li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern kien xtara proprjeta' mingħand il-Knisja - li tikkonsisti f'art u f'bini - mingħajr ma kien jaf minn xiex hi magħmula u fejn tinsab.", "Aħna ħassejna li l-poplu Malti għandu jingħata sodisfazzjon - u hawn qiegħda t-trasparenza - dwar il-proprjeta' li l-Gvern xtara mingħand il-Knisja u ladarba l-Gvern Nazzjonalista ma għamilx l-istocktaking hu, allura qed nagħmluh aħna.", "Dan l-eżerċizzju jkun irid jiġi estiż għall- proprjetajiet l-oħra li qabel kienu tal-Knisja fejn huwa stmat li t-total huwa ta' madwar 30,000 biċċa proprjeta'.", "Wieħed jittama li t-tieni fażi ta' l-istocktaking tal-bqija tal-proprjeta' tkun tista' titħaffef bħala riżultat tat-tisħiħ tar-riżorsi umani ta' l-Uffiċċju Konġunt u b'riżultat ta' l-operations review li saret f'dan id-dipartiment.", "Hawnhekk nixtieq ngħid xi ħaġa oħra fil-qosor rigward l-Uffiċċju Konġunt.", "Bħalissa dan qed iħaddem żewġ skemi, waħda \"Ixtri Darek\" u l-oħra \"Ifdi ċ-Ċens\".", "L-iskema \"Ixtri Darek\" tolqot lill-inkwilini ta' postijiet ta' l-Uffiċċju Konġunt, jiġifieri dawk li għandhom post bil-kera u jridu jixtruh u mindu għalqet l-iskema fit-30 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet sa nofs Settembru li għadda ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jien segwejt b'attenzjoni d- diskors li għamel l-Onor.", "Zammit Dimech fuq il-mozzjoni mmarkata Dokument \"D\", jiġifieri fejn din il-Kamra qed tiġi mitluba sabiex tawtorizza li jkun hemm trasferiment mill-Malta Labour Party ta' l-art li kienet ġiet mogħtija lilu b'riżoluzzjoni tas-7 ta' Awissu ta' l-1979 sabiex nawtorizzaw li jkun jista' jsir kuntratt mil-Labour Party biex jgħaddi l-art lil ħaddieħor.", "L- Onor. Zammit Dimech spjega tajjeb ħafna li qegħdin niġu mitluba biex f'dan il-kuntratt - li kopja tiegħu tinsab imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra - l- ammont ta' arretrati ta' ċens li għandu jagħti l-Labour Party li huma iktar minn Lm230,000 ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Ejja għall-point of order, Onorevoli.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iva, pero' qabel irrid nispjegah għaliex huwa daqsxejn komplikat.", "Mr Speaker, il-Gvern se jirrinunzja għal dawn il- Lm230,000 li għandhom jingħataw mill-Malta Labour Party u jkollu surroga għall-Malta Shipbuilding.", "Dan ifisser li l-Gvern ta' Malta se jaħfer lill- Malta Labour Party 'il fuq minn Lm230,000 li għandu jagħti f'ċens.", "Issa hawnhekk nattira l-attenzjoni tas-Sinjorija tiegħek għal artiklu 73 tal- Kostituzzjoni ta' Malta li jgħid:", "\"Ħlief wara rakkomandazzjoni tal-President murija minn Ministru, il- Kamra tad-Deputati ma għandhiex -", "(a) tipproċedi dwar xi abbozz li, ...", "- qed naqbeż ħalli naqra l-parti rilevanti biss -", "\"... fil-fehma tal-persuna li tkun tippresjedi, jipprovdi ... biex isir ftehim jew maħfra dwar xi dejn dovut lil Malta.\".", "Imbagħad paragrafu (b) jgħid l-istess ħaġa, jiġifieri li:", "\"Ħlief wara rakkomandazzjoni tal-President murija mill-Ministru l- Kamra tad-Deputati ma għandhiex -", "(b) tipproċedi dwar xi mozzjoni li l-effett tagħha, fil-fehma tal-persuna li tkun tippresjedi, ikun li tipprovdi għal xi wieħed mill-iskopijiet imsemmija qabel;\".", "Jiġifieri jekk din ir-riżoluzzjoni tfisser li l-Gvern li għandu jieħu 'l fuq minn Lm230,000 mingħand il-Malta Labour Party f'arretrati ta' ċens mhux se jkollu dritt jitlobhom, jiġifieri se jaħfirhomlu, din il-Kamra jrid ikollha rakkommandazzjoni tal-President.", "Mhux biss il-Kostituzzjoni, imma anke Standing Order No. 69 jgħid l-istess ħaġa, fil-fatt huwa riproduzzjoni ta' l-imsemmi artiklu tal-Kostituzzjoni.", "Nerġa' ngħid li huwa ċar mill- espożizzjoni li għamel l-Onor.", "Zammit Dimech li dan huwa l-iskop primarju ta' din ir-riżoluzzjoni, jiġifieri li l-Gvern ma jkollux dritt iktar jesiġi d-dejn ta' iktar minn Lm230,000 li għandu l-Labour Party a favur il-Gvern u la jittrasferixxi l-art, din ma tkunx soġġetta għal dan id-dejn, jiġifieri jkun hemm il-maħfra ta' dan id-dejn.", "Dan ma jistax isir jekk il-Kamra ma jkollhiex ir-rakkommandazzjoni tal-President, li s'issa m'għandhiex.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, ma rridx niddiskuti l-emenda li ressaq l-Onor.", "Zammit Dimech, pero' il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex korrett f'dak li qed jgħid.", "L-aħħar parti tal-kuntratt li hemm anness ma' Dokument \"D\" tgħid hekk:", "\"The Government retains its right to demand from the Party the full payment of the ground rent due by it, and delegation by the Party of its rights against the company in no way extinguishes the party's primary obligation to pay such ground rent itself to the government.\".", "Jiġifieri dan li qed jgħid l-Onor.", "Fenech Adami m'huwiex minnu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fuq dan il-punt li rrileva l-Onor.", "Buhagiar nattiralu l-attenzjoni li meta wieħed jaqra sew kif inhu redatt il-kuntratt jara li hawnhekk qegħdin ngħidu li għaċ-ċens dovut s'issa se jkun hemm is- surroga u l-Gvern jista' jitlob biss il-ħlas tiegħu mingħand il-Malta Shipbuilding u għal ċnus dovuti mil-lum 'il quddiem il-Labour Party jibqa' responsabbli.", "Hekk ifisser il-kuntratt.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "Fil-qosor jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Aħjar għidt \"fil-qosor\" meta beda jagħmel il-point of order il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax għamel diskors sħiħ.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, dan il-metodu ta' l-Onor.", "Lino Spiteri ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Qabel nibda bil-point of order, nixtieq ngħid li f'din il-Kamra dieħla l-konswetudni li qatt ma kienet, li xi ħadd ikun in possession tal-Kamra u mingħajr ma s-Sedja twaqqfu u tagħti l-permess lil ħaddieħor biex jitkellem, jaqbad u jqum u jwaqqaf lil dak li jkun qed jitkellem.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu d-drittijiet u d-dinjita' tiegħu u għandu jippermetti lil ħaddieħor l-istess drittijiet u dinjita'.", "Kieku qalli jekk inċedilux biex jitkellem kont inċedilu, imma mhux jaqbad u jqum u kull darba jieħu l-kelma f'idejh hu, qisu hawnhekk tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk m'huwiex tiegħek; la huwa tiegħi u lanqas tiegħek.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Spiteri, ejja għall-punt jekk jogħġbok.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Il-punt huwa li l-point of order li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - m'iniex se nidħol fil-merti tiegħu għax daħal fil- mertu l-Ministru Buhagiar - kieku kellu jitqajjem, irrispettivament mill- mertu tiegħu, seta' tqajjem u missu tqajjem fil-bidu tas-seduta meta l- Kamra resqet biex tiddiskuti l-mozzjoni kif kienet tidher fuq l-aġenda.", "Ġaladarba l-mozzjoni kienet fuq l-aġenda u d-diskussjoni bdiet, issa daqsxejn waħda tard biex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li l-mozzjoni hija out of order.", "Dan mingħajr ma wieħed joqgħod jidħol fil-mertu, imma f'dan l-istadju d-diskussjoni bdiet u trid tkompli.", "THE DEPUTY SPEAKER: Dalgħodu ġie deċiż minn Madam Speaker li d- diskussjoni ssir fuq is-suġġetti kollha li għandna hawnhekk.", "Jiġifieri naħseb li jista' jitqajjem point of order fuq xi ħaġa f'kull ħin.", "Pero' jien se nissospendi ftit biex ngħaddi l-informazzjoni tal-point of order lil Madam Speaker ħalli tkun tista' tagħti ruling.", "Fit-8.25 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fit-8.58 p.m.", "RULING TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER: Rigward il-point of order imqajjem mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami, fejn irrifera għall-fatt lli l-mozzjoni tat-trasferiment ta' artijiet quddiem il-Kamra għandha bżonn il-messaġġ tal-President skond artiklu 73 tal-Kostituzzjoni u Ordni Permanenti 69 (a) u (b) għaliex ġie sollevat illi fid-Dokument \"D\" anness ma' Mozzjoni Nru. 82 hemm maħfra ta' xi dejn dovut lil Malta dan ma japplikax għal dan il-każ u dan peress li l- Abbozz ta' kuntratt li qed issir riferenza għalih fil-partijiet dispożittivi jgħid dan li ġej:", "a) il-Malta Labour Party jiddelega lill-Gvern id-dritt tiegħu kontra l- Malta Shipbuilding Co. Ltd. li jiġbor ċens mhux imħallas lill-Malta Labour Party dovut mill-istess kumpannija lill-Malta Labour Party u jissurroga lill-Gvern id-drittijiet privileġġjarji u ipotekarji tiegħu;", "b) in konsiderazzjoni ta' dan il-Gvern jirrinunzja għad-dritt tiegħu li jxolji l-kuntratt ta' l-1979 u l-kuntratt jagħmel provvediment illi l-kundizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1979 jinżammu fermi u saldi kontra suċċessuri fit-titolu;", "c) il-Malta Labour Party jiggarantixxi li għandu jieħu mingħand il- Malta Shipbuilding somma ekwivalenti għal dik li l-Malta Labour Party għandu jagħti lill-Gvern u f'każ li l-Malta Shipbuilding ma tħallasx din is-somma lill-Gvern, il-Gvern jibqagħlu d-dritt li jitlob u jipperċepixxi l-istess somma dovuta lilu mill-Malta Labour Party għaliex hemm il-proviso li jibqa' dejjem l-obbligu primarju tal-Malta Labour Party li jħallas l-ammont ta' ċens dovut lill-Gvern.", "Għaldaqstant m'hi qed issir l-ebda maħfra u m'hemmx bżonn messaġġ tal- President fil-każ odjern.", "It-tliet paragrafi li qed nirreferi għalihom huma l-body tal-kuntratt.", "L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk għadu ma sarx il-ħin nixtieq inqajjem point of order.", "MADAM SPEAKER: Iva, fil-fatt sar il-ħin u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Joe Mizzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq ir-Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 29 ta' Ottubru, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar l- Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Muturi għar-Riskji ta' Terzi Persuni;", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Ħabs;", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili;", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl- Avjazzjoni Ċivili; u", "Mozzjoni dwar ħlasijiet għal ħtiġijiet speċjali tal-kunsilli lokali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet - Kontinwazzjoni;", "Riżoluzzjoni dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni dwar l-Industrija tal-Bini f'Malta - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju 1997, din is-seduta għandha tibqa' sejra sa nofs il-lejl.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, waqt is-seduta ta' dalgħodu l-kollega tiegħi l-Onor.", "Pullicino tkellem fuq il-każ tar-rappreżentanza ta' Malta fil-funeral ta' Mother Theresa f'Calcutta.", "Jien qed inqum hawnhekk sabiex niċċara l-affarijiet u nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsijiet li saru lili, mistoqsijiet li rrispondejt bl-ikbar rettezza skond l-informazzjoni li kelli u skond dak li ġie rrapportat lili mill-Ambaxxatur Farrugia.", "Madam Speaker, l-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li jien m'iniex qiegħed hawnhekk biex niskuża lil xi ħadd u ma jien se ngħatti l-aġir ta' ħadd.", "Jien nemmen li kulħadd huwa responsabbli ta' l-aġir tiegħu u minn hawnhekk ma nistax nikkontrolla dak li jkun qiegħed jagħmel ambaxxatur barra mill- pajjiż fl-affarijiet żgħar ta' kuljum jew f'okkażjonijiet bħal dawn.", "Irrid ngħid li jien mhux talli ma niżkużahx - dan għidtu lill-Ambaxxatur stess - talli ninsab diżappuntat għall-mod kif ġraw l-affarijiet.", "Pero', nixtieq li għall-korrettezza naraw kif inhuma l-affarijiet u minflok ma nipprovaw niżirgħu ħafna dubji dwar x'seta ġara u ma ġarax jew dwar x'kien hemm u x'ma kienx hemm, nagħti ċertu tagħrif rigward fatti li dwarhom għandi d- dikjarazzjonijiet f'idejja mingħand l-Ambaxxatur Farrugia, imbagħad min irid jispekula fuq l-affarijiet l-oħra jispekula kemm irid.", "Jien ma naħsibx li għandna nispekulaw, għaliex nista' ngħid li dan huwa inċident ta' dispjaċir u ma xtaqtx u ma kontx kuntent li l-affarijiet ġraw kif ġraw.", "Malli jien ġejt informat b'dak li ġara, immedjatament ċempilt lill- Ambaxxata ġo Riyadh ħalli jkollna l-ewwel reazzjoni ta' x'seta ġara u ma ġarax.", "Nerġa' ngħid li jien m'iniex ngħid dan biex niskuża jew niddefendi lil xi ħadd, imma għall-korrettezza tal-fatti.", "Madam Speaker, il-kollega tiegħi tkellem ukoll fuq il-livell ta' rappreżentanza.", "Jien ma noqgħodx nagħmel comparisons u ngħid li \"hemmhekk\" bgħatna lil \"dak\" u \"hawnhekk\" bgħatna lill-\"ieħor\".", "Jien nista' ngħid li kienet deċiżjoni tal-Kabinett li f'dik l-okkażjoni u f'dawk iċ-ċirkostanzi stajna immedjatament - għaliex kien oġġett ta' malajr - naħsbu li dak kellu jkun il-livell korrett ta' rappreżentanza.", "Jista' jkun li l-kollega tiegħi ma jaqbilx miegħi, pero' żgur li ma nistgħux noqogħdu ngħidu li dan sar b'xi nuqqas ta' rispett.", "Irridu nifhmu li r-riżorsi umani f'dan il-pajjiż u fil-Kabinett huma dawk li huma u r-rappreżentanza li għandna mxerrda madwar id-dinja hija dik li hi.", "Aħna ma nistgħux nutilizzaw dak li m'għandniex, imma rridu bilfors nagħmlu l-aħjar li nistgħu b'dak li għandna.", "Nerġa' ngħid, nistgħu ma naqblux fuq ħaġa u forsi jkun hawn min jgħidilna li jmissna bgħattna xi Ministru jew li jmissu mar il-Prim Ministru jew il- President, imma m'għandniex noqogħdu nagħmlu ċerti deductions minn dik is- sitwazzjoni u ngħidu li ma bgħatniex Ministru għaliex ma nirrispettawx lil Mother Theresa jew għaliex ridna ...", "U ejja!", "Jien jiddispjaċini li qed noqogħdu nżeffnu proprju l-memorji ta' mara illustri li għamlet isem għaliha bil-kobor ta' dak kollu li għamlet.", "Din ma għamlet xejn partikolari imma għamlet ħafna għaliex għamlet xi ħaġa li ma titkejjilx f'din id-dinja u ninsab żgur li m'hemm ħadd li b'xi mod ried iweġġa' l- memorja tagħha jew inkella jnaqqasilha l-ġieħ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, bil-permess ta' l-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, irrid ngħid li jien fl-ebda mument ma għidt xi ħaġa b'disprezz lejn xi ħadd, kif għadu kemm semma l-Ministru.", "Jien għidt li ma nifhimx id-deċiżjoni li ttieħdet.", "GĦalhekk jien se noqgħod bil-qiegħda ħalli nisma' l-ispjegazzjoni li se jagħtina.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien se nagħti spjegazzjoni fl-interess tal-poplu kollu għaliex huwa dovut li nagħtu spjegazzjoni.", "Sur President, jien m'iniex qed ngħid li l-Onor.", "Membru qal hekk, imma qed ngħid li minn dak li ntqal jista' jiġi miftiehem minn ċerta sezzjoni ta' nies li meta nikkomparaw din il-ħaġa ma' dak li għamilna f'kategoriji oħra qisna ċekkinna l-valur tagħha.", "Dan hu li qed ngħid jien u m'iniex qed ngħid li dan qalu l-kollega tiegħi.", "Kieku qalu hu kont ngħid li qalu hu.", "Jien qed nagħmilha ċara u qed niddikjara li fiċ-ċirkostanzi urġenti li ġejna ffaċċjati bihom ridna naraw li jkun hemm rappreżentanza xierqa u dehrilna li r-rappreżentanza xierqa kienet fil-livell ta' ambaxxatur.", "Issa jekk l- ambaxxatur kienx akkreditat u jekk kienx designate ambassador ...", "Li nista' ngħid hu li d-deċiżjoni kienet liema hu l-eqreb biex jasal l-iktar malajr, jekk huwiex dak ta' Riyadh jew inkella ta' Peking, u ma qgħadniex naraw jekk dan huwiex designate jew le għaliex għalina dawn illum huma ambaxxaturi ta' pajjiżna.", "Dan qed ngħidu biex inkunu qed inqiegħdu l-karti kollha fuq il-mejda.", "Sur President, issa ħalli niġu għall-inċident proprju.", "L-ispjegazzjoni x'inhi?", "Jien sal-lum nista' ngħid li naf biss dak li ġie rapportat lili meta tlabt l-ispjegazzjonijiet, u kif diġa' għidt, jien tlabt spjegazzjoni immedjatament.", "L-ewwel risposta li ngħatajt kienet li dan il-bnidem żgur li kien hemm; informazzjoni xxejjen dak li seta' ġie ddubitat mill-mod kif tkellem il- kollega tiegħi dalgħodu.", "Jien nista' nassigura lill-Kamra u lill-poplu Malti li l-Ambaxxatur Farrugia mar New Delhi u minn New Delhi mar Calcutta għaliex f'idejja għandi photocopy tal-biljett li uża u tal-card li ngħata biex jidħol fl-indoor stadium ta' Calcutta fejn saret iċ-ċerimonja.", "Jiġifieri jien m'għandix għalfejn niddubita jekk l-Ambaxxatur Farrugia marx Calcutta u allura ma nistax inħalli li jinbtu xi dubji dwar jekk kienx preżenti jew le.", "Iktar minn hekk imbagħad, jien hawnhekk għandi spjegazzjoni għal dak li qal dalgħodu l-kollega tiegħi.", "Irrid ngħid li jien ukoll ninsab ikkonċernat dwar dak li ġara u m'iniex nipprova niddefendih.", "Tant hu hekk li jien erġajt ikkuntattjajt lill-ambaxxatur u għidtlu biex jagħtina iktar dettalji u aktar provi ħalli nkun nista' nqum hawnhekk u nispjega l-fatti, mhux biex niddefendi lilu imma sabiex inpoġġi l-karti fuq il-mejda ċari kif inhuma.", "L-Ambaxxatur Farrugia qalilna li meta kienu għadhom New Delhi qalulhom li kien se jkun hemm quddiesa u tawhom ċirkolari - li għandi kopja tagħha hawnhekk - sabiex ikunu jafu x'se jsir, u fiha kien hemm miktub proprju dan il-kliem: \"Dignitaries wishing to place wreaths may do so at this time\".", "Jiġifieri ma kienx hemm blanket provision li tgħid li kulħadd se jkollu wreath.", "Nerġa' ngħid li dan qed ngħidu iktar b'mod ta' kif irraġuna hu milli biex nispjega l-fatti.", "Din is-sentenza tagħti x'wieħed jifhem li dawk li xtaqu jpoġġu kuruna tal-fjuri, setgħu jagħmlu dan f'dak il-ħin, għaliex kif diġa' għidt fiċ-ċirkolari qalulhom hekk: \"Mass will be held at the Netaji Subhash Chandra Bose Indoor Stadium in Calcutta at 10.00 a.m. on Saturday September 13th.", "Dignitaries wishing to place wreaths may do so at this time\".", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, il-Ministru jsib oġġezzjoni li jpoġġi kopja ta' din iċ-ċirkolari fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Lanqas xejn.", "Ħaġa waħda biss hemm li ma nixtieqx inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, imma jekk trid nista' nagħtihielek fil- privat.", "Ma nixtieqx li npoġġiha għaliex ġejt mitlub biex ma npoġġihiex, pero' nista' nurihielek.", "Nista' ngħidlek minn issa stess li għandi kopja tal-card li biha seta' jidħol fl-istadium, it-timbri tal-passaport u kopja tad-dokumenti li juru l-flight li uża.", "Jien ma rridx li naslu fi stat li nibdew niddubitaw minn bniedem li huwa akkreditat bħala ambaxxatur, dawn id- dubji lanqas biss jgħadduli minn rasi, pero' qed ngħid dan kollu ħalli nikkonstataw il-fatti.", "Sur President, nitlob il-permess sabiex inpoġġi id-dokumenti li semmejt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja fotostatika ta' paġna tal-passaport ta' l-Ambaxxatur Emanuel Farrugia f'Riyadh, u kopja tal-biljett ta' l-ajru għal Calcutta maħruġ f'ismu applikabbli għat-13 ta' Settembru, 1997;", "Kopja ta' invit maħruġ mill-Gvern ta' West Bengal, l-Indja, għall- funeral statali ta' Mother Teresa li sar fit-13 ta' Settembru, 1997; u", "Kopja ta' ittra datata 10 ta' Settembru 1997, mibgħuta mill-Ambaxxatur ta' l-Indja f'Riyadh lill-Ambaxxatur Emanuel Farrugia.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien ma rridx inwaqqaf lill-Onor.", "Vella milli jitkellem, pero' xtaqt nistaqsih jekk mad-dokumenti li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hemmx kopja ta' l-instructions li ġew mogħtija.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Issa nagħtik kopja ta' l-instructions li tawhom qabel ma telqu meta kienu fl-operations room u kopja tal-card li tawhom iffirmata minn Ansari.", "L-ispjegazzjoni li għandi jien mingħand l-Ambaxxatur hija li hu kien taħt l-impressjoni li mhux kulħadd kien se jpoġġi din ir-wreath.", "Jien ukoll ġieni li nistaqsi lili nnifsi għaliex kien hemm individwi oħra li telgħu biex ipoġġu l-kuruni qablu u meta għajtu lilu ma telax, imma l- Ambaxxatur Farrugia qal li f'dak il-ħin li hu deherlu li semagħhom jgħajtulu, ma kienx ċert jekk humiex jgħidu Malta, Mali, Malawi jew whatever għaliex dak li kien qed jgħajjat l-ismijiet ma kienx qed juża the Queen's English u allura dan ħela l-ħin jistaqsi jekk humiex qed jgħajtu lilu jew le.", "Din hija l-ispjegazzjoni li qed jagħti l-ambaxxatur.", "Jien nista' ngħid li this is an unhappy incident li xtaqna li ma ġarax, pero' ma nħossx li għandna nkomplu nkabbruh.", "Jien għandi wkoll dikjarazzjonijiet mingħand l-Ambaxxatur li immedjatament wara li ċempiltlu jien, hu ċempel liċ-Chief of Protocol sabiex jipprova jgħidlu għaliex ma kenux iktar eżatt minn hekk u qed jgħid li dak inhar iċ-Chief of Protocol, Mr Venkateraman, kien għajjien ħafna u talbu sabiex jitkellmu on Monday imbagħad fil-fatt rah on Tuesday 16th.", "Skond l-Ambaxxatur Farrugia dan skuża ruħu li kien inqala' dan l-inċident, pero' ma skużax ruħu fis-sens li huma kienu responsabbli, u qallu li wieħed għandu jifhem li f'dak in-numru enormi ta' dinjitarji u ta' nies li kien hemm u anke fl-emozzjoni ta' l-okkażjoni dawn kienu affarijiet li jistgħu jiġru.", "Biex inwieġeb għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Pullicino dwar jekk saretx note verbale - jien lanqas naqbel li dan kellu jsir għaliex din m'hijiex xi ħaġa li int se takkuża lil xi ħadd li naqas, jew inkella tagħmilha tant formoli li tnaffar lin-naħa l-oħra - jien ġejt informat li għamilha b'mod verbali għax mar u kellmu.", "Fil-fatt għandi nota mingħand l-ambaxxatur li tgħid li \"The Chief of Protocol did not accept the claims by the Maltese press that the Government of Malta had lodged a formal complaint to the Indian Government.\".", "Jien lanqas ridtha għaliex ma ħassejtx li għandi għalfejn nagħmel note verbale ta' ċerti akkużi bbażati fuq dak li qed jgħidli l-Ambaxxatur dwar x'ġara dak il-ħin.", "Biex l-affarijiet ikunu preċiżi rrid ngħid li hu ma talabx permess mingħandi biex nagħmlu note verbale, pero' jien ma ħassejtx li għandi nagħmel note verbale biex nipprotesta b'mod formali fuq oġġett li deher ikrah u lilna ma taniex pjaċir.", "Barra minn hekk, irrid ngħid li jien li kelli l-esperjenza li mmur l- Indja naf x'jiġrilhom ħafna nies meta jmorru hemmhekk.", "Jien nista' nassumi li kollox ma' kollox setgħu daħlu fin-nofs ċirkostanzi personali oħra, u kif diġa' għidt, wara li nispiċċa lill-Onor.", "Membru nurih xi ħaġa li ġejt mitlub biex ma npoġġihiex fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli b'hekk forsi jissodisfa ruħu dwar dak li ġara.", "Jien ukoll nixtieq nissodisfa n-nuqqas ta' ħtija li jista' jkollna fuq dan il-każ u għalhekk qed nagħti din l- ispjegazzjoni bl-iktar mod apert u ċar.", "Sur President, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi fuq nota differenti.", "Il- kollega fil-bidu tad-diskors tiegħu qal li hu Kattoliku prattikanti u jien bħalu ma nistħix ngħid li jien Kattoliku prattikanti.", "U hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nappella li filwaqt li qed nitkellmu b'tant rispett u umilta' lejn din it-towering figure ta' Mother Theresa li saret leġġenda f'ħajjitha, inkunu Kattoliċi u nitkellmu fuq ċerti xejriet li qegħdin jidhru fil-media tagħna.", "Forsi tgħiduli li se naqbeż minn suġġett għall-ieħor imma xtaqt insib l-okkażjoni biex nitkellem dwar din il-ħaġa.", "Jien m'iniex nirriferi għat-television għaliex dak huwa xi ħaġa ma nistgħux nikkontrollawha, imma qed nirriferi għall-gazzetti.", "U qed ngħid hekk għaliex ma jien qed nara ebda reazzjoni la min-naħa tal-Knisja u lanqas minn min jistqarr li huwa Kattoliku ħafna, fosthom jien.", "Lejn l-aħħar tas-sajf bdejna naraw gazzetti li biex ibigħu aktar kopji bdew iġibu żewġ faċċati bi tfajliet u ġuvintur jispjegaw l-esperjenzi sesswali li kellhom u jgħidu kif għamlu u m'għamlux.", "Dawn ħadd ma jitkellem fuqhom.", "M'iniex qed ngħid għall-faċċati b'ċerti stampi ta' tfajliet, m'iniex daqshekk puritan, imma mbagħad aktar u aktar meta nibdew indaħħlu ċertu stil ta' ħajja, nibdew insibu artikli li jiġġustifikaw għaliex raġel għandu jkollu l-ħabiba u affarijiet bħal dawn.", "Dawn huma artikli li qegħdin jidhru fil-gazzetti tagħna.", "Qegħdin jinjettaw valur li żgur ma jgħoddx għas- soċjeta' tagħna.", "Jien ma narax għaliex għandna nistħu nitkellmu kontra dan il-moviment.", "Jiena nitkellem kontra tiegħu, għax dawn m'humiex karetteristiċi tal-ħajja Maltija.", "Veru li l-ħajja hi dik li hi u m'iniex se niskrupla fuq dak u fuq l-ieħor; kulħadd għandu ħajja privata tiegħu u jagħmel biha li jrid, imma dawn iċ-ċerti artikli jigglorifikaw - apparti li jiġġustifikaw - dan l-istil li jien ngħidlu ta' \"Dallas\".", "Il-gazzetti jaqrahom kulħadd, anke dawk li għadhom qegħdin jibdew il-ħajja u jaħsbu li jekk ma tkunx tgħix b'dak l-istil ta' ħajja tkun qisu għandek xi ħaġa nieqsa.", "Bħala Kattoliċi prattikanti, aħna għandna nitkellmu kontra din it-trend.", "Jien ma nafx għaliex dawn jagħmlu hekk, jista' jkun li biex il-gazzetta tinbiegħ aktar jew biex nidhru moderni, pero' jien naħseb li l-Knisja, bħalma titkellem kontra l-abort u kontra d-divorzju għandha titkellem ukoll kontra l-eżaltazzjoni u l-glorifikazzjoni ta' ċertu stil ta' ħajja li żgur huma barranin għall-ħajja normali Maltija u għall-valuri li nemmnu, li nippriedkaw u li bla dubju ta' xejn aħna obbligati li niddefendu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, jekk segwejt sew lill-Ministru, huwa qal li fl-ittra mibgħuta lill-ambaxxaturi kien hemm miktub:", "\"Dignitaries wishing to place wreaths, may do so at this time\".", "Jiena ma rridx li l-Ministru jaħseb li jien ma nifhimx iċ-ċirkostanzi kollha, pero' allura l-Ambaxxatur Farrguia ma kienx wieħed mid-dinjitarji li ried iqiegħed wreath f'dan il-mument?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena bħalek ngħid, imma inti kont fil-pożizzjoni tiegħi u naħseb li taf li meta ċ-ċirkostanzi jkunu diġa' ġraw, ma tantx ikun hemm x'wieħed jista' jagħmel.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, jiena nifhem l-ispjegazzjonijiet kollha li ta l-Ministru.", "Li ma nistax nifhem hu kif l-Ambaxxatur Farrugia kellu dan l-invit f'idejh li kien jgħid li jekk irid jista' iqiegħed wreath u ma ġitux f'moħħu li jagħmel proprju hekk.", "M'għandux ikun li l-Protocol Indjan ilesti r-wreath imma għandu jiġi minn dak li jkun.", "Dan huwa dak li qed nipprova ngħid.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nixtieq nagħmel l-aħħar kumment fuq dak li qed jgħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "Guido de Marco.", "Hawnhekk m'aħniex qed nargumentaw rigward x'seta' sar.", "Jiena ma qomt biex niddefendi lil ħadd għaliex kulħadd huwa responsabbli ta' l-aġir tiegħu.", "Jien kulma qed nagħmel huwa statement ta' fatti li għandi quddiemi.", "Jiena naqbel miegħek f'dawn il-kwestjonijiet imma ma naħsibx li għandna nkomplu niddibattu dan il-każ meta l-fatti saru u m'hemmx azzjoni korrettiva li nistgħu nieħdu għall-ħsara li saret.", "Irrid ngħid li jiena l-ewwel wieħed li żgur m'iniex kuntent b'dak li ġara, ħalli ħadd ma jaħseb li jiena b'xi mod qiegħed nikkondividi ma' jew nipproteġi lil xi ħadd.", "Li qed ngħid jien huwa li l-affarijiet setgħu saru ħafna aħjar minn hekk.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Grazzi, Sur President.", "Illum nixtieq ngħid xi ħaġa dwar it-tniġġiż ta' l-arja.", "Jiddispjaċini ngħid li minkejja li din il- problema ilha magħna, ftit li xejn sar dwarha.", "Huwa tajjeb li wieħed jinnota li l-Gvern, permezz tad-Dipartiment ta' l-Ambjent, se jibda jieħu l- ewwel passi biex nibdew nagħmlu monitoring tal-kwalita' ta' l-arja biex b'hekk inkunu nafu kemm hi kbira l-problema u nkunu nistgħu anke nikkumbattuha.", "Ħalli l-ewwel naraw dan it-tniġġiż x'inhu.", "Biex wieħed jifhimni tajjeb, kulma wieħed għandu jagħmel huwa li jitla' daqsxejn x'imkien fl-ogħli, speċjalment in-naħa ta' San Gwann, iħares lejn l-Imsida, il-Belt, il- Furjana u madwar il-Port ta' Marsamxett, speċjalment meta tkun ġurnata sabiħa u bla riħ, u jara dik id-daħna kannella fuq dawn il-postijiet.", "Dan jidher speċjalment kmieni filgħodu meta kulħadd ikun dieħel lejn ix-xogħol.", "Din m'hi xejn ħlief arja maħmuġa, imniġġża u mimlija veleni għall-bniedem.", "Dawn id-dħaħen huma mimlijin b'ħafna kimiċi perikolużi.", "Huwa perikoluż ukoll tniġġiż ieħor li ma jidhirx għall-għajn u minkejja li inti taħseb li tkun qed tieħu nifsijiet ta' arja pura tkun qiegħed fil-fatt tieħu nifsijiet ta' arja mniġġża.", "Din l-arja mniġġża tmarrad lin-nies, speċjalment lil dawk li huma diġa' morda, lil dawk li huma sensittivi u lil dawk li jbatu bl-ażżma u bil-pulmun.", "Jaffettwa wkoll ħafna nies li għalkemm ikunu normali, jibdew jisgħolu u jbatu minn alerġiji fl-għajnejn, fil- griżmejn u anke fis-sinuses b'effetti ta' dawn il-kimiċi.", "Din l-arja mniġġża wkoll twassal għal ħafna ħsara fil-pulmun u tagħmel ħsara wkoll lill-proprjeta'.", "Dan it-tniġġiż jiġi minn power stations, minn ċumniji, minn karozzi, minn buses u minn trakkijiet u anke minn ħruq ta' skart.", "M'hemm l-ebda dubju li l-aktar ħaġa li qiegħda tikkaġuna tniġġiż ta' l-arja ġejja mill-exhaust tal-karozzi.", "Illum nafu li hawn kważi 200,000 karozza.", "Aktar ma jkun kbir iċ-ċilindraġġ tal-karozza aktar jinħaraq fuel u aktar ikun kbir it-tniġġiż.", "Għaldaqstant inħoss li hu importanti li nsibu mezzi biex inħajru nies jixtru karozzi ta' ċilindraġġ iżgħar.", "Karozzi li għandhom il-catalytic convertors u l-electronic ignition systems ċertament inaqqsu t- tniġġiż.", "Fl-opinjoni tiegħi l-Gvern għandu jagħmel ċerti inċentivi biex iħajjar nies jixtru dawn it-tip ta' karozzi.", "Tajjeb ukoll li wieħed jgħid li darba fis-sena huwa importanti li karozza tiġi tuned.", "Ir-roti għandhom jiġu aligned tajjeb għaliex id-drag, kemm fuq ir-roti kif ukoll fuq il-makna tal-karozza, ovvjament tonqos.", "Minn hawn u ftit snin oħra se jidħol l-MOT, biex b'hekk jiġu ċċekkjati l-vetturi u jitnaqqas dan it-tniġġiż ikkaġunat minnhom.", "F'dan ir-rigward wieħed irid jgħid ukoll li għandu jkun hemm aktar sorveljar mill-pulizija tat-traffiku.", "Il-vetturi li qed idaħħnu żżejjed għandhom jinżammu u qabel ma jsiru t-tiswijiet neċessarji m'għandhomx ikunu misjuqa.", "Wieħed irid jgħid ukoll li hawn affarijiet oħra li jikkaġunaw t- tniġġiż fl-arja, fosthom duħħan li jkun ġej minn affarijiet li jkunu qed jinħarqu.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix - ovvjament din hija l-area fejn noqgħod jien - id-duħħan li joħroġ mill-power station u minn ċmieni oħra speċjalment dik ta' l-isptar.", "Jekk wieħed jitla' fuq il-bejt ikun jista' jara tikek sofor li m'huma xejn ħlief sulphur li jkun ħareġ mad-duħħan.", "Huwa importanti li kemm jista' jkun nużaw fuel li jkun fih ftit sulphur u anke li nużaw metodi oħrajn bħal scrubbers, biex dan is-sulphur jonqos.", "Wieħed irid jgħid ukoll li jeżisti anke tniġġiż ġewwa d-djar tagħna.", "Per eżampju l-pitrolju wkoll fih is-sulphur.", "Għalhekk huwa importanti li meta jkunu qed jintużaw il-heaters tal-pitrolju jkollna t-twieqi miftuħin għall- ventilazzjoni.", "Dwar il-cookers tajjeb li wieħed jgħid li l-cooker hood m'hux qiegħed hemm għal xejn.", "Meta l-fjamma tal-burner tkun ta' kulur oranġjo, dan ifisser li jkunu ħerġin gassijiet ħżiena u għalhekk ikun hemm bżonn li jiġu ċċekkjati.", "Hemm ukoll it-tniġġiż ta' l-arja fid-dar.", "Jekk wieħed iħares lejn ir- raġġi tax-xemx f'ġurnata sabiħa, jara tikek itiru fl-arja.", "Dan ukoll huwa forma ta' tniġġiż u ma tantx hu tajjeb għal nies li jbatu bl-ażżma.", "Għaldaqstant huwa tajjeb li darba jew darbtejn fil-ġimgħa niftħu t-twieqi tagħna ħalli l-arja tkun tista' tiċċirkola.", "Irrid insemmi wkoll it-tniġġiż fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Illum ħafna postijiet tax-xogħol huma sealed biex is-sħana tinżamm ġewwa l-post u hemmhekk insibu ħafna tniġġiż li jkun ħiereġ minn spraying, air- conditioning units jew sistemi li jsaħħnu, uhuhumidifiers jew dehumidifiers.", "Huwa tajjeb li kemm humidifiers, dehumidifiers u air- conditioners jinżammu fi stat tajjeb.", "Dawn jistgħu jikbru ċerti mikrobi ġo fihom jekk ma jintużawx għal tant żmien.", "Once li tixgħelhom, dawn jitfgħu l- mikrobi ġo l-arja, liema mikrobi jistgħu jmarrdu lin-nies.", "Tajjeb li wieħed isemmi wkoll il-formaldehyde li hija sustanza li tintuża f'panelling ta' l-injam, fibre-board, plywood u fi drappijiet.", "Din insibuha ħafna fl- uffiċini u għaldaqstant fl-uffiċini jkun hemm bżonn ta' a very good system of ventilation.", "Insemmi wkoll il-volatile organic compounds li jiġu rilaxxati mill-għamara.", "Dan joħroġ minn żebgħa, kolla, twapet, sprays, ħwejjeġ u anke felt pens.", "Sur President, hemm ħafna affarijiet oħra li xtaqt insemmi bħal per eżempju l-ħruq tal-plastic.", "Naħseb li allarmajt ftit nies b'dan li għadni kemm għidt, pero' jien bħala tabib nara ħafna mard li b'daqsxejn attenzjoni nistgħu nevitawh b'daqsxejn aktar attenzjoni u daqsxejn impenn min-naħa tal-Gvern u mill-ambjentalisti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 29 ta' Ottubru fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru Joe Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TELEMALTA - COMPUTIME", "8562.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7737, jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta Computime tqabbditx mit- Telemalta wara sejħa pubblika għall-offerti?", "Jekk iva, meta saret is- sejħa, meta għalqet, min tefa' l-offerta u kemm kienet kull offerta?", "Jekk le, għaliex ma saritx sejħa pubblika, għaliex ingħażlet Computime, minn min intgħażlet, kemm tħallset s'issa u kemm għad baqa' jitħallsu u x'servizzi għamlet għat-Telemalta?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif diġa' għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7737, minħabba s-sitwazzjoni mwiegħra li sibna, l- management kien kostrett li meta jkun hemm bżonn ta' eżerċizzji kruċjali malajr, is-servizzi jintalbu minn barra, bħalma sar fil-każ tal- Computime.", "Dawn se jirrevedu u jiġġeneraw sistemi fuq perijodu ta' żmien.", "Kif għidt ukoll, il-Bord approva l-ewwel fażi tal-proġett (fis-16 ta' Ġunju).", "TELEMALTA - ĊENTRU TA' TAĦRIĠ ĠDID", "8563.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta Grant Thornton tqabbditx tagħmel l-istudju dwar it-Training Centre ġdid tat- Telemalta wara sejħa pubblika għall-offerti?", "Jekk iva, meta saret is- sejħa, meta għalqet, min tefa' l-offerta u kemm kienet kull offerta?", "Jekk le, għaliex ma saritx sejħa pubblika, għaliex intgħażlet Grant Thornton, minn min hi rappreżentata Malta Grant Thornton u kemm tħallset għall- istudju?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif indikajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7734, nikkonferma li d-ditta Grant Thornton tqabbdet mill- Korporazzjoni Telemalta biex tagħmel Business Plan għall-għaxar snin li ġejjin għat-Training Centre.", "Ma nħassx il-bżonn li l-korporazzjoni toħroġ sejħa pubblika għax il- business plan kien ta' natura urġenti peress li abażi tiegħu iridu jittieħdu ċerti deċiżjonijiet immedjati.", "Barra minn hekk dan kien eżerċizzju ta' darba.", "Nerġa' nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li t-Telemalta tqabbad diversi ditti ta' awdituri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, bħala konsulenti tagħha.", "GOZO CHANNEL - SERVIZZI", "8564.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ bil-merkanzija sar bejn Sa Maison/Mġarr/Sa Maison mill-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru ta' l-1996 u l-1997 u x'kien id-dħul tal-Gozo Channel kull sena fl-istess perijodu għal din ir-rotta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li:-", "L-informazzjoni għall-perjodu l-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru ta' l-1996 u l-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju, 1997 diġa' ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7714.", "Bejn Lulju 1997 u l-aħħar ta' Settembru 1997 saru 143 vjaġġ.", "Peress li s-servizz tal-kumpannija Gozo Channel Co. Ltd. huwa bbażat fuq Single Point System; jiġifieri li l-biljett jinxtara minn Għawdex biss u dan ikun ikopri wkoll għall-return trip minn Sa Maison jew iċ-Ċirkewwa, u billi l-maġġoranza tat-trakkijiet li jġorru l-merkanzija jgħaddu filgħodu kmieni mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa, d-dħul finanzjarju tal-kumpannija mis- servizz ta' Sa Maison ma jistax jiġi kkalkolat separatament.", "OPM - RAPPORTI KUMMISSJONATI", "8565.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta' meta rċieva kull rapport kummissjonat lil Dr. Edgar Mizzi u d-data ta' meta l-istess rapport ġie pubblikat?", "Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk Dr. Mizzi baqagħlux jikkonkludi xi rapporti u jekk iva, liema huma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella bit-tagħrif mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MERKANZIJA - ĦATT/ĠARR", "8566.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjan biex inaqqas l-ispejjeż tal- ħatt u ġarr tal-merkanzija konvenzjonali u jekk iva, x'inhuma?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nassigura lill-Onor.", "Membru li fir-rigward ta' tariffi għall-ħatt u tagħbija ta' merkanzija li huma kkontemplati fir- regolamenti tal-port, dawn it-tariffi ilhom ma jogħlew mill-1993 'l hawn.", "SAĦĦA - CONTROL CARDS", "9019.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta' pazjenti li għandhom control card għad-dangerous drugs?", "Kemm minnhom għadhom taħt l-20 sena, kemm taħt it-30 sena, taħt l-40 sena u taħt il-50 sena?", "X'kienu dawn il-figuri sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l- Onor. Interpellant għar-risposta parlamentari numru 6262.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, id-dipartiment ma jżommx data fuq etajiet ta' persuni li għandhom fil-pussess tagħhom control card.", "DIABETIĊI", "9020.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm preżentement huwa n-numru ta' diabetiċi li jingħataw kura u mediċini mingħajr ħlas?", "Kemm minnhom jieħu l-insulina jew OHA?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAHHA - KAŻ TA' PAZJENT", "9021.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Il-Ministru ma jaħsibx li dewmien ta' erba' xhur biex pazjent żgħir jieħu l-pilloli DIAMICRON (wara li ġie approvat mill-bord) hu dewmien żejjed li jikkaġuna diffikultajiet bla bżonn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif diġa' ntqal fil-Parlament kien hemm numru konsiderevoli ta' pazjenti li għalihom ġew approvati il-pilloli \"Diamicron\" fi żmien qasir ħafna - dawn huma special drugs u kellu jittieħed xi żmien biex jiġu pproċessati l-ordnijiet.", "Ta' min jgħid li l-istocks ta' dawn il-pazjenti ġodda issa waslu u mistennija jinqdew fil-ġranet li ġejjin.", "DJAR TAX-XJUĦ - SECURITY GUARDS", "9022.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif qiegħed jitħaddem ir-roster tas-security guards speċjalment rigward iċ- ċaqlieq minn duty ġewwa l-isptarijiet għad-djar tax-xjuħ jew health centres?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-Security Guards fil-Health Centres u Djar tax- Xjuħ jaħdmu fuq id-Day, Night, Rest, Off roster:", "Day - 0700 Hrs - 1900 Hrs Night - 1900 Hrs - 0700 Hrs Rest Off", "Is-Security Guards qed iduru fuq bażi ta' roster kull perijodu ta' żmien.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA", "9023.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-portafolio tiegħu għandux iktar ir-responsabbilta' ta' l-Affarijiet tal-Familja?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-talba tiegħi biex id-Dipartiment tal-Familja jgħaddi għall-Ministeru tas-Social Welfare kienet ġiet milqugħa.", "SPTARIJIET - STAFF FIS-SWALI", "9024.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien l-istaff complement ġewwa kull sala ta' kull sptar governattiv għas-snin 1987 u 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:L-informazzjoni għada qed tinġabar, għalhekk risposta tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - MARD MENTALI", "9039.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema informazzjoni kienet ibbażata d-dikjarazzjoni tiegħu ta' perċentwali għolja ħafna tal-popolazzjoni Maltija li tbati minn xi tip ta' mard mentali?", "X'tip ta' mard mentali huma nklużi fin-numru ta' mard li l-Ministru semma riċentement?", "X'qed isir biex dan l-ammont ta' persuni hekk affettwati, jonqsu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Problemi ta' saaħħa mentali huma relatati mill- qrib ma problemi Psychosoċjali.", "Studji ta' meta analysis mill-Olanda u Manchester fl-Ingilterra, juri li kull wieħed minn tlieta jbatu minn problemi Psychosoċjali.", "Studju mill-W.H.O juri li bejn wieħed u ieħor il-mard mentali huma l- istess fil-pajjiżi kollha.", "It-tipi ta' mard mentali nklużi huma dawk kollha li huma inklużi fid-DSM IV u ICD 10.", "Huwa l-għan tal-gvern li s-servizzi soċjali in ġenerali jissaħħu f'dan il- pajjiż, biex b'hekk l-problemi psychosoċjali jonqsu.", "Barra minn hekk, s- servizzi psikjatriċi, ta' social workers u oħrajn qegħdin jikbru tali mod li min hu affetwat minn dawn l-kondizzjonijiet jiġi ikkurat mingħajr dewmien.", "VALLETTA - BUS TERMINUS", "9040.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ġew sottomessi lill-Planning Authority l-applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini jew alterazzjonijiet fil-bus terminus tal-Belt?", "Meta ħarġu dawn il-permessi?", "Kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol meħtieġ?", "Meta ħarġu t-tenders u meta ġew allokati?", "Meta hu mistenni li jinbeda u jitlesta x-xogħol?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li fir-rigward tax-xogħlijiet li huma ppjanati biex tingħata dehra isbaħ lit-terminus tal-Belt, saru żewġ applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Waħda saret fid-19 ta' Ġunju, 1997 biex tkun tista' tinbena rest room għax-xufiera u l-oħra saret fis-27 ta' Ġunju, 1997 biex isiru shelters għall-passiġġieri.", "Dawn l- applikazzjonijiet għadhom ma ġewx deċiżi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jiena nformat ukoll li f'Settembru 1997 ħarġet is-sejħa għal offerti għax- xogħljiet kollha, inkluż il-kisi tal-bankini, u din għalqet fit-2 ta' Ottubru, 1997.", "L-offerti li daħlu qed ikunu evalwati.", "Għal din ir-raġuni ma nħoss li għandu jingħad kemm se jiswew dawn ix-xogħoljiet.", "Fir-rigward ta' xogħlijiet li ma jenħtiġux permessi ta' l-awtorita', dawn jibdew wara li tingħata l-offerta.", "GĦAMMIERI - ANNIMANLI", "9041.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-annimali li fil-preżent huma fl-Għammieri, jew f'postijiet oħra li huma amministrati mid- Dipartiment tal-Biedja?", "Liema huma l-annimali ġodda li daħlu f'dawn il- postijiet fil-perijodu 1/1/97 - 30/9/97?", "Minn fejn inġabu?", "X'tip ta' tender ħarġet, jekk ħarġet, f'kull każ?", "Meta ħarġet?", "Meta ngħatat?", "Kemm swew dawn l-annimali?", "X'użu qed isir minnhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għall mistoqsija parlamentari numru 9041 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ORGANIC FARMING - LAQGĦAT", "9042.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il laqgħa saret f'Malta jew barra, dwar ir-rapport ta' l-esperti Ġermaniżi dwar l-Organic Farming li kien ippreżentat f'dan il-Parlament iktar kmieni?", "Ma' min saru dawn il-laqgħat fil-perijodu 1/1/97 - 30/9/97?", "Min ħa sehem fihom?", "Xi żviluppi ġodda seħħew dwar dan is-suġġett fl-istess perijodu?", "X'reazzjoni kien hemm mill-għaqdiet ambjentali li suppost saru l-laqgħat magħhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Noġġezjona għall-insinwazzjoni li qiegħed jagħmel l- Onor. Membru fil-mistoqsija li turi li huwa mhux aggornat bil-laqgħat li saru fuq dan is-suġġett u qed jipprova joħloq dubju dwar jekk sarux dawn il- laqgħat.", "Lista ta' għaqdiet li ltqajt magħhom biex niddiskutu dan ir-rapport tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Fil-fatt saru diversi laqghat dwar ir-rapport tal-esperti Ġermaniżi dwar l-Organic Farming.", "Dawn il-laqgħat saru ma' diversi entitajiet Maltin l-aktar ma' għaqdiet ambjentali u ekoloġiċi.", "Saru wkoll diskussjonijiet ma' l-istess esperti li kitbu ir-rapport, ma bdiewa, kif wkoll ma ditti privati kummerċjali.", "Laqgħat oħrajn saru wkoll ma' espert tal-FAO sabiex jevalwaw l-importanza ta' dan il-proġett.", "Ir-reazzjonijiet li kien hemm mill-għaqdiet ambjentali kienu varji.", "Id- diversi għaqdiet ambjentali urew is-sodisfazzjon tagħhom rigward il-fatt li kienu qegħdin jiġu diskussi magħhom dawn il-proposti waqt li xi għaqdiet urew xi riservi.", "Waqt dawn il-laqghat kull organizzazzjoni kellha opportunita' il permezz tar-rappreżentanti tagħha tesprimi l-opinioni fuq dan il-proġett.", "Il-fehma ġenerali kienet li l-proġett pilota jinħadem l-ewwel bi prova fuq il-ġżira ta' Malta u mill-esperjenza li tinġabar ikun jista jiġi deċiż jekk il- proġett jistax ikompli jespandi f' postijiet oħra.", "DIPARTIMENT TAL-BIEDJA - INIZJATTIVI ĠODDA", "9043.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema inizjattivi ġodda ttieħdu mid- Dipartiment tal-Biedja jew xi dipartiment ieħor fil-Ministeru biex tikber il-produzzjoni agrikola b'metodi organiċi?", "Kemm kienet il-produzzjoni ta' dan it-tip ta' prodott fil-perijodu 1/1/97 - 30/9/97?", "X'persentaġġ tal-produzzjoni agrikola totali tirrappreżenta din il-produzzjoni?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: F'dan ir-rigward fl-ewwel sena ta' Gvern ġdid kellna nibdew mill-bidu nett peress li f'disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista ma sar xejn biex ikollna produzzjoni agrikola b'metodi organiċi.", "L-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li din it-tip ta' produzzjoni agrikola qed tingħata ħafna mportanza f'diversi pajjiżi fejn nibtet kuxjenza fost il- konsumaturi għall-prodotti mkabbra b'mod organiku.", "L-Onor.Membru għandu japprezza li dak li ma sarx f'disa' snin ma jistax jsir f'sena waħda, iżda huwa ta' sodisfazzjon li l-ministeru tiegħi flimkien ma' bdiewa u entitajiet kummerċjali diġa' qegħdin jieħdu ċerti riżultati minn inizjattivi f'dan ir-rigward ta' produzzjoni organika li saru f'dawn l-aħħar xhur.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant verament jinteressah dan is-suġġett jiena lest li nieħdu fuq il-postijiet fejn qegħdin jsiru dawn l-inizjattivi.", "PULIZIJA - PERSUNI JGĦIXU LLEGALMENT F'MALTA", "9058.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 8078, jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti tagħrif dwar ta liema nazzjonalita' huma l-persuni li nqabdu jgħixu llegalment f'pajjiżna?", "Fejn intbagħtu dawk li fil-fatt inqabdu jgħixu f'Malta llegalment?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĊIMITERJU - ĊANGATURI MKISSRA", "9122.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8832 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tieħu passi biex ċangaturi li hemm imkissra ħdejn il- kappella taċ-ċimiterju jiġu rranġati qabel ma jibda x-xahar ta' Novembru?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor Interpellant huwa mitlub biex jekk jogħġbu jindikali, liema hu ċ-Ċimiterju riferut fil-mistoqsija.", "GĦARGĦUR - DRENAĠĠ", "9123.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex jingħata servizz ta' drenaġġ lil parti minn Triq Mons. Luigi Catania u Triq l-Isqof Gargallo fil- Gharghur?", "Jekk għadu ma jistax jingħata s-servizz ta' drenaġġ f'dawn it- toroq, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li kien hemm sewerage scheme li tinkorpora żewġ pumping stations, qiegħed isir studju biex issir extension itwal u pumping station waħda għal din l-arja u Birguma.", "GĦAWDEX - DIPARTIMENT TAL-PROĠETTI U ŻVILUPP", "9143.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8030 tat-28/7/97, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-eżerċizzju msemmi ġiex konkluż u jekk fl-affermattiv x'kienu l-konklużjonijiet tiegħu?", "Jekk għadu mhux konkluż, jista' l- Ministru jindika meta se jkun konkluż?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-eżerċizzju msemmi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8030 ghadu m'hux konkluż.", "KUMITAT TAT-TRASPORT TA' MERKANZIJA", "9144.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamenatri numru 7715 tal- 21/7/97, jista' l-Ministru jgħid kemm u meta ltaqa' il-Kumitat tat-Trasport tal-Merkanzija mit-23 ta' Lulju 'l hawn u x'progress ġie reġistrat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Wara t-23 ta' Lulju, 1997, il-kumitat iltaqa' erba' darbiet, jiġifieri fil-31 ta' Lulju, 1997, fit-28 t'Awissu, 1997, fit-18 ta' Settembru, 1997 u fl-10 t'Ottubru, 1997.", "Hemm seduta oħra ffissata għad-29 t'Ottubru, 1997.", "Ix-xogħol miexi b'ritmu konsistenti u l-Onor.", "Interpellant ikun jaf bir- riżultati kollha tal-ħidma tal-kumitat meta l-kumitat jikkonkludi t-tfittix tiegħu u jippreżenta r-rapport finali.", "IMPJIEGI - UNEMPLOYMENT ASSISTANCE", "9145.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-MInistru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 8233 tal-25 ta' Lulju, 1997 u ċioe' jgħid għalkemm kien jammonta l-unemployment assistance li ngħata f'Għawdex fl-aħħar t'Ottubru tas-sena l-oħra u kemm ingħata fl-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Unemployment Assistance li nħareġ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'Għawdex kien jammonta għall-Lm 22,637.50,0 fl-aħħar ta' Ottubru 1996, u għall-Lm42,073.95 fl-aħħar ta' Ġunju 1997.", "GĦAWDEX - MASTERPLAN TAD-DRENAĠĠ", "9146.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet kontemplati fil- Master Plan tad-drenaġġ għal Għawdex humiex se jitkomplew?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet u f'liema stadju waslu?", "Kemm kien il-vot għas-sena kurrenti għax-xogħlijiet tal-Master Plan?", "Kemm intnefaq minnu sal-lum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - DRENAĠĠ", "9147.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq s'issa mill-vot għas- sena kurrenti ta' Lm240,000 Extension of the Sewage System ta' Għawdex?", "Jista' jindika f'liema lokalitajiet saru x-xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - CONSTRUCTION OF FACTORIES - VOT", "9148.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq mill- Vot ta' Lm100,000 Construction of Factories f'Għawdex għas-sena kurrenti?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Bejn Jannar u Ottubru 1997, mill-vot ta` Lm100,000 għall-bini ta` fabbriki għall-Għawdex, intnefqu Lm 26,180.", "Sa l- aħħar ta` din is-sena huwa previst li se jkunu ntnefqu madwar Lm 61,000 oħra, li jġibu total ta` madwar Lm 87,000."]} {"filename": "19970430_060d_par.doc", "date": "1997-04-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 60 L-Erbgħa, 30 ta' April, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 60", "L-Erbgħa, 30 ta' April, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "60", "L-Erbgħa, 30 ta' April, 1997", "WERREJ MINUTI 1098", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 1098", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1102", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL(KUMITAT) 1103", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL(IT-TIENI QARI) 1104", "AĠĠORNAMENT 1126", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1131", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1137", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 59 li saret fid-29 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni li, skond ir- regolamenti tal-Kamra, membru parlamentari suppost jissottometti sa sitt mistoqsijiet parlamentari f'kull seduta.", "Tista', jekk jogħġbkok, tgħidilna għaliex fis-seduta tal-lum - din ġrat il-bieraħ ukoll, imma għal- lum se ngħid - hemm aktar minn sitt mistoqsijiet parlamentari sottomessi mill-istess membru parlamentari?", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, diġa' staqsejt dwar dan u r-risposta li għandi hija li dawn kienu mistoqsijiet li għalihom diġa' ngħatat an interim reply, pero' se ninvestiga aktar dwar dan.", "EURO-MED CONFERENCE", "4396.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li jkunu l-ispejjeż għal pajjiżna sabiex ix-xahar id- dieħel jospita l-Euro-Med Conference?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Kif jista' jifhem l-Onor.", "Interpellant huwa kmieni, u ma naħsibx li huwa f'waqtu li jingħataw xi dettalji f'dan l- istadju fejn qiegħed isir ix-xogħol u l-kalkoli meħtieġa.", "Inżid ngħid iżda li l-parti l-kbira ta' l-ispejjeż mhux se jitħallsu minn Malta.", "Nixtieq inżid ukoll li għad iridu jsiru l-aħħar kalkoli anke mal-European Union, rigward l-aħħar kontijiet.", "Għandna xita ta' mistoqsijiet fuq dan, pero' jien diġa' kont għidt li 'l quddiem se nagħtu l-breakdown ta' l- ispejjeż kollha.", "AMBAXXATURI POLITIĊI", "4571.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2663, fejn huwa qal li għadu qed jiġbor l-informazzjoni, jista' issa, jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jagħtina informazzjoni aktar limitata u jgħidilna, fir- rigward tal-political appointees li spiċċaw minn ambaxxaturi mal-ħatra ta' dan il-Gvern, u ċioe' is-Sur Alex Agius Cesarea (ex-Riyhad); Dr. Noel Buttigieg Scicluna (ex-Strasbourg); Dr. Joseph Cassar (ex-New York); Dr. Joseph Licari (ex-Parigi); Dr. John Vassallo (ex-Brussels); is-Sur Evarist Saliba (ex-Madrid) u s-Sur William Spiteri (ex-Bonn), (a) min minnhom sal- 31 ta' Marzu, 1997 kien irċieva somma ta' flus bħala notice money, compensation money jew f'xi forma oħra, u (b) f'kull każ speċikament u separatament kemm kienet tlaħħaq din is-somma (i) fil-munita li fiha tħallset; u (ii) f'liri Maltin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-ambaxxaturi msemmija hawn taħt kollha tħallsu, qabel l-aħħar ta' Marzu 1997, l-ammonti indikati kontra isimhom bħala kumpens ekwivalenti għal tliet xhur salarju jew, f'każ wieħed, allowances, skond deċiżjoni tal-Kabinett ta' l-amministrazzjoni preċedenti komunikata lill-Ministeru tiegħi f'Ottubru 1996, ftit ġranet qabel l-elezzjoni ġenerali.", "|- Dr Joseph |Lm | |Cassar |2,000 | |- Sur Alex |-----2| |Agius Cesareo |,000 | |- Dr Noel | | |Buttigieg |-----2| |Scicluna |,000 | |- Sur William | | |Spiteri |-----2| | |,000 | |- Dr John | | |Vassallo |-----6| | |,000* |", "* Franki Belgjani 505,779.50", "Fil-każ tas-Sur Evarist Saliba, l-ammont li se jitħallas lilu huwa ta' Lm1,980.50.", "Il-ħlas lis-Sur Saliba se jsir fil-ġranet li ġejjin fi Sterlina, fuq talba li għamel huwa stess.", "Il-ħlas lil Dr Joseph Licari huwa miżmum minħabba li l-Ministeru qed jinvestiga xi ħlasijiet oħra li kienu saru lil u minn Dr Licari fiż-żmien li kien għadu Ambaxxatur, speċjalment fil-kontest ta' spejjeż esaġerati li saru fl-okkażjoni ta' farewell drinks li għamel l-istess ex-Ambaxxatur.", "Fid-dibattitu li kellna fi żmien il-budget dwar l-affarijiet barranin kelli l-okkażjoni ngħid li hemm kont ta' madwar Lm5,300.", "Jiena naħseb li b'Lm5,300 tagħti drink lil Pariġi kollu!", "MADAM SPEAKER: Dwar l-ilment li qajjem aktar kmieni l-Onor.", "Mizzi fil- fatt ġejna nformati li dawk kienu interim questions.", "L-Onor.", "Mizzi qed jagħtina raġun.", "Nistgħu nkomplu bil-mistoqsijiet kif jidhru fuq l-agenda.", "UNJONI EWROPEA - PAJJIŻI LI JIFFORMAW PARTI MIX-SCHENGEN", "4573.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta tiegħu għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 890, fejn qal li l-Gvern ma jeskludix il-possibbilta' li naslu għal xi ftehim ma' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu eliminati l-obbligi li jistgħu jirriżultaw mill-moviment ħieles tal- persuni, kif sar fil-każ ta' l-Islanda u n-Norveġja, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'għamel s'issa l-Gvern biex jilħaq ftehim bħal dan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, għalkemm il-Gvern ma jeskludix il-possibbilta' li naslu għal xi ftehim simili għal dak li waslu għalih l-Islanda u n-Norveġja, f'kontest ta' koperazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea, il-Gvern jifhem li ftehim bħal dan jirrikjedi studju sħiħ u assessment profond ta' l-implikazzjonijiet kollha li jista' jkun hemm.", "F'din il-fażi, l-Gvern qed jistudja biex jara dan il- ftehim x'jimplika għal pajjiżna.", "UNJONI EWROPEA - MEDA PROGRAMME", "4574.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta tiegħu għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2823, jista' l-Viċi Prim Ministru issa jirrispondi din il-mistoqsija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Malta s'issa ssottomettiet proġett wieħed, fil-kamp tat-trasport marittimu, li huwa intitolat - Co-operation of Mediterranean regional countries in the Establishment, Co-ordination and Harmonisation of Vessel Traffic Systems within the Region.", "Barra minn hekk diversi Ministeri u istituzzjonijiet qegħdin iħejju proġetti reġjonali biex eventwalment jiġu sottomessi.", "Dawn jinkludu żewġ proġetti ta' natura industrijali mħejjija mill-Korporazzjoni Maltija għall- Iżvilupp (MDC) u ħames proġetti li se jiġu sottomessi mill-METCO.", "Malta indikat ukoll l-interess tagħha li tipparteċipa f'għaxar proġetti kulturali, flimkien ma' pajjiżi oħra mir-reġjun Ewro-Mediterranju.", "Lista ta' dawn il-proġetti qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Id-dettalji finanzjarji tal-proġetti sottomessi, tal-proġetti li se jiġu sottomessi u ta' dawk li fihom Malta se tipparteċipa bħala partner country għadhom qegħdin jiġu finalizzati.", "Malta esprimiet l-interess tagħha li tipparteċipa fil-proġetti kulturali msemmija hawn fuq fid-data li tidher fuq id-dokument li qed jitpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "AMBAXXATI MALTIN", "4576.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti, sena b'sena, mill-1990 sa l-1996, u għal kull ambaxxata Maltija speċifikament:- (a) is-somma ta' flus li ġiet ivvotata mill-Parlament fil-budget jew estimates of expenditure għall-operational and maintenance expenditure ta' dik l-ambaxxata; u (b) in-nefqa effettiva ta' l-istess ambaxxata għall-operational and maintenance expenditure?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni dwar is-somom ta' flus ivvotati u minfuqa minn kull Ambaxxata Maltija barra minn Malta, għal dawk li huma msejħa operational and maintenance expenses, sena b'sena mill-1990 sa l- 1996, li kien talab l-Onor.", "Membru fl-14 ta' April 1997 issa ġiet kompilata, u qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AMBAXXATI MALTIN", "4578.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3048 li għaliha l-Viċi Prim Ministru wieġeb li \"l- informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra\", jista' l-Viċi Prim Ministru issa jagħti l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda bl- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li l-figuri attwali li se jkunu tħallsu sa l-aħħar tas- sena korrenti fil-kirjiet relattivi se jkunu differenti minn dawk mogħtija fl-iskeda għal dawn ir-raġunijiet:-", "1.", "Meta l-ammont imħallas ikun jikkomprendi wkoll spejjeż għal servizzi varji fil-bini, u dawn is-servizzi ma jkunux debitati mis-sidien b'ammont fiss, allura l-ispiża totali għal sena kellha tiġi stmata.", "2.", "Uħud mill-kuntratti tal-kiri fihom klawsoli li jipprovdu għal awment fil-kera li jkun relatat ma' indiċi speċifiku, normalment dak tal- prezzijiet, f'xahar determinat tas-sena.", "Anke hawnhekk, l-ammont previst ta' ħlas f'kera kellu jiġi stmat.", "3.", "Bħalissa l-Ministeru tiegħi huwa involut f'negozjati f'xi bliet kapitali fejn skada jew se jiskadi l-kuntratt tal-kiri ta' l-Ambaxxata Maltija fil-pajjiż.", "Għaldaqstant, il-figuri li qed nagħti ma' din it- tweġiba għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru jistgħu jkunu xi ftit differenti meta nagħlqu l-kontijiet fl-aħħar tas-sena finanzjarja.", "SAĦĦA - RECIPROCAL HEALTH AGREEMENT", "4579.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li ta l- Ministru tas-Saħħa għall-mistoqsija parlamentari numru 3703, fejn qal li t- taħdidiet rigward trattat bilaterali ma' Franza (Reciprocal Health Agreement) wasal fi stat avvanzat, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-trattattivi humiex jinkludu faċilitajiet biex ċittadini Maltin fi Franza u ċittadini Franċiżi f'Malta jibbenefikaw mis-sigurta' soċjali b'mod reċiproku?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- mistoqsija numru 4579 lill-Ministru tas-Saħħa, li diġa' ta risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 3703 dwar l-imsemmi trattat, li hu arranġament amministrattiv ta' koperazzjoni bejn il-Ministeru tas-Saħħa ta' Malta u dak ta' Franza.", "AMBAXXATI BARRANIN - PERSUNI TA' NAZZJONALITA' MALTIJA", "4581.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3628 li għaliha l-Viċi Prim Ministru rrisponda li ma jarax il-ħtieġa li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin iżomm tagħrif dwar persuni ta' nazzjonalita' Maltija impjegati ma' ambaxxati barranin f'Malta, u li tagħrif bħal dan jinżamm minn dipartimenti tal-gvern oħra, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna fuq liema ministeru Malti jaqa' l- obbligu li jiddefendi l-interessi ta' impjegati Maltin f'każi ta' differenzi ma' l-ambaxxata li timpjegahom peress li f'ċerti każi din ta' l- aħħar tista' tibbenefika mill-provvedimenti tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-Dipartiment tax-Xogħol iħares l-interessi ta' kull impjegat inklużi dawk ta' Maltin li jaħdmu ma' Ambaxxati barranin f'Malta.", "Fil-każ ta' dawn ta' l-aħħar, id-Dipartiment tax-Xogħol ma jistax jeżerċita pressjoni bil-liġi kontra xi Ambaxxata minħabba l-privileġġi u l- immunitajiet diplomatiċi li tgawdi.", "Għal din ir-raġuni, id-Dipartiment jitlob l-għajnuna tal-Ministeru għall- Affarijiet Barranin u l-Ambjent li min-naħa tiegħu jiġbed l-attenzjoni ta' l-Ambaxxata konċernata dwar il-każ li jkun.", "AMBAXXATI MALTIN - KONTIJIET TAT-TELEPHONES", "4582.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3049 li għaliha l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent qal li erba' ambaxxati Maltin jissottomettu l-kontijiet tat-telefon ta' l-ambaxxata u tar- residenza ta' l-ambaxxatur \"itemised\" u \"li l-Ministeru tiegħi qed jistudja kemm u fejn nistgħu nestendu din il-proċedura għall-ambaxxati l-oħrajn Maltin\", jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi konkreti ħa s'issa biex jestendi l-proċedura għall-ambaxxati u għar-residenzi ta' l-ambaxxaturi l- oħrajn kollha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Wara li kont weġibt lill-Onor.", "Membru fil-bidu ta' Frar 1997 li l-Ministeru tiegħi kien qed jistudja kemm u fejn jista' jiġi estiż il-ħruġ ta' kontijiet dettaljati lill-ambaxxati Maltin barra minn Malta dwar l-użu minnhom ta' faċilitajiet tat-telefon, il-Ministeru tiegħi bagħat ċirkolari fis-17 ta' Frar 1997 jitlob lil dawk l-ambaxxati Maltin li mhux diġa' għandhom din il-faċilita' sabiex jagħmlu r-riċerki meħtieġa ma' l-awtoritajiet tal-pajjiżi fuq il-possibbilta' li jibdew jinħarġu dawn id- dettalji.", "Mill-informazzjoni li għandna f'idejna s'issa, jidher illi l- ambaxxati kollha bdew jieħdu passi biex, fejn ikun possibbli, din il- facilita' tinkiseb.", "Aktar tard matul is-sena, għandi nkun f'qagħda li nagħti aktar dettalji dwar x'kienet ir-reazzjoni għat-talbiet li saru mill- ambaxxati Maltin rispettivi.", "AMBAXXATURI", "4585.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna fir-rigward ta' l-ambaxxaturi li nħatru jew ħadu posting ġdid kemm ilu li tela' l-Gvern Soċjalista, kull wieħed individwalment u speċifikament:", "(a) x'somma jew somom tħallsu lilhom bħala settling-in allowance (i) fil-munita tal-post u (ii) f'liri Maltin;", "(b) meta tħallset kull somma; u", "(c) li s-somom kollha kienu skond ir-regolamenti tal-Ministeru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda bl- informazzjoni kollha mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar xi flejjes tħallsu sa issa fil-pajjiżi rispettivi bħala settling-in allowance lil kull wieħed mill-Ambaxxaturi li nħatru jew li ħadu posting ġdid minn wara l- elezzjoni ta' Ottubru 1996 'il hawn.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li, f'kull każ, l-ammonti li tħallsu kienu skond ir-regolamenti relattivi ta' dan il-Ministeru.", "AMBAXXATURI - KORSIJIET TAL-LINGWA TAL-PAJJIŻ", "4586.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus minn fondi pubbliċi bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu, 1997:", "(a) fil-munita tal-post; u", "(b) f'liri Maltin biex jitħallsu korsijiet tal-lingwa tal-pajjiż ta' fejn ġew akkreditati l-ambaxxaturi li nħatru jew ħadu posting ġdid kemm ilu li tela' l-Gvern Soċjalista, u dan speċifikament għal kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninsab infurmat illi, bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 1997, intnefqu s-somom ta' FF 22,914 (bejn wieħed u ieħor Lm 1,545 ) mill-Ambaxxata Maltija ġewwa Franza, u DM 1,564 (bejn wieħed u ieħor Lm400) mill-Ambaxxata Maltija ġewwa Bonn sabiex l-Ambaxxaturi ġodda f'dawn iż-żewġ Ambaxxati jitħarrġu fil-lingwa tal-post.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra :", "Tabella li turi n-numru ta' għalliema sekondati ma' dipartimenti u ministeri bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4005; u", "Informazzjoni dwar l-għadd ta' kindergarten assistants f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4006.", "u f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru 52 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li Jħassru r- Regolamenti dwar il-Liċenzi ta' Importazzjoni (Drittijiet).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u l- Industrija): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Tribunal indipendenti għas-smigħ ta' ilmenti ta' ċerti inġustizzji li ġraw bejn l-1987 u l-1995\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fis-6.32 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Tribunal indipendenti għas-smigħ ta' ilmenti ta' ċerti inġustizzji li ġraw bejn l- 1987 u l-1995\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "38", "FAVUR: 35 L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA: 32", "L-Onor.", "|Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe| |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando| |Giovanna |Jeffrey | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Ċensu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Borg huwa in possession of the House.", "ONOR.", "JOE BORG: Madam Speaker, il-bieraħ kont bdejt inqabbel l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma' l-abbozz ta' liġi li kien ippubblika l- Gvern Nazzjonalista fit-23 ta' Lulju, 1996.", "Dan l-eżerċizzju ma kontx qed nagħmlu għall-gost iżda bħala risposta għal dak li qal il-Ministru Attard Montalto, jew aħjar għal dak li ma qalx.", "L-ewwelnett, l-Onor.", "Attard Montalto insinwa li l-Gvern Nazzjonalista traskura l-kamp ta' l-industrija u tal-manifattura.", "Il-bieraħ kont diġa' rrispondejtu dwar dan u l-abbozz ta' liġi li ġie ppubblikat minna s-sena l- oħra u li fuqu ssawwar l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum, huwa xiehda ċara ta' kemm l-industrija tal-manifattura dejjem kienet ta' prijorita' għall-Gvern Nazzjonalista.", "Il-Ministru konvenjentement nesa li kien ġie ppubblikat dan l-abbozz ta' liġi u fid-diskors tiegħu, li ħa madwar siegħa, m'għamilx riferenza għalih imqar darba waħda biss.", "U ġaladarba l-Ministru m'għamel l-ebda riferenza għalih tkun ħaġa tajba li l- Oppożizzjoni tagħmel tqabbil bejn l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppubblikat is-sena l-oħra u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Madam Speaker, il-bieraħ għidt li l-provvedimenti kollha ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna li jirrigwardaw l-inċentivi mogħtija lil-lukandi - jiġifieri s-soft loan li tingħata bħala parti minn programm ta' investiment għall-konservazzjoni ta' l-enerġija u ta' l-ilma bis-saħħa ta' artiklu ġdid 24A kif propost fi klawsola 13 u t-tax rebate li jingħata għal rinnovament, titjib fil-grad u fl-arredament ta' lukandi bis-saħħa ta' artiklu ġdid 24B kif propost fi klawsola 13 ukoll - it-tnejn huma meħudin testwalment mill-abbozz ta' liġi li kien ippubblikat is-sena l-oħra mill- Gvern Nazzjonalista.", "Jiġifieri dak kollu li hemm fl-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum li jirrigwarda l-benefiċċji u l-inċentivi li qed jiġu proposti li jingħataw lill-industrija tal-lukandi diġa' kienu fl-abbozz li kien ħejja l-Gvern Nazzjonalista.", "Madam Speaker, il-bieraħ bdejt inqabbel l-artiklu 24(1) kif propost fi klawsola 12 mal-provvedimenti li kien hemm qabel.", "L-artiklu 24(1) jittratta l-benefiċċji li jingħataw lil hekk imsejħa \"intrapriżi żgħar\", kif hemm anke fil-marginal note tiegħu, u jgħid li:", "\"Il-Korporazzjoni tista', fid-diskrezzjoni tagħha, tagħti lil intrapriża żgħira: ...\",", "u jsemmi erba' benefiċċji.", "L-ewwel żewġ benefiċċji huma:", "\"(a) ħelsien mid-dazju skond l-artiklu 17 ta' dan l-Att;\"", "- dan m'huwiex provvediment ġdid -", "\"(b) bini, strutturi u art industrijali taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-Korporazzjoni tista' minn żmien għal żmien tistabbilixxi;\",", "liema provvediment kien diġa' jeżisti wkoll.", "Jiġifieri l-emenda li qed issir hawnhekk, fis-sens li qed jiġi sostitwit artiklu 24, m'hi qed toffri xejn ġdid inkwantu għal paragrafi (a) u (b), imma sempliċement qed tirrepeti dak li kien hemm fil-liġi eżistenti.", "Huwa paragrafu (ċ) ta' subartiklu 24(1) kif propost fi klawsola 12 li qed joffri xi ħaġa ġdida għax dan jipprovdi għal \"soft loans skond artiklu 16 ta' dan l-Att\".", "Jiġifieri t-threshold minimu ta' Lm100,000, li kellhom qabel dawk is-soft loans li hemm previsti skond artiklu 16 issa l-Gvern qed jipproponi li jinżel għal Lm21,000 biex jaġevola lill-industriji ż-żgħar.", "Imbagħad paragrafu (d) ta' subartikolu 24(1), kif propost fi klawsola 12, li jaqra hekk:", "\"kull inċentiv jew benefiċċju ieħor li jkun konsistenti ma' l- għanijiet u l-iskopijiet tal-pjan industrijali tal-Gvern, hekk kif jista' jiġi preskritt mill-Ministru b'avviż fil-Gazzetta.\",", "għalkemm ma jinstabx fil-liġi kif inhi, huwa meħud testwalment mill-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat is-sena l-oħra mill-Gvern Nazzjonalista.", "Jiġifieri tnejn minn dawn l-erba' benefiċċji jew inċentivi kienu diġa' jeżistu fil-liġi prinċipali, ieħor ittieħed mill-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreparat mill-Gvern Nazzjonalista, u huwa biss paragrafu (ċ) li daħal ġdid bl-iskop li l-Gvern inaqqas it-threshold minn Lm100,000 għal Lm21,000 ħalli b'hekk l-industriji ż-żgħar ikunu jistgħu jibbenefikaw minn loans fuq livell inqas.", "Wieħed jista' jgħid li dan huwa l-uniku inċentiv verament ġdid li jirrigwarda industriji żgħar.", "Ngħaddi issa biex nagħmel riferenza għal subartiklu 24 (2) kif propost fi klawsola 12.", "Ovvjament nidħlu fid-dettal ta' dan is-subartiklu meta nkunu fl-istadju ta' Kumitat, pero' naħseb konċettwalment li huwa essenzjali li wieħed jittrattah anke f'dan l-istadju.", "Nibda biex nirrileva li d- definizzjoni li tingħata taħt dan l-istess subartiklu, fl-opinjoni tiegħi, hija waħda stramba ħafna u kważi nasal biex ngħid li hija bla sens.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nipproponi li l-Onor.", "Borg ikompli bid- diskors tiegħu.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Joe Borg ikompli bid-diskors tiegħu.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri : Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE BORG: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra talli għoġobha testendili l-ħin.", "Madam Speaker, kif kont qed ngħid, f'dan is-subartiklu għandna d- definizzjoni ta' \"intrapriża żgħira\" li tgħid hekk:", "\".... \"intrapriża żgħira\" tfisser persuna jew kumpannija kkostitwita taħt il-liġi Maltija, li tmexxi jew teżerċita:", "(a) kummerċ jew negozju kkontemplat taħt paragrafi (a) sa (ħ) tas- subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 ta' dan l-Att; jew", "(b) kull kummerċ jew negozju li jista' jiġi preskritt mill-Ministru b'avviż fil-Gazzetta.\".", "F'dan l-istadju xtaqt nagħti xi ftit background information.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġi kif inhi sal-lum, isib li diġa' kellna din id- definizzjoni stramba ta' x'inhi intrapriża żgħira jew negozju żgħir.", "Il- liġi eżistenti tgħid li intrapriża żgħira tfisser:", "\" .... persuna li mhix kumpannija, li tmexxi jew teżerċita kummerċ jew negozju maħsuba fil-paragrafi (a) sa (ħ) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' dan l-Att.\".", "Dan ifisser li d-definizzjoni ta' x'tagħmel intrapriża żgħira hija abbażi ta' x'inhuma l-għanijiet u l-oġġettivi ta' dak in-negozju li beħsiebha tagħmel u tirriferi għal-lista sħiħa li hemm f'artiklu 3 li bis-saħħa tagħha wieħed jista' japplika għall-benefiċċji li toffri l-liġi.", "Pero' hemm differenza fl-abbozz li għandna quddiemna minn dak li hemm fil-liġi kif inhi sal-lum.", "U din id-differenza, fl-opinjoni tiegħi, iżjed għarrqet is-sitwazzjoni għaliex il-liġi eżistenti tirriferi biss għal \"persuna li mhix kumpannija\".", "Dan ifisser li hemm ċerta loġika li persuna li m'hijiex kumpannija, normalment u tista' tgħid kważi invarjabbilment ma jkollhiex estensjoni ta' negozju qawwi imma jkollha negozju limitat.", "Allura taħt il- liġi eżistenti, inti tifhem - għalkemm b'mod stramb, ikolli nammetti - li qed nitrattaw dwar negozju żgħir, imma meta fid-definizzjoni l-ġdida qed tgħid \"persuna jew kumpannija\", qed tgħid li kulħadd jaqa' taħt id- definizzjoni ta' kummerċ żgħir, u fl-opinjoni tiegħi din hija kontradizzjoni.", "Biex tkompli tgħaxxaqha, id-definizzjoni ma tgħidx biss li hija \"persuna jew kumpannija ... li tmexxi jew teżerċita kummerċ taħt il- paragrafi (a) sa (ħ) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3\" imma ma' dan żidna wkoll \"kull kummerċ jew negozju ieħor li jista' jiġi preskritt mill- Ministru ...\".", "Jiġifieri bażikament kwalunkwe kummerċ li jiġi magħmul hawn Malta, proprju għaliex huwa magħmul minn kumpannija jew persuna kostitwita taħt il-liġi Maltija - u dan huwa l-qofol ta' kollox - jiġi konsidrat bħala negozju żgħir.", "Jiġifieri l-kriterju aħħari ta' dak li jiddifferenzja kumpannija żgħira minn waħda kbira, huwa jekk hijiex kumpannija Maltija jew le.", "GĦalhekk, sakemm din ma saritx bi żvista, naħseb li se jkollna problemi fuqha.", "Jekk wieħed iħares lejn l-abbozz ta' liġi li ressaqna s-sena l-oħra, isib li l-kriterju ta' kumpannija żgħira kien tbiddel minn dak li hemm fil-liġi attwali u naħseb li kien ikun għaqli li kieku dan il-Gvern baqa' fuq l- abbozz ta' liġi kif kien ġie drafted is-sena l-oħra.", "Qed ngħid dan għaliex aħna konna qegħdin nipproponu li jkun hemm threshold li tistabbilixxi jekk kumpannija hijiex żgħira jew le li tkun ibbażata fuq dak li nsejħulu n-net annual turnover jew fuq l-għadd ta' l-impjegati, kif stabbilit mill- ministru.", "Fil-fatt, il-Ministru l-bieraħ ħa ġost - biex ngħid hekk - isemmielna l-SMEs fl-Ewropa.", "Jekk wieħed jara x'inhuma l-kriterji li jiddeterminaw x'inhi SME fl-Ewropa għall-aspetti differenti li fihom jintuża dan it-terminu, isib li invarjabbilment dawn ikunu n-net annual turnover, in-numru ta' impjegati, dak li jissejjaħ il-balance sheet total, jew inkella combination tagħhom.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-Companies Act ta' l-1995, isib li fil- kontest ta' x'inhi small company għall-iskopijiet ta' ċerti eżenzjonijiet fil-formulazzjoni u fil-pubblikazzjoni ta' l-accounting documents tal- kumpannija, il-kriterji li huma stabbiliti huma eżattament dawn, jiġifieri n-net annual turnover, il-balance sheet total u n-numru ta' impjegati.", "Fil- fatt kumpannija żgħira trid tissodisfa tnejn minn dawn it-tliet kriterji abbażi ta' thresholds li hemm stabbiliti fil-liġi.", "Jiena ma niftakarhomx bl-amment, pero', per eżempju, in-numru ta' impjegati, jekk m'iniex sejjer żball, ma jridx jeċċedi l-50.", "Jiġifieri naħseb li huwa importanti li fl- istadju tal-Kumitat dan il-punt nittrattawh.", "Jiena għallinqas beħsiebni nittrattah fid-dettal għaliex sakemm ma jkunx hemm xi ġustifikazzjoni li qiegħda taħrabli jew inkella sakemm m'iniex qed naqra l-liġi b'mod ħażin, din hija xi ħaġa li ma naħsibx li hija aċċettabbli.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għat-tibdil li hemm propost għal artiklu 16 tal-liġi prinċipali.", "Biex nerġa' nfakkar, jien qed inqabbel dak li hemm fl-abbozz ta' liġi llum ma' dak li kien ippreżenta u ppubblika l-Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt nista' ngħid li t-tibdil li sar fi klawsola 10 ta' dan l-abbozz għal artiklu 16 tal-liġi jirrigwarda biss l-aspett li minn Lm100,000 it-threshold niżlet għal Lm21,000.", "U la qed nitkellmu fuq artiklu 16 ta' min isemmi wkoll li s-self mogħti taħt dan l-artiklu ma jistax jeċċedi l-Lm500,000 filwaqt li fl-abbozz ta' liġi li kien ġie ppubblikat is-sena l-oħra dan l-ammont kien ta' Lm1 miljun.", "Il-bieraħ il- Ministru informana li wara d-diversi diskussjonijiet u konsultazzjonijiet li kellu ma' l-MDC issa beħsiebu jressaq emenda sabiex itella' din il- figura għal Lm1 miljun.", "Lill-Ministru ngħidlu li kulma kellu bżonn jagħmel huwa li jħares lejn l-abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat mill-Gvern Nazzjonalista s-sena l-oħra fejn diġa' kien hemm propost li din il-figura minn Lm500,000 tittella' għal Lm1 miljun.", "Dan juri - u aħna nieħdu pjaċir naraw - li l-abbozz ta' liġi preżenti qed jersaq iktar viċin l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat mill-Gvern Nazzjonalista s-sena l-oħra.", "Madam Speaker, allura x'hemm ġdid f'dan l-abbozz ta' liġi?", "Apparti minn xi tibdil żgħir ieħor, l-ewwel punt ġdid li hemm huwa d-definizzjoni tal- kelma \"kumpannija\" li qiegħda f'paragrafu (b) ta' klawsola 2 u li tgħid:", "\"\"kumpannija\" għandu jkollha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;\";\".", "Issa fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income kumpannija tfisser:", "\"(a) kull soċjeta' kostitwita taħt l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji li tkun jew soċjeta' \"in akkomandita\", li l-kapital tagħha jkun maqsum f'azzjonijiet ...\",", "- jiġifieri tkun partnership en commandite by shares -", "\"... jew soċjeta' \"anonima\";\",", "- jiġifieri dik li nsejħulha limited liability company -", "\"(b) kull korp ta' persuni kostitwit, inkorporat jew reġistrat barra minn Malta, u tax-xorta bħall-imsemmija soċjetajiet;\",", "- għalhekk soċjeta' reġistrata barra minn Malta jew tieħu s-sura ta' partnership en commandite by shares jew inkella tieħu s-sura ta' limited liability company -", "\"(c) kull għaqda koperativa hekk reġistrata kif imiss taħt il-liġi xierqa li tkun għal dak iż-żmien fis-seħħ f'Malta.\".", "Madam Speaker, hawn nixtieq nirrimarka li d-definizzjoni ta' \"kumpannija\" twessgħet ħafna - fl-istadju ta' Kumitat irridu naraw eżattament x'inhu l-iskop ta' dan u fil-winding up il- Ministru forsi jerġa' jagħmel aċċenn għaliha ftit iżjed fid-dettall - u qed ngħidu li din tinkorpora partnerships en commandite by shares.", "Hawn Malta partnerships en commandite jistgħu jkunu ta' żewġ tipi; jew ordinary partnership en commandite jew partnership en commandite by shares - il-partnership en commandite ma tantx kien suċċess u naħseb li hawn inqas minn 20 partnership ta' dan it-tip u li l-ammont ta' partnerships en commandite by shares ma naħsibx li huwa ta' iżjed minn tnejn jew tlieta.", "Dan ifisser li din it-tibdila se nagħmluha għal tnejn jew tliet partnerships en commandite by shares li ma nafx jekk wara kollox humiex jiffunzjonaw.", "Jien naħseb li l-iżjed tibdil sinifikanti huwa li din il-liġi nfetħet għal kumpanniji barranin ta' dan it-tip u forsi dan hu li kellu f'moħħu l- Ministru meta semma s-soċjetajiet Ġermaniżi.", "Fil-fatt il-partnerships en commandite by shares huma suċċess fil-Ġermanija għax hemmhekk huma komuni fil-qasam ta' l-industrija.", "Allura jista' jkun li l-iskop tagħha huwa li tħajjar industriji barra minn Malta - b'mod partikolari s-suq Ġermaniż li għalih għamel riferenza l-Ministru - to set up shop hawn Malta.", "Mingħajr ma jifformaw kumpannija hawn Malta dawn jistgħu jiftħu branch hawnhekk u bis-saħħa ta' hekk ikunu jistgħu jieħdu l-inċentivi li hemm proposti fil- liġi.", "Kif għidt qabel, naħseb li jkun tajjeb li din id-definizzjoni nidħlu ftit iżjed fid-dettall fiha fl-istadju tal-Kumitat biex naraw eżattament x'inhuma l-implikazzjonijiet tal-mod kif twessgħet.", "Jien m'iniex qed ngħid li aħna kontra dan imma jkun tajjeb li wieħed ikun jaf eżattament x'se jkunu l-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi tal-mod kif twessgħet id- definizzjoni ta' \"kumpannija\" taħt din il-liġi.", "Ta' min isemmi wkoll li f'dan l-abbozz ta' liġi nsibu provvediment li jestendi l-iskema ta' inċentivi għal perijodu wara s-sena ta' stima 2001.", "Dan il-provvediment ma kienx qiegħed fl-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat mill-Gvern Nazzjonalista għax dak iż-żmien kien baqa' mill-inqas erba' snin sakemm tintlaħaq is-sena ta' stima 2001.", "Għalhekk kien baqa' żmien biżżejjed biex wieħed jkun jista' jestendi l-iskema skond iċ- ċirkostanzi li jkunu viġenti dak iż-żmien.", "Il-Gvern preżenti pprefera li jagħmel dan minn issa u aħna f'dan il-kontest m'għandna l-ebda diffikulta'.", "Jekk il-Gvern iħoss li għandu jestendi din l-iskema minn issa biex jagħti forward notice li beħsiebu jkompli bl-iskema ma nsibu l-ebda oġġezzjoni li dan isir.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa li dan l-abbozz ta' liġi qed jintroduċi artiklu ġdid 5A li jittratta skemi ta' inċentivi għall-investiment.", "Madam Speaker, fir-realta' fuq l-iskemi ta' inċentivi ġodda għall-investimenti kienu qegħdin isiru diskussjonijiet is-sena l-oħra pero' kien hemm ċerti rtokki u rfinar li konna għadna ma ffinalizzajnihomx.", "Allura meta ġie ppubblikat l-abbozz ta' liġi dawn kienu tħallew barra bl-intenzjoni li mbagħad jiġu ppreżentati wara.", "Nixtieq niġi għal xi ħaġa li diġa' għamilt riferenza għaliha l-bieraħ u nixtieq li l-Ministru meta jiġi għall-winding up jispjega eżatt x'hemm warajha, jiġifieri x'inhu l-iskop taż-żieda ta' l-artiklu ġdid 44A ma' l- Att prinċipali, jekk huwiex għall-prattiċita' jew għal xi raġunijiet oħra.", "Dan l-artiklu kif propost jgħid hekk:", "\"Il-Korporazzjoni tista', bl-approvazzjoni tal-Ministru, teżerċita l- funzjonijiet u s-setgħat tagħha taħt dan l-Att permezz ta' l-aġenzja ta' persuni oħra.\".", "X'inhu eżatt dak li hemm f'moħħ il-Gvern jew f'moħħ l-MDC f'dan il-kontest?", "Madam Speaker, ġaladarba qegħdin nitkellmu dwar l-għajnuna li għandha tingħata lill-industrija u b'mod partikolari lill-intrapriżi ż-żgħar, ma nistax ma ngħidx li minkejja li l-għanijiet ta' dawn l-emendi huma tajbin hemm bżonn li jsir ferm iżjed biex nirribattu l-qagħda prekarja li riesqa lejha l-industrija Maltija llum.", "Madam Speaker, sakemm konna fil-gvern il-qagħda ta' l-industrija Maltija kienet waħda tajba u kellha prospetti tajbin għal meta Malta tissieħeb fl- Unjoni Ewropea.", "Għalhekk dawn l-industriji kienu qed iħarsu 'l quddiem b'ċerta fiduċja u kunfidenza minħabba l-fatt illi kienu jafu li f'perijodu ta' erba' jew l-iżjed ħames snin - kieku bqajna mexjin b'dak il-proċess - Malta kienet se ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan fih innifsu ġiegħel lill-industrijalisti Maltin jagħmlu ċerta ristrutturazzjoni u jimmodernizzaw sabiex ikunu jistgħu jiffaċċjaw iċ-challenge li toffri sħubiija fl-Unjoni Ewropea.", "Issa f'daqqa waħda dawn l-industriji sabu ruħhom f'pożizzjoni fejn dan iċ-challenge għosfor għax l-idea li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea ġiet imqiegħda fid-deep freeze u allura, kif jgħidu l-Ingliżi, they are groping about biex jaraw eżattament x'se jiġri.", "Dan l-istat ta' inċertezza kbira qed iħalli problemi kbar f'dak li huwa l- futur tal-qasam ta' l-industrija Maltija.", "Jien ngħid li minħabba f'hekk tlifna l-possibbilta' ta' investiment lejn Malta li kienet iġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-industrija Maltija bdiet tagħti sinjali li xejn m'huma sbieħ.", "Minħabba n-nuqqas ta' xogħol qed jittieħdu deċiżjonijiet ta' four-day week u qed ikollna qtugħ ta' overtime, tkeċċija ta' ħaddiema u saħansitra għeluq ta' fabbriki.", "Dawn l-affarijiet xejn m'huma tajbin għal Malta u naħseb li huwa essenzjali li tittieħed azzjoni llum qabel għada sabiex dan il-proċess li jidher li beda kemm jista' jkun inżommuh.", "Madam Speaker, illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn irridu nipprovdu minn butna l-inċentivi biex nattiraw industriji ġodda għal Malta jew għallinqas biex nipprovaw inżommu dak li għandna ħalli ma nkomplux nitilfu dak li diġa' jidher li bdejna nitilfu.", "Bil-prospettiva ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea stajna naspiraw għal diversi benefiċċji li toffri din l-Unjoni għall-immodernizzar u tisħiħ ta' l-industrija Maltija għax peress li konna nkunu ma' pajjiżi iżjed avvanzati minna konna nkunu intitolati għal din l- għajnuna kollha.", "Fil-fatt hawnhekk ta' min jgħid li parti sostanzjali mill- fondi strutturali li toffri l-Unjoni Ewropea huma mmirati proprju lejn dawk il-pajjiżi li huma inqas żviluppati u t-target prinċipali ta' dawn il-fondi huwa l-industriji ta' dawn il-pajjiżi biex ikunu jistgħu jiġu ristrutturati, immodernizzati u jsiru iktar kompetittivi ħalli jkunu jistgħu jesportaw lejn dan is-suq enormi li qed nitkellmu dwaru.", "Kieku dħalna fl-Unjoni Ewropea konna nkunu f'qagħda tajba biex bħala pajjiż li huwa membru ta' l-Unjoni u viċin ħafna tas-suq tan-North Africa niġbdu aktar investiment.", "B'hekk ukoll l-investitur Malti kien ikollu l- inċentiv li jkabbar l-investiment tiegħu u jinvesti mill-ġdid f'pajjiżu minħabba l-prospettivi li jista' jisfrutta s-suq ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu 'l fuq minn 360 miljun ruħ.", "Mingħajr sħubija f'din l-Unjoni l- orizzonti ta' l-investitur Malti huma ferm iżjed limitati u wieħed jispera li b'xi mod jew ieħor nibqgħu ntejbu u nsaħħu l-ftehim ta' assoċjazzjoni li għandna ma' l-Unjoni Ewropea sabiex għallinqas nibqgħu nisfruttaw il- vantaġġi li joffri ftehim bħal dan.", "Madanakollu xorta jibqa' l-fatt li bil- ftehim ta' assoċjazzjoni u bl-industrial free trade area b'kollox qatt ma nistgħu nibbenefikaw minn ċerti aspetti li ġġib magħha sħubija, b'mod partikolari fis-settur ta' l-agro-industrija li forsi huwa l-iktar settur vulnerabbli f'Malta.", "Qed ngħid li l-agro-industrija hija forsi l-iktar settur vulnerabbli għax din għandha suq limitat u għalkemm jista' jkollha prodott tajjeb ħafna, meta tiġi biex tesporta ssib fruntieri enormi.", "GĦalhekk minkejja l-ftehim ta' assoċjazzjoni, jekk dan is-settur jesporta kemm lejn l-Unjoni Ewropea kif ukoll lejn pajjiżi oħrajn se jsib barrieri liema bħalhom, filwaqt li permezz ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea s-settur Malti ta' l-agro-industrija, li fl-aħħar mill-aħħar naħseb li huwa l-iktar parti ta' l-industrija li l-Malti jinvesti fiha, ikun jista' jesporta mingħajr xkiel u mingħajr restrizzjonijiet ta' xejn.", "Kieku aħna mseħbin fl- Unjoni Ewropea dan is-settur ikollu prodott kompetittiv u ta' kwalita' b'suq ta' 1,000 darba daqs Malta għax jekk pajjiżna għandu popolazzjoni ta' madwar 350,000 ruħ, l-Unjoni Ewropea għandha popolazzjoni ta' 360 miljun ruħ u dan sakemm ma jidħlux f'din l-Unjoni anke l-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant.", "Madam Speaker, aħna tlifna dan kollu minħabba d-deċiżjoni li ħadna li ma nidħlux membri ta' l-Unjoni u għalhekk hemm bżonn li l-intrapriżi, speċjalment dawk żgħar, ma jiġux megħjuna biss b'loans u tax rebates imma wkoll billi jsiru marketing strategies ġodda sabiex jinstabu swieq barra minn Malta b'mod iktar intensiv milli sar s'issa.", "Biex nikkwota terminoloġija li qed tintuża, irridu ninkoraġġuhom biex imexxu lilhom infushom bi stil modern, maniġerjali u anke trasparenti.", "Hemm bżonn li ssir liġi dwar l-anti-dumping sabiex jiġu protetti industriji lokali minn prodotti importati f'Malta bi prezzijiet irħas milli jinbiegħu fis-suq tagħhom.", "Għax jista' jkollok industriji f'pajjiż partikolari li jbigħu prodott b'ċertu prezz, mbagħad jesportawh lejn pajjiż ieħor sabiex jiddampjawh u l-prezz ikun ferm inqas milli jinbiegħ f'pajjiżhom stess.", "GĦalhekk naħseb li huwa importanti li nagħmlu liġi dwar l-anti-dumping ħalli nipproteġu lill-industriji Maltin.", "Hemm bżonn ukoll li tiġi aġevolata u faċilitata l-possibbilta' ta' joint ventures, għalkemm diġa' għandna xi mekkaniżmu.", "Fil-fatt l-Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali fiha nnifisha tipprovdi għall-possibbilta' li l-ministru tal-Finanzi joħroġ b'regolament dawk li nsejħulhom economic interest groupings li permezz tagħhom jistgħu jiġu faċilitati aspetti ta' negozju partikolari li jistgħu jsiru bi sħab bejn numru ta' industriji li huma relattivament żgħar.", "Madam Speaker, hemm bżonn li ntejbu l-aċċess għas-suq ta' l-Unjoni Ewropea u naħseb li t-tneħħija tal-VAT u s-sostituzzjoni tagħha b'dazji m'hijiex is-soluzzjoni.", "L-Unjoni Ewropea żgur li ma tapprezzax li jkun hemm diskriminazzjoni bejn prodott lokali u prodott importat minnha, iżjed u iżjed meta bl-introduzzjoni tal-VAT aħna konna neħħejna din id- diskriminazzjoni li kienet teżisti qabel.", "Fir-rigward tal-levies li ssemmew dan l-aħħar mill-Prim Ministru kellna ftehim ma' l-Unjoni Ewropea dwar proċess ta' kif dawn għandhom jitneħħew.", "Dawn kellhom jitneħħew f'perijodu li ma jagħmilx ħsara b'mod partikolari lill-industriji, f'perijodu fejn nilħqu ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea u nieħdu ċerti benefiċċji biex b'hekk inkunu nistgħu ngħinu lill-industrija li llum qed nipproteġuha bis-saħħa tal-levies, u f'perijodu fejn bħal fil- kamp ta' l-agrikoltura jkun hemm il-ftuħ tas-suq Ewropew li għalissa huwa magħluq għalina.", "Pero' issa l-Gvern se jerġa' jintroduċi d-dazji u, jgħid x'jgħid, dment li huma dazji u dment li ma jkollokx taxxa ekwivalenti fuq il-prodott lokali, bilfors li jkun hemm element ta' diskriminazzjoni.", "Jien ma naħsbix li għandna għalfejn immorru nfesfsu f'widnejn Brussels għax dawn jekk m'humiex bħaħan - u naf żgur li m'humiex - se jirrealizzaw waħedhom.", "Li n-naħa tal-Gvern tiġi tgħid li qed immorru nigdbu jew ma nafx x'nagħmlu fi Brussels dwar din id-diskriminazzjoni li qed jerġa' jdaħħal l-Gvern, għalija hija farsa għax dawn huma nies ta' l-affari tagħhom u malli jaraw x'qed jiġi propost fil-white paper u żgur li l-ambaxxatur tagħhom hawn Malta irrapporta dwarha, huma weħidhom jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom.", "Madam Speaker, hemm bżonn ukoll li jsiru programmi bi sħab ma' l- industrija sabiex tiżdied il-kompetittivita' u titjieb il-produttivita'.", "Għalhekk nispera li l-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija, l-Onor.", "Attard Montalto, jilqa' l-appell li sar mill- Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, jekk m'iniex sejjer żball fl-14 ta' April, fejn talbu li l-Gvern jagħmel aġenda nazzjonali sabiex tiżdied il- kompetittivita' għax ikun diżastru jekk jiżdiedu l-labour costs għall- industrija mingħajr ma tiżdied il-produttivita'.", "F'dan il-kontest l- Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem għamlet appell ukoll sabiex jitwaqqaf il- permanent forum for a better economy.", "Aħna naqblu li dan jitwaqqaf minkejja l-fatt li, safejn nafu aħna, dan huwa biss isem differenti għal dak li kien jeżisti fi żmienna.", "Nagħlaq, Madam Speaker, billi ngħid li m'huwiex biżżejjed li l-Gvern jintroduċi dak li konna beħsiebna nagħmlu meta l-qagħda ta' l-industrija lokali kienet tajba u l-prospetti kienu mill- aqwa.", "Illum, hemm bżonn li l-Gvern ikun ferm iżjed pro-attiv f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istrateġija sabiex tiġi megħjuna l-industrija eżistenti, ħalli din tibqa' kompetittiva fis-swieq internazzjonali, apparti dak lokali, u sabiex nattiraw investiment ġdid lejn Malta.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Segretarju Parlamentari għas-Self-Employed): Madam Speaker, l-għanijiet u l-effetti ta' dan l-abbozz ta' liġi li se jemenda l- Att dwar l-Iżvilupp Industrijali huma konformi ma' dak li ġie mwiegħed mil- Partit Laburista fil-manifest elettorali tiegħu kif ukoll ma' dak li ġie dikjarat fl-ewwel budget li ressaq dan il-Gvern, proprju f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għajnuna lill-industrija ż-żgħira u quindi lil dawk li jaħdmu għal rashom fis-settur tal-produzzjoni u l-manifattura.", "Skond il-manifest elettorali tiegħu l-Partit Laburista wiegħed li jrid jagħti attenzjoni u appoġġ speċjali lid-ditti ta' daqs żgħir u mezzan bi programm ta' għajnuna li jkun imfassal apposta għalihom.", "Il-budget fassal l-ewwel pedament għat-twettiq ta' dan il-programm billi ġie dikjarat li l- Att dwar l-Iżvilupp Industrijali jiġi emendat ħalli l-industrijalist iż- żgħir ikun jista' jibbenefika minn self b'rati ssussidjati.", "Din it-tip ta' għajnuna se tagħti ħajja lil wegħda oħra minquxa fl-istess manifest elettorali tal-Partit Laburista, jiġifieri li jitnissel sens ġdid ta' fiduċja fis-settur kummerċjali.", "L-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali kif inhu llum ma jista' qatt ikun strument legali adegwat li jilħaq u jissodisfa lil dawk l-intraprendituri ż-żgħar li jixtiequ jinvestu aktar bl- iskop li jikbru jew ikomplu jikbru.", "Jiena segwejt id-diskors ta' l-Onor.", "Joe Borg rigward artikli 16 u 24 li se jiġu emendati permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi u nista' nifhem in- nuqqas ta' komprensjoni min-naħa tiegħu dwar l-emendi li hemm maħsuba għal artiklu 24 għaliex dan ma tistax tifhmu jekk ma teħdux fil-kontest ta' l- emendi li hemm għal artiklu 16 ta' l-istess Att.", "Nixtieq ngħid ukoll li wieħed ma jistax iqabbel dan l-abbozz ta' liġi ma' xi abbozz ta' liġi ieħor li ried iressaq, imma li fil-fatt qatt ma ressaq, il-Gvern Nazzjonalista sabiex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Dak l-abbozz ta' liġi li huwa ċċita bħala Abbozz Nru. 177 assolutament ma jagħmel l-ebda aċċenn dwar għajnuna lill-industrijalist iż-żgħir.", "U r-raġuni hija li artiklu 16 ta' l-Att kif inhu llum jipprovdi li kumpannija tista' tinvesti purche din, fost ħwejjeġ oħrajn, tagħmel investiment ta' mhux inqas minn Lm100,000.", "Dik is-sitwazzjoni li kkristalizzat ruħha għal perijodu ta' snin ma tissodisfax il-bżonnijiet ta' l-industrijalist iż-żgħir li ma jista' jilħaq qatt il-credit ceiling ta' Lm100,000.", "Liema industrijalist żgħir, liema produttur żgħir u liema intraprenditur li jaħdem għal rasu u li għandu negozju żgħir ħafna se jagħmel investiment ta' Lm100,000?", "Kif kien qabel l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali kien qed jippostula sitwazzjoni fejn l-industrijalisti l-kbar, li jifilħu jaqgħu fuq ir-riżorsi u l-manpower tagħhom stess, setgħu jibbenefikaw minn skemi ta' soft loans mill-MDC b'rati ta' mgħax sussidjati.", "Min-naħa l-oħra industrijalist jew kumpannija żgħira fis-settur tal-manifattura ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn is-soft loans għas-sempliċi raġuni li ma jilħqux il-credit ceiling ta' Lm100,000.", "Li kien qed jiġri huwa li kumpannija kbira kienet qed tħallas prezz inqas għall-investiment milli kellhom iħallsu kumpanniji żgħar fl- industrija u r-raġuni hija li dawn il-kumpanniji ż-żgħar li riedu jagħmlu investiment ta', per eżempju, Lm20,000, Lm30,000 jew Lm40,000 ma setgħux jibbenefikaw mill-iskemi li wieħed seta' jottjeni mill-MDC u għalhekk kellhom bilfors imorru għand il-banek lokali biex jottjenu loan ta' xi Lm30,000 jew Lm40,000 b'rati ta' mgħax kummerċjali ta' 8% jew 9% ħalli jkunu jistgħu jinvestu f'makkinarju jew affarijiet oħrajn biex ikabbru n- negozju tagħhom.", "Barra minn hekk dawn kienu u għadhom iridu jagħtu garanziji bankarji li kultant ikunu projbittivi bħal, per eżempju, garanziji ġenerali u ipoteki fuq il-proprjetajiet tagħhom stess.", "GĦalhekk għandek sitwazzjoni fejn l-industrija l-kbira tibbenefika minn soft loans, hija aġevolata bir-rati ta' l-imgħax u anke fuq il-garanziji - għax hekk tipprovdi l-IDA, l-Industrial Development Act - għaliex il-garanziji li titlob l-MDC m'humiex riġidi daqs dawk li jitolbu l-banek lokali.", "Jiġifieri għandek sitwazzjoni fejn min hu aktar b'saħħtu huwa aġevolat u min hu inqas b'saħħtu ma jistax jibbenefika minn soft loans.", "Aħna għidna li ma jistax ikun li s-sitwazzjoni tibqa' kif inhi bi credit ceiling ta' Lm100,000.", "GĦalhekk kien maħsub - fil-fatt hekk qed isir f'dan l-abbozz ta' liġi li qed jiġi ppreżentat - li dan il-credit ceiling jinżel għal Lm21,000.", "Jekk nieqfu hawn diġa' nkunu qed ngħinu lil-limited liability companies.", "F'dan l-istadju - għax hawn żewġ stadji pero' fuq l-istadju l- ieħor se nitkellem iktar 'il quddiem - kumpannija żgħira li ma tistax tagħmel investiment ta' Lm100,000 tista' almenu tagħmel investiment ta' Lm20,000, Lm30,000 jew Lm40,000 permezz ta' din l-emenda li qegħdin nipproponu u xorta tkun tista' tibbenefika.", "Mhux hekk biss, imma wieħed irid joqgħod attent għaliex kif inhi l-liġi llum fit-tifsira ta' kumpannija li tikkwalifika għal dawn is-soft loans hemm riferenza għal limited liability companies, jiġifieri kumpanniji reġistrata mar-Reġistratur tal- Partnerships.", "Jiġifieri jekk inti sempliċement tniżżel il-credit ceiling minn Lm100,000 għal Lm20,000 as such ma tkun bdilt xejn jekk ma tbiddilx ukoll il-konċett ta' qualifying company.", "Dawk li bħalissa qed jibbenefikaw minn din l-iskema se jkunu jistgħu jibbenefikaw aktar, pero' jkun hemm ukoll limited liability companies żgħar fis-settur tal-manifattura li se jiġu aġevolati għaliex jekk ma jilħqux jagħmlu investiment ta' Lm100,000 ikunu jistgħu jagħmlu investiment ta' Lm20,000.", "L-iktar ħaġa importanti f'dan l-abbozz ta' liġi hija l-emenda għal artiklu 24 tal-liġi prinċipali, li l-Onor.", "Joe Borg konvenjentement qal li hija ripetizzjoni ta' dak li kienu qed jissuġġerixxu huma permezz ta' Abbozz Nru. 177 li kien ħareġ fl-1996 taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Li ma semmiex l-Onor.", "Borg huwa l-emenda li qed indaħħlu permezz tal-paragrafu (ċ) ta' subartiklu 24(1) li qed jipproponi l-Gvern, meta dik hija l-iktar ħaġa importanti.", "Artiklu 24 kif propost fi klawsola 12 ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħid:", "\"Il-Korporazzjoni tista', fid-diskrezzjoni tagħha, tagħti lil intrapriża żgħira:", "(a) ħelsien mid-dazju skond artikolu 17 ta' dan l-Att;", "(b) bini, strutturi u art industrijali taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Korporazzjoni tista' minn żmien għal żmien tistabbilixxi;", "(ċ) soft loans skond l-artikolu 16 ta' dan l-Att.\".", "Dan huwa importanti ħafna għax fid-definition ta' \"intrapriża żgħira\" hemm li din tfisser \"persuna jew kumpannija kkostitwita taħt il-liġi Maltija\".", "L-Onor.", "Joe Borg meta rrifera għal din qal li allura anke kumpannija tikkwalifika għal dan il-benefiċċju.", "Imma jien ngħid li l-aktar aspett importanti u innovattiv ta' din l-emenda huwa l-kelma \"persuna\".", "U hawnhekk ta' min jistaqsi: GĦalfejn daħħalna l-kelma \"persuna\"?", "Din daħħalnieha għaliex jekk tħares lejn l-ispectrum kollu ta' l-industrija Maltija tiskopri li m'hemmx biss limited liability companies jew kumpanniji li joperaw fis-settur ta' l-industrija, imma hemm ukoll ditti, persuni li qegħdin jiġġestixxu n-negozju tagħhom sempliċement on a firm name mingħajr ma huma reġistrati bħala kumpanniji.", "Jekk se tniżżel il-credit ceiling minn Lm100,000 għal Lm20,000 u ma tagħtix dan il-benefiċċju lill-intrapriża ż-żgħira - li tinkludi wkoll dik ġestita minn persuna waħda jew minn żewġ persuni li m'hijiex reġistrata bħala limited liability company - allura tkun qed tħalli barra minn din l-iskema numru kbir ta' negozji li jaħdmu fis-settur tal-manifattura.", "Din kienet tkun ħasra għax waqt li nkunu qed nagħmlu xi ħaġa biex mingħalina ngħinu lill-intrapriża ż-żgħira billi niżżilna s-ceiling, fl-istess ħin inkunu qed inħallu barra ħafna min- negozji ż-żgħar li m'humiex reġistrati bħala limited liability companies.", "Dan żgur li ma kienx rifless fl-abbozz ta' liġi li kien se jitressaq is- sena l-oħra mill-Gvern preċedenti u li fil-fatt ma tressaqx.", "GĦalhekk bla dubju ta' xejn wieħed ma jistax jekwipara l-abbozz ta' liġi li kien se jressaq il-Gvern Nazzjonalista ma' l-abbozz ta' liġi li qed tippreżenta l- Amministrazzjoni preżenti.", "Madam Speaker, dan l-abbozz ta' liġi jittratta emendi oħra, pero' lili ċertament tinteressani b'mod partikolari l-parti li tirrigwarda l-għajnuna finanzjarja li tingħata lil dawn in-negozji ż-żgħar.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li dan l-abbozz ta' liġi mhux biss huwa mmirat għall-kumpanniji reġistrati imma wkoll għal dawk in-negozji żgħar li għalkemm jiffunzjonaw, m'humiex reġistrati bħala kumpanniji.", "GĦalhekk l-abbozz ta' liġi li qed nipproponu huwa ħafna iktar far reaching u wiesa' minn dak li kien qed jipproponi l-Gvern Nazzjonalista.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nsostni l-impenn tal-Gvern Laburista sabiex ikompli jgħin lill-industrija ż-żgħira u lis- settur tas-self-employed fil-qasam tal-manifattura.", "Dan għadu biss il-bidu u fil-fatt hawn ta' min jgħid li dan l-abbozz ta' liġi fassalnieh meta bilkemm kienu għadhom għaddew tliet xhur minn meta ppreżentajna l-budget, mentri l-Oppożizzjoni kellha disa' snin u nofs ċans sabiex tagħmlu.", "GĦalhekk ċertament issa l-Oppożizzjoni ma tistax tipprova tisraq il-mertu li jixraq biss lill-Gvern Laburista li qed iwettaq inizjattiva partikolari immirata direttament biex tgħin lill-industrija ż-żgħira.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti): Madam Speaker, ċertament l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali huwa l- bażi ta' l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Illum qed niddiskutu abbozz ta' liġi biex jemenda dan l-Att sabiex b'hekk inkomplu nsaħħu l-iżvilupp ta' l-ekonomija u anke ta' l-industrija f'pajjiżna.", "Madam Speaker, preżentement l-IDA qed isservi għal skop limitat ħafna u se nispjega għaliex.", "Dan l-Att jipprovdi li għal perijodu ta' għaxar snin konsekuttivi bniedem ikun jista' japplika taħt ċerti kondizzjonijiet ħalli jkollu dik li nsejħulha tax holiday, jiġifieri l-qliegħ li jkun għamel f'pajjiżna jkun eżenti mit-taxxa.", "L-Att preżenti jagħlaq din it-tax holiday fis-sena 2000.", "Hawn ta' min jgħid li min jieħu din it-tax holiday dejjem kien ikun marbut b'ċerti kondizzjonijiet, fosthom li 95% tal- produzzjoni li jagħmel trid tkun immirata lejn l-export.", "GĦalhekk, kif għidt diġa', din il-liġi hija limitata ferm għax l-ewwelnett għax it-tax holiday se tagħlaq fis-sena 2000, jiġifieri baqa' inqas minn tliet snin biex tagħlaq u t-tieni nett għaliex din hija mmirata biss għal dawk il- kumpanniji li 95% tal-produzzjoni tagħhom tmur għall-export.", "Madam Speaker, jien tajt din l-ispjegazzjoni biex wieħed ikun jaf x'inhi l-pożizzjoni attwali ħalli jkun jista' jifhem aħjar il-proposti li qed isiru minn dan il-Gvern permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi u jkun jista' jara l-kontribut li qed jagħti Gvern Laburista ġdid b'mod konkret, b'mod effettiv u b'mod ċar sabiex itejjeb l-iżvilupp industrijali u ekonomiku tal- pajjiż.", "F'dan l-abbozz ta' liġi aħna qed ngħidu li l-perijodu ta' għaxar snin għandu jiġi estiż għal żmien indefinit, jiġifieri minflok ma t-tax holiday tagħlaq f'xi sena partikolari - f'dan il-każ fis-sena 2000 - kumpannija tieħu tax holiday ta' għaxar snin meta tapplika għaliha.", "Barra minn hekk qed ngħidu wkoll li dawn l-għaxar snin jistgħu ma jitteħdux konsekuttivament.", "GĦalhekk permezz ta' dawn l-emendi li qed nipproponu aħna, kumpannija tista' tapplika għal skema ta' tax holiday u tagħżel, per eżempju, li fl-ewwel sentejn ma tgawdix minn din il-faċilita' għax peress li dak il-perijodu jkun l-iktar wieħed diffiċli għaliha - għaliex fl-ewwel snin ma jkollhiex profitti kbar - jkun jaqblilha li dawk is-sentejn terfagħhom għall-quddiem.", "GĦalhekk għalkemm dan l-abbozz ta' liġi qed jispeċifika ż-żmien ta' għaxar snin, qed iħares iktar fit-tul u qed jagħti iktar faċilita' u flessibbilta' lil kumpannija sabiex din tkun tista' tagħżel il-perijodu skond ma jaqblilha.", "Madam Speaker, f'dan l-abbozz ta' liġi hemm ukoll emenda maħsuba biex lil dawk il-kumpanniji li jkun spiċċalhom jew li jkun se jispiċċalhom il- perijodu ta' għaxar snin, lil dawk il-kumpanniji li qabel ma kenux jikkwalifikaw għal din it-tax holiday u lil dawk il-kumpanniji li l-għaxar snin diġa' għalqulhom, nagħtuhom il-possibbilta' li jerġgħu jħarsu lejn l- istampa ekonomika mill-ġdid u jaraw kif din l-iskema ta' tax holiday tapplika għall-operat tagħhom.", "It-tielet punt partikolari li rrid nagħmel huwa dwar klawsola 5 li wkoll hija mmirata għal kumpanniji partikolari, kumpanniji kbar li twaqqfu qabel l-1987.", "Din hija importanti għaliex dawn il-kumpanniji ma kenux jistgħu jieħdu l-benefiċċju li għadni kif semmejt ħlief jekk l-export sales tagħhom ikun żdied b'25% f'perijodu ta' tliet snin.", "Dan ifisser li dawn il- kumpanniji li kienu jeżistu qabel l-1987 ma setgħux jibbenefikaw minn din it-tax exemption jekk fi żmien tliet snin ma kellhomx qabża ta' 25% fl- export sales tagħhom.", "Issa lil dawn il-kumpanniji qegħdin noffrulhom żewġ investment incentive schemes.", "L-ewwel proposta hija li biex kumpannija tikkwalifika għal dawn it-tax exemptions, matul is-seba' snin preċedenti bħala proporzjon ikkalkolat ma' seba' snin bejgħ irid ikollha investiment skond perċentwali li stipulat f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Din forsi hija xi ħaġa matematika u teknika imma hija alternattiva li wieħed jista' jħares lejha.", "Imbagħad hemm it-tieni skema fejn kumpannija, trid tkun nefqet Lm7 miljun jew aktar fuq bini jew makkinarju matul l-aħħar seba' snin li jiġu eżatt qabel ma ssir l- applikazzjoni.", "B'dawn l-emendi qed ninkoraġġixxu lil min irid jinvesti, partikolarment lil dawk li jagħmlu investiment kapitali, u fl-istess ħin m'aħniex qegħdin nillimataw din l-iskema - kif kienet sal-lum - imma qegħdin inwessgħuha b'tali mod li tkun tapplika anke għal dawk il-kumpanniji kbar li kienu twaqqfu qabel l-1987 li biex jieħdu dan il-benefiċċju ried ikollhom 25% żieda fl-exports fuq perijodu ta' tliet snin.", "Aħna qed nifirxu aktar l- affarijiet u b'hekk qed nagħtu lill-qasam ta' l-industrija n-nifs li għandu bżonn sabiex javvanza.", "Nixtieq nagħmel aċċenn ukoll għal punt ieħor.", "Fil-pajjiż kellna diversi kumpanniji kbar u b'saħħithom li l-alternattivi li qiegħed jipproponi dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna kienu jkunu ħafna aktar vantaġġjużi għalihom.", "Aħna nistgħu nimmaġinaw kemm huwa diffiċli għal kumpannija li diġa' għandha export ratio qawwi sabiex tilħaq żieda ta' 25% fuq l-exports f'perijodu ta' tliet snin.", "Dawn il-kumpanniji, kif kienet il-liġi sal-lum, ma kellhom l-ebda benefiċċju, biex insejjaħlu hekk, straordinarju.", "Apparti minn hekk qegħdin naraw li l-affarijiet jitqassmu aħjar.", "Per eżempju, qegħdin ngħidu li l-investiment ta' Lm7 miljun jistgħu jinqasmu fuq seba' snin u mbagħad iż-żieda ta' 25% fl-exports fuq perijodu ta' tliet snin, li kienu speċifikati b'rata ta' 10% fl-ewwel sena, 5% fit-tieni sena u 10% fit- tielet sena ...", "GĦax ta' min jgħid li anke jekk kien ikollok 25% żieda fil- produzzjoni f'sena waħda xorta ma kontx tikkwalifika għaliex fis-sentejn ta' wara ma jkollokx id-distribuzzjoni ta' dan l-export li jikkwalifikak għall-benefiċċji.", "GĦalhekk l-affarijiet qegħdin nagħmluhom b'mod li nagħtu l-ispazju neċessarju għall-industrija u għal min tassew irid jinvesti kemm fil-makkinarju, kemm fi premises u f'dak kollu li huwa investiment kapitali, u fl-istess ħin qegħdin nirrikonoxxu r-rwol ta' dawn l-azjendi fil-pajjiż.", "Pero' l-akbar novita' u l-iktar ħaġa li għandna nenfasizzaw fuqha f'dan l- abbozz ta' liġi hija l-għajnuna li hemm għas-self-employed u għall- kumpanniji ż-żgħar.", "Wieħed irid jifhem li f'pajjiżna u anke f'diversi pajjiżi stabbiliti ekonomikament, l-ismall and medium-sized enterprises jagħmlu l-parti l-kbira ta' l-attivita' ekonomika.", "Dawn l-SMEs f'pajjiżna bażikament m'humiex marbutin li jkunu kumpanniji, anzi hemm ħafna self- employed persons li investew il-ftit li kellhom sabiex ikkreaw impjieg, ikkreaw servizz fl-ekonomija u b'dan il-mod qegħdin jagħtu kontribut lill- ekonomija tagħna u in return jistennew li aħna ninkoraġġixxu dan it-tip ta' żvilupp jew attivita' ekonomika.", "Fil-fatt l-importanza ta' dan is-settur qiegħda tiġi rikonoxxuta anke minn pajjiżi aktar żviluppati bħall-Amerka.", "Pero' hemm differenza bejn li tagħraf u tgħid kemm huma tajbin l-SMEs u d- ditti jew intrapriżi żgħar, u li tmur għar-realta' u ddaħħal miżuri konkreti li dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw minnhom.", "U dawn l-emendi li qegħdin nipproponu f'dan l-abbozz ta' liġi huma intiżi proprju biex jagħmlu dan.", "Fil-fatt tajjeb li ngħidu li kif inhi l-liġi llum, tajba kemm hi tajba - ċertament li ħadd ma jagħmel xi ħaġa hawnhekk biex jitfa' l- affarijiet lura, imma jagħmilha għaliex ikun qed jaħseb li f'dak iż-żmien din tkun l-aħjar ħaġa li għandha ssir għall-pajjiż - ma kienx possibbli għal individwu li jissellef b'mod issussidjat sakemm ma jkunx qed jagħmel hekk f'isem kumpannija għaliex din l-iskema kienet tikkontempla biss kumpanniji.", "Issa aħna din se nwessgħuha sabiex tkun tinkludi wkoll individwi u self-employed żgħar li m'humiex kumpannija.", "Jiena naħseb li dan huwa pass importanti ħafna fl-attivita' ekonomika ta' pajjiżna għax jekk aħna ma nagħrfux ir-rwol ta' dawn is-self-employed iż-żgħar ...", "Il- Gvern preżenti mill-ewwel wera l-importanza li jixtieq jagħti lil dan il- qasam billi ħoloq segretarjat parlamentari responsabbli mis-self-employed, xi ħaġa li f'pajjiżna qatt ma kien hawn qabel.", "Anke llum qed naraw pass konkret ieħor biex inkunu nistgħu ngħinu lil dan is-settur tal-poplu.", "Madam Speaker, aħna nħossu li m'huwiex biżżejjed li ngħidu li issa s-self- employed jistgħu japplikaw bħala individwi għal dawn l-iskemi u għalhekk qed ngħidu wkoll li se nniżżlu l-ammont ta' investiment rikjest biex dawn ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-għajnuna.", "Għax għalkemm sal-lum kien isir ħafna paroli dwar għajnuna lis-self-employed, meta konna niġu għall- prattika konna nsibu li hemm differenza kbira bejn dak li ngħidu u dak li nistgħu nwettqu.", "Kif inhi l-liġi sal-lum, sabiex is-self-employed iż-żgħir jikkwalifika għall-għajnuna jrid jinvesti mill-inqas Lm100,000.", "Issa jien naħseb li huwa ferm diffiċli li s-self-employed iż-żgħir, li jkun għadu jibda d-dinja u jkun għadu qed jara kif se jieqaf fuq saqajh jinvesti Lm100,000 u jidhirli li meta l-imprenditur iż-żgħir ikun għaddej minn dan il-perijodu diffiċli - ma rridux ninsew li s-self-employed iż-żgħir ikun qed joħloq iktar impjiegi u jkun qed jagħti kontribut ekonomiku dirett - għandna ngħinuh b'mod konkret.", "GĦalhekk permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li biex dawn l-imprendituri ż-żgħar ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din it-tip ta' għajnuna, jiġifieri minn self sussidjat, biżżejjed jinvestu sa Lm21,000 fuq perijodu ta' tliet snin, somma li tista' tinqasam f'Lm7,000 kull sena, li fl-opinjoni tiegħi hija somma mill-aktar raġjonevoli għal min ikun għadu kif beda jaħdem f'dan il-qasam.", "L-emenda li qed titressaq mill-Gvern m'hijiex qed titlob affarijiet kbar ħafna biex wieħed jikkwalifika għal din l-għajnuna imma qed titlob affarijiet li s-small businessmen u l-SMEs żgur jilħqu magħhom.", "B'hekk qed ninkoraġġuhom ukoll għaliex dawn jafu li jekk jagħmlu l-parti tagħhom il- Gvern huwa lest li jgħinhom.", "Madam Speaker, hawnhekk ta' min igħid ukoll li l-Gvern se jissussidja 2.5% ta' dawn is-soft loans lil-local industries.", "Dan is-sussidju huwa mmirat kemm lejn il-kumpanniji kif ukoll lejn dawk l-individwi li jimmanifatturaw jew li jagħtu servizz industrijali.", "Dan huwa punt importanti għax, kif għidt diġa', numru kbir ta' industriji lokali li sal- lum kienu esklużi minn ċerta għajnuna, issa se jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod konkret permrezz ta' din l-emenda u b'hekk ċerti individwi li qed joffru servizz industrijali u li jixtiequ jkabbru l-investiment tagħhom billi jixtru makkinarju iktar modern, kif fuq kollox jitlob investiment bħal dan ...", "Meta jitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea ħafna drabi jagħtu l- impressjoni li hemmhekk kollox huwa perfett, imma fil-fatt il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni huma nkwetati għax ir-rata ta' qgħad li għandhom hija fenomenali.", "Madam Speaker, kif kont qed ngħid aħna rridu nkunu lesti li ngħinu tassew lil kull min irid jagħti l-kontribut tiegħu f'dan il-qasam.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed jippreżenta l-Gvern Laburista s-self-employed iż-żgħir se jkun jista' jibbenefika minn soft loans u b'rata ta' mgħax ta' 3%, il-minimum central bank rate tvarja ta' spiss, imma bażikament dik hija r-rata hija 3%.", "Dan verament huwa inċentiv li jistgħu jibbenefikaw minnu l- parti l-kbira tan-negozji ż-żgħar f'pajjiżna.", "Għaliex x'jiswa li tagħmel inċentivi biex igawdu minnhom biss xi ftit kumpanniji kbar meta ħafna drabi għajnuna ta' dan it-tip lanqas taffettwa l-operat tagħhom hawn Malta?", "Nafu li l-investiment huwa ta' importanza kbira għall-ekonomija tagħna, jiġi minn fejn jiġi, kemm jekk jiġi mingħand kumpanniji kbar, kemm jekk jiġi mingħand kumpanniji żgħar, kemm jekk jiġi mill-privat u anke jekk ikun ġej mill-gvern.", "Pero' ovvjament investiment mill-privat huwa l-aħjar li jista' jkollok għaliex għandu aktar ċans li r-return tiegħu jkun akbar.", "Ir- raġuni prinċipali hija li meta tħalli l-forzi tas-suq jaħdmu waħedhom ikun hemm ċans akbar li r-riżorsi tal-pajjiż jiġu utilizzati bl-aktar mod għaqli u bżonnjuż.", "Ninsab ċert li anke s-settur privat qabel ma jinvesti joqgħod attent li r-return li se jkollu mill-investiment tiegħu jkun wieħed bl- inqas riskju u bl-iktar profitt.", "Għalhekk wieħed dejjem jinkoraġġixxi lill- privat f'dan il-qasam, pero' aħna nixtiequ li dan il-proċess jiżdied mingħajr ma nindaħlu fl-operat tal-business.", "GĦalina dan huwa importanti għaliex aħna konna wegħedna li nħallu l-forzi tas-suq jaħdmu, li ma jkunx hemm indħil żejjed u li tingħata l-għajnuna li dawn is-setturi għandhom bżonn.", "Fil-fatt bl-emendi li ressaqna għall-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali u aktar u aktar biż-żidiet li qed jiġu introdotti f'din il- liġi, se nagħtu għajnuna kbira lis-settur privat sabiex jieħu dawk il-passi diffiċli li jrid jieħu filwaqt li fl-istess ħin innaqqsulu s-sogru għaliex ovvjament meta tnaqqas ir-rata ta' l-imgħax tkun diġa' qed tagħti ċerta faċilita' u tnaqqas is-sogru fl-investiment ta' dak li jkun.", "Irridu npoġġu saqajna ma' l-art u naraw b'mod konkret kif se ngħinu kemm lill-kumpanniji l-kbar kif ukoll liż-żgħar u speċjalment lill-indivdwi.", "Il-Gvern preżenti qiegħed jagħti importanza kbira lil din il-liġi għaliex aħna nemmnu li l- qasam tat-turiżmu huwa pedament ekonomiku għal pajjiżna, għalhekk huwa tajjeb li nżommu rasna fuq għonqna u ninvestu kif jixraq f'dan il-qasam.", "Waħda mill-emendi li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi tkopri dak li għandu x'jaqsam ma' refurbishment ta' lukandi.", "Primarjament il-Gvern jidher li beħsiebu jgħin bis-serjeta' lis-settur turistiku u l-emendi li qegħdin inressqu jikkonfermaw dan għaliex huma mmirati biex jgħinu lill-kumpanniji jagħmlu r-refurbishing tal-lukandi tagħhom u b'hekk inkunu qegħdin intejbu l-prodott li noffru lit-turist li jiġi jżurna.", "Qed nagħmlu dan partikolarment fi żmenijiet - irridu nkunu realistiċi dwar dan - meta l- kompetizzjoni hija kbira partikolarment fir-reġjun tal-Mediterran, u l- uniku metodu kif tibqa' tgħix f'din l-isfera huwa billi tikkompeti.", "Jekk taħrab il-kompetizzjoni m'għandekx ċans li tirrenja f'dan is-suq u l-Gvern permezz ta' din il-liġi qed joffri proposti u qed jagħti inċentiv lil min irid jikkompeti billi jgħinhom jagħmlu r-refurbishment tal-lukandi tagħhom ħalli jiffaċċjaw din il-kompetizzjoni u jgħollu l-prodott turistiku li jista' joffri pajjiżna.", "Eżempju ieħor ta' kif il-Gvern qiegħed jinvesti b'mod konkret, minkejja d- diffikultajiet finanzjarji li sab ma' wiċċu, huwa l-proġett ta' Buġibba, lokalita' li llum saret sinonima mal-qasam turistiku.", "Qed ngħid hekk għax minn studji li saru rriżulta li madwar 60% tat-turisti li jiġu Malta jmorru Buġibba.", "Il-Gvern ipproġetta Lm2 miljun biex jirranġa dan il-lokal f'perijodu ta' ftit xhur u minkejja li kien hemm minn xtaq li jtawwal dan iż-żmien u minkejja li sibna wkoll ċerti diffikultajiet, ninsabu mexjin b'passi mgħaġġlin li jista' japprezzahom kulħadd.", "Kif nispiċċaw il-proġett ta' Buġibba hu maħsub li nibdew proġetti f'lokalitajiet oħra.", "Permezz ta' dan l-investiment kapitali dirett immirat lejn is-settur turistiku mhux biss se jgawdi l-poplu Malti, li fuq kollox irid jgħix f'din il-ġżira, imma se jgawdi wkoll it-turist.", "U kif nafu l-ikbar riklam għat-turiżmu hu ta' dak it-turist li jmur lura f'pajjiżu jirrakkonta dwar x'sab u x'ma sabx fil- pajjiż li jkun żar.", "Qasam ieħor importanti li ta' min jirriferi għalih huwa dak li għandu x'jaqsam mal-konservazzjoni ta' l-enerġija u ta' l-ilma.", "Għalina dawn huma żewġ elementi primarji u l-Gvern qiegħed jissussidja lill-kumpanniji li jissellfu biex itejbu dawn iż-żewġ oqsma billi qed inaqqas ir-rata ta' l- imgħax għal madwar 3% minflok dik normali ta' 8%.", "Mingħajr dawn iż-żewġ riżorsi importanti ma nafx kif wieħed jista' jiffunzjona f'kull qasam ekonomiku u l-Gvern qed jinvesti ħafna biex itejjeb dawn l-oqsma.", "Qed nieħdu miżuri biex ngħinu l-ambjent billi ninkoraġġixxu investiment kapitali f'dak li jirrigwarda solar systems u mpjanti tar-reverse osmosis.", "Huwa veru li meta titkellem fuq investiment kapitali tkun qed titkellem fuq ammonti xi ftit qawwija, pero' dawn huma areas li pajjiżna bilfors irid iħares lejhom.", "Ir-return fit-tul ta' l-investiment kapitali naħseb li nkunu nistgħu nħossuh 'il quddiem u huwa importanti li dawn il-passi jittieħdu issa għaliex jekk ma narawx kif nistgħu nimmodernizzaw is-sistemi ta' l-enerġija u ta' l-ilma u kif nistgħu nagħmlu l-affarijiet b'mod li nikkonservaw l-ambjent limitat li għandna f'pajjiżna, naħseb li nkunu qegħdin nonqsu.", "B'dan il-mod jista' jkollna ambjent isbaħ u filwaqt li nirrikonoxxu l-fatt li l-konsum ta' l-ilma kif ukoll ta' l-enerġija dejjem qiegħed jikber, illum qegħdin nilqgħu għad-demand li jista' jkun hemm anke bl-influss turistiku li jkollna.", "Jiena niftakar li fil-passat ħafna drabi kien ikun hawn garr fis-sens li f'daqqa waħda, partikolarment fis-sajf, ikollna influss ta' turisti - miljun turist huma tliet darbiet il- popolazzjoni ta' pajjiżna - li jridu jużaw l-istess servizzi u infrastruttura li juża l-poplu tagħna.", "Mela jekk se nħarsu lejn titjib fl- aspett ekonomiku u turistiku mingħajr ma nħarsu lejn is-servizzi ta' l- enerġija u ta' l-ilma, inkunu qegħdin nonqsu.", "U dan l-abbozz ta' liġi b'mod konkret qiegħed jara kif jista' jtejjeb is-sitwazzjoni minn dan il- lat ukoll.", "Jiena naħseb li semmejt il-punti prinċipali li xtaqt nelenka minbarra l- ħafna affarijiet oħra tajbin li semmew sħabi hawnhekk u li ċertament il- Ministru Attard Montalto jkollu ċ-ċans jaċċenna għalihom fil-winding-up.", "Dawn huma kollha punti pożittivi u konkreti u nieħu pjaċir nara lill- Oppożizzjoni tikkonkorri f'din id-direzzjoni.", "Dwar il-kritika ta' inċertezza fil-pajjiż u li donnu ħadd ma jaf fejn hu, nista' nassigurakom li fil-mod kif qed jopera l-Gvern ċertament li m'hemm l-ebda inċertezza għaliex, miżura wara l-oħra, qiegħed jaħdem b'mod għaqli, b'mod effettiv u b'mod konkret, u naħseb li bil-miżura li dalwaqt ngħaddu għaliha f'dan il- Parlament, il-liġi dwar it-tibdil fis-sistema tat-tassazzjoni, l-inċertezzi li kienu jeżistu s'issa fil-pajjiż ta' nies li ma jafux fil-bwiet ta' min sejrin il-flus minn taxxi jew jekk dik it-taxxa hijiex fil-fatt se titħallas, se neliminawhom.", "F'pajjiżna l-affarijiet se jkunu iktar streamlined u iktar immirati biex jgħinu lill-ekonomija u għalhekk nittama li jkun hemm ħidma miż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex fejn kien hemm din l-inċertezza, tiġi eliminata għal kollox.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, l-Għanijiet u r-Raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum jgħidu hekk:", "\"Sabiex jitwaqqfu skemi ta' inċentivi għall-investiment, skemi ta' inċentivi għal intrapriżi żgħar u għal lukandi u biex isir titjib fl- amministrazzjoni ta' l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.\".", "Dawn huma emendi maħsuba sabiex il-Gvern ikompli jiżviluppa skemi ta' inċentivi ħalli nkomplu nkattru l-investiment.", "Madam Speaker, b'sodisfazzjon nixtieq ngħid li ħadt pjaċir nisma' lill- Ministru Attard Montalto jagħmel il-preżentazzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi u fil-fatt nixtieq nirriferi għal frażi li laqtitni ferm fid-diskors tiegħu meta qal li meta investituri jiġu biex jikkonsidraw fejn għandhom jinvestu, bla dubju ta' xejn illum jaraw il-qasam tat-taxxa għax dan jikkonsidrawh l-istess bħal kwalunkwe cost ieħor.", "Huwa interessanti li membru min-naħa tal-Gvern għamel din ir-rimarka u jien nawgura li l-Gvern ikompli jżomm dan il-prinċipju f'kull diskussjoni li tkun tittratta l-qasam tat-taxxa.", "Ovvjament dan il-prinċipju ġenerali huwa magħruf minn kulħadd, pero' huwa interessanti li nirriferu għalih u naslu biex nitkellmu dwaru b'dan il-mod.", "Fil-fatt iktar 'il quddiem se nispjega għaliex qed ngħid dan.", "Madam Speaker, il-Gvern qed jagħraf ukoll, kif qal anke l-Ministru - li dawn l-inċentivi ma jeżistux biss f'pajjiżna u għalhekk irridu naraw li b'dawn l-inċentivi li qed niddiskutu jekk jista' jkun inkunu f'qagħda iktar vantaġġjuża minn dik ta' pajjiżi oħra fil-qasam ta' l-investiment.", "Fil- fatt dan l-abbozz ta' liġi huwa intenzjonat li jnaqqas it-toqol tal-cost tat-taxxa u jagħmilha iktar vantaġġjuża għal min ikun qed ifittex post fejn jinvesti li jagħżel lil pajjiżna.", "Għalhekk filwaqt li dan l-abbozz ta' liġi qed ikompli jsaħħaħ dak li diġa' hemm, qed jipprovdi iktar inċentivi ġodda ħalli pajjiżna jibda jkollu investimenti long-term ukoll.", "Biex dan ikun jista' jitwettaq irid jintlaħaq ċertu livell ta' investiment.", "Forsi hawnhekk wieħed jista' jistaqsi min se jibbenefika minn dan li aħna qed nipproponu llum.", "Madam Speaker, fil-fatt minn dak li qed nipproponu aħna llum se jibbenefikaw dawk il-kumpanniji li huma orjentati għall-esportazzjoni u li allura jridu jilħqu ċertu investiment.", "Kif qed naraw u kif diġa' qalu tajjeb sħabi li tkellmu qabli l-investiment huwa l-iktar qualifying asset importanti u minħabba f'hekk il-Gvern irid jara li permezz ta' l-għajnuna li se jagħti kemm kumpanniji lokali kif ukoll barranin jiġu biex jinvestu fil-ħaddiem Malti.", "Ovvjament qed naqblu li huwa diffiċli li nagħmlu forecast billi ngħidu minn issa kemm se tkun it-taxxa li dawn in-nies se jiffrankaw permezz ta' dawn l-inċentivi li qed jipproponi l-Gvern.", "Madam Speaker, prinċipju ieħor importanti li rridu nagħrfu huwa li jiġi jiswa lil pajjiżna aktar biex inġibu investiment ġdid milli biex nipproteġu dak li diġa' għandna.", "Il-Gvern għandu jsegwi mill-qrib l-operat ta' l-MDC - din hi l-għodda li għandu sabiex jopera - biex jara li filwaqt li tipprova ġġib investiment ġdid, permezz ta' dawn l-inċentivi żżomm ukoll l- industriji tal-manifattura li għandna ħajjin u sodi.", "Mela allura l-għan ta' dawn l-emendi huwa li jkun hemm żieda fl-esportazzjoni għall-kumpanniji li jimmanifatturaw, li noħolqu inċentivi bbażati fuq l-export sales sabiex jilħqu ċertu investiment fil-manifattura u li nkomplu nestendu l-iskemi ta' l-esportazzjoni.", "Madam Speaker, ammont sostanzjali minn dawn l-emendi li qegħdin nippreżentaw ġew imħejjija mill-Amministrazzjoni preċedenti.", "Meta diġa' smajna diversi kelliema min-naħa tal-Gvern jgħidu li dan l-abbozz ta' liġi donnu huwa frott ta' ħsieb li bħalu għadu qatt ma eżista fil-pajjiż, nitlobhom sabiex ma jkunux daqshekk entużjasti u ma jarawx din l-emenda bħallikieku hija xi ħaġa li ħasbu dwarha huma biss.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għal dak li qal l-Onor.", "Gulia - li huwa s-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-self-employed u allura huwa responsabbli minni wkoll għax jien self-employed ukoll - u ngħidlu li dak kollu li qal rigward l-intrapriżi ż-żgħar f'din il-liġi m'huwiex innovattiv daqskemm jidher li qed jaħseb hu mill-mod kif tkellem dwarha.", "L-Onor.", "Gulia qalilna li dawn l-inċentivi huma parti mill-programm tal- Partit Laburista u qal li fejn qabel is-ceiling minimu għal soft loan mill- MDC kien ta' Lm100,000 f'investiment, dan il-Gvern qed jipproponi li s- ceiling jinżel għal Lm21,000.", "L-Onor.", "Gulia qed jagħti x'wieħed jifhem li l-Partit Laburista fil-gvern ħareġ dan l-inċentiv, pero' dan m'huwiex minnu għaliex l-emendi għal din il-liġi kienu ppreparati mill-Gvern preċedenti.", "Barra minn hekk, il-Partit Nazzjonalista fil-manifest elettorali tiegħu ħabbar ukoll li se jkompli jtejjeb din il-liġi.", "Kien qal hekk għax fil- fatt l-Onor.", "Josef Bonnici kien diġa' ressaq f'dan il-Parlament Abbozz Nru.177 fit-22 ta' Lulju, 1996 u jien żgur li l-Onor.", "Josef Bonnici se jkompli jitkellem dwaru kif għandu dritt li jagħmel.", "Irrid ngħid li l- inċentivi li kien qed jagħti l-Gvern Nazzjonalista permezz ta' dak l-abbozz ta' liġi huma ferm iżjed vantaġġjużi għall-intrapriżi ż-żgħar minn dawk li qed jitħabbru fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum.", "Illum l-Onor.", "Gulia faħħar dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu għaliex qal li qed jaħseb fl-intrapriżi ż-żgħar, pero' m'għandux joqgħod jitkellem b'mod li qisu din il-liġi vvintaha hu.", "Qabel ma jikkundanna u jikkritika lill-Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Gulia jrid ikun jaf sew x'għamel dan il-partit meta kien fil-gvern.", "Naħseb li l-Onor.", "Gulia ma kienx jaf li l-Partit Nazzjonalista fl-Abbozz ta' Liġi Nru. 177 minflok ma għamel ceiling ta' Lm21,000 lill-intrapriżi ż-żgħar, kif għamel dan il- Gvern, kien qed iħalli f'idejn il-ministru responsabbli sabiex jistabbilixxi s-ceiling skond iċ-ċirkostanzi ta' dak iż-żmien.", "Mela min- naħa tal-Gvern Nazzjonalista kien se jkun hemm iktar vantaġġi milli hemm fl- abbozz ta' liġi li ressaq Gvern Laburista, għaliex filwaqt li aħna konna qegħdin ngħidu li minn żmien għal żmien il-ministru responsabbli jkollu r- responsabbilta' li jistabbilixxi s-ceiling, issa s-ceiling qed jiġi stabbilit fil-liġi.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Joe Borg fil-bidu ta' l-intervent tiegħu qal li se jkun hemm qbil dwar din il-liġi għaliex jaf li aħna bħala Oppożizzjoni rridu nivvotaw favur li f'pajjiżna jkun hawn ix-xogħol.", "U jekk hawn partit politiku li verament għandu record tajjeb ta' xogħol dan huwa l-Partit Nazzjonalista.", "Mela meta qegħdin ngħidu li din il-liġi oriġinat taħt Gvern Nazzjonalista inkunu qegħdin ngħidu tajjeb.", "Irrid ngħid ukoll li bil-mod kif kienet maħsuba l-liġi dak iż-żmien kienet se tivvantaġġja iktar lin- negozjanti ż-żgħar sabiex jinvolvu ruħhom aktar u jkomplu jinvestu fin- negozju tagħhom.", "Minn meta ressaqna l-abbozz ta' liġi f'Lulju tas-sena l-oħra sal-lum għadda ftit taż-żmien, pero' minkejja li mill-bidla tal-gvern għaddew biss ftit xhur, l-istat li jinsab fih dan il-pajjiż huwa kompletament differenti.", "Meta l-Gvern preċedenti kien se jiddiskuti din il-liġi, pajjiżna kien għaddej minn żmien fejn kellna full-employment u l-qagħda ekonomika kienet totalment differenti għaliex id-direzzjoni ekonomika u dik ta' politika barranija kienu għal kollox differenti minn tal-lum.", "Illum il- qgħad qiegħed jiżdied u s-sitwazzjoni ekonomika tbiddlet.", "Illum l-MDC, li hija makkinarju li jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru Attard Montalto, għandha l-problema li qiegħda taħdem f'sitwazzjoni ferm iżjed diffiċli minn dik ta' qabel.", "Fi żmien il-Gvern preċedenti kellna ekonomija u politika barranija mexjin fid-direzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, imma llum skond ix-xewqa tal-Gvern nidhru li resqin biex niddiskutu xi tip ta' agreement ma' l-EFTA.", "Il-politika tal-Gvern preċedenti kienet qiegħda twassal lill-industrija Maltija u lil dawk li jiġu jinvestu f'pajjiżna lejn sitwazzjoni fejn dawn ikunu jistgħu jgawdu mill-vantaġġi ekonomiċi kollha li toffri l-Unjoni Ewropea.", "Pero' issa l-Gvern qed jipprepara biex jagħmel trade agreement ma' l-EFTA, ftehim li b'xi mod iwassal lill-pajjiżi membri ta' l-EFTA lejn suq ħieles.", "Kif diġa' għidt, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien qiegħed jaħseb sabiex iwettaq il-politika tiegħu li jwassal lil pajjiżna għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, u dan kien ifisser li kien se jkollna inċentivi ikbar milli għandna llum.", "B'dan il-pass kien se jkollna sehem sħiħ fin- negozjar li jsir b'mod ħieles fl-Unjoni Ewropea u mhux sempliċement ftehim ta' inċentivi li toffri l-Unjoni.", "Il-Partit Nazzjonalista ried li jkun parti mill-Unjoni Ewropea u kien qed jaħdem biex ikun parti minnha pero' l- Gvern Laburista qed jgħidilna li rridu naħdmu biex nissieħbu f'xi tip ta' trade agreement ma' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li jiena m'iniex qed nirriferi għal dawn is-sitwazzjonijiet għaliex - kif jaħsbu tan-naħa tal-Gvern jew forsi kif se jgħidu meta jirrispondu għal dan li qed ngħid jien - insejt li qiegħed fuq in-naħa ta' l-Oppożizzjoni u li d-deċiżjonijiet m'aħniex neħduhom aħna imma qed teħodhom in-naħa tal-Gvern.", "Qed nitkellem b'dan il-mod għaliex nemmen li f'dan il-Parlament għandna d-dmir niddiskutu l-politika ta' pajjiżna.", "Aħna bħala Oppożizzjoni għandna d-dmir li nitkellmu, nikkritikaw u noffru wkoll is-suġġerimenti tagħna.", "Jien qiegħed nitkellem dwar il-benefiċċji ta' l- Unjoni Ewropea - u tkellem tajjeb ħafna dwarhom sieħbi l-Onor.", "Joe Borg - għaliex nemmen li meta l-Gvern preċedenti kien qiegħed jaħseb sabiex jagħmel dawn l-inċentivi li qed niddiskutu llum, kien qiegħed jaħseb biex iwettaqhom bħala parti minn pakkett ta' inċentivi għall-industriji tagħna li kien jinkludi wkoll it-tisħib fl-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad hemm ukoll ħaġa oħra li rridu nieħdu in konsiderazzjoni u din hija s-sitwazzjoni ekonomika li jisab fiha l-pajjiż illum.", "GĦaliex illum qegħdin noffru dawn l-inċentivi f'sitwazzjoni ekonomika totalment differenti minn dik li kellna meta konna qegħdin noffruhom aħna qabel.", "Dak iż-żmien il-qgħad ma kienx problema u d-direzzjoni ekonomika u l-politika barranija ta' pajjiżna kienu totalment differenti.", "Dan kollu fih innifsu kien joffri pakkett ta' inċentivi aktar sinjur u aktar vantaġġjuż mill- inċentiv iżolat li qegħdin nitkellmu fuqu llum.", "Dawn l-inċentivi huma tajbin, pero' rridu nqisuhom fil-kumplessita' tal-viżjoni politika u ekonomika li għandu dan il-Gvern.", "Nistgħu ngħidu li t-tisħib ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea kien inċentiv li issa ntilef.", "Il-kelliema tan-naħa tal- Gvern qalulna li dan l-inċentiv ġie shelved filwaqt li sieħbi l-Onor.", "Joe Borg qal li qiegħed fid-deep freeze.", "Jiena nispera li ma jdumx ma jkun fil- cooker ħalli nkunu nistgħu noffru lill-industriji tagħna dawn l-inċentivi li toffri l-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid ukoll li diġa' bdejna nħallsu l-prezz għall-għażliet politiċi li dan il-Gvern qiegħed jagħmel.", "Diġa' bdejna nħallsu l-prezz għad-deċiżjonijiet ekonomiċi u politiċi tagħna rigward l-Unjoni Ewropea.", "Fil-gazzetti tagħna kuljum naqraw dwar is-sitwazzjoni ta' l-impjiegi u s- sitwazzjoni ekonomika f'pajjiżna fejn qed naraw li l-investimenti barranin qegħdin isibu diffikulta' biex ikomplu joperaw f'pajjiżna proprju għaliex il-viżjoni dwar il-politika barranija li kellna, li xi darba nistgħu noffru dawk l-inċentivi li toffri l-istess Unjoni Ewropea, issa nbidlet.", "Pajjiżna llum qiegħed jiffaċċja sitwazzjoni fejn għadd ta' rġiel tal-familja huma bla xogħol u ż-żgħażagħ huma inċerti mill-futur.", "Minkejja dak kollu li għadu kemm qal l-Onor.", "Gulia, dawn l-inċertezzi li qed jiffaċċja pajjiżna huma reali u huwa gwaj għal pajjiżna jekk min-naħa tiegħu l-Gvern jaħseb li dawn l-inċertezzi m'humiex reali għaliex allura jkollna ngħidu li n-naħa tal-Gvern inqatgħet mill-poplu.", "Jekk jiġri hekk jiddispjaċini ngħid li l- politika tagħhom ta' trasparenza, effiċjenza u modernita' tkun għamilthom arroganti, kif kienu jakkużaw li stajna konna aħna.", "U jkun ta' gwaj jekk jiġri hekk għaliex illum il-ġurnata, wara biss sitt xhur minn meta bdejna niddiskutu l-politika barranija u ekonomika ġdida ta' pajjiżna, diġa' qegħdin inħallsu prezz għoli li qed jissarraf f'sitwazzjoni ta' telf ta' impjiegi.", "Madam Speaker, ma rridux ninsew li meta nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea nkunu qed nirriferu għal dak il-grupp ta' pajjiżi li magħhom Malta tagħmel 90% tan-negozju tagħha.", "Aħna ma nistgħux inwarrbu lil dawn il-pajjiżi li għandhom din il-potenza ekonomika u ngħidu li issa għandna l-mandat tal- poplu li nwarrbu minn din l-Unjoni li kienet se toffrilna inċentivi ekonomiċi kbar li kienu se jfissru iżjed xogħol għaż-żgħażagħ u għall- familji tagħna.", "Madam Speaker, nixtieq li l-Membri tal-Gvern meta jagħmlu d-diskors tagħhom ma joqogħdux jaħlu l-ħin bħalma diġa' għamlu u jgħidu li aħna, il- Membri ta' l-Oppożizzjoni, insejna li ma għadniex fil-gvern.", "Nispera wkoll li d-diskussjoni min-naħa tal-Gvern ma tiqafx sal-punt li jgħidu li issa għandhom il-mandat tal-poplu u li huma qegħdin fil-gvern.", "Għalkemm il-Ministru ma jistax jaqbel miegħi, jien persważ li hu personalment jaf li aħna qed nitilfu l-impjiegi fil-qasam ta' l-industrija minħabba d-deċiżjoni li l-pajjiż ħa jibdel id-direzzjoni politika tiegħu b'mod li jinsa darba għal dejjem lill-Unjoni Ewropea.", "Ir-raġuni li għaliha qed nitilfu l-impjiegi f'dan il-qasam hija li għidna wisq paroli li m'aħniex interessati fl-Unjoni Ewropea u jien jiddispjaċini ħafna li meta għada se nfakkru Jum il-Ħaddiem erġajna qegħdin nitkellmu fuq il-qgħad f'pajjiżna, diskors li qabel ma nbidel il-gvern, sitt xhur ilu, ma konniex għadna nisimgħuh.", "Madam Speaker, illum il-qasam ta' l-industrija f'pajjiżna, li għandu anke investiment Ewropew, qed jagħżel li jittrasferixxi ruħu għal swieq oħrajn fejn il-cost tal-produzzjoni hija irħas u b'hekk ikun jista' jwettaq il- produzzjoni tiegħu f'ambjent ekonomiku li joffri inċentivi ferm aħjar milli jista' joffri pajjiżna llum.", "Dawn l-inċentivi li toffri l-Unjoni Ewropea huma, kif għidt, iżjed vantaġġjużi milli qegħdin noffru fil-preżent f'pajjiżna.", "Aħna bħalissa qegħdin nesportaw il-prodotti tagħna lejn l- Unjoni Ewropea u se nibqgħu nesportaw lejn l-Unjoni Ewropea, pero' jekk ikollna ċ-ċans u l-opportunita' li nkunu fl-Unjoni Ewropea - j'Alla dan iseħħ għaliex hekk jaqblilna - aħna nkunu nistgħu sempliċement nittrasferixxu l-prodotti tagħna lejn l-Unjoni Ewropea.", "B'dak il-pass dawk it-trade barriers - li fihom infushom huma diżinċentiv għall-industriji tagħna - li jeżistu llum għaliex m'aħniex membri, jaqgħu.", "Madam Speaker, illum qegħdin niddiskutu inċentivi li nistgħu noffru lill- industrija u l-iżvilupp fl-industrija Maltija jew barranija li taħdem f'pajjiżna.", "Dawn huma inċentivi maħsuba biex inżommu l-livell tal-qgħad baxx u noħolqu sitwazzjoni fejn inżommu l-impjiegi eżistenti u nsaħħu s- settur tal-manifattura fl-industrija tal-produzzjoni kif ukoll is-settur tat-turiżmu.", "Qegħdin nitkellmu wkoll dwar ir-responsabbilta' li għandna lejn 87,325 persuna li sa Settembru li għadda kienu kkalkolati li jaħdmu f'dan is-settur privat.", "Meta nħarsu lejn iċ-ċirkustanzi kollha b'mod aktar wiesa', naraw li qegħdin nitkellmu wkoll dwar l-impjieg ta' kważi 50,000 ħaddiem ieħor fis-settur pubbliku li b'mod indirett jagħti l-kontribut tiegħu fil-qasam ta' l-industrija u tat-turiżmu.", "Qegħdin nitkellmu fuq ir- responsabbilta' li għandna lejn il-poplu tagħna fil-qasam tax-xogħol tiegħu.", "Qed insemmi l-kelma \"responsabbilta'\" għaliex irridu nagħrfu li meta nieħdu deċiżjoni politika f'moħħna għandna jkollna sens ta' responsabbilta' lejn il-persuna u lejn id-dritt tax-xogħol u mhux sempliċement nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna fis-sitwazzjoni minħabba l-pika politika li jista' jkollna.", "J'Alla meta nieħdu deċiżjoni, neħduha għaliex nemmnu fir-responsabbilta' li għandna lejn id-dinjita' tax-xogħol li jistħoqqlu l-ħaddiem tagħna.", "Permezz ta' dawn l-inċentivi rridu naraw li l-industriji kemm tal- manifattura kif ukoll tat-turiżmu jkunu f'pożizzjoni li jattiraw aktar investiment u biex isir hekk hemm bżonn li l-Gvern ma jintroduċix miżuri oħra li jistgħu jtellfu l-effett ta' l-inċentivi maħsuba f'dawn l-emendi.", "Il-Ministru Attard Montalto li ressaq dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex hawnhekk bħalissa, pero' jien xorta waħda nixtieq inressaq xi tip ta' riflessjonijiet li forsi jista' jirrispondi dwarhom fil-winding up.", "Nibda biex nistaqsi jekk il-Ministru huwiex konxju u jafx f'liema qafas ekonomiku qiegħed iressaq dawn l-emendi u nkompli nistaqsi: Illum li l- Gvern biddel id-direzzjoni ta' l-ekonomija ta' pajjiżna, kif jaħseb li dawn l-inċentivi se jgħinu lill-industriji tagħna meta se nwarrbu l-kumplament ta' l-inċentivi li konna qegħdin naħsbu dwarhom?", "Meta l-Ministru jikkonsidra l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa li dan il- Gvern qed jipproponi kif ukoll l-abbozz li qed niddiskutu llum, x'jaħseb li se jkunu r-reazzjonijiet ta' l-investitur f'pajjiżna meta jipparaguna ż- żewġ realtajiet li qegħdin joffru dawn iż-żewġ liġijiet?", "Rigward l-SMEs, x'relazzjoni se jkun hemm ma' kif se tiġi emendata din il-liġi?", "Kif diġa' għidt fil-bidu, min-naħa tal-Gvern qalulna li qed iniżżlu s- ceiling ta' l-investiment minn Lm100,000 għal Lm21,000, pero' jiena nistaqsihom: B'daqshekk se nsolvu l-problema ta' l-SMEs f'pajjiżna li l- maġġoranza tagħhom bħall-kumplament ta' l-Ewropa huma parti minn dan is- settur?", "F'pajjiżna l-parti l-kbira ta' l-industrija tal-manifattura taqa' taħt il-kategorija ta' l-SMEs, u dwar dan żgur li hawn qbil anke min-naħa tal-Ministru.", "L-industriji li nikklassifikawhom bħala SMEs huma industriji li jservu lis-suq lokali u ma jesportawx pero' mbagħad għandna industrija li tappartjeni għall-investiment barrani u li tesporta.", "Madam Speaker, huwa interessanti li ninnotaw li 90% ta' l-industrija li fl-Unjoni Ewropea tħaddem sa għaxar min-nies filwaqt li 1% biss tas-settur iħaddem iżjed minn 500 ħaddiem.", "F'pajjiżna l-parti l-kbira ta' l- industrija tagħna hija ta' daqs żggħir u għalhekk nixtieq nistaqsi lill- Ministru jekk, meta huwa konxju ta' dan kollu - inkluż li l-qgħad fis- settur tal-manifattura jinsab f'sitwazzjoni ħażina, skond dak li qal anke s- Segretarju tal-General Workers' Union ftit tal-ġranet ilu - jikkonsidrax u jaħsibx li l-kundizzjonijiet li qiegħed jipproponi dan l-abbozz ta' liġi jistgħu ma jilħqux lil dawk li l-iżjed jeħtieġu l-għajnuna biex jimmodernizzaw l-industrija tagħhom.", "GĦaliex jiena għandi d-dubji tiegħi jekk permezz ta' din il-liġi aħniex se nilħqu l-interessi tan-negozji ż- żgħar li verament jeħtieġu l-għajnuna tagħna.", "Nibża' wkoll li se nserrħu moħħna wisq fuq l-argument li sempliċement għaliex niżżilna s-ceiling minn Lm100,000 għal Lm21,000 allura l-industriji ż-żgħar, il-persuna self- employed kif irrifera għaliha l-Onor.", "Gavin Gulia, issa se tkun vantaġġjata u tista' tmur għand l-MDC u tissellef.", "Nixtieq nikkwota minn artiklu li kien ippubblikat il-ġimgħa li għaddiet f'\"The Malta Business Weekly\" fejn intqal li minn riċerka li saret minn ċertu Leonard Mizzi, l-SMEs f'Malta għandhom nuqqas ta':", "\" ..... skilled manpower, small size of the domestic market, high transport costs, limited natural resources and endowments, limited possibilities of diversification, high government induced costs.\".", "Allura l-Ministru ma jaħsibx li għandu jkun hawn inċentivi oħra oltre l- inċentivi proposti f'dan l-abbozz ta' liġi lill-industriji żgħar u lill- investituri żgħar u mhux sempliċement ngħidu li se nagħmlu tradesmen parks, jiġifieri nipprovdu l-postijiet fejn wieħed jopera?", "Irridu naraw jekk fil- qasam ekonomiku u politiku tagħna aħniex noffru verament il-benefiċċji kollha li qed jistennew in-negozjanti ż-żgħar, dawk li jagħmlu parti sostanzjali mill-ekonomija ta' pajjiżna.", "Irridu nkunu kapaċi nwasslu sabiex dawn in-negozjanti ż-żgħar jagħmlu l-ewwel pass ħalli xi darba jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn l-inċentivi.", "Jekk illum qegħdin naħsbu li se ngħinu lill-intrapriżi ż-żgħar billi nniżżlulhom is-ceiling ta' l-investiment minn Lm100,000 għal Lm21,000, tajjeb li nfakkru li l-Abbozz ta' Liġi Nru. 177 li kien se jressaq l-Onor.", "Josef Bonnici kien se jinkludi inċentiv bil-wisq iktar wiesa' minn dan.", "Skond dak l-abbozz ta' liġi kellu jkun il-ministru li jiddefinixxi, skond iċ-ċirkostanzi, x'se jkun is-ceiling.", "Allura bl-emendi li qed niddiskutu llum se nkunu qegħdin noffru inċentiv iżjed ristrett.", "Jiena qed nipproponi li l-Ministru jara jekk għandux ikun hemm inċentivi ekonomiċi li joffru iżjed benefiċċji lill-intrapriżi li jsibuha diffiċli biex jersqu lejn is- ceiling ta' Lm21,000.", "Is-sitwazzjoni reali li jitkellem dwarha anke r-rapport Ramboll tixhed li l-industrija Maltija fil-maġġor parti tagħha - b'riferenza għall-SMEs - tipprovdi prodott għoli, nieqes mid-disinn u d-dehra, kif ukoll ta' kwalita' baxxa.", "Huwa hawn fejn għandna noffru inċentivi lill-industriji ż- żgħar tagħna sabiex ngħinuhom joffru prodott irħas u ta' kwalita' aħjar, kif ukoll ngħinuhom isibu partners barranin ħalli l-prodott li huma joffru jkun ta' kwalita' aħjar, anke jekk dan ikun għas-suq lokali.", "Għaliex jekk fl-aħħar mill-aħħar xi darba noħolmu li nibdew nirrimedjaw is-sitwazzjoni tal-balance of payments f'pajjiżna billi nnaqqsu l-importazzjoni jeħtieġ naraw kif nistgħu noffru prodott Malti tajjeb li xi darba jkun jista' jikkompeti mal-prodott barrani.", "Is-sitwazzjoni ta' l-industrija f'pajjiżna turi li f'ħafna każijiet, l- istess industriji li qabel jew xi darba kienu jimmanifatturaw xi prodott, illum il-ġurnata jew maż-żmien bdew isibuha eħfef li jimportaw dak l-istess oġġett li kienu jipproduċu għax fl-aħħar mill-aħħar il-prodott barrani huwa isbaħ u orħos.", "Din hija r-realta' f'pajjiżna.", "Jiena personalment kont nara industriji - li kelli x'naqsam magħhom fix-xogħol tiegħi - li minkejja s-sitwazzjoni tal-levies u affarijiet oħra bdew jimportaw il-prodott u allura bdew ibigħu prodott isbaħ u aħjar, kultant anke xi ftit ogħla, fis- suq lokali.", "Pero' mbagħad kienu qed jispiċċaw biex huma stess ma jimmanifatturawx il-prodott tagħhom bil-konsegwenza li dawn illum saru wholesalers tal-prodott li xi darba kienu jimmanifatturaw.", "Din hija r- realta' - qed nieħu pjaċir li issa hawn preżenti l-Ministru - tas- sitwazzjoni ta' l-industrija f'pajjiżna u m'aħniex nitkellmu b'partiġġjaniżmu.", "Qed nirriferi għal dan kollu, Madam Speaker, mhux biex noħloq kontroversja iżda għaliex dawn l-inċentivi li qed jiġu proposti joffrulna okkażjoni tajba sabiex nitkellmu dwar l-iżvilupp ta' l-industrija tagħna.", "Jiena nifhem li permezz ta' dawn l-emendi l-pajjiż qed jipproponi li jsaħħaħ l-investiment fl-industrija tiegħu, pero' issa rridu naraw li dan l-investiment jirrendi.", "MADAM SPEAKER: Onor. Vassallo, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nipproponi li l-Onor.", "Vassallo jkompli bid- diskors tiegħu.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE BORG: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Vassallo jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra talli għoġobha testendili l-ħin.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li issa rridu naraw li dan l-investiment jirrendi għaliex dan se nħallsu għalih aħna bħala pajjiż.", "Jekk inħarsu lejn l-Estimi kif imressqa u approvati, insibu li f'paġna 237 hemm ivvotati Lm6,871,000 għall-MDC Fis- sitwazzjoni tal-lum fejn il-qgħad qiegħed jiżdied, filwaqt li l-kisba ta' investiment ġdid għall-MDC se tibqa' prijorita', ir-riorganizzazzjoni ta' l- investiment diġa' eżistenti se tkun wisq probabbli prijorita' iżjed assoluta.", "Jien naħseb li l-Ministru Attard Montalto u kull ministru li kien hemm qablu - nifhem x'responsabbilitajiet għandhom - dejjem kienu ffaċċjati b'din id-diffikulta' għax fl-industrija inti tirnexxi skond xi tbigħ, x'tipprovdi u x'toffri fis-suq.", "Madam Speaker, permezz ta' dan id- dibattitu aħna rridu nwasslu l-messaġġ li bħala poplu ħaddiem ilkoll kemm aħna għandna d-dmir li nersqu iżjed lejn l-effiċjenza.", "Bħala poplu, b'mod speċjali min qed jaħdem f'dan il-qasam tan-negozju, ma nistgħux inħarsu biss lejn il-profitti li fl-aħħar mill-aħħar se nieħdu d-dar imma rridu nibdew nagħrfu iżjed il-ħtieġa li aħna jkollna prodott ta' ċerta kwalita'.", "Din m'għandhiex tkun sempliċement prijorita' ta' min qed jinvesti, iżda għandha tkun il-prijorita' ta' kull min għandu sehem f'dan il-qasam.", "Din m'hijiex responsabbilta' tal-Ministru biss imma hija responsabbilta' ta' kull ħaddiem li għandu parti mill-industija tal-manifattura.", "Ma jistax ikollna gvern u oppożizzjoni jiddiskutu inċentivi li se joffru lil min se jinvesti, l-MDC mgħammra b'uffiċini ta' kwalita', imbagħad aħna, bħala ħaddiema nkunu irresponsabbli u moħħna iżjed huwa f'dak li se nieħdu d-dar f'paga jew f'salarju milli fis-sehem tagħna biex nersqu lejn iżjed effiċjenza u lejn iżjed kwalita' fil-prodotti tagħna.", "Jien nemmen li l- industrija tal-manifattura ta' pajjiż tkun sejra tajjeb għax ir-riżorsi umani ta' dak il-pajjiż ikollhom sehem importanti f'dan iċ-ċirku ekonomiku.", "Madam Speaker, iżjed ma nitbiegħdu politikament mill-konċett ta' l-Unjoni Ewropea iżjed irridu naraw li l-inċentivi li se noffru jkunu aktar vantaġġjużi mill-inċentivi ta' pajjiżi oħra kompetituri tagħna.", "Jien fil- bidu rriferejt għad-diskors tal-Ministru fejn qal - u kellu raġun - li dawn l-inċentivi mhux qed joffrihom pajjiżna biss imma qed joffruhom ukoll pajjiżi oħrajn.", "Mela issa li qed nitbiegħdu mill-Unjoni Ewropea - dan kien verament inċentiv għall-industriji tagħna - u allura mill-garanzija tax-xogħol, il-Ministru flimkien ma' l-MDC iridu jaħdmu biex pajjiżna joffri lil min jiġi jinvesti hawn Malta li inċentiv iktar rikk minn dawk l- inċentivi l-oħra li joffru n-negozju ħieles u l-prinċipji Ewropej f'pajjiżi oħra.", "Fi żmien il-Gvern Nazzjonalista l-ħsieb wara d-direzzjoni ekonomika tal- pajjiż kien li f'kull settur finanzjarju nwasslu lil Malta lejn iċ-ċentru ta' attivita' finanzjarja.", "Fil-fatt bdejna niżviluppaw il-konċett ta' Malta bħala ċ-ċentru ta' investiment finanzjaru li joffri ċerti servizzi finanzjarji.", "Dan kollu kien riżultat ta' politika li riedet ix-xogħol.", "F'dan il-waqt - hawn nerġa' nirriferi għall-importanza tar- riorganizzazzjoni ta' l-industrji żgħar tagħna - ma nistgħux nippermettu li ngħixu fil-ħolma li nwettqu distinzjoni bejn industrijalist ħaddiem u industrijalist iżjed sofistikat.", "Madam Speaker, la hawn il-Ministru responsabbli mill-MDC nixtieq ngħid li wisq nibża' - din hija opinjoni personali tiegħi - li llum nistgħu naslu f'sitwazzjoni fejn nagħmlu distinzjoni minħabba xi preġudizzji li jista' jkollna minn uħud li qed jaħdmu fi kwalita' għolja ta' xogħol permezz ta' l-immodernizzar li sar fl- uffiċini tagħhom.", "Nibża' wkoll li xi drabi jista' jinħoloq preġudizzju fejn wieħed jibda jaħseb li huwa aqwa mill-ieħor.", "Jekk il-Ministru jgħidli li jien żbaljat u li ma jeżistux dawn il-preġudizzji nkun iktar kuntent; jekk le rridu nieħdu ħsieb biex din it-tentazzjoni li jista' jkollna maż-żmien ma naqgħux fiha.", "Jekk naqgħu għal din it-tentazzjoni jista' jkollna abbuż.", "Hawnhekk ma rridx ninftiehem li jien għandi xi ħjiel li jista' jsir dan, pero' rridu noqogħdu attenti biex dan ma jsirx 'il quddiem.", "Jekk jista' jkun mill-MDC ma jsirux għażliet meta wieħed imur quddiemha u joffri record sabiex ikun jista' jinvesti.", "Jien nipproponi li l-MDC - kif dejjem għamlet u ninsab fiduċjuż li se tkompli tagħmel - tkun il-makkinarju biex dawn l-inċentivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- Ministru jkunu jistgħu jitħaddmu u jkunu l-prinċipji tas-solidarjeta' b'mod prattiku ħalli jagħtu l-frott l-iżjed meħtieġ.", "Hawnhekk nipproponi wkoll li l-MDC tfittex industriji li tara fihom il-possibbilta' ta' żvilupp.", "Naħseb li huwa tajjeb li ndaħħlu dan it-tip ta' eżerċizzju li anke min ma jirrikorrix għandna biex jinvesti naraw x'inhi l-possibbilta' li joffri prodott tajjeb u nipprovaw ngħinuh biex itejjeb u jkabbar il-prodott b'mod li forsi minn industrija tas-suq lokali jasal anke għall-esportazzjoni.", "B'hekk verament inkunu qegħdin inwettqu dmirna li naraw li dawn l-inċentivi jkunu mwessgħin u mwassla lil kull min hu involut fil-proċess ta' l- industrija.", "Madam Speaker, punt ieħor li nixtieq insemmi huwa li f'pajjiżna l-Gvern preċedenti kien wettaq riforma fis-sistema ta' tassazzjoni li parti minnha twettqet permezz tal-VAT.", "Il-VAT ma kenitx xi ħaġa li saret waħedha, pero' kienet riżultat u parti mir-riforma fis-sistema tat-tassazzjoni f'pajjiżna.", "Aħna nemmnu li din kienet qiegħda ġġib ċerti benefiċċji lill-industriji tagħna b'mod li anke l-industriji ż-żgħar jorganizzaw ruħhom u jkunu jafu iktar fejn qegħdin billi jwettqu negozju aktar organizzat.", "Meta issa qegħdin nitilfu din il-viżjoni anke fis-sitwazzjoni tat-tassazzjoni qisna qegħdin noffru diżinċentiv ieħor lill-industriji tagħna.", "Jien wisq nibża' li filwaqt li l-abbozz ta' liġi li konna pproponejna aħna s-sena l-oħra kien qed joffri pakkett ta' inċentivi, b'dan l-abbozz ta' liġi li qed jiġi propost illum se jkun hemm inċentiv li se jkun iżolat mill-kumplament ta' l- inċentivi li l-Gvern kien qiegħed joffri dak iż-żmien.", "Hawn jidher li l-Gvern jista' jkollu problema oħra, għax filwaqt li ż- żmien tat-transizzjoni mis-sistema tat-taxxi li kellna qabel għall- introduzzjoni tal-VAT kien għadda, issa l-Gvern se jerġa' jintroduċi sistema ta' tassazzjoni oħra li hija msejsa fuq id-dazji u s-sisa u li fiha nfisha se tkun ukoll sistema ta' tassazzjoni li se toħloq diffikultajiet għan-negozjanti ż-żgħar u għas-self-employed li xi darba jistgħu jikbru u jkunu f'pożizzjoni fejn jistgħu jirrikorru għand l-MDC biex jissellfu.", "Jekk se nerġgħu ngħaddu lill-industrija tagħna minn żmien ieħor ta' transizzjoni allura se nkunu qegħdin ngħaddu minn sentejn oħra ta' inċertezzi, anke jekk xi darba nkunu nistgħu ngħidu li din hija sistema tajba, ħaġa li ma naħsibx li tista' sseħħ għaliex nafu li din m'hijiex sistema tajba.", "Mela lil dawn l-industriji qegħdin noffrulhom dawn l- inċentivi pero' fl-istess ħin qegħdin ngħidulhom li għas-sentejn li ġejjin se jerġgħu jgħaddu minn żmien ta' transizzjoni fis-sistema ta' tassazzjoni u allura minn żmien ta' inċertezza.", "Dan kollu jimplika diffikultajiet għall-industriji tagħna u l-probabbilta' hija li se nkomplu naraw telf ta' impjiegi fl-istess industrija u diffikultajiet għal min għamel investimenti ta' ċertu daqs, bil-konsegwenza li nistgħu naraw aktar kumpanniji jittrasferixxu l-impjant tagħhom għal pajjiżi oħrajn fejn il-cost of production tkun inqas minn dik li hija f'pajjiżna.", "Aħna nafu kif qegħdin jitkellmu dawk li huma midħla ta' l-industrija Maltija.", "Per eżempju, is-Sur Tony Cassar, President tal-Federation of Industry, meta rrifera għall-proposti dwar is-sistema ta' taxxa tad-dwana u sisa, qal:", "\"Kollox ma' kollox, is-sistema l-ġdida hija inflazzjonarja għaliex hija cascading.\".", "Issa dan huwa persuna li għandha taħt ir-responsabbilta' tagħha industriji li jikkwalifikaw għal-loans ta' l-MDC.", "Madankollu, l-Federation of Industry xorta qiegħda tibża' minn din is-sistema ta' tassazzjoni ġdida ta' dwana u sisa li dan il-Gvern irid idaħħal u li se toħloq problemi.", "Meta mbagħad is-Sur Cassar ġie mistoqsi dwar ir-rata ta' 15% dazju li se tiġi ntrodotta fuq prodotti Maltin meta Malta tkun fiż-zona ta' kummerċ ħieles - u hawn se nikkwota - dan qal:", "\"Il-Federation of Industry hija moħħha miftuħ sakemm ma nitilfux is- swieq ta' l-esportazzjoni li għandna li huma l-aktar ħaġa importanti għalina.\".", "Dawn is-sitwazzjonijiet qed nirriferi għalihom mhux għaliex qed jitressaq dan l-abbozz ta' liġi, li fih innifsu huwa tajjeb, imma għaliex is- sitwazzjoni kollha kemm hi għall-industrija hija waħda mċajpra.", "Din hija diffikulta' oħra li dan il-pajjiż se jgħaddi minnha riżultat tad-deċiżjoni li dan il-Gvern qiegħed jieħu.", "GĦalhekk jiena nibża' li meta tqis l- ambjent ekonomiku kollu kif inhu, dawn l-inċentivi li qgħdin niddiskutu huma inċentivi iżolati.", "Fil-fehma tiegħi, l-isfida ta' l-Onor.", "Montalto hija akbar milli kienet dik tal-ministri ta' qablu għaliex kważi kull deċiżjoni li qed jieħu l-Gvern tiegħu toffri diżinċentiv għall-investiment fl-industrija tagħna.", "L-Onor.", "Montalto qiegħed jipprova jipproponi inċentivi pero' fl-istess ħin kull deċiżjoni li l-Gvern tiegħu qed jipproponi qiegħda toħloq iżjed ostakoli lil min ikun irid jinvesti f'pajjiżna.", "GĦalhekk l-isfida ta' dawn l-inċentivi hija li jkomplu jżommu r-rata ta' employment li hemm fis-settur privat.", "Ladarba huwa hekk, dawn l-inċentivi jridu jaħdmu u jirnexxu għaliex lilhom biss se jkollna biex forsi jimbottaw il-makna li se tipprova żżomm is- sitwazzjoni ta' l-employment fuq rata stabbli!", "Fil-fatt jekk dawn l- inċentivi jfallu, wisq nibża' li la jkun hemm xejn x'jgħin lil pajjiżna jersaq lejn l-industrija u wisq anqas ikun hemm x'jgħin lil min jinvesti f'pajjiżna.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li fl-ewwel 11-il xahar ta' l-1996 kienu żdiedu 3,000 impjieg.", "F'dan il-perijodu pajjiżna kien laħaq 62% tat-total gainfully occupied li minnhom 46% kienu involuti fid-direct production, u l- qasam ta' l-impjiegi fis-settur tas-servizzi kien laħaq medja ta' 45% għax dak iż-żmien kienu qed jittieħdu deċiżjonijiet politiċi tajbin li kienu qed iżommu x-xogħol għaddej.", "GĦalhekk minkejja li ilna nisimgħu ħafna bil- ħofor aħna kellna sitwazzjoni ekonomika tajba tant li fid-Diskors tal- Budget, l-Onor.", "Lino Spiteri kellu jirriferi għas-sitwazzjoni tajba li sab f'pajjiżna u meta qal dan kien qed jirriferi għall-full-employment li kien hawn.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li qed tinħass hija li filwaqt li fl-industrija tat-tessuti l-impjiegi qed jonqsu, fl-industrija tat-teknoloġija l-impjiegi qed jiżdiedu.", "GĦalhekk għandna nieħdu ħsieb l-industrija tat-tessuti għax din għal xi żmien f'pajjiżna kienet il-qofol ta' l-industrija tagħna.", "Il- qasam tat-turiżmu wkoll se jgawdi minn dawn l-inċentivi u fil-fatt huwa punt pożittiv li din l-emenda qed tikkonsidra li l-qasam turistiku jeħtieġ ikompli jiżviluppa kif kien qed jagħmel matul il-leġislatura preċedenti.", "Huwa importanti wkoll li jkollna analiżi kontinwa ta' dawk l-industriji li qed jispiċċaw bla xogħol għax ma kenux iktar innovattivi fil-prodotti li kienu qed joffru.", "Jien nifhem li ħafna minn dawn il-kumpanniji kienu qed jaħdmu għas-suq lokali, pero' nafu wkoll li l-prodott importat huwa l-iżjed wieħed mitlub fis-suq lokali.", "Kif diġa' għidt, kellna każijiet fejn l- industriji lokali kien jaqblilhom jimportaw minflok ma jipproduċu, pero' ma naħsibx li biex nipproteġuhom jew biex noffrulhom xi inċentiv għandna nkomplu nirrikorru għall-politika ekonomika protettiva fejn inkomplu ninqdew bil-levies.", "Ilna għal dawn l-aħħar 15-il sena ninqdew bil-levies fuq ċerti prodotti.", "Allura f'dawn il-15-il sena li ilna nipproteġu lil din l-industrija ħalli tkun tista' timmodernizza ruħha qatt ma kellha ċ-ċans li fil-fatt timmodernizza ruħha?", "Madam Speaker, għalhekk irridu naraw li dawn l-inċentivi jkunu jersqu lejn l-innovazzjoni u l-immodernizzar ta' l- industrija lokali ħalli xi darba nisparixxu s-sistema tal-levies minn pajjiżna għax din is-sistema tgħolli l-prezz tal-prodott li jiġi offrut fis- suq lokali.", "Hawnhekk ma rridux ninsew lill-pajjiżi tal-lvant li issa qed ifittxu li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea u qegħdin joffru pakkett ta' inċentivi maħsub biex jagħti vantaġġ fuq il-politika tax-xogħol li għandna aħna.", "B'hekk diversi industriji li għandna bħalissa, meta jaraw dawn il- vantaġġi aktarx jittrasferixxu ruħhom f'dawn il-pajjiżi u tort tal-politika ta' dan il-Gvern nispiċċaw nitilfu x-xogħol li għandna f'pajjiżna.", "Jiena nirrikmanda li l-Gvern jifhem il-bżonn ta' l-investiment fir-riżorsi umani ta' l-industrija tagħna.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi nawgura li l-inċentivi li l-Gvern wiret mill-Gvern Nazzjonalista ma jibqgħux l-uniċi inċentivi għall- industrija tagħna u nawgura wkoll li l-Gvern jara li l-ambjent ekonomiku kollu kemm hu, fil-komplessivita' tiegħu, ikun verament jivvantaġġa lill- industrija ta' pajjiżna.", "Jiena nitlob lill-Gvern sabiex ma jkomplix bil- politika tiegħu ta' tassazzjoni għax biha se jdaħħal lill-industriji żgħar tagħna fi spejjeż żejda u b'hekk titnaqqsilhom il-kompetittivita'.", "Nitlob ukoll lill-Gvern sabiex jerġa' jikkonsidra l-politika barranija tiegħu għax din se tkompli tiżola mhux biss lil pajjiżna imma lill-istess industrija tagħna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.22 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 5 ta' Mejju, 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-Aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi biex jirregola l-Kondominji; u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tieni Qari;", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-VAT - Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Madam Speaker, għada jaħbat Jum il-Ħaddiem u għalhekk ma nistax ma niffokax, fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, fuq il-ħaddiema u fuq ix-xogħol li hu dritt ta' kull ħaddiem.", "Nistgħu ngħidu li kulħadd jiċċelebra dan il-jum, il-Knisja, il-unions u anke l-partiti politiċi, u kulħadd jagħtiha l-pinzellata tiegħu.", "Iżda l- ħaddiem jibqa' dak li hu, persuna umana li għandha dritt għal xogħol diċenti li jagħtiha sodisfazzjon u li jgħinha tiżviluppa l-kapaċita' tagħha għall-ġid tagħha nnifisha, tal-familja tagħha u anke għall-ġid tal-pajjiż in ġenerali.", "Naturalment Jum il-Ħaddiem kull sena jassumi importanza partikolari skond dak li jkun għaddej f'dak iż-żmien fil-pajjiż.", "Sfortunatament, din is- sena, kuntrarjament għal dak li seħħ matul dawn l-aħħar disa' snin, il- ħsieb ta' ħafna qiegħed ikun aktar dwar il-qgħad milli dwar ix-xogħol.", "L- enfasi qiegħda tkun li nipprovaw inżommu dak li diġa' għandna bħala teżor kbir, minflok il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda.", "Matul id-disa' snin u nofs ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista x-xogħol żdied u żdied f'xogħol produttiv li jagħti dinjita' lill-ħaddiem.", "L- impjiegi fis-settur privat żdiedu u bdiet isseħħ ix-xewqa ta' ħafna minna, jiġifieri li tonqos id-dipendenza fuq il-gvern biex jiġi pprovdut ix- xogħol.", "Il-ħaddiema, fil-maġġoranza tagħhom, setgħu jagħżlu fejn jaħdmu u kien hawn mobilita' fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Saħansitra kien hawn min kien ippreokkupat ħafna li konna qed naħdmu aktar milli jmissna u konna qed insiru skjavi tax-xogħol.", "Tant kien hawn xogħol li kellna l-problema li f'ċerti setturi ma kellniex biżżejjed ħaddiema.", "Nistgħu ngħidu li kellna sitwazzjoni ta' kważi full-employment u l-għajta kienet iktar li x-xogħol qiegħed jiġri wara l-ħaddiem milli l-ħaddiem jiġri wara x-xogħol.", "Din kienet sitwazzjoni li għexna taħt il-Gvern Nazzjonalista.", "Sfortunatament, is-sitwazzjoni fil-preżent hija ferm differenti.", "Madam Speaker, għalkemm din il-ġimgħa l-Ministru Leo Brincat qal li m'hemmx problemi biex jiġu ppubblikati ċ-ċifri tal-qgħad, dawn sal-lum għadhom ma ġewx ippubblikati.", "Pero', minkejja dan kollu kulħadd jaf li l- qgħad żdied, anzi għalina l-fatt li dawn iċ-ċifri ma ġewx ippubblikati jindika li l-qgħad żdied u żdied b'tali mod u manjiera li l-Gvern - li ta' spiss nisimgħuh jgħid kemm hu trasparenti - ma jħossux komdu li jippubblikahom.", "Jiena ċerta illi li kieku l-qgħad ma żdiedx, il-Gvern kien ikun pront jippubblika dawn l-imberkin ċifri, li donnhom saru xi sigriet statali li l-Gvern Laburista jrid jostor.", "Illum kulħadd jaf li l- settur privat għaddej minn żmien ta' tensjoni u dan mhux qed tgħidu l- Oppożizzjoni biss iżda huma fatti li narawhom u naqraw dwarhom ta' kuljum fil-mezzi ta' komunikazzjoni.", "Madam Speaker, ilkoll nafu, per eżempju - din m'hijiex xi qlajja - li l- SGS Thomson waqqfet l-overtime u d-\"D\" shift, jiġifieri x-shift tal- weekend.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u ngħid li fil-każ tad-\"D\" shift l-aktar li ġew milquta huma nisa miżżewġa li għażlu li jaħdmu fil- weekend biex flimkien ma' żwieġhom ikunu jistgħu jibbilanċjaw il-ħajja tax- xogħol ma' dik tal-familja.", "Nafu wkoll li l-fabbrika Thomas De La Rue (Malta) Ltd issospendiet aktar minn 60 ħaddiem.", "Din ukoll m'hijiex xi ħrafa vvintata mill-Oppożizzjoni u proprju din il-ġimgħa, lejlet il-festa ta' Jum il-Ħaddiem, is-Sur Jack Calamatta, is-Segretarju tal-GWU, ikkonferma li l- fabbrika Rodenstock (Malta) Ltd se tissensja 260 ħaddiem.", "Huwa qal ukoll li qed ixebbah is-settur tal-manifattura ma' emorraġija.", "Din is- sitwazzjoni li qegħdin fiha la hija ħrafa u wisq inqas xi komplott Nazzjonalista għax kulħadd jaf li s-Sur Calamatta ma tantx hu magħruf li jikkomplotta mal-Partit Nazzjonalista.", "Din hija l-verita' li għaddej minnha s-settur privat illum.", "Madam Speaker, jien semmejt biss lil dawk il- ħaddiema li kulħadd jaf li tilfu l-job tagħhom u ma semmejtx lil dawk il- ħaddiema li tilfu l-part-time job u lanqas lil dawk il-ħaddiema li qed jiġu ssensjati f'numri żgħar minn azjendi żgħar.", "Dawn meta teħodhom individwalment ma jagħmlux ħoss, imma meta tgħaqqadhom flimkien jammontaw għal numru mhux ħażin.", "Ftit kemm huma ftit, dawn il-ħaddiema xorta huma importanti għaliex in- nuqqas ta' xogħol jippreokkupa lil kulħadd, speċjalment meta dan ikun jolqot lilek u jkun qed jiġi mhedded l-għajxien tal-familja tiegħek.", "Mela meta qed inkunu ffaċċjati bil-fatt li n-nies qiegħda qed jiżdiedu u l-opportunitajiet ta' xogħol qed jinxfu, ta' min jistaqsi x'qed jagħmel il- Ministru tal-Ħarsien Soċjali dwar dan u kif qed jirreaġixxi.", "Fiex wasal dak il-programm li kienet bdiet l-ETC biex jiġu impjegati dawk in-nies qiegħda li għandhom aktar minn 40 sena?", "Ma ninsewx li ħafna minn dawk in- nies li ġew qiegħda anke riċentement qabżu l-eta' ta' 40 sena u kienu ilhom jaħdmu ma' ċerti kumpanniji għal aktar minn 20 sena.", "Il-Gvern, min-naħa tiegħu, xi pjanijiet għandu biex il-ħaddiem Malti jkollu x-xogħol tiegħu garantit?", "Nittama li dan il-Gvern m'għandux f'moħħu l-ħolqien ta' xi korp jew xi ħaġa simili b'xi isem ġdid u modern.", "Qabel l-elezzjoni kien sar xi diskors mill-Onor.", "Alfred Sant dwar il-possibbilita' li tinħoloq skema suldat/skular.", "Jiena nittama li din il-wegħda titpoġġa fil-friża.", "Madam Speaker, qed nistaqsi dwar il-pjanijiet tal-Gvern għaliex dawn il- pjanijiet la dehru fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ tal- Parlament u lanqas fid-Diskors tal-Budget li għadda.", "Huwa minnu li huwa importanti li nipproteġu dak li għandna llum, imma huwa daqstant importanti li noħolqu opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ.", "Kif qed iħares il-Gvern lejn il-futur taż-żgħażagħ?", "Iż-żgħażagħ għad għandhom fiduċja li malli jispiċċaw minn fuq il-bankijiet ta' l-iskola jkollhom post tax-xogħol garantit u ta' kwalita' kif kienu mdorrijin għal dawn l-aħħar snin?", "Madam Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar dawk iż-żgħażagħ li jaħdmu u li għadhom taħt is-16-il sena, li ħafna drabi jispiċċaw sfruttati.", "Huwa ta' għajb kbir li għad hawn min hu lest li jisfrutta lil dawn iż- żgħażagħ u nispera li f'Jum il-Ħaddiem nieħdu din il-lezzjoni, li dawn it- tfal taħt l-ebda ċirkostanza m'għandhom jitħallew jaħdmu.", "Madam Speaker, qabel nagħlaq nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-ħaddiema nisa.", "Dawn il-ħaddiema wkoll qegħdin ibatu għaliex is-settur tal-manifattura huwa l-iktar settur li qed ibati min-nuqqas ta' xogħol u ħafna min-nisa huma impjegati f'dan is-settur.", "Imbagħad nisimgħu lill-Prim Ministru jgħid li l- Gvern Laburista jrid li n-nisa joħorġu jaħdmu.", "Nispera li din m'hijiex xi gimmick oħra ta' l-Onor.", "Alfred Sant biex jaħbi s-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum.", "Madam Speaker, jien nawgura jum sabiħ lill-ħaddiema kollha fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħaddiem, b'mod partikolari lil dawk il-ħaddiema li għada se jkollhom jidħlu xogħol minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, u nawgura wisq iktar lil dawk il-ħaddiema li llum huma ffaċċjati b'xi sensja jew diġa' ġew issensjati biex fi żmien qasir jirnexxielhom isibu post fejn jaħdmu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, jiena nixtieq ningħaqad ma' dak li għadha kemm qalet l-Onor.", "Helen D'Amato u minn hawnhekk insellem lill- ħaddiema kollha madwar id-dinja.", "Kif jaf kulħadd ix-xogħol huwa dak li jagħti d-dinjita' lill-bniedem u l-missjoni tal-ħaddiem hija proprju li jagħmel id-dover tiegħu.", "Ix-xogħol huwa missjoni, ikattar il-ġid u jagħmel lill-pajjiż sinjur u stabbli.", "U hawnhekk wieħed jistaqsi x'jistenna l- ħaddiem għal din il-ħidma tiegħu.", "Jien ngħid li l-ħaddiem jistenna d-dekor u r-rispett lejn is-servizz li jagħti.", "Madam Speaker, il-ħaddiem veru huwa dak li jagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħu kif jixraq u huwa għajb għal dawk il-ħaddiema li ma jagħtux il- kontribut tagħhom fuq il-post tax-xogħol, għax dawn ikunu qed jisirqu lilhom infushom kif ukoll lill-pajjiż.", "Il-ħaddiema kollha għandhom ikunu responsabbli u jagħtu l-kontribut tagħhom matul is-sena kollha.", "Illum spiċċa ż-żmien ta' l-iskjavitu' fejn kien ikollok l-argużin bil-frosta fuq il-ħaddiema biex jara li dawn jaħdmu.", "Il-ħaddiem għandu jkun liberu imma mbagħad għandu jkollu d-diċenza li jagħti sehmu kif jixraq.", "Il-ħaddiem jixraqlu paga diċenti, kundizzjonijiet tajbin u ċivili u l-protezzjoni għall-perikli li jista' jkollu fuq il-post tax-xogħol.", "Kif kulħadd jaf, matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena diġa' kellna diversi mwiet ta' ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Dan, ħafna drabi jiġri minħabba nuqqas ta' prekawzjonijiet li l-istess ħaddiem għandu jieħu waqt ix-xogħol tiegħu.", "Jiena nittama li dan iservi ta' tagħlima għal ħaddiema oħra u nħoss li bħalma nirreklamaw li n-nies għandhom joqogħdu attenti waqt is-sewqan u jilqgħu għall-periklu tad-droga, għandna wkoll nippromwovu l-ħtieġa li l-ħaddiem jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post tax-xogħol ħalli kemm jista' jkun inaqqas il-periklu għalih innifsu.", "Madam Speaker, nixtieq ukoll nuri s-solidarjeta' tiegħi ma' dawk li jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom lil pajjiżna iżda li m'għandhomx post fejn jistgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom.", "Kien hawn diversi kelliema li qalu li l-qgħad se jiżdied u jien, bħal kulħadd, ma neħux pjaċir nisma' dan, anzi nixtieq li kulħadd ikollu fejn jaħdem u nawgura li din tkun l- ikbar prijorita' u l-ewwel għan tal-Gvern, jiġifieri li jara li jkun hawn xogħol għal kulħadd.", "Nixtieq insellem ukoll lil dawk il-ħaddiema li jinsabu rikoverati minħabba mard jew korrimenti li ġraw fuq il-post tax-xogħol tagħhom u li minkejja dan xorta jixtiequ jagħtu l-kontribut tagħhom kemm għall-ġid tagħhom stess, kif ukoll għall-ġid ta' pajjiżna.", "Insellem imbagħad lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fl-isptarijiet u f'ambjenti oħra, bħall-Power Station fejn hemm min jaħdem f'postijiet mudlama u ta' periklu u fejn wieħed verament jista' jara d-dwejjaq u t-tbatija tax-xogħol.", "Dan ma jfissirx li l-ħaddiem li jaħdem wara skrivanija ma jkollux id-dwejjaq tiegħu u lanqas ifisser li dawn il-ħaddiema ma jistgħux ikunu f'sitwazzjonijiet xejn feliċi.", "Għalhekk lil dawn insellmilhom ukoll.", "Insellem ukoll b'mod speċjali lill-iscavengers li jagħmlu x-xogħol tagħhom - xogħol li mhux kulħadd huwa lest li jagħmlu - bl-ikbar responsabbilta' u sagrifiċċju.", "Insellem ukoll lill-ħaddiema tal-moħħ li jintensifikaw l-ħsibijiet tagħhom fil-kreazzjoni ta' apparat ġdid sabiex lill-ħaddiem itaffulu t- tbatija tax-xogħol.", "Fl-aħħar nett insellem lill-bdiewa li minn sbieħ il- jum sa nżul ix-xemx jaħdmu taħt elementi tat-temp kultant kattivi.", "Ma ninsewx li dawn il-ħaddiema qegħdin jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom għall- ġid tagħna stess u għall-ġid ta' l-umanita' kollha fix-xemx, fix-xita, fil- bard u fil-kesħa u jaħdmu sabiex aħna nsibu l-ħobżna ta' kuljum.", "Insellem imbagħad lil ħija Dun Karm li fl-Innu Nazzjonali sellem lill- ħaddiem bil-kliem \"agħti s-saħħa lill-ħaddiem\".", "X'ried ifisser Dun Karm meta ġabar il-forza tal-bniedem u talab għalih biex ikollu s-saħħa u biex jaħdem?", "X'jiswa li jkollok il-bandiera Maltija u l-Innu Nazzjonali u mbagħad ma jkollokx il-ħaddiem li jżomm lill-pajjiż miexi ekonomikament tajjeb?", "Għalhekk, Madam Speaker, jiena nerġa' nsellem lill-ħaddiema kollha Maltin u anke dawk barranin, insellem lil dawk li qegħdin isofru fix-xogħol tagħhom u nibgħat is-solidarjeta' tiegħi lil dawk il-ħaddiema li ma jistgħux isibu xogħol mhux biss f'Malta imma anke f'pajjiżi oħrajn.", "Il- grazzja t'Alla hija kbira ħafna u żgur li bil-ħidma tal-gvernijiet kollha u bil-ħidma tal-unions kollha magħqudin flimkien għandna nsibu dak li huwa ta' l-ikbar ġid għas-saħħa tal-ħaddiem.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Madam Speaker, dan l-aħħar smajna ħafna, kemm f'din il-Kamra - proprju miż-żewġ kelliema li tkellmu qablii - kif ukoll fuq il-mezzi tax-xandir dwar il-qagħda li jinsab fiha l-qasam tax-xogħol f'pajjiżna u t-theddida għall-impjiegi.", "Minħabba din l-importanza tan- natura tax-xogħol jiena wkoll nixtieq inżid xi ħsebijiet oħra.", "Ilkoll kemm aħna nafu li x-xogħol huwa s-sisien tal-familja.", "Permezz tal- ħidma fuq il-post tax-xogħol, il-familja tkun tista' tgawdi minn sigurta' finanzjarja.", "Pero' x-xogħol għandu wkoll ċerti valuri fih innifsu għaliex jista' jipprovdi sens ta' sodisfazzjon lill-persuna.", "Quddiem din ir- realta' u konxji mill-ġid kollu li jirriżulta mix-xogħol, kemm finanzjarjament kif ukoll psikoloġikament u anke f'ħafna aspetti oħra ta' ġid mhux biss għall-ħaddiem innifsu imma għan-nazzjon kollu, ma nistgħux ma ninkwetawx meta naraw li sfortunatament beda jberraq fil-qasam ta' l- impjiegi.", "U ninkwetaw mhux biss għaliex reġgħet ġejja fuqna l-problema tax- xogħol u l-qgħad imma għaliex dan jaffetwa wkoll il-kondizzjonijiet fil- postijiet tax-xogħol.", "Bin-nuqqas ta' xogħol f'pajjiżna jirriżulta wkoll li d-drittijiet tal- ħaddiema faċilment jistgħu jiġu abbużati u għalhekk sinċerament ninkwetaw meta wara li bil-politika għaqlija ta' Gvern Nazzjonalista konna wasalna f'sitwazzjoni fejn lanqas biss konna nitkellmu dwar il-qgħad jew niddiskutu x-xogħol għaliex kull min ried ħadem, illum naraw lil pajjiżna f'din is- sitwazzjoni.", "F'pajjiżna ma kienx hawn problema ta' nuqqas ta' xogħol, anzi konna wasalna f'sitwazzjoni fejn ix-xogħol kien jiġri wara l-ħaddiem u min ried kellu anke aktar minn xogħol wieħed.", "Tant kienu nħolqu opportunitajiet ta' xogħol li saħansitra kienu ħafna dawk il-ħaddiema li biddlu diversi xogħlijiet.", "Dan seħħ għaliex Gvern Nazzjonalista għaraf jutilizza ħafna mill-potenzjal ta' l-uniku riżors ekonomiku f'pajjiżna, jiġifieri dak uman.", "Gvern Nazzjonalista għaraf u kellu fiduċja fl-abbiltajiet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, iżda sfortunatament il-problema tal-qgħad li kienet spiċċat, illum reġgħet magħna.", "U hija r-responsabbilta' tagħna lkoll, partikolarment tal-Gvern preżenti, li naraw li jsiru l-isforzi kollha meħtieġa, sforzi sinċieri u ġenwini, sabiex insalvaw ix-xogħol f'pajjiżna.", "Huwa sabiħ u huwa xieraq li niċċelebraw Jum il-Ħaddiem bħalma se nagħmlu għada.", "Pero' x'jiswew iċ-ċelebrazzjonijiet jekk dawn ma jirriżultawx f'deċiżjonijiet u azzjonijiet konkreti favur ix-xogħol u favur il- kondizzjonijiet tal-ħaddiema?", "Jiena nappella sabiex iċ-ċelebrazzjonijiet ta' għada jkunu motiv biex jispiraw lill-Gvern preżenti ħalli jibdel il- politika tiegħu u ma jkomplix miexi fit-triq li żgur twassal għal numru ta' problemi li l-aktar li jweġġgħu minħabba fihom huma l-ħaddiema Maltin u Għawdxin u b'hekk tweġġa' wkoll il-familja.", "Illejla jiena nixtieq nitkellem ukoll dwar kif il-ħaddiem Għawdxi, b'mod partikolari, qed iweġġa' aktar bil-politika tal-Gvern Laburista, u se nsemmi l-fatti.", "Per eżempju, kienu ħafna dawk il-ħaddiema u studenti Għawdxin li ta' kuljum, minħabba li jaħdmu jew jistudjaw f'Malta, kienu jużaw is-servizz tal-catamaran.", "Dan is-servizz kienu jsibuh utili ħafna, tant li xi ħaddiema u studenti kienu jgħidu li kien naqqas ħafna mit- tbatijiet li jġib miegħu l-iskariġġ bejn iż-żewġ gżejjer.", "Iżda Gvern Laburista ma kkonsidrax kemm dan is-servizz kien itaffi l-hardship li aħna l-Għawdxin ngħaddu minnu, b'mod partikolari dawn il-ħaddiema u studenti Għawdxin, u lanqas irrifletta li l-Għawdxin jesperjenzaw aktar tbatija u aktar spejjeż mill-ħaddiem u l-istudent Malti.", "Dan ma ħaseb xejn dwaru u appena tela' fil-gvern issospenda dan is-servizz tal-catamaran.", "Jien nappella lill-Gvern sabiex għallinqas f'ġieħ Jum il-Ħaddiem u f'ġieħ il- ħaddiem Għawdxi, dan is-servizz jerġa' jibda jopera bejn Malta u Għawdex sabiex b'hekk il-ħaddiem u l-istudent Għawdxi jerġa' jibda jgawdi minn dan is-servizz tant meħtieġ għalih, servizz li ġie mċaħħad minnu għal dawn l- aħħar sitt xhur.", "Ladarba qed insemmi l-kwestjoni tat-trasport bejn iż-żewġ gżejjer, nagħmel appell ieħor lil dan il-Gvern sabiex jagħti widen għat-talba ta' madwar 1,300 Għawdxi li jgħixu f'Malta u li għandhom qrabathom f'Għawdex sabiex in-noll ta' dawn l-Għawdxin ma jibqax bil-għoli.", "Nafu li dawn ippreżentaw petizzjoni lill-Prim Ministru u issa jmiss li l- Amministrazzjoni twieġeb għal din it-talba, u twieġeb għaliha b'mod pożittiv u fl-iqsar żmien possibbli.", "Madam Speaker, f'Għawdex bħalissa għandna wkoll ħaddiema li qegħdin isofru minn transfers, transfers li m'humiex qed jiġu mogħtija minħabba l- esiġenzi tas-servizz imma minħabba l-esiġenzi ta' individwi oħrajn li bla ebda rispett ta' xejn qed jieħdu post ċerti ħaddiema.", "Dawn it-transfers qed isiru biex jakkomodaw persuni ta' kulur politiku partikolari u m'humiex isiru fuq meritu ta' ħila, esperjenza jew kwalifiki.", "Hawnhekk nixtieq nagħti eżempju wieħed ċar ta' dan li qed ngħid.", "Fil-Korp tal-Pulizija - dejjem qed nirriferi għal Għawdex - kellna pulizija fit-Taqsima tat-Tifi tan-Nar li tneħħew u minflokhom tpoġġew oħrajn.", "U jien nistaqsi: Għaliex sar dan iċ-ċaqliq?", "Jien naħseb li r- risposta hija waħda faċli; kull min jirraġuna u verament jirrispetta lill- ħaddiem, irrilevanti mit-twemmin politiku tiegħu, jasal għall-konklużjoni li dawn huma transfers politiċi.", "U dan ma ġarax biss fit-Taqsima tat-Tifi tan-Nar imma ġara wkoll f'taqsimiet oħrajn u f'dipartimenti oħra tal-gvern ġewwa Għawdex.", "Hija verament xi ħaġa kerha li ħaddiem jinqala' minn postu biex jitpoġġa ieħor minfloku sempliċement b'kapriċċ għal ta' l-aħħar.", "It- talbiet ta' transfers fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista dejjem kienu jiġu kkonsidrati jew fuq esiġenza ta' servizz jew sakemm ma tkunx se ssir ħsara lil xi ħaddiem ieħor, jew inkella, kif ngħidu bil-Malti, sakemm ma tirfisx il-kallu ta' ħaddieħor.", "Għalhekk jien niskanta kif f'din il- Kamra stess deputat Għawdxi min-naħa tal-Gvern tkaża u għajjar lill-Gvern Nazzjonalista li appena tela' fil-gvern fl-1987 wettaq transfers inġusti.", "Dan, Madam Speaker, m'hux minnu.", "Transfers vendikattivi u inġusti ta' ħaddiema Għawdxin twettqu taħt Gvernijiet Soċjalisti li sfortunatament il- ħin ma jippermettilix li noqgħod insemmihom, pero' huma fatti li ġraw u li jafhom kulħadd l-iżjed dawk il-ħaddiema Għawdxin infushom - minn dawn kien hawn bil-mijiet - li kienu vittmi ta' dawn it-transfers.", "Sfortunatament dan it-tip ta' transfers qed jerġgħu jseħħu llum u allura m'huwiex veru li dan huwa Gvern tal-Maltin u ta' l-Għawdxin kollha għax kieku dawn l- affarijiet ma jiġrux.", "Jien nappella lill-Gvern sabiex iwettaq dak li wiegħed u lill-ħaddiem Għawdxi jistmah iktar; fi kliem ieħor jistma lill- Għawdxin l-istess u mhux b'distinzjoni skond il-kulur pulitiku.", "Madam Speaker, ħalli jifhem min irid jifhem.", "Madam Speaker, biex nagħlaq insemmi wkoll li bħal f'Malta, il-qgħad f'Għawdex żdied u minn Ottubru li għadda żdied bir-rata fenomenali ta' 65%.", "Allura bilfors ikolli nasal għall-konklużjoni li llum f'Għawdex għandna sitwazzjoni fejn qed inbatu n-nollijiet tal-vapur, li affettwaw mhux biss lill-Għawdxin fl-użu ta' dan it-trasport imma wkoll kisser it-turiżmu intern; aħna mċaħħda mis-servizz tal-catamaran; qed nesperjenzaw transfers inġusti, u biex tkompli tweġġa' l-familja Għawdxija issa qed inbatu wkoll il-problema tax-xogħol.", "U l-problema tax-xogħol f'Għawdex m'hijiex waħda ħafifa għaliex minħabba ċ-ċokon ta' l-istess gżira l-effett ta' din il- problema jinħass aktar malajr u b'mod aktar qawwi.", "Għalhekk jien fil-bidu għidt li l-politika tal-Gvern Laburista preżenti bil-miżuri li qed jittieħdu, lilna l-Għawdxin aktar qed tweġġagħna.", "Jien minn hawnhekk nappella lill-Gvern tal-ġurnata sabiex jekk verament jemmen f'dak li jgħid, għall-ġid tan-nazzjon kollu Malti u Għawdxi, għall-ġid tal-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin u wara kollox għall-ġid tal-familji tagħna, jieqaf minn dan l-istil ta' tmexxija u jkompli miexi fuq il-passi tal-Gvern Nazzjonalista, li bil-provi, bil-fatti u b'politika verament ta' fejda kien ħoloq ix-xogħol, il-ġid u l-paċi fil-pajjiż, li żgur jixtieq fil-ħajja tiegħu kull Malti u Għawdxi sinċier.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 5 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "LAQGĦAT EWRO-MEDITERRANJI - SEHEM TA' MALTA", "4587.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta kenitx rappreżentata fil-laqgħat segwenti: (1) Euro- Mediterranean Economic Partnership: follow-up to industry ministers meeting: working party Development of industrial and entrepreneurial fabric li saret fl-24 ta' Marzu, 1997 fi Brussels; u (2) Euro-Med Partnership: meeting of economic institutes (MEDA) li saret fl-24 u l-25 ta' Marzu, 1997 f'Marsilja?", "Jekk Malta kienet rappreżentata, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn min kienet rappreżentata u min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni Maltija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nikkonferma li kien hemm rapppreżentanti Maltin għaż- żewġ laqgħat imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Għal Euro-Mediterranean Economic Partnership: follow-up to industry ministers meeting: working party development of industrial and entrepreneurial fabric li saret fl-24 ta' Marzu 1997 fi Brussels, ir- rappreżentant Malti kien Dr Michael Xuereb (MDC).", "Għal Euro-Mediterranean Partnership: meeting of economic institutes (MEDA) li saret fl-24 u fil-25 ta' Marzu, 1997 f'Marsilja, ir-rappreżentant minn Malta kien Mr Roderick Pace (European Documentation and Research Centre).", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "4793.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi flus kienu allokati għat-treġġija tal-miżbla tal-Magħtab tul dawn l-aħħar ħames snin u kif kienu maqsuma dawn il-flus skond l-oqsma differenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l-fondi jiġu allokati globalment lit-Taqsima Ndafa Pubblika.", "Matul dawn l-aħħar ħames snin ma kienx hemm allokazzjoni speċifika għal Miżbla tal-Magħtab fl-Estimi Ġenerali.", "DJAR - SPEZZJONI TA' POST", "3899.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir inspection ta' post Block B/3, Old Bakery Street, Valletta fejn il-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover qed japplika għall-akkomodazzjoni għax qiegħed jgħix mal- familja ta' martu?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi l-inspectors diġa' ingħataw l- ordni li jmorru.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "4005.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' għalliema li talbu u li ġie konċess lilhom li ma jibqgħux jgħallmu iżda li jmorru jaħdmu f'dipartimenti u ministeri, għas-snin 1987 - 1997 sena b'sena, dipartiment dipartiment, ministeru, ministeru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hemm erba' għalliema fis-settur post-sekondarju li qegħdin jaħdmu f'Dipartimenti jew Ministeri oħra.", "Wieħed ingħata l- permess biex jaħdem ma' Civil Abbatoir sa mill-1987, tnejn il-Foreign Affairs wieħed sa mill-1988 u l-ieħor sa mill-1989 u wieħed il-Malta Council for Science & Technology sa mill-1991.", "Fid-Dipartiment tas-Servizz ta' l-istudent u Relazzjonijiet Internazzjonali ma kien hemm l-ebda talba minn għalliema biex ma jibqgħux jgħallmu iżda jmorru jaħdmu f'dipartimenti jew ministeri oħra bejn 1987 - 1997.", "Id-Dipartiment tal-Kurrikulu ilu mwaqqaf minn Mejju 1995.", "Matul dawn is- sentejn ma kien hemm l-ebda għalliem assoċjat ma' dan id-dipartiment li \"ma baqax jgħallem\".", "Bejn l-1987 - 1997, fid-Dipartiment ta' l-Ippjanar u Żvilupp, Uffiċjal Edukattiv wieħed (is-Sur I.J. Abela) kien sekondat mal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni.", "Fis-settur Primarju, Sekondarju u tas-Snajja, l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SKEJJEL - KINDERGARTEN ASSISTANTS", "4006.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' Kindergarten Assistants fil-preżent u kemm żdied jew naqas tul is- snin 1987 - 1997 sena b'sena?", "X'servizz joffru u fejn, skola skola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari.", "VALLETTA - LATRINI", "4024.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jidhirlu l-Gvern li l-public convenience ta' barra bieb il-Belt Valletta n-naħa tal-venda ta' San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Sliema buses tkun miftuħa sa imqar il-11.00 p.m. għall- benefiċċji tas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja u ta' dawk li jkollhom ħwienet żgħar u li jibqgħu sa tard bil-lejl?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-responsabbilta' tal-Public Convenience hija tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, għalhekk nitlob l-Onor.", "Interpellant jindirizza il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "APPLIKAZZJONI GĦAL WORK PERMIT", "4025.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li għandha l-applikazzjoni pendenti għal work permit u li qed toqgħod u ilha toqgħod fl-indirizz li qed jintbagħtlu 'il fuq minn tliet snin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-talba għal ħruġ ta' liċenzja ta' mpjieg lill- persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet rifjutata fit-18 ta' Frar, 1997.", "KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET - ART F'TAR-RABBAT HE, HAMRUN", "4026.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu ġentilment jara li fl-iqsar żmien possibbli jsir l-akkwist ta' l-art ta' Block A, Tar- Rabbat HE, Hamrun mill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex kif isir dan, tkun tista' tinħareġ il-President's Order ħalli l-benefiċċjarji/inkwilini jixtru r-residenza tagħhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tal-Artijiet qed jara kif jistgħu jitħaffu l-proċeduri biex l-art li inbena fuqha l-Blokk tgħaddi in propjeta għand il-Gvern u b'hekk ikunu jistgħu jinxtraw l-fondi relattivi.", "MINISTERU TAD-DJAR - KONSULENTI", "4556.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru W297 fejn il-Ministru qal li \"ma ġewx maħtura konsulenti oħra mill-1 ta' Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997\", jista' l-Ministru jikkonferma li Dr Stefan Buontempo ġie ngaġġat bħala \"advisor\" mal-Ministru fis-6 ta' Jannar, 1997 għalkemm ma jissemmiex fil-lista li ngħatat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-mistoqsija numru W297 u t-tweġiba għaliha kienu dwar konsulenti fid-dipartimenti, kummissjonijiet, enti statutorji etc. li jaqgħu taħt il-Ministeru u mhux dwar il-Ministeru nnifsu.", "Il-Konsulent li jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija preżenti huwa \"advisor\" fil-Ministeru kif hemm fil-kuntratt tiegħu li jien kont hemiżt mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 685.", "Dak il- kuntratt għadu fis-seħħ.", "KTEJJEB \"IT-TNEĦĦIJA TAL-VAT\"", "4557.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress illi skond il-mistoqsija parlamentari numru 3894 l-istampar tal- ktejjeb \"It-Tneħħija tal-VAT\" qam Lm7,764, jista' l-Ministru jgħid jekk l- ordnijiet differenti sarux b'\"direct order\" jew b'\"tender\" u fiż-żewġ każijiet jgħid min ikkwota u kemm kienet kull offerta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lid-Dipartiment ta' l-informazzjoni.", "KUNSILLI LOKALI - ĊERIMONJA TAL-ĠURAMENT", "4558.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqt iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-kunsilliera eletti fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali kien hemm listi bl-ismijiet tal-kunsilliera li wħud minnhom kienu mmarkati bil- \"highlighter\" u wħud le?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-mistoqsija hija superfluwa għax bħal ma l- Onor.Interpellant ġie nfurmat li dokument wieħed, jiġifieri dak li kien fih il-lista ta' kunsilliera eletti,kien highlighted kien ġie mgħarraf ukoll li dan tlabtu jien biex nkun naf min huma l-kunsilliera eletti ġodda u dawk li ġew ri-eletti.", "SERVIZZ PUBBLIKU - GRAD TA' PRINĊIPAL", "4559.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- avviż ta' eżami għad-dħul fil-grad ta' Prinċipal fis-Servizz Pubbliku, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu ppjanat illi jiġu reklutati persuni f'dan il-grad, kemm fil-fatt hemm postijiet nieqsa u jekk persuni li huma diġa' fis-servizz pubbliku humiex se jingħataw xi preferenza fuq oħrajn li m'humiex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħalma kien isir fl'imgħoddi, fl-eżami tal-Principal ma tingħata l-ebda preferenza lil min hu diġa mal-Gvern u mill-eżami jiddaħħlu persuni f'dan il-grad skond kemm ikun hemm bżonn.", "Matul l-1997 ser jispiċċaw 37 uffiċċjal minn dan il-grad.", "DIPARTIMENT TAL-KUNTRATTI - OFFERTI", "4560.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex id-Dipartiment tal-Kuntratti estenda d-data għall-għeluq ta' l-offerti bin-numri CT 6/97 u CT 52/97?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-raġunijiet ta' l-estensjoni tad-dati tal-Kuntratti msemmija huma kif ġej:", "Avviż Nru. 6/97 - Provvista ta' Triple Blood Bags lid-Dipartiment tas- Saħħa.", "F'dan il-każ, il-perjodu stipulat għat-tfigħ ta' l-offerti kellu neċessarjament jkun estiż għaliex id-Direttur tal-Kuntratti rċieva oġġezzjoni serja mingħand ditta ta' fama internazzjonali rigward l- ispeċifikazzjonijiet, kif indikati fid-dokument ta' l-offerta tal-boroż tad- demm mitluba.", "Sakemm waslitlu t-tweġiba meħtieġa mingħand l-awtoritajiet kompetenti, ma kellu ebda triq oħra ħlief li jtawwal iż-żmien stipulat fl- interess tat-trasparenza u fairness.", "Avviż Nru. 521/97 - Xogħlijiet fil-Padiljun ta' Malta fil-Fiera Internazzjonali (Dipartiment ta' l-Informazzjoni)", "F'dan il-każ ingħatat ġimgħa estensjoni minħabba l-fatt li d-data oriġinali ta' l-egħluq kienet taħbat Ħamis ix-Xirka, li warajha kien hemm mhux inqas minn erbat ijiem mhux tax-xogħol.", "Għalhekk, din l-estensjoni serviet kemm biex tat aktar ċans lill-offerenti jħejju l-offerti tagħhom u wkoll biex, malli għalqu l-offerti, il-proċess ta' l-aġġudikazzjoni kien pjuttost qasir u, għalhekk, din l-estensjoni serviet ukoll ta' rimedju għal dan il-fatt.", "Fl-aħħarnett, niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant għall-fatt li talbiet għall-estensjonijiet bħal dawn isiru regolarment, u kull meta jkun possibbli jintlaqgħu għar-raġunijiet li ma naħsibx li għandi għal fejn nispjega fid-dettal.", "ENEMALTA - RAPPORT", "4700.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-konsulenti li għamlu r-rapport dwar il- Korporazzjoni Enemalta u li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-28 ta' Jannar, 1997 tħallsu aktar minn Lm800 li kienet il-medja ta' konsulenti oħra mqabbda mill-Gvern biex jagħmlu rapporti dwar oqsma oħra u jekk fl- affermattiv, jgħid kemm tħallsu u kemm kien il-kont sottomess minnhom u għaliex tħallsu aktar?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4370.", "Ir-rapport ta' din is-Soċjeta' kien differenti mir-rapporti l-oħra għax, filwaqt li l-oħrajn kienu qegħdin jirrappurtaw fuq il-passat, fil-każ ta' l- EneMalta Coopers and Lybrand kienu qegħdin jissuġġerixxu strateġija ġdida għall-Korporazzjoni, u dan wara li saru sensiela twila ta' indepth interview li għamlu ma' diversi membri tal-management u tal-middle management.", "TAL-QROQQ - XOGĦLIJIET", "4903.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1036, peress li l-aħħar ta' Marzu 1997 issa għadda kważi b'xahar, jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jitlesta x-xogħol fuq ir-road network il-ġdid ta' Tal-Qroqq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif ġie ndikat fil-mistoqsija Nru. 1036, il- programm li ssottometta l-kuntrattur f'dak l-istadju kien juri li x-xogħol prinċipali jitlesta' sa ż-zmien indikat.", "Peress li din it-\"target\" ma ntlaħqitx mill-kuntrattur, ix-xogħol daħal f'April u kompla waqa' lura f'dan il-perjodu għax kellna diversi festi u x- xogħol ġie nterrot xi ftit.", "Skond l-aħħar previżjonijiet mill-kuntrattur, il-proġett hu maħsub li jitlesta' f'Ġunju.", "PALAZZ TA' BIGHI", "4904.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 714, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji tal- Gvern rigward l-użu tal-Palazz ta' Bighi; u l-bini fuq ix-xellug tal-Palazz ta' Bighi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi konklużjonijiet sal- lum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "P.A. - SERQ TA' \"HARD DISK\" MINN KOMPJUTER", "4905.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 204, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk wasalx ir-rapport ta' l-investigazzjonijiet tal-Pulizija?", "Jekk fl- affermattiv, x'passi ttieħdu a bażi ta' dak ir-rapport?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-rapport tal-Pulizija b'konnessjoni mas-serq tal- `hard disk', għadu ma wasalx.", "Għaldaqstant l-ebda passi għadhom ma ttieħdu.", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA ĠODDA", "4906.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet li kienu għaddejjin ma' azjendi lokali rigward il-bini ta' karozzi ġodda tal-linja?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li t-taħdidiet għadhom għaddejjin.", "UNIVERSITA'", "4907.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-Ministru ġie kkwotat li qal li \"għandna nħarsu wisq b'mod tradizzjonali lejn il-mod ta' dħul fl-Universita'\" (Nazzjon 11/04/97), jista' l-Ministru jfiehem aktar xi jfisser dan id- diskors?", "Hemm xi sistema moderna li għandu f'moħħu l-Ministru li jixtieq jara li tiġi mplimentata u jekk iva, x'inhi?", "Għaliex ma jidher xejn dwar din il-materja fil-White Paper li ħareġ il-Gvern dwar l-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Universitajiet fl-aktar pajjiżi moderni għandhom rotot differenti kif tidħol fihom.", "Jien naħseb li l-Universita' tagħna għandha timxi f'din id-direzzjoni wkoll u qed ninpenja ruħi f'dan is- sens.", "U.E. - PROGRAMMI GĦALL-ISTUDENTI", "4908.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-Ministru ġie kkwotat li qal li \"l-Gvern irid jersaq lejn qafas ta' ftehim bejn Malta u l-E.U. biex l-istudenti Maltin jipparteċipaw f'dawn il-programmi\" (Nazzjon 11/04/97), jista' l- Ministru jamplifika din l-istqarrija u jgħid x'inhu l-qafas li qed jirriferi għalih?", "F'dan il-qafas kemm hu kkalkolat li jipparteċipaw żgħażagħ fil-programmi Socrates, Leonardo u Youth for Europe?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għalissa m'għandi xejn xi nżid.", "DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - ALLOKAZZJONIJIET", "4938.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema policies li kienu applikati mid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali nbidlu matul dawn l-aħħar sitt xhur għar-rigward ta' allokazzjonijiet li jsiru minn dan id-dipartiment?", "F'kull każ, x'kienu l-policies li ġew hekk mibdula u x'kienu l-bidliet relattivi?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Il-\"policies\" li japplika d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali meta jagħmel allokazzjonijiet baqgħu l-istess.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W472.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbiltajiet hemm għal persuna mill-Belt Valletta, dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li jingħata l-fond 21/22, Triq il-Mensija, San Gwann liema ċwievet daħlu l-Housing u li issa hu battal għalkemm hemm wieħed li jrabbi l-annimali fih bla ma jħallas kera?", "Korrett ngħid li fid-data tal-mistoqsija dan il-file jinstab quddiem id-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata hi l-istess waħda msemmija fil-mistoqsija parlamentari numru W470 fejn qed jintalab rikonoxximent f'post ieħor.", "Jekk din il-persuna qed titlob issa akkomodazzjoni oħra hi għandha tavża b'dan lid-Dipartiment.", "DJAR - KAŻ 12119", "W473.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li persuna minn Belt Valletta, dettalji qed jintbagħtu separatament, bil-File no. 12119, tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "Intbagħat inspector wara s-26 ta' Ottubru, 1996?", "Jaf il-Ministru li dan il-fond konna zornih qabel l-elezzjoni u spiċċa ukoll fl-aħbarijiet għax mhux abitabbli?", "Jista' l-Ministru jgħidli meta se jagħtihom data għal appuntament miegħu, liema familja ltaqa' magħhom f'xahar qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed jieħu l-kors tiegħu.", "Rigward dan l-appuntament din il-persuna tinsab fil-waiting list.", "Hekk kif ikun imissha nibagħtu għaliha minnufih.", "DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - DIRETTUR", "W485.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ġeneralment wasslu biex id- Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali jirrifjuta li jilqa' talba ta' persuna li tkun tixtieq tiltaqa' miegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali għandu impjegati apposta biex jiltaqgħu mal- pubbliku.", "Id-Direttur jiltaqa' biss mal-pubbliku fuq materji li l- impjegati ma jistgħux isolvu waħedhom.", "DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - DIRETTUR", "W486.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura ġeneralment segwita meta ssir talba biex wieħed jilltaqa' mad-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali biex jiddiskuti l-problema tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi meta persuna titlob appuntament dwar problemi li ma jkunux dawk li normalment jittrattawhom l- impjegati li d-Dipartiment għandu apposta, dan jingħata appuntament.", "Iżda fejn il-każ ikun wieħed normali, l-persuna tiġi mitluba titkellem ma' l- impjegati msemmija.", "DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - APPUNTAMENTI", "W487.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna fid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali responsabbli biex tagħmel l-appuntamenti tan-nies li jitolbuhom mad- Direttur?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi appuntamenti mad-Direttur meta jingħataw isiru mis-Segretarja.", "VALLETTA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W490.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-persuna mill-Belt Valletta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-każ qed jieħu l-kors tiegħu u meta jkun il- waqt il-persuna tinqeda.", "DJAR - XIRI", "W515.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ tal-persuna mill-Belt li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ta' file no. 164 tas-sena 1996 dwar xiri ta' fond 55, St. Ursola Street, Valletta (Prop.", "2743 0610 0005)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultalhiex li għandha xi applikazzjoni mingħand il-persuna ndikata.", "Lanqas ma jirriżulta xi applikazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar għax-xiri ta' 55, St. Ursula Street, Valletta.", "DJAR - REF: HA 612/59", "W543.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament b'Ref.", "HA 612/59 biex jixtru din id-dar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Qegħdin jiġu finalizzati l-proċeduri biex isir il- kuntratt ma' l-inkwilin tal-fond imsemmi."]} {"filename": "19980127_177d_par.doc", "date": "1998-01-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 177 It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 177", "It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "177", "It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 1998", "WERREJ MINUTI 866", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 866", "TQEGĦID TA' KARTI 872", "MOZZJONIJIET ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU GĦAS-SENA 1997/98 873", "AĠĠORNAMENT 894", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 898", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 913", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 176 li saret fis-26 ta' Jannar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "N.I. CONTRIBUTIONS - ARRETRATI", "7964.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Cassar) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7316 dwar arretrati fin-national insurance dovuti minn korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-Gvern għandu sehem u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-22 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jinġabru l-arretrati?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10,864 (Ara Seduta Nru 175 tal-21 ta' Jannar, 1998)", "IRM LTD - SERVIZZI", "10595.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10331, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport għar-rigward tax-xogħol li għamlet l- IRM Ltd?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat permezz tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11172, f'seduta numru 176.", "MTARFA - SERVIZZ TA' ILMA", "11075.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10774 u r-risposta li ngħatat, fejn intqal li l-Awtorita' tad-Djar informat lill-WSC li ġew installati l-earth electrodes u li jistgħu jinstallaw is- sistema ġdida ta' l-ilma, jista' l-Ministru jgħid meta l-WSC se tagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet ix-xogħlijiet tas-servizz ta' l-ilma fis-17 ta' Jannar 1998.", "SKEJJEL - LIVELL TA' L-INGLIŻ", "11088.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Helen D'Amato) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall- konferenza stampa li saret f'Settembru tas-sena l-oħra fejn il-Ministru kien qal li inizjattiva oħra għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kellha tkun li jittejjeb il-livell ta' l-Ingliż, jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa f'dan il-qasam u x'hemm ippjanat li jsir aktar 'il quddiem?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11480 mogħtija f'seduta numru 176 li tittratta dwar l- isforzi li qed isiru għat-titjib ta' l-Ingliż fl-iskejjel tagħna.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, dan li se nistaqsi m'għandux x'jaqsam strettament ma' din il-mistoqsija.", "Il-ġimgħa l-oħra kien hawn mistoqsija rigward l-impjiegi li ngħataw fil-pixxina nazzjonali u peress li l-Ministru Bartolo ma kienx preżenti kien irrisponda l-Ministru Mizzi, li min-naħa tiegħu wiegħed li se jirriferi dak li ntqal fil-Kamra lill-Ministru Bartolo.", "F'dan l-intervent jiena staqsejt jekk qabel ingħataw dawn l- impjiegi saritx riferenza lill-ETC, skond kif jitolbu r-regolamenti tal- gvern, u staqsejt ukoll jekk dawk li ġew impjegati kenux mid-distrett tas- Segretarju Parlamentari Joe Cilia.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nista' nikkonferma li l-Ministru Mizzi nformani dwar dan u fil-fatt qabbadt lil min jiġborli t-tagħrif.", "Issa peress li d- dinja ma bdietx fis-27 ta' Ottubru, 1996 għidtilhom jiġbruli wkoll it- tagħrif dwar kif kienu jiġu impjegati n-nies qabel din id-data, ħalli naraw jekk kienx b'kumbinazzjoni li dawk li ġew impjegati fil-pixxina nazzjonali kienu ġejjin mid-distrett elettorali tal-ministru preċedenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, l-istorja dejjem hija sabiħa u naħseb li lkoll għandna x'nitgħallmu minnha!", "Pero' wieħed irid jitgħallem ukoll li jew jaċċetta li dak li sar kien tajjeb u jemulah, jew jekk jgħid li sar ħażin allura ma jemulahx.", "Jiena għidt li meta ngħataw dawn l-impjiegi ma kenitx saret riferenza lill-ETC mis-segretarjat parlamentari - jew mid- dipartiment konċernat - u din hija xi ħaġa li ġiet ammessa fir-risposta.", "Allura ma jidhirlux il-Ministru li ġara x'ġara fil-passat, dan huwa nuqqas gravi li m'għandux jiġi ttollerat?", "Ma jidhirlux li dan huwa metodu kif wieħed idur mar-regolamenti b'mod abbużiv biex jilħaq għan speċifiku?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istorja jgħidu li hija għalliema tajba imma kultant tispiċċa mingħajr studenti!", "Ċertament li għandna x'nitgħallmu mill- istorja u, kif għidt, jiena se niċċekkja kif dawn in-nies ġew impjegati u minn liema nħawi tal-pajjiż huma.", "Pero' m'iniex se nieqaf hawn għaliex se niċċekkja sew dak li ġara mis-27 ta' Ottubru, 1996 'il hawn, kif ukoll dak li ġara qabel, għaliex veru li l-istorja hija storja imma l-amnesia politika hija ħażina wkoll.", "Mhux sewwa li f'daqqa waħda l-prostituti jsiru verġni u jibdew jippridkaw il-virtujiet tal-verġinita' lilna l-midimbin!", "Naħseb li jkun tajjeb li din il-kwestjoni titpoġġa f'dan il-kwadru.", "(Interruzzjonijiet)", "Forsi bl-istess mod wieħed ikun jista' jiċċekkja kif kienu jiġu mpjegati ċerti nies fil-Freeport!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-agħar ħaġa hija meta l-prostituti jibqgħu dejjem prostituti!", "Il-Ministru għamel aċċenn għall-mod kif kienu jiġu mpjegati n- nies fil-Freeport.", "Jekk jistaqsi lill-Ministru Attard Montalto sabiex jagħtih lista tal-ħaddiema tal-Freeport, mill-ewwel jinduna li l-ewwel distrett elettorali huwa rappreżentat ħafna inqas mid-distretti li hu jikkontesta l-elezzjoni fihom, għalkemm hu ma kellu x'jaqsam xejn ma' min ġie mpjegat mill-Mellieħa jew minn Tas-Sliema.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk il-Ministru ma jridx idum jinvestiga, jiena nista' ngaħtih lista bl- ismijiet u bl-indirizzi ta' dawk li ġew impjegati fil-pixxina nazzjonali mill-1 ta' Jannar, 1997 'il hawn.", "Minn din il-lista jirriżulta li ġew impjegati 11-il persuna, li tlieta minnhom għamlu xi xahar jew xahar u nofs impjegati hemmhekk.", "Dawn it-tlieta ma kenux mid-distrett tas-segretarju parlamentari iżda sebgħa mit-tmienja l-oħra huma kollha mid-distrett tas- Segretarju Parlamentari u l-ieħor huwa ħu l-assistent personali tas- segretarju parlamentari.", "Jiena se ngħaddi din l-informazzjoni lill- Ministru pero' nistenna li għandu jieħu azzjoni jekk fl-investigazzjoni tiegħu jsib li kienet saret xi ħaġa ħażin.", "Dan m'huwiex l-ewwel każ li fih kien involut is-segretarju parlamentari għaliex il-Ministru diġa' kellu l-okkażjoni jiġbidlu l-attenzjoni dwar ċirkolari li kienet ħarġet fuq l-ipproċessar tat-tendering u l-Prim Ministru kien ġibidlu widnejh fuq il-kuntratti.", "Jiġifieri din hija t- tielet waħda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nieħu gost jekk jgħaddili din il-lista pero' 'l quddiem ikolli ċans inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni ta' kif kienu jiġu mpjegati n-nies qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 u dan mhux biex xi żball ipatti għall-ieħor imma biex ikollna daqsxejn sens ta' proporzjon.", "Kif qal l-Onor.", "Interpellant huwa veru pero' li l- agħar huwa meta l-prostituti jibqgħu prostituti, ikunu minn liema naħa tal- Kamra jkunu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk il-Ministru jirriżultalu dak li qed insostni jien, ċioe' li ma kienx hemm riferenza għall-ETC, u dan bi ksur ċar tar- regolamenti tal-gvern, u jirriżultalu wkoll li l-persuni li ġew impjegati huma mid-distrett tas-Segretarju Parlamentari, se jirrikmanda li jittieħdu passi dixxiplinari kontra l-persuna ndikata?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, li jrid isir huwa li l-ewwel nara l-affarijiet sew, nara eżatt x'tip ta' impjiegi huma u b'liema kondizzjonijiet ġew impjegati dawn in-nies ħalli nkunu nafu jekk l- affarijiet sarux kif suppost kellhom isiru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fir-risposta li kienet ingħatat jingħad li l- management committee matul ix-xahar ta' Lulju, 1997 ħareġ avviż fil-ġurnali lokali fejn irriklama l-bżonn ta' ħaddiema part-time u wara reġa' rriklama f'Novembru.", "Għalhekk nixtieq nitlob lill-Ministru biex waqt li jkun għaddej bl-investigazzjoni jiċċekkja jekk huwiex veru li l-avviżi kienu għal pool attendants jew cleaners.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, nagħmel mezz sabiex niċċekkja anke din.", "SKOLA TA' L-ARTI- TARGA GAP", "11114.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'jenħtieġ isir biex fil-ground u l-parking space ta' l-Iskola ta' l-Arti f'Tarġa Gap jingħata t-tarmac biex wara l-ħin ta' l-iskola u waqt il-ħin ta' l-iskola l-grounds ikunu wżati bħala faċilitajiet sportivi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ground u l-parking space ta' l-Iskola ta' l- Arti f'Targa Gap jingħataw it-tarmac skond il-prioritajiet li għandha d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "L-iskola nnifisha jidher li għandha l- faċilitajiet sportivi meħtieġa għall-bżonnijiet preżenti tagħha.", "SHOOTING RANGES", "11212.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm hawn shooting ranges liċenzjati mill- pulizija?", "Fejn jinsabu?", "Kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għal- liċenzja ta' shooting ranges f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal- mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4533.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ninsab informat li hemm applikazzjoni waħda pendenti għal shooting range f'Ta' Għajn Mhelhel fil- limiti taż-Żebbuġ, Għawdex.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ATTI TA' TRASFERIMENT", "10614.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati atti ta' trasferiment ta' proprjeta' fir-reġistru pubbliku matul Novembru 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Matul Novembru, fir-reġistru pubbliku ta' Malta ġew irreġistrati 1657 nota ta' atti ta' trasferiment ta' propjeta', inklużi atti causa mortis u testmenti pubbliċi.", "Fir-reġistru pubbliku ta' Għawdex fl-istess xahar ġew irreġistrati 235 trasferiment ta' proprjeta'.", "QRATI - NUMRU TA' KAWŻI", "10615.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għax-xahar ta' Novembru, 1997 jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti?", "Kemm ġew deċiżi kawżi, ikkategorizzati skond kull qorti kompetenti?", "Kemm kien hemm kawżi pendenti, ikkategorizzati skond kull qorti kompetenti?", "Kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar kull imħallef u maġistrat?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li:", "|Qorti Kriminali|Intro|Deci|Pende| | |dotti|zi |nti | |Imħallef | | | | |Degaetano |3 |2 |36 | |Imħallef |- | | 44| |Caruana Colombo| |1 | | |Imħallef |- |- | | |Caruana Demajo | | |1 | |Appelli | | | | |Kriminali | | | | |Imħallef Agius |- |- | 36| |Imħallef | 20| | 201 | |Caruana Colombo| |2 | | |Imħallef | 22| | 195| |Degaetano | |12 | | |Appelli | 35| | 983 | |Superjuri | |34 | | |Appelli | 9| | | |Inferjuri | |6 |117 | |Civili Prim |292 | |8868 | |Awla | |232 | | |Maġistrati |249 | |2393 | |Civili | |55 | | |Maġistrati |1581 |1663| | |Kriminal | | |11112|", "|Imħallef|Pende|Maġistr|Pende|Penden| | |nti |at |nti |ti | | | | |Civil|Krimin| | | | |i |ali | |Filletti|126 |Mallia |397 | 44 | |Manche |657 |Mizzi |- |240 | |Depasqua|241 |Padovan|70 |468 | |le | |i | | | |(Family | | | | | |Court) | | | | | |Depasqua|675 |Meli |- | 151 | |le | | | | | |Camiller|725 |ApapBol|758 |2245 | |i | |ogn | | | |Magri |522 |Vella |- | 212| |Arrigo |3406 |Peralta|- |1886 | |Degaetan|383 |Cuschie|- | 702 | |o | |ri | | | |Valenzia|539 |Sciclun|621 | 197 | | | |a | | | |Caruana |698 |Montebe|547 |- | |Dem. | |llo | | | |Camiller|683 |Sc. |- | 572 | |i | |Herrera| | | |Farrugia|213 |Grixti | - |1894 | |Sacco | |Demicol|- |87 | | | |i | | | | | |Micalle|- |1594 | | | |f |- |906 | | | |Trigona| | | | | |Lofaro | | |", "QRATI - MULTI", "10616.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multi mposti mill- qrati li kien għad baqa' jinġabru fl-aħħar ta' Novembru, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' multi mhux imħallsa sa l-aħħar ta' Novembru, 1997 kien kif indikat hawn taħt:", "|Traffiku u |Lm1,387,260 | |Edukazzjoni |(Lm586,666 | | |minnhom | | |preskitti) | |Notarili | | | |423 | |Qorti | 574,182| |Kriminali | | |Qorti Pulizija| 900,044 | |Gudizzjarja | | |Total |Lm2,861,929 |", "IMMIGRAZZJONI - REFUĠJATI", "10876.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom ir-refugee status f'Malta llum?", "Kemm ilhom hawn?", "Kemm twieldu tfal lil dawn il-persuni kemm ilhom hawn Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din l-informazzjoni ma tinżammx mill- pulizija.", "Għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jgħaddiha lill- ministru konċernat.", "ĊITTADINANZA - WORK PERMITS", "10877.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn persuni barranin li ngħataw permess biex jaħdmu Malta fl-1997?", "Kemm hawn illum?", "Minn liema pajjiżi kienu, x'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm kien in-numru ta' persuni barranin li kellhom it-talba miċħuda u kemm hemm pendenti?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): L-Onor.", "Membru għandu jinnota li n-numru ta' persuni barranin li għandhom liċenzja ta' impjieg jinbidel kuljum.", "Skond il-lista uffiċjali li ġiet ippubblikata f'Diċembru, 1997 jidher li kien hemm 2,119 il-persuna li kellhom - u ħafna minnhom għad għandhom - permess biex jaħdmu Malta.", "Ta' min isemmi li din il-lista tinkludi madwar 350 persuna li huma wlied emigranti Maltin jew għandhom ġenitur Malti li minħabba d-dispożizzjoni tal-liġi ta' l-immigrazzjoni għandhom bżonn ta' liċenzja ta' l-impjieg biex ikunu jistgħu jaħdmu Malta.", "Dawn il-persuni jagħmlu diversi xogħlijiet, kif wieħed jista' jara jekk jirriferi għal-lista msemmija hawn fuq.", "Matul l-1997 ġew miċħuda 326 applikazzjoni, filwaqt li bħalissa hemm madwar 900 talba li qed jiġu pproċessati.", "Il-pajjiżi li minnhom joriġinaw il-persuni nklużi fil-lista msemmija aktar 'il fuq jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ĊITTADINANZA- RESIDENCE PERMITS", "10878.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li kellhom permess jgħixu Malta fl-aħħar ta' l-1997?", "Ta' liema pajjiż huma ċittadini dawn il-persuni?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "10879.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija matul l-1997?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "Minn liema pajjiżi oriġinarjament kienu dawk li ngħataw iċ-ċittadinanza?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Alfred Sant): In-numru ta' persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija matul l-1997, kif ukoll il-pajjizi li tagħhom kienu ċittadini dawn il-persuni, jinsabu fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Sal-31 ta' Diċembru, 1997 kien hemm 245 applikazzjoni pendenti.", "XOGĦOL - CHILD LABOUR", "10880.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu jaħdmu fl-1997 bla permess?", "F'liema tip ta' postijiet tax-xogħol inqabdu?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Fl-1997, l-ispetturi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qabdu jaħdmu 104 taħt is-16-il sena.", "Dawn inqabdu f'diversi postijiet tax-xogħol:-", "|Ammont |Post tax-xogħol | |28 |ristoranti | | 7 |fabbriki | | 6 |f'xogħol ta' | | |kostruzzjoni | |23 |ħwienet | | 8 |lukandi | | 8 |beach concessions | |22 |fiera nazzjonali | | 1 |kumpanija ta' | | |l-awdituri | | 1 |garaxx |", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "10881.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' persuni li kienu qegħdin jieħdu għajnuna fi flus jew benefiċċji oħra matul is-sena 1997 f'dawn il-kategoriji: (a) pensjoni mhux kontributorja; (b) għajnuna soċjali; (c) għajnuna għall-mard (SKA); (d) għajnuna għall-pensjoni b'diżabilita'; (e) familji li jieħdu iċ-childrens allowance; (f) karti roża ġodda fl-1997?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: In-numru ta' persuni jew familji li jieħdu għajnuna fi flus jew benefiċċji kif talab l-Onor.", "Interpellant, mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali hu kif ġej:-", "|a |Pensjoni mhux | 4,669| | |kontributorja | | |b |Għajnuna Soċjali | 5,200| |ċ |Għajnuna għall-Mard |13,857 | | |(SKA) | | |d |Għajnuna | 1,921| | |għall-Pensjoni għal | | | |Diżabilita' | | |e |Familji li jieħdu |43,359 | | |ċ-childrens allowance | | |f |Karti roża ġodda | 4,867|", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim li l-assistent personali ta' l-ex Prim Ministru kellu ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul il-perjodu bejn it-12 ta' Mejju 1987 u s-26 ta' Ottubru 1996 u li permezz tiegħu kien jokkupa dik il- kariga, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11334; u", "Tabella li turi l-għadd ta' tfittxijiet bil-klieb li saru fiċ-ċelel tal-ħabs mill-1 ta' Jannar 1997 sal-21 ta' Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11408.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li ggradwaw mill-Universita' matul l- 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11482;", "Tagħrif dwar studenti li daħlu f'kull fakulta' ta' l-Universita' fil- bidu tas-sena akkademika 1997/1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11484; u", "Tabella li turi l-għadd ta' Għawdxin li jattendu l-Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11485.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-Ewwel Sena ta' Ħidma tal-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ; u Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 12 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income in konnessjoni ma' capital gains fuq trasferiment ta' proprjeta' immobbli bejn il-Gvern u l-Knisja.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport imħejji mill-Management Efficiency Unit dwar l- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali datat Settembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11464;", "Kopja tar-rapport li ħejja l-Kumitat Konsultattiv immexxi mill- Imħallef Noel Arrigo dwar l-Istituzzjonalizzazzjoni tas-sistema tal- Master u l-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta, ippreżentat fil-31 ta' Diċembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11466.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Debono Grech.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU GĦAS-SENA 1997/98", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat- 30 ta' Settembru 1998 skond l-Att IX ta' l-1989 dwar l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, Kap 332 tal-Liġijiet Riveduti ta' Malta;", "Illi wkoll skond l-istess Att ta' l-1989 dwar l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku l-Kamra tapprova bħala Estimi Supplimentari dak l- infiq għas-sena finanzjarja 1996/1997, li hu stmat mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku li se jeċċedi l-ammont totali ta' nfiq approvat mill-Kamra għall-istess sena, kif jidher dettaljat fl-estimi għas-sena finanzjarja 1996/97 taħt il-kolonni msemmija \"Actual 1996/1997\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, illum il-Kamra se tiddiskuti l- estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Meta nitkellmu fuq din l-awtorita' n-nies mill-ewwel jaħsbu li nkunu qed nitkellmu biss fuq il-karozzi tal-linja, it-taxis u l-mini buses, mentri t- trasport pubbliku jiġbor fih mezzi oħra ta' trasport bħalma huwa t-trasport bil-baħar.", "Fil-fatt l-awtorita' tieħu ħsieb ix-xogħol tal-Gozo Channel Co. Ltd. u flimkien ma' l-Awtorita' Marittima ħadmet bis-sħiħ u għamlet spezzjonijiet li qatt ma saru qabel.", "Meta jiena bħala ministru responsabbli minn din l- awtorita' ndagajt dwar is-sitwazzjoni li tinsab fiha, sibt li kellha ħafna diffikultajiet x'issolvi.", "Per eżempju, kellha ħafna xogħol fuq il-karta biss u minkejja li dejjem kienu jgħidu li qed isir studju baqa' ma sar xejn.", "Barra minn hekk kellha tħallas 'il fuq minn ¥100,000 f'arretrati ta' kontribuzzjonijiet tan-national insurance u taxxi oħra.", "GĦalhekk din is- sena l-awtorita' bdiet bi clean sheet u bil-ħila tal-ħaddiema, tal- management u taċ-chairman. flimkien mal-bord tad-diretturi, tinsab miexja 'l quddiem u nieħu pjaċir ngħid li l-poplu dan qed japprezzah.", "Madam Speaker, kultant jaqbadni d-daħk meta naqra ċerti affarijiet fil-gazzetti dwar il-ħaddiema ta' l-awtorita' għaliex dak li jkun hemm miktub assolutament ma jkun veru xejn.", "Min imur jintervista lil dawn il-ħaddiema l-ewwel m'għandu jagħmel huwa li jistaqsihom x'kien wegħedhom il-Gvern Nazzjonlista.", "Jekk jagħmel dan isib li kien wegħedhom ħafna u ma tahom xejn, għaliex kien wiegħed affarijiet li ma setax jagħmilhom.", "Irrid ngħid ukoll li l-Gvern għadu għaddej bl-investigazzjonijiet ta' ċerti skandli li sibna.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-mod kif kienu se jinxtraw il-makni tal-biljetti u l-mod kif kienu qed jinxtraw il-buses.", "Aħna ma konniex sodisfatti bil-mod kif kienu mexjin l-affarijiet u wara li studjajna biex naraw x'hemm bżonn isir ħalli l-affarijiet jimxu b'mod iktar trasparenti, nista' ngħid li l-affarijiet mexjin aħjar.", "Naturalment għad fadal x'isir għaliex it-trasport pubbliku huwa settur mill-iktar diffiċli biex wieħed jorganizzah sew imma jiena ċert li jekk isir sforz kemm mix- xufiera u kif ukoll minn dawk li jużaw it-trasport pubbliku allura jirnexxielna norganizzawh.", "Rigward it-trasport permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel Co. Ltd. irrid ngħid li qed isir sforz kbir mill-ħaddiema u mill-bord biex kemm jista' jkun intejbu dan is-servizz u ninsab sodisfatt għax ix-xogħol li qed isir diġa' beda jħalli l-frott tiegħu.", "Għalissa nieqaf hawn, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, qabel ma nibda nitkellem dwar l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku nixtieq ngħid li ssorprendejt ruħi li l- Ministru reġa' għamel introduzzjoni ta' tliet minuti biss.", "Qed ngħid \"reġa għamel\" għax niftakar li meta s-sena l-oħra ġejna biex niddiskutu l-estimi ta' din l-awtorita', il-Ministru kien għamel l-istess ħaġa.", "L-iskuża li kien ġab il-Ministru dakinhar kienet li konna qed niddiskutu sena ta' ħidma taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Allura bl-istess argument wieħed jista' jgħid li l-pochezza ta' diskors li għamel il-Ministru din id- darba jirrifletti ruħu fl-ammont ta' xogħol li sar min-naħa ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?", "Dan żgur li m'huwiex il-każ għaliex l- awtorita' baqgħet għaddejja fuq dak li kien diġa' ġie ppreparat mill-Gvern preċedenti.", "Jien iktar ngħid li t-tip ta' introduzzjoni li kellna ġejja mill-fatt li fil-programm elettorali tal-partit fil-gvern ftit li xejn jingħad dwar dan il-qasam u minħabba f'hekk il-Gvern sab ruħu sorpriż bid-diffikultajiet li ta' kuljum qed jinqalgħulu, għaliex irridu nammettu li f'dan is-settur is- sitwazzjoni tinbidel kontinwament.", "Barra minn hekk is-soluzzjonijiet m'humiex available, u jidher li huwa diffiċli li l-Gvern jasal għalihom.", "Bilfors allura jkolli nistqarr li jekk sena ilu l-Ministru kellu raġun jagħmel introduzzjoni qasira, ma nistax ngħid l-istess ħaġa għal din is- sena.", "Din is-sena l-Ministru jmissu ġie hawnhekk u tana informazzjoni dwar kemm sar xogħol u f'liema setturi għamlet dan ix-xogħol l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Il-Ministru qal li jidħak meta jaqra ċerti affarijiet fil-gazzetti dwar il-ħaddiema.", "Jiena naħseb li iżjed għandu jidħak bil-pożizzjoni li sab ruħu fiha l-Gvern, għaliex ħafna drabi jien ikolli nasal għall-konklużjoni li hemm diskrepanza kbira bejn dak li suppost hu l-programm elettorali tal-partit fil-gvern u dak li attwalment qed isir.", "Dan il-Gvern qed ikollu jġorr il-konsegwenzi tal-wegħdiet elettorali li għamel ftit qabel l-elezzjoni u wisq nibża' li din ir-rotta l- ġdida ma tantx hemm ċans li tinbeda għaliex m'hemmx rieda qawwija min-naħa tal-Gvern li jitwettaq dak li kien ġie mwiegħed qabel l-elezzjoni.", "Madam Speaker, tajjeb li wieħed jgħid li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ma tittrattax biss is-servizz tal-karozzi tal-linja kif ħafna mill- pubbliku Malti jaħseb imma tittratta numru sostanzjali ta' mezzi oħra tat- trasport.", "Pero' l-iktar żewġ setturi li jolqtu lill-pubbliku Malti huma s- servizz tal-karozzi tal-linja u s-servizz li joffru d-diversi minibuses li għandna.", "F'sena waħda bejniethom dawn iġorru qrib il-50 miljun passiġġier, inkluż tfal ta' l-iskola u ħaddiema tal-fabbriki.", "Dan juri li dawn huma ż- żewġ setturi li jolqtu lill-poplu Malti bl-iktar mod dirett u kontinwu għax il-parti l-kbira tal-poplu bilfors irid jagħmel użu minnhom.", "Naħseb li jkollna nammettu li t-trasport pubbliku huwa qasam nieqes minn policies adegwati u direzzjoni ċara.", "Din ir-riflessjoni wieħed bilfors ikollu jagħmilha meta jaqra r-rapport annwali ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku u għal dan jiena kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni tal- Ministru f'dan il-Parlament.", "Sfortunatament is-setturi kollha li jaqgħu taħt din l-awtorita' llum qegħdin jitolbu, bil-fatti u mhux bil-kliem, direzzjoni ċara ta' fejn jridu jaslu u x'se jkun il-futur tagħhom.", "Dawn is- setturi qegħdin jitolbu li jekk ikun hemm xi diffikutajiet li dwarhom jistgħu jsiru diskussjonijiet, dawn mhux isiru meta l-froġa tkun saret imma jsiru qabel biex wieħed ikun jista' jasal għal xi tip ta' soluzzjoni.", "Barra minn hekk, Madam Speaker, qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-Gvern kontinwament ibiddel il-pożizjoni tiegħu.", "Eżempju ċar ta' dan hija l-kwestjoni tal- liberalizzazzjoni.", "Meta l-Partit Labuirista kien fl-oppożizzjoni kien jgħid li huwa għal kollox kontra l-liberalizzazzjoni u llum qed naraw li qed joħorġu avviżi legali li jgħidu li ċertu settur se jiġi lliberalizzat mit-tali ġurnata.", "Imma mbagħad naraw li dawn l-istess avviżi legali jew jinbidlu - jew jiġu modifikati jew irtirati - u dan proprju minħabba l-fatt li ma jkunux saru diskussjonijiet minn qabel dwar x'għandu jsir eżattament.", "L-awtoritajiet iridu jifhmu li huwa ferm importanti li qabel ma jiġu biex jattwaw ċerti policies, jaraw li jsiru d-diskussjonijiet neċessarji.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nittolleraw li jkun hemm tibdil fil-pożizzjoni li jkun ħa l-Gvern mingħajr ħadd ma jkun ġie informat b'dak it-tibdil.", "Dan huwa ferm importanti għaliex inkella jkun hemm il-konsegwenzi li wieħed ma jixtieqx, għax imbagħad mhux ibati biss min jagħti is-servizz imma jbatu wkoll il- persuni li suppost igawdu minnu.", "Dan huwa punt kruċjali u għalhekk jiena għidt li d-diskussjonijiet għandhom isiru qabel ma ssir il-froġa.", "Fil-programm elettorali \"Iċ-Ċittadin L-Ewwel\" il-Partit Laburista kien wiegħed li:", "\"Fil-qasam tat-trasport pubbliku, il-Gvern Laburista' jieħu interess aktar attiv, flimkien mal-kunsilli lokali, biex joħloq servizz aħjar u faċilitajiet imtejba u rotot ġodda tal-linja biex jilħqu nħawi residenzjali ġodda.", "Gvern Laburista jagħmel reviżjoni ta' kif is-sistema tat-toroq qiegħda topera u dwar kif se tinħoloq manutenzjoni aħjar u tiddaħħal sistema li biha t-toroq jitjiebu.\"", "Fuq it-tieni paragrafu forsi jkolli ċans nitkellem dwar kif din qed tolqot b'mod negattiv lis-settur tat-trasport pubbliku pero' fl-ewwel wieħed għandna l-wegħda li l-Gvern jieħu \"interess attiv, flimkien mal-kunsilli lokali, biex joħloq servizz aħjar\".", "Matul is-sena saru xi laqgħat mal- kunsilli lokali u hemm riferenza għalihom fir-rapport annwali, pero' billi f'sena tagħmel laqgħa ma' kull kunsill lokali li għandna f'Malta żgur li mhux se twassal biex ikun hemm il-kordinazzjoni li hemm bżonn mal-kunsilli lokali!", "Il-Ministru qal ukoll li sab ħafna xogħol fuq il-karta li kellu jsir studju dwaru u li baqa' ma sar xejn.", "Jista' jkun li fost dawn l-istudji, li ħafna minnhom kienu prattikament lesti, kien hemm dawk li hemm riferenza għalihom fir-rapport amministrattiv tas-sena li qegħdin niddiskutu.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-introduzzjoni tar-rotot il-ġodda għal Wied iż- Żurrieq, għall-Universita', għal Paceville u destinazzjonijiet oħrajn.", "Dawn huma rotot li ġew introdotti matul l-1997 imma kollha ħadem fuqhom il- bord ta' l-awtorita' fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Madam Speaker, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-bdil tal-karozzi tal- linja.", "Jiena niftakar li l-Ministru, fl-ewwel diskussjoni dwar il-voti tal- ministeru tiegħu, kien qal li d-diskussjonijiet dwar il-bdil ta' karozzi tal-linja fi żmien Gvern Nazzjonalista kien ilhom għaddejjin is-snin iżda madanakollu ma nbidlet l-ebda waħda u wara li għaddew ftit ġimgħat mill- bidla fil-gvern waslu ħames karozzi tal-linja ġodda.", "Li ma qalx il- Ministru huwa li dawn kienu ordnati qabel il-bidla fil-gvern iżda waslu wara l-bidla fil-gvern.", "Ta' min jgħid ukoll li minn dak inhar 'il hawn ma ġiet l-ebda karozza tal-linja oħra ġdida.", "Jiġifieri bdejna b'ħamsa u bqajna bihom u m'għandna l-ebda indikazzjoni li fiż-żmien li ġej se nkomplu b'dan l-eżerċizzju.", "Niftakar li kien intqal ukoll li qed isir studju dwar jekk jagħmilx sens li nibqgħu għaddejjin b'dan l-eżerċizzju tal-bdil tal- karozzi tal-linja.", "Aħna nformati li l-istess Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, kif kienet mitluba mill-Prim Ministru, għamlet rapport dwar dan l- istudju imma meta permezz ta' mistoqsija parlamentari tlabna kopja ta' dan ir-rapport sfortunatament ingħatajna r-risposta li dan kien rapport konfidenzjali u ma kienx maħsub li jiġi ppubblikat qabel ma jittieħdu d- deċiżjonijiet neċessarji.", "Madam Speaker, jiena ma naħsibx li rapport bħal dan huwa xi rapport sigriet jew xi rapport li l-Gvern għandu jiddejjaq jippubblah, imma jekk inhu hekk allura nistgħu nimmaġinaw x'inhu l-kontenut tiegħu!", "Jiena naħseb li dan ma ġiex ippubblikat għax jista' jkun li fih hemm l-indikazzjoni li dak li kien ġie deċiż fil-passat, jiġifieri li l-karozzi tal-linja għandhom jinbidlu, kellu jkompli, u dan huwa kuntrarju għall-pożizzjoni li ttieħdet mill-Gvern.", "Fil-fatt hemm diversi modi kif nistgħu naslu biex nibdlu l-karozzi tal-linja - dan joħroġ kemm mir-rapport annwali ta' l- istess awtorita', kif ukoll minn rapporti oħrajn - pero' sfortunatament għal raġunijiet diversi, li ftit huma dawk li jafu x'inhuma, s'issa għadu ma sar xejn.", "Qegħdin f'pożizzjoni li la nafu jekk hux se nimportawhom u nimmontawhom hawn Malta u lanqas jekk hux se nibnuhom fit-Tarzna ta' Malta, għax milli jidher m'hemmx flus ivvotati għal dan il-għan.", "Madam Speaker, problema oħra li kontinwament jitkellmu dwarha diversi persuni, hija dik li ma nafux min verament qed imexxi l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku.", "Min qed imexxi għandu jara bis-serjeta' li din tkun miexja kontinwament fid-direzzjoni li taqdi d-doveri li għandha mhux biss lejn il-gvern tal-ġurnata imma anke lejn il-pubbliku in ġenerali, b'mod partikolari lejn il-persuni li jagħtu dan is-servizz tant importanti.", "Jekk l-awtorita' trid verament li dan is-settur ikompli miexi 'l quddiem, hemm bżonn li jinqatgħu l-piki bejn dawk in-nies li qed imexxu dan is-settur, għax dawn qed iwasslu għal ċerti dikjarazzjonijiet li wara jkollhom jiġu rtirati.", "Dawn l-affarijiet m'hemmx lokhom u jwasslu biss għal iktar diffikultajiet u konfużjoni f'settur li fih innifsu m'huwiex nieqes mid- diffikultajiet.", "Madam Speaker, aktar kmieni għamilt referenza għall-ħteġijiet ta' rotot ġodda fil-bliet u rħula tagħna.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex ma nimxux biss fuq dak li diġa' kien hemm lest.", "L-awtorita' trid tagħmel xi sistema ġdida dwar il-mod kif għandha tiddeċiedi fejn għandha tiftaħ rotot ġodda.", "Huwa tajjeb li ġie ntrodott is-servizz dirett minn Ħal Qormi għall-isptar u miċ-Ċirkewwa għall- isptar pero' hemm destinazzjonijiet oħra li fl-opinjoni tiegħi jenħtieġu servizz dirett.", "Ma nistgħux nibqgħu bis-sistema li biex tmur minn post għall-ieħor trid bilfors l-ewwel tidħol il-Belt u mbagħad taqbad karozza oħra biex twasslek fid-destinazzjoni li tkun trid tmur fiha!", "Matul is-snin li għaddew iċ-ċentri ta' attivita' kummerċjali f'pajjiżna kibru ħafna u allura hemm bżonn li jiġu ntrodotti rotot ġodda biex wieħed ikun jista' jasal f'dawn iċ-ċentri b'mod dirett.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li rrid nitkellem dwarha hija l-ħidma li suppost kellha ssir biex ikun hemm upgrading fit-termini tal-karozzi tal- linja.", "B'daqqa t'għajn lejn l-estimi li għandna għas-sena d-dieħla wieħed malajr jinduna kemm il-Gvern preżenti bil-kliem jgħid mod u meta jiġi għall- fatti jagħmel mod ieħor.", "Is-sena l-oħra kien intqal ħafna diskors fuq it- terminus tal-Belt, dak ta' Buġibba u dak li kellu jinbena x'imkien lejn iż- Żurrieq, iżda sal-lum għadu ma sar xejn u m'hemm l-ebda indikazzjoni li s- sena li ġejja se jsir xi ħaġa.", "Jekk nieħdu t-terminus tal-Belt Valletta nsibu li s-sena l-oħra kien hemm ¥200,000 ivvotati biex dan jiġi upgraded u baqa' ma sar xejn.", "Din is-sena l-¥200,000 naqsu għal ¥120,000 u barra minn hekk diġa' għaddew erba' xhur minn din is-sena finanzjarja u għadu ma sar xejn.", "GĦalhekk ma nistax nifhem kif sa Settembru li ġej se nkunu għamilna xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Dwar il-bini tat-terminus ta' Buġibba rrid ngħid li jidher li hemm pika bejn l-Awtorita' ta' l-Ipjannar u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jew il-ministeru dwar jekk għandux ikun hemm xi tibdil fil-pjanti oriġinali, u sadanittant dan baqa' ma nbediex u m'hemm l-ebda indikazzjoni li xi darba se jinbena.", "Għal dak li huwa t-terminus li kellu jinbena x'imkien lejn is- south milli jidher għadu lanqas biss ġie identifikat is-sit, aħseb u ara kemm sibna l-flus neċessajri!", "Madam Speaker, dwar is-servizz tal-minibuses irrid ngħid li matul il- ġimgħa li għaddiet kellna sitwazzjoni li turi li attwalment hemm diffikultajiet bejn il-persuni li qed jipprovdu dan is-servizz u dawk li qegħdin imexxu l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Dan, fih innifsu, żgur li ma jawgurax tajjeb biex ikun hemm djalogu, aktar u aktar jekk min- naħa ta' l-awtorita' ikun qed jingħad li hemm bżonn li jsir xi tibdil u dan it-tibdil ma jsir qatt għaliex min-naħa l-oħra jkun hemm min qed jimponi.", "Jekk irridu li din l-awtorita' tibqa' relevanti għal dan is-settur hemm bżonn li naraw x'tibdil hemm bżonn isir.", "Domanda li tqum, u li ġieli qamet anke min-naħa tal-kelliema tal-Gvern, hija x'għandha tkun il-funzjoni ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u jekk għandhiex tibqa' teżisti fil- forma li teżisti llum.", "Meta nara l-estimi li għandna quddiemna jiena nasal għall-konklużjoni li diġa' hemm id-deċiżjoni li din l-awtorita' b'xi mod tispiċċa matul is-sena li qegħdin fiha, għaliex dawn jindikaw b'mod ċar li l-awtorita' ma jriduhiex timxi 'l quddiem u ma jriduhiex tagħti s-sehem tagħha b'mod iktar qawwi.", "Madam Speaker, irrid nistaqsi wkoll x'seħħ f'din is-sena li għaddiet fil- qasam tal-karozzi tal-kiri.", "Jiena naħseb li l-Ministru se jgħidilna li minħabba d-diffikultajiet li sab kellu bilfors jkompli jiddiskuti mar-rent- a-car association biex jara kif se jkun hemm l-introduzzjoni ta' 60 liċenzja ġdida għal vannijiet li jkollhom seating capacity li tvarja.", "Jekk verament hemm il-ħtieġa li dawn il-vannijiet jidħlu fis-servizz, wieħed irid jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji u biex dan isir bilfors iridu jitkomplew id-diskussjonijiet mar-rent-a-car association.", "Settur ieħor li jaqa' taħt l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku huwa dak tat-taxis.", "Fir-rapport ta' ħidma, l-awtorita' tiftaħar li matul is-sena li għaddiet, wara l-arranġamenti li saru mal-white taxis amalgamated, sar ħafna titjib.", "Jiena ngħid li jekk kien hemm xi titjib żgħir xorta waħda baqa' ħafna x'isir.", "Żgur li hemm bżonn li dan is-servizz ma jibqax jiġi wżat biss mit-turisti li jiġu f'pajjiżna u għalhekk l-awtorita' għandha taħdem biex dan is-servizz jinfirex iżjed u jkun jista' jintlaħaq minn aktar nies fil-pajjiż.", "Matul is-sena li għaddiet kellna diversi protesti min-nies li jaħdmu fis-settur tal-white taxis u, għalkemm dawn mhux dejjem ikunu ġustifikati, bħal fil-każ tal-protesta fir-rigward ta' Wied iż- Żurrieq, xorta waħda jibqa' l-fatt li biex ikun hemm iktar impenn min-naħa ta' dawn il-persuni li qed jagħtu dan it-tip ta' servizz hemm bżonn li l- awtorita' ma tkunx kuntenta biss billi tagħmel arranġamenti f'postijiet partikolari.", "Fl-opinjoni tiegħi, hija trid tagħti l-edukazzjoni meħtieġa biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ pero' bil-flus li hemm ivvotati għal dan is-settur ma naħsibx li se tkun f'pożizzjoni li tagħmel dan.", "Fir-rapport annwali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku hemm riferenza wkoll għat-trasport bil-baħar, liema trasport fil-biċċa l-kbira tiegħu jsir mill-Gozo Channel Co. Ltd.", "Ta' min jgħid li s-sena li għaddiet kellna tnaqqis sostanzjali fin-numru ta' nies li wżaw dan it-trasport u dan kien rifless fid-dħul finanzjarju li kellha l-istess kumpannija.", "Fir- rapport hemm ukoll paragun bejn is-servizz li ngħata mill-coaches ġewwa Għawdex fis-sena finanzjarja li għalqet f'Settembru 1996 ma' dak li ngħata fis-sena finanzjarja li għalqet f'Settembru 1997.", "Qiegħed jingħad li fis- sena li għalqet f'Settembru 1996 saru 6,046 vjaġġ bit-turisti lejn Għawdex u fis-sena li għalqet f'Settembru 1997 saru 6,572 vjaġġ.", "Minn dan joħroġ li kien hemm żieda ta' madwar 500 vjaġġ, imma jekk wieħed inaqqas it-30,000 Ġermaniż tal-Frosch - dawn mid-dehra mhux se jerġgħu jiġu - insibu li fil- fatt kellna tnaqqis u mhux żieda fil-vjaġġi tat-turisti lejn Għawdex.", "Madam Speaker, punti oħra li ta' min wieħed jagħmel xi osservazzjoni dwarhom huma t-testijiet tal-vetturi u l-bżonn tat-tibdil fir-regolamenti.", "Fir-rapport annwali jingħad li l-abbozz ta' liġi dwar it-twaqqif ta' tribunal għandu jiġi rfinut u mbagħad jitressaq għad-diskussjoni fil- Parlament.", "Pero' jekk verament hemm l-impenn li jkollna regoli aġġornati, m'hemmx għaflejn noqogħdu nirfinaw imma għandna nġibu dan l-abbozz kif ippreparat fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għad-diskussjoni quddiem dan il-Parlament ħalli nwettqu dak li hemm propost fih.", "Jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku trid li fiż-żmien li ġej taqdi l-funzjoni tagħha, hemm bżonn li timpjega personnel kwalifikat.", "Ma jistax ikun li nkunu kuntenti b'46 laqgħa b'mod uffiċjali mal-kunsilli lokali u bis-17-il site visit li saru.", "Jekk l-awtorita' verament trid li tfassal il-programm tagħha, trid tiltaqa' kontinwamnet mal-kunsilli lokali għaliex dawn huma l- organi li l-iktar jifhmu l-ħteġijiet tal-lokal li jirrappreżentaw.", "Ta' min jgħid ukoll li kultant id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtorita' jmorru totalment kontra l-interessi tar-residenti.", "GĦalhekk kieku l-awtorita' tkun f'kuntatt kontinwu mal-kunsilli lokali d-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod aktar għaqli.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Nipproponi li l-Onor.", "Galea jkompli jinstema'.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Galea jkompli għaddej bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Ħalli ngħaddi issa biex nagħmel daqsxejn ta' paragun bejn id-dħul u l-ħruġ tas- sena li għalqet f'Settembru 1997 ma' dak tas-sena li qegħdin fiha.", "Għas-sena finanzjarjara 1996/97, mill-avviżi fuq il-karozzi tal-linja kien stmat li se jkun hemm dħul ta' ¥150,000 u fil-fatt l-awtorita' daħħlet ¥165,000, jiġifieri ¥15,000 iktar.", "Pero' ma nafx b'liema argument issa qiegħed ikun stmat li għas-sena finanzjarja 1997/98 se jkun hemm dħul ta' ¥100,000.", "L-istess nista' ngħid għal dawk li huma marine licences.", "Għas- sena 1996/97 kien stmat li se jkun hemm dħul ta' ¥15,000 u fil-fatt dan tela' għal ¥26,000.", "Madanakollu l-istima għas-sena li qegħdin fiha hija ta' ¥16,000 u hawnhekk ukoll ma nistax nifhem x'inhuma r-raġunijiet li qegħdin iwasslu għal dan it-tip ta' estimu.", "Ma naħsibx li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku se tibda tagħti s-servizzi tagħha b'xejn jew se tagħmel xi discounts kbar!", "Rigward il-pagi tal-ħaddiema, is-sena l-oħra kien stmat li se jintnefqu ¥673,000 u fil-fatt intnefqu ¥650,000.", "F'daqqa waħda, għas-sena li qegħdin fiha, qiegħed jiġi stmat li se jkun hemm nefqa ta' ¥100,000 iktar.", "Din hija żieda li żgur mhijiex riflessa fiż-żieda li l-Gvern ta għall-għoli tal- ħajja.", "Din is-sitwazzjoni tkompli tidher iktar stramba meta wieħed jara li kemm il-bonus li jingħata lill-ħaddiema kif ukoll il-ħlas tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali baqgħu l-istess kif kienu s-sena l- oħra.", "Jiena ma naħsibx li din iż-żieda ta' ¥100,000 se tmur fil-bwiet tal- ħaddiema u nispera li aktar tard il-Ministru jagħti spjega għal dan!", "Taħt l-item repair and upkeep fl-estimi nsibu li fl-1996/97 kien hemm il- ħsieb li jintnefqu ¥25,000 imma fil-fatt intnefqu ¥56,000.", "Jista' jkun li parti mill-ispjega għal dan hija li saru xi ħlasijiet ta' xi kontijiet li kienu pendenti mis-snin ta' qabel, pero' ma nafx kif jista' jkun li din is- sena qed jistmaw li jonfqu ¥4,400 f'repair and upkeep.", "Barra minn hekk imbagħad hemm figuri oħra rigward it-trasport li jsir mill-istess Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku li lili ftit li xejn jikkonvinċuni.", "Fl-1997 kien hemm l-indikazzjoni li se jintnefqu ¥2,000, qed jingħad li ntnefqu ¥432 u qegħdin ngħidu li għas-sena li qegħdin fiha huwa stmat li jintnefqu ¥12,000.", "Dawn il-figuri jindikaw li dan l-eżerċizzju ma sarx b'mod korrett u iktar hemm l-indikazzjoni li fl-aħħar wieħed ried jasal għal xi ċifra partikolari.", "Rigward l-advertising, l-istima għas-sena finanzjarja 1996/97 kienet ta' ¥60,000 imma fil-fatt intnefqu ¥134,000 u għas-sena li qegħdin fiha huwa stmat li se jintnefqu ¥72,000.", "Minn hawnhekk wieħed jikkonkludi li jekk ma jkunx hemm spjegazzjoni għal dawn iċ-ċifri allura wieħed bilfors ikollu jgħid li l-affarijiet m'humiex isiru bis-serjeta'.", "Madam Speaker, dwar il-figura tan-nefqa kapitali irrid ngħid li din hija figura li fiha nnifisha tindika x'se tkun id-direzzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għaż-żmien li ġej.", "Dan qed ngħidu għaliex għas- sena li għalqet f'Settembru 1997 kien stmat li se jintnefaq ¥0.5 miljun u għas-sena li se tagħlaq f'Settembru 1998 ġiet ivvotata s-somma ta' ¥210,000, jiġifieri 40% biss ta' dak li kien stmat li se jintnefaq sa Settembru 1997.", "Dan juri nuqqas ta' impenn min-naħa ta' l-awtorita'.", "Tant hemm nuqqas ta' impenn li l-vot ta' ¥100,000 li s-sena l-oħra kien hemm ivvotati għall-karozzi tal-linja l-ġodda ġibnih fix-xejn, il-vot ta' ¥200,000 li kien hemm ivvotat għall-bus terminus tal-Belt Valletta niżżilnih għal ¥120,000 u għal dak ta' Buġibba qed nivvotaw is-somma ta' ¥50,000 għalih.", "Rigward il-bini ta' bus shelters u bus stop signs is-sena l-oħra kien hemm ivvotati s-somma ta' ¥100,000 u din is-sena hemm ivvotat is-somma ta' ¥30,000.", "Ta' min ifakkar li għall-bini tal-bus shelters kienet ħarġet tender imma din ma ngħatatx biex niffrankaw il-flus.", "Hemm ukoll il-computer network information system li ma saritx is-sena l- oħra b'¥100,000, aħseb u ara kemm se ssir matul is-sena li ġejja b'¥10,000.", "Dawn il-figuri jindikaw li l-Gvern Laburista mhux qed jgħaddi flus biżżejjed lil din l-awtorita' u jiena ngħid li b'mod indirett qiegħed jgħid li jrid iżarmaha.", "Jekk inhu hekk, jiena nistieden lill-Gvern jgħidilna x'għandu f'moħħu li jagħmel minflok din l-awtorita' biex imexxi lil dan is- settur.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, nixtieq ningħaqad ma' sħabi f'din id-diskussjoni - u nittama fl-eventwali approvazzjoni - dwar l-estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għas-sena 1997/98.", "L-Att numru IX ta' l-1989 jistipola li rridu nersqu quddiem il-Parlament, bħala l-forza politika sovrana, biex napprovaw il-ħidma ta' din l-awtorita' li, kuntrarjament għal dak li qal l-Onor.", "Ċensu Galea, ħadmet b'għaqal u b'impenn u wettqet xogħol siewi ħafna matul is-sena li għaddiet.", "U dan mhux biss huwa mertu taċ-chairman, is-Sur Reno Calleja, li wera kemm tiswa l-esperjenza ministerjali li għandu iżda wkoll tal-membri tal-bord, flimkien ma' l-istaff żgħir u effiċjenti ta' din l-awtorita'.", "Dawn fi żmien daqshekk qasir biddlu l-image ta' awtorita' li kienet mhedda b'għadd ta' akkużi ta' skandli u korruzzjoni f'image ta' waħda rispettata u li tagħti eżempju kif bi ftit nies tista' tagħmel affarijiet li ħadd ma joħlom li jistgħu jsiru.", "Jiena naħseb li wieħed għandu japprezza li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kulma għandha bħala staff huwa 12-il ruħ li tmur x'ħin tmur issibhom jaħdmu b'għaqal u b'dedikazzjoni.", "Nista' ngħid li dawn il-ħaddiema huma ta' eżempju għal ċerti ħaddiema tal-gvern li dejjem issibhom skartati waqt il-ħin tax-xogħol.", "Madam Speaker, jiena naħseb li wasal iż-żmien li lil din l-awtorita', li kien hawn min ħaseb li qed tmut mewta naturali, inkabbrulha r-rwol tagħha.", "Jiena naħseb li issa wasal iż-żmien li titwaqqaf korporazzjoni tat-trasport pubbliku li tkun responsabbli mit-trasport ta' l-ajru, it-trasport tal- baħar u wkoll dak ta' l-art.", "Aħna nemmnu li din jista' jkollha chief executive b'numru ta' fergħat taħtu li flimkien, b'mod kordinat, imexxu t- trasport kollu.", "Jekk ma jsirx dan ikun kollu għalxejn li l-Air Malta, per eżempju, li hija responsabbli li ġġib it-turisti bl-ajru, tagħmel ħilitha kollha biex tissodisfahom u mbagħad dawn ma jkunux sodisfatti bit-trasport ta' l-art.", "Ikun kollu għalxejn li naħdmu biex iżuruna aktar cruise liners u permezz tagħhom inġibu akrar turisti biex imbagħad dawn jiġu, biex ngħid hekk, misruqa minn dawk li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Għalhekk jiena nissuġġerixxi li titwaqqaf din il-korporazzjoni li jkollha r-rwol li tara li jkun hemm safety regulations aktar ebsin u aktar serji.", "Fil-fehma tiegħi - ma nafx jekk il-Ministru jaqbilx miegħi - kien ikun aħjar kieku l-MOT ġiet fdata f'idejn l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku milli f'idejn id-dipartiment tal-liċenzji.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku diġa' għandha esperjenza vasta fit-testing tal-vetturi billi hija responsabbli minn mijiet ta' karozzi tal-linja, minibuses, white window vans, karozzi tal-kiri u bċejjeċ tal-baħar li jġorru t-turisti.", "Allura kien ikun xieraq li r-rwol ta' l- awtorita' jiġi estiż billi jiġi msaħħaħ id-dipartiment tekniku tagħha'.", "Dan kien ikun ukoll mezz effettiv kif l-awtorita' ssir finanzjarjament indipendenti.", "Illum l-awtorita' tiddependi fuq flus mogħtija mill-gvern u wieħed m'għandux jalludi ruħu li l-Gvern se joqgħod jippompja l-eluf tal-liri.", "Għalhekk wieħed jittama li t-tribunal li hemm il-ħsieb li jitwaqqaf ikun taħt ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, għax b'hekk din l-awtorita' tingħata mezz biex tiġġenera flus għaliha nnifisha.", "Dan ikun tajjeb ukoll għall-Gvern għax b'hekk ikun qed jiddemokratizza l- proċess ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u fl-istess ħin ikun hemm proċess ta' diċentralizzazzjoni.", "Jiena naħseb li taħt il-ministeru għat-trasport hemm ħafna oqsma li jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin flok kulħadd jaħdem għal rasu u, nerġa' ngħid, ma nifhimx għaliex id-dipartiment tal-liċenzji u t-traffic control board m'għandhomx jaqgħu taħt ir-responsabbilita' ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku meta dawn huma żewġ dipċartimenti li jaħdmu qrib xulxin ħafna.", "Madam Speaker, ngħaddi biex fil-qosor ngħid xi ħaġa dwar is-servizz li jingħata mit-taxis fl-ajruport u fil-Port il-Kbir.", "GĦal dak li jirrigwarda dan is-servizz, ta' min jgħid li ġiet introdotta sistema ġdida fejn kull turist li jasal bi cruise liner jew b'ajruplan isib uffiċċju minn fejn jixtri ticket li jagħtih lit-taxi driver u mbagħad it- taxi driver isarrfu fi flus.", "Din is-sistema kienet suċċess u grazzi għad- determinazzjoni li wriet l-awtorita' u għall-inizjattivi li ħa s-Sur Reno Calleja minn mindu bdiet din is-sistema, lanqas kien hemm ilment wieħed mit- turisti.", "B'hekk flok l-awtorita' qiegħda tiġi akkużata bi skandli u korruzzjoni, qiegħda turi metodoloġija ġdida kif taħdem u fl-istess ħin qiegħda tpoġġi liċ-ċittadin l-ewwel għaliex turist li jiġi f'pajjiżna ukoll huwa ċittadin għax paese che vai usanza che trovi.", "Għalhekk jiena nappella lit-taxi drivers, li fil-maġġoranza huma nies ta' l-affari tagħhom, biex din is-sistema jintroducuha wkoll f'Buġibba, f'Paceville u anke fil-Belt Valletta ħalli l-ilmenti jkomplu jonqsu.", "Jiena ċert li jekk it-taxi drivers jaħdmu b'din is-sistema jkun hawn ħafna iktar nies li jagħmlu użu mis-servizz tat-taxis.", "Jiena naħseb li Malta huwa l-uniku pajjiż fejn ħadd ma jwaqqaf taxi driver fit-triq biex imur minn post għall- ieħor u dan ġej mill-fatt li l-prezzijiet li joffru huma għoljin u huwa dan li ta image ħażin lit-taxi drivers.", "Jiena ċert li s-sena dieħla l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku se taħdem biex din is-sistema tkompli tiġi estiża.", "Għalhekk ma nafx kif tan-naħa l-oħra jiġu jgħidulna li m'għamilna xejn.", "Madam Speaker, jiena ngħid li t-taxi drivers għandhom jingħaqdu f'koperattiva biex dan is-servizz jibdew jipprovduh huma, anke għaliex jiena ċert li bl-introduzzjoni tal-breathalyser test u l-clamping id- domamda għas-servizz tat-taxis għandha tiżdied.", "Imbagħad din il- koperattiva tibda tagħmel taħdidiet mal-banek u mal-Gvern biex tingħata soft loan ħalli kull taxi driver ikollu radio fit-taxi biex il-vjaġġi jibdew isiru b'mod organizzat.", "Anke f'dak li hu servizz mogħti mill-karozzi tal-linja nista' ngħid li l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kellha suċċess notevoli u dan joħroġ mill-istess rapport annwali ta' l-awtorita'.", "Għall-ewwel darba l-ħaddiema li jaħdmu f'dan il-qasam qegħdin jilbsu l-uniformi, ġiet introdotta sistema ġdida ta' stand-by buses fit-terminus tal-Belt Valletta u ġiet introdotta rotta apposta għall-istudenti ta' l-universita'.", "Ġie ntrodott ukoll servizz ta' night bus minn Paceville u diversi rotot oħra bħal Wied iż- Żurrieq, Ħaġar Qim u Popeye Village.", "Tajjeb li wieħed isemmi wkoll il-ftehim li sar bejn l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku u s-sidien tal-karozzi tal-linja ġewwa Għawdex.", "Jiena ċert li l-Onor.", "Anton Tabone se jgħidilna li dan il-ftehim sar għaliex kien hemm pressjoni mit-tour operators biex dan il-qasam jitjieb ħalli t-turisti jingħataw servizz aħjar, iżda jiena ngħidlu li l-importanti huwa li l- ftehim sar.", "GĦalkemm sar dan kollu, jibqa' l-fatt li l-pubbliku m'huwiex sodisfatt għal kollox bil-mod kif qiegħed jitmexxa dan is-servizz għaliex għalkemm ix-xufiera, fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, huma nies ta' l-affari tagħhom, hemm uħud li ma jagħmlux xogħlhom tajjeb.", "Għalhekk nissuġġerixxi li għas-sena d-dieħla jiżdiedu l-miżuri ta' dixxiplina ma' dawk diġa' ntrodotti, fejn kien hemm xi xufiera li wżaw il-vjolenza mal-passiġġieri u mill-ewwel itteħditilhom it-tag.", "Hemm bżonn pero' li dawn il-miżuri jiġu estiżi għal offiżi oħra, u dawn l-affarijiet m'għandniex għalfejn nibżgħu ngħiduhom.", "Madam Speaker, jiena ngħid li meta x-xufiera jonqsu milli jagħmlu dmirhom, jiġifieri jew ma jagħmlux ir-rotta, jew ma jaslux fil-ħin jew jonqsu milli jgħabbu lill-passiġġieri minn fuq l-istages, partikolarment fil-ħinijiet tax-xogħol, allura għandha tiddeħdilhom it-tag, jekk mhux għal dejjem, għallinqas għal xi ġranet jew ġimgħat.", "U dan għaliex awtorita' li m'għandhiex snien m'hi awtorita' xejn, u awtorita' li għandha s-snien timmultiplika r-rispett li diġa' għandha.", "Fis-sistema kif inhi llum għandek 508 karozza tal-linja li huma maqsumin f'żewġ shifts, 254 jaħdmu llum u 254 jaħdmu l-għada.", "Imma fl-opinjoni umli tiegħi, dan in-numru m'huwiex biżżejjed biex ilaħħaq mad-domanda, speċjalment fil-għodu u fil- għaxija waqt il-ħinijiet tax-xogħol.", "Jiena naf li minn studju li sar mill- awtorita', jidher ċar li Malta għandha bżonn 320 karozza tal-linja kuljum, bi 30 li jkunu on stand-by.", "Dawn il-karozzi għandhom jaħdmu 18-il siegħa iżda x-xufiera jinbidlu fuq shift system u b'hekk ma jkollniex xufiera għajjenin għaliex jaħdmu għall-ħinijiet twal.", "GĦalhekk din is-sistema trid tinbidel, u jiena naħseb li din hija waħda mill-ikbar sfidi li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha quddiemha.", "Ħaġa oħra li xtaqt nitkellem fuqha hija t-twaqqif ta' kumpannija ġdida tas-sidien tal-karozzi tal-linja.", "Huwa veru li dawn għandhom association iżda l-fatt li ħafna mill-istess sidien ma jagħmlux xogħolhom sewwa, juri li m'humiex immotivati biex jaqilgħu x'jieklu għaliex kieku ma jħallux nies fuq l-istages.", "Jiena naħseb li għandha titwaqqaf kumpannija ġdida li fiha l-Istat ikollu l-minoranza u s-sidien ikollhom share.", "Imbagħad jekk din il- kumpannija trid taħdem fuq sistema ta' 350 karozza tal-linja kuljum minflok it-254 li jaħdmu llum, allura għandha tixtri hi l-permessi żejda u l-Gvern jgħinha tixtrihom bil-kondizzjoni li tħaddem biss 350 karozza tal-linja bil- lejl u bi nhar.", "B'hekk ir-rotot jiżdiedu, isiru iktar spissi u l-ħinjiet jinżammu.", "Din il-kumpannija li qed nissuġġerixxi għandu jkollha r-route managers, id-despatchers u l-inspectors tagħha u jkollha management serju u modern.", "B'hekk il-Gvern jgħaddi l-bus shelters li semma l-Onor.", "Galea f'idejn il-kumpannija u din tkun tista' tużahom anke għall-advertising u ddaħħal eluf ta' liri fis-sena.", "Madam Speaker, nixtieq nieħu din l-okkazzjoni wkoll biex nitkellem fuq il- mini-buses il-ħomor.", "Dawn huma responsabbli għall-ġarr ta' ħafna tfal ta' l-iskola u spiss tarahom għaddejjin bi speed esaġerat biex ilaħħqu max- xogħol.", "Barra minn hekk jgħabbu iktar milli suppost u ħafna minnhom la għandhom safety belt u lanqas mezzi biex jiġġieldu n-nar u Allaħares taqbad xi waħda minnhom.", "Għandek ukoll xufiera li ftit li xejn jafu x'għandhom jagħmlu bit-tfal ta' l-iskola jekk jikollhom xi accident, u ma nistgħux nibqgħu mexjin b'dan il-mod.", "Jien sirt naf li l-awtorita' offriet lill- koperattiva tal-minibuses biex iżidu n-numru tal-minibuses b'iktar minn 20 ħalli tonqos il-pressjoni, pero' sal-lum jidhirli li għadhom ma aċċettawx.", "Dan qed ngħidu għaliex nemmen li huwa importanti li jsir.", "Barra minn hekk, ma naqbilx li l-koperattiva tal-minibuses għandu jkollha dritt esklussiv li ġġorr it-tfal ta' l-iskejjel tal-gvern u nittama li din it-talba tiġi miċħuda biex b'hekk inħallu l-għażla u jkun hawn iktar kompetizzjoni u iktar effiċjenza.", "Fil-fehma tiegħi, mis-sena d-dieħla l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għandha ssejjaħ lis-sidien tal-minibuses il-ħomor u tagħtihom ordni li fi żmien sentejn iridu jibdlu l-minibuses b'oħrajn li ma jkollhomx iktar minn sentejn jew tliet snin.", "Dawn għandhom ikunu moderni, għandu jkollhom is-seat-belts u l-mezzi kollha ta' salvataġġ li għandhom minibuses barra minn Malta.", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar it-trasport bil-baħar.", "Jiena naħseb li huma ftit dawk li jafu li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha wkoll ir-responsabbilta' tal-biċċiet tal-baħar li jġorru lit-turisti bi ħlas.", "Jidhirli pero' li anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan it-tip ta' trasport qed isir xogħol doppju bejn l-Awtorita' Marittima u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u għalhekk jekk ir-riżorsi limitati li hemm f'dawn iż-żewġ awtoritajiet jingħaqdu, ikun hemm riżultat aħjar u aktar effiċjenza.", "Irrid infaħħar hawnhekk fl-inizjattiva li ħadu l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-kumpannija tal-Captain Morgan, fejn taw l- opportunita' lil dawk li jkunu jridu jaqsmu bejn il-Belt Valletta u Tas- Sliema li jixtru biljett bil-prezz ta' ¥3 biss u jkunu jistgħu jagħmlu użu minnu għal tliet xhur sħaħ.", "Jiena nittama li jkun hemm ftehim bejn l- għaqda tal-barklori li tirrappreżenta lis-sidien tad-dgħajjes u l- kumpannija tal-Captain Morgan biex dan is-servizz jiġi estiż għat-Tliet Ibliet.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li dan huwa qasam importanti mhux biss għall-poplu Malti imma anke għat-turisti li jżuruwna.", "Kif għidt aktar kmieni, is-sena li għaddiet l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kellha suċċess notevoli pero' hemm bżonn li dan is-suċċess ikompli fis-snin li ġejjin.", "Iżda biex isir dan l-awtorita' trid tkun mgħejjuna, irid ikun hemm impenn qawwi u ħidma għaqlija u kollox koordinat b'motivazzjoni.", "B'hekk biss l-awtorita' tista' tkompli tagħmel il-ġid.", "Madam Speaker, jien ma nistax ma nagħtix l-approvazzjoni għal din il- mozzjoni li qed iressaq l-abbli Ministru Joe Debono Grech biex konformament ma' l-att viġenti li waqqaf l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ngħidu li din l-awtorita' għandha l-fiduċja tal-forza politika u sovrana ta' pajjiżna, il-Parlament Malti, biex tkompli twettaq dmirha b'impenn u b'sagrifiċċju għall-ġid ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, irrid li mill-bidunett ngħid li se nipprova ndaħħal element ieħor biex inwessgħu ftit iktar id-diskussjoni f'dan id-dibattitu għaliex inħoss li dan l-element għandu jidħol f'diskussjoni bħal din, u nispjega għaliex.", "Fl-introduzzjoni qasira tiegħu l-Ministru qal li meta nitkellmu fuq il- Public Transport Authority il-poplu jaħseb li nkunu qegħdin nitkellmu biss fuq is-servizz li jingħata bil-buses.", "Fil-fatt dan huwa żbaljat imma huwa iktar żbaljat, fl-opinjoni tiegħi, li wieħed iħares lejn mezzi oħra ta' trasport u ma jħarisx lejn it-trasport pubbliku bil-baħar.", "Jien dejjem ħassejt li hawn din l-anomalija għaliex nitkellmu tant fuq it-trasport pubbliku fuq l-art bil-mezzi kollha disponibbli, kemm buses, minibuses, karozzini, u mezzi oħra u mbagħad fuq it-trasport pubbliku bil-baħar donnu ma nsibux ħin biex nitkellmu f'dan il-Parlament u f'postijiet oħrajn fejn normalment isir dibattitu dwar servizzi ta' dan it-tip.", "Madam Speaker, jien qed nitlob il-klemenza tiegħek u anke ta' l-Onor.", "Membri tal-Kamra biex inkun nista' nelabora ftit iktar għaliex forsi l- estimi ma jagħtunix id-dritt li nagħmel diskors fuq dan it-tip ta' trasport.", "Pero' bħala membru ta' dan il-Parlament inħossni fid-dmir li niġbed l-attenzjoni tal-Kamra li dan huwa aspett li wieħed irid jitkellem fuqu għaliex dan huwa servizz importanti għall-pajjiż kollu, speċjalment għal dawk in-nies li jgħixu fil-gżira ta' Għawdex.", "Jiena persważ li kulħadd jifhem u japprezza kemm huwa importanti t-trasport pubbliku bil- baħar, pero' għal raġunijiet varji għadu ħadd ma ħa l-inizjattiva vera u proprja li jgħid li la dan huwa servizz importanti u għandu tant konnotazzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini li joqgħodu fil-gżira ta' GĦawdex, allura hemm bżonn li jinstab spazju għalih u jkun hemm xi ħadd responsabbli minnu u ma jibqax imxerred mad-diversi dekasteri.", "U ġaladarba llum qegħdin niddiskutu l- estimi tal-Public Trasport Authority, ħassejt li għandi nsib niċċa biex nitkellem dwar dan.", "Irrid ngħid li jiena diġa' kelli l-okkażjoni nitkellem dwar dan meta konna qegħdin niddiskutu l-voti li jaqgħu taħt il-ministeru għat-trasport u portijiet, pero' jiena nħoss li dan is-suġġett m'għandux jiġi diskuss biss meta nkunu qegħdin niddiskutu l-estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jew il-voti li jaqgħu taħt il-ministeru għat-trasport u portijiet.", "M'huwiex biżżejjed li napprezzaw kemm dan is-servizz huwa importanti imma rridu bil-fatti noħolqu sitwazzjoni fejn dan is-servizz bejn Malta u Għawdex nagħtuh l-istess importanza li nagħtu lit-trasport pubbliku fuq l- art.", "Ovvjament iċ-ċirkostanzi m'humiex l-istess u wieħed irid jagħmel diskors differenti imma l-prinċipju bażiku jrid ikun l-istess.", "Ma jistax ikun li aħna naċċettaw il-parti estremament soċjali tal-konsiderazzjonijiet li nieħdu meta nitkellmu fuq it-trasport pubbliku fuq l-art u ma nagħmlux l- istess meta nitkellmu fuq it-trasport pubbliku bil-baħar.", "S'issa għadu ħadd ma pperswadieni li t-trasport bejn Malta u Għawdex m'huwiex ukoll trasport pubbliku.", "Id-differenza hija li biex tmur minn gżira għall-oħra trid tuża l-vapur imma m'hemmx għalfejn ngħid li min jgħix f'Għawdex jinqeda b'dan is-servizz bi bżonn u mhux b'kapriċċ.", "Madam Speaker, quddiemi għandi stqarrija li kien ħareġ il-ministeru għat- trasport u portijiet fi Frar tas-sena l-oħra, meta fil-pajjiż kien hawn ħafna diskors li kien se jkun hawn żieda fil-fares.", "Din l-istqarrija tgħid:", "\"Wara rapporti li dehru fl-istampa lokali, il-Ministru għat-Trasport u Portijiet irid jagħmilha cara li m'hemm l-ebda approvazzjoni għal reviżjoni fil-ħlas tat-trasport provdut mis-setturi li joperaw it- trasport pubbliku.", "Il-Gvern huwa dejjem dispost li jiltaqa' u jiddiskuti mas-setturi konċernati għaliex hija l-politika tiegħu li jidħol f'konsultazzjonijiet sħiħa biex iħares l-interess tan-nies tax- xogħol kollha u tal-familji tagħhom, iżda m'huwiex lest li jaċċetta li jittieħdu deċiżjonijiet li jista' jkollhom impatt soċjali wiesa' mingħajr ma jsiru l-konsultazzjonijiet u tingħata l-approvazzjoni meħtieġa.\".", "Jien ma nsib xejn ħażin f'din l-istqarrija imma wieħed isib ħafna x'jgħid meta jiġi biex jitkellem fun in-nollijiet li wieħed irid iħallas biex jaqsam bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel Co. Ltd.", "Jiena ma nippretendix li biex taqsam bejn Malta u Għawdex għandek tħallas daqs kemm tħallas biex taqsam minn Tas-Sliema għall-Belt Valletta, pero' wieħed mhux biss irid iħares lejn l-aspett kummerċjali u dak ekonomiku imma wkoll lejn l-aspett soċjali u ma jridx jagħmilha diffiċli li wieħed jaqsam bejn gżira u oħra.", "U jekk naqblu fuq dan, allura rridu nittraduċu l- interpretazzjoni li qed nagħti f'affarijiet li huma konkreti u li jagħtu riżultat.", "GĦalhekk, Madam Speaker, meta jkun hemm talba għal żieda fin-nollijiet tax-char-a-bancs quddiem l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - liema awtorita' twaqqfet mill-Gvern Nazzjonalista bil-ħsieb li jkollha verament l- awtorita' fuq l-aspetti tat-trasport, u nittama li tkompli tespandi u ma jsirx kif qal l-Onor.", "Schembri Adami - allura għandhom jibdew mill-ewwel il- mekkaniżmi ta' l-Istat, dawk soċjali u m'humiex, biex wieħed jara jekk din it-talba tkunx ġustifikata jew le, u jekk tkun ġustifikata wieħed għandu jara wkoll x'se jieħu lura f'sens ta' servizz aħjar.", "Ċertament li meta kienu għolew in-nolijiet tal-bastimenti li jaqsmu bejn Malta u Għawdex, ma kienx hemm dan l-atteġġament.", "F'dan il-każ la kien hemm dan l-approach u wisq inqas kien hemm negozjati biex wieħed jara daqsxejn x'se jkun l-impatt taż-żieda fin-nollijiet fuq il-pubbliku.", "GĦalhekk nittama li xi darba jkollna l-opportunita' f'dan il-Parlament li niddiskutu dan is-suġġett fit- tul, għaliex verament hemm bżonn li dan isir.", "Rigward it-trasport fuq l-art nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fil-bord ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku m'hemm l-ebda membru li huwa Għawdxi.", "Jiena dejjem ngħid illi f'dawn il-bordijiet nazzjonali huwa utli ħafna li jkollok membru Għawdxi għaliex dan ikun jista' jifhem aħjar is-sitwazzjoni u fl-istess ħin ikun jista' jfiehem aħjar lil ħaddieħor xi tkun is-sitwazzjoni ġewwa Għawdex.", "Imma mhux talli m'hemm l-ebda membru Għawdxi fuq dan il-bord, talli għalkemm il-liġi li waqqfet l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tikkontempla li fost erba' kumitati eżekuttivi u konsultattivi li għandhom jitwaqqfu għandu jkun hemm wieħed minnhom allokat għal Għawdex, dan il-kumitat għadu ma twaqqafx.", "L-iskop ta' dan il-kumitat huwa biex wieħed ikollu struttura li permezz tagħha tkun tista' tagħmel id- diskussjonijiet, tieħu miżuri u twettaq il-politika neċessarja.", "Dwar dan il-kumitat għamilt anke mistoqsija lill-Ministru, u qalli li dak huwa kumitat li għad irid jitwaqqaf u għalhekk nagħmel appell biex dan jitwaqqaf għaliex ikun ferm aħjar kemm għall-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kif ukoll għas-servizz innifsu li jingħata ġewwa Għawdex.", "Barra minn hekk bit-twaqqif ta' dan il-kumitat ikun hemm xi ħaġa stabilita li wieħed irid jagħti kasha u fl-istess ħin ikun hemm connection diretta ma' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Meta aħna konna fil-gvern ħdimna ħafna ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex naraw li f'Għawdex ikollna uffiċċju u anke impjegati biex wieħed ikun jista' jagħti dan is- servizz tant importanti b'mod aħjar milli kien qed jigħata.", "Il-ministeru għal Għawdex kien minn ta' quddiem biex jara li dawn l-affarijiet isiru, u fil-fatt saru.", "Irrid ngħid ukoll, Sur President, li proprju bħal-lum għaxar snin kien sar agreement bejn l-assoċjazzjoni tas-sidien tal-Gozo buses u l-ministeru għal Għawdex, li permezz ta' dan il-ftehim in-numru tal-karozzi tal-linja ġewwa Għawdex tela' minn 24 għal 39, u beda proċess ta' kuntatt li kien ilu nieqes 20 sena.", "Qabel ma kien hemm l-ebda kuntatti, jew il-kuntatti li kien hemm kienu kollha kuntatti li jinħallu mill-ewwel.", "Dik kienet is- sitwazzjoni li sibna għaxar snin ilu.", "Imma bil-mod il-mod is-sitwazzjoni bdiet tinbidel u fil-fatt illum il-ġurnata hemm sitwazzjoni ħafna aħjar milli qatt kien hemm qabel għaliex hemm infrastruttura amministrattiva u hemm il-mezzi li permezz tagħhom wieħed ikun jista' jtejjeb is-servizz kif inhu mixtieq u mistenni mill-pubbliku.", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li s-servizz tat-trasport bil- baħar u s-servizz tat-trasport fuq l-art għandhom ikunu komplimentari għaliex is-servizz tal-buses f'Għawdex ma jistax ikompli jikber jekk ma jikbirx dak bil-baħar.", "Jiġifieri biex tkun tista' tagħti aktar xogħol lill- buses f'Għawdex, hemm bżonn li ġġib aktar nies, u dawn in-nies bil-baħar trid iġġibhom.", "Dawn huma servizzi komplimentari, fis-sens li wieħed jieħu mingħand l-ieħor, u allura bilfors trid tagħtihom l-istess importanza.", "Madam Speaker, jiena ħassejt li kelli nitkellem dwar l-aspett tat- trasport bil-baħar għaliex ninsab konvint li dan il-mezz ta' trasport għandna nħarsu lejh mill-istess nuċċali li nħarsu lejn it-trasport fuq l- art, għaliex it-trasport bil-baħar huwa trasport pubbliku wkoll.", "GĦalhekk jiena nħalli dan il-ħsieb għad-deliberazzjoni ta' din il-Kamra biex wieħed jibda jindirizzah u jitkellem fuqu iktar ta' spiss sakemm isib l-aħjar formula għal dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha importanza primarja minħabba li kważi l-aspett ta' l- ivjaġġar kollu f'pajjiżna jaqa' taħt il-kappa ta' din l-awtorita'.", "Nixtieq nibda billi ngħaddi xi kummenti fuq is-servizz mogħti mill-karozzi tal- linja.", "Dan huwa settur li spiss jiġi kkritikat u din il-kritika ġieli tkun ġusta u ġieli tkun esaġerata.", "Fir-rapport li ġie ppreżentat quddiem il-Parlament insibu li ġew aġġornati u mtejba diversi rotot.", "Dan huwa tajjeb u għandu jkompli sabiex il-pubbliku in ġenerali, kemm jista' jkun, jiġi mħajjar aktar juża dan is-servizz.", "Ftit jiem ilu konna qegħdin niddiskutu liġijiet oħra li, direttament jew indirettament, jolqtu l-qasam tat-trasport, u tkellimna dwar l-ammont kbir ta' karozzi li hawn fit-toroq tagħna.", "Jiena nemmen li jekk il-pubbliku jingħata servizz aħjar u jiġu ntrodotti aktar rotot, dan l-ammont kbir ta' karozzi fit-toroq tagħna jonqos għaliex jibda juża aktar it-trasport pubbliku.", "Barra minn hekk, hemm bżonn li nsibu sistema fejn ix-xufiera ma jibqgħux jaħdmu sigħat twal, u allura naqbel ma' l-Onor.", "Schembri Adami li dawn għandhom jibdew jaħdmu fuq bażi ta' shift u b'hekk jonqsulhom in-numru ta' sigħat li jaħdmu f'ġurnata waħda.", "Dan jista' wkoll jgħinna biex nevitaw ċerti perikli għaliex meta sewwieq jagħmel ammont ta' sigħat isuq, iktar hemm ċans li jitlef il- konċentrazzjoni u jikkawża xi aċċident.", "Wieħed irid jgħid, Sur President, li x-xufiera tal-karozzi tal-linja barra r-responsabbilita' tagħhom infushom huma responsabbli wkoll mill- passiġġieri li jkun hemm rekbin fil-karozza.", "Għalhekk filwaqt li huwa tajjeb li wieħed ikompli jtejjeb is-servizz għall-pubbliku u jintroduċi rotot ġodda, ikun tajjeb ukoll li ntejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tax- xufiera.", "Xi wħud mix-xufiera jiġu kkritikati għall-mod goff li bih iġibu ruħhom mal-passiġġieri u li ma jagħtuhomx l-għajnuna meħtieġa.", "Jiena ngħid li wieħed mill-fatturi li jista' jwassal għal dan l-atteġġament huwa li l- ġurnata tax-xogħol tax-xufiera hija twila wisq.", "Allura jekk ikun hemm tibdil fl-iskedi tax-xogħol tagħhom u jitnaqqsilhom il-ħin tax-xogħol jista' jingħata servizz aħjar u jinbidel l-image li sfortunatament għandhom ix-xufiera.", "Sur President, il-Gvern Nazzjonalista kien qed jaħseb biex sa l-1996 iġib 100 karozza tal-linja ġodda.", "Imma minkejja li sar ħafna paroli u ħafna studji, fil-prattika ma sar xejn u barra minn hekk dawn il-paroli u studji qanqlu akkużi ta' skandli.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-mod kif kienu se jinxtraw il-makni tal-biljetti tal-karozzi tal-linja.", "Wieħed irid jgħid ukoll li minn dawn il-100 karozza tal-linja ġdida li kellhom jiġu sa l- 1996, waslu ħamsa biss u dawn ġew fi żmien Gvern Laburista, grazzi għall- ħidma mill-Ministru u mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, b'mod speċjali miċ-chairman, is-Sur Reno Calleja.", "Huwa tajjeb li wieħed jirrimarka s-suċċessi li saru fl-aħħar sena mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku pero' wieħed ma jridx jieqaf hemm imma jrid ikollu iktar forza biex ikompli bit-tibdil li hemm bżonn isir bil-mezzi li għandna.", "Inutli ngħidu li rridu nġibu karozzi lussużi meta m'għandniex il-mezzi biex inġibuhom.", "Sfortunatament il-Gvern Laburista ma tantx sab sitwazzjoni finanzjarja tajba sabiex ikun jista' jagħmel dak li xtaq u li ħaseb.", "Qed nieħu gost li qed ikun hemm diversi konsultazzjonijiet mal-kunsilli lokali u nħeġġeġ sabiex l-awtorita' tkompli b'dawn id-diskussjonijiet minħabba li l-kunsilli lokali jkunu jafu iktar il-bżonnijiet taċ-ċittadini tal-lokal tagħhom.", "Punt ieħor li xtaqt inqajjem dwar il-karozzi tal-linja huwa li meta nippjanaw biex inġibu karozzi tal-linja ġodda, huwa importanti li naraw li dawn ikunu jgħoddu għal pajjiżna.", "Nafu li f'pajjiżna għandna ħafna toroq dojoq u għalhekk tajjeb li nżommu f'moħħna li ma nistgħux nibqgħu nġibu karozzi tal-linja li bilkemm jgħaddu mit-toroq tagħna.", "Tajjeb ukoll li l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tibda taħseb għal metodi ġodda ta' trasport li jkunu environment-friendly sabiex nagħmlu inqas ħsara lill- ambjent tagħna.", "Jiena m'iniex qed ngħid li dan għandu jsir is-sena d- dieħla jew ta' warajha, imma jkun tajjeb li jkun hemm kumitat fi ħdan l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku sabiex jibda jaħseb għal dan.", "Sur President, dwar il-minibuses nixtieq ngħid li s-servizz mogħti minnhom għandna nisfruttawh aħjar, fis-sens illi jista' jkun mezz ta' trasport għall-persuni b'diżabilita'.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex jidhirli li f'pajjiżi Skandinavi persuni b'diżabilita' jiġu offruti dan it-tip ta' servizz minn minibuses li jkunu attrezzati sabiex ikunu jistgħu jġorru lil dawk il-persuni li ma jkunux jistgħu jitilgħu l- karozzi tal-linja, speċjalment dawk li jkunu f'wheelchair.", "Jekk jiġi ntrodott dan it-tip ta' servizz, jiena ngħid li l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku, il-Gvern u kif ukoll is-sidien jiffrankaw ħafna flus għaliex ma jkunx hemm bżonn li tibdel il-karozzi tal-linja kollha ma' oħrajn li jkunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Fil-fatt, l-awtorita' ftit taż- żmien ilu tat permess sabiex ikun hawn tail-lift vans sabiex persuni li huma inqas ixxurtjati minna u li ma tantx jistgħu jagħmlu użu mill-karozzi tal-linja, ma jkunux imxekkla milli jgħixu ħajja indipendenti u normali.", "Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba u wieħed għandu jifraħ lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u jawgura li tkompli taħdem sabiex dawn il- persuni ma jispiċċawx traskurati.", "Fil-ftit ħin li baqagħli, Sur President, nixtieq nitkellem dwar is- servizz tat-taxis.", "Kif qal l-Onor.", "Schembri Adami, kien pass tajjeb li x- xufiera tat-taxis fil-MIA ġew organizzati aħjar għaliex dan il-pass daħħal aktar dixxiplina fost l-istess xufiera.", "Bħax-xufiera tal-karozzi tal- linja, dawn ma tantx għandhom isem tajjeb maċ-ċittadini tagħna u ma' ċerti turisti u allura wieħed bilfors ikollu jaħdem sabiex ineħħi l-image ħażina li wħud minnhom taw.", "Ikun tajjeb ukoll li din is-sistema li qed jaħdmu biha x-xufiera tat-taxis fil-MIA tiġi estiża għal postijiet oħrajn b'mod li t-taxis jużawhom anke l-Maltin għaliex ikunu jafu li mhux se jiġu misruqa mix-xufiera u b'hekk l-istess xufiera jkollhom qligħ akbar.", "Nerġa' ngħid, dan kien tibdil li ried ċertu kuraġġ biex isir pero' nħeġġeġ sabiex din is- sistema tiddaħħal f'kull post li fih jingħata s-servizz tat-taxis.", "Sur President, hemm bżonn li f'dan is-settur l-enforcement jiġi msaħħaħ.", "Barra minn hekk għandu jkun hemm aktar edukazzjoni għax-xufiera u għal dawk kollha nvoluti f'dan is-settur għat-trasport pubbliku għax b'hekk biss nistgħu ntejbu dan is-servizz.", "Nixtieq nifraħ lill-bord ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, b'mod speċjali liċ-chairman, is-Sur Reno Calleja, li flimkien mal-Ministru Joe Debono Grech, ħadmu b'kuraġġ biex l- awtorita' setgħet tikseb dawn is-suċċessi f'din l-aħħar sena.", "Għalhekk nawgura lill-bord tad-diretturi li jkompli jaħdem b'aktar ħeġġa, kif għamel sa mill-bidu ta' din is-sena, ħalli permezz t'hekk jitjieb is-servizz u tikber l-effiċjenza.", "Fl-aħħarnett nappella lix-xufiera kollha kif ukoll lil dawk il-persuni nvoluti f'dan il-qasam tant importani sabiex ma jibżgħux mit-tibdil.", "Bosta drabi, aħna l-Maltin nibżgħu mit-tibdil iżda t-tibdil huwa meħtieġ u għandu jsir kemm għall-ġid tal-pubbliku li jagħmel użu minn dan is-servizz kif ukoll għax-xufiera u għall-persuni l-oħrajn li huma involuti fil-qasam tat- trasport pubbliku.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden liIl-Ministru Debono Grech jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, naħseb li kulħadd jaqbel illi dan huwa settur li għandu d-diffikultajiet tiegħu.", "Ħalli nibda minn dak li qal l-Onor.", "Tabone, meta qal li dan is-settur jiġbor fih ukoll it-trasport bil- baħar.", "Fil-fatt dan jiena għidtu fl-intoduzzjoni tiegħi imma rridu nżommu f'moħħna illi l-Gozo Channel Co. Ltd. hija kumpannija awtonoma li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħi.", "Għalkemm qabel qatt ma kien hawn diskussjoni dwarha, jiena lest li 'l quddiem jekk ikun hemm ċans nagħmlu diskussjoni għaliex huwa importanti li nagħmlu dan.", "Naqbel ukoll li fuq il-bord ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandu jkun hemm rappreżentanza Għawdxija u fil-fatt fuq il-bord tal-Gozo Channel Co. Ltd. hemm membru Għawdxi.", "Għal dik li hija kummissjoni li għandha x'taqsam mat- trasport f'Għawdex, ikolli nammetti li din ma ġietx imwaqqfa bi żvista u forsi anke b'nuqqas min-naħa tagħna.", "Jiena nemmen li l-problemi ta' Għawdex huma differenti ħafna mill- problemi ta' Malta għaliex la tkun maqtugħ bil-baħar bilfors ikollok xi problemi.", "Anke Malta li hija maqtugħa għaliha waħedha għandha dawn il- problemi, u Allaħares ma kienx hawn it-trasport bil-baħar u bl-ajru għax kieku addio l-komunikazzjoni ma' l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq!", "Għalkemm kien hawn min qal li jiena nobgħod lill-Għawdxin - dan ma jistax ikun għax ili nitla' Għawdex mill-1959 u tlajt waħdi u nżilt biż-żieda! - il-Gvern preżenti ra li jeżistu d-diffikultajiet għall-Għawdxin u mill-ewwel ħa l- passi biex jindirizza din il-problema.", "Sur President, lili attakkawni li kont nikkritika l-fatt li kienu għadhom ma ġewx il-buses il-ġodda.", "Jien mhux dan biss kien idejjaqni, għaliex xejn ma kont kuntent bil-mod kif kien qed jitmexxa l-ministeru tat-trasport u portijiet meta kien responsabbli għalih l-Onor.", "Michael Frendo.", "Meta kont shadow minister ta' l-agrikoltura, kont nieħu pjaċir nitkellem ma' l-Onor.", "Censu Galea għaliex it-tnejn nifhmu f'dan ix-xogħol.", "Ma rridx ngħid li l- Onor. Galea ma jifhimx fit-trasport pubbliku imma xtaqt li qed nindirizza lill-Onor.", "Frendo ħalli ngħidlu x'taħwid ħalla warajh fil-ministeru.", "U matul dawn l-aħħar xhur xbajt nistiednu jiġi jara t-taħwid li ħalla warajh.", "It-taħwid li għandi fuq il-kuntratt tal-Gozo Channel Co. Ltd. huwa xi ħaġa li ġġennen lil kulħadd.", "La ħadd jaf għal xiex dħalna f'dan il- kuntratt u lanqas min se jħallas għal dan il-kuntratt.", "Dan il-kuntratt sar qisu xi ltim!", "Tkellem lit-tali jgħidlek li hu kemm iffirma biss u tkellem lill-ieħor jgħidlek li m'għandux x'jaqsam.", "Basta kulħadd jieħu r-ritratti biex jidher fil-gazzetti!", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Anton Tabone tkellem dwar in-nollijiet li wieħed irid iħallas biex jaqsam bejn Malta u Għawdex.", "Jiena ngħidlu li dawn in-nollijiet kellhom jogħlew fi żmien Gvern Nazzjonalista, u dan tixhdu intervista li kienet saret maċ-chairman ta' dak iż-żmien, is-Sur Pawlu Abela.", "Skond ma kien ġie rrapportat fuq il-ġurnal \"In-Nazzjon\", meta s-Sur Pawlu Abela ġie mistoqsi jekk huwiex veru li n-nol se jogħla, huwa wieġeb li l-kumpanija bilfors trid tirrevedi t-tariffi jekk mhux b'mod immedjat għallinqas meta jibdew jinbnew il-bastimenti l-ġodda.", "Dan mhux jien għidtu imma l-ex-chairman Pawlu Abela f'intervista li kienu għamlulu l- ġurnalisti ta' \"In-Nazzjon\".", "F'din l-intervsita, is-Sur Abela kien qal ukoll li se jkun hemm investiment ta' ¥2 miljun għall-proġett taċ-Ċirkewwa u ¥1.5 miljun għal dak ta' l-Imġarr u li l-kumpannija hija idonea biex taħdem bejn Malta u Sqallija.", "Imma min waħħalhielna f'moħħna li l- kumpannija tista' taħdem bejn Malta u Sqallija?", "Biex se taħdem din?", "Bid- dgħajjes tal-qlugħ!", "It-tliet vapuri li hemm ordnati m'humiex tajbin biex jaħdmu għal Sqallija.", "U meta jiena staqsejt jekk huwiex possibbli li naraw li wieħed minnhom jinbena b'mod li jkun jista' jaħdem għal Sqallija, qaluli li biex dan isir irid isir tibdil fil-kostruzzjoni li jiswa 'l fuq minn ¥400,000.", "Sur President, taf li l-kumpannija ntrabtet li ż-żebgħa bilfors irridu nixtruha minn banda waħda u tiddeċiedi l-kumpannija barranija minn fejn tinxtara?", "Taf li jekk xi wieħed mill-vapuri jmurlu xi shaft li jiswa madwar ¥0.5 miljun irridu bilfors inġibuh mingħand din il-kumpannija?", "Dawn il-vapuri kienu se jiswew il-miljuni tal-liri u biex jipprovaw inaqqsu l- ispiża bdew jagħmlu l-pajpijiet tal-landa jew tal-ħadid.", "Imma mbagħad irrealizzaw li dawn isaddu u allura bdew jagħmluhom tar-ram u l-ispiża reġgħet bdiet tiela'.", "Imbagħad qalu li aħjar inaqqsu mill-apparat ta' l- air-conditioning.", "Qalulna wkoll li dak iż-żmien kien intlaħaq ftehim maċ-chairman tal-Malta Shipbuilding biex dawn il-vapuri jinbnew mill-ħaddiema tax-Shipbuilding imma minn dan ma ġara xejn.", "Din hija s-sitwazzjoni li sibna, u għalhekk nistieden lill-Onor.", "Tabone u lill-membri Għawdxin, flimkien max-shadow minister, biex jiġu jaraw it-taħwid li hemm fil-kuntratt tal-vapuri tal- Gozo Channel Co. Ltd.", "Min iffirma dan il-kuntratt, seraq lill-poplu Malti.", "Jiena ma naħsibx li l-Onor.", "Tabone kien jaf b'dawn l-affarijiet - Allaħares kien jaf bihom u ma tkellimx! - imma ma nistax ngħid aktar minn hekk.", "Xi ngħidu mbagħad għaż-żewġ vapuri li l-Gozo Channel Co. Ltd. għandha bħalissa?", "Biex dawn inxtraw kienet marret delegazzjoni barra minn Malta u l-ewwel li qalulna kien li dawn il-vapuri ma kenux tajbin għalina.", "Imma meta l-istess delegazzjoni rritornat lura Malta l-folja nqalbet u qalulna li se jixtruhom bi ¥300,000.", "Wara dawn l-istess vapuri biegħuhom b'¥1.5 miljun, u dan wara li qalu li ma kenux tajbin!", "Qalulna wkoll li meta għollejna n-nol tal-vapuri wrejna li m'għandniex kuxjenza soċjali.", "Imma dan tant m'hu minnu xejn li lill-Għawdxin li jużaw dan is-servizz il-Gvern qed jissusidjahom b'madwar ¥1 miljun.", "U għandna nkunu rġiel biżżejjed u ngħiduh dan.", "Jiena nemmen li bejn Malta u Għawdex għandu jkun hemm trasport adegwat imma ma nemminx li għandu jkun hemm il- ħela bħal meta nxtara l-hover marine u ħallejnih jiddeterjora għaliex ma stajniex nagħmlu użu minnu.", "L-istess Pawlu Abela kien jaf li dan m'huwiex vijabbli tant li, meta ġejna biex inbiegħuh u staqsewh x'tip ta' hover marine hu, qalilhom li m'huwiex tajjeb għaliex jekk ir-riħ ikun force - 4 lanqas fis-sajf ma jaħdem.", "Dawn huma l-affarijiet li sibt ma' wiċċi f'dak li jirrigwarda l-Gozo Channel Co. Ltd.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-karozzi tal-linja.", "L-ex-Ministru Michael Frendo fil-budget ta' l-1995 kien qal li sa l-aħħar ta' l-1996 kellhom jiġu 100 karozza tal-linja ġdida.", "Issa biex iġġib 100 karozza tal- linja dawn trid tordnahom sena u nofs qabel.", "GĦalhekk nistieden lill-Onor.", "Frendo, jekk inhu raġel, jiġi hawn u jgħid jekk dawn kenux ordnati jew le.", "Niftakru wkoll li l-ewwel qalulna li dawn se jġibuhom low-floor, imbagħad marru Birmingham u qalu li se jġibuhom super-low-floor.", "Barra minn hekk, biex dawn ikunu jistgħu jinxtraw, l-ewwel qalu li l-gvern se jagħti sussidju ta' ¥20,000 u f'daqqa waħda qalu li s-sidien għandhom joħorġu ¥13,000 u l-gvern joħroġ il-kumplament.", "Imma żgur li l-poplu Malti m'huwiex kapaċi jlaħħaq ma' dawk il-miljuni ta' liri f'sussidju.", "Kif jista' jkun li tagħti dawk is-sussidji kollha u l-poplu Malti ma jieħu xejn lura!", "Sur President, meta jiena sirt ministru kont staqsejt liċ-chairman biex jgħidli fejn huma l-¥5 miljun li ġew ivvotati bħala sussidju bijex jinġiebu l-100 karozza tal-linja u qalli li ħamsa biss hemm ordnati u mhux 100.", "Issa dawn suppost li sa l-aħħar ta' l-1996 kellhom ikunu hawn, u kieku veru kien hemm 100 ordnati allura kienu jiġu l-100 u mhux ħamsa.", "Dawn ġew għax kienu ordnati u għaliex il-flus kienu diġa' tħallsu imma l-95 l-oħra ma setgħux jiġu għaliex ma kenux ordnati.", "Issa f'dan iż-żmien konna f'sitwazzjoni ta' money no problem, jiġifieri ma nafx kif ma kienx hemm flus ivvotati biex jinxtraw kollha.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-bord li hemm issa kellu jirranġa ħafna affarijiet għaliex kien hemm flus ivvotati għal ħaġa u marru għal ħaġa oħra u kellu jitħabat ħafna biex jibda jpaċi d-dejn li kellha l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Sur President, kien hemm min qal li aħna sibna kollox lest, pero' biżżejjed insemmu n-numru ta' bus despatchers li l-promotion tagħhom kienet ilha miżmuma żmien.", "Kellna nkunu aħna biex tajnihom din il-promotion u rranġajna l-anomaliji li sibna.", "Ħafna qed igergru għaliex ċaqlaqnihom min- naħa għall-oħra u tajjeb ngħid li aħna ħadna din il-miżura għaliex, għalkemm il-maġġoranza tal-bus despatchers jagħmlu xogħlhom sewwa, hemm wħud li ma jagħmluhx u dan aħna ma nistgħux naċċettawh.", "Il-kollega tiegħi jaf li x-xufiera tal-karozzi tal-linja suppost jaħdmu fuq roster ta' day in day out.", "Imma jaf li sibna karozzi tal-linja li suppost ikunu qegħdin fuq il-venda u qatt ma jkunu hemm għaliex ikunu qegħdin jaħgmlu xogħol extra, bħal meta jġorru lin-nies għal coffee morning?", "Dwar dan ħadna passi u qegħdin nieħdu passi wkoll dwar dawk ix-xufiera li jħallu lin-nies jistennew fuq l-istages.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nittolleraw li xufier jibqa' għaddej u jħalli lin-nies li jkunu għadhom kif spiċċaw mix-xogħol fuq l-istage qisu ma ra lil ħadd.", "Nixtieq ngħid ukoll, Sur President, li 'l quddiem ix-xufiera li jaħdmu fit-trasport pubbliku se jibda jkollhom liċenzja apposta li fuqha jrid ikollhom in-numru tal-ktieb tax-xogħol, u meta jmorru l-bus despatchers jew uffiċjali oħra li għandhom x'jaqsmu mat-trasport pubbliku jridu juruhielhom.", "Anke jekk imur xi uffiċjal tal-labour office u jitolbu l- liċenzja li turi li hu bus driver, dan irid jurih din il-liċenzja u jekk xi xufier jiddeċiedi li jitlaq minn dan ix-xogħol, din il-liċenzja jrid jirritornaha l-labour office u ma jibqax jidher bħala bus driver.", "Kulħadd jaf li għandna nies li jirreġistraw għax-xogħol u fl-istess ħin jaħdmu ta' bus drivers.", "Nafu wkoll li jkun hemm xufiera li jmorru jieklu jew jagħmlu xi qadi ieħor u minflokhom jitfgħu lit-tifel jew lil xi ħaddieħor li lanqas biss ikollu liċenzja biex isuq karozza tal-linja.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nittolleraw dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku ħadmet ħafna biex neħħiet ċerti nies li m'humiex denji li jkollhom liċenzja biex jaħdmu bħala xufiera fuq il-karozzi tal-linja.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal dawk li forsi żbaljaw darba u weħlu l- ħabs, għax dawn għandhom dritt jaħdmu wkoll.", "Imma jista' jkun hemm min qatt ma kien il-ħabs imma xorta waħda m'huwiex tajjeb biex ikun xufier; u jiġġieldulna kemm jiġġieldulna, lil nies bħal dawn m'aħniex se nħalluhom jaħdmu fuq il-karozzi tal-linja, għax b'hekk biss nistgħu nirranġaw is- servizz tat-trasport pubbliku.", "Rigward il-minibuses irrid ngħid li l-problemi li għandna ilhom ikaxkru minn żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Ta' min jgħid li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku offriet lill-koperattiva biex in-numru tal- minibuses jiżdied bi 23.", "Dwar dan qbilna, imma l-probelmi ma jieqfux hemm għaliex mill-ewwel inqagħlet il-problema tas-seating capacity.", "B'xi mod din solvejniha għaliex tellajniha għal 16, pero' jridu aktar.", "Barra minn hekk nqala' ntopp ieħor għaliex dawn iridu li jkollhom il-monopolju fil- ġarr tat-tfal ta' l-iskejjel tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Dik ma taqax taħt il-ministeru tiegħi.", "Mela aħna se ngħidu li wieħed bilfors irid jirkeb ma' dak!", "Din ma nistgħux nagħmluha.", "Aħna komplejna fejn ħallejtu intom.", "(Interruzzjonijiet) Il-liberalizzazzjoni saret għall-coaches u dik komplejna fuqha u ma rtirajna xejn.", "Dik ġiet in vigore skond kif kien miftiehem u mexxejniha.", "Rigward il-kwestjoni max-xufiera tal-vannijiet il-bojod, lil dawn mhux biss tajnihom il-permessi li kellhom imma wasalna fi ftehim - jiddispjaċini li din il-gazzetti tan-naħa l-oħra ma ġabuhiex - li nniżlulhom id-dazju minn 48% għal 30%, u dan bl-għajnuna tal-Ministru tal-Finanzi.", "Imbagħad dawn talbuna biex iġibu vannijiet b'seating capacity li jvarja u anke fuq dan imxejna.", "(Interruzzjonijiet) La ma' tal-coaches u lanqas mar-rent-a-car association m'għandna xi tilwima.", "Kif qal l-Onor.", "Carmelo Abela, nista' nikkonferma li l-problema tat- trasport għal persuni b'diżabilita' ndirizzajniha wkoll.", "Naturalment m'aħniex se naċċettaw li biex wieħed iġib vann għal persuni bi bżonnijiet speċjali nagħtuh il-monopolju, u lanqas se naċċettaw li vannijiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali jintużaw għal skopijiet oħra.", "Fejn sibna sitwazzjoni ta' monopolju, bħal fil-każ tal-minibuses u fil-każ tal-karozzi tal-linja, ħallejna s-sitwazzjoni kif kienet iżda żgur li m'aħniex se nikkreaw monopolji ġodda.", "U rrid nagħmilha ċara li m'hemm l-ebda ħsieb li nneħħu dawn il-monopolji.", "(Interruzzjonijiet) Qed isemmuli l-coaches ta' Għawdex.", "Aħna għidna li s-settur tal-coaches f'Għawdex se jiġi lliberalizzat fis-sena 2000.", "B'daqshekk ma jfissirx li fejn nistgħu nirranġaw l-affarijiet ma nirranġawhomx, kif għamilna anke din is-sena, għalkemm għad għandna ċerti loose ends.", "Huwa veru li l-Maltin llum qegħdin jitilgħu bil-karozzi tagħhom imma aħna m'aħna se nħallu l-ebda racket.", "(Interruzzjonijiet) Ta' min jgħid li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku mill-1995 sa l-1996 wirtet arretrati ta' ¥104,339 f'PAYE u NI contributions u fl-1996/97 kellha tagħti l-ammont ta' ¥168,924.", "Sal-lum dawn l-ammonti tħallsu kollha.", "Niġi issa biex nitkellem dwar il-bus termini u nibda b'dak ta' Buġibba.", "Infakkar li l-pjanta ta' dan il-bus terminus kienet ġiet approvata mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li qablu magħha l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar flimkien ma' l-action committee ta' Buġibba.", "Niftakar li l-Prim Ministru kien fetaħ wirja - konna preżenti jiena u l-Ministru tat-Turiżmu - li fiha kien hemm il-pjanti ta' kif ġej il-bus terminus li, kif għidt, kien diġa' approvat iżda b'pika l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda tgħid li minflok jiġi wiċċu 'l \"hemm\" jiġi wiċċu 'l \"hawn\" u aħna m'aħniex qed naqblu ma' dan.", "Aħna rridu li jkollna bus terminus li jkun internazzjonali u fejn it-turist jinqeda aħjar.", "GĦandna l-ħsieb li jkollna tliet bus termini u 'l quddiem forsi jkollna erbgħa biex, jekk wieħed ikun irid imur Birżebbugia jew Wied il-Għajn, per eżempju, ma jkollux għalfejn joqgħod jidħol il-Belt u jaqbad karozza tal-linja oħra imma jibqa' sejjer dirett minn terminus għall-ieħor.", "(Interruzzjonijiet) M'huwiex tort tagħna li l- bus terminus ta' Buġibba għadu ma nbediex.", "Hija l-Planning Authority li żammet il-permessi.", "(Interruzzjonijiet) Sewwa!", "Mela jekk naħdmu mingħajr il-Planning Authority tgħajruna li qed nabqżuha u jekk ma naqblux mad- deċiżjoni tal-Planning Authority tgħidulna li qed nimpikaw!", "Aħna m'aħniex nimpikaw; imma sempliċement qegħdin ngħidu li ma naqblux mad-deċiżjoni li ħadet.", "Dwar il-bus terminus tal-Belt Valletta, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qaltilna li dan għandna nibnuh għal 20 sena u wara 20 sena naraw x'hemm bżonn jerġa' jsir.", "Imma għaliex għandna nibnu bus terminus u wara 20 sena nwaqqgħuh biex nibnu kollox mill-ġdid!", "Dak ikun ħela ta' flus.", "Qalulna wkoll li ma jistax ikun li nlestuh din is-sena, imma kieku ħallewna nibdew ix-xogħol kieku dan il-bus terminus wasal biex jitlesta.", "GĦaliex aħna kellna f'moħħna li nibnuh fi tliet fażi u fi tliet snin kien ikun lest.", "Imma dan għadu ma nbediex għax il-Planning Authority żammitilna l-permess.", "(Interruzzjonijiet) Jekk intom tagħtuna l-power li nibqgħu għaddejjin mingħajr il-permess tal-Planning Authority aħna lesti li nagħmluh dan, imma mbagħad ma tridux tiġu hawn u toqogħdu tgħajruna li qbiżna lill-Planning Authority!", "Jiena ma tantx nieħu pjaċir bil-burokrazija, iżjed nieħu pjaċir li jekk għandna nagħmlu xi ħaġa nagħmluha.", "(Interruzzjonijiet) Taħseb li jiena nieħu pjaċir niġi quddiem dan il-Parlament u ngħid li ġejt miżmum mill-Planning Authority milli nibni dan il-bus terminus?", "Iżjed ikun pjaċir tiegħi kieku niġi hawnhekk u ngħidilkom li l-bus terminus tlesta.", "Mela jekk isir bus terminus se jgawdu minnu l-Laburisti biss?", "Mhux għall-Maltin kollha se jsir?", "Jekk ikun hemm ħaġa tajba mhux il-pajjiż kollu se jgawdi?", "Sur President, il-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra rawhom il-pjanti tal-bus terminus tal-Belt u naħseb li jaqblu mal-mod kif inhu ppjantat imma, kif jaf il-kollega tiegħi, li hu perit, trid tgħaddi minn martirju biex l- Awtorita' ta' l-Ippjanar toħroġlok il-permess.", "Flimkien mal-Permanent Secretary u ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, għadni nitħabat biex forsi fl-aħħar jgħidu li għandna raġun u joħorġulna l-permessi meħtieġa.", "Wieħed mill-intoppi li sibna kien li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar riedet tibdel is-sit oriġinali għaliex qalet li trid sit daqsxejn ikbar.", "Issa s- sit oriġinali huwa ta' 11,500 pied kwadru u dak li għażlet hija fih 11,200 pied kwadru, u safejn naf jien 11,500 huwa ikbar minn 11,200.", "Mela issa minbarra l-misteri tal-fidi għandna wkoll il-misteri tal-Planning Authority!", "Dawn huma fatti u meta kont qed nitkellem magħhom u qaluli dawn l-affarijiet jiena għidtilhom li lili mhux se jġennuni u qbadt u tlaqt 'il barra.", "Din hi l-pożizzjoni li qegħdin fiha.", "Dan huwa li qed iżommna milli nibnu l-bus termini u għalhekk ix-xufiera f'Buġibba u kif ukoll fil-Belt Valletta sal-lum m'għandhomx post diċenti fejn jieħdu biċċa ħobż.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem dwar it-taxis.", "Nibda billi ngħid illi lit-taxi drivers kulħadd kien jgħajjarhom għal xejn.", "M'iniex ngħid li fost dawn ix-xufiera m'hemmx min hu ħażin imma kullimkien hemm il- ħażin u t-tajjeb.", "Jekk tmur ġo fabbrika issib il-ħażin u t-tajjeb, jekk tiġi hawn issib il-ħażin u t-tajjeb u jekk tmur ġol-qorti wkoll issib il- ħażin u t-tajjeb.", "Allura għaliex hemm xi wħud minnhom li m'humiex tajbin daqs l-oħrajn ma nirranġawlhomx!", "F'dak li hu servizz mogħti mit-taxis, għamilna riforma li kulħadd iġġwadanja minnha.", "Hemm min kien qed igorr għaliex ix-xogħol tat-taxis ġewwa x-Xatt kien ikkmandat minn tliet taxi drivers - kulħadd jaf għal min qed ngħid - u kulħadd jaf min kien jagħtihom il-power.", "Ovvjament dawn ir-riforma ma riduhiex imma bis-saħħa ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, flimkien mas-surġent li hemm ix-Xatt - minn hawn nixtieq infaħħru għax-xogħol siewi li għamel - irnexxielna ndaħħlu d-dixxiplina li kien hemm bżonn u min ma riedx joqgħod għad- dixxiplina qalfatnih minn hemm u issa mexjin tajjeb.", "Sur President, kellna wkoll kwestjoni mat-taxi drivers li jaħdmu ġewwa l- airport, għaliex uħud minnhom bdew jinsulentaw lil ċerti turisti.", "Jiena tkellimt ma' l-assoċjazzjoni tagħhom u għidtilhom li jekk inkun naf li din saret darba oħra ħadd minnhom ma jidħol l-airport.", "L-għada f'gazzetta lokali qrajna li l-Ministru Debono Grech qiegħed jhedded lit-taxi drivers li ma jħallihomx jidħlu l-airport mingħajr ma kellhom id-diċenza jistaqsuni għaliex ħadt dak l-atteġġament.", "Jiena m'hu se nħalli lil ħadd jinsulenta lit-turisti, ikunu ta' liema nazzjonalita' jkunu.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar iċ-ċitazzjonijiet.", "Meta l-enforcement officers jagħmlu ċitazzjonijiet lil min jinqabad ipejjep fuq il-karozza tal- linja, suppost li dan meta jitla' l-qorti jiġi mmultat ¥5.", "Issa, is-sabiħa hija li l-enforcement officer jitla' l-qorti u min jagħmel l-offiża ma jitlax, tiġi differita' għal darba oħra u tiġi tiswielek ¥200 jew ¥300.", "Allura dan sewwa?", "Jiena nħoss li l-qorti għandha tara li dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Irrid ngħid li diġa' għandna abbozz ta' liġi ddraftjat li qiegħed għand l-Attorney General fejn qegħdin nipproponu li jitwaqqaf tribunal tat-traffiku, u din is-sena beħsiebna nressquh għad-diskussjoni f'dan il-Parlament.", "Dan it-tribunal se jkun resposabbli mill-offiżi kollha li għandhom x'jaqsmu mat-traffiku u jekk it-tribunal jibgħat għal xi ħadd biex jidher quddiemu dwar xi offiża li jkun għamel u dan ifettillu ma jmurx, xorta waħda jeħel il-penali stipulata bil-liġi.", "Imma se mmorru oltre minn hekk għaliex qegħdin ngħidu li meta wieħed jinqabad ipejjep fuq ix-char-a-banc ma jkunx hemm għalfejn tagħmillu ċitazzjoni imma jkun irid iħallas il-multa dak il-ħin u mbagħad jekk irid ifittixna bil-qorti.", "Dan kulħadd ikun rah ipejjep u allura se jkun hemm uffiċjali li jkollhom il- poter li jiġbru l-multi dak il-ħin stess, bħalma jsir barra minn Malta.", "Sur President, l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku matul din is-sena ħadmet ħafna imma mid-diskors li sar mill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra tal- Kamra wieħed jaħseb li m'għamlet xejn għaliex ħlief tmaqdir ma smajniex.", "Ħadd ma semma d-diffikultajiet li kellha u li għad għandha.", "Jiena nista' ngħid li din taħdem b'koperazzjoni kemm mal-pulizija kif ukoll mal- ministeri għaliex bilfors irid ikollok liaison, speċjalment mal-pulizija u mal-qrati.", "Aħna qegħdin naħdmu sabiex kemm jista' jkun indaħħlu d- dixxiplina fost il-ħaddiema li jaħdmu fit-trasport pubbliku.", "U dan ma jsirx billi ntellgħu lil dak u lill-ieħor il-qorti imma billi nedukaw lil kull min għandu x'jaqsam mat-trasport pubbliku, kif qed tipprova tagħmel l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Imma mbagħad nippretendi li anke dawk li jużaw it-trasport pubbliku jkunu edukati.", "Per eżempju, ġieli ssib xi wieħed li jitla' fil-karozza tal-linja u lix-xufier jagħtih ¥10 biex iżommlu l-fare - qisu ma jafx li l-fare huwa 11c, 12c jew 13c! - u dan meta d-driver ikun ilu sejjer mill-5.00 a.m. u allura ma tagħtihx tort jekk jibda jirrabja ma' dak li jkun.", "Jiena ngħid li lid-drivers, kemm tal- buses, tal-minibuses u tat-taxis, għandna nġibulhom rispett għaliex dawn huma ħaddiema bħal ħaddieħor u joħorġu jaħdmu biex jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum bħal ħaddieħor.", "Jiena nħoss li lil dawn il-ħaddiema għandna niddefenduhom u l-pubbliku jrid jitgħallem ma jarax biss il-ħażin li jkun għamel wieħed imma jara t-tajjeb li jkun sar mill-maġġoranza.", "Kif diġa' ntqal, Sur President, għadna bil-ħsieb li l-karozzi tal-linja nbiddluhom.", "Kien hemm min ġie fuqi u staqsieni jekk jistax iġib il-karozza tal-linja direttament hu.", "Jiena għidtlu li hemm l-ispecifications u li wieħed irid iħarishom - l-istess specifications li ġew ippubblikati fil- Gazzetta tal-Gvern -, pero' jekk hemm min irid iġib il-karozza tal-linja hu, aħna m'aħniex se ngħidulu le.", "Kien hemm ukoll min staqsiena jekk jistax iġib karozzi second-hand pero' aħna m'għandniex il-ħsieb inġibu buses second-hand għaliex biex inġibu karozzi tal-linja ta' 20 sena ilu nibqgħu billi aħna.", "Nista' ngħid li l-Gvern Laburista għadu għaddej bit- taħdidiet ma' ħafna aġenti u m'huwiex beħsiebu jagħmel kif kien se jagħmel il-Gvern Nazzjonalista, jiġifieri jintrabat li dawn il-karozzi tal-linja jinġabu bilfors mingħand it-tali kumpannija.", "Aħna lill-ħaddiema qegħdin ngħidulhom li tkellimna ma' diversi aġenti u lesti nagħtuhom l-għajnuna kollha possibbli, u min irid iġib karozza tal-linja ġdida jkun jista' jġbiha, basta din tkun skond l-ispecifations li ħriġna.", "Hemm ukoll talba minn ċerti sidien tat-taxis biex ibiddlu t-taxis ma' oħrajn b'sistema Ingliża.", "Lanqas dwar dan ma nsibu diffikulta', basta l-affarijiet imorru għall-aħjar.", "Rigward it-trasport bil-baħar bejn it-Tlett Ibliet u l-Belt Valletta qegħdin ngħidu li min irid joffri dan is-servizz jista' jagħmel dan, basta jkollu d-dgħajsa jew il-lanċa f'kondizzjoni tajba u basta dan is-servizz ma jiġi mmonopolizzat minn ħadd.", "Lanqas dwar il-karozzini ma rridu li jkun hemm monopolju u m'aħniex se nħallu li jsiru ħneżrijiet iktar.", "Ma jistax ikun li meta jidħol bastiment bit-turisti, talli jdawruhom dawra jitolbuhom $US60 u jiġġieldu magħhom!", "Dan huwa trasport li qed jagħmlilna fedina ħażina mat-turisti li jagħmlu użu minnu.", "M'huwiex sewwa li talli jieħdu ritratt mal-karozzin jitolbuhom ¥5.", "Din is-sena l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku se taħdem ukoll biex il- liċenzji ta' dawn il-ħaddiema jiġu in order, bħall-ħaddiema l-oħra li għandhom x'jaqsmu mat-trasport pubbliku.", "Nieħu pjaċir ngħid ukoll li meta għamilna survey dwar is-servizz li jagħtu l-vannijiet il-bojod, sibna li 85% ta' dawk li ħadu sehem f'dan is-survey qalu li jagħtu servizz tajjeb.", "GĦalhekk nixtieq li kull minn jagħti servizz ta' trasport jieħu l-eżempju ta' dawn il-ħaddiema ħalli kemm jista' jkun kulħadd ikun kuntent bil-mezzi tat-trasport li għandna.", "Ċertament li jekk naħdmu flimkien, kull mezz ta' trasport f'pajjiżna jiġi organizzat b'mod serju u l-pubbliku jagħmel iżjed użu minnu u b'hekk ix-xogħol jiżdied.", "Nixtieq nirringrazzja lil kull min jaħdem fit-trasport pubbliku, b'mod partikolari lix-xufiera in ġenerali.", "Huwa veru li ġieli jkollna xi ngħidu pero' tajjeb ngħid li la x-xufiera individwalment u lanqas bħala assoċjazzjoni qatt ma ltaqgħu mal-ministru daqskemm iltaqgħu miegħi f'din is-sena li ili ministru jien.", "Fil-fatt f'disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista ltaqgħu mal-ministru fi tliet okkażjonijiet biss u f'din is- sena ltaqgħu iżjed minn 30 darba miegħi u ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Ġieli kellna nkwiet u anke ġlied imma għaliex kien hemm rieda tajba dejjem irranġajna kollox, u ta' dan ngħidilhom grazzi.", "Ħadd m'hu perfett imma għamilna dak li stajna u se nkomplu nagħmlu dak li nistgħu biex it-trasport pubbliku f'Malta, bl-għajnuna ta' kull wieħed li għandu x'jaqsam ma' dan is-settur, inġibuh verament kif jixtieq il-poplu u kif tixtieq l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għas-sena 1997/1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għas-sena 1997/1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "133", "FAVUR : 32", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Pace Bertu | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Charles | | |Buhagiar |Refalo Anton | |Louis | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Cilia Joe |Sceberras Trigona Alex | |Dalli Helena |Schembri Adami Sandro | |Debono Grech |Spiteri Lino | |Joe | | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella George | |Farrugia |Vella Karmenu | |Michael | |", "KONTRA :", "L-Onor.", "31", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona Joe | |D'Amato Helen|Pullicino George | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | |Galea Pace | | |Victor | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-30 ta' Settembru 1998 u l-Estimi Supplimentari għas-sena finanzjarja 1996/1997, skond l-Att IX ta' l-1989 dwar l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, Kap 332 tal-Liġijiet Riveduti ta' Malta, kienu approvati.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi): Madam Speaker, nippreżenta l-Minuti konfermati tal-laqgħat numri 7 sa 11 tal-Kumitat Permanent dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Dawn il-laqgħat saru bejn il-25 ta' Lulju u l-1 ta' Diċembru, 1997 u fihom iddiskutejna fid-dettall ir-Rapport ta' l-Awditur għas-sena 1995.", "MADAM SPEKAER: Grazzi.", "L-Onor Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Madam Speaker, nippreżenta l-Minuti konfermati tal-laqgħat numri 19 sa 21 tal-Kumitat Permanenti għall- Kondiserazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi li saru fis-16 ta' Diċembru, 1997 u fid-19 u s-26 ta' Jannar, 1998.", "Nirrapporta wkoll li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha\", kif ukoll l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa\" għaddew mill-istadju tal- Kumitat b'emendi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa 28 ta' Jannar, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. ---------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Sur President, jumejn ilu kont qed naqra f'gazzetta dwar l-applikazzjonijiet tal-golf courses ġewwa Malta u bejni u bejn ruħi għidt li wara 15-il xahar ta' amministrazzjoni minn Gvern Laburista s-sitwazzjoni dwar dan il-proġett għadha kif kif kienet tliet snin ilu.", "X'qed nipprova ngħid, Sur President?", "Qed nipprova ngħid li wara tliet snin sħaħ - 15-il xahar minnhom taħt din l-amministrazzjoni - ma sar l-ebda progress għaliex dawn qed jiltaqgħu ma' l-istess diffikultajiet li konna niltaqgħu magħhom aħna.", "Dan huwa kollu ħela ta' żmien, u dan meta nafu li llum il-ġurnata f'dak li huwa turiżmu, kif ukoll f'dik li hija esportazzjoni, irid ikollok a competitive edge.", "Aħna rridu ntellqu ma' pajjiżi li jikkompetu magħna imma filwaqt li dawn il- pajjiżi qegħdin jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex jaqilbu l-ħin f'ekonomija iktar soda, aħna qegħdin induru madwar il-lewża u nispiċċaw eżattament fejn konna numru ta' snin ilu.", "Din is-sitwazzjoni tirripeti ruħha f'ħafna affarijiet oħra, per eżempju, fil-każ ta' l-impjant tar- riċiklaġġ ġewwa Sant'Antnin.", "Aħna konna nafu li jrid isir xi ħaġa għaliex dan l-impjant ma kienx qed jaħdem tajjeb pero' llum, wara 15-il xahar ta' amministrazzjoni Laburista, għadna qegħdin nipprovaw nagħmlu xi ħaġa biex nirrimedjaw u naħseb li la jgħaddu s-sitt xhur ta' prova se nerġgħu nsibu ruħna fl-istess sitwazzjoni li kienet ħalliet l-amministrazzjoni ta' qabel!", "Waqt li qiegħed nitkellem fuq dan is-suġġett nixtieq ngħid xi ħaġa fuq is-separazzjoni ta' l-iskart at source.", "L-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet diġa' bdiet taħseb dwar il-policy ta' kif se nutilizzaw l-iskart ta' pajjiżna imma kien hemm id- diffikulta' kif dan se jiġi separated at source.", "Imma lanqas dwar dan, wara 15-il xahar ta' studju u riċerka, għadu ma sar xejn.", "Eżempju ieħor li qed jiġini f'moħħi huwa l-bini ta' l-isptar il-ġdid ġewwa Tal-Qroqq.", "Hekk kif il-Gvern Laburista ħa t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh, bdew jagħmlu upheaval tax-xogħol kollu li kien qed isir biex wara ħafna xhur ta' ħela ta' żmien reġgħu approvaw l-istess xogħlijiet bl-istess kuntratturi kif kien approvat mill-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "GĦalhekk hemm bżonn li jkun hemm ftit ta' umilta' fl-operat ta' dan il- Gvern.", "Ma jistax ikun li kulma sar mill-amministrazzjoni preċedenti, allavolja għandha track record tajjeb, jiġi scrapped u ma jiġix utilizzat u nerġgħu nibdew l-affarijiet mill-ġdid biex forsi l-Gvern jieħu l-krettu hu.", "Sur President, f'din l-istess gazzetta kien hemm ittra fejn turist kien qiegħed jilmenta kemm għad għandna prodott ħażin u kemm it-toroq u l-mezzi tat-trasport huma ħżiena, u allura għandna fiex naħlu l-enerġija tagħna u hija ħasra li qed naħlu dan iż-żmien prezzjuż.", "Eżempju ieħor huwa l-proġett tal-Maltacom plc li qed jissejjaħ il-proġett tal-millenju u li se jsir ġewwa San Ġiljan.", "Dan il-proġett aħna kkritikajnih fl-aħħar budget u għidna lill-Gvern biex ineħħih minn rasu għaliex bini ta' torri bħal dan m'huwiex aċċettabbli f'dawk l-inħawi.", "Niftakar li l-Viċi Prim Ministru kien iddieħak bina, kien qalilna li l- proġett għadu biss qed jiġi studjat u wkoll li mhux se jkun għoli daqs kemm qed ngħidu aħna imma llum nafu li l-Viċi Prim Ministru kien żbaljat u li l- Oppożizzjoni kellha raġun.", "GĦalhekk hemm bżonn li din l-amministrazzjoni tkun daqsxejn umli u tapprezza x-xogħol kollu li kien sar qabel għaliex bl- imġieba tagħha qiegħda ddaħħal konfrontazzjoni bejn istituzzjoni u oħra.", "GĦaliex qed ngħid dan, Sur President?", "Ftit ilu kont qed nitkellem ma' xi ħaddiema ġewwa San Vincenz de Paule u qaluli li hemm konfrontazzjoni bejn il-union li tirrappreżenta lin-nurses u l-union li tirrappreżenta s-settur tal-casual assistants.", "Allura min qed jiġbed naħa u min qed jiġbed oħra.", "Dawn huma affarijiet li fi żmien l- amministrazzjoni Nazzjonalista ma kienu jiġru qatt.", "Fid-disa' snin u nofs ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, hekk kif kien jinqala' xi tilwim industrijali, minnufih konna npoġġu madwar mejda, niddiskutu s-sitwazzjoni u s-soluzzjoni kienet tinstab mingħajr ma jkun hemm element ta' konfrontazzjoni.", "Sur President, dan l-aħħar smajna ħafna fuq is-sistema fiskali u fuq ir- rapport ta' Moody's. Dan ir-rapport ta raġun lill-Partit Nazzjonalista għaliex minnu ħareġ l-istess riżultat li aħna ilna nsemmu.", "Din in-naħa tal- Kamra kienet ġiet ikkritikata mill-Gvern li qed tagħmel il-bsaten fir-roti u li qed tqanqal ħafna kritika inġusta, imma wara li għadda dan iż-żmien kollu ħareġ rapport li ta raġun lilna.", "Il-poplu Malti qed jinduna li ż- żmien li ħadna biex naqilbu minn sistema ta' tassazzjoni għal oħra kien kollu żmien moħli u wassal biss biex qatel u staġna l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Aħna konna ngħidu li dan huwa kollu żmien moħli għaliex wara kollox is-sistema ta' tassazzjoni li ntroduċew hija kważi l-istess bħal dik li kien hemm u kienet is-suppervja ta' dan il-Gvern li ġegħlitu jaqleb minn sistema għal oħra.", "U wara li qlibna minn sistema għal oħra issa qed jingħad li se nerġgħu ndaħħlu s-sistema tal-VAT fuq l-affarijiet manifatturati lokalment!", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm dan il-Gvern veramnet qed jaħli ż-żmien fix-xejn.", "Sur President, f'ġieħ is-sewwa, f'ġieħ il-mewt kummerċjali li hawn f'pajjiżna llum il-ġurnata u f'ġieħ il-ħaddiema li qegħdin jispiċċaw mingħajr xogħol, hemm bżonn li dan il-Gvern idaħħal daqsxejn know-how fil- mod ta' kif jutilizza l-ħin tiegħu.", "Dan l-aħħar il-Gvern ġie mgħajjar li huwa inkompetenti.", "Jien ma ngħidx li għandna Gvern inkompetenti għax kull gvern jipprova jagħmel mill-aħjar li jista' imma qiegħed juri li hemm ċerta inkompetenza fil-mod kif juża l-ħin tiegħu.", "Jekk m'għandux inkompetenza fil-mod u manjiera ta' kif jittekilja s-sitwazzjoni li qiegħed joħloq huwa stess, qed ikun hemm inkompetenza fit-time management.", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar l-iffriżar ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għaddew 15-il xahar u l- applikazzjoni tagħna għadha ffriżata, u allura qed naraw li pajjiżi oħrajn, bħalma huma Ċipru u l-Greċja li huma kompetituri diretti tagħna kemm fit- turiżmu u kemm f'affarijiet oħra, se jkomplu mexjin 'il quddiem u aħna nibqgħu nħarsu lejhom.", "Fil-fatt il-Greċja diġa' qiegħda taqta' l-frott għaliex qiegħda tibbenefika minn għajnuna kbira li l-Unjoni Ewropea tagħti lil pajjiżi li jissieħbu magħha.", "Anke Ċipru, li dejjem ħares lejn Malta bħala l-benchmark tiegħu biex jara kif se jfassal l-istrateġija tiegħu, meta għada pitgħada jidħol membru fl-Unjoni Ewropea jibda jibbenefika mill- għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea u jibda jagħmel inroads kemm fit-turiżmu kif ukoll fl-infrastruttura.", "U aħna nibqgħu nittewbu u nibqgħu lura għaliex minħabba l-iffriżar ta' l-applikazzjoni ma nistgħux nibbenefikaw mill- għajnuna li l-Unjoni Ewropea tagħti lil pajjiżi membri tagħha!", "Allura meta jasal iż-żmien li nidħlu fl-Unjoni Ewropea - fl-aħħar mill-aħħar hemm irridu naslu - inkunu ħlejna snin sħaħ li matulhom stajna bbenefikajna ħafna u konna nirranġaw dak li kkritikana fuqu t-turist li semmejt iktar kmieni waqt id-diskors tiegħi, jiġifieri t-toroq, it-trasport u l- affarijiet l-oħra li semma.", "Sur President, bil-mod li qed jimxi dan il-Gvern qiegħda ssir ħafna ħsara lil pajjiżna u minn fuq jagħti t-tort ta' din il-ħsara lil ħaddieħor.", "Eżempju ċar ta' dan huwa meta Moody's naqqsu r-rating ta' pajjiżna u l-Prim Ministru pprova jitfa' l-ħtija fuq l-azzjoni industrijali li kienet ordnat il-UĦM.", "Barra minn hekk, meta dan l-aħħar saret kritika fuq it-televiżjoni dwar il-mod kif qed jitmexxa l-isptar, speċjalment fil-ħruġ tal-mediċini, is-Segretarju Parlamentari tefa' l-ħtija fuq ħaddiema oħra u qal li kieku l- ispiżjara jaħdmu aħjar u ma jkunx hemm ix-xkiel li qed joħolqu huma stess, żgur li l-affarijiet jimxu ferm aħjar.", "Sur President, jien nawgura li dan il-Gvern jistabilixxi eżattament id- direzzjoni ta' fejn hu sejjer u japprofitta ruħu mix-xogħol siewi li għamel il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern u minn dak li qed jagħmlu l- unions, li qed jaħdmu u jixtiequ jaħdmu id f'id miegħu, ħalli tonqos il- konfrontazzjoni li teżisti f'dan il-pajjiż.", "Hemm bżonn li l-Gvern jagħmel l-almu tiegħu biex il-ħin ma' jaħliehx f'konfrontazzjoni u f'attakki frivoli imma jsarrfu f'enerġija li tmexxi lil pajjiżna 'l quddiem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, naħseb li wieħed mill-punti pożittivi li rajna f'pajjiżna fi tmiem is-sena li għaddiet kif ukoll fil- bidu ta' din is-sena kien proprju l-privatizzazzjoni ta' waħda mill- kumpanniji parastatali f'pajjiżna.", "Qiegħed nirreferi hawnhekk għall- Maltacom plc li l-Gvern iddeċieda li jbiegħ 40% minnha lill-privat.", "Bla dubju ta' xejn dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Il-Partit Nazzjonalista kien ilu żmien twil jgħid li hemm bżonn li pajjiżna jenfasizza iktar il-proċess fejn il-privat ikollu sehem ħafna ikbar.", "Allura aħna ħadna gost li l-Gvern Laburista sema' minn dak li konna ilna ngħidu għal ħafna snin u bela' dak li kien jgħid meta kien fl-Oppożizzjoni.", "Imma dan il-proċess li nbeda fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jrid jitkompla wkoll f'azjendi u f'korporazzjonijiet oħrajn għax dak huwa l- metodu li bih il-konsumatur dejjem ikollu l-aħjar benefiċċji.", "Sur President, meta jiena tkellimt dwar dan pubblikament, għidt li għandi d-dubji tiegħi kemm il-bejgħ ta' 40% ta' dawn l-ishma sar għaliex il-Gvern huwa politikament konvint li dan huwa l-aħjar li jsir.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex jiena naħseb li dan qed isir mhux għaliex verament hemm konvinzjoni politika imma sempliċement għaliex hemm l-esiġenza finanzjarja li jillapazzaw id-dejn li dejjem qed jikber.", "Dan joħroġ anke minn statements pubbliċi li saru min-naħa tal-Gvern.", "Jiena nemmen li l-iżbilanċ finanzjarju ta' pajjiżna huwa frott tad-deċiżjonijiet żbaljati li ħa dan il- Gvern.", "J'Alla għandi żball, għaliex allura dan ikun ifisser li f'dan il- pajjiż inkunu wasalna lejn sitwazzjoni fejn iż-żewġ partiti jemmnu bis-sħiħ li hija ħtieġa nazzjonali li mmorru dejjem iktar lejn korporazzjonijiet li jkollhom ishma mhux statali.", "Ħaġa oħra importanti li wieħed għandu jifhem hija li l-privatizzazzjoni hija l-ewwel pass fit-triq biex il-konsumatur jiġi moqdi aħjar kemm f'dawk li huma prezzijiet u kif ukoll f'dik li hija l- kwalita' ta' prodotti u servizzi li jieħu minn dawn il-korporazzjonijiet.", "It-tieni pass li pajjiżna jkun irid jagħmel fix-xhur u s-snin li ġejjin huwa l-pass tal-liberalizzazzjoni.", "Fil-qasam tat-telekomunikazzjoni rridu nżommu ruħna dejjem mexjin f'linja koerenti ma' dak li għaddej fil- kumplament tad-dinja u allura pajjiżna mhux se jkollu triq oħra ħlief it- triq tal-liberalizzazzjoni.", "Dan minħabba li t-teknoloġija kif se tkun applikata tmur oltre l-fruntieri leġislattivi, u dan qed ngħidu għaliex wieħed irid jifhem li l-passi li huma għaddejjin jeħtieġ li nkompluhom sabiex il-konsumatur verament ikollu servizz aħjar u anke orħos u mhux għall-gost li l-Istat jaħrab mir-responsabbiltajiet tiegħu.", "Sur President, jekk wieħed jara x'inhu għaddej fil-qasam tat- telekomunikazzjoni jsib li fl-Ewropa - dan insibuh f'rivista li toħroġ l- Unjoni Ewropea bl-isem \"Innovation and Technology Transfer\" - huwa kkalkolat li bil-liberalizzazzjoni li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena, il-konsumatur se jkollu medja ta' roħs ta' mhux inqas minn 40% fil- kontijiet tat-telekomunikazzjoni.", "Issa x'qed jiġri f'pajjiżna?", "Aħna mhux biss ma komplejniex bit-trattati għad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea imma l- Gvern iddeċieda li jiffriża l-applikazzjoni tagħna.", "Allura sfortunatament pajjiżna qatt m'hu se jkun f'pożizzjoni li jifforma parti minn din il- familja Ewropea u l-konsumatur Malti m'huwiex se jiggwadanja tnaqqis ta' 40% fil-kontijiet tiegħu.", "Kif għidt diġa', Sur President, il-Gvern iddeċieda li 40% mill-ishma tal- Maltacom plc se jmorru għand il-privat u 5% minnhom imorru għall-ħaddiema imma jiena kont inkun ħafna iktar ferħan kieku kont naf fejn sejrin il- kumplament ta' l-ishma.", "Kont inkun ħafna iktar grat lejn il-Gvern li kieku ta indikazzjoni ta' kemm minn dawn l-40% sejrin għand individwi biex il- poplu Malti jiġi assigurat x'persentaġġ se jkollu.", "Imma sfortunatament ma jidhirx li kellna xi tip ta' indikazzjoni bħal din min-naħa tal-Gvern.", "Sur President, jiena semmejt dan il-pass kbir li għamlet l-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-teknoloġija tat-telekomunikazzjoni għaliex dan huwa sors importanti ħafna, speċjalment għal pajjiż bħal tagħna li jrid jibni l- industrija tiegħu fuq l-industrija tas-servizzi, liema industrija bilfors hija dipendenti minn dik li llum tissejjaħ is-soċjeta' ta' l-informazzjoni.", "Ċertament li l-Unjoni Ewropea għarfet li b'dan it-tnaqqis ta' 40% għall- konsumatur kif ukoll għall-industrija hija se tagħti spinta lill-industrija tagħha sabiex tkun fuq il-forefront tal-bini ta' dik li tissejjaħ information society.", "GĦalhekk nittama li l-privatizzazzjoni ta' 40% tat- Telemalta b'xi mod igawdi minnha l-konsumatur ukoll.", "B'din id-deċiżjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea kien hemm roħs ukoll fis- servizz ta' l-Internet.", "L-Italja, per eżempju, ix-xahar li għadda ħabbret tnaqqis ta' kważi 33% fir-rati ta' dak li jitħallas għall-Internet għal dawk li huma konsumaturi nominali.", "Anke f'servizzi oħra, bħalma hu s- servizz ta' l-elettriku, filwaqt li f'Malta għandna gvern li rdoppja l- ħlas, il-Gvern Ingliż ta sussidji lill-pensjonanti sabiex ikunu jistgħu jsaħħnu d-djar tagħhom.", "Imbagħad ġewwa Spanja, il-Gvern iddeċieda li jraħħas il-konsum ta' l-elettriku bi kważi 4% għal postijiet residenzjali u b'5% għall-industrija, u dan sabiex iżomm lill-industrija Spanjola kompetittiva mal-kumplament ta' l-industrija Ewropea.", "Imma hawn Malta l- Gvern jiġi jaqa' u jqum mill-bwiet tan-nies li jridu jużaw l-elettriku biex isaħħnu djarhom u jiġi jaqa' u jqum minn kif se tiġi affetwata l-industrija ta' pajjiżna bl-għoli tal-prezzijiet fil-qasam ta' l-elettriku.", "Fil-fatt f'dawn il-ġranet kesħin jiena dħalt ġo djar ta' anzjani li jgħidulek li m'humiex iqabbdu l-heater għax iridu joqogħdu attenti li ma jaħlux ħafna dawl.", "Mela, Sur President, filwaqt li fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea - il- babaw li tant kienu jbeżżgħu bih tan-naħa l-oħra - insibu roħs konsiderevoli f'dawn is-servizzi, hawn Malta għandna gvern li ddeċieda li jiffriża l-applikazzjoni tagħna għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea għaliex m'għandux kuxjenza soċjali u mhux talli mhux qed iraħħas il- prezzijiet għal dawn is-servizzi iżda qed jgħollihom b'mod esaġerat.", "GĦalhekk bir-raġun li aħna ngħidu li dan huwa gvern bla kuxjenza soċjali għaliex bil-mod kif qiegħed imexxi qiegħed itellef lill-konsumatur Malti minn ċerti benefiċċji li qegħdin jiggwadanjaw minnhom il-konsumaturi Ewropej.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa 28 ta' Jannar, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fl-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBAXXATURI MALTIN", "11175.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10326, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sal-lum l-Kummissarju Għoli Malti f'Londra, is-Sur Richard Matrenza u l-Ambaxxatur Malti f'Washington, Mr M.A. Micallef, pprovdewx l-informazzjoni mitluba dwar żjarat minnhom f'Malta minn Jannar 1997 sa l-aħħar t'Ottubru, 1997?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti din l- informazjoni kif ta fuq id-diversi ambaxxaturi oħra fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10326?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bejn Jannar 1997 u l-aħħar ta' Ottubru 1997, il- Kummissarju Għoli għal Malta f'Londra żar Malta erba' darbiet, filwaqt li l- Ambaxxatur Malti ġewwa Washington ġie Malta darbtejn.", "Kif għidt fit-tweġiba preċedenti għal-mistoqsija parlamentari numru 10326, iż-żjarat imsemmija kienu kemm fuq xogħol kif ukoll viżiti privati.", "MSU - ĦADDIEMA", "11176.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ddeċidew li jitilqu l-impjieg tagħhom minn mal-MSU mill-1 ta' Jannar, 1996 sa l-aħħar t'Ottubru, 1996?", "Kemm kien in-numru ta' mpjegati fl-1 ta' Jannar, 1996 mal-MSU?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' impjegati li ddeċidew li jitilqu l- impjieg tagħhom minn ma l-MSU mill-1 ta' Jannar, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1996 kien ta' 25.", "In-numru ta' impjegati fl-1 ta' Jannar, 1996 kien ta' 385.", "P.A. - APPLIKAZZJONIJIET ĠODDA", "11177.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn ħlasijiet ta' DPF u ISC għall-applikazzjonijiet ġodda f'Diċembru 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-flus li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċeviet fi ħlasijiet għal Development Permit Fee (DPF) u Infrastructural Service Contribution (ISC) għax-xahar ta' Diċembru 1997 huma Dawn:", "DPF Lm 76,712 ISC Lm 95,454", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - SEGRETARJU", "11179.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sal-lum ġiex appuntat is-segretarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika?", "Sal-lum inħatar il-Kap Eżekuttiv ta' l-istess kummissjoni?", "F'kull każ jekk inħatru, min huma dawn il-persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-Kummissjoni Nazzjonali għat- Teknoloġija ta' l-Informatika waslet sabiex taħtar Segretarju.", "Il-Kap Eżekuttiv għadu ma nħatarx.", "BANEK - SPECIAL SAVINGS SCHEME", "11183.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10556, filwaqt li huwa veru li hija fid-diskrezzjoni tal-banek li jiffissaw ir-rata ta' mgħax li titħallas fuq depożiti imma f'dan il-każ speċifiku kien ministru tal- finanzi preċedenti li ffissa r-rata u eżentaha mill-ħlas tat-taxxa, u llum ir-rati ta' l-imgħax ġew liberalizzati u għolew u l-imgħax tal-fiss għal 3 snin jħallas 6 1/2% fis-sena; fid-dawl ta' dan kollu, jidħirlu l-Ministru li għandu jitlob lill-banek jgħollu r-rata fuq id-depożiti tal-minuri għal mhux inqas minn 5 1/2% peress li dawn id-depożiti huma marbutin għal ħafna snin sakemm il-minuri jagħlqu t-18- il sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dwar ir-rata ta' l-imgħax fuq kontijiet mal-banek taħt l-iSpecial Savings Scheme għall-minorenni, nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi din ir-rata mhijiex sussidjata mill-Gvern kif inhija r- rata ta' mgħax fuq self mil-Lohombus għal xiri, bini u tkomplija ta' djar.", "Nixtieq infakkar ukoll lill-Onor.", "Interpellant li, skond l-emendi ta' l- 1994 fl-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Ministru tal-Finanzi m'għadx għandu kontroll fuq ir-rati ta' l-imgħax minħabba li dan għadda f'idejn il-Bank Ċentrali.", "Għaldaqstant, fl-isfond tal-liberalizzazzjoni tar-rati ta' l-imgħax fuq depożiti bankarji li seħħet fl-1995, ir-rata li titħallas taħt din l-iskema hija fid-diskrezzjoni tal-banek.", "DELIMARA - ART ALTERNATTIVA LILL-ONOR.", "DOM MINTOFF", "11190.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 249, 2571, 2965 u 7521, jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum it- trattativi ma' l-Onor.", "Dom Mintoff ġewx konklużi?", "Fil-każ li ġew konklużi, jista' l-Ministru jgħid x'qies fiha (f'metri kwadri) l-biċċa art li ġiet mogħtija lill-Onor.", "Dom Mintoff?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-trattativi għadhom ma ġewx finalizzati.", "ENEMALTA - SUBSTATION TAD-DAWL", "11270.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm trid tkun imbiegħda substation tad-dawl li tiela' ġdida, minn dar abitabbli?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li m'hemm xejn li jirregola kemm għandha tkun imbiegħda substation ta' l-elettriku minn dar abitabbli.", "Normalment fejn hu possibbli, titħalla distanza ta' xi metru minn bini ieħor biex il-ventilazzjoni tas-substation tkun aktar effiċjenti.", "NAXXAR - TELEPHONE BOX", "11271.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jenħtieġ li jsir biex issir telephone box li dwarha diġa' kien hemm konsultazzjoni bejn il-Korporazzjoni Telemalta u l-Kunsill Lokali tan-Naxxar li kellha tiġi mqiegħda fi Triq it-Tuneżija kantuniera ma' Triq il-Kanada?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellent qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MOSTA - TRIQ IT-TORRI", "11272.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex titwaħħal bozza ġdida f'Alley 1, Triq it-Torri, Mosta fejn hemm ħafna dlam u jgħixu bosta anzjani?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar bozoz qiegħda tkun ikkonsidra flimkien ma' talbiet oħra.", "MOSTA - TRIQ IS-SAJF", "11273.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu passi biex l-aħħar bozza f'Summer Str, il-Mosta li hija mwaħħla ma' dar li ġġib l-isem \"Sacred Heart\" tkun mibdula ma' waħda ġdida ladarba hija dejjem iżjed mitfija milli mixgħula?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-manutenzjoni meħtieġa se ssir sa' l-aħħar ta' Jannar, 1998.", "MOSTA - TRIQ IL-GĦASEL", "11274.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu passi biex Triq il-Għasel, fil-Mosta tingħata d- dawl permezz ta' servizz ġdid ta' bozoz meta t-talba għal dan is-servizz ilha ż-żmien li saret mill-Kunsill Lokali tal-Mosta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar bozoz qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "DIPARTIMENT TAS-CET - INSPECTORS", "11275.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-Dipartiment tas-CET (ex VAT) li qegħdin jaħdmu bħalha inspectors jduru lil tal-ħwienet?", "Kemm minnhom qegħdin jaħdmu nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd, u sa x'ħin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas- CET għandu 20 spettur li jaqdu dmirijiet barra mill-uffiċċju jduru l- ħwienet kuljum fil-ġranet tax-xogħol.", "Ma' dawn jiżdiedu 11 oħra bejn il- Ġimgħa u l-Ħadd fuq l-istess xogħol.", "Iż-żjarat lill-ħwienet isiru f'ħinijiet varji tal-ġurnata, skond l-area jew it-tip ta' ħwienet li jkunu se jiġu kkontrollati.", "Dawn il-ħinijiet ivarjaw minn kmieni fil-għodu sa tard bil-lejl għal ċertu ħwienet.", "Bħalissa d-dipartiment qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa bien jingaġġa numru ieħor ta' spetturi bil-għan li jkun jista' jintensifika l-ħidma tiegħu dwar dan.", "AIR MALTA - CHAIRMAN", "11312.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10710, magħmula minni, jista' l- Ministru jirrispondi għall-inqas għad-domanda dwar x'kienet ir-raġuni għaliex ġew installati senaturi ġodda fil-bibien kollha li jagħtu għall- uffiċċju taċ-Chairman il-ġdid ta' l-Air Malta, ġaladarba din ir-raġuni tista' ma tkunx waħda trivjali u ma timmeritax ħela ta' ħin biex tinġabar bħalma forsi jimmerita il-ġbir tal-ispejjeż biex sar dan ix-xogħol?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jista forsi l-Onor.", "Membru jgħid x'jaħseb hu biex forsi jitfa' ftit dawl fuq x'setgħet kienet ir-raġuni.", "PROĠETTI ĠODDA", "11314.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħidilna liema huma, wieħed wieħed il-proġetti kollha li ġew mħabbra minnu riċentement bħala proġetti ġodda li seħħew mill-elezzjoni ta' Ottubru 1996 'il hawn?", "Jista' l-Ministru in oltre jgħidilna kemm minn dawn il-proġetti kienu joperaw diġa' qabel ma ħadu xi forma ta' għajnuna mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp; kemm minnhom huma espansjonijiet ta' proġetti eżistenti; minn dawk li ma kenux joperaw diġa' u li ngħataw għajnuna matul il-1997, kemm minnhom diġa' bdew joperaw u kemm qed iħaddmu nies sal-lum; u minn dawk li ma kenux joperaw diġa' u li ngħataw għajnuna matul il-1997, meta bdew il-kuntatti inizjali bejn l-investituri u l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Peress li l-informazzjoni kollha għadha qed tinġabar r-risposta tingħata f`seduta oħra.", "IMPJIEGI B'KUNTRATTI", "11329.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat mill-Onor.", "Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2909, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Effort Statement u Periodic Reports imħejjija mis- Sur Norman Bezzina li min għandu l-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi pprokurat Professional Support and Advisory Services fil-perijodu bejn Mejju ta' 1995 u Ottubru, 1996?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra wkoll kopji ta' l-invoices li tħallsu mill-Fondazzjoni għax- Xjenzi u Servizzi Mediċi lil din il-persuna kif ukoll igħid kif ma baqgħux jinxtraw mingħandu dawn is-servizzi?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll fuq parir ta' min tqabbad biex jagħti s-servizzi tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fee for Professional Support and Advisory Services:", "Bejn Mejju 1995 u Diċembru 1995", "Ammont mitlub - Lm6492.80 VAT - Lm973.92 Total - Lm7466.72", "Bejn Jannar 1996 u Ottubru 1996", "Ammont mitlub - Lm8532.00 VAT - Lm1279.80 Total - Lm9811.80", "UNIVERSITA' - SHARE CAPITAL", "11330.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji li l- Universita' ta' Malta għandha sehem fihom u jgħid x'inhu x-share capital ta' kull kumpannija kif ukoll x'inhu l-persentaġġ ta' kull share capital reġistrat f'isem l-Universita'?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' tikkonsidrax li tagħti spazju fuq dawk il-bordijiet fejn għandha ishma li jiġu eletti diretturi - ħaddiema kif ukoll li jsiru health and life insurance policies - għall-impjegati ta' dawn il-kumpanniji?", "Jirriżultalu wkoll il-Ministru li mpjegati ta' kumpanniji ta' l-Universita' fl-ittra tal- ħatra tagħhom meta dawn ġew ingaġġati kien stipulat lilhom li s-salarju tagħhom jiġi rivedut kull sena u fil-fatt din ir-reviżjoni tas-salarju mhux qegħda sseħħ bi ksur ta' l-istess ittra tal-ħatra mill-employer stess?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex ma tkomplix tinkiser il-liġi ta' l-impjiegi stess peress li fl-ittra tal-ħatra ta' dawn l-impjegati hemm stipulat li sseħħ reviżjoni tas-salarju?", "Jikkonsidra wkoll il-Ministru li l-Ombudsperson li twaqqaf fl-Universita' jkun igħodd għal persuni mpjegati f'kumpanniji fejn l-Universita' għandha sehem?", "Jikkonsidra l-Ministru wkoll li kumpanniji ta' l-Universita' jiġu ISO registered?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA'/MUS LTD - FTEHIM", "11331.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ftehim kollha li saru bejn l-Universita' u l-Malta University Services Ltd jew il-Project Management Office tat-tip kif imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3935 bejn l-1 ta' Jannar, 1988 u l-31 ta' Ottubru, 1997 u f'kull każ isemmi d-data ta' kull ftehim, għal-liema proġett partikolari sar kull ftehim kif ukoll igħid min kienu l-periti f'kull każ li effettivament ħadmu fuq kull proġett u li skond it-tweġiba li ngħatat fid-dawl ta' dan it-tip ta' ftehim jaċċettaw li jitħallsu rata anqas mit-tariffa u li effettivament ikunu sub-contractors tal-Malta University Services Ltd jew tal-Project Management Office?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MUS LTD - IMPJIEG TA' PERSUNA", "11332.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif u meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiet impjegata ma' l-istess kumpannija fejn ħuha jokkupa l-għola kariga?", "Huwa etikament korrett li din il-persuna ġiet impjegata f'din il-kumpannija pubblika?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-data ta' meta nħatar id-direttur maniġerjali ta' l-istess kumpannija u kemm ilu preċiżament jokkupa din il-kariga?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PROJECT MANAGEMENT OFFICE", "11333.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Project Management Office għandux xi ftehim mad-Dipartiment tad-Drenaġġ tat-Taqsima tax- Xogħlijiet Pubbliċi, peress li fl-istess bini ta' din it-taqsima kien hemm persuna taħdem fuq il-proġett tad-drenaġġ u safejn hu magħruf ma jeżisti ebda ftehim għal project management services f'dan il-qasam?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt iffirat bejn iż-żewġ partijiet kif ukoll f'kull ċirkostanza, jiġifieri jeżistix jew le kuntratt ta' dan it-tip, igħid kemm tħallas il- Project Management Office mit-Taqsima tax-Xogħlijiet għal dan is-servizz bejn l-1 ta' Jannar, 1995 u l-31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FENECH ADAMI ONOR.", "EDDIE - ASSISTENT PERSONALI", "11334.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li kellu ma' l- Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Assistent Personali ta' l-Ex-Prim Ministru Fenech Adami fil-perijodu bejn it-12 ta' Mejju ta' l-1987 u s-26 ta' Ottubru, 1996 u li permezz tagħhom kien jokkupa din il-kariga?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopja tal-ftehim li kellu ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Assistent Personali ta l-ex-Prim Ministru Dr E Fenech Adami, fil-perijodu bejn it-12 ta' Mejju, 1987 u s-26 ta' Ottubru, 1996 u li permezz tiegħu l-Assistent Personali kien jokkupa din il-kariga.", "Dan il-ftehim ġie mġedded kull sena u emendat kif indikat fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Fit-18 ta' Ottubru, 1996 ġiet miżjuda din il-klawsola ma' Paragrafu 13A tal-ftehim:", "In the event of a change of Government or of the Prime Minister (or Minister or Parliamentary Secretary as the case may be), when the (Personal Assistant/Driver/ Security Officer) would be expected to offer his resignation, the agreement may be terminated by either party forthwith and in this case a terminal benefit equal to three months salary shall be payable to the (Personal Assistant/Driver/Security Officer).", "MARSA SHIPBUILDING - PJANĊI TAL-ĦADID", "11364.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fl-aħħar ġimgħat kienx hemm numru ta' pjanċi kbar tal-ħadid li nqalbu u għerqu fil-baħar fil-Marsa (Malta) Shipbuilding meta dawn kienu se jinġarru lejn it-Tarzna?", "Kemm kien in-numru ta' pjanċi li għerqu, ta' liema daqs kienu, xi ħxuna kellhom?", "X'inhi l-istima tal-valur ta' kull waħda minn dawn il-pjanċi?", "X'passi qed jittieħdu dwar dan?", "Meta hu mistenni li jerġgħu jittellgħu mill-baħar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li jien informat li numru ta' pjanċi tal-ħadid kienu nqalbu u għerqu fil-baħar minn fuq barkun fil-Malta Shipbuilding fit-23 ta' Novembru, 1997.", "Jirriżulta li n-numru ta' pjanċi kien ta' 76 ta' qisien diversi li jiżnu madwar 210 tunnellata.", "Dawn il-pjanċi kienu nxtraw 'il fuq minn għaxar snin ilu.", "L-istima tal-valur ta' dawn il-pjanċi skond il-prezz ta' llum hija ta' madwar Lm610 il-tunnellata.", "Dan l-inċident kien rrapportat lill-Pulizija u saret inkjesta maġisterjali.", "Il-pjanċi ttellgħu mill-baħar u jistgħu jintużaw.", "DELEGAZZJONIJIET MALTIN", "11365.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il delegazzjoni Maltija mill-Ministeru tal-Biedja (b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin) marret il-Libja skond il-protokoll bejn iż-żewġ pajjiżi jew taħt xi forma oħra fil-perijodu 1/11/96 - 19/1/98?", "Minn min kienet magħmula kull waħda minn dawn id-delegazzjonijiet?", "F'liema dipartimenti governattivi jaħdmu dawk li marru fuq dawn id- delegazzjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministeru responsabbli mis-settur tal-biedja.", "Minn-naħa tal-Ministeru tiegħi ma kien hemm ebda parteċipazzjoni ma' xi delegazzjoni mill-Ministeru msemmi, li marret il-Libya.", "BARRIERI - TFIGĦ TA' BLAT", "11366.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' barrieri li talbu permess biex fihom ikun jista' jintefa' materjal ta' qtugħ ta' blat eċċ?", "Kemm minn dawn il-barrieri fil-fatt ingħataw permess li jaċċettaw dan il- materjal?", "F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex jinsabu dawn il-barrieri?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11367.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba f'Diċembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba matul ix-xahar ta' Diċembru 1997 kien ta' 314.", "IMPJIEGI", "11368.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul Diċembru 1997 minn:- (a) is-servizz pubbliku; (b) enti statutorji; (ċ) enti u kumpanniji li l-Gvern direttament jew indirettament, għandu mill-anqas nofs l-ishma tagħhom; (d) is-settur privat; u jindika d-dipartiment, enti jew kumpannija fil-każ ta' (a), (b) u (ċ) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-talbiet li saru għall-impjieg matul Diċembru 1997 kienu kif ġej:", "|a) Mis-Servizz Pubbliku |1 | |b) Enti Statutorji |1 | |c) Enti u kumpaniji li | 6 | |l-Gvern direttament jew | | |indirettament għandu | | |mill-inqas nofs l-ishma | | |taghhom. | | |d) Mis-Settur Privat |171 |", "Id-dipartimenti, enti jew kumpaniji fil-każ ta'", "a) Mis-Servizz Pubbliku:", "Management Efficiency Unit - Senior Associate Consultants 1", "b) Enti Statutorji:", "Public Transport Authority -Assistant Vehicle Inspector 1", "c) Enti u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament għandu mill- inqas nofs l-ishma tagħhom:", "Middle Sea Insurance - Senior Executive 1 MITTS - Financial Controler 1 Malta Shipbuilding - Steelworkers (casual) 30 Holiday Inn Crowne Plaza - Pastry Sous Chef (Definite Contract) 1 Holiday Inn Crowne Plaza - Electronic Space Attendant 1 Air Malta - Personal Assistants 2", "ETC - JOB PLACEMENTS", "11369.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC matul Diċembru 1997, kemm placements kienu mas-settur privat u kemm placements saru mill- Job Centre, minn Ħal Far u minn Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-placements li saru matul Diċembru 1997 huma kif ġejjin:", "Parastatali 13", "Privat Hal Far 49 Job Centre (Malta) 47 Ghawdex 5 Job Centre (Ghawdex) --", "PULIZIJA - ĦLASIJIET", "11404.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal-fatt illi l-MLP kien wiegħed fil-Manifest Elettorali tiegħu li se jtejjeb il- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, billi l- ħlasijiet tal-pulizija għandhom ikunu wkoll mfasslin b'mod li joħloq inċentiv veru anke għall-pulizija li jinsabu fl-iċken gradi, kif jirrikonċilja din il-wegħda mal-proposta u li parti mill-vacation leave tal- Pulizija, mal-14-il ġurnata, iridu bilfors jittieħdu l-Ħadd meta l-Pulizija jitħallsu b'rata doppja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kondizzjonijiet ta' xogħol tal-Pulizija bl-ebda mod m'hu se jiġi affetwat mill-miżuri ġodda li qed jittieħdu biex jiġi kontrollat l-infiq żejjed u l-ħela ta' flus u riżorsi.", "Dan missu ilu li sar u hekk jistenna ċ-ċittadin Malti.", "Barra minn dan, hu desiderabbli wkoll li l-pulizija, bħal kull ħaddiem ieħor, ikollu l-opportunita' li jgħaddi l-Ħadd mal-familja tiegħu.", "Nirriferi wkoll l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 11402.", "ĦABS ĊIVILI - KIRI TA' KAROZZI", "11405.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kiri ta' karozzi matul is-sena 1997 fil- Ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li matul l-1997 in-nefqa f'kiri ta' karozzi għall-użu tal-Ħabs kienet tammonta għal Lm1516.05c.", "PULIZIJA - SUPRETENDENTI", "11406.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Veru li s- Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija se jiġu mġiegħla jidħlu b'roster nhar ta' Ħadd u meta jsir hekk ma jitħallsux b'rata doppja kif intitolati bil- Ftehim ta' l-1993?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-miżura msemmija mill-Onor.", "Interpellant hi proposta li qed tiġi kkonsidrata mill-awtoritajiet tal- Pulizija fid-dawl tal-politika tal-Gvern li jkun hemm aktar effiċenza mingħajr ħela ta' riżorsi.", "S'issa għad ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar din il-miżura partikolari.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "11407.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li ntbagħtu fuq prison leave għall-okkażjonijiet familjarji mill-1.1.97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri li ntbagħtu fuq prison leave għall-okkażjonijiet familjari bejn l-1 ta' Jannar 1997 u l- 21 ta' Jannar 1998 kien ta' 63.", "ĦABS ĊIVILI - SEARCHES BIL-KLIEB", "11408.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru searches bil-klieb fiċ-ċelel tal-ħabs xahar b'xahar mill-1.1.97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĦABS ĊIVILI - CANTEEN", "11409.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fil-canteen tal-Ħabs fejn jixtru il-priġunieri, inbiegħu tabakk u sigaretti bid-duty free?", "Jekk hu minnu, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li rriżulta li xi tabakk li ġie fornut lit-tuck shop tal-Ħabs kien immarkat bħala duty free.", "Il-każ ġie riferut lill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.", "OPM - KONSULENTI", "11422.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fil-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - KONSULENTI", "11423.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ngaġġati bejn is- snin 1987 u l-1996 fil-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mill-istharrig li sar, fil-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħti jidher li l-uniċi żewġ konsulenti li kienu ingaġġati b'xi forma ta kuntratt kienu s-Sur Paul Mifsud Cremona mad- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali w s-Sur Joseph Muscat (Consultant Engineer) mal-Qrati tal-Gustizzja.", "SERVIZZ ĊIVILI - EŻAMI GĦAL SKRIVANI GRADE I", "11424.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġu mpjegati mas-Settur Pubbliku dawk il-kandidati kollha li għaddew mill-eżami għal skrivani Grade I?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9864.", "Irrid inżid li, minn dan l-eżami, kienu għaddew 496 kandidat, u li l- validita` tar-riżultat ta' dan l-eżami tagħlaq fis-16 t'Ottubru, 1998.", "Għaldaqstant, naħseb li t-tama li tista' toħloq din il-mistoqsija fejn tgħid li dawk il-kandidati li għaddew jistgħu jiġu mpjegati kollha mhijiex waħda realistika.", "ĦAXIX - IMPORTAZZJONI", "11425.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 11242, jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar min kienu l-persuni li fil-fatt kienu avżati kif ingħad fir-risposta msemmija?", "B'liema mod ġew avżati?", "Kif kien assigurat li persuni oħra li seta' kellhom interess fil-fatt jiġu nformati?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-fatt ir-rappreżentanti tal-bdiewa baqgħu kontra u qatt ma qablu ma' dak li kien qed igħid il-gvern?", "Jekk mhux hekk, jista' l-Ministru jgħid liema għaqda kienet favur l- importazzjoni?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kienu avżati dawk l-importaturi attivi kollha tal- ħaxix u frott frisk permezz ta' fax message.", "Barra minn hekk inħareġ ukoll avviż lill-Media, għall-informazzjoni tal-pubbliku.", "Le, ma nikkonfermax.", "Huwa fatt li l-għaqdiet ma xtaqux li jiġi mportat ħaxix frisk, iżda fehmu il-qagħda u qablu fuq il-linji ġenerali ta' azzjoni li kellha tittieħed.", "XEMXIJA - ZEBRA CROSSING", "11426.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11243 li oriġinarjament għamilt lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, billi fir-risposta jingħad li hu t-Traffic Control Board li jiddeċiedi materji bħal dawn?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku kellu talba mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex issir pedestrian crossing fit-telgħa tax-Xemxija.", "Jiena nformat ukoll li l-bord kien diġa' approva, f'Lulju tal-1996, biex issir zebra crossing fuq in-naħa tal-Knisja tal-Kapuċċini skond il-pjanta numru 96/55/1 sottomessa mill-Transport Planning Unit tal-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Ix-xogħol fuq dan iż-zebra crossing li hu diġa' approvat mill- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, għad irid isir mill-Works Division tal- Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Għal dak li jirrigwarda pedestrian crossing fin-naħa t'isfel ta' Xemxija Hill, wieħed irid jikkonsidra il-wesgħa tat-triq u n-nuqqas ta' bankini, u għaldaqstant irid isir feasibility study f'dan is-sit mill-Works Division biex jiġi ndikat tistax issir.", "PA - SHOOTING RANGES", "11427.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11211 jingħad li l-Planning Authority qed tistenna r-risposti tas- Segretarjat għall-Isports dwar il-policy għax-shooting ranges, jista' l- Ministru jgħid: kemm suppost ilu li bagħat din l-informazzjoni; meta se jibgħat l-informazzjoni mitluba; u x'inhi l-pożizzjoni li qed jieħu l- ministeru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UFFIĊĊJU TA' L-AVUKAT ĠENERALI - RAPPORT", "11464.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- rapport li ħejja l-Management and Efficiency Unit dwar il-problemi strutturali li għandu quddiemu l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kopja tar-rapport imsemmi tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kemini f'din is-seduta .", "QRATI - ĠURIJIET PENDENTI", "11465.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti fl- aħħar ta' Diċembru, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 79 guri pendenti fil-31 ta Dicembru, 1997.", "KUMITAT KONSULTATTIV - RAPPORT", "11466.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- rapport li ħejja l-Kumitat Konsultattiv immexxi mill-Imħallef Arrigo?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kopja tar-rapport li ħejja l-Kumitat Konsultattiv immexxi mill-Imhallef Noel Arrigo tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ATTIVITAJIET", "11467.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema permessi ta' attivitajiet li jsiru f'lokal se jgħaddu mid-Dipartiment ta' l-Artijiet għal għand il-Kunsilli Lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-attivitajiet li se jgħaddu mid-Dipartiment tal-Artijiet għal għand il-kunsilli lokali għad iridu jiġi finalizzati.", "Għaldaqstant għadu mhux il-waqt li nagħti l-informazzjoni mitluba.", "KUNSILLI LOKALI - ĦADDIEMA", "11468.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għar-rapport \"L-Ewwel Sena ta'l-Ewwel Leġislatura tal-Gvern\", jista' l-Ministru jgħid kif se tittejjeb is-sistema ta' assenjazzjoni tal-ħaddiema tal-Gvern mal-kunsilli lokali u kemm s'issa ġew assenjati ħaddiema?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sistema ta' l-assenjar tal-ħaddiema tal-Gvern mal-kunsilli lokali qed tittejjeb bl- iskrutinju regolari tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tas- supervisors fi ħdan il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Rigward in-numru ta' ħaddiema assenjati nirriferi l-Onor.", "Membru għat- tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10744.", "DJAR - PERSUNI IMPRESSED", "11475.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jikkonferma li numru ta' persuni impressed mad-dipartiment intemmilhom il-kuntratt fl-ewwel ġimgħatejn ta' Jannar 1998?", "Kemm kien in- numru tagħhom?", "Għaliex inħass il-bżonn ta' din il-miżura?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nikkonferma li seba' xufiera ta' trakkijiet impressed mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar intemmielhom il- kuntratt fid-19 ta'Jannar.", "Dan hu parti minn eżerċizzju li qed jagħmel il- Ministeru biex iwettaq l-istess xogħol b'inqas spejjeż.", "Jidher li t-tnaqqis ta' dawn l-impressed mhux se jkollu effet negattiv fuq l-operat tad- dipartiment u għalhekk din il-mizura kellha tittieħed fl-isfond tal-ħtieġa li jsir l-aħjar użu mir-risorsi finanzjarji tal-pajjiż.", "PENSJONIJIET - PENSJONI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "11476.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-gvern iżomm il-wegħda li għamel fil-programm elettorali li ex-servicemen tas-Servizzi Ingliżi jieħdu l-pensjoni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ewwel fażi tal- proċess sabiex titwettaq il-wegħda msemmija minnu fl-interpellanza tiegħu bdiet fl-4 ta' Ottubru, 1997.", "Kif kelli l-opportunita' nsemmi f'din il- Kamra f'okkażjonijiet oħra, f'dan il-proċess assigurajna li bl-ebda mod ma ssir diskriminazzjoni bejn pensjonati tas-servizz u għalhekk mhix ristretta biss għal pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi.", "Peress illi l-fażijiet l-oħra jridu jkunu mfassla wkoll mingħajr diskriminazzjoni, id-dettalji ta' dawn il-fażijiet jitħabbru meta jkunu lesti.", "SAĦĦA - KARTA R-ROŻA", "11477.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tul l-1997 kien hemm pazjenti li kellhom il- karta r-roża?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-karta r-roża għall-mediċini b'xejn tingħata wara li ssir dikjarazzjoni finanzjarja.", "Jekk persuna tissodisfa t-test tal-mezzi tingħata l-karta r-roża li tkun valida għal sitt xhur u f'każ ta' pensjonanti u familji fuq l-għajnuna soċjali, tkun valida għal sena.", "Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika li turi kemm hu n- numru ta' dikjarazzjonijiet validi f'xi żmien partikolari.", "B'danakollu tinżamm statistika dwar in-numru ta' talbiet li jkunu saru ġodda xahar b'xahar, hekk kif ġej:", "Hrug tal-Karta r-Roza matul is-sena 1997", "Jannar 472 Frar 388 Marzu 374 April 444 Mejju 406 Gunju 420 Lulju 404 Awwissu 298 Settembru 367 Ottubru 412 Novembru 449 Dicembru 433", "DEKAN TAL-FAKULTA' TA' L-EDUKAZZJONI - INTERVISTA", "11481.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11087 u ċioe' b'riferenza għar-rapport dwar l-intervista tad-Dekan tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni li kienet ippubblikata fil-gazzetta \"The Times\", fejn intqal li fis-sena skolastika li ġejja se jkun hemm surplus ta' gradwati tal-B.Educ. bil-possibbilta' li xi wħud minnhom ma jiġux impjegati, x'qed jagħmel il-Ministeru biex jilqa' din l-eventwalita'?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad rapporti li l-kors tal-PGCE mhux se jiftaħ is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11087 f'Seduta Nru. 176.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "11482.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti (nisa u rġiel separatament) iggradwaw mill-Universita' ta' Malta, fl-1997?", "F'liema oqsma iggradwaw jew ħadu diploma?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li ggradwaw mill-Universita' ta' Malta għas-sena 1997 jinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "REVENUE SECURITY GUARDS", "11483.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk ir-Revenue Security Guards humiex se jiġu amalgamati ma' l-armata u b'hekk ir-Revenue Security Corps jispiċċa?", "X'taħdidiet saru jekk dan huwa l-każ?", "Taħt liema kondizzjonijiet se jiġu mpjegati dawk involuti?", "X'se jkunu d-dmirijiet tagħhom fi ħdan l-armata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq nirriferi l-Onor.", "Membru għall-istqarrija tiegħi dwar il-Forzi ta' Malta lill-Kamra tar-rappreżentanti fit-3 ta' Diċembru, 1997 fejn għidt \"Fix-xhur li ġejjin, il-Gvern se jkun qed jikkunsidra kif ir-Revenue Security Corps u l-għanijiet tiegħu jiġu nkorporati kompletament fl-Armata\".", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "11484.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8939, jista' issa l-Ministru jagħti t-tagħrif kollu dwar kemm kien hemm (nisa u rġiel separtament) f'kull fakulta' u f'kull kors (ta' filgħodu u ta' filgħaxija) fl-Universita' fil-bidu tas-sena akkademika 1997 - 1998?", "Kemm minn dawn kienu fulltime u part-time?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar kemm daħlu studenti f'kull Fakulta' u f'kull kors fil-bidu ta' din is- sena akkademika, hi kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "UNIVERSITA' - STUDENTI GĦAWDXIN", "11485.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fil-bidu tas-sena akkademika 1997 - 1998, kemm kien hemm studenti Għawdxin (nisa u rġiel separatament) f'kull fakulta' u f'kull kors ta' l-Universita' f'Malta?", "Kemm kien hemm Għawdxin (nisa u rġiel separatament) jattendu l-korsijiet ta' l-Universita' organizzati f'Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif dwar l-għadd ta' studenti Għawdxin li jattendu fl-Universita' ta' Malta tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall- qari aktar kmieni f'din is-seduta", "L-għadd ta' Għawdxin li jattendu korsijiet f'Għawdex huwa kif se nsemmi:", "Rgiel Nisa Total", "Dip Commerce 15 4 19 Dip in Educ, Admin & Mgt 23 12 35 BA (Evening) 17 11 28", "AMBAXXATI", "11486.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk hux possibbli f'forma ta' tabella, għal kull waħda mill- ambaxxati ta' Malta individwalment u għas-snin 1996 u 1997 separtament, jgħid kemm nefqet flus minn fondi pubbliċi fi ħlasijiet għal servizzi ta' avukati (ċioe' legal fees, honoraria, fees for legal representation eċċ) fil-munita tal-post u f'liri Maltin; u jindika wkoll in-nil returns, jiġifieri dawk il-każi fejn ma sar l-ebda nfiq f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar mid-diversi ambaxxati, u għalhekk inwieġbu aktar tard f'xi seduta oħra.", "AIR MALTA - UFFIĊĊJU FI NEW YORK", "11497.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru mat-travel trade Amerikan qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li l-Air Malta tagħlaq l-uffiċċju tagħha fi New York?", "X'diskussjonijiet saru mar-rappreżentanti tal-linja nazzjonali ta' hemm u mad-Direttur ta' l-uffiċċju ta' l-NTOM?", "Sar xi djalogu mat- travel trade lokali?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Id-djalogu bejn l-NTOM u l-Air Malta huwa ta' natura kontinwa, partikolarment fejn għandu x'jaqsam ix-xogħol ta' l- uffiċċji ta' barra.", "Barra minn hekk, il-Bord Eżekuttiv ta' l-NTOM, li huwa kompost minn rappreżentanti tal-lukandi, l-industrija ta' l-ivvjaġġar u l-Air Malta nnifisha, jinżamm informat b'mod regolari dwar issues kurrenti.", "Fil-fatt, dan il-bord ukoll għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu dwar il-ħidma fis- suq Amerikan.", "AIR MALTA - UFFIĊĊJU FI NEW YORK", "11498.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi hu konċett magħruf li jekk airline ma jkollhiex l-uffiċċju tagħha ikun diffiċli ħafna li tattira klijenti speċjalment jekk id-destinazzjoni tkun waħda ġdida għal dak il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid x'qed iġiegħel lill- Air Malta tagħlaq l-uffiċċju tagħha fi New York?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-uffiċċju li l-Air Malta kellha fi New York kien wieħed off line minħabba li l-kumpannija qatt m'operat titjiriet għal New York : mill-banda l-oħra dan kien l-uniku uffiċċju off line billi l- uffiċini tal-kumpannija jinsabu biss f'dawk id-destinazzjonijiet li għalihom topera.", "Sadanittant, u wara konsultazzjoni ma' l-NTOM u l-ministeru, l-kumpannija hija rappreżentata fi New York għal dan l-aħħar sentejn mid-ditta Air Tickets, li hija sussidjarja tal-WAS ta' l-Awstralja, li magħha l-Air Malta għandha relazzjonijiet mil-qrib u sodisfaċenti tul dawn l-aħħar 20 sena.", "L- Air Malta tħoss li, fiċ-ċirkostanzi preżenti, dawn l-arranġamenti huma biżżejjed biex iħarsu l-aħjar interessi tagħha u tat-turiżmu Amerikan lejn Malta.", "ŻEJTUN - TRIQ XROB IL-GĦAĠIN", "11503.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jsir sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni preżenti fi Triq Xrob il-Għaġin int u sejjer lejn Delimara fejn minħabba l-ilma tax-xita qed tinħoloq għadira kbira artifiċjali biswit il-kappella ta' San Niklaw b'tali mod li n-nies ma jkunux jistgħu jgħaddu bil-mixi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jinvestiga u jara x'qiegħed jikkaġuna l-problema.", "ŻEJTUN - TRIQ XROB IL-GĦAĠIN - MAINS TA' L-ILMA", "11504.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga x-xogħol konness ma' mains ta' l-ilma tas-saqwi fi Triq Xrob il-Għaġin, Żejtun biswit il-Knisja ta' San Niklaw f'Misraħ Strejnu peress li meta l-kuntrattur lesta x-xogħol u t- triq ġiet mogħtija t-tarmak, il-mains xorta waħda baqgħu jillijkjaw?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntrattur ġiex imħallas ta' xogħlu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR TAL-QROQQ - KONSULENT", "11505.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir- raġuni għat-tneħħija tal-konsulent Silver minn project manager fuq l-Isptar Tal-Qroqq?", "Minn sejjer jagħmel ix-xogħol tiegħu?", "Saru sejħiet biex timtela' din il-pożizzjoni lokalment?", "Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal Press Release li ħarġet mill-FMSS fit-23 ta' Jannar, 1998:", "\"It was reported in the media that Mr Robert Silver, Consultant with the Management Efficiency Unit, Office of the Prime Minister, assigned as General Project Manager with the Tal-Qroqq Hospital Steering Committee had his employment terminated.", "The FMSS wishes to point out that this is not correct.", "Mr Silver was assigned to the Hospital Project in order to establish an executive arm for the Steering Committee.", "This was established and now that the preparatory work for the identification of health planners and designers is concluded, the Steering Committee believe that it is now time to hand over responsability for the Project Office to the Works Division.", "Mr Silver is now reassigned to other Management Efficiency Unit projects\".", "FMSS - PERIT J BUGEJA", "11506.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jispjega għaliex il- Perit J. Bugeja tneħħa mill-FMSS?", "Postu fuq l-FMSS sejjer jimtela' minn perit ieħor?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Perit J.Bugeja m'għadux iservi fuq il-bord ta' l-FMSS għax dan il-bord ġie rikostitwit.", "Ittieħed ukoll in konsiderazzjoni x-xogħol estensiv li għandu l-Perit J. Bugeja fil-Freeport.", "It-tieni parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv.", "Nieħu din l-okkazjoni biex pubblikament nirringrazzja lill-Perit Bugeja tax-xogħol siewi li huwa ta lill-FMSS u l-iSteering Committee fuq il- proġett ġdid ta' sptar f'Tal-Qroqq u li ndirettament għadu jagħti.", "SAĦĦA - MEDIĊINI LILL-PRIĠUNIERI", "11507.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Priġunieri li jattendu l-isptar biex jiġu eżaminati u jinkitbulhom mediċini, intalbu jħallsu 50c.", "Min hu responsabbli li titħallas din id-dispensing fee?", "Jaħseb il-Ministru li din it-tariffa għandha tiġi eżentata f'dawn il-każi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi mistħarreġ.", "KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA F'LONDRA - MRS.", "ROSEMARY POCKLEY", "11514.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Mrs Rosemary Pockley kenitx, f'xi żmien, impjegata fil-KUmmissjoni Għolja Maltija f'Londra?", "Jekk iva f'liema perijodu kienet impjegata; bħala xiex kienet impjegata u x'kienet il-funzjoni tagħha; kenitx impjegata fuq fulltime jew part-time basis; kemm kienet ir-remunerazzjoni tagħha; u jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' Mrs. Pockley?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAL-MANIFATTURA U SERVIZZI - DIRETTUR", "W1,171.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill- applikazzjonijiet mad-Direttur, Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi biex jiġu ngaġġati Mechanical fitters u auto electrical fitters għar-rigward ta' kors fl-Italja (Internal Memo tad-dipartiment)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dalwaqt isiru l-intervisti biex ikunu magħżula dawk li se jintbagħtu għal kors fl- Italja."]} {"filename": "19920408_004d_par.doc", "date": "1992-04-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 4 L-Erbgħa, 8 ta' April, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 4", "L-Erbgħa, 8 ta' April, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "4", "L-Erbgħa, 8 ta' April, 1992", "WERREJ", "MINUTI ....................................................", "121", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ............................", "121", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ............................", "128", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROPRJETA' TA' ENTITAJIET EKKLESJASTIĊI", "ECCLESIASTICAL ENTITIES (PROPERTIES) BILL", "L-Ewwel Qari ..........................................", "128", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SOĊJETA MALTIJA TAR-RED CROSS", "THE MALTA RED CROSS SOCIETY BILL", "L-Ewwel Qari ..........................................", "129", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI TA' L-INVESTIMENT", "INVESTMENT SERVICES BILL", "L-Ewwel Qari ..........................................", "129", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-Ewwel Qari ........................................", "130 ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR DAZJU TAS-SISA FUQ CROWN CORKS U KONĊENTRATI MHUX ALKOHOLIKI", "EXCISE DUTY (CROWN CORKS AND NON-ALCOHOLIC CONCENTRATES) ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-Ewwel Qari ...........................................", "130", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) BILL", "L-Ewwel Qari ............................................", "131", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOANS BILL", "L-Ewwel Qari ...........................................", "131", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-BORSA TA' MALTA", "THE MALTA STOCK EXCHANGE (AMENDMENT) BILL", "L-Ewwel Qari ............................................", "132", "NOMINA TA' MEMBRI GĦALL-KUNSILL TA' L-EWROPA ............................................", "132", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT ..........", "133", "AĠĠORNAMENT ...............................................", "167", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ..........................", "174", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 3 li saret fis-7 ta' April, 1992, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QORMI: SAN ĠWAKKIN - RABA' SAQWI", "1.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: B'referenza għar-raba' meħud lill-bdiewa f'San Ġwakkin, Ħal Qormi, liema raba' ħafna minnu kien saqwi, il-bdiewa tħallsu xi kumpens?", "Kemm bdiewa tħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT (Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm ittieħdu noti ta' l-uċuħ ta' prodotti li ġew milquta bil-proġett tat-triq f'San Ġwakkin, Qormi, il-proġett għadu ma tlestiex u għadhom isiru xi ħsarat fir-raba'.", "Għaldaqstant l-istimi tal- kumpens, bħas-soltu, jistgħu jiġu kkalkolati biss wara li jitlesta l- proġett biex ikopru l-ħsarat li saru u li għad jistgħu jsiru.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Bil-permess tal-Ministru nixtieq nistaqsi xi ħaġa fuq każijiet oħrajn.", "F'ħafna lokalitajiet qed jittieħed ir-raba', jitkissru l- uċuħ u ġieli anke siġar tal-frott u l-povru bidwi li jdum tant biex ikabbar siġra, jibqa' ma jitħallasx, lanqas jekk niġru wara l-files aħna l-Membri Parlamentari għax nagħmlu x'nagħmlu kollu għal xejn.", "Mhux qed ngħid illi dan qed jiġri issa biss, imma jgħaddu s-snin biex il-povru bidwi jitħallas.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Li nista' ngħid huwa li min-naħa tagħna, kull meta niġu nformati li qed tittieħed xi art, l-uffiċjali tagħna jmorru mill-ewwel u jieħdu l-istima tal-prodott li jkun hemm attwalment.", "Imma jekk inti għamilt referenza għal xi każ partikolari, allura dan niċċekjawh biex imbagħad ngħadduh lid-Dipartiment konċernat sabiex jagħti l-ħlasijiet ta' dawk l-uċuħ li jkunu tħarbtu jew tkissru.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jien mhux għall-uċuħ tar-raba' biss qed nirreferi għax minbarra dawn hemm ukoll ...", "(Interruzzjonijiet) Jiena naf li darba kienu ttieħdu erbat itmiem raba' mingħajr ma deher ebda avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Dan ir-raba' li kien ta' ċertu ndividwu kien fih żewġt ikmamar li kienu nbnew għal bidwi ieħor.", "Jien jidhirli li dan mhux sewwa.", "Dan kollu qed ngħidu biex nirreferih lill-Ministeru għall-Ambjent.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, jien ma nafx għal liema każ qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant, pero' ngħidlu li fil- każijiet kollha li fihom isir xi xogħol, qabel ma ssir l-espropjazzjoni ta' l-art, normalment isir ftehim mas-sid.", "(Interruzzjonijiet) La inti qed tgħidli hekk, allura ninvestiga l-każ miġjub minnek.", "F'każijiet bħal dawn jien nagħti struzzjonijiet lid-Dipartiment tiegħi biex il-ħaddiema ma jidħlux fuq l-art qabel ma jkun hemm l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern jew qabel ma jsir ftehim mas-sid.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, biex ma noqogħdux nitfixklu fuqiex qed nitkellmu, japprezzaw iż-żewġ Ministri li aħna qed nitkellmu fuq raba' speċifiku, f'dan il-każ f'Ħal Qormi, fejn it-triq diġa' għaddiet - qed nirreferi għall-by-pass li tgħaddi minn taħt l-Imrieħel - u għalkemm għadha ma tkomplietx l-irdim sar u allura t-triq diġa' fformat ruħha?", "Il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Reno Calleja - jekk qed nifhimha sewwa u naħseb li qed tiftiehem sew - fejn qiegħed jistaqsi lill-Ministru konċernat - għax ma naħsibx li huwa l-Ministru konċernat - jekk kemm-il darba s- sidien ta' dik ir-raba' ngħatawx kumpens.", "U kemm-il darba jekk t-tweġiba hija fin-negattiv, allura Mr Speaker, huwiex qed jiġi mplikat li l-Gvern għadda minn ġewwa raba' privata mingħajr ma dik l-art ġiet esproprjata?", "Jien jidhirli li jekk kemm-il darba ġara hekk, allura qegħda tidħol proċedura li qabel ma tantx ġiet użatha u naħseb li ma tantx għandha tiġi użata ħlief b'ċirkostanzi fejn ikun hemm xi kas urġentissimu minbarra jidhirli li hemm l-aspett legali ukoll.", "Fil-qosor ngħid li hemmhekk hemm triq li diġa' tinsab iffurmata u biex nikkonferma ngħidilkom li personalment mort biex naraha waqt il-canvassing ta' qabel l-elezzjoni, u t-triq sibtha diġa' ffurmata.", "L-art ta' dawk l- inħawi ttieħdet u magħha ttieħed ir-raba' wkoll.", "Issa, jista' jkun li l- Ministri konċernati m'humiex f'qagħda li jgħidulna eżattament x'ġara f'dan il-każ għaliex l-Onor.", "Wenzu Gatt weġibna fuq l-uċuħ biss mentri aħna mhux fuq l-uċuħ qed nitkellmu, iżda fuq l-art innifisha.", "Hawnhekk għandna żewġ stadji.", "L-ewwel wieħed huwa l-esproprjazzjoni ta' l-art, imbagħad it-tieni wieħed huwa t-teħid ta' l-art.", "Naturalment mat-teħid ta' l-art, nidħlu fl- istadju li jirrigwardja l-ħsara li kienet saret meta ttieħdet dik l-art.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Interpellant nistqarr li l-mistoqsija saret lil sieħbi l-Onor.", "Ministru li hu nkarigat mill-biedja u sajd.", "Issa f'dan il-każ jiġri li l-istima tal-kumpens li trid tingħata lill-bdiewa, trid issir mid-dipartiment tiegħu.", "Il-ħlas isir mill-Public Works jekk il-proġett ikollu x'jaqsam direttament mal-Public Works Dept.", "F'dan il-każ partikolari jien ma dħaltx għax ma nvestigajtux.", "Pero' d-Dipartiment tal-Ministru Gatt huwa responsabbli biex ilesti l- istima.", "Il-kwestjoni l-oħra li semma l-Onor.", "Gatt se ninvestigawha.", "Biex inkun qed ngħid kollox, jien għadni nirċievi ċitazzjonijiet ta' meta gvernijiet oħra daħlu bla dritt ġo xi għelieqi, u dan m'għandux ikun.", "Il-policy hi li ġieli nkellmu lis-sidien u dawn iħalluna nidħlu fl-għelieqi għax jafu li se nagħmlu l-expropriation.", "Il-proċeduri jieħdu ċertu żmien pero' mingħajr il- permess tas-sid m'għandniex nidħlu fl-għelieqi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Reno Calleja, mistoqsija suppli-mentari.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: L-ewwelnett ma nafx kif din il-mistoqsija saret lill- Ministeru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd għax li jinteressani kienet l- art u mhux l-uċuh.", "Pero' jista' l-Ministru jinvestiga - għax jien napprezza li ma jkollux il-file hawn - l-ilment li qed insemmilu, għax anke protesti fil-Qorti saru?", "Il-proġett ried isir għall-interess pubbliku u sar.", "Jekk naqblux jew le li tgħaddi mir-raba' saqwi hija ħaġa oħra, pero' lil dawn il-bdiewa għallinqas għandkom tħallsuhom għax għadkom ma ħallastuhomx u r-raba' saqwi llum jiswa l-belli liri.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se ninvestiga.", "RIFORMA FIS-SERVIZZ ĊIVILI - RAPPORT TAL-KUMMISSJONI", "2.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: X'sar mir-rapport tal- Kummissjoni għar-riforma tas-Servizz Ċivili li ngħata lill-Gvern f'Lulju ta' l-1989?", "Il-Gvern aċċetta r-rakkommandazzjonijiet kollha jew uħud mir- rakkommandazz-jonijiet li għamlet din il-Kummissjoni?", "Jekk iva, meta se jimplimenta dawn ir-rakkommandazzjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ir-rapport tal-Kummissjoni għar- Riforma fis-Servizz Pubbliku kien f'żewġ partijiet; l-ewwel parti tar- rapport tlestiet fl-Lulju, 1989, u t-tieni parti ġiet ippreżentata lill- Gvern fi Frar, 1990.", "Wara li l-Gvern ikkonsidra bir-reqqa dawn iż-żewġ rapporti, inbeda x- xogħol ta' l-implimentazzjoni u sal-lum sar ħafna progress dwar din ir- riforma li qed titmexxa fuq erba' fronti prinċipali, jiġifieri:", "a) ristrutturar ta' dipar-timenti tal-Gvern u tisħiħ ġenerali fil- management u fis-sistemi amministrattivi;", "b) riforma fis-sistemi finan-zjarji u amministrattivi tal-Gvern bil-għan ta' programmazzjoni aħjar u deċentralizzazz-joni;", "c) twettiq ta' Pjan Strateġiku għall-Iżvilupp ta' sistemi ta' computers fl- oqsma kollha tas-Servizz Pubbliku;", "d) tisħiħ u żvilupp tar-riżorsi umani, jiġifieri ta' l-impjegati kollha tal-Gvern.", "Bħala eżempji ta' rakkommandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni li diġa' twettqu jew qed jitwettqu, wieħed jista' jsemmi dawn li ġejjin:", "- ħolqien ta' l-organizzazzjonijiet ċentrali għat-twettiq tar-riforma, ie: Managment & Personnel Office, Staff Development Organisation u l-Managment Systems Unit;", "- reviżjoni fis-salarji ta' l-impjegati kollha tal-Gvern fuq il-bażi ta' 20 skala;- klassifikazzjoni u ristrut-turar tal-gradi", "- formulazzjoni ta' Pjan ta' Xogħol (Business Plan) għal kull dipartiment;;", "- mili ta' postijiet ta' Segretarji Permanenti skond il-Kostituzzjoni;", "- ristrutturar tal-postijiet ta' fuq f'kull Ministeru fuq bażi ta' evalwazzjoni tal-gradi (job evaluation);", "- deċentralizzazzjoni u dele-gazzjoni ta' poteri kemm fil-qasam finanzjarju u f'dak amministrattiv;", "- eżerċizzju ta' complementing ħalli jiġu determinati l-bżonnijiet reali ta' kull dipartiment f'dak li hu numru ta' mpjegati f'kull livell, ħalli jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi umani;", "- formulazzjoni ta' skemi ġodda ta' reklutaġġ u promozzjonijiet li jagħmlu l-proċess ta' l-għażla aktar selettiv u anqas ibbażat fuq l-anzjanita';", "- introduzzjoni ta' skema ta' performance contracts li jorbtu l-ħatra mat- twettiq ta' programmi ta' xogħol;", "- reviżjoni tas-sistema ta' performance rating u performance assessment;", "- tfassil ta' Pjan Komprensiv ta' Taħriġ li diġa' laħaq 'il fuq minn 3,000 impjegat fi 30 programm differenti;", "- formulazzjoni u twettiq ta' Pjan Strateġiku għall-kompjuterizzazzjoni tas-sistemi tal-Gvern; diġa' tqassmu numru ta' computers fid-dipartimenti u nħoloq Information Centre mmexxi mill-Management Systems Unit sabiex igħin lid-dipartimenti fl-użu tal-computers u fl-applikazzjoni dipartimentali; u", "- riorganizzazzjoni sħiħa f'dipartimenti kbar tal-Gvern bħalma huma d- Dipartiment tax-Xogħlijiet u d-Dipartiment tad-Dwana.", "Naturalment dan il-programm vast ta' riforma li għaddej irid iż-żmien sabiex jibda jidher u jinħass l-effett tiegħu iżda x-xogħol ta' implimentazzjoni qiegħed għaddej b'ritmu mgħaġġel.", "Nista' ngħid li in ġenerali il-Gvern jaqbel mar-rakkommandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni.", "L-implimentazzjoni qed issir fuq fronti differenti u b'ċerta priorita'.", "Naturalment fejn ir-rakkomandazzjonijiet jolqtu l- kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati, l-implimentazzjoni issir wara konsultazzjonijiet ma' l-unions ikkonċernati.", "MR SPEAKER: Onor. Leo Brincat", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk niftakar sewwa meta kien ġie pubblikat r- rapport tal-kummissjoni, dak inhar il-gvern kien qal li kellu xi riżervi dwar certi aspetti.", "Allura nixtieq nsaqsi jekk illum jew forsi f'okkażjoni oħra huwiex opportun li l-Prim Ministru jellabora bi ftit mod iktar specifiku dwar x'kienu dawn ir-riżervi?", "It-tieni nett nixtieq ngħid li għalkemm l-Prim Ministru għadu kemm qal li saru konsultazzjonijiet mal-unions, nistaqsi sarux xi konsultazzjonijiet mal-Heads of Department, ħafna minnhom qegħdin f'non-unionized grades dwar jew l-implikazzjonijiet ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet?", "MR SPEAKER: Onor. Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lill-Onor.", "Interpellant nixtieq ngħidlu li dan huwa proċess li jinsab għaddej kontinwament u saru diversi seminars u diskussjonijiet.", "Uħud minnhom anke jiena stess kont preżenti fihom biex naturalment inkun nista' nitkellem u nara x'inhuma l-ideat u neżaminha f'liema grad dawn ir-rakomandazzjonijiet jistgħu jiġu implimentati.", "Dwar riżervi, jien la llum u lanqas qatt ma għidt li aħna se nimplimentaw kulma hemm.", "U dan għal żewġ raġunijiet.", "F'xi affarijiet hemm xi riżervi u waħda minnhom, per eżmpju, hija r-rakkommandazzjoni li r-recruitement fid- dipartimenti jibda jsir direttament mid-dipartimenti.", "Fil-fehma tiegħi, dan jista' jsir għal certu gradi, pero' ma jistax isir għall-gradi kollha meta għandek general service grades.", "Allura flok m'hu qed ngħid li se naċċettaw dik - in any case ħaġa bħal dik trid diskussjoni ma' l-unions għax il-Gvern mhux se jgħid li din accettaha u se jimplimentaha - iktar ħadna l-lat prammatiku ta' kif l-affarijiet jistgħu jiġu mplimentati, jiġifieri kull pass li jiġi mplimentat, jiġi kkonsultat.", "Jekk dawn ikunu jolqtu l-kondizzjonijiet ta' xogħol ta' kategoriji ta' ħaddiema li għandhom union tirrappreżentahom, allura jidħlu l-unions.", "L-Onor.", "Membru li ressaq il-mistoqsija supplimentari semma heads li jistgħu jiġu nfluwenzati mid-deciżjonijiet.", "Per eżempju, hemm numru ta' professional officers - uħud minnhom jistgħu jkunu heads - u f'dak il-każ qed isiru diskussjonijiet ma' l-unions li jirrappreżentaw dawk il- professionals.", "Nerġa' ngħid, dan huwa proċess li l-Gvern miexi bih bil- prudenza u mingħajr għaġġla żejda pero' b'determinazzjoni.", "U kif dejjem ipprova jimxi dan il-Gvern, jekk mhux b'consensus, kemm jista' jkun irridu li jkun hemm aċċettazzjoni ġenerali ta' dak li jkun qiegħed isir.", "Jiġifieri, nerġa' ngħid, dan huwa metodu prammatiku u mhux qed ngħidu li aċċettajna kollox u li se nimplementaw kollox.", "Qed naraw x'jista' jiġi mplimentat ħaġa ħaġa u qegħdin isiru d-diskussjonijiet meħtieġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madwar ġimgħatejn ilu, il-Prim Ministru deherlu illi hemm impenn qawwi min-naħa tal-Gvern biex jeħles kemm jista' jkun malajr il- kwestjoni tal-Permanent Secretaries.", "Fid-dawl ta' l-istqarrija li ħarġet il-UĦM illum, illi fiha ħeġġew lill-Gvern biex ma jiċċaqlaqx qabel ma jkun hemm broad base consultations, x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk huma qed jitolbu li niltaqgħu, jien lest li niltaqa' magħhom u se nieħu ħsieb illi niltaqa' magħhom, pero' nixtieq inpoġġi l-pożizzjoni ċara.", "In-nomina ta' Permanent Secretaries hija nomina li hija prevista fil-Kostituzzjoni.", "Jekk m'inix sejjer żball, Section 92 tal-Kostituzzjoni tipprevedi li jiġu nominati Permanent Secretaries.", "Fil- fatt il-Kostituzzjoni tiddefinixxi x'inhuma d-doveri tagħhom u tgħid illi r-responsabbilta' tat-tmexxija tad-dipartimenti hija tal-Ministru.", "Il- Kostituzzjoni tgħid ukoll illi jistgħu jiġu nominati Permanent Secretaries biex jissorveljaw dak id-dipartiment jew dipartimenti.", "Għal diversi raġunijiet tul is-27 sena li ilha teżisti l-Kostituzzjoni, qatt ma ġew nominati Permanent Secretaries.", "Jien jidhirli li wasal iż-żmien illi dawn jiġu nominati u nfakkar illi skond il-Kostituzzjoni, in-nomina ssir mill- President ta' Malta fuq parir tal-Prim Ministru wara li l-Prim Ministru jkun ikkonsulta l-Public Service Commission.", "Fil-fatt jien bħalissa għaddej bil-proċess li nidentifika - naturalment fuq pariri li nirċievi min-naħa ta' min hu responsabbli fis-Civil Service - l-persuni idonei għal din in-nomina.", "Dan mhuwiex proċess faċli għax jien irrid nipprova nagħżel l-aħjar nies li jidhirli għat-13-il Ministeru li hemm u nittama li dan iż-żmien ma jeħux fit-tul.", "Pero' sadanittant ngħid illi peress illi l-Union Ħaddiema Magħqudin għamlet talba biex tiltaqa' mal- Gvern - u jien qed ngħid li beħsiebni narahom jien stess, naturalment bl- assistenti li jkolli bżonn min-naħa tas-Civil Service - jien lest li niltaqa' magħhom biex nispjega x'inhu l-ħsieb tal-Gvern.", "Pero' rrid nagħmilha ċara li din mhijiex biss prerogattiva tiegħi imma hu dover tiegħi skond il-Kostituzzjoni li nagħmel dawn in-nomini.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Dan ifisser li dawn se jinħatru minn barra u mhux miċ-Ċivil?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kostitutizzjoni tgħid dak li hemm miktub fiha u ma naħsibx li f'dan l-istadju għandi noqgħod ninterpreta xi tgħid.", "Jien ngħid li n-nomini jridu jsiru bilfors u ma nistax nagħmel mod ieħor.", "Nista' nżid - għalkemm forsi dan mhuwiex il-mument - li hawnhekk l-idea hi illi n-nomina tkun għal ċertu żmien.", "Fil-fatt hawnhekk Permanent Secretary effettivament tfisser illi jien nagħti kuntratt, jiġifieri ssir in-nomina skond il-Kostituzzjoni u min jirċievi n-nomina mingħand il-President, ikollu l-kondizzjonijiet tan-nomina.", "Il-kondizzjonijiet ikunu b'terminu ta', per eżempju, sentejn jew tlieta - jien għandi f'moħħi sentejn jew tlieta pero' nispera li jkunu tlieta - mbagħad ikun hemm il-performance contract fis-sens illi se jkunu definiti l-objectives li jridu jintlaħqu u t-time frame li fihom dawn iridu jintlaħqu.", "F'dan is-sens diġa' saret ħafna preparazzjoni mill-Management Systems Unit u mill-Management Personnel Office li daħlu sew fid-diversi dipartimenti u raw x'hemm bżonn isir fid- dipartimenti kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' riformi, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' effiċjenza u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' targets li jridu jintlaħqu.", "L-idea hi li l-performance contract tal-Permanent Secretary ikollu definit fih dan kollu.", "Wieħed malajr jifhem li dan mhuwiex an easy task, pero' jidhirli li għandna nipprovaw nagħtu bidu għal din ir-riforma.", "Mr Speaker, forsi jekk nitkellem aktar tard illejla ngħid li huwa tajjeb li xi darba dan il-Parlament isib il-ħin biex niddibattu affarijiet bħal dawn, ngħidu x'għandna f'rasna u fhiex wasalna.", "Pero' dan jiddependi mill- ħin, fis-sens illi rridu nagħmlu l-ekonomija tal-ħin u rridu naraw kif naħdmu.", "U naħseb li għalissa aħjar ma nidħolx iktar fid-dettall dwar dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: In vista tal-pressjoni li kienet saret minn xi ufficjali tal-Partit Nazzjonalista biex jinħatru political appointees, jista' l-Prim Ministru għallinqas jassigura lill-Kamra li għalkemm se josserva l-Kostituzzjoni u għalkemm nemmnu fuq il-ħsebijiet tajba li għandu, dan mhux se jċedi għall-pressjoni ta' dawn l-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nassigura lill-Kamra li n-nomini li jsiru jkunu ta' persuni li, fil-fehma tiegħi, ikunu l-iktar idonei biex jimlew dawn il-postijiet.", "Kif diġa' għidt dawn mhux se jkunu nomini permanenti imma nomini għal term ta' żmien.", "Il-fehma tiegħi hi li inutli nagħmel Permanent Secretary ma' Ministru.", "Hawnhekk mhux se nitkellem għall-kulur politiku imma għall-affjatament li jkun hemm.", "Għalhekk jien jidhirli li din il-kwalita' ta' appointments - u jien ngħid, jekk tipprevedihom il- Kostituzzjoni ...", "Jekk, per eżempju, dan il-Gvern ikollu vot ta' sfiduċja u jirriżenja, jien nippretendi li l-Ministru li jiġi wara - jew anke jekk isir reshuffle f'dan il-Gvern stess - ikollu l-opportunita' li jgħid li ma jridx lil dak il-Permanent Secretary imma jgħid li jrid ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Issa dik hija l-opinjoni tiegħek pero' dan mhux se niddibattuh hawn.", "Jien qed ngħid li l-konċett ta' Permanent Secretary huwa eżattament l-għażla ta' persuna li fil-fehma ta' min jappuntah, will deliver specifically on specific objectives.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin għall-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddi issa għat-tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "\"Central Bank of Malta Annual Report and Accounts, 1991.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROPRJETA' TA' ENTITAJIET EKKLESJASTICI", "ECCLESIASTICAL ENTITIES (PROPERTIES) BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1992 dwar il-Proprjeta' ta' Entitajiet Ekklesjastiċi\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1992 dwar il-Proprjeta' ta' Entitajiet Ekklesjastiċi\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SOĊJETA' MALTIJA TAR-RED CROSS", "THE MALTA RED CROSS SOCIETY BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1992 dwar is-Soċjeta' Maltija tar-Red Cross.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Nisse-konda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1992 dwar is-Soċjeta' Maltija tar-Red Cross\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI TA' L-INVESTIMENT", "INVESTMENT SERVICES BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Bonello Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru tas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1992 dwar is-Servizzi ta' Investiment\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1992 dwar is-Servizzi ta' Investiment\", ikun moqri l-Ewwel Darba\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1992 li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nisse-konda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' 1992 li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR DAZJU TAS-SISA FUQ CROWN CORKS U KONĊENTRATI MHUX ALKOĦOLIKI", "EXCISE DUTY (CROWN CORKS AND NON-ALCOHOLIC CONCENTRATES) ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI) : Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar Dazju tas-Sisa fuq Crown Corks u Koncentrati Mhux Alkoholici\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar Dazju tas-Sisa fuq Crown Corks u Konċentrati Mhux- Alkoħoliki\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' l-Importazzjoni\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' l-Importazzjoni\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOANS BILL", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1992 dwar Self Lokali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nisse-konda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1992 dwar Self Lokali\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-BORSA TA' MALTA", "THE MALTA STOCK EXCHANGE (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Borsa ta' Malta\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Nisse-konda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Borsa ta' Malta,\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Fenech Adami.", "NOMINA TA' MEMBRI GĦALL-KUNSILL TA' L-EWROPA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nipproponi n-nomina tal-Membri ta' dan il-Parlament biex ikunu preżenti fl- Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "MR SPEAKER: Hemm permess tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi:", "\"Billi skond l-Artiklu 25 ta' l-Istatut tal-Kunsill ta' l-Ewropa, l- Assemblea Parlamentari tal-Kunsill għandha tikkonsisti f'Rappreżentanti u Sos-tituti tagħhom ta' kull Parlament li hu Membru tal-Kunsill, liema Rappre-żentanti u Sostituti għandhom ikunu eletti jew maħtura minn fost il- Membri ta' kull Parlament, skond kif dan jiddeciedi; u", "Billi l-Artiklu 26 ta' l-istess Statut jistabbilixxi li l-Membri li jirrappreżentaw lil Malta fl-Assemblea Parlamentari għandhom ikunu tlieta li jista' jkollhom tliet sostituti tagħhom;", "Hu għalhekk riżolut li l-Kamra taħtar lil dawn bħala r-Rappreżentanti tagħha:", "L-Onor.", "Joseph Psaila Savona L-Onor.", "John Vella L-Onor.", "Vincent C. Moran U li l-Kamra taħtar ukoll lil dawn is-sostituti tagħhom:", "L-Onor.", "Tonio Borg L-Onor.", "Josef Bonnici L-Onor.", "John Attard Montalto", "Huwa wkoll riżolut illi din in-nomina ta' kull Rappreżentant u ta' kull Sostitut tiegħu tibqa' fis-seħħ sakemm dawn ir-Rappreżentanti u Sostituti jibqgħu Membri ta' dan il-Parlament jew sakemm din il-Kamra ma tiddecidix xort'oħra.", "Illi l-Onorevoli Membri, hekk maħtura għandhom, darba kull sitt xhur, jippreżentaw rapport lill-Kamra, u jekk ikun il-każ rapport ta' Minoranza wkoll, rigward l-attivitajiet tagħhom matul l-istess perjodu, u kopja ta' dan ir-Rapport għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u tkun cirkolata lill-Onorevoli Membri.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOHN RIZZO NAUDI (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif moqrija u mressqa mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA", "Ikompli mis-7 ta' April, 1992", "MR SPEAKER: Onorevoli Sinjuri ngħarrafkom li s'issa l-Oppożizzjoni ħadet 162 minuta u l-Gvern ħa 142 minuta, u allura jekk iż-żewġ Whips jersqu lejn l-Iskrivan tal-Kamra aħna nkunu nistgħu ngħidulkom kif il-ħin li fadal għandu jinqasam.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Mr Speaker, f'dan l-ewwel intervent tiegħi nixtieq nieħu l-ispunt mill-final tad-Diskors li għamel l-Eċċellenza Tiegħu l- President ta' Malta li sar fil-ftuħ ta' dan il-Parlament, meta qalilna li l- ħsieb tiegħu kien proprju biex \"niffukaw aktar fuq is-sens ġenerali tal- mogħdija li rridu nwettqu fil-kors ta' din il-Leġislatura.\"", "U għalhekk mhux se nidħol f'dettalji partikolari.", "Fi ftit kliem se nipprova nieqaf fuq xi punti biex nesprimi riflessjoni dwarhom.", "Din is-Seba' Leġislatura qed issib Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista bit-tieni mandat mill-poplu biex f'dak li hu msejjaħ it-tieni pass, inkomplu nikkonsolidaw u niżviluppaw il-programm politiku li s-sisien tiegħu ġew imqegħdin tul il-Leġiżlatura li għaddiet.", "Dak il-programm politiku kien żvolġa fuq tliet temi ewlenin, jiġifieri x-xogħol, il- ġustizzja u l-liberta'.", "Dawn kienu tliet temi li rrappreżentaw il- ħteġijiet l-aktar urġenti li nħassew meta l-poplu u l-pajjiż kienu ħerġin minn perjodu ta' snin ta' kriżi politika profonda, ta' kriżi kostituzzjonali u mhux anqas ta' kriżi soċjali li kienet ipprovokata minn programm politiku li kien karatterizzat minn ħafna arroganza, minn ħafna intolleranza u minn sistema ta' klijenteliżmu li, barra li fiha nnifisha hija sistema retrograda, hija sistema li kompliet therri s-sens ta' inizjattiva taċ-ċittadin.", "Iċ-ċentru tal-ħerba li kienet qed issir kien propju l-iżvalutar u d-depressjoni ta' dawk il-valuri li rrappreżentaw minn dejjem il-partrimonju ta' ċivilta' tal-ġens tagħna, jiġifieri r-rispett lejn l-awtoritajiet magħrufin, il-bżulija, il-ġenerożita' u l-altruiżmu, is-sens u l-kuxjenza ta' ġustizzja, il-għaqda ta' poplu omoġenju minkejja l- ispinta għall-individwaliżmu bħala poplu b' karattru Latin u Mediterranju, u l-għożża tal-liberta' u l-valuri reliġjużi tiegħu.", "Kienet il-fibra morali - mhux biss fis-sens reliġjuż tal-kelma - tal-poplu Malti li rreżistiet l-attakk u żammet soda bla ma ġie sparpaljat ħafna mit-tajjeb illi kien għad baqa'.", "Fost dan it-tajjeb ċertament kien hemm l-għożża kbira għall-liberta'.", "Mhux talli dan il-valur ta' liberta' rreaġixxa iżda kien u jibqa' wkoll il-ħmira vera li fuqha se tkompli tissaħħaħ u tpassi 'l quddiem is-soċjeta' Maltija.", "Ippermettili, Mr Speaker, illi f'dan il-kontest nesprimi konsiderazzjoni li tolqot lili direttament.", "Irrid nagħmel imqar aċċenn biex nesprimi l- konvinzjoni tiegħi li kull ċittadin għandu jkun impenjat fil-ħarsien tal-liberta' vera.", "Inħoss illi kull ċittadin għandu jħossu dmir tiegħu li jkun liberu u li jgħix ta' bniedem liberu.", "Aktar milli dmir dan huwa dritt tiegħu.", "Jien wieħed mill-ħafna li nemmen f'dan il-valur tal-ħajja u kien b'dan l-animu li ħdimt u tajt sehmi f'kull attivita' politika li ġejt imsejjaħ biex inwettaq.", "Dan għamiltu anke b'sagrifiċċju biex nara l-għan ewlieni jseħħ u jirnexxi.", "Hekk kienet il-ħidma tiegħi fl- Akkademja għall-Iżvilupp ta' Ambjent Demokratiku li kien iservi bħala ċentru ta' studji politiċi, li l-qofol tal-programm tiegħu kien dak it- tixrid tal-kultura politika u tal-valuri politiċi, ta' liberta' u tad- demokrazija.", "Hekk ukoll kienet il-ħidma tiegħi fil-qasam tax-xandir li wettaqt f'isem il-Partit Nazzjonalista minn Sqallija u s-snin li segwew wara, ngħix kontra l-volonta' tiegħi milli ngħix ġo dari u f'pajjiżi bħala ċittadin liberu.", "Minkejja kulma ntqal fl-assenza tiegħi tul dawk is-snin waqt id-dibattiti tas-seduti ta' dan il-Parlament biex interpreta skopijiet u motivi ulterjuri għal din il-ħidma tiegħi u minkejja attakki personali inġusti u neqsin mill-korrettezza li ssibhom irrekordjati fil-Minuti ta' l-istess dibattiti parlamentari, nixtieq nafferma - mhux għax hemm bżonn li nagħmel dan - li l-intenzjoni personali tiegħi kienet ġenwina, bla interessi marbutin, u motivata minn twemmin f'ideali tajbin u aċċettati mill- komunita' u mis-soċjeta' demokratika.", "Nafferma wkoll illi sehmi tajtu f'isem il-Partit Nazzjonalista li kien determinat li jagħmel minn kollox biex iħares id-dritt tal-liberta' u ta' l-espressjoni illi kienu mhedda.", "Nafferma illi matul dak kollu li għamilt f'dan il-qasam, kont konvint ukoll illi kellu s-segwitu u l-appoġġ tal-maġġoranza tal-poplu Malti li mhux talli segwa, iżda kien ukoll parti ħajja minn dan il-proġett mimli sagrifiċċji u mimli b'ħafna ġenerosita' kbira.", "Daqshekk biss irrid ngħid illum dwar dan il-kapitlu.", "U għidtu, Mr Speaker, għaliex inħossni fid-dmir, aktar milli fid-dritt li nistqarru, f'ġieh l-irġulija, f'ġieh il- korrettezza u l-koerenza u f'ġieh is-sewwa li ried, u li stinka għaliha, u li rebaħ f'isimha, l-poplu Malti f'dik l-elezzjoni ta' l-1981 u fl- elezzjoni li ġiet warajha.", "Jidhirli għalhekk li qed nagħlaq kapitlu li kien għadu miftuh u dan nagħmlu mingħajr l-ebda animosita lejn ħadd, anzi b'mod oġġettiv, kostruttiv u b'mod koerenti.", "Jiġifieri bl-istess sentiment u bl- istess imġieba li bihom ħdimt u sofrejt.", "Mr Speaker, il-Partit ta' l-Oppożizzjoni qed jinsisti li l-pajjiż għaddej minn kriżi ta' valuri profonda.", "Ma daħalx fil-fond biex jindika fejn hu u fejn hi din il-kriżi u x'valuri hemm mheddin.", "Fetaħ l-attakk tiegħu sa mill- bidu nett ta' l-elezzjoni tal-mexxej il-ġdid, bħallikieku biex jidher li issa l-Partit Laburista tant hu nadif minn ġewwa, li qed jara kollox imċajpar u maħmuġ f'dak ta' madwaru.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni ndirizza liż- żgħażagħ f'dan il-kontest u ndikalhom - bir-rispett kollu - b'mod superfiċjali li l-kriżi tal-valuri tinsab fil-kilba għall-flus.", "Illum \"L- Orizzont\" ippubblika editorjal fuq is-suġġett tal-kriżi fost iż-żgħażagħ u sostna li bħala prova ċara li teżisti din il-kriżi ta' valuri fost iż- żgħażagħ, kien il-fatt li falliet laqgħa ta' l-istudenti fl-Universita' ma' l-Onor.", "Michael Frendo, Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura li spiċċa fil- konferenza waħdu.", "U hawn nieħu spunt biex nagħmel osservazzjoni.", "Inħoss li din tal-kriżi tal-valuri, mill-mod kif l-Oppożizzjoni s'issa qed titratta l- argument, m'hu xejn ħlief forma ta' spekulazzjoni.", "Qed ngħid dan mhux għax m'hawnx problemi ta' din ix-xorta iżda ċertament mhux laqgħa falluta li tindika l-prova.", "Din mhix serjeta' li wieħed igħid hekk.", "Skond ma ninsab informat, din il-laqgħa falliet mill-attendenza għal żewġ raġunijiet.", "Waħda kienet in-nuqqas ta' pubbliċita' fost l-istudenti biex ikunu jafu li se ssir u l-oħra kienet, li bħalissa, l-istudenti jinsabu jirkupraw l-istudji li tilfu tul il-kampanja elettorali.", "Kienu diversi l-laqgħat li ġew organizzati tul dawn l-aħħar xhur li fihom l-istudenti kienu numerużi u ħadu sehem attiv.", "Intant, xi ħaġa dwar il-valuri fost iż-żgħażagħ għandna xi ngħidu wkoll.", "Jidhirli, Mr Speaker, li huwa diffiċli tifforma identikit taż-żagħżugħ tipiku Malti.", "Mit-tagħrif li għandna nafu li l-ġenerazzjoni żagħżugħa għandha żewġ fiżjonomiji, waħda pożittiva u l-oħra kemm xejn negattiva.", "Naraw li parti miż-żgħażagħ studenti tassew jagħtu ħafna importanza lill-istipendju tagħhom.", "U agħar minn hekk dawn juru li ma japprezzawx il-flus meta tara kif jonfquhom.", "Iż- żgħażagħ juru li għandhom valuri superfiċjali ħafna u utilitarji meta tarahom jonfqu ħafna flus fl-akkwist tal-karozzi li ma jkunux użati biss bħala mezz ta' trasport utili, iżda tara żgħażagħ fuq l-isteering ta' karozzi lussużi.", "Flus li jonfqu f'ħafna lbies skond il-moda, mhux ħażin fih innifsu, iżda donnu anke hawn, il-ġirja qegħda wara l-prodotti l-aktar għoljin.", "Iżda l-akbar preokupazzjoni nħossuha meta nafu li numru ta' żgħażagħ li jixorbu l-alcohol qed jinfirex u jikber.", "Nisimgħu bi stejjer ta' dawk li x-xorb għalihom mhux mod kif jissoċjalizzaw iżda jixorbu sakemm iħossuhom storduti.", "Dan huwa tassew każ ta' tħassib, Mr Speaker.", "Dan is-settur ta' żgħażagħ probabbli huwa wild is-soċjeta' tal-benessere, li tathom kollox u ma jonqoshom xejn.", "Fin-nuqqas ta' preparazzjoni tal- kultura tal-ħajja, bl-edukazzjoni tal-qalb minn ħdan il-familja stess, iż- żagħżugħ malajr jitlef jew jaqleb is-sens ta' valuri.", "Min-naħa l-oħra nafu wkoll u naraw b'sens ta' sodisfazzjon li għandna settur mhux żgħir ta' żgħażagħ li huma impenjati fis-soċjeta' u jagħtu b'ġenerożita' kbira l-ħin liberu tagħhom favur ideali u favur forom ta' inizjattivi soċjali u kulturali tajbin.", "Infatti hija ta' konsolazzjoni kbira li naraw lil dawn iż-żgħażagħ dedikati b'entużjażmu fl-organizzazzjoni tal-paroċċa, fil-Youth Centres, fil-Missjoni, fl-għaqdiet li tassew jistħoqqilhom tifħir bħal dawk tal-Kerygma, fil-politika u f'forom oħra ta' volontarjat li mhux dejjem jidher u jkun pubbliċizzat, speċjalment fejn jidħlu prayer groups.", "Anki dawn huma żgħażagħ Maltin li niftaħru bihom.", "Mr Speaker, jidhirli illi għandu jkun dmir tagħna lkoll, adulti ta' kull fehma politika u anki ta' kull fehma soċjal,i li noffru ambjent eżemplari u tajjeb liż- żgħażagħ tagħna.", "Kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin l-akbar piż jaqa' fuq is-soċjeta adulta.", "Min-naħa tagħna, bħala Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, rridu naraw iseddqu, fost iż-żgħażagħ, dawk il-valuri, li barra mil-liberta', ġustizzja u solidarjeta, jkun hemm l-elementi li jifformaw iż-żagħżugħ tipiku Malti.", "Fost dawn insibu l-kuraġġ, l- ambizzjoni leġittima, l-altruiżmu, l-impenn b'sens ta' sagrifiċċju biex tinkiseb il-mira li kienu ffissaw għalihom u l-interess f'dak li jiġri barra mill-interessi limitati ta' madwarhom.", "L-aqwa valur li rridu nagħtu liż-żgħażagħ huwa dak morali.", "Dan ma jfissirx li rridu nagħmlu ġenerazzjoni ta' bigotti.", "Irridu żgħażagħ b'moħħhom miftuh iżda ta' prinċipji sani u rridu nagħtuhom direzzjoni biex il-futur tagħhom ikun imħares.", "Irridu wkoll inkomplu noffrulhom proposti konkreti biex ikunu f'qagħda li jieħdu tħejjija professjonali skond il-kapaċitajiet tagħhom.", "M'għandniex naqgħu fl-iżball li issa li l-pajjiż jinsab igħix fil- liberta', jfisser li m'hemmx għalfejn nitkellmu aktar fuqha.", "Ċertament li anki f'dan il-qasam baqa' ħafna xi jsir, u nikbru kemm nikbru, bħala poplu liberu, jkun dmir tagħna lkoll li nibqgħu nitkellmu ħalli naraw kif ikun l- aħjar mod li ngħixu ta' liberi.", "Il-liberta' rridu nkomplu nsaħħuha permezz ta' bażi soda ta' moralita fil-ħajja pubblika.", "Is-soċjeta' ċivili rridu nrawmuha b'din id-direzzjoni u bit-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet.", "Peress li l-liberta' hija wkoll forza ċivili rridu naraw li din tikber u tissaħħah daqskemm jirnexxielna nwaqqfu u nżommu istituzzjonijiet li jagħtuha stabbilita' fit-tul.", "Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dan fehmu tajjeb u mill-ewwel Leġislatura tiegħu ħaseb biex jibni strutturi u makkinarju istituzzjonali bil-għan li jsaħħah is-sistema demokratika f'pajjiżna.", "Anke meta nitkellmu fuq il-politika ta' liberta' ekonomika, il-Gvern preżenti, li jfittex is-sors tal-ħsieb tiegħu fit-tagħlim soċjali tal- Knisja, qed jara li s-suq ħieles ikun element importanti.", "Iżda jagħmel sens kbir biss jekk dan ikun marbut mas-solidarjeta' u mal-kumplament tas- socjeta' l-aktar fil-bżonn.", "Is-suq ħieles waħdu għalina mhux kollox.", "Diġa' wettaqna strutturi u mezzi ntiżi biex fis-soċjeta' Maltija noħolqu dawk il- kondizzjonijiet meħtieġa biex ikollna ambjent li fih iċ-ċittadin iħossu liberu tassew li jesprimi ruħu u jaħseb x'jaħseb ikun individwu stmat.", "Dan sar billi għamilna liġi li neħħiet il-monopolju tax-xandir u tat l- opportunita' li ċ-ċittadin ikollu għażla ta' mezzi ta' kommunikazzjoni skond il-gosti tiegħu.", "Dan ifisser il-pluraliżmu tal-ħsieb u l-pluraliżmu tal-mezzi.", "Hawnhekk, Mr Speaker, irridu naraw li dawn il-mezzi jitjiebu fis-servizz li jagħtu u jkunu strument ta' titjib fil-livell kulturali u dak ta' informazzjoni oġġettiva fejn iċ-ċittadin tassew isib skop għall-iżvilupp tal-personalita' u tal-maturita' tiegħu.", "F'dan it-tip ta' ambjent liberu qed naraw tiżviluppa wkoll ir-relazzjoni bejn il-partiti li minkejja d- differenzi u l-interessi konflittwali tipici ta' partiti jsibu wkoll fejn jaqblu, u fejn ma naqblux nuru dan b'sens ta' civismo u ta' lealta' b'mod li niżguraw li d-diskussjoni ma tiġġenerax f'ambjenti tribali.", "Fl-istess ton qed naraw żviluppi ta' relazzjoni sana bejn il-unions u bejn il-unions u l-Gvern u ma' l-awtoritajiet ta' min iħaddem.", "Dan huwa mod kostruttiv ta' kif jiġu mħarsa l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet rappreżentati.", "Dan ukoll huwa grazzi għall-ambjent liberu.", "Fuq livelli aktar wiesa' qed naraw dan l-ambjent ikabbar l-opportunitajiet għal bdil intensiv ta' esperjenzi bejn Maltin, speċjalment żgħażagħ u barranin.", "Dan qed isir f'kull qasam ta' l-attivita'; bħal dawk ta' l-isport, tal-kultura u tal- management skills.", "Bħala l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta' ambjent liberu, tajna importanza lit-toleranza bejn il-fehmiet differenti.", "Issa rridu nagħmlu l-pass sħiħ tagħna billi nisħqu fuq l-għarfien ta' kull individwu bil-personalita' u l- fehma tiegħu bħala l-qofol ta' liberta' vera.", "Fil-koncett ta' demokrazija tagħna, aħna nsostnu bil-qawwa tal-konvinzjoni, li kull individwu huwa persuna umana b'mod sħiħ u komplut u għalhekk għandu jiġi stmat u magħruf bħala tali.", "Dan il-koncett jestendi wkoll għal kif kull ċittadin huwa rappreżentat, inkluz il-partit, ir-reliġjon u kull forma ta' organizzazzjoni.", "Jien ħassejtni kburi li qed nagħmel parti minn-parlament li qed iwettaq passi konkreti lejn din id-direzzjoni, f'diversi aspetti.", "Naturalment bħala eżempju se nsemmi l-aħħar deċiżjoni, kwazi storika, li saret nhar is-Sibt li għadda bl-għażla ta' Deputy Speaker min-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Inħoss li din id-deċiżjoni għandha tiġi interpretata bħala għarfien ta' rwol ta' l-Oppożizzjoni u mhux semplicement tollerata.", "Bil- mod il-mod dan il-koncett għandna nkomplu nwassluh fil-livelli l-aktar mifruxin fis-socjeta' tagħna.", "Kull cittadin responsabbli għandu post fil- formazzjoni tas-socjeta tiegħu.", "Ħadd mhu eskluż u kulħadd jagħmel parti sħiħa mill-istorja tal-ħajja.", "Dan il-piż tar-responsabilita' jaqa' fuq spallejn kull individwu, dejjem skond dak li jirrapprezenta kemm fit- tajjeb kif ukoll fil-ħażin.", "Aktar ma' ċ-ċittadin iħoss li jipposjedi talent u moħħ kreattiv, aktar hu mistenni minnu li jagħti sehmu f'diversi forom u f'diversi oqsma.", "Kull awtorita' mhijiex perfetta; lanqas il-Gvern tagħna mhu perfett.", "Il-parteċipazzjoni ta' kull min jista' jgħin hija meħtieġa.", "B'ħafna interess qrajt żewġ artikli tal-Professur Oliver Friġġieri u tal- Professur Henry Frendo li dehru f' \"Il-Mument\" f'dawn l-aħħar żewġ Ħdud.", "Dawn tawna analizi oġġettiva u sinciera - biex ma ngħidx ukoll skjetta - ta' kif jaraw is-socjeta'.", "Jien nirrispetta tassew lil dawn iż-żewġ awturi għaliex minkejja l-fehma politika tagħhom huma kapaci jkunu ħielsa u awtonomi fil-ħsieb tagħhom.", "Il-kitba tagħhom fiha diversi punti ta' interess u għalkemm illum mhijiex l-okkażjoni illi nidħol fid-dettall, ċertament illi rrid naqsam magħhom diversi punti milli qanqlu.", "Osservazzjoni li ridt nagħmel illum, almenu mqar waħda, hija dwar ir-rwol ta' l-intellettwali.", "Kultant il-grupp ta' l-intellettwali jħossu 'l bogħod mill-politika.", "L-intellettwali għandhom post fil-ħajja politika daqs ħaddieħor anzi aktar ma tonqos il-konkorrenza ideoloġika, li llum diġa' tilfet il-forza minn ħafna partiti, il-konkorrenza bejn il- partiti aktar tkun ibbażata fuq l-ideat, fuq il-kreattivita' u fuq il-valur tal-personaġġi li għandhom x'jagħtu lis-soċjeta' permezz tal-politika.", "Għalhekk huwa indikat iż-żmien illi l-aħjar imħuħ, jiġifieri l- intellettwali u dawk illi għandhom il-ħila jaqraw u jifhmu l-problemi tas- soċjeta', joħorġu huma stess mid-dell ta' wara l-kwinti.", "Bis-saħħa tal- ħila intellettwali tagħhom, il-politiku jasal għal soluzzjonijiet prattiċi u ġusti.", "Mr Speaker, fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, smajna diversi interventi dwar il-ħtieġa ta' titjib fl-ambjent tal-Parlament biex id-Deputati kollha jkunu f'qagħda jaħdmu aħjar.", "Barra minn dawn is-suġġerimenti prattiċi, saru aċċenni għal twaqqif ta' Kumitati Permanenti tal-Kamra li l-Prim Ministru stess huwa anzjuż ħafna li jintroduċi wara li jkun laħaq qbil mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "M'hemmx għalfejn ngħid illi dan kollu, fejn hu meħtieġ u possibbli, għandu jsir fl-aħjar interess ta' ħidma Parlamentari aktar sfieqa u effikaċi.", "Illum nixtieq inżid ħsieb partikolari dwar ir-rwol tagħna d-Deputati, hekk imsejjħin back benchers.", "Dawn huma termini li ftit li xejn huma kumplimentużi, għallinqas għal min ma jridx ikun tassew back bencher u ma jinteressax ruħu.", "Huwa naturali li wara l-elezzjoni ħafna jaspiraw illi jiġu assenjati xi inkarigu fil-Kabinett iżda mhux possibbli li kull Deputat ikollu xi kariga hekk responsabbli.", "Dawk illi ma jkunux irnexxielhom jiksbu din l-aspirazzjoni, kultant jistgħu jħossu ruħhom qishom mhumiex utli għall-kumplament tax-xogħol tal-Grupp Parlamentari għax jibqgħu back-benchers.", "Jien ma naqbilx ma' setturi, speċjalment ta' l- istampa, li jispekulaw kontra dawk id-Deputati li ma jilħqux.", "F'\"In- Nazzjon Tagħna\" llum - biex inkunu qed infaħħru inizjattiva ta' l-Istampa - kien hemm, per eżempju, rapport li jidhirli li kien verament imħejji tajjeb.", "Allura mal-kritika li nagħti lill-Istampa, napprezza wkoll l- isforz illi jsir meta x-xogħol ikun tajjeb ħalli l-interventi u x-xogħol li jsir minn din il-Kamra jiġi trasmess anke lill-qarrejja, Mr Speaker.", "Allura - biex niġi għall-punt - li tkun Deputat ifisser li ma tkun xejn, skond din it-tip ta' kritika li naqraw u tfisser li tkun emarġinat?", "Għax din hi l-impressjoni li tieħu meta taqra din il-kitba f'xi ġurnali.", "Jien tal-fehma li din il-kwalita' ta' servizz dwar il-ħidma parlamentari hu żbaljat u ma jgħinx biex ix-xogħol parlamentari tad-Deputati jiġi apprezzat mill-elettorat.", "Jien nifhem li Deputat ma jgħodd xejn meta hu nnifsu ma jkun xejn; infatti Deputat igħodd skond dak li hu u mhux skond dak li hu jaħseb li hu jew li jippretendi li hu.", "U l-valur tiegħu ma jiġix ikklassifikat skond il-penzijiet tal-grad iżda skond dawk il-kwalitajiet personali tiegħu u ta' l-impenn u tal-ħila tiegħu li jgħin jew iħeġġeġ lill- grupp biex itejjeb liġijiet ta' fejda għas-soċjeta'.", "U għandna ħafna Deputati u back-benchers imħabbtin u jirsistu fil-ħidma politika ta' kwalita' tajba li jwettqu.", "L-aħħar punt, Mr Speaker, li rrid nasal għalih huwa rigward is- solidarjeta' li kien ukoll il-messaġġ finali tad-Diskors tal-President li għamlilna nhar is-Sibt.", "Din mhix triq faċli u ma tasalx għaliha biss b'erba' kelmiet imma tenħtieġ ħafna konvinzjoni.", "Iżda huwa mportanti li niżirgħu ż-żerriegħa malajr u aħna hekk għamilna.", "Quddiemna għandna ħafna problemi u l-Gvern mistenni jieħu l-lead pero' huwa fatt ukoll li biex isib is-soluzzjoni tagħhom tenħtieġ il-koperazzjoni ta' kulħadd.", "Inutli nisimgħu kritika dwar il-kriminalita', per eżempju, għax kulħadd hu fid- dmir li jagħti sehemu lejn is-soluzzjoni skond il-piż li jġorr.", "Li żgur hu ħażin hu li ssir spekulazzjoni biex wieħed jinqeda għall-interessi purament partiġġjani dwar problema taħraq bħal din.", "Għandna problemi oħrajn li wkoll jenħtieġu s-sejħa ta' kull min irid isolvi flok jinqeda.", "Anke dan hu mod ta' solidarjeta'.", "Beħsiebna nsawru soċjeta' magħmula minn ċittadini responsabbli li josservaw dmirijiethom kull ħin, skond ma huma u skond x'jagħmlu f'kull livell ta' ħidma, kbir jew żgħir.", "B'dan il-mod inkabbru l- mentalita' tar-rispett lejn il-liġijiet tal-pajjiż kif ukoll insawru kultura ta' koeżistenza bħala poplu magħmul minn individwi u gruppi anke li ma jaqblux fil-fehma.", "Din jiena naraha forma aktar demokratika u solidali mill-konċett Laburista msejjes fuq l-ordni u d-dixxiplina.", "Dan ifakkarna ħafna f'sistema ta' reġimentazzjoni li issa warrabniha għal kollox.", "Mr Speaker, għamilt aċċenn dwar ir-rwol ta' l-Oppożizzjoni.", "Nistqarr li smajt b'attenzjoni l-intervent tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u deherli li għamel wisq enfasi meta kkritika d-Diskors tal-President u attribwih biss u sempliċement bħala eżerċizzju ta' retorika.", "Bir-rispett kollu rrid ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu kritika pjuttost stereotyped.", "Biex il- kritika tkun kredibbli jidhirli li din hemm bżonn tkun oġġettiva verament, kif stqarr li beħsiebu jagħmel.", "Iżda frankament min se jemmen li hawn stat ta' kriżi kważi f'kollox f'dan il-pajjiż?", "Nittama li din ma tkunx tip ta' Oppożizzjoni bħalma jiddeskrivu lil dawk il-kritiċi li jippretendu li jġibu s-sodda tagħhom u jorqdu fis-salott ta' ħaddieħor.", "Milli qed nifhem, il- Partit Laburista qed jagħmel sforz biex jinża l-libsa tas-soċjaliżmu.", "Iżda frankament ma nafx kemm tassew se jirnexxilu jinża wkoll il-mentalita' u l- qalb Soċjalista li forsi għadha tinsab moħbija.", "Qed jingħad mill- Oppożizzjoni li jridu jżommu dejjem il-bibien miftuħin bħala strateġija.", "B'dan juru li jridu jkunu partit prammatiku għall-aħħar iżda meta l- pragmatiżmu jsir għan ewlieni kif tagħmel il-politika u mhux biex iżżomm ċerta flessibilita' fis-soluzzjoni ta' problemi politiċi, tispiċċa biex tkun partit politiku ta' bla valuri.", "Inħoss li l-Partit Laburista se jispiċċa biex ikun partit lajċista.", "Dan ukoll ikun kontra dak li aħna nemmnu li għandna nagħtu lis-soċjeta Maltija.", "Din tal-bibien miftuħin forsi hija tattika biex tiġbor madwarha il-vuċijiet kollha tal-protesta huma min huma?", "Mr Speaker, irrid nagħlaq dan l-ewwel intervent tiegħi billi nittama li rnexxieli nagħmel sforz biex nesprimi kif u għaliex il-proġetti kollha maħsubin fil-programm elettor-ali tal-Partit Nazzjonalista mhumiex sempliċement proġetti ta' propaganda.", "Lanqas huma skop fihom infushom li jsiru iżda kulma qed iwettaq dan il-Gvern huwa msejjes fuq pjan politiku ta' valuri umani politiċi u kulturali ta' fejda għas-soċjeta' Maltija.", "Dawn il-valuri jsibu l-ispirazzjoni tagħhom fit-twemmin demokratiku mfisser fil-messaġġ Kristjan.", "Għalhekk inħaddnu l-ideali msejjħin tad-Demokrazija Kristjana.", "Dan il-messaġġ irid ikun il-pedament li fuqu nkomplu nibnu s- soċjeta' Maltija, bħala waħda solidali, ġusta u libera bil-bniedem bħala l- uniku mudell tagħha.", "Jien għal dan kollu ħdimt u b'dawn is-sentimenti irrid nkompli nagħti sens lill-attivita' politika tiegħi fi ħdan din l- ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, jien segwejt b'attenzjoni d-diskors li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dan id-dibattitu u nixtieq ngħaddi xi ftit rimarki fuq kif naħsibha jien dwar is-sitwazzjoni politika li toħroġ mid-direzzjoni li qed nagħtu lill-pajjiż permezz tax-xogħol li qed nagħmlu f'dan il-Parlament kif imħabbra fid-Diskors tal-President, proprju b'referenza għal xi kummenti li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-ewwelnett, jien ma nixtieqx inkun negattiv, pero' ma nistax ma nirrimarkax li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni minn mindu ħa l-ħatra tiegħu l- ewwel diskors li għamel kien attakk fuq in-nuqqas ta' valuri li mbagħad kellu l-eku tiegħu fid-diskors li għamel hawn ġew f'dan id-dibattitu dwar id-Diskors tal-President.", "Hu kkritika lill-Gvern li kien vag fid-diskors tiegħu, pero' l-valuri huma minnhom infushom suġġett vag għax il-valuri jsiru tanġibbli u reali fl-azzjoni li tieħu meta tkun ispirat mill-valuri.", "Irrid ngħid li l-Partit Nazzjonalista dejjem kien il-Partit tal-valuri f'dan il-pajjiż u dejjem ipproġetta u ppropona lill-poplu Malti l-valuri.", "Dan ma jfissirx li fil-pajjiż m'hawnx nies li jivvotaw lill-Partit Nazzjo- nalista u li m'għandhom l-ebda valuri u ma jfissirx li m'hawnx nies li jinteressahom biss minnhom infushom u minn buthom u m'għandhomx valuri.", "Lanqas ma jfisser li fil-pajjiż m'hemmx bżonn li ndaħħlu l-kultura tal- valuri.", "Il-Kap tagħna, il-Prim Ministru, kemm-il darba tkellem meta konna fl-Oppożizzjoni u wkoll fl-aħħar ħames snin li konna fil-gvern fuq dan il- punt.", "Nerġa' ngħid, huwa l-Partit Nazzjonalista li huwa l-Partit tal-valuri.", "Anke jekk naraw is-slogans illi noħorġu bihom fl-elezzjoni li nispiraw lin- nies biex jivvotawlna, dawn ma jkunux slogans għal propaganda fiergħa biss imma jkunu riflessjoni tal-ħsieb politiku tal-partit.", "Fl-1981 appellajna lill-poplu Malti biex jivvota lilna flimkien għal ħajja aħjar, fl-1987 tkellimna dwar xogħol, ġustizzja u liberta' u fl-1992 għidna solidarjeta' dejjem u kullimkien.", "Wieħed jista' jgħid li dawn is-slogans huma r-rifless fil-lingwaġġ politiku tagħna tal-fatt li l-Partit Nazzjonalista huwa veru l- partit tal-valuri.", "Irrid ngħid li l-iktar ħaġa importanti hija l-bżonn ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali, dik li l-Onor.", "Alfred Sant issa tkellem dwarha kemm hawn ġew u kemm barra mill-Kamra, li hawn sitwazzjoni fejn nofs il- poplu jħoss ruħu eskluż f'pajjiżu stess.", "Dan il-bżonn ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali illi permezz tiegħu aħna konna għidna li lkoll nerġgħu insiru aħwa Maltin huwa bżonn li ma kienx ħassu l-Partit Laburista imma kien ħassu l-Partit Nazzjonalista meta ħriġna b'dan l-islogan proprju fl-1987.", "Mela l- fatt li rrikonoxxejna dan il-bżonn, il-fatt illi rrikonoxxejna dan in- nuqqas fil-pajjiż huwa l-iktar ħaġa fondamentali li għamilna aħna u jiena konvint li fil-ħames snin li għaddew imxejna bis-serjeta'.", "Ma lħaqniex l- għan pero' mxejna bis-serjeta' biex nilħqu l-għan tar-rikonċiljazzjoni nazzjonali.", "Il-kap il-ġdid tal-Malta Labour Party illum qiegħed jaqbel magħna li kien hawn din is-sitwazzjoni u jiena ngħid illi din is-sitwazzjoni hija ferm u ferm inqas fl-emfasi tagħha, fil-gidma tagħha, milli qatt kienet qabel grazzi għaliex aħna għandna politika ta' rikonċiljazzjoni.", "Nista' ngħid li kellna mhux wieħed jew tnejn supporters tagħna li anke tkellmu fil- konferenzi ġenerali tagħna fejn qalu li ma jemmnux bir-rikonċiljazzjoni nazzjonali għax jgħidu li aħna għandna nimxu kif kienu jimxu magħna meta kien hawn ħaddieħor fil-gvern pero' aħna nemmnu fiha, pprattikajniha u mexjin 'il quddiem.", "Jiena niftakar meta kont għadni dieħel hawn 16-il sena ilu li meta kont nitkellem f'dan il-Parlament, kont insostni li l- Oppożizzjoni, jiġifieri l-minoranza għandu jkollha l-iktar dritt importanti fil-pajjiż, the right to dissent, id-dritt illi ma taqbilx u d-dritt li xi ħadd ma jaqbilx nemmen fih u nibqa nirrispettah anke ma' min ma jaqbilx miegħi.", "Imma niftakru meta kien hemm żmien fejn min ma jaqbilx mal-Gvern kien jissejjaħ għadu tal-poplu.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk dan kienx riflessjoni ta' xi valuri, biex ngħid hekk, soċjalisti.", "Wieħed mill-kelliema, l-Onor.", "Evarist Bartolo, qal li l-Partit Nazzjonalista fil-gazzetti tiegħu għamlu kampanja isterika - jekk niftakar sew uża l-kelma isterika - dwar il-fatt li qed jaqa' s-socjaliżmu reali.", "Jien ngħid li l-lingwaġġ politiku tal-Malta Labour Party meta kien fil- gvern sa ftit żmien ilu, kien riflessjoni ta' dawk il-valuri - jekk trid tgħidilhom hekk - li għalija huma valuri negattivi ta' dak it-tip ta' soċjaliżmu.", "Ikun kollu għal xejn li noqogħdu ngħidu li hawn kriżi fil- valuri u nitkellmu b'dan il-mod jekk ma npoġġux idejna fuq il-ferita u ngħidu eżatt x'ġara minn dan il-pajjiż u kif ġraw dawn l-affarijiet.", "Illum tajjeb li l-Kap ta' l-Oppożizjoni jgħidilna li l-verita' hi - biex nikkwota - li nofs il-poplu jħoss ruħu eskluż f'pajjiżu stess.", "Tajjeb li jgħidilna hekk, u naqblu miegħu jekk huwa hekk pero' huwa ħażin li jkun hekk.", "Pero' rridu niftakaru li kien hawn nies fuq in-naħa tal-Gvern ta' dak iż-żmien, jiġifieri n-naħa tal-Partit Laburista, li l-bieb tagħhom kien miftuħ għal Laburisti biss.", "Irridu niftakru li kien hemm persuna oħra li kienet iddikjarat x'inhi l- politika tagħha.", "Dan kien Ministru fil-Gvern Laburista li qal li l-ewwel jieħdu l-Laburisti, imbagħad jieħdu l-Laburisti u jekk jibqa' jerġgħu jieħu l-Laburisti.", "Dawn dikjarazzjonijiet li saru fil-pubbliku min-nies that should have known better, biex ngħid x'naħseb jien.", "Pero' dawn kienu dikjarazzjonijiet li ma naħsibx li għenu biex in-nofs tal-poplu li kien iħossu eskluż f'pajjiżu stess ma jibqax iħossu hekk.", "Jien allura, meta nisma lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni tal-lum jgħid li mhux sew li nofs il-poplu jħoss ruħu eskluż f'pajjiżu stess - ħaġa li naqbel magħha mija fil-mija - naħseb li l-poplu jagħmel din id-domanda: \"X'qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Qed jirrinunzja l-passat jew qed jgħaddina biż-żmien?\"", "Dan huwa t-test li jrid jagħmel.", "Aħna għandna testijiet oħra fil-Gvern, testijiet iebsin li rridu ngħaddu minnhom fil- ħames snin li ġejjin.", "Pero' t-test issa għall-Malta Labour Party fl- Oppożizzjoni huwa x'se tkun it-tweġiba għal din il-mistoqsija.", "Il-lingwaġġ tagħna qatt ma kien lingwaġġ hekk.", "Kif għidt diġa' is-slogans politici tagħna kienu jirriflettu l-fatt li aħna l-Partit tal-valuri mhux il-Malta Labour Party.", "Fl-aħħar elezzjoni ppriedkajna s-solidarjeta' u s- solidarjeta' għalija huwa l-iktar valur importanti.", "Huwa valur - u ngħidu b'wicci minn quddiem - demokristjan, għax aħna partit demokristjan.", "U meta ngħid partit demokristjan ma jfissirx li aħna partit konfessjonali imma jfisser li aħna partit li nemmnu li l-iżjed ħaġa importanti hija d-dinjita' tal-bniedem u d-dinjita' tal-persuna umana.", "Is-socjalizmu reali proprju falla għax dan ma kienx josservah u ma kienx verament jagħti każ tal-liberta'.", "Aħna ppridkajna x-xogħol, il-ġustizzja u l-liberta' għax huma tliet valuri li jagħtu dinjita' lill-bniedem.", "Naħsbu u nemmnu li rrnexxilna noħolqu x-xogħol, mhux b'karita' lejliet elezzjoni biex nisirqu l-voti, imma irnexxilna nagħmlu socjeta' iktar ġusta, għalkemm hawn min jaħseb li missna dawwarna l-arloġġ lura biex l-inġustizzji li saru qabel ma jibqgħux jeżistu u rnexxielna nagħmlu l-liberta', l-liberta' tal- kelma u ta' l-assoccjazzjoni.", "Din kienet id-direzzjoni li ħadem għaliha il- Gvern, id-direzzjoni li lill-Partit Nazzjonalista żieditlu l-appoġġ.", "Mela jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħid li aħna bla direzzjoni!", "Jien insostni li l-Malta Labour Party kien bla direzzjoni.", "U din kienet ir- raġuni li l-Malta Labour Party naqqas l-appoġġ.", "L-Onor.", "Lino Spiteri qal li l-Partit Nazzjonalista żdied ftit inqas minn 1% pero' l-akbar skoss li ġara fl-elezzjoni kien li l-Malta Labour Party naqqas kwazi 2.5%.", "U jekk tistaqsi d-domanda għaliex ġara hekk, ir- risposta hija facli.", "Lill-poplu aħna offrejnilu s-solidarjeta' u nassumi li huma offrewlu li jerġgħu jibnu s-socjalizmu mill-ġdid.", "U naħseb li huma riedu jerġgħu jibnu s-socjaliżmu mill-ġdid.", "Pero' l-poplu għażel id- direzzjoni li jaf.", "Mhux talli għandna direzzjoni, li mxejna biha u se nkomplu nimxu biha kontra dak li qal l-Onor.", "Sant, talli l-poplu rrikonoxxa li aħna għandna direzzjoni tajba.", "Kienet l-Oppożizzjoni li ma kellhiex direzzjoni u kienu l-Membri tagħha li kienu vagi fejn iridu jwasslu 'l pajjiż.", "Għalhekk Mr Speaker, naħseb li l-Messaġġ ta' l-Eccellenza Tiegħu l- President għandna nifhmuh anke f'dan is-sens.", "Għalhekk naħseb li jekk wieħed iħares lejh f'dan il-kontest kulħadd jifhem għaliex din in-naħa aħna tassew sodisfatti u kuntenti bil-Messaġġ li tana l-President.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien ma niskantax li l-Gvern huwa sodisfatt u kuntent bil-Messaġġ tal-President għax ovvjament kitbuhulu.", "Allaħares il-Gvern ma kienx ikun sodisfatt bil-Messaġġ illi għamel il-President ta' Malta għax kien ikun anakroniżmu kbir.", "Pero' niġi għas-suġġett, Sur President.", "Aħna qed insostnu li d-Diskors tal-President għandu stil tajjeb bħalma għandu l-Partit Nazzjonalista, imma sustanza fih ftit li xejn.", "U dan aħna lesti li nipprovawh bil-fatti.", "Ejja naraw x'qal fuq il-Qrati l-Eċċellenza Tiegħu.", "L-ewwelnett, din l- importanza kollha li taw lill-Qrati tista' tgħid li hi inqas minn 1.5% tad- Diskors kollu, għax paragrafu wieħed biss hawn fuq il-Qrati.", "Dan igħid hekk:", "\"L-importanza li l-Gvern irid jagħti lill-Qrati tidher, fost ħwejjeġ oħra, mill-ħatra ta' Ministru li l-qofol tar-respon-sabbilta' tiegħu hija l- Ġustizzja.", "Fost ħwejjeġ oħra, il-Parlament se jintalab japprova l-liġi għall-istituzzjoni tal-kunsill tal-maġistratura u tal-proċeduri konnessi mar- rimozzjoni ta' l-Imħallfin.", "Maħsub tibdil fil-kodiċi tal-proċedura ċivili għal aktar ħeffa fil-qtugħ tal-kawżi u miżuri għall-aktar tisħiħ ta' l-indipendenza tal-Qrati.", "Diġa' nbdew riformi fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali u fl-amministrazzjoni tal-Qrati.\".", "Meta wieħed jara xi ħaġa u jaħseb li raha diġa' jgħid deja' vu u meta wieħed jisma' xi ħaġa u jaħseb illi semagħha diġa', jien naħseb li jrid igħid deja' ecoute, u fil-fatt jien mort lura għad- Diskors illi nkiteb għall-ex-Aġent President Pawlu Xuereb u sibt illi kull ma għandna llum huwa l-istess ħaġa b'xi tibdil ta' kliem.", "Erba' snin ilu qalulna li se jagħmlu kunsill amministrattiv tal-ġustizzja, qalulna li l-Gvern deċiż illi ma jħallix il-proċess ġudizzjarju jtul bla bżonn, qalulna illi se jagħtu riżorsi lill-maġistrati u qalulna li se jbiddlu l-Liġi tal-Familja.", "Dan ifisser li mill-erba' punti illi kien qara l-Aġent President fid-9 ta' Lulju 1987, tlieta minnhom huma repetuti f'dak li qara l-President fl-4 ta' April 1992.", "Dan jurina kemm kien bieżel il-Gvern Nazzjonalista fis-Sitt Leġislatura għaliex minn dak li qal li se jwettaq fuq il-ġustizzja, ma wettaq kważi xejn.", "Dan iċ-ċertifikat mhux aħna qed nagħtuhulu imma qed tagħtihulu l-gazzetta uffiċjali tal-partit tagħhom stess.", "\"In-Nazzjon Tagħna\".", "Fl-edidorjal \"Ġustizzja u Qrati\" ta' l-4 ta' Marzu ta' din is- sena qalet li l-Onor.", "Joe Fenech ta żmien xahar lill-ħaddiema tal-Qorti biex jitranġaw ħafna affarijiet amministrattivi u qal li hemm kritika ġustifikata dwar il-Qorti, dwar l-ineffiċjenza li hemm, abbużi, ma jeżistix sens ta' dover, il-pubbliku jitħalla jistenna, atti jinsterqu u ma jaslux fil-ħin, ħaddiema ma jinstabux wara nofs inhar u oħrajn jagħmlu xogħol privat waqt il-ħin tax-xogħol.", "Il-Ministru Fenech wissa li wara li jgħaddi l-perjodu ta' xahar, jagħmel re-assessment.", "Din l-awtokritika li l-Onor.Fenech qed jagħmel lill-Gvern Nazzjonalista hija l-ikbar ċertifikat ta' l-ineffiċjenza illi mxew bih fl-aħħar Amministrazzjoni.", "Dan qalu mhux biss meta ltaqa' mal-ħaddiema illi tahom xahar ċans biex jirranġaw l-affarijiet imma anke meta ltaqa' mal- ġudikatura.", "Fil-fatt l-Onor.", "Fenech qal li fi żmien sena, jrid jirranġa l- Qrati.", "Meta jiena nisma' b'dawn il-perjodi, 'time-limits', niftakar fil- mitt ġurnata ta' Napuljun.", "Issa jien li nipprattika kontinwament fil-Qorti ma rajt xejn differenti u ma nafx x'se jagħmel issa l-Ministru Fenech wara li skadielu dan ix-xahar.", "Jidher ċar illi l-Gvern Nazzjonalista huwa dissodisfatt għall-aħħar bil-Qorti.", "Qalilna li l-kritika li hemm dwar il- Qorti hija ġustifikata u niefqu hawn.", "Mela f'dawn l-aħħar erba' snin u nofs, dwar il-Qorti, meta l-Oppożizzjoni qalet li hemm ineffiċjenza, li hemm anke abbużi, u li hemm nuqqas ta' bżulija f'kull qasam, kienet qed tgħid il-verita'.", "Nirringrazzjaw lill-Ministru Fenech talli aċċettaha.", "Aħna għidna li se nagħmlu kruċjata biex lill-poplu Malti nuruh il-verita'.", "Hekk se nagħmlu u hekk qed nagħmlu.", "Issa, kif wieħed jaf il-Partit Nazzjonalista jiftaħar li huwa l-partit demokratiku u aħna qisna partit li mhux demokratiku.", "Aħna nistgħaġbu li dak il-partit irid jgħallimna - Alla biss jaf minn xiex għaddejna - jew irid jgħidilna fuq id-drittijiet tal-bniedem.", "Fi żmienhom lanqas drittijiet tal-mejtin ma kienu jeżistu aħseb u ara tal-bniedem.", "Kulħadd jaf li d- demokrazija għandha tripod - almenu hekk jgħidulna min jgħallimna l- kostituzzjonal - jiġifieri l-leġislatura, l-eżekuttiv u l-ġudikatura; sine qua non għad-demokrazija jrid ikollok l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Kif rajna fl-iSpeech li għamel il-President, intqal li jrid isir kunsill tal- maġistratura, dak li erba' snin u nofs ilu kienu tawh l-isem differenti, \"Amministrazzjoni tal-Ġustizzja\".", "Aħna dwar dan m'għandniex riservi imma rridu nidħlu fil-funzjonijiet tiegħu u rridu nidħlu kif se jiġu appuntati l- membri, jiġifieri hemm ħafna x'wieħed igħid.", "Allavolja dan kien ġie diskuss ukoll fis-Select Committee hemm ħafna x'wieħed jgħid dwar dan il-kunsill.", "Aħna żguri li l-ġudikatura għandha jkollha xi accountability.", "Li imħallef jew maġistrat jista' jagħmel dak li jixtieq jagħmel għax jaf li m'hu accountable lil ħadd, dan mhux tajjeb.", "Irid ikun hemm ċertu dixxiplina fl- oqsma kollha iżda din id-dixxiplina ma tirriflettix biss għall-qasam tal- ġudikatura.", "Jiena għandi pjaċir ngħid li f'laqgħa ferm kordjali li kelli mal-President tal-Kamra tal-Avukati u żewġ membri llum stess, hemm qbil li jsir kodiċi ta' etika għall-avukati wkoll, ħaġa li hija nieqsa u hija bżonn juża.", "Hemm ħafna punti oħrajn li jidher li dwarhom hemm qbil iżda nidħlu f'aktar dettall 'il quddiem.", "Waħda mill-funzjonijiet li ovvjament jiġi mill-ewwel f'ras dak li jkun meta jitkellem fuq il-kunsill huwa kif jiġu appuntati l-membri tal- ġudikatura.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istorja ta' kif ġew appuntati l- Membri tal-ġudikatura fl-aħħar erba' snin u nofs insibu li kellna esperjenza qarsa.", "Naħseb li ma kienx hemm persuna li ġiet appuntata għall- ġudikatura li kienet ta' l-opinjoni politika Laburista filwaqt li fi żmien il-Gvern Laburista - u kienu jgħajjruna li aħna pprovajna nimminaw il- kredibilita' u nikkritikaw kontinwament il-funzjoni tal-Qorti - ġew appuntati membri fil-ġudikatura ta' opinjoni politika differenti.", "Huwa faċli li titkellem dwar l-affarijiet imma huwa ħafna iżjed diffiċli biex twettaq dak li tgħid.", "Il-ġustizzja, Sur President, hija sabiħa imma kultant mhijiex daqshekk faċli biex tipprattikaha ġo darek.", "U aħna dan li qed ngħidulu lill-Gvern.", "Aħna qed ngħidu li għandu jiġi studjat jekk hemmx bżonn jkun hemm proċedura biex l-imħallfin u l-maġistrati ma jibqgħux jiġu appuntati mill-Gvern.", "Waħda mill-funzjoniiet importanti li wieħed irid jidħol fiha huwa l-appuntament proprju tal-ġudikatura.", "Dan iġibna għal dak li ntqal fid-Diskors tal-President dwar ir-rimozzjoni ta' l-imħallfin u tal-maġistrati.", "Dan huwa regolat bil-Kostituzzjoni.", "L- unika ħaġa li qed tiġi ntrodotta hawnhekk hija li se ssir il-proċedura kif għandha titmexxa r-rimozzjoni tal-membri tal-ġudikatura.", "Dan kien imwiegħed fid-Diskors tal- President fil-Leġislatura l-oħra, huwa mwiegħed issa u ma nafux jekk hux se jaslu għaliex meta nqabblu dak li għamlu ma' dak li qalu li kellhom jagħmlu, erba' snin u nofs ilu, insibu li minn tliet affarijiet prinċipali, it-tlieta ma twettqux.", "Jidher li l-politika ewlenija tal-Gvern dwar il-Qrati hija li jridu l-affarijiet jimxu bla dewmien.", "Fuq dan kulħadd jaqbel.", "Min iħobb li l-ġustizzja issir wara tant snin?", "Justice delayed is either not justice or justice denied?", "Fil-fatt wieħed irid jara x'qiegħed jgħid il-Ministru dwar kif l-affarijiet għandhom jitmexxew b'iżjed ħeffa.", "U x'kien is-suġġeriment li għamel meta ltaqa' mal-ġudikatura?", "Li meta tiġi ppreżentata ċ-ċitazzjoni isiru l- affidavits kollha.", "Jiġifieri x-xhieda viva voce, ix-xhieda li min qed jiġġudika jista' jaraha u jismagħha ma ssirx quddiem il-maġistrat jew l- imħallef jew dak li jkun appuntat, imma ssir mill-individwu quddiem l- avukat permezz ta' affidavit.", "U din tiġi kawża mhux bejn il-partijiet imma bejn l-avukati.", "U dan, jekk ikun obbligatorju, mhux konduċenti għall- ġustizzja.", "Ħaġa interessanti li qed nisimgħu minn dawn in-naħat huja illi l-Gvern irid jirriforma l-qrati.", "Eureka!", "Riforma hija sabiħa.", "Ir-riforma hija meħtieġa imma jiddependi x'tip ta' riforma tkun.", "Jekk aħna nipprovaw li l- qrati tal-ġustizzja jiġu riformati \"piecemeal\" iżjed se jkun hemm problemi milli se jsolvu ruħhom.", "Aħna diġa' smajna li l-Avukat Ġenerali jekk hemm bżonn jidħol il-Ħadd u jekk hemm bżonn il-Qrati jagħmlu seduti wara nofs inhar.", "Aħna ngħidu li l-importanti hu li dak li jsir isir bil-għaqal.", "Meta wieħed jipprova jgħaġġel ir-riformi mingħajr ma jagħti każ ta' dak kollu li jiġi affettwat, jiżbalja.", "Riforma hija meħtieġa imma pressjoni fuq il- ġudikatura kif qegħda ssir u kif nistgħu nipprovaw li saret, hija ħażina.", "Dan huwa indħil fil-ġudikatura.", "Il-ġudikatura m'għandhiex ikollha indħil dirett fuq xogħolha.", "Minn mindu iltaqa' l-Ministru ma' l-imħallfin u mal- maġistrati, n-numru ta' kawżi li qed jiġu kkanċellati, li qed jintbagħtu sine die huwa ħafna akbar meta komparat maż-żmien ta' qabel.", "Jiena għalhekk nikkonkludi loġikament illi saret pressjoni biex jinqatgħu kemm jista' jkun kawżi.", "U dik m'hijiex ġustizzja.", "Mhijiex ġustizzja li ma tagħtix il-parti l-oħra ċ-ċans tressaq il-każ tagħha.", "Mhix ġustizzja li taqbad fuq il- forma u mhux is-sustanza.", "Ir-riformi, jekk iridu jsiru, iridu jsiru fuq l-oqsma kollha li hemm fil- qasam tal-ġustizzja.", "U din mhux xi ħaġa li ma tistax issir.", "Aħna nafu illi certi awli jaħdmu bis-sistema ta' appuntament, pero' huwa imposibbli illi fil-Qrati tagħna l-ġustizzja ma ddumx ma ssir u fl-istess ħin ma tinstabx soluzzjoni sabiex l-avukati biex jgħixu jibqgħu bin-numru kbir ta' kawżi li għandhom.", "Ma tistax fl-istess ħin tkun f'żewġ postijiet jew tlieta f'daqqa.", "Dan huwa mpossibbli umanamet u r-riforma trid issir mill- bażi, trid isir mill-għeruq.", "Meta tliet snin ilu tkellimt, għidt li hemm il- possibbilta' li dawn isiru.", "Barra minn Malta, kawża tibda u tispiċċa.", "Tista' tibda sitt xhur jew seba' xhur wara li tiġi ppreżentata, imma meta tibda, tispicca.", "Imma hawn Malta, kawża tibda malajr u ma tispiċċa qatt.", "Fil-fatt, l-Qorti b'sistema kompjuterizzata tista' tagħmel ġurnata għas- smiegħ tal-kawża u l-computer jista' jgħidlek meta ż-żewġ avukati nvoluti m'għandhomx appuntament.", "Kif isir fil-Kriminal - għax wara kollox fil- ġurijiet kawża tibda u tispiċċa u mhux bl-iskossi jew bis-sulluzzu - dan jista' jsir f'affarijiet oħra.", "Wasal iż-żmien, Sur President, biex wieħed jara jekk id-distinzjoni illi hemm tal-Qrati għandhiex tibqa' kif inhi.", "Il-Gvern min-naħa tiegħu qed jitkellem fuq il-Qrati Superjuri - bħal per eżempju, il-Prim'Awla tal-Qorti Civili, il-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti ta' l-Appell - u l-Qrati Inferjuri, il-Qrati tal-Maġistrati u l-Bordijiet.", "Aħna nafu li l- maġistrati u l-imħallfin ma jaqblux fuq certi riformi u nafu illi hemm min qiegħed igħid illi m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn l-imħallfin u l- maġistrati, u illi dawn għandhom jissejħu ġudikanti, la jkun hemm distinzjoni ta' status u lanqas distinzjoni ta' kondizzjnijiet.", "Fil-fatt, meta wieħed jara għaliex hemm id-distinzjoni bejn maġistrat u imħallef u meta jara oqsma ta' proċeduri inqas marbuta mat-tradizzjoni wieħed jinnota li llum it-trend modern huwa li għandu jkollok ġudikant.", "Kieku fid-Diskors tat-Tron issemma jekk għandniex inżommu l-forma preżenti tal-Qrati jew jekk għandniex inbiddluhom, id-Diskors kien ikun aktar sostanzjali u serju.", "Id- distinzjoni li trid issir hija waħda.", "Biex nieħdu broad areas irrid ngħid li hemm żewġ tipi ta' kompetenza; fuq naħa għandek kawżi taċ-ċittadin kontra cittadin u fuq naħa oħra għandek l-istat permezz tal-pulizija kontra cittadin.", "Dan ifisser li jekk trid taqsam broadly l-funzjoni tal-Qorti, fuq naħa waħda għandek ic-Civil, il- Kummerc, il-Family Courts etc ...", "Per eżempju l-Family Law li qalu li se jagħmluha ħames snin ilu m'għamluhiex.", "Erba' snin u nofs ilu mill-Ispeech from the Throne qalulna li l-liġi ta' l-annullament tal-Knisja se tapplika wkoll għall-annullamenti li jsiru civilment u li ma jkunx hemm bżonn proceduri doppji.", "U dan id-Diskors reġgħu irrepetuh din id-darba, imma ma jimportax.", "Nkompli bl-argument fuq n-naħa l-oħra għandna l-istat kontra cittadin jiġifieri ħwejjeġ kriminali.", "Hawn trid issir il-qasma wara, bejn it-tipi differenti tal-Qrati.", "Dan huwa l-koncett modern għax min-naħa waħda, l-Qorti għandha funzjoni li tagħmel ġustizzja bejn l-individwi u min-naħa l-oħra għandha funzjoni li tikkontribbwixxi li min jikser il- liġi kriminali tal-pajjiz issir ġustizzja sabiex tikkontribwixxi għall- implimentazzjoni ta' law and order.", "Ma tistax taqsam dawn iż-żewġ branki importanti ta' pajjiżna - il-ġustizzja u żżamma ta' l-ordni.", "Issa wieħed irid bilfors igħid illi aħna stennejna riforma oħra fl- Ispeech from the Throne dwar dak li smajt fid-dibattiti fuq il-ġustizzja u dan mill-Ministru precedenti.", "Hawnhekk nista' nsemmi bħala eżempju l- maġistrat inkwerenti.", "Mhux biss dan huwa kważi importanti iżda aħna nafu li llum hemm ħela kbira ta' flus il-poplu peress li l-istess proċedura tista' ssir tliet darbiet.", "Jekk għandek inkjesta u l-maġistrat li jkun duty jappunta lil min jagħmilha - għax f'erbat ijiem jiġuh xi 20 inkjesta - issir proċedura sħiħa.", "Imbagħad wara li ssir din il-proċedura sħiħa issir kumpilazzjoni.", "Is-sabiħa hi li l-proċedura ta' l-inkjesta, ħlief għall- konklużjoni, il-proċess verbal ma jitqiesx parti mill-kumpilazzjoni bħala evidenza.", "Imbagħad jekk il-maġistrat ma jiġġudikax - għax il-maġistrat għandu ġuris-dizzjoni sa' għaxar snin - irid isir ġuri u terġa' tibda l- istess ħaġa, l-istess provi u l-istess xhieda.", "Jiġifieri l-proċedura ssir tliet darbiet u kieku wieħed kellu jara l-ammont ta' flus li jintnefaq f'dawn il-proċeduri jitbellah.", "Jien naf esperti tal-Qorti li jaqilgħu kważi Lm10,000 fuq dawn l-inkjesti biss.", "Qed isir sparpaljar kbir mingħajr rażan.", "Jien xtaqt ukoll nikkummenta fuq nota, mhux kbira, li hemm fl-iSpeech from the Throne, nota ndiretta dwar s-sentenzjar.", "Hemm kontradizzjoni sħiħa għaliex fl-ewwel qasam qed jgħidu li qed jieħdu gost li n-numru ta' nies li qed jidħlu l-ħabs u li jkunu kkommettew delitt għall-ewwel darba naqas.", "Nistgħu nibdew ngħidu li seta' naqas għax il-Pulizija ma taqbadx nies ħlief dawk li għandhom criminal record.", "Seta' naqas għal hekk u l- probabbilita' li naqas huwa propju dan għax id-delitti f'pajjiżna mhux żdiedu iżda irdoppjaw u ittripplaw u l-Gvern m'għandux idea kif se jikkontrolla s- soluzzjoni.", "Malta saret ġungla barra l-Qorti u sfortunatament anke fil- Qorti hemm ħafna, ħafna u ħafna xi jsir.", "Dan il-Partit Nazzjonalista u dan il-Gvern li jiftaħar li hu ta' l-avukati, l-iżjed li falla huwa proprju fil- ġustizzja u fl-ordni tal-pajjiż.", "Falla l-iżjed bil-ġustizzja li ssir b'distinzjoni ħafna drabi.", "Jekk wieħed jieħu l-libelli tista' tara d- differenza bejn ammonti ta' flus li jeħlu l-edituri li huma ta' l-opinjoni Laburista, u dawk ta' opinjoni Nazzjonalisti.", "Dawn huma affarijiet li tmisshom b'idejk.", "Hemm ukoll differenza tal-ġustizzja fil-qasam kriminali, per eżempju fejn wieħed li spara fl-elezzjoni li għadda f'Bormla tressaq sommarjament, ma tressqux l-ebda prova u dan joħroġ liberat u mbagħad oħrajn illi għamlu inqas minnu għadhom għaddejjin kumpilazzjoni sal-lum.", "Dawn huma l- affarijiet li n-nies illum tellfuhom il-fiduċja fil-Qorti.", "Meta jien kont ngħid il-Pulizija tilfet il-fiduċja fiha nnifisha kont niġi attakkat minn Page Thirteen.", "Illum lis-Speech from the Throne tani raġun.", "Illum il- poplu Malti m'għandux fiduċja fil-qrati u kulħadd igħidlek biex tidħol il- qorti biss jekk ikollok tort.", "Dan huwa self-inflicted.", "Jekk titkellem mal-qasam tal-prokuraturi legali jew mal-qasam ta' l-avukati issib li hemm disillużjoni kbira fil-Qorti hemm mill-qasam amministrattiv, kemm mill- qasam tal-maġistratura u anke mill-qasam tal-ġudikatura superjuri.", "Dawn l- affarijiet aħna mhux qed ngħiduhom sempliċement biex ngħajjru lill-Gvern imma biex nesponu l-verita'.", "Fil-verita' dan huwa Gvern ta' stil, mhuwiex Gvern ta' sustanza.", "Fis-sitt leġislatura hekk kien ukoll; Gvern ta' stil.", "Fuq l-istil inneħħulhom il-kappell, pero'meta tagħfas tara li s-sustanza hija totalment nieqsa.", "Ma xtaqtx nidħol iż-żejjed fuq il-qasam ta' l-Intern, imma wieħed bilfors irid jagħmel referenza għalih għaliex il-Qorti hija bilfors marbuta ma' kif taġixxi l-Pulizija fil-qasam tal-Ordni Pubbliku.", "F'pajjiżna nistgħu ngħidu li l-poplu tilef kull fiduċja.", "Kulħadd jibża' jmur tieġ jew joħroġ ftit minn daru.", "Il-bieraħ fl-Aġġornament - u din naħseb għandha tidħol fil- Guinness Book of Records - Deputat Nazzjonalista qalilna li serqu l- ħnejjiet minn razzett.", "Dan mhux aħna qed ngħiduh imma qed jgħiduh huma.", "Jiġifieri llum aħna waqajna f'istat li anke l-ġebel u l-garigor serqu minn dar.", "Temminhom dawn, Sur President?", "Imbagħad huma qed jippruvaw jgħidulna li f'Malta hawn it-trankwilita' u hawn dik il-benessere, li kulħadd jista' jħossu 'at ease' u liberu.", "Fir-realta' l-pajjiż qatt ma kien mhedded, qatt ma ħassu imdejjaq u qatt ma ħassu inqas protett milli hu llum.", "U tgħidli fejn tidħol il-Qorti.", "Il-Qorti tidħol għax għandha sehmha x'tagħmel.", "Għandha sehmha x'tagħmel f'dak li għandu x'jaqsam mas-sentenzjar.", "Aħna ngħidu li l-'probation', is-'suspended sentence' għandhom jintużaw, imma għandhom jintużaw proprju meta jkun hemm bżonnhom.", "Jiena naf li mill-Ispeech from the Throne hemm allegazzjoni għal dan, u importanti li wieħed jifhem li hemm il-kwistjoni ta' jekk is-sentenzjar għandux ikun ritributtiv jew rihabilitattiv.", "U din hija crux importanti.", "Imma ċ-ċittadin innoċenti, meta jara l-ġustizzja, jgħidlek li l-ħniena trid tkun, imma l-ġustizzja trid tiġi l-ewwel.", "Bil-kooperazzjoni biss bejn il- qrati u l-qasam ta' l-Intern, il-pajjiż jista' jerġa jiġi għal li kien qabel ma tela' l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.", "Hekk biss jista' jimxi l- quddiem f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġi u l-ordni pubbliku fil-pajjiż.", "Iż- żewġ binarji, l-Intern u l-Ġustizzja jridu jimxu id f'id.", "U jekk kien hawn xi ħaġa f'dawn l-aħħar erba' snin u nofs li iddiżappuntat lill-poplu Malti kien proprju r-record orribbli li kellu l-gvern, u li ħa jkollu dan il- Gvern, f'dawn iż-żewġ oqsma: l-Intern u l-Ġustizzja.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, parti importanti mill- iżvilupp ta' kull pajjiż huwa wkoll marbut b'mod partikolari ma' kemm il- Gvern ikun kapaċi li jkollu viżjoni ċara għall-futur tal-pajjiż.", "Fid-Diskors tiegħu, il-President għan-nom tal-Gvern għamel referenza għal dak li jrid jiġri fil-ħames snin li ġejjin fil-kamp tat- telekommunikazzjoni.", "M'hemmx dubju, Sur President, li l-ħames snin li għaddew kienu s-snin fejn f'dan il-kamp sar dak kollu meħtieġ biex il- pajjiż verament ikollu l-bażi soda għall-iżvilupp tiegħu li huwa marbut mal-faċilitajiet li jkollok fl-oqsma tal-kommunikazzjoni.", "M'hemmx dubju wkoll li wieħed mill-ikbar appelli li wieħed jista' jagħmel lill- Oppożizzjoni f'dibattitu bħal dan, dibattitu inizjali ta' ftuħ ta' sessjoni ġdida ta' Parlament ġdid fejn qed nitkellmu wkoll dwar il-policies għas- snin li ġejjin, huwa appell biex dak li forsi m'għamlitx anke hi fil-ħames snin li għaddew, tagħmlu fil-ħames snin li ġejjin.", "U dan l-appell huwa favur li tiddistakka ruħha minn rabta ma' ideat antikwati, mir-rabta li tiddefendi apparat li altru li kien għamel żmienu anke meta l-Partit illum fl-Oppożizzjoni kien għadu fil-gvern u li jkollha s-sens ta' fiduċja fil- poplu li jfisser ukoll il-fiduċja f'dak li hu addattat għal pajjiż modern, għal pajjiż li jrid jimxi b'mod effiċjenti u għal pajjiż li jrid jagħmel l- investiment kollu li jkun meħtieġ fit-teknoloġija moderna.", "Qed nagħmel dan l-awgurju għaliex fis-snin li ġejjin wieħed irid jagħmel issa anke l- prova ta' l-atteġġjament ta' l-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward.", "Rigward dan il-kamp, il-ħames snin li għaddew, Sur President, kienu karatterizzati bil-bdil tas-sistema kollha tat-telephones fil-pajjiż, jiġifieri l-bdil għas-sistema diġitali.", "U naħseb li huwa xieraq li f'diskussjoni dwar policy għall-ħames snin li ġejjin wieħed jaċċenna x'se tkun il-priorita' tal-Gvern abbażi ta' l-iżvilupp li diġa' sar.", "Waħda mill- prioritajiet li se jkollna hija l-priorita' fuq is-sistema tan-network li trid twassal biex f'kull rokna ta' Malta jkun hemm dak li jissejjaħ service on demand.", "Irrid ngħid li filwaqt li fil-ħames snin li għaddew dan diġa' għamilnih għall-Belt u għall-Ħamrun - fejn meta wieħed japplika għas- servizz tat-telefon, ikollu garanzija li fi żmien qasir jingħata s-servizz - fix-xhur li ġejjin dan se jkun ukoll estiż għal Mosta, għal Tas-Sliema, għall-area tal-Kortin fil-Mellieħa, għal Ħal Qormi, għal Madliena, inkluż Baħar iċ-Cagħaq, għas-Swieqi, għal St. Andrews u għal St. Georges.", "Il-pjan hu li ma jkunx hemm parti waħda minn Malta fejn is-servizz jingħata mod ieħor.", "Irrid ngħid illi hawn qed nitkellem prattikament fuq bdil ta' mentalita' għaliex filwaqt li fil-passat il-proċedura użata kienet li tara kemm jakkumulawlek applikazzjonijiet minn kull belt u raħal u kull tant żmien tagħmel pjan biex iżżid is-servizz għal min ikun applika, issa qed ngħidu - u dan huwa kontinwazzjoni tal-programm li beda l-Gvern preżenti fil-ħames snin li għaddew - li inti twassal is-servizzi f'kull rokna ta' Malta qabel ma japplikaw in-nies.", "Għal dan l-iskop, irrid ngħid li qed titwaqqaf Strategic Planning Unit biex verament tagħmel dawn il-pjani b'mod xjentifiku bil-quddiem.", "Qed titwaqqaf ukoll Customers Service Unit biex ikollna l-customer orientation totali li rridu fl-oqsma kollha li huma marbuta ma' servizzi għall-poplu.", "Barra minn hekk, irrid ngħid ukoll li fis-17 ta' Mejju li huwa l-Jum Dinji tat-Telekomunikazzjoni, jkun inawgurat training exchange ħalli jingħata dejjem l-aktar taħriġ aġġornat u aħjar għall-ħaddiemha tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Lanqas dan m'hu biżżejjed waħdu għax se jkun hemm priorita' oħra li se tkun fil-kamp ta' digital data transmission.", "Wara li inti tkun għamilt l-enfasi fuq is-sistema tat-telekommunikazzjoni biex telefonati minn post għall-ieħor - anke għal barra -bis-saħħa ta' dak kollu li sar fis- snin li għaddew permezz ta' sistema diġitali jsir ħafna iktar faċli, ħafna iktar efficjenti u ħafna iktar orjentat għall-bżonnijiet tal-poplu, ikun hemm ukoll, abażi ta' dik l-istess sistema u biż-żieda tal-facilitajiet kollha li rridu nipprovdu, anke sistema ta' trasmissjoni ta' data.", "Illum wieħed ma jirreferix għal linja tat-telphone sempliciment biex iċempel lill-ġarr, lill-ħbieb jew fuq bżonnjiet ta' negozju imma hija wkoll sistema ta' trasmissjoni ta' informazzjoni permezz ta' computers u permezz ta' sistema ta' modems.", "Dan huwa wkoll dak li se jsir fis-sistema ta' telekommunikazzjoni fis-snin li ġejjin.", "Naturalment se jkun hemm ukoll it-tkomplija tal-programm ta' tibdil ta' settijiet ta' telphones, tibdil ta' PABX's fid-dipartiment tal-Gvern, espansjoni tas-servizz telecard u anke li wieħed jipprovvdi servizz nazzjonali ta' packet swithcing u ta' paging.", "Dawn iridu jassiguraw li l-abbonat u l-pubbliku jkollu s-servizzi kollha ta' telekommunikazzjoni li wieħed jistenna f'pajjiż modern.", "Irrid ngħid ukoll, Mr Speaker, li parti mill-ħsieb fundamentali tal-Gvern huwa l- koncett li Malta tista' verament taqdi l-funzjoni tagħha ukoll bħala centru ta' servizzi, anke bħala centru ta' servizzi kumercjali.", "Diversi deċiżjonijiet li diġa' ttieħdu huma deċiżjonijet li jenfasizzaw dan l- aspett, din ir-reviżjoni ta' Malta bħala hub.", "L-iżvilpp tal-qasam ta' telekommunikazzjoni inkluż dak l-iżvilupp ta' exchange internazzjnali ġdid ta' telphones kien ukoll żvilupp li jenfasizza din id-direzzjoni għaliex inti ma tistax tkun hub jekk is-sistemi tiegħek ta' kommunikazzjoni u anke ta' telekommunikazzjoni mhumiex adekwati.", "Pero' anke miżuri oħrajn bħall-miżura tal-Freeport, il-miżura li jkollok awtorita' li tikkordina international business activities u l-iżvilupp li sar permezz tal-ftuħ ta' air terminal ġdid kollha jorbtu flimkien mal- konċett tal-hub.", "Dan il-konċett japplika wkoll għal dak li jirrigwardja s- settur marittimu.", "Fl-Ispeech from the Throne għandna mniżżel li Xatt il- Kurċifiss u l-imħażen ta' Pinto se jkunu żviluppati bħala cruise liner hub u sea passenger terminal.", "Rigward cruise liner hub irrid ngħid li apparti l-fatt - li diġa' kellna s-sena li għaddiet - ta' żjarat ta' cruise liners li bdew jiġu ġewwa pajjiżna u jirreferu għal Malta bħala port of call, minn din is-sena se nagħmlu wkoll qabża oħra.", "Diġa' għandna mpenji minn ditti ta' fama internazzjonali li minn din is-sena stess se jiġu Malta mhux iktar bħala port of call imma bħala home port, jiġifieri se jkollna cruises partikolari li jibdew Malta, immorru postijiet oħrajn - u għandi eżempju ta' każ minnhom li jmorru Cipru u l-gzejjer Griegi - u jerġgħu jirritornaw Malta.", "Jiġifieri Malta se tkun il-post fejn jibda u jispicca l-cruise.", "U din hija fondamentali mill-aspett ta' hub għaliex huwa settur li bl- iżvilupp tiegħu iwassal biex attivitajiet oħra li jagħmlu minn Malta centru ta' attivita' kummercjali jiżviluppaw.", "L-iktar eżempju ovvju huwa li jkollok turisti li jagħmlu bookings specifikament għal dawn il-cruises, li jiġu Malta u allura żżid il-connections ta' turisti li jużaw il-linji internazzjonali ta' l-ajru u linji oħrajn.", "Allura din hija attivita' li żżidlek attivitajiet oħrajn.", "Dan il-koncett, Sur President, japplika wkoll għall-iżvilupp li rridu nagħmlu fil-kamp tal-yachting u rrid ngħid li anke ż-żjara li kellna ricenti minn entuzjasti tal-yachting li kienu qed jagħmlu din il-maratona Ewropa 1992 - programm ta' yachting fuq 14-il xahar li jduru diversi portijiet - tant laqtuhom il-faċilitajiet f'Malta li wkoll jixtiequ li fil- futur din it-tip ta' attivita' tibda u tispiċċa f'Malta, u mhux hawnhekk ikun biss call.", "Dan mhux żvilupp li jiġi waħdu Sur President.", "Tajjeb li wieħed jgħid li s-sena li għaddiet biss jekk nitkellmu fuq yachting, żdiedu aktar minn 460 berth.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-berths fl-aħħar tas-sena li għaddiet kienu telgħu għal 974, meta fl-1986 kellna biss 266.", "Dan hu l-iżvilupp li rridu nkomplu nagħmlu fil-pajjiż, żvilupp li jenfasizza l-pożizzjoni ta' Malta bħala ċentru ta' attivita' kummerċjali.", "Żvilupp li llum nistgħu nitkellmu dwaru b'fiduċja għax il-Gvern preżenti, Sur President, kellu l-viżjoni ta' dan l-iżvilupp u kellu l-kuraġġ li jwettaq il-passi kollha meħtieġa biex dan l-iżvilupp illum ikun possibbli, u nitkellmu dwaru bl-akbar fiduċja fina nfusna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien se nipprova nagħmel ftit kummenti fuq il-parti tad-Diskors tal-President fejn jikkonċerna l-politika barranija.", "Bdejt billi qbadt id-Diskors tal-President tal-ftuħ tas-Sitt Parlament, jiġifieri ta' Lulju, 1987, u hemmhekk rajt li hemm parti sew u ftit dettalji mhux ħażin rigward x'kienet se tkun il-politika barranija tal- Gvern Nazzjonalista.", "Jitkellem fuq politika reġġjonali u globali, jagħmel referenza għan-newtralita' u non-allinjament jitkellem fuq il-Ġnus Magħquda, fuq il-politika Mediterranja, fuq l-Amerika, fuq il-kwistjoni Palestinjana, moviment mhux allinejat, is-CSCM, il-Kommunita' Ewropea, il- Kunsill ta' l-Ewropa, l-Gnus Magħquda u l-Commonwealth.", "Fi kliem ieħor għamel dawra sew, u hemm id-dettalji, għalkemm qosra imma indikattivi.", "Dawn huma linji li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern fl-1987 wiret kważi totalment minn għand il-Gvern Laburista ta' qabel.", "Infatti, anke jekk wieħed imur għall-Programm Elettorali Nazzjonalista ta' din is-sena, għalkemm jonqsu d-dettalji minn dan li semmejt - hemm inqas paragrafi, biex ngħid hekk - imma għallinqas għad hemm indikazzjoni ta' politika Mediterranea u ta' x'se jkunu r-relazzjonijiet tagħna ma' l-għaqdiet internazzjonali, mal-Komunita' Ewropea u affarijiet bħal dawn.", "Imma l-għaġeb ta' l-għeġubijiet hu li meta niġu għad-Diskors tal- President ta' din is-sena, f'daqqa waħda nsibu illi kollox hu miġbur kważi f'sentenza waħda li tgħid:", "\"Fil-politika barranija, il-mira ewlenija hija s-sħubija fil-Komunita' Ewropea.\",", "jiġifieri jew l-Ewropa jew xejn.", "Jien hawnhekk mhux se noqgħod nidħol fid- dettall għax m'inix ekonomista, imma smajna ħafna fuq il-vantaġġi ta' l- għaqda tagħna ma' l-Ewropa u minkejja illi anke l-bieraħ stess il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ġewwa Lussemburgu tkellem fuq il-mandat illi għandu l-Gvern Nazzjonalista biex jidħol fl-Ewropa, inħoss - u naħseb li b'dan qed nesprimi s-sentimenti tal-Partit Laburista kollu - illi l-poplu Malti ġie muri biss is-sabiħ u l-benefiċċji ta' dan il-membership illi pajjiżna qed jiġi dirett għalih mill-Gvern Nazzjonalista.", "Il-bieraħ stess id-diskors ta' l-Onor.", "Josef Bonniċi kien qisu one-way traffic, nisimgħu biss bil-vantaġġi, x'se niggwadanjaw u x'se jiġi favur għax l-iżvantaġġi sfortunatament mhumiex qegħdin jiġu spjegati sew lill-poplu.", "Dawn la ħarġu minn studji li għamel il-Gvern u lanqas ħarġu mir-rapporti illi ġew ippubblikati.", "L-uniku rapport serju li sar - u dan aħna nibqgħu nsostnuh - kien dak illi għamel il-Partit tagħna, rapport li għamlu bil-ħaddiem, b'min hu mpjegat u b'min hu self-employed żgħir għaliex il-politika tagħna hija l-interessi tal-ħaddiem.", "L-istudji li saru - speċjalment wieħed li sar mid-Direttorat ta' l-EEC fid-dipartimenti tal-Gvern - apparti li huma legalistiċi ħafna, assolutament ma jarawx l-interessi taż-żgħir.", "Dan jagħmel ħafna enfasi fuq l-affarijiet it-tajba pero' ma jitkellem xejn fuq x'ċans hemm li jintilfu l- jobs u kif se tkun is-sitwazzjoni ta' l-impiegi appena nidħlu fis-Suq Komuni.", "Lanqas jitkellem fuq x'effett jista' jkun hemm fuq l-istandard of living u l-għoli tal-prezzijiet.", "Bħalma qal il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin il-bieraħ ġewwa Lussemburgu, dan ir-rapport kien wieħed mir- rapporti, skond hu, li fuqu l-Gvern ħass li għandu jimxi.", "Pero' dan ir- rapport huwa aktar ikkonċentrat mill-interessi ta' min għandu l-kapital f'idejh u ta' min għandu jmexxi l-industrija milli l-interessi tal- ħaddiema.", "Bla ma nidħol fid-dettall u bla ma noqgħod naħli l-ħin - għaliex hemm ħafna affarijiet oħra xi ngħidu - jiena nixtieq illi wieħed jillumina iktar lill-poplu fuq x'se jkun l-effett fuq l-industrija lokali.", "Dan ingħad anke fir-rapport ta' Coopers & Lybrand illi kien imqabbad mill- Malta Federation of Industries.", "Dan ir-rapport igħid ċar u tond illi d- daqqa li se jkun hemm fuq l-industrija lokali kif inhi strutturata issa se tkun kbira.", "F'dan l-istudju hemm ħafna affarijiet li ma ġewx imperċin kif kellhom ikunu mperċin.", "Min-naħa tagħna, aħna pprovajna ngħidu dawn l-affarijiet lin-nies pero' sfortunatament dawn l-affarijiet ma niżlux.", "Ir-rapport ta' Coopers & Lybrand isemmi l-possibilta' tal-brain drain.", "In-nies li għandhom ċerti kapaċitajiet mentali jistgħu jsibu l-okkażjoni biex jitilqu minn dan il-pajjiż.", "Fl-ebda rapport m'hemm studju bis-serjeta' biex jikkonvinċi l- poplu x'se tkun is-sitwazzjoni għas-sajjied, għall-bidwi, għas self- employed żgħir, għall-industrija tax-shipbuilding, għall-industrija tal- bini u għall-industrija tal-catering.", "L-Onor.", "Josef Bonnici, fil-lecture li tana fuq l-ekonomija u fuq l-ideat ġodda li għaddejjin illum, ma qalilna xejn fuq dawn l-affarijiet.", "Jekk wieħed jagħsar ir-rapport ta' Cooper & Lybrand, isib li se jkun hemm problemi kbar għall-industrija lokali u li hemm bżonn ristrutturazzjoni kbira u qawwija ħafna biex inkunu kapaċi nieħdu d-daqqa li tiġi mill-Komunita'.", "Għaliex fid-diskors one way traffic tiegħu, l-Onor.", "Josef Bonnici ma qalilniex x'se jkun l-impatt ta' x'se jiġi mill-Ewropa għal fuq dan il-pajjiż?", "Qalilna biss il-vantaġġi u ma qalilniex kif se nilqgħu għal dawn id-daqqiet.", "Jien nista' ngħid li l-Prim Ministru, waqt li kien qiegħed f'seminar tas- CMTU - dan kien f'Jannar ta' l-1990 - kien qal ċar u tond li mhux sew li wieħed jitkellem fuq din il-kwestjoni qisu qed jagħmel xi kalkolu ta' accountant.", "\"The Times\" kienet qalet:", "On the economic dimension, Dr Fenech Adami said it was wrong to speak of balance calculations.", "This was not an accounting excercise on what Malta would stand to gain or lose in strict economic terms.", "U dan joħroġ ukoll mill-fatt li ġie nnotat li l-aspett ekonomiku u soċjali ta' x'se jiġri wara li nidħlu fil-Komunita', ma tantx ingħataw importanza.", "Ingħatat impor-tanza iktar, fl-opinjoni tiegħi, l-aspett politiku u hawnhekk wieħed irid jagħmel riflessjoni żgħira u jagħmel l-affarijiet daqsxejn f'time frame.", "Wieħed illum bi ftit hindsight jista' jgħid li seta' kellhom raġun in- Nazzjonalisti li riedu jorbtuna mal-Kommunita' biex jassiguraw id- demokrazija, il-libertajiet fundamentali, is-sigurta' u affarijiet bħal dawn għax kienet ġejja l-1979 u kien hemm il-biża' li jkun hemm il-vojt.", "Pero' llum fl-1992, wara dak kollu li ġara fl-Ewropa u kif id-dinja llum spiċċat b'superpotenza waħda biss, wieħed ma jistax jifhem għaliex għandu jagħmel daqshekk enfasi fuq ir-rabtiet politiċi biex insaħħu d-demokrazija għaliex naħseb li demokrazija f'dan il-pajjiż hawn biżżejjed u libertajiet għandna biżżejjed.", "Li hemm tajjeb hu li l-arranġamenti li għadu jaħdem fuqhom l-Gvern Nazzjonalista mal-Komunita' huma dawk l-arranġamenti speċjali li bdew fl-1970 u li fuqhom proprju dawn il-ġranet ukoll il- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin qiegħed jattendi l-Council of Association.", "Pero' bla ma nkompli ntawwal fuq il-Komunita' - għaliex hemm ħafna x'wieħed igħid u naħseb li meta wieħed jirrifletti, jara li dak li l- Onor. De Marco għadu kemm sejjaħlu act of faith in Europe, qisna qegħdin nagħmlu xi att ta' fidi fl-Ewropa, huwa daqsxejn drammatizzat għaliex qisna qegħdin ngħidu li jekk ma tkunx għalina l-Ewropa xejn m'hu se jkun għalina.", "Xtaqt nikkwota studju li sar riċenti, il-Euro Barometer li juri kemm l- Ewropej proprja iħossuhom Ewropej.", "Dan il-feeling ovvjament jiddependi minn kif tkun qed tiġi trattat u minn fuq id-drittijiet u l-faċilitajiet li jkollok.", "Huwa interessanti li wieħed jara li ġewwa l-Ingilterra 11% biss tan-nies often iħossuhom bħala Ewropej, 20% iħossuhom kultant u t-62% l-oħra ma jħossuhom qatt li huma Ewropej.", "U dan mhux fl-Ingilterra biss imma anke fil-Ġermanja fejn hemm 51% tan-nies illi ddikjaraw li ma jħossuhom qatt Ewropej.", "U jekk nibqgħu sejrin naraw li, per eżempju, ġewwa l-Irlanda li huwa pajjiż tal-periferija, hemm 13% biss li ddikjaraw li jħossuhom spiss li huma Ewropej.", "U f'dan il-kontest - anke minħabba r- riċessjoni li għaddejja minnha l-Ewropa - ta' min jikkwota x'qal Paul Horne li huwa ekonomista internazzjonali ta' Smith Barney.", "Dan qal li wieħed ikun skantat kemm ħafna Ewropej fl-aħħar jispiċċaw biex jerġgħu isiru Franċiżi jew Ġermaniżi jew Ingliżi, speċjalment meta wieħed jidħol fi klima ta' riċessjoni.", "U dan wieħed jista' jiżnu fil-kuntest tal-pożizzjoni li qed titbiddel illum tal-Ġermanja magħquda fil-Komunita'.", "Dan huwa Diskors li wieħed irid jidħol fih u jrid jara kemm din l-Ewropa li qed inpoġġu bħala l-alla u li qed nagħmlu att ta' fidi fiha hija dik l-Ewropa li fil- fatt qegħdin ipenġu n-Nazzjonalisti.", "Jiena nixtieq ngħaddi għal affarijiet oħra u nistaqsi għaliex f'dan id- Diskors tal-President ma ssemmewx affarijiet oħra.", "Per eżempju, xtaqt nara x'se jkunu relazzjonijiet ta' pajjiżna - speċjalment ekonomiċi - ma' l- Amerika.", "La hemm fuq l-investiment, la hemm x'se jsir mill-Generalised Scheme of Preference, u lanqas se jgħidulna kif se nintlaqtu aħna fit- taħditiet li hemm bejn l-Amerika u Brussels.", "Anke hemmhekk mhux fuq prinċipju qed jitkellmu, imma qegħdin jitkellmu dwar ekonomija u negozju, tant li l-Amerika qed twiddeb lill-Ewropa li jekk mhijiex se tnaqqas mis- sussidju li għandna fuq l-affarijiet agrikoli, l-Amerika se tnaqqas mit- truppi li hemm ġo l-Ewropa.", "Jiġifieri dawn qed jittrejdjaw l-affarijiet anke mas-sigurta', suldati u affarijiet bħal dawn.", "Jiġifieri hawnhekk fid- Diskors tal-President sfortunatament m'għandna xejn.", "Imbagħad niġu anke għal xi ħaġa li hemm in-nuqqas tagħha f'dan id-Diskors tal-President.", "Jiena ma ridtx li r-risposta tkun: Imma intom ma tafux li dawn l-affarijiet aħna qegħdin nagħmluhom?", "Jiena ngħid li mhux hekk għandu jkun.", "Dan huwa d-dokument li lil dan il-Parlament il-President suppost li tah il-linji ġenerali tal-politika barranija tal-Gvern.", "Dan għamlu ħames snin ilu, pero' din id-darba, għal raġunijiet li wieħed jista' jispekola fuqhom, m'għamilhomx.", "Jiena ngħid li jista' jkun li qed inħallu pjazza pulita minn issa biex ma nikkommettux irwieħna fuq x'se tkun il-politika barranija tagħna iktar 'il quddiem.", "Jista' jkun li din hija mossa diplomatika pulita biex il-partit li ilu fil-gvern għal dawn l-ħames snin, jittama li jkun minn ta' l-ewwel li jsir membru fil-Komunita' Ewropea mal- grupp li jmiss, għalkemm awtoritajiet oħra qed jgħidu mod ieħor.", "Jiena hawnhekk kont qed inqalleb u sibt rapport reċenti tat-13 ta' Marzu tal- Belmont European Policy Centre li meta jitkellem fuq it-tkabbir tal- Komunita' jgħid li \"on the other hand it will be more difficult for Turkey, Malta and Cyprus to become members.\".", "Dan mhux qed ngħiduh aħna, jiġifieri biex ninku lin-naħa l-oħra.", "Dawn huma fatti li wieħed irid iħares lejhom b'mod oġġettiv u ma nistgħux nisimgħu biss il-verżjoni tal- Gvern u rridu nkunu għajnejna miftuħin u naraw li hemm verżjonijiet oħra u spjegazzjonijiet oħra ta' dak li jkun qed jintqal min-naħa tal-Gvern u fil- ġurnali tal-gvern.", "Kont qed ngħid illi wieħed mill-iktar kampi li hawn nieqes u li ma jitkellimx fuqu r-rapport tal-President huwa l-politika Meditterranja.", "Dwar dan m'għandna assolutament xejn, la għandna dik ix-xi ħaġa li kien wasal biex jibda jitkellem fuqha anke l-Onor.", "Guido De Marco - jiġifieri l- Kunsill ta' l-Istat Mediterranji li kienet idea illi l-Partit Laburista kien beda biha żmien ilu u li l-Onor.", "De Marco kien daħal fiha kważi verbatim kif konna qed nitkellmu fuqha - u lanqas jissemmew il-problemi ta' madwarna fil-Mediterran.", "Għalissa mhux qed insemmi problemi politiċi, imma per eżempju, il-problemi demo-grafiċi u l-problemi li se jinqalgħu għada pitgħada bix-shift ta' nies mill-Afrika ta' Fuq għal ġo l-Ewropa, il- problemi ta' diżarmament u l-problemi ta' l-ambjent.", "Dawn huma kollha affarijiet li tħallew imdendlin forsi, nerġa' ngħid, għaliex diġa' qegħdin ilestu biex ibaxxu rashom biex imbagħad ikunu ggwidati minn Brussels dwar x'għandna ngħidu u kif għandna naġixxu.", "Dan iħammarlek wiccek meta tara li aħna konna nies li ġo Helsinki bdejna nitkellmu fuq l-importanza tal-Mediterran u kif il-Mediterran hu marbut mas-siġurta' ta' l-Ewropa u fejn, bir-rispett kollu, in-Nazzjonalisti pprovaw jiddieħku bina, pprovaw igħidu li kellna rasna iebsa u li konna qed inxekklu l-proċess tas-CSCE.", "Pero' dawn l-affarijiet imbagħad tieħu ġost taqrahom, u taqra fejn taqra, issib li din l-idea tant daħlet li anke f'dikjarazzjonijiet tal-Komunita' li jitkellmu fuq żviluppi li qed isiru fil-Middle East u l-proċess tal-paċi ssib li l-Middle East huwa neighbouring region with which Europe has long standing political, historical, cult-ural, economic and commercial ties and whose stability and security are essential to Europe's own stability and security.", "Dan huwa dak li għidna f'Helsinki fl-1975, illi dak iż-żmien kien irredikolat u li llum iżda sar vanġelu u jemmnu kulħadd.", "Jiġiferi hawnhekk fuq il- Mediterran għandna mill-inqas, pero' iktar u iktar m'għandniex fuq il- problema tal-Palestinjani.", "Jien ma naħsibx li l-Onor.", "De Marco meta kien President tal-United Nations uża l-Palestinjani biex joqgħod jieħu r- ritratti magħhom biss, imma fuq dan m'għandna l-ebda commitment u l-ebda stand u ma nafux x'pożizzjoni se jieħu l-Gvern Nazzjonalista.", "L-istess bħalma m'għandha xejn fuq ir-relazzjonijiet ma' Israel.", "Imbagħad hawn lakuna kbira meta fis-sitwazzjoni politika Mediterranja tal- preżent, m'hawn insemmi assolutament xejn fuq il-problema tal-Libja.", "Jien nista' nserraħ ras il-Gvern li se nkun prudenti ħafna u diplomatiku fis- sens illi m'inix se niftaħ il-kwestjoni għal diskussjoni u lanqas se ngħid affarijiet illi jistgħu jxekklu l-Gvern.", "Nawgura minn qalbi li qed jagħmel dak kollu possibbli biex ma jkollniex riperkussjonijiet koroh fuq dan il- pajjiż minħabba dan illi qed jiġri.", "Jien inħoss illi f'dawn iċ- ċirkostanzi, l-Gvern naqas milli jżomm lill-poplu nformat.", "Ħafna nies - u aħna nafu r-relazzjonijiet illi hawn bejn Malta u l-Libja - illi għandhom nieshom jaħdmu ġol-Libja u ħafna nies illi jisimgħu l-aħbarijiet fuq stazzjonijiet barranin staqsew ħafna affarijiet fosthom jekk qrabathom hux se jinqabdu hemm, jekk hux se jaħdmu ajruplani u jekk hux se nibqgħu nġibu żejt.", "Pero' minkejja dan kollu mid-Diskors tat-Tron m'għandna l-ebda serħan ta' moħħ għax lanqas biss kellu d-diċenza li għallinqas juri concern u jgħid illi qed jinkwieta li s-sitwazzjoni fil-Mediterran ġiet fil- pożizzjoni li ġiet.", "Hawnhekk irrid nirreġistra d-diżappunt tagħna għax aħna nippretendu li l-Gvern, jekk għamel xi moves diplomatiċi, jew għamel xi xogħol, ma nafux bih.", "Per eżempju, aħna konna nippretendu li l-Onor.", "De Marco kien juża l- konnessjonijiet kollha illi kellu meta kien fil-United Nations bħala President biex iqajjem riefnu u jesprimi opinjoni li dawn l-affarijiet ma nixtequhomx.", "Aħna mhux se nidħlu fil-meritu tal-kwestjoni.", "Jien hawnhekk nagħmilha ċara li aħna konna, għadna u nibqgħu kontra kull forma ta' terroriżmu.", "Mhux qed ngħid min għandu raġun u min għandu tort pero' nafu illi jekk din il-kwestjoni tiskala, se jkollha effett fuq pajjiżna.", "Dan li jinteressana f'dan l-istadju.", "Għalhekk konna nistennew illi nisimgħu b'xi nizjattivi min-naħa tal-Gvern fil-United Nations.", "Meta fl-1985 kien hemm il-kwestjoni tal-Libja, għalkemm ma kienx għad kellna l-President tal- United Nations u ma konniex fis-Security Council, irnex-xielna biex fl- Assemblea nqajmu kuxjenza u kien iltaqa' wkoll s-Security Council.", "Pero' minn dan ma smajna xejn.", "Lanqas ma smajna fuq inizjattivi fir-reġjun, forsi għax l-Amerika għadha temmen, kif kienet temmen qabel, illi hija kontra kull inizjattiva reġjonali favur il-paċi fil-Mediterran.", "Allura l- Gvern Nazzjonalista ma ssugrax illi jagħmel xi ħaġa li forsi lill-Amerika ma togħġobhiex.", "Lanqas ma smajna li Malta, bħala membru tan-Non-Aligned Movement għamlet xi ħaġa fi ħdan dan il-moviment.", "M'għandna l-ebda stqarrijiet li għallinqas nikkunslaw bihom u ngħidu li dan il-Gvern qed imexxi b'din il- politika barranija, b'din il-policy u allura nkunu nafu li mexjin fit-triq it-tajba.", "U lanqas imbagħad iktar u iktar ma smajna l-opinjonijiet ta' dan il-Gvern fuq din il-famuża New World Order.", "Kulma nafu hu li fil-Programm Elettorali tagħhom ħadu gost jgħidulna li ltaqgħu Bush u Gorbachev hawnhekk u qalulna li ġie l-Papa wkoll, għal min ma ndunax, imma ma qalulniex x'jaħsbu fuq din il-famuża New World Order bbażata fuq is-saħħa, fuq il- whims u l-burdati ta' superpotenza waħda.", "Nerġa' nirrepeti li dan qed ngħidu bla ma nidħol fil-kwestjoni u fid-dettalji tal-kwestjoni tal-Libja.", "Jiena riflessjoni waħda biss irrid nagħmel u nixtieq li l-Prim Ministru forsi jirrispondi fuqha.", "Malta qed tagħmel is-sanzjonijiet, għaliex ovvjament membru tal-United Nations u jkollha tobdihom, filwaqt li aħna għadna qegħdin ngħidu li ma naċċettawx ir-rapport ta' Lockerbie li Malta kienet involuta.", "Aħna qisna qegħdin nammettu illi aħna kellna xi biċċa ħtija fiha imma din hija riflessjoni waħda biss.", "Ngħaddu minn fuq din il-kwestjoni, Mr Speaker, u ngħid ukoll li barra dan il-vojt kbir hemm imbagħad anke vojt oħrajn li ma nafux x'se jiġri.", "Ir- relazzjonijiet ta' Malta, per eżempju, mal-pajjiżi liberati ġodda ta' l- Ewropa.", "X'se tkun ir-relazzjoni tagħna magħhom dawn?", "Se nirrikonoxxuhom jew mhux se nirrikonoxxuhom?", "Kif se nirreaġixxu aħna għall-mewġa - għax imbagħad hawnhekk mhux il-pajjiż biss imma anke dawn li huma trends politiċi u x'inhu jiġri fl-Ewropa - ta' nazzjonaliżmu li qed jiġri?", "Kuntenti aħna jew m'aħniex bil-mod kif il-partiti estremi tal-lemin ġol- Ġermanja, ġo l-Italja u anke ġo Franza qegħdin jikbru?", "Ma jgħid xejn fuqhom dan il-Gvern?", "Il-President fid-Diskors tiegħu ma jafx li dawn l- affarijiet qegħdin jiġru?", "X'se tkun l-istand tagħna fuq ir-razziżmu li fl- Ewropa qed isir order of the day speċjalment ġo Franza?", "Jiena għandi ħafna iktar xi ngħid pero' minħabba l-ħin ikolli nqassar ħafna.", "Dawn huma problemi li bilfors irridu nsibu ż-żmien u l-ħin biex niddiskutuhom għaliex huma problemi li indirettament jew aħjar direttament jikkonċernaw lilna għaliex ikollhom bilfors effett fuq il-politika tagħna.", "Jiena ħadt l-aħħar vers ta' dak li qal il-President rigward il-politika barranija fejn qal li l-vokazzjoni ta' Malta hi li tkun post ta' inkontri u skambji.", "Jiġifieri aħna se nkunu post ta' inkontru għall-Ewropa mill- periferija?", "Għaliex il-post ta' inkontru taċ-ċentru ta' l-Ewropa llum kulħadd jaf fejn qiegħed, Bonn, Milan, 'l hemm fuq.", "Se mai, jekk veru jemmnu li aħna nistgħu nkunu post ta' inkontru u skambju - u dan nemmnuh aħna wkoll u ppriedkajnieh kemm-il darba - għandna nkunu l-post ta' inkontru tar-reġjun tal-Mediterran fejn poġġiena Alla u fejn qegħdin qalb kulturi, ċiviltajiet u twemmin differenti.", "U dik hi l-missjoni bażika tagħna li aħna nibqgħu ċ- ċentru.", "Aħna naqblu ma' dak li semmew imma f'dan il-kontest li nkunu l-hub tal-Mediterran fejn aħna nkunu nistgħu nużaw il-pożizzjoni tagħna u n-know- how li għandna biex inġibu flimkien il-poplu ta' l-Afrika ta' Fuq u l-popli tan-naħa t'isfel ta' l-Ewropa.", "Dwar ir-relazzjonijiet maċ-Ċina m'hawn xejn hawnhekk u ma nafux x'se jiġri.", "Nafu biss illi għamilna żmien jidħku bina meta fi żmien Gvern Laburista konna assoċjajna ruħna maċ-Ċiniżi.", "Imbagħad f'daqqa waħda, minkejja dak li sar fi Pjazza Tienamen malli uffiċjal għoli Amerikan mar iċ- Ċina, allura mar jagħmel vista statali fiċ-Ċina wkoll il-President ta' Malta.", "Dawn huma affarijiet li m'hemmx spjegazzjoni għalihom u li ma jistgħux jagħtu kredibilita' lill-politika barranija tal-Partit fil-gvern.", "Fid-Diskors tal-President ukoll m'hemm xejn dwar ir-relazzjonijiet li aħna nħossu li għandu jkollna mall-komunitajiet Maltin barra minn pajjiżna jiġifieri ma' l-emigranti Maltin.", "Fit-taħdidiet li qed jagħmel l-Onor.", "De Marco ġewwa Lussemburgu kważi anke wasal biex jarmi n-newtralita', ċekken din in-newtralita' u reġgħu bdew jirrepetu l-istess argumenti li niftakarhom meta kont fil-Parlament fil-leġislaturi ta' qabel li din hija sui generis.", "Jien ma nafx x'riedu jifhmu biha din, qisu speċi issa m'għandniex aktar bżonnha għaliex id-dinja tbiddlet.", "Veru li tbiddlet id- dinja u għalhekk jien għidt qabel li aħna rridu naraw x'se tkun il- pożizzjoni tagħna f'din id-dinja ġdida kif inhi magħmula minn superpotenza waħda li s'issa jidher li m'hemm ħadd illi jista' jżommha.", "Hemm affarijiet illi jimpressjonawk bin-nuqqas tagħhom.", "Jiena ngħid li dan huwa mezz kif nakkomodaw ...", "Jien ċert li n-naħa l-oħra m'għandhomx faqar ta' viżjoni politika.", "Dawn intelliġenti iktar minn hekk.", "Jiġifieri viżjoni politika għandhom dawn.", "Pero' jien ngħid li l-attitudni non-committal qed jeħduh biex ikunu lesti, maħsulin verġni biex jagħmlu bihom li jridu l- Kommunita'.", "Jien fadalli ftit minuti u nixtieq nagħlaq daqsxejn fuq dak li qal illejla stess l-Onor.", "Richard Muscat.", "Qal li aħna m'aħniex se ninżgħu l- qalb Soċjalista.", "Jien ngħidlu: Aħna m'aħniex.", "Anke f'dan il-kontest qed nibbażaw il-politika barranija tagħna fuq il-qalb Soċjalista, fuq il-qalb li trid il-ġid, trid li kulħadd ikun indaqs, trid li kulħadd jaħdem għal xulxin.", "Irridu li ma jkun hemm ħadd ikbar mill-ieħor li jipprova jkissru, li jipprova jpoġġieh għarkobbtejh quddiemu.", "Jien lill-Onor.", "Richard Muscat ngħidlu li tant m'hemmx minn xhiex x'tistħi mill-qalb Soċjalista, li Austin Gatt stess fil-laqgħa tagħhom qal li meta ltaqgħu ma' diffikultajiet, meta bdew jamministraw fil-Gvern, ma beżgħux jużaw soluzzjonijiet soċjalisti, minkejja li jipprofessaw twemmin demokris-tjan.", "Mela veru ma fih xejn minn xiex tistħi mis-soċjaliżmu.", "Austin Gatt qalu fil-laqgħa ta' l-Eżekuttiv tagħhom, jew fil-Konferenza Ġenerali li l-Gvern Nazzjonalista ma staħax juża mezzi soċjalisti - u nikkwotah eżatt - meta sabu diffikultajiet biex isolvu l-problemi, minkejja li għandhom twemmin ta' konservattivi u demokristjani.", "Mr Speaker, irrid nagħlaq fuq xi ħaġa li kien qed igħid u li wkoll għandu x'jaqsam mal-kwestjoni tal-politika barra-nija, jiġifieri l-kwestjoni tal- valuri.", "Dawn jitkażaw li aħna qed nimbuttaw l-issue tal-valuri.", "Dan huwa veru.", "Dan il-pajjiż il-valuri tilifhom.", "U tilifihom b'mod drammatiku u li qed jallarma lil ħafna nies.", "U jekk se nidħlu fil-Komunita', dawn il- valuri mhux nitilfuhom imma ma jkunux fil-kontroll tagħna.", "U jien insemmi biex nagħlaq bħala każ tipiku, il-każ ta' l-Irlanda, fejn riċenti kien hemm dak il-każ ta' dik it-tfajla li riedet tagħmel l-abort u l-Gvern ta' l- Irlanda lanqas ma kellu saħħa li jikkontrolla li din ma tmurx tagħmel abort għax kien sar referendum qabel li huma kontra l-abort.", "Din ġiet overruled, u din kellha dritt li toħroġ mill-pajjiż biex tmur tagħmel l-abort.", "Jiġifieri jekk se nitkellmu fuq valuri, il-valuri li aħna kkoltivajna u rridu li dan il-pajjiż jimxi fuq valuri tajbin, jekk aħna ngħidu li qed nagħmlu att ta' fidi fl-Ewropa, jien nista' nassigura lin-naħa l-oħra li dawn il-valuri nistgħu ninsew li mil-lum 'il quddiem nitkellmu aktar fuqhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Prim Ministru jgħaddi għall-winding up għan-naħa tal-Gvern.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid nirrimarka s- sodisfazzjon tiegħi u tan-naħa tal-Gvern illi f'dawn it-tlett ijiem bi ftehim man-naħa ta' l-Oppożizzjoni għaddejnihom fid-diskussjoni fuq ir- risposta għall-indirizz tal-President.", "Nixtieq nirrimarka illi għalkemm l- iStanding Orders jgħidu illi għandu jkun hemm tlett ijiem ta' diskussjoni fuq l-indirizz tal-President ħafna drabi fl-imgħoddi dawn it-tlett ijiem ħadu mhux ix-xhur imma anki is-snin u kultant - safejn niftakar jien - lanqas biss spiċċa d-dibattitu.", "Meta jiena ltqajt mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni, fl-ewwel okkaż-joni wara l-elezzjoni, għidtlu li xtaqt li jsir hekk u li hekk huwa xieraq u huwa qabel miegħi mill-ewwel.", "Huwa tajjeb illi dan il-Parlament, proprju fil-bidu tal-Leġislatura, jitkellem fuq il-programm tal-Gvern li naħseb illi bilfors huwa relatat mar-riżultat elet-torali.", "Naħseb illi dan kien dibattitu mhux biss kalm, imma kien anke dibattitu seren u naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra ddibattew serjament fuq ir-risposta li ridna nagħtu għall-indirizz tal-President.", "Irrid ngħid illi l-Gvern kellu diversi options li minnhom seta' jagħżel dwar id-Diskors tal-President.", "Stajna għidna - kif inhi l-użanza fil-House of Commons fl-Ingilterra - illi din hija l-ewwel sessjoni ta' dan il- Parlament li se tkun sessjoni ta' sena u li l-programm leġislattiv huwa numru ta' liġijiet illi l-Gvern se jipproponi.", "Fil-fatt, m'għażilniex din l-option għalkemm dan il- Parlament - kif jidher mill-Agenda tal-lum, fl-Ordnijiet tal-Ġurnata, fejn hemm 11-il First Reading ta' Abbozz ta' Liġijiet li l-Parlament llum approva - għandu quddiemu programm leġislattiv ta' sustanza li jista' jieħu ammont sostanzjali ta' ħin fid-dibattiti li jridu jsiru.", "Imma għażilna illi l-Indirizz tal-President jagħti direzzjoni ġenerali.", "Fil-fatt fid-Diskors tal-President insibu aktar minn darba illi d-Diskors huwa magħmul apposta biex jagħti l-linji ġenerali tal-politika ta' dan il-Gvern.", "Jien ħadt pjaċir nisma' d-diversi diskorsi tar-rappreżentanti ta' l- Oppożizzjoni, u naħseb li kritika ewlenija, kważi fid-Diskorsi kollha tal- Membri ta' l-Oppożizzjoni, kienet illi d-diskors kien wieħed mimli kliem sabiħ.", "Kien hemm min qalilna li d-Diskors tal-President huwa kor wieħed li jgħid l-istess ħaġa u kien hemm min qalilna li dan id-Diskors ifakkru fil- ħrejjef u fir-reklami li jpingu l-prodott sabiħ.", "Il-konklużjoni loġika tiegħi għal dawn il-kummenti hija li l-Oppożizzjoni qed tgħid li l- ħsebijiet li hemm f'dan id-Diskors tal-President - li jfisser il-programm ta' dan il-Gvern għal din il-leġislatura -huma certament ħsebijiet sbieħ.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li l-kliem li jingħad fid-Diskors tal-President għandu warajh koncetti sbieħ pero' hemm bżonn il-fatti.", "Proprju din hija xi ħaġa li dan il-Gvern jemmen fermament fiha.", "Hawnhekk m'għandiex inħarsu b'mod approfondit imma għandna naraw għalfejn ir-riżultat elettorali kien dak li kien.", "Fil-fehma tiegħi, waħda mir-raġunijiet l-aktar ewlenien għaliex ir-riżultat elettorali ta rebħa lill-Partit Nazzjonalista li mexxa l-Gvern ta' Malta għal ħames snin li għaddew, kien eżattament għaliex fil- ħames snin li għaddew, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern irnexxielu jwettaq dak li kien wiegħed.", "Il-programm sħiħ tal-leġislatura li għaddiet kien miġbur fi tliet kelmiet \"Xogħol, Ġustizzja u Liberta'\" u m'hemmx dubju illi b'miżura sostanjali - għax naturalment din qatt ma tkun miżura perfetta - rnexxielna nbiddlu sostanzjalment il-pajjiż, irnexxielna nagħtuh ix-xogħol u niżguraw fih - kemm jista' jkun f'miżura umana - il-ġustizzja u l-miżura sħiħa ta' liberta'.", "Dan huwa l-element l-iktar importanti illi l-poplu tagħna apprezza, u għalhekk reġa' kkonferma l-fiduċja fil-Partit Nazzjonalista biex jiggverna l-pajjiż.", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jidher li hemm l-apprezzament illi linji ġenerali tal-programm ta' attivita' ta' dan il-gvern huwa programm sabiħ għaliex qed ngħaddu għat-tieni pass.", "Hawnhekk irrid infakkar l-ewwel pass.", "L-ewwel pass kien li fit-terminu ta' żmien li kellna għad-dispożizzjoni tagħna nbiddlu l-atteġġjamenti ta' dan il-pajjiż b'mod radikali.", "Aħna konna wegħedna illi rridu nsiru lkoll aħwa Maltin u li wieħed kellu jiggverna bid-djalogu u bir-rikonciljazzjoni.", "Sfortu-natament l- Oppożizzjoni għadha ma ndunatx li waħda mir-raġunijiet li huma kellhom telfa elettorali kienet eżattament għaliex huma ma apprezzawx li fuq dawn l- affarijiet l-Gvern irnexxilu jissodisfa l-aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna.", "Jidhirli li wara li f'dawn it-tlett ijiem smajna d-dibattitu fuq id-Diskors tal-President, il-kritika kienet li m'hemmx biżżejjed proposti konkreti min-naħa tal-Gvern u qalulna li kien missu kien hemm iktar.", "Pero' minkejja dan, ftit li xejn - biex ma ngħid xejn - smajna x'inhuma l- proposti konkreti li l-Oppożizzjoni xtaqet tara fid-Diskors tal-President.", "Nerġa' ngħid, wieħed x'jistenna fid-Diskors tal-President?", "Kieku fid-Diskors tal-President kellna ninkludu l-politika fid-dettalji tagħha ta' x'irid iwettaq dan il-Gvern fid-diversi oqsma tal-ħidma tiegħu naħseb li d-Diskors tal-President ma kienx biss jieħu tliet kwarti - li fil- fehma tiegħi kien diġa' Diskors twil iżżejjed għal okkazzjoni bħal din - imma naħseb li nhar is-Sibt flok konna nispiccaw fil-għodu konna nixpiċċaw fil-għaxija biex inkomplu nisimgħu dan id-Diskors.", "Mhuwiex plawsibbli, mhuwiex desiderat u mhuwiex il-każ li fid-Diskors tal-President fil-ftuħ tal-Parlament il-Gvern jesprimi ruħu fuq dak kollu taħt il-kappa tax-xemx li beħsiebu u għandu jwettaq.", "Allura certu kritika li d-Diskors tal- President ma fihx certi direzzjonijiet ta' politika konkreta naħseb li kien Diskors barra mil-loku.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni beda biex qal wara li kkwalifika d-Diskors bħala Diskors mimli kliem sabiħ, li ma fihx sens ta' direzzjoni.", "Għal kuntrarju Mr Speaker, fil-fehma tiegħi d-diskors huwa wieħed li fih sens ta' direzzjoni.", "Qegħdin ngħidu x'inhu dan is-sens ta' direzzjoni.", "Qegħdin ngħidu li fil-fażi attwali ta' l-żvilupp ta' pajjiżna trid issir enfasi qawwija li l-Gvern qiegħed jagħmel fuq ir-riżorsi umani ta' pajjiżna.", "Qed ngħidu li fil-livelli kollha tas-soċjeta' Maltija rridu ndaħħlu f'moħħ kulħadd il-bżonn li niżviluppaw dawn ir-riżorsi umani tagħna.", "Per eżempju, nsemmi kif irridu niżviluppaw b'mod dejjem aħjar ir-riżorsi umani li nsibu fin-nies li jaħdmu fis-settur pubbliku.", "Hemmhekk hemm din ir-riforma li aktar kmieni llum fid-domandi li saruli fil-bidu tas-seduta għidt x'qed nagħmlu, x'qegħdin inwettqu u x'qiegħed jitwettaq f'dan is-settur ferm importanti.", "Aħna rridu nutilizzaw in-numru konsiderevoli ta' nies li għandna fis-settur pubbliku bl-aħjar mod mhux biss biex dawn in-nies jagħtu s-servizz fejn qegħdin jaħdmu llum imma anke jkollna l-viżjoni iktar wiesa' li dawn ir-riżorsi umani tagħna nużawhom bl-aktar mod efficjenti għall-ġid nazzjonali.", "Id-Diskors ikompli fuq is-settur li forsi dwaru hemm l-iktar parti twila fid-Diskors tal-President, is-settur tal-welfare, is-settur tal-qasam soċjali, is-settur ta' l-iżvilupp li rridu naraw fis-soċjeta' Maltija.", "Hekk ikompli d-Diskors tal-President, Mr Speaker, jittraċċja dawk il-linji ġenerali li jridu jwassluna - u ngħidu x'inhu l-iskop - għat-tieni pass ta' dan il-Gvern li huwa l-pass fejn nifirxu bl-iktar mod qawwi l-konċett ta' solidarjeta' fost il-poplu tagħna.", "Mhux il-konċett bħala ħsieb li huwa astratt imma l-konċett ta' solidarjeta' bħala ħaġa mill-aktar konkreta li aħna lkoll għandna d-dmir li ngħixu.", "Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma kif se jiżviluppa l-proċess biex kulħadd isir iktar accountable.", "Dan huwa proċess illi diġa' nbeda u rriduh ikompli jitmexxa.", "Meta semma' l-konċett kif kulħadd għandu jkun aktar accountable, għamel ċerti allegazzjonijiet fejn qal li hawn sistema ta' klijenteliżmu u pjaċiri.", "Dan huwa l-attakk illi diġa' għamel dan il- Gvern fil-ħames snin illi għaddew - b'miżura sostanzjali ta' suċċess - biex neqirdu din il-kwalita' ta' Gvern f'pajjiżna u diġa' għamilna l-mezzi konkreti kif dan jiġi dejjem kontrollat u ċċekkjat.", "Qed nirreferi għall- Kummissjoni ta' l-Inġustizzji u għall-Kummissjoni dwar il-Korruzzjoni li huma żewġ kummissjonijiet illi huma alive and kicking.", "U qed ngħid mhux biss għas-snin ta' qabel l-1987 imma anke għaż-żmenijiet ta' issa.", "Jien nista' ngħid li lill-Kummissjonijiet dwar l-Inġustizzji - u wżajt il-plural għax illum nafu li hemm erba' Kummissjonijiet biex iħaffu x-xogħol - tajthom struzzjonijiet peress li issa hemm kumulu wkoll ta' każijiet ta' nies illi ħassew illi ġew trattati b'mod inġust tul il-ħames snin li għaddew - hemm xi 500 każ - li dawn jerġgħu jiġu trattati għaliex ma jistax ikun bil-backlog dejjem jikber u iktar diffiċli biex tista' tasal bi provi konkreti biex tiġġustifika jew le dawn it-talbiet illi qed isiru.", "Issa filwaqt illi r-rittmu tal-każijiet illi qed jiġu trattati qiegħed iktar dejjem jiżdied, se jibdew jiġu trattati wkoll immedjatament il-każijiet illi saru ta' allegata nġustizzja f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Jiġifieri altru milli l-Gvern m'għandux f'rasu, pero' ma kienx utili li noqgħodu nerġgħu ngħidu fid-Diskors tal-President li se nkomplu ninsistu fuq dan il- proċess.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li ma saritx analiżi tas-sitwazzjoni internazzjonali ta' pajjiżna llum.", "Semmew l-Ewropa u l-Mediterran u ssemma l-istat attwali tar-relazzjonijiet internazzjonali.", "U hawn niġi u nitkellem fl-istess ħin fuq dak li għadu kif qal il-Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Huwa qal li fuq il-politika barranija m'hemm xejn.", "Naturalment tista' tikteb il- volumi fuq il-politika barranija, pero' naħseb li hawn sintesi miġbura tajjeb fid-Diskors tal-President.", "Id-Diskors tal-President qed jgħid li fil-politika barranija, l-mira ewlenija hija s-sħubija fil-Komunita' Ewropea.", "Din hija mira ewlenija.", "F'dan l-istadju, kontra ħames snin ilu meta kien hemm Gvern li kien għadu kif ħa r-riedni tal-pajjiż f'idejh, u kien hemm diversi elementi ta' konfrontazjoni anke fil-politika barranija mill-Gvern ta' qabel u allura ridna nkunu speċifiċi mill-ewwel ma kienx hemm bżonn ...", "Ħaġa waħda għidna mill-ewwel, konna għidna li aħna rridu nerġgħu nakkwistaw il-kredibbilita'.", "Użajna l-frażi li anke fir- relazzjonijiet internazzjonali, il-prinċipju li kien se jispirana kien li dejjem ngħidu dak li nifhmu u nifhmu dak li ngħidu.", "Għidna li ma rridux inkunu ambigwi, u konna se nkunu ċari fil-pożizzjonijiet tagħna.", "U din il- politika rrendiet ħafna għax lill-pajjiżna tatu kredibbilita'.", "Ma naħsibx li l-Onor.", "George Vella kien korrett li jgħid li m'hawnx referenza.", "Hawn verament mod terse, jiġifieri mod ta' sintesi qawwija, x'inhi din il- politika.", "L-ewwel ħaġa għidna li l-mira ewlenija hija għall-Komunita' Ewropea.", "U hawn ukoll irridu niċċaraw l-ideat.", "Ħadt pjaċir li l-Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni rrefera għal xi forum li kont ħadt parti fih jien - jekk minix sejjer żball mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni - fuq id-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea, u jien kont għamilt enfażi kif dejjem għamel il-Partit Nazzjonalista fuq id-dimensjoni politika.", "U d-dimensjoni politika ta' l-adeżjoni fil-Komunita' Ewropea mhux naqset imma akkwistat importanza akbar.", "Saret rivoluzzjoni tant kbira f'dawn l-aħħar snin, li wieħed jista' faċilment isejħilha r-rivoluzzjoni ta' dan is-seklu, ta' l-aħħar parti ta' dan is-seklu.", "Din kienet ir- rivoluzjoni li reġgħet poġġiet lill-Ewropa fiċ-ċentru ta' relazzjonijiet internazzjonali.", "Kontinwament nisimgħu - mhux biss f'dan il-Parlament, imma f'kontest internazzjonali - li issa hawn superpotenza waħda.", "U hawn min jibża' u jgħid: Isma', minkejja l-inkwiet kollu li kien jiġi mill- qasam tad-dinja bejn żewġ superpotenzi, dik kienet tipprovdi ċerta stabbilita'.", "U llum hawn min kważi jirrimpjanġi dik l-istabbilita' li kienet ġejja minn din il-qasma.", "Il-verita' hi li jiena, il-partit tiegħi, u dan il-Gvern nemmnu li dan huwa l-mument ta' l-Ewropa.", "U tajjeb li nibdew nitkellmu iktar fuq l-Ewropa milli fuq il-Komunita' Ekonomika Ewropea jew fuq il-Komunita' Ewropea, għax il-Komunita' Ewropea iktar minn qatt qabel qegħda fl-istadju fejn tista' tikseb dak li riduha tkun il- fundaturi tal-Komunita' Ewropea, jiġi-fieri għaqda Ewropea li jkollha l-piż tagħha mhux biss ekonomiku imma l-piż politiku.", "U hemm bżonn li dan nirrealizzawh.", "Fil-fehma tiegħi, il-parti li se tilgħab l-Ewropa fil-ġejjieni huwa mument storiku għad-dinja kollha kemm hi.", "Il-periklu, fil-fehma tiegħi, għalina huwa li aħna niġu emarġinati minn din l-Ewropa li qegħda ssir madwarna.", "Dan huwa żball kbir li llum qegħdin jirrikonoxxuh u qed jieħdu l- azzjoni korrettiva anke dawk li sa ftit snin ilu ma kellhom l-ebda idea li jkunu parti mill-Komunita' Ewropea.", "Hawn qed nirreferi għall-pajjiżi trad- izzjonalment newtrali bħal Finlandja, l-Isvezja, in-Norveġja u bħall- pajjiżi komunisti li kienu l-parti l-oħra ta' l-hekk imsejħa Purtiera tal- Ħadid.", "Illum dawn ukoll qegħdin jirrealizzaw illi din l-Ewropa hemm bżonn takkwista l-vuċi tagħha u jkun żball storiku u kbir jekk aħna ma napprezzawx dan illi qed jiġri.", "Naturalment hemm id-dimensjoni ekonomika wkoll.", "Hawnhekk jien dejjem ngħid illi anke fid-dimensjoni ekon-omika ...", "Dan mhuwiex xi accounting exercise, tara d-debits u l-assets u tara fejn hu l-vantaġġ, imma trid tħares 'il bogħod u mhux naraw issa x'jaqblilna.", "Hawn hu l-iżball fundamentali li rrifletta ruħu - bir-rispett kollu ngħid jien - fit-telfa elettorali tal-Partit Laburista.", "X'qalulu lill-poplu Malti mil-lat ekonomiku?", "Lill-poplu pprovaw ibeżżgħuh li l-industrijalisti li jipproduċu għas-suq lokali se jmutu bil-ġuħ u li n-nies se jispiċċaw bla xogħol.", "Mentri aħna mhux hekk għidna; aħna qatt m'għidna li mhux se jkun hemm diffikultajiet.", "Diffikul- tajiet se jkun hemm, imma rridu nitkellmu fuqhom u naraw kif se nirbħuhom.", "U l-ewwel ħaġa li għandna bżonn biex nirbħuhom huwa li lill- poplu tagħna ngħidulu li għandna fiduċja fih u nafu li din l-isfida ta' l-Ewropa mil-lat ekonomiku huwa kapaċi jirbaħha wkoll.", "Din hija differenza li jien nittama li bil-mod il-mod tinbet bejn iż-żewġ naħat.", "Jien ħadt pjaċir ħafna naqra, per eżempju, l-intervista li saret lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar il-Ħadd illi għadda f' \"The Sunday Times\".", "Irrid ngħid illi fil-fehma tiegħi - u nawguralu jkompli f'din il-linja - dak huwa l-atteġġjament korrett.", "Il-Gvern għandu l-mandat li jitlob l-adeżjoni ta' pajjiżna mal-Komunita' Ewropea u l-Oppożizzjoni tagħmel tajjeb kif inhu fid-dmir tagħha li lilna żżommna l-ħin kollu alert biex naraw x'inhuma l- kondizzjonijiet li jridu jkunu tajbin għal pajjiżna.", "Dan il-proċess jien ma niġġielidx miegħu, anzi naħseb illi hekk għandu jkun.", "Biex inkun fair mal- Kap ta' l-Oppożizzjoni, huwa qal li fil-fehma tiegħu kważi huwa impossibbli li jkollna l-kondizzjonijiet tajbin.", "Fuq dan naturalment jien ma naqbilx assolutament.", "Naħseb li n-nies tagħna huma kapaċi li jilqgħu dan iċ-challenge u fil- fehma tiegħi nagħmlu żball kbir jekk il-poplu tagħna ma ninkoraġġuhx biex dan iċ-challenge jipprepara ruħu għalih.", "Fil-fatt meta ndirizzana l- President, indirizzana fuq is-sens ta' direzzjoni ewlenija.", "Dan huwa l- proċess li aħna rridu ngħaddu minnu, proċess li m'għandniex nitilfu f'dan il-mument storiku għal pajjiżna.", "Dan tarah kull-imkien.", "Per eżempju, kemm il-bieraħ kif ukoll illum qrajt li għalkemm Iceland qegħda tgħid li s'issa mhijiex interessata li tidħol fil-Komunita' Ewropea, għadha kif ippeggjat il-munita tagħha ma' l-ECU, ħaġa li aħna għadna ma għamilnihiex.", "Pero' xi snin ilu aħna ħadna l-passi biex inġibu l-munita tagħna qrib l-ECU meta biddilna l-basket of currencies b'mod sostanzjali.", "Tajjeb ngħid li l- Gvern qed jikkonsidra jekk għandniex naslu għall-pass li nippeggjaw il- munita tagħna ma' l-ECU wkoll.", "Jien mhux qed ngħid li se nagħmlu hekk, imma qed ngħid li huwa tajjeb li kulħadd jesprimi ruħu, u jeżamina jekk dan huwiex dan il-mument li aħna nagħmlu dan il-pass ukoll.", "Fuq il-kwestjoni tas-sitwazzjoni internazzjonali ssemmiet at a tangent u bi ftit il-Libja.", "L-Onor.", "George Vella staqsa x'inhi s-sitwazzjoni mal- Libja.", "Għalina s-sitwazz-joni f'dawn iċ-ċirkosanzi hija sitwazzjoni fejn napplikaw il-prinċipju li aħna dritti, ngħidu dak li naħsbu u naħsbu dak li ngħidu.", "Għalina din hija pożizzjoni, li nerġa' ngħid, tatna kredibilita' kbira.", "Aħna dejjem għidna li aħna kontra kull forma ta' terroriżmu u allura stajna nikkoperaw, u kkoperajna, ma' kull min ried jinvestiga fuq il-każ ta' Lockerbie.", "Min-naħa l-oħra dejjem għidna li aħna parti mill-komunita' internazzjonali u aħna marbutin bil-ftehim u bl- obbligazzjonijiet li għandna bħala parti mill-komunita' internazzjonali.", "Naturalment il-Gvern qed jaħseb għall-kontinġenzi kollha li jista' jkun hawn fi spirtu ta' djalogu, mal-Libja, mal-partijiet l-oħra interessati u mal-United Nations.", "Ma naħsibx li hemm bżonn li jien għandi niġi hawn u noqgħod ngħid li meta kien hemm il-laqgħat tan-non-alligned u l-caucus tan- non-alligned, il-permanent representative tagħna fil-United Nations ħa parti kull darba u ġie mistieden biex jieħu parti.", "Dażgur li għamilna l- parti tagħna.", "Pero' jien ma nħossx li fl-interess nazzjonali tagħna, kull pass li jkun qed isir noqgħod insemmih hawn jew fil-pubbliku.", "Frankament ma naħsibx li dan huwa ta' ġid għall-pajjiżna.", "Mr Speaker, naħseb li jekk irridu nkunu objettivi ma rridux nikkritikaw id-Diskors tal-President fuq dak li ma fihx għax hekk tista' tgħid u ttawwal kemm trid.", "X'fih id-Diskors?", "Fih il-linji ġenerali tal-ħidma ta' dan il-Gvern, il-linji ġenerali li pajjiżna għandu bżonn li jitwettqu fil- politika li se jmexxi dan il-Gvern.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak, qabel ma mpoġġi il-mistoqsija nixtieq ngħid żewġ affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura.", "L-ewwelnett filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu, nirringrazzja wkoll anke lil dawk li ħassew li kellhom jagħmlu referenza kontinwa lejn in-notamenti li kellhom f'idejhom.", "Infakkar lill-Membri li l- proċedura f'din il-Kamra hi li d-diskorsi għandhom ikunu kemm jista' jkun spontanji u żgur li m'għandhomx jinqraw.", "Jiena m'għandix dubju li l-Onor.", "Membri se jsegwu din il-proċedura fil-futur.", "It-tieni ħaġa li xtaqt ngħid hija li jiena nfurmat mill-Whips li bi ftehim li l-Onor.", "Dom Mintoff se jkun paired mal-Viċi Prim Ministru li qiegħed imsiefer.", "It-tielet ħaġa hija li jiena issa se npoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda li ġiet imressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mbagħad tista' tissejjah division f'dak l-istadju.", "F'dak il-każ ikun hemm għoxrin minuta sospensjoni imbagħad jekk dik il-votazzjoni ma tgħaddix jiena npoġġi il- mistoqsija kif oriġinarjament imressqa mill-Onor.", "Galea.", "F'dak il-mument tista' tissejjah division oħra.", "Jiena nformat li ntlaħaq qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li f'dak il-każ id-division tittieħed f'dak il-ħin stess.", "Il-mistoqsija hi l-emenda imressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fis-seduta tas-6 ta' April, 1992.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet fid- 9.20 p.m. meta l-Kamra vvotat hekk:", "VOTAZZJONI NRU.", "1", "FAVUR : 30 KONTRA : 33", "L-Onor.", "L-Onor.", "Abela Wistin Bonello Du Puis George Attard Montalto John Bonnici Josef Bartolo Evarist Bonnici Michael Borg Carmel Borg Tonio Brincat Joseph Cassar Joe Brincat Leo Cuschieri Louis Buhagiar Charles Dalli John Buhagiar Louis Debono Giovanna Calleja Reno Deguara Louis Cilia Joe Falzon Michael Debono Grech Joe Fenech Adami Eddie Farrugia Michael Fenech Joe Farrugia Noel Frendo Michael Gatt George Galea Louis Grech Edwin S. Galea Mario Mangion Charles Galea Censu Micallef Freddie Gatt Lawrence Mifsud Bonnici Carmelo Gauci Borda Lino Mizzi Joe Hyzler George Moran Vincent C. Mifsud Bonnici Antoine Muscat Philip Mifsud Bonnici Ugo Nicholl Tony Muscat Claude Portelli Alfred Muscat Richard Refalo Anton Psaila Savona Joseph Sant Alfred Refalo Louis Sant Salvu Refalo Michael Angelo Schembri Adami Sandro Rizzo Naudi John Spiteri Lino Spiteri Carm Lino Vella George Tabone Anton Vella Karmenu Vella John Zammit Ninu Zammit Stanley", "Zammit Dimech Francis", "L-emenda m'għaddietx", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni ta' l-Onor.", "Mario Galea mressqa fis-seduta tas-6 ta' April, 1992.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi ntalbet votazzjoni din ittieħdet dak il-ħin stess skond qbil li ntlaħaq 'il quddiem fejn il-Kamra vvotat hekk:", "VOTAZZZJONI NRU: 2", "FAVUR : 33 KONTRA : 30", "L-Onor.", "L-Onor.", "Bonello Du Puis George Abela Wistin Bonnici Josef Attard Montalto John Bonnici Michael Bartolo Evarist Borg Tonio Borg Carmel Cassar Joe Brincat Joseph Cuschieri Louis Brincat Leo Dalli John Buhagiar Charles Debono Giovanna Buhagiar Louis Deguara Louis Calleja Reno Falzon Michael Cilia Joe Fenech Adami Eddie Debono Grech Joe Fenech Joe Farrugia Michael Frendo Michael Farrugia Noel Gale Louis Gatt George Galea Mario Grech Edwin S. Galea Censu Mangion Charles Gatt Lawrence Micallef Freddie Gauci Borda Lino Mifsud Bonnici Carmelo Hyzler George Mizzi Joe Mifsud Bonnici Antoine Moran Vincent C. Mifsud Bonnici Ugo Muscat Philip Muscat Claude Nicholl Tony Muscat Richard Portelli Alfred Psaila Savona Joseph Refalo Anton Refalo Louis Sant Alfred Refalo Michael Angelo Sant Salvu Rizzo Naudi John Schembri Adami Sandro Spiteri Carm Lino Spiteri Lino Tabone Anton Vella George Vella John Vella Carmelo Zammit Ninu Zammit Stanley Zammit Dimech Francis", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Prim Ministru biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 27 ta' April, fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi kommunikata aktar tard.", "Informalment nista' ngħid, Mr Speaker, li jekk tilħaq tiġi pubblikata fi żmien utili għal kulħadd, partikolarment għal Oppożizzjoni, nibdew bil-liġi ta' l-Entijiet Ekklesjastici.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ikun importanti li dan it-test ikun għandna fi żmien raġjonevoli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Għadu kemm kellna dibattitu fuq sistema li certament wieħed għandu jqisha bħala anakronistika għal Malta Repubblika.", "Bqajna bis-sistema li r-Reġina tagħmel il-messaġġ, u aħna nsibu l-iżgħar Membru, inġegħluh jirringrazzja tad-diskors sabiħ li għamlet ir-Reġina - flok ir-Reġina kellna żmien bil-Gvernatur - u nsejna li nbdilna u sirna Repubblika.", "Il-process li sar illum u għadna kemm ivvotajna fuqu f'parlamenti repubblikani oħrajn, fejn m'hemmx is-sistema presidenzjali imma hemm s- sistema bħal tagħna parlamentari, li l-President ikun jirrappreżenta l- unita' ta' l-istat, il-President għandna nħalluh jirrappreżenta l-unita' ta' l-Istat u d-diskors għandu jsir minn Gvern li fuqu jitlob il-fiducja.", "Għaliex mhux sewwa li jkollok l-iżgħar Membru jirringrazzja lill-President tad-diskors li għoġbu jagħmel, filwaqt li l-Oppożizzjoni jkollha temenda dik il-Mozzjoni li jkun qiegħed jiġi fuq id-Diskors tal-President.", "Il- fatti juru li waqt li dik is-sistema kienet accettabbli meta jkollok lir- Reġina jew Gvernatur flok ir-Reġina - għaliex ir-Reġina ma toħroġx għall- elezzjonijiet u ma jgħaddix iż-żmien illi int tivvota wara ħames snin ħalli jkollok Reġina flok ir-Reġina tal-ħames snin ta' qabel, u allura hemm il- kontinwita' u l-Gvern ikun il-Gvern tar-Reġina għax ir-Reġina se tibqa' hemmhekk dejjem - mhux sewwa li din is-sistema li adoperajna sal-lum ma neħdux ħsieb illi nbiddluha u li l-ewwel diskors illi jsir, illi jkun id- diskors programmatiku tal-Gvern tal-ġurnata, jiġi quddiem il-Parlament għall-fiduċja jew le ta' dak il-Gvern.", "Bħala żvilupp storiku li jista' jkollna, ma nistgħux neskludu li jista' jkun hawn Gvern illi jkun mibni fuq koalizzjoni.", "Jista' jkun hemm nies illi ma jaslux illi jivvotaw il-fiduċja jew inkella, anke kif ġew ivvotati fil-Parlament ...", "Kellna l-każ ta' Membru Għawdxi li ħareġ on a ticket u sakemm infetaħ il-Parlament, kien elett minn Partit għall-ieħor.", "Allura jekk ikollok pożizzjoni bħal din jew wieħed min-naħa tal-Gvern ikun iddeċieda illi jivvota kontra dak il-Gvern, dan ikun qed jivvota kontra l- President u kontra d-diskors illi għamel il-President?", "Barra minn dan, kif inhu t-tqassim taż-żmien, jista' jkollok President - kif diġa' kellna - illi waqt illi jkun ġie elett minn ċertu maġġoranza u mill-Gvern tal-ġurnata - u dan jista' jkun anke polititu fuq dik in-naħa li għażlitu biex ikun President - jiġi fi żmien meta jkollu jiftaħ Parlament li jkun rappreżentat minn Gvern illi bħala Partit hu ma jkunx jappartjeni lilu.", "Kellna l-każ ta' l-ex-Aġent President Pawlu Xuereb illi qara d-diskors tal-Partit Nazzjonalista kif kien fid-dover kollu li jagħmel.", "Dan kien diskors iktar politically loaded minn dak illi smajna din id-darba pero' dan il-bniedem illi f'dan id-diskors jikkundanna s- sistemi Soċja-listi Demokratiċi li kienu jeżistu qabel, hu stess kien Ministru ta' dak il-Gvern.", "Dan huwa fatt storiku illi m'għandux ikun iżjed aċċettabbli bħala s-sistema netta u clear illi għandu jkollu dan il- Parlament.", "Għalhekk Mr Speaker, issa li din is-sistema ħallejniha kif inhi - llum irċevejna xi suġġerimenti dwar il-committee system u affarijiet oħrajn tal- proċedura - jkun xieraq illi l-problema ta' kif għandu jiffunzjona l- Parlament nitte-kiljawha mill-bidu.", "Filwaqt li għandna nibqgħu fuq ċerti proċeduri, bħal, per eżempju, fuq is-sistema Ingliża ta' l-Erskine May u l- inter-pretazzjoni, għallinqas għandna mmorru għas-sistema ta' demokrazija parlamentari bil-Kap ta' l-Istat li sal-lum ma jagħtix sistema presidenzjali ta' Gvern.", "Illum il-Gvern jiġi hawnhekk bid-diskors program- matiku tiegħu, aħna nikkritikaw lilu, nivvotaw fuq diskors programmatiku tiegħu u ma nafx jekk għandniex nirringrazzjawh jew minflok nirringrazzjawh, nibgħatuhx jixxejjer.", "Imb-agħad ma jiġix il-Kap ta' l- Istat, li suppost jirrapp-reżenta l-unita' nazzjonali, indipendentement mill-passat politiku tiegħu ...", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Għall-grazzja ta' l-argument, kieku il-Mozzjoni ma tgħddix min kien jiġi defeated il-Gvern tal-ġurnata, l-Onor.", "Galea illi għamel il-mozzjoni jew il-President?", "F'dawn ic-cirkostanzi, naħseb illi wasal iż-żmien illi dan l-anakroniżmu nneħħuħ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Reno Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi nixtieq nawgura lit-tmien Membri Parlamentari ġodda min-naħa tagħna u lis-sitt Membri min- naħa ta' l-Oppożizzjoni li ngħaqdu f'dan il-Parlament.", "Li jolqtok f'dawn il-Membri Parlamentari huwa l-fatt li l-maġġoranza kbira tagħhom huma kollha żgħażagħ.", "Jiena nawgura li dawn iġibu magħhom ideat progressivi u jgħinu biex dan il-Parlament jimxi aħjar.", "Bħala l-kelliemi fuq ix-Xandir, xtaqt illi l-ewwel punt li nitkellem fuqu, fl-ewwel intervent tiegħi ta' din il-Leġislatura hu dwar il-Public Broadcasting Service illi twaqqfet f'Settembru li għadda, wara li f'Mejju kienet għaddiet il-liġi mill-Parlament.", "Jien se nitkellem fuqha għaliex m'hemmx dubju li bit-tibdil li se jsir, il-ħaddiema li hemm ma' Xandir Malta llum teknikament għadhom impjegati ma' Telamalta u biex jgħaddu għal mal-PBS bilfors irid isir interview.", "Ovvjament il-ħaddiema huma nkwetati għax ma jafux x'se jsir minnhom, ma jafux jekk hux se jmorru ma' Telemalta u ma jafux jekk hux se jispiċċaw mal-PBS.", "Qed jingħad illi dawn se jħalluhom fil-liberta' biex jagħżlu jekk iridux jibqgħu ma'Telemalta jew inkella jmorru mal-PBS.", "Imma l-iktar ħaġa li xtaqt nitkellem fuqha llum hi illi din il-PBS, li hi magħmula minn 99% tax-shares tal-Gvern u 1% tal-MIMCOL, għandha bord li mingħalija hu magħmul minn Roland Flamini, Tonio Portughese, Mrs Cristina u Charles Arrigo.", "Fih m'hemmx rappreżentant tal-ħaddiema.", "Veru li biex jiġri hekk trid titbiddel il-liġi imma lill-Ministru ngħidlu: Għax ma ġġibx il- liġi hawn u tibdilha ħalli jkollna ċans indaħħlu rappreżentant tal- ħaddiema?", "Jiena nittama wkoll li meta jsiru l-inverviews ma jsirux biss minn dawn il-membri tal-Bord imma jkun hemm ukoll rappreżentant tal- ħaddiema fl-għażla ta' dawn il-ħaddiema.", "Nittama wkoll illi din mhijiex xi paravendu biex il-Gvern fin-News Room ikun jista' jdaħħal nies li jaqblu mal-politika tiegħu.", "Ilu jsir attakk fuq in-nies li hemm fin-News Room illum minkejja li għamlu xogħol utli u siewi.", "Nittama li t-twaqqif tal-PBS mhix xi skuża.", "Ma naħsibx li hu hekk imma nittama li mhix xi skuża biex jidħlu ċerti nies u nittama li l-Ministru Frendo, li fih nara bniedem bilanċjat, ma jċedix għall-pressjoni ta' sħabu u ta' xi uffiċjali tal- Partit Nazzjonalista biex fin-News Room ipoġġi nies li jrid hu.", "Qed ngħid hekk għax kulħadd jaf illi nġiebet persuna minn barra li waqt l-elezzjoni kienet tiekol u torqod fin-News Room u issa għax intlaħaq l-iskop u tela' l- Partit Nazzjonalista ma tarahx b'nemes fin-News Room.", "Qed ngħid hekk għaliex sal-lum - u jiena naf li l-Onor.", "Frendo mhux kuntent b'din - għad hemm indħil kbir mill-Ministri fuq ix-Xandir u jiena nawgura li issa li x- Xandir se jgħaddi f'idejn il-PBS, il-PBS taħdem biex ix-Xandir ikun iktar awtonomu u biex ma jibqax ikun hemm l-indħil minn politiċi, huma min huma, kemm jekk inkunu aħna fil-Gvern u kemm jekk hemm intom fil-Gvern.", "Wara li tkellimt fuq il-PBS, Mr Speaker, xtaqt ukoll ngħid xi ħaġa fuq il- Parlament li dwaru diġa' tkellmu l-ħabib tiegħi l-Onor.", "George Vella u l- Onor.Joe Mizzi l-bieraħ.", "Li nsew forsi jgħidu hu li dan il-Parlament għandu jingħata ċ-ċans li jkun hemm il-private motions day.", "J'Alla din il-prassi, din il-prattika tibda tiġi addottata f'dan il-Parlament u j'Alla wkoll li nibdew niddiskutu suġġetti partikolari.", "M'hemmx għalfejn kull nhar ta' Ħamis ikun hemm a private motions day.", "J'Alla dik il-ġurnata nużawha biex tiġi diskussa, per eżempju, l-problema tad-drogi, l-problema tal- kriminalita', l-problema tad-divorzju u l-problemi li hawn fil-pajjiż u nifthemu.", "J'Alla wkoll li naslu biex nifthemu biex dan il-Parlament jibda jxandar iktar.", "Jiena jiddispjaċini li d-Diskors tal-President ma ġiex imxandar.", "Ovvjament ma ġiex imxandar forsi għax l-Oppożizzjoni ma ngħatatx iċ-ċans li twieġeb imma j'Alla li l-atmosfera ġdida li hawn fil- Parlament tissarraf biex ċertu dibattiti jibdew jiġu mxandra għax in-nies jinteressaw ruħhom.", "Anke jekk hawn min jirraġuna li ...", "Id-Deputy Leader for Parliamentary Affairs qed igħidli li ma xxandarx id-Diskors tal- President għax lilna ma tawniex right of reply fuq it-television.", "Diġa' bdejna issa u dan mhux sewwa għax jekk huma jinstemgħu, aħna għandna ninstemgħu.", "Jien nawgura li jkomplu jsiru dawn id-diskussjonijiet u l- atmosfera ġdida li nibtet tixxettel u tikber ħalli l-affarijiet isiru aħjar.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi llejla hi s-serqa famuża ta' miljun lira li saret qabel l-elezzjoni.", "Kif jiġru dawn l-affarijiet u l-Ministru ta' l- Intern ma jiġix jagħmel statement hawnhekk?", "Dan miljun lira qed jingħad li nsterqu mhux lira.", "U mhix konsolazzjoni li jiġi ċ-Chairman tal-Bank u jgħidilna li dawn il-flus kienu nxurjati.", "Jien ma jinteressaniex għaliex xi ħadd xorta ħallashom.", "Jien nittama li l-Ministru Galea jiġi hawnhekk u jagħmel statement fuq din is-serqa famuża li kienet is-serqa tas-seklu mhux is-serqa tas-sena għaliex meta barra minn Malta nsterqu miljun lira l- gazzetti tad-dinja kollha tkellmu fuqha.", "Qed jingħad li din kienet serqa ta' miljun lira u hawn min qed igħid li kienet ta' eluf kbar pero' s-somma eżatt ma nafux kemm kienet għaliex dan huwa Gvern li jiftaħar bil- trasparenza u fejn jaqbillu qatt ma jgħid xejn.", "Dan qalha l-Kap ta' l- Oppożizzjoni fuq it-television u ma qalux li mhux veru.", "Aħna ma nistgħux inkunu nafu jekk hux veru jew le jekk il-Ministru ma jagħmilx statement.", "Jien mhux qed ngħid li kienu miljun lira u j'Alla ma kenux.", "Kienu kemm kienu xorta kellu jsir ministerial statement għaliex kienet serqa kbira.", "Punt ieħor li xtaqt nitkellem dwaru huwa fuq l-Awtorita' tat-Trasport.", "Jien naħseb li l-Awtorita' tat-Trasport qed tagħmel ħażin li tħalli t- tqassim tad-despatchers f'idejn il-Pulizija.", "Il-Pulizija m'għandhomx jidħlu f'dawn l-affarijiet u l-Awtorita' tat-Trasport għandha tara kif tagħmel biex lill-Pulizija teħlisha minn dan ix-xogħol ta' details li m'għandhiex għalfejn tidħol fih.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa dwar Paceville.", "Il-bieraħ sar djalogu u l-iktar ħaġa importanti li l-Pulizija ta' l-SAG qed jieħdu protection money mingħand tal-ħwienet ma ssemmietx.", "Jien naf li hemm sid ta' ħanut li qed jiġbor il-flus mingħand tal-ħwienet biex dawn ikollhom protezzjoni.", "Fejn se naslu?", "Fi żmien il-Mafia?", "Din ħadd ma staqsihielu lill-Ministru?", "Kif ħadd ma staqsieh għaliex nies li jkunu kriminali u jkunu bil-liberta' proviżorja li suppost jidħlu fid-9.00 p.m. ikunu għadhom barra sat-3.00 a.m.?", "Dan mhux sewwa.", "Dawn l-affarijiet imisshom wiegbu l-Ministru Frendo, il-Ministru Louis Galea u l-Ministru Falzon.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar is-safety unit li għandu l-Gvern.", "Wara l-ħafna ftaħir li qed nagħtu każ il-ħaddiema u li il-ħaddiema inħobbuhom - u anke ssemma diversi drabi, kulma għandu f'din is-safety unit il-Gvern huma tnejn min-nies biss, u wieħed minnhom dawn ħaduh ma' l-E.T.C. Allura din x'serjeta hi din li niġu hawn niftaħru li se nipproteġu lil ħaddiem, imbagħad is-safety unit tal-Gvern kull m'għandu żewġ ħaddiema u wieħed minnhom ma' l-E.T.C. Jiena nittama li jekk veru rridu nipproteġu s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, din is-safety unit tiġi estiża, dak li hemm nużawh u nittama li tikber.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi, aktar rimarki, l- Onor. Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nixtieq li fl-ewwel okkażjoni tiegħi li nitkellem fil- Parlament nittratta dwar qasam, li nħoss li huwa sensittiv ħafna illum u jimmerita il-konsiderazzjoni tagħna, jiġifieri il-qasam taż-żgħażagħ.", "Jiddispjaċini li smajt rimarki min-naħa ta' kelliema tal-Gvern li aħna ilħaqna stat utopiku fejn il-valuri tal-pajjiż, speċjalment fost iż- żgħażagħ, waslu fl-aqwa livell, imma nemmen li llum sfortunatament qed jirrenjaw il-valuri foloz, valuri materjalistiċi fejn il-flus isarfu sodisfazzjon - money equals satisfaction.", "Smajna min-naħa tal-Gvern bil- każ fejn żgħażugħ jitla' l-Universita' b'karozza lussuża, imma l-problemi li nsibu wara din il-karrozza lussuża ftit li xejn nagħtu każhom.", "Għalhekk il-problemi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ illum huma aktar profondi, huma aktar ta' min jikkunsidrahom u speċjalment f'din l-eta' tenera fejn aktar u aktar iż-żgħażagħ qed jiġu bbumbardjati minn dawn il-mezzi ta' materjaliżmu, iktar u iktar jimmerita li nagħtuhom il-konsiderazzjoni tagħna.", "Importanti li nittrattaw il-problemi taż-żgħażagħ mil-livell edukattiv.", "Inħoss li fil-livell ta' l-edukazzjoni m'għandniex nibqu' nħarsu biss lejn edukazzjoni akkademika, edukazzjoni tal-kotba tradizzjonali, imma għandha tibda tiddaħħal f'pajjiżna is-sistema ta' 'maturity education'.", "Din hi edukazzjoni li liż-żgħażagħ tagħna se tħarriġhom u trawwimhom u tippreparhom għal dak li se jsibu ma wiċċhom meta jkunu waħedhom, barra mill-protezzjoni ta' l-għalliema tagħhom, mil-protezzjoni ta' l-iskola, u mill-protezzjoni tal-ġenituri.", "F'sistemi edukattivi barra-nin, social workers u psychologists li jifhmu fl-oqsma tagħhom, jagħmlu żjarat regolari ġewwa l-iskejjel.", "Huwa mportanti li affarijiet delikati bħall-Aids u bħall-problema kbira tad-drogi li ħakmet lil pajjiżna u li qegħda żżid progressivament mal-mogħdija taż-żmien - u huma preokkupanti ħafna ċ-ċifri li ħarġet il-Caritas dan l-aħħar - ngħallmuhom.", "Ngħallmuhom u mhux niddettawlhom biss.", "Aħna rridu li ż- żgħażagħ jaraw il-kwalitajiet differenti ta' droga b'għajnejhom u jmissuhom.", "Irridu li jkunu jafu x'għandhom jagħmlu f'cirkostanzi li jistgħu jinqalgħu.", "Din hi t-tip ta' edukazzjoni li nixtieq nara li tiġi integrata fis-sistema edukattiva tagħna.", "Importanti li jkun hemm ukoll gwida regolari biex liż-żgħażagħ tagħna nagħtuhom l-iskop għal xiex huma qed jitgħallmu biex meta jgħaddu għall- fażi tax-xogħol ikunu ppreparati tassew minn qabel għal dak li se jsibu ma' wiċċhom.", "Fil-qasam tax-xogħol għandna settur ta' żgħażagħ li jitilqu mis-sistema edukattiva ta' 16-il sena u jfittxu post ta' xogħol.", "Jien inħoss li ż- żgħażagħ qegħdin isofru diskriminazzjoni kbira għaliex semplicement m'għandhomx 18-il sena u minbarra li ma jitħallsux daqs żgħażagħ li għandhom 18-il sena, jingħataw kondizzjonijiet agħar ta' mpiegi, il- probation jiġi abbużat kontinwament u dawn iż-żgħażagħ jispiċċaw jiġu trasferiti minn fabbrika għall- oħra.", "Imbagħad għandek dawk iż-żgħażagħ li jkomplu għaddejin bit-tagħlim u nħoss - u din donnha li llum qed tiġi accettata anke min-naħa tal-Gvern - li huwa mportanti li jkun hemm rabta bejn it-tagħlim li jkunu ħadu u d- dinja tax-xogħol li jidħlu fiha.", "Jekk iż-żagħżugħ wara snin ta' tagħlim ma jsibx dak li jkun studja għalih u ma jilħaqx dak li xtaq li jsir meta jidħol fid-dinja tax-xogħol, ibqa' cert li dik tkun l-aktar fażi kerha għal dak iż-żagħżugħ.", "Dan jibda jaħseb li qiegħed fid-dinja bla skop u għalhekk nemmnu li llum hawn ħafna valuri foloz quddiem għajnejhom li minflok ma jagħtuhom skop u identita f'ħajjithom, jispiċ-ċaw biex jisfrattawhom.", "Importanti ħafna wkoll huma ż-żgħażagħ fil-koncett tal-familja u nixtieq naf xi protezzjoni qegħda tingħata mill-Gvern għal dawn iż-żgħażagħ li jridu jibnu l-familja tagħhom, li jridu jibnu l-units tagħhom, li sabu s- sieħba tagħhom u jixtiequ jibnu residenza għalihom.", "Il-prezzijiet ta' artijiet huma esaġerati.", "Il-bini żgur li mhux at pocket's reach ta' dawn iż-żgħażagħ.", "Jispiċċaw biex jagħmlu sagrifiċċju li jixtru biċċa art mingħand il-privat wara li jkunu xebgħu japplikaw għand il-Gvern u baqgħu bit-tama u jispiċċaw jonfqu eluf kbar ta' liri.", "Iż-żagħżugħ illum imurlek għand il-bank u jitlob biex ikun jista' jkompli jibni r-residenza tiegħu.", "L-ewwel ħaġa li jgħidulu hi : Isma' trid toħroġ tant eluf ta' liri minn qabel biex l-applikazzjoni tagħkom tkun tista' tiġi konsidrata.", "Dawn huma affarijiet li nixtieq li nħarsu 'l quddiem lejhom.", "Importanti wkoll li ma nħalluhomx jaljenaw ruħhom mis-sbuħija taż- żgħożija.", "Dan huwa żmien li jiġi darba biss fil-ħajja tal-bniedem, ngħabbuh bid-dejn, jidħol forsi f'dik il-karozza lussuża, imma l-Bambin biss jaf il-piżijiet li dak iż-żagħżugħ qed iħoss, li ħafna drabi jwassluh f'toroq ħżiena, f'toroq li ma jagħmlulux ġieħ li jkun żagħżugħ fis-socjeta' tagħna.", "Pero' l-konkluzjoni tiegħi hija li l-aktar ħaġa li rridu miż-żgħażagħ li nagħtuhom huja l-partecipazzjoni tagħhom f'kwalunkwe livell - fl-iskejjel, fl-Universita', fuq il-postijiet tax-xogħol, fil-ħidma tal-Gvern.", "Importanti li lil dawn mhux biss inkomplu niddettawlhom.", "Mhux biss inħarsu lejhom qisna qed ngħidulhom: Intom għad baqgħalkom żmien, għad jiġi ċ-cans tagħkom.", "Irridu ngħid-ulhom: Isma inti kapaci, inti matul is- snin ta' formazzjoni tiegħek ħadt it-taħriġ.", "Issa se nagħtuk ic-cans.", "Għinna fit-tmexxija tal-pajjiż u fil-qasam fejn leħnek huwa tajjeb li jinstema'.", "U għalhekk fil-każ ta' Paceville li qed jiġi trattat, ftit li xejn għadna smajna l-opinjoni serja' taż-żgħażagħ, ftit li xejn qed jingħataw okkażjonijiet f'ħinijiet raġjonevoli mhux f'ħinijiet ta' fil- għodu fejn jiġu organizzati laqgħat f'ħinijiet tax-xogħol, imma ħinijiet aktar fejn jistgħu jiltaqgħu u jitkellmu.", "Importanti fl-aħħar mill-aħħar li dawn jifformaw il-karattru tagħhom.", "Nafu li meta bniedem jifforma l-karattru tiegħu fl-eta' taż-żogħżija difficli biex il-karattru jinbidel.", "Ladarba sawwartu diffiċli biex tbiddlu.", "Għalhekk huwa importantissimu, li nagħtu l-kjarifika u ċ-ċareżża li jeħtieġu dawn iż-żgħażagħ f'dawn l-etajiet.", "Jekk irridu soċjeta' Maltija futura illi tagħtina l-frott, il-frott trid tikkultivah u tikkurah.", "Jekk int tagħmel dan, ikollok frott ħelu u bnin u li jinżel għasel għal kulħadd, imma jekk dan ma tikkurahx, meta tiġi biex taqtgħu u tutiliżżah, se tispiċċa bi frott imnawwar, kollu mimsus bid-dud u li minnu ftit li xejn tista' tara futur.", "Dawn huma ftit mill-punti fil-ħin li kelli għad-dispożizzjoni llum.", "Hemm oqsma oħra bħall-kultura u l-isports, li żgur li jkollna ħafna x'ngħidu dwarhom aktar 'il qudiem.", "Jien nixtieq li naħdmu flimkien fuq dawn l- għanijiet għax aħna hawnhekk irridu nkunu pożittivi, speċjalment fejn jidħol il-qasam taż-żgħażagħ.", "Nemmen li għandna Parlament relattiv żagħżugħ, u li ż-żgħażagħ qed iħarsu lejna b'lenti li ma jridux jisimgħu tmaqdir biss, imma jridu jisimgħu aspetti pożittivi u oġġettivi u li aħna qegħdin hawn tassew biex dak illi jridu huma nagħtuhom dritt għalih ukoll.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 27 ta' April, 1992 fis-6.00 p.m. bl-Agenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Fid-9.56 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MSU - RAPPORT", "3.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra r-rapport ippreżentat lill-Kabinett mill-MSU dwar ir- riformi meħtieġa fil-PWD?", "Meta ġie ippreżentat lill-Kabinett dan ir- rapport?", "Il-Gvern se jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-MSU?", "Ir-rapport imsemmi jagħti kas jew le r-rakkomandazzjonijiet li saru mid- diversi working groups tal-PWD li kienu ltaqgħu fil-Mediterranean Conference Centre is-sena l-oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-rapport preparat mill-Management Systems Unit Ltd dwar ir-riforma fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet kien maħsub bħala dokument intern ta' l-MSU u l-punti ewlenin biss ġew ippreżentati lill- Kumitat tal-Kabinett dwar ir-Riforma.", "Għalhekk mhix l-intenzjoni tiegħi li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan id-dokument.", "Il-punti ewlenin ta' dan id-dokument kienu ġew preżentati lill-Kumitat tal-Kabinett fuq ir-riforma fi Frar 1991.", "Bdew jiġu mplimentati wħud mir- rakkomandazzjonijiet.", "Ir-rakkomandazzjonijiet li ġew preżentati lill-Kumitat tal-Kabinett fuq ir-Riforma nkorporaw proposti li saru mid-diversi \"Working Groups\" tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLICI - TIBDIL", "4.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'sar mir-rapport li ppreżentaw id-diversi working groups li kienu ltaqgħu fil-Mediterranean Conference Centre biex jagħtu l-ideat tagħhom dwar it- tibdil li jeħtieġ isir fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubblici?", "Kemm saru min dawn ir-rapporti u mil-liema gruppi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id-diversi rapporti u ideat li ħarġu mill-laqgħat li kienu saru fil-Meditarranean Conference Centre ġew miġbura f'rapport wieħed li kien ippreżentat lill-Kumitat tal-Cabinet għar-riforma u dan kien aċċettat fil-prinċipju.", "Nispera li fil-ġranet li ġejjin din ir-riforma tibda tiġi attwata.", "ZABBAR - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "5.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tipprovdi bozoz fi triq ġdida li tinsab ġo Ħaż-Żabbar, fi Triq Wied il-Għajn, int u nieżel lejn Wied il-Għajn mal- lemin, kif taqbeż \"l-Għajn taż-Żwiemel\"?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-talba ta' l-Onor.", "Ministru se tiġi kkonsidrata.", "MARSAXLOKK - TRASPORT PUBBLIKU", "6.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Tista' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku tilqa' x-xewqa ta' ħaddiema Xlukkajri li jaħdmu t-Tarzna biex il-karozza tal-linja minn Marsaxlokk għal Malta Drydocks flok fis-6.30 a.m. tibda titlaq fis-6.15 a.m. biex il-ħaddiema ma jaslux tard għax-xogħol u tinqatgħalhom mill-paga?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kienet irċeviet diversi talbiet f'dan is-sens u sar arranġament biex minn nhar it-Tnejn 13 ta' April, 1992, il-karozza minn Marsaxlokk għal Malta Drydocks tibda titlaq fis-6.15 a.m.", "ŻEJTUN - TOROQ", "7.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- dipartiment koncernat isewwi u jasfalta gandott fi Triq id-Duluri, iż- Żejtun, minħabba l-periklu li qed jikkaġuna fit-triq kemm għall-pedestrians kif ukoll għas-sewwieqa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se nitlob lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex jara x'jista' jagħmel dwar it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "SISTEMA ELETTORALI", "8.", "L-ONOR.", "JOE BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jidhirlu l-Prim Ministru li fi żmien kmieni u qasir għandu jagħti bidu għall-konsiderazzjoni serja f'dan il-Parlament dwar:", "(a) il-ħatra u l-metodu Kostituzzjonali fl-istess ħatra tal-Kummissjoni Elettorali;", "(b) is-sistema elettorali, sabiex kemm jista' jkun, tiġi rranġata ħalli tkun garantita' l-proporzjonalita' u fl-istess waqt il-governabilita' tal- pajjiż?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Gvern kien ipprepara fl-aħħar leġislatura emendi Kostituzzjonali biex is-sistema elettorali telimina għal dejjem kull possibilita' li tibdil fid-distrett elettorali jġib riżultati anomali li jkissru l-prinċipju tal-proporzjonalita', filwaqt li jingħata importanza wkoll għall-prinċipju tal-governabilita'.", "L-Oppożizzjoni ma kenitx aċċettat l-emendi proposti.", "Jekk l-Oppożizzjoni biddlet il-pożizzjoni tagħha u għandha proposti x'tagħmel, il-Gvern lest li jerġa' jikkonsidra emendi.", "Dwar il-metodu tal-ħatra kostituzzjonali tal-Membri tal-Kummissjoni Elettorali, il-Gvern ma jidhirlux li għandu jagħti priorita' lil dan il- punt.", "Nixtieq nirrimarka li r-riżultat elettorali, li kien wieħed proporzjonali ħafna, wera kemm il-Kummissjoni preżenti mxiet b'serjeta', liema serjeta' ġiet riflessa wkoll fl-andament kollu tal-proċess elettorali.", "ZABBAR - ILMA FIT-TOROQ", "9.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministeru u d-dipartiment koncernat jieħdu ħsieb bis-serjeta' u bla dewmien il-problema tal-kwantita' kbira ta' ilma tax-xita (wied) li jgħaddi f'Ħaż-Żabbar.", "Qed nirreferi għat-toroq Santa Tereża, l-Iskola, Lia, Sta Duminka, Felice, il-Kunvent, il-Karmnu, San Lawrenz, Qalb Imqaddsa, parti minn triq is-Santwarju, u madwar għal Triq Wied il-Għajn u biex jinstab tarf l-ilma f'din it-Triq Wied il-Għajn billi ssir mina taħt dawn it-toroq, kif kien ippjanat culvert taħt l-Amministrazzjoni Laburista bejn triq Santa Tereża/l-Iskola/Felice u triq il-Kunvent għal taħt Triq Wied il-Għajn, f'Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Rigward it-toroq imsemmija mill-Onorevol i, ta' min jgħid li dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar għandhom livelli li jagħmluha diffiċli biex l-ilma jimxi minn ġo fihom.", "Rigward il-culvert suġġerit, tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jistudja sewwa l-livelli kollha biex wieħed jara jekk b'dan il-mod tkunx tista' tinstab soluzzjoni għall-problema.", "LUQA - DJAR", "10.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li r-residenti li xtraw il-vilel ħdejn ufficini ta' l-Airmalta Ħal Luqa, se jitneħħew mid-djar tagħhom minħabba l- iżvilupp fl-ajruport?", "Jekk iva, xi pjanar hemm biex dawn ma joffrux danni u jingħataw akkommodazzjoni alternattiva simili bħalma għandhom?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sal-lum m'hemm l-ebda ħsieb li r-resident i li xtraw vilel ħdejn uffiċini ta' Airmalta f'Ħal Luqa se jitneħħew mid-djar tagħhom.", "QORMI - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "11.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jordna illi l-ħsara li qed issir fil-flat 8 Block 3 Triq id-Deheb Fin, Qormi li huwa proprjeta' tal-Gvern u li hija kkawżata minn katusa miksura ta' drains/drenaġġ tiġi rranġata immedjatament?", "Jaf il-Ministru illi sar rapport dwar dan xhur ilu u minkejja li l-ħsara kibret, ma sar xejn mid-dipartiment?", "(Referenza tal-File acc. 3351).", "X'kumpens se jieħu l-inkwilin li jsofri danni minħabba dan id-dewmien biex tiġi rranġata?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din id- domanda lill-Ministru kkonċernat.", "QORMI - WIED", "12.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jirranġa darba għal dejjem il-problema tal- Wied ta' Ħal Qormi?", "Jekk hemm proġett maħsub meta se jiġi attwat, peress li issa li qed joqrob is-Sajf, dan huwa l-aħjar żmien li jsir xi ħaġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif naħseb li jaf l-Onorevoli Interpellant, f'dawn l-aħħar sentejn sar ħafna xogħol biex tkun eliminata darba għal dejjem il- problema ta' l-għargħar li tolqot Ħal Qormi meta jkun hemm volum kbir ta' xita li jinżel fi ftit ħin.", "Ix-xogħol inbeda min-naħa ta' Marsa Creek fejn il-wied jiżbokka fil- baħar.", "Il-wied tnaddaf u tkabbar u ssewwa l-ilqugħ tal-ġnub fejn kien jinħtieġ.", "Dan ix-xogħol s'issa wasal sal-parti ta' ġewwa ta' Ħal Qormi magħrufa bħala Fuq tal-Blat.", "Bħala riżultat ta' dan ix-xogħol din ix-xitwa ma kien hemm ebda għargħar f'Ħal Qormi minkejja li niżlu volumi kbar t'ilma tax-xita f'xi ġranet.", "Bħalissa nbeda x-xogħol fil-parti tal-wied magħrufa bħala Wied il-Kbir li tibqa' sejra sa Tal-Ħandaq kif ukoll qed isiru xogħlijiet li għadhom pendenti fil-parti l-oħra tal-Wied bejn Triq Correa u ċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi.", "QORMI - BIĊĊA ART", "13.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'se jiġi żviluppat f'dik 'il bicca art tal-Ħandaq ħdejn id- Discount store Qormi li kienet intenzjonata bħala playing field u zona ta' rikreazzjoni għall-abitanti tal-vicinanza?", "Din l-art ġiet assenjata lil terzi persuni?", "Jekk iva, taħt liema u lil min?", "Jekk ir-residenti li kienu ħallsu kontribuzzjoni ta' triq alligwa għall- istess bicca art, se jingħataw rifużjoni tal-flus li ħallsu żejda meta huma ħallsu kontribuzzjoni għat-triq kollha u mhux nofs it-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-art li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għaliha, hija proprjeta' privata li qegħda 'l ġewwa mil-limiti temporanji ta' l- iżvilupp kif ġew approvati mill-Parlament.", "Għalkemm fuq l-iskema approvata m'hemmx indikat zoning, għall-fini tal-liġi s-sit hu konsidrat bħala li qiegħed f'area żviluppata.", "Peress li l-area fil-viċin hi ndikata bħala għal bini ta' djar (terraced houses), il-permessi tal-bini nħarġu bl-istess kondizzjonijiet.", "Ma jirriżultax li l-art in kwestjoni hi jew kienet xi darba tal-Gvern u anqas ma jirriżulta li kien hemm xi pjan jew indikazzjoni li l-art kellha tintuża bħala playing field jew zona ta' rikreazzjoni.", "Jekk jirriżulta li r-residenti tal-postijiet faċċata tas-sit kienu ħallsu xi kontribuzzjoni bbażata fuq l-assunzjoni li ma kienx se jsir bini quddiemhom, dawn jingħataw rifużjoni tad-differenza relevanti wara li jagħmlu talba formali bil-miktub lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "HTD KORS", "14.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-istudenti tal-HTD course li kienu fuq bażi full-time (minkejja li mpjegati) issa ġew fuq bażi part-time, meta dan it-tibdil huwa ta' detriment għall-istudenti li ma ġewx ikkonsultati?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-kliem \"part-time\" u \"full-time\" mhumiex approprijati.", "Il-kors huwa strutturat b'mod illi tlett ijiem fil-ġimgħa jsir tagħlim fl-iskola waqt li f'jumejn fil-ġimgħa jsir taħriġ fuq il-post tax-xogħol.", "Billi hemm ħafna materjal teoriku x'jiġi mgħallem fit-tlett ijiem ta' skola, il-ħinijiet huma daqsxejn twal.", "Fil-fatt l-istudenti kienu lmentaw dwar dan u konna kellimnihom sija d-Direttur ta' l- Edukazzjoni u sija jien, kif ukoll uffiċjali oħra u saru xi tibdiliet.", "Xi studenti talbu li jkunu eżentati milli jattendu fuq il-post tax-xogħol biex il-ħin tat-tagħlim jiġi mifrux fuq il-jumejn ta' taħriġ ukoll.", "Ġew preżentati ukoll petizzjonijiet f'dan il-Parlament.", "Ħadna pariri, fosthom anki ta' Unions, iżda billi dan il-kors huwa kompriż fl-iskema ta' apprendistat illi tipprevedi parti sewwa ta' taħriġ fit-tieni, it-tielet u r-raba' sena, u billi l-uffiċjali edukattivi huma tal-fehma li t-taħriġ fuq ix-xogħol huwa indikat li jsir kontemporanjament mat-teorija, ma dehrilniex li għandna niddisturbaw it-tifsila li ngħatat oriġinarjament.", "Qed isir studju li wieħed fil-ġejjieni jista' jagħmel iktar aġġustamenti biex l-istudenti apprendisti jkollhom aktar ħin għat-tagħlim u biex l- għalliema tagħhom ma jkunux miżmuma jgħallmu daqshekk fit-tard tlett ijiem fil-ġimgħa.", "LUQA - TRASPORT PUBBLIKU", "15.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jaf il-Ministru illi l-ebda trasport pubbliku ma jeżisti għall-Air Terminal il-Ġdid, Ħal Luqa, u l-ħaddiema li m'għandhomx trasport iridu jieqfu fejn l-ufficini ta' l-Airmalta?", "Huwa possibbli li jsir trasport regolari għat-Terminal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kellha diskussjonijiet ma' l-Uffiċċju Ċentrali tal-Karozzi tal-Linja sabiex ikun hemm stage tal-karozzi tal-linja qrib l-Air Terminal il-ġdid.", "Dan mistenni jsir fil-ġejjieni qarib.", "SPTAR SAN LUQA - IMWIET", "16.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' inkjesti maġisterjali li saru mill-1987 sal-lum dwar imwiet fl-isptar San Luqa?", "Min kienu l-maġistrati li għamlu l-inkjesti?", "Kemm minnhom lestew ir-rapport?", "Min kienu l-pazjenti li mietu, sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li minn Mejju 1987 sal-lum kien hemm 12-il inkjesta Maġisterjali dwar każijiet ta' mwiet fl-Isptar San Luqa.", "Dwar id-dettalji mitluba, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 17304 tas-6 ta' Novembru, 1991, numru 30219 tat-12 ta' Novembru 1991, u numru 30747 tal-25 ta' Novembru, 1991."]} {"filename": "19980526_220d_par.doc", "date": "1998-05-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 220 It-Tlieta, 26 ta' Mejju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 220", "It-Tlieta, 26 ta' Mejju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "220", "It-Tlieta, 26 ta' Mejju, 1998", "WERREJ MINUTI 1170", "KUNSENS GĦAL ATTI 1170", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1170", "TQEGĦID TA' KARTI 1176", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SERVIZZI TA' IMPIEG U TAĦRIĠ (L-EWWEL QARI) 1178", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 4) (KUMITAT) EXCISE DUTY (AMENDMENT) (No. 4) BILL (COMMITTEE STAGE) 1178 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (KUMITAT) LOCAL LOAN BILL (COMMITTEE STAGE) 1190 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI (IT-TIENI QARI) COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL (SECOND READING) 1193 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 4) (VOTAZZJONI) EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "4) BILL (DIVISION) 1201 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (VOTAZZJONI) LOCAL LOANS BILL (DIVISION) 1204", "AĠĠORNAMENT 1205", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1209", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1231", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 219 li saret fil-25 ta' Mejju, 1998 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XII ta' l-1998 - Att biex jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "TARXIEN - DAR TA' KEJKA", "13138.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema użu hu maħsub li tingħata d-Dar Ta' Kejka f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-proprjeta' magħrufa bħala d-Dar ta' Kejka f'Ħal Tarxien ġiet akkwistata mid-Dipartiment tal-Mużewijiet bil-għan li dan il-monument arkitettoniku jiġi mħares u kkonservat aħjar.", "Is-sit in kwestjoni ġie wkoll irrestawrat mill-fondi tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Hu maħsub li din il-proprjeta' tkun trasferita mid-Dipartiment tal- Mużewijiet lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien sabiex isservi ta' mużew fejn tiġi ppreżentata l-istorja tal-lokalita'.", "ŻURRIEQ - BEBBUX I - CULVERT", "14512.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Helen D'Amato) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar- risposti tal-mistoqsijiet parlamentari numri 14205 u 14214, jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol li qed tagħmel il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma fil-culvert f'Tal-Bebbux I ġewwa ż- Żurrieq?", "X'sar minnhom it-tenders li kienu nħarġu fis-sajf ta' l-1997?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14676.", "UNIVERSITA' - SKRIVANI", "14654.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 14244, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-iskrivani ġewwa l-Universita' ta' Malta u taħt liema sejħa għall- applikazzjoni daħlet kull waħda minnhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'hijiex il-prassi li tingħata informazzjoni dettaljata fuq individwi partikolari.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif l-ieħor mitlub mill- Onor. Membru.", "Dawk l-impjegati li għandhom id-data tal-ħatra - FAPP (first appointment) - immarkata b'asterisk oriġinarjament kienu ġew ingaġġati fuq bażi temporanja.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14657.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnerships ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-kumpanniji jew partnerships ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti matul il-perijodu indikat mill-Onor.", "Membru kienu kif se nsemmi:", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI L-awditjar ta' l-accounts tal-fondazzjoni ngħataw lil dawn il-kumpanniji:", "1987 - 1991 - Falzon, Falzon & Co. 1992 - 1996 - Coopers & Lybrand", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA", "Minn meta twaqqaf sa Ottubru 1996, l-unika kumpannija ta' awdituri/accountants li kellha kuntratt mal-kunsill kienet il-Price Waterhouse.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT, KULTURA U ARTI", "Safejn hu magħruf għad-dipartimenti taż-żgħażagħ u sport u dak tal- kultura ma kien hemm l-ebda kumpanniji jew partnerships ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996.", "Madanakollu inkwantu għall-Kunsill Malti għall-iSports kien biss effettwa ħlas lis-Sur Joe Vassallo għal xogħol ta' awditjar li kien għamel fis-snin 1995 u 1996 li kien assenjat lilu mill-kunsill preċedenti.", "Is-Sur Stephen Tabone kien appuntat bħala accountant mill-management committee tat-Teatru Manoel biex jaħdem fuq bażi part-time minn Settembru 1989 'l hawn.", "Is-Sur Simon Flynn għan-nom tal-kumpannija Zammit Tabona, Bonello and Co. kien għamel five year plan għall-istess teatru fl-1992.", "Rigward l-Universita' ta' Malta ditta waħda ngħatat kuntratt bejn l-1992 u l-1996.", "Ninsab informat ukoll li fl-istess firxa ta' żmien id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, id-dipartimenti tas-servizzi korporattivi, ta' l-eżamijiet, tal-libreriji u arkivji u tal-mużewijiet ma kellhomx kuntratti ma' kumpanniji ta' awdituri/accountants.", "DJAR - INSPECTORS", "13715.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,370 u ċioe' għar-rigward tal-każ ta' persuna minn San Ġwann, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l- każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil- miktub numru W1,370.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju biex jibda jinbena r-raba' u l-ħames sular fil-housing estate li jinsab fl-area ta' Taċ-Ċawla ġewwa r-Rabat, Għawdex?", "Jekk iva, fiex wasal dan l-istudju?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, huwa l-ħsieb tal-gvern li l- housing estates tiegħu jagħmilhom għoljin ħames sulari u għalhekk dawk il- housing estates li llum għandhom tliet sulari beħsiebu jżidilhom żewġ sulari oħra u l-housing estates li llum għandhom erba' sulari beħsiebu jżidilhom sular ieħor.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed nikkonsidraw li nżidu xi sulari anke fil-housing estate li hemm f'Taċ-Ċawla ġewwa r-Rabat, GĦawdex.", "Madam Speaker, ġaladarba qed nitkellmu fuq dan is-suġġett ta' min jispjega li wara li l-Gvern Laburista ddeċieda li jibni madwar 500 unit fuq il-housing estates eżistenti ħalli kemm jista' jkun nibżgħu għall-art li għandna, aħna applikajna quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-permessi meħtieġa, pero' din qaltilna li minħabba raġunijiet ta' density ma tistax tilqa' l-applikazzjonijiet kollha li tfajna.", "Aħna min-naħa tagħna erġajna tkellimna ma' l-Awtorita' biex finalment wasalna fi ftehim li jinħarġu l- permessi għal 206 units.", "Issa ta' min jgħid li aħna konna wasalna għall- figura ta' madwar 500 unit wara li rajna li hemm 139 blokk bini tal-gvern li jistgħu jiżdidulhom sulari addizzjonali fuqhom u li għandhom aċċess għal lift.", "Aħna għamilna wkoll ftehim ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tgħidilna hi stess liema blokki nistgħu nżidulhom sular jew żewġ sulari oħra ħalli ma joqgħodx isir ħafna xogħol żejjed ta' pjanti u mbagħad din tgħidilna li ma tistax toħorġilna l-permessi kollha.", "Fil-fatt wara li għamlet studju fuq il-housing estates ta' Malta u GĦawdex kollha l- Awtorita' ta' l-Ippjanar sabet li mal-206 units li tatna l-permess li nibnu jistgħu jinbnew 290 unit ieħor.", "Jiġifieri din reġgħet ġiet għall-figura li tajnieha aħna ta' madwar 500 unit.", "Madam Speaker, kif naħseb li ħafna jafu, fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Mejju, 1998 aħna ħriġna l-ewwel offerta sabiex jinbnew xi sulari addizzjonali fuq bini eżistenti tal-gvern li hemm ġewwa l-Gudja u fil-fatt intgħażel it-tender ta' madwar Lm200,000 sabiex jinbnew xi 24 unit fuq sulari addizzjonali.", "Barra minn hekk ta' min jgħid ukoll li fl-istess ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern saret sejħa għal tenders sabiex isir il- proġett ta' Triq Sant'Ursola, il-Belt, li huwa slum clearance, il-proġett ta' Nru. 91, fi Triq il-Merkanti, il-Belt, kif ukoll proġetti oħra ta' bini f'diversi lokalitajiet.", "Madam Speaker, hawnhekk irrid nenfasizza l-fatt li aħna ma' dawn l- offerti ħadna ħsieb nagħmlu wkoll kondizzjonijiet speċjali lill-kuntratturi sabiex permezz tagħhom inkunu nistgħu nassiguraw ruħna li x-xogħlijiet isiru bl-iktar mod għaqli u professjonali.", "GĦalhekk jien jiddispjaċini meta nara li ftit ilu perit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qal fuq gazzetta lokali li d-dipartiment tad-djar m'huwiex miexi bi professjonaliżmu imma b'dilettantiżmu, u jien nirrikmandalu biex jagħti daqqa t'għajn lir- regolamenti li aħna ħriġna lill-kuntratturi ma' dawn l-offerti ħalli jara kif aħna qed nagħmlu dak kollu possibbli biex ix-xogħol isir bl-iktar mod għaqli u professjonali.", "Għax wara kollox aħna rridu nġibu quddiem għajnejna li hemm eluf ta' nies li għandhom bżonn post fejn joqogħdu mill- iktar fis possibbli.", "DJAR - AKKOMMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13716.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,369, ċioe' għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Belt, li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ tagħha ta' akkommodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi finalizzat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,369.", "DJAR - INSPECTORS", "13717.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,368, ċioe' għar-rigward tal-każ ta' persuna minn San Ġiljan, li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,368.", "DJAR - AKKOMMODAZZJONI SOĊJALI", "13718.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,434 u ċioe' għar-rigward tal- persuna li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkommodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi finalizzat u tinqaleb il-kera?", "Il-każ kemm ilu għall- konsiderazzjoni tad-direttur tad-dipartiment għall-akkommodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,434.", "DJAR - KAŻ TA' ANZJANA", "13726.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,351, ċioe' jista' jgħid fejn wasal il-każ ta' anzjan fil-bżonn minn Tas-Sliema li d-dettalji tiegħu diġa' ntbagħtu separatament?", "Għaliex kulma rċieva mill-1994 'l hawn kien sempliċement acknowledgement?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,351.", "DJAR - AKKOMMODAZZJONI SOĊJALI", "13728.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru W1,456, ċioe' għar-rigward tal-każ ta' persuna li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkommodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Għaliex l-ittra tal- perit ta' l-1996 għadha qed timmilita kontra l-każ tagħhom meta dan huwa każ ċar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,456.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "13871.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema faċilitajiet sportivi li qegħdin fir-raba' distrett elettorali ġew jew se jiġu rranġati bl-għajnuna tas-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati flus f'kull każ u kemm intnefqu s'issa?", "Jikkonferma l-Ministru li x-xogħol fuq uħud mill-faċilitajiet qed jiġi koordinat minn jew b'xi mod huwa mdaħħal individwu partikolari li ismu qed jintbagħat separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid minn min tqabbad u x'inhu r-rwol preċiż tiegħu?", "Jikkonferma l-Ministru li dan l-individwu m'huwiex impjegat tal-gvern?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13563 f'seduta numru 216.", "Is- Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti qatt ma kien imdaħħal fix-xogħlijiet li setgħu saru għaliex dawn isiru mill-istess għaqdiet sportivi li huma awtonomi fid-deċiżjonijiet tagħhom.", "Is- Segretarjat Parlamentari qatt ma qabbad lill-persuna msemmija taħt separate cover biex tagħmel xi xogħlijiet u nikkonferma li l-istess persuna m'hijiex impjegata tal-gvern.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk ir- risposta parlamentari li rrifera għaliha, ta' erba' seduti ilu, kenitx tinkludi informazzjoni dwar kemm ġew allokati flus biex jiġu rranġati l- grounds li jaqgħu taħt id-distrett elettorali tal-Ministru.", "Madam Speaker, jien naf perfettament li huma l-clubs individwali li jagħżlu lill-kuntratturi; is-sistema dejjem hekk kienet u hekk għadha.", "Pero' jaf il-Ministru li l-isem ta' l-individwu li bgħattlu jien under separate cover huwa shareholder tal-kumpannija li għandu s-Segretarju Parlamentari u fil-fatt mhux l-ewwel darba li tfaċċa l-isem ta' dan l- individwu f'dan il-Parlament b'konnessjonijiet mas-Segretarju Parlamentari?", "Infakkar lill-Ministru li dan l-individwu, jew it-tifel tiegħu, jikru l- karozzi lis-Segretarjat Parlamentari u lid-dipartiment kif ukoll ħadu kuntratt għall-catering fil-pixxina nazzjonali, liema kuntratt kellu jannullah il-Ministru stess minħabba li ma ġewx osservati r-regolamenti preskritti.", "Ta' min jgħid ukoll li żmien ilu t-tifel ta' dan l-individwu biegħ lill-kumpannija, liema kumpannija għandha bħala shareholders lis- Segretarju Parlamentari u lil dan l-individwu li qed insemmu, biċċa art f'Parish Priest Mifsud Street ġewwa l-Ħamrun u dan l-individwu u s- Segretarju Parlamentari pparteċipaw, permezz ta' kumpannija, fi żvilupp konsiderevoli f'Buġibba wkoll.", "Madam Speaker, allura l-Ministru ma jidhirlux li anke jekk stess huma l- clubs - hawnhekk qed nirriferi għall-clubs ta' Tarxien Rainbows u ta' Santa Luċija F.C. - li qabbdu lil dan l-individwu biex jagħmel xi xogħlijiet fil- faċilitajiet tagħhom, hawn wisq kumbinazzjonijiet f'dan il-każ?", "Ma jaħsibx li ma jistax iserraħ moħħu li dawn l-affarijiet setgħu seħħew b'mod innoċenti?", "Il-Ministru ma jidhirlux ukoll li tinħtieġ investigazzjoni serja dwar il-konnessjonijiet li hemm bejn dan l-individwu u s-Segretarju Parlamentari f'dawk l-affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kuntratti tal-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, l-ewwelnett irrid infakkar lill- Onor. |nterpellant li meta rrispondejt mistoqsija parlamentari numru 13563 f'seduta numru 216, jien kont qegħidt fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni kollha li talabni billi qegħidt lista ta' dawk l-għaqdiet kulturali u l-persuni li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja fis-snin 1996 u 1997.", "Madam Speaker, rigward il-mistoqsijiet l-oħra li għamilli l-Onor.", "Interpellant nista' ngħidlu li aħna ma nkunux nafu lil liema kuntratturi jkunu qabbdu l-għaqdiet - issa hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għal dawk l-għaqdiet li semma l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija supplimentari li għamel imma għal kwalunkwe għaqda - għax-xogħlijiet li jagħmlu u għalhekk jien m'iniex f'pożizzjoni li nwieġbu fuq is-sensiela ta' domandi li għamilli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, ninforma lill-Ministru li wara li s- Segretarjat Parlamentari ta' l-Onor.", "Joe Cilia ta xi għotjiet lil Tarxien Rainbows u lil Santa Luċija F.C. għal titjib fil-grounds tagħhom, dawn qabbdu lis-Sur Carmel Chetcuti biex jikkoordina dan ix-xogħol hu direttament jew inkella jagħmel sub-contracting fuq dan ix-xogħol.", "Is-Sur Chetcuti ġie introdott lilhom min-nies fis-Segretarjat Parlamentari ta' l- Onor. Joe Cilia.", "Kif għidt diġa', is-Sur Chetcuti huwa shareholder ma' l- Onor. Joe Cilia f'Rosita Ltd u hemm konnessjonijiet, permezz tiegħu personalment jew tat-tifel tiegħu, fil-kiri tal-karozzi tas-Segretarjat Parlamentari u fl-għoti tal-kuntratt tal-catering tal-pixxina nazzjonali.", "L-Onor.", "Joe Cilia u dan l-individwu għandhom ukoll interess f'kumpannija li għamlet żvilupp f'appartament ġewwa Buġibba ...", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, ejja għall-mistoqsija.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: ... u permezz ta' kumpanniji, xtraw ukoll biċċa art li qiegħda f'Parish Priest Mifsud Street ġewwa l-Ħamrun mingħand it-tifel tas-Sur Chetcuti.", "Ladarba lill-Ministru tajtu din l-informazzjoni kollha, jista' jgħidli jekk jidhirlux li għandu jinvestiga dawn il-konnessjonijiet kollha ħalli jara jekk hux qed isir kollox kif suppost?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien qatt ma żammejt lura milli ninvestiga dak li nħoss li għandni ninvestiga.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jwiegħed lil din il-Kamra li hu, min-naħa tiegħu, se jagħmel investigazzjoni biex jiskopri jekk dawn il- konnessjonijiet kollha li qed jirriżultaw fil-kuntratti mogħtija mis- Segretarjat Parlamentari humiex purament kumbinazzjonijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, nerġa' ngħid li jien ma nżommx lura milli ninvestiga dak li nħoss li għandi ninvestiga u naċċerta lill- Onor. Interpellant li f'sena u nofs għamilt ħafna iktar investigazzjonijiet milli messu għamel hu fid-disa' snin ta' qabel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-soltu meta l-Ministru jkun irid jiddevja jibda jgħid x'suppost għamilt jien.", "Jien lill-Ministru nistaqsih: Inti lest li tinvestiga l-konnessjonijiet li hemm bejn dawn iż-żewġ persuni u tara jekk il-kuntratti li qed jieħu s-Sur Chetcuti u l-familjari tiegħu humiex qegħdin isiru b'mod regolari u jekk il-konnessjonijiet li hemm humiex kollha kumbinazzjonijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, jien m'għandix iktar xi nżid ma' dak li diġa' għidt ħlief li qed ninnota li l-Onor.", "Interpellant żviluppa allerġija għal ċerti affarijiet minn Ottubru ta' l-1996 'l hawn.", "QRATI - MULTI", "14035.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multi imposti mill-qorti li kien għad baqa' jinġabru fl-aħħar ta' Marzu ta' l-1998?", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' multi mhux imħallsa sa l-aħħar ta' Marzu 1998 kien kif indikat hawn taħt:", "Traffiku u Edukazzjoni Lm 1,444,440 (Lm586,666 minnhom huma preskritti) Notarili Lm 317 Qorti Kriminali Lm 581,102 Qorti Pulizija Gudizzjarja Lm 933,530 Lm 2,959,389", "MADAM SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-liċenzja li kienet ingħatat lill-Internet service providers Maltin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14823.", "MADAM SPEAKER: Grazzi. ll-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar impjegati barranin ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1336.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont globali li kull skola sekondarja tista' tonfoq kull sena, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14608.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' kumpanniji u partnerships ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14777.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' abbozz ta' kuntratt, kopja ta' development brief maħruġ mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Ġunju 1997, flimkien ma' dokumenti oħra konnessi mal-proġett tal-Cottonera Waterfront.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar maintenance agreements li dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru tal-Ħarsien Soċjali kellhom ma' kumpanniji privati dwar IT hardware u/jew software matul l-1996 u l- 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14493.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi t-total ta' applikazzjonijiet li daħlu fid-Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali għax-xahar ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14038;", "Kopja taċ-ċirkolarijiet/memos maħruġa lill-kunsilli lokali matul Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14039; u", "Kopja ta' Skema 'N' – Sussidju fuq Xogħlijiet ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Privati Okkupati minn Sidien, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14811.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kawżi fil-qrati matul Marzu 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14037.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SERVIZZI TA' IMPIEG U TAĦRIĠ", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 biex jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap 343\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1998 biex jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap 343\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 4)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (No. 4) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of First Schedule to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, permezz ta' klawsola 2, li qed temenda l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali, żdiedu l-inbejjed, minbarra most ta' l-għeneb, ikklassifikati fl-intestaturi Nru. 22.04 u 22.05 tat- tariffa tad-dwana.", "Issa filwaqt li taħt l-intestaturi Nru. 22.04 jaqgħu l- inbejjed magħmula mill-għeneb, taħt l-intestaturi Nru. 22.05 jaqgħu il- vermouth u nbejjed oħra magħmula mill-għeneb bit-togħma ta' ħxejjex jew ta' sustanzi aromatiċi.", "Ta' min jgħid ukoll li l-most ta' l-għeneb huwa mneħħi minn din l-iskeda għaliex diġa' huwa mdaħħal fit-Tieni Skeda ta' l-Att prinċipali ma' l-alkoħol u xorb alkoħoliku u għalhekk diġa' qed jitħallas id-dazju tas-sisa fuqu skond din l-iskeda.", "Sur President, għal klawsola 2 nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Minnufih wara l-kliem \"Nru. 22.04 u 22.05 tat-Tariffa tad-Dwana\" fil- klawsola 2, għandhom jidħlu l-kliem \", u inbid imħallat ma' xorb mhux alkoholiku, klassifikat fl-Intestatura 22.06 tat-Tariffa tad-Dwana\".", "\"A\" Immediately after the words \"Nos.", "22.04 and 22.05\" in clause 2, there shall be inserted the words \", and wine mixed with non-alcoholic beverages, classified in Customs Tariff Heading No. 22.06\".", "Fil-fatt qed nipproponi din l-emenda biex fl-iskeda ma' l-inbid jiżdied inbid imħallat ma' xorb mhux alkoħoliku.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, jekk qed nifhem sew hawnhekk qed tidħol taxxa ġdida fuq prodott li ma kienx ikklassifikat li għandu s-sisa fuqu.", "Imma jien nistaqsi: GĦaliex m'għandux jiġi speċifikat l-alcohol content ta' dan il-prodott, li jikkonsisti f'inbid imħallat ma' xi fruit juice jew ma' xi ħaġa oħra simili?", "Aħna nafu li l-inbid għandu ċertu persentaġġ ta' alkoħol, pero' peress li hawnhekk qed nitkellmu fuq taħlita, ma nafx jekk ikunx jagħmel iktar sens li kieku wieħed jispeċifika iktar f'dan is-sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien informat li dan il-prodott huwa kklassifikat skond il-harmonized system u meta dan il-prodott jiġi mħallat ma' xorb li m'huwiex alkoħoliku awtomatikament l-alcoholic content jonqos u mhux jiżdied.", "Jiġifieri huwa iktar importanti li jitniżżel il-maximum alcoholic content milli l-minimum alcoholic content.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiġifieri x-xorb li għandu ftit alkoħol u x-xorb li għandu ħafna iktar alkoħol se jiġu intaxxati bl-istess mod?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, bħal fil-każ tal-birra.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma aħna rridu li l-liġi tiġi mfassla b'dan il- mod?", "GĦax jien għandi mixed feelings f'dan ir-rigward.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Fil-fehma tiegħi, ix-xorb, bħall-fruit juices, li jkunu mħalltin bl-alkoħol iwasslu għal ċerti diffikultajiet, speċjalment fost iż- żgħażagħ.", "Għaliex qed ngħid dan?", "GĦax normalment dan it-tip ta' xarba tant tkun ħelwa li wieħed lanqas jinduna li hija mħallta b'ċertu ammont ta' alkoħol.", "Jien naħseb - u naħseb li hawn ħafna oħrajn li jaħsbuha bħali - li inqas ma' jkun hemm alkoħol f'dan it-tip ta' xarba iktar ikun aħjar, fis- sens li jkun ferm aħjar jekk wieħed jixrob pakkett fruit juice b'0.5% alkoħol imħallat miegħu milli jixrob pakkett fruit juice b'2% alkoħol imħallat miegħu.", "Imma sfortunatament dan l-abbozz ta' liġi mhux qed jagħmel din id-distinzjoni u jien naħseb li dan ma jagħmilx sens.", "Fl- opinjoni tiegħi dan l-abbozz ta' liġi għandu jkollu ċertu mekkaniżmu li permezz tiegħu jinkoraġġixxi li kemm jista' jkun l-alcohol content ikun baxx f'dan it-tip ta' xarbiet.", "Aħna bażikament qed indaħħlu taxxa fuq l- inbid biex, peress li dan il-prodott fih ċertu ammont ta' alkoħol, niskoraġġixxu lin-nies milli jixorbu ħafna minnu.", "Għalhekk naħseb li ma jagħmilx sens li mbagħad f'dan il-każ m'aħniex nagħmlu distinzjoni bejn prodott li jkollu ftit alkoħol u prodott ieħor li jkollu ħafna alkoħol.", "Fil-fatt il-pajjiżi barranin li jbigħu dan it-tip ta' xorb jesiġu li fuq dawn il-pakketti jiġi speċifikat ċar kemm fih alkoħol dak il-prodott ħalli titneħħa l-possibbilta' li jkun hemm min jaħseb li huwa fruit juice u jispiċċa jieħu ċertu ammont ta' alkoħol mingħajr ma jkun jaf.", "Biex ngħid id-dritt, lili personalment dan it-tip ta' xorb xejn ma jogħġobni għax f'dan il-każ ma ssirx distinzjoni bejn x'inhu alkoħol u x'mhuwiex.", "Għalhekk nixtieq li l-Gvern jgħidilna x'beħsiebu jagħmel ħalli jiġi assigurat li dan it-tip ta' xorb jiġi identifikat bl-iktar mod ċar.", "Il- Gvern għandu jżomm quddiem għajnejh il-fatt li l-fruit juice jinxtorob minn ħafna tfal żgħar u għalhekk iktar u iktar irridu nassiguraw ruħna li dan it- tip ta' xorb ma jkunx f'pakketti li jidhru attraenti għat-tfal taħt l-eta'.", "Jien naħseb li l-Membri tal-Gvern kollha jaqblu miegħi meta ngħid li f'pajjiżna hawn problema kbira f'dak li hu konsum ta' alkoħol u għalhekk kont nippreferi li kieku f'dan l-abbozz ta' liġi kien hemm xi skala biex iktar ma prodott ikollu alkoħol, iktar ikollu sisa għolja.", "Jien inħoss li l-Gvern għandu jgħidilna wkoll bl-iktar mod ċar x'miżuri se jittieħdu f'dan ir-rigward ħalli nkunu żguri li wieħed ikun aware li dan it-tip ta' xorb għandu fih ċertu ammont ta' alkoħol u ma jinxtorobx qisu fruit juice waħdu.", "Huwa veru li dan it-tip ta' xorb issibu f'pajjiżi oħra u li aħna ma nistgħux ngħixu qisna f'bozza, pero' bħala pajjiż għandna r-responsabbilta' li nieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex kemm jista' jkun innaqqsu l- possibbilta' li iktar żgħażagħ jiġu esposti għall-alkoħol meta dan jista' jiġi evitat.", "Kif għidt diġa', jien personalment inħoss li dan it-tip ta' xorb huwa perikoluż imma qabel ma wieħed jikkummenta iktar, ta' min jisma' x'għandu f'moħħu l-Gvern f'dan ir-rigward.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien nifhem il-punt li qed jagħmel l- Onor. Bonnici, pero' naħseb li l-leġislatur għandu jħares lejn din il- kwestjoni mil-lat ta' provvedimenti tal-harmonized system innifisha.", "Fil- fatt fl-HS Code Number 22.06, chapter 22, section IV ta' l-Att ta' l-1995 li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru. 2), fejn hemm:", "\"Other fermented beverages (for example, cider, perry, mead); mixture of fermented beverages and non-alcoholic beverages not elsewhere specified or included:\",", "insibu li this heading also covers mixtures of non-alcoholic beverages and fermented beverages and mixtures of fermented beverages of the foregoing heading of chapter 22; mixtures of lemonade and beer or wine, mixtures of beer or wine having an alcoholic strength by volume exceeding 0.5% of volume.", "Min-naħa l-oħra, nista' ngħid li minkejja li l-inbid għandu madwar 12% alcoholic content, dan m'huwiex identifikat bħala alkoħol as such.", "Jien naħseb li meta jkollna quddiemna leġislazzjoni bħal din irridu nimxu bilfors mal-categorisation tal-harmonized system innifisha u ma nistgħux noħolqu deviations minnha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien nista' nifhem għaliex il-Ministru qiegħed jagħmel din l-emenda.", "Aħna fil-budget konna tkellimna dwar taxxa fuq l-inbid, pero' fl-opinjoni tiegħi meta hawnhekk wieħed jinkludi wkoll beverages li jkun fihom taħlita ta' nbid u xorb ieħor li m'huwiex alkoħoliku nkunu qed nintaxxaw xorb li m'huwiex inbid.", "Sur President, ħaġa oħra li rrid ngħid hija li fil-klawsola li jmiss, li tittratta r-rata li se tiġi stabbilita, l-unika differenza li se jkun hemm bejn xorb alkoħoliku u xorb mhux alkoħoliku hija ta' 5 milleżmi fuq kull litru - illum 5 milleżmi ma jsibhom ħadd! - u għalhekk flixkun li jkun fih tliet kwarti ta' litru se jkollu taxxa ta' madwar 3 milleżmi.", "Jiġifieri ara x'differenza se jkun hawn bejn xorb alkoħoliku u xorb li m'huwiex alkoħoliku!", "Illum jidher li hawn moviment biex il-produtturi jipprovdu lill-poplu Malti bi prodott imħallat ta' nbid u luminata għax jafu li normalment f'nofsinhar il-familja Maltija tħobb tħallat daqsxejn inbid mal- cola - issa m'iniex qed nirriferi għas-cider jew għal xi xorb sofistikat ieħor - jew ma' xi luminata oħra.", "Imma aħna hawnhekk li qed nagħmlu huwa li kważi qed nintaxxaw il-luminata daqskemm qed nintaxxaw l-inbid, u jien ma' dan ma naqbel assolutament xejn.", "Jien nifhem li l-Ministru qed jipprova jdaħħal taxxa anke fuq prodott li jkollu kontenut baxx ħafna ta' nbid.", "Pero' hawnhekk hawn difett għax m'aħniex qed nagħmlu differenza bejn xarba li jkollha kontenut għoli ta' alkoħol u xarba oħra b'kontenut verament żgħir ta' alkoħol.", "Issa hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall- birra għax din tiġi brewed u allura l-istrength alkoħoliku tal-birra tiddependi mit-tip ta' ingredjenti li jintefgħu fil-brew.", "Pero' l-brew hija brew mill-bidu sa l-aħħar u m'hemmx taħlit mal-birra ta' prodotti oħra ħlief meta jiġi prodott ix- shandy.", "F'dan il-każ qed nitkellmu fuq l-inbid li huwa proċess għalih, jiġifieri prodott ikun lest, imbagħad miegħu żżid prodott ieħor u tippakkjah.", "Aħna qed ngħidu li l-prodott l-ieħor li qed iżżid miegħu se jiġi ntaxxat anke jekk ma jkunx prodott alkoħoliku u għalhekk ma għandux jidħol taħt dawn ir-regolamenti.", "Għalhekk għandu jkun hemm rethinking fuq dawn l-affarijiet.", "Biżżejjed qed ngħollu l-ħajja f'kollox; l-ilma ntaxxajnieh u qed nintaxxaw kollox b'mod astronomiku.", "Allura issa m'għandniex nintaxxaw dawn l-affarijiet żgħar.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dan il-provvediment qed isir għal raġuni speċifika, għaliex il-leġislaturi ħassew li jekk inħalluha kif kienet inkunu qed nikkreaw il-possibbilta' li jkun hemm loophole li tista' tiġi abbużata billi nbejjed ikunu jistgħu jiġu diluted b'mod li jkun hemm drop fl- alcoholic content tagħhom għal livell li jista' jeskludihom mid- definizzjoni ta' inbid.", "Fil-fatt il-Wine Act Regulations jistipulaw il- minimum alcoholic content.", "Jien informat ukoll li fuq is-suq hawn dawk li jgħidlhom wine splitzers li jikkonsistu - jekk fhimt sew lill-Onor.", "Bonnici - f'taħlita ta' nbid u lemonade.", "Dawn jaqgħu taħt din il-kategorija, u ħafna drabi jkunu ntiżi biex jissostitwixxu l-bulk tat-table wine li nafu li ħafna drabi jiġi kkonsmat mill-konsumatur Malti biż-żieda ta' soft drinks.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett, id-differenza bejn inbid li għandu 12% alcohol u taħlita li għandha ferm inqas alcohol, se tkun ta' 5 milleżmi.", "Din hija differenza limitata ħafna.", "It-tieni nett jien naħseb li għandu jkun hemm ċerta attenzjoni sabiex luminata mħallta bi ftit inbid tiġi ntaxxata mod u lumitata mħallta b'ħafna nbid tiġi ntaxxata mod ieħor.", "Il- liġi m'hijiex qed tagħti kas ta' dan il-fatt.", "Jien naħseb li dan huwa nuqqas għaliex il-messaġġ tal-liġi għandu jkun li jiġu nkoraġġiti xarbiet li fihom inqas alkoħol.", "Kif inhi proposta hawnhekk, m'hijiex qiegħda hekk.", "Barra minn hekk, jien għadni qed nistenna lill-Ministru biex jispjegalna x'tip ta' proċeduri qed jittieħdu rigward requirements fuq il-pakkett, bħal labelling, biex ma jkunx hemm abbuż f'dan ir-rigward.", "Jien naħseb li hemm xi requirements - ma nafx jekk il-Ministru huwiex f'pożizzjoni li jgħidilna x'inhuma - u naħseb li hi responsabbilta' tal-Gvern li jassigura li dawn ir- requirements jiġu studjati sewwa u jiġu addottati bħalma jsir f'pajjiżi oħra.", "Jiena naf li f'pajjiżi oħra hemm requirements riġidi ħafna biex pakketti tal-fruit juices li jkollhom mixture ta' alkohol fihom ma jkunux jistgħu jinbiegħu lit-tfal. .", "Min-naħa l-oħra jien qed nargumenta li għandu jiġi nkoraġġit il-konsum ta' xorb li fih inqas alkoħol.", "Imma l-abbozz kif inhu qed jippenalizza dak it- tip ta' xarba.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dawn huma aspetti li jiġu trattati minn liġijiet oħrajn li jaqgħu taħt ministeri oħra u m'humiex parti mil-liġi li għandna quddiemna llum.", "Qed nifhem il-punt ta' l-Onor.", "Bonnici, imma dan m'huwiex marbut mal-leġislazzjoni li għandna quddiemna llum.", "Sur President, f'dan l- istadju ma għandix x'inżid.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Billi ntalbet division din tittieħed fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol skond il-mozzjoni ta' proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 13 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 13 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, hawnhekk għandna emenda għal artiklu 13 ta' l-Att prinċipali għaliex daħlet skeda ġdida bħala s-sitt skeda u allura s-sitt skeda preżenti qed tiġi enumerata mill-ġdid bħala s-seba' skeda.", "Jiġifieri din hija kwestjoni ta' skedar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Enumerazzjoni mill-ġdid tas-sitt skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Renumbering of sixth schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola hija enumerazzjoni mill-ġdid tas-sitt skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Din il-klawsola hija konsegwenza ta' dak li ġie spjegat dwar klawsola 3 li għadna kemm tkellimna dwarha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor Membri: No) Carried.", "Klawsola 4 għaddiet u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Żieda tas-Sitt Skeda ġdida ma' l-Att prinċipali", "Clause 5 - Addition of New Sixth Schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għandi emenda għal din il-klawsola.", "Din l-emenda tipprovdi għal żieda tas-sitt skeda ġdida ma' l-Att prinċipali, skeda li tkopri l-inbejjed u r-rata tad-dazju pagabbli fuqhom.", "L-istess bħal fil-każ ta' klawsola 2 li diġa' tkellimna dwarha, qed titressaq emenda għal din il-klawsola biex fl-iskeda tidħol ir-rata applikabbli għall-prodott miżjud.", "Din ir-rata ġiet stabbilita għal ftit inqas minn dik ta' l-inbid, jiġifieri 4c5 kull litru.", "Mr Chairman, inressaq din l-emenda:", "\"B\" Minflok is-Sitt Skeda li hemm fil-klawsola 5, għandha tidħol din is- Sitt Skeda li ġejja:", "\"IS-SITT SKEDA INBEJJED", "| | | |Inbejjed, |Lm0.05,0 | |minbarra most|kull | |tal-għeneb |litru | |klassifikati | | |fl-Intestatur| | |i Nru. 22.04 | | |u 22.05 | | |tat-Tariffa | | |tad-Dwana | | | | | | | | |Inbid |Lm0.04,5 | |imħallat ma' |kull | |xorb mhux |litru | |alkoholiku, | | |klassifikat | | |fl-Intestatur| | |a Nru. 22.06 | | |tat-Tariffa | | |tad-Dwana | |", "\".", "\"B\" For the Sixth Schedule in clause 5, there shall be substituted the following Sixth Schedule:", "\"SIXTH SCHEDULE WINES", "| | | |Wines, other|Lm0.05,0 | |than grape |per litre| |must, | | |classified | | |in Customs | | |Tariff | | |Headings | | |Nos.", "22.04 | | |and 22.05 | | | | | | | | |Wine mixed |Lm0.04,5 | |with |per litre| |non-alcoholi| | |c beverages,| | |classified | | |in Customs | | |Tariff | | |Heading No. | | |22.06 | |", "\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, fuq din l-emenda nixtieq nirrepeti l- kumment li għamilt fuq l-emenda l-oħra li fl-opinjoni tiegħi d-differenza ta' 5 milleżmi fuq kull litru hija differenza baxxa ħafna.", "Jien naħseb li jekk il-Ministru jrid jintaxxa dawn il-prodotti, almenu għandu jintaxxahom b'mod proporzjonali u relatat.", "Nerġa' ngħid, b'dan il-mod qed nintaxxaw il- luminata meta suppost li qed nintaxxaw l-inbid, u għalhekk min-naħa tagħna ma nistgħux naqblu ma' din il-klawsola.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fil-fatt jekk wieħed jara l- leġislazzjoni eżistenti jsib li anke fil-każ tal-birra, kien ikun hemm din ir-relattivita' viċina ħafna.", "Biex nagħti eżempju, a mixture of beer with a non-alcoholic beverage, per eżempju, jiġi ntaxxat bil-Lm1 per hectolitre, imbagħad prodott ta' birra b'alcoholic strength of less than 2.5% volume kien ikun iċċarġjat bid-90c5 per hectolitre.", "Jiġifieri d-differenza hija marġinali l-istess bħal fil-każ ta' l-inbid li qed niddiskutu.", "Tidher li hija n-norma li jkun hemm kważi komplimentarita' bejn dawn l-ammonti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, il-bieraħ waqt id-dibattitu fuq it- Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi, il-Ministru għamel stqarrija u jien ma stajtx nifhem sewwa sew kif wasal għal dik il-konklużjoni.", "Nixtieq insemmiha għaliex għandha x'taqsam ma' din il-klawsola wkoll.", "F'din il- klawsola aħna qed nagħmlu taxxa tas-sisa ta' 5c fuq kull litru.", "Aħna argumentajna li din qed twassal għal żieda ferm aktar qawwija fil-prezz ta' l-inbid.", "Il-Ministru fil-winding up mhux hekk qal, imma qal li r-roħs li kien sar huwa aktar minn din iż-żieda.", "Jekk nirriferu għall-ktieb li bagħtilna l-Ministru fid-djar tagħna nsibu li l-aktar tip ta' nbid li jinxtorob mill-ħaddiema Maltin, is-San Paolo Table Wine u l-Lachryma Vitis Table Wine - li bejniethom naħseb li jkopru madwar 60% tas-suq ta' l-inbid - fil-fatt għola.", "F'Lulju li għadda r-roħs fuq dan l-inbid kien ta' 1c fuq kull flixkun, imma issa se jkun hemm żieda ta' 5c fuq kull litru.", "Issa kull flixkun jesa' tliet kwarti ta' litru.", "Allura jien ma nistax naċċetta l- pożizzjoni li poġġa l-Ministru b'din il-miżura.", "Il-Ministru jista' jkun li għandu raġun fejn jidħol l-inbid għoli li jinxtara Lm4.50 kull flixkun.", "Dak veru li roħos b'xi 40c f'Lulju, u issa naturalment qed jogħla b'xi 5c.", "Jiġifieri dak li qal il-bieraħ il-Ministru m'huwiex korrett meta jirriferi għal dak il-prodott li l-iktar li jinbiegħ u li l-iktar li jaffettwa lill- ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa fejn we should call a spade a spade.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien ma kontx qed ngħid għal inbejjed lokali imma għal dawk importati.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-bieraħ ma smajtekx tgħid hekk.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma issa s-sisa għoliet għat-tnejn.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-inbid importat li raħas b'40c ma jixtruhx il- ħaddiema Maltin, għax huwa inbid li jqum Lm4.50 kull flixkun.", "Fil-każ ta' l-inbid li jinxtorob kuljum ġara bil-maqlub.", "Meta l-bieraħ tkellimt fuq l- inbejjed jien kont speċifiku ħafna u għidt li filwaqt li ċ-ċaqliq fil-prezz tagħhom kien ta' 1c kull flixkun f'Lulju li għadda, iż-żieda fil-prezz issa se tkun ta' madwar ħames darbiet ta' dak it-tnaqqis li kien hemm f'Lulju.", "Dak kien il-punt.", "Jien naħseb li min sema' d-diskors tal-bieraħ sema' lill- Ministru jmeri dak li kont qed ngħid jien.", "Jien naħseb li ma kienx korrett il-Ministru meta għamel dik l-istqarrija.", "Sfortunatament dan juri wkoll ċertu nuqqas ta' apprezzament għall-element li jaffettwa liċ-ċittadin medju, lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin għaliex dawn ma jixorbux inbid importat imma jużaw l-inbid lokali anke biex isajru bih.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien ikkwalifikajt dak għidt il-bieraħ u ma naħsibx li għandi xi nżid.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol, skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60.", "Klawsola 6 - Emenda tas-Seba' Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 6 - Amendment of the Seventh Schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, klawsola 6 u l-iskeda hija emenda għas- seba skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Din il-klawsola temenda s-seba' skeda kif enumerata mill-ġdid minħabba l-introduzzjoni tat-Taqsima F li huma r-regolamenti ta' l-1997 dwar l-inbid.", "L-għan ta' dawn ir-regolamenti huwa li tinħoloq sistema adegwata ta' kontrolli biex ikun jista' jinġabar id-dazju tas-sisa dovut kemm fuq inbejjed importati kif ukoll fuq dawk prodotti lokalment.", "Fil-fatt se nressaq emenda li tirrigwarda s-sena li tidher fit-titlu u fir-regolament 1 ta' l-istess taqsima; temenda regolament 2 minħabba ż-żieda tal-prodott il-ġdid u temenda regolament 11 relatat mal-ġbir ta' dazju fuq dan il-prodott.", "Sur President, bil-permess tiegħek se naqra l-emenda:", "''C'' It-Taqsima F tas-Seba' Skeda li hemm fil-klawsola 6 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fit-titolu u fir-regolament 1 tagħha, minflok il-kliem \"l-1997\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-1998\" kull fejn jinsabu;", "(b)fir-regolament 2 tagħha, minflok il-kelma \"imbejjed\" għandhom jidħlu l-kliem \"imbejjed u inbid imħallat ma' xorb mhux alkoholiku\"; u", "(c) fir-regolament 11 tagħha d-dispożizzjoni preżenti għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala l-paragrafu (1) tiegħu u minnufih wara l- paragrafu (1) kif enumerat mill-ġdid għandu jidħol il-paragrafu li ġej:", "\"(2) Mid-data li fiha dan l-Att jiġi promulgat ebda inbid imħallat ma' xorb mhux alkoholiku ma għandu jitħalla joħroġ mill-istabbiliment ta' produzzjoni qabel ma d-dazju tas-sisa impost skond dan l-Att ikun tħallas, għalkemm dak l-inbid imħallat ma' xorb mhux alkoholiku jista' jkun ġie prodott qabel dik id-data.\".", "''C'' Part F of the Seventh Schedule in clause 6 shall be amended as follows:", "(a) in the title and in regulation 1 thereof, for the words \"Regulations, 1997\" there shall be substituted the words \"Regulations, 1998\" wherever they appear;", "(b) in regulation 2 thereof, for the word \"wines\" there shall be substituted the words \"wines and wine mixed with non-alcoholic beverages\"; and", "(c) in regulation 11 thereof, the present provision shall be renumbered as paragraph (1) thereof and immediately after paragraph (1) as renumbered there shall be inserted the following paragraph:", "\"(2) As from the date when this Act is promulgated, no wine mixed with non-alcoholic beverages shall be allowed to leave the production establishment until the excise duty leviable in accordance with this Act has been paid, notwithstanding that such wine mixed with non- alcoholic beverages may have been produced before such date.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "L-emenda \"C\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola Ġdida 7", "New Clause 7", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nipproponi Klawsola Ġdida Nru. 7:", "\"D\" Minnufih wara l-klawsola 6 għandha tidħol il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Emenda ta' l-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali.", "7.", "Minnufih wara s-subartikolu (2) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali għandu jidħol is-subartikolu li ġej:", "\"(3) Id-dazju li jitħallas fuq oġġetti dazjabbli skond dan l-Att għandu jitħallas ukoll fuq oġġetti prodotti, importati u mqiegħda fuq is-suq taħt xi deskrizzjoni ta' xi oġġett dazjabbli, minkejja li dawk l-oġġetti ma jkollhomx l-ispeċifikazzjonijiet jew il-kwalitajiet meħtieġa mil-liġi biex ikollhom dik id-deskrizzjoni, u d-dispożizzjonijiet kollha ta' dan l-Att u tar-regolamenti li jsiru taħtu għandhom japplikaw għalihom daqs li kieku kienu l-oġġetti dazjabbli li bħala tali huma deskritti.\".\".", "\"D\" Immediately after clause 6 there shall be inserted the following new clause:", "\"Amendment of section 3 of the principal Act.", "7.", "Immediately after subsection (2) of section 3 of the principal Act there shall be inserted the following subsection:", "\"(3) The duty payable on excise goods according to this Act shall also be payable on goods which are produced, imported and placed on the market under any description of excise goods, notwithstanding that such goods do not have the specifications and qualities required by law so as to have such description, and all the provisions of this Act and of any regulations made thereunder shall apply to such goods in the same manner as if they were the excise goods as which they are described.\".\".", "Sur President, din il-klawsola ġdida qed tidħol minħabba l-loophole li jista' jkun hemm f'dak li huwa ħlas ta' sisa fuq prodott li jista' jinbiegħ bħala nbid meta ma jkunx effettivament inbid, provvedimenti li jaqgħu taħt il-Wine Act innifisha.", "Sur President, formalment nipproponi t-Tieni Qari ta' din il-klawsola ġdida.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 7 tkun moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 7 inqrat it-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 7 issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, jien nixtieq li ningħataw aktar spjegazzjoni dwar din il-klawsola, għaliex fil-verita' tidher daqsxejn drakonika.", "Din tgħid li jekk ikollok prodott li jkun:", "''...produced, imported and placed on the market under any description imported and placed on the market under any description of excise goods, notwithstanding that such goods do not have the specifications and qualities required by law so as to have such description, and all the provisions of this Act and of any regulations made thereunder shall apply to such goods...''.", "Jiġifieri xi ħaġa li ma tidħolx taħt l-ispeċifikazzjonijiet li qed jiġu stabbiliti bil-liġi xorta waħda tista' tiġi taxxabbli.", "Huwa veru li wieħed irid jipprova jagħlaq il-loopholes, pero' ma naħsibx li għandek tagħti dan it-tip ta' diskrezzjoni li whatever product jista' jiġi ntaxxat biex żgur ma jkollokx loophole.", "Jekk nagħmlu hekk naħseb li nkunu qegħdin nirriduċu l- liġi tagħna għal sitwazzjoni fejn jekk prodott ikun se jiġi taxxabbli lanqas ikun hemm bżonn li l-miżura titressaq f'dan il-Parlament.", "Dwar dan nixtieq li jkun hawn iktar spjegazzjoni u nixtieq ukoll li wieħed jara ftit x'għandu f'moħħu l-leġislatur meta jagħmel dan it-tip ta' klawsoli open- ended li qed jagħtu poter u diskrezzjoni żejda.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien ukoll ngħid li din il-klawsola hija perikoluża għaliex qed iddaħħal konċett li huwa kontra r-regoli kollha li sal-lum imxiet bihom id-Dwana.", "Id-Dwana qatt ma taċċetta deskrizzjoni ta' xi ħaġa bħala fatt u allaħares kellha tagħmel hekk.", "Allaħares id-Dwana kellha taċċetta deskrizzjoni ta' oġġett bħala l-bażi fuq xiex tiċċarġja d- dazji għax kieku lanqas indaħħlu 5% tad-dazji li jdaħħal il-pajjiż.", "Id- Dwana tagħmilha ċara - u għandha l-organizzazzjoni biex tagħmel hekk - li tivverifika l-kontenut preċiż ta' l-oġġett biex tara d-deskrizzjoni hijiex tajba jew le.", "Jiġifieri din tiċċarġja fuq il-kontenut reali ta' l-oġġett u mhux fuq id-deskrizzjoni li tingħata.", "Allura kif issa qed ngħidu li se niċċarġjaw id-dazju skond id-deskrizzjoni ta' xi ħaġa, irrelevanti mill- kontenut tagħha?", "Jekk, per eżempju, ikun hemm l-isem \"Chardonnay\", se jkun irrelevanti jekk il-kontenut ikunx chardonnay water jew chardonnay wine?", "Għax ikun hemm il-kelma \"Chardonnay\" fuq il-fliexken se niċċarġjaw il- levies ta' l-inbid?", "Imma dan x'sens jagħmel, Sur President?", "Fl-opinjoni tiegħi din hija klawsola li qed tiddaħħal biex jiġi ssimplifikat ix-xogħol tad-Dipartiment tad-Dwana pero' jien naħseb li din qed tpoġġi element perikoluż fil-liġi Maltija tad-Dwana li qatt ma nistgħu naċċettaw.", "Ma nistgħux naċċettaw li d-Dwana tiċċarġja d-dazju fuq kif jissemma prodott jew fuq id-deskrizzjoni li jingħata prodott.", "Id-Dwana għandha tibqa' għaddejja bil-policy li għandha llum li tiċċarġja fuq il-kontenut veru tal- prodott.", "Allura jekk jidħol qalziet ta' taħt se niċċekkjaw x'inhu l-lastiku tiegħu ħalli naraw jekk jaqax taħt klassifikazzjoni jew oħra u f'dan il-każ sempliċement se ngħidu li għax prodott jissemma mod allura niċċarġjawh hekk?!", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' jkun artificial wine.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura agħmel sisa fuq l-artificial wine.", "Wara kollox f'din il-liġi anke l-luminata qed niċċarġjaw!", "Agħmel Hs code għal dan il- prodott u għid li għandu s-sisa, imma mhux tagħmel klawsola fejn tgħid li d- Dipartiment tad-Dwana se jiċċarġja d-dazju fuq prodott skond kif jissemma.", "Qed ngħid dan bħala parir lill-Ministru.", "Jien xi kultant ma nkunx qed nikkritika biex inkun ikkritikajt imma nkun qed nagħti parir.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-rimarka qed neħodha fi spirtu kostruttiv.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien, li għandi ftit esperjenza, ngħid lill-Ministru li dawn l-affarijiet problemi jaqilgħu u d-Dipartiment tad-Dwana m'għandux jingħata din il-fakulta'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li qed nifhem il-punt li qajjem l-Onor.", "Dalli, skond in-nies legali tagħna ma tistax tintaxxa xi ħaġa li fiha nnifisha hija illegali.", "Jiġifieri ma tistax tagħmel taxxa fuq artificial wine meta l- artificial wine huwa illegali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura jekk inhu illegali ma għandekx tħallih jidħol, mhux tgħid li se tintaxxah!", "Jekk huwa illegali żommu d-Dwana u mhux tintaxxah.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna qed ngħidu jekk ikun diġa' nbiegħ.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk inbiegħ għandek tikkonfiskah u ttella' lin-nies il- qorti skond liġijiet oħra li jirrenduh illegali.", "Jien m'iniex avukat, imma dik hija l-loġika tiegħi.", "Jekk inhu prodott lokalment u mhux suppost li jkun prodott, waqqfu.", "Imma mhux tgħid li se tintaxxah bħala nbid!", "Dan ma jagħmilx sens.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Pero' b'dak il-mod tkun ipproċedejt kontra tiegħu taħt it-Trade Description Act, imma ma tkunx tista' tipproċedi kontra tiegħu għall-abbuż li qed nitkellmu fuqu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Meta kont ministru dejjem ipprovajt nasal biex kemm jista' jkun il-liġijiet ikunu lineari fis-sens li nkunu nafu liġi x'oġġettiv għandha u x'qed torbot.", "Ma nistax nuża liġi biex nikkastiga lil xi ħadd taħt liġi oħra, għax b'hekk inkunu qegħdin inħalltu u nħawdu u allura jibdew deħlin il-problemi.", "Jekk hemm liġi li tgħid li min jipproduċi ċertu prodott qed jagħmel ħażin u l-produzzjoni tiegħu hija illegali, allura nemendaw dik il-liġi u nagħmlu l-penali taħt dik il-liġi.", "Mela nagħmel dan it-tip ta' klawsola drakonika li tagħti ċerti poteri fil- liġi tas-sisa!", "U mhux għal dan l-artificial wine biss qed ngħid, imma għal kollox.", "Jekk, per eżempju, ikun hemm fwieħa jisimha Chardonnay, ma tistax tagħmlilha s-sisa ta' l-inbid sempliċement għax Chardonnay huwa isem ta' nbid.", "Fl-opinjoni tiegħi m'għandniex nagħmlu dawn l-affarijiet.", "Issa jien se nieqaf hawn u l-Ministru jagħmel li jrid.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett naħseb li l-Onor.", "Dalli jaf li fil- prattika l-inbid lokali qatt ma jittieħdu kampjuni tiegħu.", "Jiġifieri l-punt at issue qed ikun biss fejn l-oġġett ikun diġa' mibjugħ.", "Jekk ma jkunx mibjugħ, allura tagħmel il-konfiska.", "Pero', nerġa' ngħid, il-point at issue hija fejn il-prodott ikun mibjugħ.", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'għandniex nużaw din il-liġi biex nieħdu azzjoni kontra xi ħadd abbażi ta' liġijiet oħra.", "Jekk hemm xi liġi li tgħid li huwa illegali li tipproduċi ċerti prodotti għandna naraw liema hi dik il-liġi u nagħmlu l-istess penalitajiet ta' dik il-liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Raġuni oħra għaliex dan is-suġġeriment mhux qed jiġi kkonsidrat prattiku min-nies tekniċi tagħna hi li l-excise duty fuq il- locally produced wine titħallas b'lura.", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'hijiex ħaġa prattika li d-dazju jitħallas b'lura.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'huwiex prattiku s-suġġeriment li qed tagħmel int. Ma tistax tagħmel konfiska ta' oġġett li diġa' qed jiġi kkonsmat.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien mhux qed ngħid li għandha ssir konfiska biss.", "Jien għidt li hemm liġi li tirregola x'tip ta' produzzjoni għandu jkun hemm u l- penali għal min jikser dik il-liġi għandha tkun f'dik il-liġi u mhux nagħmlu dan it-tip ta' generic clause hawnhekk.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għalhekk jien semmejt it-Trade Description Act.", "Din il- ħaġa taqa' taħt liġijiet oħrajn u mhux taħt il-liġi fiskali li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura emenda dik il-liġi u mhux tagħmel dan it-tip ta' klawsola f'din il-liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Lanqas fhimtek li qed tgħid hekk, ħalli nkunu fair.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien persważ li l-Ministru ma fehemnix, pero' nixtieq nagħmel din il-ħaġa ċara for the record.", "Jien m'iniex kontra li jekk xi ħadd jinqabad li ilu jabbuża għal għaxar snin, jiġi ċċarġjat ta' l-għaxar snin produzzjoni li jkun għamel.", "Jien favur ħafna miżura bħal dik.", "Żgur li dan m'għandux isir permezz ta' klawsoli ta' dan it-tip imma permezz ta' klawsoli fil-liġi speċifika.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kollox sew, imma teknikament jiriżulta hekk.", "Nagħtu każ li jkun hemm xi ħadd li jinqabad mill-qorti u anke jittieħdu passi kontra tiegħu.", "Effettivament kieku ma jkunx hemm din is-safety clause li qed nitkellmu fuqha llum, id-dwana teknikament tkun obbligata li tirrifondi l-partial payment li jkun sar fuq l-artificial wine.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan l-artificial wine jista' jsir hawn Malta jew le?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Safejn naf jien mhux suppost.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-artificial wine huwa legali jew le?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhux legali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mela jekk m'huwiex legali hemm liġi li tispeċifika li dan it-tip ta' operazzjoni mhijiex legali, u din il-liġi m'hijiex il-liġi tad-dwana u lanqas il-liġi tas-sisa, imma liġi oħra.", "Jien qed ngħid li għandkom tiċċarġjaw kemm tifilħu lil min jikser il-liġi u tagħmlulu penali kemm tifilħu - naqbel magħkom fuq dan - pero' tridu tużaw dik il-liġi u mhux tużaw din il-liġi billi ddaħħlu din il-klawsola.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-nies tekniċi xorta qed isostnu li la l-artificial wine ma jkunx kopert mill-item li għandna quddiemna, teknikament, anke jekk jittieħdu l-proċeduri kriminali kontra l-individwu, id-dwana tkun obbligata li tirrifondi l-parti tas-sisa li tkun ġabret fuqu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Jekk għandek każi ta' abbuż ma tistax tagħmel provvediment li jkopri kollox.", "Ma tistax tgħid li għaliex qattus jigref allura toqtol il-qtates kollha.", "Xtaqt nagħmel kumment ieħor.", "Bil-mod kif inhi miktuba din il-klawsola tkopri kull prodott importat u kull prodott manifatturat lokalment, mhux l- artificial wine biss.", "Jiġifieri d-Dwana tista' tiddeċiedi li jekk prodott jagħti misleading information, twaħħal id-dazju bħala penali.", "Id- Dipartiment iċċekkja jekk dan il-provvediment huwiex in line ma' l-HS Code?", "Għax il-kodiċi tad-dwana jistabbilixxi l-metodu ta' klassifika ta' oġġett u provvediment bħal dan iwaqqa' dak il-kodiċi kollu għaċ-ċajt.", "Jien nixtieq inkun jaf jekk il-Customs Cooperation Council huwiex se jaċċetta provvediment bħal dan.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fehma tan-nies tekniċi tagħna, din il-klawsola qiegħda proprju biex tilqa' għal dawk il-każi li ma jaqgħux taħt l-HS Code u mhux għall-każi li jaqgħu taħt l-HS Code innifsu.", "ONOR JOSE' HERRERA: Għandek twaħħal il-penali fl-istadju ta' produzzjoni u under false pretences u mhux tuża l-liġi tas-sisa biex tiġbor sisa li m'għandekx tiġbor.", "Jien m'iniex qed neskludi li jkun hemm l-uċuħ tosti, għaliex l-uċuħ tosti ssibhom kullimkien.", "Pero' nixtieq li l-personnel tekniku joħroġ b'eżempju ta' x'għandhom f'moħħhom.", "Id-diffikulta' li għandna hija li mhux qegħdin nifhmu eżattament fejn irridu jaslu.", "Jekk xi ħadd qed jimporta oġġetti under false pretences and he is passing them off as something else, allura f'dak il-każ ma nistax nimmaġina kif dan se jiġi lura biex jieħu refund u minn fuq, jgħidlek: ''Jien dħakt bikom u dħakt bil-konsumatur meta begħt l-oġġetti, għax dak li qed inbigħ bħala nbid mhuwiex inbid u dak li qed inbiegħ bħala mutur mhuwiex mutur.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena m'iniex avukat u forsi tikkorreġini f'dan li se ngħid.", "Ħalli ngħidu li l-qorti pproċediet kontra tiegħu u nstab ħati ta' bejgħ against the Trade Description Act.", "M'hemm xejn xi jżommu li anke wara li l-qorti tkun ipproċediet kontra tiegħu, dan jikklejmja r-refund li qed nitkellmu fuqu.", "Irridu niddistingwu bejn l-aspett teoretiku u l-aspett prattiku.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Ħalli nkunu ċari.", "L-aspett prattiku hu li fil- mument li l-importatur jew il-manifattur jiġi jitlob refund ta' xi ħaġa li jkun biegħ under false pretences, huwa jkun qed jinkixef.", "Allura naħseb li fit-Trade Description Act għandu jiġi introdott il-provvediment li barra l-penali, l-importatur jew il-manifattur ma jkollux id-dritt li jitlob refund ta' qualisiasi sisa li jkun ħallas.", "Ma jagħmilx sens li hawn qegħdin nagħtu l-barka lil min ibigħ affarijiet taħt deskrizzjoni ħażina u l-Gvern qisu jkun qed jieħu sehem f'dan kollu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-problema tidher li tikkonċerna l-aktar il-locally manufactured, għaliex fil-każ ta' l-imported goods kulħadd jaf li l-excise trid tinġabar qabel ma l-oġġett jiġi released.", "It-tekniċi tagħna jħossu li għandhom iżommu l-pożizzjoni proposta f'dan ir-rigward.", "ONOR.", "JOE BORG: Fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Gvern li jrid jiddeċiedi, pero' din hija klawsola drakonika.", "Li tiftaħ il-bibien beraħ b'dan il-mod biex tirregola każ partikolari, għalija assolutament ma jagħmilx sens.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar kummenti?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola ġdida 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, din id- division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u kienu ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi li l-Clerk ikun awtorizzat jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, u jagħmel xi emendi żgħar u renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil mill-Kumitat?", "(Onor Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra jikkorreġi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jkun hemm bżonn,", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN BILL", "L-ordni għal Kumitat ġiet moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Anglu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, f'din il-klawsola jingħad li meta wieħed jitkellem dwar ''dħul'', din għandha l-istess tifsira bħalma għandha fl-artiklu 2 ta' l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika iżda ma tinkludix qliegħ minn self lokali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien tal-fehma, Mr Chairman, li l-kelma \"qliegħ\" f'dan is-sens hija żbaljata.", "Bl-Ingliż jingħad \"do not include proceeds from local loans\".", "Jien naħseb li ħadd ma jaqla' mis-self u għalhekk għandha ssir emenda biex minflok \"qliegħ\" tidħol il-kelma \"dħul\".", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li għandu raġun u għalhekk nipproponi din l- emenda verbali:", "Fit-test Malti tal-klawsola 2 minflok il-kelma \"qliegħ\" għandha tidħol il-kelma \"dħul\".", "In the Maltese text of clause 2 for the word \"qliegħ\" there shall be substituted the word \"dħul\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda verbali għal klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata verbalment.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata verbalment, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Awtorita' li jinġabar self.", "Clause 3 - Authority to raise loan.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Klawsola 3 tittratta l-awtorita' li jinġabar is-self.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar Lm110 miljun.", "Din il-klawsola qed tawtorizza wkoll lill-ministru responsabbli, f'dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, joħroġ stock f'Malta taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Ordinanza dwar Self Lokali,", "\"...b'dawk il-patti u kondizzjonijiet kif l-imsemmi Ministru jista' japprova.\"", "Din hija t-terminoloġija li ġeneralment tintuża f'abbozzi ta' liġi marbutin ma' self.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Skop.", "Clause 4 - Purpose.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, klawsola 4 tittratta dwar l-iskop tas- self u tgħid li:", "''Kull somma msellfa taħt l-awtorita' ta' dan l-Att għandha tiġi approprjata u wżata biex tkopri nefqa ikbar mid-dħul li seħħet mill- Fond Konsolidat matul is-sena 1997, u n-nefqa li hemm maħsuba li sseħħ matul is-sena 1998:", "Iżda kull ammont imsellef bis-saħħa ta' dan l-artiklu iktar mill- ammont attwalment meħtieġ għal dawk l-għanijiet u li jifdal bħala bilanċ fil-Fond Konsolidat fi tmiem is-sena 1998, għandu jintuża biex jagħmel tajjeb għan-nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond Konsolidat matul l- ewwel sena li tiġi minnufih wara, u li fiha ssir dik in-nefqa akbar.''.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, billi qegħdin insemmu l-fatt li dan is- self se jmur biex iħallas il-bilanċ fil-Fond Konsolidat fl-1997, ta' min isemmi hawnhekk il-mod kif ġiet accounted il-Fond Konsolidat għal din is- sena, jiġifieri fl-1997.", "Nafu li bejn l-estimi li kienu saru f'Novembru ta' l-1997 u dak li ġie rrapportat fl-aħħar ta' April jew Mejju, irriżulta li kien hemm differenza sostanzjali ta' Lm23 miljun.", "Bħala Public Accounts Committee aħna ndagajna fuq din id-differenza.", "Naturalment id-differenza hija spjegabbli f'dawk li huma ammonti pero' fir-realta' wieħed ma jistax ma jgħidx li f'ħafna mill-każi dawn id-differenzi setgħu ġew assessed u forecasted aħjar.", "Il-budget - li fih il-Gvern kellu bilfors jagħmel ħafna taxxi - oriġinarjament kien stabbilixxa d-deficit għal Lm90 miljun imbagħad ġejna għall-estimi li saru f'Novembru, u f'daqqa waħda tlifna Lm23 miljun u mbagħad erġajna sibniehom sa l-aħħar tas-sena.", "Dawn huwa affarijiet li ma tantx jagħtuni gost, Mr Chairman.", "Ħaġa oħra li nixtieq insemmi for the record hija l-fatt li meta l-Awditur ta r-rapport tiegħu, dan għamel nota li fiha qal li teknikament - u fil-PAC aħna għarafna li dan huwa punt tekniku iktar milli punt ta' sustanza - il- loan li kienet saret mill-Gvern a favur tal-Malta Drydocks kellha tidħol bħala nefqa tal-Gvern mill-Fond Konsolidat.", "Din il-ħaġa mil-lat ta' accounting ma saritx.", "Nerġa' nenfasizza li dan hu punt tekniku u - fis- sustanza ma jagħmilx differenza.", "Din il-loan lil Malta Drydocks tidher bħala capital expenditure imma fil-fatt għandha tidher fil-Fond Konsolidat.", "Imbagħad din tidher fid-deficit tal-Gvern u jidher li dan id-deficit ġie finanzjat b'loan ta' Lm24.6 miljun li saret speċifikament għal hekk.", "Biex inkunu preċiżi skond il-liġi finanzjarja - u naħseb li għandna nkunu preċiżi skond il-liġi finanzjarja - hemm bżonn li jsir dan l-aġġustament fl- accounting li sar mill-Gvern.", "Dan ifisser li uffiċjalment l-ewwel għamilna budgeting ta' Lm90 miljun, imbagħad tela' għal Lm123 miljun, imbagħad reġa' niżel għal Lm103 miljun, u issa għandu jerġa' jitla' għal Lm126 miljun.", "Li kieku sar accounting tajjeb fi' żmien il-budget, id-deficit li kien splodut għal Lm123 miljun, kien ikun ta' Lm150 miljun.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar kummenti?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-osservazzjoni li rrid nagħmel hija mhux fuq il- kwestjoni tal-Malta Drydocks għaliex dik naħseb li ġiet artikolata tajjeb min-naħa tas-Segretarju Permanenti meta ltaqa' l-Public Accounts Committee.", "Naħseb li dwar ċerti diskrepanzi li kien hemm fil-figuri, tajjeb li wieħed isemmi wkoll tliet punti oħra, Sur President.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li meta jsir il-budget, dan ikun ibbażat fuq figuri sa l-aħħar ta' Settembru, jiġifieri ma jkunx up-to-date.", "Kien hemm ukoll iċ-changeover fis-sistema tat-tassazzjoni li kienet qrib ħafna tal-budget, jew ta' meta nħarġu l- figuri - għax saret fl-ewwel ta' Lulju 1997 - u kien hemm ukoll ċerti bidliet li saru, li jikkonċernaw xorb, sigaretti u b'mod partikolari vetturi.", "Kien hemm ċertu ċaqliq minn dak li kien ġie proġettat f'dan ir- rigward, ċaqliq konsegwenzjali għall-budget innifsu.", "Per eżempju, għax kien magħruf li se jogħlew ċerti registration fees, kien hemm importazzjoni iktar qawwija fix-xahar u nofs ta' wara li tħabbar il-budget, u dan ikkontribwixxa għal ċerta devjazzjoni minn dak li kien hemm targeted fil- budget.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar kummenti?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien kont qed nagħmel kumment bl-iktar mod kliniku u kont qed ninsisti li jsir l-aġġustament fl-accounts tal-Gvern biex dawn jidhru skond kif jipprovdu l-financial regulations.", "Il-financial regulations jipprovdu li kull nefqa tal-Gvern trid tkun mill-Consolidated Fund.", "Jien ninsisti, Mr Chairman, li jsir l-aġġustament fir-records tal- Gvern biex il-loan li ta l-Gvern lit-Tarzna tiġi murija bħala nefqa fil- Consolidated Fund u tidher li ġiet finanzjata fir-revenue side.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Min-naħa tat-Teżor qed jikkonfermawli li dan mexa on these lines u dehret anke fil-Gazzetta tal-Gvern fuq dawn il-linji.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma rajthiex.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Lanqas jien ma rajtha, imma qed jikkonfermawli issa stess.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: : Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bħalma għidna waqt it-Tieni Qari, dan l-abbozz fl- opinjoni tagħna huwa determinat ħafna mit-tip ta' diskussjonijiet li kienu saru u li għad iridu jsiru anke vis-a-vis il-mozzjonijiet pendenti li għandna quddiem din il-Kamra fuq l-Ewropa.", "Jien naħseb li għandna naraw kif dan il-Parlament u dan il-pajjiż se jimxu 'l quddiem fil-konsiderazzjoni u s-soluzzjoni ta' din il-materja.", "Jien għalhekk qed inressaq emenda għal klawsola 1, Mr Chairman, li tgħid hekk:", "\"A\" Klawsola 1 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Il-klawsola 1 għandha tiġi rinumerata bħala subklawsola (1) tagħha, u minnufih wara din is-subklawsola kif rinumerata għandha tidħol din is- subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(2) Dan l-Att għandu jibda jseħħ fl-1 ta' Diċembru 1998 jew f'data iktar tard li l-Ministru jista' jistabbilixxi b'avviż fil-Gazzetta.\".", "\"A\" Clause 1 shall be amended as follows:", "Clause 1 shall be renumbered as subclause (1) thereof, and immediately following this subclause as renumbered there shall be inserted the following new subclause:", "\"(2) This Act shall come into force on the 1st of December 1998 or at such later date as the Minister may by notice in the Gazette establish.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Min-naħa tal-Gvern ma naqblux ma' din l-emenda li qed tiġi proposta min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien ma stennejtx li l-Ministru jaqbel magħha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "John Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol, skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60", "It-Titolu għadda u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI", "COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "Ikompli mid-29 ta' April, 1998.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Grazzi, Mr Speaker.", "Qegħdin niddiskutu miżura oħra tal-budget, fejn il-Gvern ippropona - u din suppost li hija a once only tax - li għal din is-sena jagħmel taxxa ta' 15% fuq il-banek.", "Fid-dibattitu s'issa ttrattajna diversi aspetti tas-sitwazzjoni ekonomika u jien ukoll nixtieq nikkummenta fuq dan.", "L-ewwelnett nixtieq nerġa' nsemmi punt li ssemma minni u minn diversi kelliema oħra.", "Din it-taxxa se tikkrea ċerti problemi ta' inċertezza dwar x'se jiġri fuq din it-taxxa fil-futur.", "Għaliex wieħed m'għandux jaqbad miżura bħal din u japplikaha b'mod li jgħid li hija once only għal settur li sejjer tajjeb.", "Dan is-settur sejjer tajjeb kemm għaliex il-capital structure tiegħu ssaħħaħ mill-Gvern preċedenti, kif ukoll għax hemm ċertu ammont ta' extra borrowing u ċerti overdrafts proprju għaliex il-kummerċ ikun naqas.", "U l-ammont li bih naqas il-kummerċ huwa inkwetanti.", "Fil-fatt fil-kummerċ kien hemm tnaqqis sostanzjali li jvarja bejn 20% u 30%.", "Aħna tal-fehma li din il-liġi se tagħmel ħsara billi tikkaġuna inċertezza u ċertu biża' li bħalma l-gvern għamilha darba, din il-miżura li qed jgħid li hija \"once only\", jista' jagħmilha darbtejn jew tliet darbiet oħra.", "Qegħdin f'pożizzjoni li waqt li l-Gvern qiegħed ipoġġi lis-settur bankarju f'iktar inċertezza, fl-istess ħin qed jiftaħar b'kemm qed iġib banek lejn pajjiżna.", "Veru li fetħu xi banek barranin, b'mod partikolari l-Midland Bank li ilu jopera f'pajjiżna u qiegħed joffri ċerta kompetizzjoni lill-banek lokali, imma issa, għal mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Michael Bonnici, il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li din it-taxxa se tapplika wkoll għall-Midland Bank.", "Jien tassew inħoss li dan it-tip ta' miżura hija a bad example.", "Se tagħti wkoll messaġġ ħażin lil settur li suppost irridu ngħinuh biex jespandi aktar.", "Għaliex irridu ngħinu lil dan is-settur jespandi aktar?", "Għaliex jekk wieħed iħares lejn l-attivita' ekonomika tagħna, wieħed jara li s-settur tat-turiżmu, per eżempju, ma jistax jkompli jespandi bl-istess mod kif espanda fl-aħħar għaxar snin jew ħdax-il sena.", "F'dan is-settur bażikament rajna n-numru tat-turisti jirdoppja u ma naħsibx li fis-snin li ġejjin dan jista' jerġa' jirdoppja, għax fiżikament din tkun diffiċli ħafna.", "GĦal din ir-raġuni wieħed irid iħares lejn sorsi oħra ta' growth fl-ekonomija.", "Is-settur tal-manifattura wkoll għandu l-problemi.", "Mhux biss għandu aktar kompetizzjoni mill-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant, imma għandu wkoll il- problemi tiegħu minħabba r-ristrutturizzazzjoni.", "Dan ifisser li s-settur tal-manifattura li jaħdem għas-suq lokali se joffri ċertu tnaqqis fil- kompetittivita' tiegħu għaliex se jitneħħew il-levies u se jkun hemm ukoll ċertu job shedding.", "Jien insostni li problema oħra nħolqot minħabba l-fatt li r-relazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea taħt il-free trade area m'hijiex beneficial daqskemm tkun taħt membership sħiħ fejn allura nkunu nistgħu niġbdu fondi lejn pajjiżna biex nagħmlu r-ristrutturizzazzjoni.", "Min-naħa l-oħra, taħt is-sistema li qed jagħżel il-Gvern il-piż tar- restructuring se jkollu jitgħabba bih il-poplu Malti.", "Dan jillimita ferm ir-ristrutturizzazzjoni u l-iżvilupp li jrid isir sabiex aħna nkunu nistgħu inżommu s-settur tal-manifattura dejjem aktar kompetittiv.", "Allura ż-żewġ saqajn prinċipali ta' l-ekonomija tagħna, il-manifattura u t-turiżmu, mhux se jkollhom żvilupp qawwi biżżejjed biex il-qgħad ma jogħliex u għalhekk wieħed irid jinkoraġġixxi setturi oħra.", "Sa dan l-aħħar kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat - safejn naf jien għad hemm qbil - li proprju s-settur bankarju għandu jiġi promoted, supported u żviluppat biex forsi l-ekonomija tagħna jkollha settur ieħor li jkun jista' jsostni t- tkabbir ekonomiku u jipprovdi l-impjiegi.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni tħoss li din il-miżura - li finanzjarjament m'hijiex se tirrendi daqstant - se tħalli effett negattiv fuq dan is-settur li tant għandna bżonn li jikber u li jkompli jżviluppa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Bonnici, skadielek il-ħin u għandek bżonn il- leave of House biex tkompli titkellem.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirringrazzja lill-Kamra.", "Jiena ma rridx intawwal wisq imma għandi xi ftit punti li rrid nikkummenta dwarhom.", "Wara li kellna break ta' madwar ġimgħatejn minn meta bdejna niddiskutu dan l-abbozz, nixtieq nirrileva xi punti li qamu dan l-aħħar fil-politika ekonomika.", "Kif kont qed ngħid, din il-liġi se tpoġġi lis-settur finanzjarju f'dawl inqas attraenti u aktar diffikultuż.", "M'hijiex idea tajba li wieħed jintaxxa lil dan is-settur b'dan il-mod.", "Jekk inti se żżid t-taxxa fuq dan is-settur, il-probabbilta' hija li se jkun hemm ċertu push biex il-banek ikopru din iż-żieda fit-tassazzjoni.", "Jiġifieri se jkomplu jiżdiedu ċ- charges fuq l-ekonomija tagħna proprju meta qegħdin f'sitwazzjoni mill- iktar fraġili u f'sitwazzjoni fejn l-ekonomija tagħna għaddejja b'ritmu ferm iktar bil-mod milli kienet għaddejja bih qabel.", "Bank charges iktar għoljin ma jgħinux biex tirpilja s-sitwazzjoni ekonomika.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar ir-revenue tal-gvern minn din il-miżura.", "Jekk m'iniex sejjer żball il-gvern se jdaħħal bejn Lm3 miljun u Lm4 miljun fis-sena.", "Allura kemm kien idaħħal il-Gvern kieku m'għamilx din it-taxxa u ħalla l-profitti għand il-banek?", "Dan qed ngħidu għax il-gvern huwa major shareholder fil-Mid-Med u 25% shareholder fil-BOV, u allura żgur li kien se jmissu d-dividends bil-profitti extra tal-banek.", "Jien nixtieq kieku l- Ministru jikkalkola din id-differenza fid-dħul.", "Jiġifieri wieħed irid jipprova jieħu l-kwadru kollu u allura jien nargumenta li l-benefiċċju totali minn din il-liġi huwa ferm inqas minn dawn it-Lm3 miljun jew Lm4 miljun.", "Il-Gvern seta' mexa mod ieħor u ma kienx jagħti dan il-messaġġ ħażin li qed jagħti b'dan l-abbozz, fejn se jwaħħal l-idea li jekk ikun hemm bżonn, is-settur finanzjarju jista' jiġi ntaxxat b'mod speċjali.", "Dan ifisser ukoll li m'għandniex a fair playing field għaliex is-setturi kollha għandhom ikunu ntaxxati bl-istess mod.", "Aħna nsostnu li din il-liġi hija counter-productive u tagħti messaġġi ħżiena.", "GĦalkemm il-Gvern qed jagħmel minn kollox biex jgħid li din hija taxxa ta' darba biss, is-suspett u d-dubju jibqa' li kif għamilha darba jista' jagħmilha drabi oħra.", "Dan it- tip ta' once only taxes ma tantx huma idea tajba, anke jekk pajjiżi oħra jużawhom.", "Il-Ministru qal li kien hemm xi pajjiżi li għamlu xi tip ta' taxxa once only, pero' aħna kultant nitkellmu qisna għandna ċirkostanzi speċjali fis- settur finanzjarju ...", "Il-verita' hi li waqt li l-Kanada u l-Ingilterra għandhom settur finanzjarju żviluppat, tagħna għadu qed jiżviluppa u għadu qed jipprova jieħu rwol akbar fl-ekonomija.", "Dan ifisser li filwaqt li l- pajjiżi li semma l-Ministru diġa' għandhom settur stabbilit, aħna qegħdin f'pożizzjoni li għad irridu nistabbilixxu s-settur finanzjarju bankarju.", "Ladarba qed nitkellmu fuq is-settur bankarju, ma nistgħux ma nitkellmux fuq ir-rati ta' l-imgħax.", "Il-Ministru donnu qiegħed jaqbel li r-rati ta' l- imgħax huma pjuttost għoljin.", "Qal li kien ikun ferm aktar kuntent kieku fiċ- ċirkostanzi preżenti r-rati ta' l-imgħax ma jkunux daqshekk għoljin.", "Jien nixtieq nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "L-ewwelnett aħna konna tajna aktar awtonomija lill-Bank Ċentrali u huwa dan li jiddetermina r-rata ta' l- imgħax.", "Issa f'pajjiżi oħra, meta l-bank ċentrali jkollu aktar awtonomija, dan jaħdem b'aktar trasparenza.", "L-ewwelnett meta jiltaqa' l-kumitat tal- bank ċentrali li jiddetermina l-politika monetarja u r-rata ta' l-imgħax, il-minuti ta' dawk il-laqgħat jiġu ppubblikati biex wieħed ikun jaf sewwa sew kif qed jaħsibha l-monetary policy committee.", "Din hija importanti.", "Għaliex?", "Għaliex meta inti tagħti aktar awtonomija lil istituzzjoni, li wara kollox m'hijiex eletta imma hija maħtura, din l-istituzzjoni trid taħdem b'iktar trasparenza.", "Jien insostni li l-Bank Ċentrali f'pajjiżna mhux qed jaħdem b'daqshekk trasparenza.", "Barra minn hekk il-Bank Ċentrali għandu ċerti goals, jara li jżomm ir-rata ta' l-imgħax f'ċertu livell.", "Jekk jara r-rati ta' l-imgħax neżlin 'l isfel, irid jieħu miżuri biex ma jħallix dan isir.", "Jien hawnhekk nistaqsi kif din il-band ġiet iffissata fiċ-ċirkostanzi preżenti.", "Din il-band għandha tiċċaqlaq skond iċ-ċirkostanzi ekonomiċi.", "Illum dawn iċ-ċirkostanzi jindikaw li għandu jkun hemm dik li jsejħulha an easy monetary policy, politika li ma tkunx daqshekk ristretta.", "Dan it-tip ta' policy ma tkunx qiegħda tagħmel pressjoni biex ir-rata ta' l-imgħax togħla, imma tagħmel pressjoni biex ir-rata ta' l-imgħax tonqos.", "Illum dan għaliex illum għandna slow-down ekonomiku.", "U minkejja li żdied il-qgħad u r-ritmu ekonomiku tbaxxa, il-Bank Ċentrali - li jaqa' taħt id-dikasteru tal- Ministeru tal-Finanzi anke jekk igawdi ċerta awtonomija - qed jagħti risposta ħażina li ma taqbilx ma' l-istess figuri li qed joħorġu mill- Economic Planning Division - li huwa responsabbli għalih il-Ministru tal- Finanzi - u mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika.", "Jekk wieħed iqabbel x'qed jgħid il-Bank Ċentrali ma' x'qed jgħid il-Ministeru tal-Finanzi jsib li hemm baħar jaqsam.", "Il-Bank Ċentrali qed jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu fuq raġunijiet tekniċi.", "Jien ngħid li the proof of the pudding is in the eating u jekk il-pudina wara li taħmiha toħroġ maħruqa, allura bilfors li tkun għamilt xi ħaġa ħażina.", "M'iniex se nidħol fir-raġunijiet tekniċi, pero' jirriżulta li skond il-Bank Ċentrali - u nixtieq li hawn xi ħadd hawnhekk biex jirrispondi u jgħid jekk dan huwiex realistiku jew le - waqt li fl-1996 il-GDP kiber bi 3.8%, fl-1997, meta kulħadd jaf li kellna slow- down, il-GDP kiber b'iktar, b'rata ta' 4.1%.", "Din l-informazzjoni tmur assolutament kontra dik li qed toħroġ mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika u mid- Diviżjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku.", "Fl-annual report tiegħu l-Bank Ċentrali jagħti kwadru kompletament differenti mir-realta'.", "Issa l-Ministru jista' jgħid li dan huwa awtonomu u ma jista' jagħmel xejn.", "Pero' finalment il- Parlament huwa l-ogħla istituzzjoni f'pajjiżna.", "Ma jistax ikun li f'dan il- pajjiż il-Bank Ċentrali, għal raġunijiet tekniċi - li jien ma naħsibx li huma korretti - joħroġ b'xi ħaġa li hija kontra r-realta' u kontra ċ-ċifri li joħroġ il-Ministeru tal-Finanzi, imbagħad japplika policy monetarja bbażata fuq iċ-ċifri ħżiena li joħroġ hu.", "Għax allura dan il-pajjiż verament huwa pajjiż tal-mickey mouse!", "Jiddispjaċini ngħid, imma ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż ikollna istituzzjoni bħall-Bank Ċentrali li tibqa' għaddejja b'dan il-mod u ħadd min-naħa tal-Gvern m'għandu responsabbilta' li jgħid li l-Bank Ċentrali, awtonomu kemm hu awtonomu, ma jistax jimxi b'politika simili f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Il-Ministru qal li kien jippreferi politika monetarja daqsxejn differenti.", "Allura hemmhekk diġa' għandna indikazzjoni li l-Gvern stess għandu d-dubji tiegħu.", "Ftit tal-ġimgħat ilu fil-Public Accounts Committee l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali indika li dawn iċ-ċifri forsi m'humiex feliċi.", "Madankollu xorta bqajna bil-pożizzjoni li f'pubblikazzjoni wara pubblikazzjoni jibqgħu joħorġu ċifri li huma distakkati b'mod assolut mir-realta'.", "U l-Bank Ċentrali qiegħed f'pożizzjoni li jagħmel politika monetarja fuq ċifri żbaljati.", "Dan ifisser li l-ekonomija tagħna, minflok ma tgawdi minn rati ta' imgħax inqas f'ċirkostanzi ta' slow-down qed tbati rati ta' imgħax aktar għoljin, u dan se jkompli jgħarraq is-sitwazzjoni minflok ma jtejjibha.", "Naħseb li din il- pożizzjoni spjegajnieha kemm-il darba u nixtieq li min-naħa l-oħra tal- Kamra - li wara kollox qegħdin fil-Gvern - ikollna response tajjeb fuq dan il-punt.", "Il-Bank Ċentrali biex jappoġġja lill-gvern qed jieħu pożizzjoni fejn qed jipprova jgħid li kollox huwa ward u żahar, li kollox steady as it goes u li l-ekonomija sejra tajjeb.", "Allura din tista' tissejjaħ istituzzjoni awtonoma?", "Allaħares il-Bank Ċentrali jasal fl-istat li jkun partiġġjan b'dan il-mod.", "M'għandux ikun hekk, għandu jkun newtrali u awtonomu.", "U l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali għandu joqgħod lura milli jagħmel kummenti li huma politikament biased.", "(Interruzzjonijiet) Iva, għamel kummenti li kienu politikament biased.", "Fil-Public Accounts Committee jiena stajt nippressah aktar lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, imma jien noqgħod pass lura f'dawn l-affarijiet għax ma naħsibx li lill- Bank Ċentrali għandna npoġġuh f'dak il-livell.", "Pero' r-rispett għandu jkun miż-żewġ naħat.", "Waqt li jien noqgħod pass lura milli nippolitiċizza lill- Bank Ċentrali, nippretendi li anke l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, meta jiġi jintervistat fuq it-television u meta jagħmel ċerti stqarrijiet għandu joqgħod pass lura fil-kummenti li jagħmel.", "Iċ-ċifri tagħhom huma teknikament żbaljati u ma jaqblux maċ-ċifri li qed joħroġ il-Ministeru stess.", "Jien ma nafx f'liema pajjiż teżisti ikollok din it-tip ta' diskrepanza f'ċifri fondamentali.", "Hawn m'aħniex qegħdin ngħidu li hemm policies differenti, imma qed ngħidu li l-ħmira li jagħmel il-ħobż biha l- Bank Ċentrali m'hijiex l-istess ħmira li juża l-Ministeru tal-Finanzi.", "Hija ħmira kompletament differenti u allura ma tistax tirrikonċilja l-affarijiet kif suppost.", "Jien ili għal dawn l-aħħar xahar u nofs inżid il-kritika tiegħi fuq il-Bank Ċentrali.", "This is not all, u jekk il-Bank Ċentrali mhuwiex se jaġġusta ċ-ċifri b'mod aktar adattat, jiddispjaċini ngħid li se jkolli nżid il-kritika tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion, bil-permess ta' l-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qed tgħid illi l-figuri li ngħataw fl-annual report tal-Bank Ċentrali huma żbaljati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena għidt li ma rridx inkun tekniku wisq, pero' ħalli nispjega daqsxejn x'qed jiġri.", "Jiena qed insostni li ċ-ċifri huma żbaljati.", "Skond il-Bank Ċentrali, il-growth ta' l-ekonomija s-sena li għaddiet kien ta' 4.1% meta tagħmel il-korrezzjonijiet meħtieġa għall- inflazzjoni.", "Jekk ma tikkorreġix għall-inflazzjoni, issib illi l-growth kien ta' 4.9%.", "Id-differenza bejniethom hi r-rata tal-inflazzjoni, li hija ta' 0.8%.", "Issa l-istess rapport tal-Bank Ċentrali jgħid li l-inflazzjoni hija ta' 3%.", "Jiġifieri anke internament, dan ir-rapport huwa inkonsistenti.", "Jiena naf kif wasal għal dawn iċ-ċifri; wasal għalihom għaliex qiegħed jagħmel ċerti aġġustamenti għall-istocks, u qed jagħmel deflation b'mod li qed jagħtuh ċifri inkonsistenti.", "Ikun ferm aħjar kieku jimxi fuq l-istess sistema ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika u l-Uffiċċju ta' l-Ippjanar Ekonomiku.", "Jekk timxi fuq iċ-ċifri ta' l-Uffiċċju ta' l- Istatistika u ta' l-Uffiċċju ta' l-Ippjanar Ekonomiku ssib illi fl-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet, ir-real growth kien ta' madwar 0.8%.", "Din hi l-inqas rata ta' tkabbir fi ħmistax-il sena, u allura għandna ċirkostanza serja.", "Issa nistgħu noqogħdu nargumentaw li dan il-Gvern mhux qed imexxi sewwa.", "Imma dak huwa irrelevanti f'dan l-istadju.", "L- importanti hu li jekk hemm dawn iċ-ċirkostanzi, trid issir xi ħaġa u waħda mill-affarijiet li għandhom isiru hi li r-rata ta' l-imgħax titnaqqas.", "Hawnhekk qegħdin f'pożizzjoni fejn ir-rata ta' l-imgħax qed tiġi miżmuma għolja minħabba ċ-ċifri skorretti li qed joħroġ il-Bank Ċentrali.", "Dan qed iwassal għal sitwazzjoni fejn il-Bank Ċentrali qed japplika policy fuq ċifri żbaljati li mhumiex indikati għall-bżonnijiet tal-pajjiż.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion, bil-permess ta' l-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Bonnici qed jgħid illi s-sistema li addotta l-Bank Ċentrali hija żbaljata.", "Dan għax is-sistema mhijiex aċċettabbli ekonomikament jew għax, skond hu, ma kellhiex tintuża dik is- sistema?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-istituzzjoni tal-Bank Ċentrali u għalhekk nixtieq li jagħmel din il-kjarifika.", "Jekk hija sistema li għandha tiġi modifikata mod, pero' li jaddotta sistema li hija intrinsikament ħażina jew żbaljata hija xi ħaġa differenti.", "Dan qed ngħidu anke għall- benefiċċju ta' min qed jismagħna, għax aħna ma rridux nagħtu messaġġi żbaljati fuq istituzzjoni nazzjonali.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Hemm kwistjoni ta' interpretazzjoni, imma l-interpretazzjoni tal-Bank Ċentrali għandha difett kbir.", "Aħna l-GDP nikkalkolawh b'żewġ metodi, kemm qala' flus il-poplu u kemm nefaq.", "Issa dawn iż-żewġ metodi qatt ma jaqblu perfettament, fl-ebda pajjiż, u jkun hemm ċerta diskrepanza.", "It-tradizzjoni tagħna għal dawn l- aħħar tletin sena hi li ma nagħmlux deflation ta' dik id-diskrepanza, jiġifieri ma nikkorreġux għall-inflazzjoni.", "Il-Bank Ċentrali qed jinterpreta dik id-deskrepanza bħala change in stocks.", "Jiena ngħid illi hawnhekk irid joqgħod attent, għax din mhijiex a change in stocks, imma hija a statistical error.", "Il-Bank Ċentrali qed jaqbad u jinterpretaha b'dan il-mod u jagħmel deflation tagħha b'xi price index.", "Ir-riżultat finali li qed joħroġ huwa ħażin u la jaqbel maċ-ċifri tal-Ministru tal- Finanzi u lanqas ma' l-analiżi interna.", "Il-problema li għandu hija li ma sarx xi eżerċizzju tekniku.", "Minflok ma kellhom lil xi ħadd li daħal fil- fond f'dan l-eżerċizzju tekniku u fl-implikazzjonijiet tiegħu, qabdu u applikawh.", "U jien naħseb li dan huwa żball kbir għaliex ma jistax ikun li jkollna din id-diskrepanza fiċ-ċifri uffiċjali.", "Dan l-aħħar kumpannija li ġiet tagħmel assessment fuq Malta talbet li tiltaqa' mal-membri ta' l- Oppożizzjoni u fil-fatt tkellimna b'mod pożittiv fuq l-ekonomija.", "Aħna naħsbu li l-ekonomija għandha timxi 'l quddiem u tista' timxi 'l quddiem bil-policies adattati li kulħadd jaf bihom.", "Il-politika li poġġejna quddiemhom hija li aħna naħsbu li s-sistema fiskali għandha tirrendi aktar u li s-CET m'hijiex adattata għal pajjiżna.", "Dawn staqsew lill-Gvern kemm kien it-tkabbir ekonomiku fis-sena li għaddiet.", "U kif weġibhom il-Gvern?", "Weġibhom skond iċ-ċifri tal-Bank Ċentrali li qed jgħidu li r-ritmu ekonomiku żied ħafna?", "Jew weġibhom bil-vuċi ta' l-Economic Planning li juri li r-ritmu ekonomiku naqas?", "Dawn in-nies li qed jagħmlu assessment tal- credit rating ta' Malta m'għandhomx jiġu offruti ċifri li jindikaw sitwazzjoni li mhijiex reali.", "Fil-Public Accounts Committee jiena ssuġġerejt lill-Bank Ċentrali li jorganizza seminar fuq dan is-suġġett u fih ikunu jistgħu jipparteċipaw ħafna nies; nista' nipparteċipa jien u jistgħu jipparteċipaw ekonomisti oħrajn li għandna f'pajjiżna u b'hekk naslu għal soluzzjoni.", "M'għandniex noqogħdu b'dan it-tip ta' dikotomija fejn il-Gvern qed jgħid mod u l-Bank Ċentrali qed jgħid mod ieħor.", "Jien konvint illi hawnhekk il-Bank Ċentrali għandu żball.", "Sakemm nibqgħu f'din is-sitwazzjoni jiena nifhem illi qed nibagħtu messaġġ ħażin barra minn Malta.", "Skond il-Bank Ċentrali kellna sitwazzjoni fejn is-sena li għaddiet ir-rate of growth żdied u d-deficit żdied ukoll.", "Allaħares ikun hekk għax inkella s-sitwazzjoni tkun aktar inkwetanti.", "GĦalhekk wieħed irid ipoġġi kollox fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali.", "U s-sitwazzjoni attwali hija li s- sitwazzjoni ekonomika sofriet slow-down is-sena li għaddiet.", "F'dawn il-każi l-politika monetarja għandha tkun waħda li permezz tagħha l-cost of borrowing għandu jonqos billi tonqos ir-rata ta' l-imgħax.", "Jiena nargumenta wkoll illi din il-liġi hija ħażina għax se żżid taxxa fuq il-banek u din tista' twassal għal żieda fiċ-charges tal-banek.", "Allura jiena ngħaqqad kollox f'daqqa u ngħid illi din il-liġi mhijiex liġi adattata speċjalment għal dawn iż-żminijiet.", "F'ċirkostanzi fejn il-monetary levers should be eased qed ikollna proprju l-kontra, kemm b'din il-liġi, kif ukoll bir-rapport tal-Bank Ċentrali u bil-pożizzjoni li qed jieħu l- istess Bank.", "Jekk il-Bank Ċentrali qed ikollu aktar awtonomija u qed jiddeċiedi l-affarijiet hu, dan għandu jaddotta s-sistema tal-Bank of England.", "Xi xahar ilu kellna konferenza tal-Bank Ċentrali fejn kienu mistednin il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' l-Iżrael u uffiċjal tal-Bank of England li qal bl-aktar mod ċar li l-Bank of England jippubblika d- dettalji tal-minuti u saħansitra anke l-mod kif jivvotaw il-membri tal- Monetary Policy Committee.", "Dan idaħħal il-konċett tal-public scrutiny, li hija xi ħaġa healthy u bżonnjuża għaliex ma tħallix deċiżjonijiet jittieħdu fil-magħluq.", "Istituzzjoni li għandha awtonomija mill-Parlament għandha tkun open to the public, u b'hekk aħna nkunu nistgħu napprezzaw u nikkritikaw fejn hemm bżonn.", "Barra minn hekk, naħseb li din il-ħaġa ddaħħal ukoll ċerta dixxiplina fil-Bank Ċentrali.", "Sur President, baqagħli punt ieħor biss li nixtieq nagħmel.", "Dan l-aħħar konna qegħdin nitkellmu dwar l-andament ekonomiku, speċjalment dwar is- settur tal-manifattura.", "Dan is-settur huwa għal qalbi daqskemm huwa s- settur tat-turiżmu, imma sfortunatament, għall-ewwel darba fi ħmistax-il sena, il-kontribuzzjoni tiegħu naqset.", "Il-value added minn dan is-settur naqas b'ammont sinifikanti.", "Jekk wieħed jaġġusta l-valur miżjud tal- manifattura għall-inflazzjoni jsib illi t-tnaqqis huwa ta' madwar 4%.", "Issa meta l-Ministru tal-Finanzi kien qed jitkellem dwar il-manifattura qal li l- kontribut tas-settur tal-manifattura lejn il-GDP ilu jonqos sena wara sena.", "Imma l-Ministru kien qed jitkellem dwar ix-share tal-manifattura fl- ekonomija.", "Jiena mhux fuq ix-share qed nitkellem imma fuq actual figures ta' valur miżjud illi fl-1997 naqas għall-ewwel darba fi ħmistax-il sena.", "Is-settur tat-turiżmu espanda iktar u allura x-share tal-manifattura naqas, imma minn sena għal sena kien hemm progress u kien hemm żieda fil-valur miżjud.", "Jiena naħseb illi hawnhekk irridu noqogħdu attenti ħafna għaliex għandna sitwazzjoni serja quddiemna li tirrikjedi policy monetarja differenti, speċjalment fejn jidħlu r-rati ta' l-imgħax.", "Is-settur tal- manifattura mhux biss naqqas il-valur miżjud imma naqqas il-profitti b'mod assolut u naqqas ukoll id-dħul mill-impjiegi.", "Din hija l-ewwel darba li ġara dan.", "Jiena nargumenta li din ukoll hija parti mis-slow-down ekonomika li qiegħda tolqot lil pajjiżna.", "Għall-grazzja t'Alla s-settur tat-turiżmu ma kellux tnaqqis pero' rridu nifhmu wkoll illi s-settur tat-turiżmu ġie ffaċċjat bit-tisħiħ tal-lira sterlina, u allura l-lira Maltija mqabbla mal- lira sterlina ddgħajfet.", "Jekk aħna konna qed naqilgħu lira fl-1996, din il- lira fl-1997 ġiet tiswa 11% iktar.", "Aħna rridu noqogħdu attenti għaliex waqt li l-lira sterlina ssaħħet, din taf tinżel ukoll u allura m'għandniex noqogħdu nintefħu wisq u ngħidu li s-settur tat-turiżmu sejjer tajjeb.", "Huwa veru li s-settur tat-turiżmu espanda imma dik l-espansjoni hija ta' natura temporanja u ġejja minn ċirkostanzi barra l-pajjiż.", "Allura rridu noqogħdu attenti anke fit-tip ta' publicity li nagħtu.", "Iċ-ċirkostanzi jirrikjedu li wieħed jara kif jagħmel biex ikompli jżid il-kompetittivita' tat-turiżmu.", "U kif nistgħu nżidu l-kompetittivita'?", "Nistgħu nżiduha b'diversi modi.", "Għandna, per eżempju, l-problema li għaliex m'aħniex fl- Ewropa, turisti li ġejjin mill-Ingilterra qegħdin jiġu ntaxxati għaxar liri sterlini aktar minn turisti li jmorru f'pajjiż fl-Ewropa.", "Din hija xi ħaġa li taħdem kontra tagħna u l-Gvern għandu jaħdem - kif kien qed jagħmel il- Gvern preċedenti - biex din titneħħa.", "Hija wkoll xi ħaġa li sfortunatament m'hemmx ħjiel li tista' tissolva b'mod permanenti jekk aħna ma nerġgħux naqbdu t-triq għal sħubija.", "Kieku aħna qegħdin on the road to membership, allura kien ikollna argument ferm aktar f'saħħtu biex din id- diskriminazzjoni titneħħa anke qabel ma nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta daħħlu din it-taxxa jien kont bgħatt għall-High Commissioner Ingliż u għedtlu li this is discriminatory.", "Imma hu kien qalli li this abides by EU rules.", "U dan huwa veru, it abides by EU rules u tiddiskrimina kontra third countries.", "Meta għedtlu li aħna qegħdin on the road to membership, qalli li kien se jorganizza laqgħa mal-Foreign Secretary Ingliż u maċ-Chancellor of the Exchequer biex is-sitwazzjoni tiġi diskussa.", "Dan l-argument il-Gvern sfortunatament tilfu għax biddel it-triq.", "Issa qegħdin fl-istess sitwazzjoni bħal mijiet ta' pajjiżi li qegħdin barra l-Ewropa.", "Allura llum ma nistgħux nitkellmu fuq special relationship ma' l-Ingilterra għax se nkunu sħab fl-Unjoni Ewropea.", "Hemm modi oħra kif it-turiżmu jista' jissaħħaħ.", "Per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam mal-linja ta' l-ajru għandna problemi għaliex aħna m'aħniex on line għat-third package.", "L-ajruplani ta' l-Air Malta jistgħu jmorru minn post għal ieħor biss, per eżempju minn Malta għal Ruma, jew minn Malta għal Londra, u ma jistax jitlaq ajruplan minn Malta għal Ruma, jaqbad il- passiġġieri minn Ruma u jibqa' sejjer Brussell.", "Dak mhuwiex permess għax m'aħniex fl-Ewropa.", "Dawn huma żvantaġġi li nistgħu negħlbuhom jekk il- Gvern ibiddel it-triq fuq l-Ewropa.", "B'hekk ukoll nistgħu nsaħħu s-settur tat-turiżmu bħalma jissaħħaħ ukoll is-settur tal-manifattura.", "Nixtieq nikkonkludi billi ngħid li din il-liġi hija counter-productive.", "Din il-liġi għandha elementi xejn favorevoli għas-settur finanzjarju.", "Jien nemmen li l-Gvern ma kellux bżonn jiddiskrimina b'dan il-mod mas-settur bankarju, għax seta' ħa iktar dividends mill-profitti li l-banek kienu se jagħmlu minflok ma ħadhom bil-metodu aktar goff ta' tassazzjoni.", "Hawnhekk jiena nara d-differenza bejn partit b'tendenzi soċjalisti u partit li m'għandux tendenzi soċjalisti.", "Partit li għandu tendenzi soċjalisti jippreferi li jaħtaf b'sistema ta' tassazzjoni, waqt li partit bħalma hu l- Partit Nazzjonalista kien jippreferi jħalli l-intrapriża tagħmel qliegħ u jieħu d-dividends minn dak il-qliegħ.", "Aħna ma naqblux ma' din il-liġi mhux biss għax hija budgetary measure imma għax se tagħti daqqa ta' ħarta lis-settur finanzjarju.", "Ma naqblux ukoll mill-aspett politiku, għax din il- liġi hija frott ta' politika tipikament soċjalista.", "Il-Gvern seta' jagħżel toroq iktar market oriented imma pprefera jagħżel din it-triq li, fil-fehma tiegħi, hija goffa u perikoluża għas-settur finanzjarju.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi, aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Hawnhekk għandna abbozz ta' liġi maħsub biex tinġabar taxxa ta' 15% darba biss fuq il-profitti tal- banek kummerċjali.", "M'hemmx dubju li din mhijiex miżura feliċi, anzi jiena nsejħilha miżura ta' emerġenza imma donnu li n-naħa l-oħra qed tistaqsi għalfejn ittieħdet din il-miżura.", "L-Oppożizzjoni titkellem bħallikieku ma hawnx problemi ta' deficit strutturali.", "L-Onor.", "Josef Bonnici donnu ried jagħtina anke spjega ta' x'inhu soċjaliżmu.", "Il-verita' hi, Mr Speaker, illi din it-taxxa ma kenitx introdotta b'kapriċċ imma biex ittaffi ftit mill-problema kbira tad-deficit li l-Partit Laburista sfortunatament wiret.", "Saret ukoll il-kritika illi b'din il-miżura qed ingerrxu lill-istess banek.", "Dan m'hu veru xejn, għax jekk wieħed jaqra r-rapport tas-Central Bank - u issa spiċċajna biex anke nikkritikaw jekk hux partiġġjan - isib li kien hemm tkabbir qawwi fis-sistema bankarja.", "Lill-poplu Malti rridu ngħidulu li l-banek baqgħu jżidu l-moviment tagħhom.", "Jekk naraw kif kienu d- depożiti totali fil-banek fl-1996 taħt il-Gvern Nazzjonalista, insibu li dawn kienu jammontaw għal Lm2.142 biljun.", "Dan meta kellna kollox miexi fuq ir-rubini!", "Meta l-Gvern Laburista kien ilu sena fil-gvern, id-depożiti flok waqfu jew naqsu, żdiedu għal Lm2.351 biljun, jiġifieri Lm200 miljun aktar.", "Din hija xi ħaġa pożittiva.", "Irridu ngħidu wkoll li qatt ma kellna banek barranin daqskemm għandna llum.", "Il-fiduċja fl-investiment żdiedet anke fil-qasam internazzjonali bankarju.", "Qed ngħid dan għaliex anki fil- qasam ta' l-offshore tara li hemm considerable growth li baqa' jiżdied anke fl-1997.", "Dawn huma fatti li jgiddbu l-interpretazzjoni ta' l-Onor.", "Josef Bonniċi li qal illi jħoss illi r-rapport tas-Central Bank mhuwiex ċar fiċ-ċifri li ta.", "L-Onor Bonnici qal ukoll li l-banek barranin m'humiex se jiġu eżentati.", "Jiena rrid ngħid illi ma naqbilx illi l-banek barranin għandhom jiġu eżentati kompletament milli jagħtu sehemhom.", "Aħna qegħdin ngħidu li din il- liġi se tkun fuq il-banek kummerċjali kollha bl-eċċezzjoni tal-Lohombus li huwa bank illi jagħmel ħafna ġid soċjali.", "Din l-eżenzjoni hija tajba, imma mbagħad mhux sew li, per eżempju, il-Midland Bank, illi lanqas jippubblika l-accounts tiegħu biex naraw kemm għamel qliegħ - u tajjeb li l-MFSC tara li din il-ħaġa ma tibqax tiġri - ikun eżenti minn din it-taxxa.", "Xi ħaġa li ma ssemmiet xejn hawnhekk hija il-kwestjoni tax-shareholding.", "Nafu li ħafna mix-shareholders huma Maltin.", "La x-shareholders Maltin qegħdin jikkontribwixxu biex nirranġaw is-sistema finanzjarja tagħna, ix- shareholders barranin għandhom jagħmlu l-istess għaliex dawn ukoll qed jieħdu l-benefiċċju ta' dak illi hu tajjeb fejn għandu x'jaqsam ma' investiment tal-banek.", "Hemm x'wieħed jista' jirranġa, imma s-sitwazzjoni mhijiex xi waħda tal-waħx kif ipprova jpinġiha l-Onor.", "Bonniċi.", "Niġi għal ċerti dettalji li dehru fir-rapport tas-Central Bank.", "Per eżempju, il-current account deficit li fl-1996 kien 11% tal-GDP, dan niżel għal 6%.", "Dan juri li s-sitwazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-external reserves illum hi iktar b'saħħitha, tant li r-riżervi fl-1997 kienu ta' ¥562 miljun.", "Mela fejn hi s-sitwazzjoni ħażina li semma l-Onor Bonnici?", "Id-direzzjoni li sejrin fiha hija waħda tajba.", "L-Onor.", "Bonnici semma wkoll il-kwestjoni tal-GDP.", "Pero' fil-GDP ukoll kien hemm żieda sostanzjali ta' aktar minn Lm50 miljun, u dawn minn x'imkien ġew.", "Mr Speaker, jekk hawn qasam illi fih żgur li qed nimxu fid-direzzjoni t- tajba u qed iħalli frott immedjat, dan huwa l-qasam tat-turiżmu.", "Jiena naqbel ma' l-Onor Bonnici li wieħed irid joqgħod attent għax din l- espansjoni tista' tkun temporanja, imma once illi qbadna d-direzzjoni, dan it-tkabbir jikkontribwixxi b'mod qawwi biex l-ekonomija tibqa' tissaħħaħ.", "Huwa tajjeb li tisma' kumment pożittiv min-naħa l-oħra, kif kien il- kumment ta' l-Onor.", "Bonnici meta qal illi anke l-Oppożizzjoni trid tara l- ekonomija tibqa' tissaħħaħ.", "Dan huwa kumment li jawgura tajjeb.", "Jien naqbel miegħu anke meta ssuġġerixxa li għandu jiġi organizzat seminar mis- Central Bank, kif isir f'ħafna pajjiżi.", "Hu semma l-Ingilterra; jiena naf li, per eżempju, f'pajjiżi żgħar bħal Singapore - li llum għaddej minn problemi minħabba dak li ġara fl-Asja, li juri kemm wieħed irid joqgħod attent meta jiġi biex jirregola s-sistema finanzjarja tiegħu anke f'dawk li huma aspetti ta' interessi - jiġu organizzati seminars bħal dawn mal- bodies kompetenti.", "Hekk ukoll isir fi Franza.", "Nerġa' ngħid, jien naqbel illi s-Central Bank għandu jieħu din l-inizjattiva flimkien mal-membri parlamentari, inkluż dawk ta' l-oppożizzjoni.", "Dawn il-laqgħat jistgħu jkunu ta' ġid għaliex jekk ikunu ta' ġid wieħed ikun qed jara problemi ġejjin, ikun jista' jilqa' għalihom mal-partijiet konċernati.", "Illum nafu x'inhu jiġri fl-Asja.", "Kulħadd kien jemmen illi l-miraklu ekonomiku Asjatiku huwa wieħed preċiż u kien igawdi l-ammirazzjoni ta' pajjiżi oħra.", "Ħadd qatt ma basar illi l-ekonomija Ġappuniża tibda' tistaġna.", "Xi ħadd kien jemmen li kien se jkun hemm ribelljoni fil-Malasja minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja fl-Asja?", "Irrid ngħid li l-Partit Laburista Malti huwa serju għaliex aħna qed naraw dak li n-Nazzjonalisti ma kenux qed jaraw f'disa' snin u għalhekk akkumula kollox b'mod negattiv.", "Huwa għalhekk li aħna rridu nieħdu dawn il-miżuri ibsin.", "U għalhekk din il-liġi hija tajba, għax permezz tagħha se jinġabru bejn ¥3 miljun u ¥4 miljun li se jerġgħu jidħlu fl-organizzazzjoni tas- sitwazzjoni finanzjarja tagħna.", "Irrid ngħid ukoll, Mr Speaker, illi din it-taxxa daħlet ukoll f'pajjiżi oħra, bħall-Ingilterra taħt il-gvern ta' Blair, liema miżura kienet biżżejjed biex tiġbor 5.2 biljun liri sterlini.", "Imma dawk jifilħu jagħmlu dawn il-miżuri għaliex hemmhekk l-iżvilupp finanzjarju huwa diġa' stabbilit.", "F'pajjiżna minkejja dan ix-xokk ta' 15% fuq il-qliegħ tal- banek, is-sitwazzjoni mil-lat ta' investiment flok marret ħażin marret 'il quddiem.", "Dan ifisser illi hemm fiduċja sħiħa fis-sistema bankarja Maltija.", "Fil-Kanada wkoll daħħlu a one-off tax ta' 25%.", "Issa m'iniex qed ngħid li din it-taxxa għandha tkun 25%, imma kien hemm pajjiżi oħra li dehrilhom illi taxxa bħal din għandha tkun aktar għolja.", "Tan-naħa l-oħra tkellmu wkoll dwar l-Ewropa.", "Meta jsemmu l-Ewropa dejjem jipprovaw ipinġu s-sitwazzjoni bħallikieku kollox huwa ward u żahar.", "X'inhi l-verita' fuq il-qasam finanzjarju?", "Il-verita' hi, Mr Speaker, illi fuq il- qasam finanzjarju, minħabba l-kwistjoni tal-Euro...", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva, Mr Speaker, nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 4)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "4) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċi-President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li kienet intalbet division fuq l-emenda ''A'' għal klawsola 2 ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas- Sisa, se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, din il- votazzjoni tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, l-Kumitat kien sospiż fid-9.00 p.m. u rrizuma 20 minuta wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- Emenda \"A\". kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Id-division tittieħed issa.", "VOTAZZJONI NRU 145 FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "L-Emenda \"A\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda ''B'' għal klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed immedjatament, skond il- mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60.", "VOTAZZJONI NRU 146 FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "L-Emenda \"B\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola ġdida 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed immedjatament, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60.", "VOTAZZJONI NRU 147", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Klawsola Ġdida 7 għaddiet u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOANS BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċi-President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li aktar kmieni fis-seduta ntalbet votazzjoni fuq emenda ''A'' għal klawsola 1 imressqa mill-Onor.", "John Dalli se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed immedjatament, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60.", "VOTAZZJONI NRU 148", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-Emenda \"A\" m'għaddietx.", "Fid-9.32 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 1998, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi ligijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali – it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Madam Speaker, illum xtaqt inwassal il-vuċi ta' dawk illi ma tantx għandhom saħħa fis-soċjeta'.", "Qed nirriferi għat-tfal.", "Sfortunatament dan l-aħħar fuq il-mezzi tax-xandir u fil-gazzetti smajna b'ħafna każi ta' abbuż fuq it-tfal u dawn qegħdin dejjem jiżdiedu.", "B'dispjaċir kbir ngħid li s-soċjeta' li ngħixu fiha qiegħda kull ma tmur tinbidel u l-kultura li qegħdin inħaddnu m'hijiex dik li trabbejna fiha aħna.", "Diversi tfal qegħdin ikunu vittma ta' abbuż minħabba influwenzi minn oqsma differenti.", "Hija sfortuna li tfal ta' eta' żgħira, daqshekk vulnerabbli u teneri, minflok li jsibu min jipproteġġihom, isibu min jabbuża minnhom.", "Sa ftit tas-snin ilu, każi bħal dawn konna nisimgħu bihom barra minn xtutna biss imma diżgrazzjatament illum anke t-tfal tagħna qegħdin isibu ruħhom abbużati kontinwament.", "Kontra qalbi ngħid li f'pajjiżna wkoll kellna każi ta' tfal li sabu min jittantahom fl-iskejjel.", "Dan l-aħħar smajna saħansitra b'każ ta' persuna li kellha l-ardir taħbi d-droga fil- ħwejjeġ tat-tarbija tagħha, basta tissodisfa l-għatx għad-droga.", "L-abbuż fuq it-tfal jinqasam f'fergħat differenti.", "Dan l-aħħar attendejna għal laqgħa ta' l-Assemblea Parlamentari tal- Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg u f'wieħed mir-rapporti li tressqu għad- diskussjoni li ħadt sehem fiha jien ukoll, kien jittratta proprju l-abbuż tat-tfal.", "Dan ir-rapport kien dettaljat u nista' ngħid li titkexkex mhux ftit meta tisma' bil-ħruxija li jgħaddu minnha ċerti tfal.", "Ħafna minn dawn it-tfal qed isibu ruħhom jiġu abbużati sesswalment għall-pornografija u l- prostituzzjoni.", "Imbagħad, agħar minn hekk, insibu tfal li jiġu abbużati fi ħdan il-familji tagħhom stess u oħrajn jiġu addottati bl-iskop li jintużaw għall-pornografija.", "Huwa importanti li nsiru nafu aktar dwar dan li fih dan ir-rapport u naddottaw il-miżuri kollha kontra dan l-abbuż kif jaddottaw pajjiżi oħra msieħba fil-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Minn studju li sar instab li n-numru ta' tfal li qed jiġu abbużati qiegħed bil-mod il- mod jinfirex u mhux biss ma' l-Ewropa imma anke mal-bqija tad-dinja, tant li nistgħu ngħidu li llum huwa wieħed allarmanti.", "Skond records li ħarġu minn kungress li sar fi Stockholm fl-1996, instab illi fl-Istati Uniti, per eżempju, madwar 300,000 tifel u tifla qed jiġu abbużati kull sena filwaqt li fil-Filippini n-numru ta' tfal li jiġu wżati u abbużati għal skopijiet ta' prostituzzjoni huwa allarmanti u tat-twerwir; fil-fatt ilaħħaq madwar 650,000.", "Fl-Indja, in-numru ta' tfal li jiġu abbużati huwa ta' madwar 400,000 u jekk nersqu aktar qrib pajjiżna nsibu li fi Franza madwar 8,000 tifel u tifla jintużaw u jiġu abbużati fid-dinja tal- prostituzzjoni.", "Madam Speaker, min tassew iħobb lit-tfal u jibża' għalihom jaf li din ir- realta' drammatika li qegħdin ngħixu fiha tnissel ċertu wġigħ għax filwaqt li niftaħru li qed ngħixu f'dinja demokratika m'aħniex qed nimxu bil- prinċipji tad-demokrazija fejn jidħlu tfal innoċenti.", "Fost il-miżuri li tkellimt dwarhom fid-diskussjoni li saret fi Strasbourg semmejt ukoll is- sehem tal-familja.", "Huwa importanti li f'Malta jkollna familji b'saħħithom li tassew jieħdu ħsieb it-tfal.", "Qed ngħid hekk għax dan l-aħħar issemmiet ħafna l-familja.", "Peress li anke hawn Malta għandna numru ta' familji mkissrin, jista' jagħti l-każ illi anke fi ħdan dawn il-familji jkun hemm tfal li jiġu abbużati f'kull sens, jiġifieri bi swat, abbużi sesswali u abbużi għal skopijiet ta' qliegħ ta' flus.", "Għalhekk irridu nisħqu biex il- familja Maltija nieħdu ħsiebha aktar ħalli ma tkomplix titkisser.", "Imma fejn din diġa' tkissret - mhux se nidħol f'dan l-argument - irridu noħolqu dawk l-istrutturi sabiex kemm jista' jkun, aktar milli lill-omm u lill- misser, ngħinu lit-tfal għax dejjem huma jkunu l-vittmi.", "Jekk fil-familji tagħna ma jkunx hemm dawn il-valuri, l-aktar nies li se jmorru minn taħt huma t-tfal.", "Xtaqt nirriferi wkoll għall-aspett ta' l-edukazzjoni fejn jidħol l-abbuż tat-tfal.", "Meta nsemmi l-qasam edukattiv ma nirriferix biss għall-iskejjel, għax hemmhekk insibu min jagħmel xogħol ta' guidance, u lanqas nirriferi għad-dipartiment fejn insibu social workers u welfare officers li meta jsiru jafu b'każijiet bħal dawn jieħdu ħsiebhom mill-ewwel.", "Nirriferi għall-edukazzjoni f'kontest aktar wiesa'.", "Hemm bżonn li jkollna aktar programmi ta' edukazzjoni fuq il-mezzi tal-media sabiex kemm it-tfal kif ukoll il-kbar ikunu jafu aktar dwar l-abbuż.", "Huwa meħtieġ li l- ġenerazzjonijiet li telgħin ma jkunux illitterati għax aktar ma l-poplu jkun edukat u mgħallem, aktar ikun jista' jagħraf jagħmel distinzjoni bejn it-tajjeb u l-ħażin.", "Ħaġa oħra li rridu nisħqu fuqha hija l-vjolenza li qed tissemma ħafna, tolqotna lkoll u ħafna drabi jkunu vittmi tagħha t-tfal.", "Kemm jista' jkun irridu nħaffu aktar il-pass sabiex il-vjolenza, speċjalment fuq it-tfal, titnaqqas.", "Nafu li ħafna drabi fejn ikun hemm il-vjolenza fid-dar, l- aggressuri jkunu l-ġenituri stess u din tista' tiġi trasmessa fuq uliedhom.", "Madam Speaker, qed nitkellem b'dan il-mod għax ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin b'dawn l-affarijiet qisu ma ġara xejn.", "Hemm bżonn li titqajjem kuxjenza f'dan ir-rigward.", "Jien nappella lill-ġenituri biex ikunu huma stess li jipprotestaw kontra l-vjolenza u l-abbuż fuq it-tfal għax il-ħsara li ssir lil uliedhom tibqa' riflessa fuqhom anke meta jikbru u jiġu biex jifformaw familja huma stess.", "Għalhekk irridu nisħqu aktar biex il-familji tagħna jkunu aktar b'saħħithom, biex lit-tfal nagħtuhom aktar valuri u fuq kollox nagħtuhom il-protezzjoni meħtieġa.", "Għalhekk meta bdejt, għidt li se nitkellem f'isem dawk li m'għandhomx leħen sabiex dawn ikollhom aktar protezzjoni min-naħa legali, għax wara kollox għada pitgħada dawn it-tfal se jkunu n-nisa u l-irġiel tagħna.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Grazzi, Madam Speaker.", "Xtaqt inkompli proprju fuq l-istess suġġett illi għażlet il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Maria Camilleri, jiġifieri dwar l-abbuż tat-tfal.", "Minn rispsota għal domanda parlamentari li jien għamilt ftit tal-ġimgħat ilu rriżulta li minn Awissu ta' l-1997 sa l-aħħar ta' Marzu, 1998, jiġifieri f'sitt xhur biss, 14-il persuna ġew imtellgħin il-qorti akkużati b'abbuż sesswali fuq it-tfal u sebgħa oħra ġew akkużati li wżaw vjolenza fuq it-tfal.", "Ħadd ma jaf kemm persuni akkużati fuq dan it-tip ta' reati ġew imressqin il-qorti fil-passat għax il-Pulizija ma kenitx iżżomm record tagħhom.", "Li hu ċert hu li fl-aħħar għaxar snin ġew irrapportati madwar 900 każ ta' child abuse lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.", "Jiena ma nistax nifhem għaliex il-Pulizija ma kenitx iżżomm statistika ta' reati bħal dawn meta mbagħad fuq kwalunkwe tip ta' reat ieħor li m'huwiex daqshekk importanti, il-Pulizija kienet metikoluża ħafna.", "Fil-fatt għandna records ta' kemm nies ħammġu barra, kemm nies pejpu fuq karozzi tal-linja jew fl- isptarijiet, u kemm nies kisru r-regolamenti tal-kaċċa, forsi għax użaw ċomb oħxon, jew għax kellhom erbat iskrataċ flok tlieta jew għax daħlu f'xi riserva.", "Filwaqt li r-records ta' reati bħal dawn imorru lura snin twal, iż-żamma ta' records dwar reati serjissimi konnessi ma' abbuż fuq it-tfal, imorru lura biss għal Awissu li għadda, u f'dan il-ftit żmien ittellgħu diversi persuni l-qorti kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Madam Speaker, mill-figuri ta' l-aħħar xhur tinduna li din il-problema teżisti bis-serjeta' f'pajjiżna, pero' ma nistgħux ngħidu kemm hi kbira peress li l-figuri li għandna jmorru lura biss ftit tax-xhur.", "Ħafna nies jaħsbu li l-abbuż mit-tfal jikkonsisti biss f'abbuż ta' natura sesswali, pero' hemm diversi forom oħra li jew ftit naħsbu fihom jew ma tantx nafu bihom.", "Hemm l-abbuż ta' natura sesswali, li diġa' semmejt, u li jfisser li wieħed juża, iħaddem, jipperswadi, iħajjar jew jisforza lit-tfal biex jieħdu sehem f'sess jew f'affarijiet oħra li jħajru lill-bniedem għas-sess.", "Hemm każijiet oħra, bħal stupru, prostituzzjoni, pornografija jew anke incest mat-tfal.", "Imbagħad hemm ukoll abbuż ta' natura fiżika fejn it-tfal jiġu litteralment imweġġgħin b'mod vjolenti, b'daqqiet ta' ponn jew ta' sieq jew it-tfal, speċjalment dawk żgħar ħafna, jiġu mċaqilqin b'mod vjolenti għax ikunu qed jibku ħafna, tfal jiġu migduma jew anke maħruqa, eċċ. Kultant issib min jirreaġixxi b'dan il-mod mingħajr ma jkollu f'moħħu li jweġġa' lit-tfal.", "Imbagħad hemm abbuż ieħor li wieħed jista' jsejjaħlu child neglect, li jista' jieħu diversi forom.", "Fosthom hemm l-abbuż ta' natura fiżika, ngħidu aħna tfal ikunu ma jifilħux u jdum ma jissejjaħ it- tabib.", "Din hija traskuraġni.", "Każijiet oħra huma ta' tfal li jiġu abbandunati, ma jiġux imlibbsin sew, ma jiġux mitmugħa tajjeb, jitkeċċew mid-dar jew jitħallew jitilqu mid-dar qisu ma ġara xejn.", "Ġieli smajna b'każijiet fejn tfal jitħallew jiġru f'gallariji jew fuq il-bjut allavolja jkunu għadhom ta' eta' żgħira.", "Din ukoll hija traskuraġni.", "Imbagħad hemm dak li jissejjaħ educational neglect fejn persuna, li hi obbligata tara li t-tfal tagħha jieħdu l-aħjar forma ta' edukazzjoni possibbli, tippermetti li t-tfal tagħha ma jmorrux skola għal żmien irraġonevoli jew inkella tkun taf li qed jaħarbu mill-iskola u ma tagħtix kas.", "Dan ukoll huwa abbuż.", "Hemm ukoll l-abbuż emozzjonali f'każijiet fejn ikun hemm ġlied eċċessiv u bla bżonn fil-familja jew bejn il-ġenituri u dan isir quddiem it-tfal.", "Każ ieħor ta' abbuż huwa li tkun taf li t-tfal tiegħek qed jabbużaw mid-droga jew mix-xorb u ma tagħtix kashom u ma tipprovax tgħinhom.", "Tip ieħor ta' abbuż hu dak ta' psychological neglect fejn wieħed ma jagħtix kas tat-tfal billi ma jurihomx l-imħabba li għandhom bżonn jew isiru preferenzi ma' wħud minnhom.", "Forma oħra ta' abbuż fuq it-tfal tista' tkun li toqgħod tinkihom u tgħidilhom li jekk ma jagħmlux it-tali ħaġa jew jekk ma jgħaddux mill-eżami, per eżempju, se tpattihielhom mod ieħor.", "Tkun xi tkun il-forma ta' abbuż li wieħed iwettaq fuq it-tfal, li hu ċert hu li dawn il-każi ftit li xejn jiġu rrapportati jew jaslu f'widnejn l- awtoritajiet u allura tinbet dik li ngħidulha conspiracy of silence, speċi ta' konfoffa ta' silenzju.", "Ħafna drabi dawn it-tfal jiġu mhedda u jħossuhom traduti għax ġeneralment min jimmaltrattahom tkun persuna li jafuha u jħobbuha u allura jippretendu li tkun tħobbhom ukoll.", "Dawn jispiċċaw iħossuhom ħatja li huma għamlu xi ħaġa ħażina u mhux min jimmaltrattahom.", "Ħafna drabi jħossuhom maħmuġin u jaħsbu li jekk jikxfu lil min ikun mexa ħażin magħhom iġibu ħafna nkwiet fil-familja.", "Sfortunatament jiġri wkoll li jkun hemm adulti - l-omm, il-missier jew l- aħwa - li jkunu jafu b'dawn l-affarijiet u jagħżlu li ma jitkellmux biex ma tkomplix tikber il-problema.", "F'Malta żgur illi m'hawnx struttura sodisfaċenti li toffri għajnuna lil dawn it-tfal li jiġu abbużati u wisq anqas lil min isir jaf bihom.", "Aħna t- tobba, li ħafna drabi nkunu minn ta' l-ewwel illi jiġina xi suspett f'każi bħal dawn, m'aħniex trained dwar x'għandna nagħmlu jekk ikollna suspett ta' dan it-tip, aħseb u ara ħaddieħor li jista' jinduna b'dawn l-affarijiet jew jiġih suspett.", "Madam Speaker, illum f'pajjiżna jeżistu diversi kummissjonijiet; hemm kummissjonijiet għall-ugwaljanza bejn is-sessi, għall- avvanz tal-mara, fuq id-diżabilita', fuq il-moralita' fiskali fuq il- familja, u mitt kummissjoni oħra.", "Imma mbagħad m'hu qed isir xejn biex niġġieldu abbuż daqshekk serju u nħarsu d-drittijiet tat-tfal, bil- konsegwenza li l-abbuż qiegħed dejjem jikber.", "Sfortunatament f'każijiet ta' abbuż, flok li titneħħa mid-dar il-persuna li tkun għamlet ir-reat biex tintbagħat għat-terapija, jispiċċaw jitneħħew it-tfal li jkunu sofrew minn dak l-abbuż jintefgħu f'xi istitut bħallikieku dak li ġara kien tort tagħhom.", "Dan ikompli jġiegħel lit-tfal iżommu fommhom sieket meta jgħaddu minn dan it-tip ta' abbuż.", "Ħaġa oħra li jien inħoss illi għandna nagħtu kasha hija n-nuqqas ta' konsistenza fl-għoti ta' pieni mill-qrati tagħna.", "Ikun hemm każi fejn l- akkużati jissemmew b'isimhom u oħrajn fejn ma jissemmewx.", "Li ma jissemmiex isimhom meta dawn ikunu ġew akkużati nifhimha, imma mbagħad jekk dawn jinstabu ħatja għandhom jissemmew.", "Għaliex m'għandekx tkun taf li t-tali persuna tabbuża mit-tfal?", "Jista' jkun li t-tifel tiegħek ikun jagħmilha miegħu.", "Allura għaliex m'għandekx tkun tafhom dawn l-affarijiet?", "Ġieli jingħataw pieni li jkunu redikolissimi.", "Riċentement kien hawn każ fejn bniedem ma nstabx ħati għax m'użax vjolenza fuq it-tfal.", "Mela biex tabbuża mit-tfal hemm għalfejn tuża' l-vjolenza?", "Jekk dawn jiġu tricked u abbużati sesswalment xorta waħda tkun abbużajt minnhom allavolja ma wżajtx vjolenza.", "Ġieli xi ħadd jingħata sentenza sospiża għax ikollu kondotta nadifa.", "Kondotta nadifa ma tfissirx li dawn l-affarijiet ma jkunx wettaqhom!", "Jekk ma jkunx hemm provi li dawn l-affarijiet ikunu saru kollox sew, imma ladarba ġew ipprovati jkunu saru.", "Allura għalfejn nagħtuhom sentenza sospiża?", "Is-sentenzi li qed jingħataw lil min jinstab ħati ta' dawn ir- reati huma redikoli u kważi kważi taċ-ċajt, u dan assolutament ma jikkontribwixxix biex il-poplu jkompli jibni l-fiduċja tiegħu fil-qrati.", "F'dan il-qasam ta' abbuż fuq it-tfal, li żgur ma nistgħux ngħidu li ma jeżistix f'pajjiżna, qegħdin lura u għad hemm ħafna x'isir.", "Ma nistgħux nibqgħu b'għajnejna magħluqin kif bqajna s'issa għal snin twal filwaqt li dawn l-affarijiet koroh qegħdin isiru ta' kuljum madwarna.", "It-tfal għandhom id-drittijiet tagħhom ukoll, bħalma għandna d-drittijiet aħna l-adulti.", "Pero' aħna għandna d-dmir li nieħdu ħsieb id-drittijiet tat- tfal u naraw li lit-tfal nipproteġuhom kif jixraq u kif inhu sewwa.", "Inħoss li f'dawn l-affarijiet għadna lura.", "Hemm bżonn naraw kif il-ġenituri u anke t-tfal jistgħu jindunaw b'abbuż u jirrapportawh.", "Hemm bżonn naraw kif dawk kollha li jkollhom kuntatt mat-tfal jew mal-ġenituri tagħhom jindunaw b'dawn il-każijiet ta' abbuż.", "Hemm bżonn ta' struttura u metodi li jiggwidaw kif wieħed għandu jinduna b'abbużi ta' din in-natura u kif irid jirrapporta dawn il-każijiet.", "Irridu naraw hawnx counsellors biżżejjed, kemm għal min jiżbalja kif ukoll għat-tfal illi jiġu abbużati.", "Għandu jsir follow-up kontinwu ta' dawn il-persuni u mhux inħalluhom għal riħhom qisu ma ġara xejn.", "Irridu naraw li jkollna konsistenza fil-qorti u rridu naraw ukoll kif jixhdu t-tfal.", "Issib nies adulti li jibżgħu jirfsu l-għatba tal- qorti, aħseb u ara tifel jew tifla ta' ftit snin li jridu jidhru quddiem awla nies!", "Dawn jitwerwru u ma jgħidu xejn, speċjalment jekk quddiemhom ikun hemm l-akkużat u allura akkużat jispiċċa joħroġ liberat, kif ġara s'issa.", "Hemm bżonn li naraw x'nagħmlu.", "Għandu jinħoloq kumitat jew kummissjoni biex wieħed jara x'għandu jsir dwar dawn il-problemi.", "Jiena nħoss li wasal iż-żmien li nibdew nagħmlu xi ħaġa konkreta dwar din il- forma t'abbuż u mhux nibqgħu nagħlqu għajnejna - bħalma għamilna fil-passat - għal din il-pjaga li qiegħda tattakka, tifni u tkompli tkisser lis- soċjeta' Maltija.", "Barra minn Malta din il-problema jeħduha bis-serjeta' ħafna u jsir ħafna xogħol biex tingħeleb imma sfortunatament hawn Malta ftit qed isir.", "Għalhekk hemm bżonn illi xi ħadd jieħu passi konkreti ħalli nibdew nattakkawha bis-serjeta' aħna wkoll.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada, l- Erbgħa, 27 ta' Mejju, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fl-10.02 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENTI TA' PROPRJETA'", "14036.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati atti ta' trasferiment ta' proprjeta' fir-Reġistru Pubbliku matul Marzu 1998?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul Marzu ġew irreġisrati fir-Reġistru Pubbliku ta` Malta 1586 - Noti ta` atti ta` trasferimenti ta` proprjeta' inklużi atti Causa Mortis u testmenti pubbliċi u 165 fir-Reġistru Pubbliku ta` Għawdex.", "QRATI - KAWŻI", "14037.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'riferenza għax-xahar ta' Marzu 1998, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew introdotti kawżi, maqsuma skond kull qorti kompetenti; (b) kemm ġew deċiżi kawżi kategorizzati skond kull qorti kompetenti; (ċ) kemm kien hemm kawżi pendenti kategorizzati skond kull qorti kompetenti; u (d) kull imħallef u maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda ta-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "14038.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għax-xahar ta' Marzu, 1998, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; (b) kemm ġew allokati djar mid- dipartiment; (ċ) kemm saru rikonoxximenti ta' kera; (d) kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar; (e) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; (f) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "1.", "Daħlu 62 applikazzjoni skond il-lokalitajiet imsemmija fl-anness.", "2.", "13-il post ġie allokat.", "3.", "Saru 9 rikonoxximent ta' kera.", "4.", "20 post ġew lura f'idejn id-Dipartiment.", "5.", "Fl-aħħar ta' Marzu id-dipartiment kellu 34 proprjeta' li tista' tiġi allokata.", "6.", "Fl-aħħar ta' Marzu kien hemm 4,784 applikazzjonijiet pendenti *", "* Peress li kontinwament ikun hemm tibdil fin-numru ta' applikazzjonijiet minħabba allokazzjonijiet ta' postijiet u kanċellamenti ta' applikazzjonijiet, in-numri mogħtija huma validi biss fil-ġurnata partikolari li fiha tkun inġabret l-istatistika mid-Database tad- Dipartiment - f'dan il-każ il-21 ta' Mejju, 1998.", "KUNSILLI LOKALI - ĊIRKOLARIJIET/MEMOS", "14039.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ- ċirkolarijiet/memos maħruġa lill-kunsilli lokali matul Marzu, 1998?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "POSTA - BOLOL ĠODDA", "14405.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti lista tas-sets ta' bolol ġodda li ħarġu mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum; kemm kien il-valur totali ta' kull set; id-data ta' meta u f'liema gazzetti kien ippubblikat l-avviż tal-ħruġ ta' kull set partikolari (eskluża l-Gazzetta tal-Gvern) biex b'hekk javża lill-pubbliku in ġenerali u l-aktar lid-dilettanti u kollezzjonisti tal-First Day Cover li kienu ħerġin dawn il-bolol; u kemm kien il-valur totali miġbur mill-bejgħ fl-ewwel jum tal-ħruġ ta' kull set partikolari ta' dawn il-bolol?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat illi mill-1 ta' Jannar ta' din is- sena sal-lum, inħarġu tlett settijiet ta' bolli li huma:-", "Teżori ta' Malta (Ilbies ta' l-Imgħoddi u l-Belt Valletta - Belt Kulturali Ewropeja, Ġunju 1998) Valur Totali: 70ċ", "Kommemorazzjonijiet 1798-1998 (Tluq tal-Kavallieri - Il-Miġja tal- Franċiżi) Valur Totali: 44ċ", "Ewropa 1998 (Regatta tat-8 ta' Settembru) Valur Totali: 51ċ", "Jiena nformat ukoll li l-ammonti ta' bejgħ ikkalkolati għal dawn it-tlett settijiet fl-ewwel jum tal-ħruġ kienu: Lm25,813, Lm9,224 u Lm45,087 rispettivament.", "Dawn il-figuri jinkludu biss bejgħ mill-Uffiċċju Filateliku tal-Marsa u mill-counter Filatelika li hemm il-Belt.", "Taħt is-sistema preżenti huwa diffiċli tgħid bl-eżatt kemm jinbigħu bolli ta' ħarġa kommemorattiva għaliex fil-ġurnata tal-ħruġ jinbigħu kull xorta ta' bolol li jkunu fl-istock.", "Għalkemm ma ħarġux avviżi bi ħlas fil-gazzetti u l-media, madankollu xorta jinħarġu stqarrijiet għall-istampa u jintbagħtu kampjuni lill-media kull meta jinħareġ sett ġdid.", "Hemm mill-media min jagħti coverage tajjeb u hemm min ma jagħti xejn.", "Barra minn dan kull meta joħroġ sett ġdid kull fergħa tal-posta jkollha ukoll, għal min hu nteressat, fuljett li jagħti dettalji fuq ix-xahar li fih ikun se joħroġ is-set komemmorattiv li jmiss.", "Posters kbar jitwaħħlu wkoll f'kull fergħa u uffiċċju tal-Posta xi jiem qabel il-ħruġ ta' set kommemorattiv li jindikaw id-data eżatt tal-ħruġ.", "MEDICAL STORES - STAFF", "14406.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff nieqes mill-medical stores tad-Dipartiment tas-Saħħa u xi grad għandhom dawk nieqsa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Qed jinħadem Manpower Plan ġdid għas-setturi kollha tas-saħħa.", "Kif dan jiġi ffinalizzat wieħed ikun possibbli li jkun jaf aktar eżatt is-sitwazzjoni dwar staff nieqes.", "MSIDA - TRIQ ĊENSU FARRUGIA", "14407.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq Ċensu Farrugia, fl-Imsida?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-triq imsemmija hija responsabbilta' tal- kunsill lokali.", "L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SAĦĦA - CGMO", "14408.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi appuntat is-CGMO?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "DIABETE - STIKEK TAZ-ZOKKOR", "14409.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li l- istikek taz-zokkor li jingħataw b'xejn mill-gvern se jinbidlu?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġodda jkunux jistgħu jintużaw mill-makni taz-zokkor li għandhom il-pazjenti bħalissa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-marka ta' l-istikek li jingħataw b'xejn mill- gvern tiddependi minn liema ditta jew aġenzija tirbaħ it-tender li minn żmien għal ieħor il-gvern joħroġ għal dan il-għan.", "Ġeneralment l-istikek ta' ditta partikolari jkunu jistgħu jintużaw biss mal- makna ta' l-istess ditta.", "Għal dan il-għan it-tender fiha klawsola li tobbliga lil min jirbaħ l- offerta li jipprovdi l-makni addattati.", "IL-FEJDA HOME - MARD INFETTIV", "14410.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tfajliet li hemm jgħixu fil-Fejda Home humiex ittestjati għall-mard infettiv bħal HIV jew Hepatitis?", "Billi ġieli jinqalgħu argumenti bl-idejn ma l-istaff, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' coverage għandhom l-istaff fil-każ li jieħdu xi marda infettiva waqt il- qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Wieħed mir-rekwiżiti għad-dħul ta' tfajla f'Programm Fejda huwa eżami mediku komprensiv.", "Dan l-eżami mediku jinkludi testijiet tad-demm li fosthom hemm it-test għall-\"HIV\" u għall-Hepatitis.", "S'issa r- riżultati kienu dejjem negattivi.", "Madankollu, l-istaff mill-bidu nett tal-ftuħ ta' Programm Fejda kien inkoraġġit sabiex jagħmel l-immunizzazzjoni kontra l-Hepatitis u għal dan l- iskop saru arranġamenti sabiex l-immunizzazzjoni tiġi mogħtija gratis bl- inqas inkovenjenza possibbli.", "L-inċidenti bl-idejn li nqalgħu matul dan l-aħħar sitt xhur kienu kollha ta' natura ħafifa u bl-ebda mod ma poġġew lil xi membru ta' l-istaff f'periklu ta' xi infezzjoni.", "L-impjegati ta' Programm Fejda huma koperti bil-liġi tas-Sigurta' Soċjali li tipprovdi għall-infortuni kkaġunati fuq il-post tax-xogħol.", "Irrid inżid ukoll li s-salarju ta' l-impjegati ta' Programm Fejda ġie stabbilit b'mod li jippermettilhom li fuq inizjattiva personli jagħmlu polza ta' assigurazzjoni medika.", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14488.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d- dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is-servizz f'kull każ?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ir-risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14489.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is-servizz f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fis-snin 1996 u 1997 id-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali kellu Maintenance Agreement mad-ditta Philip Toledo Ltd.", "Intefqu Lm501.32 fl-1996 u Lm480.18 fl-1997.", "Fl-istess perjodu l-Awtorita' tad-Djar kellha Maintenance Agreement ma' Electronic Systems International, lil liema ditta tħallset is-somma ta' Lm420 fis-sena sas-26 ta' Jannar 1998 meta l-kuntratt ġie terminat.", "Dawn kienu l-uniċi ftehim ta' din ix-xorta ma' ditti magħmula minn entitajiet fil-Ministeru tiegħi.", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14490.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is-servizz f'kull każ?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej:-", "Malta International Airport", "Kumpanija Dettalji Perjodu Ammont Totali LM", "Shireburn Professional 01/01/1996 - 578.68 Software Fees: PSC 31/12/1996 Ltd.", "System", "Shireburn Professional 01/01/1997 - 578.68 Software Fees: PSC 31/12/1997 Ltd.", "System", "The Systems Maint.", "Agreement 15/10/1996 - 251.28 Co. Ltd.", "Stock Control 14/10/1997 System The Systems Maint.", "Agreement 15/10/1997 - 287.47 Co. Ltd.", "Stock Control 14/10/1998 System", "Malta Maritime Authority", "Computime Hardware Maint.", "1996 1419.10 Ltd.", "Agreements 1997 1650.25", "Avantech Hardware Maint.", "1996 241.50 Agreements 1997 200.00", "Computime Software Maint.", "1996 1090.86 Ltd.", "Agreements 1997 387.56", "Shireburn Software Maint.", "1996 115.00 Ltd.", "Agreements 1997 115.00", "Posta Limited", "Dakar Maint.", "Agreement 1996 384.00 Software fuq software 1997 384.00 System provdut mill- istess kumpanija", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14491.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d- dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is-servizz f'kull każ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14492.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d- dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is-servizz f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-1997, id-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani kellu maintenance agreement għar-rigward ta' I.T. software mal-kumpannija Computime.", "Il-ħlas fis-sena kien ta' Lm407.", "L-Isptar Zammit Clapp kellu maintenance agreement ma' Databyte Computer Services bejn Jannar 1996 sa Jannar 1997.", "Il-ħlas kien ta' Lm2,663.40.", "Minn Ottubru 1997 sa Diċembru 1997 l-Isptar Zammit Clapp kellu maintenance agreement ma' Shireburn Software Ltd.", "Dan kien bla ħlas għaliex dan kien għadu taħt garanzija.", "Fis-snin 1996, u l-1997 il-Malta Information Technology and Training Services Ltd.", "(MITTS), li qabel kienet tissejjaħ il-Management Systems Unit Ltd.", "(MSU), kellha kuntratti fir-rigward ta' sistemi ta' computer li kienu qegħdin jiġu mplimentati fid-Diviżjoni tas-Saħħa.", "B'riżultat ta' dawn il- kuntratti, id-Diviżjoni tas-Saħħa għamlet ħlasijiet għall-maintenance ta' hardware u software kif jidher hawn taħt:", "Kumpanija Hlas fl-1996 Hlas fl-1997", "SMS (Ireland) Ltd.", "GBP 142,969 (Software) MTL 104,048 GBP 300 (hardware)", "MAK Systems France/ Megabyte Ltd.", "MTL 4013.50* MTL 4013.50*", "*Imħallsin direttament mill-MITTS.", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14493.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is- servizz f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14,493 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "14608.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti globalment fil-Junior Lyceum?", "Jista' jingħata breakdown taċ-ċifra skola bi skola u x'kien l-ammont globali tal-Budget ta' kull skola sekondarja li jista' jintnefaq mill-Head?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru globali ta' studenti fil-Junior Lyceum huwa 9262.", "Il-lista biċ-ċifri li kull skola tista' tonfoq tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦABS ĊIVILI - PROĠETT", "14609.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema parti mill-proġett tal-Ħabs hu maħsub li jinbeda din is-sena?", "Liema parti hu maħsub li titlesta din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-parti magħrufa bħala n-New Female Wing, li l-bini fuqha diġa' inbeda, huwa maħsub li titlesta fi żmien ħames xhur oħra.", "Wara li titlesta din il-parti, hu maħsub li jibda x-xogħol fuq ir-Remand u l-Administration Blocks.", "ĦABS ĊIVILI - POST TA' MANAGER", "14610.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'vakanzi hemm fil-complement tal-Ħabs?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal Manager fil-Ħabs?", "Saru l-interviews u fiex wasal il- proċess ta' l-għażla?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fil-Ħabs hemm diversi vakanzi.", "Fil-fatt, bħalissa hemm numru ta' pulizija jaħdmu l-ħabs biex itaffu xi ftit dan in-nuqqas.", "Informat ukoll li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet imma nista' ngħid li n-numru ta' dawk li applikaw huwa inqas minn numru ta' vakanzi.", "Il-proċess ta' l-għażla tagħhom għadu għaddej.", "In-numru ta' applikazzjonijiet għall-post ta' Manager kien ta' 18 u l- proċess ta' l-għażla wkoll għadu għaddej.", "PULIZIJA - PERSUNI ARRESTATI", "14611.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-1996: a) kemm ġew arrestati persuni in konnessjoni ma' reati ta' droga; kemm minnhom fuq pussess, kemm minnhom fuq traffikar; b) kemm ġew persuni mressqa l-Qorti; kemm minnhom fuq pussess; kemm minnhom fuq traffikar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li matul l-1996 ġew arrestati 735 persuna in konnessjoni ma' reati konnessi ma' droga.", "Ninsab informat ukoll li matul l-istess perijodu tressqu l-Qorti 296 persuna li minnhom 226 ġew akkużati b'pussess ta' diversi drogi, filwaqt li s-70 l-oħra ġew akkużati bi traffikar ta' droga.", "Iċ-ċifra ta' 70 tinkludi persuni li ġew akkużati bl-importazzjoni u pussess mhux għall-użu personali ta' drogi.", "PULIZIJA - REINSTATEMENT", "14612.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 14195, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) f'liema rank ġie reinstated il-persuna in kwestjoni; b) x'inhu l-isem ta' din il-persuna; c) kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal reinstatement; d) kemm minnhom ġew rifjutati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-persuna in kwestjoni ġiet reinstated fir-rank li kellha qabel ma telqet mill-Korp, ċioe', fir-rank ta' Maġġur.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ma nħossx li hu prudenti li nagħmel pubbliku l-isem ta' l-individwu kkonċernat, u jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq nista' ngħaddielu din l-informazzjoni b'mod konfidenzjali.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, ninsab informat li fil-preżent hemm 77 talba għall-reinstatement pendenti, filwaqt li żewġ talbiet ġew irrifjutati.", "MANOEL ISLAND - KONSORZJU", "14623.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet mal-konsorzju kkonċernat dwar titlu fuq l-art ta' Manoel Island?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-taħditiet mal-konsorzju kkonċernat għadhom għaddejjin.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "14624.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14364, jista' l-Ministru jgħid lil min kienet awarded din it-tender, jekk kenitx magħżula l-orħos offerta, u jekk le fuq liema kriterja kienu magħżula d-disinjaturi li lilhom kienet mogħtija t-tender?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Norman and Dawbarn Ltd. ġew identifikati biex ikunu awarded it-tender.", "Ma ġietx magħżula l-orħos offerta.", "Dawn id- disinjaturi ġew mogħtija dan it-tender fuq żewġ kriterji:", "- Jintlaħqu t-tender specifications - L-ammont totali.", "GARDEN OF EDEN - GARAXXIJIET", "14625.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta li l-Viċi Prim Ministru ddikjara li se jagħmel fuq l-għoti ta' permess għal bini ta' garaxxijiet lill-Garden of Eden?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Wara li ġew mitluba biex jagħmlu l-inkjesta, żewġ Imħallfin, wieħed irtirat u warajh ieħor sedenti, u t-tnejn għal raġunijiet validi rrikużaw irwieħhom, l-inkarigu għal din l-inkjesta ngħata lill- Maġistrat li kien mitlub jibda l-inkjesta mmedjatament.", "MINISTERU TAD-DJAR - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14667.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-unika kumpannija ta' Awdituri/Accountants li ngħatat kuntratt bejn l-1987 u l-1996 minn entitajiet li s'issa jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi kienet dik ta' Xerri, Mizzi, Said & Co. Dawn ingħataw mill-Awtorita' tad-Djar wara sejħa għall-offerti.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14668.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 ma ngħataw ebda kuntratti lill-Kumpaniji jew Partnerships ta` Awdituri\\Accountants mill-Ministeru tiegħi u mid-Dipartimenti u Kummissjonijiet li jaqgħu taħtu.", "TAL-QROQQ - SPTAR", "14671.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li l- kolonni tas-sular addizzjonali fl-isptar f'Tal-Qroqq tħallewlhom l-istarter bars bil-lest sabiex jinbena sular ieħor?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-istarter bars tħallew bil-lest f'każ li jkun hemm il-ħtieġa li jinbena sular ieħor.", "UE - ZONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14693.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill- Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall-korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles biss ma' l-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l- impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha hu responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UE - ZONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14694.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall- ministeru tiegħu jew għall-korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles biss ma' l-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha hu responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UE - ZONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14695.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall- korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles biss ma' l-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha hu responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "14696.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill- Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall-korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles biss ma' l-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l- impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha inti responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ir-risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "14697.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall-korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles biss ma' l-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l- impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha hu responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat mill-Onor Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent għall-mistoqsija Parlamentari Numru 14687.", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "14698.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall- korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles biss ma' l-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha hu responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "PACEVILLE - DEVELOPMENT BRIEF", "14728.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irċieva kummenti fuq id-development brief ta' Paceville?", "Jista' jgħid xi proċedura se tkun segwita u x'timeframe se jkun addottat sabiex ikunu pproċessati dawn il-kummenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "PACEVILLE - TORRI TAL-MILLENJU", "14729.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk kenux ikkonsidrati l-effetti negattivi li jista' jkun hemm fuq iż-zoni residenzjali jekk ikun hemm microwave link bejn it-Torri propost tal- Millenju f'Paceville u l-exchanges tat-telephones imxerrda f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien informat li m'hemm xejn x'juri li l-microwave links iħallu x'impatt negattiv fuq żoni residenzjali.", "Dawn huma komuni f'sistemi ta' komunikazzjoni kemm f'Malta kif ukoll barra.", "Tant, li d- Dipartiment tal-Wireless Telegraphy jilliċenzja għadd kbir ta' microwave links lill-Maltacom, MITTS, Telecell u l-PBS (għax-Xandir bit-TV u radju).", "ĦAMRUN - PJAZZA KAPPILLAN MUSCAT", "14733.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il jum ilha mingħajr ma tiġi wżata gaffa li hemm fi Pjazza l-Kappillan Muscat fil- Ħamrun?", "Kemm hi l-kera għal din il-gaffa kuljum?", "Kemm hi l-kera għall-container li wkoll ilu jkerraħ din il-pjazza mingħajr m'huma jsiru x-xogħlijiet imwiegħda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tħaffir tat-trinek għall-katusi ta' l-ilma fi Triq id-Duluri, fil-Ħamrun kien waqaf għal ġimgħa.", "Dan sar fuq talba tal- Maltacom.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tħallas għax-xogħol bil-kejl u mhux bil-ġurnata.", "Għalhekk ma daħlu ebda spejjeż żejda b'kawża ta' dan il- waqfien.", "PULIZIJA - REATI TA' URBAN THEFT", "14757.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet iċ-ċifra ta' reati ta' urban theft rrapportati lill- pulizija matul Frar, 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li din hija l-istess mistoqsija bħal dik numru 14457 li huwa stess għamel 13-il- ġurnata qabel din.", "LABORATORY WHARF - CONTAINERS", "14774.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li jitnaqqas il-periklu għall-burdnara u ħaddiema tagħhom fit-tgħabija tal-containers f'Laboratory Wharf u New Quay u dan billi l-kuntrattur tal-gvern, il-Cargo Handling Co. Ltd, m'għandhiex makkinarju addattat għal dan it-tip ta' xogħol fi żmenijiet tal- lum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Awtorita' Marittima ta' Malta hija konxja mis-sitwazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru.", "Is-suġġett qed jissokta jiġi diskuss mal-partijiet konċernati bil-għan li tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.", "L-Awtorita' qed tikkonsidra l-akkwist ta' makkinarju addattat.", "Kif ċert li japprezza l-Onor.", "Membru, qed nitkellmu fuq makkinarju speċjalizzat u l-ispiża tkun waħda sostanzjali.", "Għalhekk qed jiġi mistħarreġ kif jiġi akkwistat dan il-makkinarju mingħajr ma jintefa' piż żejjed fuq min irid jakkwistah.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KUMPANNIJI/ PARTNERSHIPS", "14775.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14656 u ċioe' jista' jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-perijodu ndikat mill-Onor.", "Membru, il-kumpannija ta' awdituri R S Attard ta' Timber Wharf, Marsa, kienet ġiet inkarigata sabiex twettaq verifiki fuq il-kotba tal-Voice of the Mediterranean, filwaqt li, għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kienu ngħataw kuntratti lill- kumpanniji ta' l-awdituri Deloitte & Touche, Coopers & Lybrand u Joseph Tabone & Co (dawn ta' l-aħħar mal-Bord ta' l-Appelli).", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14776.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14657 u ċioe' jista' jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accoutants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14657 mogħtija f'din l-istess seduta.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14777.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14658, jista' l- Ministru jagħti dettalji (ismijiet) tal-kumpanniji/partnerships li ngħataw kuntratti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14778.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14659 u ċioe' jista' jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar.", "ŻURRIEQ SIT ARKEOLOĠIKU", "14780.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma tad- Dipartiment tal-Mużewijiet fix-Xarolla, iż-Żurrieq/Ħal Safi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-sit arkeoloġiku tax-Xarolla fiż-Żurrieq ġie nvestigat mid-Dipartiment tal- Mużewijiet fl-1996, meta nstabu l-fdalijiet ta' ħames katakombi żgħar, tal- perjodu Palaeokristjan.", "L-investigazzjonijiet arkeoloġiċi tkomplew din is-sena u s'issa nstabu seba' katakombi żgħar oħra.", "Jidher biċ-ċar li l-iskavi arkeoloġiċi fix- Xarolla qed jikxfu l-akbar ġabra ta' katakombi li nafu bih fin-nofsinhar ta' Malta.", "Dawn l-iskavi qed jiġu diretti mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, bil- koperazzjoni sħiħa tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u tal-Kunsill Lokali taż- Żurrieq.", "IMPJIEGI - XOGĦOL PART-TIME", "14781.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies kienu jagħmlu xogħol part-time fi Frar 1998?", "Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fl-aħħar ta' Jannar 1998 kien hemm 16,469 rġiel u 11,174 nisa, total ta' 27,643 persuna li kellhom impjieg part time.", "KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET - ART PUBBLIKA", "14782.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-proċess wara t-teħid ta' art pubblika għal skop pubbliku li tinkludi razzett fin- Naxxar peress li sal-lum il-werrieta għadhom ma tħallsux u peress ukoll li ma kien hemm ebda objection min-naħa tal-Kummissarju ta' l-Artijiet liema art ilha li ttieħdet madwar 11-il sena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti dettalji ta' l-art li qed jirriferi għaliha.", "SKEJJEL - GĦARGĦUR", "14783.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara x'inhu jżomm milli tintbagħat caretaker oħra fl-iskola primarja tal-Għargħur fejn hemm nieqsa caretaker mara u dan in-nuqqas ilu rrapportat ħafna u saħansitra hemm korrispondenza wkoll fuq dan is-suġġett inkluż dik tal-Kunsill Lokali tal-Għargħur?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed isiru l-isforzi kollha meħtieġa sabiex tintbagħat caretaker mara f'din l-iskola mingħajr ma jinħoloq inkonvenjent żejjed lil xi mpjegata jew skola oħra.", "Ninsab informat li dan in-nuqqas m'hu qed joħloq l-ebda tfixkil fiż-żamma ta' l-indafa f'din l-iskola.", "DJAR - KAŻ RO 3856", "14784.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara kif il-fond Nru. 29, High Street, Kirkop li għandu riferenza RO 3856 u li huwa wirt tal-familja tal-persuna li, id- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, illum ġie derequistioned għand terzi li m'għandhomx titolu tal-fond u li wkoll irċevew il-kirijiet għal diversi snin?", "Il-Ministru jara li dan il-każ jimmerita investigazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi r-rekwiżizzjoni tal-post imsemmi tneħħiet bħala riżultat ta' eżerċizzju li d-dipartiment qed jagħmel madwar Malta kollha, raħal, raħal.", "Il-post kien ilu rekwiżizzjonat għal xejn mill-1947 u qatt ma ġie f'idejn id-dipartiment f'dawn il-51 sena.", "Minn spezzjoni li saret fuq il-post qabel tneħħiet ir-rekwiżizzjoni nstab illi l- post kien fil-fatt garage u l-inkwilin ipproduċa ktieb tal-kera.", "Jekk il- persuna msemmija fil-mistoqsija għandha xi kwestjoni ma minn qed jirċievi l- kera għandha tieħu parir legali.", "KUNSILLI LOKALI - ILMENTI", "14785.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, sena b'sena, saru ilmenti/suġġerimenti lil kull kunsill lokali kif fil-fatt hu stabbilit bl- Att 15 tal-Kunsilli Lokali?", "Lil min kienu indirizzati dawn it-talbiet (Enemalta, WSC, Telemalta jew dipartiment tal-Gvern)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li nagħti tweġiba f'xi seduta oħra, peress li l-informazzjoni trid tinġabar.", "TOROQ - PELICAN LIGHTS", "14786.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għandux talbiet pendenti għall-istallazzjoni ta' pelican lights?", "Jekk iva, fejn u kemm?", "Meta saret kull talba?", "Liema minn dawn it-talbiet intlaqgħu u liema le?", "Meta se jitwaħħlu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - KONFERENZI", "14787.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu, u liema kienu, il- korsijiet u l-konferenzi f'Malta u barra minn Malta, li għalihom attendew impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta fil-perijodu 1/11/96 - 15/5/98?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MARSAXLOKK - ĊENTRU TA' L-ENERĠIJA SOLARI", "14788.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14626 li kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u ċioe' jista' jgħid x'qed isir fiċ-Ċentru ta' Marsaxlokk rigward l-enerġija solari?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Istitut għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija ta' l- Universita' ta' Malta bħalissa għaddej b'għadd ta' studji u riċerka f'diversi oqsma fosthom:", "1.", "Research Projects u Field Studies dwar:", "* Sistemi diċentralizzati solari tat-tip Photovoltaic' sabiex jintużaw fid- djar lokali;", "* Faċilita' sabiex jitniehdu testijiet fuq Solar Water Heaters għall-użu lokali;", "* Riċerka dwar il-potenzjal tar-riħ bħala riżors rinovabbli ta' enerġija fil-gżejjer Maltin;", "* Proġett li qiegħed jinvestiga l-użu ta' l-enerġija fuq skala nazzjonali;", "* Studju fuq sistema hybrid li tikkonsisti f'Photovoltaic modules u Wind Turbines bl-għan ewlieni li jitħaddem impjant tar-Reverse Osmosis;", "* Visual Impact Assessment ta' Wind Turbines għal diversi lokalitajiet fil- pajjiż;", "* Simulation b'mudelli matematiċi bħalma hu TRYNSYS sabiex jitfassal disinn għal Solar Water Heater adattat għall-kondizzjonijiet lokali;", "* Proġett dwar it-Thermal Performance ta' metodi ta' kostruzzjoni ta' bini fil-qasam lokali;", "* Riċerka fuq l-użu ta' impjant għal Water Detoxification sponsorjat mill- Avicenne Project ta' l-Unjoni Ewropea;", "* Simulation ta' produzzjoni ta' l-idroġenu b'sistemi solari.", "2.", "Tagħlim u Superviżjoni għall-: * Credit għall-istudenti tal-MBA (Environmental Management) dwar l-impatt ta' l-enerġija fuq l-ambjent;", "* International Student's Session ma' 17-il student mill-James Madison University ta' Virġinja, Stati Uniti;", "* Assistenza lid-Dipartiment ta' l-Inġinerija Mekkanika fir-rigward ta' proġett imsemmi Study on the Performance of an Ultra Modern Solar Plant at Imtarfa 1997/1998;", "* Proposta għal proġett ta' l-aħħar sena li jitratta dwar Harmonic Testing of Grid-connected Inverters used with Photovoltaic Systems;", "* Superviżjoni ta' student li qiegħed jagħmel C. Eng.", "Degree;", "* Superviżjoni u għajnuna teknika lil studenti fil-proġetti marbuta mas- Systems of Knowledge;", "* Għajnuna lil żewġ studenti mill-University of Wales dwar l-użu tar-riħ għal ġenerazzjoni ta' l-elettriku fil-qasam lokali.", "3.", "Konsulenza f'diversi oqsma fosthom:", "* mal-Malta Dry Docks sabiex tinbeda produzzjoni ta' Solar Water Heater fuq disinn adattat għall-klima lokali;", "* rapport għal Solar Power Limited dwar il-possibilta' ta' ġenerazzjoni ta' elettriku b'impjant Photovoltaic/Wind Power;", "* Disinn u bini ta' sistema tat-tip stand-alone li tikkonsisti f'Photovoltaics u Wind Turbines għal razzett imwarrab fil-Mellieħa.", "4.", "Xogħol Edukattiv u ta' Tagħlim Ġenerali:", "* Kampanja nazzjonali għall-iskejjel primarji u sekondarji Maltin sabiex jikber it-tagħrif dwar l-użu ta' l-enerġija alternattiva;", "* Pubblikazzjoni ta' papers ta' natura xjentifika f'diversi konferenzi u journals internazzjonali; * Tfassil ta' Website għal kull min għandu aċċess fuq l-Internet;", "* Artikli miktuba f'ġurnali lokali;", "* Ko-operazzjoni mal-'James Madison University' f'Virġinja, l-iStati Uniti, fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-enerġija.", "DINGLI - ĠNIEN IŻ-ŻGĦIR", "14789.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma li numru ta' arbli tad-dawl twaħħlu u mbagħad reġgħu nqalgħu ġewwa Ġnien iż-Żgħir, f'Ħad-Dingli?", "Min kien għamel it-talba oriġinali?", "Għal-liema raġuni dawn kienu ġew maqlugħa?", "Min ħallas għal dan is-servizz?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Huwa kkonfermat li dawn l-arbli twaħħlu u reġgħu nqalgħu.", "It-talba oriġinali kien għamilha l-kunsill lokali.", "Dawn ġew maqlugħa għax il-kuntrattur waħħalhom bi żball qabel ma x-xogħol ingħata approvazzjoni meħtieġa u, għalhekk, ma saru ebda spejjeż min naħa tal- Korporazzjoni.", "DINGLI - TRIQ DUN BOSCO", "14790.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża proġetta għax- xogħol fi Triq Dun Bosco, f'Ħad-Dingli?", "Kemm fil-fatt ġiet tiswa din l- ispiża?", "X'wassal għal diskrepanza bejn dak li kien stmat u li fil-fatt intnefaq, jekk dan jirriżulta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "14791.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il istituzzjoni tal-gvern hi riservata għal: i) persuni b'diżabilita'; ii) familjari li jieħdu ħsieb persuni b'diżabilita'; iii) tfal dipendenti minn ġenituri b'diżabilita'?", "Kemm hemm persuni f'kull każ?", "Kemm hu l-waiting list f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - PERSUNA B'DIŻABILITA'", "14792.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Il-Ministru jirriżulta li persuna b'diżabilita', li isimha qed jintbagħat separatament, kellha tiddaħħal fl-Isptar Monte Carmeli sempliċement għaliex m'hemmx post għalih f'xi istituzzjoni għall-persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma jirriżultax illi persuna b'diżabilita' ddaħlet ġo l-Isptar Monte Carmeli sempliċement għaliex m'hemmx post għalih f'xi istituzzjoni għall-persuni b'diżabilita'.", "Dan lanqas ma jirriżulta fil-każ tal-persuna msemmija fejn kien hemm raġunijiet validi illi jiddaħħal għal perjodu qasir.", "FURJANA - MONUMENT TA' MANOEL DE VILHENA", "14793.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx żviluppi fir-rigward tar-restawr tal-monument ta' Manoel de Vilhena fil-Furjana?", "Saru xi proposti quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar jekk inhu meħtieġ permess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FORZI ARMATI - PROMOZZJONIJIET", "14794.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Rigward il-promozzjonijiet li ħarġu aktar kmieni dan ix-xahar fl-AFM, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jirriżultax li t-trasferiment ta' gunner minn reġiment għal ieħor fl-aħħar sena seta' ċaħħdu minn promozzjoni, minkejja li jkollu seniority fuq min inħarġitlu promozzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-promozzjonijiet fl-Armata mhumiex ibbażati fuq seniority biss, u għalhekk ma tistax tasal għall- konklużjonijiet imsemmija fil-mistoqsija.", "Jekk l-Onor.", "Membru jaf b'xi każ partikolari nistiednu jgħarrafni biex inkun nista' nindaga aħjar.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "14795.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet esportata patata fil- jumbo bags f'dan l-istaġun?", "Kemm ġew iffrankati flus bl-użu tal-jumbo bags?", "Kemm hu mistenni li tiġi esportata patata b'dan il-mod, fil-perijodu 1999, 2000 u 2001?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt kenitx rapportata ħsara fil-patata esportata bil-jumbo bags din is-sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sal-lum mhux il-patata kollha esportata minn Malta waslet l-Olanda.", "Informazzjoni dettaljata tingħata meta l-istaġun ta' l- esportazzjoni jkun komplut.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - ĦADDIEMA", "14796.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ħaddiema fi ħdan il- Ministeru li fil-fatt qed jaħdmu l-overtime, iżda minflok ħlas qed jingħataw time-off-in-lieu?", "Kemm hu n-numru ta' sigħat (dipartiment, b'dipartiment) ta' time-off-in-lieu li għalihom huma ntitolati dawn il- ħaddiema?", "Jista' l-Ministeru jagħti indikazzjoni dwar jekk hemmx possibbilta' li minflok time-off, il-ħaddiema jingħataw ħlas?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SERER TAL-BDIEWA - INSPECTIONS", "14797.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' inspections fis-serer tal-bdiewa fil-perijodu 1/9/97 - 30/4/98, xahar b'xahar?", "F'liema nħawi saru dawn l-inspections?", "X'kienu r-riżultati miksuba minn dawn l- inspections?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: In-numru totali ta' inspections li saru bejn l- 1/9/97 u t-30/4/98 fuq suġġetti varji tal-biedja kienu jammontaw għal 1,648.", "Iżda dawn ma kienux biss fis-serer, pero ukoll fuq uċuħ oħra.", "(Ma jinżammux records separati għall-inspections fis-serer biss).", "Dawn l-inspections li saru fid-distretti kollha ta' Malta kienu mqassma hekk:", "|Ottubru |253 | |1997 | | |Novembru 1997 |283 | |Dicembru 1997 |228 | |Jannar |220 | |1998 | | |Frar |326 | |1998 | | |Marzu |134 | |1998 | | |April |204 | |1998 | |", "Riżultati miksuba kienu varji.", "Dawn jinkludu titjieb f'irrigazzjoni, użu ta' pestiċidi u fertilizant kif ukoll dwar bini u infrastrutura.", "TRASPORT - MONOPOLJI", "14804.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar iż- żamma, tibdil jew żmantellar tal-monopolji eżistenti fil-qasam tat- trasport ċioe' fin-numru ta' liċenzji ta' coaches, mini-buses u taxis?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li fir-rigward tas-settur tal- coaches, l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għadha miexja b'politika konformi mal-ftehim li kien iffirmat bejn il-UBS, f'isem is-sidien tal- coaches, u l-awtorita' fl-1994, bid-differenza li ġie liberalizzat qabel iż- żmien ix-xogħol li jsir minn dan is-settur filwaqt li ttawlet b'sentejn il- liberalizzazzjoni li għandha twassal biex jinfetħu l-liċenzji.", "Fir-rigward tal-mini-buses għadhom qed isir diskussjonijiet tal- Kooperattiva tal-Mini-buses, filwaqt li fir-rigward tas-settur tat-taxis għalissa m'hemmx il-ħsieb li jiġi liberalizzat.", "Il-long term policy fis-settur tat-trasport hi li fis-setturi kollha ssir riforma li permezz tagħha jkun hawn kompetizzjoni ġusta fl-interess kemm ta' min jipprovdi s-servizz kif ukoll ta' min jużah.", "Naturalment, din il- bidla trid issir bil-mod u b'ċerta kawtela għaliex wieħed irid joqgħod attent li ma jiġix żarmat xi monopolju u floku jidħol ieħor.", "NTOM - TOUR OPERATOR SUPPORT", "14805.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14640, fejn jissemmew firxa ta' inċentivi fiskali lill-operaturi turistiċi Ingliżi, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn l-inċentivi u jagħti d- dettalji relattivi?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskemi ta' inċentivi fiskali huma limitati biss għas-suq Ingliż?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Membru japprezza li l-appoġġ li tagħti l- NTOM lit-tour operators isir biex kemm jista' ikun niġbdu s-suq fid- direzzjoni li jidrilhna hi l-aħjar għal Malta.", "Dawn l-inċentivi fiskali jigħataw ħafna drabi, bħala appoġġ finanzjarju marbuta mal-volum tal-programm ta' l-operaturi għal Malta, u biex ipattu għall-ispejjeż promozzjonali li l-operatur jagħmel biex ibiegħ lil Malta, skond ftehim minn qabel.", "Dawn l-inċentivi jingħataw lill-operaturi li jaqbżu ċerti volumi.", "Għalhekk, l-aktar li jikkwalifikaw huma l-operaturi Ingliżi, iżda ġieli ftaħna l-iskema għal swieq oħra wkoll.", "Aktar informazzjoni tkun ta' natura konfidenzjali.", "QAWRA - FAWRAN TAD-DRENAĠĠ", "14806.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi solvuta l-problema tad-drenaġġ li qed inixxi għal fuq il-blat tal-Qawra, bejn is-Sunny Coast Resort Club u l-Coral?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - XIRI TA' GARAXXIJIET", "14807.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex il-kerrejja jkunu jistgħu jixtru l-garaxxijiet mikrija mingħand l-Awtorita' tad-Djar bħalma jsir fil-postijiet residenzjali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar ma toħroġ garaxxijiet bil- kiri.", "Dawn jinħarġu mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "AJURPORT - SERVIZZ MEDIKU Fl-ARRIVAL LOUNGE", "14808.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- ħaddiema tad-diversi kumpanniji li hemm jaħdmu fl-ajruport fil-Gudja, kif ukoll il-Maltin li jżuru l-ħwienet u r-ristoranti ta' l-istess post, għandhomx dritt jużaw is-servizz mediku li hemm fl-Arrival Lounge ta' l- istess ajruport?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-użu primarju ta' din il-klinika huwa li jħares is-saħħa pubbliku, kif ukoll jattendi l-passiġieri meta jkun meħtieġ.", "F'ċertu każijiet, per eżempju f'każ ta' emerġenza, dan is-servizz jista' jiġi provdut għad-diversi mpjegati ta' kumpanniji u nies oħra li jżuru l- ħwienet u r-ristoranti fl-ajruport tal-Gudja.", "FORZI ARMATI", "14809.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitneħħew l-Iljun u l-Kuruna minn fuq iċ-ċintorini tal-bandisti ta' l-AFM?", "Peress li l-buttuni ta' l-uniformijiet diġa' tneħħew, allura għaliex il- banda baqgħet bl-istess ċintorini kolonjali meta ilna tant żmien Repubblika?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li diġa qed jittieħdu passi biex jinbidlu ċ-ċintorini tal-bandisti tal-Forzi Armati ta' Malta biex dawn jiġu konformi mal-kumplament taċ-ċintorini li qed jintużaw mill-bqija tal- membri tal-FAM.", "AFM - GĦASES TAS-SIBIJIET U L-ĦDUD", "14810.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se tiddaħħal fl-AFM, sistema aktar ġusta fejn jirrigwardja l-għases tas-Sibtijiet u l-Ħdud sabiex ir-roster jiġi jinkludi darba Sibt u darba Ħadd sabiex b'hekk jiġi kulħadd indaqs u mhux kif qiegħed illum min jaħdem għaxar Ħdud fis-sena u min tnejn biss?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li wara l-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar l-Immoderniżżar tal-Ħila Militari tal-Forzi Armati ta' Malta, qed issir investigazzjoni dwar il-ħtieġa u s-siwi tad-dmirijiet li jinvolvu għases mill-Armata.", "Dan l-istudju se jkopri wkoll is-sistemi preżenti ta' xiftijiet u rosters.", "DJAR - SKEMA TA' GĦAJNUNA", "14811.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iskema ta' għajnuna lil dawk is-sidien ta' djar privati li għandhom is-soqfa kkundannati u ma jistgħux jħallsu biex jibdluhom huma?", "Jista' jekk jogħġbu jagħti l-iskemi fid-dettal?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Dettalji ta' Skema 'N' - Sussidju fuq Xogħlijiet ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Privati Okkupati minn Sidien tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "VETTURI - TESTIJIET", "14814.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li t-test tal-vetturi privati li għandu jibda f'Settembru se jwassal biex ħafna sewwieqa bi qligħ baxx jew pensjonanti se jkollhom ta' bilfors jiskrappjaw il-karozza tagħhom u jiġu b'xejn, jikkonsidra l-Ministru li jnaqqas it-taxxa fuq il-bejgħ ta' vetturi b'ċilindraġġ baxx (mhux ta' lussu) biex dawk milquta b'din il-miżura jkunu jistgħu jaffordjaw jixtru karozza ġdida?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nixtieq nagħmilha ċara li l-iskop ta' l- introduzzjoni tat-testijiet tal-vetturi ma huwiex li jiġu scrappjati karozzi, iżda li tiżdied is-sigurta' fit-toroq tagħna.", "Dan ifisser li l- għan ewlieni tat-testijiet huwa li nassiguraw li fuq it-toroq ikollna biss vetturi li ma jkunu ta' periklu la għas-sewwieq u lanqas għan-nies fit- triq.", "Ir-rati tat-taxxa tar-reġistrazzjoni huma diġa' differenti bejn karozzi ta' ċilindraġġ baxx u ċilindraġġ għoli, per eżempju, il-vetturi b'makna li ma teċċedix 1300cc għandhom rata ta' taxxa ta' 55%, waqt li dawk il-vetturi b'ċilindraġġ ta' bejn 1300cc u 1500cc iħallsu 58%.", "Dawk il-vetturi li għandhom il-makna tagħhom il-fuq minn 1500cc għandhom rata ta' taxxa bejn 65.5% u 82%.", "PORT ĦIELES - AVUKAT J. ZAMMIT MAEMPEL", "14815.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta l-avukat J. Zammit Maempel beda jaħdem jew jagħmel xi xogħol mal-Freeport?", "Kemm kienet ir-remuneration fis-sena li ħa kemm ilu jagħmel xogħol għal Freeport?", "Kemm tħallas ta' xogħol extra li għamel għall-Freeport?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "DWANA - TRANSFER LIST", "14816.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 14452 u ċioe' jista' l-Ministru jikkonferma li l-aħħar waħda li ħarġet kienet effettiva mill-14 ta' April, 1997 u li qabel Ottubru 1996 din il- lista kienet toħroġ kull sitt xhur bi ftehim mal-Unions biex issir ġustizzja ma' kulħadd rigward it-tqassim ta' l-overtime?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Wieħed jista' jgħid li l-aħħar transfer list estensiva kienet ħarget f'April, 1997.", "Il-perijodu ta' sitt shur bejn transfer list u oħra mhux tul riġidu għalkhemm l-iskop warajh wieħed jifhmu.", "Iżda wieħed irid jifhem ukoll ic-cirkostanzi tal-mument u l- ħtiġijiet tad-dipartiment.", "Ta' min wieħed jiftakar illi matul l-1997 id- Dwana kienet impenjata ħafna u ma kienx konsiljabbli li jinħoloq ħafna ċaqliq ta' nies meta numru ta' Senior Principals u Principals bdew ukoll jiġu trasferiti barra d-dipartiment u n-nies ġodda jridu żmien raġonevoli biex jagħtu l-kontribut siewi tagħhom.", "ST.", "VENERA - TRIQ IL-QAWSALLA - CONTAINER", "14817.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14207 u ċioe' jista' jgħid mingħand min hu mikri, container mikri mid- Dipartiment tat-Toroq u li qiegħed fi Triq il-Qawsalla, Santa Venera?", "Jista' jgħid minn meta beda jinkera u r-rata li qed titħallas għalih kuljum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - CID/VICE-SQUAD F'GĦAWDEX", "14818.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pulizija li hemm stazzjonati ġewwa Għawdex u li huma fis-CID u fil-Vice-Squad ma jaħdmux fil-Ħdud u l-festi pubbliċi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-ħinijiet tax-xogħol tal-Membri tal-Korp li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant ikunu skond l-esiġenzi tas-servizz.", "TRIBUNAL TA' L-INĠUSTIZZJI - REGISTRAR", "14819.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jerġa' jinfetaħ ir-registrar għat-Tribunal ta' l- Ingustizzji għal dawk il-każi li ma laħqux fiż-żmien stipulat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għandi parir li mhux xieraq li jerġa' jinfetaħ ir- registrar ta' każi quddiem it-Tribunal ta' l-Inġustizzja.", "SKEJJEL - UŻU TA' L-INTERNET", "14820.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti għandu l- Ministeru ta' l-Edukazzjoni rigward l-użu ta' l-Internet fl-iskejjel pubbliċi?", "Fiex waslu l-proġetti pilota li qed isiru f'xi skejjel dwar l- għoti ta' aċċess għall-Internet?", "Meta huwa maħsub li dan is-servizz jibda jitgawda mit-tfal fl-iskejjel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - JUNIOR SUMMIT DWAR L-INTERNET", "14821.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-iskejjel u/jew individwi li qed jieħdu sehem fl-inizjattiva msejħa Junior Summit dwar l- Internet?", "Kemm qed jieħdu sehem tfal b'kollox?", "X'jikkummenta l-Ministru dwar din il-parteċipazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ABBOZZI TA' LIĠIJIET", "14822.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tħejjija ta' abbozzi ta' liġijiet dwar oqsma moderni bħall-Freedom of Information, Data Protection u Electronic Commerce?", "Jekk dawn tħejjew, hemm xi ħsieb li dawn jinġiebu għad-diskussjoni fil-Parlament fl-ewwel opportunita' minħabba l-urġenza tagħhom fid-dawl ta' l-iżviluppi teknoloġiċi mgħaġġla bħalissa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li x-xogħol fuq it-tħejjija ta' abbozzi ta' liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Information Practices Act huwa lest.", "Iżda dwar l-Electronic Commerce għad hemm ħafna x'isir.", "Din il- leġislazzjoni komplessa qed tiġi eżaminata mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Meta din titlesta, tinġieb għad-diskussjoni fil-Parlament.", "INTERNET SERVICE PROVIDERS", "14823.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kondizzjonijiet tal- liċenzja li tingħata lill-Internet Service Providers Maltin?", "Hemm xi ħsieb li dawk il-kondizzjonijiet jinbidlu fid-dawl tal-fatt li qed isiru tħejjijiet għall-għoti ta' servizz ta' l-Internet permezz tal-cable?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopja tal-liċenzja li kienet ingħatat lill-Internet Service Providers Maltin tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Inżid ngħid li se jittieħdu passi biex il-liċenzji eżistenti jkunu mibdula biex jirriflettu l-provvedimenti tal-Att Numru XXXIII ta' l-1997 dwar t-Telekomunikazzjoni.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Membru għall- aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11318 f'Seduta Nru. 178.", "SKEJJEL - LIBRERIJI", "14824.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn libreriji pubbliċi fl-iskejjel tagħna?", "X'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom?", "Min jieħu ħsiebhom u kemm jitħallsu?", "Kemm qed jintużaw dawn il-libreriji pubbliċi?", "Qed issir kampanja ta' pubbliċita' sabiex dawn jintużaw aktar?", "Hemm xi ħsieb li dawn jiġu mkabbra u mtejba sabiex inħajru aktar nies jaqraw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AMBJENT - GREEN WEEK", "14831.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż tal-Ministeru u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fl-istand tal-Green Week għas-sena 1995/96/97, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ttieħdu mid- dipartiment tar-Rural Landscaping sabiex tittieħed azzjoni kontra min qabad u qala' siġar mill-ġnien tal-bajja ta' San Tumas?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm permess mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u mill-Planning Authority kif kien hemm għar-rigward tat-tneħħija tas-siġar li tnħħew minn Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - HAEM GLUCO STICKS", "14832.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-haem gluco sticks kienu out of stock fl-ewwel ġimgħa ta' Mejju?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "SWATAR - RESIDENTI", "14833.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi r-residenti ta' ħdejn il-Price Club Discount Stores tas-Swatar ilmentaw miegħek u mad-dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħek dwar l-inkonvenjent li għandhom, tista' jekk jogħġbok tgħid x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SWATAR - RESIDENTI", "14834.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi r-residenti ta' ħdejn il-Price Club Discount Stores tas-Swatar ilmentaw miegħek u mad-dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħek fuq l-inkonvjent li jġarrbu, tista' jekk jogħġbok tgħid x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "PULIZIJA - PERMESS GĦAL BEJGĦ FUQ IL-MONTI", "14835.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex persuna tingħata permess tarma fuq il-monti?", "Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex il-policy l-ġdida tad-29 ta' Awissu 1997 ma ġietx segwita fis-sens li ma ngħatatx preferenza lill- applikanti li kienu l-ewwel fuq il-lista?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-proċedura biex persuna tingħata permess biex tarma fuq il-monti hija dik kif spjegata fl-istqarrija għall- istampa msemmija mill-Onor.", "Membru, liema proċedura qed tiġi segwita.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu informazzjoni għall-kuntrarju, nitolbu jagħtini d-dettalji kollha, anki b'mod konfidenzjali, biex inkun nista' ninvestiga.", "SERVIZZ ĊIVILI - EŻAMI GĦALL-PRINCIPAL", "14836.", "L-ONOR.", "MICHAEL FRENDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Principal minn dawk li għaddew mill-eżami għal din il-kariga ġie appuntat f'din l-istess kariga?", "Kemm minn dawk appuntati huma gradwati u kemm huma minn fost il-membri eżistenti tas-Servizz Ċivili?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat illi sat-22 ta' Mejju, 1998 in-numru ta' kandidati li kienu għaddew mill-eżami għal grad ta' Prinċipal u li ġew imsejħa biex jibdew l-impjieg f'din il-kariga kien ta' 26.", "Minn dawn 19 aċċettaw l-impjieg.", "15 bdew l-impjieg filwaqt li ergħba talbu posponiment.", "Minn dawk li aċċettaw il-ħatra, 12 kienu diġa' fis-Servizz Pubbliku u sebgħa, li huma kollha gradwati, daħlu minn barra.", "Mit-12 li kienu diġa fis-Servizz Pubbliku tlieta huma gradwati.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "PA - IMPJEGATI", "W1,287.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi skala ta' salarju hemm allaċċjata ma' kull grad jew kategorija rispettivament ta' kull impjegat jew impjegata li tħaddem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Kif jipparaguna ruħu kull salarju ta' kull grad jew kategorija rispettivament meta jiġi konfrontat ma' l-iskala ta' salarji stabbilita' għas-Servizz Ċivili ċioe' dawk kollha li jaħdmu mal-gvern?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Gradi għal impjegati li huma klerikali jew tekniċi", "|Grad |Skala ta' Salarju | | | | |1 |2940 - (6x70) - 3360 | |2 |3591 - (6x80) - 4071 | |3 |3756 - (7x100) - 4456| |4 |4130 - (7x115) - 4935| |5 |4455 - (7x130) - 5365| |6 |4865 - (7x145) - 5880| |7 |5486 - (7x160) - 6606|", "Gradi għal impjegati professjonisti", "|Grad |Skala ta' Salarju | |A |5347 - (4x180) - | | |6067 | |B |5749 - (5x190) - | | |6699 | |C |6521 - (5x200) - | | |7521 | |D |7079 - (5x220) - | | |8179 | |E |8138 - (4x315) - | | |9398 |", "Hija ħaġa impossibbli li wieħed jikkompara l-iskala ta' salarji bejn l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u salarji tas-servizz ċivili.", "Dan minħabba l- fatt li t-tip ta' xogħol li jagħmlu l-impjegati ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar huwa differenti mit-tip ta' xogħol li jsir minn impjegati tas- servizz ċivili.", "PA - IMPJEGATI BARRANIN", "W1,336.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati barranin u ta liema ċittadinanza/sess u eta' huma wieħed wieħed, rispettivament li sa llum għadha tħaddem magħha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Kull wieħed minnhom, rispettivament, meta ġie ngaġġat u taħt liema termini jew kuntratt ta' xogħol?", "Kemm swew s'issa lill-erarju pubbliku f'nefqa totali annwali sena b'sena, minn meta ġew ingaġġati?", "Liema xogħol ġie allokat lil kull persuna barranija li hemm taħdem ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u jekk kull waħda u wieħed minnhom huwiex jagħmel xogħol li jista' jitqies bħala speċjalizzat tant li xogħol simili jew aħjar minnu ma jkunx jista' jmur minn ħaddiema kapaċi Maltin?", "F'każ ta' xogħol speċjalizzat, il-barranin għandhom Maltin magħhom bħala understudies biex fil-futur qarib dan l-istess xogħol ikun jista' jsir minn dawn il-ħaddiema Maltin?", "Minn meta bdew jaħdmu ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar barra l-paga, x'ammonti ta' benefiċċji nklużi allowances, eżenzjonijiet minn taxxa, trasport, eċċ gawdew jew għadhom igawdu l-impjegati barranin?", "Kemm huma stmati fiskalment li għadhom jammontaw jew li kienu jiswew lill-erarju pubbliku kull sena dawn l-istess benefiċċji, eċċ?", "Jirriżultalu lill-Viċi Prim Ministru li dokumenti li jkunu ġew rikjesti in konnessjoni ma' applikazzjonijiet li jkunu qed jiġu pproċessati mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar u li jitwasslu lill-istess awtorita' kemm bil- posta u kemm bl-idejn minn klijenti jew rappreżentanti tagħhom qed idumu ġimgħat sħaħ biex jiddaħħlu f'posthom fil-files konċernati meta mhux ukoll jintilfu fi triqthom lejn l-uffiċjali responsabbli mill-każ?", "Japprezza l- Viċi Prim Ministru li permezz ta' hekk u bħalma qed jiġri ta' spiss u ripetutament dwar każi li jittellgħu quddiem il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp, fejn saħansitra kemm il-klijent mal-perit tieħgu jekk mhux ukoll l-avukat tal-klijent jattendu biss għad-differiment tal-każ kawżat minn dan in-nuqqas, qed jiġi kkreat ħafna inkonvenjent, vessazzjoni u fuq kollox telf ta' flus bla bżonn lil kull min ikun involut?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-numru ta' impjegati barranin li għadha tħaddem mgħha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar flimkien mad-dettalji mitluba huma kif ġej:", "Konsulent", "Konsulenza dwar l-Ippjanar Lokali.", "Dan ix-xogħol jinvolvi pariri professjonali, analiżi, investigazzjonijiet, rapporti u pjanijiet, għotja ta' esperjenza dwar it-teknika ta' l-ippjanar, prattika u adattament ta' dan fl-ippjanar ta' l-ambjent lokali, provvediment ta' support professjonali lid-Direttur u lill-Manager tal-Unit (Local Plans) kif ukoll kontribuzzjoni fl-iżvilupp ġenerali tas-servizzi li toffri l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Barra minn hekk qed jaħdem fuq il-proġett tal-Gozo Local Plan kif ukoll in-North West Local Plan flimkien mal-Local Plans Unit Manager u huwa wkoll responsabbli għall-proġett ta' Ta' Qali Action Plan.", "Konsulent", "Konsulenza għal dak li għandu x'jaqsam ma' reviżjoni tal-proċeduri tal- kontroll ta' l-iżvilupp u assistenza esperta lid-Direttur f'diversi oqsma fl-iżvilupp ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Planning Officer", "Minħabba nuqqas ta' Planning Officers Maltin, l-Awtorita' kellha tirrikorri għal nies barranin speċjalizzati fil-qasam ta' l-iżvilupp sabiex tkun tista' tlaħħaq id-domanda tax-xogħol fid-Development Control Unit.", "Ix- xogħol li qed tagħmel din il-persuna huwa ta' Case Officer li huwa assessment ta' applikazzjonijiet ta' żvilupp.", "L-esperjenza tagħha f'dan ix- xogħol huwa bżonnjuż ferm għall-organiżżazzjoni.", "Planning Officer", "Bħala Planning Officer, ġie assenjat mal-Local Plans sabiex jagħmel xogħol fuq in-North Harbours Local Plan.", "In-nuqqas ta' professjonisti f'dan il- qasam kompla żdied meta ftit xhur ilu Planning Officer ieħor irriżenja minn din is-sezzjoni.", "GĦaldaqstant mingħajr il-kontribut tiegħu, il-Local Plans Unit issib ruħha f'diffikultajiet serji għax ma jkunx hemm nies biżżejjed sabiex jagħmlu x-xogħol tant meħtieġ minn dan il-unit.", "Planning Unit", "Hija responsabbli għall-kontribut minn-naħa tat-Transport Unit fil- preparazzjoni ta' pjanijiet lokali kif ukoll għall-implimentazzjoni tal- policy l-ġdida fuq il-Commuted Parking Payment System.", "Tieħu ħsieb ukoll il-kordinazzjoni u s-superviżjoni tas-survey fuq il-volum tat-traffiku lokali.", "Mingħajr is-sehem tagħha, kemm it-Transport Unit kif ukoll il- Local Plans Unit ikollhom diffikultajiet sabiex ikunu jistgħu jkomplu bix- xogħol li qed jagħmlu fuq dawn il-proġetti tant importanti għal pajjiżna.", "Senior Planning Officer", "L-esperjenza tagħha fil-qasam ta' l-iżvilupp jippermettilha tifhem aħjar il- ħtiġijiet lokali kif ukoll id-dettalji tal-policies u proċeduri li żviluppaw tul iż-żmien.", "GĦaldaqstant il-kontribut siewi fil-preparazzjoni ta' policies fuq il-kontroll ta' l-iżvilupp kif ukoll xogħol ieħor fuq proċeduri sabiex titjieb l-effiċjenza fuq il-proċess ta' l-applikazzjonjiet għall-ħruġ ta' permessi għall-iżvilupp.", "Il-kontribut tagħha huwa wkoll bżonnjuż fl-Istrategic Planning Unit fejn din is-sena hemm għaddej l-Istrategic Planning Review.", "Peress li hi għandha snin ta' esperjenza fid-Development Control, ikun diffiċli li jitkompla x-xogħol mingħajr is-sehem tagħha f'dak li huwa kitba ta' policies kif ukoll il-kordinazzjoni bejn il-units interni kif ukoll entitajiet esterni.", "Assistant Planning Technician", "Hija ta' dixxendenza GĦawdxija, tgħix GĦawdex mal-ġenituri tagħha li huma GĦawdxin.", "Twieldet l-Amerka u għażlet li żżomm iċ-ċittadinanza Amerikana.", "Bħalissa qegħda tistudja l-Universita' ta' Birmingham fejn qed tispiċċa l- aħħar sena tal-Kors B.Sc.", "Environmental Planning.", "Meta terġa' lura, tingħaqad mal-professjonisti l-oħra biex tagħti l-kontribut tagħha għax- xogħol siewi li hemm għaddej bħalissa.", "In-nies imsemmija hawn fuq jagħmlu xogħol speċaliżżat fl-ippjanar.", "L- awtorita' għad għandha nuqqas kbir ta' nies speċjaliżżati f'dan il-qasam minkejja l-fatt illi bagħtet numru ta' impjegati jistudjaw barra minn Malta billi l-Universita' ta' Malta ma tipprovdix studji f'dan is-suġġett.", "GĦaldaqstant, l-awtorita' għad m'hix f'pożizzjoni li jkollha understudies Maltin fil-każ ta' xogħol speċjalizzat magħmul minn impjegati barranin.", "Information Systems Development Officer", "Hija responsabbli għad-Develpment Control Information System ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u tieħu ħsieb tmexxi din is-sistema.", "GĦandha skoll il-kapaċita li tanalizza u tipprogramma.", "Hija għandha esperjenza fl- analizzar, tipprogramma u toħloq sistemi fl-aċċess bħal SSADM u DSDM li huma kwalitajiet indispensabbli għall-organizzazzjoni li qed tuża sistema ta' RAD.", "GĦalhekk ix-xogħol tagħha huwa speċjalizzat u huwa diffiċli ferm biex issib nies Maltin kompetenti fl-informatika minħabba l-fatt li s-suq lokali huwa kompetittiv.", "Din il-persuna ħadet l-edukazzjoni tagħha Malta.", "Fil-fatt il-familja tagħha tgħix Malta.", "F'dan il-każ minħabba li għandha kuntratt indefinit, l-element ta' under study mhux applikabbli.", "In-numru ta' impjegati barranin flimkien mad-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l- Onor. Membru li s-sitwazzjoni li penġa fil-mistoqsija tiegħu hija ħafna bogħod mir-realta'.", "Filwaqt li ma neskludix il-possibbilta' li setgħu ġieli ġraw każi simili, dawn m'humiex la regolari u lanqas fi kwantita' li joħolqu porblemi inkontrollabbli.", "Wieħed għandu jikkonsidra wkoll il-volum kbir ta' korrispondenza li tidħol kuljum l-awtorita'.", "PA - KAŻ BIL-FILE NO.", "6825/96", "W1,563.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' l-applikanta bil-File No. 6825/96 u meta se jiġi ffinalizzat pożittivament mill-Planning Authority?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li deċiżjoni fuq dan il-każ diġa' ttieħdet mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp fl- 1 ta' Diċembru, 1997 fejn l-applikazzjoni ġiet rifjutata.", "L-applikant talab lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha, iżda din it-talba daħlet wara ż-żmien stipulat mill-liġi, għalhekk il-każ għandu jitqies bħala magħluq.", "KAĊĊA - LIĊENZJI TAL-KAĊĊA", "W1,574.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn nisa illi għandhom il-liċenzja tal-kaċċa ġewwa pajjiżna llum?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministeru responsabbli għall-Pulizija."]} {"filename": "19971029_129d_par.doc", "date": "1997-10-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 129 L-Erbgħa, 29 ta' Ottubru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 129", "L-Erbgħa, 29 ta' Ottubru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.05 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "129", "L-Erbgħa, 29 ta' Ottubru, 1997", "WERREJ MINUTI 422", "KUNSENS GĦAL ATTI 422", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 422", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 431", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 433", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-ASSIGURAZZJONI TA' VETTURI TAL-MUTURI GĦAR-RISKJI TA' TERZI PERSUNI (L-EWWEL QARI) 436 ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-ĦABS (L-EWWEL QARI) 436 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI (L-EWWEL QARI) 437 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA' FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI ĊIVILI (L-EWWEL QARI) 437 RIŻOLUZZJONI DWAR ĦTEĠIJIET SPEĊJALI TAL-KUNSILLI LOKALI 438", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET 499", "RULING TA' MADAM SPEAKER 501 AĠĠORNAMENT 545", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 549", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 573", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 128 li saret fil-21 ta' Ottubru, 1997 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-Kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXIV ta' l-1997 - Att biex jemenda l-Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - SAFAR", "5149.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997?", "X'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta id-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefqu flus għal kull safra?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ninsab informat li bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u t-30 ta' April, 1997 mid- Dipartiment ta' l-Eżamijiet u mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali ma sar l-ebda safar fuq delegazzjonijiet.", "Fil-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant kien hemm safra waħda fid- Dipartiment tal-Bibljoteki u Arkivji.", "Is-safra saret mis-Sur Joseph Schiro', officer i/c mill-book restoration laboratory li attenda konferenza mit-8 sal-11 ta' April fl-Institute of Paper Conservation ġewwa Londra.", "L- ispejjeż li kienu jikkonsistu f'conference fee, air fare u subsistence allowance laħqu s-somma ta' Lm672.52.", "Il-kumplament ta' l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari kif ġej:", "Dok.", "A - Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali", "Dok.", "B - Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni", "Dok.", "C - Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti", "Dok.", "D - Dipartiment tal-Mużewijiet", "Dok.", "E - Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "DIPARTIMENT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - BILJETTI TA' L-AJRU", "6041.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat- tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru W374 dwar ix-xiri ta' biljetti ta' l-ajru mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kwotazzjonijiet li d-dipartiment ġabar matul l-1996 biex seta' jiddetermina ma' liema aġenzija ta' l- ivvjaġġar jipprenota l-exchanges taż-żgħażagħ?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IMPJIEGI", "6965.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit, on a casual basis, b'konsulenza, u kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż is-segretarjat parlamentari, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-perijodu l-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju, 1997 skond it-taqsimiet tad-dikasteru li għalih jien responsabbli, hu kif se nsemmi:", "Fil-ministeru ta' l-edukazzjoni u d-dipartiment tas-servizzi korporattivi ma kien hemm l-ebda persuna mpjegata taħt il-kondizzjonijiet imsemmija.", "Fl- istess perijodu seħħew żewġ trasferimenti minn u għall-ministeru u d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni t-tagħrif hu kif se nsemmi:", "Fid-dipartiment tal-finanzi u amministrazzjoni ma ġiet impjegata l-ebda persuna b'kuntratt indefinit jew definit u lanqas bħala konsulent.", "Ġew impjegati 30 persuna on a casual basis.", "In-numru ta' trasferimenti li seħħew b'konnessjoni ma' dan id-dipartiment kien ta' 62.", "Fid-dipartiment ta' l-operations ma ġewx impjegati persuni b'kuntratt indefinit, definit jew konsulenti.", "Il-kumplament ta' l-informazzjoni, skond is-settur, hi kif ġej:", "1) fis-settur sekondarju mill-1 ta' April sal-31 ta' Ġunju ġew impjegati sitt persuni bħala supply teachers; seħħ transfer wieħed f'dan il- perijodu;", "2) fis-settur tas-snajja' ġew impjegati żewġ persuni bħala supply teachers;", "3) fis-settur primarju 18-il persuna - li minnhom tnejn irreżenjaw - ġew impjegati bħala supply teachers biex jimlew vakanzi li nħolqu minħabba mard, maternity leave eċċ; ġew ittrasferiti seba' għalliema, żewġ assistenti kapijiet, żewġ kapijiet ta' skola; 4) fis-settur kindergarten ġew impjegati fuq casual basis 52 persuna; saru ħames trasferimenti f'dan is-settur;", "5) fid-dipartimenti ta' l-ippjanar u żvilupp, studji ogħla u edukazzjoni ta' l-adulti u l-kurrikulu ma kien hemm l-ebda persuna mpjegata taħt il- kondizzjonijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari;", "6) fid-dipartiment tas-servizzi għall-istudenti u relazzjonijiet internazzjonali ma ġiet impjegata l-ebda persuna b'kuntratt indefinit, definit jew bħala konsulent; ġiet impjegata persuna waħda bħala supply teacher;", "7) għal dak li għandu x'jaqsam mad-dipartiment tal-mużewijiet matul il- perijodu l-1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 ma ġew impjegati ebda persuni b'kuntratt indefinit jew definit u lanqas on a casual basis; fl-istess perijodu ta' żmien seħħew tliet transfers minn u għad-dipartiment tal- mużewijiet;", "8) fir-rigward tad-dipartiment tal-bibljoteki u arkivji, it-tweġiba għal kull parti tal-mistoqsija r-risposta hi xejn;", "9) għal dak li għandu x'jaqsam mad-dipartiment ta' l-eżamijiet ma kien hemm l-ebda persuna mpjegata taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fil-mistoqsija, filwaqt li fil-perijodu msemmi persuna waħda ġiet ittrasferita għal dan id- dipartiment;", "10) bejn l-1 ta' April u t-30 ta' Ġunju, 1997 il-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali mpjegat tliet persuni fil-grad ta' research assistant, project officer u clerk; il-kuntratti ta' dawn it-tliet impjegati qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra;", "11) għal dak li jirrigwardja l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija, nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 5236 u 6799.", "Fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti l-informazzjoni hi kif se nsemmi:", "1) dipartiment taż-żagħżagħ u sport - xejn għal kull parti tal-mistoqsija;", "2) dipartiment tal-kultura", "i) is-Sur David Pace ingħata Lm500 bħala PRO għall-Maltafest;", "ii) is-Sur Richard Castillo ngħata kariga bħala kordinatur għal ċerti attivitajiet tal-Maltafest Żgħażagħ bi ħlas ta' Lm150 u \"dance spectacular\" bi ħlas ta' Lm200;", "iii) is-Sur Alfred Debono, pensjonant, ingħata l-inkarigu biex jiġbor materjal artistiku għall-pubblikazzjoni tal-programmi tal-Maltafest u Jazz Festival u s-setting tagħhom għas-somma ta' Lm150 wara ftehim verbali mad- direttur;", "iv) is-Sur Charles Gatt ingħata s-somma ta' Lm1,800 bħala kordinatur tal- Jazz Festival;", "is-Sinjorina Mary Bonniċi ġiet imqabbda fuq bażi casual biex tbigħ il- biljetti tal-Maltafest minn Bieb il-Belt bil-ħlas ta' Lm5 għal kull nofs ta' nhar.", "(kopja tal-kuntratti ta' i, ii, u iv qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra)", "Persuna waħda ġiet ittrasferita mid-dipartiment tal-mużewijiet għal dak tal-kultura b'effett mit-18 ta' Ġunju, 1997.", "Fondazzjoni Patrimonju Malti - xejn għal kull parti tal-mistoqsija", "Manoel Theatre - xejn għal kull parti tall-mistoqsija", "L-Universita' ta' Malta fil-perijodu ndikat fil-mistoqsija mpjegat lil dawn il-persuni:", "a) b'kuntratt indefinit - 13, li minnhom disgħa huma clerks u erbgħa huma laboratory officers;", "b) b'kuntratt definit - erbgħa, li minnhom wieħed huwa assistent lettur u tlieta huma letturi part-time;", "(kopja ta' dawn il-kuntratti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra)", "c) on a casual basis - ġardinar; l-Universita' m'għandhiex kuntratt formali għal din il-persuna; il-ġardinar jaħdem 15-il siegħa fil-ġimgħa bi ħlas ta' Lm2 fis-siegħa;", "d) konsulenti - konsulent tar-Rettur fil-finanzi;", "e) trasferimenti - xejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, dwar domanda bħal din m'huwiex possibbli li tagħmel supplementary question fuq kollox pero' jidhirli li fil-bidu nett il-Ministru qal li hemm 30 persuna li daħlu mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni on a casual basis.", "X'tip ta' mpjieg ingħataw dawn il- persuni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija bil-miktub sabiex jingħatalu t-tagħrif li qed jitlob.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8690.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni gradwati li qed jirreġistraw?", "Kemm ilhom jirreġistraw u kemm minnhom sabu xogħol f'dawn l-aħħar erba' xhur?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "Madam Speaker, minn din il-lista wieħed jista' jinnota li f'Lulju u f'Settembru ta' din is-sena kien hemm l-ikbar numru ta' gradwati jirreġistraw għax-xogħol - f'Lulju kien hemm 42 u f'Settembru kien hemm 27.", "Mill-informazzjoni li għandi nista' ngħid li f'dawn ix-xhur joħorġu ħafna gradwati ġodda mill-Universita'.", "Fil-fatt wieħed jista' jinnota wkoll li fix-xahar ta' wara dan in-numru ma baqax daqshekk qawwi u kulma kien hemm jirreġistraw f'Ottubru kienu żewġ gradwati li llum il- ġurnata sabu posthom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: X'tip ta' gradwati huma l-aktar komuni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Lill-Onor.", "Membru nista' ngħidlu li jien ukoll tlabt biex inkun naf din l-informazzjoni pero' għadha m'hijiex f'idejja.", "MOSTA - TRIQ IN-NAĦAL - ILMA", "8834.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-istħarriġ li sar minn sample ta' l-ilma li hemm fil-plots vojta fi Triq in-Naħal biex jiġi stabilit x'inhu l-ilma li hemm fihom?", "Min tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3117 irriżulta li ma kien hemm l-ebda ħsara fil-main tad-drenaġġ li jgħaddi mill-istess triq.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet kampjun li fuqu qegħdin isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jiġi stabilit x'tip ta' ilma huwa.", "Azzjoni tittieħed wara r-riżultati li jinkisbu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna minbarra dan il-każ partikolari, x'tip ta' sampling ieħor jagħmel id-dipartiment konċernat?", "X'qed jirriżultalu fid-diversi każijiet li jkollu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, din id-domanda tittratta fuq ilma li hemm f'xi plots vojta.", "Mhux l-ewwel darba li jkollna rapporti minn diversi persuni li hemm ilma fil-proprjeta' tagħhom.", "F'każijiet bħal dawn isir chemical u biological sampling, l-ilma jiġi tested u skond ir-riżultat wieħed jiddetermina jekk huwiex ilma tal-vit, ilma li hu run-off jew inkella huwiex ilma tad-drenaġġ.", "Bħalma tgħid id-domanda, issa wieħed jieħu l-azzjoni li jkun hemm bżonn li tittieħed fiċ-ċirkostanzi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, naħseb li l-Ministru huwa konxju mill- fatt li fl-inħawi tal-kumpless ta' l-M4 f'Ħ'Attard, ir-residenti kontinwament jilementaw minn problema ta' ilma.", "Jista' l-Ministru jgħidilna xi tkun il-pożizzjoni f'każ li jkollu rapporti kontinwi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, dik l-area partikolari nafha tajjeb pero' m'hijiex l-unika area f'Ħ'Attard li fiha r-residenti jilmentaw minn din il- problema.", "(Interruzzjonijiet) Jiena għandi esperjenza personali ta' din il-problema.", "Ħ'Attard kien magħruf għall-ġonna li kellu u meta kien qed żviluppa ħafna snin ilu, ta' qabilna - li kienu għaqlin ħafna aktar minna - kienu jaqtgħu kanali fil-blat biex minnhom jgħaddi l-ilma, imbagħad jiksu kollox bil- ħamrija u jiżirgħu fuqhom.", "Dawn il-kanali ħafna drabi kienu kkonnetjati mas-sistema ta' l-ilma li kienet tiġi min-naħa tar-Rabat.", "Meta beda tiela' l-bini, dawn il-kanali kissirnihom, l-ilma xorta baqa' ġej u issa qed jitfaċċa fil-kantini tan-nies, inkluż tiegħi.", "Huwa veru li fl-area li semma' l-Onor.", "Interpellant teżisti din il- problema pero' mhux hemmhekk biss teżisti.", "Hemm areas ħafna akbar li wkoll għandhom din il-problema.", "Hemm bżonn li jsir studju sabiex naraw minn fejn ġej dan l-ilma u x'soluzzjoni nistgħu nsibu għaliex naf li dan huwa ta' inkonvenjent kbir għal ħafna nies.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "8939.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti f'kull fakulta' u f'kull kors fl-Universita' fil-bidu ta' din is-sena akkademika?", "Kemm huwa n-numru totali ta' studenti universitarji u kif inhuma maqsuma skond is-sess u skond il-kors?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar in-numru ta' studenti li ġew aċċettati f'kull Fakulta' u f'kull kors f'Ottubru 1997 fl- Universita' ta' Malta qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.", "L-informazzjoni għat-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata għal issa minħabba li studenti għadhom qegħdin jirreġistraw.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, meta kien fl-oppożizzjoni, il-Ministru mingħajr Portafoll kien favur li l-istipendji jiżdiedu u mhux jonqsu.", "X'ġara minn dak inhar 'l hawn biex iġiegħlu jbiddel l-opinjoni?", "Jidhirlu l- Ministru li din il-bidla fl-istruttura ta' l-istipendji tnaqqas id-dħul ta' l-istudenti fl-Universita'?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlix.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, meta l-Ministru qed jgħidli li ma jidhirlux, irid ifisser li ma jidhirlux li din il-kwestjoni se tnaqqas l- ammissjoni fl-Universita' jew ma jidhirlux li bidel l-opinjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn aktar x'inżid mar-risposta li tajt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, hemm ir-records tal-Parlament li juru li meta kien fl-oppożizzjoni l-Onor.", "Mizzi kien għamel domanda dwar jekk għandhomx jiżdiedu l-istipendji għaliex is-soft drinks fl-Universita' kienu għolew.", "Kien staqsa wkoll għaliex f'għaxar snin l-istipendji ta' l- Universita' ma żdiedux.", "Issa li jifforma parti mill-Gvern, qed jipproponi li parti mill-istipendji jinbidlu.", "Jidhirlu l-Ministru li fit-triq ta' Damasku donnha ġrat xi ħaġa bil-konsegwenza li issa kkonverta għal opinjoni oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn xi nżid ma' dak li diġa' għidt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, il-fatt li l-Onor.", "Mizzi m'għandu xejn xi jżid ma' dak li qal ifisser li m'għandux il-kuraġġ li jgħid li biddel l- opinjoni tiegħu, jew inkella li m'għandux il-kuraġġ ikollu l-konvinzjoni tal-prinċipji li jemmen fihom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn xi nżid u ma naqbilx ma' l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, almenu l-Ministru jista' jammetti li kien żbalja meta kien talab għal żieda fl-istipendji minħabba li l- prezzijiet tas-soft drinks kienu għolew?", "Issa jien informat li l-prezz tas- soft drinks fil-canteen ta' l-Universita' baqa' tiela' anke taħt din l- amministrazzjoni.", "Jekk almenu ma jridx jammetti li biddel l-opinjoni tiegħu, jidhirlu l-Ministru li għandu jitlob apoloġija lill-istudenti talli qal hekk?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn xi nżid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna għaliex kull darba qed jgħid \"m'għandi xejn xi nżid\"?", "Qed ngħid dan għaliex naħseb li s'issa għadu ma qal xejn!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix x'nirrispondi għaliex l-Onor.", "Cassar ma qal xejn!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, jista' jagħti l-kas li meta l-Ministru qed jgħid li m'għandu xejn xi jżid, dan ifisser li m'għandu xejn xi jżid mal-kummenti li kien għamel meta kien fl-oppożizzjoni rigward l- istipendji u allura għadu jaqbel ma' l-argumenti ta' dak iż-żmien?", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien diġa' tajt ir-risposta tiegħi.", "SKEJJEL - SANTA LUĊIJA", "9068.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsiet lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' kostruzzjoni waslet il-Junior Lyceum ta' Santa Luċija?", "Kemm hemm teachers u purtinara jaħdmu f'din l-iskola?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-ewwel fażi ta' kostruzzjoni tlestiet u fiha daħlu l- istudenti, kif kien previst fis-sena skolastika kurrenti.", "Rigward it-tieni fażi ta' kostruzzjoni hu antiċipat li din se tinbeda x- xahar id-dieħel filwaqt li hu maħsub li fl-aħħar ta' Novembru toħroġ sejħa għall-offerti għal xogħlijiet ta' servizzi elettro-mekkaniċi u sa l-aħħar ta' Diċembru toħroġ l-offerta għal xogħlijiet ta' finishes.", "F'din l-iskola hemm 29 teacher, purtinara waħda fulltime u tlieta casual.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jgħidilna jekk kienx hemm xi tibdil fil-pjan oriġinali ta' din l-iskola, li kif nafu l-kostruzzjoni tagħha ilha li nbdiet iktar minn sena u nofs ilu u l-pjanijiet għaliha ilhom li nbdew għal numru ta' snin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-mistoqsija oriġinali ma ssemmix dan l- aspett, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel dan id-domanda bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, inbidlet it-target date ta' meta din l- iskola għandha titlesta minn kollox?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex għal darba oħra jagħmel din id-domanda bil-miktub.", "PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "8386.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il- qorti din is-sena talli ma ħallsux il-parking ticket; saqu b'veloċita' qawwija; ma libsux is-seat-belt; saqu ġo triq kontra l-one-way; naqsu li jieqfu fuq stop-sign; u sewqan perikoluż u/jew eċċessiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li n-numru ta' persuni li ttellgħu l-qorti din is-sena - sal-11 ta' Settembru - fuq ksur ta' regolamenti jew dwar is-sewqan kien kif ġej: -", "|55,864 |għax ma ħallsux parking | | |ticket | | 190|għax saqu b'veloċita' | | |qawwija | |2,405 |għax ma libsux is-seat- | | |belt | | 504|għax saqu fi triq kontra| | |l-one -way | | 153 |għax naqsu li jieqfu fuq| | |stop-sign | | 161 |fuq sewqan perikoluż | | |u/jew eċċessiv |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jidhirli li f'dan il-weekend issemmiet il-possibbilta' li ż-żgħażagħ ta' 18-il sena, li jgħaddu mid-driving test, tingħatalhom il-liċenzja on probation għal madwar sentejn jew tliet snin.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidli x'inhi l-policy tal-Gvern f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, il-Gvern qed jistudja l- possibbiltajiet kollha li bihom nistgħu ndaħħlu iktar dixxiplina fit-toroq tagħna.", "Filwaqt li huwa minnu li aħna qed nistudjaw dawn l-options qed naraw x'inhi l-prattika f'diversi pajjiżi, partikolarment dawk Ewropej, u fiż-żmien opportun se niddeċiedu fuq pakkett sħiħ ta' miżuri f'dan is-sens.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dan il-pakkett ta' miżuri huwiex se jkun inkluż il-breathalyser test, ħalli forsi b'hekk innaqqsu xi ftit mill-inċidenti li qed ikollna fit-toroq tagħna?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif kelli l-okkażjoni ngħid il-ġimgħa li għaddiet, ix- xogħol fuq din il-miżura wasal fi tmiemu u bħalissa għaddejjin l-aħħar konsultazzjonijiet - fil-fatt dawn dalwaqt jiġu ffinalizzati - bejn il- Ministeru tas-Saħħa u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rigward il-livelli li fuqhom għandhom jiġu ffissati l-breathalyser tests.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġu ntrodotti speed cameras f'dawk it-toroq li fihom spiss jiġru l- inċidenti minħabba sewqan eċċessiv?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt anke din il-miżura qed tiġi kkonsidrata.", "Ovvjament il-problema hija l-ispiża kapitali li tirrikjedi miżura bħal din u t-taħriġ li jingħata lin-nies li jkunu jridu jħaddmu u janalizzaw din il- miżura.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li resqin lejn il-festi tal-Milied u ta' l- Ewwel tas-sena, ma jidhirlux il-Prim Ministru li l-abbozz ta' liġi li kien diġa' ġie ppubblikat fil-leġislatura l-oħra dwar il-breathalyser test għandu jerġa' jiġi ppublikat u diskuss f'dan il-Parlament qabel il-festi tal-Milied?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kienet tkun ħaġa xierqa li jiġi diskuss malajr kemm jista' jkun, biss għandna programm kbir għaddej.", "Nixtiequ anke li ngħaddu ċerti liġijiet oħra importanti li se joħorġu anke mill-isfond tal-budget u affarijiet oħra li qegħdin jiġu ppreparati bħal, per eżempju, l-emendi għal- liġi dwar il-Pulizija.", "Pero' din hija waħda minn dawk l-affarijiet li nixtiequha tgħaddi malajr minn dan il-Parlament u jekk ikollna ż-żmien ngħadduha.", "DOMESTIC EXPORTS", "8387.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' domestic exports lejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fl- 1995 u fl-1996?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Ngħarraf lill- Onor. Intepellant li l-ammont ta' domestic exports lejn pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea huwa kif ġej:", "1995 1996 Lm457.2 miljun Lm332.2 miljun", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, xtaqt nistaqsi jekk il-Ministru għandux reazzjoni għar-rapport li deher fl-istampa li l-Unjoni Ewropea ħadet miżuri fil-konfront ta' pajjiżna għar-rigward tad-dazji li ġew ri- introdotti minn dan il-Gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil- miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jista' l-Ministru jagħti almenu r-reazzjoni immedjata tal-Gvern fuq il-mistoqsija li għadu kif wieġeb hu direttament, fejn jirriżulta tnaqqis sostanzjali bejn sena u oħra fl-ammont ta' domestic exports lejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Il-Gvern inkwetat b'dan it- tnaqqis sostanzjali fiċ-ċifri li għadu kif ta l-Ministru?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tnaqqis huwa aktar apparenti milli reali u dan għaliex huwa riferibbli għal kif ġiet ikkategorizzata ċerta esportazzjoni li ssir mill- SGS Thomson, kumpannija li tesporta kważi 60% mill- esportazzjoni domestika tagħha.", "Din tesporta lejn l-Italja u lejn Franza, imbagħad minn hemmhekk għal pajjiżi oħra u fil-fatt parti mill- esportazzjoni tagħha tibqa' sejra lejn l-Istati Uniti u allura meta jkun hemm riklassifikazzjoni ta' fejn huma l-flows tagħha, dawn jiġu reġistrati taħt l-Istati Uniti minflok taħt l-Italja jew taħt Franza.", "Pero' xorta waħda wieħed jista' jgħid li kien hemm ċertu tnaqqis fl-esportazzjoni ta' din il-kumpannija.", "Għalkemm fil-fatt il-volum żdied, bħala turnover finanzjarja jidher tnaqqis u dan peress li l-prezzijiet internazzjonali waqgħu.", "Jiġifieri hemm żewġ fatturi li jirrispondu għal dan it-tnaqqis; il-fatt li l-esportazzjoni ta' l-SGS Thomson f'domestic exports hija qawwija, ħaġa li minn naħa hija problematika għaliex l-SGS Thomson għandha weighting qawwi, pero' mill-banda l-oħra trid tara kemm qed tagħti xogħol lill- pajjiż.", "Jekk hi tiċċaqlaq marġinalment, dan jirrifletti mmedjatament fit- turnover finanzjarju ta' l-esportazzjoni tagħna.", "Meta jkun hemm, kif għadni kemm għidt, riklassifikazzjoni ta' l-esportazzjoni tagħha, mal-ewwel jidher iċ-ċaqlieq, liema ċaqlieq huwa aktar apparenti milli reali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 159 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizz tat-Telefon (Emenda Nru 2); u", "Tabella li turi l-piena li weħlu kaċċaturi mressqa l-Qorti matul l- 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9285.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 160 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Ħitan tas-Sejjieħ u Strutturi Rurali (Konservazzjoni u Manutenzjoni);", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar reklamar li sar minn dipartimenti fi ħdan il- Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali bejn Novembru 1996 u Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 687;", "Statistika li turi r-riżultati miksuba f'kull suġġett u f'kull livell tal-MATSEC fil-livelli Ordinarju, Intermedju u Avvanzat fis-sessjoni ta' Mejju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 818; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 161 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm12,500,000 addizzjonali 6.65% Stock tal- Gvern ta' Malta 2000 (IS-SITT ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 162 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm18,750,000 addizzjonali 6.9% Stock tal- Gvern ta' Malta 2002 (IR-RABA' ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 163 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm17,250,000 addizzjonali 7.35% Stock tal- Gvern ta' Malta 2007 (L-EWWEL ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 164 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm26,750,000 addizzjonali 7.8% Stock tal- Gvern ta' Malta 2013 (L-EWWEL ĦRUĠ);", "Tabella li turi n-numru ta' live births f'Malta u Għawdex bejn l-1987 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8389; u", "Informazzjoni dwar impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9202.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-każ Nru 239 - Rapport Nru 105.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 165 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Reġistrazzjoni ta' Tagħmir għat-Tħaffir ta' Spieri.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa.", "Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' każijiet reġistrati ta' neoplasms u cancer matul l-1996 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8390; u", "Linji ta' gwida għall-Assistenti Soċjali Każwali fil-konfrtont ta' l- anzjani, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9221.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' persuni jaħdmu part-time f'Lulju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9238.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi t-total u l-lokalitajiet ta' postijiet de- rekwiżizzjonati bejn Jannar u Settembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8568;", "Rapport Amministrattiv u Finanzjarju ta' l-Awtorita' tad-Djar għas- sena finanzjarja bejn l-1 ta' Ottubru 1996 u t-30 ta' Settembru 1997, kif ukoll Estimi ta' Dħul u Infiq ta' l-Awtorita' għas-sena finanzjarja bejn l-1 ta' Ottubru 1997 u t-30 ta' Settembru 1998; u", "Accounts ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, nixtieq inqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Il-ksur ta' privileġġ joriġina fil-Laqgħa Nru. 25 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra li saret fil-21 ta' Ottubru taħt il-presidenza tiegħek.", "Madam Speaker, dakinhar reġgħet tqajmet il-kwestjoni dwar il-fatt li fil- mument mhux qed jiġi applikat il-ftehim tal-pairing u min-naħa ta' l- Oppożizzjoni ġie rrilevat li t-tneħħija ta' dak il-ftehim kien dovut għall- aġir tal-Gvern fis-seduta li kienet saret f'April li għadda meta din il- Kamra kellha quddiemha mozzjoni li kienet ppreżentata minni dwar it- tneħħija tat-taxxa tal-VAT.", "Il-fatti naħseb li huma magħrufa u nirriferi għal dak li qal l-Onor.", "George Vella fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li diġa' semmejt qabel fejn, skond traskrizzjoni unofficial li għandi f'idejja, huwa qal hekk:", "\"Ippermettili ftit.", "Jien hawnhekk assolutament niċħad għall-miljun darba l-allegazzjoni tan-naħa l-oħra li fuqha bnew okkażjoni li kien jaqblilhom jibnu rigward l-allegat mard li kellu l-Onor.", "Fenech Adami, li aħna ma konna nafu xejn assolutament bih.\".", "Iktar 'il quddiem fl-istess laqgħa jagħmel enfasi u juża l-kliem li \"din kienet kollha montatura\" min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-fatt li ntqal li kien hemm xi allegazzjoni li jien kont ma niflaħx - il-kelma \"allegazzjoni\" tfisser li wieħed mhux qed jammetti l-fatt - kif ukoll li ripetutament ġejna akkużati li dan il-fatt ġie wżat biex l- Oppożizzjoni tneħħi jew ma tosservax il-ftehim tal-pairing - kien hemm ukoll l-użu tal-kelma \"montatura\", li kulħadd jaf li tfisser li tipprova tibni fuq bażi falza - jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ mhux fil-konfront tiegħi biss imma anke fil-konfront ta' membri oħra fuq din in-naħa tal- Kamra.", "L-Oppożizzjoni m'għamlet ebda montatura.", "Jien ktibt lill-Onor.", "Vella, fit-23 ta' Ottubru, jiġifieri malli kelli f'idejja l-kopja unofficial tat-traskrizzjoni, u llum, fl-ewwel opportunita', qed inqajjem dan il-ksur ta' privileġġ.", "Lill-Onor.", "Vella ktibtlu hekk:", "\"Fis-seduta tal-Kumitat tal-Kamra li saret fil-21 ta' Ottubru, 1997 inti ripetutament allegajt li l-fatt li jien iddikjarajt li kont ma niflaħx fis-seduta li fiha ġiet imressqa mozzjoni f'ismi dwar il-liġi li tneħħi l-VAT kienet \"montatura\".", "Din mhix l-ewwel darba li inti għamilt din l-akkuża u l-fatt li bqajt tirrepetiha jweġġa' ħafna.", "Jien iddikjarajt fil-pubbliku li l- indispożizzjoni tiegħi kienet dovuta għal transient ischaemic attack li inti bħala tabib żgur li taf xi tfisser, u din id-dikjarazzjoni ġiet rapportata fil-ġurnali fosthom f'\"The Times\" tat-28 ta' April, 1997.", "Għalhekk ir-ripetizzjoni minnek ta' l-istess akkuża ma tistax ħlief tkun malizzjuża u għalhekk tikkostitwixxi ksur ta' privileġġ.", "Biex ikollok prova dokumentata tal-verita' tad-dikjarazzjoni tiegħi qiegħed nibgħatlek konfidenzjalment fotokopja ta' l-istorja klinika miżmuma mit-tabib kuranti tiegħi Dr. Peter Attard.", "Nawtorizzak anke tikkomunika mal-Profs.", "John Rizzo Naudi, Mr. Antoine Zrinzo, s-Sur Tonio Aguis u Dr. Pierre Vassallo li kollha tawni l-assistenza tagħhom.", "Jiddispjaċini ħafna li bejn l-Onor. kollegi jiġru inċidenti bħal dawn li jwassluni biex niktiblek din l-ittra.", "L-istima u r-rispett reċiproku jitlob aħjar.", "Għalhekk nagħrfek li nistenna mingħandek korrezzjoni pubblika mingħajr ebda ekwivoku u fin-nuqqas, jien inressaq kontra tiegħek ksur ta' privileġġ skond ir-Regolamenti Permanenti tal-Kamra.", "Inselli għalik.\".", "Fil-fatt, Madam Speaker, se ngħaddilek kopja ta' din l-ittra u rrid ngħid li għandi f'idejja ittra miktuba fis-27 ta' Ottubru, indirizzata lili mill- Onor. Vella u li ġiet ikkonsenjata d-dar tiegħi l-bieraħ.", "Effettivament l- Onor. Vella qed jgħid li:", "\"Ngħidlek mill-ewwel li kieku l-affarijiet kienu bħalma qiegħed tinterpretahom int, allura kien ikollok raġun tirreaġixxi kif irreaġixxejt.\".", "Mill-ittra ta' l-Onor.", "Vella hawn qbil li r-reazzjoni tiegħi li nqajjem anke ksur ta' privileġġ hija ġustifikata jekk l-interpretazzjoni tiegħi hija tajba.", "Fil-fatt fl-ittra jgħid li hu qatt ma allega li jien ma kontx qed ngħid il-verita' meta għidt li kont ma niflaħx.", "Hu qal li l-montatura hija minn din in-naħa tal-Kamra li dakinhar isserviet minn dan il-fatt li jien kont ma niflaħx, ma nformatx lin-naħa tal-Gvern u baqgħet timmonta dan il-fatt kollu biex tiġġustifika t-tneħħija tal-pairing.", "Jien awtorizzat mill-Onor.", "Vella stess li nippubblika din l-ittra u għalhekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 23 ta' Ottubru 1997, mibgħuta minni lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent dwar diskors li ntqal fil-Laqgħa Nru 26 tal-Kumitat Permanenti dwar ix- Xohħol tal-Kamra li saret fil-21 ta' Ottubru, 1997, flimkien ma' ittra b'risposta datata 26 ta' Ottubru, 1997. mibgħuta mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Ambjent lili.", "Madam Speaker, irrid ngħid li m'hemmx dubju, għal min irid jara l- affarijiet b'mod oġġettiv, li l-użu tal-kelma \"montatura\" kienet qiegħda tiġi magħmula mill-Onor.", "Vella ripetutament għall-inċident kollu kemm hu.", "Infakkar lis-Sinjorija Tiegħek li jien kont bdejt inkun ma niflaħx fil-21 ta' April, li kienet il-ġurnata tal-Ħadd.", "L-għada fil-għodu kelli nindirizza konferenza stampa fuq il-festi ta' l-1 ta' Mejju f'isem il- Partit Nazzjonalista.", "Ħarġet informazzjoni mill-Partit Nazzjonalista, ċirkolata lill-media kollha, li jien ma kontx se nżomm dik il-press conference fit-22 ta' April għax kont ma niflaħx.", "Meta l-Ħamis kien hawn id- dibattitu f'dan il-Parlament, kien jidher ċar li n-naħa tal-Gvern kienet taf.", "Tant kienet taf li meta l-Onor.", "Gonzi għamel riferenza għall-artiklu ta' l-iStanding Orders li jirriferi għal meta mozzjoni tista' titressaq f'isem deputat ieħor, kien qam il-Prim Ministru u rrisponda li dak l- artiklu diġa' rawh u ma japplikax għal dan il-każ.", "Il-punt ta' l-Onor.", "Gonzi kien li jien kont ma niflaħx u kien hemm id-dritt li nressqu l- mozzjoni permezz ta' deputat ieħor u l-Prim Ministru qal li huma kienu diġa' eżaminaw dak id- dokument iktar kmieni dakinhar.", "Għalhekk jien ngħid li l-każ huwa ċar u bejni u bejn l-Onor.", "Vella hemm qbil li l-kliem li ntqal jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ.", "Fil-fehma tiegħi m'hemm l-ebda interpretazzjoni oħra ħlief dik li qed nagħti jien u għalhekk din tista' titqies bħala interpretazzjoni korretta ta' dak kollu li sar u li ntqal.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, jekk tippermettili nixtieq nagħmel xi rimarki fuq dak li għadu kif intqal.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-ksur ta' privileġġ li qed jitqajjem jittratta dwar inċident jew diċitura li ntużat waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Jien naħseb li l-każ ta' ksur ta' privileġġ kellu jitqajjem f'dak il-mument stess, in faciem curiae, kif jgħidu l-avukati.", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra huwa parti mix-xogħol tal-Kamra u għalhekk, f'każ ta' ksur ta' privileġġ, dan għandu jitqajjem f'dak il-mument stess.", "Pero' ġaladarba dan il-ksur ta' privileġġ ma tqajjimx f'dak il-mument ma naħsibx li huwa f'loku li jitressaq illum.", "Madam Speaker, it-tieni punt li xtaqt inġib għall-attenzjoni tas-Sedja huwa li fl-ittra li għadha kemm inqrat, l-Onor.", "George Vella spjega preċiżament għalxiex kienet riferibbli l-kelma \"montatura\" u jien nirritjeni li l-lingwaġġ li uża u l-interpretazzjoni li ta huma well within the bounds ta' kif għandhom jintużaw u kif fil-fatt jintużaw l- interpretazzjonijiet politiċi li nisimgħu l-ħin kollu f'din il-Kamra.", "GĦalhekk aħna hawn qed nitkellmu fuq interpretazzjoni politika li hija kompletament leġittima.", "Fl-opinjoni tiegħi din l-interpretazzjoni politika hija valida wkoll u bl-ebda mod ma taqa' taħt xi forma ta' akkuża jew ta' ksur ta' privileġġ għax hija mod regolari ta' kif, permezz tad-demokrazija, wieħed iressaq 'il quddiem il-kritika tiegħu u jismagħha għaddejja l-ħin kollu, kemm minn din in-naħa lejn dik in-naħa, kif ukoll minn dik in-naħa lejn din in-naħa.", "Madam Speaker, fl-aħħarnett nixtieq nerġa' nikkonferma formalment li din in-naħa tal-Kamra ma kenitx informata - jien, l-ewwel wieħed, ma kontx informat - bil-marda li kellu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dakinhar li tressqet il-mozzjoni.", "Pero' l-iktar ħaġa li urtatna lilna - din se nerġa' ngħidha bl-iktar mod ċar, bl-iktar mod sinċier u bl-iktar mod formali - ma kenitx biss li aħna ma ġejniex informati b'dan imma li, meta f'din il-Kamra l-Oppożizzjoni qalet li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kienx jiflaħ, intuża l- atteġġament li aħna kien messna konna nafu b'dan u li kien imessna nistħu li ma konniex nafu b'dan għax kulħadd kien jaf.", "Fil-fatt kien hemmhekk li aħna qtajna linja.", "U jien m'għandi l-ebda regrets li qtajna linja għax ma nistgħux naċċettaw trattament bħal dan min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li tippretendi li għandna nkunu nafu anke l-affarijiet li ma jgħidulniex.", "Hemmhekk kienet il-montatura.", "Jien naċċetta li l-kliem li uża l-Onor.", "George Vella kienu kliem ta' interpretazzjoni politika kompletament leġittimu u aċċettabbli taħt il- kondizzjoni ta' demokrazija parlamentari.", "Madam Speaker, jien nirritjeni anke l-argument li għadu kemm qajjem il- Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-fatt li aħna semmejna l-iStanding Order.", "Dażgur li nsemmu l-iStanding Order meta l-informazzjoni li ngħatatilna kienet li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dakinhar kien imsiefer, xejn iktar u xejn inqas!", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, rigward il-punt li qajjem il- Prim Ministru, ċioe' li ma nistax inqajjem ksur ta' privileġġ issa, ngħid li dan huwa assolutament kontradett mill-iStanding Orders tal-Kamra għax għalkemm dak il-ħin dan il-ksur ta' privileġġ seta' tqajjem minn xi ħaddieħor li kien preżenti, għalija din hi l-ewwel opportunita' li kelli sabiex inqajmu.", "Jien sirt naf bid-diskors li ntqal wara li spiċċat il- laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u rajt eżattament x'intqal meta ċempilt lill-Clerk of the House u tlabtu jibgħatli t- transcript ta' dak li kien intqal.", "GĦalkemm huwa evidenti, irrid insemmi li l-ksur ta' privileġġ li jien qed insostni huwa abbażi ta' paragrafu (b) ta' subartiklu (4) ta' artiklu 11 ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati.", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja nnotat dak kollu li ntqal u iktar tard se tagħti ruling dwaru.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien nixtieq inressaq każ ta' ksur ta' privileġġ f'isem il-Viċi Prim Ministru, l-Onor.", "George Vella, fil-konfront tal-ġurnal \"in-nazzjon\" għaliex nhar il-Ħamis, 23 ta' Ottubru f'din il- gazzetta deher rapport dwar dak li ntqal fl-Aġġornament mill-Onor.", "George Vella bit-titlu \"Kien l-Ambaxxatur Malti li talab Skuża lill-Awtoritajiet Indjani\".", "Dan ma jirriflettix dak li ntqal mill-Onor.", "George Vella.", "MADAM SPEAKER: Dan il-każ ukoll se jiġi eżaminat u nagħti ruling dwaru iktar tard.", "Il-Prim Ministru", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-ASSIGURAZZJONI TA' VETTURI TAL-MUTURI GĦAR-RISKJI TA' TERZI PERSUNI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal- Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni, Kap. 104\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-ĦABS", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att Dwar il-Ħabs.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Ħabs, Kap. 204\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il- Protezzjoni Ċivili.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1997 dwar il-Protezzjoni Ċivili\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA' FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI ĊIVILI", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar is- Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1997 dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili\" ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "RIŻOLUZZJONI DWAR ĦTEĠIJIET SPEĊJALI TAL-KUNSILLI LOKALI", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, għandi messaġġ mingħand il- President tar-Repubblika.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett tal-Mozzjoni Nru 85 hawn mehmuża, skond l-artikolu 58 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, jirrakkomanda l-imsemmija mozzjoni għall-konsiderazzjoni tal- Kamra.", "23 ta' Ottubru 1997", "Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq ir-riżoluzzjoni.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, nipproponi li:", "Billi l-artikolu 58 ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali - Att Numru XV ta' l- 1993 - jipprovdi illi \"Ħlasijiet għal ħteġijiet speċjali ta' lokalita' jew lokalitajiet għandhom isiru biss b'eċċezzjoni u wara riżoluzzjoni għal hekk mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati\"; u", "Billi huwa xieraq li din il-Kamra talloka somma flus sabiex tagħmel tajjeb għal żbilanċi soċjali u demografiċi ta' xi kunsilli lokali; u", "Billi fl-Estimi għas-sena 1997 il-Kamra tad-Deputati approvat taħt Vot Rikorrenti Numru 31 l-infiq tas-somma ta' żewġ miljuni u ħames mitt elf liri Maltin (Lm2,500,000) għall-ħteġijiet speċjali lil kunsilli lokali;", "GĦalhekk qiegħed jiġi b'dan riżolut li somma ta' żewġ miljuni, erba' mija u tmienja u disgħin elf, tliet mija sitta u tmenin liri Maltin (Lm2,498,386) tiġi allokata lill-kunsilli elenkati fil-memorandum mehmuż, bħala fondi għal ħteġijiet speċjali għas-sena finanzjarja tal-kunsilli lokali li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1998.", "Il-ħlasijiet lil kull kunsill - kif muri fil-memorandum mehmuż - qed jingħataw għall-ħteġijiet speċjali li ġejjin:", "(i) minħabba l-ħtieġa ta' tqegħid ta' paviment speċjali f'toroq u mogħdijiet f'ċentri storiċi;", "(ii) minħabba l-ħtieġa ta' tagħmir speċjali f'toroq f'ċentri storiċi;", "(iii) minħabba l-bini ta' playgrounds għat-tfal f'lokalitajiet fejn m'hemmx;", "(iv) minħabba pjani biex jinbnew jew biex ikunu jistgħu jiġu wżati grounds tal-football f'lokalitajiet fejn ma jeżistux dawn il-faċilitajiet;", "(v) minħabba nuqqas ta' faċilitajiet jew tagħmir meħtieġ fuq ix-xtut;", "(vi) minħabba l-ħtieġa ta' faċilitajiet u tagħmir għal postijiet ta' rikreazzjoni fil-kampanja;", "(vii) minħabba żbilanċ ikkawżat mill-ispiża għaż-żamma u manutenzjoni ta' latrini pubbliċi li jkunu jeċċedu n-numru stabbilit skond il-popolazzjoni tal-lokalita';", "(viii) minħabba żbilanċ li jirriżulta meta l-medja ta' numru ta' residenti għal kull dar tkun ta' anqas minn jew daqs 2.0;", "(ix) minħabba żbilanċ ikkawżat bil-frekwenza ta' nies minn barra l- lokalita' għaliex fil-lokalita' jkun hemm għadd kbir ta' ċentri tan- negozju;", "(x) minħabba spejjeż li jridu jagħmlu kunsilli li għandhom surface area u popolazzjoni żgħira, liema spejjeż ma ħasbitx għalihom il-formula li tinsab fl-Għaxar Skeda ta' l-Att;", "(xi) minħabba toroq li jkunu ser jingħataw wiċċ mill-ġdid (resurfaced) bħala parti mill-programm għat-tiġdid tat-toroq;", "(xii) minħabba funzjonijiet u obbligazzjonijiet speċjali tal-Belt Valletta;", "(xiii) minħabba funzjonijiet speċjali ta' l-Imdina u l-Birgu;", "(xiv) minħabba l-introduzzjoni ta' l-iskema pilota ta' servizzi ta' gwardjani lokali.", "Biex jintlaħaq l-iskop fl-ewwel kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn sittin elf liri Maltin (Lm60,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tieni kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzarjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn sittin elf liri Maltin (Lm60,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tielet kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn ħamsin elf liri Maltin (Lm50,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fir-raba' kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn ħamsin elf liri Maltin (Lm50,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fil-ħames kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn ħamsin elf liri Maltin (Lm50,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fis-sitt kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn ħamsin elf liri Maltin (Lm50,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fis-seba' kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn għoxrin elf, mija u tlieta u disgħin liri Maltin (Lm20,193);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tmien kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn mija u tmienja u tletin elf, disgħa mija u erbgħin liri Maltin (Lm138,940);", "Biex jintlaħaq l-iskop fid-disa' kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn mitejn u disgħa u tletin elf, mitejn u tlieta u ħamsin liri Maltin (Lm239,253);", "Biex jintlaħaq l-iskop fl-għaxar kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn mitejn u ħamsa u sittin elf liri Maltin (Lm265,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fil-ħdax-il kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn miljun u erba' mitt elf liri Maltin (Lm1,400,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tnax-il kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn tletin elf liri Maltin (Lm30,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tlettax-il kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn erbgħin elf liri Maltin (Lm40,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fl-erbatax-il kriterju, is-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 għandha tkun ta' mhux aktar minn ħamsa u erbgħin elf liri Maltin (Lm45,000).", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, qabel ma nipproċedi biex nibdew id- dibattitu dwar l-allokazzjoni ta' fondi speċjali lill-kunsilli lokali, naħseb li jkun f'waqtu li nwassal l-awgurju tiegħi lill-atleta Carol Galea għall-unur personali u nazzjonali li kisbet meta ġiet l-ewwel fil-maratona ta' Dublin.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll l-unur li kiseb Ġużi Grech permezz tar-rebħa tiegħu fil-world amateur championships tal-billiards.", "Jien qed insemmi dawn l-avvenimenti għax naħseb li hekk kif nagħtu kas il-football, hekk ukoll għandna nagħtu kas u napprezzaw l-isforzi personali li jagħmlu l- atleti li jipprattikaw xi tip ta' sport ieħor biex ilaħħqu mal-livell mondjali ħalli jagħmlu ġid u ġieħ lil pajjiżna.", "GĦalhekk nixtieq inwassal l-awgurji tiegħi f'isem il-Membri kollha ta' din il-Kamra lil dawn iż-żewġ atleti.", "Madam Speaker, issa ħalli niġi biex nibda d-dibattitu fuq din ir- riżoluzzjoni billi ngħid xi ħaġa dwar l-allokazzjoni ta' fondi lill- kunsilli lokali.", "L-ewwel ħaġa li wieħed għandu jinnota hi li l-vot li l-kunsilli lokali jirċievu mingħand il-gvern jaqa' taħt l-ispiża rikorrenti tal-gvern ċentrali.", "Il-vot jinqasam fi tnejn.", "L-ewwelnett hemm l-allokazzjoni ta' fondi li jingħataw taħt it-Tenth Schedule tal-liġi, liema fondi jinqasmu fuq il-kriterji ta' surface area u popolazzjoni.", "L-iskop partikolari ta' din l-allokazzjoni huwa sabiex fl-amministrazzjoni tagħhom il-kunsilli lokali jaqdu dawk is-servizzi illi ġew assenjati lilhom bis-saħħa ta' artiklu 33 ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "Fost dawn is-servizzi nsibu tindif, garbage collection, patching, manutenzjoni ta' soft areas u servizzi oħra.", "Immedjatament kif l-allokazzjoni tgħaddi fuq il-kunsilli lokali, ir-responsabbilta' għal dawk is-servizzi speċifiċi taqa' fuqhom.", "Huwa tajjeb li wieħed jelenka u jissottolinja s-servizzi u r- responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali għaliex ma naħsibx li huwa sewwa, la għall-kunsilli lokali u lanqas għall-gvern ċentrali, li l-awtoritajiet rispettivi ma jkunux definiti b'ċerta kjarezza.", "Huwa fl-interess ta' kull kunsillier u ta' kull individwu f'kull lokalita' li jkun jaf x'inhuma r- responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali.", "Qed ngħid dan, Madam Speaker, għaliex aħna fil-ministeru sikwit nirċievu complaints minn individwi fejn jgħidulna li ċerti kunsilli ma jagħtuhomx risposta kif wieħed ikun jixtieq.", "M'iniex qed ngħid dan b'linja ġenerali imma huwa tajjeb li nagħmlu dan il-kumment.", "Huwa fl-interess ta' kull ċittadin f'kull lokalita' li jmur u jikkjarifika x'inhuma r- responsabbiltajiet tal-kunsill u jien inħeġġeġ lis-segretarji tal-kunsilli sabiex bl-għajnuna mill-istess kunsilli jwasslu r-risposti liċ-ċittadin.", "Għax fuq kollox, kif diġa' għidt, l-ewwel parti tal-fondi jiġu mill-vot rikorrenti tal-gvern li jgħaddi fuq il-kunsilli lokali.", "Dan juri biċ-ċar li għalkemm il-kunsilli lokali huma eletti mill-poplu u għalkemm għandhom l- awtonomija tagħhom, bażikament huma parti mill-amministrazzjoni ġenerali tal-pajjiż.", "Id-devoluzzjoni tar-responsabbiltajiet ma jfissirx li l-gvern ċentrali jabdika minn dik ir-responsabbilta' jew jabdika milli jagħmel ċertu skrutinju fuq l-amministrazzjoni li tkun għaddejja fil-kunsilli lokali.", "Id-devoluzzjoni ssir għaliex nifhmu li ċerti responsabbiltajiet amministrattivi li huma tal-gvern ċentrali jistgħu jiġu ġestiti aħjar min- naħa tal-kunsilli lokali.", "Qed nirriferi għal dawk is-servizzi li jaqgħu taħt artiklu 33 ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "Ovvjament l-istess liġi tagħti skopijiet aktar wiesa' lill-kunsilli lokali fuq bażi ta' konsultazzjoni u fejn ikun hemm delega bejnhom u bejn dipartimenti tal- gvern li se nsemmihom iktar 'il quddiem.", "Minkejja r-responsabbiltajiet li għandhom il-kunsilli lokali, wieħed irid jifhem li l-gvern ċentrali għandu responsabbilta' amministrattiva ta' tmexxija fir-responsabbiltajiet varji tiegħu lejn il-poplu.", "Il-kunsilli wkoll għandhom parti mir-responsabbilta' ta' din l-istess amministrazzjoni u mingħajr ma wieħed jagħmel kritika, irridu nħarsu u nevalwaw kontinwament ħalli din l-amministrazzjoni ntejbuha.", "Dan jinvolvi impenn u responsabbilta' akbar fuq il-kunsilliera u fuq kull wieħed li huwa mdaħħal fl-amministrazzjoni tal-pajjiż, inkluż il-politiku, il-ministru, il-kap tad-dipartiment u l-ħaddiema kollha tal-gvern.", "Huwa mportanti li fit- twettiq tar-responsabbiltajiet inkunu konxji dwar kif se ntejbu u nsaħħu dawn ir-responsabbiltajiet.", "Dan huwa wieħed mill-messaġġi li sħaqt fuqu matul dawn l-aħħar xhur u tajjeb illi ngħid li kien hemm kollaborazzjoni sħiħa fuq dan il-punt.", "Il-Local Councils Association tifhem din ir- responsabbilta' li għandhom il-kunsilli lokali u aħna qed nipprovaw nieħdu dawk l-inizjattivi li wieħed jaqbel fuqhom u li jħoss li huma tajbin sabiex is-servizz, mhux biss fuq livell ċentrali imma anke fuq livell lokali, intejbuh u nsaħħuh fil-parametri finanzjarji u anke fil-limitazzjonijiet umani.", "L-ewwel parti minn dan il-vot rikorrenti tal-gvern li jmur fuq il- kunsilli lokali - u nissottolinja l-kelma \"rikorrenti\" - bażikament jiġi allokat fuq il-kriterju ta' surface area u popolazzjoni tal-lokal.", "Dan huwa kriterju tajjeb u oġġettiv u b'hekk kull lokal ikun jaf kemm se jmissu mill-allokazzjoni.", "Jien nifhem li kull lokal jipprova jiġbed lejh - fil- fatt meta jsir realignment ta' ċerti lokalitajiet ikun hemm ħafna kwestjonijiet quddiem il-Kummissjoni Elettorali - għaliex triq żejda taffettwa l-vot li jingħatalhom u allura minħabba f'hekk id-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali għaddej b'eżerċizzju kontinwu biex jevalwa l-costings ta' kull servizz li jagħmlu l-kunsilli lokali.", "Dan qed isir mhux biss biex ikollna informazzjoni aħjar imma anke għaliex fl-aħħar mill-aħħar id- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali mwaqqaf bil-liġi qiegħed hemmhekk sabiex jgħin lill-kunsilli.", "Dan huwa punt li tajjeb li nissottolinjawh għaliex id-dipartiment jipprova jagħti informazzjoni u għajnuna fi kwalunkwe qasam jew servizz li l-kunsilli għandhom fir-responsabbilta' tagħhom.", "Meta jagħmel din l- evalwazzjoni tal-costings, id-dipartiment ikun qiegħed f'pożizzjoni aħjar meta jinħarġu t-tenders.", "Meta lokalitajiet żgħar joħorġu tenders waħedhom il-cost jiġi aktar għoli, pero' jekk ikun hemm tliet lokalitajiet żgħar jew lokalita' kbira u lokalita' żgħira li jingħaqdu flimkien u jagħmlu tender waħda fuq skala akbar, ovvjament il-costs jiġu irħas.", "Tajjeb li ngħid ukoll li dan fil-fatt sar minn ċerti kunsilli lokali u ta riżultati pożittivi.", "Barra minn hekk ukoll, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed jagħmel diskussjonijiet mal-Local Councils Association sabiex mis-sena d- dieħla nibdew nintroduċu l-konċett ta' value for money.", "Dan ifisser li mhux biss naraw kemm ikunu ntnefqu flus imma anke li s-servizz li jkun qed jingħata ikun fil-fatt wieħed effettiv.", "Jiena niltaqa' ma' ħafna kunsilli u jkolli spectrum sħiħ ta' opinjonijiet.", "Ikun hemm min jilmenta li s-servizzi li jingħataw mid- dipartimenti tal-gvern huma ineffiċjenti għall-aħħar u jkun hemm oħrajn li jgħidu li huma moqdijin tajjeb b'dawn is-servizzi.", "Pero' l-mistoqsija dejjem tibqa' jekk is-servizz, kemm jekk jingħata mid-dipartimenti tal- gvern kif ukoll jekk jingħata mis-settur privat, huwiex effiċjenti daqskemm stipulat fl-istess kuntratt.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li wieħed ifittex l-assistenza tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali meta jkun qiegħed isir id- drafting tal-kuntratt tat-tendering għaliex f'dan id-dipartiment hemm nies li huma kompetenti ħafna f'dan il-qasam.", "Il-fatt li jkun hemm il- konsultazzjoni ma jfissirx li xi ħadd qed jabdika xi parti mill-awtonomija tiegħu.", "Id-dipartiment għandu n-know-how u għandu r-riżorsi umani.", "Dawn ilhom sa mill-bidu nett tal-ħolqien tal-kunsilli lokali jitħarrġu fuq l- iżvilupp tagħhom u għandhom ukoll expertise tekniku.", "Għalhekk jien inħeġġeġ lill-kunsilli sabiex jagħtu d-data li tkun mitluba lid-dipartiment bl- aktar mod korrett għaliex b'hekk inkunu nistgħu naħdmu aħjar.", "L-għan tagħna huwa li ntejbu r-relazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali u rridu nżommu quddiem għajnejna li l-gvern ċentrali għandu spiża ta' madwar Lm170 miljun fis-sena għall-manpower.", "Dan il-manpower jinkludi fih nies bis-sengħa u riżors uman kompetenti li jaqdi kważi s- servizzi kollha li l-kunsilli lokali għandhom fir-responsabbilta' tagħhom, ħlief dak tar-road resurfacing u l-ġbir ta' l-iskart.", "Xi kultant id-dipartimenti tal-gvern jonqsu milli jagħtu servizz effiċjenti - u ma nagħtix tort lill-kunsilli li ma jużawx dawn is-servizzi - pero' hemm servizzi oħra li jingħataw b'mod tajjeb ħafna.", "Per eżempju, jekk nieħdu r-road markings u r-road signs insibu li dawn isiru minn grupp ta' nies fi ħdan dipartiment ċentrali, liema xogħol isir b'mod effiċjenti ħafna, għalkemm ikun hemm ukoll xi ftit tgergir 'l hemm u 'l hawn minn xi kunsill.", "Pero' ikun tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li għalkemm is- servizzi mogħtija mid-dipartimenti tal-gvern ma jiġux utilizzati, il-pagi ta' 30,000 impjegat xorta jridu jitħallsu.", "Ovvjament ma' dan imbagħad tkun trid tiżdied l-ispiża għas-servizz, liema flus fl-aħħar mill-aħħar qed iħallashom il-poplu Malti stess mit-taxxi tiegħu.", "Din hija l-ewwel konsiderazzjoni li llum xtaqt li nissottolinja.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi hija li naħseb li l-allokazzjoni ta' fondi għandha tibqa' tingħata fuq il-kriterji oġġettivi li diġa' semmejt.", "Ma jistax ikun hemm kriterji soġġettivi, fejn lokalita' tingħata iktar minn lokalita' oħra, sempliċement fuq id-diskrezzjoni tal-ministru konċernat.", "Kemm jista' jkun irridu nsostnu kriterji li huma oġġettivi, workable u effiċjenti għaliex b'hekk verament inkunu qegħdin naqdu lil kull taxpayer f'kull lokalita', b'mod mill-iktar miftuħ u trasparenti.", "Pero' minkejja l- kriterji oġġettivi li naħseb li naqblu li għandhom jibqgħu, xorta waħda jkun hemm l-iżbilanċi għaliex parti mill-vot totali tal-kunsilli lokali jiġi riżervat biex jingħata bħala fondi speċjali.", "Ovvjament l-iskop wara dan huwa biex kemm huwa umanament u finanzjarjament possibbli ma jkunx hemm kunsilli li, għaliex ikunu żgħar jew għaliex forsi jkunu qegħdin f'periferija, jiġu minsija u jiftakru fihom biss meta tkun waslet xi elezzjoni u forsi jirranġawlhom it-toroq.", "Dawn l-affarijiet rajnihom jiġru qabel l-aħħar elezzjoni.", "Ħafna drabi x-xogħol li jsir ikun f'lokalitajiet viċin il-ministru konċernat u lokalitajiet oħrajn jintnesew.", "Għalhekk biex it-tqassim ikun fair, kull kunsill jingħata fondi skond is-surface area tal- lokalita' tiegħu.", "Għaliex ma naħsibx li jagħmel sens li Birkirkara jirċievu l-istess ammont li jirċievu l-Għasri, imma mill-banda l-oħra ma jistax ikun li l-Għasri jintnesa kompletament u nikkonċentraw kollox fuq il-lokalita' ta' Birkirkara.", "Dan huwa l-iskop kollu għalfejn parti mill-vot rikorrenti tal-kunsilli lokali jinstilet u jiġi imqassam lura bħala special funds.", "Irrid ngħid li din is-sena kien hemm xi ftit kambjamenti mir-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament f'Mejju ta' l-1996.", "Bis-saħħa ta' dik l-istess riżoluzzjoni kienu twaqqfu kumitati fi ħdan id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali sabiex jimxu fuq l-informazzjoni li jkollhom mill-kunsilli lokali, bl-iskop li joħolqu lista ta' prioritajiet u premessi li fuqhom jiġu allokati l-fondi.", "Kull lokal jirċievi xi ħaġa minn dawn il-fondi pero' l- ebda lokal ma jikkuntenta b'dak li jkun ħa għaliex wieħed jgħid li ħa ftit u l-ieħor jgħid li ta' ħdejh ħa iktar minnu.", "Tagħmel x'tagħmel qatt ma tieħu l-prosit, ħaġa li wieħed jifhimha u jaċċettaha.", "Il-kriterji u l- premessi huma ekwi u oġġettivi kemm umanament huwa possibbli.", "Dan sar għall- iskop biex l-ebda ċittadin fl-iċken lokalita' ma jħossu li huwa minsi.", "Fl- istess waqt li qed ngħid dan xorta waħda nifhem ukoll li jkollok ħafna ċittadini li jikkummentaw inġustament li l-kunsilliera qegħdin hemm għal xejn.", "Huwa nġust li wieħed jitkellem b'dan il-mod.", "Jien nifhem li jkun hemm ċerti kunsilliera li huma iktar pro-attivi u jkollhom iktar ideat imma l- iżvilupp u l-proċess tal-kunsilli lokali huwa xi ħaġa kontinwa.", "Kif diġa' għidt, bit-twaqqif tal-kumitati fi ħdan id-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali nbidel ftit il-proċess u allura spiċċa l-bżonn li jkun hemm applikazzjoni min-naħa tal-kunsilli lokali.", "Din qed nispjegaha għaliex dalgħodu rajt stqarrija mil-Local Councils Association fejn qalu li ma saritx konsultazzjoni magħhom f'dan ir-rigward.", "Jien għadni ma ċempiltilhomx biex nikkjarifika dan il-punt pero' l-fatt li ma kienx hemm applikazzjonijiet għall-fondi speċjali min-naħa tal-kunsilli lokali kien effett tar-riżoluzzjoni li għaddiet minn dan il-Parlament is-sena l-oħra.", "Skond informazzjoni li tawni l-applikazzjonijiet tad-diversi kunsilli ġieli varjaw bejn minimu ta' Lm300 sa massimu li jqarreb kważi l-Lm2,000.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li ħafna minn dawn l-applikazzjonijiet kienu jkunu għal kumplessi sportivi u ċentri ċiviċi, faċilitajiet li tista' tgħid kull lokalita' trid.", "L-inqas spiża għal kull ċentru kif sottomessa kienet ta' Lm0.5 miljun.", "Jiena ltqajt mal-kunsilli lokali u staqsejthom jekk jaħsbux li jagħmel sens li jkun hemm ċentru sportiv li jkun iqum madwar Lm1.5 miljun għal kull lokalita' biex imbagħad forsi jintuża minn 2,000 ruħ matul is-sena kollha.", "Ilum kull lokalita' tħoss il- bżonn li l-faċilitajiet sportivi jiġu rranġati għaliex dawn jużawhom kemm iż-żgħażagħ kif ukoll l-anzjani, pero' ma naħsibx li jagħmel sens li jkollok ċentru bħal dan f'kull lokalita'.", "GĦalhekk li rridu nanalizzaw huwa kif jista' jkollna ċentri bħal dawn fi strategic locations li jibbenefikaw minnhom ħafna aktar nies.", "Imbagħad ir-rwol tal-kunsill lokali, irid ikun li dak l-investiment li jkun sar jintlaħaq minn massimu ta' nies.", "Allura l-kumitat li ġie mwaqqaf ġustament qal li m'hemmx għalfejn joqgħod jistenna l-applikazzjonijiet tal-kunsilli lokali biex joqogħdu jirrepetu l-istess affarijiet u jissottomettu ħafna pjanti meta hu diġa' jaf bejn wieħed u ieħor x'inhuma l-bżonnijiet li għandhom.", "Dan bħad- demands li jkun hemm għall-clinics jew ċentri tas-saħħa.", "Li jkollok ċentri tas-saħħa f'lokalitajiet strateġiċi fil-pajjiż jagħmel sens, imma ma jagħmilx sens li jkollok ċentri tas-saħħa prattikament f'kull lokalita' jew raħal.", "U dan apparti li ma jkollokx ir- riżorsi umani biex tmexxihom, apparti li l-ispiża kapitali f'dan il-każ tkun fenomenali tant li wieħed lanqas biss joħlomha, u apparti li dawn jiddeterjoraw għaliex ma jkunx hemm l-użu massimu tagħhom.", "GĦalhekk il- kumitat l-ewwel se jħares lejn il-bżonnijiet li jidhru li huma komuni, lokalita' b'lokalita'.", "Dan kien wieħed mill-kriterji li ħadem fuqhom sabiex niddeċiedu kif se jitqassmu dawn il-fondi, pero' dan nispjegah aktar 'il quddiem.", "Bħalma diġa' għidt, rajna li nindirizzaw b'mod prattiku d- demand fenomenali għal ċentri, kumplessi u faċilitajiet oħra meta jkunu fl- interess nazzjonali għaliex għalkemm il-kunsilli lokali għandhom l- awtonomija tagħhom, dawn jagħmlu parti mill-amministrazzjoni ċentrali.", "Dawn m'humiex xi federazzjoni ta' stati imma huma devoluzzjoni ta' awtorita' u allura huma parti mill-pajjiż.", "Dan ifisser u jimplika li r- riżorsi umani, finanzjari u kwalunkwe riżors ieħor li għandna, irid jiġi użat fl-aħjar interess tal-pajjiż u fil-limitazzjonaijiet tar-riżorsi umani, finanzjajri, maniġerjali eċċ. li għandu l-pajjiż.", "Irrid ngħid li fil-każ ta' dawk il-kunsilli ż-żgħar li m'għandhomx surface area ta' iktar minn 3 square kilometres u għandhom popolazzjoni ta' inqas minn 5,000 ruħ - u li allura se jintlaqtu ħażin skond l-ewwel formola tat-Tenth Schedule tal-liġi prinċipali - se jkun hemm il-possibbilta' li d- dipartiment, li jaħdem fuq dawn il-kriterji u premessi, jiffoka fuq dawn l- iżbilanċi u jindirizzahom direttament.", "Fil-fatt dawn il-lokalitajiet żgħar, li sas-sena l-oħra kienu 13 u li kienu jirċievu ¥10,000 bħala fond speċjali, din is-sena qegħdin jirċievu ¥15,000.", "Imbagħad ġew introdotti seba' lokalitajiet oħra li wkoll għandhom surface area taħt it-3 square kilometres u popolazzjoni inqas minn 5,000 li ngħataw ¥10,000 oħra addizzjonali.", "Jiġifieri d-dipartiment evalwa d-diffikultajiet li dawn il- kunsilli qed jiltaqgħu magħhom u indirrizzahom b'mod dirett u effiċjenti.", "Irrid ngħid li l-kumment ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar in- nuqqas ta' konsultazzjoni fuq din il-ħaġa seta' rriiżulta mill-fatt li dan in-nuqqas żviluppa bħala riżultat ta' l-istess riżoluzzjoni li għaddiet s- sena li għaddiet.", "Meta wieħed jiġbor il-kriterji kollha li fuqhom qegħdin jiġu mqassmin il-fondi speċjali, isib li dawn jinġabru taħt seba' fondi differenti u kull fond ikollu s-subheadings.", "Hawnhekk se nipprova nispjega kif qiegħda ssir il-formola, kemm għall-benefiċċju ta' sħabi li huma interessati fil-kunsilli lokali - hawn min għandu iktar esperjenza u kien anke kunsillier - kif ukoll għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna.", "Fond \"A\" qiegħed għal dawk li għandhom il-ħtieġa ta' tqegħid ta' pavimenti speċjali f'toroq u mogħdijiet f'ċentri storiċi.", "Dan il-fond jinkludi fih Fond \"A2\" li qiegħed jingħata lil dawk il-kunsilli li għandhom il-ħtieġa ta' tagħmir speċjali f'toroq f'ċentri storiċi.", "Imbagħad hemm Fond \"B\" li qiegħed jingħata bil-għan li jinbnew playgrounds għat-tfal f'lokalitajiet fejn m'hemmx.", "Irrid ngħid li l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu m'hijiex li nagħmlu ċentri sportivi kbar f'kull lokalita' imma li naraw x'faċilitajiet sportivi bażiċi diġa' jeżistu fil-lokalita' li tkun, u dan għaliex huwa importanti li nutilizzaw dak li diġa' hemm.", "Għalkemm kważi kull lokalita' għandha xi faċilita' sportiva - uħud qegħdin fl-iskejjel u oħrajn qegħdin fit-tarf tar-raħal - hemm oħrajn li m'għandhomx.", "Dan qed ngħidu għax kultant ikollna talbiet għall-bini ta' ċentri sportivi f'lokalitajiet fejn diġa' hemm faċilitajiet sportivi u fejn diġa' ingħataw fondi għall-upgrading tagħhom pero' ma jużawhomx.", "Jekk diġa' jeżistu faċilitajiet simili fil- lokal, allura l-ewwel irridu nużaw dawk il-faċilitajiet għaliex dan jagħmel sens ekonomiku fuq livell nazzjonali.", "Jiena ma nistax nifhem kif loġikament - m'iniex qed ngħid ekonomikament - xi ħadd ma jagħmilx endorsement ta' din il-policy.", "Il-faċilitajiet li hemm fil-lokal, anke dawk li hemm fl-iskejjel - bħall-iżvilupp li huwa maħsub li jsir mid- dipartiment ta' l-Edukazzjoni fl-iskola ta' Umberto Calosso f'Sta Venera - huma intiżi li jintużaw mill-kunsill lokali wara l-ħin ta' l-iskola, dejjem biex ikun hemm użu massimu minnhom min-nies tal-lokal.", "Hemm il- ħsieb li dan it-tip ta' eżerċizzju nestenduh għal lokalitajiet oħrajn ħalli b'hekk jibdew jintużaw dawk il-faċilitajiet diġa' eżistenti u imbagħad ikun iktar faċli li nissodisfaw id-demand għal faċilitajiet sportivi fejn m'hemmx.", "Huwa importanti li meta l-kunsilli jingħataw il-flus għall- upgrading tal-faċilitajiet, dan ix-xogħol jagħmluh fl-iqsar żmien u mhux jduru fuq in-nies u jgħidulhom li m'għandhomx fondi biżżejjed għaliex għandhom pjanijiet oħra.", "L-ewwel trid tingħata priorita' lil dawn il- faċilitajiet sportivi li diġa' għandna.", "Fond \"C\" qiegħed jingħata lil dawk il-kunsilli li għandhom bżonn ta' faċilitajiet u tagħmir meħtieġ fuq ix-xtut u wkoll għal postijiet ta' rikreazzjoni fil-kampanja.", "Is-somma allokata għal dan il-fond hija daqs tas-sena li għaddiet.", "Hemm imbagħad Fond \"D\" li huwa maqsum f'erba' subheadings.", "Dan il-fond qiegħed jingħata minħabba żbilanċi li jirriżultaw mill-poplazzjoni, mis- size tal-lokalita' u mill-fatt li jkollok ħafna households li jistgħu jkunu magħluqin jew ikollhom residenti inqas mill-kriterju ffissat u allura meta wieħed jaħdem il-cost tas-services mhux dejjem jasal għal valutazzjoni realistika ta' dak is-servizz.", "GĦaldaqstant biex is-servizz li huwa devolut fuq il-kunsill lokali jkun immexxi b'mod effiċjenti, dawn qegħdin jiġu ndirizzati direttament bis-saħħa ta' dan il-vot speċifiku.", "Imbagħad hemm Fond \"E\" li qiegħed jingħata għar-resurfacing tat-toroq.", "Illum kull kunsill u l-poplu Malti kollu qiegħed jitkellem dwar il-bżonn li t-toroq jiġu resurfaced.", "Pero' l-inizjattiva li ttieħdet matul l-1996 mir- Roads Department biex jiġu rranġati t-toroq ma laħqitx l-iskop tagħha.", "Tajjeb li ngħid iżda li fl-opinjoni tiegħi - hawnhekk m'iniex qed nitkellem bħala bniedem tekniku imma qed nitkellem bħala bniedem li nuża t-toroq - kien hemm toroq arterjali li saru b'mod tajjeb u kien hemm lokalitajiet fejn iddaħħal l-użu tat-traffic lights u allura kellna iktar kontroll tat- traffiku.", "Pero' jekk ma jkunx hemm ċertu kordinament l-affarijiet ma jiżviluppawx fil-mod li wieħed ikun qed jixtieq.", "Dan il-fond jammonta għal Lm1.4 miljun u huwa l-akbar fond.", "Fil-fatt huwa akbar minn dawk il-fondi speċjali li tqassmu f'Jannar ta' din is-sena u li b'kollox kienu jammontaw għal Lm2.5 miljun.", "Dan il-fond ġie allokat għat-toroq għaliex ħassejna li din hija waħda mill-ikbar problemi fiżiċi u reali li tipprevali fil-pajjiż kollu.", "Għalhekk matul din is-sena lill-kunsilli lokali se nkunu allokajnilhom Lm2.8 miljun sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb ir-resurfacing tat-toroq.", "THE DEPUTY SPEAKER(Onor. Michael Bonnici): Onorevoli, ippermettili ninterromplik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi li l-Onor.", "Mangion ikompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Mangion ikompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin u nipprova nikkonkludi malajr.", "Kont qed ngħid, Sur President, li problema li l-kunsilli lokali jiltaqgħu magħha hija meta jiġu biex jagħmlu resurfacing ta' triq.", "Hawnhekk nixtieq li nagħmel distinzjoni bejn dik li hija construction, jiġifieri triq li trid tinbena mill-bidu, liema xogħol jaqa' taħt ir-Roads Department, u resurfacing, jiġifieri triq li l-wiċċ tagħha tant ikun imħarbat li ma ssolvix il-problema billi tagħmel patching.", "Jien hawnhekk nerġa' ngħid li iktar ma nħaffu fil-programm tar-resurfacing aktar nibdew niffrankaw flus.", "Jien naħseb li ħafna mill-flus li jintnefqu għall-patching huma flus moħlija peress li wara ħalba xita, ħafna drabi, it-triq terġa' għal li tkun.", "Il-problema li jiltaqgħu magħha l-kunsilli lokali hija li biex jagħmlu triq iridu jikkomunikaw ma' kull korporazzjoni.", "Iridu jikkomunikaw ma' l- Enemalta biex jaraw għandhiex xi servizz li trid tgħaddih, tibdlu jew tirranġah, mat-Telemalta, mal-Melita Cable Television u ma' patafjun korporazzjonijiet oħra, apparti d-Dipartiment tat-Toroq li jkun irid jagħti xi permess jew opinjoni fuq kif għandha ssir it-triq.", "Jiġifieri hemm numru ta' entitajiet li kollha għandhom il-prioritajiet u t-time-table tagħhom u jridu jaraw jekk, per eżempju, humiex se jibdlu main ta' l-ilma jew jekk humiex se jgħaddu cable tad-dawl f'dik it-triq li jkun se jsirilha resurfacing.", "Ħaġa li kienet ta' frustrazzjoni kbira għall-kunsilli lokali kienet li meta dawn jikkomunikaw mad-diversi korporazzjonijiet, ħafna drabi lanqas jingħataw risposta jew almenu acknowledgement.", "Dan mhux sew, anke fuq bażi ta' customer relationship, għaliex wara kollox dawn il- korporazzjonijiet qegħdin hemmhekk biex jagħtu dak is-servizz partikolari.", "Ċertament kien ħela ta' flus dak li ħafna drabi konna nassistu għalih meta triq li tkun ġiet resurfaced terġa' tinqala' biex jgħaddu ċerti servizzi minnha, u dan apparti mill-fatt li l-istess triq jew bankina ma kenitx terġa' tiġi rranġata.", "Dawn kollha huma problemi li l-kunsilli b'mod ġenerali kienu jiltaqgħu magħhom u li sa ċertu punt għadhom jiltaqgħu magħhom sal-lum.", "Biex nipprovaw ngħinu u nsibu soluzzjoni ta' din il-problema id- Dipartiment tal-Kunsill Lokali ftiehem mar-Roads Department - u hawnhekk nirringrazzja lil kulħadd għall-kollaborazzjoni li ntweriet - sabiex jiġi mwaqqaf ir-road co-ordinating unit.", "Dan ħa numru ta' xhur sakemm ġie mwaqqaf u kien hemm diskussjonijiet intensivi dwaru mal-korporazzjonijiet kollha konċernati - inkluż il-Melita Cable Television - imma almenu issa kull kunsill li jkun irid jagħmel triq għandu point of reference f'post wieħed, il-co-ordinating unit.", "Dan il-unit jagħti r-risposti neċessarji li jkun hemm bżonn pero' iktar minn hekk jagħmel ukoll laqgħat on site ma' kull kunsill sabiex jiddiskutu l-problema u jaraw x'servizzi jridu jippreparaw.", "Jien ma ngħidx li b'daqshekk ilħaqna l-perfezzjoni tal- kordinament pero' ċertament li sar progress sostanzjali u għal dan ngħid prosit lill-entitajiet u lid-dipartimenti kollha konċernati.", "Sar ukoll ftehim bejn il-kunsilli lokali u dan il-unit rigward it-tendering procedure u b'riżultat ta' din l-inizjattiva ta' kordinament, f'Awissu li għadda ħarġu l-ewwel tenders għal madwar 50 triq u hemm ippreparati wkoll tenders għal madwar 286 triq oħra f'lokalitajiet diversi.", "Apparti mill-fatt li ġie kkreat ix-xogħol għaliex jinvolvi nefqa kapitali sostanzjali - matul din is-sena ntnefqu Lm2.8 miljun għat-toroq - l-istess xogħol qed isir b'mod kordinat ħalli l-infiq ma jkunx sar għalxejn.", "Jien naħseb li din hija waħda mill-inizjattivi li se tibqa' tagħti riżultati pożittivi, pero' hemm bżonn li ż-żewġ naħat konċernati jibqgħu kontinwament attenti ħalli b'hekk is-servizz li jingħata jkun aktar effiċjenti.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar inizjattiva oħra tal-kunsilli lokali, liema inizjattiva tikkonċerna l-manutenzjoni ta' l-iskejjel.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-gvern ċentrali kellu l-operat tiegħu li kien qed jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' l-iskejjel tal-gvern kollha, pero' sibna li dan l-operat ma kien qed jiffunzjona prattikament xejn għax ix- xogħol li suppost ried isir fis-sajf ma kienx isir u naturalment il- problemi kienu jimmoltiplikaw bir-riżultat li l-manutenzjoni kienet qed tiddeġenera b'mod allarmanti.", "Permezz ta' diskussjoni bejn id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni saret delega tar- responsabbilta' f'dan il-qasam u din is-sena fi ftit ġimgħat bejn Lulju u l-bidu ta' Settembru, 23 skola saritilhom manutenzjoni bl-iktar mod estensiv u effiċjenti.", "Is-supervision u l-management li kien hemm min-naħa tal-kunsilli kien ta' min wieħed ifaħħru u jien minn hawnhekk ngħid prosit lil kull min kien involut.", "Ix-xogħlijiet saru kemm mis-settur privat kif ukoll mid-dipartimenti tal-gvern u kollha taw riżultat tajjeb.", "Hawnhekk, Sur President, wieħed jista' jara li meta jkun hemm skemi ta' management effiċjenti, ikun hemm ukoll utilizzazzjoni aħjar tal-manpower li għandu l- gvern.", "Minn dan naraw kemm għandna bżonn ta' aktar kollaborazzjoni bejn l- awtoritajiet lokali u dik ċentrali sabiex fejn insibu skemi innovattivi ma noqogħdux nibżgħu nimplimentawhom.", "Matul din is-sena bdejna wkoll nassenjaw ħaddiema minn dipartimenti tal- gvern fejn hemm excess labour għal għand il-kunsilli lokali u dan dejjem mingħajr ma l-ħaddiem jitlef xejn mill-benefiċċji jew drittijiet li jkollu.", "Dwar dan qbilna kompletament mal-unions konċernati u qbilna wkoll mal- Local Councils Association.", "Sfortunatament għandha teżisti ċerta kultura fil-moħħ ta' numru ta' ħaddiema li jibqgħu jirreżistu sa l-aħħar biex ma jmorrux jagħmlu x-xogħol assenjat lilhom.", "Din l-inizjattiva bdejniha l- ewwel fil-lokalitajiet fejn hemm il-beaches u assenjajna ħaddiema mal- kunsilli lokali sabiex dawn jikkordinaw ix-xogħol, flimkien mad-dipartiment konċernat.", "Meta tlabna għal voluntiera ftit applikaw, forsi għaliex fost il-ħaddiema għadha teżisti l-kultura li l-ħaddiem irid jibqa' fil-post fejn ikun jista' jiskarta.", "(Interruzzjonijiet) Huwa evidenti li jeżistu diffikultajiet pero' dawn qed jiġu ttrattati kunsill b'kunsill u lokalita' b'lokalita' u tajjeb li ngħidu wkoll li kien hemm riżultati pożittivi.", "Il-ġimgħa l-oħra ltqajt mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema fejn talbuni nsibilhom xi ħaddiem ieħor mat-tnejn li diġa' bgħatnilhom, liema ħaddiema, għalkemm għall-bidu kellhom ħafna dubji dwar l-iskema, issa jinsabu kuntenti fejn qegħdin.", "Qed insemmi l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema għaliex iltqajt magħhom wiċċ imb'wiċċ u tkellimna appuntu fuq dan il-punt.", "Pero' rrid ngħid li hemm ħaddiema assigned ukoll mal-Kunsilli Lokali tan-Naxxar, ta' St. Lucija u anke taż-Żejtun .", "Jien minn hawnhekk nixtieq ngħid li jekk hawn xi ħaddiema li huma nteressati, jinformawna u jkunu jistgħu jsiru l-arranġamenti amministrattivi neċessarji.", "Minkejja d-diffikultajiet kollha, irridu naħdmu sabiex din l-iskema tiżviluppa għaliex b'hekk inkunu qed nutilizzaw aħjar il-labour force li diġa' għandna b'mod li l-pagi li jingħataw lil dawn il-ħaddiema jkunu qed iservu ta' benefiċċju għaċ- ċittadin.", "Jien minn hawnhekk nixtieq nappella lill-ħaddiema sabiex ma jibżgħux jagħmlu dan il-pass.", "Nerġa' nikkonferma li l-ħaddiema li ġew assenjati mal-kunsilli jinsabu kuntenti u qed jagħtu riżultati tajbin.", "Inizjattiva oħra li ttieħdet u li semmejt aktar qabel hija sabiex mis- sena d-dieħla jibda jkun hemm aktar enfasi fuq il-concept tal-value for money.", "Dan huwa konċett li mhux biss il-gvern ċentrali jrid jaħdem fuqu imma jrid jiġi estiż ukoll fl-amministrazzjoni lokali.", "Ħeġġiġna wkoll lill-kunsilli lokali sabiex ma jibqgħux jaħdmu b'mod magħluq u ħadna wkoll ċerti inizjattivi sabiex dan ma jibqax iseħħ.", "L-ewwel ħaġa li għamilna kienet li waqqafna planning council sabiex jagħmel pjan soċjo-ekonomiku għall-iżvilupp tan-nofsinhar ta' Malta li huwa in crying need għal dan it- tip ta' żvilupp.", "F'din il-lokalita' hemm ħafna industriji li jġibu magħhom effetti negattivi fuq l-aspetti soċjali, ta' saħħa u edukattivi.", "Dan il- planning council għaqqad 11-il kunsill flimkien li kollha bdew jaħdmu ma' dipartimenti tal-gvern fuq bażi volontarja.", "Huwa importanti li nżommu f'moħħna li f'pajjiżna kull lokalita' qiegħda tmiss ma' oħra u allura ma tistax tagħmel żvilupp f'lokalita' mingħajr ma tħares kif dak l-iżvilupp se jolqot lokalita' oħra.", "Fil-pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta kulħadd qed jagħti l-kontribut tiegħu, inkluż is-segretarjat ġenerali taż-żewġ partiti u l-kappillani.", "Issa f'Jannar li ġej se jkollna l-ewwel rapport, liema rapport żgur li se jgħin fit-tfassil ta' pjan ta' żvilupp mill-gvern ċentrali.", "Il-kunsilli fehmu dan il-konċett u issa għandna grupp ta' kunsilli oħra li fuq inizjattiva tagħhom organizzaw \"Rebirth 2000\".", "Dawn qed jikkollaboraw flimkien ħalli jiżviluppaw fiżikament il-lokalitajiet tagħhom u biex itejbu dak li nsejħulu community development.", "Kull kunsill qed jieħu ċ-chairmanship għal madwar sitt xhur u flimkien ilaqqgħu gruppi ta' nies differenti biex b'hekk jaqsmu l-problemi ma' xulxin u anke jipparteċipaw flimkien fl-isport u f'attivitajiet kulturali.", "Jien nawgura li bil-mod il-mod dan l-iskop soċjali jikber u jsir fuq livell nazzjonali.", "Wasalna wkoll sabiex nattwaw il-commitment li għamilna fil-manifest elettorali dwar ir-rappreżentanza fuq il-korporazzjonijiet.", "Diġa' ddiskutejna r-regolamenti ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u issa dawn iridu jiġu approvati u diskussi mill-Gvern sabiex effettivament ikunu mplimentati.", "B'hekk il-kunsilli lokali se jkollhom ir-rappreżentant tagħhom fuq dawk il-korporazzjonijiet li jolqtuhom mill-qrib bħal, per eżempju, l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-Housing Authority, l-Enemalta u korporazzjonijiet oħra.", "Dan ifisser li l-kunsilli lokali jkollhom a line of communication ma' dawk l-entitajiet li direttament ikunu nvoluti magħhom kontinwament.", "Fil-Kunsill Reġjonali għal Għawdex - kif nafu, il-bieraħ ġiet launched white paper - hemm aktar element parteċipattiv.", "Il-kunsill se jagħmel il- pjanijiet tiegħu dwar l-iżvilupp li effettivament irid jagħmel għall-gżira ta' Għawdex.", "Irridu niżviluppaw il-proċess mhux biss biex jagħtina aktar flus imma anke għall-iskopijiet soċjali u parteċipattivi li semmejt.", "Fl-ispecial funds hemm maħsub ukoll il-konċett tal-wardens.", "Għalkemm wieħed ikollu ħafna pjanijiet u jkun jixtieq jagħmel ħafna affarijiet, bosta drabi jinqalgħu problemi meta tiġi biex tattwa dak li tkun għamilt on paper.", "Aħna lkoll naqblu dwar il-konċett tal-wardens pero' dan irridu nagħmluh b'mod li jkun jidher li qed jagħti riżultat lill-komunita'.", "Il- warden huwa marbut ma' l-enforcement tal-liġi fejn jidħlu kwestjonijiet ta' parking, tfal li ma jmorrux l-iskola, littering u affarijiet li ma jammontawx għal reat kriminali imma li jinvolvu multi u l-ġbir tagħhom.", "Aħna diġa' tejjibna l-enforcement u issa qed naħdmu fuq proċess ħalli l- flus dovuti minn multi jinġabru.", "Jekk ma nilħqux dak il-għan ikollna grupp ta' wardens li jkunu qegħdin hemm għalxejn.", "Għalkemm se jkunu qed jaħdmu mal-kunsill, dawn iridu wkoll jagħtu sehemhom ħalli jiġi mtejjeb is-servizz tal-kunsilli fil-komunita'.", "Għalissa dan se jsir fuq mudell u l- lokalitaijiet magħżula huma l-Belt, tas-Sliema u San Pawl il-Baħar.", "Ma' entitajiet oħra tal-gvern, bħat-traffic control board, id-dipartiment ta' l- edukazzjoni f'ċerti oqsma u anke l-qorti, qegħdin naraw kif se jsir l- enforcement tal-proċess kollu sabiex meta jkollna l-mudell inkunu nistgħu nanalizzaw id-diffikultajiet li jirriżultaw u nsolvuhom.", "Dak il-mudell imbagħad inkunu nistgħu gradatament nestenduh għal-lokalitajiet fejn ikun hemm talba għal servizz bħal dan.", "Madam Speaker, dawn kollha huma inizjattivi li ttieħdu matul din is-sena sabiex intejbu u nsaħħu l-proċess tal-kunsilli lokali.", "Ċertament kien ikun aħjar li minflok Lm2.5 miljun ikun hemm Lm5 miljun available, imma l-ewwel il-gvern ċentrali jrid ikollu l-availability ta' dawk il-fondi biex ikun jista' jżidhom fl-ispiża rikorrenti tiegħu.", "Nerġa' ntenni li rridu nżommu quddiem għajnejna li dawn l-ispejjeż tal-kunsilli lokali huma parti mill-ispiża rikorrenti tal-gvern u rridu naraw ukoll li l- inizjattivi li jinbdew ikollhom ir-riżultat mixtieq - u fid-dipartiment kontinwament nitkellmu dwar dan - li r-responsabbiltajiet devoluti bil- liġi fuq il-kunsilliera ma jfissrux biss drittijiet u awtorita' imma dmir li dik l-awtorita' jamministrawha tajjeb.", "Aħna beħsiebna nkomplu nsaħħu l- inter-relationship bejn id-dipartimenti tal-gvern u l-kunsilli lokali u għalkemm nafu li jeżistu nuqqasijiet u problemi - ma nistgħux ngħidu li ma jeżistux - hemm bżonn li flimkien insibu mezz kif dawn nindirizzawhom.", "Jien ngħid li bħalma sibna s-soluzzjoni għall-manutenzjoni ta' l-iskejjel, għandna wkoll naraw kif napplikaw ideat bħal dawn għal sitwazzjonijiet oħra għax b'hekk inkunu qegħdin nagħtu riżultati aħjar.", "Hemm bżonn li jibda jidher u jinħass aktar l-effett pożittiv ta' l-infiq għall-operat tad- dipartimenti u għall-pagi li jirċievu l-ħaddiema li qed iħallas għalihom it- taxpayer.", "Trid tispiċċa l-mentalita' li l-ħaddiema tal-gvern ma jagħtux il- ġurnata tagħhom kif għandhom jagħtuha.", "Jien m'iniex qed ngħid għall- ħaddiema kollha għaliex ma rrid noffendi u ninsolenta lil ħadd, imma rridu niffaċċaw ir-realta' billi nsibu soluzzjonijiet u skemi ġodda li jimmotivaw lill-ħaddiema u lill-kunsilliera sabiex jikkommettu ruħhom aktar.", "Barra minn hekk il-kunsilli lokali jridu jaraw li meta jkunu taw kuntratt lis-settur privat minħabba prezz iktar kompetittiv, iridu jiċċekkjaw li s- servizz qed jingħata b'mod effiċjenti skond it-termini tal-kuntratt.", "Din hija responsabbilta' tagħhom għax meta jiġu nies jilmentaw għandi jien ngħidilhom biex imorru jistaqsu lilhom.", "Jien nagħmlilhom nota bil-firma tiegħi li r-responsabbilta' hija tagħhom.", "Dawn huma affarijiet li beħsiebna niċċekkjawhom u għalhekk qed inħabbarhom issa ħalli wieħed ikun avżat.", "Meta jkun hemm talba għal iktar awtorita' aħna lesti li nagħtuha, bħalma diġa' għidt, imma imbagħad l-awtorita' trid tiġi amministrata b'responsabbilta' sħiħa.", "Dan japplika għal kull uffiċjal pubbliku, għal kull kunsillier u kull politiku li joffri ruħu għas-servizz tal-komunita`, inizjattiva li għaliha nirringrazzjahom.", "Hemm bżonn li wieħed jifhem ir- responsabbiltajiet li jidħol għalihom u flimkien għandna nikkollaboraw - kif qed nagħmlu mal-kunsilli lokali - ħalli l-problemi li jeżistu nkunu nistgħu nsolvuhom fuq medda ta' snin.", "B'hekk il-proċess tal-kunsilli lokali bħala awtoritajiet lokali kif ukoll reġjonali jikber u jissaħħaħ.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, l-ewwelnett nibda billi nifraħ lill- Ministru għad-diskors li għadu kif għamel.", "Huwa tana overview għar-raison d'être tal-kunsilli lokali u għamel overview wkoll ta' ħafna mix-xogħol li jagħmlu l-kunsilli lokali, kif ukoll ir-relazzjoni li trid teżisti bejn il- kunsilli lokali u l-gvern ċentrali.", "Kien diskors abbli għar-raġuni li evita l-iktar problema li l-kunsilli lokali qed jiltaqgħu magħha minn mindu tela' l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista għax il-Ministru mkien ma semma d-deċiżjoni li ttieħdet is-sena l-oħra minn dan il-Gvern li jnaqqas b'Lm1 miljun il-fondi totali li jieħdu l-kunsilli lokali.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu, ġustament il-Ministru ddistingwa bejn il- fond ordinarju - li kif qal hu huwa bbażat fuq il-formola tal- popolazzjoni u ta' l-area - u l-fond straordinarju li qiegħed hemm biex jagħmel tajjeb għall-ispecial needs.", "Meta wieħed jgħodd dawn iż-żewġ fondi flimkien isib li l-allokazzjoni għall-kunsilli lokali taħt l-ewwel budget ta' Gvern Laburista naqset b'Lm1miljun, jiġifieri 14% inqas mill- ammont li kien alloka Gvern Nazzjonalista fl-aħħar sena tiegħu.", "Dan ifisser li għall-ewwel darba kien hemm tnaqqis fil-fondi allokati lill- kunsilli lokali.", "Taħt gvern immexxi minn Partit Nazzjonalista, il-fondi dejjem baqgħu jiżdiedu pero' malli tela' l-Partit Laburista fil-gvern l- ewwel deċiżjoni li ħa kienet proprju li jnaqqas l-allokazzjoni lill- kunsilli lokali.", "Dan il-fatt ma jistax jiġi njorat għaliex għalkemm wieħed jista' joqgħod jgħid ħafna kliem sabiħ fuq il-prinċipji, fuq il-management, fuq x'għandhom ikunu l-kunsilli lokali, kif għandhom jaħdmu u x'effikaċita' għandu jkollhom fuq il-milieu soċjali tal-lokalita` li huma jamministraw, fl-aħħar mill-aħħar biex tagħmel dan kollu żgur li trid il- flus.", "U jekk hemm karatteristika li naħseb hija evidenti fl-ewwel sena ta' ħidma ta' Partit Laburista fil-gvern fuq il-kunsilli lokali, hija proprju id-demotivazzjoni li nħolqot fost il-kunsilli lokali mhux biss bit-tnaqqis tal-fondi allokati imma anke bin-nuqqas ta' ħsieb li hemm sabiex verament inkomplu fit-triq li kien beda l-Partit Nazzjonalista fil-gvern biex lill- kunsilli lokali nagħtuhom dak il-poter deċiżjonali li verament jikkaratterizzahom.", "Il-Ministru spiċċa d-diskors tiegħu billi qal li din is-somma li qed nivvotaw għandha kważi kważi tippermetti lill-kunsilli lokali - ma qalx li hija adegwata - li joperaw b'mod tajjeb.", "Jien ħadt ukoll l-impressjoni li l-Ministru kien qed jagħti indikazzjoni li f'dan il-budget li ġej wieħed m'għandux jistenna aktar tnaqqis.", "(Interruzzjonijiet) Pero' lanqas ma naħseb li se jkun hemm xi żidiet!", "GĦalhekk qegħdin f'sitwazzjoni fejn problema li nħolqot bil-budget li approvajna s-sena l-oħra tidher li se tkun rikorrenti.", "Is-sempliċi fatt tar-rikorrenza tagħha f'sitwazzjoni fejn għandna inflazzjoni dejjem tiżdied, f'sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tas- servizzi li jingħataw kemm mill-gvern kif ukoll mill-privat qegħdin jiżdiedu, l-veru purchasing power li allura għandhom il-kunsilli lokali qed jonqos sostanzjalment, tant li f'ċerti każijiet qed nirriskjaw li kunsill lokali lanqas jista' jkompli jsostni l-kuntratti minimi li għandu.", "Dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem.", "Il-Ministru ġustament qal li l-konċett tal-kunsilli lokali ma jisseparax lil din il-Kamra.", "Iż-żewġ naħat naqblu li l-kunsilli lokali huma utili, li huma parti u li se jibqgħu parti mill-istruttura demokratika ta' pajjiżna u li minkejja d-diffikultajiet kollha li wieħed jiltaqa' magħhom fil- management ta' kuljum, iż-żewġ partiti ninsabu kommessi - almenu bil-fomm - li nsaħħuhom u fejn jista' jkun inżidulhom il-poteri.", "Pero' naħseb li hemm differenza sostanzjali bejn kif tħares din in-naħa u kif tħares in- naħa l-oħra lejn il-funzjoni tal-kunsilli lokali.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn aħna waqqafna l-kunsilli lokali kienet li aħna, bħala partit demokristjan, verament nemmnu fil-prinċipju tas-sussidjarjeta'.", "Din hija kelma li forsi mhux kulħadd jifhem jew mhux kulħadd juża ta' spiss pero' hija kelma li fir-realta' tindika t-triq li aħna ta' din in-naħa nemmnu li għandna nsegwu.", "B'sussidjarjeta` aħna nemmnu li fuq bażi ta' prinċipju - u mhux biss fuq bażi ta' utilita' - huwa importanti li deċiżjonijiet tittieħed fl-iktar livell baxx possibbli tas-soċjeta' u li tkun iktar tajba jekk tkun meħuda minn min ikun se jintlaqat direttament.", "Allura b'mod konxju, jekk verament temmen fis-sussidjarjeta` inti tħaddem sistema u struttura b'mod li l-poter deċiżjonali kemm jista' jkun iżżommu fuq il-bażi baxxa ta' l-istruttura u ttella' 'l fuq lejn il-Parlament dawk id- deċiżjonijiet li bilfors iridu jittieħdu fuq livell nazzjonali.", "Ma jistax ikun li inti temmen fil-kunsilli lokali bħala enti politika u struttura demokratika jekk ma temminx fil-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "Jien wisq nibża' li l-Partit Laburista ma jemminx f'dan il-prinċipju.", "L- ewwelnett għaliex ma naf b'ebda rappreżentant tal-Partit Laburista li xi darba tkellem fuq is-sussidjarjeta`.", "Anke għaliex mill-performance li rajna fl-ewwel sena m'għandna l-ebda eżempju ta' sussidjarjeta' li twettqet din is-sena.", "Għaddejna sena sħiħa fejn it-triq prinċipali tal-Partit Laburista ma kenitx dik li jara x'jista' jiddelega awtonomament lill-kunsilli lokali imma li jiċċekkja x'qegħdin jagħmlu l-kunsilli lokali.", "Ħafna minn dak li qal il-Ministru jixhed dan.", "Fl-ebda ħin il-Ministru ma semma oqsma li nistgħu niddelegaw b'mod awtonomu lill-kunsilli lokali u lanqas staqsa jekk hemmx lok fejn nistgħu mmorru oltre biex nagħtu poteri lill-kunsilli lokali.", "Id-diskors tal-Ministru l-ħin kollu kien appell kontinwu lejn il- kunsilli lokali sabiex jikkoperaw iżjed mal-Gvern.", "Aħna lkoll naqblu mal- konċett tal-value for money imma għall-Gvern dan il-konċett ifisser li jiċċekkja x'inhu minn pożizzjoni ċentrali.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru tkellem ħafna wkoll dwar il-management u qal li l-kunsilli lokali jridu jkunu managers tajbin u jaraw kif se jiffrankaw il-flus lill-gvern għax dawn fl-aħħar mill-aħħar huma kollha flus il-poplu.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan huwa diskors ħażin u li m'għandux isir pero' mkien fid-diskors tal-Ministru ma smajna li għandna nafdaw aktar fil-kunsilli lokali.", "Anke meta l-Ministru tkellem fuq l- iżvilupp li sar din is-sena, fejn il-kunsilli lokali ġew involuti b'xi mod mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fuq ir-refurbishment ta' l-iskejjel li hemm fil-lokalitajiet, il-punt kien li din kienet inizjattiva tajba għaliex kien hemm management tajjeb mill-kunsilli lokali.", "Jien naqbel miegħu u nfaħħar lill-kunsilli tal-management tajjeb, pero' anke l-mod kif ġie strutturat hija indikazzjoni tad-diverġenza ta' ħsieb li hemm bejn din in- naħa u n-naħa l-oħra.", "Bil-metodu kif għamel l-affarijiet il-Gvern, il- kunsill lokali spiċċa biss bħala manager għaliex il-poter deċizjonali ta' xi jrid isir fl-iskejjel żammu d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Li kieku dik il-ħaġa ġiet strutturata minn din in-naħa tal-Kamra, naħseb li konna nagħmluha b'mod differenti għax konna nivvutaw il-flus għar-refurbishment ta' l-iskejjel, nagħtuhom lill-kunsilli lokali u nħallu f'idejhom sabiex jiddeċiedu x'tip ta' refurbishment irid isir.", "Madam Speaker, jien qed inġib dan l-eżempju għaliex naħseb li huwa tipiku.", "Iż-żewġ naħat naqblu dwar l-inizjattiva li ttieħdet pero' d- diverġenza bejnietna hija fil-metodu ta' kif kellha issir.", "Aħna ma naqblux li l-kunsilli lokali għandhom ikunu managers biss.", "Għalkemm il-konċett tal- value for money li joħroġ mill-management huwa funzjoni essenzjali tal- kunsilli lokali, huwa ħażin li nħarsu lejn il-kunsilli lokali sempliċement bħala managers.", "Il-biża' ta' din in-naħa hija li l-idea tal-management hija politika konxja li tirrifletti dak li kien qal l-Onor.", "Alfred Sant f'laqgħa li kellu mal-Kunsill Lokali tal-Belt - dak iż-żmien kien għadu Kap ta' l-Oppożizzjoni - meta kien qalhom li l-kunsilli lokali għandhom ikunu managers tal-lokalita'.", "Fuq hekk biss hija bbażata l-politika kollha tal- Partit Laburista.", "Imkien matul din is-sena ma ttieħdet imqar inizjattiva waħda biex tkabbar il-poter awtonomu tal-kunsilli lokali, anzi għall- kuntrarju mhux biss ma kabbarniex il-poter awtonomu tal-kunsilli lokali talli rrestrinġejna l-kapaċita' operattiva tagħhom billi naqqasnilhom il- flus.", "Min jemmen fil-kunsilli lokali jrid japplika l-prinċipju tad- diċentralizzazzjoni u dwar dan se nsemmi bħala eżempju każ li ġara fil- Kunsill Lokali ta' Birkirkara.", "Dan il-kunsill ħa inizjattiva li jonfoq Lm200 fis-sena - minn budget ta' madwar Lm100,000 - sabiex jagħmel air monitoring control fuq Birkirkara u l-Gvern niżel fuqu like a ton of bricks u qallu li dik ma missux għamilha għaliex m'hijiex funzjoni tiegħu.", "Lil dan il-kunsill ħarġulu aktar minn ċirkolari waħda u fl-aħħar kważi kważi spiċċaw jhedduh li se jieħdu passi kontra tiegħu bil-qorti għaliex qed jużurpa l-funzjonijiet li ħaddieħor għandu bil-liġi.", "Jien ngħid li l- fatt li taħli ż-żmien ta' ma nafx liema dipartiment biex jaqbad ma' kunsill lokali fuq ħaġa bħal din hija indikattiva tal-mentalita'.", "X'hemm ħażin li kunsill lokali jieħu inizjattivi?", "Fejn hu t-twemmin fl-awtonomija u f'inizjattiva lokali meta fuq dawn l-affarijiet il-Gvern lest li joqgħod ifettaq?", "U dan biex ma nsemmux kwestjonijiet ħafna akbar.", "Fejn hi d- deċentralizzazzjoni, per eżempju, fuq il-kwestjoni tal-qrati lokali, tal- multi, ta' l-introduzzjoni tal-wardens u tat-twaħħil tal-bozoz?", "Meta l- Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni kien jagħmel plejtu sħiħ dwar il-fatt li għandu jkun il-kunsill lokali li jiddetermina fejn għandhom jitwaħħlu l- bozoz fil-lokal.", "Illum mhux talli ma ttieħdet l-ebda inizjattiva f'dan is- sens, talli l-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tikkonsidra li l-ħlas tad-dawl fit-toroq u fl-areas pubbliċi jibdew jagħmlu tajjeb għalih il-kunsilli lokali.", "U jien nistaqsi: Matul din is-sena rajna xi inizjattiva li verament tiddeċentralizza l-poter?", "Ittieħdet biss inizjattiva waħda, dik li l-kunsilli lokali jibdew jiġbru l-flus tal-liċenzji tal-ħwienet fil- lokalita tagħhom.", "U dwar dan jien m'għandix dubju li kieku mhux għaliex kien diġa' kollox strutturat biex isir mill-Gvern Nazzjonalista, inkluż is- software li kien diġa' daħal għand il-kunsilli lokali, kieku lanqas dan ma sar.", "Allura qabel ma noqogħdu ngħidu li aħna lkoll naqblu dwar il-kunsilli lokali, naħseb li aħjar nibdew ngħidu fuqhiex naqblu.", "Jekk il-viżjoni li għandu l-Gvern Laburista tal-kunsilli lokali hija waħda ta' manager, jiena kważi kważi nasal biex ngħidlu biex ma jagħmilx elezzjonijiet għaliex il-managers ma jintgħażlux b'elezzjoni.", "Kulma jridu jagħmlu huwa li jsibu l-aħjar persuna adatta għal dan ix-xogħol fil-lokal u jqabbdu lilha.", "Ċertament li l-aħjar metodu ta' management m'huwiex kumitat imma huma persuni professjonali, li jkunu ttrenjati fil-management jew fid- delivery tas-servizzi.", "Il-viżjoni tagħna tal-kunsilli lokali hija ta' gvern lokali li kemm jista' jkun ikun awtonomu f'ċerti affarijiet.", "S'issa nistgħu ngħidu li dan l-ispirtu ta' awtonomija ma rajnihx.", "Meta wieħed jitkellem mal-kunsilliera jsib li l-preokkupazzjonijiet tagħhom huma tnejn.", "Waħda minnhom hija li m'għandhomx flus biżżejjed biex iwettqu l-proġetti tagħhom u l-oħra hija d-demotivazzjoni.", "F'din is-sena li għaddiet ma ngħata l-ebda poter ġdid lill-kunsilli lokali li ma kienx ingħata mill- gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Madam Speaker, id-diskors dwar ir-rappreżentanza tal-kunsilli lokali fuq il-bordijiet ta' korporazzjonijiet jew dwar il-ħolqien tar-regional council għal Għawdex huwa kollu kliem sabiħ pero' irridu narawh fis-sustanza ta' x'qegħdin ngħidu.", "Ħalli nitkellmu ftit dwar ir-regional co-operation li semma' l-Ministru.", "L-inizjattiva tal-kunsilli li ngħaqdu flimkien f'\"Rebirth 2000\" ċertament hija waħda ta' min ifaħħarha, jappoġġaha u jsostniha, pero' din hija inizjattiva li ħarġet bis-saħħa ta' liġi li kien għamel Gvern Nazzjonalista.", "Il-koperazzjoni li huma ddeċidew li joħolqu diġa' kienet mogħtija lilhom bil-liġi, pero' din forsi kienet l-aktar okkażjoni fejn ġiet ippubliċizzata.", "Per eżempju, f'Għawdex diversi kunsilli ilhom sa mill-bidunett jikkoperaw biex jagħtu ċerti servizzi.", "Jiġifieri m'għandniex għalfejn noqogħdu nitkellmu qisna skoprejna l-Amerka fuq ħaġa li ilha titħaddem minn mindu twaqqfu l-kunsilli lokali.", "F'Għawdex hemm numru ta' kunsilli li jikkoperaw flimkien biex joħorġu kuntratt wieħed, per eżempju, għall-ġbir ta' l-iskart.", "Jien naħseb li jrid ikollok ftit wiċċek qiegħed biex tgħid li dan il-famuż Regional Council li qed jiġi propost għal Għawdex huwa xi inizjattiva kbira ħafna li se jagħti xi poter lill-kunsilli lokali.", "Kważi kważi issa se nibdew insejħulu mini- parliament biex taparsi ngħidu kemm hu b'saħħtu.", "F'dan il-kunsill se jkun hemm 13-il rappreżentant mill-kunsilli lokali f'Għawdex - wieħed minn kull kunsill - flimkien mal-ħames membri parlamentari Għawdxin u l-Prim Ministru.", "Jien ma nafx kemm-il darba se jibda jiltaqa' dan il-kunsill pero' jekk se jiltaqgħu daqs kemm kien jiltaqa' l-famuż kumitat permanenti li kien waqqaf Dr. Karmenu Mifsud Bonnici qabel l-elezzjoni ta l-1987, nista' ngħid li dan ir-Regional Council ma tantx għandu ħajja twila!", "Jiena diġa' għidt li fil-white paper dan il-pjan la għandu poter li jorbot lill-Gvern u lanqas jista' jiġi mplimentat b'mod awtonomu mill- Għawdxin, li minn fuq neħħejnilhom anke l-ministeru li kellhom.", "Jekk dawn huma l-poteri li qed inżeffnu quddiem il-kunsilli lokali, jien naħseb li fihom għandna nies ħafna iktar intelliġenti biex ma jibilgħux din it-tip ta' lixka.", "Il-verita' hi li minn mindu twaqqfu l-kunsilli lokali, aktar ma dawn ingħataw poteri awtonomi, aktar kellna suċċess fuq il-mod kif wieħed jgħix il-ħajja tiegħu fil-lokal.", "Huwa ħażin li dan il-Gvern waqqaf id- devoluzzjoni tal-poter u m'huwiex jafda lill-kunsilli lokali b'poteri awtonomi.", "Hija ħażina wkoll il-fissazzjoni li għandu l-Gvern li jrid - ħalli ma nużax il-kelma jimponi, għaliex l-istil tal-Ministru ċertament m'huwiex wieħed li jimponi - jipprova jipperswadi lill-kunsilli lokali biex ikunu biss managers.", "Madam Speaker, il-Ministru semma l-attachment jew l-assenjar - din hi l- kelma li ntużat - ta' xi ħaddiema tal-gvern mal-kunsilli lokali.", "Fir- realta' l-Ministru stess ammetta li l-inizjattiva kienet flop totali għaliex meta ħarġet ċirkolari lill-ħaddiema tal-gvern sabiex imorru jaħdmu mal-kunsilli lokali, kien hemm biss madwar 90 li applikaw.", "Imbagħad marru fuq il-kunsilli lokali u qalulhom li se jibagħtulhom żewġ ħaddiema minn dawn, iriduhom u ma jriduhomx.", "Din hija r-realta' u jien naħseb li rridu nammettu li s-sistema ma ħadmitx; u ma ħadmitx għaliex ma tħallietx issir mill-kunsilli lokali nfushom.", "Id-difett qiegħed fil-fatt li minflok qed nagħtu l-empowerment lill-kunsilli lokali, għadna wisq bil-mentalita' li rridu nidderieġu ċentralment.", "Jiena l-ewwel wieħed li ngħid - u l-partit tiegħi dejjem hekk irraġuna - li forsi l-agħar ħaġa li tista' tiġri lill-kunsilli lokali hija li tassenjalhom ħaddiema, speċjalment jekk dawn ikunu ħaddiema tal-gvern.", "Jien nifhem mill-ewwel għaliex il-ħaddiema tal-gvern ma jridux li jmorru jaħdmu mal-kunsilli lokali, pero' nista' nantiċipa wkoll il-problemi li jkollhom il-kunsilli jekk jiġu mposti fuqhom dawn il-ħaddiema.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħidli li l-kunsilli jistgħu jirrifjutaw.", "Dażgur li jistgħu jirrifjutaw!", "Imma dawn ġew b'daharhom mal-ħajt minħabba li m'għandhomx flus biżżejjed.", "Dawn m'għandhomx sold żejjed x'jistgħu jonfqu meta t-talbiet min-naħa taċ-ċittadin dejjem jiżdiedu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion, bil-permess ta' l-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, lill-kunsilli lokali għidnilhom li min irid jista' jieħu miegħu ħaddiema tal-gvern, u effettivament kellna talba li komplessivament kienet tqarreb is-700.", "Dawn talbu għal ħaddiema bil-premessa li jekk ma jgħoġbuhomx jibagħtuhom lura.", "Jiġifieri m'hu qed jiġi mpost xejn fuq il-kunsill lokali.", "Il-problema tinsab fil-fatt li sfortunatament kien hemm nuqqas ta' interess mill-istess ħaddiema.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, meta jiena wżajt il-kelma \"mposti\", bl- ebda mod ma ridt infisser li l-Ministru u l-Gvern taw xi ordni lill- kunsilli lokali biex jieħdu dawn il-ħaddiema.", "Li ridt ngħid huwa li fiċ- ċirkostanzi li sabu ruħhom fihom il-kunsilli lokali, bilfors li kellhom jagħmlu hekk għax ma kellhomx għażla oħra.", "Lill-kunsilli lokali tnaqqsilhom Lm1 miljun mill-budget tagħhom u għolewlhom il-prezzijiet tas- servizzi li jingħataw mill-gvern stess.", "Per eżempju, kuntratt ta' latrina li kien jiġi jiswa ¥900 illum jiswa ¥3,500; kuntratt sabiex triq f'Santa Venera tingħata t-tarmac, sentejn ilu kien ikkwotat Lm12,000 mill-privat u llum l-istess triq hija kkwotata Lm35,000.", "Il-kunsilli lokali jinsabu b'daharhom mal-ħajt għaliex m'għandhomx flus x'jonfqu fuq proġetti u lanqas għandhom flus biex jagħmlu servicing tal-kuntratti normali.", "Allura mhux bilfors li jkollna ngħidu li dawn il-ħaddiema huma imposti fuq il-kunsilli lokali?", "Jien f'dan is-sens użajt il-kelma \"mposti\".", "Il-Ministru m'għandux il-karattru li jimponi, anzi bil-kontra.", "Madam Speaker, f'din is-sena kellna l-fissazzjoni b'mod esklussiv fuq il- management u dan meta m'aħniex qed nagħtu lill-kunsilli lokali the right tools to manage, inkluż il-finanzi.", "Qed inpoġġu lill-kunsilli lokali f'pożizzjoni li ma jistgħux jiżviluppaw.", "Per eżempju, jiena stagħġibt bil- mod kif tpoġġa l-argument - u llum reġa' rripetih il-Ministru - fuq jekk il-kunsilli lokali għandhomx jieħdu s-servizzi tal-privat jew tal-gvern.", "L- ewwelnett hawnhekk irridu ngħidu li dan huwa competitive tendering.", "Meta l- Prim Ministru kellem lill-Kulleġġ tas-Sindki qalilhom - u dan ukoll irripetih il-Ministru - biex kull darba li jagħtu kuntratt lill-privat jiftakru li l-ħaddiema tal-gvern xorta jridu jitħallsu.", "Imma skużi!", "Dik hija xi ħaġa li jrid jieħu ħsiebha l-Gvern Jekk inti m'intix kapaċi tikkompeti mal-privat, irranġa lilek innifsek u mhux twaħħal fil-kunsilli lokali u tgħidilhom li hija fuq il-kuxjenza tagħhom li d-dipartimenti tal- gvern mhumiex qed jieħdu kuntratti.", "Jiena npoġġiha bil-kontra.", "Hija oxxenita' li dipartiment jieħu ċerti kuntratti u jibgħat ċirkolari lill- kunsilli lokali biex jgħidilhom li t-tali kuntratt li kellu jiskadi se jġedduh għal sitt xhur oħra għaliex għadhom ma rranġawx l-amministrazzjoni.", "U jiena ngħid li hawn huwa l-periklu.", "Minflok qegħdin naħdmu biex ngħaddu aktar poteri lill-kunsilli, qegħdin naħdmu biex intellgħu ħajt madwarhom u ma nagħtuhomx iktar poteri awtonomi.", "Li tinvolvi lill-kunsilli lokali fil- management huwa tajjeb pero' dan ma jfisser assolutament xejn bħala progress.", "Il-progress li rridu naraw hu li lill-kunsilli lokali tagħtihom il-poter deċiżjonali.", "L-importanti huwa li nagħtu iżjed poteri lill- kunsilli lokali, ħaġa li m'hijiex qed issir minn dan il-Gvern.", "Ħalli issa nerġa' niġi lura għall-kwestjoni ta' min għandu jieħu u ma jeħux it- tenders.", "Ir-realta' hi li jekk nibqgħu nirraġunaw b'dan il-mod, nispiċċaw ngħidu li l-gvern għandu jieħu kważi l-kuntratti kollha.", "Din hija l-implikazzjoni li toħroġ minn dan it-tip ta' diskors li għamel dalgħodu l-Ministru.", "L- Onor. Mangion qal lill-kunsilli biex iżommu quddiem għajnejhom li meta qed jagħtu tender lill-privat, il-ħaddiema tal-gvern xorta jridu jitħallsu.", "Veru li dawn l-affarijiet trid tkun konxju tagħhom imma l-implikazzjoni ta' dak it-tip ta' messaġġ hija li l-ineffiċjenza tal-gvern irridu ngħadduha fuq il-kunsilli lokali.", "Dan huwa l-ħażin u għalhekk aħna strutturajnihom kif strutturajnihom lill-kunsilli lokali.", "Għaliex meta inti għandek il- kunsilli lokali, x'tagħmel?", "Tagħtihom ħaddiema tal-gvern u jaħdmu bihom?", "Jew nirrikonoxxu d-diffikultajiet li għandu l-gvern biex jimmaniġġja l- ħaddiema tiegħu u jekk irridu li l-kunsilli lokali jkunu xi ħaġa ġdida, nitilqu b'sistema differenti ta' competitive tendering?", "Din l-għażla li kellha ssir.", "Fil-fatt saret għażla favur it-tieni option għaliex b'dak il- mod biss nistgħu nevitaw il-problemi ta' management tal-gvern.", "Pero' l- messaġġi kollha li ħarġu din is-sena mill-Gvern immexxi mill-Partit Laburista huma bil-kontra.", "Il-messaġġi kienu biex jutilizzaw is-servizzi u l-ħaddiema tal-gvern.", "Huwa tajjeb li l-kunsilli lokali jutilizzaw dawn is- servizzi imma basta jkunu sodisfatti - huma u mhux il-ministru - li s- servizzi huma effiċjenti.", "Jiena naħseb li ebda kunsill lokali m'huwa daqshekk miġnun li ma jeħux servizz tal-gvern jekk ikun bi prezz tajjeb u jkollu servizz tajjeb.", "Dwar dan aħna ma nistgħux naqblu mal-politika tal- Partit Laburista għaliex m'hijiex politika direzzjonata li tagħti empowerment lill-kunsilli lokali.", "Fuq din bilfors ikollna nibqgħu nisħqu u nagħfsu għaliex nemmnu li l-uniku mezz biex issaħħaħ il-kunsilli lokali huwa li tagħtihom iktar poteri li jistgħu jaħdmu fuqhom.", "Madam Speaker, l-ikbar problema li qegħdin jiffaċċaw illum il-kunsilli lokali hija dik tan-nuqqas ta' fondi.", "Diġa' semmejt li fi żmien il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista l-flus allokati għall-kunsilli lokali dejjem baqgħu jiżdiedu, filwaqt li f'din l-ewwel sena ta' Gvern Laburista l- flus allokati lill-kunsilli lokali naqsu b'Lm1 miljun mill-fond ordinarju u l-fond speċjali baqa' ta' Lm2.5 miljun, kif kien fl-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista.", "Sadanittant żdiedu b'mod sostanzjali l-prezzijiet tal- materjal u tas-servizzi li jagħti l-gvern.", "Il-Ministru ġustament ħa d- deċiżjoni li filwaqt li jissussidja ċerti affarijiet, jagħmel costings kummerċjali ta' affarijiet oħra għaliex ovvjament ma jagħmilx sens li gvern jagħmel telf mis-servizz li jkun qed joffri.", "Tista' tirraġuna kif jirraġuna l-Prim Ministru, jiġifieri li l-ħaddiema tal-gvern, jaħdmu u ma jaħdmux xorta huma a fixed cost u kważi kważi jista' ma jiċċarġjax għalihom, pero' jekk jagħti servizz li jinkludi materjal, costs ta' affarijiet oħra bilfors li jrid jiċċarġjahom.", "Ir-realta' hi li l-prezzijiet għal servizzi li joffri l-gvern u li qed jiġu kkwotati lill-kunsilli lokali din l-aħħar sena żdiedu sostanzjalment.", "Jien ma nafx jekk il-Ministru qattx daħal fiha din u jekk ma daħalx fiha nitolbu biex jagħmel comparative analysis ta' x'kien jiġi kkwotat f'kuntratti sentejn ilu u x'qed jiġi kkwotat fil- kuntratti llum.", "Jien fil-fatt għamilt domanda dwar dan u fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qalli li l-informazzjoni għadha qed tinġabar - nifhem li hemm ħafna x'jinġabar - pero' mill-informazzjoni li għandi jien nista' ngħid li l-prezzijiet li qed jintalbu mill-Gvern telgħu m'għola s-smewwiet u ħafna drabi qed jiġu anke undercut by far mill-privat.", "Għalhekk naħseb li huwa inġust li issa jingħad li l-kunsilli lokali qisu għandhom xi responsabbilta' fuq daharhom għaliex dawn il-kuntratti qed jeħodhom il- privat.", "Issa rridu noqogħdu attenti wkoll fuq liema bażi qed jiġu stmati s- servizzi minn diversi dipartimenti tal-gvern u min se jibda jġorr ir- responsabbilta' tat-telf tal-kuntratti għaliex mid-diskors li qed isir kważi qed inpoġġu l-oneru fuq il-kunsilli lokali mentri l-oneru għandu jkun totalment fuq il-Gvern u fuq ħadd aktar.", "Għalhekk jien nibqa' nsostni li huwa inġust li nitfgħu t-tort fuq il-kunsilli lokali.", "Wara kollox kulma rridu nagħmlu biex naraw kemm huma xxamplati l-kunsilli lokali huwa li naraw l-accounts tagħhom tas-sena l-oħra - jien rajt uħud minnhom, ma stajtx narahom kollha - fejn insibu li dawn qegħdin f'pożizzjoni fejn bilkemm jistgħu jiffunzjonaw.", "Jekk din is-sena l-Gvern mhux se jżid l- allokazzjoni fil-budget għall-kunsilli lokali, wisq nibża' li s-sena d- dieħla se niġu f'sitwazzjoni fejn ħafna kunsilli lokali se jkollhom jiddejnu.", "Din hija sitwazzjoni prekarja ħafna u rridu noqogħdu attenti għaliha.", "Niġi issa għar-rapport per se li għandna quddiemna.", "Jien diġa' għidt li l-ammont ta' flus li huma vvotati f'dan il-fond speċjali huwa l-istess li ħalla l-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar sena tiegħu.", "Sadanittant żdiedu l-ispejjeż tal-materjal u ħafna mill-fondi li għandna hawnhekk iridu jintnefqu f'materjal u fi proġetti li jinvolvu mhux biss l-għoti ta' servizzi imma anke bini jew ristrutturazzjoni u allura minħabba f'hekk il-cost tal-materjal se jkun element qawwi ħafna.", "Per eżempju, meta fl-1995 ġie sottomess il-proġett tal-playing field f'Ġebel San Martin, s-somma mitluba kienet ta' Lm40,000, pero' llum żgur li hemm bżonn ta' aktar flus minn hekk.", "Li qed ngħid jien huwa li jekk għandna żieda fl-ispejjeż tal-mano d'opera u fl-ispejjeż tal-materjal, m'aħniex qed nitkellmu aktar fuq purchasing power ta' Lm2.5 miljun, kif kienu s-sena l- oħra u ta' qabel, imma qed nitkellmu fuq somma ħafna inqas.", "Jiġifieri r- realta' hi li l-Gvern Laburista mhux biss qed inaqqas Lm1 miljun mill- budget totali imma minħabba fl-inflazzjoni u ż-żieda fl-ispejjeż u fil-mano d'opera, l-ammont li qed jiġi mnaqqas huwa ferm aktar.", "Madam Speaker, ir-rapport li għandna quddiemna huwa maqsum f'numru ta' funds li jipprovaw jolqtu diversi aspetti li hemm fix-xogħol tal-kunsilli lokali.", "Jien naqbel mal-Ministru fejn qal li parti minnhom qegħdin hemmhekk biex jaġġustaw l-allokazzjoni ta' flus taħt il-formola ta' popolazzjoni u area, pero' rridu ngħidu wkoll li l-parti l-kbira ta' dawn il-funds ilhom hemmhekk minn żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Fil-verita' r- rapport huwa strutturat kważi kollu kemm hu, ħlief għall-aħħar fund, fuq fondi li kien waqqaf il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern u tkomplew minn dan il-Gvern.", "Din hija ħaġa tajba u qed ngħid hekk mhux sempliċement għaliex għamilha l-Gvern Nazzjonalista imma għaliex hemm qbil u hemm kontinwita' fuq liema funds għandhom jitkomplew.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża.", "Il-Kamra ġiet sospiża fil-11.55 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara", "MADAM SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, kont qed ngħid li naqbel mal-Ministru li l-fondi li qed nitkellmu fuqhom illum f'ħafna każijiet jinħadmu fuq formoli li ma jiddividux naħa jew oħra tal-Kamra, pero' ma naqbilx miegħu meta jgħid li hemm nuqqas ta' diskrezzjoni.", "Nista' naqbel miegħu li d- diskrezzjoni ċertament hija assenti fejn tiġi biex tiddeċiedi dwar kemm jieħu kunsill \"A\" jew kunsill \"B\", pero' id-diskrezzjoni hija eżistenti b'mod assolut fejn tiddeċiedi x'talloka jew ma tallokax għal fond partikolari.", "Per eżempju, naħseb hija użu ta' diskrezzjoni tal-Ministru li ddeċieda li din is-sena jdaħħal il-fond għall-introduzzjoni tal-pilot scheme tal-wardens minflok il-fond li kien hemm is-sena l-oħra li kien jitħaddem mal-Planning Authority.", "Per eżempju, hija fid-diskrezzjoni tal- Ministru li taħt il-Fund F1, il-Belt Valletta minn Lm20,000 ħadet Lm30,000 - hawnhekk naqbel mal-Ministru perfettament u bħala Belti nirringrazzjah! - u anke li l-vot għar-resurfacing tat-toroq ikun ta' Lm1.4 miljun bħal dak tas-sena li għaddiet.", "Jiġifieri l-allokazzjoni ta' l-ammont li kull fond jew sub-fond għandu hija użu ta' diskrezzjoni pero' m'huwiex diskrezzjonali mbagħad kif tqassam bejn kulħadd u hemmhekk qed naqblu perfettament li huwa tajjeb.", "Jien naħseb li l-istqarrija li għamlet l-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Lokali llum kienet qed tirriferi għal dan.", "Jekk immorru ftit lura nsibu li din l-assoċjazzjoni kienet involuta fil- proċess tat-tqassim ta' fondi lill-kunsilli lokali.", "F'dak l-istadju kien importanti li tkun involuta anke f'dan id-dettall għaliex kien għad m'hemmx formoli għal kollox awtomatiċi.", "Fil-fatt, jekk niftakar sew, fl-aħħar rapport li sar kien hemm proprju t-talba ta' l-assoċjazzjoni li l-formoli għall-allokazzjoni tal-fondi, li sa dak iż-żmien ma kenux awtomatiċi, jsiru kemm jista' jkun awtomatiċi sabiex titnaqqas din id-diskrezzjoni li qed nitkellem fuqha issa.", "Jien naħseb li t-talba ta' l-assoċjazzjoni li tiġi kkonsultata ma kenitx, kif qal il-Ministru, tirriferi għall-proġetti li jridu jiġu sottomessi imma kienet proprju talba sabiex tiġi kkonsultata f'dawk il-każi fejn il-Ministru qed juża d-diskrezzjoni tiegħu.", "Naħseb li f'dan is-sens għandha tittieħed l-istqarrija għaliex, kif qal il-Ministru hawnhekk, il-funding tal-proġetti hija problema oħra.", "Jekk, per eżempju, nieħdu l-playing field ta' Ġebel San Martin insibu li wara li ħadem il-costings, il-Kunsill Lokali taż-Żejtun talab Lm40,000.", "Minn din is-somma jista' jkun li s'issa ttieħdu xi Lm8,000 jew Lm10,000 pero' dan il-proġett baqagħlu sentejn oħra biex jispiċċa.", "Allura issa qegħdin f'pożizzjoni fejn mhux biss qed naħdmu fuq proġetti antiki imma min laħaq ħa l-flus almenu għamel xi ħaġa f'erba' snin.", "Min ma laħaqx għal xi raġuni jew oħra applika, ma jistax japplika fis-sentejn jew tlieta li ġejjin.", "U min għadu qiegħed jirċievi l-flus qiegħed f'pożizzjoni fejn fl- aħħar mill-aħħar se jaqbeż l-istima oriġinali tiegħu.", "Jien naħseb li hawnhekk irridu naraw kif nistgħu naffrontaw din is-sitwazzjoni.", "Ma jeżistux soluzzjonijiet faċli pero' naħseb li għas-sena d-dieħla l- Ministru, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali flimkien ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali jridu jibdew jitkellmu ftit biex jaraw kif tista' tiġi riżolta din is-sitwazzjoni.", "Din is-sena għandna special fund ta' Lm45,000 li huma ntiżi sabiex jiġu ntrodotti pilot projects ta' wardens fil-Belt, f'Tas-Sliema u f'San Pawl il- Baħar.", "L-ewwel kumment li nixtieq nagħmel huwa li l-Gvern għal darba oħra qed juri ruħu daqsxejn qammiel mal-kunsilli lokali.", "Dawn il-Lm45,000 li qed nivvotaw biex nagħmlu pilot project, li eventwalment bil-bona grazzja ta' dan il-Gvern se jgħaddi - kieku konna aħna fil-gvern kieku diġa' għadda għax hekk kien ippjanat - kellna bżonn neħduhom mill-ispecial funds?", "Il-Ministru ma setax isib Lm45,000 minn xi vot ieħor biex dan il-proġett ġdid, li eventwalment irid jgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali, jiffinanzjah mill-ftit flus li diġa' kellna fil-budget?", "Jien naħseb li din hija indikazzjoni mhux ta' penny pinching imma indikazzjoni ta' f'liema livell waqajna biex naħdmu mal-kunsilli lokali.", "Madam Speaker, hawnhekk nixtieq insemmi l-iktar ħaġa li fl-opinjoni tiegħi hija preokkupanti.", "Jien ma nistax nifhem kif sena wara li tela' l-Gvern Laburista, bil- wegħdiet kollha ta' diċentralizzazzjoni, bil-wegħdiet kollha li rridu nsaħħu l-kunsilli lokali, se nibdew b'pilot project fi tliet lokalitajiet li l-Ministru ma semma xejn fuqu.", "Nispera li fil-konklużjoni tiegħu jagħmel riferenza estensiva għaliex faċli tgħid li se nagħmlu pilot project tal-wardens imma trid tgħid xi tfisser.", "Il-liġi li tirregola l-impjieg tal-wardens għamilniha aħna meta konna fil-gvern u r-regolamenti kienu prattikament drafted.", "Il-poter tal-multi lokali u li tagħmel tribunali lokali diġa' jinsab fil-liġi, tant li l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għamel il-bye-laws, waħħal il-multi u żamm seduta fl-uffiċini tal-kunsill lokali u sadanittant għadna qed naħsbu fil-pilot project.", "Jien m'għandix dubju li din hija deċiżjoni politika - m'hijiex kwestjoni amministrattiva għaliex ix-xogħol biex dan il-poter jgħaddi f'idejn il-kunsill lokali kien prattikament lest - li ħa l-Gvern Laburista li jrid iżomm kollox lura.", "Dan jidher ċar minn diversi stqarrijiet li saru mill-Ministru u mill-mod kif irrisponda numru ta' domandi.", "Il-Ministru ma kienx ċar fil-mod kif wieġeb u jien naħseb li ħadd għadu ma jaf eżattament x'se jiġri għaliex l-iktar ħaġa faċli hija l-impjieg tal-wardens, pero' magħha l-Gvern irid ikun ċar x'se jagħmel f'dak li għandu x'jaqsam ma' tribunali lokali u ma' ġbir tal- multi.", "Il-pożizzjoni tagħna hi dik li dejjem kienet u ma naraw l-ebda raġuni għaliex għandna niċċaqalqu mis-sistema kif kienet proposta mill- Gvern Nazzjonalista.", "Il-wardens għandhom ikunu impjegati mill-kunsill lokali direttament u nispera li l-Gvern mhux se joħroġ bl-idea li jimpjega l-wardens hu u jibgħathom fil-kunsilli lokali, kif hawn diversi għajdut.", "Nispera li fil-ħsieb tagħna ma mmorrux daqshekk lura li noħolqu warden force ċentrali minflok inħallu f'idejn il-kunsilli lokali li jaraw huma x'iridu u x'ma jridux.", "Il-poter li l-kunsilli lokali jingħaqdu flimkien biex jagħtu warden service diġa' jeżisti fil-liġi u huwa l-istess poter li bih inħadem ir-Rebirth 2000 u huwa l-istess poter li ntuża mill-kunsilli lokali f'Għawdex biex jagħtu servizz b'mod komuni.", "Hekk għandu jkun il- warden service.", "Per eżempju, jekk il-Belt għandna bżonn wardens għal rasna peress li jidħol ħafna traffiku u peress li jidħu ħafna nies li jħallu ħafna skart, għandna niddeċiedu li nagħmlu proprju hekk, filwaqt li jekk irridu li ningħaqdu mal-Furjana, ningħaqdu mal-Furjana.", "Pero' irid ikun il- kunsill lokali li jiddeċiedi x'hemm bżonn li jsir u lil liema warden irid u mhux ikollu jmur għand id-dipartiment biex jagħtih tnejn jew tlieta.", "Jekk nemmnu fl-awtonomija rridu nemmnu fl-awtonomija b'mod sħiħ u mhux meta jaqblilna biss.", "Madam Speaker, ma' din nerġa' norbot il-kwestjoni tat-tribunali.", "Anke meta kien fl-oppożizzjoni, il-Ministru kien jitkellem fuq tribunali reġjonali.", "L-appell tiegħi huwa biex ma mmissux il-liġi.", "Ejja nħallu lill- kunsilli lokali jiddeċiedu huma x'għandhom bżonn.", "Jekk il-kunsilli lokali f'Għawdex, kollha flimkien, iridu tribunal bejniethom jagħmlu tribunal bejniethom, pero' jekk il-Belt iridu tribunal għalihom jagħmlu tribunal għalihom.", "M'għandniex inġegħluhom imorru bilfors mal-Furjana, mal-Marsa, mal-Pieta' u ma' kulħadd.", "Jien naħseb li l-kunsilli lokali huma maturi biżżejjed biex jiddeċiedu huma xi jridu u x'għandhom bżonn u huwa ħażin li l-Gvern jagħmilha tal-papa`.", "La qed nitkellmu fuq il-wardens hemm bżonn dikjarazzjoni ċara mingħand il- Ministru dwar kif se jaġixxi fuq it-tribunali għaliex is-suċċess tal-warden scheme jiddependi direttament minn x'se jiġri fit-tribunali u mill-multi imposti.", "Fl-opinjoni tiegħi l-Ministru s'issa għadu ma kienx ċar dwar, per eżempju, min se jieħu l-flus tal-multi.", "Jien naħseb li m'għandniex noqogħdu nduru mal-lewża dwar dan il-punt.", "Fil-bidu tal-Parlament il- Ministru kien qalilna li se jeħodhom il-gvern ċentrali; imbagħad qal li l- kwestjoni qed tiġi diskussa; darba oħra qal li jista' jkun li se jeħduhom il-kunsilli lokali; u mbagħad reġa' mar lura.", "Jekk se ndaħħlu l-wardens irridu nkunu ċari mal-kunsilli lokali u nkunu saqajna ma' l-art.", "Ebda kunsill lokali m'hu se jieħu t-trouble li joqgħod idaħħal il-wardens jekk mhux se jieħu l-flus tal-multi hu għaliex ovvjament dawn se jaħsbuha b'mod li jekk il-Gvern irid il-flus hu allura jimpjega l-wardens hu.", "Mela l- appell tiegħi lill-Ministru huwa biex f'dan id-dibattitu jgħid ċar u tond min se jimpjega u jirregola l-wardens, x'se jkollna bħala tribunali u x'se jiġri mill-multi.", "Dawn huma erba' domandi sempliċi li naħseb li hemm bżonn li jkollna risposta għalihom jekk irridu li dan is-servizz li kien diġa' ppjanat u strutturat mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jkun suċċess.", "Madam Speaker, ovvjament din in-naħa se tivvota favur din il-mozzjoni mhux biss għaliex naqblu ma' l-allokazzjoni - għalkemm irriduha li tkun iktar - imma għaliex minn din in-naħa rridu naraw u rridu nibqgħu naħdmu sabiex lill-kunsilli lokali verament nagħtuhom il-fiduċja.", "Dan ma jsirx billi noqogħdu ninċensawhom u ngħidulhom kemm huma managers tajbin, lanqas billi noqogħdu nagħmlulhom il-priedki, imma billi nagħtuhom il-poteri deċiżjonali biex lil-lokalitajiet tagħhom verament imexxuhom bħala gvernijiet lokali u mhux bħala managers lokali.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, illum qed nitkellmu fuq riżoluzzjoni mressqa mill-Gvern sabiex jiġu allokati flus biex jagħmlu tajjeb għall- iżbilanċi soċjali u demografiċi ta' xi kunsilli lokali.", "Jien fil-ħin li għandi xtaqt li nħares ftit lura għal meta l-kunsilli lokali twaqqfu f'pajjiżna.", "Ċertament li bil-ħolqien tal-kunsilli lokali ħarġu fil-beraħ il-ħafna bżonnijiet ta' l-ibliet u rħula tagħna.", "Wieħed jista' jgħid li ma kienx hemm bżonn li jitwaqqfu l-kunsilli lokali biex inkunu nafu xi problemi hemm fl-ibliet u rħula tagħna, pero' bis-saħħa tal-kunsilli lokali dawn il-problemi bdew jiġu għallinqas indirizzati u wħud minnhom solvuti wkoll.", "Fl-opinjoni tiegħi, fil-bidu tat-twaqqif tal-kunsilli lokali kien hemm żewġ problemi prinċipali; l-ewwelnett li dawn jiġu aċċettati u rikonoxxuti mill-istess dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet tal-gvern; u t- tieni nett sabiex l-istess ċittadini jifhmu aktar xi jfisser u kif jaħdem kunsill lokali.", "Il-Gvern Nazzjonalista waqqaf il-kunsilli lokali imma fl- istess ħin telaqhom f'baħar imqalleb mingħajr ma tahom l-għajnuna neċessarja, speċjalment fil-bidu tagħhom, sabiex anke l-istess dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet tal-gvern jirrikonoxxuhom mill- ewwel u x-xogħol ikun iktar faċli għall-kunsilliera, li kif jaf kulħadd jaħdmu b'mod volontarju fil-ħin liberu tagħhom.", "Għalhekk jien naħseb li seta' sar ippjanar aħjar sabiex dawn il-kunsilli ma jiltaqgħux ma' dawk il- ħafna problemi li sfortunatament għadhom anke jiffaċċaw fil-preżent.", "Rigward it-tieni problema, jiġifieri li ċ-ċittadini jifhmu aħjar xi jfisser kunsill lokali, irrid ngħid li nħoss li kien hemm nuqqas serju ta' edukazzjoni u ta' tagħrif lill-pubbliku sa mill-bidu nett tat-twaqqif ta' dawn l-istess kunsilli.", "Meta twaqqfu l-kunsilli lokali, dawn ġew mitluqin għal rashom u bosta drabi kellhom jegħlbu d-diffikultajiet waħedhom mingħajr l-għajnuna tal-Gvern Nazzjonalista.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, niġbidlek l-attenzjoni għan-nuqqas ta' quorum.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża .", "Il-Kamra ġiet sospiża fit-1.15 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, kont qed ngħid li jien inħoss li kien hemm nuqqas ta' edukazzjoni u tagħrif lill-pubbliku in ġenerali fil- ħolqien tal-kunsilli lokali.", "Dan affettwa ħażin l-operat tal-kunsilli lokali, pero' barra minn hekk il-kunsilli lokali kienu qed jiġu wżati mill- Gvern Nazzjonalista bħala paraventu għan-nuqqas tiegħu ta' gvern effiċjenti u kien qed iwaħħal fihom u jitfa' dell ikrah fuqhom bla bżonn.", "Illum nisimgħu l-kritika ta' l-Oppożizzjoni iżda x'ħin niftakru x'kienu jagħmlu bħala gvern fil-bidu tat-twaqqif tal-kunsilli lokali u kemm urew sfiduċja fihom, naraw li hemm kontradizzjoni waħda wara l-oħra f'dak li qegħdin jgħidu.", "Il-Gvern Nazzjonalista mhux biss kien qed jinħeba u juża lill- kunsilli lokali bħala paraventu, talli sfortunatament kien qed jużahom anke politikament.", "Dan qed narawh anke llum għaliex il-Partit Nazzjonalista qiegħed jara li f'kull kunsill lokali jkun hemm gvern u oppożizzjoni.", "Jiena ma naħsibx li dan huwa l-iskop tat-twaqqif tal-kunsilli lokali, anzi naħseb li dan jitfa' lura x-xogħol utli li sar u jnaqqas l-effiċjenza f'kull lokalita'.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li r-responsabbilta' tal- kunsilliera u s-sindki m'hijiex lejn xi partit jew gvern iżda hija lejn il- poplu li eleġġihom.", "Ir-responsabbilta' li għandhom hija kif jonfqu l-fondi li jiġu allokati lilhom u għalhekk għandhom iżommu quddiem għajnejhom, kif diġa' għidt, li jkunu responsabbli lejn l-eletturi tagħhom.", "Għalhekk quddiem kull kunsillier u quddiem kull sindku, l-ewwel u l-uniku interess għandu jkun il-ġid u l-bżonnijiet tal-komunita'.", "Tajjeb li wieħed jgħid li permezz tal-kunsilli lokali ddaħħlu ideat ġodda u daħlet mentalita' ġdida f'bosta oqsma.", "Per eżempju, ta' min isemmi l- indafa, li dwarha kien hemm improvement kbir f'bosta lokalitajiet.", "Anke l- poplu beda jirrealizza aħjar il-bżonn ta' aktar indafa.", "Iddaħħal ukoll il- konċett tal-planning u kif wieħed iħares ċerti ċentri storiċi fil-lokal.", "Kif nafu, f'ċerti kunsilli lokali kellna riżultati li huma evidenti aktar minn oħrajn pero' dan mhux bilfors huwa kwestjoni ta' fondi, għalkemm fil- formola maħduma fil-liġi oriġinali hemm bosta mistoqsijiet dwar kemm din taħdem u ma taħdimx.", "Huwa fatt pero' li minkejja n-nuqqas ta' fondi li kellhom, sa mit-twaqqif tagħhom ċerti kunsilli lokali laħqu miri u riżultati sodisfaċenti ħafna.", "Għalhekk il-mod kif kunsill juża l-finanzi b'mod għaqli u effiċjenti jilgħab parti importanti ħafna fil-ħajja tal- lokalita' u għalhekk kull kunsill għandu jpoġġi l-prioritajiet tiegħu ta' kif jonfoq u kif jagħmel użu mill-finanzi li evidentement qatt m'huma biżżejjed.", "Kif għidt fil-bidu, f'kull lokalita' hemm ħafna bżonnijiet u problemi u żgur li jkollok kemm ikollok finanzi u fondi dawn qatt ma jkunu biżżejjed sabiex jissolvu l-problemi f'daqqa.", "Il-kwestjoni tal-finanzi bdiet sa mit-twaqqif tal-kunsilli lokali u għalhekk meta wieħed jisma' lill-Oppożizzjoni tikkritika għaliex il-Gvern Laburista fl-ewwel sena naqqas il-finanzi dovuti lill-kunsilli lokali, jiena ngħid li aħjar juru responsabbilta' u jistaqsu min wassal biex ikollna din il-problema tal-finanzi fil-pajjiż.", "Min-naħa ta' l- Oppożizzjoni għandhom ikunu responsabbli u jgħidu mea culpa, għaliex kien il-Gvern Nazzjonalista li wassal lill-pajjiż f'xifer l-irdum fil-qasam finanzjarju.", "GĦalhekk qabel jikkritikaw tajjeb li jaraw x'wassal biex il- Gvern Laburista jnaqqas xi ftit mill-finanzi tal-kunsilli lokali.", "Dawn il- fondi speċjali se jipprovaw itaffu xi ftit jew wisq din is-sitwazzjoni u jagħmlu tajjeb għal xi proġetti li l-kunsilli lokali għandhom quddiemhom.", "Uħud minn dawn il-proġetti mhux biss huma tajbin imma huma wkoll ambizzjużi.", "Kulħadd jaf, per eżempju, kemm huwa importanti li wieħed jinvesti f'faċilitajiet sportivi sabiex iż-żgħażagħ tagħna - u anke dawk inqas żgħażagħ - ikunu jistgħu jirrikreaw ruħhom b'mod nadif u 'l bogħod mill-ħafna vizzji li sfortunatament qegħdin jaħkmu lis-soċjeta' tagħna.", "Ħalli niġi issa għal punt ieħor.", "L-Onor.", "Austin Gatt qal li l-offerti li jitfgħu dipartimenti tal-gvern qed ikunu għoljin u x-xogħol li jagħmlu mhuwiex ikun effiċjenti.", "Ċertament li dan kien jiġri anke fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Per eżempju, jiġini f'moħħi tender li ngħatat għall-upkeep tal-ġonna, fejn dipartiment tal-gvern tefa' offerta ta' kważi ¥20,000 u mbagħad kien hemm offerta mill-privat ta' ¥11,000 jew Lm12,000, jiġifieri Lm9,000 jew Lm8,000 inqas minn dik tal-gvern.", "GĦalhekk jien naħseb li l-kritika li għamel l-Onor.", "Gatt hija nġusta u forsi nkunu aktar ċari jekk ngħidu li anke din il- problema writniha mingħand il-Gvern Nazzjonalista.", "L-Onor.", "Gatt qal ukoll li l-Gvern Laburista ġab lill-kunsilli lokali daharhom mal-ħajt tant li kellhom jaċċettaw il-ħaddiema tal-gvern.", "Jiena ngħidlu li kien hemm ċerti kunsilli lokali li huma stess talbu li jingħataw ħaddiema tal-gvern, speċjalment għal xogħlijiet żgħar li ma jkunx hemm bżonn joħorġu tender għalihom u b'hekk jiffrankaw ċerti spejjeż.", "Ta' min jgħid li ċerti proġetti min-naħa tal-kunsilli lokali ma kenux qegħdin jinżammu minħabba nuqqas ta' finanzi iżda minħabba dewmien esaġerat sabiex jinħarġu ċerti permessi minn awtoritajiet u dipartimenti tal-gvern.", "Għalhekk il-ħafna proġetti weqfin tal-kunsilli lokali m'humiex dovuti għan- nuqqas ta' finanzi - għalkemm jista' jkun il-każ ukoll - iżda minħabba li ċerti awtoritajiet u dipartimenti tal-gvern m'humiex effiċjenti biżżejjed sabiex jakkomodaw lill-kunsilli lokali u jagħtuhom priorita' u b'hekk iħaffu aktar l-applikazzjonijiet li jkollhom quddiemhom.", "Per eżempju, naħseb li hemm bżonn li l-Planning Authority tagħti aktar importanza u priorita' lill-kunsilli lokali, anke fid-dawl li kunsill lokali ma jdumx aktar minn tliet snin u allura sakemm kunsill jipproġetta, japplika u mbagħad jattwa l-proġett jista' jkun li jkun laħaq wasal iż- żmien għal elezzjoni oħra u allura ċertament li l-proġett jibqa' lura.", "Jien naħseb li huwa importanti li l-kunsilli lokali jaħdmu flimkien, mhux biss sabiex isir użu aħjar mill-finanzi imma anke għaliex minħabba ċ-ċokon tagħna mhux possibbli li jkun hemm, per eżempju, ground tal-football f'kull lokalita'.", "Għalhekk għandu jintlaħaq ftehim bejn kunsilli ta' lokalitajiet viċin ta' xulxin sabiex jagħmlu proġetti flimkien ħalli jkun hemm aktar effiċjenza fl-użu tal-fondi.", "Madam Speaker, jien ngħid li l-Gvern Laburista qed jagħti aktar importanza u saħħa lill-kunsilli lokali u lill-istess kunsilliera billi jinvolvi aktar lill-kunsilliera u lill-kunsilli lokali f'diskussjonijiet.", "Il-Ministru semma wkoll il-Kunsill Reġjonali għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar ta' Malta, fejn hemm involuta t-tliet lokalitajiet tad-distrett li jiena nagħmel parti minnu.", "Huwa tajjeb li wieħed ikollu konsultazzjonijiet u involviment dirett fid-deċiżjonijiet ta' kif għandu jsir l-iżvilupp fil- lokalitajiet u z-zoni ta' kull kunsill lokali.", "Se jkun hemm ukoll rappreżentanti tal-kunsilli lokali fuq bordijiet ta' korporazzjoni ħalli b'hekk ikunu jistgħu jaslu aħjar l-ilmenti taċ-ċittadini.", "Rigward il-Kunsill Reġjonali għal Għawdex naħseb li l-Onor.", "Gatt ma tantx tah importanza għaliex qed jgħid li dan ma jeħux deċiżjonijiet.", "Fil- fatt il-bieraħ ġiet ippubblikata white paper dwar dan u għalhekk naħseb li għadu kmieni wisq sabiex wieħed jikkummenta dwaru.", "Ngħid biss li hija ħaġa pożittiva ħafna li kull kunsill lokali se jkollu rappreżentant tiegħu fuq dan il-kunsill reġjonali.", "Il-fatt li l-kunsilli lokali ġew fdati bir- responsabbilta' tal-ħaddiema juri li l-Gvern Laburista għandu fiduċja fl- istess kunsilli u anke fil-kunsilliera li huma nies kapaċi u li jafu jerfgħu r-responsabbilta' tagħhom.", "Jiena ngħid li meta l-kunsilli lokali jaraw il-fiduċja li l-Gvern għandu fihom, ċertament li jħossu l-bżonn li jammeljoraw u jkunu aktar effiċjenti u anke li jiżviluppaw u jikbru aktar fl-affarijiet li jinteressaw liċ-ċittadini tagħhom fil-lokalitajiet tagħhom.", "Nixtieq hawnhekk insemmi xi inizjattivi li qegħdin jieħdu ħafna kunsilli lokali fil-qasam soċjali sabiex jindirizzaw il-problemi li jiltaqgħu magħhom iż-żgaħżagħ tagħna, b'mod partikolari, fejn jidħlu d-drogi u l- alkoħol.", "Dan m'huwiex xi obbligu tal-kunsilli lokali imma qegħdin jagħmluh għaliex iħossu li għandhom jagħmluh.", "U huwa tajjeb li jibqgħu mexjin f'din il-linja għaliex jekk dan ma jsirx ċertament li l-ibliet u l-irħula tagħna jbatu l-konsegwenzi ta' dawn il-problemi soċjali.", "Madam Speaker, ġustament il-kunsilli lokali qegħdin joħolqu pressjoni fuq id-dipartimenti tal-gvern sabiex ikunu aktar effiċjenti.", "Dan qed jagħmluh għaliex iħossu li aktar ma jkun hemm liaison tajjeb bejn il-kunsilli lokali, id-dipartimenti u l-korporazzjonijiet, aktar tikber l-effiċjenza u b'hekk iċ-ċittadini tagħna jkunu moqdijin aħjar fil-bżonnijiet tal-ħajja ta' kuljum.", "Għalhekk jien minn hawnhekk nappella sabiex fid-dipartimenti u l-korporazzjonijiet issir ir-riorganizzazzjoni meħtieġa sabiex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jaħdmu aħjar għall-ġid taċ-ċittadini kollha.", "Ħalli niġi issa għal punt ieħor.", "Kontra dak li qal l-Onor.", "Gatt, il-Gvern Laburista jemmen fid- diċentralizzazzjoni u dan urih biċ-ċar anke l-Ministru fi stqarrija li ħareġ fit-22 ta' Jannar, 1997 fejn fost l-oħrajn kien hemm hekk:", "\"Għaldaqstant il-Gvern Laburista jerġa' jtenni l-impenn tiegħu lejn l- iżvilupp tal-kunsilli u l-proċess veru ta' diċentralizzazzjoni b'mod ippjanat u effettiv fl-aħjar interess taċ-ċittadin.\".", "Madam Speaker, qed ngħid dan għaliex intqal hawnhekk li l-Gvern m'għaddiex poteri ġodda lill-kunsilli lokali.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel li qabel titlaq tiġri trid titgħallem timxi sewwa u anke bħala gvern ġdid nemmen li hemm bżonn li tieqaf għal ftit żmien sabiex issaħħaħ dak li l-kunsilli lokali huma responsabbli għalih fil-preżent.", "Għalhekk huwa importanti li l- ewwel ngħinu lill-kunsilli lokali jkunu responsabbli mija fil-mija ta' dak li hu fid-dmir tagħhom skond il-liġi u wara tkompli d-diċentralizzazzjoni.", "Il-kunsilli lokali ilhom imwaqqfin biss għal dawn l-aħħar tlieta jew erba' snin u għalhekk tajjeb li wieħed isaħħaħ dak li għandna sabiex nibnu futur fuq sisien soda.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li huwa tajjeb li nirrikonoxxu x- xogħol li qegħdin jagħmlu l-kunsilli lokali.", "Ngħid ukoll li jenħtieġ li l- gvern ċentrali jgħinhom bl-aktar mod wiesgħa possibbli għaliex dawn jinsabu f'pożizzjoni li iħossu l-polz taċ-ċittadin ferm aktar mill-viċin.", "Huwa tajjeb li ċ-ċittadin japprezza l-fatt li l-kunsilliera jagħmlu dan ix- xogħol volontarjament sabiex fil-ħin liberu tagħhom ikunu jistgħu jagħtu kontribut lis-soċjeta' in ġenerali u fl-aħħar mill-aħħar lil pajjiżna.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-kunsilli lokali jkollhom aktar poteri - ħaġa li l-Gvern jemmen li għandha ssir - pero' qabel xejn irridu nsaħħu dak li huma responsabbli għalih diġa' u b'hekk inkunu qegħdin nibnulhom futur fuq sisien soda u mhux fuq sisien li għada pitgħada jistgħu jikkrollaw.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, ħadt pjaċir ninnota li f'dawn il-ħteġijiet speċjali, bħalma kien hemm fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, qegħdin jiġu allokati fondi għal żbilanċi soċjo-demografiċi.", "Primarjament jiena se nirriferi għal tlieta minnhom, fond \"D2\", fond \"D3\" u fond \"D4\".", "Fond \"D2\" jirrigwarda żbilanċ li jirriżulta meta l-medja ta' persuni għal kull residenza tkun anqas jew daqs tnejn.", "Fond \"D3\" jirrigwarda żbilanċ li jirriżulta min-numru kbir ta' ħwienet meta mqabbel mal-popolazzjoni tal-lokalita'.", "Fond \"D4\" jirrigwarda lokalitajiet b'surface area anqas minn tliet kilometri kwadri u popolazzjoni ta' anqas minn 5,000.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nagħmel appell sabiex jinħoloq fond li jagħmel tajjeb għall-iżbilanċ soċjo-demografiku meta l-popolazzjoni reali tkun ferm akbar min-numru ta' residenti tal-lokalita'.", "Kif diġa' għidt, il-fond \"D2\" jagħmel tajjeb għall-fatt li n-numru ta' djar ikun ikbar meta mqabbel man-numru ta' residenti permanenti.", "Per eżempju, f'San Pawl il-Baħar hemm madwar 2,800 dar u madwar 5,000 resident permanenti.", "Għaldaqstant il-kunsill lokali ta' din il-lokalita' qiegħed jieħu xejn anqas minn ¥83,600 minn total ta' ¥193,000, jiġifieri 60% ta' dan il-fond speċjali.", "Tajjeb li wieħed jinnota li dan il-fond, li huwa wieħed mill-fondi li għandhom x'jaqsmu ma' żbilanċji soċjo-demografiċi, jagħmel tajjeb għal-lokalitajiet ta' villeġġatura, lokalitajiet li jkollhom ħafna residenzi tas-sajf, b'konsegwenza li f'dan l-istaġun tas-sena jkollhom popolazzjoni ferm akbar min-numru ta' residenti reġistrati fil- lokalita'.", "Madam Speaker, bħalma ġara fl-aħħar snin taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista, il-Belt kapitali ġustament reġgħet ingħatat fondi minħabba funzjonijiet u obbligazzjonijiet speċjali taħt il-fond \"F1\".", "Din is-sena l- Belt Valletta se tieħu Lm30,000 minn dan il-fond pero' imbagħad mill-banda l-oħra se tieħu biss 5% mill-fond \"D2\".", "Hawnhekk ta' min isemmi l- problema l-oħra li trid tiffaċċa l-Belt kapitali tagħna.", "F'din il-belt, fost affarijiet oħra, hemm ħafna dipartimenti u ministeri tal-gvern u għalhekk jien nerġa' nappella sabiex dan il-konċett jingħata importanza meta jiġu mfasslin dawn il-fondi speċjali.", "Mill-fond \"D3\" li jagħmel tajjeb għall-ammont kbir ta' ħwienet f'lokalita' meta mqabbel mal-popolazzjoni, il-Belt Valletta se tieħu 20%.", "Minn dan joħroġ ovvju l-fatt illi li kieku ma jeżistix il-fond speċjali għall-Belt Valletta bħala l-belt kapitali ta' pajjiżna, kieku żgur li l- kunsill lokali ma kienx ikollu biżżejjed fondi biex ilaħħaq mal-bżonnijiet tiegħu.", "Madam Speaker, hemm imbagħad lokalitajiet oħra li m'għandhomx il-fond speċjali li għandha allokat għaliha l-Belt Valletta u fost dawn insemmu l- Furjana fejn ukoll teżisti l-istess problema, ċioe' dik li għalkemm hemm biss 2,200 votant reġistrati, hemm madwar 2,500 persuna li jaħdmu f'uffiċini tal-gvern.", "Dan it-tagħrif ġie mogħti lili f'risposta għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt f'April li għadda.", "Ovvjament minbarra l-ħaddiema tal-gvern hemm ukoll dawk li jaħdmu f'korporazzjonijiet parastatali, banek, ħwienet u ditti kummerċjali.", "Biżżejjed wieħed issemmi t-Telemalta, liema korporazzjoni tinsab fil- konfini tal-Furjana.", "Madankollu l-Kunsill Lokali tal-Furjana ma jieħu xejn mill-fond \"D2\", li qiegħed biex jagħmel tajjeb għal dawk il- lokalitajiet fejn in-numru ta' residenti għal kull dar ikun inqas minn tnejn, filwaqt li mill-fond \"D3\" li huwa l-fond li jagħmel tajjeb għan- numru kbir ta' ħwienet meta mqabbel mar-residenzi jieħu biss 0.8%.", "Hemm imbagħad l-area ta' l-Isptar San Luqa fejn ta' kuljum jgħaddu minnha mijiet ta' nies, persuni li jkunu se jżuru lill-pazjenti, kif ukoll dawk li jattendu d-dipartimenti ta' l-emerġenza u ta' l-out-patients.", "Hawnhekk ta' min wieħed jgħid li l-Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta' jieħu biss 0.5% tal- flus allokati għall-fond \"D3\" u jien jidhirli li l-Gvern huwa fid-dmir li jagħmel tajjeb għal dan l-iżbilanċ.", "Ovvjament wieħed jista' jsemmi wkoll l-industrial estates tal-Marsa, Kordin, San Ġwann, Ħaż-Żabbar, ix-Xewkija u oħrajn.", "Huwa importanti li wieħed jiftakar li f'dawn l-industrial estates jaħdmu eluf ta' nies u l- kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet m'humiex qed jiġu kkompensati għall-fatt li tant nies qed jużaw it-toroq tagħhom.", "Madam Speaker, rigward l-introduzzjoni ta' l-iskema pilota tas-servizzi tal-gwardjani lokali wieħed irid joqgħod attent li meta jintroduċi din l- iskema f'lokalita', anke b'mod proviżorju, ma jkomplix jaggrava s- sitwazzjoni f'lokalitajiet fil-viċin.", "Per eżempju, l-inforzar tal-liġi permezz ta' gwardjani lokali għal dak li jirrigwarda traffiku fil-Belt bilfors li jiggrava s-sitwazzjoni diġa' prekarja ta' pparkjar ta' karozzi fil-Furjana, li għalissa mhux se jkollu gwardjani lokali.", "Wieħed jista' jirripeti l-istess argument fil-każ ta' Tas-Sliema u San Pawl il-Baħar.", "Jien nifhem li għal proġett pilota kien hemm bżonn li wieħed jagħżel xi postijiet - għalkemm kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Austin Gatt, din tal- gwardjani lokali ilha fuq l-aġenda ta' pajjiżna għal diversi snin u l- amministrazzjoni preċedenti kienet diġa' lestiet u għamlet drafting tar- regolamenti u l-liġijiet għal dan il-għan - pero' kont nistenna li jekk wieħed se jintroduċi din is-sistema, per eżempju, fil-Belt Valletta wieħed kien jintroduċiha wkoll fil-Furjana għaliex il-problema tal-Belt u tal- Furjana fil-qasam ta' ipparkjar ta' karozzi u tat-traffiku huma marbutin ma' xulxin, tant li l-istess Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar jittrattaw ħafna drabi l-probema tat-traffiku fil- Belt u fil-Furjana flimkien.", "Madam Speaker, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li fl-aħħar mill-aħħar għalkemm qed jiġi vvotat l-istess ammont ta' flus bħas-sena l- oħra għal dawn il-ħtiġijiet speċjali tal-kunsilli lokali, peress li l- materjal u l-pagi tal-ħaddiema għolew, fil-fatt wieħed jista' jgħid li qed tiġi vvotata somma anqas.", "Wieħed irid jiftakar li n-nefqa rikorrenti ta' dan il-Gvern fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm13 miljun iktar minn dik li ntnefqet fl-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista, u għalhekk żgur li ħadd ma jista' jakkuża l- Gvern Nazzjonalista bi sparpaljar ta' flus.", "Li qed nipprova ngħid huwa li minkejja li l-Amministrazzjoni Laburista nefqet Lm13 miljun iktar fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, fejn jidħlu ħtiġijiet speċjali tal-kunsilli lokali l-Gvern Laburista xorta waħda qiegħed jipproponi li n-nefqa tibqa' l- istess.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Segretarju Parlamentari għas-Self Employed): Madam Speaker, rigward din ir-riżoluzzjoni nixtieq immur direttament fuq Vot (iv) li jirriferi għall-għotja speċjali lill-kunsilli lokali biex jinbnew jew biex ikunu jistgħu jiġu wżati grounds tal-football f'lokalitajiet fejn dawn il-faċilitajiet ma jeżistux.", "Jien ngħid li din ir-riżoluzzjoni, almenu limitatament għal din il-klawsola, tressqet fi żmien propizju, fl-aqwa żmien meta wieħed jikkonsidra li bħalissa din il-Kamra qed tiddibatti wkoll riżoluzzjoni oħra imressqa mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni rigward l-għotja ta' artijiet pubbliċi lil assoċjazzjonijiet sportivi, fosthom clubs tal-football, clubs tal-waterpolo, eċċ. Jien naħseb li jkun tajjeb li wieħed jagħmel kontribuzzjoni fl-isfond ta' dan l-item li għandna għad-diskussjoni bħalissa fil-Kamra, pero' anke b'riferenza għar- riżoluzzjoni l-oħra li għadni kemm semmejt.", "Ir-raġuni hija li dawn il- fondi speċjali li se jiġu mgħoddija lill-kunsilli lokali finalment se jgħaddu lil assoċjazzjonijiet sportivi.", "Jien inħeġġeġ u ninkoraġġixxi lill-kunsilli lokali sabiex anke bl- inizjattiva tagħhom stess jipprovdu servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' l- isports, pero' f'ħafna każi li jiġri huwa li l-kunsill lokali jintuża bħala mezz sabiex finalment il-flus imbagħad jgħaddu lill-assoċjazzjonijiet sportivi, bħal clubs tal-football, tal-waterpolo, eċċ. Ir-raġuni hija li ħafna mill-football grounds, waterpolo pitches u faċilitajiet sportivi oħra huma diġa' f'idejn clubs u assoċjazzjonijiet sportivi għaliex igawdu dak li jissejjaħ encroachment rights.", "Li jiġri huwa li jkun hemm biċċa art pubblika li tkun qed tintuża bħala ground tal-football u li tkun immexxija mill-club tal-football u l-club ikollu wkoll ċerti drittijiet ta' amministrazzjoni.", "Hija ħaġa tajba ħafna li qed titrabba ċerta relazzjoni bejn il-clubs sportivi u l-kunsill lokali.", "Jien nemmen li huwa indispensabbli għall-clubs sportivi li fit-twettiq ta' proġetti ta' tkabbir jew ta' sosteniment, sabiex ikunu iktar self-sufficient ifittxu l-għajnuna tal-kunsilli lokali.", "Dawn il-fondi speċjali li jingħataw lill-kunsilli lokali sabiex jinbnew jew jiġu wżati grounds tal-football fejn ma jeżistux faċilitajiet simili huwa l-uniku mod sabiex clubs żgħar li jipparteċipaw f'divisions inferjuri u li jbatu minn nuqqas ta' fondi, ikunu jistgħu jtejbu jew addirittura jwaqqfu faċilitajiet sportivi fil-lokalita tagħhom u anke biex ikunu jistgħu jmexxuhom huma stess.", "Dan it-tagħrif ġie mogħti lili f'risposta għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt f'April li għadda.", "Ovvjament minbarra l-ħaddiema tal-gvern hemm ukoll dawk li jaħdmu f'korporazzjonijiet parastatali, banek, ħwienet u ditti kummerċjali.", "Biżżejjed wieħed issemmi t-Telemalta, liema korporazzjoni tinsab fil- konfini tal-Furjana.", "Madankollu l-Kunsill Lokali tal-Furjana ma jieħu xejn mill-fond \"D2\", li qiegħed biex jagħmel tajjeb għal dawk il- lokalitajiet fejn in-numru ta' residenti għal kull dar ikun inqas minn tnejn, filwaqt li mill-fond \"D3\" li huwa l-fond li jagħmel tajjeb għan- numru kbir ta' ħwienet meta mqabbel mar-residenzi jieħu biss 0.8%.", "Hemm imbagħad l-area ta' l-Isptar San Luqa fejn ta' kuljum jgħaddu minnha mijiet ta' nies, persuni li jkunu se jżuru lill-pazjenti, kif ukoll dawk li jattendu d-dipartimenti ta' l-emerġenza u ta' l-out-patients.", "Hawnhekk ta' min wieħed jgħid li l-Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta' jieħu biss 0.5% tal- flus allokati għall-fond \"D3\" u jien jidhirli li l-Gvern huwa fid-dmir li jagħmel tajjeb għal dan l-iżbilanċ.", "Ovvjament wieħed jista' jsemmi wkoll l-industrial estates tal-Marsa, Kordin, San Ġwann, Ħaż-Żabbar, ix-Xewkija u oħrajn.", "Huwa importanti li wieħed jiftakar li f'dawn l-industrial estates jaħdmu eluf ta' nies u l- kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet m'humiex qed jiġu kkompensati għall-fatt li tant nies qed jużaw it-toroq tagħhom.", "Madam Speaker, rigward l-introduzzjoni ta' l-iskema pilota tas-servizzi tal-gwardjani lokali wieħed irid joqgħod attent li meta jintroduċi din l- iskema f'lokalita', anke b'mod proviżorju, ma jkomplix jaggrava s- sitwazzjoni f'lokalitajiet fil-viċin.", "Per eżempju, l-inforzar tal-liġi permezz ta' gwardjani lokali għal dak li jirrigwarda traffiku fil-Belt bilfors li jiggrava s-sitwazzjoni diġa' prekarja ta' pparkjar ta' karozzi fil-Furjana, li għalissa mhux se jkollu gwardjani lokali.", "Wieħed jista' jirripeti l-istess argument fil-każ ta' Tas-Sliema u San Pawl il-Baħar.", "Jien nifhem li għal proġett pilota kien hemm bżonn li wieħed jagħżel xi postijiet - għalkemm kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Austin Gatt, din tal- gwardjani lokali ilha fuq l-aġenda ta' pajjiżna għal diversi snin u l- amministrazzjoni preċedenti kienet diġa' lestiet u għamlet drafting tar- regolamenti u l-liġijiet għal dan il-għan - pero' kont nistenna li jekk wieħed se jintroduċi din is-sistema, per eżempju, fil-Belt Valletta wieħed kien jintroduċiha wkoll fil-Furjana għaliex il-problema tal-Belt u tal- Furjana fil-qasam ta' ipparkjar ta' karozzi u tat-traffiku huma marbutin ma' xulxin, tant li l-istess Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar jittrattaw ħafna drabi l-probema tat-traffiku fil- Belt u fil-Furjana flimkien.", "Madam Speaker, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li fl-aħħar mill-aħħar għalkemm qed jiġi vvotat l-istess ammont ta' flus bħas-sena l- oħra għal dawn il-ħtiġijiet speċjali tal-kunsilli lokali, peress li l- materjal u l-pagi tal-ħaddiema għolew, fil-fatt wieħed jista' jgħid li qed tiġi vvotata somma anqas.", "Wieħed irid jiftakar li n-nefqa rikorrenti ta' dan il-Gvern fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm13 miljun iktar minn dik li ntnefqet fl-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista, u għalhekk żgur li ħadd ma jista' jakkuża l- Gvern Nazzjonalista bi sparpaljar ta' flus.", "Li qed nipprova ngħid huwa li minkejja li l-Amministrazzjoni Laburista nefqet Lm13 miljun iktar fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, fejn jidħlu ħtiġijiet speċjali tal-kunsilli lokali l-Gvern Laburista xorta waħda qiegħed jipproponi li n-nefqa tibqa' l- istess.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Madam Speaker, rigward din ir-riżoluzzjoni nixtieq immur direttament fuq Vot (iv) li jirriferi għall-għotja speċjali lill- kunsilli lokali biex jinbnew jew biex ikunu jistgħu jiġu wżati grounds tal- football f'lokalitajiet fejn dawn il-faċilitajiet ma jeżistux.", "Jien ngħid li din ir-riżoluzzjoni, almenu limitatament għal din il-klawsola, tressqet fi żmien propizju, fl-aqwa żmien meta wieħed jikkonsidra li bħalissa din il- Kamra qed tiddibatti wkoll riżoluzzjoni oħra imressqa mill-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni rigward l-għotja ta' artijiet pubbliċi lil assoċjazzjonijiet sportivi, fosthom clubs tal-football, clubs tal- waterpolo, eċċ. Jien naħseb li jkun tajjeb li wieħed jagħmel kontribuzzjoni fl-isfond ta' dan l-item li għandna għad-diskussjoni bħalissa fil-Kamra, pero' anke b'riferenza għar-riżoluzzjoni l-oħra li għadni kemm semmejt.", "Ir- raġuni hija li dawn il-fondi speċjali li se jiġu mgħoddija lill-kunsilli lokali finalment se jgħaddu lil assoċjazzjonijiet sportivi.", "Jien inħeġġeġ u ninkoraġġixxi lill-kunsilli lokali sabiex anke bl- inizjattiva tagħhom stess jipprovdu servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' l- isports, pero' f'ħafna każi li jiġri huwa li l-kunsill lokali jintuża bħala mezz sabiex finalment il-flus imbagħad jgħaddu lill-assoċjazzjonijiet sportivi, bħal clubs tal-football, tal-waterpolo, eċċ. Ir-raġuni hija li ħafna mill-football grounds, waterpolo pitches u faċilitajiet sportivi oħra huma diġa' f'idejn clubs u assoċjazzjonijiet sportivi għaliex igawdu dak li jissejjaħ encroachment rights.", "Li jiġri huwa li jkun hemm biċċa art pubblika li tkun qed tintuża bħala ground tal-football u li tkun immexxija mill-club tal-football u l-club ikollu wkoll ċerti drittijiet ta' amministrazzjoni.", "Hija ħaġa tajba ħafna li qed titrabba ċerta relazzjoni bejn il-clubs sportivi u l-kunsill lokali.", "Jien nemmen li huwa indispensabbli għall-clubs sportivi li fit-twettiq ta' proġetti ta' tkabbir jew ta' sosteniment, sabiex ikunu iktar self-sufficient ifittxu l-għajnuna tal-kunsilli lokali.", "Dawn il-fondi speċjali li jingħataw lill-kunsilli lokali sabiex jinbnew jew jiġu wżati grounds tal-football fejn ma jeżistux faċilitajiet simili huwa l-uniku mod sabiex clubs żgħar li jipparteċipaw f'divisions inferjuri u li jbatu minn nuqqas ta' fondi, ikunu jistgħu jtejbu jew addirittura jwaqqfu faċilitajiet sportivi fil-lokalita tagħhom u anke biex ikunu jistgħu jmexxuhom huma stess.", "Il-parteċipazzjoni tal- clubs sportivi mal-kunsilli lokali hija fundamentali għaliex biex il-clubs illum ikunu kompetittivi hemm bżonn li jkollhom management tajjeb.", "Huwa importanti li nħeġġeġ minn hawnhekk lill-kumitat li jien nifforma parti minnu sabiex it-tmexxija tal-clubs kemm jista' jkun tkun fuq bażi professjonali fejn ikun hemm amministrazzjoni vera u proprja u mhux immorru hemmhekk sabiex insaħħnu l-bank.", "Huwa importanti ħafna li dawn jiġu informati wkoll dwar il-vantaġġi li jistgħu jakkwistaw proprju minn riżoluzzjonijiet bħal dawn u mill-fondi addizzjonali li jistgħu jingħataw lill-kunsilli lokali.", "Madam Speaker, hawn xtaqt nagħmel riferenza għar-riżoluzzjoni li qed tiġi diskussa bħalissa f'dan il-Parlament, li tirrigwarda l-għoti ta' art pubblika lil clubs sportivi.", "Permezz ta' dawn iż-żewġ inċentivi, il-clubs se jkollhom għajnuna finanzjarja diretta u se jkollhom ukoll l-ispazju sabiex jagħmlu investiment, anke permezz ta' arranġamenti ma' banek kummerċjali.", "Fir-riżoluzzjoni li għadni kemm semmejt qed niddiskutu kif clubs sportivi li se jispiċċalhom l-encroachment jingħataw art pubblika b'ċens temporanju, per eżempju, għal 50 sena.", "U meta tagħti art b'ċens temporanju tkun qiegħed kważi tagħti proprietary rights lill-club konċernat.", "Dan ifisser li l-club ikun f'pożizzjoni li meta jiġi biex jagħmel investiment ikun jista' jissellef realment u jkun jista' jagħmel proposti anke lill-banek kummerċjali għall-finijiet ta' self sabiex jinvestu fil-qasam sportiv.", "Allura meta tikkonsidra dik it-tip ta' assistenza li l-Gvern qed jipprova jagħti u jabbinaha ma' l-għajnuna li jistgħu jieħdu mill-kunsilli lokali permezz ta' dawn il-fondi addizzjonali, wieħed jara li b'hekk qed inressqu lill-clubs lejn għajnuna iktar reali u qed ngħinuhom itejbu l-kondizzjoni u l-performance tagħhom.", "Madam Speaker, jien naf li riċentement il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ta prova ta' din il-koperazzjoni għaliex il-club sportiv ta' Ħaż-Żebbuġ ibbenefika minn din l-għajnuna permezz tal-kunsill lokali.", "Fil-fatt il- kunsill lokali mill-vot speċjali li kellu għall-isport għadda s-somma ta' Lm8,000 minbarra li ħareġ Lm5,000 oħra mill-fondi proprji tiegħu u dawn marru sabiex finalment jinbena football ground b'turf sintetiku.", "Minn informazzjoni li għandi nista' ngħid li dan kien proġett pożittiv ħafna għall-club u qed ngħid li huwa pożittiv għaliex naturalment mhux qed jużah biss il-football club konċernat imma qegħdin jagħmlu użu minnu clubs u assoċjazzjonijiet oħrajn.", "Dan naturalment huwa ta' benefiċċju finanzjarju għall-istess club.", "Hawnhekk wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li dan ma jfissirx li l- kunsilli lokali se jispiċċaw qishom xi aġenzija tal-karita' u allura issa f'daqqa waħda kulħadd se jmur jitlobhom il-flus sabiex ikunu jistgħu jsiru proġetti ta' din il-kwalita'.", "Fil-fatt il-vot speċjali li jingħata m'huwiex intiż sabiex jiffinanzja kompletament il-proġett sportiv li jkun irid isir.", "Wieħed irid jifhem, anke mill-eżempju li tajt, li jrid ikun hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-clubs sportivi.", "Jiġifieri l-clubs sportivi jridu jgħinu lilhom infushom billi jidħlu f'ċertu obbligu finanzjarju u ma jippretendux li l-kunsill lokali joħroġ il-fondi kollha sabiex titwaqqaf faċilita' sportiva.", "Huwa importanti wkoll li wieħed jifhem li dawn il-fondi qegħdin jingħataw sabiex jgħinu fit-twettiq ta' dawn il-proġetti u allura ladarba huma ntiżi sabiex jgħinu, min jibbenefika minnhom irid jgħin ukoll lill-kunsill lokali għax b'hekk ikun qed jgħin lilu nnifsu.", "Permezz ta' management tajjeb u viżjoni tajba l-clubs ma jitnaffrux milli jidħlu għal dawn it-tip ta' proġetti għaliex diġa' jkollhom l-għajnuna available u jkun jonqos biss il-kuraġġ, id- determinazzjoni u l-foresight sabiex dawn l-affarijiet jitwettqu.", "Madam Speaker, jien nixtieq li l-clubs li se jibbenefikaw ikunu l-inqas sinjuri, ċioe' li dawk li jinsabu f'diviżjonijiet inferjuri jibbenifikaw l- aktar minn dawn il-fondi għaliex dawn huma l-iktar li għandhom bżonn l- għajnuna.", "Jien nifhem li club tal-football għandu ħafna spejjeż u naf ukoll kemm hemm nies fil-kumitati ta' dawn il-clubs li jiddedikaw il-ħin tagħhom, anke b'sagrifiċċju personali, sabiex jaraw il-club javvanza.", "GĦalhekk nemmen li dawn il-clubs għandhom jaħtfu din l-opportunita' u jibbenefikaw minn din il-forma ta' għajnuna.", "Bħala konklużjoni nixtieq nagħmel riferenza għal Vot (ix) fejn jingħad li ċerti kunsilli lokali qed jingħataw fondi speċjali minħabba \"żbilanċ ikkawżat bil-frekwenza ta' nies minn barra l-lokalita' għaliex fil- lokalita' jkun hemm għadd kbir ta' ċentri tan-negozju\".", "Dan jien narah bħala inċentiv għan-negozju nnifsu u huwa importanti ħafna li nikkategorizzaw in-negozji.", "Hemm negozji li huma big business, hemm negozji li komunament insejħulhom ħwienet u hemm negozji tas-swieq.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li dawn il-fondi jingħataw għax peress li f'dawn iċ- ċentri ta' negozji jkun hemm ħafna nies, l-ispiża tal-kunsill lokali tista' tkun xi ftit akbar minħabba, per eżempju, ammont akbar ta' skart, speċjalment fejn jarmaw is-swieq fit-toroq.", "Kif nafu s-swieq tal-monti tal- Belt u s-swieq ta' Marsaxlokk iħallu ħafna skart u hija ħaġa tajba li l- kunsilli lokali jingħataw fondi speċjali proprju minħabba f'hekk.", "Huwa tajjeb li nsemmu wkoll lil xi kunsilli lokali li għandhom swieq - illum il-ġurnata s-swieq prattikament infirxu kważi f'kull lokalita' ta' Malta u GĦawdex, u għandi ngħid, kultant anke b'mod diżordinat - li huma ħafna akbar minn dawk ta' lokalitajiet oħrajn.", "Naturalment l-inċidenza ta' l-iskart f'dawn l-inħawi se tkun ħafna akbar u dan se jimpinġi fuq il- finanzi tal-lokalita' partikolari.", "Jien naf li xi kunsilli lokali qegħdin jipprovaw jaslu f'arranġamenti ma' l-assoċjazzjoni tal-bejjiegħa tal-monti - meta qegħdin nitkellmu dwar l-assoċjazzjoni tal-bejjiegħa tal-monti m'aħniex nitkellmu biss dwar il-monti tal-Belt imma anke dwar swieq f'lokalitajiet oħra - u għalhekk minn hawnhekk jiena nħeġġeġ sabiex il- bejjiegħa jsiru aktar konxji tar-responsabbiltajiet li għandhom u jgħinu lill-kunsilli lokali billi ma jħallux skart warajhom.", "Meta jkunu qed jagħmlu hekk, ikunu qed jgħinu wkoll lill-gvern fl-għoti ta' dawn il-fondi addizzjonali ħalli kemm jista' jkun il-problema ta' l-iskart titnaqqas u fl- istess ħin tingħata għajnuna anke fuq livell finanzjarju.", "Madam Speaker, jien nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi ngħid li naħseb li wasal iż-żmien li nibdew nirrikonoxxu l-fatt li meta nkunu qegħdin nużaw spazju b'xejn fuq art pubblika għandna nkunu konxji mir-responsabbiltajiet tagħna.", "Aħna nafu li qegħdin isiru sforzi anke min-naħa tal-bejjiegħa tal- monti sabiex jikkoperaw mal-kunsilli lokali u jiena nemmen li b'daqsxejn iktar determinazzjoni nistgħu naslu għal arranġament li jkun sodisfaċenti għall-partijiet kollha konċernati.", "B'hekk inkunu qegħdin ngħinu lill-gvern li permezz ta' dawn il-fondi jkun jista' jnaqqas l-iżbilanċ li jiġi kkawżat bil-frekwenza ta' nies minn barra l-lokalita' minħabba għadd kbir ta' ċentri tan-negozju.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, nixtieq nibda billi nsellem lis-Sur Maurice Caruana u nixtieq inroddlu ħajr għas-sehem li dejjem ta fl-iżvilupp tal-kunsilli lokali.", "Mill-esperjenza qasira li kelli qabel l-elezzjoni ġenerali bħala kunsillier u bħala membru ta' l-assoċjazzjoni, nista' ngħid li flimkien ma' sħabu ħadem biex il-kunsilli lokali ntejbuhom u nwassluhom safejn huma llum.", "Fl-istess ħin nawguralu iktar żmien ta' ħidma b'risq il- kunsilli lokali minkejja li naf li dalwaqt se jirtira.", "Madam Speaker, nista' nifhem għaliex sieħbi l-Onor.", "Austin Gatt b'mod ironiku faħħar lill-Ministru Mangion għall-abbilta' tiegħu biex jaħbi l- verita` għax donnu li meta wieħed ikun fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni ikun qed jara verita` mod u meta jkun fuq in-naħa tal-gvern jibda jara verita`oħra.", "Fost l-oħrajn il-Ministru qal li l-kunsilli lokali jridu jtejbu s-servizz li jagħtu u semma l-value for money.", "Il-Ministru semma wkoll - u dan ma rridux ninsewh għax wisq probabbli issa se jibda jkun il- qofol tad-diskussjoni rigward il-finanzjament tal-kunsilli lokali - li kemm il-flus ivvotati għall-kunsilli lokali kif ukoll il-flus li jitħallsu f'pagi lill-ħaddiema huma parti mill-ispiża rikorrenti tal-gvern.", "Il- Ministru enfasizza l-importanza li nutilizzaw b'mod tajjeb il-workforce tal- gvern.", "Huwa evidenti li llum il-Gvern qed iħares lejn kif jista' jikkombina l-enerġija tal-kunsilli lokali ma' dik tal-ħaddiema tal-gvern.", "Dan l-aspett irrifera għalih ukoll il-Prim Ministru f'diskors li għamel dwar l-operat tal-kunsilli lokali.", "Fi kliem ieħor hawn qed isir aċċenn għall-fatt li l-kunsilli lokali għandhom ikunu dejjem aktar konxji mill- ispiża tal-ħaddiema li għandu l-gvern miegħu u l-Gvern qed jgħid li l- kunsilli lokali għandhom jużaw dawn il-ħaddiema biex ikun hemm aktar cost effectiveness u value for money.", "Jien hawnhekk nixtieq infakkar ftit lill-Kamra x'kien qal l-istess Onor. Mangion f'dibattitu tas-6 ta' Marzu, 1996 dwar riżoluzzjoni li kien ressaq l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, dak inhar Prim Ministru ta' Malta.", "Jien li llum ninsab fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni qed nitgħallem noqgħod attent ħalli dak li ngħid illum ma jiġix għada wżat kontra tiegħi.", "Il- Ministru Mangion illum qed iħeġġeġ lill-kunsilli lokali sabiex jużaw lill- ħaddiema tal-gvern filwaqt li fid-dibattitu li rriferejt għalih ftit ilu kien qal hekk:", "\"L-Oppożizzjoni mhux lill-kunsilli lokali tikkritika imma tikkundanna l-ineffiċjenza tal-Gvern u l-mod kif dan qed juża lill-kunsilli lokali.\".", "Jiġifieri hawnhekk l-Onor.", "Mangion kien qed jikkritika lill-Gvern Nazzjonalista għall-ineffiċjenza tal-ħaddiema u għall-mod kif kien qed juża lill-kunsilli lokali.", "U llum għandna lill-Onor.", "Alfred Sant jiltaqa' mas- sindki u jgħidilhom biex jaraw kif jagħmlu ħalli jkollna value for money fejn jidħlu l-pagi tal-ħaddiema tal-gvern.", "Fl-istess dibattitu tas-6 ta' Marzu, l-Onor.", "Mangion kompla jgħid hekk:", "\"Inutli noqogħdu npaċpċu hawnhekk u nitkellmu bl-iktar mod eżaltanti u nispiċċaw qisna qed ninqatgħu mill-art u qisu kollox miexi sew u kollox miexi fuq ir-rubini meta, intenzjonalment jew le, il-bżonnijiet reali u l-problemi veri li għandhom id-diversi bliet u rħula qed jiġu njorati.\".", "Dan kien id-diskors li kien għamel l-Onor.", "Mangion meta kien fl- oppożizzjoni u llum jien lilu ngħidlu l-istess ħaġa.", "Jien nammetti li ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru jitkellem imma fl-istess ħin bdejt nistaqsi lili nnifsi jekk hu jismax l-istess ilmenti li nisma' jien meta t-tnejn li aħna nkunu qed nattendu għal-laqgħat mal-kunsilliera.", "Jien ninsab fiduċjuż li l-Onor.", "Mangion jaf sewwa x'inhuma l-ħteġijiet tal-kunsilli lokali pero' fid-diskors li għamel illum ħeba r-realtajiet li qegħdin jiltaqgħu magħhom dawn l-istess kunsilli.", "Madam Speaker, illum qegħdin nitkellmu fuq fondi għal ħteġijiet speċjali tal-kunsilli lokali, liema terminu kien ingħata mill-Gvern Nazzjonalista u baqa' jintuża mill-Gvern Laburista.", "Fil-fatt din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna llum hija maħsuba sabiex tagħmel tajjeb għall-iżbilanċi li jistgħu jiltaqgħu magħhom il-kunsilli lokali.", "Jien ngħid li dan huwa l- mument tal-verita' għall-Gvern Laburista għax issa nistgħu nivverifikaw kemm il-Gvern huwa realment mpenjat favur id-diċentralizzazzjoni.", "L- isfida ta' din ir-riżoluzzjoni hija proprju li nuru bil-fatti kemm nemmnu fil-politika fuq livell lokali.", "Din hija t-tieni darba li l-Ministru qiegħed iressaq riżoluzzjoni bħal din u allura għandu r-responsabbilta' li jwettaq dak li kien jgħid meta kien għadu fl-oppożizzjoni.", "Madam Speaker, bħall-kelliema ta' qabli jien ninsab konxju mill- ħteġijiet tal-kunsilli lokali.", "Naf x'inhuma l-iżbilanċi soċjali u demografiċi li jridu jħabbtu wiċċhom magħhom u għalhekk qiegħed f'pożizzjoni li ngħid li għalkemm teknikament fiha t-tajjeb tagħha, din ir- riżoluzzjoni m'hijiex se tilħaq l-iskop li għalih tressqet.", "Qed naraw li l- Gvern qed jivvota l-istess ammont li kien ivvota s-sena l-oħra u meta tieħu in konsiderazzjoni li l-Gvern fl-ewwel budget tiegħu kien naqqas Lm1 miljun mill-finanzjament totali tal-kunsilli lokali, wieħed jara li kompla kiber l- iżbilanċ finanzjarju u dan min-naħa tiegħu kompla żied l-iżbilanċ soċjali u l-iżbilanċ demografiku li aħna tant nixtiequ naġġustaw.", "Għax il-Lm1 miljun li tnaqqsu fl-aħħar budget ħallew ċerti kunsilli lokali lampa stampa, u wħud minnhom anke b'deficit, peress li kienu diġa' għamlu l-budget tagħhom għas-sena ta' wara.", "Jien ma nistax nara kif l-Onor.", "Mangion jista' qatt jittama li tiżdied il-fiduċja min-naħa tal-kunsilli lokali fil-Gvern Laburista meta hemm dan it-tnaqqis sostanzjali fil-vot tagħhom.", "Kif diġa' qal l-Onor.", "Austin Gatt, l-ispiża għall-proġetti li għalihom kienet saret l- allokazzjoni sentejn ilu tant żdiedet li bilfors wieħed jikkonkludi li s- somma ta' Lm2.5 miljun vvotati għal dan il-fond illum ma tissarrafx f'xogħol daqskemm kienet tissarraf 24 jew 12-il xahar ilu.", "L-ispejjeż li għandhom il-kunsilli lokali għal xogħol ipprovdut mill- gvern ċentrali ma jindikawx li l-kuntratti roħsu, speċjalment meta wieħed iqis li din is-sena ma sar xejn sabiex jittaffew ftit mill-ispejjeż li għandhom.", "Jiena ma nistax nifhem kif illum jiġi l-Gvern hawnhekk u jgħidilna li b'dan il-vot qegħdin nagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li għandhom il-kunsilli lokali.", "Jien ma nafx l-Onor.", "Mangion x'kien iżid mad-diskors li kien għamel fis-6 ta' Marzu tas-sena l-oħra kieku llum qiegħed fuq din in-naħa minfloki, pero' nemmen li jaqbel miegħi li minkejja li qegħdin nivvotaw l-istess ammont ta' flus bħas-sena ta' qabel, din is-sena qegħdin innaqqsu l-finanzjament għal ħteġijiet speċjali.", "Fil-fond ta' qalbu l- Ministru bilfors li jgħid \"iva\" għaliex, taħdimha kif taħdimha u titkellem kif titkellem, il-fatti jibqgħu fatti u ma jista' jmerihom ħadd.", "Hemm imbagħad punt ieħor importanti li jirrigwarda l-allokazzjoni tal- Lm45,000 għall-fond tal-gwardjani lokali.", "Dawn il-flus qed jittieħdu miż- Lm2.5 miljun li qabel kienu jingħataw kollha għal ħteġijiet speċjali u allura aktar u aktar ma jistax jingħad li l-fond ta' din is-sena għal ħteġijiet speċjali tal-kunsilli lokali huwa ta' Lm2.5 miljun.", "Madam Speaker, wara li tajna ħarsa lejn il-valur tal-flus li qegħdin jiġu vvotati permezz ta' din ir-riżoluzzjoni, ta' min wieħed jara jekk din ir- riżoluzzjoni hijiex qiegħda tawgura titjib jew le.", "Ħalli naraw kif kienet imqassma r-riżoluzzjoni ta' l-1966, liema riżoluzzjoni kienet qed tivvota l- istess ammont ta' flus.", "Fl-1996 kien hemm ivvotati Lm60,000 għall-Vot (i) li jgħid:", "\"(i) minħabba ħtieġa ta' tqegħid ta' pavimenti speċjali fit-toroq u mogħdijiet f'ċentri storiċi;\".", "Dan il-vot din is-sena baqa' l-istess, bħalma baqgħu l-istess Vot (ii), Vot (iii), Vot (iv), Vot (v) u Vot (vi).", "Vot (vii) li qed jagħmel tajjeb għal", "\"żbilanċ ikkawżat mill-ispiża, iż-żamma u manutenzjoni ta' latrini pubbliċi li kienu jeċċedu n-numru stabbilit skond il-popoplazzjoni tal- lokalita'\",", "illum jammonta għal Lm20,193 meta s-sena l-oħra kien hemm ivvotati għalih Lm28,533.", "Il-ħlasijiet allokati lill-kunsilli lokali taħt Vot (viii), liema vot jagħmel tajjeb għal", "\"iżbilanċ li jirriżulta meta l-medja tan-numru ta' residenti għal kull dar tkun ta' anqas minn jew daqs tnejn;\",", "huma ta' Lm138,940 meta fl-1996 dawn kienu jammontaw għal Lm140,790.", "Imbagħad hemm il-ħlasijiet allokati taħt Vot (ix), liema ħlasijiet jingħataw minħabba \"żbilanċ li jkun hemm fil-lokalita' ikkawżat bil- frekwenza ta' ħafna nies minnħabba li jkun hemm għadd kbir ta' ċentri tan- negozju.\"", "Dan il-vot huwa l-istess bħas-sena l-oħra, minkejja d-diskors abbli ta' l-Onor.", "Gavin Gulia li awgura kordinazzjoni akbar mas-settur tan-negozju.", "Imbagħad fil-Vot (x), li jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jkollhom jagħmlu dawk il-kunsilli li għandhom surface area żgħira meta mqabbla mal- popolazzjoni, hemm żieda fuq is-sena l-oħra ta' Lm165,000.", "Vot (xi) li qiegħed għal ħteġijiet ta' toroq li jkunu se jiġu resurfaced bħala parti mill-programm għat-tiġdid ta' toroq, jammonta għal ¥1.4 miljun.", "Jiġifieri s-sena l-oħra kellna vvotata s-somma ta' ¥1.4 miljun għal dan l-iskop u llum, magħdudin l-ispejjeż għall-irranġar tat- toroq, għandna l-istess somma vvotata.", "Ta' min isemmi hawnhekk li l-vot ta' ¥100,000 li kellna s-sena l-oħra, minkejja d-diskors ta' l-Onor.", "Mangion fejn qal li għandha nagħmlu lill-kunsilli lokali iżjed responsabbli u li għandna naraw li l-kwalita' tax-xogħol titjieb, din is-sena ma jidhirx.", "Vot (xii) li qiegħed jingħata minħabba \"funzjonijiet u obbligazzjonijiet speċjali tal-Belt Valletta\" żdied b'Lm10,000 fuq is-sena l-oħra, filwaqt li Vot (xiii) li qiegħed jingħata minħabba funzjonijiet speċjali ta' l- Imdina u l-Birgu qiegħed jiżdied b'Lm20,000.", "Hawnhekk insibu vot ieħor nieqes, liema vot kien jammonta għal Lm100,000 u kien jinqasam bejn il- kunsilli lokali kollha minħabba l-iskema ta' sħubija għal titjib ambjentali urban, skema li kienet titħaddem flimkien ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Kollox ma kollox, insibu li dak li tnaqqas mill-voti tas-sena l-oħra qegħdin indaħħluh taħt il-Vot (xiv) li jammonta għal Lm45,000 u li qiegħed jingħata minħabba l-introduzzjoni ta' l-iskema pilota ta' servizzi ta' gwardjani lokali.", "GĦalhekk jiena nsostni dak li kont qed ngħid fil-bidu, jiġifieri li l-kunsilli lokali permezz ta' din ir-riżoluzzjoni m'humiex se jsibu l-finanzjament għal ħteġijiet speċjali bħalma kienu jagħmlu s-sena l- oħra.", "Irrid ngħid li aħna naqblu ma' l-introduzzjoni tal-gwardjani lokali, pero' hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi jekk b'din id-deċiżjoni l-kunsilli lokali humiex verament se jmorru aħjar.", "Minkejja li l-Gvern qed jgħid li jaqbel mal-kunsilli lokali u li kien hemm progress fl-operat tagħhom, mhux biss qiegħed inaqqsilhom il-valur tagħhom imma anke l-voti.", "Ħalli hawnhekk infakkar ftit lil din il-Kamra u lil min qed jismagħna x'kien qal aktar l- Onor. Mangion fid-dibattitu tas-6 ta' Marzu, 1996 u nikkwota:", "\"F'ċerti lokalitajiet hemm problemi tal-biki.", "F'ċerti żoni hemm nuqqas infrastrutturali li huwa aktar akut minn postijiet oħrajn.\".", "Ftit ilu kien hemm persuna li qaltli li aħna fil-Parlament inparlaw biss, u s'issa r-reponsabbilta' tiegħi hija li nparla biss, pero' l-Onor.", "Mangion illum għandu r-responsabbilta' li jirranġa dak li kien jikkritika meta kien fl-oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jien wisq nibża li minn dak li qegħdin naraw, l-affarijiet baqgħu l-istess.", "Ftit tal-jiem ilu mort inżur il-Kunsill Lokali ta' l-Isla u nista' ngħid li minbarra l-problemi l-oħra kbar li għandu dan il-kunsill, dawn lanqas biex jixtru photocopier m'għandhom!", "Dan qaluhuli huma stess.", "Jiena hawnhekk nistaqsi kemm se tkun l-ispiża biex jiġu rranġati t-toroq u x'se nirranġaw fil-verita'.", "Huwa tajjeb li dan ix-xogħol isir, pero' qegħdin inkunu konxji tad-differenza li teżisti bejn il-proġetti ta' kunsill u ieħor?", "Jew ġara li l-Gvern tal-lum m'għadux iżjed konxju mir-realta' kif kien meta kien fl-oppożizzjoni ?", "Nispera li dan m'huwiex il-każ.", "Fl-istess dibattitu li semmejt aktar kmieni, l-Onor.", "Mangion kien kompla jgħid hekk:", "\"L-aħħar darba mort in-naħa tax-Xagħra u n-naħa tal-Kalkara.", "Jiena m'iniex se nidħol fl-area ta' sieħbi ...\"", "- kien qed jirriferi għall-Onor.", "Joe Mizzi - \"..... imma stajt nara li s-sistema ta' drenaġġ li għandhom hemmhekk hija waħda tal-biki għaliex in-nies jagħmlu ġimgħat sħaħ mingħajr ma jkollhom servizz adegwat, daqqa għaliex il-pompa tkun bil-ħsara, daqqa għaliex il-katusi jinqasmu, daqqa ħaġa u daqqa oħra.\".", "Din hija problema li teżisti anke llum fil-Kottonera flimkien ma' problemi oħra kbar - hawn min jaf aktar minni x'hemm u x'ma hemmx hemmhekk - liema problemi m'humiex qed jiġu ndirizzati.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa tistgħu tattwawhom.", "Jiena dak li rrid nisma'.", "Issa intom għandkom id- dover li taħdmu u tattwaw dak li għidtu, inkella tkunu parlajtu fil-vojt.", "L-Onor.", "Mangion, dejjem fl-istess dibattitu, kien kompla jgħid hekk:", "\"Aħna qegħdin ngħidu li dawn qegħdin isiru bħala paraventu u qegħdin nikkritikaw lill-Gvern talli juża u jabbuża mill-kunsilli lokali bit- tir li ċ-ċittadin, minflok iwaħħal fil-Gvern għan-nuqqasijiet li jsib madwaru, jitfa' t-tort fuq il-kunsilli lokali.\".", "Jiena minn hawnhekk ngħid biex noqogħdu attenti li issa ma nużawx lill- kunsilli lokali bħala paraventu ħalli nirriorganizzaw il-workforce li għandu l-gvern fid-dipartimenti tiegħu.", "Il-Ministru Mangion qiegħed ixengel rasu u jien kultant nipprova naqbel ma' l-intenzjonijiet tajba li nissopponi li għandu, pero' rridu noqogħdu ferm attenti għaliex jekk se ngħidu li se nirranġaw u nirriorganizzaw il-ħaddiema tal-gvern permezz tal- kunsilli lokali, dan ma jkun xejn ħlief paraventu ieħor.", "Il-Ministru Mangion, li nerġa' nfakkar li meta qal dan id-diskors huwa kien ix-shadow minister għall-kunsilli lokali, kien kompla d-diskors tiegħu hekk:", "\"Allura terġa' tispiċċa biex meta tmur għand il-kunsilli lokali, dawn jgħidulek li l-flus għandhom ma waslux.", "Jiġifieri hawnhekk, għalkemm qegħdin nitkellmu fuq allokazzjoni ta' ¥2.5 miljun, ara ma jkunx hemm xi ħadd li jaħseb li dawn se jkunu f'idejhom għada jew pitgħada!", "Dan il-każ huwa simili għal dak tat-toroq.\"", "Rigward it-toroq, il-Ministru Mangion kien qalilna:", "\"F'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta ....", "- qiegħed jirriferi għal snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista -", "\"... il-Gvern tant kellu pressjoni dwar l-istat tat-toroq li madwar sena u nofs ilu l-ministeru responsabbli mit-toroq kien talab lill- kunsilli lokali jibagħtu lista ta' l-aktar toroq li huma mkissra f'kull lokalita'.", "Ġabar il-hit parade ta' l-aktar toroq ħżiena li għandna f'pajjiżna!\".", "Mela l-Gvern Nazzonalista ġabar il-hit parade u l-Ministru Mangion qed ikanta fuqha għaliex illum bl-istess lista qed jaħdem!", "Jiena ngħid li għandna nkunu sinċieri u naħdmu flimkien sabiex intejbu din is-sitwazzjoni.", "Il-hit parade tat-toroq li kienet inġabret is-sena l-oħra illum qed tipprova tinħadem, jiġifieri l-Gvern Nazzjonalita ma kienx għamel ħażin li ġabarha imma dak iż-żmien, biex nipprovaw nitkessħu, dik il-lista ta' toroq sejjaħnielha hit parade!", "Fid-dibattitu tas-6 ta' Marzu tas-sena l-oħra l-Onor.", "Mangion kompla jgħid li:", "\"Imbagħad għandna fond ieħor għal faċilitajiet sporitivi u kulturali b'allokazzjoni ta' Lm50,000.", "Imma x'inhi r-realta'?\".", "Mela sena ilu staqsa x'kienet ir-realta' u x'kien il-bżonn reali għal dak il-vot u issa qed joffrilna l-istess ammont ta' Lm50,000!", "Jien ma rridx inkun sarkastiku għaliex għandi rispett kbir lejn il-Ministru Mangion imma rrid ngħid li aħna konna nagħrfuhom dawn il-problemi.", "Huwa ħażin li meta nkunu fl-oppożizzjoni nitkellmu mod biex taparsi nuru li tant nafu x'inhi r- realta' imbagħad meta nitilgħu fil-gvern ninsew kollox u ngħidu li kollox miexi sew.", "F'parti oħra tad-diskors ta' l-Onor.", "Mangion - dejjem tas-6 ta' Marzu, 1996 - insibu hekk:", "\"Issa ħalli ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-fond dwar l-infrastruttura u l- programm ta' tiġdid tat-toroq.", "Il-kunsilli lokali għandhom ir- responsabbilta' tal-manutenzjoni.\".", "Jiġifieri hawnhekk qed jagħmel l-istess ħaġa.", "Meta kien jagħmel parti mill- oppożizzjoni l-Onor.", "Mangion kien jikkritika l-limitazzjoni ta' dak il-vot u llum il-ġurnata, meta qed jiġi propost li jintnefaq l-istess ammont, m'hu qed jara xejn ħażin.", "Sur President, jien ma rridx li npinġi sitwazzjoni fejn kollox jidher li sejjer ħażin pero' hemm bżonn li nkunu responsabbli f'dak li nagħmlu u sinċieri f'dak li ngħidu.", "Per eżempju, fond \"E2\" li hemm imsemmi fir-rapport f'paġna 34 qed jgħid li min talab il- fondi għal ħteġijiet speċjali sentejn ilu qed jieħu l-flus filwaqt li min ma kienx laħaq talab m'għandux ċans li jieħu.", "Jidher ovvju li dan l- eżerċizzju li aħna konna bdejna meta konna fil-gvern - għaliex stajna naraw li kienu qed jinħolqu żbilanċi fl-allokazzjoni tal-fondi permezz tal- formula adottata - illum mhuwiex qed jilħaq l-iskop tiegħu.", "Jekk nieħdu l-Kunsill Lokali ta' l-Isla - u skond l-istess rapport li għandna quddiemna l-Isla għandha l-ogħla population density - naraw li peress li l-kunsill m'għamilx applikazzjoni għal allokazzjoni, m'huwiex se jingħata fondi għal ħteġijiet speċjali.", "Allura kif se npattu għall- iżbilanċ demografiku li għandhom fl-Isla?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Vassallo jkompli jinstema'.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Vassallo jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Per eżempju, f'paġna 145 insibu li l-fond għall-ispecial needs li għandu x'jaqsam mat-toroq huwa ta' Lm1.4 miljun.", "Issa l-ewwel osservazzjoni li rrid nagħmel hija li dan il-vot, li jrid jinqasam bejn diversi kunsilli lokali, huwa Lm200,000 inqas minn kemm intnefaq f'tarmac mill-Buġibba Action Committee.", "Din hija l-prijorita' li se tingħata mill-Gvern fejn tidħol tiswija ta' toroq?", "Sur President, xtaqt nagħmel osservazzjoni oħra dwar l-Isla u naħseb li dwar dan il-Ministru Mizzi jista' jgħid jekk iniex niżbalja.", "Din il- lokalita' qed tieħu Lm17,218 pero' nafu li din is-somma m'hijiex biżżejjed meta wieħed iqis il-memo li nħarġet lill-kunsilli lokali.", "Din tgħid li meta kunsill lokali jiġi biex jagħmel triq irid jieħu ħsieb jirranġa s- servizzi minn qabel.", "Issa hawnhekk kulħadd jaf li meta tibda tirranġa f'post bħal dak ta' l-Isla ssib li tkun trid taqla' kważi kollox għaliex m'hemm l-ebda servizz li huwa tajjeb.", "L-istess Ministru Mangion kien qal l- istess ħaġa għar-rigward tax-Xgħajra u l-Kalkara meta l-Partit Laburista kien għadu fl-oppożizzjoni.", "Jiġifieri għalkemm vot ta' Lm17,218 għall-għoti tat-tarmac jidher sabiħ, dan żgur li m'huwiex biżżejjed għall-Isla.", "GĦalhekk irridu naraw kif inkunu proattivi u innovattivi fl-istess ħin ħalli nibdew insolvu dawn l-iżbilanċi li qed jinħolqu.", "Jien naħseb li d- diffikulta' li għandu l-Ministru Mangion hija li ma jistax jibqa' jinqeda bil-formula li kellna qabel jekk irid jara li l-kunsilli lokali jkunu effettivi.", "Hemm bżonn nifhmu li l-problema finanzjarja għall-kunsilli lokali hija waħda attwali għaliex din m'hijiex tippermettilhom li jidħlu għal xogħlijiet ta' natura straordinarja.", "Sur President, jekk aħna verament nemmnu fil-kunsilli lokali rridu nirrispettawhom u mhux nittrattawhom bħala showcase għaċ-ċerimonji u għall- okkażjonijiet speċjali.", "Jekk verament irridu li jkun hawn it-tisħiħ u t- tiġdid kontinwu tal-politika lokali ma nistgħux nibqgħu nittolleraw aktar din is-sitwazzjoni.", "L-awtonomija tal-kunsilli lokali tiġi biss minn finanzjament adegwat min-naħa tal-gvern ċentrali.", "Il-finanzi huma l-forza li bihom jista' jaħdem kunsill lokali, iżda d-deċiżjoni ta' dan il-Gvern - li tant iħobb jitkellem mod imma jagħmel mod ieħor - qiegħda tnaqqas u tiddebolixxi din l-istess forza.", "Din hija deċiżjoni bla raġuni.", "Jien ma nafx il-Ministru x'jirrispondi għal dan imma ċert li huwa konxju ta' l- effett tal-Lm1 miljun inqas fejn jidħol il-finanzjament tal-kunsilli lokali.", "Din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna żgur li appena tgħaddi tidħol fis-seħħ pero' ara ma mmorrux ngħidu li qegħdin nagħmlu xi ġustizzja mal- kunsilli lokali jew li għandna gvern li jemmen fil-kunsilli lokali.", "Jien nappella lil dan il-Gvern sabiex ma' jibqax sejjer b'dan l-atteġġament.", "Ftit tal-ġranet oħra se jittressaq il-budget u jien nixtieq nieħu din l- okkażjoni sabiex nagħmel l-appell tiegħi f'isem il-ħtieġa ta' l-iżvilupp li lkoll nixtiequ.", "Diġa' ntqal li għandu mnejn ma jkunx hemm żieda fil-vot allokat għall-kunsilli lokali pero' jien naħseb li minflok noqogħdu nitkellmu fuq il-ħofor u d-diffikultajiet finanzjarji, aħjar naraw kif nindirizzaw il-problemi reali li qegħdin jiltaqgħu magħhom l-istess kunsilli.", "Illum il-Ministru Mangion irripeta għal diversi drabi li l-kunsilli jridu jkunu konxji mis-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż.", "Sena ilu fid-debate dwar il-budget, meta ġie biex jispjega għaliex naqqsu Lm1 miljun mill-vot tal-kunsilli lokali, il-Ministru Mangion ma kienx qal li dan kien qed isir minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja ta' dak iż-żmien - forsi għaliex l- islogan tal-ħofra kien għadu ma ħax biżżejjed! - u lanqas ma qal li kienu qegħdin inaqqsu Lm1 miljun b'eżerċizzju ta' issikkar taċ-ċinturin imma qal li dan sar biex jidħol aktar il-konċett tal-value for money.", "Jiġifieri sena ilu naqqasna Lm1 miljun mill-vot tal-kunsilli lokali sabiex indaħħlu l-konċett tal-value for money u llum qegħdin ngħidu li għandna nkunu konxji mis-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż.", "Jien naqbel li rridu naħdmu flimkien sabiex naraw li l-kunsilli lokali jagħtu xogħol ta' kwalita' pero' naħseb li bl-ammont ta' flus li nefqu, il-kunsilli lokali taw lura f'xogħol iktar milli kienu jagħtu l-ħaddiema tal-gvern.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li niftakru wkoll x'hemm fiċ-charter tal- kunsilli lokali minn naħa tal-Council of Europe.", "Dan jenfasizza li l- awtoritajiet lokali huma fid-dmir li jirċievu finanzjament adegwat għar- responsabbiltajiet li għandhom.", "Ma rridux ninsew lanqas il-laqgħat li kellu l-Ministru Mangion ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u mal- Kulleġġ tas-Sindki, fejn sarlu appell biex jiżdied il-finanzjament min-naħa tal-gvern.", "Din hija l-problema attwali li teżisti u minn hawnhekk nixtieq nappella lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex jekk il-finanzjament lill-kunsilli jkompli jonqos, l-assoċjazzjoni tirrapporta mill-ewwel lill- Council of Europe.", "Nixtieq nappella wkoll lill-Gvern sabiex iqarreb għemilu ma' dak li jgħid u jekk ma jridx li l-kunsilli lokali jkunu daqshekk awtonomi u effiċjenti jgħidilna.", "Pero' jekk irid li dawn ikunu awtonomi u effiċjenti rridu naħdmu biex ngħinuhom jilħqu dan l-għan.", "Sur President, waqt li qed nitkellem dwar din ir-riżoluzzjoni nħossni li qisni qed inħabbat fuq bieb magħluq bla serratura u għaldaqstant impossibbli li jinfetaħ.", "Dan l-aħħar ħabib tiegħi staqsieni: Min jimportah minn dak li se tgħid int?", "Min taħseb li se jisimgħek?", "Ngħid għalija jekk jisma' min għandu jisma' u min hu responsabbli huwa biżżejjed.", "Jien ikkwotajt x'qal l-Onor.", "Mangion meta kien fl-oppożizzjoni u jekk irid li jkun responsabbli għandu jara li dak li kkritika dakinhar illum jirranġah.", "Jien ma nafx għaliex meta l-Ministru jaf x'inhi s-sitwazzjoni preżenti tal-kunsilli lokali qed iressaq dokument li għalkemm b'mod ġenerali l-ħsebijiet tiegħu huma tajbin, ma jistax ikun effettiv għaliex m'huwiex sostnut minn finanzjament adegwat.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hija dwar dak li hemm f'paġna 2 tad-dokument \"Fondi għal Ħteġiet Speċjali tal-Kunsilli Lokali\", fejn insibu mniżżel hekk:", "\"... ħassew li għandhom jirrakkmandaw li fil-futur dan il-mekkaniżmu m'għandux jibqa' japplika iktar fuq bażi ta' applikazzjonijiet imħejjija mill-kunsilli lokali bi spejjeż kbar iżda pjuttost fuq kriterji, konsiderazzjonijiet u premessi stabiliti minn qabel.\".", "Jien ma nafx x'se jsir fil-futur pero' jekk dan il-parir ma jkunx imħaddem sewwa jista' jeħodna lura u mhux 'il quddiem, fis-sens li jekk inneħħu min- nofs id-diskussjoni u l-konsultazzjoni mal-kunsilliera, meta niġu fil- Parlament biex niddiskutu l-finanzjament tal-kunsilli lokali aktarx li jkun ta' mingħajr siwi.", "Sur President, jien nappella sabiex isir eżerċizzju ta' responsabbilta' u qed nitlob mingħand il-Ministru li jwettaq dak li kien jgħid meta kien jagħmel parti mill-l-oppożizzjoni parlamentari u jwettaq dak li hemm miktub fid-dokument \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" f'paġna 185, ċioe\" li:", "\"Il-kunsilli lokali jingħataw l-opportunita' li jiddiskutu b'mod aktar miftuħ u raġonevoli l-fondi li huma jkunu se jirċievu.\".", "Jien nispera li l-Ministru ma japplikax deċiżjonijiet li jeħduna lura minn dak li hu kien jikkritika u minn dak li politikament u manifestament il- Partit Laburista wera lill-poplu li jemmen fih.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiena ma kontx beħsiebni nitkellem imma meta smajt lill-aħħar kelliem jgħid ċerti ineżattezzi - u anke ċerti ħmerijiet! - bilfors kelli nqum nirrispondih.", "Per eżempju, l-Onor.", "Membru qal li dan huwa l-istess vot li kien hemm meta huma kienu fil-gvern.", "Jekk wieħed jara l-vot li kien hemm għall-kunsilli lokali fi żmienhom meta money was no problem u jqabbel dan mal-vot li hemm illum, meta qed nuru lill- poplu Malti u Għawdxi s-sitwazzjoni finanzjarja reali, għandu japprezza kemm verament qegħdin nistmaw lill-kunsilli lokali.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Min qatt qallek li fi żmienna money was no problem!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Staqsi lill-ex-Prim Ministru u lil tan-naħa tiegħek forsi jgħidulek huma!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża.", "Fil-2.17 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mizzi jista' jkompli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Li kont qed ngħid hu li meta kien jingħad li m'hemmx problema ta' flus kien hemm ċertu ammont, waqt li llum li qed nuru biċ-ċar f'liema problema finanzjarja wasalna qed nivvotaw l-istess somma.", "Dan juri l-impenn li għandu dan il-Gvern li lill-kunsilli lokali jagħtihom ċerta dinjita' u mhux kif beda jgħid l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra li ħafna drabi ma stajtx nifhmu.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Il-Ministru Mizzi qed jgħid li ma setax jifhimni imma fl-istess ħin qed jgħid x'għidt jiena.", "Jista' jiċċara x'qed jipprova jgħid?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nixtieqx nirrepeti ħmerijiet!", "Li ma nistax nifhem huwa kif il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni jiġi jitkellem fuq il-lokalitajiet tan-naħa t'isfel ta' Malta u ma jsemmix li hemm planning council proprju biex jara l-aspett soċjo-ekonomiku ta' dawn in-naħat.", "L-Onor.", "Membru qagħad isemmi problemi individwali u rrifera għall-ilmenti li konna nagħmlu aħna meta konna fl-oppożizzjoni.", "Dan juri biċ-ċar li l-Onor.", "Membri ta' l- Oppożizzjoni ma ġewx hawnhekk biex jagħmlu kritika kostruttiva u biex jagħmlu suġġerimenti validi fejn jidħlu kwestjonijiet li jolqtu partikolarment lin-naħa t'isfel ta' Malta.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jien nifhem li l-Onor.", "Mizzi huwa konxju li hemm ħames kumitati għall-area tal-Kottonera pero' ma nafx kemm huwa konxju li għadu ma sar xejn għal dawk in-naħat.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nirringrazzjah talli qed jikkonfermali li ma jaf xejn u għalhekk se ngħidlu x'sar f'dawn l-aħħar 12-il xahar.", "Dik hija s-sabiħa.", "Qed jerġa' jikkonferma li ma jaf xejn għax qed jgħid li ma sar xejn.", "Issa nispjegalu x'sar ħalli jkun jaf x'sar.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: M'hemmx aktar interruzzjonijiet.", "Bħalissa qed jitkellem il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk irid nista' nagħtih ċans ħalli jikkorregi dak li qal.", "Il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni dwar il-kunsilli lokali jiftakar meta min-naħa tagħhom, meta kienu fil-gvern, kien jingħad li se tingħata attenzjoni speċjali lin-naħa t'isfel ta' Malta?", "Jiftakar jew ma jiftakarx?", "Jiena naħseb li jiftakar.", "X'attenzjoni ngħatat lin-naħa t'isfel ta' Malta?", "Xejn!", "Paroli biss!", "Issa, minkejja li ma tantx ilna fil-gvern, l- ewwel ħaġa li għamilna kienet li ltqajna fil-Jerma, ġewwa Wied il-Għajn, biex jinħoloq dan il-planning council.", "(Interruzzjonijiet) Iva, issa ngħidlek.", "Ħallini ħalli nispjegalek.", "Ħu daqsxejn paċenzja għax għadek ma taf xejn!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Vassallo, ħalli lill-Ministru Mizzi jitkellem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tant ma kenitx tingħata attenzjoni speċjali lin-naħa t'isfel ta' Malta illi fl-interventi li kont nagħmel f'dan il-Parlament, f'kull mistoqsija parlamentari, f'kull aġġornament u f'kull seduta għandek issib li hemm ilment fuq in-naħa t'isfel ta' Malta.", "Dawn tista' tfittixhom u ssibhom u ssib ukoll li dawn l-ilmenti kienu lmenti ġusti.", "Taf għaliex kienu ġusti?", "Għax kelliem min-naħa l-oħra - f'din il-leġislatura mhuwiex magħna - kien jaqbel miegħi u kien jimpika miegħi biex jagħmel mistoqsijiet parlamentari fuq il-problemi li jolqtu lin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Ara x'konferma dik li l-attenzjoni speċjali li kienu jgħidu li se jagħtu lin- naħa t'isfel ta' Malta kien kollu paroli fil-vojt!", "Issa, kif għidt qabel, saret dik il-laqgħa ġewwa l-Jerma, ġie spjegat li se jkun hemm planning council għan-naħa t'isfel ta' Malta u dan il-planning council ġie fformat u għandu terminu ta' żmien li fih għadu jagħmel studju u jissottometti r- rapport finali, liema rapport se jiġi sottomess f'Jannar 1998.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas din ma kont taf?", "Ma tafx li trid tistenna sa' Jannar 1998 meta jiġi sottomess ir-rapport finali?", "Jekk it-timeframe huwa li dan ir-rapport ikun lest sa Jannar ta' l-1998 kif tippretendi li diġa' sar?", "Dawn l-affarijiet ma kontx nistennihom min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Il-lum l-affarijiet isiru bis-serjeta' u suppost li taf għax il-pubbliku ġie informat x'sar s'issa billi ħarġu ħafna press releases, newsletters u informazzjoni oħra.", "Jiena nippretendi li l-kelliem ta' l-Oppożizzjoni dwar kunsilli lokali għandu jsegwi dawn in-newsletters biex jara x'inhu jiġri.", "Irrid ngħidlu li kemm ilna fil-gvern aħna saru konsultazzjonijiet mal-kunsilli lokali u ma' l-għaqdiet kollha ta' dawk il- lokalitajiet li ssemmew.", "Il-partiti politiċi, il-knisja u kull min kien interessat intalab biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu.", "Fejn qatt ġara hekk meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern?", "Kulħadd ingħata ċ- ċans jgħid il-problemi li għandu u jgħid x'hemm bżonn biex dawn il-problemi jingħelbu.", "Barra minn hekk, wara li saru dawn il-konsultazzjonijiet u wara li saru s-sottomissjonijiet mill-kunsilli l-lokali u mill-għaqdiet l-oħra, kien hemm esperti u professuri ta' kull qasam li raw dawn ir-rapporti u ltaqgħu mal-kunsilli lokali u ma' l-għaqdiet l-oħra biex jiddiskutu dawn is- sottomissjonijiet biex ikunu jistgħu joħorġu b'konklużjoni.", "Hekk għandha tkun is-serjeta'.", "Din hija s-serjeta' li qed jimxi biha dan il-Gvern.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Aħna qed niddibattu dwar fondi speċjali u dan li qed jgħid il-Ministru ma nafx kif jinkwadra ruħu f'dan id-dibattitu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li r-regolamenti tal-Kamra nafhom sew u ma naħsibx li għandek għalfejn tgħallimhomli.", "Naċċertak li qiegħed in order.", "Inti kont out of order meta qbadt titkellem qabel spiċċat is-seduta, mingħalik li kien beda l-ħin ta' l-aġġornament!", "Hemm kont out of order, imma jiena m'iniex out of order.", "Sur President, milli jidher lill-kelliem ta' l-Oppożizzjoni mhuwiex qed jogħġbu dan il-kliem li qed ngħid jiena.", "Ħalli nkompli nispjega x'ġara.", "Wara li saru dawn ir-rapporti u wara li ġew ivvettjati reġgħu saru d- diskussjonijiet ma' kulħadd u fil-fatt dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "Issa jrid isir r-rapport finali għax il-planning council irid jara l-aspetti li jolqtu lil kulħadd, bħalma huma l-problemi soċjali u ekonomiċi ta' dawk in-naħat.", "Wieħed mill-akkwisti li għamel dan il- planning council - u dan b'xiehda ta' l-għaqal ta' dan il-Gvern - huwa illi issa hemm linja ċara dwar Baċir Nru 1.", "Meta n-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet fil-gvern kienet tgħid li d-Drydocks għandhom jirregalaw il-baċir lill-poplu tal-Kottonera u aħna konna ngħidu li mhux possibbli li dan isir u hemm bżonn li nkunu realistiċi u nitkellmu ħalli naraw x'jista' jsir.", "Min hu dan il-miġnun li jkollu xi ħaġa u jirregalahielek ta' xejn?", "Hekk ma konna se naslu qatt.", "Issa x'qed isir dwar dan il-baċir?", "Meta l-planning council nieda diskussjonijiet, ħarġet biċ-ċar ir-rieda tajba ta' kull naħa nvoluta għax l-uffiċjali tad-Drydocks fehmu l-problemi tan-nies ta' dawk in-naħat.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed ngħid il-verita' u qiegħed ngħid x'ġara.", "Jekk ma jogħġbokx affari tiegħek.", "X'se jiġri issa?", "F'Jannar se joħroġ ir-rapport finali ta' dan il-planning council u dan ir- rapport jiġi quddiem il-konferenza u hemmhekk l-għaqdiet, il-kunsilli lokali, il-partiti politiċi u kull min hu nvolut se jkollu ċ-ċans li jaqbel jew ma jaqbilx ma' l-affarijiet kif qed isiru u jissottometti ideat oħra.", "Wara dawn id-diversi diskussjonijiet se joħroġ ċar x'se tkun il-linja għan- naħa t'isfel ta' Malta.", "Is-serjeta' titlob li l-ewwel għandu jkollok pjan serju u wara tibda twettaq dak il-pjan u twettqu billi tara x'tista' taffordja finanzjarjament.", "Hekk titlob is-serjeta' u mhux bħal qabel.", "Żgur li ma kienx hemm pjan għax ilment f'kull seduta kont inressaq hawnhekk.", "Minkejja li ilna sena biss fil-gvern, ħafna minn dawk l-ilmenti li kienu jsiru diġa' ġew solvuti.", "Nistgħu ngħidu bil-liberta' kollha li l- Gvern Laburista ta sehem kbir biex ħafna minn dawn l-ilmenti ġew solvuti.", "Il-Gvern ma qagħadx jitfa' l-piżijiet fuq il-kunsilli lokali u ma qagħadx jgħid li m'għandux x'jaqsam ma' dawn il-problemi, bħalma kien isir qabel.", "Mhux hekk jaħdem dan il-Gvern.", "Dan il-Gvern jagħti l-għajnuna tiegħu u mhux lin-naħa t'isfel ta' Malta biss imma lid-diversi partijiet ta' Malta u Għawdex.", "(Interruzzjonijiet) Peress li l-kelliem ta' l-Oppożizzjoni saħaq l-iktar fuq in-naħa t'isfel ta' Malta, jiena qed ngħidlu x'sar hemmhekk.", "Per eżempju, f'Żabbar Road, il-Fgura kienu se jsiru ħafna spejjeż biex jagħtu ftit tarmac.", "Kienu se jagħmlu dan ix-xogħol mingħajr ma jibdlu s- sistema tal-water culverts u tad-drainage u affarijiet bħal dawn, biex imbagħad wara ftit ta' żmien it-triq ikollha bżonn terġa' tinqala' u naturalment kienu jidħlu spejjeż doppji.", "Aħna x'għamilna?", "Il-Gvern ta l- għajnuna tiegħu billi għamel ix-xogħol kif għandu jsir billi qabel ma rranġa t-triq solva l-problema tad-drainage, il-problema ta' l-ilma tax- xita, il-problema ta' l-ilma tal-vit u billi sar xogħol ġdid f'dak li għandu x'jaqsam mat-telephones.", "B'dan ix-xogħol li qed insemmi gawdew ukoll ir-residenti ta' Pjazza Gulia ġewwa Bormla.", "Għaliex?", "Għax meta kienet tagħmel ix-xita r-residenti kienu jegħrqu fl-ilma.", "Dawn ir-residenti kien ilhom snin twal jilmentaw minn din il-problema.", "Il-Gvern Laburista ma qagħadx jgħid li dak huwa xogħol li għandu jsir mill-kunsill lokali imma ta l-għajnuna tiegħu billi bi pjan tajjeb rrimedja biex dak l-ilma tax-xita li mill-Fgura ma jibqax nieżel sa Bormla.", "Sar pjan li permezz tiegħu l-ilma jiġi ddevjat, parti minnu lejn Għajn Dwieli u parti oħra fil-baħar.", "B'hekk ġie ffrankat tliet kwarti ta' l-ilma li kien jibqa' nieżel Bormla u li kien iħalli ħerba warajh.", "Dan biex nuri li l-Gvern ta' l-għajnuna tiegħu biex ġiet solvuta problema li kienet ilha hemm is-snin.", "Sur President, lanqas m'huwa sew li noqogħdu ngħidu li l-Gvern ma ta xejn lill-kunsilli lokali għal faċilitajiet sportivi għax, nerġa' ngħid, li qabel xejn wieħed irid jistenna r-rapport finali tal-planning council ħalli naraw x'nuqqasijiet hemm u x'inhu l-aħjar li jsir.", "Meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern kien wiegħed lill-Bormliżi li se jibni sports centre, faċċata tal-Frères.", "Niftakar li ġimgħa qabel l-elezzjoni ta' l- 1992 kienet twaħħlet tabella fejn fuqha kien hemm miktub li f'dik l-area kellu jinbena sports centre u jumejn wara l-elezzjoni din it-tabella tneħħiet.", "Meta bdejt nistaqsi fuq dan l-isports centre, l-ewwel bdew jgħiduli li kien sar studju u li l-proġett kien se jsir għax il-flus kienu diġa' ġew ivvotati, imbagħad wara li bdejt nippressah, il-ministru li kien responsabbli, l-Onor.", "Michael Refalo, qalli li ma kien hemm l-ebda garanzija li l-proġett kien se jsir.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma kont għamiltlek diversi mistoqsijiet.", "Jien mhux qed ngħid għalik personali imma għall-partit tiegħek li dak inhar kien fil-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Meta ppressajtek kont għidtli li minn dak kollu m'hemm xejn.", "Mela allura dak id-diskors li kien qed isir qabel l-elezzjoni ta' Frar 1992 li lill- Bormliżi kontu se tagħmlulhom ground u se tagħmlulhom sports centre, assolutament ma kien veru xejn.", "Ara aħna mhux hekk għamilna u ma qgħadniex nidħku bin-nies.", "Issa hawn il-planning council li qed jara l-affarijiet minn kull angolu, anke fejn għandu x'jaqsam l-sport, u wara li joħroġ ir- rapport finali kulħadd se jkun jista' jgħid tiegħu biex naraw x'inhu l- aħjar li jsir għar-reġjun.", "Dik hi s-serjeta'.", "Per eżempju, aħna ma qgħadniex nistennew biex nipprovaw ningannaw lil xi ħadd u ngħidulu li se nagħmlu yacht marina fil-Birgu, li mbagħad baqgħet ma saritx.", "Niftakar li waqt il-ftuħ tal-boat show l-Onor.", "Alfred Sant kien qal - dak iż-żmien kien għadu kap ta' l-oppożizzjoni - li se jiġi kkonsidrat li hemmhekk issir yacht marina.", "Fil-fatt żammha kelmtu u hekk ġara għax il-yacht marina se ssir.", "Din hi s-serjeta'.", "Is-serjeta' taraha meta tikkompara l-affarijiet li tan-naħa l-oħra kien jgħidu li se jagħmlu u li fil-fatt baqgħu ma sarux, ma dak li wegħedna aħna u li bil-fatti u f'qasir żmien qegħdin inwettqu.", "Fir-realta' anke lill-kunsilli lokali qed ngħinuhom b'metodi li huma effettivi u hawn nixtieq insemmi partikolarment lill-Kunsill Lokali ta' l-Isla.", "Kif tafu, waħda mill-ikbar problemi li kellhom ir-residenti ta' l-Isla għenhom fiha l-Gvern Laburista għax, minflok ma kienet tipprova tgħin lin- nies ta' dik il-lokalita', l-amministrazzjoni preċedenti kienet tipprova ixxewwex kontra l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, b'mod speċjali kontrija.", "Meta kont nilmenta fuq il-problema tal-grit blasting, minflok ma kien jipprova jsolvi l-problema, l-Gvern preċedenti kien jitfa' t-tort fuq id- Drydocks u fuq l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Mentri llum meta jkollna xi problema bħal din niddiskutuha mal-Kunsill Lokali ta' l-Isla u mad- Drydocks biex nipprovaw insolvuha lkoll flimkien mingħajr ħafna tixwix.", "(Interruzzjonijiet) Nista' naċċertakom li l-problema tal-grit blasting naqset ħafna.", "Imma aħna mhux hekk biex għamilna fl-interess tas-Sengleani.", "Nista' nsemmi t-triq li tagħti għax-xatt, fejn hemm il-ħajt tad- Drydocks.", "Dik it-triq qiegħda perikoluża u għalhekk il-kunsill lokali tkellem mal-Ministru Buhagiar - jien kont preżenti wkoll għat-taħditiet li saru mad-Drydocks - u din issa se titwessa' biex dan il-periklu jitneħħa.", "Jiġifieri l-Gvern ma qallhomx: Dak xogħol il-kunsill lokali, issa jaraw huma.", "U hawn qed nitkellem fuq ilmenti li kien ilhom jitressqu fil- Parlament għal snin sħaħ.", "Nista' nsemmi wkoll Triq l-Arkati, fejn kien hemm l-istess problema, fis- sens li l-ħajt kien dejjem se jaqa' u n-nies kien ilhom jilmentaw dwaru għal snin twal.", "Issa l-Gvern ta s-sehem tiegħu billi rranġa dan iċ-ċint u ma qalx li dan hu xogħol il-kunsill lokali.", "Jiġifieri l-Gvern qed jagħti għajnuna siewja, qed jaħdem bis-serjeta' u m'aħniex nabbandunaw lill- kunsilli lokali.", "Lil dawk aħna nsaħħuhom irridu mhux nippruvaw inkissruhom.", "Issa jien semmejt dawn il-postijiet għax semmihom il-kollega tiegħi, għax ma kelli l-ebda intenzjoni li noqgħod insemmi l-lokalitajiet.", "Skond il-kelliem tan-naħa l-oħra dawk il-lokalitajiet kellhom jingħataw attenzjoni speċjali mill-Gvern preċedenti u allura mhux suppost li kellna nsibu problemi aħna meta tlajna fil-gvern f'Ottubru, 1996.", "Imma r-realta' hija xorta oħra għax sfortunatament il-problemi tant għadhom hemmhekk li anke l-kelliem tan-naħa l-oħra qal li għad hemm il-problemi, għalkemm nista' ngħid li diġa' solvejna wħud minnhom f'dawn l-aħħar xhur.", "Rigward il-Maċina nista' nikkonferma li l-affarijiet qegħdin narawhom bir- reqqa u naċċertakom li saru diskussjonijiet mal-planning council biex naraw x'inhu l-aħjar li jsir u nżid ngħid li t-taħditiet qegħdin fi stadju avvanzat.", "Dik hi s-serjeta'.", "(Interruzzjonijiet) Ma tistax tissaporti sa Jannar ħalli joħroġ ir-rapport finali?", "Hemm speċjalisti mdaħħlin fuq kull aspett u hekk għandhom isiru l-affarijiet.", "Jien ma nifhimx f'kollox!", "Għandna l-esperti u qed isiru rapporti u konsultazzjonijiet ma' kulħadd biex imbagħad inkunu nafu x'inhu l-aħjar li jsir u mhux naqbdu u nfajru bl- addoċċ.", "Naċċertah li l-Gvern qed jagħti kas il-bżonnijiet u s-suġġerimenti tal-kunsilli lokali u tan-nies ta' dawk in-naħat.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont nistenna li l-amministrazzjoni preċedenti kellha teduka lill-kunsill lokali ħalli jkunu jafu eżattament x'inhi l-funzjoni tagħhom u x'inhuma r- responsabbiltajiet tagħhom.", "Huwa tajjeb li jieħdu inizjattiva f'ċerti affarijiet imma m'huwiex tajjeb li jmorru oltre meta dan ma jkunx kompitu tagħhom għax tkun qed tissogra li jinħoloq disgwid.", "Issa għaliex qed ngħid hekk?", "Fil-każ tal-kunsilli lokali tisma' kliem ta' ringrazzjament imma ġieli tisma' wkoll ilmenti, forsi għaliex ikun hemm min iħoss li l-kunsill lokali ma jkunux mexa tajjeb miegħu jew forsi għax ikun mexa b'mod diskriminatorju.", "Allura wieħed għandu jeduka lill-kunsilliera dwar kif għandhom jiffaċċaw dawn l-affarijiet u għandu jeduka lill-poplu dwar xi drittijiet għandu, biex jekk wieħed iħoss li tkun saret inġustizzja miegħu jkun jaf kif u x'għandu jagħmel u ma noqogħdux noħolqu polemika bla bżonn.", "Jien dan kont nistenna u dawn l-affarijiet iħosshom kulħadd għaliex fir- rigward tal-kunsilli lokali tisma' ringrazzjamenti, tisma' ilmenti li ma jkunux ġustifikati u tisma' wkoll ilmenti li jkunu ġustifikati.", "Kultant tisma' ilmenti min-naħa tal-kunsill lokali stess li jipprova jwaħħal fil- gvern ċentrali - kultant ikollhom raġun ukoll - imma jekk il-kunsilli lokali u l-poplu jiġu edukati sew dwar x'inhi r-responsabbilta' tal- kunsill, l-istampa tkun iktar ċara u l-affarijiet jimxu b'aktar serjeta'.", "Jien dan kont nistenna mill-Oppożizzjoni imma fil-fatt l-Onor.", "Membri tan- naħa l-oħra m'għamlux hekk u kieku għamlu hekk kienu jkunu ipokriti.", "Qed ngħid hekk għax il-kunsilliera li ġew maħtura mill-Partit Nazzjonalista għandhom ħafna direttivi biex jirrapportaw x'inhu jiġri fil- kunsilli lokali.", "Kieku jirrapportaw x'inhu jsir biex jipprovaw jirranġaw l- affarijiet lanqas jimporta, imma dan qed isir biss għal skopijiet ta' propaganda politika min-naħa tal-Partit Nazzjonalista biex mingħalihom jieħdu xi gwadann.", "Naċċertakom li hekk qed isir fil-każ tal-kunsilli lokali.", "Qed jgħajtulhom għal-laqgħat biex jagħtuhom direttivi u jekk imbagħad il-kunsilliera ma jżommux ma' dawn id-direttivi jinqatgħu minn fuq il-lista tal-partit.", "(Interruzzjonijiet) Qed tara min qed jinqeda bil- kunsilli lokali!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-Onor.", "Mizzi qed jallega li l-Partit Nazzjonalista jagħti direttivi lill-kunsilliera tiegħu, jista' jsemmi liema direttivi ngħataw?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien hemm xi kunsillier li tkeċċa wara li ma obdiex id- direttivi tagħkom?", "Kien hemm jew ma kienx hemm?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' jsemmi min kien dan il-kunsillier?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela le!", "ONOR.", "TONY ABELA: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża.", "Fis-2.46 p.m. is-seduta kienet sospiża u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mizzi jista' jkompli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Gatt qed jistaqsini min hu dan il-kunsillier.", "Jien kont nistenna mingħand l-Onor.", "Membru li, bħala ex-segretarju ġenerali u bħala l-main spokesman tal-Partit Nazzjonalista fuq din il-materja, kellu jkun informat pero' donnu li lanqas jaf min hu.", "Din ma kontx nistenniha.", "Trid lili ngħidlek!", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li taf li s-Sur Sciberras kellu kwestjoni magħkom.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, għandi point of explanation u għandi nifhem li l-Ministru Mizzi qed jagħtini l-permess.", "ONOR.", "JOE MIZZI: GĦandek il-permess.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirringrazzja lill-Onor.", "Mizzi għall-ġenerosita' kbira tiegħu!", "Il-Ministru kien qed jgħid li ngħataw xi direttivi mill- Partit Nazzjonalista u nixtieq niġbidlu l-attenzjoni li l-każ li semma tas- Sur Sciberras ma kienx fuq kwestjoni ta' direttivi imma fuq kwestjoni ta' statut, xi ħaġa totalment differenti.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri għax ikollok statut ma jingħatawx direttivi?", "Qed nifhem sew jien?", "Mela l-Onor.", "Austin Gatt qed jikkonfermali li l- Partit Nazzjonalista għandu statut li jekk ma timxix miegħu jieħdu passi kontrik.", "(Interruzzjonijiet) Mela l-Oppożizzjoni ipokrita.", "Le, m'hijiex ipokrita, super ipokrita.", "Ma ndaħħkux nies!", "(Interruzzjonijiet) Ejjew ngħidu l-verita'.", "Jien nista' naċċertak li huwa l-Partit Nazzjonalista li qiegħed jindaħal lill-kunsilli lokali u mhux il-Partit Laburista.", "Il-Partit Nazzjonalista jagħmel laqgħat għall-kunsilliera Nazzjonalisti sabiex tinġabar l-informazzjoni biex imbagħad xi membru parlamentari jiġi hawn ħalli taparsi joqgħod jikxef x'inhu jiġri!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Donnu li minn taħt l-ilsien l-Onor.", "Gatt qal xi ħaġa fil-konfront tas-Sindku ta' Bormla.", "Se mai, jekk jaf xi ħaġa aħjar jgħidha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien li nista' ngħid hu li nirrispetta lis-sindki kollha ta' kullimkien, Nazzjonalisti u Laburisti, u qed nipprova nagħti l- kontribut tiegħi, kif fuq kollox qed jagħmel il-Gvern Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' ngħid li jien nirrispetta s-sindki kollha u mhux dak jew l-ieħor.", "Taf għaliex qed ngħid hekk?", "Għax saħansitra kien hemm minnhom li kienu Nazzjonalisti u xorta tkeċċew fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti.", "Imma ħalli nkomplu għaliex milli jidher il- verita' ma tantx togħġob lill-Oppożizzjoni u allura qed jipprovaw jaraw x'jaqilgħu u x'jivvintaw.", "(Interruzzjonijiet) Mingħand il-kunsilli lokali l- Gvern Nazzjonalista kien qed jippretendi li bil-fondi li tahom dawn kellhom isolvu l-problemi kollha ta' kull lokalita'.", "Araw illum x'differenza!", "Illum il-Gvern Laburista diġa' beda jsolvi ħafna mill-problemi u ma tefagħhomx fuq il-kunsilli lokali.", "(Interruzzjonijiet) Jekk qed jgħid hekk iġib il-provi li dak li qed jgħid huwa minnu.", "Ġibuli l-provi.", "Iddaħħkux nies!", "Meta xi ħadd imur jitkarrab għand il-kunsilli lokali biex jagħtuh l-informazzjoni, ħalli mbagħad jiġi f'din il-Kamra u jgħid bil- problemi li għandhom, żgur li ma jkunx qed jagħmel dan bl-intenzjoni li jipprova jgħinhom imma biex ikompli jdaħħal il-politika partiġjana bejn il- kunsilliera.", "Aħna dawn l-affarijiet ma naċċettawhomx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Vassallo, point of order.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien fl-ebda ħin ma tkellimt bit-ton li qed juża' l-Onor.", "Mizzi.", "Pero' jekk meta kont qed nindirizza lill-Ministru Mangion fehem xi ħaġa hekk, lest li nirtira kollox għax jien bl-ebda mod ma tkellimt kif qed jaħseb hu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien qed nuri kif fl-għaxar snin ta' Gvern Nazzjonalista - kważi għaxra - ċerti partijiet ta' Malta, speċjalment in-naħa ta' isfel, kienu ġew imwiegħda li se jingħataw attenzjoni speċjali imma minn dan kollu kien baqa' ma sar xejn.", "Imbagħad biex jidher li qed tingħata attenzjoni għan-naħa t'isfel ta' Malta kien ġie fformat il- Cottonera Rehabilitation Committee.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidilkom x'kien ġara mill-planning council fiż-żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Dan ingħata somma flus u tafu fhiex intnefqet?", "Intnefqet billi bdew jibnu ċimiterju bla ma kien hemm permess, imbagħad il-Planning Authority żammhom u spiċċaw il-qorti.", "Dak hu kulma sar għan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Dik hi l- attenzjoni speċjali li ngħatajna.", "(Interruzzjonijiet) Veru tad-daħk u għandek għalfejn tidħak!", "Pero' aħna għandna għafejn nibku, taf!", "Mur iċċekkja ħalli tara jekk huwiex veru jew le għax dawn il-flus f'hekk biss intnefqu.", "Fl-opinjoni tiegħi użawhom ukoll sabiex qdew lil xi ħadd li ried iġib gaffa biex jagħmel xi xogħol, ħalliha fil-passaġġ għal ġimgħat sħaħ bla ma tintuża u baqa' jitħallas tagħha.", "Dawn l-affarijiet imisskom tispjegaw!", "Araw aħna mhux hekk qed nagħmlu.", "Il-Cottonera Rehabilitation Committee qed jaħdem bis-serjeta' u qed jagħti s-sehem tiegħu biex in-naħa t'isfel ta' Malta tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.", "Dawn huma l-fatti u toqogħdux tisfidawni għax insemmi aktar.", "Nista' nsemmi Wied Għammieq għax issa wasal ix-xahar ta' Novembru, ix- xahar tal-mejtin!", "Tafu kemm kien ilhom jitolbu biex issir xi ħaġa hemmhekk minħabba li kienu qed isiru l-abbużi u kien qed jintefa' ħafna skart.", "Issa tistgħu tmorru taraw kif malli l-kunsill lokali lmenta, il- Gvern Laburista mill-ewwel ħa l-passi neċessarji.", "Nista nsemmilek diversi affarijiet li għamilna mingħajr ma qgħadna ndoqqu t-trombi, għax aħna riżultati rridu naraw.", "Pero' r-realta' dwar fhiex jinsab il-pajjiż irridu ngħiduha wkoll għax wara kollox m'huwiex it-tort tagħna.", "Meta qabel kienu jgħidu li m'hemmx problema ta' flus il-poplu bir-raġun kien jistenna l- mirakli.", "Minkejja l-problemi li sibna ruħna fihom, xorta waħda llum qed nagħmlu iktar milli sar dak iż-żmien meta money was not a problem.", "Din hi r-realta'.", "Sur President, qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi irrid ngħid liċ- ċittadini tan-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod speċjali dawk tal-Kottonera, sabiex jiftħu għajnejhom sew għax is-siegħa waslet bis-serjeta'!", "Dan il- Gvern li jwiegħed jagħmlu.", "Il-Gvern qal li se jagħmel pjan bis-serjeta'.", "Qal ukoll li f'Jannar se joħroġ ir-rapport finali biex imbagħad kulħadd jerġa' jissottometti l-opinjoni tiegħu u nimxu minn hemm.", "Rigward il- problema tal-Baċir Numru 1 nerġa' naċċertakom li dan il-Gvern daħal fiha bis-serjeta' speċjalment permezz tal-planning council, u din se tiġi solvuta żgur.", "Mhux dik biss imma anke fil-konfront tal-problemi li ilhom hemmhekk, u li ħaddieħor kien jgħaddina biż-żmien dwarhom għax kien jgħidilna li se jiġu solvuti u qatt ma ġew solvuti, ngħidilkom: Stennew, ħudu paċenzja ftit xhur oħra, ħalli l-ewwel isir ir-rapport imbagħad inkunu nistgħu nibdew bil-proġetti.", "Naċċertakom li l-yacht marina se ssir ħafna snin qabel ma wiegħed il-Gvern preċedenti.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li hemm aħna, imma aħna issa rridu naraw il-problemi li ħallejtulna.", "Kieku ma ħallejtulniex problemi konna naħdmu mod ieħor imma dawn huma l-fatti.", "Ir- realta' hi li f'dan il-Parlament għandna niġu ngħidu l-verita' u mhux napprofittaw ruħna politikament.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien kont qed ngħid il-verita' meta kont qed nitkellem fuq l-allokazzjonijiet speċjali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'dak li semmejt int ma kontx qed tgħid il-verita' għax kieku kont tgħid li min illum qiegħed fuq in-naħa tal-gvern kien ilu għaxar snin jilmenta.", "Kieku kont tgħid li ċerti problemi li kienu jissemmew issa ġew solvuti.", "(Interruzzjonijiet) Din isbaħ!", "Issa lanqas jaraw m'huma qegħdin!", "Ma kienx jaf li kien hawn planning council, ma kienx jaf x'inhuma t-terms of reference tal-planning council u ma jafx li jien kont hawn.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Milli jidher l-Oppożizzjoni m'għandhiex x'tirrispondi għall-verita' li qed ngħidu aħna.", "Il-verita' tweġġa' imma din hija l-verita'.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jien nikkritika bil-fatti u ngħid x'inhi l-verita'.", "Sur President, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nerġa' ntenni li l- Gvern tagħna huwa serju.", "Aħna qed nimxu b'mod serju, iktar u iktar meta naraw x'inhu jagħmel il-planning council għan-naħa ta' isfel ta' Malta b'mod organizzat u pprogrammat biex l-affarijiet jimxu bis-serjeta'.", "B'hekk nuru li dan il-Gvern għandu rieda tajba għax l-affarijiet jagħmilhom bis- serjeta'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, din il-Kamra diġa' semgħet li l- Oppożizzjoni m'hijiex se tivvota kontra imma se tivvota favur din il- mozzjoni..", "U s-sempliċi fatt li għamilna din id-dikjarazzjoni jfisser li dak li qed jintqal f'din il-Kamra minn din in-naħa huwa kollu ntiż sabiex insaħħu l-iżvilupp tal-kunsilli lokali.", "Dan huwa importanti u forsi anke sintomatiku għal dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Mizzi.", "(Interruzzjonijiet) Tista' toqgħod għax se tieħu pjaċir b'dak li se ngħid!", "L-Onor.", "Mizzi semma l-kunsill reġjonali konsultattiv għan-naħa tas-south ta' Malta.", "Minn min huwa kompost dan il-kunsill?", "Dan fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa kompost mir-rappreżentanti tal-kunsilli lokali.", "U l-kunsilli lokali fil-fatt min ħoloqhom?", "Il-kunsilli lokali ħoloqhom dak il-partit li llum qiegħed fl-oppożizzjoni.", "Mhux qed ngħid li qiegħed fl-oppożizzjoni għaliex ħoloq il-kunsilli lokali, imma jekk hemm xi ħaġa li jien personalment inħossni kburi li pparteċipajt fiha hija l-ħolqien tal- kunsilli lokali.", "Dan il-kunsill konsultattiv bin-nies kollha li jistgħu jirrappreżentaw lill-Kottonera jew in-nofsinhar ta' Malta issa sar.", "Aħna lkoll niftakru li f'16-il sena l-Labour Party - qed ngħid għall-gvernijiet ta' l-Onor.", "Perit Mintoff u l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici - qatt ma ħolom biex iwaqqaf dan il-kunsill konsultattiv u kważi kważi qatt ma kien sar xejn fil-Kottonera ħlief għal xi erba' toroq f'Bormla - niftakar li konna nikkritikawhom ħafna fuq hekk - imma l-Gvern Laburista tal-lum, sforz l- inizjattiva tal-politika li adotta l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, għamel użu tajjeb minn dak l-istrument u ħoloq dan il-kunsill konsultattiv.", "Il- messaġġ li rrid ngħaddi u l-kontribut tiegħi f'din il-Kamra llum m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li għadni kif semmejt pero' ħassejt li għandi nagħmel dan il-kumment wara li smajt lill-Onor.", "Mizzi jitkellem.", "Illum qegħdin neżaminaw din ir-riżoluzzjoni maqsuma f'14-il vot speċifiku biex kemm jista' jkun insaħħu l-kunsilli lokali u ngħinuhom jaqdu dmirijiethom - frankament nibża' li qegħdin marbutin iż-żejjed b'dak li ġara fl-imgħoddi u 'l quddiem se nespandi ftit fuq dan - u allura importanti li nżommu quddiem għajnejna li għalkemm il-vot tal-lum ta' Lm2.5 miljun huwa l-istess bħal tas-sena ta' qabel u tas-sena ta' qabel, fir- realta' il-vot stess qiegħed jonqos.", "Dan għaliex minn sena għall-oħra jkun hemm l-erosion tal-valur tal-flus u jkun hemm iż-żidiet fl-ispejjeż tas- servizzi li jixtru l-kunsillieri.", "Allura fil-verita', bl-istess ammont ta' flus tas-sena ta' qabel, ma nafx kif il-kunsilli lokali jridu jwasslu għas-servizzi li jixtiequ.", "Fil-fatt il-Ministru, li għandu għal qalbu t- tmexxija serja tal-kunsilli lokali, għandu budget li bih ma jistax ilaħħaq.", "Ċertament jiena naf xi jfisser li jkollok budget li ma tistax tlaħħaq bih għaliex għamilt ħafna żmien ukoll nipprova nġebbed dak li kien jiġi allokat lili.", "Ovvju li kont nitħabat biex inkabbar dan il-budget u l-appell tiegħi lill-Ministru Mangion - fil-bidu smajtu jagħmel diskors bil-punto e virgola - huwa li jiġġieled aktar mad-dipartiment tal-finanzi biex ikollu allokazzjoni ftit ikbar għal dan l-iskop.", "Sur President, issa xtaqt li ngħaddi biex nagħmel rassenja ta' l-iskopijiet ta' dawn il-fondi għal ħteġijiet speċjali u l-ewwel vot jirrigwarda t-tqegħid ta' pavimenti f'toroq u mogħdijiet f'ċentri storiċi.", "Hawnhekk wieħed irid jara liema huma ċ-ċentri storiċi.", "Dawn huma l- Birgu, il-Belt, l-Imdina?", "Jew b' \"ċentri storiċi\" nifhmu wkoll - jien hekk naħseb li għandha tfisser - is-city cores, it-town cores u l-village cores li għandhom 100, 200 u 300 sena?", "GĦax dawn huma parti mill-istorja soċjali, demografika, arkitettonika u viżiva ta' dan il-pajjiż.", "Jenħtieġ li nippreservawhom dawn l-affarijiet u huwa importanti li meta jsir xi ċensiment nsiru nafu kemm hemm postijiet vojta f'dawn l-inħawi.", "Naturalment dawn tħallew vojta għaliex illum qed ngħixu fi żmien il-kumdita' u ħafna minn dawn il-postijiet antiki la ilma u lanqas dawl ma kellhom - jekk kien hemm fosthom li kellhom ilma u dawl, kien biss servizz rudimentali - u n- nies li kienu joqogħdu fihom, fil-biċċa l-kbira xjuħ, illum mietu jew ħarġu minn hemmhekk u l-postijiet jinsabu abbandunati.", "Huwa għajb u m'aħniex qed nitkellmu biss dwar l-irħula antiki bħal Ħaż-Żebbuġ, Ħal Lija u Ħ'Attard imma anke dwar postijiet li huma relattivament moderni bħal Tas- Sliema, fejn hemm blocks li mhumiex okkupati u qed jaqgħu biċċiet.", "Veru li ħafna minn dan il-bini huwa ta' ħafna nies - per eżempju, ta' nies li qed jistennew biex jiġi xi ħadd jagħmlilhom offerta - imma fil-fatt - allavolja forsi qed nieħu eżempju ħażin għax Tas-Sliema ma tantx għandha storja arkitettonika - hemm ħafna postijiet, speċjalment fl-irħula u fl- ibliet l-antiki, fejn huwa importanti li wieħed iniedi xi skema taħt il- kunsilli lokali, jew inkella taħt l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp, fejn mhux biss jiġu ppreservati dawn il-postijiet imma l-aktar biex terġa' tingħata ħajja wkoll lil dik is-city jew village core.", "Nerġa' ngħid li t-tifsira ta' \"ċentri storiċi\" m'għandhiex tiftiehem li qiegħda biss għall-Birgu, l-Imdina u l-Belt imma għal areas oħrajn ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ikolli okkażjoni oħra forsi nkun nista' nitkellem fuq iż-żewġ fondi l-oħra għall-playgrounds u l-grounds tal-football.", "Qed nieħu pjaċir nara hawnhekk lill-Ministru responsabbli mit-turiżmu għax se nitkellem dwar il-Vot (v) li qed jipprovdi fondi minħabba nuqqas ta' faċilitajiet jew tagħmir meħtieġ fuq ix-xtut.", "Fil-fatt huwa minnu - jiena għamilt ħafna żmien namministra dak il-qasam - li dawk li jidħlu bħala beach cleaners ħafna drabi jagħmlu ħafna xogħol ieħor li mhux ta' beach cleaning u Allaħares mhux hekk għaliex beach cleaning fix-xitwa kważi kważi lanqas jista' jsir.", "Jekk ma tużax lil dawk in-nies fuq xogħol ieħor ta' tindif huwa ħasra għaliex ikollok ħafna idle labour u hemm ħafna xogħol ieħor x'jista' jsir.", "Jiena niftakar li fi żmieni, taħt is-superviżjoni tal- mużewijiet, kienu jnaddfu anke l-cart ruts, postijiet storiċi, l-Għar il- Kbir u postijiet bħal dawn.", "Safejn naf jien m'hemm l-ebda koperattiva - bħal fil-każ tar-road signs, liema koperattiva ġiet imfaħħra ħafna hawnhekk - li permezz tagħha dawn in-nies - fosthom hemm min jaħdem bis-serjeta' u hemm min jiskarta - ikollhom inċentiva li jikkuntrattaw is-servizzi tagħhom lil dawk il-kunsilli lokali li għandhom xi parti mill-kosta taħt il- ġurisdizzjoni tagħhom.", "B'dak il-mod naħseb li jkun cost effective sew għad- dipartiment tat-turiżmu u sew għall-finanzi tal-gvern u b'hekk dawn il- ħaddiema jkunu qed jaqilgħu xi ħaġa iktar ukoll.", "Hawnhekk għandna fond ieħor għat-tagħmir ta' postijiet ta' rikreazzjoni fil-kampanja.", "Xi sitta jew seba' snin ilu niftakar li, flimkien ma' l- Ambaxxatur tal-Ġermanija, konna qed nipprovaw nsibu mezz kif insebbħu l- kampanja b'country furniture.", "L-isfortuna hi li meta f'dan il-pajjiż titpoġġa xi ħaġa mingħajr ma jkun hemm għassa magħha, tispiċċa fil-ġonna tan-nies flok għat-tgawdija ta' kulħadd.", "Hekk ġara f'dan il-każ.", "Meta npoġġu dan l-istreet furniture jew il-country furniture biex insebbħu u nagħmlu l-post aktar komdu u nagħtu dehra aħjar tal-kampanja tagħna, irridu noqogħdu attenti x'jingħażel biex ċertament dawn l-affarijiet ma jitteħdux 'il bogħod minn fejn wieħed ikun poġġihom.", "Hawnhekk huwa importanti li l- kunsilli lokali - li huma fil-fatt in-nies on site - jiżguraw li dawk l- affarijiet li qegħdin hemmhekk għall-komunita' tagħhom u anke għall- komunita' ta' barra mil-limiti tagħhom, jibqgħu hemm u jinżammu tajjeb.", "Sur President, hemm fond ieħor li jitkellem dwar ir-resurfacing tat-toroq bħala parti mill-programm għat-tiġdid tat-toroq.", "Nimmaġina li dan jiġi taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru Buhagiar.", "Saret kritika - u forsi anke kritika li tagħmel sens - li jsir ċertu surfacing billi tingħata lagħqa li mbagħad max-xita jinġarr kollox.", "Naf li d-dipartment jagħmel grading tat-toroq u skond li qaluli huma dawk it-toroq grade 4 li se jiġu resurfaced.", "Biss għadni kemm rajt il-lista u nista' ngħid li ċerti toroq mhux biss kisja tarmac għandhom bżonn - hemm uħud minnhom li nafhom għaliex ngħaddi minnhom regolarment - imma jridu jinqalgħu u ssirilhom sodda mill- ġdid.", "Per eżempju, Bisazza Street, Sliema hija diżastru u tajjeb li qiegħda fil-programm.", "Naħseb li \"services\", as distinct from \"surfaces\", m'għandhiex bżonn imma ċertament dik it-triq għandha bżonn sodda tajba qabel ma tiġi resurfaced.", "Imbagħad hemm oħrajn bħal Triq Sir George Borg u Triq il-Watar f'Ta' Xbiex li jidher li kulma għandhom bżonn huwa resurfacing, għalkemm wieħed irid jimxi bil-galbu u jara x'hemm bżonn isir qabel ma t-triq tiġi resurfaced ħalli ma jkunx hemm sparpaljar ta' flus.", "Ngħaddi issa għall-Vot (xii), il-fond imwaqqaf minħabba funzjonijiet u obbligazzjonijiet speċjali tal-Belt Valletta.", "Sur President, fl-1998 għandna ħafna anniversarji f'dan il-pajjiż, bħall- miġja tal-Franċiżi u l-miġja ta' l-Ingliżi u għandna wkoll anniversarji ta' artisti kbar.", "Meta kelli d-dipartiment tal-kultura taħt idejja, konxju minn dak li jista' jiġbed iktar turiżmu lejn dan il-pajjiż, kont ħejjejt programmi u anke ottenejt mingħand l-Unjoni Ewropea l-award, biex ngħidulha hekk, li f'Ġunju ta' l-1998 l-Belt Valletta tiġi meqjusa bħala l-belt kulturali tax-xahar.", "GĦalhekk jiena hawnhekk nistaqsi kif jista' jkun aħna", "qed nivvotaw biss dawn il-flus għall-Belt meta għandna dan l-appuntment quddiemna li jista' jkun tant ta' benefiċċju għall-industrija tat-turiżmu, għall-iżvilupp aħjar tal-Belt, għad-dehra u għall-image li nagħtu aħna l- Maltin tal-belt kapitali tagħna u tagħna nfusna lill-barranin.", "Allura wieħed irid jaħseb ftit on the lines ta' l-appuntamenti li jkollna.", "Naf li llum l-Ministru Mangion għandu dawk il-flus u b'dawk il-flus biss jista' jaħdem imma hawnhekk wieħed għandu jaħseb ukoll - il-budget se jitressaq fil-5 ta' Novembru - biex Malta fl-1998 tagħmel ħafna xogħol ta' restawr tal-postijiet storiċi u kulturali, speċjalment għaliex fl-1998 se nagħmlu dawn l-attivitajiet kollha kulturali li m'humiex intiżi biss għall- Maltin.", "Anzi l-attivitajiet huma ntiżi biex ikunu mezz ta' attrazzjoni għal aktar turisti lejn Malta, mhux sempliċement biex inżidu n-numru imma biex tkompli ddur r-rota ekonomika ta' dan il-pajjiż.", "Aħna ma rridux li l- Belt tkun il-kapitali kulturali ta' l-Ewropa f'Ġunju 1998 u t-turisti li jiġu, minflok ikunu impressjonati bis-sbuħija potenzjali tal-Belt u bil- btala tagħhom f'Malta, ikunu fil-fatt impressjonati negattivament bit-telqa u bit-traskuraġni li hemm f'ħafna lokalitajiet tal-Belt.", "Din hija l- preokkupazzjoni tiegħi.", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq il-kunsilli lokali, irrid insemmi kwestjoni li diġa' nqalgħet u li nissuspetta tista' terġa' tinqala'.", "Kif nafu lkoll, fil-każ tax-xogħol ta' rinnovazzjoni f'Buġibba u l-Qawra inqala' diżgwid bejn il-kunsill lokali u l-action committee dwar min kien se jindokra l- post. Naf li fl-aħħar mill-aħħar dan id-diżgwid li kien hemm ġie solvut u issa hemm sotto-kumitat magħmul mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Li rrid ngħid huwa li wieħed ma jistax jaqbad u jgħid li l-kunsill lokali huwa aħjar mill-kunsill ta' azzjoni jew bil-maqlub - għalkemm normalment ir- riżultat li tieħu jkun jirrifletti l-grad ta effiċjenza ta' l- amministrazzjoni tal-ġurnata - imma ħafna drabi min ikollu aktar flus x'jonfoq ċertament ikun qiegħed f'qagħda li jamministra u jipproduċi aktar u aħjar.", "Inkwiet bħal dak li nqala' f'Buġibba u l-Qawra jista' jerġa' jinqala' f'Tas-Sliema, Marsaskala, San Ġiljan u Birżebbuġa - fil-fatt smajna lill-Prim Ministru u lill-Ministru tat-Turiżmu jgħidu li se jkun hemm proġetti simili bħal dak ta' Buġibba u l-Qawra f'dawn l-nħawi - u allura wieħed hawnhekk jistaqsi: Lill-kunsill lokali għandha titteħidlu minn idejh it-tmexxija ta' dawn il-postijiet refurbished mill-ġdid?", "Sew għamel il-Gvern li ma ħadilhomx din l-awtorita'?", "Pero' fl-istess ħin, biex iżommu l-post fl-istat li qiegħed illum - ħafna mill-affarijiet li saru f'Buġibba u l-Qawra ma kenux responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar - jistgħu dawn jibqgħu jamministraw u jindokraw il-post bl- istess finanzjament ta' qabel?", "Jien naħseb li fil-każ ta' Buġibba u l- Qawra llum, u għada f'Tas-Sliema u San Ġiljan, u pitgħada f'Marsaskala u Birżebbuġa, għandu jkollhom finanzjament akbar biex ikunu jistgħu jindokraw aħjar dawk l-areas li jkunu ġew refurbished.", "L-agħar ħaġa li tista' tiġri - apparti minn xogħol li jsir malajr u ta' kafkaf, kif sfortunatament kien il-każ f'partijiet ta' Buġibba, biex ma ngħidx kullimkien - huwa dak li jiġri f'pajjiżi ma tantx 'il bogħod minna, fejn wieħed jibni xi ħaġa sabiħa, tleqq, mimlija rħam, rammijiet u kollox polished u jekk tmur sena wara tara li l-post ma jkunx fi stat tajjeb għaliex wieħed ikun ittraskura li jindokra ħaġa li kienet tajba.", "Allura fejn il-Gvern jagħmel dan l- investiment, ma jixraqx li l-kunsill lokali jiġi mogħti wkoll fondi għar- responsabbilta' aktar li se jkollu biex jara li dak il-post fil-fatt jinżamm tajjeb?", "Sur President, meta konna qed nitkellmu biex noħolqu l-kunsilli lokali jien mill-ewwel ikkonsidrajthom bħala xi ħaġa li tgħin l-iżvilupp soċjali ta' dan il-pajjiż u tajthom full backing f'kull qasam li kont responsabbli għalih, fit-turiżmu, fil-kultura u fl-isports.", "Meta ġew diskussi dawn il- fondi kollha, konna pprovajna naħsbu għal diversi eventwalitajiet li jiġġustifikaw żidiet ta' l-allokazzjoni għall-kunsilli lokali.", "Illum għandna 14-il fond pero' l-esperjenza tgħallmek li jkun hemm ċerti affarijiet li ma tkunx ħsibt fihom dak il-mument.", "Illum din ħarġet minn domanda li għamilt lill-Ministru Buhagiar, li huwa responsabbli mit-toroq, fejn tlabtu jieħu ħsieb biex tissewwa traffic island li hemm bejn San Gwann u San Ġiljan - u verament qiegħda fuq il-borderline hemmekk - li wara x- xita li kellna dan l-aħħar xahar tant ġralha ħsara li llum qiegħda tkerrah il-post.", "Ir-risposta tal-Ministru kienet li din m'hijiex kwestjoni tal- gvern imma tal-kunsill lokali.", "Jien naf li meta jkun hemm diżastri naturali l-gvern jidħol għalihom imma ħsara fit-traffic island kkawżata mix-xita jew ħsarat simili f'affarijiet li huma internament ta' kunsill lokali ma naħsibx li jidħlu taħt diżastri naturali pero' huma ċirkostanzi mhux tas-soltu li jħallu ħsarat warajhom.", "Il-kunsilli lokali għandhom ir-responsabbilta' li jsewwu u jirranġaw dak li tkisser in-natura, anke inċidentalment?", "Jiena ngħid li le.", "Allura jiena nistaqsi jekk huwiex possibbli li jinfetaħ fond għall- imprevedibbli.", "Nispera li l-Ministru Mangion isib il-ħin biex jirrispondi għal dak li qed ngħid għaliex jien mhux qed nikkritika hawnhekk imma qed nagħmel suġġerimenti kostruttivi biex insostni wkoll it-teżi li bdejt biha li aħna l-kritika li nagħmlu minn din in-naħa hija biex insaħħu l- istituzzjoni tal-kunsilli lokali.", "Meta tiftaħ fond għall-imprevedibbli ma tistax tagħmillu ammonti ta' flus, imma jiena naf li l-Gvern għandu sistema fejn jiftaħ vot b'Lm1 għal meta jinqalgħu ċerti ċirkostanzi.", "Jista' jkun li minn żmien għal żmien ma jkollokx talbiet u jista' jkollok talbiet li jkollok taffrontahom għaliex tabilħaqq tkun ġrat il-ħsara, kawża ta' diżastru naturali jew kawża wkoll ta' xi diżgrazzja.", "Sur President, diġa' semmejt il-koperattiva tar-road signs, li semma wkoll il-Ministru Mangion u li kif qal hu fil-fatt ħadd ma jħabbatha magħha.", "Jiena għamilt is-suġġeriment dwar il-possibbilta' - dak il-ħin kien hawn il-Ministru tat-Turiżmu wkoll hawn ġew - li tiġi kkonsidrata wkoll koperattiva min-nies li qegħdin fil-beach cleaning section għat- tindif ta' xtut u għal tindif ieħor.", "Jiena nixtieq nagħmel suġġeriment ieħor mil-lat ta' koperattivi għal dak li jirrigwarda tindif tat-toroq, sew arterjali kif ukoll interni, minn skart u ħaxix ħażin.", "Jiena naf li l-iktar ħaġa kerha - jekk mhux l-iktar, żgur li waħda mill-iktar affarijiet koroh - li tagħti dehra mitluqa u ttraskurata lil dan il-pajjiż huwa dak il-ħafna ħaxix u skart li jintefa' u jibqa' hemmhekk, donnu ħadd m'hu responsabbli li jiġbru.", "Jekk hawn dipartimenti li huma overmanned ...", "Fil-fatt dak il- grupp ta' sebgħa min-nies li qabbad il-Prim Ministru biex jagħtuh pariri dwar il-proġetti li għandu f'moħħu, fost l-oħrajn qed jissuġġerixxi downsizing tal-public sector.", "Meta n-nies jisimgħu dan jitkexkxu għax jaħsbu li jistgħu jitilfu l-post tax-xogħol u għalhekk wieħed għandu jara kif jista' jutilizza n-nies żejda li hemm mas-settur pubbliku aħjar b'mod li jagħmilhom produttivi - issa hawn jien m'iniex qed nirriferi għall- produttivita' li tagħti makna - u jagħtu riżultat billi x-xogħol tagħhom jiġi ddiversifikat.", "Il-punt li qed nagħmel hawn huwa li iktar milli nibagħtu lil dawn in-nies biex jiddeversifikaw ix-xogħol tagħhom ...", "Jien nemmen li filwaqt li huwa tajjeb li tinżamm id-dixxiplina, li jkollok il- bastun u li kulħadd jagħmel xogħlu, huwa importanti li tuża kemm il-bastun kif ukoll il-karrotta.", "GĦaliex, per eżempju, ma titwaqqafx koperativa biex tieħu xi kuntratti tal-gvern?", "Sur President, huwa importanti li tinżamm l-indafa u jeħtieġ nitgħallmu li dan m'għandux isir għat-turisti biss għax jien nemmen li l-ewwel u qabel kollox l-indafa għandha tinżamm għan-nies li jgħixu fil-pajjiż u mhux minħabba li nistħu minn min jiġi jżurna.", "GĦalhekk ikun pass tajjeb ħafna jekk il-ħaddiema tal-gvern, li llum m'huma qed jagħmlu xejn jew li jistgħu jagħmlu iktar, jiġu utilizzati biex jieħdu ħsieb l-indafa ta' pajjiżna.", "B'hekk il-gvern ikun qed juża flusu aħjar ukoll għax il-Ministru Mangion stess għadu kif semma li, jaħdmu jew ma jaħdmux u għandek jew m'għandekx bżonnhom, il-gvern irid iħallas a fixed cost għal dawn il-ħaddiema li għandhom a job for life mal-gvern.", "B'hekk dan il-job for life ikun qed jiġi wżat ħafna aħjar.", "Sur President, f'dan id-dibattitu smajna wkoll li l-ħaddiema tal-gvern, speċjalment dawk li jħobbu jiskartaw u li jagħmlu xi part-time job waqt il- ħin tax-xogħol, ma jridux imorru jaħdmu mal-kunsilli lokali.", "Issa hawn jien ma rridx niġġeneralizza għax hawn ħaddiema tal-gvern li jaħdmu bis- serjeta', pero' ċertament li l-ikbar biża' ta' dawn il-ħaddiema hi li jekk kemm-il darba jmorru jaħdmu mal-kunsilli lokali dawn ikollhom iktar sikkatura, ikollhom iktar nies jindaħlulhom, ikollhom ħafna bosses u jkollhom ċerta dixxiplina li m'hijiex mixtieqa min-naħa tagħhom.", "Pero' jekk wieħed ikun qed jaħdem għall-gwadann tiegħu stess, anke jekk stess ikollu bastun ...", "Jien naħseb li lil dawn il-ħaddiema ħadd m'għandu jkellimhom jekk kemm-il darba dawn jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol meta jlestu x-xogħol tagħhom jew jekk dawn jippjanaw ir-rosters tagħhom u fl- istess ħin ikunu qed jipproduċu x-xogħol li jkollhom jagħmlu.", "Jekk wieħed ilesti biċċa xogħol ta' ġimgħa fi tlett ijiem biex ikun jista' jmur jonsob jew joqgħod id-dar good luck to him.", "GĦalhekk il-ħaddiema tal-gvern li huma under-employed jew under-utilised għandhom jintużaw bl-aħjar mod.", "Sur President, jien ħadt pjaċir nitkellem f'dan id-dibattitu għax b'hekk stajt nagħti l-kontribut tiegħi għal ħaġa li nemmen fiha u ħadt pjaċir ukoll li l-Ministru għadu kif qal li huwa lest li jikkonsidra s- suġġerimenti li jsiru.", "GĦalhekk kif qalu sħabi ta' din in-naħa, l- Oppożizzjoni se tivvota favur din il-mozzjoni biex turi s-sostenn tagħha lill-kunsilli lokali.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Sur President, id-dibattitu li qed nagħmlu llum diġa' qabeż is-sitt sigħat.", "Nifhem li ż-żewġ naħat tal-Kamra qed naqblu fuq din il-mozzjoni pero' xtaqt naqsam ftit kummenti dwar l-esperjenza sabiħa li kelli bħala sindku.", "Nistgħu ngħidu li minn mindu tliet snin ilu twaqqfu l-kunsilli lokali l- fondi għalihom dejjem baqgħu jiżdiedu ħlief f'din is-sena kurrenti.", "Nistgħu ngħidu wkoll li permezz tal-ħeġġa u tas-serjeta' tal-kunsilliera kellna riżultati pożittivi ħafna.", "Madanakollu wisq nibża' li l-kelma \"konsultazzjoni\" ma tantx nużawha għar-rigward tal-kunsilli lokali.", "Meta ngħidu li għandha ssir konsultazzjoni mal-kunsilli lokali, dan ifisser li kull awtorita' għandha tieħu l-parir tal-kunsill lokali konċernat u tiddiskuti miegħu dak li jkun hemm bżonn isir.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax jekk, per eżempju, nieħdu l-kwestjoni tat-towing u clamping zones ġewwa r-Rabat GĦawdex, nafu li l-Pulizija kkuntattjat lill-kunsill lokali biex jagħti l-veduti tiegħu u dan min-naħa tiegħu ma qabilx ma' xi wħud miż- zoni proposti, iżda safejn naf jien il-Pulizija ftit taw kas ta' x'qal il- Kunsill Lokali ta' Victoria.", "Ngħid għalija, aktar milli konsultazzjoni din hija impożizzjoni għax żgur li m'hemmx awtorita' iktar kompetenti li taf x'inhu l-aħjar li jsir għal-lokal tagħha daqs il-kunsill lokali.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-kunsilli lokali huma kontra l-konċett tat-towing u tal-clamping għax dawn żgur li jridu l-ordni fil-lokal tagħhom, pero' min- naħa l-oħra dawn jaraw ukoll aspetti oħra, bħall-aspett tal-kummerċ u l- interess tar-residenti u tal-pubbliku in ġenerali.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar l-indħil politiku fil-kunsilli lokali.", "Sur President, l-Onor.", "Mizzi semma li l-Partit Nazzjonalista kien qed jindaħal f'ċerti kunsilli lokali.", "Fil-fatt jien naf b'każi fejn membri tal- kumitat sezzjonali tal-lokal tal-Partit Laburista marru għand korp parastatali, bħall-Enemalta, u meta raw li hemm talba mill-kunsill lokali għal bozoz, dawn qabdu u mponew huma fejn għandhom jeħlu l-bozoz minflok ma ħallew lill-kunsill lokali jieħu dawn id-deċiżjonijiet hu.", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk biss, għax anke naf b'każi fejn saħansitra kien hemm indħil min-naħa ta' Gvern Laburista nnifsu.", "Niġi issa għall- kwestjoni tal-fondi.", "Dalgħodu l-Onor.", "Austin Gatt qal li jekk il-kunsilli lokali ma jingħatawx fondi biżżejjed dawn jew se jkollhom jiddejnu, jew iwarrbu, jew inkella jaqgħu għal-logħba taċ-ċentral, fis-sens li l-kunsill lokali jixtri l- materjal li jkollu bżonn u l-gvern ċentrali jgħinu permezz tal-ħaddiema tiegħu.", "Issa aħna nafu li l-Gvern ilu għal dawn l-aħħar tnax-il xahar jipprova jimbotta din is-sistema 'l quddiem.", "Nifhem ukoll li jekk kull ministeru jgħin b'dan il-mod il-kunsill lokali jiffranka ħafna flus, imma l- ewwel irridu naraw jekk il-gvern jaqbillux jidħol għal dan it-tip ta' xogħol.", "Hawn nista' nirrakkonta l-esperjenza tiegħi ta' sindku - din l- istorja diġa' għidtha lill-Ministru Mangion meta dan l-aħħar kien Għawdex - meta darba waħda kont iddeċidejt li nippavimenta triq u naturalment l- ewwel kelli nibdel is-servizzi ta' l-ilma ta' l-istess triq u għaldaqstant dħalt f'agreement mal-Water Services Corporation u ftehimna li dawn it-32 servizz kellhom jinbidlu f'għaxart ijiem.", "Ma naħsibx li għandi għalfejn infakkar li skond l-Att dwar Kunsilli Lokali, il-kunsilli għandhom preferibbilment jagħtu x-xogħol lid-dipartimenti u lill-korpi parastatali.", "Ġara pero' li f'ten working days, il-ħaddiema tal-WSC kienu laħqu biddlu biss seba' servizzi u l-kont tela' 'l fuq minn Lm1,000.", "Allura f'dawk iċ- ċirkostanzi ma kellix triq oħra ħlief li nwaqqaf dan ix-xogħol u għaddejtu lil wieħed kuntrattur privat li f'jumejn għamel il-kumplament tas-servizzi, jiġifieri 25 servizz, u ta' dawn il-kunsill ħallas Lm419 bil-VAT, bil- fittings u b'kollox.", "Għall-pavimentar ta' l-istess triq, kont għamilt kuntratt mad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi għas-somma ta' Lm3,400 u ħallasthom b'cheque bil- quddiem.", "Pero' bil-ġranet li damu biex jagħmlu dan ix-xogħol, bir-rata li jitħallsu u bid-damages u bir-rimi li kellhom - u aktar ma jtawwal ixd- xogħol, aktar jikbru l-ħsarat - il-poplu spiċċa biex ħareġ bejn Lm27,000 u Lm28,000.", "Għalhekk jiena nistaqsi lill-Ministru: Kif jista' jkun li nbiddlu l-mentalita' tal-poplu meta f'pajjiżna kollox jgħaddi u nieħdu ħsieb biss mill-bieb ta' barra 'l ġewwa?", "U kif dipartimenti tal-gvern jew korpi parastatali jispiċċaw jiċċarġjaw id-doppju ta' dak li jiċċarġja l- privat meta kunsill lokali joħroġ tender?", "Jien ngħid li din hija problema tal-Gvern u għandu jara kif se jsolviha.", "(Interruzzjonijiet) Hemm ħafna affairjiet x'wieħed jista' jagħmel.", "Ejja nitkellmu fuq Għawdex, per eżempju.", "Nafu li f'Għawdex hemm ħafna widien u nafu wkoll li l-ilma tax-xita jmur il-baħar.", "Għalhekk nissuġġerixxi li jsiru skemi fejn ħaddiema mis-settur pubbliku, b'kordinament bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il- Water Services Corporation u anke d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, jibnu lqugħ kemm biex dan l-ilma jinġabar f'ġibjuni kif ukoll sabiex ikun jista' jintuża għat-tisqija.", "Dan ifakkarni f'difett ieħor li nbatu minnu, ċioe' li wara li tinqala' xi triq biex jgħaddu, ngħidu aħna, is-servizz ta' l-ilma jew tad-drnaġġ u wara li t-triq tingħata kisja tarmac għax ix-xogħol ikun tlesta, bilkemm tkun laħqet qagħdet it-triq li ma jerġgħux jaqilgħuha biex isir xogħol minn xi dipartiment ieħor.", "Għalija dan huwa ta' dannu kbir għall-Kaxxa ta' Malta għaliex meta x-xogħol isir b'kordinament bejn id-dipartimenti, isir aħjar u b'mod iktar serju.", "Dawn huma l-ħsebijiet li jien xtaqt naqsam mal-kollegi tiegħi.", "Irrid ngħid li l-esperjenza tiegħi fil-kunsilli lokali kienet waħda sabiħa u waħda ta' inkoraġġiment.", "J'Alla sena wara l-oħra jiżdiedu r- responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali, jingħataw aktar fiduċja u jiġu mgħejjuna u b'hekk ikollna pajjiż isbaħ, iktar attraenti u x-xogħol isir kif għandu jkun.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, m'hemmx dubju li s-suġġett li qed niddiskutu huwa wieħed interessanti għax jinteressa lil kulħadd.", "Forsi l- prinċipju tal-kunsilli lokali domna ma adottajnih imma meta tressaq spiċċa biex sab apoġġ relattiv mill-partijiet kollha politiċi - aktar 'il quddiem ngħid għalfejn qed ngħid \"relattiv\" - prinċipju li fih innifsu jġib iżjed firxa tad-demokrazija, ladarba nifhmu l-limitu ta' dik il-firxa.", "Din id-diskussjoni wkoll hija interessanti - u dan il-punt huwa notevoli - għaliex din hija waħda mill-okkażjonijiet fejn iż-żewġ partijiet waslu għall-konklużjoni li fuq dak li qed jipproponi l-Ministru mhuwiex se jittieħed vot, fis-sens li l-Oppożizzjoni esprimiet ruħha li mhijiex se tivvota kontra.", "Dan ma jfissirx li l-Oppożizzjoni taqbel ma' dak kollu li qed isir jew li ma ħaditx l-ispazju biex hi wkoll tagħmel il-kritika li għandha tagħmel.", "Kif smajna minn diversi kelliema - id-dibattitu ilu għaddej kważi seba' sigħat - saret anke kritika ta' ċerta qawwa, imma l- Parlament għalhekk qiegħed u hekk għandu jkun.", "Anke fejn ikollna bażi fejn qegħdin naqblu fil-prinċipju, għandha tittieħed l-opportunita' biex kull naħa li titkellem tiftaħ id-diskussjoni; u jekk ikun hemm bżonn tagħmel suġġerimenti pożittivi tagħmilhom; u jekk ikun hemm bżonn tikkritika - tikkritika b'mod artab jew aħrax - tagħmel hekk ukoll.", "U meta tieħu dawn iż-żewġ punti flimkien, nerġa' ntenni, id-dibattitu li qed ikollna huwa notevoli.", "Jiena u nirriferi għall-ewwel punt, għidt li l-kunsilli lokali jirrappreżentaw forma ta' firxa tad-demokrazija f'kontest relattiv.", "Wieħed irid jisħaq fuq dan il-punt, anke issa meta l-kunsilli lokali huma stabiliti.", "Wieħed irid jisħaq fuq dan il-punt fil-kontest li ma nagħtux impressjoni ta' xi ħaġa li ma teżistix.", "Id-demokrazija attwali li ttella' dak il-korp ta' nies li jirrappreżentaw lill-poplu kollu hija dik li twassal għall-elezzjonijiet biex jinħatru l-membri parlamentari.", "Qed inpoġġiha hekk għaliex il-membri parlamentari - mhux il-Gvern jew l- Oppożizzjoni imma l-membri parlamentari kollha meħudin flimkien - jikkostitwixxu dak il-korp li jagħmel il-liġijiet tal-pajjiż.", "Id- demokrazija tiġi mifruxa u murija bħala tali meta jkollok rappreżentanza mill-bażi tas-soċjeta' tiela' l-fuq nett f'korp ta' rappreżentanti - il- politiku fil-Parlament m'huwa xejn ħlief rappreżentant tal-poplu - bil- poter li jilleġislaw u jivvotaw għall-infiq ta' flus mill-Istat u għall- ġbir ta' dawn il-flus biex jiffinanzjaw dak l-infiq.", "Din il-parti tad- demokrazija tagħna baqgħet ristretta f'idejn il-Parlament u ċertament li f'dan l-istadju hekk għandu jkun.", "U huwa tajjeb li waqt li dan il- Parlament qiegħed jeżerċita parti mill-funzjonijiet tiegħu, jiġifieri li jivvota ċerti miżuri li jwasslu għall-infiq, din qiegħed jagħmilha b'mod li fl-istess ikun qiegħed jagħti iżjed spazju lil parti oħra mill-firxa tad- demokrazija, jiġifieri l-kunsilli lokali, biex ikunu jistgħu joperaw.", "Inħoss li għandi ngħid ukoll li parti interessanti mid-diskussjoni kif infetħet sa issa ġejja mill-fatt illi kien hawn anke kontribut minn rappreżentanti ta' l-Oppożizzjoni li kellhom esperjenza personali fil- kunsilli lokali.", "Naf li ninstema' stramb meta ngħid hekk għaliex iżjed kmieni fakkart illi fuq il-kunsilli lokali kien hemm qbil relattiv.", "Dan kien qbil relattiv u mhux assolut minħabba l-fatt illi l-Partit Laburista ħass - u għadu jħoss - li jkun aħjar jekk kemm-il darba fil-kunsilli lokali ma tidħolx il-politika partiġjana, fis-sens li ma jkunx hemm nies li jiġu eletti fil-kunsilli lokali fuq il-bażi ta' ticket politiku, fuq il-bażi ta' rappreżentanza diretta ta' partit politiku.", "Dan ma jfissirx li jkunu nies li m'għandhomx opinjonijiet politiċi jew li ma jistgħux ikunu attivisti politiċi, għaliex meta titkellem fuq nies li m'għandhomx opinjonijiet politiċi tkun qed titkellem fuq nies li ftit li xejn għandhom opinjonijiet fuq il-ħajja.", "GĦaliex naħseb li ma jistax ma jkollokx opinjoni fuq il- politika.", "Huwa veru li din tista' tiżviluppa u li tista' tiċċaqlaq 'l hemm jew 'l hawn imma huwa inevitabbli li jkollok din l-opinjoni.", "Imma li qal - u li għadu jgħid - il-Partit Laburista huwa li dawn ma jridux ikunu rappreżentanti tal-partiti politiċi.", "Fuq dan ma kienx hemm ftehim għax il- Partit Nazzjonalista ħass li għandu joħroġ il-kandidati tiegħu u l-Partit Laburista ħass li m'għandux ikollu kandidati tiegħu, għalkemm ċertament li ħarġu kandidati li huma Laburisti u li huma wkoll attivisti Laburisti.", "Ladarba ngħid hekk, xorta waħda nħoss li huwa ta' interess li jkollna interventi - kif għadna kemm kellna mill-kelliemi ta' qabli - min-nies li għandhom esperjenza diretta tal-kunsilli.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-interventi li saru, fit-tenur u fil-parti l-kbira ta' l-aspett tagħhom, ma kenux mil-lat partiġjan imma kienu mil-lat ta' l-esperjenza li ħadu dawn l-ex-membri tal-kunsilli lokali - u wħud minnhom, bħall-kelliemi ta' qabli, kienu anke sindki - fit-tmexxija u fil-ħidma attwali tagħhom.", "Għalhekk huwa tajjeb li saru dawk l-interventi u li f'dan il-Parlament ikollna din it-tip ta' diskussjoni, fejn ikollok qbil fil-prinċipju, mhux bilfors qbil fuq id-dettalji, ikollok kritika u kultant anke nuqqas ta' qbil qawwi, ikollok anke interventi, points of order, interruzzjonijiet, rimarki u mistoqsijiet li jidħlu fil-qasam ta' politika pura, jiġifieri ta' politika partiġjana f'dan il-każ.", "Imma minkejja dak kollu, xorta waħda jkollok dik il-konċentrazzjoni ta' ħsieb fuq suġġett li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin iħarsu lejh b'mod li jixtiequ jtejbuh u mhux iħalluh mitluq għal rasu jew inkella sejjer lura.", "Ma rridx nieqaf fuq il-punt qisu b'mod maqtugħ mir- realta', li naħseb illi kollox huwa perfett jew inkella li fil-preżent mhux se jkun hemm - aħseb u ara fil-ġejjieni! - nuqqas ta' qbil anke f'kontest partiġjan fuq dawn l-affarijiet, imma l-aspetti pożittivi tad-diskussjoni nieħu gost li nirreġistrahom.", "Barra li nirreġistra hekk, nixtieq ngħid ukoll li wieħed mill-punti li smajt jissemma' hawnhekk kien ta' interess partikolari.", "L-Onor.", "Michael Refalo huwa u jitkellem irrifera għall-ħsara naturali - ma ngħidiliex \"diżastru\" naturali - u qal li meta jkun hemm ħsara naturali kkawżata mill-maltemp, kif kien hawn f'dawn l-aħħar ġimgħat, jista' jkun li l-kunsilli lokali jsibuha diffiċli jekk kemm-il darba jkunu mistennija jagħmlu tajjeb huma għall-ħsarat li jkunu saru fl-oqsma illi huma responsabbli minnhom.", "Min-naħa l-oħra, lin-naħa tal-gvern trid tifhimha għax il-gvern għandu l-voti allokati tiegħu u allura jrid jaħdem fit- terminu ta' dawk il-voti.", "Pero' n-naħa ta' min josserva illi jista' jkun li l-vot ta' kunsill partikolari, fejn tkun saret il-ħsara, ma jwassalx għal dak il-kontinġent li ma jistax isir ħsieb għalih trid tifhimha wkoll.", "Iżda li laqatni kien is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Refalo fejn qal li għandna nagħmlu xi forma ta' fond għall-imprevedibbli preċiżament għal dawn it-tip ta' ħsarat mill-maltemp.", "Allaħares noqogħdu naħsbu li jista' jagħmel xi terremot jew xi ħaġa hekk - għalkemm saru terremoti li laqtu lil Malta - imma għandna naħsbu f'kontinġenzi bħalma huma l-ħsarat ikkawżati minn maltemp qawwi.", "Ċertament li dan is-suġġeriment huwa interessanti u wieħed għandu jomogħdu u jħares lejh anke għall-ġejjieni.", "Hawnhekk tajjeb li niftakru li, proprju fi żmien il-Gvern Laburista li kien hemm qabel dan, kienet twaqqfet il-posterity fund, li element minnha kien maħsub eżattament għall-kontinġenzi li semma' l-Onor.", "Refalo.", "Sfortunatament il-Gvern preċedenti neħħa l-posterity fund u miegħu tneħħa dak il-provvediment li kien hemm għall-imprevedibbli.", "Jiena naħseb li dan il-Gvern se jieħu nota ta' dan is-suġġeriment u meta ċ-ċirkostanzi jippermettu wieħed jifhem li jkun jista' jagħtih iżjed attenzjoni.", "Wieħed irid isemmi wkoll illi jekk stess l-esperiment tal-kunsilli lokali wera aspetti pożittivi, mhux bilfors illi kollox qiegħed isir tajjeb u mhux bilfors illi wieħed ma jsibx iżjed spazju għal titjib.", "Fost spazju li jrid ikun hemm għal titjib, ċertament li jrid ikun hemm aktar attenzjoni għal kif isir l-infiq, mhux biss fis-sens ta' kif isir it-tendering imma anke fil-mod illi l-kunsilli lokali jipprovaw jaċċertaw li jiksbu value for money fil-livell tad-distrett.", "Hemmhekk forsi huwa iżjed possibbli li jsir dan għax għandek is-soċjeta' lokali li qiegħda tħoss hi direttament u qiegħda tmiss rappreżentant tagħha f'dak il-livell hi direttament u allura iżjed tista' tesiġi li jkun hemm value for money.", "Hemm aspett ieħor li wieħed għandu jħares lejh għalkemm fl-opinjoni tiegħi m'għandu x'jaqsam xejn mal-flus imma għandu x'jaqsam mal-bniedem innifsu.", "Waqt li ressqu kandidati għad-diversi elezzjonijiet li saru għall- kunsilli lokali - ic-cycle issa daħal fit-tieni round tiegħu - xorta huwa l- każ li għad hemm ħafna spazju fejn jitħajru iżjed nies ħalli jersqu biex jibdew il-proċess demokratiku f'dak il-livell.", "Hawnhekk jibqa' l-punt kontenzjuż ta' jekk kemm-il darba f'dak il-livell għandux ikun hemm mhux l- opinjoni politika imma r-rappreżentanza tal-partiti politiċi.", "Jiena għadni nħoss illi aħjar jekk ma jkunx hemm rappreżentanza tal-partiti politiċi waqt li nerġa' ntenni li min ikun qiegħed hemmhekk m'għandekx tistenna li ma jkollux opinjoni politika.", "L-opinjoni politika żgur li se tkun hemmhekk dejjem u ngħid li għandha tkun hemmhekk għaliex dak li jkun ikun qiegħed iwettaq id-dritt demokratiku tiegħu meta jaħseb kif jidhirlu li għandu jaħseb hu u jasal għall-konklużjonijiet li jidhirlu li għandu jasal għalihom.", "Imma kieku m'hemmx dan l-element ta' politika anke f'dak il- livell u għandek nies li jgħidulek li huma jippreferu li ma jidħlux fil- battalja politika lanqas f'dak il-livell, kieku l-catchment area, ix-xibka, il-firxa ta' nies li jitħajru joħorġu kandidati għall-kunsilli lokali, mhux sempliċement tkun ikbar imma iżjed diversifikata fit-tip ta' nies li joħorġu.", "In-nies li ħarġu kellhom il-valur tagħhom.", "In-nies li hemm għandhom il-valur tagħhom imma dejjem jibqa' l-fatt li għandna nimmiraw li joħorġu saħansitra iżjed nies.", "Huwa inevitabbli li wħud minnhom meta joħorġu jispiċċaw fil-ġlieda politika attwali u huwa inevitabbli li wħud minnhom jispiċċaw f'dan il- Parlament - kif spiċċaw uħud, membri miż-żewġ naħat tal-Kamra - li jkun ta' ġid kemm għalihom kif ukoll għall-pajjiż, imma naħseb li għad baqgħalna ħafna spazju biex nattiraw iżjed nies u biex inkomplu ngħollu l-kwalita' tan-nies li jkunu qegħdin jirrapreżentaw lill-poplu tagħhom fil-livell lokali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "Nixtieq nagħmel ftit rimarki fuq ċerti aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-kunsilli lokali, anke fil-kontest tad-diskussjoni interessanti li żviluppat matul din il-ġurnata fuq ir-riżoluzzjoni ta' sieħbi l-Onor.", "Charles Mangion.", "Nixtieq niżviluppa r-riflessjoni tiegħi fil-kontest ta' kif qed naraw aħna l-operat tal- kunsilli lokali, ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, ir-responsabbilta' finanzjarja tal-kunsilli lokali, l-istrateġija finanzjarja li biha jimxu l- kunsilli lokali fit-tmexxija ta' dawk ix-xogħlijiet li taħt il-liġi viġenti huma responsabbli għalihom.", "Għadna kemm smajna diskors interessanti ħafna minn sieħbi l-Onor.", "Spiteri, fejn indika ċerti elementi li tajjeb li ndaħħluhom fl-equation ta' kif nevalwaw l-operat tal-kunsilli lokali.", "Min-naħa tiegħi nixtieq norbot ma' dak li qal l-Onor.", "Spiteri u mmur aktar 'il quddiem f'dan is-sens.", "Irrid norbot ir-responsabbiltajiet finanzjarji tal-kunsilli lokali ma' l- operat tal-finanzi kollha tal-gvern, tal-piż li l-gvern għandu f'dan il- pajjiż.", "Taħt il-liġi viġenti l-kunsilli lokali jingħataw allokazzjoni mill- gvern biex imexxu l-ħidma tagħhom.", "Jingħataw allokazzjoni li toħroġ minn ċerti fondi li huma rikorrenti u allokazzjoni oħra, li hija maħduma taħt ir- riżoluzzjoni tal-lum, li tfittex li twieżen kunsill b'kunsill il-fondi li jkollhom bżonn ħalli jkunu jistggħu jilqgħu għall-bżonnijiet speċjali tal- lokalita' tagħhom.", "Hija ħaġa ċara li membru ta' kunsill lokali, sindku, kunsillier jew anke segretarju, qiegħed hemm biex jiġbed ħalli jkollu massimu ta' riżorsi finanzjarji għal-lokal tiegħu.", "Ejja nassumu li kull kunsill lokali huwa organizzat u attrezzat biex imexxi bl-aħjar mod ir- riżorsi li jingħatawlu.", "Hija ħaġa naturali u minn ewl id-dinja illi f'kuntest fejn għandek il-gvern ċentrali li jagħti fondi lill-kunsill lokali biex dan ikun jista' jmexxi l-funzjonijiet tiegħu, il-kunsilli lokali kollha jkunu jixtiequ u jkunu qegħdin jagħmlu pressjoni biex ikollhom kemm jista' jkun aktar fondi.", "Dan għax taħt il-liġi preżenti m'għandhomx il-poter li jżidu r-riżorsi tagħhom permezz ta' taxxi.", "Naħseb li l-poplu, fil-maġġoranza kbira tiegħu, ma jaqbilx li l-kunsilli lokali għandhom ikunu f'pożizzjoni illi jagħmlu t-taxxi tagħhom.", "Allura taħt dan il-qafas il-kunsilli lokali jiddependi u mill-gvern ċentrali biex ikollhom l-allokazzjoni finanzjarja li biha jkunu jistgħu jħaddmu r-riżorsi tagħhom, iħaddmu x-xogħlijiet tagħhom u jmexxu 'l quddiem il-funzjonijiet tagħhom.", "B'hekk bilfors tiżviluppa sitwazzjoni fejn kull kunsill lokali jqis lilu nnifsu f'pożizzjoni fejn irid jiġbed mingħand il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali kollha, bħala għaqda bejniethom, jagħmlu pressjoni dejjem akbar biex ikollhom dejjem aktar fondi mingħand il-gvern ċentrali.", "Din il-ħaġa twassal għall-psikoloġija fejn il-kunsill lokali qisu maqtugħ mill-fondi pubbliċi.", "Il-ġbir tal-fondi, it-tħaddim u r-responsabbilta' tagħhom hija xi ħaġa li tappartjeni biss għall-gvern ċentrali.", "Kulma għandu jagħmel il-kunsill lokali huwa li jiġġieled, f'sens paċifiku tal-kelma, u jistinka ħalli kemm jista' jkun jiddobba dejjem aktar fondi biex jużahom u jagħmel plejtu bihom.", "U sewwa jagħmel li jagħmel plejtu bihom għax huwa proċess fejn il-kunsill lokali jrid juri li qiegħed ikun effettiv fid- distrett tiegħu.", "Madam Speaker, jiena nemmen li jekk ma neħdux vista oġġettiva ta' dan l- operat, nistgħu naslu - u nemmen li f'ċerti każi qegħdin naslu - għal problema fil-mod kif inħarsu lejn ir-responsabbiltajiet pubbliċi u finanzjarji.", "Qed ngħid dan fis-sens li l-kunsilli lokali qishom m'għandhom l-ebda responsabbilta' għall-finanzi tal-gvern.", "Meta ngħid finanzi tal- gvern, meta wieħed iħares lejn kif huwa organizzat dan l-Istat, qed nitkellmu dwar il-finanzi pubbliċi tal-gvern ċentrali.", "Qishom il-kunsilli lokali m'humiex marbuta u b'xi mod jew ieħor m'għandhomx dell ta' l-isfida tal-problema finanzjarja kbira li għandu pajjiżna bħalissa.", "X'inhi l- problema finanzjarja kbira li għandu pajjiżna bħalissa?", "Hija l-problema tad-deficit strutturali, li tista' taqbel jew ma taqbilx ma' kif oriġina u kif inhu hemm.", "M'inix se nidħol f'dan il-kontest għax se jkollna kontesti oħra fejn niddiskutu din il-problema imma m'hemmx dubbju li teżisti din il- problema ta' żbilanċ strutturali fil-finanzi tal-gvern.", "Huwa żbilanċ strutturali qawwi li jekk jitħalla għaddej se jkun ta' dannu kbir għal pajjiżna u huwa żbilanċ strutturali li jista' jingħeleb - u għandu jingħeleb - bi pjan fit-tul li jkun raġonevoli, li jkun maħdum b'serjeta' u li jkun ibbażat fuq premessi li huma sostenibbli.", "Jiena nemmen li nkunu qed nagħmlu żball jekk naħsbu fuq dan il-binarju bħala xi problema tal- gvern ċentrali u ngħidu li l-kunsilli u l-awtoritajiet lokali m'għandhomx sehem fiha din il-problema", "Kelli diġa' iċ-ċans li niżviluppa dan l-argument meta kont mistieden - nirringrazzjahom ta' l-istedina tagħhom - mis-sindki ta' Malta, taħt id- direzzjoni tal-ħabib tiegħi l-Prof.", "Henry Frendo li huwa president ta' l- għaqda tas-sindki, u tas-Sur Frederick Cutajar, viċi president ta' l- għaqda.", "Kelli opportunita' li nispjega li l-problema tal-finanzi pubbliċi u l-isfida ta' pjan sħiħ u serju biex nilqgħu għad-defict strutturali li għandna fil-pajjiż m'hijiex xi ħaġa li tirrigwarda biss il-gvern ċentrali.", "Jiena ngħid li din tirrigwarda wkoll, u mill-qalba ta' l-affarijiet, lill- kunsilli lokali.", "Peress li l-kunsilli lokali għandhom fondi tal-gvern biex jiddisponu minnhom, huma wkoll għandhom ikunu konċernati minn din il- problema.", "Iridu jħarsu lejn din il-problema bil-ħsieb sħiħ li l-iżbilanċ strutturali li qed niffaċċjaw fuq bażi ċentrali għandu riflessjoni fuq bażi lokali.", "Ma nistgħux ngħidu li din hija problema biss tal-gvern ċentrali, jiddeċidiha hu u jsolviha hu.", "Il-kunsilli ma' jistgħux jgħidu li se jiġġieldu kull strateġija, kull ħidma u kull proposta min-naħa tal-gvern ċentrali biex inaqqas il-fondi li qed jingħataw.", "Jekk inħarsu lejha b'dan il-mod inkunu qegħdin nimminaw il-bażi kollha li fuqha għandu jiżviluppa l- kunsill lokali.", "Għaliex qed ngħid hekk, Madam Speaker?", "Jiena nemmen li biex il-kunsill lokali jimxi 'l quddiem jeħtieġlu li jiġġustifika l-eżistenza tiegħu fl-isfond ta' kif tiżviluppa l-politika finanzjarja tal-Gvern.", "Il-politika finanzjarja tal-gvern trid taħdem b'mod li fejn hemm affarijiet li jista' jagħmel is-settur privat, jagħmilhom is- settur privat u mhux il-gvern.", "Fejn hemm funzjonijiet li bilfors irid jagħmilhom il-gvern, bħall-edukazzjoni, allura hemmhekk irid jagħmilhom il- gvern u jrid jagħti l-aqwa kwalita' bl-anqas spiża għall-poplu.", "Fejn hemm affarijiet li jagħmilhom aħjar il-kunsill lokali għandu jagħmilhom il- kunsill lokali.", "Imma biex naslu għal dan l-istat kull settur irid jiġbed linja.", "F'din il-linja ma jistax jgħid li aktar ma jkollu riżorsi aktar se jaħdem.", "Jekk tagħmel parti mill-funzjoni pubblika, ċentrali jew lokali, trid taħdem b'loġika ġdida li tgħid: B'anqas jeħtieġ li nagħmel aktar u aħjar.", "Din il-loġika se tapplika għall-gvern u fl-opinjoni tiegħi għandha tapplika wkoll għall-awtoritajiet lokali.", "Dan se jkun it-test u din se tkun l-isfida tagħna lkoll li qegħdin fit-tmexxija pubblika, kemm fuq bażi ċentrali u kemm fuq bażi lokali.", "Irid ikollna l-ħila li naċċettaw l-isfida illi b'anqas nagħmlu aktar u aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Taċċettaha mod u twettaqha mod ieħor.", "It-tieni punt hu kemm se jkollna l-ħila u l-kapaċita' li nwettqu u nilqgħu għal din l-isfida.", "Nerġa' ngħid li ma nistgħux ngħidu li din hija sempliċement problema tal-ministru tal-finanzi jew tal-gvern ċentrali.", "Dażgur li l-problema hija sfida għalihom.", "Hekk għandha tkun, imma hi wkoll u għandha tkun ukoll sfida għall-awtoritajiet u għall-kunsilli lokali.", "Dan id-dibattitu se jibqa' għaddej f'forom differenti matul ix-xhur li ġejjin f'dan il-pajjiż.", "Irridu naħsbu lkoll flimkien dwar kif nistgħu, aħna bħala gvern ċentrali min-naħa u l-kunsilli lokali bħala gvern lokali mill-banda l- oħra, naslu biex intejbu l-operat tagħna.", "Ma' nistgħux sempliċement ngħidu li biex intejbu l-operat tagħna rridu aktar flus.", "Huwa faċli li ttejjeb l- operat tiegħek billi titlob u tistenna aktar flus biex imbagħad tonfoq aktar u forsi tisparpalja aktar.", "Naħseb li huwa tajjeb li bla ebda sentiment politiku u partiġjan imma b'sentiment ta' realiżmu inqajmu dawn il-mistoqsijiet dwar il-futur ta' dan il-pajjiż.", "Ma jistax ikun li l-gvern ċentrali jinjora lill-kunsilli lokali bħala fattur importanti u ewlieni fit- tmexxija tal-lokal tagħhom.", "Bl-istess mod il-kunsilli lokali ma jistgħux jinjoraw il-ħtieġa li huma wkoll ikun parteċipi fil-ħidma li trid issir biex il-gvern - kollu kemm hu, kemm ċentrali kif ukoll lokali - jagħmel aktar u aħjar b'dak li għandu.", "Kulħadd jaf, kemm fuq livell ċentrali kif ukoll fuq livell lokali, li hemm riżorsi li jistgħu jintużaw aħjar.", "Jiena l- ewwel wieħed li nammetti li għandna riżorsi li mhux qed jintużaw tajjeb biżżejjed u qed jiġu sparpaljati.", "Din mhux xi ħaġa li ġrat illum imma ilha s-snin għaddejja.", "Nisma' argumenti diversi minn ħafna nies li jċempluli jew niltaqa' magħhom li jgħiduli kif fuq livell lokali, riżorsi li qed jiġu allokati għal ċertu użu jew ikunu qegħdin moħlija, jew mhux qed jintużaw tajjeb jew qed ikunu sparpaljati.", "Jgħiduli wkoll dwar riżorsi oħra li qed jintużaw tajjeb ħafna.", "Mhux qed nitkellem dwar dak li qed jintuża tajjeb ħafna jew tajjeb, imma l-argument li m'hemmx riżorsi li qed jintużaw ħażin fuq livell lokali jiena ma naċċettahx.", "Anqas ma naċċetta l-argumenti li jitressqu fil-Kabinett u f'postijiet oħra dwar kif riżorsi li qed jintużaw mill-gvern ċentrali qed jintużaw tajjeb ħafna.", "Anke l-gvern ċentrali jkollu oqsma, fejn jista' juża u għandu juża r-riżorsi tiegħu ħafna aħjar.", "Anzi hemm oqsma li jista' jasal għal dak li jrid jasal b'anqas riżorsi.", "U dan huwa l-punt li nixtieq nagħmel illejla, Madam Speaker.", "Ikun żball jekk niddivorzjaw l-istrateġija li jrid juża dan il-pajjiż ħalli jikkontjeni l- isfida finanzjarja qawwija li għandu minn dak li qed juża u dak li qed jiġri fuq livell lokali.", "Naf kif dan li qed ngħid jista' jintuża biex juri li aħna qed nimminaw l- operat tal-kunsilli lokali, li qed nippruvaw inwaqqfuhom, inħeddluhom, ninjettawhom b'inertia u nippruvaw indejqu lill-indipendenti biex ma joħorġux aktar.", "Naf li b'dan li qed ngħid se jippruvaw juru kif il- kunsilli lokali ma nemmnux fihom.", "Din hija r-retorika ta' l-Oppożizzjoni u nista' nimmaġina kif se tiskanta minn dak li qed ngħid.", "Imma skużi, din hija r-responsabbilta' li għandna sħabi u jien f'din il-ħaġa.", "Hija r- responabbilta' li ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Jiena nħoss li r- responsabbilta' tiegħi hija li ngħid bl-aktar mod ċar u pubbliku li rridu noħolqu atmosfera u strateġija biex f'temp raġonevoli nikkontjenu u nreġġgħu lura l-iżbilanċ li għandna fil-finanzi tal-gvern.", "Qed ngħid li dan għandu jsir mhux biss fuq livell ċentrali imma fuq livell lokali wkoll.", "Qed ngħid ukoll li jkun tajjeb li kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell ċentrali l-awtoritajiet jirriflettu fuq dak li qed jagħmlu fejn mhux biss ikun hemm skop għal tfaddil imma jkun hemm ukoll skop għal użu aħjar ta' riżorsi li għandhom jew li jista' jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Il-gvern m'huwiex qiegħed hemm biex jagħmel kollox hu, kemm fuq bażi lokali u kemm fuq bażi ċentrali imma l-gvern qiegħed hemm biex jagħmel dawk l- affarijiet li huma essenzjali ħalli l-ħajja f'dan il-pajjiż tkun ċivili, moderna, progressiva u tkun ukoll immexxija skond kriterji li ma jkunux il- kriterji tal-ġungla.", "Il-gvern qiegħed hemm ukoll biex jassigura li jkun hemm l-aqwa effiċjenza fl-użu tar-riżorsi li qiegħed jipprovdi l-poplu, kemm fuq bażi lokali u kemm fuq bażi ċentrali.", "Irid ikun hemm rikonoxximent, kemm fuq bażi ċentrali u kemm fuq bażi lokali, li għad hemm ħafna x'isir biex ir-riżorsi li jeżistu għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet lokali u ta' l- awtoritajiet ċentrali jintużaw b'aktar effiċjenza, b'aktar galbu, b'aktar qies, b'aktar serjeta' u b'aktar dixxiplina.", "Nemmen ukoll li hemm rieda sħiħa tajba min-naħa tal-kunsilli lokali kollha, kemm jekk immexxija minn kunsilliera u sindki ta' tikketta politika, kif ukoll jekk immexxija b'kunsilliera u b'sindki ta' tikketta indipendenti.", "Nemmen li hemm rieda sħiħa ħalli nsibu l-aħjar mezzi biex ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħna nużawhom bl-aħjar mod.", "Ma rridux sempliċement nitolbu aktar u aktar biex inwettqu dak li rridu.", "Aktar minn hekk, irridu naraw kif nistgħu nwettqu aktar u aħjar bir-riżorsi li jista' jkollna.", "Hemm spazju sħiħ fejn jistgħu jinħolqu mezzi ta' tisħiħ u ta' kollaborazzjoni, bejn gvern ċentrali, kunsilli lokali u anke oqsma oħra tal-volontarjat.", "B'dawn il-mezzi nistgħu nimmassimizzaw aktar u ntejbu aħjar l-użu tar-riżorsi li għandna għad- dispożizzjoni tagħna.", "Jiena nemmen li sieħbi, il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, l- Onor. Charles Mangion, għandu d-dispożizzjoni kollha li jitkellem ma' kulħadd fuq din il-ħaġa u dejjem jagħmilha.", "Sal-bieraħ stess, fuq helicopter minn Għawdex għal Malta, għaddieli dokument dwar kif nistgħu nsaħħu l-kollaborazzjoni bejn gvern lokali u l-gvern ċentrali biex nimxu aħjar.", "Aktar minn hekk nemmen li jeżistu metodi kif nistgħu naħdmu flimkien ħalli bir-riżorsi li għandna nieħdu ħsieb is-sitwazzjoni b'mod li tassew ikun ta' galbu.", "Tisma' ħafna diskors fieragħ min-naħa l-oħra u minn postijiet oħra dwar il-problema tad-deficit li writna.", "Jekk ma jirnexxilniex nikkontrollaw dan id-deficit nemmen li nistgħu naslu f'pożizzjoni fejn tiġi attakkata l-qalba tat-tmexxija ta' pajjiżna, is- sigurta' ta' pajjiżna, l-istabbilta' politika ta' pajjiżna u l-istabbilta' ekonomika ta' pajjiżna.", "Mhux qed ngħid li wasalna hemm.", "Qed ngħid li jekk inħallu l-affarijiet għaddejjin għad nistgħu naslu għal hemm u dan il-Gvern m'għandu l-ebda intenzjoni li jasal għal hemm.", "Allura aktar u aktar hemm responsabbilta' sħiħa fuq il-mexxejja tal-gvern ċentrali u fuq il- gvernijiet lokali biex f'kull pass li jagħmlu jassiguraw li r-riżorsi li għandna għad-dispożizzjoni tagħna nużawhom bl-aħjar mod.", "B'anqas għandna nippruvaw nagħmlu aktar u aħjar fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "U dan huwa l-appell tiegħi, kemm lir-rappreżentanti tal-kunsilli lokali kif ukoll lil dawk li jmexxu l-ħidma amministrattiva tal-gvern ċentrali.", "Flimkien, fiż-żmien li ġej, ma rridux inkunu rassenjati quddiem xi forma ta' fatalita' finanzjarja li jekk ma jkollokx aktar ma tistax tagħmel aktar.", "Madam Speaker, jiena ngħidlek li jiena nemmen li għal li ġej nistgħu nilqgħu għall-isfida, kemm bħala gvern ċentrali u kemm bħala gvern lokali, li b'anqas nistgħu nagħmlu aktar u aħjar.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, inħoss li l-kunsilli lokali llum il-ġurnata qegħdin jieħdu xejra ġdida.", "Meta kienu għadhom fil-bidu kulħadd kien xi ftit mifxul u ftit kienu dawk li kienu jafu xogħolhom, pero' llum-il ġurnata naħseb li l-kunsilli lokali organizzaw ħafna ruħhom.", "Minn dak li smajt matul din is-seduta jidher li għandna sitwazzjoni fejn Oliver is asking for more u m'hemmx għalfejn jistagħġeb ħadd li l-kunsilli lokali qegħdin jitolbu fondi aktar.", "Wieħed irid jifhem li l-kunsilli lokali ikollhom pressjoni qawwija, kemm mill-kunsilliera stess kif ukoll min-naħa tal-pubbliku.", "Jekk f'ċerta triq ikun sar xi żvilupp, issir ħafna pressjoni fuq il-kunsilli lokali biex jagħmlu l-istess żvilupp f'xi triq oħra.", "Għalhekk ma nistax naqbel ma' ċertu diskors li għadu kif għamel il- Prim Ministru għax il-progress ma tistax twaqqfu, allavolja jista' jkun hawn problema finanzjarja.", "Nifhem li għandu jkun hemm ċertu kontroll imma kulma trid huwa li tistabilixxi prijoritajiet.", "Dan hu li rridu ndaħħlu f'moħħ il-kunsilli lokali.", "Qegħdin jiġu vvotati flus biżżejjed għal ċerti lokalitajiet?", "Biex inġib eżempju se nsemmi l-każ li qrajna dwaru dan l- aħħar, jiġifieri l-każ ta' Birkirkara.", "Dawn għandhom problema ta' l-ilma u jeħtieġu a flood relief project.", "Il- Kunsill Lokali ta' Birkirkara qed igħid li hemm bżonn li jaqgħu xi djar biex l-ilma jkun jista' jgħaddi bi flow aħjar u jkun jista' jiġi milqugħ f'xi postijiet oħra.", "F'każ bħal dan kif nistgħu ngħidu li minħabba l- qagħda finanzjarja tal-pajjiż din il-biċċa xogħol trid tieqaf?", "Dan huwa każ ta' prijorita' u bilfors irid isir.", "Dan il-proġett ma jistax jistenna iżjed għax jekk tagħmel ix-xita matul ix-xitwa li ġejja, dan irid ikun tlesta, hemm kemm hemm problemi finanzjarji fil-pajjiż.", "Nerġa' ngħid li din hija kwestjoni ta' priorities u hawn ma naqbilx ma' dak li qal il-Prim Ministru.", "Huwa kunċett ħażin li tirraġuna hekk.", "Trid tara l-bżonn attwali ta' dak il-proġett li jeħtieġlu l-akbar attenzjoni.", "Jekk terremot jolqot Malta u jaqgħu xi djar, allura ngħidu li d-djar ma nerġgħux intellgħuhom għax il-pajjiż ma jiflaħx għalihom!", "Le, għandu jkun hemm fondi ta' prijorita'.", "Lill-kunsilli lokali rridu nagħtuhom l-għajnuna li għandhom bżonn.", "Mingħajr finanzi ma jistgħu jagħmlu assolutament xejn.", "Dan lil ħadd m'hu se jaqbdu b'kuntratt u jgħidulu biex jagħmlilhom pjaċir.", "Ħadd m'hu iblaħ illum il-ġurnata.", "Illum il-ġurnata trid tħallas il-belli liri biex proġett isir sewwa.", "Il-kunsilli lokali mill-banda l-oħra jridu jaraw x'inhuma l-prijoritajiet tagħhom u dan jagħmluh wara riflessjoni twila.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Mangion dwar value for money.", "Anke l-Prim Ministru kkummenta dwarha meta fuq ix-xogħol li sar ġewwa Buġibba qal li jeħtieġ li jkun hemm value for money għax kien hemm xi xogħol li kien sar ħażin.", "Hemm bżonn li din il-ħaġa tiġi tackled.", "Jeħtieġ li jintbagħtu esperti, periti u aktar nies tekniċi biex jaraw li x-xogħol isir sewwa.", "Madam Speaker, jiena naf bil-fama li jgawdu l-ħaddiema tal-gvern.", "Hemm ħaddiema tal-gvern li jistgħu jagħmlu ċertu xogħol u ma jagħmluhx.", "Irridu naraw x'inhi r-raġuni għaliex ċertu xogħol li l-kunsilli lokali jagħtu lid- dipartimenti tal-gvern idum tliet xhur jew erbgħa biex isir u meta jingħata lil kuntrattur isir fi żmien ġimgħa jew ħmistax-il ġurnata.", "Il-gvern qiegħed jonfoq miljuni kbar f'pagi lill-ħaddiema tiegħu u ħafna minnhom ma jagħmlu xejn.", "Per eżempju, fil-lokalita' tiegħi sa ftit ta' żmien ilu kienu jidhru l-kenniesa.", "Dawn kienu 12 u kienu jikinsu t-toroq kollha u kienu jagħmlu xogħol tajjeb ħafna.", "Jien infaħħarhom għax-xogħol li kienu jagħmlu.", "Imma x'ġara?", "Il-kunsill lokali qabbad kuntrattur privat biex jiknes it-toroq u anke biex jiġbor il-garbage minn ġewwa d-djar.", "Dawn il-kenniesa li kienu mpjegati mal-gvern tefgħuhom jaqilgħu l-ħaxix.", "Mhux il-kunsill lokali mpjegahom biex jaqilgħu l-ħaxix imma l-gvern.", "Dawn kemm se jdumu jaqilgħu ħaxix!", "Jiġifieri lil dawn il-gvern irid isibilhom xi xogħol ieħor jew inkella jiġu redundant.", "Wieħed irid jarahom dawn l- affarijiet.", "Punt ieħor huwa l-koperazzjoni mad-dipartimenti tal-gvern.", "Nara li hemm problema enormi li tenħtieġ li tinqabad minn qrunha u jsir xi ħaġa dwarha.", "Dan l-aħħar kelli nagħmel mistoqsija fil-Parlament dwar bozza.", "Għaliex għandu jkun deputat biex jagħmel pressjoni mal-ministru - li min jaf kemm ikollu x'jagħmel - biex jara li l-bozza ssir?", "Għaliex għandha tieħu tliet ġimgħat biex issir din il-bozza?", "Minkejja t-talbiet ripetuti tal-kunsill lokali, bozza damet tliet ġimgħat biex inbidlet.", "Għaliex m'għandux ikun hemm aktar koperazzjoni?", "Naf li kien ġie appuntat desk officer f'kull dipartiment - xi ħaġa li kienet bdiet taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista - imma x'inhuma jagħmlu dawn id-desk officers?", "Mela għandna dawn id-desk officers kollha u bqajna fis-sitwazzjoni li koperazzjoni m'hemmx.", "Jiena hawn nappella biex ix-xogħol tal-kunsilli lokali jingħata ċerta prijorita.'", "Ma jistax ikun li meta dipartiment jara li applikazzjoni tkun ġejja minn kunsill lokali jitlaqa' hemm bl-iskuża li hemm xogħol ieħor xi jsir qabel.", "Dan jgħodd ukoll għall-bdil ta' mains tal-Water Services Corporation.", "Veru li qed joħorġu offerti biex isir resurfacing ta' toroq - narawhom fil- Gazzetta tal-Gvern - imma meta l-kunsilli lokali jiġu biex jitolbu lill- Water Services Corporation biex tibdel il-mains, il-korporazzjoni dejjem tgħid li għandha prijoritajiet oħra.", "Min hu responsabbli mid-dipartimenti tal-gvern u mill-korporazzjonijiet pubbliċi irid iżomm quddiem għajnejh li aktar ma jdum biex jinbenda x-xogħol aktar jiżdiedu l-ispejjeż għall- kunsilli lokali għax il-probabbilta' hi li l-kuntrattur jgħolli l-prezz.", "Hemm bżonn li jkun hemm koperazzjoni ħafna akbar mad-dipartimenti tal- gvern.", "Hemm ukoll il-problema li ċerti toroq huma responsabbilta' tal-kunsill lokali u oħrajn li huma responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Imma kemm se nibqgħu sejrin b'din is-sistema!", "Ta' min hija r-responsabbilta' tar- roundabouts?", "Il-kunsilli jgħidulek li mhumiex responsabbli huma iżda l- gvern ċentrali, imbagħad naraw ir-roundabouts kollha mħarbtin u mkissrin.", "Nerġa' ngħid li għandu jkun hemm koperazzjoni sħiħa.", "Il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali jridu jaħdmu verament flimkien u l-gvern ċentrali li joħroġ il-flus irid jara li jkun sodisfatt bix-xogħol li jkun sar.", "Żgur li l-gvern ma jistax ma jipprovdix fondi biex il-prijoritajiet isiru.", "Per eżempju, Triq l-Imdina, f'Ħal Qormi tant fiha ħotob u ħofor li tgħaddi minnha qisek tiela' u nieżel it-taraġ!", "Din qiegħda fil-qalba ta' Ħal Qormi.", "Il-gvern ċentrali jgħid li dik hija xogħol il-kunsill lokali u l- kunsill jgħid li hija xogħol il-gvern ċentrali u t-triq ma ssir qatt.", "U bħal din hemm diversi toroq oħra.", "Hemm bżonn li nieħdu l-affarijiet bl- akbar serjeta'.", "Fir-riżoluzzjoni li għandna ma jissemma' xejn dwar it-toroq għall-bdiewa.", "Jiena ġej minn post rurali ħafna, bħalma ġejjin ħafna membri minn din il- Kamra u nixtieq nara li dawn it-toroq jingħataw wiċċ.", "(Interruzzjonijiet) Naf li l-Ministru ta' l-Agrikoltura għandu interess speċjali biex jara li ċerti toroq tal-bdiewa jiġu asfaltati.", "Issa peress li ħafna minn dawn il- mogħdijiet qatt ma ġew asfaltati, allura jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- gvern ċentrali.", "Għandna ħafna toroq li għadhom ta' żmien ir-Rumani, tant kemm huma dojoq, pero' almenu għandhom jiġu asfaltati għaż-żmenijiet tal- lum.", "Fuq dawn ma hemm l-ebda fondi vvotati mill-Gvern.", "Jiena nixtieq nara lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jagħti l-kontribut tiegħu imma qegħdin jgħidu li l-flus kollha intefqu u m'hemmx fondi biżżejjed.", "Nagħmel appell biex toroq għall-bdiewa jiġu surfaced mill-aktar fis possibbli.", "Madam Speaker, għall-gwardjani lokali qegħdin nivvotaw Lm45,000.", "Issa jekk gwardjan lokali għandu Lm4,000 fis-sena dan ifisser li ma nistgħux nimpjegaw aktar minn 11, meta għandna 67 kunsill lokali bejn Malta u Għawdex.", "Veru li l-Gvern qed igħid li dan huwa proġett pilota imma huwa wisq evidenti li 11-il gwardjan lokali m'humiex biżżejjed għal dawn il- kunsilli lokali kollha.", "Nafu x'ġara din il-ġimgħa fil-ġnien ta' Ħ'Attard li għadu kif ġie inawgurat.", "Għandna bżonn gwardjani lokali?", "Dażgur li għandna bżonn!", "Jiena kont nistenna li l-Gvern almenu jaħtar gwardjan lokali għal kull kunsill lokali u mhux jaħseb għall 11 biss.", "Lil min se jagħtihom dawn il-11?", "Madam Speaker, jenħtieġ li xogħol ta' prijorita' ma nħalluhx ikaxkar u din tal-gwardjani lokali hija wkoll prijorita' jekk irridu nindokraw kontra l-vandaliżmu.", "Il-Pulizija huma assenjati xogħol ieħor u responsabbiltajiet oħra u l-gwardjani lokali jistgħu jagħmlu ħafna xogħol u anke jiffrankaw il-flus.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa rigward il-Planning Authority.", "Ħafna drabi l-kunsilli lokali qegħdin jagħmlu pressjoni qawwija fuq il-Planning Authority biex jiġi ffinalizzat il-pjan lokali tal-lokalita' tagħhom.", "Bi pjan lokali hawn min jifhem li artijiet li huma ddikjarati bħala tajbin għal biedja, joħorġu għal bini; oħrajn jifhmu li pjan lokali jsir għal affarijiet oħra li huma ferm grandjużi li ma jistgħux jiġu milħuqa.", "Bl- għajnuna ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-kunsilli lokali jistgħu jaħdmu biex dan jiġi ffinalizzat, b'mod speċjali fejn tidħol l-urban conservation area, li hi dik l-area tar-raħal jew tal-belt li tista' tiġi kkonservata u ppreservata.", "Il-kunsilli lokali għadhom ħafna lura f'din il-materja u jistgħu jieħdu ħafna ħsieb ukoll l-ambjent tar-raħal tagħhom.", "Il-kunsilli lokali m'huma jieħdu l-ebda passi f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, ikollok dar antika ħafna u mbagħad tara li din ibiddlulha t-twieqi u minn ta' l- injam jagħmluhom ta' l-aluminium.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tapprovax dan imma l-kunsilli lokali qegħdin jinjoraw kompletament din il-policy.", "Jiena nagħmel appell lill-kunsilli lokali biex jagħtu konsiderazzjoni sabiex il-core tar-raħal tagħhom jippreservawh.", "Dan huwa xogħol li ma jinvolvi l-ebda flus imma ċertament għandha ssir għassa biex fejn jaraw dan l-iżball jieħdu l-azzjoni kollha li jkun hemm bżonn.", "Madam Speaker, jien wisq nibża' li l-fondi speċjali li qed jingħataw lill- kunsilli lokali m'humiex biżżejjed għal ċerti prijoritajiet li għandhom u nittama li l-Gvern jikkonsidra dan.", "Dawn li qed nivvotaw iwasslu sat-31 ta' Marzu tas-sena d-dieħla.", "Nittama li wara Marzu l-Gvern jirrivedi l- pożizzjoni tiegħu ġaladarba jkun sodisfatt bix-xogħol li jkun sar fid-dawl tal-prijoritajiet li l-kunsilli lokali għandhom.", "Għax ma jagħmilx sens li l-Gvern jitfa' ċifri bl-addoċċ u mingħajr ħsieb.", "GĦall-bini ta' playground għat-tfal f'lokalitajiet fejn m'hemmx nivvotaw Lm60,000 u biex nagħmlu grounds tal-football nivvotaw Lm60,000 ukoll!", "Din m'hijiex serjeta' għax ground tal-football jirrikjedi ħafna iktar finanzi minn sempliċement playground u allura jien nittama li l-flus li nivvotaw hawnhekk jiġu kkonsidrati fid-dawl tal-costings li jkunu saru.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri; No) Jekk m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Onor.", "Charles Mangion biex jagħmel il-winding- up.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, id-diskussjoni tal-lum s'issa ħadet kważi tmien sigħat sħaħ u nistgħu ngħidu li kienet pjuttost interessanti.", "Dan huwa qasam li fil-prinċipju naqblu fuqu pero' ovvjament hemm id- diverġenzi ta' l-opinjonijiet u għalhekk f'dan il-winding-up se nipprova nirrispondi kemm jista' jkun għal xi punti li tqanqlu.", "Nibda minn dak li qal l-Onor.", "Vassallo - veru li bħalissa l-Onor.", "Membru mhux qiegħed hawnhekk pero' xorta se nirrispondih - li pprova jagħti l- impressjoni li fil-konfront tal-kunsilli lokali jien illum qed ngħid affarijiet li huma l-oppost ta' dak li kont nikkritika meta kont għadni shadow minister.", "Meta smajtu jitkellem hekk għidt bejni u bejn ruħi: Imma dan possibbli ma kienx qiegħed hawn jismagħni dalgħodu meta kont qed nagħmel l-introduzzjoni tiegħi?", "Jien nifhem li xi kultant ma niftehmux imma meta wieħed jifhem kollox bil-maqlub ifisser jew li kien aljenat jew addirittura ried jifhem hekk.", "Qed ngħid dan għax l-Onor.", "Membru beda l-ħin kollu jirriferi għall-kritika li kont nagħmel mill-bankijiet ta' l- oppożizzjoni fuq l-ineffiċjenza tal-gvern ċentrali u bħal donnu ried jimplika li issa jien qed ngħid li m'hemmx oqsma li għandhom bżonn jiġu mtejba radikalment ħalli l-poplu jingħata servizz aħjar.", "Bil-maqlub!", "Dalgħodu fid-diskors tiegħi għamiltha ċara li l-amministrazzjoni pubblika hija magħmula mill-gvern ċentrali u mill-awtoritajiet lokali u għidt ukoll li rridu naħdmu flimkien fl-aħjar interess taċ-ċittadin.", "It-tema li jrid iwassal il-Gvern Laburista - u li żviluppa b'tant preċiżjoni l-Prim Ministru - hija li l-awtoritajiet lokali u l-gvern ċentrali għandhom ir- responsabbilta' li jamministraw il-fondi pubbliċi b'tali mod li jieħdu l- aħjar bl-anqas prezz, kemm fuq bażi lokali u kemm fuq bażi nazzjonali.", "Dan huwa l-ħsieb li rridu nwasslu 'l quddiem u dan jimponi fuqna wkoll li ntejbu t-tmexxija billi nsaħħu l-element tal-management.", "Forsi l- kunsilliera jgħidu: Aħna parti mill-gvern lokali.", "Fil-fatt huma parti mill-gvern lokali imma l-gvern lokali huwa parti mill-amministrazzjoni sħiħa ta' pajjiż wieħed u għalhekk ir-responsabbilta' hija maqsuma bejn it- tnejn.", "Dan jien kont ngħidu meta konna fl-oppożizzjoni u llum li qiegħed fil-qalba tas-sitwazzjoni nsostnih b'aktar qawwa.", "L-Onor.", "Vassallo staqsa jekk meta naqqasna Lm1 miljun mill-vot tal- kunsilli lokali fl-aħħar budget konniex konxji mill-problema tad-deficit.", "Ma nafx għalfejn saret din l-osservazzjoni għax l-Oppożizzjoni taf li sieħbi, l-Onor.", "Lino Spiteri, bħala ministru tal-finanzi, kellu biss minn Novembru sal-bidu ta' Jannar - anzi lanqas kellu żmien daqshekk - biex jifformola budget nazzjonali għas-sena ta' wara.", "Gvern Nazzjonalista kien ħalla d-deficit jiżviluppa b'tali mod li l-istima tiegħu ta' Lm34 miljun kienet bil-bosta 'l bogħod mir-realta' għax fil-fatt id-deficit għall-1996 qarreb il-Lm120 miljun.", "Waqt li l-Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami kien ipproġetta li d-deficit ma jaqbiżx it-3% tal-prodott domestiku nazzjonali, fil-verita' dan tela' għal aktar minn 9%.", "Issa din ir-realta' taffettwa mhux biss lill-gvern ċentrali imma lill-amministrazzjoni pubblika kollha għax il-kunsilli lokali huma parti mill-amministrazzjoni pubblika.", "Meta qed ngħid dan m'għandix niġi miftiehem li b'xi mod irrid innaqqar mill- awtonomija li għandhom il-kunsilli lokali.", "Mhux il-ħsieb tal-Gvern li b'xi mod ifixkel lill-kunsilli lokali fil-mod kif jaħdmu, pero' li naraw li jaġixxu b'aktar responsabbilta' huwa obbligu ta' kull wieħed minna.", "L-Onor.", "Vassallo semma' wkoll li għandha ssir konsultazzjoni mal-Local Councils Association.", "L-esperti tad-dipartiment ġibduli l-attenzjoni li qabel ma l-Gvern resaq b'din ir-riżoluzzjoni quddiem il-Parlament, matul ix- xahar ta' Ottubru saru laqgħat mal-Local Councils Association, eżattament fuq il-kontenut ta' din ir-riżoluzzjoni.", "GĦidnilhom li meta tgħaddi r- riżoluzzjoni l-flus se jkunu assenjati lilhom skond kif jidhru fir- riżoluzzjoni u għidnilhom fuq liema kriterji bbażajna t-tqassim tal-fondi li għandna available.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt reġa' hemm żieda sostanzjali fl-allokazzjoni għat-toroq u qed inwarrbu somma ta' Lm1.4 miljun, jew aħjar 60% tal-fondi available, u qegħdin nagħmlu hekk għax ħadna bis-serjeta' s-sottomissjonijiet li għamlu l-kunsilli lokali.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Vassallo fakkarni fil-battuta li kont għamilt - kont għadni shadow minister - meta kont rriferejt għall-hit parade ta' toroq imħarbtin.", "Għaliex kont għidt hekk?", "Għax il-kunsilli lokali dak iż- żmien kienu ġew mitluba jagħtu lista ta' l-ismijiet tat-toroq li kienu mħarbtin - jekk m'iniex sejjer żball dan l-eżerċizzju kien sar fl-1994/1995 - imma nafu x'irriżulta minn dak l-eżerċizzju.", "Fl-1996 kienu ntgħażlu numru ta' kuntratturi mir-roads department bħala li jikkwalifikaw biex jieħdu t-tenders bi prezz fiss u f'dik is-sena ta' l-elezzjoni bdew isiru xi ftit toroq 'l hawn u 'l hemm.", "B'dan il-mod l-iktar ministri li kellhom influwenza rnexxielhom jikkanalaw riżorsi minn dak il-fond sabiex jirranġaw toroq fid-distrett tagħhom.", "GĦalhekk dak inhar kont għidt li ntalbet li ssir lista tat-top ten jew top twenty tat-toroq li kellhom bżonn ta' resurfacing.", "Madam Speaker, din is-sena mhux hekk aġixxejna.", "Din id-darba konna nafu x'inhuma l-problemi li jiltaqgħu magħhom il-kunsilli meta jiġu biex jagħmlu resurfacing tat-toroq.", "Konna nafu wkoll li l-bżonn li ntejbu l-livell tat- toroq jolqot il-pajjiż kollu għax m'hemmx lokalita' waħda aħjar minn oħra u allura rrivedejna l-lista ta' toroq prioritarji, dejjem skond kif qalulna l- kunsilli.", "Hekk għandha tkun il-kollaborazzjoni jekk irridu naħdmu id f'id għall-għan komuni.", "Barra minn hekk, ħdimna wkoll fuq livell ċentrali biex waqqafna coordinating unit bejn id-diversi korporazzjonijiet u r-roads department ħalli nkunu nistgħu niftehmu mal-kunsilli lokali u meta jkollhom il-fondi available ngħinuhom sabiex jagħmlu t-tender.", "Issa biex nikkoreġi xi mpressjoni żbaljata li setgħet ingħatat, huwa tajjeb li ngħid li meta qed nitkellmu fuq resurfacing hija xi ħaġa differenti minn reconstruction.", "Huwa tajjeb li nkunu nafu sew ta' min hi r- responsabbilta', jekk hux tal-gvern ċentrali jew tal-kunsilli lokali.", "Apparti l-arterial roads, li dejjem jaqgħu taħt il-gvern ċentrali, meta triq tkun trid issir mill-ġdid jew tkun għadha qatt ma ġiet asfaltata, ir- responsabbilta' tkun tal-gvern ċentrali.", "Imbagħad fil-każ ta' dawk it- toroq li jkollhom bżonn ta' resurfacing, skond il-grading, jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li meta t-toroq jingħataw wiċċ m'għandhomx jingħataw lagħqa li tmur ma' l- ewwel xita.", "L-esperti ssuġġerewlna li t-triq suppost għandha tingħata surface ta' madwar erba' pulzieri u żewġ pulzieri minnhom iridu jkunu hot asphalting.", "Mill-aspett tekniku dawn qalulna li għall-maġġoranza tat-toroq dan ikun suffiċjenti.", "Irrid ngħid ukoll li l-flus li nallokaw lill-kunsilli lokali huma biss għal dik il-parti tar-resurfacing għax is-servizzi li jkun hemm taħt it- triq, bħalma huma l-ilma u d-dawl, jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali jew tal-korporazzjoni li tkun.", "Jiġifieri jekk hemm main ta' l- ilma li jrid jinbidel dak irid jinbidel mill-Water Services Corporation.", "Pero' li qed ngħid huwa li se tibda toħroġ tender waħda li tkopri x-xogħol kollu, imbagħad kulħadd iħallas il-parti li jkun responsabbli għaliha.", "L- għan tagħna huwa wieħed, dak li nagħmlu upgrading tat-toroq, b'kull parti terfa' r-responsabbilta' tagħha.", "Din hi r-responsabilizzazzjoni li qegħdin nitkellmu fuqha kontinwament bħala parti mill-policy għall-iżvilupp tal- proċess tal-kunsilli lokali.", "Meta d-dipartiment ġie biex iqassam il-fondi permezz ta' dawn il-kriterji, ġabar din l-informazzjoni kollha mingħand il- kunsilli lokali u l-fondi li kellu available seta' jqassamhom skond il- bżonnijiet li kien hemm.", "Aħna rridu li bażikament kull lokalita' tieħu sehem minn dawn il-fondi u allura tajna time-frame u għidna li f'perijodu ta' tmien snin it-toroq kollha li għandhom bżonn ta' resurfacing jistgħu jitlestew.", "Ovvjament jekk għada pitgħada l-allokazzjoni tikber il-perijodu ta' tmien snin jiġi akkorċjat.", "Dan hu l-framework li żviluppajna flimkien mad-dipartimenti u mal-kunsilli lokali.", "Irrid ngħid li l-kunsilli lokali qablu ma' dan, kellhom diskussjonijiet on site mal-coordinating unit u bdew jaħdmu t- tenders flimkien.", "Fil-fatt f'Awissu li għadda ħarġu l-ewwel grupp ta' tenders u l-kumplament se joħorġu fi żmien qasir.", "Issa rridu nkunu ċerti li x-xogħol tat-tenders isir fit-terminu determinat u skond kif ġie ppjanat.", "Hawn imbagħad jidħol it-tieni pass, dak li tieħu l-inizjattiva u tara li jkollok ir-riżultat li tkun immirajt għalih.", "Jiġifieri hawn tidħol ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali u ta' l-amministrazzjoni lokali li l- affarijiet isiru skond kif inkunu qbilna dwarhom.", "Biex ngħid hekk, wieħed mir-roles tal-kunsilli lokali hu li jissorvelja kontinwament dawn l- inizjattivi.", "Hawn irrid insemmi l-inizjattiva l-oħra tal-manutenzjoni ta' l-iskejjel.", "Aħna naqblu li din kienet inizjattiva tajba għax irnexxiet u qed tagħti riżultati tajbin, għalkemm b'xi eċċezzjoni 'l hemm u 'il hawn.", "Veru wkoll li kellna kunsilli lokali li ma wrewx il-kollaborazzjoni mixtieqa jew li forsi ma fehmux dan il-konċett.", "Tajjeb li ngħid li lil dawn ma tfajnilhomx xi piżijiet finanzjarji fuqhom għax l-ispejjeż tal-contracts manager kienu koperti u dawn ingħataw perċentwali mill-ispiża tax-xogħol amministrattiv.", "Huwa fl-interess tiegħi bħala ministru li ma ngħabbix lill-kunsilli lokali bi spejjeż addizzjonali.", "Id-dipartiment ta' l-edukazzjoni li kellu l-fondi għad-dispożizzjoni tiegħu fehem li jrid jalloka kriterji oġġettivi biex l- amministrazzjoni tal-kunsilli lokali ma tiġix mgħobbija b'iktar piżijiet meta ma jkollhiex biex tilqa' dawn id-domandi.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri meta nkunu qed nattwaw l-affarijiet irridu nipprovaw nidħlu fihom fil-fond u naħsbu fuqhom fit-tul.", "Aħna ma noqogħdux nippubbliċiżżaw ix- xogħol intensiv li jkun għaddej minn wara l-kwinti b'mod intensiv biex nipprovaw insolvu dawn il-problemi.", "Issa se nidħlu fit-tieni fażi fejn qed ngħidu li x-xogħol li jrid isir fl-iskejjel għandu jsir b'kollaborazzjoni sħiħa.", "Hawn nista' nikkonferma li wieħed mill-iktar kunsilli lokali l-aktar affjatati magħna huwa dak ta' Santa Venera, li jrid jiżviluppa faċilitajiet sportivi għax fil-lokalita' m'hemm xejn ta' dan it-tip.", "Santa Venera hija lokalita' traffikuża li tinsab fiċ-ċentru tal-pajjiż, lokalita' li kibret u nfirxet u għalhekk m'għadx hemm open spaces.", "Għaldaqstant id-dipartiment ta' l-edukazzjoni se jalloka fondi mill-vot kapitali sabiex jagħmel dan l- iżvilupp fl-iskejjel.", "Fil-fatt dan sar bi ftehim mal-kunsill lokali li aċċettaw li ssir din il-ħaġa.", "Aħna mhux sempliċement qbadna u għidnilhom li se jsir dan ix-xogħol u li xogħolhom huwa li jaraw li jagħmlu l- management tiegħu imma ddiskutejna flimkien kif l-aħjar li nilħqu dan l- għan.", "Ċertament li dan il-konċett tad-delega irridu narawh jiżviluppa aktar għax meta l-affarijiet ikunu qed isiru taħt il-management tal-kunsill lokali se jsiru aħjar u din hija parti mir-responsabbilta' li qegħdin ngħaddu.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jekk nemmnu li dak ix-xogħol jista' jsir aħjar flimkien mal-kunsill lokali, jew inkella naraw li jekk tiddelega l-management lill-kunsill lokali x-xogħol jista' jsir aħjar, allura għaliex m'għandniex nagħmlu hekk?", "Jien naħseb li lkoll naqblu li għandna nagħtu sustanza lil dan il-konċett tad-delega u allura se nestendu dawn it-tip ta' inizjattivi għal lokalitajiet oħrajn.", "Mhux neċessarjament kullimkien, għax waqt li wieħed jifhem il-validita' tad-diversi talbiet minn kull kunsill lokali għal ċentri ċiviċi, health centres, sports complexes, djar ta' l- anzjani u faċilitajiet oħra, irridu lkoll napprezzaw li dawn il-postijiet iridu jkunu manned u l-element ta' manpower irid jiġi kkonsidrat, iktar u iktar fl-utilita' tiegħu.", "Għax jekk ma nibdewx naħsbu biex dak li nagħmlu kemm jista' jkun isir b'mod ekonomiku inkunu qegħdin nagħmlu disservice lill-poplu tagħna u lil pajjiżna.", "Mela l-aħjar ħaġa hi li ngħidulhom: Ejjew naraw kif nallokaw dawn il-faċilitajiet li huma bżonnjużi kullimkien ħalli jkun hemm użu massimu tagħhom u verament nilħqu l-għanijiet li rridu nilħqu.", "Naturalment irid ikun hemm staff imħarreġ professjonalment sabiex jara li ssir din it-tip ta' delega u d-devoluzzjoni tar-responsabbilta'.", "Madam Speaker, hawn forsi ta' min jgħid li ħafna drabi nħalltu d- differenza fit-termini legali bejn \"devoluzzjoni\" u \"delega\".", "Il-liġi stess tistipula \"devoluzzjoni\" bħala responsabbilta' - biex nagħti eżempju prattiku, fost ir-responsabbiltajiet li ġew devoluti fuq il-kunsilli lokali nista' nsemmi l-garbage collection u t-tindif - filwaqt li \"delega\" hija tip ta' arranġament li jista' jiġi żviluppat.", "Per eżempju, f'Buġibba nqalgħet il-problema jekk il-kunsill lokali għandux jieħu ħsieb l-area kollha, inkluż dik li ġiet żviluppata.", "U l-ftehim li ntlaħaq kien li r- responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali għandhom jibqgħu dawk li hemm stipulati fil-liġi.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid ukoll li minħabba l-fatt li Bugibba huwa post turistiku - u allura matul is-sajf se jkollok iktar nies - kif ukoll minħabba l-fatt li hemm ħafna ħwienet tal-kummerċ, dawn se jirċievu extra funds ta' madwar Lm161,000 sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw ir-responsabbiltajiet addizzjonali li ngħataw.", "U hawn jidħol it-target wieħed li rridu naraw kif inhu l-aħjar mod li naslu għalih.", "Jekk il- Bugibba Action Committee, tramite r-riżorsi li jirċievi mill-gvern, jista' jikkomplimenta dawn is-servizzi biex jgħolli l-livell, x'hemm ħażin jekk b'forma ta' delega jew ta' komplimentarjeta' naslu biex fl-aħħar mill-aħħar l-investiment tant qawwi li sar jibqa' miżmum f'livell għoli?", "Hawn m'iniex nirriferi għat-turisti - għax xi kultant minħabba l-importanza ekonomika li għandu t-turiżmu f'pajjiżna mmorru mill-ewwel għall-aspett turistiku - imma kont qed nirriferi għaċ-ċittadin Malti.", "Forsi hawn min jaħseb li hija ħmerija jekk insemmi lil dak il-porvru ċittadin li jkun ċempillek biex jgħidlek li l-iġbir ta' l-iskart qed isir b'mod traskurat għax min qed ibattal il-bins qed jitfa' nofs l-affarijiet ma' l-art.", "Forsi din hija ħmerija imma żgur li hija realta'.", "Dan huwa servizz li jieħu ħsiebu l-kunsill u għalkemm dak li qed jiġri huwa tort tal- kuntrattur u mhux tal-kunsill, dan għandu jikkontrolla li dik l-effiċjenza li tintalab fil-kuntratt tintlaħaq.", "Dan huwa obbligu li jaqa' kemm fuq il- kunsill lokali kif ukoll fuq il-gvern ċentrali, jiġifieri hawnhekk m'aħniex nitkellmu at cross purposes.", "M'aħniex ngħidu li lill-kunsill lokali rridu neħdulu xi awtorita' biex narrogawha lill-gvern ċentrali.", "F'artiklu 33 ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali nsibu lista sħiħa ta' poteri li matul l-aħħar snin ġew mgħoddijin fuq il-kunsilli lokali.", "Naħseb li huwa tajjeb li f'dan l-istadju nistaqsu kemm tjieb il-livell ta' effiċjenza u x'kien ir- riżultat materjali ta' din id-devoluzzjoni u ta' dawn ir-responsabbiltajiet għax din hija d-domanda li jagħmel the man in the street.", "Barra minn hekk, irridu nħarsu wkoll lejn kemm kien ekonomiku dan l-eżerċizzju u nipprovaw intejbuh iktar u iktar fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja preżenti.", "Ma rridux nitkellmu b'mod allarmanti imma fl-istess ħin irridu nitkellmu b'mod realtistiku għax min ma jitkellimx b'mod realistiku huwa irresponsabbli.", "Meta kont fl-oppożizzjoni kont ngħid - u issa li qiegħed fil-gvern qed inkompli nsostnih - li hawn irridu nitkellmu b'mod realistiku.", "Nifhem li r-rwol ta' min ikun fl-oppożizzjoni huwa dak li jikkritika, imma meta tkun fil-gvern għandek task iktar oneruż għax you are expected to deliver.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex m'għandniex ngħiduhom dawn l- affarijiet?", "Ma tistax taħrab minnhom.", "Din hija r-realta.", "Lejn dan qegħdin nimmiraw u mhux li nnaqqsu r-responsabbiltajiet jew l-awtorita' tal- kunsilli lokali.", "Xejn minn dan, pero' qabel ma nidentifikaw oqsma oħra fejn nistgħu ngħaddulhom aktar poteri, rridu nagħmlu assessment ta' dak li diġa' sar.", "Hawn m'iniex ngħid għal xi lokalita' partikolari imma f'kull lokalita' rridu naraw kif nistgħu ntejbu l-effiċjenza diġa' milħuqa.", "(Interruzzjonijiet) Iva hemm bżonn li l-gvern ċentrali jtejjeb l- effiċjenza tiegħu biex tkun tista' titjieb l-effiċjenza at local level.", "Iktar ma nidentifikaw dawn il-metodi ta' titjib f'dik li hija amministrazzjoni ċentrali lokali, iktar responsabbiltajiet ikunu jistgħu jiġu devoluti fuq il-kunsilli lokali u 'l quddiem nispjega għaliex.", "(Interruzzjonijiet) Meta ġejna biex nagħmlu ftehim mal-ministeru ta' l- edukazzjoni ma tantx kien hemm iċ-ċans li noqogħdu niddiskutu fid-dettall u nikkonsidraw is-sottomissjonijiet tal-kunsilli għax ix-xogħol ta' manutenzjoni ried isir malajr.", "Imma issa la qed naraw li l-iskema li l- kunsilli lokali jkollhom rappreżentant fuq il-kunsill ta' l-iskejjel qed taħdem, fil-futur dawn iridu jibdew jiġu kkonsultati wkoll.", "Madam Speaker, issemma ħafna l-element tal-wardens u għalhekk xtaqt li nitkellem ftit fuq dan ukoll.", "L-ewwelnett irrid inneħħi l-impressjoni żbaljata li ngħatat mill-Onor.", "Austin Gatt li dan il-programm qed nibdewh bit-tqanċiċ.", "Huwa tajjeb li nfakkru li fil-business plans li sibna fid- dipartiment - bażikament bqajna mexjin fuqhom għax jagħmlu sens - minn dejjem kien hemm l-intenzjoni li għal dan il-programm jiġu allokati fondi mill-ispecial funds.", "Nerġa' nsostni li dan m'huwiex element ta' tqanċiċ imma qegħdin attenti kif nonfqu l-fondi pubbliċi.", "Aħna hawnhekk sempliċement qegħdin nimxu fuq il-business plans li kellu d-dipartiment u għal min seta' ħaseb li qegħdin indaħħlu l-wardens biex niġbru l-multi ngħidlu li sejjer imqarraq.", "Dak nagħmluh lil min jagħmel xi kontravvenzjoni u mhux għalxejn u hawn irrid ngħid li waħda mill-ikbar problemi li ltqajt magħhom hija l-kwestjoni ta' l-enforcement.", "Per eżempju, irrid infakkar li fejn jidħlu traffic offences, fl-1994 il- Gvern preċedenti kien emenda l-liġi u kien qal ċar u tond li min ikollu multa u ma jħallashiex, il-liċenzja tiegħu ma tiġġeddidx.", "Biex temenda liġi m'hijiex problema imma mbagħad trid timplimentaha ħalli tara tkunx ilħaqt ir-riżultat li xtaqt.", "Pero' f'dan il-każ ma kien sar xejn ħlief li fil-qorti baqgħu jakkumulaw il-multi.", "L-inizjattiva li ttieħdet fis-sajf biex niġbru parti minn dawn il-multi m'hijiex se tieqaf hemmhekk għax issa bdejna eżerċizzju mad-dipartimenti konċernati bħalma huma dawk ta' l- Intern, tat-Trasport, tal-Liċenzji, eċċ., biex flimkien mal-ministeru tagħhom mis-sena d-dieħla noħolqu s-set-up neċessarju biex meta multa ma titħallasx, dan in-nuqqas jiġi nnotifikat fil-pront lill-uffiċju tal- liċenzji u l-liċenzja ma tkunx tista' tiġġedded qabel ma s-sewwieq iħallas il-multa dovuta.", "Jiġifieri mhux billi jkollok liġi on the statute books.", "Id-dipartiment se jieħu ħsieb il-linċenzjament tal-wardens għax hekk tistipula l-liġi, imma mhux se jgħidilhom: Morru ma' dak il-kunsill jew ma' dak il-kunsill.", "Huma l-kunsilli li jitolbu kemm għandhom bżonn wardens, imbagħad id-dipartiment joħroġ il-liċenzji tal-wardens tramite l- Kummissarju tal-Pulizija.", "Jekk m'iniex sejjer żball hekk qiegħda l- istruttura u m'hemm l-ebda oġġezzjoni għall-fatt li d-dipartiment jgħid: Isma', dawn għaddew mit-test u għamlu t-taħriġ neċessarju biex ikunu jistgħu jaqdu dmirhom bħala wardens.", "Imma qabel ma nibdew nattwaw dan huwa importanti li jkollna l-element ta' l-enforcement in place, fis-sens li jekk wieħed jiġi mmultat u l-multa jibqa' ma jħallashiex, trid issib mezz kif iġġiegħlu jħallasha.", "Għax inkella l-istess problema li teżisti għall- gvern ċentrali se titfagħha fuq l-awtoritajiet lokali u dan m'huwiex mezz kif niżviluppaw il-kunsilli lokali.", "Staqsewna wkoll jekk il-multi li jinġabru jmorrux lura għand il-kunsilli.", "Illum diġa' qed nagħmlu eżerċizzju fejn parti mill-flus li jinġabru mit- trade licences qed jerġgħu jmorru għand il-kunsilli lokali.", "Hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq taxxi ġodda - nixtieq li ma jkunx hemm xi malentiż li l-kunsilli lokali qegħdin jimponu xi taxxi ġodda - imma fuq ġbir ta' multi li diġa' huma stipulati bil-liġi li pero' issa rridu naraw kif se nagħmlu biex niġbruhom.", "Il-Gvern qabel kien issuġġerixxa li kull kunsill lokali jkun jista' jaġixxi ta' tribunal jew ta' qorti u nużaw il- kummissarji tal-ġustizzja.", "Kien sar esperiment fil-Hamrun imma kif diġa' qal sieħbi l-Onor.", "Gatt kien falla kompletament.", "Barra minn hekk huwa tajjeb li ngħidu li lanqas il-kummissarji tal-ġustizja ma jaqblu li dan isir għax mhux biss huwa nkonvenjenti imma huwa diffiċli amministrattivament.", "Hawn b'interess ninnota li riċentement l-Onor.", "Tonio Borg - li issa reġa' beda jipprattika fil-qorti - fil-gazzetta \"The Malta Independent\" tal-21 ta' Ottubru issuġġerixxa li dawn il-multi u kontravvenzjonijiet oħra, bħalma huma reati depenalizzati, jistgħu jibdew jinġabru fuq livell ta' distrett.", "Meta konna fl-oppożizzjoni jien kont ngħid li din is-sistema hija iktar prattika u kontrollabbli amministrattivament.", "Għaliex?", "Għax inti għandek tribunal distrettwali jew reġjonali li qed jaħdem kontinwament u jekk ikun hemm bżonn ta' reġistratur inkunu nafu fejn qiegħed, imbagħad kull lokal ikollu l-ġurnata tiegħu meta jinstemgħu l-każi li jiddependi minn kemm ikun hemm każi.", "Din imbagħad hija kwestjoni ta' amministrazzjoni tajba u ta' enforcement effettiv.", "Jien nemmen li l-wardens jistgħu jintużaw mhux biss fil-każ tat-traffiku - għax ħafna drabi dawn nassoċjawhom mat-traffiku - imma anke fil-każ ta' litter fines u school fines.", "Jiġifieri fl-istruttura sħiħa ta' enforcement għandek ħafna xogħol li jista' jiġi delegat fuq livell reġjonali, apparti l-fatt li b'dan il-proċess inkunu nistgħu nnaqqsu min-numru kbir ta' nies li ħafna drabi nsibu fil-qrati tagħna.", "Madam Speaker, kien hemm konsiderazzjonijiet oħra li tqanqlu imma pprovajt niġbor il-kummenti in ġenerali.", "Kien hemm każijiet individwali, fosthom dak ta' l-Isla, fejn intqal li m'għandhomx biex jixtru photocopier.", "Hawn irrid insemmi li fejn qabel dawn kienu jingħataw Lm10,000, minħabba li ma setgħux ilaħħqu mal-problemi taghhom din is-sena se nagħtuhom Lm15,000, mhux għax żidna l-fondi imma għaliex għamilna l-istruttura ta' l- allokazzjoni b'mod iktar effiċjenti.", "Mhux hekk biss imma konxji ta' dawk il- kunsilli li minħabba li l-formola tagħhom ma ħadmitx kellhom xi problemi ta' riżorsi.", "Dawn m'għamlux sottomissjonijiet imma aħna mmorru nitkellmu magħhom direttament ħalli nifhmu iktar x'inhuma d-diffikultajiet tagħhom u b'hekk inkunu nistgħu ngħinhom.", "Fil-fatt fil-Fond \"D4\" saret estensjoni fis-sens li t-13-il kunsill li s- sena l-oħra ħadu Lm10,000 din is-sena se jingħataw Lm15,000 kull wieħed u bis-seba' kunsilli li hemm ġodda se nallokawlhom Lm10,000 kull wieħed.", "Jiġifieri we are aware tad-diffikultajiet individwali li jiltaqgħu magħhom il-kunsilli u se nipprovaw nindirizzawhom.", "Pero' il-kunsill lokali jridu jifhmu wkoll li aħna nimxu skond l-awtonomija li tagħtihom il-liġi.", "Jien naf li dan jifhmuh għax nitkellem magħhom, pero' jekk ikun hemm problema fejn il-fondi pubbliċi jridu jkunu amministrati b'mod effettiv, effiċjenti u ekonomiku, dawn iridu jifhmu din ir-realta'.", "Mhux jgħidu: Dik mhijiex responsabbilta' tagħna iżda tal-ministru, jew tad-direttur, jew tal-gvern ċentrali.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri r-responsabbilta' tagħhom hija one way ticket?", "Ma naħsibx li l-affarijiet bis-serjeta' jistgħu jinħadmu b'dan il- mod u jien konvint li huma ma jirraġunawx hekk.", "Tant jien konvint li ma jirraġunawx hekk li huma xi kultant ġustament igergru, u jġibu każi speċifiċi fejn ikunu jridu jaħdmu tramite dipartimenti ċentrali u ma jirnexxilhomx .", "Ikun hemm każi fejn ikollhom suċċess imma jkun hemm ukoll każi fejn ma jirnexxilhomx meta fil-parti l-kbira l-kunsilli lokali jkunu lesti jestendu l-kollaborazzjoni.", "Hawn nista' nsemmi l-każ ta' l-assignment tal-ħaddiema.", "Qabel ma bdiet din is-sistema kien hemm ħafna dubji u inċertezzi.", "M'iniex ngħid li llum dawn ġew eliminati għax għad hemm ħafna diffikultajiet, pero' llum hemm numru ta' kunsilli li diġa' qegħdin jifhmu li din is-sistema tista' tkun utli għalihom u allura qed jaraw kif jiżviluppaw skemi sabiex iħajru, jinċentivaw u jimmotivaw lil dawn il- ħaddiema.", "Dan huwa l-iskop komuni li jiġi identifikat għan u mbagħad kulħadd jaħdem lejn dak l-għan komuni, b'konvinzjoni iktar milli b'kull ħaġa oħra.", "Per eżempju, dak li jkun jgħidlek: Iva jien nista' nagħmlu dan ix-xogħol għax m'huwiex se jaffetwani min-naħa tal-ħaddiema.", "Ovvjament din trid taraha tiżviluppa kunsill kunsill.", "Din is-sistema diġa' ħadmet fil- kunsilli lokali tan-Naxxar, ta' Santa Luċija, taż-Żejtun u anke f'Għawdex u meta l-Gvern ra r-riżultat tal-postijiet fejn kienet diġa' mħaddma, ried jiżviluppaha għall-benefiċċju ta' l-istess kunsilli u kunsilliera.", "Madam Speaker, din hija d-direzzjoni u dawn huma l-binarji li rridu nimxu fuqhom.", "Irridu nwessgħu l-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali fis- soċjeta' u nerġa' ngħid li l-Kunsill Reġjonali ta' Għawdex qed jiftħilna orizzonti ġodda għax issa se tkun responsabbilta' tagħhom li jagħmlu pjan ta' żvilupp.", "Huma se jiddeterminaw fejn iridu jaslu u nispera li din l- isfida ġdida ma jikkonsidrawhiex b'xi dell jew għamad politiku imma jikkonsidrawha bħala sfida u jaraw x'qed toffri.", "Din hija bbażata fuq dak li għaddej f'pajjiżi Ewropej u l-white paper telenka kif ħafna affarijiet qed jiżviluppaw fuq livell reġjonali.", "Din hija t-trend moderna fl-Ewropa fejn hemm gżejjer żgħar.", "Bilfors li inizjattiva bħal din tiftaħlek orizzonti ġodda, pero' ma' l-orizzonti ġodda jinfetħu wkoll responsabbiltajiet ġodda.", "Madam Speaker, j'Alla li bil-passi li qed nieħdu biex nikkontrollaw, nirregolaw u nirrazzjonalizzaw id-deficit pubbliku 'il quddiem ikun hemm ristrutturazzjoni fl-ispiża rikorrenti tal-gvern, għax kif għidt dalgħodu l- infiq tal-kunsilli lokali huwa parti minn din l-ispiża.", "Illum kont qed naqra l-istatement ta' l-FOI li jitkellem fuq il-bżonn li d-deficit pubbliku jiġi rrazzjonalizzat u kkontrollat u li l-fondi għandhom jintnefqu b'aktar effiċjenza ħalli jagħtu riżultati aħjar.", "Dawn huma obbligi u responsabbiltajiet mhux biss tal-gvern ċentrali imma anke ta' l-entitajiet lokali li flimkien mal-Gvern qed imexxu amministrazzjoni waħda, l- amministrazzjoni ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi r-riżoluzzjoni dwar Ħteġijiet Speċjali tal-Kunsilli Lokali kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "(Ikompli mill-21 ta' Ottubru 1997)", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, fis-seduta fejn bdejna niddiskutu din il-mozzjoni, is-Sinjorija tiegħek tat ruling dwar point of order li, għalkemm aħna obbligati li nsegwuh, bir-rispett kollu ngħid li ma naqbilx miegħu.", "Jien nixtieq nattira l-attenzjoni tas-Sinjorija tiegħek li artiklu 73 tal-Kostituzzjoni ta' Malta ma jsemmix biss \"maħfra\" ta' xi ammont dovut lill-gvern imma jsemmi wkoll \"ftehim\".", "Fil-fatt dan l-artiklu jgħid hekk:", "\"Ħlief wara rakkmandazzjoni tal-President murija minn ministru, il- Kamra tad-Deputati ma għandhiex -", "(a) tipproċedi dwar xi abbozz (magħduda kull emenda għal abbozz) li, fil-fehma tal-persuna li tkun tippresjedi, jipprovdi għal xi wieħed mill-iskopijiet li ġejjin, jiġifieri, biex jimponi jew iżid xi taxxa, biex jimponi jew iżid xi piż fuq id-dħul jew fondi oħra ta' Malta jew biex jibdel xi piż bħal dak xorta'oħra milli billi jnaqqsu, jew biex isir ftehim jew maħfra dwar xi dejn dovut lil Malta;\".", "Jiġifieri jingħad ċar li qed jirriferi għal \"ftehim\" jew \"maħfra\".", "Imbagħad paragrafu (b) jagħmel applikabbli l-istess provvediment meta jkun hemm mozzjoni.", "Barra minn dan, paragrafu (a) ta' Standing Order 69, li fuqu s-Sinjorija tiegħek ibbażat ir-ruling tagħha, jirripeti dak li hemm fil-Kostituzzjoni, jiġifieri - u dan huwa l-point of order li qed inqajjem - li jekk il- kuntratt propost b'din ir-riżoluzzjoni m'huwiex f'forma ta' ftehim identiku għal dak li kien hemm qabel dwar dak li għandu jieħu l-gvern, allura hemm bżonn ta' dikjarazzjoni tal-President.", "Madam Speaker, xtaqt issa nagħmel riferenza għar-ruling tiegħek stess, li huwa maqsum fi tliet paragrafi, u li jgħid hekk:", "\"dan peress illi l-abbozz ta' kuntratt, li qed issir riferenza għalih, fil-partijiet dispożittivi jgħid dan li ġej:", "il-Malta Labour Party jiddelega lill-Gvern id-dritt tiegħu kontra l- Malta Shipbuilding Co. Ltd. li jiġbor ċens mhux imħallas lill-Malta Labour Party dovut mill-istess kumpannija lill-Malta Labour Party u jissurroga lill-Gvern id-drittijiet privileġġjarji u ipotekarji tiegħu;\".", "Huwa ċar li dan il-provvediment li s-Sinjorija Tiegħek ikkwotat fir-ruling tagħha jispjega b'mod ċar ħafna li l-kondizzjonijiet ta' dan is-self qed jitbiddlu.", "Fost affarijiet oħrajn hemm surroga u anke qed jingħad li \"il- Malta Labour Party jiddelega lill-Gvern id-dritt tiegħu kontra l-Malta Shipbuilding\".", "Hawnhekk irridu naraw ftit x'inhi l-pożizzjoni.", "Filwaqt li l-Malta Labour Party għandu dritt li jitlob iċ-ċens dovut mingħand il-Malta Shipbuilding - l-informazzjoni pubblika hija li jrid jiġbor ċens ta' aktar minn ħames snin - wieħed irid jiftakar li l-Malta Shipbuilding bħala kumpannija kummerċjali għandha l-preskrizzjoni favur tagħha.", "Jiġifieri jekk il-Malta Labour Party jitlob l-arretrati taċ-ċens mingħand il-Malta Shipbuilding, il-Malta Shipbuilding tista' tqajjem legalment il-preskrizzjoni, jekk m'iniex sejjer żball, ta' ħames snin.", "Peress li l-arretrati huma ta' iktar minn ħames snin huwa evidenti li diġa' qegħdin inbiddlu l-ftehim li jeżisti bejn il-Gvern u l-Malta Labour Party għar-rigward tal-pagament ta' l-arretrati taċ-ċens.", "Madam Speaker, it-tieni punt imsemmi fir-ruling tiegħek, jgħid hekk:", "\"in konsiderazzjoni ta' dan, il-Gvern jirrinunzja għad-dritt tiegħu li jxolji l-kuntratt ta' l-1979 u l-kuntratt jagħmel provvediment illi l- kondizzjonijiet ta' l-Att ta' 1979 jinżammu fermi u saldi kontra suċċessuri fit-titolu;\".", "Issa meta l-Gvern qed jirrinunzja, kif tgħid is-Sinjorija Tiegħek, għal dritt li jxolji l-kuntratt, din m'hijiex xi ħaġa żgħira għax dan qed ibiddel radikalment il-kuntratt.", "Jiġifieri l-Gvern m'għandux iktar id- dritt li jitlob lura l-art u għalhekk hemm bidla sostanzjali fil-ftehim li jeżisti bejn il-Gvern u l-Malta Labour Party.", "It-tielet raġuni msemmija mis-Sinjorija Tiegħek fir-ruling li ngħata hija:", "\"Il-Malta Labour Party jiggarantixxi li għandu jieħu mingħand il-Malta Shipbuilding somma ekwivalenti għal dik li l-Malta Labour Party għandu jagħti lill-Gvern u f'każ li l-Malta Shipbuilding ma tħallasx din is- somma lill-Gvern, il-Gvern jibqagħlu d-dritt li jitlob u jipperċepixxi l-istess somma dovuta lilu mill-Malta Labour Party għaliex hemm il- proviso li jibqa' dejjem l-obbligu primarju tal-Malta Labour Party li jħallas l-ammont taċ-ċens dovut lill-Gvern.\".", "X'jiġifieri dan, Madam Speaker?", "Jiġifieri jekk din il-Kamra tapprova dan il- kuntratt il-Gvern irid l-ewwel jitlob lill-Malta Shipbuilding biex tħallas l-arretrati u jekk il-Malta Shipbuilding ma tħallasx, skond l- interpretazzjoni li tat is-Sinjorija Tiegħek, allura jkollu d-dritt jitlob il-flus mingħand il-Labour Party.", "Din hija kondizzjoni oħra li qed tbiddel sostanzjalment id-drittijiet tal-gvern, iktar u iktar meta huwa magħruf u hija ħaġa pubblika li l-Malta Shipbuilding hija kumpannija li għandha miljuni kbar ta' dejn u allura żgur li mhux possibbli li l-gvern jirrikava jekk mhux minn flusu stess il-flus mingħand il-Malta Shipbuilding.", "Għalhekk filwaqt li fil-konklużjoni tar-ruling is-Sinjorija Tiegħek qed tgħid:", "\"Għaldaqstant m'hi qed issir l-ebda maħfra u m'hemmx bżonn messaġġ tal- President fil-każ odiern.\",", "jien qed inqajjem dan il-punt u nitlob ruling mingħandek, Madam Speaker, dwar dan.", "Għalkemm jien naċċetta - għax hekk irrid nagħmel bir-regoli tal- Kamra - ir-ruling tiegħek li jgħid li m'hemm l-ebda maħfra, żgur li hemm ftehim ġdid u għalhekk, biex din il-Kamra tgħaddi biex tkompli tiddiskuti din il-mozzjoni, hemm bżonn il-Messaġġ tal-President.", "MADAM SPEAKER: Se nirtira biex neżamina l-punt imqajjem mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Il-Kamra hija sospiża.", "Fil-5.35 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet fis-6.33 p.m.", "RULING TA' MADAM SPEAKER", "Is-Sedja ippermettiet lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jerġa' jagħmel espożizzjoni fuq il-punt li qajjem fid-seduta preċedenti minkejja illi deher ċar illi ma kien qiegħed iżid xejn mas-sustanza ta' l-argumenti miġjuba minnu fis-seduta 128 tal-21 ta' Ottubru, 1997.", "Dwar dak li rrileva l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, is-Sedja ttenni illi hi tista tirregola ruħha biss minn dak li jkollha quddiemha, f'dan il-każ ir- riżoluzzjoni u l-abbozz tal-kuntratt, flimkien ma l-Ordinijiet Permanenti, u għaldaqstant is-Sedja ma tistax tidħol f'konsiderazzjonijiet ta' relazzjonijiet u/jew sitwazzjonijiet li quddiema jistgħu jkunu biss ipotetiċi.", "Waqt li tosserva wkoll li l-Ordni Permanenti 69, ibbażat fuq artiklu 73 tal-Kostituzzjoni, fejn fil-verżjoni Maltija hemm \"ftehim\", li jista' jkollu tifsira wiesa', il-verżjoni bl-Ingliż tirriferi b'mod tekniku finanzjarju fid-dawl tat-tifsira kollha kemm hi finanzjarja ta' Ordni Permanenti 69 għal \"compounding\" li tfisser \"to settle a debt for less than what is owed\".", "Għaldaqstant is-Sedja ttenni li m'hemm ebda maħfra, lanqas parzjali, u għalhekk m'hemmx lok għall-Messaġġ tal-President.", "Il-Ministru Portelli huwa in possession.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, l-aħħar darba kont bdejt nitkellem dwar dawk ir-riżoluzzjonijiet li hawn f'din il-mozzjoni li, permezz tagħhom il-Gvern Laburista se jagħti artijiet jew premises lil numru ta' għaqdiet sportivi.", "Il-Gvern Laburista mpenja ruħu sabiex jgħin lill-għaqdiet kemm sportivi kif ukoll volontarji.", "Fil-fatt waħda mir-riżoluzzjonijiet tittratta l-għoti ta' biċċa art lil St. Michael's Foundation for Education.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li fil-gazzetta \"in-nazzjon\" ġie rrapportat li l- art se tingħata lill-iskola St. Martin's u għalhekk naħseb li jkun tajjeb li l-editur jirranġa dan l-iżball biex b'hekk ħadd ma jiġi żgwidat.", "Din il-fondazzjoni kienet ilha titlob li tingħata biċċa art tal-gvern sabiex fuqha tibni skola sa mill-1992 pero' baqgħet tittewweb taħt l- amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Għalhekk meta tela' l-Partit Laburista fil- gvern, reġgħet saret it-talba u l-partijiet kollha tkellimna dwar biċċa art ta' madwar 13,990 metru kwadru li qiegħda n-naħa ta' Tal-Balal, msemmija bħala l-Għalqa ta' Ġnien Ġebel, u anke dwar biċċa art oħra ta' 8,400 metru kwadru magħrufa bħala Ta' Rumana, liema artijiet huma responsabbilta' ta' l- Uffiċċju Konġunt.", "Fil-fatt il-Gvern Laburista laqa' t-talba ta' din il- fondazzjoni u llum, kemm l-istudenti li jattendu s-St.", "Michael's Foundation for Education, kif ukoll il-ġenituri tagħhom, għandhom għalfejn ikunu ferħanin għaliex se jkollhom moħħhom mistrieħ li se jkunu jistgħu jibqgħu telgħin sa Form V fl-istess skola.", "F'din ir-riżoluzzjoni qed nipproponu li din l-art tkun soġġetta għall- ħlas ta' Lm3,200 fis-sena bħala kera għal 99 sena u li din is-somma tiġi riveduta kull 25 sena, bħal fil-każ ta' St. Catherine's Foundation.", "Irrid ngħid ukoll li din l-art se tiġi ttrasferita taħt il-kondizzjonijiet li hemm fl-ewwel sezzjoni ta' Artiklu 2 tal-Ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja li kien sar fl-1992, jiġifieri meta l-Gvern kien xtara l-proprjeta' mingħand il-Knisja.", "ONOR.", "TONY ABELA: Sur President, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża.", "Fis-6.41p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra tista' tkompli bid-diskussjoni.", "L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Sur President, kont qed nitkellem dwar il-ftehim li sar fl-1992 bejn il-Gvern u l-Knisja, liema ftehim ma kienx jirrigwarda l-proprjeta' kollha tal-Knisja ta' Malta għax il-Knisja ta' Malta ma biegħetx il-proprjeta' kollha li kellha.", "Dan qed ngħidu għaliex hemm min jaħseb li l-Knisja biegħet il-proprjeta' kollha tagħha lill-gvern.", "Dan mhux talli m'huwiex il-każ, talli meta l-Gvern Nazzjonalista għamel il- kuntratt lanqas biss kien jaf liema u fejn hi l-proprjeta'.", "Fil-fatt bħalissa qed isir eżerċizzju mill-Uffiċċju Konġunt sabiex il-Gvern Laburista jkun jaf fejn qiegħda kull biċċa mit-30,000 proprjeta' li l-Gvern Nazzjonalista kien xtara mingħand il-Knisja.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' sabiex nirringrazzja lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju Konġunt u lil min qed imexxihom tax-xogħol kbir li għamlu u ta' l-għajnuna kbira li taw lill-kummissjoni mmexxijja minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, liema kummissjoni ġiet imwaqqfa mill-Prim Ministru sabiex tkun tista' tiġi identifikata art li kienet tal-Knisja u li nxtrat mill- gvern u anke sabiex tiġi ddentifikata art li kienet diġa' tal-gvern.", "Sur President, kien ġie deċiż ukoll li l-aħjar mod kif għandu jsir it- trasferiment tas-sit huwa permezz ta' riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati, skond l-Att dwar it-Trasferiment ta' l-Artijiet tal-Gvern, kif kien sar fil-każ ta' St. Catherine's High School Institution, il-Verdala International School Foundation u s-San Anton School.", "Miċ-ċnus u mill- bejgħ ta' dawn il-proprjetajiet l-Uffiċċju Konġunt se jdaħħal Lm989,024.", "Irrid ngħid ukoll li saru 23 kuntratt għall-fidi ta' ċnus kif kien stipulat fil-kuntratti li kienu saru ma' entijiet ekklesjastiċi, li d-dħul minnhom kien ta' Lm28,302 u ġew mifdija 250 ċens perpetwu għall-valur ta' Lm11,586.", "Dan qed ngħidu sabiex nagħti idea x'qed jagħmel l-Uffiċċju Konġunt.", "Barra minn hekk jeżisti wkoll id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li jieħu ħsieb tiswijiet ta' natura strutturali fil-bini li jkunu qed jgħixu fih l-istess inkwilini, liema dipartiment twaqqaf taħt il-Gvern preżenti.", "Jenħtieġ li l-proprjeta' kollha li ġiet ittrasferita lill-gvern, kif ukoll dik miżmuma minn entijiet ekklesjastiċi, tiġi rreġistrata fl-Uffiċċju tar-Reġistratur ta' l-Artijiet.", "Huwa stmat li 'l fuq minn 30,000 proprjeta' huma mniżżlin fil-listi li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra tar- Rappreżentanti f'Mejju ta' l-1992 pero' s'issa ġew irreġistrati 1,820 proprjeta', li 790 minnhom ġew irreġistrati matul din il-leġislatura.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li l-Onor.", "Portelli jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Portelli jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Sur President, nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Din ir-riżoluzzjoni li qed niddiskutu tipproponi wkoll li jingħataw diversi artijiet u proprjetajiet, fosthom lill-Marsascala Sports Club u lis- St. Patrick's Football Club.", "Dawn huma ftit mid-diversi clubs u għaqdiet sportivi li se jgawdu mill-politika ta' dan il-Gvern.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar x'kien ġara fil-każ tal-pixxina tal-waterpolo ta' Marsascala.", "Din il-pixxina kienet inbniet minn Gvern Laburista fl-inħawi Ta' Żonqor u fl- 1992 kien ġie deċiż li tinbena pixxina ġdida f'Tal-Qroqq.", "Jien inħoss li l- Gvern Nazzjonalista kien messu ħa ħsieb il-pixxina ta' Marsascala u mhux abbandunaha għal snin sħaħ bil-konsegwenza li saritilha ħafna ħsara.", "Meta konna fl-oppożizzjoni, jien kemm-il darba kont nagħmel domandi parlamentari dwar din il-pixxina u kont anke nsemmiha fid-diskorsi li kont nagħmel hawnhekk stess.", "L-iskop ta' dan kollu kien sabiex nippressa lill-Gvern Nazzjonalista biex ma jħallix din il-pixxina tiddeterjora u biex jagħtiha f'idejn xi ħadd li seta' jieħu ħsiebha bħal, per eżempju, l-Marsascala Waterpolo Club.", "Per eżempju, fl-4 ta' Lulju, 1991 lill-Ministru għall-Iżvilupp ta' l- Infrastruttura kont għamiltlu din id-domanda:", "\"Jista' d-dipartiment konċernat isewwi l-pixxina ta' Wied il-Għajn, fosthom ħajt, kollu fili miftuħin, biex il-ħsara ma tikbirx?\".", "Imbagħad ftit jiem wara, eżattament fis-16 ta' Lulju, kont għamilt mistoqsija dwar il-kumpless sportiv għar-residenti ta' Wied il-Għajn, liema domanda kienet tgħid hekk:", "\"Jista' d-dipartiment konċernat jieħu ħsieb jara fejn l-aħjar li jinbena kumpless sportiv, b'football ground ġo fih, għar-residenti ta' Wied il-Għajn, qabel ma jittieħed kullimkien għal bini?\".", "Ir-risposta li ngħatajt għal din id-domanda kienet din:", "\"Fil-fatt ġie ssuġġerit post li qed jiġi kkonsidrat.\".", "Pero' minkejja dan bqajna ma smajna xejn aktar.", "Imbagħad fl-10 ta' Jannar tas-sena ta' wara kont għamilt mistoqsija lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura dwar din il-pixxina fejn kont staqsejtu hekk:-", "\"Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-pixxina ta' Wied il-Għajn?", "Tista' tingħata b'ċens lill-kumitat tal-Waterpolo Club ta' Wied il- Għajn?\".", "Dak inhar il-ministru kien irriferieni għal tweġiba oħra li kien ta qabel pero' meta fis-7 ta' Awissu, 1995 erġajt għamilt mistoqsija lill-Ministru Michael Refalo u staqsejtu:", "\"Jista' l-Ministru konċernat jgħaddi t-tmexxija tal-pixxina ġewwa Wied il-Għajn lill-Waterpolo Club ta' Wied il-Għajn qabel ma din tinqered ladarba l-club u n-nies tan-naħat tagħna jenħtieġuha?\",", "kien irrispondieni hekk:", "\"Il-futur tal-pixxina ta' Wied il-Għajn irid jiġi kkonsidrat fid-dawl ta' żviluppi dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-allokazzjoni ta' faċilitajiet sportivi.\".", "Pero' ġara li dawn ir-riżoluzzjonijiet baqgħu ma waslux u fit-13 ta' Ottubru ta' dik is-sena deher artiklu fil-ġurnal \"Il-Ġens\" taħt it-titlu \"Pixxina Abbandunata\", fejn Fr. John Avellino kien qal hekk:", "\"Il-pixxina ta' Wied il-Għajn tinsab fi stat ta' abbandun, xotta bla qatra ilma, ħlief dak li jinġabar mill-ilma tax-xita.", "Il-pixxina spiċċat il-mira ta' vandali li daħlu u kaxkru dak kollu li kien jgħodd għalihom.", "Dik li darba kienet tissejjaħ il-pixxina nazzjonali nfetħet fis-17 ta' Lulju, 1986.", "Kien proġett li kien wettaq il-Ministru Lorry Sant meta dan kellu r-responsabbilta' tal-ministeru tax-xogħol u tad-djar.", "Taħtu kellu wkoll l-isports.", "Skond l-estimi ta' l-1986, il-pixxina kienet qamet Lm75,000.\".", "Sur President, minn dan il-kliem wieħed jista' jara kemm verament din il- pixxina kienet tħalliet fi stat ta' abbandun.", "L-istess artikolista kompla jgħid li:", "\"F'Ġunju li għadda, il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn kiteb lis- Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isports, is-Sur Richard Muscat, u talbu biex il-kunsill lokali jibda jieħu ħsieb il- manutenzjoni tal-pixxina u jibda jamministraha.\".", "Imbagħad Fr. Avellino għadda biex qal li s-Sur Dominic Azzopardi, Sindku ta' Wied il-Għajn, kien qal lill-ġurnal \"Il-Ġens\" li:", "\"Tajjeb li n-nies tan-nofsinhar ta' Malta jkollhom post fejn jistgħu jgħumu s-sena kollha, bħalma għandhom dawk li jgħixu f'naħat oħra ta' Malta.\".", "L-istess artiklu jkompli jgħid hekk:", "\"Jidher li l-pixxina ġibdet l-attenzjoni wkoll ta' grupp ta' investituri li wrew interess li jiżviluppaw il-pixxina f'marine park.", "Issemmiet iċ-ċifra ta' Lm2 miljun.", "Skond rapport li deher fi \"in-nazzjon\" tad-9 ta' Frar li għadda, il- moħħ wara dan il-proġett huwa is-Sur Edgar Apap.", "Is-Sur Apap kien qal li l-proġett jinkludi faċilitajiet ta' laboratorju, librerija estensiva, sala għal konferenzi u għadd ta' ħwienet.", "Skond is-Sur Apap, biex isir il-proġett, il-pixxina trid tingħata lil dawn l- investituri biex din titwaqqa' u terġa' tinbena mill-ġdid.", "Is-Sindku ta' Wied il-Għajn ma qabilx li l-pixxina tingħata lill-privat bi ftit flus.", "Il-pixxina ta' Wied il-Għajn kienet ukoll is-suġġett ta' intelpellanza li saret dan l-aħħar fil-Parlament.", "Fis-seduta tas-7 ta' Awissu li għadda d-Deputat Laburista, l-Onor.", "Alfred Portelli, staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura Nazzjonali jekk il- ministeru tiegħu jistax jgħaddi t-tmexxija tal-pixxina ta' Wied il- Għajn lill-club tal-waterpolo ta' Wied il-Għajn qabel ma din tinqered.", "Il-Ministru wieġeb fis-seduta tal-25 ta' Settembru u qal li l-futur tal-pixxina ta' Wied il-Għajn irid jiġi kkonsidrat fid-dawl ta' żviluppi dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-allokazzjoni ta' faċilitajiet sportivi.\".", "L-artikolista temm jgħid illi:", "\"Sadanittant sakemm għaddej dan kollu, dak li fadal mill-pixxina aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed ikompli jitmermer.", "Il-fotografu ta' \"Il-Ġens\", li żar din il-faċilita' sportiva, qal li wieħed seta' jara għadd ta' aċċessorji tad-dawl nieqsa, toilets żdingati, uffiċċji maqluba ta' taħt fuq u ħmieġ kull fejn tara.", "Xena tipika ta' kull post abbandunat.\".", "Sur President, jiena kkwotajt mill-gazzetta \"Il-Ġens\" tat-13 ta' Ottubru, 1995 sabiex nuri li dak li kont ngħid kien minnu, jiġifieri li l-pixxina kienet tħalliet fi stat ta' abbandun.", "Din il-pixxina kienet serviet biex fiha jsir il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, edizjoni tal-Giochi Senza Frontiere, kif ukoll il-kampjonat u logħob ieħor tal-waterpolo.", "Jiena ma jidhirlix li għaliex il-Gvern Nazzjonalista bena pixxina oħra f'Tal-Qroqq kellu jwarrab u jabbanduna għal kollox, donnu b'xi pika, il-pixxina ta' Wied il-Għajn.", "Dak iż-żmien il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn kien xtaq li jgħin finazjarjament pero' ma setax minħabba li ftit li xejn kellu finanzi.", "Tajjeb li wieħed jgħid li s-Charles J. Chetcuti, li kien is-segretarju tal-Marsascala Sports Club, fl-10 ta' April ta' din is-sena, kiteb ittra lill-Ministru Bartolo fejn qallu hekk:", "\"During the previous administration we asked the authorities to be given the lease of this site.", "Dr. Michael Angelo Refalo, the previous Minister for Sports, informed us that until a law is passed in Parliament the site could not be leased to us.", "However he entrusted us with the management of this pool with a promise that we will get this lease later.\".", "Dak li ntalab dak iż-żmien qed isir proprju permezz ta' din ir-riżoluzzjoni li l-Gvern Laburista ġab għad-diskussjoni f'dan il-Parlament.", "Din r- riżoluzzjoni tgħid li l-premises li se jingħataw lill-club ta' Wied il- Għajn huma l-premises li jinsabu fit-Triq Ta' Zonqor fejn illum hemm il- Waterpolo Club ta' Wied il-Għajn.", "Apparti dan, il-Gvern qiegħed jara x'jista' jsir dwar il-pixxina u nisperaw li għad jasal iż-żmien li l- pixxina tgħaddi wkoll f'idejn min jista' verament jieħu ħsiebha.", "L-ittra li s-Sur Charles J. Chetchuti bagħat lill-Ministru Bartolo tgħid ukoll li:", "\"The pool had been left unattended for a number of years and vandals turned it into a disaster area.", "Everything was stolen.", "What was left was broken.", "There was easy access to the showers and rooms and these were very often used by drug addicts.", "Even doors and the electrical system were removed.\".", "Wara li din il-pixxina kważi inqerdet għal kollox u wara ħafna kritika min- naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista, il-Gvern Nazzjonalista kellu jċedi u għadda t-tmexxija ta' din il-pixxina f'idejn l-kumitat tal-Waterpolo Club ta' Marsascala.", "Jiena, min-naħa tiegħi, permezz tal-ħidma tiegħi fil-Parlament għamilt dak kollu li stajt sabiex ngħin lil dawn in-nies li tant jagħmlu sagrifiċċji biex ikomplu bil-ħidma tagħhom b'risq l-isports.", "Barra minn hekk, fil-bidu tal-karriera ġurnalistika tiegħi, li bdiet f'Diċembru ta' l- 1966 mal-ġurnal \"Il-Ħelsien\" fil-Freedom Press tal-Malta Labour Party - fejn illum hemm il-Malta Shipbuilding u li dwarha wkoll għandna riżoluzzjoni - kont kontinwament nikteb fil-ġurnali sabiex il-Gvern Nazzjonalista jgħin lill-club tal-waterpolo ta' Marsascala billi jitkabbrulu l-pitch u l-premises tal-club.", "Jien niftakar li wara l-pitch lanqas triq ma kien hemm; kien hemm biss passaġġ ġo għalqa.", "Fil-fatt it- triq li hemm illum kien fetaħha Gvern Laburista, bħalma fetaħ ukoll it-triq li tiġi faċċata Ta' Żonqor, is-Siberja.", "Il-Gvern Laburista dak iż-żmien lil dik in-naħa kien ta l-ħajja billi bena l-pixxina, bena qasam tad-djar f'Ta' Żonqor u fetaħ triq mill-housing estate għall-pixxina.", "Wara li l-Gvern Nazzjonalista bena l-pixxina f'Tal-Qroqq, kien ħalla għal żmien twil il-pixxina ta' Wied il-Għajn fi stat ta' abbandun u kieku ma kienx għall-isforzi tagħna flimkien ma' dawk ta' l-istess kumitat tal- Waterpolo club u għaqdiet oħra f'Marsascala, inkluż il-kumitat Laburista tat-Tielet Distrett li kemm-il darba sejjaħ press conference fuq l-istat tal-biki li kienet tinsab fih il-pixxina, kieku din għadha hekk sal-lum.", "It- traskuraġni tal-Gvern Nazzjonalista kienet wasslet biex il-Waterpolo Club ta' Marsascala kellu joħroġ eluf kbar ta' liri sabiex jirranġa din il- pixxina.", "Jien hawnhekk irrid nfaħħar ix-xogħol kbir volontarju li sar mill- partitarji, membri u uffiċjali tal-kumitat tal-club u ħafna oħrajn li jirrispettaw lit-team u lill-club, liema club jiena ili niffrekwenta snin twal.", "Dawn in-nies kienu fiduċjużi li jekk kemm-il darba ma jingħatawx il- pixxina mill-Gvern Nazzjonalista, din kienet se tingħatalhom minn Gvern Laburista għaliex aħna konna ilna ngħidu li lesti li nagħmlu ħilitna kollha sabiex il-pixxina ma titħalliex f'dak l-istat ta' abbandun.", "Il- Gvern Laburista jixtieq ukoll li 'l quddiem jgħaddi l-pixxina lil min ikun jista' jieħu ħsiebha u jien nawgura li l-kwestjoni li hemm fuq l-art tal- pixxina tiġi solvuta ħalli min ikun se jieħu ħsiebha jkollu iktar saħħa legali.", "Jien min-naħa tiegħi nieħu din l-opportunita' sabiex nifraħ lill- Marsascala Sports Club li rnexxilhom jirbħu l-league.", "Riżoluzzjoni oħra li għandna f'din il-mozzjoni titkellem dwar il-ground ta' St. Patrick's Football Club, li jinsab ħdejn is-swar bejn Ħaż-Żabbar u Bormla.", "Jiena partitarju akkanit ta' dan it-team u llum qiegħed president onorarju wara li għal ħames snin kont ukoll president effettiv.", "L-Onor.", "Tony Abela qiegħed jitbissem u qed jgħidli li r-Rabat dejjem rebħulna, pero' nista' ngħidlu li min-naħa tagħna dejjem ġibna ruħna b'mod sportiv.", "Irrid ngħid li t-team ta' Ħaż-Żabbar, minn isfel nett kellu l-ħila li jitla' fuq nett bi players kollha Żabbarin u saħansitra għamilna 37 partita unbeaten.", "(Interruzzjonijiet)Jien nawgura li dan il-ground jitmexxa bl-akbar serjeta' ħalli ż-Żabbarin ikunu jistgħu jgawduh.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li qabel ma Ħaż-Żabbar kiber fl-iżvilupp tal- bini, il-foss kien iservi bħala ground tal-football, imbagħad fis-snin sittin dan intradam, tħawlu s-siġar u l-ground sparixxa.", "Imbagħad it- training beda jsir f'parti mill-playing field li hemm fi Triq il-Kunvent - playing field li kien bniha l-Gvern Laburista tas-snin ħamsin - li kienet ta' periklu għaliex minn hemmhekk jgħaddu ħafna karozzi.", "Barra minn hekk kien hemm ukoll il-periklu li min ikun qed jilgħab jolqot u jkisser xi ħġieġ tal-vetrini tal-ħwienet li hemm fiċ-ċentru ċiviku.", "Kien għalhekk li nbena l-ground ħdejn is-sur, liema ground kien tlesta taħt Gvern Laburista.", "Jien niftakar li kien twaqqaf kumitat sabiex jieħu ħsieb dan il-ground, pero' biż-żmien it-tmexxija tiegħu reġgħet ġiet f'idejn is-St.", "Patrick's Football Club.", "Bejn l-1978 u l-1982, meta jien kont president ta' dan il- club, konna rranġajna d-dressing rooms, il-madum, it-twieqi u l-bibien.", "Minn hawnhekk jien nixtieq nieħu l-opportunita' sabiex inrodd ħajr lil dawk kollha li ħadmu miegħi fil-kumitat għal ħames snin sħaħ sabiex it-team tagħna minn isfel nett wassalnih sal-quċċata.", "Jien ċert li dan il-club huwa ferħan li uffiċjalment se jingħata l-ground u t-tmexxija tiegħu.", "Sur President, jien inħossni kburi ngħid li kellu jkun Gvern Laburista sabiex jagħmel din il-ħaġa u nappella lil min se jkun responsabbli minn dawn il- faċilitajiet sportivi sabiex iżommhom fi stat tajjeb u nappella wkoll lill- poplu in ġenerali sabiex ma jiġux imwettqa atti ta' vandaliżmu.", "Sur President, irrid infakkar li Gvern Laburista ħadem ħafna fil-qasam sportiv u kien hu li ta spinta 'l quddiem lill-isport u anke bena l- istadium nazzjonali li hemm f'Ta Qali.", "Gvern Laburista fetaħ ukoll numru kbir ta' pitches tal-boċċi f'ħafna bliet u rħula Maltin u jkun tajjeb jekk nipprovaw naraw fejn nistgħu nżidu xi ranges għall-isparar fuq il-plattini anke n-naħa t'isfel ta' Malta.", "Sur President, fost affarijiet oħra Gvern Laburista ta għajnuna finanzjarja record, sabiex anke din is-sena pajjiżna jkun jista' jieħu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.", "Din is-sena ksibna riżultati tajbin ferm u jien minn hawnhekk nifraħ lill-kompetituri Maltin kollha li ħadu sehem.", "Gvern Laburista ta wkoll is-somma ta' Lm12,000 sabiex jgħin lill- Marsascala Waterpolo Club u lis-Sliema Waterpolo Club jieħdu sehem f'logħob li sar barra minn Malta.", "Sur President, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar il-parti tal-mozzjoni li tirrigwarda l-Freedom Press.", "Meta l-Gvern Laburista għadda din l- istamperija lill-Marsa Shipbuilding kien qed jagħti xi ħaġa li kienet għal qalbu ħafna.", "Jiena nista' ngħid dan għaliex kont wieħed milli ħdimt bħala ġurnalista fil-Freedom Press bejn l-1966 u l-1970.", "Dak kien monument kbir għall-Partit Laburista għaliex inbena bid-dnub il-mejjet u l-ebda prezz ħadd ma qatt jista' jħallas għalih.", "Minkejja l-plejtu li qed iqajjem il- Partit Nazzjonalista, dak li qed isir hawnhekk qiegħed isir bl-aktar mod trasparenti u mhux qed isir bħalma kien sar fil-każ ta' l-art ta' quddiem Putirjal fejn il-Gvern Nazzjonalista biegħha b'Lm25,000 biex imbagħad ftit ġimgħat wara l-istess biċċa art inbiegħet bi Lm0.25 miljun biex seta' jinbena l-car park.", "L-istess jista' jingħad għall-art żdingata li kien hemm f'Ħal Qormi u li fi żmien Gvern Nazzjonalista nxtrat bi kważi Lm2 miljun minn Posta Ltd.", "L-istess nista' ngħid dwar il-famuż football club ta' Birkirkara li ngħata bħala proprjeta' lill-club b'riżoluzzjoni tal- Parlament u wara spiċċa post ta' l-ikel tal-McDonald's.", "Aħna gvern serju u trasparenti u għalhekk ġejna b'dawn ir- riżoluzzjonijiet u minn dak li qalulna nies li nitkellmu magħhom jidher li ħafna minn dawk li jħobbu l-isports, speċjalment dawk li għandhom konnessjoni diretta ma' dawn il-clubs li ssemmew f'din ir-riżoluzzjoni, huma kuntenti ħafna li l-Gvern Laburista, f'inqas minn sena ħa l-passi neċessarji sabiex iressaq dawn ir-riżoluzzjonijiet.", "Jien fiduċjuż li min se jkollu t-tmexxija ta' dawn il-clubs fdata f'idejh se jimxi b'mod tajjeb ħalli b'hekk jinkisbu riżultati pożittivi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, jiena se nitkellem biss fuq ir- riżoluzzjoni mniżżla bħala Dokument \"D\" fil-mozzjoni li għandna għad- diskussjoni quddiemna.", "Din ir-riżoluzzjoni titkellem dwar art f'St. Andrew's, liema art tinsab f'idejn il-Partit Laburista.", "Jiena nnotajt ir-ruling li tat is-Sedja aktar kmieni llejla, liema ruling kien ibbażat fuq il-kelma li hemm fil-Kostituzzjoni, il-kelma \"compounding\" li fil-verzjoni Maltija hija \"ftehim\".", "Is-Sedja interpretat ukoll il-kelma \"compounding\" bħala li tnaqqas b'xi mod il-valur tad-debitu li jkun hemm.", "Naturalment jien noqgħod għal dan ir-ruling pero' irrid nirrimarka li anke din l-interpretazzjoni ta' tnaqqis, jiġifieri li \"compounding\" tfisser li tnaqqas ...", "Kif diġa' għidt fis-sottomissjonijiet li għamilt, fil- mozzjoni hemm kondizzjoni li sostanzjalment qiegħda tbiddel il-kuntratt, jiġifieri li l-Gvern qed jirrinunzja għad-dritt li għandu, bil-kuntratt kif inhu llum, li jieħu lura l-proprjeta' in kwestjoni jekk ma jsirx il- pagament ta' l-arretrati.", "Din il-klawsola se tiġi rinunzjata u ċertament jiena ngħid li dan bil-lingwa normali jfisser li l-obbligu tad-debitu li għandu l-Labour Party qiegħed jitnaqqas sostanzjalment.", "Naturalment ir- ruling jorbotna lkoll u jien noqgħod għalih pero' tibqa' impregiudicata il- kwestjoni kostituzzjonali.", "Jiġifieri wieħed ikun irid jeżaminaha għaliex, kif ġie rilevat, mhux biss hemm standing order ta' dan il-Parlament li jirregola dibattitu bħal dan - naturalment l-istanding orders jorbtu lil din il-Kamra skond l-interpretazzjoni tas-Sedja - pero' hemm ukoll provvediment kostituzzjonali u dan jibqa' dejjem soġġett għall- interpretazzjoni tal-qorti kompetenti.", "Sur President, niġi issa għas- sustanza ta' dak li se ngħid fuq din il-mozzjoni.", "Din il-mozzjoni għandha bħala l-antiċedenti tagħha mozzjoni li kienet ġiet diskussa u approvata minn dan il-Parlament fis-7 ta' Awissu ta' l- 1979.", "Dak inhar jien kont tkellimt dwar dik il-mozzjoni fejn kont għidt li l-Oppożizzjoni ma taqbel assolutament xejn ma' dak li kien qed jiġi propost, jiġifieri li l-Gvern magħmul mill-Partit Laburista kien qed jagħti art lill-Partit Laburista u l-Partit Laburista min-naħa tiegħu, bil-kunsens tal-Gvern, kien għamel ftehim mal-Malta Shipbuilding.", "Ir-riżultat finali ta' dak il-ftehim - mingħajr distinzjoni bejn gvern u partit - kien li l- Gvern Malti, li huwa tal-poplu kollu, għadda lill-Partit Laburista l- artijiet in kwestjoni f'St. Andrew's. Fis-seduta 310 tas-7 ta' Awissu, 1979 jien kont għidt dawn il-preċiżi kelmiet: \"Il-Gvern sab il-mod kif jiffinanzja lill-partit tiegħu\".", "Dak inhar kien jidher ċar li l-art li kienet qed tiġi mgħoddija lill- Malta Labour Party kellha u kien se jkollha valur sostanzjali.", "Illum il- valur ma nafux kemm hu, fis-sens li dan jinbidel skond is-suq, pero' f'\"l- orizzont\" tal-11 ta' Novembru, 1995 deher artiklu ta' Michael Abela - jien naħseb li dan kien sempliċement nom-de-plume u fil-fatt l-artiklu kien miktub minn xi ħadd li jaf l-affarijiet sewwa - fejn taħt il-heading ta' \"Użu Tajjeb mill-Bini ta' Sant'Andru\", kien hemm miktub hekk:", "\"Fl-aħħar tliet snin, esperti fil-valuri ta' l-art u tal-bini kienu qed jistmaw li l-valur tal-proprjetajiet tal-Partit Laburista seta' jitla' għal bejn miljun lira u nofs u tliet miljun lira. ......", "Fuq il-parir li ngħata, il-Partit Laburista ssettja bħala target tiegħu li l-bejgħ tat-tliet proprjetajiet iqarreb għal miljun lira u nofs.\".", "Dan kollu juri li l-materja kienet ġiet diskussa fi ħdan il-Malta Labour Party u min kiteb l-artiklu taħt l-isem Michael Abela qal li l-partit għandu jirrealizza a minimum ta' Lm1.5 miljun mill-bejgħ ta' dawk il- proprjetajiet.", "Sur President, din hija s-sitwazzjoni llum.", "Bħala riżultat ta' mozzjoni approvata minn dan il-Parlament fl-1979, il- Partit Laburista mhux biss akkwista dawn l-artijiet talli akkwistahom flimkien ma' ċens perpetwu ta' Lm20,000 fis-sena dovut lilu mill-Malta Shipbuilding, talli hu kien għadda lil din il-kumpannija dik li kienet magħrufa bħala l-Freedom Press.", "Il-Partit Laburista forsi jargumenta bil- mod li huwa għamel sagrifiċċju kbir meta biegħ il-headquarters tiegħu - u kważi jaħseb li għamel att ta' ġenerosita mal-poplu Malti! - għaliex ma' dak il-bini kienu marbutin ir-raġunijiet emozzjonali u sentimentali.", "Pero' fil-fatt l-affarijiet m'humiex hekk.", "Jien mill-ewwel kont għidt li realment dak li kien qed jipproponi l-Labour Party kien mod kif hu kien se jiffinanzja lill-Partit Laburista u llum qed nirrealizzaw din is- sitwazzjoni b'mod aktar ċar.", "Jekk il-Kamra tapprova din ir-riżoluzzjoni, se jiġri li l-Partit Laburista mhux biss ineħħi minn fuqu l-piż ta' l-arretrati taċ-ċens li llum jammontaw għal Lm0.25 miljun imma se jneħħi wkoll il-possibbilta' li l- gvern, bħala proprjetarju, jieħu lura l-art għaliex ma tħallasx iċ-ċens u se jżomm id-dritt li jirċievi ċ-ċens mingħand il-Malta Shipbuilding, kemm l- arretrati kif ukoll iċ-ċens ta' Lm20,000 fis-sena, b'mod perpetwu.", "Meta l- Kamra tapprova dan il-ftehim se jiġri li l-Partit Laburista se jkollu f'idejh tliet proprjetajiet li huwa stess qed jistma li tagħhom jista' jakkwista bejn Lm1.5 miljun u Lm3 miljun u jkollu wkoll id-dritt li jirċievi, għal quddiem, Lm20,000 fis-sena ċens perpetwu mingħand il-Malta Shipbuilding u l-Gvern mistenni li jikkuntenta billi jiġi surrogat fid- drittijiet tiegħu u jirċievi l-flus ta' l-arretrati ta' ċens mhux mingħand il-Labour Party imma mingħand il-Malta Shipbuilding.", "Jiena niddiskrivi dan bħala att ta' korruzzjoni ta' gvern li jsejjaħ lilu nnifsu Laburista - u hekk hu, m'huwiex il-Gvern Malti - li se jagħmel pjaċir lill-Malta Labour Party.", "Jiġifieri l-Gvern qed jgħid lill-Malta Labour Party li huwa liberu li jbigħ il-proprjeta' mingħajr ma jħallas l- arretrati ta' Lm0.25 miljun f'ċens diġa' skadut u jistenna li huwa wkoll; li huwa l-proprjetarju tal-Malta Shipbuilding, idaħħal idejh fil-but tal- poplu Malti, joħroġ Lm0.25 miljun minn but il-poplu Malti, jaħfer dak il- Lm0.25 miljun lill-Labour Party u jgħid li dawk il-Lm0.25 għandha tbatihom il-Malta Shipbuilding, meta nafu li din hija kumpannija teknikament falluta u għandha miljuni kbar ta' liri f'dejn li qed jagħmel tajjeb għalihom il- poplu Malti.", "Issa b'din ir-riżoluzzjoni l-poplu Malti qed jiġi mitlub joħroġ Lm0.25 miljun oħra biex meta il-Malta Labour Party jiġi biex ibigħ il-proprjeta', iżomm il-flus kollha għalih.", "Jekk dan ma jissejjaħx skandlu fid-dawl tax-xemx ma nafx kif ikunu l-iskandli fid-dawl tax-xemx.", "Sur President, dan kollu kien premeditat minn 20 sena ilu.", "Dak iż-żmien f'dan il-Parlament jien kont staqsejt kif il-Gvern kien esproprja l-art kollha li kellu bżonn biex jinbena l-Marsa Dock u r-rokna li fuqha kien hemm il-Freedom Press ma esproprjahiex.", "Jiġifieri l-Gvern dak iż-żmien esproprja l-artijiet kollha li kellu bżonn għall-Marsa Dock - u ma ħallasx bil-belli liri tagħhom imma ħallas skond il-liġijiet tal-pajjiż - pero' din ir-roqgħa art, li wkoll kellu bżonnha għall-Malta Shipbuilding, kien iddeċieda li ma jesproprjahiex u minflok għamel dawn il-kuntratti li bihom il-Labour Party ingħata mingħand il-gvern tliet artijiet f'Pembroke u Lm20,000 fis-sena ċens perpetwu permezz tal-Malta Shipbuilding.", "F'Awissu ta' l-1979, f'dibattitu f'dan il-Parlament, jien kont għidt ukoll li kien stramb ħafna kif il-Gvern kien qiegħed jagħti ċens perpetwu meta l-policy tal-gvern dejjem kienet, u għadha, li ma jingħatax ċens perpetwu imma jingħata ċens għal perijodu twil.", "F'dan il-każ il-Gvern minflok li esproprja l-art li kellu bżonn, kif għamel ma' proprjetarji oħra - u din diġa' hi diskriminazzjoni pożittiva favur il-Malta Labour Party - taha valur ta' Lm20,000 ċens fis-sena li jekk tikkapitalizzahom bit-8% - din ir-rata ta' 8% kont ħadtha mil-liġi li titkellem dwar is-suċċessjoni u d-donazzjoni li kienet timponi li fuq valur ta' art mogħtija b'ċens perpetwu ċ-ċens jiġi kkapitalizzat bi 8% - jiġu jammontaw għal Lm0.25 miljun.", "Jien naħseb li 20 sena ilu dan ma kienx valur irriżorju imma kien valur tajjeb.", "Issa l-Gvern qed jipproponi li dawk l-Lm20,000 ċens perpetwu, valorizzat dak inhar għal Lm0.25 miljun, iżommhom il-Malta Labour Party u minbarra hekk ikollu dawn l-artijiet, li skond l-artiklu li kkwotajt minnu aktar kmieni - li jidher li huwa ispirat u mibni fuq fatti magħrufa - jiswew madwar Lm3 miljun.", "Sur President, jiena naħseb li huwa ħażin ħafna li jkun hemm dan it-taħlit bejn il-gvern u l-partit li jkun fil- gvern.", "Hawn għandna gvern li qed jiġi quddiem din il-Kamra biex jirrikkmandalna u jitlobna nagħtu l-opportunita' lill-partit politiku tiegħu sabiex dan jirrealizza Lm3 miljun għaliex it-titolu li għandu l- Malta Labour Party illum huwa soġġett li jekk ma jitħallasx iċ-ċens dovut, dan it-titolu jista' jaqa'.", "U hija l-qorti li tiddeċiedi jekk it-titolu jaqax jew le.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għall-osservazzjoni li saret min-naħa tal- Malta Labour Party, inkluż mid-Deputy Leader Dr. George Abela, dwar li l- Gvern ma kienx ħa passi kontra l-Malta Labour Party.", "Ir-risposta tiegħi hija li l-Gvern ta' qabel kien magħruf għall-prudenza kbira li mexa biha u anke għall-mod kif mexa, jiġifieri li ma jkunx hawn skossi bla bżonn f'pajjiżna.", "Il-Gvern ta' qabel, li kelli l-unur li mmexxi, qagħad attent ħafna li jevita l-iskossi.", "Anke f'din il-kwestjoni mexa bi prudenza kbira u ma ħax passi sakemm kien ċert li ma kienx hemm il-possibbilta' ta' bejgħ immedjat tal-proprjeta' f'St. Andrew's. Pero' imbagħad ġara li fl-1992 il-Malta Labour Party iddeċieda li qatt m'hu se jagħmel użu minn din il-proprjeta' għaliex bena headquarters ġodda fil-Blata l-Bajda.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn il-kuntratt ta' l-20 ta' Awissu, 1979 bejn il-Gvern ta' Malta u l-Malta Shipbuilding naraw illi kien hemm miktub hekk:", "\".... u billi l-Malta Labour Party għal din ir-raġuni huwa lest li jirrilaxxa din il-proprjeta' bil-patt li jingħata akkomodazzjoni adegwata alternattiva ....\"", "Jiġifieri l-bażi tal-kuntratt kien li l-Malta Labour Party suppost mar għand il-Gvern jgħidlu li hu kien se jagħtih il-headquarters tiegħu pero' minflok hu ried jagħtih fejn jagħmel headquarters oħra.", "Fl-1992 kien ċar li l-Labour Party ma kienx se jagħmel użu minn din l-akkomodazzjoni adegwata alternattiva li kien ingħata mill-Gvern Laburista stess fl-1979.", "Mhux hekk biss, talli kien jidher ċar li l-Labour Party kien beda jesplora kif jista' jiddisponi minn din il-proprjeta'.", "Allura fil-bidu ta' l-1993 il-Gvern, permezz tal-Kummissarju ta' l-Artijiet, b'ittra uffiċjali - dan kien il-bidu ta' proċeduri ġudizzjarji - qal lil-Labour Party li kellu jagħti Lm150,000 f'arretrati ta' ċens mhux imħallas u li jekk ma jħallashomx il-Gvern kellu d-dritt li jieħu l-art lura.", "L-iskop wara dan kien li l-Gvern ried iżomm sħaħ id-drittijiet tiegħu, anke li jieħu l-art jekk ma jkunx hemm pagament taċ-ċens, pero' ried ukoll li jekk isir xi bejgħ, il-flus tal-Gvern jidħlu fil-but tal-poplu Malti.", "Allura kieku fl-1993 sar il-bejgħ - minn informazzjoni li għandna jidher li kien se jkun hemm ftehim bejn il-Labour Party u persuni oħra li waħda minn dawn il-proprjetajiet magħrufa bħala r-Raffles se tinbiegħ għal Lm400,000 - il-Gvern kellu jieħu ħsieb li jdaħħal l-arretrati taċ-ċens li kienu dovuti.", "Issa dan il-Gvern qed jiġi quddiem dan il-Parlament, jinsa l-ittra uffiċjali u jitlob biex jinħafrulu Lm0.25 miljun biex jeħodhom il-partit tiegħu.", "U hawnhekk irrid nagħmel daqsxejn ta' kumment żgħir dwar is- sistema ta' demokrazija fil-partiti politiċi.", "Il-partiti politiċi jrid ikollhom a level playing field, anke fil- battalja politika bejniethom, u allura meta għandek il-gvern tal-ġurnata li għamel rigal ta' Lm3 miljun lil partit wieħed, addio l-level playing field.", "Bil-flus li l-Partit Laburista jdaħħal mill-bejgħ ta' dawn il- proprjetajiet ikun miljunarju fil-veru sens tal-kelma u l-partiti l-oħra, inkluż il-Partit Nazzjonalista, iridu jikkompetu ma' partit li b'dak li qed jagħmel dan il-Gvern - u b'dak li għamel il-Gvern ta' l-Onor.", "Perit Mintoff 20 sena ilu - għamlu partit miljunarju.", "Iktar minn hekk, minbarra dan ir- rigal ta' miljuni ta' liri qed jgħidilna wkoll biex ma nitolbuhx il-Lm0.25 miljun li għandu jagħti bħala arretrati ta' ċens.", "Sur President, jiena nirrepeti u ngħid li dan huwa skandlu fid-dawl tax-xemx.", "Dan huwa serq ta' flus il-poplu, daylight robbery li dan il-Parlament qed jiġi mitlub li jipparteċipa fih.", "Għalhekk, Sur President, aħna ma naqblux ma' dan u rridu nispjegaw lill- poplu li għandna gvern li ilu sena sħiħa jgħidilna kemm għandu ħofor u kemm għandu djun u kemm irid jagħmel ekonomiji u issa se jaqbad u jaħfer Lm0.25 miljun li għandu dritt li jeħodhom.", "Dik hi l-kelma \"maħfra\".", "Legalment tista' toqgħod tilgħab bil-kliem pero' l-verita' hi li, jekk tgħaddi din ir- riżoluzzjoni, għada l-Labour Party jista' jmur ibigħ il-proprjeta' tiegħu, idaħħal il-flus hu u l-Gvern ma jdaħħal xejn.", "Il-Gvern se jkun surrogat fid-drittijiet tal-Labour Party kontra l-Malta Shipbuilding.", "Il-Gvern jista' jfittex lill-Malta Shipbuilding biex tħallsu l-Lm0.25 u meta nafu li din il-kumpannija hija falluta u l-Gvern qed jippompja l-miljuni kull sena sabiex din tibqa' miexja, jiena naħseb li l-velu legali li bih qegħdin jipprovaw jgħattu dan l-iskandlu huwa velu li m'hu qed jaħbi xejn u qed naraw in-nudita' sħiħa ta' l-oxxenita' tal-proposta li għandna quddiemna.", "Sur President, kif nafu, diġa' ġiet proposta emenda minn din in-naħa fuq il-mozzjoni kollha kemm hi - li naturalment hija prinċipalment ispirata fuq dan il-kuntratt li qed jiġi propost li jsir bil-benedizzjoni ta' din il- Kamra - imma jien issa se nipproponi emenda oħra li taqra hekk:", "\"E\" Emenda għar-riżoluzzjoni dokument \"D\" annessa ma' mozzjoni numru 82:", "Fit-tarf tal-paragrafu li jibda bil-kliem \"U billi ċ-ċenswalist preżenti\" daħħal dan il-proviso:", "\"B'dan iżda li l-ħlas ta' l-arretrati taċ-ċens kollu dovut miċ- ċenswalist fid-data tat-trasferiment tal-proprjeta' għandu jsir mal- pubblikazzjoni ta' l-istess kuntratt ta' trasferiment u l-ammont relattiv m'għandux ikun ta' piż fuq il-fondi pubbliċi tal-Gvern ta' Malta direttament jew indirettament permezz ta' pagament mill-Malta Shipbuilding Company Ltd jew b'xi mod ieħor.\"", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda din l-emenda?", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, din l-emenda hija ċara.", "Jekk il- Partit Laburista se jbigħ din il-proprjeta' qed ngħidulu li almenu jrid iħallas l-arretrati taċ-ċens u jekk il-Gvern irid iħalli lill-partit ibigħ din il-proprjeta', għalkemm għandu dritt li jitlob lura l-proprjeta', qed ngħidulu li jista' jagħmel dan b'kondizzjoni li jiġbor dak li hu tal-poplu Malti, jiġifieri Lm0.25 miljun arretrati.", "U jrid jiġborhom fuq il-kuntratt mhux billi jkollna xi camouflage legali u ngħidu li l-Malta Shipbuilding se tħallas, meta l-flus ikunu akkwistati mingħand il-Gvern.", "Dan irid ikun pagament li tabilħaqq isir lill-Gvern mhux bi flus li jkunu ġejjin mill- Kaxxa ta' Malta.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti): Sur President, quddiemna għandna mozzjoni li tinkorpora numru ta' riżoluzzjonijiet.", "Jien xtaqt nikkonċentra fuq tnejn minn dawn ir- riżoluzzjonijiet pero' madanakollu ma jkunx għaqli jekk wieħed ma jikkummentax xi ftit fuq dak li għadna kemm smajna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għoġbu jikkwota lid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Dr. George Abela, dwar din il-famuża kwestjoni li l-Onor.", "Fenech Adami qed isejjaħ skandlu.", "Jekk qed jgħid li dan huwa skandlu, serq fid- dawl tax-xemx u korruzzjoni, għaliex ma jressaqx il-każ quddiem il- Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni?", "M'għandux fiduċja fl- istituzzjonijiet tal-pajjiż?", "Din kienet waħda mill-istediniet li Dr. George Abela għamel lill-Partit Nazzjonalista, ħaġa li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għoġbu ma jsemmix.", "Onestament ma nafx għaliex qed naraw ċerta arroganza.", "Anke fir-rigward tar-ruling li tat Madam Speaker, fejn qalet li dan li qed isir f'din ir-riżoluzzjoni m'hu maħfra xejn, tan-naħa l-oħra xorta jagħlqu għajnejhom u jibqgħu għaddejjin qisu dak li jgħidu huma biss huwa tajjeb.", "Sur President, jiena nibqa' ngħid u nsostni li l-Partit Laburista għamel sagrifiċċju kbir meta kien ta dik il-proprjeta' lill-Malta Shipbuilding għaliex fl-interess nazzjonali ċeda proprjeta' fil-qalba tal-pajjiż.", "Dan donnu li tan-naħa l-oħra m'humiex jarawh.", "Bħalma għidt diġa', min ikollu l-iskandli, il-korruzzjoni u l-ħmieġ ma jiġix quddiem il-Parlament biex jagħti l-opportunita' lill-Oppożizzjoni li tiddiskuti u titkellem kemm trid fuq il-materja in kwestjoni.", "Jien naħseb li min ikun irid jaħbi, jibża' jagħmel dawn l-affarijiet u jibża' jħalli lill-poplu jiġbed il- konklużjonijiet tiegħu wara li jara l-veduti tal-każ.", "Nixtieq issa nirriferi għal żewġ dokumenti partikolari li qed jitressqu quddiem il-Kamra u li jien kont involut fihom b'mod dirett.", "L-ewwel dokument li nixtieq nitkellem dwaru huwa proprjament dak li jikkonċerna lil Ħal Ferħ Co. Ltd., lill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts u lill- Partit Laburista, li lkoll qed jingħataw proprjeta' fl-inħawi magħrufa bħala n-Naħħalija u l-Kamp ta' Għajn Tuffieħa, fil-limiti ta' Għajn Tuffieħa stess.", "Issa f'pajjiżna s-sitwazzjoni kienet li l-proposti li jitressqu mill-poplu jintefgħu fuq xkaffa u qatt ma kien isir tentattiv serju biex wieħed jipprova jwassal għal ftehim l-interessi konfliġġenti iżda, għall-kuntrarju, meta tressqet quddiemna talba mill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts sabiex din tieħu biċċa art sostanzjali fl-inħawi li għadni kemm semmejt, ħadna in konsiderazzjoni l-interess tal-Partit Laburista u l- interess ta' l-Air Malta, tramite Ħal Ferħ Co. Ltd, li wkoll urew ix-xewqa jagħmlu xi żvilupp f'dawn l-inħawi, u minflok ma ħallejna dawn l-affarijiet fuq l-ixkaffa għal snin twal ressaqna l-partijiet flimkien u pprovajna nwassluhom fi ftehim bejniethom.", "Fil-fatt għandi l-pjaċir ngħid li dan il- ftehim intlaħaq u hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lit-tliet partijiet konċernati għar-rieda tajba li wrew biex finalment waslu għal dan il-kompromess.", "Sur President, dwar Ħal Ferħ Co. Ltd ta' min isemmi li l-kumpless li għandha din il-kumpannija kellu tmexxija ħażina f'dawn l-aħħar snin u preżentement m'huwiex miexi tajjeb.", "GĦalhekk Ħal Ferħ Co. Ltd., li tixtieq li dan il-kumpless ikun vijabbli, ħasset li tkun qed tagħmel pass tajjeb jekk testendi dan il-kumpless għaliex b'hekk iktar ikun hemm ċans li dan iservi ta' attrazzjoni għat-turisti.", "Hawnhekk ta' min jgħid li permezz ta' dan id-dokument, Ħal Ferħ Co. Ltd. qed tintrabat li fi żmien ħames snin tinvesti mhux inqas minn Lm1 miljun f'benefikati.", "Iċ-ċens fuq din l-art huwa ta' Lm20,000 fis-sena, liema ċens jirrivedi ruħu kull ħames snin bl- 10%.", "Dan id-dokument isemmi wkoll affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- manutenzjoni u mat-tiswija.", "Ħaġa li s'issa ma jidhirlix li ssemmiet f'din il-Kamra hija li d- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kellu xi premises f'din l-area, li sfortunatament matul dawn l-aħħar snin tħallew jitmermru, bil-konsegwenza li ma setgħux jibqgħu jintużaw bħala youth hostel.", "Madanakollu aħna ħarisna 'l quddiem u minkejja li kien diġa' sar ftehim bejn it-tliet partijiet konċernati, id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, flimkien mas- Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, baqa' jinsistili għal youth hostel f'dawn l-inħawi.", "Fil-fatt huwa għalhekk li f'dan id-dokument Ħal Ferħ Co. Ltd. qed tintrabat li tibni blokk għall-użu ta' youth hostel għal mhux inqas minn 50 persuna.", "Barra minn hekk, din il- kumpannija qed tintrabat ukoll li tipprovdi akkomodazzjoni u catering services addizzjonali għal mhux inqas minn 100 persuna fil-Ħal Ferħ Tourist Complex jew f'post ieħor, bi qbil bejn l-istess partijiet u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, għall-perjodu parikolari ta' matul is-sajf.", "Dan qed nagħmluh sabiex inkabbru iktar il-youth exchanges għax jekk nipprovdu din it-tip ta' akkomodazzjoni, iktar tikber il-possibbilta' li nakkomodaw żgħażagħ barranin bl-inqas spejjeż possibbli u bl-iktar mod prattiku.", "Dan qed ngħidu sabiex nuri kemm l-affarijiet qed isiru b'ċertu għaqal u b'ippjanar fit-tul.", "It-tieni assoċjazzjoni li qed tissemma f'dan id-dokument hija dik ta' l- iScouts.", "Kien hemm min qal li lil din l-assoċjazzjoni, li taħdem b'mod volontarju, qed nagħtuha area kbira ħafna b'ċens negliġibbli ta' Lm2,000.", "Pero' hawnhekk jien irrid ngħid li l-Gvern huwa committed li jgħin b'mod konkret u fattwali lill-għaqdiet volontarji sabiex dawn ikunu jistgħu jkattru r-rwol soċjali tagħhom.", "Fil-fatt aħna qed ngħidu li din l-area se sservi wkoll bħala camping site u se tkun ta' livell internazzjonali.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts qed tintrabat li fis-sena 2000 torganizza l-Mediterranean Scouts Jamboree f'din l- international camping site li se jattendu għalih mhux inqas minn minn 3,000 scout.", "Barra minn hekk ta' min jgħid ukoll li madwar terz ta' din is-site se jkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku Malti u anke ta' l-għaqdiet filantropiċi li se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn l-inħawi.", "Sur President, l-għan tagħna huwa li pajjiżna, permezz ta' l-iscouts movement, jibda joffri l-possibbilta' li scouts minn madwar ir-reġjun tal- Mediterran jibdew jiġu f'pajjiżna u jieħdu t-taħriġ tagħhom f'dan it- training camp.", "B'hekk nisperaw li meta dawn imorru lura lejn pajjiżhom u jirrakkontaw l-esperjenzi li jkunu għaddew minnhom, ikunu qed jagħmlu reklam għal Malta.", "Permezz ta' din ir-riżoluzzjoni, l-Assoċjazzjoni ta' l- iScouts qed tintrabat li tinvesti mhux inqas minn Lm50,000 bħala benefikati sas-sena 2000.", "Barra minn hekk, b'dan li se jsir, f'pajjiżna se jiġi introdott konċett ġdid fejn se jiġi mpjegat warden residenti fulltime, jiġifieri li filwaqt li din il-persuna tkun residenti f'dan is-sit tara li l-affarijiet f'dawn l-inħawi jkunu qed jimxu kif suppost.", "Din hija xi ħaġa li ċertament għandha tiġi mfaħħra u nkoraġġita.", "Ma jistax jonqos li din is-site tibda tintuża wkoll mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti u mid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni.", "Huma ħafna dawk il-ministeri u dipartimenti li se jagħtu l- kontribut tagħhom fix-xogħol li se jsir f'din is-site.", "Biżżejjed ngħidu li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u Dipartiment ta' l- Agrikoltura se jkollhom x'jaqsmu mal-landscaping u l-fencing ta' din l- area, liema fencing jista' jsir permezz ta' siġar.", "Ta' min jgħid ukoll li f'din l-area qed tiġi allokata lill-Partit Laburista estensjoni taċ-Ċentru Anton Buttigieg ħalli dan ikompli jiżviluppa bħala ċentru edukattiv u hostel.", "Din ir-riżoluzzjoni, li hija konformi ma' l-istructure plan li kienet fasslet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dawn l-inħawi, qed torbot lill-Partit Laburista - qed ngħid dan għax bħalissa qed jissemma li jistgħu jsiru abbużi u skandli - li ma jgħaddix din il-proprjeta' lil ħaddieħor mingħajr ma jersaq quddiem dan il-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li hekk kellhom isiru l-affarijiet fil-passat.", "It-tieni dokument li xtaqt nitkellem dwaru u li fuqu sar ħafna xogħol, kemm mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti kif ukoll mill-Kunsill Malti għall-Isport, huwa proprjament dak li jittratta dwar it-trasferiment ta' faċilitajiet sportivi lil għaqdiet sportivi.", "L- ewwelnett nibda billi ngħid li aħna ħassejna li għalkemm kien qiegħed hemm, il-Kunsill Malti għall-Isport ma kellux saħħa u ma kienx rappreżentattiv b'mod wiesa' imma kien qiegħed hemmhekk biex il-ministru jużah biss fejn jidhirlu.", "Aħna għidna mill-ewwel li m'huwiex xieraq li nħallu lill-ogħla istituzzjoni sportiva tal-pajjiż, il-Kunsill Malti għall-Isport, jibqa' f'dan l-istat pjetuż.", "Jien hawnhekk naf x'qed ngħid għax għamilt żmien nirrappreżenta lill-oppożizzjoni fuq dan il-kunsill u minkejja l-isforzi ġenwini li kienu jsiru minn dawk kollha li kienu jipparteċipaw f'dan il- kunsill, dawn ma kenux isibu għajr bibien magħluqin u għalhekk l-affarijiet dejjem kienu jibqgħu fuq il-karta.", "Allura ridna li nagħtu saħħa lil dan il- kunsill u bdejna billi enfasizzajna l-ħtieġa li dawk l-għaqdiet sportivi li m'humiex fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti jkollhom rappreżentanza.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li minkejja li suppost kienet tinħatar persuna unofficially għan-nom tal-kunsilli lokali, fir-realta' ma kienx hemm tali rappreżentanza uffiċjalment u għalhekk aħna ħsibna għal din ir- rappreżentanza wkoll.", "Aħna ħsibna wkoll għal iktar involviment ta' persuni b'diżabilita' għaliex wara kollox illum qed nisimgħu ħafna dwar il-ħtieġa li dawn il-persuni jagħtu sehem sħiħ fis-soċjeta' u għalhekk għidna li dawn se jkollhom ukoll rappreżentanza diretta fuq il-Kunsill Malti għall-Isport.", "Fi ftit kliem aħna wessajna r-rappreżentanza ta' dan il-kunsill u tajnieh rwol eżekuttiv b'mod konkret.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq nieħu l- opportunita' biex mhux biss nirringrazzja lil dan il-kunsill imma anke lill- impjegati tal-Land Department, partikolarment lill-Perit Sciberras tal- paċenzja li ħa u lill-Ministru Buhagiar li ressaq din ir-riżoluzzjoni.", "Il-Gvern għandu fiduċja kbira fl-għaqdiet sportivi ta' pajjiżna u ried juri dan bil-fatti.", "Jien naħseb li xejn ma jiggarantixxi aħjar l- awtonomija u l-identita' ta' dawn l-għaqdiet, milli li dawn jingħataw il- premises f'idejhom biex imexxuhom huma.", "Il-Gvern qed jirrikonoxxi wkoll il- fatt li dawn l-għaqdiet kważi kollha huma mmexxija fuq bażi volontarja għax li kieku kellna naqbdu s-sigħat li jiddedikaw l-eluf ta' nies f'dawn l- għaqdiet volontarji sportivi u nikkwantifikawhom fi ħlas, żgur li qatt m'aħna se npattu għal dan ir-rwol soċjali tal-voluntiera.", "GĦalhekk aħna ħassejna li biex dawn ikunu verament responsabbli tal-premises li qed imexxu għandhom jingħataw ċerti drittijiet u jekk kemm-il darba nittrasferixxu dawn il-proprjetajiet, inkunu qed nagħtu lil dawn in-nies stimolu sabiex jinvestu filwaqt li jtejbu l-faċilitajiet sportivi li jagħmlu użu minnhom.", "Fejn qabel kien impossibbli għal dawn l-għaqdiet sportivi li jmorru l-bank jew f'xi istituzzjoni finanzjarja oħra ħalli jissellfu biex jiżviluppaw il-faċilitajiet li huma responsabbli minnhom, illum dan huwa possibbli li jsir u jistgħu saħansitra joffru dawn il- proprjetajiet bħala garanzija għal kull self u għal kull investiment li jkunu jixtiequ jagħmlu.", "L-iżvilupp fl-infrastruttura sportiva tal-pajjiż kienet donna qed tistaġna u għalhekk issa, permezz ta' dan l-istimolu u bl- għajnuna ta' dawn l-għaqdiet, aħna qed nittamaw li l-investiment fl- infrastruttura sportiva jikber, ikun hawn iktar xogħol, jitqajjem iktar interess u tikber il-kuxjenza anke fil-qasam sportiv.", "Illum jien ninsab kburi li matul l-ewwel sena ta' din l-amministrazzjoni, fl-aħħar qed tiġi attwata wegħda li ilha ssir għal diversi snin lill-clubs ta' l-isport.", "Dan huwa r-riżultat li wieħed jottjeni meta jaħdem bil- għaqal u b'mod serju.", "Qabel l-elezzjoni, il-Gvern preċedenti kien ressaq mozzjoni malajr malajr pero' din qatt ma ġiet diskussa.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li filwaqt li dik il-mozzjoni kellha xi affarijiet tajbin, li kieku għaddejniha minn dan il-Parlament konna naqilgħu diversi konflitti diretti bejn il-kunsilli lokali u l-għaqdiet sportivi.", "Jien sinċerament inħoss li minflok ma konna se ngħinu lill-għaqdiet sportivi, b'dik il- mozzjoni konna se ngħakksuhom iktar.", "Fil-fatt jien frankament ma nafx kemm kien hawn għaqdiet sportivi li kienu se jidħlu għal dawk il-piżijiet.", "Aħna dejjem emminna li għandna ngħinu lil dawn l-għaqdiet u għalhekk ma ħarisniex lejn linji kummerċjali imma minflok għamilna ċerti parametri dwar kif għandu jiġi ffissat l-ammont ta' ċens.", "Hawnhekk nixtieq infaħħar l- investiment li għamlu dawn l-għaqdiet b'mod volontarju fil-premises li jagħmlu użu minnhom - hawn wieħed għandu jieħu in konsiderazzjoni li sal- lum dawn il-premises ma kenux tagħhom - u kull min ikun qed jinnegozja magħhom ma jistax ma jirrikonoxxix dan il-fatt.", "Meta wieħed iħares lejn iċ- ċnus imsemmija f'din ir-riżoluzzjoni jsib li dawn huma kważi għotjiet mill- gvern.", "Biżżejjed insemmu l-pixxina tal-waterpolo li għandha Lm100 ċens u l- ground tal-football b'Lm200 ċens.", "Hawn qed naraw kemm il-Gvern għandu rieda soda li, mhux talli ma jitfax piżijiet finanzjarji fuq dawn l- għaqdiet, talli jgħinhom jaslu fejn jixtiequ jaslu.", "Problema kbira li konna semmejna fl-ewwel budget tal-Gvern Laburista kienet tittratta proprjament il-fondi li jingħataw għall-isport u llum, permezz ta' din ir-riżoluzzjoni, se jinħoloq fond iddedikat proprju għall- isport.", "Din hija tieqa li ilna nistennewha tinfetaħ għal ħafna snin u issa se tinfetaħ.", "GĦalkemm f'din ir-riżoluzzjoni hawn involuti 25 għaqda sportiva, nassigurakom li aħna qed naħsbu wkoll f'diversi għaqdiet oħra li diġa' wrew interess li jieħdu f'idejhom faċilitajiet sportivi.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li l-flus kollha li jinġabru f'kirjiet se jidħlu f'isports fund.", "Dan għalija huwa achievement kbir għall-qasam sportiv għaliex għalkemm illum għad għandna biss ftit eluf f'dan l-isports fund, madanakollu dan huwa l-pedament li rridu nibnu fuqu għax b'hekk iktar ma jgħaddi żmien iktar inkunu nistgħu ninvestu b'mod għaqli fil-faċilitajiet sportivi ta' pajjiżna.", "Sur President, jekk wieħed iħares u jara x'ressaqna f'dawn ir- riżoluzzjonijiet isib li hawn jispikka l-waterpolo.", "Aħna minn dejjem għidna li bħala pajjiż imdawwar bil-baħar għandna nagħtu importanza kbira lill-water sports.", "Dan il-qasam ma kienx jingħata daqstant importanza fil- passat u għalhekk għandna ninforzawh aktar.", "Huma bosta dawk il-clubs tal- waterpolo li huma lesti jaħdmu biex nilħqu dan l-għan, fosthom il- Marsascala Sports Club, Marsaxlokk Aquatic Sports Club, Neptunes Waterpolo and Swimming Club, San Ġiljan Aquatic Sports Club, Barracudas Sports Club, Sirens Aquatic Sports Club, Sliema Aquatic Sports Club, Exiles Sports Club u Ta' Xbiex Aquatic Sports Club.", "Peress li xi wħud minn dawn il-clubs għad għandhom ċerti problemi, aħna tkellimna magħhom, rajna fiex jikkonsistu dawn il-problemi u lħaqna ftehim, inkluż għal dak li jirrigwarda ċ-ċens fuq il-proprjeta' li se tiġi ttrasferita lilhom.", "Qabel ma ressaqna din ir-riżoluzzjoni aħna ħarisna sew lejn il-logħob tal- football, li forsi huwa l-iktar sport popolari madwar id-dinja.", "(Interruzzjonijiet) Persważ li llejla huma ħafna dawk in-nies li qed jaraw il-logħba bejn l-Italja u r-Russja, minflok m'huma qed jisimgħuna, imma madanakollu x-xogħol tal-Parlament għandu jibqa' għaddej, ikunu x'ikunu ċ- ċirkostanzi, għall-ġid ta' pajjiżna.", "GĦalhekk aħna ħassejna l-ħtieġa li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni ngħaddu l-proprjetajiet lil diversi football clubs, fosthom Dingli Swallows Football Club, Marsaxlokk Football Club, Mellieħa Football Club, Mosta Football Club, Pieta' Hotspurs Football Club, Luxol Sports Club, Santa Lucia Football Club, Sirens Football Club, Siġġiewi Football Club, Tarxien Rainbows Football Club, Vittoriosa Stars Football Club, St. Patrick's Football Club, Żurrieq Football Club, il-Malta Football Association, il-Gozo Football Association u l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians.", "Hawnhekk ta' min jgħid li aħna mhux lil dawn l- għaqdiet biss qed ngħinu.", "Biżżejjed ngħid li wara talba li kellna mill-Malta Traditional Karate Federation, permezz ta' din ir-riżoluzzjoni qed nagħtuhom il-permess li jużaw żewġt ikmamar mill-kumpless sportiv li hemm f'Kordin, liema proprjeta' hija ta' l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians, bla ebda ħlas ta' kera sakemm dawn jinstabilhom sit alternattiv mill-Kunsill Malti għall- Isport.", "Fil-każ ta' l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians aħna qed naħsbu saħansitra għal estensjoni minn issa.", "Fil-fatt huwa ta' unur għalija li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni qed nagħtu lill-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians art li se tintuża għal youth nursery, liema art fiha daqs il- ground li diġa' għandhom ġewwa Kordin.", "Aħna rajna li din l-assoċjazzjoni għamlet investiment qawwi fil-faċilitajiet li għandha u għalhekk ħassejna li huwa xieraq li dan jiġi rikonoxxut b'mod fattwali.", "Faċilita' oħra li xtaqt nidentifika b'mod partikolari huwa l-istadium nazzjonali.", "Il-Gvern preċedenti kien ħalla t-tinda ta' dan l-istadium se taqa' u kien hemm ukoll ġenb minn dan l-istadium li kien magħluq għall- pubbliku minħabba l-periklu li kien hemm.", "Meta l-MFA waslet biex qalet li jekk kemm-il darba l-Gvern, li huwa s-sid, mhux se jinvesti biex jirranġa dawn l-affarijiet hi m'hijiex se tħallas il-kera, il-Gvern preċedenti ppermetta lil din l-assoċjazzjoni li ma tħallasx kera - li kienet tammonta għal madwar Lm10,000 - għal diversi snin.", "Fil-fatt li kieku din il-kera tħallset, liema kera sal-lum kienet tkun tammonta għal iktar minn Lm100,000, kienet isservi ta' għajnuna kbira lil dan il-qasam.", "Pero' dawn il-flus inħlew u t-tentattivi li saru biex tinstab soluzzjoni kienu fjakki.", "Hawn ta' min isemmi li l-MFA investiet madwar Lm2.5 miljun f'dan l- istadium.", "Aħna ħassejna li ma nistgħux nippermettu sitwazzjoni bħal din u għalhekk meta tlajna fil-gvern tkellimna ma' din l-assoċjazzjoni u llum għandi l-pjaċir ngħid li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni mhux biss se ngħaddulha l-istadium nazzjonali imma wkoll it-training grounds ta' l- inħawi u l-parking area li tant hemm bżonn li wieħed jieħu ħsiebha b'mod għaqli.", "Kull min jiffrekwenta dan l-istadium jaf b'dawn il-problemi pero' issa aħna għandna fiduċja kbira li l-affarijiet se jitjiebu għaliex ġaladarba l-għaqdiet se jingħataw dawn il-proprjetajiet, ir-responsabbilta' tal-manutenzjoni hija f'idejhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li hawn nuqqas ta' quorum.", "Din hija ħasra għaliex l-Onor.", "Cilia qed jagħmel diskors tajjeb!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża.", "Il-Kamra ġiet sopoża fit-8.23 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għoġobhom jgħajtu għal quorum allavolja qalu li għoġobhom id-diskors tiegħi!", "Jien ma naħsibx li din kienet l-intenzjoni imma nixtieq nirringrazzjahom xorta waħda għaliex fl-istess ħin tawni ċans nieħu pawsa żgħira.", "Sur President, kont qed nitkellem dwar il-faċilitajiet sportivi ta' pajjiżna u dwar għaqdiet nazzjonali bħall-MFA.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli ppermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinsetma'.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Cilia jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Sur President, kont qed ngħid li l-Gvern preċedenti ma kellux il-ħila jasal għal ftehim bonarju ma' dawn l-għaqdiet u kien ilu jeżisti staġnar għal snin twal pero' l-Gvern preżenti kellu l-ħila jagħmel dan.", "Fil-fatt ta' min isemmi li fil-jiem li ġejjin se jsir ftehim ieħor ma' l-MFA.", "Dan il-ftehim jittratta dwar l-istadium nazzjonali ta' Ta' Qali, liema stadium eluf ta' Maltin iħarsu lejh bħala l-monument sportiv li bena l-Gvern Laburista.", "Fil-fatt aħna ninsabu kburin ħafna bih u l-għan tagħna huwa li dan jinżamm fl-aħjar stat possibbli.", "Ta' min isemmi wkoll li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni qed ngħaddu lill- Gozo Football Association it-turf pitch li huma bnew b'mod għaqli ħafna.", "Lil din l-assoċjazzjoni aħna qed ngħaddulha wkoll il-premises li tagħmel użu minnhom - dawn il-premises m'ilhomx li nbnew u m'ilhomx li ġew inawgurati - biex ikompli jsir titjib fil-logħba tal-football ġewwa Għawdex.", "Jien naħseb li f'din ir-riżoluzzjoni l-Malta Football Association u l-Gozo Football Association huma simbolu ta' kif għandhom jitmexxew il-faċilitajiet sportivi.", "Sur President, wieħed seta' jinnota li f'din ir-riżoluzzjoni m'humiex imsemmija l-clubs sportivi kollha u għalhekk hawn nixtieq inserraħ ras xi wħud.", "Li kieku ridna, stajna rajna l-problemi ta' kull club u ressaqniehom kollha f'daqqa, kif kien se jsir matul l-amministrazzjoni preċedenti b'mod propagandistiku u irresponsabbli.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, biex nuri lill-Onor.", "Cilia kemm verament qed napprezza l-ispeech tiegħu u kemm qed jagħmel speech tajjeb, irrid nirrimarkalu li reġa' m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża.", "Il-Kamra ġiet sospiża fit-8.30 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, jekk dawn l-għajtiet għal quorum huma ntiżi biex b'xi mod jostakolaw dak li għandna nagħmlu hawn ġew, nassigurakom li jien se ngħid dak kollu li għandi ngħid pero' wara kollox mhux jien inkun qed niġi ostakolat imma l-għaqdiet sportivi.", "(Interruzzjonijiet) Mhux biżżejjed m'għamiltu xejn f'dawn l-aħħar għaxar snin għal dawn l-għaqdiet sportivi!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, kont qed ngħid li aħna ħassejna li m'għandniex naqbdu l- problemi ta' kull club u nressquhom quddiemna kollha f'daqqa, bħalma kienet se tagħmel l-amministrazzjoni preċedenti, imma l-ewwel ressaqna dawn ir- riżoluzzjonijiet li se jibbenefikaw minnhom 25 għaqda u sadanittant qed naraw ukoll il-problemi ta' għaqdiet sportivi oħra, li b'kollox jammontaw għal madwar 200.", "Per eżempju, ġieli nstabu diffikultajiet biex isir trasferiment ta' art lil dawn l-għaqdiet sportivi għax il-gvern matul is- snin kien għadu m'akkwistax il-proprjeta' mingħand ħaddieħor u għalhekk ma setax jgħaddiha lill-għaqdiet sportivi, pero' aħna qed ninvestigaw u qed nipprovaw insibu soluzzjoni għal problemi simili.", "Hawn nixtieq ngħid ukoll li jeżistu diversi għaqdiet sportivi li żgur ma kienx tort tagħhom li llum m'humiex inklużi f'dawn ir-riżoluzzjonijiet, fosthom il-club tal-waterpolo tal-Belt.", "Sur President, ta' min jgħid li fil-passat il-club tal-waterpolo tal-Belt kien l-aqwa wieħed għaliex kien attiv immens pero' maż-żmien dan tħalla jitmermer għaliex ma kienx isir ix-xogħol neċessarju min-naħa tal-Gvern sabiex dan jinżamm f'kondizzjoni tajba.", "Nixtieq ngħid li aħna morna naraw il-waterpolo club tal-Belt u sibna li veru għandhom bżonn ta' madwar Lm25,000 biex jirranġaw dan il-pitch, liema spiża se jidħol għaliha l-Gvern ħalli nagħmlu pitch li jkun jixraq lill-belt kapitali tagħna.", "Kif kulħadd jaf il-Belt Valletta intagħżlet bħala l-belt kulturali Ewropea għal Ġunju 1998 u aħna nħossu li dan għandu jkun iż-żmien propizju li jsir investiment f'dak il-qasam.", "Aħna lesti li nkomplu b'dan ix-xogħol u fil-fatt diġa' qed naħdmu ma' għaqdiet oħrajn sabiex inkomplu nressqu dawn it-tip ta' riżoluzzjonijiet fil-Parlament.", "Hawn ikun ukoll f'waqtu li nżid li aħna konxji mill-problemi finanzjarji tal-clubs sportivi u għalhekk qed ngħidu li dawn se jiġu eżentati mill-ħlas tat-taxxa fuq id-dokumenti fuq dawn il- kuntratti.", "Jekk hemm mod kif wieħed jista' juri b'mod konkret l-għajnuna tiegħu lil dawn l-għaqiet, żgur li hawnhekk għandna eżempju ċar.", "Nixtieq issa nitkellem dwar il-kondizzjonijiet - b'mod ġenerali għaliex jista' jkun hemm xi differenzi bejn club u ieħor - li hemm fil-kuntratti in kwestjoni.", "L-ewwelnett irrid ngħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq ċens, li huwa differenti minn kera, fis-sens li fuq ċens wieħed jista' jmur għand bank u jieħu loan fuqu bħala garanzija, filwaqt li l-kera ma titteħidx bħala garanzija.", "Aħna ħarisna lejn dan il-fatt u huwa għalhekk li lil dawn il-clubs qegħdin noffrulhom ċens temporanju ta' 49 sena, liema ċens jiġi rivedut kull ħames snin u jista' wkoll jiġi mġedded.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-flus li jidħlu minn dawn iċ-ċnus se jmorru f'dan il-famuż sports fund li se jkun amministrat mill-Kunsill Malti għall-iSport.", "Aħna rridu li l- affarijiet jimxu bis-serjeta' u għalhekk se jkun hemm klawsola f'dawn il- kuntratti li tgħid li jekk ma jiġux osservati xi kondizzjonijiet minn club jew għaqda sportiva partikolari, allura t-titolu legali jerġa' jmur lura għand il-Gvern.", "Jien naħseb li din hija miżura għaqlija u li żżomm lil kulħadd on their toes.", "F'dawn il-faċilitajiet sportivi daħħalna wkoll l-aspett li dawn jintużaw ukoll mill-youth nurseries.", "Aħna rridu li t-talent fost iż-żgħar jiġi ndukarat billi jingħataw il-possibbilta' li huma, bħala youth nurseries, jużaw dawn il-faċilitajet.", "Qegħdin ngħidu wkoll li dawn il-faċilitajiet għandhom jintużaw ukoll mill-iskejjel u dan sabiex inkunu konformi ma' l- għan prinċipali tagħna li nsaħħu s-sistema edukattiva fil-qasam sportiv.", "Irridu nħarsu wkoll lejn kif se jkunu involuti l-kunsilli lokali.", "Meta jkun il-każ - għax jekk tkun għaqda nazzjonali mhux dejjem taqa' taħt il- kontroll ta' xi kunsill lokali - dawn għandhom l-obbligu li jaraw li l- kondizzjoniiet kollha miftiehma fil-kuntratt jiġu osservati, anke f'isem il- Kunsill Malti għall-iSport.", "Kunsill lokali għandu jiġbed l-attenzjoni ta' dan l-organu f'każ li l-kondizzjonijiet ma jkunux qed jiġu osservati.", "GĦal dan il-għan se jintbagħtu kopji tal-kuntratti relattivi lill-istess kunsilli lokali u se jkun hemm ukoll il-possibbilta' li uffiċjali nkarigati jagħmlu spezzjonijiet.", "Qed ngħidu wkoll li l-istess kunsilli lokali għandu jkollhom il-possibbilta' u d-dritt li jagħmlu użu b'xejn minn dawn il-faċilitajiet sportivi.", "Dawn se jkollhom l-opportunita' li bi ftehim u b'konsultazzjoni mal-club konċernat, itellgħu attivitajiet f'dawn il- faċilitajiet.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-użu ta' dawn il-faċilitajiet għandu jkun esklussivament għall-isport.", "Fil-passat inqalgħu polemiki kbar f'din il- Kamra; każ tipiku kien dak tal-McDonald's ġewwa Birkirkara.", "F'dak il-każ aħna ħassejna li l-affarijiet ma kenux saru fl-ispirtu li jipprovdi dan il- Parlament u ma rridux li kwestjonijiet simili - speċjalment dawk marbutin ma' l-isport - jirrepetu ruħhom.", "Dawn il-faċilitajiet jistgħu jinkludu uffiċini għall-amministrazzjoni sportiva u faċilitajiet oħra għal min juża jew jiffrekwenta din il-proprjeta', liema faċilitajiet ma jridux ikunu tali li jibdlu n-natura prinċipali tal-kumpless sportiv.", "Aħna ma rridux nimmanettjaw lil dawn l-għaqdiet sportivi pero' irridu nagħmluha ċara li l- għan prinċipali tal-faċilitajiet irid ikun l-isport.", "Il-clubs lanqas jistgħu iċedu jew jallokaw lil ħaddieħor dawn il-faċilitajiet mingħajr l- approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Qed norbtu lill-clubs b'dan il-mod għaliex fil-passat ġraw każijiet - mhux neċessarjament marbutin ma' l-isport - bħal fil-każ tal-car park ġewwa l-Furjana, fejn minkejja li l-Parlament kien alloka art lil entita' partikolari, dawn għoġobhom iwarrbu min-nofs biex għamlu spazju għal ħaddieħor u ta' biċċa negozju bħal din qalgħu l- belli liri.", "Qed ngidu wkoll li l-club għandu jkun reġistrat mad- dipartiment responsabbli mill-isport.", "Hawnhekk jien nista' ngħid li meta sirt segretarju parlamentari responsabbli mill-isport, sibt li lanqas forma ta' reġistrazzjoni ta' l- għaqdiet sportivi ma kellna.", "Illum nista' ngħid li d-Dipartiment ta' l- iSport fi ħdan is-segretarjat qed jaħdem fuq il-proċess sabiex l-għaqdiet sportivi kollha jkunu reġistrati, ikollna l-istatut tagħhom u l-lista tal- membri tal-kumitat ħalli b'hekk inkunu nafu kif għaddejjin l-attivitajiet u nkunu nistgħu nippjanaw aħjar kif nistgħu ngħinu lill-għaqdiet u kif jista' jsir żvilupp fil-qasam sportiv f'pajjiżna.", "Qegħdin ngħidu wkoll li għandha ssir polza tas-sigurta', ħaġa li hija normali li ssir f'dawn it-tip ta' kuntratti.", "Sur President, dawk kienu l-punti li xtaqt inqajjem fuq il-parti taI- mozzjoni li għandha x'taqsam ma' l-isport.", "Huwa ta' unur għalija li dan qed isir u għandna naħdmu flimkien sabiex kemm jista' jkun din il-mozzjoni tgħaddi malajr minn dan il-Parlament mingħajr ostakoli.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Sur President, quddiemna għandna mozzjoni b'seba' riżoluzzjonijiet, li tnejn minnhom - ir-raba' u s-seba' waħda - jikkonċernaw interessi jew tal-Partit Laburista jew tal-General Workers Union, is-sieħba tal-Partit Laburista.", "Fil-verita' aħna llum qegħdin hawnhekk sabiex naraw jekk l-affarijiet min-naħa tal-Land Department humiex qegħdin isiru sewwa.", "Irridu naraw jekk il-kondizzjonijiet li qed jiġu ppreżentati għal dawn is-seba' riżoluzzjonijiet humiex kollha kif għandhom ikunu u rridu naraw ukoll jekk hemmx good governance min-naħa tal-Land Department.", "U hawn, meta bniedem jara kemm il-mod kif inhuma miktuba r- riżoluzzjonijiet, kif ukoll il-mod kif inhuma ppreżentati l-minuti tal- kuntratti, ma jistax ma jistaqsix: Għaliex sitt kuntratti se jsiru min- Nutar tal-Gvern filwaqt li l-kuntratt l-ieħor m'huwiex se jsir min-Nutar tal-Gvern?", "Għaliex f'ċerti kuntratti jidhru ċerti kondizzjonijiet li huma ebsin filwaqt li f'kuntratti oħrajn il-kondizzjonijiet li għandhom jissalvagwardjaw l-interess tal-poplu ma jissemmewx, anzi qegħdin jitneħħew minn fuq il-kuntratt innifsu a skapitu ta' l-intenzjonijiet li kien hemm oriġinarjament meta l-Land Department kien ta d-dritt ta' użu jew mod ieħor ta' proprjeta'?", "Imma ħalli nibda biex inħares ftit lejn Dokument \"D\".", "Sur President, nistgħu liberament ngħidu li s'issa kull meta smajna l- kelliema min-naħa l-oħra jitkellmu, f'kull ċirkostanza rriferew għall-Gvern bħala l-Gvern Laburista pero' f'dan il-każ partikolari, fejn qed jiġi aġevolat il-Partit Laburista b'mod sfaċċat, minflok qegħdin jgħidu \"Gvern Laburista\" qegħdin jgħidu \"il-Gvern ta' Malta\".", "Huwa tajjeb li wieħed jara x'qed jgħid dan il-kuntratt għax minkejja li kull membru parlamentari jrid ibaxxi rasu għar-rulings li jogħġobha tagħti s-Sedja, kull wieħed u waħda minna għandna dritt nikkummentaw jekk jidhrilna li jkun hawn affarijiet oħra li jaqilbu ċ-ċirkostanzi reali ta' dak li jkun qed jintqal.", "Per eżempju, aħna nafu li l-preskrizzjoni ma teżistix fir-relazzjoni ta' parti mal-gvern, imma hawnhekk għandna kuntratt li se jagħti lill-gvern dritt li entita privata għandha fir-relazzjoni ma' entita privata oħra.", "Sal-lum il- Malta Labour Party, bħala entita privata, kellu jiġbor ħlas ta' ċens annwu fuq sit tal-Malta Shipbuilding, fejn qabel kien hemm il-Freedom Press.", "Dawn il-flus suppost li jidħlu għand il-Partit Laburista minn but u joħorġu minn ieħor għaliex l-istess Partit Laburista suppost li jħallas dak li jkun daħħal mingħand il-Malta Shipbuilding lill-Gvern ta' Malta bħala ċens tal- proprjeta' li għandu f'Pembroke.", "Li ma tgħidx din ir-riżoluzzjoni - u ma smajt ebda kelliemi min-naħa l- oħra imqar jitkellem fuqha b'mod ħafif - huwa li filwaqt li mal-gvern m'hemmx preskrizzjoni jekk ma jsirx ħlas, fir-relazzjoni ta' bejn żewġ entitajiet - jiġiferi ċ-ċens li l-Malta Shipbuilding għandha tħallas lill- Malta labour Party - hemm il-preskrizzjoni.", "Safejn naf jiena - u jekk huwa mod ieħor nispera li l-Ministru jġibilna d-dokumenti biex inkunu nistgħu narawhom - il-Malta Labour Parti qatt ma intima lill-Malta Shipbuilding biex din tħallas iċ-ċens dovut għal dawn l-aħħar 13 jew 14-il sena.", "In vista ta' artiklu 2,156 tal-Kodiċi Ċivili jirriżulta li l-Malta Labour Party għandu dritt jiġbor mingħand il-Malta Shipbuilding iċ-ċens ta' l-aħħar ħames snin biss.", "Jekk il-Labour Party itella' lill-Malta Shipbuilding il-Qorti sabiex din tħallas iċ-ċens li huwa dovut, il-Malta Shipbuilding tista' tagħmel talba għal preskrizzjoni għall-perijodu kollu ta' qabel il-ħames snin.", "GĦalhekk jirriżulta li l-Malta Labour Party jista' jdaħħal biss Lm100,000 ċens minflok l-ammont li qed jgħid li għandu jieħu u li qed jgħid li huwa ekwivalenti għall-ammont li għandu jagħti lill- Gvern.", "Il-Malta Labour Party, permezz ta' dan il-kuntratt qed ipoġġi lill- Gvern fiż-żarbun tiegħu - ħaġa li legalment tissejjaħ \"surroga\" - għall- ħlas li huwa għandu jieħu mingħand il-Malta Shipbuilding.", "Sur President, kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-Malta Shipbuilding ma tinsabx f'qagħda finanzjarja li tħallas, imma anke kieku din kienet solventi biżżejjed biex ma' l-ewwel sejħa tħallas, jibqa l-fatt li l-Malta Shipbuilding hija biss dovuta li tħallas lill-Gvern ta' Malta ħames snin ċens.", "Dan hu mismanagement min-naħa tan-nies legali jew min-naħa ta' min iddeċieda għan-nom tal-Land Department li jippermetti din it-transazzjoni għax b'daqqa ta' pinna l-Gvern ta' Malta se jonqsulu d-drittijiet tiegħu li jiġbor iċ-ċens dovut.", "Sur President, hemm ukoll konfużjoni fil-mod kif inhu miktub il-kuntratt.", "Għax jew il-partit qed jiddelega u jissurroga lill-gvern fid-drittijiet tiegħu kontra l-Malta Shipbuilding, u b'hekk qed jippretendi li jfarfar l- obbligu tal-ħlas taċ-ċens, jew inkella l-Partit Soċjalista se jibqa' responsabbli vis-a-vis r-relazzjoni tiegħu mal-gvern għal dan l-ammont ta' flus.", "Il-kuntratt jgħid li l-Partit Laburista qed jiddelega lill-gvern id- dritt tiegħu għall-ammont ta' ċens mhux imħallas u għall-penali dovuti lill- Partit Soċjalista mill-Malta Shipbuilding fuq proprjeta' fil-Marsa.", "Kieku ż-żewġ naħat tal-miżien jiżnu l-istess allura l-Gvern veru kien ikollu dritt jiġbor l-ammont ta' flus dovuti mill-Malta Shipbuilding.", "Pero' fil- fatt qed jiġri li l-Gvern se jkollu dritt jiġbor biss Lm100,000.", "Jekk il- Labour Party ma ħarrikx lill-Malta Shipbuilding fit-terminu preskritt mil- liġi, allura l-Labour Party tilef dak id-dritt u daqstant ieħor jitlef id- dritt il-gvern li jiġbor dak l-ammont mingħand il-Malta Shipbuilding.", "U dan mhux kollox.", "Fit-trasferiment tal-proprjeta' ta' St. Andrew's, il-kuntratt jgħid li l- Partit Laburista qed jiddelega lill-gvern biex jiġbor l-ammont dovut sal- lum.", "GĦalhekk jien għandi nifhem li meta l-Partit Laburista se jbigħ il- proprjeta' ta' St. Andrew's se jimponi, kif titlob il-liġi, ammont proporzjonali ta' ċens skond m'hu dovut li jħallas lil-Land Department.", "U hawnhekk naslu fi stramberija differenti.", "Meta sar il-kuntratt fl-1979 bejn il-Labour Party u l-Malta Shipbuilding, l-intenzjoni kienet li l-Malta Labour Party jkollu sit ieħor fejn jagħmel headquarters oltre l-proprjeta' li ngħatatlu biex jagħmel l-istamperija u dan mingħajr ma joħroġ xejn mill- but, fis-sens li jdaħħal Lm20,000 minn naħa u joħroġ Lm20,000 min-naħa l- oħra.", "Pero' bniedem bir-raġun jasal biex jiddeduċi li l-Malta Labour Party se jassenja parti miċ-ċens lil terzi, man mano li jbigħ din l-art ta' St. Andrew's - naturalment dan li qed ngħid ma' jidhirx fil-kuntratt - ħalli b'hekk il-partit iħallas direttament lill-gvern u bħala entita' privata jibqa' jiġbor iċ-ċens dovut ta' kull sena mingħand il-Malta Shipbuilding.", "Iċ-ċens oriġinali tal-Malta Shipbuilding fuq l-art kien ta' Lm130, jiġifieri peress li riesaq il-Milied, il-Gvern Laburista tal-lum se jagħti lill-Partit Laburista l-faċilita' li jkollu introjtu ta' Lm19,870 fis-sena.", "Issa jien ma neħodhiex bi kbira li jinstabu l-fondi sabiex il-Malta Shipbuilding tifdi dan iċ-ċens, liema ċens jekk wieħed jikkapitalizzah bil- 5% jiġi jammonta għal Lm398,000.", "Fl-opinjoni tiegħi b'dan li qed isir qed titwitta t-triq sabiex għada pitgħada jinfeda s-sub-ċens min-naħa tal-Malta Shipbuilding.", "Issa dan apparti l-prezz li se jġibu għall-bejgħ tal- proprjeta' f'St Andrew's. Issa l-Gvern dalwaqt jibda jirraġuna li jkun aħjar jekk il-Malta Shipbuilding ma jkollhiex spejjeż ta' ċens u allura jagħtiha għajnuna sabiex hi tkun tifdi dan iċ-ċens ta' kważi Lm400,000 li għandha tagħti lill-Malta Labour Party!", "Sur President, jien minn hawn nagħti avviż li l-membri parlamentari ta' l-Oppożizzjoni li qegħdin fuq il- Public Accounts Committee beħsiebna nitolbu lill-Awditur sabiex jinvestiga u jindaga jekk f'dan il-każ kienx hawn good governance.", "Il-Public Accounts Committee, li jien membru tiegħu, qiegħed hemmhekk sabiex jara li jkun hawn good governance u good administration f'dan il-pajjiż.", "Sur President, fil-każ tal-proprjeta' ta' St. Andrew's, aħna la nafu min se jixtri u lanqas kemm se jħallas min se jixtri.", "Filwaqt li fid-Dokument \"G\" li huwa anness ma' din il-mozzjoni, il-General Workers' Union hija obbligata li tbigħ biss lill-kumpanniji jew lill-entitajiet li fiha hi għandha 51%, fil-każ tal-Malta Labour Party ma sarx hekk; f'dan il-każ saret rinunzja totali tal-proprjeta'.", "Kieku kien hawn good governance hawnhekk, kien jintalab rigal fil-konfront tal-valur reali tal-proprjeta', jiġifieri fil-konfront ta' l-Australia Hall, tar-Raffles u ta' l-art li hemm magħhom f'St. Andrew's, li b'kollox jammontaw għal aktar minn Lm1.5 miljun, skond kelliema ta' l-istess Partit Laburista.", "Jien naħseb li gvern veru ta' Malta għandu jfittex l-interess tal-poplu Malti u jimponi ammont li għandu jitħallas biex tingħata din il-konċessjoni, jekk għandha tingħata.", "Naħseb li jkun tajjeb li hawnhekk immorru ftit lura u neżaminaw il-motiv għaliex ingħatat din l-art lill-Malta Labour Party.", "Għalkemm m'hijiex imniżżla fil-kuntratt li sar fl-1979, din il- proprjeta' ta' St. Andrew's ingħatat b'titolu ta' enfitewsi lill-Malta Labour Party biex dan jagħmel il-headquarters hemmhekk.", "Illum il-Malta Labour Party bena headquarters moderni fil-Hamrun u għaldaqstant żgur li ma baqagħlux skop għal din l-art - dan qed jikkonfermahulna l-istess partit bit-talba li għamel lil-Land Departament sabiex ikun jista' jitrasferixxiha lil terzi - u allura d-dipartiment għandu d-dritt jiddeċiedi jekk jitterminax iċ-ċens jew jieħu lura l-proprjeta'.", "Imbagħad nisimgħu lill- Onor. Alfred Portelli jgħid li hu qabbad kummissjoni mmexxija mill-ex-Prim Ministru, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, sabiex tidentifika proprjetajiet li jistgħu jintużaw għal skop soċjali ta' housing jew mod ieħor!", "Sur President, dan il-kuntratt huwa wieħed xott, huwa miktub fuq żewġ paġni u huwa spazjat komdu biex jidher twil.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li huwa spazjat komdu ħalli wieħed ikun jista' jaqra x'hemm verament intiż between the lines!", "Meta wieħed jara dan, jirrealizza li qegħdin nitkellmu fuq bejgħ ta' art li tiswa Lm1.5 miljun, fuq maħfra ta' ċens li jammonta għal Lm160,000 u li jista' jitla' sa Lm260,000, u d-dritt ta' introjtu tal- Labour Party mill-awment taċ-ċens mingħand il-Malta Shipbuilding li jammonta għal Lm397,400.", "Mela b'kollox qegħdin nitkellmu fuq ċifra ta' 'l fuq minn Lm2 miljun rigal mill-Gvern ta' Malta lill-Partit Laburista.", "Dik hija l-veru sitwazzjoni li qed naraw quddiemna.", "Jien irrid nerġa' nenfasizza l-fatt li jirriżulta biċ-ċar li f'dan il-każ ma kienx hawn good governance mill-persuni responsabbli fil-Land Department.", "Jien la naf min ħa din id-deċiżjoni u lanqas naf min imbotta biex tittieħed din id-deċiżjoni, pero' din id-deċiżjoni hija simili ħafna għal kif tkellem il-Ministru Brincat il-ġimgħa l-oħra dwar is-self u l-ħruġ ta' stocks tal-gvern.", "Il-Gvern qal li tant hawn domanda għal dawn l-istocks li l-Lm25 miljun oriġinali l-ewwel tellagħhom għal Lm75 miljun u issa reġa' żiedhom għal Lm100 miljun.", "Meta staqsejna lill-Ministru sabiex jgħidilna min verament qiegħed jinvesti f'dawn l-istocks irriżulta li aktar minn 50% inxtraw mill-banek kummerċjali, 25% mill-Bank Ċentrali u 25% oħra mill- pubbliku in ġenerali.", "Issa hawn fejn wieħed jista' jagħmel paragun għax hawnhekk qed jgħidulna li l-Gvern qed jieħu fuqu dritt biex jiġbor ċens mingħand ħaddieħor, pero' kulħadd jaf bl-ammont ta' flus li nħarġu mill- Kaxxa ta' Malta sabiex il-Malta Shipbuilding tibqa' fuq saqajha.", "Għaldaqstant, Sur President, nitlob li jiġi nvestigat bl-ikbar reqqa min fid-Dipartiment ta' l-Artijiet ħa d-deċiżjoni li fiċ-ċirkostanzi ma kien hemm xejn li seta' jagħmel aħjar sabiex jivvantaġġa d-dħul tal-gvern.", "Sur President, nixtieq issa nitkellem xi ftit dwar Dokument \"G\", li ġie miżjud ma' din il-mozzjoni mill-Ministru Buhagiar appena dan kien se jagħlaq id-diskors tiegħu.", "Il-Ministru qalilna li minħabba li l-General Workers' Union ma kenitx qed tagħmel użu mis-sulari ta' isfel nett tal- Workers' Memorial Building - dan il-bini kien ingħata lill-GWU b'att tan- Nutar Victor Miller tas-7 ta' Frar, 1957 - allura llum il-Gvern ta' Malta qed jitlob sabiex din il-Kamra tapprova li l-GWU tinnegozja din il- proprjeta'.", "F'din ir-riżoluzzjoni jingħad li l-kumpannija li takkwista din il-proprjeta' jrid ikollha mill-inqas 51% tax-shares ta' l-istess proprjeta'.", "Infatti l-kondizzjoni li tirriżulta minn paġna 3 ta' dan il- ftehim eżattament tgħid li:", "\"Il-Gvern jawtorizza lill-enfitewta ...\"", "- li hija l-General Workers' Union -", "\"... sabiex titrasferixxi, tassenja, jew tikri għal skopijiet kummerċjali lil xi kumpannija oħra li l-General Workers' Union ikollha 51% ta' tali shareholding ...\"", "Jista' jkun ukoll li l-istess sulari jiġu mibdula f'walk-in arcade li jkun fihom ħafna ħwienet, li ovvjament jiġu mogħtija b'management lil diversi nies.", "Filwaqt li l-General Workers' Union ikollha 51% tal-kera, effettivament l-introjtu tal-persuna li tkun qed tmexxi dawn il-ħwienet ikun bil-wisq iżjed.", "Issa aħna nafu li fil-passat Gvern Soċjalista kien għolla l-kera ta' ċerti ħwienet fil-Belt minn Lm800 għal Lm10,000.", "Fl-1957 il-Gvern Soċjalista kien ta proprjeta' lill-GWU - ma nidħolx fil-mertu jekk kienx prezz realistiku jew le - għal Lm344 ċens fis-sena.", "Issa 40 sena wara, il- Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant qed ineħħi kondizzjoni importanti minn dan l- istess kuntratt ħalli din il-proprjeta' tkun tista' tinkera u jsir negozju minnha.", "Dan ifisser li l-GWU se tingħata d-dritt illi ssir business enterprise.", "Hawnhekk jien nerġa' nistaqsi: B'liema raġunament u mod ta' viżjoni seta' l-Gvern - fil-vesti tal-Land Department - jirraġuna bl-akbar sinċerita' illi meta jagħmel hekk ma jkun qed jagħti l-ebda rigal lil ħadd?", "Ngħid għalija r-raġunar li qed iwassal għal dan il-kuntratt juri li hemm nies li m'humiex denji li jokkupaw il-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw illum.", "Imbagħad fil-kuntratt hemm parti żgħira li tgħid: \"...pero' 5% tal-profitti jitpoġġew ġo fund immaniġġjat mill-istess union biex jintużaw għal raġunijiet speċifiċi fuq consumers' affairs u għall-benefiċċju tal-pubbliku in ġenerali.\".", "Naħseb li faċilment nistgħu ngħidu li l-GWU m'hijiex se tkun l-ewwel waħda li tagħti 5% tal-profitt għal dan l-iskop.", "Jiena naf b'ħafna entitajiet privati f'Malta li jagħtu ammont mill-profitti għall-karita'.", "(Interruzzjonijiet) Allaħares ma kienx hekk għaliex kieku dawk l- istituzzjonijiet ma jżommux.", "Il-Gvern qed jagħti d-dritt li l-GWU tittrasferixxi, twilli, tagħti b'ċens ogħla, tpartat jew tagħmel affarijiet oħrajn mingħajr ma jitlob xejn in return.", "Oltre dan, jekk ikun hemm ksur ta' dan l-agreement, trid tinfetaħ kawża.", "Jiena ngħid li anke kieku stess wieħed kellu jaqbel li ma tintalab l-ebda żieda, kellu jiġi rriservat id- dritt li jekk tinkiser din il-kondizzjoni, għallinqas ikun hemm penali mhux appellabbli li tkun dovuta fuq perijodu ta' żmien sakemm l-affarijiet jerġgħu jitpoġġew fis-sitwazzjoni li jiddetermina dan il-kuntratt.", "Sur President, s'issa tkellimna fuq żewġ riżoluzzjonijiet li, indipendentement minn min huma l-benefiċċjarji, huma relatati, fis-sens li l-Gvern qiegħed inaqqas b'ammont sostanzjali d-drittijiet tiegħu għad- detriment tal-Kaxxa ta' Malta u għad-detriment tal-Land Department.", "Dan id- dipartiment jieħu ħsieb li meta l-gvern jesproprja proprjeta' mingħand il- privat, isiru l-kuntratti neċessarji u jitħallsu s-sidien ta' l-art skond ma jippermetti l-budget.", "Kulħadd jaf ukoll li fuq perijodu ta' żmien ta' 30 jew 40 sena l-ammont ta' flus dovuti lin-nies li kellhom proprjeta' li ġiet esproprjata tela' għal madwar Lm12 miljun.", "Il-Land Department, forsi bi żball, nesa jaħseb f'dawn in-nies billi ma kkalkolax li jista' jsodd toqba minn dan l-ammont li hemm dovut billi jitlob ammont ta' flus lil dawn iż-żewġ benefiċċjarji talli hu qiegħed inaqqas id-drittijiet tiegħu.", "Dawn il-flus setgħu jmorru sabiex inaqqas din il-ħofra ta' Lm12 miljun li jgħid li għandu d-dipartiment.", "Aħna nafu li d-dipartiment ġieli jagħmel kuntratti biex iħallas lura fuq perijodu ta' tlieta jew erba' snin u nafu wkoll li fil-każ ta' dawn iż-żewġ kuntratti, la ma talabx ammont speċifiku bħala kapital, il-Gvern seta' talab awment sostanzjali fiċ-ċens, li ovvjament jiġi rkuprat min-negozju li se jiġġeneraw dawn iż-żewġ riżoluzzjonijiet.", "Kieku sar hekk, kemm il-General Workers' Union kif ukoll il-Partit Soċjalista kienu jkunu jistgħu jgħaddu dan il-piż ta' ċens lil entitajiet oħra.", "Ħalli issa ngħaddi biex nitkellem dwar ir- riżoluzzjonijiet l-oħra.", "Kif qal l-Onor.", "Cilia, Ħal Ferħ Co. Ltd - li x-shareholders tagħha milli jidher huma l-Air Malta - qed tingħata biċċa art biex tiżviluppaha f'entita turistika ġdida f'Għajn Tuffieħa.", "F'din l-istess riżoluzzjoni, fost kondizzjonijiet oħra hemm imniżżel li din il-kumpannija trid tonfoq ċertu ammont ta' flus fuq perijodu ta' żmien.", "Forsi li joħroġ mil-liġi u li seta' jitniżżel fil-kuntratt huwa l-fatt li fost il-kondizzjonijiet li ssemmew hawnhekk għat-tliet artijiet li se jingħataw - kemm lill-Partit Soċjalista, kemm lill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts, kif ukoll lil Ħal Ferħ Co. Ltd. - imkien ma qed jinżamm id-dritt li jekk dawn ma jħallsux iċ-ċens għal perijodu ta' żmien, il-Land Department ikollu d-dritt li jieħu lura l-art.", "Din il-kondizzjoni toħroġ mil-liġi fejn tgħid li jekk iċ-ċens idum tliet snin ma jitħallas, hemm proċedura sabiex wieħed ikun jista' jieħu l-art jew il-proprjeta' lura, jekk il-qorti tiddeċiedi hekk.", "Lanqas biss inżamm privileġġ jew tpoġġiet penali f'każ li xi waħda minn dawn it-tliet entitajiet, jiġifieri Ħal Ferħ Co. Ltd, l-iScouts jew il-Malta Labour Party, jiddeċiedu li jużaw il-proprjeta' għal skopijiet li ma jaqblux ma' l- iskopijiet tal-kuntratt.", "Fil-każ tal-Malta Labour Party:", "\"L-imsemmija proprjeta' tintuża biss bħala centru edukattiv u hostel.", "Dan is-sit ikun jista' jinkorpora fih bini amministrattiv, catering facilities u servizzi oħrajn relattivi għal dan l-iskop, basta dawn ma jbiddlux l-iskop prinċipali li għalih qed jiġi ttrasferit is-sit in kwestjoni.\".", "Jien nispera li l-catering facilities ikunu għall-użu ta' dan il-youth hostel u mhux ikollna xi restaurant għall-pubbliku in ġenerali.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Debono Grech qiegħed jgħid li restaurant jibqa' restaurant, pero' jien ngħidlu li restaurant ma jinxtarax b'50ċ-il qażba jew inkella b'10ċ-il metru.", "Dawn il-prezzjiet ma jiġux imnaqqsa b'dan il-mod biex min irid jibni catering facility u jużaha għal skop ta' negozju.", "Fit-tliet każijiet, il-Land Department ma poġġiex kondizzjonjiet u ma mponiex penalita' f'każ li l-proprjeta' ma tintużax għall-iskop intiż.", "Jekk entita ma tintużax għall-iskop intiż ma nafx kemm il-Gvern ta' Malta se jtella' lil-Labour Party f'kawża l-qorti, u anke jekk stess jagħmel dan, ma nafx meta din tiġi deċiża.", "Il-Gvern Laburista - hawnhekk hawn imniżżel \"il-Gvern ta' Malta\" kif suppost ikun, għaliex suppost li hu gvern tal- Maltin kollha - se jagħti lill-istess Partit Laburista dawn il-faċilitajiet bi preferenza sfaċċata.", "Dawn m'humiex kondizzjonijiet veri tas-suq li jitlob in-negozju regolari.", "Imbagħad għandna s-sitwazzjoni ta' l-Air Malta, liema kumpannija bħalissa qed tgħidilna li għandha deficit sostanzjali u se tidħol bħala l-major shareholder ta' Ħal Ferħ Co. Ltd.", "Jien ma nafx kif l-Air Malta tista' tidħol f'irbit fejn se tobbliga ruħha li tonfoq Lm1 miljun f'ħames snin sabiex tiżviluppa l-proprjeta' f'dawn l-inħawi meta qed tgħid li għandha dan id-deficit kollu!", "Pero' milli jidher diġa' hemm il-barka tal-Planning Authority li se jagħtuhom permess jiżviluppaw din il-proprjeta'.", "Nisperaw li issa ma jinqalgħux il-problemi biex dawn jingħatalhom il-permess biex isir dan il-proġett, jekk se jsir.", "Jien ngħid li j'Alla jsir u jħalli profitt għal Malta u għall-Air Malta, pero' min-naħa l-oħra naħseb li kien ikun aktar għaqli - u nispera li l-Ministru jikkonfermali li dan ix-xogħol diġa' sar fil-winding up - illi l-Ħal Ferħ Co. Ltd rat u għandha out line approval illi tista' tagħmel dawn ix-xogħlijiet.", "Qed ngħid dan għaliex eżatt fuq ir-riħ ta' l-istess art, qabel l-1987, kien hemm artijiet ta' ħafna nies privati li kienu fabbrikabbli, liema artijiet kienu tneħħew mill-iskema fl-1987 u wieħed mill-kelliema dwar l- ambjent li llum m'għadux membru parlamentari - kien ministru ta' l-ambjent - kien jgħid li dik hija waħda mill-areas li m'għandhiex tinbena.", "Issa nisperaw li ma jiġrix l-istess bħalma ġara fuq biċċa art li tissejjaħ mogħxa ta' Għajn Tuffieħa.", "Din qiegħda fuq in-naħa tat-tramuntana ta' l-art li l-Gvern qiegħed jikkonċedi b'titolu ta' enfitewsi lill-Ħal Ferħ Co. Ltd.", "Din l-art kienet ġiet mogħtija lil xi familji b'ċens li jiskadi madwar 70 sena oħra.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li din l-art illum hija green area, pero' qabel l-1987 kien hemm il-permessi tal-bini fuqha, liema permessi - meta reġgħu intefgħu applikazzjonijiet għalihom - baqgħu jiġu rifjutati sax- xahar li għadda.", "Jien nifhem li hemm il-volonta', kemm ta' l- Assoċjazzjoni ta' l-Iscouts, kemm tal-Labour Party, kif ukoll ta' Ħal Ferħ Co. Ltd li jiżviluppaw dawn il-proprjetajiet, imma forsi jkun aħjar li din il-parti tar-riżoluzzjoni tiġi posposta ħalli l-ewwel niċċaraw jekk din il- proprjeta' tistax tiġi żviluppata kif huwa ppjanat.", "Huwa veru li bl-emendi li saru fl-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp il-Gvern irriżerva d-dritt li jista' jkabbar l-areas tal-bini, pero' huwa fatt ukoll li f'dan is-sens din ir-riżoluzzjoni kienet xi ftit prematura.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar ir-riżoluzzjoni li tittratta l-għoti ta' l-Iskola ta' St. Patrick's lis-Sależjani, bi dritt ta' użu għal tliet snin.", "Kif kulħadd jaf, is-Sależjani diġa' taw prova ta' kemm huma kapaċi jagħtu servizz utli lis-soċjeta' Maltija bil-mod kif imexxu St. Patrick's School u bil-mod kif jieħdu ħsieb u jedukaw ġuvintur bi problemi fil-familja.", "Jien naqbel li din l-iskola tingħata b'Lm1, pero' għaliex għal tliet snin biss?", "Għaliex mhux qed tingħata għal perijodu itwal?", "GĦaliex mhux qed tingħata għall-istess perijodu li qed tingħata b'ċens il-proprjeta' lill- Assoċjazzjoni ta' l-iScouts u lill-MUSEUM?", "Jien naħseb li jekk dawn jingħatalhom perijodu twil, ikunu jistgħu jiġbru il-finanzi sabiex itejbu l- faċilitajiet ta' din l-iskola.", "(Interruzzjonijiet) Jien nispera li l- Ministru jkun jista' jgħidilna x'inhi din il-problema legali u għaliex ma setgħetx tiġi sormontata.", "In-nies li jmexxu din l-iskola jridu jippjanaw għall-ġejjieni u m'għandhomx jiġu soġġetti għall-problemi li jista' jkun hemm bejn l-Istat u skejjel oħra.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, diġa' hemm ħafna problemi ma' l-istudenti!", "Forsi llum hemm il-kwestjoni ta' l- istipendji u għada jkun hemm xi ħaġa oħra.", "Il-Ministru qed jgħidli li jekk il-Gvern ma jżommx il-proprjeta' hu għal ċertu żmien, allura din tista' taqa' għand xi werrieta li forsi għandhom xi dritt ta' titolu minn xi wirt antik.", "(Interruzzjonijiet) Min-naħa l-oħra jiena żgur li kieku dawn il-persuni ġew avviċinati, huma min huma, kienu jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex wieħed ikun jista' jdur ma' dan l-impediment legali u din l- iskola kienet tkun tista' tingħata lil din l-entita għal perijodu itwal ta' żmien.", "Rigward ir-riżoluzzjoni li tirrigwarda lil St. Michael's Foundation irrid ngħid li jien naqbel magħha.", "Din hija riżoluzzjoni tajba li tkompli fuq dak li nbeda mill-Gvern ta' qabel biex safejn hu possibbli l-edukazzjoni f'dan il-pajjiż tingħata daqqa t'id sabiex tkompli tikber.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Tony Abela jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li kien pass tajjeb u għaqli li l- proprjeta' lil St. Michael's Foundation qed tingħata b'ċens nominali ta' Lm3,200, ammont li m'huwiex kbir meta wieħed iqis li din il-propjeta' qiegħda fi prime site.", "Hawnhekk ta' min jgħid li jkun hemm tfal li jiġu minn ta' quddiem nett fl-eżamijiet li jsiru għall-Junior Lyceum u għall- iskejjel tal-Knisja u li l-ġenituri tagħhom jagħżlu li jibagħtuhom f'din l- iskola għall-fatt li m'hijiex kbira u għalhekk tista' tagħti iżjed attenzjoni personali lil kull student.", "L-istess ħaġa nista' ngħid għar-riżoluzzjoni li tirrigwarda l-għoti ta' proprjeta' lis-Soċjeta' tad-Dutrina Nisranija, il-MUSEUM.", "Din l-art ukoll qed tingħata b'ammont kważi nominali u se tintuża sabiex fuqha tinbena residenza għall-anzjani ta' l-istess soċjeta'.", "F'dan il-każ il-kuntratt jgħid li l-proprjeta' tista' tittieħed lura kemm-il darba ma tibqax tintuża għal dan l-iskop.", "Madam Speaker, ngħaddi issa sabiex nagħmel ftit kummenti dwar l-artijiet, proprjetajiet u pitches li qegħdin jingħataw lill- entitajiet sportivi.", "Jiena wkoll għamilt żmien twil president ta' club tal-football; qed ngħid għat-team tar-Rabat, li minn isfel nett ukoll spiċċa fuq nett, kif qal l- Onor. Portelli għat-team ta' Ħaż-Żabbar.", "(Interruzzjonijiet) Veru, imma għallinqas aħna ħadna tazza, Birkirkara għadhom ma ħadux!", "Jien hawn nista' ngħid li l-players tagħna kien ikollhom imorru jagħmlu t-training ġo ground barra r-Rabat, meta ma konniex ninqdew bi ground li hemm fid-ditch ta' bejn ir-Rabat u l-Imdina.", "Kif jaf il-Ministru Buhagiar, dan ma tantx jista' jissejjaħ ground tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Jien napprezza l-ispjega li tani privatament il-Ministru għaliex il-ground ta' l-Imtarfa ma ġiex inkluż f'din il-mozzjoni, u dan minħabba li għad hemm xi problemi dwar l- amministrazzjoni ta' dan l-istess ground.", "Lanqas ma rridu ninsew li l- popolazzjoni ta' l-Imtarfa tant żdiedet li m'huwiex magħruf jekk fil- ġejjieni hijiex se tibqa' tagħmel parti mir-Rabat jew forsi tkun entita għaliha.", "Il-Gvern ħaqqu prosit talli qed jgħaddi l-amministrazzjoni ta' dawn il- proprjetajiet kollha lil entitajiet sportivi Maltin b'ċens għal 49 sena.", "Allaħares dawn il-proprjetajiet ma jingħatawx lil entitajiet sportivi Maltin b'ammont nominali meta nafu li ġieli jkun hemm ċirkostanzi fejn club lanqas ikollu flus biex iħallas il-kera!", "Peress li l-clubs tagħna m'għandhomx soċjetajiet jew azjendi kbar li jisponsorjawhom bl-istess mod kif għandhom clubs barranin, allura kull soċjeta' sportiva li ma tiġix mgħejjuna mill-gvern dejjem trid tara x'se torganizza ħalli ssib il-mezzi kif iżżomm fuq saqajha.", "Madam Speaker, fil-ġejjieni Malta trid bilfors torjenta ruħha li tonfoq ħafna iżjed flus u tagħmel iżjed faċilitajiet available għal kull soċjeta' serja ta' l-isport.", "Sfortunatament, fil-kuntratti m'hawnx tagħrif dwar kif dawn il-proprjetajiet se jingħataw lil għaqdiet sportivi.", "Per eżempju, jien naħseb li l-ministeru responsabbli mill-isport għandu jżomm id-dritt li juża dawn il-faċilitajiet f'każ ta' avvenimenti nazzjonali u avvenimenti oħrajn ħalli b'hekk ma jkunx hemm problemi kif ġieli kien hemm fil-passat.", "Jista' jkollna anke xi żjarat bħal dik li kellna mill-Papa jew anke xi ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni li se jkollna f'Ġunju tas-sena d-dieħla, fejn il-Belt Valletta ġiet magħżula biex tkun iċ-ċentru kulturali Ewropew - jien ċert li kull membru ta' din il-Kamra se jagħmel l-almu tiegħu sabiex dan l-avveniment iservi ta' reklam tajjeb għal pajjiżna - u għalhekk inħoss li l-Gvern għandu jdaħħal klawsola f'dawn il-kuntratti li biha jirriżerva d- dritt li f'każ ta' bżonn, mingħajr ħafna ordnijiet presidenzjali jew legal notices, ikun jista' juża dawn il-proprjetajiet.", "Madam Speaker, qabel ma nagħlaq irrid nerġa' nistaqsi lil min imexxi d- Dipartiment ta' l-Artijiet jekk b'dawn ir-riżoluzzjonijiet - qed nirriferi għal Dokumenti \"A\", \"D\" u \"G\" - huwiex qed jimxi b'mod sinċier meta qiegħed iċedi d-drittijiet tal-gvern mingħajr kumpens.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk min hu responsabbli għad-deċiżjoni dwar Dokument \"D\" irrealizzax li jista' jkun qiegħed irodd salib għad-dritt tal-gvern li jiġbor Lm160,000 mill-Lm250,000 li l-Malta Shipbuilding għandha tagħti bħala ċens tal- proprjeta'.", "Jekk il-gvern jiddeċiedi li jaħfer dan id-dejn lill-Malta Shipbuilding, dan jista' jagħmlu biss permezz ta' riżoluzzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li l-proprjeta' tal-Malta Labour Party m'hijiex qiegħda tintuża għall- iskop li dwaru sar il-kuntratt fl-1979.", "Forsi l-istess persuna fil-Land Department jista' jgħidilna għaliex min kien jokkupa s-siġġu tiegħu fl-1979 kien iddeċieda li ma jdaħħalx klawsola fil-kuntratt illi din il-proprjeta' kellha tintuża biss għal skop ta' headquarters tal-Partit Soċjalista.", "Madam Speaker, dan huwa każ ta' bad governance min-naħa ta' min jamministra, li forsi ġie mbottat biex jieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Dan juri li għad nerġgħu niltaqgħu hawnhekk sabiex il-Gvern, forsi fi żmien sentejn oħra, jiddeċiedi li għandu jneħħi wkoll il-kondizzjoni li l-General Workers' Union għandha bħalissa, jiġifieri li għandu jkollha 51% fil- kumpannija li tkun trid takkwista din il-proprjeta'.", "U forsi jerġa' jiġi darba oħra u jiddeċiedi li Lm1.10 huwa ċens għoli biżżejjed għal prime property.", "Meta wieħed jara din il-mozzjoni li għandna quddiemna llum ma jkunx jista' jaħseb mod ieħor ħlief li jgħid li l-Gvern qed jagħti rigal ta' Lm2 miljun skorruti lill-Partit Soċjalista.", "Jekk inqas minn terz ta' l- art tinbiegħ għal Lm400,000, mela l-art kollha tiswa' Lm1.5 miljun, u jekk ma dan inżidu l-Lm250,000 li hemm dovuti bħala ċens, kif ukoll il- benefiċċju li se jgawdi l-Labour Party, jirriżulta li l-Gvern Laburista qed jagħti rigal ta' aktar minn Lm2 miljun lill-Partit Soċjalista.", "U huwa faċli biex wieħed jara kif jiġu dawn il-benefiċċji.", "Bħalma l-Gvern illum ħass li għandu jieħu self sabiex id-Drydocks tkun kapaċi tħallas l- arretrati tal-bolli u l-arretrati tat-taxxa ta' l-impjegati tagħha - u hemm bżonn li dawn jitħallsu għax il-ħaddiema jistgħu jbatu minħabba f'hekk - fl- omnipotenza tiegħu il-Gvern jista' iressaq riżoluzzjoni oħra fejn jitneħħew ir-restrizzjonijiet li qegħdin jitħallew illum kemm fuq il-proprjeta' li qed tingħata f'Għajn Tuffieħa, kif ukoll fuq il-proprjeta' tal-Belt.", "Jekk il-Gvern irid, jista' jagħmel riżoluzzjoni waħda ta' paġna kollox u jasal għall-istess riżultat li wasal għalih f'din l-okkażjoni.", "Madam Speaker, f'din il-mozzjoni għandna taħlita u l-Gvern ried li bl- iskuża tar-riżoluzzjonijiet dwar l-isports, dwar is-St Michael's Foundation, dwar is-Sależjani, dar il-MUSEUM u dwar l-iscouts niġu obbligati nieħdu votazzjoni waħda, pero' s-Sedja b'mod ġustifikat ħafna ddeċidiet li fiċ-ċirkostanzi għandu jittieħed vot għal kull riżoluzzjoni li hawn.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Grazzi.", "Madam Speaker, din hija riżoluzzjoni dettaljata ħafna għaliex, fost affarijiet oħra, qed tipproponi li jiġu approvati trasferimenti ta' proprjetajiet u artijiet lil 25 assoċjazzjoni sportiva.", "Wieħed bilfors irid iħares b'sodisfazzjon lejn dan in-numru kbir ta' trasferimenti, li qed isiru proprju għall-ġid ta' l-isport f'Malta u j'Alla jkun hemm numru akbar ta' assoċjazzjonijiet sportivi li jibbenefikaw minn riżoluzzjonijiet bħal dawn.", "Qed issir kritika fuq parti minn din il-mozzjoni, liema kritika fl- opinjoni tiegħi, m'hijiex ġustifikata għaliex l-intenzjonijiet tal-Gvern huma differenti mill-ħlasijiet li qed tesprimi l-Oppożizzjoni.", "Fost oħrajn, b'din il-mozzjoni se jkunu jistgħu jsiru trasferimenti ta' art u proprjeta' lil St. Patrick's School, lis-Soċjeta' tal-MUSEUM u lill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts.", "Il-Gvern qed jieħu ħsieb jara li dawn l-artijiet u proprjetajiet jiġu utilizzati bl-iktar mod organizzat mill-entitajiet imsemija, liema entitajiet jaħdmu fuq bażi volontarja.", "Kull min hu involut fl-isports, mhux talli ma jagħmilx profitt, talli jinvesti l-enerġija tiegħu u kultant flusu wkoll biex jara li l-ħaġa li jkun qed jaħdem għaliha verament tirnexxi.", "Madam Speaker, nixtieq issa nitkellem dwar dawk ir-riżoluzzjonijiet li donnhom l-aktar li qed iqajmu kontroversja u se nibda minn dik li tirrigwarda l-General Workers' Union.", "Jidher ċar li fil-kuntratt li kien sar fis-7 ta' Frar 1957 bejn il-Gvern Malti u l-General Workers' Union, il-kondizzjonijiet kienu tali li l-art kellha tintuża sabiex jittellgħu attivitajiet ta' l-istess trade union.", "Kien hemm ukoll imniżżel li l-ebda parti tal-bini m'għandu jiġi ttrasferit.", "Issa f'din ir-riżoluzzjoni aħna qegħdin nitkellmu dwar il-parti t'isfel tal-bini u qed tiġi proposta emenda għall-kuntratt oriġinali sabiex dan il- bini jkun jista' jiġi utilizzat b'mod iktar kummerċjali.", "Hawnhekk aħna qegħdin ngħidu bl-iktar mod ċar li din il-kondizzjoni se tiġi emendata proprju sabiex jintlaħqu l-għanijiet li sal-lum għadhom ma ntlaħqux.", "Aħna m'aħna qed nagħmlu xejn bil-moħbi, anzi qed niġu fil-Kamra tar- Rappreżentanti, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, sabiex nispjegaw lill- Kamra u lill-poplu dak li hemm bżonn isir.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar union li tieħu ħsieb l-interessi tal-ħaddiema u din bir-raġun tħoss li biex tkun tista' teżerċita aħjar l-obbligi tagħha, ikun xieraq u f'waqtu li tiġi emendata dik il-kondizzjoni li hemm fil-kuntratt oriġinali li qiegħda xxekkel il-ħidma tal-General Workers' Union.", "Meta fi żmien l- amminstrazzjoni preċedenti kienu se jsiru affarijiet simili mhux talli ma ġewx fil-Kamra, talli saru abbużi tant li kif tela' l-Gvern Laburista kellu jordna inkjesti dwarhom.", "GĦall-kuntrarju din ir-riżoluzzjoni hija ċara u tikkonsisti fi trasferiment ta' artijiet lil soċjetajiet li huma verament għal qalb il-poplu Malti.", "Madam Speaker, waqt id-diskors tiegħu l-Onor.", "Tony Abela beda l-ħin kollu jirriferi għall-Gvern bħala l-\"Gvern Laburista\".", "GĦaliex ma qalx il-\"Gvern ta' Malta\"?", "GĦax wara kollox il-Gvern Laburista huwa elett demokratikament bħala l-Gvern ta' Malta u qed jagħmel din ir-riżoluzzjoni għall-Maltin kollha.", "Huwa l-Gvern ta' Malta, flimkien mal-Partit Laburista, li qed jagħti proprjeta' b'ċens lil diversi għaqdiet għall-ġid tas-soċjeta' kollha.", "Fil-fatt meta wieħed iħares lejn din ir-riżoluzzjoni jsib li mhux talli hija karitatevoli, talli hija wkoll ħanina u tirrifletti l-fatt li l- Partit Laburista minn dejjem ħaseb biex jgħin lil kull min għandu verament għal qalbu lis-soċjeta' Maltija.", "GĦalhekk permezz ta' din ir-riżoluzzjoni l-Gvern qed jgħin lill-partiti politiċi - għaliex le? - lis-soċjetajiet volontarji li huma involuti fil-qasam ta' l-isports, inkluż il-Malta Football Association u l-Gozo Football Association, kif ukoll lil entitajiet edukattivi, bħall-iskola ta' St. Patrick's u s-St.", "Michael's Foundation.", "Meta wieħed jara dan kollu bilfors li jkollu jistaqsi għalfejn l-Oppożizzjoni qiegħda tagħmel din il-kritika kollha fuq parti minn din ir- riżoluzzjoni.", "Biżżejjed ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mar St. Andrew's u f'diskors li għamel hemmhekk sejjaħ lil din il-parti tar-riżoluzzjoni \"daylight robbery\".", "Jien niskanta kif matul id-disa' snin li kien ilu jmexxi lil Malta, l-Onor.", "Fenech Adami ma ndunax bid-daylight robberies li kienu jsiru u li qed inbatu l-konsegwenzi tagħhom.", "Dak li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti aktar insejjaħlu \"white-collar organised government crime\" għax meta gvern ma jamministrax il-flus tal-pajjiż bl-iktar mod għaqli u jwassal lil pajjiżna kważi f'diżastru finanzjarju ...", "Imn'Alla tela' fil-gvern il- Partit Laburista għaliex min kien qed jamministra lil pajjiżna qabel kien kważi frodista għax mhux biss kien jaħli, jisraq u jħarbat il-flus tiegħu imma kien jagħmel hekk anke bi flus ħaddieħor.", "GĦall-kuntrarju ta' dan, aħna llum qed inressqu din ir-riżoluzzjoni għall-ġid ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna hija dettaljata ħafna, pero' jien m'iniex se noqgħod nidħol fuq kif ġew drafted il- kuntratti.", "Madanakollu nixtieq ngħid li naqbel mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Tony Abela fejn qal li fil-kuntratt tat-trasferiment ta' l-art li se tgħaddi lill-Malta Football Association hemm bżonn li l-Gvern iżomm id- dritt li juża s-surrounding area - jien nassumi li l-Ministru ħa nota ta' dan il-punt - biex ikun jista' jużaha għal xi ċelebrazzjonijiet, bħal dawk li saru meta ġie l-Papa f'Malta.", "Madam Speaker, jien nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li din ir- riżoluzzjoni tagħmel unur lill-Partit Laburista fil-gvern għaliex b'hekk qed jgħin lil diversi organizzazzjonijiet volontarji permezz ta' għoti ta' proprjeta' u għalkemm dan qed jagħmlu fl-interess ta' l-istess organizzazzjonijiet, prinċipalment qed jagħmlu fl-interess tal-poplu Malti kollu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Madam Speaker, jien smajt b'interess kbir lis- Segretarju Parlamentari Joe Cilia jitkellem fuq it-trasferiment ta' l-art lill-Partit Laburista, fejn fost affarijiet oħra qal li min għandu x'jaħbi ma jiġix b'riżoluzzjonijiet bħal dawn fil-Parlament.", "Proprjament jien ma nafx għaliex ġejna fil-Parlament jekk mhux għax il-Partit Laburista għandu x'jaħbi.", "F'din il-montatura politika - biex nuża l-kliem ta' l-Onor.", "George Vella - il-Gvern Laburista ta trattament speċjali lilu nnifsu li ma ngħata lill-ebda partit politiku, assoċjazzjoni jew club ieħor li hemm imsemmija fil-mozzjoni.", "Jien naħseb li r-raġuni vera li għaliha qegħdin hawnhekk hija dik li ta l-Onor.", "Fenech Adami fl-1979 meta kien qed jiddibatti l-mozzjoni oriġinali li biha l-Malta Labour Party ngħata l-art ta' Pembroke, fejn kien qal li l-Gvern sab mezz kif jiffinanzja lill-Partit Laburista u li dan ta rigal lilu nnifsu.", "L-Onor.", "Portelli qalilna li aħna għadna ma rrealizzajniex kemm kienet serja d-deċiżjoni li kien ħa l-Partit Laburista meta dan ċeda l-Freedom Press.", "Fil-fatt jien emozzjonajt ruħi ħafna, speċjalment meta qal li l- bini tal-Freedom Press kien xi ħaġa imprezzabbli għaliex kien inbena fi żmien id-dnub il-mejjet.", "U fil-fatt illum qed naraw kemm hu għoli l-prezz li ta lilu nnifsu l-Partit Laburista għall-Freedom Press!", "Imma issa ejjew infakkru daqsxejn x'ġara fl-1979 ħalli naraw in-nuqqasijiet li kien għamel il-Gvern Laburista dak iż-żmien, liema nuqqasijiet qed ikompli jibni fuqhom il-Gvern Laburista tal-lum, li għad għandu l-istess xejra.", "Fl-1979 il-Partit Laburista esproprja biċċa art kbira ġewwa l-Marsa sabiex jibni ħofra kbira - din il-ħofra m'hijiex bħal dik li qed jingħad li hemm fil-budget! - għall-kapriċċ ta' xi ħadd li dak iż-żmien kien iffissat fi proġett, li naturalment kien destinat li jfalli.", "Meta esproprja din l- art il-Gvern Laburista ħallas liċ-ċittadini l-oħra - jew għadu ma ħallashomx għax il-gvern idum ħafna biex iħallas ta' l-art li jkun esproprja - bir-rati li juża l-gvern għall-esproprjazzjoni, pero' għall- Partit Laburista saret eċċezzjoni għax f'għajnejn il-Gvern Laburista dan il- partit m'huwiex bħaċ-ċittadini l-oħra imma huwa ċittadin speċjali.", "GĦalhekk il-Gvern Laburista ta trattament speċjali lill-Partit Laburista - dejjem għaliex il-Freedom Press kienet ta' valur sentimentali għoli ħafna - meta minflok dan il-bini li ċeda tah prime site f'Pembroke - art li għażilha l-Partit Laburista stess - li tiswa ħafna flus.", "Wara ftit il-Partit Laburista deherlu li għandu bżonn ukoll post għal printing press u għalhekk il-Gvern Laburista tah fabbrika ġewwa l-Marsa sabiex ikun jista' jagħmel dan ix-xogħol fiha.", "Issa hawnhekk ta' min wieħed jgħid li meta saret evaluation tal-Freedom Press u ta' l-art f'Pembroke, dawn ingħataw l-istess valur ta' Lm20,000 fis-sena u għalhekk imbagħad taparsi saret tpaċija - jew aħjar permuta - mal-Malta Shipbuilding.", "Pero' dan ma kienx biżżejjed għaliex wara li huma stess taw valur lill-Freedom Press, liema valur ġie paċut b'Pembroke - aħna nafu li fir-realta' din l-art tiswa ħafna iżjed - ħadu wkoll bħala rigal il- fabbrika tal-Marsa biex setgħu jagħmlu printing press hemmhekk.", "Dan ma kienx biżżejjed, għaliex ovvjament min jara kbir - jew kif nużaw l- espressjoni bil-Malti min ikun ħanżir - ikun irid jiekol ħafna u għalhekk dawn ingħataw ukoll il-Maċina.", "Jiġifieri s'issa ġejna f'sitwazzjoni fejn il-Gvern Laburista ta lill-Partit Laburista l-Maċina, il-Marsa u Pembroke, imbagħad Pembroke, li ngħata għal skop speċifiku, cioe' li jkun il- headquarters tal-Partit Laburista, ma ntużax u ħallewh hemm, kif kien issuspettat, għal skop ta' spekulazzjoni.", "Illum dan qed jiġi kkonfermat mingħajr ebda tlaqliq.", "Dak kien wieħed mill-famużi pakketti li l-Gvern Laburista ta lill-Partit Laburista.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn, ħlief għal xi żewġ okkażjonijiet fejn il- Malta Shipbuilding ħallset direttament lill-Gvern, il-Partit Laburista ma ħallasx ċens għal Pembroke u għalhekk ġie f'sitwazzjoni fejn espona ruħu għar-ripresa ta' l-art mill-gvern minħabba l-ksur tal-kondizzjonijiet għaliex, kif bħala nutar is-Sinjorija Tiegħek tista' tgħallimna, waħda mill- konsegwenzi serji ta' xi ħadd li ma jħallasx iċ-ċens - dejjem meta jkun ċittadin normali, mhux il-Partit Laburista - hija li s-sid taċ-ċens jista' jeħodlok l-art.", "Dik hija konsegwnza serja ħafna għal min għandu ċ-ċens f'idejh, cioe' l-Partit Laburista, u konsegwenza ferm iżjed serja għal min kien beħsiebu jixtri l-art li l-Partit Laburista kien xtaq jittrasferixxi.", "Jien naħseb li dik hija r-raġuni vera li qegħdin hawn illum u mhux kif qal l-Onor.", "Cilia għaliex il-Gvern Laburista - kif fil-mozzjoni sejjaħ lilu nnifsu, f'dan il-każ mhux il-gvern taċ-ċittadini kollha jew tal-Maltin kollha, imma l-Gvern Laburista - m'għandux x'jaħbi.", "Il-Gvern ġie b'din ir- riżoluzzjoni fil-Parlament għaliex kieku l-Partit Laburista baqa' b'dak it- titolu difettuż li kellu ma kienx ikun jista' jittrasferixxi l-art.", "L- ebda miġnun ma kien se jixtri l-art mingħand il-Labour Party meta jaf li hemm Lm0.25 miljun dejn fuqha li tista' twassal u għandha twassal għax- xoljiment tal-kuntratt ta' l-enfitewsi.", "Apparti n-nuqqas ta' ħlas taċ-ċens, il-Partit Laburista ma użax il-bini għall-iskop li ngħatalu, anzi ma wżajh għal xejn u fil-fatt baqa' vojt.", "Dak huwa nuqqas ieħor serju li possibbilment kellu jwassal ukoll għax-xoljiment tal-kuntratt ta' enfitewsi.", "Jiġifieri l-Gvern Laburista, anzi l-Partit Laburista - għax anke jien bdejt nitħawwad issa bejn gvern u partit, kif naturalment l-istess konfużjoni tinsab fil-moħħ ta' min imexxi kemm il- partit u kemm il-Gvern Laburista, ħaġa li dejjem kienet tipika ta' dak il- partit! - ma wżaha għal xejn dik il-proprjeta'.", "Meta ngħidu li l- proprjeta' ma ntużat għal xejn irridu ngħidu wkoll li lanqas xi ftit maintenance tal-bini ma saret imma ġie abbandunat kompletament, tant li meta l-Planning Authority ġiet mitluba tikklassifika dan il-bini, din waqqgħet il-klassifikazzjoni tiegħu minn grade 1, kif kien ikklassifikat oriġinarjament, għal grade 2 building biex jiġi akkomodat iżjed, ngħid jien, il-Partit Laburista.", "Jien ngħid li l-abbandun ta' dan il-bini sar b'mod intenzjonat għaliex, kif spjegajna mill-bidu nett, l-intenzjoni tal- Partit Laburista kienet li dak il-bini ikun suġġett ta' spekulazzjoni.", "Għalhekk hawnhekk bilfors li wieħed jgħid li meta saret id-diskussjoni fil- Planning Authority dwar il-klassifikazzjoni ta' dak il-bini, ma kienx b'kumbinazzjoni li dan ġie downgraded imma sar hekk biex tiġi akkomodata x- xewqa tal-Partit Laburista.", "Diġa' spjegajna kif ma kenitx ko-inċidenza li mill-Maċina l-Labour Party mar fiċ-Ċentru Laburista ġdid tal-ħġieġ fil- Ħamrun, jiġifieri kienet ħaġa ovvja sa minn dak iż-żmien li Pembroke ma kienx se jintuża bħala headquarters imma kien qed jinżamm biss għal skopijiet ta' spekulazzjoni.", "Allura d-domanda li wieħed naturalment jagħmel hija: Kemm hu xieraq li partit fil-gvern, il-Gvern Laburista, jagħti lill-partit li qed isostnih art għal skop ta' spekulazzjoni?", "L- iskop oriġinali ta' l-enfitewsi kien li jintuża biss bħala headquarters tal-partit.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Cilia qalilna li huma ġew hawnhekk b'din ir- riżoluzzjoni għaliex m'għandhomx x'jaħbu għaliex, skond l-istess kelliemi, min għandu x'jaħbi ma jġibx dawn l-affarijiet fil-Parlament.", "Allura jekk inhu veru li l-Gvern Laburista m'għandux x'jaħbi, għaliex ma jgħidulniex min hija l-persuna jew il-kumpannija li se takkwista l-art.", "Fejn qiegħda t- trasparenza?", "Naturalment biex tkun trasparenti, f'każ ta' trasferiment ta' art, l-ovvju huwa li tgħid min se jixtri u kemm hu l-prezz għaliex fil-każ taċ-ċens il-prezz huwa ta' rilevanza kbira.", "L-ovvju huwa li tgħid b'liema kondizzjonijiet se jiġi ttrasferit dan il-bini tal-poplu Malti li l-Partit Laburista se jispekula bih.", "Huwa ovvju li l-Gvern għandu jgħidilna kemm se jittrasferixxi minn din l-art, jiġifieri jekk dan it-trasferiment huwiex wieħed parzjali jew inkella totali.", "Dawn huma kollha elementi li huma rilevanti f'kontest ta' trasferiment, anzi huma l-essenza tat-trasferiment.", "Allura jekk il-Gvern lanqas biss jgħid kemm hu l-prezz, lil min se jittrasferih, b'liema kondizzjonijiet u jekk hux se jittrasferixxi kollox jew biċċa, aħna kif suppost nemmnu li l-Gvern verament ġie fil-Parlament għaliex m'għandux x'jaħbi u għax irid ikun trasparenti?", "Il-kelma \"trasparenti\" tant qed tintuża li saret qisha l-buzzword tan-naħa l-oħra.", "Din il-kelma jużawha biex ikunu moderni għaliex barra minn Malta dik jużaw, pero' biex verament ikunu trasparenti, l-ewwel iridu jgħidulna dawn l- affarijiet kollha.", "Jekk wieħed iħares lejn l-emenda li ppropona l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsib li dan ma talabx li l-kuntratt jiġi xolt, kif il-Gvern kellu dritt jagħmel, imma talab biss il-minimum.", "U hawn se niġi għall-qofol ta' l- ipokresija fil-kuntratt propost.", "Fl-abbozz ta' ftehim, il-Labour Party mhuwiex jirriferi għal quid pro quo, anzi l-paragrafi jsegwu loġikament u jgħidu: \"Now therefore ...\".", "Pero' min-naħa l-oħra, Madam Speaker, fehmet li dak huwa l-quid pro quo u fir-ruling tagħha qalet li m'hemmx maħfra u li:", "\"in konsiderazzjoni ta' dan, il-Gvern jirrinunzja għad-dritt tiegħu li jxolji l-kuntratt.\"", "X'inhi \"in konsiderazzjoni ta' dan\"?", "\"In konsiderazzjoni ta' dan\" hija li l-Labour Party, fil-ġenerosita' tiegħu qed jiddelega lill-Gvern sabiex jiġbor hu l-flus li l-Labour Party għandu jieħu mingħand il-Malta Shipbuilding, kumpannija falluta?", "Mela fil-kontest tal-ħofor kbar li hawn fl-ekonomija l-Gvern mhuwiex se jiġbor iċ-ċens, lanqas meta l-Labour Party qed jagħmel trasferiment ta' l-art u jdaħħal il-mijiet ta' l-eluf minnha!", "Jien nifhem lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fejn qal li meta kien Prim Ministru hu kien prudenti mal-Labour Party għaliex kien konxju tad- diffikultajiet li jista' joħloq, pero' issa li l-Labour Party qed jinnegozja dik l-art tal-poplu u jdaħħal il-mijiet ta' l-eluf ta' liri minnha, il-minimum tad-diċenza jirrikjedi li f'każ ta' trasferiment spekulattiv għallinqas jitħallsu dawk l-arretrati taċ-ċens.", "U din x'loġika bażwija hi li tgħid li in konsiderazzjoni talli qed tiġi delegat tiġbor flus mingħand xi ħadd fallut, qed tirrinunzja għad-dritt tiegħek li xxolji l-kuntratt ta' l-1979?.", "Kieku qegħdin f'kontest ta' kummerċ, ngħidu li dan huwa xi kummerċjant li ta' min jiġi ċċertifikat minn xi tabib biex imur x'imkien ieħor.", "Kif jista' jkun jien inċedi dritt u ma nitħallasx tiegħu!", "Mela hawnhekk qegħdin ninsew li kollha kemm aħna qegħdin suppost nieħdu ħsieb l-interessi taċ-ċittadin għaliex, kif kien jgħid l-Onor.", "Alfred Sant fi żmienu, aħna x-shareholders taċ-ċittadini?", "Qed ninsew li aħna suppost għandna responsabbilta' li jekk se nħallu lil min jispekula bl-art tal-Gvern, għallinqas il-Gvern jieħu dik il-biċċa li ħaqqu?", "Jekk dak il-ħanżir li dejjem jikber, li huwa l-Malta Labour Party, irid jibqa' jiekol u jibla' iżjed biex jiffinanzja lilu nnifsu, lanqas għandu l- minimu tad-diċenza li almenu jħallas l-arretrati?", "Mhux talli ma ħallasx l- arretrati li kellu jħallas, talli qed jitlob lill-Gvern sabiex imur jiġbor il-flus bis-sasla mingħand il-Malta Shipbuilding.", "Issa jgħaddu xi jumejn oħra u jiġi xi ministru hawnhekk bil-kalma kollha jgħidilna li se nsellfu xi flus oħra lill-Malta Shipbuilding biex iħallsu d-dejn lill-Gvern!", "Mhux talli hekk, talli qegħdin inkomplu ngħidu li in konsiderazzjoni ta' din il- montatura politika l-Gvern se jċedi d-dritt li għandu mingħajr ma jitħallas xejn iżjed.", "Din veru hija daħka fil-wiċċ u min jiblagħha verament ngħidlu li huwa mazzun.", "Jekk nibilgħu din, veru li kollha kemm aħna mzazen.", "Madam Speaker, f'din il-mozzjoni tara l-ipokresija tal-Gvern li pprova jżellaq din ir-riżoluzzjoni mar-riżoluzzjonijiet l-oħra li bihom qed jingħataw artijiet u proprjetajiet lil għaqdiet volontarji.", "L-Onor.", "Farrugia ftit minuti ilu qal li din hija għotja karitatevoli.", "Dażgur li hija għotja karitatevoli u f'dan il-każ għall-Gvern Laburista charity begins at home!", "F'dan il-kontest kollu l-għotja vera ngħatat lill-Partit Laburista li ta lilu nnifsu miljuni ta' liri.", "Huwa veru dak li qal l-Onor.", "Fenech Adami ftit tal-ħin ilu meta qal li l-Gvern Laburista għamel lill- Partit Laburista miljunarju.", "Jien nawgura li l-Partit Laburista fil-gvern jagħmel lil kulħadd miljunarju b'dan il-mod, pero' fil-verita' forsi minħabba l-karattru ċiniku tiegħi m'iniex konvint li l-Gvern Laburista se jagħmel liċ-ċittadini kollha ta' l-Isvizzera fil-Mediterran miljunarji.", "Jien konvint li se jkompli jitħanżer iżjed u jagħmel lilu nnifsu iżjed sinjur u se jkompli jibla' iżjed għaliex min ikun imdorri jibla' mhux lakemm jieqaf.", "Din hija marda li ma bdietx issa imma ilha ġejja mill-inqas sa mill-1979.", "Madam Speaker, m'huwiex il-lok li nikkritika r-ruling mogħti mis- Sinjorija Tiegħek, pero' jien għad irrid niġi konvint li dan il-kuntratt propost m'huwiex departure serju mill-kondizzjonijiet ta' l-enfitewsi oriġinali.", "Jien għandi dubji serji dwar kemm il-Gvern m'huwiex qiegħed jagħmel affarijiet li legalment huma diskutibbli, u meta ngħid \"legalment\" m'iniex qed nirriferi għall-proċeduri ta' din il-Kamra biss u għal min se jixtri - li wkoll għandu jiftaħ għejnejh - imma anke għall-Kostituzzjoni.", "Jekk riżoluzzjoni bħal din ma tgħaddix b'mod regolari skond l-iStanding Orders li, kif qed ngħid, Madam Speaker, I am not questioning them, imma skond il-Kostituzzjoni ....", "GĦandi nifhem li jekk il-Kostituzzjoni titkellem b'mod ċar, allura wieħed għandu jifhem il-konsegwenzi li se jkollna 'l quddiem ta' trasferimenti dubjużi mibnija fuq riżoluzzjonijiet dubjużi.", "Madam Speaker, jien nagħlaq id-diskors tiegħi billi nawgura li l-Malta Labour Party jkollu d-diċenza li almenu jħallas lill-Kaxxa ta' Malta l- Lm230,000 arretrati mill-persentaġġ enormi ta' profitt li għamel minn fuq dahar il-poplu Malti.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "L-ewwelnett nibda biex ngħid lill-Onor.", "Hyzler, li għadu kemm irrifera għall-Partit Laburista bħala \"ħanżir li jibqa' jikber\", li aħna nagħmlu kollox bil-miftuħ u l- finanzi tal-partit nippubblikawhom anke fuq il-gazzetti, mhux bħalma jagħmel il-partit tiegħu.", "Madam Speaker, apparti minn dan tajjeb li ngħidu li b'din ir-riżoluzzjoni li qiegħda titressaq, il-Gvern qiegħed iwettaq wegħda oħra li għamilna ma' l-elettorat proprju sena ilu, jiġifieri li hija x-xewqa ġenwina tagħna - bħalma naħseb li hija x-xewqa tal-poplu Malti u GĦawdxi kollu - li naraw li l-isport f'pajjiżna javvanza għal livelli kemm jista' jkun professjonali.", "B'hekk biss nistgħu niżguraw li meta l-atleti u t-teams tagħna jikkompetu bejniethom u ma' avversarji barranin jaqtgħu figura tajba u jiksbu riżultati pożittivi li jagħmlu isem sabiħ lil artna.", "F'dan is-sens, nixtieq nieħu din l-opportunita' sabiex nifraħ lil żewġ atleti kbar f'pajjiżna, li huma Carol Galea, li kellha kisbiet pożittivi fil-passat riċenti u anke dan l-aħħar, u Ġużi Grech, li riċentement kien inkurunat champion tad-dinja tad-dilettanti ta' l-isnooker.", "Dawn żgur li huma żewġ eżempji li jipprovaw il-kwalitajiet tajba li għandna f'pajjiżna u għalhekk sta għalina sabiex ngħinu liż-żgħażagħ tagħna fil-qasam sportiv.", "Huwa tajjeb li clubs bħal tal-Hibernians, Tarxien Rainbows Football Club u St. Lucia Football Club ikollhom it-titolu ta' l- art li jittrejnjaw fuqha mgħoddi lilhom.", "Dan mhux għall-isem biss iżda anke sabiex ikunu jistgħu jagħmlu ipoteki sabiex jissellfu flus ħalli jammeljoraw il-faċilitajiet tagħhom.", "Jiena kont tabib tal-club tal- Hibernians u nista' ngħid li għalkemm għandhom faċilitajiet sbieħ, sa ċertu punt kont nitħassarhom għaliex ma kellhomx finanzi biżżejjed sabiex jiffinanzjaw ċerti proġetti oħrajn, bħal xiri ta' equipment għall-gym, li llum il-ġurnata sar part and parcel mill-preparament professjonali ta' kull player tal-football.", "Fiha nnifisha, din il-ħaġa għandha tikkrea wkoll sens ta' responsabbilta' u management aktar professjonali fi ħdan dawn il-clubs ħalli verament nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam.", "U biex ma nkunux qegħdin ninftiehmu ħażin, tajjeb li ngħidu wkoll li dan huwa biss il-bidu ta' sensiela ta' affarijiet li beħsiebna nagħmlu f'dan il-qasam.", "Per eżempju, mil-lat edukattiv ikun interessanti ħafna li nevalwaw il-possibbilta' ta' introduzzjoni tas- suġġett ta' l-isports fuq sistema ta' credits, ħalli dawk l-istudenti li jkunu jippromettu f'xi dixxiplina partikolari iżda fl-istess ħin ikunu jixtiequ javvanzaw f'xi professjoni oħra, la ntellfuhom il-futur sportiv u lanqas dak akkademiku.", "Din hija xi ħaġa li taħdem tajjeb ħafna f'pajjiżi barranin, speċjalment fl-Amerka.", "Madam Speaker, din ir-riżoluzzjoni ma tinkudix biss trasferiment ta' artijiet lil għaqdiet sportivi iżda tinkludi wkoll trasferiment ta' artijiet lil diversi organizzazzjonijiet oħra filantropiċi, bħalma huma s- Soċjeta' tad-Dutrina Nisranija u s-Sależjani ta' Don Bosco u anke għaqdiet bħas-St.", "Michael's Foundation u l-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts.", "Dan l- ispectrum kbir ta' soċjetajiet li se jibbenefikaw minn din ir-riżoluzzzjoni jindika kemm il-Gvern Laburista, immexxi mill-Prim Ministru Alfred Sant, lest jgħin lil dawk l-individwi li juru inizjattiva għall-ammeljorament tas- soċjeta' tagħna, huma ta' liema kulur politiku huma u huma ta' liema reliġjon huma.", "L-importanti għalina huwa li nikbru flimkien bħala pajjiż żgħir iżda magħqud fl-ideal li nipprovdu l-aħjar ambjent fejn aħna u uliedna nkunu nistgħu nikbru u navvanzaw 'il quddiem flimkien.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, din ir-riżoluzzjoni qiegħda ssib din l- oppożizzjoni min-naħa tagħna għal diversi raġunijiet li jiena se nipprova nelenka.", "Qed nirriferi partikolarment għar-riżoluzzjoni mmarkata bl-ittra \"D\", fejn qed jiġi propost li l-Gvern iċedi d-dritt tiegħu li jxolji ċ- ċens favur il-Malta Labour Party fir-rigward tal-proprjeta' f'St. Andrew's.", "Meta kien qed jagħmel id-difiża tiegħu ta' din ir-riżoluzzjoni, il- Ministru Alfred Portelli qal li aħna ma nafux xi tfisser il-Freedom Press għall-Partit Laburista.", "Qalilna wkoll li dan il-bini huwa mprezzabbli għaliex inbena bid-dnub il-mejjet.", "Jien naħseb li din ir-riżoluzzjoni mhux biss id-dnub il-mejjet għandha imma għandha wkoll id-dnub tan-nisel!", "Talli fl-1979 ta l-kwartieri ġenerali tiegħu lill-Malta Shipbuilding, il-Malta Labour Party ibbenefika għal tliet darbiet!", "Daqshekk kienet imprezzabbli l- Freedom Press!", "Il-Partit Laburista bbenefika billi l-Gvern esproprja parti mill-art tal-Freedom Press u ngħata minflokha parti mill-Interprint li llum qiegħda tiġi wżata bħala l-istudios ta' Radio Super 1 u Super 1 Television.", "Imbagħad fis-7 ta' Awissu ta' l-1979, il-Gvern kien ressaq riżoluzzjoni sabiex jingħataw artijiet lill-Partit Laburista f'St Andrews - li kienu d- doppju fid-daqs ta' l-area kollha tal-Freedom Press - bħala akkommodazzjoni alternattiva.", "Mela jekk aħna meta konna fl-oppożizzjoni vvotajna kontra r- riżoluzzjoni oriġinali minħabba li sa mill-bidu nett din il-biċċa business kienet affettwata mid-dnub tan-nisel, aħseb u ara kemm aktar u aktar se nivvotaw kontra din ir-riżoluzzjoni issa minħabba l-fatti li se nsemmi aktar 'il quddiem.", "Din hija riżoluzzjoni stramba għaliex dan huwa l-uniku partit politiku li qatt ġie fil-Parlament biex iressaq riżoluzzjoni favur tiegħu.", "Jiġifieri l-partit fil-gvern qiegħed jgħaddi riżoluzzjoni bil- maġġoranza li għandu f'dan il-Parlament favur tiegħu nnifsu, ħaġa li l-ebda partit ieħor qatt m'għamel f'dan il-Parlament.", "Madam Speaker, meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, flimkien ma' l- Onor. Leo Brincat jien kont nifforma parti minn kummissjoni li kienet qiegħda tiddiskuti l-finanzjament pubbliku tal-partiti.", "Domna kważi sena u nofs niddiskutu dwar jekk għandux ikun hemm dan il-finanzjament pubbliku tal-partiti, jekk għandu jkun hemm x'forma għandu jieħu u jekk dan il-fatt għandux iġib miegħu ċerti obbligi, bħal li ma jistgħux isiru ċerti donazzjonijiet ta' ċertu ammont jew li l-accounts tal-partiti politiċi jridu jiġu ppubblikati.", "Din il-kummissjoni kienet ippreżentat rapport - li s'issa għadu ma ġiex attwat anke għaliex huwa suġġett li qajjem kontroversja fil-pajjiż u fil-fatt kien hemm min ma qabilx li għandu jkun hemm finanzjament pubbliku tal-partiti - li kien jgħid kif il-partiti kollha jistgħu jiġu mgħejjuna b'finanzjament pubbliku.", "Issa llum quddiemna għandna storja twila - għaliex din ir-riżoluzzjoni hija biss ħolqa minn storja twila - ta' finanzjament pubbliku minn fondi pubbliċi ta' partit wieħed, il-partit fil-gvern.", "Din hija raġuni oħra, Madam Speaker, għaliex aħna qatt ma nistgħu nkunu favur din il-mozzjoni.", "Mhux biss ma nistgħux inkunu favur din il-mozzjoni minħabba s-sustanza imma anke minħabba l- metodu li bih tressqet u se nibda minn dan.", "Għall-ewwel darba f'dan il-Parlament tressqet riżoluzzjoni li m'hi riżoluzzjoni xejn għaliex tgħid li l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni qed jipproponi:", "\"Illi l-Kamra tapprova r-Riżoluzzjoni li ġejja, liema Riżoluzzjoni tikkonsisti f'dokumenti annessi \"A\", \"B\", \"C\", \"D\", \"E\" u \"F\".\".", "X'kienet ir-raġuni li l-Gvern ġie quddiem dan il-Parlament u mhux biss insista li d-diskussjoni tar-riżoluzzzjonijiet issir kollha f'salt imma, li kieku ma kenitx għall-oppożizzjoni ta' din in-naħa tal-Kamra u għar- ruling f'waqtu ta' Madam Speaker, kien qed jippretendi li nivvotaw għal dawn ir-riżoluzzjonijiet f'salt?", "Il-kelliema tan-naħa tal-Gvern qalulna li r-raġuni għal dan hija li dawn ir-riżoluzzjonijiet kollha jirrigwardaw trasferiment ta' proprjeta` tal-gvern.", "Bħallikieku t-trasferiment ta' l- art fil-Pieta` lis-soċjeta' tal-MUSEUM u din il-biċċa business li se ssir St. Andrew's li biha l-Gvern jirrinunzja d-dritt tax-xoljiment taċ-ċens favur il-Malta Labour Party, huma l-istess!", "Bħalliekieku l-għoti tal- football pitch lid-Dingli Swallows u l-fatt li l-Australia Hall, ir- Raffles u l-konċessjoni enfitewtika li t-titolu tagħha huwa diffettuż u qed jiġi rranġat b'riżoluzzjoni, huma l-istess ħaġa!", "Bħalliekieku l-fatt li l- Partit Laburista jieħu b'ċens għal 49 sena oħra l-bini li għandu f'Għajn Tuffieħa li huwa tal-gvern, bil-possibbilta' li ċ-ċens jiġi mġedded għal 49 sena oħra, jiġifieri għal 98 sena, huwa l-istess bħal meta tagħti biċċa art lis-soċjeta' tal-MUSEUM sabiex dawn ikollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom!", "Sa hawnhekk waslet l-arroganza tal-Gvern - għall-grazzja t'Alla mhux ta' Madam Speaker - wara biss sena, li nipprovaw inbellgħu lil dan il-Parlament li dawn ir-riżoluzzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala mozzjoni waħda u nivvotaw fuqhom kollha f'salt.", "Imbagħad jekk inħarsu lejn il-mod li bih huma mfassla r-riżoluzzjonijiet insibu li, per eżempju, fir-riżoluzzjoni mmarkata Dokument \"A\" hemm imdeffsin Ħal Ferħ Co. Ltd, li hija kumpannija li taħdem fil-qasam turistiku, l-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts u l-Partit Laburista.", "Qishom dawn it-tliet soċjetajiet, għaliex kollha għandhom art f'Għajn Tuffieħa, qed jużawha għall-istess skop u allura niġbruhom kollha flimkien f'riżoluzzjoni waħda!", "Ħaġa oħra interessanti hija li f'Dokument \"D\" li hemm mar-raba' riżoluzzjoni, il-Partit Laburista ma jissemma mkien.", "Fir-riżoluzzjonijiet l-oħra jissemmew is-soċjeta' tan-nisa tal-MUSEUM, il-boy scouts, St. Michael's Foundation u s-Salesjani ta' St. Patrick's, pero' fil-każ ta' din ir-riżoluzzjoni kulma hemm imniżżel huwa li l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni qed jipproponi li:", "\"Billi b'riżoluzzjoni tas-Seduta Numru 186 tas-7 ta' Awissu 1979 il- Kamra tad-Deputati approvat it-trasferiment b'ċens perpetwu ta' bini u art f'St. Andrew's, San Ġiljan;\",", "- u la hawn miktub lil min, la min kien involut u lanqas x'kienu l- kondizzjonijiet -", "\"U billi ċ-ċenswalist preżenti ...\"", "- lanqas hemm miktub il-Partit Laburista -", "\"... talab li jitrasferixxi parti miċ-ċens jew iċ-ċens kollu bil- kondizzjoni li l-Gvern jirrinunzja għad-dritt li għandu għax-xoljiment ta' l-għotja enfitewtika minħabba nuqqas ta' ħlas ta' ċens ...\".", "Jiġifieri hawnhekk lanqas biss kellna d-diċenza li ngħidu li dan iċ- ċenswalist preżenti, li ma ħallasx iċ-ċens u li allura b'hekk tilef id- dritt tiegħu li jgawdi l-proprjeta', huwa l-Partit Laburista, il-partit fil- gvern.", "Lanqas din ma kellna d-diċenza ngħidu!", "Donnu min fassal din ir- riżoluzzjoni ħass li jkun aħjar jekk ma nsemmuhiex.", "Jiġifieri fil-każ ta' l-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet l-oħra nsemmuhom kollha b'isimhom ħalli nipprovaw nieħdu l-mertu - ħalliha li nofshom kienu diġa' ġew approvati mill-Kabinett Nazzjonalista anzi l-iskantament tiegħi fil-każ tar- riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' l-art lis-soċjeta' tal-MUSEUM, m'huwiex li ġiet imma li ġiet issa, kważi sena u nofs wara li din ġiet approvata minn dan il-Parlament ...", "Voldieri anke l-metodu ta' kif ġew ippreżentati dawn il-mozzjonijiet huwa odjuż, qisu aħna ma konniex se nindunaw li qed jipprovaw ibellgħu r-ross bil-labra.", "Jien naħseb li l- idea li tittressaq mozzjoni waħda li taffettwa 31 porzjon ta' art jew bini u f'nofsha tiġi mdeffsa li l-Gvern qed jirrinunzja għad-dritt tax-xoljiment tal-konċessjoni enfitewtika, ma rnexxietx.", "Madam Speaker, ħalli issa nispjega għalfejn aktar qabel għidt li din ir-riżoluzzjoni hija biss ħolqa waħda minn storja twila.", "Fl-1979 l-intenzjoni kienet li l-Partit Laburista jingħata akkomodazzjoni alternattiva sabiex isservi ta' kwartieri ġenerali minflok dik li ċeda lill-Malta Shipbuilding pero' minflok ma sar hekk, ftit xhur qabel ma għaddiet ir-riżoluzzjoni ta' l-1979, il-Partit Laburista ħa proprjeta' oħra tal-gvern - il-Maċina - liema proprjeta' kellha tintuża għal skopijiet kummerċjali.", "Issa jiena ma nafx minn mindu l-politika saret tiġi deskritta bħala xogħol kummerċjali.", "Forsi hawn min jaraha hekk u donnu veru mexjin lejn dawn iż-żmenijiet!", "Jiġifieri issa wasalna f'sitwazzjoni fejn il-Maċina, li ttieħdet għal skop kummerċjali ġiet użata għall-kwartieri ġenerali, u l-art li fuqha suppost li kellhom jibnu l- kwartieri ġenerali issa se jużawha għal skopijiet kummerċjali!", "Din il- biċċa xogħol qiegħda maħduma bizzilla.", "Din hija l-verita' u ħadd ma jista' jmeriha għaliex dan kollu joħroġ mid-dokumenti.", "Jiġifieri mill-bidu nett, l-intenzjoni kienet li l-art ta' St. Andrew's ma tintużax għal skop ta' kwartieri ġenerali għaliex kieku ma kenux jieħdu l-Maċina.", "Jien għidt li din hija biss ħolqa waħda fi storja twila għaliex din m'hijiex l-ewwel darba li bini pubbliku ġie wżat għal skop partiġġan u l-finanzjament pubbliku ta' partit wieħed mhux f'din ir-riżoluzzjoni ta' St. Andrew's biss rajnieh imma rajnih f'diversi każi oħra.", "Dan il-każ huwa biss parti minn jigsaw puzzle ħafna ikbar; biċċa żgħira minn mużajk sħiħ.", "Madam Speaker, ta' min wieħed hawnhekk isemmi każijiet oħra fejn ġara l-istess.", "Per eżempju, fi żmien Gvern Laburista id-Dipartiment tal-Housing kien ħareġ requisition order fl-interess pubbliku fuq bini li mbagħad il-Gvern għadda lill-Partit Laburista ħalli jkun jista' jużah bħala każin.", "Jiġifieri l-Partit Laburista kien ingħata post b'requisition order mill- Housing Department minflok ma ngħata lil xi ħadd li kellu problema tal- housing.", "Imbagħad fil-każ tar-Rabat ġara agħar minn hekk għaliex lanqas biss kienet ħarġet requisition order.", "L-istess jista' jingħad għan-Naxxar fejn il-Partit Laburista ried każin, u minflok xtrah, mar għand id- Dipartiment tal-Housing, dan ħareġ requisition order u f'daqqa waħda akkwistaw każin in-Naxxar.", "Imbagħad riedu każin f'Santa Venera - mhux sew li l-Partit Laburista ma jkollux każin f'Santa Venera! - inħarġet requisition order oħra u ingħatalhom post f'Santa Venera minflok ma ngħata lil xi armla li ma kellhiex fejn toqgħod jew lil xi koppja għarajjes li ħafna drabi nisimgħu dwar kemm hemm bżonn li dawn ikollhom fejn joqogħdu.", "Imbagħad il-metodu beda jiġi rraffinat ftit u minflok jagħmlu allokazzjoni diretta bdew jagħmlu ħaġa oħra.", "Fejn kien ikun hemm dar rekwiżizzjonata, bħalma kienet id-dar fejn illum hemm il-Każin Laburista ta' San Giljan, bdew imorru tal-Partit Laburista għand is-sid u jgħidulu li jekk jiftiehem magħhom li jagħmel il-kuntratt ta' l-allokazzjoni, huma jneħħulu r-requisition order.", "U hekk beda jsir biex dar rekwiżizzjonata ma tingħatax direttament mingħand il-Gvern lill- Partit Laburista.", "Fil-każ ta' Għawdex lanqas biss għamlu requisition order.", "Riedu każin fit-Tokk Għawdex u ħaduh mingħand il-Gvern.", "L-istess ġara fir-Rabat, jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li ġrat fil-każ ta' l-art li hemm f'St. Andrew's biss imma hija ħolqa sħiħa li biha parti sew mill- każini tal-partit fil-gvern, fl-iktar irħula u bliet importanti f'Malta, huma proprjeta' tal-gvern.", "Dawn mhux talli ma tawx, per eżempju, ħames postijiet lill-Partit Nazzjonalista u ħamsa lill-Partit Laburista - għalkemm kien ikun ħażin ukoll għaliex dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru, imma għallinqas ma kenux jiddiskriminaw bejn iż-żewġ partiti - talli fil- konfront tal-Partit Nazzjonalista r-requisition orders kienu jintużaw biex jaqilgħuh mill-postijiet.", "Mhux talli ma kenux jagħtuh postijiet b'requisition order talli jeħdulu l-postijiet b'requisition order!", "Se nsemmi każ wieħed biss, il-każ tipiku ta' Ħal Luqa, fejn dwaru kien hemm anke sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li rbaħniha fl-Appell.", "Konna se niftħu każin f'Ħal Luqa u dawn ma ħamlux jarawna niftħuh, kienu ħarġu requisition order fuqu u kellna nsibu post ieħor.", "Imbagħad sakemm għamilna l-kawża u rbaħniha konna ħadna każin - minn banda nirringrazzjahom għaliex ħadna każin aħjar - fil-pjazza tar-raħal.", "Pero' ġara hekk mhux għax ridulna l-ġid imma għaliex iċ-ċirkostanzi nzertaw ġew hekk.", "Aħna lanqas għandna każin wieħed biss li ħadnieh mingħand il-gvern.", "Kien hemm biss żewġ każijiet ta' art - mhux ta' bini - li ħarġu bit-tender u mbagħad bi flusna bnejna l-każin fuqhom, imma ma ħadna l-ebda dar mingħand il-gvern bħalma għamel il-Partit Laburista fejn ħa l-Maċina, l-art f'St. Andrew's u l-każini kollha li semmejt.", "Aħna kburin li qatt m'għamilna minn dawn l- affarijiet u jekk ħaddieħor għamilhom kellna l-kuraġġ u l-konsistenza li aħna ma nikkopjawhx.", "Ħalli naraw x'inhi l-frażi operattiva f'din ir- riżoluzzjoni kollha.", "Hemm il-kwestjoni tas-semi-maħfra taċ-ċens li għandu jagħti l-Partit Laburista, pero' l-iktar ħaġa li toffendik - u din għamel riferenza għaliha wkoll l-Onor.", "Hyzler - hija li qed tingħata xi ħaġa b'xejn.", "Il-Kodiċi Ċivili huwa ċar f'dan il-kontest.", "Jekk ma jiħallasx iċ-ċens li jkun dovut għal tliet snin wara xulxin, is-sid - f'dan il-każ il-gvern - għandu dritt jieħu lura l-proprjeta`.", "Tant jeżisti dan id-dritt li fil-fatt din ir- riżoluzzjoni qed titressaq f'dan il-Parlament ħalli aħna nbierku l-maħfra li se jagħti l-Gvern ta' dan id-dritt li għandu li jxolji ċ-ċens.", "Mela b'din ix-xabla tax-xoljiment taċ-ċens fuq il-proprjeta` ta' St. Andrew's, wieħed jista' jaħseb kemm tiswa din il-proprjeta` ta' St Andrew's. Għaliex jien ma nafx jekk hawnx xi ħadd bi ftit melħ f'moħħu li se jixtri proprjeta` b'mijiet ta' eluf ta' liri, jekk ikun hemm il-possibbilta' li l- gvern jista' jeħodilu lura.", "Allura kieku kont l-avukat ta' min se jixtri din il-proprjeta` - dan il-buyer misterjuż li għadna ma nafux min hu - kont ngħidlu biex qabel ma jixtri din il-proprjeta` jara li jkun kopert, fis- sens li ċ-ċens ma jista' qatt jiġi xolt għax jekk jiġi xolt iċ-ċens jiġrilu bħal kastell tal-karti li jaqa' jekk xi ħadd jieħu l-karta ta' taħt.", "Huwa għalhekk li l-iktar paragrafu importanti f'din ir-riżoluzzjoni huwa dan:", "\"U billi ċ-ċenswalist preżenti ...\"", "- jiġifieri l-Partit Laburista -", "\"... talab li jittrasferixxi parti miċ-ċens jew iċ-ċens kollu bil- kondizzjoni li l-Gvern jirrinunzja għad-dritt li għandu ...\"", "- mhux dritt li se jkollu, imma d-dritt li għandu llum -", "\"... għax-xoljiment ta' l-għotja enfitewtika minħabba nuqqas ta' ħlas ta' ċens;", "U billi huwa xieraq li l-ftehim bejn il-Gvern u ċ-ċenswalist f'dan ir- rigward isir wara riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati;\",", "il-Ministru qiegħed jitlob li l-Gvern jidħol fi ftehim maċ-ċenswalist skond ma hawn fir-riżoluzzjoni.", "Jiġifieri qed jitlobna l-barka biex il-Gvern jirrinunzja għad-dritt tax-xoljiment taċ-ċens.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mangion, bil-permess ta' l-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-Onor.", "Borg qal li fil-Kodiċi Ċivili hemm imniżżel li jekk ma jitħallasx iċ-ċens fuq xi proprjeta', il- kuntratt jiġi xolt.", "Jekk jiġi applikat dan il-konċett, allura l-kuntratt li għandu l-Partit Laburista mal-Malta Shipbuilding ukoll jista' jiġi xolt għaliex iċ-ċens dovut ma tħallasx.", "F'kontest ieħor issemma biss li hemm il- preskrizzjoni fuq iċ-ċens, imma allura d-dritt tax-xoljiment ma japplikax hemmhekk ukoll?", "Qed ngħid dan ħalli npoġġu kollox fil-perspettiva proprja tiegħu u nkunu iktar ċari.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Allura ħudu lura l-Freedom Press u agħtu lura lill- gvern il-proprjeta` ta' St Andrew's!", "Jekk tridu tagħmlu hekk, agħmlu hekk!", "(Interruzzjonijiet) Din l-istess bħal fil-każ taċ-ċens li l-Malta Labour Party għandu jieħu mingħand il-Malta Shipbuilding.", "Il-perijodu ta' ċens li għandhom iħallsu l-Labour Party huwa ikbar minn kemm huma għandhom jieħdu mingħand il-Malta Shipbuilding.", "Din kumpannija tal-gvern u allura l-Labour Party ma jħallasx lill-Gvern ta' Malta ċ-ċens dovut.", "Hekk qed jirraġunaw in- nies tal-Gvern u tal-Partit Laburista!", "Misshom jagħmlu hekk iċ-ċittadini ta' din Malta ġdida u trasparenti!", "Immaġina li xi ħadd għandu jieħu mingħand l-Inland Revenue Department u jiddeċiedi li qabel ma' jieħu flusu mingħand il-gvern ma jħallasx il-bolla; jew inkella jmur jixtri l-bolol mid- Dipartiment tal-Posta u lill-iskrivan li jkun hemm wara l-counter jgħidlu li mhux se jħallsu!", "(Interruzzjonijiet) Dan bl-istess argument tiegħek.", "Naturalment dan l-argument jiġi applikat biss favur il-partit u mhux favur individwi normali ta' din ir-Repubblika.", "Mur ġib lil xi ħadd imur jgħid lill-Kummissarju tal-Pulizija li m'huwiex se jħallas il-multi għaliex għandu jieħu mingħand l-Inland Revenue Department!", "Mur għidlu hekk!", "(Interruzzjonijiet) Fejn taf kemm tista' tagħmilha!", "(Interruzzjonijiet) Jarrestawk, dik hi d-differenza!", "Hekk hu, Onor. Debono Grech, jekk tagħmilha jarrestawk.", "Aħna konna nafu li hawn dawn l-arretrati taċ-ċens u allura fil-bidu ta' din il-Leġislatura jien u l-Onor.", "Austin Gatt staqsejna lill-Gvern biex jgħidulna kemm għandu jħallas ċens il-Labour Party lill-gvern u qalulna li m'għandu jħallas xejn.", "Mela issa qed jgħidulna li tilfu d-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjeta' ta' St. Andrew's għaliex ma ħallsux iċ-ċens, tant li l- Gvern qed jitlobna biex naħfru ċ-ċens li ma ħallasx il-Labour Party.", "Meta jien u l-Onor.", "Austin Gatt staqsejna lill-Ministru Buhagiar kemm għandu jagħti ċens il-Malta Labour Party, dan qalilna li m'hemmx arretrati x'jitħallsu.", "Allura għalfejn il-Gvern ġab din ir-riżoluzzjoni?", "Ħalli nikkwota - biex ħadd ma jgħid li qed nivvinta - mid-domanda parlamentari Nru. 647 li kont għamilt jien dwar dan is-suġġett, liema domanda kienet tgħid hekk:", "\"L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jiġbor il-Gvern bħala ħlas ta' ċens tal-post magħruf bħala Australia Hall f'St. Andrew's, mogħti lill-Malta Labour Party b'enfitewsi?", "X'passi se jieħu l-Gvern għall-ġbir ta' l-arretrati ta' ċens?\".", "Fil-15 ta' Jannar ta' din is-sena l-Onor.", "Charles Buhagiar wieġeb hekk:", "L-Australia Hall hu wieħed minn tliet binja li kienu ngħataw b'ċens lill-Malta Shipbuilding biex dawn jistgħu jiġu ppermutati ma' art tal- Malta Labour Party għal art li l-partit kellu u li ġiet użata għall- kompless illum użat mill-kumpanija.", "L-ebda pagament ma sar mill-1991 sal-llum.", "Hemm LM 230,000 ċens dovut li skond il-kuntratti relattivi għandhom jitħallsu mill-Malta Shipbuilding.", "Peress li s'issa għadhom ma ttieħdu l-ebda passi, il-Gvern irid jara x'passi jistgħu jittieħdu fuq din il-materja.\".", "Din ir-riżoluzzjoni hija l-pass li se jieħu l-Gvern fuq din il-materja.", "Mela hawnhekk il-Ministru Buhagiar qalilna li l-Malta Labour Party m'għandu jħallas xejn lill-Gvern, u m'għandniex għalfejn noqogħdu naqbdu miegħu.", "Din l-istess risposta ngħatat ukoll għad-domanda Nru. 1065 ta' l-Onor.", "Austin Gatt fis-seduta tad-29 ta' Jannar, fejn dakinhar il-Ministru Buhagiar kien qal hekk:", "\"L-ebda risposta ma tista' tingħata għal din il-mistoqsija għax din hi bbażata fuq premessa ħażina peress li s-somma dovuta lill-Gvern għaċ- ċens ta' l-Australia Hall mhiex dovuta mill-Malta Labour Party ...\".", "Mela sa Jannar li għadda, f'żewġ tweġibiet għal domandi parlamentari, il- Ministru Buhagiar qalilna li l-ammont ta' Lm230,000 ċens m'humiex dovuti mill-Malta Labour Party lill-Gvern u llum qed jiġi l-istess Ministru b'riżoluzzjoni li qed tipproponi li l-Parlament jaħfer id-dritt li għandu l- Gvern li jxolji l-konċessjoni enfitewtika għax il-Labour Party ma ħallasx iċ-ċens!", "Il-Labour Party huwa obbligat iħallas iċ-ċens jew le?", "Li kieku r- risposta li l-Ministru Buhagiar tana f'Jannar hija vera, allura kieku ma kienx ikun hemm għalfejn tersaq riżoluzzjoni bħal din.", "Għaliex jekk il- Malta Labour Party ma kellu ebda obbligu li jħallas iċ-ċens, il-Gvern lanqas għandu d-dritt li jxolji ċ-ċens favur il-Malta Labour Party.", "Imma għandu jkun issa skoprejna li l-Malta Labour Party veru kellu jagħti ċ-ċens u l-istess Ministru li seba' xhur ilu qalilna li l-Partit Laburista ma kellu l-ebda obbligu legali li jħallas iċ-ċens, illum qed jiġi hawnhekk u b'kalma kbira qed jipproponilna napprovaw din ir-riżoluzzjoni.", "F'dan il-kuntratt li se jagħmel il-Land Department, il-Ministru Buhagiar qed jgħidilna hekk:", "\"The Government retains its rights to demand from the Party the full payment of the ground rent due by it, and the delegation by the Party of its rights against the company in no way extinguishes the Party's primary obligation to pay such ground rent itself to the Government.\".", "Mela mhux talli l-Ministru bi kliemu stess qed iwaqqa' dak li qal f'Jannar, talli issa qed jgħid li l-obbligu tal-Partit Laburista li jħallas iċ-ċens sar obbligu ewlieni!", "Mela x'kien dan?", "Kien żball?", "Kien ingann?", "Forsi l- Ministru reġa' ħa parir legali u qalulu li dawk il-flus suppost tħallsu?", "Jew inkella kellhom l-intenzjoni to mislead the House?", "GĦaliex bejn verżjoni u oħra tal-fatti m'għaddewx sitt snin imma sitt xhur.", "Sur President, jien irrid ngħid li l-Kodiċi Ċivili jagħmilha ċara li f'każ li ċ-ċens ma jitħallasx għal tliet snin konsekuttivi, is-sid ikollu d- dritt li jxolji l-konċessjoni enfitewtika.", "Huwa veru li l-liġi stess tgħid li f'dak il-każ il-qorti tista' tagħtik iċ-ċans tħallas dak l-ammont imma dik hija fid-diskrezzjoni tagħha, m'hijiex tassattiva.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin niġu mitluba sabiex insiru bħall-qorti u nagħtu dan id-dritt b'xejn u mhux jekk irridu imma għax hu hekk!", "Dan il-Gvern għandu d-dritt li jxolji l-konċessjoni enfitewtika u fil-fatt qed jirrinunzja għaliha imma talli qed jagħmel dan m'hu qed jieħu xejn lura.", "(Interruzzjonijiet) Imma m'huwiex se jibgħat il-perit tal-gvern biex jara jekk il-partit fil-gvern ħax donazzjoni mingħand il-Gvern!", "Ma tarax!", "Din veru hija maħduma bizzilla!", "Din ir-riżoluzzjoni tkompli tgħid:", "\"U billi ċ-ċenswalist preżenti talab li jitrasferixxi parti miċ-ċens jew iċ-ċens kollu bil-kondizzjoni li l-Gvern jirrinunzja għad-dritt li għandu għax-xoljiment ta' l-għotja enfitewtika minħabba nuqqas ta' ħlas ta' ċens u dan biss għal dak iċ-ċens dovut sad-data ta' dan it- trasferiment, jew trasferimenti hekk kif jirriżulta aħjar mill-abbozz ta' kuntratt imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra;\".", "Dan ifisser li l-parti li ma ħallsitx iċ-ċens - li allura m'għandhiex dritt aktar li tgawdi l-proprjeta' - lill-Gvern qed tgħidlu li hija se tbigħ dan iċ-ċens bil-kondizzjoni li l-Gvern jirrinunzja għad-dritt li għandu għax- xoljiment ta' l-għotja enfitwetika!", "Beggars can't be choosers.", "Mela l- parti li qiegħda minn taħt u li hija obbligata tħallas Lm230,000 ċens, lill- Gvern qed tgħidlu li hija lesta tittrasferixxi din il-proprjeta' bil- kondizzjoni li huwa jirrinunzja għad-dritt tax-xoljiment tal-konċessjoni enfitewtika!", "Lanqas il-karattri ta' George Orwell qatt ma laħqu speed ta' din il-kwalita'!", "Għalfejn dan it-taħwid?", "Kollox messy!", "Hawnhekk il- partit fil-gvern qiegħed jitlob lill-Gvern sabiex jaħfirlu d-dritt li jxolji l-konċessjoni enfitewtika.", "U meta ħaġa tibda mhux bid-dnub il- mejjet biss imma bid-dnub tan-nisel, jekk dak id-dnub ma jinħafirx ma jorqodx u jibqa' hemmhekk il-ħin kollu.", "U dan hu li qed jiġri.", "Wasalna fl- assurdita' li ħaġa li bdiet mgħawġa flok iddrittajniha, għawwiġnija aktar.", "Meta siġra tkun mgħawġa, sakemm tkun għadha żgħira bilkemm tinduna li hija mgħawġa imma meta tikber tkun tidher ħafna aktar li hija mgħawġa; u dan hu li qed jiġri lill-Gvern issa.", "Biex jipprova jinqala' minn din is- sitwazzjoni qed juża dawn il-ħafna skemi, per eżempju, li ma jiddiskrivix lilu nnifsu bħala Partit Laburista imma bħala ċ-ċenswalist preżenti u jgħid li lest jittrasferixxi taħt il-kondizzjoni li jirrinunzja għad-dritt tax- xoljiment.", "Kieku l-Partit Laburista qal li se jħallas l-arretrati taċ-ċens mill-eluf kbar ta' liri li se jdaħħal mill-bejgħ tal-proprjeta' forsi kien jagħmel sens, imma meta l-Gvern jgħidilna li l-parti li għandha tagħti Lm230,000 ċens lill-Gvern qiegħda tgħid li lesta tittrasferixxi bil- kondizzjoni li l-Gvern jirrinunzja għad-dritt tiegħu tal-konċessjoni enfitewtika, jiena ngħid: Imma kemm ħasbuna boloh?", "Sur President, jiena ngħid li meta l-Gvern ippropona din ir-riżoluzzjoni, tant ma kellux l-intenzjoni li meta jbigħ lil Titu u Sempronju jiġi hawnhekk u jgħidilna kemm hu l-prezz u min hi l-kumpannija li se tixtri - ma nafx jekk din hijiex se tinbidel wara l-kritika mill-Oppożizzjoni - li ma ġiex hawnhekk biex napprovaw it-trasferiment tal-konċessjoni enfitewtika lil ħaddieħor imma ġie biss sabiex jgħidilna nneħħulu dan id-dritt li għandu li jxolji ċ-ċens.", "Il-Gvern għalhekk biss ġie.", "Li kieku l-Gvern u l- partit fil-gvern li qed jokkupa l-art f'St. Andrew's kellu l-intenzjoni li jitlob l-approvazzjoni ta' din il-Kamra għat-trasferiment tal-konċessjoni enfitewtika favur tiegħu, kieku kien jagħmel kollox f'riżoluzzjoni waħda u mhux iressaq riżoluzzjoni llum u jressaq riżoluzzjoni oħra x-xahar ta' wara.", "Naturalment jista' jkun li wara din il-kritika kollha u wara l-ħasla li qalgħu - mhux f'dan il-Parlament biss imma anke minn dawk in-nies li jilagħqu l-Gvern li qalu li din tinten wisq - forsi għad jibdlu l- intenzjoni tagħhom meta jiġu biex jittrasferixxu l-proprjeta'.", "Jidher li l- uniċi nies favur din ir-riżoluzzjoni se jkunu l-35 membri tal-Gvern, mill- bqija fil-pajjiż kollu għadni ma smajtx wieħed - anke minn dawk li dejjem jinċensaw lill-Gvern - jgħid li din hija xi ħaġa tajba.", "Din ħadd ma qalha.", "Qaluha biss dawk li għandhom il-kuraġġ jitkellmu favur din ir-riżoluzzjoni għaliex jiena ma nemminx lanqas li l-35 membri kollha fil-qiegħ ta' qalbhom - mhux fl-apparenza - jemmnu li din hija xi ħaġa tajba.", "Probabbli li anke dawk li tkellmu, fil-qiegħ ta' qalbhom jemmnu l-kuntrarju.", "Din bħal ta' l- istipendji.", "(Interruzzjonijiet) Issa niġu għad-divorzju.", "Kemm qgħadtu kwieti!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jiena nieħu gost ħafna b'dawn l- interjections għaliex inebbħuni aktar biex nirrispondi għalihom.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Debono Grech, mis-suġġetti kollha d-divorzju għażilt?", "Kemm qgħadtu kwieti fuq id-divorzju!", "Issa bdejtu bil- kummissjonijiet.", "Din oħra mill-aġenda moħbija tal-Partit Laburista, bħall- kwestjoni ta' l-istipendji, li l-ewwel qalu li mhux se jċaqalquhom, imbagħad wara għamlu bil-maqlub.", "(Interruzzjonijiet) Kemm kontu tgħidu li l-Gvern Nazzjonalista huwa qammiel ma' l-istudenti għaliex ma żidilhomx l- istipendji!", "U issa, sena wara, kulħadd qed jippriedka kontra l-istipendji.", "Madam Speaker, nerġa' ngħid li nieħu gost ħafna b'dawn l-interjections għaliex jagħtuni aktar spazju biex inwieġeb għalihom, imma ħalli mmur lura għas-suġġett li kont qed nittratta.", "Il-Partit Laburista qalilna li din ir-riżoluzzjoni ġabuha quddiemna biex ikunu trasparenti imma jiena ngħid li mhux din kienet l-intenzjoni.", "Kieku l-intenzjoni tal-Gvern kienet li jiġi f'dan il-Parlament sabiex jgħid li se jbigħ din il-proprjeta' f'St. Andrew's, lil min se jbigħa u b'liema prezz, kieku kien iressaq riżoluzzjoni waħda u kien jgħid li se jbigħa lil- kumpannija \"X\" b'Lm400,000 jew b'Lm1 miljun u li se jħallas parti minn dawn il-flus għall-arretrati taċ-ċens u allura jitlobna naħfrulu d-dritt li jxolji l-konċessjoni enfitewtika.", "Imma l-intenzjoni mhux dik kienet u dan tant hu veru li hawnhekk la hawn min hu x-xerrej u lanqas kemm hu l-prezz.", "U jistgħu jsemmu kemm iridu l-konċessjonijet l-oħrajn li saru għaliex min għamel ir-rapporti dwarhom qal li dawn saru skond il-liġi, kemm rigward il- car park tal-Furjana u anke rigward il-Forti Chambray.", "Dawn tressqu quddiem dan il-Parlament u ġew approvati minnu skond il-liġi.", "Issa, jekk xi ħadd jidhirlu li kien hemm xi ħaġa llegali f'dawn it-trasferimenti, jagħmel kawża u jwaqqagħhom.", "Il-Partit Laburista, fil-kampanja elettorali, fil-programm elettorali u anke fil-meetings kien jgħid li anke jekk it-trasferiment ma sarx b'mod illegali, m'huwiex sewwa li xi ħadd jagħmel business fuq art tal-gvern li tkun mogħtija lilu mill-Parlament mingħajr ma jerġa' jiġi hawnhekk għall- approvazzjoni.", "Imbagħad l-ewwel riżoluzzjoni li ressaq il-Partit Laburista hija proprju din fejn qiegħed jitlobna nagħtuh blank cheque biex, għalkemm għandu titolu difettuż, ikun jista' ibigħ b'kemm irid u lil min irid il- proprjeta' li għandu f'St. Andrew's mingħajr ma jiġi f'dan il-Parlament.", "Din kienet l-intenzjoni tal-gvern u jekk issa titressaq riżoluzzjoni oħra f'dan il-Parlament sabiex aħna nagħtu l-barka tagħna rigward il-prezz u anke rigward min ikun se jakkwista din il-proprjeta', aħna imbagħad bilfors li nistaqsu għalfejn din ma tkunx tressqet ma' din ir-riżoluzzjoni.", "Minkejja li jien għamilt domanda speċifika f'interjection waqt dan id- dibattitu, għadu ma qam ħadd min-naħa tal-Gvern sabiex iwegħedna li meta jiġu biex jittrasferixxu ċ-ċens tal-proprjeta' f'St. Andrew's, jittrasferuha lil min jittrasferuha u b'liema prezz ikun, dawn se jiġu f'dan il-Parlament.", "Ma tarax!", "Dan il-Gvern ġie f'dan il-Parlament għax min kien se jixtri qal li m'huwiex lest li jagħmel dan qabel ma l-Partit Laburista jsewwi t-titlu difettuż li għandu.", "U issa qed titolbuna biex napprovaw ħneżrija ta' din il-kwalita'!", "Allura quddiem dan kollu ...", "Mhux quddiem din ir-riżoluzzjoni biss imma anke fir-rigward tar-riżoluzzjoni l- oħra għaliex, tant kulħadd qed jikkonċentra fuq din ir-riżoluzzjoni, anke l- media, li nsejna r-riżoluzzjonijiet l-oħrajn, partikolarment l-art ta' GĦajn Tuffieħa li se jeħduha għal 49 sena oħra b'ċens bi dritt, bil- fakulta' jew bid-diskrezzjoni li 49 sena oħra jerġgħu jġedduha, jiġifieri se jeħduha kważi għal 100 sena.", "Dawn iridu jieħdu din il-proprjeta' ta' GĦajn Tuffieħa għal 98 sena u biex jiġġustifikaw għaliex se jagħmlu hekk qalu li nqala' xi ġlied dwar il- qisien tal-proprjeta' u allura raw li huwa tajjeb li jiġu f'dan il- Parlament biex tkun approvata.", "Issa l-iscouts, Ħal Ferħ Co. Ltd u l-Partit Laburista ftehmu kemm huma l-qisien u l-Gvern ġie hawnhekk biex aħna nbierku dan il-ftehim li ntalħaq bejn it-tliet partijiet u fl-istess ħin jitolbuna biex napprovaw li din tingħatalhom għal 49 sena u li tista' tiġi mġedda għal 49 sena oħra.", "Allura anke din issa se jipprovaw ibellgħulna?", "Mhux biżżejjed li meta ħadu l-kwartieri ġenerali tal-Maċina, kienu ħadu l- ħaddiema tal-Land Department u tal-Public Works sabiex jiżbgħu il-post u jsewwuh u nefqu eluf kbar ta' liri?", "U dan qabel ma kumbinazzjoni ħarġet tender fuq il-Maċina u applikaw għaliha tnejn min-nies; wieħed m'iniex se nsemmih għaliex miet, imma huwa Laburist magħruf, u l-ieħor kien il-Partit Laburista.", "Jiġifieri kienu applikaw tnejn biss u t-tender kien ħadha l- Partit Laburista wara li saru tiswijiet kbar fil-bini tal-Maċina nnifisha, imbagħad xahar qabel l-elezzjoni ta' l-1987 il-kirja ġiet imġedda għal 23 sena oħra ħalli ma jmurx ikun hemm xi partit ieħor fil-gvern li forsi jxolji dik il-kirja.", "Jien niskuża ruħi jekk fl-attakk tagħna għar-riżoluzzjoni mmarkata dokument \"D\", li hija l-aktar waħda oxxena, insejna oxxenita' oħra li għalkemm m'hijiex daqshekk kbira xorta hija oxxenita'.", "Madam Speaker, qed nirriferi għar-riżoluzzjoni li tittratta l-art ta' GĦajn Tuffieħa.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-car park mhuwiex tal-Partit Nazzjonalista, Onor. Edwin Grech, filwaqt li l-bini Ii qed tirriferi għalih ir- riżoluzzjoni huwa tagħkom u fih tagħmlu l-coffee mornings u s-seminars u ddaħħlu l-flus minnhom.", "Sewwa tagħmlu li tagħmlu hekk għaliex jekk ikollok proprjeta' għandek tużaha imma din hi proprjeta' tal-gvern li qed jagħmel użu minnha l-Partit Laburista.", "Fl-iscouts jidħol kulħadd, Nazzjonalisti, Laburisti u anke nies mingħajr fehma politika, u l-istess fil-kumpless ta' Ħal Ferħ imorru turisti u anke Maltin, imma nimmaġina li l-proprjeta' tal- Partit Laburista hija miftuħa l-iktar għall-membri tiegħu sabiex jużawha għall-iskopijiet politiċi tagħhom.", "U dan kollu minn fuq dahar il-Gvern, mank xtrawha!", "Jiġifieri se jdaħħlu dawk il-flus kollha minn proprjeta' tal- Gvern f'St. Andrews u jridu jibqgħu imeximxu l-għadma u jieklu l-laħam sa l- aħħar.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur!", "Dawk mank ħadtuhom mill-flus li se ddaħħlu mill-proprjeta'; Lm400,000 ta' post wieħed, għaliex imbagħad hemm il-postijiet l-oħrajn.", "Allura quddiem dan il-finanzjament oxxen lil partit politiku, is-sistema ta' kif nafuha aħna se tibda tiġi mhedda.", "Intqal tant fl-Italja li għaliex Berlusconi għandu tliet stazzjonijiet tat- televiżjoni issa jekk ma jkunx hemm il-par conditio mhux se jkun hemm l- ugwaljanza tal-partiti politiċi fis-sistema demokratika, aħseb u ara x'kienu jgħidu għal din l-ispekulazzjoni li qed issir!", "(Interruzzjonijiet) Kieku kienet spekulazzjoni ta' art privata tal-Partit Laburista ma konna ngħidu xejn għaliex f'dan il-pajjiż kulħadd għandu dritt jagħmel profitt mill-proprjeta' tiegħu, imma hawn qed issir spekulazzjoni fuq art tal-gvern u dik kienet l-intenzjoni mill-bidu nett.", "(Interruzzjonijiet)", "Madam Speaker, kont qed ngħid illi kieku din l-ispekulazzjoni kienet qed issir fuq art privata, kont ngħid good luck to them, għaliex f'dan il- pajjiż kulħadd għandu dritt idawwar sold jekk dan ikun qed isir b'mod onest, imma li inti ddawwar mhux sold imma eluf kbar ta' liri fuq proprjeta' tal-gvern, fejn mill-bidu nett l-intenzjoni kienet dik ta' spekulazzjoni - għax kieku ma kenux jieħdu anke l-Maċina mingħand il-gvern - hija xi ħaġa differenti.", "Jiġifieri il-post minn fejn ixandru bir-radju huwa tal-Gvern, il-post fejn kellhom il-headqauarters kien tal-gvern, il- post fejn jagħmlu l-coffee mornings huwa tal-gvern u nofs il-każini li għandhom huma tal-gvern ukoll.", "X'jonqoshom iktar dawn!", "Hawnhekk għandna finanzjament politiku ta' partit wieħed li qed iġib diżugwaljanza fil- pajjiż u fis-soċjeta' demokratika kif nafuha aħna, pero' li m'hi se taqta' qalb ħadd għaliex l-elezzjoni ma tirbaħhiex bil-flus.", "L-elezzjoni tirbaħha bil-ħsieb, bl-onesta' u b'viżjoni għall-futur u jekk sena biss wara li telgħu fil-gvern irnexxilhom iraqqdu l-kuxjenza tagħhom b'dan il-mod, aħseb u ara din il-kuxjenza kif se tmut kompletament fl-erba' snin li ġejjin.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, proprju minħabba l-affarijiet li semma l-kollega tiegħi, lil-Partit Laburista sena ilu rebaħ l-elezzjoni għaliex wera ħsieb u onesta', kixef id-diżonesta' tal-partit li kien fil- gvern u wera lill-poplu viżjoni għall-futur.", "Jien ma kontx beħsiebni noqgħod hawn illejla imma mbagħad meta bdejt nisma' lil dawn il-qaddisin kollha jgħajruna ħnieżer, bla kuxjenza, diżonesti u li qed nagħmlu kapital minn flus il-poplu, bdejt nistaqsi bejni u bejn ruħi jekk dawn humiex the old guard jew the new guard tal-Partit Nazzjonalista.", "Imbagħad bdejt ngħid li forsi hemm firda bejn it-tnejn, u ta' l-aħħar qed jgħidu li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-passat tal-partit tagħhom.", "Illejla donnu qegħdin nassistu għal oratorija, fejn dawk li qed jitkellmu jaħsbu li lebsin ilbies abjad, bħall-verġni vestali, li nafu x'kienu jagħmlu, nafu x'kien xogħolhom fit-tempju ...", "(Interruzzjonijiet) Int għadek żgħir u nista' ngħidlek ħafna affarijiet li ma tafhomx!", "Hemm diversi mezzi kif tinnegozjaha art pubblika.", "Per eżempju, jista' jkollok f'idejk ...", "(Interruzzjonijiet) Issa ismagħni ħalli titgħallem għaliex inti għadek żgħir u ma tafhomx dawn l-affarijiet, ħalli tkun taf fuqhiex qegħdin jitkellmu sħabek u tkun taf l-ipokrezija fejn hi.", "Int jista' jkollok biċċa art tal-pubbliku u taqbad u tagħtiha lil xi ħadd, bħalma qed jallegaw sħabek, u jaf ukoll ikollok f'idejk tender tal-gvern u lill-kuntrattur tgħidlu: Isma', Sur kuntrattur, biex inti tieħu l-kuntratt trid tagħmilli s-saqaf ta' l-istamperija jew trid tagħmilli l-kantina tal-kwartieri f'Tal- Pieta'.", "Lil ħaddieħor tgħidlu: Biex indaħħlek taħdem mal-gvern, trid tagħmel tliet xhur taħdem hawn ġew.", "(Interruzzjonijiet) U jekk trid tkun taf l-istorja tal-Partit Nazzjonalista fejn tidħol l-indafa u t- trasparenza, kulma għandek tagħmel huwa li tistaqsini.", "MADAM SPEAKER: Onor. Membri, naħseb li għandna nħallu 'l-Viċi Prim Ministru jitkellem.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien qgħadt hawnhekk b'sagrifiċċju u issa nippretendi li l-kollegi tan-naħa l-oħra jagħtuni ċans ngħid dak li għandi ngħid.", "Qed ngħid għal darb'oħra li s-soqfa, il-kmamar u l- affarijiet saru meta l-Avukat Carmelo Caruana kien ministru responsabbli mill-public works u lill-kuntratturi kien jgħidilhom: Dan il-kuntratt tieħdu imma trid tagħmilli saqaf jew biċċa sular.", "Hekk kienu jsiru l- affarijiet.", "U anke kienu ħafna dawk li sabulhom post mal-gvern wara li għamlu tliet xhur jaħdmu b'xejn fil-kwartieri tal-Partit Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jew jissostanzja dawn l-affarijiet jew jirtirahom.", "Il-proċedura dejjem hekk kienet hawn ġew; jew jissustanzjahom jew jirtirahom.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, ipprova poġġi l-kliem b'mod aħjar.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Lill-Onor.", "Membru ngħidlu li m'għandi għalfejn nissostanzja xejn.", "(Interruzzjonijiet) Inti qed tiskanta għax qed nitkellem fuq bniedem mejjet?", "Daqskemm għamiltu ħneżrijiet fuq il-memorja ta' nies mejtin hawn ġew intom!", "X'ipokrezija ta' nies!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Probabbilment se jgħidilna fuq \"Hyfen\"!", "Fuqhiex se tgħidilna?", "GĦax tkellimna fuq l-ispekulazzjoni u ma nafx x'ma semmejniex.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Jekk l-Onor.", "Vella jixtieq jgħid xi ħaġa fuqi personalment jien qiegħed hawn biex niddefendi ruħi.", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel żewġ ittri tal-kelma Hyfen b'kumbinazzjoni nzertaw l-ewwel żewġ ittri tal-kunjom tiegħi!", "MADAM SPEAKER: Onor. Hyzler, ejja għall-point of order jekk jogħġbok.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Nerġa' nirrepeti li jekk l-Onor.", "Membru jixtieq jgħid xi ħaġa fuqi jien qiegħed hawn biex nirrispondih, pero' l-Avukat Caruana m'huwiex hawn biex jirrispondih.", "Il-Viċi Prim Ministru m'għandu l- ebda dritt jattribwixxi fatti għal membru ta' din in-naħa tal-Kamra li llum m'għadux magħna, speċjalment meta qed jigdeb sfaċċatament u qed jgħid li l- Istamperija Indipendenza nbniet meta kien fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Il-mibki Avukat Caruana kien ħa ħsieb il-bini ta' l- istamperija meta konna fl-oppożizzjoni u allura l-implikazzjonijiet kollha li joħorġu minn dak li qal l-Onor.", "Vella m'huma xejn ħlief tgħawwiġ tal- fatti magħrufa.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, id-dritt ta' l-espressjoni rridu nkunu kawti fih, speċjalment meta nsemmu lil min m'huwiex preżenti jew lil min żgur ma jistax jirrispondina minn x'imkien ieħor.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, f'dan il-Parlament sar attentat biex nipprovaw nagħlqu ħalq kull min jipprova jgħid dak li għandu jgħid.", "Jiena lest li noqgħod bil-qiegħda ħalli huma jkomplu jgħidu tagħhom, għax aktar ma jgħidu ħmerijiet ...", "Jekk kemm-il darba dawn l-affarijiet iweġġgħu, min qed iweġġa' jista' jitlaq.", "Jien għandi d-dritt kollu ngħid affarijiet li nafhom ben tajjeb.", "Nispera li m'hawn ħadd li qed jippretendi mingħandi li nġib xi skrittura ffirmata minn min qed insemmu u minn min kien lest li jagħmel dak ix-xogħol fl-istamperija, basta jingħata l-kuntratt tal-gvern.", "Hekk qed tippretendu?", "Biex imbagħad toħorġu tgħidu li jien giddieb!", "GĦalija jistgħu jgħidu li jridu għax jien qed ngħid dan fuq ir- responsabbilta' tiegħi u għax għandi esperjenzi mill-qrib li naf bihom.", "(Interruzzjonijiet) Iva, akkwistajt jien.", "Dażgur li akkwistajt jien!", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, jien nitlob il-protezzjoni tas-Sedja biex inkun nista' nkompli d-diskors tiegħi għax dan għandi dritt nagħmlu.", "Jiddispjaċini jekk il-ħmieġ li qed insemmi jdejjaqhom jiddispjaċini.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit, point of order.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, l-Onor.", "Vella għandu jirtira dak li qed jgħid.", "Kemm ili f'dan il-Parlament dejjem hekk imxejna.", "Mhux imbilli twaddab it-tajn.", "(Interruzzjonijiet) Issa nafu min m'huwiex serju, Onor. Vella!", "Jekk trid tkun serju jew issostanzja dak li qed tgħid jew irtirah.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ara min qed jitkellem fuq is-serjeta'!", "Min kien jiddikjara li lanqas jaqla' x'jiekol mill-professjoni li kellu qabel daħal il-Parlament.", "Dik serjeta'!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Vella huwa tabib u messu jaf li jien għamilt sitt xhur fis-sodda.", "Imissek tistħi titkellem hekk int!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru jkompli bid-diskors tiegħu u jżomm mas-suġġett.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, konna qed nisimgħu lezzjonijiet fuq id-demokrazija u fuq l-ugwaljanza tal-partiti mingħand il-partit li kien spiċċa mħarrek minħabba li ma kienx iħalli ċerti gazzetti jidħlu fejn kellhom jidħlu.", "Din l-istorja tweġġa' wkoll u hemm ħafna mejtin imdaħħlin fiha.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, issa jew naqbad u nitlaq jew inkella nitolbok biex twaqqaf lin-naħa l-oħra ħalli forsi jħalluni ngħid dak li għandi xi ngħid.", "M'iniex se ndum ħafna.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Membri ta' l-Oppożizzjoni biex iħallu lill- Onor. Vella jitkellem.", "F'din il-Kamra għandna nimxu b'mod ċivili.", "Kompli Onor. Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-fatti ta' l-istorja hemmhekk qegħdin u għalhekk ikun inutli li niċħduhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi, point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, jien naħseb li hemm il-limitu għal kollox.", "L-Onor.", "George Vella, bla ebda dubju, huwa totalment out of order.", "Aħna suppost qed nitkellmu fuq is-sett ta' dokumenti li hemm fir- riżoluzzjoni li għandna quddiemna pero' dak li qed jgħid l-Onor.", "Vella m'għandu x'jaqsam xejn ma' dawn id-dokumenti.", "GĦalhekk jien ninsisti li d- diskors kollu li qed jingħad mill-Onor.", "Vella huwa totalment out of order.", "Issa jew nimxu b'daqsxejn ta' sens komun u nikkalmaw l-affarijiet ...", "Veru li saru 11.45 p.m. - ilna għaddejjin mid-9.00 a.m. llum! - u forsi issa tibda taqbeż iċ-ċinga pero' l-iStanding Orders jesiġu li ġaladarba għandna din ir-riżoluzzjoni quddiemna għandna nitkellmu fuqha.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien qed nipprova niġi għas-suġġett imma qabel xtaqt nuri li dak kollu li ntqal min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ntqal biss biex ipinġu ikrah lill-partit li qiegħed fil-gvern.", "Jien qed ngħid dan għall-benefiċċju ta' min għadu jismagħna ħalli kulħadd ikun jaf min qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet u dawn ir-rabtiet.", "Dan kien l- iskop tiegħi.", "Issa mbilli noqogħdu nsemmu ċ-ċnus!", "Fuq kollox ejjew ngħidu ftit min qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet.", "Dawn l-allegazzjonijiet qed jagħmluhom l-istess nies li fi żmienhom kienu taw Kemmuna lil Gaul b'erba' soldi għal snin twal Dak iż-żmien dik l-art ma kenitx art tal-poplu Malti imma tan-Nazzjonalisti u għamlu li riedu biha.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq partit li qabel l-1971 kien tal-fehma li Santa Maria Estate kellha tinxtara biss mill-barranin u l-Malti ma kellux dritt imur joqgħod hemmhekk.", "Il- kollega tan-naħa l-oħra aħjar ikun jafhom dawn il-fatti żgħar ħalli jkun jaf min kien qed jagħmel użu minn-art pubblika!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok ejja għas-suġġett.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien mas-suġġett qiegħed, Madam Speaker, u qed nispjega x'kien jagħmel ħaddieħor bl-art pubblika.", "Dażgur li qed nimxi mas- suġġett!", "Din ir-riżoluzzjoni tittratta dwar l-għoti ta' art pubblika lil entijiet differenti u għalhekk dak li qed ngħid jien huwa marbut strettament ma' din ir-riżoluzzjoni.", "Veru li jien forsi qed insemmi episodji li ġraw numru kbir ta' snin ilu, pero' jekk kemm-il darba nersqu iktar fil-qrib għandna niftakru - dan anke ż-żgħażagħ għandhom jiftakruh - li aħna konna nużaw lil dan il-Parlament biex inressqu xi mozzjoni bħal dik ta' Chambray fl-aħħar minuta qabel ma jagħlaq il-Parlament għall-vaganzi bit-tama li dak li jkun ikun għajjien u jkun ħerqan li jibda l-vaganzi, u b'hekk l-art inkunu nistgħu nagħtuha lil xi ħadd ...", "Aħna konna għidna ċar u tond min kien se jiggwadanja minnha, x'konnessjonijiet kien hemm u x'kien se jiġri.", "Allura kif imbagħad illum niġu ngħidu li mhux sew nagħtu l-art tal-poplu lil ċerti nies?", "Mela dawn x'kienu, mhux artijiet tal-poplu wkoll?", "U xi ngħidu għal postijiet oħra, bħall-car park tal-Furjana?", "Jien naf li l-Membri tan-naħa l-oħra jiddejqu jisimgħuhom dawn l-affarijiet, imma dawn mhux artijiet tal-poplu kienu?", "Mhux b'riżoluzzjoni kienu jgħaddu?", "Xi ħadd qal li kellhom il-maġġoranza dik in-naħa.", "Mela x'kien hemm l-aħħar darba, mhux maġġoranza wkoll?", "Xi ħadd min-naħa l-oħra beda jgħid li din l-art se tingħata bi skop ta' spekulazzjoni.", "Jien fejn naf jekk meta ngħatat l-art biex jinbena l-car park kienx hemm ħsieb ta' spekulazzjoni li minn id tgħaddi għall-oħra ħalli tispiċċa fejn spiċċat?", "Dan insejnieh?", "Madam Speaker, għalhekk jekk kemm-il darba rridu nitkellmu fuq l-iżbalji għandna nammettu li l-iżbalji saru miż-żewġ naħat u mhux filwaqt li nipprovaw inkunu verġni u nodfa, ngħajru lin-naħa l-oħra ħnieżer.", "Jien naħseb li kieku l-kollega tiegħi kien hawn ftit ilu kien iqum u jgħid li m'hijiex lingwa parlamentari li tgħajjar lil din in-naħa tal-Kamra ħnieżer.", "Għax jekk kemm-il darba nibdew nillaxkaw f'dawn l-affarijiet inkomplu sejrin hekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Hyzler, point of order.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Madam Speaker, jekk ġejt interpretat li għajjart lil xi ħadd min-naħa l-oħra ħanżir, niskuża ruħi għax jien m'għidtx hekk assolutament.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma dik il-kelma wżajtha u għamilt enfasi fuqha.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien li għamilt biss kien li rriferejt għall-Partit Laburista bħala ħanżir li kien jiekol ħafna u li beħsiebu jkompli jiekol għax dik hija marda li ġejja mill-bogħod, pero' nista' nassigura lill-Onor.", "Vella li jien bl-ebda mod u fl-ebda ħin ma rriferejt għal xi Membru minn tan-naħa l-oħra bħala ħanżir.", "Ir-riferenza li għamilt kienet purament għall-Partit Laburista.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, madanakollu jien nikkonsla għax il- ħanżir huwa l-iktar annimal li qed jintuża biex niksbu minnu l-ġilda, l- għadam, il-valvi tal-qalb eċċ. GĦalhekk wara kollox il-ħanżir huwa qalbu tajba u m'huwiex daqshekk ħanżir!", "Madam Speaker, il-partit li qed jikkritikana huwa l-istess partit li ftit qabel ma nbidel il-gvern kien għadu kemm ħareġ Lm0.75 miljun lil Calderon tal-Crans Montana għalxejn u dan għamlu mingħajr ma tana sodisfazzjon għand min marru l-flus ta' l-advertising, il-flus tal-fjuri, il-flus tal-kmamar tal-lukandi u l-flus tal-karozzi li ma ntużawx.", "Fil- fatt, hekk kif tlajna fil-gvern, dan azzarda jerġa' jiġi biex jagħmel a repeat performance u jerġa' jieħu Lm0.75 miljun minn flus il-poplu.", "Allura kif issa qed niskandalizzaw ruħna għax għad baqa' x'jitħallas Lm250,000 f'ċens akkumulat!", "Intom dan l-ammont kontu tarmuh kull żewġ minuti għax kien hemm il-wied pero' issa għall-grazzja t'Alla reġa' nġabar kollox fil- lembut.", "Dawn jafu fiex ġabuh 'il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Qed inżomm mas-suġġett għax qed nirrispondi għall-akkużi li aħna qed narmu flus il- poplu u dan għax qed nitolbu lill-Gvern biex ma jaqbadx u jieħu lura l- proprjeta' f'Pembroke minħabba li għadu ma tħallasx iċ-ċens.", "(Interruzzjonijiet) Normalment min jara film ikun irid jarah mill-bidu sa l-aħħar u mhux joqgħod jara biċċiet minnu!", "Aħna l-istess għandna nagħmlu mal-poplu u għandna nirrakkontawlu l-istorja kollha u mhux ngħidulu biċċa biss minnha.", "Fil-fatt il-poplu nduna li l-Partit Nazzjonalista ma kienx qed jgħid l-istorja kollha u li ma kienx onest miegħu u għaldaqstant lil tan-naħa l-oħra warrabhom mill-gvern.", "Iżda issa li qegħdin fl-oppożizzjoni xorta għadhom jipprattikaw tunnel vision għax lill-poplu jixtiequ jagħlqulu għajnejh u jħalluh jara minn angolu wieħed biex mingħalihom jipperswaduh.", "Madam Speaker, jien ma nixtieqx noqgħod nidħol f'ħafna dettalji għax sħabi dan diġa' għamluh pero' nixtieq nenfasizza l-punt li l-Oppożizzjoni m'hijiex qed iġġib ruħha b'dan il-mod għax għandha għal qalbha l-interess pubbliku.", "Fil-fatt l-istorja turi li fi żmienhom twettqu diversi abbużi.", "Issa jekk kemm-il darba wieħed jipprova jdaħħal xi suspetti f'liema but sejrin dawn il-flus jew min se jkun ix-xerrej, jien nistaqsih: Lilna qatt xi darba qalulna kif tqassmu l-flus li ngħataw lil Calderon tal-Crans Montana u min daħħalhom fil-but?", "Kien hemm ukoll min qal li charity begins at home.", "Jien naħseb li jekk kemm-il darba nanalizzaw it-tmexxija tal- Gvern preċedenti u naraw f'liema bwiet kienu jduru l-flus li kienu jingħataw għall-karita' ...", "Waħda mill-ikbar xewqat tiegħi hija li xi darba jkolli ċans nistudja s-siġra tal-poter tal-Gvern Nazzjonalista, li kienet tibda minn ġo Kastilja u ddur dejjem ma' l-istess ismijiet.", "B'hekk żgur li nkunu nafu fejn kienu jispiċċaw il-miljuni ta' liri li kienu jiġu vvotati għal ċerti affarijiet.", "Dawn il-flus dejjem kienu jmorru għand l- istess advertising companies, għand l-istess nies u għand l-istess familji.", "Allura llum qed niskandalizzaw b'dan?", "Sirna daqshekk puritani f'daqqa waħda?", "Madam Speaker, xtaqt nirriferi għal dak li qal il-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra meta qal li l-Gvern mmexxi mill-Onor.", "Perit Mintoff kien ta l- Maċina lill-Partit Laburista u barra minn hekk kien ħa xi proprjeta' li kkonvertiha f'każin politiku meta din l-istess proprjeta' seta' faċilment għaddiha lil xi armla li ma kellhiex fejn toqgħod.", "X'ipokrezija!", "Jien nistaqsih: Meta l-partit tagħkom kien fil-gvern, kemm kienu dawk ir-romol li tajtuhom postijiet għax ma kellhomx fejn joqogħdu?", "Kellkom wieħed mill- kapurjuni tagħkom, l-Onor.", "Louis Galea, li dak iż-żmien kien jorganizza kampanja pubblika biex il-gvern iqassam djar u plots lil min kien fil- bżonn.", "Pero' jien ħadt pjaċir li għallimnikom tirrispettaw lir-romol u tagħtuhom id-djar flimkien mas-servizzi soċjali għax qabel affarijiet bħal dawn lanqas biss kienu jgħaddu minn moħħkom.", "GĦalhekk kollox fih it-tajjeb tiegħu, pero' llum żgur li ma nistgħux naċċettaw lil min iqum jagħtina l- lezzjonijiet fuq kif l-affarijiet għandhom ikunu ndaf, trasparenti u fuq kif għandu jkun hemm l-ugwaljanza bejn il-partiti u fil-Parlament.", "Pero' issa ħalli naraw fuq xiex qed nitkellmu eżattament, għax qed ikun hawn qabda attakki fuq dokument \"D\" ta' din ir-riżoluzzjoni mill-Oppożizzjoni u mbagħad imbierek Alla lanqas biss xi ħadd min-naħa l-oħra m'hu qed jagħti kas id-dokumenti l-oħra.", "Madam Speaker, l-Oppożizzjoni mhijiex qed tagħti kas id-dokumenti l-oħra forsi għax għall-ewwel darba hemm diversi sports clubs min-naħa t'isfel ta' Malta li qed jingħataw xi proprjetajiet, fosthom iż-Żurrieq, Ħaż-Żabbar, Marsaxlokk u l-Birgu.", "Il-Partit Nazzjonalista lanqas qatt ma kkonċentra fuq dawn in-naħat għax hemmhekk ma tantx ixappap.", "Ara fuq in-naħa ta' fuq ...!", "Jien m'iniex qed ngħid li ma naqbilx li jsiru affarijiet fin-naħa ta' fuq ta' Malta imma qed inqabbel dak li kien isir fin-naħa ta' fuq ma' dak li kien isir fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Per eżempju, meta kien qed jitfassal il-Pjan Lokali ta' Pembroke Alla ħares kont tmisslu pulzier kwadru mill-isports facilities lill-Partit Nazzjonalista!", "Jien nifhem li aħna kellna bżonn inkabbru l-kultura ta' l-isports f'dan il-pajjiż ħalli jkollna iktar faċilitajiet sportivi, imma fil-każ ta' Pembroke, biex żgur ma jitnaqqsux il-faċilitajiet sportivi ta' dik l-area, ittieħdet deċiżjoni mill-Kabinett tal-Gvern Nazzjonalista - għallinqas hekk ġie rrapportat lill- Planning Authority u fil-fatt il-kollega tiegħi l-Onor.", "Bonnici kien preżenti meta sar dan ir-rapport - li jitnaqqsu l-housing units ħalli żgur ma jkunx hemm ir-riskju li tintmess l-area allokata għall-isports facilities, u dan bil-konsegwenza li msieken, ir-romol u s-single mothers jitnaqqsilhom iċ-ċans li jkollhom housing unit hemmhekk.", "Jien ngħid li huwa tajjeb li tipproteġi l-isports facilities, anke mil-lat ta' kostitwenza, u dan m'hu qed ngħidu bl-ebda insult.", "Fil-fatt kien hemm diversi ministri li kienu interessati f'dik l-area.", "Anke l-clubs li kellhom l-isports facilities iddefendew id-drittijiet tagħhom.", "Allura kif din id-darba ħadd min-naħa l-oħra m'hu qed iqum jgħidilna li tas-south - għax lilna hekk jgħidulna - m'għandhomx sports facilities biżżejjed?!", "Biżżejjed ngħid li fil-Pjan Lokali ta' Marsaxlokk lanqas biss hemm metru kwadru li huwa allokat għal-isports faciilites.", "Fil-fatt ġo dan il-lokal hemm biss ground antik - li jekk wieħed jaqa' fih mhux biss jinbarax kollu imma jispiċċa jagħmel xi erba' ġimgħat l-isptar biex ifejjaq il-feriti - u hangar, li kien se jittieħed bla titlu minn industrija tal-ħut.", "Madam Speaker, jien qed ngħid dan biex infakkar li r-riżoluzzjoni li qed titressaq quddiem dan il-Parlament ma tikkonsistix biss f'Dokument \"D\" imma hemm ruxmata allokazzjonijiet u drittijiet mogħtija lill-għaqdiet li jieħdu ħsieb dawn il-faċilitajiet sportivi.", "Dawn se jkunu jistgħu jirranġawhom, jiżviluppawhom u fl-istess ħin jissellfu fuqhom minħabba li issa se jkollhom ċertu titolu.", "Ara tan-naħa l-oħra fuq dan ma jgħidu xejn minkejja li l-Gvern qed jittrasferixxi proprjetajiet lil mhux anqas minn 25 lokal sportiv imxerrdin ma' Malta u GĦawdex kollu!", "Kif għidt diġa' għall-ewwel darba diversi clubs sportivi li jinsabu fin-naħa t'isfel ta' Malta qed jingħataw dawn il-faċilitajiet biex ikunu jistgħu jutilizzawhom u jirranġawhom ħalli b'hekk fil-lokal tagħhom tikber iktar il-kuxjenza favur l-isport.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-Oppożizzjoni m'għandhiex tagħmel il- kritika tagħha, pero' min-naħa l-oħra din m'għandhiex taqbad dokument wieħed biss mis-sitt dokumenti li għandha din ir-riżoluzzjoni u titkellem fuqu biss, qishom l-oħrajn m'humiex qegħdin hemm.", "Madam Speaker, pero' issa ħalli ngħidu lill-poplu kif kienet l-istorja ta' Pembroke u mhux noqogħdu ngħidulu biċċa biss.", "L-ewwel ħaġa ma kellniex għalfejn noqogħdu niddieħku meta sieħbi qal li l-kwartieri li kellna ġewwa l-Marsa, fejn illum hemm ix-Shipbuilding, kienu prezzjużi - u fil-fatt hekk għadhom.", "Iva, dawk il-kwartieri huma prezzjużi għax inbnew bl-għaraq ta' ġbin il-poplu u mhux b'xi rikatt jew billi lil dak li jkun toffrilu li ddaħħlu jaħdem mal-gvern.", "Dawk inbnew bl-għaraq ta' ġbin partitarji Laburisti.", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦalhekk sieħbi għandu raġun jgħid li dawk il-kwartieri huma prezzjużi.", "Pero' ejja ngħidulu l-istorja kollha ta' Pembroke lill-poplu u mhux ngħidulu biss parti minnha.", "Fil-fatt il- kollega tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg ħabat se jgħidha pero' ma komplihiex kollha l-istorja u ma qalx li l-Partit Laburista kellu jħallas ta' l-art li akkwista fil-Marsa u biex iċediha bilfors ried jippaċifikaha b'xi ħaġa oħra.", "Din kienet katina u ma kienx il-Partit Laburista biss li naqas li jħallas iċ-ċens.", "Lanqas il-Gvern Nazzjonalista ma kompla jagħti dak li kellu jagħti lix-Shipbuilding biex din min-naħa tagħha tagħtih lill-Partit Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Għidu l-istorja kollha għax inkella min se jemminkom?", "Għall-bidu bdejna ngħidu li dan il-Gvern se jirrinunzja għal dawk l-eluf, pero' issa biddilna l-istorja u qed ngħidu li l-Gvern se jirrinunzja għad-dritt li jesproprja.", "Madam Speaker, fl-aħħar nett nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li jekk l-Oppożizzjoni se tibqa' taħseb li tista' tbella' r-ross bil- labra lill-poplu billi tgħidlu nofs verita' ħalli tpinġi lilha nnifisha nadifa u lil ħaddieħor maħmuġ u ħanżir, lilna tkun qed tagħmlilna pjaċir għax il-poplu żgur li jibqa' jsostni dak li sostna sena ilu, jiġifieri li ddejjaq jiġi mqarraq u jiġi mitmugħ propaganda u ipokresija.", "Wieħed għandu japprezza l-affarijiet pożittivi kollha li qed jagħmel il-Gvern Laburista.", "Jekk hemm xi ħaġa li lil tan-naħa l-oħra m'hijiex qed togħġobhom, jien ngħidilhom li f'sistema demokratika dawn jistgħu jiġu hawnhekk, jitolbu ruling mis-Sedja u d-dinja tkompli miexja, pero' li jieħdu kull okkażjoni biex jipprovaw iħammġu lil ħaddieħor u juru lil ħaddieħor bil-qrun u bħala xitan hija logħba li l-Oppożizzjoni ma rnexxielhiex tilgħabha sena ilu u li hija inaċċettabbli għall-poplu Malti u GĦawdxi.", "Grazzi, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "F'nofs il-lejl id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 31 ta' Ottubru, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi Kontra l-Korruzzjoni.", "Mozzjoni dwar is-Seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas- sena 1998.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet - Kontinwazzjoni;", "Riżoluzzjoni dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni dwar l-Industrija tal-Bini f'Malta - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, xi kultant veru li jkun hawn bżonn li nisħnu ftit pero' mill-esperjenza li għandi nista' ngħid li ħafna drabi jingħadu ċerti affarijiet li m'għandhomx jingħadu għalkemm irridu nammettu wkoll li din is-saħna żżommna għaddejjin wara 15-il siegħa ta' dibattitu kontinwu.", "Issa nixtieq nibda d-diskors qasir tiegħi - għax warajja jrid jitkellem ħaddieħor - billi nirriferi għal dak li ntqal il-ġimgħa l-oħra waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Bħalma taf is-Sinjorija tiegħek, jien għamilt diversi mistoqsijiet lill- Ministru Leo Brincat li hu responsabbli mill-Enemalta imma dan baqa' ma weġibhomx jew inkella - u hawn hija d-diżonesta' min-naħa tal-Gvern - ta risposta żbaljata, falza u diżonesta.", "Jien qed nirriferi għal dak li staqsejt dwar l-unaccounted for units.", "X'inhuma l-unaccounted for units?", "L-unaccounted for units huma dawk il-units li jkunu ħarġu mill-power station u l-Korporazzjoni Enemalta ma titħallasx tagħhom.", "Irrid infakkar lil dawk li bil-paċenzja kollha qegħdin jirrapportaw dak li qegħdin ngħidu li sa l-1985 dawn l-unaccounted for units kienu telgħu għal 25%.", "Dan ifisser li wieħed minn kull erba' units li kien jiġu ġġenerati fil-power station u joħorġu fuq is-sistema tat-transmission, l-Enemalta ma kenitx titħallas tiegħu.", "Meta qegħdin ngħidu li kellna 25% tal-units li l- Enemalta ma kenitx titħallas tagħhom - dan kien fl-1985 u anke llum kieku għadhom l-istess, imma Allaħares għadhom l-istess sal-lum - dan ifisser li miljuni kbar ta' liri Maltin fis-sena kienu jmorru down the drain minflok ma jidħlu fil-Kaxxa ta' l-Enemalta.", "Jien sirt segretarju parlamentari fl-1987 u wieħed mit-targets u l- priorities tiegħi kien li nirranġaw din il-problema ta' l-unaccounted for units.", "Aħna konna lestejna programm ta' xogħol u għamilna investiment kbir ta' miljuni ta' liri fis-sistema tat-transmission li kien kollu mmirat sabiex innaqqsu dawk l-imberkin unaccounted for units.", "Bi pjaċir ngħid li sa l-aħħar ta' Ottubru ta' l-1996 l-ammont ta' unaccounted for units konna niżżilnih għal madwar 14%, biex inkun preċiż konna niżżilnih għal 13.8%.", "Dan huwa achievement kbir meta tqis li f'disa' snin konna kapaċi nniżżlu l- ammont ta' l-unaccounted for units minn 25% għal ftit inqas minn 14%.", "Issa ħalli ngħid x'għamilna.", "Irrid infakkar li l-investiment kbir li għamilna kien jikkonsisti fil- bini ta' distribution centres sħaħ fejn kabbarna l-kapaċita' tad- distribution capacity b'5% u daħħalna l-132kV, jiġifieri għollejna l- vultaġġ tat-transmission.", "GĦamilna wkoll kilometri sħaħ ta' reinforcement fuq it-33kV u fuq l-11kV u bnejna ruxxmata substations mal-pajjiż kollu bl- iskop li nwasslu l-enerġija elettrika għand il-konsumatur bl-inqas losses possibbli u b'vultaġġ stabli.", "Pero' mill-audited accounts li rajna l- ġimgħa l-oħra f'din il-Kamra ndunajna li minn ċifra ta' madwar 14% losses għas-sena li għalqet f'Settembru ta' l-1996, f'daqqa' waħda għas-sitt xhur li għalqu fl-aħħar ta' Marzu ta' l-1997 il-losses niżlu għal 8.2%.", "Kien għalhekk li jien għamilt domanda preċiża lill-Ministru Brincat u staqsejtu hekk: X'kien it-tisħiħ tekniku li seħħ fl-Enemalta bejn l-aħħar ta' Ottubru 1996 u l-aħħar ta' Marzu 1997 li seta' - jew jista' - jiġġustifika dan it-tnaqqis fl-unaccounted for units minn 14% għal 8.2%?", "Il-Ministru meta kien qed jagħmel il-winding-up ma weġibnix u jien fuq point of order erġajt staqsejtu eżattament x'kien l-investiment u t-tisħiħ tekniku li seta' jiġġustifika dan it-tnaqqis.", "Din hi qabża sostanzjali u rrid nerġa' nfakkar li biex aħna konna kapaċi nniżżlu l-unaccounted for units minn 25% għal 14% ħadna disa' snin u wara għamilna investiment ta' għexieren ta' miljuni ta' liri.", "Imbagħad f'daqqa' waħda, f'temp ta' sitt xhur, jiġi l-Gvern jgħidilna li dan it-telf niżżluh għal 8%.", "Ma nafx min irid iniżżilha xi ħaġa bħal din!", "J'Alla hu hekk.", "Jien staqsejtu għal darba, darbtejn u r-risposta li ħareġ biha l-Ministru kienet li l-fattur ewlieni kontribwenti kien iż-żieda fis-surprise inspections.", "Qisu minn wara l-elezzjoni deher il-Bambin lill-inġiniera, lill-uffiċjali tal-financial control u lin-nies l-oħra kollha ta' l- Enemalta, inkluż iċ-Chairman preżenti, u tahom parir biex jagħmlu surprise inspections!", "Bla tlaqliq ngħid li din tas-surprise inspections m'hijiex il- verita'.", "Din hija skuża banali u diżonesta u hawnhekk il-Ministru qiegħed jimmislijdja l-Kamra.", "Dan qed jiġi hawn u m'huwiex qed jgħid il-verita'.", "Qed ngħid \"m'huwiex qed jgħid il-verita'\" minflok ma ngħid li qiegħed jigdeb jew inkella li qegħdin iġebbduh minn imnieħru.", "U se ngħid għaliex.", "Madam Speaker iċ-Chairman li hemm fl-Enemalta llum huwa l-istess acting chairman li kien hemm fl-1986 u fl-1987 meta l-unaccounted for units kienu madwar 25%.", "Allura jekk dan hu l-istess chairman, kif fl-1986 u fl-1987 ma kenitx tiġih f'moħħu biex jagħmel is-surprise inspections u biex jibgħat in- nies ta' l-Enemalta jiċċekkjaw fid-djar tan-nies jekk hemmx il-meter imbagħbas, imbagħad wara li domna għaxar snin fil-gvern u għamilna dak l- investiment kollu ħarġilna bl-iskuża li l-unaccounted for units naqsu għax qegħdin jagħmlu iżjed suprise inspections għand in-nies?", "Madam Speaker, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu mat-tfal u jekk tan-naħa l-oħra għandhom ftit melħ aħna fuq din in-naħa għandna ftit melħ ukoll, u jekk tan-naħa l- oħra għandhom ftit teknika, aħna fuq din in-naħa għandna ftit teknika wkoll.", "GĦalhekk nerġa' ngħid li l-Ministru Leo Brincat qiegħed jimmislijdja l-Kamra jew inkella mhux qed jgħid il-verita' - biex ma nerġax ngħid li dan qed jigdeb - meta qed jiġi hawn ġew u jgħidilna li l- unaccounted for units f'perijodu ta' sitt xhur naqsu minn 14% għal 8% għax qegħdin jagħmlu s-surprise inspections fid-djar.", "Jien niskanta kif il- Ministru qed iħalli n-nies fl-Enemalta jiġbduh minn imnieħru b'dan il-mod.", "Nerġa' ngħid li ċ-chairman li hemm illum fl-Enemalta huwa l-istess chairman li kien hemm qabel ma ħadna over fl-1987 u niskanta kif dan l- istess chairman illum joħroġlok bl-iskuża li naqqsu l-unaccounted for units għal 8% għax qegħdin isiru iktar surprise inspections meta qabel l-1987 dan l-istess chairman ma kienx kapaċi jagħmel is-surprise inspections.", "U biex inkompli nissustanza dak li qed ngħid bilfors ikolli nistaqsi - nispera li l-Ministru Leo Brincat f'xi ħin iweġibni - kemm-il surprise inspection saret fis-sitt xhur bejn l-1 ta' Ottubru 1996 sa l-aħħar ta' Marzu 1997, għand min saru, kemm nies inqabdu jbagħbsu l-meter - dawn huma mistoqsijiet li rridu risposta għalihom - u jekk dawn l-inspections sarux għand konsumaturi domestiċi, kummerċjali u industrijali.", "Nerġa' ngħid li din l- iskuża li ħareġ biha l-Ministru fejn qed jgħidilna li l-losses niżlu minn 14% għal 8% hija banali.", "Din hija skuża li joħorġu biha t-tfal u nerġa' ntenni li l-Ministru b'din l-iskuża qed jimmislijdja l-Kamra.", "Madam Speaker, jien inħoss li huwa d-dover tas-Sinjorija tiegħek li tiġbed l- attenzjoni tal-Ministru biex meta nagħmlulu mistoqsijiet bħal dawn jagħtina risposta li għallinqas tkun ta' dehen għal dan il-Parlament.", "Hawn ġew m'hawnx fidili u meta nistaqsu mistoqsijiet b'natura ta' din il-kwalita' jien nippretendi li l-Ministru Brincat ma joħroġx b'din it-tip ta' diżonesta' fir-risposta tiegħu imma għandu jagħtina risposta adegwata u li tagħmel sens.", "Punt ieħor li ridt nitkellem fuqu jirrigwarda dak li ntqal il-ġimgħa l- oħra waqt id-dibattitu dwar l-Estimi ta' l-Enemalta u qed nirriferi għal dak li qal il-Ministru Brincat meta kien qed jitkellem fuq l-indħil fl- Enemalta.", "Hu qal li kif nafu kien hemm chairman li telaq qabel iż-żmien minħabba segretarju parlamentari, li dak iż-żmien inzertajt kont jien.", "Hawnhekk qed jirriferi għal wieħed miċ-chairmen li kien hemm fl-Enemalta, is-Sur Leone Ganado, li nixtieq insemmih in konnessjoni ma fatt wieħed biss ħalli kulħadd idaħħalha f'moħħu.", "Madam Speaker, kif taf meta konna fil- gvern kien hawn vot ta' sfiduċja kontra tiegħi u kien hemm sitt allegazzjonijiet.", "Jien ftaħt kawżi fuq dawn is-sitt allegazzjonijiet u nista' ngħid b'sodisfazzjon li ħamsa minn dawn is-sitt kawżi llum irbaħthom.", "Dan ifisser li dawn l-allegazzjonijiet kienu infondati u ma kenux ħlief tfiegħ ta' tajn biex iħammġuni.", "Fuq il-każ taċ-Chairman Leone Ganado rrid insemmi punt wieħed fejn jien ma kontx naqbel miegħu u dan kien jirrigwarda l-cable tal-132kV li għamilna bejn Delimara u l-Marsa.", "Irrid ngħid li għall-ħabta tas-sajf ta' l-1992 konna mexjin bil-proġett tal-cable tal-132kV - liema cable kien se jqum LmX miljun - u meta konna qegħdin nitkellmu fuq dan il-proġett jien ovvjament bħala bniedem tekniku bilfors kont nagħti l-kontribut tiegħi.", "GĦalhekk jien irraġunajt li bl-ispiża ta' LmX miljun dan il-cable stajna għaddejnih minn ġo mina minn Delimara sal-Marsa għax ovvjament meta jkollok cable f'ambjent kiesaħ u umdu se jiffunzjona aħjar.", "Jien kont bdejt ngħid dawn l- affarijiet għax kont naf ukoll li fit-triq ta' Bir id-Deheb, fejn hemm il- junction li tidħol għal Ħal GĦaxaq u tmur għaż-Żejtun, diġa' kien hemm żewġ cables ta' 33kV, kien hemm għaddej id-drenaġġ u kien hemm għaddej l-ilma u minn hemmhekk allura seta' jgħaddi cable wieħed biss tal-132kV.", "Għaliex ta' min jispjega li meta inti tagħmel sistema ta' cables trid tħalli ċerta distanza bejn cable u ieħor minħabba l-electrical feeds li jinħolqu.", "Kont qabbadt lid-direttur li kien responsabbli mill-Public Works biex jagħmel stima ta' kemm tqum kieku kellna nagħmlu mina minn Delimara sal- Marsa - naturalment meta tagħmel mina tagħmilha għad-dritt u ma toqgħodx isserrep bit-trinka u bil-cable - u dan kien wasal għall-konklużjoni li l- ispiża kienet tiġina daqs l-ispiża kieku l-cable kellna ngħadduha minn ġot- trinka.", "Qed ngħid dan kollu għax imbagħad fis-sajf ta' l-1992 jien sifirt għal ġimgħatejn u meta ġejt lura sibt li ċ-chairman kien ħareġ it-tender b'tali mod li l-cable tgħaddi min ġot-trinka u sserrep minn Marsaxlokk sal- Marsa.", "(Interruzzjonijiet) La kienet ħarġet, ħarġet!", "Fuq dan il-punt jien qatt - u nerġa' ngħid qatt - ma stajt naqbel maċ-chairman.", "Madam Speaker, tajjeb li wieħed ikun jaf li peress li l-capacity ta' Delimara reġgħet ingħatat spinta, fuq l-ammont ta' cables li attwalment hemm ħerġin fuq it-33kV u fuq il-132kV, m'hemmx cables biżżejjed minn fejn toħroġ l-enerġija.", "Jiġifieri f'Delimara għandek generating capacity li ma tistax tinħareġ u allura bilfors iridu jsiru l-cables.", "Kieku fil-bidu nett sar il-proġett kif ridtu jien, kieku llum hemm mina kbira li minn ġo fiha nistgħu noħorġu dawn l-additional cables.", "Issa l-Enemalta se jiġu fi kliemi - ħames snin too late - għax se jkollha ssir mina minn Delimara sal- Marsa biex minn ġo fiha jinħarġu l-feeders il-ġodda tal-132kV.", "Jien qed ngħid dan kollu biex nuri għala mhux fuq dan il-fattur biss - għax hemm fatturi oħra - qatt ma stajt naqbel ma' dak iċ-chairman partikolari.", "Nerġa' ngħid li jekk dak iż-żmien il-proġett kollu ta' feeders tal-132kV minn ġot-trinka kien se jqum LmX million, bl-istess ammont ta' flus u mingħajr ma nonfoq sold aktar jien stajt nagħmel mina darba għal dejjem.", "Kieku x-xogħol sar kif xtaqtu jien kieku llum mhux se jkollna noqogħdu nħallsu taxxi biex issir mina oħra biex noħorġu l-cables minn Delimara.", "Jiġifieri din ġiet spiża doppja u dan għax kien hemm chairman li kien jidhirlu li bħalu ħadd ma jifhem, lanqas l-inġiniera ta' l-Enemalta.", "Nista' nikkonferma li ċ-Chairman Leone Ganado ma tkeċċiex għall-gost imma għax kien hemm ħafna fatturi li ma stajniex naqblu dwarhom.", "Madam Speaker, xtaqt insemmi l-weighbridge li jintuża mit-trakkijiet u mill-bowsers.", "Jiena dejjem kont insostni li fl-Enemalta kellhom jiġu nstallati weighbridges fil-Petroleum Division.", "Meta lill-Ministru staqsejtu f'liema stadju kien wasal il-commissioning tal-weighbridge fl-ex- Shell installation ta' Birżebbuġa, baqa' ma weġibnix.", "Jien naf li fl- Enemalta kien hemm losses kbar - qed nirriferi għal serq ta' fuel - u aħna konna għamilna sforzi kbar biex dawn innaqqsuhom.", "Lill-Ministru nerġa' nistaqsih fiex wasal ix-xogħol ta' l-installazzjoni tal-weighbridge.", "Jekk għal xi raġuni dan il-proġett ġie scrapped, nitolbu jagħtina l-istorja kollha.", "Iżda jekk inhu hekk ikolli ntenni li fl-Enemalta hemm nies li minflok iridu l-ġid u minflok iridu li lill-korporazzjoni jżommuha b'saħħitha, qegħdin jagħmlu minn kollox biex idgħajfuha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, rigward dak li għidt int fil-bidu, is-Sedja jidhrilha li huwa desiderabbli li jingħataw tweġibiet sodisfaċenti pero' nixtieq nenfasizza li skond ir-regolamenti s-Sedja m'għandha l-ebda kontroll fuq is-sustanza tar-risposta li tingħata.", "Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 31 ta' Ottubru, 1997 fid- 9.00 a.m., bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 a.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RE-EXPORTS", "8388.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-figura totali ta' re-exports għal din is-sena s'issa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Lulju ta' din is-sena kien hemm Lm34.5 miljuni f're-exports.", "LIVE BIRTHS/CRUDE BIRTH RATE", "8389.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' live births sena b'sena mill-1987 'il hawn u kemm kienet il-crude birth rate fl-istess żmien?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - NEOPLASMS/CANCER", "8390.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati każi ta' neoplasms jew cancer is-sena l-oħra u din is-sena u x'tip ta' neoplasms kienu f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "NEOPLASMS - ANNUAL DEATH RATE", "8391.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-annual death rate caused by neoplasms sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif li talab l-Onor.", "Interpellant huwa dan:-", "|Sena |Rata kul 1000| |1987 |1.6 | |1988 |1.4 | |1989 |1.6 | |1990 |1.6 | |1991 |1.7 | |1992 |1.8 | |1993 |1.7 | |1994 |1.9 | |1995 |1.9 | |1996 |1.8 |", "GOZO CHANNEL - SERVIZZI", "8567.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġarret passiġġieri u vejikoli l-Gozo Channel bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr u vice-versa bejn Jannar u Settembru ta' l-1996 u l-1997 u kemm kien id-dħul u l-ħruġ finanzjarju tagħha fl- istess żewġ perijodi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li:-", "a) il-figuri minn Jannar sa Ġunju ta' l-1996 u l-1997 diġa' ngħataw fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7948.", "b) il-figuri bejn Lulju u Settembru, kemm ta' l-1996 u l-1997 diġa' ngħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8476.", "Kif jaf sewwa l-Onor.", "Interpellant kull kumpannija ta' responsabbilta' limitata hija marbuta skond l-Att ta' l-1995 dwar il-kumpanniji illi tikkonsenja lir-Reġistratur tal-Kumpanniji kopja tal-kontijiet annwali tal- kumpannija.", "Il-kontijiet annwali tal-Gozo Channel għas-sena li għalqet f'Settembru ta' l-1997 għadhom mhumiex miflija u approvati mill-Awditur u għalhekk ma nħoss li għandhom jingħataw figuri għalissa.", "Għas-sena li għalqet f'Settembru ta' l-1996 il-kontijiet annwali u ppreżentati lir-Reġistratur tal-Kumpanniji juru dħul finanzjarju ta' Lm2,479,354 u ħruġ finanzjarju ta' Lm2,816,834 li b'kollox ħallew telf finanzjarju ta' Lm337,480.", "DJAR - REKWIŻIZZJONI TA' DJAR", "8568.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm postijiet ġew de-rekwiżizzjonati u f'liema lokalita' kienu bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru, 1997?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kien baqa' postijiet rekwiżizzjonati sat-30 ta' Settembru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - OFFERTI", "8569.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħareġ offerti u għal xiex kienu, kull kunsill lokali mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru, 1997, għal liema offerti ntefgħet offerta minn dipartiment tal-Gvern u liema minn dawn intrebħu mill-istess dipartiment?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l- informazzjoni mitluba trid tinġabar.", "ART - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "8570.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-Lm500,000 ivvotati din is-sena biex jitħallsu persuni li l-art tagħhom ġiet esproprjata (u li b'kollox hemm aktar minn Lm13,000,000 dovut mill-Gvern) effettivament tħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-vot biex minnu ikun jista' jitħallas il- kumpens dovut lis-sidien għal art esproprjata kien, bħas-snin ta' dan l- aħħar ta' Lm500 000, ma' dan l-ammont kien hemm ukoll bilanċ żgħir li kien baqa mis-sena l-oħra ta' Lm26477.", "Minn din is-somma ta' Lm526 477 baqa' Lm57 184 li qegħdin jinżammu bħala riserva minħabba deċiżjonijiet tal-Bord tal-Arbitraġġ.", "Barra dan kien hemm akkwist ukoll ta' proprjeta' fi Triq Zekka l-Belt bil- prezz ta' Lm105 000 liema flus tħallsu direttament lid-Dipartiment tat- Taxxi Interni għal somma akbar ta' flus dovuti bħala Taxxa tas-Suċċessjoni.", "BORD TA' INKJESTA - RAPPORT", "8571.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bord ta' Inkjesta mwaqqaf biex jeżamina ċerti ħlasijiet li saru lill-esperti tal-Qorti lestiex ir-rapport tiegħu u jekk iva, jistax ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "KUNSILLI LOKALI - MANUTENZJONI TA' L-ISKEJJEL", "8572.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali s'issa ffirmaw kuntratt/ftehim mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex jieħdu sehem fit- titjib u manutenzjoni ta' l-iskejjel?", "X'inhuma d-drittijiet u r- responsabbiltajiet ta' kunsill lokali f'dan it-tip ta' ftehim?", "Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat mill-Onor.", "Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali għall- mistoqsija parlamentari numru 7037 (Seduta Nru. 114).", "SAĦĦA - MERIT AWARD SCHEME", "9025.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-eżitu tal-Merit Award Scheme għat-tobba?", "Kemm kienet is-somma li tħallset?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR ĠENERALI - RAPPORT", "9026.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk fir- rapport ikkummissjonat mill-gvern dwar l-isptar ta' Għawdex hemmx imniżżel li dan l-isptar huwa wieħed tas-sekonda klassi kif stqarr is-Segretarju Parlamentari għal Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'wassal lill- bord jasal għal din il-konklużjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-rapport msemmi mill-Onor.", "Interpellant kien rapport intern biex il-Ministeru jevalwa is-sitwazzjonijiet fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex u jelabora pjanijiet dwar f'liema direzzjonijiet għandu jiżviluppa s-servizz tas-Saħħa f'Għawdex ħalli l-ħafna nuqqasijiet li jeżistu jispiċċaw.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "9027.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra b'kemm hu n-numru ta' mpjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa li ġew seconded ma' dipartimenti jew entitajiet oħra?", "Liema grad kellhom u liema grad qegħdin preżentement jokkupaw?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' mpjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa li ġew seconded ma' dipartimenti jew entitajiet oħra huwa kif ġej:", "|Computer operator |1 | |Enrolled Nurses |3 | |Executive Officer |1 | |Hospital |2 | |Auxiliaries | | |Medical Officers |4 | |Principal |1 | |Programmer II |2 | |Security Guard |1 | |Total |15 |", "Il-grad li mpjegat tal-Gvern ikollu, ma jinbidilx meta jiġi seconded ma' dipartiment jew entita' oħra.", "SAĦĦA - PROFESSJONISTI", "9028.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' professjonisti u ħaddiema oħra li preżentement hemm sekondati mad- Dipartiment tas-Saħħa?", "Minn liema Ministeri jew entitajiet oħra ġew?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' professjonisti u ħaddiema oħra li preżentament huma sekondanti mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif ġej:", "|Mill-Enemalta Corporation |2 | |Mill-Malta Development |1 | |Corporation | | |Mill-Malta Drydocks |3 | |Corporation | | |Mill-Universita' ta' Malta |1 | |Total |7 |", "SAĦĦA - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "9029.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' casual social assistants li ġew impjegati mal-Gvern minn Ġunju 1997 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid mil-liema rħula/bliet ġew reklutati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Minn Ġunju 1997 'il hawn ġew impjegati disgħa Assistanti Soċjali Każwali u dawn ġew reklutati minn dawn il-lokalitajiet - tnejn mill-Birgu, tnejn minn San Ġiljan u waħda minn kull wieħed mil- lokalitajiet taż-Żurrieq, Raħal il-Ġdid, San Gwann, Pembroke u Ħal Qormi.", "Dawn l-Assistenti Soċjali Każwali daħlu minflok oħrajn li rriżenjaw.", "SPTARIJIET - SERVIZZI MEDIĊI ĠODDA", "9030.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bis-servizzi mediċi ġodda li ġew introdotti ġewwa kull sptar tal-gvern fl- aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tenħtieġ riċerka estensiva u editing fit-tul, għaldaqstant ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC - EMPLOYERS", "9078.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa fil-preżent in-numru ta' employers f'Malta kif reġistrati ma' l-ETC?", "Kemm minn dawn l-intrapriżi jħaddmu bejn 1 u 5 persuni, 6 u 10 persuni, 10 u 50 persuni, 50 u 100 persuna, 100 u 200 persuna, 200 u 300 persuna u iktar minn 300 persuna?", "Kemm minn dawn l-intrapriżi huma parastatali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' employers li huma reġistrati mal- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ f'Malta huma ta' 21,939.", "Minn dawn hemm:", "19,618 li jhaddmu bejn 1 - 4 persuni 1,092 li jhaddmu bejn 5 - 9 persuni 997 li jhaddmu bejn 10 - 49 persuni 121 li jhaddmu bejn 50 - 99 persuni 71 li jhaddmu bejn 100 - 199 persuni 22 li jhaddmu bejn 200 - 399 persuni 18 li jhaddmu 'fuq minn 400 persuna", "Minn dawn hemm mija sitta u għoxrin (126) intrapriża parastatali.", "TURIŻMU - RELAZZJONIJIET BEJN MALTA U ĊIPRU", "9079.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi seħħew fir-relazzjonijiet turistiċi bejn Malta u Ċipru kif ġie dikjarat dan l-aħħar?", "Meta hu mistenni li jkun hemm titjiriet diretti bejn Malta u Ċipru?", "Xi frekwenza hu mistenni li jkun hemm fil-flights bejn dawn iż-żewġ pajjiżi?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Air Malta ilha topera titjiriet bejn Malta u Ċipru minn Lulju tal-1995.", "Bħalissa l-Air Malta topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa.", "TOROQ - CLAMPING/TOWING ZONES", "9080.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema areas f'Malta u Għawdex hu mistenni li jiġu ddikjarati bħala clamping/towing zones fil-ġimgħat/xhur li ġejjin?", "X'tip ta' avviżi se jsiru qabel ma jkun hemm id-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9064.", "MELLIEĦA - DAR TA' L-ANZJANI", "9081.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li ssir l-applikazzjoni lill-Planning Authority biex tkun tista' tinbena d-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa?", "Meta hu mistenni li tinbeda l-kostruzzjoni ta' dan il-post?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għal futur qarib m'hemm l-ebda pjan.", "TRASPORT PUBBLIKU - LOW FLOOR BUSES", "9082.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni ta' aktar low floor buses f'Malta?", "Meta hu mistenni li jidħlu iktar vetturi ta' dan it-tip?", "X'tip ta' nfiq hu mistenni li jkollha l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku bl-introduzzjoni ta' aktar buses?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li din il-materja qed tkun studjata mill-ġdid minħabba l-problema li nstabet dwar min se jiffinanzja l- karozzi l-ġodda.", "Tajjeb li nfakkar li filwaqt li l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku kienet intrabtet li hi ma toħroġx aktar minn Lm20,000 f'sussidju u li s-sidien ma joħorġux aktar minn Lm15,000 fuq kull karozza, tħalliet imdendla l-problema ta' min se jiffinanzja l-kumplament tal-prezz u dan meta kienet taf li l-karozzi super low floor jiswew ferm aktar minn Lm35,000.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "9083.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 8711, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-materjal indikat fir-risposta hu fil-fatt materjal mir-refuse tad-djar, u kemm hu ġej mill-industrija tal-bini?", "Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar kemm hu mistenni li jibqa' jidħol materjal fil-Magħtab fix-xhur li ġejjin?", "X'tip ta' materjal qed jitħalla jidħol issa f'dan il-post?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru huwa kif indikat", "Skart mid-djar Skart mill-Industrija tal-bini April 1997 7,953 tunellati 78,475 tunellati Mejju 1997 7,768 tunellati 91,023 tunellati Gunju 1997 8,618 tunellati 100,374 tunellati Lulju 1997 8,828 tunellati 88,230 tunellati Awwissu 1997 9,420 tunellati 66,700 tunellati Settembru 1997 8,749 tunellati 80,059 tunellati 51,336 tunellati 504,861 tunellati", "Huwa mistenni li sakemm isiru arranġamenti oħra, l-istess kwantita ta' materjal jibqa' jidħol fil-Miżbla tal-Magħtab fix-xhur li ġejjin.", "It-tip ta' materjal li qed jidħol f'dan il-post jikkonsisti prinċipalment minn skart muniċipali (djar, lukandi, ħwienet) skart industrijali u kummerċjali (fabbriki u stabbilimenti) u skart mill-industrija tal-bini (ġebel u materjal mit-tħammil).", "SPTARIJIET - WARD CLERKS", "9149.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8232, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk ħarġux ir-riżultati?", "Jekk fl-affermattiv, meta u kemm se jissejħu kandidati li għaddew?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-riżultat ta' l-intervisti għall-mili ta' postijiet ta' Ward Clerical Assistants għal Għawdex ġie ppubblikat.", "Dwar l- aħħar parti tal-mistoqsija m'għandix x'inżid.", "Billi r-responsabbilta' għall-impjiegi fis-Servizz Pubbliku f'Għawdex hija ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, m'iniex f'qagħda li nagħti tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija.", "WSC - FLUS MINFUQA GĦAL GĦAWDEX", "9150.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8796?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-mistoqsija parlamentari numru 8796 ġiet imwieġba fis-Seduta parlamentari Nru. 124 fl-20 t'Ottubru, 1997.", "TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT", "9153.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet immedjati tal-Gvern dwar tiftix għaż-żejt fl-ibħra ta' madwarna?", "Fejn u meta se jibda jew ikompli jsir tiftix?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diġa' ħabbart ftit ġimgħat ilu, il-Gvern għamel ftehim mal-AGIP biex jagħti spinta l'quddiem it-tiftix għaż-żejt fit- Tramuntana ta' Malta.", "Nerġa niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant illi meta jkun il-waqt, nispera fil-futur qrib, nkun nista nerġa nagħti aktar tagħrif f'dan il-qasam għax in-natura kummerċjali ta' din il-ħidma ma tippermettix li nagħmel dan issa.", "PULIZIJA - PERSUNI LI MIETU B'OVERDOSE", "9154.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm mietu nies b'overdose ta' eroina fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?", "Kemm minnhom kellhom anqas minn 30 sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena mietu erba` persuni kaġun ta` overdose ta` eroina.", "Tnejn minnhom kellhom anqas minn 30 sena.", "UNIVERSITA' - ĊENTRU SEISMIKU", "9155.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Iċ-Ċentru Seismiku fl-Universita' jikkonferma li l- bieraħ wara nofs inhar inħass ċaqlieq/vibrazzjoni ta' l-art?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk humiex isiru seismographs regolarment f'pajjiżna?", "Kull meta jsiru?", "Meta rriżultaw vibrazzjonijiet ta' ċertu qawwa fuq l-iskala Richter f'pajjiżna tul dawn l-aħħar snin u kemm kienu qawwijin f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-sismogafu mmexxi mill-Universita' jirreġistra ċ- ċaqliq tal-art kontinwament, 24 siegħa kuljum.", "Jiġu mmarkati medja ta' 2-3 ċaqliqiet kuljum, li l-biċċa l-kbira minnhom huma konnessi ma' xogħlijiet f'barrieri, kostruzzjoni jew disturbi oħra fil-viċinanzi.", "Jiġu rreġistrati wkoll terremoti ta' ċertu qawwa li jsiru l-bogħod minn pajjiżna, speċjalment fil-pajjiżi tal-Mediterran u madwaru.", "Dawn ilaħħqu 4-5 fix- xahar.", "Fil-Mediterran Ċentrali, madwar il-gżejjer Maltin, iseħħu bosta terremoti li jiġu rreġistrati f'Malta.", "F'dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' dawn it-terremoti kien ta' madwar 30, u l-qawwa tagħhom ma' laħqitx iżjed minn 5 fuq l-iskala Richter.", "Ma jidhirx li kien hemm terremoti bl- epiċentru tagħhom fil-gżejjer Maltin.", "L-epiċentru l-iżjed viċin kien ta madwar 25 km 'il bogħod.", "Uħud minn dawn it-terremoti jistgħu jinħassu mill- popolazzjoni f'Malta.", "Ma jistax jiġi kkonfermat x'ċaqliq kien hemm fid-19 t'Ottubru, 1997, minħabba problema serja fl-apparat li rriżultat kawża ta' qtugħ fit-tul ta' dawl elettriku.", "L-apparat reġa tħaddem regolari fil-21 t'Ottubru.", "Ta' min jiċċara li s-sismografu, għalkemm imħaddem mill-Universita' ta' Malta, li għandha aċċess għall-informazzjoni minnu, jifforma parti minn proġett internazzjonali immexxi mill-Istituto Nazzjonali di Geofisica f'Ruma.", "TOROQ - CLAMPING/TOWING", "9156.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid hijiex se tiġi nforzata s-sistema ta' towing u/jew clamping fi Triq Mimosa u Triq San Luqa f'Tal-Pieta' u Triq il-Kbira fil- Ħamrun f'partijiet mit-triq fejn s'issa setgħu jiġu pparkjati vetturi b'mod legali?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex?", "Ġew ikkonsultati l-kunsilli lokali rispettivi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li wara konsultazzjonijiet bejn il- Pulizija u l-Kunsill Lokali tal-Pieta`, intlaħaq ftehim li Triq Mimosa u Triq San Luqa, ma jsirux żoni ta` l-ikklampjar jew ta` l-irmunkar.", "Ninsab informat ukoll li saru konsultazzjonijiet mal-Kunsill Lokali tal- Ħamrun.", "Ġeneralment kien hemm qbil fejn kellhom isiru ż-żoni ta` l- ikklampjar u ta` l-irmunkar.", "Dwar Triq il-Kbira fil-Ħamrun, fil-fatt parti żgħira biss minn din it-triq ser tkun żona ta' l-ikklampjar u ta' l- irmunkar, ċioe' bejn Triq it-Trinita' u l-ewwel bus stop fid-direzzjoni ta' Santa Venera.", "Hu mportanti li din il-parti ta' Triq il-Kbira b'ebda mod ma tiġi ngumbrata biex it-traffiku, li jinkludi kontinwament ambulanzi, ġej jew sejjer lejn Triq Schembri, jimxi mingħajr xkiel.", "VALLETTA - TRIQ SANT'ANTNIN - STAIRWAY", "9157.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jistgħu jsiru railings fl-istairway f'St. Anthony Str, Valletta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma li x-xogħol li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant hija funzjoni mgħoddija lill-kunsilli lokali għaldaqstant irriferejna din it-talba lil Kunsill Lokali Valletta.", "ĦAMRUN - MULTI LEVEL CARPARK", "9158.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-iżvilupp ta' multi level carpark fil-pjan tas-suq fl-inħawi ta' Triq id-Duke ta' Edingburgh, fil-Ħamrun?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi miġbura.", "ŻEJTUN - TRIQ TAL-BARRANI", "9162.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara jistax isib soluzzjoni għat-Triq tal-Barrani sabiex ma tibqax iżżomm l-ilma tax-xita?", "Din it-triq saret ftit qabel l-elezzjoni u saret bl-għaġġla u mingħajr ippjanar serju ta' fejn l- ammont kbir ta' ilma tax-xita jista' imur.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WIED IL-GĦAJN - TARMAC", "9163.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir bit- tarmac Triq Għaxqet il-Għajn li tinsab f'Żonqor Housing Estate, f'Wied il- Għajn minħabba li x-xogħol li sar xi għaxar snin ilu spiċċa kollu u l- Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn mhux jerfa' ir-responsabbilta' ta' din it- triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - RAPPORT ANNWALI 1997", "9170.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li fir-Rapport Annwali Enemalta 1997 jissemma li \"l-Avgas huwa prodott għoli fil-prezz u li biex tbiegħu ma tkoprix l-ispejjeż\", il- Korporazzjoni Enemalta jidhrilha li għandha tara x'inhuma options oħrajn u jagħmilx sens li jinbena fuelling station ieħor?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-problema dwar l-Avgas hi li huwa prodott għoli fil- prezz u użu għalih ma tantx baqa', għax jużawh biss xi helicopters u ajruplani żgħar oħra.", "Il-bqija ta' l-ajruplani kummerċjali kif ukoll helicopters kbar (bħal dak li jkun Għawdex) jużaw il-Jet A1.", "L-option l-oħra hi li ma timpurtax dan il-prodott li ġeneralment fl- ajruporti internazzjonali ma ssibux għall bejgħ.", "Minħabba li f'Malta nużaw Airport wieħed allura l-korporazzjoni xorta jkollha tagħmel arranġamenti biex timporta dan il-prodott.", "Qiegħed jinbena station żgħir proprju biex jitnaqqsu l-ispejjeż, biex l- ajruplani ż-żġar ikunu jistgħu jinżlu huma ħdejn l-istation, flok toqgħod tibgħat refueller żgħir ħdejn l-ajruplani.", "WIED DALAM/AJRUPORT - PROĠETT", "9171.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett mibdi mill-Gvern Nazzjonalista li jgħaqqad permezz ta' pipeline Wied Dalam u l-Ajruport?", "Jista' jgħid meta hu maħsub li jkun lest?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li x-xogħol fuq il-pipeline il-ġdid bejn Wied Dalam u l-ajruport mistenni li jkun lest sa l-aħħar ta' Novembru, 1997.", "ENEMALTA - UŻU TAL-PITROLJU", "9172.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jispjega r-raġunijiet kif l-użu tal-pitrolju ma weriex in- nuqqas meħtieġ, kif rapportat fir-rapport tal-Korporazzjoni Enemalta 1997?", "X'qed tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bħalma qiegħed jikkonferma l-Onor.", "Membru l-għoli fil- prezz minn 7c8 għal 10c kull litru ma kellux l-effett mixtieq.", "L-Enemalta qiegħda tkompli tinforza l-prodotti msemmija fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7415.", "ESTS - TAĦRIĠ", "9173.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex ma jkunx hemm dewmien biex min jitħarreġ (ESTS, apprentice schemes) jibda jaħdem minnufih ħalli ma jinħeliex ir-riżors uman?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-korporazzjoni diġa ħadet passi sabiex tiddentifika jekk jeżistux vakanzi fil-livell ta' craftsman li għalihom jistgħu jikkwalifkaw dawk li spiċċaw l-apprentistat tagħhom.", "Deċiżjoni dwar ingaġġ trid tittieħed fuq il-bażi ta' policy ġenerali li tirrifletti l-qagħda preżenti u ġejjiena tal-korporazzjoni.", "ENEMALTA - STUDJU DWAR IR-RIŻORSI UMANI", "9175.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar ir-riżorsi umani fil- Korporazzjoni Enemalta?", "X'inhu mistenni minn dan ir-rapport u x'miżuri mistennija tieħu l-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-sottomissjonijiet magħmula għat-tfassil ta' l- eżerċizzju dwar ir-riżorsi umani, qed jerġgħu jkunu rriveduti sabiex jirriflettu l-policy preżenti.", "Minn dan ir-rapport il-korporazzjoni hi mistennija jkollha stampa ċara tal-pożizzjoni kurrenti mqabbla ma' dik mixtieqa, u b'hekk tkun tista' tfassal l-istrateġija tagħha fir-rigward tar-riżorsi umani għall-futur.", "ENEMALTA - FINANZI", "9176.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-effetti netti fuq il-finanzi tal- Korporazzjoni Enemalta dwar it-tneħħija tal-VAT; u id-dħul tas-CET?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Biex inwieġeb din il-mistoqsija rrid nagħti ċerti figuri attwali u oħrajn stmati.", "Fuq bejgħ ta' prodotti tal-Pitrolju, inkluż il-gass, sejjer nagħti l-figuri għal Lulju u Awissu 1997 minħabba li għal Settembru li huwa l-għeluq tas- sena finazjarja l-kontijiet għadhom mhux maħdumin.", "Fuq il-bejgħ ta' dawn ix-xahrejn il-Korporazzjoni naqsitilha l-ispiża b' Lm327,589.55 fuq il-prodotti tal-pitrolju u Lm14,859.99 fuq il-gass.", "Dawn t'hawn fuq jirrappreżentaw id-differenza bejn it-taxxa addizzjonali fuq il-prodotti kontra t-tneħħija tal-VAT minn fuq dawn il-prodotti.", "Fuq is-sezzjoni ta' l-elettriku nista' nagħti biss stima minħabba li ħafna mill-kontijiet għadhom iridu joħorġu u l-qari tal-meters ma jsirx f'perjodu wieħed.", "Għaldaqstant fuq il-Units li ġew ġenerati bejn Lulju u Settembru.", "1997, huwa stmat li s-sezzjoni ta' l-elettriku ffrankat Lm1,297,514 bħala VAT għal dak il-perijodu.", "Wieħed irid jiftakar ukoll li minn Lulju, 1997, il-korporazzjoni reġgħet ġiet bħalma kienet qabel Jannar 1995 u ma baqgħetx tħallas daju fuq il- prodotti li timporta mill-pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk xi ħlas ta' taxxa li tħallas fuq is-sistema l-ġdida ser jiġi nnewtralizzat b'dazju li m'għadux jitħallas kif spjegajt aktar 'il fuq.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "9202.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Korporazzjoni Enemalta, sena b'sena, mill-1987 sal-lum?", "Kemm minnhom huma nies tekniċi u kwalifikati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MTK CONSORTIUM - PROĠETT GĦALL-KARTING", "9203.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Billi issa ilu mis-26 ta' Frar li l-MTK Consortium Taljan kien ippreżenta applikazzjoni għal proġett ta' produzzjoni tal-go-karts u pista għall-karting u rikreazzjonijiet oħra, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika jekk dan il-proġett huwiex se jseħħ?", "Huwa minnu li dan il-consortium qed joffri investiment ta' Lm30 miljun kif ukoll xogħol għal 400 ħaddiem, apparti l-kirjiet u l-ħlas ta' taxxi li dawn iġibu magħhom?", "X'inhuma l-oġġezzjonijiet għal dan l-iżvilupp?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Minħabba l-konfidenzjalita` li hi marbuta biha l-MDC permezz ta` l-Att għall-Iżvilupp Industrijali, l-korporazzjoni ma tistax tgħaddi informazzjoni fuq proposti għall-proġett industrijali ħlief bil-kunsens ta` l-applikant innifsu.", "MARSAXLOKK - IL-MAGĦLUQ - RISERVA NATURALI", "9204.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema għaqda ambjentali hi responsabbli għar-riserva naturali li hemm fil-Magħluq ta' Marsaxlokk?", "Jista' d-Dipartiment ta' l-Ambjent jaċċerta li qed tittieħed l-attenzjoni meħtieġa ta' din ir-riserva?", "Tista' issir spezzjoni tar-riserva biex jiġi osservat kif din qed tilqa' fiha skart u ħmieġ tal-majjali ta' razzett fil-viċin, li qed ikun kaġun ta' ambjent imniġġes, nemus u intejjen li żgur idejqu lil min hu fil-viċinanzi, kif ukoll joskula lejn il-baħar ma' l-ewwel xita qawwija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar.", "SAĦĦA - MEDIĊINA CASODEX", "9205.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id- Dipartiment tas-Saħħa ma jipprovdiex il-mediċina bl-isem Casodex li hu wieħed mill-mediċini ta' l-għażla fil-kura ta' kanċer tal-prostata?", "Għaliex imbagħad ipprovdu l-Flutamide li hu biss a second drug of choice u hu wkoll aktar għoli fil-prezz meta wieħed jikkonsidra li d-doza tal- Casodex hi ta' waħda kuljum, filwaqt li tal-Flutamide hi ta' tliet darbiet kuljum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: F'din il-mistoqsija hemm ineżattezza fl-argument għaliex mhux minnu li l-Flutamide hu \"biss a second drug of choice\" kif intqal.", "Il-Flutamide huwa droga stabilita tal-prostata li tintuża fid- dinja kollha u infatti huwa \"d-drug of choice\" ta' ħafna mill-Protocols ta' riċerka tal-European Organization for Research and Treatment of Cancer (EORTC) li aħna parti minnu.", "Il-Casodex hija droga aktar riċenti li tipprometti u li fuqha wkoll qed issir ħafna riċerka, tant u hekk li d- Dipartiment ta' l-Uroloġija huwa wieħed mill-ftit fid-dinja li għandu supply ta' din id-droga għal xi Protocols ġodda ta' l-EORTC.", "Għadu kmieni biex wieħed jgħid li hemm xi vantaġġ ta' Casodex fuq il-Flutamide u għalhekk għadna ma tlabnix li l-Casodex jingħata flok il-Flutamide.", "Minn informazzjoni li għandi l-prezz ta' dawn id-drogi huwa hekk: Flutamide (3 pilloli kuljum) Lm1.47 (LPO) JEW Casodex (pillola waħda kuljum) Lm3.21 (LPO)", "ŻEJTUN - XOGĦOL FIL-PJAZZA", "9206.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- mistoqsijiet parlamentari numri 8455 u 4083 u t-tweġibiet għalihom, jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jispjega kif applikazzjoni għal xogħol li sal-5 ta' Marzu, 1996 kienet rifjutata mill-Planning Authority, u li għaliha ma kienx hemm żviluppi ġodda minn wara din id-data, li allura nifhem li baqgħet rifjutata, illum il-ġurnata ix-xogħol in kwestjoni hu lest?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tingħata risposta.", "MOSTA - TRIQ FORT", "9207.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Fort, fil-Mosta tiġi mogħtija qoxra bħal asphalt speċjalment fin-nofs tagħha, fejn joqgħod ħafna ilma u dan biex l-ilma jibqa' miexi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - TRIQ IN-NAĠĠAR", "9208.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l -Ministru jara li Triq in-Naġġar, fil-Mosta jitneħħa dak il-munzell terrapien li ilu hemm fuq sena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DJAR - XIRI", "9209.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta se tiġi pproċessata l-applikazzjoni għal xiri ta' fond f'Ħal Lija li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fejn l- applikanta għamlet applikazzjoni fl-4 ta' Marzu, 1997 biex tixtri l-fond mikri lilha b'Lm21 kera fis-sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-applikazzjoni fuq dan il-fond saret fit-3 ta' Marzu, 1997.", "Fl-4 ta' Marzu, 1997 l-Awtorita' tad-Djar staqsiet lill- Kummissarju ta' l-Art jekk għandux xi oġġezzjoni għat-talba biex l-inkwilin jixtri r-residenza tiegħu.", "Peress li l-Awtorita' tad-Djar baqgħet ma rċevietx risposta, fit-8 ta'Lulju 1997, bagħtet reminder lill-Kummissarju ta' l-Art.", "EDUKAZZJONI - MUSEUM OFFICERS", "9210.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati tal-Museum Officers scale 12 u 13 rispettivament wara li ġew konklużi l- eżamijiet kollha inklużi l-interviews?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi r-riżultati tal-intervisti w eżamijiet li saru għal Museums Officers scale 12 qed jiġu pproċessati mill-Public Service Commission biex dawn ikunu ppubblikati.", "SKEJJEL - NAXXAR - SKOLA PRIMARJA", "9211.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li fin-Naxxar primary school fejn jattendi l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament li jbati minn Downs' Syndrome jitħalla jattendi l-iskola u jkollu l-attenzjoni meħtieġa meta ma tattendiex it-teacher ta' dan l-istudent l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istudent li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant huwa student li għandu miegħu facilitator.", "It-tifel ma jistax jgħaddi mingħajr l-għajnuna ta' din il-persuna.", "P.A. - APPLIKAZZJONI GĦAL CHANGE OF USE", "9212.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni għall-re-consideration tal-persuna mill-Mosta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar applikazzjoni for change of use from garage into silencer repair shop, panel beater and carpentry shop li qiegħed taħt temporary provisions scheme?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi miġbura.", "POLYMETRICS - ĦADDIEMA", "9219.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal- Polymetrics ġew trasferiti lil Malta Resalination Services?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' ħaddiema tal-Polymetrics li ġew trasferiti lill-Malta Desalination Services Ltd. kien ta' 86.", "MOSTA - TRIQ IL-KUNGRESS EWKARISTIKU", "9220.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8263 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid għaliex fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, Mosta u t-toroq ta' madwar il-meter reader ta' l-Enemalta għall-aħħar tliet readings ma ħalliex karti fi djar ta' notifikazzjoni u għaldaqstant huma ħafna l-ilmenti tar-residenti ta' dawn it-toroq li ma jkunux jafu l-ħin u l-ġurnata tal-qari tal-meter tad-dawl?", "Jista' l- Ministru jara wkoll li dan ma jerġax isir b'detriment għar-residenti ta' dawn it-toroq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ANZJANI - HELPERS", "9221.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W859 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-helpers li qegħdin jitbagħtu lil persuni anzjani jew oħrajn li jkollhom ħtieġa ta' dan is-servizz humiex jingħatawlhom xi ordnijiet rigward x'xogħol għandhom jagħmlu fi djar?", "Jekk hu hekk, jista' l-Ministru jgħid x'ordnijiet qegħdin jingħataw?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "P.A. - PREZZIJIET GĦOLJIN TA' L-ART", "9222.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Fid-dawl tal-prezzijiet għoljin ta' l-art u fid-dawl ta' ċertu standards rikjesti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx mal- prinċipju ta' l-overdevelopment of site kif qiegħed ikun applikat mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "TELEMALTA - OWNERSHIP RIGHTS", "9223.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm akkwistat ownership rights it-Telemalta f'internatinal submarine cable tul dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li din l-informazzjoni hi ta natura strettament kummerċjali ma nħossx li għandi nagħtiha.", "Madankollu, jekk irid, l-Onor.", "Interpellant, nista' ngħaddilu din l-informazzjoni b'mod konfidenzjali.", "MAGĦTAB - PROĠETT", "9224.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk il-proġett ta' l-istandard A Earth Station fil- Magħtab tlestiex u x'kienet in-nefqa fuqu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-proġett tal-istandard A Earth Station fil-Magħtab għadu għaddej mill-proċess tal-evalwazzjoni tal-offerti.", "MALTA/SQALLIJA - PRIVATE LEASE CIRCUITS", "9225.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim MInistru jgħid kemm hawn private leased circuits li jużaw is-submarine optic fibre link bejn Malta u Sqallija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li din l-informazzjoni hi ta natura strettament kummerċjali ma nħossx li għandi nagħtiha.", "Madankollu, jekk irid, l-Onor.", "Interpellant, nista ngħaddilu din l-informazzjoni b'mod konfidenzjali.", "KUMPANNIJA TELECELL", "9226.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm qegħda tħallas it-Telemalta mill-kumpannija Telecell talli din ta' l-aħħar tuża l-infrastruttura tagħha għall- operazzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba hija ta natura kummerċjali u għaldaqstant mhux prudenza li tingħata.", "RAĦAL ĠDID - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "9234.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm pulizija hu magħmul l-istaff fl-għassa ta' Raħal Ġdid u x'inhu l-grad ta' kull membru tal-korp li jaqdi dmiru hemmhekk?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fl-Għassa tal-Pulizija ta' Raħal Ġdid hemm stazzjonati 49 membru tal-Korp, li jokkupaw dawn il-karigi:", "Supretendent 1 Spetturi 2 Surgent Maggur 1 Surgenti 4 Kuntistabbli 41", "ETC - RAPPORT", "9235.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux xi deċiżjonijiet dwar ir-rapport tal- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ li xi żmien ilu kien qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENTI TAĦT ID-DEKASTERI TAL-MINISTRI - RAPPORTI", "9236.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema ministri/segretarji parlamentari ordnaw li jsiru rapporti fuq dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħhom u liema huma dawn id-dipartimenti minn mindu dan il-Gvern daħal fis-setgħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministri kollha talbu li jsir rapport dwar il- ħidma mwettqa mid-Dipartimenti tal-Gvern li jaqgħu taħthom.", "ETC - SERVIZZI LILL-KUNSILLI LOKALI", "9237.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali ngħataw servizz mill- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul l-aħħar tlett xhur, xahar b'xahar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-kunsilli lokali li ngħataw servizz mill- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ matul Awissu, Settembru w Ottubru (l- aħħar tlett xhur) huma kif gej:", "Zabbar Mosta Zurrieq Rabat Lija Ghaxaq Gzira San Gwann Poala Mqabba Kalkara Fgura Tarxien Marsa Mgarr Valletta Dingli Sta.", "Lucia Hamrun Zebbug St. Paul's Bay Attard B'Kara Birgu Zejtun B'Bugia Naxxar Bormla Qrendi Ghargħur St.Venera M'Scala Mellieha Pieta'", "IMPJIEGI - NIES LI JAĦDMU PART-TIME", "9238.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar ċifri li għandu maħduma dwar nies li jagħmlu xogħol part-time?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella bil-figuri tal-persuni li kellhom part-time employment f'Lulju 1997 skond l-aħħar figuri ppublikati fi News Release maħruġa mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - SPETTURI", "9239.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jżid in-numru ta' l-ispetturi fi ħdan il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ u jekk iva, b'kemm?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra wara li l-Bord tal-Korporazzjoni jkun iddiskuta l-materja li qajjem l-Onor.", "Interpellant.", "KUMPANNIJI GĦAWDXIN - INCOME TAX RETURN", "9248.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu passi biex it-taxxa (income tax return) tal- kumpanniji Għawdxin tibda tinħadem ġewwa Għawdex bħalma qiegħed isir mill- income tax return taċ-ċittadini Għawdxin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Biex wieħed jeżamina u jassessja prospett tat-taxxa ta' kumpannija jenħtieġ ħafna aktar esperjenza u kwalifiki milli huwa meħtieġ biex wieħed jaħdem income tax return ta' individwu.", "Fil-preżent fit-Taqsima tad-Dipartiment ta' Għawdex hemm nuqqas ta' nies ta' esperjenza speċjalment uffiċjali kkwalifikati biex jagħmlu dan ix-xogħol speċjalizzat.", "Meta jkun hemm uffiċjali b'esperjenza u l-kwalifiki biex jagħmlu dan ix- xogħol, il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant tkun ikkonsidrata.", "MOSTA - MISRAĦ GĦONOQ - ŻVILUPP", "9249.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7474, nixtieq ninforma lill-Ministru li l-file No. huwa Lands 1119/65/1.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-art imsemmija mill-Onor.", "Membru tikkwalifika bħal art tajba għall-iżvilupp skond l-iskemi maħruġa mill-Awtorita' tal- Ippjanar u għaldaqstant hija l-art li tant għandha valur li l-Gvern ma jħossx li għandha tinkera għal skop agrikolu.", "Hemm diversi dipartimenti u korporazzjonijiet li għamlu proposti għal partijiet minn din l-art liema proposti qed jiġu studjati.", "P.A. - BINI LLEGALI", "9250.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jindika x'passi ttieħdu kontra bini llegali u kemm u meta dawn ġew imwaqqa' mit-Taqsima ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tul din is-sena?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tingħata risposta.", "ARTIJIET", "9252.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont annwali li jitħallas bħala aquisition rent; u recognition rent taħt il-kapitolu 88 (Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi); ii) taħt liema vot, partita u paġna (ta' l-estimi 1997) jidhru dawn il-ħlasijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ammont annwali li jitħallas taħt il-kapitolu 88 (Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi) bħala acquisition rent huwa ta' Lm7,555 filwaqt li l-ammont annwali li jitħallas bħala recognition rent huwa ta' Lm38,321.", "Fl-Estimi tal-1997, dawn il-ħlasijiet jidhru taħt il-Vot Rikorrenti Numru: 40, Partita 24 f'paġna 265.", "DIPARTIMENT TAD-DWANA - LIĊENZJI TA' BURDNARA", "9253.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma hijiex politika (policy) tad-Dipartiment tad- Dwana illi jdawwar liċenzji tal-burdnara favur kumpanniji (limited liability companies)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nista' ngħid illi għadha l-policy li liċenzji ta' burdnara ma jdurux favur limited liability companies.", "TELEMALTA - RAPPORT ANNWALI", "9254.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn kien hemm dewmien fil- preżentazzjoni tar-rapport annwali tat-Telemalta din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapport annwali tal-Korporazzjoni Telemalta tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fiż-żmien stipulat mil-liġi.", "TELEMALTA - INĊENTIVI", "9255.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn Skema (C) ta' l-inċentivi offruti lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta ġiet ri-introdotta wara waqfa temporanja filwaqt li Skemi A u B baqgħu sospiżi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-Korporazzjoni Telemalta toffri skema ta' inċentivi lill-ħaddiema skond l-esiġenzi.", "TELEMALTA - LINEMAN", "9256.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn l-iskema fejn lineman mal- Korporazzjoni Telemalta jkollu żona li l-kura tagħha taqa' kompletament taħt idejh twaqqfet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-iskema fejn linesman mal-Korporazzjoni Telemalta jkollu żona li l-kura tagħha taqa kompletament taħt idejh ma twaqqfitx, iżda s-servizzi ġodda, transfers u l-manutenzjoni preventiva qegħdin isiru minn nies apposta.", "Dan sar sabiex jiġi evitat li jkun hemm backlog ta' xogħol fuq servizzi ġodda u transfers u minħabba n-natura teknika ta' xogħol ta' manutenzjoni preventiva li ma tistax issir b'effiċjenza jekk mhux bi grupp ta' ħaddiema.", "TELEMALTA - PROĠETTI ĠODDA", "9257.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inbdew proġetti ġodda mill-Korporazzjoni Telemalta minn Diċembru ta' l-1996 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8121.", "Inżid ngħid li hemm bosta proġetti oħra tekniċi li f'dan l-istadju ma nħossx li għandi nagħti tagħrif dwarhom minħabba n-natura kummerċjali tagħhom.", "Forsi wieħed mill-iktar proġetti mportanti li saru fil-korporazzjoni kien ir-riorganizzazzjoni kbira tan-Networks Department, speċjalment fl- External Plan.", "Din issa għandha taqsimiet responsabbli għall-manutenzjoni preventiva u oħra għall-installazzjonijiet.", "Din kienet mossa għaqlija li ħalliet il-frott tagħha: L-ewwelnett għaliex qegħdin nagħmlu l- manutenzjoni ppjanata biex hekk innaqqsu l-faults fil-futur; it-tieni biex nilqgħu mill-ewwel għall-ħsarat wara xi maltempata; u fl-aħħarnett biex nibqgħu nissodisfaw it-talbiet għal servizzi ġodda b'ritmu mgħaġġel.", "Mill-1 t'Ottubru beda jseħħ il-Manifest tal-Klijent - il-Customer Charter.", "Permess ta dan il-manifest, il-korporazzjoni qed tintrabat li jekk ma tagħtix dak li twiegħed tħallas il-penali kontemplati fl- istess manifest.", "Madankollu l-korporazzjoni tifhem li l-klijent mhux flus irid, iżda servizz tajjeb u effiċjenti.", "Il-progress li sar f'dan il-qasam matul din-is-sena kien sodifaċenti ħafna, u se jissaħħaħ permezz tal-Line Test System li hu ppjanat li tiġi nstallata sal-aħħar ta' din is- sena.", "Fost dawk il-proġetti li huma diġa' pubbliċi ngħid li matul din is-sena il-Korporazzjoni Telemalta fetħet fergħa ġdida f'Bormla u kompliet bix- xogħol ta manutenzjoni u titjib fil-fergħet l-oħra għall-kumdita tal-klijenti.", "Din is-sena hu ppjanat li tagħmel re-furbishment tal-uffiċċju tal-Belt.", "Hu l-għan tal-korporazzjoni li aktar il quddiem dawn il-fergħat jistgħu jservu bħala teleshops.", "Bħalissa l-korporazzjoni qegħda f'negozjati avvanzati biex iddaħħal servizzi ġodda bħall-Calling Line Identification System, Distinctive Alerting u l-Integrated Services Digital Network, l-ISDN.", "Din is-sistema ta' l-aħħar żgur li jkollha effett pożittiv fuq is-servizzi tal- informatika għaliex tagħti aċċess aħjar għall-Internet, Videophones, Video-Conferencing, Tele-Shopping, Tele-Working, Distance Learning, u Tele- Medicine.", "Il-proġett tal-ATM Backbone se jipprovdi biex f'Malta jkollna Wide-Area Networking tal-aħħar kwalita.", "Din, min-naħa tagħha, ssostni l- High Speed Data Services.", "Attivitajiet bħal dawn mistennija jagħtu spinta lill-attivita' ekonomika ta' Malta, jżidu l-kompetenza tal-edukazzjoni għolja fl- informatika u jwasslu biex Malta issir membru sħiħ tal-Global Information Society.", "Matul is-sena saru preparamenti, li l-frott tagħhom għadu ma bediex jidher, biex isiru żviluppi mportanti fis-snin li ġejjin.", "Dawn jinkludu l- fiżjonomija strutturali u legali tat-Telemalta kif ukoll proġetti kbar.", "B'hekk niżguraw li l-assi tal-korporazzjoni jitħaddmu b'effiċjenza u jagħtu r-riżultat mixtieq fl-interess tal-azzjonisti u tal-poplu Malti u Għawdxi.", "TELEMALTA - DELEGAZZJONIJIET", "9258.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet tal-Korporazzjoni Telemalta mis-26 ta' Ottubru, 1996 'il hawn minn min kienu komposti dawn id- delegazzjonijiet; x'kien l-iskop ta' dawn id-delegazzjonijiet; u x'kienet id-destinazzjoni, kemm siefru uffiċjali oħra tat-Telemalta mad-data msemmija hawn fuq sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li mis-26 t'Ottubru, 1996 l' hawn siefru 128-il delegazzjoni tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Ma nħossx li din l-informazzjoni għandha tingħata bid-dettall ta' kull safra individwali għax hi ta' natura kummerċjali u konfidenzjali.", "Madankollu, jekk irid, l-Onor.", "Interpellant, nista' ngħaddilu din l-informazzjoni b'mod konfidenzjali.", "TELECOMMUNICATION FORUM - LAQGĦAT", "9259.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn m'għadux jitlaqqa' t- Telecommunication Forum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li t-Telecommunications Forum huwa mezz fejn il-Korporazzjoni Telemalta u l-Universita' jiddiskutu flimkien proġetti tekniċi.", "L-aħħar laqgħa ta dan il-forum saret sena ilu.", "Dan ma jfissirx li l-forum ġie xolt iżda ma sarux laqgħat iżjed frekwenti, l- ewwel għax kien hemm tibdil fil-korporazzjoni u t-tieni għaliex il-bord il- ġdid inqabad b'ħafna xogħol iżjed urġenti biex jirranġa l-qagħda li sab fl- istess korporazzjoni.", "Dan ma jfissirx li ma kienx hemm kuntatti bejn it-Telemalta u l-Universita fuq livell mhux daqshekk uffiċjali.", "Hu maħsub li l-laqgħa tal-forum tiġi fformata fi żmien mhux 'il bogħod.", "IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "9260.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 8656, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk isibx oġġezzjoni jekk jagħti aktar dettalji fuq din it-teknoloġija ġdida?", "Jekk iva, x'inhuma?", "Jekk le, jista' jekk jogħġbu jagħti din l- informazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "PULIZIJA - MEMBRI", "9262.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9077, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema sena iż-żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija (Surġent maġġur u kuntistabbli) ma ngħatawx l-extension fuq is-60 sena u fuq liema kriterju?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi s-Surġent Maġġur ma ngħatax extension din is-sena, filwaqt li fil-każ tal-kuntistabbli is-sena kienet l- 1990.", "Ma jidhirlix li r-raġunijiet partikolari f'każijiet bħal dawn għandhom jiġu ppubblikati.", "KUNSILLI LOKALI - XOGĦOL TA' ASFALTAR", "9266.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' asfaltar, kunsill b'kunsill u kemm nefaq kull kunsill u għamel b'kejl ta' toroq b'tarmac?", "Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kull kunsill lokali x'kejl ta' bankini ħadem fil-lokalita' tiegħu minn meta beda jaħdem bħala kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni trid tinġabar nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - PROĠETTI", "9267.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l- għajnuna għal proġetti miksuba mill-kunsilli lokali fejn il-finanzjament ġie mill-Unjoni Ewropea?", "Jista' l-Ministru jsemmi l-kunsilli lokali li bbenefikaw mill-għajnuna mogħtija mill-Unjoni Ewropea u kemm ibbenefikaw?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni trid tinġabar nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - DAWL TAT-TOROQ", "9268.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min se jħallas għal spejjeż ta' dawl ta' toroq, f'dak li huwa konsum?", "Kif u meta se jkunu mitluba il-kunsilli lokali biex iħallsu kontijiet lill-Korporazzjoni Enemalta?", "Kemm se jkun jiswa x- xogħol u kif ingħata lil ditta privata biex taħdem dwar l-organizzazzjoni ta' charter għal konsumatur tal-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "1.", "L-estimi ta' l-Enemalta jikkontemplaw nefqa ta' Lm920,000 għall- konsum tad-dawl pubbliku.", "2.", "S'issa għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar dan.", "3.", "Iċ-Charter ma ngħatax lil ditta privata, iżda qiegħed isir bejn il- Bord u l-Management ta' l-Enemalta flimkien ma' avukat imħarreġ sewwa fuq l- affarijiet tal-konsumatur.", "MOSTA - ASFALTAR TA' TOROQ", "9269.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara għaliex skond il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8852 dwar il-pumping station f'Ta' Xkora fi Triq Sir Arthur Borton, fil-Mosta it-tweġiba tindika li jonqos il-permess mill-Planning Authority għall-bini ta' pumping station, filwaqt li skond ir-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 8853 li ngħatat fl-istess Seduta Nru. 126 ta' l-20.10.97 il-Ministru wieġeb li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha biss applikazzjoni waħda (P.A. 5397/97) li tirriferi għal bini ta' pompa tad-drenaġġ f'Ta' Xkora?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FUNERAL TA' MOTHER THERESA", "9276.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega għalfejn minkejja li l-Ambaxxatur Emanuel Farrugia kien preżenti għal funeral statali, dan ġie msejjaħ biex jitla' ipoġġi l-kuruna tal-fjuri u huwa ma kienx l-ewwel rappreżentant ta' stat li ġie msejjaħ, xorta waħda ma deherlux li għandu jqum minn postu?", "Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li l-poplu Malti għandu jingħata spjegazzjoni aktar ċara dwar dak li ġara dakinhar tal-funeral statali ta' Mother Theresa f'Calcutta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jirriferi għall- ispjegazzjoni li tajt waqt l-aġġornament tas-Seduta Nru. 128 li saret nhar it-Tlieta 21 ta' Ottubru, 1997.", "ĦABS ĦIVILI - TAQSIMA TAN-NISA", "9278.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kienet waslet l-investigazzjoni dwar is-serqa mis-safe tat-Taqsima tan-Nisa, fil-Ħabs ta' Kordin?", "Ingħata kumpens lil min ġie misruq?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-investigazzjoni ngħalqet mingħajr eżitu pożittiv.", "Ninsab informat ukoll li kull min naqaslu xi oġġett ġie kkompensat.", "PULIZIJA - REATI", "9281.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema reati kienu jaqgħu taħt it-titolu wilful damage fl- istatistika tal-pulizija qabel ma ġiet introdotta s-sistema ġdida ta' Incident Reporting f'Awissu, 1997?", "Skond il-kriterji qabel l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida, kemm-il reat ta' dan it-tip ġew rapportati lill- Pulizija f'Awissu u f'Settembru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi r-reati li kienu jaqgħu taħt it- titolu wilful damage qabel ma ġiet introdotta s-sistema l-ġdida ta' l- Incident Reporting f'Awissu 1997, kienu ħsara volontarja b'dawn il-mezzi : aċidu, ħruq, żjut, żebgħa, paint remover, sparar, sgass, sabutaġġ, splużjonijiet u oħrajn.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li t-tagħrif mitlub ma jistax jinġabar ladarba l-istatistika m'għadiex tinżamm skond il- kriterji ta' qabel.", "PULIZIJA - REATI", "9282.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema reati kienu jaqgħu taħt it-titolu Urban Theft fl- Istatistika tal-Pulizija qabel ma ġiet introdotta s-sistema ġdida ta' Incident Reporting f'Awissu, 1997?", "Skond il-kriterji qabel l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida, kemm-il reat ta' dan it-tip ġew irrapportati lill- pulizija f'Awissu u f'Settembru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi r-reati li kienu jaqgħu taħt it- titolu Urban Theft kienu serq minn ħwienet tax-xorb, knejjes, każini, uffiċini kummerċjali, fabbriki, garaxxijiet, lukandi, djar, kiosks, pompi tal-'petrol', spiżeriji, skejjel, ħwienet, cinemas, ċentri tas-saħħa, beauty parlours, shoplifting u oħrajn.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8446, 8759 u 9142.", "It-tagħrif mitlub ma jistax jinġabar ladarba l-istatistika m'għadiex tinżamm skond il-kriterji ta' qabel.", "PULIZIJA - REATI", "9283.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema reati kienu jaqgħu taħt it-titolu violent crimes against the person fl-istatistika tal-pulizija qabel ma ġiet introdotta s- sistema ġdida ta' Incident Reporting f'Awissu, 1997?", "Skond il-kriterji qabel l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida, kemm-il reat ta' dan it-tip ġew rapportati lill-pulizija f'Awissu u f'Settembru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi r-reati li kienu jaqgħu taħt it- titolu Violent Crimes against the person, qabel ma ġiet introdotta s- sistema l-ġdida ta' l-Incident Reporting f'Awissu 1997, kienu: omiċidju volontarju, omiċidju involontarju, attentat ta' omiċidju, feriti ta' natura gravi permezz ta' armi, attentat ta' feriti ta' natura gravi, feriti ta' natura ħafifa permezz ta' armi, pussess jew użu illegali ta' splussivi, feriti ta' natura gravi, hold ups, attentat ta' hold up, feriti ta' natura ħafifa, feriti ta' natura ħafifa permezz ta' armi irregolari, feriti ta' natura gravi permezz ta' armi irregolari, serq bil-vjolenza, attentat ta' serq bil-vjolenza, arrest illegali, theddid, abort, abbandun ta' tarbija, u vjolenza fuq it-tfal.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9281 li tajt f'din l-istess seduta.", "PULIZIJA - REATI", "9284.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' reati rapportati lill-pulizija matul ix- xhur ta' Awissu u Settembru ta' din is-sena skond il-kriterji antiki qabel ma ġiet introdotta s-sistema ġdida ta' Incident Reporting?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9282 li tajt f'din l-istess seduta.", "QRATI - KAĊĊATURI", "9285.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8382, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-61 kaċċatur li nstabu ħatja ġie kkonfiskat lilhom is-senter?", "X'kienu l-pieni individwali?", "Mill-liema raħal jew belt kienu dawn il- kaċċaturi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nformat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TAL-QROQQ - BINI TA' SPTAR ĠDID", "9286.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8968, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l- volum ta' konkos li pprovdiet kull batching plant li ssemmiet fir-risposta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-risposta hija kif ġej:", "|Blockrete Ltd |17,941m3 | |Tal-Magħtab |14,833m3 | |Construction | | |Mixer Ltd |12,968m3 |", "UNIVERSITA' - KORS TA' M.SC.", "9287.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9112, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm studenti barranin li applikaw għall-kors ta' M.Sc. in Environmental Planning?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kien hemm student barrani wieħed li applika għall- kors ta' M.Sc. in Environmental Planning iżda l-applikazzjoni waslet tard ħafna wara d-data ta' l-għeluq.", "ĦABS ĊIVILI - INĊIDENT BEJN L-IMPJEGATI", "9288.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fis-17 ta' Ottubru, 1997 kien hemm inċident bejn l- uffiċjali li jaħdmu l-gate il-ġdida ma' Chairman tal-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs u membru ieħor tal-Bord?", "Veru li dawn ġew ordnati biex iħallu l- affarijiet personali tagħhom fl-Outside Gate?", "Veru li saret protesta mill- Bord tal-Viżitaturi mad-Direttur fuq dan l-inċident?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li riċentament id-direzzjoni tal-Ħabs ħassew il-ħtieġa illi joħorġu ordnijiet iktar stretti dwar l-oġġetti li huma permessi li jiddaħħlu fil-ħabs.", "Ħarġu struzzjonijiet in ġenerali, u dawn bi żvista ġew applikati ukoll għall-membri tal-Bord tal-Viżitaturi tal- Ħabs.", "Dak il-ħin saret protesta minn dawn il-membri u ġie nformat id- Direttur li ta struzzjonijiet biex il-membri jitħallew jidħlu.", "Is- sitwazzjoni ġiet rimedjata wara ftit bi qbil bejn ic-Chairman tal-Bord u d- Direttur tal-Ħabs.", "BICAL - RAPPORTI", "9290.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta r-rapporti kurrenti diġa' ippreparati mill-Kontrollur tal-BICAL se jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal- Kamra, ġaladarba l-aħħar rapport għall-perjodu 1 ta' Awissu, 1988 sal-31 ta' Diċembru, 1992 ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fi Frar, 1995?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mill-kontijiet diġa' ppreparati mill-Kontrollur tal- BICAL, jidher ċar li ma kien hemm l-ebda żviluppi sostanzjali wara l-aħħar rapport li ġie ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra fi Frar 1995.", "Barra minn hekk, minħabba deċiżjoni riċenti ta' l-arbitraġġ, se jkun hemm bżonn ta' diversi aġġustamenti xi jsiru f'dawn il-kontijiet.", "Għal dawn ir- raġunijiet, ma jidhirlix li huwa l-waqt li jkun imħejji rapport ieħor għalissa.", "ENERGY CHARTER TREATY", "9291.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tal-fatt li l-ewwel Energy Charter Treaty li tiegħu Malta hija firmatarja aktarx jiġi fis-seħħ fil-viċin peress li diġa' hemm 25 ratifika mit-30 ratifika rikjesta skond it-trattat, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta hijiex fost il-25 pajjiż li diġa' irratifikaw it-trattat u jekk le, meta għandu l-ħsieb jirratifika dan it-trattat il-Gvern Malti?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid in oltre jekk sarux it-tħejjijiet kollha neċessarji sabiex il- provvedimenti ta' dan it-trattat ikunu jistgħu jiġu esegwiti minn Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KONFERENZI EWRO-MEDITERRANJI", "9292.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm rappreżentanza Maltija fil-konferenza annwali tal-Euro- Mediterranean Network of Foreign Policy Institutes li nżammet f'Tuneż bejn id-29 ta' Settembru u l-1 ta' Ottubru li għaddew; u fit-tielet konferenza Ewro-Mediterranja ta' l-assoċjazzjonijiet industrijali (sħubija ekonomika u finanzjarja) li saret f'Ateni bejn is-6 u s-7 ta' Ottubru, 1997?", "F'każ li Malta kienet rappreżentata, jista' jgħid minn min, x'ġie diskuss u x'riżoluzzjonijiet ittieħdu jew x'dikjarazzjonijiet saru, jekk saru, u x'kienet il-pożizzjoni ta' Malta fihom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KUMMISSJONI MALTIJA F'LONDRA - LINO INGUANEZ", "9293.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu t-titolu, il-funzjoni u l-inkarigu tas-Sur Lino Inguanez fil-High Commission ta' Malta f'Londra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MINISTRI TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - LAQGĦAT", "9294.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li fl-aħħar xhur f'Londra u f'Parigi kien hemm sensiela twila ta' laqgħat bejn ministri ta' l- affarijiet barranin ta' ħafna pajjiżi barranin u l-kollegi tagħhom Ingliżi u Franċiżi li nħatru wara l-bidla fil-gvern li kien hemm fl-Ingilterra u fi Franza fir-rebbiegħa li għaddiet, u peress li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li Malta għandu jkollha l-aħjar relazzjonijiet possibbli ma' dawn iż-żewġ pajjiżi, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jiltaqa' mal- kollegi tiegħu l-ministri ta' l-esteri ta' dawn iż-żewġ pajjiżi; u jekk il- High Commissioner u l-Ambaxxatur li Malta għandha f'dawn iż-żewġ pajjiżi, rispettivament iltaqgħux mal-ministri ta' l-affarijiet barranin il-ġodda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATI - TELEFON/FAX", "9295.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lill-Kamra, għal kull ambaxxata waħda waħda, in-numri tal-linji kollha tat- telefon u tal-fax imħallsin minn fondi pubbliċi, kemm fl-ambaxxata nnifisha kif ukoll fir-residenza uffiċjali ta' l-ambaxxatur?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi miġbura.", "TAS-SLIEMA/SAN ĠILJAN - FANALI", "9298.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħin ġew mitfija l-fanali pubbliċi fi Triq il-Kbira, f'San Ġiljan u fi Triq it-Torri, f'Tas-Sliema nhar is-Sibt 18 ta' Ottubru u l-Ħadd 19 ta' Ottubru?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-toroq imsemmija huma kkontrollati minn photo cell u, għalhekk, it-tifi jsir awtomatikament u ħin eżatt ma jinżammx.", "Madanakollu, inqisu li l-istreet lighting intefa' għall-ħabta ta' 06.50 ta' a.m..", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - PASSIĠĠIERI/VETTURI", "9299.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri u vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel, bejn il-11 u t-18 ta' Awissu, 1996 u bejn il-11 u t-18 ta' Awissu, 1997 ġurnata b'ġurnta f'kull każ?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li d-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant huma kif ġej:-", "1997 1996", "Passiggieri Vetturi Passiggieri Vetturi", "Awissu 11 12701 2537 12022 2854 Awissu 12 13388 2582 14408 3125 Awissu 13 12953 2728 17078 3221 Awissu 14 15489 3131 16824 3509 Awissu 15 12276 2311 13321 2726 Awissu 16 14425 2502 17035 3651 Awissu 17 13073 3002 15294 3078 Awissu 18 12561 2602 12342 3213 TOTAL 106866 21395 118324 25377", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - PASSIĠĠIERI/VETTURI", "9300.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri u vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel bejn Ġunju u Settembru, 1996 u bejn Ġunju u Settembru, 1997 xahar b'xahar f'kull każ?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant diġa' ġiet mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7948 u għall-mistoqsija parlamentari numru 8476.", "ŻEBBUĠ - TRIQ L-ISQOF CARUANA - VAN BLU", "9309.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Tista' l- pulizija tieħu passi sabiex jitneħħa van blue li hemm fi Triq l-Isqof Caruana, f'Ħaż-Żebbuġ bin-numru tar-reġistrazzjoni CAA139, li għalkemm jidher li għandu l-liċenzja mħallsa iżda b'makna li ma tiffunzjonax qiegħed jintuża biss bħala store minbarra l-iżgombru li qed joħloq fit-triq?", "Skond il-liġijiet tat-traffiku, jinsab f'pożizzjoni korretta mal- kantuniera ta' Triq Milanes?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi din il-vettura ġiet imneħħija.", "WSC - KONTIJIET", "9320.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar ma kenux qed jintbagħtu kontijiet ta' l-ilma u d-dawl minħabba nuqqas ta' stationery?", "Veru li ftit ilu ġara l-istess għax ma kienx hemm provvista ta' envelopes?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WSC - SUR MARIO AZZOPARDI", "9321.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8930, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-kondizzjonijiet tal-kuntratt tas- Sur Mario Azzopardi mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jiġifieri kemm qed jitħallas is-Sur Azzopardi; xi fringe benefits qed igawdi bħal, użu ta' karozza, servizz tat-telephone Telecell b'xejn, eċċ; jista' jagħmel xi xogħol ieħor privat; u jekk għadux impjegat b'xi mod mal-Mizzi, Doublet, Scerri and Co. Ltd?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU", "W672.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Riferibilment għall-perjodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor.", "Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l-ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Matul il-perijodu ndikat mill-Onor.", "Interpellant, in-nefqa għax-xiri ta' biljetti ta' l-ajru mingħand aġenziji ta' l-ivjaġġar għas-safar ta' delegazzjonijiet hi kif se nsemmi:", "Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija", "1.", "Sterling Air Services Ltd LM 162.00 2.", "N.S.T.S. LM 676.70", "Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti", "1.", "Hamilton Travel Co. Ltd LM 225.40", "GĦal dak li għandu x'jaqsam mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, id-Dipartiment tal-Mużewijiet, id- Dipartiment tal-Bibljoteki w Arkivji u l-kumplament tad-delegazzjonijiet li siefru mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti, il-biljetti ta' l-ajru nxtraw direttament mingħand in-National Carrier jiġifieri l-Air Malta.", "Id-Dipartiment tal-Eżamijiet ma kellu l-ebda kuntatt ma' aġenziji tal- ivjaġġar għal xiri ta' biljetti ta' l-ajru għal safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W687.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal- 31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; lista ta' l- istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, matul il-perijodu ndikat mill-Onor.", "Interpellant, intnefqu fuq reklamar u stampar l-ammonti li jidhru fid-dokumenti li tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dok.", "A - Diviżjoni tal-Edukazzjoni Dok.", "B - Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi Dok.", "C - Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti Dok.", "D - Dipartiment tal-Biblijoteki w Arkivji Dok.", "E - Kunsill Malti għax-Xjenza w Teknoloġija Dok.", "F - Fondazzjoni għall-iStudji Internazzjonali", "Id-Dipartimenti tal-Mużewijiet u l-Eżamijiet kif ukoll id-Dipartimenti fi ħdan id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ta' l-Operations, Pjanar u Żvilupp u Kurrikulu ma għamlu użu min ebda aġenzija ta' reklamar bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Marzu 1997.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "W818.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Din is-sena ġiet fi tmiemha l-ewwel esperiment ta' l- introduzzjoni tas-sistema ġdida li biha studenti minflok tliet suġġetti fil- livell avvanzat u s-Systems of Knowledge għad-dħul fl-Universita' kellhom il-ħtieġa li jġibu tnejn fil-livell avvanzat, tlieta fil-livell intermedjarju kif ukoll is-Systems of Knowledge.", "Issa li ħarġu r-riżultati tal-MATSEC avvanzat, jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' studenti mill-Junior College (Msida) li temmew il-kors fis- sena skolastika 1996/1997 u li qagħdu għall-eżamijiet fil-Pure Maths, u Physics fil-livell Avvanzat; fl-Ingliż, Religious Knowlege, Engineering Drawing & Graphical Communications fil-livell Intermedjarju u s-Systems of Knowledge?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Briferenza għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta l-istatistika sħiħa tar-riżultati miksuba f'kull suġġett mill- kandidati fil-livelli kollha jiġifieri dak Avvanzat, Intermedju u kif ukoll dak Ordinarju.", "In-numru ta' studenti mill-Junior College li qagħdu għall-Pure Mathematics u l-Physics fil-livell Avvanzat flimkien mas-suġġetti Religious Knowledge, Engineering Drawing & Graphical Communication, Ingliż u s- Systems of Knowledge kien 2, li ħadd minnhom ma ħa l-Matriculation Certificate.", "SANTA VENERA: BINJA INDIPENDENZA - BOZZA", "W982.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaħħal bozza quddiem Block 3, f'Binja Indipendenza, f'Santa Venera?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Blokk 3 f'Binja Indipendenza Sta.", "Venera ma teżistix.", "Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li fi Blokks P u M fl-istess binja hemm nuqqas ta' bozza.", "Din qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "PENSJONI - KAŻ BIL-PENSION NO.", "21/08994", "W990.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu passi biex jivverifika jekk il-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex tirċievi l-pensjoni ntitolata għaliha?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Membru li qed issir il-verifika mitluba minnu fil-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ġew mgħoddija lid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Hekk kif titlesta din il-verifika l- persuna kkonċernata tiġi nformata dwar il-pożizzjoni tagħha rigward il- pensjoni tar-Romol li qed tirċievi.", "PULIZIJA -REATI", "W994.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu ċ-ċifri ta' reati rrapportati lill-Pulizija xahar b'xahar matul l-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2745 f'Seduta 26, fis-7 ta' Frar, 1997.", "BICAL - LIKWIDAZZJONI", "W1,000.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għal-likwidazzjoni tal-BICAL u tal-kumpanniji assoċjati, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus inkluż valutazzjoni ta' assi li għandu f'idejn il-likwidatur; jekk huwiex maħsub li fil-futur qasir isirx ħlas ieħor lid-depożitanti tal-BICAL; jista' l-Ministru jagħti direttiva lil-likwidatur li għallinqas darba fis-sena jippubblika l-kontijiet konsolidati tal-likwidazzjoni; u kemm qed jitħallas il-likwidatur tal- BICAL?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "1.", "L-ammont ta' flus, inkluż valutazzjoni ta' l-assi, li għandu f'idejh il-kontrollur tal-Bical, skond ir-reżokontijiet finanzjarji għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru, 1995, huwa kif jidher hawn taħt:", "|Assi |Kredituri |(Defliċenza| | | |) | |Lm |Lm |Lm | |2,162,84|(8,525,312|6,362,470 | |2 |) | |", "Dawn il-figuri li minnhom ġew eliminati l-inter-company balances, ikollhom bżonn jiġu aġġustati sostanzjalment minħabba f'deċiżjoni riċenti ta' l-arbitraġġ, liema deċiżjoni preżentement qiegħda tkun ikkonfrontata, kif ukoll minħabba diversi kawżi oħra li huma pendenti.", "2.", "M' hemmx il-ħsieb li fil-futur qrib isir xi ħlas ieħor lid- depożitanti tal-BICAL u dan minħabba li qabel iridu jiġu deċiżi ħafna kawżi legali li hemm pendenti.", "3.", "Ma jidhirx li hemm għalfejn tingħata direttiva lill-kontrollur biex jippubblika l-kontijiet konsolidati tal-kumpanniji hekk imsejħa tal-BICAL.", "4.", "Il-kontrollur tal-BICAL, u tal-kumpanniji assoċjati tiegħu, jirċievi salarju ta' Lm7,000 fis-sena.", "GŻIRA - DAWL FIT-TOROQ", "W1,006.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li jsir dawl bejn Raid Street u Stuart Street, Gżira billi hemm ħafna dlam ġo Cameron u Carlo Manche' Streets?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:It-talba għal aktar dawl fit-toroq imsemmija qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "PENSJONIJIET", "W1,008.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna msemmija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament huwiex qed jieħu l-ammont dovut lilu bħala pensjoni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-Taqsima tal- Pensjonijiet qegħda tinvestiga l-każ tal-persuna ndikata minnu.", "Il-persuna kkonċernata se tiġi nformata dwar ir-riżultat ta' din l-investigazzjoni.", "ENEMALTA - RAPPORT ANNWALI", "W1,011.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pubblikazzjoni tar-rapport annwali ta' l- Enemalta ngħatax b'tender jew b'direct order?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll lil min ingħatat, kemm tħallas u kemm kienu l-kwotazzjonijiet l-oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol tad-disinn, il-layout u l-fotografija tar- rapport annwali tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1997 fih 92 paġna li saru minn żewġ impjegati tal-korporazzjoni stess.", "Il-prezz globali tal- colour seperators u l-iStampar jammonta għal Lm42375.85(taxxa inkluża)", "Intalbu kwotazzjonijiet għall-Colour Seperators u l-istampar lill-azjendi kif se ngħid:", "Colour Seperations", "|Scancraft Ltd |Lm2660 | |Pixel Services |Lm1920 | |Ltd | | |Repro House Ltd|Lm2986.90 | |Right Scan Ltd.|Lm3212 |", "Il-prezzijiet ikkwotati huma għal 72 paġna (skond ir-rapport tas-sena l- oħra) (taxxa mhux inkluża).", "Stampar", "|Union Print | |Lm1498 | |Co. Ltd. | | | |Becks | |Lm1925 | |Graphics Co. | | | |Ltd. | | | |Gutenberg Co.| |Lm2373 | |Ltd. | | | |Lewis Press | |Lm3245 | |Co. Ltd. | | | |Dormax Press |} | | |Co. Ltd. | | | |Printex Ltd. | |ma bagħtux | |Progress | |il-kwotazzjoni | |Press | |tagħhom | |Independent | | | |Print | | | |Poulton's | | | |Print Shop | | | |Ltd. | | |", "Intgħażlu l-kwotazzjonijiet ta' Pixel Services Ltd. u ta' l-Union Print għaliex kienu l-irħas.", "VISUAL TRENDS LIMITED", "W1,018.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u kemm għad baqa' jitħallas lill-kumpannija Visual Trends Limited mal- ministeru, dipartimenti, enti governattivi, korpi statutorji, awtoritajiet, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu u jindika ukoll għal- liema xogħol sar jew irid isir kull ħlas?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum ma saru l-ebda ħlasijiet u lanqas hemm ħlasijiet xi jsiru lill-kumpannija Visual Trends Limited mal-ministeru, dipartimenti, enti governattivi, korpi statutorji, awtoritajiet, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu fid-dikasteru tiegħi.", "VISUAL TRENDS LIMITED", "1,019.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u kemm għad baqa' jitħallas lill-kumpannija Visual Trends Limited mal-ministeru, dipartimenti, enti governattivi, korpi statutorji, awtoritajiet, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu u jindika ukoll għal-liema xogħol sar jew irid isir kull ħlas?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dwar Visual Trends Ltd., ta' min jgħid li fit-28 ta' Lulju, il-Bord tal-Korporazzjoni appuntahom, flimkien ma MPS Ltd., bħala l- Advertising Agents tal-Korporazzjoni.", "Dan sar wara li f'Mejju ta' qabel kienet saret sejħa pubblika.", "Minn dak iż-żmien sar xogħol li għalih ma ntbagħtet ebda fattura.", "Naturalment, il-ħlas li jrid isir ikopri l-ispazju fil-media u l-produzzjoni tar-reklami.", "Dak li ġie ordnat huwa fl-ambitu tal- budget approvat.", "VISUAL TRENDS LIMITED", "W1,022.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u kemm għad baqa' jitħallas lill-kumpannija Visual Trends Limited mal- ministeru, dipartimenti, enti governattivi, korpi statutorji, awtoritajiet, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu u jindika ukoll għal- liema xogħol sar jew irid isir kull ħlas?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninsab informat illi mill-1 ta' Novembru, 1996 sal- lum ma sarx u m'għandu jsir l-ebda ħlas lill-kumpannija Visual Trends Limited mill-ministeru, dipartimenti, enti governattivi, korpi statutorji, awtoritajiet, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.", "VISUAL TRENDS LIMITED", "W1,024.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u kemm għad baqa' jitħallas lill- kumpannija Visual Trends Limited mal-ministeru, dipartimenti, enti governattivi, korpi statutorji, awtoritajiet, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu u jindika ukoll għal-liema xogħol sar jew irid isir kull ħlas?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-22 ta' Ottubru, 1997, il-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu m'għamlu l-ebda xogħol mal-Kumpannija Visual Trends Ltd u għaldaqstant m'hemmx ħlasijiet xi jsiru lill-istess kumpannija."]} {"filename": "19971006_116d_par.doc", "date": "1997-10-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 116 It-Tnejn, 6 ta' Ottubru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 116", "It-Tnejn, 6 ta' Ottubru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "116", "It-Tnejn, 6 ta' Ottubru, 1997", "WERREJ MINUTI 816", "KUNSENS GĦAL ATTI 816", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER 816", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 817", "KONDOLJANZI 824", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 827 ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 831", "AĠĠORNAMENT 851", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 857", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 893", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 115 li saret fit-30 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XIX ta' l-1997 - Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar il- Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali;", "Att Nru XX ta' l-1997 - Att ta' l-1997 dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar;", "Att Nru XXI ta' l-1997 - Att ta' l-1997 li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni;", "Att Nru XXII ta' l-1997 - Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali; u", "Att Nru XXIII ta' l-1997 - Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER: Nixtieq ninforma wkoll lill-Kamra dwar laqgħa ta' l-Inter- Parliamentary Union li għaliha attendiet delegazzjoni parlamentari mmexxija minni stess u fil-fatt qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar it-98 Konferenza ta' l-Unjoni Inter Parlamentari li saret fil-Kajr bejn l-10 u s-16 ta' Settembru, 1997.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PA - XOGĦOL FIL-WIDIEN", "6129.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' xogħol fil-widien quddiem il-Planning Authority li saru minn dipartimenti tal-gvern?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Kien hemm tliet applikazzjonijiet ta' xogħlijiet fil-widien li ġew sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li ntbagħtet din il-mistoqsija parlamentari.", "Dawn huma:-", "i) Ministeru tal-Biedja u Sajd: PA 3348/97 - Riabilitazzjoni ta' Wied Qlejja.", "Il-permess għall-ewwel fażi tal-proġett li jinkludi xogħol ta' tħammil f'Wied il-Fiddien ħareġ diġa'.", "ii) Applikazzjoni PA 4452/97 ġiet sottomessa din il-ġimgħa.", "Din tinkludi xogħol ta' tħammil fil-parti ta' Wied il-Qlejja bejn il-pontijiet ta' l- Għammieri u Tas-Salib.", "iii) Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: PA 4001/97 - Xogħol ta' tħammil f'parti minn Wied il-Għajn.", "Din l-applikazzjoni qed tiġi proċessata u diġa' ġie sottomess survey ekoloġiku ta' parti mill-wied.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk fhimt tajjeb, waħda mill- applikazzjonijiet ġiet sottomessa matul din il-ġimgħa.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jassigura jekk ix-xogħol li hu marbut ma' din l-applikazzjoni nbediex jew jekk diġa' sarx parti sostanzjali minnu?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, ma naħsibx li l-kollega tiegħi jippretendi li jien inkun naf dawn id-dettalji!", "Li nista' ngħid hu li din il-mistoqsija saret fit-30 ta' Mejju, 1997 u r-risposta għaliha ġiet drafted fid-29 ta' Lulju, 1997.", "B'dan l-ammont ta' mistoqsijiet parlamentari li jkollna ma nistgħux noqogħdu nirrivedu r-risposti u naraw jekk l-informazzjoni hijiex updated.", "Ir-risposta li tajt tirrifletti l- pożizzjoni kif kienet fid-29 ta' Lulju, 1997.", "Jekk l-Onor.", "Galea jrid ikun jaf iktar dettalji, jista' jagħmel mistoqsija f'dan is-sens u nirrispondih mill-iktar fis possibbli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiġifieri meta l-Viċi Prim Ministru qara r-risposta u qal li l-applikazzjoni \"ġiet sottomessa din il-ġimgħa\", kien qed jirriferi għall-aħħar ġimgħa ta' Lulju, 1997?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-ewwelnett ma rridux ninsew li din hija l-ewwel seduta wara r-recess tas-sajf.", "Jiena qed ngħid li d-data ta' meta ċċekjajt din ir-risposta, u kont kuntent biha, kienet id-29 ta' Lulju, 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena ma kontx naf x'għandu miktub fir- risposta l-Viċi Prim Ministru pero' nixtieq nistaqsi jekk l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ħaditx passi fil-konfront ta' min għamel ix-xogħol, liema xogħol kien inbeda qabel ma nħareġ il-permess għall-ewwel fazi u għall-fażijiet l- oħrajn.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru:", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, dwar dan jien la nista' nikkonferma u lanqas ninnega u nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel mistoqsija bil-miktub u nkun nista' nirrispondih.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "6988.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pulizija li ġew ittrasferiti kull xahar matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "F'liema livell huma mpjegati dawk li ġew ittrasferiti minn lokal għall-ieħor, skond il-grad tax- xogħol tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li n-numru ta' membri fil-Korp tal-Pulizija li ġew ittrasferiti fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena kien ta' 187.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "7037.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex qed jagħmel kuntratti mal-kunsilli lokali biex dawn il-kunsilli jagħmlu xogħol ta' maintenance fl-iskejjel primarji?", "Kemm saru minn dawn il-kuntratti?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il- kuntratti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nikkonferma lill-Onor.", "Interpellant li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, skond il-politika dikjarata tal-Gvern, qiegħda tidħol f'rabta kuntrattwali ma' diversi kunsilli lokali biex fuq bażi permanenti dawn jiġġestixxu x- xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel partikolari.", "Sal-lum ġew iffirmati 64 kuntratt għal dawn l-iskejjel li ġejjin:-", "|Kalkara|Primarja C | |Bormla |Primarja A u B | |Birgu |Primarja C | |Furjana|Primarja C | |Fgura |Primarja A u B | |Vallett|Primarja C, Skola | |a |tal-Arti, Skola tal-Arti | | |u Disinn u l-Kindergarten| | |Training Centre | |Qormi |Primarja A u B - San | | |Ġorġ; Primarja A, B u | | |Sekondarja - San Bastjan | |Żabbar |Primarja A u B | |Rabat |Primarja A u B uu Mtarfa | | |Primarja C | |Dingli |Primarja C | |Żurrieq|Primarja A u B u | | |Sekondarja Subien | |Ħamrun |Primarja A, B u C u | | |Sekondarja Bniet | |Żebbuġ |Primarja A, B u | | |Sekondarja | |Siġġiew|Primarja C | |i | | |Pieta' |Primarja C | |B'Kara |Primarja A u B, Fleur de | | |Lys A u B u Sekondarja | |Lija |Primarja C | |Qrendi |Primarja C u Skola | | |Speċjali | |Luqa |Primarja C | |Safi |Primarja C | |L-Isla |Primarja C | |Naxxar |Primarja C u Skejjel | | |Ġiovanni Curmi, Furtu | | |Selvatico u Stefano | | |Żerafa | |Tarxien|Kindergarten fi Triq | | |l-Iskola | |Sta |Kindergarten | |Lucia | | |Marsa |Primarja A u B u Skejjel | | |Sekondarji Fra Diego | | |Bonanno u F.X. Attard | |Għargħu|Primarja C | |r | | |Msida |Primarja C u Skejjel | | |Speċjali Mater Dei u | | |Santa Marija | |Mellieħ|Kumpless ta' Għajn | |a |Tuffieħa | |Paola |Primarja A u B | |Gżira |Primarja C u Sekondarja | | |Subien |", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tip tal-kuntratt li ġie ffirmat mal-kunsilli msemmija.", "KUMPANNIJI TA' L-ASSIGURAZZJONI - LIFE INSURANCE", "7129.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn policy loans (life insurance) sa l-aħħar tas-sena l-oħra?", "Kemm huwa stmat li se tkun is-somma ta' dawn il-policy loans meta titħallas?", "Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas fi premiums għal dawn il-policy loans?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Sa l-aħħar tas-sena l-oħra kien hemm 1,418 policy loans.", "Hu stmat li s-somma ta' dawn il- policy loans meta jitħallsu tammonta għal Lm2,131,206.", "L-ammont ta' flus imħallas fi premiums fuq dawn il-poloz kien ta' Lm3,219,463.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - PHOTOCOPIERS", "7410.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm xtraw photocopiers id-dipartimenti tal-gvern minn Novembru 1996 sal-lum?", "Minn fejn inxtraw u kemm qamu f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "ĦAL FAR - CIRCUIT RACING", "7413.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-Gvern ċaħad it-talba tas-circuit racing għal track f'Ħal Far, u peress li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Ta' Qali Action Plan qed tipproponi li l-motor racing track għal autocross ma jibqax f'Ta' Qali għax temmen li \"major impact sports għandhom jingħataw konsiderazzjoni f'Wied Fulija, f'Tal- Merħla, fil-Landrijiet, fil-Magħtab jew f'Ta' l-Aħrax Quarry, Armier\" - NWTQ16 - jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern rigward track għas-circuit racing f'wieħed minn dawn l-lokalitajiet proposti mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għadhom ma ġew iffinalizzati l-ebda pjanijiet min- naħa tal-Gvern dwar l-allokazzjoni ta' track għas-circuit racing u ma saru l-ebda suġġerimenti mill-għaqdiet konċernati dwar dan.", "Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti qed jistenna l-proposti tal-Kunsill Malti għall-Isport in konnessjoni ma' l- imsemmi action plan, in kwantu kif jolqot l-iżvilupp ta' l-isport.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, allura ġaladarba għadha ma ttieħdet l- ebda deċiżjoni, jista' l-Ministru jikkonsidra - jekk kemm-il darba din il- famuża motor racing track issir f'Ta' Qali - li tinbena tinda f'din l-area?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, safejn naf jien s'issa għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar dan.", "PULIZIJA - OVERTIME", "7432.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu dovut jew tħallas overtime lill-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 1996 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Jannar ta' l-1996 sat-30 ta' Ġunju ta' l- 1997 qiegħed imniżżel fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "7440.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat- traffiku li fihom miet jew weġġa' xi ħadd gravament, xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar u l-11 ta' Lulju, 1997 kien hemm dawn l-inċidenti tat-traffiku:", "|Xahar |Fatali|Gravi | |Jannar |3 |11 | |Frar |- |16 | |Marzu |2 |16 | |April |2 |13 | |Mejju |2 |17 | |Ġunju |- |21 | |Lulju * |- | 4 |", "* (sal-11)", "Sinjura President, ma nistax ma nirrimarkax li dawn il-figuri jindikaw ċar li għandna bżonn naraw x'inhu jiġri fit-toroq tagħna b'mod iktar serju għax il-figuri li għadni kemm tajt juru li ċertament is-sitwazzjoni m'hijiex aċċettabbli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jikkonsidra l-Prim Ministru li tingħata direttiva lill-Pulizija biex parti mill-mobile squad tibda tintuża sabiex tkun preżenti kontinwament fit-toroq tagħna?", "Dan m'għandhiex tagħmlu biex tagħti ċ-ċitazzjonijiet imma biex iddaħħal iktar road sense, partikolarment madwar roundabouts, cross roads u affarijiet bħal dawn.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, fil-fatt waħda mill-affarijiet li saru f'dawn l-aħħar xhur, bħala parti mill-proċess ta' modernizzazzjoni tal- Korp tal-Pulizija, hija dwar kif nistgħu nagħtu lil dan il-korp iktar snien fil-core functions tiegħu.", "Waħda mill-miri tagħna hija li l-pulizija ma jibqgħux jagħmlu xogħol li m'huwiex tagħhom ħalli b'hekk ikunu jistgħu jikkonċentraw iktar fuq dak li għandu jsir sabiex tabilħaqq tinżamm iktar dixxiplina fit-toroq tagħna.", "Kif jaf kulħadd, diġa' ddaħħlet is-sistema tal-clamping u tat-towing u qed isir ukoll eżerċizzju sabiex il-pulizija ma jkollhomx għalfejn jibqgħu jmorru huma fuq il-post meta jseħħ xi inċident li ma jkunx gravi ħalli ma jaħlux ħafna mill-ħin tagħhom fuq affarijiet li skond il-prassi Ewropea jsiru minn persuni oħra.", "Naturalment il-ħsieb wara dan kollu huwa li nsaħħu s-servizz li jagħtu l- pulizija billi l-mobile squad tagħmel monitoring aħjar ta' xi jkun għaddej fit-toroq tagħna, partikolarment mar-roundabouts, ħalli b'hekk inkunu qed nassiguraw li f'dan il-qasam tinżamm ċerta dixxiplina f'dak li għandu x'jaqsam sewqan perikoluż, nuqqas ta' osservanza tar-regoli ta' kif isir is- sewqan u dawk l-affarijiet kollha li qed jirrendu t-toroq tagħna theddida għas-sigurta' taċ-ċittadini.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fid-dawl ta' l-ewwel risposta li ta l-Prim Ministru, kif ukoll fid-dawl tar-risposta li ta għall-mistoqsija supplimentari ta' l-Onor.", "Spiteri, ma jaħsibx il-Prim Ministru li l- breathalyser test għandu jidħol illum qabel għada u ma neħdux aktar żmien sabiex nintroduċuh?", "Dan qiegħed ngħidu anke fid-dawl tal-fatt li, f'mistoqsija parlamentari li kont għamilt f'Jannar li għadda, il-Prim Ministru kien ikkonferma li l-Gvern għadu intiż biex jimxi fuq il-pjanijiet tal-Gvern ta' qabel, jiġifieri li jintroduċi l-breathalyser test.", "Iżda f'kummenti li saru x-xahar li għadda mill-Ministru Debono Grech ingħad li għad fadal biex il-breathalyser test jiġi introdott f'pajjiżna.", "Jaħsibx il- Prim Ministru li l-breathalyser test għandu bżonn jidħol ħafna iktar malajr għaliex il-periklu ta' sewwieq xurban huwa ferm akbar minn ta' karozza stazzjonarja fit-triq?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-pjani tal-Gvern ta' qabel biex jintroduċi l- breathalyser test kienu pjani li baqgħu fir-ramel u aħna qed neħduhom b'aktar serjeta'.", "Waħda mill-affarijiet li qed nagħmlu, kif diġa' għidt, hija li nirrazzjonalizzaw u nimmodernizzaw il-proċess li bih jaħdem il- Korp tal-Pulizija u għandna ċerti proġetti għaddejjin li fuqhom se jkollna, anke f'dan il-Parlament, azzjoni minn hawn u ftit ieħor.", "Per eżempju, se nressqu liġi ġdida dwar il-Korp tal-Pulizija li tpoġġi lill-pulizija fuq bażi organika b'mod aktar modern u aktar sħiħ.", "Rigward l-inizjattivi l- oħra li għadni kemm semmejt, f'dak li għandu f'jaqsam mat-towing u clamping, assolutament ma naqbilx ma' l-Onor.", "Interpellant li wieħed m'għandux iħares lejhom bħala mod importanti ta' kif nissalvagwardaw id- dixxiplina fil-pajjiż.", "Hemm ukoll il-liġi tal-breathalyser test li waslet biex titressaq quddiem dan il-Parlament, imma jiena nemmen li għandna nimxu b'mod organizzat u mhux sempliċement indaħħlu xi ħaġa biex taparsi nkunu daħħalniha.", "Apparti minn hekk, fiż-żmien li ġej se nkunu qegħdin naħdmu ħalli naraw il-mod ta' kif għandhom jiġu kkontrollati ċerti inċidenti żgħar.", "Dan se nagħmluh bil-kollaborazzjoni u wara li kellna konsultazzjonijiet ma' l- aġenziji ta' l-assigurazzjoni sabiex ikollna sistema moderna fuq bażi Ewropea ta' kif ċerti miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' inċidenti li m'humiex serji jiġu ttrattati.", "Dan jippermetti lill-pulizija jagħmlu attivitajiet ta' sigurta' vera f'dak li għandu x'jaqsam mas-sewqan fit- toroq u allura nkunu f'pożizzjoni aħjar biex il-breathalyser tests u s- sistemi li hemm għall-kontroll ta' sewqan eċċessiv jiġu tassew implimentati u mhux ikunu biss fuq il-karta.", "Din hija l-istrateġija li qegħdin naħdmu fuqha.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI INTERNAZZJONALI", "7511.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti sena b'sena - minn mindu l- Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi nħolqot sal-lum - il- figuri ta' għotjiet jew sussidji mogħtija lill-istess akkademja mill-Gvern Malti, mill-istess Universita' u mill-awtoritajiet Svizzeri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Skond il-ftehim ta' Lulju 1990 bejn il-Gvern ta' Malta u dak ta' l-Isvizzera, il-Gvern ta' Malta beda jħallas lill-akkademja kontribuzzjoni annwali ta' Lm10,000 għall-perijodu 1990-1993.", "F'1992 sar ftehim mal-Prim Ministru ta' Malta biex il-kontribuzzjoni tiżdied għal Lm15,000.", "Għal raġunijiet varji, din iż-żieda seħħet biss fil-perijodu 1993-1996.", "Skond it-Tieni Protokoll fir-rigward ta' dan il-ftehim, iffirmat f'Settembru 1996, l-ammont żdied għal Lm20,000.", "Fil-każ tal-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Universita' għas-snin rilevanti, barra mill-provvediment ta' uffiċċji u spazji oħra relatati mal- funzjoni ta' l-akkademja, dawn kienu kif indikati:", "|1990 |Lm 827 | |1991 | 3,173 | |1992 | 5,082 | |1993 | 8,375 | |1994 | 8,744 | |1995 | 9,144 | |1996 |17,305 |", "Fl-1990, il-Gvern Svizzeru ħallas l-ammont ta' Sfr.", "75,000 għal- librerija.", "Ipprovda wkoll għal lettur fulltime li għamilha ta' direttur.", "Għaldaqstant dan kien iktar mill-ammonti li kienu stipulati skond il-ftehim ta' Lulju 1990.", "Skond dak il-ftehim u l-protokolli sussegwenti, l-ammonti ta' kif se nsemmi ingħataw lill-akkademja għas-snin rispettivi:", "|1990 - |Sfr 160,000 | |1993 |fis-sena | |1993 - |Sfr 146,000 | |1996 |fis-sena | |1996 - |Sfr 233,000 | |1999 |fis-sena |", "UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L-ARKITETTURA U INĠINERIJA ĊIVILI", "7566.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dokumenti ta' provi ta' foreign competent authority li għandu l- bord tal-Fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili ta' l-Universita' ta' Malta li jipprovaw li persuni li isimhom qed jintbagħat separatament huma awtorizzati minn foreign competent authority biex jipprattikaw fil- pajjiż rispettiv fejn iggradwaw fil-professjoni msemmija fl-Architects Ordinance?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-professjoni ta' arkitett u inġinier ċivili (perit) normalment ma teżistix barra minn Malta u peress li, b'riżultat ta' dan, il-fakulta' m'għandhiex fil-pussess tagħha d-dokumenti mitluba f'dan ir-rigward, meta l-bord tal-Fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili kkomunika ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-ewwel darba, dan il-bord spjega fiċ-ċar din is-sitwazzjoni permezz ta' rapport ta' rakkmandazzjonijiet approvati mill-istess bord f'Ġunju 1989, kif fil- fatt jidher f'paragrafu 2 ta' l-istess rapport li qed jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-Ministru għadu kif wieġeb mistoqsija parlamentari li hija marbuta mal-fakultajiet ta' l-Universita', naħseb li dan hu l-mument opportun li fih nitolbu jassigura lil din il- Kamra li l-prinċipju ta' edukazzjoni terzjarja assolutament mhuwiex se jispiċċa - jiġifieri li m'huwiex se jkunu imposti miżati taħt l-ebda forma fuq l-istudenti ta' l-Universita' jew ta' istituzzjonijiet terzjarji oħra - u jassigura wkoll lil din il-Kamra li l-Gvern beħsiebu jirrispetta l- prinċipju li jgħin u jinvesti fl-edukazzjoni terzjarja billi jħalli s- sistema ta' l-istipendji li hemm illum.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Gvern m'hu se jmiss xejn mill-prinċipju ta' tagħlim b'xejn fl-Universita' għall-istudenti lokali.", "Aħna qed naħdmu biex niġbdu aktar studenti barranin lejn l-Universita' tagħna u nieħu gost ngħid li lħaqna ftehim ma' universita' minn Norveġja biex jibagħtu studenti mill- fakulta' tal-mediċina biex jieħdu l-edukazzjoni medika u jsiru tobba hawn Malta u, bis-saħħa tal-flus li qed iġibu, din is-sena l-kors tal-mediċina fetaħ ukoll.", "Aħna m'għandna l-ebda skop li nagħlqu l-Universita' għal xi ħadd u f'dak li se jsir dwar is-sistema ta' l-istipendju se nimxu fuq il-prinċipju li nagħmlu minn kollox biex l-Universita' tinfetaħ għal aktar u aktar żgħażagħ.", "Il-mod ta' kif nagħmlu dan hu li ma noħolqu l-ebda xkiel finanzjarju għal min irid imur l-Universita' u barra minn hekk naħdmu biex intejbu l-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji.", "Għax sfortunatament l-akbar numerus clausus li baqa' jeżisti fil-pajjiż hu l- livell mhux aċċettabbli ta' low performance f'ċerti skejjel tagħna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux se jżomm konformi ma' dak li ġie mwiegħed, dejjem dwar stipendji, fil-programm elettorali tal-partit li llum qiegħed fil-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, bħalissa qegħdin isiru taħdidiet ma' l-istudenti u meta nkun fi stadju li nista' nikkomunika ma' din il- Kamra, nagħmel proprju dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, xtaqt nirriferi għall-ewwel parti tat-tweġiba li ta l-Ministru.", "Jiġifieri qed nifhem tajjeb li l- Ministru qed jagħti assigurazzjoni li mhux se jkun hemm miżati?", "Jew il- Ministru se jipproponi sistema ta' miżati u mbagħad joħloq skemi oħra ta' kif dawk jitħallsu?", "Naħseb li l-Ministru japprezza li hemm differenza bejn waħda u l-oħra.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija - anke rigward it-tweġiba li l- Ministru għadu kif ta lill-Onor.", "Joe Cassar - u anke peress li għada, kif għandi nifhem, il-Ministru se jkompli bid-diskussjonijiet mal-Kunsill ta' l- Istudenti Universitarji, nixtieq li l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l- pożizzjoni tal-Gvern u jekk il-Gvern huwiex b'xi mod kontra l-istipendji kif kienu jingħataw s'issa lill-istudenti universitarji u dan biex tassew ma jkunx hemm xkiel finanzjarju għall-istudenti milli jkomplu bl-istudji tagħhom fl-Universita'.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, jiena mingħalija li tkellimt bil- Malti meta weġibt pero' se nirrepeti dak li għidt.", "Aħna se nirrispettaw il- prinċipju ta' tagħlim b'xejn fl-Universita' għall-istudenti lokali u jien se nikkomunika ma' din il-Kamra wara li nkun iddiskutejt ma' l-istudenti u nkun f'pożizzjoni li ngħid x'se nagħmlu rigward dan il-qasam.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, peress li l-proposti kif imħabbrin mill-Ministru s'issa jinkludu element fejn ikun hemm ħlas ta' miżati anke mill-istudenti Maltin, dan ifisser li issa l-Ministru qiegħed jgħid li dawk il-proposti m'għadhomx proposti tiegħu u ġew irtirati?", "Jien nifhem li l-Ministru qed jipproponi li parti mill-istipendju ta' l- istudenti - jew iktar minn parti - jingħatalhom taħt forma ta' self.", "Il- Ministru jara dan bħala mod assolutament u għal kollox differenti minn dak li hemm fil-programm elettorali tal-Partit Laburista u minn stqarrija ffirmata minnu stess f'April ta' l-1996?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, peress li f'pajjiżna hawn ċerti nies - uħud minnhom jinsabu preżenti f'din il-Kamra - li jsemmu l-vantaġġi kbar li jkollna jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, waħda mill-proposti li ressaqt dwar il-finanzjament ta' l-edukazzjoni ogħla hija dik imħaddma f'kull pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri dik li l-istudent irid iħallas kemm għat-tuition kif ukoll għal-living allowances.", "L-unika differenza li hemm bejn il-proposta li ressaqt jien u bejn is-sistema mħaddma fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea hija li matul dawn l-aħħar 20 sena dawn il-pajjiżi l-grant bidluha f'loan scheme għat-tuition u għal-living allowance.", "Interessanti l-fatt li l-iktar proposta li ġiet ikkritikata minn nies li jaraw vantaġġi kbar fl-Unjoni Ewropea hija proprjament is- sistema mħaddma preżentement fl-istess Unjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, ġaladarba l-Ministru qed jikkwota l-prattika ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropa meta hu jifforma parti minn gvern li s'issa ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropa, nixtieq nistaqsih jekk jarax dawn iż-żewġ affarijiet inkompatibbli.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien semmejt il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea għax, meta niltaqa' ma' l-istudenti żgħażagħ sabiex niddiskuti dawn il- proposti, il-livell ta' miżinformazzjoni tant hija kbira li wħud minnhom issuġġerewli sabiex il-Gvern juża l-istess sistema li tintuża fid- Danimarka.", "Fil-fatt meta mort niċċekkja x'sistema tintuża f'dan il-pajjiż kkonkludejt li l-istudenti demokristjani li ssuġġerewli li l-Gvern jimxi fuq il-mudell Daniż x'aktarx li mhux qed jaħsbu hekk bis-serjeta'.", "Jekk dan is-suġġeriment sarli bis-serjeta', nissuġġerixxi li dawn l-istudenti jitkellmu ma' studenti Daniżi għax fl-opinjoni tiegħi is-sistema li tiġi mħaddma f'pajjiżhom, liema sistema tikkonċerna loan scheme, m'hijiex aċċettabbli fiċ-ċirkostanzi lokali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk huwiex se jżomm konformi mal-programm elettorali tal-Partit Laburista jew inkella ma' dak li qed jgħid li qed isir f'pajjiżi oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta nkun ninsab f'qagħda li ngħarraf lil din il- Kamra bil-konklużjonijiet tan-negozjati u tal-konsultazzjonijiet li qed nagħmel ma' l-istudenti jien lest li nagħmel dan, pero' sadanittant din is- sensittivita' u l-verġinita' kollha biex inżommu mal-programm elettorali tagħna ...", "In-naħa l-oħra tgħidilna biex niksru l-ikbar żewġ wegħdiet li għamilna fil-programm elettorali tagħna, ċioe' l-iffriżar ta' l- applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u t-tneħħija tal-VAT.", "Li kien għal tan-naħa l-oħra, aħna morna lura minn dawn iż-żewġ wegħdiet kbar li għamilna fil-programm elettorali tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu issa għal Kondoljanzi.", "Il-Viċi Prim Ministru", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nixtieq li qabel ma nkomplu bix- xogħol tagħna naqsam ċerti sentimenti mal-Kamra kollha billi nagħti l- kondoljanzi lill-familjari ta' xi persuni li ħallewna matul il-vaganzi tas- sajf, liema persuni ċertament jixirqilhom li jiġu mfakkra f'din il-Kamra.", "Madam Speaker, nibda l-ewwel b'missier il-kollega tagħna, il-Ministru Charles Buhagiar, li miet matul dawn l-aħħar ġimgħat.", "Jiena nixtieq illi f'ismi u f'isem il-membri kollha tal-Gvern - jiena ċert li sħabna tan-naħa l-oħra jassoċjaw ruħhom mas-sentimenti tagħna - nuri d-dispjaċir tagħna għal din it-telfa.", "Il-ġenituri huma dawk in-nies li jkunu ħadmu u batew għalina u anke ħolmu li jarawna fil-pożizzjoni li qegħdin illum u jiena naħseb li huwa sew li f'dan il-Parlament hawn id-drawwa, u nispera li tkompli, li meta ġenitur ta' membru tal-Parlament imut aħna nuru r-rispett tagħna lejn dawn il-ġenituri.", "F'dan il-każ jiena nixtieq li nagħti l- kondoljanzi tiegħi lill-kollega tagħna l-Onor.", "Charles Buhagiar, Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u lill-familja u l-qraba kollha tiegħu għal din it-telfa.", "Madam Speaker, matul dawn il-vaganzi kellna wkoll telfa ta' persuna magħrufa u ta' ċerta importanza.", "Qed nirriferi għall-Imħallef Anthony Montanaro Gauci.", "Dan l-Imħallef illustri - jiena nafu biss mill-bogħod għax m'iniex fil-professjoni legali - għal xi żmien kien Speaker ta' l- Assemblea Leġislattiva u fis-snin bikrin kien ħadem spalla ma' spalla ma' Lord Strickland u wara li laħaq avukat u wara li anke kkontesta l-elezzjoni ta' l-1927 u ma ġiex elett, sab ruħu membru ta' l-Assemblea Leġislattiva u eventwalment fl-1929 kien sar Speaker ta' din l-Assemblea.", "Ta' min jgħid li qed nitkellmu fuq personaġġ li m'hemmx dubju li naqax niċċa għalih innifsu fl-istorja legali Maltija u dan mhux biss minħabba l- fatt li kien wieħed mill-iżgħar imħallfin li qatt ġew nominati u għamel karriera ta' iktar minn 33 sena bħala imħallef imma wkoll minħabba li fil- karriera twila u illustri tiegħu, kellu jieħu ovvjament deċiżjonijiet ebsin u li jridu bilfors jirriflettu dak li jagħmel imħallef, jiġifieri l- integrita', is-serjeta' u anke r-rispett lejn iċ-ċittadin.", "Irrid infakkar ukoll lil din il-Kamra li l-Imħallef Montanaro Gauci kien għamel żmien fil-ġurnaliżmu u kien ukoll l-ewwel chairman tal-Malta Broadcasting Authority li twaqqfet fl-1963 u għal xi żmien kien qeda lill- pajjiż bħala Aġent President tar-Repubblika.", "Madam Speaker, min-naħa tagħna aħna nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Mrs. Montanaro Gauci u lil uliedha, b'mod partikolari lil wieħed minn uliedha, Neville, li kien fil-kors miegħi u li llum huwa ginekologu magħruf.", "It-tielet persuna li xtaqt li din il-Kamra tfakkar huwa n-Nutar Vincenzo Maria Pellegrini li wara t-Tieni Gwerra kien membru ta' l-Assemblea Nazzjonali.", "Dan kien bniedem tal-professjoni legali u għalkemm wieħed ma jistax jgħid li laħaq xi quċċati bħalma laħaq l-Imħallef Montanaro Gauci fil-kamp legali xorta waħda kien bniedem rispettat u kapaċi ħafna.", "Wieħed iktar jista' jiftakar f'dan il-bniedem fil-kamp letterarju għaliex kien wieħed minn ta' l-ewwel li ħadem għat-twaqqif ta' l-Għaqda tal-Malti fl- Universita' u dan meta kien ferm diffiċli li wieħed jippromwovi l-lingwa Maltija.", "Wieħed ma jridx jinsa d-diffikultajiet li kienu jiffaċċaw dak Iż- żmien dawk li kienu jemmnu li l-Malti għandu jingħata ċerta importanza.", "In- Nutar Pellegrini kien bniedem li fil-karriera letterarja tiegħu kompla jipproduċi xogħlijiet letterarji b'lingwi differenti u kien jinteressa ruħu ħafna f'dak kollu li kellu x'jaqsam mat-tixrid ta' l-għerf.", "Madam Speaker, lil dawn it-tliet persuni li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja imma li b'xi mod għandhom konnessjoni ma' din il-Kamra, minn hawnhekk insellmilhom u nagħti l-kondoljanzi lill-familjari kollha tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sinjura President, jiena nixtieq nassoċja ruħi ma' dak li qal il-Viċi Prim Ministru.", "Nixtieq nitlob skuża lill-Ministru Charles Buhagiar għax sinċerament ma kontx naf bil-mewt tal-papa' tiegħu u għalhekk nagħtih il-kondoljanzi l-aktar sinċieri tiegħi u tal-grupp parlamentari ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-mewt tal-missier jew ta' l-omm hija waħda mill-akbar traġedji li qatt tista' tiġri fil-ħajja ta' persuna.", "Nafu li dan ħafna drabi jiġri meta aħna nkunu kbirna daqsxejn fl-eta' u ommna u missierna jkunu wkoll kibru fl- eta', imma min jaħseb li dawn l-affarijiet jista' jkollhom sinifikat differenti għaliex il-bniedem ikun akbar fl-eta' - u huma naturalment ħafna ikbar minnek - għandu żball kbir.", "Dawn huma affarijiet li tibqa' tħosshom u ma tinsihom qatt, anzi iktar ma jgħaddi żmien iktar tħoss in-nuqqas u l- bżonn tagħhom.", "Jiddispjaċini ħafna għall-kollega tiegħi l-Onor.", "Buhagiar.", "Naf li nqastu għaliex ma kontx preżenti għall-funeral pero' nassigurah li dan ġara għaliex ma kontx naf u minn hawnhekk nagħtih il-kondoljanzi sinċieri tagħna lkoll.", "Il-Viċi Prim Ministru semma lill-Imħallef Montanaro Gauci, li kien imħallef kif għandhom ikunu l-imħallfin - tajjeb, serju u ta' polz.", "Kien ukoll imħallef ta' kuraġġ li fi żmenijiet tant diffiċli ma beżax juri xi tfisser l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Jiena għandi stima kbira lejn l- imħallfin, speċjalment lejn dawk l-imħallfin li fi żmenijiet diffiċli jagħrfu jżommu l-indipendenza tal-ġudikatura u s-sens kbir ta' ġustizzja.", "Darba kien hemm dibattitu importanti f'ġurnal bejn tnejn min-nies li jibqgħu rinomati bħala żewġ imħallfin kbar - qed nirriferi għall-Imħallef Flores, anke hu għal xi żmien Speaker ta' din il-Kamra, u l-Imħallef Maurice Caruana Curran - dwar jekk il-ġustizzja tridx tkun skond il-liġi jew il-liġi tridx tkun skond il-ġustizzja.", "Jien niftakar li meta kont għadni avukat żgħir u rajt il-polemika serja li kienet għaddejja bejn dawn iż-żewġ persuni illustri tal-liġi, għidtilhom li fil-fehma tiegħi kienu qegħdin jiġġieldu ...", "Jien, fil-fehma tiegħi, hija l-ġustizzja li trid issir skond il-liġi imma huwa importanti wkoll li l-liġi ssir skond il- ġustizzja.", "Dawn huma żewġ konċetti - ġustizzja skond il-liġi u liġi skond il-ġustizzja - li l-Imħallef Montanaro Gauci għix fihom.", "L-Imħallef Montanaro Gauci kien ukoll membru u anke President ta' din il- Kamra u ċertament li għamel unur kemm lill-ġudikatura u kemm lill- parlamentari.", "Dan il-bniedem jibqa' jissemma għal sentenza klassika fejn kien qal li ħadd m'għandu dritt jeżilja Malti minn artu.", "Il-fatt li dan il- bniedem kellu l-kuraġġ jgħid dan f'dawk iż-żmenijiet hekk diffiċli, ġegħelni li jkolli stima kbira lejh.", "Jien naħseb li l-Imħallef Montanaro Gauci għamel unur lill-ġudikatura u tibqa' ta' unur għal tant imħallfin li meta jsibu ruħhom f'pożizzjoni diffiċli jafu jħarsu lejn eżempju ta' imħallef li wera kif l-imħallfin għandhom ikunu rġiel - jew nisa, meta jkollna mħallfin nisa - billi jkunu jafu jżommu s-sens kbir ta' ġustizzja u ma jxellfux il-prinċipji fundamentali tal-liberta' u tad-dritt taċ- ċittadin.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella semma wkoll lin-Nutar Vincenzo Maria Pellegrini.", "Jien lil dan il-bniedem kont nafu ħafna u nista' ngħid li huwa bniedem ta' kultura kbira, bniedem li ċertament ikkontribwixxa għal- literattura.", "Kien iħobb ħafna l-litteratura Taljana u l-kontribut li huwa ta għal-litteratura Taljana f'Malta kienet ċertament waħda mill- kontribuzzjonijet l-aktar interessanti.", "Kien anke jippubblika \"La Brigata\" u kien anke fil-\"Malta Letterarja\".", "Kien ċertament bniedem li ta kontribut letterarju siewi f'pajjiżna.", "Jien naħseb li għamel sew il-kollega tiegħi l-Onor.", "Vella li kkommemora lin-Nutar Vincenzo Maria Pellegrini, bniedem li anke fi żmenijiet diffiċli għall-Partit Nazzjonalista, nista' ngħid li kien Nazzjonalista konvint.", "In- Nutar Vincenzo Maria Pellegrini kien anke fl-Assemblea Kostitwenti, liema assemblea dalwaqt se niċċelebraw il-50 sena mill-bidu tagħha.", "Grazzi, Sinjura President.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, ippermettili nirringrazzja lill-Onor.", "George Vella u lill-Onor. de Marco għall-kondoljanzi li taw lili u lill-familja tiegħi.", "Huwa ovvju li meta titlef persuna daqshekk għal qalbek l-uġigħ ikun kbir - u naqbel eżattament ma' dak li qal l-Onor. de Marco li meta tikber fl-eta' pjuttost tapprezza xi jfissru għalik ommok u missierek forsi aktar minn meta tkun żgħir - pero' mill-banda l-oħra meta tara tant rispett minn tant nies, xi ftit jew wisq jgħinek biex itaffilek l-uġigħ tat- telfa.", "Nirringrazzjakom.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Jiena wkoll naqsam is-sentimenti espressi miż- żewġ naħat tal-Kamra u nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal il- kondoljanzi lill-familjari ta' dawn il-persuni.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 109 ta' l-1997 - Avviż għall-għanijiet tat-tifsira ta' \"kummerċjant\" fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur;", "Avviż Legali Nru 114 ta' l-1997 - Avviż dwar bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1997 dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika (Att Nru XVI ta' l-1997);", "Avviż Legali Nru 115 ta' l-1997 - Avviż dwar bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1997 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Att Nru XVII ta' l- 1997);", "Avviż Legali Nru 126 ta' l-1997 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tar- regolamenti ta' l-1995 dwar il-Ħabs;", "Avviż Legali Nru 127 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħabs;", "Avviż Legali Nru 130 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Tariffi għal Servizz Telegrafiku u bit- Telex;", "Avviż Legali Nru 131 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizz tat-Telefon ma' Barra minn Malta;", "Avviż Legali Nru 134 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet (Telegrafija mingħajr Fili); u", "Tabella li turi l-għadd u r-rank ta' pulizija mkeċċija mill-Korp u l- akkuża miġjuba kontrihom, bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7986.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-Ombudsplan għas-sena 1997 / 1998;", "Avviż Legali Nru 128 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar drittijiet għad-depożitu ta' kull skart u radam;", "Avviż Legali Nru 137 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar Żvilupp Ġenerali (Nru. 2);", "Avviż Legali Nru 138 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Rati ta' Taxxa dwar Bini; u", "Avviż Legali Nru 140 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kummerċ fi Speċi ta' Fawna u Flora.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 111 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Rati ta' Stipendji għal Korsijiet Post-Graduate għal Studenti Universitarji;", "Avviż Legali Nru 113 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet ta' l-Universita';", "Avviż Legali Nru 117 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Kwalifiki Okkupazzjonali Nazzjonali;", "Avviż Legali Nru 133 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet ta' Dħul fil-Mużewijiet u Monumenti Nazzjonali; u Informazzjoni dwar għalliema u impjegati oħra fid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni sekondati jew trasferiti f'Ministeri jew korpi governattivi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8276.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 106 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (Ħlas lura ta' Input Tax fuq Ħażniet);", "Avviż Legali Nru 108 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw l-Iskedi ta' Drittijiet li jinsabu ma' l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali;", "Avviż Legali Nru 116 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Formoli taħt l-Att dwar il-Kumpanniji;", "Avviż Legali Nru 122 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar l- Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (Xogħlijiet b'Kuntratt);", "Avviż Legali Nru 123 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar l- Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (Aġenti ta' l-Ivvjaġġar);", "Avviż Legali Nru 124 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li Jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 135 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Lotteriji Instantanji tal-Gvern;", "Avviż Legali Nru 144 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm5,000,000 6.65% Stock tal-Gvern ta' Malta 2000 (IS-SITT ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 145 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm5,000,000 6.9% Stock tal-Gvern ta' Malta 2002 (IR-RABA' ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 146 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm7,500,000 7.35% Stock tal-Gvern ta' Malta 2007 (L-EWWEL ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 147 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm7,500,000 7.8% Stock tal-Gvern ta' Malta 2013 (L-EWWEL ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 150 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Drittijiet għal Ċertifikati rigward il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ fi Speċi Mhedda ta' Fawna u Flora Selvaġġ;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1997/1998;", "Rapport Annwali tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena li għalqet fit- 30 ta' Settembru 1997 u financial statements għas-sena li għalqet fit- 30 ta' Settembru 1996;", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 12 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lit-Tarzna ta' Malta;", "Lista ta' affarijiet li nqabdu minn uffiċjali tad-Dwana matul il- perjodu bejn l-1996 u Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7869; u", "Lista li turi l-għadd ta' bozoz li twaħħlu f'kull lokalita' mill- kunsilli lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8037.", "Madam Speaker, b'riferenza għall-Estimi ta' l-Enemalta nixtieq ngħid li fil-każ ta' l-Annual Report hemm errata corrige żgħira.", "Minflok il-kliem \"Annual Report and Financial Estimates 1997\" li jidher fuq il-front cover u f'tarf kull paġna, għandu jkun hemm \"Annual Report 1997 and Financial Statements 1996\".", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 107 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar l- Emenda ta' l-Ewwel Skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali;", "Avviż Legali Nru 129 ta' l-1997 - Ordni Dikjaratorju ta' Reġistrazzjoni ta' l-1997 dwar il-Belt Valletta u Floriana;", "Avviż Legali Nru 149 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw l-Iskeda A li tinsab mal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;", "Rapport mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tar- riżultat ta' l-investigazzjoni tal-każ Nru. 235 - Rapport Nru. 102; u", "Rapport mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tar- riżultat ta' l-investigazzjoni tal-każ Nru. 110 - Rapport Nru. 103.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 118 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar l- Ajruport (Dritt ta' Ħlas għal Servizz lill-Passiġġieri); u", "Avviż Legali Nru 148 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Posta Lokali (Emenda Nru 2).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-riżultati ta' l-eżerċizzju tal-promozzjonijiet li saru fil- Korporazzjoni Telemalta bejn l-1989 u l-1990, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8399; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 110 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Intrapriżi Żgħar (Livelli ta' Threshold);", "Avviż Legali Nru 139 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi għall-Esportazzjoni għal Kumpanniji Kwalifikanti (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 143 ta' l-1997 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1997 dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar (Att Nru XX ta' l- 1997); u", "f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Informazzjoni dwar il-Biċċerija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8465; u", "Lista li turi l-għadd ta' majjali li ġew tattooed bejn l-1996 u l- 1997 u l-qatla tal-majjal li saret fl-istess perjodu, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8466.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 119 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Professjoni ta' l-Inġinerija (Applikazzjoni għall-Ħruġ ta' Warrant);", "Avviż Legali Nru 120 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar ir- Reġistrazzjoni tas-Sorsi ta' l-Ilma ta' Taħt l-Art;", "Avviż Legali Nru 121 ta' l-1997 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' diversi paragrafi ta' l-Att ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma (Att Nru XXIII ta' l-1991);", "Avviż Legali Nru 136 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 li jemenda l- Ordni dwar il-Kummissarju ta' l-Artijiet (Trasferiment ta' Drittijiet u Responsabbiltajiet); u", "Avviż Legali Nru 142 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Fornitura ta' l-Ilma.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Informazzjoni dwar korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, bordijiet u enti pubbliċi oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, flimkien ma' informazzjoni dwar membri maħtura fuqhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 322; u", "Lista ta' speċjalisti maħtura biex jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, flimkien mad-data tal-ħatra tagħhom, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W 875.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 132 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Għaqdiet Koperattivi (Fond Ċentrali tal- Koperattivi);", "Rapport maħruġ f'Lulju 1997 dwar id-Dipartiment tax-Xogħol ikkummissjonat mill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali; u", "Informazzjoni dwar persuni b'diżabilita' mentali li jirċievu pensjoni tad-diżabilita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8459.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 112 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 9);", "Avviż Legali Nru 125 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l- Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 10);", "Avviż Legali Nru 141 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 11);", "Informazzjoni dwar prezzijiet sussidjati għax-xiri ta' maisonettes, garaxxijiet u appartamenti tal-Gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7703;", "Lista ta' applikazzjonijiet ġodda li daħlu fid-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali matul Settembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8490; u", "Lista ta' korrezzjonijiet magħmula mill-Control Committee maħtur skond l-Artiklu 17 tal-ftehim milħuq bejn il-Vatikan u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill-Gvern.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA", "INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ jekk jogħġbu jressaq it- Tieni Qari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, kif din il-Kamra ftit xhur ilu ddiskutiet pakkett ta' liġijiet intiżi sabiex isaħħu l-operat ta' l-oqsma finanzjarji, bħall-Bank Ċentrali, l-MFSC u l-iStock Exchange, hekk ukoll illum għandna quddiemna pakkett ieħor ta' emendi li huma ntiżi biex isaħħu l-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, kif ukoll l-Income Tax Act innifisha.", "Dawn il-liġijiet, fil-parti prinċipali tagħhom, kienu frott ta' konsultazzjoni ma' l-Accountancy Board u fil-fehma tal-Gvern huma ntiżi sabiex permezz ta' għodda ġodda jdaħħlu aktar serjeta', aktar impenn u aktar effiċjenza fit-tħaddim ta' din il-liġi hekk importanti.", "Fost l-aktar emendi importanti nsibu dik tad-delega ta' l-awtorita' tal-Kummissarju tat- Taxxi Interni.", "Kif inhi l-liġi sal-lum, il-Kummissarju tat-Taxxi Interni huwa ristrett fl-għażla tiegħu u jista' jiddelega awtorita' simili lill-uffiċjali li jservu fid-dipartiment tiegħu biss.", "Billi issa bl-emendi li qed nagħmlu qed nissostitwixxu l-kelma \"officers\" bil-kelma \"persons\", il-kummissarju jista' jingaġġa fuq bażi temporanja, accountants kwalifikati minn barra s- servizz pubbliku.", "Naħseb li wieħed jista' faċilment jasal għal konklużjonijiet tiegħu dwar xi tfisser rakkmandazzjoni bħal din.", "Din ovvjament se tagħti scelta aktar wiesgħa u professjonali fit-tħaddim tat- taxxi interni u ddaħħal ukoll il-konċett ta' farming out ta' dawn is- servizzi essenzjali.", "Il-warrant holders ta' l-accountancy issa se jkunu wkoll soġġetti għal skrutinju aktar wiesa' u iebes.", "Bil-provvedimenti li qed nagħmlu fil-liġi, il-Kummissarju tat-Taxxi Interni issa se jkun jista' jirrapporta lill-Accountancy Board dawk il- warrant holders li ma jkunux imxew mal-kodiċi ta' etika.", "Huwa se jkollu wkoll il-fakulta' illi jissupplixxi lill-Accountancy Board b'evidenza ta' irregolaritajiet u ta' negliġenza min-naħa ta' dawn il-persuni bi tħejjija ta' rapporti u statements finanzjarji li jiġu ppreparati minn awdituri u accountants kwalifikati f'isem it-taxpayers infushom.", "Sal-lum il- provvedimenti dwar is-segretezza fil-liġijiet ta' l-Income Tax żammew lill- kummissarju milli jipproduċi evidenza dokumentata ta' irregolaritajiet lill- Accountancy Board.", "Permezz ta' dawn l-emendi li għandna quddiemna, il- kummissarju issa se jkollu l-poter li mis-sena ta' qabel is-sena ta' assessment li tibda nhar l-1 ta' Jannar, 1998 se jkun jista' jieħu l-passi neċessarji.", "Fil-fatt il-liġi tidħol fid-dettal dwar kif għandha tiġi adottata l-proċedura biex jinġabru dawn l-irregolaritajiet u tagħti dettalji dwar it-tip ta' dokumenti li l-kummissarju għandu dritt jipprovdi lill-Accountancy Board, kif ukoll dwar x'jista' l-bord innifsu jitlob min- naħa tal-kummissarju.", "Min-naħa tiegħu l-Accountancy Board għandu l- inkarigu li jgħarraf lill-kummissarju dwar x'follow-up ikun beħsiebu jagħmel, kif ukoll dwar il-konklużjonijet ta' l-istħarriġ li jkun qiegħed jagħmel.", "It-tagħrif miġbur mill-Accountancy Board mingħand il-kummissarju jista' jintuża biss għall-għan ta' l-inkjesta msemmija.", "Emenda oħra li għandna quddiemna tinkludi t-tnaqqis ta' 15% mid-dħul ta' xogħol part-time taħt il-provvedimenti ġodda tal-PAYE.", "Din l-emenda tobbliga lit-taxpayers li jagħtu dettalji sħaħ tat-tnaqqis fir-rigward tal- PAYE u anke tax-xogħol maħdum part-time fuq il-formoli rilevanti.", "Sabiex it-taxpayer isir eliġibbli għal set-off jew refund tat-taxxa mnaqqsa, hemm imbagħad emenda oħra dwar dikjarazzjoni tad-dħul relattiv għas-sena ta' stima li tiġi wara dik li fiha jsir it-tnaqqis relattiv.", "Madam Speaker, il-liġi kif emendata se tibda taħseb ukoll biex ikun hemm penali li japplikaw f'dawk iċ-ċirkostanzi meta min iħaddem jonqos li jnaqqas il-PAYE mill-emoluments ta' l-impjegati tiegħu.", "Dan issa qed isir applikabbli wkoll fil-każ li dak li jkun jonqos li jagħmel dan meta jiġi biex joħroġ iċ-cheques tal-paga tal-part-timers li jkollu miegħu.", "Permezz ta' dawn l-emendi qiegħda tidħol subsection għal kollox ġdida fil-liġi li tagħmilha possibbli biex il-kummissarju jkun jista' jniedi field audits fil- premises ta' min iħaddem u dan sabiex jiġi żgurat li jkunu qed jinżammu records korretti u li t-taxxa qed titnaqqas kif suppost mill-emoluments ta' dak li jkun.", "Min iħaddem se jkollu jżomm dawn ir-records għal disa' snin wara l-compliance tat-taxpayer mal-provvedimenti tal-liġi nnifisha.", "Min jikser ir-regoli dwar ix-xogħol part-time se tittieħed azzjoni kriminali kontra tiegħu u l-multi se jibdew minn Lm50 u jibqgħu telgħin sa Lm500, jew ħabs ta' mhux aktar minn sitt xhur, jew anke t-tnejn f'daqqa.", "Madam Speaker, fil-liġi hemm aspett ieħor ukoll - kif għidt fil-bidu din hija liġi li tiġbor fiha ħafna emendi li jolqtu diversi liġijiet finanzjarji - li jirrigwarda r-rilevanza tal-kelma \"kumpannija\".", "Fil-fatt fil-liġi qed tidħol tifsira ġdida tal-kliem \"kumpannija\" u \"dividend\" fid- dawl ta' l-emendi proposti għal item 7c(iii) taħt l-Income Tax Act fir- rigward ta' collective investment schemes.", "Qed issir sostituzzjoni tal- frażi indikata f'paragrafu (c) ta' subartiklu (4) ta' artiklu 48 sabiex tiffaċilita' l-interpretazzjoni tal-liġi fir-rigward ta' refund fuq taxxa mħallsa minn international trading company.", "Fi kliem ieħor, li rrid infisser huwa li sabiex jiġi stabilit li ċerti refunds ikunu dovuti biss fir-rigward ta' taxxa mħallsa fuq profitti li jkunu qed jirriżultaw meta kumpannija tkun qed tibbenefika mill-istatus ta' international trading company, dan għandu jsir kif definit fl-Income Tax Act.", "Il-kliem attwali tal-liġi jista' jwassal għal telf ta' revenue billi jista' jiġi interpretat li jfisser illi kumpannija barranija tista' takkumula r-riżervi tagħha biex imbagħad issir international trading company u tieħu vantaġġ minn ċerti refund provisions, kif ukoll li offshore trading company tiġi konvertita f'international trading company u tagħmel claim biex tieħu lura żewġ terzi mill-5% tax rate applikabbli f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Fil- fatt fir-realta' il-liġi qatt ma ġiet imfassla biex tiġi interpretata b'dan il-mod żbaljat.", "Jekk issa niġu għall-emendi fl-Income Tax Act insibu li l-ħsieb huwa illi assi li jiġu ttrasferiti minn kumpannija għal kumpannija oħra fl- istess grupp jibbenefikaw mit-time apportionment provisions taħt il-capital gains rules ta' erba' snin ilu.", "Fl-istess waqt li tibbenfika minn benefiċċji diġa' gawduti mit-trasferiment ta' assi ta' kumpannija barra l- grupp, il-kumpanija issa tkun tista' tapplika għal trasferiment ta' assi ta' individwi barra l-grupp innifsu.", "Irrid nissolleva l-fatt ukoll li hemm sostituzzjoni oħra ta' frażi fil- liġi rilevanti, fid-dawl ta' emendi fl-Income Tax Management Act, dwar dak li għandu x'jaqsam ma' refunds fuq taxxi mħallsa minn international trading company.", "Fil-fatt fil-liġi qed tiddaħħal subsection ġdida biex tipprovdi għal ċerti emendi dwar il-collective investment schemes.", "Irrid infisser li kif inhi l-Income Tax Act bħalissa, hemm żvantaġġ qawwi u serju ta' taxxa għar-residenti u anke għan-non-residenti li jinvestu f'kumpannija lokali permezz ta' collective investment scheme minflok jinvestu direttament.", "Nixtieq nagħti żewġ eżempji ta' dan.", "Meta persuna \"A\" tinvesti direttament f'kumpannija Maltija \"B\" u l- kumpannija \"B\" tagħmel profitt ta' Lm1000, ir-riżultat aħħari jkun li persuna \"A\" tispiċċa b'Lm650 netti wara li titnaqqas it-taxxa.", "Min-naħa l- oħra meta persuna \"A\" tinvesti f'kumpannija Maltija \"B\", permezz ta' exempt collective investment scheme u l-kumpannija \"B\" tagħmel profitt ta' Lm1000, ir-riżultat aħħari jkun li persuna \"A\" tibqa' b'Lm422 f'idejha netti wara li tkun saret it-tassazzjoni rilevanti.", "Bl-emenda maħsuba, persuna se jkollha issa d-dritt għal tax credit li jiggarantilha l-istess riżultat bħal fil-każ ta' l-ewwel eżempju li għadni kif semmejt.", "Ta' min wieħed isemmi li l-Malta Stock Exchange kienu għamlulna rappreżentazzjonijiet formali favur emendi simili.", "Qed indaħħlu wkoll emendi żgħar oħra iżda daqstant ieħor rilevanti dwar it-tifsira tal-kliem \"company\", \"dividends\", \"relief from double taxation\" u għal kelma \"shareholder\" in konnessjoni ma' collective investment schemes.", "Ma jidhirlix li għandi nagħmel introduzzjoni twila dwar din il-liġi għaliex inħoss li hija ta' natura non-kontroversjali imma nħossni fid-dmir li nissolleva l-fatt li f'nifs wieħed u anke f'liġi waħda qed nipprovaw nilħqu għaxar għanijiet ewlenin.", "Madam Speaker, bil-permess tiegħek nixtieq nelenka l-għaxar għanijiet ewlenin li wassluna biex inressqu din il-leġislazzjoni quddiem din il- Kamra.", "L-ewwelnett qed nipprovdu - kif semmejt aktar kmieni - għall- ingaġġar ta' qualified accountants fuq bażi temporanja minn barra s-servizz pubbliku; qed nipprovdu biex nirrapportaw defaulting accountants lill- Accountancy Board; qed nilleġislaw dwar ir-rata ta' tassazzjoni ta' 15% fuq xogħol part-time; qed nagħmlu provvediment għal penali għal dawk l- employers li jonqsu li jnaqqsu t-taxxa mill-part-time emoluments ta' l- impjegati tagħhom; qed nintroduċu l-konċett ta' field audits fil-premises ta' min iħaddem biex niżguraw accounting xieraq għal tnaqqis tat-taxxa mill- emoluments; u qed nagħtu interpretazzjoni ġdida lill-kliem \"kumpannija\" u \"dividend\" in vista tal-collective investment schemes.", "Ma' dawn irrid inżid ukoll li qed nipprovdu għal amministrazzjoni xierqa għal refund fuq it-taxxi mħallsa minn international trading company; u dwar income tax proprja qed nipprovdu għal benefiċċji gawduti wara t- trasferiment ta' l-assi minn kumpannija fi ħdan grupp ta' individwi barra mill-grupp innifsu.", "Qed nipprovdu wkoll għat-trattament ta' refund ta' taxxa mħallsa minn international trading company b'mod konsegwenzjali għall- Income Tax Management Act.", "Fl-aħħarnett qed nikkoreġu ċerti żvantaġġi li jiffaċċaw residenti u non-residenti li jinvestu f'kumpannija lokali permezz ta' collective investment schemes minflok ma jagħmlu dan b'sens dirett.", "F'dan l-istadju se nieqaf hawnhekk bl-intervent tiegħi pero' qabel ma ngħaddi l-kelma lill-Oppożizzjoni nixtieq ngħid li rridu nagħmlu xi emendi li jikkonċernaw il-final settlement scheme system - dawn ovvjament inkunu nistgħu niddiskutuhom fi stadju ta' Kumitat - u appena jkolli l-emendi rilevanti f'idejja ngħaddihom lill-Oppożizzjoni kif inhi l-prassi li nagħmlu min-naħa tagħna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, il-Ministru għadu kemm spjega t-teknika u d-dettall ta' l-emendi li għandna quddiemna.", "Ta' min ifakkar li meta fl- 1994 għamilna r-riforma fil-liġijiet finanzjarji, kummerċjali u fiskali ta' pajjiżna, il-liġi dwar it-taxxa tad-dħul - dak iż-żmien kienet waħda - konna qsamniha fi tnejn; konna għamilna l-liġi tat-taxxa u konna għamilna l- liġi dwar it-tħaddim tal-liġi tat-taxxa.", "Din għamilniha bl-iskop speċifiku li nisseparaw l-element ta' rati ta' tassazzjoni u l-punti u d-dettalji kollha ta' x'jiġi to charge - fejn wieħed jitkellem dwar taxxa, kif ukoll x'tip ta' refunds u rebates ikun hemm fit-taxxa - mill-amministrazzjoni proprja tas-sistema tat-taxxa.", "Illum qegħdin nemendaw il-liġi li tirrigwarda l-amministrazzjoni tat-taxxa u bażikament qegħdin nagħtu l- possibbilta' lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li jieħu azzjoni meta jkun qed jissuspetta li qegħdin isiru dikjarazzjonijiet ħżiena.", "Din hi l-famuża ġlieda kontra l-evażjoni li meta konna fil-gvern konna mpenjati b'ruħna u b'ġisimna li negħlbuha.", "F'din il-liġi qegħdin nagħtu l-possibbilta' lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li jimpjega nies kwalifikati - mhux bħala impjegati mad-dipartiment - biex jagħmlu ċertu xogħol.", "Qegħdin ngħidu li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni jista' jagħmel farming out lil firms ta' accountants biex ikunu jistgħu jagħmlu audits ta' kumpaniji speċifiċi.", "Qegħdin ukoll nagħtu l- fakulta' lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li, fejn jissuspetta li xi accountant ikun iffirma dokumenti b'mod negliġenti jew b'mod ħażin, mhux biss jinforma lill-Accountancy Board - dak il-korp li jista' jieħu passi dixxiplinarji kontra l-accountant - b'dak li jkun qed jiġri, imma wkoll jibgħatlu d-dokumentazzjoni meħtieġa biex ikun jista' jmexxi l-każ kontra l- accountant partikolari.", "Qegħdin ukoll nagħtu fakulta' aktar speċifika lid- Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex jagħmel audits ta' kumpanniji.", "Dawn huma kollha inizjattivi fid-direzzjoni t-tajba sabiex nagħtu aktar saħħa lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni biex ikun jista' jiġġieled l-evażjoni.", "Irrid ngħid ukoll li mill-banda l-oħra rridu noqogħdu b'seba' mitt għajn li f'dan il-proċess tant desiderabbli ma nitilfux il-konċett tas-segretezza li llum jeżisti fir-returns individwali jew fir-returns ta' kumpanniji.", "Irid ikun hemm proċeduri stabiliti bil-għaqal u bis-sens, kemm meta jsir farming out, kif ukoll meta d-dipartiment jara li hemm bżonn li jgħaddi xi dokumentazzjoni lill-Accountancy Board kontra xi accountants li jkunu qegħdin jiksru l-kodiċi ta' etika.", "Dan irridu nagħmluh f'ambjent li nassiguraw li ma nkunux qegħdin inpoġġu fil-periklu s-segretezza li teżisti llum f'kull return li individwu jagħmel jew kumpannija tagħmel lid- Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Jekk id-dipartiment jgħaddi dokumenti għand l-Accountancy Board, b'xi mod il-persuni fuq dan il-bord għandhom jintrabtu bil-ġurament tas-segretezza.", "Barra minn hekk jien naħseb li jkun tajjeb li d-dokumenti li jkunu għaddew mill-Accountancy Board jiġu rritornati lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fi kwalunkwe każ u mhux biss fil-każ fejn dawn id-dokumenti ma jiġux użati, bħalma hemm stipulat fl- abbozz ta' liġi.", "Ikun tajjeb li wara li jsir użu minn dawn id-dokumenti ma jitħallewx karti u dokumenti konfidenzjali tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni jiġru f'korpi jew f'dipartimenti oħrajn.", "Għandna nesiġu li d- dokumenti kollha jiġu rritornati.", "Madam Speaker, nerġa' ngħid li napprezza li din il-liġi qiegħda tipprova ssaħħaħ iktar il-funzjoni tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex jiġġieled l-evażjoni.", "Mill-banda l-oħra, dan il-Gvern, kontra l-parir ta' kulħadd, daħħal sistema ta' tassazzjoni li farrket l-audit trail.", "Farrket l-għodda li kienet teżisti mhux biss fl-Inland Revenue Department imma anke fir- revenue collecting departments l-oħra tal-gvern bħalma huma d-Dwana, is- Social Security u d-Dipartiment li kien tal-VAT u li issa reġa' ssemma - allavolja bl-istess nies u bi kważi l-istess funzjoni - Dipartiment tat- Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.", "Bl-emendi u bit-tibdil li sar fis-sistema tat- tassazzjoni tfarrak l-ingranaġġ li kien jeżisti sa Ġunju ta' din is-sena fis-sistema tat-taxxa tal-pajjiż.", "Din hija daqqa mortali għall-ġlieda kontra l-evażjoni jew għal moralita' fiskali, kif issa bdejna nsejħulha wkoll.", "Is-self-policing li ntroduċejna aħna, bis-sistema l-ġdida ntilef u mar il-baħar.", "Ir-raġuni għaliex intefa' il-baħar huwa għaliex ma sarx studju serju ta' kif kellu jiddaħħal it-tibdil u ma ġewx magħrufa l- konsegwenzi ta' x'se jiġri meta jsir dan it-tibdil.", "Ma fehmniex preċiż it- tip ta' riorganizzazzjoni li setgħu jagħmlu n-nies fl-oqsma kollha tal- kummerċ.", "Meta ma baqgħux jaqgħu taħt is-sistema tal-VAT dawn setgħu jimirħu fil-loopholes, fit-twieqi u fil-bibien li nfetħu bis-sistema l-ġdida ta' tassazzjoni.", "U hawn hija l-inkonsistenza.", "Kellna sistema self-policing u ma ħallejnihiex bi kwietha u issa qegħdin ninsistu għal affarijiet oħra.", "Nerġa' ngħid li dawn huma miżuri fid-direzzjoni t-tajba u aħna m'aħniex kontrihom, pero' hija ħasra li qed nieħdu dawn il-miżuri meta l-bażi vera li kienet tiġġieled l-evażjoni farrakniha intortament u mingħajr wisq ħsieb.", "Fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum hemm emenda li biha se tibda titħaddem inizjattiva li kienet ittieħdet ħafna xhur ilu fil-budget ta' l-1995, jiġifieri li kull min jagħmel xogħol part-time irid iħallas taxxa bir-rata ta' 15%.", "Din l-inizjattiva kienet ingranata mal-miżuri li konna qed nieħdu biex is-sistema kollha f'pajjiżna timmilita kontra l- evażjoni.", "Aħna nafu li min kien jagħmel xogħol part-time kien jipprova jinsisti li jitħallas minn taħt il-mejda mingħajr ma jiġi ddikjarat xejn, b'ħafna problemi għal min jimpjegah.", "Aħna konna għidna li fuq xogħol part- time tibda titħallas taxxa ta' 15% u ma jkunx hemm għalfejn li bniedem joqgħod jipprova jaħrab milli jiddikjara l-qligħ tiegħu għall-fini ta' taxxa tad-dħul.", "Din il-miżura ħadmet għaliex rajna ħafna nies li kienu qed jaħdmu fl-ekonomija s-sewda li bdew jiġu magħduda fl-ekonomija uffiċjali.", "Illum qiegħda tiddaħħal fil-liġi din l-inizjattiva li bdiet topera sa mill-1996.", "Barra minnhekk din l-inizjattiva kienet ukoll ingranata mas-sistema tal- final settlement scheme u l-ħsieb tagħna kien li anke din l-iskema tibda topera fl-1 ta' Jannar, 1997.", "Permezz tal-final settlement system, kull min jaqla' paga - u hawnhekk konna qegħdin ngħidu anke għall-part-timers - konna se nġibuh bażikament qed iħallas it-taxxa at source.", "Issa din ukoll kienet indirizzata lejn il- ġlieda kontra l-evażjoni.", "Għaliex?", "Għax il-konċett prinċipali tal-final settlement system kien li jelimina l-biċċa l-kbira ta' l-amministrazzjoni mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex dan ikun jista' jikkonċentra ħafna iktar fuq dawk li suppost verament iħallsu t-taxxa u kienu jaħarbuha.", "L- intenzjoni kienet li bil-final settlement system, dawk il-ħafna pensjonanti u ħaddiema li jaqilgħu fixed income biss - jew fixed income u mgħaxijiet mill-bank - ma jkollhomx għalfejn jimlew karta ta' l-income tax.", "Jiena kont nikkalkola li kellna 'l fuq minn 100,000 persuna li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji u dan kien ifisser li dawk il-100,000 persuna ma kienx ikollhom għalfejn jersqu lejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Dan kien ifisser ukoll li n-nies li kienu joqogħdu jippanċjaw, jiċċekkjaw u jagħmlu filing ta' ħafna karti, jibdew jaħdmu b'mod aktar effettiv f'dawk is- setturi li huma aktar suxxettibbli għall-evażjoni.", "Il-pjan tagħna kien li permezz ta' l-introduzzjoni tal-VAT ikollna sistema sinkronizzata biex tiġġieled l-evażjoni.", "Konna qed inpoġġu flimkien il-ġlieda effettiva - u mhux bil-paroli biss - kontra l-evażjoni tat-taxxa.", "U hawn konna qegħdin nirnexxu.", "U naraw li konna qegħdin nirnexxu anke minn ċerti passi li ħadna.", "Aħna naqqasna r-rati tat-taxxa drastikament u tajna wkoll l- opportunita' lin-nisa miżżewwġin li jaħdmu u li żwieġhom jaħdmu - u mbagħad estendejniha għal nisa miżżewwġin li jaħdmu u li żwieġhom ma jaħdmux għax jistgħu jkunu pensjonanti - li jagħmlu dikjarazzjoni separata tat-taxxa.", "B'dan il-mod lil dawn in-nies naqqasna minn fuqhom il-piż tat-tassazzjoni.", "Aħna ħassejna li ma kienx sewwa li mara li taħdem tibda tinqabad bit-taxxa bl-ogħla rata mill-ewwel lira li taqla' u konna għamilna emendi f'dan is- sens ukoll.", "Dawn l-emendi kollha ma kenux mitfugħha 'l hemm u 'l hawn bl- addoċċ imma kienu kollha elementi li kienu qegħdin jibnu sistema koerenti li kienet tiġġieled b'mod effettiv l-evażjoni u ġġib ħafna iktar ġustizzja soċjali f'pajjiżna.", "U dak finalment, Madam Speaker, huwa l-għan ewlieni tagħna, li naraw li min għandu jħallas it-taxxa jħallasha.", "Imbagħad għandna emendi oħrajn li qed jagħmlu fine-tuning tar-regime tas- settur finanzjarju.", "Qegħdin nitkellmu fuq emendi li jirrigwardaw l- international trading companies u l-collective investment schemes.", "Dan il- fine-tuning huwa dejjem meħtieġ pero' hawnhekk nixtieq ngħid lill-Gvern sabiex joqgħod ftit attent.", "Dan huwa settur tal-financial sector li b'mod għaqli, b'ħafna xogħol u b'ħafna koperazzjoni mingħand ħafna nies, għaddejna kollezzjoni ta' liġijiet dwaru b'consensus minn dan il-Parlament .", "Dawn il-liġijiet irrikjedew ħafna ħsieb sabiex iżommu ma' xulxin u rridu noqogħdu attenti x'nagħmlu jew kif inbagħbsu magħhom.", "Ngħid għalija ma ħadt gost xejn nisma' bil-kumitat li ġie mwaqqaf mill-Gvern biex jagħmel reviżjoni ta' dan is-settur.", "Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tal-Malta Financial Services Centre huwa li jżomm il-liġijiet updated ma' l-esiġenzi tal-mument.", "F'dan is-settur tal-financial services qegħdin ngħixu f'ambjent kompetittiv immens, ambjent li jinbidel b'mod mgħaġġel.", "Għadni kemm irċevejt informazzjoni din il-ġimgħa dwar kif se jiġi affettwat, issa li d- double tax agreement bejn il-Lussemburgu u l-Isvizzera ġie effettiv u kif biddel ix-xenarju kollu ta' vantaġġi li jeżistu għall-kumpanniji li jifformaw ruħhom fl-Isvizzera.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex dawn l-avvenimenti li jiġru minn żmien għal żmien fil-pajjiżi l-oħra, li wkoll jagħtu dan is-servizz, jaffettwaw il- kompetittivita' tagħna f'dan is-settur.", "U għalhekk waħda mill-funzjonijiet li poġġejna fuq spallejn il-Malta Financial Services Centre kienet li jżomm ruħu aġġornat ma' x'inhu jiġri u jagħmel update tal-liġijiet tagħna skond il-bżonn.", "Jien ma rajt l-ebda ħtieġa, Madam Speaker, li noħolqu kumitat barra mill-Malta Financial Services Centre biex jagħtina l-pariri ta' kif għandna nagħmlu l-aġġornamenti u t-tibdiliet f'dawn il-liġijiet.", "Irid ikollna idea ċara ta' x'aħna nagħmlu.", "Nispera li m'aħniex ninċentivaw direzzjonijiet fejn innaqqsu t-trasparenza u s-serjeta' mis-settur finanzjarju u nispera li mhux se jkollna tiġbid biex nerġgħu nagħtu saħħa lill-funzjoni tan-nominees, kif kienet fil-fażi esperimentali li konna għamilna aħna fl-1987, u b'hekk inkissru t-trasparenza u s-serjeta' li biha huwa mmexxi dan iċ-ċentru.", "Jien nispera li ma jkollniex it-tentazzjoni li ma nkomplux mexjin fuq direttivi li llum huma kkonsidrati minn kulħadd li jfissru serjeta'.", "Nispera li Malta ma ssirx bħall-Cayman Islands.", "Din in- naħa temmen fl-importanza ta' dan is-settur u lesti li nibqgħu nikkoperaw mija fil-mija ma' kull żvilupp li jsir f'dan is-settur pero' ma nistgħu naqblu ma' l-ebda inizjattiva li tnaqqas is-serjeta' minn dan is-settur.", "Jien nispera li meta jkunu se jiddaħħlu xi ideat ġodda jew ikun se jsir xi tibdil l-Oppożizzjoni tiġi msejħa, mhux sempliċement biex tiġi informata imma sabiex taqbel ma' dak it-tibdil li jkun qiegħed isir.", "B'hekk biss nistgħu nżommu l-consensus li ħloqna.", "L-Onor.", "Spiteri, li qiegħed quddiemi, ħadem ħafna biex ikun hawn dan il-consensus.", "Jaf kif ħdimna ma' Dr. Karmenu Mifsud Bonnici meta kien hemm bżonn nagħmlu ċerti emendi u jaf bis-sessions li għamilna li fihom spjegajna lill-membri parlamentari kollha dak li konna qegħdin nagħmlu, anke dawk ta' l-Oppożizzjoni, u lil kull min kien jattendi.", "GĦamilna sessions sħaħ biex infehmu l-genesi ta' dawn il-liġijiet u għalfejn konna qed nagħmlu ċerti provisions.", "Konna niltaqgħu f'uffiċċju f'Archbishop Street sabiex nispjegaw dak li konna qed nipproponu li nagħmlu u mhux ġejna hawnhekk ngħidu li se naqblu.", "Għamilna eżerċizzju reali u twil biex stajna noħolqu consensus u jien kuntent li ħloqnih dan il-consensus.", "Ħloqnih għaliex kulħadd fehem li l-futur ta' pajjiżna wkoll qiegħed f'dan is-settur u l-appell tiegħi huwa li nkomplu mexjin b'dan il-mod.", "Dan m'hu settur ta' ħadd, la ta' Sempronju u lanqas ta' Titu.", "U ara ma jkollniex xi ego-trip ta' xi ħadd li jipprova jiddistabilizza dak li għandna.", "Madam Speaker, jien qed nagħmel dan it-tip ta' diskors sabiex niftaħ għajnejn kulħadd.", "Aħna f'dan is-settur nimxu bl-istess atteġġament li mxejna bih qabel pero' rridu nkunu nformati minn qabel bit-tibdil kollu li se jsir.", "Hemm bżonn li ma nnaqqsux is-serjeta' u rridu noqogħdu attenti li ma nagħmlu xejn li bih nitilfu d-double tax agreements li għandna, li huwa network qawwi u qed ikompli jitqawwa.", "Aħna nafu kemm huma importanti dawn id-double tax agreements għas-settur li qed nitkellmu fuqu, settur li fih bażikament għandna cutting edge fuq ħafna pajjiżi oħrajn.", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti ħafna sabiex ma nagħmlu xejn li b'xi mod jista' jagħmel undermining ta' dawn l-istituzzjonijiet.", "Dak huwa l-appell li xtaqt nagħmel.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi, il-Ministru qalilna li se jagħtina l-emendi dwar il-final settlement system.", "Jien nixtieq nara dawn l-emendi għaliex, kif diġa' għidt din hija sistema li konna ħabbarna fil-budget ta' l-1995.", "Kif konna ħabbarna dakinhar, aħna kellna l-intenzjoni li din is-sistema tibda topera fl-1 ta' Jannar, 1997 pero' jien qed nifhem li din se tibda topera fl-1998.", "Ċertament li din is-sistema se sservi ta' pass pożittiv ieħor 'il quddiem għall-amministrazzjoni tat-taxxa f'pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, permezz ta' dispożizzjoni pożittiva mill-Oppożizzjoni Laburista u mill-Gvern preċedenti aħna stajna nitkellmu b'mod tekniku anke qabel ma tressqu l-abbozzi ta' liġi dwar is-settur tas- servizzi finanzjarji u wara stajna nkomplu nitkellmu fuq dan is-suġġett meta wasalna għall-istadju ta' Kumitat.", "Fl-opinjoni tiegħi, f'dan l- istadju l-ex-Kap tal-Partit Laburista, Dr. Mifsud Bonnici ta kontribut insuperabbli għaliex kien għamel sigħat twal jiddiskuti sabiex jiġi mtejjeb il-pakkett ta' abbozzi ta' liġi.", "Fil-fatt dak iż-żmien kien saħansitra nħoloq kunsens, liema kunsens naqbel li għandna nżommuh, kif qal l-Onor.", "Dalli.", "Pero' imbagħad jien nibda nistaqsi lili nnifsi għadd ta' mistoqsijiet - jien inħobb nistaqsi mhux ħażin - meta l-Onor.", "Membru juża t-ton ta' Cassandra.", "GĦalfejn għandna nkunu qisna Cassandra u nbassru li se jkun hemm xi ħaġa li tista' timmina dan il-kunsens?", "GĦaliex għandna noqogħdu ngħidu li nisperaw li mhux se ssir xi ħaġa li tnaqqas is-serjeta' jew li nisperaw li m'aħniex ninċentivaw nuqqas ta' trasparenza?", "Din il-mistoqsija fiha tweġiba wkoll għax l-Onor.", "Membru mhux jispera biss qiegħed imma jibża' wkoll.", "Jekk dan għandu xi raġunijiet għaliex qed jibża' li jistgħu jsiru xi proposti li jnaqqsu t-trasparenza u s-serjeta' u allura jimminaw il- kunsens, aħjar jelenkahomlna ħalli wieħed ikun avżat għax wara kollox bniedem avżat nofsu armat.", "Jien s'issa ma jirriżultalix li hemm għalfejn nużaw dan il-leħen ta' Cassandra - m'iniex qed ngħid li hu Cassandra imma t- ton tiegħu hu ta' Cassandra - u għalkemm huwa veru li jirriżulta dak li qal, jiġifieri li twaqqaf kumitat ta' ideat, din hija xi ħaġa li tmur 'il barra mill-Malta Financial Services Centre.", "Madam Speaker, min waqqaf dak il-unit - għax wara kollox jien ma nafx jekk dan huwiex kumitat - kellu l-iskopijiet tiegħu għalfejn jagħmel dan u jekk inħarsu lejn l-impjegati li hemm fih insibu li dawn huma practitioners fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Dawn huma practitioners tajba jew le?", "GĦax jekk hemm xi dubju dwar jekk għandniex inħarsu lejn il-practitioners li għandna f'Malta bl-istess mod, aħjar inkunu ċari u trasparenti u ngħidu dan mill-ewwel.", "Mill-evidenza li għandi f'idejja - għax naturalment jista' jkun hemm evidenza oħra - ma jirriżultalix li għandna għaliex niddubitaw minnhom, pero' jekk ikun hemm xi evidenza oħra jien inkun l-ewwel wieħed li ngħid li se nirrivedi dak li qed nikkummenta dwaru.", "Barra minn hekk il- loġika li waqqfet dan il-unit hija l-loġika ta' min ħass li għandu jwaqqfu.", "Dan il-unit huwa mmexxi minn bniedem - lil dan nista' nsemmih għax m'iniex se nsemmih fil-bâtal; jien qatt ma nsemmi lil ħadd fil-bâtal imma fil-ġid - li huwa ex-membru ta' din il-Kamra - m'għandux x'jaqsam li kien ex-membru ta' din il-Kamra - ex-membru ta' l-Oppożizzjoni - m'għandux x'jaqsam li kien ex-membru ta' l-Oppożizzjoni - u ex-chairman tal-Malta Financial Services Centre.", "Fil-fatt kien il-Gvern Nazzjonalista li ħatar lil dan il- bniedem bħala chairman ta' l-MFSC u anke, jekk m'iniex sejjer żball, tal- predeċessur tiegħu.", "Allura meta teżisti din is-sitwazzjoni għaliex qed nibqgħu nitkellmu b'mod fejn qisna qed nantiċipaw li se ssir xi ħaġa li tnaqqas is-serjeta' ta' dan iċ-ċentru?", "Kif għidt diġa', l-affarijiet wieħed aħjar jgħidhom fil-beraħ minflok ma joqgħod ilaqlaq u juża t-ton ta' Cassandra bla ma jagħti t-twissija li għandu jagħti.", "M'huwiex sew li jkun hemm xi dell x'imkien, la fuq in-nies, la fuq il-motivi u wisq inqas fuq dak li qed jipprova jagħmel il-Gvern.", "Fil-fatt riċentement kellna għall-darb'oħra espressjoni ċara dwar il- commitment tal-Gvern li jiffoka fuq dan is-settur biex imexxih 'il quddiem kemm jista' jkun.", "GĦaldaqstant filwaqt li jien nifhem li jekk kemm-il darba l-Onor.", "Dalli għandu xi dubji jagħmel sew jekk jesprimihom; u filwaqt li nifhem iktar u iktar li jekk għandu xi mistoqsijiet x'jagħmel jagħmel sew jekk jagħmilhom, jien ma nifhimx it-ton tiegħu ta' Cassandra, qisna diġa' qed inħossu li se jsiru affarijiet li se jnaqqsu mis-serjeta' ta' l- MFSC.", "Kif diġa' għidt, mill-informazzjoni li għandi ma jirriżultalix dan.", "Jirriżultali biss li nbidel iċ-chairman.", "Jien insellem liċ-chairman li spiċċa, Joe Bannister, li kien chairman tajjeb u naħseb li jkun tajjeb li nsellmu u nawguraw ukoll liċ-chairman il-ġdid, il-Prof Edward Scicluna, li huwa bniedem ta' ċertu record u statura.", "Aħna għandna nibdew minn hawnhekk u m'għandniex għalfejn nitilqu billi ndaħħlu ċerti dubji - id-dubji jrid ikollhom xi ħaġa konkreta biex ikunu jistgħu jiġu sostnuti - jew ngħidu affarijiet li ma jkunux korretti, lanqas fil-qasam ta' l-ambitu' tas- servizzi finanzjarji.", "L-Onor.", "Dalli qal li huwa jittama li nibqgħu naħdmu bis-serjeta' u li ma nsirux xi Channel Islands.", "Imma għalfejn qed nitkellmu b'din il-manjiera?", "Li kieku nsiru xi Channel Islands naħseb li nkunu qed nersqu lejn żona li s'issa kellha ħafna iżjed suċċess fil-qasam tas-servizzi finanzjarji milli kellu ċ-ċentru li twaqqaf hawn Malta sentejn ilu u mill-awtorita' responsabbli mill-offshore li twaqqfet xi tmien snin ilu.", "Bħalma dawk il- pajjiżi li qed iservu ta' mudell għal pajjiżi oħra għandhom l-identita' tagħhom, hekk ukoll aħna għandna jkollna l-identita' tagħna imma ċertament ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin jekk kemm-il darba naraw kif u għaliex ħaddieħor qed jikseb suċċess.", "Aħna għandna naraw dan dejjem fil-kontest ta' punt li żgur li naqblu fuqu lkoll, ċioe' li għandna nżommu s-serjeta' kontinwament.", "Dan il-qasam huwa sensittiv ħafna u ġo fih faċilment jistgħu jidħlu nies u flus mhux mixtieqa.", "Ikollok kemm ikollok bżonn flus hemm ċerti flus mhux mixtieqa u allura aħna rridu noqogħdu attenti għal dan il- ħin kollu.", "Aħna rridu noqogħdu wkoll fuq il-ponot ta' subgħajna biex naċċertaw li jekk kemm-il darba jkun hemm opportunitajiet f'xena li l-ħin kollu qed tinbidel dawn nisfruttawhom.", "L-Onor.", "Dalli stess semma l-iżviluppi li saru fl-Iżvizzera u fil- Lussemburgu.", "Dawn l-iżviluppi jsiru l-ħin kollu u aħna, bħala pajjiż li qiegħed jaspira li jsir ċentru finanzjarju, għandna nfittxu li nsegwu dawn l-iżviluppi, anzi għandna nkunu pro-attivi billi nersqu kemm jista' jkun lejn dawn l-iżviluppi aħna qabel ma jersaq lejhom ħaddieħor.", "Aħna għandna nkunu serji, flessibbli u pro-attivi imma m'għandniex inkunu papisti iktar mill-Papa.", "Illum anke l-Papa qiegħed joħroġ ħafna minn ġol-Vatikan biex imur jara l-fidili - u jagħmel sew li jagħmel hekk - fil-bqija tad-dinja.", "Aħna li ma rridux nagħmlu huwa li ningħalqu ġol-Vatikan, nibqgħu hemmhekk u ma nħallu l-ebda flessibbilta' biex f'kontest ta' serjeta' u ta' kif isiru l-affarijiet inkomplu nipprovaw nippromwovu lil Malta bħala ċentru finanzjarju.", "Jien qed ngħid li għandna nkomplu nipprovaw nippromwovu lil Malta bħala ċentru finanzjarju fil-kontest li baqa' ħafna x'isir għax filwaqt li kien hemm miżura ta' suċċess għad ma kienx hemm dak is-suċċess li stennejna lkoll kemm aħna.", "Ara ma jkunx hawn min jilludi ruħu li għaliex lejlet l-elezzjoni li għaddiet kemm l-ex-Prim Ministru, kemm l-ex-Ministru tal-Finanzi, kif ukoll ħafna minn sħabhom marru għal jamboree kbir, taparsi ġej lura Malta l- Barclays Bank, dan veru ġie.", "Hawn Malta ġew vehicles ta' investiment, immirati biex jiġu listed fuq l-istock exchange tagħna, pero' l-mira tagħhom primarjament kienet dik li jieħdu t-tifdil tal-poplu Malti.", "Dawn għandhom kull dritt jagħmlu hekk pero' l-poplu Malti seta' jibgħat dak it- tifdil barra minn Malta mingħajr ma joqogħdu jiġu hawnhekk huma.", "Dan hu dak li seħħ fir-realta', apparti n-numru ta' banek tajbin li twaqqfu, prinċiparjament mill-Awstrija.", "Qed ngħid dan biex ma noqogħdux nilludu ruħna li konna lħaqna xi peak li dan il-Gvern se jniżżilna lura minnu għax filwaqt li għandna nappellaw biex inżommu s-serjeta' u biex inżommu dan il- kunsens - huwa tajjeb li l-Onor.", "Dalli jagħmel dan l-appell u jien persważ li l-intenzjoni li għandu hija li jaħdem flimkien mal-Membri ta' l- Oppożizzjoni sabiex iżomm il-kunsens fuq dan is-suġġett, għalkemm imkien ma jirriżulta li dan il-kunsens mhux qed jinżamm - fl-istess ħin għandna nkunu realistiċi biex tabilħaqq nagħrfu fejn wasalna f'dan il-qasam.", "Madam Speaker, meta qomt biex nitkellem jien ma kellix il-ħsieb li nagħmel intervent twil pero' issa ġaladarba qomt se ngħaddi biex nagħmel punt ieħor.", "Meta kien qed jitkellem fuq l-aspetti tekniċi ta' dan l-abbozz ta' liġi, għal darb'oħra l-Onor.", "Dalli uża ċertu ton li jien ma fhimtux, jew aħjar, għall-ewwel ma fhimtux u mbagħad iktar tard kien xi ftit iktar ċar.", "Qed ngħid dan għax fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Onor.", "Membru uża ton li meta jisimgħu wieħed bilfors ikollu jistaqsi x'irid jgħid bih sewwa sew.", "L- Onor. Dalli tkellem fuq il-final settlement system u qal li din is-sistema kienet se tkun effiċjenti għax kienet se taqta' l-arretrati, kienet se tħaffef ix-xogħol tad-dipartiment għax b'hekk id-dipartiment kien ikun jista' jaqta' t-taxxa hi u dieħla - mhux bħall-PAYE li taqta' t-taxxa b'rata li tiġi ffissata darba jew darbtejn fis-sena - peress li l-employer issa kien se jkollu skeda li permezz tagħha jiffissa r-rata kull ġimgħa, kull ħmistax jew kull xahar, skond kif jitħallas dak li jkun, b'rabta ma' kemm it-taxpayer ikun qiegħed jaqla' flus f'dak il-perijodu.", "Din hija sistema tajba li ħareġ biha l-Onor.", "Dalli, li komplejtha jien fil-ftit żmien li domt ministru responsabbli minn dan il-qasam u li qiegħed ikompliha sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat bħala ministru tal-finanzi u kummerċ.", "Din is-sistema veru hija tajba imma waqt li qed nikkonsidraw dan l-abbozz ta' liġi li ressaq l-Onor.", "Brincat, m'hemmx għalfejn nitkellmu b'ton li qisu l-final settlement system tneħħiet.", "Jien naf li l-Onor.", "Dalli ma kellux l-intenzjoni li jiftiehem b'dan il- mod pero' fil-fatt hekk kien qed jinftiehem, li qisu qiegħed iħoss li ġara xi ħaġa li se xxekkel din is-sistema.", "Pero' l-verita' hi li din is-sistema mhux talli ma ġietx imxekkla imma talli qiegħda tiġi mtejba u hawnhekk għal darb'oħra jien irrid nirreġistra kemm jgħaġġel min jaqbad u jattakka bla ma jikkonsidra - bħalma kien għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Fenech Adami, meta f'Diċembru li għadda ħareġ jattakka bl-amment lil dan il-Gvern il-ġdid - li l-Gvern se jaqbad u jwaqqaf il-final settlement system li kellha tidħol fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Din ir-rimarka l-Kap ta' l- Oppożizzjoni għamilha f'forma ta' mistoqsija, pero' lil min għamilha din il- mistoqsija?", "Lill-Ministeru tal-Finanzi jew lill-Gvern?", "Le!", "Ma kellux għalfejn jagħmilha lill-ministeru jew lill-Gvern?", "GĦalfejn!", "Dan għamel din il-mistoqsija, liema mistoqsija hija xi ħaġa purament teknika, fl-arena politika.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħareġ jgħid li aħna se nwaqqfu kappriċċożament mekkaniżmu li kien se jiffaċilita kemm il-ħajja tat- taxpayer, kif ukoll dik tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, għax l-impjegati ta' dan id-dipartiment kienu se jkunu jistgħu jaħdmu fuq kontijiet oħra.", "Imbagħad fuq kollox irriżulta - ejjew nirreġistrawhom ċerti affarijiet għax kollox għandu jkun reġistrat u mhux noqogħdu nagħżlu x'nikkwotaw u x'ma nikkwotawx - li malli fl-aħħar t'Ottubru tas-sena l-oħra dħalt fl- uffiċċju, f'waħda mill-ewwel laqgħat li kelli t-tekniċi qaluli li waħda mill-affarijiet li rridu nieħdu deċiżjoni malajr dwarha tirrigwarda l-final settlement system għax, għalkemm din is-sistema kellha tibda tiġi mħaddma fl-1 ta' Jannar, la d-dipartiment u lanqas l-employers ma kienu ppreparati li jibdewha fl-1 ta' Jannar u li kieku dawn kienu se jibqgħu sejrin bl- iskeda li għamlu kienet se tinħoloq konfużjoni sħiħa kemm fid-dipartiment kif ukoll fil-pajjiż.", "Meta smajt dan kollu jien mill-ewwel għidt lil dawn it-tekniċi biex fil-każ nipposponuha u meta staqsejthom sa meta l-aħjar li nipposponuha dawn qaluli biex nipposponuha sa l-1 ta' Jannar, 1998.", "Meta tawni din id-data jien għidtilhom li din id-data għandna nagħmluha dik finali, jiġifieri sa dakinhar din is-sistema trid tidħol bilfors biex jekk ikun possibbli din tkun tidħol qabel dik id-data f'ċerti postijiet.", "Fil- fatt matul is-sena, sewwa sew f'Lulju li għadda, bdejna nesperimentaw biex il-final settlement system tidħol fil-qasam tal-gvern, imma għax ittieħed żball tekniku ġenwin - jiġifieri dan m'għamlux xi ħadd apposta jew minħabba xi element politiku - apparti li seta' kien hemm xi traskuraġni, l- Oppożizzjoni għal darb'oħra ħarġet tattakka bl-amment, qisu kien il-Gvern li għamel dak l-iżball u mhux the human factor.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li ssemma wkoll li kien hemm taqliba sħiħa bil-bidla mill-VAT għas-CET fis-sistema tat-tassazzjoni indiretta.", "Jekk din it-taqliba kenitx għall-aħjar jew għall-agħar għad irridu naraw ir- riżultat imma mill-banda l-oħra rridu nkunu unanimi, irridu nisħqu u fl- istess ħin nenfasizzaw dan il-punt f'ġieh is-serjeta' u f'ġieh il-kunsens li suppost għandna fuq il-moralita' fiskali.", "Fl-aħħar wasalna għal kunsens fuq il-moralita' fiskali, għalkemm qabel l-elezzjoni meta kont insemmi dan is-suġġett f'din il-Kamra kien hemm Membri min-naħa tal-Gvern ta' dak iż- żmien li kienu jaqbdu jidħku.", "Aħna rridu nisħqu fuq ħaġa waħda u mhux noqogħdu nenfasizzaw li l-audit trail spiċċa.", "Issa naraw jekk kemm-il darba l-audit trail għadux tajjeb daqs qabel u jekk kemm-il darba dan m'għadux tajjeb daqs qabel għandha ssir kritika teknika, pero' wieħed irid jisħaq li biex ma jkunx hemm tax evasion rridu nenfasizzaw dan fir-rigward ta' kull min huwa obbligat li jħallas it-taxxa.", "Is-sistema ta' qtugħ ta' 15% mill-part--time work hemmhekk għadha u ħadd ma messha jew neħħiha għax ġaladarba sistema tkun tajba wieħed m'għandux ibiddilha.", "Aħna rridu nenfasizzaw li kemm min għandu part-time job, kemm min għandu fulltime job, kemm min għandu fulltime u part-time job, kif ukoll min huwa self-employed - hu x'inhu s-self employment tiegħu, jiġifieri kemm konsulent bħali, kemm professjonista, kif ukoll bajjad - għandu l-obbligu legali u morali li jħallas it-taxxa mistennija minnu, apparti dak li tgħid is-sistema tat-tassazzjoni, u m'għandhiex tingħata l-impressjoni li issa dawn mhux se jinqabdu u allura qisu se jkun iżjed safe għalihom li jabbużaw, saħansitra iżjed milli kienu qegħdin jabbużaw.", "It-tieni enfasi li trid issir - għandna nagħmluha lkoll; jien ċertament nagħmilha u għalhekk il-Ministru qiegħed iressaq dan l-abbozz hawnhekk li jaf il-provenjenza tiegħu anke lejn l-amministrazzjoni l-oħra, għalkemm ċerti aspetti tiegħu kienu għadhom mhux żviluppati - hija li l-accountants u l-awdituri għandhom obbligu primarju u obbligu legali biex jaraw li l- kotba li qegħdin iżommu u jagħmlu l-audit tagħhom ikunu miżmuma b'mod li jassigura li m'hemmx evażjoni.", "Issa billi qiegħed ngħid hekk u billi qiegħed nisħaq se tinqata' għal kollox l-evażjoni?", "Le, id-dnub jibqa' dejjem, imma hemm jew m'hemmx audit trail perfetta - imbagħad naraw x'se jirriżulta li hemm - bħala parlament għandna nisħqu li fil-pajjiż irridu s- serjeta', il-moralita' fiskali u rridu li min għandu jħallas it-taxxa jħallasha u rridu li l-accountants u l-awdituri jagħmlu x-xogħol tagħhom b'mod professjonali, kif tobbligahom il-liġi, apparti l-morali, u jaraw li l-klijenti tagħhom jaderixxu u jobdu dak li titlob minnhom il-liġi.", "Bħal dejjem irrid nerġa' nagħmel dan il-punt, għax min ikun qiegħed jipprattika l-immoralita' fiskali u min ikun qiegħed jevadi t-taxxa mhux lill-gvern tal-ġurnata jkun qiegħed jisraq, sia jekk dak il-gvern huwa wieħed Laburista, kemm jekk Nazzjonalista u kemm jekk xi ħadd ieħor, imma jkun qiegħed jisraq lill-poplu kollu.", "U aħna f'dan il-Parlament għandna l- obbligu li naħdmu fl-interess tal-poplu kollu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum qegħdin niddiskutu emendi oħra għall-Income Tax Act, liema emendi huma maħsuba, kif smajna jingħad miż-żewġ naħat tal-Kamra, sabiex jagħmlu s-sistema iktar effiċjenti u biex ikun hemm ukoll iktar effort biex titnaqqas l-evażjoni tat-taxxa.", "Huwa tajjeb li nieqfu daqsxejn fuq dan il- punt.", "L-evażjoni tat-taxxa hija ħażina b'mod partikolari għaliex min ikun qiegħed jevadi t-taxxa ma jkunx qiegħed jaqdi l-obbligi tiegħu lejn l-Istat meta fl-istess ħin ikun qiegħed jieħu benefiċċji, bħal servizzi mill- isptar, servizzi ta' edukazzjoni u anke ċerti servizzi soċjali.", "Allura l- evażjoni tat-taxxa li tagħti l-konċett ta' a free ride minn fuq dahar is- soċjeta' hija xi ħaġa li wieħed irid jiġġilidha bl-iktar mod qawwi u bl- iktar mod konsistenti.", "Issa hawn, fil-fehma tiegħi, il-konsistenza hija importanti għaliex f'din l-aħħar sena, kemm mir-riżultat ta' l-aħħar elezzjoni ġenerali u anke mill-pożizzjonijiet li ttieħdu fuq il-VAT, sfortunatament il-messaġġ li ħareġ minn certain quarters kien proprju li hawn min pjuttost irid jaġevola lil dawk li jridu jevadu t-taxxa u lil dawk li kienu qed isibuha diffiċli li jagħmlu dan bis-sistemi li daħlu matul diversi snin.", "Huwa tajjeb li l-Ministru responsabbli mill-finanzi jisħaq fuq l-evażjoni tat-taxxa pero' jiddispjaċini ngħid li l-partit tiegħu stess, kemm meta kien fl-oppożizzjoni u anke f'din is-sena li ilu fil- gvern, ta messaġġi konfużi dwar dan.", "Kieku wieħed kellu jistaqsi lil the man in the street x'jaħseb li kienet ir-raġuni ewlenija li l-VAT dejqet daqstant nies, m'hemmx dubju li r-risposta kienet tkun għaliex il-VAT ma ppermettietx l-evażjoni tat-taxxa li kien hemm qabel.", "Madam Speaker, għadna kif smajna lill-Onor.", "Spiteri jitkellem fuq il- moralita' fiskali pero' bir-rispett kollu ngħid li l-kwestjoni tat-tax evasion, kif inhuwa t-terminu ekonomiku proprju fil-literature internazzjonali, hija xi ħaġa li l-Gvern preċedenti rnexxielu jagħmel passi ta' ġgant fuqha.", "Bis-sistema ta' tassazzjoni li konna daħħalna, f'sena waħda biss huwa kkalkolat li ħarġu fil-beraħ madwar 12,000 persuna, 4,000 full-time u 8,000 part-time, li qabel kienu jaħdmu bil-moħbi.", "Dan ċertament huwa record internazzjonali.", "Naturalment, kif diġa' għidt, dan kollu kellu effett ħażin għall-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Hawnhekk ta' min wieħed jgħid li qegħdin nitrattaw forzi kbar għax l-evażjoni tat-taxxa għandha impatt enormi fuq l-ekonomija u milli rajna għandha impatt ukoll fuq ir-riżultat li jġibu l-partiti politiċi fl- elezzjonijiet ġenerali.", "Jien jiddispjaċini ngħid li l-Gvern preżenti dgħajjef il-ġlieda kontra l- evażjoni tat-taxxa għaliex m'huwiex konsistenti fejn jidħol dan il-qasam.", "Fil-fehma tiegħi dan in-nuqqas qed jikkontribwixxi għad-diffikultajiet finanzjarji serji li għandna llum għaliex qatt fl-istorja ta' pajjiżna ma kellna deficit daqstant qawwi - Lm130 miljun - li jidher anke li se jkollna nagħmlu self minn barra biex insostnu l-ħlasijiet tal-gvern.", "Wara li kellna tant suċċess fil-ġlieda kontra l-evażjoni fl-1995, issa biddilna s-sistema ta' tassazzjoni u tajna messaġġ ħażin lil min irid jevadi t-taxxa u għalhekk qegħdin f'diffikultajiet reali, liema diffikultajiet qegħdin iwasslu għall-problema finanzjarja li l-Gvern qed jiffaċċja.", "Xtaqt ngħid ukoll li ċerti affarijiet li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi, in parti jkomplu jibnu fuq dak li diġa' kien hemm.", "Per eżempju, il-miżura li konna ntroduċejna ta' 15% taxxa fuq xogħol part-time kienet waħda pjuttost oriġinali għax din kienet xi ħaġa li fiha Malta kienet qiegħda minn ta' quddiem fis-sistemi internazzjonali tat-tassazzjoni.", "Aħna konna f'pożizzjoni li nagħtu dan it-tip ta' inċentiv fejn min ikun qed jagħmel effort ikbar għax għandu part-time job iħallas b'rata fissa ta' 15% minflok ma jħallas b'rati ogħla, liema rati setgħu jitilgħu anke sa 35%.", "Fir- riżultat tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, wieħed irid iqis ukoll l- impatt li kellha din it-tip ta' miżura li wasslet biex ħafna iktar ħaddiema li għandhom part-time job ukoll joħorġu fil-beraħ ħalli b'hekk jagħtu dak li għandhom jagħtu lill-Istat u ma jibqgħux jaħdmu b'mod illegali.", "Sur President, aħna bilfors li naqblu mija fil-mija ma' kwalunkwe emenda li tkompli ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa pero' fil-bidu l- Ministru semma - għamel anke diversi dikjarazzjonijiet barra l-Parlament; u peress li din hija l-ewwel opportunita' li kellna sabiex niddiskutu xi ħaġa li għandha x'taqsam mat-taxxa huwa importanti li nsemmuha - li biex ikun hemm iktar ħlas fil-pront tat-taxxa dovuta qed jiġu applikati rati ta' imgħax ta' 1% fix-xahar.", "Dan huwa mod kif wieħed idaħħal iktar dixxiplina fis-sistema ta' tassazzjoni pero' jien kont inkun ferm iktar kuntent li qed issir ġustizzja kieku f'dawn l-emendi iddaħħal ukoll li, fejn il-gvern għandu jagħti lura, għandu wkoll wara ċertu żmien iħallas ċertu ammont ta' imgħax, bħalma kien isir bis-sistema tal-VAT u jekk m'iniex sejjer żball anke s-sistema ta' tassassjoni preżenti pprovat toffri xi ħaġa simili.", "Jien nemmen ħafna li m'għandux ikollok double standards fis-sistema tat-tassazzjoni u m'għandux ikollok sistema fejn il-gvern japplika rata ta' imgħax fuq late payments imbagħad hu ma jħallasx imgħax fuq refunds li jittardja biex iħallas.", "Per eżempju, anke fil-każ tal- capital gains tax fejn bniedem jiġi ntaxxat bis-7% fuq il-valur tal- proprjeta' u mbagħad tiġi maħduma iktar tard, jgħaddi ċertu żmien sakemm dak li jkun jieħu l-flus lura.", "Jista' jkun li m'hemmx bżonn emenda formali biex isir dan għaliex hija forsi kwestjoni ta' prattika pero' kien ikun messaġġ pożittiv li, waqt li l-Gvern qiegħed jitlob iktar dixxiplina fuq il- poplu Malti, jiżgura li jkun hemm iktar dixxiplina min-naħa tiegħu meta jiġi biex irodd lura l-flus f'każ ta' overpayment.", "Nixtieq nerġa' ngħid ukoll - din kont diġa' semmejtha fil-Public Accounts Committee - li meta jkunu se jiġu applikati ċerti regoli jkun tajjeb kieku l-Gvern jaħseb naqra bil-quddiem u jipprepara lill-poplu in ġenerali għal dawk il-miżuri.", "Qed nirriferi għal dak li ġara f'Lulju li għadda meta diversi individwi sabu s-salarju tagħhom imnaqqas b'ammont ferm iktar mis-soltu, u biex tgħaxxaqha kien anke sar żball min-naħa tad- Dipartiment tat-Teżor li fortunatament ma damx ma ġie rranġat.", "Dak iż- żmien għidt li l-Gvern kien mexa b'mod heavy handed f'dik is-sitwazzjoni.", "Hemm liġijiet li jippermettu lill-gvern japplika ċerti multi u kriterji, bħalma annunzja dan l-aħħar, li dawk li għandhom xi arretrati li m'hemmx ftehim fuqhom se jiġu ntaxxati bil-1% jekk ma jagħmlux dikjarazzjoni sa l- aħħar ta' Settembru u mbagħad il-Gvern ġeddidha wkoll sal-15 ta' Ottubru.", "GĦamel tajjeb li ġeddidha pero' għaliex ma tax żmien iktar raġonevoli u mhux jipprova jimponi qisu b'id tal-ħadid le jew isir hekk jew xejn.", "Naħseb li hemm skop li tiddaħħal aktar dixxiplina f'ċerti affarijiet pero' meta tiġi għas-settur finanzjarju rridu niftakru li l-individwu jkollu ċerti commitments finanzjarji barra li jrid jagħti l-kontribut li suppost jagħti lill-Istat.", "Naturalment wieħed irid jirrispetta l- konsiderazzjonijiet finanzjarji ta' l-individwu u allura għandha tingħata indikazzjoni ta' dak li jkun ġej u mhux f'daqqa waħda wieħed jirċievi l-pay cheque b'ammont imnaqqas mingħajr diskussjoni u mingħajr ebda ħjiel ta' x'jista' jiġri.", "Jiġifieri anke jekk il-liġi tippermetti dik l-azzjoni, jien ngħid li jkun ferm aħjar li fi kwestjonijiet finanzjarji wieħed jitratta l-individwu b'mod fejn ikun jista' jippjana l-affarijiet tiegħu aħjar.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar emendi biex itejbu l-effiċjenza tas-sistema ta' tassazzjoni.", "Issemmew diversi affarijiet, fosthom li l-Kummissarju tat- Taxxi Interni jista' jgħaddi xi informazzjoni lill-Accountancy Board u l- kollega tiegħi l-Onor.", "John Dalli diġa' semma l-issue tal-professional secrecy.", "Huwa importanti li l-informazzjoni li tiġi mgħoddija tiġi protetta għax m'hijiex xi informazzjoni li wieħed jista' jiżvela bla raġuni.", "Naturalment din is-sistema trid tapplika fuq l-Accountancy Board ukoll.", "L-Onor.", "Spiteri qal li issa rridu naraw jekk l-audit trail li għandna bis- sistema tat-tassazzjoni l-ġdida tagħtiniex ir-riżultati meħtieġa.", "Tajjeb li wieħed jesperimenta, bħalma jagħmlu l-istudenti tal-chemistry li jidħlu f'laboratorju u joqogħdu jesperimentaw - iħalltu likwidu trasparenti ma' xi ħaġa oħra u jispiċċa xi ħaġa b'kulur blu u din għalihom tkun xi ħaġa kbira jekk ma jkunux studjaw fuqha - pero' jien naħseb li qegħdin fi stadju fejn nistgħu nipprevedu x'se jiġri fis-sistema ta' tassazzjoni.", "Hawnhekk jien nerġa' nistaqsi lill-Ministru tal-Finanzi jekk għandux forecast dwar id- dħul minn din is-sistema issa li għaddew xahrejn tlieta minn wara li daħlet, biex ikun jista' jgħidilna xi dħul qed jipprevedi għas-sena d- dieħla.", "Din hija informazzjoni importanti.", "Waqt li l-Onor.", "Spiteri, proprju f'dan id-dibattitu, qalilna li 'l quddiem naraw jekk l-audit trail hijiex se tkun tajba biżżejjed, jien ngħid li hemm indikazzjonijiet ċari li m'hijiex tiġġieled biżżejjed l-ekonomija moħbija u m'hijiex se tħalli l- frott meħtieġ.", "Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Spiteri meta jgħid li għandna nistennew sena, sentejn, tlieta biex naraw x'jiġri għaliex wieħed jista' jipprevedi.", "Ċertament li l-poplu Malti se jkollu jħallas iktar taxxi fuq diversi affarijiet oħra, skond kif qed jgħidu l-Prim Ministru u l-Ministru tal- Finanzi.", "Fil-fehma tiegħi se jkun hemm il-bżonn ta' aktar taxxi għaliex m'aħniex niġġieldu l-ekonomija moħbija biżżejjed peress li l-audit trail tas-sistema li kellna tkissret u l-kapaċita' tas-sistema l-ġdida li tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa hija dgħajfa.", "M'għandekx għalfejn toqgħod tistenna sena, sentejn jew tlieta biex tara x'riżultat se tagħtik l-audit trail ta' din is-sistema għax mill-ewwel tinduna li hija dgħajfa, difettuża u se twassal għal diffikultajiet fid-dħul tal-gvern minħabba l-evażjoni tat- taxxa.", "Il-Ministru qed jgħidilna kemm hu tajjeb li wieħed jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa u li dawn il-miżuri li qed niddiskutu llum se jwasslu biex din tonqos.", "Aħna naqblu li tonqos l-evażjoni tat-taxxa għax jekk kien hemm xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista ħallas għaliha kienet il-ġlieda qawwija li għamel kontra l-evażjoni tat-taxxa u jekk hemm xi ħaġa li l-Partit Laburista qed iħallas qares għaliha llum huwa proprju l-messaġġ konfuż li ħareġ dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-kwestjoni kollha tal-VAT.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn għalkemm hawn dawn il-miżuri, naħseb li d- diffikultajiet kbar fis-sistema ta' tassazzjoni li għandna qatt m'għadda minnhom dan il-pajjiż minn mindu daħlet l-income tax fl-1948.", "Qatt ma konna f'sitwazzjoni fejn għaddew dawn it-tip ta' messaġġi lill-poplu fuq l- evażjoni tat-taxxa.", "Illum qed niddiskutu emendi tekniċi li jqajmu ċerti mistoqsijiet purament fuq dak is-suġġett, pero' waqt id-dibattitu miż-żewġ naħat issemmiet il-customs and excise tax li ilha topera xahrejn, tlieta u jien nixtieq nisma' l-kumment tal-Ministru dwar dak li deher fil-gazzetta llum.", "Fil-back page ta' \"The Times\" tal-lum hawn artiklu li jien insibu inkwetanti ħafna għaliex ma kellniex għalfejn noqogħdu nistennew u nesperimentaw biex naraw jekk ħaddieħor hux se jkollu diffikulta' bis- sistema ta' tassazzjoni tagħna.", "Hawn artiklu li jgħid: \"Malta violates Association Agreement with the European Union\".", "Meta jien u l-kollegi tiegħi f'dan il-Parlament, u anke barra, ressaqna dan l-argument iktar kmieni din is-sena kien hemm min qalilna li qed inxewxu u li aħna tradituri.", "Aħna konna għidna li l-Gvern irid joqgħod attent x'se jagħmel għax dan jista' jwassal għal diffikultajiet enormi fejn jista' jkollna impatt massiċċ fuq l-ekonomija tagħna.", "F'dan ir-rapport hawn l-ismijiet ta' uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fl-uffiċċju ta' Hans Van Den Broek, il- kummissarju li huwa in charge mill-enlargement.", "Dawn qed jgħidu li s- sistema ta' tassazzjoni li daħħal dan il-Gvern, kif għidna l-kollegi tiegħi u jien diversi drabi, tmur kontra l-arranġament li hemm bejn Malta u l- Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex wieħed jara kif jista' jsolvi din il-problema.", "Hija ħaġa urġenti li l-Ministru jinforma lill-pajjiż fuq dan għax ma jistax iħalli ħaġa bħal din għaddejja mingħajr ma jgħid is-sitwazzjoni kif inhi.", "Din is-sistema ta' tassazzjoni hija xi ħaġa ta' interess nazzjonali għaliex il-ħajja tagħna tiddependi assolutament mill-arranġament li hemm bejn l-Unjoni Ewropea u Malta.", "U l-Gvern irid jinforma lill-poplu jekk il- Gvern Malti daħħal xi sistema, kif qed jingħad, li tmur kontra arranġament internazzjonali, xi ħaġa li tista' ġġib diffikultajiet kbar lil pajjiżna.", "Fil-fatt diġa' tkellimna fuq dawn l-affarijiet u f'dan il-Parlament dejjem aċċertawna li m'hemmx diffikultajiet u li l-Unjoni Ewropea taqbel mas- sistema li qegħdin nadoperaw.", "Anzi l-impressjoni li ħadt jien kienet li l- ideat li konna qegħdin naraw hawnhekk kienu diġa' maqbula ma' l-Unjoni Ewropea qabel ma għaddew mill-Parlament Malti.", "Illum, xahrejn tlieta minn meta bdiet taħdem is-sistema l-ġdida, insibu li permezz ta' dan l-artiklu l- Unjoni Ewropea qed tesprimi riżervi kbar li jafu jagħmluha diffiċli ferm biex aħna nkomplu ninnegozjaw xi tnaqqis fid-dazji li huma japplikaw fuq il- prodotti tagħna meta huma qed jgħidu li s-sistema m'hijiex ġusta.", "Sur President, jien ma rridx intawwal imma rrid ngħaddi ftit messaġġi fil-qosor dwar kemm is-sistema l-ġdida qed jirnexxilha tiġġieled l-evażjoni tat- taxxa, kemm din is-sistema tikser l-arranġament bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, dwar is-sitwazzjoni reali ta' dawn id-diskussjonijiet li qed isiru dwar l-implikazzjonijiet ta' dan kollu fuq l-ekonomija tagħna.", "Huwa urġenti li jkollna risposta mingħand il-Gvern dwar dawn l-affarijiet.", "Kif għidt, din hija l-ewwel opportunita' li kellna wara s-sajf biex il- Gvern jgħidilna x'qed jiġri.", "Qed niddiskutu kif wieħed jista' jirranġa s- sistema ta' tassazzjoni u ma jistax ikun li s-sistema li għadha kif daħlet inħalluha tkisser ir-relazzjonijiet ekonomiċi li bnejna għax din qed twassal għal iktar evażjoni tat-taxxa li allura jfisser li l-poplu Malti se jkollu jsofri żidiet oħra fit-taxxi u dan sempliċement għaliex għandna sistema diffettuża li m'hijiex aġġornata għaż-żmenijiet tal-lum.", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna xi ħaġa fuq din is-sitwazzjoni għax din tnissel ħafna mistoqsijiet, mhux biss bħat-tip li l-Onor.", "Spiteri għamel dan l- aħħar u anke issa f'din il-Kamra, imma wkoll mistoqsijiet dwar investiment li jista' jsir f'pajjiżna u dwar il-kapaċita' ta' pajjiżna li jkompli jiġġenera l-impjiegi.", "Ma rridx li xi ħadd jaħseb li aħna qed nieħdu pjaċir, anzi b'dispjaċir ngħid li jidher li pajjiżna mhux talli mhux qed jiġġenera ġid talli jidher li qed jonqos.", "Jien nistaqsi wkoll lill-Ministru li huwa responsabbli mill-istatistika, għaliex għadhom ma ġewx ippubblikati ċ-ċifri tal-GDP growth fl-ewwel quarter u fit-tieni quarter.", "Qegħdin f'Ottubru u s-soltu ma' Settembru dawn ikunu ħarġu żgur.", "Jaqaw hemm xi riżultati negattivi?", "Jaqaw hemm xi riżultati li jindikaw li l-ekonomija ma kibretx imma ċkienet?", "Tajjeb li jinforma lil din il-Kamra għax dawn huma affarijiet ta' interess nazzjonali li l-poplu qed jistenna li jkollu risposta biex jevalwa l-politika l-ġdida ta' dan il-Gvern jekk hijiex fil-verita' ġdida, jekk fil-fatt hijiex se ġġib iktar progress jew jekk hijiex se ġġib iktar diffikultajiet.", "L- interess taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra huwa li pajjiżna jimxi 'l quddiem u jekk hemm xi ħaġa li qed tindika li m'aħniex mexjin 'il quddiem il-Gvern għandu jkollu biżżejjed kuraġġ li jirranġaha.", "GĦandu jmur għand il-poplu u jgħidlu: Meta konna fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni aħna rajna s- sitwazzjoni b'dan il-mod imma llum li doqna l-poter nistgħu nikkonfermaw li m'hijiex ħaġa faċli li tiggverna.", "Is-sitwazzjoni li konna qegħdin nitkellmu fuqha m'għadhiex rilevanti pero' s-sitwazzjoni tal-lum qiegħda turina li wieħed ma jistax imexxi bil-politika Laburista mingħajr ma jkun hemm konsegwenzi serji għal pajjiżna.", "Jidher li l-ekonomija daħlet f'sitwazzjoni ta' staġnar u anke ta' contraction.", "Dan ma ġarax għaliex naqsu t-turisti u ma ġarax għaliex naqsu l-impiegi mill-export-oriented sector.", "Fil-fatt il-Gvern jiftaħar kemm żdiedu t-turisti u kemm sejra tajjeb l-esportazzjoni.", "Mela x'wassal għal dan l-istaġnar u l-kollass li jidher li hemm fis-settur lokali?", "Irridu nikkonsidraw ukoll l-effett tal-bidliet fis-sistema ta' tassazzjoni li kellna ftit xhur ilu, il-bidliet fil-politika barranija ta' dan il-pajjiż, speċjalment dwar l-Unjoni Ewropea, x'qed jiġri fil-livell ta' investiment internazzjonali, fuq il-livell ta' generation of jobs u x'qed jiġri fil- livell ta' prodotti u servizzi biex pajjiżna jkun jista' jaqla' aktar minn barra u biex ikun jista' jimporta l-bżonnijiet tiegħu u jtejjeb il-livell ta' l-għajxien tiegħu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anglu Farruġia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, l-aktar ħaġa li laqtitni f'dan id- dibattitu - anke meta kont qed nisma' l-interventi min-naħa ta' l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni, l-introduzzjoni tal-Ministru Brincat u l- intervent ta' l-Onor.", "Spiteri - hija l-problema ta' l-evażjoni tat-taxxa.", "Din hija xi ħaġa li kull gvern irid jiffaċċa.", "Hija l-aktar problema serja li rridu niffaċċaw anke aħna meta niġu biex namministraw il-finanzi.", "Dan ifakkarni fil-konferenza tal-Commonwealth Parliamentary Association li saret fil-Mauritius li attendejt jien għaliha waqt li l-Ministru Brincat kien ftit kilometri 'l bogħod minna jattendi għal-laqgħa tal-ministri tal- finanzi tal-pajjiżi tal-Commonwealth.", "Waqt din il-konferenza rajna li problema li jiffaċċaw pajjiżi żgħar bħal Malta hija l-akkumulu tad-dejn nazzjonali meta wieħed ma jkunx qiegħed iżomm mar-ritmu tal-ġbir tat-taxxa.", "Jiena m'iniex qed ngħid li l-evażjoni tat-taxxa hija xi marda kronika f'kull pajjiż pero' żgur li din il- problema tqum f'dawk il-pajjiżi żgħar ħafna fejn il-persuna li tkun trid tgħin lid-dipartiment jew l-awtorita' li tkun qiegħda tinvestiga toqgħod lura għaliex kulħadd ikun jaf lil kulħadd.", "Pero' huwa fatt li ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni li jkun hemm min jevadi t-taxxa għal sena wara l-oħra b'ammonti ta' miljuni ta' liri a skapitu tal-kumplament tas- soċjeta'.", "Aħna għandna d-dover morali u anke dak legali li naraw li dawn l- affarijiet ma jibqgħux isiru.", "GĦalhekk jenħtieġ li noħolqu struttura fid- Dipartiment tat-Taxxi Interni li biha d-dipartiment ikun jista' jinvestiga - anke b'sistemi mhux tradizzjonali - min qiegħed jevadi t-taxxa u b'hekk l-affarijiet jibdew jirranġaw ruħhom u l-pajjiż jibda jieħu dak li hu tiegħu.", "Mill-informazzjoni li għandi hawnhekk - but I stand corrected - qegħdin nitkellmu fuq miljuni kbar ta' liri f'taxxa mhux miġbura li ilha takkumula għal ħafna snin.", "Dan m'huwiex tort tal-Gvern Nazzjonalista preċedenti u lanqas għandna noqogħdu nwaħħlu f'xulxin.", "Kull gvern għandu r-responsabbilta' li jara li din il-problema serja tiġi solvuta.", "Qed ngħid dan għaliex f'din il-konferenza li saret fil-Mauritius, fejn tkellimna dwar kif wieħed għandu jamministra l-ġbir tat-taxxa, kif diġa' għidt, ħareġ il-punt li din hija problema li teżisti speċjalment fil- pajjiżi ż-żgħar għaliex kulħadd jaf lil kulħadd.", "GĦax min se jmur jgħid lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li t-tali kellu profitti mod u mbagħad bagħat return mod ieħor?", "Dawn huma l-problemi li wieħed jiltaqa' magħhom meta jiġi biex jagħmel investigazzjoni.", "Kif se tasal biex iġġiegħel persuna li taf li ilha tidħak bis-soċjeta' Maltija għal snin twal tħallas dak li għandha tħallas?", "Jiena ma naħsibx li se tasal billi tagħti eżempju ta' xi ħadd u tieqaf hemm.", "Meta jkollok proċess kriminali, għandek il-vantaġġ li dan jiġi ppubblikat u kulħadd ikun jista' jaqrah u jsegwi x'ikun ġara f'dak il-każ partikolari.", "Pero' mbagħad għandek l-iżvantaġġ li dan jiftaħ għajnejn persuni oħra dwar kif għandhom isibu sistemi sabiex jevadu t- taxxa.", "Dan għaliex sfortunatament il-bniedem, fin-natura tiegħu, dak li jista' ma jagħtihx lura ma jagħtihx, speċjalment fejn jidħlu l-flus.", "Din m'hijiex xi ħaġa tal-lum imma hija xi ħaġa li kienet minn dejjem.", "Meta Kristu qalilna biex nagħtu lil Ċesri dak li hu ta' Ċesri, naħseb li fuq it-taxxi kien qed jitkellem.", "GĦalhekk huwa importanti li naraw kif insaħħu l-moralita' fiskali.", "L-Onor.", "Dalli donnu nkwieta għaliex ħloqna kumitat sabiex jagħti pariri liċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta dwar aġġornamenti u tibdil fil-liġijiet.", "Jiena ngħidlu li aħna ħloqna dan il-kumitat sabiex insaħħu dan iċ-ċentru ħalli jkun jista' jagħti aktar servizzi u sabiex ikun aktar effiċjenti u mhux biex noħolqu xi stat ta' biża'.", "Noħolqu stat ta' biża' meta aħna għamilna bħala chairman lil ex-membru parlamentari Nazzjonalista li fil-passat kien anke shadow minister tal-finanzi?", "Ċertament li aħna għandna fiduċja fih.", "Aħna partit ta' kulħadd u partit li qiegħed imexxi lil dan il-pajjiż b'responsabbilta' kbira.", "Allura għalfejn dawn l- insinwazzjonijiet u dan il-ġbid tas-saqajn meta l-affarijiet ikunu qegħdin iħarsu lejn direzzjoni differenti?", "Il-Gvern għandu r-responsabbilta' li jara li dan iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta jkun xempju anke għall-pajjiżi oħra fil-mod kif jiġi amministrat.", "Intqal ukoll li minħabba li neħħejna l-VAT aktar se jkun hawn min jevadi t-taxxa.", "Il-Partit Laburista mill-ewwel kien ċar.", "Aħna konna għidna lill- poplu Malti li se nneħħu l-VAT fl-ewwel xhur ta' amministrazzjoni tagħna.", "Fil-fatt għadna lanqas għalaqna sena fil-gvern pero' diġa' ilna tliet xhur li neħħejniha.", "L-Onor.", "Josef Bonnici donnu ried jargumenta li hemm xi relazzjoni diretta bejn l-evażjoni tat-taxxa u l-VAT pero' dan m'huwiex minnu.", "Allura, bl-istess argument, meta kienet għadha qiegħda titħaddem il- VAT ma ndunax kemm kienet u għadha ssir - jiena għalhekk qed nagħmel din l- enfasi kollha - evażjoni tat-taxxa, anke tal-VAT?", "Jiena wieħed li naħdem ħafna fil-qorti u nħobb insegwi l-kawżi ta' litigazzjoni.", "Nista' ngħid li l-maġġoranza l-kbira tal-każijiet li kienu jidhru quddiem il-maġistrat fis-seduti tal-VAT kienu l-kawżi żgħar fejn wieħed ma jkunx ħareġ receipt ta' ftit ċenteżmi.", "Din hija l-evażjoni li kien isemmi l-Partit Nazzjonalista u li kien qed jgħid li għandna naraw kif insolvuha?", "Kemm tista' tieħdu bis-serjeta' kumment bħal dan?", "Aħna nafu li hawn evażjoni kbira ta' taxxa pero' jrid ikollna l-kuraġġ li nimplimentaw - u għalhekk huwa tajjeb li jkollna djaloġu b'saħħtu ma' l-Oppożizzjoni ħalli nsibu l-aħjar metodi - dawk il-miżuri tant neċessarji biex ħadd ma jidħak b'ħadd.", "Dak li hu tas-soċjeta' Maltija jrid jingħata lis-soċjeta' Maltija u għalhekk jeħtieġ li ndaħħlu sistema ta' dixxiplina.", "Dan il-pajjiż għandu bżonn nifs qawwi ta' dixxiplina u din trid tibda mill-affarijiet iż-żgħar.", "Irrid ngħid li meta aħna nitkellmu fuq l-evażjoni tat-taxxa ma nitkellmux fuq il-ħaddiem għaliex dan dejjem ħallas it-taxxa sa l-inqas ċenteżmu għaliex kollox irid jiddikjara.", "Meta nitkellmu fuq l-evażjoni tat-taxxa nkunu qegħdin nitkellmu fuq soċjetajiet, kumpanniji u professjonisti li jkunu qegħdin jaqilgħu flus bil-gelgul.", "Possibbli li dawn kollha huma onesti fil-mod kif jippreżentaw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom fir- return tat-taxxa?", "Jien konvint li le, anke jekk induru dawra madwarna, aħseb u ara jekk noħorġu mill-bibien tal-Parlament!", "Irridu naħsbu bis- serjeta' dwar dan u l-line of thought li għandu l-Ministru Brincat fuq l- evazjoni wieħed jista' jarah.", "Fil-budget speech tajna dan il-ħsieb dwar il- moralita' fiskali għax wieħed bilfors irid jintroduċi ċerti sistemi biex pajjiżna jkun iktar organizzat f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġbir tat-taxxi ħalli dak li hu tal-pajjiż jibqa' dejjem tal-pajjiż.", "GĦalhekk naħseb li dan l-abbozz ta' liġi li qed jemenda l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa huwa f'waqtu biex kemm jista' jkun naħsbu dwar dak li għadni kemm semmejt.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Brincat biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, għalkemm il-liġi li għandna quddiemna llum m'hijiex waħda ta' natura kontroversjali - mill-intervent li għamel il- kollega tiegħi l-Onor.", "Dalli nifhem li l-Oppożizzjoni se tivvota favur - xorta tat lok biex niftħu diskussjoni fuq diversi suġġetti bħalma huma l- evażjoni tat-taxxa, iċ-Ċentru tas-Servizzi Finanzjarji, kif ukoll it-taxxa tas-CET, li daħlet minflok il-VAT.", "Nixtieq nibda billi nifqa' bużżieqa fuq il-kwestjoni tas-CET, fis-sens li kellna ħafna stediniet - ma rridx nuża l-kelma \"sfidi\" - min-naħa ta' l- Oppożizzjoni biex nagħtu stampa attwali dwar fiex inhi s-CET u biex nagħtu rendikont ħalli nuru jekk is-CET hijiex sejra aħjar mill-VAT jew le.", "Hawn nixtieq nagħmel punt ċar għax naħseb li ħafna nies qed jiġu misguided.", "Hemm min qed jiġi lloppjat mill-propaganda ta' l-Oppożizzjoni li jekk hawn xi problemi fil-pajjiż dawn ġejjin l-ewwelnett minħabba l-fatt li biddilna l-kors li kellu l-Gvern preċedenti fuq l-Unjoni Ewropea - fil-fehma tiegħi din hija teorija fallaċi ħafna - minħabba li aħna rtirajna mill-Partnership For Peace - għalija dan l-argument huwa iktar zopp minn ta' qablu - u minħabba li neħħejna l-VAT biex minflokha daħħalna s-CET.", "U huwa hawnhekk fejn xtaqt li niċċara punt fuq is-CET.", "At this stage għadna ma nistgħux nagħtu stampa komprensiva tas-CET għaliex il-liġi m'hijiex kwestjoni ta' a learning curve imma jrid jgħaddi ċertu żmien.", "Il-liġi fiha nnifisha għadha mhijiex fully operational, pero' dan ma jfissirx li dan huwa minħabba li waqajna lura f'xi ħaġa imma għal raġunijiet oħra li se nispjega x'inhuma.", "Per eżempju, inti għandek stagger ta' taxpayers ta' 11,000 persuna li huma kollha service providers - dawn huma n-nies li lilhom tiġi ċċarġjata l-ETS - u li jridu jissottomettu r-return tagħhom tal-partial tax period ta' xahrejn sal-15 ta' Ottubru.", "Jiġifieri jekk dawn għadu lanqas biss għalqilhom iż-żmien biex jissottomettu r-return tagħhom ta' l-ETS, kif nista' jien bħala l-ministru responsabbli mill-finanzi nagħti stampa komprensiva ta' kif marret is-CET?", "Dan huwa argument li juri li l-Oppożizzjoni is jumping the gun għaliex qed tipprova tagħmel kapital politiku minn xi ħaġa li m'għandhiex raġun fiha.", "Jien nista' ngħid li aħna nkunu l-ewwel nies li, meta jkollna l-istampa komprensiva, inpoġġu l-karti kollha fuq il-mejda u mingħajr ma nagħmlu l- ebda touching up ta' figuri nuru lill-pubbliku jekk it-taxxa marritx tajjeb jew le, jekk setgħetx marret aħjar u jekk marritx għas-sodisfazzjon tagħna jew le.", "Jien nista' nassigura lin-naħa l-oħra tal-Kamra li kif aħna qed nimxu bit-trasparenza fl-oqsma kollha ta' l-operat tal-gvern, żgur li m'aħniex se nimxu b'nuqqas ta' trasparenza f'qasam importanti bħal dan li jirrigwarda t-taxxi tal-pajjiż.", "GĦalhekk naħseb li permezz ta' dan l- argument ħlisna minn dan il-punt li qed insemmi ħalli darba għal dejjem nispjegaw lill-poplu li din it-taxxa għadha m'hijiex fully operational u għaldaqstant għadna ma nistgħux nagħtu stampa komprensiva kif stednuna biex nagħmlu diversi kelliema min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, b'mod partikolari l- kollega tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici.", "Madam Speaker, issemmiet ukoll il-kwestjoni ta' l-evażjoni tat-taxxa u kien hemm min qal li meta kien hemm il-VAT il-pajjiż għamel - kien min kien fil-gvern - passi ta' ġgant 'il quddiem fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa.", "Mingħajr ma nerġa' nkebbes in-nirien fuq id-debate tal-VAT u tas-CET, irrid ngħid li m'hemmx għalfejn tkun xi espert fit-taxxa biex tkun taf x'inhuma l-loopholes tal-VAT.", "Il-loopholes tal-VAT huma magħrufa internazzjonalment.", "L-evażjoni li tirriżulta mill-VAT hija xi ħaġa magħrufa mad-dinja kollha u ma nafx għaliex l-Oppożizzjoni qed tipprova tinsula ruħha minn dawn ir-realtajiet li jaf bihom kulħadd.", "Jien naħseb li jkun żball min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li tibqa' tissimplifika l- argument billi torbot l-aspett tal-moralita' fiskali u ta' l-evażjoni tat- taxxa direttament ma' din l-issue tal-VAT u tas-CET.", "F'din l-aħħar ġimgħa kelli l-okkażjoni li niltaqa' ma' diversi korpi kostitwiti ta' orjentament differenti u laqatni ħafna l-fatt li b'mod partikolari t-trade unions għamlu enfasi li għad hemm xi jsir biex tiġi megħluba l-evażjoni tat-taxxa.", "U d-dibattitu ta' l-evażjoni tat-taxxa jmur ferm 'il hinn mill-VAT u mis-CET.", "Anzi jien ngħid li bħala gvern, kemm jekk hemm aħna fil-poter u anke jekk 'il quddiem ikun hemm ħaddieħor, irridu nħabblu rasna b'mod intelliġenti u kreattiv biex verament naqbdu l- barri minn qrunu.", "Jien ngħid li llum il-preokkupazzjoni prinċipali taċ- ċittadin komuni m'hijiex jekk huwiex qed iħallas taxxa jew le, jew jekk l- income tax hijiex taxxa ġusta jew le, imma primarjament hija li l-ħaddiem li għandu salarju, hu kemm hu s-salarju tiegħu, qed iħallas ċertu ammont ta' taxxa meta jaf li mbagħad hemm faxxa ikbar ta' nies, b'mod partikolari l-professjonisti - u hawnhekk qed niġbor lil kulħadd, tobba, avukati, periti eċċ. - li b'mod proporzjonali qegħdin jevadu t-taxxa ħafna iktar milli jista' jagħmel kwalunkwe ħaddiem li jgħix bil-paga.", "U din hija direzzjoni li bħala pajjiż irridu naħsbu fiha lkoll kemm aħna jekk irridu verament inwettqu l-kwestjoni tal-moralita' fiskali bil-fatti u mhux billi nagħtu dak li l-Ingliżi jgħidulu lip service, biex sempliċement inkunu semmejna l-konċett tal-moralita' fiskali.", "Nixtieq ngħid ukoll li ppreokkupajt daqsxejn ruħi meta smajt l-invervent tal-kollega tiegħi l-Onor.", "John Dalli fejn tkellem dwar iċ-Ċentru tas- Servizzi Finanzjarji.", "Ippreokkupajt ruħi fis-sens li għal min qed isegwi d- dibattitu minn fuq ir-radju u għal min se jsegwih mill-ġurnali - kif nafu, dak li jkun hemm fil-ġurnali jiġi faxed anke barra minn Malta - dak li ntqal jista' jiġi meħud bħala sinjal negattiv u allarmista, bħallikieku aħna qed nippjanaw xi upheaval fil-qasam taċ-ċentri finanzjarji jew qed nipprovaw inkissru s-sisien li fuqhom inbnew is-servizzi finanzjarji f'pajjiżna.", "Jien nirrikonoxxi l-fatt li meta kien hemm il-partit l-ieħor fil-gvern fittex b'ċertu sens ta' għaqal li jkun hemm kunsens miż-żewġ naħat tal-Kamra fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u naħseb li jrid jiġi rikonoxxut - kif aħna nirrikonoxxu dak li sar mill-Gvern preċedenti - l- input qawwi li kien hemm min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, b'mod partikolari mill-ex-spokesman tagħna l-Onor.", "Lino Spiteri u anke mill- ex-Mexxej tal-Partit Laburista, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici.", "Wieħed ma jistax jinsa s-sigħat sħaħ ta' diskussjoni li kien hemm fuq id-dettalji żgħar tal-liġi ħalli l-leġislazzjoni finanzjarja tgħaddi, biex ngħid hekk, fine-tuned mill-ewwel minflok ma tgħaddi bl-iskossi u b'mod crude.", "Għalhekk jien ngħid li jkun ġenn min-naħa tagħna kieku kellu biss jgħaddilna minn moħħna li b'sempliċi kummissjoni nipprovaw inħottu dak li sar tul is-snin b'kunsens miż-żewġ partijiet politiċi ewlenin f'Malta.", "Is- sodisfazzjon tiegħi huwa li meta niltaqa' ma' nies fil-qasam finanzjarju u anke ma' ġurnalisti, nenfasizza l-kunsens politiku, il-bipartisan approach li dejjem kien hemm fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u ntenni r-rieda tagħna li l-affarijiet jibqgħu mexjin fl-istess mod.", "GĦaldaqstant ikun ġenn min-naħa tagħna kieku kellna biss nikkonsidraw li nagħmlu xi affarijiet li b'xi mod jew ieħor jistgħu jdgħajfu, jċekknu, jbgħabsu jew anke jxellfu dan il-kunsens li qed nitkellmu dwaru.", "Jien nista' ngħid bl-ikbar awtorita' u bl-ikbar sens ta' responsabbilta' li kieku din il-kummissjoni, li hija chaired mill-Avukat Mario Felice, kellha tagħmel xi rakkmandazzjonijiet li kellhom iqanqlu fil-Gvern xi ħtieġa ta' xi modifiki, aħna ovvjament mhux sempliċement ninformaw u nikkonsultaw ma' l-Oppożizzjoni imma nista' nassigura lil din il-Kamra u anke lill-pubbliku in ġenerali li m'għandna l-ebda ħsieb li nikkonsidraw xi tibdil fil-liġijiet finanzjarji li ma jkollhomx il-kunsens u l-appoġġ sħiħ attiv u pro-attiv min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan qed ngħidu biex nelimina mill-ewwel dak il-ħafna kliem preokkupanti li ntuża mill-Onor.", "Dalli.", "Fil-fatt ħassejtni mifxul meta ħin minnhom qal li jista' jkun hemm xi fatturi fil-ħidma ta' din il-kummissjoni li jistgħu jkunu \"distabilizzanti\".", "Xi tfisser din?", "Din hija allegazzjoni serja.", "Tfisser allura li hemm xi ħadd fil-kummissjoni li saħansitra daħal għal dan l- inkarigu biex jiddistabilizza s-sisien li fuqhom huma mibnija s-servizzi finanzjarji f'pajjiżna?", "GĦandek iċ-chairman tal-kummissjoni, Dr Mario Felice, li għal diversi snin kien shadow finance minister tan-naħa l-oħra.", "Jiġifieri għandek bniedem li kellu sehem fit-twaqqif ta' l-MFSC nnifisha meta kienet għadha l-MIBA.", "Imma anke kieku għall-mument kellna ninsew liċ- chairman innifsu, il-membri l-oħra kollha m'għażilnihomx għax huma tesserati fil-Partit Laburista jew għax huma xi political appointees imma huma practitioners ewlenin fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Aħna lil dawn tlabnihom jagħtu ħarsa mill-ġdid lejn is-settur innifsu u jaraw jekk nistgħux nagħtuh stimulu ġdid, jekk nistgħux nagħtuh rankatura ġdida, jekk huwiex qed jiġi sfruttat tajjeb biżżejjed u jekk għandux competitive edge biżżejjed ħdejn setturi oħrajn.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li għalkemm sar ħafna xogħol fejjiedi f'dan il-qasam xorta waħda għad hemm ħafna potenzjal li jista' jiġi sfruttat bil-koperazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra u tan-nies li qed joperaw f'dan iċ-ċentru u se nagħti eżempju wieħed biss biex nuri kemm jista' joħroġ ġid minn din il-kummissjoni.", "Jien ninsab informat bil- feedback li din il-kummissjoni kellha minn ċerti entitajiet bejn is-Central Bank, bejn l-iStock Exchange u bejn il-Malta Financial Services Centre - jien naħseb din toħroġ ċara minn dan is-soul searching exercise u hija xi ħaġa li jafuha n-nies kollha involuti fis-setturi li qed insemmi, pero' din hi l-konklużjoni tiegħi u mhux tal-kummissjoni, biex ħadd ma jifhimni ħażin - li hemm bżonn ta' affjatament iktar strett, iktar koerenti, iktar kollaborattiv u iktar komplimentari.", "Lili jirriżultali li fl-aħħar snin mhux dejjem kien hemm dan l-ingranaġġ well oiled kif wieħed kien jixtiequ.", "Jien nawgura li bil-ħidma ta' din il-kummissjoni u tan-nies li qed imexxu dawn iċ-ċentri, mingħajr ma nċekken bl-ebda mod il-kontribut li ta s-Sur Francis Vassallo bħala gvernatur tal-Bank Ċentrali - li kien kollega tiegħi anke fil-bankijiet ta' l-iskola - il-Prof Bannister fiċ-Ċentru għas- Servizzi Finanzjarji u l-kontribut tajjeb li qed jagħti anke s-Sur Frederick Mifsud Bonnici fl-iStock Exchange, naslu biex ikollna ingranaġġ aħjar bejn dawn it-tliet istituzzjonijiet li tant huma importanti għas- suċċess tal-qasam finanzjarju ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, pajjiżna huwa żgħir b'riżorsi limitati u għalhekk ma nistgħux naffordjaw li jkollna duplication ta' ċerti affarijiet u ma jkollniex teamwork strett f'dawn l-affarijiet jekk verament irridu nikkompetu ma' ħaddieħor u nsaħħu l-competitive age tagħna f'dan il-qasam finanzjarju.", "GĦalhekk jien sinċerament nemmen u nawgura li fil-ġimgħat li ġejjin din il-kummissjoni tintensifika l-ħidma tagħha ħalli forsi tkun tista' tilħaq id-deadline tagħha u b'hekk ikollha overview ta' xi ħadd li, għalkemm m'huwiex qed imexxi dawn iċ-ċentri finanzjarji direttament, ikollu x'jaqsam magħhom fl-attivitajiet tiegħu ta' kuljum.", "Jien naħseb li minn din il-kummissjoni ġid biss jista' joħroġ għax wara kollox din hija kummissjoni konsultattiva u l-Gvern m'hu se jkollu l-ebda obbligu li jadotta rakkmandazzjonijiet distabilizzanti, kif ipprova jallega l-kollega tiegħi l-Onor.", "John Dalli.", "Aħna rridu kontinwita' sħiħa fil-qasam tas- servizzi finanzjarji imma kif għidt iktar kmieni fl-istess ħin irridu nkunu iktar on our toes.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li għalkemm sar ħafna fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għad għandna ħafna potenzjal li m'huwiex sfruttat u t-tir tagħna huwa dak li nsaħħu l-competitive edge tagħna f'dan il-qasam ħalli nsiru aktar kompetittivi u l-market share żgħir tagħna fid- dinja xorta waħda fil-proporzjon ta' dak li huwa fil-ġranet preżenti.", "Madam Speaker, kif għidt diġa' jien naħseb li l-iktar ħaġa importanti li toħroġ minn din il-kummissjoni hija li din se tagħti l-opportunita' lil dawn l-istituzzjonijiet sabiex jagħmlu dak li l-Ingliżi jgħidulu a soul searching exercise.", "Minn dan l-eżerċizzju ġid biss jista' joħroġ, liema ġid se jservi ta' sodisfazzjon u ta' benefiċċju għall-qasam tas-servizzi finanzjarji ta' pajjiżna.", "Il-paraguni li saru ta' pajjiżna mal-Cayman Islands, l-użu tal-kliem distabilizzanti, l-allegazzjoni li qed nagħmlu xi ħaġa biex innaqqsu t-trasparenza u s-serjeta' fis-settur finanzjarju u li hemm bżonn ikollna idea ċara ta' dak li qegħdin nagħmlu huma kollha affarijiet li jqanqlu ċerti suspetti bla bżonn.", "Nerġa' ngħid li aħna m'għandna l-ebda ħsieb li nbandlu dgħajsa li, għalkemm forsi m'hijiex tirrendi daqskemm nixtiequ, qed tirrendi lil pajjiżna u qed tagħti ċertu sodisfazzjon u anke bilanċ fl-external exchanges ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, aħna nirrikonoxxu l-importanza tas-servizzi u żgur li m'għandna l-ebda interess li nnaqqsu r-rwol importanti li s-servizzi jilagħbu fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ma nafx għaliex kien hemm ċerta preokkupazzjoni anke mill-ex-Ministru Dalli meta tkellem dwar l-FSS.", "Jidher ċar li l-ministru ta' qabli kellu parir tekniku min-naħa tal- ministeru tal-finanzi li hu kien imexxi biex f'Lulju jdaħħal l-FSS għall- ħaddiema tas-servizz pubbliku.", "Veru li kien hemm ftit tas-sulluzzu fl- introduzzjoni tagħha imma dik ġiet ironed out u issa nittamaw li f'Jannar tkun tista' tibda titħaddem on a nation-wide basis fis-settur privat ukoll.", "B'hekk ikun hemm breathing space adegwat għas-settur privat minflok ma qbadna u għamilna kollox f'daqqa u nsistejna li dawn jidħlu bl-addoċċ kollha fl-istess data.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Dalli, il-leġislazzjoni li għandna quddiemna hija liġi primarjament teknika u mhux se ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat illum jew għada stess għaliex, kif semmejt, għad hemm xi emendi li qed jiġu vetted min-naħa ta' l-Attorney General imma nittama li forsi fi żmien ġimgħa nkunu nistgħu nressquhom f'dan il-Parlament ħalli anke mill-istadju ta' Kumitat inkunu nistgħu ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Huwa importanti li dan jgħaddi qabel l-aħħar tas-sena għaliex fih ħafna provvedimenti li jiskattaw fil-bidu tas-sena li ġejja.", "Nixtieq nagħlaq l-intervent tiegħi billi nuri l-impenn min-naħa tal-Gvern biex fix-xhur li ġejjin insaħħu d-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandu struttura li għadha daqsxejn dgħajfa u għandu ċerti manpower shortages li għad iridu jiġu ndirizzati, kemm fil-livell kwalitattiv u anke fil-livell kwantitattiv.", "Mhux qed ngħid dan biex inċekken l-isforzi ta' min qed imexxi d-dipartiment imma qed ngħidu għal firxa aktar wiesgħa fil-bażi t'isfel.", "Pero' huwa importanti ħafna li dan id-dipartiment jissaħħaħ jekk aħna rridu li r-revenue collection nagħmluha b'ċerta serjeta' u mingħajr skossi fl-operat tagħha.", "Jien naħseb li dan se jkun wieħed miċ-challenges tagħna fis-sena amministrattiva li deħlin fiha għaliex għalkemm nemmen li l- problemi li għandna quddiemna bħala pajjiż huma primarjament finanzjarji - dwar dan ovvjament ikollna ċans nitkellmu fil-ġimgħat li ġejjin - jien nemmen li meta jkollok ċerti weaknesses strutturali f'dak li huwa l-back-up amministrattiv tad-dipartiment, allura ovvjament wieħed jifhem għaliex id- dipartiment jaqa' daqsxejn lura f'affarijiet li għandhom jirrendu aktar lill-pajjiż u lill-kaxxa ta' Malta, bħalma hija l-kwestjoni ta' l-income tax collection.", "Jien nemmen li b'din il-liġi teknika li għandna quddiemna lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni se nagħtuh għodda aħjar, se nagħtuh għodda aktar moderni u mezzi biex ikun jista' jimpenja ruħu b'aktar serjeta', b'aktar impenn u b'aktar effiċjenza fit-tħaddim tal-leġislazzjoni li għandu quddiemu.", "Kien ta' sodisfazzjon għalija li din il-liġi li għandna quddiemna kienet frott ta' konsultazzjoni ma' l-Accountancy Board, li huwa grupp ta' nies serji li dejjem kienu minn ta' quddiem biex jagħtu suġġerimenti prattiċi dwar kif tista' tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn in-naħa tagħhom u anke n-naħa tad- dipartimenti governattivi.", "Mhux qed ngħid biss għad-Dipartiment tat-Taxxi Interni nnifsu imma anke fuq livell governattiv.", "Minn hawnhekk nixtieq inrodd ħajr anke lill-Accountancy Board għal ċerti suġġerimenti li bagħtulna dwar kif jista' jkun hemm kollaborazzjoni eqreb bejn il-bord tagħhom u l-Gvern innifsu, imma dik hija xi ħaġa li wieħed irid jikkonsidraha anke meta niġu biex nersqu għas-sena finanzjarja l-ġdida.", "L-aħħar osservazzjoni li nixtieq nagħmel hi li daħħalna anke ċertu sens ta' accountability fuq il-warrant holders.", "Il-warrant holders illum qed nissoġġettawhom għal kodiċi ta' etika u qed inġibuhom f'ċerta pożizzjoni li jekk il-Kummissarju tat-Taxxi Interni jirriżultawlu ċerti irregolaritajiet, hu jkun jista' jirrapporta lill-Accountancy Board dwar dawk il-warrant holders li ma jkunux imxew mal-kodiċi ta' etika.", "Naħseb li dan huwa pass għaqli u huwa ntiż biex inaqqas l-irregolaritajiet u biex inaqqas in- negliġenza.", "Jien ningħaqad ma' dak li ntqal diġa' mill-kelliema ta' qabli u nappella lill-accountants u lill-professjonisti biex huma wkoll ikunu spalla ma' spalla magħna fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa għaliex din m'hijiex xi ġlieda li nistgħu nagħmluha biss bħala politiċi minn hawnhekk.", "Hawnhekk aħna nistgħu nagħmlu declarations of intent sbieħ imma l-iktar ħaġa importanti hija min se jkun qed iħaddem din il-ġlieda, min se jkun qiegħed fuq quddiem biex jara li din il-ġlieda tintrebaħ għall-benefiċċju ta' kulħadd.", "Jien naħseb li nista' nagħlaq hawnhekk.", "Nirringrazzja lil dawk kollha li intervjenew fuq din il-liġi u għaldaqstant nerġa' ntenni, kif għidt iktar kmieni, li nittamaw li l-ġimgħa d-dieħla nkunu nistgħu niddiskutu l-emendi neċessarji fi stadju ta' kumitat.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi kkonsidrat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi kkonsidrat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta 7 ta' Ottubru fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex ikompli jemenda l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, f'dan l-ewwel aġġornament tiegħi wara l-waqfa tas-sajf nixtieq nitkellem ftit fuq suġġett li sfortunatament ma tantx ikollna l-okkażjoni nitkellmu dwaru f'dan il-Parlament.", "Qabel ma bdejna l-vaganzi tas-sajf kellna l-okkażjoni li nitkellmu ftit fuq l- edukazzjoni u mn'Alla kienet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni - kif ukoll liġijiet oħrajn li ressaq il-Ministru ta' l-Edukazzjoni - li tatna l-opportunita' li f'dan il-Parlament nitkellmu fuq l-edukazzjoni.", "Is- suġġett li nixtieq nitkellem dwaru llejla huwa l-isport u fl-opinjoni tiegħi ma nistgħux nifirdu l-edukazzjoni mill-isport.", "Inħoss li l-isport huwa mezz ieħor ta' edukazzjoni li bih persuna tkun qed tibni l-karattru tagħha u mhux biss permezz ta' studji akkademiċi.", "Kull persuna għandha tipprattika xi tip ta' sport u jien inħoss li min ma jagħmilx hekk ikollu xi ħaġa nieqsa fil-ħajja.", "Il-Partit Laburista jħoss li l-isport jgħin liż-żgħażagħ tagħna biex jiżviluppaw b'mod sħiħ, kemm fiżakament kif ukoll psikoloġikament, għax l-isport mhux biss jagħmel tajjeb għall-ġisem imma fl-istess ħin iservi ta' mistrieħ għall-istudent li jipprattikah u anke jgħinu biex jistudja aħjar.", "F'pajjiżna hawn bosta persuni li jsegwu xi tip ta' sport iżda kemm huma dawk li jipprattikawh?", "Fil-fatt kieku kellna niġbru statistika ta' dawk il-persuni li jsegwu xi tip ta' sport fuq it-televiżjoni, jew li jmorru l-ground tal-football, jew li jattendu xi faċilita' sportiva, u fl-istess ħin naraw kemm minnhom jipprattikaw xi tip ta' sport, insibu diskrepanza kbira bejniethom.", "Ħafna drabi l-isports nassoċjawh mat-tfal u maż-żgħażagħ pero' din hija mentalita' xi ftit antikwata għax ninsew li hawn bosta tipi ta' sport li persuna, ikollha kemm ikollha żmien, tista' tipprattika.", "Irridu nneħħu din il-mentalita' minn moħħ dawk il-persuni li jaħsbu li l-isport huwa tajjeb biss għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Huwa tajjeb li nsemmu li f'pajjiżna daħlet l-użanza li bosta persuni ta' mezza eta', kif ukoll persuni anzjani, narawhom jagħmlu jogging fit-toroq tagħna.", "Naħseb li l-mentalita' li l- isport huwa tajjeb biss għall-ġuvintur u għall-irġiel xi ftit jew wisq inqatgħet u wieħed jieħu gost jara anke nisa u tfajliet jipprattikaw xi sport għax jafu li dan huwa tajjeb għal saħħithom.", "Meta nsegwu xi sport li jkun qed isir barra minn Malta ħafna drabi naraw il-parteċipazzjoni ta' bosta nisa u tfajliet.", "Aħna wkoll għandna nħeġġu aktar nisa u tfajliet biex jew jibdew jipprattikaw xi sport jew ikomplu jżidu fil-prattika ta' l- isport favorit tagħhom.", "Sfortunatament, kif nafu kull wieħed u kull waħda minna, l-isport huwa nieqes mill-iskejjel tagħna.", "Bl-iskuża li dan itellef it-tfal mill-istudju tagħhom, l-istudenti jispiċċaw biex ma jipprattikawx l-isport favorit tagħhom jew anke xi tip ta' sport ieħor li jkun jista' jiġi pprattikat fl- iskola.", "F'pajjiżi oħra l-isport huwa parti integrali mill-iskola u bħalissa qed jiġuni f'moħħi l-Amerka u l-Italja fejn insibu bosta skejjel, universitajiet u anke kulleġġi, proprju fejn l-isport u l-istudju huma integrati flimkien.", "Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna żewġ punti.", "L- ewwelnett li l-iskejjel tagħna m'humiex attrezzati lanqas għal xi sport bażiku, bħalma hu l-ġiri - ċerti skejjel dan ma jippermettuhx peress li ħafna drabi jkunu ġew konvertiti minn sptar għal skola, bħal fil-każ ta' l- iskola primarja taż-Żejtun - u barra minn hekk irridu niftakru li pajjiżna huwa limitat u allura ma nistgħux nippermettu ċerti affarijiet.", "Darba kont qed nara kummentarju fuq stazzjon televiżiv Taljan dwar grupp ta' tfajliet miġburin fi skola fejn kien ilhom jipprattikaw it-tennis minn mindu kienu żgħar.", "Dawn ikollhom it-time table tagħhom mqassma bejn l- istudju u l-isport u tingħata attenzjoni indaqs kemm lill-isport favorit tagħhom - għada pitgħada uħud minn dawn jaqilbu professionals - u l- istudju.", "Forsi nkunu qed nimmiraw wisq fil-għoli jekk nħarsu lejn dawn it- tip ta' skejjel pero' jiena semmejt dan il-punt biex nifhmu ftit għaliex ħaddieħor jasal għas-suċċess u forsi aħna, minkejja li pajjiżna huwa żgħir, ma nistgħux nikkompetu biex xi darba nilħqu livell għoli f'xi tip ta' sport, għalkemm ta' min isemmi r-rebħa li kellna l-bieraħ minn Ġużi Grech u rebħiet oħra li ġieli kellna fil-qasam ta' l-isnooker u tal-billiard.", "Dan ifisser li aħna jkollna frott minn ċertu tip ta' sport li għandna l- okkażjoni nipprattikaw.", "Qed ngħid hekk għax f'bosta każini nsibu mwejjed tal-billiard u ta' l-isnooker u b'hekk wieħed jista' jipprattika b'mod regolari dan it-tip ta' sport, bir-riżultat li ħafna drabi nagħmlu ġieħ lil pajjiżna, għax fl-aħħar mill-aħħar meta l-isportivi tagħna jmorru barra minn Malta biex jirrappreżentawna jkunu qed jagħmlu ġieħ mhux biss lilhom infushom imma wkoll lill-isem ta' pajjiżna.", "Naħseb li l-isport għandu jinqasam f'żewġ kategoriji; f'dak li huwa pprattikat bħala passatemp, fejn wieħed jgħaddi siegħa żmien, u f'dak li jiġi pprattikat b'għan kompetittiv fejn l-isportivi anke jispiċċaw biex jirrappreżentaw lil pajjiżhom.", "Jenħtieġ li meta naħsbu fuq il-kelma \"sport\" ma naħsbux biss li l-isport għandu jkun għal kulħadd - għaż-żgħar u għall-kbar, jew għan-nisa u għall-irġiel - imma għandna nħarsu wkoll lejn l-isport bħala dak li għandu jkun professjonali u l-isport bħala passatemp.", "GĦandna nippjanaw fuq din il-linja biex kemm min jipprattika l- isport bħala passatemp ikollu l-faċilitajiet u l-mezzi biex ikun jista' jagħmel dan u anke - jekk mhux ftit aktar - biex nagħtu attenzjoni lil dawk in-nies li fl-aħħar mill-aħħar b'mod kompetittiv se jirrappreżentaw lil pajjiżna u jistgħu jagħmlu unur lil Malta.", "Għalhekk għandna nipprovdu diversi faċilitajiet sabiex kull tip ta' sport ikun attrezzat biżżejjed biex jiġi pprattikat.", "Pero' mbagħad tqum problema oħra u din hija n-nuqqas ta' spazju.", "F'pajjiżna mhux biss għandna problema ta' housing għax hawn nuqqas ta' spazju imma għandna wkoll il-problema ta' spazju għal faċilitajiet sportivi.", "Ta' min isemmi li f'ħafna mill-housing estates li huma relattivament ġodda, wieħed m'għandux il-faċilita' li jipprattika xi tip ta' sport.", "Ta' min isemmi wkoll li f'ħafna mill-housing estates lanqas playing field ma jeżisti, aħseb u ara kemm se ssib faċilitajiet biex it- tfal u ż-żgħażagħ tagħna, kif ukoll persuni oħrajn, ikunu jistgħu jipprattikaw xi sport qrib id-dar tagħhom!", "Naturalment meta wieħed imbagħad isib xi postijiet adattati fejn jista' jibni faċilitajiet għal diversi tipi ta' sport, tqum problema oħra għax issib min ikun irid ground tal-football, min ikun irid tennis court u min ikun irid xi faċilita' oħra biex jipprattika l-isport favorit tiegħu.", "Ġustament kulħadd jiġġieled għall-isport favorit tiegħu pero' irridu nifhmu li l-ispazju huwa limitat u allura hemm bżonn li jsir management tajjeb ta' l-art u ta' l-ispazju li wieħed isib.", "Ħafna drabi fi spazju limitat wieħed jista' jdaħħal diversi tipi ta' pitches biex f'ħinijiet differenti jkun jista' jiġi pprattikat sport differenti.", "Irridu nagħtu importanza lil kull tip ta' sport u ma nistgħux inħallu kollox għaddej qisu xejn m'hu importanti.", "Biex nagħmlu dan irid ikollna trainers professjonali sabiex jgħallmuna u jagħtuna guidelines ta' kif wieħed jista' jimxi b'mod professjonali jekk jista' jkun f'kull tip ta' sport, speċjalment f'dak li nipparteċipaw fih barra minn Malta.", "Huwa importanti wkoll li l-ambjent tax-xogħol u ta' l-iskola jkun jippermetti li meta wieħed jipprattika sport b'mod professjonali, jagħmel il-ħajja tiegħu faċli u mhux jinqalgħulu d-diffikultajiet kollha b'konsegwenza li kważi kważi dik il-persuna jkollha tieqaf tipprattika dak l-isport b'mod professjonali għax dan jista' jkun ta' dannu billi nitilfu ċ-ċans li dik il-persuna tista' tirrappreżenta lil Malta b'mod denju barra minn pajjiżna.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed jieħu ħsieb sa minn meta t-tfal ikunu għadhom żgħar sabiex ngħallmuhom dak it-tip ta' sport li t-tifel jew it-tifla huma l-aħjar fih.", "Ir-raġuni hija biex inħarrġuhom minn meta jkunu żgħar u b'hekk jipperfezzjonaw f'dak l-isport favorit tagħhom, f'dak l-isport li huma tajbin fih u biex ukoll dawn l- istess tfal ikunu jistgħu jiksbu riżultati aktar tajbin fil-futur.", "Madam Speaker, inħoss li fid-distrett li ġej minnu jien - qed nirriferi għaż-Żejtun, Żabbar u Wied il-Għajn - hemm nuqqas kbir ta' faċilitajiet sportivi għax fil-fatt l-ammont ta' żgħażagħ, ta' tfal u ta' persuni oħra li jħobbu jipprattikaw xi sports qed ikollhom imorru f'postijiet oħra 'l bogħod ħafna minn fejn joqogħdu.", "Irrid ngħid ukoll li f'xi bliet u rħula oħra diġa' jeżistu faċilitajiet sportivi imma m'humiex qed jintużaw għaliex huma mitluqa jew mhux qed jiġu utilizzati kif suppost.", "Hija ħasra li wara li jinstab spazju biex issir faċilita' sportiva, ikun liema sport ikun, dan il-post jispiċċa abbandunat jew inkella ma jkunx utilizzat tajjeb.", "Madam Speaker, ma rridux ninsew li barra li huwa importanti għas-saħħa, l- isport huwa importanti ukoll biex kemm jista' jkun iżomm lit-tfal u liż- żgħażagħ 'l bogħod mill-vizzji tas-soċjeta'.", "Għalhekk ikun tajjeb li ninvestu ħafna iktar fl-isport għax fl-aħħar mill-aħħar dawn l-ispejjeż se nifrankawhom minn bnadi oħra u hekk ikollna soċjeta' aktar b'saħħitha.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "F'dan l-aġġornament tal-lum nixtieq nitkellem fuq il-problema tal-housing li qiegħda tolqot lil ħafna koppji żgħar u lil dawk in-nies li qed jgħixu fi djar substandard.", "Peress li l-popolazzjoni qiegħda kulma tmur tikber iżjed, allura l-art qed tkun iktar limitata għax pajjiżna żgħir.", "Jiġifieri wieħed għandu jifhem li jkollna dawn il-problemi tal-housing.", "Fil-fatt sa mill-1971 gvernijiet Laburisti raw kif għamlu u pprovaw jiffaċċaw din il-problema bl-aħjar mod possibbli.", "Għaliex?", "Għax il-gvernijiet Laburisti dejjem emmnu li li jkollok saqaf fuq rasek huwa dritt bażiku.", "Wieħed ma jistax jgħix kuntent jekk ma jkollux dan id-dritt u ma jistax ikollu familja jekk ma jkollux ambjent san fejn ikun qed joqgħod, fejn ikollu moħħu mistrieħ u fejn jista' jgħix ta' bniedem.", "Sfortunatament Gvern Laburista ġdid sab din il-problema kbira ma' wiċċu.", "Irridu nammettu li l-fatturi li semmejt qabel qegħdin hemm - il-fattur li pajjiżna huwa ċkejken u l-fattur l-ieħor li l-popolazzjoni tagħna qiegħda dejjem tikber - u allura d-domanda għal bini wkoll qiegħda dejjem tikber.", "Kien żball li l-housing tneħħitlu d-dimensjoni soċjali tiegħu taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista għax jidher li l-housing sar parti mill- kummerċ tal-pajjiż.", "Mhux qed ngħid li l-bini qatt ma kien parti mill- kummerċ anzi pjuttost il-proprjeta' dejjem kienet parti mill-kummerċ imma kien qed jiġri li biex koppja tibni d-dar tagħha riedet tagħmel mhux biss sagrifiċċji kbar u kultant anke tissallab, iżda din il-pressjoni kollha kienet u għada qed toħloq problemi soċjali oħra li qed jirriflettu b'mod mill-iktar negattiv fuq il-familja.", "Madam Speaker, hawn ta' min isemmi x'sab f'dan il-qasam il-Gvern Laburista.", "Fi żmien il-budget il-Ministru Portelli, li huwa responsabbli mill- housing, qal li kien hemm iktar minn 4,500 applikazzjoni pendenti u żgur li sal-lum dawn żdiedu, forsi wkoll qabżu il-5,000.", "Instab li kien hemm numru kbir ta' djar substandard, speċjalment fin-naħa t'isfel ta' Malta, bħal Kottonera, fejn għad għandna ħafna nies jgħixu f'sitwazzjonijiet li wieħed lanqas jista' jimmaġinahom, per eżempju, f'kantini.", "Mill- esperjenza tiegħi bħala occupational therapist nista' ngħid li dan hu kollu minnu għax personalment żort nies li jgħixu f'dawn it-tip ta' djar.", "Jien kont immur hemmhekk mhux biss qabel l-elezzjoni imma anke waqt ix- xogħol privat tiegħi u għalhekk naf tajjeb il-kondizzjonijiet li qed jgħixu fihom dawn in-nies.", "Madam Speaker, apparti minn hekk il-Gvern Laburista sab dan il-qasam bla direzzjoni ta' xejn għax milli jidher il-fattur kummerċjali ħakem fih mhux ħażin.", "Dan il-qasam tant ġie maħkum minn ftit kapitalisti jew minn ftit spekulaturi li l-miżuri kollha li ttieħdu taħt Gvern Nazzjonalista kienu wisq dgħajfa biex jgħinu lil min hu verament batut isib dar fejn joqgħod.", "X'ġara?", "Ġara li dawk il-ħafna koppji żgħażagħ kienu qed jidħlu fi djun kbar għal snin twal, 25 sena jew 30 sena, biex ikollhom darhom.", "Dan kien qed ikun ta' piż kbir fuq il-ħajja tagħhom li m'humiex jifilħuh.", "Naħseb li kulħadd jaf x'inhuma l-pagi li jaqilgħu l-ħaddiema fis-servizz pubbliku, hu x'inhu x-xogħol tagħhom.", "Żgur li b'paga average tal-gvern wieħed ma jistax iħallas lura l-loan li jkun ħa mill-bank biex jibni d-dar tiegħu.", "Fil-fatt qabel l-elezzjoni l-Partit Laburista kien wiegħed li se jiffaċċa din il-problema bl-akbar serjeta'.", "Kbira kemm hi kbira din il-problema l- Partit Laburista xorta wiegħed li se jiffaċċaha.", "Kien qal li anke se jipprova jidħol f'negozjati mas-settur privat daqskemm hija ta' dimensjoni kbira din il-problema.", "Gvern Laburista kien wiegħed ukoll li fejn hu possibbli jingħataw units biex ikunu jistgħu jinbnew djar u jinbiegħu bi prezz soċjali, prezz li min hu finanzjarjament żgħir ikun verament jista' jlaħħaq miegħu.", "Meta tela' fil-poter il-Gvern Laburista mill-ewwel żied in-nefqa fuq l-Awtorita' tad-Djar u żid ukoll is-somma tas-sussidji.", "Madam Speaker, x'kienet l-ewwel miżura li ħa l-Gvern Laburista?", "Quddiem il-Planning Authority kien hemm pjan biex isir business park f'Pembroke.", "Il-Gvern Laburista kellu commitment maċ-ċittadini li l-qasam tal-housing jagħtih prijorita'.", "Allura deherlu li l-pjanijiet ta' Pembroke kellhom jinbidlu u, minflok jittella' business park, dik l-area kollha tiġi żviluppata għall-bini ta' djar li jkunu jistgħu jakkomodaw familji li għandhom bżonn saqaf fuq rashom u familji li huma l-aktar fil-bżonn.", "Hawnhekk ta' min wieħed jenfasizza u jgħid li m'għandniex inkunu egoisti fis-sens li, min jiflaħ iħallas jew min hu sinjur biżżejjed biex jibni daru m'għandux jippretendi li jiġi mgħejjun mill-gvern.", "Jiġifieri jekk lil dak li jkun il-Bambin ipprovdilu l-flus m'għandux japplika għal dar mill-Housing Department ħalli b'hekk iħalli l-wisa' għal min għandu inqas flus jew għal min il-mezzi ma jagħtuhx daqskemm forsi jagħtu lil min għandu flus.", "Min għandu l-flus għandu jħalli spazju lil ħaddieħor u dan qed ngħidu wkoll bħala messaġġ lill-ispekulaturi.", "Il-Parlament irid ikollu l-kuraġġ jieħu ċerti deċiżjonijiet għal dan ir- rigward.", "Mhux sewwa li hawn min lanqas għandu post suret in-nies fejn joqgħod u hawn min għandu xi għaxart id-djar magħluqin jew vojta.", "Din, kif għidt diġa', hija problema soċjali għax li wieħed ikollu dar fejn joqgħod huwa bżonn soċjali.", "Wieħed ma jistax itella' t-tfal tiegħu f'ambjent san jew jgħix kuntent jekk ma jkollux dar daqsxejn sura.", "Illum qed insibu li ħafna mid-djar tal-qalba ta' ċerti villaġġi qed jispiċċaw vojta u dan qed jirrendi l-ambjent ikrah.", "Fil-fatt qed nispiċċaw nibnu iktar djar fl-outskirts ta' l-irħula tagħna b'riżultat li qed neqirdu l-kampanja.", "Qed insibu li ħafna mid-djar antiki b'xi 13-il kamra - xi kultant anke b'20 kamra - qed jibqgħu vojta.", "Min joqgħod il-Kottonera jaf tajjeb x'jien qed ngħid.", "Jien li ġej miż-Żejtun nista' ngħid li għandna toroq sħaħ bi djar li jinsabu vojta.", "Għandna djar li huma wirt storiku u bħalissa tiġi f'moħħi d-dar tal- Granmastru Perellos li hi dar kbira, li tinsab vojta u li qed titħalla taqa'.", "Mhux sewwa li dawn l-affarijiet jibqgħu għaddejjin.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li rrid nitkellem dwarha hija meta jsir xi żvilupp, speċjalment mill-privat.", "M'hux sewwa li għax l-iżviluppatur ikun b'saħħtu u allura jkollu min jagħmillu tajjeb jippjana li jdaħħal l-ikbar numru ta' appartamenti li jista' mingħajr ma jagħti kas ta' l-ambjent tad- dawra.", "Per eżempju, nista' ngħid li l-mod kif qed jiġi żviluppat Wied il- Għajn huwa wieħed salvaġġ.", "Xi kultant lanqas linja tat-triq ma teżisti, żigużajg, kulħadd joħroġ 'il barra.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li ma nkomplux indaħħku n-nies bina.", "L-ewwel ħaġa li għandha ssir hi li tinqata' l-linja tat-triq u mbagħad jinbnew id-djar.", "Dan qed ngħidu mhux biex noħroġ 'il barra mis-suġġett tal-housing imma għaliex ir-residenti m'għandhomx biss dritt li jkollhom id-dar tagħhom imma għandhom dritt li jgħixu f'ambjent li jkun suret in-nies.", "M'għandniex inħarsu biss lejn il- ftit spekulaturi li jagħmlu l-flus mill-artijiet li jkollhom u li jiġu jaqgħu u jqumu minn kulħadd.", "Ir-residenti li joqogħdu fl-areas il-ġodda ta' Wied il-Għajn lanqas ftit spazju għal playing fields m'għandhom, ġungla ta' bini.", "Jista' jkun li dan il-pajjiż jibqa' sejjer kif inhu sejjer?", "Madam Speaker, nerġa' mmur lura għall-punt tad-djar vojta.", "Jien nemmen li dan il-pajjiż irid ikun sod u lil min hu egoist irid jgħidlu li ma jistax jibqa' jagħmilha ta' egoist.", "Is-soċjeta' tagħna qiegħda tikber, il-bżonn tad-djar qiegħed dejjem jiżdied u min għandu ħallih ħa jikkontribwixxi.", "Għaliex?", "Ejjew nieħdu bħala eżempju l- problema tal-kera.", "Veru li l-liġi dwar il-kera emendajniha fl-1995 pero' ma tistax tgħid li l-kirjiet li qed jingħataw bihom id-djar jistgħu jlaħħqu magħhom il-ħaddiema, anke bis-sussidju li qed jagħti l-gvern.", "Is-sussidju li qed jagħti l-gvern m'huwiex biżżejjed biex dak li jkun ilaħħaq mal-kera li għandu.", "Meta nitkellmu fuq il-problema tal-housing - sħabi li ġejjin minn distretti ferm aktar diffiċli minn tiegħi bħall-Kottonera u l-Belt Valletta, fejn il- problema tal-housing tinħass ma' kull fejn timxi, jifhmuni - irridu niftakru f'dawk in-nies li m'għandhom xejn.", "Biex inkunu tassew soċjeta' ġusta u jkollna l-vera ġustizzja soċjali rridu nibdew naħsbu f'dawn in- nies.", "Irridu naħsbu f'dik il-mara li tkeċċiet mir-raġel tagħha wara min jaf kemm kien ilu jsawwatha u rridu nibdew naħsbu fil-każijiet estremi.", "Dan huwa ċ-challenge tagħna u dawn il-każijiet għandhom juruna d-direzzjoni li rridu naqbdu.", "Madam Speaker, jien konvint mill-ħidma li qed iwettaq il-Gvern, partikolarment sieħbi l-Onor.", "Alfred Portelli, u konvint li din il- problema se tiġi ffaċċata bl-iktar mod serju u għat-tul - din hija problema oħra - għax ma nistgħux naħsbu fil-problema tal-housing fuq perijodu qasir.", "Jien ċert li se niġu ffaċċati bi bżonnijiet oħrajn bħal, per eżempju, aktar djar għall-anzjani fil-komunita', issa li l-anzjan jibqa' jgħix fir-raħal tiegħu qed issir xi ħaġa aktar popolari u aktar mixtieqa minnu ħalli b'hekk jgħix aħjar.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li nixtieq insemmi hi dwar l-aċċessibbilta' għal persuni b'diżabilita'.", "Nieħu gost nara - din hi xi ħaġa li bdiet taħt l-amministrazzjoni l-oħra - li l-flats li qed jinbnew issa qed ikunu kollha bil-lift.", "Xi kultant anke l-postijiet li jinbnew mill-privat qed ikollhom il-lift u jien naħseb li din għandha ssir b'regola.", "Mhux sewwa li biex tidħol f'ċerti postijiet li qed jinbnew ikollok titla' xi 13-il tarġa għax inkunu qed nagħmlu farsa ikbar milli diġa' għamilna.", "Aħna nafu llum xi problemi qed isibu l-anzjani tagħna - din nafha mill-esperjenza tiegħi.", "Kultant meta nara djar li biex tidħol fihom trid titla' xi 15-il tarġa nibda nitħasseb dwar x'se jiġri minn dawn in nies meta jkollhom 65 sena.", "Meta jikbru dawn in-nies kif jistgħu jitilgħu dawk it-turġin kollha u kif jistgħu jtellgħu, per eżempju, iċ-ċilindru tal-gass?", "Madam Speaker, jien nemmen li l-problema għandha tiġi studjata bl-aħjar mod u għat-tul ħalli b'hekk ma nkunux qegħdin inraqqgħu l-pannu bil-qara' aħmar imma nkunu verament qed naqbdu l-barri minn qrunu għax b'hekk biss il-problema nkunu qegħdin niffaċċawha bis-serjeta'.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 7 ta' Ottubru, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BUĠIBBA - PROĠETT", "7691.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru ta għall- mistoqsija parlamentari numru 6571, jista' l-Ministru jara li fil-fatt jagħti wkoll ir-risposta dwar kemm ingħataw direct orders, kuntratti u allokazzjonijiet ta' xogħol ieħor f'Buġibba?", "Kemm sewa dan ix-xogħol f'kull każ?", "Liema kienu l-każi fejn il-kuntrattur li għamel ix-xogħol intalab li jaqla' dak li kien għamel u jerġa' jsewwih?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tweġiba għall-ewwel żewġ partijiet ta' din il- mistoqsija issa ngħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6491.", "Hi proċedura normali tad-dipartimenti fit-Taqsima tax-Xogħlijiet illi fejn ix-xogħol ma jkunx ta' livell tajjeb u skond l-ispecifications dan jinqala' u jsir kif suppost a spejjeż tal-kuntrattur.", "GŻEJJER MALTIN - BUILT-UP AREA", "7693.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal kull raħal u għal kull belt fil-gżejjer Maltin, kemm hija l-built-up area f'kull lokal kif ukoll kemm hija l-area built-up ta' kull industrial estate li hemm f'pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-built up area f'kull lokal hi:", "|Counci|Council |Total | |l No |Name |built up | | | |(hectares| | | |) | |1 |VALLETTA |78.31 | | |Citta' | | | |Umilissima | | |2 |MDINA |34.74 | | |Citta' | | | |Notabile | | |3 |BRIGU |51.81 | | |Citta' | | | |Vittoriosa | | |4 |ISLA Citta'| 15.77 | | |Invicta | | |5 |BORMLA |90.76 | | |Citta' | | | |Cospicua | | |6 |QORMI |199.43 | | |Citta' | | | |Pinto | | |7 |ŻEBBUĠ |141.00 | | |Citta' | | | |Rohan | | |8 |ŻABBAR |135.31 | | |Citta' | | | |Hompesch | | |9 |SIĠĠIEWI |95.97 | | |Citta' | | | |Ferdinand | | |10 |ŻEJTUN |191.54 | | |Citta' | | | |Beland | | |11 |RABAT |128.67 | | |Citta' | | | |Vittoria | | |12 |ATTARD |151.15 | |13 |BALZAN | 59.27 | |14 |BIRKIRKARA |235.80 | |15 |BIRŻEBBUĠA |381.01 | |16 |DINGLI | 36.19 | |17 |FGURA | 80.01 | |18 |FLORIANA | 98.04 | |19 |FONTANA | 15.47 | |20 |GUDJA | 35.33 | |21 |GZIRA | 66.05 | |22 |GHAJNSIELEM| 57.61 | |23 |GHARB | 36.08 | |24 |GHARGHUR | 25.59 | |25 |GHASRI | 15.76 | |26 |GHAXAQ | 47.77 | |27 |ĦAMRUN |105.76 | |28 |IKLIN | 44.86 | |29 |KALKARA | 61.10 | |30 |KERĊEM | 34.46 | |31 |KIRKOP | 24.55 | |32 |LIJA | 47.42 | |33 |LUQA |463.68 | |34 |MARSA |189.60 | |35 |MARSASKALA |118.78 | |36 |MARSAXLOKK | 68.40 | |37 |MELLIEĦA |179.70 | |38 |MGARR | 43.84 | |39 |MOSTA |185.70 | |40 |MQABBA | 34.82 | |41 |MSIDA |102.28 | |42 |MUNXAR | 27.95 | |43 |NADUR | 85.92 | |44 |NAXXAR |194.43 | |45 |PAOLA |173.07 | |46 |PEMBROKE | 96.77 | |47 |PIETA | 44.58 | |48 |QALA | 44.33 | |49 |QRENDI | 37.47 | |50 |RABAT |144.31 | |51 |SAFI | 26.16 | |52 |SAN GILJAN |141.37 | |53 |SAN GWANN |150.88 | |54 |SAN LAWRENZ|16.39 | |55 |SAN PAWL |214.54 | | |IL-BAHAR | | |56 |SANNAT | 41.31 | |57 |SANTA | 30.88 | | |LUCIJA | | |58 |SANTA | 76.75 | | |VENERA | | |59 |SLIEMA |129.86 | |60 |SWIEQI |137.81 | |61 |TA' XBIEX | 25.61 | |62 |TARXIEN | 75.51 | |63 |XAGHRA | 98.83 | |64 |XEWKIJA |106.16 | |65 |XAGHJRA | 19.71 | |66 |ZEBBUG | 52.38 | |67 |ŻURRIEQ |107.98 | | |TOTAL |6510 |", "Dawn il-figuri huma bbażati fuq:", "1) l-art indikata bħala development zone fit-temporary provisions schemes tal-1988;", "2) l-art f'dawn id-development zones li għadha ma ġietx żviluppata sal- 1994;", "3) bini li hu barra mid-development zone skond il-base maps tal-1988", "Dawn il-figuri ma jinkludux it-toroq, fortizzi jew knejjes barra d- development zone.", "Il-built up area ta' kull industrial estate f'Malta hi kif indikat hawn taħt:", "|Attard | 47,286 sq m| |Bulebel |591,503 sq m| |Ħal Far |977,736 sq m| |Kirkop | 36,737 sq m| |Kordin |261,683 sq m| |Luqa | 92,218 sq m| |Marsa |374,910 sq m| |Mosta | 60,450 sq m| |Mrieħel | 98,488 sq m| |Ricasoli |203,145 sq m| |San Ġwann |264,911 sq m| |Xewkija | 97,191 sq m|", "DJAR - SUSSIDJI", "7703.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-prezzijiet u l-ammont ta' sussidju fuq is-self mogħti li bihom inħarġu għall-bejgħ il-maisonettes, garaxxijiet u l- appartamenti fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Lulju, 1997 huwiex differenti minn dawk li kienu joħorġu taħt l-Amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Waqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 7813, f'din il-ħarġa taħt Gvern Laburista, min jiġi allokat maisonette u garaxx se jiffranka average ta' madwar Lm1670 fuq il-prezz tal-maisonette u tal-garaxx meta kkomparat mal-average price ta' maisonette u garaxx li ħarġu għall-allokazzjoni f'Avviż Numru 57, taħt il-Gvern Nazzjonalista.", "Fir-rigward tal-appartamenti fin-Naxxar, il-prezz taħt dan l-avviż huwa fuq l-istess livell ta' dawk li ħarġu taħt Avviż Numru 57 u dan minħabba il- fatt li fil-kostruzzjoni ta' dawn l-appartamenti taħt Avviż 60 kien jinvolvi spejjez aktar fil-kostruzzjoni, bħal aktar ħitan dobbli u il-valur ta' l-art li fuqhom inbnew dawn l-appartamenti kellu jiġi mqassam biss fuq flats ta' l-istess lokal.", "Wara li jiena bdejt mill-ewwel taħditiet mal-Lohombus Bank ngħarrfek illi miegħu lħaqna ftehim.", "Għalhekk, fir-rigward ta' sussidju fuq is-self, f'din il-ħarġa s-sussidju fuq l-imgħax ta' self se jingħata sa 90% tal- prezz sussidjat tal-maisonette.", "Per eżempju fuq maisonette li jiswa Lm16,000 jista' jissellef sa Lm14,400 b'rata sussidjata.", "Fil-ħarġa ta' qabel dan setgħa jissellef sa Lm6,000 b'rata sussidjata.", "Fil-każ tal- appartamenti, benefiċjarji ta' appartament jista' jissellef sa 90% tal- prezz sussidjat kif kien sar taħt l-avviż preċedenti.", "Wara taħditiet mal- Lohombus Bank Limited, jekk benefiċjarju jisssellef aktar minn Lm15,000 ir- rata ta' l-imgħax tkun ta' 7.5% flok ta' 8.5%.", "Oltre dan, is-self jitħallas lura fuq medda ta' 30 sena flok ta' 25 sena.", "B'dan il-mod, il-pagament fix-xahar għall-ħlas lura tas-self u anke id- deposit ta' quddiem (front finanace) se jonqos ukoll.", "Għaldaqstant, minħabba dak li jingħad aktar 'il fuq u minħabba il-fatt li l-Lohombus Bank Limited naqqas sew il-flus għall-proċessar ta' l- applikazzjoni (minn 0.3% fuq l-ammont tas-self għall-flat rate ta' Lm15) kif ukoll it-tnaqqis tal-legal expenses (issa sar flat rate ta' Lm10 u m' għadux jiddependi fuq l-ammont tas-self) f'din il-ħarġa il-benefiċjarji se jgawdu minn kondizzjonijiet aktar favorevoli milli ġie gawdut fil-ħarġa ta' qabel li ħarġet taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "INSTITUTE OF MASONARY AND CONSTRUCTION TECHNOLOGY", "7802.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew korsijiet fl-Institute of Masonary and Construction Technology minn meta din twaqqfet sena b'sena?", "Kemm hemm persuni jgħallmu f'dan l-institute?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-għan oriġinali ta' l-Istitut għall-Istudju tal- Ġebla u l-Bini, (Institute for Masonry and Construction Research), kien li jinħoloq ċentru fejn setgħet tintefa' attenzjoni partikolari għall-ġebla maltija fil-kuntest tal-wirt storiku ta' Malta, u fil-kuntest tal-problemi attwali fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "L-attivita' prinċipali ta' l- istitut hija għalhekk ir-riċerka.", "Għal dan il-għan hemm Scientific Research Officer wieħed (bi grad ta' lecturer) fulltime ma' l-istitut; imma r-riċerka titmexxa 'l quddiem b'diversi lecturers oħrajn, mill-Universita' u part-timers minn barra.", "Fl-1994, infetaħ l-ewwel kors ta' tagħlim u riċerka, biex twassal ir- riżultati li kienu nġabru sa dak iż-żmien, dwar it-teknoloġija ta' konservazzjojni ta' bini tal-ġebel, f'livell ta' postgraduate diploma jew masters.", "Għal dan l-ewwel kors tliet studenti ħadu l-eżamijiet finali, u mistennija jgradwaw, wara li jippreżentaw it-teżi ta' riċerka tal-masters, f'Novembru li ġej.", "Kors simili infetaħ sentejn wara, f'1996, u għalih irreġistraw erba' studetni, li kollha għamlu l-eżamijiet tad-diploma f'Ġunju li għadda.", "Jekk jagħmlu r-riċerka tagħhom fuq bażi part-time, kif kienet it-tendenza s'issa, huwa mistenni li jiggradwaw fl-1999.", "Kors ieħor jinfetaħ f'Ottubru 1998.", "ĦAL FAR - CIRCUIT RACING", "7820.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7413?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7413 mogħtija f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - ĦADDIEMA FIS-SERVIZZ ĊIVILI", "7821.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7352?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fl-opinjoni li kien ta l-Ombudsman, f'Awissu ta' l- 1996, dwar ilment li kien sar minn numru ta' mpjegati Għawdxin tas-Servizz Pubbliku li jaħdmu Malta, kien, fost ħwejjeġ oħra, innota li, xi żmien qabel, kien sar stħarriġ mill-Ministeru għal Għawdex li kien stabbilixxa li kien hemm 28 persuna jaħdmu mal-Gvern f'Għawdex li ma kellhomx il-grad ta' skrivan u li kienu qegħdin jagħmlu xogħol jew parti mix-xogħol ta dan il-grad.", "L-Ombudsman rrakkomanda li, bl-eċċezzjoni ta' dawk minn dan il-grupp ta' mpjegati li kienu qed jagħmlu xogħol ta' skrivan għal raġunijiet ta' saħħa jew li kienu ilhom jagħmlu dan ix-xogħol għal żmien twil, dawn il- postijiet ta' skrivani għandhom jimtlew minn skrivani Għawdxin li jaħdmu Malta.", "Irrakkomanda wkoll li għandu jiġi ddentifikat dak ix-xogħol fis- Servizz Pubbliku li bħalissa qed isir Malta u li iżda jista jitwettaq minn skrivani Għawdxin ġewwa Għawdex.", "Peress li f'dawn l-aħħar xhur ma ġewx ingaġġati skrivani ġodda mal- Gvern, l-ewwel parti ta' din ir-rakkomandazzjoni għalissa ma setgħetx titwettaq.", "Minn naħa l-oħra, wara proċess ta' konsultazzjoni mal- Ministeri kollha, ġew identifikati numru ta' possibbiltajiet ta' xogħol li jista jsir f'Għawdex minn skrivani Għawdxin u bħalissa il- Management Efficiency Unit qed tgħin lis-Segretarjat t'Għawdex biex jiġi stabilit kif dawn il-possibbiltajiet jistgħu jitwettqu.", "MALTAFEST", "7835.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara l-esperjenza tal- Maltafest ta' din is-sena, għandux jikkonsidra serjament tfassil ġdid u aktar mifrux tul is-sena tal-Maltafest għas-sena li ġejja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Xieraq li ssir riflessjoni serja dwar kif tiġi organizzata Maltafest fid-dawl ta' l-esperjenza tas-snin li għaddew.", "KUNĊERTI/SPETTAKLI/DRAMA", "7836.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l- kunċerti/spettakli/drami li ġew iffilmjati għal xandir bit-television u/jew bir-radju?", "Liema kienu l-istazzjonijiet li ġibdu l-films/irrekordjaw il- programmi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dawk l-attivitajiet li saru fil-Maltafest ta' din is-sena.", "Tliet attivitajiet ġew rikordjati mit-televiżjoni u dawn kienu:", "a) Medieval Music Insula Magica - PBS", "b) Ġuljetta u Romeo fuq is-Swar - Super One TV", "c) Jazz Festival - PBS", "MALTAFEST - SPIŻA", "7837.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal- Maltafest 1997 skond kull attivita'/spettaklu/kunċerti li saru?", "Kemm kien it-total ta' l-ispiża tal-Maltafest 1996?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll xi dħul kien hemm minn sponsors u minn bejgħ ta' biljetti din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Interpellant jaf li għadu kmieni wisq biex wieħed ikollu l-istatistika mitluba.", "Jiena nformat li anke f'dawn il- ġranet għadhom kif daħħlu ftit kontijiet għall-Maltafest tas-sena 1996 li baqgħu mhux imħallsin mill-Gvern preċedenti.", "Madankollu se jsir sforz biex din l-informazzjoni tinġabar kemm jista' jkun kmieni biex inkun nista' nagħti r-risposta mitluba.", "DWANA - KUNTRABANDU", "7869.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm u x'tip ta' affarijiet ta' kuntrabandu nqabdu mill-gwardjani tad-dwana s-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' affarijiet li nqabdu minn uffiċjali tad-Dwana, kemm fizzjali kif ukoll gwardjani (issa magħrufin bħala assistenti anzjani jew assistenti) matul is- sena 1996 u sa l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena.", "TARXIEN - TRIQ XINTILL - ILMA", "7881.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara għalfejn il-kwalita' ta' l-ilma fi Triq Xintill, f'Ħal Tarxien ħdejn ir-roundabout f'Tal-Barrani, liema ilma qiegħed jasal għand ir-residenti f'kulur is-sadid, huwa ta' kwalita' daqstant ħażina u x'passi beħsiebu jieħu sabiex titjieb il-kwalita' ta' dan l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-inċidenza ta' effetti fil-provvista ta' l-ilma fl-inħawi msemmija hija relatata mal-proġett tat-telf tal-kontroll ta' l- ilma li f'dan ix-xahar qed jitwettaq f'Ħal Tarxien.", "Matul dan il-proġett jista' jkun li jsiru sospensjonijiet qosra u sporadiċi.", "Dan ikun biżżejjed biex jiddisturba s-sediment fil-mains.", "Il-korporazzjoni qed tippjana biex fil-futur jinbidlu l-mains f'dawn l- inħawi b'pajpijiet tat-tip cement lined.", "B'hekk jiġi eliminat dan l- inkonvenjent lill-konsumaturi.", "ŻGĦAŻAGĦ - KUNSILL NAZZJONALI", "7886.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fit-12 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 5317, jista' l-Ministru jgħid kemm- il laqgħa kellu s-Segretarju għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti minn Jannar 'il hawn mat-tliet rappreżentanti tiegħu fil-Kunsill Nazzjonali taż- Żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-unika laqgħa li nżammet mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti kienet fil-31 ta' Jannar, 1997 fejn waqt il-laqgħa msemmija s-Segretarju Parlamentari qassam l-ittra tal-ħatra lit-tliet membri.", "TELEMALTA - LINJI TAT-TELEPHONES", "7922.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn linji tat- telephones fid-djar; u għall-użu ta' kummerċ jew ta' professjoni f'Malta w Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI: In-numru ta'linji tat-telefon għall-użu residenzjali u kummerċjali f' Malta u Għawdex huwa hekk :- | |Kummercj|Residen|Total| | |ali |zjali | | |Malta |37,638 |131,909|169,5| | | | |47 | |Ghawdex|1,712 |11,054 |12,76| | | | |6 | |Total |39,350 |142,963|182,3| | | | |13 |", "Il-linji tat-telefon f'dipartimenti tal-Gvern, kumpanniji parastatali u tal-payphones huma kkonsidrati bħala kummerċjali.", "SKEJJEL - CHILD ABUSE", "7927.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' child abuse fl-iskejjel minn Ottubru 1996 'il hawn?", "F'liema settur tal-qasam edukattiv kienu dawn il-każi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-każi jiġux riferuti lill-aġenziji jew dipartimenti oħra governattivi?", "Fiex wasal il-proġett ta' policy guidelines dwar child abuse li kien tnieda mill-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minn Ottubru 1996 'il hawn, kien hemm 31 każ suspettati ta' child abuse, ġew riferuti lill-Education Welfare mill- iskejjel.", "Il-każi kienu f'dawn is-setturi tal-qasam edukattiv kif se nsemmi:", "|Primarju |17 | |Sekondarju |11 | |Skejjel |3 | |Speċjali | | |TOTAL |31 |", "Jekk mill-assessment li jagħmlu l-Education Social Workers jirriżulta li jista' jkun hemm każ ta' abbuż, il-każi jiġu rriferuti liċ-Child Protective Services Unit tas-Social Welfare Development Programme (SWDP).", "Tingħata wkoll għajnuna ta' pariri mill-Guidance and Counselling Services skond il- ħtieġa.", "Il-proġett ta' Policy Guidelines matul is-sena li għaddiet għadda minn proċess ta' konsultazzjonijiet ma' professjonisti oħra u ntalab il-parir ta' esperti.", "F'Marzu 1997 dawn il-policy guidelines waslu fil-fażi ta' draft finali u qed jiġu evalwati mill-awtoritajiet edukattivi.", "Huwa ttamat li dawn jiġu mgħoddija lill-iskejjel fil-bidu tas-sena skolastika 1997/98.", "Dan mhux se jsir permezz ta' cirkolari imma waqt programm ta' taħriġ minn nies ikkwalifikati fil-materja.", "BARRIERI", "7938.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika x'se tkun il-politika (policy) tal-Gvern rigward barrieri li llum huma diżutli?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Gvern preżenti se jkompli fuq ix-xogħol li nbeda mill-Gvern ta' qablu u jibqa' jinsisti li barrieri li llum huma diżutli, jiġu riabilitati.", "SIGARETTI - ĠBIR TA' FLUS MID-DAZJU", "7965.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7696 dwar ġbir ta' flus minn dazju, sisa u excise duty fuq sigaretti għax-xhur Jannar u Mejju, 1997 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tat-22 ta' Lulju, 1997, jista' l- Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' ta' sigaretti maħduma lokalment/sigaretti mportati?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess tagħrif dwar ix-xahar ta' Ġunju?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qed nagħti hawn taħt il-figuri emendati dwar sigaretti importati bejn Jannar u Mejju, 1997.", "|VAT |Lm2,019 | |Levy |Lm28,432 | |Dazju |Lm91,354 | |tas-Sisa | |", "Id-dazju tas-sisa jirrappreżenta taxxa fuq 254,490 pakkett ta' 20 sigarett.", "MUŻEWIJIET - FDALIJIET EĠIZZJANI", "7966.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jitlob lid-Dipartiment tal-Mużewijiet jagħti fil-qasir il-kummenti tiegħu dwar artiklu li deher f'The Times tat- 22 ta' Lulju, 1997 dwar fdalijiet Eġizzjani f'Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'riferenza għall-artiklu li deher f'The Times tat- 22 ta' Lulju, 1997 dwar fdalijiet Eġizzjani f'Malta, jien informat mid- Dipartiment tal-Mużewijiet li ma hemm ebda evidenza għal xi insedjament fil- gżejjer Maltin mill-Eġizzjani tal-qedem.", "Ta' min jinnota li biċċa sew minn dawn il-fdalijiet ġew importati bħala oġġetti ta' antikwarjat fis-seklu 19, u għalhekk m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' l-istorja antika tal-gżejjer Maltin.", "Il-fdalijiet Eġizzjani u eġittizzanti (jiġifieri fi stil Eġizzjan, iżda mhux ta' manifattura Eġizzjana) misjuba fil-gżejjer Maltin f'kuntest arkeoloġiku sikur, imorru lura fiż-żmien għall-perijodu Feniċju/Puniku (Kartaġiniż).", "Kif ilu magħruf sew mill-Istudjużi, sija Maltin kif ukoll barranin, dan l-istil eġittizzanti huwa wieħed mill-karatteristiċi predominanti ta' l-arti Feniċja/Punika (Kartaġiniża), w jinsab mifrux fil- kolonji Feniċi W Puniċi kollha fil-punent tal-Mediterran.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq informazzjoni f'aktar dettal, nissuġġerilu li jikkuntattja s-Sezzjoni Arkeoloġika fid-Dipartiment tal- Mużewijiet, fejn ikun jista' jingħata wkoll tagħrif bibloigrafiku fuq il- materja.", "EDUKAZZJONI - MISSION STATEMENT", "7995.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fit-13 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 5189, jista' l-Ministru jgħid b'mod konkret, x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex ineħħi l-inugwaljanzi soċjali li qegħdin ifixklu liż-żgħażagħ milli jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom lejn soċjeta' moderna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-gvern huwa kontinwament impenjat biex kemm possibbli jneħħi l-inugwaljanzi soċjali li kif stqarr l-Onor.", "Membru stess, kienu jfixklu liż-żgħażagħ milli jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom lejn soċjeta' moderna.", "Mhux possibbli li wieħed jelenka kull attivita' jew inizjattiva b'riżq dan il-għan iżda ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-qasam tal- housing, edukazzjoni, social welfare, tmexxija ta' bordijiet fost oħrajn, iż-żgħażagħ huma dejjem fuq quddiem fil-ħsibijiet tal-gvern.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI INTERNAZZJONALI", "8015.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7511?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7511 mogħtija f'din is-seduta.", "TOROQ - BOZOZ", "8037.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu Ministru responsabbli mill-Enemalta, kemm saru bozoz f'toroq għal kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' l-Ministru jara li l-informazzjoni tingħata b'mod li nuru n-numru ta' bozoz b'riferenza għal kull kunsill lokali li għandna?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DIPLOMATIĊI - LAQGĦAT", "8046.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tar-rapport li deher f'ġurnal lokali dwar laqgħat ta' diplomatiċi Maltin ma' diplomatiċi barranin, jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li għandhom jiġu nvestigati dawn ir- rapporti u jaħseb li laqgħat bħal dawn huma permessi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi ġie mwaqqaf Internal Board of Enquiry sabiex jinvestiga ċ-ċirkostanzi tar- rapport imsemmi u li dan il-board ippreżenta r-rapport tiegħu fil-ġranet li għaddew.", "Fid-dawl ta' dan ir-rapport qiegħed f'pożizzjoni aħjar biex jekk ikun hemm bżonn nagħti aktar informazzjoni.", "Rigward il-punt ġenerali jekk laqgħat bejn diplomatiċi barranin għandhomx ikunu permessi, dan jiddependi min-natura ta' dawn il-laqgħat.", "Ir-rwol u d-doveri ta' diplomatiku jitlob li jkun hemm kuntatti mal-counterpart tiegħu f'Ambaxxati jew f'Ministeri għall-Affarijiet Barranin, u dawn isiru f'kull pajjiż.", "Dan isir biex id- diplomatiċi jsiru jafu u jifhmu aħjar lil xulxin u anke biex meta jkun hemm bżonn jgħinu lil xulxin.", "Ħafna drabi dawn il-kuntatti jiġu msaħħa f'ambjent ta' laqgħat jew okkażjonijiet soċjali; naturalment ikun hemm ukoll laqgħat strutturati.", "F'kull każ iżda hu mportanti li qabel ma jsiru dawn il- laqgħat, id-diplomatiċi konċernati għandhom jinformaw lill-kapijiet tagħhom ħalli jekk ikun hemm bżonn jingħataw pariri neċessarji kemm fuq min għandu jattendi, kif ukoll fuq l-iskop jew is-suġġetti li jistgħu jiġu mqajjma f'dawn il-laqgħat.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - MAIN TA' L-ILMA", "8050.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min kien responsabbli biex isir xogħol fuq il-main ta' l-ilma fit-Toroq Sant'Aristarku, Bordino u San Luqa?", "Kemm inbidlu mains f'din il-parti ta' San Pawl il-Baħar?", "Min għamel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol li sar fi Triq Sant Aristakrus kien relatat mal-kisi ta' wiċċ it- triq.", "Peress li kemm il-main kif ukoll il-kanen privati tad-djar huma qodma ħafna, kien hemm il-bżonn li jinbidlu ħalli fil-futur qarib ma terġax tinqala' t-triq minħabba xi ħsarat.", "Il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni ħareġ kuntratt lill- kuntrattur privat biex jinbidel u jiksi l-wiċċ tat-triq imsemmija.", "Il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, ħadet ħsieb it-tqegħid tal-main tat- triq kif ukoll tibdel dawk is-servizzi tad-djar bil-plastik (polyethylene) wara li tkun saret l-istallazjoni ta' l-earth electrode.", "It-tul ta' mains ġodda li tqegħdu kien ta' 380 metri u n-numru ta' servizzi tad-djar li hemm bżonn jinbidlu hu ta' 107 metru.", "P.A. - ART F'WIED IL-GĦAJN", "8112.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti nformazzjoni rigward jekk dan il-Gvern għandux xi ħsieb li jipprovdi art biex jingħataw faċilitajiet sportivi liċ-ċittadini ta' Wied il-Għajn u l-inħawi tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-kumment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi kkonsidrat fil-Pjan Lokali aktar 'il quddiem.", "Peress li Wied il-Għajn huwa nkluż fil- Pjan Reġjonali, l-informazzjoni neċessarja tista' tinkiseb mill-Ministeru għall-Kunsilli Lokali.", "ŻABBAR - DAR TAS-SORU", "8114.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni x'sar jew x'qed isir biex (minn dak li fadal) ma jinqeriedx għal kollox il-post magħruf popolarment bħala d-Dar tas-Soru, dar użata fl-antik bħala d-dar tas-sajf mill-Isqof limiti ta' Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-restawr u l- manutenzjoni ta' bini antik li huwa proprjeta' tal-Gvern m'huwiex responsabbilta' tal-ministeru tiegħi.", "Dan jitwettaq mit-Taqsima għat- Tiswija w Restawr fil-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi w Kostruzzjoni.", "Għalhekk, nissuġġerixxii lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "AWTORITA' TAD-DJAR - XOGĦLIJIET", "8120.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet ta' natura kapitali daħlu għalihom l-Awtorita' tad-Djar bejn l-1/1/97 u t-30/6/97?", "Liema minn dawn ix-xogħlijiet kien jenħtieġilhom il-pemessi tal-Planning Authority?", "Meta saru l-applikazzjonijiet relevanti?", "Meta ħarġu l-permessi neċessarji?", "Kemm kien il-ħlas li tħallas mill-H.A. fuq dawn ix-xogħlijiet fil-perjodu msemmi?", "Meta hu mistenni li jiġu finalizzati dawn ix-xogħlijiet?", "X'se tkun in-nefqa kapitali fuq dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant bħala ex-Ministu f'dan il-qasam, xogħlijiet ġodda jenħtiegu ċertu żmien biex jibdew billi hemm il-proċeduri tal-permessi tal-bini u tal-ħruġ ta' l-offerti.", "Għalhekk ir-risposta se naqsamha fi tlieta;", "1.", "Xogħlijiet koperti b'permessi mitlubin qabel l-1 ta'Jannar, 1997", "2.", "Applikazzjonijiet ġodda għal xogħlijiet kapitali (waral-1 ta'Jannar, 1997)", "3.", "Stallar ta' lifts ġodda.", "1.", "APPLIKAZZJONIJIET LI SARU QABEL L-1 TA' JANNAR, 1997", "Fl-ewwel sitt xħur ta' l-1997 ħarġu sejħiet għall-offerti għal madwar 80 unit li fuqhom kienu ntalbu l-permessi qabel l-1 ta'Jannar, 1997.", "Dawn huma:", "|Attard |28/6/9| | |(tal-Fuklar) Mais.|5 |273,10| |1-28 |22/8/9|2 | | |6 | | |B'Bugia (tal-Papa)|28/6/9| | |Mais.1-2 |5 |32,726| | |26/4/9| | | |6 | | |Bugibba(Triq |28/6/9| | |Cassarino)Flats |5 |76,876| |1-8 |11/1/9| | | |6 | | |Msida (Valley |26/10/| | |Rd)Ph 1(12 units) |94 |59,101| | |13/8/9| | | |6 | | |Mosta (ta'Mlit) |30/1/9| | |Mai.s 1-32 |6 |245,37| | |05/02/|1 | | |97 | | |Kirkop H.E. Mais. |28/6/9| | |1-4 |5 |550,27| | |26/12/|8 | | |95 | |", "It-tenders fil-fatt ingħataw f'Awissu 1997 u x-xogħlijiet se jibdew dalwaqt.", "Naturalment fil-perijodu msemmi l-Awtorita' tad-Djar m'għamlet ebda ħlasijiet lill-Awtorita' ta'l-Ippjanar fuq dawn il-proġetti billi dawn kienu ga tħallsu qabel l-1997.", "Hu ppajnat li dawn ix-xogħlijiet jitlestew f'perjodu ta'sena.", "2.", "APPLIKAZZJONIJIET BEJN L-1 TA' JANNAR U T-30 ta' GUNJU, 1997.", "Fl-istess perijodul-applikazzjonijietsottomessilill-Awtorita' ta' l- Ippjanar kienu:", "|Cospicua (St |24/3/97|4,480 | |John's Str) PhII | | | |Cospicua (St |24/3/97|12,050 | |John's Str) PhII | | | |Ta'Ġiorni H.E. |24/3/97|2,490 | |Block K | | | |Naxxar |24/3/97|3,960 | |(Sgħajtar)Masionet| | | |tes 1-12 | | | |B'Bugia (Tal-Papa)|29/4/97|6,180 | |Maisonettes 1-24 | | | |Qala ( Ta' Kassia)|29/4/97|3,900 | |Masionettes 1-18 | | | |Msida (Valley Rd) |29/4/97|11,535 | |Ph 3 | | | |Floriana |29/4/97|1,040 | |(Capuchin's Str) | | | |20-24 | | | |Cospicua (Srejdek |29/4/97|1,165 | |Lane) 20-23 | | | |Cospicua (St |23/6/97|1,080 | |Francis Str) 40 | | | |Pembroke |23/6/97|20,300 | |Masonettes F 1-40 | | | |B'Bugia(Triq |14/2/97|115 | |il-Gandoffla)Mais.| | | |1-2 | | | |Luqa (plot 95) 2 |14/2/97|10 | |Mais. & 2 Garages | | | |M'Xlokk(plot 5) 2 |14/2/97|10 | |Mais & 2 Garages | | | |Mtarfa Blocks |20/6/97|550 | |A,J,K,Triq | | | |ir-Rundle | | |", "ŻURRIEQ - DRENAĠĠ", "8155.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiġi mkabbar u msaħħaħ il-main tad-drenaġġ f'Valletta Road, Żurrieq kif ukoll wara li jsir l-istess xogħol (idealment fix-xhur tas-sajf), jiġi mogħti wiċċ ġdid ta' tarmac adegwat lill-istess arterja prinċipali li hija l- aċċess prinċipali għaż-Żurrieq u għal Wied iż-Żurrieq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qiegħda tiġi ċċekkjata din il-medda wara li saret inspection bis-CCTV biex ikun identifikat eżatt it-tul tal-bdil tal-katusi li jridu jsiru jekk ikun hemm bżonn.", "MALTAFEST - SPIŻA", "8161.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7837?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7837 mogħtija f'din is-seduta.", "KUNĊERTI/SPETTAKLI/DRAMA", "8162.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7836?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7836 mogħtija f'din is-seduta.", "MALTAFEST", "8163.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7835?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7835 mogħtija f'din is-seduta.", "BANEK - COMMERCIAL BANK LOANS", "8234.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-commercial bank loans fuq house purchases sena b'sena, mill-1987 sa l-1993?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ammont ta' self nett mill-banek kummerċjali għal xiri ta' djar, sena b'sena mill-1987 sa l-1993, kien:", "|1987 |Lm 5,414,000| |1988 |Lm 6,804,000| |1989 |Lm 9,015,000| |1990 |Lm13,448,000| |1991 |Lm12,626,000| |1992 |Lm15,374,000| |1993 |Lm16,055,000|", "Dawn il-figuri li huma ppubblikati regolarment fit-tabella numru 1.13 tar- rivista ta' kull tliet xhur tal-Bank Ċentrali, jinkludu wkoll self għall- bini, modernizzazzjoni jew estensjoni ta' djar mibnija.", "BUGIBBA - XOGĦLIJIET", "8246.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6592, jista' l-Ministru jgħid jekk l-imsemmija tender kenitx tinkludi wkoll il-packing/sub-strata ta' taħt il-paviment u jekk fl-affermativ kemm- il item kien speċifikat; jekk il-materjal għal dan il-packing jew radam ġiex pprovdut mill-kuntrattur, (eż. bħall-concrete eċċ.); u kemm huwa l- valur totali tax-xogħol imkejjel tal-proġett imsemmi kollu kif ukoll kemm kienet l-istima ta' dan ix-xogħol imsemmi f'mistoqsija parlamentari numru 6592?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kien hemm għaxar items fil-kuntratt.", "Ix-xogħol ta' tqegħid ta' pavimentazzjoni f'Bay Square jinkludi fih ir-ramel ta' taħt il-paving blocks u l-compaction tiegħu.", "Dawn id-dettalji qegħdin fl- ispecifications tat-tender.", "Parti mill-pavimentazzjoni kien mqiegħed bit- tajn (kif hemm fl-ispecifications) iżda l-konkos li hemm fis-sub-base u l- materjal ta' taħtu ma kienx parti mix-xogħol f'dan il-kuntratt.", "Kif diġa' għidna fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6296, tkun tista' tingħata ċifra eżatta tal-valur tax-xogħol malli l-kejl kollu fuq il-proġett ikun lest.", "Il-valur ta' l-istima diġa' ngħata fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6592.", "MSIDA - TRIQ ĊENSU FARRUGIA - ILMA", "7943.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-ilma lil Block 1 flat 1, Ċensu Farrugia Street, Msida?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Din it-triq tinsab fil-programm ta' estensjonijiet li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se twettaq din is-sena (programm sħiħ hu ta' 20 km).", "Għalhekk is-servizz tal-ilma għal dan il-blokk se jkun jista' jingħata fix-xhur li ġejjin.", "SPTAR MONTE CARMELI - PLUMBERS", "7982.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm plumbers ġewwa l-Isptar Monte Carmeli llum?", "Huwa veru li x-xogħol ta' plumbing qed isir minn ex awżiljari, illum kollha group A?", "Hemm ħsieb li xi darba dawn isiru group D?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ġewwa l-Isptar Monte Carmeli hemm wieħed bi grad ta' plumber.", "Huwa veru li x-xogħol ta' plumbing qed isir minn erbgħa ex awżiljari u wieħed Health Assistant, illum kollha grupp A. Qed isir eżerċizzju biex jiġu stabiliti l-bżonnijiet f'din is-sezzjoni.", "PACEVILLE - AMUSEMENT MACHINES", "7983.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm amusement machines liċenzjati f'Paceville u f'Malta kollha llum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'Malta kollha llum hawn 979 amusement machines liċenzjati mall-Pulizija, li minnhom, 107 qegħdin f'Paċeville.", "ISTITUTI TAL-KARITA' - DONAZZJONIJIET", "7984.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru donations to charity skond l-aħħar mili ta' formola ta' l-income tax meta din kienet untaxable?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Total ta' 3434 persuna kellhom tnaqqis ta' Lm236,545 mid-dħul totali tagħhom bħala deduzzjoni għall-għotjiet lill- istituzzjonijiet filantropiċi, skond l-aħħar assessment li nħadem.", "PULIZIJA - TLUQ MIS-SERVIZZ", "7985.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telqu pulizija mis-servizz f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm telqu min jeddhom qabel ma għalqu il-61 sena u kemm telqu wara?", "Kif telqu dawn ta' qabel, imkeċċija, boarded out jew rriżenjaw?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'dawn l-aħħar għaxar snin telqu mill-Korp tal-Pulizija 1005 membru.", "Minn dawn 955 telqu qabel ma għalqu l- 61 sena filwaqt li 50 telqu wara li għalqu l-61 sena.", "Dawn id-955 spiċċaw kif jidher hawn taħt :", "|Telqu minn |293 | |jeddhom | | |Irriżenjaw |521 | |Boarded out |121 | |Mkeċċija |20 |", "PULIZIJA MKEĊĊIJA", "7986.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew imkeċċija pulizija sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin u għaliex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "8169.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' flus li ntnefqu fuq il-mediċini fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Liema ordnijiet ġodda ta' mediċini saru matul il-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Meta se jaslu Malta l-konsenji ta' mediċini ordnati f'dan il-perijodu?", "X'inhi l-istima tan-nefqa ta' dawn il-mediċini?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: A. L-ammont ta' flus li ntefqu fuq il-mediċini fil-perjodu 01.01.97 - 30.06.97 huwa ta' Lm 5,250,253.", "B. Mill-01.01.97 sat- 30.06.97 il-Government Pharmaceutical Services ħareġ 154 il-Letter of Acceptance u d-Dipartiment tal-Kuntratti proċessa 130 it- tender għad-dipartiment tagħna.", "Informazzjoni dwar direct orders għal dan il-perijodu ma kenitx tinżamm.", "C. Id-delivery periods ta' konsenji ta' mediċini ivarjaw minn aġent għal ieħor u għalhekk wieħed ma jistax jagħti dati eżatti.", "Wieħed jista jgħid li dan il-perijodu varja bejn immedjatament (jiġifieri aġent ikollu stock lokalment) sa 16-il ġimgħa meta jkun irid iġibu minn barra.", "D. L-istima tan-nefqa għal ordnijiet ġodda ta' mediċini fl-istess perijodu huwa ta' Lm 10,081,350.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - TASK FORCE", "8174.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm fiha membri t-task force imwaqqfa fil- Ministeru tal-Biedja u Sajd wara l-elezzjoni?", "X'tip ta' snajja' għandhom il-membri tagħha?", "X'xogħol wettqet s'issa din it-task force?", "X'tip ta' uniformi għandhom dawn il-membri u min awtorizza din l-uniformi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Welder/burner, estimator, handyman.", "Xogħol ta' ħadid f'roundabouts u f'ġonna.", "Zebgħa ta' ħadid.", "Xogħlijiet ta' manutenzjoni.", "Kostruzzjoni ta' xatbiet,. xogħlijiet ta' tindif fit- Torri ta' San Luċjan u diversi xogħlijiet oħra skond il ħtieġa.", "Dawn il-ħaddiema m'għandhomx uniformi speċifika u normalment jilbsu boilersuit skond ix-xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - RAPPORTI", "8175.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' rapporti ġew ikkummissjonati mill-Ministeru għat-Trasport u Portijiet mill-1/11/96 sal- lum?", "Min kien imqabbad biex jagħmel dawn ir-rapporti?", "X'tip ta' ħlas sar għal kull rapport?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ir-rapporti li ġew ikkummissjonati minni huma dawk li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti fis-Seduta Nru. 77 fid-9 ta' Ġunju, 1997 u fis-Seduta Nru. 106 fit-23 ta' Lulju, 1997.", "Barra dawn tlabt ukoll rapport maniġerjali fuq l-operat tal-Malta International Airport Limited.", "Il-ħlas li sar għar-rapporti li ġew mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta' Ġunju, 1997 (Seduta Nru. 77) kien jammonta għall-Lm1092.50ċ filwaqt li dak li sar għar-rapporti li ġew mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fit-23 ta' Lulju, 1997 (Seduta Nru. 106) jammonta għall-Lm1150.", "SKEJJEL TAL-GVERN - SISTEMA TA' IMPREST", "8189.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3812, jista' l-Ministru jgħid minn meta se tibda titħaddem il-proprosta li semma l-Ministru?", "Għaliex l-iskejjel speċjali m'għandhom l-ebda Assistant Head fl-iskola tagħhom?", "Il-Ministru jara li dawn l-iskejjel barra d-doveri li jkollhom skejjel oħra, il-kap ta' l-iskola jkun irid jagħti ħafna attenzjoni li kull tifel u tifla wkoll lill-ġenituri u allura jixraqlu jkollu għajnuna akbar biex jaqdi aħjar id-doveri tiegħu u dan bħal benefiċċju tat-tfal?", "Jaqbel il-Ministru li dawn l-iskejjel huma meqjusa bħala speċjali għandhom jiġu ttrattati bħala speċjali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5656 mogħtija f'Seduta Nru. 73.", "STUDENTI - FLUS IVVOTATI GĦAS-SENA IMPREST", "8190.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3813, jista' l-Ministru jgħid kif inħadmet is-somma ndikata fit-tweġiba?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-somma tinbidilx kull sena?", "Rigward l- istudenti ta' l-ESTS, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kontribut ta' l- ETC u/jew ta' xi sponsor fl-edukazzjoni ta' dawn iż-żgħażagħ?", "Kemm hu dan il-kontribut jekk jeżisti?", "Hemm xi figuri komparabbli għall-edukazzjoni ta' studenti fl-iskejjel tal-Knisja u separatament ta' l-indipendenti?", "Isir xi studju biex jiġi eżaminat il-cost effectiveness ta' dan l-infiq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5657 mogħtija f'Seduta Nru. 73.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - VOT KAPITALI", "8192.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3773, għaliex jekk fil-Guidance & Counselling Services sa Settembru 1996 kienu ntnefqu Lm15,000, allura l-Ministeru vvota l-istess ammont għal sena sħiħa fl-1997?", "Jista' l-Ministru jikkonferma, allura li ma sar l-ebda nfiq bejn Settembru u Diċembru 1996 f'dan il-qasam?", "Jaħseb il-Ministru li bi Lm15,000 dan il-qasam ikun jista' jlaħħaq mal-proġetti kollha?", "Dwar din l-istess mistoqsija, jista' l-Ministru jispjega kif, mingħajr l-ebda vot speċifiku, dan l-għan fl-edukazzjoni jista' xorta jintlaħaq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5659 mogħtija f'Seduta Nru. 112.", "U.E. - PROGRAMMI EDUKATTIVI", "8193.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3795?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5660 mogħtija f'Seduta Nru. 74.", "SKEJJEL - ATTIVITAJIET SPORTIVI", "8194.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3793, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jew imqar indikazzjoni meta huwa maħsub li jaslu fl-istadju avvanzat il-pjanti li hu semma fit-tweġiba?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5661 mogħtija f'Seduta Nru. 74.", "SKEJJEL - PROĠETT TA' SKOLA FL-IMTAĦLEB", "8196.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W192, jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-tweġiba dwar il-ħsieb tal- Gvern dwar il-proġett ta' skola tas-subien bi problemi serja ta' mġieba?", "Jaħseb il-Ministru jekk skola bħal din għandhiex issir jew le, issa li l- iskola ta' l-Imtaħleb qed tintuża għal skop ieħor?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5663 mogħtija f'Seduta Nru. 74.", "PITKALIJA - TADAM", "8260.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgid sal-lum kemm hija l-kwantita' ta' tadam li iet Imdala fil-Pitkalija u kemm kien il-valur totali li tallas lill-bdiewa?", "Jista' l-Ministru jagti l-istess dettalji gas-snin 1990 sa 1996 sena b'sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - NEWRO-KIRURGIJA", "8261.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7913, jista' l-Ministru jgħid x'karigi kellhom Mr Sabin, Mr Blackburn u Dr Virja fin-Neuro Surgical Unit bejn Lulju 1992 u April 1994, meta fit-tweġiba li ngħata ntqal li kien hemm newro-kirurgu wieħed?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-perijodu ta' l-impjieg fl-NSU ta' Mr Sabin, Mr Blackburn u Dr Virja?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dr. Howard Ian Sabin dam hawn Malta madwar 15-il ġurnata f'Awissu 1994.", "Hu kellu r-rank ta' Senior Registrar F'St Bart's Hospital, Londra, u anki f'Malta.", "Dr Thomas philip Blackburn, Registrar f'St.Bart's Hospital Londra ġie darbtejn.", "L-ewwel darba għal madwar erba' ġimgħat f'Settembru 1992, u t- tieni għal xi ġimgħatejn f'Diċembru 1994 dejjem bħala Registrar.", "Ma jidhirx li kien ġie xi Dr Vinja bħala kirurgu fi.NSU. Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għal Dr. Virjadovic, dan kien Konsulent fl- Ex Yugoslavia (Belgrade).", "Dam hawn Malta madwar sena bejn Novembru 1992 u Ottubru 1993.", "Hawn Malta kellu r-rank ta' Senior Registrar.", "Fil-grad ta' konsulent Neuro kirurgu tul dan il-perjodu kien hemm wieħed.", "B'KARA - TRIQ NOTABILE - TISWIJA", "8262.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex it- Triq Notabile, f'Birkirkara tiġi rranġata u tingħata wiċċ, peress li l- qagħda preżenti ta' din it-triq qiegħda tkun ta' inkonvenjent kbir għar- residenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li x-xogħol indikat jaqa' taħt il- kompetenza tal-kunsill lokali, d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jiġbed l- attenzjoni tal-kunsill għall-ħtieġa ta' manutenzjoni ta' din it-triq.", "MOSTA - METER READER", "8263.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, Mosta u t- toroq ta' madwar il-meter reader ta' l-Enemalta għall-aħħar tliet readings ma ħalliex karti fi djar ta' notifikazzjoni u għaldaqstant huma ħafna l- ilmenti tar-residenti ta' dawn it-toroq li ma jkunux jafu l-ħin u l-ġurnata tal-qari tal-meter tad-dawl?", "Jista' l-Ministru jara wkoll li dan ma jerġax isir b'detriment għar-residenti ta' dawn it-toroq?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-meter readers ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "PENSJONIJIET", "8264.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm huma l-pensjonanti taċ-Ċivil li qed jirċievu l-pensjoni tagħhom mit-Teżor għas-servizz mogħti minnhom; (ii) x'inhu l-valur fi flus involuti kull xahar; (iii) kemm minnhom ilhom jieħdu l-pensjoni barra s-somma għal aktar mit-12-il sena; (iv) kemm minnhom huma affettwati mill-massimu stabbilit ta' Lm6750 għall-fini ta' pensjoni skond l-iskala ta' salarju tagħhom skala, skala rispettivament?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: i) In-numru ta' pensjonanti taċ-ċivil li qed jirċievu l-pensjoni tagħhom mit-Teżor huwa 8601;", "ii) L-ammont involut kull xahar huwa ta' Lm852,500;", "iii) Dawk li ilhom jieħdu l-pensjoni għal aktar minn 12-il sena huma 3638, u", "iv) Il-pensjonanti tat-Teżor m'humiex effettwat mill-massimu kkwotat.", "WIED IL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "8265.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward ix-xogħol li qed isir f'Wied il-Qlejja, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol hux qed isir mill-kuntrattur u jekk fl-affermattiv jgħid meta nħarġu t-tenders; min applika (kuntrattur); kemm kienu l-valuri tad- diversi submissions; min ġie awarded kull tender u jekk xi tenders ingħatawx b'direct order u, jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur ta' kull direct order u lil min ġew awarded?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-ewwel parti tar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7755.", "VALLETTA - QTUGĦ TA' DAWL", "8266.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex inqata' d-dawl fi Triq ir- Repubblika l-Belt fis-26 ta' Lulju bejn it-8.00 a.m. u d-9.00 a.m.?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mir-rekords li għandha l-korporazzjoni ma jirriżultax li kien hemm interruzzjnijiet fil-provvista ta' l-elettriku fi Triq ir- Repubblika, il-Belt Valletta, fid-data u l-ħin indikat mill-Onor.", "Membru.", "WIED IL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "8267.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7247, jista' l- Ministru jispjega kif it-total tan-nefqa tah bħala \"Lm1.3 miljun\" filwaqt li l-breakdown huma ta' \"Lm600,000 + Lm300,000 + Lm300,000\"?", "X'inhi d-diskrepanza ta' Lm100,000?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi l-istimi dettaljati tax-xogħol li hemm bżonn li jsir fl-1998 u l-1999 għandhom mhux iffinalizzati, il-Lm100,000 hija stimi għall-kontinġenza.", "WIED IL-GĦAJN - PROĠETT", "8268.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret u qed issir mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloija mill-ministeru jew Dipartiment ta' l- Agrikoltura fuq il-proġett ta' Wied il-Qlejja (Chadwick Lakes)?", "Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn il-Ministeru jew Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija fuq dan il-proġett?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-Direttur ta' l-Agrikoltura kellu laqgħa maċ- Chairperson tal-Kunsill Malti għax-Xjenża u Teknoloġija dwar il-proġett ta' Wied il-Qlejja.", "Wara id-Direttur ta' l-Agrikoltura u l-konsulenti mill- Istitut taċ-CIHEAM ta' Bari kellhom żewġ laqgħat ma' kumitat ad hoc imwaqqaf fi ħdan il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "M'għaddiet ebda korrispondenza bejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "WIED IL-QLEJJA - PROĠETT", "8269.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proġett li l-Ministeru u/jew Dipartiment ta' l-Agrikoltura qed jagħmel f'Wied il-Qlejja ġie approvat sabiex jitħallas mill-Gvern Taljan mill-protokol finanzjarju li dan il-gvern għandu ma' Malta?", "Jista' jgħid meta ġie approvat dan il-proġett mill-Gvern Taljan?", "L-ispiża kollha ta' Lm1.2 miljun se jħallasha il-Gvern Taljan jew parti minnha?", "X'inhu l-ammont li se jħallas il-Gvern Taljan?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nikkonferma li l-proġett li d-Dipartiment ta' l- Agrikolutra qed iwettaq f'Wied il-Qlejja ngħata parere posittivo mill-Gvern Taljan u għaldaqstant huwa mistenni li jitħallas mill-fondi tal-protokoll finanzjarju bejn il-Gvern ta' Malta u dak Taljan.", "L-approvazzjoni formali qed tiġi negozjata.", "Il-ħlas mill-fondi tal-protokoll isir skond il-proċedura stabilita fl- istess protokoll.", "ITALJA - PROTOKOLL FINANZJARJU MA' MALTA", "8270.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza gat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7408, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonjiet kollha li l-Gvern Malti ppreżenta lill-Gvern Taljan sabiex jiġu kkonsidrati bħala proġetti li jiġu ffinanzjati mill-protokoll Taljan, iżda li l-Gvern Taljan sas-16 ta' Lulju, 1997 ma kienx approva?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'iniex tal-fehma li sottomissjonijiet li jservu ta' working documents, li jgħaddu bejn il-gvernijiet, għandhom jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra.", "ŻGĦAŻAGĦ - STUDENT EXCHANGES", "8271.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tibdil ta' studenti (student exchange) fuq studju fuq l-ippjanar ġewwa Birmingham (UK) ġewx rifjutati li jmorru f'pajjiżi oħra Ewropej (eżempju l-Ġermanja) matul is-summer programme tagħhom u ġew mogħtija risposta li dan sar minħabba li Malta mhijiex iktar tikkonsidra li ssir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din il-mistoqsija ntbagħtet lill-Universita' u lill-kapijiet ta' dawk id-dipartimenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali li jorganizzaw xi tip ta' exchange.", "Jidher mit- tagħrif li rċevejna li ma ġiex organizzat exchange simili għal dak imsemmi fil-mistoqsija parlamentari.", "Nitlob għaldaqstant lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika liema dipartiment jew istituzzjoni dan l-exchange jikkonċerna.", "PULIZIJA - KONTROLL FIS-SEWQAN", "8272.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-iżviluppi rigward iżjed kontroll fuq sewqan u xorb fit-toroq tagħna speċjalment bl-introduzzjoni tal-breathalyser?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2573.", "ENEMALTA - BORD", "8273.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8000, ċioe' jista' jagti t-terms of reference li se jkollu r- rappreżentant tal-kunsilli lokali fuq il-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ir-rappreżentant tal-kunsilli lokali fuq il-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta se jkollu l-istess terms of reference bħad- diretturi l-oħra fuq l-istess bord bid-differenza li r-rappreżentant tal- kunsilli jkun interessat primarjament biex jara li l-interessi tal- kunsilli lokali vis-a vis il-korporazzjoni jkunu salvagwardati kif ukoll ittrattati fil-prespettiva tagħhom.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - IMPJEGATI", "8274.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6799 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it- tlett kuntratti ta' l-impjegati Dr Kenneth Saliba, Charles Saliba u Rosanni Schembri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - CO-ORDINATOR", "8275.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7751 jista' l-Ministru jgħid min se jkun l-Industry Applications Network Co-ordinator (part-time) mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-għażla tan-Net Work Coordinator (part-time) ta' l-Industry Applications Network għadha qed tiġi ffinalizzata.", "EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA", "8276.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni għal matul il- perijodu ta' bejn is-snin 1987-1995?", "Kemm kien in-numru ta' għalliema u gradi oħra li mid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni ġew sekondati jew trasferiti gal ma' ministeri u jew korpi governattivi; f'liema skejjel kienu jgħallmu jew jagħtu s-servizz tagħhom; xi gradi kienu qabel ġew sekondati/trasferiti; u f'liema gradi qegħdin fil- preżent?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li matul il-perijodu msemmi fil- mistoqsija, in-numru ta' għalliema u gradi oħra li mid-Dipartiment tal- Edukazzjoni, ġew sekondati jew trasferiti għal ma' ministeri u/jew korpi governattivi kien 64.", "It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "UNIVERSITA' - REVIŻJONI TA' KARTI", "8277.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 7057 u 7825?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li tweġibiet għaż- żewġ mistoqsijiet li qed jirriferi għalihom ingħataw f'Seduta Nru. 112.", "KUNSILLI LOKALI - AUDITED ACCOUNTS", "8278.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il kunsilli lokali ppreżentaw l-Audited Accounts għall-1996; kemm minn dawn ma sarux b'deficit; liema huma dawk li sal-lum ma ppreżentawx l-Audited Accounts għall-1996?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-Audit Reports għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu, 1996 u dawn tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra nhar is-7 ta'Frar, 1997.", "L-Audited Reports għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu, 1997 għadhom deħlin u meta d-Direttur tal-Verifika jissottomettihom lil dan il- Ministeru dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra skond il-provvedimenti ta' L-Artikolu 65 (6) ta' l-Att tal-1993 dwar Kunsilli Lokali.", "DJAR - RABAT - GĦAJN QAJJED", "8279.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw postijiet mill-Housing Estate f'Ta' Gajn Qajjed, Rabat, Malta - flats u/jew djar; u kemm minn dawn sarilhom il-kuntratt u kemm għadhom fuq konvenju?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fl-area ta' Għajn Qajjet Rabat saru dawn il- kuntratti u baqa' dawn il-konvenji: | |Kuntrat|Konvenj| | |ti |i | |Bużugrilla |26 |13 | |Old Slaughter |18 | - | |House | | | |Għeriexem |21 | 7 |", "COMPANIES ACT 1995 - LIMITED LIABILITY COMPANIES", "8280.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm Limited Liability Companies li nħolqu qabel il-Companies Act 1995 aġġornaw il-Memorandum and Articles s'issa xahar b'xahar matul Jannar 1997 sa Lulju 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li n-numru ta' Limited Liability Companies li nħolqu qabel il-Companies Act, 1995 u li s'issa aġġornaw il-Memorandum and Articles tagħhom biex ikunu regolati bid- dispożizzjoni ta' l-imsemmi Att huma kif jidher hawn taħt:", "|1997 |Numru | |Jannar |14 | |Frar |20 | |Marzu |52 | |April |63 | |Mejju |73 | |Ġunju |70 | |Lulju (1-29)|89 |", "BDIEWA - SKEMA TA' GĦAJNUNA", "8281.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi skemi hemm preżentement għal għajnuna lill-bdiewa f'dawk li huma serer; sussidji ta' imgħax fuq self gal biedja; makkinarju tar-raba'; u drip irrigation system?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-iskemi preżentement għal għajnuna lill-bdiewa dwar serer, sussidju ta' mgħax fuq self għal biedja, makkinarju tar-raba' u drip irrigation systems huma:", "(1) Self sa Lm10,000 mill-Banek tal-Mid-Med u APS b'sussidju ta' 4.5% imħallas mill-gvern lill-bdiewa.", "(2) Self sa Lm3,000 mill-Bank of Valletta b' sussidju ta' 3.5% imħallas mill-gvern lill-bdiewa.", "Fil-preżent hemm xi ftit każi wkoll fejn il-gvern jagħti grants lill- bdiewa ta' 40% fuq serer, 50% fuq drip irrigation systems u 30% jew 40% fuq makkinarju tar-raba'.", "MDC - FABBRIKI", "8282.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kumpanniji/industrijalisti tterminaw jew ġie terminat lilhom kirjiet ta' fabbriki ta' l-MDC xahar b'xahar mill-1/1/97?", "Fejn qegħdin l-istess fabbriki?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mir-rekords ta` l-MDC kien hemm seba` kumpanniji\\industrijalisti li tterminaw jew ġie tterminat lilom kirjiet ta` fabbriki ta` l-MDC.", "Dawn huma mqssmin xhar b`xahar kif ġej:", "|Frar |2 |Marsa\\Kordi| | | |n | |Marzu |1 |Mosta | |Mejju |1 |Bulebel | |Gunju |1 |Kordin | |Lulju |2 |Bulebel\\Hal| | | |Far |", "SPORTS - GĦAQDIET SPORTIVI", "8283.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 5837 u 7826?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5837 mogħtija f'Seduta Nru. 76.", "TAXXI INTERNI - TAXPAYERS", "8284.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għar-rigward taxpayers reġistrati bin- numri 885560112, 885560013, 88559927, 885559828, 885559129, 885559630, 885559531 u 885559432, li huma familja waħda lkoll non-residents għaliex meta ngħata/inħareġ clearance mit-Tax Department Block 6 fl-14/11/1994 bin- numru 520/95 ir-refunds dovuti lill-persuni konċernati għadhom ma tħallsux; għaliex għadhom ma ħarġux l-assessments relattivi; meta hu maħsub li jinħarġu l-assessments għas-snin bażi 1988-1994; u meta hu maħsub li jitħallsu l-imsemmija refunds peress li skond riċevuti governattivi numri 069447 (Lm47), 069448 (Lm46), 069449 (Lm46), 069450 (Lm47), 069451 (Lm46), 069452 (Lm46), 069453 (Lm140), 069454 (Lm140) tħallsu lid-dipartiment l- ammonti ndikati fil-brackets u l-ammont dovut lura hu ta' kważi n-nofs?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti dan it-tagħrif konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa awtorizzat mit-taxpayer, allura t-tweġiba tingħata lilu privatament jew lill-amministratur tiegħu.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - TAX REBATES/GRANTS", "8285.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li se jseħħu l- proposti kif imfissra f'mistoqsijiet parlamentari numri 7575 u 7816?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'għandi xejn x'inżid ma l-informazzjoni f'mistoqsijiet parlamentari numri 7575 u 7816.", "ĦAL FAR - CIRCUIT RACING", "8286.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 7413 u 7820?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 7413 u 7820 mogħtija f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA", "8287.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 7352 u 7821?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7821 fit-30 ta' Lulju, 1997.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-EMERĠENZA", "8288.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgid x'wassal għar- riżenja tal-Kap tad-Dipartiment ta' l-Emerġenza ġewwa l-Isptar San Luqa, Dr M. Tabone Vassallo?", "X'inhuma l-pjani tal-Gvern sabiex ikompli jiżviluppa u jitjieb id-dipartiment kif ukoll xi training hemm previst għall-istaff f'dan id-dipartiment?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi l- Onor Interpellant għar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6886.", "Dwar it-tieni domanda nikkonferma li l-Gvern għadu għaddej bil-pjan tiegħu biex jiżviluppa u jirrendi iżjed effiċjenti d-Dipartiment ta' l- Emerġenza.", "Għal dan il-għan qegħdin jitfasslu pjanijiet għal taħriġ intensiv ta' l-istaff ta' dan id-dipartiment.", "THE TIMES - RAPPORT", "8289.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għar-rapport li deher f'The Times tat-28/7/97 paġni 24 u 25, fejn ġie deskritt li tmien familji f'Għawdex m'għandhomx dawl, jista' l- Ministru jagħti l-verżjoni uffiċjali ta' kif qed jintlaqtu u x'qed isir favur dawn in-nies?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mir-rekords li għandha l-korporazzjoni għadha ma saret l-ebda talba formali għall-provvista ta' dawl lill-familji ndikati mill- Onor. Membru.", "Fil-fatt il-familji għamlu enquiries verbali u meta l-uffiċjali tal- korporazzjoni għamlu nvestigazzjonijiet sabiex jaraw kif tkun tista' tintlaqa' din it-talba sabu li l-eqreb linji eżistenti ta' l-elettriku kienu mas-640 metru bogħod.", "Il-korporazzjoni qiegħda tħejji stimi għall-high tension source u għal- low tension extension neċessarji sabiex tkun ikkalkolata l-ispiża neċessarja sabiex is-servizz ta' l-elettriku jkun jista' jingħata.", "Meta ssir it-talba formali mill-familji kkonċernati l-korporazzjoni tagħtiha l- konsiderazzjoni meħtieġa.", "MOSTA - GĦALQA", "8290.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri saru biex għalqa ta' circa nofs tomna li tinħadem bi qbiela minn persuna mill-Mosta li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tagħha qed nibgħat separatament ritratti riċenti meta kienet għadha tinħadem, spiċċat formanti bi żvilupp, bini u pavimentar kif jidher ukoll bir-ritratti riċentissimi fejn meta mar il-persuna biex jaħdem l-għalqa dan litterament ma sabhiex hemm?", "Jista' l-Ministru jgħid x'rimedju se jingħata lil din il-persuna li minn dejjem kien iħallas il-qbiela lill-Knisja u issa lill-Joint Office?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "WSC - KAŻ B'REF.", "623/25477", "8291.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex kont ta' l-elettriku u ilma (Ref 623/25477 datat 13/9/94) fuq isem l-anzjan mill-Mosta li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li jidher li kien hemm żball fuq il- kont ta' l-elettriku għas-snin 1989, 1990 u 1991 meta dak iż-żmien kien hemm boycott għall-ħlas tal-kontijiet kif ordnat mill-ex mexxej tal-MLP K. Mifsud Bonnici u li dawn sussegwentement tħallsu, baqa' joħroġ u jidher fil- kontijiet riċenti fejn hemm arretrati ta' Lm139 circa meta dan illum ma hux dovut?", "Jista' l-Ministru jara li din il-kwestjoni tiġi rimedjata minnufih u fl-interess ukoll ta' dan l-anzjan li llum huwa bed-ridden.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Wara investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-ilma irriżulta illi l-każ jikkonċerna konsum ta' l- elettriku.", "Nifhem illi uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta qegħdin jistħarrġu il-każ u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TFAL B'UNKNOWN FATHERS", "8292.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7210 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta Nru. 92 tal-11 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid minn fejn jinkiseb it-tagħrif (mitlub mill-Onor.", "Karl Chircop), jekk hux l-Uffiċċju ta' l-Istatistika fil-pubblikazzjoni abstract jew fid-Demographic Review?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant jidher fid- Demographic Review ippubblikat mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika.", "KALAXLOKK - ĦADDIEMA", "8293.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' ll-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' Kalaxlokk humiex se jieħdu parti mill-qliegħ, li din tista' tagħmel mix- xogħol li qed isir u se jsir f'Wied il-Qlejja, barra l-paga?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-kumpannija Kalaxlokk Co Ltd hija kumpannija kummerċjali u topera bħala tali.", "Il-proġett ta` Wied il-Qlejja huwa parti minn sensiela ta` proġetti pjanati mill-istess kumpannija u għalhekk wieħed irid jara l-qliegħ u t-telf ta` l-ażjenda kollha u mhux skond l-operazzjonijiet individwali.", "Ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jissuġġerixxi li meta jkun hemm it-telf iġorru l-kumpannija u meta jkun hemm qliegħ jekk ikun hemm jitqassam bejn dawk il-ħaddiema li ħadmu fuq dan il-proġett.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "8294.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7863 dwar in-numru ta' nies li qed jistennew biex isirilhom knee u/jew hip replacements, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti/professuri/tobba li jagħmlu dawn l-operazzjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-konsulenti li jagħmlu knee u/jew hip replacement huma:", "Mr C.Apap Bologna Mr A. Bernard Mr C.Grixti Mr C.Sciberras Mr A.Zammit Maempel", "Is-Senior Registrars li jagħmlu dawn l-operazzjonijiet huma:", "Mr J.Casha Mr R.Gatt", "VETTURI LIĊENZJATI", "8295.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi huma liċenzjati biex jidħlu l-Belt?", "Kemm minn dawn huma karozzi privati tar-residenti tal-Belt?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta` vetturi liċenzjati biex jidħlu l-Belt huwa 46,969.", "Minn dawn 2,465 huma karozzi privati ta` residenti tal-Belt.", "GĦAWDEX - RAS IL-ĦOBŻ", "8296.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8038 dwar survey ħażin li sar mill-Awtorita' Marittima f'Ras il-Ħobż, Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Mużewijiet kienx involut f'xi ħidma f'dan il-post?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tal-Mużewijiet sal-lum għadu ma kienx involut fil-ħidma fuq Ras il-Ħobż, Għawdex.", "GĦAQDIET VOLONTARJI - SERVIZZ FIL-ĦABS", "8297.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet volontarji li qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-ħabs, u min huma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fil-preżent hemm 17-il għaqda volontarja li qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-Ħabs.", "Dawn l-għaqdiet huma : -", "Anglican Church Church of Scotland Dar it-Tama Evangelical Alliance FGBMFI Independent group of Volunteers Islamic Call of Society Kummissjoni Djoċesana Żagħżagħ Laboratorju tal-Paċi Maranatha Group Mid-Dlam għad-Dawl Mixja Neo-Katekumenali MUSEUM Prison Fellowship Sisters of Mother Theresa Tiġi Saltnatek Women of Christ", "ĦABS ĊIVILI - RELAPSERS", "8298.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fl-aħħar tliet snin minn dawk li ħadu l-probation kienu dawk li reġgħu daħlu l-ħabs (relapsers)?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ma tinżammx statistika dwar it-tip ta' tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "GĦAWDEX - ĊITTADELLA - ĦRUQ TA' NAR", "8300.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-parir tad- Dipartiment tal-Mużewijiet għar-rigward il-ħruq tan-nar minn fuq iċ- Ċittadella t'Għawdex fl-okkażjoni tal-festa li kien hemm xi jiem ilu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Dipartiment tal-Mużewijiet dejjem jopponi l- użu ta' siti storiċi għall-ħruq ta' splużivi perikolużi waqt festi pubbliċi jew reliġjużi, iżda ma jsib l-ebda oġġezzjoni għal logħob tan-nar li mhumiex ta' periklu għall-istess bini storiku.", "Fil-fatt għal numru ta' snin id-Dipartiment tal-Mużewijiet ta permess sabiex xi logħob tan-nar, magħrufin bħala fukrelli (Roman Candles), jinxtelu minn fuq iċ-Ċittadella t'Għawdex.", "Dan il-permess inħareġ għaliex dan it-tip ta' nar ma jippreżenta l-ebda riskju għall-bini storiku.", "Fl- istess permess id-Dipartiment dejjem jinsisti li l-ħruq tan-nar jiġi mħares mill-pulizija sabiex jaċċertaw li l-ebda tip ta' logħob tan-nar ma jintuża fil-lokal waqt din l-okkażjoni.", "DJAR - SUSSIDJU FUQ KERA", "8312.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid għalfejn persuna li ishma qed jintbagħat separatament kienet tibbenifika minn sussidju fuq il-kera fis-sens li kienet tħallas Lm66 fis- sena minflok Lm220 fis-sena, u issa li l-qagħda finanzjarja tagħha ippeġġorat ruħha stante li miet żewġha u bintha m'għadhiex tgħix magħha u qed ikollha tħallas Lm198 fis-sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi s-sussidju tal-kera tal- persuna ndikata jinħadem skond l-Avviż 202.", "Meta saret l-aħħar reviżjoni, d-dħul tagħħa u ta' bintħa (għax il-kera qiegħed fuq isimhom it-tnejn) kien tali li l-kera ssussidjata ġiet Lm198.", "Jekk issa verament bintha m'għadhiex toqgħod fil-post, għandha tavża lid- dipartiment b'danu tipprovvdi dokumenti li juru d-dħul tagħha.", "Il-kera wara jiġi rivedut skond dan id-dħul.\"", "QORTI - SAHRA", "8313.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru sostanzjali ta' ħaddiema l- Qorti ġew awtorizzati jaħdmu l-overtime, dan l-overtime ħadmuh pero' d- Direttur tal-Qorti, ddeċida li m'għandhomx jitħallsu tiegħu?", "Jista' l- Ministru jintervjeni biex issir ġustizzja magħhom?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nitlob lill-Onor.", "Membru jkun aktar speċifiku għal- liema ħaddiema qiegħed jirriferi, għaliex jiena nformat li d-Direttur Ġenerali tal-Qorti ma ħa l-ebda deċiżjoni biex xi ħaddiema ma jitħallsux ta' l-overtime li ħadmu.", "MINISTERU TAS-SIGURTA' SOĊJALI - STAFF", "8348.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif ġie rikostitwit l-istaff fil-Ministeru tas- Sigurta' Soċjali minn Novembru 1996 'il hawn?", "Kien hemm xi riżenji mill- uffiċini?", "Min kienu dawk li rriżenjaw?", "F'liema dipartiment kienu qabel is- secondment tagħhom mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?", "F'liema dipartiment reġgħu marru?", "X'kienet ir-raġuni tar-riżenja?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali u mhux għall-Ministeru tas-Sigurta' Soċjali li attwalment ma jeżistix.", "Jekk dan hu l-każ, infakkru li dan il- Ministeru nħoloq wara li f'Ottubru li għadda nbidel il-Gvern.", "Parti minn dan il-Minsteru ġdid (tal-Ħarsien Soċjali) qabel kienet tifforma parti mill- Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali u l-parti l-oħra kienet tifforma parti mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "Għaldaqstant ma nistax nifhem la x'irid ifisser bil-kliem \"kif ġie rikostitwit l-istaff fil- Ministeru\" u lanqas għall-liema \"uffiċini\" qed jirriferi.", "Min-naħa l-oħra lanqas hu ċar jekk hux qed jirriferi għal Ministeru per se jew/u għad- dipartimenti u/jew organizazzjonijiet oħra li jaqgħu taħtu.", "Per eżempju f'mument jirreferi għall-\"Ministeru tas-Sigurta' Soċjali\" u f'mument ieħor (u prattikament fuq l-istess ħaġa) jirriferi għad-\"Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali\".", "RAĦAL ĠDID - TRIQ MONSINJUR FRANĠISKU XUEREB", "8349.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Monsinjur Franġisk Xuereb, f'Raħal Ġdid, li tinsab fi stat diżastruż taqax taħt ir- responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid jew tad-Dipartiment tax- Xogħlijiet u Kostruzzjoni?", "Jekk f'każ ta' l-aħħar, jista' l-Ministru jieħu ħsieb biex mill-aktar fis possibbli jsiru għall-inqas it-tiswijiet meħtieġa biex ir-residenti ma jkomplux ibatu mill-inkonvenjenti preżenti fosthom ħsarat lil vetturi tagħhom u l-aċċidenti li jsiru?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li Triq Monsinjur Franġisk Xuereb trid tiġi rikostruwita taqa' taħt ir- responsabbilita' tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Għaldaqstant mhux il-kompitu tiegħi li nirrispondi għat-tieni parti tal- mistoqsija.", "U.E. - SĦUBIJA TA' MALTA", "8350.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Issa li għaddiet kważi sena minn meta l-Gvern Malti ssospenda l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl- Unjoni Ewropea u beda xi diskussjonijiet għat-twaqqif ta' relazzjonijiet mill-eqreb ma' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx it-talba da parti tal-Gvern Malti sabiex Malta tibda tiġi mistiedna tassoċja ruħha mad-dikjarazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-kontest tal- politika estera u ta' sigurezza komuni tagħha u, f'każ li saret, jekk din it-talba ġietx milqugħa, ġaladarba kien hemm mill-inqas żewġ dikjarazzjonijiet (waħda dwar l-iżviluppi fis-Sudan tal-25 ta' Lulju, 1997 u l-oħra dwar ir-Repubblika Federali Jugoslava tal-31 ta' Lulju, 1997) riċenti magħmula mill-Unjoni Ewropea fejn Malta ma dehritx ma' pajjiżi li assoċjaw ruħhom mad-dikjarazzjoni magħmula?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kriterju biex pajjiż jassoċja ruħu mad-dikjarazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-politika estera u ta' sigurezza komuni, hu li jkun membru jew kandidat biex ikun membru.", "Il-posizzjoni ta' Malta ma tbiddlitx mill-aħħar interpellanza fuq din il-materja ta' l-Onor.", "Membru.", "Għaldaqstant, il- Gvern ma ħassx il-ħtieġa li jagħmel talba.", "ENERGY CHARTER TREATY", "8351.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: In vista tal-fatt li l-ewwel Energy Charter Treaty li tiegħu Malta hija firmatarja aktarx jiġi fis-seħħ fil-viċin peress li diġa' hemm 25 ratifika mit-30 ratifika rikjesta skond it-trattat, jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex fost il-25 pajjiż li diġa' irratifikaw it-trattat, u jekk le meta għandu l-ħsieb jirratifika dan it-trattat il-Gvern Malti?", "Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid in oltre jekk sarux it-tħejjijiet kollha neċessarji sabiex il-provvedimenti ta' dan it-trattat ikunu jistgħu jiġu esegwiti minn Malta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "PULIZIJA - GĦASSA TAL-ĦAMRUN", "8352.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema akkużi ġie sospiż Surġent tal-Pulizija mill-għassa tal-Ħamrun?", "Dan hu l-istess persuna li ma kienx jilbes l-uniformi għaliex drapp ma' kienx hemm biex jilbes waħda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti dwar dan il-każ.", "Ninsab informat ukoll li l-akkużat hu l-istess persuna li saret riferenza għaliha fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4930 u 6906.", "ĦABS ĊIVILI - DROGA", "8353.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba nstabet droga fil-Ħabs, xahar b'xahar mill- 1.1.97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' kemm-il darba nstabet droga fil-ħabs, xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 1997 hu kif jidher hawn taħt ;", "|Jannar |1 | |Frar |2 | |Marzu |xejn | |April |1 | |Mejju |1 | |Ġunju |xejn | |Lulju |2 |", "ĦABS ĠDID - UNITS", "8354.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitlestew is-segwenti units fil-bini tal-ħabs il-ġdid female division; administration block; u remand prisoners' division?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li, jekk ma jinqalax dewmien mhux mistenni, hu maħsub li x-xogħol fuq il-Female Section jitlesta għal nofs is- sena 1998 filwaqt li l-kumplament tal-bini hu maħsub li jitlesta sa l-aħħar tas-sena 1999.", "FURJANA - XAGĦRA", "8364.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonferma l-Prim Ministru illi x-Xagħra tal-Furjana mhux se tinbena jew tintmiss fid-dawl ta' l-ispekulazzjonijiet fil-gazzetti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li nirriferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li kont tajt fl-14 ta' Lulju, 1997 għall-mistoqsija parlamenatri numru 7351 nikkonferma li l-ispekulażżjonijiet dwar bini ta' djar fix-Xagħra tal-Floriana huma bla bażi u nfondati.", "FURJANA - KAŻIN TAL-BRIGATA LABURISTA", "8365.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli jsir it-tħallib tal-bitħa tal-Każin tal-Brigata Laburista tal-Furjana li hu proprjeta' tal-Gvern u li ġie mwiegħed ukoll minn ministru partikolari lill- Kumitat ta' dan il-każin u li s'issa għadu ma sarx?", "Meta se jinbeda x- xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol rikjest jirrikjedi ferm aktar mit- tħallib tal-bitħa.", "Id-Dipartiment ta' l-Artijiet qed jiġi kkonsultat fuq din it-talba.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-QREMPUĊ", "8398.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Qrempuċ, f'Wied il- Għajn - l-biċċa minnha li hija magħluqa - se tiġi tinfed u rranġata?", "Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Mintba, f'Wied il-Għajn se tiġi mogħtija t-tarmac minħabba li ilha għal diversi snin mitluqa fl-istat oriġinali tagħha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed jittieħdu passi biex parti mill-proprjeta' li qed tagħlaq Triq il-Qrempuċ isirilha survey sabiex tista tinxtara bl- expropriation u t-triq tkun tista tinfetaħ.", "Fil-każ ta' Triq il-Mintba l-asfaltar ta' din it-triq isir skond il- prijoritajiet tax-xogħol fil-lokal.", "TELEMALTA - PROMOZZJONIJIET", "8399.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jippubblika r-riżultati ta' l-eżerċizzju tal-promozzjonijiet li sar fil-Korporazzjoni Telemalta fl- 1989/90?", "Dawn il-punteġġi huma mitlubin skond il-kriterji li ntużaw flimkien mat-total ta' kull individwu?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta kont fl-Oppożizzjoni kemm-il darba għamilt talbiet biex jiġu ppubblikati r-riżultati jew ningħata kopja tar-riżultati tal-promozzjonijiet tal-1989/90.", "Imma l-Ministri responsabbli qatt ma laqgħu din it-talba.", "Jien għadni tal-istess fehma li huwa dritt tal- ħaddiema tat-Telemalta li jingħataw l-informazzjoni b'mod speċjali jekk jidher ċar li kien hemm xi inġustizzji.", "Għaldaqstant poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati kollha tal-eżerċizzju tal-promozzjonijiet li saru fl-1989/90 aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ma' dan inżid ngħid li minn għada dawn ikunu għad-dispożizzjoni tal- ħaddiema fit-taqsima tal-personnel tal-Korporazzjoni Telemalta.", "PIETA' - BANK", "8400.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi kkonsidrat attwalment li jkun hemm bank kummerċjali fl-akkwati tal-Pieta' - G'Mangia?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-post indikat mill-Onor.", "Membru qed jkun ikkonsidrat flimkien ma' nħawi oħra.", "Il-prerogattiva xorta waħda tibqa tal-banek kummerċjali nfushom.", "ĦAMRUN - ZEBRA CROSSING", "8401.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ħadet jew se tieħu l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex issir zebra crossing bid-dwal quddiem id-Dealer Reġina, Qormi Rd, Ħamrun?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li fit-30 ta' Mejju il-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku nforma lill-Kunsill Lokali tal-Marsa li m'għandux oġġezzjoni li ssir zebra crossing bid-dawl (pelican crossing) quddiem ir- Regina Auto Dealer Qormi Road, Marsa u talab lill-kunsill biex jibgħat l- pjanti neċessarji għall-approvazzjoni tal-bord.", "PULIZIJA - ORGANIZZAZZJONIJIET KRIMINALI", "8402.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu minn dan il-Gvern biex organizzazzjonijiet kriminali ma jitħallewx jużaw pajjiżna bħala ċentru ta' money laundering?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-aspett ta' koordinazzjoni bilaterali bejn pajjiżi ta' madwar il-Mediterran kien hemm diġa' ftehim mal-Libja u l- Italja dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u kriminalita' organizzata.", "Dan l-aħħar ġie ffirmat ftehim simili ma' l-Eġittu.", "Ġew konklużi wkoll taħdidiet dwar ftehim f'dan ir-rigward ma' Ċipru u l-Iżrael, liema ftehim għandu jiġi ffirmat f'data li għadha trid tiġi ffissata.", "Qed isiru taħdidiet ma' pajjiżi oħra madwar il-Mediterran biex jintlaħaq ftehim simili.", "Dawn it-taħdidiet bilaterali qed isiru ma' Spanja, mat-Tuneżija, mat-Turkija u mal-Marokk.", "Għal dak li jirrigwarda l-pulizija hemm unit apposta fil-korp li qed taħdem mal-Bank Ċentrali u banek oħra biex ikun hemm koordinazzjoni f'dak li huma investigazzjonijiet dwar money laundering.", "SKEJJEL - ŻEJTUN - BOUNDARY WALL", "8403.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għax-xogħol li qed isir fuq il-boundary wall ta' l-iskola primarja taż-Żejtun li kien magħmul minn ġebel tal-qawwi, b'ċertu ġost u li kellu wkoll xi rqajja li kellhom bżonn jinbidlu, jista' l- Ministru jgħid x'fettillu d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jwaqqa' dan kollu biex itella' ħajt ieħor ċas ċas bla ġost ta' xejn u wkoll minn ġebel tal- franka li żgur mhux forsi se jkollu jerġa' jinbidel minn hawn u ftit ieħor?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WIED IL-GĦAJN - CULVERTS", "8404.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta tnaddfu l-aħħar il- culverts li jilqgħu l-ilmijiet tax-xita li qed jikkawżaw għargħar fit-toroq San Gwakkin, La Sengle u l-inħawi f'Wied il-Għajn kull meta tagħmel daqsxejn xita sew?", "Billi dawn il-culverts minn żmien għal żmien ikun jenħtieġilhom maintenance u tiswija, tista' tingħatalhom attenzjoni minnufih qabel ma jidħol aktar l-istaġun xitwi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress illi l-culverts imsemmija jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-kunsill lokali, nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "QRATI - MULTI", "8405.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Qorti qed tibgħat ittra uffiċjali li qed jiswew liċ-ċittadini Lm2.85c kull waħda, biex din tkun tista' tiġbor il-ħlas ta' multi dovuti?", "Ma jaħsibx il- Ministru li qabel ma tintbagħat ittra uffiċjali, tista' tintbagħat ittra ordinarja li ma ddaħħalx liċ-ċittadin fi spejjeż li jistgħu jiġu evitati u ittra uffiċjali tintbagħat biss jekk din tiġi njorata?", "Ma jaħsibx il- Ministru li dan jista' jindika li l-Gvern qed japprofitta ruħu biex minflok jieħu dak li hu dovut lilu qed jieħu dan għal aktar minn nofs darba oħra?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qabel ma tintbagħat l-ittra uffiċjali, l-individwu konċernat ikun diġa' rċieva l-avviż biex jidher quddiem il-Kummissarju tal- Ġustizzja u jinjorah.", "Meta għal xi żmien kienet tintbagħat ittra ordinarja din ukoll kienet tiġi njorata.", "Mhux sew li l-impjegati tal-qorti jinħlew fi proċeduri amministrattivi li ma jwasslu mkien.", "L-ittra uffiċjali qed tintbagħat biex min jibqa' ma jħallasx il-multa l-Qorti tkun tista' tgħaddi għal proċeduri oħra kontemplati fil-liġi nkluż il-ħruġ ta' mandat ta' sekwestru.", "ŻEJTUN - DISTRIBUZZJONI TA' L-ELETTRIKU", "8406.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara x-xita ta' 23 ta' Awissu u l-ħsarat li din ġabet magħha, it-tiswijiet fid-distribuzzjoni ta' l- elettriku għal Triq Anton Buttigieg u l-inħawi tagħha fiż-Żejtun ħadu mis- 6.00 a.m. sa 10.00 p.m.?", "Ma jaħsibx il-Ministru li kienet x'kienet il- ħsara, 16-il siegħa huma wisq?", "X'passi qed jittieħdu biex dawn il-ħsarat ma jerġgħux jiġu kkaġunati wara l-inżul ta' ftit xita u jekk dawn jergġħu, x'beħsiebu jsir biex dan id-dewmien ma jirrepetix ruħu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-maltemp fit-23 ta' Awissu kkawża diversi interruzzjonijiet fuq is-sistema tal-vultaġġ għoli kif ukoll ħsara fil- Power Station ta' Delimara.", "Din ta' l-aħħar kompliet tiggrava s- sitwazzjoni u, minħabba f'hekk, il-provvista ta' l-elettriku ħadet xi ftit fit-tul biex terġa' tiġi għan-normal.", "Il-korporazzjoni kontinwament tara kif ittejjeb il-mezzi tagħha biex dejjem ikun aħjar is-servizz lill- konsumatur.", "ISTITUT TA' L-ISTUDJI TURISTIĊI - LAUNDRY", "8407.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi jidher li l-Housekeeping Section fi ħdan l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi qed tkun mgħobbija b'xogħol u ħasil ta' ħwejjeġ minn sorsi barranin, u fuq dan qed ikun hemm ħafna oġġezzjonijiet minn staff tas-sezzjoni, kif ukoll kwestjonijiet mal-watchmen li suppost jikkontrollaw x'jidħol u x'joħroġ fl- istitut?", "Meta se jinqata' dan l-abbuż?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ninsab informat li m'hu qed isir l-ebda ħasil ta' ħwejjeġ minn sorsi barranin fil-laundry ta' l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi.", "Nitlob lill-Onor Interpellant biex jgħaddi l-informazzjoni kollha li għandu biex jekk hemm xi abbuż jittieħdu passi.", "DJAR - KAŻ TA' PERSUNA", "8443.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħidli jekk il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed nitbgħathom separatament ġiex solvut?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li lill-applikanta ndikata, riċentament ġie offrut post ġdid il-Belt iżda hi rrifjutat peress li ma tixtieqx tmur f'dik l-area tal-Belt.\"", "PULIZIJA - REATI", "8445.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Pulizija mhux qed toħroġ press statements dwar twettieq ta' reati serji?", "Kemm-il darba ħarġu stqarrijiet simili xahar b'xahar mill-1.1.97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Pulizija, permezz tal-uffiċjal ta' l-għassa fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija l-Furjana, tibgħat press statements bil-fax dwar twettiq ta' reati serji u inċidenti oħra lill- gazzetti, stazzjonijiet tar-radio u T.V. wara li dawn jiġu rrapportati lill- Pulizija.", "Matul din is-sena ħarġu diversi press statements dwar twettiq ta' reati serji li fost l-oħrajn, jinkludu serq minn djar, ħwienet, fabbriki u postijiet oħra, abbuż tad-droga, u feriti gravi.", "In-numru ta' press statements li nħarġu din is-sena, xahar b'xahar, minn Jannar sa' Settembru hu kif jidher hawn taħt : -", "Jannar 14 Frar 15 Marzu 20 April 14 Mejju 17 Gunju 16 Lulju 12 Awissu 14 Settembru 17", "PULIZIJA - REATI", "8446.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti ċ-ċifri tar-reati kollha rrapportati lill-Pulizija xahar b'xahar mill-1.1.97?", "Jista' jagħti informazzjoni xahar b'xahar dwar urban theft hekk rrapportati lill-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ċ-ċifri ta' reati kollha rrapportati lill-Pulizija bejn l-01.01.97 sal-31.08.97 kienu :", "Jannar Frar Marzu April Mejju Gunju Lulju Awissu 635 593 671 933 974 793 857 1415", "Minn dawn, dawk klassifikati bħala 'urban theft' kienu :", "Jannar Frar Marzu April Mejju Gunju Lulju 98 100 107 171 184 171 187", "Minn Awissu kien hemm reviżjoni ta' kif il-Pulizija żżomm l-istatistika għall-aħjar użu fix-xogħol tagħha.", "Minflok urban theft ġiet introdotta theft from residential areas, li tinkludi taħtha kull tip ta' serq f'żoni residenzjali, bħal ma hu serq ta' u minn karozzi, pick-pocketing u 'snatch and grab'.", "Matul Awissu kien hemm 395 serqa rappurtata taħt din il- kategorija.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8447.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-applikazzjoni H 10827, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva, in vista tal-fatt li familja ta' ħamsa b'tarbija oħra dalwaqt qed tgħix f'kondizzjonijiet miżerabbli?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: \"Jien informat illi l-applikazzjoni tiġi kkonsidrata fid-dawl tal-fatt li l-applikanti jridu jmorru biss B'Kara u Santa Venera fejn hemm 291 u 128 applikazzjoni oħra pendenti.\"", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - PENSJONI", "8459.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' mentali (intellettwali) li jirċievu pensjoni tad-diżabilita' fl-etajiet imniżżla hawn taħt: Bejn is-16 u l-20 sena; bejn l-20 u l-25 sena; bejn il-25 u l- 40 sena; u bejn l-40 u s-60 sena?", "Kemm minn dawn jattendu Day Centres, Training Centres skond il-gruppi ta' eta'?", "Kemm minn dawn jgħixu bħala residenti f'istituzzjonijiet tal-gvern, tal- knisja u oħrajn?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8459 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - ABBUŻI SESSWALI", "8460.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx proviżjoni fil-liġijiet Maltin kontra min jabbuża sesswalment minn persuna b'diżabilita' mentali li għandha 'l fuq minn 18-il sena?", "Jekk jinqala' abbuż tali, x'inhuma l-proċeduri li għandhom jittieħdu?", "X'jiġri wara li jitlesta r-rapport f'każ li ssir inkjesta?", "X'inhuma l-pieni għal min jinstab ħati ta' abbuż bħal dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li m'hemmx provediment speċifiku fil- liġijiet Maltin dwar ir-reat imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Iżda reat bħal dak imsemmi jaqa' taħt il-provedimenti ta' l-Artikolu 201 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9).", "Il-piena hi dik stabbilita f'Artikolu 198 jew 207 tal- Kodiċi Kriminali (kap.", "9) skond kif japplika fil-każ.", "Ninsab informat li l-pulizija, wara li tirċievi r-rapport, tinvestiga l-każ u, jekk ikun hemm diffikulta' biex tikkomunika mal-vittma, issir talba lill- Maġistrat inkwirenti biex jinħatru l-esperti neċessarji.", "Fir-rapport tiegħu il-Maġistrat inkwirenti jgħid jekk il-pulizija għandhiex każ xi tressaq il-Qorti.", "UNIVERSITA' - FORMOLI P6", "8461.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ntbagħtu l-formoli tal- P6 mill-finanzi ta' l-Universita' lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għas- snin 1994, 1995 u 1996?", "Għal kemm jammontaw dawn il-flus sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BIĊĊERIJA - PROĠETTI", "8465.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 6900 u 6899?", "B'riferenza għal parti (ii) tal-mistoqsija parlamentari numru 6900, il- mistoqsija għandha taqra: \"Kemm swiet lill-Gvern kull waħda mill-miżuri li ssemmew fir-risposta\"?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ir-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari numri 6899 u 6900 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MAJJALI - TATTOOS", "8466.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' tattoos tal-majjali li saru fil-perijodu 1/1/97 - 30/9/97 xahar b'xahar?", "Fl-istess perijodu kemm kienet il-qatla tal-majjal, ġimgħa ġimgħa?", "X'kienu ċ-ċifri relattivi għall-istess informazzjoni fl-istess perijodu fis-sena 1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni għad-domanda numru 8466 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "DIPARTIMENT TAD-DJAR - IMPJEGATI", "8467.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ġew impjegati ma' xi wieħed mid-dipartimenti, awtoritajiet li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu?", "Meta ġew impjegati dawn il-persuni, mil-liema dipartiment tal-Gvern ġew, u jekk kienu mpjegati minn barra, x'tip ta' kuntratt għandhom dawn il- ħaddiema?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm minn dawn il-ħaddiema ġodda li spiċċaw mix-xogħol?", "X'kienet ir-raġuni għal dan?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Qed nagħti l-informazzjoni mitluba:", "Ministeru: Hemm 15 -il impjegat fis-Segretarjat li ġew mpjegati minn Novembru 1996 'l hawn.", "Tlieta (3) minnhom impjegati b'kuntratti li kopja tagħhom kienu ġew mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra (ara t-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 685 u 7605).", "Seba' (7) ġew ssekondati minn Air Supplies & Catering Co. Ltd.(1), Awtorita' tad-Djar (2); Posta Ltd.(1); Mid-Med Bank (1); Malta Ship Building (1); Malta Drydocks (1).", "Ħamsa (5) ġew trasferiti minn Dipartimenti oħra: Edukazzjoni (1); Xogħolijiet (1); Liċenzji (2); Agrikoltura (1).", "Is-Segretarju Permanenti kien ġie trasferit mill-Kabinett waqt li żewġ (2) impjegati fl-uffiċċju tiegħu daħlu bl-eżami ta' skrivani minn barra f'Diċembru 1996.", "Kien hemm ukoll Student Ħaddiem li ġie mpjegat, f'Novembru 1996 li ttermina l-kuntratt meta reġa' mar l-Universita' fl-1 t'Ottubru 1997.", "Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali:", "Żewġ (2) impjegati ġew trasferiti lid-Dipartiment - wieħed mill- Korporazzjoni ta' l-Ilma f'Ġunju u l-ieħor mill-Qorti f'Lulju.", "Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar:", "Erba' (4) impjegati tal-Gvern ġew trasferiti lid-Dipartiment minn Ottubru 1996 'l hawn.", "Dawn ġew mix-Xogħolijiet, l-Edukazzjoni, l-Qorti u l- Agrikoltura.", "Żewġ impjegati oħra kienu trasferiti lejn l-Uffiċċju Konġunt u x-Xogħlijiet.", "Uffiċċju Konġunt:", "Minn Ottubru 1997 ġew trasferiti seba' (7) impjegati: mill-Ministeru tal- Ġustizzja (3); mill-Kultura (1); mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1); mix- Xogħolijiet (1); u mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar (1).", "Awtorita' tad-Djar:", "Fil-bidu ta' Settembru 1997, l-Awtorita' tad-Djar impjegat 4 Part-time clerks permess ta' l-Employment & Training Corporation (E.T.C)", "Ma' l-Awtorita' spiċċaw tnejn minn nies, waħda minħabba raġuni ta' saħħa u l-ieħor miet.", "Tlett studenti taħt l-iskemi Technician Apprenticeship Scheme li kienu sponsorjati mill-Awtorita' tad-Djar spiċċaw il-kors tagħhom u b'hekk b'effett mill-ewwel t'Ottubru 1997 ma baqgħux fuq il-kotba ta' l- Awtorita'.", "QRATI - KAWŻI", "8489.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għax-xahar ta' Settembru 1997, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm ġew introdotti kawżi, maqsuma skond kull qorti kompetenti; (ii) kemm ġew deċiżi kawżi kategorizzati skond kull qorti kompetenti; (iii) kemm kien hemm kawżi pendenti kategorizzati skond kull qorti kompetenti; u (iv) kull imħallef u maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax- xahar?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-istatistika għax-xahar ta' Settembru 1997 mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qegħda tinġabar.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "8490.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għax-xahar ta' Settembru 1997, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; (ii) kemm ġew allokati djar mid-dipartiment; (iii) kemm saru rikonoxximent ta' kera; (iv) kemm postijiet ġew lura f'idejn id- dipartiment matul ix-xahar; (v) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; u (vi) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Matul ix-xahar ta'Settembru 1997 gew allokati 26 postijiet u saru 8 rikonoxximenti ta' kera.", "Fl-aħħar tax-xahar, id-dipariment kellu 24 propjeta' li tista' tiġi allokata u 16 postijiet gew lura f'idejn id- Dipartiment.", "Fl-ahhar ġurnata tax-xahar kien hemm 5053 applikazzjoni pendenti.", "ETC - INTERNAL WORKINGS", "8491.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-internal workings ta' l- ETC dwar l-istatistika dwar ix-xogħol relattiv għal Settembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8492.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għax-xahar ta' Settembru 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżoni tal-ETC u jindika għaliex l-ETC ddeċidiet li taqtagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul ix-xahar ta' Settembru, in-numru ta' nies li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom kien ta' 740.", "In-numru ta' nies li nqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC kien ta' 69.", "Ir- raġuni li wasslet lill-ETC biex taqta' dawn in-nies hi kif ġej:", "M'accettawx tahrig 16 Instabu jahdmu 41 M'accettawx xoghol 5 Ma marrux ghal intervista 7 Total 69", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8493.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC wara redundancy fl-impjiegi preċedenti tagħhom f'Settembru 1997 u jindika wkoll ix-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol f'Settembru wara redundancy fl-impieg preċedenti tagħhom kien ta' 168.", "Ix-xogħol preċedenti tagħhom hu mqassam kif ġej:", "Tourism/Hotels/Catering 22 Manufacturing 50 Mechanical/Metal/Building 34 Woodwork 6 Retail/Wholesale 20 Other Services 36", "Total 168", "BORD NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI", "8494.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem il-Bord Nazzjonali tax- Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol f'Settembru 1997 kif ukoll jgħid kemm inqatgħu appelli fl-istess perijodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: F'Settembru 1997 saru 62 appelli li minnhom 31 nqatgħu mill-ewwel parti tar-Reġistru.", "F'Settembru 1997 ġew deċiżi 108 appelli u minn dawn 17 kienu konferma u 10 mhux konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC.; 9 kienu abbandunati, 4 irtirati u 4 preskritti.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "8627.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward it-trasport tal-patata ta' l-istaġun tas-sajf li ġiet esportata fl- 1997, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol ta' trasport ingħatax b'forma ta' tender jew quotation u, jekk fl-affermattiv: (i) meta saret is- sejħa għat-tender/quotation; (ii) meta għalqet l-imsemmija tender; (iii) kemm kien in-numru ta' tenders; (iv) kemm kien il-valur ta' kull tender; u (v) meta nħarġet il-letter of acceptance u lil min?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif dejjem sar fis-snin li għaddew f'nofs Frar li għadda r-road trailer operators' kollha kienu mistiedna jagħtu prezz għall- provediment ta' temperature regulated trailers' skond il-kondizzjonijiet ta' dan id-Dipartiment għall-ġarr tal-patata lejn l-Olanda.", "Minħabba l- iskarsezza ta' dawn l-inġenji, u l-perjodu relattivament qasir involut, wieħed jista jgħid li kull minn offra dan is-servizz, ħadem, ovvjament dawn ingħataw skond il-prezz miltub u għaldaqstant l-orħos prezzijiet kienu preferuti.", "Fil-kas tat-temperature regulated containers' il-freight għall-ġarr tal- patata sar mis-Sea Malta, li dejjem tat servizz mill-aqwa lil dan id- Dipartiment għal dawn l-aħħar 20 sena.", "Fuq kollox dan ix-xogħol huwa ristrett ħafna minħabba li ftit huma dawk li jistgħu jipprovdu l-equipment kollu meħtieġ fi żmien stipulat.", "Barra minn hekk is-Sea Malta mhux biss tawna l-irħas prezz fis-suq iżda dejjem tawna faċilitajiet preferuti dwar il-ħlas ta' dan is-servizz li oħrajn ma kienux lesti li jikkonċedu.", "Nerġa ntenni li jekk l-Onor.", "Membru jrid aktar informazzjoni dwar dan is- suġġett għandu jiltaqa' mal-Agricultural Export Marketing Board fejn jingħata l-informazzjoni kollha li jrid u dan minflok ma' joqgħod jagħmel ħafna domandi biex jipprova jnissel xi dubbji dwar l-operat tal- Agricultural Export Marketing Board.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "8628.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' l-esportazzjoni tal-patata tas-sajf, jista' l-Ministru jgħid għal kull kunsinna ta' patata li ġiet esportata fl-istaġun 1997: (a) f'liema suq ġiet mibjugħa; (b) l-ammont (kgs/qnatar); (ċ) id-data meta sar il-bejgħ; (d) il-prezz tal-bejgħ; u (e) il-kwalita'/tip ta' patata?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA:", "(a) Il-kunsinni tal-patata tar-rebbiegħa li għaddiet kienu kollha mibgħuta lill-kuntrattur fl-Olanda minfejn nbiegħet mill-kuntrattur skond d-domanda tas-suq.", "(b) L-ammont totali ta' patata mibjugħa kien 7494 tunnellata jew 94,424.4 qantar", "(c) Il-biegħ tal-patata sar bejn April u Ġunju 1997.", "(d) Il-prezz tal-bejgħ kien hekk: Prezz minimu garantit ta' NLG 26.25 għall-5470 tunnellata.", "Prezz minimu garantit ta' NLG 20.00 għall-1200 tunnellata", "Prezz minimu garantit ta' NLG 17.00 għall- 750 tunnellata u 74 tunellata li nbiegħu b'kummissjoni għall-prezz medju ta' NLG 12.25.", "(e) Il-kwalita' tip ta' patata esportata kienet", "ALPHA 6210 tunnellata SANTE 810 tunnellata LISETA 244 tunnellata ARINDA 230 tunnellata", "Jekk l-Onor.", "Membru jrid aktar informazzjoni dettaljata dwar dan is-suġġett nissuġġerilu jilqa' l-invit li għamillu l-Agricultural Export Marketing Board biex jiltaqa' mal-Board u jara l-files relattivi.", "BIEDJA U SAJD - EXEMPTION FUQ DAZJU", "8629.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Minn mindu ġiet introdotta il-liġi tas-C.E.T. u preċiżament sa l-aħħar ta' Settembru 1997, jista' l-Ministru jgħid għall-oqsma tal-Biedja u Sajd: (i) kemm-il exemption fuq dazju ġiet maħruġa; (ii) il-valur totali ta' l- exemptions; u (ii) il-valur ta' refunds (globali) li kien ġie approvat fl- istess perijodu Lulju - Awissu - Settembru 1996, dejjem fir-rigward ta' l- oqsma tal-Biedja u Sajd?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba hi hekk:", "(i) Sa l-aħħar ta' Settembru l-Ministeru ħareġ 19 il-eżenzjoni.", "(ii) Il-valur totali ta' l-eżenzjonijiet kien ta' Lm 6.566,40.", "(iii) Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd m'għandux l-informazzjoni għar-rigward ta' 'refunds' tal- VAT fil-perjodu Lulju/ Settembru 1996.", "PITKALIJA - PRODOTTI AGRIKOLI", "8630.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għal perijodu bejn 01.01.97 sa 30.09.97 fir-rigward tal-prodott agrikolu kollu li ġie mdaħħal fil-Pitkalija: (a) kemm kien l- ammont (kgs); (b) kemm kien il-valur imħallas lil bdiewa, kif ukoll (ċ) kemm kienu l-istess figuri għat-tliet (3) snin preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA:", "PRODOTT AGRIKOLU MIBJUGH MILL-PITKALIJA", "PERJODU AMMONT VALUR 01.01.94-30.09.94 17,647,647 Kgs Lm3,928,455 01.01.95-30.09.95 18,127,035 Kgs Lm3,917,011 01.01.96-30.09.96 26,033,067 Kgs Lm4,206,584 01.01.97-30.09.97 28,037,220 Kgs Lm4,051,886", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W322.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika: 1) liema Ministeru hu responsabbli għaliha; 2) il-liġi/regolament li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm; 3) min huma l-membri tagħha; 4) meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; 5) il-ħlas li jirċievi kull membru; 6) allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; 7) minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija se titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "OPM - IMPJEGATI", "W645.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997 kemm ġew impjegati persuni on a casual basis fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż korpi statutorjament indipendenti, korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-Gvern għandu nteress u jekk fl-affermattiv, jindika fejn u f'liema grad?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7620 fil-25 ta' Lulju 1997.", "DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU", "W674.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Riferibilment għall-perjodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor.", "Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l-ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mill-1/11/95 sal-31/3/96 relattiva għal perijodu hi kif ġej:", "AIRMALTA 4776.08 THOMAS COOK 571.60 BIANCHI TRAVEL 448.80 WORLD AVIATION 884.50 ---------- 6680.18 -----------", "DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU", "W680.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonmiċi u ta' l-Industrija: Riferibilment għall-perjodu 1 ta' Novembru 1996 sal-21 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor.", "Ministru hu responsabbli, jista jagħti lista ta' aġenziji ta' ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l-ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentar numru W680 hija din:-", "Spiża LM", "Ministeru Xejn", "Dipartiment ta' l-Industrija", "Air Malta 67.00,0", "Malta Development Corporation", "Venture Travel 384.95,0 APC Travel Bureau 127.60,0 Mondial Travel 778.84,0 Air Malta 3442.60,0", "Malta Freeport Corporation", "A & V von Brockdroff Ltd 10,500.00,0", "MIMCOL/MGI", "1.", "Malta Sipbuilding", "A & V von Brockdorff 615.00,0", "2.", "Tug Malta", "Sullivan Travel and Services Ltd 1,365.00,0", "3.", "Kordin Grain Terminal", "S. Mifsud & Sons Ltd 528.20,0", "4.", "Interprint", "Visa Travel Ltd 3,277.20,0", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W690.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu: 1) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; 2) indikazzjoni tal- kampanji afdati lilhom; 3) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; 4) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; 5) lista ta' l- istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġw użati; 6) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; 7) kemm intnefaq ma' kull stamperija; 8) lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u 9) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-NTOM u ma' l-Air Malta, l-informazzjoni mitluba hija meqjusa waħda ta' natura kummerċjali u konfidenzjali.", "Għall-kumplament tad-dekasteru, din hija l-informazzjoni mitluba:-", "|Allied Press |Advertising|Lm | | |ITS Courses|195.96 | |Union Press |Advertising|Lm | | |ITS Courses|762.48 | |Multi Comm Ltd |Advertising|Lm | | |ITS Courses|412.28 | |Malta |Advertising|Lm | |Independent |ITS Courses|100.05 | |PEG |File Covers|Lm | | | |207.00 | |Bonnici |Handbooks/V|Lm | |Printing Press |isiting |279.45 | | |Cards | | |KGK |Attendance |Lm | | |Books |507.32 | |Data Graphics |Printing |Lm3824.22| |Ltd | | | |Crest |Trade |Lm | |Pubblicity |Directory |10.00 | |J.P. |Med-One |Lm | |Advertising |Night in |45.00 | | |Malta | | |Colour Chart |Song for |Lm | | |Europe |84.00 | | |Comm. | | | |Courier | | | |Advert | | |Visual Trends |Les Reyes |Lm 679.00| | |Concert | | | |Voyage et | | | |Strategie | | | |Travel | | | |Magazine | | |Island |Travel Year|Lm260.00 | |Pubblications |Book | | |Balcom Ltd. |Malta |Lm242.00 | | |Review | | | |Magazine | | |Malta External |Internet |lm | |Trade |Service |90.00 | |Duraprint Press|Printing |Lm263.35 | |Carlai Print |Printing |Lm490.00 | |Ltd | | | |Consultancy |Printing |Lm426.12 | |Research Ltd. | | | |Agius Printing |Printing |Lm450.00 | |Press | | | |Giovanni Muscat|Printing |Lm817.00 | |Visual Trends | |Lm149.50 | |The | |Lm204 | |Times/Sunday | | | |Times | | | |It-Torċa | |Lm 86.70 | |Il-Mument | |Lm 86.70 | |In-Nazzjoni | |Lm 58.65 | |L-Orizzont | |Lm 56.65 |", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W696.", "L-ONOR AUSTIN GATT staqsa ill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Riferibilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu; 1) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar uzati; 2) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; 3) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; 4) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; 5) lista ta' l-istmaperiji (barra dik tal-Gvern li ġew użati; 6) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; 7) kemm intnefaq ma' kull stamperija; 8) lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u 9) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO:B'riferenza għall-mistoqsija parlamertari numru W696 jien informat illi mill-Ministeru tiegħi ma sar ebda użu ta' servizz ta' reklamar bejn l-1 ta' Novembru 196 sal-31 ta' Marzu 1997.", "Fid-dikasteru li għalih jien reponsabbli sar użu ta' aġenziji jew kumpanniji konnessi ma reklamar kif jidher hawn taħt:", "Dipartiment ta' l-Industrija", "|Crow |Award |Lm1875.0| |Advertising |for |8,0 | |Ltd |Achievem| | | |ent in | | | |Industry| | |Abbozz ta' |Alt |Lm | |Standards fuq|Services|20.70,0 | |tagħmir | | | |għall-protezz| | | |joni | | | |personali | | | |Sound Vision | |Lm | |Print Ltd | |37.26,0 | |Standard | |Lm | |Publication | |40.02,0 | |Ltd | | | |Union Press | |Lm | | | |78.66,0 | |Multicomm Ltd| |Lm | | | |78.66,0 | |Crest | |Lm | |Publicity | |22.08,0 |", "Malta Freeport Corporation", "|Promotion|Reklamar |Lm2207| |Service |għall-impjieg u|.04,0 | |Ltd |tneders | | | |fil-Port ħieles| | |Advantage|Reklamar dwar |Lm2101| |Advertisi|il-Port ħieles |.64,0 | |ng Ltd |fil-Magazine | | | |\"Malta This | | | |Month\" | | |Business |Reklamar dwar |Lm | |Marketing|il-Port ħieles |132.25| |Services |fil-Magazine |,0 | | |\"Il-Kollega\" | | |Storm |Reklamar |Lm2172| |Creative |fil-Magazines |.50,0 | |Services |\"International | | | |Freight | | | |Weekly\", | | | |\"Fairplay\" u | | | |d-Direttorju | | | |tat-Telefon | | |The Times|Reklamar |Lm | | |għall-impjieg u|511.88| | |offerti |,0 | |L-Orizzon|Reklamar |Lm | |t |għall-impjieg u|511.88| | |offerti |,0 | |In-Nazzjo|Reklamar |Lm | |ni |għall-impjieg u|511.88| | |offerti |,0 |", "Malta Development Corporation", "|Perfecta |'Image Adver'|Lm | |Advertising|il-Holiday |120.75,0| |Ltd |Inn | | |J.P. |Reklam |Lm1725.0| |Advertising|fir-rivisti |0,0 | |Ltd |'Malta This | | | |Month' u | | | |'higher | | | |Flyer' | | |Visual |400 kopja |Lm | |Impact Ltd |tal-video |920.00,0| | |uffiĊjali ta'| | | |l-MDC 'The | | | |Decision' | | |Promotion |Reklam |Lm | |Services |fir-rivista |632.50,0| |Ltd |'Guest' | | |Communi |300 cover u |Lm | |Que' |label gĦal |143.75,0| |Creative |video | | |Ltd |uffiĊjali | | | |tal-MDC | | |Holiday Inn|'Image |Lm | | |Advert' |120.75,0| | |il-Holiday | | | |Inn | | |St. |Reklam |Lm | |Benild's |fil-'Malta |30.00,0 | |School |Year Book' | | |BPC |Reklam |Lm7945.0| |Internation|fil-gazzetti,|1,0 | |al |display | | | |boards, | | | |brochures u | | | |leaflets | |", "MIMCOL/MGI", "Gozo Channel |J.P. |Adverts, |Lm | |Advertising |Artworks |102.35,0| |Casma Ltd | | | |Associated |Brochures, |Lm16,500| |Publicity |Adverts |.00,0 | |Services Ltd| | | |Sunday Times|Catering |Lm | | |Adverts |299.00,0| |Malta |Catering |Lm | |Independent |Adverts |153.00,0| |It-TorĊa |Catering |Lm | | |Adverts |229.00,0| |Il-KulĦadd |Catering |Lm | | |Adverts |229.00,0| |Il-Mument |Catering |Lm | | |Adverts |229.00,0| |Il-ġens |Catering |Lm | | |Adverts |82.80,0 | |The Times |Catering |Lm | | |Adverts |1986.00,| | | |0 | |Medigrain Co| | | |Ltd | | | |Grafica Ltd |Christmas |Lm | | |Cards |33.00,0 |", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "W705.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu: 1) jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u 2) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-aġenziji tal-kiri tal-karozzi u l-infiq relattiv għall-perijodu msemmi kienu dawn:-", "Silverstar Lm 4694.10 Premier Leasing Ltd Lm10778.89 Joe's Garage Lm 427.50 Supreme Travel Lm 833.18 Butterfly Garage Lm 1444.97 Garden of Eden Lm 1474.84", "Rigward l-Air Malta l-kuntratturi huma Meli Car Rentals.", "Hemm ukoll ftehim fuq bażi ta' barter mal-Budget Rent-a-Car.", "L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija hija meqjusa ta' natura kummerċjali u konfidenzjali.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "W710.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industijia: Referibilment GĦall-perjodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u GĦad-dikasteru li GĦalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk joGĦĠbu: 1) jaGĦti lista ta' aĠenziji tal-kiri ta' karozzi wzati; u 2) jiGĦid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "L-ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W710 dwar aġenziji ta' kiri korozzi u n-nefqa li saret fuq kiri ta' karozzi bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997, l-inforazzjoni mitluba hija din:-", "Ministeru", "Buvell Car Rentals LM 538.00,0", "Dipartiment ta' l-Industrija", "Ace Car Hire Ltd LM 1562.85,0", "Malta Development Corporation", "Wembley Motors LM 51.00,0 Leo's Garage Paramount LM86.25,0", "Malta Freeport Corporation", "Meli Car Rentals LM10,513.00,0 FX Garage LM 4,966.00,0", "MIMCOL/MGI", "(a) Tug Malta", "SGS Garage Lm18.00,0", "(b) Gozo Channel", "John's Garage LM 6.90,0 MellieĦa Garage LM108.00,0 Wemble Garage LM 1056.77,0", "(c) Medigrain", "Marshalls Car Rental & Lease LM46.00,0", "KUMITAT TA' AZZJONI GĦAL GĦAWDEX", "W726.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li jifformaw il-Kumitat ta' Azzjoni għal Għawdex, il-Kumitat ta' Azzjoni għal Paceville u l-Kumitat ta' Azzjoni dwar il-Ħarsien tal-Wirt Kulturali kif ukoll jindika kull wieħed lil min jirrappreżenta, il-kariga tagħhom fil-kumitat u kemm jitħallsu?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll kemm hemm flus ivvotati għal kull kumitat?", "ONOR.", "KARMENU VELLA:", "Kumitat ta' Azzjoni għal Għawdex", "Chairman Victor Cauchi - Ministeru tat-Turiżmu", "Viċi-Chairman Anton Mercieca - Segretarjat Parlamentari għal Għawdex", "Segretarju Joe Muscat", "Membri Paul Curmi - Kunsill Lokali Munxar Harry Debono - Kunsill Lokali Żebbuġ Frank Saliba - Works Department Joe Caruana - Works Department Lorry Apap - Works Department Vincent Debrincat - Segretarju Parlamentari għal Għawdex Joe Cremona - Agrikoltura Ruben Abela - Awtorita' ta' l-Ippjanar Gaetano Bugeja- Awtorita' ta' l-Ippjanar George Said- Kommunita' Kummerċjali - Xlendi Godfrey Farrugia - Kommunita' Kummerċjali - M'Forn", "Kumitat ta' Azzjoni - Paceville", "Chairman Mario Sammut - Ministeru tat-Turiżmu", "Membri Martin Debono- Ministeru tax-Xogħol u Kostruzzjoni Ian Camilleri Alan Vella - Planning Authority Paul Debattista - Pulizija A. Spiteri Debarro - MPHRA Peter Bonello- Kunsill Lokali San Ġiljan Philip Fenech - GRTU Peter Darmanin- Kommunita' Kummerċjali Johnastin Zammit Ian Decesare Kenneth Vella", "Kumitat ta' Azzjoni dwar Ħarsien tal-Wirt Kulturali", "Chairman Avukat Joe Galea Debono - NTOM", "Segretarju Sur Godwin Vella - Wirt Għawdex", "Membri Sur Joseph Bonello- Ministeru tat-Turiżmu Perit Vincent Cassar - Ministeru tax-Xogħol u Kostruzzjoni Perit Joe Magro Conti - Planning Authority Kurunell Raymond Cutajar - Armata Sur Stephen C. Spiteri - Dipartiment tal-Mużew Perit Alexander Borg - Fondazzjoni Wirt Artna Sur Mario Farrugia - Fondazzjoni Wirt Artna Sur Gerald Miller - NTOM Sur Patrick Grixti - NTOM Sur Joseph Attard Tabone Sinjura Blanche Martin - Din l-Art Ħelwa Sur David Muscat - Dipartiment tal-Kultura", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-membri li jservu fuq dawn il- Kumitati ta' Azzjoni ma jitħallsux u li ma hemm flus ivvotati għal kull kumitat.", "KAĊĊA - LIĊENZJA", "W760.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jibagħtu għall-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ħalli tagħmel l-eżami għal-liċenzja tal-kaċċa (to carry)?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-liċenzja ta' l-applikant li dwaru staqsa l-Onor.", "Membru ilha mit-12 ta' Ġunju 1997 tistenna fl-għassa tan-Naxxar biex tinġabar u titħallas jiġifieri, 19-il ġurnata qabel ma saret l- interpellanza.", "MOSTA: TRIQ TA' MELLU", "W795.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu in konsiderazzjoni l-ħtieġa ta' bozoz fi Triq Ta' Mellu, fil-Mosta?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bozoz fit-toroq tal- Mosta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar bozoz fi Triq ta' Mellu, Il-Mosta qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "Fil-Mosta ġew istallati żewġ bozoz.", "FORZI ARMATI - SULDATI", "W807.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7147 ntqal illi 55 suldat tal-Forzi Armati ma kkwalifikawx għal long and efficient service medal, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ma kkwalifikawx?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm min dawn il-persuni għamlu xi protest u/jew ilmentaw jew ressqu l-każ tagħhom quddiem il-kmandant tar-reġiment tagħhom u kemm quddiem il-kmandant tal-Forzi Armati skond il-proċeduri normali tal-militar?", "X'kienet ir- risposta li dawn il-kmandanti taw u fil-fatt hemmx suldati illi m'humiex sodisfatti bir-risposti li ngħataw?", "Jekk jirriżulta illi jkun hemm xi każ fejn suldat kellu raġun, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tista' tiġi rranġata s-sitwazzjoni u jekk xi suldat ikollu raġun dan iffissirx illi tittieħed xi forma ta' azzjoni dixxiplinarja kontra min kellu l-obbligu li jirrikmandah u fil-fatt dan ma jkunx għamlu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li mill-ħamsa u ħamsin individwi li ma kkwalifikawx għall-Medalja GĦal Servizz Twil u Effiċjenti, ħdax ressqu ilment quddiem l-Uffiċjal Kmandant tar-Reġiment tagħhom Disgħa minn dawn il- 11 kienu sodisfatti bir-raġunijiet li ngħataw filwaqt li tnejn talbu li l- każ tagħhom jitressaq quddiem il-Kmandant tal-FAM.", "Wieħed minn dawn it- tnejn baqa' mhux sodisfatt bir-raġunijiet li ngħata.", "Fil-fatt dan ressaq l-ilment tiegħu quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji fejn għadu sub judice.", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊJAL MTELLA' L-QORTI", "W809.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex veru li uffiċjal tal-ħabs itella' l-qorti akkużat fuq serq ta' 80ċ zokkor mill-kċina tal-ħabs?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan ġiex liberat mill-akkuża miġjuba kontrih?", "Jista' jgħid jekk dan ittellax quddiem il-PSC wara li ġie liberat u jekk huwiex veru li weħel multa ta' Lm300?", "Fuqiex weħel dawn il-flus u ta xiex kien akkużat quddiem il-PSC?", "Hija prattika normali illi persuna li tkun ġiet liberata mill-qorti titressaq quddiem il-PSC fuq l-istess akkuża?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li f'Jannar ta' l-1996, gwardjan tal- Ħabs ġie mressaq il-Qorti fuq akkużi ta' attentat ta' serq ta' 2 pakketti laundry soap powder, kilo zokkor, bott ħalib u ftit trab tal-kafe'.", "Huwa ġie liberat minn dawn l-akkużi mill-Qorti.", "Skond kif jirrikjedu r-regolamenti tal-1977 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċeduri ta' Dixxiplina) l-Avukat Ġenerali ġie kkonsultat u approva fit-2 ta' Awissu 1996 li joħorġu akkużi taħt dawn ir-regolamenti kontra l-uffiċjal imsemmi.", "Wara hu ġie mressaq quddiem il-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni u ġie misjub ħati fuq kondotta li kienet ta' preġudizzju għad-dixxiplina tas- servizzi tal-ħabs, u ġie mwaħħal Lm300 multa u mogħti twissija severa.", "Huwa ġie liberat minn akkuża li ħareġ propjeta' pubbblika mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin bil-ħsieb li jagħmel minnha użu personali.", "SAĦĦA - DĦUL TA' WARD CLERKS F'GĦAWDEX", "W825.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kif ġew magħżula u kif kien kompost il-bord għad-dħul tal-Ward Clerks f'Għawdex?", "Jista' jgħid dawn bdewx jaħdmu, meta u kemm?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-proċedura għall-mili ta' postijiet ta' Ward Clerical Assistants, bħal postijiet oħra fis-Servizz Pubbliku, titmexxa mill-kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Għalhekk m'inix f'qagħda li nagħti tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari.", "MELLIEĦA - SERVIZZ TA' ELETTRIKU F'BARRIERA", "W828.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm li jasal is-servizz elettriku f'barriera limiti tal-Mellieħa biex tiġi vakata barriera oħra f'Tal-Masrija li qegħda tagħmel ħsara kbira f'saħħet ħafna mir-residenti Mellieħin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-servizz ta' l-elettriku f'Barriera limiti tal- Mellieħa sejjer jingħata flimkien ma' servizzi oħra fl-inħawi fi żmien qasir.", "ŻEBBUĠ: MISRAĦ L-ISPTAR - DAWL", "W830.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 8001, peress li jidher li l-informazzjoni mogħtija lill-Ministru m'hijiex korretta, jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mibdula din il-lampa?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li d-data tal-11 ta' Lulju hija d-data meta ġiet irrapportata mill-kunsill lokali għax fil-fatt jiena personalment irrapportajtha fil-5 ta' Lulju?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8001 kienet tirreferi għal-lampa li kienet ma tixgħelx fi Sqaq numru 1 fl- istess Misraħ l-Isptar Żebbuġ.", "Il-lampa l-oħra li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Membru fil-fatt ġiet irranġata dalgħodu (29/7/97).", "Jisgħob bija li seta' kien hemm nuqqas ta' komunikazzjoni.", "Ġie kkonfermat li r-rapport dwar l-iStreet Lighting f'Misraħ l-Isptar wasal id-distrett ta' Ħal Qormi fl-10 ta' Lulju, 1997.", "TA' XBIEX - QASAM TAD-DJAR BLOCK D4", "W831.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jara illi l-bieb tal-bejt ta' Block D4, Housing Estate, Ta' Xbiex jiġi rranġat għax qed jaqa' biċċiet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li skond ir-records tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma daħlet l-ebda informazzjoni fuq dan il-każ.", "Madanakollu it-talba ġiet riferuta lid-dipartiment biex jagħmel spezzjoni formali.", "SAĦĦA - PERSUNA LI GĦANDHA BŻONN OPERAZZJONI", "W832.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament se jibgħatu għaliha l- Isptar għall-operazzjoni li għandha bżonn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-persuna li d-dettalji tagħha ġew mgħoddija separatament tinsab fuq il-waiting list għall-operazzjoni li għandha bżonn.", "Nixtieq nirrileva li din l-operazzjoni ma titqiesx bħala urġenti.", "MSIDA - DAR TA' L-ANZJANI - PATOLOĠISTA", "W834.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara li jmur podoloġista jagħmel vista d-dar ta' l-anzjani l-Imsida għax minkejja talba li saret dan għadu ma marx u għandhom bżonnu ħafna?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-servizz ta' podoloġista li jingħata fiċ-Ċentri tas-Saħħa bħalissa ma jinkludix visti fid-djar ta' l-anzjani.", "L-Anzjani f'dawn id-djar jittieħdu fiċ-Ċentri tas-Saħħa għall-kura li jkollhom bżonn.", "Id-Dipartiment tal-Kura Primarja ma kien mgħarraf bl-ebda talba mid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida.", "Jekk ikun hemm xi problema speċifika wieħed jista jikkuntattja lid-Dipartiment tal-Kura Primarja.", "SAĦĦA - STRIPS TAZ-ZOKKOR", "W837.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jaf il-Ministru li l-istrips li bihom jiġi ċċekkjat iz-zokkor fid-demm mill-pazjenti fuq l-insulina qegħdin out of stock?", "Jirriżulta li d-ditta ta' l-insulina li hi available preżentement qed tikkawża diffikultajiet fil-kontroll tal-livell taz-zokkor fid-demm ta' min qed jużaha?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fid-Dipartiment l-istrips biex jiġu ċċekjati iz- zokkor m'humiex nieqsa.", "Rigward l-insulini li qegħdin jintużaw preżentament wieħed irid jgħid li huma diversi fin-numru dawn huma 'originator products' jiġifieri tad-ditta oriġinali li jintużaw mad-dinja kollha u li qatt ma kellna l-ebda \"complaint\" fuqhom kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent.", "BIRKIRKARA - TRIQ L-AĦWA HYZLER", "W838.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq l-Aħwa Hyzler, f'Birkirkara, hijiex f'lista ta' prijorita' għal għoti ta' tarmak?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq l-Aħwa Hyzler hija mniżżla fil-lista ta' toroq li lesti biex jiġu asfaltati, liema lista tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2042.", "IKLIN - TARMAK", "W839.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm ta' għoti ta' tarmak fl-Iklin li għandu jsir u jkun kopert mill-kuntratt stabbilit mid- Dipartiment li hu responsabbli għalih il-Ministru?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed isiru preparamenti neċessarji sabiex toroq l- Awrikarja, it-Timu, il-Ħarrub u Ġuże' Galea jiġu asfaltati u resurfaced skond il-każ.", "TAIWAN - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "W841.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) Kif inhuma mmexxijja r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fit-Taiwan; (b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; (c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; (c) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'rimunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r- rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); (d) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta.; (e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; (f) kemm huwa kkalkulat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, fil- preżent, għad m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi mat-Taiwan.", "AFGHANISTAN - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "W846.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) Kif inhuma mmexxijja r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fl-Afghanistan; (b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; (c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; (c) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'rimunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); (d) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta.; (e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; (f) kemm huwa kkalkulat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, fil- preżent, għad m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi ma' l-Afghanistan.", "ANGOLA - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "W847.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) Kif inhuma mmexxijja r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fl-Angola; (b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; (c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; (c) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'rimunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r- rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); (d) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta.; (e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; (f) kemm huwa kkalkulat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: GĦalkemm jeżistu relazzjonijiet diplomatiċi ma' Angola, għad ma hemmx Ambaxxatur Malti akkreditat għal dan il-pajjiż.", "ANTIGUA U BARBUDA - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "W848.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) Kif inhuma mmexxijja r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fl-Antigua u Barbuda; (b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; (c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; (c) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'rimunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); (d) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta.; (e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; (f) kemm huwa kkalkulat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, fil- preżent għad m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi ma' Antigua u ma' Barbuda.", "ARĠENTINA - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "W849.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) Kif inhuma mmexxijja r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fl-Arġentina; (b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; (c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; (c) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'rimunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); (d) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta.; (e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; (f) kemm huwa kkalkulat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: GĦalkemm jeżistu relazzjonijiet diplomatiċi ma' l- Arġentina, għad ma hemmx Ambaxxatur Malti akkreditat għaliha.", "ARMENJA - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "W850.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) Kif inhuma mmexxijja r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fl-Armenja; (b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; (c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; (c) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'rimunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r- rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); (d) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta.; (e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; (f) kemm huwa kkalkulat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: GĦalkemm jeżistu relazzjonijiet diplomatiċi ma' l- Armenja, għad ma hemmx Ambaxxatur Malti akkreditat għaliha.", "GĦAWDEX - CITTADELLA", "W852.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Mużewijiet fil- ġejjieni qarib huwiex se jwettaq xi ħidma fiċ-Cittadella jew fl-inħawi ta' madwarha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fix-xhur li ġejjin id-Dipartiment se jwettaq numru ta' xogħlijiet ta' riabilitazzjoni u skavi fiż-żona taċ-Ċittadella, f'GĦaedex.", "Dawn huma:", "Ir-restawr u riabilitazzjoni ta' dar li tinsab Strada Żenka ġewwa ċ- Ċittadella.", "Din id-dar, li llum tinsab fi stat ta' konservazzjoni ħażina ħafna, se tkun irranġata biex tilqa' uffiċċji ġodda u 'storage areas' adekwati għas-Sezzjoni tal-Arkeoloġija ġewwa GĦawdex.", "Fil-Mużew tal-Arkeoloġija fiċ-Ċittadella qed isiru numru ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni w titjib fid-dehra tax-'showcases'.", "Fl-istess ħin il-materja arkeoloġika miżmuma fil-mużew qed tiġi estensivament katalogata u dokumentata.", "Qed isiru skavi arkeoloġiċi ġewwa propjeta' privata li tinsab fi Triq il-Kappuċċini, biswit il-foss taċ-Ċittadella.", "Dan l-iskav, li għadu kemm beda, qed isir sabiex jiġi aċċertat hemmx xi fdalijiet arkeoloġiċi f'dawn l- inħawi, qabel ma jibda xi xogħol ta' żvilupp.", "TELEMALTA - TAQSIMA TAT-TELEFONATI ANONIMI", "W853.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-taqsima li tieħu ħsieb it-telefonati anonimi u malizzjużi qegħdin jieħdu fit-tul biex iwieġbu għal talba ta' min jitlob dan is-servizz?", "Jista' jgħid għaliex fil- każ ta' klijent li kellu Ref.", "No. 554/97 wara li għamel iż-żmien stipulat ta' monitoring 21 ta' April sal-21 ta' Mejju ir-rapport għand il-pulizija wasal mhux qabel l-14 ta' Lulju?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li ma hemm ebda dewmien partikolari min- naħa tat-taqsima li tieħu ħsieb it-telefonati anonimi u malizzjużi biex iwieġbu għat-talba ta' abbonati tat-telefon li jitolbu dan is-servizz.", "Id-dewmien fil-każ li semma l-Onor.", "Interpellant (Ref.", "No. 554/97) kien każ iżolat li ħa xi ġimgħatejn iżjed min-normal fil-fażi konklussiva tiegħu.", "L- abbonat għamel it-talba l-Ġimgħa 18 ta' April.", "Din it-talba għaddiet lill- AXE Operations and Maintenece Centre f'Birkirkara it-Tnejn filgħodu biex it- telefon jitpoġġa taħt sorveljanza għal perjodu ta' erba' ġimgħat, bejn il- 21 ta' April u l-21 ta' Mejju.", "Wara dawn l-erba' ġimgħat, l-abbonat issottometta lit-Telemalta id-dati u l- ħinijiettat-telefonati anonimi u/jew malizzjużi li sarulu, liema informazzjoni għaddiet lil-AXE fis-26 ta' Mejju biex jiġu ntraċċati t- telefonati w identifikati minn fejn saru.", "Il-file b'din l-informazzjoni kompla miexi normali sakemm fit-13 ta' Ġunju kien hemm l-informazzjoni kollha meħtieġa.", "Il-file għadda għand id-Deputat Kummissarju tal-pulizija fis 7 ta' Lulju, 15-il ġurnata tax-xogħol wara li tlesta r-rapport.", "Dan id-dewmien kien kawżat għax kien hemm segretarja bis-sick leave, iżda ttieħdu passi biex affarijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġru.", "Infakkar li s-sistema preżenti, biex jiġu identifikati minn fejn ikunu qed isiru telefonati anonimi u malizzjużi, hija laborjuża u kumplikata fejn titlob li l-abbonat imur personalment fl-uffiċċji tat-Telemalta l-Belt, jew ir-Rabat, GĦawdex u dak inhar stess jagħmel rapport fl-għassa tal-pulizija tad-distrett fejn joqgħod.", "Kif issir it-talba għas-servizz ta' identifikazzjoni tat-telefonati, n- numru tat-telefon ta' kull min iċempel fuq il-linja taħt osservazzjoni jiġi reġistrat, bl-abbonat jieħu nota tal-ħin eżatt u d-data ta' meta jkun irċieva t-telefonata anonima.", "Jekk dan ma jsirx ma tkunx tista ssir identifikazzjoni korretta.", "Fi żmien xahar mill-perjodu ta' osservazzjoni, l- abbonat jieħu l-lista tad-dati u l-ħinijiet f'dan l-uffiċċju li fih irrapporta biex minn hemm imbagħad isir ix-xogħol min-naħa tat-Telemalta kif spjegajt aktar qabel.", "Huwa ttamat li fi żmien mhux 'il bogħod, it-Telemalta tintroduċi dik li tissejjaħ il-\"caller-line identification system\" fejn apparat speċjali imwaħħal mas-sett tat-telefon awtomatikament jagħti lill-abbonat in-numru tat-telefon tal-persuna li tkun qed iċċempillu mingħajr ma l-abbonat jkollu għalfejn jerfa' r-receiver.", "Biex tintroduċi din is-sistema, l-Korporazzjoni Telemalta se jkollha tagħmel \"upgrading\" tal-hardware u s-software kollu.", "Bħalissa qed isiru negozjati għal dan l-\"upgrading\" u malli jiġu ffinalizzati tkun meħtieġa xi sena oħra biex din is-sistema tiġi attivata.", "Huwa mistenni li l-Korporazzjoni jkollha tinvesti bejn Lm2.5 miljun u Lm3.5miljun għal dan l-\"upgrading\" li jagħtiha faċilitajiet oħra minbarra l- \"caller-line identification system\".", "Dan l-aħħar, f'ġurnal lokali kien hemm min ilmenta li mhux sewwa li t- Telemalta tagħaddi l-lista tat-telefonati anonimi ntraċċati lill-pulizija.", "Tajjeb ngħid li l-Korporazzjoni tqis telefonati bħal dawn bħala użu llegali tal-apparat tat-telefon, li hija offiża kriminali.", "GĦalhekk hija fid-dmir li tgħaddi l-informazzjoni kollha lill-pulizija biex jittieħdu l-passi meħtieġa kontra min ikun qed jagħmel użu llegali.", "Inżid ngħid li sfortunatament it-telefonati anonimi reġgħu bdew jiżdiedu.", "Kellna 1,285 fl-1993, 1,602 fl-1994, 1,420 fl-1995 u 1,480 fl-1996.", "S'issa kien hemm fuq 700 rapport għal din is-sena.", "GĦalkemm mhux allarmanti meta mqabbla ma' numru ta' telefonati li jsiru kull sena, xorta jibqa' l-fatt li dawn inisslu ansjeta' u biza' f'min jirċevihom u għalhekk trid tittieħed azzjoni biex tipproteġi lill-abbonat.", "Jideher ċar ukoll li din hija kwistjoni ta' edikazzjoni fl-użu aħjar tat- telefon u huwa l-ħsieb tal-Korporazzjoni li sakemm tiġi nstallata s-sistema l-ġdida, tagħmel kampanja biex tnissel iżjed sens ċiviku f'min b'mod egoistiku joħloq stress bla bżonn fuq ħaddieħor.", "Qed ikun hemm insistenza kontinwa minn naħa tiegħi biex is-sistema tiġi ameljorata mill-aktar fis possibbli u tittieħed deċiżjoni dwar is-sistema ġdida tal-\"caller-line identification system\".", "SRI LANKA/SUDAN - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "W854.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra: a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fis-Sri Lanka u Sudan; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' wżata bħala ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal- Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malt, fil- preżent, għad m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi ma' Sri Lanka.", "Mill-banda l-oħra, għalkemm jeżistu relazzjonijiet diplomatiċi mas-Sudan, għad ma hemmx Ambaxxatur Malti akkreditat għal dan il-pajjiż.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - CARAVAN SITE", "W860.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall- Caravan Site li hemm ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk: a) il-pjan li kien hemm fiż-żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista għadux l-istess jew ġiex mibdul jew irranġat; b) dan il-pjan tal-Caravan Site jistax jiġi ppubblikat għall-attenzjoni tal-pubbliku; c) hux se tiġi rranġata l-aċċess ta' l-entratura u b'liema mod; d) il-camping site hux se tiġi mogħtija lil xi kumpannija jew lill-kunsill lokali u kemm se tkun il-kera għal perjodu tas-sajf fuq erba (4) xhur żmien minn Mejju sa Awissu; e) hux veru li hemm parti mis-sit li diġa' qegħdin iħallsu xi flus lil xi bdiewa; f) għaliex saret gate biex ikunu jistgħu jidħlu ċerti nies biss, meta din hija proprjeta' tal-Gvern; g) hux minnu li ċerti persuni qegħdin jużaw dan il-post li nbena mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista li jinkludu 12-il latrina, 12- il shower u nbena sub-station u administration block għall-użu personali tagħhom billi għandhom ċavetta; h) kienux niżżlu cable ta' l-elettriku u transformer ġewwa s-sub-station; veru li se jiġu nstallat dawl għall-użu tal-caravaners; i) dan il-post li llum diġa' jinstab mimli, hemmx il-ħsieb li jiġi estiż għal aktar caravans peress li diġa' jinstab mimli; j) humiex se jiġu mposti regolamenti għal campers?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar mhix f'pożizzjoni li tagħti risposta għal din il-mistoqsija, peress li ma jeżistux records, jiġifieri, ma sarux applikazzjonijiet jew permessi.", "Dan il-proġett kien inbeda fl-aħħar tas-snin tmenin, taħt ir-responsablita' tal-Ministru tax-Xogħolijiet ta' dak iż-żmien, il-Perit Michael Falzon.", "Peress li d-Dipartiment ta' l-Artijiet jista' jkollu nformazzjoni relatata, nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill- Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Fil-frattemp, ma jista' jsir xejn mill-Enforcement Section ta' l-Awtorita'.", "VALLETTA: TRIQ L-IFRAN - LIFTS", "W862.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-lifts fil-blokks ta' E Flores College, Old Bakery Str, Valletta?", "13.8.97", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għad m'hemm l- ebda ħsieb li jsiru lifts fil-blokk indikat.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - SEMINAR", "W865.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux il-kunsilli lokali kollha kienu rappreżentati fis-seminar organizzat mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent fuq is- separazzjoni ta' l-iskart?", "Jekk le, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu dawk li ma wrewx interess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Kunsilli Lokali kollha kienu mistiedna għal Seminar dwar is-separazzjoni ta' l-iskart li kien sar fis-7/08/97.", "Tmien Kunsilli ma kienux rappreżentati waqt dan is-Seminar.", "Dawn huma:", "Birgu, Kalkara, Kirkop, Marsaxlokk, Imdina, Naxxar, Ħal-Safi u Santa Luċija.", "P.A. - PERMESSI TAL-BINI F'GĦAWDEX", "W866.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu permessi tal-bini għar-raba sular f'Marsalforn, Għawdex f'toroq li m'humiex faċċata tal-baħar fis-snin 1990, 1991, 1992, 1993 u 1994?", "F'liema toroq ħarġu dawn il-permessi u min kienu l-applikanti?", "F'liema sena nbidlet il-policy li f'toroq li m'humiex faċċata tal-baħar inbnew biss tliet sulari?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, inħarġu 7 permessi tal-bini għar-raba' sular f'Marsalforn GĦawdex, f'toroq li m'humiex faċċata tal-baħar, fis-snin 1990, 1991, 1992, 1993 u 1994.", "|Numru |Applikant |Data |Isem it-triq | |tal-Perm| |tal-Pe| | |ess | |rmess | | | | | | | |PB |Victor |10/01/|Volcano Street | |131/90/4|Portelli |90 | | |477/87 | | | | |PB |Frank |17/01/|2, Xagħra Road | |165/90/3|Azzopardi |90 | | |310/87 | | | | |PB |Winston |07/07/|Bishop Pace | |2791/90/|Montanaro |90 |Street | |2191/89 |Gauci | | | |PB |George/Fran|27/05/|Off Xahra Road | |1944/91/|cis Sacco |91 | | |4372/86 | | | | |PB |Ignatius |15/11/|17 Bakery Street | |4290/91/|Micallef |91 | | |3245/89 | | | | |PB |Joseph |09/04/|Rabat Road | |1307/92/|Bugeja |92 | | |4376/91 | | | | |*PB |Anthony |04/08/|Qbajjar Road | |4203/87 |Cassar |89* | |", "(*Dan il-permess ġie mġedded ukoll fis-26/04/91, 12/01/93 u 20/04/95, l- aħħar tiġdid b'referenza PA 8440/94)", "Data eżatt ta' meta nbidlet il-policy rigward bini f'toroq li m'humiex faċċata tal-baħar fejn dawn jinbnew biss tlett sulari ma hemmx, iżda fl- 1993 u 1994 ma nħarġu ebda permessi għajr it-tiġdid ta' permess PB 4203/87.", "Barra din il-lista jeżistu diversi permessi oħrajn fejn inħareġ permess għal basement u tlett sulari (il-basement jista' jkun sa sitt filati l-fuq mill-livell tat-triq u sa disa' filati l-fuq mill-livell tat-triq meta jkun hemm bżonn tqattiegħ ta' blat li qiegħed il-fuq mill-livell tat-triq) li dawn ma jikkwalifikawx bħala bini b'erba' sulari, għalkemm ħafna nies jaħsbu li huma erba' sulari.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W869.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tingħata akkomodazzjoni alternattiva in vista tal-fatt li hi single parent ta' erbat itfal taħt l-għaxar snin u tgħix bir-relief?", "X'ħareġ mill-ipproċessar tal-file tagħha li diġa' ilu ħames xhur?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment jaf illi l- persuna ndikata, issa żżewġet u qed toqgħod post ieħor.", "SPTAR ĠENERALI - OPERAZZJONIJIET", "W871.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' operazzjonijiet li saru fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex matul l- 1994 u l-1995?", "Jista' ukoll jagħti n-numru ta' operazzjonijiet li saru fl- istess sptar xahar b'xahar matul l-1996 u wkoll ta' kull xahar minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Total ta' Operazzjonijiet kollha li saru matul 1994.", "1606", "Total ta' Operazzjonijiet kollha li saru matul 1995.", "1598.", "Operazzjonijiet kollha li saru matul 1996.", "Jannar 154 Frar 154 Marzu 120 April 192 Mejju 169 Gunju 154 Lulju 169 Awissu 138 Settembru 139 Ottubru 163 Novembru 104 Diċembru 115 TOTAL 1771", "SPTAR ĠENERALI - CCU/ITU", "W872.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta kien infetaħ is-CCU/ITU fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u kemm ġew ikkurati pazjenti fih kull sena sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Data tal-ftuħ : 9 ta' Diċembru 1989.", "Numru ta' pazjenti li ddaħlu fis-CCu / ITU fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "DATA PAZJENTI 1989 32 1990 304 1991 377 1992 377 1993 351 1994 493 1995 451 1996 392 1997 268 (sal- 31 t'Awissu 1997) TOTAL 3045", "DIPARTIMENT TAS-SA]]A - KORS TA' NURSING AIDES", "W873.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' applikanti f'Malta u f'Għawdex għad-dħul fil-kors ta' taħriġ għal Nursing Aides?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-Numru ta'applikanti għad-dħul fil-kors ta' taħriġ għal Nursing Aides hu kif ġej:", "Malta 857 Għawdex 347", "SPTAR ĠENERALI - ĊENTRU TAD-DETOX", "W874.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta nfetaħ id- Detox Centre fl-Isptar ta' Għawdex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Detox Centre fl-isptar ta'Għawdex nfetaħ fl-4 ta' April 1989.", "SPTAR ĠENERALI - SPEĊJALISTI", "W875.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-1987 'il hawn inħatru speċjalisti biex jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bid- data ta' l-appointment u t-tip tas-servizz speċjalizzat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Twegiba għal din il-mistoqsija ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "QRATI - ANNULLAMENTI", "W893.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall- annullamenti tul l-1997, xahar b'xahar?", "Kemm saru talbiet għal separazzjonijiet tul l-1997 xahar b'xahar?", "Kemm saru separazzjonijiet bonarji tul l-istess xhur?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma tinzammx statistika xahar b'xahar dwar l- informazzjoni mitluba.", "L-istatistika li tinzamm hija ta' sena li hija kif gej:-", "Talbiet ghall-annullament taz-zwieg fl-1997 saru tmintax (18) -il wahda.", "Dwar separazzjonijiet bonarji ma tinzamm l-ebda statistika.", "Tul l-1997 sa' l-ahhar ta' Awwissu saru hames mija u hamsa u disghin (595) il-talba ghal separazzjoni fis-Sekond'Awla tal-Qorti Civili.", "JET-SKIS", "W894.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' jet-skis li qed joperaw f'Malta?", "Kemm minnhom huma inxurjati?", "Se jkun hemm leġislazzjoni moderna dwarhom fil-ġejjieni qarib?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li n-numru ta' Personal Water Craft (Jet-skis) reġistrati ma' l-Awtorita' Marittima huwa ta' tmenin (80), li kollha huma inxurjati skond il-liġi.", "Jiena nfurmat ukoll li dawn il-Jet Skis, billi kapaċi li jtellgħu speed ta' aktar minn tnax il-knot fis-siegħa, jikkwalifikaw bħala speed-boats u huma koperti biżżejjed bir-regolamenti eżistenti.", "QRATI - SUSPENDED SENTENCE", "W895.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinġiebu emendi għas-suspended sentence biex forsi tiġi ntrodotta l-partially suspended sentence bħala alternattiva oħra għal ġudikant?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma jidhirx ghall-mument li hemm bzonn jizdiedu l- alternattivi li ghandhom il-Qrati fl-ghoti tas- sentenzi izda hadt nota tas- suggeriment jekk jinqala l-bzonn fil-futur.", "QRATI - KAWŻI", "W896.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-aktar kawża antika li qiegħda quddiem il-Qorti?", "F'liema stadju tinsab?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinzammx statistika dwar l-aktar kawza antika li hija pendenti fil-Qrati.", "KUNTRATTI TA' LOANS/OVERDRAFTS", "W898.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta':- 1) loans; u 2) overdrafts bejn l-1996 u l-1997, xahar b'xahar?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-Registru Pubbliku tinzamm statistika dwar in-numru ta' Ipoteki li jidhlu xahar b'xahar izda mhux in-natura jew il-kwalita tal-kreditu ta' dawk l-ipoteki (cioe jekk humiex loans, overdraft, bilanc ta' prezz, obbligazzjonijiet u kwalunke xorta ta' djun).", "Biex tinzamm statistika dwar il-kwalita' ta' dawn id-djun ikun mehtieg hafna zmien peress illi f'sena jigu registrati madwar 20,000 ipoteka.", "Barra minn hekk dan l-ezercizzju mhux ta' siwi .", "BUĠIBBA - PROĠETT", "W900.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa lill-Gvern il-proġett ta' Buġibba?", "Jista' l-Gvern jagħti breakdown tan-nefqa?", "Il-kuntratturi tħallsu kollha?", "Kien hemm sub-contracting?", "Kienu maħruġa tenders u għal kull każ, min ħadhom?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru koncernat.", "NIES LI MIETU BIL-MARD TAL-KANĊER", "W902.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' nies li mietu bil-marda tal-kanċer bejn l-1990 u l-1997, sena b'sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' nies li mietu bil-marda tal-kanċer sena b'sena mill-1990 sal-1997 huwa kif ġej;", "SENA NUMRU TA' MWIET 1990 568 1991 606 1992 651 1993 637 1994 695 1995 731 1996 725 1997* 375", "*Il-figura għall-1997 tkopri mill-ewwel ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 (sitt xhur).", "Dawn huma figuri ta' nies li mietu f'Malta u kienu residenti Maltin.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - NIES MIBGĦUTA BARRA GĦAL KURA", "W903.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' dawk li ħallas għalihom il-gvern barra l-pajjiż biex isiefru fuq każijiet ta' mard?", "Kemm nefaq il-gvern tul l-1990 u l-1996, sena b'sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:", "|1990 |453 |Lm 579,176 | |1991 |513 |Lm 969,262 | |1992 |538 |Lm 753,887 | |1993 |576 |Lm 1,305,258 | |1994 |546 |Lm 1,366,185 | |1995 |318 |Lm 1,407,804 | |1996 |326 |Lm 631,704 |", "VALLETTA - TRIQ ID-DEJQA - PARKEĠĠ", "W906.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min hu ntitolat li jipparkja taħt ir-reserved parking space allokat taħt il-Qorti fi Triq id-Dejqa u min effettivament qed jipparkja u min suppost li jipparkja u mhux qed jipparkja u għaliex?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Il-postijiet msemmija mill-Onorevoli Interpellant huma riservati ghall-Ufficjali tal-Qorti inkluz Marixxalli u Purtiera.", "Minhabba n-numru kbir ta' karozzi li jintuzaw minn dawn l-ufficjali mhux possibli li kulhadd jipparkja f'dawn il-postijiet riservati\".", "SERVIZZ TA' LEGAL AID", "W908.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li għamlu użu mis-servizz ta' Legal Aid tul l-1996 u l-1997, sena b'sena, xahar b'xahar u dawn kienu dwar: a) pariri; u b) trattazzjoni ta' kawżi?", "Jekk trattazzjonijiet, liema kienu kawżi ċivili?", "Liema kienu kriminali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma tinzammx statistikaw dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar kemm inghataw pariri u dwar trattazzjoni ta' kawzi bl-ghajnuna legali sew civili sew kriminali.", "Tul l-1997 saru tmenin talba ghall-ghajnuna legali u fis-sena 1996 saru 98 talba ghall-ghajnuna legali.", "SPTAR ĠENERALI - RAPPORT", "W910.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport fuq l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li ġie ppreżentat dan l-aħħar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Dokument li kien preparat minn Kummissjoni maħtura mill-Prim Ministru kien wieħed intern u sar bl-iskop li ssir analiżi tas-sitwazzjoni preżenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kif ukoll biex iservi ta' gwida għal dak li għandu jsir sabiex jitjiebu s- servizzi tas-Saħħa f' Għawdex.", "Minħabba f'hekk ma nħossx il-ħtieġa li dan jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "GĦAWDEX/KEMMUNA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "W911.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba inqata' l-elettriku f'Għawdex u f'Kemmuna matul ix-xahar ta' Awissu, 1997; minn fejn oriġinat il-kawża tal- qtugħ; liema lokalitajiet kienu milquta u kemm dam il-qtugħ f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "|Data |Lokalita|Kawża |Ħin | | |' | | | | | | | | |01/08/9|Calypso |Uprating |5.30 | |7 |S/Stn |ta' | | | |limiti |transforme| | | |ta' |r | | | |M'Forn |(manutenzj| | | | |oni | | | | |pprogramma| | | | |ta) | | |03.08.9|Xewkija,|Tibdil |1.30 | |7 |GĦajnsie|fis-servic| | | |lem, u |e fuse | | | |parti |f'Cordina | | | |mill-Qal|T/C | | | |a | | | |05.08.9|GĦawdex |Ħsara minn|3.20 | |7 | |Malta (33 | | | | |KV | | | | |terminator| | | | |) | | |05.08.9|Sannat, |Load |3.15 | |7 |parti |shedding | | | |minn |rikjest | | | |GĦajnsie|minn Malta| | | |lem, | | | | |il-Munxa| | | | |r, parti| | | | |mill-Vic| | | | |toria u | | | | |Xlendi | | | |06.08.9|Parti |ITT jumper|0.50 | |7 |minn-Vic|miksur | | | |toria, | | | | |Kerċem, | | | | |Żebbuġ, | | | | |San | | | | |Lawrenz,| | | | |GĦarb u | | | | |GĦasri | | | |08.08.9|Partijie|Switching |0.05 | |7 |t minn |load - u | | | |GĦawdex |feeder | | | | |(Manutenzj| | | | |oni | | | | |pprogramma| | | | |ta) | | |16.08.9|Parti |Drop Down |0.45 | |7 |żgħira |Fuse | | | |minn | | | | |Nadur, | | | | |fl-inħaw| | | | |i ta' | | | | |San Blas| | | |21.08.9|Spring |Terminazzj|3.00 | |7 |T.C. |oni ta' | | | |limiti |redundant | | | |tax-Xagħ|overhead | | | |ra |lines | | | | |(manutenzj| | | | |oni | | | | |pprogramma| | | | |ta) | | |21/08/9|Ta' Ġokk|Ħsara fi |2.00 | |7 |u |Triq Sant'| | | |Tal-lewż|Antnin | | | |a T.C. |ġewwa | | | |limiti |GĦajnsiele| | | |tax-Xewk|m, GĦawdex| | | |ija |(manutenzj| | | | |oni | | | | |pprogramma| | | | |ta) | | |22/08/9|Sannat, |Ħsara |1.00 | |7 |il-Munxa|fit-triq | | | |r, |Sant | | | |Xlendi u|Antnin | | | |parti |ġewwa | | | |minn-Vic|GĦajnsiele| | | |toria |m | | | | |(Manutenzj| | | | |oni | | | | |pprogramma| | | | |ta) | | |23.08.9|Sannat, |Jointing |4.30 | |7 |il-Munxa|Works fuq | | | |r u |cable | | | |Xlendi |(manutenzj| | | | |oni | | | | |programmat| | | | |a) | | |23.08.9|Nadur, |Qtugħ |3.35 | |7 |Xagħra, |fil-Power | | | |M'Forn, |Station | | | |GĦarb, |ta' Malta | | | |GĦasri, | | | | |Kerċem, | | | | |San | | | | |Lawrenz | | | | |u parti | | | | |minn | | | | |Victoria| | | |27.08.9|Daleland|Tibdil |0.30 | |7 |T.C. |fl-outdoor| | | |ġewwa |service | | | |l-Qala |fuse | |", "Dan huwa rekord li żgur m'huwiex aċċettabbli u li juri kemm għad baqgħalha x'tissaħħaħ l-effiċjenza tal-EneMalta.", "GĦAWDEX - WIED TA' MARSALFORN", "W912.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li kienu bdew isiru s-sena l-oħra fil-Wied ta' Marsalforn (mill-car park lejn il-baħar) humiex se jitkomplew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Rigward dan ix-xogħol qegħdin jitfasslu disinji kif ukoll jitħejju d-dokumenti relattivi għal pubblikazzjoni ta' tender ta' xogħol.", "Huwa maħsub li dan ix-xogħol jkun lest għall-użu qabel is-sajf tas-sena d- dieħla.", "FURJANA - ĠNIEN TAL-KALKARA", "W915.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat u mnaddaf mill-ħmieġ u dekorat kif xieraq it-taraġ tal-Ġnien tal-Kalkara, li jiġi quddiem l-Isptar Boffa?", "Għaliex dan id-dewmien kollu minkejja pressjoni ġustifikata ta' Furjaniżi fost oħrajn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien informat li l-irranġar u t-tindif tal-ġonna pubbliċi hija r-responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel din il-mistoqsija lil Kunsill tal-Furjana dirett.", "VALLETTA - CABLE RECEPTION", "W917.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMRBI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid meta se jitranġa r-reception tal-cable fil-Belt Valletta?", "Għaliex dan id-dewmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li s-sistema tat-televiżjoni bil-cable tkun tista' tiġi mplimentata fil-Belt Valletta wara li ssir l- infrastruttura ta' taħt l-art peress illi mhux mixtieq illi jkun hemm fili jidhru.", "Jien infurmat ukoll li billi dan ix-xogħol jirrikjedi ħafna żmien, l- operatur tal-cable flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt u mal-Valletta Rehabilitation Committee qiegħed jistudja l-possibilta' li s-sistema tal- cable issir mal-ħitan temporanjament biex jinqdew ir-residenti.", "Is-sistema titniżżel taħt l-art meta l-proġett ta' tħaffir u restawr tat-toroq fil- Belt Valletta ikun komplut.", "QRATI - AKKUŻATI B'PUSSESS TA' DROGA", "W919.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jidhirlu jew le il-Gvern illi meta akkużat jinstab fil- pussess ta' l-inqas grama possibbli ta' droga dan jista' jeħel multa jew ħabs u mhux biss ħabs?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onorevoli Interpellant imissu jaf illi l-Gvern ma jindahalx fl-interpretazzjoni tal-ligi, li hija ir-responsabilta esklussiva tal-Qrati.", "TA' XBIEX - DAWL", "W923.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza quddiem BKA2 HP Ta' Xbiex?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba biex titwaħħal bozza fl-inħawi msemmija qiegħda tkun ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SPTAR SAN LUQA - PERMESS MID-DTC", "W925.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tirċievi il-permess mid-DTC ta' St. Luke's?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħtini aktar dettalji anke privatament, dwar l-isem tal-mediċina li ġiet mitluba mill- Konsulent Mediku ħalli nkun nista niċċekja.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "W926.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tagħmel operazzjoni li tant għandha bżonn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-pazjenta msemmija ġiet riferuta s-Surgical Out- patients u billi rriżulta li l-każ tagħha mhux wieħed akut, din topoġġiet fuq il-waiting list.", "IPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - FLUS DOVUTI LIL PERSUNA", "W927.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tieħu l-flus li għandha tieħu mid-dipartiment ta' l-Income Tax?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti tagħrif kunfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer, allura nagħti t- tweġiba lilu jew lill-amministratur tiegħu privatament.", "VETTURI - SISTEMA TA' TOWING/CLAMPING", "W928.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jidhirlu l-Gvern illi għall-ħsarat li jiġu kkawżati waqt l- eżerċizzju legali tat-towing/clamping għandu jingħata xi forma ta' kumpens?", "Jista' taħt l-eżenzjonijiet jidħlu wkoll is-salesman, apparti naturalment it-tobba, inter alia?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.", "FURJANA - PJAZZA ROBERT SAMMUT", "W929.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill- Valletta Rehabilitation Committee milli tesegwixxi, fuq insistenza tal- Kunsill Lokali tal-Furjana, li jsir ix-xogħol fi Pjazza Robert Sammut, biex din tingħata dehra aħjar?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-korrispondenza bejn VRP u kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Furjana lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.", "Jekk qed tirriferi għall-\"Fosos iż-Żgħar\" dan ix-xogħol huwa nkluż fil-business plan ta' xogħol futur tal-VRC.", "BANEK: MID-MED - ĦAMRUN", "W930.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-fergħa tal-Mid-Med Bank tal- Ħamrun hemm short of staff ta' clerks?", "Hemm il-ħsieb li jiżdied in-numru ta' impjegati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ninsab infurmat li l-fergħa tal-Ħamrun tal-Mid Med Bank għandha staff biżżejjed biex tlaħħaq max-xogħol normali.", "GĦalissa m'hemmx il-ħsieb li jiżdied in-numru ta' impjegati.", "FOSTERED CHILDREN", "W931.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jemenda chapter 69 (tal-Kodiċi Ċivili) biex fostered children li jkunu residenti ordinarjament mal-foster parents jkollhom il-possibbilta' favurihom li l-inkwilinat jgħaddi għandhom, u dan in vista li diġa' sar xogħol mill-Ex Imħallef Ricardo Farrugia għal dan l-iskop u suppost qiegħed il-Ministeru?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bhal ma qal sewwa l-Onorevoli Interpellant il- Permanent Law Reform Committee kienet issottomettiet abbozz ta' ligi li jemenda l-Att 69 (Ordinanza li tirregola t-tigdid tal-kiri ta' bini).", "Izda jien nhoss dil-kwistjoni tal-\"fostering\" ghandha tigi ezaminata fl-aspetti kollha taghha u mhux 'piece-meal'.", "Naturalment, dan irid jigi \"kkonsiderat l-ewwel mill-Ministeru responsabbli mill-Family Welfare\".", "VALLETTA - BANKINI", "W932.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li fil-Belt Valletta: 1) fejn hemm toroq dojoq jitnaqqsu d-daqs tal-bankini b'ammont biżżejjed biex tkun tista' tipparkja karozza fuq naħa tat-triq u fl-istess ħin tkun tista' tgħaddi minn fuq bankina per eżempju, mara b'pushchair mingħajr il-bżonn li tinżel minn fuq il-bankina; 2) jitnaqqsu l-ammont ta' reserved parkings u jitħallew biss wieħed għall-ministru, wieħed għas-segretarju parlamentari u wieħed għall-kap tad-dipartiment; 3) isiru ndikazzjonijiet preċiżi dwar il-ħinijiet li r-reserved parkings ikunu effettivament użati; u 4) ir- residenti jkollhom aktar spazju fejn jipparkjaw billi jsiru ammont ta' parking spaces riservati għar-residenti f'kull triq li jirriflettu l-ammont ta' karozzi tar-residenti ta' dik iż-zona?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-responsabbilta' għal bankini u għal management ta' traffiku fil-Belt Valletta hija tal-kunsill lokali; u għaldaqstant id-domanda għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru responsabbli mill-Kunsill Lokali.", "Madanakollu l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta ħejja rapport dwar titjieb fit-trasport u parkeġġ liema rapport għadu suġġett għal diskussjoni.", "ĦAMRUN: TRIQ WILLIE ATTARD - DAWL", "W933.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bozza tad-dawl f'Willie Attard Street, Ħamrun?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onorevoli Membru li l-Korporazzjoni EneMalta istallat bozza fit-triq indikata minnu fl-24 ta' Lulju, 1997.", "SPTARIJIET - INTERVENTI KIRURĠIĊI", "W938.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi kirurġiċi fl-Ortopedija u kemm fl-Oftalmoloġija fl-1995; fl-1996 u din is-sena?", "22.9.97", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa mill-1995 sa nofs Lulju din is-sena kirurgi li jaħdmu fl-isptar San Luqa għamlu dawn l-operazzjonijiet fl-oqsma ta' l-Ortopedija u ta' l-Oftalmoloġija:", "|SENA |ORTOPEDIJ|OFTALMOLOĠIJA| | |A | | |1995 |2997 |1313 | |1996 |2962 |1500 | |1997(sa |1493 | 853 | |nofs Lulju)| | |", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN FIĊ-CHILE", "W942.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fiċ-Chile; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il-paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: GĦalkemm jeżistu relazzjonijiet diplomatiċi maċ-Ċili, għad ma hemmx Ambaxxatur Malti akkreditat għal dan il-pajjiż.", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN F'CHAD", "W943.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin f'Chad; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, fil- preżent, għad m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi maċ-Chad.", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN FIL-BELORUSSIA (BELARUS)", "W958.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Belorussia (Belarus); b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il-paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal- Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: GĦalkemm jeżistu relazzjonijiet diplomatiċi mal- Belarus, għad ma hemmx Ambaxxatur Malti akkreditat għal dan il-pajjiż.", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN FIL-BELIZE", "W959.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Belize; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il-paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, fil- preżent, għad m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi ma' Belize.", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN FIL-BARBADOS", "W960.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Barbados; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il-paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA:Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, fil- preżent, għad m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi ma' Barbados.", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN FIL-BANGLADESH", "W961.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Bangladesh; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il-paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA:GĦalkemm jeżistu relazzjonijiet diplomatiċi mal- Bangladesh, għad ma hemmx Ambaxxatur Malti akkreditat għalih.", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN FIL-BAHRAIN", "W962.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Bahrain; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il-paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Bahrain, flimkien mal-bżonnijiet tal-Maltin f'dan l-istess pajjiż, jitmexxew mill- Ambaxxatur Malti ġewwa Riyadh.", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN FIL-BAHAMAS", "W963.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Bahamas; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il-paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, fil- preżent, għad m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi mal-Bahamas.", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN F'AZERBAIJAN", "W964.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin f'Azerbaijan; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il-paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: GĦalkemm jeżistu relazzjonijiet diplomatiċi ma' l- Ażerbaijan, għad ma hemmx Ambaxxatur Malti akkreditat għal dan il-pajjiż.", "RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN FI TRINIDAD U TOBAGO", "W965.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fi Trinidad u Tobago; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il-paga/rimunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, fil- preżent, għad m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi ma' Trinidad u Tobago.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - REFUNDS", "W966.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament se tieħu r-refund tat-taxxa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti tagħrif kunfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer, allura t-tweġiba tingħata lilu privatament jewlill-amministratur tiegħu.", "VALLETTA: TEATRU L-ANTIK - PARKING AREA", "W967 L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li bla dewmien isiru x- xogħlijiet meħtieġa fil-parking area tat-Teatru l-Antik, fil-Belt Valletta ħalli jinqatgħu dawk l-għadajjar kbar ta' l-ilma li qed ikun hemm?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-dipartiment se jara x'jista' jsir biex jittaffa l-inkonvenjent msemmi mill-Onor.", "Membru.", "TIPJIP - PROJBIZZJONI", "W973.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara li f'postijiet pubbliċi - banek u uffiċini tal-Gvern jiġi projbit it-tipjip?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-liġi dwar il-kontroll tat-tabakk telenka d- diversi postijiet pubbliċi li fihom huwa projbit li jsir tipjip.", "Fost oħrajn hemm tejatri u swali taċ-ċinema, sptarijiet u ċ-Ċentri tas-Saħħa u skejjel fejn jattendu tfal taħt is-sittax il-sena.", "L-infurzar ta' din il- liġi ma jaqax taħt il-Ministeru tas-Saħħa iżda jaqa' taħt il-Ministeru responsabbli mill-puluzija.", "MARSA: TRIQ DIĊEMBRU 13 - TRAFFIC LIGHTS", "W974.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li fi Triq Diċembru 13, Marsa issir xi forma ta' traffic lights?", "Ġiet diskussa din il-proposta quddiem it-Traffic Control Board?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Irreferejt id-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku."]} {"filename": "19970115_010d_par.doc", "date": "1997-01-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 10 L-Erbgħa, 15 ta'Jannar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 10 L-Erbgħa, 15 ta' Jannar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "10", "L-Erbgħa, 15 ta' Jannar, 1997", "WERREJ MINUTI 488", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 488", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 495", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA DWAR L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA", "GĦAS-SENA 1997 U L-ESTIMI SUPPLIMENTARI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1996 496", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA", "GĦAS-SENA FINANZJARJA 1996/1997 501", "AĠĠORNAMENT 530", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 535", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 9 li saret fl-14 ta' Jannar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - NITROGLYCERINE PATCHES", "382.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Tista' tittieħed azzjoni mmedjata sabiex nitroglycerine patches li kienu out of stock f'Novembru u mill-bidu ta' Diċembru sal-lum jerġgħu jsiru disponibbli għal min hu ntitolat għalihom, b'mod partikolari f'każijiet ta' anġina li diġa' jieħdu l-ogħla doża ta' mediċini oħra li jintużaw għall-anġina?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Diġa' ttieħdet azzjoni mmedjata sabiex in- nitroglycerine patches li kienu out of stock mill-bidu ta' Diċembru jkunu disponibbli dejjem għal min hu ntitolat għalihom.", "Ta' min jgħid li dan in- nuqqas ġie minħabba żieda konsiderevoli fil-konsum - minn konsum annwali ta' 35,000 kif estimat f'Ġunju 1996, għal 87,000 f'Ottubru u 96,000 f'Novembru 1996.", "Qed jittieħdu passi wkoll biex jibdew jinxtraw patches ta' dożi akbar minn dawk li qed jintużaw bħalissa għall-konvenjenza tal-pazjent.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PA 5570/96", "49.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal f'dak li hu konsiderazzjoni u l-eventwali approvazzjoni tiegħu l-file PA 5570/96 tal- Planning Authority tal-persuna li toqgħod 21, Alley 3, Xintill Street, Tarxien?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni bin-numru P.A. 5570\\96 għandha rakkmandazzjoni favorevoli iżda l-inġinier tas-Sanita (SEO) ilu jistenna lill-perit sabiex jiddiskuti l-applikazzjoni mid-19 ta' Novembru 1996.", "PIETA' - TRIQ MARINA - CRASH BARRIERS", "50.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li n-naħa ta' numru 100 fi Triq Marina, f'Tal-Pieta', ikun hemm passaġġ fil-crash barriers li saru dan l-aħħar biex jgħaddu n-nies meta jkunu jridu jaqsmu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex isiru postijiet minn fejn wieħed ikun jista' jaqsam mingħajr periklu f'postijiet adattati fit- triq imsemmija, fejn se jsiru anke pelican lights.", "PIETA' - NUGRUFUN", "51.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Il-Gvern se jalloka flus biex f'Tal-Pieta' ma jibqax joħroġ in- nugrufun mill-filters ta' l-Isptar?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "FURJANA - PJAZZA PAPA GIOVANNI - BANKIJIET", "52.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-bankijiet li hemm fi Pjazza Papa Giovanni, il-Furjana jiġu rranġati billi jitbaxxew għall-pożizzjoni ta' bniedem?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-responsabbilta' għat-tiswija tal-bankijiet li hemm fi pjazza Papa Ġiovanni, l-Furjana hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tal-Furjana.", "GWARDAMANĠA - TRIQ L-URSOLINI - SLEEPING POLICEMEN", "53.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Gvern jara li jsiru s-sleeping policemen f'Ursuline Sisters Street, Gwardamanga?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-talba biex isiru sleeping policemen f'Ursuline Sisters Street, Gwardamanġa trid issir mill-kunsill lokali lill- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "FURJANA - SUBWAYS", "54.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li jitranġaw is-subways li hemm fil-Furjana?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat lilu għall-mistoqsija parlamentari numru 46 mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "PUBLIC SERVICE COMMISSION - WARD CLERKS", "475.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li tlestew l-interviews tal-ward clerks meta hu maħsub li jinħareġ ir-riżultat finali mill-Public Service Commission?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ir-riżultat finali tal-Bord ta' l- Għażla għall-postijiet ta' ward clerical assistants jiġi ppubblikat wara li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku teżamina l-kummenti u r- rakkmandazzjonijiet tal-kap tad-dipartiment konċernat.", "PUBLIC SERVICE COMMISSION - PARAMEDIC AIDES", "476.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l- ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet mill-Public Service Commission għall- ingaġġ ta' paramedic aides?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Wara li l-ipproċessar tas-sejħa għall- applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta' paramedic aides ġie sospiż minħabba li ċ- Ċirkolari OPM 23/96 datata 23 ta' Settembru 1996 kienet imponiet freeze fuq ir-reklutaġġ, qed isiru tħejjijiet bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l- Management and Personnel Office biex is-sejħa għall-applikazzjonijiet tkun tista' toħroġ mill-aktar fis possibbli.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif din ir-risposta tinkwadra ruħha mad-dikjarazzjoni tiegħu, jiġifieri li hija l-policy tal- Gvern preżenti, li ma jiġux ingaġġati aktar nies mal-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, bl-aktar mod ċar nista' ngħid li filwaqt li aħna marbutin li ma ningaġġawx persuni addizzjonali, il- postijiet vakanti li jridu jerġgħu jiġu mimlija se jimtlew.", "SPTAR SAN LUQA - ITU", "477.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li l-ITU preżenti m'hijiex kbira biżżejjed biex taqdi l-bżonnijiet tal- popolazzjoni fil-ġejjieni qarib, jista' l-Ministru jispjega kif beħsiebu jirrimedja għal din il-problema?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-preżent l-ITU tikkonsisti fi 11-il sodda li fil-futur qarib se jiżdiedu b'żewġ sodod oħra.", "Fil-fażi li jmiss tar-refurbishment se tinħoloq sala, is-CICU, li fiha se jkun hemm numru ta' sodod li jservu ta' terapija intensiva għal każi t'operazzjonijiet tal-qalb.", "Hu maħsub li t-13-il-sodda fl-ITU u s-sodod għat-terapija intensiva fis- CICU jkunu biżżejjed biex jaqdu l-bżonnijiet tal-popolazzjoni fil-ġejjieni qarib.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb jew jekk hux qed isiru xi pjanijiet biex il-ministeru jixtri s- servizzi tal-kura tas-saħħa mis-settur privat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-fatt fil-preżent minħabba l-problema ta' sodod li kien hemm fl-ITU l-Gvern xtara servizz ta' operazzjonijiet tal- qalb għal perijodu qasir, imma dejjem għamel użu mit-team tal-kirurġija li jieħu ħsieb l-operazzjonijiet tal-qalb ġewwa San Luqa, jiġifieri dan għamel użu biss mis-servizz tal-post.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan il- ftehim sarx bil-miktub u jinforma wkoll lill-Kamra ma' liema sptar sar dan il-ftehim?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-ftehim sar bil-miktub u ntużat il-faċilita' ta' l-uniku sptar ieħor hawn Malta, li huwa wieħed privat, li kapaċi jforni servizz għall-operazzjonijiet tal-qalb ġewwa Malta.", "Qed nirreferi għall- Capua Palace Hospital.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Ministru jsib diffikulta' jekk ipoġġi kopja ta' dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk issir mistoqsija bil-miktub f'dan is-sens, kopja ta' dan il-ftehim tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SPTAR SAN LUQA - MEDICAL RECORDS SECTION", "478.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li hemm problema ta' spazju fil-Medical Records Section ġewwa St. Luke's Hospital, jista' l-Ministru jinforma x'inhuma l-pjanijiet biex din tiġi solvuta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul dawn l-aħħar tliet xhur ġie identifikat spazju addizzjonali li parti kbira minnu ġiet attrezzata.", "Permezz ta' hekk il-kapaċita' ta' storage ta' records mediċi kibret b'20%.", "Bis-saħħa ta' dan l-ispazju addizzjonali ġew riorganizzati l-parti l-kbira tar-records mediċi.", "Se nkomplu bix-xogħol biex nispiċċaw dan il-proċess.", "Nafu li fil-pjanijiet long-term ta' refurbishment totali ta' l-Isptar San Luqa jenħtieġ li jinstab l-ispazju biex il-Medical Records Section tinġabar kollha f'post wieħed.", "SPTAR SAN LUQA - KWARTIER TAT-TOBBA", "479.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jinformani jekk huwiex u meta se jsir ir-refurbishment tal- kwartier tat-tobba ġewwa St. Luke's Hospital?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Riċentement saru diskussjonijiet mal-MAM kif ukoll mal-perit li qed jieħu ħsieb ir-refurbishing ta' l-Isptar San Luqa dwar ir-refurbishing tal-kwartier tat-tobba.", "SAĦĦA - DIRETTUR TAN-NURSING SERVICES", "480.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jinformani meta sejra tiġi appuntata d-Direttur tan-Nursing Services?", "Fejn se jkollha l-uffiċċju tagħha u fiex sejjer jikkonsisti l- istaff biex jgħinha?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iffirmajt l-ittra tal-ħatra tas-Sinjorina Nicolina Farrugia bħala Direttur tan-Nursing Services fis-27 ta' Diċembru, 1996.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li d-direttur il-ġdid għandha tingħata l- opportunita' u ċ-ċans kollu li tagħmel il-proposti tagħha dwar l-uffiċċju u l-istaff tagħha.", "ARMI TAN-NAR - IMPORTAZZJONI", "514.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Psaila Savona) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kontrolli fuq l-importazzjoni ta' armi tan-nar awtomatiċi, inklużi snieter tal-kaċċa?", "X'kondizzjonijiet jiġu mposti mal-ħruġ ta' permess għall-ġarr u użu ta' armi tan-nar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kull arma tan-nar importata, sew jekk hija awtomatika u sew jekk le, tiġi rilaxxata biss mid-Dwana jekk ikun hemm membru mis- Sezzjoni tal-Ballistika tal-Pulizija li jieħu deskrizzjoni dettaljata inkluż in-numru ta' reġistrazzjoni tagħha.", "Naturalment l-arma trid tkun taqbel mal-kriterji stabbiliti dwar armi li jistgħu jidħlu Malta fejn, fost oħrajn, snieter semi-awtomatiċi jrid ikollhom il-magazin tagħhom li jesa' biss żewġt iskrataċ u wieħed fil-kanna, li l-kanen ta' dawn is-snieter ma jkunux anqas minn 60 ċentimetru u li ma jkunux tat-tip slug barrels.", "Riċentement il-membri tal-Weapons Advisory Board fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana u li fih il-Pulizija għandha rappreżentanza qegħdin ukoll jeżaminaw armi awtomatiċi li ġew immanifatturati ta' l-anqas 50 sena ilu u li għandhom antiquarian importance għal skopijiet ta' kollezzjoni.", "Wara l- approvazzjoni tal-bord l-importatur irid japplika lill-Pulizija sabiex l- arma/i tiġi/jiġu reġistrata/i f'ismu taħt l-Artikolu 22 tal-Kap.", "66 tal- Liġijiet ta' Malta.", "Biex persuna tottjeni liċenzja sabiex iġġorr arma tan-nar għal skopijiet ta' kaċċa, din għandha qabel xejn toqgħod għall-eżami prattiku sabiex jiġi magħruf x'ħila għandha l-persuna fl-użu u l-ġarr bla periklu ta' armi tan- nar.", "AMBJENT - TAGĦLIM FUQ IL-MEDIA", "515.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Psaila Savona) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Billi fl-intervent tiegħek b'risposta għall-indirizz tal- President inti aċċennajt, fil-konfront ta' konsiderazzjonijiet ambjentali, \"li l-poplu għad irid jitgħallem\", tikkonsidra li tiżdied aktar l- informazzjoni, tagħlim u relazzjonijiet pubbliċi oħra fuq il-media biex il- poplu jkun jista' japprezza aktar il-valur ta' l-ambjent fil-ħajja tagħna?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Iva.", "BUĠIBBA - UPGRADING", "516.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Psaila Savona) staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi l-Malta Hotel and Restaurant Association (MHRA) ippreżentat pjan għall-upgrading ta' Buġibba, jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-ministeru tiegħu?", "Jekk din it-talba se tiġi milqugħa, meta mistenni li jibda u jispiċċa x-xogħol?", "L-upgrading ta' lokalitajiet turistiċi oħra, bħalma huma Paceville, il-Qawra u Wied il- Għajn se jsir pari passu ma' dak ta' Buġibba?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 509.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - VISAS", "522.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Psaila Savona) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li minnhom Malta tirrikjedi visa?", "Se jkun hemm xi tibdil f'din il-qagħda?", "Fuq liema kriterji se tiġi bbażata d-deċiżjoni tal-Gvern il-ġdid f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministu għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru li jagħmel din il-mistoqsija lill-Prim Ministru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk qed nifhem tajjeb din il-mistoqsija li għandha x'taqsam mal-ħruġ ta' visas ġiet riferuta lill-Prim Ministru mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Dan ifisser li issa l-Prim Ministru huwa responsabbli għall-pajjiżi li minnhom huwa rikjest il-ħruġ ta' visa?", "Dan ma jaqax taħt id-dikasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?", "Il- mistoqsija titlob l-informazzjoni dwar dawk il-pajjiżi li minnhom Malta tirrikjedi visa.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kwestjoni hija din.", "Jien ukoll ninsab ftit perpless bil-mod kif writna din il-biċċa xogħol.", "Is-sezzjoni ta' l- immigrazzjoni taqa' taħt l-OPM u allura tantamount magħha l-visas jiġu amministrati minn Kastilja peress li hemm l-amministrazzjoni tal- passaporti għaddejjin.", "Dik hija l-pożizzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, amministrattivament din hija ftit imħarbta u nħoss li l-passaporti forsi jistgħu jitpoġġew kompletament taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin imma sal-lum irrispettajna dak li sibna f'dan il-qasam.", "TURIŻMU - MIDDLE INCOME TOURIST", "523.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Psaila Savona) staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 231 u t-tweġiba tagħha fejn kkonfermajt li \"l-industrija tat-turiżmu f'Malta hija attrezzata biex taqdi kull tip ta' turist hu ta' liema klassi hu\".", "Għandi nifhem b'dan li l-middle income tourist, li fuqu se tkun imfassla l-policy ġdida tiegħek, hu preċiżament kull tip ta' turist hu ta liema klassi hu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Interpellant jifhem li l-industrija tat- turiżmu f'Malta hija attrezzata biex taqdi kull tip ta' turist, hu ta' liema klassi hu.", "L-Onor.", "Interpellant għaldaqstant missu fehem ukoll li hu żball li tipprova tattira biss lit-turist up-market jew 5-star.", "MARKETING THE MEDITERRANEAN AS A REGION", "527.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Psaila Savona) staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 232 u t-tweġiba tagħha.", "Billi l-Mediterranean Conference Centre qiegħed jaqdi ħtiġijiet oħra, jista' l-Ministru jkun aktar speċifiku liema parti taċ-centru se tkun għad-dispożizzjoni taċ-ċentru tal-Mediterran?", "Ma jaħsibx il-Ministru li s-somma ta' Lm30,000 hi żgħira wisq biex tkopri t- tagħmir u l-ispejjeż ta' l-istaff?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kif diġa' spjegajt f'risposta preċedenti tiegħi, il-funzjonijiet taċ-Ċentru tat-Turiżmu fil-Mediterran sejrin ikunu kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta' Malta tad-9 ta' Novembru, 1996.", "Għal dan il-għan, sejrin jintużaw żewġt ikmamar f'Dar il-Mediterran għall- Konferenzi.", "Ir-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv.", "PULIZIJA - SUPRETENDENT JIMMY ABELA", "535.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid:", "X'kienu l-akkużi kriminali fl-1975 miġjuba kontra s-Supretendent Jimmy Abela dak iż-żmien Spettur?", "Xi stadju kien laħaq il-proċess f'Mejju 1987 meta nbidel il-Gvern?", "X'kienet ir-raġuni li l-proċeduri kontra Jimmy Abela twaqqfu?", "B'liema mod u ta' min kienet id-deċiżjoni biex isir hekk?", "B'liema mod ġie mdaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fl-1987 l-istess Jimmy Abela u taħt liema kundizzjonijiet?", "X'arretrati, pagamenti jew xorta ta' kumpens ieħor ingħatalu?", "Billi hemm allegazzjonijiet ta' akkużi serji min- naħa ta' l-istess Jimmy Abela fil-jiem ta' l-għadd tal-voti fl-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet, x'passi qed jittieħdu biex dawn l-allegazzjonijiet jiġu nvestigati bis-serjeta' u jittieħdu l-passi neċessarji?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fit-28 ta' Mejju 1976 il-persuna msemmija fil- mistoqsija, jiġifieri s-Supretendent Jimmy Abela flimkien ma' persuni oħra kien ġie mixli quddiem il-Qorti b'diversi akkużi fosthom ħolqien qarrieqi ta' provi foloz, li ġab dokumenti foloz, sperġur, arrest illegali, estorsjoni, li ma ħalliex li tiġi esegwita l-liġi, serq, frodi u attentat ta' frodi u vjolenza.", "Dawn il-proċeduri kienu għadhom fi stadju ta' kumpilazzjoni f'Mejju ta' l-1987.", "Fl-4 ta' Mejju 1990, l-Avukat Ġenerali kien iddikjara li ma kienx se jippreżenta l-att ta' l-akkuża.", "F'Mejju 1990 il-każ li l-persuna msemmija kellha quddiemha l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fl-1975, kien reġa' ġie rivedut skond Regolament 23A tar-Regolamenti ta' l-1977 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċeduri ta' Dixxiplina) u l-Prim Ministru kien approva li r- rakkmandazzjoni datata 2 ta' Marzu1976 għandha tiġi konfermata safejn tirrigwarda ħtija, pero' il-piena kellha tiġi mibdula għall-multa ta' Lm100.", "Hu, għalhekk kien reġa' daħal fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta' Ġunju 1990 fl-istess pożizzjoni li kien qabel ma tkeċċa f'Marzu 1976.", "Huwa kien ingħata s-somma ta' Lm258.92,6 taż-żmien li kien għamel sospiż u s-somma ta' Lm5000 ex-gratia.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku dwar l-allegazzjonijiet li qed jirreferi għalihom fl-aħħar parti tal-mistoqsija.", "SAG - SWAT TA' RAĠEL GĦARBI", "550.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar l-allegat swat ta' raġel Għarbi minn membri ta' l-iSpecial Assignment Group tal-Pulizija?", "Meta sar l-allegat reat u meta bdew l-investigazzjonijiet dwaru u għaliex sal-lum għadhom ma ttieħdu l-ebda passi kriminali kontra l-uffiċjali tal- Pulizija nvoluti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li r-rapport ta' l-inkjesta dwar dan l-inċident li kien seħħ matul il-lejl tat-2 ta' Jannar, 1992 jiġifieri allegat swat ta' raġel Għarbi minn membri ta' l-SAG tal-Pulizija, ġie konkluż nhar il-31 ta' Diċembru, 1996 u dak inhar stess żewġ membri tal- Korp tal-Pulizija ġew imressqa l-Qorti.", "PULIZIJA - REATI KRIMINALI", "551.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm u min kienu l-membri tal-Korp tal-Pulizija li ttieħdu proċeduri kontra tagħhom quddiem qrati barranin dwar reati kriminali li twettqu minnhom fil-pajjiż relattiv?", "X'kienet in-natura tar-reat jew reati li bihom ġew akkużati u x'kienet id-deċiżjoni tal-qorti f'kull każ?", "X'passi amministrattivi ttieħdu dwarhom mill-Kummissarju tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba, jiġifieri kemm u min kienu l-membri tal-Korp tal-Pulizija li ttieħdu proċeduri kontra tagħhom fil-qrati barranin dwar reati kriminali li twettqu minnhom fil-pajjiż relattiv.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni biex ikunu jistgħu jsiru r-riċerki meħtieġa fir-records individwali tal-membri tal- Korp.", "PULIZIJA - GENERAL FUND", "552.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet is-somma fil-General Fund tal-Pulizija fid-9 ta' Mejju, 1987 u kemm saret wara li tpoġġew fiha l-flus li kien baqa' wara li ngħalaq il-kont tal-Police Club?", "X'kien il-bilanċ ta' l-istess kont fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena mill-1987 sal-1995 u fl-10 ta' Diċembru 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-flus li kien hemm wara l-bejgħ tal-Police Social Club qatt ma tpoġġew fil-General Fund.", "Dawn il-flus kienu tpoġġew f'kont kurrenti tal-Bank of Valletta tal-Furjana taħt it-titlu Police Social Club.", "Minn dawn intużaw Lm10,000 meta ġie ċċelebrat l-180 Anninversarju tal-Korp tal-Pulizija.", "Illum l-ammonti f'dan il-fond jaqraw:", "Fixed account li jammonta għal Lm55,086.53,0 Savings account li jammonta għal Lm9,844.68,0 u Current account li jammonta għal Lm4,266,25", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu issa għal tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar kummissjonijiet imwaqqfa skond il-Kostituzzjoni ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 748.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI (Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra :", "Kopja tar-Rapport ta' l-Awditur għas-sena 1995.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-infiq ta' l-Universita' ta' Malta fuq xiri ta' kotba u periodicals matul l-1995 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 190; u", "Statistika li turi l-għadd ta' żgħażagħ u l-persentaġġ tagħhom mill- popolazzjoni f'kull distrett sa Ottubru 1996 bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 196.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' sodod liċenzjati f'Malta u GĦawdex f'Diċembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 740.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar sajjieda full-time u part-time reġistrati mad- Dipartiment tas-Sajd fid-9 ta' Jannar 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 738.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA DWAR L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1997 U L- ESTIMI SUPPLIMENTARI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1996", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, nipproponi din il-Mozzjoni:", "Illi minkejja kull provvedimenti oħra fl-Ordnijiet Permanenti tal- Kamra u riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra, dan li ġej għandu jirregola l-proċedura dwar l-Estimi Ġenerali ta' l-Ispiża għas-sena 1997 u dwar l-Estimi Supplimentari ta' l-Ispiża għas-sena 1996.", "A. Provvedimenti Ġenerali", "1.", "Illi jkunu jistgħu jittieħdu aktar minn seba' seduti għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali fil-Kumitat ta' Provvista (Ordni Permanenti Nru 71 (3) (ċ)).", "2.", "Illi matul il-jiem tad-dibattiti dwar l-Estimi Ġenerali 1997, kif ukoll fil-jiem tal-Kumitat ta' Provvista għall-Estimi Ġenerali 1997, u Estimi Supplimentari għas-sena 1996, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l-Kamra għandu jkun fis-6.00 p.m. u x-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat, imma mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill-Ministri sa mhux aktar tard mis-6.30 p.m. u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "3.", "Illi jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għodu, hi għandha tiltaqa' fid- 9.00 a.m. u x-xogħol finanzjarju m'għandux jieħu aktar minn tliet sigħat, imma mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill-Ministri sa mhux aktar tard mid-9.30 a.m. u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "4.", "Il-ħin li jittieħed għal xi sospensjoni waqt id-diskussjonijiet kollha fuq l-Estimi Ġenerali 1997, Kumitati ta' Provvista, Estimi Supplimentari 1996, kif ukoll waqt iż-żewġ approprjazzjonijiet, għandu jiżdied mal-ħin stabbilit għall-interruzzjoni tax-xogħol.", "5.", "Illi l-Kamra tista' tiltaqa' l-Ġimgħa.", "6.", "Illi l-Kamra tista' tiltaqa' fil-għodu u fil-għaxija fl-istess jum.", "7.", "Illi fis-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Estimi Ġenerali 1997 jew l-Estimi Supplimentari 1996, jista' jsir xogħol ieħor tal-Gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, kif ikun jidher fuq l-Aġenda, wara li jispiċċa x-xogħol finanzjarju fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol; u wara li jgħaddi x- xogħol kollu li jkun jidher fuq l-Aġenda, jitressaq l-Aġġornament u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "B. Estimi Ġenerali 1997", "1.", "Illi jkun hemm żewġ seduti fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għas-sena 1997; u l-ewwel seduta minn dawn tkun għall-Oppożizzjoni, waqt li t-tieni waħda tkun għall- Gvern; u ż-żewġ seduti jkunu eżenti mil-limiti ta' ħin għad- diskorsi (Ordni Permanenti Nru. 49).", "Il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ta' dawn iż-żewġ seduti jkun fil-11.30 a.m. meta l- Kamra tiltaqa' fil-għodu u fit-8.30 p.m. meta tiltaqa' fil- għaxija u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab, waqt li l-votazzjonijiet l-oħra kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu immedjatament wara.", "Il-ħin ta' l-Aġġornament ta' dawn is-Seduti ma jitteħidx.", "2.", "Illi fis-seduti mħollija għall-Kumitat ta' Provvista għas-sena 1997, il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, rigward ix-xogħol finanzjarju, ikun fid-9.30 p.m. kull meta l-Kamra tiltaqa' fil- għaxija; u li f'dawn is-seduti l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx, u meta l-Kamra tiltaqa' fil-għodu, il-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol ikun fin-12.30 p.m. u l-ħin ta' l- Aġġornament ma jitteħidx.", "3.", "Illi fil-jiem tal-Kumitati ta' Provvista:-", "(i) Kull Ministru jressaq ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu fil-Kumitat fil-bidu tad-diskussjoni dwarhom; u mbagħad il-ħin disponibbli għad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-Gvern;", "(ii) Fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol finanzjarju, il- President tal-Kumitati jqiegħed għall-vot mingħajr diskussjoni l-mistoqsija fuq il-voti ta' l-estimi kif jidhru fuq l-Aġenda, u fuq l-emendi li jista' jkun hemm għalihom:", "Iżda Ministru jista' jressaq emendi li jitqegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni; u Ministru jista' wkoll jitlob il- konsiderazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat dwar emendi proposti minnu, u f'dan il-każ dawn l-emendi jitqegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni;", "(iii) Il-votazzjonijiet kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu x'ħin tispiċċa d-diskussjoni; u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol, waqt li l-votazzjonijiet l-oħra, jekk ikun hemm, jittieħdu immedjatament warajha.", "4.", "Illi l-voti fil-Kumitat ta' Provvista jistgħu jittieħdu għad- diskussjoni mhux fl-ordni kif jidhru hawn taħt u iktar minn voti ta' Ministeru wieħed jistgħu jiġu diskussi f'seduta waħda.", "L-EWWEL JUM", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI", "Vot 23 - Ministeru ta' l-Edukazzjoni u (Riżorsi Umani) Kultura Nazzjonali \" 24 - Edukazzjoni \" 25 - Libreriji u Arkivji \" 26 - Mużewijiet \" 27 - Żgħażagħ (u Arti) Sport u Kultura \" IV - Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali", "IT-TIENI JUM", "MINISTERU TAL-KUMMERĊ", "Vot 28 - Ministeru (għas-Servizzi Ekonomiċi) tal-Kummerċ \" 29 - Importazzjoni u Kummerċ Domestiku \" V - Ministeru tal-Kummerċ", "IT-TIELET JUM", "MINISTERU TAT-TURIŻMU", "Vot 30 - Ministeru tat-Turiżmu \" VI - Ministeru tat-Turiżmu", "IR-RABA' JUM", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA", "Vot 35 - Ministeru ta' l-Industrija \" VIII - Ministeru ta' l-Industrija", "IL-ĦAMES JUM", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI", "Vot 45 - Ministeru tal-Ħarsien Soċjali (Żvilupp Soċjali) \" 46 - Sigurta' Soċjali \" 48 - Xogħol \" XII - Ministeru tal-Ħarsien Soċjali", "IS-SITT JUM", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "Vot 36 - Ministeru għat-Trasport (Komunikazzjoni u Teknoloġija) u Portijiet \" 37 - Avjazzjoni Ċivili \" 38 - Liċenzji u Testjar \" IX - Ministeru għat-Trasport u Portijiet", "IS-SEBA' JUM", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Vot 39 - Ministeru (għall-Ambjent) għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni Vot 40 - Artijiet \" 41 - Ilma \" X - Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni", "IT-TMIEN JUM", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI", "Vot 31 - Ministeru tal-Ġustizzja u (Arti) Kunsilli Lokali \" 32 - Legali \" 33 - Ġudizzjarju \" 34 - Reġistru ta' l-Artijiet \" VII - Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali", "ID-DISA' JUM", "MINISTERU TAD-DJAR", "Vot 49 - Ministeru tad-Djar \" 50 - Uffiċċju Konġunt \" XIII - Ministeru tad-Djar", "L-GĦAXAR JUM", "MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Vot 42 - Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja (Saħħa) \" 43 - Kura ta' l-Anzjani (Anzjani u Bżonnijiet Speċjali) \" 44 - Affarijiet tal-Familja (Affarijiet Soċjali) \" XI - Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja", "IL-ĦDAX-IL JUM", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD", "Vot 51 - Ministeru (ta' l-Ikel) tal-Biedja u Sajd \" XIV - Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd", "IT-TNAX-IL JUM", "MINISTERU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI", "Vot 14 - Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi \" 15 - Teżor \" 16 - Pensjonijiet \" 17 - Taxxi Interni \" 18 - Dwana \" 19 - V.A.T.", "Vot 20 - Statistika \" 21 - Kuntratti \" 22 - Uffiċċju ta' l-Awditur \" III - Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi", "IT-TLETTAX-IL JUM", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-AMBJENT", "Vot 12 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Ambjent \" 13 - Ambjent \" II - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Ambjent", "L-ERBATAX-IL JUM", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Vot 1 - Uffiċċju tal-President \" 2 - Kamra tad-Deputati \" 4 - Uffiċċju tal-Prim Ministru \" 5 - Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku \" 6 - Forzi Armati ta' Malta \" 7 - Informazzjoni \" 8 - Intern \" 9 - Pulizija \"10 - Servizzi Korrettivi \"11 - Għawdex \" I - Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Ċ.", "Approprjazzjoni għas-sena 1997", "(1) Illi l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1997 ikun, jekk meħtieġ, eżenti mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal- Gvern u ddikjarat urġenti biex l-istadji tiegħu kollha jistgħu jittieħdu fl-istess seduta; u", "(2) Illi d-diskussjoni fuq ir-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar din l- Approprjazzjoni, fl-istadji tiegħu kollha, m'għandhiex tieħu aktar minn nofs seduta bil-ħin maqsum indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern, u bil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol fid-9.30 p.m., jekk is-seduta ssir fil- għaxija u fin-12.30 p.m. jekk is-seduta ssir fil-għodu, meta titqiegħed mingħajr diskussjoni kull mistoqsija li jkun hemm bżonn biex jintemm dan ix-xogħol finanzjarju, bil-proviso ta' D(2) u skond D(3), kif jidhru hawn taħt.", "D. Estimi Supplimentari 1996", "(1) Illi l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1996 ikun, jekk meħtieġ, eżenti mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal- Gvern u ddikjarat urġenti, biex l-istadji tiegħu kollha jistgħu jittieħdu fl-istess seduta; u", "(2) Illi d-diskussjoni fuq dawn l-estimi m'għandhiex tieħu aktar minn nofs seduta bil-ħin maqsum indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern; u fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol, li jkun fid-9.30 p.m., għandha titqiegħed mingħajr diskussjoni kull mistoqsija li jkun hemm bżonn biex jintemm ix-xogħol kollu finanzjarju dwar dawn l- estimi:", "Iżda Ministru jista' f'kull ħin iressaq emendi li jitqegħdu għall-mistoqsija mingħajr diskussjoni; u", "(3) Illi l-votazzjonijiet kollha li jistgħu jintalbu fuq dawn l- estimi u l-estimi supplimentari, jittieħdu fil-ħin ta l- interruzzjoni tax-xogħol, billi l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab, u l-votazzjonijiet l-oħra jittieħdu immedjatament warajha u l-ħin ta l-aġġornament ma jitteħidx.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1996/1997", "Ikompli mill-14 ta' Jannar, 1997", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, l-Enemalta bħala korp parastatali hija entita' kummerċjali, u allura bħala tali wieħed irid jeżamina l- performance tagħha minn żewġ lati.", "Biex l-Enemalta tiffunzjona l-ewwelnett trid tagħti servizz tajjeb, effiċjenti u modern u t-tieni trid tiffunzjona b'mod pożittiv f'dak li jirrigwarda l-lat finanzjarju.", "Jiġifieri wieħed bilfors ikollu jeżamina l-performance finanzjarju tagħha biex jara jekk din marritx 'il quddiem jew le.", "Fil-fatt meta wieħed jitkellem fuq entita' kummerċjali jkun qed jitkellem fuq profitti, u meta l-Gvern iddeċieda li s- servizzi in kwestjoni kellhom jaqgħu taħt korporazzjoni dan kien l-għan prinċipali tiegħu; l-intenzjoni kienet li l-Korporazzjoni Enemalta tkun self-sufficient.", "Għaldaqstant wieħed ma jistax ma jikkummentax fuq id- diskors li għamel il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni l-Onor.", "Francis Agius fejn għamel enfasi kbira fuq il-kwalita' tas-servizz li tagħti l-Korporazzjoni Enemalta iżda fl-istess waqt insista li kważi m'huwiex daqstant rilevanti l- performance fiskali li tat l-istess korporazzjoni.", "Naturalment din hija attitudini żbaljata għal kollox u hija sinonimu għall-atteġjament tal-Gvern preċedenti b'mod ġenerali.", "Fil-fatt huwa faċli li wieħed jagħmel infiq kapitali bla raġuni u minn fuq dahar il-poplu biex jikkrea proġetti sbieħ, pero' huwa veru wkoll li l- investiment kapitali b'mod ġenerali ma kienx sar bil-għaqal, u ma kienx ikkalkolat.", "Dan ta lok għal ħafna abbużi u sparpaljar ta' flus.", "Fil-fatt il-Gvern preżenti kien għaqli biżżejjed li qabel ma beda jipproġetta nfiq kapitali fuq proġetti ġodda għall-futur, ħa sħieb li jagħmel stock-taking ta' dak li wiret mill-Gvern preċedenti.", "Gvern bil-għaqal irid iżomm f'moħħu li l-fondi pubbliċi huma tal-poplu in ġenerali u jrid jagħti rendikont ta' l-infiq tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar it-tberbiq tal-fondi pubbliċi jkollu jagħmel tajjeb għalihom l-istess ċittadin.", "In effetti ta' min jikkummenta li l-infiq bla rażan ikkrea toqba konsiderevoli fil-kaxxa ta' Malta u bil-budget razzjonali u raġunat li ħejja l-Gvern ittieħdu l- miżuri neċessarji biex din it-toqba tiġi minorizzata.", "Dan sar bl-inqas inkonvenjent u li fl-istess ħin ħalla lok għall-progress soċjali.", "In effetti, jekk l-Enemalta timxi b'telf, dan finalment ikollu jiġi rifless fil-prezz tas-servizzi li tagħti l-istess korporazzjoni.", "Jekk din tmur tajjeb finanzjarjament se jmur tajjeb iċ-ċittadin u jekk le ikollhu jħallsu għalih hu, anke forsi b'żidiet fl-istess prezzijiet.", "Biex jagħmel l-istock- taking tiegħu, anke għal dak li jirrigwarda l-Korporazzjoni Enemalta, il- Gvern ikkummissjona bosta esperti u mir-rapporti qed jirriżulta kontinwament amministrazzjoni ħażina tal-Gvern preċendenti.", "Naturalment illum imiss li wieħed jikkritika l-performance finanzjarja tal-Korporazzjoni Enemalta, pero' dan ma jfissirx li għal dawk li huma servizzi mogħtija matul is-sena li għaddiet dawn kienu ta' min ifaħħarhom.", "Fil-fatt matul is-sena saret ħafna kritika ġusta għal dik li hija kwalita' u servizz.", "Per eżempju, bosta kienu z-zoni fil-pajjiż li sofrew minn qtugħ ta' dawl anke persistenti, u dan nonostante l-infiq kapitali f'makkinarju, equipment u monitoring ġenerali u kien hemm ukoll ħafna lmenti dwar dewmien fis-servizz tad-dawl u l-ilma.", "Qabel ma wieħed issa jirriferi lura għal-lat finanzjarju, ta' min jikkummenta xi ftit fuq il- kwestjoni tal-power station li ssemmiet minn bosta kelliema tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Il-kelliema tan-naħa l-oħra għamlu kritika qawwija fuq l-atteġġjament li kien ħa l-Gvern preżenti fl-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett.", "Ta' min jgħid u jenfasizza li l-kritika li saret mill-Oppożizzjoni kienet waħda negattiva u żbaljata.", "Il-Gvern preżenti qatt ma ħa l-pożizzjoni fejn qal li ma kienx hawn bżonn ta' power station per se.", "Il-kritika kienet aktar immirata lejn il-lokalita' fejn kien ipproġettat li ssir u fejn tabilħaqq saret l- istess power station.", "Fil-fatt l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet ikkummentat fuq l-effetti ambjentali negattivi li l-power station kienet se toħloq u fuq l-effett negattiv fuq it-turiżmu.", "Fil-fatt dak li kien jilmenta bih il-Gvern preżenti ġie ċertifikat pożittivament mill-istess qrati tagħna b'sentenza appożita.", "Ta' min wieħed jikkummenta wkoll dwar il-fatt li nonostante l-ftaħir kollu mill-Partit Nazzjonalista dwar politika moderna u progressiva, ma sar xejn sostanzjali f'dik li hija riċerka ulterjuri għar-riżorsi ta' enerġija.", "Wieħed kien jistenna li matul l-aħħar snin kienet issir riċerka sostanzjali f'dik li hija enerġija solari, taking into account ix-xemx li jgawdi minnha pajjiżna.", "Wieħed jispera li fil-futur il-Gvern preżenti jieħu tali inizjattivi li jkunu tajbin mhux biss mil-lat ekonomiku imma anke mil-lat ambjentali.", "Mingħajr ma wieħed jidħol f'daqshekk dettall - taking into account li l- estimi u l-figuri huma spjegati tajjeb fir-rapporti relattivi - wieħed għandu jikkummenta ftit fuq il-lat finanzjarju, fejn jirriżulta per eżempju, li l-korporazzjoni operat b'telf ta' aktar minn Lm2.5 miljun.", "Dwar il-Korporazzjoni Enemalta l-Ministru, fi ftit kliem imma li kienu to the point, qal li din qed taffaċċja problemi finanzjarji u spjega li dawn inħolqu prinċipalment minħabba t-telf konsiderevoli li qed tagħmel, l- obbligi kbar ta' pagament ta' imgħax u kapital li għandha u problemi ta' cash-flow.", "Dan spjega wkoll li l-intenzjoni tal-Gvern hija li jindirizza dawn il-problemi u jissikka l-korporazzjoni biex tonora l-obbligi tal- ħlasijiet fil-ħin li huma dovuti lejn il-kaxxa ta' Malta.", "Meta wieħed jeżamina l-performance finanzjarja tal-Korporazzjoni Enemalta jinnota li f'dawn l-aħħar snin din kienet diġa' ħażina u kompliet tmur lura.", "Is-sena l-oħra l-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni f'dan il-qasam kien għamel enfasi kbira fuq l-unaccounted for distribution losses peress li dak iż-żmien dan kien ammont konsiderevoli.", "Ġie rilevat li din is-sena l- Enemalta ġġenerat madwar 125,548,758 unaccounted for units ta' elettriku li qamu madwar Lm2.5 miljun.", "Dan huwa ammont sostanzjali - żieda fuq is-sena l-oħra - li jissarraf f'telf dirett.", "Meta wieħed jara kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar snin fis-sistema tad-distribuzzjoni u ż-żieda fis- substations isib li dan it-telf m'huwiex aċċettabbli.", "Fil-pajjiżi Ewropej kollha jkun hemm distribution losses imma dawn ikunu ta' bejn 4% u 8% mhux kważi d-doppju.", "Dan juri negliġenza u amministrazzjoni ħażina u l-Gvern irid jittratta din il-problema bis-serjeta'.", "Hemm ftit iktar minn Lm12 miljun f'debiti u 60% tan-nies idumu aktar minn sena biex jieħdu l-flus dovuti lilhom.", "Irriżulta wkoll - anke mill- esperjenza tiegħi - li ħafna nies idumu xhur u kultant anke snin mingħajr ma jirċievu kontijiet.", "Saret enfasi wkoll rigward il-cash-flow.", "Fil-fatt meta wieħed jara daqsxejn il-bank cash-flow isib li dan naqas minn madwar Lm981,000 għal iktar minn Lm0.5 miljun.", "Jidher ukoll li r-riżervi naqsu sostanzjalment.", "Barra minn hekk naqas sostanzjalment il-cash-flow minn operating activities bi kważi Lm14 miljun.", "Id-distribution costs minn Lm2.5 miljun telgħu għal Lm2.5 miljun u aktar.", "Fit-Taqsima ta' l-Elettriku t-telf żdied minn Lm418,964 għal Lm6,609,230, telf ta' 'l fuq minn Lm6 miljun.", "Fil- Petroleum Division kien hemm tnaqqis ta' profitti ta' Lm2 miljun u fit- Taqsima tal-Gass kien hemm tnaqqis żgħir ħafna fit-telf, minn Lm225,000 niżel għal Lm191,000.", "Dan ifisser li fuq dawn l-items biss fl-1995 il- korporazzjoni marret lura għal madwar Lm8 miljun.", "Meta wieħed janalizza l- infiq kollu li sar, liema infiq issarraf f'telf - is-sena l-oħra kien hemm xi ftit profitt - wieħed bilfors jikkonkludi li l-performance ta' din il- korporazzjoni, bħal korporazzjonijiet, oħra kienet waħda ħażina.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sinjura President, meta nħarsu lejn l- Estimi tal-Korporazzjoni Enemalta naħseb li rridu narawhom ukoll fil- kontest ta' l-iżvilupp ekonomiku nazzjonali, kif se jkolli l-opportunita' nispjega iktar fit-tul.", "Naħseb li dan huwa vitali li narawh għax fil-fehma tal-Gvern preċedenti kien hemm rabta assoluta bejn l-iżvilupp ekonomiku fil- pajjiż u l-ħolqien tas-servizzi infrastrutturali kollha meħtieġa li jiggarantixxu dak l-iżvilupp.", "Naturalment huwa xieraq li wieħed iħares oġġettivament lejn dak li rnexxielha tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta fl- aħħar disa' snin.", "Insibu, fil-każ ta' din il-korporazzjoni, illi filwaqt li fl-1985 il-pajjiż kien qiegħed jipproduċi l-enerġija elettrika tiegħu b'impjanti li l-eta' medja tagħhom kienet ta' 22 sena, fl-aħħar disa' snin il-Korporazzjoni Enemalta - naturalment kienet qed timxi fuq policies ċari mill-gvern iffurmat mill-Partit Nazzjonalista - ħadmet sabiex il-pajjiż ikollu l-livell meħtieġ ta' ġenerazzjoni ta' elettriku u sabiex ikun hawn ukoll sistema adegwata ta' distribuzzjoni.", "Għalhekk fl-1992 kienet inawgurata l-ewwel fażi tal-power station il- ġdida u l-ġenerazzjoni elettrika żdiedet minn 275 MW - peress li fl-1990 kienet diġa' ġiet istallata gas turbine fil-Power Station tal-Marsa - għal 392 MW.", "B'hekk filwaqt li fl-1991 id-domanda kienet laħqet madwar 275 MW, pajjiżna issa kien kapaċi jiġġenera 392 MW.", "Dan ifisser li tellajna l- ispare capacity għal 117 MW, li huwa 30% tal-ġenerazzjoni totali.", "Naħseb li huwa importanti li nenfasizzaw li f'medda ta' ħames snin il-Gvern preċedenti kabbar l-ispare capacity b'aktar minn darba u nofs ta' dik kif kienet qabel.", "Huwa tajjeb li nenfasizzaw dan għaliex huwa billi tassigura livell adegwat ta' ġenerazzjoni ta' elettriku u billi wkoll ikollok sistema adegwata ta' distribuzzjoni ta' l-istess elettriku li inti tista' mbagħad tkun parti mill-mutur nazzjonali li jiggarantixxi t-tkattir tal-ġid ekonomiku.", "Irrid nenfasizza wkoll li bejn l-1992 u l-1995 il-Gvern preċedenti kien investa aktar minn Lm57 miljun fil-qasam ta' l-elettriku.", "Fl-aħħar disa' snin ta' Gvern iffurmat mill-Partit Nazzjonalista, l-investiment totali - biex nagħti ċ-ċifri kollha - kien ta' Lm110 miljun.", "Wieħed ifakkar ukoll li fl-1995 imbagħad bdew jiffunzjonaw iż-żewġ turbini tal-gas, jiġifieri l- Phase 2A, li żiedu l-ispare capacity għal 145 MW.", "Anke hawnhekk fi spare capacity konna fil-livell ta' 31% tal-ġenerazzjoni totali, li llum hija ta' 467 MW.", "Kif nafu, bħalissa għaddej ukoll il-proċess li laħaq ikkuntratta l-Gvern preċedenti - biex titwettaq it-tieni parti tat-tieni fażi.", "Il- proċess hawn jikkonsisti fl-istallar ta' l-impjant magħruf bħala l-combined cycle li mistenni jibda jitħaddem fi żmien sentejn oħra u jista' jkun anke qabel.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll dak li sar biex titjieb id- distribuzzjoni fil-pajjiż, sistema ta' distribuzzjoni li minn 100 MVA telgħet għal aktar minn 700 MVA.", "Irridu nfakkru wkoll li mill-1992 'l hawn biss saru 160 substation ġdida u kompliet il-ħidma fuq it-tisħiħ tas- sistema ta' l-11 KV u tal-vultaġġ baxx.", "Il-manutenzjoni tas-sistema wkoll ingħatat importanza kbira u barra xogħol fuq substations u linji ta' vultaġġ għoli, tlesta wkoll xogħol ta' restawr fuq iċ-ċentri ta' distribuzzjoni ta' Ħal Far u San Ġwann.", "Aspett importanti ieħor li kienet ħadet ħsieb il-Korporazzjoni Enemalta kien li ffinaliżżat il-master plan li jaħseb għall-ħtiġijiet tal-pajjiż fil- qasam ta' l-enerġija fil-15-il sena li ġejjin.", "Dan ukoll huwa punt kruċjali fih innifsu għaliex, kif se nispjega iktar 'il quddiem dwar ir- rabta bejn l-enerġija u l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, jekk inti ma taħsibx għall-bżonn li jista' jkollok 'il quddiem, inti tkun qed tissogra li l-pajjiż jitlef ir-ritmu ekonomiku kollu li jkun qabad.", "Wieħed irid jgħid ukoll li s-sistema ta' distribuzzjoni tinkludi l-proġett biex il- cables ta' l-elettriku jitqiegħdu f'mina ta' ħames kilometri, liema proġett taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien wasal fil-fażi finali ta' tħaffir.", "Naturalment ma nistgħux anke f'dan ir-rigward ma ninnotawx b'sodisfazzjon - anke meta wieħed isegwi, per eżempju, rapport li deher fil- ħarġa ta' \"l-orizzont\" ta' nhar it-Tlieta 24 ta' Diċembru - li meta l- Ministri Leo Brincat u Charles Buhagiar marru biex jaraw din il-mina fl- okkażjoni ta' meta parti minnha ġiet marbuta ma' parti oħra - naturalment jonqos it-tqegħid tal-cables - dawn esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal dan il-proġett.", "Skond ir-rapport ta' \"l-orizzont\" f'intervent li għamel, il-Ministru Brincat semma s-siwi tal-kooperazzjoni bejn id-Dipartiment tat- Toroq u l-Korporazzjoni Enemalta fix-xogħol li qed isir b'konnessjoni ma' dan il-proġett.", "Huwa faħħar il-ħidma effiċjenti ta' dawk kollha nvoluti inklużi l-periti u l-ħaddiema.", "Awgura wkoll li dan is-sens ta' kollaborazzjoni jibqa' jintuża fil-ġejjieni.", "Ir-rapporti ta' \"The Times\" u \"n-Nazzjon\" jikkonfermaw is-sodisfazzjon li esprimew iż-żewġ Ministri tal- Gvern preżenti għall-proġett mill-aktar importanti għad-distribuzzjoni ta' l-eletrriku.", "Dan huwa proġett li żgur jirrikonoxxu wkoll in-naħa tal-Gvern u li huwa mertu ta' l-ippjanar u tan-nuqqas ta' xeħħa anke mil-lat ta' l-investiment meħtieġ biex il-pajjiż ikollu l-infrastruttura li tiggarantilu l-iżvilupp ekonomiku, u dan anke fir-rigward ta' l-elettriku.", "Ngħid li m'għandi l- ebda dubju li dan huwa rikonoxxut min-naħa tal-Gvern għaliex inkella jkolli t-tentazzjoni li nikkwota proverbju Malti antik li jgħid li \"April jagħmel il-fjuri u Mejju jiġbor l-unuri\".", "Imma naħseb li f'dan il-każ il-ministri l-ġodda rrikonoxxew min ħalla l-fjuri warajh.", "Naturalment mhux dejjem jagħmlu hekk f'okkażjonijiet oħrajn!", "Madam Speaker, meta nħarsu lejn dak li sar fl-aħħar disa' snin mill- Korporazzjoni Enemalta, filwaqt li l-akbar investiment bla dubju ta' xejn kien li wieħed jipprovdi għal kapaċita' meħtieġa ta' ġenerazzjoni ta' elettriku permezz tal-Power Station ta' Delimara, ma nistgħux ma nsemmux ukoll il-fatt li l-ispare capacity li kellna tatna l-possibbilta' li fil- Power Station tal-Marsa seta' jsir l-overhaul totali tan-No.", "8 Turbine Generator.", "Dan ifisser li l-Enemalta se jkollha wkoll kapaċita' addizjonali ta' 60 MW oħra, nikkalkolaw, għall-15-il sena li ġejjin.", "Mhux hekk biss, imma meta nitkellmu anke dwar problemi konnessi ma' l-aspett ta' distribuzzjoni, jiġifieri problemi assoċjati ma' meta jkollok qtugħ tad- dawl, irridu nassiguraw sistema ta' distribuzzjoni adekwata.", "Naturalment jiena napprezza l-appelli li għamel il-Ministru Brincat il-bieraħ biex din il-materja tittieħed bis-serjeta'.", "L-uniku appell li nagħmel lilu - u naħseb f'ħin minnhom kien konxju ta' dan għax hu stess qal li ma jridx jaqa' fil-paranoia - hu li ngħidlu biex jieħu l-eżempju tal-Gvern preċedenti.", "Żgur li l-Gvern preċedenti qatt ma dar fuq il-ħaddiema tal- Korporazzjoni Enemalta u qalilhom: Qed tagħmluli l-qtugħ tad-dawl apposta, qed tagħmluli s-sabutaġġi u qed tħallu l-politika partiġġjana tagħmikom.", "Din, il-Gvern preċedenti m'għamilhiex u lanqas għamilha l-Ministru Brincat imma qed nirriferi preċiżament għal meta huwa qal li rridu li f'pajjiżna nevitaw il-paranoia.", "Naturalment l-appell għal sens ta' responsabbilta' huwa wieħed li jrid isir miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Wieħed irid iżid ukoll appell biex infittxu dejjem li fil-pajjiż ikollna sistemi ta' teknoloġija moderna li flimkien mal-ħila tal-ħaddiema u tat- tekniċi ta' l-Enemalta jiggarantixxu li safejn ikun possibbli ma jkollokx il-problema tal-qtugħ li kellna anke sal-lum.", "Dan tagħmlu permezz ta' sistemi diversi li llum jistgħu jintużaw.", "X'inhuma s-sistemi diversi li jistgħu jintużaw?", "Tista' tipprova tmur għal sistema ta' impjant li għandu 100% reliability - anke jekk l-impjant ikollu inqas reliability naturalment xi darba se jkollok tiffaċċja xi diffikultajiet - u tista' tuża sistemi fejn inti taqa' fuq grids oħra.", "Naf li l-Korporazzjoni Enemalta kienet qed tesplora l-possibbilta' li jkun hemm ukoll rabta ma' pajjiż ieħor - ma' Sqallija f'dan il-każ - fejn tkun tista' tikkommunika ma' dak il-grid ta' l-elettriku.", "Anke f'pajjiżi Ewropej avvanzati, meta jkun hemm problema serja, li jiġri hu li huma jkunu kapaċi jaqilbu minn sistema għal oħra u b'hekk ikollok back-up kontinwu.", "F'pajjiż żgħir bħal Malta naturalment għad m'għandniex dan.", "Li hu żgur ukoll hu li jrid ikompli l- impenn li beda l-Gvern preċedenti ta' l-overhaul totali ta' l-apparat antik ġewwa l-Enemalta, bħalma sar għar-rigward tal-turbina Nru. 8, u jrid ikun hemm ukoll iktar taħriġ tat-tekniċi u l-inġiniera kollha fi ħdan il- Korporazzjoni Enemalta f'sistemi li jiggarantixxu l-manutenzjoni meħtieġa tas-sistema kollha.", "B'hekk inkunu qed nassiguraw livell effiċjenti kontinwu.", "Ma nistax ma nsemmix l-inizjattivi pożittivi li saru fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti - li nawgura li l-amministrazzjoni preżenti tkompli fuqhom - bħal meta ċ-Chairman preċedenti l-Prof.", "Robert Ghirlando kien ħa l-inizjattiva biex isir kuntatt ma' l-University of Manchester Institute of Science and Technology, preċiżament biex il-Korporazzjoni Enemalta jkollha s-software and hardware meħtieġ u mudell kompjuteriżżat adegwat li permezz tiegħu jkollna dak li jissejjaħ dynamic model tas- sistema ta' l-elettriku tagħna.", "Permezz ta' din is-sistema nkunu f'pożizzjoni li fil-futur nidentifikaw il-proċeduri kollha rimedjali li jkunu jridu jittieħdu jekk ikollna sitwazzjoni fejn parti mis-sistema tfalli.", "Jiena naf li kienu diġa' identifikati l-inġiniera f'dan ir-rigward u ma nistax ma nawgurax li dak ukoll jitkompla, u jitkompla bit-twemmin fit-teknoloġija moderna.", "Li kieku kelli niġbor fil-qosor dak li sar fl-aħħar disa' snin insemmi l- fatt li kważi rdoppjajna l-kapaċita' ta' ġenerazzjoni.", "Insemmi wkoll il- fatt li sar il-ftehim tal-Phase 2B tal-Power Station ta' Delimara - dan skond prinċipji ambjentali li rridu nħaddnu lkoll - saħħaħna wkoll is- sistema tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku, inkluż l-introduzzjoni għall- ewwel darba tas-sistema 132 KV u nbdiet il-mina bejn il-Marsa u l-Mosta.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll ix-xogħol li sar f'dak li jirrigwarda l- overhaul ta' apparat antik li kellha l-korporazzjoni.", "Insemmi l-fatt li daħħalna s-sistema tal-gas turbines u units iżgħar preċiżament biex ikollna aktar flessibilita' fis-sistema u anke sabiex - kif ammetta l- Ministru fl-introduzzjoni preparata tajjeb tiegħu - li l-istart-up time ikun ferm iktar effiċjenti minn ta' sistemi l-oħrajn.", "Kien ukoll mixtri diġa' s-software li jissejjaħ IPSA mill-Istitut tax-Xjenza u Teknoloġija ta' l-Universita' ta' Manchester u kien ukoll identifikat il-hardware meħtieġ ukoll għal dan l-iskop, anke biex isir dejjem it-taħriġ kollu meħtieġ tat-tekniċi u għar-rigward ta' distribuzzjoni.", "Ittieħdu anke l- passi biex tkun stallata s-sistema magħrufa bħala SCADA, sistema komputerizzata biex tirregola l-aspett ta' switching peress li din hija sistema ferm iktar komplessa minn dik li kienet teżisti tradizzjonalment fil-korporazzjoni.", "Wieħed ma jistax joqgħod fuq sistema li tiddependi sempliċiment fuq li manwalment tagħmel l-iswitching kollu li jkun meħtieġ jew li tiddentifika fejn għandek bżonn tagħmlu.", "Inti jrid ikollok sistema li hija ferm iktar elaborata u li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-lum.", "Issa ħalli naraw x'inhi r-rabta bejn l-enerġija u l-iżvilupp nazzjonali.", "Meta nħarsu lejn l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna f'dawn l-aħħar disa' snin naraw b'mod mill-iktar evidenti l-qabża kbira li saret.", "Jekk inħarsu lejn il-kejl li l-iktar jintuża mill-ekonomisti - il-prodott gross domestiku - insibu li filwaqt li fl-1986 dan kien fil-livell ta' Lm512 miljun, fl-1995 - jiġifieri l-aħħar sena sħiħa ta' amministrazzjoni Nazzjonalista - dan tela' għal aktar mid-doppju u laħaq il-livell ta' Lm1 biljun u kważi Lm200 miljun oħra fuqhom.", "Meta nħarsu anke lejn id-diskors tal-Budget li sar, insibu li fl-ewwel 9 xhur ta' l-1996 kien hemm żieda oħra nominali ta' 7%, u żieda f'termini reali ta' 4%.", "Jiġifieri dan il- prodott gross domestiku tela' għal Lm884 miljun.", "Issa x'inhi r-riferenza għal dan is-suġġett fejn tidħol il-Korporazzjoni Enemalta?", "Għaliex kif jirrikonoxxu diversi awturi u kif jirrikonoxxi min jagħmel il-kalkoli ekonomiċi kollha, biex ikollok dak l-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiż, trid tiggarantixxi l-livell infrastrutturali meħtieġ.", "Inti ma tistax tattira industrija, investiment ġdid, jew attivita' ekonomika jekk inti lill-pajjiż ma tkunx tajtu dak il-mutur ta' żvilupp ekonomiku.", "Fuq dan is-suġġett hemm diversi teoriji.", "Riċentement kont qed inħares lejn artiklu studjat ħafna mill-Prof.", "Povrovski li huwa mir-Russja, imma fil-preżent qiegħed Malta mad- Dipartiment tal-Fiżika li kiteb preċiżament dwar \"Energy as a production factor in the theory of economic growth\".", "Jien naħseb li meta wieħed iħares lejn it-titolu waħdu diġa' jifhem l-argument prinċipali x'inhu.", "Se nikkwota mill-abstract li dan ippubblika fejn jgħid li l-valur totali tal-prodotti, kemm dawk li nipproduċu kif ukoll servizzi li tipproduċi s- soċjeta', per unit - u l-unit f'dan il-każ jieħdu bħala sena - huwa meqjus bħala l-kejl ta' kemm pajjiż irnexxielu jimxi 'l quddiem.", "Naturalment f'dik t-teorija wieħed irid jikkalkola x'inhuma l-in puts li huma meħtieġa f'termini ta' labour u capital supply u bla dubbju ta' xejn f'termini anke ta' supply ta' enerġija biex dan ikun jista' jiġi garantit.", "Naturalment, biex toħroġ formula matematika preċiża li tgħid kemm hu dak li tkun qed tonfoq għas-settur ta' l-enerġija, kif tkun qed tonfoq għas- setturi oħra ta' l-infrastruttura bħas-sistema tat-telekommunikazzjoni, bħas-sistema tat-toroq, bħal sistemi oħra marbuta ma' l-iżvilupp ekonomiku, u kif torbot dan b'mod preċiż matematiku, huwa suġġett ta' studji dettaljati u ta' formoli komplikati.", "Pero' wieħed jista' jagħmel kalkolu żgħir u jgħid: Ejja nassumu li jkollna qtugħ ta' l-elettriku ma' f'Malta kollha għal perijodu ta' tmien sigħat.", "Jekk tidentifika l-prodott gross domestiku tiegħek f'dak li jiddependi mill-elettriku - naturalment għandek bżonn formola komplikata għax jiddependi jekk ikunx bil-lejl fejn allura forsi jkollok inqas priorita' ta' attivita' industrijali anqas, jekk hux fil-għodu u jekk hux ma' Malta kollha jew inkella f'partijiet biss - u nagħmlu kalkolu rough ħafna fejn norbtu l-iżvilupp mal-ħtieġa li jkollu sors ta' enerġija nsibu li jekk isir qtugħ ta' l-elettriku f'pajjiżna għal tmien sigħat, illum il-ġurnata, bil-mod kif kiber il-prodott gross domestiku jfisser telf lin-nazzjon ta' aktar minn Lm1 miljun u jekk il- provvista tinqata' għal 4 sigħat ifisser telf ta' aktar minn Lm0.5 miljun.", "Naturalment dan huwa eżempju estrem, pero' ma nistgħux ma nżommuhx f'moħħna għaliex inkella nkunu qed nagħmlu l-iżball fundamentali li nħarsu lejn il-Korporazzjoni Enemalta b'mod illimitat fiha nnifisha u ma norbtuhiex mas-servizzi li hi bil-policy guidelines ċari li jrid ikollha mill-Gvern trid toffri lill-pajjiż kollu.", "Il-Ministru Brincat ikkwota b'mod estensiv mir-rapport li l-Gvern preċedenti kien talab li jsir mill-MSD Consulting.", "Jien ukoll nixtieq nikkwota minn dan ir-rapport li inċidentalment huwa rapport li ma sarx fe żmien ġimgħa.", "Ma tistax tqabbad persuna u tgħidilha li għandha ġimgħa jew 10 ijiem biex iġġib iċ-ċifri koolha.", "Dan ir-rapport sar għaliex il-Gvern, iva, kien talab li jkun hemm - se nuża l-frażi li uża l-Ministru Brincat u li kont użajt preċedentement jien f'diversi laqgħat - X-ray tal- Korporazzjoni Enemalta.", "U jekk inħarsu lejn dak ir-rapport kollu nsibu diversi spjegi għaliex fis-sena finanzjarja li għaddiet il-Korporazzjoni Enemalta m'għamlitx il-qliegħ li normalment kienet tagħmel fuq il- ġenerazzjoni ta' l-elettriku.", "Insibu li kien hemm costs ġodda għall- korporazzjoni u wieħed minn dawk il-costs kien il-ftehim li jingħata rebate ta' Lm12 fuq il-kontijiet ta' l-elettriku favur il-konsumaturi kollha.", "Dan ifisser li l-korporazzjoni fuq din il-miżura biss - miżura miftiehma mal- General Workers' Union għaliex naturalment aħna konna nieħdu ħafna miżuri biex inpattu għall-effetti ta' ċaqliq fil-prezzijiet fil-pajjiż - matul is- sena li għaddiet nefqet aktar minn Lm1,200,000.", "Sar dan il-ftehim mill- Korporazzjoni Enemalta u l-Water Services Corporation għaliex filwaqt li kien hemm prezz ridott għall-industrija kollha, il-Water Services Corporation kienet baqgħet tħallas b'rati ogħla mill-industrija u allura din ingħatat credit ta' Lm1,300,000.", "Naturalment nista' nibqa' nikkwota partijiet oħra ta' dan ir-rapport li jispjegaw ħafna minn dak li rrifera għalih il-Ministru Brincat.", "Insemmi per eżempju l-effett ta' l-introduzzjoni tal-VAT.", "Għaliex il-Gvern preċedenti ma riedx li l-VAT tvarja l-prezz ta' l-affarijiet essenzjali fosthom il-konsum ta' l-elettriku fid-djar privati - fil-fatt anke għall- industrija mxejna bl-istess prinċipju - il-Korporazzjoni Enemalta fis-sena finanzjarja li għaddiet ħallset lill-Gvern Lm7.5 miljun VAT.", "Issa wieħed jista' jgħid li din hija miżura li fissret ħsara lill-Korporazzjoni Enemalta.", "Din hija miżura fejn parti mis-settur pubbliku ta dak l-ammont ta' finanzjament lill-kaxxa nazzjonali.", "Inti tista' tgħid: Iva, intom eżentati, jew intom tħallsuhiex, issa se nagħmlu ma nafx liema sistema, naturalment għad trid tiġi definita, li ma tkunx tapplika għall-Enemalta, imbagħad ikun hemm il-Ministru tal-Finanzi li fil-kalkoli tiegħu jkollu dak l-ammont inqas.", "Xi jkun iggwadanja l-pajjiż b'daqshekk?", "Din hija materja ta' diskussjoni utli bejn il-Ministru responsabbli mill-Enemalta u l- Ministru responsabbli mill-Finanzi li jridu jsibu l-formola korretta bejniethom fl-interess tal-pajjiż.", "Kien hemm ukoll żieda ta' Lm4 miljun spejjeż minħabba ż-żieda fil- prezzijiet taż-żjut u minħabba l-mix tal-fuel li skond kif jirriżulta minn dan ir-rapport hija mix li kienet iktar environment friendly.", "Filwaqt li l- Ministru Brincat kien qed jagħmel l-argument tiegħu, kien hemm mument wieħed - forsi kien hemm anke aktar imma għalissa se nsemmi dan - li nkwetani u nappellalu biex joqgħod attent minn min forsi jkun qed jagħmillu jew jissuġġerilu dan it-tip ta' argument.", "Dan huwa l-argument fejn qal li forsi l-pajjiż missu kkonsidra li fl-iżvilupp addizjonali tal-power station imissna rajna jekk għandniex nerġgħu naqilbu jew inkella nibqgħu bis-sistema ta' l-steam turbines.", "Jekk irridu li nagħtu ġenerazzjoni ta' elettriku li tirrispetta l-ambjent se jkollna nagħmlu ħafna deċiżjonijiet li jiswew aktar flus.", "Din id-deċiżjoni trid tittieħed bħalma kienet ittieħdet fil-każ tal-Marsa.", "X'tagħmel?", "Tneħħi l-faħam jew tħalli l-faħam?", "Il-faħam kien introduċih gvern preċedenti fformat mill-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern hu kburi li kien neħħa l-faħam.", "Biex jagħmel dan kellu bżonn ta' spiża kapitali u daħħal lill-Korporazzjoni Enemalta fi spiża addizjonali ta' madwar Lm1 miljun jew Lm2 miljuni oħra fis-sena.", "X'nagħmlu?", "Ngħidu: Ma jimpurtax, ħallu n-nies jibqgħu bil-faħam wara biebhom!", "Fl-aħħar tar-rapport hemm kalkolu mportanti ħafna - li kkwota minnu l-Onor.", "Brincat - li jgħid x'kien il-kontribut tal- Korporazzjoni Enemalta lejn l-ekonomija nazzjonali.", "Hawn qed ngħid għall- ekonomija direttament tal-Gvern.", "Jien ngħid li ċ-ċifri li se nsemmi huma microcosm ħdejn il-ġid nazzjonali kollu għax jekk tagħmel power station li bis-saħħa industrijali tagħha jekk wieħed ikun qed jaħsibha jekk jiġix Malta jew le, jgħidlek: \"Iva, Malta niġi, għax għandek sistema adegwata u naf li se tkomplu tieħdu ħsieb l-iżvilupp tal-futur\" allura dak huwa ġid li kważi diffiċli tikkalkolah ħlief b'riferenza b'xi mod matematika lejn il- prodott gross domestiku kif ipprovajt nagħmel iktar kmieni.", "Pero', apparti l-kalkolu nazzjonali fis-sens wiesgħa tal-kelma l-konsulenti kienu qalu li fis-sena 1995 kienu se jaraw x'tagħti l-korporazzjoni lill-finanzi tal-Gvern jew lill-finanzi tal-kaxxa ta' Malta.", "Ħalli issa nsemmi xi ftit ċifri.", "Bħala VAT il-Korporazzjoni Enemalta tat aktar minn Lm7.5 miljun.", "Minħabba r-rebate li tat lill-konsumaturi l-korporazzjoni ħallset Lm1,250,000.", "Fid-dwana fuq il-petroleum products il-korporazzjoni ħallset iktar minn Lm11,300,000.", "F'national insurance il-korporazzjoni ħallset - din kienet tħallashom - Lm650,000.", "Issemma l-ftehim mal-Libja li aħna nkoraġġejna u għamilna għal terminu itwal.", "Fuq dan il-ftehim, li rrifera għalih bl-iktar mod doctrinaire l- Onor. Sceberras Trigona, il-korporazzjoni ħallset increase cost għaliex hemm xi wħud mill-prodotti li jiġu bi prezz iktar għoli milli jekk immorru fuq l-istock market.", "Għalhekk hemm prodotti li lill-korporazzjoni jiġuha ogħla.", "Issa jekk għall-ġid nazzjonali ta' Malta ngħidu li dak il-ftehim huwa importanti mil-lat nazzjonali għaliex jintuża bħala financing ta' aspetti oħrajn ta' l-attivita' ekonomika tal-pajjiż irridu ngħidu wkoll li l-korporazzjoni għamlet dak il-kontribut għall-kaxxa ta' Malta.", "Street- lighting write-off kien hemm kważi Lm1 miljun, interessi fuq tal-Gvern kien hemm Lm350,000 u flus li ta dirett lill-Gvern kien hemm Lm12 miljun.", "Dan juri li l-kontribut dirett li għaddiet il-korporazzjoni lill-gvern huwa ta' kważi Lm37 miljun.", "Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed id-dokument lki kkwotajt minnu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt minn rapport datat 23 ta' Awissu 1996 li sar mill-MSD Consulting Ltd dwar il-finanzi tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li fl-aħħar mill-aħħar il- kalkolu li rridu nagħmlu huwa kif l-iżvilupp nazzjonali jista' jkun garantit minn dak li nagħmlu fl-oqsma kollha ta' l-infrastruttura jiġifieri kif niġġeneraw l-impjiegi u l-ġid nazzjonali.", "F'pajjiżna għandu jkollna dawn is-sorsi.", "Ikun żball kbir jekk insiru pajjiż tal-book-keepers.", "Jien naħseb li wieħed mill-aqwa book-keepers fl-istorja kien Scrooge.", "Dak kien book-keeper famuż għaliex kien jgħodd kemm għandu muniti d-dar kuljum imma naħseb li għex ta' sinjur iktar meta laqtu l-ispirtu tal-Milied.", "Naħseb li għidna biżżejjed dwar dan l-ispirtu biex il-Gvern il-ġdid jintebaħ b'dan kollu.", "Aħna rridu viżjoni.", "Fil-Korporazzjoni Enemalta żgur li r- relazzjoni bejn viżjoni u dawl ma tistax tkun ikbar.", "Dan huwa l-awgurju lill-Korporazzjoni Enemalta - li tibqa' tkun mutur pro-attiv flimkien mas- servizzi infrastrutturali oħrajn għall-ġid ekonomiku kollu ta' pajjiżna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, il-bieraħ u llum qed nassistu għal dibattitu fuq il-Korporazzjoni Enemalta fejn ħarġu ħafna aspetti.", "L-estimi għas-sena korrenti li għandna quddiemna donnhom huma l-inqas li jiġbdu l- attenzjoni.", "Iktar tiġbed l-attenzjoni l-parti storika, biex ngħid hekk, ta' l-operat u tat-twaqqif tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Kull membru li jitkellem hawnhekk jieħu aspett wieħed - m'iniex qed ngħid għal kulħadd - u ma jarax il-kwadru kollu.", "Naħseb li l-kelliem ta' qabli - u l-bieraħ smajt parti wkoll minn dak li qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Zammit - ma tkellimx biss fuq aspett wieħed, kif għidt ftit ilu, imma ta wkoll ir-raġuni ta' l-operat tal- Gvern preċedenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Enemalta.", "Fl-opinjoni tiegħi dan spjega tajjeb ħafna r-role ewlieni li għandha din il- korporazzjoni fl-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer tagħna.", "Din hija xi ħaġa li kulħadd jirrikonoxxiha, pero' mhux kulħadd jagħtiha l-istess importanza.", "Ċertament il-Ministru konċernat ma jistax jaħrablu dan l-aspett għaliex jaf daqs kulħadd li l-Enemalta - kif għidt diġa' u kif qalu kelliema ta' qabli - għandha aspett importanti ferm f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer tagħna.", "Jien ngħid li l-mod kif wieħed jippreżenta l-każ huwa wkoll importanti għaliex naħseb li lkoll kemm aħna għandna d-dmir li noħolqu l-bilanċ bejn ħaġa u oħra.", "In-naħa tal-Gvern qed tinsisti fuq il-ħofra f'dak li huwa finanzjament u aħna qegħdin naraw l- investiment kbir li sar permezz ta' dawn il-korporazzjonijiet biex l- ekonomija tal-pajjiż tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Kif spjega tajjeb l-Onor.", "Zammit Dimech hemm rabta kbira bejn il- Korporazzjoni Enemalta u l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż u li kieku ma kienx hemm din ir-rabta ma kienx ikun possibbli li fil-pajjiż tagħna jinħoloq tant ġid u jinħolqu tant postijiet tax-xogħol.", "L-investiment li sar fl-infrastruttura ġie msarraf f'inizjattivi li ttieħdu fil-qasam pubbliku, imma iktar minn hekk, fil-qasam privat li ħoloq, nerġa' ngħid, ħafna postijiet tax-xogħol.", "Li kieku ma sarx dak l-investiment kollu x'aktarx li l-Gvern preċedenti kien ikun akkużat mill-istess Membri li llum qegħdin fil-gvern li ma ħoloqx biżżejjed ġid u postijiet tax-xogħol għall- poplu tagħna.", "Allura wieħed irid jiddeċiedi u jara kif joħloq bilanċ bejn ħaġa u oħra biex verament ikun qiegħed jitkellem b'sens kontinwu li jkun qed jagħmel ġid għall-istess dibattitu li qegħdin nagħmlu u għall-andament kif dan il-pajjiż irid imexxi u jimxi 'l quddiem.", "Nista' nieħu eżempju b'dik il-parti tal-pajjiż li jisimha Għawdex, li jien inħobb insejħilha l-periferija.", "Irrid ngħid li l-gżira ta' GĦawdex anke permezz ta' l-investiment li sar f'din il-korporazzjoni ma baqgħetx fil- periferija daqskemm kienet qabel imma resqet iktar lejn iċ-ċentru tal- pajjiż.", "Dan seħħ ukoll għaliex kien hemm investiment fl-infrastruttura li bih GĦawdex tressaq iktar lejn l-attenzjoni ta' kulħadd, ta' min ried jinvesti, ta' min ried jgħix fih u wkoll ta' min jippretendi li jekk jgħix fih allura għandu jkollu l-istess kwalita' ta' ħajja u l-istess livell ta' għajxien daqskemm kieku qed jgħix f'parti oħra tal-pajjiż.", "Madam Speaker, bħala membru tal-Kabinett preċedenti li kont responsabbli minn dik il-gżira, għandi s-sodisfazzjon kbir li ħdimt, ikkollaborajt u kkooperajt ħafna mal-Korporazzjoni Enemalta fis-snin li għaddew - naturalment flimkien mal-kollegi tiegħi l-Onor.", "Zammit u l-Onor.", "Zammit Dimech - sabiex nara li l-programm li kien hemm għat-Tramuntana ta' Malta jaqsam il-fliegu u jasal sa Għawdex u sabiex dan il-programm ikun sostnut il-ħin kollu u jiġi attwat.", "Kif diġa' għidt Għawdex m'għadux fil- periferija anke għaliex l-amministrazzjoni tiegħu permezz tal-ministeru għal Għawdex kienet tpoġġih f'pożizzjoni ta' vantaġġ iktar għaliex seta' jingħaqad ma' din il-korporazzjoni b'mod iktar fattibbli u b'mod iktar effettiv.", "Dan proprju għaliex il-ministeru kien ankrat f'Għawdex u allura kien jiġbed lejn Għawdex il-kooperazzjoni u l-ħidma kemm ta' din il- korporazzjoni kif ukoll ta' dipartimenti oħrajn.", "F'dawn id-disa' snin u nofs kien hemm rivoluzzjoni żgħira, biex insejħilha hekk, f'dik li hija ġenerazzjoni għal Għawdex.", "Per eżempju, f'Għawdex kienet ilha ma tinbena substation mill-1971 u f'dawn l-aħħar disa' snin u nofs inbnew madwar 40 substation u tbiddlu eluf kbar ta' metri ta' cable kemm ta' high tension kif ukoll ta' low tension.", "Kif qal anke l-Onor.", "Zammit il-bieraħ jekk m'iniex sejjer żball, sa 10 snin ilu Għawdex kien aktar qisu christmas tree li tixgħel u tintefa' għaliex daqqa għandek id-dawl u daqqa m'għandekx u daqqa tixgħel parti u daqqa ma tixgħelx.", "Illum b'sodisfazzjon ngħid li Għawdex sar qisu linfa għaliex kien hemm żieda ta' 2,300 lampa u sar floodlighting ta' ħafna postijiet storiċi, ta' knejjes u monumenti, u dan ta ċ-ċans li wieħed jesponi l- gżira ta' Għawdex anke bil-lejl.", "Jiena naħseb li dan għamel impatt kbir pożittiv għaliex ħafna nies skoprew il-gżira ta' Għawdex anke wara li tinżel ix-xemx, l-ewwelnett għaliex Għawdex sar iżjed aċċessibbli permezz tal-vapuri u tal-komunikazzjonijiet tal-baħar b'vapur ġej u ieħor sejjer u anke għax kien iktar faċli għal dak li jkun biex imur hemmhekk iktar minn qatt qabel.", "In-nies bdew iżuru din il-gżira f'kull ħin tal-ġurnata, anke fil-għaxijiet u bil-lejl, u allura veru kien hemm sitwazzjoni ġdida peress li kien hemm programm li ta d-dawl elettriku lill-gżira kollha għaliex ix- xogħol li sar ġie estiż għal kull lokalita' li hemm f'Għawdex.", "Dan mhux minn dejjem kien hekk għax kien hemm ċerti ċentri li għalkemm kellhom id- dawl ma kienx hemm provvista adegwata u allura f'ċerti truf tal-gżira d- dawl kien iktar vulnerabbli minħabba li s-supply ma kenitx qawwija biżżejjed.", "Din ma kenitx sitwazzjoni feliċi imma bix-xogħol li sar matul is- snin kien hemm distribuzzjoni tajba ma' kullimkien biex wieħed seta' jwassal is-saħħa tad-dawl elettriku f'kull rokna tal-gżira ta' Għawdex.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi dan affettwa ħafna affarijiet oħra għax, per eżempju, dak li jkun beda jitħajjar jinvesti f'Għawdex.", "Inbnew postijiet u nfetħu ħwienet u lokalitajiet oħrajn li attivaw l-ekonomija u l- kummerċ matul is-sena kollha.", "Dan wassal biex f'Għawdex stess ikun hemm żieda sostanzjali ta' postijiet tax-xogħol għax jirriżulta li f'disa' snin u nofs in-numru ta' postijiet tax-xogħol żdied bi 3,500 jew 3,600.", "Irrid nattribwixxi dan l-istat ta' progress għall-fatt li kien hemm l- investiment fl-infrastruttura tal-pajjiż - Għawdex huwa parti mill-pajjiż - li allura ħoloq din is-sitwazzjoni ġdida fil-gżira li qabel kienet ikkonsidrata fil-periferija u l-investiment kien qajla jasal s'hemm.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li l-ministeru għal Għawdex ikkollabora u kkopera ħafna mal-korporazzjoni biex dan il-programm ikun jista' jitwettaq to the extent li l-upgrading tal-premises ta' l-Enemalta f'Għawdex kien daħal għalihom il-ministeru għal Għawdex, naturalment b'konsultazzjoni u b'koperazzjoni mal-ministeru nkarigat, u ħloqnilhom post tax-xogħol aħjar billi għamilnilhom uffiċini suret in-nies.", "Irrid ngħid ukoll - Madam Speaker, inti dan tapprezzah għax ġejja minn Għawdex bħali u allura wieħed jifhem li aħna naqsmu l-istess esperjenzi - illi l-proġett il-kbir jibqa' dak li jwassal supply b'saħħitha biżżejjed lejn il-gżira t'Għawdex.", "L- ikbar proġett illi qiegħed isir - hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru jgħidli f'liema stadju wasal - huwa dak illi beda bil-132KV mill-Marsa għall-Mosta, iż-żewġ feeders addizjonali ta' 33KV separati li qed isiru taħt l-art bejn il-Mosta u l-Mellieħa - safejn naf jien ix-xogħol huwa miexi b'mod aċċellerat - u eventwalment l-estensjoni ta' cable tat-33KV Mellieħa/Vendome - dan huwa post fil-Marfa.", "Dan huwa parti mill-proġett il- kbir li se jissiġilla x-xogħol li diġa' kien sar imma li kien għad jonqsu jwassal is-supply ta' l-elettriku fit-Tramuntana ta' Malta biex eventwalment jasal f'Għawdex b'mod permanenti.", "Nenfasizza li huwa mportanti li l-cables ikunu taħt l-art, kif fil-fatt qegħdin isiru u kif bdew isiru taħt il-Gvern preċedenti, għax l-esperjenza li qed ikollna fil- gżira t'Għawdex hi li ħafna drabi meta jkun hemm il-ħsara fil-cable li hemm bejn il-Mellieħa u l-Marfa - dawn huma żewġ cables li qegħdin fuq pole wieħed - l-impjegati ta' l-Enemalta jkollhom jitfu dawn iż-żewġ cables biex ikunu jistgħu jaħdmu fuqhom bil-konsegwenza li Għawdex tista' tgħid jispiċċa kollu kemm hu fid-dlam.", "Meta jiġri hekk jista' jkollok tmien siegħat sħaħ ta' qtugħ fl-elettriku ma' Għawdex kollu u din is-sitwazzjoni ma nistgħux nibqgħu nittollerawha għax kif qal il-kelliem, ta' qabli tkun qiegħed twaqqaf l-attivita' għal kollox u tkun qiegħed tfixkel il- produzzjoni ta' diversi industriji u postijiet oħrajn li jimpjegaw lin-nies milli jagħtu l-kontribut tagħhom għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Madam Speaker, f'dan il-mument f'idejja għandi press release tad- Dipartiment ta' l-Informazzjoni li tittratta dwar il-qtugħ ta' l-elettriku.", "Irrid ngħid li anke fil-każ ta' manutenzjoni għad hemm differenzi kbar bejn Malta u Għawdex.", "Kien hemm każ fejn l-Enemalta tat avviż minn qabel fuq xogħlijiet ta' manutenzjoni li kienu jridu jsiru fl-elettriku - hawnhekk qed nirriferi għal press release li ħarġet għall-Ħamis, 9 ta' Jannar, 1997 - fejn qalel li filwaqt li f'Malta fil-Mellieħa d-dawl se jinqata' f'żewġ toroq biss; fi Triq tas-Salib u fi Triq il-Kbira u fil-Ħamrun id-dawl se jinqata' biss f'sitt toroq - fosthom hemm parti mill-housing estate, parti minn Triq San Fidiel u parti minn Triq San Franġisk - fil-każ ta' Għawdex kien se jkun hemm sospensjoni ta' l-elettriku f'irħula sħaħ, fosthom fil- Qala, f'Għajnsielem, fl-Imġarr, fix-Xewkija, il-Munxar, fis-Sannat, fix- Xlendi, fil-Fontana, f'parti minn Victoria, fl-Isptar Ġenerali - fil-fatt hemmhekk kellhom iwaqqfu x-xogħol minħabba f'hekk - u fl-industrial estate area tax-Xewkija.", "GĦalhekk f'GĦawdex għad irridu naslu f'dak l-istat fejn is-sitwazzjoni tal-manutenzjoni tkun tista' tipparagunaha mal-mod ta' kif issir f'Malta għax ma jistax ikun li biex nagħmlu l-manutenzjoni naqtgħu l- parti l-kbira jew nofs l-irħula t'Għawdex.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li hemm bżonn li f'Għawdex ikun hemm żewġ inġiniera ta' l-Enemalta għax meta wara li għamilna snin sħaħ mingħajr inġiniera ġie wieħed dan għamel differenza enormi u fil-fatt mbagħad kien hemm anke l-bżonn li jkun hemm tnejn.", "Issa wieħed minn dawn l-inġiniera ħa promotion u għalkemm dan huwa nkarigat mill-parti tat-Tramuntana ta' Malta li tinteressana wkoll, ċertament hemm xogħol biżżejjed, anzi hemm ħafna xogħol, li jimmerita li f'Għawdex ikollna żewġ inġiniera.", "GĦalhekk jien nappella lill-Ministru biex dan isir ħalli anke f'Għawdex il-progress li nbeda permezz ta' l-investiment li sar fil- qasam li għandha x'taqsam miegħu l-Korporazzjoni Enemalta jissokta kemm għall-ġid tal-gżira t'Għawdex kif ukoll għall-ġid ġenerali tal-pajjiż kollu kemm hu.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Segretarju Parlamentari għas-Self Employed): Madam Speaker, bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni, jekk kien hemm xi karatteristika li spikkat f'dan id-debate dwar il- Korporazzjoni Enemalta din kienet ir-riluttanza assoluta ta' l-Oppożizzjoni li titkellem dwar il-qagħda finanzjarja tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Jien, bħala l-aħħar speaker qabel ma l-Ministru konċernat jagħmel il-winding-up tiegħu, nista' ngħid li minkejja li l-Onor. kollegi ta' din in-naħa diġa' ġibdu l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni għall-fatt illi l- ewwel żewġ kelliema tagħhom il-bieraħ ma għamlu assolutament l-ebda aċċenn u l-ebda riferenza għal dan il-punt importanti li kien ukoll punt kruċjali u ċentrali fil-Budget Speech tal-Ministru tal-Finanzi, l-Onor.", "Lino Spiteri, it-tieni sett ta' kelliema ta' l-Oppożizzjoni li għadhom kemm intervjenew xorta waħda ma reġgħu semmew xejn rigward il-qagħda finanzjarja tal- Korporazzjoni Enemalta.", "Forsi l-aktar persuna kuraġġjuża kienet proprju l- Onor. Francis Zammit Dimech li miss kemm kemm is-suġġett fl-aħħar ta' l- intervent tiegħu, imma l-bqija ma ssemma proprju xejn.", "Pero' qabel ma nidħol aktar b'mod profond fl-aspett finanzarju tal-korporazzjoni tajjeb li nkompli xi ftit ma' dak li qal l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona l-bieraħ dwar dak il-mument li fih kienet se titwaqqaf il-Korporazzjoni Enemalta fl-1977.", "Madam Speaker, dan huwa importanti li nenfasizzah għaliex meta l-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien ried iwaqqaf il-Korporazzjoni Enemalta billi jiċċentralizza d-dipartimenti - ta' min isemmi li kien hemm il-Gas Division, l-Electricity Board u l-Petroleum Section liema sezzjoni kien hemm involuti fiha l-Esso u s-Shell - dan kien irċieva baraxx ta' kritika mill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien fuq żewġ punti, l-ewwelnett fuq il- kwestjoni li konna se noħolqu korporazzjoni li kienet se tiċċentralizza u t- tieni nett fuq il-kwestjoni taż-żejt li l-Enemalta riedet tixtri bi prezz vantaġġjuż.", "Dan diġa' qalu l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona u kif diġa' għidt jien ma rridx nerġa' nirrepeti, pero' kien interessanti li nerġa' ngħid xi ħaġa dwar dan, proprju fid-dawl tar-risposta li ta l-Onor.", "Ninu Zammit il-bieraħ stess.", "Madam Speaker, jekk inħarsu lejn l-ispeeches li jirrigwardaw l-Att dwar l- Enemalta li saru fl-1977, proprjament fis-seduta ta' l-4 ta' Jannar, 1977, insibu li dak iż-żmien l-Onor.", "Mario Felice kien qal - hawnhekk se naqra testwalment - li:", "\"Jekk Ghaddafi ma jħalliniex, ma jikkonċedilniex li nfittxu fejn suppost hemm chances kbar li verament insibu ż-żejt, aħna ekonomikament se nibqgħu subservient, Sur President, u nistgħu nagħmlu economic plans għax nibqgħu subservient għax għandna bżonn lil ħaddieħor.\"", "Fil-fatt f'dik is-seduta saħansitra l-Onor.", "Michael Refalo - li għadu hawnhekk - kien staqsa jekk din l-għaqda ta' servizzi hijiex sejra tkun ta' ekonomija għall-pajjiż, jekk hijiex se tnaqqas l-ispejjeż għall-pajjiż peress li kienet se tiċċentralizza kollox u jekk aħniex se niffrankaw xi ħaġa.", "Ta' min jgħid li dan kien aċċenna ħafif ukoll fuq dak li qal l-Onor.", "Mario Felice qablu rigward il-kwestjoni taż-żejt mil-Libja.", "Madam Speaker, il-fatt huwa li matul id-disa' snin u nofs li l-Gvern Nazzjonalista amministra l-Korporazzjoni Enemalta la tbiddlet iċ- ċentralizzazzjoni ta' l-Enemalta u wisq inqas ma tbiddel dak il-ftehim li kien intlaħaq mal-Libja rigward ir-rati vantaġġjużi li bih konna qed nixtru ż-żejt.", "GĦalhekk wieħed ma jistax ma jidentifikax metamorfosi stramb ta' kif kienu jinbidlu l-fehmiet għax filwaqt li fl-1987 meta kienu fl- oppożizzjoni kienu jitkellmu mod, imbagħad proprju wara l-1987 huma, bl-aġir tagħhom stess, ivvendikaw dak li għamel il-Gvern Laburista in konnessjoni mal-Korporazzjoni Enemalta.", "Pero' jien se ngħid iktar minn hekk.", "Proprju l-bieraħ, l-Onor.", "Ninu Zammit, qal li l-arranġament li għamilna aħna mal-Libja kien għal perijodu ta' sitt xhur sitt xhur u huma għamlu iktar minn hekk għax għamlu arranġament għal sena sħiħa u b'hekk il-prodott kien ħafna aħjar.", "Hawnhekk qed nerġgħu naraw metamorfosi jew tibdil.", "Hemm differenza kbira bejn dak li kienet tgħid l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fl-1977, meta kienet ħarġet qatta' bla ħabel kontra l-idea taċ- ċentralizzazzjoni ta' dawk it-tliet dipartimenti li llum jikkostitwixxu l- Enemalta, u llum.", "Illum tan-naħa l-oħra la huma kontra dak il-ftehim li ntlaħaq mal-Libja u wisq inqas huma kontra l-idea taċ-ċentralizzazzjoni.", "Issa ħalliha li llum wara disa' snin u nofs jaħilbu minn ġo l-Enemalta u fil-manifest elettorali tagħhom ħarġu bl-idea li jifframmentawha.", "L-idea tal-frammentazzjoni ta' l-Enemalta ma ħarġux biha meta telgħu fil-gvern jew almenu fil-manifest elettorali ta' l-1992 imma wara li ħalbuha u wara li d-dejn tagħha beda jeċċedi t-Lm30 miljun.", "Jien bdejt nitkellem fuq dan għax nixtieq li nenfasizza l-metamorfosi tal-fehmiet ta' l-Oppożizzjoni matul iż-żmien.", "Issa ħalli nerġa' mmur lura għall-kwestjoni finanzjarja.", "Kif qal tajjeb ferm il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, l-Onor.", "Lino Spiteri, Gvern Laburista ġdid sab toqba kbira fil-finanzi tal-pajjiż u f'diversi korporazzjonijiet.", "Li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tħobbx titkellem dwar dan is-suġġett wieħed jifhmu.", "Naħseb nistgħu ngħidu li hemm telf finanzjarju across the board mhux fil-korporazzjonijiet biss.", "Meta ngħid li l-Gvern Laburista ġdid skopra li kien hemm din il-problema forsi ma nkunx qed nuża l-kelma adattata għaliex l-Oppożizzjoni Laburista qabel is- 26 ta' Ottubru 1996 kienet ilha tgħid li l-affarijiet ma kenux qegħdin jiġu amministrati b'mod tajjeb, li kien qed isir tberbiq u ħela, li l- korporazzjonijiet ma kenux qegħdin jinvestu tajjeb u ma kenux qegħdin jagħmlu pjanijiet fit-tul u li l-Gvern Nazzjonalista kien qiegħed jaħleb mill-korporazzjonijiet aktar milli suppost.", "Din kienet ir-raġuni għalfejn xi korporazzjonijiet jinsabu fl-istat finanzarju li qegħdin fih illum.", "Dan japplika proprju għall-Korporazzjoni Enemalta fejn il-Ministru ta' l- Ekonomija u l-Finanzi fil-Budget Speech tiegħu ddeskriviha bħala korporazzjoni bi problemi ta' cash flow li jissikkaw sewwa lill- Korporazzjoni biex tonora l-obbligi ta' ħlasijiet fil-ħin ta' dak li hu dovut lejn il-kaxxa ta' Malta.", "Madam Speaker, fil-fatt din hija r-realta' għax meta inti għandek korporazzjoni li tgawdi monopolju fil-qasam tagħha, il-funzjoni vitali tagħha hija li tippompja l-flus lill-Gvern, għalkemm din m'hijiex l-unika funzjoni tagħha għax naturalment funzjoni oħra tagħha hija li tirrendi servizz lill-konsumatur jew lil kull entita' li tinqeda bis-servizzi tagħha.", "L-istess nistgħu ngħidu fuq il-livelli tas-servizzi; minkejja l- ħafna ftaħir ta' kemm sar investiment matul dawn l-aħħar disa' snin u nofs u minkejja l-baraxx ta' kritika ta' kemm konna ngħixu fi żmenijiet mudlama fi żmien il-Partit Laburista fejn saħansitra kellhom il-kuraġġ li jattakkaw lill-Gvern Laburista għax kultant matul dawn l-aħħar tliet xhur inqatgħet il-provvista ta' l-elettriku ...", "Imbierek Alla, dawn meta jitkellmu jagħtuk l-impressjoni li fi żmienhom qatt ma kien hemm power cuts meta fil- fatt kien ikun hemm power cuts estensivi f'diversi żoni ta' Malta.", "Fil- fatt l-aħħar power cut li niftakar - ovvjament niftakar okkażjonijiet oħrajn fejn saru power cuts imma din baqgħet indelible f'moħħi - kien meta s-sajf li għadda fil-Belt inqata' d-dawl għal tlett ijiem sħaħ fejn b'konsegwenza ta' dan fost l-oħrajn batiet il-komunita' kummerċjali fil- Belt għax dawn għamlu tlett ijiem ma jistgħux jaħdmu suret in-nies.", "Jien mhux issa biss qed nidħol il-Belt kuljum; qabel ukoll kont nidħol għaliex kont nipprattika ta' avukat u għalhekk niftakar f'liema ċirkostanzi konna ħdimna f'dawk it-tlett ijiem.", "Fil-fatt hawnhekk ta' min jgħid li minn informazzjoni li għandi dan kollu kien ġara għaliex ma setgħux jagħmlu tracing tal-cable li kien difettuż.", "Qegħdin fuq l-għatba tal-millennju l- ġdid u għamilna tlett ijiem sħaħ bla dawl!", "Sar ħafna ftaħir fuq l- investiment kollu li sar fuq it-twaqqif tal-power station u fuq kemm għamlu street lighting, imbagħad biex sar tracing ta' cable fil-Belt kellna ndumu tlett ijiem sħaħ bla dawl!", "Quindi bilfors trid tikkritika wkoll il-livell tas-servizz li kienet qiegħda tagħti l-Enemalta fi żmien l- Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Madam Speaker, biex inkomplu fuq l-argument finanzjarju rrid ngħid li l- Enemalta, bħala korporazzjoni, għandha wkoll l-obbligu li tiġġenera profitti biex minn dawn il-profitti tkun tista' tħallas lill-Gvern.", "Pero' huwa importanti li ngħidu li mhux il-profitti kollha jridu jmorru għand il- Gvern għax il-korporazzjoni trid tkun f'qagħda finanzjarja tajba biżżejjed sabiex tkun tista' tiġġestixxi lilha nnifisha.", "Fil-fatt din hija r-raġuni vera li għaliha l-Korporazzjoni Enemalta spiċċat f'din il-qagħda finanzjarja mwiegħra għax filwaqt li mill-1979 sa l-1987, jiġifieri f'perijodu ta' tmien snin, il-Gvern Laburista ħa mill-Korporazzjoni Enemalta daqs Lm19 miljun, fuq l-istess firxa ta' żmien imma bejn l-1988 u l-1995, il-Gvern Nazzjonalista ħaleb mill-Korporazzjoni Enemalta daqs Lm63 miljun.", "U dawn ma ntużawx għall-proġett tal-power station jew għal proġetti oħrajn imma ntużaw għal skopijiet tagħhom - dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem.", "Mela min-naħa naraw li l-korporazzjoni sabiex tkun tista' tlaħħaq ma' l-investiment li daħlet għalih riedet bilfors tidħol f'dejn bankarju u min-naħa l-oħra naraw li l-Gvern bejn l-1988 u l-1995 kien qiegħed jiġbed Lm63 miljun minnha.", "Din kienet il-problema.", "L- investiment ma kienx qiegħed jiġi mwettaq tajjeb u kien hemm indifferenza assoluta min-naħa tal-Gvern.", "Din il-korporazzjoni baqa' jdejjinha mal- bank, baqa' joħolqilha kredituri u qisu qatt ma ġara xejn.", "Kien hemm min qal li tant kien sar investiment, li din il-kwestjoni tal-finanzi m'hi xejn ħdejn dan l-investiment li sar.", "Insibu wkoll li s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi permezz ta' ittra datata 29 ta' Awissu, 1996 kien bagħat jgħid lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent li kienet responsabbli mill-Enemalta li:", "\"It is for consideration whether the Electricity Division should continue to incur considerable losses and whether revenues from sale of electricity should be revised.\".", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jinnotax is-sarkażmu fil-kliem \"It is for consideration whether the Electricity Division should continue to incur considerable losses\".", "U ma ntqalx \"losses\" imma \"considerable losses\".", "Jiġifieri l-Gvern Nazzjonalista fid-29 ta' Awissu, 1996 kien jaf bis- sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra li kienet għaddejja minnha l-Korporazzjoni Enemalta.", "Sfortunatment jiena ma tantx għandi ħin biex nittratta b'mod aktar estensiv il-kwestjoni finanzjarja, pero' tajjeb li nsemmi, Madam Speaker fejn marru dawn it-Lm63 miljun li l-Gvern Nazzjonalista ġibed mill- korporazzjoni.", "Naturalment dawn suppost intużaw sabiex tkompli titkabbar l- infrastruttura tal-pajjiż f'oqsma oħrajn.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Alex Sciberras Trigona semma li dawn nefquhom għall-piki u l-vendikazzjonijiet tagħhom eċċ. pero' ma rridux ninsew kemm il-Gvern preċedenti kien ġie kkritikat għal ċerti tenders.", "Per eżempju, kien hemm tenders li kienu jiswew xi Lm4 miljun aktar mill-orħos offerta u Alla jbierek qisu ma ġara xejn!", "Hemm jidħol l-isparpaljar u t-tberbiq tal-flus.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Membru qed jgħid li kien hemm xi tenders li ngħataw b'xi Lm4 miljun ogħla ...", "L-uniku tender li kien hemm ...", "(Interruzzjonijiet) Agħtini ċans; int għidt tiegħek u issa jien se ngħid tiegħi.", "L-uniku tender li kien hemm kien ta' Lm1 miljun ogħla fis-civil works.", "Ta' min jgħid li għal dan kien hemm ħafna kritika kemm minn hawn ġew kif ukoll minn barra u għalhekk din it-tender marret quddiem il- Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni liema kummissjoni fliet fid- dettal l-imsemmija tender ...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit, agħmel il-punt tiegħek.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien ġiet mistiedna biex tara, kemm din it-tender kif ukoll kwalunkwe tender oħra imma ma ġietx u l- Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni qatgħetha li ma kien hemm l- ebda korruzzjoni f'dik it-tender.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Point taken.", "Madam Speaker, kulħadd jaf kif kienu jintnefqu l-flus u xi tberbiq u ħela kien isir.", "Fil-fatt din hija l- isfortuna għaliex jaħasra, dawn il-flus setgħu ġew imfaddla jew baqgħu fil- korporazzjoni u l-korporazzjoni setgħet timmaniġġja l-affarijiet tagħha b'mod ħafna iktar serju.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nsemmi d- differenza tal-price structures kif jinħadmu hawn Malta u kif jinħadmu taħt l-Unjoni Ewropea.", "Hawn Malta l-price structures jinħadmu b'mod li l-ogħla rati jitħallsu mis-settur kummerċjali, imbagħad hemm l-industrija u l-irħas rati jitħallsu mill-konsumatur domestiku.", "Taħt il-price structure ta' l- Unjoni Ewropea huwa s-settur domestiku li jħallas l-ogħla rati - jiġifieri dan kollu huwa bil-maqlub - imbagħad hemm l-industrija u fl-aħħar nett hemm is-settur privat.", "GĦalhekk wieħed irid jixtarr dan ukoll fid-dawl tal- politika tal-Partit Nazzjonalista li nidħlu fi sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea għax sħubija sħiħa ta' dan it-tip kienet tfisser ukoll sħubija f'dawn it-tip ta' price structures.", "Huwa wkoll sintomatiku l-fatt li proprjament qabel l-elezzjoni l-Permanent Secretary fil-Ministeru tal- Finanzi bagħat dan il-warning lill-Ministeru għall-Ambjent:", "\"It is for consideration whether the Electricity Division should continue to incur considerable losses and whether revenues from sale of electricity should be revised.\"", "Madam Speaker, dan ifisser li minħabba l-mod li bih il-Gvern Nazzjonalista kien qed imexxi korporazzjoni bħal din li l-kontribut tagħha huwa importanti u kbir ħafna għall-ekonomija tal-pajjiż, aħna konna wasalna fi stat fejn il-konsumatur domestiku jbati l-aktar.", "Fil-fatt kif għidt diġa' skond il-price structures ta' l-Unjoni Ewropea l-ogħla rati bilfors iridu jitħallsu mis-settur domestiku.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, filwaqt li jien nieħu gost nitkellem fuq suġġett tant importanti ma għandi l-ebda ħsieb li nkun polemikuż imma nixtieq li naqbad punt wieħed biss minn dak li semma l-Onor.", "Gavin Gulia fejn qal li matul id-disa' snin u nofs ta' amministrazzjoni Nazzjonalista ma sar xejn biex titnaqqas iċ-ċentralizzazzjoni fil- korporazzjoni.", "Fil-fatt irrid infakkar lill-Onor.", "Gulia li kien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li beda jnaqqas iċ-ċentralizzazzjoni meta neħħa s-sezzjoni tal-bunkering minn taħt il-Korporazzjoni Enemalta tant li fid-diskussjoni ta' l-Estimi tas-sena li għaddiet kien l-istess Onor. Lino Spiteri - illum Ministru tal-Finanzi - li kkritika dik id-deċiżjoni.", "Filwaqt li konna diġa' bdejna nagħmlu dan, il- Programm Elettorali tagħna kien jgħid ukoll kif kellna nkomplu nnaqsu ċ- ċentralizzazzjoni iktar 'il quddiem f'dik li hija Korporazzjoni Enemalta għax hekk jagħmel sens f'istituti finanzjarji mibnijin fuq pedamenti moderni.", "Fir-rigward tal-ħidma ta' l-Enemalta ħaġa li ma ssemmietx s'issa hija dik li l-Enemalta kienet diġa' qed tagħti l-kontribuzzjoni tagħha sabiex jiġi fformulat pjan nazzjonali komprensiv għall-enerġija.", "Sa sena ilu l- Enemalta kienet ifformulat pjan komprensiv ta' 15-il sena għall-ħteġijiet tagħha u flimkien ma' Setturi oħrajn kienet qiegħda tipparteċipa f'numru ta' working groups li kellu l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija sabiex jiġi mfassal dan il-pjan nazzjonali.", "Jiena nittama li l-Gvern preżenti jibqa' għaddej b'dik l-inizjattiva sabiex fi żmien qasir f'pajjiżna jkollna għall-ewwel darba pjan nazzjonali għall-enerġija.", "Jekk wieħed irid jikkonsidra l-ħtiġijiet ħafna aktar immedjati li għandna llum, huwa importanti li wieħed jara r-relazzjoni li hemm bejn l-enerġija u l- ambjent, mhux biss f'dimensjoni internazzjonali iżda wkoll f'dimensjoni lokali.", "Huwa tajjeb li sal-lum l-Enemalta kkonċentrat l-enerġiji tagħha proprju sabiex tipprovdi l-enerġija.", "Dan tant għamlitu tajjeb li matul l-aħħar disa' snin u nofs irdoppjat il-produzzjoni ta' l-enerġija f'dan il-pajjiż.", "Jiena nittama li jibqa' jkollna ammont ta' investiment kontinwu.", "Huwa mportanti ħafna li l-investiment ikun kontinwu u mhux kollox f'daqqa kif kellu jagħmel Gvern Nazzjonalista fl-ewwel snin ta' l-amministrazzjoni tiegħu minħabba illi l-Gvern preċedenti kien qagħad jixxaħħaħ.", "Dan żgur li ma ħalliex toqob fil-finanzi tal-pajjiż imma l-ikbar toqba kienet il-ħofra kbira li ħalla f'dak li hu provvediment ta' enerġija f'dan il-pajjiż.", "Jiena nieħu gost nisma lill-Onor.", "Gulia jgħid li l-one-off cut out li kien hemm il-Belt tant impressjonah li baqa' jiftakru.", "Ara aħna ninsew il- famużi cuts kbar li kien ikollna qabel l-1987 għax kienu saru xi ħaġa ta' kuljum.", "Lanqas konna nagħtu kas għax il-cuts fl-elettriku kienu saru parti mill-istorja ta' pajjiżna, imma l-Onor.", "Gulia llum ftakar fil-one-off cut out.", "Jien żgur li ħadd ma jista' jpoġġielna xi argument li aħna ma nvestejniex fil-qasam ta' l-elettriku għax dawn huma fatti u kulħadd jista' jarahom.", "Punt importanti li huwa neċessarju għal dak li għandu x'jaqsam mal-pjan nazzjonali għall-enerġija huwa l-ħtieġa li f'pajjiżna jkollna bord regolatur f'dan il-qasam li jieħu u jbiddel il-pożizzjoni li għandha llum l- Enemalta li tipprovdi s-servizz u tirregola wkoll l-istess servizz li tipprovdi.", "Aħna dan semmejnih anke fil-Programm Elettorali tagħna u fil- fatt jidher li kien hemm kelliema min-naħa tal-Gvern preżenti li għamlu aċċenn għal dan il-bord regolatur.", "Dan il-bord regolatur għandu jara li jsir tnaqqis fid-domanda għall-enerġija u li jkun hemm standards aktar effiċjenti fil-karozzi, f'bini residenzjali, f'bini kummerċjali u fl- appliances.", "Madam Speaker, jien naħseb li huwa importanti li filwaqt li wieħed jitkellem fuq il-ħtieġa li dejjem tiżdied il-produzzjoni għall-ħteġijiet ta' dan il-pajjiż, nitkellmu wkoll fuq pjan ta' konservazzjoni ta' l- enerġija.", "Fil-fatt jien nittama li dan il-Gvern ikompli bil-wegħda li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fil-Programm Elettorali tiegħu - fil- Programm Elettorali tal-Partit Laburista ma jissemma xejn dwar dan - jiġifieri li jkun hemm programm sħiħ ta' konservazzjoni ta' l-enerġija.", "GĦandu jkun il-Gvern stess li jibda programmi ta' audit ta' enerġija fid- dipartimenti u fil-postijiet kollha li jmexxi l-istess Gvern.", "Jien nifhem li bord regolatur għandu jservi wkoll ta' awditur biex jirregola s-suq, inkluż prezzijiet, u jipprovdi inċentivi sabiex jintużaw sorsi alternattivi, kif issemma f'dan id-dibattitu.", "Il-pjan nazzjonali jrid jistudja wkoll il-valur soċjali ta' l-enerġija vis-a-vis il-valur soċjali ambjentali.", "Jien naf li dan m'huwiex faċli iżda nittama li ġaladarba dan il-Gvern jieħu t-task li jagħmel pjan nazzjonali għall-enerġija, dan ikun wieħed mit-tasks li jittieħdu bis-serjeta'.", "Madam Speaker, filwaqt li wieħed isemmi s-sorsi alternattivi ta' l- enerġija, irid ukoll ikun realistiku, jiġifieri ma jaħsibx li nistgħu nbiddlu xi ħaġa mil-lum għal għada.", "Biex ikun hemm l-inċentiv li jintużaw aktar ir-riżorsi alternattivi jenħtieġ li jinbidel ir-reġim tal-prezzijiet ta' l-elettriku li għandna f'pajjiżna sal-lum.", "M'hu veru xejn dak li qal l- Onor. Gulia meta semma li ġaladarba gvern idaħħal lil pajjiżu fl-Unjoni Ewropea allura l-prezz domestiku jkun aktar għoli mill-prezz kummerċjali u ta' l-industrija.", "Il-prezz preżenti ta' l-elettriku ftit jinċentiva li persuna tagħmel spiża kapitali żgħira biex tistalla solar water heater jew photo-voltaic panel", "minħabba li effettivament ir-reġim fiskali għal dawk li huma prezzijiet ma jinċentivahiex biex tagħmel dan.", "Jien nifhem ukoll li fil-Budget li għadu kif ġie ppreżentat f'din il-Kamra kien hemm żidiet fil-prezzijiet tal-fuel bħalma huma l-petrol, id-diesel u l-pitrolju minħabba l-argument li ġie wżat, ċioe' li għandna ndaħħlu dejjem aktar il-konċett ta' the polluter pays, pero' dan il-Gvern irid joqgħod attent ħafna għax jekk se jdaħħal dan il-konċett b'dawn iż-żidiet mingħajr ma jagħmel pjan komprensiv għal dik li hija enerġija, wisq nibża' li jkun hemm reazzjoni negattiva min-nies li jibdew jifhmu li dawk m'huma żidiet xejn għar-raġunament ambjentali imma li huwa sempliċi eżerċizzju faċli ta' kif tagħmel taxxi ġodda.", "Madam Speaker, jien nittama wkoll li matul is-sena li ġejja l-Enemalta żżid l-impenn kif żiditu matul l-aħħar sentejn f'dik li hija sħubija ma' l- Institute for Energy and Technology li għandha l-Universita'.", "Hawnhekk irrid insemmi wkoll ix-xogħol utli li għamel dan l-istitut.", "Fost l-oħrajn jien naf li dan għamel xogħol u studju dettaljat ta' kif jista' jkollok l- użu ta' photo-voltaic panels sabiex jiġi integrat fi grid system nazzjonali.", "Ma għandix ħin insemmi affarijiet oħra għar-rigward ta' l- istitut imma jien naf li dan huwa punt importanti ħafna u nittama li l- Enemalta tieħu dan il-punt iktar bis-serjeta'.", "Jien nittama wkoll li dan il-Gvern ikompli fuq il-pjanijiet li kien beda l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija sabiex tiġi studjata r-relazzjoni u l-ko-relazzjoni bejn il- qasam ta' l-ilma u dak tal-produzzjoni ta' l-enerġija minħabba li llum f'pajjiżna nużaw bejn 25% u 30% tal-produzzjoni ta' l-enerġija għal dak li għandu x'jaqsam ma' produzzjoni ta' ilma.", "Madam Speaker, jien għandi punti oħra li xtaqt insemmi wkoll imma ma għandix ħin u għalhekk nixtieq li nagħlaq id-diskors tiegħi billi nitlob lill-Ministru konċernat jgħidilna x'kien l-average demand ta' l-Enemalta l- ġimgħa l-oħra u jgħidilna wkoll kemm turbini u boilers qegħdin out of order illum fl-Enemalta għax jien ma nistax nifhem kif matul dawn l-aħħar tlett ijiem ...", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi għal dawk il-cuts li darba kien hemm il-Belt u li ftakar fihom l-Onor.", "Gulia imma qed nirriferi għal dawk il-cuts kollha li qed jerġa' jibda jkollna f'dan il- pajjiż.", "Per eżempju, il-Ħamrun u diversi lokalitajiet oħrajn illum ilhom mit-8.00 ta' dalgħodu bla dawl.", "Jien nixtieq li l-Ministru jagħtina raġuni għal dawn il-cuts ħalli aħna wkoll nifhmu x'inhu l-pjan sħiħ ta' manutenzjoni li nittama l-Enemalta għadha qed tħaddem.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Madam Speaker, irrid ngħid li minkejja li issa ili hawnhekk kważi 10 snin, dan huwa l-ewwel dibattitu tiegħi fuq dan is- suġġett u allura hija xi ħaġa li se nagħmel b'ċerta umilta'.", "Nifhem li l- Ministru wkoll huwa f'din il-pożizzjoni għaliex din ukoll hija l-ewwel darba li għandu responsabbilta' ta' din in-natura.", "Biex inkun fair miegħu, ngħid li mid-diskors li għamel hu fil-bidu ta' dan id-dibattitu, naturalment bħala ministru li għadu dieħel ġdid f'din ir-responsabbilta', jidher li huwa qiegħed iħares lejn l-affarijiet u jara kif jista' jidħol għal din ir-responsabbilta' b'mod li jiena nemmen li kull politiku f'dan il- pajjiż li jieħu x-xogħol tiegħu bis-serjeta' dejjem jipprova jagħmel, huwa min huwa u huwa ta' liema partit huwa.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex nemmen ħafna li fil-politika huwa tajjeb li nkunu fair ma' xulxin u għaliex nemmen ukoll - forsi nibqa' ngħix bit-tama - li din trid tkun xi ħaġa two-way u mhux one-way biss.", "Imma din hija xi ħaġa li jrid jgħallimna ż-żmien.", "Madam Speaker, x'jistenna l-poplu minn korporazzjoni bħalma hi l- Enemalta?", "Jiena naħseb li l-poplu jistenna tliet affarijiet prinċipali.", "L- ewwelnett jistenna provvista ta' enerġija kostanti li tiflaħ għall- ħteġijiet tal-pajjiż u li tħares lejn il-ħteġijiet futuri; it-tieni nett, fil-fehma tiegħi, jistenna servizz tajjeb li bih ikun moqdi tajjeb b'mod effiċjenti u fattwali u bl-inqas spiża possibbli; u t-tielet ħaġa li jistenna l-poplu mill-Korporazzjoni Enemalta - li llum kibret il-kuxjenza tagħha - u li jiena nemmen li hija importanti ħafna għall-ġid ta' pajjiżna mhux biss b'mod akkademiku imma b'mod reali u tanġibbli, hija li l-enerġija tasal fid-djar tagħna u tiġi prodotta b'mod li jagħmel l-inqas ħsara possibbli lill-ambjent.", "Aħna pajjiż żgħir u żgur li bħala tali rridu nkunu iktar u iktar konxji minn pajjiżi oħrajn rigward dan l-aspett.", "Kif qalilna tant tajjeb ir-Rapport Brundtland, fuq livell intellettwali, huwa essenzjali li l-iżvilupp tagħna jkun żvilupp sostenibbli għax ikun marbut ma' kuxjenza ċara ta' l-ambjent f'pajjiżna.", "Fil-ftit ħin li għandi se nħares lejn dawn il-punti wieħed wieħed.", "Sħabi ta' din in-naħa tal-Kamra diġa' daru dawra mal-passat u mar-record tal- Partit Nazzjonalista fil-gvern u tkellmu dwar x'kellu jirranġa mill-1987 'il quddiem wara li ngħata t-treġija tal-gvern wara li kien rebaħ il- maġġoranza għat-tieni darba.", "Dak iż-żmien kellu quddiemu l-isfida li jassigura li l-infrastruttura sħiħa ta' l-enerġija u l-ilma tkun bażi soda biżżejjed biex pajjiżna jagħmel l-avvanzi kbar li għamel f'dawn l-aħħar 10 snin.", "U din illum għamilha.", "Naħseb li kulħadd jirrikonoxxi - jidhirli li jkun inutli li xi ħadd jipprova jikkontesta dan il-fatt għaliex dawn huma affarijiet li l-poplu għandu esperjenza diretta tagħhom ta' kuljum u allura fil-fehma tiegħi jitlef il-kredibilita' min jipprova ma jaċċettax din il-ħaġa ovvja - li f'dawn l-aħħar 10 snin pajjiżna għamel avvanzi kbar.", "U parti mill-avvanzi kbar li saru f'pajjiżna kienu possibbli għaliex intlaqgħet l-isfida li jkun hemm l-infrastruttura neċessarja ta' l-enerġija u l-ilma f'pajjiżna apparti infrastruttura oħra neċessarja f'oqsma oħrajn.", "Issa niġi għal żewġ oġġettivi oħra li semmejt; is-servizz tajjeb u l- aspett ambjentali.", "Smajna l-eżempju li ingħata diġa' mill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Francis Dimech fejn qal li tneħħa l-faħam u ddaħħal iż-żejt bħala fuel li jintuża għall-Power Station tal-Marsa u naħseb li dan, il-Ministru jirrikonoxxih ukoll.", "Dan kien l-istess argument li jumejn ilu ġab il- Ministru tal-Finanzi meta qalilna li huwa tajjeb li nintaxxaw il-karozzi għaliex għandna ħafna karozzi fit-toroq u dawn iġibu dannu ambjentali, apparti li jagħmlu użu mis-servizzi tat-toroq li jiswew il-flus jekk trid tinbnihom bis-serjeta' bħalma għamilna aħna meta konna fil-gvern f'dawn l- aħħar snin.", "F'dan il-każ id-differenza hi li f'waħda l-gvern jonfoq biex jirrispetta l-ambjent u fl-oħra l-gvern idaħħal il-flus.", "L-Enemalta hija monopolju, anzi hija monopolju tal-Gvern.", "Kull monopolju, anke meta jkun tal-privat, għandu l-perikli kbar tiegħu u f'pajjiż żgħir bħal tagħna dawn il-perikli huma aktar u aktar reali għaliex anke mingħajr monopolju formali jista' jkollok ftit nies li lis-suq iġibuh farsa.", "Għal dan hemm miżuri legali li jinkludu l-liġi dwar il-konsumatur u l-liġi dwar il-kompetizzjoni.", "Dawn huma żewġ liġijiet li għalkemm jista' jkollhom punti fejn jiltaqgħu, huma distinti u għandhom jinżammu distinti u jkun żball kbir jekk jitħalltu flimkien għaliex - biex inkun skond it-tema tal-lum - tista' tkun taħlita esplussiva.", "Madam Speaker, l-Enemalta għandha bżonn charter tal-konsumatur u għandha bżonnu malajr.", "Għandha ssegwi l-passi tat-Telemalta - korporazzjoni oħra li kienet marbuta ma' l-iżvilupp u ma' l-infrastruttura ta' pajjiżna - li għamlet dan aktar minn sena ilu.", "Dan huwa achievement li nħoss li politikament kien ta' importanza għal pajjiżna u anke għall-konsumaturi.", "Nemmen li jekk isir sforz min-naħa tal-Ministru biex jagħti direzzjoni lill- Enemalta ħalli tagħmel charter tal-konsumatur ikun tajjeb għalih bħala ministru, tajjeb għall-korporazzjoni u tajjeb għall-konsumatur f'pajjiżna.", "Għaliex qed ngħid li hu tajjeb għalih u għall-korporazzjoni?", "Madam Speaker, jiena żgur li jekk tiġi biex tagħmel charter tal-konsumatur, il- Korporazzjoni Enemalta tgħaddi mill-istess esperjenza li kienet għaddiet minnha l-Korporazzjoni Telemalta.", "Dan qiegħed ngħidu mhux għax irrid b'xi mod nippontifika fuq esperjenzi li konna għaddejna minnhom meta konna fil- gvern imma għax din hija esperjenza tajba għall-pajjiż u politikament għalhekk għandna naqsmuha flimkien f'din il-Kamra għaliex hija ta' fejda għal pajjiżna.", "Naħseb li fl-aħħar mill-aħħar huwa dan id-dover tagħna hawn ġew.", "L-ewwel semmejt l-esperjenza tat-Telemalta.", "Meta t-Telemalta ġiet biex tifformola ċ-charter tal-konsumatur - kif qed nipproponi li għandu jsir minnufih mill-Enemalta - sabet li biex tagħmel dan effettivament trid tagħmel ukoll review ta' l-operations kollha tagħha.", "Naturalment huwa inutli li tipprova tiggarantixxi li tieħu ħsieb ilment ta' konsumatur - hawnhekk qed nitkellmu fuq, per eżempju, kwestjoni ta' qtugħ ta' dawl u danni marbutin miegħu - f'tant sigħat jew f'tant ġranet jekk inti ma tidħolx fil-fond biex tara kif topera l-korporazzjoni ħalli tkun tista' tasal għal dan ir-riżultat.", "Dan ifisser li l-fatt li tipproduċi charter għall-konsumatur huwa ta' fejda mhux biss għall-konsumatur imma wkoll għall- korporazzjoni u politikament għax juri li l-Gvern huwa konxju mill- ħteġijiet u d-drittijiet tal-konsumatur.", "Fil-fehma tiegħi hemm bżonn li dan isir malajr u ma jidhirlix li l-Ministru għandu jħalli min jagħmel l- argument - m'għandi dubju ta' xejn li jista' jsib min jagħmillu dan l- argument - illi hemm il-liġi dwar il-konsumatur u allura din tista' tkun biżżejjed jekk issir applikabbli għall- Enemalta.", "Il-Gvern ta' qabel kien qiegħed jikkonsidra attivament din il-ħaġa bl-ikbar imminenza biex iġib lil dawn il-korporazzjonijiet taħt l-operazzjoni tal-liġi dwar il- konsumatur.", "Jekk dan isir, wieħed għandu jifhem li monopolju jeħtieġ aktar minn hekk u jenħtieġ aktar ukoll mir-regolamentazzjoni tal-liġi dwar il- kompetizzjoni.", "Dawn huma l-livelli politiċi li kulħadd kien jesiġi mill- Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Biex isir dejjem aktar titjib f'pajjiżna kulħadd għandu jkompli jesiġi dan għaliex aħna rridu nimxu 'l quddiem politikament.", "Korporazzjoni bħalma hija l-Enemalta trid turi li hija konxja miċ-ċittadin, mill-benefiċċjarji tal-ħidma tagħha u dan tista' tagħmlu f'charter tal-konsumatur li għandu jagħmel standards aktar għoljin fis-servizz li tagħti minn dawk minimi li joħorġu wkoll mil-liġijiet.", "Madam Speaker, nemmen li din hija ġlieda kbira li probabbilment irid jagħmel il-Ministru għaliex hija d-direzzjoni politika li tagħti din it-tip ta' kuxjenza.", "Din m'hijiex ġlieda fiżika imma hija ġlieda kulturali li pajjiżna għandu bżonn.", "Hemm bżonn li tinbidel il-mentalita' li għax kumpannija jew korporazzjoni jkollha l-monopolju ċ-ċittadin irid joqgħod u jieħu dak li jagħtuh.", "Naturalment f'dan il-proċess, li jitlob attenzjoni kostanti u li jrid jibqa' jitkompla, huwa importanti li jkun hemm taħriġ u tisħiħ ta' filosofija liema filosofija kienet diġa' bdiet dieħla sew taħt il-Gvern ta' qabel li filwaqt li għamel il-Consumer Affairs Act u l- Competition Act, partikolarment għar-rigward tat-Telemalta dan introduċa ċ- charter tal-konsumatur u kien qed jikkonsidra li imminentement jagħmel ukoll il-Consumer Affairs Act applikabbli għal xi korporazzjonijiet bħalma hija l-Enemalta.", "Madam Speaker, jien naħseb li jrid ikun hemm ukoll attenzjoni kontinwa għall-ħarsien ambjentali fir-rigward ta' l-enerġija.", "Fil-fatt diġa' ssemmew diversi affarijiet mill-kollegi tiegħi u forsi se nerġa' nagħmel aċċenn għal xi wħud minnhom għax naħseb li huwa importanti li niġbruhom flimkien.", "Per eżempju, il-bidla mill-użu tal-faħam għaż-żejt żgur li kienet proċess ta' iktar kuxjenza dwar l-ambjent għar-rigward tal- produzzjoni ta' l-enerġija u kif diġa' għidt, din kienet xi ħaġa li turi l- impenn tal-Gvern ta' dak inhar għax għalkemm dan ix-xogħol kien jitlob commitment u finanzi, dan għażel li jsir xorta waħda għax din kienet xi ħaġa ta' ġid għal pajjiżna, għas-saħħa ta' min jgħix madwar il-Power Station tal-Marsa u kienet ukoll xi ħaġa ta' fejda b'mod ġenerali għall- ambjent ta' pajjiżna.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll - kif fil-fatt ġie spjegat mill-kollegi tiegħi - li l-għażla ta' Delimara bħala sit għall- Power Station il-ġdida kienet waħda teknika u għal hemmhekk kien hemm ippjanat li jkun hemm landscaping ukoll.", "Fil-fatt jien nieħu gost nara wkoll li jidher li din hija xi ħaġa li se titkompla għax peress li kienet diġa' nbdiet inħoss li huwa tajjeb li tiġi kompluta u li jkun hemm inputs minn diversi entitajiet biex dan il-post sabiħ b'xi mod jerġa' jiġi integrat bl-aħjar mod possibbli.", "Fil-fatt hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħidu li filwaqt li jrid ikollna kuxjenza ambjentali rridu nirrealizzaw li ma rridux inpoġġu l-iżvilupp u l-ambjent kontra xulxin u nħarsu lejhom bħala xi ħaġa li waħda għandha tkisser lill-oħra imma għandna nsibu l-mezz ta' kif dawn iż-żewġ affarijiet jistgħu joqogħdu flimkien.", "Madam Speaker, fost l-oħrajn aspett li ssemma ta' kif niġġeneraw l- enerġija huwa l-metodu solari u fil-fatt hawnhekk jolqtok il-fatt li din is- sistema hija wżata f'ħafna djar ta' pajjiżi Mediterranji, bħal Ċipru u gżejjer oħrajn.", "Fil-fatt biżżejjed wieħed isemmi l-pjan ċar li għandhom dawn il-pajjiżi biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-enerġija solari u għalhekk meta jara dan kollu wieħed jiskanta kif pajjiżna għadu ma laħaqx dawn it-tip ta' livelli li żgur jista' jkollhom effett pożittiv għar- rigward ta' kif titwassal il-provvista ta' l-enerġija fid-djar.", "B'din is- sistema jista' jkollok effett pożittiv għax inkunu qed nagħmlu użu minn sors ta' enerġija li għall-grazzja t'Alla f'dan il-pajjiż hija don li ngħatalna permezz tal-klima tagħna.", "Inħarsu wkoll lejn affarijiet oħrajn bħal, per eżempju, it-tip ta' fuel li jintuża.", "F'ħafna pajjiżi fosthom il-Japan jien kelli l-esperjenza fejn rajt taxis joperaw bil-gass minflok bil-petrol jew bid-diesel.", "Dawn huma affarijiet li fil-fehma tiegħi entitajiet bħall-Enemalta għandhom iħarsu lejhom għax hawnhekk qed nitkellmu fuq clean fuels li wieħed jista' juża fil-produzzjoni ta' l-enerġija f'pajjiżna f'diversi livelli u aspetti.", "Fiż- żmien meta konna qed inħarsu lejn il-possibbilta' li pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea - possibbilta' li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tidher li qed titbiegħed minn dan il-pajjiż, naturalment għaliex waħda mill- wegħdiet tal-programm elettorali tal-partit li tela' fil-gvern kienet li pajjiżna ma jsirx membru ta' l-Unjoni Ewropea - kien hemm anke l- possibbilta' li ningħataw għajnuna minn programmi bħalma huma t-Trans European Networks (TEN) li jwasslu ċertu tip ta' enerġija minn diversi pajjiżi li jorbtu lill-Ewropa flimkien basta jaqsmu l-fruntieri ta' pajjiżi li huma membri jew li qed jaspiraw li jkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li din hija waħda mill-affarijiet li jirrappreżentaw the cost of non- membership u dan il-pajjiż iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jirrealizza li l-opportunita' li jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea ħarbet minn idejh bħalma jgħaddi r-ramel minn ġo ponn li jkun qed jipprova jżommu.", "Madam Speaker, naħseb li the cost of non-membership huwa xi ħaġa li kulħadd għandu jikkonsidraha f'dan il-pajjiż anke mill-apsett ta' enerġija.", "L-Onor.", "Gulia ħareġ bil-frażi fejn qal li kieku dħalna fl-Unjoni Ewropea kien ikollna bilfors ngħollu l-prezzijiet ta' l-enerġija fid-djar u fin- negozji.", "Jien nixtieq li l-Ministru jekk ikollu l-possibbilta' - ladarba l- Onor. Gulia mhux se jerġa' jitkellem - jagħtina chapter and verse biex inkunu nafu eżatt minn fejn toħroġ din fir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din li smajna llum, jiġifieri li bilfors irid ikollok rati iktar għoljin għall-użu domestiku milli għall-użu industrijali hija novita' u lili ma tinżillux għax ma naħsibx li hija xi ħaġa normali.", "Kif nafu l- prinċipju tas-sussidarjeta' huwa mportanti ħafna fl-Unjoni Ewropea, l- importanza tiegħu qiegħda dejjem tikber u tagħti aktar spazju biex kull pajjiż ikun jista' jirregola affarijiet bħal dawn kif jidhirlu hu.", "Madam Speaker, qabel ma nagħlaq irrid insemmi biss żewġ punti oħrajn li għalkemm issemmew diġa' jidhirli li huma importanti ħafna u huma fundamentali għall-iżvilupp futur ta' l-Enemalta u ta' dan is-settur partikolari.", "Inħoss li hija ħaġa essenzjali u kruċjali li għal pajjiżna jkun hawn pjan ta' enerġija li jagħti direzzjoni u kjarezza kif se nintegraw l-iżvilupp ma' l-ambjent b'mod li jirnexxielna nagħmlu żwieġ - nixtieq ngħid li dan forsi għandu jkun żwieġ Kattoliku biex ma nagħmlu divorzju qatt - bejn l-iżvilupp u l-ambjent.", "Fil-fehma tiegħi għandna nagħmlu divorzju iżda bejn l-aspett regolatorju u l-aspett operattiv għax jagħmel sens li l-Enemalta ma tibqax tikkontrolla kollox.", "Għalhekk bħala pjan mill-aġenda ta' dan is-settur għandu jkun hemm id-distinzjoni bejn l- aspett regolatorju u l-aspett operattiv.", "Naħseb li huwa importanti li wieħed iħares lejn x'inhu mitlub minn aġenzija jew awtorita' regolatorja bħal, per eżempju, x'deċiżjonijiet trid tieħu, huwiex regolatur waħdu, huwiex grupp regolatorju, huwiex regolatur integrat jew separat dwar il- funzjoni tiegħu ekonomika u dik legali, kif effettivament hemm f'diversi pajjiżi oħrajn.", "Hemm ħafna x'wieħed jirrifletti dwar din il-ħaġa.", "Jien żgur li l-Ministru jrid iħares lejha f'dawn is-snin li ġejjin pero' nħoss li huwa mportanti li jkollna ċar quddiem għajnejna bħala pajjiż x'inhuwa l- iżvilupp f'dan is-settur.", "Għandna nkunu nafu jekk huwiex se jkollna separazzjoni bejn l-aspett regolatorju u l-aspett operattiv.", "Nixtieq nawgura li fis-snin li ġejjin ikollna l-okkażjoni li bil-kalma, bir-rispett reċiproku - bħalma ġara f'dan id-dibattitu, għalkemm trid toqgħod attent ħafna għax meta l-avukati jgħidu \"bir-rispett kollu\", bħalma qal l-Onor.", "Gulia, ġeneralment il-bqija tas-sentenza tkun insult - u b'serjeta' għall-ġid ta' pajjiżna nagħmlu analiżi ċara ta' x'irnexxielna nagħmlu bħala pajjiż u fejn irridu naslu 'l quddiem.", "Nawgura wkoll li l- Ministru jidderieġi l-ħidma tiegħu biex inkomplu nagħmlu l-ġid għall- pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Kummerċ): Madam Speaker, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil kull min ha sehem f'dan id-dibattitu għaliex kien dibattitu nterressanti u ċivili ħafna.", "Kif semma l-kollega tiegħi, l- Onor. Frendo, kien hemm diversi nies li tkellmu għall-ewwel darba fuq l- Enemalta u għalhekk naħseb li taw xejra aktar interessanti għall- proceedings tal-lum.", "Pero' biex inkun fair nixtieq nifraħ b'mod partikolari lix-shadow spokesperson il-ġdid ta' l-Oppożizzjoni f'dan il- qasam l-Onor.", "Francis Agius, u daqstant ieħor kien pjaċir tiegħi l-ġimgħa l- oħra li flimkien maċ-chairman ta' l-Enemalta kkordinajt żjara ta' orjentazzjoni li huwa għażel li jagħmel fil-power station.", "Qabel ma ngħaddi biex inwieġeb xi punti li tqajmu, nixtieq inwieġeb għall- kummenti ta' l-Onor.", "Pullicino fejn tkellem fuq il-power cuts tal-bieraħ u tal-lum.", "Bażikament qegħdin nitkellmu fuq tliet power cuts.", "Il-bieraħ kien hemm power cut ikkawżata minn ħsara f'tarf ta' cable tal-vultaġġ għoli fis-substation fil-Marsa; iktar tard żviluppat ħsara f'San Ġiljan; u f'Tas Sliema li din id-darba kienet ġejja minn ġonta ta' cables taħt l-art f'San Ġiljan u l-ħsara li għaddejja llum kienet ikkaġunata minn kuntrattur li kien qed jagħmel ħofra biex jitwaħħal arblu f'Mountbatten Street ġewwa l- Imsida, liema qtugħ sfortunatament kellu spill-over effect fil-Marsa, il- Ħamrun, Gwardamanġa, l-Imsida u l-Pieta'.", "Aħna se naraw x'passi legali nistgħu nieħdu kontra l-kuntrattur u qed ninvestigaw ukoll jekk kienx hemm element ta' negliġenza min-naħa ta' xi personnel fl-Enemalta ħalli jittieħdu l-passi dixxiplinarji neċessarji.", "Dwar il-peak load ta' din il-ġimgħa li staqsa dwarha l-Onor.", "Pullicino din kienet ta' 280 MW.", "Ma kienx hemm boilers out of order.", "Kien hemm biss żewġ boilers shut down għal minor works, in-No.", "2 u n-No.", "5 tal-Marsa u boiler minnhom kien fuq dak li jissejjaħ cold stand-by, in-No.", "4 tal- Marsa.", "Il-boilers l-oħra kemm tal-Marsa u kemm ta' Delimara kienu qed jaħdmu kif suppost.", "Punti oħrajn li xtaqt nikkummenta fuqhom - għaliex impossibbli li nwieġeb għal kollox minħabba l-ħin limitat - huma dawn li ġejjin.", "Il-bieraħ saret l-asserzjoni, jekk m'iniex sejjer żball mill-Onor.", "Agius, li t-tir tagħna donnu huwa li nkerrħu s-sitwazzjoni fl-Enemalta biex ikun hemm aktar skuża biex il-ministri jkollhom iktar say f'dawn l-azjendi.", "Jiena ngħid li għandna nikkritikaw l-operat ta' l-Enemalta by all means, imma ma nistgħux nagħmlu allegazzjonijiet bħal dawn.", "U onestament ix-xewqa tiegħi hija li jkolli ferm iktar ħin għal areas oħrajn li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħi, aktar milli noqgħod insib il-ħin jew l-iskużi biex indeffes imnieħri ż-żejjed f'affarijiet ta' l-Enemalta.", "Li nista' ngħid biss huwa li se ndeffes imnieħri f'affarijiet li jolqtu dixxiplina, f'affarijiet li jolqtu serjeta', f'affarijiet li jolqtu trasparenza u ndafa fil-procurements mhux sabiex niddeċiedi l-affarijiet jien imma sabiex niżgura li jiġu deċiżi b'dan il-mod u anke biex niżgura li jkun hemm value for money anke fix-xogħol li jkun qed isir.", "Se nagħti issa eżempju ta' tebgħa oħra li turi ċerta mentalita' fl-Enemalta.", "Dalgħodu wara li spiċċajna meeting kelli l-okkażjoni li nakkumpanja liċ- chairman f'diversi areas ta' l-Enemalta fil-Marsa.", "Fil-locker/changing room sibna lil min mhux fil-ħin tal-break kien bilqiegħda fuq bank ipaċpaċ ma' ħaddieħor, filwaqt li fil-maintenance workshop sibna sfrattu sħiħ.", "Sibna numru ta' ħaddiema ħdejn xulxin ipaċpċu fil-workshop filwaqt li l- foreman - Alla jbierek dan qalilna li ma jistax ilaħħaq bix-xogħol li għandu u bis-60 ruħ li għandu taħtu - kien qiegħed komdu fl-uffiċċju tiegħu jpaċpaċ ma' żewġ inġiniera żgħar.", "Dawn huma affarijiet negattivi li jitfgħu tebgħa kerha fuq il-korporazzjoni kollha u ma nistgħux nitkellmu biss dwar l-evażjoni tat-taxxa jekk m'aħniex se nittrattaw l-evażjoni tax- xogħol speċjalment f'postijiet iffinanzjati minn fondi pubbliċi.", "Jien beħsiebni nakkumpanja liċ-chairman fi żjarat oħrajn bħal dawn mhux biex noqogħdu nbeżżgħu bil-babaw imma biex għallinqas naraw li jkun hemm dixxiplina u serjeta' fuq il-post tax-xogħol.", "Wieħed mill-kelliema qal li aħna spiċċajna qisna book-keepers, anzi sar paragun ma' Scrooge - jekk m'iniex sejjer żball dan il-paragun għamlu l- Onor. Zammit Dimech.", "Jien naħseb li iktar milli jqabblu lill-Partit Laburista fil-gvern ma' Scrooge iktar iridu jqabbluh ma' manager serju li qed jeżerċita l-financial control bl-aħjar mod, kif jitolbu ż-żmenijiet tal- lum, u ta' dan naħseb li ħadd m'hu se jagħtina tort, la min jaqbel magħna u lanqas ċerti nies li forsi għandhom ideat politiċi differenti minn tagħna.", "Il-bieraħ inġab l-argument li ma jimpurtax billi jkun hemm telf fl- elettriku għaliex l-elettriku dejjem kien issussidjat.", "Dan l-argument huwa fallaċi għax kien biss f'dawn l-aħħar erba' snin li l-korporazzjoni bdiet titlef mill-elettriku.", "Hawnhekk wieħed ta' min jgħid ukoll li l-Gvern preċedenti kompla għakkes lill-Enemalta meta mill-1992 'il quddiem ma baqax iħallasha ta' l-istreet lighting li kien isir.", "Madam Speaker, rigward il-Power Station ta' Delimara jien nixtieq nippreċiża - billi l-bieraħ qam dan il-punt - li aħna qatt m'opponejna l- idea ta' power station oħra; aħna konna biss kontra s-sit li ntuża.", "Tant hu hekk li l-uffiċjali ta' l-Enemalta kkonfermawli li fl-1985/86 il- korporazzjoni diġa' kienet bdiet tfittex sit ieħor b'żieda mal-Marsa li inċidentalment kienet u baqgħet il-hub ta' l-Enemalta, jgħidu x'jgħidu dwar Delimara.", "Dan m'iniex qed ngħidu biss f'termini ta' generation iżda wkoll f'dak li huwa attrezzament aħjar biex jilqa' vapuri u affarijiet oħra.", "Dwar id-demurrages li ssemmew irrid ngħid li ħafna drabi dawn huma dovuti għaċ-ċirkostanzi 'il hinn mill-kontroll ta' l-individwi aktar milli minħabba każi ta' traskuraġni.", "Jekk ikun il-maltemp u vapur ma jidħolx kif ippjanat dan żgur li m'huwiex tort ta' l-Enemalta jew tal-ħaddiema tagħha.", "Ħadtha b'ċajta wkoll meta smajt lil min jgħid li minn servizz erratiku morna għal guaranteed supplies.", "Madam Speaker, hawnhekk ta' min jgħid li fl-uffiċċju jien għandi return tal-power cuts kollha li kellna fl-1995 u fl-1996 u fil-fatt xtaqt ġibtha miegħi.", "Din jien m'iniex qed ngħidha bħala konsolazzjoni għall-cut li jista' jkun hemm bħalissa, imma naħseb li wieħed irid ikun onest u jiftakar kif kienet it-trend fl-aħħar snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Ninu Zammit qal li ċerti ammonti ta' street lighting taż-żmien l-ex-ministru Philip Muscat tħallew pendenti bi speċi sens ta' rispett.", "Jien, kienet x'kienet id-deċiżjoni, din ma nistax naqbel magħha għaliex allura bl-istess way of thinking aħna għandna nħallu pendenti l- miljuni ta' liri dejn li sibna ma' wiċċna fil-Korporazzjoni Enemalta u għalhekk żgur li ma nistax naqbel ma' raġunar bħal dan.", "Madam Speaker, filwaqt li dwar Għawdex issemmew ħafna affarijiet, ma ssemmiex punt interessanti, jiġifieri li għalkemm saru diversi affarijiet taħt diversi gvernijiet f'Għawdex, kien Gvern Laburista li għamel submarine cable u għalkemm kien tqiegħed f'Awissu ta' l-1987, ix-xogħol fuqu kien sar kollu qabel l-elezzjoni ta' dik is-sena.", "Hawnhekk ta' min wieħed ifakkar li l-ewwel submarine cable għal Għawdex ta' 33KV kien sar fl-1981 filwaqt li ta' qablu ovvjament kienu saru anke fis-snin ħamsin.", "Min il- bieraħ ftaħar li l-Gvern Nazzjonalista ħalla r-rata ta' attivita' ekonomika dejjem tikber kif riflessa fil-generation power għandu żball għaliex il- generation growth figures ta' l-Enemalta juru mod ieħor.", "Hawnhekk ta' min jgħid li bejn l-1994 u l-1995 dan żdied b'6%, bejn l-1995 u l-1996 dan żdied b'1.5% u f'din is-sena finanzjarja dan mistenni jitla' b'2.5%.", "Madam Speaker, issa nħoss li għandi nikkummenta fuq żewġ oqsma li dwarhom fil-fehma tiegħi l-korporazzjoni tista' tavvanza.", "Ma jidhirx li hemm pjan pubbliċitarju għaddej biex ninkoraġġixxu l-ekonomija fil-konsum.", "Inħoss li l-idea ta' l-enerġija alternattiva, l-aktar dik solari, għadha ma ngħatatx l-ispinta meħtieġa.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Pullicino trid ċerti inċentivi fiskali, imma jiena naħseb li biex l-enerġija alternattiva tiġi aċċettata mill-pubbliku hemm bżonn li ndaħħlu kultura favurha fuq livell popolari fejn tinżel għal-livell taċ-ċittadin komuni.", "Jekk hemm żewġ pajjiżi li jistgħu jiggwidawna f'dan ir-rigward huma Iżrael u Ċipru li jagħmlu użu estensiv minn din is-sistema f'pajjiżhom.", "Jiena nittama li l- bord il-ġdid jagħti ħarsa sew lejn dan il-qasam għaliex nemmen li b'daqsxejn inkoraġġiment l-enerġija solari tista' taqbad sew f'pajjiżna.", "Ftit ilu kelli l-okkażjoni nattendi seminar ta' l-European Energy Foundation fi Sqallija fejn ġie trattat dan is-suġġett u sibt li anke fl- Italja, minkejja li għandhom diversi kumpanniji attrezzati għall-enerġija solari, m'hemmx kultura qawwija fost il-poplu favur l-użu ta' dan is-sors alternattiv ta' enerġija.", "Għaldaqstant jiena nemmen li għall-bidu rridu nagħmlu education campaign qawwija fost il-poplu ħalli nuruh kemm jaqbillu jekk jirnexxilu jaqleb għal din is-sistema.", "Madam Speaker, huwa fatt magħruf li sa ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni - dan ipprovawh sħabi l-oħra li tkellmu min-naħa tal-Gvern - il-Gvern Nazzjonalista kien qed iħoss ruħu f'pożizzjoni ta' impotenza vis-a-vis l- Enemalta biex ma ngħidx li kien qed iħoss ruħu f'morsa.", "Min-naħa xtaqha tiċċaqlaq, min-naħa l-oħra kien jaf li diffiċli jċaqlaqha daqskemm hu diffiċli ċċaqlaq il-blat u fl-istess nifs dejjem kien hemm il- konsiderazzjonijiet politiċi.", "Ftit ilu bniedem midħla ta' l-Enemalta qalli li l-Gvern ta' qabel kien jibża' wisq mill-opinjoni pubblika, bħallikieku kien mingħalih li se jirbaħ il-voti għax iħalli kollox għaddej qisu m'hu jiġri xejn.", "Fid-29 ta' Awissu, 1996 il-Ministeru tal-Finanzi qal proprju dak li għidna aħna fuq in-nefqa kapitali ta' l-Enemalta.", "Fil-fatt f'ittra li ntbagħatet mill-Ministeru tal-Finanzi ta' dak inhar - din ikkwota minnha wkoll sieħbi l-Onor.", "Gavin Gulia - lill-Ministeru għall-Ambjent intqal li l-Estimi ta' l-Enemalta ma jinkorporaw l-ebda dettalji dwar programm kapitali li jammonta għal aktar minn Lm26 miljun.", "Jiġifieri filwaqt li jien ġejt mistieden biex nikkonsulta mal-Ministru tal-Finanzi dwar kif se nneħħu l-VAT u dwar kif se tintlaqat l-Enemalta, il-ministri ta' qabel ma kienux jikkonsultaw mal-Ministru tal-Finanzi; l-ewwel kienu jimbarkaw fuq spiża kapitali kbira u mbagħad iħallu ħofra li lanqas il-Ministru tal- Finanzi stess ta' dak inhar ma kien kapaċi jirrimedja.", "Dak li qed ngħid nikkonfermah hawnhekk billi nikkwota verbatim.", "Il-Ministeru tal-Finanzi kien tkaża mas-Segretarju Permanenti ta' l-Ambjent li:", "\"Neither has any indication been given as to the method of financing such a programme, it is felt that Cabinet ought to be given such details and information.\"", "Il-probabbilta' hi li minħabba li d-data kienet ħafna qrib l-elezzjoni, x'aktarx li dan l-appell li sar ftit ġimgħat biss qabel l-elezzjoni waqa' fuq widnejn torox.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-problemi strutturali ta' l-Enemalta.", "Jekk inħarsu lejn il-management structure insibu li jekk irridu nżidu l- effiċjenza fid-dawl tal-pressjonijiet finanzjarji li għandha l-Enemalta jenħtieġ li jkun hemm strateġija ta' ristrutturazzjoni li tidher u tinħass minn kulħadd.", "Fil-fatt kien għal dan il-għan li jiena kkummissjonajt studju", "li għandu jitlesta fil-jiem li ġejjin dwar il-management structure ta' l- Enemalta.", "L-ewwel osservazzjoni li għamlulna l-konsulenti finanzjarji fil- preliminary overview tagħhom kienet li ħassew li kienu qed jiġu mistiedna jħarsu lejn struttura ta' management u ta' organizzazzjoni li jista' jkollha l-ħtieġa li tinbidel b'mod fundamentali.", "Per eżempju, toqba kbira li hemm fl-istruttura hija li ma jeżistix chief executive jew general manager tal-korporazzjoni.", "Din il-problema nħoss li għandha tiġi ndirizzata mingħajr dewmien żejjed.", "Fil-fehma tiegħi, in-naħa ta' l-Oppożizzjoni għandha tgħid mea culpa għal dawn l-affarijiet kollha għax għalkemm verament tkellmet ħafna dwarhom fl-imgħoddi qatt ma ħadet azzjoni konkreta biex twettaq dawn il-pjani.", "Fil-ħin limitat li baqa' nixtieq nagħti ftit eżempji biex nuri kif il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien ipaċpaċ fuq ċerti problemi u jidentifikahom iżda ma kienx joffri rimedju għalihom.", "Ħalli nitkellem ftit dwar il-customer care.", "Darba minnhom meta l-ex-Ministru Zammit Dimech indirizza lill-bord ta' l- Enemalta kien staqsihom kemm hu effiċjenti s-servizz li qed jingħata lill- konsumaturi u kemm hi effiċjenti s-sistema tas-switchboard tal- korporazzjoni u kien hemm min ftaħar miegħu uffiċjalment bil-lectures li kienu ngħataw lit-telephone operators dwar kif għandhom iġibu ruħhom mal- pubbliku.", "U jien nistaqsi bl-ikbar serjeta': Dan kollu ta xi frott?", "Din il-mistoqsija lanqas inweġibha jien imma nħalliha għall-pubbliku nnifsu biex jirrispondiha l-aktar meta jipprova jaqbad ma' l-Enemalta meta jkun hemm xi qtugħ tad-dawl estensiv fil-pajjiż.", "Jien naf nies li ġieli damu sigħat sħaħ jipprovaw jaqbdu lill-Enemalta mingħajr suċċess u mbagħad meta jaqbdu jeħduhom b'ċerta arroganza li wieħed ma jippretendihiex fiż- żmenijiet tal-lum.", "X'jiswa billi l-Partit Nazzjonalista, Madam Speaker, kien jiftaħar li kien qed joffri service on demand meta kulħadd jaf x'tip ta' servizz konna qed nieħdu f'dan ir-rigward?", "Jien nistaqsi: Kemm verament għandha customer care unit effettiv l-Enemalta?", "L-istess ngħid dwar il-kariga ta' general manager.", "Il-Membri tal-Gvern ta' qabel paċpċu ħafna dwar il- bżonn ta' mili ta' din il-kariga iżda qatt ma sar xejn konkret.", "Fl-1995 l- ex-Ministru Zammit Dimech kien mar u qalilhom li din għandha tkun prijorita' fuq l-agenda tal-korporazzjoni, pero' kulħadd jaf li effettivament baqa' kollox fuq l-ixkaffa.", "Niġu issa għall-public relations tal-korporazzjoni.", "L-Onor.", "Zammit Dimech kien qal li ried dipartiment professjonali u staff ta' nies kompetenti fil-kommunikazzjoni, anzi mar oltre dan u qal li minflok sempliċi dipartiment li jwieġeb lill-gazzetti ried dipartiment pro- attiv li jantiċipa dak kollu li l-Enemalta tixtieq tgħarraf lill-pubbliku dwaru.", "Jien ngħidlu li naqbel miegħu perfettament iżda bir-rispett kollu lejn is-set-up eżistenti li writna jidher li qegħdin ferm 'il bogħod minn din is-sitwazzjoni ideali għax għadna ngħumu f'baħar ta' dilettantiżmu kbir.", "Nittama issa li tal-Partit Nazzjonalista ma jitkażawx b'dak li qed nipprovaw nagħmlu aħna biex indaħħlu kuxjenza ġdida fost il-ħaddiema.", "Waqt wieħed mill-board meetings wieħed mid-diretturi kien ilmenta ma' l-ex- Ministru Zammit Dimech dwar nuqqas ta' accountability min-naħa ta' ċerti uffiċjali fil-middle management.", "Fil-fatt il-kliem preċiż li kien intuża dak inhar kien - se nikkwota mill-Minuti - dan:", "\"There is lack of accountability on the part of certain officials at middle management level who exercise a very slack control on their subordinates\".", "Jien nieqaf ftit u nistaqsi: X'follow-up action ħa l-bord innifsu ta' l- Enemalta?", "X'azzjoni ttieħdet mill-Ministru konċernat?", "Dan il-messaġġ twassal lill-ħaddiema u jekk lanqas biss twassal kif ippretendew li għandu jiġi nforzat?", "Ħadd ma għandu jiskanta b'dan għaliex kif għidt aktar kmieni l-Gvern ta' qabel kien gvern li jibża' jieħu deċiżjonijiet diffiċli.", "Madam Speaker, issa ħalli nieħdu l-kwestjoni tar-rati tad-dawl.", "Diversi uffiċjali ta' l-Enemalta qaluli li kemm-il darba kienu semgħu lill-ex- Segretarju Parlamentari Ninu Zammit jgħidilhom li jekk jerġa' jitla' Gvern Nazzjonalista minn day one kienu se jgħollu r-rati tad-dawl.", "Fil-fatt anke meta darba l-ex-Ministru Zammit Dimech żar il-bord ta' l-Enemalta dan kien ħeġġiġhom biex jistudjaw l-istrutturi tat-tariffi.", "L-istess nistgħu ngħidu dwar il-privatizzazzjoni għax għalkemm il-kelma \"privatizzazzjoni\" ftit li xejn nużawha fil-pubbliku ...", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jimporta tgħidli min huma dawn in-nies li qed jgħidulek li jien għidt dak il-kliem?", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit, dan qed tgħidu bħala punt ta' kjarifika?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iva, qed nistaqsih għax qed jimmislijdja lill-Kamra.", "Jimporta l-Ministru jgħidli min huma dawn in-nies li qalulu li jien għidt dak il-kliem?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Uffiċjali responsabbli li jkunu lesti jagħmlu affidavit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Imma issa tgħidlix \"uffiċjali\" għaliex hemm ħafna uffiċjali.", "Jimporta tgħidli min eżattament qallek li jien għidt dak il- kliem?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qed ngħidlek uffiċjali responsabbli li jkunu lesti ...", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Lesti li jagħmlu affidavit?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, lesti.", "Nitlob li jagħmlu affidavit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mela itlobhom jagħmlu affidavit u mbagħad naraw.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fatt diġa' offrewli li lesti jagħmlu affidavit.", "MADAM SPEAKER: Onor. Brincat, tista' tkompli d-diskors tiegħek.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, kont qed ngħid li għalkemm il-kelma \"privatizzazzjoni\" ftit li xejn nużawha fil-pubbliku, meta l-Onor.", "Zammit Dimech darba ltaqa' mal-bord dan kien qalilhom - hawnhekk se nikkwota mill- Minuti - li:", "\"Structures and options for requirements should be seen in the light of the privatisation and EU monopoly policy.\"", "Fil-fatt min jaqra l-Manifest Elettorali tal-Partit Nazzjonalista jintebaħ li 'l hemm kienu mexjin, jgħidu x'jgħidu, l-aktar meta ħeġġew lill-Gvern biex iżomm ir-responsabbilta' għas-servizzi l-aktar essenzjali, bħall- ġenerazzjoni ta' l-elettriku, filwaqt li jaqsmu l-partijiet l-oħra f'entitajiet differenti.", "Dan kien ifisser biss li l-Gvern kien se jżomm l- unika jew l-aktar taqsima loss making - dik ta' l-elettriku - u jibda jeħles mit-taqsimiet l-oħra pulit pulit.", "Dwar il-bunkering nibda biex ngħid li b'liberalizzazzjoni jien kont nifhem xi ħaġa li tagħti lok u spazju għal investiment ġdid u mhux xi ħaġa lip service li tnaqqar is-suq lokali ta' l-Enemalta.", "Madam Speaker, issa ħalli niġu għall-bord l-antik tal-korporazzjoni.", "Ftit ilu f'ġurnal kien hemm li aħna lill-membri l-antiki qalfatnihom b'mod mill-aktar goff bl-ebda sens ta' gratitudni.", "Dan huwa għal kollox żbaljat u inkorrett għaliex aħna lil dawn filwaqt li rringrazzjajnihom bil-miktub, qabel ma nħatar il-bord il-ġdid lill-ex-Chairman Prof. Ghirlando kont għarraftu personalment in confidence bil-membri kollha ġodda tal-bord mill- bidu nett qabel ma saret il-ħatra tal-board members il-ġodda.", "Fil-fatt kelli wkoll l-okkażjoni nrodd ħajr personalment lill-membri tal-bord l- antik kemm f'taħdita li kont għamilt lill-ħaddiema ta' l-Enemalta fil- workshop lejliet il-Milied kif ukoll waqt attivita' soċjali organizzata mill-Welfare Committee ta' l-Enemalta fil-jiem tal-Milied ġewwa l-lukanda New Dolmen.", "Lill-ex-Chairman Prof. Ghirlando kont raddejtlu ħajr personalment, kif beħsiebni nerġa' nagħmel illum, għall-mod ċivili u kooperattiv li bih mexxa b'mod partikolari fiż-żmien transitorju sakemm inħatar il-bord il-ġdid.", "Jien bħala policy hekk imxejt ukoll fil-postijiet l-oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bħall-METCO u l-Kunsill dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur li għandu jiġi ristrutturat fil-ġejjieni qarib.", "Madam Speaker, li ma semmewx ċerti ġurnali kien - hawnhekk qed nirriferi għal ġurnali qrib il-Partit Nazzjonalista - li għalkemm l-ex-Prim Ministru fil-kampanja elettorali tiegħu kien ftaħar ħafna li ma kienx se jagħti ħatriet u jingaġġa nies ġodda fil-jiem ta' qabel l-elezzjoni, l-Enemalta ngaġġat persuna, lis-Sur Kenneth Abela, fis-17 ta' Ottubru, 1996 bħala officer-in-charge Loss Control Unit tal-Petroleum Division.", "Mhux biss kienet diġa' ħarġet ir-writ ta' l-elezzjoni meta saret din il-ħatra iżda l- elezzjoni kien baqgħalha biss disat ijiem.", "Jiena ninsab persważ li jekk wieħed ifittex fir-records ta' korporazzjonijiet oħrajn, isib li kellna ħafna u ħafna każijiet oħrajn bħal dawn minkejja d-direttiva li ħarġet mill- Prim Ministru ta' dak inhar.", "Issa ħalli niġu għall-aspett li jikkonċerna l-power failures li kellna b'mod partikolari lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet.", "Irrid ngħid li aħna, sabiex inkunu ċerti minn dak li sar - u mhux għaliex m'għandniex fiduċja fin-nies tekniċi tagħna, għaliex għandna kull fiduċja fihom - f'kull power cut kbira li se jkun hawn fil-pajjiż, li nittamaw li jkun hemm ftit minnhom, beħsiebna ninvolvu anke esperti indipendenti.", "Fil-fatt hekk għamilna u għalhekk jiena nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ rapporti.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport mill-Inġinier Anton Cutajar dwar il-kawża tal-qtugħ fil- provvista ta' l-elettriku fit-28 u d-29 ta' Diċembru 1996; u", "Overview of the Current Financial Position tal-Korporazzjoni Enemalta datat 16 ta' Diċembru 1996 li sar mill-MSD Consulting Ltd.", "Il-ħin li baqgħali ma jippermettilix li nidħol fid-dettall dwar dawn l- affarijiet, pero' xtaqt nagħti summary fil-qasir ħafna.", "Hemm każijiet li huma attribwiti għal żbalji tekniċi u hemm każijiet li jirrikkmandaw speċifikament anke azzjoni dixxiplinari.", "L-iktar każ li nħoss li għandi nissolleva għaliex huwa każ anke ta' element kuntrattwali huwa dak tal-qtugħ li kien hemm is-Sibt t-28 ta' Diċembru, 1996, dak il-famuż qtugħ li f'ħafna postijiet dam kważi ġurnata sħiħa.", "Irriżulta li kien hemm ditta Ingliża bl-isem ta' Parsons Generation Systems Ltd. li ngħatat kuntratt ta' Stg 4.5 miljun biex jiġi refurbished unit 8 tal-Marsa.", "Ix-xogħol kellu jibda fl-ewwel ġimgħa ta' Awissu biex jitlesta fl-aħħar ta' Ottubru.", "L-Enemalta ntrabtet ukoll biex xi impjegati minn tagħha jgħinu lil din il-kumpannija f'dan il-proċess.", "Irriżulta li sat-26 ta' Diċembru mhux il-partijiet kollha kienu lesti għalkemm l- Enemalta bagħtet aktar nies minn tagħha milli kien miftiehem.", "Ġara li l- inġiniera ta' Parsons Generation Systems Ltd. qabdu u telqu bil-vakanzi tal- Milied u minħabba domanda akbar fl-elettriku, nhar it-28 ta' Diċembru l- Enemalta ġiet kostretta tħaddem il-unit 8.", "Ġara wkoll li l-operators fuq dan il-unit kellhom iżidu l-load u minħabba li l-automatic voltage regulator kellu jiġi mħaddem manwalment flok jaħdem awtomatikament twaqqfet il-load kollha li kien qed jiġġenera dan il-unit.", "Minn hemmhekk imbagħad kien hemm il-kumplikazzjonijiet l-oħra.", "Kif jaf kulħadd l-għada kellna każ ieħor kemmxejn stramb, għalkemm biex inkun fair min għamel ir-rapport eskluda sabutaġġ jew xi motivazzjoni ulterjuri.", "Li huwa interessanti huwa li l-qtugħ ta' l-elettriku nhar il- Ħadd 29 ta' Diċembru sar meta l-load kienet baxxa ħafna.", "Irriżulta li f'valve li jgħaddi l-ilma minnu sabu biċċa pjanċa ta' pulzier u nofs li ma kenitx qegħda tħalli l-valve jaħdem kif suppost bil-konsegwenza ta' pressjoni baxxa ta' ilma fil-boiler.", "Kif tneħħiet din il-pjanċa l-valve ħadem normali bi pressjoni tajba ta' ilma fil-boiler.", "Nerġa' ngħid, min għamel ir-rapport eskluda sabutaġġ politiku jew vendikazzjoni iżda sabha misterjuża ħafna kif pjanċa bħal din sabet ruħha f'dan il-valve.", "Aktarx li dan il-valve kien ilu tliet snin ma jinqala', jiġifieri jista' jagħti l-każ li kellna anke każ ta' nuqqas ta' preventive maintenance.", "Dwar dak li għidt fuq id-ditta Ingliża Parsons qed jiġi nvestigat jekk fil-kuntratt għandhiex tiġi applikata l-penalty clause jekk kemm-il darba ovvjament jinstab li dawn kellhom tort u fil-fatt qed jittieħdu passi dixxiplinari anke kontra n-nies konċernati.", "Madam Speaker, jien li rrid ngħid - naħseb li fuq dan għandu jaqbel kulħadd - huwa li hemm bżonn li bil-kelma t-tajba fl-Enemalta tiddaħħal mentalita' ġdida u ma nibqgħux moħħna fuq kemm għandna generation power u kemm infaqna fuq substations imma naraw kif in-nies in ġenerali f'kull livell ta' responsabbilta' jersqu lejn ix-xogħol fil-ħajja ta' kuljum tagħhom.", "Jien m'iniex wieħed li nħobb nokrob l-għaks imma ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn l-Enemalta qisha d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali u għalhekk jien nittama li l-problemi tal-qtugħ tad-dawl li kienu jsiru qabel u li għadhom isiru sal-ġurnata tal-lum jittieħdu bis-serjeta' min-nies konċernati.", "Fil-fatt hawnhekk irrid nagħmilha ċara li għal kull power cut estensiva li se jkollna se ninvestigaw fit-tul u fil-fond u se nieħdu wkoll opinjonijiet indipendenti ħalli dak li għandu jsir bħala azzjoni rimedjabbli jsir kemm fuq livell tekniku kif ukoll fuq livell dixxiplinarju.", "Madam Speaker, area oħra li fiha nixtieq nara titjib hija dik tar- relazzjonijiet ma' l-Ombudsman għax jien inħoss li sal-lum l-affarijiet imxew b'wisq skossi min-naħa tal-korporazzjoni.", "Jekk irridu li xi darba naslu f'sitwazzjoni fejn l-Enemalta tkun soġġetta għal-liġijiet tal- konsumatur hemm bżonn li din turi ruħha aktar consumer friendly, anke meta l-Ombudsman jagħti l-rulings tiegħu.", "Ma rridux ninsew li l-Ombudsman huwa bniedem maħtur mill-Parlament li jgawdi l-fiduċja tal-Parlament kollu u għalhekk jagħmel sew jekk dan jirrapporta lill-istess Parlament entitajiet li ma jurux l-attitudni pożittiva mitluba mil-liġi ta' l-Ombudsman innifisha.", "Ikun hemm min jgħidli: Inti x'inti, kelliem għall-Ombudsman jew kelliem għall-Enemalta?", "Jien ngħid li jien kelliem ta' organizzazzjoni li minflok ma timmanifattura u taqbad u tbigħ il-prodotti tagħha toffri servizz li għandu jkun għall-benefiċċju tal-konsumatur.", "Jekk ma naħsbux fuq dawn il-linji u ma ndaħħlux din il-kuxjenza huwa inutili li nagħmlu strutturi ġodda għax ikun kollu, kif jgħidu l-Ingliżi, pie in the sky.", "Biex naslu lejn it-twettiq tal-programm tagħna li nissoġġettaw il- korporazzjoni għall-consumer protection laws irid ikun hemm affjatament aħjar ma' l-Ombudsman.", "Jien persważ li wara l-konsultazzjonijiet li kellna mal-bord, il-bord l-ġdid se jimxi fuq dawn il-linji.", "Madam Speaker, aspett ieħor li xtaqt insemmi jirrigwarda d- diskussjonijiet li għandna għaddejjin mal-GRTU dwar pompi tal-petrol ġodda.", "Jien nittama li nkunu nistgħu niffinalizzaw kollox fil-jiem li ġejjin u fil- fatt nhar il-Ġimgħa għandna laqgħa li forsi tkun konklużiva.", "Dan il-ftehim ilu jkaxkar mhux ħażin tant li ilu ġej mill-Estimi ta' l-Enemalta ta' l- 1995 meta l-kollega tiegħi l-Onor.", "Zammit Dimech kien diġa' qed jawgura li jintlaħaq dan il-ftehim importanti li għandu jirregola l-pożizzjoni bejn l- Enemalta u s-sidien tal-pompi tal-petrol.", "Madam Speaker, għar-rigward tat-trends f'dak li huwa konsum taż-żejt jien irrid ngħid biss li nixtieq li fil-ġejjieni nkunu nistgħu niffrankaw il- konsum taż-żejt billi jkollna consumption efficiency team qawwi u effettiv.", "Irridu nsaħħu l-laboratorju kimiku tagħna billi jkollna laboratory assistants imħarrġin aħjar u rridu wkoll nintensifikaw l-isforzi tagħna biex kemm jista' jkun nillimitaw id-distribution u t-transimission losses tagħna.", "Jekk irridu nkunu parti minn networks Mediterranji u Ewropej li jeżistu madwarna rridu nesploraw il-possibbilta' u l-vijabilita' li ningħaqdu mal-grids Ewropej, kif ukoll li nesploraw dak li joffru l- pipelines għaddejjin minn ħdejna.", "Madam Speaker, jien nawgura li fis-snin li ġejjin l-Enemalta jkollha ċans toffri viżjoni ċara ta' fejn trid tasal u mhux tibqa' titmexxa b'management by crisis, kif għadha titmexxa sal-lum.", "Jien naf li s-soltu meta kienu jersqu l-Estimi ħlief ftaħir min-naħa tal-Gvern ma konniex nisimgħu u onestament irrid ngħid li jien illum m'iniex qed nikkritika dak li sibna għaliex għadna kif ħadna over minn ħaddieħor, imma beħsiebni nuża l-istess approach kritiku anke fil-ġejjieni ħalli nkunu nistgħu nsemmu kemm dak li huwa pożittiv kif ukoll dak li huwa negattiv u fejn ma nkunux wasalna skond it-targets u l-oġġettivi tagħna għaliex jien naħseb li b'hekk biss nistgħu nkunu kredibbli f'dak li nkunu qed ngħidu.", "Madam Speaker, għalkemm sħabi diġa' għamlu aċċenn għall-privatisation ta' l-Enemalta jien irrid ingħid dan biss.", "Darba Ministru min-naħa tagħna kien qal li - jien naħseb li dan ma setax ipoġġiha aħjar - il-Partit Nazzjonalista lill-Enemalta minflok viżjoni qed joffrilha tqattigħ u jien nerġa' ntenni li dan jikkonfermah il-Programm Elettorali ta' l-1996 tal- Partit Nazzjonalista.", "Wara kollox l-avis ta' l-Unjoni Ewropea jitkellem ċar dwar il-qasam ta' l-enerġija u dwar kif il-monopolju ta' l-istat irid jiġi żarmat, imma għall-grazzja t'Alla din hija acqua passata u m'hijiex sempliċi intervall, kif ipprova jiddiskriviha l-Onor. de Marco.", "Il-bieraħ jien aċċennajt li kienu għaddejjin diversi rapporti fuq l- Enemalta.", "Fil-fatt b'kollox kien hemm tliet rapporti.", "Hemm rapport li ġie kkummissjonat fi żmien il-Gvern l-ieħor u li tkellimt dwaru l-bieraħ, rapport dwar il-management structure li għandu jitlesta fil-ġranet li ġejjin u rapport ieħor li ġie kkummissjonat ftit ilu u li tlesta ftit qabel l-aħħar tas-sena fejn aħna tlabna lill-MSD Consulting Ltd. biex tagħtina overview tas-sitwazzjoni finanzjarja kurrenti ta' l-Enemalta.", "Forsi tgħiduli: Mela qabel mhux diġa' kien sar studju?", "Le, qabel kien sar studju għal bejn l-1992 u l-1995, jiġifieri biex ngħid hekk, dan għandu historical information, imma issa sar rapport li fih qed tingħata stampa attwali fuq il-qagħda finanzjarja preżenti tal-korporazzjoni.", "Madam Speaker, fil-fatt xtaqt nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Overview of the Current Financial Position tal-Korporazzjoni Enemalta datat 16 ta' Diċembru 1996 li sar mill-MSD Consulting Ltd.", "GĦall-benefiċċju tal-ġurnalisti rrid ngħid li dan għada se jiġi ċirkolat lill-media permezz tad-Department of Information.", "Fil-fatt jien xtaqt nagħti summary ta' dan ir-rapport imma naħseb li l-ħin ma tantx jippermetti.", "Li rrid ngħid biss huwa li r-rapport jitkellem dwar kif ħżienet il-likwidita' tal-korporazzjoni tul l-aħħar ftit snin, dwar iż- żieda sostanzjali fil-generation costs minħabba l-mix tal-fuel, dwar ix- xiri ta' crude oil li fuqu l-korporazzjoni ħallset Lm7 miljun aktar talli ma marritx fuq l-open markets, dwar il-loans tal-korporazzjoni ta' Lm77.6 miljun li żiedu sostanzjalment il-cost ta' l-interessi fuq id-dejn li dejjem qed jikber, dwar il-livell ta' unaccounted for units li kelli okkażjoni naċċenna għalihom il-bieraħ u dwar il-fatt li fl-1995 l-Enemalta kellha tuża Lm12 miljun mil-loan bankarju biex tħallas id-distribution tagħha lill-Gvern għax ma kellhiex fondi likwidi biżżejjed biex tiffinanzja dan il-pagament.", "Dan kollu jispjega għaliex minflok overall profits ta' Lm2.6 miljun bħas-sena 1995, din is-sena bħala under review kien hemm overall loss ta' Lm2.5 miljun.", "Il-loan repayments ta' l-Enemalta tant saru piż li qed ilaħħqu madwar Lm10 miljun fis-sena.", "Madam Speaker, jien naħseb li ħadd m'hu se jgħidilna Scrooge għax ngħidu dawn l-affarijiet u nitfgħu l-ispotlight fuq dawn il-veritajiet.", "Hawnhekk ta' min jgħid li f'paragraph 1.15 tar-rapport li għadni kif poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra hemm dikjarazzjoni ċara li l-Korporazzjoni Enemalta ma tistax tkompli tonora d-djun tagħha permezz ta' aktar self għaliex dan iċ- ċirku vizzjuż jista' jwassal għall-falliment tagħha.", "Skond il-cash flow plan imħejji mill-Enemalta nnifisha, in-net cash deficit tagħha għandu jkun ta' Lm25 miljun li jikkonsisti f'shortfall rikorrenti ta' Lm2.3 miljun u shortfall fl-ispiża kapitali ta' Lm22.7 miljun.", "Saru diversi rakkmandazzjonijiet min-naħa tal-konsulenti finanzjarji.", "Waħda hija li l- MOBC, kumpannija li fiha l-Enemalta għandha 89% shareholding, tiġi mibjugħha.", "Din hija xi ħaġa li ġiet ikkonsidrata fil-passat u l-Enemalta kienet ikkalkolat li bejgħ simili jista' jħalli lill-korporazzjoni madwar Lm3 miljun.", "Dan qed jiġi rakkmandat aktar għaliex milli jidher il-livell tad-dividend income ta' din il-kumpannija huwa wieħed żgħir filwaqt li l- likwidita' titlob azzjoni pjuttost drastika.", "Ir-rapport li għadni kemm qegħidt fuq il-Mejda tal-Kamra, Madam Speaker, jitlob ukoll żieda fil-prezz tal-pitrolju għaliex dan illum qed jintuża ħażin u mhux kif suppost.", "Fil-fatt il-bejgħ tal-pitrolju tul is-snin żdied minkejja li l-użu domestiku tiegħu naqas billi ħafna appliances illum jaħdmu bl-elettriku u bil-gass.", "Ir-raġuni ovvja hija li l-pitrolju qed jintuża kif mhux suppost, għal skopijiet kummerċjali u għal skopijiet industrijali.", "Fil-fatt ir-rapport jagħmilha ċara li ż-żieda fil-prezz tal- pitrolju m'hijiex se tolqot lill-konsumatur domestiku billi l-parti l-kbira tiegħu qed jispiċċa għal użu ieħor.", "Fuq l-istreet lighting, se niddiskutu mal-ministeru responsabbli mill- kunsilli lokali dwar kif għandu jibda jsir dan ix-xogħol.", "Min-naħa tar- rapport li tressaq lill-Enemalta qed jiġi rakkmandat li ma jagħmilx sens kummerċjali li l-kunsilli lokali ma jħallsux direttament għas-servizzi ta' l-istreet lighting meta l-kont diġa' qed jitla' għal xi Lm0.86 miljun.", "Il- loġika għal din hija ovvja għaliex il-korporazzjoni ma tistax taffordja write-offs bħal dawn fi żmien meta hija nnifsiha qiegħda titlef tant u tant flus.", "Jekk l-Enemalta tirrevedi bis-serjeta' l-ġbir tal-flus dovut lejha, tista' tiġbor u tiffranka xi Lm2 miljun oħra.", "Ikunu xi jkunu l-metodi li nużaw żgur li se nirriduċu l-credit period mogħti lill-konsumaturi.", "Apparti minn hekk imbagħad hemm miljuni x'jinġabru mill-korporazzjonijiet pubbliċi, hemm Lm3 miljun mid-Drydocks, Lm3.9 miljun mill-Water Services Corporation u Lm0.7 mis-Shipbuilding, iżda biex inkun fair il-Budget innifsu diġa' tkellem dwar xi wħud minn dawn id-djun.", "Huwa żgur, Madam Speaker, li l-Enemalta bħalissa m'hijiex f'qagħda li tiffinanzja korporazzjonijiet oħrajn.", "Qed jiġi smat li kieku l-Enemalta kellha teħles mill-VAT, tixtri ż-żejt kollu raffinat u lest, tbiegħ l-MOBC, tagħmel set-off tad-dejn tal-public corporations, tgħaddi l-istreet lighting lill-kunsilli lokali, tgħolli l- pitrolju - kif fil-fatt ġara - u tiġbor aktar flus tad-debituri f'sena waħda, dan jista' jwassal biex itejjeb il-cash flow tagħha b'madwar Lm20.5 miljun.", "Hemm bżonn ukoll li fil-ġejjieni qarib isir rescheduling tar- repayments kapitali tal-loans eżistenti billi jiġu negozjati repayment programmes itwal fuq il-loans eżistenti.", "Sakemm ovvjament ma jinstabux mezzi ġodda ta' finanzjament għall-korporazzjoni, il-konsulenti qed jgħidu li fl-istat finanzjarju li tinsab fih l-Enemalta tista' tiġi mġiegħla biex tnaqqas il-programm tan-nefqa kapitali tagħha.", "Jiena m'iniex qed ngħid li qed naqbel ma' din ir-rakkmandazzjoni għaliex ħaġa bħal din forsi jkollha effett negattiv fuq l-ekonomija tal-pajjiż.", "Biex nagħlaq, Madam Speaker, jiena ngħid li l-Enemalta għandha quddiemha snin ta' sfida u snin ta' opportunitajiet ġodda.", "J'Alla nkunu kapaċi nilqgħu għalihom ilkoll flimkien.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' gvern jew oppożizzjoni, m'hijiex kwestjoni ta' Laburist jew Nazzjonalist imma hija kwestjoni ta' taxpayers u ta' konsumaturi Maltin.", "Intemm id-diskors tiegħi billi nrodd ħajr lill-ħaddiema kollha tal- korporazzjoni, insellem lill-bord l-antik u dak ġdid kif ukoll lil dawk il- kollaboraturi kollha li qed jgħinu lil din il-korporazzjoni biex timxi 'l quddiem bit-tama li mhux biss tkompli tiżviluppa imma tiżviluppa b'mod li tiflaħ għalih u b'mod sostenibbli.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Infiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1996/1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Infiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas- sena 1996/1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skond ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Anglu Farrugia se jiġu paired ma' l-Onor.", "Francis Agius u l-Onor.", "Louis Deguara.", "VOTAZZJONI NRU.", "3 FAVUR : 33 L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin S. | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 32 L-Onor. |Abela Tony |Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George M. | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Farrugia Jean|Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Tabone Anton | |Eddie | | |Frendo |Vassallo Edwin | |Michael | | |Galea Censu |Vella John | |Galea Louis |Zammit Ninu | |Galea Pace |Zammit Dimech Francis | |Victor | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "L-Onor.", "Mizzi.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 20 ta' Jannar, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjoni sabiex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 1997 - L-Ewwel Jum (Imħolli kollu għall-Oppożizzjoni).", "u xi agenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Skond ftehim milħuq din is-seduta għandha tiġi trasmessa dirett fuq it- televiżjoni mill-PBS.", "Skond il-mozzjoni ta' proċedura li għaddiet fis-Seduta tal-lum il-ħin tad- diskussjoni m'għandux jieħu aktar minn sagħtejn.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, naħseb li jien se nkun l-aħħar wieħed min-naħa tad-deputati l-ġodda li se jmissni l-maiden speech u għalhekk f'dan l-ewwel intervent tiegħi nixtieq nawguralek ħidma fejjieda.", "Il-ħidma tiegħek inqisha bħala għajnuna sabiex ikun hawn iktar ħarsien u tisħiħ tad-demokrazija f'pajjiżna.", "Qiegħed nirriferi għal dan għaliex naħseb li huwa wkoll id-dmir tagħna li naqsmu miegħek dan l-obbligu li ngħinu fil-ħarsien u fit-tisħiħ tad-demokrazija f'pajjiżna.", "Stat demokratiku jfisser stat ħieles fejn fuq kollox iċ-ċittadin ikollu l- inizjattiva ħielsa ta' espressjoni, investiment fix-xogħol, kif ukoll parteċipazzjoni politika.", "Proprju din il-ġimgħa meta bdejna niddiskutu l- Budget il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi qal li dan huwa frott ta' mandat li fis-sempliċita' tiegħu ċ-ċittadin għandu jiġi l-ewwel.", "Dan huwa ħsieb profond.", "Fid-Diskors tal-Budget il-Ministru qalilna li f'soċjeta' demokratika miftuħa ċ-ċittadin huwa l-pern ta' kollox.", "Meta naħseb dwar dan u dwar it-tisħiħ tad-demokrazija f'pajjiżna u l- importanza taċ-ċittadin jiġini mill-ewwel f'moħħi l-Att dwar Kunsilli Lokali ta' l-1993 liema liġi l-Gvern preċedenti għadda mill-Parlament u ta lill-pajjiż bil-għan li jkompli jsaħħaħ il-fiduċja tal-poplu fih innifsu, il-fiduċja tal-gvern fil-poplu u l-fiduċja tal-poplu fil-gvern.", "Din hija fiduċja li ssarrfet b'mod tajjeb fl-istat ta' l-ekonomija għaliex minkejja dak kollu li qegħdin jallegaw min-naħa tal-Gvern Laburista din għenet sabiex ħolqot sitwazzjoni fejn il-qagħda ekonomika uriet żvilupp f'kull settur - dan nistgħu nirriferu għalih fid-Diskors tal-Budget fil-paġni 24 u 25.", "Meta nħarsu lejn l-Att dwar Kunsilli Lokali naraw li din il-liġi tatna prova vera ta' min hu l-partit politiku f'Malta li verament jemmen fiċ- ċittadin.", "Kien dan il-prinċipju tas-sussidjarjeta' u diċentralizzazzjoni li ħoloq gvern lokali f'kull lokalita' u dan verament qarreb b'mod prattiku liċ-ċittadin lejn id-dritt tad-deċiżjoni li l-iżjed tikkonċernah.", "U meta nitkellmu dwar id-demokrazija qegħdin nirriferu għal stat fejn iċ-ċittadin jista' jesprimi ruħu b'mod ħieles u jieħu deċiżjoni b'mod ħieles.", "Madam Speaker, f'dan l-ewwel aġġornament tiegħi rrid nuri l- preokkupazzjoni tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni għall-fatt li llum il-Partit Laburista fil-gvern, minkejja li għandu \"l-mandat profond li jġib l- interessi taċ-ċittadini l-ewwel\" - hekk qalilna l-Ministru - fid-Diskors tal-Budget ma jgħid xejn dwar il-kunsilli lokali.", "Forsi għall-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi jew inkella għall-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali dan in-nuqqas m'għandux jingħata wisq importanza, fis-sens li hemm oqsma oħrajn bħalma huma l-ġustizzja, l-isport u l-kultura li ma jissemmewx fid-Diskors tal-Budget.", "Forsi tan-naħa l-oħra jgħidulna: Mela għalfejn qegħdin tagħmlu storbju li l-kunsilli lokali ma jissemmewx?", "Jiena nistaqsi: Forsi ma jissemmewx għaliex hemm madwar Lm1 miljun inqas fil- fondi li se jingħataw lill-kunsilli lokali u allura biex il-Gvern ma jgħidx għaliex se jnaqqas mill-fondi, l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi mhux jirriferi għal dan is-suġġett fid-Diskors tal-Budget?", "Jiena nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra u ta' dawk kollha li se jkunu nvoluti fid-diskussjonijiet tal-Budget li meta qegħdin nitkellmu dwar il- kunsilli lokali qegħdin nitkellmu dwar awtoritajiet lokali li għandhom l- istess natura ta' xogħol u dmirijiet bħalma għandna aħna f'dan il- Parlament, pero' d-deċiżjonijiet tagħhom jorbtu lill-komunitajiet tagħhom fil-lokalitajiet tagħhom.", "Il-kunsillieri u s-sindki huma politiċi lokali u jekk m'humiex parti mill-mekkaniżmu finanzjarju b'mod dirett, b'mod indirett ifissru l-ħolqien u t-titjib taċ-ċirkostanzi kollha li jtejbu l- ambjent fejn l-ekonomija tiżviluppa aktar.", "Jiena ċert li se jkollna opportunitajiet nitkellmu aktar fit-tul dwar dan, pero' ma nistax ma neħux din l-okkażjoni f'dan l-aġġornament sabiex ngħid li minkejja li l-kunsilli lokali m'humiex trattati fid-Diskors tal-Budget għandna nirriferu għalihom f'diversi oqsma matul din id-diskussjoni tal-Budget.", "Dak li hemm nieqes mid- diskors li għamel il-Ministru Spiteri nhar it-Tnejn li għadda ma nistgħux inħalluh barra mid-diskussjoni dwar il-Budget għax pajjiżna jkun pajjiż li jixbaħ lill-bini mingħajr pedament - meta ngħid \"pajjiżna\" qed nirriferi għall-poplu tagħna mingħajr politika lokali.", "L-awtoritajiet lokali għalina huma esperjenza ġdida pero' esperjenza li tfisser diċentralizzazzjoni.", "Wisq nibża' li jista' jkun hawn min irid iwarrab jew inkella ma jibqax isaħħaħ il-kunsilli lokali għaliex irid iwarrab il-politika ta' diċentralizzazzjoni u min-naħa tal-kunsilli lokali ma nistgħux immorru lura għaż-żmien ta' politika ċentralizzata.", "Il-politika ċentralizzata f'pajjiżna ma ġabitx qawmien ekonomiku iżda ġabet staġnar ekonomiku.", "Issa bdejna nitkellmu dwar il-Budget u qed ngħidu li rridu noħolqu aktar ġid, irridu li jkollna aktar xogħol u għal dan kollu rridu kultura ta' diċentralizzazzjoni.", "Ma nistgħux nitkellmu dwar \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" filwaqt li ninsew xi tfisser verament din il-frażi.", "GĦalhekk jenħtieġ li nifhmu l-importanza tal-kunsilli lokali.", "Il-politika tagħna ssib il-milja tagħha jekk tkun politika ta' djalogu u ma nistgħux niddjalogaw ma' kulħadd u ninsew lill-kunsilli lokali.", "Jekk il-Ministru responsabbli mill-finanzi ddeċieda li jħalli barra lill-kunsilli lokali filwaqt li ġie jgħidilna li l- importanza li qed jagħti dan il-budget hija li ċ-ċittadin jiġi l-ewwel, allura nerġa' ntenni li jista' jkun hemm xi taħwid jew inkella nuqqas ta' ċertezza fil-politika min-naħa tal-Gvern.", "Illum f'pajjiżna għandna madwar 400 politiku lokali li qed jaħdmu biex jaqdu l-komunitajiet tagħhom.", "Ejjew inħarsu lejhom bħala kooperaturi u mhux bħala sfidanti.", "Irridu nkunu nafu sewwa fejn irridu naslu għaliex jekk nibdew niċċentralizzaw il-politika tagħna, il-poplu jista' jnaqqas il-fiduċja tiegħu fil-gvern u b'dan il-mod nistgħu nerġgħu naslu għal stat ta' ekonomija mhux stabbli.", "Madam Speaker, filwaqt li nawgura li dak li għadni kif semmejt ma jseħħx - jiġifieri li ma jkollniex staġnar politiku - irrid nawgura wkoll li dan il-Parlament jibda jifhem iktar, b'mod speċjali n-naħa tal-Gvern, it- tifsira u l-importanza tal-kunsilli lokali għal pajjiżna, anke biex ikomplu ntejbu s-sitwazzjoni ekonomika tal-poplu tagħna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, f'dawn l-aħħar ġranet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar fettlilha ma tħallix lin-nies jużaw il-carpark ta' Tas-Sliema u l- poplu Malti li ried imur lejn dawn l-inħawi seta' jipparkja bil-kumdita'.", "Jekk illum wieħed jara x'qed jiġri f'dan il-pajjiż fir-rigward tal-mod li bih qiegħda taġixxi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar isib li hemm każijiet fejn l- Awtorita' ta' l-Ippjanar timxi b'id tal-ħadid u hemm każi oħrajn fejn din l- istess awtorita' timxi b'id tal-bellus.", "Fil-fatt aħna qed nirrealizzaw li bħalissa f'din l-awtorita' jew hemm wisq red tape biex din tista' taħdem jew inkella, kif jgħid il-Malti, qed taħdem \"jew nejja jew maħruqa\".", "Madam Speaker, hawnhekk ta' min jgħid li meta jien għamilt domandi parlamentari lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fejn fihom tlabtu jirranġa xi toroq fil-Manikata, fl-inħawi tal-Baħrija, ta' l- Imtaħleb, ta' Binġemma u tad-Dwejra, l-Onor.", "Membru rrispondieni li minħabba l-pjan strutturali tal-pajjiż hu ma jistax jaħdem.", "Aħna għandna Awtorita' ta' l-Ippjanar kif ukoll Awtorita' tad-Djar u għalhekk jien nifhem li huma dawn iż-żewġ awtoritajiet flimkien li jiddeċiedu bejniethom min jista' jibni, fejn jista' jibni u kif għandu jsir l-iżvilupp fil- pajjiż, pero' issa qed naslu fl-assurdita' li ministru jinħeba wara awtorita' biex jgħidlek li ma jridx jew li ma għandux pjan kif imexxi l- infrastruttura tal-pajjiż.", "Hija assurdita' li filwaqt li sa ftit snin ilu ministri preżenti li għamlu l-istess domandi - prattikament kelma b'kelma - f'dan il-Parlament fejn talbu lill-Gvern preċedenti jirranġa dawn it-toroq kif ukoll oħrajn tkażaw bih għax qalu li l-Gvern ma kienx qed jagħmel dan ix-xogħol, illum dawn l-istess nies qed iġibulna skuża teknika wara l-oħra, skuża li għalija biha qed jipprovaw jgħattu x-xemx bl-għarbiel u li permezz tagħha dawn qed jippruvaw ma jagħmlux dak li jrid tassew iċ-ċittadin, li skond il-Gvern ta' llum għandu jkun l-ewwel u qabel kulħadd.", "Madam Speaker, issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq meta bidwi part-timer jew fulltimer japplika għall-permess tal-bini biex jibni xi kamra f'għalqa.", "Kulħadd jaf li llum ma għadniex naħdmu r-raba biz-zappun u bl-imgħażqa biss għax illum il-bidwi jrid jonfoq eluf ta' liri f'makkinarju mhux biss biex jagħti prodott aħjar imma anke biex fix-xogħol tiegħu ma jbatix daqs kemm kien ibati qabel.", "Imma madanakollu llum il-bidwi qed jiġi fi stadju fejn minħabba n-nuqqas ta' sens li bih qed titmexxa l-awtorita' u minħabba n- nuqqas ta' sens li dawn għandhom fil-policies tagħhom, dan qed jinżamm milli jkun jista' jipproteġi l-assi tiegħu u b'konsegwenza ta' dan xi bdiewa qegħdin litteralment iħallu l-makkinarju li jiswa ħafna flus barra.", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li filwaqt li huwa veru li ħafna applikazzjonijiet għal permessi li qed ikun hemm quddiem din l-awtorita' - hawnhekk m'iniex qed ngħid għal-lum biss imma anke għal waqt il-Gvern preċedenti - qed ikunu dawk li nsejħulhom run of the mill, madanakollu llum hija ħaġa standard illi minflok ma l-awtorita' tipproċessa dawn l- applikazzjonijiet fi tmien ġimgħat, kif preskritt mil-liġi stess, qed tibgħat ittra fejn biha tinformak li hi għandha bżonn iżjed żmien u li jekk ma tagħtihiex iżjed żmien l-applikazzjoni ta' dak li jkun titqies bħala rifjutata.", "Dan huwa totalment il-kontra ta' dak illi jgħidu liġijiet ta' awtoritajiet simili barra minn Malta fejn hemmhekk jekk l-awtorita' ma tagħtix risposta fi żmien tmien ġimgħat jew fi żmien iffissat minn tali liġi l-permess jitqies li ġie approvat.", "Madam Speaker, f'dan ir-rigward wieħed irid jgħid li hemm diversi każijiet fejn l-istess awtorita' qabdet u tat permess lil nies biex jagħmlu żvilupp f'bankini jew mod ieħor fi proprjeta' tal-poplu mingħajr ma kkonsultat miegħu.", "F'ċerti każijiet biex bniedem jirranġa tieqa jibagħtuh iġib pjanti fuq pjanti u jaraw kif jibqgħu iġibu l-iskużi biex ma joħorġux il-permess, imbagħad hemm ħaddieħor li malli jippreżenta ittra tiġi ffirmata minn min hu nkarigat u jagħtuh permess biex jagħmel xogħlijiet anke fi proprjeta' li hi tal-poplu kollu.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li jien kelli okkażjoni li mmur ma' klijenti tiegħi quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u filwaqt li l-klijenti tiegħi flimkien ma' uffiċjali oħra ta' l- awtorita' bdew jipprovaw isibu mod kif isolvu xi problemi żgħar li kien hemm, wieħed minn dawk li kienu jaħdmu hemm - illum dan huwa sospiż mill- awtorita' - beda kull darba jqum u jhedded litteralment lil dawn in-nies dwar x'jista' jagħmlilhom bis-saħħa li tagħtih il-liġi, jiġifieri li jagħlqilhom l-intrapriża li kienu qed imexxu.", "Madam Speaker, aħna llum qed nitkellmu fuq x'hemm bżonn isir biex intaffu l-problemi li jiltaqa' magħhom il-poplu sakemm ma jitlobx affarijiet esaġerati.", "Jien inħoss li l-Gvern preżenti għandu jieħu dawn il-passi immedjatament sabiex dawn il-poteri straordinarji li jingħataw lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar jekk hemm bżonn jiġu curtailed, kif jgħidu l- Ingliżi.", "Qed ngħid \"curtailed\"mhux fis-sens li m'hawnx bżonn ta' l- awtorita' għax l-awtorita' fiha nnifisha hija tajba, pero' jien ngħid li din issa ħadet l-id kollha u nibża' li se tispiċċa tieħu kollox.", "Wasalna fi stadju li jekk bniedem japplika biex iżid kamra fid-dar tiegħu jrid jistenna sena u nofs biex joħorġulu permess.", "Għaliex?", "Għax qed tinħoloq teknikalita' li l-liġi lill-awtorita' tagħtiha d-dritt li tirrifjuta u povru l-bniedem fit-triq li jrid jirranġa din id-dar.", "Madam Speaker, jien ma nafx meta l-Ministru responsabbli mill- infrastruttura rrisponda d-domandi li għamilt kienx qed jirrispondi għax veru hemm pjan ta' struttura li ma jippermettilux li jagħmel ċertu twessiegħ u ċertu rranġar ta' toroq - per eżempju, tlabtu biex iwessa' u jirranġa t-triq li tasal sal-Baħrija - għax ma naħsibx li llum għadna tant lura li rridu niddependu mill-grazzja u mit-tolleranza ta' awtorita' biex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet li huma meħtiġa għaċ-ċittadin.", "M'huwiex sewwa li filwaqt li f'diversi nħawi tal-pajjiż ix-xogħol isir darba, tnejn, tlieta u ġieli anke minħabba ħmerija jerġa' jingħata resurfacing ġdid għall- kumdita' tan-nies ta' dawk in-naħat, imbagħad għandna l-biċċa l-kbira ta' l- areas rurali ta' Malta fejn it-toroq tassew għandhom bżonn tranġar totali.", "Madam Speaker, naħseb li wasal iż-żmien li fejn hemm bżonn għandhom isiru xogħlijiet ta' infrastruttura mhux biss għall-Maltin imma wkoll għall- barranin.", "Issa kull min għandu vann kbir għax-xogħol li ma jkunx kummerċjali se jħallas Lm100 liċenzja u min għandu karozza se jħallas iżjed milli kien qed iħallas qabel.", "Jekk din hija r-road tax - il-liċenzji hemm fejn żdiedu b'iżjed minn 100% - it-toroq irriduhom sew.", "Jekk il- Gvern m'għandux ideat għandu jħalli f'idejn min għandu tassew dawn l-ideat.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Grazzi, Madam Speaker.", "Ftit tal-ġimgħat ilu l- Ministru tal-Ħarsien Soċjali żvela illi f'Diċembru li għadda l-qgħad laħaq iċ-ċifra ta' 6,254.", "Issa ċ-ċifra tal-qgħad hija l-ewwel indikatur importanti illi tkun available.", "Dan ifisser illi fl-aħħar xahrejn tas-sena li għaddiet kien hemm żieda fil-qgħad ta' madwar 617.", "Din hija ċifra għolja għal perjodu daqshekk qasir.", "Biex wieħed iqabbel u allura jkun jista' jasal għall-konklużjoni li din hija ċifra pjuttost għolja u daqsxejn inkwetanti, jekk inħarsu lejn is-sena 1995, insibu illi ż-żieda fil-qgħad - ikun hemm xi ftit żieda fil-qgħad fl-aħħar tas-sena - kienet ta' madwar 260.", "Dan ifisser li fl-ewwel xahrejn ta' Gvern Laburista ż- żieda fil-qgħad kienet iktar mid-doppju, kważi t-tripplu, ta' dik li kienet f'sena normali.", "Dan iqajjem ċertu tħassib.", "Naturalment wieħed jistenna li jkun hemm diskussjoni min-naħa tal-Gvern biex ma jiżdiedx il- qgħad, biex jara x'inhi r-raġuni għal dan u biex jara x'jista' jagħmel biex dan il-qgħad ma jibqax jiżdied.", "Huwa faċli li l-qgħad jitla' imma m'huwiex faċli biex jinżel.", "Ir-reazzjoni tal-Gvern Laburista, permezz ta' l-Onor.", "Edwin Grech, kienet tassew sorprendenti.", "Dan beda jgħid li din iż-żieda tal-qgħad kienet frott ta' Gvern Nazzjonalista li b'xi mod jew ieħor kien qed jaħbi l-problema tal- qgħad.", "Donnu llum sar hobby li għal kull ħaġa li tiġri fil-pajjiż jeħel il-Gvern Nazzjonalista.", "Sadanittant ftit tal-jiem ilu l-Prim Ministru tana eku ta' dan it-tip ta' raġunar għax qal illi ċ-ċifri tal-qgħad kienu qed jiġu rtokkjati.", "Issa f'ġieh is-sewwa - din hija importanti jekk dan il- Gvern irid jgħid li huwa trasparenti u responsabbli - dawn iridu jagħtu l- prova ta' dan.", "Ġie anke rrapportat li f'xi gazzetta l-Onor.", "Edwin Grech qal li se ssir inkjesta.", "Peress li s'issa għadha ma ssemmietx din l- inkjesta nixtieq inkun naf jekk hux se ssir verament.", "Jien nixtieq inkun naf x'kienet iċ-ċifra vera tal-qgħad f'Diċembru.", "Huwa veru li din iċ-ċifra telgħet għal 6,254?", "Jekk inhu hekk - għax għadu ma ġie pubblikat xejn - din hija kważi t-tieni l-ogħla ċifra tal-qgħad fl-aħħar għaxar snin għax hemm 30 inqas mill-ogħla ċifra li kellna fi Frar ta' l-1994.", "Jekk hemm xi ħaġa li l-Gvern Nazzjonalista huwa kburi biha hija r-record li għandu dwar ix-xogħol u dwar l-impjiegi li ġew ikkreati.", "Jien nawgura li l-Gvern Laburista jkun kapaċi jsegwi l-passi tal-Gvern preċedenti, imma donnu bħalissa qed ikun hemm it-tentazzjoni li minflok wieħed jieħu l- affarijiet bis-serjeta' qed jipprova jwaħħal f'affarijiet oħra.", "Per eżempju, l-Onor.", "Edwin Grech qal li dan kollu huwa tort tal-Gvern ta' qabel.", "Is-serjeta' titlob li jekk l-ETC jkollha xi dubji, tistħarreġ lil dawk li qed jirreġistraw u tara jekk hemmx xi ħadd li jkun qed jaħdem, xi ħadd li jiġi offrut lilu impjieg u ma jaċċettahx jew xi ħadd li jiġi offrut biex jitħarreġ għal xi kors u ma jaċċettax.", "F'dan il-każ dawn għandhom jiġu maqtugħa mir-reġistru u jkollhom ċans għal appell.", "Il- kollega tiegħi qed jgħid li kien hemm numru ikbar ta' nies jirreġistraw mis- soltu pero' għadu ma taniex il-provi biex naraw jekk hux veru li s-sena li għaddiet kien hemm numru ikbar mis-sena ta' qabel.", "Wara kollox jekk veru jkun hemm nies li m'humiex intitolati li jirreġistraw - dan l-aħħar il- moralita' fiskali ssemmiet ħafna f'dan il-Parlament - wieħed għandu jara x'jagħmel.", "Meta nħares lejn ir-records ta' l-impjiegi taħt Gvern Nazzjonalsta ngħid kemm lil dan il-pajjiż tajnih opportunitajiet.", "Fl-aħħar għaxar snin il- labour supply fil-pajjiż żdiedet għal iktar minn 24,000, żieda ta' 20% fuq l-1986.", "Il-labour supply fi żmien il-Gvern Soċjalista tas-snin tmenin żdiedet biss bi 3,000 persuna, jiġifieri kien hemm 2.4% iktar nies li setgħu jaħdmu.", "Fil-qasam ta' l-impjiegi nsibu li ż-żieda fis-settur privat kienet ta' 21,000 f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Taħt l-aħħar Gvern Soċjalista' li kellna qabel mhux żieda kien hemm imma tnaqqis ta' 11,000 impjieg.", "Għalhekk m'hemmx dubju illi li wieħed jipprova jgħid li l-Gvern Nazzjonalsita b'xi mod ried jaħbi l-problema tal-qgħad assolutament mhux minnu.", "Jekk kien hemm problema din kienet li ma kienx hemm nies biżżejjed biex jimlew il-postijiet tax-xogħol kollha u fil-fatt id-diffikulta' kienet li kellna pressjoni biex inġibu nies minn barra li jridu jaħdmu Malta, imma aħna qatt ma kellna l-politika li nagħmlu dan.", "Madam Speaker, huwa mportanti li l-Gvern ma jilludix ruħu billi jekk qed jiffaċċja ċerti problemi - dawn il-problemi nafu għaliex qed jiffaċċjahom - jagħlaq għajn waħda jew agħar minn hekk għajnejh it-tnejn u jipprova jwaħħal fil-gvern preċedenti, kif fil-fatt qed isir dan l-aħħar imma għandu jeżamina sewwa x'hemm fil-politika tiegħu, b'mod speċjali dik ekonomika u fiskali, ħalli jasal għal dan ir-riżultat.", "Huwa veru li l-qgħad żdied u nisperaw li ma jibqax jiżdied u biex dan iseħħ il-Gvern irid jieħu ħsieb żewġ elementi prinċipali u dawn huma s-sitwazzjoni ta' l-investiment speċjalment kif jiġi influwenzat mill-Unjoni Ewropea u d-deċiżjoni li niffriżaw l-applikazzjoni għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena illum ngħid formalment li hemm il-periklu li l-ekonomija tagħna tiġi ffriżata bħalma ġara lil din l-applikazzjoni u l-Gvern Laburista li jkun responsabbli għal dan mhux se jsibha faċli li jreġġa l-arloġġ lura sabiex jagħmel tajjeb għal dak li jkun intilef.", "It-tieni ħaġa li qed twassal għal din l-inċertezza hija ovvjament ir- riforma fiskali li wara li l-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni kien ilu mill- inqas sentejn jgħid li se jneħħi l-VAT s'issa mhux talli għadna ma nafux x'se jiġri talli għadda l-budget u għadna ma nafux x'sistema li se jkollna.", "Huwa mportanti li dawn l-inċertezzi jiġu ċċarati għax dawn joħolqu nuqqas ta' investiment u qed ngħid dan biex nagħti warning lill-Gvern Laburista ħalli jkun konxju ta' dawn il-problemi.", "Ikun inutli jekk wara li jitla' l- qgħad nipprovaw insolvu l-problema għaliex imbagħad taf tieħu snin twal biex issolviha, kif diġa' ġara fil-passat.", "Gvern Laburista għandu esperjenza tajba ta' dan għax biex solva l-problema tal-qgħad, fil-fehma tiegħi, kien għamel l-iktar ħaġa rresponsabbli meta impjega madwar 8,000 ruħ mas-settur pubbliku b'mod li wassal għal żieda fl-ispiża tal-Gvern - din illum tissemma' ħafna - ta' iktar minn Lm30 miljun fis-sena.", "Nispera li ma nerġgħux niġu għal dak iż-żmien.", "Naħseb li l-Gvern Laburista tgħallem mil-iżbalji tiegħu pero' ma tkunx ħaġa tajba li minflok ma niffaċċjaw il-problemi noqogħdu ngħidu li m'huwiex tort tal-Gvern ġdid u nitfgħu t-tort fuq min kien jamministra qabel meta fil-fatt assolutament m'huwiex minnu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-tnejn 20 ta' Jannar fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "INDUSTRIJI", "553.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm twaqqfu industriji f'Malta bejn it-30 ta' Ġunju, 1971 u t-12 ta' Mejju, 1987 u bejn it-13 ta' Mejju, 1987 u s-26 ta' Ottubru, 1996?", "X'kienet it-tip ta' manifattura ta' kull waħda?", "Kemm ħadmu nies fil-bidu u kemm qegħdin iħaddmu issa jekk għadhom joperaw?", "Liema minnhom għalqu u meta?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: 1a.", "Skond ir-rapporti annwali ta' l-MDC, bejn Gunju ta' l-1971 u Mejju ta' l-1987 kien hemm 456 progett industrijali fil-qasam tal-manifattura illi t-talba taghhom ghal xi forma ta' assistenza jew incentiv taht il-ligi ta' l-'Aids to Industries Ordinance', (eskluz talbiet ghall-ezenzjoni mid- dazju fuq materja prima w makkinarju), giet milqugħa mill-Bord ta' l-MDC, u li fil-fatt bdew joperaw.", "Minnhom 347 kienu progetti godda, filwaqt li 109 kienu espansjonijiet li kienu diga jeżistu.", "1b.", "Minhabba li fir-rapporti annwali ta' l-MDC ta' wara l-1987 l- informazzjoni dwar progetti ma kienetx tinghata bl-istess dettall bhal qabel, l-istatistika li fuqha giet ibbazata din il-parti tat-twegiba kellha tingabar mill-minuti tal-Bord ta' l-MDC u mill-memorja ta' mpjegati ta' l- istess MDC.", "Skond dawn is-sorsi, bejn in-nofs ta' Mejju ta' l-1987 sa Ottubru ta' l- 1996 kien hemm 280 progett industrijali fil-Qasam tal-manifattura illi t- talba taghhom ghal xi forma ta' assistenza jew incentiv taht rispettivament il-ligijiet ta' l-'Aids to Industries Ordinance' u l-'Industrial Development Act' (eskluz talbiet ghall-ezenzjoni mid-dazju fuq materja prima w makkinarju), giet milqugha mill-Bord ta' l-MDC, u li fil-fatt bdew joperaw.", "Minnhom 163 kienu progetti godda, filwaqt li 117 kienu espansjonijiet li kienu diga' jezistu.", "2a.", "Bejn Gunju 1971 u l-ewwel nofs ta' Mejju 1987 il-progetti msemmija, jigifieri 456 b'kollox, kienu jaqghu taht is-setturi diversi tal- manifattura kif jidher hawn taht:", "|Ikel, xorb u tabak |33 | |Tessuti w hwejjeg |126 | |Prodotti tal-gilda inkluz |28 | |zraben | | |Ghamara, prodotti ohra ta' |46 | |l-injam u rattan | | |Prodotti tal-karta u stampar |13 | |Prodotti tal-kimika, gomma w |35 | |plastika | | |Prodotti tal-metall, |121 | |inginerija, impjanti | | |elettrici w elettronika | | |Strumenti xjentifici w ghall-|14 | |kejl, u prodotti ottici | | |Ohrajn |40 | |B'kollox |456 |", "2b.", "Bejn it-tieni nofs ta' Mejju ta' l-1987 w Ottubru ta' l-1996 il- progetti msemmija, jigifieri 280 b'kollox, kienu jaqghu taht is-setturi diversi tal-manifattura kif jidher hawn taht:", "|Ikel, xorb u tabak |21 | |Tessuti w hwejjeg |41 | |Prodotti tal-gilda inkluz | 9 | |zraben | | |Ghamara, prodotti ohra ta' |19 | |l-injam u rattan | | |Prodotti tal-karta u stampar|16 | |Prodotti tal-kimika, gomma w|48 | |plastika | | |Prodotti tal-metall, |79 | |inginerija, impjanti | | |elettrici w elettronika | | |Strumenti xjentifici w |11 | |ghall- kejl, w prodotti | | |ottiċi | | |Ohrajn |36 | |B'kollox |280 |", "3a.", "Dwar kemm hadmu nies dawn il-progetti matul hajjithom, dwar kemm minnhom ghadhom joperaw, u kemm ghalqu u meta, twegibiet jinghataw f'seduti ohra.", "Dan ghaliex hafna mill-informazzjoni mehtiega mhijiex immedjatament accessibli.", "Filwaqt li sa l-1987 din kienet tingabar u tinzamm regolarment mill-MDC, f'xi mument wara din id-data l-arkivji statistici ta' l-MDC gew mghoddija lid-Dipartiment ta' l-Industrija.", "Jidher ukoll li kien hemm perjodu li matulu din l-informazzjoni ma' ngabritx.", "Bhalissa 'team' ta' ufficjali ta' l-MDC qed jahdem fuq l-irkupru (recovery) ta' dawn l-arkivji statistici kif ukoll fuq sistemi effettivi ta gbir ta' informazzjoni dwar l- industrija.", "INKJESTA DWAR IL-BILJETTI TAL-KAROZZI TAL-LINJA - GURAMENTI FOLOZ", "554.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex sal-lum il-Pulizija għadha ma ħaditx passi kriminali kontra min ħa ġurament falz fl-Inkjesta dwar il-Biljetti tal-Karozzi tal-Linja meta f'każi simili l-istess pulizija għamlet dan f'inqas minn erba' u għoxrin siegħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Pulizija tinsab f'konsultazzjoni ma' l-Avukat tar- Repubblika dwar il-konklużjonijiet ta' l-Inkjesta li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "643.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati fl-Universita', sena b'sena, mill-1987 sal-lum?", "Kemm minnhom kienu nisa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO:In-numru ta studenti li kienu rreġistrati fl- Universita bejn 1987 sal-lum huwa kif ġej:", "|Sena |Irġie|Nisa |Total| |Akkademik|l | | | |a | | | | | | | | | |1987-88 |1034 |566 |1600 | |1988-89 |1616 |978 |2594 | |1989-90 |1665 |1126 |2719 | |1990-91 |1751 |1198 |2949 | |1991-92 |1855 |1615 |3470 | |1992-93 |1933 |1631 |3564 | |1993-94 |2146 |2009 |4155 | |1994-95 |2714 |2662 |5376 | |1995-96 |2925 |3029 |5954 | |1996-97 |3053 |3292 |6345 |", "PULIZIJA:TAQSIMA TAT-TIFI TAN-NAR", "644.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il intervent sar mill-Fire Brigade fil-Fire Station tax- Xemxija xahar b'xahar, mill-ftuħ tagħha fil-21.6.96 tal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bejn il-21 ta' Ġunju 1996 u l-31 ta' Diċembru 1996 saru 408 intervent mit-Taqsima tat-Tifi tan-Nar tal-Pulizija bbażata fix- Xemxija.", "Dawn l-interventi saru kif ġej:", "|Ġunju |27 | |Lulju |96 | |Awissu |102 | |Settembru|66 | |Ottubru |76 | |Novembru |20 | |Diċembru |21 |", "XEMXIJA - FIRE STATION", "645.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li riċentement fil-Fire Station tax- Xemxija li nfetħet fil-21 ta' Ġunju, 1996 mill-Amministrazzjoni preċedenti, tneħħew xi 'fire engines' u ġew sostitwiti b'oħrajn qodma flok dawk li ġew importati riċentement mill-Ingilterra?", "Ma jidhirlux il-Prim Ministru li din l-unika 'fire station' fit-Tramuntana ta' Malta għandha tkun mgħammra bl-aħjar inġenji?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi mill-vetturi kif stazzjonati fil- Fire Station tax-Xemxija meta din ġiet inawgurata f'Ġunju ta' l-1996, inbidlet waħda biss ma' oħra li wkoll kienet ġiet impurtata mill- Ingilterra.", "Ir-raġuni, primarjament hija, li bħal dan iż-żmien is-sejħiet għall-assistenza minn din il-fergħa jonqsu u għalhekk sar dan it-tibdil.", "Jien informat ukoll, illi b'dan it-tibdil, ma sar ebda tnaqqis fl- effiċjenza ta' din il-Fire Station.", "PULIZIJA - AKKADEMJA TAL-ĠUSTIZZJA KRIMINALI", "646.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu dak li qed jingħad fil- gazzetti, li l-Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali se tingħalaq?", "Jekk hu hekk, fejn se jsir it-taħriġ tal-Pulizija u minn min?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhuwiex minnu.", "SANT'ANDRU - \"AUSTRALIA HALL\" - ĦLAS TA' ĊENS", "647.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jiġbor il-Gvern bħala ħlas ta' ċens tal-post magħruf bħala \"Australia Hall\" f'St. Andrew's, mogħti lill-Malta Labour Party b'enfitewsi?", "X'passi se jieħu l-Gvern għall- ġbir ta' l-arretrati ta' ċens?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-\"Australia Hall\" hu wieħed minn tliet binja li kienu ngħataw b'ċens lil Malta Shipbuilding biex dawn jistgħu jiġu permutati ma' art tal-Malta Labour Party għal art li l-partit kellu u li ġiet użata għal kompless illum użat mill-kumpannija.", "L-ebda pagament ma sar mill-1991 sal-lum.", "Hemm Lm230,000 ċens dovut li skond il-kuntratti relattivi għandhom jitħallsu mill-Malta Shipbuilding.", "Peress li s'issa għadhom ma ttieħdu l-ebda passi il-Gvern irid jara x'passi jistgħu jittieħdu fuq din il-materja.", "BIRKIRKARA - TRIQ F.S. CARUANA", "648.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri sabiex Triq F.S. Caruana, f'Birkirkara, titniffed ma' Main Street (R.D. File 2613/90)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Id-Dipartiment tat-Toroq ikkonsulta lill-Awtorita ta' l-Ippjanar sabiex jitwaqqa' l-bini biex titniffed Triq F.S. Caruana ma' Main Street.", "Id-dipartiment ġie nformat li peress li dan il-bini huwa fil-\"village core\" dan ma' jistax jitwaqqa'.", "Jidher illi jeżisti \"Scheme Amendment\" sabiex triq F.S. Caruana tittermina fi pjazza u ma jkunx hemm aċċess dirett għal Main Street.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - ENFORCEMENT UNIT", "669.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk minn 1 ta' Jannar, 1993 sal-31 ta' Diċembru, 1996, kemm-il azzjoni diretta ttieħdet kull xahar mill- Enforcement Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Fl-istess perjodu, kull xahar, kemm-il bini jew struttura legali twaqqfet mis-sid stess?", "Kemm-il każ hemm pendenti fejn il-kawżi legali nqatgħu u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' teżerċita s-setgħet li tagħtiha l-liġi u twaqqa' l-istruttura jew bini llegali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Tingħata risposta f`seduta oħra.", "SKEJJEL - SKOLA CARLO DIACONO", "670.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitkomplew l- iskavi fis-sit Ruman li jinstab fl-iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun?", "Id-Dipartiment tal-Mużewijiet meta naddaf l-aħħar dan is-sit?", "X'qiegħed isir mid-Dipartiment tal-Mużewijiet u mid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni biex dan is-sit ma tkomplix tiġrilu ħsara mit-telqa li jinstab fiha u mill-pressjoni li jista' jkun hemnm biex jikbru l-faċilitajiet ta' l- iskola?", "Id-Dipartiment tal-Mużewijiet għamel xi talba lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex jiskeda dan is-sit?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.Interpellant li l-iskavi fuq is-sit Ruman fil-grounds ta' l-iskola Carlo Diacono, iż-Żejtun, kienu tlestew mid-Dipartiment tal-Mużewijiet fis-snin 70, u llum m hemmx skop għal aktar investigazzjonijiet.", "Il-fdalijiet arkeoloġiċi li kienu ġew mikxufa dak iż-żmien huma protetti mill-Antiquities Act u mid-Development Planning Act, u għalhekk m humiex f periklu li jiġu mhedda minn ebda żvilupp inkluża l-possibbilta' ta xi estenzjoni ta l-iskola.", "Dan is-sit huwa rreġistrat fin-National Protective Inventory ta l-Awtorita' għall-Ippjanar.", "Minħabba nuqqas ta riżorsi umani, id-dipartiment neċessarjament jagħti prijorita' lit-tindif ta' dawk is-siti li huma l-iżjed importanti u li huma miftuħa regolarment għall-pubbliku.", "Is-sit li qiegħed isemmi l-Onor.", "Interpellant tnaddaf l-aħħar xi snin ilu, iżda qed jittieħdu passi sabiex jiġi mnaddaf b mod aktar regolari.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI - KATAKOMBI", "671.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi għamla ta' rapport mid- Dipartiment tal-Mużewijiet dwar il-katakombi li nstabu fit-Triq tal-Barrani xi snin ilu?", "Jekk sar, hemm ħsieb li dan jiġi ppubblikat?", "Dawn il- katakombi fihom xi interess speċjali?", "Jekk fihom, x'inhu?", "Saret xi talba lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mid-Dipartiment tal-Mużewijiet biex dawn jiġu skedati?", "Hemm xi ħsieb li dawn isiru aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ma jkun ta' periklu għas-sewwieqa u għall-pubbliku li jżurhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Katakombi misjub taħt Triq tal-Barrani, iż- Żejtun, fl-1993, huwa l-uniku eżempju ta katakombi palaeo-Kristjan fil- gżejjer Maltin li ġie investigat xjentifikament b'metodi moderni ta' riċerka arkeoloġika.", "L-iskav ta' dan is-sit twettaq mill-istaff tekniku tal-Mużew Nazzjonali ta l-Arkeoloġija; u rriżulta fis-sejbien ta materjal li jixħet dawl ġdid fuq il-bidu tal-perjodu Biżantin f'Malta.", "F'dan il- katakombi - għalkemm żgħir - instabu wkoll varji eżempji nteressanti ta xogħol dekorattiv imnaqqax fil-blat.", "Għalkemm rapport preliminari ta' dan ix-xogħol tlesta, qiegħed attwalment jiġi preparat għall-pubblikazzjoni r-rapport finali li jiġbor fih ir- riżultati tekniċi kollha ta dan l-iskav.", "Huwa ppjanat li l-materjal misjub f dan il-katakombi jiġi eventwalment espost għall-pubbliku fil-Mużew Nazzjonali ta l-Arkeoloġija.", "Fl-1993 id-dipartiment kien lesta pjanti biex il-katakombi isir aċċessibbli għall-pubbliku.", "Dawn il-pjanti kienu ġew approvati mill-Awtorita għall- Ippjanar, iżda l-proġett ma setgħax jitwettaq minħabba oġġezzjoni mid- Dipartiment tat-Toroq rigward aspetti ta sigurta għas-sewwieqa tal-karozzi.", "Għaldaqshekk is-sit kellu jerġa' jiġi mogħti mill-ġdid biex Triq tal- Barrani tkun tista' terġa tiffunzjona normalment u mingħajr periklu għat- traffiku.", "L-Awtorita' għall-Ippjanar ġiet informata mid-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar il-lokazzjoni eżatta u l-importanza ta dan is-sit.", "TOROQ - ASFALTAR", "672.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa ta' tarmak li ngħatat kull sena bejn l-1987 u l-1996 fit-toroq mhux arterji fiż-Żejtun?", "Kemm minn dawn kull sena ntnefqu f'resurfacing u kemm f'toroq ġodda?", "Kemm- il kilometru ta' toroq ġodda mhux arterji fiż-Żejtun ġew mogħtija t-tarmak għall-ewwel darba bejn l-1987 u l-1996 u f'liema snin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:In-nefqa ta' tarmak li ngħatat bejn 1987 u 1996 fit-toroq li mhumiex arterji fiż-Żejtun hija kief mniżżla hawn taħt:", "fl-1989 Lm145,000 fl-1990 Lm5,300 fl-1994 Lm64,640 fl-1995/6 Lm135,708", "L-ispiża għar-resurfacing bejn is-snin 1987 u 1996 kienet:", "fl-1989 Lm145,000 fl-1990 Lm5,300 fl-1994 Lm67,640", "Għat-toroq ġodda fis-snin 1995/6 ntefqu Lm 135,708.", "Matul is-snin 1987 u 1996 ġewwa ż-Żejtun saru 1.4Km ta' toroq ġodda li mhumiex arterji.", "ŻEJTUN: TAL-BARRANI - DWAL", "673.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa il-proġett tad-dwal tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani?", "Kemm ġie jiswa r-resurfacing tat-Triq Tal-Barrani?", "Kemm-il metru kwadru ta' tarmak ingħata fit-triq ta' bla isem, bejn Triq Ħal Tarxien u Triq Tal-Barrani, magħrufa bħala t-triq tal- makna tal-ħalib?", "Kemm ġie jiswa t-tarmak li ngħata f'din it-triq?", "Sar xi studju dwar it-traffiku li jgħaddi minn din it-triq qabel ma ttieħdet id- deċiżjoni li tingħata t-tarmak?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Il-proġett tad-dawl tat-traffiku fi Triq tal- Barrani ġie jiswa Lm27,528.", "Ir-resurfacing tat-Triq tal-Barrani ġie jiswa Lm610,000.", "Ingħataw 5936.8 metru kwadru ta' tarmak fi triq magħrufa bħala t-triq tal-makna tal-ħalib u swew Lm32,588.", "L-istudju li sar ta' din it- triq qabel ma ngħata t-tarmak kien dwar il-kondizzjoni diżastruża li fiha kienet tinsab.", "PULIZIJA - ĦIDMA KONTRA D-DROGA", "717.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Minkejja li jiena konxju mill-ħidma li qed twettaq il-Pulizija kontra d-droga, jista' l-Prim Ministru jieħu passi biex tiġi ntensifikata l-ħidma tal-pulizija kontra d- droga biex il-kommunita tħoss aktar il-preżenza tal-pulizija f'ċerti lokalitajiet, bħan-Naxxar, fejn il-problema tad-droga qed tinħass li laħqet livell għola ta' periklu?", "ONOR.", "ALFRED SANT:Il-Ħidma tal-Pulizija sabiex jiġi mrażżan it-traffikar u l-abbuż tad-droga, kemm fin-Naxxar kif ukoll f'lokalitajiet oħra għadha għaddejja kemm min-naħa ta' l-iskwadra ta' kontra d-droga kif ukoll mill- pulizija tad-Distrett.", "Naqbel li għad hemm ħafna aktar xi jsir qabel inkunu rażżanna l-problema.", "Fiż-żmien li ġej beħsiebni nieħu miżuri biex nassigura li l-ġlieda kontra d- droga tiġi ntensifikata bil-qawwi.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - PUNTI LI JINGĦATAW L-APPLIKANTI", "723.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jimplimenta d-deċiżjoni meħuda mill- Gvern preċedenti illi permezz ta' regolamenti l-punti li kull applikant jingħata mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali jiġu ppubblikati fil- Gazzetta tal-Gvern?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI:Jien informat illi d-dipartiment qatt ma kellu jippubblika l-punti fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Jien informat ukoll illi biex il-punti tal-applikanti jistgħu jiġu ppubblikati fid-dipartiment, jenħtieġ qabel xejn illi jsiru numri konsiderevoli ta' spezzjonijiet tad-djar tal- applikanti.", "MELLIEĦA - TAĊ-ĊUMNIJA - \"PURIFICATION PLANT\"", "735.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq il-\"purification plant\" tad-drenaġġ fl-inħawi taċ-Ċumnija fil-Mellieħa?", "Il-proġett imsemmi se jitkompla fuq il-bażi ta' dak li kien diġa' mfassal qabel jew se jinbidel?", "Meta hu mistenni li fil-fatt l-proġett jasal fit- tmiem tiegħu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: S'issa kull riferenza għall-impjant għat- Tramuntana ta' Malta sar fuq bażi ta' rakkomandazzjonijiet li saru fis- \"Sewerage Master Plan for Malta and Gozo\" fejn ġie propost sit fl-inħawi taċ-Ċumnija.", "Skond il-liġi ta' Malta, kif ġiet kostitwita l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, proġett bħal dan jirrikjedi t-tfassil ta' \"Environmental Impact Assessment\" biex jiġi assigurat illi l-proġett ma jkunx ta' dannu għall-ambjent.", "Il- Gvern huwa konxju ta' dan l-aspett u jrid jassigura illi l-ispiża għal dan il-proġett tkun ta' benefiċċju għall-bdiewa ta' l-inħawi bil-provvediment ta' ilma ta' kwalita' tajba għat-tisqija filwaqt illi jutilizza l-ilma żejjed għal skopijiet oħra.", "B'hekk l-ilma prodott minn dan l-impjant ikun jista jiġi utilizzat b'mod tajjeb u effiċjenti.", "L-impjant ma jistax jitqies bħala proġett li jiffunzjona waħdu imma trid tinstab soluzzjoni tali li tippermetti it-tfassil ta' sistemi ġodda għat- twassil tad-drenaġġ fl-impjant u d-distribuzzjoni ta' l-ilma trattat mill- istess impjant.", "Ix-xogħol fuq l-impjant għat-tisfija tad-drenġġ fit-Tramuntana ta' Malta ikun jista' jinbeda ladarba l-Awtorita ta' l-Ippjanar tkun sodisfatta bir- riżultati ta' l-istudju fuq l-impatt ambjentali ta' dan il-proġett.", "Madanakollu il-Gvern huwa konxju ta' l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta' Malta, li l-Mediterran jiġi mħares minn rimi tad-drenaġġ sas-sena elfejn.", "BAĦRIJA - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "736.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol li kien imfassal biex is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija jitqabbad ma' mains prinċipali oħra f'Malta biex b'hekk l-area kollha tkun imqabbda ma' dawn il-mains?", "Kemm hu maħsub li jitqiegħdu pajpijiet u kemm hu mistenni li jiswa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proġett li kien maħsub għas-sistema tad- drenaġġ fil-Baħrija huwa f'fażi avvanzata ħafna u qiegħed jiġi maqsum f'fażijiet differenti biex il-proġett jitmexxa b'aktar reqqa u dettall.", "Billi l-proġett irid jibda minn H'Attard, id-Dipartiment tad-Drenaġġ qiegħed iħejji l-applikazzjonijiet meħtieġa għall-\"easement\" li hemm bżonn fit-tarf tas-sistema u huwa previst li sakemm dan l-\"easement\" jiġi approvat il-\"contract documents\" għall-ewwel fażi jkunu ġew imħejjija biex b'hekk tkun tista' tinħareġ sejħa għall-offerti.", "Dan il-proġett għandu jinħadem fuq perjodu ta' madwar tliet snin għax jinvolvi madwar ħmistax il-kilometru ta' \"mains\" tad-drenaġġ flimkien ma' żewġ \"pumping stations\" li għalihom irid jinkiseb permess mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "L-għan ta' dan il-proġett, apparti li titwassal is-sistema tad-drenaġġ sal- Baħrija, se jkun it-tisħiħ tas-sistema ta' l-inħawi ta' Hal Balzan u H'Attard.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - BDIEWA", "737.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa fulltime u part-time reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?", "Minn liema raħal huma dawn il-bdiewa, kemm fil-każ tal-fulltime kif ukoll fil-każ tal-part-time?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA:Kif suppost jaf l-Onor Interpellant id-Dipartiment tal-Agrikoltura ma jżommx reġistru tal-bdiewa fulltime u part time u għalhekk m' għandux l-informazzjoni mitluba.", "Tajt struzzjonijiet biex din l-informazzjoni tibda tinġabar.", "DIPARTIMENT TAS-SAJD - SAJJIEDA", "738.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda fulltime u part-time reġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd, raħal raħal?", "Fil-każ tas-sajjieda fulltime, jista' jgħid kemm kien in-numru ta' sajjieda reġistrati fl-1992 u kemm hu llum?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAN PAWL IL-BAĦAR/BUĠIBBA/ QAWRA - KAŻI TA' PROSTITUZZJONI", "739.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ttieħdu passi kontrihom dwar prostituzzjoni fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra?", "Kemm kien hemm rapporti dwar dan minn persuni Maltin fl-għassa ta' San Pawl il-Baħar f'dawn l-aħħar tnax-il xahar?", "Kemm minn dawn ir-rapporti saru matul l-aħħar tlett xhur tas-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul l-1996 ma' ttieħdu proċeduri kontra ħadd dwar prostituzzjoni fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra.", "Lanqas ma' kien hemm rapporti dwar prostituzzjoni fl-għases tal-postijiet imsemmija.", "TURIŻMU - SODOD LIĊENZJATI", "740.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sodod liċenzjati għat-turiżmu f'Malta u f'Għawdex?", "Kif inhuma mqassma dawn is-sodod, lokalita' lokalita', u bejn lukandi u akkomodazzjoni oħra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 740.", "KUMPANNIJI TAL-GVERN", "746.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-kumpanniji kollha li l-Gvern direttament jew indirettament permezz ta' xi korporazzjoni, kumitat jew enti oħra kkontrollata mill-Gvern, għandu sehem fihom u inkluż kumpanniji sussidjarji u għal kull kumpannija jindika: (1) Liema ministeru hu responsabbli li jinnomina l-Bord tad-Diretturi tal-kumpannija; (2) id- diretturi ta' kull kumpannija; (3) meta kull direttur ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; (4) il-ħlas li jirċievi kull direttur; (5) \"allowances\" u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver etc) li jirċievi kull direttur; (6) minn min jiġi nominat kull direttur?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - KONSULENTI", "747.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti ma' kull dipartiment tal-Gvern, Awtorita', Kummissjoni, Kumitat jew Korp Statutorju ieħor li fih il-Gvern għandu interess kif ukoll ma' kull kumpannija li fiha l-Gvern għandu, direttament jew indirettament \"majority shareholding\" kategorizzati skond kull enti fuq imsemmija u jindika, għal kull enti, kemm minnhom kienu barranin u kemm Maltin kif ukoll x'kien il-ħlas fis-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba sejra tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KOSTITUZZJONI TA' MALTA - KUMMISSJONIJIET", "748.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-kummissjonijiet mwaqqfa skond il-Kostituzzjoni ta' Malta u għal kull kummissjoni jindika: (1) Min huma l-membri tagħha; (2) meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; (3) il-ħlas li jirċievi kull membru; (4) \"allowances\" u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver etc) li jirċievi kull membru; (5) minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.", "KORPORAZZJONIJIET/KUMMISSJONIJIET IMWAQQFA MILL-GVERN", "749.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, \"boards\" u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin- nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika: 1) liema Ministeru hu responsabbli għaliha; 2) il-liġi/regolamenti li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm; 3) min huma l-membri tagħha; 4) meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; 5) il-ħlas li jirċievi kull membru; 6) \"allowances\" u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver etc) li jirċievi kull membru; 7) minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA GOVERNMENT INVESTMENTS - DIRETTURI", "750.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi tal-Malta Government Investments u tal-Kumpanniji kollha li fihom għandhom sehem u għal kull direttur jindika l-ħlas li jirċievi u l-benefiċċji oħra (bħal karozza, telephone, telecell etc) li għalihom ikun intitolat?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Dettalji tad-Diretturi jistgħu jinkisbu mir- Registrar of Partnerships.", "Il-kundizzjonijiet tad-Diretturi huma li kienu taħt l-amministrazzjoni l-oħra."]} {"filename": "19970429_059d_par.doc", "date": "1997-04-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 59 It-Tlieta, 29 ta' April, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 59", "It-Tlieta, 29 ta' April, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "59", "It-Tlieta, 29 ta' April, 1997", "WERREJ", "MINUTI 1057", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 1057", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1061", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJ1", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL(KUMITAT) 1062", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL(IT-TIENI QARI) 1072", "AĠĠORNAMENT 1084", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1088", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 58 li saret fid-29 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "ĊITTADINANZA", "3692.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover tistax tingħata ċittadinanza Maltija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar dettalji dwar din il-persuna konċernata, bħalma huma l-post, il-pajjiż u d-data tat-twelid, għaliex l-informazzjoni li ġiet mogħtija m'hijiex biżżejjed biex id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza jkun jista' jidentifika l-każ.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - OQBRA", "3725.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 691 - oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni - jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' proċessar waslu l-applikazzjonijiet għall-għoti ta' oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata li jirrigwardaw files li jmorru lura sa dak bin-numru 39/92/116?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant li fil- preżent l-iproċessar ta' applikazzjonijiet għall-għoti ta' oqbra fiċ- Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa wieqaf sakemm ikun hemm oqbra disponibbli.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "3742.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-persuna li isimha qiegħed jintbagħat under separate cover tingħata akkomodazzjoni li tant għandha bżonn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Jiena ninsab informat illi ma tantx hu probabbli li l-persuna ndikata tingħata akkomodazzjoni f'qasir żmien.", "HAWKERS - BDIL FIL-LIĠI", "3809.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara jekk tistax tinbidel il-liġi biex hawkers ikunu jistgħu ibigħu bħala fixed pedlars f'post approvat?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ma naħsibx li hemm il-ħtieġa ta' tibdil fil-liġi peress li din diġa' tipprovdi għall-bejjiegħa fit-toroq f'post fiss.", "FRODI - PASSI KRIMINALI", "3850.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li ma tteħdux passi kriminali dwar frodi fuq rapport li sar minn persuna, li isimha qed jintbagħat under separate cover, liema rapport sar permezz ta' ittra fil-25 ta' Novembru, 1990?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika fejn kien sar dan ir-rapport, min kien li allegatament ikkommetta l-frodi jew preferibbilment jgħaddili kopja ta' l-ittra msemmija.", "DROGA - TRAFFIKAR", "3870.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 698 - originarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali - ċioe' jekk għandux ikun hemm reversed burden of proof li permezz tagħha kulma jippossjedi l- individwu ħati ta' traffikar fid-droga, bħal dar jew assi oħra, jkun awtomatikament mejqus bħala dħul mid-droga sakemm ma jiġix ippruvat il- kuntrarju?", "Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv meta se jsiru emendi meħtieġa fil-liġijiet viġenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din id- domanda lill-ministru konċernat.", "PEMBROKE - PJAN LOKALI", "4550.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se japplika ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinbidel il-Pjan Lokali ta' Pembroke u, jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li jagħmel dan?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif diġa' għidt fit-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4548 id-dettalji tal-proġett għadhom mhumiex iffinalizzati u għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Maria Camilleri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu applikazzjonijiet id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal post alternattiv mill-inħawi tan-North Harbour Local Plan, li jinkludi Pembroke?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Minn dawk in-naħat, jiġifieri Pembroke, Swieqi, Tas-Sliema, Tax-Xbiex, il-Gżira u l-Imsida, hemm madwar 887 applikazzjoni għal post alternattiv li minnhom, jekk m'iniex sejjer żball, hemm xi 221 li joqogħdu f'postijiet perikolużi jew substandard.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien m'iniex se nistaqsi lill-Ministru jekk in-numru huwiex 887 jew inkella 880 pero' rrid infakkar li fl-Imsida hemm madwar 30 appartament, li issa ilhom lesti x-xhur, liema appartamenti kienu se jingħataw lir-residenti ta' postijiet li se jitwaqqgħu fl-Imsida stess.", "Bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saret dalgħodu ntqal li dawn l- appartamenti se jingħataw iktar 'il quddiem meta joħorġu l-permessi ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-Ministru ma jidhirlux li jkun aħjar li dawn il-persuni, li preżentement joqogħdu f'post perikoluż, għandhom jintbagħtu fil-postijiet il-ġodda minnufih?", "Qed ngħid dan għax nistgħu niġu f'pożizzjoni li dawn il-postijiet il-ġodda jiġu żgassati llegalment minn xi nies li jidhrilhom li għandhom dritt għal post.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Biex ma jiġrix dak li qed jaħseb l-Onor.", "Ċensu Galea, jiġifieri li hemmhekk imorru joqogħdu nies bla permess, nixtieq ninforma lill-Kamra li mill-elezzjoni 'l hawn jien tajt ordni li min ikun okkupa post illegalment għandu jitkeċċa mill-post, ikun min ikun.", "Dan għaliex jew se jmexxi d-dipartiment, biex b'hekk issir biċċa xogħol sewwa u ġusta, jew inkella se joqogħdu jiddettaw in-nies.", "Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli tani l-opportunita' biex nappella li kull min joħroġ minn post tal-gvern jew post li qabel kien tal- Knisja u li llum il-ġurnata waqa' f'idejn l-Uffiċċju Konġunt, biex iċ- ċwievet jeħodhom fid-dipartiment konċernat għax inkella jittieħdu passi kontrih.", "Irrid nagħmilha ċara li s-serjeta' hekk tesiġi u hekk se jsir mingħajr ma niddistingwu bejn ħadd.", "Għall-ewwel parti tad-domanda ta' l-Onor.", "Membru, nista' ngħid li meta jien bgħatt l-uffiċjali biex jaraw jekk dawn il-postijiet għadhomx battala jew le assigurawni li sal-lum il-ġurnata ħadd ma daħal fihom.", "Barra minn hekk nassigurah ukoll li f'dawk il-postijiet se jintbagħtu nies mill-Imsida li se jitwaqqgħulhom id-djar tagħhom.", "L-Onor.", "Galea jaf xi tfisser meta tmur għall-permess quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex jien niftakru jilmenta - u bir-raġun - kemm idumu biex joħorġu l-permessi anke fil-każ ta' applikazzjonijiet għal social housing, pero' jien nassigurah li dawn il-postijiet huma merfugħin għal dawk in-nies li se jitwaqqa' l-post tagħhom fl-Imsida.", "Aħna qed nistennew li joħroġ il-permess qabel inkunu nistgħu nibagħtuhom f'dawn il-postijiet għax jidhrilna li b'dan il-mod l- affarijiet inkunu qegħdin nagħmluhom aħjar.", "Barra minn hekk, l-Onor.", "Membru jaf ukoll kemm ilhom battala dawn il-postijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-ebda persuna li f'dawn l-aħħar sitt xhur żgassat xi post ma ġiet rikonoxxuta b'kera f'dak il-post li tkun daħlet fih?", "Barra minn hekk, għar-rigward ta' postijiet milquta minn slum clearance, jista' l-Ministru jassigurana li fix- xhur li għaddew u fix-xhur li ġejjin ma kienx u mhux se jkun hemm nies li jgħidu li joqogħdu f'post substandard meta fil-fatt dan ikun ilu vojt ix- xhur u b'hekk jispiċċaw jieħdu post ġdid?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nassigura lill-Onor.", "Galea li dak li qal ġie kkonsidrat u jittieħdu passi fi żmien opportun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jistax jagħti assigurazzjoni lill-Kamra li l-policy għadha kif kienet qabel, fis-sens li min jiżgassa post tal-gvern jew ta' l-Uffiċċju Konġunt - jiġifieri jkun qed jieħu l-liġi b'idejh - fil-fatt ma jiġix mogħti post tal- gvern għaliex b'dak li jkun għamel ikun skwalifika ruħu awtomatikament?", "It-tieni ħaġa li xtaqt nistaqsi tirriferi għall-ewwel parti tad-domanda oriġinali, jiġifieri meta l-Gvern huwa mistenni li japplika lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jekk il-Ministru jistax jagħti assigurazzjoni lill-Kamra jekk fil-fatt din l-applikazzjoni hijiex se ssir.", "Nifhem li għat-tieni parti tad-domanda l-Ministru qal li m'huwiex f'pożizzjoni li jgħid meta se ssir l-applikazzjoni, pero' jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni lill- Kamra li fil-fatt se ssir applikazzjoni lill-Planning Authority għat-tibdil tal-local plan biex ma jiġrix bħalma ġara fil-każ ta' Bugibba?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, f'każijiet bħal dawn bilfors li trid tapplika pero' peress li għadhom għaddejjin it-taħdidiet - dan mhux jiena biss għidtu imma anke sħabi l-ministri l-oħra - u l- konsultazzjonijiet bejn il-Gvern u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar iż-żieda proposta fin-numru ta' housing units nassigurah li r-risposti jingħataw fil- mument opportun.", "Barra minn hekk nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sirna nafu b'numru kbir ta' nies li matul dawn l-aħħar disa' snin kienu ħadu ċ-ċwievet ta' postijiet tal-gvern mingħand ħaddieħor u li llum il-ġurnata qed jiġu bil-problemi għandna.", "Madam Speaker, jiena jiddispjaċini li l- amministrazzjoni ta' qabel ħalliet isiru affarijiet bħal dawn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Ministru japprezza li hemm distinzjoni bażika bejn xi ħadd li qiegħed jokkupa post b'titolu legali u jgħaddi llegalment iċ-ċwievet lill-ħaddieħor - fi kliem ieħor ikun qed jinnegozja - u post li huwa vojt u jiġi żgassat.", "Postijiet vojta normalment jiġu żgassati f'żewġ każijiet, jiġifieri jew fil-każ ta' flats ġodda li għadhom telgħin u xi ħadd jaqbad jidħol fihom, jew inkella postijiet qodma, bħalma huma ta' l-Imsida, li jkunu jafu li se jaqgħu u jiżgassawhom biex imbagħad meta l-gvern jipprova jiżgumbrahom dawn ikunu jistgħu jgħidu li qed jokkupawhom huma u b'hekk il-gvern ikollu jsibilhom post ieħor.", "Aħna konna qegħdin nitkellmu fuq l-aħħar kategorija ta' każijiet u mhux fuq il- każijiet l-oħra fejn xi ħadd illegalment jgħaddi ċ-ċavetta lil ħaddieħor.", "Jien naħseb li l-Ministru japprezza li din ma tiġrix biss fil-kwestjoni ta' djar tal-gvern imma anke f'każijiet ta' djar privati u allura naħseb li dan m'huwiex xi failure li wieħed jista' jattribwih lil xi amministrazzjoni partikolari imma naħseb li hija fin-natura tan-bniedem li jipprova japprofitta ruħu minn sitwazzjoni bħal din.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien nirringrazzja lill-kollegi li llejla tawni din l-opportunita' biex ngħid ċar u tond li min jidħol ġo dar bħala squatter għandu jitkeċċa.", "Jien għidt li fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm min okkupa djar b'dan il-mod u għidt ukoll li kien hemm ħafna persuni li ngħataw iċ-ċwievet meta dan ma kellux isir.", "Jien qed nagħmel dan il-punt ċar mhux biex nagħmel propaganda u lanqas biex sempliċement inkun għidt xi ħaġa imma sabiex dan ma jiġrix, għaliex jien inħoss li jekk dan se jkompli jiġri allura qisu d-dipartimenti governattivi jkunu qegħdin hemm għalxejn, minbarra l-fatt li dan juri ċertu arroganza min-naħa tan-nies.", "Ngħid ukoll lill-Onor.", "Gatt li jien ma kontx qed nirriferi għal dik ix-xebba omm b'erbat itfal kif ipprova jdawwarha hu f'\"The Sunday Times\" imma kont qed nirriferi għal xi ħadd li jkun arroganti li wara li l-uffiċjali tad-dipartiment ikunu għenuh minn fuq ikun irid jifqa' wiċċ xi ħadd.", "Jien lil dawk it-tip ta' nies qed ngħidilhom arroganti u mhux lil min għandu każ ġenwin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena għamilt kważi ħames snin responsabbli minn dan il-qasam u waqt li napprezza l-intenzjonijiet tajba tal-Ministru naħseb li għad jasal iż-żmien meta l-Onor.", "Portelli jagħraf kemm hu diffiċli li l-awtoritajiet jikkontrollaw kull appartament li jkun wasal biex jitbattal u li jikkontrolla d-diskussjonijiet bejn min ikun ħiereġ u min ikun dieħel f'dawn il-postijiet.", "Hawnhekk jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru kif se jħares lejn xi wħud li wara li jkunu gawdew post tal-gvern għal ħafna snin, kif kellhom id-dritt li jagħmlu, qabel ma jitilqu jispiċċaw biex ifarrkuh jew inkella b'qerq jipprovaw jgħaddu ċ- ċavetta tal-post lil ħaddieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien nassigura lill-Onor.", "Interpellant li aħna qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli biex ma jiġrix dak li għadu kif qal hu - naf li għandu esperjenza kbira f'dan il-qasam - u nagħlaq billi nirringrazzjah tal-kummenti li għamel.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Lista tax-xogħlijiet artistiċi esebiti fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall- Konferenzi waqt il-Konferenza Ewro-Mediterranja, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4901.", "F'din il-mistoqsija ġejt mitlub ngħid kemm qamet l-esibizzjoni tal-pitturi li kien hemm f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi waqt il-Euro-Med Conference u dwar dan qed nirrispondi hekk:", "\"L-Arti li ntużat sabiex iżżejjen l-uffiċini u spazji oħra f'Dar il- Mediterran għal Konferenzi ġiet mislufa b'xejn mill-artisti Maltin rispettivi li rrispondew bi ħġarhom.", "L-ispejjeż kienu jinkludu l-ġarr kif ukoll il-bdil ta' tliet gwarniċi li nkisru waqt l-għarmar.", "L-inkarigu għal din l-esibizzjoni kien f'idejn is-Sur George Glanville, persuna magħrufa biżżejjed f'dan il-qasam.", "Nieħu l-opportunita' sabiex nesprimi l-apprezzament tiegħi għax-xogħol u d-dedika li offra s-Sur Glanville, kif ukoll l-artisti Maltin kollha li ssottomettew ix-xogħlijiet tagħhom biex b'hekk komplew isebbħu l-ambjent li fih żvolġiet il- konferenza.", "Ix-xogħol artistiku tal-Maltin tant intgħoġob illi fuq talba tad-delegati d-direttorat kellu jqassam lista tax-xogħlijiet esibiti u hawnhekk inħoss li huwa xieraq li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-fuljett.", "Irrid nieħu l-okkażjoni biex nuri d-dispjaċir tiegħi għal dawk l-artisti l-oħra li jew għax informawna tard jew inkella għal xi raġuni loġistika oħra ma esebixxewx ix-xogħlijiet tagħhom wkoll.\".", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' majjal li ġew reġistrati permezz ta' tattoos f'Malta u GĦawdex matul il-perjodu bejn Diċembru u Marzu ta' kull sena mill-1994 sa l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4953.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJ1", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Anglu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mid-29 ta' April, 1997.", "Klawsola 8 - Sejħa tax-xhieda u għoti ta' ġurament.", "Clause 8 - Summoning of witnesses and administration of oaths.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, din il-klawsola titkellem dwar is- setgħat tat-tribunal li jsejjaħ xhieda u dwar l-għoti tal-ġurament.", "Din il- klawsola tgħid li l-proċeduri li għandu jimxi bihom it-tribunal huma l- istess proċeduri kif stipulati fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u dan biex inkomplu nissanaw li l-proċedura quddiem dan it-tribunal issir bl-aktar mod indipendenti u li tkun aċċettata skond il-prassi legali tagħna.", "Il-president tat-tribunal għandu wkoll il-fakulta' li jieħu ċerti proċeduri kontra dawk ix-xhieda li jonqsu milli jidhru quddiem it-tribunal jew milli jagħmlu s-sottomisjonijiet tagħhom mingħajr raġuni valida.", "Qiegħda tiġi osservata wkoll il-prattika li l-ebda persuna li tixhed quddiem it-tribunal ma tista' tiġi mġiegħla twieġeb għal mistoqsijiet meta dan jista' jesponiha għal proċess kriminali.", "Dawn huma salvagwardji normali fl-ambitu tad-drittijiet individwali.", "Mr Chairman, min-naħa tagħna m'hemm l-ebda emenda għal din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Fi klawsola 8 (4) hemm proviso li jgħid:", "\"Iżda bla ħsara għall-ġeneralita' tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu ...\"", "Jiena naħseb li dan irid jiġi \"Iżda minkejja l-ġeneralita...'\" u mhux \"Iżda bla ħsara..\".", "Dan ikompli hekk:", "\".... ebda persuna li tixhed quddiem it-Tribunal ma tista' tkun ...\"", "Is-Subartiklu (1) jistabilixxi l-prinċipju ġenerali.", "Għalhekk il-kliem m'għandux ikun \"without prejudice\" għall-prinċipju ġenerali imma \"notwithstanding\" il-prinċipju ġenerali, għaliex inkella tiġi tfisser il- kuntrarju.", "Dan għaliex \"bla preġudizzju\" tfisser li l-prinċipju ġenerali jiġi salvagwardjat mentri hawnhekk irridu ngħidu \"minkejja l-prinċipju ġenerali\".", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għaliex tiġi tfisser il-kontra?", "ONOR.", "JOE BORG: Għaliex jekk inti tgħid \"without prejudice to\" tfisser li inti qed tissalvagwardja dak il-prinċipju ġenerali.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, imma mbagħad aktar 'l isfel fil-proviso ta' subklawsola 8 (4) jingħad li:", "\"... ebda persuna li tixhed quddiem it-Tribunal ma tista' tkun imġiegħla ...\",", "jiġifieri dan qiegħed salvagwardjat.", "ONOR.", "JOE BORG: Imma meta inti tgħid \"without prejudice\" tfisser li ma tridx tippreġudika l-prinċipju ġenerali pero' f'dan il-każ il-prinċipju ġenerali qiegħed hemm imma minkejja dan inti qiegħed iddaħħal eċċezzjoni, u l-eċċezzjoni hija din li hawn hawnhekk, u għalhekk bil-Malti din trid tiġi \"minkejja\" u bl-Ingliż trid tiġi \"notwithstanding\".", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiena ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nagħmluha hekk biex tinftiehem aħjar u allura din se nħalliha f'idejn id-drafters.", "ONOR.", "JOE BORG: Punt ieħor li nistgħu nħallu f'idejn id-drafters huwa dwar dak li hemm fit-test Ingliż fil-proviso ta' klawsola 8(4) fejn hemm il- kelma \"Commission\" li trid tiġi \"Tribunal\".", "Fil-fatt din tgħid hekk:", "\"... before the Commission be entitled to the same privileges to which a witness giving evidence before a court of law is entitled.\"", "Il-kelma \"Commission\" trid tiġi \"Tribunal\".", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, naqblu li dawn għandna nirranġawhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 8 kif tidher fl-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Żmien li fih isir ilment.", "Clause 9 - Period of complaint.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Klawsola 9 hija self-explanatory peress li qed tagħti t-terminu ta' sitt xhur minn meta l-liġi tidħol fis-seħħ biex wieħed iressaq ilment quddiem it-tribunal.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, f'Kap. 320, li huwa l-Att dwar l- Investigazzjoni ta' Inġustizzji, għalkemm it-terminu biex wieħed iressaq l- ilment tiegħu kien ta' sitt xhur - u din hija kkopjata kważi kelma b'kelma mil-liġi l-antika - kien hemm ukoll il-possibbilta' li jekk il-kummissjoni jidhrilha li hemm raġuni ġustifikata jew ċirkostanzi speċjali din tista' teżenta lill-applikant mit-terminu ta' sitt xhur.", "Hemm xi raġuni għaliex din ġiet imħollija barra minn dan l-abbozz ta' liġi?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: As such m'hemm l-ebda raġuni partikolari għal dan.", "Jien naħseb li t-terminu ta' sitt xhur huwa biżżejjed biex wieħed iressaq is-sottomissjoni tiegħu u ma narax li għandha ssir xi emenda f'dan ir-rigward.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 9 kif inhi fl-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Rapport.", "Clause 10 - Report.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hawnhekk qegħdin nobbligaw lit-tribunal li kull sitt xhur jagħmel rapport dwar id-deċiżjonijiet tiegħu, liema rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra biex b'hekk ikun aċċessibbli għal kulħadd.", "Irrid infakkar ukoll li t-tribunal se jaħdem fil-pubbliku u allura jsegwi li d-deċiżjonjiet tiegħu jkunu magħmula pubbliċi kif ukoll jiġu tabled f'din il-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 10 kif inhi fl-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Reġistratur u uffiċjali oħra tat-Tribunal.", "Clause 11 - Registrar and other staff of the Tribunal.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Klawsola 11 taħseb għall-amministrazzjoni tat- tribunal fis-sens illi għandu jkun hemm reġistratur u li l-Prim Ministru jaħtar l-istaff kollu neċessarju biex l-amministrazzjoni tat-tribunal tkun waħda effettiva u effiċjenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Ġurament ta' lealta' u tal-kariga li għandu jittieħed mill- president.", "Clause 12 - Oaths of allegiance and of office to be taken by the president.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Klawsola 12 tagħti l-forma tal-ġurament tal- kariga li l-President ta' Malta jagħti lil min ikun president tat-tribunal.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Il-president ma jistax jintalab jixhed.", "Clause 13 - President not to be called to give evidence.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Klawsola 13 tkompli tipprovdi għall-indipendenza tal-president tat-tribunal, liema prinċipju niltaqgħu miegħu kontinwament f'dan l-abbozz.", "Hawn qed ngħidu li l-president ma jistax jintalab jixhed f'xi proċedimenti dwar affarijiet li jkun sar jaf bihom waqt il-proċeduri li jinġiebu quddiemu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien ma nistax nifhem għaliex il-president ma jistax jiġi inġunt dwar proċedimenti.", "Per eżempju, żgur li jista' jiġi nġunt ir- reġistratur tat-tribunal.", "La issa qegħdin f'awla pubblika, għaliex il- president m'għandux jiġi inġunt f'każ li tinqala' kwestjoni kostituzzjonali fuq ċerti proċedimenti bħal, per eżempju, jekk kienx hemm il-possibilita' tad-difiża ta' audi alteram partem u li ma jirriżultax mill-atti uffiċjali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hawnhekk qegħdin ngħidu li fl-amministrazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu il-president m'huwiex suġġett għall-qrati.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien qed ngħid li jekk, per eżempju, jkun hemm parti li titlef proċediment quddiem it-tribunal u tagħmel kawża kostituzzjonali fejn tallega li l-president tat-tribunal mexa b'mod diskriminatorju jew kien preġudikat għax inxtara kontra tagħha, allura l-president tat- tribunal ma jistax jiġi inġunt biex anke hu jixhed dwar dak li jkun ġara?", "(Interruzzjonijiet) Le, le, inġunzjoni biex jixhed.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li tista' tħarrek imħallef!", "Kellna kawżi kriminali fejn ġew imħarrkin l-imħallfin.", "Mela ma tistax tħarrek l-imħallfin!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, biex inkun għidt kollox, din il-klawsola hija simili għal Artiklu 13 tal-liġi prinċipali - Kap 320 - ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet.", "Id-differenza li hemm hija li filwaqt li l- kummissjoni l-antika kienet waħda ta' investigazzjoni mingħajr poteri deċiżivi, jiġifieri kellha biss il-poter li tirrikkmanda - tant hu hekk li n-naħa tal-Gvern ikkritikat dan in-nuqqas ta' poter - f'dan il-każ għandna pprospettat tribunal li jiddeċiedi.", "Dan it-tribunal tant jiddeċiedi li għandu l-affarijiet kollha li jmorru ma' istituzzjoni bħal qorti fejn, fost affarijiet oħrajn, li l-proċess isir bil-miftuħ u anke dwar il-mod kif issir il-kawża fejn persuna tippreżenta l-kawża, it-teżi u r-rikors tagħha anke bil-lista tax-xhieda u li tiġi notifikata l-parti l-oħra li jkollha d- dritt tar-risposta.", "Bis-sistema l-antika dawn setgħu lanqas biss jiltaqgħu għax iċ-chairman seta' jgħid li l-complainant lanqas biss jiltaqa' mad-direttur tal-korporazzjoni jew tad-dipartiment tal-gvern u hu kien jagħti d-deċiżjoni tiegħu u jikkomunika r-rakkmandazzjoni li din setgħet tiġi anke rifjutata mill-Prim Ministru.", "Imma hawnhekk issa dħalna f'kamp differenti għaliex qegħdin ngħidu li dan huwa tribunal tant li l- ġurament tal-kariga - qed nitkellem subject to correction - huwa kkoppjat kelma b'kelma mill-ġurament tal-kariga ta' imħallef.", "F'dan is-sens allura dan il-ġurament huwa differenti mill-ġurament li kien jieħu ċ-chairman tal- kummissjoni l-antika li kien jgħid biss:-", "\"... faithfully, fully, impartially and to the best of my ability discharge the trust and perform the duties..\".", "Jiġifieri dan iċ-chairman kellu ġurament għalih mentri hawnhekk, proprju biex nuru kemm dan se jkun viċin in-natura u x-xejra ta' qorti, ikkoppjajna kelma b'kelma l-ġurament li jieħu imħallef.", "Allura jekk dan huwa hekk se tqum problema jekk inħallu din il-klawsola.", "Hawnhekk m'iniex qed ngħid li l-Gvern daħħal din b'intenzjoni għax probabbilment d-drafting huwa kkoppjat mid-drafting l-antik.", "Ejja ngħidu li minkejja li l-liġi tgħid li għandha dritt għal smigħ xieraq quddiem dan it-tribunal - kif anke hemm provdut f'Subartiklu 39 (2) tal-Kostituzzjoni fejn jeżisti d-dritt għal smigħ xieraq; naturalment din tkun tilfet il- kawża, għax jekk tkun rebħet ma tqajjimx dan il-punt - biex din il-persuna taqbad ma' xi ħaġa jew inkella għaliex verament ikollha raġun tasal biex tgħid li fil-proċess quddiem it-tribunal għal xi raġuni jew oħra ma ngħatatx smigħ xieraq.", "Allura hawn se niġu li din il-persuna ma tkunx tista' tħarrek lil xi ħadd li għandu x'jaqsam.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Onorevoli, ippermettili ninterrompik ftit.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu dwar kif aġixxa l-president għax jekk il-president ikun aġixxa b'mod li huwa unconstitutional allura jien nifhem li l-prinċipji ġenerali tal-liġi għandhom japplikaw.", "Imma hawnhekk qed nitkellmu dwar ħwejjeġ li jkun jaf bihom il-president fi proċeduri li jkunu għaddejjin quddiemu.", "Kemm l-Onor.", "Tonio Borg kif ukoll l-Onor.", "Austin Gatt irriferew għal kif jaġixxi l-president tat-tribunal bħal, per eżempju, li minkejja li fil-liġi stess huwa marbut li jkun fair ma' kulħadd, għal xi raġuni jew oħra dan jimxi b'mod anti-kostituzzjonali billi juri preġudizzju ċar kontra xi ħadd; allura dan ikollu raġun jgħid li lilu m'huwiex qed jagħtih l-istess opportunita' u f'dan il-każ japplikaw il-prinċipji tal- liġi ġenerali.", "Pero' hawnhekk qegħdin nitkellmu \"dwar ħwejjeġ li jkun sar jaf bihom.\".", "ONOR.", "TONIO BORG: Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar \"matters coming to his knowledge in the course of any proceedings in connection with any complaint under this Act.\".", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Eżatt imma mhux dwar kif qed jaġixxi hu.", "Il- ħsieb tagħna m'huwiex li l-president tat-tribunal jimxi b'mod li jkun anti- kostituzzjonali u intom dawn l-eżempji qed issemmu.", "Imma jekk, per eżempju, isir jaf b'xi illegalita' jew xi reat kriminali li kkommetta wieħed mill-partijiet jew l-uffiċjal inkarigat - naturalment iktar 'il quddiem l-AG ikun jista' jibda l-proċeduri - dan għandu jinġieb biex jixhed fuqhom meta forsi l-istess affarijiet ikunu jistgħu jinġiebu minn xiehda oħra li tkun diġa' għaddiet quddiem it-tribunal?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu, jien ma naħsibx li dan huwa applikabbli f'dan il-każ għaliex hija xi ħaġa mpossibbli għall-imħallef li jiddiskuti meta jkun qiegħed jisma' kawża f'seduta pubblika, b'att pubbliku u bi proċeduri kollha pubbliċi.", "Anzi, il-fatt li huwa jsir jaf bir-reat kriminali on the sidelines m'hijiex parti mill-proċedura.", "Għalhekk, jekk hawnhekk l-intenzjoni kienet li tipproteġi xi konfidenzjalita' ta' informazzjoni ....", "ONOR.", "CHARLES MANGON: Le, anzi, din m'hijiex konfidenzjalita' għaliex id- dokumenti u l-proċeduri kollha huwa pubbliċi.", "Pero' ma jistax ikun li l- president tat-tribunal jiġi mitlub biex jixhed u jistaqsuh: Inti tikkonferma li dak id-dokument kien \"hekk\", \"hekk\" u \"hekk\" meta nvestigajtu?", "Għaliex?", "Għaliex jekk hemm xi proċeduri kriminali li jridu jittieħdu, l-istess dokumenti u l-istess xiehda li jindikaw dawk id- dokumenti jistgħu jinġiebu anke mill-AG biex jerġgħu jiġu nvestigati f'reat differenti.", "Jiġifieri l-ħsieb ta' dik il-klawsola huwa li ma jkun hemm l- ebda pressjoni li tidher li qiegħda ssir vis-a-vis l-president tat-tribunal u allura rridu nagħtuh l-istess protezzjoni u l-istess drittijiet li normalment għandu imħallef fil-qadi ta' dmirijietu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.TONIO BORG: Jiena ma naqbilx li ġudikant ma jistax jiġi mħarrek bħala xhud imma naqbel li ċivilment ma jistax jiġi misjub responsabbli għal kwalunkwe deċiżjoni li jieħu in execution of his duties.", "Mela jiena ma nistax nitlef kawża u nħarrek lill-imħallef għad-danni, pero' jekk il-Qorti Kostituzzjonali stess - jiġifieri l-ogħla qorti tal-pajjiż - tikser id- dritt fundamentali ta' smigħ xieraq - ġeneralment jevitaw li jħarrku lill- imħallef, imma m'hemm xejn x'iżomm ....", "(Interruzzjonijiet) Kif ma nistax inħarrek imħallef bħala xhud?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Noqogħdu attenti għax hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar kif jaġixxi mħallef.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħalli nagħtik eżempju ta' allegazzjoni li saret, pero' fl-istess ħin m'iniex qed ngħid li hija minnha.", "Kien hemm avukat li qal li f'kawża kostituzzjonali l-imħallef ma tħalliex jagħmel trattazzjoni kif suppost u allura għamel kawża kostituzzjonali għan-nom tal-klijent tiegħu fuq vjolazzjoni ta' smigħ xieraq.", "(Interruzzjonijiet) Iva, qed ngħidu li ma jagħmilhiex kontra l-imħallef bħala xhud.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Herrera li ma nistax inħarrek lill-imħallef personalment - s'hemm naqblu, għalkemm din ma toħroġ minn imkien mil-liġi pero' hemm sentenza - pero' jien nista' nagħmel inġunzjoni lill-imħallef biex nipprova t-teżi tiegħi li huwa ma ħallinix nittratta.", "Ġeneralment din ma ssirx għax jien nagħmel il-prova b'mod ieħor għax inkella jgħidli li mhux veru, pero' jibqa' l-fatt li m'hemm xejn xi jżommni.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: S'hemmhekk naqbel miegħek u din mhijiex qed teskludiha għax din qed tgħid dwar il-ħwejjeġ li jkun jaf bihom u mhux dwar kif jaġixxi l-imħallef.", "Aħna rridu nagħmlu din id-distinzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kollox sew, jien ħadt il-każ estrem, pero' nuqqas ta' smigħ xieraq jista' jkun fuq mitt elf ħaġa - tista' tkun kwestjoni proċedurali ...", "Jien mhux se nagħmel cavallo di battaglia fuq din, taf!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien bl-ebda mod ma rrid nippreġudika xi drittijiet ta' xi ħadd.", "Aħna qed niddistingwu bejn meta int tmexxi kontra mħallef għax kiser il-Kostituzzjoni minħabba l-aġir tiegħu - dik tibqa' għax hekk hu aċċettat fil-liġi ġenerali u taħt il-Kostituzzjoni - u meta jsir jaf xi ħwejjeġ waqt il-proċeduri.", "Jekk ma jkunx ta fair hearing lil xi parti oħra dik hija differenti għax qed tattakka l-proċedura li aġixxa biha, f'liema rigward jien naqbel miegħek li għandu jkun salvagwardat l- interess ta' l-individwu.", "Imma meta imħallef isir jaf xi ħaġa waqt il- proċeduri għandu jiġi kostrett li jixhed fuqha meta l-proċess huwa pubbliku u allura kwalunkwe evidenza li tkun miktuba jew irrapportata fih tista' terġa' tiġi investigata tramite l-AG biex jittieħdu l-proċeduri li jkun hemm bżonn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ħajja tant hi komplikata li ma tistax tgħid x'għandek jew x'tiġi bżonn.", "Flok nieħdu l-każ li għamel xi ħaġa ħażina hu, ejja nieħdu każ li jagħmel xi ħaġa ħażina ħaddieħor waqt proċeduri quddiemu u li int tkun trid ittellgħu bħala xhud tal-fatt li jkun ġara.", "(Interruzzjonijiet) Kif ma tistax?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħalli nispjega d-differenza.", "Din saret fil-liġi l- antika peress li l-proċeduri kienu in camera u allura trid tagħti protezzjoni biex jien ma nkunx nista' ntella' lill-membri tal-kummissjoni jew lill-president tal-kummissjoni l-antika biex jgħidu x'ġara behind closed doors għax inkella nista' nagħmel il-proċeduri pubbliċi.", "Imma issa, li kollox ġie fil-pubbliku, din bilfors li ġiet ikkopjata bi żball mingħajr ebda intenzjoni oħra.", "Tant hu hekk li nqalgħu żewġ kawżi quddiem il- kummissjoni l-antika - kien hemm żewġ każi biss minn 5,000 li meta tilfu l- każ għamlu kawża kostituzzjonali u niftakar li jien kont dehert għall- kummissjoni - fejn qalu li ġie vvjolat id-dritt ta' smigħ xieraq għax ma ħallewhomx itellgħu x-xhieda u allura ħarrku lill-membri tal-kummissjoni f'din il-kawża.", "Waħda miż-żewġ kawżi kienet Eddie Cachia vs Dr Joseph Galea Debono nomine.", "U ġie deċiż li peress li l-kummissjoni - apparti li tisma' x-xhieda bil-magħluq u mhux fil-preżenza taż-żewġ partijiet - għandha n-natura ta' bord ta' nkjesta u mhux ta' qorti u tirrikkmanda biss, f'dak il-każ id-dritt ta' smigħ xieraq ma jeżistix kostituzzjonalment għax id-dritt ta' smigħ xieraq jeżisti biss meta hemm kwestjoni ta' determination of civil right and obligation - and this was not a determination but a recommendation.", "Imma hawn se japplika d-dritt ta' smigħ xieraq, anzi hemm kollox li jindika li hija awtorita' li tiġġudika kwestjonijiet ta' natura ċivili.", "Allura għaliex għandek tagħmilha iktar diffiċli fuq xi ħadd li qed jimpunja l-legalita' u l-validita' ta' dawk il-proċeduri billi tgħid li l-president ma jista' jixhed fuq xejn?", "Għaliex meta tgħid \"of matters coming to his knowledge in the course of any proceedings\" tfisser li ma jista' jixhed fuq xejn.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Naħseb li hawnhekk qegħdin inħawdu l-issues għaliex l-argument kull darba qed torbtu ma' punt validu li jgħid jekk il- proċeduri quddiem it-tribunal ġewx esegwiti kif għandhom jiġu esegwiti u hemmhekk allura tkun qed timpunja l-aġir tal-president.", "Jien dik naċċettaha għax il-prinċipji ġenerali tal-liġi li jissanzjonaw lill- imħallef jew lill-maġistrat minħabba nuqqas ta' fair hearing għadhom hemm.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar ħwejjeġ li l-president ikun jaf bihom u mhux dwar kif qed jaġixxi.", "Aħna mhux qegħdin ngħidu li jaġixxi kif jaġixxi l- president ħadd ma jista' jmexxi kontra tiegħu.", "L-argumenti tiegħek huma validi u naqbel magħhom fir-rigward ta' kif qed jaġixxi l-President tat- Tribunal u fil-fatt mhumiex se jiġu mittiefsa d-drittijiet kostituzzjonali li hemm f'dan ir-rigward.", "Pero' dwar affarijiet li l-president ikun jaf bihom minn xi evidenza jew xi ħaġa jew oħra, għaliex għandu jiġi kostrett li jitla' jixhed meta forsi jista' jixhed f'xi kawża sussegwenti?", "Fuq dak li jkun sar jafu tramite x-xhieda, normalment l-imħallef jittella' jixhed?", "Din hi d-differenza li rridu nagħmlu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħa nġib eżempju wieħed u nieqaf fuq din għaliex m'għandi ebda ħsieb li noqgħod intawwal.", "Jekk nieħdu l-każ li jkun hemm kawża fejn xi ħadd jagħmel rikors quddiem it-tribunal, jitlef il-kawża u jallega li l-atti ġew mibdula jew falsifikati.", "Jekk dan jiġi ssostanzjat b'xi prova u l-persuna konċernata tagħmel kawża fil-Qrati Ċivili jew fil- Qrati Kriminali, per eżempju, kontra wieħed mill-uffiċjali tat-tribunal, skond din il-parti tal-liġi dan il-bniedem ma jistax itella' lill-president jixhed dwar kif kienu l-atti oriġinarjament u kif dawn ġew mibdula jew iffalsifikati.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Inti qed titkellem dwar proċedura mentri aħna qed nitkellmu dwar ħwejjeġ li sar jaf bihom.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: U jekk, per eżempju, il-president sar jaf li r- reġistratur veru biddel l-atti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma dan sar jaf bihom waqt il-proċedimenti u allura mhijiex irregolarita' ta' kif qed jaġixxi t-tribunal.", "Din hi d- distinzjoni.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-aħħar mill-aħħar int kuntent biha?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-punt li tqanqal huwa wieħed validu.", "Jekk qegħdin nitkellmu dwar proċeduri li ġew esegwiti kemm mill-uffiċjal u kemm mill-istess president, liema proċeduri jiksru d-drittijiet ta' waħda mill- partijiet, hi min hi, allura jiena nemmen li jekk dan għandu jittella' dan isir skond il-proċedura normali.", "Pero' hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu dwar is-sustanza ta' l-investigazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ta' pajjiżna ma hemm ebda provvediment simili għal dan u lanqas fil-Proċedura Kriminali u allura ma nafx għalfejn se tidħol hawn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qabel din kienet tagħmel sens għaliex kienet kummissjoni li tiltaqa' behind closed doors imma hawn hija żejda u dan probabbli ġara għax min iddraftja l-abbozz qabad u ttrasportaha kif kienet.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nipposponu din il-klawsola sakemm nikkonsulta ma' min għamel id-drafting ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 14 - Spejjeż ta' amministrazzjoni.", "Clause 14 - Expenses of administration.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Din il-klawsola tikkonferma li:", "\"Kull salarju jew spiża li jitħallsu għat-twettiq ta' dan l-Att,...\"", "- jiġifieri kemm is-salarju u kull spiża oħra in konnessjoni ma' dan it- tribunal -", "\"... jinħarġu mill-Fond Konsolidat ...\".", "Jiġifieri din il-klawsola tkompli fil-linja ma' l-indipendenza tat- tribunal.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Clause 15 - Provisions of Code of Organization and Civil Procedure to apply.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Klawsola 15 tgħid li bla ħsara għad- dispożizzjonijiet ta' proċeduri li ġew stabiliti f'dan l-Att, f'każ ta' xi lakuna l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tapplika mutatis mutandis.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Il-president ma jistax jintalab jixhed.", "Clause 13 - President not to be called to give evidence.", "(posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Attorney General qed isostni, u għandu raġun, li għalkemm m'hemm xejn fil-kodiċi huma l-atti stess li jkunu pubbliċi li jikkostitwixxu x-xiehda u mhux il-konswetudni li mħallef jiġi msejjaħ biex jixhed.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUTIN GATT: Naqbel assolutament mal-parir li ngħata għax jekk inti qed titkellem fuq x'sar fil-kawża u trid tagħmel prova ta' dak li sar fil- kawża se ttella' l-atti u mhux l-imħallef biex tipprova x-xiehda li qal it- tali.", "Pero' hemm ċirkostanzi oħra ta' inċidenti madwar l-atti li m'humiex reġistrati fl-att u li jistgħu jkunu suġġett ta' kawża u allura hemm jista' jkollok bżonn ittella' mħallef biex jixhed.", "Issa jekk il-konswetudni hija applikabbli għall-imħallfin tal-Qrati Superjuri, għaliex il-konswetudni ma tkunx applikabbli wkoll f'dan il-każ.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, hawnhekk qed nirriferu għal affarijiet li jkun jaf mill-atti stess u mhux affarijiet ta' proċedura.", "Din hi d- distinzjoni li qed nipprova nagħmel.", "(Interruzzjonijiet) Imma rridu nosservaw il-prassi li hija konswetudinali għall-imħallfin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 13 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA NRU 16", "NEW CLAUSE No 16", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq klawsola 16 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi t-Tieni Qari ta' klawsola ġdida 16:", "\"N\" Klawsola Ġdida 16", "Minnufih wara l-klawsola 15 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Ombudsman.", "(1) Kull persuna aggravata li skond l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji (Kap. 320 tal-Liġijiet Riveduti ta' Malta) kellu d-dritt li jagħmel ilment iżda fil-fatt m'għamlux, hi x'inhi r-raġuni, ikun jista' jagħmel l-ilment tiegħu lill-Ombudsman sakemm dak l-ilment isir fi żmien sitt xhur minn mindu jidħol fis-seħħ dan l-Att.", "(2) Il-provvedimenti ta' l-Att dwar l-Ombudsman, 1995 għandhom mutatis mutandis japplikaw għal kull ilment li jsir taħt dan l-Att f'dak li hu l-għamla tat-talba u s-smigħ u konklużjoni tagħha mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti ta' dan l-Att.", "(3) Kemm-il darba l-Ombudsman isib li lment hu ġustifikat iżda ma jkunx possibbli għalih li jipprovdi rimedju aċċettabbli għal min ikun għamel it-talba, l-Ombudsman għandu, minkejja l-provvedimenti ta' kull liġi oħra, jirrikmanda l-ħlas ta' somma bħala kumpens finanzjarju liema somma ma għandhiex tkun aktar minn ħamest elef liri Maltin.", "(4) Il-Prim Ministru għandu jagħmel arranġamenti biex jiġi żgurat li kull somma mogħtija bħal kumpens mill-Ombudsman titħallas lil min ikun għamel it-talba.\".", "\"N\" New Clause 16", "Immediately after clause 15 there shall be inserted the following new clause:", "\"Ombudsman.", "(1) Any aggrieved person who having had the right to submit a claim in accordance with the Investigation of Injustices Act (Cap.", "320 of the Revised Edition of the Laws of Malta) did not, for any reason whatsoever, exercise such right shall be able to submit such claim to the Ombudsman established in accordance with the Ombudsman Act, 1995 provided such claim is submitted not later than six months after the coming into force of this Act.", "(2) The provisions of the Ombudsman Act, 1995 shall apply mutatis mutandis to any claim made under this Act as far as the form of the claim as well as its hearing and conclusion is concerned without prejudice to any of the provisions of this Act.", "(3) If the Ombudsman finds that the claim is justified but is unable to provide a remedy to the satisfaction of the claimant he shall recommend, notwithstanding the provisions of any other law, that the claimant be paid a sum as compensation, which sum shall not exceed five thousand Maltese liri.", "(4) The Prime Minister shall make arrangements to ensure that any sums so awarded by the Ombudsman shall be paid to claimants.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 16, kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Gatt, tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fis-7.10 p.m. u rriżuma 20 minuta wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 16, kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Austin Gatt, tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 37", "FAVUR: 31", "|Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Frendo Michael|Vassallo Edwin | |Galea Censu |Vella John | |Galea Louis |Zammit Ninu | |Galea Pace | | |Victor | |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred| |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jien m'għandi l-ebda kumment rigward din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-titolu għadda nem. con. u kien ordnat isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jekk il-Kumitat jaqbel nawtorizzaw lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Aye)", "Fuq mozzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l- ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, il-politika tal-Gvern Laburista tagħti importanza kbira lill-qasam ta' l-industrija - qed nitkellem b'mod partikolari għall-industrija tal-manifattura - għax inħossu li fl-imgħoddi, speċjalment taħt l-amministrazzjoni preċedenti, dan il- qasam ma kienx jingħata", "l-importanza li tixraqlu.", "Kienet sfortuna li l-politika tal-Gvern preċedenti ma kenitx ekwilibrata biżżejjed biex tagħti importanza lill- manifattura, anzi aħna nafu li sfortunatament l-enfasi kienet iktar fuq ċerti oqsma ta' servizzi u dan għad-dettriment tal-manifattura.", "Aħna konxji wkoll li f'dawn l-aħħar sentejn ma kienx hemm espansjoni fil-qasam ta' l-industrija tal-manifattura u kien għalhekk li ħassejna l-bżonn li waħda mil-liġijiet ewlenin fid-bidu tal-leġislatura tagħna tkun din li għandna quddiemna li temenda l-Industrial Development Act.", "Din il-liġi li kienet ġiet approvata mill-Parlament fl-1988 - u ħames jew sitt snin wara kienu sarulha diversi emendi żgħar - suppost li ġiet designed biex tinkorraġġixi t-twaqqif ta' proġetti ġodda u anke l- espansjoni ta' proġetti eżistenti.", "L-IDA tipprovdi għal pakkett ta' inċentivi li huma amministrati mill-Malta Development Corporation.", "X'inhuma l-inċentivi prinċipali li hemm f'din il-liġi?", "Għandna inċentivi li għandhom x'jaqsmu ma' taxxa, għandna skemi ta' self magħrufa bħala soft loans, għandna għotjiet ta' training u għandna l-leasing ta' fabbriki kif ukoll art li tingħata b'rata sussidjata.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' taxxa tad-dwana għandna wkoll eżenzjoni fuq dawk l-oġġetti maħdumin għall- esportazzjoni.", "Imma mingħajr dubju ta' xejn l-iżjed inċentivi importanti huma dawk li għandhom x'jaqsmu mat-taxxa u hawnhekk nistgħu nelenkaw xi wħud minnhom bħal, per eżempju, tax holiday ta' għaxar snin, export incentive schemes, rata ta' taxxa ridotta għal profitti li jkunu ri- investiti, allowance għal investiment, deprezzament aċċellerat, allowance għal research and development, kif ukoll training and export promotion.", "Allura hawn forsi wieħed jistaqsi: X'inhi r-raġuni li l-Gvern qed jintroduċi dan l-inċentiv il-ġdid?", "Minn dawn l-inċentivi li għadni kemm semmejt, l-iżjed tnejn kardinali huma t-tax holiday ta' għaxar snin u l-export incentive scheme.", "Wieħed jinnota wkoll li ħafna kumpanniji li jkunu qed jikkonsidraw investiment ta' natura kapitali normalment jibdew jippjanaw għalih madwar sitta jew seba' snin minn meta jkunu għamlu l-investiment oriġinali.", "Għaldaqstant meta wieħed iħares lejn il-liġi kif inhi llum jara li l-kumpanniji li għamlu investiment waslu kważi fil-punt fejn iridu jieħdu deċiżjoni.", "Fost il- kumpanniji ta' suċċess li wieħed jista' jsemmi f'dan il-qasam hemm l-SGS Thomson, il-Brand International, id-Dowty, Carlo Cavazzi u l-Foster Clark.", "Dawn huma kollha kumpanniji li waslu proprju f'dan l-istadju u allura wieħed forsi jistaqsi: X'inhi l-urġenza li hemm għal din il-liġi llum?", "Madam Speaker, f'dan il-kontest aħna skantajna kif din il-liġi m'għaddietx mill-Parlament qabel minħabba dak li hu msejjaħ il-cut-off point.", "Peress li l-inċentivi tat-taxxi huma strutturati bil-mod li għadni kemm spjegajt, jista' jiġi mument fid-deċiżjoni ta' intrapriża fejn ikun hemm il-cut-off point minħabba l-expiry date tal-vantaġġi li dik il- kumpannija tkun qed tirċievi.", "Għalhekk l-MDC u l-konsulenti tagħha ħadmu bla heda - hawn se nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzjahom pubblikament - sabiex jipprovdu sistema biex dawk il-kumpanniji li huma bbażati f'Malta u li jixtiequ jżidu l-investiment kapitali tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu dan u b'hekk iżidu l-kompetittivita' tagħhom fis-suq ta' l-esportazzjoni għax bis-saħħa ta' din il-liġi dan il-cut-off point mhux se jibqa' jeżisti imma se jkun blurred off.", "In-nies tekniċi ta' l-MDC riedu jipprovdu żewġ tweġibiet leġislattivi f'dan ir-rigward.", "X'jista' jsir biex jitwarrab dan il-cut-off point ta' l- investiment?", "X'jista' jsir biex kumpanniji li huma ta' sidien barranin ma jikkonsidrawx li jitilqu u jirrilokaw in-negozju tagħhom post ieħor?", "M'hemmx għalfejn nelabora ħafna dwar kemm illum pajjiżna għandu kompetizzjoni qawwija minn reġjuni oħra tad-dinja biex jiġu attirati industriji.", "Aħna nafu kemm il-make-up politiku tbiddel b'mod radikali u tbiddlet b'mod radikali anke l-atitudini għall-ekonomija tas-suq biex b'hekk dak li kien tajjeb għal Malta xi żmien ilu m'għadux tajjeb fiċ- ċirkostanzi tal-lum.", "Jiena m'iniex se noqgħod nidħol fil-kriterju ta' jekk Malta hijiex aktar attraenti għall-industrijalisti mill-pajjiżi tal-Lvant ta' l-Ewropa jew fuq il-fatt li Malta, bħal ħafna pajjiżi fl-Asja, għandhiex suq domestiku għax din hija diskussjoni li diġa' għamilniha meta konna qed nitkellmu fil-budget.", "Bla dubju ta' xejn pero' wieħed ma jistax jara l-pożizzjoni ta' Malta b'mod iżolat u wieħed ma jistax jieqaf fuq is- suċċessi u l-akkwisti li saru matul is-snin jekk wieħed irid jimxi 'l quddiem u huwa proprju għalhekk li aħna qed nipproponu dan l-inċentiv il- ġdid.", "L-inċentiv li qed nipproponu m'huwiex uniku għal pajjiżna għaliex jekk inħarsu lejn pajjiżi żviluppati, bħall-Isvizzera u Singapore, naraw li dawn għandhom liġijiet simili għal dik li qed inressqu bħalissa.", "Per eżempju, il-cantons fl-Isvizzera jippermettu kumpannija li ma tħallasx taxxa fuq id- dħul jew taxxa kapitali jew inkella parti minnha għal żmien ta' għaxar snin, liema perijodu jista' jiġi estiż għal perijodu ieħor meta jittieħdu in konsiderazzjoni ċerti fatturi, bħal, ngħidu aħna, in-natura tal- kumpannija jew l-importanza ta' dak li tkun qed tipproduċi jew id-daqs ta' l-investiment jew inkella jekk din turi b'mod ċar li se tbiddel b'mod sinifikanti n-natura tan-negozju tagħha.", "Singapore huwa pajjiż ieħor li għandu leġislazzjoni simili għal din.", "Kif kulħadd jaf fl-Ewropa hemm taxxi konsiderevoli; meta hawnhekk qed nirriferu għall-Ewropa il-focus iżjed ikun fuq il-parti tal-punent.", "Meta investituri jiġu biex jikkonsidraw fejn għandhom jinvestu, bla dubju ta' xejn iħarsu lejn il-qasam tat-taxxa għax dan ċertament jaffetwalhom il- cost of production.", "Fil-fatt, fejn qabel wieħed forsi kien jista' jagħmel trasferiment tal-qligħ illum dan isib li t-transfer pricing rules saru restringenti b'tali mod li biex jitfa' l-profitt minn qasam għall-ieħor - jew biex inkunu aktar ċari biex jitfa' l-profitt f'pajjiż fejn it-taxxa tkun anqas mill-pajjiż ta' l-oriġinu ta' l-oġġett - dan irid ikun kummerċjalment ġustifikat b'riferenza għan-natura tax-xogħol, għall- prodott, għall-value added, għall-increased investment u għal affarijiet oħra li kollox ma' kollox jagħmlu dan it-trasferiment ħaġa ristetta ħafna.", "Għalhekk aħna ħsibna biex fil-qasam tat-taxxa jkollna inċentiv oltre dak li diġa' jeżisti.", "Fil-fatt il-proposta l-ġdida hija inċentiv li se tipprovdi lill-investitur b'dak li kien igawdi beyond the tax holiday period iżda bid- differenza li dan se jkun ta' encouragement biex isiru investimenti f'pajjiżna fuq bażi long-term.", "Din hija bbażata wkoll - u dan huwa punt li wieħed irid jirrimarkah - fuq il-fatt li jrid ikun intlaħaq ċertu livell ta' investiment bir-riżultat li jkun hemm żieda fil-proċess tal-manifattura li jsir f'pajjiżna, żieda fil-value added content tal-prodott u evidentement żieda fl-esportazzjoni.", "F'dan ir-rispett il-proposti ta' l- MDC huma differenti minn dawk li jeżistu fiż-żewġ pajjiżi li għadni kemm semmejt għaliex fil-mira tagħna għandna dawk il-kumpanniji li kienu ta' suċċess fl-orjentament esportattiv tagħhom.", "Issa d-domanda li ssegwi minn dan id-diskors hija: Min se jibbenefika minn dak li qegħdin nipproponu?", "B'mod ġenerali l-inċentiv li qed jiġi propost se jkun ta' benefiċċju għal dawk il-kumpanniji li huma orjentati għall-esportazzjoni - hawnhekk qed nirriferi għal kumpanniji ta' manifattura - li jilħqu ċertu livell ta' investiment f'dak li huwa f'bini industrijali, impjant u makkinarju ġdid.", "Fil-fatt l-advisers tiegħi elenkawli b'mod speċifiku tliet tipi ta' kumpanniji li jistgħu jkunu f'pożizzjoni li jibbenefikaw minn dak li qed nipproponu.", "Fl-ewwel kategorija hemm dik il-kumpannija illi għandha sidien barranin, b'orjentazzjoni għall-esportazzjoni u li diġa' qiegħda tgawdi tax holiday u qed tibbenefika minn inċentivi oħrajn.", "Bis-saħħa ta' dak li qed nipproponu dawn se jkomplu jibbenefikaw minn eżenzjoni tat-taxxa jekk kemm-il darba jintlaħaq il-livell ta' investiment rikjest.", "It-tieni tip ta' kumpannija illi se tieħu benefiċċju minn din il-liġi hija dik li tkun ta' sid barrani, illi tkun orjentata għall-esportazzjoni u li tilħaq il- livell ta' investiment rikjest.", "Id-differenza li hemm bejn din il- kumpannija u dik ta' l-ewwel kategorija hija illi din ma tkunx qed tibbenefika minn xi tax holiday incentive jew xi inċentiv ieħor eżistenti.", "It-tielet tip ta' kumpannija hija dik li tkun ta' sidien lokali, illi tasal għal dak il-livell ta' esportazzjoni jew li tissodisfa l-investiment u l-kondizzjonijiet dwaru li huma rikjesti mill-liġi.", "Dan se nitkellmu fuqu aktar 'l quddiem.", "Naturalment biex dawn il-kumpanniji jibbenefikaw iridu jikkwalifikaw għal dan l-inċentiv u allura hawn wieħed jistaqsi: Kif isir dan?", "Isir billi l- investiment f'dak li huwa msejjaħ \"qualifying asset\" - iżjed 'il quddiem fid-diskors tiegħi ngħid aktar dwar dan - ikun jew ekwivalenti jew jeċċedi persentaġġ ta' meta tgħodd il-bejgħ totali ta' matul il-perijodu ta' seba' snin jew ikun daqstant jew jeċċedi Lm7 miljun.", "Wieħed jista' jirriferi għal dan bħala l-percentage criterion u peress li dan huwa qasam tekniku se nispjega dan x'inhu.", "Kumpanniji li jikkwalifikaw b'dak li aħna sejjaħna l-percentage criterion ikollhom il-qligħ taxxabbli tagħhom ridott skond dan il-persentaġġ li wieħed jasal għalih bl-istess mod li hemm fil- liġi prinċipali.", "Hemmhekk hemm formola apposta - m'hijiex xi waħda komplikata - fejn il-persentaġġ ikun ibbażat fuq dak li jissejjaħ l- aggregate total sales u jekk il-persentaġġ jasal għal 8%, it-taxxa tiġi ridotta għal 17.5%.", "Jekk din tkun 9% it-taxxa tkun ridotta għal 8.75% u jekk il-qualifying percentage ikun ta' 10% it-taxxa tkun nil.", "Kumpanniji li jikkwalifikaw għall-inċentiv taħt il-kriterju ta' investiment ta' Lm7 miljun fuq bażi ta' seba' snin ikunu eżentati kompletament mit-taxxa fuq il- qligħ taxxabbli.", "Inħoss li għandi ninforma lill-Kamra li meta aħna evalwajna u analizzajna din il-proposta rajna wkoll x'se jkun l-effett tagħha fuq il-pajjiż; fi kliem ieħor rajna din x'se tiswilna.", "Bħal kull inċentiv ieħor li jinvolvi tnaqqis ta' taxxa din se tiswa' daqs l-ammont ta' taxxa li l-pajjiż kien se jiġbor kieku ma sarx dan l-inċentiv.", "Huwa diffiċli biex tagħmel forecast ta' x'se tiswilna għax din m'hijiex biss kwestjoni aritmetika, fis-sens li taf x'inhu l-qligħ tal-kumpanniji u allura tista' tikkalkola kemm se ddaħħal revenue mit-taxxa fl-aħħar tat-tax holiday period tagħhom.", "Għalkemm dan jidher loġiku pero' ma japplikax għax il-probabbilta' hija li meta jasal iż-żmien illi dawn il-kumpanniji ma jibqgħux igawdu mill- eżenzjoni mit-taxxa jsiru ċerti attivitajiet biex il-kumpannija ma tibqax daqstant profitable!", "Xi rrid infisser b'dan?", "L-ewwelnett huwa veru li kif diġa' semmejt illum hemm regoli diffiċli dwar it-transfer pricing imma mbagħad wieħed ma jistax ma jikkonsidrax il- fatt illi l-qligħ taxxabbli jista' b'xi mod jiġi eroded.", "It-tieni ħaġa hija li jista' jagħti l-każ illi tibda tiġi ndirizzata lejna produzzjoni li jkollha element ta' low value added minflok high value added.", "Fl-aħħar mill-aħħar lanqas ma tista taffordja li l-pajjiżi kompetituri tagħna jkollhom inċentivi ta' natura simili u inti ma jkollokx għax inkella l- intrapriża faċilment tista' tiġi diretta lejn dawk il-pajjiżi b'detriment għall-industirja f'Malta.", "Għalhekk meta wieħed ikun qed jara x'jitlef il- pajjiż minn dan li qed nipproponu huwa importanti li nieħdu in konsiderazzjoni x'se nitilfu jew x'nistgħu nitilfu jekk aħna ma nintroduċux dan l-inċentiv.", "Dan żgur illi jaffettwa l-programmi ta' espansjoni li huma diretti lejn pajjiżna u ċertament illi jikber ukoll ir- riskju li investituri jirrilokaw in-negozju tagħhom f'xi pajjiż ieħor.", "Tikber ukoll il-probabbilta' illi jiġu diretti lejna prodotti li jkollhom low level of value added content.", "Wieħed jirrealizza li jekk l-intrapriżi ma jinvestux kontinwament fit-teknoloġija allura dawn ma jibqgħux kompetittivi u eventwalment l-unika triq li jkollhom hija li jagħlqu.", "Bla dubju ta' xejn, ħaġa li aħna nagħtuha importanza hija illi jkun hemm opportunitajiet ta' training fit-teknoloġija l-ġdida.", "Wieħed għandu jifhem illi f'ċerti pajjiżi li aħna rriferejna għalihom it-taxxa hija sostanzjali, i'da m'hemm xejn li jżommhom milli jnaqqsu radikalment it-taxxa tagħhom u b'hekk jintilef il-vantaġġ kompetittiv li jkun qed igawdi pajjiżna minħabba tnaqqis ta' taxxi u allura jispiċċa element ieħor pożittiv biex tattira l-investiment barrani.", "Forsi aspett illi wieħed għandu jagħtih iżjed importanza hu dak li jindokra lil dawk l-industrijalisti illi diġa' wrew fiduċja f'Malta billi nvestew f'pajjiżna minkejja l-kompetitizzjoni li teżisti minn pajjiżi oħra.", "Dan qed ngħidu wkoll għax jiġik ħafna aktar għali li inti tattira industrija ġdida milli biex tipperswadi industrija preżenti biex tespandi.", "Meta aħna kejjilna dak illi jista' jitlef il-pajjiż bħala erarju mal- vantaġġi li għandha ġġib din il-liġi, l-indikazzjonijiet ħarġu ċari illi din il-liġi hemm bżonnha.", "Fil-fatt din il-liġi fiha emendi oħrajn li għandhom x'jaqsmu mat-taxxa u qed nipproponu erba' jew ħames affarijiet li nħossu li huma ta' ċerta importanza.", "Per eżempju, qed nipproponu li kumpannija tkun tista' tagħmel użu mill- export incentive scheme; din ukoll għandha il-life span tagħha ta' massimu ta' għaxar snin, liema żmien m'hemmx bżonn li jkun konsekuttiv.", "Qed ngħidu wkoll li l-assets li huma taħt kuntratt ta' hire purchase jew taħt kuntratt ta' lease financing ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-investment allowance incentive kif ukoll għar-rata aċċellerata tat-taxxa dwar id- depreciation.", "Aħna qed nagħmlu dan għaliex inħossu li l-importanti huwa l- pussess ta' l-oġġett u mhux neċessarjament il-mument meta dan l-oġġett isir proprjeta' ta' min qiegħed jużah.", "Qed nipproponu wkoll li d-dividends li jkunu mħallsin mill-qligħ, li ma jkunux eżenti mit-taxxa taħt l-iskema jew l-inċentiv ta' investiment, ikunu eżenti mit-taxxa f'idejn il-benefiċċjarju ta' l-aħħar, jiġifieri x-shareholder li jkun irċieva dak id-dividend.", "Ħassejna wkoll li għandna nagħmlu tibdil fid-definizzjoni ta' \"kumpannija\" minn kif kienet fil-liġi prinċipali u r-raġuni prinċipali għaliex qed nagħmu dan huwa biex ċerti investituri - mhux kollha - minn ċerti pajjiżi li f'pajjiżhom igawdu eżenzjoni mit-taxxa tal-qligħ ma jiġux soġġetti għat-taxxa f'Malta.", "Jien informat li fost il-pajjiżi li jolqtuna l-iżjed f'dan ir-rigward hemm il-Ġermanja, Franza, l-Awstrija, il-Belġju, l-Ungerija, in-Norveġja u l- Polonja u l-problema tqum minħabba li d-definizzjoni ta' \"kumpannija\" skond l-IDA hija differenti minn dik fl-Att dwar l-Income Tax.", "Meta investituri minn dawn il-pajjiżi jkunu qed joperaw taħt reġim ta' kumpannija partikolari - u l-isem tekniku huwa en commandit - tqum il-problema li meta jirċievu benefiċċju li jkun ġej minn qligħ dan ikun qiegħed jiġi ntaxxat ukoll f'dawk il-pajjiżi.", "Din m'hijiex l-idea tagħna għax l- intenzjoni li tagħti inċentiv fuq it-taxxa hija biex la jħallas it-taxxa f'Malta u lanqas iħallasha barra minn Malta, jiġifieri r-relief mit-taxxa trid tibqa' sejra anke għand min ikun qiegħed jirċievi dak id-dividend.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt nitkellem dwarha fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi tikkonċerna emenda teknika oħra - hawnhekk wieħed irid japprezza li ħafna minn dawn l-emendi, jekk mhux kollha, huma ta' natura teknika - jiġifieri li meta jkun hemm qligħ li permezz ta' dividend isib ruħu f'idejn residenti ta' pajjiżi li magħhom hemm trattat ta' taxxa, fejn fuq dividends japplikaw rati ridotti ta' 15%, dan jiġi estiż meta l-ishma jkunu miżmuma minn residenti ta' dawk il-pajjiżi - li magħhom għandna trattat - indirettament taħt l-isem ta' kumpannija Maltija.", "Ir-raġuni ta' din emenda hija waħda amministrattiva biex mhux wieħed l-ewwel jiġi ntaxxat tant imbagħad wara jingħata rebate imma jirċievi mill-ewwel l-ammont imnaqqas kif suppost.", "Biex nikkonkludi fuq din l-ewwel parti tad-diskors ngħid li l-għanijiet ewlenin ta' l-emendi proposti nistgħu naqsmuhom fi tlieta, bl-għan prinċipali dak li wieħed iżid l-esportazzjoni tal-kumpanniji li jimmanifatturaw billi jdaħħal inċentivi relatati mat-taxxa u li huma bbażati fuq export sales.", "Hawnhekk qed nagħtu inċentiv ta' taxxa lill- kumpanniji li jilqgħu ċertu investiment lokalment, liema investiment jagħti lok għal teknoloġija ogħla biex b'hekk l-industrija tal-manifattura f'pajjiżna tkun jista' żżomm jekk mhux iżżid - aħna nisperaw li żżid - il- livell preżenti ta' esportazzjoni u kien propriju għalhekk li dan l- inċentiv sejjaħnilu investment incentive scheme.", "It-tieni għan huwa li nestendu l-iskema dwar l-export incentives għal wara s-sena 2000, jiġifieri għal perijodu ta' għaxar snin li m'hemmx għalfejn ikunu konsekuttivi.", "It- tielet għan hu li nipprovdu sabiex dak il-qligħ li jkun eżentat mit-taxxa taħt l-iskema ta' l-investiment ikun ukoll eżentat mit-taxxa meta jiġi distribwit lix-shareholders.", "Madam Speaker, issa nixtieq ngħaddi għad-diversi emendi oħrajn li qed nipproponu li huma pjuttost varjati imma fl-istess ħin importanti.", "L-ewwel ħaġa li wieħed irid isemmi hija li dan il-Gvern qed jipprova jagħmel bilanċ bejn kumpanniji li huma ta' investiment li ġej minn barra minn Malta u kumpanniji jew intrapriżi li għandhom investiment lokali.", "L-ewwel għamilna distinzjoni dwar l-importanza bejn l-investituri barranin li diġa' qed joperaw f'Malta u dawk l-investituri barranin li qed nipprovaw nattiraw.", "F'dan il-qasam id-distinzjoni diġa' teżisti imma l-mod kif wieħed jaqsam il- kwadru huwa differenti.", "Fejn kellhom x'jaqsmu emendi fuq bażi tat-taxxa aħna ħsibna wkoll għal dawk il-kumpanniji b'investiment lokali u hawnhekk issa qegħdin nużaw kriterju differenti bbażat fuq id-daqs.", "Waħda mill-affarijiet ewlenin fil-politika industrijali tagħna hija li nkattru l-importanza ta' l-industrija żgħira u medja f'pajjiżna.", "Jien m'għandix dubju li kulħadd jaqbel li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nirrealizzaw l-importanza ta' dan il-qasam għall-projection industrijali tagħna.", "Dawn it-tip ta' industriji jissejħu SMEs, li tfisser small and medium enterpises, u aktar ma jgħaddi ż-żmien dawn aktar qed jieħdu pożizzjoni importanti fil-landscape industrijali mhux biss ta' pajjiżna imma wkoll ta' l-Ewropa.", "Ftit huma dawk li jirrealizzaw li f'ħafna pajjiżi li huma ġganti fl-industrija tal-manifattura, l-biċċa l-kbira tal- produzzjoni fil-fatt tiġi minn dawn it-tip ta' industriji.", "Huwa evidenti li f'pajjiżna dan il-qasam ma ngħatax l-importanza li kien jixraqlu u jien m'għandix dubju li dan il-Gvern qed jagħmel u se jagħmel minn kollox biex jinkoraggixxi lil dan is-settur.", "Kif se jagħmel dan?", "L-ewwel ħaġa li jrid jagħmel hija li jidentifika x'inhuma l-problemi li qed jaffaċċjaw dawn it-tip ta' industriji u żgur li waħda mill-problemi ewlenin tikkonċerna l-finanzi.", "Biex wieħed seta' jikkwalifika għal soft loan mingħand l-MDC kien rikjest investiment minimu ta' Lm100,000.", "Fil- budget speech, kif ukoll fil-programm elettorali tagħna, għidniha li ma jistax ikun li biex wieħed jikkwalifika għal soft loan l-ammont ta' nvestiment inħalluh f'dan il-livell u għalhekk qed nipproponu li l-figura tonqos b'mod sostanzjali għal Lm21,000.", "B'hekk inkunu qed nindirizzaw lill- investituri ż-żgħar filwaqt li dawk b'investiment moderat - dawk l- investituri li aħna nsejħu medji - ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll.", "Hawnhekk irridu nżommu quddiem għajnejna li meta wieħed jiġi biex jissellef biex jagħmel investiment l-MDC tipprovdi biss dik li tissejjah is-soft part tal-loan.", "Dan ifisser li l-imgħax ikun ridott billi l-MDC tkun qed tissussidja l-imgħax sħiħ.", "Problema oħra ewlenija għall-entrapriża ż-żgħira hija l-post minn fejn topera.", "Nafu li llum ħafna minn dawn joperaw fl-abitat meta lanqas biss għandhom liċenzja.", "Tradesmen parks - użajna l-kelma tradesmen biex nindirizzaw l-industrija ż-żgħira - huwa postijiet li għandhom vantaġġ għax jieħdu ħsieb ħafna kwestjonijiet ambjentali bħalma huma ħsejjes, rwejjaħ u ħafna nkonvenjenti oħrajn.", "Dawn it-tradesmen parks għandhom ikunu f'postijiet li jippermettu żvilupp bħal dan u f'postijiet fejn wieħed isib is-servizzi meħtieġa.", "F'dan il-kontest kien jissemma Ħal Far iżda aħna ħassejna li huwa inutli li tipprovdi - kif kien hemm il-ħsieb li jsir - post wieħed għal dan il-għan għax għalkemm il-pajjiż tagħna huwa żgħir jibqa' l-fatt li kulħadd għandu l-lokalita' u l-klijentela tiegħu.", "Għaldaqstant aħna ħadna d-deċiżjoni li jkun għaqli li f'Malta jkun hemm bejn wieħed u ieħor sitta jew seba' siti f'inħawi differenti - ħsibna wkoll għal post f'Għawdex - biex jipprovdu għall-iżvilupp ta' l-industrija ż- żgħira. .", "Dawn is-siti huma maqsumin skond il-ġeografija tal-gżejjer biex dawk l- entrepreneurs iż-żgħar li jiġu minn postijiet differenti ta' Malta jkollhom diversi lokalitajiet għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Per eżempju, Ħal Far huwa prattiku għal min jixtieq jiftaħ industrija żgħira u jkun jipprattika x- xogħol tiegħu fl-inħawi taż-Żurrieq jew ta' Birżebbuġa - biex nieħdu żewġ eżempji ovvji - imma ma tantx ikun prattiku għal min ikun stabilit fir- Rabat.", "Għalhekk huwa importanti li dawn is-siti li aħna diġa' identifikajna u qed inkomplu nidentifikaw ikunu mxerdin b'mod ekwu jew skond il- popolazzjoni jew skond il-ġeneru tan-negozju.", "Nista' ngħid li fost il- postijiet li qed nidentifikaw hemm estates industrijali eżistenti bħalma huma dak ta' Kordin u ta' Ricasoli.", "Hemm postijiet oħra li diġa' bdejna naħdmu fuq l-iżvilupp tagħhom billi ħriġna diversi kuntratti jew fejn is- sidien stess qed jikkonvertuhom għal dan l-iskop bħal, per eżempju, industrial estate jew garage estate jew tradesmen park ta' Ħal Luqa.", "Fi kliem ieħor bħalissa qegħdin f'dan il-proċess li ovvjament m'huwiex xi proċess li wieħed jista' jwettqu mil-lum għal għada, anke minħabba li hemm diversi pjanijiet li jridu l-permessi mill-Planning Authority.", "Hawn irrid ngħid li din l-awtorita' kienet ta' għajnuna kbira biex nidentifikaw il- postijiet meħtieġa.", "Fil-politika tagħna biex ngħinu direttament lill-entrepreneur iż-żgħir qegħdin ngħidu li meta nagħtuh il-plot, minflok ma jeħodha biss b'rata sussidjata - li ħafna drabi huwa sussidju sostanzjali ħafna - jeħodha wkoll b'ċens temporanju għal żmien konsiderevoli biex bis-saħħa ta' dan il-plot ikun jista' jassigura ċertu self mill-bank minflok ma jkollu jagħmel tajjeb għal dak is-self bid-dar tiegħu jew b'xi proprjeta'oħra.", "Fil-fatt aħna żammejna diversi laqgħat mal-banek biex iċ-ċens li nagħtu jkun aċċettabbli għalihom għal dan l-iskop.", "Din il-problema ma ħloqnihiex aħna imma nħolqot meta l-banek ma kenux qed jaċċettaw dawn il-kuntratti biex individwi jkun jistgħu jissellfu ħalli jkunu jistgħu jwaqqfu xi proġett u għalhekk kellna nagħmlu ċerti emendi għal dawn il-kuntratti biex imprenditur żgħir ikun jista' jissellef fuqhom.", "Ċertament l-imprendituri żgħar għandhom bżonn wkoll ta' a one-stop shop u għalhekk aħna għaġġielna x-xogħol li kien għad baqa' jsir sabiex dan il-post, li se jkun fil-Marsa, jibda jiffunzjona fl- iqsar żmien possibbli.", "Fil-fatt nista' ngħid li għal nofs Mejju l-Prim Ministru se jinawgura dan iċ-ċentru - semmejnieh \"IPSE\" - liema ċentru se jservi sabiex wieħed li jkun jeħtieġ xi parir biex jiftaħ negozju jew anke dwar negozju eżistenti jew inkella jkun jixtieq jara jekk jikkwalifikax għal xi għajnuna jkun jista' jmur f'dan il-post li se jkun staffed min- nies ta' l-MDC.", "Dan qed nagħmluh biex wieħed iħossu aktar komdu f'dan l- uffiċċju għax forsi l-MDC hija iżjed attrezzata u identifikata, anke psikoloġikament, ma' investiment ta' natura sostanzjali.", "F'waħda mill- emendi li se nagħmlu ntroduċejna l-possibbilta' li bħala parti mid-doveri tagħha l-MDC tkun tista' tagħmel farming-out biex tara jekk l-applikant fil- fatt jikkwalifikax bħal, ngħidu aħna, fil-każ ta' banek u istituzzjonijiet oħrajn.", "Madam Speaker, issa se nerġa' niġi għat-trend oriġinali ta' l-emendi li qed nipproponu.", "Illum l-faċilita' tas-soft loans hija bbażata sa Lm0.5 miljun u għalkemm f'dan l-abbozz ta' liġi hemm indikat li din is-somma se tibqa' l-istess, wara diversi konsultazzjonijiet li għamilna qed tinħass il- ħtieġa li din is-somma għandha tiżdied.", "Fil-fatt meta naslu fl-istadju ta' Kumitat aħna beħsiebna li din is-somma nirdoppjawha.", "Kif diġa' għidt aħna wasalna għal din id-deċiżjoni wara li għamilna l-konsultazzjonijiet neċessarji u wara li anke ġie propost li din is-somma tkun tista' tiżdied skond kif jidderieġi l-ministru.", "Biex inkun onest kont nippreferi kieku din is-somma ma kenitx f'idejn il-ministru u li fil-liġi jkollna biss l- upper ceiling tas-soft loan.", "Madam Speaker, ħaġa ġdida li qed nipproponu hija li biex wieħed ikollu l-possibbilta' ta' subsidised loan m'hux se jkun neċessarju li l-makkinarju jkun ġdid fjamant u dan għaliex jidher ċar li llum jeżistu opportunitajiet fejn imprendituri jistgħu jakkwistaw makkinarju kważi ġdid bi prezz ħafna irħas.", "GĦaldaqstant aħna ħassejna li l-imprenditur la għandu jitlef din l- opportunita' u lanqas għandu jitlef il-possibbilta' tas-soft loan.", "Biex inkun għidt kollox hawnhekk irrid ngħid li għandu jkun hemm attenzjoni kbira min-naħa ta' l-MDC jew min-naħa ta' min ikun qed jamministra dawn is- soft loans biex din il-klawsola ma tiġix abbużata.", "Madam Speaker, fir-rigward tas-soft loans qegħdin ngħidu wkoll li l- imgħax għandu jkun pegged - din hija l-kelma teknikament korretta - mad- discount rate jew mal-base rate tal-Bank Ċentrali sabiex b'hekk wieħed jiġi in line ma' l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Hawnhekk nixtieq ninforma lill-Kamra li se ndaħħlu an enabling clause biex fil-każ li r-rata tiġi kompletament liberalizzata din tkun tista' tiġi pegged mal-market interest rates.", "Qed indaħħlu klawsola oħra li permezz tagħha l- korporazzjoni mhux se jkollha għalfejn tiġi l-Parlament biex tbiddel din ir- rata.", "Dan l-abbozz il-ġdid jistabilixxi wkoll liema huma dawk l- intrapriżi li jistgħu jikkwalifikaw għas-soft loans.", "Qed indaħħlu wkoll il- possibilta' ta' an enabling clause biex permezz ta' legal notice jiġu ntrodotti skemi ta' inċentivi li jkunu tailor- made għall-industriji medji u żgħar.", "Fid-definizzjoni ta' dak li jikkontistwixxi intrapriża żgħira qed ngħidu li din tinkludi kumpanniji u individwi that carry out a qualifying activity skond l-Industrial Development Act.", "Ħaġa oħra li fil-politika tagħna qed nagħtuha ċertu importanza hija li se nagħmluha possibbli li permezz ta' legal notice ċerti benefiċċji jiġu estiżi għas-setturi li huma ndikati bħala craftsmen jew tradesmen li allura ma jkunux qegħdin jipparteċipaw in a qualifying activity skond id-definizzjoni stretta ta' l- istess liġi.", "Għal dak li ħandu x'jaqsam mas-soft loans issa se ngħaddi għal qasam distint minn dak tal-manifattura, jiġifieri dak tat-turiżmu li huwa pilastru f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp ta' l-ekonomija tagħna.", "Aħna qed nirrealizzaw li l-MDC tista' tgħin biex inkattru l-investiment fil-qasam tat-turiżmu u għaldaqstant daħħalna ċerti emendi rigward lukandi li jistgħu jikkwalifikaw għal din l-għajnuna.", "Punt importanti li daħħalna huwa li r-rata fuq it-taxxa li wieħed jimponi fuq qligħ li jkun investit f' upgrading jew rinnovazzjoni ta' lukanda tiġi mnaqqsa għal 17.5% biex b'hekk inkunu qed nistimolaw investiment f'faċilitajiet turistiċi, l-istess bħalma jiġri fil-każ ta' investiment fit-teknoloġija għas-settur tal-manifattura.", "Fil-qasam tal-lukandi qegħdin ninkoraġġixxu investiment fi proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-enerġija, ma' equipment għal water conservation u ma' xogħlijiet infrastrutturali relatati billi qed nagħtuhom l-opportunita' li jieħdu soft loan sa massimu ta' Lm200,000.", "Madam Speaker, aħna qed nipproponu żewġ miżuri li huma aktar ta' forma amministrattiva.", "Waħda minnhom għandha x'taqsam mal-produzzjoni ta' kopji awtentiċi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni fejn qed jinstab li mhux prattiku li kull darba li jkun hemm talba għandha ssir analisi ta' dawn id- dokumenti voluminużi, speċjalment meta ħafna drabi dawn ikunu ordnijiet żgħar u meta l-MDC ma għandhiex il-personnel meħtieġ biex tkun tista' tevalwahom.", "GĦalhekk aħna qed nipproponu sistema aktar streamlined li hija dik ta' random checking, liema sistema hija aktar prattika u probabbilment biha l-iċċekkjar jibda jsir aħjar milli qed isir preżentement.", "Il-miżura amministrattiva l-oħra hija fejn qed nagħmluha ċara li kumpanniji tal- manifattura li ma jixtiqux jieħdu xi wieħed mill-benefiċċji jew inċentivi ta' l-IDA ikunu jistgħu jibbenefikaw minn inċentiv simili taħt l-Aids to Industries Ordinance.", "Punt ieħor li aċċennajt għalih imma li ma dħaltx iżjed fid-dettall tiegħu huwa l-kwestjoni taċ-ċens temporanju jew enfitewsi għall-industrija tal-manifattura fejn aħna qed nagħtu opportunita' lill-industrijalist li jieħu l-post fuq dan it-tip ta' titlu.", "Madam Speaker, nagħlaq billi nirringrazzja lilek u lill-Kamra talli qgħadtu tisimgħuni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Madam Speaker, se nibda d-diskors tiegħi billi nagħmel riferenza għal xi tlieta jew erba' punti li għadu kif semma l-Ministru.", "Fil-bidu l-Onor Attard Montalto qal li l-amministrazzjoni preċedenti ma kenitx tagħti lill-industrija l-importanza li jixirqilha u hawnhekk forsi kien qed jalludi għall-fatt li ma kellniex ministeru apposta għall- industrija bħalma għandna llum bil-Partit Soċjalista fil-gvern.", "Issa fil- fatt diġa' qed naraw li l-kollega tagħna diġa' għandu portfolio ieħor ma' dak ta' l-industrija.", "Li rrid ngħid hu li minkejja l-fatt li l-industrija hija importanti forsi nħass li m'hijiex daqshekk materja kruċjali li jkollok ministeru għall-industrija biss ġaladarba għandek istituzzjonijiet bħalma hija l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp li fil-kamp ta' l- industrija tagħmel ħafna mix-xogħol hi.", "Jien naħseb li huwa żball kbir li tan-naħa l-oħra jgħidu jew jimplikaw li l-Gvern Nazzjonalista ma għamel xejn jew għamel ftit li xejn f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam ta' l-industrija.", "Ta' min jgħid li l-Att dwar l- Iżvilupp Industrijali li qed nemendaw illum fil-fatt kien ġie fis-seħħ fil- 5 ta' Lulju ta' l-1988, jiġifieri ftit xhur wara li l-Gvern Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ta' l-1987, liema Att kien ġie emendat sostanzjalment fl- 1993 permezz ta' Att Nru. IX li introduċa emendi tat-tip li għandna llum - u mbagħad reġa' ġie emendat b'Att Nru. XVII ta' l-1994.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li din kienet xi liġi mejta anzi kienet liġi li tħaddmet sew, tat il-frott tagħha u kull meta nħass il-bżonn saru l-emendi meħtieġa.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-Gvern Nazzjonalista kien bena l-Mosta Technopark u ħa inizjattivi oħra li għandhom x'jaqsmu mal-qasam ta' l- industrija.", "Madwar sentejn ilu kien sar studju li bis-saħħa tiegħu ħareġ l-hekk imsejjaħ Ramboll Report liema rapport kien ġie kkumissjonat mill-Kamra tal- Kummerċ u mill-FOI u ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bl-aċċettazzjoni tal- Gvern Malti.", "L-għan ta' dan ir-rapport kien li jagħmel studju dwar ir- ristrutturazzjoni ta' l-industrija tal-manifattura tagħna in vista ta' l- eventwali sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li wieħed ikun kompletament żbaljat meta jgħid jew jinsinwa li l-Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn jew li ttraskura l-qasam ta' l-industrija.", "Il-fatt li kważi mix-xejn bnejna s-settur terzjarju tas-servizzi, ħlief għall-qasam tat- turiżmu, żgur li ma jfissirx li abbandunajna jew ittraskurajna l-qasam tal- manifattura.", "Il-Ministru kkummenta wkoll dwar l-urġenza ta' din il-liġi u staqsa għaliex din m'għaddietx qabel.", "Kif diġa' għidt, kien il-Gvern Nazzjonalista li sa mill-1988 waqqaf din l-istess liġi, jiġifieri l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, li mbagħad ġie emendat fl-1993 u fl-1994.", "Ta' min ifakkar ukoll li fit-23 ta' Lulju, 1996 kien tħejja abbozz ta' liġi simili għal dak li għandna quddiemna - 'il quddiem nuri kif l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum huwa bbażat fuq dak preċedenti - u allura m'huwiex il-każ li wieħed jistaqsi għaliex din il-liġi m'għaddietx qabel.", "Aħna kellna proċess ta' evoluzzjoni u ta' tibdil kontinwu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali u għalhekk ma kienx hemm xi urġenza partikolari biex jitressqu l-emendi li għandna quddiemna għax fil-qasam ta' l-industrija the going was pretty good.", "Nistgħu ngħidu li l-istudju li rriferejt għalih aktar kmieni fid-diskors tiegħi sar biex addirittura jħejji pjan ħalli l-industrija Maltija tiġi modernizzata u ristrutturata u b'hekk tkun tista' tħejji ruħha għaċ- challenge bis-sħubija eventwali ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dak iż-żmien ma kienx hemm xi urġenza partikolari biex l-affarijiet isiru llum qabel għada, imma llum li hemm Gvern Soċjalista l-industrija Maltija qed tipprova tara x'se jkun il-futur tagħha.", "Dan minħabba diversi raġunijiet, fosthom li bid-deċiżjoni li tiġi sospiża l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl- Unjoni Ewropea ġiet ikkreata inċertezza fil-qasam ta' l-industrija, fis- sens li l-għan li l-industrija Maltija tkun parteċipi ma' industriji Ewropej oħra fis-suq intern ta' l-Unjoni spiċċa jew intefa' fuq l-ixkaffa.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qed jgħiduh l-industrijalisti stess.", "GĦalhekk huwa essenzjali li dawn l-emendi li għandna quddiemna jgħaddu mill- Parlament sabiex jekk ma nattirawx investiment ġdid għallinqas nipprovaw insalvaw dak li għandna, għalkemm jien se nipproponi tibdil u anke inċentivi sostanzjali oħra.", "It-tielet punt li xtaqt nirriferi għalih qabel ma ngħaddi għad-diskors tiegħi proprju huwa dwar il-kumment l-ieħor li għamel il-Ministru meta staqsa x'jiswilha lill-Kaxxa ta' Malta dak li qed jiġi propost.", "Jien ma naħsibx li l-Ministru kellu għalfejn jipprova jiġġustifika l-fatt li l- Kaxxa ta' Malta se titlef xi revenue minħabba l-proposti li qed jiġu suġġeriti għax dak li hemm bżonn isir biex insalvaw l-industrija tagħna għandu jsir.", "Mhux minn dak l-aspett irid jistaqsi x'inhi titlef Malta imma l-Ministru jmissu jifhem illi kieku bqajna mexjin fit-triq sabiex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea kieku kien ikollna għajnuna finanzjarja sostanzjali u għadd kbir ta' inċentivi oħrajn mill-istess Unjoni bħala għajnuna lill-industrija Maltija biex tirristruttura u timmodernizza ruħha.", "Bħalissa kwalunkwe għajnuna li rridu nagħtu lill-industrija Maltija trid toħroġ minn butna, kif indika ferm tajjeb il-Ministru, waqt li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea konna nkunu intitolati għal fondi strutturali għall- industrija tagħna u hawn ma nkunx qed nesaġera jekk ngħid li dawn kienu jammontaw għal miljuni ta' liri fis-sena.", "Niġi issa biex nanalizza l- proposti li għandna quddiemna ħalli nuri s-similarita' li hemm mal-miżuri li konna ħejjejna s-sena l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Iva aspetti ġodda hemm ukoll.", "Madam Speaker, dan l-abbozz ta' liġi jgħid li:", "\"L-għan prinċipali hu sabiex jitwaqqfu skema ta' inċentivi għal investiment, skemi ta' inċentivi għall-intrapriżi żgħar u għall- lukandi u biex isir titjib fl-amministrazzjoni ta' l-Att dwar l- Iżvilupp Industrijali, Kap. 325.\".", "Mela minn hawn jidher li dan l-abbozz ta' liġi għandu tliet miri prinċipali, jiġifieri l-introduzzjoni ta' skema ta' inċentivi għal investiment, l-introduzzjoni jew it-tibdil fl-iskema ta' inċentivi għall- industriji żgħar u l-introduzzjoni ta' skema għal-lukandi.", "Barra minn hekk imbagħad hemm l-għoti ta' iżjed poteri lill-Korporazzjoni Maltija għall- Iżvilupp u l-iffaċċilitar tal-proċeduri dwar self u għajnuna oħra li tista' tingħata lill-industrija.", "Madam Speaker, l-Oppożizzjoni ma tistax ma taqbilx ma' dawn l-għanijiet pero' nixtieq li nħares ftit iżjed fid-dettall lejn dawn l-emendi biex nipprovaw naraw kif se naslu għat-twettiq ta' dawn l-għanijiet.", "Mela l-ewwel għan huwa l-introduzzjoni ta' inċentivi għall- investiment li jolqot lill-intrapriżi kollha u hawnhekk se nagħmel riferenza għat-tliet kategoriji prinċipali ta' inċentivi.", "Fl-ewwel kategorija nsibu t-tax rebates u fil-fatt klawsola 5 ta' dan l- abbozz ta' liġi tgħid li:", "(1) Meta kumpannija kwalifikanti tagħmel nefqa fl-akkwist ta' l- assi kwalifikanti u n-nefqa totali tal-kumpannija għal dawk l-assi f'xi sena rilevanti u fis-sitt perjodi ta' kontjar ta' qabel:", "(a) tkun ekwivalenti għal jew tkun aktar minn persentaġġ (f'dan is- subartikolu magħruf bħala \"il-persentaġġ kwalifikanti\") tal-bejgħ totali tal-kumpannija għall-istess perjodu, l-income li tikseb tali kumpannija, mill-kummerċ jew negozju tagħha, matul is-sena rilevanti jkun proporzjonalment attribbwibli għaż-żieda fil-bejgħ esportat tagħha kif stabbilit skond is-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu, għandu jiġi ntaxxat b'rata mnaqqsa ta' taxxa fuq l-income ...\".", "Jiġifieri dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi li għandu jkun hemm rata ta' tnaqqis ta' taxxa - il-Ministru diġa' tana dettalji dwarha - f'każ li kumpannija tagħmel akkwist kif inhu deskritt.", "It-tieni aspett li jaqa' taħt l-introduzzjoni ta' inċentivi għall- investiment huwa dak li hemm kontenut f'paragrafu (b) fejn għandek li meta kumpannija tagħmel nefqa fl-akkwist ta' l-assi kwalifikanti tagħha li tkun ugwali għal jew tkun aktar minn Lm7miljun l-income li tikseb tali kumpannija mill-kummerċ jew negozju jkun totalment eżenti mit-taxxa.", "Jiġifieri hawnhekk insibu żewġ kategoriji ta' tax rebate jew tax exemption, kif stabiliti f'paragrafi (a) u (b).", "It-tielet aspett - li wieħed jista' jiklassifikah ukoll taħt l- introduzzjoni ta' l-inċentivi għall-investiment li jolqtu l-intrapriżi kollha - huwa l-provvediment li hemm fi klawsola 10 li qed temenda Artiklu 16 ta' l-Att prinċipali.", "Hawnhekkk insibu li s-soft loans - self b'rati ta' imgħax sussidjat - huma mmirati għall-intrapriżi kollha u dan dment li jiġu sodisfatti żewġ kondizzjonijiet, li qegħdin taħt klawsola 10 (a) (2), jiġifieri:", "\"(a) jiġu akkwistati bħala parti minn programm ta' investiment b'tul ta' mhux aktar minn tliet snin kif jista' jiġi approvat mill- korporazzjoni\",", "- jiġifieri impjant makkinarju jew attiv fis ieħor -", "\"(b) tali programm ta' investiment jkun ta' mhux anqas minn Lm21,000\"", "Fil-fatt hawnhekk insibu tibdil minn dak li diġa' kellna taħt il-liġi oriġinali fis-sens li fejn qabel it-threshold kien ta' Lm100,000 issa dan se jinżel għal Lm21,000.", "GĦalhekk l-argument hu li din l-emenda taġevola lill-industriji ż-żgħar għax peress li l-industriji ż-żgħar ma kienx ikollhom investiment ta' ċerta portata allura qabel dawn ma setgħux jibbenefikaw minn rati ta' imgħax sussidjat, mentri bit-tnaqqis ta' dan it- threshold dawn l-industriji issa jistgħu jibbenefikaw minn self b'rati ta' imgħax sussidjat fuq infiq ta' natura kapitali.", "Din l-emenda stess tispeċifika l-mod kif għandha tinħadem ir-rata ta' sussidju għax fil-fatt din tgħid li f'każ ta' export oriented companies - jiġfieri soċjetajiet li 95% tal-prodott tagħhom jiġi esportat - jieħdu żewġ punti u nofs perċentwali inqas mir-rata minima ta' skont, jiġiferi mill-minimum discount rate tal-Bank Ċentrali, waqt li għal skopijiet oħrajn s-sussidju li jieħdu huwa ta' 0.5% fuq il-minimum discount rate.", "Madam Speaker, it-tieni kategorija hija l-iskema ta' inċentivi għall- intrapriżi ż-żgħar, jew kif inhuma magħrufa aħjar fl-Ewropa small and medium size enterprises u għal-lukandi.", "Kif għidt diġa' peress li din is- soft loan hija mmirata għall-industriji kollha jien għandi nifhem li kumpannija kbira tista' tapplika wkoll - safejn naf jien m'hemm xejn fil- liġi jew fl-emendi li jeskludu kumpannija kbira - biex tieħu loan sussidjata.", "Hawn nixtieq ngħid li iktar 'il quddiem se nitkellem fuq il- punt dwar jekk illum il-ġurnata l-kriterju li jiddetermina jekk kumpannija hijiex żgħira jew le għadux jagħmel sens.", "Madam Speaker, aspett li ridt insemmi huwa dak li hemm provdut fi klawsola 12 ta' dan l-abbozz ta' liġi - din il-klawsola tissostitwixxi Artiklu 24 ta' l-Att prinċipali - fejn insibu għadd ta' inċentivi li huma mmirati speċifikament għal intrapriża żgħira, li huma:", "\"(a) ħelsien mid-dazju skond l-artikolu 17 ta' dan l-Att;", "(b) bini, strutturi u art industrijali taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-Korporazzjoni tista' minn żmien għal żmien tistabbilixxi;", "(ċ) soft loans skond l-artikolu 16 ta' dan l-Att; jew", "\"(d) kull inċentiv jew benefiċċju ieħor li jkun konsistenti ma' l- għanijiet u l-iskopijiet tal-pjan industrijali tal-Gvern, hekk kif jista' jiġi preskritt mill-Ministru b'avviż fil-Gazzetta.\".", "GĦalhekk hawn għandna lista ta' erba' possibbiltajiet ta' għajnuna li l- korporazzjoni, fid-diskrezzjoni tagħha, tista' tagħti lill-intrapriżi żgħar.", "Madam Speaker, issa se nitkellem fuq l-iskemi għal-lukandi.", "Bis-saħħa ta' klawsola 13 ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin jiġu ntrodotti żewġ artikli ġodda, 24 (A) u 24 (B), u proprju artiklu 24A jipprovdi għal soft loan dwar investiment għall-konservazzjoni ta' enerġija u ilma, fejn qed jingħad li:", "\"... kumpannija li tmexxi jew teżerċita, f'Malta, xi kummerċ jew negozju li jkun jikkonsisti primarjament fil-ġestjoni jew tmexxija ta' lukanda jew grupp ta' lukandi, ...\",", "jiġifieri l-għan prinċipali ta' kumpannija bħal din irid ikun il-ġestjoni u t-tmexxija ta' lukanda jew grupp ta' lukandi, filwaqt li l-iskop ta' l- investiment irid ikun:", "\"konsistenti ma' l-iskop u oġġettivi tal-pjan tal-Gvern rigward konservazzjoni ta' enerġija u ilma, il-Korporazzjoni tista' tagħti self ...\"", "- jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq soft loans ukoll -", "\"... lil dik il-kumpannija għall-akkwist ta' impjant, makkinarju u attivi fissi relatati, iżda eskluża art, u biex jiġu finanzjati x-xogħlijiet ta' inġinerija ċivili u infrastrutturali meħtieġa, skond it-termini u l-kondizzjonijiet hawn speċifikati.\".", "Imbagħad l-abbozz ta' liġi jidħol fid-dettalji, b'mod partikolari dwar is- self mogħti, billi jgħid li:", "\"..... ma jista' fl-ebda każ ikun aktar minn tlieta u tletin fil-mija tal-programm ta' investiment ipproġettat għall-konservazzjoni ... iżda l-ebda self m'għandu jkun aktar minn Lm200,000.\".", "Subartiklu ġdid 24A (4) ikompli jgħid li r-rata ta' imgħax mitlub mill- korporazzjoni fuq self mogħti taħt dan l-artikolu għandha tkun żewġ punti u nofs perċentwali inqas mill-minimum discount rate ppubblikata mill-Bank Ċentrali.", "L-iskema l-oħra li tirrigwarda l-lukandi qegħda fl-artiklu ġdid 24B li jipprovdi għal rata mnaqqsa ta' taxxa, għal rinnovament jew titjib fil-grad u fl-arredament tal-lukandi.", "Dan l-artiklu jgħid li:", "\".... kumpannija li tmexxi jew teżerċita f'Malta xi kummerċ jew negozju, li jkun jikkonsisti primarjament fil-ġestjoni jew tmexxija ta' lukanda jew grupp ta' lukandi, illi l-qligħ jew profitti jew parti minnhom miksuba minn din il-kumpannija .... ikunu twarrbu bil-għan ewlieni li jiġi ffinanzjat xi proġett għal rinnovament jew titjib fil- grad u fl-arredament ta' lukanda jew lukandi ...... u li fil-fatt il- qligħ jew profitti jew parti minnhom ikunu ntużaw għall-għan li għalih ikunu twarrbu .....\", u", "- f'dan il-każ -", "\".... ir-rata tat-taxxa fuq l-income taxxabbli fuq il-qligħ jew profitti jew parti minnhom li jkunu hekk intużaw, għandha titnaqqas bi sbatax-u-nofs-il punt perċentwali.\"", "Dan ifisser li f'dan il-każ ikollok tax rebate, fis-sens li r-rata tat- taxxa normali titnaqqas bin-nofs u tinżel għal 17.5%.", "Grupp ieħor ta' emendi jikkonċernaw l-għoti ta' iżjed poteri lill- Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u l-iffaċilitar tal-proċeduri dwar self u għajnuna oħra li tista' tingħata lill-industrija taħt dan l-Att.", "M'huwiex l-iskop tiegħi li dawn noqgħod insemmihom kollha għax wieħed imbagħad jista' jidħol fid-dettal tagħhom fl-istadju ta' Kumitat pero' jkun xieraq li nsemmi ħamsa in partikolari.", "Fi klawsola 2 (a) għandek id-definizzjoni kif mibdula ta' \"bejgħ esportat\" - din diġa' għamel riferenza għaliha l-Ministru - li qed issir sabiex il-proċeduri burokratiċi jiġu faċilitati u allura l-MDC tkun tista' tlaħħaq magħhom b'mod iżjed effiċjenti.", "Imbagħad hemm it-tibdil ta' subklawsola (5) ta' klawsola 7 fejn qed jingħad li art b'titolu ta' enfitewsi għandha titqies b'titolu ta' proprjeta' assoluta.", "Għandna mbagħad klawsola 11 li permezz tagħha qegħdin inżidu subartiklu ġdid ma Artiklu 18 ta' l-Att u allura nsibu li:", "\"Il-Korporazzjoni tista' tikseb ukoll għall-kumpannija kwalifikanti bini u strutturi industrijali b'titolu ta' enfitewsi temporanja u art fi stat mhux żviluppat b'titolu ta' kera taħt dawk it-termini u kondizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti mill-Ministru minn żmien għal żmien.\".", "Hawnhekk insibu li l-korporazzjoni qed tingħata iżjed poteri sabiex tkun tista' tilħaq ċerti għanijiet b'mod iżjed effiċjenti u effettiv.", "Tibdil ieħor li ridt insemmi huwa dak propost fi klawsola 15 b'riferenza għal Subartikolu 35 (2) ta' l-Att - dan diġa' kellna provvediment jixbħu imma issa ġie modernizzat - fejn it-terminoloġija wżata hija bbażata fuq il-Companies Act ta' l-1955 u din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Kumpannija kwalifikanti ma tkunx intitolata għal ebda inċentiv jew benefiċċju kontemplat taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att sakemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha ...\"", "Dib ir-riferenza hija għall-financial documents li llum kumpannija trid tipprepara filwaqt li t-terminoloġija li kien hemm fil-liġi ta' qabel kienet waħda kważi skaduta.", "Punt li ridt nagħmel huwa fuq iż-żieda ta' Artikolu 44A fl-Att prinċipali - klawsola 17 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna - fejn qegħdin ngħidu li l-korporazzjoni tista' teżerċita l-funzjonijiet u s-setgħat tagħha permezz ta' aġenzija ta' persuni oħra.", "Għalissa mhux se nikkummenta dwar dan pero' fl-istadju ta' Kumitat nixtieq nisma' spjega mingħand il- Ministru dwar x'inhu l-iskop wara dan l-artiklu ġdid li hu propost li jidħol fil-liġi.", "Madam Speaker, wara li rajt ftit x'inhuma l-għanijiet prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi u anke dħalt ftit fid-dettall tagħhom nixtieq ngħid li l- Oppożizzjoni taqbel magħhom, ħlief għal ċerti punti ta' dettall illi nkunu rridu nikkumentaw dwarhom fl-istadju ta' Kumitat sabiex naraw jekk dawn jagħmlux sens kif inhuma inkella għandhomx jitbiddlu.", "Diġa' għidt li dan l-abbozz ta' liġi huwa bbażat fuq abbozz ta' liġi Nru. 177 li kien ġie ppreżentat mill-Gvern Nazzjonalista fit-23 ta' Lulju ta' l-1996 u għaldaqstant issa nixtieq inqabbel ftit dak li hemm f'dan l-abbozz ma' dak li hemm fl-abbozz li kien ġie ppubblikat is-sena l-oħra.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-provvedimenti prinċipali f'dan l-abbozz li għandna quddiemna ttieħdu mill-abbozz ta' liġi tas-sena l-oħra jew għallinqas huma bbażati fuq żviluppi sussegwenti jew fuq diskussjonijiet li kienu għaddejjin meta kien għad hemm fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "L-ewwelnett nixtieq nagħmel riferenza għall-fatt li l-artikli ġodda 24A : 24B - li jirrigwardaw soft loans fuq konservazzjoni ta' enerġija u ilma fil- kontest ta' kumpannija li tmexxi lukanda jew grupp ta' lukandi; u rati mnaqqsa ta' taxxa għal rinnovament, titjib fil-grad u l-arredament ta' lukandi rispettivament - ittieħdu kelma b'kelma mill-abbozz ta' liġi tas- sena l-oħra u dan ifisser li dawn iż-żewġ inċentivi kienu diġa' imfassla fid-dettall mill-amministrazzjoni ta' qabel.", "It-tieni aspett li rrid insemmi huwa li jekk wieħed iqabbel Artiklu 24 ta' l-Att prinċipali - li issa qed jiġi sostitwit b'Artiklu 24 ġdid permezz ta' klawsola 12 - mal-proposti li kien hemm fl-abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat is-sena l-oħra jsib li l-paragrafi (a) u (b) baqgħu l-istess imma mbagħad daħal il-paragrafu (ċ) ġdid li jgħid:", "\"soft loans skond l-Artikolu 16 ta' dan l-Att; jew\",", "fejn allura hemm riferenza għall-fatt li issa t-threshold tnaqqas minn ¥100,000 għal ¥21,000, liema inċentiv huwa ndirizzat lejn l-industriji ż- żgħar.", "Paragrafu (d), li fil-fatt kien hemm provvediment għalih taħt l-abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat is-sena l-oħra, jgħid:", "\"kull inċentiv jew benefiċċju ieħor li jkun konsistenti ma' l- għanijiet u l-iskopijiet tal-pjan industrijali tal-Gvern, hekk kif jista' jiġi preskritt mill-Ministru b'avviż fil-Gazzetta.\",", "MADAM SPEAKER: Onor. Borg se jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE BORG: Iva, nibqa' in possession.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "Fid-9.22 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, 30 ta' April, 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it- Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - Kumitat;", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-VAT - Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Madam Speaker, illum nixtieq nitkellem f'termini sempliċi għaliex naħseb li l-VAT għandha titneħħa wara li kien daħħalha l- Gvern preċedenti.", "Wieħed illum jista' jifhem aħjar li l-Gvern Nazzjonalista ma setax jibqa' jkabbar id-deficit tiegħu sena wara l-oħra u allura kellu jaħseb kif se jżid ir-Revenue.", "Il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien tant kien f'paniku, sa mill-1994, li kif qal tajjeb ħafna sieħbi l-Onor.", "Lino Spiteri, ma kienx f'pożizzjoni li jitlob kumpens mill-Unjoni Ewropea.", "Ħalli issa nispjega għaliex jien konvint li l-Oppożizzjoni tal- lum qiegħda hawn biex tagħmel il-ħsara lill-pajjiż u għaliex jien nippretendi ħafna aħjar minn ċerti kelliema tan-naħa l-oħra.", "Jekk wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-garanziji mogħtija lill-korpi parastatali jew azjendi fejn il-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma jsib li d-dejn nazzjonali fil-fatt jaqbeż il-Lm1,000 miljun.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sinjorija Tiegħek u tal-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-fatt li l-Onor.", "John Dalli jaf li l-gvern jaħdem on a cash basis u mhux on an accrual basis u min huwa fin-negozju żgur li jifhem id- differenza bejniethom.", "Meta gvern jagħmel budget ma jagħtix kas ta' l- ammonti li huma dovuti lill-kredituri tiegħu u allura kont nippretendi li l- ex-Ministru tal-Finanzi forsi jikkoreġi lil sieħbi l-Onor.", "Lino Spiteri - li huwa ekonomista u mhux accountant - f'dan ir-rigward.", "Sabiex nikkonferma kemm l-Onor.", "John Dalli kien fi stat ta' paniku fl- 1994 tajjeb ngħid li meta ried jixtri s-software għad-Dipartiment tal-VAT - bl-assistenza tal-famuża Management Systems Unit - kien hemm ditta ta' awdituri lokali li fl-offerta li għamlu speċifikaw li l-Gvern Franċiż kien lest li jagħti għajnuna teknika, legali u finanzjarja basta issir talba uffiċjali mill-Gvern Malti permezz tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Imma milli jidher l-Onor.", "Dalli kien mgħaġġel ħafna għax it-talba lill- Gvern Franċiż baqgħet ma saritx u l-MSU qagħdet lura milli tibgħat għal din id-ditta lokali u b'hekk il-Gvern Nazzjonalista spiċċa biex ħareġ mijiet ta' eluf ta' liri lil ditta ta' awdituri oħra.", "GĦalhekk jien nitlob lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ preżenti li jiftaħ investigazzjoni rigward dan it-tender.", "Jien nista' nantiċipa x'se tkun ir-risposta ta' l-Onor.", "Dalli għal dak li għidt.", "Nimmaġinah jgħidli li l-Gvern Franċiż u d-ditta ta' awdituri lokali m'humiex kompetenti, bl-istess mod li ma kenitx kompetenti l-kumpannija Taljana CMC fil-każ ta' l-Isptar San Raffaele meta nafu li din il-kumpannija kienet diġa' bniet ma nafx kemm-il sptar madwar id-dinja.", "Iżda hawn tajjeb li wieħed jgħid lill-poplu Malti li kienu proprju l-Franċiżi li ntroduċew il-VAT.", "Jien wisq nibża' li la l-Onor Lino Spiteri u lanqas l-Onor.", "Leo Brincat ma kienu jafu b'din l-istorja.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Josef Bonnici u jagħtina lecture fuq l-ekonomija!", "Saħansitra wasal biex qal lil xi ħadd minn sħabi li ma jifhimx meta hu, għax jifhem, ġie hawn biex jipprova jiżvija lill-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Qed nipprova nispjega ftit id-diżonesta' politika li l-Onor.", "Bonnici tkellem biha meta, fost affarijiet oħra, qal li Gvern Nazzjonalista dejjem issellef fuq proġetti partikolari meta din m'hijiex il-verita'.", "Allura għax ma jgħidilniex fuq liema proġetti l-Gvern Nazzjonalista ssellef Lm514 miljun!", "Id-dejn nazzjonali kiber għaliex Gvern Nazzjonalista kien tant irresponsabbli fl-infiq tiegħu li f'disa' snin spiċċa biex tellgħu minn ¥62 miljun għal ¥514 miljun u dan, bħalma diġa' għidt aktar qabel, minbarra l-garanziji li ta l-istess Gvern u li kienu jammontaw għal ¥500 miljun.", "Meta l-Onor.", "Josef Bonniċi ta l-eżempju tas-self li sar għall-Freeport ma kienx korrett għax ma qalx il-verita' kollha.", "L-Onor.", "Membru qal li r- raġuni li l-Gvern Nazzjonalista ġiegħel lill-Freeport tissellef bid-dollari kienet għaliex id-dħul tal-Freeport huwa wkoll bid-dollari u allura l-Gvern Nazzjonalista għamel sewwa li ssellef minn barra bl-istess munita.", "Madam Speaker, dan m'huwiex għal kollox minnu għaliex hawnhekk l-Onor.", "Bonnici qiegħed jassumi li l-Freeport se tkun f'pożizzjoni li tħallas dan id-dejn, iżda din is-sitwazzjoni tista' tinbidel radikalment jekk il-Gvern jispiċċa jħallas hu minflok il-Freeport minħabba li hu qiegħed jiggarantixxi dan id- dejn.", "Allura dak li spjega l-Onor.", "Membru ma jreġix fis-sitwazzjoni ekonomika li qegħdin fiha.", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu jiġu hawn u jippretendu li jkunu jafu mingħand il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għaliex il-Gvern se jissellef u kif se juża dawn il-flus!", "Jiena nixtieq li l-Onor.", "Dalli u l-Onor.", "Josef Bonnici juruna xi studju kien sar fi żmienhom mill-Freeport biex waslu għall-konklużjoni li l-kumpannija se tkun f'pożizzjoni li tħallas dan id-dejn.", "Jien m'iniex xi professjonist iżda meta mmur il-bank biex nissellef il-bank manager, minn barra li jitlobni l- cash flow u l-accounts, jixba jagħmilli mistoqsijiet fuq in-negozju tiegħi.", "Jien ma naħsibx li l-Onor.", "Dalli u l-Onor.", "Bonnici kkonvinċew lill- bankiera fuq is-self tal-Freeport, kif ipprova jagħti l-impressjoni l- Onor. Membru.", "Għaliex qed ngħid dan, Madam Speaker?", "Qed ngħid dan għaliex il-Gvern Nazzjonalista, għalkemm kien jaf li bil- VAT se jagħti daqqa kbira lill-ekonomija xorta waħda kellu bżonn il-flus minħabba s-sitwazzjoni ekonomika mwiegħra li kien jinsab fiha.", "Dan għamlu biex jogħġob l-Unjoni Ewropea allavolja din ħalliethom b'xejn!", "B'hekk il- Gvern preċedenti ġabna f'sitwazzjoni finanzjarja ħażina li m'hijiex tort ta' sħabi l-ministri preżenti.", "Kulħadd kien kontra l-VAT u minkejja l- pariri li kellu l-Onor.", "Dalli mill-FOI u mill-Kamra tal-Kummerċ biex din is-sistema tiddaħħal bil-mod xorta għamel ta' rasu u daħħalha f'daqqa.", "Issa qed jiġu hawn u bl-arroganza kollha jgħidulna li m'għandniex inneħħu l-VAT għax ħadd minn dawn l-organizzazzjonijiet ma jaqbel mat-tneħħija tagħha.", "Seta' kieku ried l-Onor.", "Josef Bonnici jagħti parir lill-Gvern tiegħu sabiex minflok idaħħal il-VAT jew iżid it-taxxi diretti, bħalma għamlet l-Italja, jew inkella jnaqqas is-servizzi soċjali, kif qed jagħmlu fil-Ġermanja; u ta' min jgħid li dawn iż-żewġ pajjiżi qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "Imma dakinhar l-Onor.", "Membru kien ta parir lill-Gvern Nazzjonalista biex jissellef mentri issa qed jippretendi li dawn l- affarijiet jagħmilhom il-Partit Laburista fil-gvern.", "Madam Speaker, il-Partit Laburista għandu l-mandat tal-poplu biex ineħħi l-VAT u dan il-partit ċertament se jwettaq dak li wiegħed.", "L-ipokresija u l-arroganza tan-Nazzjonalisti turi li ħafna minn dak li jgħidu jkunu qed jgħiduh biex jagħmlu l-ħsara għax dawn hekk biss jafu jagħmlu.", "Jien pero' konvint li permezz ta' l-introduzzjoni tal-liġi l-ġdida dwar id-dazji u s- sisa se jiggwadanja kemm il-konsumatur kif ukoll in-negozjant.", "Madam Speaker, l-istorja tirripeti ruħha u fil-fatt aħna erġajna ġejna fis-sitwazzjoni li konna ninsabu fiha fl-1971 meta l-Gvern immexxi mill- Onor. Perit Mintoff kien sab kaxxa vojta tant li lanqas biss kellu minn fejn iħallas il-pagi tal-ħaddiema tal-gvern.", "Jien konvint li bl-għaqal tal-Gvern Laburista u bit-tmexxija serja ta l-Onor.", "Alfred Sant żgur li se jasal iż-żmien li terġa' tissaħħaħ l-ekonomija u terġa' tissana ruħha l- qagħda finanzjarja tal-pajjiż kontra dak li għamel Gvern Nazzjonalista li lanqas biss kien kapaċi jagħmel budget qabel l-elezzjoni u fil-fatt spiċċa biex tilef maġġoranza ta' 13,000-il vot.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Madam Speaker, għaddew sitt xhur minn meta l-poplu Malti u Għawdxi fil-maġġoranza assoluta tiegħu ddeċieda favur it-tmexxija Laburista u nzerta li f'dawn l-istess ġranet se nfakkru festa li tant hija għażiża għalina, preċiżament Jum il-Ħaddiem.", "Fis-snin l-imgħoddija l- Partit Laburista dejjem ta importanza kbira lil din il-festa u għalhekk ma jistax jonqos li anke din is-sena nfakkru din il-ġurnata bil-kbir, aktar u aktar meta din hija l-ewwel darba wara għaxar snin li qed niċċelebrawha bħala l-partit fil-gvern.", "Għall-festi ta' Jum il-Ħaddiem ta' din is-sena il-partit tagħna għażel bħala slogan \"Inwettqu dak li Wegħedna\" u dan biex jenfasizza li l-Partit Laburista dejjem wettaq dak li wiegħed.", "Minkejja li għaddew biss sitt xhur dan il-Gvern diġa' wettaq uħud mill-wegħdi li kien għamel qabel l-elezzjoni - sabiex ma jkunx hemm min jikkwotani ħażin jien qed ngħid \"x'uħud\" u mhux dak kollu li wegħedna - u f'dan il-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq insemmi xi ftit minn dawk il-wegħdi li diġa' twettqu.", "Madam Speaker, jien niftakar il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal- Partit Laburista li saret eżattament sabiex tiddiskuti l-ħsieb tal-Gvern Nazzjonalista li jdaħħal lil Malta bħala membru fil-programm militari tan- NATO magħruf bħala l-Partnership for Peace.", "Id-delegati Laburisti kollha kienu wrew b'mod mill-iktar ċar li ma kenux jaqblu ma' dan il-ħsieb tal- Gvern imma l-Gvern Nazzjonalista xorta waħda kien issieħeb f'din l- organizzazzjoni minkejja li ma kellux il-mandat elettorali biex jagħmel dan peress li dan ma kienx issemma fl-ebda programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Dak iż-żmien il-Partit Laburista kien insista wkoll li din il-partnership tmur kontra l-istatus tan-newtralita' u n-non-allinjament li hija entrenched fil-Kostituzzjoni ta' Malta u li għaliha kien hemm qbil miż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Kien għalhekk li f'din il-konferenza ġenerali l- Partit Laburista iddeċieda li jekk Malta tissieħeb fil-Partnership for Peace Gvern Laburista ġdid jirtira sa mill-ewwel jum kif fil-fatt hemm imfisser bl-aktar ċar fil-programm elettorali tagħna.", "Fil-fatt, ftit siegħat wara li tlajna fil-gvern żammejna ma' din il-wegħda billi temmejna minnufih il-parteċipazzjoni ta' Malta f'dan il-programm militari.", "Fil-programm elettorali tagħna aħna għidna wkoll li rridu li Malta tkun Svizzera fil-Mediterran, pajjiż newtrali li jipproponi ħidma favur il-paċi, s-sliem u s-sħubija bejn il-pajjiżi kemm tar-reġjun viċin tagħna ukoll dawn aktar 'l bogħod minna.", "Bi Svizzera fil-Mediterran irridu nfissru li aħna għandna kuntatti u ħbiberija ma' kulħadd, rabta mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u rabta mal-pajjiżi l-oħra tal-Mediterran, liema politika kompliet tiġi konkretizzata meta ftit tal-ġranet ilu tlaqqet f'Malta l-Konferenza Euro-Mediterranja fejn kellna fostna 27 pajjiż mill-Ewropa u mir-reġjun tal- Mediterran.", "Fil-fatt il-Gvern Malti kien stqarr li l-politika ta' newtralita' kienet fattur mill-aktar importanti sabiex Malta setgħet tintgħażel bħala ċentru fejn issir din il-konferenza hekk importanti.", "Madam Speaker, minbarra hekk dan kien ukoll vot kbir ta' fiduċja min-naħa ta' dawn il-pajjiżi fil-politika Maltija ta' newtralita' li biha se nkunu nistgħu nkattru u nsaħħu r-rabtiet tagħna ma' għadd ta' pajjiżi minn kull parti tad-dinja.", "Għalhekk, b'konvinzjoni ngħid li anke l-wegħda tagħna ta' Svizzera fil-Mediterran bdiet titwettaq.", "L-ambjent u l-ħarsien tiegħu kienu sfidi li wkoll ingħataw spazju fil- programm elettorali tagħna.", "Dan bdejna inwettquh mill-ewwel ġranet li tlajna fil-gvern meta għidna li l-bini ta' airstrip f'Ta' Lambert kien se jeqred raba agrikola f'Għawdex u għalhekk il-Prim Ministru ħabbar li l- Armata - li f'isimha kienet tidher l-applikazzjoni għall-air strip - kienet irtirat l-applikazzjoni tagħha.", "Konna wegħdna wkoll li noħolqu pjan għall-iżvilupp reġjonali għan-nofs inhar ta' Malta, dik il-parti li għal snin sħaħ ġiet abbużata u minsija minn Gvern Nazzjonalista.", "Għalhekk, nhar is-Sibt 5 ta' April, il-Gvern laqqa konferenza sabiex jitħejja pjan ta' żvilupp soċjali u ekonomiku għal dawn in-naħat li jestendu mill-bliet tal-Kottonera sa Marsaxlokk.", "Dawn in- naħat kien ilhom għal snin sħaħ jistennew li ssir xi ħaġa bħal din u għal darba oħra l-wegħda li kien għamel magħhom il-Partit Laburista żammha hekk kif ħa postu fil-gvern.", "Fir-rigward tat-turiżmu aħna wegħdna li b'kollaborazzjoni mas-settur privat inniedu b'urġenza programmi ta' azzjoni sabiex żoni li huma mfittxa mit-turisti jingħataw dehra aħjar.", "Hekk ġara għax mill-ewwel ħejjejna pjan sabiex Buġibba, zona mill-aktar frekwentata mit-turisti, tingħata dik id-dehra li tixraq lil tourist area ta' dik l-importanza.", "Ix-xogħol f'Buġibba kien ilu biex isir snin twal u issa fl-aħħar din se tieħu dehra mill-aktar attraenti.", "Hemm bżonn li s-servizzi li noffru lit-turist inkomplu ntejbuhom biex b'hekk in-numru ta' turisti jerġa' jibda jiżdied sena wara l-oħra biex nilħqu dawk il-livelli li konna mdorrijin bihom.", "Madam Speaker, il-Partit Laburista dejjem saħaq favur il-jeddijiet indaqs għall-irġiel u għan-nisa u f'dan il-kontest għidna, fost affarijiet oħra, li 30% tal-ħatriet kollha fuq il-bordijiet tal-gvern iridu jkunu nisa.", "Jekk wieħed iħares lejn kif saru dawn il-ħatriet jinduna li din il-wegħda twettqet ukoll.", "Barra minn hekk, għall-ewwel darba fl-istorja ta' dan il- pajjiż il-Gvern ħatar ukoll lis-Sinjorija Tiegħek sabiex tkun tista' sservi bħala l-ewwel mara Speaker ta' din il-Kamra.", "Għal darb'oħra l-Partit Laburista reġa' wera l-impenn lejn l-ugwaljanza sħiħa bejn in-nisa u l- irġiel għax wara li kien Gvern Laburista li kellu l-ewwel deputat mara, l- ewwel ministru mara u anke l-ewwel President tar-Repubblika mara, Gvern Laburista kompla sostna dan l-impenn meta ħatar ukoll Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa.", "Il-Partit Laburista mill-Oppożizzjoni mill-ewwel kien iddikjara l- oppożizzjoni tiegħu kontra l-impożizzjoni tat-taxxa nġusta u bla bżonn tal- VAT tant li f'Ġunju ta' l-1994 l-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista kien ħareġ stqarrija li gvern Laburista l-ġdid ineħħi l-VAT.", "Il-Partit Laburista kompla jtenni l-konvinzjoni tiegħu dwar it-tneħħija tal-VAT meta waqt konferenza ġenerali annwali tal-Partit tressqet riżoluzzjoni li kompliet tirriafferma d-deċiżjoni li l-Partit Laburista fil-gvern ineħħi t- taxxa tal-VAT u minflokha jdaħħal struttura ta' dazji u taxxi oħra aktar ġusti li jkunu ekwivalenti għal dawk li kien hemm qabel ma ddaħħlet il-VAT.", "Din il-wegħda ddaħħlet fil-programm elettorali tagħna u l-maġġoranza tal- poplu Malti u Għawdxi ddeċieda kontra t-taxxa tal-VAT u favur struttura ta' taxxi u dazji ekwivalenti għal dawk li kien hemm qabel Jannar ta' l-1995.", "Dik kienet il-wegħda tagħna.", "Il-poplu fehem il-messaġġ tagħna u għalhekk fdalna l-mandat sabiex inneħħu l-VAT.", "Madam Speaker, tiskanta meta tisma' lill-Oppożizzjoni tgħid li l-Gvern għandu jagħmel referendum dwar it-tneħħija tal-VAT.", "Tiskanta kif jinbidlu ż-żmenijiet!", "Il-Gvern Laburista miexi 'l quddiem bil-pjan tiegħu sabiex issir dik il-bidla li l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi vvotat għaliha u fil-fatt, ftit ġranet oħra inkunu qed niddiskutu din il-liġi l-ġdida f'dan il-Parlament sabiex f'Lulju nkunu nistgħu naqilbu għal sistema ġdida ta' dazji u sisa.", "Hekk wegħednieh il-poplu, għalhekk ivvotalna u aħna hekk se nagħmlu.", "Madam Speaker, nagħlaq billi ngħid li minkejja li għaddew biss sitt xhur diġa' qbadna r-ritmu sabiex inwettqu dak kollu li wegħedna liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha għax għalina dawn jibqgħu jiġu l-ewwel u qabel kollox.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAEKR: Grazzi.", "Sar il-ħin, il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 30 ta' April, 1997, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Prim Ministru.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - PEMBROKE", "4551.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu stmat li tqum iż-żieda fil-housing li ġiet imħabbra għall-Pembroke, jekk hemmx time frame, meta dan se jinbeda u se jispiċċa u jekk iva, x'inhi?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Id-dettalji tal-proġett għadhom mhux iffinalizzati u nkun nista' nagħti tweġibiet għall-mistoqsijiet meta l-pjan ikun lest.", "VALLETTA - MONUMENT TA' PAPA PIJU V", "4552.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar dwar it- talba biex isir il-monument għal Papa Piju V fil-Belt?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-talba msemmija mistennija tkun waħda mill- ewwel ikkonsidrati mill-Kumitat għall-Monumenti u Plakki.", "P.A. - GALLARIJI U APERTURI FIL-BIRGU", "4553.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li b'risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 2572 il-Viċi Prim Ministru kien qal li kien hemm il-ħsieb li fil-futur qarib l-iskema ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal bdil ta' gallariji ta' l-injam fil-Birgu kellha tiġi estiża għall- inħawi oħra, jista' jekk jogħġbu jgħid jekk din l-estensjoni hijiex se tinkludi l-Belt fejn hu ħasra li gallariji antiki ta' l-injam qed jaqgħu biċċiet u jekk iva, meta hu l-ħsieb li tidħol din l-iskema u kemm se jkunu vvotati flus għaliha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skond deċiżjoni riċenti ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar l-estensjoni ta' l-iskema tar-restawr tal-gallariji li jmiss mhux se tinkludi l-Belt iżda l-Kottonera u l-Kalkara.", "MSU - BUSINESS PLAN", "4554.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tlestiex il-business plan tal-MSU li skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2570 kellha titlesta sa l-aħħar ta' Frar u jekk iva, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħha?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4676.", "GOZO CHANNEL - VJAĠĠI", "4555.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm qasmu vejikoli u passiġġieri min Ħamis ix- Xirka sat-Tnejn ta' wara l-Għid kemm din is-sena kif ukoll is-sena l-oħra fuq ir-rotta Ċirkewwa/Mġarr, kemm saru vjaġġi mill-Gozo Channel fuq l- istess rotta fl-istess perijodu u kemm daħlet flus il-Gozo Channel fl- istess perijodu mill-istess rotta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li n-numru ta' vejikoli u passiġġieri li qasmu fuq ir-rotta Ċirkewwa/Mġarr bejn l-4 ta' April u t-8 ta' April tal-1996 kien ta' 12,970 u 54,807 rispettivament.", "In-numri relattivi għall-perjodu bejn is-27 ta' Marzu u l-31 ta' Marzu tal-1997 kien ta' 10,710 u 49,615.", "Fl-istess perjodu tal-1996 kien hemm 316 `trips', filwaqt li fl-1997 saru 294 trips.", "Jien informat ukoll li fl-istess perjodu d-dħul għal 1996 kien ta` Lm43,143.75 filwaqt li fl-1997 kien ta` Lm46,337.75.", "Ninforma wkoll l-Onor.", "Interpellant li n-numru totali ta' passiġġieri fi Frar, Marzu u mill-1 sal-27 ta` April ta` din is-sena qabeż in-numru totali ta` passiġġieri għal l-istess perjodu tal-1996.", "P.A. - KONSERVAZZJONI TA' BINI", "4801.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien l-ipproċessar li wassal għat-tibdil ta' l-iggradar tal- Konservazzjoni tal-Bini magħruf bħala ex- Raffles Discotheque, Australia Hall u Annex ta' Australia Hall f'Pembroke?", "Jista' jgħid jekk sarux spezzjonijiet ġodda, minn kien preżenti għal dawn l-ispezzjonijiet u x'raġunijiet inġiebu għal dan it-tibdil?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "MELLIEĦA - BERĠA", "4867.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li tinbena Binja ġdida fil-Mellieħa?", "Jekk m'hemmx il- ħsieb li tinbena berġa ġdida f'dan il-lokal jista' jiġi assigurat li l- istess bini jiġi mibdul u rranġat b'mod li din il-berġa tkun waħda ta' livell aċċettabbli?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill- Onor. Interpellant biex jirriferiha lill-Ministru kkonċernat.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li d-Dipartiment tal- Kura Primarja bħalissa għaddej b'diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali tal- Mellieħa biex jiġi stabbilit kif il-Klinika tal-Gvern tal-Mellieħa tista tiġi mtejba u mmoderniżżata.", "SPTARIJIET - TRASFERIMENTI", "4868.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in- numru ta' transfers li saru minn sptar għall-ieħor tal-Gvern f'Malta, jew f'Għawdex mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum?", "Kemm kien in-numru ta' trasferimenti minn poliklinika għall-oħra fl- istess perjodu?", "Jistgħu dawn it-trasferimenti jinqasmu f'numru ta' nurses, Nursing Officers, Principal Nursing Officers u kategoriji oħra ta' mpjegati?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk minn dawk trasferiti kienx hemm persuni b'difetti fiżiċi li qed ibatu minħabba t-trasferiment li ngħataw?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' transfers li saru minn sptar għall- ieħor tal-gvern f'Malta jew f'Għawdex mill-1 ta' Novembru sal-lum huwa 19.", "Il-gradi ta' l-impjegati huwa kif ġej:", "|Pricipal |1 | |Nursing Officer |2 | |Staff Nurse |1 | |Enrolled Nurse |2 | |Health Assisstant |8 | |Technical Officer |1 | |Supervisor |1 | |Security Guard |1 | |Post Mortem and Mortuary |1 | |Attendant | | |Post Person |1 |", "Ma kien hemm l-ebda deployment ta' staff minn poliklinika għall-oħra fl- istess perjodu.", "Ninsab informat li ma kienx hemm persuni b'difetti fiżiċi li qed ibatu minħabba t-trasferimenti li ngħataw.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - PROPRJETA'", "4869.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal sal-lum ix-xogħol tal-kummissjoni li twaqqfet mill-Gvern biex tinvestiga x'kienet u x'inhi l-proprjeta' tal- Joint Office, li tista' tintuża għal skop ta' użu residenzjali, jew għall- bini?", "Kemm-il darba ltaqgħet din il-kummissjoni u meta mistennija li ttemm ix- xogħol tagħha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 778.", "ORGANIZZAZZJONIJIET NON-GOVERNATTIVI", "4881.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'inhu ppjanat li jitħallsu bħala għajnuniet l- Organizzazzjonijiet Non-Governattivi?", "In-Non-Governmental Organizations Liason Committee li kien jassessja u jirrikmanda tali għajnuniet minn min hu magħmul u kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat minn Ottubru, 1996 'l hawn?", "X'inhu l-ammont ta' flus li ġew vvotati għal dan l-iskop?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL - LEZZJONIJIET TAL-PRIVAT", "4898.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżammx reġistru ta' dawk il-persuni li jagħtu lezzjonijiet tal-privat f'pajjiżna?", "Jekk fin- negattiv, hemm xi ħsieb li dan jibda jinżamm?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MMA - SUBJECT PLAN FUQ YACHTING", "4899.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2967, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudju sabiex isir subject plan fuq yachting f'Malta bejn l-Awtorita' Marittima u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, tlestiex?", "Jekk le, meta hu maħsub li se jitlesta dan l-istudju?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-istudju sabiex isir Subject Plan fuq Yachting f'Malta, mqabbad mill-Awtorita' Marittima u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, tlesta u qiegħed jiġi evalwat.", "BICAL - DEPOŻITATURI", "4900.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-depożitaturi tal-BICAL issa li ġew likwidati xi assets li kellu dan il- bank?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2456.", "DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI - BIĊĊIET TA' ARTI", "4901.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu l-ispejjeż involuti sabiex biċċiet ta' l-arti jiġu esebiti fl- uffiċini temporanji u postijiet oħra f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi waqt il-Euro Med Conference?", "Liema persuni jew aġenzji kienu mogħtija l- inkarigu biex jorganizzaw din il-ħidma?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Arti li ntużat sabiex iżżejjen l-uffiċini u spazji oħra f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, ġiet mislufa b'xejn mill-artisti Maltin rispettivi li rrispondew bi ħġarhom.", "L-ispejjeż kienu jinkludu il- ġarr kif ukoll il-bdil ta' tlett gwarniċi li nkisru waqt l-għarmar.", "L- inkarigu għal din l-esibizzjoni kienet f'idejn is-Sur George Glanville li huwa magħruf biżżejjed f'dan il-qasam.", "Nieħu l-opportunita' sabiex nesprimi l-apprezzament tiegħi għax-xogħol u d- dedika li offra s-Sur Glanville kif ukoll l-artisti Maltin kollha li ssottomettew ix-xogħlijiet tagħhom u b'hekk komplew isebbħu l-ambjent li fih svolġiet il-Konferenza.", "Ix-xogħol artistiku tal-Maltin tant ingħoġob illi d-Direttorat fuq talba tad-delegati qassam lista tax-xogħlijiet esibiti.", "Inħoss li tajjeb li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-fuljett.", "Irrid ukoll nieħu l-okkażjoni biex nuri d-dispjaċir tiegħi lil dawk l- artisti l-oħra li jew għaliex informaw tard, jew għal xi raġuni loġistika oħra, ma setgħux jaraw ix-xogħlijiet tagħhom esebiti wkoll.", "LUKANDA HOTEL - MONITORING AMBJENTALI", "4902.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2193, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ewwel verzjoni tar-rapporti li kien imiss minn Jannar 1997, sew dwar affarijiet tal-baħar u dawk ta' l-art ġewx ikkunsinnati?", "Jekk iva, meta?", "Dawn ir-rapporti ġew studjati sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx xi effetti ħżiena fuq l-ambjent tal-baħar u ta' l-art?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "FROTT - IMPORTAZZJONI", "4912.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tindika l-ammonti ta' levies li fil-preżent huma applikabbli fuq importazzjoni ta' frott u ta' prodotti agrikoli oħra?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: NirrIferi lill-Onor.", "Interpellant għall-Avviż Legali numru 192 ta' l-1995 li ħareġ fis-suppliment tal-Gazzetta tal-Ġvern ta' Malta numru 16,212 tas-26 ta' Diċembru 1995.", "F'dan is-suppliment l-Onor.", "Interpellant għandu jsib il-levies kollha applikabbli fuq importazzjoni ta' frott u ta' prodotti agrikoli oħra.", "ŻURRIEQ - VALLETTA ROAD", "4913.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jidhirlu l-Ministru li Valletta Road, Żurrieq, għandha bżonn resurfacing adegwat u jekk fl-affermattiv, meta hu ppjanat li jsir l- istess resurfacing?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-resurfacing ta' toroq arterji, bħal Valletta Road, Żurrieq jsir skond prijoritajiet tax-xogħol li jkollu d-Dipartiment u r-riżorsi finanzjarji li minn żmien għal ieħor jkun disponibbli fil-vot tat- Toroq.", "Għalhekk waqt li resurfacing jkun ta' benefiċċju għat-triq, ma tistax tingħata data għalissa meta dan ix-xogħol ikun jista' jsir.", "ĦALIB - PRODUZZJONI", "4914.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li l-kwota tal-produzzjoni tal-ħalib hija regolata mill-ftehim milħuq bejn il-Malta Dairy Products, il-Koperattiva tal-Produtturi tal- Ħalib u l-Gvern, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istess ftehim?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-ftehim li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa ftehim li jirregola r-relazzjonijiet bejn il-produtturi tal-ħalib rappreżentati mill-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib (K.P.H) u l- Malta Dairy Products Ltd (M.D.P.) li fiha l-Gvern għandu biss sehem ta' 30%.", "Peress li l-ftehim huwa wieħed ta' natura kummerċjali ma' nħossx li għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra iżda jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq jara kopja ta' dan il-ftehim jiena lest li ngħaddilu kopja privatament.", "FNIEK - TROBBIJA", "4915.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-industrija tat-trobbija tal-fniek, jista' l-Ministru jgħid x'razez ta' fniek qed jitrabbew fil-Farm tal-Gvern?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-Farm tal-Gvern isiru diversi esperimenti u jitrabbew ħafna razez.", "Dan sabiex jiġi stabbilit liema hi l-aħjar razza pura jew imħallta għal produzzjoni tal-laħam.", "Ir-razez li hemm bħalissa huma:", "New Zealand White, Californian, Fulvo di Borgogna, Champagne, Flemish, Padre di San Antonio.", "L-aħjar razza nstabet li hi n-New Zealand White u programm ġenetiku ġie stabilit sabiex nilħqu livelli aktar għolja.", "PULIZIJA - GĦASSA TAL-MARSA", "4928.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex surġenti stazzjonati fl-għassa tal-Pulizija tal- Marsa m'humiex jorqdu fl-għassa tal-Marsa meta jkun imisshom jorqdu hemmhekk u minflok qed imorru jorqdu d-dar bir-riżultat li meta jinqala' x- xogħol bil-lejl ikollhom jagħmluh surġenti mill-għassa tal-Ħamrun?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - QBID TA' MUTURI", "4929.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minnhom erba' muturi li nqabdu minn pulizija fl-għassa tal-Ħamrun u li tpoġġew fil-garaxx ta' l-istess għassa?", "Dawn l-erba' muturi ta' min huma?", "Minn fejn inġabru mill-pulizija?", "B'konnessjoni magħhom tressaq xi ħadd il-Qorti?", "Dawn l-erba' muturi x'tip huma u għadhom fl-istess kondizzjoni ta' meta kienu miġbura ftit tal-ġimgħat ilu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - SURĠENT FL-GĦASSA TAL-ĦAMRUN", "4930.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi surġent fl-għassa tal-pulizija tal-Ħamrun li ngħata jew qed jingħata xi permess biex ma jilbisx l-uniformi tal-pulizija waqt il-qadi tad-doveri tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - MEMBRU LI KIEN ISERVI FL-ISPTAR SAN LUQA", "4931.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex membru fil-Korp tal-Pulizija li f'Ottubru kien iservi permezz ta' letter minute fl-iSptar San Luqa ma baqax jagħmel xogħol hemmhekk u minflok dak ix-xogħol qed jagħmlu ħaddieħor?", "Min qed jagħmel dan ix-xogħol issa għandu letter minute biex jagħmel dan, u jekk iva, meta ħarġet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻI TA' OVERDOSE", "4932.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' overdose mill-bidu ta' din is-sena 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - GĦASSA TAL-ĦAMRUN", "4933.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk membri fl-għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun ingħatawx xi permess speċjali biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn oġġetti maqbuda biex ikunu esibiti fil-Qorti, fosthom sett tat-televiżjoni u microwave?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKOLASPORT - DIXXIPLINI SPORTIVI", "4934.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4495, peress illi t-total tad-dixxiplini sportivi li tħaddem skolasport fl-1996 ma jaqbilx mat-total ta' l-istess dixxiplini fil-lista ppreżentata fl-istess tweġiba, jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat dan l- iżball għall-korrettezza fit-tweġibiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'riferenza għat-tweiġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 4495, nixtieq nikkonferma li t-total ta' dixxiplini sportivi mħaddma fl-iskema Skolasport magħtul is-sena 1996 kien ta' 18-il dixxiplina.", "LAQGĦA DWAR L-AGRITURIŻMU", "4935.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ma min saret il-\"laqgħa ta' diskussjoni edukattiva dwar l-Agrituriżmu fil-gżejjer Maltin\" kif ingħad fil-press release No. 722 tad-D.O.I.?", "Fejn inżammet din il-laqgħa u min fil-fatt attenda?", "X'kienu r-reazzjonijiet ta' dawk li attendew?", "Meta nżammet din il-laqgħa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-laqgħa li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant saret fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd nhar it-Tnejn 21 ta' April maċ-Chairperson, ufficjali u membri taż-Żgħażagħ tal-Kampanja.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li meta huwa kien Ministru ftit li xejn ma' kien jagħti attenzjoni lil dawn l-għaqdiet volontarji waqt li għall- kuntrarju jiena nħoss li għandi ninkludi dawn il-laqgħat ma' dawn l- għaqdiet fl-agenda regolari tiegħi.", "Naċċerta lill-Onor.", "Membru li r- reazzjoni ta' dawn l-għaqdiet dejjem tkun waħda pożittiva.", "PTA - ROTOT ĠODDA", "4936.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-rotot ġodda li ġew introdotti mill-Public Transport Authority mill-1 ta' Novembru sal-lum?", "Liema rotot ġodda oħra qed jiġu mistħarrġa fil-preżent?", "Meta hu mistenni li jibdew joperaw dawn ir-rotot ġodda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infOrmat li fil-perjodu indikat mill- Onor. Interpellant kienu ntrodotti żewġ rotot ġodda.", "Dawn huma r-Rotta 38 mill-Belt għall-inħawi ta' Wied iż-Żurrieq u Ħaġar Qim, u r-Rotta 441 bejn l-Għadira u Popeye Village.", "Dawn is-servizzi bdew jaħdmu mill-14 ta' April.", "Hemm xi rotot oħra li dwarhom qed isiru taħdidiet kemm ma' l-Għaqda tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja kif ukoll ma' Kunsilli Lokali konċernati.", "BUĠIBBA - TRASPORT PUBBLIKU", "4937.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-bidliet li twettqu fuq ir-rotot li jitilqu u jaslu fil-venda ta' Buġibba f'kull u minn kull destinazzjoni?", "Ma min saru d-diskussjonijiet dwar il-bidliet li twettqu?", "X'kienet il-pożizzjoni tal-Public Transport Authority u tal-Planning Authority rispettivament dwar dan it-tibdil?", "Minn meta beda jgħodd it- tibdil?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal tibdil f'toroq mnejn jgħaddu l-karozzi tal-linja - peress li l-mistoqsija tiegħu m'hiex daqstant ċara - jien informat li tibdil li qed ikun hemm f'dawn it-toroq qed isir b'mod temporanju skond l-esiġenzi minħabba x- xogħlijiet konness mal-Proġett ta' Buġibba.", "UE - PAJJIŻI MEMBRI", "4939.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtina lista tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li qalulu li jirrispettaw il-pożizzjoni tal-gvern Malti dwar ir-relazzjonijiet futuri ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea u jgħidilna x'qalu l-Ministri l-oħra mhux imsemmija fil-lista?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor Interpellant huwa mitlub joqgħod attent għad- dikjarazzjonijiet u kummenti magħmula minn mexxejja barranin, u jagħmel il- ġudizzju tiegħu fuq dak li jkunu qalu.", "AMBAXXATURI TA' MALTA", "4940.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal kull wieħed individwalment mill-ambaxxaturi ta' Malta, residenti barra jew le, x'inhu l-livell ta' l-edukazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma narax f'liema interess pubbliku jew nazzjonali tinkwadra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "Il-Gvern huwa responsabbli ghall-aġir ta' l-Ambaxxaturi li jinnomina u li għandu fiduċja fihom.", "ŻEBBUĠ - KALKARA TAL-ĠIR", "4951.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l- karkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ ingħalqet għal produzzjoni tal-ġir (lime)?", "X'se jsir minn dan il-post?", "Jidhirlu l-Ministru li l-parti mikrija minnha qegħda tkun ta' għajb fid-dħul għal Belt Rohan?", "Jidhirlu l-Ministru li għandu jilqa' t-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ li tiġi restawrata u tieħu s-sura ta' mitħna kif kienet oriġinarjament mibnija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Gvern ħa d-deċiżjoni bbażata fuq ir-rapport ta' l-awditur li l-karkara tal-ġir ta' Ħaż-Żebbuġ tingħalaq hekk kif jinstab impjieg alternattiv fid-dipartiment lill-persuni li bħalissa jaħdmu f'din il-karkara.", "Fl-istess ħin se ssir applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar ħalli din il-karkara titwaqqa' u l-post jiġi embellished.", "Qegħdin nikkonsidraw li l-parti li tista' tkun storika tiġi restawrata.", "ĦOFRA TAL-MAQLUBA - TARAĠ", "4952.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Il-Gvern preċedenti kellu ħsieb li jirranġa t-taraġ li jagħti għall-ħofra tal-Maqluba, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna f'liema stadju wasal u jekk il-Kunsill Lokali tal- Qrendi kienx qed ikun ikkonsultat biex ikun hemm qbil unanimu bejn il- partijiet kollha konċentwati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Peress li jinħtieġ aktar ħin biex tinġabar l- informazzjoni, tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FRIEGĦ TAL-MAJJALI - TATOOS", "4953.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min kienu n-nies tad-Dipartiment tal-Biedja li kienu assenjati (detailed) sabiex jagħmlu t-tatoos fuq il-friegħ tal- majjali fil-perjodu minn 1.12.96 sal-31.3.97?", "Kemm kien in-numru ta' majjali li ġew reġistrati permezz tat-tatoos fl-istess perijodu xahar b'xahar?", "Kemm kienu l-istess ammont ta' tatoos fl-istess perijodu fis- sentejn preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija numru 4953 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "4954.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda li ġew importati u reġistrati f'pajjiżna fl-ewwel tliet xhur (3) ta' l-1997 u kemm kienu l-istess ammonti fil-ħames snin preċedenti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Billi l-komputerizzazzjoni fid-Dipartiment tal- Liċenzji u Testijiet bdiet f`nofs l-1995, it-tagħrif mitlub jista` jiġi mogħti biss mill-1996.", "Għaldaqstant in-numru ta` karozzi ġodda li ġew irreġistrati f`pajjiżna fl-ewwel tliet xhur ta` l-1996 u ta` l-1997 huwa kif ġej:", "Jannar/Marzu 1996 3,100 Jannar/Marzu 1997 2,536", "BIRKIRKARA - ĊENTRU ĊIVIKU", "4955.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest iċ-Ċentru Ċiviku f'Birkirkara?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mix-Xogħlijiet li jonqos huwa kkalkolat illi ċ- Ċentru ta' Birkirkara jkun lest madwar sitt xhur oħra.", "ĦAĠAR QIM - TORRI DE REDIN", "4956.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex wieħed mit- torrijiet ta' De Redin li jinsab taħt it-tempju ta' Ħaġar Qim jiġi rranġat għax hemm madwar ħames filati sporġuti 'l barra u imminenti li jċedu u għaldaqstant ix-xogħol għandu jsir malajr qabel ma jkun tard wisq biex jissewwa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għall- mistoqsija parlamentari numru 3900 fejn ġie identifikat ir-restawr meħtieġ fuq torri Ħamrija ġewwa l-Qrendi.", "It-talba msemmija ġiet innotata u x-xogħol msemmi mistenna jibda fi żmien qasir.", "KUNSILL LOKALI - FGURA", "4957.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx talbiet biex dawk il-flus li l-kunsilli lokali għandhom jagħtu lil xi dipartiment tal- Gvern jiġu wkoll maħfura bħalma ġara fil-każ tal-Fgura?", "Meta l-Ministru ħafer id-dejn li l-Kunsill Lokali tal-Fgura kellu mad-Dipartiment tax- Xogħlijiet, jista' jispjega fuq liema bażi/prinċipju għamel hekk?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4241.", "MOSTA - DAWL", "4958.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbiltajiet hemm li jsir id-dawl ta' triq fi Vjal Indipendenza, il-Mosta skond kif indikajt fil-pjanta li qiegħed nibgħat separatament?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li t-talba għad-dawl fi Triq Vjal Indipendenza, il-Mosta qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MOSTA - TARMAC", "4959.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4420, jista' l-Ministru jerġa' jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu rigward it-talba li kont għamilt fil-mistoqsija parlamentari numru 4420, peress li din it-triq tinsab fi stat ħażin ħafna u għaldaqstant ma jenħtieġilhiex biss manutenzjoni u skond ir-regolamenti mogħtija lill- kunsilli kienu jirregolaw il-manuntenzjoni, din it-triq ma taqax taħt ir- responsabbilta' tal-kunsill lokali għaliex lanqas manutenzjoni ma tista' ssir?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li t-triq kienet asfaltata, din ġaladarba m'hijiex triq arterjali taqa' taħt il-kompetenza tal-kunsill lokali.", "Fit-8 ta' April, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Kusilli Lokali ħareġ ċirkolari lill-kunsilli kollha biex jindikaw fost affarijet oħra dawk it- toroq fiż-zona ta' kull kunsill li l-istat tagħhom hu tali li jitlob li jiġu mibnija mill-ġdid biex ikun jista' jitfassal pjan ta' xogħol għal tiswija tagħhom.", "Din l-informazzjoni trid tingħata lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u d- Dipartiment tat-Toroq sas-16 ta' Mejju 1997.", "Għalhekk is-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant jiġi kkonsidrat f'dan il-kontest aktar 'il quddiem.", "AIR MALTA - LOUIS GRECH", "4961.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbilta' li s-Sur Louis Grech hu lest jirrifondi parti pro-rata mill-Lm45,000 li ħa mingħand il-kumpannija Air Malta Co. Ltd meta ġie terminat l-impjieg tiegħu magħha, billi issa wara erba' snin reġa' qiegħed jaħdem bi ħlas għall-Air Malta peress li huwa stess sikwit jenfasizza l-istat finanzjarju prekarju ta' din il-kumpannija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fin-negattiv."]} {"filename": "19970718_099d_par.doc", "date": "1997-07-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 99 Il-Ġimgħa, 18 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 99", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "99", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Lulju, 1997", "WERREJ", "MINUTI 949", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 949", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 958", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 959", "AĠĠORNAMENT 980", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 986", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1002", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 98 li saret fis-16 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PA - PERMESSI TAL-BINI", "6815.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il file ta' applikazzjoni għal permess tal-bini rritorna għand id-direttorat matul ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju, 1997 wara li l- istess file kien approvat biex jinħareġ l-permess mid-DCC?", "F'liema lokalitajiet kienu dawn l-applikazzjonijiet li ġew hekk riferuti?", "Kemm damu għand id-direttorat dawn il-files?", "X'wassal għal dan id-dewmien?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-informazzjoni rikjesta qed titqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jinnota li kien hemm bżonn ta' riċerka estensiva sabiex tingħata l-informazzjoni rikjesta.", "Fil-każi fejn, fl- opinjoni ta' l-Onor.", "Interpellant, ikun hemm xi dewmien ir-raġuni tvarja minn rikjesta ta' konsultazzjoni ġdida ma' xi dipartiment tal-gvern sa kontestazzjoni ta' multi.", "Għaldaqstant ikun apprezzat ferm jekk mistoqsijiet simili jkunu iktar speċifiċi.", "Madam Speaker, fil-fatt nixtieq nappella biex jekk l-Onor.", "Interpellant ikun jaf b'xi każ partikolari jindikahulna mill-ewwel għax, per eżempju, għal din il-mistoqsija jien għandi quddiemi xi 30 jew 40 faċċata li huma msarrfin f'ammont kbir ta' xogħol li jinvolvi ħafna nies.", "Dan huwa kollu ħela ta' ħin u ta' flus.", "Jien bl-ebda mod ma qed ngħid li għandna nirrestrinġu d-dritt tal-Membri ta' l-Oppożizzjoni - jew tal-Gvern stess - li jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom, pero' nappella biex ilkoll inżommu f'rasna kemm jiġu jiswew ċerti riċerki.", "GĦalhekk ikun aħjar jekk il- mistoqsijiet parlamentari li jsiru jkunu speċifiċi ħalli wieħed ikun jista' jmur għalihom mill-ewwel.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien qed nifhem il-punt tal-Viċi Prim Ministru pero' meta jkun hemm każi fejn minflok li jdum f'uffiċċju ġimgħa jew l-iktar ħmistax file idum xahrejn u nofs, allura wieħed bilfors ikollu jqajjem ċerti affarijiet.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, fil-fatt jien naqsam l-istess preokkupazzjonijiet tal-kollega tiegħi għax dawn l-affarijiet ġraw fil- passat ukoll.", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex noqgħod nikkompara pero' fil- passat kien ikollna ħafna tgergir għax kien ikun hemm każi deċiżi li għal xi raġuni jew oħra jinżammu fil-kexxun.", "GĦalhekk, kif għidt diġa', anke jien għandi din il-preokkupazzjoni u dejjem nistaqsi x'interess jista' jkollu min iżomm dawn il-files għandu għalxejn.", "Fil-fatt aħna qed nagħmlu l-emendi neċessarji proprju sabiex ikun hemm min jara li l-amministrazzjoni titmexxa kif suppost, mingħajr ma jkollna ħafna cowboys li jagħmlu li jridu.", "PA - APPLIKAZZJONI GĦAL WORKSHOP", "6892.", "L-ONOR.ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 6577, jista' l- Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġitx stop notices fuq il- fond li ssemma fit-tweġiba?", "Jekk iva, meta nħarġu dawn l-istop notices?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien inħareġ avviż biex tieqaf u ta' twettiq - b'riferenza EFC 656/97, datat 30 ta' Ġunju, 1997 - kontra l-persuna msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 6577.", "Dan peress li jirriżulta li din il-persuna bidlet l-użu tal-post minn garage għal karozzi privati għal workshop ta' mastrudaxxa, minkejja li l-applikazzjoni tagħha kienet ġiet rifjutata.", "AMBAXXATI TA' MALTA - TELEPHONES", "7258.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta pożittiva u kostruttiva tiegħu għall-mistoqsija parlamentari Nru. 3049 - fejn qal li l-ministeru qed jistudja kemm u fejn jista' jestendi l-proċedura ta' kontijiet tat-telephones itemised - u għar- risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4582 - fejn qal li iktar tard matul is-sena jkun f'qagħda li jagħti aktar dettalji - jista' issa l- Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk il-kontijiet kollha għal-linji tat- telephone u tal-fax ta' l-ambaxxati u tar-residenzi ta' l-ambaxxaturi kollha, fil-każi li qed jitħallsu minn fondi pubbliċi itemised, humiex issa jaslu fil-head office?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien informat li kważi f'kull pajjiż fejn intalab servizz ta' itemised billing fuq il-kontijiet tat-telefon, dan qed jingħata jew ġie imwiegħed li se jingħata.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jifhem li l- frekwenza li biha jintbagħtu l-kontijiet tat-telefon tvarja minn pajjiż għall-ieħor u għalhekk m'huwiex possibbli li naċċertah li l-kontijiet kollha għal-linji tat-telefon u tal-fax ta' l-ambaxxati u tar-residenzi ta' l-ambaxxaturi diġa' qed jaslu Malta itemised.", "Għad hemm ukoll numru żgħir ta' ambaxxati li għadhom qed jistennew tweġiba għat-talba li huma ressqu f'dan is-sens.", "Madam Speaker, jien naqbel ma' l-itemised billing għax ġieli ssib każi fejn, ngħidu aħna, ambaxxatur f'Washington jagħmel sensiela ma tispiċċa qatt ta' telefonati għall-Brażil, li jtulu għal minuti twal, u dan meta ħadd ma jkun jaf x'konnessjonijiet għandha l-ambaxxata tagħna f'Washington mal-Brażil.", "FURJANA - TRADE SCHOOL BUILDING", "7350.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Peress li l-Kunsill Lokali tal-Furjana mhux se jibqa' juża l-uffiċini ta' l-ex-trade school building fil-Mall, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għadhiex ta' l-idea li dan il-bini jiġi ristrutturat f'bini ta' prestiġju, skond il-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, GF18?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-bżonn li dan il-bini partikolari jiġi żviluppat mill-ġdid ma jiddependix fuq min se jużah.", "Is-suġġeriment li dan jista' jintuża mill-Kunsill Lokali tal-Furjana huwa nkluż fil-pjan għaliex il- kunsill lokali huwa entita' ta' prestiġju li diġa' hija llokata f'dan il- bini.", "Għaldaqstant fl-opinjoni ta' l-awtorita' jkun xieraq li l-bini jkun użat mill-kunsill lokali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, fil-fatt jien għamilt din il- mistoqsija minħabba li filwaqt li qed jingħad li l-Kunsill Lokali tal- Furjana mhux se jibqa' juża l-uffiċini ta' dan il-bini, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar rabtet l-importanza ta' dan il-bini ma' l-użu tiegħu mill-istess kunsill lokali.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, peress li jien m'iniex informat fid- dettall b'dak li għandha f'moħħha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew bl- arranġamenti li saru mal-Kunsill Lokali tal-Furjana rigward din il- kwestjoni, nagħti parir lill-Onor.", "Interpellant biex jikkonsulta mal- Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali ħalli jkun jista' jingħata l- informazzjoni neċessarja, pero' jekk wara li jagħmel dan ikun jixtieq ikun jaf kif taħsibha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward l-użu ta' dan il-bini jien inkun lest li nagħtih id-dettalji meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, jien li qed ngħid huwa li peress li l-Kunsill Lokali tal-Furjana mhux se jibqa' fl-ex-trade school building tal-Mall - għax se jmur fi Granaries Square ġo bini li huwa wkoll ta' prestiġju - ma nafx jekk il-Planning Authority hijiex se tibqa' tinsisti li dan il-bini jiġi restawrat.", "Jien m'għandi xejn kontra li dan il-bini jiġi restawrat pero' ma nafx jekk għandux tali prestiġju.", "Jien naħseb li l-Planning Authority qed tħoss li huwa importanti li jsir dan ix-xogħol minħabba li preżentement il-Kunsill Lokali tal-Furjana għandu sede hemmhekk, pero' peress li issa jidher li l-kunsill lokali mhuwiex se jibqa' hemmhekk ma nafx jekk il-Planning Authority għadhiex tinsisti li dan il-post jiġi restawrat.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, fil-fatt bħalissa m'għandix id- dettalji meħtieġa biex nirrispondi din id-domanda pero' nista' ngħid li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar żgur li m'għandha xejn kontra li dan il-bini jibqa' jintuża mill-kunsill lokali u, jekk jiġri dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri li l-kunsill lokali jitlaq mill-ex-trade school building tibqa' l-kwestjoni ta' jekk dan il-bini għandux valur prestiġjuż jew le biex jiġi restawrat.", "Onestament jien ma nafx ngħid lill-Onor.", "Interpellant x'se jsir minn dan il-bini ladarba l-kunsill lokali se jitlaq minn hemm, pero' jekk jagħmilli mistoqsija parlamentari bil-miktub f'dan ir- rigward jien inkun nista' nagħtih id-dettalji li jixtieq.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - IMPJIEGI ĠODDA", "6973.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit, on a casual basis u konsulenti?", "Kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-inqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jien informat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:-", "Fil-Ministeru għat-Trasport u Portijiet saru erba' transfers minn u lejn dan il-ministeru: tlieta ġew trasferiti f'dipartimenti oħrajn (tnejn minnhom f'dipartimenti li jaqgħu taħt l-istess ministeru) u ieħor ġie ttrasferit lejn dan il-ministeru.", "Fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili mpjegat ġie ttrasferit mad- dipartiment mid-Dwana, b'effett mit-2 ta' Ġunju, 1997.", "F'Posta Limited kien hemm żewġ trasferimenti għal dipartimenti oħra tal- gvern u ministeri.", "Dawn saru fuq talba ta' l-individwi stess.", "Fl-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku nħatar executive technical director fuq bażi ta' konsulenza temporanja.", "Fid-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet kien hemm transfer wieħed.", "Fl-Awtorita' Marittima kien hemm tliet persuni mpjegati b'kuntratt indefinit bħala skrivani u persuna waħda li ġġeddilha l-kuntratt definit li kellha b'sena oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, fir-risposta tiegħu l-Ministru qal li żewġ impjegati talbu huma stess li jiġu ttrasferiti għal dipartimenti oħra tal-gvern u għal ministeri oħra.", "Jista' l-Ministru jgħidilna fejn marru dawn eżattament?", "Ladarba ssemmiet Posta Ltd. jista' l-Ministru jgħidilna wkoll x'inhi l-pożizzjoni preżenti tat-340 ħaddiem li għal xi raġuni jew oħra fil-jiem li għaddew irċevew ittra - jidhirli li din l-ittra rċevewha l- bieraħ - li biha ġew mgħarrfa bit-tmiem ta' l-impjieg ma' Posta Ltd.?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, rigward l-ewwel parti tad-domanda rrid ngħid li wieħed minn dawn l-impjegati beda jaħdem fil-private staff tal-ministeru u l-ieħor, li kien postman, ġie mpjegat fost il-permanent staff.", "Madam Speaker, it-tieni parti tal-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Interpellant xbajt nismagħha.", "S'issa kulma nista' ngħid huwa li m'hu se jiġri xejn u li għaddejjin taħdidiet mal-unions.", "Kif għidt l-aħħar darba, m'għandi xejn xi nżid ma' l-istqarrija li għamilt u la jasal iż-żmien nagħmlu stqarrija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, il-bieraħ fuq stazzjon lokali tar-radju smajt lis-Sur Joe Gafa' jitlob lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet jirripeti l-akkużi li għamel kontrih kemm f'din il-Kamra, kif ukoll barra minn din il-Kamra.", "GĦalhekk il-Ministru jista' jinformana jekk huwiex se jagħmel dan jew le?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, fuq din il-kwestjoni hemm kawża li għadha pendenti u għalhekk m'għandix xi nżid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, japprezza l-Ministru li fis- sitwazzjoni li qegħdin fiha l-ħaddiema ta' Posta Ltd. jixtiequ jkunu jafu l- pożizzjoni tagħhom mil-lat legali?", "GĦalkemm il-Ministru xeba' jisma' din id-domanda, il-ħaddiema ta' Posta Ltd. huma preokkupati għax għadhom ma jafux taħt liema status legali huwa l-impjieg tagħhom bħalissa u jekk hijiex se titwaqqaf kumpannija jew korporazzjoni iktar 'il quddiem.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, għaddejjin taħdidiet mal-unions.", "Il-ħaddiema tal-Posta huma membri taż-żewġ unions u jekk għandhom xi diffikulta' jistaqsu liż-żewġ unions biex ma jaqilgħux iktar taħwid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, peress li l-Ministru fit- tweġiba tiegħu qed jagħmel enfasi fuq id-diskussjonijiet mal-unions, japprezza l-fatt li ż-żewġ unions qed jagħmlu enfasi li jkun żball kbir li l-kumpannija tispiċċa u li dawn imorru lura għal dipartiment?", "Il-Ministru jista' jgħid jekk il-Gvern huwiex dispost li ma jmurx lura għal dipartiment meta għandu l-General Workers' Union u l-Union Ħaddiema Magħqudin jindikawlu li jkun żball kbir li jagħmel hekk?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, infakkar daqsxejn lill-Onor.", "Interpellant li qabel ma Posta Ltd ġiet biex issir kumpannija kemm l- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, kemm il-GWU u kemm il-UHM kienu qalulhom li se jsir żball.", "Kif għidt qabel, it-taħdidiet għaddejjin maż-żewġ unions.", "Il-Gvern irid jara x'inhu l-aħjar għall-ħaddiema tal-Posta, x'inhu l-aħjar għall-konsumatur li juża l-posta u meta jkun il-waqt nagħmlu l-isqarrija meta jkunu spiċċaw.", "M'hijiex ħaġa tajba li f'dan l-istadju ngħidu x'se jsir u x'mhux se jsir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, peress li f'dawn l-aħħar ġimgħat il-posta qed iddum ħafna aktar minn 24 siegħa biex tiġi mqassma, xtaqt nistaqsi lill-Ministru għandux x'informazzjoni dwar dan u għaliex qed jiġri dan.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, ħadt pjaċir li l-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra għamilli din il-mistoqsija.", "Tmien xhur ilu jiena sibt il- Posta f'chaos.", "Kemm l-awdituri u kemm dawk li għamlu l-inkjesti qalu li kien hemm gross mismanagement.", "Hemm postijiet fejn il-posta mhux jumejn qed iddum biex tasal imma anke erbat ijiem!", "Kull meta ġbidt l-attenzjoni ħadd ma ħa passi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, drabi oħra l-Ministru qal li safejn jaf hu ma kien hemm l-ebda ftehim kollettiv iffirmat.", "Jaf il-Ministru li effettivament kien hemm agreement li kien ġie ffirmat bejn Posta Ltd u l- UHM, jidhirli f'April ta' l-1996?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, ma kien hemm xejn iffirmat.", "Jekk kien hemm xi ħaġa ffirmata seta' awtorizzaha l-Gvern, il-Ministru u l- management preċedenti.", "Kulma nista' ngħid huwa li fejn dawk in-nies li kienu mal-gvern marru on secondment ma' Posta Ltd u ffirmawlhom il- promotion lejliet l-elezzjoni, aħna tajnihielhom.", "M'hemmx collective agreement għax ma kien hemm xejn iffirmat qabel u ma kien hemm xejn miftiehem qabel.", "Jekk kien hemm xi ħaġa miftiehma fl-1995, kif qed jgħidu tan-naħa l-oħra, ma nafx x'żammu lill-Gvern preċedenti milli jagħtihielhom lill-ħaddiema!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, jaf il-Ministru li fil- budget ta' Posta Ltd kien hemm allokazzjoni ta' fondi għall-ewwel parti miż- żieda ta' Lm7.50 li kellha tingħata din is-sena u li kien hemm ukoll allokazzjoni għall-ħlas ta' l-arretrati, barra li kien hemm anke l- approvazzjoni sħiħa tal-bord tad-diretturi?", "Allura kif, meta ftehim fis- sens wiesa' tal-kelma evidentement ġie milħuq u aċċettat mal-parti trejdjunjonistika - li jfisser żieda ta' Lm7.50 fuq tliet snin - jibqa' jinsisti l-Ministru li din iż-żieda iċaħħadha lill-ħaddiema tal-Posta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, din kienet l-irresponsabbilta' li għamlet in-naħa l-oħra bħala gimmick ta' l-elezzjoni.", "Il-Gvern m'hu qiegħed iċaħħad xejn lill-ħaddiema għax ma kien hemm xejn iffirmat.", "Dak li kien hemm iffirmat mal-UĦM u l-GWU rigward promotions tawhomlhom -m'hemmx bżonn noqgħod inparla żejjed, dawn kienu ġew iffirmati malajr bil-ġenn u bil-ġiri - imma dwar l-oħrajn ma kien hemm iffirmat xejn.", "Ma nafx x'żamm lill-Gvern ta' qabel milli jagħtihomlhom lil dawn jekk kien wegħedhom xi affarijiet!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, jien għidt li jirriżultali li fl-aħħar ġimgħat is-servizz tal-posta qiegħed idum iktar min 24 siegħa, għalkemm ma neskludix li dan seta' ġara qabel ukoll.", "Irrid nistqasi wkoll jekk l-Ministru jirriżultalux li dan jista' jkun minħabba t-theddida li hemm għall-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ta' Posta Ltd, li jistgħu ikunu f'sitwazzjoni daqsxejn imwiegħra bħalissa.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk jirrealizzax li kumpannija bħal Posta Ltd - jew korporazzjoni bħalma qed titlob il-GWU - fl-aħħar mill-aħħar twassal għal aktar effiċjenza minn dipartiment tal-gvern.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, l-ewwelnett din hija insinwazzjoni li qed jagħmel il-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra għax il- Posta ilha sejra lura minn mindu saret kumpannija.", "Ma kien hemm l-ebda provvedimenti għall-flus ta' l-arretrati u ta' xejn, lanqas provvedimenti biex il-Gvern iħallas id-dejn li sab ta' Posta Ltd, b'riferenza għal dawk li qalu: U iva, Lm1miljun x'inhuma!", "Għan-naħa l-oħra Lm1 miljun m'huma xejn.", "Jien lill-Onor.", "Membru ngħidlu li l-Posta mhux illum sejra lura u lil tan- naħa l-oħra nitlobhom biex ma jkomplux iġennu lill-ħaddiema għax ħadd m'hu se jitlef il-job tiegħu.", "Tgħidu x'tgħidu ħadd m'hu se jitlef il-job tiegħu.", "Se nirranġawlhom lill-ħaddiema u inutli tgħidulhom li kienu mwiegħda Lm7.50!", "Jekk wegħduhom Lm7.50 imisshom tawhomlhom lill-ħaddiema u ma kienx hemm bżonn joqogħdu jistennew li tiġi l-elezzjoni!", "Lejliet l- elezzjoni fil-Posta intom impjegajtu 80 ruħ u fil-Gozo Channel impjegajtu 47 ruħ.", "(Interruzzonijiet) Il-Posta m'hijiex sejra lura għax kien hemm dan id-diżgwid bejn il-ħaddiema imma għax min kien responsabbli ma kienx jagħti kas u kien jiġi jaqa' u jqum x'se jiġri mill-ħaddiema tal-Posta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra fejn waslu - jekk bdew - il-passi dixxiplinarji interni li kien qal li se jittieħdu l-Ministru.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jafu li ttieħdu l-passi dixxiplinarji interni li kellhom jittieħdu u m'għandix x'inżid aktar.", "L-Onor. kollega tan-naħa l- oħra li ffirma r-rikors quddiem il-qorti jaf fiex waslu iktar minni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien ma kontx qed nirriferi għar- rikors li ffirmajt jien stess.", "Dak mhuwiex każ ta' dixxiplina interna imma dik hija kawża li saret minn tnejn min-nies li issa tkeċċew.", "Jien qed nitkellem għat-tliet persuni l-oħra li ttieħdu lura mal-gvern u qiegħed nistaqsi jekk itteħdux passi dixxiplinarji kontra tagħhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jekk jgħidli għal min qed jirriferi nagħtih risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed nirriferi għat-tlieta minn nies li wieħed minnhom mingħalija kunjomu Zammit Haber, ieħor Sammut u l-ieħor Mangion.", "Dawn kienu impjegati tal-gvern u billi kienu ġew seconded ma' Posta Ltd ma tkeċċewx bħat-tnejn l-oħra jew ma tteħdux l-istess passi li ttieħdu kontra Gafa` u Falzon imma reġgħu lura mal-gvern.", "Dawn ittieħdu passi dixxiplinarji kontra tagħhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Lill-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra ngħidlu li dawn ittieħdu passi dixxiplinarji kontra tagħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: B'riferenza għall-kwestjoni dwar Posta Ltd bħala kumpannija, jista' l-Ministru jgħidilna almenu x'inhi l-policy tal- Gvern, jekk teżisti, f'dan is-settur?", "F'dan ir-rigward jaf li l-Washington Action Plan imfassal mill-Universal Postal Union jagħmilha ċara li fiż- żmien tal-lum ma jagħmilx sens li posta titmexxa bħala dipartiment imma idealment għandha titmexxa bħala kumpannija jew almenu bħala korporazzjoni?", "Dan minħabba l-kompetizzjoni li teżisti minn servizzi oħra li jikkompetu mal-posti fid-dinja kollha u minħabba wkoll in-natura iktar wiesgħa ta' servizzi li jingħataw f'uffiċini postali.", "Dan huwa ikkonfermat ukoll minn rapporti mill-iktar estensivi li saru mill-British Postal Consultancy Services li kienu mqabbda mill-Gvern preċedenti biex jagħmlu studju tal- posta f'Malta.", "X'inhi l-policy tal-Gvern f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, ma' l-istqarrijiet li għamilt m'għandi xejn iktar x'inżid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk il- passi dixxiplinarji kontra t-tliet persuni li semmejt qabel humiex passi li jridu jwasslu għat-tkeċċija?", "X'tip ta' talba qed issir kontra tagħhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, din hija ħaġa interna tad- dipartiment u ma nħossx li għandi ngħidha hawnhekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, ma jidhirlux il-Ministru li l-ewwel dmir tiegħu huwa li jagħti t-tagħrif lill-Parlament?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ma jidhirlix.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jien naħseb li l-Parlament hawnhekk għandu jiġi ttrattat b'ġieħ u b'serjeta'.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, hawnhekk jien dejjem ittrattajtu b'ġieħ u serjeta' u tant ittrattajtu hekk li jien iddiskutejt ċerti affarijiet li ma kellhom x'jaqsmu xejn mad-domanda oriġinali.", "Saru domandi supplimentari li saru nhar it-Tnejn jew it-Tlieta li għaddew u erġajt weġibt l-istess.", "M'għandi xejn x'inżid u għalhekk li lill-Onor. kollega tajtu dik ir-risposta.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJIEGI ĠODDA", "6974.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit, on a casual basis u konsulenti?", "Kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): L-informazzjoni qed tinġabar.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - IMPJIEGI ĠODDA", "6975.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit, on a casual basis u konsulenti?", "Kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6975.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, billi qed iwieġeb l-Ministru tas-Saħħa, jista' l-Ministru jgħidilna x'koperazzjoni teżisti u f'liema oqsma bejnu u bejn il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, fil-preżent il-Ministru tal- Ħarsien Soċjali qiegħed assenti għal raġunijiet personali u għal dik li hija koperazzjoni huwa tajjeb li wieħed jgħid li meta xi ministru jkun assenti jidħol ministru ieħor minfloku, kif kienet is-sistema minn dejjem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar:", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna x'koperazzjoni hemm bejnu u bejn il-Minitru tal-Ħarsien Soċjali fuq is-SEDQA?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, din il-mistoqsija m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali, biss jekk jerġa' jistaqsini kif nispiċċa minn hawnhekk nirrispondih.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "7156.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nurses fulltime u part-time u jagħti breakdown ta' kif inhuma mqassmin fi sptarijiet, clinics, bereġ eċċ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' nfermiera fid-Dipartiment tas-Saħħa huwa kif ġej:", "| |Spta|Sptar|Spta|Ċent|TOTAL| | |r |Monte|r |ru | | | |San |Carme|Boff|tas-| | | |Luqa|li |a |Saħħ| | | | | | |a u | | | | | | |Bere| | | | | | |ġ | | |Directo|1 |- |- |- |1 | |r | | | | | | |Nursing| | | | | | |Service| | | | | | |s | | | | | | |Manager|- |2 |1 |1 |4 | |Nursing| | | | | | |Sevices| | | | | | |Dept. |8 |3 |1 |1 |13 | |Nursing| | | | | | |Manager| | | | | | |Nursing|57 |21 |7 |9 |94 | |Officer| | | | | | |Deputy |57 |9 |6 |5 |77 | |Nursing| | | | | | |Officer| | | | | | |Staff |282 |24 |12 |37 |355 | |Nurse | | | | | | |Enrolle|299 |167 |52 |70 |588 | |d Nurse| | | | | | |Part-ti|58 |5 |4 |9 |76 | |me | | | | | | |Staff | | | | | | |Nurse | | | | | | |Part-ti|46 |14 |8 |21 |89 | |me | | | | | | |Enrolle| | | | | | |d | | | | | | |GRAND |808 |245 |91 |153 |1297 | |TOTAL | | | | | |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu jagħmel il-Gvern, b'mod partikolari d-Dipartiment tas-Saħħa, sabiex itejjeb il- kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-infermiera fl-isptarijiet tal-gvern biex b'hekk in-numru ta' infermiera jiżdied?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, fil-fatt qegħdin fi stadju avvanzat ħafna biex niftħu ċ-child care centre għat-tfal ta' dawk li jaħdmu fl-Isptar San Luqa, kif ukoll f'San Vincenz de Paule.", "Apparti min hekk, matul il-perijodu tal-Fiera Nazzjonali saret ħidma biex numru ta' żgħażagħ jiġu mħajra jidħlu fis-settur mediku u paramediku.", "Diġa' bdiet kampanja fil-media li se twassal sa meta joħorġu l-applikazzjonijiet għad-dħul fl- Institute of Health Care ħalli kemm jista' jkun iktar żgħażagħ jiġu mħajra.", "Irrid ngħid li b'riżultat tar-reklami li qed ikun hemm fuq il-media qed ikollna response kontinwu minn numru ta' żgħażagħ li qed iċemplu l-ħin kollu lid-dipartiment u lill-Institute of Health Care u dan jawgura tajjeb għaż-żmien li ġej.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.JEAN PIERRE FARRUGIA: Jirriżulta li din is-sena hemm iżjed infermiera milli kien hemm is-sena l-oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, off hand m'għandix l- informazzjoni eżatta għas-sena li għaddiet biex inkun nista nikkomparaha, biss irrid ninforma lill-Onor.", "Membru li dawk li qed jitolbu sabiex jidħlu on a part-time basis, kemm bħala nurses, kif ukoll f'setturi oħra paramediċi, qed jiġu milqugħa mill-ewwel.", "Irrid ngħid ukoll li ftit taż- żmien ilu ħarġet talba għal numru ta' part-time nurses li ġew mistoqsija fejn jixtiequ jaħdmu, kif ukoll x'ħinijiet lesti joffru lid-dipartiment u dan sar bl-iskop li fil-ġimgħat li ġejjin fl-Isptar San Luqa jinfetħu servizzi ġodda.", "MADAM SPEAKER: Grazzi. il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar tax payers f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7537; u", "Informazzjoni dwar applikanti fil-pre-qualification stage tal- proġett ta' estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7586.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Informazzjoni dwar ajruplani militari li llandjaw fl-ajruport ta' Malta bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7221.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar impieg ta' persuni b'kuntratt ma' dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru tal-Ħarsien Soċjali bejn Novembru 1996 u Frar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 305; u", "Tagħrif u statistika dwar xogħol u reġistrazzjoni għax-xogħol matul il- perijodu bejn Ottubru 1996 u Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 452.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-għadd ta' persuni b'diżabilita' li ġew allokati post mill-Awtorita' tad-Djar u mid-Dipartiment tad-Djar mill-1 ta' Novembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7528;", "Tabella li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet li daħlu fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali matul Ġunju 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W 777.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet Ikompli mis-16 ta' Lulju, 1997", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Borg.", "OONR.", "CARMELO BORG: Sinjura President, dan l-aħħar l-Awtorita' ta' l- Ippjanar kienet is-suġġett ewlieni f'ilsien il-poplu għax kien hawn ħafna tgergir, mhux biss mill-poplu in ġenerali imma saħansitra anke mill-periti stess.", "Ma rridx nagħti wieħed x'jifhem li m'hemmx ħtieġa għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar, xejn minn dan, anzi rrid ngħid li l-għanijiet li nħolqot għalihom din l-awtorita' huma ġustifikati.", "Meta bdiet tiffunzjona l- awtorita' maż-żmien bdew jitfaċċaw ħafna difetti li kienu qegħdin iwasslu għal dan it-tgergir u kien għal dan il-għan li l-Gvern ħass il-ħtieġa li jemenda l-liġi li kienet saret fl-1992.", "Jien hawnhekk se nillimita ruħi għal ftit minn dawn id-difetti li għadni kemm alludejt għalihom minħabba l- ħin limitat li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, pero' dan ma jfissirx li dawn huma l-uniċi difetti li jeżistu.", "L-ewwel ħaġa li nixtieq insemmi hija l-imparzjalita' jew aħjar in-nuqqas tagħha.", "Jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid terġa' tiġbor il-kredibilita' li kellha mal-poplu u mal-periti trid tkun u trid turi li qed tkun imparzjali.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax jekk wieħed jifli l-permessi li nħarġu jsib li ċerti nħawi li qatt ma kellhom jiżviluppaw xorta ġew żviluppati, filwaqt li fil-każ ta' nħawi oħra li ma kellhom l-ebda theddida għall-ambjent il- permessi baqgħu ma ħarġux.", "F'Għawdex kulħadd jaf bl-ambjent ħelu li kien hemm fl-Għolja ta' Għar Ilma imma llum dan spiċċa kollu.", "Din l-għolja kellha valur storiku għaliex fil-passat dan il-post kien wieħed mis- settlements t'Għawdex u saħansitra nsibu riferenza għal dan il-post fil- ktieb \"The Roots of an Island\".", "Allura wieħed jibqa' mmeraviljat meta mbagħad f'każijiet żgħar, bħalma hi estensjoni ta' bini ta' natura żgħira li tkun barra miz-zona ta' l-iżvilupp, il-permess jiġi rrifjutat għal darba wara l-oħra.", "GĦalhekk jekk l-awtorita' trid terġa' tikseb l-appoġġ u l- ammirazzjoni tal-pubbliku trid tisħaq fuq l-imparzjalita'.", "Problema oħra li teżisti fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija d-dewmien fil- ħruġ tal-permessi.", "Hemm ħafna raġunijiet għaliex qed isir dan pero' raġuni minnhom hija li xogħol ta' natura żgħira u ieħor ta' natura kbira qegħdin jgħaddu mill-istess kanali.", "Nistgħu nsemmu, per eżempju, xogħlijiet li jikkonsistu fi ftuħ ta' aperturi, estensjoni ta' garaxx ma' dar li diġa' qiegħda hemm, bini ta' garaxx ġdid u anke applikazzjonijiet għall-bini ta' dar.", "Dawn kollha qegħdin jiġu ttrattati mill-istess nies u mgħoddija mill- istess għarbiel, bil-konsegwenza li xogħlijiet ta' natura żgħira jtellfu xogħlijiet ta' natura kbira u bil-kontra.", "Għalhekk qed jiġi ssuġġerit li xogħlijiet żgħar jiġu kklassifikati u magħżula għalihom u jiġu ttrattati minn nies differenti u mhux minn dawk li jittrattaw xogħlijiet ta' natura kbira.", "Barra minn hekk, fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm ċerta burokrazija żejda u ċertu red tape.", "Qiegħed nirriferi hawnhekk għal ħteġijiet żgħar.", "Ta' min jgħid li wara li joħorġu l-permessi bil-pjanti approvati, persentaġġ għoli ħafna ta' l-applikazzjonijiet ikollhom tibdiliet żgħar għaliex ix- xogħol, wara li jinbeda, jurik mod ieħor.", "Jiena m'iniex ngħid u ma rridx infisser li l-awtorita' m'għandhiex tikkontrolla dawn it-tip ta' divergenzi pero' meta jkun hemm dan it-tibdil l-awtorita' tant tisħaq u tissikka fuq il-klijenti li mbagħad ikollhom jerġgħu jissottomettu pjanti ġodda b'ħafna ċirimelli li jadattaw għat-tibdil li jkun sar.", "Din is-sistema qiegħda toħloq ukoll xogħol żejjed fi ħdan l-awtorita' stess, pero' jekk trid tħaffef ix-xogħol tagħha - dan kont tlabtu anke fi żmien l-amministrazzjoni ta' qabel - għandha tkabbar u tagħmel improvement fis-sistema ta' komputerizzazzjoni li għandha sabiex il-periti privati - li l-parti l-kbira tagħhom għandhom il-computers - ikunu jistgħu jimmoniterjaw l-applikazzjonijiet tagħhom huma stess.", "Huwa veru li b'din is-sistema perit jista' jidħol fuq xogħol ta' periti oħrajn pero' hemm mod kif tista' tillimita li dak li jkun jidħol u jiċċekkja l-applikazzjonijiet tiegħu biss.", "B'dan il-mod niffrankaw ħafna ħin lill-ħaddiema ta' l-awtorita' stess li joqogħdu jiċċekkjaw huma għall-perit.", "Hemm ukoll is-sistema l-oħra ta' l-internet, li naħseb li l-awtorita' tista' tagħmel użu minnha u b'hekk tevita ħafna mill-paperwork ta' korrispondenza bejnha u bejn il-periti.", "Qiegħed nirriferi hawhekk għas- servizz ta' l-E-mail.", "Jiena persważ li jekk jiġu adottati dawn is-sistemi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tħaffef ħafna mix-xogħol u tnaqqas ħafna mill- ħela ta' ħin.", "It-tgergir u l-frustrazzjoni fost il-poplu qiegħda tiġi wkoll minħabba l- multi żejda li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda timponi fuq il-klijenti tagħha.", "Kif semmejt qabel, qed ikun hemm każijiet fejn il-pjanti approvati ma jiġux esegwiti mija fil-mija meta jinbeda x-xogħol.", "Allura l-awtorita' qiegħda twaħħal multi li, fl-opinjoni tiegħi, huma ħorox ħafna, anke meta l- pjanti u x-xogħlijiet li fuqhom tkun qiegħda twaħħal il-multi jkunu ġew approvati fi żmien qabel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar stess ġiet imwaqqfa u qabel ma għamlet ċerti regolamenti.", "Kif diġa' għidt, ir-regolamenti, ir- regoli u d-dixxiplina jridu jkunu pero' meta tibda tesaġera mbagħad jibda jkun hemm l-abbużi u t-tgergir.", "Hemm anomalija oħra li nixtieq nitkellem fuqha li tirrgwarda l-kontribuzzjonijiet li wieħed iħallas lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar meta jitlob rikonsiderazzjoni.", "Fil-preżent, il-kontribuzzjoni għal applikazzjonijiet għal xogħlijiet ta' natura żgħira, bħal ftuħ ta' aperturi ġodda, bini ta' garaxx jew estensjoni ta' garaxx mad-dar, hija ta' Lm10.", "Issa jekk din l-applikazzjoni tiġi rrifjutata u allura l-permess ma joħroġx, il-klijent għandu d-dritt li jappella pero' ma' din it-talba għar-rikonsiderazzjoni jrid iħallas kontribuzzjoni ta' Lm30.", "Allura l-klijent finanzjarjament jaqbillu jerġa' japplika għaliex iħallas Lm10 biss pero' dan ifisser li l-awtorita' trid tiftaħlu file ġdid li mbagħad ifisser spejjeż ġodda u xogħol żejjed.", "U l- istess ħaġa għall-klijent u għall-perit, għaliex il-perit irid jerġa' jagħmillu applikazzjoni ġdida, irid jagħmillu sitt kopji ta' l- applikazzjoni, sitt kopji tal-pjanti, ritratti ġodda eċċ eċċ. Jekk wieħed janalizza dan kollu jsib li l-awtorita' qiegħda tiċċarġja kontribuzzjoni ta' tliet darbiet iktar għal xogħol inqas.", "Jiena għalhekk qed nitlob li dawn id-diffikultajiet żgħar li jagħtu impressjoni ħażina ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jiġu rranġati.", "Ħaġa oħra li qiegħda titfa' dellijiet koroh fuq l-Awtorita' ta' l- Ippjanar huma l-kwalifiki u l-kompetenzi ta' ċerti mpjegati jew nies li għandhom x'jaqsmu magħha.", "Li qiegħed jiġri hu li bini antik qiegħed jiġi kkalkolat f'miżien wieħed u mhux qed issir differenza bejn bini antik b'valur arkitettoniku u bini antik ieħor li m'għandux dan il-valur.", "Pittura li tkun saret minn bniedem li m'huwiex magħruf ma jistax ikollha l- istess valur tal-pittura ta' Michelangelo, minkejja li dawn it-tnejn ikunu saru fl-istess perijodu, pero' madanakollu spiss qed niltaqgħu ma' każijiet fejn membri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed jikklassifikaw il-bini antik kollu fl-istess livell.", "Madam Speaker, ħalli nsemmi każ ieħor li juri l- inkompetenza ta' ċerti membri li jaħdmu ma' din l-awtorita'.", "Meta saret applikazzjoni għal permess tal-bini f'biċċa raba' li hemm fin- Nadur, xi ħadd minn dawn il-membri għoġbu jiġbed l-attenzjoni ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar li fil-qrib hemm mitħna ta' l-isteam.", "Issa din hi xi ħaġa li kemm jien kif ukoll residenti li jgħixu fil-qrib, għalkemm twelidna u għixna hemm, qatt ma smajna biha.", "Madanakollu minħabba r- rapport li għamel dan il-membru, liema rapport kien jirrifletti n-nuqqas ta' esperjenza tiegħu u ma kienx korrett, din l-applikazzjoni għaddiet għand il-bord tal-heritage advisory committee bil-konsegwenza li sa llum il- permess meħtieġ għadu ma nħariġx minkejja li f'dik l-area m'hemm xejn li għandu valur ta' heritage.", "F'Santa Luċija, ġewwa GĦawdex, ukoll għandna każ simili fejn individwu li kien qed jibni qrib mitħna kien ġie avżat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex iħalli 200 metru bogħod minn din il-mitħna.", "GĦalhekk hawn jien nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet li l-valur arkitettoniku ta' l-imtieħen m'huwiex l-istess minkejja li kollha jaħdmu bis-sistema tar-riħ.", "Per eżempju, il-valur arkitettoniku li għandha l-mitħna tal-Qala m'huwiex bħal dik li hemm f'Santa Luċija, fix-Xewkija, fix-Xagħra, jew bħal dik li hemm fl-area Ta' Grunju, ġewwa n-Nadur, pero' dawn qed jiġu kklassifikati l- istess mill-membri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dan huwa ħażin għax, kif għidt diġa', filwaqt li mitħna jista' jkollha valur arkitettoniku kbir l-oħra jista' ma jkollhiex dan il-valur jew inkella jkollha ftit li xejn.", "Dan l-għemil min-naħa tal-membri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed jikkawża ħafna tgergir, speċjalment mill-periti, u ovvjament fl-aħħar mill- aħħar dan qed jitfa' dawl ikrah fuq l-awtorita' għax hija xi ħaġa ta' wġigħ ta' qalb meta tara nies li m'humiex ikkwalifikati jagħtu pariri lil min hu professjonist f'dan il-qasam.", "Dan kollu qed jikkawża disprezz lejn il- professjoni tal-periti għax illum f'din l-awtorita' hemm nies li qed ixekklu x-xogħol tal-periti.", "Hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li m'għandhomx isiru regolamenti pero' għandna naraw li n-nies li jaħdmu f'dan il-qasam ikunu speċjalizzati u mħarrġa ħalli l-affarijiet ikunu jistgħu jimxu aħjar.", "Madam Speaker, każ ieħor simili għaż-żewġ każijiet li diġa' semmejt huwa l-Għar ta' Għejżu fix-Xagħra, li għandu storja kemmxejn twila.", "Fil-fatt jien niftakar li wara li kienu tqassmu l-plots kollha taħt il-home ownership scheme fi Vjal it-8 ta' Settembru ġewwa x-Xagħra u beda tiela' l- bini ħabta u sabta nstab li hemmhekk kien hemm għar storiku, wara li xi individwu skopra dan l-għar u mar jagħmel rapport lid-Dipartiment tal- Mużewijiet.", "Ta' min jgħid li wara li sar xi studju ttieħdet id-deċiżjoni li m'għandhomx jinbnew tliet plots minħabba dan l-għar.", "Illum dan l-għar qiegħed skedat b'tali mod li jaffettwa l-200 metru dijametru ta' madwar, minkejja li dan l-għar m'huwiex kbir iktar minn għaxar piedi b'ħames piedi fond.", "B'dawn il-każijiet kollha li għadni kif semmejt jien irrid nikkonkludi li meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tiġi biex tieħu xi deċiżjoni għandha tieħu l-pariri tagħha mingħand nies professjonisti u mhux mingħand xi dilettanti.", "Madam Speaker, issa nixtieq nitkellem fuq tip ta' applikazzjonijiet oħra li jkollha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħal, ngħidu aħna, dawk l- applikazzjonijiet biex stabilimenti ta' l-ikel ikunu jistgħu jqiegħdu l- imwejjed u s-siġġijiet barra.", "GĦalkemm huwa fatt li ħafna drabi dawn l- imwejjed u s-siġġijiet jistgħu jkunu ta' xkiel kemm għat-traffiku kif ukoll għall-pubbliku, wieħed irid japprezza li partikolarment fix-xhur tas-sajf min imur f'dawn l-istabilimenti jkun iktar jixtieq jieħu xi ħaġa barra milli joqgħod ġewwa.", "Fil-fatt anke jekk tmur f'pajjiżi oħra Ewropej issib din id-drawwa għax tmur fejn tmur fl-Ewropa ssib li l-istabilimenti jingħataw il-faċilita' li joħorġu l-imwejjed barra, pero' mhux l-istess nistgħu ngħidu għal hawn Malta għax sfortunatament ħafna drabi meta jkun hemm xi applikazzjoni bħal din tiġi rrifjutata.", "GĦalhekk jien minn hawnhekk nixtieq nappella lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tkun iktar matura f'dan ir-rigward billi taħtaf l-okkażjoni ħalli tuża ċerti spazji, bħal pjazez, għal dan l-għan u fl-istess ħin b'hekk tkun qed tagħtihom il- ħajja.", "Kulħadd jaf li fl-antik il-pjazza tar-raħal kienet il-post li fiha kienu jiltaqgħu r-residenti ta' dak il-lokal.", "Maż-żmenijiet din id-drawwa sabiħa spiċċat pero' din tista' terġa' titrawwem billi ċerti stabilimenti jiġu nkoraġġuti jingħataw il-faċilita' li joħorġu l-imwejjed tagħhom barra, ġaladarba dan ma jkunx qed ikun ta' periklu għan-nies jew għat-traffiku.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li minħabba fiha l-poplu jħares lejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar b'mod negattiv hija l-mod li bih din l-awtorita' tpoġġi fl- istess keffa djar li jintużaw bħala residenza kif ukoll dawk li jintużaw bħala postijiet ta' villeġġatura.", "Skond l-awtorita' r-regolamenti għad- djar li jintużaw bħala residenza u għal dawk li jintużaw bħala postijiet ta' villeġġatura huma l-istess, fis-sens li kull appartament għandu jkollu miegħu garaxx, anke jekk l-appartament ikun qed jintuża bħala post ta' villeġġatura, jiġifieri jkun qed jintuża biss għat-tliet xhur tas-sajf, u dan meta fil-lokalitajiet li qegħdin ħdejn il-baħar qed ikun hemm diversi talbiet biex jinfetħu stabilimenti ta' l-ikel jew ħwienet oħra.", "Fl- opinjoni tiegħi jkun iktar għaqli jekk l-ispazju tal-garaxxijiet jintuża għal xi stabiliment jew għal parkeġġ biex b'hekk fl-istess ħin nevitaw l- ostakli fit-toroq tagħna.", "Madam Speaker, ikun tajjeb jekk wieħed jara li jiġi mibdul il-kodiċi tal- liġijiet li jirrigwarda l-bini - liema kodiċi huwa maħruġ mill-Pulizija - għax ikkomparat ma' pajjiżi oħra, pajjiżna għandu densita' ta' bini ħafna aktar qawwija.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod iktar attent meta jiġi biex jagħmel xi pjanijiet ta' bini għax inkella se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn f'pajjiżna ma nsibux iktar raba'.", "Permezz tat-tibdil li jsir fil-kodiċi li għadni kif semmejt, l-ispazji tad-djar tagħna jistgħu jiġu ppjanati aħjar b'tali mod li ma jkunx hemm ħela.", "Jekk wieħed iqabbel it-tfassil tad-djar tagħna ma' dak ta' pajjiżi oħra jsib li d-djar tagħna fihom ħafna iktar ħela ta' spazju u dan hu kkawżat l-ewwelnett minħabba l-mentalita' tal- poplu u t-tieni nett minħabba li għad għandna liġijiet antikwati.", "Per eżempju, skond il-liġi tagħna saqaf ma jistax ikun iktar baxx minn għaxar filati, bil-konsegwenza li minn sular għall-ieħor irid ikun hemm numru ikbar ta' taraġ u dan meta kulħadd jaf li t-taraġ jaħli ħafna spazju mis- sular t'isfel.", "GĦalhekk ikun xieraq jekk il-kodiċi tal-liġijiet li jirrigwarda l-bini jinbidel għax ħafna mill-provvedimenti li fih m'għadhomx japplikaw għal-lum u jenħtieġ li jiġu emendati mill-iktar fis.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li minħabba fiha mhux qed ikun hemm pjan serju fil-bini hija li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma ħasbitx għall-irziezet, għall-ħwienet iż-żgħar tax-xogħol u għall-barrieri.", "Huwa fatt magħruf li dawn it-tliet kategoriji qed idejqu lil ħafna residenti u dan minħabba li meta saru l-pjanijiet lokali ma ġewx allokati areas apposta fejn ir- raħħala, is-sidien tal-ħwienet iż-żgħar tax-xogħol u dawk li jaħdmu fil- barrieri jkunu jistgħu jaħdmu liberament mingħajr ma jkunu ta' inkonvenjent.", "Veru li huwa diffiċli biex talloka ċerti areas, speċjalment għall-barrieri, minħabba li dawn jirrikjedu areas kbar għal pajjiżna, pero' jkun ħażin ħafna jekk inwarrbu dawn il-problemi fil-ġenb u ma nagħtux kashom, għax inkella jsiru bħal ħaxix ħażin li jibda jikber fejn u kif ifettillu, bla ebda kontroll ta' xejn.", "Madam Speaker, naħseb li rridu nifhmu li bilfors ikun hawn ċertu tgergir kontra l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax l-ewwelnett din tikkontrolla waħda mill-ikbar industriji li għandna f'pajjiżna u t-tieni nett xogħolha jikkonċerna l-poplu Malti u GĦawdxi kollu u għalhekk dejjem se ssib xi ftit tal-friction.", "MADAM SPEAKER: Onor. Borg, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Borg ikompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li xogħol l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huwa li tikkontrolla waħda mill-ikbar industriji ta' pajjiżna, ċioe' l- industrija tal-bini li permezz tagħha jiġu ċċirkolati ħafna flus u l-istess problemi li tħabbat wiċċha magħhom din l-awtorita' iridu jiffaċċjawhom ukoll l-awtoritajiet tal-pajjiżi l-oħra kollha tad-dinja.", "Fil-fatt meta kont għadni student fl-Universita' kien ġie magazine Kanadiż f'idejja li fuq l-ewwel faċċata tiegħu kien hemm mostru kbir tal-ħadid - dan kien qed jirrappreżenta lill-industrija tal-bini - jiekol ir-raba agrikolu u fil- background kien jidher is-CN Tower u l-iskyline ta' Toronto.", "Fi ftit kliem din l-istampa trid twassal il-messaġġ li l-industrija tal-bini hija mostru b'saħħtu li, għalkemm ma tistax twaqqfu, trid tidderiġih biex tgħaddih minn dawk il-postijiet li fihom jagħmel l-inqas ħsara.", "Madam Speaker, fil-fatt ix-xogħol ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huwa proprjament dak li tidderieġi lill-industrija tal-bini bil-għaqal.", "GĦalhekk din l-awtorita' għandha diversi sfidi quddiemha għax fost l-oħrajn trid tara li l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-qasam jiġu emendati skond iż-żmenijiet, ħalli b'hekk din l-industrija tagħmel l-inqas ħsara possibbli lill-pajjiż.", "Kif għidt diġa', din l-isfida mhux qed jiltaqa' magħha pajjiżna biss pero' jien ninsab ċert li bil-koperazzjoni ta' kulħadd aħna jirnexxielna negħlbu din l-isfida u għalhekk minn hawn nixtieq nawgura suċċess lil kull min qed jaħdem għal dan l-għan.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, jien smajt bl-akbar attenzjoni dak li qal fl-introduzzjoni tiegħu l-Vici Prim Ministru u ammirajt il-mod li bih tkellem favur l-operat ta' diversi dixxiplini ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Bħalma qal hu stess, l-Onor.", "Vella ilu hemm mill-bidu li twaqqfet l-awtorita' - għax kien wieħed miż-żewġ deputati li jirrappreżentaw iż-żewġ naħat tal-Kamra fuq il-bord ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ħaġa sewwa u din se tibqa' - u hu jirrikonoxxi l-ħidma li għamlet għall-ġid ta' l-ambjent f'pajjiżna matul dawn l-erba' snin li ilha mwaqqfa.", "Barra minn hekk il-Ministru għamel appell speċjali - anke din in-naħa taqbel miegħu - biex waqt li applikant jinqeda mingħajr dewmin żejjed, mill- banda l-oħra ġustament qal li dawk li japplikaw għal permess ta' żvilupp li mhux aċċettabbli skond il-pjan ta' struttura m'għandhom l-ebda ċans li jeħduh.", "L-Oppożizzjoni taqbel perfettament ma' dan l-istatement u ta' bniedem responsabbli li hu u li naf li jħobb u jirrispetta l-ambjent, jien hawnhekk inneħħilu l-kappell.", "Pero' f'dawn l-emendi nħoss li hemm id- difetti.", "Ma ninsewx li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar saret bl-aktar konsultazzjoni wiesgħa u nġabret dik l-informazzjoni kollha, anke mill- pubbliku stess li seta' jissottometti bil-miktub proposti kif l-aħjar tkun strutturata din l-awtorita'.", "Imma, bħalma diġa' ntqal, f'dawn l-emendi ma saret konsultazzjoni ma' ħadd, anzi l-Ministru qal li kien hemm programm ieħor aktar wiesa' ta' emendi iżda kien jaqbel li għalissa dawk ma jiġux sottomessi għall-approvazzjoni ta' dan il-Parlament, sakemm jgħaddu dawn l- emendi aktar neċessarji.", "X'ġiegħel lill-Gvern hawnhekk jagħmel dawn l- emendi?", "Naħseb li biex wieħed jirrispondi din id-domanda l-aħjar ħaġa li jagħmel huwa li jara kif il-Gvern Laburista ttratta mal-Planning Authority fuq il-proġett ta' Buġibba.", "Madam Speaker, aktar kmieni din is-sena, preċiżament fil-5 ta' Mejju, \"The Times\" ġabet rapport - u tagħtu prominenza kbira - fuq il-proġett ta' Buġibba.", "Kulħadd jaf li dan il-proġett il-Gvern Laburista għamlu s- showcase tiegħu u nafu kif ix-xogħol mexa b'ċerta urġenza għax kellu jitlesta qabel is-sajf.", "Fil-fatt sa April kien diġa' sar ammont ta' xogħol sostanzjali u żgur li ħadd ma kien qed jistenna li joħroġ il-Prim Ministru - u miegħu l-Viċi Prim Ministru - u jagħmel attakk sfrenat fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, meta kienet l-istess awtorita' li lill-Gvern tagħtu palata tajba fuq dan il-proġett.", "Il-Prim MInistru, wara li bħas-soltu waħħal fil- Gvern Nazzjonalista preċedenti għall-problemi li hawn, u wara li akkuża lill-Oppożizzjoni b'\"anti-democratic interference for holding up the works\", fetaħ il-kanuni fuq il-Planning Authority \"for stopping works and requesting changes when construction was already nearing completion\".", "Skond ir-rapport ta' \"The Times\" il-Prim MInistru u l-Viċi Prim Ministru kienu mxebbgħin bl-attitudni tal-Planning Authority u l-Onor.", "George Vella ġie saħansitra rrapportat li qal li \"anti-democratic interference had to be levelled off\".", "X'riduha din it-theddida hekk serja lill-Planning Authority meta allaħares ma kenitx hi li pproċessat l-applikazzjonijiet tal-Gvern b'ħeffa li qatt konna għadna ma rajna bħalha?", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid il-verita' kollha għax m'għandi xejn x'naħbi.", "Il-Partit Nazzjonalista oġġezzjona fejn kien hemm bżonn il-permess, imma fejn ma kienx hemm bżonn il-permess - u xogħlijiet bħalma huma bankini m'hemmx bżonn permess għalihom - jien ngħid li kien żbaljat il-Partit Nazzjonalista meta oġġezzjona u dan lil sħabi kont ngħidulhom.", "Imn'Alla kienet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax jien qatt ma nista' ninsa meta ġejna għat-triq li tidħol għal Buġibba minn Burmarrad u min-naħa tas- Salina.", "Il-membri tad-development control commission damu jistennew bħal ruffjani 40 minuta sakemm id-Dipartiment tal-Public Works ġab pjanta mid- Dipartiment tat-Toroq u kulma ġabu kienet kurvatura li ma solviet assolutament xejn.", "Kellha tkun it-traffic section ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar li ħarġet b'dawk il-proposti li llum kulħadd qed igawdi.", "Veru ġie tajjeb il-proġett imma dan ġara bis-saħħa ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, anke fir-rigward tal-parking spaces u t-traffic arrangements li saru.", "Mhux biss kien hemm bżonn il-permess imma anke l-expertise ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Mela tiġi u titfa' l-ħtija fuq l-Awtoirta' ta' l- Ippjanar u tagħmel ċertu theddid minn dik il-kwalita'!", "Jien assolutament ma naqbilx miegħu u dan ma jagħmilx unur lill-Ministru u mill- introduzzjoni daqshekk sabiħa li għamel fil-Parlament nhar it-Tnejn li għaddew jidher li jiddispjaċih li seta' uża xi kliem mhux floku fil- konfront ta' l-awtorita' fejn jidħol il-proġett ta' Buġibba.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar bdiet mix-xejn erba' snin ilu.", "Qabel kellna l- Building Development Act li kienet tal-mistħija, fejn il-gvern kellu kull poter u bl-ikbar arroganza kien jagħti lil dak u lill-ieħor ma jagħtihx, bil-barka tal-ministru.", "Hekk kienet is-sitwazzjoni.", "X'differenza meta tagħmel konsultazzjoni ta' erba' snin sħaħ, iġġib expertise minn barra, nies li tassew jifhmu fil-planning!", "Żgur li ma kienx hemm lokha dik it- theddida imma mhux se noqgħod nelabora fuqha għax irrid insemmi punti oħrajn.", "Ejja naraw li ma nkunux ta' theddida għall-awtonomija ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għax anke b'dawn l-emendi li qed iressaq il-Gvern wisq nibża' li l-aħħar kelma se tkun tal-ministru.", "U fuq dan il-Viċi Prim Ministru ma tkellem assolutament xejn ħlief li qal li b'daqshekk l- Awtorita' ta' l-Ippjanar mhijiex se titlef l-awtonomija tagħha.", "Ma nixtieqx li nerġgħu niġu fiż-żmien meta l-ministru jiddetta kollox hu għax dan ma jawgurax tajjeb għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar hija monument għall-Partit Nazzjonalista għax kien hu li wellidha fuq pedamenti sodi li tħares l-ambjent f'pajjiżna u dan jirrikonoxxih ukoll l-Ministru.", "Per eżempju, is-sand dunes lejn il-Mellieħa u lejn il-gżejjer ta' San Pawl, il-cliffs u ħafna postijiet oħra ħadd ma kien jaf bihom u mn'Alla kienet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li permezz ta' fotografiji u surveys li għamlet ħarġet ukoll studju xjentifiku ħafna biex il-poplu Malti jkun jista' jistudjahom, jitpaxxa bihom u jippreservahom.", "Mhux hekk biss, kien hemm il-proġett f'Ta' Qali, il-proġett ta' Sant'Iermu, il-proġett tal- fortizza tal-Kalkara, tar-Ricasoli u ħafna proġetti oħrajn.", "Kollox inbena kważi mix-xejn għax għalkemm qabel kellna l-PAPB u kien hemm ċerti nies esperti imma dawn kienu ftit.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar bagħtet in-nies jitħarrġu anke f'post-graduate courses barra minn Malta, barra t-taħriġ li kien hawn permezz ta' dawk l-esperti Ingliżi li semma l-Ministru, li taw l- ikbar kontribut biex iħarrġu lil dawn in-nies.", "Dan kien verament utli għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex hi tkun tista' tipproċedi b'dak li verament kellu bżonn pajjiżna, mhux erba' snin ilu imma ħmistax-il sena ilu.", "Madam Speaker, il-poplu aċċetta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u llum il- ġurnata nafu li ħadd jew inkella ftit huma dawk l-imġienen li jmorru jissograw jibnu mingħajr permess jew inkella f'postijiet fejn huma riżervati.", "(Interruzzjonijiet) Hemm min, issa nitkellem fuqhom iktar tard.", "Imma bil-Partit Nazzjonalista fil-gvern il-poplu sar aware li l- ewwel irid ikollok il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel ma tibni xi ħaġa, għalkemm ħafna oħrajn qalu li hija mostru.", "Veru hija mostru, fis- sens li hija awtorita' ta' entita' kbira li għandha xi 15-il sezzjoni, fosthom mapping, land surveying, heritage u ħafna affarijiet oħra, imma m'hijiex mostru fis-sens li qed isejħulha xi wħud għaliex ħolqot id- diffikutaljiet, għax trid tibla' kollox jew għax trid tiddetta kollox hi.", "Mhux veru.", "Hemm il-pjan ta' struttura, hemm diversi sezzjonijiet ta' l- environment u rridu noqogħdu għal dawk ir-regoli.", "U ħażin għal dawk l- applikanti u l-periti li jwaħħlu fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar jekk ma joħroġx permess u jgħidu li dawk rashom iebsa meta n-nies ta' l-awtorita' qegħdin jimxu ma' proċeduri stabiliti.", "Jien qiegħed board member fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jien wieħed minn dawk li nikkritikaha ħafna u bħalma jaf l-Onor.", "Vella kemm-il darba ma vvotajtx jew inkella vvotajt kontra ċerti proċeduri ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għax ma kontx naqbel assolutament magħhom.", "Kelli ħafna inkwiet, b'mod speċjali minħabba compliance certificates, meta tara ċerti nies li wara li jkunu bnew id-djar tagħhom b'tant sagrifiċċju jmorru japplikaw għad- dawl u l-ilma u minħabba ċerti restrizzjonijiet iebsin, li jkun għamel xi ħadd mill-Awtorita', jibqgħu jittewbu għal permess.", "(Interruzzjonijiet) Iva, ħdimna u ħdimna ħafna.", "Din kont ressaqtha jien f'Ġunju tas-sena l- oħra imma damet tkarkar kważi disa' xhur.", "Il-poplu xi jrid?", "Bħalma għadu kif qal l-Onor.", "Vella, il-poplu jrid inqas burokrazija u iktar flessibilita', prattiċita' u konsistenza.", "U hawn hi l-problema ta' l- inkonsistenza min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u din ta' min jikkritikaha.", "Per eżempju, għandna problemi minħabba li ssib min, qabel ma sar il-pjan ta' struttura, bena blokk flats b'sitta jew seba' sulari - meta llum skond il-pjan ta' struttura dan ma jistax jogħla iktar minn ċertu għoli - allura dan illum ma jistax jinħariġlu l-permess għax ikun hemm ċerta inkonsistenza li wieħed ikollu ċertu għoli u l-ieħor ma jkollux.", "Forsi wieħed ikun bena mingħajr permess, l-ieħor ikun inħariġlu l-permess ma nafx kemm żmien ilu u nibqgħu sejrin hekk.", "Għandna wkoll il-problema ta' dawk il-postijiet ta' Tas-Sliema.", "Per eżempju, l-awtorita' bl-ikbar responsabbilta' għamlet erba' conservation areas f'Tas-Sliema, bħalma għamlet fiż-Żejtun, f'Ħal Tarxien, fil-Gudja u anke f'Għawdex, u fir-rigward tal-conservation area ta' Tas-Sliema qalet li ma jistax ikompli jsir żvilupp.", "Jekk tara Dingli Street u Borg Olivier Street issib plots ta' tliet qasab, u ġieli ħafna inqas, u minn dawk id- djar karatteristiċi u tant sbieħ, b'ambjent sajfi ...", "Qabel aħna l-Maltin konna mdorrijin immorru Tas-Sliema bħala post għas-sajf - mhux kulħadd imma min kien jista' - imma issa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet stop u kien jeħtieġ li jsir dan l-istop għax ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Hemm sezzjoni ta' nies li qed igergru għax qed jifgu b'dak il-bini għoli, għax neħħejnilhom l-arja, għax għamilnilhom id-dell fil-bitħa eċċ. Imbagħad hemm sezzjoni oħra li jkollhom dar hemmhekk u minflokha jkunu jridu jtellgħu blokk flats ta' ħames sulari jew sitt sulari, bħalma jkun għamel dak ta' ma ġembhom, għax jgħidulek li jekk huma joqgħodu fis-sular t'isfel se jġibu l-eluf ta' liri minn dawk il-flats li jkunu bnew.", "X'imkien trid taqta' linja u jien naqbel mad-deċiżjoni li ttieħdet.", "Huwa veru li n-nies qed jinqarsu u jkun hemm min jistaqsi: Għaliex jien?", "Għaliex mhux jien?", "Ma jistax ikun li nkomplu sejrin b'dak l-iżvilupp li kien qed isir pero' fil- liġi m'hu qed isir xejn biex jiġi applikat dak li qed tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Per eżempju, il-Ministru ma qal xejn fuq il-kwestjoni ta' l- enforcement.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Se nikkoreġik ħalli ma niddevjawx.", "Qed nieħu gost nisimgħek għaliex qed tkun oġġettiv immens.", "Madam Speaker, irrid infakkar lill-kollega tiegħi li jien għamiltha ċara li dan huwa l-ewwel lot ta' emendi.", "Dwar l-enforcement, kif jaf hu - kien miegħi għal żmien twil fuq il-bord - saru ħafna dibattiti u I hold strongly fuqha.", "Jien nispera li l- enforcement se tkun fil-lot ta' emendi li se nressqu 'l quddiem għax dan is- suġġett għadna lanqas biss missejnih.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nirringrazzjak.", "Imma jien kont nistenna li l- enforcement jieħu l-prijorita' għax hekk kien hemm bżonn.", "Issa hawn ma rridux inkunu politiċi u allura nadottaw dak li se jrebbaħna l-voti u dak li jista' jtellifna l-voti għalissa nżommuh.", "(Interruzzjonijiet) Jien naqbel miegħek b'ruħi u b'ġismi għax naf kemm hija dgħajfa l-enforcement min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u għalhekk jeħtieġ li niddixiplinaw lill-poplu wkoll.", "Per eżempju, nafu bl-ex-batching plant ta' Birżebbuġa fejn għandna dak il-ħadid fit-Triq tal-Barrani, li tant kien isemmih l- Onor. Vella.", "Nirriferi wkoll għall-Wied il-Kbir u hija ħaġa ta' mistħija li wieħed mill-isbaħ widien li għandna ġie mħarbat.", "Imbagħad hemm ukoll Wied Qirda, fejn iridu jagħmlu korsa taż-żwiemel u ħafna affarijiet oħrajn.", "Jien dawn nikkundannahom u kkundannajnihom kemm jien u anke l-Onor.", "Vella fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien ktibt fuqhom fil-gazzetta għaliex meta nagħmel dmiri m'għandix minn xiex nibża'.", "Fejn hemm il-liġi għandha tkun inforzata, pero' jien kont nistenna li artiklu 52 tal-liġi prinċipali jiġi nforzat l-ewwel bħala prijorita'.", "Dan l-artiklu jgħid li meta wieħed ikun qed itella' post illegalment, jew għax mingħajr permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jew għax ikun outside a development zone, jew inkella għax ikun ħariġlu l-permess imma ma jkunx qed jibni skond dak il-permess, l- awtorita' għandha toħroġlu stop notice.", "Jien naqbel li hekk għandu jkun.", "Pero' d-difett qiegħed hawn u jien kont nistenna li l-Ministru jikkoreġih.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, mhux biex ninterrompih imma jien fl- introduzzjoni għad-diskors tiegħi għidt li din m'hijiex xi liġi li ġejja minn Monte Sinai.", "Għidt u qed nerġa' ngħid hawnhekk li jien qiegħed hawn u lest nilqa' s-suġġerimenti u l-emendi li jsiru u nwiegħdu li jekk ikunu jagħmlu sens jien lest li napplikahom.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nirranġaw il-liġijiet.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Dak hu li se ngħidlek.", "Se nagħmillek suġġeriment.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bil-qalb kollha.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: F'artiklu 52 qed ngħidu li tinħareġ stop notice, u wara toħroġ enforcement order.", "Id-dixxiplina trid tkun hemm u l-ordni trid tiġi obduta.", "Issa l-proviso li hemm f'subartiklu (5) ta' l-istess artiklu jgħid li jekk l-applikant jingħata stop notice u jingħata enforcement order u dan jagħmel applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-enforcement order tiġi miżmuma u jibda l-proċess ta' l-applikazzjoni.", "Mela dan imur japplika u jibda s-soltu proċess ta' periti, ownership, plotting, imbagħad l-applikazzjoni tiġi refused, jerġa' jmur għall-consideration u tiġi refused, l-appell jista' jiġi refused u jista' jmur il-qorti, imbagħad wara xi tliet snin jekk mhux iktar irid iwaqqa' l-bini.", "Jien nissuġġerixxi lill- Ministru biex, kif għandu l-okkażjoni, jemenda dak il-proviso ħalli jiġi jgħid li biex tiġi pproċessata applikazzjoni trid twaqqa' dak li tkun ilħaqt bnejt illegalment.", "Dak il-proviso jista' jemendah u jekk irid jista' jistaqsi lill-esperti.", "Hawnhekk hawn esperti fuq il-liġi u jekk irid jista' jistaqsi anke lill-AG ħalli jara kif jista' jagħmel restrizzjoni qawwija ħafna biex dak li jkun ma jazzardax ipoġġi ġebla fuq ġebla f'każ fejn jista' jagħmel appikazzjoni u jinħariġlu l-permess.", "(Interruzzjonijiet) Jien jiddispjaċini li mhux se nkun nista' nieħu sehem fid-dibattitu waqt il-Committee stage imma l-Ministru għandu dan iċ-ċans.", "(Interruzzjonijiet) Hekk għandu jkun, żomm kelmtek, uża l-forzi tiegħek u uża d-dixxiplina bħala ministru ta' l-ambjent.", "Użaha din il-ħaġa.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nista' nassigurah - min kien fis-sotto- kumitat jafu dan - li jien ridt li fejn m'hemmx applikazzjoni jkolli d- dritt li nwaqqa' l-bini immedjatament.", "Legalment qaluli li hemm diffikultajiet kbar u ma nistgħux nagħmluha, imma jien nixtieq li din niddiskutuha fl-istadju ta' Kumitat għax jien daqsek nixtieqha ssir.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nispera li spjegajt tajjeb din il-materja mportanti ħafna pero' nerġa' nenfasizza li l-enforcement għandu jkun.", "L- Awtorita' ta' l-Ippjanar hija nieqsa mill-enforcement u nappella lill- Ministru sabiex jagħtiha l-apparat neċessarju.", "Issa spiċċa l-proġett ta' Buġibba u forsi spiċċaw ċerti proġetti oħrajn, allura ċertu makkinarju jista' jintuża biex ineħħi dak li huwa illegali u li qed iħassar l-ambjent.", "Jeħtieġ li tintuża l-forza u ma tibqax awtorita' mingħajr snien.", "Issa ħalli niġu għas-sitwazzjoni attwali.", "X'qed jagħmlu dawn l-emendi għall- effiċjenza ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Aħna nafu li għal sezzjoni kbira mill-poplu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tfisser: Irrid permess, oħroġuli.", "Hekk biss tfisser għalihom, jew inkella: Għaliex irrifjutajt il-permess tiegħi?", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar għalihom hija mostru mentri dan assolutament li m'huwiex veru.", "(Interruzzjonijiet) Sar progress fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien inżomm record ta' kemm sar xogħol u kemm jiġu deċiżi każi by delegation, kemm fi tmien ġimgħat, kemm f'16-il ġimgħa u anke fi żmien relattivament qasir.", "Hemm numru raġonevoli ta' applikazzjonijiet li ma joħolqux komplikazzjonijiet u allura jistgħu jgħaddu.", "Huwa veru li tmien ġimgħat huma ftit u tagħmel sens li ttawwalhom għal 12-il ġimgħa imma fuq din il- ħaġa nitkellem iktar tard.", "Kif jaf kulħadd sar ħafna progress.", "Anke r- rapport tas-Sur Karmenu Farrugia jgħid li sar ħafna progress, allura x'qed iżomm?", "U dan hu li jrid jifhem il-poplu Malti.", "GĦalkemm hemm 5,000 jew 6,000 applikazzjoni pendenti, quddiem il-bord tad-development control commission m'hemmx applikazzjonijiet għaliex kważi lestewhom kollha dawk li jridu jiġu pproċessati mill-case officers.", "Allura fejn qiegħed il-backlog?", "Il-backlog fid-DCC qiegħed fejn dak li jkun jitlob li jkun preżenti waqt id-deliberazzjoni.", "U hawn nixiteq ngħid xi ħaġa kemm għall-applikant u kif ukoll għall-periti u l-avukati li jtellgħu magħhom.", "Ħafna drabi jkun assolutament għalxejn li l-perit jagħmel talba biex ikun preżenti għax ikun diġa' jaf li l-applikazzjoni se tiġi approvata.", "Per eżempju, jsiru applikazzjonijiet għall-bini ta' maisonette ċkejken, ta' dar ċkejkna, ta' kamra, hi x'inhi, li jkunu jafu - għax hemm min ikun jaf ħafna affarijiet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar! - li se tiġi approvata u xorta jagħmlu l- applikazzjoni to be present waqt id-deliberazzjoni.", "Hemm periti u avukati li forsi jagħmlu dan għall-interess personali tagħhom u b'hekk qed jakkumula l-backlog.", "L-argument tiegħi hu li ħafna drabi din it-talba ssir għalxejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Bertu Pace, bil-permess ta' l-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "BERTU PACE: Fil-fatt il-parti l-kbira ta' l-emendi li qed nipproponu qed nagħmluhom preċiżament fuq talba tal-periti.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, lill-Onor.", "Bertu Pace nista' ngħidlu li hemm madwar 700 applikazzjoni pendenti fejn il-perit jew l- avukat ikun talab, għan-nom tal-klijent, to be present waqt l-istadju tad- deliberazzjoni.", "Issa jien nissuġerixxi lill-Ministru li, jekk hu prattikabbli u jekk din tista' ssir skond il-liġi, minflok ma jkun hemm development control commission waħda - fil-fatt diġa' hemm id-DCC 1 u d-DCC 2, għalkemm dawn huma l-istess nies - ikun hemm tliet boards oħra biex dan il-proċess jitħaffef għax min għandu applikazzjoni pendenti u, ngħidu aħna, rċieva llum mingħand il-case offier to be present, qabel Jannar li ġej mhux se jidher quddiem il-bord għax dan ma jittrattax aktar minn 10 jew l-aktar 15-il applikazzjoni f'seduta waħda, mhux kapriċċożament imma għax neċessarjament huwa hekk.", "(Interruzzjonijiet) Anke meta aħna konna fil- gvern dawn is-suġġerimenti jien kont nagħmilhom.", "Il-Ministru qal li ma sab xejn fil-files imma jaf x'kien hemm imniżżel fil-progamm elettorali. tagħna.", "Aħna għamilna sensiela ta' proposti biex intejbu l-effiċjenza ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u fl-eżekuttiv tal- Partit Nazzjonalista - ma nkun qed ngħid xejn sigriet - iddiskutejnihom fid- dettall għax konna nafu li l-pubbliku kien qed jitlob proċedura aktar snella.", "Jien dejjem għidt u anke għidtha fil-bord quddiemek stess li n- nies l-iktar li jiġu jkellmuna mhux fuq dawl, mhux fuq telephone, mhux fuq affarijiet oħra pwerili imma fuq permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Illum din l-esperjenza qed igħaddi minnha wkoll l-Onor.", "Bertu Pace.", "Hekk hi s-sitwazzjoni għax 95% tan-nies li jiġu jkellmuna - jew ejja ngħid 90% biex ma nesaġerax - huma fuq affarijiet li jirrigwardaw l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Għalhekk qed nieħu pjaċir ukoll li fejn ikun hemm refusal se jingħata d-dritt lill-perit biex jerġa' jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu bil-miktub.", "Pero' wisq nibża' li jekk se nħalluha li l-perit ikun preżenti waqt l-istadju tad-deliberazzjoni, dan il-backlog mhux se jiġi eliminat.", "Jien diġa' tkellimt fuq l-urban conservation areas, b'mod speċjali fuq Tas-Sliema u postijiet simili, pero' nixtieq nagħmel suġġeriment ieħor li forsi ħallejt barra.", "Għandna sitwazzjoni fejn case officers jiddettaw huma x'għandu jsir u nsemmi diversi każijiet.", "Jien ngħix f'raħal li huwa għal qalbi ħafna li għandu urban conservation area veru prestiġjuża li nixtieq li tiġi priservata.", "Pero' ma jistax ikun li, wara li perit privat jagħmel suġġeriment prattiku kif jista' jinżamm l-istat oriġinali tal-post, jiġi l- case officer sħun sħun u jgħidlu: Le, kif ngħid jien irid isir.", "Każ tipiku huwa ta' dar li qiegħda taħt il-livell tat-triq.", "Din id-dar dejjem tkun flooded u minn mindu għamlu t-tarmac l-ilma qaleb iktar, minkejja li saret qisha dorga biex l-ilma ma jidħolx, allura is-sid talab biex igħolli d-dar 'il fuq.", "Kulma kien hemm kienet arkata ċkejkna u l-perit qallu li se jinnumeraha u ma jbiddel l-ebda ġebla minn dik l-arkata, sempliċement jaqta' d-dar 'il fuq.", "U ma tawhx permess minħabba din l-imbierka arkata.", "Imma din hija redikola jekk dan il-bniedem qiegħed proprju jegħreq fix- xitwa.", "Mhux se jkun il-case officer li joqgħod hemmhekk!", "Ejjew inkunu prattiċi.", "Jien qatt ma nista' ninsa wieħed mill-ewwel każijiet ta' l-Ombudsman, dak ta' Sciberras - il-membri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jafuh - li kellu daqsxejn ta' tieqa fil-faċċata li riedu jikkonservawha.", "Dan aċċetta li jikkonservaha, qallu bil-miktub li se jwaqqagħha u jerġa' jpoġġiha f'postha għax ried sempliċemet jagħmel taraġ.", "Qalulu li ma setax jagħmel taraġ għax għandu l-arkati.", "Allura dan se jibqa' jgawdi l-arkati?", "Dan għamel l-applikazzjoni, appellaha u tilef, għamel reconsideration u tilef kollox, reġa' applika u reġa' tilef kollox u llum il-ġurnata l-blata ta' din id-daqsxejn ta' tieqa waqgħet u ħalliha hemm.", "Issa jgawdiha l-ambjent!", "Jiġifieri hawnhekk irrid nagħmel appell lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex ikunu daqsxejn konsistenti magħhom infushom u jkunu prattiċi f'dawn l- affarijiet.", "Madam Speaker, ikolli ninsisti li għalkemm ċerti emendi fil-liġi huma prattiċi hemm oħrajn li ma kienx hemm lokhom.", "Iktar kien hemm bżonn ta' titjib ta' l-amministrazzjoni teknika fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar milli tibdil tal-liġi proprja.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, hemm ftit affarijiet pożittivi imma jien ma naqbilx li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tagħmilha soġġetta għall-ordnijiet tal-ministru.", "Jekk hemm bżonn, Ministru, ejja nerġgħu niddiskutu biex lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar inħallulha l-awtonomija tagħha għax inkella jista' jkun hemm l-abbużi.", "Bħalma qallek l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, illum hemm inti u aħna moħħna mistrieħ bik - mhux għax m'għandniex fiduċja f'oħrajn imma ċertament li għandna moħħna mistrieħ bik - imma jista' jkun hemm xi oħrajn, u kellna fil- passat, li jistgħu jabbużaw minn dawn il-provvedimenti li int qed tipproponi.", "Imbagħad qed ngħidu li l-pjan ta' struttura jrid jinbidel iktar spiss jew inkella piecemeal.", "Nafu li hemm ċerti areas fejn huwa permessibbli li jsir bini għall-iżvilupp pero' m'hemmx scheme għalihom.", "Dawn qegħdin jistennew il-pjan ta' struttura biex jidħlu fl-ischeme.", "Din kienet tkun emenda tajba!", "F'Ħaż-Żebbuġ hemm żewġ building sites kbar li m'hemmx scheme għalihom.", "Issa dan meta biċċa art qed tinbiegħ Lm20,000 u Lm22,000 u kieku dawn l-areas jidħlu fl-ischeme kieku l-prezz average ta' l-art f'Ħaż-Żebbuġ jitbaxxa - jew almenu ma jibqax jogħla - (Interruzzjonijiet) Le, le, in urban conservation areas, imma m'hemmx scheme, jiġifieri m'hemmx it-toroq u m'hemmx minn fejn jgħaddu servizzi.", "Imma dawn jistgħu jinfetħu u jidħlu fl-ischeme.", "Allura se noqogħdu nistennew l-istructure plan tar-raħal ta' Ħaż-Żebbuġ biex dan il-povru bniedem jibda jibni għal uliedu stess!", "Mhux hu biss għax imbagħad ikun jista' jagħti artijiet u jserraħ il-piż minn fuq il- gvern.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, se nistaqsih biex inkun qed nifhmu eżatt.", "Jiġifieri int qed tgħid li hemm areas li jistgħu jiġu żviluppati, qegħdin within the scheme pero' miżmumin minħabba li m'hemmx il-local plan?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: M'hemmx scheme għalihom u l-ischeme jidħol meta jsir il-local plan.", "Din hija ħażina.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed tinżamm l-ischeme għax m'hemmx il-local plan?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Iva, għax m'hemmx il-local plan.", "Issa hekk se jiġri jekk il-pjan ta' struttura se toqgħod tmissu biċċa biċċa.", "Għax ejja ngħidu li tagħmel il-local plan għaż-Żejtun u allura f'dak ir-raħal tippermetti li jkun hemm ċertu għoli ta' bini, waqt li l-pjan għan-naħa tal- Mellieħa jkun għadu ma tressaqx quddiem il-Parlament għall-approvazzjoni.", "Allura taż-Żejtun għandhom il-permess biex jibnu erba' sulari u n-nies tal- Mellieħa ma jistgħux għax hemmhekk għad irid jiġi kkonsidrat mill- Parlament!", "Hemm ħafna konsegwenzi oħra u huwa ħażin li ġġib partijiet mill- pjan ta' struttura biex iddaħħalhom fl-iskema biċċa biċċa.", "Din hija ħaġa perikoluża ħafna, se tagħmel ħafna ħsara u se tkun kaġun ta' korruzzjoni wkoll.", "Din l-emenda fil-liġi, li se ġġib partijiet mill-pjan ta' struttura biċċa biċċa, jista' jkollha aspetti pożittivi imma wisq nibża' li iktar tista' tagħmel ħsara milli ġid biha.", "Jien hawnhekk nixtieq nagħmel appell speċjali biex din jikkonsidra wkoll il-Ministru.", "Imbagħad għandna problema oħra rigward il-plots.", "Il-Partit Soċjalista qabel l-elezzjoni wiegħed lill-poplu li jagħtih il- plots u mhux maisonettes, bħalma kienet il-policy tal-Partit Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Irridu nibżgħu għall-art.", "Dan l-aħħar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet survey biex tkun taf x'possibbilta' hemm ta' żvilupp fid- development zone areas li jistgħu jiġu sfruttati għal skop ta' housing.", "Irriżulta li għad għandna ħafna u jenħtieġ li ssir xi skema għax wisq nibża' li kif qed tiġi emendata l-liġi, peress li wegħedna li se nagħtu l- plots, se nagħtu lok biex il-pjan ta' struttura jiġi estiż u se nieħdu areas li suppost jiġu kkonservati.", "Din hija sistema ħażina u jien nagħmel appell hawnhekk sabiex jirtiraw dik il-wegħda li għamlu qabel l-elezzjoni li jqassmu l-plots għax jekk jattwawha ikunu qed jagħmlu aktar ħsara.", "Il- policy tal-Partit Nazzjonalista li jibni masionettes tagħmel iktar sens u ngħid għaliex.", "Il-plots li ngħataw fis-snin tmenin kienu nxtraw bix-xejn - Lm600 jew Lm800 - u min tella' post illum kiber, it-tfal iżżewġulu u l-post qasmu fi tnejn, fuq u isfel, u ta' dik il-biċċa art li fuqha ħareġ ftit mijiet ta' liri - naturalment għamel kollox bil-liġi għax xtara ċ-ċens u wara li għaddew għaxar snin kellu kull dritt jiddisponi mill-post - daħħal l- Lm40,000 tal-post ta' fuq u Lm40,000 oħra tal-post t'isfel.", "Jiġifieri minn plot li kien xtrah b'Lm600 ġab Lm80,000 għall-kappriċċ tal-gvern.", "Jien ngħid lill-partit fil-gvern biex ineħħi din il-policy, jibża' għall- art li tant hija limitata f'pajjiżna u ma jeħux iktar art minn dik li hija tajba għar-rikreazzjoni u għall-agrikoltura, sabiex l-ambjent ngawduh aħna u ta' warajna u ma jirrovinax dak li għandna.", "Għandna biżżejjed proprjeta' u bi proposti bħal dawk li saru għall-Furjana, fejn raw il-postijiet li huma battala, iltaqgħu mas-sidien, tkellmu magħhom u raw kif jistgħu jiġu rranġati u żviluppati mingħajr r-restrizzjonijiet ta' urban conservation - naturalment fejn verament ikun hemm bżonn naqbel ma' din is-sistema - nistgħu naslu biex dawn il-postijiet battala nagħmlu użu minnhom.", "Din hija xi ħaġa urġenti għax wisq nibża' li jista' jiġrilna bħalma ġralhom pajjiżi oħra fejn il-units tant jakkumulaw li lanqas jifdlilna post għar- rikreazzjoni.", "Madam Speaker, punt ieħor li rrid nagħmel huwa dwar is-secret vote u għal meta jiġi biex jingħata l-vot għax klawsola 12 ta' dan l-abbozz ta' liġi, li qed temenda artiklu 32 ta' l-Att prinċipali, tgħid li d- deliberazzjonijiet jistgħu jsiru bil-magħluq imma l-vot irid jintefa' fil- miftuħ.", "Jien bejn naqbel u bejn ma naqbilx ma' dak li qal il-Ministru u dak li qed jiġi ssuġġerit.", "Huwa veru li f'ċerti okkażjonijiet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, u aktar u aktar id-DCC, kultant ikollhom jiddiskutu ċerti materji li jistgħu jkunu kontroversjali u minħabba l-mod kif ikunu esprimew ruħhom waqt il-board meeting wieħed malajr jiġbed konklużjoni li dak jobgħod lil dak u l-ieħor ifaħħar lill-ieħor.", "U hawn naqbel ma' l-Onor.", "Vella fejn qal li jkun hemm nies għassa tiegħek biex jaraw kif se tivvota.", "Il-proċedura biex isir vot sigriet hi li l-membri jingħataw biċċa karta biex jivvotaw favur jew kontra u għalkemm ikun hemm l-għassa fuqhom ikunu vvotaw b'mod sigriet.", "Issa jekk ir-riżultat tal-votazzjoni jkun indaqs, jiġifieri nofs iva u nofs le, miskin hu min ikun chairman għax ikollu jitfa' l-casting vote!", "Kien qal sew iċ-chairman Fabri meta qal: Jien se nitfa' l-casting vote tiegħi u nistedinkom minn issa għall-funeral!", "Hekk kien qal, dawn il- preċiżi kelmiet.", "L-iSpeaker preċedenti, l-Onor.", "Gonzi, kien ta ruling li jgħid li ma jistax ikun li dan il-Parlament ikollu s-secret vote għax meta r-riżultat jiġi indaqs il-vot ta' l-iSpeaker ma jistax ikun sigriet.", "Mela l- vot tal-membri huwa sigriet u ta' l-iSpeaker jew inkella tal-President tal- Kumitati m'hu sigriet xejn!", "MADAM SPEAKER: Onor. Bonnici, skadielek il-ħin u għadnek bżonn extension.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi li l-Onor.", "Bonnici jkompli jinstema'.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Bonnici jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha.", "Ma xtaqtx indum daqshekk imma naħseb li huwa utli li wieħed ikompli jikkummenta xi ftit fuq dawn l-affarijiet għax din il-kwestjoni tal-casting vote wieħed irid joqgħod attent għaliha.", "Fil- bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar saru ħafna diskussjonijiet u l-avukat ta' l-awtorita' qabel mar-ruling li ta l-iSpeaker preċedenti, għalkemm din fiha l-iżvantaġġi tagħha wkoll, imma ma tantx hemm x'tagħmel.", "Jien il- pożizzjoni nifhimha u hija daqsxejn imbarazzanti.", "Madam Speaker, hawn irrid infaħħar lill-Partit Nazzjonalista għall-mod kif kien jittratta s-sitwazzjoni meta ma kienx jinħareġ permess biex isiru ċerti proġetti u nixtieq li l-Gvern preżenti jibqa' jimxi fuq dan l- eżempju.", "Per eżempju, meta saret applikazzjoni biex jiġi kkonsidrat li tinbena skola ta' St. Dorothy's f'Ħaż-Żebbuġ u skola oħra ta' St. Catherine's f'St. Andrews, il-Gvern preċedenti kien ressaq iż-żewġ talbiet quddiem il-Parlament biex jiġu diskussi bl-ikbar responsabbilta', allavolja kien hemm min kien favur u min kien kontra u nqalgħu ħafna argumenti.", "Illum il-ġurnata jekk ċerti proġetti jkunu ta' entita' nazzjonali jkunu jeħtieġu l-appoġġ ta' dan il-Parlament u aħna minn din in-naħa lesti li nagħtu l-kontribut tagħna għall-ġid tal-poplu Malti.", "Illum il-ġurnata qed nipprovaw li l-iskejjel nibnuhom fil-miftuħ u mhux qalb in-nies.", "Għandna biżżejjed skejjel imdawrin bid-djar u ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Dan l-aħħar qaluli li l-Gvern għandu l-ħsieb li jibni xi skejjel ġodda u jien nissuġġerixxi li nsibu xi postijiet viċin xi belt jew raħal, bħalma għamilna fil-każ ta' l-iskola ta' Santa Luċija, meta tressqet riżoluzzjoni f'dan il-Parlament u kien hemm qbil li din l-iskola tiżviluppa.", "F'każijiet bħal dawn l-Oppożizzjoni tagħti l-kontribuzzjoni tagħha għax fejn ikun hemm ċerti entitajiet ta' natura nazzjonali aħna lesti li nikkoperaw, imma mhux f'każ meta ġġib biċċiet mill-pjan ta' struttura għax jista' jkun hemm sezzjonijiet li wieħed jabbuża minnhom.", "Jien ma naqbilx assolutament li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha titmexxa minn diversi kaptani, naqbel li hemm bżonn jiżdied il-personnel imma mhux li jkun hemm ħafna kaptani għax naf li meta wieħed jiġbed minn hemm u l-ieħor jiġbed minn hawn jista' jkollna diżastru.", "Huwa veru li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid tiġi rraffinata u kulħadd jaqbel ma' dan.", "Nafu wkoll li lill-Partit Nazzjonalista din tellfitu ħafna voti u, mhux billi l-Partit Soċjalista ma jridx jitlef il-voti minħabba l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jeħtieġ li ssir xi ħaġa biex kemm jista' jkun ikun ikun hawn consensus għax ninsab żgur li meta jkun hemm ħafna kaptani assolutament ma jagħmel ġid lil ħadd.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-periklu tal-klawsola li tgħid li l- applikazzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati minn tmien ġimgħat għal 12-il ġimgħa.", "B'esperjenza ta' erba' snin fil-ħajja tal-Planning Authority rajna li f'ċerti każijiet m'huwiex prattikabbli li l-permess joħroġ fi tmien ġimgħat imma xi kultant ikollu bżonn ftit iktar żmien.", "Jien kont hawn meta l-ex-Ministru Falzon kien qal li fi tmien ġimgħat għandu joħroġ il-permess u l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet qaltlu li aħjar intawlu ż-żmien.", "Hu ma kienx aċċetta dik l-emenda imma llum il-ġurnata qed naraw li fil-fatt kien hemm bżonnha.", "Jien naħseb li 12-il ġimgħa huwa żmien raġonevoli pero' l-emenda li ressaq il-Ministru hija perikoluża ħafna u tista' toħloq diffikultajiet kbar, kif diġa' spjega tajjeb l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Din tgħid li jekk fi 12-il ġimgħa ma tirċievi l-ebda risposta jew kumment mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikun ifisser li l-permess ikun inħariġlek.", "Mela jekk jien naqbad nibni kamra jew farmhouse taħt Ta' l- Għolja jew il-Fawwara - tħabbilx moħħok, jien mhux se nħabbel rasi fejn ikun! - u nitfa' applikazzjoni, nista' niftiehem ma' xi ħadd biex jaħbiha f'xi cupboard, wara xi banketta jew taħt xi cushion, u mbagħad jgħaddu t- tmien ġimgħat u la ma nkun irċevejt l-ebda risposta nqis li nkun ingħatajt il-permess!", "GĦalhekk qed ngħid li din il-ħaġa hija perikoluża ħafna.", "Lill- Ministru, li qed jilqa' kull suġġeriment li qed nagħmlulu, nixtieq ngħidlu li din ġiet imposta fuqu għax ma naħsibx li hu bħala persuna jixtieq li din il-ħaġa ssir.", "U hawn niġi għal xi ħaġa oħra li qed iddejjaqni, ċioe' li l- users' committee \"shall report to the Minister\".", "(Interruzzjonijiet)", "Ibqa' ċert li se jkollok nies iħufu minn hemm u minn hawn u jiġġerrew b'ċerta arja ma' l-uffiċini tal-Planning Authority bl-iskuża li huma membri tal-users' committee.", "Din bħalma jagħmlu ċerti nies li jippretendu li għandhom jidħlu bi dritt fl-uffiċċju ta' dak u fl-uffiċċju ta' l-ieħor u jaqbżu lil dak u jaqbżu lill-ieħor bl-iskuża li huma kunsilliera.", "Aħjar tneħħi l-users' committee u tagħmel ombudsman bħalma għamilna għall- Universita'.", "Din tkun persuna responsabbli u jekk il-permess ma joħroġx fi 12-il ġimgħa lill-applikant tagħtih l-opportunita' li jitlob lill-ombudsman biex jinvestiga għaliex dak il-file ma ġiex ipproċessat.", "Hekk l-affarijiet jimxu bis-serjeta'.", "Din il-ħaġa ma bżajtux tagħmluha fl-Universita' u aħna qbilna magħkom meta għamiltu ombudsman fl-Universita'.", "Jien ma rridx li l- idea ta' l-ombudsman nirrenduha cheap għax s'issa diġa' għamilna ombudsman nazzjonali u ombudsman fl-Universita', imma f'post perikoluż bħalma hi l- Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn jista' jkun hemm lok ta' abbuż, naqbel li għandu jkun hemm l-ombudsman minflok il-users' committee.", "Jien naraha iktar ħaġa prattika jekk ir-rapport isir lill-ombudsman li mbagħad jieħu l-passi kollha neċessarji.", "Pass ieħor pożittiv huwa li l-estensjoni tal-permess se titwal għal tliet snin.", "Dan kien pass tajjeb għaliex fi proġetti ta' ċerta entita' li jieħdu tul ta' snin - hawn nista' nsemmi l-proġett tal-Hilton u proġetti simili - ma jkollokx toqgħod terġa' tapplika kull darba jew inkella testendi l- applikazzjoni li tkun għamilt u toqgħod taħli dak iż-żmien kollu.", "Allura naħseb li din hija ħaġa prattika ħafna.", "Ħadt pjaċir ukoll li l-Ministru qal li l-membri tal-bord peżenti se jibqgħu hemmhekk.", "Jien naf li hemm nies verament ta' fiduċja u ħadd qatt ma ġie msemmi għal xi atti ta' korruzzjoni jew illegali.", "Naf li hemm nies dedikati li jaħdmu bis-sħiħ u ġieli ndumu mis-2.00 p.m. sat-8.00 p.m. u anke sad-9.00 p.m., jiġifieri mmorru 'l hinn mill-familja tagħna u minn appuntamenti oħra biex niddedikaw il-ħin tagħna għal dan ix-xogħol.", "GĦalhekk jien nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li hemm ċerti nies fuq dan il-bord li m'humiex imħallsin kif suppost u l-Ministru jaf b'din il- problema.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien ma niftakarx li għidt - issa ma rridx niġi miftiehem b'mod negattiv - li l-membri preżenti se jibqgħu hemmhekk.", "Ma nafx li għidtha.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Int għidt li għalissa se jibqgħu hemm.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien għidt biss li l-kompożizzjoni tal-bord se tibqa' kif inhi, pero' mhux li l-membri se jibqgħu l-istess, ħalli nkunu ċari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Imma l-fatt li ħallihom għal disa' xhur sħaħ ifisser li għandu fiduċja fihom.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, dwar dan jien naqbel miegħek.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Il-Ministru jaf bil-kwestjoni tar-rimunerazzjoni ta' dawn in-nies u għalkemm uħud minnhom jitħallsu minħabba l-pożizzjoni tagħhom fid-DCC, u allura awtomatikament qegħdin fil-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, nappella lill-Ministru sabiex jikkonsidra - il-Ministru jaf x'sagrifiċċju nagħmlu hemmhekk, ħafna drabi jkollna niffaċċjaw it-theddid tal-pubbliku u ġieli ħriġna bil-pulizija minn hemm ġew - li ikun hemm rimunerazzjoni diċenti biex tagħmel tajjeb għas-sagrifiċċju li jagħmlu dawn in-nies.", "(Interruzzjonijiet) Jien ilni sentejn membru tal-bord ta' l-awtorita' u dejjem tajt l-aħjar kontribut tiegħi.", "Pero' ma naqbilx ma' dak li kien jgħid dak li llum huwa ministru u li dak iż-żmien kien membru tal-bord li l-awtorita' hija rubber-stamp.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha r-regolamenti fuqhiex timxi u jkun ħażin jekk bl-emendi li qed nagħmlu issa nġibuha rubber-stamp tal-gvern.", "Dan huwa ħażin ħafna u fuq din il-ħaġa ma naqblux.", "Per eżempju, fiż-żmien li jien kont nirrappreżenta lill-Gvern preċedenti fuq il-bord irċevejna applikazzjonijiet minn dipartiment tal-gvern jew minn xi ministeru biex isiru 15-il antenna fuq il-Victoria Lines.", "Jien kont l- ewwel wieħed li ma qbiltx allavolja kien proġett tal-gvern.", "Niftakar ukoll li riedu jagħmlu sea terminal quddiem Pinto Stores u kif għamilt fil-każ li semmejt qabel ma qbiltx u għidtilhom li proġett bħal dan m'għandux isir.", "Dawn l-affarijiet huma kollha miktubin.", "Jien kont oġġezzjonajt ukoll - inti taf biha - meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar riedet tnaqqas il-housing units f'Pembroke u għidt li lanqas unit wieħed m'għandu jonqos.", "Jekk l- Awtorita' ta' l-Ippjanar se tkun rubber-stamp dan se jkun ħażin ħafna.", "(Interruzzjonijiet) Dan biex nurik kemm jien ma qbiltx ma' dawk l- affarijiet.", "B'dan li qed ngħidu f'din il-liġi li għandna quddiemna l- Awtorita' ta' l-Ippjanar se tiġi mġiegħla tagħmel ċerti affarijiet, taqbel jew ma taqbilx magħhom u jmorru u ma jmorrux kontra l-proċeduri tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Dawn l-affarijiet ma kkwotajthomx għax naf li kellu jsemmihom l-Onor.", "Zammit Dimech.", "Per eżempju, paragrafu (a) ta' klawsola 3 jgħid hekk:", "(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, minflok il-kliem \"skond policies u pjanijiet approvati.\" għandhom jidħlu l-kliem \"skond policies, pjanijiet u kondizzjonijiet approvati mill-Gvern u bil-proċeduri kif approvati mill-Ministru.\".", "Proċeduri kif approvati mill-Ministru!", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar il-proċeduri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma dwar il-proċeduri li jiddetta l-Ministru.", "Aħna nafu xi tfisser din.", "(Interruzzjonijiet) Issa spjegaha fil-winding up pero' żgur li mhux se tipperswadina fuq din il- ħaġa.", "Li kien hemm bżonn għal din il-liġi kienu emendi amministrattivi biex inneħħu l-burokrazija li hemm u biex inqajmu ftit il-case officers fuq tagħhom biex ix-xogħol jitħaffef.", "Per eżempju, għaliex file idum sena qabel ma jiġi pproċessat?", "Hawnhekk qiegħed il-ħażin.", "Jien naqbel mad-delegated powers u mal-general development order, għalkemm din fiha xi difetti, pero' għandu jittieħed parir mingħand il-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-proposti taċ-chief executive li jagħmlu ħafna sens.", "Dawn il-proposti ħadt nota tagħhom pero' huwa impossibbli li tikkwotahom kollha.", "Qabel ma din il-liġi tgħaddi mill- istadju ta' Kumitat aħjar li wieħed jerġa' jara l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Aħna d-delegated powers ma neħduhomx bħala ordni permanenti pero' jekk ikollna informazzjoni mingħand l-enforcement officers li xi wħud minnhom qed jiġu abbużati - jien ċert li se jkunu abbużati - għandhom jitneħħew.", "Din hija ħaġa importanti.", "Għalhekk irid ikun hemm monitoring il-ħin kollu fuq dawn id-delegated powers - xi wħud minnhom huma tajbin u prattiċi - biex ma jkunx hemm xi abbużi.", "Per eżempju, biex tagħmel tool shed fid-dar ma jkunx hemm bżonn applikazzjoni.", "Dan l-aħħar lil wieħed ma aċċettawlux il-compliance certificate għaliex minn fuq tieqa ħareġ pied 'il barra bil-konkrit, mis-saqaf stess, biex ipoġġi ċ- ċilindru tal-gass!", "L-affarijiet għandhom isiru bis-sens.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tkun f'sensiha u prattika u mhux hekk.", "Jien qed nibża' li b'dawn l-affarijiet jista' jkollna abbuż.", "Madam Speaker, ipprovajt nagħmel kritika kostruttiva li ħarġet mill-qalb.", "Filwaqt li naqbel ma' ċerti affarijiet ma naqbilx ma' affarijiet oħra.", "Jien nittama li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jiġrilhiex bħalma ġralu Julius Caesar meta sar komplott kontra tiegħu u Brutus, l-iktar persuna ta' fiduċja, spiċċa biex tah daqqa ta' stallett wara li ġiegħluh jeħodha kontra tiegħu.", "Dan ma nistennihx mingħand l-Onor.", "George Vella u ma rridx ngħid li hu se jagħmel il-parti ta' Brutus imma nispera li ma jkunx hemm xi persuna oħra.", "Aħna għandna l-ikbar fiduċja fih u nixtieq nagħmillu appell biex jerġa' jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu għax ir-riperkussjonijiet jekk itellef l-awtonomija ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikunu koroh.", "Qed ngħid dan biex ma jgħidulux: Et tu, Brute!", "Peress li l-emendi qed isiru llum hu għandu r-responsabbilta' li dak li għandu jsir isir bl-ikbar onesta' u sinċerita'.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, illum qed inkomplu niddibattu suġġett verament delikat u importanti u għalhekk ikun tajjeb li l-Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra jitkellmu b'mod oġġettiv u b'mod serju, kif naħseb li għamel l-Onor.", "Michael Bonnici, għalkemm ċertament li din in-naħa ma taqbilx ma' ċerti affarijiet li qal, speċjalment meta semma lil Brutus.", "Il- Partit Laburista, llum fil-gvern, m'huwiex kontra l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u lanqas qed jagħmel xi tentattiv biex jeqridha jew inaqqsilha mill-awtorita' li għandha, kif qed jipprovaw jgħidu xi wħud.", "Mid-dehra hawn min għadu jgħix fil-passat.", "Illum qed nitkellmu fuq il-preżent u fuq l-updating ta' l-istess politika tal-Partit Laburista, inkella ma nkunux nistgħu nissejħu ġodda jekk ċerta politika tal-passat ma tinbidilx.", "Dak li huwa dritt hemm bżonn li ngħiduh.", "Naħseb li tajjeb li wieħed jibda jsemmi x'inhuma l-oġġettivi u r-rwol ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dan insibuh fil-mission statement li jibda biex jgħid hekk:", "\"To provide a quality, people-oriented planning service by equitably managing the island's natural and man-made resources, environment and development needs to improve the quality of life of current and future generations.\".", "Ħafna mission statements ta' bosta kumpanniji u awtoritajiet huma kollha sbieħ fuq il-karta pero' mbagħad meta niġu għall-prattika nibdew insibu t- tagħwiġ u l-problemi.", "Għalhekk inħass il-bżonn li għandha ssir xi ħaġa u għalhekk l-Onor.", "Vella ikkritika ġustament, ngħid jien, il-fatt li l-Gvern ta' qabel m'għamel l-ebda rapport intern sabiex għallinqas jibda jaġġusta jew iħares fejn hemm il-problemi.", "Fil-fatt meta daħal fil-ministeru ma sab l-ebda karta waħda li titkellem fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew dwar x'emendi għandhom isiru sabiex is-servizz jitjieb u verament ikun people- oriented u fl-istess ħin l-iżvilupp jitħares u jkun ikkontrollat mhux b'kapriċċ imma skond ir-regolamenti.", "Mal-mission statement insibu wkoll ċerti valuri li permezz tagħhom għandha taħdem din il-filosofija ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien għamilt bħal eżami tal-kuxjenza u nixtieq ngħid lill- membri jew lill- ħaddiema ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li jservi tajjeb li kultant wieħed jieqaf u jaħseb fuq il-ħidma li tkun għaddejja.", "Wieħed għandu jieqaf u jaħseb ftit dwar jekk dawn il-valuri sbieħ humiex qed jitħaddmu jew jagħtu l-frott mixtieq.", "L-ewwel valur li jissemma huwa l-integrita'.", "Jien hawnhekk nistaqsi lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar - mhux biss lill-membri tal-Planning Authority Board - jekk kienx hemm dejjem l-onesta' u l-imparzjalita' min-nies kollha li jaħdmu jew li kienu jagħmlu parti minn din l-organizzazzjoni.", "It-tieni valur sabiħ huwa l-kwalita'.", "Dejjem intlaħaq livell għoli fl-aspetti kollha tas-servizz mogħti jew xi drabi forsi kien hemm bżonn li dan ma jintlaħaqx?", "It-tielet valur li nsibu fil-mission statement huwa r-rispett lejn il-klijenti, lejn il-pubbliku u lejn l-istess ħaddiema ta' l-awtorita'.", "Dejjem intwera dan ir-rispett lejn il-klijenti, lejn iċ-ċittadini, lejn il-pubbliku u lejn l- istess ħaddiema ta' l-awtorita'?", "Ir-raba' valur huwa li l-awtorita' tkun miftuħa.", "L-awtorita' dejjem kienet trasparenti fil-mod u fid-deċiżjonijiet li ħadet fl-għoti ta' informazzjoni u fil-proċeduri kollha?", "Il-ħames valur jinkorpora fih l-ekonomija, l-effettivita' u l-effiċjenza.", "Allura nistaqsi: Dejjem sar użu tajjeb tal-finanzi, tal-ħin u tar-riżorsi umani?", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet effettiva u effiċjenti biżżejjed fix-xogħol tagħha?", "Fid-dinja m'hawn xejn perfett, u peress li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija magħmula mill-bnedmin ċertament li ma nistgħux ngħidu li din tkun perfetta dejjem għaliex dan huwa kważi impossibbli.", "Għalhekk filwaqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh li fid-dinja kulħadd huwa uman u kulħadd huwa soġġett għall-iżball - żbalji saru u sfortunatament jibqgħu jsiru - ikun tajjeb li kultant wieħed jieqaf u jaħseb u jara x'inhuma l-bżonnijiet ta' kull awtorita' u mhux biss ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Kull awtorita' għandha tagħmel eżami tal-kuxjenza skond l-istess mission statement tagħha li huwa, biex ngħid hekk, l-oġġettiv primarju li trid timxi miegħu u tara fejn naqset, x'hemm bżonn isir u x'hemm bżonn jinbidel.", "Jien se nipprova nagħti ftit raġunijiet ta' fejn u għaliex dawn il-valuri sbieħ mhux dejjem intlaħqu jew mhux dejjem ġew miżmuma u l-ewwel problema li tiġi f'moħħna hija n-nuqqas ta' effiċjenza u d-dewmien fil-ħruġ tal-permessi.", "L-Onor.", "Michael Bonnici qal li kważi 90% tal-każi li jiġu quddiemu - jew quddiem membri oħra ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - jittrattaw ilmenti dwar dewmien fil-ħruġ tal-permessi.", "Jien naħseb li hemm diversi fatturi għalfejn hemm din in-nuqqas ta' effiċjenza f'din il-ħaġa u se nsemmi xi ftit punti li ġew f'moħħi għax jista' jkun hemm oħrajn.", "L-ewwel problema - din mhux bilfors li hija l-ikbar waħda - hija d-dipendenza fuq id- dipartimenti tal-gvern u l-ħafna dewmien min-naħa tagħhom sabiex tingħata risposta.", "Hawnhekk nixtieq insemmi żewġ eżempji.", "Jien naf fkaż ta' persuna li damet kważi sena tistenna risposta sabiex ikollha dish antenna.", "Hemm bżonn li tgħaddi sena biex jinħareġ permess għal dish antenna?", "Hawnhekk il- pubbliku mill-ewwel jgħid li hija l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li taħti għal dan in-nuqqas pero' meta wieħed jinvestiga ftit isib li l-Wireless Telegraphy Department, minkejja li jkun intalab bosta drabi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jagħti l-go-ahead tiegħu, jew idum biex jirrispondi jew ma jirrispondi xejn.", "Jiena niskanta kif fi żmien meta qegħdin nitkellmu fuq it-teknoloġija ta' l-informatika - fil-Parlament għadna kemm għaddejna mozzjoni dwar it-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għat- Teknoloġija ta' l-Informatika - in-nuqqas ta' komunikazzjoni bejn l- awtorita' u bosta dipartimenti tal-gvern hija daqshekk rampanti.", "GĦalhekk imbagħad nispiċċaw biex wieħed iwaħħal fl-ieħor pero' fl-aħħar mill-aħħar dak li qed ibati huwa l-klijent, huwa ċ-ċittadin.", "Ħalli nagħti eżempju ieħor, bil-permess numru PA 5134/95; dan jikkonċerna ċ-Ċittadella f'GĦawdex.", "Insibu li ntbagħtu disa' ittri lid-Dipartiment tal- Mużewijiet pero' dan lanqas qatt ma bagħat acknowledgement.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar talbet lil dan id-dipartiment sabiex jibgħat ir- rakkmandazzjonijiet tiegħu sa mill-21 ta' Marzu, 1996; imbagħad fit-12 ta' Ġunju, 1996; fit-13 ta' Settembru, 1996; fl-20 ta' Settembru, 1996; fit-12 ta' Ottubru, 1996; fit-28 ta' Jannar, 1997; fit-18 ta' Marzu, 1997; fl-24 ta' April, 1997; u fit-2 ta' Ġunju 1997.", "U dan, kif diġa' għidt, mingħajr qatt ma tintbagħat risposta lura jew għallinqas acknowledgement ta' l-ittra li l-Planning Authority bagħtet.", "Jidhirli li dan l-aħħar saret emenda fir- regolamenti, fis-sens li l-Planning Authority m'għandhiex għalfejn toqgħod tistenna l-clearance min-naħa tal-Land Department u tal-Joint Office.", "Jidher għalhekk li dawn iż-żewġ units taw il-go-ahead tagħhom lill- awtorita' sabiex tmexxi u b'hekk jitħaffef il-proċess.", "Jiena naħseb li dan jista' jservi ta' gwida għal dipartimenti oħrajn li jistgħu jimitaw din il- mossa u jagħtu blanket clearance in advance u naturalment meta jkollhom oġġezzjoni sta għalihom li jintervjenu fil-pront.", "Ħaġa oħra li nixtieq insemmi u li naħseb li wkoll toħloq ineffiċjenza huma n-nuqqasijiet minn ċerti periti.", "Forsi ċerti periti jippuntaw wisq subgħajhom lejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma ma jarawx l-iżbalji li huma wkoll huma soġġetti għalihom u forsi jkun hemm min jgħid: U ejja nieħdu ċans!", "Ejja ngħadduha!", "GĦalhekk tajjeb li anke l-periti jagħmlu dan l- eżami tal-kunxejnza.", "In-nuqqasijiet min-naħa tal-periti jistgħu jkunu kemm fl-applikazzjoni oriġinali li tiġi ppreżentata lill-awtorita', kif ukoll waqt il-konsultazzjonijiet li jsiru wara, fis-sens meta l-awtorita' titlob lill-perit sabiex iressaq sottomissjonijiet ġodda jew pjanti ġodda.", "Jista' jkun li l-perit idum ma jwieġeb dawn l-ittri u ovvjament l-applikazzjoni taqa' lura.", "Biex ngħid hekk, kważi 40% mill-applikazzjonijiet pendenti qegħdin f'din is-sitwazzjoni, jiġifieri qegħdin jistennew risposta minn perit jew ieħor.", "Kif semma l-Onor.", "Michael Bonniċi, li bħalissa qiegħed fis-Sedja, hemm madwar 600 applikazzjoni oħra - huwa semma 700, forsi huwa aktar preċiż minni - li qegħdin jistennew li jidhru quddiem il-bord tal-DCC minħabba talbiet tal-periti, jew ta' l-istess applikant, biex bażikament jippreżentaw il-każ tagħhom.", "Jiena għalhekk m'iniex se noqgħod nidħol fid- dettall f'dan il-punt għaliex dan ġie spjegat tajjeb.", "Problema oħra li nixtieq insemmi tirrigwarda l-problemi u l-pressures li jkollhom il-ħaddiema ta' l-awtorita'.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kull ħaġa li hawn u li se jkollna fil-liġi u kull ħaġa li hawn fil-mission statement trid titħaddem min-nies u ovvjament in-nies għandhom il-problemi u l- preokkupazzjonijiet tagħhom, anke fil-ħajja privata.", "Jiena naħseb li dan irridu neħduh into account ukoll sabiex wieħed ikun moderat fil-kritika li jagħmel.", "Fost il-pressures li għandhom dawn il-ħaddiema, hemm il-pressures li ġejjin mill-pubbliku in ġenerali dwar kemm se jdumu ma joħorġu l- permessi.", "Isirulhom ħafna telefonati u jkun hemm min imur jistaqsi personalmnet jew forsi jibgħat lil ħaddieħor sabiex jistaqsi.", "Ovvjament imbagħad hemm il-politiċi li jagħmlu l-pressjonijiet tagħhom anke fid-dawl tal-pressjonijiet li jkunu qegħdin jagħmlu ċ-ċittadini - għax in-nies ma tagħtihiex tort li tkun trid taf fiex wasal il-permess.", "Imbagħad hemm il- pressures li jsiru mill-ispekulaturi ta' l-art jew tal-bini fejn għandek il- flus fin-nofs.", "Anke l-media in ġenerali b'ċerti kummenti li tagħmel kultant toħloq pressjoni.", "Kif diġa' għidt, wieħed irid ikun moderat fil- kummenti li jagħmel għaliex dawn jistgħu jaffetwaw lil ċerti ħaddiema fl- operat tagħhom.", "Ovvjament, anke l-management intern, minkejja li għandu jfittex li jkun effiċjenti, għandu huwa wkoll ifittex li jkun moderat, bħala inċentiv għall-ħaddiema u sabiex ma joħloqx pressures żejda.", "GĦaliex kif għidt fil-bidu dan huwa qasam delikat u hemm bżonn li l-ħaddiema jkunu ttrattati kif jistħoqqilhom.", "Huwa meħtieġ għalhekk li fejn hemm nuqqas ta' riżorsi umani dan in-nuqqas jimtela'.", "L-importanti pero' m'huwiex li jimtlew il-postijiet imma li min jimlihom ikun ikkwalifikat u tajjeb biex jagħmel dan ix-xogħol li jkun daħal għalih.", "Problema oħra li nara li żiedet it-tgergir fost il-pubbliku hija li xi nies fl-awtorita' jista' jkollhom interessi ulterjuri li jiena naħseb li m'għandux ikun u għandhom jitħallew barra.", "Min qiegħed fi ħdan l-awtorita' u għandu ċerti interessi oħrajn - forsi huwa stess huwa spekulatur fis-sens pożittiv tal-kelma jew huwa perit - ......", "Jiena naħseb li għandha ssir distinzjoni bejn interessi personali u x-xogħol li jsir fi ħdan l- awtorita'.", "GĦalhekk speċjalment fuq il-bord tal-Planning Authority u fid- development control commission għandu jkun hemm nies integri u li ma jkollhomx konflitti ta' interessi.", "Ħaġa oħra li ftit jew wisq naħseb li naqqset mill-fiduċja tal-ħaddiema ta' din l-awtorita' huwa l-ammont kbir ta' konsulenti barranin - għalkemm minn Ottubru 'l hawn naqsu ftit - u l-mod kif dawn kienu qegħdin jiġu ttrattati u mħallsa meta wieħed iqis li għandna Maltin li huma kapaċi jagħmlu l-istess xogħol li jagħmlu dawn il-konsulenti.", "Problema li ilha tissemma u li ssemiet anke llum hija dwar in-nuqqas ta' enforcement officers, kemm fil-kwantita' kif ukoll fil-kwalita'.", "Kif semma l-Onor.", "George Vella, dan in-nuqqas se jiġi tackled bl-emendi li jmiss u ċertament li l-Gvern Laburista m'huwiex se jħalli barra din is-sezzjoni li hija tant importanti fi ħdan l-awtorita'.", "GĦaliex inutli jkollok regolamenti tajbin u inutli jkollok għanijiet sbieħ jekk min jabbuża jibqa' jabbuża u l-awtorita' tkun dgħajfa u ma tkunx tista' tagħmel enforcement tajjeb.", "Kif diġa' għidt, din m'hijiex se tiġi injorata minn dan il-Gvern, jien ngħid akkost ta' kollox.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll minn ċerti spekulaturi bla kuxjenza li lesti jagħmlu kollox basta jagħmlu l-flus.", "GĦalhekk tajjeb li jidħol l-element ta' edukazzjoni għal kulħadd.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-Planning Authority ma toħroġx biss permessi.", "Jiena m'iniex se nsemmi d-disa' units jew kumitati li għandna l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex dawn semmihom il-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu.", "Pero' se nsemmi xi ħaġa li naħseb li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fl- opinjoni tiegħi, ma tantx tiffoka fuqha u nixtieq li għall-futur tiffoka aktar fuqha.", "Qiegħed nirriferi għall-aspett edukattiv.", "Bejn Novembru 1996 u Marzu ta' din is-sena saru xi tours edukattivi għat-tfal tar-raba' sena ta' l-iskejjel sekondarji u tajjeb li wieħed jgħid li sfortunatament dawn ma tantx ingħataw attenzjoni mill-media in ġenerali.", "Huwa tajjeb li l- awtorita' tieħu bis-serjeta' l-aspett ta' l-edukazzjoni, speċjalment fejn jidħlu t-tfal, għaliex apparti li għada pitgħada jista' jkollok min jitħajjar jaħdem fil-Planning Authority, jekk ikun avvanza fil-qasam akkademiku u jkun ikkwalifikat biżżejjed, tkun qed teduka lill-irġiel u n- nisa ta' għada u b'hekk forsi fil-futur ikun hemm inqas battibekki u complaints bejn min jieħu s-servizz u min jagħtih.", "Jiġifieri jkun hemm aktar ftehim bejn il-partijiet konċernati, il-pubbliku u l-awtorita'.", "Nixtieq insemmi ftit il-kunsilli lokali.", "Fi żmien it-twaqqif tal- kunsilli lokali spiss konna nisimgħu tgergir u nkwiet bejn il-kunsilli u l- awtorita'.", "Kellna bosta complaints minn kunsilli lokali li ġew kważi jew kompletament injorati.", "Nixtieq nagħti eżempju li jiena, bħala kunsillier, kont involut fih.", "Qiegħed nirriferi għal żvilupp li kien hemm ħsieb li jsir - u naħseb li għad hemm - fl-inħawi tal-Gwiedi fiż-Żejtun.", "Jiena naħseb li l-Perit Godwin Cassar, li huwa preżenti jiftakar, f'dan il-punt ukoll għaliex huwa stess kien ressaq dan il-każ quddiem id-DCC fil-preżenza tiegħi bħala kunsillier u anke tas-sindku preċedenti tal-kunsill lokali taż- Żejtun.", "Pero' minkejja l-preżenza tal-Perit Godwin Cassar u ta' rappreżentati tal-poplu fi ħdan il-kunsill lokali, dan il-bord għar- raġunijiet tiegħu għażel li ma jiddiskutix dan l-iżvilupp li kien qed isir fil-Gwiedi.", "Dawn ir-raġunijiet setgħu jkunu ġustifikati pero' hemm bżonn li l-kunsilli lokali, jekk verament irridu nagħtuhom is-saħħa li jkunu gvern lokali, ikunu stmati aktar min-naħa ta' ċerti nies - għaliex wieħed ma jistax jiġġeneralizza - li ma tantx jirrikkonuxxuhom jew ma tantx jagħtuhom importanza.", "Jiena naf li wara ħafna insistenza u ħafna talbiet mill-kunsilli lokali, l-applikazzjonijiet tal-kunsilli qegħdn jingħataw prijorita' pero' dan m'huwiex biżżejjed.", "Irridu niftakru li t-terminu ta' kunsill huwa limitat għal tliet snin u allura kemm jista' jkun ma jridx idum jistenna xhur u forsi anke snin sabiex joħroġlu l-permess.", "GĦaliex wieħed irid jiftakar li sakemm jagħmel il-pjanijiet, iressaqhom quddiem il-Planning Authority, jgħaddu mill-Planning Authority, jibda x-xogħol u jitlesta, naħseb li tkun waslet l-elezzjoni ta' l-istess kunsill u jistgħu anke jitbidlu n-nies.", "Tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu li jekk jista' jkun filwaqt li jiġu osservati r-regolament kollha - għaliex l-affarijiet m'għandhomx isiru bl- għaġġla u jsiru bl-addoċċ - tajjeb li l-applikazzjonijiet tal-kunsilli lokali jingħataw prijorita'.", "GĦalhekk hija ħaġa tajba li se jitwaqqaf il- kumitat ta' l-utenti għaliex b'hekk il-kunsilli lokali se jkollhom leħen li jwassal l-ilmenti direttament lill-ministru jekk iħossu li hemm xi lmenti li għandhom jaslu għandu wara li jkunu osservaw huma stess l-operat ta' l- awtorita'.", "F'dan l-abbozz ta' liġi huwa ċar li m'għandu jkun hemm l-ebda indħil minn ħadd f'dan il-kumitat ta' l-utenti għaliex dan se jkun kumitat li jissorvelja l-operat ta' l-awtorita' mingħanr indħil fix-xogħol tagħha.", "Issa xtaqt li nagħmel xi kummenti żgħar fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Jiena nħoss li tajjeb li mad-definitions tiddaħħal emenda dwar x'inhu żvilupp.", "F'artiklu 30 ta' l-Att ta' l-1992 insibu li żvilupp huwa marbut biss ma' dak li għandu x'jaqsam ma' l-art.", "Dan insibuh fit-titlu u anke f'artiklu 2 pero' jien naħseb li wasal iż-żmien li nemendaw din id- definizzjoni fis-sens li magħha tiżdied \"land and sea\", jiġifieri jkollna l- art u l-baħar ukoll.", "GĦalfejn qiegħed insemmi li għandu jidħol il-baħar ukoll?", "F'dawn l-aħħar snin ġie żviluppat anke l-fish farming, u naħseb li f'każijiet fejn kumpanniji ma jkollhomx applikazzjoni għal-land-based fish farming, jista' jkun hemm ċerti abbużi f'ċerti zoni ta' l-ibħra tagħna u, ma japplikawx lill-Planning Authority minħabba li m'hemmx definizzjoni ta' x'inhu żvilupp jew, biex ngħid hekk, jingħad li l-iżvilupp fuq l-art biss ikun ikkontrollat.", "GĦalhekk naħseb li fejn jidħol fish farming l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandu jkollha l-awtorita' hi toħroġ permessi u tgħid f'liema żona dan għandu jsir.", "Ngħaddi issa biex ngħaddi xi kummenti fuq klawsola 3.", "Mill-membri tan- naħa l-oħra sar xi diskors li qisu l-Gvern irid jindaħal u jimponi l- policies tiegħu fuq l-Awtorita' taż l-Ippjanar pero' ma naħsibx li wieħed għandu jikkumenta b'dan il-mod mingħajr ma jieqaf u jaħseb ftit, għalkemm bil-liġi preżenti l-Gvern dawn xorta qed japprovahom hu.", "Fil-fatt l- istructure plan u l-local plans jiġu approvati mill-Gvern f'dan il- Parlament u ovvjament ladarba għandu l-maġġoranza jdaħħal fihom dak li jrid.", "Allura l-policies xorta se jibqgħu jiġu mħaddma u applikati mill- awtorita', anke b'dawn l-emendi li għandna hawnhekk, u tajjeb li wieħed jagħmilha ċara li kemm l-istructure plan, kemm il-local plans kif ukoll il- policies kollha se jibqgħu jiġu mħaddma u applikati mill-awtorita' mingħajr l-indħil tal-Gvern.", "Tajjeb li wieħed ifakkar l-iskemi temporanji ta' żvilupp li saru fl-1988 min-nies tal-gvern ta' dak iż-żmien li jidhirli li kollha kienu ministri.", "Jiena nistaqsi: Allura dan ma kienx indħil meta wieħed fassal dawn l- iskemi temporanji ta' żvilupp mingħajr ebda konsultazzjoni?", "GĦalhekk ma naħsibx li jkun ġust min jgħid li l-Ministru preżenti se jindaħal fil- policies tal-Planning Authority jew kif se taħdem jew ma taħdimx.", "Taħt dawn l-iskemi temporanji ta' l-1988 iddaħħlet policy sabiex ikun hemm żvilupp f'area ta' importanza ekoloġika.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-area ta' Ta' Ċenċ u niftakru kemm din kienet qajmet kritika minn għaqdiet ambjentali.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-file ta' din l-applikazzjoni jsib li l-għaqdiet ambjentali kollha kellhom x'jikkritikaw fuq din l- applikazzjoni.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-pjan ta' struttura sar fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra u żgur li dan kien jirrifletti l-ħteġijiet ta' dik l-amminstrazzjoni.", "F'dan il-pjan ta' struttura l-aspett soċjali ftit li xejn ittieħed in konsiderazzjoni u speċjalment il-qasam tas-social housing ma jissemma mkien.", "Klawsola 4 imbagħad titkellem dwar il-ħatra ta' direttur ta' l- amministrazzjoni u l-verfika u naħseb li huwa importanti li min jinħatar ikollu idea ta' x'inhu ppjanar.", "U għaliex qed ngħid dan?", "Fil-preżent għandna persuna - jidhirli li huwa manager - li huwa nkarigat minn din is- sezzjoni ta' l-amministrazzjoni u l-verifika pero' minħabba li m'hemmx idea ta' x'inhu ppjanar ikun hemm bosta konflitti bejn dan il-manager u d- direttur ta' l-ippjanar.", "GĦalhekk huwa tajjeb li min jinħatar direttur ta' l-amministrazzjoni u l-verifika ikollu idea ta' x'inhu ppjanar biex jitnaqqsu l-konflitti bejn iż-żewġ diretturi.", "GĦalhekk naħseb li huwa żbaljat min qed jipprova jagħti stampa li se jinħoloq xi alla, biex ngħid hekk, fejn kulħadd irid jikkmanda u jmexxi hu meta kif inhi l-istruttura llum diġa' hemm konflitti bejn il-manager u d-direttur.", "Fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li d- deliberazzjoni tista' ssir fil-magħluq.", "Dwar dan kien hemm xi kritika min- naħa ta' l-Oppożizzjoni pero' tajjeb li wieħed ifakkar li fil-passat, għallinqas f'żewġ okkażjonijiet, id-deliberazzjonijiet saru fil-magħluq.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-każ ta' San Lawrenz f'Għawdex u għall-każ ta' l-iskola ta' l-Imselliet, u allura ma naħsibx li jkun ġust min jakkuża lil din in-naħa li għandha nuqqas ta' trasparenza u li se nnaqqsu t-trasparenza ta' l-awtorita' għaliex fil-passat din il-ħaġa diġa' saret f'dawn iż-żewġ każijiet li semmejt.", "Huwa importanti li d-deliberazzjoni ssir fil-magħluq sabiex ma jkunx hemm intimidazzjoni mill-persuni direttament interessati fil-każ - li jkunu qed jgħassu fuqek u attenti x'se tgħid u x'se tistaqsi - u sabiex kulħadd iħossu liberu li jitkellem kif irid u b'hekk tittieħed l- aħjar deċiżjoni fl-interess ta' l-ippjanar f'pajjiżna.", "Klawsola 7 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid li min jippresedi l-bord ta' l- appell għandu jkun espert fl-ippjanar.", "Tajjeb li wieħed iżomm quddiem għajnejh li minkejja li l-bordijiet ta' Awtorita' ta' l-Ippjanar, fosthom il-bord ta' l-appell, kultant ikollhom il-funzjoni ta' qorti, l-aspett ta' l-ippjanar għandu jibqa' ċ-ċentru tal-kwestjoni kollha.", "GĦalhekk huwa importanti li min se jippresedi l-bord ta' l-appell jkun espert fl-ippjanar u jkollu l-kwalifiċi meħtieġa jew għallinqas ikun ħadem għal tul ta' żmien mhux ħażin fil-qasam ta' l-ippjanar.", "Fis-subklawsola 11 (5) ta' dan l-abbozz ta' liġi nsibu riferenza għall- general development order li issa l-pubbliku in ġenerali se jkollu aċċess għaliha.", "Fi klawsola 13 imbagħad qiegħed jiġi definit aħjar il-mod ta' kif permess jiġi assessed u din hija ħaġa pożittiva kemm għall-istess awtorita' kif ukoll għall-applikant.", "Din hija xi ħaġa li tkabbar it-trasparenza għaliex issa l-individwu jaf fuq liema bażi se jiġi ġudikat il-permess.", "GĦalhekk huwa importanti li r-regolamenti jkunu ċari għal kulħadd.", "Jiena nħobb ħafna l-football u naħseb li dan l-eżempju huwa tajjeb f'dan il-każ.", "Jekk ikun hemm żewġ teams, wieħed li jilgħab bir-regolamenti l-qodma u l- ieħor li jilgħab bir-regolament il-ġodda, żgur li l-logħba tal-football ma tkunx tista' tintlagħab.", "GĦalhekk ir-regolamenti jridu jkunu ċari għal kulħadd, kemm biex ikun aġevolat min se jara jekk il-permess għandux joħroġ jew le kif ukoll min ikun tefa' l-applikazzjoni tiegħu u ċertament li, kif diġa' għidt, din tkabbar it-trasparenza.", "F'subklawsola 13 (2) qegħdin ngħidu li meta ma jingħatax il-permess, il- pubbliku għandu jkun informat u jingħata spjegazzjoni iktar fid-dettall u iktar ċara għalfejn il-permess ma nħariġx.", "GĦalhekk huwa tajjeb li daħlet din l-emenda biex dik il-persuna li jkollha l-permess tagħha rrifjutat ikollha d-dritt u s-sodisfazzjon li tkun taf għalfejn dan ma nħariġx.", "Ħalli niġi issa għal klawsola 14 li hija emenda pożittiva ħafna.", "Permezz ta' din l-emeda se jiġi mħares aktar l-enforcement u huwa tajjeb li jkun hemm aktar dixxiplina u edukazzjoni fost il-poplu.", "Tajjeb ukoll li l-edukazzjoni timxi paripassu ma' l-iżvilupp ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u importanti li nedukaw lill-poplu dwar l-importanza li jkun hawn din l-awtorita'.", "L-Onor.", "Bonnici qal li l-poplu din aċċettaha pero' jiena ngħidlu li xi wħud aċċettawha b'ċerti riżervi u għalhekk huwa importanti li wieħed jimxi l-istess ma' kulħadd u jkun ibbilinċjat fl-affarijiet li jagħmel sabiex il-poplu dejjem ikabbar iktar il-fiduċja fl-awtoritajiet tal- pajjiż.", "Aħna dan hu li rridu għaliex jekk dawn m'humiex qegħdin hemmhekk biex jostakolaw.", "Fil-bidu jiena qrajt il-mission statement.", "Żgur i ma tkunx people-oriented jekk ma tgħallimx lill-pubbliku.", "L-awtorita' qiegħda hemmhekk sabiex il-poplu jinqeda aħjar u għalhekk huwa importanti li l- enforcement jingħata l-importanza meħtieġa pero' l-pubbliku għandu jifhem il-bżonn ta' aktar dixxiplina f'dan il-pajjiż.", "Nixtieq nagħmel issa mistoqsija lill-Ministru dwar l-ewwel parti ta' klawsola 16, fejn qegħdin nitkellmu dwar it-terminu ta' 12-il ġimgħa.", "Kif semmejt aktar qabel, ċerti applikazzjonijiet jistgħu jeħlu minħabba li jiġu riferuti lid-dipartimenti tal-gvern.", "Jien nistaqsi: F'każ li tintalab clearance mid-dipartimenti tal-gvern, dawn se jkunu marbutin b'xi terminu ta' żmien sabiex jirrispondu l-ittra mill-iktar fis possibbli?", "Jekk wieħed jieħu ħafna żmien - diġa' semmejt eżempji fil-bidu tad-diskors tiegħi - it-12-il ġimgħa malajr jiskadu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel suġġeriment dwar din il-proposta li hija tajba għax permezz tagħha wieħed ikollu target date li għandha tinċentiva lill-ħaddiema u lid-dipartimenti tal-gvern sabiex iħaffu iktar l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet.", "Meta jkun hemm xi każi fejn dan ma jkunx possibbli għandu jkun hemm, biex ngħid hekk, guidelines ta' xi jsir u x'ma jsirx.", "Bħala suġġeriment, kif għidt iktar qabel, xi kultant il-periti jintalbu jagħmlu xi kjarifiki u xi kummenti u forsi anke jissottomettu xi pjanti riveduti mill-ġdid u dan ovvjament jieħu ħafna żmien.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi jekk il-ġimgħat hux se jibqgħu jgħoddu jew inkella hux se jiġu sospiżi u l-ġimgħat jerġgħu jibdew jgħoddu minn meta jingħata l-acknowledgment ta' l-informazzjoni mitluba mill-Planning Authority lill-perit.", "Allura t-12-il ġimgħa jibdew jgħoddu minn meta wieħed jitfa' l-applikazzjoni tiegħu u din tiġi validata.", "Issa jekk tul dan iż-żmien l-awtorita' tħoss li hemm bżonn ta' xi kummenti jew ta' xi revision tal-pjanta, ż-żmien se jibqa' jgħodd jew inkella se jiġi sospiż sakemm il-perit li nkun intalab jibgħat is-sottomissjonijiet tiegħu jingħata l-acknowledgment ta' dik ir-risposta li jkun ta lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Klawsola 19 titkellem fuq il-kumitat li jagħti pariri dwar il-patrimonju.", "Fil-preżent insibu li sabiex il-proprjetajiet jiġu skedati - uħud minn dawn il-proprjetajiet għandhom importanza storika - qed jittieħed żmien twil wisq għaliex iridu jiġu approvati mill-bord tal-Planning Authority.", "L- emenda li qed nipproponu żżid l-importanza tal-heritage advisory committee.", "Issa jkun tajjeb li wieħed jirrimarka li r-rappreżentant tal-mużewijiet, jiġifieri d-direttur, jidhirli li qatt ma attenda għall-HAC fiż-żmien li ilu mwaqqaf bil-konsegwenza li weħlu bosta applikazzjonijiet, fosthom dik taċ-Ċittadella ta' Għawdex.", "Għalhekk, issa aktar minn qatt qabel, minħabba żieda fl-importanza ta' din l-istess kumitat, huwa importanti li d-direttur tal-mużewijiet jattendi b'mod regolari.", "F'paragrafu (8) li hemm f'subklawsola 19(ċ) insibu d-dritt għall-appell fuq proprjeta' skedata.", "Dan huwa pass pożittiv għaliex jagħti dritt lil kulħadd iħares l-interessi tiegħu b'mod demokratiku u trasparenti, aktar u aktar meta wieħed jiftakar f'xi żbalji li kienu saru fil-passat.", "Fi klawsola 20 insibu li mhux biss is-sid ta' l-art jista' jiġi notifikat iżda anke l-inkwilin.", "Dan huwa pass pożittiv biex jitnaqqsu l-abbużi għax sal-lum is-sid biss jista' jiġi notifikat sabiex issirlu xi enforcement fuq il-post li jkun qed jiġi żviluppat forsi anke bla permess.", "Għalhekk permezz ta' dawn l-emendi l-enforcement qed jittieħed ftit iktar bis- serjeta'.", "Kif għidt fil-bidu, l-Gvern Laburista ma jridx joħnoq l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għax din qiegħda hemm sabiex tikkontrolla l- iżvilupp, dejjem skond il-ħtieġijiet tal-pajjiż.", "Għandu jinstab bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent u għandhom dejjem jiġu osservati l-policies u r- regolamenti f'kull każ u mhux jiġri bħalma ġieli ġara fejn ma' persuna nimxu mod u ma' persuna oħra nimxu b'mod differenti.", "Per eżempju, permess ma jistax joħroġ jekk l-applikazzjoni ma tipprovdix għal parking area.", "Minkejja dan, fil-każ tas-cinemas ta' Wied il-Għajn il-permess ħareġ xorta, allavolja ma kienx hemm parking area pprovduta mill-istess żviluppaturi.", "Fil-fatt sal-lum din għadha mhijiex lesta.", "MADAM SPEAKER: Onor. Abela, ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, jien se nikkonkludi d-diskors tiegħi.", "Huwa importanti li ssir ġustizzja ma' kulħadd l-istess u mhux min għandu l-flus jimxi u ħaddieħor le, għax inkella ċ-ċittadini Malitn ma jkunux jistgħu jħarsu lejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bl-istess lenti u una volta tintilef il-fiduċja ma tinkisibx lura malajr.", "Wieħed mill- għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi hu li ċ-ċittadin ikun moqdi aħjar filwaqt li jibqgħu jiġu mħarsa r-regolamenti.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tibqa' awtonoma u indipendenti imma hemm bżonn li tiżdied l- effiċjenza sabiex jingħata servizz aħjar lill-pubbliku f'dak li għandu x'jaqsam ma' ppjanar.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, 18 ta' Lulju fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - t-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - t-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, jien ma kontx se nqum nitkellem imma meta qrajt ir-rapport f'\"The Times\"- forsi wieħed jgħid li jmissni qajjimt każ ta' ksur ta' privileġġ imma ma qomtx nitkellem fil-ħin tal-ksur ta' privileġġ għax naf li ta' \"The Times\" jieħdu għalihom - dwar id-diskors li għamilt f'dan il-Parlament nhar it-Tnejn fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika nista' ngħid li lanqas għaraftu.", "Allura mingħajr ma noqogħdu nħaqquha ż-żejjed bejn il-Membri ta' dan il-Parlament u l-Parlament bħala istituzzjoni u l-gazzetti, ngħid li kull min hu verament interessat biex jaqra d-diskors li għamilt jien ma joqgħodx fuq dak li rrapportat \"The Times\" imma jirriferi lil din il- Kamra, li għandha mod eċċellenti kif tirrekordja d-debates.", "Barra minn hekk it-transcriptions, li huma tajbin ħafna, ikunu available ukoll għall- pubbliku li jinteressa ruħu.", "Għalhekk kull min huwa interessat fuq dan is-suġġett li huwa daqstant ċentrali għalina jiġi hawnhekk direttament biex jieħu l-verżjoni oriġinali u mhux xi verżjoni mutilata.", "Jien se nsemmi żewġ eżempji li verament nistgħaġeb bihom.", "Per eżempju, jien qatt ma għidt li jien personalment meta kont qiegħed fil-konferenza ta' l-internet society u tal-Commonwealth li saret fil- Malasja għamilt a nine-point programme għall-electronic commerce.", "Dik il- proposta tan-nine-point programme - jien għidtha hawnhekk u għall-fini tal- korrezzjoni nerġa' ngħid li kienet l-iktar waħda qawwija - għamilha Ira Magaziner.", "Dan huwa s-senior policy advisor tal-President Bill Clinton fuq public policy - dan semmejtu hawnhekk ukoll imma \"The Times\" ma nafx għalfejn qabżithom dawn l-ismijiet! - li mar jagħmel in-nine-point proposal ġewwa l-konferenza tal-Malasja.", "Jien għidt ukoll - \"The Times\" deherilha li din ma ġġibhiex lanqas - li kemm Ira Magaziner kif ukoll Bill Clinton huma Rhodes scholars u kumbinazzjoni jien ukoll kont Rhodes scholar.", "Mid-dehra dan kollu kien irrelevanti għal \"The Times\" u gerfxuha u għamluli eloġju sħiħ tant li rrapportaw li jien għamilt a nine-point programme fuq electronic commerce ġewwa l-Malasja.", "Dan qed ngħidu biex issa ma jmurx xi ħadd u jikteb f'\"The Times\" u jgħidli li kibritli rasi għax għidt li n-nine-point programme ta Ira Magaziner għamiltu jien!", "Jekk ikun hemm min jikteb hekk nieħu l-opportunita' biex ngħidlu biex ma joqgħodx fuq ir-rapport ta' \"The Times\".", "Normalment ir-rapporti ta' din il-gazzetta dwar id-diskorsi li jsiru fil-Kamra tar-Rappreżentanti jkunu tant tajbin li jien magħruf li nfaħħarhom ma' ħafna nies, imma dan ir-rapport partikolari tant hu garbled u mutilated 'l hinn u 'l hawn li tibda taħseb li ġurnalist irrapporta l-ewwel għaxar minuti, ġurnalist ieħor ħa t-tieni għaxar minuti eċċ. Fil-fatt lanqas sequitur ma fih.", "Mela l-ewwel punt li għamilt kien li d- diskors tiegħi qabżuh u gerfxuh u għamluli kumpliment li ma kienx mistħoqq li għax in-nine-point programme għamlu Ira Magaziner.", "Għalhekk il- kumpliment għandna nagħtuh lil Ira Magaziner.", "Jien hawnhekk semmejt li dan Ira Magaziner, flimkien mal-Viċi President Al Gore, huma ż-żewġ gurus ta' l-iżvilupp ta' l-information technology min-naħa ta' l-Amerka, u faħħarthom minn hawnhekk.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa li l-indirizz fuq l-internet li semmejt - illum din hija ħaġa normali u semmejtha għal darba darbtejn - \"l-orizzont\" ġabitu u \"The Times\" ma ġabitux.", "Issa jien ma nafx x'inhi r- raġuni.", "Għalhekk nixtieq nerġa' nieħu l-opportunita' li nsemmi hawnhekk l- inizjattiva li ħadt ġewwa Strasbourg biex ikollna a regulatory framework, kif ukoll biex jitwaqqaf a voluntary arbitration mechanism u l-indirizz fuq l-internet huwa HTTP://WWW.Diplomacy EDU/Internet.", "Jien se nerġa' nirripeti dan l-indirizz fuq l-internet ħalli forsi fl-aħħar jidħol f'\"The Times\".", "L-indirizz huwa HTTP://WWW.Diplomacy EDU/Internet.", "Mela forsi fuq dan it-tieni punt inkunu nistgħu naraw l-aktar żewġ punti saljenti jiġu corrected imma għall-bqija nirriferi lura għar-records prinċipali ta' din il-Kamra.", "U għaliex qed nirriferi lura, Madam Speaker?", "Għax il-konċett fundamentali - issa hawn jidħol it-tielet punt li huwa t- travu, biex ngħid hekk, ta' dan il-bini li qed nipprovaw nikkostruwixxu bħala konċett biex nassessjaw x'inhu għaddej - li qed inressaq f'dawn il- pajjiżi kollha u f'dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonli kollha - u wara nirrapporta lura ġewwa dan il-Parlament dwar dak li jkun qiegħed jiġri - huwa illi l-informazzjoni fuq l-internet, b'distinzjoni mit- telecommunication systems li jwasslu din l-informazzjoni proprja, għandha tiġi kkonsidrata bħala res comunis omnium.", "Din hija li ħajret tant pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-Commonwealth biex jagħtuna ċertu appoġġ għax dan qed joħloq ċans ta' aċċess għal ċittadini, mill-pajjiżi li qegħdin fl- istat ta' żvilupp għadhom, imma anke għal ċittadini li allavolja qegħdin jgħixu ġo pajjiżi industrially advanced, m'humiex huma stess żviluppati ekonomikament, ovvjament, biex ikollhom dak aċċess jekk l-informazzjoni fuq l-internet ma tkunx aċċessibbli għal kulħadd.", "Madam Speaker, jien qomt nitkellem għax dan il-konċett fundamentali u l- mekkaniżmu volontarju ta' arbitraġġ huma l-qalba ta' dak li kont qiegħed insemmi fil-konferenza li nżammet fid-Diplomat Hotel fl-1 ta' Ġunju fejn għamilt il-launching tat-tieni konċett ta' l-arbitraġġ dwar information technology and diplomacy.", "L-ewwel laqgħa saret fit-18 ta' Mejju, it- tieni laqgħa saret fid-Diplomat Hotel, it-tielet laqgħa saret fl-OECD headquarters - fejn kellna laqgħa konġunta bejn il-Council of Europe u Senaturi Kanadiżi, Amerikani u Messikani - u fil-Council of Europe Parliamentary Assembly meta erġajt qajjimt iż-żewġ konċetti tar-res comunis omnium, l-arbitration mechanisim u l-web site - li tajt l-indirizz tagħha hawnhekk - u l-aħħar laqgħa ta' l-internet society saret fl-aħħar ta' Ġunju fi Kuala Lumpur, fil-Malasia, flimkien mal-Commonwealth li ġentilment stednuni biex immur nagħmel launching ta' din l-inizjattiva hemmhekk.", "Dik hija fil-qosor l-inizjattiva kollha.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li dan kollu huwa awspiċju tajjeb ħafna għal Malta.", "Pajjiżna diġa' għamel isem b'inizjattiva simili ta' res comunis omnium, kemm għar-rigward tal-liġi dwar il-baħar u kemm fir-rigward ta' l-outer space.", "Jien ma nafx għaliex \"The Times\" qabżet dawn iż-żewġ punti.", "Dan kollu huwa utli għal Malta u jagħti indikazzjoni għal għexieren ta' snin li ġejjin, l-ewwelnett għax Malta hija ċentru ġeo- politiku innoċenti u ħadd m'hu se jibża' li Malta għandha xi għan li se thedded xi interessi ta' xi ħadd; u t-tieni nett minħabba Malta tikkmanda kulturi differenti Ewropej, Arab u influwenzi trans-atlantiċi, allura bl- esperjenzi tal-lingwi nkunu nistgħu naqilbu ħafna web sites u ħafna mill- informazzjoni li hemm fuq l-internet mil-lingwi Ingliżi, Franċiżi, Ġermaniżi, Taljani għal-lingwa Għarbija u viċi versa.", "B'hekk il-web sites iservu bħala mezz ta' koperazzjoni f'dan ir-reġjun fejn tant hawn bżonn ta' iktar u iktar bridges ta' koperazzjoni.", "Mela l-effort li qed nagħmlu biex Malta tkun host ta' arbitration mechanisim u l-inizjattiva tal-web site li ħriġna biha - wieħed jista' jaqraha iktar fid-dettall - għadhom l-għan li jkun hawn kummissjoni indipendenti minn gvernijiet internazzjonali li tissalvagwarda l-freedoms ta' l-internet li llum kull individwu għandu kważi bħala fundamental human right bis-saħħa tat-teknoloġija - illum il-ġurnata hawn technological enpowerment tal-fundamental human rights - u allura Malta tista' tkun is- site fejn tkun ibbażata din il-voluntary arbitration u jista' jkollha wkoll support mechanisim li jkun jista' jsir investiment ġo fih u jistgħu jibdew isiru l-back-up documentations li jkunu maqlubin minn lingwa għal- lingwa.", "B'hekk iż-żewġ xtut tal-Mediterran ikunu jistgħu jikkomunikaw ħafna aħjar bejniethom u dan jgħin ħafna iktar għall-paċi u għas-sigurta' f'dan ir-reġjun li tant hawn bżonnhom.", "Ovvjament Malta m'hijiex qed tagħmel dan għall-paċi u għas-sigurta' imma qegħda tagħmlu għaliex hija aċċettata minn dawn il-pajjiżi kollha - jien għalhekk semmejt il-Council of Europe, il-Commonwealth u pajjiżi oħra tal- Mediterran - u għaliex huwa tajjeb għal Malta li t-tfal tagħna, li qegħdin jikbru, jitgħallmu l-lingwi u mhux biss japplikaw in-knowledge tagħhom tal- lingwi imma talli jagħmlu dan jaqilgħu xi ħaġa wkoll.", "It-tfal li jafu l- Għarbi, l-Franċiż, it-Taljan u dawk li qed jitgħallmu l-Ġermaniż din tista' tagħtihom translation services ta' dokumentazzjoni li tant se jkun hawn bżonnha.", "Jekk jiġi appoġġat il-fatt li l-arbitraġġ jibqa' jsir minn Malta, mhux biss web site se jkollna bżonn imma se jkollna bżonn ukoll uffiċini, segretarji u documentation centre fejn id-dokumenti jiġu maqlubin minn lingwa għal oħra ħalli l-lingwi bażiċi kollha jkunu qegħdin jiġu rispettati u d-dokumenti jkunu available kemm on paper, kif ukoll in digitalized form.", "Filwaqt li rridu naraw li ż-żgħażagħ tagħna jagħmlu ħafna ħin jistudjaw il-lingwi rridu naraw ukoll li dak l-istudju tal-lingwi jkollu an end purpose u mhux biss a cultural purpose.", "Dan se jkun wieħed mill-inizjattivi li jista' joffri opportunita' ta' end purpose għal min qed jitgħallem dawn il-lingwi.", "Peress li Malta għandha ambjent kulturali tant Mediterranju u tant miftuħ għal-lingwi oħra tkun ħaġa naturali li tkun aċċettata biex tospita lil dan il-mekkaniżmu ta' arbitraġġ u d- documentation centre tiegħu li qed nipproponi dalgħodu.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, tiġi wisq it-tentazzjoni ta' politiku li, waqt li jkun għaddej bil-mixja tiegħu fil-ħajja pubblika, jieqaf u jaħseb għaliex il-ħajja pubblika titlob li wieħed ikun jaf fejn irid imur, mnejn telaq u fejn jrid jasal.", "Allura dan se jistaqsi: Għalfejn qiegħed fil-politika?", "X'titlob minni l-politika?", "Domanda li nħoss li għandi nagħmel kważi kuljum, issa mhux aktar bħala deputat għan- naħa ta' l-lOppożizzjoni imma bħala deputat għan-naħa tal-Gvern, hija din: Fil-ħajja pubblika, fil-ħajja politika, jien bħala deputat x'għandi nifhem li hi l-politika?", "F'termini ġenerali l-politika hija dik l-istruttura, dik ir-regola, dak il-mekkaniżmu ta' kif inti tista' twassal pajjiż lejn suċċess ekonomikament, politikament u soċjalment.", "Il-politika tagħti direzzjoni, il-politika hija regola, il-politika hija mezz li jwasslek għall-fini, il- ġdid komuni.", "L-umanita' jkollha dak li huwa l-benessere u l-interess ta' wieħed m'huwiex inqas minn dak ta' grupp, bħalma l-interess ta' grupp m'huwiex inqas minn dak ta' wieħed.", "Kull bniedem huwa ddotat b'intelliġenza u għandu l-integrita', l-importanza u r-rilevanza tiegħu f'korp politiku, pero' dak huwa ġenerali wisq u allura inti tibda taħseb u tgħid: Jien qiegħed ngħum f'baħar, f'partit, f'parlament fejn waħdi jista' jkolli din il-viżjoni ta' politika?", "Imma waħdi ma nista' nagħmel xejn.", "Nixtieq nikkontribwixxi u se nagħti s-sehem tiegħi, pero' flimkien hemm ħafna x'nistgħu nagħmlu.", "U allura l-politika ssir dak li darba fisser tant tajjeb l-ex-Viċi Prim Ministru, l-Onor.", "Guido de Marco, meta qal li jekk inti tidħol għal qassis hemmhekk għandek vokazzjoni; jekk inti sirt nutar jew tabib hemmhekk għandek professjoni; pero' jekk inti dħalt għall-ħajja politika, dik la hi vokazzjoni u lanqas professjoni imma hija missjoni li titlob impenn sħiħ, li titlob totalita' ta' impenn favur poplu li qiegħed hemm barra u li aħna nirrapreżentawh hawn ġew fil-Parlament.", "Pero' qiegħed hemm barra jitlob u ħafna drabi jokrob biex aħna nisimgħuh.", "Allura d- domanda tiegħi wara tmien xhur f'dan il-Parlament, din id-darba mhux bħala membru ta' l-Oppożizzjoni imma bħala membru tal-Gvern, hija: Jien li lill- poplu mort u għidtu li għalija ċ-ċittadin jiġi l-ewwel, jien li nemmen mhux b'konvenjenza imma b'konvinzjoni li għalija ċ-ċittadin jiġi l-ewwel, bil- ħila tiegħi qiegħed nagħti l-aħjar liċ-ċittadin?", "Naħseb li din hija domanda li kull politiku jrid jagħmel u naħseb li l-Partit Laburista, li jemmen fil-kultura tal-parteċipazzjoni tal-poplu, jrid jagħmel din id- domanda.", "Madam Speaker, naħseb li l-politika għandha wkoll l-aspett uman fejn inti trid tqis li l-poplu huwa s-sid u inti l-qaddej, fejn inti lill-poplu ma tistax tibqa' tgħidlu: Issa mbagħad naraw, jew għada naraw.", "L-iktar ħaġa li tkiddek - din se ngħidha u se nkun awtokritiku għax inħoss li għandna nkunu awtokritiċi - hi li ċċempel f'xi ministeru jew dipartiment u tistaqsi għal xi ħadd u jgħidulek: Le, ma jistax ikellmek għaliex qiegħed mal-ministru.", "Allura d-domanda li wieħed hawn jagħmel hija: Kemm-il laqgħa saret fejn dawn l-uffiċjali kienu mal-ministri?", "X'kien l-iskop ta' dawn il-laqgħat mal-ministri?", "X'ħareġ minnhom?", "Hemm bżonn li jkun hemm stqarrijiet ministerjal għax jien ma nistax nifhem.", "Il-poplu jrid jinqeda.", "Lill-poplu ma nistgħux inħalluh barra t-triq jokrob u jistenna, bħal waħda bl-uġigħ tal-ħlas li titlob il-ħin kollu u aħna ngħidulha: Għada, pitgħada, darb'oħra.", "Jien nemmen li hemm id-diffikultajiet, nemmen fl-impenn tal- Prim Ministru u tal-ministri, nemmen u nfaħħar l-attivita' li qegħdin jagħmlu, pero' ma jistax ikun li nibqgħu bis-sistema ta' gvern - gvern qua gvern - fejn in-nies fil-ministeri u fid-dipartimenti ma jaqdux dmirhom kif suppost.", "Għax aħna hekk aħna accountable, bħalma huma n-nies li hemm fil- ministeri li jridu jaqdu, iridu jservu u jridu jagħtu, għaliex ħaddieħor dak li jistenna.", "Ħaddieħor iħallas it-taxxa pero' jistenna li jkun stmat.", "Ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin bis-sistema fejn individwu jmur f'dipartiment tal-gvern - jew forsi f'ministeru - biex ikellem lit-tali ministru u jagħtuh appuntament għal tliet xhur oħra.", "Le, il-bieb irid ikun miftuħ bħalma kien miftuħ dejjem qabel l-elezzjoni.", "Irridu nitkellmu ċar u ngħidu li aħna qed ngħidu hekk għaliex il-partit tagħna kabbarnih.", "Il- partit tagħna għamilnih partit kbir, għamilnih partit sodd, għamilnih partit qawwi u l-partit irriduh ikompli jibqa' l-protagonista li jġib dak li diġa' għamel għal pajjiżna b'sagrifiċċji biex il-poplu jkun il-prima voce li jista' jġib affarijiet fil-pajjiż.", "Dan nemmnuh u nixtieq li għallinqas min ikun vestit b'responsabbilta' - mhux qed ngħid għall- ministri, għalkemm jekk ikun hemm bżonn ngħidha wkoll - meta individwu jmur", "jitolbu dak li hu dritt tiegħu m'għandux jistenna l-burokrazija, m'għandux jistenna li jsib bibien magħluqin, imma għandu jistenna li xi ħadd jgħidlu: Inti ċittadin, poġġi, tkellem, għandek raġun, m'għandekx raġun, f'din naqbel u f'din ma naqbilx.", "Irridu nkunu ċari.", "Pero' l-verita' hi li l- politika, iva, għandha d-diffikultajiet u allura wieħed irid japprezzahom.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien biex nistudjaw, per eżempju, kif il-poplu jista' jingħata vuċi akbar.", "Hawn min jgħid li fl-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali nvolvejna wisq lill-poplu.", "Hawn min jgħid li ma jaqbilx.", "Jien nemmen li bħalma l-inizjattiva Laburista tat parteċipazzjoni ta' direttur ħaddiem, bħalma taw il-ġenituri ta' l-istudenti flimkien ma' l- għalliema fil-Parents Teachers Association - din hija ħolqa Laburista oħra, allavolja waqqafha l-Partit Nazzjonalista - hekk ukoll qbilna li l-kunsilli lokali huma ħaġa tajba għaliex jagħtu vuċi lill-poplu u allura lill-poplu qed ninvolvuh, pero' jien naħseb li lill-poplu rridu nisimgħuh iktar.", "Hemm mezzi oħra li jeżistu, per eżempju, fi Sweden fejn inti - mhux qed nitkellem fuq ir-referendum imma qed nitkellem fuq l-assemblea konsultattiva - fil-kunsilli jkollok nies li jisimgħu t-talbiet tal-persuni li għandhom bżonn u jekk ikun hemm bżonn il-ministri u l-persuni li jkun hemm fid-dipartiment jagħtuhom risposta dak il-ħin.", "Jiġifieri l-problema again hija l-mod ta' kif se jkun hemm liaison u sistema ta' network bejn il- kunsill u d-dipartimenti.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi hu li aħna qegħdin hawn biex inservu.", "Aħna nemmnu li hemm il-Kostituzzjoni li torbotna t-tnejn flimkien, kostituzzjoni demokratika.", "Din hija logħba demokratika.", "Il-politika hija bbażata fuq logħba demokratika.", "Jien naqbel li ħadd m'għandu jiġi eskluż milli jikkontribwixxi kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll mill-Oppożizzjoni.", "Jekk hemm partit li verament jemmen li għandu jkun hemm forom ta' parteċipazzjoni, anke min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, huwa proprju l-Partit Laburista tal-lum.", "Nistgħu niġu kkritikati li qegħdin nagħmlu abbozz ta' liġi biex inneħħu xi membri ta' l-Oppożizzjoni, pero' aħna qegħdin ngħidu li anke l-Oppożizzjoni għandha vuċi.", "Fil-Kostituzzjoni għandna ċerti sections li jgħidu li l-President jappunta fuq parir tal-Prim Ministru wara li jikkonsulta ruħu mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni per eżempju, bħal fil- każ tal-Broadcasting Authority u fil-każ tal-Public Service Commission.", "Tajjeb!", "Pero' llum aħna qegħdin indaħħlu sistema - din iddiskutejniha fil- liġi dwar l-awditur li jien ma kellix ċans nikkontribwixxi fiha minħabba li qegħdin nersqu lejn ir-recess tas-sajf għaliex is-sħana qed tagħmel tagħha - ta' konsultazzjoni mal-ministru tal-finanzi u x-shadow minister tal- finanzi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiġifieri l-forom ta' konsultazzjoni qegħdin hemm, pero' li rrid nipprova ngħid hu li biex dan li nemmnu fih u li qegħdin nagħmlu jibqa' tajjeb ...", "Il-Kostituzzjoni tgħid li fir-realta' ma tistax tikkontesta f'qorti jekk il-Prim Ministru - prim ministru qua prim ministru - kkonsultax lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew le, jew jekk il-President aġixxiex fuq il-parir tal- Prim Ministru jew le.", "Fuq it-tieni waħda forsi hemm raġun għaliex tgħid li l-President għandu kważi a judicial function, għandu l-prerogative of mercy - din issibha f'artiklu 93 tal-Kostituzzjoni - allura kif jista' jikkontesta fil-qorti tiegħu stess jekk hu ħax il-parir li tah il-Prim Ministru?", "Pero' fir-rigward ta' jekk il-Prim Ministru - qua l-prim ministru u mhux qed ngħid il-Prim Ministru tal-lum, l-abbli l-Onor.", "Alfred Sant - jikkonsultax mal-persuna ta' l-Oppożizzjoni - tista' tkun il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, tista' tkun persuna oħra, per eżempju, l-idea li fil-Public Accounts Committee jkun hemm xi ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni oriġinat mill-Partit Nazzjonalista u hija xi ħaġa tajba jekk aħna rridu nagħtu vuċi lill-Oppożizzjoni - rridu naraw u nistudjaw kif jistgħu jsiru emendi minħabba l-kwestjoni li m'hemmx enforceability fil-qrati.", "Hekk tkun tista ssir bħalma jien del resto kont tkellimt u għidt li forsi jrid isir xi forma ta' studju fuq dak li huwa right to work, allavolja f'Chapter II tal- Kostituzzjoni nsibu artiklu 7 li jgħid:", "\"The State recognizes the right for citizens to work ...\".", "Prosit!", "Tajjeb!", "Id-dritt tax-xogħol huwa sagrosant.", "Imma mbagħad aktar 'il quddiem il-Kostituzzjoni tgħidlek:", "\"... fundamental to the governance of the country ...\",", "u dan ifisser li ma tistax tinforzah b'qorti.", "Jien ma nippretendix li mmorru l-qorti għaliex inkella l-Ministru Mangion ara kemm ikollu aktar problemi bil-qorti!", "Imma skużi, l-vuċi taċ-ċittadin, il-leħen taċ-ċittadin fejn qiegħed?", "Irridu nisimgħuhom lin-nies u jekk hemm bżonn inċarrtu widnejna beraħ.", "Mhux ir-reports li nagħmlu, mhux l- accountability fl-ogħla istituzzjoni tal-Parlament biss huma mportanti, imma huwa mportanti wkoll li kull ħin ikun hemm komunikazzjoni mal-poplu.", "Dan hu li nemmen.", "Din hija l-viżjoni tiegħi ta' kif nara l-politika.", "Jien għadni nibda fil-politika pero' nemmen li jekk tinsa lill-poplu li huwa ċ- ċentru li għalih issir kull politika ejjew narmuha l-politika għaliex allura m'hijiex ir-regola, m'hijiex l-istruttura, m'hijiex dak il-mezz għall-fini, liema fini kemm Oppożizzjoni kif ukoll Gvern iridu jarawh jitwettaq b'imprem għall-aqwa ġid tal-poplu Malti.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum il- Ġimgħa, 18 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦABS ĊIVILI - ĦADDIEMA", "7180.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' l-ammont ta' persuni li hemm jaħdmu fil- faċilitajiet korrettivi?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li fil-11 ta' Lulju, 1997, in-numru ta' persuni li kienu jaħdmu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, u l-gradi rispettivi tagħhom kien kif jidher hawn taħt :", "Grad Numru ta' Persuni", "Agent Direttur (Spettur tal-Pulizija) 1 'Senior Principal' 1 'Administrative Assistant' 1 'Executive Officer' 1 'Clerks' 3 Tabib 1 Assistenti 'Managers' Korrettivi 4 'Supervisors' Korrettivi 4 Ufficjal fi Grad 12 1 Ufficjali Korrettivi Anzjani 9 Ufficjali Korrettivi 165 Ufficjali fi Grad 14 3 'Registered Social Workers' 3 'Matrons' 2 'Chaplain' 1 Surgenti tal-Pulizija 4 Kuntistabbli 23", "QRATI - MULTI", "7220.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin illi weħlu multa jew xi ħaġa oħra għal diżrispett lejn il-Qorti (contempt of court)?", "Kemm kienu l-multi u x'kienu l-affarijiet l-oħra li weħlu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma tinżammx statistika dwar dak li qiegħed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "AJRUPLANI MILITARI", "7221.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont u tip ta' ajruplani militari li llandjaw fl-Ajruport ta' Malta sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "Minn liema pajjiżi kienu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' MEALS ON WHEELS", "7222.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li għamlu użu mis-servizz ta' meals on wheels is-sena l-oħra u din is-sena?", "F'liema bliet u rħula huwa offrut dan is-servizz u hemmx il-ħsieb li dan is-servizz jiġi estiż?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ammont ta' persuni li kienu jinqdew bis- servizz ta' Meals on Wheels is-sena li għaddiet kien ta' 785.", "Din is-sena sa issa dan tela' għal 841.", "Ma jfissirx li dawn il-persuni jieħdu l-ikel kuljum imma dawn jużaw is-servizz fil-ġranet li jkollhom bżonnu.", "Is-servizz ta' Meals on Wheels huwa provdut fil-bliet u rħula ta' Malta kollha", "ĦABS ĊIVILI - KĊINA ĠDIDA", "7223.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet lill-Gvern il-kċina l-ġdida tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li nfetħet dan l-aħħar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TELEMALTA - OVERTIME/ALLOWANCES LILL-ĦADDIEMA", "7286.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime u allowances lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 u kemm tħallsu fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "Overtime:", "Jannar-Ġunju 1996 : Lm377,260.57 Jannar-Ġunju 1997 : Lm421,984.07 li minnhom Lm136,000 huma ta' sahra li saret qabel Novembru 1996, l-aktar in konnessjoni mal-elezzjoni ġenerali.", "Allowances:", "Jannar-Ġunju 1996 : Lm284,555.57 Jannar-Ġunju 1997 : Lm361,397.07, li minnhom Lm22,000 kienu dovuti qabel Novembru 1996.", "PULIZIJA - SERVIZZ TAL-PULIZIJA", "7287.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tal-Gvern li jkompli bil-pjan ta' l- amministrazzjoni preċedenti u jneħħi l-ħtieġa li pulizija jattendu fuq kull kolliżjoni li ssir u minflok jibdew jattendu biss fejn ikun hemm inċidenti ta' ċertu entita' biss?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva.", "Bħalissa għadhom għaddejjin diskussjonijiet ma' l-Association of Insurance Companies dwar din il-proposta.", "TARZNA - DĦUL/INFIQ", "7288.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul u kemm kien l-infiq tat-Tarzna fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kif ukoll fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-Dħul u l-Ħruġ tat-Tarzna fl-ewwel sitt xhur ta' l- 1996 u l-1997, rispettivament kien hekk:", "1996 DĦUL ĦRUĠ", "LM5,875,137* LM11,220,527 (-LM5,345,390)", "1996 DĦUL ĦRUĠ", "LM6,090,172** LM9,525,343 (-LM3,435,171)", "* incl.", "Lm641,764 Added Value Subsidy ** incl.", "Lm719,590 Added Value Subsidy", "ŻEJTUN - ANZJANI LI JOQOGĦDU F'WIED IZ-ZIJU", "7447.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Billi, biex nagħti eżempju żgħir, anzjani li joqogħdu f'Wied iz-Ziju, limiti taż-Żejtun li allura għandhom servizz ta' trasport ma' dawn l-inħawi qed ikollhom jirrikorru f'Wied il-Għajn fejn m'hemm ebda servizz biex jinqdew fuq ħteġijiet ta' labour office, pulizija, sigurta' soċjali, eċċ, jista' l-Ministru jindirizza l-problema li qed tinħoloq u li jafu jinħolqu minn tibdil li jsir fil-konfini għal skopijiet ta' kunsilli lokali billi ċerti lokalitajiet li tradizzjonalment jagħmlu ma ċerti bliet u rħula, jibqgħu hekk biex ma jkomplux jinħolqu inkonvenjenzi tat-tip li semmejt?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond l- Artikolu 3 (3) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali \"tibdil fil- konfini ta' lokalitajiet għandu jsir biss mill-Kummissjoni Elettorali, wara konsultazzjoni mal-Ministru, il-Kunsilli Lokali konċernati u, fejn possibbli, mar-residenti lokali\".", "Għaldaqstant il-Kummissjoni Elettorali, bħala awtorita' indipendenti u awtonoma għandha ġurisdizzjoni esklussiva fid-deċiżżjonijiet tagħha dwar talbiet fit-tibdiliet tal-konfini.", "Naturalment, il-Kummissjoni tieħu wkoll konsiderazzjoni ta' ċerti fatturi bħalma semma' l-Onor.", "Interpellant fid-deċiżżjonijiet tagħha.", "GĦAWDEX - RAS IL-ĦOBŻ", "7460.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien jgħid il-parir legali li ngħata l-ministeru rigward l-fatt li skond dak li kien qal hu fid- diskors tiegħu ta' l-aħħar Budget, il-Gvern nefaq \"Lm152,000 oħra biex nirranġaw ix-xogħol li sar\" minħabba \"survey ħażin\" li għamlet l-Awtorita' Marittima għar-rigward ta' l-outfall ta' Ras il-Ħobż, f'Għawdex?", "Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-parir jew pariri li ngħata l-Ministeru fuq din il-materja?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MAGAZINE BL-ISEM \"APEX\"", "7461.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa globalment il-magazine li ħareġ dan l-aħħar bl-isem \"Apex\"?", "Jista' l- Ministru jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Magazine \"Apex\" ġie jiswa:", "Globalment: Lm1798.75", "Il-breakdown ta' dawn l-ispejjeż huwa kif ġej:", "Separations: A3 x 4 - Lm16 + A3 x 6 - Lm168", "Scans: A5 x 43 - Lm172 A5 x 1 - Lm4", "Artwork: Lm220.00 Printing: Lm1218.75 Lm1798.75", "TOROQ", "7462.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum ġietx formulata l-\"lista prijoritarja\" rigward il-private streets li hu tkellem fuqha fid-diskors tiegħu tal-Budget li għadda, liema lista kellha tiġi formulata b'kollaborazzjoni tal-\"Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali\"?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Kunsilli Lokali ġew mitluba jagħtu nformazzjoni dwar ix-xogħlijiet meħtieġa fit-toroq tal-lokalitajiet tagħhom.", "Ix-xogħol biex jiġu definiti l-prijoritajiet għadu għaddej.", "MARSA SHIPBUILDING - JUNCTION", "7463.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni li rrifera għaliha fid-diskors tiegħu tal-Budget għar-rigward tal-\"junction li hemm fejn il-Marsa Shipbuilding u fejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata\" ġietx approvata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sal-lum?", "Jekk iva, meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol relatat ma' dik l-applikazzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru 7428 li kienet tittratta fuq l- istess proġett.", "Inżid ngħid illi bħala rimedju short term saru disinji u saret talba għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitwaħħlu t-traffic lights f'dan il-lokal biex dawn jimmaniġjaw it-traffiku sakemm il-proġett tal-fly overs jitwettaq.", "SPTAR SAN LUQA - WARD WS1", "7464.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7091, jaf il-Ministru li l-ilma kien nieqes minn kmieni fil-għodu?", "Jikkonsidra l-Ministru li jara li jkun hemm biżżejjed storage capacity biex jagħmel tajjeb għal meta jsiru interventi fuq is-sistema tad-distribuzzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif diġa' għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7091 il-linja ta' l-ilma inqatgħet fis-7.00 a.m. Il- linja li nqatgħet qiegħda eżatt wara l-ħruġ tat-tankijiet u ma kienx possibbli nagħtu ilma b'mod ieħor.", "Inkonvenjenzi bħal dawn huma diffiċli biex tevita meta tkun qiegħed taħdem fuq linja prinċipali.", "P.A.- POSTIJIET SKEDATI", "7465.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tippubblika f'pubblikazzjoni waħda lista tal-postijiet kollha skedati, jew inkella tpoġġihom fuq il-website tagħha sabiex dan it-tagħrif ikun aktar faċli li jsir aċċess għalih?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar qegħda fi proċess li tippubblika lista tal-postijiet kollha skedati sal-lum f' pubblikazzjoni waħda.", "Il-quddiem hemm ukoll il-ħsieb li din l-informazzjoni tkun accessibbli fuq il-website tagħha.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7471.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7081 li kienet tgħid hekk:", "\"Issa li ċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tas-City and Guilds (London Institute - December 1996) waslu Malta għand l-Aġent Direttur ta' l- Eżamijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm: (a) studenti qagħdu għal dawn l- eżamijiet; u (b) kemm studenti għaddew?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 7081 f'seduta 98.", "DIPARTIMENT TAL-BINI U INĠINERIJA - SENIOR QUALITY SURVEYOR", "7472.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija Parlamentari numru 7079 li kienet tgħid hekk:", "\"Issa li tħabbar ir-riżultat għall-\"postijiet ta' Senior Quality Surveyor fid-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija tat-taqsima tax-xogħlijiet\", jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kienu l-applikanti; (b) kemm għaddew applikanti; u (ċ) kemm minn dawk li għaddew se jidħlu fil-kariga msemmija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 7079 - (seduta numru 94).", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - GRAND HARBOUR LOCAL PLAN", "7473.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif u safejn id-Dipartiment tal- Mużewijiet ġie kkonsultat dwar il-Grand Harbour Local Plan?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll x'kienu s-suġġerimenti magħmula mill-imsemmi dipartiment u jekk ġewx milqugħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorita' għall-Ippjanar infurmat, u żammet kuntatt mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, dwar it-tfassil tal-Grand Harbour Local Plan.", "Id-Dipartiment ikkunsidra bir-reqqa d-Draft General Policies mibgħuta mill- Awtorita' għall-Ippjanar (li ġew ippublikati riċentement) u ma kellu ebda kritika negattiva x'jagħmel fuq dan id-dokument.", "MOSTA - MISRAĦ GĦONOQ - ŻVILUPP", "7474.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk area ta' Misraħ Għonoq f'n/s in Pont Rd, il-Mosta, il-Gvern għandux intenzjoni li jagħmel xi żvilupp?", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bidwi part-time li kellu r-raba' mqabbla għandu għal aktar minn 20 sena hux se jerġa' jingħata permess biex jaħdem din l-art?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Artijiet hux se jerġa' jikkonsidra li jibda jitħallas tal-qbiela wara li l-bidwi konċernat ġie miżmunm milli jkompli jagħmel dan fl-1995?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - XAGĦRA - ART", "7475.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 7234 dwar esproprjazzjoni ta' art fix-Xagħra, Għawdex, jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-substation li semma fis-seduta ta' l-14 ta' Lulju, u ta' liema daqs se tkun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "LOTTU PUBBLIKU - FLUS MIĠBURA", "7476.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 7236 dwar flus li għaddew lill-Gvern mid-Dipartiment tal-Lottu bejn Jannar u Mejju 1997 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta ta' l-14 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar in-numru ta' nies li jieħdu sehem u jekk iva, jista' jagħti ċ-ċifri relattivi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar in-numru ta' nies li jieħdu sehem fil-logħob tal-Lottu u Lotteriji organizzati mid- Dipartiment tal-Lottu Pubbliku, għaliex in-numru ta' biljetti mibjugħa ma jirriflettix in-numru ta' nies li jkunu ħadu sehem fil-lottu u lotteriji kkonċernati.", "ETC - KORS TAL-ĠARDINARA", "7477.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 7182 dwar kors ta' ġardinara mogħti mill-ETC, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ma attendewx, ma attendewx għax sabu xogħol (tweġiba 14/7/97)?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Skond ir-records tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, mill-lista ta' persuni li m'attendewx għal-kors ta' ġardinara kien hemm wieħed biss li kien beda jaħdem.", "SKEJJEL - ŻURRIEQ", "7500.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija Parlamentari numru 7342 u ċioe' dwar għażla ta' site fejn għandha tinbena area secondary school għas-subien li jgħixu fl-irħula ta' madwar iż-Żurrieq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "RAĦĦALA - ŻIDIET FIL-PREZZIJIET TAL-ĦALIB", "7501.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 7212 dwar żidiet fil-prezz tal-ħalib, fejn intqal li l-\"prezz tal-ħalib nej imħallas mill-MDP lir- raħħala huwa regolat mill-ftehim ... li huwa bbażat fuq formola stabilita'\", jista' l-Ministru jispjega kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' din il-\"formola stabilita'\"?", "..ONOR. NOEL FARRUGIA: Nirreferi l-Onor.Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija Parlamentari numru 4914.", "RAĦĦALA - PREZZ TA' GĦOĠĠIELA", "7502.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 7214, jista' l-Ministru jgħid ladarba hu wiegħed lir-raħħala prezz garantit ta' Lm80-il qantar għall-baqar u ta' Lm126 kull qantar għall-għoġġiela, jista' l-Ministru jgħid ma' min għamlu l-agreement ir-raħħala, mal-biċċiera (middleman) jew mal-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll, dejjem skond l-istqarrija pubblika li kien għamel, min huwa marbut li jiggarantixxi l-prezzijiet ta' Lm80 (għall-baqar) u ta' Lm126 (għall-għoġġiela), il-Gvern jew il-biċċiera (middleman)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-ftehim ta' prezz garantit ta' Lm 80 il-qantar għall-baqar u ta' Lm 126 il-qantar għall-għoġġiela kien sar fi żmien il- Gvern Nazzjonalista.", "Minkejja dan il-ftehim bosta raħħala jilmentaw li mhux qegħdin jingħataw mingħand il-biċċiera il-prezzijiet niftehma fuq il-karta.", "Kien għalhekk li jiena tajt assigurazzjoni lir-raħħala li jekk dawn inizzlu l-baqar tagħhom għall-qatla fil-biċċerija huma stess jingħataw it-Lm 80 il- qantar skond il-ftehim u b'hekk is-suq ta' l-għoġġiela jitjieb u jitla' wkoll ghall- Lm 126 il-qantar mingħand il-biċċier.", "Fil-fatt skond il-ftehim oriġinali huma l-biċċiera li għandhom jagħtu l- prezzijiet miftehma lir-raħħala u jekk il-laħam ma' jinbiegħx il-Ġvern joħroġ sussidju lill-biċċiera biex jagħmel tajjeb għad-differenza fil- prezz.", "BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM", "7503.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għal dak li ntqal fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari numru 7213 dwar bejjiegħa tal-laħam, jista' l-Ministru jgħid kemm huma l- prezzijiet taċ-ċanga friska li jħallas il-konsumatur, jiġifieri kemm iħallas il-konsumatur għaċ-ċanga friska tal-baqar u għaċ-ċanga friska ta' l- għoġġiela?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. membru tinsab ippublikata fil-Price Order rispettiva.", "PTA - PAGI", "7512.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid - skond informazzjoni li jista' jkollu bħala Ministru - x'differenza hemm bejn \"il-pagi\" ta' Ġunju 1996 u Ġunju 1997 li tħallsu lis-sidien tal-karozzi tal-linja?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Is-sidien tal-karozzi tal-linja huma entita' kompletament privata u għalhekk ma nħossx li għandhom jingħataw dettalji fuq il-qliegħ tagħhom.", "POSTA LTD", "7514.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress illi meta l-Ministru għamel l-istqarrija tiegħu fuq Posta Ltd huwa għamel kritika rigward il-policy li kien hemm fuq kaxxi ta' l-ittri, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Aġent Postmaster General ħax ħsieb biex ikun hemm policy ġdida fuq dan is-suġġett u jekk fl- affermattiv, x'hemm ġdid fil-policy l-ġdida?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Fil-Posta Limited bħalissa hemm problemi ferm aktar serji minn dik ta' formulazzjoni ta' policy ġdida rigward il-kaxxi ta' l-ittri.", "POSTA LTD - CRITICAL OVERVIEW REPORT", "7515.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li l-Ministru kien inkariga lil Sandro Cassar biex jagħmel critical overview report fuq Posta Ltd, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma l-kwalifiki u esperjenza għar-rigward ta' materji postali ta' l-istess Sandro Cassar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Is-Sur Sandro Cassar, li għandu kwalifiki fl- Accountancy u fil-Business Administration ġie mqabbad biex jagħmel l- istudju tiegħu fuq Posta Limited fuq bażi ta' tmexxija ta' organizzazzjoni bħala intrapriża kummerċjali b'enfasi fuq l-istruttura maniġerjali u s- sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpannija.", "POSTA LTD - CRITICAL OVERVIEW REPORT", "7516.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-Critical Overview Report fuq Posta Ltd u li sar minn Sandro Cassar u li l-Ministru qiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex ir-rapport mhux iffirmat minn Sandro Cassar, u jekk sarx xi intervent minn xi ħaddieħor fil- verżjoni finali ta' dan ir-rapport li tidher differenti mill-ewwel draft?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ir-rapport oriġinali ippreżentat u ffirmat mis- Sur Sandro Cassar jinsab bħala Red 14 File No. MTP/P/3/96.", "Is-Sur Cassar ippreżenta kopji mhux iffirmati ta' l-istess rapport li minnhom ittieħdu l- kopji li ġew ippreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ma saru assolutament l- ebda interventi fil-verżjoni tar-rapport ippreżentat mis-Sur Cassar.", "POSTA LTD - POSTMASTER GENERAL", "7517.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra taħt liema kondizzjonijiet (inklużi remunerazzjoni, allowances u benefiċċji oħra) qed jaqdi d-doveri tiegħu l-Aġent Postmaster General?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-Aġent Postmaster General, li ħa l-kariga fil- 11 ta' Jannar, 1997, wara li rtira bil-pensjoni l-persuna li kienet qed tokkupa il-kariga, ma ħa xejn aktar minn dak li kien dovut lilu bħala Segretarju Permanenti.", "L-istess ġara bejn Lulju u Settembru ta' l-1992 meta l-istess persuna ġiet appuntata Aġent Postmaster General barra l- kariga li kellu ta' Segretarju Permanenti.", "SEVIZZI POSTALI - ĦLAS", "7518.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ilu l-Gvern iħallas għas-servizzi postali u b'liema rati?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Gvern ilu jħallas għas- servizzi postali minn l-1994, b'rata ta' 80% tar-rati normali u mhux bir- rata favoluża ta' madwar 40% fuq ir-rati normali li ġiet applikata lill- Euro Mail Ltd.", "Dan ma japplikax għal materjal postali reġistrat li l-Gvern ilu s-snin iħallas għalih.", "POSTA LTD - POSTAL SERVICES SORTING METHODS\"", "7519.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għar-rakkmandazzjoni ta' l-UPU biex ikunu ċentralizzati il-postal services sorting methods, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-eżerċizzju meħtieġ li kien beda jiġi mplimentat mill-Posta Ltd, issa ġiex abbandunat u jekk fin-negattiv, jekk hux qed jieħu ħsieb dan l-eżerċizzju l-Aġent Postmaster General?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dak kollu li hu meħtieġ biex isir titjieb fis- servizzi postali f'pajjiżna jsir fil-waqt opportun.", "MELLIEĦA - PWALES/ĊUMNIJA - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "7527.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda x- xogħol dwar l-istudju ambjentali marbut max-xogħol meħtieġ li jsir fuq is- sistema tad-drenaġġ bejn il-Pwales u ċ-Ċumnija fil-Mellieħa?", "Meta ħarġu t- tenders meħtieġa dwar ix-xogħol f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ewwel fażi tal-proġett għat-Tramuntana ta' Malta huwa ta' konsulenza fejn iridu jiġu fformulati almenu erba' proposti li huma fattibbli biex jitwettqu x-xogħlijiet ta' transmission main, sewage treatment plant u outfall.", "Dan il-kuntratt ta' konsulenza huwa mistenni li jingħata f'Awissu fejn wara perjodu ta' xahrejn il-proposti maqbula mad- Dipartiment tad-Drenaġġ ser jiġu sottomessi għal studju ta' Impatt Ambjentali.", "It-tender għall-konsulenza ġie ppublikat fl-għoxrin ta' Ġunju ta' din is- sena waqt li dak ta' l-impatt ambjentali ġie pubblikat fi tmiem is-sena 1995.", "Iżda dan it-tender għandu scope of works aktar wiesgħa minn dak li kien previst u għalhekk id-Dipartiment tad-Drenaġġ ġie avżat biex jipprepara amended scope of works biex kull minn offra s-servizz tiegħu fl- 1995 ikun jista' jirrevedi l-offerta tiegħu.", "DJAR - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "7528.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għal diversi rapporti fuq il-mezzi tal-media Maltija li l-Ministeru tad- Djar alloka 22 abitazzjoni lil persuni bi bżonnijiet speċjali mill-1/11/96 sal-lum, jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni dwar kemm minn dawn il- persuni ħadu abitazzjoni mingħand il-Housing Authority u kemm ħadu post mid- Dipartiment tad-Djar?", "Mil-liema lokalita' huma dawk li ħadu post u f'liema lokalita' ngħataw abitazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "PITKALIJA - BEJGĦ TA' PRODOTTI AGRIKOLI", "7535.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' prodott li nbiegħ mid-Dipartiment tal-Biedja u Sajd mill-Pitkalija?", "X'varjetajiet ta' prodott fil-fatt iddaħħlu fil-Pitkalija mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum mill-istess diPArtiment?", "Kemm kien id-dħul tal-Gvern minn dan il-bejgħ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f' seduta oħra.", "TADAM", "7536.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema varjetajiet ta' tadam qed jiġu pproċessati fil-preżent?", "Meta ngħad li l-proċessuri riedu jipproċessaw biss tadam ta' \"kwalita' tajba\", jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li tadam ċatt u varjetajiet oħra mhumiex inklużi?", "X'inhi r-raġuni għal dan?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: 1.", "Il-varjetajiet ta' tadam li qed jiġu pproċessati fil-preżent huma l-istess varjetajiet li kienu jiġu pproċessati fil-PAssat, bid-differenza illi xi għassara qed iqassmu żrieragħ lill-bdiewa (li s- soltu jfornuhom bit-tadam) biex il-frott minn dawn iż-żrieragħ) jinxtara mill-istess għassara għall-iskop ta' produzzjoni.", "2.", "Naħseb li l-Onor.Interpellant japprezza li biex l-ipproċessuri jkollhom prodott tajjeb għal konsumatur it-tadam jrid jkun ta' kwalita tajba.", "3.", "Normalment xi tadam ċatt mhuwiex ikkunsidrat bħala tadam ta' kwalita tajba għall-ipproċessar minħabba li l-ammont ta' solidi mkejjel f' biex jkun baxx ħafna.", "4.", "Għaldaqstant l-għassara jippreferu tadam li mhuwiex ċatt peress li dan jaqdi aktar il-ħtiġijiet tagħhom biex jipproduċu l-istess ammont ta' kunserva.", "5.", "Skond ftehim milħuq din is-sena bejn il-Ministeru u l-għassara, tadam ċatt ta' kwalita tajba jkun aċċettat għall-għasir.", "TAXXI INTERNI - INCOME TAX PAYERS", "7537.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' income tax payers li għandna f'Malta u f'Għawdex?", "F'liema income group instabu dawn il-persuni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra. aktar kmieni f'din is-seduta.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "7538.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: In vista tal-fatt li ntnefaq aktar milli kien previst fil-Buġibba Project, jista' l-Ministru jara li jiġu ffrankati l-flus tar-reklamar estensiv li qed isir fl-iStampa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mhux minnu li ntnefqu flus aktar milli kien ippjanat fil-proġett ta' Buġibba.", "TELEMALTA - TRASFERIMENTI", "7539.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers fit-Telemalta l-ġimgħa li għaddiet?", "Għalfejn saru?", "Jekk saru minħabba \"riorganizzazzjoni\", jista' l-Ministru jikkonferma x'benefiċċji kien hemm minn din ir-riorganizzazzjoni?", "Il-ħaddiema li tpoġġew minflokhom huma aktar kapaċi jew b'aktar esperjenza f'ċerta pożizzjonijiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-ġimgħa bejn is-7 u l-11 ta' Lulju saru numru ta' transfers fil-gradi klerikali u ta' messaġġiera, liema ċaqlieq ma jiffurmax parti mir-riorganizzazzjoni teknika.", "Dawn it-transfers saru minħabba l-eżiġenzi tas-servizz u sabiex jiġu utilizzati aħjar ir-riżorsi umani tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Barra minn hekk, fl-istess ġimgħa, xi ħaddiema tekniċi reġgħu marru lura fuq ix-xogħol oriġinali tagħhom wara li kienu mpenjati fuq xogħol proviżorju ieħor fl-istess branka.", "TELEMALTA - HEAD CREDIT CONTROL", "7540.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-Head Credit Control tat-Telemalta ngħata kondizzjonijiet ġodda fosthom performance contract u agreement?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, nikkonferma.", "TELEMALTA - IMPJEGAT", "7541.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jikkonferma li mpjegat mat-Telemalta li ismu qed jintbagħat separatament ingħata permess jiftaħ tuck shop fil-Mosta Exchange filwaqt li baqa' jitħallas paga bħal kwalunkwe impjegat ieħor tal-korporazzjoni?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma teżisti l-ebda persuna bl-isem li ntbagħat separatament li jagħmel dak li l-Onor.", "Interpellant qed jgħid fil- mistoqsija tiegħu.", "TELEMALTA - STAR SERVICES", "7542.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jikkonferma li 400 klijent tat-Telemalta m'għadhomx jużaw l-iStar Services kif kienu jagħmlu sas-sena li għaddiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien infurmat li bejn Novembru 1996 u Ġunju 1997, kien hemm 204 abbonat li waqqfu l-użu tal-iStar Service.", "Iżda l-Onor.", "Interpellant tajjeb ikun jaf li fl-istess perjodu kien hemm 1,224 abbonati ġodda għal dan is-servizz.", "TELEMALTA - PERSUNA SECONDED MINN MAL-MALTA SHIPBUILDING", "7543.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jikkonferma li persuna ġiet seconded mill-Malta Shipbuilding bħala welder burner mal- Korporazzjoni Telemalta?", "ONOR.", "JOE MIZZI: B'effett mit-2 ta' Ġunju, impjegat mal-Malta Shipbuilding fil-grad ta' welder burner, ġie sekondat mal-Korporazzjoni Telemalta.", "Fil-preżent hu qiegħed jagħmel xogħol konness mas-sezzjoni tal- Aluminium.", "PENSJONIJIET", "7546.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament terġa' tibda tirċievi l-pensjoni tagħha u mhux il-persuna li għadha tirċeviha għan-nom tagħha, peress li din il-persuna issa m'għadhiex tbati minn mard li jikkostrinġiha tħalli xi prokuratur għan-nom tagħha?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-persuna li qed jirreferi għaliha fl-interpellanza tiegħu kienet ġiet eżaminata minn Panel Mediku li kien jinkludi Speċjalista fil-Psikjatrija u dik il-persuna kienet iddikjarat li tbati minn sub normalita' mentali severa.", "Għalhekk id- Dipartiment kien kostrett li jaħtar amministratur biex jieħu ħsieb l- interessi kollha ta' dik il-persuna.", "Fl-interess ta' dik il-persuna, id- Dipartiment se jinvestiga:-", "1) Jekk din il-persuna għadhiex tbati minn din il-kundizzjoni, u", "2) Jekk hix kapaċi tamministra ħwejjiġha.", "F'kull każ il-persuna tkun infurmata bir-riżultat.", "DWEJRA - TWAĦĦIL TA' BOZZA", "7547.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal twaħħil ta' bozza tad-dawl fil-kamra tan-nar, id-Dwejra (File No. 425/15/97) li jidher li diġa' ġiet approvata u li t-twaħħil tagħha huwa urġenti minħabba l- istess sigurta' ta' dawk li qegħdin jagħmlu użu minn din il-kamra tan-nar b'mod leċitu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba biex titwaħħal bozza d-Dwejra ħdejn il-kamra tan-nar ġiet milqugħa u ser tkun istallata flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "SKEJJEL - TAL-GVERN", "7548.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min għandu jissejjaħ biex jiftaħ l-iskola tal-Gvern meta f'ħinijiet ta' wara l-ħin ta' l-iskola jkun hemm il-ħtieġa, f'dawk il-każijiet fejn m'hemmx watchmen?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "7549.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid għaliex sal-lum il-Joint Office għadu ma bagħatx għal persuna li isimha qed jintbagħat separatament li applika biex jixtri l-fond tiegħu meta jidher li diġa' saru proċeduri meħtieġa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l- applikazzjoni għax-xiri tal-fond indikat separatament minnu qiegħda fi stadju għar-reġistrazzjoni tal-proprjeta' msemmija.", "Jien infurmat li l-Joint Office dalwaqt jibgħat għall-inkwilin biex isir il- kuntratt.", "DEPUTAT LABURISTA - ITTRA DATATA 17/6/97", "7570.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk irċeviex l-ittra datata 17 ta' Ġunju, 1997 mibgħuta lilu minn Deputat Laburista u li kopja tagħha ġiet ppubblikata f'gazzetta lokali nhar il-Ħadd 13 ta' Lulju, 1997?", "F'każ li t-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid (a) x'kienet it-tweġiba tal- Ministru għal din l-ittra; u (b) x'passi ttieħdu wara li l-Ministru rċeva l- ittra; u (ċ) jekk ingħatax l-appuntament mitlub fl-ittra u meta saret il- laqgħa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nieħu l-opportunita' ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-ittra lili mibgħuta ma ħarġitx mill-Ministeru tiegħi tant illi l-firma ta' l-ittra li rċevejt jiena u dik ta' l-ittra li dehret fuq il-gazzetta mhumiex iffirmati fl-istess pożizzjoni.", "Bgħattlu l- acknowledgement, skond l-proċedura.", "Fl-ewwel okkażjoni li rajtu, lid- Deputat għarraftu bil-fomm illi jiena kull każ nikkunsidrah fil-meriti tiegħu u fid-dawl ta' madwar 5,000 applikazzjoni għal post alternattiv li għandu quddiemu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "Kull każ ma jiġix deċiż skond min ressqu, iżda skond kemm il-każ partikulari ikun ħaqqu.", "PORT IL-KBIR - PJAN LOKALI", "7572.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 7349 li orinġinarjament kienet saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jgħid x'inhu l- ħsieb tal-Gvern rigward il-proposta fil-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, Floriana Policies, GF12, rigward l-introduzzjoni ta' pedestrian footbridge fi Triq Nazzjonali fil-viċinanza ta' Pjazza Robert Sammut, fil-Furjana u dwar il-possibbilta' ta' kompetizzjoni internazzjonali sabiex il-pjanti jkunu ta' l-ogħla kwalita'?", "Jekk fl-affermattiv, ifisser li l-Gvern qed ikun kontra l-proposta ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dwar il- Bus Terminus f'Bieb il-Belt, fis-sens li jsir underground traffic system fi Triq Sant'Anna li mbagħad tkun tista' ssir pedestrian only area?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Rigward l-aħħar parti tad-domanda jiena nformat mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku li safejn hu magħruf ma teżisti l- ebda proposta minn naħa ta' l-awtorita' biex issir xi underground traffic system fi Triq Sant'Anna, l-Floriana.", "Rigward l-ewwel parti tad-domanda nissuġġerixxi riferenza lill-Ministeru responsabbli mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "VALLETTA - TRIQ SANT'URSOLA - FOND NRU.", "275", "7573.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Il- fond bl-indirizz Nru. 275, St. Ursola Street, Valletta hu rekwiżizzjonat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infurmat illi l-post huwa rekwiżizzjonat.", "MINISTERU TAD-DJAR - TAX REBATES/GRANTS", "7574.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jirrispondi parti (i) tal-mistoqsija Parlamentari numru 7360 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u ċioe jista' jgħid x'inhuma l-kummenti tal-Ministeru rigward il-proposti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, Valletta and Floriana Policies dwar tax rebates u/jew grants għal: (i) Housing Improvements Action Area (GV03) (GF03) fil-Belt u fil-Furjana?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Rigward il-Housing Improvement Areas indikati fil- Pjan Lokali tal-Port il-Kbir hemm żewġ tipi ta' interventi li jistgħu isiru mill-Gvern Ċentrali permezz ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Dawn jistgħu ikunu interventi diretti permezz ta' proġetti ta' slum clearance jew rijabilitazzjoni jew interventi indiretti permezz ta' miżuri ta' għajnuna lis-sidien biex jirranġaw il-proprjeta' tagħhom.", "L-Onor.", "Interpellant naturalment qed isaqsi dwar it-tieni tip ta' miżura, jiġifieri dik fiskali u nikkonferma li dal-Ministeru jaqbel li jingħataw inċentivi għal dan il- għan.", "Fil-fatt l-Awtorita' tad-Djar għandha skemi ta' dan it-tip fejn tingħata għotja speċifikament għal tranġar ta' bini sub-standard biex isir abitabbli.", "Jekk għandhomx jiżdiedu dawn l-għajnuniet u jekk għandhomx jingħataw tax rebates huwa suġġett vast li fuqu għad iridu jsiru diversi diskussjonijiet fuq livell politiku u fuq livell tekniku qabel wieħed jasal għal konklużjoni.", "Li hemm bżonn ta' impenn akbar anki mil-lat finanzjarju m'hemm l-ebda dubju.Biss kwalunkwe deċiżjoni li tinvolvi l-finanzi tal- pajjiż trid tittieħed fl-isfond tal-politika sħiħa f'dan il-qasam u wara li wieħed ikun ra x'riżorsi għandu l-pajjiż bħalissa billi s-sitwazzjoni finanzjarja f'dan l-istadju mhix tajba daqs kemm wieħed jixtieq.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - TAX REBATES/GRANTS", "7575.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb parti (ii) tal- mistoqsija Parlamentari numru 7360 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u ċioe' jista' jgħid x'inhuma l-kummenti tal- Ministeru rigward il-proposti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, Valletta and Floriana Policies dwar tax rebates u/jew grants għal: (ii) Commercial Improvement Action Area fi Triq Sant'Anna, Furjana (GF19)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Din il-mistoqsija mhix skond l-iStanding Orders.", "WSC - KAŻ TA' APPLIKANT", "7576.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-każ li tiegħu qiegħed nibgħat id-dokumenti relattivi separatament jiġi rivedut għaliex l- applikant li huwa ħaddiem normali qatt ma seta' jkun li xi darba kkonsma dan l-ammont u jekk kien hemm xi leakage m'għandhiex tbatih il-persuna konċernata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦABS ĊIVILI - TWIN-BAY PROJECT", "7585.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-twin-bay project tal-Ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li t-twin-bay project fil-Ħabs jikkonsisti fil-bini ta' żewġ ċellel li fihom jitqgħedu priġunieri li jkollhom bżonn superviżjoni medika kontinwa.", "ĦABS ĊIVILI - TWIN-BAY PROJECT", "7586.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari tiegħi numru 7029 li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u ċioe' jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid min applika fil-pre- qualification stage tat-twin-bay project tal-Ħabs?", "Min intgħażel?", "X'kienu l-kriterji wżati fl-għażla?", "Min kien imdaħħal fl-għażla?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: A. Fl-eżerċizzju ta' pre-kwalifikazzjoni applikaw sbatax (17)-il kumpanija jew joint ventures.", "Ma' din it-tweġiba, aktar kmieni f'din is-seduta, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda ta' l- applikanti kif ippubblikata fuq in-noticeboard tad-Dipartiment tal- Kuntratti fit-8 ta' April 1997.", "B Intgħażlu għaxar applikanti li isimhom tħabbar ukoll fl-istess DiPArtiment bħalma turi l-lista li tpoġġiet ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra .", "C Il-kriterji ta' l-għażla kienu dawk stipulati fid-dokument ta' l- applikazzjoni.", "D Il-Bord ta' l-għażla kien magħmul minn żewġ Diretturi, żewġ Senior Engineers u Senior Principal.", "Ma naħsibx li għandi għalfejn nagħti wkoll l- ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.", "Ir-rakkmandazzjonijiet ġew ikklerjati wkoll mill-Kumitat Ġenerali tal- Kuntratti.", "ZABBAR - ANNIVERSARJU TAT-TITLU TA' ĦAŻ-ŻABBAR", "7587.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna hemm il-ħsieb li tiġi mogħtija mill-NTOM lill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar biex jitfakkar l-Anniversarju ta' meta l- Gran Mastru Hompesch ta t-titlu ta' belt lil Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Hemm il-ħsieb li l-NTOM tipprovdi - bi ħlas nominali - numru ta' uniformijiet u kostumi ta' l-epoka, props, u attrezzi oħra.", "SAĦĦA - MEDIĊINA BACLOFEN", "7588.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari tiegħi numru 7358 u t-tweġiba għaliha, billi skond il- kwotazzjoni dan il-prodott kellu jasal bejn ġimgħatejn u tmien ġimgħat mill- ordni u fil-fatt wasal wara 'l fuq minn 12-il ġimgħa; u billi mill-10 sa l- 14 ta' Lulju dawn kienu għadhom ma tqassmux, għalkemm kull ma hemm fuq din il-mediċina huwa żewġ pazjenti, jista' l-Ministru jikkonferma li hemm xi kaġun għal dan in-nuqqas ta' effiċjenza f'dan is-settur?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Li ġara f'dan il-każ mhuwiex dovut għall- ineffiċjenza.", "L-aġent li kellu jġib din il-mediċina qabel is-7 ta' Ġunju ġabhom fl-10 ta' Lulju.", "Dawn ġew imqassma fil-15 ta' Lulju u ma jidhirx li hemm aktar problemi.", "KUMMISSJONI EWROPEA - SCHOLARSHIPS GĦAL BRUGES U SUSSEX", "7589.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 7271 u t-tweġiba għaliha; billi minkejja li eżaminajt bir-reqqa d-diversi mistoqsijiet oħra li saru fuq dan is-suġġett, imkien ma sibt il-kawża u r-raġunijiet għall-iffriżar ta' dawn il-Fondi, jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jindika għal liema tweġibiet qed jaċċenna?", "Jista' jekk jogħġbu jagħti risposta għal bqija tal-mistoqsija tiegħi ċioe' a) jekk ġewx iffriżati xi fondi oħra u b) jekk ġiex ikkonfermat li din is- sitwazzjoni mhix se tippersisti?", "Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li t- tweġiba li hu ta ma tirrispondiex il-mistoqsija tiegħi, imma tikkonferma li s-sitwazzjoni ta' ffriżar għadha fis-seħħ minkejja li d-diskussjonijiet ma Van Den Broek ilhom ħafna li saru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "BAQAR/GĦOĠĠIELA - PREZZ", "7590.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tielet parti tal-mistoqsija Parlamentari numru 7344 dwar il-prezz imħallas fuq ċanga, u ċioe' kemm kien l-ammont rispettiv ta' baqar u ta' għoġġiela li ġew maqtula matul l-1996 li fuqhom ngħata s- sussidju?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-sussidju ma jingħatax fuq karkassi ta' bhejjem (għoġġiela u baqar) iżda fuq qatgħat ta' laħam taċ-ċanġa li ma jinbiegħx.", "Għalhekk mhux possibli li nagħtiħ l-informazzjoni mitluba.", "P.A. - ĦADDIEMA", "7591.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-preżent kemm hemm ħaddiema (tal-gradi kollha) li huma seconded, on loan jew on contract basis mal-Planning Authority kif ukoll kemm hemm ħaddiema li huma fuq il-kotba tal-Planning Authority li fil-preżent jinsabu seconded jew on loan ma Dipartimenti tal-Gvern, Corporations u Ministeri?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "BICAL - ĦLAS LILL-KREDITURI", "7596.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija Parlamentari numru 7323, il-kontrollur tal-BICAL għandu għad-dispożizzjoni l-ammont ta' Lm1.898,925 miljun biex iħallas lill-kredituri?", "Jekk hemm każijiet ta' ħlas lura li ma' jinħteġux materji legali, għaliex ma jitħallsux?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-kontrollur tal-BICAL m'għandux għad-dispożizzjoni tiegħu fondi ekwivalenti għall-ammont ta' Lm1,898,925 biex ikun jista' jħallas lill-kredituri.", "Barra min hekk, il-każijiet legali li għandu l- BICAL huma ta' natura ġenerika li jikkonċernaw l-assi kollha tal-BICAL u, għaldaqstant, jimpedixxu kull pagament lil xi kreditur qabel ma jiġu solvuti.", "BUSKETT - KASTELL TA' VERDALA", "7597.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-Kastell ta' Verdala (Buskett) huwa magħluq għat-turisti u t-tfal ta' l-iskola, meta qabel dan kien miftuh għall-pubbliku?", "Meta hemm il-ħsieb li jerġa' jinfetah mill- ġdid għall-pubbliku?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILLI LOKALI - PROPRJETA'", "7598.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' postijiet (proprjeta' bħal garages/uffiċini eċċ) mikrijin mill-kunsili lokali mingħand il-privat?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali sena b'sena li ntnefqet għal dan il-għan minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar.", "MUŻEWIJIET - TURISTI", "7599.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu turisti fis-snin 1994/95/96 u minn Jannar sa Ġunju 1997 f'dawn il-mużewijiet: 1) fil-mużew tal-Gwerra (St.Elmo); 2) fil-mużew ta' l-Armerija; 3) fil-Palazz tal- President (Valletta - Grand Master's Palace)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - KONSULENTI", "W291.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:-", "Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali - Xejn", "Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni - Xejn", "Dipartiment tax-Xjuħ u Nies bi Bżonnijiet Speċjali - Xejn", "Dipartiment tax-Xogħol - Kien hemm konsulent wieħed impjegat fil-31 t'Ottubru, 1996.", "Dan huwa s-Sur Peter Darmanin, Konsulent dwar l- Emigrazzjoni li kien jitħallas Lm250 fix-xahar (Lm3,000 fis-sena) bħala salarju.", "Il-kuntratt tas-Sur Darmanin għalaq fil-31 ta' Diċembru, 1996 u ma ġiex imġedded.", "Koperattivi - Xejn", "E.T.C - 31 ta' Ottubru 1996:", "Konsulent Legali Wiehed Lm80 fix-xahar", "Health Maintenance Organisation Lm6 kull impjegat fis-sena", "Zewg Tobba Privati Lm 5 kull vista (visti ta' persuni b'dizabilita' u nies qehda)", "E.T.C - 1 ta' Novembru 1996 sa l-ahhar ta' Frar 1997:", "(Bħala individwi dawn baqghu l-istess bħal 31 t'Ottubru 1996)", "Konsulent Legali Wiehed Lm80 fix-xahar Health Maintenance Organisation Lm6 kull impjegat fis-sena Zewg Tobba Privati Lm5 kull vista * (visti ta' persuni b'dizabilita' u nies qeghda)", "* Mill-1 ta' Frar 1997 il-ħlas ġie mniżżel għal Lm3.50 kull vista.", "Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' - Is-Sur Galea Curmi, b'salarju ta' Lm6,192 fis-sena.", "Benefiċċji huma:- Karozza u Telefon.", "Mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-aħħar ta' Frar 1997 dawn baqgħu l-istess.", "Is- Sur Galea Curmi ffirmawlu l-kuntratt bħala Consultant for Services to be rendered to the Minister for Social Development in the field of Social Work, liema xogħol jiġi determinat mill-Ministeru.", "Il-kuntratt ġie ffirmat nhar it-22 ta' Ottubru 1996 jiġifieri erbgħat ijiem qabel l-elezzjoni.", "Sedqa - Fil-31 ta' Ottubru, 1997, Sedqa kellha 3 konsulenti jaħdmu magħha.", "Il-ħlas ta' kull wieħed minnhom hu kif ġej:-", "a) Lm15.00 kull siegħa b) Lm134.18 kull xahar c) Lm200.00 kull xahar", "Dawn it-tlett konsulenti għadhom jagħtu s-servizzi tagħhom.", "Mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-aħħar ta' Frar 1997, ma ġewx maħturin konsulenti ġodda.", "IMPJIEGI", "W305.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill- 1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati Parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il- kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l- ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'effett mill-1 ta' Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Frar 1997, l-informazzjoni mitluba rigward il-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali hija kif ġej:", "|Isem |B'kun|B'ku|Konsu|Grad|Trans| | |tratt|ntra|lenti| |fers | | |indef|tt | | | | | |init |defi| | | | | | |nit | | | | |Minis|Nil |Nil |Nil |Nil |Nil | |teru | | | | | | |tal-Ħ| | | | | | |arsie| | | | | | |n | | | | | | |Soċja| | | | | | |li | | | | | | |Dipar|Nil |Nil |Nil |Nil |5 * | |timen| | | | | | |t | | | | | | |tas-S| | | | | | |igurt| | | | | | |a' | | | | | | |Soċja| | | | | | |li | | | | | | |Dipar|Nil |Nil |Nil |Nil |1 * | |timen| | | | | | |t | | | | | | |tax-X| | | | | | |ogħol| | | | | | |Korpo|Nil |1 |Nil |Uffi|Nil | |razzj| | | |ċjal| | |oni | | | |Eżek| | |ta' | | | |utti| | |Xogħo| | | |v | | |l u | | | | | | |Taħri| | | | | | |ġ | | | | | | |GĦaqd|Nil |Nil |Nil |Nil |Nil | |a | | | | | | |tal-K| | | | | | |opera| | | | | | |ttivi| | | | | | |Uffiċ|Nil |Nil |Nil |Nil |Nil | |ċju | | | | | | |tad-D| | | | | | |irett| | | | | | |ur | | | | | | |Ġener| | | | | | |ali | | | | | | |Kummi|Nil |Nil |Nil |Nil |Nil | |ssjon| | | | | | |i | | | | | | |Nazzj| | | | | | |onali| | | | | | |Persu| | | | | | |ni | | | | | | |b'Diż| | | | | | |abili| | | | | | |ta' | | | | | | |Aġenz|3 |1 |Nil |Grad|Nil | |ija | | | |ta' | | |Sedqa| | | |Eżek| | | | | | |utti| | | | | | |v | | | | | | |Grad| | | | | | |ta' | | | | | | |Coun| | | | | | |sell| | | | | | |or | | | | | | |Grad| | | | | | |ta' | | | | | | |Comm| | | | | | |unit| | | | | | |y | | | | | | |Work| | | | | | |er | | | | | | |Grad| | | | | | |ta' | | | | | | |Nurs| | | | | | |e | |", "* It-transfers li saru fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali huma kif indikati hawn taħt:", "|Isem |Grad |Dipt./Mi|B'effet| | | |nisteru |t mill-| |Attard |P.O. |P.S.S.E.| | |Vincent | | |1.1.97 | |Degiorgio|Postpe|Min. | | |Rudolph |rson |tal-Ġust|1.1.97 | | | |izzja | | |Busuttil |Clerk |Min. | | |Marthese | |tat-Turi|1.1.97 | | | |żmu | | |Scerri |S.P.O.|Kura | | |Marisa | |tal-Anzj|7.1.97 | | | |ani | | |Sammut |P.O. |Dipt. |28.1.97| |Anthony | |tax-Xogħ| | | | |ol | |", "* It-transfer li sar fid-Dipartiment tax-Xogħol kien ta' Uffiċċjal Eżekuttiv li ġie mibgħut b'self mid-Dipartiment tax-Xogħol (GĦawdex) għall- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "Kopja tal-kuntratti relattivi.tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W323.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal- korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika: 1) liema Ministeru hu responsabbli għaliha; 2) il- liġi/regolament li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm; 3) min huma l- membri tagħha; 4) meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; 5) il-ħlas li jirċievi kull membru; 6) allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; 7) minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 749 li ġiet mogħtija mill-Prim Ministru f'seduta numru 44.", "ETC - NIES LI MA KOMPLEWX JIRREĠISTRAW", "W343.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid: Matul ix-xahar ta' Frar, 1997: kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u jindika għaliex l-ETC iddeċidiet li taqtagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul ix-xahar ta' Frar 1997, in-numru ta' nies li ma komplewx jirreġistraw minn jeddhom kien ta' 432.", "In-numru ta' nies li nqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC kien ta' 144.", "Ir-raġuni li l-ETC ħadet biex taqta' dawn in-nies hi kif ġej:", "M'aċċetawx taħriġ 54 Instabu jaħdmu 73 m'aċċetawx xogħol 4 Ma marrux għall-intervista 13 144", "ETC - REĠISTRAZZJONI", "W344.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC wara redundancy fl-impieg preċedenti tagħhom matul ix-xahar ta' Frar, 1997 u jindika wkoll ix-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol ma' L-ETC wara redundancy fl-impieg tagħhom matul ix-xahar ta' Frar 1997 kien ta' 161.", "Ix-xogħol preċedenti tagħhom kien kif ġej:", "Group 1 Senior Officials & Managers 10", "Group 2 Professionals 1", "Group 3 Technicians & Associates Professionals 1", "Group 4 Clerks 17", "Group 5 Service Workers & Shop & Market Sales Persons 17", "Group 6 Skilled Agriculture & Fishery Works Nil", "Group 7 Craft & Related Workers 39", "Group 8 Plant & Machine Operators and Assemblers 9", "Group 9 Elementary Occupations 67", "ETC - QTUGĦ MIR-REĠISTRAZZJONI", "W345.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem il-Bord Nazzjonali tax-Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol fi Frar 1997 kif ukoll kemm inqatgħu appelli fl-istess perjodu u kemm min dawn kienu konferma tad- deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fi Frar 1997, l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol irċeviet 56 appell minħabba fi qtugħ ta' reġistrazzjoni.", "L-ebda wieħed minn dawn l-appelli ma nstema' mill-Awtorita' fi Frar 1997; iżda fl-istess xahar, l-Awtorita' iddeċidiet 48 appell kif ġej:-", "Favur l-appellant 12 Kontra l-appellant 14 Abbandunati 16 Irtirati mill-appellant 4 Preskritti 2", "ETC - QTUGH MIR-REĠISTRAR", "W346.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol fi Frar 1997 u jagħti r-raġuni li wassal għall-qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru W343 li kienet magħmula minnu stess.", "ETC - JOB PLACEMENTS", "W347.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC u kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC fi Frar 1997, kemm placements kienu mas-settur privat u kemm placements saru mill-Job Centre minn Ħal-Far u minn Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol fi Frar 1997 kien ta' 783.", "Il-placements li saru fi Frar 1997 huma kif ġej:", "Parastatali 11", "Privat Hal-Far 124 Job Centre (Malta) 54 Gozo 8 Job Centre (Gozo) 2", "ETC - TALBIET GĦALL-IMPIEGI", "W348.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impieg matul Frar 1997 minn: (a) is-servizz pubbliku; (b) enti statutorji; (c) enti u kumpanniji li l-Gvern direttament jew indirettament għandu mill-anqas nofs l-ishma tagħhom; (d) is-settur privat?", "Jista' wkoll jindika d-dipartimenti, enti jew kumpannija fil-każ ta' (a), (b) u (c) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-talbiet għall-impieg li saru matul Frar 1997 minn kumpaniji Parastatali kienu 52 u t-talbiet li saru mis-settur privat kienu 337.", "Ix-xogħol mitlub f'kull każ minn kumpaniji Parastatali hu kif ġej:", "Malta Freeport Corporation Handyman 1 Malta Freeport Corporation Charwoman 3 Malta Freeport Corporation Clerk 1", "Telemalta Corporation Principal Graduates Professional Officer 1", "Malta Council for Science and Technology Chief Executive 1", "Middle Sea Insurance Senior Motor Claims Executive 1", "Nadur Local Council Clerk P/T 1", "M.S.U. Operations Support Officer 1", "Medigrain Ltd.", "Mechanical Fitter 1 NTOM Internal Auditor 1 Tug Malta Stores Officer 1", "Malta Stock Exchange Admission & Survellaince Executive 1", "Holiday Inn Crowne Plaza Executive Chef 1 Holiday Inn Crowne Plaza Chef de Partie/Tournants 4 Holiday Inn Crowne Plaza Commis Cook 5 Sedqa Psychologists 3 Programm Fejda Programme Manager 1 Programm Fejda Psychologists 3 programm Fejda Social Workers 3 Programm Fejda Counsellors 3 Programm Fejda Youth Workers 3 Programm Fejda Carers 7 Enemalta Corporation Senior Accountant 3 Malta Maritime Authority Secretary 1 NTOM Marketing Manager 1", "ETC - RAPPORTI STATISTIĊI", "W452.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rapporti statistiċi li l-ETC tipprepara skond ma qal il-Ministru fir-risposta għall- mistoqsija Parlamentari numru 2251 relattivi għal Ottubru, Novembru u Diċembru, 1996 u Jannar, Frar u Marzu, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru W452 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W757.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministrru jgħid x'inhu sewwa sew il-każ ta' l-applikant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li huwa separat u għandu bżonn akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi mid-dettalji li niżżel l- applikant fl-applikazzjoni tiegħu, dan ma tantx jidher li għandu bżonn akkomodazzjoni.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W763.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jara illi periti tal-Gvern jispezzjonaw il-post fl-Imsida li l- indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament għax il-kerrej ilu japplika għal post alternattiv għal ħafna żmien?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għaddejt il-mistoqsija lid-Direttur għall- Akkomodazzjoni Soċjali biex jieħu l-passi meħtieġa.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "W777.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid għax-xahar ta' Ġunju, 1997:- 1) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; 2) kemm ġew allokati djar mid-dipartiment; 3) kemm saru rikonoxximent ta' kera; 4) kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar; 5) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id- dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; u 6) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "Matul ix-xahar ta' Ġunju, 1997 ġew allokati 31 postijiet u saru 6 rikonoxximenti ta' kera.", "Fl-aħħar tax-xahar, id-dipartiment kellu 27 proprjeta' li tista' tiġi allokata u 23 postijiet ġew lura f'idejn id- dipartiment.", "Fl-aħħar ġurnata tax-xahar kien hemm 4899 applikazzjoni pendenti.", "DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "W783.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament se tkun tista' tixtri l-post tagħha mingħand il-Gvern?", "Għaliex dan id-dewmien?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-fond okkupat mill-persuna msemmija hu mibni fuq art li qiegħda fil-kors ta' akkwist.", "DJAR - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "W791.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kenitx rreġistrata bħala applikanta għal appartament tal- Gvern?", "Jekk hi rreġistrata x'inhuma l-possibbiltajiet li jkollha appartament fil- Mosta u jekk hu possibbli fi Blokk B3 Government Housing Estate, fejn għandha toqgħod it-tifla tagħha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiena nformat illi l-persuna ndikata għandha applikazzjoni mad-dipartiment.", "L-appartament li qed titlob, meta jitbattal jiġi allokat wara li jiġu kkonsidrati talbiet simili minn applikanti oħra fil-Mosta.", "MOSTA: TRIQ ĠUŻEPPI HYZLER", "W801.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 769 min hu responsabbli li Triq Ġużeppi Hyzler, Mosta tkun livellata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferik għar-risposta mogħtija għal mistoqsija Parlamentari numru 702 fejn diġa msemmi li r-responsabilita' għal formazzjoni u l-irranġar tat-triq, sakemm din tiġi asfaltata, hija tas- sidien li bnew djar għal fuq din it-triq.", "MSIDA/SWATAR - MAIN TAD-DRENAĠĠ", "W804.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-flats tal-Gvern li hemm is- Swatar, l-Imsida humiex imqabbdin mal-main tad-drenaġġ?", "Jekk le, jista' l- Ministru jgħid meta dan ix-xogħol se jsir?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TA' XBIEX: TRIQ IL-MASKLI - ART", "W805.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li hemm fi Triq il- Maskli kantuniera ma' Triq il-Knisja fil-Housing Estate ta' Ta' Xbiex hijiex mikrija lil xi ħadd u jekk iva meta inkriet u għaliex din għadha ma nbnietx?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jirriżulta li l-art li hemm fi Triq il-Maskli kantuniera ma' Triq il-Knisja fil-Housing Estate ta' Ta' Xbiex kienet oriġinarjament inqasmet f'ħames siti li ġew mogħtija b'ċens temporanju għal ħamsin sena fl-1985 biex jinbnew garaxxijiet.", "Tnejn minn dawn is-siti ma ġewx mibnija w id-Dipartiment ta' l-Art qed jieħu passi legali neċessarji kontra ċ-ċenswalisti."]} {"filename": "19971105_135d_par.doc", "date": "1997-11-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 135 L-Erbgħa, 5 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 135", "L-Erbgħa, 5 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "135", "L-Erbgħa, 5 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 925", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 925", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 932", "MOZZJONIJIET MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1998.", "932", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 134 li saret fl-4 ta' Novembru ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "AMBAXXATI MALTIN BARRA MINN MALTA - KAROZZI", "7266.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li l-Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2023 - fejn qal li waħda mill-karozzi li kien hemm fil- Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra kienet Mercedes Benz 230E - jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid jekk din il-karozza għadhiex proprjeta' tal-Gvern Malti?", "Jekk le, x'sar minnha?", "Jekk inbiegħet, il-bejgħ sarx bl- awtorizzazzjoni minn qabel tal-Viċi Prim Ministru jew tal-ministeru tiegħu?", "Jekk le, x'passi se jieħu?", "Jekk inbiegħet, kemm ġabet flus?", "X'sar mill- flus?", "Kienx ikun aħjar li, kif isir normalment, il-karozza nġiebet Malta?", "Hijiex l-intenzjoni tal-Viċi Prim Ministru li jawtorizza x-xiri ta' karozza oħra għall-mission ta' Londra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Il-Kummissarju Għoli f'Londra iddeċieda li jbiegħ il-karozza uffiċjali tal-Kummissjoni Għolja f'Ġunju li għadda għas- somma ta' Stg9,500.", "Ingħataw struzzjonijiet biex il-flus li daħlu mit- transazzjoni jitpoġġew fir-revenue ġenerali tal-gvern.", "Sussegwement, il- Kummissarju Għoli ddeċieda li jixtri vettura oħra tat-tip Mercedes Benz minflok il-karozza li huwa biegħ.", "Bħalissa għaddejjin l-investigazzjonijiet, flimkien ma' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awdituri Ġenerali, biex jiġu stabiliti l-fatti kollha li fihom saru dawn it-transazzjonijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, il-Viċi Prim Ministru uża l-kelma \"investigazzjonijiet\".", "Jiġifieri hemm xi ħjiel ta' x'irregolarita'?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-preżent l-Awditur Ġenerali qed jara ċ- ċirkostanzi kollha li fihom saru dawn it-transazzjonijiet għaliex jista' jkun li kien hemm bżonn ta' xi permessi li ma talabx għalihom il- Kummissarju Għoli.", "Hu qal li ma kienx jaf ir-regola kif għandha tkun u għalkemm il-flus huma kollha accounted for l-Awditur Ġenerali se jara li kien hemm kollox għaddej skond kif jitolbu r-regolamenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Sur President, peress li l-Viċi Prim Ministru qal li nxtrat karozza oħra ta' l-istess tip, jista' jgħidilna kemm intnefqu flus għal din il-karozza ġdida?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, bl-amment ma nafx ngħid pero' hemm file li fih l-informazzjoni kollha u jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub jiena lest li nirrispondih.", "SKEJJEL - SAN PAWL IL-BAĦAR", "8115.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni li se jsir fl-Iskola ta' San Pawl il- Baħar?", "Min se jkun il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħol?", "Sa meta hu mistenni li jkun lest ix-xogħol kollu neċessarju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-offerta għal xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar għalqet nhar il-Ħamis 11 ta' Settembru, 1997.", "Kienu sottomessi 17-il offerta u fil-preżent dawn l-offerti qegħdin jiġu evalwati.", "Għaldaqstant għalissa ma ninsabx f'pożizzjoni li ngħid min hu l-kuntrattur li sejjer jesegwixxi x-xogħlijiet li huma antiċipati li jibdew matul ix-xahar id-dieħel.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jista' l-Ministru jgħidli jekk il- Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar huwiex involut f'dan il-kuntratt?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le, m'huwiex.", "Fil-fatt jien kont diġa' weġibt mistoqsija parlamentari fuq il-Kunsilli Lokali ta' San Pawl il-Baħar, ta' l- Imġarr u tal-Mellieħa.", "Ix-xogħol preparatorju għax-xogħlijiet li bdew jew se jibdew f'dawn l-iskejjel kien beda qabel ma bdejna niffirmaw il-ftehim ma' xi 29 kunsill lokali differenti li jirrigwarda 64 skola differenti.", "Ċertament li fuq ix-xogħol li se jsir fil-futur se ndaħħlu fihom lill- kunsilli lokali.", "SKEJJEL - ŻEJTUN - XOGĦOL TAL-ĠEBEL", "8403.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għax-xogħol li qed isir fuq il-boundary wall ta' l-iskola primarja taż-Żejtun - li kien magħmul minn ġebel tal-qawwi b'ċertu gost u li kellu wkoll xi rqajja li kellhom bżonn jinbidlu - jista' l-Ministru jgħid x'fettillu d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jwaqqa' dan kollu biex itella' ħajt ieħor ċass ċass bla ġost ta' xejn u wkoll minn ġebel tal-franka li żgur u mhux forsi se jkollu jerġa' jinbidel minn hawn u ftit ieħor?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-ħajt oriġinali li tneħħa kien tal-ġebel tal-franka u, peress li kien ta' periklu serju u fi stat li kien sejjer jaqa', kellha tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex dak jinbidel.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET MINN KUNSILLI LOKALI", "8713.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari Nru 6092 u t-tweġiba tagħha, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid sa l-aħħar ta' Settembru 1997 kemm huma l- applikazzjonijiet pendenti tal-kunsilli lokali ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u x'inhuma l-proġetti li fuqhom qiegħed jintalab il-permess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "8762.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hijiex l- intenzjoni tal-Gvern li wara l-kuntratti mal-kunsilli lokali dwar manutenzjoni ta' l-iskejjel, isirux kuntratti oħra ma' l-istess kunsilli sabiex proġetti akbar, bħal estensjonijiet ta' skejjel/bini ta' oħrajn ġodda, fil-fatt ikunu fdati wkoll f'idejn il-kunsilli lokali?", "Jekk fl- affermattiv, liema huma dawn il-proġetti, ma' liema kunsilli se jsiru u meta hu maħsub li jkunu ffirmati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hija l- intenzjoni tal-Gvern li jidħol fi skema ta' sħubija mal-kunsilli lokali għal xogħlijiet ta' natura kapitali.", "Sintendi huwa xogħol ta' natura kemm fil-kwantita' u kif ukoll fil-kwalita' differenti minn dawk li għadni kemm semmejt issa dwar il-manutenzjoni.", "Fil-preżent qegħdin isiru d-dettalji finali ta' din l-iskema u hu l-ħsieb tal-Gvern li jħabbar din b'mod pubbliku meta jkun il-waqt.", "(Interruzzjonijiet)", "Mal-ministeru tal-finanzi wasalna.", "Il-kwestjoni li hemm hija fuq kif u kemm se jitħallsu l-periti nvoluti.", "Aħna xtaqna li jidħol il-kunċett tal- lump sum.", "Safejn naf jien mill-Kamra tal-Periti m'humiex qed jaċċettaw dan imma jrid ikun perċentwali.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħidilna jekk fl-iskola Umberto Calosso ta' Santa Venera huwiex se jsir xi xogħol strutturali u jekk dan ix-xogħol strutturali huwiex se jsir flimkien mal-kunsilli lokali jew inkella hemmx ukoll imdaħħla l-Malta Development Corporation?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ħsieb hu li hemmhekk isir xogħol kbir.", "Dik hija skola li trid tikber u għandna bżonn li nipprovdu aktar postijiet fl- istituti post-sekondarji vokazzjonali u Umberto Calosso huwa wieħed mill- postijiet fejn se jsir dan ix-xogħol.", "Il-ħsieb hu li jkunu nvoluti kemm il- Kunsill Lokali ta' Santa Venera, kif ukoll il-Korporazzjoni Maltija għall- Iżvilupp, għaliex dak li qed jiġri f'Umberto Calosso huwa marbut ma' ħafna affarijiet oħra.", "Per eżempju, l-SGS Thomson li hemm f'Ħal Kirkop trid tikber u biex tikber irid jiċċaqlaq il-garaxx tal-gvern.", "Biex il-garaxx tal-gvern jiċċaqlaq, trid tiċċaqlaq skola oħra u allura hemm domino effect sħiħ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiġifieri l-Ministru qed jinformana - għalkemm mhux formalment - li hemm bżonn li l-garaxx tal-gvern ta' Ħal Kirkop jingħalaq b'konsegwenza tat-tkabbir ta' l-MDC.", "Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm ukoll numru ta' skejjel oħra, fosthom dik tal-Marsa, li wkoll se jiġu nvoluti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, fil-kwestjoni ta' l-estensjoni ta' l-SGS Thomson, skola li żgur se tintlaqat hija dik tal-Marsa, liema skola m'hijiex qiegħda f'post ideali bħala skola.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hu l-ħsieb tal-Ministru li f'din ir-reviżjoni, l- Gvern jaħseb ukoll biex ikabbar is-sehem li jagħtu l-kunsilli lokali?", "Bażikament s'issa l-kunsilli lokali kienu iktar qegħdin jagħmluha ta' overseers tal-proġett u dan wara li ħaddieħor jiddeċiedi x'se jsir.", "Il- kunsilli lokali m'għandhom l-ebda input fuq x'se jsir, kif se jintnefqu l- flus u kif se jitħaddem il-proġett.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk huwiex il-ħsieb għal quddiem li l-kunsilli lokali jiddaħħlu wkoll f'dawn il- fażijiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, f'dan il-każ irridu nagħtu kas ta' żewġ aspetti.", "Anke f'dak ix-xogħol li kienu nvoluti fih s'issa il-kunsilli lokali, li ħafna drabi kien jirrigwarda xogħol intern fl-iskola, irridu noqogħdu attenti li jinżamm il-bilanċ ta' l-input tal-kunsilli lokali, li bla dubju jista' jkollhom input pożittiv, u r-responsabbilta' tal-kap ta' l-iskola.", "Jiġifieri waħda mill-affarijiet li rridu noqogħdu attenti għaliha fil-qafas tar-relazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u l-iskejjel, hija li jinżamm bilanċ u ekwilibriju għaliex jekk jibda jkollna kunsilli lokali li jibdew jimponu fuq l-iskejjel u fuq il-kap ta' l-iskola jkollna sitwazzjoni mhux mixtieqa.", "Iżda fejn max-xogħol li jkun qed isir fl-iskola jkun qed isir ukoll żvilupp ta' faċilitajiet komunitarji - importanti li l- iskola ma tkunx magħluqa minnha nnifisha imma tkun tista' tagħti servizz kif nittamaw li jiġri fil-każ ta' Umberto Calosso - ċertament li l-input tal-kunsilli lokali ma jkunx biss, biex ngħidu hekk, ta' works manager imma jkun input aktar dirett u ħaj, anke fil-project design.", "Jekk l-affarijiet jimxu kif qed naħsbu li se jimxu fil-każ ta' Umberto Calosso, dan se jkun l- ewwel każ fejn l-input tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera se jkun qawwi ħafna, mhux biss bħala foreman tax-xogħol imma anke fil-fażi ta' l- ipproġettar.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Xtaqt nistaqsi lill-Ministru x'inhuma l-pjanijiet li kienu diġa' nbdew taħt l-amministrazzjoni preċedenti għal iktar diċentralizzazzjoni fl-amministrazzjoni ta' l-iskejjel.", "Jien nimmaġina li hemm xi forma ta' budget, imma xtaqt nistaqsi kemm hu wiesa' dan il-budget biex ikopru dawn l-affarijiet li jappartjenu għal dik l-iskola.", "Naħseb li din hija l-iktar ħaġa importanti biex ikollhom iktar identita'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, ir-ritmu tad-diċentralizzazzjoni kompla matul is-sena li għaddiet.", "Fil-fatt f'ħafna skejjel waslu għand il- head fondi t-tripplu ta' li kienu jaslu qabel.", "Issa li rridu nagħmlu huwa li nkomplu b'din id-deċentralizzazzjoni li m'għandhiex tkun biss kif kultant - bir-raġuni li jifhmuha l-heads - infarfru l-problemi tagħha miċ- ċentru għal fuqhom.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti li waqt li l-iskejjel ikollhom aktar poter u responsabbilta' li jmexxu lilhom infushom, ikollhom ukoll il-mezzi sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Ċertament li l-proċess ta' diċentralizzazzjoni lanqas m'għandu jkun limitat biss għal missjoni ta' fondi.", "Aħna sibna li f'ħafna każi - kważi ngħid fil-każi ġenerali kollha - il-fatt li l-fondi jkunu qegħdin għand il-heads u jużawhom huma skond il- prijoritajiet ta' l-iskola, speċjalment jekk il-heads ma jagħmlux sempliċement ta' rashom iżda jikkonsultaw lill-assistent heads u anke lill- għalliema, allura mbagħad il-pjan ta' prijoritajiet li fuqhom jintnefqu l- flus ikunu skond il-bżonnijiet ta' l-iskola għaliex huma jkunu jafu l- bżonnijiet ta' l-iskola ħafna iktar milli jistgħu jkunu jafuhom in-nies li hemm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Naħseb ukoll li wasal iż-żmien li l- proċess ta' aktar demokrazija, responsabbilta' u awtonomija fil-livell ta' skola ma jieqafx biss f'dawn il-parametri ta' tħaddim ta' fondi u ta' manutenzjoni iżda jinfirex anke fuq affarijiet kurrikulari.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, aktar minn domanda xtaqt nagħmel suġġeriment fis-sens ta' jekk jistax isir dan anke fil-proċess ta' dixxiplina ta' l-istaff.", "Jiena dan l-aħħar kelli esperjenza fejn mort id- dipartiment niddefendi persuna u magħha telgħet nofs l-iskola - nimmaġina li l-iskola kienet qed timxi waħedha għax kulħadd ġie Beltissebħ fuq inċident żgħir ħafna - u allura qed nissuġġerixxi li għallinqas f'dawk li jkunu inċidenti żgħar, il-proċess ta' dixxiplina jsir fl-iskola stess.", "Jien ma nafx ir-regolamenti x'jipprovdu f'dan il-qasam imma qed nagħmel dan is-suġġeriment għaliex naħseb li verament qed jinħela ħafna ħin minn nies kompetenti ħafna fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni sabiex jiddeċiedu jekk iċ-charwoman daħlitx tard jew daħlitx kmieni, meta dawn jistgħu jiġu deċiżi mis-surmast fl-iskola nnfisha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, ċertament li naqbel ma' l-Onor. kollega.", "Fil-fatt qed nieħdu passi għal ta' l-apposta sabiex din id- dixxiplina tibda qabel u mhux meta jinqala' inċident.", "Li nixtiequ aħna huwa - u qed niddiskutu ma' l-MUT anke dwar dan - li r-reklutaġġ tal-casual cleaners u tal-casual clerks isir mill-heads infushom għaliex b'hekk tkun qed tirrikonoxxi l-awtorita' li għandu l-head fl-iskola u tkun qed tagħtihom dik ir-responsabbilta'.", "Il-każi ta' dixxiplina li jkollna fl- iskejjel imbagħad jidħlu fil-kwadru ġenerali tad-dixxiplina in ġenerali tas- servizz ċivili li fil-fehma tiegħi, tħalli ħafna spazju għal titjib.", "Mhux l-ewwel darba li jittieħdu passi dixxiplinarji u l-każ jibda jinstema' minn min suppost jinstema' fil-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku xhur wara u jkun intilef kull sens li tieħu passi dixxiplinarji li jkunu effettivi.", "Jekk b'xi mod jew ieħor is-sistema li biha nissorveljaw x'qed jiġri m'hijiex se ssir aktar effiċjenti u ma jitteħdux il-passi li għandhom jittieħdu ...", "Ħafna drabi l-passi jittieħdu tard wisq u l-proċedura tant hija burokratika li jintilef kull sens.", "SKEJJEL - ŻEJTUN - CARLO DIACONO", "8831.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sorveljenza hemm għal fdalijiet u oqbra Rumani li hemm fil-grounds ta' l-Iskola Carlo Diacono, Żejtun issa li qegħdin isiru xi xogħlijiet fuq il-ground tal-football fil- viċinanza tagħhom?", "Taħt min taqa' r-responsabbilta' ta' din is- sorveljanza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet li hemm proġettati għall-ground tal-football li hemm biswit l-Iskola Carlo Diacono, Żejtun ġew sottomessi għall-proċess normali ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, li kkonsultat lid-dipartiment tal-mużewijiet qabel ma ħarġet il- permess għal dawn ix-xogħlijiet.", "Fil-fatt ix-xogħlijiet ipproġettati huma mbiegħda biżżejjed mill- fdalijiet tal-Villa Rumana li hemm fil-grounds ta' din l-iskola biex ma jagħmlux ħsara lill-fdalijiet.", "Ir-responsabbilta' tas-sorveljanza ta' dawn il-fdalijiet taqa' fuq id- dipartiment tal-mużewijiet, waqt li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha r- responsabbilta' tassigura li x-xogħol li jitwettaq ikun skond il-permess maħruġ.", "Ngħid ukoll li d-dipartiment tal-mużewijiet m'għandux tagħrif fuq l- eżistenza ta' l-oqbra Rumani fil-grounds ta' din l-iskola u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jgħaddi d-dettalji li għandu lis- sezzjoni tal-arkeoloġija fi ħdan id-dipartiment sabiex ikunu jistgħu jiġu studjati w imħarsa.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nista' nassigura lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali li dawn il-fdalijiet jeżistu hemmhekk u qegħdin f'periklu li jispiċċaw kollha.", "Jien ma naħsibx li għandna nikkomunikaw dan mad-dipartiment tal-mużewijiet għaliex qed nagħrfu b'dan lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali hawn ġew stess.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk qed nifhem tajjeb, fir-risposta għal din id- domanda li ġiet ippreparata mid-dipartiment tal-mużewijiet donnu li qed jintefa' dubju fuq dak li ġie riferut għalihom bħala oqbra Rumani, dwar jekk dawn humiex hekk jew le.", "Jien hekk qed nifhimha għalkemm jista' jkun li qed nifhimha ħażin.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Sur President, ninforma lill-Ministru li dawn il- fdalijiet qegħdin ġewwa l-Iskola Sekondarja taż-Żejtun u d-dipartiment tal- mużewijiet żgur li jaf bihom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Jien nassigura lill-Ministru li d-domanda m'għamilthiex b'kapriċċ.", "Jiġifieri jien naħseb li jkun tajjeb li din is- sorveljanza ssir, mhux minni jew mill-Onor.", "Cassar, imma mill-awtoritajiet konċernati jkunu min ikunu.", "Xtaqt ukoll li niġbed l-attenzjoni għat-tweġiba li ta l-Ministru aktar kmieni f'dan il-question time fuq il-boundary wall li qiegħed isir għall- Iskola Primarja taż-Żejtun fejn huwa qal li ġie nformat li l-ġebel li tqanqal huwa ġebel tal-franka.", "L-informazzjoni li għandi jien hija totalment differenti.", "Il-ġebel li tqanqal huwa ġebel li huwa mfittex ħafna llum il-ġurnata, u tant huwa mfittex, li meta saret id-domanda ma nstabx iktar u, sopra corna bastonate, hemm urna antika li diġa' bdiet tiċċaqlaq biex taqbad l-istess passi.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru sabiex jieħu l- prekawzjonijiet meħtieġa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri l-Onor.", "Interpellant qed jgħidli li dan kien xi ġebel speċjali?", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Kien ġebel li llum huwa mfittex ħafna u li l- kuntratturi jġibu flejjes tajbin għalih.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imma qegħdin naqblu li kien hemm il-periklu li jaqa' fuq it-tfal?", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Le, le kien hemm affarijiet strutturali żgħar ħafna f'ċerti postijiet.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imma jien m'iniex se nerfa' dik ir- responsabbilta'!", "Inti bħala tabib tifhem li meta jkun hemm xi ħadd li jgħidlek li hemm ħajt li huwa ta' periklu għaliex jista' jaqa' fuq it-tfal, tirranġah mill-ewwel.", "Jien m'iniex se noqgħod nagħmilha tas-sapjenza ta' Alla li niddeċiedi jekk huwiex tajjeb jew le!", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Dażgur li le!", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien lili qaluli li dak kien fil-periklu li jaqa' u jweġġa' lit-tfal.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Ministru, jiena naħseb li jekk lilek jiġdulek l-attenzjoni li hemm periklu żgħir ma teħux azzjonijiet li bihom jiġi rrovinat il-ħajt u saħansitra jiġi mwaqqa' l-ħajt kollu!", "Dan kien ħajt twil ħafna li tbiddel totalment u li l-ġebel li kien mibni bih li llum huwa mfittex ħafna, qabad it-triq u ma nstabx iktar.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien kont mort rajt dan il-ħajt b'għajnejja għaliex kont qed niġi kkritikat li miexi bil-mod f'dak li jirrigwarda t-tneħħija tiegħu.", "Jien kont mort fuq il-post u għalkemm m'iniex espert fil-bini, ma deherlix li kien xi ġebel speċjali.", "Lili qaluli li dak il-ħajt kien perikoluż u għalhekk żarmawh u qed itellgħu ħajt ġdid minfloku.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Jekk il-Ministru jippromettili li jidħol fl- istorja aktar fil-fond, jien inkun kuntent.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena ma nsibx problema biex nagħmel dan.", "Dwar dan kien hemm madwar sitt rapporti differenti u anke pjanti u jien lest li npoġġi l-file kollu għad-dispożizzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Rigward il-qagħda li kien jinsab fiha l-ħajt jien se nerġa' naqra l-aħħar paragrafu tar-risposta li tajt aktar kmieni, liema risposta ġiet ippreparata mid-dipartiment tal-mużewijiet u tgħid hekk:", "\"Ngħid ukoll ...\"", "- qed jitkellem l-Aġent Direttur -", "\" ... li d-dipartiment tal-mużewijiet m'għandux tagħrif fuq l- eżistenza ta' l-oqbra Rumani fil-grounds ta' din l-iskola li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.\".", "Issa dan xi jfisser?", "Li dan m'għandux tagħrif jew inkella li l-fdalijiet li hemm m'humiex ta' oqbra Rumani kif qed jingħad?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru, issa li jidher li neħħa l-periklu għall-istudenti li jattendu dik l-iskola billi ġie żarmat il-ħajt, jitlob lid-dipartiment tal-mużewijiet jara ftit l-affarijiet?", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Joe Debono Grech ukoll irid jarah, jista' jmur b'xi xarabank!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Periklu żgur li m'għadx hemm għaliex inbena fence bejn l-area l-ġdida li ġiet mogħtija t-tarmac is-sajf li għadda ...", "Illum nista' ngħid li l-Iskola Carlo Diacono tinsab f'kondizzjonijiet ħafna aħjar minn kif tħalliet f'Ottubru, 1996 f'ħafna aspetti differenti.", "Jien se nistaqsi lid-dipartiment tal-mużewijiet sabiex jekk dawn m'humiex oqbra Rumani, naraw x'oqbra huma, u forsi ma tkunx idea ħażin li niltaqgħu fihom!", "PA - GĦARGĦUR - PERMESSI", "8895.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi pproċessata l-applikazzjoni lill-Planning Authority dwar l-applikant Mario Aquilina ta' Mayflower, Tax-Xwieki, limiti tal-Għargħur li applika għal permess to operate trade for assembly of aluminium works from garage at Mayflower, Xwieki, Għargħur\" u dan f'area fejn diġa' nħarġu permessi simili oħra bħal dak ta' mastrudaxxa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din l-applikazzjoni ġiet ipproċessata u bħalissa l- Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda tistenna s-sottomissjonijiet ta' l- applikant wara li ntbagħtitlu kopja tar-rapport fuq l-applikazzjoni tiegħu.", "Meta jaslu dawn is-sottomissjonijiet l-applikazzjoni tkun tista' tintbagħat lill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp biex tiġi determinata.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk f'każ li jikkonċerna area li diġa' hija committed u fejn diġa' ġew ipproċessati permessi simili, l-applikazzjoni tkunx tista' tiġi deċiża f'dak l-istadju minflok ma titressaq quddiem il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-lżvilupp.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kull applikazzjoni bilfors li trid tgħaddi għal quddiem id-Development Control Commission.", "Il-fatt li fil-viċinanzi diġa' tkun ġiet approvata applikazzjoni simili ma jfissirx li din l-applikazzjoni ma tgħaddix mid-DCC.", "Li qed ngħid fir-risposta huwa li r-rapport sar diġa', bil-proċedura l-ġodda ta' l-emendi li għamilna f'Lulju li għadda, u qed nifhem li ntbagħat ir-rapport lill-individwu u qed jistennew is- sottomissjonijiet tiegħu ħalli mbagħad iż-żewġ rapporti flimkien imorru quddiem id-DCC.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Forsi qed niftehmu ħażin.", "Li qed ngħid lill-Viċi Prim Ministru huwa li fl-area li qed nitkellmu fuqha diġa' ġew maħruġa permessi simili.", "Għalhekk jien qed nistaqsi jekk meta din l-applikazzjoni tmur quddiem id-DCC tistax tiġi ttrattata l-istess bħalma ġew ittrattati u deċiżi applikazzjonijiet simili.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien ma nistax ngħid x'se jkun l-eżitu ta' din l- applikazzjoni u ma nidħolx fil-kwestjoni.", "Hemm id-DCC u tiddeċiedi hi.", "Li nista' ngħid huwa li kull applikazzjoni tiġi deċiża on its own merits u mhux per eżempju fuq il-fatt li l-area imsemmija tkun committed għal dak it- tip ta' żvilupp.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' mistoqsija parlamentari numru 7261, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9294.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar it-tqassim ta' computers fl-iskejjel f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9329.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 167 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar ir- Reġistrazzjoni ta' Water Tankers.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1998.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Bis-saħħa tal-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ta' l-4 ta' Novembru, 1997 nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services biex jidħlu fil- Kamra u jittrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-budget.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 92 li għaddiet fis-seduta tal-31 ta' Ottubru, 1997 id-diskors kollu tal-budget huwa eżenti mil-limitu tal- ħin għad-diskussjoni u mill-ħin għall-interuzzjoni tax-xogħol.", "Il- Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux aktar minn tliet mija u wieħed u disgħin miljun, erba' mija u sitt elef, seba' mija u erbgħa u sebgħin liri Maltin (Lm391,406,774) kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali għall-1998.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Att ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "5 ta' Novembru 1997 ONOR.", "LEO BRINCAT: Sinjura President, nipproponi li l-Kamra tirrisolvi ruħha f'Kumitat ta' Provvista biex tikkonsidra l-Estmi Ġenerali ta' l-Infiq u Dħul għas-sena Finanzjarja 1998.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED SANT(Prim Ministru): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sinjura President, dan huwa t-tieni budget ta' din il-leġislatura.", "Huwa wkoll it-tieni wieħed fl-istess sena kalendarja ta' wara l-elezzjoni tas-26 t'Ottubru, 1996 - elezzjoni li fiha ngħatajna mandat ċar biex inwittu t-triq ħalli lkoll flimkien nersqu lejn il-bidu ta' seklu ġdid, bidu ta' seklu li se jkun ukoll il-bidu ta' millennju ġdid.", "Sa mill-ewwel paragrafi tal-Manifest Elettorali tagħna għamilnieha ċara li dan se jġibilna, lilna l-Maltin u l-GĦawdxin kollha, sfidi ġodda.", "Sfidi li se jolqtuna lkoll mill-qrib.", "Sfidi li se jaffettwaw bil-kbir lin-nies tax- xogħol kollha kemm huma, sew nisa kemm ukoll irġiel.", "Fost il-prijoritajiet li naqqaxna f'dan il-manifest kien hemm il-wegħda li nagħtu kas ta' l-infiq.", "Li nikkontrollawh.", "Li naqtgħu l-ħala, l-abbuż u s- serq, u wkoll li niffinanzjaw infiq pubbliku serju u anke raġonevoli.", "Meta tlajna fil-gvern, sibna li l-pajjiż kien qed jgħix ħolma.", "Ħolma bbażata fuq prosperita` artifiċjali.", "Ħolma li kienet tiddependi għal kollox minn infiq bla rażan mill-Gvern tal-ġurnata.", "Ħolma li ma kienet xejn għajr ħmar il-lejl.", "Kienu diversi dawk li ppruvaw jiftħu għajnejn l-Amministrazzjoni l-oħra dwar il-fatt li kienet qabdet it-triq żbaljata: il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u saħansitra l-Ministru tal- Finanzi ta' l-istess Amministrazzjoni preċedenti.", "Ilkoll kemm huma kienu kelma waħda: li l-problema ta' l-iżbilanċ finanzjarju li kien qiegħed jiffaċċja l-pajjiż kienet waħda reali u serja.", "Problema li kien jenħtiġilha li jagħtu kas tagħha llum qabel għada - mingħajr ebda dewmien żejjed.", "Mingħajr ma ttieħdet konsiderazzjoni ta' l-iżbilanċ finanzjarju qawwi li għandhom diversi korpi parastatali - żbilanċ li fl-aħħar mill-aħħar irid jagħmel tajjeb għalih il-Gvern innifsu - fl-aħħar tas-sena 1996 kellna żbilanċ finanzjarju ta' madwar 9% tal-Prodott Gross Domestiku (il-kejk nazzjonali) tal-pajjiż.", "Dan huwa xi tliet darbiet tal-massimu li Maastricht impona fuq dawk il-pajjiżi kollha msieħba fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "L-agħar aspett ta' dan kollu kien li l-Gvern ta' dakinhar ħeba dan kollu u baqa' lura milli jagħti spjegazzjoni ċara ta' kif kienet tassew is- sitwazzjoni.", "Mhux ta' b'xejn li fil-konsultazzjonijiet li kellna ma' diversi korpi kostitwiti qabel ħejjejna dan il-Budget, sibna lil min kien ilu jwissi lill-Amministrazzjoni ta' qabilna li kienet miexja fi triq żbaljata.", "Triq li setgħet twassal biss għar-rovina.", "Filwaqt li ħaddieħor għamel elezzjoni bikrija ħalli jevita li jiffaċċja u jippreżenta r-realtajiet ekonomiċi u finanzjarji lill-poplu, aħna llum qed nippreżentaw budget kemm jista' jkun kmieni ħalli l-problemi li writna nkunu nistgħu niffaċċjawhom flimkien mingħajr telf ta' żmien.", "Illum qed nippreżentaw budget, li minflok ma jinfexx f'kaċċa għall-voti, jinsab imsejjes fuq għażliet politiċi diffiċli.", "Dan kollu qed isir b'fiduċja sħiħa fiċ-Ċittadin, li miegħu l-Gvern irid ikun sinċier, u li flimkien miegħu jixtieq iqiegħed fuq quddiem l-interess nazzjonali.", "Kien ta' sodisfazzjon għalina li ninnotaw li ma' kull min tkellimna uffiċjalment kulħadd kien tal-fehma li l-problema finanzjarja tal-pajjiż hija problema li jenħtieġ li nagħtu kas tagħha minnufih.", "Ma nafu b'ebda organizzazzjoni li pprovat tagħti l-impressjoni li dak li qed ngħidu kien ħliqa ta' l-immaġinazzjoni tagħna jew frott ta' xi eżerċizzju propagandistiku.", "GĦalkemm kull korp kostitwit, kif kien mistenni, ħares lejn il-qagħda attwali mill-perspettiva tal-membri li jikkostitwixxu l- għaqda tiegħu, ħassejna li lkoll kemm huma kienu għatxana biex, mhux biss tkun magħrufa r-realta`, iżda li jsir magħruf aħjar fost il-poplu kif wasalna f'din il-qagħda inkwetanti u allarmanti.", "Ta' min wieħed ifakkar kif il-Fond Monetarju Internazzjonali, fir-rapport tagħhom ta' Marzu ta' din is-sena, kienu ħeġġewna biex inkomplu nindirizzaw il-problemi gravi li qed insaqqfu wiċċna magħhom illum, problemi li l- istess Fond kien ilu jwissi dwarhom sa mill-1994.", "Illum ninsabu konvinti li l-maġġoranza taċ-ċittadini mhux biss se jifhmu l- ħtieġa tal-miżuri li se jitħabbru, imma ninsabu konvinti li l-maġġoranza ta' dawn iċ-ċittadini se jiġbdu ħabel wieħed biex fi żmien qasir pajjiżna jerġa' jaqbad it-triq tal-veru progress.", "Il-qagħda tal-finanzi tal-Gvern hi waħda li ġiet minn deċiżjonijiet li ttieħdu f'dawn l-aħħar 10 snin li wasslu għal defiċit inaċċettabli billi l- infiq li sar ma kienx wieħed sostenibbli.", "Din l-amministrazzjoni wirtet dnub b'żewġt irjus:", "L-ewwel, li f'dawn l-aħħar 10 snin kiber l-infiq rikorrenti mingħajr ma dan kien sostnut bi dħul ordinarju xieraq u dan wassal għal deficit strutturali li jfisser cash flow dgħajfa ta' natura permanenti.", "It-tieni, spiċċajna f'sitwazzjoni fejn l-intervent tal-Gvern u l-effett ta' l-operat tiegħu fuq l-ekonomija Maltija huma akbar milli kienu 10 snin ilu.", "GĦalkemm il-politika ta' dawn l-10 għaxar snin kienet li l-Gvern inaqqas ir-rwol u l-intervent tiegħu fl-ekonomija, ġara għal kollox bil- maqlub.", "M'hemmx dubju li aktar ma r-rwol tal-Gvern jibqa' kbir inqas tkun il-probabbilta' li l-pajjiż ikollu żvilupp ekonomiku sostenibbli.", "Dak li Wegħedna", "Jekk din is-sitwazzjoni ta' deficit strutturali u operat mill-Gvern akbar milli mixtieq ma tiġix irranġata, il-programm elettorali tal-Gvern Laburista jista' jiġi ppreġudikat.", "Dawn il-miżuri li qed jitħabbru f'dan il-budget huma mmirati sewwa sew biex il-miri u l-wegħdiet li kienu ppreżentati fil-programm elettorali tal-Gvern Laburista ma jiġux mittiefsa.", "Jekk nonqsu milli nieħdu issa dawk il-miżuri korrettivi sabiex nirrendu l- finanzi tal-Gvern aktar sani u sostenibbli, allura l-Gvern ikun qiegħed imur kontra l-prinċipju fundamentali li fuqu ngħata l-mandat, jiġifieri li ċ-Ċittadin jiġi l-Ewwel.", "Huwa ċ-Ċittadin li jiffinanzja l-operat tal-Gvern permezz tat-taxxi u, għalhekk, iċ-Ċittadin għandu dritt jara li l-finanzi tiegħu ma jintnefqux ħażin la bi traskuraġni u lanqas b'inkompetenza.", "B'dan il-Budget il-Gvern se jagħti prova li hu serju aktar minn ħaddieħor fejn jidħlu l-finanzi taċ- Ċittadin.", "Fl-istess ħin, iċ-Ċittadin jippretendi li l-Gvern joħloq ambjent fejn l- ekonomija u l-ġid nazzjonali jikbru.", "Meta jikber il-ġid, u bil-politika ekonomika tal-Gvern nemmen li hekk għandu jsir, dan jikber għal kulħadd, għaċ-Ċittadini kollha.", "Il-Gvern jemmen li dan il-ġid jista' jitkabbar billi s-settur privat jingħata l-ispazju kollu sabiex ikun il-mutur ta' l- iżvilupp ekonomiku.", "Il-Gvern jifhem li wieħed mill-aktar suġġetti preokkupanti għas-settur privat huma l-finanzi tal-Gvern.", "B'dan il-Budget il-Gvern qiegħed jimmira sabiex din il-preokkupazzjoni tas- settur privat tonqos u b'hekk l-attivitajiet ta' dan is-settur ikunu jistgħu jieħdu spinta 'l quddiem.", "Kontinwita'", "GĦalkemm dan hu eżerċizzju finanzjarju li jkopri sena, l-għanijiet li jridu jintlaħqu b'dan il-Budget iridu jkunu parti minn sett ta' għanijiet li jridu jwassluna 'l hinn mis-sena li ġejja u għalhekk ma nistgħux nibdew nitkellmu dwar il-Budget tas-sena d-dieħla mingħajr ma nkunu ħarisna lejn dak li konna ħsibna għalih fil-bidu ta' din is-sena.", "Aħna writna sitwazzjoni minn amministrazzjoni li ma kenitx temmen fl- ippjanar fuq skala nazzjonali, lanqas dak strateġiku.", "L-Amministrazzjoni preċedenti kienet temmen li ma kienx hemm bżonn pjan għax kellha l-viżjoni ta' l-Unjoni Ewropea; jiġri x'jiġri fil-futur; il-pjan kien l-Unjoni Ewropea.", "Is-soċjeta' Maltija ċaħdet din il-filosofija u għażlet Gvern Laburista li wiegħed li lill-pajjiż kien se joffrilu direzzjoni, fost oħrajn, lejn rabtiet l-aktar mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea f'kuntest Mediterranju.", "Mingħajr id-diżlokazzjoni soċjo-ekonomika li ġġib magħha sħubija sħiħa.", "Hu essenzjali li pajjiż ikollu direzzjoni u mhux joqgħod jistenna li din jippreparahielu ħaddieħor.", "Id-direzzjoni li għandu bżonn il-pajjiż hi waħda ta' bidla strutturali fl-ekonomija tagħna, l-aktar fejn jidħlu kemm is-settur tal-manifattura kif ukoll dak tas-servizzi; kemm fit-turiżmu kif ukoll fis-servizzi finanzjarji u fit-trasbord.", "Din id-direzzjoni trid tgħin biex il-prodotti u s-servizzi li se tipproduċi Malta fil-futur qrib ikunu ta' livell li jkunu jistgħu jinbiegħu f'mod kompetittiv fis-swieq internazzjonali.", "Tkun xi tkun ir-relazzjoni ta' pajjiżna mal-bqija tad-dinja, gvern serju jrid ikollu pjan strateġiku li jurih id-direzzjoni li għandu jieħu biex l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu jkompli.", "L-Immedjat", "Il-Gvern bilfors jenħtieġlu jirranġa d-deficit strutturali jekk irid li jkun jista' jonora l-obbligi tiegħu li jiżgura li jkollna soċjeta` fejn il- membri tagħha jħossuhom fi żgur u jkunu jistgħu jiżviluppaw ħajjithom fid- direzzjoni li jixtiequ huma.", "Biex dan jintlaħaq, il-Gvern hu obbligat li jara li ċ-Ċittadini, permezz tat-taxxi tagħhom, jitħarsu mill-kriminalita`, mill-effetti ta' diżastri naturali, li jkollhom servizz mediku xieraq, servizzi addattati għall-anzjani, u sistema ta' sigurta` soċjali li toffri protezzjoni lil dawk l-aktar fil-bżonn.", "Bit-taxxi taċ-Ċittadini, il-Gvern hu obbligat ukoll li jsaħħaħ il-bażi għal żvilupp modern fejn l-esiġenzi llum jitolbu żvilupp bla waqfien fl- informatika, fil-komunikazzjoni u fix-xjenza u t-teknoloġija.", "Il-Gvern huwa konxju li dawn is-setturi vitali għall-ġejjieni ta' kull pajjiż għandhom ikunu msejsa fuq soċjeta` edukata u, għalhekk, pern importanti fil- ħidma tal-Gvern se jkun żvilupp u nfiq bis-sens fl-edukazzjoni.", "Biex il-ħidma tal-Gvern tirnexxi, huwa essenzjali li l-Istituzzjonijiet Pubbliċi, kemm is-Servizz Ċivili kemm dawk parastatali, itejbu l-operat tagħhom.", "Il-Gvern huwa konxju mit-tgergir li jkun għaddej, kemm mill- pubbliku b'mod ġenerali kif ukoll mill-korpi kostitwiti, dwar l-operat tas- settur pubbliku.", "Dan l-operat jidher li mhux qed jagħti frott daqskemm qiegħed jikkonsma riżorsi u, l-prodott tiegħu f'ħafna każi hu ta' kwalita` inferjuri.", "Nittamaw li l-miżuri f'dan il-Budget, inkluż it-titjib fl-immaniġġjar tal- finanzi tal-Gvern, jindirizzaw b'mod effettiv din il-problema wkoll.", "Il- Gvern iħoss, madanakollu, li l-operat tas-Settur Pubbliku għandna nistudjawh biex nirriformawh bl-aħjar mod, malajr u mingħajr skossi.", "Huwa s-Settur Pubbliku, wara kollox, li jrid jaħdem id f'id mal-Gvern biex jintlaħqu l-għanijiet li ċ-Ċittadini vvotaw għalihom u biex il-problema tad- deficit strutturali tingħeleb.", "Dan hemm bżonn li jsir b'impenn akbar, b'viżjoni ċara u bil-flessibilta`meħtieġa.", "Mingħajr għamad jew preġudizzji politiċi.", "IL-QAGĦDA EKONOMIKA", "Malta waslet fi stadju kruċjali fl-iżvilupp ekonomiku tagħha.", "Il-poplu esprima l-għażliet politiċi tiegħu.", "Issa wasal iż-żmien sabiex flimkien nindirizzaw l-isfidi ekonomiċi u soċjali li għandna quddiemna, u nfasslu triq ġdida għal pajjiżna li tirrifletti l-valuri u l-ħajja tagħna bħala nazzjon.", "Minn meta tlajna fil-gvern f'Ottubru 1996, kellna l-okkażjoni li niġbdu l- attenzjoni għal numru ta' indikaturi li juru kif tassew kienet sejra l- ekonomija tagħna.", "Semmejna wkoll l-isfidi li għandu quddiemu pajjiżna.", "Fuq il-bżonn li nsostnu t-tisħiħ ta' l-ekonomija tagħna, inżidu l-produttivita' ekonomika u opportunatijiet ta' xogħol - kif ukoll insaħħu l-finanzi pubbliċi.", "Qabel ma nagħtu ħarsa lejn il-ħidma li rridu nwettqu, tajjeb li wieħed isemmi xi punti fundamentali.", "L-għan tagħna mhuwiex biss li ntejbu l-kontijiet pubbliċi.", "Lanqas m'hu biss li jkollna Gvern aktar effettiv.", "Irridu pajjiż aħjar.", "Soċjeta' aktar ġusta fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu fl-interess taċ-ċittadin.", "Irridu ekonomija li kapaċi tipprovdi tip ta' xogħol u żvilupp sabiex il-Maltin jerġgħu jibdew jemmnu fil-kapaċitajiet u fil-ġejjieni tagħhom.", "Biex inwettqu dan, il-Gvern għandu b'determinazzjoni jsegwi żewġ toroq.", "L-ewwelnett li jindirizza l-fatturi makro-ekonomiċi.", "Dan ifisser li jkollna politika soda biex titrażżan l-inflazzjoni u jitkattar il-ġid.", "Dan ifisser ukoll strateġija sabiex intejbu l-finanzi tal-pajjiż.", "It-tieni triq hi li jkollna struttura ekonomika tajba u biex nagħmlu dan, l-ewwel jenħtieġ li l-istruttura tal-Gvern tkun tajba wkoll.", "Li nsegwu dawn iż-żewġ toroq m'hijiex xi ħaġa ta' malajr - li tista' ssir f'sena waħda.", "It-tiġdid ekonomiku u tal-Gvern huwa proċess dinamiku, li ma jbattix.", "F'dan it-tieni budget ta' dan il-Gvern qegħdin inkomplu nibnu l- qafas u nuru t-triq li għandna quddiemna.", "Fis-snin li ġejjin, se nkomplu nsaħħu fuq dak li nkunu ksibna u se nkomplu nibnu fuq is-sisien li qed inpoġġu llum.", "Huma żbaljati dawk li jemmnu li bilfors hemm kontradizzjoni bejn li tnaqqas l-iżbilanċ pubbliku u li toħloq ix-xogħol.", "Huwa essenzjali li nnaqsu l-iżbilanċ jekk irridu li titrażżan l-inflazzjoni li jikkontribwixxi għaliha l-Gvern stess b'self bla rażan, jekk irridu l-effiċjenza, il- produttivita' u l-kompetittivita' meħtieġa għal ekonomija moderna.", "Dan hu bżonnjuż jekk irridu nħarsu bis-serjeta' lejn dak li jżommna milli nkattru l-ġid.", "Huwa importanti li l-Gvern jibda billi jirranġa ħwejġu.", "Dan il-Budget għalhekk mhux biss qed irażżan l-infiq imma wkoll qed jiżgura li jingħata valur xieraq għal kull nefqa li ssir.", "Bħala nazzjon aħna għandna l- prijoritajiet tagħna li jirriflettu l-ħtiġiet tal-poplu.", "Dawn il- prijoritajiet għandhom jiġu riflessi fil-mod ta' kif jaġixxi l-Gvern - huwa ħażin li wieħed jaqbad u jaqta' bla ħsieb.", "Il-budget għandu jkun magħmul sabiex irawwem l-istabbilita' u t-tkabbir ekonomiku.", "Ejjew issa nagħtu ħarsa qasira lejn il-qagħda preżenti ta' l-ekonomija tagħna.", "Fis-snin l-imgħoddija, l-ekonomija Maltija kibret b'ritmu mgħaġġel, l- aktar minħabba, fost affarijiet oħra, żieda fin-nefqa pubblika.", "Madanakollu, dawn l-aħħar snin ir-ritmu normali fl-espansjoni ekonomika beda jbatti.", "Dan kompla jidher ukoll matul l-ewwel disa' xhur tal-1997, meta l-prodott gross nazzjonali f'termini nominali żdied b' 6.2% għal Lm961.2 miljun.", "Din hija stmata li kienet tammonta għal żieda ta' 3.4% f'termini reali.", "L-espansjoni ekonomika kienet tirrifletti l-aktar żidiet fl-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi kif ukoll żieda fl-ispiża għall- konsum.", "Iż-żieda fl-esportazzjoni kienet tirrifletti dħul aktar għoli mit- turiżmu kif ukoll żieda fl-esportazzjoni tal-manifattura.", "Filwaqt li ġie reġistrat tnaqqis fl-importazzjoni u l-investiment fil-makkinarju, kien hemm żieda tajba fid-dħul mill-investiment barrani u mill-investiment fil- kostruzzjoni.", "Żdied id-dħul mill-impjiegi kif ukoll mill-profitti.", "Huwa b'sodisfazzjon li wieħed jinnota li filwaqt li l-poplu baqa' jtejjeb il-livell ta' l- għajxien tiegħu, kien hemm żieda tajba fil-livell tat-tifdil li matul is- sentejn tal-1995 u l-1996 kien niżel fl-aktar livelli baxxi li qatt kellna f'pajjiżna.", "Il-qasam tas-servizzi baqa' l-aktar wieħed importanti fl-istruttura ta' l- ekonomija tagħna.", "Il-kontribut tas-settur produttiv huwa stmat li żdied bi kważi 2.8% biex tela' għal Lm286.8 miljun.", "Il-qasam tas-servizzi żdied b'9.2%, l-aktar minħabba l-attivitajiet konnessi mas-setturi tal-bejjiegħa bl-ingrossa u l-imnut, it-trasport u kommunikazzjonijiet, l-assigurazzjoni, l-banek u l-proprjeta`, mis-servizzi privati u minn dħul ieħor mill- proprjeta`.", "L-amministrazzjoni pubblika baqgħet fl-istess livelli tas-sena l-oħra, għalkemm il-figura tas-sena l-oħra tinkludi l-ħlas f'ammonti akbar f'arretrati.", "Irnexxielna nkattru l-impjiegi.", "Dan minkejja d-diffikultajiet li kellna nħabbtu wiċċna magħhom u l-problemi li qegħdin ikomplu jiffaċċjaw diversi pajjiżi li magħhom nagħmlu l-kummerċ.", "In-numru ta' nies jaħdmu fis-settur privat tela' b'585 fuq Settembru tas-sena l-oħra, l-aktar fis-settur tas- servizzi, tal-lukandi u ristoranti u tal-bejjiegħa bl-ingrossa u l-imnut.", "In-numru ta' ħaddiema mas-settur pubbliku, fosthom dawk temporanji, niżel b'362.", "Kien hemm waqgħa ta' 330 fid-dipartimenti tal-Gvern u 200 fil- korporazzjonijiet u ażjendi pubbliċi.", "Madankollu, il-qgħad tela' għal 4.7% minn 3.8% f'Settembru ta' l-1996.", "Dan juri li pajjiżna jrid ikompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex niżguraw li nkomplu mexjin fit-triq tal- progress.", "Fis-settur tal-manifattura ġiet irreġistrata żieda fil-bejgħ ta' Lm9.4 miljun.", "Il-bejgħ lokali żdied b' 8.7% għal Lm158.4 miljun.", "L- esportazzjoni naqset xi ftit, l-aktar minħabba l-waqgħa fl-esportazzjoni tas-settur tal-makkinarju, għalkemm wieħed jinnota li dan is-settur reġa' beda jirreġistra xejriet pożittivi.", "Ta' min wieħed isemmi li kien hemm żieda kemm fil-bejgħ tal-prodott tal-ħaddiem, fid-dħul medju, kif ukoll fil- produzzjoni tal-ġimgħa tiegħu.", "Matul l-aħħar sena ħadna diversi miżuri sabiex insostnu s-settur ta' l- agrikoltura u sajd, li jikkontribwixxi madwar 3% tal-prodott gross domestiku.", "Il-ħidma sabiex insibu swieq ġodda għal prodotti tagħna ħalliet il-frott.", "Matul is-sena li għaddiet, l-esportazzjoni tal-ħut żdiedet għal Lm1.58 miljun waqt li l-valur tal-patata esportata tela' minn Lm0.65 miljun għal Lm1.44 miljun.", "Irnexxielna nwaqqfu l-waqgħa fit-turiżmu.", "Irreġistrajna riżultati pożittivi, billi n-numru ta' turisti tela' għal 892,333 jew żieda ta' 5.4%.", "Kattarna l-industrija tal-cruises, bin-numru ta' passiġġieri jitla' għal 97,752 minn 51,185 is-sena l-oħra.", "Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is- sena d-dħul mit-turiżmu żdied bi 12.4% għal Lm193.9 miljun.", "It-turiżmu huwa settur li ħoloq numru kbir ta' impjiegi u għaldaqstant huwa importanti li nkomplu naħdmu flimkien mas-settur privat sabiex dan is-settur hekk importanti jkompli joħloq il-ġid.", "Fil-qasam tat-trasbord, il-Port Hieles ħadem 457,356 TEUs, jew żieda ta' 5.8%.", "Matul is-sena li għaddiet, il-Gvern ħa diversi miżuri biex irażżan l-għoli tal-ħajja.", "L-akbar miżura kienet it-tneħħija tal-VAT.", "Din ġabet warajha impatt pożittiv fuq il-prezzijiet.", "GĦaldaqstant, l-inflazzjoni f'Malta fit- 12-il xahar sa Settembru 1997, kif imkejla bl-Indiċi tal-Prezzijiet bl- Imnut, kienet ta' 2.73% meta mqabbla ma' 2.94% s-sena l-oħra.", "Huwa fl- interess ta' kulħadd li niżguraw li ċ-ċittadin jintalab prezz ġust għall- prodotti u s-servizzi li jixtri.", "Fil-qasam tal-kummerċ ma' pajjiżi barranin, kien hemm żieda fl- esportazzjoni filwaqt li l-importazzjoni kienet f' livell aktar baxx, l- aktar minħabba importazzjoni anqas ta' prodotti industrijali.", "B'riżultat ta' dan, l-iżbilanċ fil-kummerċ beda jiċkien u niżel għal Lm261.5 miljun minn Lm297.2 miljun is-sena l-oħra.", "Barra minn dan, matul din is-sena kellna rizultati pożittivi fis-servizzi u dħul ieħor minn barra, bir-riżultat li naqqasna bil-kbir l-iżbilanċ fil- kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti.", "Dan niżel għal Lm31.3 miljun wara l-izbilanċ ta' Lm83.2 miljun u Lm90.3 miljun matul l-1995 u l-1996.", "Dan li għidt hu mfissser f'iżjed dettall fl-Economic Survey li qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Huwa xieraq li l-iżviluppi fl-ekonomija Maltija jiġu analizzati fil- kuntest tax-xena ekonomika internazzjonali, kemm minħabba ċ-ċokon tagħha kif ukoll ir-rata għolja ta' kummerċ barrani.", "Ix-xejriet fl-ekonomija ta' l-Unjoni Ewropea huma wkoll relevanti billi l-akbar rabtiet tal-kummerċ tagħna huma ma' l-Unjoni.", "Wara t-taqlib monetarju fl-1995 u t-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir fl- ekonomija li dam sejjer sal-bidu tal-1996, l-attivita` ekonomika fl-Unjoni Ewropeja bdiet titjib.", "Jekk dan jissokta, l-impatt fuq l-ekonomija ta' Malta għandu jkun wieħed favorevoli.", "Il-Qasam Monetarju", "Fil-qasam monetarju, l-għan tal-Gvern hu li jkompli jappoġġa l-awtonomija tal-Bank Ċentrali f'dak kollu li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tal-politika monetarja.", "Hi l-intenzjoni tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ l-indipendenza tal- Bank Ċentrali bħalma qed isir f'bosta pajjiżi oħra.", "GĦal dan il-għan, din is-sena saru għadd ta' emendi fil-liġi dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta sabiex il-Bank ikun jista` jħaddem il-politika monetarja tiegħu b'mod aktar effettiv.", "Bħala turija akbar ta' l-appoġġ lill-awtonomija tal-Bank Ċentrali, il- Gvern kompla baqa' lura milli jissellef mill-Bank Ċentrali permezz tal-ways and means facility, bħalma kien deċiż is-sena l-oħra.", "Min-naħa tiegħu, il- Bank Ċentrali ma tefax offerti għall-bills tat-Teżor fis-suq primarju, biex b'hekk ma jagħtix self dirett lill-Gvern għal terminu qasir.", "Dawn il- miżuri ttieħdu bl-għan illi s-self tal-Gvern iseħħ b'mod li jħalli l-anqas effetti inflazzjonarji possibli.", "Il-Bank Ċentrali kompla jieħu sehem attiv fis-suq tal-flus, speċjalment permezz ta' l-auctions ta' kull ġimgħa ta' repos u reverse repos, fejn seta' jmexxi d-direzzjoni tar-rati ta' l-imgħax fis-suq tal-flus skond il- politika monetarja li jħaddan.", "Minħabba l-livell għoli ta' self li l-Gvern kellu jidħol għalih sabiex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċ fiskali, kif ukoll minħabba l-iżbilanċ qawwi fil-Bilanċ tal-Pagamenti, il-Bank Ċentrali kellu jżomm politika monetarja restrittiva.", "Din kienet riflessa f'rati ogħla ta' imgħax fis-suq tal-flus.", "Fil-fatt ir-reverse repo rate tal-Bank, jiġifieri r-rata li jħallas il-Bank biex jassorbixxi likwidita` żejda mis-suq tal- flus, telgħet minn 5.01% fl-aħħar ta' Diċembru 1996 għal 5.12% sa l-aħħar ta' Settembru 1997.", "Fl-istess waqt, ir-repo rate, jiġifieri r-rata li japplika l-Bank Ċentrali meta jipprovdi likwidita` fis-suq tal-flus, telgħet minn 5.40% għal 5.49%.", "L-għan ta' dawn iż-żidiet fir-rata ta' interessi kien sabiex joħroġ messaġġ ċar illi hemm bżonn ta' aktar dixxiplina u kontroll finanzjarju fl-ekonomija in ġenerali u użu aktar meqjus tar-risorsi finanzjarji tal-pajjiż, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' nfiq fuq konsum żejjed.", "GĦal dawk li huma żviluppi monetarji, it-total ta' dawn l-assi kiber b'7.2% fid-disa' xhur sa Settembru 1997.", "Din ir-rata kienet ogħla minn dik reġistrata fl-istess perijodu ta' l-1996 li kienet ta' 6.6%.", "Id-depositi tal-banek komplew jikbru b'ritmu mgħaġġel, u ta' min wieħed jgħid li fl- aħħar ta' Settembru l-flus fl-idejn bħala proporzjon ta' l-assi totali monetarji niżlu għall-livell rekord baxx ta' 18.3%.", "Dan juri li l- pubbliku, kulma jmur, qed juża aktar id-depożiti bankarji u sistemi elettroniċi ta' pagament filwaqt li juża` inqas il-flus kontanti.", "Dan jikkonferma li s-sistema finanzjarja qed issir dejjem aktar moderna u sofistikata.", "Is-self domestiku, b'mod partikolari s-self lill-Gvern, baqa` l-fattur determinanti ta' l-espansjoni monetarja, b'żieda ta' 13.3% fil-perijodu ta' bejn Jannar u Settembru.", "Madanakollu, din iż-żieda fis-self domestiku kienet anqas mir-rata ta' 14% għall-istess perijodu ta' l-1996.", "Sadanittant, l-assi monetarji barranin tas-sistema bankarja kibru b'Lm4.6 miljun fl-ewwel disa' xhur ta' l-1997.", "GĦalkemm din tirrapreżenta żieda relattivament żgħira, ta' min wieħed jgħid, madankollu, li l-waqgħa qawwija fl-assi barranin tas-sistema bankarja li seħħet fis-sentejn ta' qabel twaqqfet u saħansitra treġġgħet lura.", "Din il-waqgħa kienet tammonta għal Lm58.8 miljun fl-1996 u Lm64.6 miljun fl-1995.", "Żvilupp pożittiv ieħor fid-disa' xhur sa Settembru 1997 kien it-tisħiħ fis- suq tal-flus.", "Il-volum totali nnegozjat tela' għal ftit aktar minn Lm1 biljun jew aktar mid-doppju tal-volum fl-istess perijodu ta' l-1996.", "Is- suq tal-bills tat-Teżor kien attiv sew, b'negozju sostanzjali f'bills ta' xahar, tliet xhur, sitt xhur u anke sena.", "Is-suq ta' bejn il-banek, li permezz tiegħu l-banek kummerċjali jistgħu jissellfu mingħand xulxin għal żmien qasir, ukoll kompla fuq ritmu mgħaġġel.", "Il-volum totali ta' negozju f'dan is-suq fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena tela' għal kważi Lm392 miljun minn Lm180 miljun fl-istess perijodu ta' l-1996.", "Is-suq kapitali wkoll baqa' jikber b'mod qawwi.", "Fil-fatt, in-negozju fi stocks tal-Gvern fis-suq sekondarju laħaq l-ammont ta' Lm87.7 miljun fl- ewwel disa' xhur ta' l-1997 jew aktar minn sitt darbiet il-livell ta' l- istess perijodu tas-sena l-oħra.", "GĦal dan tixhed id-domanda qawwija li hemm għal investiment sod ta' dan it-tip.", "Żdied ukoll in-negozju f'bonds u ishma ta' kumpaniji, l-aktar bħala riżultat ta' kwotazzjoni ġdida ta' bonds u ishma ta' kumpannija privata.", "L-investiment qawwi li seħħ din is-sena wassal biex l-indiċi ta' l-ishma kkwotati fil-Borsa ta' Malta għola b'7.1% tul il-perijodu ta' disa' xhur sa' Settembru.", "Servizzi Finanzjarji", "Il-Gvern ħa miżuri sabiex isaħħaħ l-istruttura finanzjarja tal-pajjiż skond il-politika tiegħu li jiżviluppa lil Malta bħala ċentru finanzjarju internazzjonali.", "Fil-bidu tas-sajf twaqqaf kumitat ad hoc sabiex jidħol fl- aspetti kollha tal-leġislazzjoni finanzjarja u tat-taxxa.", "Il-kumitat, li mistenni jressaq rapport fil-ġejjieni qrib, se jissuġġerixxi riformi stituzzjonali sabiex ikompli jissaħħaħ u jitjieb il-potenzjal ta' Malta f'dan il-qasam.", "Matul is-sena kien hemm żviluppi oħra ta' natura istituzzjonali fil-qasam finanzjarju.", "Il-kumpanija Mid-Med Finance Ltd. ingħatat liċenzja mill-Bank Ċentrali sabiex tmexxi numru ta' attivitajiet bħalma huma self u leasing u li tipprovdi venture capital.", "Numru ta' skemi ta' investment kollettiv, inklużi l-Barclays u l-Fidelty Funds ukoll ingħataw liċenzja miċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji u ġew ikkwotati fil-Borsa.", "Sadanittant, il-Bank Ċentrali kompla jqis numru ta' applikazzjonijiet minn istituzzjonijiet barranin u lokali għal liċenzji bankarji u biex joperaw bħala istituzzjonijiet finanzjarji.", "Il-Bank Ċentrali stabilixxa wkoll il- politika tiegħu dwar is-sehem tal-banek f'xogħol ta' assikurazzjoni.", "Fil-qasam tas-superviżjoni bankarja, il-Bank Ċentrali, bħala l-awtorita` kompetenti, kompla jgħasses b'mod sod fuq il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji skond direttivi ta' prudenza bankarja li jikkomparaw tajjeb ħafna ma' l-aqwa livelli internazzjonali.", "Fil-fatt, il-Bank bħalissa qiegħed fil-proċess li jintroduċi direttiva bankarja dwar il-aapital adequacy biex jiżgura li l-banek jallokaw kapital suffiċjenti biex jilqa' għal kull tip ta' riskju li jista' jkollhom fit-tranżazzjonijiet varji tagħhom.", "Il-Bank kompla jsaħħaħ ir-relazzjoni li għandu maċ-Ċentru Malti għas-Servizzi Finanzjarji, li hu l-awtorita` kompetenti li hi responsabbli mis-servizzi ta' investiment.", "Din il-kooperazzjoni dehret l-aktar fil- qasam ta' ħasil illegali ta' flus fejn il-Bank Ċentrali għandu parti ewlenija fil-pariri li jingħataw lill-Gvern fuq x'miżuri għandhom jittieħdu sabiex titneħħa kull theddida għall-pajjiż minn attivitajiet kriminali bħal dawn.", "Il-Qagħda Finanzjarja u Fl-1997", "Il-qagħda tal-Finanzi Pubbliċi ta' pajjiżna m'hi b'saħħitha xejn.", "Il-mod u r-ritmu li bihom kienu mmexxija l-finanzi pubbliċi f'dawn l-aħħar snin wasslu biex sa mill-1994 tinħoloq sitwazzjoni fejn il-Gvern ma rnexxilux jiġġenera biżżejjed Dħul jew jikkontrolla l-Infiq sabiex ma jispiċċax bi żbilanċ finanzjarju inaċċettabbli.", "B'konsegwenza ta' hekk id-deficit fin- nefqa tal-Gvern fl-1996 laħaq figura rekord ta' Lm107.2 miljun (wara li tnaqqas self barrani Lm3.2 miljun), u mistenni jilħaq fl-1997 madwar Lm121.1 miljun, (ukoll wara li tnaqqas self barrani ta' madwar Lm4.2 miljun), li jirrappreżentaw mad-9.4% tal-Prodott Gross Domestiku.", "Il-qagħda kienet u għadha mwiegħra mhux biss għax tħalliet tiżvolġi u tasal fejn waslet imma wisq aktar għax, meta tħares aktar 'il quddiem, issib li fuq il-bażi tar-ritmu ekonomiku u l-makkinarju amministrattiv li hawn fil-pajjiż il-qagħda tista' tkompli tmur għall-agħar jekk ma jitteħdux il-miżuri meħtieġa.", "Żieda fl-Iżbilanċ fil-Fond Konsolidat din is-sena", "Fl-1997 konna qed inbassru żbilanċ fil-Fond Konsolidat ta' Lm82.6 miljun (wara li taqta' Lm8.1 miljun bħala dħul minn self barrani).", "Il-Gvern kien ta tagħrif dwar dan l-iżbilanċ meta f'Jannar li għadda ressaq l-Estmi għal din is-sena.", "Sfortunatament dan l-iżbilanċ mhux talli ma kienx sostenibbli, iżda mistenni jitla' għal Lm121.1 miljun (wara li taqta' Lm4.2 miljun dħul minn self barrani).", "Dan għal diversi raġunijiet.", "Dħul Ordinarju", "Id-Dħul Ordinarju tal-Gvern żdied minn Lm447.5 miljun fl-1996 għal Lm486.3 miljun kif qed ikun rivedut għall-1997.", "Dan, iżda, xorta hu mat-Lm28.4 miljun anqas mill-Lm514.7 miljun kif kien previst fil-bidu ta' din is-sena.", "L-għejjun ewlenin li qed jikkontribwixxu għal dan in-nuqqas huma:", "(a) liċenzji, taxxi u multi, minn fejn mistenni jidħlu Lm7.3 miljun anqas,", "(b) it-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax), minn fejn mistennija madwar Lm9.1 miljun anqas,", "(c) it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (il-VAT) u dik ġdida tad-Dwana u Sisa (is- CET) li flimkien mistennija jirrendu Lm10 miljun anqas,", "(d) il-Kontribuzzjonijiet għas-Sigurta' Soċjali, li mistennija jikkontribwixxu b'madwar Lm3.4 miljun anqas milli kien maħsub għal din is- sena, u", "(e) ħlas dovut lura lill-Gvern, l-aktar fuq servizzi mogħtija fost oħrajn lill-Kunsilli Lokali, u li minnhom din is-sena mistennija Lm1.3 miljun anqas milli kien maħsub.", "Id-Dħul Ordinarju tal-Gvern hu magħmul minn żewġ komponenti, jiġifieri, id- dħul minn taxxi diretti u dħul ieħor.", "Id-dħul minn taxxi diretti tela' minn 34% tad-Dħul Nazzjonali (National Income) fl-1992 għal 41% tad-Dħul Nazzjonali fl-1997.", "Barra minn dan, fejn fl-1992 dan kien jammonta għal 77% tad-Dħul Ordinarju kollu, fl-1997 dan qed jammonta għal 86%.", "Minn dan jidher ċar li d-dipendenza fuq it-taxxi diretti, speċjalment it- taxxi fuq id-dħul (l-Income Tax), ma naqsitx u x-shift lejn taxxi ndiretti ma seħħitx.", "Fost ir-raġunijiet insibu ċertament il-mod ineffiċjenti li bih qed jitmexxew ċerti dipartimenti u nuqqas serju ta' rinfurzar tal-liġijiet u r- regolamenti relattivi.", "Jenħtieġ l-ewwelnett ristrutturazzjoni ta' l-operat ta' Dipartimenti tal- Gvern li huma meqjusa bħala 'major revenue-earning departments'.", "Sistemi amministrattivi għandhom jiġu riveduti mill-qiegħ.", "Uffiċjali pubbliċi responsabbli għad-dħul tal-Gvern għandhom jinżammu kontabbli għal għemilhom.", "Is-sistemi legali tagħna għandna nsaħħuhom biex bl-aktar mod prattiku u effikaċi nassiguraw l-infurzar tagħhom il-ħin kollu sakemm niddixxiplinaw irwieħna fl-obbligi tagħna lejn is-soċjeta`.", "Hekk biss inkunu nistgħu ngħidu li l-piż tat-taxxi jkun qed jerfgħu kulħadd u mhux dawk biss li jinqabdu għax ma għandhomx il-mezzi li jaħarbu.", "Nista' hawn insemmi miżura li ħadna din is-sena u li kienet maħsuba biex tħares aħjar l-interessi tal-Gvern fil-ġbir tat-taxxi.", "Minn din is-sena għaqqadna r-riżorsi ta' kull għamla li jeżistu fid-Dipartimenti tat-Taxxi Interni u tas-Sigurta' Soċjali biex b'hekk l-isforzi mmirati għall-ġbir tat- taxxi jkollhom riżultati aktar mgħaġġlin u effikaċi.", "Minn dħul ta' Lm58.2 miljun li kien stmat oriġinarjament li se jkun hemm minn liċenzji, taxxi u multi issa se jidħlu, kif diġa` għidt, madwar Lm7.3 miljun anqas.", "Dan ġej, fil-biċċa l-kbira tiegħu, minn dħul anqas ta' Lm2.5 miljun minn ħlas tal-boll fuq dokumenti u Lm6.4 miljun anqas mit-Taxxa tar- Registrazzjoni tal-vetturi bil-mutur.", "Kien hemm żieda ta' Lm1.2 miljun minn levy fuq oġġetti importati li taffiet dan in-nuqqas.", "Dħul mill-Income Tax", "Minkejja li d-dħul mill-income tax għal din is-sena qed jinkludi l-ammont ta' arretrati ta' Lm7 miljun dovuti mit-Tarzna ta' Malta wara s-self li qed jagħmlilha l-Gvern, id-dħul minn dan is-sors qed juri nuqqas ta' madwar Lm9 miljun.", "Dan in-nuqqas hu riżultat ta' żewġ fatturi ewlenin: minn banda waħda, is-sistema ta' Final Settlement Scheme, fejn kull impjegat iħallas it-taxxa kurrenti fuq il-bażi tas-salarju tiegħu, ġiet posposta mill-bidu tas-sena għall-1 ta' Lulju fil-każ tal-impjegati tal-Gvern u għall-Jannar li ġej fil-każ tal-impjegati l-oħra kollha.", "Mill-banda l-oħra, il-ftehim ma' min kellu l-arretrati ġew mifruxa fuq sentejn flok fuq sena.", "It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u t-Taxxa tad-Dwana u Sisa", "Id-dħul mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u mit-Taxxa l-ġdida ta' Dwana u Sisa flimkien mistenni jonqos b'Lm10 miljun.", "Qed insemmihom flimkien għax fl- Estmi kien tbassar dħul ta' Lm90 miljun bejniethom.", "Wieħed irid iqis li meta saru l-Estmi kien kmieni wisq biex wieħed jgħid b'ċertezza kemm kienet se tħalli dħul it-taxxa l-ġdida għax kienet għadha qed titfassal.", "Ngħid, iżda, li d-dħul mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud biss din is-sena mistenni jkun ta' Lm57 miljun.", "Lm23 miljun oħra mistennija għalhekk jidħlu mit-taxxa l-ġdida ta' Dazju u Sisa.", "It-Taxxa l-ġdida għandha rati anqas tassattivi minn dawk li kellha t-Taxxa l-oħra fuq il-Valur Miżjud.", "Per eżempju, it-Taxxa fuq il-prodotti u dik fuq is-servizzi, illum hija biss ta' 5%.", "Is-sistema l-ġdida taħseb ukoll biex teħles eluf ta' negozji żgħar milli jħallsu jew jiġbru t-Taxxa ta' l- ETP u ta' l-ETS.", "Fil-każ ta' l-industrija tat-turiżmu, il-lukandi u r-ristoranti, dawn kienu jħallsu taxxa ta' 15% u 10% fuq il-bejgħ tagħhom.", "Illum dawn qed iħallsu biss 5%.", "Dan kollu naturalment effettwa bl-aktar mod pożittiv l- andament f'dan il-qasam kif ħareġ b'mod ċar mil-laqgħat li kellna qabel il- Budget ma' l-GĦaqdiet ta' dawk li jaħdmu fih.", "Kontribuzzjonijiet għas-Sigurta' Soċjali", "Id-dħul minn kontribuzzjonijiet għas-Sigurta' Soċjali għal din is-sena qed ikun stmat għal Lm141.3 miljun jiġifieri Lm3.4 miljun anqas minn dak imbassar oriġinarjament.", "Kif se nikkummenta aktar 'il quddiem, il- benefiċċji f'dan il-qasam tas-Sigurta' Soċjali mistennija jilħqu Lm122.6 miljun għal dawk kontributorji u Lm29.5 miljun għal dawk mhux kontributorji.", "Servizzi soċjali oħra bħalma huma l-kura kommunitarja, kura fl-isptarijiet tal-Gvern, għajnuna lill-anzjani kif ukoll lil dawk bi ħtiġiet speċjali mistennija titla' għal Lm65 miljun.", "Meta wieħed janalizza l-figuri uffiċjali joħorġu indikazzjonijiet qawwija li juru li fis-settur ta' dawk li jaħdmu għal rashom, hemm evażjoni sostanzjali mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet sew fin-numru ta' dawk li għandhom l-obbligu legali li jħallsu u sew fir-rati tal-ħlas.", "Hemm bżonn li dan il-qasam inħarsu lejh aktar bir-reqqa u b'mod kritiku.", "Ma nistgħux nibqgħu nagħtu aktar milli ndaħħlu.", "Fuq dan inkompli nżid aktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi.", "Dħul minn GĦotjiet u Self Barranin", "L-GĦotjiet Barranin li mistennija jinġabru sa l-aħħar ta' l-1997 huma stmati li jkunu jlaħħqu madwar l-Lm10 miljun meta l-istima oriġinali kienet ta' Lm10.5 miljun.", "Dan hu tnaqqis tassew żgħir meta wieħed iqis id- diffikultajiet u l-problemi sakemm jitwettqu d-diversi proġetti u wara ssir it-talba għar-rifuzjoni skond il-Protokolli.", "F'dak li hu Self Barrani l-istima oriġinali kienet ta' Lm8.1 miljun.", "Issa, mistenni li jinġabru biss Lm4.2 miljun.", "Ir-raġunijiet għal dan it- tnaqqis huma varji.", "Is-self provdut mill-Fond Soċjali għall-Iżvilupp tal-Kunsill ta' l-Ewropa se jkun anqas milli previst għax dan jinġibed fi proporzjon ma' dak li jintefaq fuq il-bini tal-Isptar tal-Qroqq.", "GĦalhekk is-self mistenni jkun ta' Lm3.2 miljun minflok l-istima oriġinali ta' Lm4.4 miljun.", "Mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) kien mistenni self fuq żewġ fażijiet separati relatati mal-proġett tat-tkabbir u t-tisħiħ tas-sistema tad-drenaġġ.", "Fuq l-ewwel fażi mistenni jinġibdu mal-Lm1 miljun meta l- istima kienet ta' Lm270,000.", "Dan minħabba li ngħatat spinta biex jitlesta x-xogħol.", "Rigward it-tieni fażi l-istima ta' self kienet ta' Lm2.6 miljun.", "Minn dan is-self mhux ser jinġibed xejn għal din is-sena.", "Il-Bank Ewropew għall-Investiment qed jiffinanzja wkoll proġett relatat ma' l-iżvilupp tas-servizzi fil-qasam ta' l-Avjazzjoni Ċivili.", "Il-flus mistennija jinġibdu s-sena d-dieħla hekk kif isir l-infiq relatat.", "Minn hawn nixtieq inrodd ħajr l-Gvern Taljan, l-Unjoni Ewropea u lill- istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra għall-għajnuna tagħhom.", "In-Nefqa Rikorrenti", "In-Nefqa Rikorrenti, barra mill-ispiża ta' l-isservisjar tad-Dejn Pubbliku, mistennija titla' minn Lm493.7 miljun għal Lm501.3 miljun, żieda netta ta' Lm7.6 miljun.", "Hawn ukoll qed nagħmlu ħilitna kollha biex inrażżnu l-infiq ta' fondi pubbliċi.", "Bl-ebda mod ma rrid infisser li rridu nagħmlu ekonomija bla sens li xxekkel l-operat tal-Gvern.", "Jenħtieġ, iżda, li nagħmlu analisi kritika tan-nefqa rikorrenti u naraw fejn u kif qed jintnefqu flus il-poplu u jekk dan hux qed isir mingħajr ħela u abbuż.", "Mhux anqas minn Lm160.1 miljun min-nefqa kollha rikorrenti, jiġifieri 32%, tmur għall-ħlas ta' pagi u salarji, bonuses, kontribuzzjonijiet għas- sigurta' soċjali, sahra u allowances.", "Din hi nefqa kbira għal settur governattiv kbir li jenħtieġ li jiċkien waqt li wieħed irid iqis li f'pajjiż żgħir bħal tagħna qatt ma nistgħu niksbu l-economies of scale ta' pajjiżi kbar.", "Fi ftit kliem is-settur pubbliku tagħna qatt ma jista' jilħaq il-proporzjon relattiv mal-popolazzjoni ta' pajjiżi ferm akbar.", "Madwar Lm21 miljun jew 12% ta' din in-nefqa jmorru fuq ħlas ta' overtime u allowances, u minn dawn, Lm15.6 miljun jitħallsu f'allowances marbuta ma' ftehim kollettiv ta' diversi kategoriji ta' impjegati, fosthom, dawk fil- qasam tas-servizzi korrettivi, dawk mediċi u paramediċi, tal-pulizija u ta' l-armata.", "Benefiċċji Soċjali", "Fixed cost ieħor hu dak ta' Lm152 miljun li jitħallsu f'benefiċċji ta' servizzi soċjali.", "Dan jirrapreżenta 30% oħra minn Nefqa Rikorrenti kollha u jirrappreżenta wkoll żieda ta' Lm12 miljun fuq in-nefqa tas-sena l-oħra f'dawn il-benefiċċji.", "Is-sena d-dieħla mistenni jkun hemm żieda oħra ta' Lm17 miljun f'dan il-qasam li l-ispiża fuqu qed tikber minn sena għal oħra.", "Biex jitħallsu dawn il-benefiċċji l-Istat qed joħroġ Lm46.9 miljun bħala kontribuzzjoni diretta għas-Sigurta' Soċjali: żieda ta' aktar minn Lm4 miljun fuq is-sena l-oħra.", "Kważi Lm19 miljun, jew 4% tan-Nefqa kollha Rikorrenti, jmorru għall-ħlas ta' pensjonijiet tal-irtirar u pensjonijiet oħra mħallsa mit-Teżor.", "Madwar Lm35.8 miljun jew 7% tan-Nefqa kollha Rikorrenti, jmorru fil-qasam ta' l-edukazzjoni: dan minbarra Lm33 miljun oħra li jitħallsu f'pagi u salarji lill-impjegati f'dan il-qasam.", "Minn din l-ispiża xejn anqas minn Lm7.6 miljun jmorru f'sovvenzjoni diretta lill-Universita' ta' Malta, Lm1.3 miljun f'sovvenzjoni għall-Junior College, Lm4.2 miljun fi stipendji lill- istudenti ta' l-Universita`, Lm1.4 miljun fi stipendji lill-istudenti tas- Sixth Form u Junior College u Lm7.9 miljun f'kontribuzzjoni diretta għall- iffinanzjar ta' l-iskejjel tal-Knisja.", "Kif għidt, din is-sena, in-Nefqa Rikorrenti globali mistennija tiżdied b'aktar minn Lm7.6 miljun fuq is-sena l-oħra wara li ġie mrażżan ħafna mill- infiq.", "Minn dan l-ammont, Lm1.1 miljun tħallas f'aktar arretrati li kien baqa' taħt l-eżerċizzju tar-Riforma fis-Servizz Pubbliku.", "Lm690,000 oħra tħallsu f'pagi u salarji lill-impjegati ġodda li jinkludu 45 Uffiċjal Korrettiv u 156 Kindergarten Assistants.", "Lm3.2 miljun aktar intnefqu fi spiża dejjem ogħla ta' mediċina u jinkludi parti mill-arretrati.", "Lm1.5 miljun tħallsu f'arretrati oħra lill-iskejjel tal-Knisja wara rikonċiljazzjoni tal-claims u tal-ħlas li sar taħt il-Ftehim rilevanti mal- Gvern, li wriet li kien għad fadal bilanċ x'jitħallas.", "Nefqa oħra kbira ta' Lm1.2 miljun saret biex jitħallas dejn magħmul mill-Posta Ltd. fuq kuntratt għat-Traġitt tal-Bulk Mail.", "Madwar Lm500,000 oħra marru f'żieda fis-sussidju fuq l-għalf għall-bhejjem.", "Ammont ieħor ta' Lm500,000 ntnefaq biex jinbidlu l-pjanċi tan-numri tal-karozzi.", "Dan l-eżerċizzju mistenni li jintemm din is-sena stess minflok is-sena d-dieħla kif kien maħsub oriġinalment.", "L-Isservisjar tad-Dejn Pubbliku", "Il-ħlas tad-Dejn Pubbliku u l-imgħaxijiet fuqu qiegħed dejjem jiżdied.", "Fl- 1997 kien mistenni jitla' għal kważi Lm36.6 miljun, jiġifieri kważi Lm7 miljun aktar mis-sena ta' qabel.", "Iżda, ż-żieda kbira fid-deficit ta' l- 1996 tellgħet il-ħtieġa tas-self fl-1997 minn Lm35 miljun għal Lm107 miljun.", "Dan is-self kompla żied il-piż tal-isservisjar tad-Dejn Pubbliku li, fl-1997, mistenni jitla' għal Lm41.6 miljun jiġifieri, Lm5 miljun aktar milli oriġinarjament previst.", "Fuq id-Dejn Pubbliku nitkellem aktar 'il quddiem.", "In-Nefqa Kapitali", "In-Nefqa Kapitali tal-Gvern fl-1997 mistennija tilħaq Lm79.7 miljun, jiġifieri Lm5 miljun anqas milli maħsub.", "Madankollu xorta tisboq in-nefqa kapitali ta' Lm73.5 miljun li saret is-sena l-oħra.", "Sar ukoll infiq anqas ta' Lm3 miljun fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq fejn, kif diġa' semmejt, naqas aktar kmieni din is-sena r-ritmu tax-xogħol sakemm isir ripjanar tal-proġett kollu.", "Kif jaf kulħadd, issa qed nerġgħu nħarsu lejn il-pjanijiet dwar dan l-isptar fid-dawl ta' deċiżjonijiet li ħa u se jkompli jieħu l-Gvern.", "Dawn id-deċiżżjonijiet laqtu wkoll dak li kien maħsub li jsir fit-titjib u modernizzar fl-Isptar San Luqa, bir-riżultat li dawn ġew riveduti.", "Dan issarraf f'nefqa anqas ta' Lm1.5 miljun fuq dan l-Isptar.", "Fil-każ tad-Dipartiment ta' l-Avvjazzjoni Ċivili saret nefqa anqas ta' Lm600,000 minħabba li tagħmir ta' weather radar ma wasalx u ċerti xogħlijiet fosthom fuq l-aprons baqgħu ma twettqux.", "Min-naħa l-oħra, iżda, sar infiq akbar ta' madwar Lm1.8 miljun fuq il-Pjan ta' Protezzjoni Ċivili.", "L-infiq fuq dan il-proġett qed ikun iffinanzjat mill-għotijiet taħt ir-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Italja.", "Twettaq ukoll il-proġett ta' kostruzzjoni tal-promenade f'Buġibba u fil- Qawra flimkien ma' titjib fl-arterji tat-toroq li jwasslu għal dawn iż-żewġ ċentri turistiċi.", "Dan il-proġett sewa madwar Lm2 miljun minbarra x-xogħol li sar bid-direct labour.", "Tabella Numru 1, (ara anness nru.", "1) li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, fiha stqarrija finanzjarja tal-Fond Konsolidat li fih hemm paragun bejn id-Dħul u l-Infiq ta' l-1997 kif kienu oriġinarjament stmati u kif inhuma riveduti.", "Barra minn hekk qed tingħata spjega tad-differenza bejn l- istimi oriġinali u dawk riveduti fl-istatements annessi ma' dan id-Diskors. (ara annessi nri.", "7, 8 u 9) Is-Settur Pubbliku", "Kif fissirt aktar 'il quddiem, diversi entijiet pubbliċi bħalissa m'humiex għaddejjin minn qagħda finanzjarja tajba.", "Xi korporazzjonijiet mhux biss m'humiex f'qagħda li jsostnu l-investiment kapitali tagħhom iżda wkoll jeżistu dubji serji kemm dawn jistgħu jsostnu l-operat tagħhom.", "Biex jgħinhom, il-Gvern jgħaddilhom kull sena miljuni ta' liri f'sovvenzjonijiet u f'sussidji li jinħarġu kemm mill-Fond Konsolidat u kemm mit-Treasury Clearance Fund bħala avvanzi jew self ta' flus.", "Barra dan, il- Gvern ikopri b'garanziji lill-banek kummerċjali u lill-istituzzjonijiet finanzjarji meta dawn l-entijiet pubbliċi jissellfu minn għandhom għall- investiment kapitali tagħhom.", "Sal-lum, dawn il-garanziji jammontaw għal Lm494 miljun.", "Dan l-ammont bl-ebda mod m'għandu jkompli jiżdied għaliex jew l-entijiet infushom jew il-Gvern iridu jagħmlu tajjeb għalih.", "Kien għalhekk li ngħata bidu għal pjan ta' ristrutturazzjoni tal- korporazzjonijiet u awtoritajiet wara li l-Gvern kien ikkummissjona studji u rapporti biex jiflu bir-reqqa l-qagħda operattiva u finanzjarja tagħhom.", "Iżda, ristrutturazzjoni bħal din ma sseħħx jekk mhux fi pjan imfassal fuq numru ta' snin li, sakemm qed jitwettaq, jassigura anqas dipendenza fuq il- Gvern u għalhekk aktar vijabilita' ta' l-enti innfisha.", "Il-Ministeru tal- Finanzi qed iħares aktar spiss u mill-qrib lejn il-ħidma ta' dawn l- entijiet pubbliċi.", "GĦal dan il-għan, twaqqfet Kummissjoni sabiex tagħti l- pariri u l-gwida meħtieġa speċjalment fejn jidħol negozjar ta' collective agreements.", "Kumpanniji pubbliċi li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma u li qed ikunu mħarsa mill-qrib mill-Malta Investment Management Co. Ltd.", "(Il- MIMCOL) qed jiġu assistiti wkoll bl-istess mod b'konsulenza diretta bejn il- MIMCOL u din il-Kummissjoni.", "Miżura oħra amministrattiva li se nieħdu dwar is-settur pubbliku hi dik ta' l-iffriżar tar-reklutaġġ fl-entijiet pubbliċi kollha ħlief f'dawk l- oqsma strateġiċi li rridu nindirizzaw.", "Dan qed nagħmluh bil-għan li nserrħuhom kemm jista' jkun mill-piż ta' l-impjieg żejjed li għandhom dawn l-entijiet u li qed ikabbar dejjem iżjed il-piż finanzjarju u operattiv tagħhom.", "Ma' dan, naturalment, imur id f'id it-tqassim aħjar tal-ħaddiema f'kull enti pubblika b'tali mod li tiżdied l-effiċjenza u jonqos il-ħela.", "Saru, u għadhom isiru, reviżjonijiet tas-sistemi li jassiguraw il-ġbir f'ħinu u bl-aktar mod effiċċjenti ta' dħul dovut mill-konsumatur għas- servizzi mogħtija minn dawn il-korporazzjonijiet u awtoritajiet.", "F'dan il- qasam issaħħah l-infurzar tal-ġbir biex bl-aktar mod effikaċi jinġabru ħafna, possibilment kollha, mill-arretrati li dawn l-entijiet pubbliċi għandhom jieħdu.", "Iżda, ma tistax tevita l-inevitabbli: qed tinħass dejjem aktar il-ħtieġa li jkunu riveduti t-tariffi tal-konsum u ta' servizzi anċillari mogħtija mill-korporazzjonijiet ta' l-ilma u ta' l-enerġija, biex isiru u jibqgħu vijabbli.", "Inkella d-dipendenza sħiħa fuq il-Gvern tibqa' iġġib magħha ineffiċċjenza, letarġija, qliegħ b'qerq, ħela u abbuż.", "GĦal dan il-għan, il-Gvern se jifli aktar mill-qrib is-sussidji kollha li qed jagħti biex jara jekk l-għan ewlieni tagħhom għadux jeżisti.", "Hemm bżonn li naraw jekk dawn is-sussidji humiex jaslu għand dawk li għalihom kienu maħsuba u, sa fejn dan mhux iseħħ, dawn is-sussidji jitnaqqsu u possibilment jitneħħew.", "Sewwa sew fid-dawl ta' dak li għadni kif għidt, fir-rigward tat-Tarzna, il- Gvern waqqaf task force li ppropona bdil fil-liġi ta' din l-korporazzjoni u ressaq rapport fuq il-ġejjieni tagħha.", "Dan ir-rapport li sar mill- konsulenza Appledore, irrakkomanda l-ħolqien ta' żewġ fergħat distinti, waħda li tieħu ħsieb ix-xogħol ta' tiswija tal-vapuri, u l-oħra, iżgħar, li tieħu xogħol f'oqsma ġodda.", "Ir-rapport jitkellem ukoll dwar kif għandhom jiġu applikati strateġiji ġodda ta' tmexxija, u għall-kontrolli fuq l-infiq u marketing.", "Bi ftehim bejn il-Gvern, il-Kunsill tat-Tarzna u l-General Workers' Union fl-aħħar ta' Awissu li għadda twaqqaf Project Team bil-għan li jwettaq l- għanijiet ewlenin fir-Rapport ta' Appledore, jiġifieri li jieħu ħsieb li jagħżel in-nies li se jaħdmu fuq is-Ship Repair Unit u fuq l-Enterprises Unit u li jidentifika dawk l-attivitajiet kummerċjali li jistgħu jiġu żviluppati fit-Tarzna.", "Fil-qasam tax-xandir, ġiet regolarizzata l-qagħda tal-ġbir tal-liċenzji tat-televiżjoni f'isem il-Gvern mill-Public Broadcasting Services.", "Il- Gvern, għax jagħraf l-importanza u t-toqol ta' l-obbligi li din għandha fix- xandir, iddeċieda li jikkonverti f'ishma l-parti l-kbira mid-djun li kellha miegħu.", "Fl-istess ħin saret konċessjoni temporanja biex, għas-sena d- dieħla, il-PBS iżomm għalih id-dħul mill-liċenzji tat-televiżjoni.", "Fil-qasam tal-kummerċ, fir-rigward tal-Port Ħieles, il-Gvern kompla jċedi l-profitti dovuti lilu mill-qliegħ minn Terminal One biex il-Korporazzjoni tużahom fl-investiment meħtieġ fil-bini tat-tieni terminal.", "Barra minn dan, il-Gvern kompla jagħti, taħt forma ta' sovvenzjoni lill-Korporazzjoni tal-Port Ħieles, ammont sostanzjali ta' Lm4.2 miljun biex jgħinha fl- isservisjar tas-self bankarju li għandha kif ukoll fil-ħlas lura ta' dan is- self li għamlet biex tiffinanzja l-bini tat-tieni terminal.", "Fil-qasam ta' l-investiment industrijali, l-Korporazzjoni Maltija għall- Iżvilupp waqqfet fi ħdanha l-Istitut għat-Tkattir tal-Intrapriżi iż-Żgħar (IPSE) biex il-ħtiġiet tagħhom ikunu indirizzati bla dewmien.", "Fil-qasam tat-Telekommunikazzjoni, il-Korporazzjoni Telemalta għamlet qliegħ ta' kważi 7% meta mqabbel mas-sena ta' qabel.", "Ir-raġuni għal dan is- suċċess kienet aktar effiċjenza u produttivita' f'kull qasam u biżżejjed wieħed isemmi l-installazzjoni ta' 15,000 servizz ġdid.", "PROGRAMMI U INIZJATTIVI", "Kif wiegħed, sew fil-programm elettorali kemm fl-ewwel budget tiegħu aktar kmieni din is-sena, il-Gvern ta bidu għal diversi inizjattivi u programmi li jtejbu dejjem aktar il-qafas ekonomiku, soċjali u kulturali ta' pajjiżna.", "F'nofs din is-sena, twaqqaf il-Forum għal Ekonomija Aħjar li ħaddan fih il-Kunsill Malti GĦall-Iżvilupp Ekonomiku u wessa' u firex t- twettiq tal-ħidma tiegħu.", "Filwaqt li l-Kunsill Ekonomiku baqa' l-ogħla istituzzjoni f'dan il-qafas ġdid li japprova u jressaq ir- rakkomandazzjonijiet lill-Gvern, il-Kunsill għandu l-għajnuna sew ta' Advisory Council li jaħdem permezz ta' workshops kif ukoll ta' Direttorat li jikkoordina dejjem aħjar ix-xogħol amministrattiv.", "Bħalissa, l-Forum qed jittratta materji importanti ħafna għall-mixja u l-progress tal-pajjiż li jinkludu l-welfare gap, emendi meħtieġa fil-Liġi Dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali, leġislazzjoni meħtieġa ħafna dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, u t-tifsil ta' pjan ekonomiku u strateġiku ta' żvilupp għal Malta.", "Kif semmejt fil-bidu ta' dan id-diskors, f'April li għadda twaqqfet il- Kummissjoni Favur il-Moralita` Fiskali li bdiet ix-xogħol tagħha b'sensila ta' laqgħat fosthom mal-Prim Ministru, mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ma' diversi korpi kostitwiti.", "Il-Kummissjoni qed tfassal strateġija ta' tagħrif u edukazzjoni pubblika biex trawwem kuxjenza favur il-moralita` fiskali.", "Twaqqaf ukoll l-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali b'aktar poter u b'indipendenza sħiħa biex ikun jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu aħjar.", "L- Awditur Ġenerali, li jirrapporta dritt lill-Parlament, qed jagħmel l- istrutturar meħtieġ biex fi żmien qasir jibda jiffunzjona kif mixtieq bl- aħjar riżorsi possibbli.", "Sar ukoll ħafna xogħol siewi fit-tifsil ta' Istitut ġdid ta' l-Istatistika li se jkun semi-awtonomu mill-Gvern tal-ġurnata.", "Se jitwaqqaf Task Unit tekniku biex titfassal il-leġislazzjoni meħtieġa.", "Il-qafas il-ġdid maħsub għal dan l-Istitut se jipprovdi sabiex jitwaqqaf Kunsill Konsultattiv li jkun magħmul fost oħrajn minn dawk li jagħmlu użu minn kull xorta ta' statistika.", "Fost dawn se jkun hemm is-Sieħba Soċjali li se jkomplu fuq ix-xogħol li qed isir illum fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut.", "Fil-qasam tas-self employed sar tibdil taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali biex is-self employed iż-żgħir jibda jibbenefika mill- inċentivi taħt dak l-Att.", "B'kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali u l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ingħata ukoll bidu għal skema ta' taħriġ lis-self employed dwar ċerti aspetti tat-tmexxija ta' l-ażjendi tagħhom.", "Fil-bidu ta' din is-sena, nħatret Kummissjoni biex tistħarreġ id- Drittijiet Soċjali ta' nies li jaħdmu għal rashom bil-għan li tara jekk il- ħtiġiet tal-ħarsien soċjali humiex jagħtu drittijiet effettivi lil dawn in- nies u, fejn meħtieġ, tagħmel rakkomandazzjonijiet għal rimedji li fl- istess waqt jiżguraw it-trasparenza, il-moralita` fiskali u, b'mod ġenerali, l-integrita` amministrattiva.", "Iżda, mira ewlenija u bikrija maħsuba fil-programm elettorali tal-Gvern intlaħqet f'Lulju li għadda bit-tibdil li sar fis-sistema tat-taxxi indiretti meta, flok it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, daħlet sistema iżjed adattata għall-istruttura tas-soċjeta` u l-ekonomija Maltija.", "Il-Gvern seta' jagħmel dan wara li ngħata mandat ċar mill-poplu fl-għażla tiegħu fl- Elezzjoni Ġenerali f'Ottubru tas-sena l-oħra u wara sensila ta' konsultazzjonijiet li għamel ma' korpi kostitwiti u mal-pubbliku in ġenerali.", "Mingħajr ma ntawwal bla bżonn fuq it-Taxxa l-ġdida ta' Dwana u Sisa, nerġa' nsemmi l-prinċipji ewlenin li fuqhom ġiet imsejsa:", "· li l-prezzijiet jinżammu aċċettabli,", "· li jkun hemm bażi wiesgħa għall-ġbir tat-taxxi b'mod li jkunu eżenti prodotti u servizzi essenzjali fid-dar għall-familja,", "· li tkun sempliċi kemm jista' jkun bl-iżgħar numru possibbli ta' azjendi u individwi jiġbru t-taxxa f'isem il-Gvern u li dak li jinġabar jgħaddi lill-Gvern b'mod regolari,", "· li l-produzzjoni ta' prodotti u servizzi għall-esportazzjoni tkun imħarsa u inkorraġġita,", "· li jiddaħħlu fuq min ibigħ l-obbligi kollha meħtieġa skond il-liġi biex ma jingħatax lok għall-evażjoni mit-taxxa, u fl-aħħarnett,", "· li d-dħul tal-kultura ta' Moralita` Fiskali jkun imħares u miżmum b'mezzi effikaċi li jinfurzaw il-liġijiet fiskali kontra l-evażjoni.", "L-ESTIMI GĦALL-1998", "Ingħad ħafna dwar il-qagħda finanzjarja mwiergħa li l-pajjiż qiegħed fiha iżda qatt m'hu biżżejjed.", "Jenħtieġ li flimkien nindirizzaw din il-problema bi strateġija koerenti u konsistenti biex dan l-iżbilanċ strutturat inżarmawh u nġibu lill-pajjiż lura fuq il-binarji ta' vijabilita' finanzjarja.", "Jenħtieġ li din l-istrateġija tkun msejsa sew biex, filwaqt li tipproponi l-miżuri meħtieġa, isir ristrutturar amministrattiv, ikunu evitati skossi żejda lill-ekonomija, jiżdied id-dħul għall-Gvern, titrażżan il-ħela u l-ineffiċjenza u l-finanzi pubbliċi nerġgħu inġibuhom f'sikkithom.", "L-istrateġija taħseb għall-miżuri short term u għal oħrajn fit-tul.", "Dħul Ordinarju", "Biex nimxu b'ordni, l-ewwel ħaġa li jenħtieġ li ssir hi li nassiguraw li d- Dħul Ordinarju tal-Gvern ikun biżżejjed waħdu biex ikopri n-Nefqa Rikorrenti, inkluż l-isservisjar tad-dejn pubbliku.", "GĦal dan il-għan, il- Gvern qed jimmira li d-dħul tiegħu għall-1998 ikun realistiku u nieqes minn ħafna pretensjonijiet u ottimiżmu żejjed.", "Iżda, għandu jkun imsaħħaħ minn sistemi ta' infurzar li jassiguraw ir- realizzazzjoni tiegħu u possibbilment aktar minn hekk dwar l-arretrati.", "Hu maħsub li dan id-dħul insaħħuh b'miżuri fiskali li huma sostennibbli u, għal żmien qasir, b'bejgħ ta' assi li fih innifsu mhux sostennibbli fit- tul.", "B'hekk jitnaqqas l-ammont li l-Gvern ikollu jissellef biex jibbilanċjaw l-ispiża fuq is-self.", "Se nitkellem aktar tard fuq dawn il- miżuri.", "Id-Dħul Ordinarju tal-Gvern fl-1998 hu mistenni li jilħaq mal-Lm559.5 miljun, li minnhom Lm10.4 miljun huma għotjiet barranin.", "L-akbar għejjun tad-Dħul Ordinarju tal-Gvern jibqgħu dejjem il-Kontribuzzjonijiet għas- Sigurta` Soċjali, li s-sena d-dieħla mistenni jilħqu Lm137 miljun; it-Taxxa tad-Dħul, li minnha qed nipproġettaw li ndaħħlu Lm112 miljun; it-Taxxa tad- Dwana u Sisa li qed naħsbu li se tħalli Lm78 miljun; Liċenzji, Taxxi u Multi li mistennija jitilgħu għal aktar minn Lm59 miljun u d-Dazju tad- Dwana li minnu qed naħsbu li ndaħħlu Lm51.2 miljun.", "Minn Dħul Barrani qed nistennew li ndaħħlu ma' l-Lm10.4 miljun, il-parti l- kbira minnhom taħt ir-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Italja li qed jiffinanzja proġetti u programmi diġa' mressqa u miftehma u approvati miż- żewġ naħat.", "Infiq Rikorrenti", "Niġu issa għall-Infiq Rikorrenti.", "Kien hawnhekk li ħassejna li jenħtieġ li nqiegħdu għatu biex dan l-infiq ma nħalluhx ikompli tiela' 'l fuq bla rażan.", "Filwaqt li nagħmlu dan, irridu noqogħdu attenti li nużaw l-aħjar ġudizzju tagħna biex ma nxekklux l-operat tal-Gvern.", "Minflok, iżda, irridu niksbu l-istess b'anqas flus.", "Dan, kif diġa' għidt jista' jsir biss b'anqas ħela, b'aktar effiċjenza u b'aktar dixxiplina.", "Dawn huma tliet elementi importanti li jridu jkunu riflessi fil-ħruġ ta' anqas flus mill- kaxxa ta' Malta.", "Il-komponenti tan-Nefqa Rikorrenti tal-Gvern jibqgħu dejjem il-pagi u s- salarji, bonuses, allowances, overtime u l-ħlas tal-bolla bħala employer li lkoll flimkien jilħqu Lm164.2 miljun; il-ħlas tal-Benefiċċji tas-Siġurta` Soċjali li qed jitla' b'medja ta' Lm14 miljun fis-sena u li fl-1998 mistenni jkun ta' Lm170.2 miljun; is-Saħħa u l-Kura għall-Anzjani li s- sena d-dieħla mistennija jtellgħu spiża ta' aktar minn Lm19.7 miljun - dejjem teskludi l-pagi u s-salarji tal-ħaddiema li jaħdmu f'dawn l-oqsma li jitilgħu għal Lm38.8 miljun; il-Kontribuzzjoni ta' l-Istat għas-Sigurta` Soċjali li fl-1998 mistennija tkun madwar Lm45.5 miljun; l-Edukazzjoni li fuqha l-Gvern se jonfoq mhux anqas minn Lm27.3 miljun, dejjem wara li taqta' l-pagi u s-salarji tal-ħaddiema f'dan il-qasam li jitilgħu għal aktar minn Lm33 miljun.", "Il-Pensjonijiet ta' l-Irtirar imħallsa mit-Teżor is-sena li ġejja mistennija jitilgħu għal Lm19.8 miljun, żieda ta' kważi Lm800,000 fuq din is-sena u ta' aktar minn Lm1.3 miljun mill-1996.", "Vot ieħor ta' kważi Lm15 miljun qed ikun allokat għall-ispiża rikorrenti għall- Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għal GĦawdex.", "GĦall-Kunsilli Lokali qed nivvotaw somma globali ta' Lm8.3 miljun biex iwettqu dawn l-programmi tagħhom inklużi inizjattivi u proġetti speċjali.", "Il-Qasam tas-Sigurta` Soċjali", "Wara li tajt rendikont fil-qosor ta' l-infiq ewlieni tal-Gvern għas-sena d- dieħla, nixtieq li lkoll nirriflettu ftit fuq il-qasam li qed jiġġenera l- akbar infiq - dak tas-Sigurta` Soċjali.", "Nibda biex ngħid u nserraħ moħħ kulħadd li bl-ebda mod m'hu l-Gvern se jmiss jew inaqqar dawn il-benefiċċji soċjali.", "Anzi niftaħar li kien il-Gvern Soċjalista li żviluppa u rawwem dawn il-benefiċċji għall-ġid ta' kull ċittadin l-aktar dak li qiegħed fil- bżonn.", "Tajjeb, iżda, li wieħed iżomm f'moħħu li l-infiq fuq l-benefiċċji kollha taħt is-Sigurta` Soċjali qed jisboq bil-kbir id-dħul mill- kontribuzzjonijiet.", "Din hi qagħda mhux sostenibbli u trid tiġi ndirizzata mill-aktar fis.", "GĦal dan il-għan jien ħeġġiġt lill-Forum għall-Ekonomija Aħjar biex jagħti prijorita` lejn l-istudju li qed jagħmel il-Welfare Gap Sub-Committee u jressaq rakkomandazzjonijiet fi żmien qasir li nkunu nistgħu nikkunsidraw mal-partijiet kollha mdaħħlin, fosthom il-unions, biex nindirizzaw din il- problema li qed issir akuta.", "GĦalkemm dan qed isir, inħossu li wasal iż-żmien li jitħejja wkoll studju professjonali ta' fattibilita` li jiddentifika l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li tista' ġġib magħha introduzzjoni ta' pension funds privati.", "Dan għall- konsiderazzjoni tal-Gvern innifsu u tas-sieħba soċjali ewlenin.", "Id-Dejn Pubbliku", "Id-Dejn Pubbliku hu problema oħra akuta.", "Diġa' semmejt f'dan id-diskors il-mod imwiegħer li bih qed jikber.", "Is-sena l-oħra t-Teżor ħareġ b'Lm70 miljun fi Stocks tal-Gvern.", "Din is- sena ħareġ żewġ sejħiet u b'kollox inxtraw Stocks ta' valur totali ta' Lm188 miljun li minnhom total ta' Lm21 miljun kienu conversion.", "B'hekk, il- bilanċ ta' Stocks tal-Gvern tela' b'47% minn Lm356 miljun għall-Lm523 miljun.", "Ma' dan, il-ħruġ ta' Treasury Bills tela' għal Lm140 miljun b'yield medja ta' 5.2% fis-sena.", "Din tfisser żieda ta' 30% fuq is-sena li għaddiet.", "Id-dejn ma' barra baqa' bejn wieħed u ieħor fejn kien, jiġifieri madwar Lm51 miljun.", "B'hekk, id-dejn pubbliku tela' għal Lm714 miljun jew żieda ta' 39% f' perijodu ta' 10 xhur.", "Dan, barra l-garanzji u l-letters of comfort li llum jammontaw għall-Lm494 miljun maħruġa favur il-banek kummerċjali u istituzzjonijiet finanzjarji biex ikopru dejn magħmul minn entijiet pubbliċi.", "Din il-qagħda mhi xejn ta' serħan il-moħħ.", "Naturalment, kull sena jitħallsu imgħaxijiet u kontribuzzjonijiet għal ħlas lura fuq dan id-dejn.", "Is-sena d-dieħla din l-ispiża se tilħaq Lm54.5 miljun.", "Dan l-ammont hu kważi Lm12 miljun aktar minn dak li se nkunu nfaqna din is-sena.", "Huwa ukoll kważi d-doppju ta' dak li nfaqna s-sena l- oħra meta l-ispiża ta' l-isservisjar tad-dejn pubbliku telgħet għal Lm29.8 miljun.", "Il-bidu ta' dan kollu kien id-deficit straordinarju fil-budget tal- Gvern fl-1996 u li kien jenħtieġ li jingħalaq b'self lokali sostanzjali fl- 1997.", "Din il-qagħda mwiergħa tad-dejn pubbliku irridu nrażżnuha wkoll u dan jista' jsir biss billi nibbilanċjaw aħjar l-infiq u d-dħul tagħna.", "Ma nistgħux nibqgħu nissellfu biex ngħixu, jew nbigħu l-assi tagħna sa l- aħħar.", "Fejn meħtieġ, nissellfu biss għall-investiment kapitali li jagħti frott fil-futur bħall-bini ta' fabbriki, teknoloġija avvanzata, taħriġ tal- ħaddiema tagħna, inċentivi lill-investiment barrani, u swieq għall- esportazzjoni.", "Hu dan kollu li jirrendi l-ġid f'pajjiżna li fuqu rridu nsejsu l-infrastruttura soċjali u ekonomika tagħna.", "Tibqa' xorta l-ħtieġa li d-dejn pubbliku ma jibqax tiela' aktar.", "Infiq Kapitali", "In-Nefqa Kapitali fl-1998 mistennija titla' għal Lm78.2 miljun.", "Minn dan l- ammont, bejn is-sovvenzjonijiet u s-sussidji, se jitħallsu Lm4.5 miljun lit- Tarzna taħt il-Ftehim ta' l-1989.", "Ammont ieħor, iżda iżgħar, ta' Lm1.5 miljun se jitħallas f'self lill-Malta Shipbuilding.", "Ma' dawn l-ammonti, taħt il-Vot tal-Prim Ministru, qegħdin nipproponu nefqa oħra ta' Lm1.3 miljun, parti min-nefqa akbar, biex tiffinanzja t-tħaffir ta' bir għaż-żejt ġewwa GĦawdex.", "Dan it-tħaffir, li se jsir minn kumpannija Taljana, mistenni jdum sejjer sitt xhur.", "Malli jitlesta t-tħaffir, jitneħħa t- tagħmir kollu u s-sit jitqiegħed lura kif kien qabel.", "L-ispiża totali ta' dan il-proġett mistennija tilħaq madwar l-Lm4.8 miljun fuq medda ta' sentejn, 1997 u 1998, u se tkun iffinanzjata kollha minn flus approvati taħt ir-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Italja.", "Nefqa oħra wkoll imħallsa mill-Protokoll imsemmi, hija dik ta' Lm1.5 miljun għall-iżvilupp ta' Pjan għall-Protezzjoni Ċivili.", "Ta' min wieħed jgħid li fl-1997 diġa' saret nefqa oħra kbira ta' Lm2.8 miljun fuq dan il-proġett.", "L-Edukazzjoni", "Matul is-sena li għaddiet beda programm estensiv ta' xogħol fl-iskejjel ta' l-Istat f'inħawi differenti tal-pajjiż biex l-istudenti u l-għalliema issa bdew igawdu minn ambjent aħjar.", "Dan il-programm se nkompluh u nsaħħuh matul is-sena li ġejja.", "Se nkomplu naħdmu biex intejbu l-iskejjel tal- Gvern waqt li naħdmu id f'id ma' l-iskejjel tal-Knisja u dawk privati.", "Se nkomplu niżviluppaw il-bini fl-Universita' biex tkun tista' tlaħħaq aħjar mal-għadd dejjem jiżdied ta' persuni li qed imorru jistudjaw hemm.", "Irridu ntejbu l-edukazzjoni universitarja għax nemmnu li s-suċċess ma jitkejjilx biss b'kemm jidħlu persuni biex jibdew kors universitarju iżda aktar b'kemm jirnexxilhom jiggradwaw.", "Jenħtieġ inkomplu nimmodernizzaw l- Universita' fl-istrutturi tat-tmexxija, fil-mod kif ikunu mfasslin il- korsijiet, fil-mod kif nassiguraw il-kwalita', fil-mod kif nużaw il-mezzi teknoloġiċi ġodda tal-komunikazzjoni, fil-ftuħ ta' aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ li jixtiequ edukazzjoni vokazzjonali u fil-metodi tat-tagħlim u fi proġetti ta' riċerka.", "Biex nilħqu dawn l-għanijiet qed nipproponu nfiq sostanzjali ta' Lm1.6 miljun li qed jiġi propost għat-twettiq ta' proġetti ta' bini u xiri ta' tagħmir għall-Universita'.", "50% minn dan l- infiq qed ikun iffinanzjat ukoll taħt il-Protokoll Taljan.", "Ta' min wieħed jgħid illi fl-1997 sar infiq ieħor kbir ta' Lm2.7 miljun fuq dawn il- proġetti, li fosthom insibu l-bini ta' lecture halls ġodda, l-Allied Research Unit, l-Education Building, u l-Lecture Centre Building.", "GĦall- bini u titjib fl-iskejjel ta' l-Istat qed nipproponu ammont ieħor kbir ta' Lm3.0 miljun.", "Dan, flimkien mal-Lm1.8 miljun li se nonfqu din is-sena, se jkompli jipprovdi għal żieda fil-faċilitajiet fl-iskejjel primarji tal- Mellieħa, Birżebbuġa, l-Imġarr, ix-Xgħajra, il-Mosta, Ħ'Attard, u bliet u rħula oħra.", "Se jitkompla ukoll ix-xogħol fuq il-bini ta' l-iskola ġdida sekondarja f'Santa Luċija u jibda dak tal-Junior Lyceum f'Tal-Ħandaq.", "Qed isir xogħol estensiv wkoll fl-iskola ta' Sir Adrian Dingli, f'St Andrews.", "Fuq dawn it-tliet skejjel flimkien se ssir nefqa ta' Lm1.2 miljun.", "Se jitjiebu wkoll il-faċilitajiet fl-iskola post-sekondarja fil-kumpless ta' Corradino.", "Fil-qasam edukattiv ukoll, qed nistallaw komputers fil-klassijiet fl- iskejjel primarji biex jitkompla dan il-proġett tant meħtieġ għall- formazzjoni edukattiva ta' uliedna.", "GĦal dan l-għan, qed nipproponu nefqa oħra ta' Lm1.4 miljun li għandha tkopri mhux biss ix-xiri tal-hardware u s- software iżda wkoll it-tqegħid ta' l-infrastruttura u ħtiġiet oħra anċillari għal dan il-proġett bħalma huma xiri ta' għamara adattata, titjib fis-sistema tal-elettriku, u sistemi ta' sigurta`.", "Qed nipproponu wkoll somma ta' Lm500,000 biex ikompli x-xogħol ta' manutenzjoni u refurbishment fl-iskejjel tal-Gvern.", "Dan l-infiq kollu kapitali fil-qasam edukattiv, li hu stmat li jitla' għal Lm7.1 miljun, hu maħsub li jkompli jwettaq il-wegħda ta' din l- Amministrazzjoni li nagħmlu mill-iskejjel ta' l-Istat l-aħjar skejjel f'Malta.", "Turiżmu", "Fit-turiżmu rridu nkomplu nsaħħu dak li rnexxielna niksbu tul dawn l-aħħar 12-il xahar fost kompetizzjoni qawwija minn destinazzjonijiet turistiċi oħra.", "Is-suq Ingliż, suq ewlieni għalina, ukoll sar aktar diffiċli minħabba miżuri iebsa li ddaħħlu dan l-aħħar.", "Qed nallokaw sovvenzjoni ta' Lm3 miljun għall-Organiżżazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu flimkien ma' Lm2.75 miljun oħra biex bihom tissussidja l-lira maltija fis-suq Ingliż taħt it- Tour Operators Support Scheme u tagħmel marketing ta' swieq oħra.", "Is-sena li ġejja qed nipproponu wkoll vot ta' Lm250,000 biex inwaqqfu l- Awtorita` tat-Turiżmu.", "Din l-Awtorita` se tkun kunċett importanti u ta' urġenza kbira li nħasset f'dan is-settur.", "L-Awtorita` proposta se tirregola s-servizzi u l-operazzjonijiet turistiċi u trawwem l-industrija tat-turiżmu f'Malta taħt Att leġislattiv li se jitressaq għal dan il-għan għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "L-Awtorita' se tkun tiġbor fi ħdanha l-GĦaqda Nazzjonali tat-Turiżmu (l-NTOM), il-Hotel and Catering Establishments Board, u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi.", "L-Industrija", "Fil-qasam ta' l-industrija qed nipproponu nefqa oħra kapitali ta' Lm5.8 miljun li minnhom Lm2.3 miljun imorru biex ikompli l-programm ta' bini ta' fabbriki.", "Lm1.7 miljun ieħor qed jingħata f'sovvenzjoni għall-operat tal- Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp.", "Lm1.7 miljun oħra qed jgħaddu lill-Malta Investment Management Co Ltd (il- MIMCOL) li minnhom Lm1.4 miljun iservu għall-investimenti ndustrijali u Lm300,000 f' sovvenzjoni għall-operat tal-MIMCOL.", "Lm4.2 miljun oħra qed ikunu proposti għall-Malta Freeport Corporation biex jgħinha fl- isservissjar u ħlas lura ta' krediti bankarji.", "Avvjazzjoni Ċivili", "Fil-qasam ta' l-Avjazzjoni Ċivili qed nipproponu nefqa ta' Lm1.1 miljun għax-xiri ta' tagħmir tar-radar ta' Ħad-Dingli u ta' weather radar.", "Dan l- infiq mistenni li jkun iffinanzjat minn self mill-Bank Ewropew għall- Investiment.", "Drenaġġ", "Nefqa oħra kbira ta' Lm3.3 miljun qed titressaq biex tkun tista' tissokta l-estensjoni u t-titjib tas-sistema tad-drenaġġ li parti minnha mistennija tkun iffinanzjata minn self miġjub ukoll mill-Bank Ewropew għall- Investiment b'imgħax issussidjat.", "Żvilupp tal-Promenade f'Birżebbuġa, Marsascala u Marsaxlokk", "Fuq xogħlijiet pubbliċi qed ikunu proposti żewġ nefqiet kbar oħra, waħda ta' Lm1.3 miljun biex jitjiebu u jisbieħu l-promenades f'Birżebbuġa, f'Marsaxlokk u f'Marsascala li huma meqjusa bħala ċentri oħra turistiċi.", "Dan ix-xogħol hu parti minn programm ta' titjib ta' postijiet turistiċi li ngħata bidu għalih aktar kmieni din is-sena bil-proġett fuq il-promenade ta' Buġibba u l-Qawra u t-toroq l-oħra li jwasslu għal dawn l-inħawi.", "Nefqa oħra hi dik ta' Lm3.7 miljun fuq xogħol ta' asfaltar u restawr u titjib ta' toroq.", "Ma' dawn qed nerġgħu nivvotaw somma oħra ta' Lm2.2 miljun biex ikomplu jitħallsu l-arretrati li sibna f'dan il-qasam.", "Il-Qasam tas-Saħħa", "Fil-qasam tas-saħħa qed nipproponu nefqa oħra kbira ta' Lm10 miljun biex jitkompla l-bini ta' l-Isptar l-Ġdid f'tal-Qroqq.", "Il-Gvern qed jaħseb biex parti mill-iffinanzjar ta' dan il-proġett issir minn self mill-Fond għall- Iżvilupp Soċjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa kif ukoll minn self minn istituzzjonijiet finanjarji oħra u f'dan ir-rigward qed jistudja offerti li sarulu.", "Akkomodazzjoni Soċjali", "Fil-qasam soċjali qed nerġgħu nivvotaw somma ta' Lm1 miljun bħala sovvenzjoni lill-Awtorita' tad-Djar.", "Qed nivvotaw ukoll Lm850,000 biex din tkun tista' tħallas is-sussidju fuq l-interessi għal self ta' flus mogħti mil-Lohombus għall-bini ta' djar.", "Il-Biedja", "Fil-qasam tal-biedja qed nipproponu ammont ta' ftit aktar minn Lm1 miljun biex ikompli t-titjib fil-Pitkalija, fis-servizzi veterinarji, fiċ-Ċentru tar-Riċerka u Żvilupp fl-GĦammieri, fis-sajd u fl-akwakultura u fl-iżvilupp ta' l-art u riżorsi ta' l-ilma.", "Qasam ta' l-Informatika", "Fl-aħħarnett, fil-qasam ta' l-Informatika, qed nallokkaw is-somma ta' Lm6.5 miljun mifruxa mal-ministeri kollha biex ikompli l-iżvilupp ta' sistemi, it-tqegħid ta' infrastruttura, ix-xiri ta' tagħmir, il- manutenzjoni u t-titjib ta' sistemi eżistenti, it-taħriġ ta' staff u x-xiri ta' software.", "Dan kollu hu maħsub biex ikompli jtejjeb dejjem aktar l- operat tal-Gvern fid-dipartimenti u s-servizzi li jagħtu.", "F'Tabella Numru 2, (ara anness nru.", "2) li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, qed nagħti rendikont finanzjarju fil-qosor għall-1998.", "Miżuri u Inizjattivi", "Kif diġa` fissirt, l-iżbilanċ finanzjarju strutturali qawwi li tħalla jiżviluppa tul dawn l-aħħar snin hu theddida serja għas-saħħa tal-pajjiż u jenħtieġ li nindirizzawh.", "Dan irid isir bi strateġija koerenti u konsistenti li, filwaqt li tagħraf tkun iebsa fejn meħtieġ ma tħarbatx u tfixkel il-qafas soċjali u ekonomiku.", "L-għan tal-Gvern hu li jifrex din l- istrateġija fuq għadd ta' snin, possibilment tlieta, biex b'mod meqjus iwitti dan l-iżbilanċ.", "Kien għalhekk li, bħala l-ewwel pass, din is-sena kkontrollajna l-infiq rikorrenti kemm stajna u tajna lok għal sforzi akbar fil-ġbir ta' dħul.", "GĦal dan il-għan qed inħabbar għadd ta' miżuri mmirati biex, waqt li f'ċerti każi jagħmluna konxji mill-ħela li hemm bżonn titrażżan, f'oħrajn jifirxu l-piż kemm jista' jkun b'mod ekwu u ġust.", "Pjan ta' Żvilupp Ekonomiku", "Bil-għan li jkun hemm aktar koordinament fit-twettiq tal-programm elettorali tal-Gvern fir-rigward ta' l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, il- Forum għall-Ekonomija Aħjar ingħata l-impenn li fi żmien mhux fit-tul ifassal u jirrikkmanda pjan ta' żvilupp ekonomiku msejjes fuq medda ta' tliet snin.", "Setturi li qed jiġu riċerkati f'dan il-pjan minn sotto-kumitat fi ħdan l- Advisory Council jinkludu żvilupp fl-ekonomija internazzjonali, analisi ta' l-ekonomija Maltija, is-sehem tal-Gvern fl-ekonomija, il-kwalita` tal-ħajja Maltija, inizjattivi biex insaħħu u nkabbru l-ekonomija tagħna u politika ekonomika u soċjali konsolidata permezz ta' koordinazzjoni sħiħa bejn is- setturi kollha.", "GĦalkemm it-tfassil ta' dan il-pjan għadu fi stadju preliminari, il-Gvern diġa` qed ikollu indikazzjonijiet tad-direzzjoni li l-Advisory Council jista' jirrikkmanda fil-futur qarib.", "Friża fuq ir-Reklutaġġ fis-Servizz Pubbliku", "Kif diġa` ħabbart aktar kmieni f'dan id-diskors, fir-rigward tas-settur pubbliku qed nieħdu wkoll pass għaqli ta' iffriżar fuq ir-reklutaġġ fil- qafas governattiv.", "Din il-miżura tgħodd ukoll għal dawk l-ażjendi li fihom il-Gvern għandu kontroll effettiv.", "Dan, iżda, m'għandu bl-ebda mod ifixkel il-mili ta' postijiet vojta li huma meqjusa bħala postijiet strateġiċi f'oqsma varji ewlenin ta' l-operat tal-Gvern bħalma huma il-qasam tas-saħħa u ta' l-anzjani u dak edukattiv.", "Biex iħares dawn il-ħtiġijiet u jagħti parir lill-Gvern fejn għandu jaġixxi f'dan ir-rigward, se jitwaqqaf Kumitat fi ħdan il-Kabinet stess.", "Ma' dan il-pass ukoll, il-Gvern se jara li ma jibqgħux isiru estenzjonijiet ta' servizz lill-uffiċċjali pubbliċi meta dawn ikunu laħqu l-eta` ta' l-irtirar.", "Se ssir eċċezzjoni fil-każ ta' nurses fejn hemm nuqqas serju, u fil-każ ta' uffiċċjali għolja fl-Armata iżda, fir-rigward ta' dawn l-aħħar, għal żmien mhux fit-tul.", "Central Monitoring Unit", "Fir-rigward ta' l-operat ta' l-amministrazzjoni, il-Gvern se jwaqqaf Central Monitoring Unit li jkollha funzjoni ta' verifika interna li tħares u tissorvelja l-amministrazzjoni biex tkun evitata l-ħela u l-ineffiċjenza.", "Charter għall-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku", "Il-Gvern qed jaħseb ukoll biex ifassal charter għall-ħaddiema kollha fis- Servizz Pubbliku filwaqt li jaġġorna l-Estacode li hemm illum skond il- ħtiġijiet ta' żmienna.", "L-għan ta' dan iċ-charter hu li l-ħaddiema kollha fis-Servizz Pubbliku jkunu jafu, flimkien mad-drittijiet tagħhom, x'inhuma d-doveri u l-obbligi tagħhom lejn il-pubbliku li hu l-klijent jew il- konsumatur tas-servizz tagħhom.", "Dan jgħin ukoll biex dawn il-ħaddiema jsiru aktar kontabbli u responsabbli ta' għemilhom.", "Business Approach għas-Servizz Pubbliku", "Il-Gvern ukoll qed jilqa' l-offerta li saritlu mill-Accountancy Board biex titwaqqaf Kummissjoni, li tkun tinkludi membri mill-professjoni ta' l- accountants u awdituri bi prattika privata bil-għan li tniedi inizjattiva li ddaħħal business approach modern fis-servizz pubbliku b'enfasi fuq financial management.", "Manpower u Skills Survey għas-Servizz Pubbliku", "Fuq suġġeriment ta' diversi korpi kostitwiti li tkellimna magħhom qabel il- budget - kemm mis-settur ta' dawk li jħaddmu kif ukoll min-naħa tat-trade unions - għandu jsir manpower u skills survey tas-Settur Pubbliku bħala stock taking tal-kwalita` u tal-kwantita` tar-riżorsi umani li għandu l- Gvern f'dan il-qasam.", "Minħabba n-numru sproporzjonat ta' ħaddiema bil- light duty fis-settur pubbliku, inħossu li wasal iż-żmien li fl-interess ta' min iħallas it-taxxi nibdew niddistingwu bejn dawk li ġenwinament korrew fuq il-post tax-xogħol u dawk li qegħdin klassifikati biex jagħmlu light duty fuq bażi ta' ċertifikat mediku jew sempliċi ittra ta' rakkmandazzjoni.", "Mal-Gvern biss hemm madwar 950 ħaddiem fuq light duty.", "GĦaldaqstant f'dawk il-każi fejn ma kienx hemm korriment fuq il-post tax- xogħol, il-ħaddiema se jingħataw l-għażla li jew jerġgħu jidħlu għad- dmirijiet sħaħ tagħhom billi jirtiraw iċ-ċertifikat mediku li għandhom, jew inkella jirtiraw mis-servizz skond skema ta' irtirar kmieni li għandha titfassal b'konsultazzjoni mal-unions.", "M'humiex se jiġu aċċettati ċertifikati ġodda għal light duty ħlief għal każi ġenwini li jistgħu jinqalgħu.", "Li qed jingħad hawn ma japplika bl-ebda mod għal dawk il- ħaddiema li huma reġistrati bħala disabled.", "Hekk kif jitlesta l-manpower survey, il-Gvern beħsiebu jagħti konsiderazzjoni xierqa lill-proposta li saret min-New Initiatives and Projects Group dwar ir-riallokazzjoni ta' manpower, fejn ħaddiema tal-Gvern u tal-parastatali jiġu offruti 20% aktar mill-paga li għandhom sabiex jissieħbu mas-settur privat.", "Dan, bil-għan li n-numru ta' nies li jaħdmu fis-Settur Pubbliku jibda effettivament jitnaqqas.", "Ħolqien ta' Uffiċċju Tekniku u Legali fid-Dipartiment tat-Taxxi Nterni", "Wasal ukoll iż-żmien, bħalma għidt aktar qabel f'dan id-diskors, li nieħdu miżuri amministrattivi xierqa biex intejbu l-operat ta' dawk id- Dipartimenti tal-Gvern li huma meqjusa bħala revenue-earning departments.", "Filwaqt li d-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa diġa` jinsab moqdi b'mezzi tekniċi u legali, mhux l-istess jista' jingħad għad-Dipartiment tat- Taxxi Interni.", "Hu għalhekk li qed nieħdu ħsieb li dan id-Dipartiment ukoll ikollu uffiċċju tekniku u legali ħalli jkun jista' jsolvi aħjar il-problemi amministrattivi li jinqalgħulu u b'hekk il-proċess ta' ġbir ta' taxxi kurrenti u arretrati jitħaffef u jitjieb.", "Abbużi mis-Sick Leave u Leave mhux awtorizzat", "Miżura oħra amministrattiva hi dik li ddaħħal dixxiplina, biex jonqos u possibilment jinqata' l-abbuż mis-sick leave u mil-leave mhux awtorizzat fis-Servizz Pubbliku.", "Hemm bżonn li jiġu ntrodotti l-istess kontrolli li jeżistu fil-privat.", "F'każi fejn jirriżulta skartar minn fuq il-post tax- xogħol se jibda jkun mistenni li ċ-charges dixxiplinarji jinħarġu kemm lill- ħaddiema nfushom kif wkoll lil dawk responsabbli minnhom.", "Barra minn dan, minn Jannar li ġej, se jibda jintalab ħlas ta' Lm1 għal kull ċertifikat mediku maħruġ minn tabib tal-Gvern li juri li ħaddiem ma jkunx dispost li jmur għax-xogħol minħabba mard.", "Din m'hijiex miżura fiskali, jiġifieri l-Gvern mhux qed jieħu dan il-pass biex minnu jdaħħal xi flus; iżda, hi bidu ta' deterrent indirizzat lejn abbuż mifrux li qed isir mis-sick leave entitlement tal-ħaddiema tal-Gvern.", "Ombudsman għall-Konsumatur", "Fir-rigward tal-konsumatur, il-Gvern iħoss li għandu jitwaqqaf Ombudsman li jħares id-drittijiet tiegħu bl-aktar mod ġust.", "Awtorita' għall-Kummerċ Ġust u għall-Affarijiet tal-Konsumatur", "F'dan il-kuntest ukoll qed isiru pjanijiet għat-twaqqif ta' Awtorita` awtonoma mill-Gvern li tkun msejjħa l-Awtorita` għall-Kummerċ Ġust u għall- Affarijiet tal-Konsumatur.", "Din l-Awtorita` torbot flimkien il- kompetizzjoni ġusta kif ukoll il-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur b'mod li jkollha diskrezzjoni fuq dawn il-ħwejjeġ minflok id-diskrezzjoni Ministerjali ta' issa.", "Kumpens addizzjonali lill-Assistenti Soċjali Każwali", "Is-Segretarjat Parlamentari għas-Self-Employed ta kunsiderazzjoni xierqa u laqa' t-talba tal-Kummissjoni għas-Self-Employed biex dawk l-assistenti soċjali każwali li jaħdmu għal rashom jingħataw awtomatikament, u b'effett mill-1998, kumpens li jkun ekwivalenti għaż-żidiet statutorji għall-għoli tal-ħajja u dawk fil-kontribuzzjonijiet għas-Sigurta` Soċjali.", "Dan qed isir biex id-dħul tagħhom għax-xogħol siewi li qed jagħmlu ma jitnaqqarx.", "One-Stop Shop Informative Service għas-Self Employed", "Dan is-servizz ta' tagħrif u direzzjoni dwar materji li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivita` tagħhom għandu jiġi ntrodott din is-sena għall-benefiċċju tas-settur tas-self employed Maltin u GĦawdxin.", "Kumpens ta' Benefiċċju lis-Self Employed għall-Korriment", "Illum, jekk wieħed li jimpjega lilu nnifsu jkorri fuq ix-xogħol jieħu benefiċċju ta' korriment kemm il-darba jipprova li dan seħħ fuq il-post tax- xogħol u li l-attivita` ekonomika tiegħu waqfet sakemm ikun hemm fejqan mill-korriment.", "Is-Segretarjat Parlamentari għas-Self Employed ħass li kellu jilqa' rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni għas-Self Employed biex titneħħa din it-tieni kundizzjoni biex b'hekk wieħed li jkun korra fuq ix- xogħol u jkun hekk ċertifikat f'eżami mediku fl-Isptar San Luqa, jibbenefika awtomatikament mill-benefiċċju għall-korriment taħt l-iskema li teżisti għal dan il-għan taħt l-Att Dwar is-Sigurta` Soċjali mingħajr ma jkollu għalfejn jipprova li l-attivita` ekonomika tiegħu se tieqaf minħabba l-korriment.", "Inċentiv favur l-użu ta' l-enerġija solari", "Bħala nkorraġġiment favur użu akbar fil-pajjiż ta' apparat li jaħdem bl- enerġija solari, il-Gvern iħoss li għandu joffri nċentiv taħt forma ta' self mill-banek b'rati baxxi sew fuq apparat għall-użu domestiku kif ukoll min-negozji żgħar.", "Iż-żieda tat-tariffi tad-dawl li se nħabbru aktar tard għandha tħaffef il- payback period ta' kull min jixtri tagħmir bħal dan.", "Unit għal Relazzjonijiet Industrijali", "Wara t-tħejjijiet li saru fuq livell konsultattiv dan il-unit għandu jitwaqqaf din is-sena sabiex tissaħħaħ l-infrastruttura fil-qasam tar- relazzjonijiet industrijali.", "Korporazzjoni għall-Iżvilupp Urban ta' Pembroke", "Qed isir studju għall-iżvilupp ta' Pembroke bil-għan li dawk l-inħawi jsiru mudell ta' żvilupp urban modern.", "L-għanijiet ta' dan il-pjan huma biex ikun assigurat b'mod aktar realistiku il-prezz ta' l-art, jistimula l- ekonomija, jagħti lok għal investiment bi sħab mas-settur privat, u permezz ta' cross-subsidy, jiffinanzja lilu nnifsu u jipprovdi akkomodazzjoni soċjali addizzjonali li ttaffi n-nuqqas ta' djar.", "Flimkien ma' dan hemm maħsub tqegħid ta' infrastruttura li tipprovdi għas- servizzi kollha meħtieġa għall-iżvilupp urban bħal dan kif ukoll għal bini ta' infrastruttura ta' toroq oħra li jwasslu għall-Pembroke jew li jmissu ma' l-inħawi.", "Biex isir dan kollu l-Gvern beħsiebu jwaqqaf Korporazzjoni bil- partiċipazzjoni sħiħa tas-settur privat, speċjalment dak tal-qasam tal- kostruzzjoni, biex din issib il-mezzi u r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tiegħu.", "Is-sehem privat f'din l-istruttura huwa essenzjali u l-proġett iseħħ jekk kemm il-darba ikun hemm din il-parteċipazzjoni.", "Flexitime", "Il-Gvern se jinkoraġġixxi użu aktar wiesgħa tal-flexitime kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku ħalli jirrendi l-ħaddiema aktar flessibbli fil-qadi ta' dmirijiethom speċjalment in-nisa tad-dar billi tiżdiedilhom il- faċilita` li jsibu mpjiegi.", "GĦajnuna lil min jimpjega nies bla xogħol ta' 'l fuq minn 40 sena", "Ħaddiema li għandhom 'il fuq minn 40 sena u qed jirreġistraw għax-xogħol qed isibu diffikulta` biex isibu mpjieg.", "Il-Gvern ħass li għandu jintervjeni.", "GĦaldaqstant, bħala nċentiv f'din id-direzzjoni, il-Gvern se jagħti tnaqqis ta' 25% mill-kontribuzzjoni għas-Sigurta` Soċjali dovuta minn min iħaddem f'kull każ fejn dan jintrabat li jimpjega ħaddiem ta' 40 sena jew aktar basta dan ta' l-aħħar ikun ilu ċertu żmien jinkiteb.", "Titjib f'Benefiċċji tas-Sigurta` Soċjali", "Pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi", "Din is-sena se nkomplu bit-twettiq ta' l-ewwel fażi li bdejna s-sena l- oħra biex nies li qed igawdu pensjoni tas-Servizzi Ingliżi, ma jkollhomx tnaqqis mill-pensjoni dovuta lilhom skond il-Liġi dwar is-Sigurta` Soċjali.", "Din il-miżura din is-sena se tiswielna Lm1.3 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Disabled Child Allowance", "B'effett minn Jannar li ġej se jkunu nklużi żewġ tipi ta' mard kroniku fuq il-lista ta' kundizzjonijiet mediċi li għalihom jingħata d-dritt għal disabled child allowance u għal pensjoni ta' persuna b'diżabilita'.", "Dawn huma is-Cystic Fibrosis u t-TCII Deficiency.", "Persuni b'Diżabilita`", "Il-Gvern dejjem ifittex mezzi li jgħinu persuna b'diżabilita` tegħleb id- diżabilita` tagħha u ttejjeb l-kwalita` tal-ħajja tagħha.", "GĦal dan il-għan, ġie deċiż li vetturi intiżi speċifikament biex jintużaw minn persuni b'diżabilita` jkunu eżentati kemm mid-Dazju fuq l- Importazzjoni, kemm mit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni u mit-Taxxa tas-Sisa fuq l- Importazzjoni.", "Ir-Romol Minn Jannar ukoll se nsewwu anomalija li teżisti fil-benefiċċji tas- Sigurta` Soċjali billi l-kundizzjonijiet għal dritt ta' pensjoni ta' armel inġibuhom eżatt bħal dawk għal pensjoni ta' armla.", "Din il-miżura se tiswa Lm50,000.", "Illum, raġel miżżewweġ li l-mara tiegħu taħdem f'impjieg full time qed jirċievi benefiċċji bir-rata ta' miżżewweġ filwaqt li mara miżżewwġa li għandha r-raġel tagħha jaħdem full time tirċievi benefiċċji bir-rata ta' xebba.", "Din l-anomalija se titneħħa wkoll u b'effett minn Jannar li ġej ir- rata ta' 'miżżewweġ' titħallas biss lil dik il-parti li tkun qed tmanti wkoll il-parti l-oħra li ma tkunx taħdem fuq bażi full time.", "Tard din is-sena nfetaħ b'esperiment Day Care Centre fil-Kalkara biex ommijiet li jaħdmu u li għandhom ulied taħt it-tliet snin ikunu jistgħu jħalluhom hemm matul il-jum fil-kura ta' assistenti mħarrġin.", "Il-ħlas għal dan is-servizz kien maħsub li jkun sussidjat fuq bażi ta' means test.", "Issa qed nipproponu li s-sussidju jkun inkluż fiċ-children's allowance.", "Fondi tal-Lottu Pubbliku għall-Proġetti Speċifiċi", "Il-Gvern se jagħmel mezz biex il-fondi li jdaħħal mill-Lottu Pubbliku jmorru għall-proġetti speċifiċi marbutin mas-settur tal-edukazzjoni, tas- saħħa u ta' l-isports kif ukoll tal-ġlieda kontra d-droga u l-alcohol.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Miżuri Fiskali", "Ngħaddi issa għat-tieni aspett ta' l-istrateġija tal-Gvern biex nindirizzaw l-iżbilanċ finanzjarju.", "Reviżjoni tat-tariffi ta' l-ilma u l-elettriku", "Kif semmejt aktar kmieni f'dan id-diskors, kien hemm bżonn li entijiet pubbliċi jħarsu lejhom infushom b'mod kritiku bil-għan li jirristrutturaw l- operat tagħhom ħalli jneħħu l-ineffiċjenza u jdaħħlu s-serjeta` u l- vijabilita`.", "B'hekk tonqos id-dipendenza tagħhom fuq sovvenzjonijiet u garanziji tal-Gvern.", "Żewġ entijiet pubbliċi li żgur kien jenħtieġilhom jagħmlu dan kienu l- Korporazzjoni ta' l-Enemalta u dik tas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Fl-1997, l- Enemalta rċeviet mingħand il-Gvern self ta' Lm9.6 miljun filwaqt li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma rċeviet Lm3.5 miljun f'self u Lm12 miljun f' sovvenzjonijiet biex isostnu l-operat tagħhom.", "Inħasset il-biża' li, kemm-il darba l-affarijiet kienu se jibqgħu kif kienu, din id- dipendenza kien ikun meħtieġ li tiżdied is-sena d-dieħla.", "Din il-qagħda zgur m'hijiex sostenibbli.", "Saru studji u ħarġu rakkomandazzjonijiet.", "Il-Gvern, bil-kuraġġ kollu aċċetta l-proposti li tressqu quddiemu għal vijabbilita` fit-tul ta' dawn iż-żewġ korporazzjonijiet.", "Parti minn dawk il-proposti kienet dik tar-reviżjoni tat-tariffi tal-konsum u servizzi oħra.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma llum tipprovdi ilma bi prezz issussidjat għall-konsumaturi kollha (ħlief għall-bottlers) irrispettivament mill-użu li jagħmlu minnu.", "Is-sussidju hu bbażat fuq il- prezz tal-produzzjoni ta' l-ilma mill-Korporazzjoni.", "Minbarra ħlas għal konsum, il-Korporazzjoni għandha tariffa għall-meter.", "Fuq dawn il-kriterji li jagħtu sussidju b'mod indiskriminat, il-Gvern qiegħed joħroġ sussidju ta' aktar minn Lm12 miljun fis-sena.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma titlob wkoll ħlas lill- konsumaturi għal diversi servizzi oħra fosthom għal kull tiswija ta' ħsarat fil-house connection.", "F'każi bħal dawn, il-Korporazzjoni titlob depożitu ta' Lm75 li jkun parti mill-kont finali għax-xogħol li jkun sar.", "Dan isir għaliex il-policy kurrenti tal-Korporazzjoni hi li tassumi responsabbilta' biss għall-mains filwaqt li l-konsumatur jassumi responsabbilta' għall- house connection.", "Dan kollu qed ikun propost li jinbidel u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, mil-lum 'il hinn tkun responsabbli wkoll għat-twassil tas-servizz sal-meter.", "Dan ifisser, li konsumatur japplika għas-servizz ta' l-ilma bla ħlas.", "GĦal dan il-għan il-meter charge se jinbidel f' service charge ta' Lm24 fis-sena.", "Is-sussidju se jingħata biss lis-settur domestiku filwaqt li konsumaturi oħra se jingħataw inċentivi biex jistallaw impjanti għall-produzzjoni u r- riċiklaġġ ta' l-ilma.", "Il-bdiewa se jingħataw il-faċilita' li jużaw ilma msaffi.", "Il-prezz ta' l-ilma għall-konsumatur se jiġi rivedut biex jirriffletti l- ispiża attwali tal-produzzjoni tiegħu, jiġifieri Lm1.10 kull metru kubu.", "Il-persentaġġ ta' sussidju se jibqa' dak li hu llum.", "Dan ifisser li f'każ ta' sussidju ta' 90% fuq l-ewwel blokk, il-prezz għall-konsumatur se jkun 11ċ kull metru kubu u f'każ ta' sussidju ta' 80% għat-tieni blokk il-prezz għall-konsumatur se jkun 22ċ kull metru kubu.", "Id-daqs tal-blokk se jiġi rivedut minn 5.5 metri kubi għal 4.5 metri kubi.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda wkoll tħejji pjan sabiex tipproteġi aktar l-ilma ta' l-aquifer.", "Diġa` tħabbru diversi avviżi legali u se jiġu ppubblikati oħrajn bl-iskop li jidħol il-kunċett ta' liċenzjar u ta' reġistrazzjoni għal kontroll aħjar fuq dak kollu li jista' jikkawża ħsara.", "Il-Korporazzjoni qiegħda taħdem fuq integrated management plan għall-ilma li permezz tiegħu tkun tista' tikkontrolla aħjar il-prezz ta' l-ilma.", "Ma' dan se jkun hemm miżuri maħsuba sabiex inaqqsu l-ħela u jagħmlu l-ħidma aktar effiċjenti.", "GĦal dan il-għan diġa` ttieħed mingħand il-kuntrattur privat l-immaniġġjar u l-operat ta' l-impjanti tar-reverse osmosis biex b'hekk naqqset l-ispiża b' Lm1.3 miljun fis-sena għall-Korporazzjoni.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hi mpenjata li waqt li ttejjeb l- operat tagħha tipprovdi ilma ta' kwalita` dejjem itjeb, b'anqas piż finanzjarju għall-konsumatur, b' mod partikolari għal dak l-aktar fil- bżonn.", "GĦalhekk, b'effett mill-ewwel qari ta' l-arloġġ wara l-5 ta' Novembru 1997, it-tariffi ta' l-elettriku li se jibqgħu jżommu l-aspett soċjali li għandhom issa, dawk tal-gass u ta' l-ilma għall-konsum domestiku, kummerċjali u industrijali se jkunu dawk kif jidhru f'Tabella 'A' u f'Tabella 'B' (ara annessi nri.", "3 u 4) rispettivament li nitlob il-Kamra li teħodhom bħala moqrija.", "(Interruzzjonijiet)", "Dawn it-tariffi ġodda huma piż li kull konsumatur, żgħir jew kbir, se jerfa' skond il-ħtiġijiet tiegħu.", "Din ir-reviżjoni tat-tariffi qed issir biex tagħmilna aktar konxji ta' kemm qed tkun l-ispiża, u li wara kollox għadha qed tkun issusidjata mill-Gvern, biex tagħti dawn iż-żewġ prodotti essenzjali għall-għajxien tagħna.", "GĦalhekk, nagħmel appell għall-użu serju u dixxiplinat ta' l-enerġija u speċjalment ta' l-ilma li pajjiżna tant jagħmel sagrifiċċji biex jipproduċi.", "Tariffa Proposta għas-Servizz ta' Drenaġġ", "Fl-15 ta' Diċembru 1995 il-Gvern Nazzjonalista permezz tal-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin iffirma kuntratt mal-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) li permezz tiegħu l-bank intrabat li jagħti lill-Gvern Malti somma flus li tammonta għal ECU15 miljun sabiex dawn jintużaw għall- implimentazzjoni tax-xogħlijiet kif previst fil-Master Plan tad-drenaġġ li kien ġie ppreparat mid-ditta ta' konsulenti Daniżi (COWI).", "Dawn il-flus kellhom jintużaw għal diversi xogħlijiet speċifiċi fosthom il- bini ta' transmission main bejn il-Pwales u ċ-Ċumnija, fiċ-Ċumnija Pumping Station, l-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ fiċ-Ċumnija u ta' Ras il-Ħobż (GĦawdex), Comino Lagoons u l-GĦarb Transmission Mains.", "Skond dan il-ftehim magħruf bħala Sewerage II, il-Gvern Malti aċċetta diversi kundizzjonijiet imposti mill-EIB fosthom li d-Dipartiment tad- Drenaġġ jiġi assimilat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u li jitħejja pjan għad-dħul ta' tariffa fuq is-servizz tad-drenaġġ.", "Dan il- pjan kellu jitlesta sa Ġunju 1996.", "L-ammont ta' flus miġbura mit-tariffa tad-drenaġġ kellu jkopri l-ispejjeż rikorrenti kollha tad-Dipartiment tad-Drenaġġ, kif ukoll l-ispiża għad- depreciation tas-sistemi u l-impjanti flimkien mal-finance costs.", "B'kollox dawn jammontaw għal madwar Lm4 miljun fis-sena.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien beda jippjana għad-dħul ta' dawn it-tariffi sa mill-1994, għaliex f'Ottubru kien qabbad lill-Profs.", "Edward Scicluna jipprepara proposta \"A Cost Recovery Programme for Sewerage Services in Malta\".", "F'diskussjoni li l-uffiċjali mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u tal-Ministeru tal-Finanzi kellhom ma' rappreżentanti ta' l- EIB f'dawn l-aħħar xhur, dawn ta' l-aħħar għamluha ċara li m'humiex lesti aktar li jagħtu l-ebda self jekk dawn it-tariffi fuq id-drenaġġ ma jiġux introdotti f'Malta minnufih.", "Skond il-kuntratt li ġie ffirmat, kemm-il darba din il-kundizzjoni tinkiser, l-EIB ikollhom id-dritt jitolbu l-flus kollha mislufa lura.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi d-Dipartiment tad-Drenaġġ beda jaħdem flimkien mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fuq il-pjan għal din it-tariffa.", "Ġie deċiż li din it-tariffa tinħadem fuq il-konsum ta' l-ilma, jiġifieri aktar ma jkun il-konsum ta' l-ilma u allura aktar isir użu mis-sistema tad- drenaġġ, aktar tkun għolja r-rata applikabbli skond it-tariffa.", "Fis- setturi l-oħrajn din tinħadem bħala lump sum relatata wkoll mal-konsum ta' l-ilma tas-settur partikolari.", "Din it-tariffa tidher f'Tabella C, (ara anness nru.", "4) u li nitlob il- Kamra li tieħu b'moqrija.", "Il-ħlas skond din se jinġabar mal-kont tad-dawl u l-ilma b'effett mill-ewwel qari li jmiss ta' l-arloġġ ta' l-ilma.", "Din it-tariffa mistennija tħalli Lm3.8 miljun fis-sena.", "Ħlas ta' miżata fuq ħruġ ta' mediċini b'xejn", "Kif għidt ukoll aktar kmieni f'dan id-diskors, qed tinħass dejjem aktar il- ħtieġa li nħarsu bir-reqqa lejn il-qasam tal-benefiċċji soċjali bla ebda ħela biex nassiguraw li dawn qed jilħqu l-għanijiet tagħhom li jgħinu lil min jenħtieġhom.", "Is-sena l-oħra, il-Gvern nefaq Lm6 miljun fix-xiri ta' mediċini u mediċinali li ngħataw b'xejn lil min kien intitolat għalihom mill-bereġ u l- ispiżeriji tiegħu.", "Meta f'Ottubru tas-sena l-oħra, l-Amministrazzjoni l- ġdida sabet ma' wiċċha ammont kbir ta' kontijiet b'lura mhux imħallsa, kellha tipprovdi Lm2.7 miljun oħra fuq l-ispiża normali biex jibdew jinqatgħu dawk l-arretrati.", "L-ispiża totali skalat għal Lm12 miljun li qed nipprovduhom din is-sena.", "Dan ifisser li fil-preżent l-ispiża tal-mediċini b'xejn qed tiswielna Lm1 miljun fix-xahar.", "Il-Gvern, għalhekk, ħass li kellu jindirizza din il-qagħda.", "Biex jagħmel lil kulħadd konxju mill-ispiża nvoluta f'dan il-qasam, id- Dipartiment tas-Saħħa, minn Jannar li ġej, se jibda jitlob ħlas ta' 50ċ ma' kull riċetta medika li fuqha jinħarġu l-mediċini u mediċinali b'xejn, ikunu kemm ikunu jiswew.", "Hu kalkolat li fil-bereġ u spiżeriji tal-Gvern kull xahar jaslu mat-300,000 riċetta għall-mediċini b'xejn.", "Nikkalkulaw li dan il-ħlas fiss ta' 50ċ jirrendi Lm1.3 miljun fis-sena u dan mingħajr ma wieħed iqis il-valur ta' dawk il-mediċini li mhux se jibqgħu jinġabru bla bżonn u li qed jispiċċaw fuq l-ixkaffef jew mormija.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet.", "Kompli Onor. Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "Reviżjoni ta' miżati, liċenzji u ħlasijiet oħra dovuti lill-Gvern", "Qasam ieħor li ħassejna li għandna nħarsu lejh hu dak tad-dħul minn liċenzji, miżati u ħlasijiet oħra li l-Gvern jiġbor għall-permessi jew servizzi oħra li jagħti.", "Sibna li l-parti l-kbira ta' dawn il-liċenzji ilhom snin twal fis-seħħ u baqgħu kif kienu matul dan iż-żmien kollu.", "GĦaldaqstant, m'għadhomx jirriflettu l-ispiża amministrattiva attwali relatata mas-servizzi li qed jingħataw.", "GĦalkemm oħrajn m'ilhomx daqshekk ma' jkunu riveduti xorta waħda, fil-fehma tagħna, m'humiex relatati mas- sevizz li għalih qed jitħallsu.", "Fost dawn insibu servizzi ta' Sigurta` mal-banek u servizzi oħra anċillari, ħruġ ta' passaporti, multi għall-kontravenzjonijiet tar- regolamenti tat-traffiku, ħruġ ta' liċenzji għall-impjieg u oħrajn għal residenzi permanenti, ħruġ ta' ċertifikati mir-Reġistru Pubbliku, kera ta' rmieġ ta' opri tal-baħar u liċenzji mħallsa għall-operat ta' kliniċi u laboratorji privati.", "Ma' dawn il-liċenzji qed jiġu riveduti wkoll il-liċenzji tal-vetturi bil- mutur kif jidher f' Tabella 'D' (ara anness nru.", "6) li qed nitlob il-Kamra tieħu b' moqrija.", "(Interruzzjonijiet)", "Hu mistenni li din ir-reviżjoni ta' dawn il-miżati, liċenzji u ħlasijiet oħra tħalli dħul addizzjonali ta' Lm5.5 miljun.", "Taxxa tar-Reġistrazzjoni fuq Vetturi bil-Mutur", "Mill-1 ta' Jannar 1998, it-taxxa tar-Reġistrazzjoni fuq Karozzi Kummerċjali mportati se tinbidel kif ġej:", "| |minn |għall | | | | | |karozzi ġodda|22% |35% | | | | | |karozzi wżati|minimu |minimu | | |Lm460 |Lm900 |", "Żieda fil-passenger service charge fuq vjaġġi mibdija f'Malta", "Illum, kull min jibda vjaġġ minn Malta qed iħallas ammont ta' Lm4 bħala passenger service charge li tkun inkluża mal-biljett tal-vjaġġ.", "Mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla din il-passenger service charge se ngħolluha għal Lm10, jiġifieri, żieda netta ta' Lm6 li mistennija żżid id-dħul għal Lm1.7 miljun.", "Żieda fil-boll fuq ħruġ u tiġdid ta' poloz ta' assikurazzjoni", "Fil-preżent, fuq ħruġ jew fuq tiġdid ta' polza ta' assikurazzjoni, esklużi poloz ta' assikurazzjoni fuq il-ħajja, min qed jieħu l-polza qed iħallas", "(a) Lm1 għal kull polza t'assigurazzjoni ta' vettura bil-mutur ħlief fil- każ ta' third party risks li hija b'xejn, u", "(b) 3% tal-premium annwali f'kull assikurazzjoni ta' xort' oħra sakemm dan il-persentaġġ ma jiġix anqas minn Lm1.", "B'effett mill-1 ta' Jannar 1998, il-boll fuq ħruġ jew tiġdid ta' poloz ta' assikurazzjoni, li ma jkunux assikurazzjoni fuq il-ħajja, se jsir 10% tal- premium jew Lm5 liema minnhom tkun l-ogħla.", "Din il-miżura mistennija tħalli dħul ta' Lm3 miljun aktar.", "Denunzja ta' l-Assi Kapitali", "B'effett ukoll mis-Sena ta' Dħul 1998, se jkun introdott mill-ġdid l- obbligu tad-denunzja tal-Assi Kapitali.", "Din id-denunzja kienet tagħti aktar tagħrif meħtieġ lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex ikun f'qagħda aħjar li jagħmel il-kalkoli tat-taxxa.", "Taxxa ta' 15% ta' darba fuq il-qliegħ gross tal-Banek Kummerċjali", "Il-klijent tal-banek kummerċjali llum qed ikollhom iħallsu miżati dejjem ogħla għas-servizzi bankarji li qed jingħataw.", "Tajjeb għalhekk li l-banek jagħtu xi ħaġa lura.", "Fl-1998, u għal darba waħda biss, il-banek kummerċjali kollha se jintalbu jħallsu 15% fuq il-qliegħ gross tagħhom għas-sena finanzjarja kurrenti.", "Kif qed jingħad dan il-ħlas mhux se jkun ripetut u mistenni jħalli d-dħul għall-Gvern ta' Lm4.5 miljun.", "Levy fuq it-tiġdid tal-credit cards bankarji", "Se ssir levy ta' Lm7 li titħallas kull darba li jsir tiġdid ta' banking credit cards.", "L-għan ewlieni, barra dak fiskali, hu li jiskorraġixxi, self bla rażan l-aktar fost iż-żgħażagħ.", "Din il-miżura mistennija tħalli Lm600,000 fis-sena aktar.", "Dazji tas-Sisa Żieda fid-dazju tas-Sisa fuq il-pitrolju", "Fid-diskors tal-Budget għall-1997, il-predeċessur tiegħi tkellem dwar il- konsum tal-pitrolju bħala prodott li tajjeb wieħed jara x'ġustifikazzjoni soċjali jew ekonomika kien għad fadal għal sussidju fil-prezz tal-bejgħ tiegħu.", "Meta tqis li l-użu soċjali tiegħu naqas sew u meta tqis il-mod esaġerat ta' sussidju li kien hemm fuq il-pitrolju, dakinhar inħasset il- ħtieġa li jitnaqqas il-piż tal-ispiża kurrenti għall-Enemalta biex din tipproduċi l-pitrolju, li kienet stmata li tilħaq 12ċ8-il litru.", "GĦalhekk, dakinhar ukoll il-prezz tiegħu għall-konsumatur tela' minn 7ċ8-il litru għal 1*0ċ-il litru.", "Dan kien l-ewwel pass.", "Iżda mhux biżżejjed.", "Hemm bżonn li dan is-sussidju jieqaf għal kollox.", "L-abbuż li qed isir mill-industrija minn dan il-prodott qed inaqqas il- cost effectiveness tal-produzzjoni tiegħu għall-Enemalta meta tqabblu ma' l- ispejjeż tal-produzzjoni tad-diesel.", "Kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li dawn iż-żewġ prodotti ikollhom prezz ekwu għall-konsumatur billi l-prezz tal-pitrolju jitla' immedjatament għal 17ċ5-il litru.", "GĦalhekk, b'effett immedjat id-dazju tas-Sisa fuq il-pitrolju se jiżdied b'7ċ5 kull litru biex il-prezz għall-konsumatur jitla' kif qed ngħid, għal 17ċ5-il litru.", "Din il-miżura mistennija tiffranka lill-Gvern is-somma ta' Lm1 miljun f'sussidji.", "Żieda fid-dazju tas-Sisa fuq l-ispirti u sigaretti", "B'effett immedjat id-dazju tas-Sisa fuq l-ispirti u s-sigaretti qed jitla' b'mod li, permezz tiegħu, il-prezz ta' l-ispirti jiżdied b'medja ta' 13%, filwaqt li l-prezz ta' pakkett sigaretti se jkun aġġustat b'10ċ għas- sigaretti king size u b'5ċ għal dawk standard.", "Ħadna passi biex din iż- żieda tkun tinkludi wkoll kwalunkwe effett fit-Taxxa tad-Dwana u Sisa.", "Dħul fid-Dazju tas-Sisa fuq l-inbid", "Bħalma sar fl-1 ta' Lulju ta' din is-sena fir-rigward tal-birra, se nintroduċu rata ta' Dazju tas-Sisa li tilħaq sa 5ċ kull litru fuq l- inbejjed kollha.", "Dan se jkun imputat b'effett mill-1 ta' Jannar 1998.", "Reviżjoni tas-Sistemi tal-Istipendji lil Studenti Universitarji", "Il-Gvern huwa mpenjat li jkompli jgħin liż-żgħażagħ biex imorru jistudjaw l-Universita`.", "Il-Gvern huwa konxju li jekk waqt li jżomm is-sistema ta' l- istipendji ma jieħux passi sabiex jagħmilhom fuq bażi sostenibbli, hemm ċans li tinqala' sitwazzjoni finanzjarja diffiċli għal quddiem, u dawn ikollhom itiru għal kollox.", "Qed nieħdu l-passi meħtieġa sabiex dan ma jseħħx.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-Gvern qed jipproponi, li studenti universitarji li jsegwu kors ta' Baċellerat jew ogħla u li jkunu bdew il-kors universitarju f'Ottubru 1997 jew wara, ikollhom għad-dispożżizzjoni tagħhom Lm100 fix-xahar bejn Ottubru u Ġunju ta' kull sena tal-kors akkademiku tagħhom.", "Huma jibqgħu ma jħallsu xejn għall-ispejjeż tal-kors universitarju.", "L-istudenti universitarji l- oħra kollha li bdew il-kors qabel Ottubru 1997 se jibqgħu bis-sistema kif inhi.", "GĦall-istudenti li bdew f'Ottubru 1997 il-Lm100 fix-xahar se tingħatalhom nofs bin-nofs: Lm50 tkun f'forma ta' għotja u Lm50 oħra tkun f'forma ta' self li l-istudent jagħmel mingħand wieħed mill-banek li juru nteress fl- iskema.", "Is-self isir biss lil dawk l-istudenti li jkunu jridu jirrikorru għalih.", "Il-banek se jkollhom l-opportunita` jikkompetu ma' xulxin biex joffru l-iskemi tagħhom lill-istudenti.", "Dawn l-iskemi jkunu f'dan il-qafas: matul il-perijodu ta' studju, is-self ikun bla imgħax għall-istudenti.", "Il-Gvern qed jidħol garanti għas-self ta' l-istudenti mill-banek u jħallas huwa stess l-imgħax dovut waqt il-perijodu ta' studju.", "Wara li jintemm il-kors ta' studju, l-istudenti jkollhom żmien massimu ta' 10 snin sabiex iħallsu is-somma mislufa lilhom u l-imgħax fuqha għas-snin ta' wara li jintemm il-kors ta' studju.", "Se jingħata wkoll moratorium fuq il-ħlas lura tal-kapital għal waqt dak iż-żmien meta l-istudenti jkunu għadhom qed ifittxu x-xogħol.", "Sakemm isibu x-xogħol l-istudenti ma jħallsux imgħax: l-imgħax iħallsu l-Gvern.", "Il-Gvern qed jikkwalifika dawn it-tibdiliet b'żewġ miżuri:", "1.", "Dawk li bħalissa jiġu eżentati milli jħallsu miżata ta' l-eżamijiet tal-Matsec, għal raġunijiet ta' dħul baxx tal-familja li joriġinaw minnha, jiġu eżentati li jħallsu s-self mogħti lilhom.", "2.", "Dawk li jiksbu riżultai eċċellenti fil-kors tagħhom jiġu eżentati li jħallsu lura s-self bħala premju għall-isforz li jkunu għamlu.", "Studenti li qed jieħdu korsijiet fl-Institute of Health Care fl-oqsma paramediċi li tant għandna bżonn se jkomplu bis-sistema ta' l-istipendju kif inhi bla ma jkollhom għalfejn iroddu lura xi parti mill-istipendju.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Il-Gvern se jibqa' jsegwi l-effetti tas-sistema li qed idaħħal biex jiżgura li din ikollha r-riżultat pożittiv li tgħin liż-żgħażagħ imorru jistudjaw l-Universita` - liema istituzzjoni hija ttamata li żżid l- aċċessibilita` tagħha billi tiftaħ triqat oħra ta' dħul barra dik il-waħda possibli llum ta' l-eżami tal-matrikola.", "Privatizzazzjoni", "Wara li qies il-qagħda attwali fis-settur pubbliku, il-Gvern iħoss li għandu jistieden lis-settur privat biex jissieħeb miegħu fit-tmexxija ta' wħud minn dawn l-ażjendi kif ukoll permezz tal-bejgħ parzjali lilhom ta' assi utilitarji minn tiegħu.", "Dawn l-ishma għandhom jiġu nnegozjati f'Borża.", "Dan mingħajr ma' l-Gvern iċedi l-biċċa l-kbira ta' l-ishma tiegħu f'dawn l-intrapriżi.", "Pass bħal dan għandu jnaqqas id-dipendenza tal-Gvern fuq taxxi ġodda u fuq self b'imgħax għoli, għandu jsaħħaħ l-effiċjenza fl- operat tas-settur pubbliku, u jissoġġetta lil dawn l-intrapriżi għall- kundizzjonijiet tas-suq ħieles u tal-pressjonijiet kompettittivi.", "Leġislazzjoni apposta se twaqqaf qafas regolatorju li jipprovdi għat- twaqqif ta' Awtorita` separata.", "Min-naħa l-oħra, ix-xogħol operattiv se jitmexxa taħt forma ta' kumpannija.", "Permezz ta' dawn ir-regolaturi, għandha tiġi sseparata l-funzjoni operattiva u dik regolatorja ta' dawn l- ażjendi.", "Dan għandu jdaħħal spirtu aktar qawwi ta' intrapriża f'dawn l-ażjendi u jirrendihom aktar kontabbli filwaqt li jnaqqas ftit ftit mis-sehem dirett tal-Gvern fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Il-Gvern se jirrikorri għall-bejgħ ta' 40% ta' l-assi kemm tat-Telemalta kif ukoll ta' l-Awtorita` ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "GĦal dan il-għan għandhom isiru mmedjatament diskussjonijiet mal-unions.", "20% tad-Dħul minn dan il-bejgħ hu maħsub li jmur f'kontribuzzjoni lejn fond li jipprovdi għall-proċess ta' ristrutturazzjoni u moderniżżar li pajjiżna jniedi permezz ta' programmi ġodda soċjo-industrijali.", "Matul din is-sena amministrattiva, il-Gvern se jfittex ukoll li jilħaq ftehim ekwu mal-privat ukoll fir-rigward ta' azjendi parastatali oħrajn, l-aktar dawk li qed ikunu ta' piż fuq il-kaxxa ta' Malta kemm minħabba management mhux professjonali, kif ukoll minħabba produttivita` baxxa ta' xogħol.", "Kumpens għall-GĦoli tal-Ħajja", "Skond kif jirriżulta lill-Forum għall-Ekonomija Aħjar, iż-żieda b' kumpens għall-għoli tal-ħajja għandu jkun ta' Lm1.50 fil-ġimgħa.", "Din iż- żieda ġiet msejsa fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut miġbur u maħdum minn Kumitat għal dan il-għan magħmul minn rappreżentanti tal-Gvern, tal-unions u ta' min iħaddem.", "Din iż-żieda se tkun statutorja u se tingħata b'effett mill-1 ta' Jannar li ġej.", "Proġett tal-Millenju l-Ġdid", "Fl-aħħarnett, wara li l-Kabinett Malti għamel sejħa għall-suġġerimenti ta' proġetti ġodda li jistgħu jiġu marbuta mall-millenju l-ġdid, għandu jiġi identifikat dan il-proġett kmieni kemm jista' jkun ħalli jkun jista' jinbeda x-xogħol fuqu mingħajr dewmien u jitwettaq sa dik id-data.", "GĦELUQ", "Is-Sisien li jlaħħqu ma' l-isfidi tal-Millennju", "Sinjura President,", "Kif wieħed jista' jikkonkludi, il-ħsieb ewlieni ta' dan il-Budget huwa li joħloq il-qafas meħtieġ li bih Malta tkun lesta biex tilqa' l-isfidi tal- millennju l-ġdid.", "Dan m'huwiex Budget li jfittex biss li jaħdem fuq medda qasira ta' żmien iżda huwa Budget li jaħseb għat-tul.", "Bħala l-qofol ta' dan il-Budget il-Gvern qiegħed il-kontroll tan-nefqa u tad-dħul pubbliku biex b'hekk jitnaqqsu d-deficits tas-settur pubbliku sa ma dawn jinżlu f'livelli sostenibbli u ma jagħmlux ħsara lill-makro- ekonomija.", "Id-deficit tas-settur pubbliku ma nistgħux inwarrbuh minn quddiem għajnejna.", "Il-Gvernijiet m'humiex differenti mill-familji.", "Iridu jgħixu huma wkoll bil-Budgets, bi tfassil tad-dħul u n-nefqa tagħhom.", "Is-self bla waqfien iġib miegħu l-ħlas ta' imgħax li dejjem jiżdied u li jfisser tnaqqis tal-flus li jistgħu jintnefqu fi ħtiġijiet ġodda jew miżjuda.", "L-għan ta' dan il-Budget huwa li jwitti t-triq għat-tliet snin li ġejjin biex jonqos id-deficit fis-settur pubbliku.", "Huwa Budget li jfittex li jfassal triq għan-nefqa pubblika għat-tliet snin li ġejjin.", "Huwa Budget li jagħti messaġġ ċar li filwaqt li jinkoraġixxi aktar parteċipazzjoni mis- settur privat f'oqsma li s'issa kienu preserves tal-Gvern, fl-istess ħin jassigura li jibqa' l-kontroll regolatorju permezz tat-twaqqif ta' awtoritajiet regolatorji kif u fejn meħtieġ.", "Dan biex jiġu assigurati l- livelli fi standards ta' kwalita` u ta' servizz li għalihom għandu dritt il- pajjiż u ċ-ċittadin.", "Il-Bixra ta' l-isfidi għall-Ekonomija Maltija aħna u resqin lejn il- millennju l-ġdid", "Xeħta ewlenija tat-tmexxija tal-pajjiż hija li joħloq kundizzjonijiet li jfittxu li jgħinu liċ-ċittadini jlaħħqu ma' l-isfidi tal-ġejjieni.", "Aħna u resqin lejn is-sena 2000 nafu li l-mogħdija ekonomika ta' Malta se tkun ta' xejra oħra minn dik ta' 20 sena ilu jew imqar ta' ħames snin ilu.", "Nistgħu nkunu żguri li l-ekonomija tas-sena 2000 se tkun differenti - għalhekk irridu, minn issa, nibdew infasslu l-qafas biex bih inkunu nistgħu nlaħħqu ma' l-isfidi l-ġodda li jsiru bl-opportunitajiet tal- ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.", "Bil-għan li jlaħħaq ma' l-isfidi tal-ġejjieni, il-Gvern għandu l-impenn li jwaqqaf qafas finanzjarju u monetarju b'saħħtu li jfittex li jrażżan id- deficit tas-settur pubbliku, iżda fl-istess ħin għandu joħloq qafas li mhux biss ma jfixkilx iżda wkoll ikattar il-ġid ekonomiku u li jħalli l-ispazju meħtieġ fejn jista' jespandi s-settur privat.", "Ma nistgħux ma niħdux ħsieb tad-deficit.", "Bil-maqlub tal-Gvern ta' qabel, dan il-Gvern għandu r-rieda li juri u jagħti sens ta' tmexxija lejn vijabbilita` finanzjarja.", "Il-bilanċ bejn it-taxxi indiretti u dawk diretti flimkien mat-trażżin fl- impenji fin-nefqa pubblika jridu jnaqqsu deficit fis-settur pubbliku.", "Dan issa qed jippreżenta theddida ta' bomba tal-ħin.", "Il-poplu Malti sar jistenna servizzi pubbliċi ta' kwalita` għolja u fl- istess ħin jitħares minn ħlas ta' taxxi bla bżonn.", "Il-miżuri ta' dan il- Budget għandhom l-għan li jħarsu s-servizzi ewlenin waqt li fl-istess ħin jagħtu kas tal-problemi miġjuba mill-ħela u min-nuqqas ta' effiċjenza.", "Il- Gvern għandu l-impenn li jiżgura li kull Lira Maltija li jonfoq tkun minfuqa bil-għaqal.", "Il-Gvern jonfoq, f'isem il-poplu ta' Malta, madwar Lm540 miljun kull sena.", "Aħna għamilnieh dmir tagħna li n-nefqa tkun imrażżna u miżmuma f'dan il-livell filwaqt li tinżamm, anzi titjieb, il- kwalita`.", "Il-Gvern se jagħmel ħiltu biex inaqqas id-deficits billi jwarrab il-ħela u n-nuqqas ta' effiċjenza, billi jrażżan il-livell tat-tkabbir tan- nefqa pubblika u xieraq għal servizzi essenzjali biex b'hekk isir użu aktar għaqli minnhom.", "Id-Dixxiplina l-Ġdida fin-Nefqa Pubblika", "Bħala sehem mill-impenn dwar ir-rażan tan-nefqa pubblika l-Gvern se jwaqqaf il-proċeduri li ġejjin biex jiżgura d-dixxiplina u serjeta`:-", "A. Estmi Supplimentari", "Il-Gvern qed jintrabat b'dan il-budget għal ċiklu annwali ta' deċiżjonijiet ta' nfiq sabiex id-deċiżjonijiet li jsiru fi żmien il-budget ikunu l-miri sodi għall-medda sħiħa ta' 12-il xahar sabiex titnaqqas l- inċidenza tal-bżonn li tmur għall-Estmi Supplimentari li jimmina l-ippjanar serju u jżid l-infiq mhux previst.", "Dan ifisser li fil-ġejjieni, id- Dipartimenti jridu jieħdu r-responsabbilta` tal-figuri li jressqu.", "Ir- restrizzjoni ta' l-Estimi Supplimentari tibgħat il-messaġġ li l-Gvern se jibqa' jżomm mal-miri ta' l-infiq annwali tiegħu.", "B. Qtugħ ta' 5% fuq non-fixed costs fl-Ispiża Rikorrenti", "Miżura oħra li qed jieħu l-Gvern għas-sena li ġejja hi dik ta' 5% qtugħ fin-Nefqa Rikorrenti għal dak li għandu x'jaqsam man-non-fixed costs.", "Dan qed isir biex inkomplu nrażżnu ż-żieda dejjem akbar fl-Infiq Rikorrenti.", "GĦeluq", "Dan il-Gvern resaq lejn il-budget bl-għarfien sħiħ li f'Novembru 1997 Malta tinsab f'salib it-toroq.", "GĦandna quddiemna l-għażla li nibqgħu sejrin tul it-triq tal-finzjoni u l-ekonomija miġnuna, li nkomplu nżidu l- munzell tad-dejn tas-settur pubbliku bit-tama li wara l-kantuniera hemm xi ħaġa li ssalvana.", "Dik ix-xi ħaġa, għall-Gvern ta' qabel kienet li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kien jittama li, waqt li jnaqqas it-taxxi u jżid in-nefqa, l-Unjoni Ewropea kienet se tiġi ssalvah.", "Dik l-għażla, fil- verita`, qatt ma eżistiet.", "Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea m'hijiex se ssolvilna l-problemi tad-deficit tal-budget.", "Il-verita` hija għal kollox bil-maqlub.", "Id-dixxiplina ta' l-Unjoni Ewropea hija li kull pajjiż għandu jnaqqas id-deficit tiegħu għal 3% tal-Prodott Gross Domestiku.", "B'kuntrast qawwi l-Gvern ta' qabel ħejja t-triq li tkompli tkabbar il-proporzjon tad- deficit imqabbel mal-Prodott Gross Domestiku.", "Dan il-Gvern għandu r-rieda qawwija li jieħu ħsieb id-deficit bl-għarfien li jekk jikxef il-problema b'mod trasparenti lill-poplu, il-Gvern ikun qed iqiegħed il-fiduċja tiegħu fil-poplu li tah il-mandat elettorali għat- tmexxija tiegħu.", "Dan beħsiebu jagħmlu billi jnaqqas id-deficit għal qrib il-5% tal-Prodott Gross Domestiku fit-tliet snin li ġejjin.", "Bil-maqlub tal-politika immaġinarja u tal-vantaġġ politiku fuq medda qasira, dan il-budget se jfittex li jibni l-pontijiet mas-sena 2000 u lil hinn minnha.", "Aħna konxji mill-isfidi ewlenin ta' l-ekonomija globalizzata - jenħtiġilna niżguraw li jkollna nazzjon imħejji u ħaddiema mħarrġin, kompetittivi u flessibbli.", "Nenħtieġu qafas ta' politika makro-ekonomika biex niżguraw prezzijiet stabbli u rati baxxi ta' interessi.", "Dan il-budget għandu l-għan li joħloq dak il-qafas stabbli.", "Hija strateġija ta' budget li joħloq finanzi pubbliċi f'sikkithom.", "Il-politika tal-finzjoni kienet qed timmina l-fondi pubbliċi li fuqhom huwa mibni l-welfare state tagħna.", "Dan il-budget se jiżgura li jkollna welfare state li jkun jista' jlaħħaq magħna u mhux aħna nlaħħqu miegħu.", "B'hekk ma jitfagħniex fi kriżi wara l-oħra.", "Politika bħal din toħloq sigurta` għal dawk li huma batuti fis-soċjeta` tagħna, jiġifieri l-morda, ix-xjuħ u gruppi vulnerabbli oħrajn.", "Billi nsewwu l-qagħda finanzjarja tagħna nkunu qegħdin niżguraw il-prinċipji ta' qofol tal-politika soċjali tagħna.", "Dan il-budget huwa l-pont mal-ġejjieni.", "Bil-ħolqien ta' qafas stabbli se nqiegħdu t-triq meħtieġa għal ġejjieni ta' serħan il-moħħ għall- ġenerazzjoni li jmiss billi ngħinuha tiffaċċja l-isfidi tas-sena 2000 u lil hinn minnha.", "Dan se nagħmluh b'sens ta' fiduċja, ta' impenn u ta' qlubija.", "Dawn huma s-sisien li se jgħinuna nlaħħqu ma' l-isfidi tal-Millennju l- Ġdid.", "(Onor. Membri: Hear, hear)"]} {"filename": "19980713_240d_par.doc", "date": "1998-07-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 240 It-Tnejn, 13 ta' Lulju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 240", "It-Tnejn, 13 ta' Lulju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "240", "It-Tnejn, 13 ta' Lulju, 1998", "WERREJ MINUTI 1007", "KUNSENS GĦAL ATTI 1010", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 1011", "STQARRIJIET MINISTERJALI 1012", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 1015", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA (KUMITAT)", "MALTA TOURISM SERVICES BILL (COMMITTEE STAGE) 1018", "AĠĠORNAMENT 1039", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1044", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Hemm xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, għan- nom ta' l-Oppożizzjoni nixtieq ngħid li wara l-vot ta' sfiduċja fil-Gvern fis-seduta tas-7 ta' Lulju li għadda - u li tagħha għandna l-Minuti quddiemna llum - il-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant ma jistax jaġixxi bħala gvern normali fil-Parlament.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex in order għaliex dak li qed jgħid m'huwiex imniżżel fil-Minuti li għandna quddiemna llum.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jien sempliċement qed ngħid illi l-Kamra se tgħaddi biex tapprova il-Minuti tas-Seduta tas-7 ta' Lulju u peress illi dak inhar kien hemm vot ta' sfiduċja fil-Gvern, il-Gvern ma jistax jaġixxi bħala gvern normali fil-Parlament.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf tajjeb, għaliex huwa legali ħafna iktar minni, illi l-vot ta' sfiduċja li għadda fil-Parlament m'huwiex il-vot ta' sfiduċja skond kif titlob il- Kostituzzjoni tagħna imma huwa vot ta' sfiduċja li l-Gvern għoġbu jinterpretah bil-quddiem b'dan il-mod meta rabtu mal-proġett tal-Kottonera u għamel dikjarazzjoni bil-quddiem illi jekk dan ma jgħaddix jinterpretah bħala vot ta' sfiduċja fil-Gvern, bħalma jista' jiġri f'każi oħra fejn il- Gvern iressaq xi money bill u jkun sfiduċjat għaliex ma jgħaddix.", "Pero' mbagħad jekk irridu nimxu strettament mar-regola, irid ikun hemm mozzjoni formali ta' sfiduċja u dan huwa l-mezz kostituzzjonali kif il-Gvern jiġi sfiduċjat.", "Madam Speaker, il-Gvern rabat il-vot fuq il-proġett tal-Kottonera ma' vot ta' sfiduċja fil-Gvern u qed jammetti u jgħid illi l-aġir tal-Membri tan- naħa ta' l-Oppożizzjoni wassal biex il-Gvern jinterpretah bħala sfiduċja.", "Madankollu b'responsabbilta' qed jgħid illi dik il-leġislazzjoni ta' natura importanti, irriduha nikklerjawha u niddeċiedu fuqha fl-interess nazzjonali.", "Issa jekk kemm-il darba l-Oppożizzjoni ma tridx tikkopera biex din il-ftit leġislazzjoni li hemm ngħadduha, allura dak ix-xogħol li diġa' sar, ma jiswa xejn.", "Imma ma naqbel xejn mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qed jgħid li l-Gvern m'għandux dritt jagħmel is-seduta tal-Parlament.", "Dan m'huwiex caretaker government imma huwa gvern illi qed jinterpreta politikament is-sitwazzjoni li għandu fuq din in-naħa, pero' kostituzzjonalment m'huwiex sfiduċjat.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, fuq il-kwestjoni dwar jekk kienx vot ta' sfiduċja jew le diġa' tkellimna u jien tkellimt ukoll fuq iż- żewġ riżoluzzjonijiet illi l-Kamra ma approvatx - nafu li l-Prim Ministru kkonsidra dak il-vot bħala vot ta' sfiduċja - pero' m'huwiex id-dover tiegħi li ninterpreta issa f'dan il-mument id-doveri kostituzzjonali għaliex hemm ħaddieħor illi jrid jerfa' din ir-responsabbilta'.", "Pero' nixtieq ngħid li jekk il-Viċi Prim Ministru jrid jagħmel xi proposta dwar x'se jsir minn issa 'l quddiem - l-Oppożizzjoni ma ġiet avviċinata bl-ebda mod u ma kellha l-ebda komunikazzjoni mingħand ħadd - allura għandu jagħmel din il-proposta allavolja kellu d-dover illi jagħmilha fil-House Business Committee u ma għamilhiex.", "Pero' fuq l-istat ta' l-affarijiet kif inhuma issa għandna gvern sfiduċjat illi m'għandux jaġixxi bħala gvern normali fil-Parlament.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, ninsab ftit skantat bl-attitudini ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għaliex il- pożizzjoni ta' dan il-Gvern fil-Parlament diġa' ġiet spjegata.", "Irrid nagħmilha ċara li l-Gvern għadu jqis mija fil-mija li l-vot illi ttieħed fuq il-proġett tal-Kottonera l-ġimgħa li għaddiet kien vot ta' fiduċja li m'għaddhiex - u mhux vot ta' sfiduċja - għaliex hemm differenza importanti u naħseb illi m'hemmx għalfejn tkun xi avukat kostituzzjonali biex tifhimha.", "Irrid ngħid ukoll - u din hija l-iktar ħaġa importanti - li dan il-Gvern huwa determinat illi jibqa' jaħdem fl-interess nazzjonali sa l- aħħar mument b'mod realistiku, b'mod prammatiku u b'mod illi tassew iħares l-affarijiet tal-pajjiż sa l-aħħar.", "Sinjura President, quddiem dan il-Parlament kien għad baqa' numru ta' mozzjonijiet illi fuqhom ma kienx hawn qbil f'din il-Kamra, pero' mbagħad hemm numru ta' mozzjonijiet u liġijiet oħra li dwarhom hemm qbil għaliex iż- żewġ naħat tal-Kamra vvotaw favur it-Tieni Qari tagħhom.", "Dawn huma abbozzi ta' liġi illi għandhom importanza kbira u ilhom jinħadmu xhur sħaħ.", "Per eżempju, nista' nsemmi l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta li safejn naf jien iż-żewġ naħat tal-Kamra qablu fuqu u m'huwiex kontenzjuż.", "Din il-liġi ilha tinħema għal din l-aħħar sena u nofs u kien hemm qbil fuqha sa minn qabel l-elezzjoni li għaddiet u ċertament jekk hemm settur li bħala gvern tajnieh importanza u prijorita' kien proprju s- settur tat-turiżmu.", "Jien nittama li l-Oppożizzjoni tagħti importanza wkoll lit-turiżmu!", "Imbagħad hemm l-Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili li ilu jinħema għal xhur twal.", "Jekk niftakar tajjeb, waqt it-Tieni Qari l- Oppożizzjoni kienet qalet li huma kienu poġġew l-għeruq tagħhom f'din il- liġi qabel l-aħħar elezzjoni.", "Fil-fatt meta wasalna għat-Tieni Qari kien hemm qbil fuq dawn il-liġijiet u għalhekk bħalissa ninsabu fl-istadju ta' Kumitat fuqhom.", "Barra minn hekk, Sinjura President, il-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi għandu quddiemu tliet liġijiet oħra li safejn naf jien m'humiex kontenzjużi għaliex fit-Tieni Qari l-Oppożizzjoni qablet magħhom.", "Dawn huma liġijiet ta' importanza kbira u ilhom jinħadmu għal dawn l-aħħar sentejn u teknikament huma komplikati.", "Dawn huma: L- Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra, l- Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - din hija liġi teknika li torbot mal-bidliet illi saru fil-qasam tat- telekomunikazzjoni, li safejn naf jien kien hemm qbil fuqhom miż-żewġ naħat u jekk ma tgħaddix jerġa' jeħel kollox - u l-Abbozz ta' Liġi dwar is- Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - fit-Tieni Qari kien hemm qbil fuqha miż-żewġ naħat u din kienet telqet mill-hijack illi kien sar ta' l-Air Malta xi xhur ilu u wara konsultazzjoni wiesgħa nħasset il- ħtieġa li ssir din il-liġi biex ikun hemm titjib fis-sigurta' fl- ajruportijiet u fl-avjazzjoni ċivili.", "Dawn huma kollha abbozzi ta' liġi illi fuqhom sar ħafna xogħol tekniku - ma ngħidx xogħol politiku issa - xogħol soċjali u xogħol ekonomiku minn din il-Kamra.", "Kien hawn ħafna għajdut illi din il-Kamra l-ġimgħa li għaddiet tat a bad show, imma ċertament fuq dawn il-liġijiet matul dawn l-aħħar xhur u anke matul dawn l-aħħar snin nista' ngħid ukoll li din il-Kamra tat a good show għax għamlet ħafna ħidma u allura b'mod prammatiku u b'mod kompletament ċar, la hawn qbil fuqhom, il-Gvern qed jgħid li għandna nressqu dawn ix-xogħlijiet quddiem il-Parlament biex ix-xogħol illi sar ma jinħelix.", "Kieku nsegwu ċertu eventwalita' - u ma ngħidx aktar minn hekk - li jiġri huwa li dan ix-xogħol kollu li sar jinħaraq u jispiċċa.", "Ħaġa bħal din tagħmel sens għall-pajjiż, Sinjura President?", "Għalhekk dan il-Parlament qiegħed jiġi mistieden mill-Gvern biex jagħmel ix-xogħol meħtieġ illi fuqu hemm qbil tekniku u diġa' sar xogħol tajjeb fuqu.", "Ħafna mix-xogħol sar u għalhekk għandna nkomplu naħdmu fuqu u nispiċċawh.", "Din hija xi ħaġa fl-interess nazzjonali u ċertament m'għandu jkun hemm ħadd kontra tagħha u għalhekk jien ngħid li b'mod prammatiku dan il- Parlament għandu jasserixxi, minkejja d-diffikultajiet politiċi u oħrajn illi jistgħu jqumu, ċerti affarijiet bażiċi li fuqhom qed naqblu u li fuqhom se naħdmu flimkien fil-ftit żmien illi baqa'.", "Jien ngħid li m'hemm xejn ħażin f'dan, Sinjura President.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, nerġa' ngħid li s-sitwazzjoni nafu x'inhi.", "Il-Gvern huwa sfiduċjat għax il-Prim Ministru ddeċieda li jitlob vot ta' fiduċja li ġie mċaħħad minnu u għalhekk il-pożizzjoni hi li l-Gvern ma jistax jaġixxi bħala gvern normali fil-Parlament.", "Jiena naqbel mal-Prim Ministru li dawn il-liġijiet imisshom ilhom illi ġew approvati.", "Dan il-Parlament ħela sitt ġimgħat jiddiskuti mozzjoni li ġiet miċħuda darbtejn, ma ltaqa' qatt meta seta' jiltaqa' u dan kollu naturalment jirrifletti l-mod żbaljat kif il-Gvern qed imexxi dan il-Parlament.", "Pero' dak huwa l-passat, mentri l-preżent huwa li għandna gvern sfiduċjat illi ma jistax jibqa' jaġixxi bħala gvern normali fil-Parlament.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jien nista' naqa' fir-retorika partiġġjana tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u nirrispondih in like terms, imma issa spiċċat din il-kwalita' ta' timbri ta' l-antikwat u ta' l-imgħoddi.", "L- Onor. Fenech Adami ilu f'dan il-Parlament iktar minn 30 sena u allura huwa mdorri b'dan it-tip antikwat ta' kif nittimbraw l-affarijiet u ta' x'inhu normali u x'mhuwiex normali.", "Pero' issa qed nagħmlu proċeduri ġodda ta' kif għandhom jimxu l-affarijiet f'dan il-Parlament għaliex qed niffaċċjaw sitwazzjoni bla preċedent u allura, apparti minn kollox, ir-responsabbilta' storika kollha tagħna hija li jekk hemm xogħol li laħaq sar - u dan ma kienx xogħol li sar biss minn din in-naħa imma sar mill-oqsma kollha ekonomiċi u soċjali involuti; u nirringrazzjaw lil min ikkontribwixxa għal dawn l-affarijiet, inkluż ukoll lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni - għandna nispiċċawh u mbagħad naraw x'se nagħmlu politikament.", "Aħna m'għandniex biża' minn dak li għandu jsir.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jien naqbel ukoll li għandna nfittxu l-interess nazzjonali, li f'dan il-mument huwa li l-pajjiż joħroġ minn din is-sitwazzjoni ta' kriżi li jinsab fiha.", "Huwa veru li ninsabu f'sitwazzjoni bla preċedent għaliex qatt ma kien hawn prim ministru li ġie sfiduċjat u reġa' ppreżenta ruħu fil-Parlament biex ikompli jiggverna meta ma jistax jiggverna.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, hija veru sitwazzjoni bla preċedent għaliex għandna Kap ta' l-Oppożizzjoni li quddiem ir- responsabbiltajiet tiegħi qed jipprova jabdika billi jinħela fir-retorika partiġġjana meta għandu quddiemu wkoll l-interess nazzjonali.", "Jien nitlob ruling fuq din il-kwestjoni.", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja tirriferi lill-Kamra kollha għall-artiklu 76, subartiklu (5), subinċinż (a) tal-Kostituzzjoni ta' Malta li jgħid:", "\"(a) jekk il-Kamra tad-Deputati tgħaddi riżoluzzjoni, li jkollha voti favur tagħha ta' maġġoranza tal-membri kollha tagħha, li ma għandhiex fiduċja fil-Gvern, u l-Prim Ministru fi żmien tliet ijiem la ma jirriżenja mill-kariga tiegħu u lanqas jagħti parir għal xoljiment, il- President jista' jxolji l-Parlament;\".", "Fis-Seduta Nru. 239 il-Kamra ma kellhiex quddiemha riżoluzzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern, liema riżoluzzjoni trid tkun speċifika u jrid ikollha notice ta' tlett ijiem, kif inhu normali, imma kellha biss riżoluzzjoni fuq il-proġett tal-Kottonera.", "Barra minn dan, jekk aħna nirriferu għall-kliem ''li jrid ikollha voti favur tagħha ta' maġġoranza tal-membri kollha tagħha\", anke jekk kellna ngħidu li dik kienet riżoluzzjoni ta' sfiduċja minħabba l-interpretazzjoni politika li għażel li jagħtiha l-Gvern, xorta waħda ma kenitx tgħaddi għaliex il-Membri kollha ta' din il-Kamra f'dan il-każ huma 70 u mhux 69.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, tista' s-Sedja taċċetta akkużi li qed tgħid il-ħmerijiet, bħalma qed jallega l-Onor.", "Tonio Borg?", "MADAM SPEAKER: Kemm ili hawnhekk smajt ħafna akkużi u ħafna affarijiet, minn kull naħa tal-Kamra.", "Se ngħaddi għall-konferma tal-Minuti.", "Hemm korrezzjonijiet għall-Minuti?", "(Onor. Membri: No)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 239 li saret fis-7 ta' Lulju, 1998 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. XVII ta' l-1998 - Att ta' l-1998 dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "ISLA - TRIQ IS-SUR - TWESSIEGĦ", "15198.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13092, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol preparatorju sabiex titwessa' parti minn Triq is-Sur li tagħti sal-Ponta?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Qed tiġi ppreparata sejħa għal offerti għax-xogħol in kwestjoni.", "GĦAWDEX - KUNTRATTI NOTARILI", "15528.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kuntratti notarili li għandhom x'jaqsmu ma' esproprjazzjoni ta' art ġewwa Għawdex mill-gvern ċentrali, m'humiex isiru ġewwa Għawdex stess, meta f'din il-ġżira hemm il-faċilitajiet kollha?", "Jaf il-Ministru li minħabba f'hekk qiegħed ikun hemm dewmien biex isiru dawn il-kuntratti u sintendi tbatijiet bla bżonn għaċ-ċittadini Għawdxin?", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex dawn l-anomaliji jispiċċaw għall-ġid ta' kulħadd?", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-Nutar tal-Gvern ta` Għawdex trid l-ewwelnett tipproċessa l-file rilevanti u, wara li jsir dan, il-file jintbagħat Malta biex jiġi vvettjat mid-dipartiment ta` l-artijiet.", "Jekk kollox ikun sew, dan id- dipartiment jagħti l-permess għall-pubblikazzjoni ta` l-att.", "Nista` ngħid li sar ħafna xogħol min-naħa tan-Nutar tal-Gvern ta`Għawdex f`dan il-qasam.", "Kulma jonqos huwa li joħorġu l-permessi meħtieġa mid- dipartiment ta` l-artijiet.", "Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport minn bord ta' inkjesta intitolat \"Relazzjoni dwar applikazzjoni għal rikonsiderazzjoni mill-Bord ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar Nru. 4594/93\" maħruġ fis-6 ta' Lulju 1998.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 171 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Swimming Pools.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, għadni kemm poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra rapport ta' inkjesta dwar applikazzjoni Nru. 4594/93 għal rikonsiderazzjoni mill-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dan ir-rapport ġie mogħti lili fis-7 tax-xahar wara nofs inhar u din hija l-ewwel okkażjoni li kelli sabiex inkun nista' npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra u nispjega eżatt x'hemm wara dan ir-rapport.", "Bħalma taf is-Sinjorija Tiegħek, fit-23 ta' Ottubru, 1997 il-bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar kien irrifjuta b'vot ta' 8 kontra u 3 favur talba għal rikonsiderazzjoni ta' applikazzjoni, li eventwalment saret magħrufa bħala l-applikazzjoni tal-Garden of Eden.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni bdiet tibni ċertu kapital politiku fuq din l-applikazzjoni u waslet ukoll biex tibda tagħmel ċerti insinwazzjonijiet ta' korruzzjoni u anke ta' impożizzjoni fuq il-membri tal-Planning Authority li jirrappreżentaw lill- Gvern għaliex, skond l-allegazzjonijiet li bdew isiru, id-deċiżjoni li eventwalment ittieħdet meta tbiddel dan il-vot f'seduta oħra meta ġiet rikonsidrata din l-applikazzjoni, kienet minħabba li kien hemm pressjoni politika għar-raġunijiet li n-naħa l-oħra biss taf.", "Jien irrid ngħid, Madam Speaker, li meta saru dawn l-allegazzjonijiet li mbagħad ġew ifformolati b'mod li kienu iktar ċari, jien immedjatament aċċettajt li ssir inkjesta ħalli joħorġu l-fatti.", "Fil-fatt il-fatti huma li hawnhekk qegħdin nittrattaw applikazzjoni għal bini ta' xi ħaġa - m'iniex se nidħol fid-dettall hawnhekk - li kienet irrifjutata bħalma diġa' għidt fit-23 ta' Ottubru, 1997 bi 8 voti kontra u 3 voti favur.", "Fl-1 ta' Novembru, 1997, l-applikant ġie nnotifikat; fit-13 ta' Novembru l-applikant reġa' avża li ried reconsideration; u l-għada, jiġifieri fl-14 ta' Novemrbu ħallas parti mill-fees; u fit-18 ta' Novembru kien hemm talba formali għal rikonsiderazzjoni.", "Din it-talba waslet quddiem il-bord tal-Planning Authority fit-12 ta' Marzu, 1998 u fit-23 ta' April, 1998 kien hemm hearing pubbliku li fih din it-talba ġiet aċċettata b'6 voti favur u 5 voti kontra, jiġifieri kien hemm vot wieħed li ddetermina l-kwestjoni kollha.", "Kif diġa' għidt, Madam Speaker, meta bdew isiru allegazzjonijiet ripetuti min-naħa l-oħra, jien iddeċidejt li ssir inkjesta u kkuntattjat imħallef irtirat - ma naħsibx li għandi għalfejn noqgħod insemmi min kien - li għalkemm fil-bidu qalli li kien lest jaċċetta l-inkarigu - minn hawnhekk jien nirringrazzjah ta' dan - wara informani li, għal raġunijiet personali ma setax jaċċetta.", "Minn hemmhekk imbagħad jien avviċinajt imħallef sedenti ieħor fuq il-parir tiegħu li qalli mill-bidu li jrid jara jekk kienx hemm xi deċiżjoni bejn l-imħallfin dwar jekk jistax jaċċetta l-inkarigu u eventwalment informani li ma setax jaċċetta.", "Finalment fit-22 ta' Mejju tlabt lill-Maġistrat Silvio Meli biex jagħmel din l-inkjesta u tlabtu biex jagħmel it-tfittix tiegħu fuq dak li kien għaddej f'dawn it-termini ta' riferenza:", "\"(a) Jiġi stabbilit jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew il-membri tagħha, individwalment jew kollettivament, kenitx jew kenux suġġetti għal xi influwenza minn barra, speċjalment influwenza jew pressjoni politika biex tasal għad-deċiżjoni tagħha ta' l-għoti tal-permess lil \"Garden of Eden\" fit-23 ta' April ta' l-1998 fis-seduta Nru. 69.", "(b) Jekk il-membri tal-bord nominati mill-Gvern preżenti kkordinawx il- pożizzjoni tagħhom bil-quddiem jew kienx hemm xi forma ta' kollużjoni bejniethom biex tinbidel id-deċiżjoni fuq il-permess in kwestjoni li fil-passat fuqu kien hemm żewġ deċiżjonijiet negattivi.", "(ċ) Jekk l-operat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dan il-każ kienx korrett mal-prassi u mal- liġi ta' l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar\".", "Il-Maġistrat Meli ħa l-inkarigu u beda jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu.", "Madam Speaker, fir-rapport tiegħu l-Maġistrat Meli - u minn hawnhekk nirringrazzjah tax-xogħol li għamel - għamel ħafna rakkmandazzjonijiet u osservazzjonijiet.", "Jien m'iniex beħsiebni nidħol fid-dettall ta' ċerti rakkmandazzjonijiet li għamel għaliex, biex ngħid hekk, huma ta' natura estranea għar-rapport bħal, per eżempju, jekk wieħed għandux jippretendi li maġistrat jingħata inkarigu bħal dan u jippretendi li dan jagħmlu f'terminu qasir ta' żmien - u għalhekk twal il-proċess ta' l-eżami ta' din il- kwestjoni - over and above il-load tax-xogħol li jkollu u iktar u iktar mingħajr ma jkun qed jieħu l-ebda remunerazzjoni.", "Imma dawn huma affarijiet li l-Maġistrat Meli għamilhom fir-rapport u wieħed jista' jarahom bil-kwiet.", "Il-punt prinċipali li ttratta r-rapport hija l-kwestjoni tal-proċedura adottata li waslet għad-deċiżjoni tal-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Madam Speaker, jien m'iniex legali u għalhekk m'iniex se nidħol fl- argumenti legali u fl-interpretazzjoni tar-rapport tal-Maġistrat Meli dwar x'sar u x'ma sarx, dak li kien permess u dak li ma kienx permess rigward anke skadenzi ta' dati u affarijiet oħra.", "Li rrid ngħid huwa li issa se nitlob lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tirreaġixxi għal dawn ir-rimarki li qed jagħmel il-Maġistrat fir-rapport tiegħu ħalli wieħed ikun jista' jieħu verżjoni min-naħa l-oħra ta' kif dawn l-argumenti legali jistgħu jiġu interpretati.", "Punt importanti huwa li filwaqt li l-Maġistrat Meli qed jara l-każ kollu fil-parametri tal-liġijiet li jikkmandaw u li bihom titmexxa l-Planning Authority, reazzjoni inizjali li kelli mil-lat legali tal-Planning Authority hija li ma kkontrastax dawk il-liġijiet mad-deċiżjonijiet tal- Qorti Ċivili li diġa' ttieħdu u li diġa' qegħdin ibiddlu l-mod ta' kif wieħed iħares lejn ċerti affarijiet.", "Imma dawn huma punti legali u jien m'iniex se nidħol fihom.", "Għalhekk se ngħaddi r-rapport lill-Planning Authority u nitlob anke r-reazzjoni legali għall-punti legali li qajjem il- Maġistrat.", "Hemm ċerti mistoqsijiet li wieħed irid jirrispondi, bħal, per eżempju, jekk kemm-il darba t-talba għar-rikonsiderazzjoni kenitx legalment korretta jew le in kwestjoni ta' dati u ta' interpretazzjoni u jekk kellux isir environmental impact assessment jew environmental planning statement.", "F'dan ir-rapport il-Maġistrat juri li jidhirlu li seta' kien hemm lok li dan isir.", "Pero' nerġa' ngħid, ir-reazzjoni inizjali li għandi mill- Planning Authority hija li l-każ ma jaqax fil-parametri ta' dak li għandu bżonn ikun environmental impact assessment jew environmental impact statement.", "Il-Maġistrat inkwerenti għamel ukoll ħafna kummenti fuq kif għandha ssir il-votazzjoni.", "Jien nirrispetta ħafna l-opinjonijiet li esprima rigward jekk għandux ikun hemm vot sigriet jew le.", "Dawn huma affarijiet li ilhom jiġu diskussi ħafna fil-Planning Authority u jien m'għandix dubbju li l- Planning Authority se tagħti ħafna weighting lir-rakkomandazzjonijiet li hawn fir-rapport ħalli mbagħad tara kif tirregola t-tmexxija ta' xogħolha.", "Pero', Madam Speaker, l-iktar ħaġa importanti li toħroġ mir-rapport hija x'kien sar fit-23 ta' April, 1998 waqt it-trattazzjoni tal-każ fi hearing pubbliku quddiem il-Planning Authority u l-votazzjoni eventwali li waslet għal dak il-vot ta' 6 favur u 5 kontra.", "Xi ħaġa interessanti hija li meta l-Maġistrat Meli kien qed jgħarbel is-sistema ta' kif issir il-votazzjoni, enfasizza li hemm prassi li ilha tiġi segwita għal żmien twil u, għaġeb ta' l-għeġubijiet, Madam Speaker, minn din l-inkjesta jirriżulta li membru ddikjara bil-ġurament li hu vvota mod pero' xtaq li jivvota mod ieħor.", "F'paġna 55 tar-rapport insibu hekk:", "''Hija l-umili fehma ta' l-esponent li kieku fil-każ odjern il-membru rappreżentanti tal-Kamra tad-Deputati, nominat mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni, informa lill-membri l-oħra li qiegħed jirrappreżenta b'dak kollu li kien ġara fl-udjenza konċernata, jiġifieri tat-23 ta' April, allura d-dibattitu in kwestjoni kien jiġi ridimensjonat u kien jitqiegħed fil-parametri ġusti tiegħu u mhux jistraripa fl- inverosimili bħalma ġara.''.", "Hawn qed jagħmel riferenza għall-inkartament f'page 123.", "Għaliex qed jgħid hekk il-Maġistrat?", "Il-Maġistrat qed jgħid li kien hemm id-dikjarazzjoni f'paragrafu 6.4.6 - u se nikkwota - li tgħid:", "''Illi biex il-kobba tkompli titħabbel sew jirriżulta minn depożizzjoni ġuramentata ta' wieħed mill-membri tal-bord eliġibbli għall-vot, li nonostante l-esperjenza li hu partikolarment għandu, stante li kien membru ta' dan il-bord, f'kapaċita' jew oħra sa mill- konċepiment tiegħu, ...\",", "- hawnhekk huwa żbaljat għaliex ma kienx membru tal-bord mill-bidunett imma ilu snin -", "\" ... u nonostante ukoll il-fatt li jirriżulta li ċ-Chairman, anke f'dan il-każ spjega lill-membri preżenti l-metodu tal-vot, dan il- membru jidher li vvota kontra dak li kellu f'moħħu li jivvota ....'',", "- issa dan dejjem skond dak li hemm dikjarat bil-ġurament -", "''... stante li sostna li vvota ''IVA'' għaliex dan għalih kien ifisser: \"... li bini ma jsirx\".''.", "Madam Speaker, għandna inkjesta dwar allegata korruzzjoni u influwenza minn din in-naħa biex dan il-vot jgħaddi, li ġiet deċiża favur mill-vot tal-Membru ta' l-Oppożizzjoni li qiegħed fil-Planning Authority jirrappreżenta lin-naħa l-oħra, li ammetta li vvota favur, imma mbagħad qal li ried jivvota kontra.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Onorevoli, jiddispjaċini imma qed tħawwad.", "Qbiżt paġna.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien qed nikkwota kelma b'kelma dak li hawn fir-rapport u m'iniex se nagħmel riflessjonijiet fuqu.", "Issa dwar li ġie miftiehem nistgħu naraw l-inkartament u naraw x'hemm ivvotat.", "Jiena se ngħid biss li hawnhekk qed jiġi spjegat li dak il-vot - u hawnhekk qed jgħid ċar li huwa l-vot tal-membru li jirrappreżenta lill- Oppożizzjoni; issa ma nafx min jirrappreżenta lill-Oppożizzjoni - kien determinanti biex tinbidel id-deċiżjoni.", "Wieħed irid jistaqsi wkoll li kieku mar in-naħa l-oħra, u allura r-riżultat kien ikun differenti, x'kien se jkun l-eżitu.", "Jiena nistaqsi biss għaliex dan il-membru - u issa naraw min kien dan il-membru - ma tkellimx qabel u ma qalx mill- ewwel li kien ħa żball fil-vot.", "F'dak il-każ kien jerġa' jittieħed vot ieħor u kienu jieqfu dawk l-allegazzjonijiet li saru.", "Jien m'iniex se nagħmel iktar kummenti fuq ir-rapport, poġġejt kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra u nistenna li jingħataw l-ispjegazzjonijiet.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn min jixtieq jagħmel xi mistoqsija in konnessjoni ma' l-istqarrija li għadu kif għamel il-Viċi Prim Ministru?", "(Onor. Membri: No) Mela nistgħu ngħaddu għall-Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, fl-aħħar seduta ġraw affarijiet f'din il-Kamra li jien nagħder, tant li m'iniex se nqajjimhom hawnhekk għaliex saru b'mod spontanju, mhux premeditat kif ġraw ċerti affarijiet barra minn din il-Kamra, fil-kurriduri tal-Parlament.", "Kif spiċċat is-seduta l-aħħar darba, jien ġejt mistieden minnek, Madam Speaker, biex niġi fl-uffiċċju tiegħek, u jien u għaddej ma' Duminku Gafa' - hawnhekk irrid niddikjara li dan la huwa impjegat miegħi u lanqas b'xi mod huwa impjegat tal-gvern imma huwa voluntier li jitla' biex jgħini għaliex ix-xufier li għandi min-naħa tal-gvern m'għandux overtime u fil- għaxija ma jkunx jista' jiġi għaliex ikun qed jagħmel xi affarijiet oħrajn - ....", "Issa jekk din hija xi crime, iqum xi ħadd u jgħidli li hija crime.", "Dan l-individwu kien miegħi għaliex ġie jwassalli xi ħaġa x'nixrob wara li kont tkellimt u ħareġ miegħi sal-kamra ta' Madam Speaker.", "Waqt li konna għaddejjin, ix-xufier ta' l-Onor.", "Ministru Prof. Edwin Grech - biex ma jkunx hawn ''ix-Xewka'' li jieħu għalih għaliex ma nsemmix lil kulħadd kontinwament bit-titoli kollha - ġie biex mingħalih jagħtini gambetta.", "Jiena lanqas indunajt imma dan ta gambetta lil Duminku Gafa' u kien se jaqa' fl-art.", "Issa dan m'huwiex mod kif nagħmlu l-affarijiet.", "Dan l-aġir li seħħ kif toħroġ mill-Kamra kien premeditat għaliex ma nqalax xi argument u allura dak li jkun jgħidlek kelma u tgħidlu oħra.", "Barra minn hekk, meta jien ħriġt mill-kamra tiegħek, Madam Speaker, biex immur isfel, fil-kurridur kien hemm Spiteri Shaw, li jaħdem ma' l-ex- Ministru Mangion, li safejn naf jien dejjem kien ħabib tiegħi u qatt ma naf li kelli xi ngħid xi ħaġa kontra tiegħu; kien hemm Reno, id-driver tan- Nutar Mangion, li naturalment dawn jiġu hawnhekk biex jaqduh u jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni għaliex allaħares naslu fis-sitwazzjoni li ħadd ma jkun jista' jitla' hawn fuq biex jaqdina; kien hemm canvasser jew friend ta' l-Onor.", "Helena Dalli, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan- Nisa, ċerta persuna minn Raħal Ġdid li jgħidulha ċ-champion man għax ma nafx x'jisimha u x'kunjomha; u kien hemm Mario, is-segretarju tal-Ministru Debono Grech; u kif ħriġna u sejrin għall-kamra tiegħi bdew jgħajru lil Duminku Gafa'.", "Madam Speaker, dan ma kienx biżżejjed għaliex meta ħriġna mill-Palazz, biex jipprovaw jagħtu l-impressjoni li Malta kollha kontra tiegħi - għaliex skond kif għajjarni l-Prim Ministru jien traditur ta' Malta - kien hemm il-Membru Parlamentari, l-Onor.", "Chris Cardona - u jien lanqas stennejtha minnu għaliex la qatt kellimni u lanqas qatt ma resaq lejja - u beda jgħajjarni traditur.", "Issa jien lanqas biss naf min hu dan il-bniedem pero' jekk qiegħed hawn u jekk għandu l-ħila, iqum jgħajjarni hawnhekk traditur!", "Miegħu kien hemm dawn l-istess nies kollha hemm isfel jgħajtu kemm jifilħu biex jidhru fuq it-television u jidhru li qed jagħmlu xi dimostrazzjoni ostili kontra tiegħi.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll lir-raġel ta' l-Onor.", "Helena Dalli li kien fil-kurridur ukoll ma' l-oħrajn.", "Issa jien lil dan nafu bħala ħabib tiegħi pero' f'daqqa waħda għalih sirt ix-xitan.", "Għandu dritt għall- opinjoni politika tiegħu imma ma naħsibx li kellu dritt jinżel ma' l- oħrajn biex jgħajjar lix-xufier tiegħi.", "Issa kif diġa' għidt Duminku Gafa' m'huwiex l-official driver tiegħi, imma huwa volontier u ma talab flus lil ħadd u ma talab favuri lil ħadd.", "Din hija l-ġlieda kollha li qalu li se jagħmlu lill-Partit Nazzjonalista meta l-Prim Ministru ddikjara gwerra lill- Partit Nazzjonalista.", "Din hija l-gwerra kollha, Madam Speaker!", "Issa dan beda jgħajjarni żerriegħa, mhux iż-żerriegħa li nifhmu biha s- soltu imma ż-żerriegħa li twelidna minnha lkoll hawnhekk - u jien ma nafx għaliex il-Maltin jieħdu għalihom meta jgħidulhom hekk ...", "Safejn naf jien l-uniku wieħed fl-istorja - m'iniex se nsemmi t-tieni wieħed għaliex inkella jgħidu li jiena sagrilegu - li kien jgħid li hu ma twelidx minn din iż-żerriegħa kien Alexander the Great għaliex ommu kienet tgħid li t-tifel tagħha twieled minn Alla tal-Griegi ta' dak iż-żmien; għaliex Kristu kien għadu ma twelidx.", "Issa jekk Alla kellux żerriegħa bħal dik li twelidna aħna minnha ma nafx!.", "Irrid ngħidlu li jien ma nistax nieħu għalija meta jgħajjarni b'dan il-mod, anzi nieħu għalija jekk jgħidli li m'iniex hekk.", "Nispera li dawn l-affarijiet ma nkomplux inkabbruhom iż-żejjed.", "Jien qed ngħid li min jgħajjarni b'dan il-mod huwa ġidra kbira.", "Meta jien ngħajjar lil xi ħadd, ngħajru b'xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' l- opinjonijiet politiċi tiegħu u mhux biex nattakkah personalment.", "Per eżempju, jien naf li lill-Onor.", "Debono Grech għajjartu \"laqgħi\" u nibqa' ngħajru 'l quddiem.", "Min jaf kemm kont ngħidlu \"laqgħi\" lill-ex-Prim Ministru Borg Olivier, imma kont ngħajru \"laqgħi\" fis-sens politiku, fis- sens li jkunu qegħdin jisservew bik u tieħu pjaċir li qegħdin jisservew bik!", "Madam Speaker, li qed nirċievi dawk l-ittri kollha d-dar - allavolja qed nirċievi ittri sbieħ ukoll biex ma jaħsbux li kulħadd qed iqisni traditur - li jhedduni li se jagħmluli bomba u ħafna affarijiet oħra diġa' huwa biżżejjed, pero' li issa lanqas nistgħu nitilgħu fil-kurriduri ta' dan il- Parlament u naħdmu bil-kumdita' m'huwiex sewwa.", "Aħjar nagħmlu kif kien jiġri fl-antik, li jiġi xi ħadd bis-sikkina għalik għaliex tkun taf kif tiddefendi ruħek milli ssib min jagħmillek dawn l-affarijiet għal- għarrieda.", "Qed inqajjem dawn l-affarijiet hawnhekk biex nieħu s- sodisfazzjon u jien ngħid li m'huwiex biżżejjed li l-Prim Ministru jgħid li l-Ministru Debono Grech talab apoloġija lill-Kabinett.", "Għaliex għandu jitlob apoloġija lill-Kabinett?", "L-apoloġija jrid jitlobha lill-poplu Malti!.", "Illum qed inqajjem dan il-breach of privilege u 'l quddiem irrid nqajjem affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura li għandna quddiemna għaliex mingħalina li se jsir mod minn dan il-Parlament u f'daqqa waħda nsibu li se jsir mod ieħor.", "Jien irrid li nibdew naħdmu bis-serjeta', naħdmu ta' irġiel u ma nidħkux b'xulxin.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Mintoff m'għadux aktar xi jżid ...", "L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jien sirt naf li se jiltaqa' dan il- Parlament mill-gazzetti u jekk verament irridu naħdmu bis-serjeta' nħoss li ħafna affarijiet li qal il-Prim Ministru fil-gazzetti jmissu qalhom hawn ġew.", "Jien qrajt statement min-naħa tal-Prim Ministru fejn qal li se jressaq xi affarijiet li m'humiex kontroversjali.", "Issa rrid ngħid xi ħaġa ħalli dan il-ħafna logħob bil-kliem jinqata' darba għal dejjem.", "Jien m'iniex mal-Partit Nazzjonalista, qatt ma kont u lanqas se nkun u min jgħid li jien qiegħed mal-Partit Nazzjonalista qed jigdeb għaliex jaf li hemm affarijiet fundamentali li jaqsmuni mill-Partit Nazzjonalista.", "Jien għidt li jien Soċjalista u huma m'humiex u allura qatt ma nista' nkun f'partit li m'huwiex Soċjalista.", "Jien għandi xi ngħid mal-partit tiegħi għaliex m'għadux il-Partit tal-Ħaddiema u m'għadux Partit Soċjalista.", "Allura kif nista' mmur ma' xi ħadd li bid-dikjarar m'huwiex Soċjalista!", "Issa meta l-Prim Ministru jridni nirriżenja u fl-istess ħin irid il-vot tiegħi wkoll jien ngħidlu: Kif tippretendi li jkollok il-vot tiegħi fuq affarijiet li qatt ma ddiskutejtuhom miegħi u ma tridux tiddiskutuhom miegħi?", "Kif qed tgħid li m'humiex kontroversjali meta lanqas biss staqsejtni?", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Mizzi, jekk jogħġbok, poġġi bil-qiegħda.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Kif tista' tiġi tgħidli li se jkun hawn seduta u se tittieħed division meta lanqas tgħidli x'ġie deċiż f'dan il-Parlament?", "Sal-lum jien m'għandix biċċa karta li tgħidli x'inhuma d-deċiżjonijiet tal- Parlament.", "Ma jistax ikun li nkomplu f'sitwazzjoni bħal din fejn ma nkunux nafu kif se naħdmu u ma naħdmux.", "Per eżempju, issemmiet il-liġi dwar il- protezzjoni ċivili u qalu li din m'hijiex kontroversjali.", "Pero' jien ngħid li m'hijiex kontroversjali sa ċertu punt għaliex jekk jinqala' diżastru, sew jekk ikun diżastru naturali u sew jekk ikun diżastru kkawżat mill-bniedem, trid tilqa' għalih.", "Issa fuq dan il-qasam jien għandi xi ngħid ħafna, jekk verament irridu nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta'.", "Qabel ma kontx nidħol f'dawn l-affarijiet għax kont inħalli f'idejn ħaddieħor u għalhekk m'għandhomx għalfejn joqogħdu jgħiduli li jmissni qajjimthom qabel!", "Issa meta għamlu li riedu u riedu bilfors jgħaddu ċerti affarijiet minn din il-Kamra li kienu jidhru li huma ħżiena, jien esiġejt li nkun naf dawn l-affarijiet.", "Issa għandi responsabbilta' doppja u nispera li nkun b'saħħti biżżejjed biex naqdi din ir-responsabbilta'.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kien hemm indikazzjoni ċara min- naħa ta' l-Oppożizzjoni illi ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni fuq dawn l-items ta' l-agenda, tant li fis-Second Reading deher ċar illi kien hemm qbil dwarhom u dan kien importanti ħafna għal pajjiżna.", "Għalhekk ma kienx jidher li kien hemm il-bżonn ta' voti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Allura jien ma neżistix?!", "Mela int Nazzjonalista u mhux jien!", "Irridu nkunu koerenti u loġiċi.", "Jien irrid inkun naf x'qed isir u mbagħad tkun tista' tgħid jekk hijiex kontroversjali jew le.", "Għalhekk mil-lum 'il quddiem, la intom għajjartuni traditur ta' Malta u ma ridtunix b'xi mod nieħu parti, għalija kollox huwa kontroversjali.", "U qed ngħidlek minn issa biex ma teħodhiex for granted!", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Mintoff, din m'għandhiex x'taqsam mal-proċedura tal-Karma.", "Jekk jogħġbok, poġġi bil-qegħda.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TOURISM SERVICES BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-3 ta' Ġunju, 1998.", "Klawsola 7 - Dispożizzjonijiet finanzjarji (Kont).", "Clause 7 - Financial provisions (Cont).", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, klawsola 7 tittratta d- dispożizzjonijiet finanzjarji li se jkollha l-Awtorita' tat-Turiżmu.", "F'subklawsola (1) qed ngħidu li l-Malta Tourism Authority għandha tieħu mingħand il-Gvern Lm250,000 bħala kapital inizjali u naturalment l-ewwel darba dan il-kapital inizjali jingħata bl-approvazzjoni tal-Ministru tal- Finanzi.", "F'subklawsola (2) qed jingħad li wara dan il-ħlas inizjali, it-Tourism Authority tibda tieħu l-flus skond kif ikunu ivvotati lilha minn din il- Kamra.", "Naturalment il-Lm250,000 ikun vot inizjali għaliex il-voti li għandu l-HCEB 'il quddiem jiġu nkorporati ma' dan il-vot inizjali għat- tmexxija tal-Malta Tourism Authority.", "F'subklawsola (3) qed ngħidu li l-ministru tat-turiżmu, fuq rakkmandazzjonijiet tal-Malta Tourism Authority, jista' jitlob kontribuzzjonijiet finanzjarji minn attivitajiet turistiċi, minn persuni oħra jew minn associations illi qegħdin jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu.", "U hawnhekk ta' min jispjega li mal-vot illi l-Organizzazzjoni Nazzjonali għat-Turiżmu qed tieħu direttament mingħand il-gvern, hemm kontribuzzjonijiet oħrajn li deħlin minn entitajiet bħalma huma l-Air Malta, il-hoteliers, is-settur tat-trasport, eċċ. Hawnhekk qed ngħidu li minn żmien għal żmien it-Tourism Authority tista' tirrakkmanda lill- ministru, u l-ministru jista' jaċċetta, li jista' jkun hemm setturi oħrajn li qed jibbenefikaw mis-settur tat-turiżmu li għandhom jagħtu kontribut finanzjarju lejn il-vot tal-Malta Tourism Authority.", "F'subklawsola (4) qed jingħad li sa xahar qabel ma tagħlaq is-sena finanzjarja, it-Tourism Authority trid tippreżenta l-estimi finanzjarji tagħha għas-sena ta' wara.", "Jiġifieri mbagħad ikun mitlub illi kull sena t- Tourism Authority tagħmel l-estimi tagħha, illi għandhom jiġu ppreżentati f'din il-Kamra sa xahar qabel ma tkun se tingħalaq is-sena finanzjarja.", "Peress illi din hi l-ewwel darba li se titwaqqaf it-Tourism Authority, għall-ewwel darba dawn l-estimi jridu jkunu lesti sa tliet xhur mis-seħħ ta' dan l-Att.", "Dan ifisser li kif jgħaddi u jiġi approvat dan l-Att, l- Awtorita' se jkollha tliet xhur żmien biex tippreżenta l-ewwel estimi finanzjarji tagħha.", "F'subklawsoli (5), (6) u (7) qed ngħidu li l-estimi jridu jkunu ppreżentati lill-ministeru, li min-naħa tiegħu jrid iressaq l-istess estimi fil-Parlament għall-approvazzjoni tal-Kamra f'inqas minn xahrejn minn meta jkunu ġew ippreżentati lill-ministeru.", "F'subklawsola 7 (8) qed ngħidu li l-Awtorita' ma tista' tidħol għal ebda spiża li ma tkunx ġiet approvata mill-Kamra tad-Deputati jew inkella jekk sa sitt xhur mis-sena finanzjarja jew sa l-approvazzjoni tat-Tourism Authority tista' tintnefaq sa nofs is-somma approvata fis-sena ta' qabel.", "Pero' jekk ikun hemm bżonn in-nefqa tista' ssir bl-approvazzjoni tal- Ministru jew inkella jista' jkun hemm nefqa b'vot supplimentari.", "F'subklawsola (9) qed jingħad li:", "\"L-estimi u l-estimi supplimentari kollha approvati mill-Kamra għandhom, kemm jista' jkun malajr, jiġu ppubblikati fil-Gazzetta.\".", "Mr Chairman, f'dan l-istadju nixtieq nipproponi emenda għal klawsola 7:", "It-test Malti ta' klawsola 7 għandha tiġi emendata kif ġej:", "\"I\" (a) fis-subklawsola (4) tagħha minflok il-kliem \"wara l-għeluq\" u \"finanzjarja ta' wara\" għandhom jidħlu l-kliem \"qabel l-għeluq\" u \"finanzjarja li tiġi minnufih wara\" rispettivament; u", "(b) fis-subklawsola (7) tagħha, il-kliem \"f'sessjoni\" għandhom jitħassru u minflok il-kliem \"ta' l-ewwel sessjoni ta' wara\", għandhom jidħlu l-kliem \"tas-sessjoni li tiġi minnufih wara\".", "The Maltese text of clause 7(4) there shall be amended as follows: \"I\" (a) in subclause (4) thereof, for the words \"wara l-għeluq\" and \"finanzjarja ta' wara\" there shall be substituted the words \"qabel l- għeluq\" and \"finanzjarja li tiġi minnufih wara\" respectively; and", "(b) in subclause (7) thereof the words \"f'sessjoni\" shall be deleted and for the words \"ta' l-ewwel sessjoni ta' wara\" there shall be substituted the words \" tas-sessjoni li tiġi minnufih wara\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, illum qegħdin fi stadju ta' Kumitat ta' din il-liġi li ilha tabled għal ġimgħat sħaħ u naħseb li dawn ir-rimarki li se nagħmel ġew osservati wkoll fid-diskussjoni fit-tul li kien hawn fis-Second Reading.", "Se nibda billi nagħmel osservazzjoni fuq subklawsola (3) ta' klawsola 7 fejn qed nitkellmu dwar il-kontribut mis- settur privat li jista' jiġi preskritt mill-ministru tat-turiżmu.", "Fl- opinjoni tiegħi, naħseb li l-għan tagħha m'huwiex biss li jkun hemm dan il- kontribut li jiġi preskritt mill-ministru imma biex ikun hemm kolloborazzjoni sħiħa bejn is-settur pubbliku li huwa l-gvern - jekk m'iniex sejjer żball bħalma qed isir sal-lum bl-NTOM - u s-settur privat.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li s-settur turistiku huwa servizz importantissimu għal pajjiżna li eventwalment qiegħed ukoll bil-mod il-mod jikber u għalhekk jista' jkun ta' kontribut pożittiv ħafna għall-ekonomija tagħna.", "Għaldaqstant iktar ma l-korrelazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat tissaħħaħ iktar inkunu qegħdin nagħmlu ġid lil dan is-settur.", "Jekk l-għan tal-policies tal-gvern - ikun min ikun fil-gvern - ikun li jkabbar u jtejjeb il-livell tat-turiżmu biex jiġi iktar in line ma' min qed jipprovdi s-servizz li huwa s-settur privat, min-naħa tiegħu s-settur privat ikun iktar konxju ta' fejn irid jasal il-gvern u l-cross- fertilisation ta' l-ideat u kif ukoll il-kollaborazzjoni jipprevalu u jgħinu biex il-policies ikunu iktar serji u jiġu realizzati b'mod aħjar.", "Punt ieħor li xtaqt nissolleva jirrigwarda subklawsola (7) ta' klawsola 7 fejn qed ngħidu li x-xogħol ta' din l-Awtorita' tat-Turiżmu, li se tingħata fondi sostanzjali biex topera bihom, se jaqa' taħt l-iskrutinju ta' din il-Kamra.", "Dan ifisser li kull sena l-accounts u l-budget ta' l- awtorita' se jkunu skrutinizzati minn din il-Kamra.", "Dan huwa pass fid- direzzjoni t-tajba u dan isir ukoll f'ċerti entitajiet u korporazzjonijiet oħra.", "Jien nemmen li kwalunkwe awtorita' u kumpannija fejn il-gvern għandu interess għandu jkun hemm lok li x-xogħol tagħha jiġi skrutinizzat għallinqas darba fis-sena għaliex dawn huma entitajiet pubbliċi, qegħdin jitħaddmu minn fondi pubbliċi u allura huwa fl-interess tal-poplu li aħna hawnhekk nagħmlu l-iskrutinju neċessarju tax-xogħol tagħhom u tingħata spjegazzjoni anke ta' kif aġixxew u jiġi kkjarifikat u spjegat aħjar jekk il-politika tal-gvern ġietx immexxijja 'l quddiem fid-dawl tax-xogħol li jkun sar minn dik l-awtorita' matul is-sena li tkun għaddiet, kif ukoll għal dak li tkun beħsiebha tagħmel fis-sena ta' wara.", "Dawn huma ż-żewġ konsiderazzjonijiet li xtaqt nissolleva dwar din il- klawsola u naħseb li min qed jisma' jista' jifhem li m'hemmx kwestjoni ta' nuqqas ta' qbil fuq kif din il-liġi li għandna quddiemna u allura tista' timxi 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Sur President, jien ma nistax ngħid li flejt l- affarijiet irqaq ta' din il-liġi imma qed nieħu gost li wasalna f'din il- klawsola għaliex hija importanti ħafna u għandha ħafna bearing fuq ix- xogħol li konna qed nipprovaw nagħmlu qabel ma l-Gvern ġab il-vot ta' fiduċja fuq il-proġett tal-Kottonera li kien intiż għat-turiżmu u din il- klawsola qiegħda hawnhekk biex tippromwovi t-turiżmu.", "Huwa importanti li ngħid li waħda mill-affarijiet li nqalgħu d-darba l-oħra kien il-fatt li l- Gvern sab ruħu f'sitwazzjoni li ma jista' jagħmel xejn għax kien ikkommetta ruħu fuq proġett li ressqu f'din il-Kamra u l-maġġoranza tal-Kamra ma reditx dak il-proġett, kif kien sottomess min-naħa tal-consortium konċernat.", "S'hawnhekk ma naħsibx li qed ngħid xi gidba u naħseb li s'hawn naqblu.", "Issa kieku ried il-Gvern, seta' beda hu dan il-proġett sakemm jitranġaw l-affarijiet u mbagħad il-flus jiġu refunded.", "Kieku konna nieħdu nifs u ma konniex noqogħdu ngħidu li hemm in-nies qegħda u li dak il-proġett kien urġenti għax inkunu diġa' bdejna xi ħaġa aħna!", "Issa din il-klawsola qiegħda hemmhekk proprju biex tagħmel dawn l- affarijiet.", "Jekk qed nifhem ħażin, għiduli li qed nifhem ħażin.", "(Interruzzjonijiet) Permezz ta' din il-klawsola se jibdew jiġu vvotati il- flus lill-Awtorita' tat-Turiżmu ħalli t-turiżmu f'Malta jikber.", "Jiġifieri aħna se noħorġu l-flus biex jikber it-turiżmu u mhux kif qal il- Ministru tal-Finanzi li m'għadniex bħal qabel noħorġu l-flus u m'hemmx għalfejn noħorġu l-flus.", "Anzi kieku kellna flus iktar konna noħorġu iktar, imma m'għandniex u rridu noqogħdu attenti għaliex għandna d-dejn.", "Din hi l- pożizzjoni li jafha kulħadd u allura rridu noqogħdu attenti iktar.", "Issa aħna qed ngħidu li se nibdew nivvotaw il-flus għat-turiżmu.", "Pero' dan huwa wieħed mis-sorsi għaliex hemm sorsi oħra bħal, per eżempju, il-vot tat- turiżmu li jista' jintuża wkoll biex nagħmlu xi ħaġa.", "Imma jekk se niġu għal xi proġett partikolari, speċjalment proġetti ġodda u l-Awtorita' tat- Turiżmu tkun trid toħroġ il-flus, x'se nagħmlu?", "Se ngħaddulha din ir- responsabbilta' imbagħad meta rridu niflu l-affarijiet kollha ħalli naraw għamlitx sewwa - kulħadd jaf f'din il-Kamra li ma tantx għandna ħin biex noqogħdu niflu l-affarijiet u anke l-Public Accounts Committee m'għandux xi ħin ta' l-għaġeb biex joqgħod jifli kollox ...", "Jaqblilna li nipproliferaw u ngħidu li se nagħtu l-flus lill-Awtorita'?", "Kif se nagħmluhom dawn l-affarijiet?", "Li qed nipprova ngħid huwa li l-iskop ta' din il-klawsola huwa tajjeb - u rrid inkun miġnun biex ngħid li l-iskop huwa ħażin - u lkoll naqblu miegħu, imma issa liema mezz se tuża biex tkun taf li almenu ċerti affarijiet jistgħu jibdew?", "Jekk diġa' hemm proġett għaddej u f'dan il- proġett daħal il-ministeru tat-turiżmu u nefaq l-ewwel flus u l-proġett ġie quddiem din il-Kamra ...", "Ma jistax ikun li kull darba noqogħdu nġibu dawn il-proġetti quddiem il-Kamra jew quddiem il-Public Accounts Committee imma proġett għandu jinġieb quddiem il-Public Accounts Committee jekk jinqala' xi ħaġa.", "Jien ma qbiltx man-naħa ta' l-Oppożizzjoni meta riedet li l-affarijiet dwar il-proġett tal-Kottonera jitpoġġew quddiem il-Public Accounts Committee għaliex ma kienx loku.", "Imma meta għandek proġett li se jsir għall-ewwel darba, irid jiġi f'din il-Kamra, anke jekk ma jkunx jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Kamra għaliex jista' jkun proġett fejn ma tidħolx l-art tal-poplu.", "Sur President, il-proġett tal-Kottonera ġie quddiem din il-Kamra għaliex kien hemm fin-nofs l-art u l-baħar tal-poplu.", "Imma ħalli nimmaġinaw li kien proġett ieħor li la tidħol l-art u lanqas il-baħar tal-poplu.", "Issa jew se nitkellmu with an open mind u nipprovaw insibu soluzzjonijiet f'dawn l-affarijiet, inkella jekk tgħiduli li din il-klawsola triduha kif inhi, inkun qed naħli l-ħin fil-vojt.", "Il-proġett tal-Kottonera ġie quddiemna mhux b'kumbinazzjoni għax b'kumbinazzjoni ma jiġri xejn fid-dinja imma għax fih kien hemm element ta' flus tal-poplu li ma kienx f'forma ta' cash imma kien f'forma ta' baħar u art.", "Kieku ma ġiex quddiem din il-Kamra ħadd ma kien ikun jaf l-affarijiet bir-reqqa kollha li għaddejnihom.", "Jien naħseb li taqblu miegħi li jkun x'ikun il-proġett meta jkun ta' l- ewwel darba, ikollu ċertu entita' u nkunu se nonfqu l-flus tagħna.", "Issa jekk il-flus ikunux f'forma ta' cash jew f'forma ta' art jew ta' baħar huwa immaterjali għall-poplu Malti għax it-tnejn huma flus, imma fil-każ ta' flus cash trid toqgħod attent li jkollok il-flus u fil-każ ta' l-art u l- baħar huma limitati għaliex dawn m'humiex bħas-siġar tista' terġa' tipproduċihom, pero' fit-tnejn qed issir spiża min-naħa tal-poplu u t- tnejn jirrigwardaw proġetti ġodda.", "Irridu nkunu serji u ngħidu li huwa impossibbli għal dan il-Parlament li joqgħod jara kull proġett li jkun għaddej u joqgħod jara d-dettalji tiegħu imma jkun aħjar għal dan il- Parlament u għall-poplu li proġetti ġodda jkun jaf bihom.", "Allura jien qed ngħid li minflok nagħmlu klawsola bħal din - issa forsi l-Ministru jkun jista' jirrispondini kif din se tikkonfliġġi ma' funds li għandu mit- turiżmu - insibu mod ieħor kif proġetti ġodda jiġu scrutinised min- naħa tal-Parlament kif tixtiequ intom, għaliex kieku ma kontux se toqgħodu tagħmlu dawn il-klawsoli u s-subklawsoli kollha.", "Issa jien qed nillimitaha għall-proġetti l-ġodda u m'iniex qed ngħid li din għandha tkun proċedura għall-proġetti kollha kemm huma.", "Nispera li jseħħ dan li qed ngħid li min-naħa tat-turiżmu jirranġawha biex l-Air Malta tidħol xi subsidiary ma' xi kumpannija oħra u toħroġ xi flus.", "Dan se jkun proġett ġdid u inutli li ngħidu li se jidher taħt xi vot ieħor.", "Għaliex?", "Għaliex jekk ma tkunx taf li dan qiegħed hemmhekk, din il-kwestjoni tas-subsidiary qatt ma tiġi diskussa f'dan il-Parlament.", "Issa jien naħseb li bħali temmnu li la f'ħaġa bħal din jidħlu flus il- poplu u m'humiex flus tal-privat għandna narawhom lkoll f'din il-Kamra u għandna nsibu l-mezzi kif narawhom, imma mhux li dejjem noħolqu awtoritajiet oħra fejn jista' jkollna proliferation of responsibilities u iktar frigħat x'niflu f'dan il-Parlament.", "Jien m'iniex inqajjem kwestjonijiet jekk din il-klawsola hijiex eżatta mil-lat legali imma qed nissolleva kwestjonijiet importanti li għandna niddiskutuhom minn qabel u qed inqajjimhom issa għax din hi l-ewwel okkażjoni li tajtuni u ta' dan nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, jien qed nifhem x'qed jgħid l-Onor.", "Mintoff.", "L-unika differenza hi li filwaqt li din il-klawsola tittratta kif se tkun funded l-Awtorita', imbagħad 'il quddiem hemm klawsoli iktar li jispjegaw kif jistgħu jintnefqu l-flus ta' din l-awtorita'.", "Għalissa f'din il-klawsola qed ngħidu li parti mill-flus se jiġu vvotati mill-gvern u għall-ewwel darba l-Awtorita' din is-sena se tieħu Lm0.25 miljun.", "Magħhom imbagħad jingħaqdu l-NTOM li se taqa' taħt it-Tourism Authority u allura tieħu l-flus tagħha ukoll; il-Hotels and Catering Establishments Board, dak il-bord li jirregola l-liċenzji u affarijiet oħra li se jaqa' wkoll taħt it- Tourism Authority u allura l-vot tal-HCEB jittieħed magħhom ukoll; u l- Institute for Tourism Studies, li hija l-iskola fejn jitgħallmu l- istudenti għat-turiżmu, li għandu vot għalih u meta dak jibda jaqa' taħt it-Tourism Authority il-flus tiegħu jittieħdu fl-Awtorita' wkoll.", "Issa barra dawn il-flus li t-Tourism Authority se tkun qed iddaħħal mingħand il-gvern, illum il-ġurnata hemm is-settur privat li qed jikkontribwixxi wkoll.", "Fil-fatt fi żmien l-Onor.", "Mintoff, minn mindu twaqqaf it-turiżmu fil-bidu kien hemm tliet kontributuri prinċipali li kienu l-gvern stess li kien jikkontribwixxi b'terz, l-Air Malta li kienet toħroġ terz ieħor u kien hemm is-settur privat li kien jikkontribwixxi t- terz l-ieħor.", "Li ġara hu li biż-żmien il-gvern baqa' dejjem jgħolli l- kontribuzzjoni tiegħu tant li llum il-gvern qed jikkontribwixxi xi Lm6 miljun, mentri l-kontribuzzjoni ta' l-Air Malta fi flus baqgħet Lm0.33 miljun - naturalment l-Air Malta tagħti ħafna iktar kontribuzzjonijiet f'biljetti, fi promozzjoni, tgħin lill-entitajiet tat-turiżmu fil-fieri, eċċ. - u s-settur privat - li huwa maqsum f'ħafna partijiet żgħar, min jikri l-flats, il-hoteliers, min għandu l-karozzi tal-kiri, min għandu r- restaurants, min għandu l-bars li dawn mal-liċenzja tagħhom kulħadd jagħti kontribuzzjoni żgħira - baqa' jikkontribwixxi Lm0.33 miljun.", "Issa minn dak iż-żmien 'l hawn daħlu ħafna setturi privati oħrajn li bdew jibbenefikaw mit-turiżmu imma li għadhom ma bdewx jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja u fost dawn insibu associations u għaqdiet ġodda.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li se nibdew nintaxxaw lid-DMCs, li huma operaturi li jiħħendiljaw, per eżempju, konferenzi, eċċ., pero' daħlu operaturi ġodda li qed jibbenefikaw mit-turiżmu u li ma kenux jeżistu fi żmien l-Onor.", "Mintoff, meta ħriġna b'dawn l-affarijiet.", "Allura permezz ta' din il-klawsola aħna qed ngħidu li jekk illum hemm entitajiet ġodda li qed jibbenefikaw mit-turiżmu imma għadhom m'humiex qed jikkontribwixxu, jistgħu jibdew jikkontribwixxu wkoll.", "Kif spjega tajjeb l-Onor.", "Mangion, peress li dawn huma public funds ma tistax taqbad u tiddeċiedi t-Tourism Authority kemm se tonfoq.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jekk dawn l-entitajiet ma jkunux regolati li jridu jħallsu l-liċenzja biex joperaw fis-settur turistiku, kif tista' tasal biex tiftiehem magħhom li jridu jħallsu tant fuq il-liċenzja?", "Inutli li toqgħod tordnalhom biex iħallsu għaliex iktar tgerrixhom u ma jħallsux.", "Trid tasal fi ftehim li ladarba l-liċenzja li qed iħallsu m'hijiex daqstant għolja, kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu u jikkontribwixxi xi ħaġa.", "Nixtieq inkun naf jekk dawn l-entitajiet jirrikjedux li jkollhom liċenzja jew le.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Iva, iridu l-liċenzja.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Allura m'hemmx diffikulta'.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fil-fatt aħna qed ngħidu li dawn jistgħu jagħmlu kontribuzzjoni u m'aħniex qed ngħidu kif iridu jikkontribwixxu, pero' mod kif dan jista' jsir huwa li mal-liċenzja tingħata l-kontribuzzjoni.", "Bażikament din hija klawsola 7, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Il-Ministru qal li din il-klawsola għandha x'taqsam ma' klawsola oħra u għalhekk jien nissuġġerixxi li din il-klawsola tiġi postponed u narawha flimkien mal-klawsola l-oħra li għandha x'taqsam magħha għaliex it-tnejn flimkien se joperaw.", "Din il-klawsola tgħidlek kif tissottometti u ma tissottomettix u x'tista' tagħmel u x'ma tagħmilx u klawsola l-oħra tgħidlek kif iġġib u ma ġġibx.", "Għaliex ma narawhomx flimkien dawn iż-żewġ klawsoli?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Peress li hemm diversi klawsoli ma tistax tgħaqqad waħda ma' l-oħra biss.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien m'iniex qed ngħid li għandek tgħaqqad waħda ma' oħra imma qed nissuġġerixxi li għalissa ma nkomplux niddiskutu klawsola 7 u mbagħad nerġa' nikkonsidrawha eżatt qabel l-oħra biex niddiskutuhom flimkien.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Imma jekk se nagħmlu hekk, ikun diffiċli għaliex din hija l-unika klawsola li tittratta l-flus li se jiġu vvotati lill- Awtorita' tat-Turiżmu.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma f'din il-klawsola qed ngħidu li l-estimi jridu jiġu sottomessi lil dan il-Parlament.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa - u prima facie tidher li qed taqbel miegħu - li meta jkollna ventures ġodda, biex insejħilhom hekk, li se jiġu ssussidjati minn public funds, kemm min- naħa tat-turiżmu, kemm min-naħa ta' din l-Awtorita u kif ukoll minn xi vot dirett ieħor, dawn jiġu scrutinised għall-ewwel darba minn dan il- Parlament.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Li jiġi skrutinizzat fil-Parlament huma l- estimi ta' l-Awtorita'.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Dan li qed nipprova ngħid jien.", "Allura jien ma fhimtx biżżejjed x'inhu l-ħsieb tiegħek.", "Jien qed ngħid li jekk se ġġib l- estimi ta' l-Awtorita' għall-iskrutinju tal-Kamra, dawn se jkunu globally u mhux se jkunu maqsumin li tant flus se jintnefqu għal dik il-ħaġa u tant għal ħaġa oħra.", "Għalhekk aħna qatt ma nkunu nafu x'inhu new venture u x'mhuwiex new venture.", "Ħafna drabi meta xi ħaġa titfagħha mgħawġa, dan ma jsirx bi skop jew għax tkun trid imma kultant tiġi mgħawġa għax tkun trid tgħaġġel u tibqa' mgħawġa għax tibqa' għaddejja, anzi kultant isservi ta' preċedent għal affarijiet oħrajn.", "Jien qed nissuġġerixxi li new ventures, huma fejn huma, għandna nagħtu iktar kashom minn affarijiet li jkunu diġa' għaddew bħala new ventures u jibqgħu għaddejjin, ħalli mbagħad jerġgħu jiġu mal-global vote.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel ma' dan is- suġġeriment, allavolja jirrikjedi ċertu xogħol f'din il-liġi.", "Għalhekk qed ngħid li għandna nikkombinaw din il-klawsola ma' l-oħra ...", "Jien ma nafx x'inhuma l-klawsoli l-oħra għaliex għadni lanqas qrajthom u nirringrazzjak li qed tgħidli x'inhu ġej.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jien nixtieq li ngħaddu klawsola 7 għaliex din ma tittrattax new ventures u ma titkellem xejn fuq l-investimenti.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma allura rridu nagħmlu klawsola speċifika għal new ventures.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Iktar 'il quddiem hemm klawsoli oħra ...", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Klawsoli fuq new ventures?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Din il-liġi fiha 53 klawsola.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Hemm klawsola fuq in-new ventures?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Insibu klawsoli li jittrattaw l-investiment tat- Tourism Authority.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma dan ma jilqax is-suġġeriment li qed nagħmel jien.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Klawsola 7 tgħid li l-flus tat-Tourism Authority għandhom jiġu approvati minn din il-Kamra u tgħid ukoll li kull sena t- Tourism Authority għandha ġġib għall-iskrutinju ta' din il-Kamra l-estimi ta' dawk il-flus li jkunu ġew ivvotati għaliha.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien naf x'qed tgħid.", "Issa pprova ifhem lili għax inkella se nibqgħu ngħidu l-istess ħaġa u se nipprova npoġġiha mod ieħor ħalli tkun tista' tifhimni aħjar.", "Meta jinġiebu l-estimi, sew jekk ikunu tat-tourist board, sew jekk jinġiebu taħt l-Air Malta jew taħt xi vot ieħor, jinġiebu en bloc u ma jiddistingwux bejn ħaġa u oħra.", "Per eżempju, il-flus li toħroġ l-Air Malta m'humiex għal skopijiet ġodda imma jintnefqu għal ċerti skopijiet.", "Issa biex ma noqogħdux kull darba mmorru quddiem il- Public Accounts Committee meta niġu għal new ventures, jien qed ngħid li għandna - ma nafx x'għandu x'jaqsam il-Public Accounts Committee meta niġu fuq affarijiet ta' new ventures - naqilgħu n-new ventures, huma ta' min huma issa, jekk hux ta' l-Awtorita' jew ma' xi vot ieħor tat-turiżmu jew ma' l-Air Malta, u narawhom iktar bis-serjeta'.", "Issa jekk tridu nagħmluhom f'din il-liġi jew taħt xi liġi oħra, ma jimportax taħt liema liġi jaqgħu u tistgħu tiddeċiedu intom.", "Dan li qed ngħid jien.", "Issa din il-klawsola hija parti min-new ventures ukoll.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Din il-klawsola ma tittrattax new ventures.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Din il-klawsola għandha x'taqsam għaliex tirregola l-proċedura tal-flus kollha li se jintnefqu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: M'għandhomx x'jaqsmu n-new ventures ma' din il- klawsola.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Preżentement l-iskop prinċipali tal-NTOM huwa li tagħmel promozzjoni għat-turiżmu u m'hijiex qed tagħmel ventures kif qed taħsibhom inti.", "L-entita' tat-turiżmu llum m'hijiex qed tidħol fi proġetti kif qed tispjega inti.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Ippermettili.", "Safejn naf jien l-NTOM tagħmel ħafna publicity għat-turiżmu.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Preċiżament dak huwa l-iskop prinċipali tagħha.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien naf x'qed ngħid għaliex l-NTOM inħolqot għall- ewwel darba meta kont Prim Ministru jien u tgħidx kemm batejna sakemm ippenetrat għaliex l-operators u l-oħrajn ippretendew li huma ma jagħmlu xejn ħlief li jieħdu l-flus mingħand il-gvern, imbagħad kulħadd kien jgħajjar lill-gvern li kien qed jonfoq il-flus b'mod ħażin Din l- organizzazzjoni tajjeb jew ħażin imxiet u j'Alla tkompli timxi iktar għaliex jien m'iniex kontra tagħha.", "Imma jekk verament irridu nagħmlu l- affarijiet bis-serjeta' ma nistgħux ngħidu li se noħorġu l-flus għall- pubbliċita', imbagħad m'aħniex lesti li noħorġu xi ħaġa biex nagħmlu proġett li se jiġbed it-turisti permezz tal-faċilitajiet li jkun qiegħed joffri.", "Dan li qed nipprova ngħid jien.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jiġifieri nġibu l-proġett tal-Kottonera taħt it- Tourism Authority u nagħmluh minn hawn?", "It-Tourism Authority ma tagħmilx proġetti.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Ippermettili issa la semmejtha inti.", "Jien ippretendejt li la hemm in-nies qegħda, il-Gvern jieħu l-inizjattiva li jibda jagħmel xi ħaġa hu u mbagħad il-flus inġibuhom wara.", "Issa jien qed ngħid li meta jkollna joint ventures, narawhom sewwa hawnhekk ħalli ma niġux iktar f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Jekk tridu li l-flus jintnefqu biss fuq publicity, allura tridu tgħidu li se jintnefqu fuq publicity.", "Jien għadni ma rajthomx il-klawsoli l-oħra.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni ddeċidiet li ma titkellimx, għaliex naħseb li kieku hemm xi ħadd li jista' jgħinni fuqha din.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Din id-darba m'għamlux bħad-darba l-oħra, baqgħu hawn u m'humiex qed jitkellmu biex jieħdu l-paga xorta!", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Issa għandek prova li jien m'għandix x'naqsam magħhom.", "Jien ma nafx x'hemm fil-klawsoli l-oħra.", "Jekk f'din il-liġi għandna klawsoli li jillimitaw għal liema skopijiet jistgħu jużaw il-fondi u, per eżempju, ma jistgħux jużawhom għal proġetti bħalma huwa l-proġett tal-Kottonera imma jistgħu jużawhom għal affarijiet oħra, nixtieq li l- Ministru jinformani ħalli nkunu nistgħu niftehmu.", "Issa jien ma rajthomx il- klawsoli ta' qabel u għalhekk il-Ministru jrid jaċċertani li hemm dawn il- limitations għaliex inkella se niġu ċikkubriku.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fi klawsola 5 li tittratta l-funzjonijiet ta' l- Awtorita' nsibu dawn il-limitations u 'l quddiem insibu klawsoli li jitkellmu dwar l-attivitajiet ta' l-Awtorita'.", "Imma żgur li l-iskop prinċipali ta' l-Awtorita' m'huwiex li tagħmel dawn it-tip ta' proġetti.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma ma nistgħux ngħidu li m'huwiex l-iskop prinċipali għaliex inkella iktar nitfixklu 'l quddiem", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Aħna ilna sena u nofs naħdmu fuq din il-liġi, ħriġna white papers u ddiskutejniha ma' l-associations konċernati", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma m'huwiex tort tiegħi jekk ħadd ma kellimni fuqha!", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Allura huwa tort tiegħi?", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma issa qegħdin f'sitwazzjoni li jien ma nistax ngħid lill-oħrajn biex jgħiduli x'ikun għaddej u la ilek sena u nofs taħdem fuq din il-liġi, taf x'fiha u x'ma fihiex.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għalhekk qed ngħidlek.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien qed ngħid li biex ma jkunx hemm overlapping, kull awtorita' li nagħmlu jrid ikollha speċifikat eżatt x'inhu l-limitu tagħha.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Dan li qed tgħid diġa' jeżisti fil-liġi.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Allura nitolbok tieħu paċenzja u 'l quddiem meta niġu għalihom urihomli.", "Wieħed mill-iskopijiet li għalih se titwaqqaf din l- Awtorita' huwa biex tagħmel pubbliċita' .", "Issa jekk hemm xi skopijiet oħrajn, nitlob lill-Ministru biex jgħidli x'inhuma.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Klawsola 5, li diġa' għaddiet, telenka l- funzjonijiet ta' l-Awtorita'.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Nitlob lill-Ministru biex jagħtini ftit tal-ħin sakemm nara klawsola 5.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Chairman, irrid nirrimarka li f'subklawsola (2) ta' klawsola 5 qed ngħidu l-kontra ta' dak li qal l-Ministru.", "Fil-fatt qed ngħidu li:", "\"Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, l-Awtorita' taddotta u ssegwi l- policies u l-pjanijiet tal-Gvern u barra minn hekk taġixxi skond il- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u kull liġi oħra li tapplika; u l- Awtorita' tista' tagħmel dawk l-investimenti, kif jista' japprova l- Ministru, u li jkunu kkalkolati li jgħinu biex jippromwovu u jiżviluppaw lil Malta bħala destinazzjoni turistika.\".", "Jiġifieri qed nitkellmu wkoll fuq investimenti u mhux biss fuq pubbliċita'.", "ONOR.", "KARMENU VELLA; Imma mhux proġetti kif forsi qed taħseb inti.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma dan huwa miktub fil-liġi.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Klawsola 5 għaddiet u jien għidtlek li klawsola 7 ma tittrattax kif jistgħu jintnefqu l-flus imma tittratta biss kif il-flus jiġu vvotati u kif jistgħu jiġu mis-settur privat.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma issa se niġu fl-istess diffikulta' li kelli jekk nagħmlu hekk.", "Se napprovaw klawsola 7 li tgħid li għandu jsir skrutinju ta' l-estimi ta' l-Awtorita' minn din il-Kamra, imma meta għandna tant proliferation ta' awtoritajiet li jistgħu jagħmlu l-istess ħaġa, kif se jsir dan l-iskrutinju?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Imma qed ngħidu li jekk l-Awtorita' tkun se tinvesti sold fil-promotion u sold fl-investiment, kulma se tagħmel trid iġġibu għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma ftit minuti ilu għidtli li l-Awtorita' ma tinvestix fi proġetti bħal dawn.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Imma mhux fi proġetti kif qed taħseb inti.", "Għidilna x'tip ta' proġetti għandek f'moħħok ħalli nkunu nafu x'qed tifhem b'investimenti.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Chairman, klawsola 5 li diġa' għaddiet titkellem in general.", "Jien m'iniex qed ngħidlu biex nerġgħu ngħadduha, imma l- klawsola l-oħra għandha bearing fuqha u issa jekk mhux se nirranġaw l-oħra, mhux veru se torbotna li ma jkunx hemm investimenti.", "Dan li qed ngħid jien.", "Issa jekk irid iħalliha kif inhi, m'iniex se nżommu.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għidtlek jien stess li qiegħda fi klawsola oħra.", "ONOR.", "DOM.", "MINTOFF: Jien m'għandi l-ebda dritt ngħidlek biex nerġgħu nagħmluha imma għandi d-dritt ma nivvotax favur klawsola.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Issa mhux diġa' urejtna li għandek dak id-dritt!", "Xi ħadd neħħielek dak id-dritt?", "Kulħadd għandu dan id-dritt.", "ONOR.", "DOM.", "MINTOFF: Jien qed ngħid illi kieku kellek speċifikat eżatt illi l-Awtorita' m'hijiex se tidħol fi new ventures u m'hijiex se tikkontribixxi għal new ventures, imma rridu naraw kif se ndaħħluha taħt xi liġi oħra li diġa' teżisti ...", "Il-Ministru jaf illi dan illi qed ngħid huwa importanti.", "Imma issa la fi klawsola 5 qed ngħidu dan, ma nistax ngħid li taħt klawsola 7 ma jistgħux jiġru dawn l-affarijiet.", "Jiena qed ngħid dawn l-affarijiet jistgħu jiġru u issa qed nagħmlu mod kif jistgħu jiġu skrutinizzati.", "Jiena qed ngħid li din il-klawsola u klawsola 15 illi qed issemmili narawhom flimkien biex nagħmlu klawsola fejn ngħidu li jekk ikun hemm new ventures dawn iridu jiġu separati.", "Jien għaġġilt biex rajt dawn il-klawsoli u mn'alla għandi ftit tal-prattika li naqbad malajr għax kieku ma tantx taqbad peress li hawn ħafna affarijiet!", "Issa jien ma qgħadtx noqgħod nara dik l-emenda li ġibtu!", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jien m'għandix iktar kummenti x'nagħmel.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: L-emenda għadni lanqas rajtha.", "(Interruzzjonijiet) Issa tajtuhomli l-emendi.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-emenda għal klawsola 7 kulma fiha żewġ sentenzi.", "Tajthielek u qiegħda għandek.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mhux issa ġibtuhom!", "Allura kif tippretendu li narawhom malajr u ngħadduhom?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-emendi ilhom ħafna fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Forsi inti rajthom illum.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jiġifieri qed tgħid li ilhom fuq il-Mejda tal-Kamra imma ressaqtuhom issa?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Le, inti rajtha issa.", "L-emenda ilha madwar erba' xhur fuq il-Mejda tal-Kamra!", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Issa jekk trid tgħaddiha, jien m'iniex se nżommok.", "M'iniex se noqgħod infettaq fuq din imma fuq l-oħra se nfettaq.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fuq liema?", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Fuq dik li diġa' għidtlek.", "Jekk twegħidni li se jkun hawn klawsola 'l quddiem fejn ngħidu illi n-new ventures jiġu ttrattati differenti, ikun biżżejjed għalija.", "Imma la fi klawsola 5 qed indaħħlu l- investiment ukoll - issa int bħali ma tafx x'jista' jkun dan l-investiment għax li hemm miktub jgħodd u mhux li jkollok f'rasek - irridu nsibu rkaptu tagħha din il-parti.", "Issa jekk m'iniex raġonevoli għidli li m'iniex nirraġuna.", "Inkella nistgħu ma niġu xejn f'dan il-Parlament għaliex in-naħa ta' l-Oppożizzjoni m'humiex se jitkellmu, jien m'iniex se nitkellem u allura ma niġu xejn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Qed nipprova nara l-emendi, Mr Chairman, imma m'iniex insibhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għadhom fuq il-Mejda tal-Kamra jew le?", "Milli nista' nifhem ingħatat kopja lill-Oppożizzjoni imma naħseb li lilna bħala Membri jistgħu jagħtuna kopja wkoll.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Se taqta' nifsek biex taqraha daqskemm hi twila.", "Jien qtajt qalbi!", "THE CHAIRMAN: Naħseb li sakemm l-Onor.", "Lino Spiteri jara l-emendi, nistgħu ngħaddu għal klawsola 8.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Chairman, jien nissuġġerixxi li klawsola 7 tiġi posposta u narawha ma' klawsola 15, peress li l-Ministru qalli li huma marbutin flimkien.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jien lanqas semmejtha klawsola 15!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, nipproponi li klawsola 7 u l-emenda \"I\" jiġu posposti.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex klawsola 7 u l-emenda \"I\" jiġu posposti.", "Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 7 u l-emenda \"I\" ġew posposti.", "Klawsola 8 - Kontijiet u verifika.", "Clause 8 - Accounts and audit.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"J\" Fit-test Malti tas-subklawsola (4) tal-klawsola 8 minflok il-kliem \"l-artikolu 7.\" għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 7.\".", "\"J\" In the Maltese text of subclause (4) of clause 8 for the words \"l- artikolu 7\" there shall be substituted the words \"artikolu 7.\"", "Klawsola 8 tittratta dwar l-audited accounts tat-Tourism Authority, fejn qed ngħidu li l-Awtorita' għandha żżomm dawn il-kontijiet u li dawn il- kontijiet għandhom ikunu vverifikati minn awditur.", "Barra minn hekk, qed ngħidu wkoll li jekk ikun mitlub mill-gvern, dawn il-kontijiet għandhom jiġu eżaminati mill-Awditur Ġenerali.", "Kif għidna fi klawsola 7 għall- estimi, fi klawsola 8 qed ngħidu wkoll illi l-verified accounts għandhom ikunu ppreżentati lill-ministru, li min-naħa tiegħu jrid iressaq dawn l- accounts u r-rapporti quddiem din il-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, naħseb li din il-klawsola tkompli ma' dik ta' qabilha, fejn qed ngħidu li l-accounts ta' l-Awtorita' jridu ikunu scrutinised minn din il-Kamra.", "Barra minn hekk, għandna prekawzjoni u kontroll addizzjonali fejn il-ministru tal-finanzi - apparti l- ministru tat-turiżmu li fi klawsola 5 għandu responsabbilta' li jkun mgħarraf b'kollox hu u jkun hemm l-approvazzjoni tiegħu - jista' jitlob lill-Awditur Ġenerali biex jivverifika dawn l-accounts.", "Kif jaf kulħadd, l- Awditur Ġenerali nħatar bi qbil bejn iż-żewġ naħat u allura għandu indipendenza assoluta.", "Din kienet waħda mill-ewwel liġijiet illi għadda dan il-Parlament u llum l-Awditur Ġenerali ma jaqax taħt il-ministeru tal- finanzi imma huwa indipendenti.", "Jiġifieri għandna wkoll dan il-kontroll addizzjonali.", "Fi klawsola 8 nsibu wkoll li l-awdituri li jkunu nominati mill- Awtorita' .....", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma dawn l-awdituri m'humiex barranin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għandna awdituri barranin.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Ajma ħej, jekk huma l-awdituri li naf jien!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma hemm awdituri barranin li huma responsabbli u għandhom l-obbligi kollha bil-liġi li jagħmlu l-verifiki tagħhom, għaliex bħal kull ħaġa fid-dinja hemm awdituri tajbin u oħrajn li m'humiex.", "Imma jien nassumi li l-awdituri jkunu tajbin u jagħmlu xogħolhom.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Onor. Mangion, fejn naqblu toqgħodx tgħidli li ma naqblux.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien m'iniex qed ngħidlek li m'aħniex naqblu.", "Pero' apparti n-norma ta' kull korp u kull entita' kostitwita b'liġi li jkollha l-awdituri tagħha, hemm ukoll il-prekawzjoni addizzjonali fejn il- ministru responsabbli mill-finanzi jista' jqabbad lill-Awditur Ġenerali - li huwa kostitwit u protett ukoll bil-Kostituzzjoni, għandu l-fondi allokati lilu mill-Fond Konsolidat u għandu indipendenza sħiħa mill- ministri konċernati u mill-gvern - li jagħmel il-verifiki neċessarji.", "B'dan il-mod inkunu qed nissanaw iktar il-kontroll fuq dawk li jkollhom il-poter fl-Awtorita', bħalma huma l-executives li jkunu qed jamministraw il-finanzi ta' l-Awtorita', għaliex wara kollox parti sostanzjali minnhom huma finanzi pubbliċi.", "Jien naħseb li klawsola 8 hija komplimentari għal klawsola 7 u tkompli ssaħħaħ dak li diġa' ntqal fi klawsola 7.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, naħseb li din il-klawsola hija xi ftit differenti minn klawsola 7, għalkemm jista' jkun li tista' ssejħilha komplimentari.", "Klawsola 7 titkellem dwar x'għandu jsir bħala tħejjija ta' estimi u dwar meta għandhom jitqiegħdu quddiem il-Kamra filwaqt li klawsola 8 titkellem dwar l-audit.", "Klawsola 8 tibda biex tgħid affarijiet tajbin, affarijiet bażiċi u normali, cioe' li l-Awtorita' trid iżżomm l-kontijiet u l-kotba tagħha u għandha tara li jkunu vverifikati minn awdituri barranin, fis-sens li ma jkunux l-awdituri interni ta' l-Awtorita'.", "Barra minn hekk, insibu l-proviso li l-ministru jista' jitlob lill-Awditur Ġenerali biex jagħmel verifika hu u din hija ħaġa tajba u teżisti f'liġijiet oħra, imma tajjeb li tidħol minn issa għar-raġunijiet li diġa' ngħataw.", "Imma nixtieq li l-Ministru jħares iżjed lejn subklawsola (3) li qed tagħmel l-obbligu fuq l-Awtorita' tat-Turiżmu li l-audited accounts jiġu mogħtija lill-ministru u jħares ukoll lejn subklawsola (4), fejn qed ngħidu li dawn l-audited accounts li jingħataw lill-ministru għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Issa, jekk m'iniex żbaljat, filwaqt li fi klawsola 7 insibu riferenza għat-terminu li fih għandhom jiġu ppreparati l-estimi ta' l-Awtorita' u għandhom jitqiegħdu quddiem dan il-Parlament, fi klawsola 8 m'hemm l-ebda terminu dwar meta l-audit għandu jitlesta għas-sodisfazzjon ta' l-Awtorita' u mbagħad għas-sodisfazzjoni tal- ministru u m'hemm l-ebda terminu dwar meta l-ministru għandu jpoġġi dawn l- audited accounts quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Issa biex il-Kamra tar-Rappreżentanti - apparti l-ministru, għax il-Kamra tar-Rappreżentanti tiġi ogħla minn kull ministru f'termini ta' ħarsien tan-nefqa pubblika u ta' l-operat pubbliku u għalkemm huwa l-ministru li għandu l-ewwel responsabbilta' wara l-Awtorita', hija l-Kamra tar-Rappreżentanti kollha kemm hi li għandha l-obbligu li tagħmel supervision - tkun tista' tara, tifli u tikkummenta dwar l-audited accounts tat-Tourism Authority, irid ikollha ċertezza li l-ġisem ma jkunx spiċċa bir-rigor mortis, ma jkunx ibbies iż-żejjed għaliex jekk kemm-il darba jkun għadda żmien wisq ikun inutli li jiġu quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti biex min ikun qiegħed hawn dak iż-żmien jagħmel il-kummenti tiegħu.", "Allura jien nissuġġerixxi li jekk kemm-il darba ma teżistix diġa' x'imkien ieħor - jien m'iniex naraha għax jista' jkun li qiegħda hemm u jien m'iniex nifhimha għaliex jien ma nifhimx f'kollox - wieħed irid iħares u jara li jagħmel terminu dwar meta għandhom jingħataw l-audited accounts lill-Ministru u dwar meta għandhom jitpoġġew quddiem il-Parlament billi l-ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal- Kamra.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, filwaqt li f'subklawsola (3) qed insemmu t-terminu ta' żmien fis-sens li qed ngħidu li dawn l-accounts għandhom jintbagħtu fl-istess ħin ma' l-estimi ta' l-Awtorita', imbagħad f'subklawsola (4) qed ngħidu li:", "\"Il-Ministru għandu jara li titqiegħed quddiem il-Kamra kopja ta' kull prospett u rapport bħal dak flimkien mal-mozzjoni mqegħda quddiem il- Kamra taħt l-imsemmi l-artikolu 7.\".", "Jiġifieri t-terminu ta' żmien huwa marbut ma' artiklu 7.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, il-Ministru qiegħed jgħid sewwa li huwa marbut ma' klawsola 7 imma huwa marbut b'mod ħażin għax klawsola 7 issemmi t-tħejjija ta' l-estimi għas-sena li jmiss u rapport dwar x'ikun hemm imħejji fl-estimi.", "Issa jien ma nimmaġinax li l-estimi se jersqu quddiem din il-Kamra għas-sena li jkun imiss qabel, ngħidu aħna, Settembru jekk kemm-il darba s-sena finanzjarja tibda mill-1 ta' Jannar, jew inkella jekk tkun tibda f'Ottubru, qabel Lulju.", "Issa jekk kemm-il darba tieħu l-aħħar ipotesi li l-estimi jaslu quddiem din il-Kamra f'Lulju - apparti li wieħed jawgura li ma jkunx xahar bħal dan u jkun Lulju daqsxejn iktar normali! - xorta waħda qiegħed tgħid li dawk l-audited accounts ikollhom mill-inqas sitt xhur u għalhekk jien għidt li ma rridux rigor mortis, li l-ġisem beda jibbies.", "Jekk jitressqu accounts quddiem il- Parlament sitt xhur wara li tkun għalqet is-sena finanzjarja, il-ġisem mhux talli jkun ibbies imma jkun niten u dan il-Parlament kemm jista' jkun għandu jara l-affarijiet friski u allura iżjed ma nagħmlu rabta dwar meta għandhom jitqiegħdu l-audited accounts quddiem il-Parlament ikun iżjed aħjar.", "Hawnhekk irrid nirriferi - dejjem mingħajr ma nkun prużuntuż iż-żejjed, għax irrid noqgħod attent li ma nkunx prużuntuż iż-żejjed - għal qasam li xi ftit jew wisq nifhem fih, u nirriferi għal-Liġi tal-Bank Ċentrali li għalkemm m'hijiex xi liġi ġdida u moderna għaliex saret xi 30 sena ilu, għandha proviso preċiż li jgħid li l-ministru tal-finanzi jrid iqiegħed rapport dwar l-operat tal-Bank Ċentrali flimkien mal-profit and loss u l- balance sheet tiegħu, li allura jridu jkunu audited quddiem il-Kamra, sas-7 ta' April jew inkella jekk il-Parlament ma jkunx qiegħed jiltaqa' fl-ewwel seduta wara s-7 ta' April.", "Jiġifieri f'dik il-liġi għandna terminu preċiż li fi żmien l-ewwel tliet xhur tas-sena r-rapport annwali mhux biss jrid ikun lest imma jridu jkunu ġew audited l-accounts u mbagħad iridu jitqiegħdu quddiem il-Kamra tal-Parlament u suppost li l-Parlament jiddibattihom.", "Issa jien nissuġġerixxi li din il-Kamra tkun servuta tajjeb billi barra li jkun hemm ir-rabta li ġibidli l-attenzjoni għaliha l- Ministru taħt subklawsola 8 (4), ikun hemm ukoll konsiderazzjoni - forsi wieħed irid jaħsibha ftit iżjed - dwar dan il-punt li qed nagħmel jien, cioe' li jrid ikun hemm terminu speċifiku dwar meta l-audited accounts għandhom jitpoġġew quddiem il-Kamra tal-Parlament.", "Jien ngħid ukoll li m'huwiex sewwa li minn dan il-Parlament inqatgħet id- drawwa - u din saret mill-amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista - li ċerti accounts ma jiġux dibattuti hawnhekk, bħalma kienu jiġu dibattuti, per eżempju, l-accounts ta' l-Universita'.", "Imma jekk stess hawn xi provvediment biex issir xi tip ta' diskussjoni, hemm differenza bejn li tiddiskuti l-estimi u li tiddiskuti l-audited accounts.", "Issa jekk kemm-il darba jittieħed is-suġġeriment tiegħi li jkun hemm dikotomija bejn l- estimi u r-rapport li jitqiegħed ma' l-estimi li jridu jersqu quddiem din il-Kamra jew f'Lulju jew inkella f'Ottubru u l-audited accounts, din il- Kamra tkun servuta ħafna aħjar għax ladarba jitqiegħdu l-audited accounts fuq il-Mejda tal-Kamra tkun il-funzjoni tal-Public Accounts Committee li jeżaminahom, mentri l-estimi ta' l-Awtorita', bħall-estimi ta' l-Enemalta u awtoritajiet oħrajn, teżaminahom il-Kamra kollha.", "Jiġifieri t-timeframe u l-kontroll tal-Parlament huwa differenti u għalhekk wieħed irid jidħol daqsxejn iktar fil-fond f'dawn l-affarijiet - nerġa' ntenni dejjem jekk jien korrett għax ma rridx inkun prużuntuż f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, naħseb li l-punt ta' l-Onor.", "Spiteri qed jinftiehem sewwa, pero' peress li l-audited accounts huma marbutin ma' l-estimi nirriferih għal subklawsola 7 (4) li tgħid hekk:", "\"L-Awtorita' għandha tara li f'kull sena finanzjarja jitlestew, u mhux iktar tard minn erba' ġimgħat qabel l-għeluq ta' dik is-sena, ...", "- għaliex għadha kemm tressqet emenda għaliha -", "\"... taddotta estimi ta' dħul u ħruġ ta' l-Awtorita' għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih wara.\".", "Jiġifieri għandek dak it-terminu ta' erba' ġimgħat meta l-estimi għandhom ikunu lesti u allura l-audited accounts fi klawsola 8 iridu jkunu ppreżentati flimkien ma' l-estimi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Sur President, qed inħares lejn klawsola 9 fejn qed ngħidu li l-Awtorita' hija obbligata li tagħmel ir-rapport dwar il-ħidma tagħha, liema rapport għandu jiġi ppubblikat jew imqiegħed hawnhekk mhux iktar tard minn 12-il ġimgħa wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja.", "Forsi jkun aħjar li meta nagħmlu t-terminu ta' l-auditing ikunu dawn it-12-il ġimgħa ħalli jkunu mar-rapport stess li tkun għamlet l-Awtorita'..", "THE CHAIRMAN: L-Onor.Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, il-punt li għamel l-Onor.", "Mangion dwar subklawsola 7 (4), kif emendata, irid jintrabat ma' subklawsola 7 (7) għaliex jekk wieħed iħares lejha sewwa jinduna li ma jkunx hemm żmien biżżejjed biex isiru l-audited accounts.", "F'subklawsola 7 (4) qed ngħidu li l-estimi jridu jitlestew mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel l- għeluq tas-sena finanzjarja.", "Dan ifisser li erba' ġimgħat qabel l-għeluq tas-sena finanzjarja jrid jitlesta r-rapport għas-sena ta' wara u ovvjament hemm ma jkunux jistgħu jsiru audited accounts.", "Imbagħad f'subklawsola 7 (7) qed ngħidu li mhux aktar tard minn tmien ġimgħat minn meta jirċevih. il- ministru għandu jqiegħdu quddiem il-Kamra tal-Parlament.", "Issa jekk nieħdu li kollox ikun sar like clockwork, jiġifieri l-ministru jirċevih erba' ġimgħat qabel u jpoġġih sal-limitu ta' erba' ġimgħat wara li tkun bdiet is- sena, mill-ftit esperjenza li għandi f'dan il-qasam nista' ngħid li fi żmien erba' ġimgħat ma jkunux laħqu saru audited accounts.", "Allura naħseb li kif qed josserva l-Onor.", "Mintoff, ir-rabta għandha tkun ma' artiklu 9 u mhux ma' artiklu 7.", "La għadna ma wasalniex għaliha, jien nissuġġerixxi li ssir emenda speċifika billi tinbidel id-diċitura ħalli t-terminu ta' żmien li jorbot l-audited accounts fi klawsola 8 jiġi marbut mat-terminu ta' żmien fi klawsola 9, fejn qed nitkellmu dwar meta għandu jiġi ppreżentat ir-rapport annwali.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: .", "Fil-fatt l-Onor.", "Spiteri għandu raġun u t-terminu ta' żmien jista' jintrabat ma' klawsola 9.", "Klawsola 7 qed tittratta d- dispożizzjonijiet finanzjarji, klawsola 8 qed tittratta l-audited accounts u klawsola 9 qed tittratta l-annual report.", "Jiġifieri issa qed ngħidu li l-audited accounts għandhom jintrabtu ma' l-annual report.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Hekk jagħmel sens.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sakemm issir l-emenda, nipproponi li klawsola 8 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex klawsola 8 tiġi posposta.", "Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 8 ġiet posposta.", "Klawsola 9 - Rapport annwali.", "Clause 9 - Annual financial report.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, klawsola 9 tittratta r-rapport annwali ta' ħidma tat-Tourism Authority u f'subklawsola 9 (1) qed ngħidu li sa tliet xhur minn meta tintemm is-sena finanzjarja, it-Tourism Authority trid tibgħat ir-rapport ta' ħidma lill-ministru, imbagħad f'subklawsola 9 (2) qed ngħidu li l-ministru għandu jpoġġi kopja ta' l- annual report fuq il-Mejda tal-Kamra fi żmien ħmistax minn meta jirċevih.", "Issa bl-emenda li se nagħmlu għal klawsola 8, it-terminu li se jingħataw l- audited accounts se jkun l-istess terminu ta' l-annual report.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Irrid ngħid biss li jekk se ssir emenda għal klawsola 8, trid issir ukoll emenda għal klawsola 9 fejn irridu nżidu li l-ministru għandu jara li kopja ta' kull rapport bħal dan flimkien ma' l- audited accounts imsemmija f'artiklu 8 jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma nsib l-ebda problema li ssir din l-emenda.", "Jiġifieri l-emenda għal klawsola 9 tiġi li flimkien mar-rapport annwali jridu jiġu ppreżentati l-kontijiet u l-verifika.", "Issa għandi emenda oħra għal klawsola 9 li tgħid hekk:", "\"K\" It-test Malti tal-klawsola 9 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) minflok in-nota marġinali tagħha għandha tidħol din li ġejja \"Rapport finanzjarju annwali.\"; u", "(b) fis-subklawsola (2) tagħha, minflok il-kliem \"sessjoni ta' wara\" għandhom jidħlu l-kliem \"sessjoni li tiġi minnufih wara\".", "\"K\" The Maltese text of clause 9 shall be amended as follows:-", "(a) for the marginal note thereto there shall be substituted the following: \"Rapport finanzjarju annwali.\"; and", "(b) in subclause (2) thereof, for the words \"sessjoni ta' wara\" there shall be substituted the words \"sessjoni li tiġi minnufih wara\".", "Mr Chairman, nipproponi li klawsola 9 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex klawsola 9 tiġi posposta.", "Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 9 - u l-emenda għaliha - ġiet posposta.", "Klawsola 10 - Kuntratti ta' provvista u xogħolijiet.", "Clause 10 - Contracts of supply or works.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, klawsola 10 tittratta l-kuntratti ta' provvista u xogħlijiet u se nressaq emenda għal klawsola 10 fis-sens illi m'hux se jkun il-ministru li japprova xi kuntratti imma t-Tourism Authority trid tagħmel kollox skond l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika.", "Għaldaqstant nixtieq nipproponi dawn l-emendi għal klawsola 10:", "''L'' Fit-test Malti tan-nota marġinali għall-klawsola 10 minflok il-kelma \"u\" għandha tidħol il-kelma \"jew\".", "''L'' In the Maltese text of the marginal note to clause 10 for the word \"u\" there shall be substituted the word \"jew\".", "''M'' Minflok il-klawsola 10 għandu jidħol dan li ġej:", "\"10.", "Meta tkun qiegħda tagħmel kuntratt għal provvista ta' oġġetti jew materjal jew għall-esekuzzjoni ta' xogħlijiet jew għall-għoti ta' servizzi, lil jew favur l-Awtorita`, l-Awtorita` għandha taġixxi skond kull regolamenti li jkollhom x'jaqsmu ma' l-akkwisti li jkunu fis-seħħ f'dak il-waqt partikolari, magħmulin taħt l-Att dwar l- Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika (Kap. 174) jew taħt kull liġi oħra li tkun f'dak il-waqt fis-seħħ minflok dak l-Att.\".", "''M'' For clause 10 there shall be substituted the following:", "\"10.", "When entering into any contract for the supply of goods or materials or for the execution of works or for the rendering of services, to or for the benefit of the Authority, the Authority shall act in accordance with any regulations relating to procurement at the time being in force, made under the Financial Administration and Audit Act (Cap.", "174) or any other law then in force replacing that Act.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, il-klawsola kif ġiet mibdula kompletament tixxiftja d-diskrezzjoni ministerjali u timponi fuq l- Awtorita' li taġixxi skond l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika.", "Peress li qegħdin nitkellmu dwar il-provvista ta' oġġetti, naħseb huwa tajjeb illi kemm jista' jkun wieħed ineħħi d-diskrezzjoni ministerjali u jgħaddiha fuq il-proċeduri normali tal-gvern.", "Pero' dwar il-mod kif inhuwa prospettat illi taħdem din l-Awtorita', naħseb li rridu inżommu quddiem għajnejna li ħafna drabi l-proċeduri adottati taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika jistgħu jieħdu t-tul ta' żmien iktar milli wieħed ikun jixtieq.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq Awtorita' li se jkollha f'idejha l- funzjoni tal-publicity biex tħeġġeġ it-turiżmu lejn pajjiżna.", "Bħalma jaf kulħadd, ħafna drabi l-publicity tagħmilha ħafna in advance, minn xi sena jew sena u nofs bil-quddiem - ma nafx it-termini eżatti għaliex m'għandix xi esperjenza partikolari - biex tikseb ir-riżultati mixtieqa.", "Għalhekk ċertament il-provvista ta' servizzi jew xogħol li jkollok bżonn tagħti, bħalma huma kuntratti ta' advertising, trid tagħtihom sa ċertu terminu ta' żmien biex ikollok l-effett massimu fis-suq.", "Peress li m'hawn xejn illi jorbot kemm jistgħu jdumu u ma jdumux dawn il-proċeduri taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, huwiex f'waqtu li wieħed jikkonsidra jekk għandhiex issir xi emenda fejn ngħidu li d-deċiżjonijiet dwar il-provvista ta' servizzi għandhom jingħataw f'terminu definit?", "Qed ngħid dan fid-dawl tal-bżonn illi l-Awtorita' ħafna drabi jkollha bżonn titlob provvista ta' servizzi fi żmien definit minħabba s-suq u din m'hijiex xi ħaġa li qed jiddetermina l-Gvern.", "ONOR.", "DOM.", "MINTOFF: Jiġifieri titressaq emenda għal-liġi finanzjarja jew emenda għal-liġi li għandna quddiemna?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma nafx jekk għandhiex issir emenda għal-liġi finanzjarja jew inkella emenda speċifika għal din il-liġi.", "ONOR.", "DOM.", "MINTOFF: Imma jekk issir emenda għal-liġi finanzjarja tkun qed tagħmilha għal kollox u mhux għal din biss!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma se mai tispeċifikaha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM.", "MINTOFF: Jekk qed nifhem sewwa, l-Onor.", "Mangion qed jgħid li illi l-klawsola li għandna fil-liġi finanzjarja m'hijiex biżżejjed biex torbot it-termini ta' żmien u jixtieq li jkun hemm xi ħaġa li torbot iktar.", "Issa jekk se nemendaw il-liġi finanzjarja, din torbot kull ħaġa li jagħmel il-gvern.", "Mentri jekk nagħmlu emenda għal din il-liġi u ngħidu li dak li nkunu rridu nżidu se jsir ''for the purposes of this Act'' , ma jkunx hemm għalfejn issir emenda għal-liġi finanzjarja.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Torbot biss din il-liġi għaliex primarjament qed nitkellmu fuq din issa.", "ONOR.", "DOM.", "MINTOFF: Għalkemm trid il-permess biex iġġib din l-emenda, jien l-ewwel wieħed illi lest li nagħti l-permess.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien naħseb illi l-urġenza fil-provvista tas- servizzi fis-settur turistiku - issa fil-każ jikkoreġini l-Ministru - bħal, per eżempju, il-kuntratt li jingħata għal xi programm ta' advertising barra mill-pajjiż, hija importanti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-emenda li qed iressaq issa l-Ministru hija tajba għax qiegħed japplika hawnhekk ir-regolamenti tal-Financial Administration and Audit Act u anke l-legal notices li jistgħu joħorġu taħt il-Financial Administration and Audit Act.", "Allura la tressqet din l-emenda - u naħseb illi tressqet wara ħafna ħsieb - għandna nħalluha kif inhi.", "Mhux talli hekk, talli jien nagħmel suġġeriment lil-leġislaturi li se jkunu hawnhekk fil-futur biex jikkonsidraw illi din il-klawsola partikolari tidħol fl- Interpretation Act, ħalli tkun tapplika mingħajr ma jkun hemm għalfejn joqogħdu jiġu emendati l-liġijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' public corporations and authorities.", "Dan huwa suġġeriment għal min se jkun hawn għada pitgħada.", "Jien ma naqbilx ma' dak illi qiegħed jingħad mill-Onor.", "Mangion, cioe' li l-emenda li ressaq il-Ministru tiġi b'xi mod emendata ħalli, jekk ikun hemm bżonn, jitħaffu l-proċeduri tal-calls for tenders and quotations.", "Ġaladarba għandek il-Financial Administration and Audit Act, illi hija liġi kompleta u taħtha jistgħu joħorġu regolamenti li kienu ġew mibdula fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, imbagħad reġgħu nbidlu fi żmien l- amministrazzjoni Laburista biex wessajniehom ħalli jkunu jkopru preċiżament korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi - mhux il-gvern ċentrali imma entitajiet pubbliċi, għaliex nittama li tgħallimna biżżejjed, forsi għad baqgħalna x'nitgħallmu, mill-episodju ta' Posta Limited u minn dak illi kien jiġri dak iż-żmien quddiem il-Public Accounts Commitee - dik għandha tibqa' kif inhi anke fid-dawl ta' dak illi huwa meħtieġ fil-prattika.", "M'hemm l-ebda ċirkostanzi fejn għandu jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm tqassir taż-żmien prudenti li jkun meħtieġ u tal-proċedura prudenti li leġislaturi f'dawn l-aħħar 40 sena ħassew illi huwa meħtieġ u li dejjem saffew u rranġaw tul iż-żmien meta jkun hemm talba għal tenders u kwotazzjonijiet.", "Kull meta kien hemm xi okkażjoni fejn ittieħdet xi short cut u ntalbu xi tenders jew inkella kwotazzjonijiet mhux eżattament konformi mal-liġijiet finanzjarji tal-pajjiż, apparti li saru ħafna affarijiet illi jistgħu jkunu dubbjużi, spiċċajna anke b'ċajt legali, b'inkwiet parlamentari u b'inkwiet politiku.", "Issa t-termini tal-liġijiet finanzjarji jipprovdu wkoll għad-direct orders fejn tista' tqassar u jien ma neħux pjaċir bid-direct orders u kieku l-Public Accounts Committee baqagħlu ħajja - imma ma tantx baqagħlu ħajja - hemm ċerti affarijiet illi saru f'dawn l-aħħar għoxrin xahar li jien nitlob li nagħmel mistoqsijiet dwarhom, barra li nagħmlu anke mistoqsijiet dwar affarijiet illi saru qabel.", "Allura ġaladarba qiegħda titressaq emenda tajba, għandna nħalluha kif inhi u ma mmissuhiex, anzi bil-prudenza kollha għandna naraw illi mhux biss tkun in the letter of the law imma kemm jista' jkun tkun prattikata u m'għandux ikun hemm ċirkostanzi fejn minħabba l-espedjenza u minħabba l-għaġġla, per eżempju, nitolbu kwotazzjonijiet flok noħorġu call for tenders.", "Filwaqt li fil-każ partikolari tat-Tourism Authority huwa korrett illi din tkun qed tippjana l-advertising programme tagħha ħafna bil-quddiem kif issemma hawnhekk, fih innifsu dak ma jfissirx illi m'għandhomx jiġu segwiti l-proċeduri kollha.", "Anzi peress illi l-proċeduri huma daqsxejn twal u l-ippjanar tal-programm tal-marketing u tal-publicity li tkun trid issir irid jkun dettaljat ħafna, iktar u iktar għandhom jorbtu r- regolamenti.", "Forsi dak li ssemma jrid jitqiegħed fil-kontest tal-ħtieġa - mhux taħt din il-klawsola imma taħt xi klawsola x'imkien ieħor - li l- advertising li jsir taħt l-umbrella tat-Tourism Authority ma jibqax imqassam f'partijiet kif inhu bħalissa.", "Illum in-National Tourist Organisation għandha budget għall-pubbliċita' u mqassam fid-diversi destinazzjonijiet ewlenin minn fejn jinġiebu t- turisti.", "Jista' jkun hemm argument favur illi flok ikun dak it-tqassim, ikun hemm il-budget kollu kkontrollat minn hawn Malta u jiena naħseb illi anke għax se tidħol din l-emenda li qiegħed jipproponi l-Ministru iktar u iktar dan se jkun meħtieġ u hawnhekk jidħol il-punt ta' l-Onor.", "Mangion.", "Jekk kemm-il darba kull fejn hemm tourist office, bħal, per eżempju, il- Ġermanja, l-Ingilterra u l-Italja, illi għandu l-budget tiegħu jista' jkun illi hemmhekk ma jkunux jistgħu jimxu f'konformita' ma' dak illi tkun tobbligahom din il-liġi b'din il-klawsola emendata u allura iktar u iktar dak li qiegħed ngħid li l-advertising programme ta' l-Awtorita' għandu jkun kollu kordinat ċentralment kemm għall-kontroll kif ukoll għall- effiċjenza jista' jkun illi jagħmel iżjed sens.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-Onor.", "Spiteri għax spjega b'mod iktar ċar, tramite l-esperjenza li għandu fil-qasam finanzjarju.", "Jiena iktar bżajt li dan il-punt jista' jqajjem xi diffikulta' milli ridt nagħmel xi suġġeriment biex jinbidel xi ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda ''L'' kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).", "Carried.", "L-emenda \"L\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda ''M'' kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"M\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).", "Carried.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 11 - Eżenzjoni minn taxxa.", "Clause 11 - Exemption from tax.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, klawsola 11 hija straightforward ħafna, tittratta fuq l-eżenzjoni minn taxxa peress li l-Awtorita' hija istituzzjoni pubblika u tgħid illi:", "\"L-Awtorita' tkun eżenti minn kull ħlas ta' taxxa fuq l-income jew taxxa fuq dokumenti li tkun minn żmien għal żmien dovuta f'Malta.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 11 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Għamla u responsabbilitajiet tal-ħames Direttorati Eżekuttivi.", "Clause 12 - Composition and responsibilities of the five Executive Directorates", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Klawsola 12 tittratta l-kompożizzjoni tal-ħames direttorati eżekuttivi u r-responsabilitajiet tagħhom.", "U se nibda billi nispjega l-kompożizzjoni ta' dawn il-ħames direttorati li huma d- direttorat tal-marketing and promotion; id-direttorat ta' l-iżvillup tar- riżorsi umani; id-direttorat ta' product planning and development; id- direttorat ta' servizzi ta' għajnuna u d-direttorat ta' l-enforcement.", "Il-marketing and promotion directorate se jkun fih erba' membri maħtura mill-ministru, li wieħed minnhom irid ikun minn Għawdex u ieħor ikun il- president tad-direttorat, membru ieħor nominat minn dik l-għaqda l-aktar rappreżentattiva tal-lukandi u r-ristoranti, ieħor nominat minn dik l- għaqda l-iktar rappreżentattiva ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar u ieħor nominat mil-linja nazzjonali ta' l-ajru, l-Air Malta.", "Sub-paragrafu 12 (1) (b) jittratta d-direttorat ta' l-iżvilupp tar- riżorsi umani li se jkun magħmul minn ħames persuni maħtura mill-ministru u wieħed minnhom irid ikun minn Għawdex u wieħed iservi ta' president - naturalment kull meta qed nitkellmu fuq persuni qed ngħidu wkoll illi dawn il-persuni għandhom ikunu ġejjin minn background ta' esperjenza, f'dan il- każ, per eżempju, fl-iżvilupp tar-riżorsi umani - membru ieħor nominat minn dik l-għaqda l-iktar rappreżentattiva tal-lukandi u ristoranti u wieħed minn dik l-għaqda li tirrapreżenta l-professionals fil-hotels and catering management.", "Id-direttorat tal-product planning and development se jkun jikkonsisti f'erba' persuni maħtura mill-ministru, li wieħed minnhom irid ikun minn Għawdex u wieħed iservi ta' president; ieħor ikun nominat mill-għaqda l- iktar rappreżentattiva tal-hotels u tal-catering, membru ieħor nominat mill-għaqda l-aktar rappreżentattiva ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar u persuna maħtura mill-ministru fuq ir-rakkmandazzjoni tal-linja nazzjonali ta' l- ajru, l-Air Malta.", "Id-direttorat illi jissemma taħt is-subparagrafu 12 (1) (d) huwa tas- servizzi ta' għajnuna, li se jkun jikkonsisti f'ħames persuni maħtura mill- ministru, li wieħed irid ikun minn Għawdex u wieħed iservi ta' president; ikun hemm persuna oħra nominata mill-għaqda l-iktar rappreżentattiva ta' l- aġenti ta' l-ivvjaġġar u persuna oħra nominata mill-għaqda rappreżentattiva tas-settur tat-trasport.", "Id-direttorat tat-twettiq se jkun differenti, fis-sens illi dan se jkollu r- responsabbilta' li jara li kollox qed jitwettaq skond il-liġi, skond il-liċenzja u jkun magħmul minn tliet persuni, wieħed illi jkun nominat mill-Awtorita' stess illi għandu jkun il-president tad-direttorat ta' l-enforcement u tnejn oħra li wieħed minnhom irid ikollu warrant legali.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Chairman, l-ewwel rimarka li rrid nagħmel - apparti jekk hemmx bżonn dawn id-direttorati kollha - huwa kemm se jkun il-budget li qed nikkontemplaw għal dawn id-direttorati.", "Jekk se jkun hemm budget kbir, allura tista' tagħmel dawn il-ħafna direttorati, imma jekk se jkun budget żgħir ma nafx kif tista' tagħmel dawn id-direttorati kollha!", "Jien naqbel li għandu jkun hemm less government imma jrid ikun more efficient.", "Ma nistgħux noqogħdu ngħajtu bil-modernita' u less government, imbagħad nagħmlu din il-burokrazija kollha!", "Il-vot għal din l-Awtorita' se jkun iktar minn Lm0.25 miljun?", "Kemm huwa kontemplat li se jkun il-budget għal din l-Awtorita'?", "U se nsibu nies kapaċi u ta' esperjenza għal dawn l- affarijiet?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, fil-fatt dak li qed ngħidu huwa kollu mibni fuq il-fatt li x-xogħol ta' l-Awtorita' irid jitqassam f'diversi funzjonijiet.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma kemm huwa kkontemplat li se jkun il--vot?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-vot se jkun madwar Lm10 miljun b'kollox, għax aħna qegħdin nitkellmu fuq il-vot ta' l-NTOM, li llum huwa madwar Lm6 miljun, il-vot ta' ta' l-HCEB u l-vot ta' l-ITS, li se jiżdiedu mal-vot ta' l-Awtorita'.", "Issa llum dawn l-istituzzjonijiet qed jagħmlu funzjonijiet differenti, fejn l-NTOM tieħu ħsieb li li tagħmel il-promotion tad-destinazzjoni, l-ITS tieħu ħsieb il-parti tal-human resources u l-HCEB tieħu ħsieb il-parti tal-monitoring and enforcement.", "Issa aħna qed qed ngħidu li se jiżdiedu żewġ direttorati ġodda li huma d-direttorat tal- product planning and development, li se jieħu ħsieb li jiżviluppa l-prodott turistiku tagħna, u d-direttorat tas-support services, li taħtu se jibdew jaqgħu ħafna servizzi li llum ma jaqgħu taħt l-ebda umbrella, bħalma huma l-gwidi, eċċ. Issa jekk flimkien mal-vot li se tingħata l-Awtorita' nżidu ta' l-NTOM, ta' l-ITS u tal-HCEB, b'kollox il-vot globali jitla' għal madwar Lm10 miljun.", "Issa se nressaq l-emenda li - hija xi ftit twila għaliex tmiss kull direttorat - li tjirrifletti dak li kont qed insemmi dwar kif se jiġu nnominati n-nies fuq il-ħames direttorati.", "Għalhekk, Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"N\" Is-subklawsola (1) ta' klawsola 12għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok is-subparagrafu (i) tal-paragrafu (a) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(i) erba' persuni maħtura mill-Ministru minn fost persuni li jkollhom tagħrif u esperjenza fil-marketing u fil-promozzjoni, li wieħed minnhom għandu jkollu dak it-tagħrif u esperjenza kif japplika għal Għawdex.", "Il-Ministru għandu jaħtar lil wieħed minn dawk l-erba' persuni biex ikun President;\";", "(b) minflok is-subparagrafu (i) tal-paragrafu (b) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(i) ħames persuni maħtura mill-Ministru minn fost persuni li jkollhom tagħrif u esperjenza fl-iżvilupp ta' riżorsi umani, li wieħed minnhom għandu jkollu dak it-tagħrif u esperjenza kif japplika għal Għawdex.", "Il-Ministru għandu jaħtar lil wieħed minn dawk il-ħames persuni biex ikun President;\";", "(c) minflok is-subparagrafu (i) tal-paragrafu (ċ) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(i) erba' persuni maħtura mill-Ministru minn fost persuni li jkollhom tagħrif u esperjenza fil-product planning u żvilupp, li wieħed minnhom għandu jkollu dak it-tagħrif u esperjenza kif japplika għal Għawdex.", "Il-Ministru għandu jaħtar lil wieħed minn dawk l-erba' persuni biex ikun President;\"; u", "(d) minflok il-paragrafu (i) tal-paragrafu (d) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(i) ħames persuni maħtura mill-Ministru minn fost persuni li jkollhom tagħrif u esperjenza fis-servizzi ta' għajnuna fit-turiżmu, li wieħed minnhom għandu jkollu dak it-tagħrif u esperjenza kif japplika għal Għawdex.", "Il-Ministru għandu jaħtar lil wieħed minn dawk il-ħames persuni biex ikun President;\".", "\"N\" Subclause (1) of clause 12 shall be amended as follows:", "(a) for subparagraph (i) of paragraph (a) thereof there shall be substituted the following:", "\"(i) four persons appointed by the Minister from among persons with knowledge of and experience in marketing and promotion, one of whom shall have such knowledge and experience relating to Gozo.", "The Minister shall nominate one of the said four persons to be the Chairperson;\";", "(b) for subparagraph (i) of paragraph (b) thereof there shall be substituted the following:", "\"(i) five persons appointed by the Minister from among persons with knowledge of and experience in human resource development, one of whom shall have such knowledge and experience relating to Gozo.", "The Minister shall nominate one of the said five persons to be the Chairperson;\";", "(c) for subparagraph (i) of paragraph (c) thereof there shall be substituted the following:", "\"(i) four persons appointed by the Minister from among persons having knowledge and experience in product planning and development, one of whom shall have such knowledge and experience relating to Gozo.", "The Minister shall nominate one of such four persons to be the Chairperson;\"; and", "(d) for paragraph (i) of paragraph (d) thereof there shall be substituted the following:", "\"(i) five persons appointed by the Minister from among persons with knowledge and experience in tourism support services, one of whom shall have such knowledge and experience relating to Gozo.", "The Minister shall nominate one of the said five persons to be the Chairperson;\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Chairman, jien naħseb li qed noħolqu ħafna direttorati fuq vot ta' Lm10 miljun u allaħares kull fejn għandna vot ta' Lm10 miljun ikollna dawn id-direttorati kollha.", "Jien nifhem li b'xi mod dawn l-affarijiet jidħlu taħt is-settur tat-turiżmu u hemm nies li jieħdu ħsiebhom, imma assolutament ma nifhimx għaliex għandna noqogħdu noħolqu dawn id-direttorati kollha.", "Meta se tagħmel direttorat, qisek qed toħloq bord, u allura trid tagħtih ċertu saħħa.", "Dawn il-ħafna bordijiet x'għandna bżonnhom?", "Imma aħna li nitkellmu fuq l-era moderna u li rridu nagħmlu less government, se nagħmlu dawn l-affarijiet?", "Wara kollox dawn huma flus li se jintnefqu għat-turiżmu u se jkunu mdaħħlin fihom nies li għandhom interess li jaraw li l-burokrazija tkun mill-inqas u ma tkunx spiża fuq l- istess somma li qed noħorġu għax, jekk minn Lm10 miljun se taħli kważi Lm1 miljun biex tagħmel dawn l-affarijiet, x'effiċjenza hi u x'era moderna hi?", "Issa jien m'iniex qed ngħid li n-nies li diġa' qegħdin jaħdmu hemmhekk għandna nkeċċuhom, imma ma nistgħux noħolqu affarijiet li jfaqqsu għax jekk tagħmel direttorat, irid ikollu l-uffiċċju tiegħu, bil-messaġġier għalih, karti għalih u seduti għalih.", "Fejn se naslu?", "Għandna bżonn li jkollna affarijiet bħal dawn?", "Nerġa' nirrepeti ħalli ma ninftiehemx ħażin li jien m'iniex qed ngħid li għandna nkeċċu n-nies li hemm jew li min min ħaqqu promotion m'għandniex nagħtuhielu.", "Jekk dak li smajt huwa veru - nispera li m'iniex inħallat ħaġa ma' oħra u nixtieq li l-Ministru jivverifika - donni li ħadt l- impressjoni li anke f'din il-linja hemm xi nies minn barra li jitħallsu somom fenomenali biex jagħmlu dan ix-xogħol.....", "ONOR.", "KARMENU VELLA: M'humiex f'din il-linja.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Kollox sew, għaliex bis-sitwazzjoni li qegħdin fiha ma nistgħux naffordjaw li nġibu nies minn barra u nħallsu dawn il-flejjes b'vot ta' Lm10 miljun.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nista' naċċertak li Maltin se jkunu.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Għalhekk jien qed nissuġġerixxi jekk nistgħux b'xi mod innaqssu minn dawn id-direttorati u nagħmluhom taħt kappell wieħed, billi jkun hemm direttorat wieħed b'diversi sections li jiġu taħtu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Li xtaqt nikkummenta biss - forsi biex inserraħ moħħ l-Onor.", "Mintoff - huwa li dawn id-direttorati li qed noħolqu b'din il- liġi huma kollha Maltin, huma nominati mis-settur privat ...", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien m'iniex qed ngħid li jekk ikun hemm bżonn il- barranin ...", "ONOR.", "KARMENU VELLA: ... u ħafna min-nies li jkunu qegħdin fuq dawn il- bordijiet ma jirċeviex ħlas għax ikunu qed iservu għal perjodu ta' żmien li jaħtarhom il-ministru u ma jkunux qegħdin hemmhekk bis-salarju, kif forsi qed jifhem l-Onor.", "Mintoff.", "Kulma qed nagħmlu huwa li minflok nagħmlu bord għal promozzjoni qed insejħulu direttorat għal promozzjoni u n- nies li jkunu maħtura fuq dan il-bord ma jkunux qed jieħdu salarju għax m'humiex se jkunu impjegati mat-Tourism Authority, imma jkunu qed iservu fuq dawn il-bordijiet mingħajr remuneration.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Apparti jekk jitħallsux jew le, imma dawn se jkollhom xi funzjoni eżekuttiva?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-membri tal-bord mhux se jkollhom funzjoni eżekuttiva.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Dawn se jagħmlu advisory work?", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Dawk li jkunu qed iservu bħala membri fuq il-bord se jkunu advisers, imbagħad kull direttorat ikollu executive officer wieħed li jkun full-timer.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Pero' dan ma joħroġx ċar mill-istructure li għandna hawn u għandna raġun naħsbu ħafna affarijiet.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Dan li qed ngħid huwa spjegat f'subklawsoli 12 (2) (3) u (4).", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Li qed nipprova ngħid huwa li għandna nżommu l- loġika quddiem għajnejna għaliex jekk ikun hemm struttura waħda u mhux dawn il-ħafna taqsimiet, b'kap wieħed li jkollu sections taħtu u f'dawn is- sections indaħħlu n-nies eżekuttivi, allura ma nkunux qed nitkellmu iżjed fuq direttorati imma fuq direttorat wieħed li l-kap tiegħu jkun responsabbli lejn il-ministru.", "B'dan il-mod inkunu qed niftehmu iktar, imma ma jidhirx li hawn din l-istruttura.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-istruttura qiegħda li jkun hemm il-bord ta' l- Awtorita', li se jkun il-bord prinċipali, imbagħad taħt dak il-bord prinċipali l-funzjonijiet kollha ta' l-Awtorita' jinqasmu f'ħames units, li aħna qed insejħulhom direttorati.", "Kull direttorat se jkun qisu bord għalih magħmul minn membri maħtura mill-ministru u oħrajn nominati mis- settur privat u mill-assoċjazzjonijiet.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Allura aħna se nibdew bid-direttorati u mbagħad wara sena jiġu fuq il-bord jew inkella nibdew bil-bord u wara jiġu d- direttorati?", "Jien qed nipprova nifhem u m'iniex qed nipprova mmerik.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Taħt klawsola 3 għaddejna l-bord ta' l-awtorita' u issa qed ngħaddu d-direttorati.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jiġifieri dawn id-direttorati se jaqgħu taħt din l- Awtorita' u huma advisory?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Huma advisory, pero' kull direttorat se jkollu uffiċjal eżekuttiv li jkun full-timer .", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Sewwa.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: U mbagħad dan jirrapporta lill-bord prinċipali ta' l-Awtorita'.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jiġifieri kull section se jkollha uffiċjal eżekuttiv li jrid jagħmel ix-xogħol kollu hu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Tas-section li jkun responsabbli għaliha hu.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Fuq dan l-uffiċjal eżekuttiv se jkun hemm il-bord li se jkun responsabbli wkoll għal ħames executive officers?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Eżatt.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma hemm bżonnhom dawn il-ħames executive officers?", "Jew inkella tista' tnaqqashom għal tnejn jew tlieta?", "Qed ngħid dawn l- affarijiet għaliex imbagħad kull wieħed ikun irid jagħmel bord u biex tagħmel bord irid ikollok kamra, il-messaġġiera u dawn l-affarijiet kollha.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Dawn il-ħames executive officers hemm bżonnhom għaliex il-funzjonijiet tagħhom huma differenti.", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli li se jkolli mwaqqafkom imma sar il-ħin.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola u l-emenda għaliha ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Madam Speaker, nixtieq ninforma lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi biex jirregola Reġistrazzjoni ta' Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra u attivitajiet ta' intermedjarji fl- assigurazzjoni għadda mill-istadju ta' Kumitat bl-emendi b'kollox.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 14 ta' Lulju fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra – it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – Kumitat. ----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Madam Speaker, xtaqt nieħu dan l-Aġġornament illum fuq biex nagħti idea ġenerali ta' kif kienet it-tmexxija ta' Gvern Laburista.", "Malli l-Gvern Laburista ħa l-poter f'idejh wara l-elezzjoni ġenerali ta' Ottubru ta' l-1996, fejn ġab maġġoranza assoluta ta' 8,000 vot, sab quddiemu sfidi qawwija u minflok intilef, medd għonqu mill-ewwel għax- xogħol.", "Fil-fatt ix-xogħol tal-Gvern Laburista ma kienx faċli imma kien xogħol li kien jirrikjedi tħejjija serja għax kien xogħol li kien mifhum għat-tul u li kien maħsub li jrendi l-frott aktar 'il quddiem.", "Illum, Madam Speaker, qegħdin fil-Parlament u ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-Gvern Laburista ma jistax ikompli aktar bil-programm tiegħu.", "Kif ħa t-tmexxija f'idejh il-Gvern Laburista kellu diversi sfidi quddiemu fosthom iċ-Ċivil, il-korporazzjonijiet, it-Tarzna u kellu l-ikbar challenge tiegħu fejn ried iħejji budget li l-Gvern Nazzjonalista ma kienx ħejja qabel l-elezzjoni ġenerali u allura kien hemm dan ix-xogħol kollu li ried isir fi żmien qasir.", "Il-Gvern Laburista daħal għal dan ix-xogħol, ħejja l-budget tiegħu bl-akbar għaqal u ppreżentah lill-poplu, pero' mal- preparazzjoni tal-budget il-Gvern imbarka fuq xogħol ta' rapporti tal- korporazzjonijiet Enemalta u Telemalta u dawn ir-rapporti taw idea lill- Gvern ta' kif għandha tkun it-tmexxija tiegħu.", "Matul dan il-perjodu waħda mill-ikbar sfidi li kellu l-Gvern kienet it- tneħħija tat-taxxa tal-VAT li huwa dejjem sostna li kienet inġusta.", "Il- Gvern Laburista wiegħed li se jneħħi t-taxxa tal-VAT u jibdilha b'sistema differenti ta' dazji u sisa.", "Dawn l-affarijiet qed ngħidhom biex nagħti stampa ta' x'kienu t-targets tal-Gvern għall-bidu tal-ħatra tiegħu.", "Barra minn hekk, sar xogħol konness ma' l-edukazzjoni, u ħa ħsieb li barra li jirranġa l-istrutturi ta' l-iskejjel, jimbarka wkoll fuq programm li jagħti viżjoni ta' x'għandha tkun l-edukazzjoni għal pajjiżna.", "Fis-settur tat- turiżmu nbdew ukoll xi proġetti.", "U hawnhekk tajjeb li wieħed isemmi l- iżvilupp li sar f'Buġibba, area li tilqa' fiha 50% tat-turisti li jżuru gżiritna.", "Dawk kienu kollha xogħlijiet li saru minn Gvern Laburista fl- ewwel xhur tiegħu u ma beżax jieħu d-deċiżonijiet li kien hemm bżonn jieħu.", "L-ewwel ma beda kien proprju bir-rapport tat-Tarzna fejn il-Gvern identifika l-problema, ra l-istrutturi li kienu qed imexxu t-Tarzna, induna li t-Tarzna ma setgħetx tibqa' titkompla titmexxa b'dak il-mod u għamel miri ċari fejn irid jasal.", "Il-Gvern qal ukoll li anke fl-interess tal-ħaddiema t-Tarzna trid tkun kompetittiva, trid timmodernizza ruħha, trid tkun effiċjenti u trid tagħmel pjanijiet ċari fuq xiex se taħdem.", "U fil-fatt beda x-xogħol u l-affarijiet bdew mexjin.", "Nixtieq nitkellem issa fuq il-politika barranija tal-Gvern Laburista.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista konna drajna nisimgħu l-wegħda lill-poplu Malti li se jidħol membru sħiħ fil-Komunita' Ewropea minn jum għal ieħor, minn xahar għal ieħor, minn sena għal oħra u l-poplu dejjem baqa' jistenna.", "Il-Gvern Laburista m'għamilx hekk u ma daħakx bil-poplu.", "Qal li l-politika ta' Malta fejn tidħol l-Unjoni Ewropea se tkun li jkollha l-eqreb relazzjonijiet mingħajr sħubija sħiħa u tinħoloq żona ta' kummerċ ħieles.", "Illum nistgħu ngħidu li anke fuq dan il-qasam il-Gvern Laburista rnexxilu jwassal il-messaġġ tiegħu lill-Ewropej u dan ix-xogħol għamlu b'konsultazzjoni sħiħa mal-partijiet konċernati, fosthom l-industrijalisti u n-negozjanti.", "Illum iggwadanjajna iktar rispett mill-pajjiżi Ewropej għaliex illum jafu xi rridu, jafu x'neħtieġu l-aktar u jafu li dak li qed nitolbu rridu nagħmluh b'mod prattiku, irridu ż-żmien u tawna ż-żmien.", "Jiġifieri f'dan il-qasam il-Gvern Laburista fi ftit xhur tiegħu wera li kapaċi jasal.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq id-dixxiplina fuq il-ħaddiema taċ-Ċivil.", "Iċ-Ċivil jimpjega l-ikbar numru ta' nies fil-pajjiż u jpoġġi l-ikbar spiża fuq il-gvern, pero' l-Gvern ma beżax jieħu d-deċiżjonijiet li kellu jieħu u ra li d-dixxiplina fuq il-postijiet tax-xogħol tiġi osservata, li l- ħaddiem tal-gvern ikabbar id-dinjita' tiegħu u r-rispett lejn innifsu billi jagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħu, ikun effiċjenti u jħossu kburi li qed imur għax-xogħol.", "Imma l-ikbar sfida li kellu l-Gvern Laburista ovvjament kienet id-dejn nazzjonali li wiret mingħand l-Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Il-Gvern Laburista seta' jorqod fuqu għal sena u forsi ma jkunx daqshekk iebes biex ma jidhirx ikrah man-nies, imma m'għażilx dik it-triq għaliex kien jaf li m'hijiex fl-interess tal-poplu u allura għażel li jgħaddi mit- triq diffiċli.", "Kien hemm min approfitta ruħu minn din is-sitwazzjoni u saħansitra kkritika li l-Partit Laburista tilef il-kuxjenza soċjali tiegħu, imma ma qalx x'kien se jitlef il-ħaddiem kieku l-Gvern baqa' jiddejjen bir-rata li kien qed jiddejjen, ma semmiex kif kienu qed jiġu kompromessi l- pensjonijiet u s-servizzi soċjali kieku d-dejn tal-pajjiż, tal- korporazzjonijiet u l-infiq esaġerat baqa' għaddej kif kien.", "Il-Gvern Laburista ħalla din il-kritika għaddejja, kien jaf li għal ftit żmien tista' tieħu xi vantaġġ minn din il-kritika, imma fit-tul ir-raġun kien se jieħdu l-Gvern għax il-Gvern kien qed ipoġġi pedamenti sodi biex fuqhom jibni l-futur ta' Malta.", "X'tista' tibni fuq ir-ramel?", "Tista' tagħmel xahar għaddej u taparsi tagħmel xi proġetti biex turi li i l-ekonomija tal- pajjiż miexja 'l quddiem u l-business għaddej u l-gvern jibqa' jonfoq u jonfoq.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista meta kien jonfoq il-gvern, ovvjament kienu jgawdu n-nies ta' mal-gvern u allura kienu jgħidu li l- ekonomija sejra 'l quddiem.", "Imma meta tamministra b'dan il-mod, ftit huma r-riżultati li tista' tikseb.", "Dak huwa kollu daħk fil-wiċċ!", "Il-Gvern Laburista ma mexiex b'dan il-mod, imma bil-politika tiegħu wera li l-mutur ta' l-ekonomija jrid ikun is-settur privat u għalhekk imbarka fuq sett ta' proġetti.", "X'kien hemm aħjar milli tanaliżża x'inhuma l-potenzjali ta' pajjiżna qabel ma timbarka fuq il-proġetti li għandek timbarka?", "Rajna li wieħed mil-ikbar riżorsi li għandu l-pajjiż huwa l-port tiegħu li joffri diversi opportunitajiet u jista' jiġi żviluppat.", "Dan kollu kien se jagħti inputs ġodda lill-ekonomija, kien se jkompli jżid l-opportunitajiet tax- xogħol, u kien se jkompli jżid l-investiment barrani f'pajjiżna.", "Il-Gvern Laburista ried jagħmel l-affarijiet bis-serjeta' u ried jbiddel il-mentalita' għax ried tmexxija moderna u mhux kollox isir mill-Gvern jew inkella bil-kuntrarju l-Gvern jagħti kollox lill-privat.", "Il-Gvern irid jagħmel ir-regoli u s-settur privat jimxi fuq dawk ir-regoli ħalli l- ekonomija tibda tirpilja u timxi 'l quddiem.", "B'dan il-mod il-Gvern ma jkunx qed jonfoq u joħroġ minn tiegħu u b'hekk is-sitwazzjoni finanzjarja ma tkunx qed tmur lura.", "Iżda kien hemm min ma ħamilx jara din l-istrateġija miexja 'l quddiem għaliex hemm min mhux veru għandu għal qalbu l-interess nazzjonali u għalkemm jippriedka fuq id-demokrazija u fuq il-liberta', ma jridx li l-ekonomija terġa' tirpilja.", "U hawnhekk niġi għall-proġett tal- Kottonera.", "Dan kien kuntratt serju li fih kien hemm imdaħħal investiment Amerikan u għalkemm ma kienx xi investiment kbir min-naħa Amerikana, għaliex dan kien ilaħħaq għal madwar 40%, dan kien qed isir bi ħsieb.", "GĦaliex?", "Yacht marina trid iġġib klijentila tajba.", "X'hemm aħjar milli jkollok kumpannija Amerikana li tmexxilek il-marketing ta' proġett?", "Kien hemm min ma kienx kuntent b'dan l-iżvilupp u ra kif għamel u beda jħawwad u jnassas minn taħt sakemm dan l-iżvilupp sfaxxa.", "Min bata minn dan kollu?", "Illum qed ibati l-pajjiż kollu u mhux il-Gvern Laburista.", "Il-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista wriet li l-Gvern Laburista m'huwiex qalbu marbuta mal-poter imma jagħmel dak li tippermetilu l-maġġoranza parlamentari li għandu fil-Parlament.", "Gvern Laburista jaf li din is- sitwazzjoni m'hijiex waħda ideali għal pajjiżna u allura ma jistax ikompli jmexxi f'din is-sitwazzjoni.", "Kien hemm min qal li l-proġett tal-Kottonera riedu jitlesta u ried li jsir żvilupp ġdid fil-Kottonera.", "Kulħadd qal li m'huwiex sewwa li fil-Kottonera ma jsirx żvilupp u li l- iżvilupp dejjem isir fin-naħa ta' fuq tal-pajjiż.", "Imma r-realta' x'inhi?", "Ir-realta' turina li meta fil-Kottonera kien riesaq l-ewwel żvilupp - anke kieku stess kien fih xi affarijiet li setgħu ġew iċċarati u Gvern Laburista ma qagħadx lura u pprova jagħmel minn kollox biex jiċċarahom - u meta tara li dawk l-affarijiet li għal xi nies ma kenux ċari biżżejjed ġew iċċarati, meta tara li min kellu jiġi konsultat ġie konsultat, meta tara li n-nies tal-Kottonera riedu l-proġett u esprimew dak li riedu b'petizzjoni, allura tasal biex tgħid: X'għandna f'dan il-pajjiż?", "F'dan il-pajjiż għandna min verament ifittex l-interess nazzjonali jew għandna min irid ifixkel?", "Madam Speaker, nikkonkludi bili ngħid li aħna ma nibżgħux għaliex nafu li dan il-pajjiż għad jerġa' jgawdi Gvern Laburista li jkun aktar sod u jkun jista' jimplimenta fil-verita' l-programm tiegħu u fuq kollox ikun jista' jwettaq dak li jridu minnu ċ-ċittadini li jeleġġuh.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, fil-ftit ħin li għandi f'dan l- Aġġornament nixtieq nagħmel ftit riflessjonijiet dwar dak li l-ministeru tal-biedja u sajd qed jissokta bih fil-mument, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur ta' l-agro-industrija f'pajjiżna.", "M'hemmx dubbju li l-politika tal-Gvern, kemm dik vis-a-vis l-Unjoni Ewropea, kif ukoll permezz tal-policy tal-biedja, irnexxilha toħloq ċertu attivita' li qed trendi ġid kemm lill-konsumatur, kemm lill-produttur u kif ukoll lill- proċessur.", "Dawn huma riżultati li nkisbu għaliex matul dawn l-aħħar xhur f'dan il-pajjiż inkisbet fiduċja li għarfet iġġib 'il quddiem l-interessi tan-nies li jaħdmu f'dawn is-setturi f'pajjiżna.", "Tajjeb li wieħed jinnota li fil-mument hemm numru ta' investimenti ġodda għaddejjin fuq biċċeriji tal-fniek.", "Għalhekk wieħed mhux biss irid jikkonsidra x-xogħol li sar matul dawn l-aħħar xhur biex jiġu upgraded u konformi mar-regoli u mal-liġijiet f'pajjiżna numru ta' biċċeriji tal- poultry, imma nsibu wkoll li dak it-titjib li kellu jsir biex ikunu sostnuti aħjar l-attivitajiet ta' l-ipproċessar f'pajjiżna tat-tjur u ta' numru ta' bhejjem oħra qegħdin kontinwament jitjiebu u jiksbu livelli aħjar.", "B'riżultat ta' dan mhux biss qed jitkattar l-investiment imma qed togħla l-kwalita' u l-varjeta' ta' prodotti li l-konsumatur lokali jsib fuq is-suq.", "Dawn huma kollha dovuti għall-ħidma li beda jwettaq il-Gvern matul dawn l-aħħar xhur u li bdiet tagħti r-riżultati.", "Aħna nieħdu gost li llum fis-settur ta' l-agro- industrija żviluppat l- attivita' tal-proċess tal-ħut u nafu tajjeb li l-esportazzjoni tal-lampuka tradizzjonali mhux biss kisbet ir-riżultat mixtieq, imma tat dinjita' u ħolqot klijenti ġodda li ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb li jkun innotat li dan il-kuntatt qiegħed dejjem jikber u kif nafu, matul dawn l-aħħar xhur saru numru ta' esportazzjonijiet differenti mhux biss fil- każ tal-lampuka tradizzjonali imma saret esportazzjoni ta' kwantita' ikbar ta' patata li titkabbar mill-bdiewa tagħna u diversi ħxejjex oħra.", "Dawn ġabu riżultati pożittivi u biżżejjed insemmu li bħalissa l- agriculture export marketing board qed jinnegozja kuntratt ġdid għall- esportazzjoni tal-patata tal-qata' bajda biex b'hekk dawn iż-żewġ avvenimenti kbar għall-esportazzjoni f'pajjiżna jkunu diversifikati wkoll għaliex sal-lum il-bdiewa tagħna kienu jesportaw l-iktar l-early spring crop potato li hija l-patata tal-qata' safra.", "Hemm indikazzjonijiet li se naslu biex il-patata bajda tiġi mkabbra b'mod organiku u għall-ewwel darba f'pajjiżna se jkollna din l-opportunita' li tagħmel kuraġġ lill-bdiewa tagħna ħalli dejjem ikunu jistgħu jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom f'ambjent fejn l-uċuħ tar-raba' tagħhom iħarsu d-drittijiet u s-saħħa tal- konsumatur kif ukoll iħarsu l-ambjent.", "Irrid ngħid li matul dawn l-aħħar għoxrin xahar il-Gvern Laburista għamel xogħlijiet kbar biex il-produzzjoni lokali kemm jista' jkun tkun ħielsa minn dawn it-tip ta' metodi konvenzjonali li jintużaw u li fihom trid tiġi applikata kwantita' ta' mediċina u sustanzi oħra artifiċjali li għalkemm m'humiex ta' detriment għas-saħħa tal-bniedem, hemm indikazzjonijiet ċari li jistgħu jkunu ta' dannu għall-ambjent kif ukoll ta' detriment għall- bidwi għax ikollu jonfoq ħafna flejjes u parti mil-qliegħ tiegħu jmur proprju biex jinxtraw dawn it-tip ta' prodotti.", "Bħalissa d-dipartiment qed jaħdem biex jiġu sostnuti metodi oħra li filwaqt li jridu jiġu konsmati m'humiex daqstant għolja u ta' piż għall- bidwi li jkun jrid jagħmel management aħjar ta' dak li jkabbar mill-uċuħ tar-raba' tiegħu.", "Aħna qed naħdmu fuq sistemi fejn irridu nagħmlu l- analisi tal-ħamrija ħalli nkunu nistgħu nagħtu gwida lill-bdiewa kif jaqbdu s-sistema tal-crop rotation system ħalli kemm il-konsumatur lokali kif ukoll l-attivita' tat-turiżmu f'pajjiżna jkomplu jkunu sostnuti.", "Qed isir xogħol biex terġa' tinbeda l-industrija artiġjanali ta' l-ikel tradizzjonali.", "Fil-fatt minn dan il-Parlament nixtieq infaħħar il- parteċipazzjoni u l-appoġġ li sibna mix-chefs li jservu fil-lukandi u fir- risoranti ewlenin f'pajjiżna kif ukoll mill-food and beverage managers li jaqsmu l-istess responsabilitajiet.", "Aħna qed nitgħallmu minn dawn in-nies kif nistgħu ntejbu iktar l-metodi tagħna ħalli nilqgħu l-bżonnijiet tat- turisti li jiġu f'pajjiżna li jkunu iktar għal qalbhom jekk isibu menu li jkun fih għażla ta' ikel tradizzjonali.", "Dan il-Gvern irid iwettaq il- mandat politiku tiegħu biex jassigura li l-bidwi, ir-raħħal u s-sajjied ikollu qliegħ ġust għax-xogħol tiegħu u tikkritikah jew ma tikkritikahx, tivvendikah jew ma tivvendikahx jew inkella ssostnix stampa oħra, fir- realta' dan il-mandat qed jitwettaq bl-iktar mod korrett, bl-iktar mod kredibbli, bl-iktar mod trasparenti u bl-iktar mod li qed iħossu kulħadd.", "Nixtieq ngħid ukoll li matul dawn l-aħħar għoxrin xahar sar xogħol fuq l- agri-turiżmu.", "Fil-mument qed jitwasslu l-ideat fost il-bdiewa u fost in- nies tal-kampanja dwar x'jista' jkun dan it-tip ta' avveniment.", "Pero' rridu ngħidu li wieħed mill-proġetti li qed isir biex ikun hemm rural furniture li tabilħaqq tkun tista' tagħmel iktar popolari l-kampanja Maltija u l-karatteristiċi tagħha mat-turisti, huwa l-proġett tar- riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes.", "Li nista' ngħid huwa li tour operators ewlenin f'pajjiżna qed jaraw li filwaqt li huwa meritat li t-turisti jżuru dan il-post, qed jirrealizzaw wkoll li din is-sistema ġdida li qed tiġi użata u li qed tiġi applikata biex isir r-riabilitazzjoni ta' dan il-wied tkun attivita' għal tip ta' turiżmu msejjaħ agri-turiżmu li naturalment tinteressa f'perjodi partikolari tas-sena, jiġifieri bejn Novembru u April.", "Nafu li l-bdiewa tal-pajjiżi fil-komunita' Ewropea f'dawn ix-xhur tas- sena ma jkollhomx daqstant attivita' intensiva u allura jkunu interessati li jżuru ċertu attivita' li tkun msejħa agri-turistika biex jaraw x'isir f'pajjiżi oħra.", "M'hemmx dubbju li l-pożizzjoni ġeografika tagħna, il-klima tagħna u l-karatteristiċi tal-biedja tagħna huma interessanti daqskemm huma interessanti l-fdalijiet storiċi li għandna f'pajjiżna u allura ma' dawn it-tour operators ewlenin flimkien ma' sieħbi l-Ministru tat-Turiżmu qegħdin naħdmu biex għax-xhur li ġejjin nipproġettaw u nippromwovu lil Malta ma' dan is-suq li għalina huwa novattiv.", "Tajjeb li ngħid ukoll li l- viżjoni ta' dan il-Gvern minn dejjem kienet li r-rabta storika li teżisti bejn il-poplu tagħna u l-poplu Libjan tissaħħaħ b'mod sostenibbli u b'mod li mhux biss tkattar il-ħbiberija storika li teżisti bejn iż-żewġ popli, imma b'mod li tiġi integrata iktar l-attivita' ekonomika għall-benefiċċju taż-żewġ pajjiżi.", "Matul dawn l-aħħar għoxrin xahar il-Gvern ta s-sehem tiegħu u għall-ewwel darba ġie firmat protokoll bejn il-Gvern Malti u l- Gvern Libjan għas-setturi tal-biedja u sajd biex flimkien il-Ministeri responsabbli jagħrfu jinnegozjaw u jiddiskutu l-iżviluppi li jistgħu jsiru f'dan ir-rigward.", "M'hemmx dubbju li dan huwa għan li qed issaħħaħ l- attivita' agro-industrijali bejn iż-żewġ pajjiżi u meta wieħed jikkonsidra kemm il-poplu Malti kif ukoll il-poplu Libjan jimportaw numru ta' prodotti li jintużaw għall-konsum ta' l-ikel, wieħed jista' jifhem kemm se jkollu impatt pożitiv dan il-ftehim li sar bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan biex numru ta' industrijalisti lokali Maltin u Libjani jagħrfu jiżviluppaw il-potenzjal ta' dan il-ftehim li ż-żewġ popli jemmnu fih.", "Jien nemmen li jekk wieħed irid jassigura l-ħbiberija irid bilfors jassigura d-dritt ta' l- għajxien u jagħti garanzija fuq is-sigurta' ta' l-ikel.", "In vista ta' dawn l-iżviluppi kollha li qed isiru fis-settur tal-biedja u tas-sajd kif ukoll fl-agro-industrija, jien nemmen li għandna ħafna x'nagħtu u għandna ħafna esperjenzi x'naqsmu ma' xulxin.", "Qabel nagħlaq nixtieq nagħmel riferenza għal ċerti għajdut li tqanqal matul dawn l-aħħar jiem fil-pitkalija.", "Ġara li xi pitkala ilmentaw li kienet deċiżjoni inġusta li shed fil-pitkalija ġiet mogħtija lill-pitkal partikolari temporanjament.", "Saru wkoll xi mistoqsijiet parlamentari f'dan ir-rigward minn xi kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra u għalhekk irrid nirreġistra l-verita' tal-fatti.", "Li ġara kien li matul dawn l-aħħar xhur id-dipartiment ta' l-agrikoltura kien qed jirċievi numru ta' ilmenti kemm minn bejjiegħa kif ukoll minn bdiewa li qed isibu diffikultajiet kbar meta jmorru jħottu l-biegħa tagħhom fejn il-pitkal Nru. 43.", "Meta investigajna sibna li l-pitkal Nru. 43 kellu l-iżgħar pitkalija li hemm u fl-istess ħin kien l-ikbar pitkal li kien qed jirreġistra xogħol mingħand il-bdiewa.", "Allura wieħed irid jifhem li quddiem din iċ-ċirkostanza d-dipartiment kellu bilfors jintervjeni.", "Fil-fatt irrid nirringrazzja lid-direttur ta' l- agrikoltura flimkien mad-diretturi li jmexxu l-Pitkalija li waslu għal din il-konklużjoni wara li kkonsultaw ma' l-uffiċċju ta' l-Attorney General biex ikunu korretti mar-regoli li tagħtihom il-liġi.", "Jiena niddikjara li dak ix-xogħol kollu u dawk l-arranġamenti li saru huma kolha konformi mal- liġijiet tal-pajjiż u saru għall-benefiċċju tal-bdiewa u għall-benefiċċju tal-bejjiegħa biex l-attivita' tkompli miexja 'l quddiem fil-Pitkalija ċentrali.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 14 ta' Lulju, 1998 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mil-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAĦĦA - IMPJEGATI FIL-LABORATORJI", "15529.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta s- sinjuri, li isimhom qed jintbagħat separatament, impjegati fil-Laboratorji tas-Saħħa, spiċċaw mis-servizz pubbliku?", "X'kienet in-nomenklatura tagħhom fit-tmiem is-servizz?", "X'kienet id-data ta' l-appointment ta' din l-aħħar nomenklatura?", "Fil-każ li xi ħadd mis- sinjuri elenkati għadu fis-servizz pubbliku, jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nomenklatura preżenti ta' l-impjegat/a u d-data ta' l-appointment ta' din in-nomenklatura?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-persuni li isimhom intbagħat separatament mal- mistoqsija parlamentari Nru. 15529 ġew ekenkati minn numru 1 sa numru 14.", "L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej:", "Impjegati li spiċċaw mis-Servizz Pubbliku -----------------------------------------", "Nru Nomenklatura Data tal-Hatra Data ta' meta fit-tmiem ta' din spicca mis- is-Servizz in-nomenklatura servizz", "1 Chief Lab.", "Technician 01.09.88 21.04.93", "2 Chief Lab.", "Technician 20.05.93 16.10.94", "3 Principal Med.", "Lab.", "Tech 01.01.91 21.06.97", "4 Senior Med.", "Lab.", "Tech 01.09.88 29.09.89", "5 Principal Med.", "Lab.", "Tech 01.01.91 28.11.95", "7 Principal Med.", "Lab.", "Tech 16.09.89 18.05.92 8 Principal Med.", "Lab.", "Tech 01.01.91 12.04.96", "Impjegati li ghadhom fis-Servizz --------------------------------", "Nru Nomenklatura Presenti Data tal-Hatra ta' din in-nomenklatura", "6 Principal Med.", "Lab.", "Tech 01.01.91", "9 Principal Med.", "Lab.", "Tech 01.01.91", "10 Principal Med.", "Lab.", "Tech 01.01.91", "12 Principal Med.", "Lab.", "Tech 01.01.91", "13 Principal Med.", "Lab.", "Tech 15.10.92", "14 Principal Med.", "Lab.", "Tech 20.05.93", "L-ebda record ma' nstab dwar Nru 11.", "PADILJUN TAL-GVERN MALTI - METAL HALLIDE LAMPS", "15530.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn jinsabu l-Metal hallide lamps, effect lighting u ultra violet lighting fil-Padiljun tal-Gvern Malti kif speċifikat fit-tender?", "Fejn huma l-perspex bridges?", "U jekk hemm extras, x'inhuma u kemm swew komparat mal-cost tal-prezz tat-tender?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-ispeċifikazzjonijiet ta' l- offerta għall-Padiljun tal-Gvern kienu jagħmlu riferenza għal metal hallide lamps or equivalent.", "Fil-fatt il-kuntrattur uża sistema ta' dawl theatre lighting.", "L-effect lighting intuża fuq il-palkett.", "L-ultra violet lighting intuża fuq il-computer area fejn il-kuntrattur uża wkoll fibre optic lighting.", "Il-bridges inbnew b'sistema ta' ħġieġ u metall li nstagħbet li hi aħjar għall-effett mixtieq u ta' sigurta għat-tfal li jużaw dawn il- bridges.", "Ninsab infurmat ukoll li ma hemm ebda kontijiet oħra mal-prezz ta' l- offerta.", "ĦABS ĊIVILI - BORD TA' L-APPELL", "15531.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa l-Bord ta' l-Appell imwaqqaf taħt ir- Regolamenti tal-Ħabs ta' l-1995 sabiex jirrevedi deċiżjonijiet ta' dixxiplina, inkluż tnaqqis ta' remission?", "Minn min hu kompost dan il-bord?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni għall-ewwel parti tal-Mistoqsija.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija t-Tribunal hu kompost kif ġej:", "Chairperson : ----------- Dott. Victor Zammit LL.D.", "Membri : ------ Is-Sur Joseph Ebejer Is-Sur Alfred Zammit Montebello", "BANK ĊENTRALI - GOVERNMENT CONTROLLED COMPANIES", "15532.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Peress illi fi statistika ppubblikata fil-Quarterly Review tal-Bank Ċentrali għall-Ġunju, 1998 jidher illi fil-Government Controlled Companies kien hemm żieda ta' 1,664 impjieg bejn l-1997 sa Marzu 1998, jista' l- Ministru jgħid f'liema kumpanniji ġie reġistrat dan l-ingaġġ ta' impjegati ġodda?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji kumpannija b'kumpannija u f'liema kategorija ġew impjegati dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bidla fil- figuri ta' mpjiegi fis-settur pubbliku imsemmija hija dovuta għall-bidla fl- istatus tal-Korporazzjoni Telemata minn Korporazzjoni Statutorja Indipendenti għal-Kumpanija Kontrollata mill-Gvern bl-isem Maltacom plc.", "Dan jidher mill-linja preċiżament taħt dik li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant fejn il-Kategorija \"Independent Statutory Bodies\" turi tnaqqis ta' 1,776 bejn Diċembru 1997 u Marzu 1998 fl-imsemmi \"Quaterly Review\" tal- Bank Ċentrali.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - KAROZZI REĠISTRATI", "15533.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il karozza għandu reġistrati li jaqgħu taħt il-kustodja ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru u s-segretarjat?", "X'numri ta' reġistrazzjoni għandhom u kull karozza f'idejn min qegħda fil-preżent?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub se jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra f'xi seduta oħra.", "ŻEBBUĠ - TRIQ L-IMDINA - TĦAMMIL TA' GĦALQA", "15534.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga t-tħammil ta' għalqa mill-ħamrija fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ maġenb in-niċċa ta' San Pawl?", "X'permess hemm pendenti quddiem l-Awtorita' sabiex titħammel din l-għalqa u għal liema skop?", "X'passi se tieħu l- Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dak li għandu x'jaqsam ma' Enforcement u biex il- lok jerġa' jitpoġġa fl-istat oriġinali tiegħu?", "Min huma l-persuni li huma nvoluti f'dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI", "15535.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-benefiċċjarja bl-ID No. 00685620(m) għandu jrodd lura l-ammont ta' Lm235.79c u l-pensjoni tagħha minn Lm47.44c niżlet għal Lm16.92c u fl-aħħar xahrejn reġgħet niżlet għal Lm8.92, kull erba' ġimgħat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-benefiċċjarja msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari qegħda tirrifondi l-ammont imsemmi mill-pensjoni mhux kontributorja għaliex kienet ġiet mgħotija żieda bl- arretrati fil-pensjoni kontributorja tagħha b'effett mill-4 ta' Ottubru 1997.", "It-tnaqqis fil-pensjoni mhux kontributorja kien kompensat b'żieda fil- pensjoni kontributorja.", "PRODOTT GROSS DOMESTIKU", "15536.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l- Prim Ministru qal li l-GDP kiber bi 11% fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena mqabbla ma' l-istess perijodu tas-sena l-oħra, jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar il-components tal-GDP u jgħid b'liema analisi xjentifika jasal għall-konklużjoni li din iż-żieda tal-GDP tirrifletti tisħiħ ta' l-ekonomija frott tal-politika ekonomika tal-Gvern immexxi minnu stess?", "Jidhirlu l-Prim Ministru li m'hijiex prattika internazzjonalment aċċettabbli u metodu ta' gvernar modern u trasparenti meta jitkellem fuq ċifri tal-GDP li għadhom ma ġewx ippubblikati, speċjalment fil-kuntest li jgħid li jrid jitwaqqaf istitut ta' l-istatistika indipendenti mill-gvern u li jirrispondi direttament lill-parlament?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar l- andament tad-diversi setturi ekonomiċi hekk kif imkejla fil-Prodott Gross Domestiku għall-ewwel tlett xhur ta' din is-sena huwa kif ġej:", "|Settur |1997 |1998 | | |Lm |Lm | | |000 |000 | |Agrikoltura/Sajd | | | | |7,412 |7,951 | |Kostruzzjoni | | | | |9,709 |8,970 | |Manifattura | | | | |58,193 |68,628 | |Trasport/Kommunikaz| | | |zjoni |13,122 |16,560 | |Kummerċ | | | | |31,055 |29,668 | |Insurance/Banek u | | | |bejgħ ta' |21,255 |22,899 | |Proprjeta' | | | |Intrapriżi | | | |tal-Gvern |14,380 |21,339 | |Amministrazzjoni | | | |Pubblika |44,412 |45,710 | |Dħul minn | | | |Proprjeta' |24,662 |29,691 | |Servizzi | | | | |27,990 |29,523 | |Prodott Gross | | | |Domestiku |252,190|280,939| |(Nominali: factor | | | |cost) | | |", "Minn dan joħroġ ċar li l-ekonomija Maltija kibret b'aktar minn 11% fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena meta mqabbla ma' l-istess perjodu s-sena l-oħra.", "Din hija żieda qawwija li tiżboq bil-kbir it-tkattir ekonomiku f'pajjiżna matul dawn l-aħħar snin.", "Bħal fis-snin imgħoddija, l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika jipprovdi lill-Gvern bi statistika l-aktar aġġornata dwar l-andament fil-qasam ekonomiku.", "Għaldaqstant, iċ-ċifri mogħtija hawn fuq huma proviżorji u se jiġu ppubblikati fid-dettall fil-jiem li ġejjin.", "VALLETTA - TRIQ IR-REPUBBLIKA - INFIQ", "15537.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif intlaħaq il-ftehim biex isir il-ħlas għall-ispejjeż ta' Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta?", "Kemm se jkunu l-kontribuzzjonijiet tas-sidien tal-ħwienet ta' l-istess triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall- ispejjes tal-preparazzjoni u pavimentar ta' Triq ir-Repubblika ma nistax nifhem għal liema ħlas tal-ispejjes qed jirreferi.", "Il-ħlas ta' l-ispejjes kollha saru mill-Gvern ċentrali tramite l-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal- Belt.", "Jekk qed jirreferi għall-ispejjes biex isiru l-ispralli ġodda tal-ħwienet il-Gvern aċċetta li jħallas nofs l-ispejjes ta' dawn l-ispralli ġodda li huma fuq kollox proprjeta' ta' l-istess ħwienet.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - XIRI TA' KWADRU", "15543.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal- Mużewijiet għandux il-ħsieb li jipprova jixtri l-kwadru ta' Turner b'veduta tal-port li bħalissa qed jiġi reklamat għall-irkant minn ditta ewlenija f'Londra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għamel is-suġġerimenti tiegħu fuq kif nistgħu nakkwistaw il- kwadru ta' Turner.", "MINISTERU TAL-FINANZI - FLUS MINFUQA F'HOSPITALITY", "15546.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality fil-Ministeru tal-Finanzi matul is-snin 1994, 1995 u 1996 s'Ottubru u b'mod partikolari jindika kemm intnefqu flus xahar b'xahar f'receptions, ikel u f'restaurants u f'receptions fi djar privati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub se jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - SCIENCE LAB.", "TECHNICIANS", "15547.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinħareġ is-sejħa għall-applikazzjoni ta' science lab technicians?", "Għalkemm se tkun is-sejħa u jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li spiċċaw il-kors ta' science lab technicians li jistgħu japplikaw għal din is-sejħa ta' xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VALLETTA - TRIQ IR-REPUBBLIKA - TENDERS", "15548.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra schedule li turi t-tenders li l-gvern irċieva mingħand il-kuntratturi li applikaw biex jaħdmu fuq il-paving ta' Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta?", "Jista' l-Ministru jgħid: (a) Kemm kien hemm kuntratturi li applikaw għal dan il-kuntratt; (b) min kienu dawn il-kuntratturi; (ċ) xi prezzijiet offrew dawn il-kuntratturi; u (d) min ġie magħżul biex jaħdem dan il- proġett u fuq liema kriterju?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - KONSULENTI", "15549.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fl- Universita' ta' Malta?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "F'liema qasam qed jagħtu l-konsulenza tagħhom?", "Meta ġew maħtura u għal kemm żmien?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - METERS TAD-DAWL", "15550.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm meters tad-dawl fl-Aħrax tal-Mellieħa, l-Għadira, iċ-Ċirkewwa, l-Armier u t-Torri l-Abjad u l-limiti ta' madwarhom?", "Kemm minn dawn il-meters hemm minnhom li huma mwaħħlWa fi kmamar illegali u bl-iStop Notice ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u xorta ngħatalhom il-meter?", "Kemm hemm meters imwaħħla fuq art tal-gvern u lanqas huma rikonoxxuti mill-Kummissarju ta' l-Artijiet?", "Min kien responsabbli miċ-Chief Inġiniera u foremen tal-Korporazzjoni Enemalta li approvaw id- dawl f'dawn il-kmamar bla permess tal-Kummissarju ta' l-Artijiet u ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u qegħdin bl-iStop Notice?", "X'passi se jieħu kontra ċ-Chief Inġiniera u foremen li approvaw dawn l-abbużi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għall-ewwel tliet partijiet tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmilhom lill-Ministeri kkonċernati.", "Minn żmien ilu l-Korporazzjoni Enemalta bdiet tesiġi li kull applikant għas- servizz ta'l-elettriku jipprovdi, fost affarijiet oħra, kopja tal-permess mill-Planning Authority u 'Compliance Certificate' mill-istess Awtorita'.", "Qabel ma ħarġu dawn l-istruzzjonijiet kull min kien japplika għas-servizz dan kien jingħatalu jekk ikollu l-istallazzjoni konformi mar-Regolamenti tal-Provvista ta' l-Elettriku.", "GĦAWDEX - XAGĦRA - TRIQ TA' KARKAR", "15551.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti raġunijiet għaliex għadu ma bediex ix-xogħol fuq il-main ta' l-ilma fi Triq ta' Karkar, fix-Xagħra, Għawdex qabel terġa' tidħol ix-xitwa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - GĦOTI TA' TARMAC", "15552.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 15475?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.", "BOZOZ - TWAĦĦIL TA' BOZOZ", "15553.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 15473?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif diġa' għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15473 li saret jumejn ilu, it-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - HOSPITALITY", "15555.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin matul is-snin 1994, 1995 u 1996 sa Ottubru u b'mod partikolari jindika kemm intnefqu flus xahar b'xahar f'receptions, f'ikel, f'restaurants u f'receptions fi djar privati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fis-snin indikati mill-Onorevoli Interpellant, il- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kien ħallas komplessivament dawn is- somom f'riċevimenti:", "1994 Lm 26,942 1995 Lm 31,093 1996 Lm 35,931", "Fit-tweġiba li kont tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 660, kont tajt dettalji dwar kif intefqu dawn il-flejjes minn kull uffiċċju u ambaxxata fil-Ministeru fis-snin imsemmija.", "Jiena nfurmat illi biex jingħata d-dettal kollu li qed jitlob l-Onorevoli Membru, jeħtieġ li jiġu mgħarbla eluf ta' `payment vouchers' li jkopru l- pagamenti kollha li saru mill-Ministeru, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.", "Kif għidt drabi oħra f'risposti għal Mistoqsijiet Parlamentari simili, filwaqt li ninsab dejjem dispost li nara li jsir dak kollu li jkun hemm bżonn isir sabiex tinġabar l-informazzjoni kollha mixtieqa mill-Membri tal-Kamra, għandna niżnu sew ukoll x'benefiċċji jistgħu jinkisbu minn din l- analiżi dettaljata ma' l-ispejjeż li jkollna nidħlu għalihom sabiex jinġabar id-dettall kollu rikjest.", "LOTTU PUBBLIKU - RIĊEVITUR", "15556.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jindaga u jara jekk attwalment il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li taħdem mar-riċevitur tal-lottu hux qed tkun preżenti fl-uffiċċju tagħha u jekk in effetti daħħalx persuna oħra floku?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B' riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15556 nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li s-Sur George Micallef ġie appuntat Riċevitur tal-Lottu fis-17 ta' Lulju 1978.", "Riċevituri tal-Lottu jistgħu jqabbdu magħhom persuni biex jgħinuhom bħala assistenti.", "Dan huwa neċessarju biex ir-Riċevituri ma jitilfux klijenti li ma jkollhomx sabar jistennew wara ħaddieħor.", "M' għandna xejn x'juri li r-Riċevitur tal-Lottu, li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija, mhux qed ikun preżenti fl-uffiċċju tiegħu.", "BOV - IMPJEGATI", "15557.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-250 persuna li ġew impjegati mal-Bank of Valletta fl- 1 ta' Mejju, 1987 kenux impjegati regolarment jew irregolarment?", "Wara li 91 minnhom ġew trasferiti mal-AWTS, x'ġara mill-kumplament?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "TURIŻMU - DĦUL", "15558.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Peress li issa li ġiet ppubblikata statistika tad-dħul mit- turiżmu għall-ewwel tliet xhur ta' l-1998 li minkejja inflazzjoni ogħla u spejjeż aktar involuti fi btala f'Malta, turi tnaqqis fin-nefqa mit- turisti, jista' l-Ministru jgħid x'seta' kien li kkontribwixxa għal dan in- nuqqas?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ŻEBBUĠ - CABLES TAD-DAWL", "15559.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15395, il- Ministru jaf li bir-risposta li ngħatat f'din il-mistoqsija hija misleading minħabba l-fatt li l-applikant għamel talba u saħansitra anki l-foreman tad- distrett kellem lill-istess applikant, x'passi beħsiebu jieħu l-Ministru mal-foreman dwar din il-mistoqsija li saret b'nuqqas ta' rispett fil- konfront ta' l-Interpellant?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bl-għajnuna ta' l-Onorevoli Membru ġie stabbilit li l- applikant kkonċernat joqgħod f' 'Joe Grace House' u mhux 'Casa Redentur' kif jidher fil-PQ 15395, u, għalhekk, it-tweġiba kienet ingħatat fin- negattiv.", "Ix-xogħol rikjest mill-applikant ta' 'Joe Grace House' sejjer jinbeda fi żmien qasir.", "DCC - KAŻIJIET", "15560.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega xi kriterji jintużaw biex każ li jkun qed jiġi ttrattat mid-DCC jiġi ttrasferit lill-Kumitat Eżekuttiv ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li hu stramb li l-każ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, wara li ġie ttrattat b'mod eżawrijenti mid-DCC u fejn ittieħdet votazzjoni darbtejn, f'daqqa waħda jiġi ttrasferit lil fuq imsemmi Kumitat, meta dan mhuwiex xi proġett ta' interess nazzjonali imma jikkonċerna permess li bħalu jingħataw mijiet b'mod konsistenti?", "Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid f'dan il-każ min talab li jsir dan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19971031_130d_par.doc", "date": "1997-10-31", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 130 Il-Ġimgħa, 31 ta' Ottubru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 130", "Il-Ġimgħa, 31 ta' Ottubru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "130", "Il-Ġimgħa, 31 ta' Ottubru, 1997", "WERREJ MINUTI 578", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 578", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI KONTRA L-KORRUZZJONI (L-EWWEL QARI) 590", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA DWAR IS-SEDUTA LI FIHA SSIR ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA GĦAS-SENA 1998 590", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL-GVERN 591 RULING TA' MADAM SPEAKER 614 MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TA' KUMMISSJONI DWAR L-INDUSTRJA TAL-BINI F'MALTA 708", "AĠĠORNAMENT 713", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 717", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 736", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 129 li saret fid-29 ta' Ottubru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7050.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw ma' l-ETC xahar b'xahar matul l-1996 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 1997 u r-raħal jew belt fejn dawn joqogħdu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw ma' l-ETC xahar b'xahar matul l-1996 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 1997 u l- post fejn dawn joqgħodu.", "MADAM SPEAKER (Onor: Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Agius, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Jista' l-Ministru jgħidilna liema kienet il- lokalita' u x-xahar li fihom kien hemm l-ikbar numru ta' nies li bdew jirreġistraw għax-xogħol?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ovvjament dan li qed jistaqsi l-Onor.", "Membru joħroġ mil- lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inti trid lest li naqrahielek.", "SKEJJEL PRIMAJRI - GĦALLIEMA", "8661.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l- Ministru jgħid liema hi l-iskola primarja f'Malta jew f'Għawdex li għandha l-ogħla persentaġġ ta' għalliema mhux gradwati?", "Kemm hu n-numru ta' dawn l- għalliema mqabbel ma' l-għalliema l-oħra każwali jew minn dawn li daħlu dan l-aħħar bħala supply teachers?", "Hemm xi skola li għandha l-full complement ta' għalliema gradwati jew college-trained?", "Liema hi?", "Kif inhi r-relazzjoni bejn iż-żewġ tipi ta' għalliema fl-iskejjel tas- snajja'?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-iskola primarja li għandha l-ogħla persentaġġ ta' għalliema mhux gradwati jew college-trained hija Żabbar B b'40%", "Fl-iskejjel primarji hemm 833 għalliema gradwati jew college-trained, 133 għalliema instructors li għamlu kors fil-pedagoġija, 142 part-time instructors u 2 supply teachers.", "L-iskejjel li għandhom full complement ta' għalliema gradwati jew college- trained huma Mellieħa, Pembroke, Qormi San Bastjan 'A', Xgħajra f'Malta u Kerċem, Nadur u Żebbuġ f'Għawdex.", "Fl-iskejjel tas-snajja' hemm 67 għalliema gradwati jew college-trained, hemm 7 heads of department, 235 instructors li għamlu kors fil-pedagoġija, 25 part-time instructors u 2 supply teachers.", "MADAM SPEAKER: l-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru, jekk għandu t-tagħrif hawn, jgħidilna kemm hemm għalliema neqsin f'dawn l-iskejjel li semma.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li l-Onor. interpellant jaf li ma nagħmilx mirakli!", "Jekk jagħmel mistoqsija bil-miktub inkunu nistgħu nagħtuh l- informazzjoni li jrid.", "SKEJJEL STATALI - CLERKS", "8687.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għal part-time clerk fi skejjel ta' l-Istat f'kull sejħa li saret bejn l-1987 u llum?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari nru 9113 mogħtija f'seduta numru 126.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk kienx hemm xi tibdil fil-kondizzjonijiet ta' dawn il-part-time clerks għal din is-sena?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jiddispjaċini li m'għandix l- informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "Nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub sabiex jingħata risposta speċifika u korretta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi dan l-aħħar fil-Gazzetta tal-Gvern kien hemm sejħa għal part-time clerks, jista' l-Ministru jgħidilna kemm għandu part- time clerks neqsin fl-iskejjel tal-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ovvjament biex inkun nista' nwieġeb domanda bħal din irrid nkun naf biha minn qabel sabiex inkun nista' inġib l-informazzjoni miegħi.", "(Interruzzjonijiet) Jiena m'iniex ngħid li m'hemmx informazzjoni jew li hemm l-informazzjoni kollha imma jekk jagħmel mistoqsija bil-miktub naċċertah li l-informazzjoni tingħatalu.", "RAĦAL ĠDID: WIED BLANDUN - DRENAĠĠ", "8763.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħmel dak li hu meħtieġ biex id-drenaġġ li jgħaddi minn taħt Wied Blandun, Raħal Ġdid ma jkomplix jinkwina l-inħawi tal- madwar?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Id-dipartiment tad-drenaġġ qiegħed jipprepara tender biex isir relief sewer main għal Triq Valperga ma' Triq Ċensu Busuttil, Fgura.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Għallinqas issa għandna tweġiba mhux ħażin!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li din kienet l-unika mistoqsija bis-sens li saret s'issa!", "Pero' tajjeb li ngħidlu li l-problemi li jeżistu f'dik il- parti ilhom hemm is-snin u minkejja li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil- gvern kien jgħid li se tingħata attenzjoni speċjali lin-naħa t'isfel ta' Malta, u minkejja l-interventi min-naħa tagħna meta konna fl-oppożizzjoni, xorta waħda kien baqa' ma sar xejn.", "Issa qed jidher biċ-ċar li permezz ta' programm li għandna mħejji din il-problema se tiġi solvuta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma l-aħħar żviluppi rigward is-sewage treatment plant li huwa ppjanat għan-naħa t'isfel ta' Malta?", "Jista' jgħidilna fejn se tkun eżatt il- lokazzjoni tiegħu u jgħidilna wkoll x'inhuwa l-pjan tal-Gvern in ġenerali rigward l-impatt fuq l-ambjent ta' l-istess impjant, fid-dawl tad-deċiżjoni li nifhem li ttieħdet matul is-sena li għaddiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, li nista' ninformah huwa li s-sewage treatment plant mhux se jsir fis-site - li kien indikat bħala number 1 - fejn ir-residenti tal-Kalkara ma riduhx isir.", "(Interruzzjonijiet) Din hija garanzija u nista' naċċertah li mhux se jsir hemm.", "Aħna mhux se noqogħdu nduru mal-lewża u ngħidu ħafna paroli fil-vojt, bħalma kienu jagħmlu huma.", "Dwar is-sewage treatment plant ngħidlu li l-progett miexi u x-xogħol dalwaqt jibda.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna x'tibdil sar fuq l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Wied il-Għajn?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, għadu qed isir l-istudju dwar dan u l- affarijiet mexjin.", "Li nista' ngħidlu hu li mhux se jsir fis-site li kien indikat.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jidher li l-Ministru huwa nformat sewwa fuq id-drenaġġ!", "Naħseb li ukoll kellu jkun informat sewwa fuq l- edukazzjoni biex forsi kien jagħtina daqsxejn informazzjoni fuq il- mistoqsijiet ta' qabel!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Onor.", "Cassar ngħidlu li jiena naf ukoll b'membri li jagħmlu mistoqsijiet parlamentari li jkun fihom ħafna ħmerijiet, barra li jkunu out of order!", "Jiena weġibt għall-mistoqsija li ġiet magħmula u fir- risposta li tajt kont koerenti ma' dak li ġejt mistoqsi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, saru diversi riferenzi għal studji li saru.", "Jista' l-Ministru jgħidilna xi studju ġdid inbeda fit-12-il xahar li għaddew?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Galea jista' jagħmel mistoqsija bil-miktub u nagħtih l-informazzjoni kollha mitluba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma jistax ikun li l-Ministru fuq kumment mitfugħ b'ċajta jdum jitkellem nofs siegħa u mbagħad fuq domanda ma jweġibx!", "MADAM SPEAKER: Nirrikkmanda lil kull min jagħmel mistoqsija supplimentari biex iżomm mal-mistoqsija oriġinali u ma joqgħodx jgħaddi kummenti.", "L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi ftit ilu jiena staqsejt fejn se jkun is-sit, jista' l-Ministru jirrispondini għal dik il-mistoqsija supplimentari?", "Jiena qed nistaqsi liema hu s-sit magħżul għall-impjant tat- trattament tad-drenaġġ għall-inħawi t'isfel ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, qiegħed f'pożizzjoni li ngħidlu fejn mhux se jsir imma fejn se jsir m'iniex f'pożizzjoni li ngħidlu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, normalment il-mistoqsija tagħmilha biex ikollok tweġiba x'se jsir u mhux x'mhux se jsir.", "Nistgħu nagħmlu lista ta' kull naħa f'Malta u ngħidu li mhux se jsir \"hemm\" u mhux se jsir \"hemm\" u li mhux se jkun viċin ta' dik it-triq.", "B'daqshekk ma jkunx wieġeb imma jkun għamel biss statement ta' propaganda għall- kostitwenti, li naturalment il-Ministru Mizzi għandu interess fihom.", "Jiena naħseb li l-MInistru jrid jitkellem mhux biss għall-kostitwenti tal- Kalkara imma anke għall-kostitwenti l-oħra li għandu fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "La l-Ministru qed jagħti l-assigurazzjoni fejn mhux se jsir, għandu jkun jaf fejn se jsir għax inkella ma jistax ikun kategoriku kif kien.", "Allura nitolbu jgħidilna s-sit magħżul fejn hu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jiena diġa' għidt li f'site number 1, is- sit li kien indikat, mhux se jsir.", "(Interruzzjonijiet) Biex ngħidulu liema hu s-sit magħżul nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub u tingħatalu risposta.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "8874.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Prim Ministru: Mill-bidu tas-sena, xahar b'xahar, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' tentattiv ta' serq, pick-pocketing u snatch and grab?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Jiena nformat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "8875.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Prim Ministru: Xahar b'xahar, mill-bidu tas-sena, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill-Pulizija każi ta' serq minn vetturi, serq ta' vetturi, serq ta' bċejjeċ tal-baħar, serq minn bċejjeċ tal-baħar u rural theft?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Jiena nformat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna għallilnqas it-total ta' dawn id-diversi każi li hemm imsemmija fid-domanda partikolari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-lista li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra hemm l- ammont ta' serq minn vetturi, serq ta' vetturi, serq ta' bċejjeċ tal- baħar, serq minn bċejjeċ tal-baħar u l-ammont ta' rural theft, separatament.", "Jekk wieħed jgħoddhom faċilment isib it-total!", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux se jagħtina xi calculator mar-risposta!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, naħseb li jkollkom bżonn calculator għax għandkom ħabta tgħoddu ħażin fejn jaqblilkom!", "XEMXIJA - DRENAĠĠ", "8877.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol b'konnessjoni mas-sistema tad-drenaġġ li twassal mix-Xemxija saċ-Ċumnija?", "Meta hu mistenni li jitlesta l-EIA?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq is- sistema proprja?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): It-tenders b'konnessjoni ma' dan il-proġett, li jinkludu d- disinn kif ukoll l-EIA, qegħdin jiġu emendati mid-dipartiment tad-drenaġġ u dan il-proċess mistenni li jiġi konkluż dalwaqt.", "Wara li tinħareġ il- letter of acceptance, ix-xogħol fuq l-EIA mistenni li jitlesta fi żmien 15- il ġimgħa.", "Ix-xogħlijiet fuq il-proġett tat-tramuntana ta' Malta jkunu jistgħu jiġu ddisinjati la darba l-EIA jiġi approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u wara joħorġu sejħiet għal offerti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk fil-fatt saritx applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Meta ħarġet, jekk ħarġet, it- tender partikolari għax-xogħol?", "Min huma dawk li tefgħu t-tender għax- xogħol?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, qiegħed nara daqsxejn il-file li għaddieli d-dipartiment ħalli nara għandix l-informazzjoni li qed jitlob l- Onor. Interpellant.", "Skond l-informazzjoni li għandi, subject to correction, jidher illi l-offerti diġa' ġew sottomessi biex jinkorporaw xi modifiki.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, billi x-xogħol kien kważi ġie pproġettat kollu, jista' l-Ministru jispjegalna għaliex dan ix-xogħol waqaf għal iktar minn sena, bil-konsegwenza li issa rridu nerġgħu nibdew dan ix- xogħol mill-bidu?", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll jekk dan ifissirx li l- proġett tat-tisfija tad-drenaġġ, kemm f'dawn l-inħawi kif ukoll f'inħawi oħra, mhux se jkun tlesta sas-sena 2000, kif kien oriġinarjament ippjanat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kif għidt diġa' t-tenders in konnessjoni ma' dan il-proġett, li jinkludi d-disinn kif ukoll l-EIA, qed jiġu emendati mid-dipartiment tad-drenaġġ u dan il-proċess mistenni li jiġi konkluż dalwaqt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, din hija l-istess risposta li ngħatajt madwar sitt xhur ilu pero' iż-żmien għaddej u l-proċess għadu ma ġiex konkluż.", "Allura l-Ministru jista' almenu jagħtina indikazzjoni xi tfisser il-kelma \"dalwaqt\" f'dan il-każ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'dan il-każ il-kelma \"dalwaqt'' tfisser \"meta jkun possibbli\".", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidli kif \"dalwaqt\" saret tfisser \"meta jkun possibbli\"?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien m'iniex xi lecturer u allura din m'iniex kapaċi nispjegaha!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, lanqas jien ma jien lecturer pero' naf li hemm differenza kbira bejn it-tnejn.", "GĦalhekk nistenna risposta dwar xi tfisser eżattament il-kelma ''dalwaqt'', għax il-frażi \"meta jkun possibbli\" assolutament m'għandha l-ebda affinita' mal-kelma ''dalwaqt''.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'dan il-każ il-kelma ''dalwaqt'' ma' tfissirx dik li kienet tfisser fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, jiġifieri xi għaxar snin oħra!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ladarba l-Ministru Mizzi almenu jaf li \"għaxar snin oħra\" m'hijiex it-tifsira ta' \"dalwaqt,\" jista' jgħidilna x'inhi t-tifsira proprja?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-kelma \"dalwaqt\" tfisser \"fi żmien raġonevoli\".", "KULTURA - WIRJIET", "9046.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8807 u għat- tweġiba tagħha mogħtija fis-Seduta tat-13 t'Ottubru, jista' l-Ministru jgħid x'wirjiet kulturali se jsiru fil-ġejjieni qarib billi r-Reġistru Pubbliku mhux se jorganizza aktar wirjiet, kif kien jagħmel qabel, u se jħalli kollox f'idejn id-dipartiment tal-kultura?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Mużew ta' l-Arti fi Triq Nofsinhar il- Belt ta' spiss itella' wirjiet artistiċi fiż-żewġ swali, waqt li d- dipartiment tal-kultura normalment itella' wirjiet fi żmien il-Maltafest.", "Is-sena d-dieħla hu maħsub li f'Ġunju jkun hemm wirjiet oħra minħabba ċ- ċelebrazzjonijiet tal-Belt Valletta bħala l-belt kulturali Ewropea tax- xahar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, fil-fatt jien għamilt din il-mistoqsija għax wara li kont għamilt interpellanza lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, ingħatajt it-tweġiba li dawn il-wirjiet se jibdew jiġu organizzati mid-dipartiment tal-kultura u ovvjament ħadd ma jixtieq li jintemmu wirjiet bħal dawn.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-fatt issa qed ninduna - hawn nixtieq nieħu l- okkażjoni biex niskuża ruħi ma' l-Onor.", "Interpellant għal dan - li min fassal it-tweġiba ħaseb li din il-mistoqsija kienet qed tirriferi għall- wirjiet tal-pittura u ta' l-iskultura, mentri l-Onor.", "Interpellant kien qed jirriferi għal dawk il-wirjiet li kienu jsiru sabiex jitfakkru personaġġi differenti.", "Madanakollu jien nista' ngħid li d-dipartiment tal-kultura għandu l- ħsieb li jorganizza dawn il-wirjiet u fil-fatt bħalissa qed jitfassal kalendarju fuq l-attivitajiet li se jsiru biex jitfakkru dawn il-personaġġi ħalli t-tifkiriet isiru b'mod kontinwu u konsistenti.", "PORTIJIET - ĦATT TA' CONTAINERS", "9128.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Hyzler) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inħattu containers fil-portijiet Maltin għal-lokal fl-ewwel sitt xhur tas-snin 1992 sa l-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): In-numru globali ta' containers li nħattu fl-ewwel sitt xhur tas-snin 1992 sa l-1996 huwa kif ġej:-", "|1992 |15,519 | |1993 |16,153 | |1994 |15,650 | |1995 |19,427 | |1996 |18,418 |", "Dawn il-figuri jinkludu l-containers kollha li nħattu hawn Malta, kemm għal- lokal kif ukoll dawk għat-trasbord, bil-cargo u bla cargo.", "Dwar l-1997 ma jistax jingħata t-tagħrif mitlub għax dan jinġabar darba biss, fl-aħħar tas-sena.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "9139.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' xiri ta' ċilindri tal-gass mill-Korporazzjoni Enemalta mill-1 ta' Jannar, 1982 sa llum, jista' l- Ministru jgħid:- x'inhu l-ammont ta' ċilindri ta' kull kunsinja?", "X'inhu l- valur ta' kull kunsinja?", "Iċ-ċilindri nxtraw ġodda jew second hand?", "X'inhi l-country of origin ta' kull kunsinja, kif ukoll l-ammont ta' ċilindri li ġew skrappjati sena b'sena fl-istess perijodu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "CAUSE OF DEATH", "8392.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-causes of death u kemm mietu persuni f'kull każ is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "TRADE BALANCE", "8393.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-trade balance fl-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: GĦalkemm dan it-tagħrif joħroġ minn statistika uffiċjali, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-trade balance fl-aħħar ħames snin huwa kif ġej:", "|Sena |Lm (miljun) | |1992 |256.9 | |1993 |312.6 | |1994 |326.3 | |1995 |362.7 | |1996 |383.8 |", "IMPORTAZZJONI", "8394.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati consumer goods din is-sena s'issa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Lulju ta' din is-sena ġew importati Lm145.3 miljun f'consumer goods.", "SAĦĦA - KURA FL-INGILTERRA", "8395.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, hijiex se tintbagħat barra għall- operazzjoni li tant għandha bżonn?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Il-persuna msemmija ġiet eżaminata fl-Isptar San Luqa minn Mr. Michael Benson, kirurgu Ingliż ta' l-ortopedija, fl-14 ta' Lulju, 1997.", "Il-kirurgu rrikkmanda li l-pazjent jintbagħat l-Ingilterra għall-operazzjoni li għandu bżonn.", "Id-data ta' l-operazzjoni għadha ma ġietx mogħtija mill-ispeċjalista fuq imsemmi.", "INFORMATIKA - MILLENIUM BUG", "8396.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex nilqgħu kemm nistgħu għad- diffikultajiet li nistgħu niffaċċaw f'dik li hi teknoloġija ta' l- informatika minħabba l-millenium bug?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Il-Gvern ħatar lill-MITTS bir- responsabbilta li tieħu l-passi kollha meħtieġa biex Malta tipprepara għall- hekk imsejjaħ millenium bug fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Il-MITTS ħatret project manager u team ta nies biex jippreparaw għal din il- problema.", "Diġa' tqajmet kuxjenza rigward din il-problema fid-dipartimenti tal-gvern permezz ta' ittra uffiċjali li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn ġie spjegat ukoll li l-MITTS qed tmexxi dan il-proċess.", "Biex titqajjem kuxjenza fis-settur privat il-MITTS qed taħdem id f'id ma' kumpanija privata u se jkun hemm sensiela ta' seminars u diskussjonijiet fuq dan is-suġġett.", "Il-MITTS qed tmexxi dan il-proġett skond prinċipji u ideat li qed jintużaw madwar id-dinja.", "Qiegħed isir inventarju tal-programmi kollha li qed jintużaw fid-dipartimenti tal-gvern u ġew żviluppati sensiela ta' testijiet biex jiġi assigurat li kull programm jibqa' jaħdem fis-sena 2000.", "Sar pjan dettaljat fuq kif se jitmexxa l-proġett u saħansitra diġa' nbeda x-xogħol fuq diversi programmi importanti.", "Inbeda wkoll eżerċizzju biex il-computers kollha li qed jintużaw fid- dipartimenti tal-gvern jiġu ttestjati li jżommu d-data u l-ħin kif suppost fis-sena 2000.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-liċenzji maħruġa mill-Pulizija dwar ħanut fi Blue Grotto Avenue, Zurrieq, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. W995.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Informazzjoni dwar permessi maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar lill- kunsilli lokali matul l-1997 u informazzjoni dwar applikazzjonijiet tal-kunsilli lokali pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 8577.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar l-għadd ta' impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta f'Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 9180.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għas- sena finanzjarja 1997/98;", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għall- perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 1996 u t-30 ta' Settembru 1997; u", "Report and Financial Statements ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar linji tat-telefon stallati bejn Novembru 1995 u Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 9228;", "f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratti bejn il-Gvern u l-Malta Shipbuilding, u bejn il- Malta Shipbuilding u l-Malta Labour Party dwar l-art f'St Andrews okkupata mill-Malta Labour Party u t-tpartit li sar mill-Freedom Press, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. W1026;", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Informazzjoni dwar żviluppi li saru fil-qasam tal-kura primarja bejn l- 1988 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 9031; u", "f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-korsijiet organizzati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul Settembru 1997, bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9240.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' tliet ittri mibgħuta mid-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar xiri ta' fond fil-Mosta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 9218.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, bil-permess tal-Kamra xtaqt li f'din l-ewwel okkażjoni li għandi għallinqas ikolli ċ-ċans li nirrispondi għall- akkużi inġusti li saru fil-konfront tiegħi mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, meta fid-29 ta' Ottubru qajjem ksur ta' privileġġ fuq insult li hu qed jassumi li għamiltlu jien.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, nixtieq li f'dan il-każ insegwu l-proċeduri.", "Jien tkellimt fuq dan il-każ fl-ewwel opportunita' li kelli, kif wara kollox jimponu l-iStanding Orders, u ma naħsibx li l-Onor.", "George Vella għandu d-dritt li jitkellem fil-bidu tas-seduta.", "Seta' tkellem fl- aġġornament - jista' anke jitkellem fl-aġġornament illum - imma ma naħsibx li issa huwa l-mument li jitkellem.", "Il-każ ta' ksur ta' privileġġ qiegħed quddiem is-Sinjorija tiegħek.", "It-trattazzjoni tal-każ tal-ksur ta' privileġġ saret hawn min- naħa tiegħi u min-naħa tal-Prim Ministru u issa qed nistennew ir-ruling tas-Sedja.", "Jekk l-Onor.", "Vella se jagħmel xi proposta, fil-każ jikkomunika miegħi ħalli nitkellmu u naraw naslux għal xi arranġament.", "Imma ma naħsibx li l- Onor. Vella għandu jitkellem f'dan il-mument għax ikun qiegħed out of order.", "(Interruzzjonijiet) Ċertament li hawn oġġezzjoni minn din in-naħa tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiġifieri f'din id-demokrazija wasalna fi stat fejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li tant jistqarr li huwa demokratiku, lil min hu akkużat lanqas biss jagħtih iċ-ċans isemma leħnu biex jirrispondi għall-akkużi moqżieża li jkunu sarulu.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dan każ ieħor ta' ksur ta' privileġġ.", "Jien se noqgħod bil-qiegħda u nħalli lill-poplu jiddeċiedi.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Jien naħseb li hawnhekk għandha titkellem is-Sedja.", "Jien rajtha l-proċedura.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qajjem il-każ ta' ksur ta' privileġġ fl-ewwel opportunita' li kellu.", "Apparti prinċipji bażiċi, fejn persuna li tiġi akkużata li għamlet xi offiża għandha tinstema' - dan huwa prinċipju demokratiku bażiku - anke fl- Erskine May hemm proċedura li meta membru jagħmel complaint ta' ksur ta' privileġġ fil-konfront ta' membru ieħor, dak il-membru jingħata notice - ejja ngħidu, għall-grazzja ta' l-argument, li l-avviż ingħata fl-ittra li l- Kap ta' l-Oppożizzjoni bagħat lill-Viċi Prim Ministru - u meta l-każ jiġi għad-diskussjoni fil-Kamra, il-membru li jkun allegat li għamel l-offiża għandu jkun preżenti u fil-fatt jista' jkun hemm każijiet fejn id- diskussjoni tiġi rimandata għal meta l-membru jkun preżenti.", "Għaldaqstant is-Sedja jidhrilha li għandha tisma' dak li għandu xi jgħid l-Onor.", "Vella u nitolbu biex ikun konċiż.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qabel ma' nkomplu nixtieq ngħid li jien għadni kemm qajjimt każ ieħor ta' ksur ta' privileġġ fil-konfront tiegħi għal dak li għadu kif qal il-Viċi Prim Ministru, jiġifieri li jien għamilt \"allegazzjonijiet moqżieża\".", "Il-Viċi Prim Ministru ma' jistax jirriferi għal xi diskors bħala \"allegazzjonijiet moqżieża\" - dan hu ksur ta' privileġġ in faciem curiae, kif spjega tajjeb il-Prim Ministru l-aħħar darba - u jew jirtira dan il-kliem jew inkella ninsisti li l-Kamra tgħaddi biex tikkonsidra dan il-ksur ta' privileġġ kommess fil-konfront tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, nitolbok toqgħod attent kif tpoġġi l-kliem u jekk tista' spjega lill-Kamra dak li trid tgħid bi kliem aktar adattat.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jien nifhem il-pożizzjoni diffiċli tiegħek imma l-fatti issa ġraw.", "Il-Viċi Prim Ministru qal li jien għidt u għamilt affarijiet \"moqżieża\".", "Dan jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ.", "Issa jien noffrilu li jekk jirtira dan il-kliem billi jiskuża ruħu ma jkun ġara xejn imma jekk ma jagħmilx hekk ninsisti li dan huwa ksur ta' privileġġ.", "Is-Sinjorija tiegħek hi marbuta u m'għandhiex il- liberta' li timxi kontra l-iStanding Orders.", "Jiġifieri trid tikkonsidra dan il-ksur ta' privileġġ issa u mhux ngħaddu għal affarijiet oħra.", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, nitolbok tirtira dik il-kelma.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-ewwel irrid nagħmel spjegazzjoni tal-ħmieġ li qed jaqa' fuqi.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, nitolbok tuża lingwaġġ parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien qiegħed nagħmel l-affarijiet b'mod korrett imma meta mbagħad nibqgħu nirripetu apposta affarijiet li rridu nużawhom biex nagħmlu kapital politiku minnhom, għalija dan m'huwiex aġir parlamentari.", "Issa jekk se noqogħdu nressqu talba wara l-oħra għal ksur ta' privileġġ, din in-naħa tal-Kamra ilha ħafna tissubixxi ksur ta' privileġġi.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, on a point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, l-iStanding Orders qegħdin biex jirregolaw lil din il-Kamra.", "Min-naħa tal-Kap ta' l-Oppiżizzjoni saret talba fejn qed jgħid li sar ksur ta' privileġġ.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, għandi point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Onor. Mizzi, issa qed nagħmel point of order jien u ma' tistax tinterrompini.", "Ħallini nispiċċa imbagħad għamel il-point of order tiegħek.", "Min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni saret talba fejn qed jgħid li sar breach of privilege in faciem curiae u r-regolamenti ta' din il-Kamra jitolbu li jingħata ruling fuqu.", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, nitolbok tirtira l-kelma \"moqżieża\" li tat offiża.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nirtiraha jekk kemm-il darba l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni huma lesti li jirtiraw darba għal dejjem l-akkużi li għamlu ripetutament lil din in-naħa tal-Kamra bil-kliem \"inuman\" u \"malizzjuż\".", "Dak iż-żmien, meta din in-naħa tal-Kamra ripetutament sostniet li aħna ma' konniex informati li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien marid, ħadd ma' qam biex jagħmel point of order u biex jgħid li hemm breach of privelege imma baqgħu jgħajruna.", "Fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra wkoll intqal li aħna konna nafu u bqajna ngħidulhom li ma nafux.", "Dak ukoll kien breach of privilege.", "(Interruzzjonijiet)", "Madam Speaker, nitlob il-protezzjoni tas-Sedja biex inkun nista' nitkellem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Skond l-iStanding Orders, f'każ ta' ksur ta' privileġġ in faciem curiae is-Sedja għandha taġixxi.", "Issa s-Sedja talbet lill-Viċi Prim Ministru biex jirtira l-kliem u allura ma jistax ikun li dan jagħmlilna diskors fuq xi ħaġa li diġa' ġrat u li diġa' qiegħda quddiem is- Sedja.", "Il-miżuri għandha teħodhom is-Sedja.", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, jekk jogħġbok irtira dik il-kelma.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: F'dan il-pajjiż demokratiku saru akkużi u jien qed insib ħalqi magħluq u ma nistax niddefendi ruħi.", "(Interruzzjonijiet) Din m'hijiex il-proċedura li għandha tintuża.", "Madam Speaker, b'rispett lejk u b'rispett lejn is-Sedja jien lest li nirtira dik il-kelma.", "Pero' irrid ngħid li m'hijiex demokrazija li f'dan il- pajjiż bniedem li ġie akkużat u mħammeġ fil-gazzetti - għax għaddejja kampanja kontra tiegħi - ma jingħatax iċ-ċans li jiddefendi lilu nnifsu f'din il-Kamra.", "Donnu li rridu nsibu postijiet oħra fejn niddefendu lilna nfusna.", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, meta għidtlek biex tirtira dik il-kelma - u qed naċċetta li rtirajtha - għidtlek ukoll biex tgħid dak li għandek tgħid fuq il-każ ta' ksur ta' privileġġ li tqajjem mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Baqagħlek xi żżid?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien fadalli ħafna xi ngħid.", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, nitolbok biex tkun konċiż u żżomm mal-punt.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għadu jsostni li aħna konna nafu li hu kien marid.", "Din l-allegazzjoni għamilha wkoll l-Onor. de Marco fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra u niftakar ukoll li kien għamilha l- Onor. Louis Galea meta kien qam jgħajjarna li konna nafu.", "Lilna anke għajruna li aħna \"inumani\".", "Allura f'dan il-każ hawn lok biex wieħed iressaq ksur ta' privileġġ jew le?", "Nista' ngħid li fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra konna qed niddiskutu l- kwestjoni tal-pairing u jien għidt illi l-fatt li kien hemm l-allegat mard ...", "Dak il-ħin għalina l-mard kien għadu allegat - issa jekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jrid ikun legalistiku affarih, imma dak il-ħin il-mard kien allegat - u kien biss wara li ġie pprovat li veru li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien marid.", "Jien insostni u nkompli bit-teżi tiegħi illi l- montatura politika dak il-ħin saret u mhux fuq il-fatt kienx marid jew le.", "U hawnhekk nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni sabiex jissostanzja dak li qed jgħid fl-ittra tiegħu meta qed jgħid ''ripetutament\" u \"f'okkażjonijiet differenti''.", "Dan m'huwiex veru.", "MADAM SPEAKER: Grazzi, Onor. Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ippermettili, Madam Speaker.", "Fl-ittra tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal - dan ġie rrapportat ukoll fil-gazzetti - illi jien \"f'okkażjonijiet differenti għidt ripetutament\" li mhux veru li kien marid.", "Din hija gidba u jien insostni li l-kwestjoni tal-montatura politika, li kienet u baqgħet organizzata, saret fuq il-fatt meta assumew u riedu jgħidu li aħna konna nafu li kien marid meta aħna ma konniex nafu dan.", "Madam Speaker, qabel ma nagħlaq dan id-diskors nixtieq ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma' l-ittra tiegħu bagħatli materjal konfidenzjali u rrid niddikjara ċar u tond li dak il-materjal lanqas biss rajtu b'għajnejja għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett għax nemmen u qatt ma ddubitajt li veru kien marid u kif ukoll għax ma rridx li għada pitgħada joħroġ xi ħaġa minn dak il-materjal u niġi akkużat li ksirt l-etika professjonali għax ħriġt dak il- materjal.", "Jien lil tan-naħa l-oħra ma nafdahomx u għalhekk bgħattu lura dak il-materjal.", "Jien m'għandix għalfejn inkun naf affarijiet fuq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI KONTRA L-KORRUZZJONI", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 1997 kontra l-Korruzzjoni''.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l-1997 kontra l-Korruzzjoni'' ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA DWAR IS-SEDUTA LI FIHA SSIR ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA GĦAS-SENA 1998", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi:", "\"Illi fis-Seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 1998 (Ordni Permanenti Nru 71 (3) (a)), din id-Dikjarazzjoni u x- Xogħol li jista' jkun konness magħha jkunu, jekk meħtieġ,", "eżenti mill-Ordni Permanenti Nru 9 - ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol; u li d-Dikjarazzjoni tkun ukoll eżenti mill-Ordni Permanenti Nru 49 - Limiti ta' żmien għad-diskors; u", "Illi minkejja kull provvedimenti oħra fl-Ordnijiet Permanenti tal- Kamra u riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra jekk id- Dikjarazzjoni Finanzjarja ssir il-Ħamis, sew fil-għodu, kif ukoll fil- għaxija, isir biss xogħol tal-Gvern u l-aġġornament ma jitteħidx.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, m'hemmx kummenti partikolari.", "Din hija l-proċedura li s-soltu ssir qabel il-budget u naturalment hija aċċettata.", "MADAM SPEAKER: Nifhem li m'hemmx aktar rimarki u għaldaqstant se nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL-GVERN", "Ikompli mid-29 ta' Ottubru, 1997.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, xtaqt nirriferi għal tlieta minn dawn ir-riżoluzzjonijiet u se nibda minn dik li tirrigwarda l-art ta' Pembroke fejn il-Gvern qed jirrinunzja għad-dritt tax-xoljiment taċ-ċens.", "Imbagħad xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-art f'Għajn Tuffieħa u dwar l- allokazzjonijiet li qegħdin isiru lil għaqdiet sportivi.", "Madam Speaker, smajna l-argument li min-naħa tal-Gvern kienet formalita' li l-Malta Shipbuilding jgħaddi ċ-ċens lill-Malta Labour Party biex imbagħad dan jgħaddih lill-Gvern.", "Waqt il-konferenza stampa li ta jumejn ilu, il-Prim Ministru stess qal li din kienet formalita' li minn but tal- gvern tmur għal but ieħor tal-gvern.", "Allura skond hu din il-formalita' kienet bla bżonn u ressaq din ir-riżoluzzjoni sabiex inneħħuha - fil-fatt il-Malta Labour Party m'huwiex qed iħallas ċens għax il-Malta Shipbuilding m'huwiex qed iħallas ċens lill-Malta Labour Party - pero' huwa tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li hemm affarijiet oħra li jidħlu f'din il- konsiderazzjoni.", "Per eżempju, il-Malta Labour Party daħħal jew qed idaħħal flus oħra mill-proprjeta' f'Pembroke?", "Mill-fatti hekk jirriżulta pero' l- argument li kien qed jinġieb mill-Gvern u anke mill-Malta Labour Party huwa li l-art ta' Pembroke kienet bla valur.", "Hawn nista' nirriferi għall- artiklu li nkiteb mis-Segretarju Ġenerali tal-Malta Labour Party, is-Sur Jimmy Magro, fit-23 ta' Ottubru fejn qal hekk:", "\"In 1979 the three buildings in Pembroke were worthless since the area was totally deserted once the British military base was closed\".", "Imbagħad kompla jgħid li qisu dak iż-żmien il-Malta Labour Party għamel xi pjaċir lin-nazzjoni billi ċeda Freedom Press - qed jgħidu li din hija prime site u li tiswa' xi Lm3 miljun - biex fil-post vakat tidħol il-Malta Shipbuilding.", "Is-Sur Magro poġġiha qisu l-Malta Labour Party kien għamel xi pjaċir kbir lin-nazzjon b'din il-mossa meta kulħadd jaf kemm irrendiet il-Malta Shipbuilding.", "Fil-verita', l-art li l-Gvern alloka lill-Malta Labour Party bl-iskuża li jkollhom akkomodazzjoni alternattiva għall- Freedom Press, kienet verament bla valur?", "Għalkemm għadni żgħir niftakar li ftit żmien wara li l-Gvern ta' l-Onor.", "Perit Mintoff kien ta din il-proprjeta' lill-Malta Labour Party, din bdiet tintuża għal skop kummerċjali li kien jirrendi.", "Kulħadd jiftakar ir- Raffles Disco jopera għal sena wara l-oħra u dan kien qabel ma fetħu ċerti discos sofistikati f'Paceville.", "Ir-Raffles kien kważi wieħed mill-pijunieri f'dawn il-postijiet għax kien qiegħed fi prime site u kellu area kbira quddiemu li għalkemm ma kenitx allokata lilu kienet tintuża minn kulħadd għal parking.", "Il-Malta Labour Party qed jgħidu li ma daħħlu xejn tar- Raffles pero' ma nistax nimmaġina kif partit politiku jista' jagħti faċilita' b'kera lil individwu biex iħaddimha għal skop kummerċjali u ma jdaħħal xejn!", "L-istess nistgħu ngħidu għall-Victoria Pub.", "Dan kien jopera bħala restaurant għal sena wara l-oħra u ninsab żgur li din il-proprjeta' ma kenitx bla valur, kif qed jgħidu l-kelliema tan-naħa l-oħra, imma kienet iġġibilhom kemxa flus mhux ħażin.", "Fil-fatt din il-proprjeta' dan l-aħħar inkriet lil skola privata li tgħallem l-Ingliż u l-Malta Labour Party ta' din il-proprjeta' daħħal Lm21,000 għal tliet snin, jiġifieri Lm7,000 fis- sena.", "Mela l-iskuża li l-Malta Labour Party m'huwiex qed jgħaddi ċ-ċens lill-Gvern għax mhux qed jiġbru mill-Malta Shipbuilding ma treġix għax parti minn dak iċ-ċens qiegħed jiġbru f'kera minn parti tal-proprjeta' li ġiet allokata lilu.", "Biex naraw jekk din il-proprjeta' għandhiex valur kummerċjali huwa tajjeb li naraw it-tentattivi li għamel il-Malta Labour Party matul iż-żmien sabiex jipprova jinnegozja u jġib l-aħjar prezz għal din il-proprjeta'.", "Per eżempju, fl-1994 kienet saret applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar sabiex minflok ir-Raffles Disco, li wara l-għeluq tal-kuntratt kien tħalla abbandunat, jinfetaħ ċentru kummerċjali ta' divertiment b'car park taħt l-art.", "Jien naħseb li kieku ma kellux il-potenzjal li r-Raffles isir entita' kummerċjali ma kien se jkun hemm l-ebda negozjant miġnun li jagħmel din l-applikazzjoni.", "Ta' min jgħid li din l-applikazzjoni ma kentix aċċettata pero' l-Malta Labour Party kompla bl-insistenza tiegħu biex jiżviluppa din il-proprjeta'.", "Issa fl-artiklu tiegħu is-Sur Mago semma li bit-twaqqif ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar faqqsu problemi ġodda u qisu ried jibni conspiracy theory li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet dak il- pjan ta' azzjoni għal Pembroke sabiex tiffriża l-proprjeta' tal-Malta Labour Party ħalli dan ma jkunx jista' jagħmel użu kummerċjali minnha.", "Pero' ħalli naraw jekk huwiex veru li l-Planning Authority għamlet dan ix- xogħol kollu, b'xi tir speċifiku, għad-detriment tal-Malta Labour Party.", "U hawn ta' min iħares lejn x'ġara f'Pembroke minn meta din l-art ngħatat lill- Malta Labour Party.", "Malli telqu l-Ingliżi, Pembroke bdiet tiżviluppa bħala zona residenzjali u wħud minn dawk il-faċilitajiet li kienu jintużaw mill-Ingliżi bdew jingħataw għal housing.", "Bdew jingħataw plots lill-applikanti, bdew jiżviluppaw skejjel u faċilitajiet sportivi u Paceville fil-fatt ħadet ir- ruħ eżatt f'dawn iż-żmenijiet.", "Jiġifieri din mhux talli ma kenitx area deżerta talli kienet area f'nofs boom ta' żvilupp.", "Imbagħad meta fl-1987 tela' l-Gvern Nazzjonalista rajna t-turiżmu jisplodi f'dawn l-inħawi.", "Sar ukoll l-iżvilupp ta' l-ITS u bdew jinbnew numru ta' hotels fuq dik ix- xaqliba ta' gżiritna, bħalma huma l-Corinthia San Ġorg u issa anke l-SAS Radisson Bay Point.", "Din kienet l-iktar zona li ġiet żviluppata b'mod mgħaġġel u dan l-iżvilupp kollu bilfors kien jitlob li jsir xi pjan sabiex ikun jista' jiġi ġestit b'mod li jagħmel sens u mhux kulħadd jiżviluppa l- parti tiegħu u nispiċċaw b'rebus sħiħ.", "Fil-fatt f'paġna 9 tal-Pembroke action plan, f'dak li huwa background, insibu li:", "\"As it has developed, Pembroke now has a diffused structure with no discernible centre and any sense of identity is gradually being lost.", "It is therefore important to halt this process and restore a feeling of place.\".", "Jiġifieri l-ħsieb wara l-Pembroke action plan kien li jerġa' jagħti lura sens ta' lokalita' lill-post, liema sens kien qed jintilef.", "Għax wara kollox kien hemm numru kbir ta' nies li kienu joqogħdu f'din l-area u kienet ħaġa tajba li nipprovdulhom post diċenti ladarba stajna nippjanaw.", "Jekk wieħed imbagħad idur għal paġna 10 u jara l-oġġettivi f'dak li jirrigwarda the built environment insibu hekk:", "\"The enhancement of Pembroke in the generally built environment and the preservation or enhancement of the historical and architectural heritage to the benefit of present day quality of life and for posterity ....\".", "Jiġifieri l-ħsieb huwa li ntejbu l-kwalita' tal-ħajja u nżommu l-post għal dawk li jiġu warajna u allura kien jeħtieġ li dak il-bini li hu ta' ċerta kwalita' jiġi ppreservat.", "Madam Speaker, ma kenitx biss il-proprjeta' tal-Malta Labour Party li kienet ippreservata imma kien hemm għexieren ta' proprjetajiet skedati.", "Jekk wieħed iħares lejn pjanta Nru. 8 tal-Pembroke action plan - darba kont tkellimt fuq hekk fl-aġġornament u l-pjanta kont qegħidtha fuq il-Mejda tal- Kamra - isib numru ta' proprjetajiet ikkuluriti u ħdejhom hemm indikat il- grad ta' skedar.", "Fost dawn hemm il-fortizza ta' Pembroke, ħafna mill- barracks u r-rifle ranges.", "Dan minħabba li Pembroke u l-Imtarfa kienu l- uniċi żewġ irħula militari li kellna f'pajjiżna u għalhekk kien importanti li dawn il-villaġġi militari ma nitilfulhomx il-karatteristika prinċipali tagħhom.", "Jiġifieri altro che l-iskedar li sar ma kienx xi ħaġa biex jiffriża l-valur tal-proprjeta' tal-Malta Labour Party iżda sar għax il- ħsieb koerenti kien l-ippjanar ta' Pembroke.", "Kieku l-Gvern Nazzjonalista verament ried jiffriża l-proprjeta' ta' Pembroke jew inaqqsilha l-valur, kulma ried jagħmel kien li fil-pjan tiegħu jdaħħal xi użu partikolari li jtellef mill-iżvilupp.", "Pero' x'għamel il-Gvern Nazzjonalista permezz ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dak li għandu x'jaqsam ma' Pembroke?", "Viċin ir-Raffles, Gvern Nazzjonalista kellu f'moħħu li jibni housing estate b'155 maisonette.", "Il-kunsill lokali għamel applikazzjoni għal underground car park u ħdejn l-Australia Hall kien hemm ippjanat li jinbnew 20 maisonette oħra.", "Jiġifieri l-ħsieb wara l-pjan għal Pembroke kien li jipprova jkun koerenti u dak li huwa antik jippreservah.", "Pero' x'kien il- ħsieb tal-Malta Labour Party?", "Il-Malta Labour Party deherlu li minkejja li seta' żviluppa l-post f'xi ħaġa oħra, kien ikun aħjar kieku jġib l-aħjar prezz għall-proprjeta' tiegħu f'Pembroke.", "Fil-fatt fl-action plan ta' Pembroke hemm ċerti faċilitajiet neqsin u f'paġna 15 ta' dan id-dokument, li jitkellem fuq community facilities, insibu li:", "\"Facilities such as local shops, banks, police station, social services offices, football clubs, political clubs, health centre, pharmacies, etc., need to be provided.\".", "Jiġifieri, kieku ried, il-Malta Labour Party seta' żviluppa parti mill- proprjeta' tiegħu bħala Labour Party club imma dan m'għamlux.", "Kieku għamel dan kien ikun konformi ma' l-ispirtu u għalkemm forsi ma kienx ikun il- headquarters kien ikun Labour Party club.", "Naħseb li kien ikun aċċettabbli li tagħmel Labour Party club f'art li kienet allokata biex tagħmel headquarters ta' partit pero' il-partit m'għamilx hekk minkejja li kien hemm il-bżonn.", "Il-Malta Labour Party deherlu li għandu jipprova jġib l- ogħla valur għall-proprjeta' tiegħu u għamel ċerta insistenza.", "Nafu fiż-żgur li f'Mejju ta' l-1995, l-Onor.", "Alfred Sant iltaqa' mal- Kunsill Lokali ta' Pembroke u bejniethom iddiskutew il-kwestjoni kollha u l- Kap tal-Partit Laburista offrielhom il-proprjeta' għal Lm1.5 miljun.", "Is- Sur Jimmy Magro wkoll iltaqa' mal-kunsill lokali - u hawn ta' min jgħid li dan il-kunsill lokali m'huwiex xi kunsill mimli b'kunsilliera Nazzjonalisti imma huwa kunsill fejn il-Partit Nazzjonalista jinsab f'minoranza kbira - imma għax verament iħobb lil pajjiżu, il-Kunsill Lokali ta' Pembroke deherlu li ma jistax isir kwalunkwe użu minn din il- proprjeta' imma biss użu li jirrispetta l-aspetti storiċi tal-post.", "Imma x'għamel is-Sur Jimmy Magro fis-6 ta' Frar ta' l-1995?", "Iltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke u ħeġġiġhom biex ma jinsistux li l-bini tar-Raffles ikun skedat biex il-Partit Laburista - bl-applikazzjoni ta' Penza - ikun jista' jinnegozjah.", "Il-kunsill baqa' jsostni li l-proprjeta' għandha valur storiku u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kompliet sejra bl-iskedar.", "X'ġara iktar 'il quddiem?", "Nafu li hekk kif tela' l-Malta Labour Party, waħda mill-ewwel affarijiet li għamel il-Gvern kien li talab li jsir regrading tal-proprjeta' tiegħu f'Pembroke, peress li r-Raffles Disco u Australia Hall kienu ġew iddikjarati bħala grade 1, l-iktar skedar għoli applikabbli għal bini ta' valur storiku u arkitettoniku.", "Issa ħafna drabi tinġieb l-iskuża li hawn Malta m'għandna xejn ta' valur għoli ħlief għat-Tempji Neolitiċi u l- fortifikazzjonijiet.", "Fil-verita' mhux dawk biss ħaqqhom li jiġu graded hekk għax Australia Hall għandu storja li m'hijiex biss tagħna l-Maltin imma hija kważi tad-dinja kollha.", "Australia Hall inbena mir-Red Cross Awstraljana fl-1916, fi żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija.", "L-iskop kien sabiex dawk is-suldati ta' l-Alleati, feruti fil-kamp tal-battalja, partikolarment suldati mill-Awstralja u minn New Zealand, jiġu jiddewwew u jagħmlu l- konvalexxenza tagħhom hawn Malta.", "Ma ninsewx li dak iż-żmien Malta kienet saret l-isptar tal-Mediterran għax il-casualties mit-taqbida tad-Dardanelli u mill-inżul ta' l-Alleati f'Gallipoli kienu jammontaw għal eluf kbar.", "M'hemmx dubju li dan il-bini għandu tant storja marbuta miegħu iżda xorta ma ġiex skedat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, għalkemm kien ġie skedat mill- Ordinanza tal-Bini Storiku fl-1925.", "Dan l-aspett storiku tant għadu għal qalb l-Awstraljani li xi ftit snin ilu l-High Commissioner Awstraljan kien talab lill-Onor.", "Alfred Sant biex Australia Hall jiġi salvagwardat.", "Imma l- Malta Labour Party bilkemm ta kasu għax kellu ħsebijiet oħra għal dan il- post.", "Irrid ngħid ukoll li meta Australia Hall ingħata lill-Malta Labour Party, il-bini kien għadu f'kondizzjoni perfetta.", "Tant hu hekk li mhux il- qafas tal-bini biss ingħata lill-Malta Labour Party - dan jidher fil- kuntratt tat-22 ta' Awissu, 1979 li ffirmaw l-Onor.", "Leo Brincat u s-Sur Albert Busuttil, it-teżorier tal-Malta Labour Party - imma l-kuntratt kien jinkludi wkoll \"fixtures and fittings at the Australia Hall\" u \"cook house and junior ratings club at St. Andrew's Barracks\".", "Ġara li biex ikun jista' jagħmel użu kummerċjali minnu, il-Malta Labour Party abbanduna dan il-post u ħallih jiġi vandalizzat u spiċċa biex inħaraq.", "Imbagħad meta marru jarawh membri tal-heritage advisory committee ...", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Is-seduta sospiża.", "Is-seduta kienet sospiża fl-10.09 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kont qed nitkellem fuq il-pressjoni li kienet saret sabiex jinbidel l-iskedar tal-proprjeta' tal-Malta Labour Party f'Pembroke u r-rapport tal-heritage advisory committee kien jgħid hekk:", "\"Il-heritage advisory committee rrakkmanda l-iskedar ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet bħala grad 2 għal dawn ir-raġunijiet ....\"", "Dan ir-rapport jispjega kif inbena Australia Hall u tgħid ukoll li r- Raffles Disco huwa parti mill-barracks ta' Pembroke u huwa eżempju tajjeb tal-barrack architecture tal-perijodu Ingliż tas-seklu 19 li oriġina f'Malta u wara tkompla f'ħafna kolonji Ingliżi oħrajn.", "Imbagħad ir-rapport ikompli hekk:", "\"Il-membri tal-heritage advisory committee kellhom l-okkażjoni li jeżaminaw il-bini tant minn ġewwa kif ukoll minn barra u saret ukoll spezzjoni dettaljata ta' l-ex-Raffles.", "Il-klassifikazzjoni ta' grad 2 tippermetti li jsiru l-alterazzjonijiet kollha fuq ġewwa iżda li jinżammu l-faċċati kif inhuma.", "Il-bini minn ġewwa tar-Raffles Disco kien sofra ħruq, waqt li Australia Hall huwa delapidat minħabba traskuraġni u għalhekk ma jimmeritawx konservazzjoni sakemm ma jikkompromettux il-faċċati kif jidhru minn barra.\"", "Huwa tajjeb li nsemmi li l-Malta Labour Party suppost kien responsabbli biex jara li r-Raffles ma jinħaraqx u biex jara li Australia Hall ma jispiċċax delapidat u ma jinsterqux il-fixtures kollha, kif fil-fatt insterqu.", "Issa qed ngħidu li l-bini tant spiċċa delapidat li m'għandniex għalfejn nikkonservaw dak li hemm ġewwa u allura f'daqqa waħda biddlulu r- rating għal grad 2 u fejn issa hemm l-Australia Hall se jagħmlu supermarket.", "Ma nistax nara kif bini ta' valur storiku bħal dak, li lil min jiġi jarah suppost ifakkru li dak xi darba kien post li laqa fih lil dawk is-suldati li kienu jiġu għall-konvalexxenza f'pajjiżna ...", "Kif tista' tara bini storiku bħal dak jinbidel f'supermarket?", "Dan li qed ngħid jgħodd ukoll fil-każ tal-bdil ta' l-iskedar tar-Raffles.", "(Interruzzjonijiet) Altru li ma naqbilx li l-fortifikazzjonijiet jew it- Tempji Neolitiċi biss għandhom jiġu skedati fl-ogħla livell għal dik li hija konservazzjoni.", "Jien naf kif taħdem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u meta jkun hemm bini li jkun importanti minħabba l-contextual nature tiegħu lanqas biss iħalluk tibdel il-gallerija.", "Il-heritage advisory committee kienet qalet li dak huwa barrack architecture tal-perijodu Ingliż tas-seklu 19 li oriġina f'Malta u wara tkompla fil-kolonji l-oħra.", "Jiġifieri għal min irid jistudja l-barrack architecture dan għandu wkoll valur fl-istorja letterarja, mhux biss dik Maltija, għax f'Malta żviluppat din it-tip ta' arkitettura.", "Jekk wieħed ikun irid jara x'inhi barrack architecture mhux se jħares lejn il-faċċata, għax din tkun skond kif kienet il-moda ta' l-arkitettura ta' dak iż-żmien, imma jrid iħares lejn it-tqassim ta' ġewwa.", "Per eżempju, tara fejn kienu jagħmlu d-drills is-suldati, kif kienu jiġu ddixxiplinati u kif kienu jaħdmu reġiment ma' ieħor.", "Dawn huma l-affarijiet li trid tara u jekk tkun qed tistudja fuq din il-ħaġa, dawn trid tarahom permezz ta' l-istudju tal-bini.", "Issa jekk aħna qed ngħidu li se nagħtuhom grad 2, minn ġewwa tista' tagħmel li trid u allura l-valur storiku li għandu dan il-bini se jintilef.", "Hawn Malta ssib kemm trid faċċati bil-lavur, bil-kolonni u bil- ġidra, bħalma hemm f'Pembroke, imma huwa t-tqassim tal-military barracks li jagħti valur lill-bini.", "L-isfortuna hi li biex il-Malta Labour Party jkun jista' jagħmel negozju - issemmew diversi ċifri hawnhekk, bħal Lm0.5 miljun, Lm1.5 miljun u Lm3 miljun - il-poplu Malti qiegħed jitlef parti mill-patrimonju tiegħu.", "Ħaġa oħra li tbeżżagħni hi li l-Malta Labour Party ta eżempju ħażin ħafna bil-mod kif iġġestixxa din il-proprjeta' meta ħalliha titmermer biex imbagħad ikun jista' jitnaqqsilha l-grad u dan kien eżempju ħażin għal min għandu f'idejh xi proprjeta' antika u ta' valur storiku.", "Għax issa min ikun jixtieq jiżviluppa l-proprjeta' tiegħu mod ieħor jibda jabbandunaha, sakemm jaqa' kollox, imbagħad meta jiġu tal-heritage advisory committee ma jsibu xejn ta' valur fl-interior ta' dak il-bini u jbiddlulu l-iskedar.", "Dan huwa l-eżempju ħażin li taw il-Malta Labour Party fuq din il- proprjeta'.", "Fil-fatt f'dan id-dibattitu kien hawn ħafna diskors dwar il- kondizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratti tal-bini.", "Kien hawn anke min semma' r-rapport ta' l-Ombudsman fuq il-proprjeta' tal- Hilton, fejn l-Ombudsman kien irrakkmanda li meta xi waħda mill- kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod ta' kif tiġi ġestita dik il-proprjeta' tinbidel b'mod sostanzjali, allura mill-ġdid għandha terġa' tittella' riżoluzzjoni quddiem il-Parlament.", "Ovvjament l-Ombudsman hawn kien qed jirriferi għall-kondizzjonijiet li jkunu jidhru bħala parti mill-kuntratt, imma jien immur oltre' minn hekk u ngħid li anke meta jinbidlu ċ- ċirkostanzi u meta jinbidlu xi regoli li ma jkunux miktuba fil-kuntratt iżda jkunu regoli li jorbtu awtoritajiet u entitajiet oħra, ir-riżoluzzjoni għandha terġa' titressaq quddiem il-Parlament.", "Għax jista' jkollok anke xi ħadd - ngħidu aħna xi partit fil-gvern - li jkun qed jagħmel pressjoni biex isir ċertu tibdil bil-moħbi ħalli dik il-proprjeta' tkun tista' tintuża b'mod li partit politiku jkun jista' jagħmel gwadann minnha u jsir miljunarju.", "Din diġa' rrifera għaliha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u hija ħasra għal pajjiżna li biex partit idaħħal il-miljuni l-poplu jitlef parti mill-patrimonju tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Fejn hi t-trasparenza li tant tiftaħru biha?", "ONOR.", "ALEX SCBERRAS TRIGONA: Sur President, nixtieq nitlob clarification.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona, bil-permess ta' l- Onor. Mugliett.", "ONOR.", "ALEX SCBERRAS TRIGONA: Qed tissemma ħafna l-kelma \"miljunarju\" u reġa' semmiha l-Onor.", "Mugliett.", "Jista' bħala perit jinforma lill-Kamra kif wasal għal din iċ-ċifra ta' miljuni nvoluti f'din it-transazzjoni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien ġejt informat li meta l-Onor.", "Alfred Sant mar ikellem lill-Kunsill Lokali ta' Pembroke qalilhom li l-Malta Labour Party qed jippretendi Lm1.5 miljun ta' dik il-proprjeta'.", "Din hi l- informazzjoni li għandi.", "Jekk niġi għal dik il-parti tar-riżoluzzjoni li titkellem fuq l-art ta' Għajn Tuffieħa, din tgħid li l-art qiegħda tingħata bi skop speċifiku biex ikun żviluppat tourist village.", "Pero' jien qed naraha stramba mil-lat ta' ippjanar - hawn mhux se nipprova nkun polemikuż - li se jkollna riżoluzzjoni li qed timponi li jkun żviluppat tourist village ma' din l-art li qed tkun allokata.", "Nafu jekk dan l-iżvilupp li qed ikun impost f'din ir-riżoluzzjoni huwiex konformi ma' dak li jgħid in-north-west plan ta' Malta?", "GĦax jista' jkun li l-pjan ma jipprovdix għal dan.", "Nafu li n- north- west local plan kien wasal biex jiġi ppubblikat imma ma jgħid xejn fuq l-iżvilupp turistiku ta' Għajn Tuffieħa li se jkun impost mal-kuntratt Jien naħseb li din hija kontradizzjoni.", "Ħaġa oħra li xtaqt ngħid fuq dan is-suġġett hija dwar l- allokazzjonijiet li saru lil għaqdiet sportivi.", "Din hija xi ħaġa tajba ħafna għax jien stess kont president ta' club tal-football fejn kellna problema għax il-proprjeta' ma kenitx tagħna.", "Fil-fatt il-club li kont president tiegħu, dak ta' Tarxien Rainbows, qiegħed jingħata proprjeta' permezz ta' din ir-riżoluzzjoni u din hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha.", "Pero' f'riżoluzzjonijiet oħrajn hemm ċerti entitajiet li qishom intnesew u qed nirriferi għal dik ir-riżoluzzjoni li titkellem dwar l-allokazzjoni li ġiet mogħtija lill-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians.", "Is-Segretarju Parlamentari Joe Cilia kien qal li qed jagħmlu l-affarijiet bis-serjeta' pero' ma jidhirx li l-affarijiet qed isiru bis-serjeta' għal kollox għax huma u jagħmlu din l-allokazzjoni nsew li fuq l-art li kienu qed jallokaw lill-istess Hibernians kien hemm entitajiet sportivi oħrajn li huma indipendenti mill-Hibernians.", "(Interruzzjonijiet) Qed nirreferi għall- Federazzjoni tal-Karate.", "Dawn kellhom hall fejn jipprattikaw il-karate u f'daqqa waħda saret riżoluzzjoni parlamentari u dak l-investiment kollu li sar biex għamlu l- parquet, iċ-changing rooms u t-training equipment kien se jispiċċa u dik il- proprjeta' li kienu minn ta' l-ewwel biex investew fiha kienu se jitilfuha.", "Jien ġejt informat li kif din l-assoċjazzjoni saret taf li kienet se tgħaddi din ir-riżoluzzjoni bdiet it-trattattivi u qalulhom li lill- Hibernians se jipprovdulhom x'imkien ieħor.", "Allura dawn filli kienu assoċjazzjoni indipendenti, filli f'daqqa waħda kienu se jieħdu proprjeta' li jekk tħares lejn il-parti \"B\" tagħha diġa' kienet tidher bħala tal- Hibernians.", "Jiġifieri huwa importanti li meta nagħmlu dawn l-affarijiet nagħmluhom bis-serjeta' u naraw min huma dawk l-entitajiet sportivi li verament qed jagħmlu użu mill-proprjeta'.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li hemm entitajiet sportivi oħra - hawn qed nirriferi għat-tennis club ta' Kordin u għal dak ta' Vittoriosa - li t-terminu ta' l-allokazzjoni tagħhom skadielhom fl-1996 u għalhekk għadhom ma jafux x'se jiġri.", "Sur President, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nistaqsi: Għalfejn qed ngħinu lill-clubs sportivi kbar u donnu li lill-clubs sportivi żgħar qed nagħtuhom il-ġenb?", "Dan m'huwiex tajjeb għax ċertament għandna nħarsu lejn l-ispektrum kollu.", "Wara kollox illum il-poplu Malti m'għadux iħares lejn il-football biss bħala dixxiplina sportiva imma qed idur għal diversi tipi ta' sports ieħor, li kollha qed isiru popolari ħafna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, waqt li qed nisma' l-kritika li qed tagħmel l-Oppożizzjoni qed nieħu l-impressjoni li tan-naħa l-oħra beħsiebhom jiffokaw biss fuq parti waħda mill-mozzjoni li għandna quddiemna.", "Qed jagħmlu hekk proprjament sabiex inessu lill-poplu li minkejja l-ħafna paroli li kienu jgħidu matul id-disa' snin u nofs li għamlu fil-gvern, ma rnexxielhomx jagħmlu dak li aħna qegħdin inwettqu billi nagħtu ammont sostanzjali ta' art lil diversi għaqdiet volontarji u sportivi.", "Permezz ta' din ir-riżoluzzjoni qed titwettaq parti mill- politika tal-Partit Laburista li għandha x'taqsam mal-qasam taż-żgħażagħ u ma' l-għaqdiet volontarji.", "Dan insibuh fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista stess, \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\", li jgħid ċar u tond kemm dan il- partit jemmen li l-għaqdiet volontarji sportivi għandhom ikunu megħjuna għax jagħmlu xogħol importanti u nobbli.", "Permezz ta' dan il-pass li qed jieħu l-Gvern iktar qed jiġi rikonoxxut u apprezzat ix-xogħol utli li jagħmlu l-għaqdiet volontarji sportivi.", "Hawn ukoll ta' min jenfasizza li, waqt li qed jittrasferixxi l-art u l- proprjeta' lil dawn l-għaqdiet, il-Gvern bl-ebda mod m'hu qed jabdika mir- responsabbiltajiet tiegħu, anzi qed jagħmel dan f'rispett sħiħ ta' l- identita' u l-awtonomija tagħhom, jiġifieri dawn l-għaqdiet se jkunu jistgħu jaħdmu bla ebda ndħil min-naħa tal-Gvern.", "Hija l-politika tal- Gvern li jippromwovi l-isport fuq kull livell u li jgħin lill-għaqdiet u lill-clubs sportivi u dan qed jiġi kkonfermat mid-diskussjonijiet li qed isiru fil-Parlament stess.", "Sur President, issa nixtieq nibda billi nsemmi erba' għaqdiet volontarji li l-Gvern għaddielhom xi proprjeta', fosthom l- iscouts.", "Aħna nafu li l-għan ewlieni ta' l-għaqda ta' l-iscouts huwa li ddaħħal ċerta responsabbilta' fit-tfal u ż-żgħażagħ biex dawn ikunu ppreparati għal meta għada pitgħada jifformaw familja u sabiex jinvolvu ruħhom iktar fil- qasam soċjali.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li wieħed jgħin lil dawn l- għaqdiet għax b'hekk ikun jista' jkollhom iktar mezzi biex jorganizzaw id- diversi attivitajiet li jagħmlu, fosthom camping u skambji internazzjonali bejn scouts Maltin u scouts barranin, għax meta dawn jiltaqgħu ma' nies minn pajjiżi oħra ikunu qed isaħħu r-rabtiet kulturali diġa' eżistenti u on a personal level jiżviluppaw il-personalita' individwali tagħhom.", "It-tieni għaqda li nixtieq insemmi hija dik tas-Soċjeta' tad-Duttrina Nisranija, jew aħjar tal-MUSEUM.", "Kif nafu, din is-soċjeta' tagħti t- tagħlim nisrani lit-tfal.", "Aħna niftaħru li l-poplu Malti jħaddan u jipprattika r-reliġjon nisranija u għalhekk huwa meħtieġ li nagħtu l- ispazju neċessarju lill-postijiet li fihom jinxtered dan it-tagħlim.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li l-għaqda tas-Sależjani ta' Don Bosco, li l- għan prinċipali tagħha huwa li tgħallem lit-tfal, se tkun tista' tagħmel użu mill-iskola ta' St Patrick's permezz ta' din ir-riżoluzzjoni.", "Ma' din l-għaqda nixtieq insemmi wkoll lil St Michael's Foundation li se tingħata biċċa art għal bini ta' skola.", "Dawn iż-żewġ għaqdiet huma konferma ta' kemm il-Gvern Laburista jinsab impenjat bis-sħiħ biex filwaqt li jmexxi l- edukazzjoni statali 'l quddiem, iħares u jagħti spazju sħiħ lill-iskejjel privati u dawk tal-Knisja.", "Sur President, issa nixtieq niffoka fuq l-għaqdiet ta' l-isport, mhux biss għax l-isport huwa għal qalbi ħafna iżda wkoll għax permezz ta' din ir- riżoluzzjoni qed tingħata art lil 25 għaqda.", "Jien nara l-qasam ta' l- isport bħala mezz ieħor ta' edukazzjoni għax iż-żgħażagħ prattikanti mhux biss jiżviluppaw l-aspett fiżiku tagħhom, imma anke dak psikoloġiku u għalhekk hemm bżonn li l-isport ma jiġix ipprattikat biss fl-iskola.", "Kif għidt diversi drabi fl-isport la jeżistu sessi u lanqas etajiet u għalhekk l-art li qed tingħata lil dawn il-clubs m'għandhomx igawdu minnha biss il- ġuvintur imma wkoll ix-xebbiet u l-persuni ta' mezz'eta' u l-anzjani.", "Veru li b'dawn il-miżuri qed jiġu megħjuna għaqdiet tal-football u tal- waterpolo.", "Jien nittama li jekk kemm-il darba fil-futur terġa' titressaq riżoluzzjoni bħal din quddiem dan il-Parlament, minbarra li jibbenefikaw għaqdiet tal-football u tal-waterpolo, jibbenefikaw ukoll għaqdiet oħra ta' sport differenti, ħalli fl-aħħar mill-aħħar l-isforzi li qed jagħmlu dawn l-isportivi jiġu rikonoxxuti mill-Gvern billi jingħataw il- faċilitajiet li għandhom bżonn.", "Sur President, ma rridx ninsa nenfasizza l-ħtieġa li iktar nies jipprattikaw l-isport.", "Il-Gvern qed jagħmel il-parti tiegħu biex is- soċjeta' tkun iktar sportiva għax l-isport mhux biss jagħmel ġid għas-saħħa tal-poplu imma wkoll iżomm liż-żgħażagħ 'il bogħod mid-droga u mill- alkoħol.", "Huwa fatt li ħafna mill-iskejjel tagħna huma neqsin minn faċilitajiet sportivi u għalhekk jikber iktar il-bżonn li l-għaqdiet sportivi jkollhom il-faċilitajiet meħtieġa għax b'hekk ikunu qed jagħmlu tajjeb għal dan in-nuqqas.", "Tkun idea tajba wkoll jekk permezz tal-kunsilli lokali wieħed jilħaq ftehim biex il-faċilitajiet sportivi tal-lokal ma jintużawx minn club wieħed biss.", "Hemm bżonn li nagħmlu l-aħjar użu mill- impjanti sportivi li għandna mingħajr ma jkun hemm bżonn li jinbnew iktar faċilitajiet fil-lokal.", "GĦalhekk l-għaqdiet li qed jingħataw art tal-gvern għandhom jaqsmu l-faċilitajiet li għandhom f'idejhom ma' għaqdiet oħra bħala rikonoxximent u fl-istess ħin iktar nies ikollhom l-opportunita' li jipprattikaw xi tip ta' sport.", "Nafu li l-clubs isibu bosta diffikultajiet minħabba li ma jkollhomx il- proprjeta' jew l-art tagħhom u dan huma jħossuh bħala drawback, iktar u iktar meta wieħed iqis li dawn qed jagħmlu xogħol volontarju fil-ħin ħieles tagħhom.", "Hawn nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-kumitati ta' dawn l- għaqdiet u lit-trainers għax dawn qed jgħaddu dak li jafu huma sabiex jaraw l-isport favorit tagħhom ipprattikat minn iktar nies.", "Ta' dan m'huma qed idaħħlu xejn fil-but anzi qed jiċċaħħdu milli jgħaddu l-ħin liberu tagħhom mal-familja.", "Għalhekk wieħed għandu jagħmel il-ħajja iktar faċli lil dawn il-voluntiera u fil-fatt dan hu li għamel il-Gvern Laburista permezz ta' din ir-riżoluzzjoni.", "Sur President, il-25 club li se jgawdu minn dawn il-miżuri għandhom iħossuhom responsabbli iktar.", "Jien inħeġġiġhom biex ikomplu jieħdu ħsieb dawn il-faċilitajiet u jekk jista' jkun jagħmlu titjib kontinwu fihom.", "Dan mhux biss għall-ġid tagħhom imma għall-ġid tal-komunita' kollha.", "Diġa' għidt li filwaqt li qed jagħti għajnuna kbira lill-għaqdiet sportivi, il- Gvern qed juri bil-fatti li jirrispetta l-awtonomija u l-identita' tagħhom u għalhekk dawn l-għaqdiet għandhom jikkonsidraw ruħhom tassew fortunati.", "Ta' min jgħid ukoll li d-dħul miċ-ċens jew mill-kiri ta' din l-art u proprjeta' se jinġabar fi sports fund, li ċertament iktar ma jgħaddi żmien iktar se jkompli jikber, bl-iskop li dawn il-flus jitqassmu lil clubs oħra li sfortunatament m'humiex imsemmija fir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna.", "GĦalhekk il-flus taċ-ċens jew tal-kiri li se jħallsu l-għaqdiet sportivi li se jibbenefikaw min din ir-riżoluzzjoni, se jkunu ta' għajnuna kbira lil clubs oħra - dawn ħafna drabi jikkompetu bejniethom fil-logħob li jorganizzaw - tal-football jew tal-waterpolo.", "Sur President, wieħed irid iħeġġeġ ukoll biex ikun hemm iktar professjonalita' f'ċerti livelli.", "Hawn qed nirriferi b'mod partikolari għall-MFA, li ngħatat il-ground ta' Ta' Qali, kif ukoll xi artijiet oħra fil-viċin, għax inħoss li din l-assoċjazzjoni għandha tagħmel dak kollu possibbli sabiex ittejjeb u ddaħħal iktar professjonalita' fil-logħba, speċjalment meta nkunu qed nilagħbu ma' pajjiżi barranin, ħalli forsi xi darba jibdew jidhru r-riżultati mixtieqa.", "Pero' biex dan isir mhux biss għandha tiddaħħal iktar professjonalita' fit-training imma wkoll fit- tmexxija ta' faċilitajiet sportivi.", "Sur President, ikun pass tajjeb jekk jitħalla l-ispazju meħtieġ għal min jipprattika l-isport bħala passatemp.", "Għalhekk dawk l-għaqdiet li jipprattikaw xi tip ta' sport bħala passatemp għandhom jingħataw l- opportunita' li jużaw il-faċilitajiet li l-Gvern, permezz ta' din ir- riżoluzzjoni, se jgħaddi lil diversi għaqdiet tal-football u tal-waterpolo.", "Hawn ta' min jaċċenna wkoll dwar l-aspett tal-maintenance li jrid isir b'mod regolari u anke jkun tajjeb jekk il-clubs li se jingħataw dawn il- faċilitajiet joħolqu kuxjenza fost il-membri tagħhom biex kemm jista' jkun ma ssirx ħsara ħalli, minflok ma joqogħdu jonfqu l-flus fuq ħsarat itejbu dak li diġa' għandhom.", "Sur President, ħadt gost ninnota li mit-Tielet Distrett hemm żewġ clubs li se jibbenefikaw permezz ta' din ir-riżoluzzjoni, jiġifieri l-Marsascala Sports Club u s-St Patrick's Football Club, li jinsab ġewwa Ħaż-Żabbar.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' li nifraħ lis-supporters, lill- players u lill-kumitat tal- Marsascala Sports Club għas-suċċess li kisbu fil-qasam tal-waterpolo għall-ewwel darba.", "Bla ebda dubju dan serva ta' inkoraġġiment għall-Gvern għax b'hekk ġie kkonfermat il-fatt li fejn ikun hemm id-dedikazzjoni u l-organizzazzjoni, ikun hemm is-suċċess u l-frott ikompli jikber.", "Jien nawgura li kif din is-sena - u anke fis-snin ta' qabel, għax ovvjament is-suċċess ma jinbeniex f'sena waħda imma fuq diversi snin - il-club ħa l-waterpolo bis-serjeta', hekk ukoll jagħmel fis-snin li ġejjin ħalli jikseb iktar suċċessi u b'hekk ipatti għall-isforzi kbar li għamlu l-membri tal-kumitat u l-players matul is-snin.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni, St Patrick's Football Club ingħataw ground tal-football sabiex il-players ikunu jistgħu jeżerċitaw ruħhom.", "Jien nifhem ħafna l-bżonn li club ikollu l-faċilita' tiegħu.", "Per eżempju, iż-Żejtun Corinthians Football Club, li jien membru tiegħu, jinsab għaddej minn xi problemi dwar il-permess tal-premises il- ġodda - fil-fatt dan l-aħħar dan ġie rrapportat anke f'gazzetta lokali - u għalhekk il-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li jien kont ukoll membru tiegħu xi ftit tas-snin ilu, ħa l-inizjattiva li flimkien mal-kumitat taż-Żejtun Corinthians Football Club jipprova jtejjeb il-faċilitajiet ta' dan il-club.", "Pero' sfortunatament id-diffikultajiet ma jonqsu qatt u ħafna drabi jgħaddu x-xhur, jekk mhux is-snin, biex jiġu solvuti.", "Jien nittama li dawn iż-żewġ entitajiet jaslu għal soluzzjoni flimkien sabiex il-permess għal dawn il-premises joħroġ u b'hekk ma jkun hemm xejn xi jtellef il-prattika tal-football ġewwa ż-Żejtun.", "Għalhekk minħabba dawn id-diffikultajiet, li jien stess qed inħabbat wiċċi magħhom - din kienet parentesi żgħira dwar xi ħaġa li qiegħda għal qalbi ferm - iktar nista' nifhem u napprezza xi tfisser għotja ta' art jew ta' proprjeta' lil club sportiv.", "Sur President, il-Gvern Laburista ma ttraskura lill-ebda naħa ta' Malta u fejn kien possibbli ta l-art lil għaqdiet sportivi kollha.", "Dan qed ngħidu għax sfortunatament in-naħa t'isfel ta' Malta - jien niddejjaq nagħmel dawn ir-rimarki imma xi kultant bilfors ikolli nagħmilhom biex niftiehem - qabel kienet minsija.", "Pero' llum dan m'huwiex il-każ u fil-fatt huma bosta dawk il-clubs li qegħdin fin-naħa t'isfel ta' Malta li se jibbenefikaw minn xi għotja permezz ta' din ir-riżoluzzjoni, ħalli ċ-ċittadini li joqogħdu f'dawk in-naħat ikollhom l-opportunita' li huma wkoll jibbenefikaw minn dawn l-għotjiet.", "Sur President, issa nixtieq ngħaddi xi kummenti dwar il-bini ta' St. Andrew's. Aħna l-Maltin ngħidu li biex tiskonġra trid tkun pur pero' jien naħseb li l-purezza m'hijiex xi virtu' li l-Oppożizzjoni hija mżejna bih.", "Dan m'iniex qed ngħidu biex nonqos mir-rispett lejn xi ħadd imma bħala kritika, partikolarment għal meta l-Partit Nazzjonalista kien għadu fil- gvern.", "Il-Gvern Laburista m'hu qed jaħbi xejn.", "Kieku dan il-Gvern ried jaħbi ma kienx jiġi fil-Parlament, jiġifieri fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż, sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni.", "Hija skuża banali li wieħed iġib l-argument li jekk tpoġġi xi ħaġa fin-nofs ta' riżoluzzjoni tkun qed taħbiha meta illum kulħadd jaf jaqra.", "Sur President, hija gidba li wieħed jgħid li l-Gvern qed jaħfer xi ħaġa lill-Partit Laburista, anzi għandna konferma ta' kemm iċ-ċens mhux qed jinħafer.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Sur President, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża.", "Is-seduta ġiet sospiża fl-10.09 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela jista' ikompli.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, kont qed ngħid li hija gidba li wieħed jgħid li l-Gvern Laburista qed jaħfer xi ħaġa lil xi ħadd u fil-fatt f'din ir-riżoluzzjoni nsibu li l-Gvern jista' jfittex lill-Malta Shipbuilding ukoll jekk iċ-ċens ma jitħallasx.", "Pero' hawn tqum mistoqsija li qed jagħmlu ħafna, mhux biss f'din il-Kamra imma wkoll barra minn din il- Kamra.", "X'għamel l-Onor.", "Fenech Adami meta kien fil-gvern sabiex jekk kien hemm xi ħaġa li ma kenitx f'postha jindirizzaha u jirranġaha?", "Għax ċertament l-ex-Prim Ministru kellu ħafna ċans f'disa' snin u nofs sabiex jagħmel xi ħaġa fuq din l-art.", "Hawn ta' min jgħid li filwaqt li sal-lum il- proċedura kienet li l-Malta Shipbuilding tħallas lill-Malta Labour Party u mbagħad il-partit jgħaddi dan il-ħlas lill-gvern, permezz ta' din ir- riżoluzzjoni issa l-ħlas se jkun jista' jmur direttament għand il-gvern.", "Sur President, naħseb li dawk il-Membri ta' l-Oppożizzjoni li llum qed jikkritikaw parti minn din ir-riżoluzzjoni, jinsabu konxji minn bosta ħwejjeġ li jqanqlulhom dubji serji.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-każ tal-car park tal-Furjana, għax filli l-Parlament għadda riżoluzzjoni biex il-car park jgħaddi f'idejn il-Yellow Garage u filli f'daqqa waħda dan spiċċa għand ta' Hili.", "F'dan il-każ il-mistoqsijiet iqumu waħedhom u fil-fatt fl- aħħar elezzjoni l-poplu ta l-ġudizzju tiegħu dwar il-każijiet li saru taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed jibqa' jfakkar dawn l-episodji - mid-dehra l-Onor.", "Membri tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni għandhom memorja qasira - ħalli l-poplu jkun jista' jibqa' jqabbel il-partit li llum qiegħed fil-gvern, li miexi b'serjeta' kbira u m'hu qed jidħak b'ħadd, mal-partit li qiegħed fl-oppożizzjoni, li meta kien fil-gvern kien jipprova jagħti l-impressjoni li kollox miexi sew meta l- verita' kienet turi mod ieħor.", "Hawn ta' min ifakkar ukoll lill-poplu fil-każ ta' Chambrai, meta dan il- Parlament għadda plots bil-prezz ta' Lm10,000 lill-barranin, u dan meta lkoll nafu kif f'dawn l-aħħar snin il-prezz ta' l-art sploda 'l fuq.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li wieħed jistgħu jiġuh ċerti dubji dwar il-qligħ li sar minn dan il-bejgħ u x'ġara minn dawn il-flus.", "L-aħħar każ li nixtieq infakkar lill-poplu dwaru huwa dak tal-McDonalds ta' Birkirkara, fejn minkejja li dan il-bini kien diġa' ngħata lill- football club ta' Birkirkara, f'daqqa waħda dan ingħata lill-McDonalds, jiġifieri ngħata għall-użu kummerċjali.", "Għalhekk dawk li llum qed jikkritikaw lill-Gvern Laburista aħjar jagħmlu eżami tal-kuxjenza.", "Sur President, madanakollu l-ikbar problema li qed issib l-Oppożizzjoni m'hijiex l-art ta' St. Andrew's imma huwa l-fatt li l-Gvern Laburista żamm il-wegħda tiegħu li jgħin lil għaqdiet volontarji sportivi, ħaġa li Gvern Nazzjonalista ma rnexxielux jagħmilha f'disa' snin u nofs.", "Mill-banda l- oħra, Gvern Laburista rnexxielu jagħmilha f'sena waħda għall-ġid taċ- ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, il-ħabib tiegħi tan-naħa l-oħra għadu kemm qalilna li b'din ir-riżoluzzjoni l-Gvern Laburista qed jaħseb f'kulħadd.", "Bilfors ikolli naqbel miegħu għax biex żgur li ma jinsa lil ħadd ....", "(Interruzzjonijiet) Iva, inti hekk għidt.", "Ħu paċenzja, aqra l- iscript u tara kif hekk għidt.", "Fil-fatt inti wara għidt ukoll li ħadt pjaċir tara li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni ġew megħjuna diversi clubs mis-south ta' Malta.", "Kont qed ngħid li l-Gvern Laburista tant ħaseb f'kulħadd li l-partit tiegħu qed jiġi megħjun għal darba darbtejn.", "Ma rridux ninsew - għax ħafna drabi f'dibattitu politiku jiġri proprju dan - li bħalissa l- konċentrazzjoni hija fuq il-famuża maħfra ta' Lm0.25 miljun.", "Ċertament li din il-parti tar-riżoluzzjoni hija l-golden key għall-Partit Laburista - din nitkellem fuqha fit-tul iktar 'il quddiem - għax mingħajrha ma jistax jagħmel spekulazzjoni bl-art tal-poplu.", "Pero' l-Partit Laburista ma kienx kuntent b'din il-parti tar-riżoluzzjoni u ma kienx biżżejjed li nfetaħlu l- bieb ħalli jkun jista' jagħmel negozju ta' 'l fuq minn Lm1 miljun, kif qalet \"l-orizzont\" stess, imma permezz ta' parti oħra minn din ir- riżoluzzjoni l-Partit Laburista se jingħata biċċa art oħra ma' dik li kien diġa' ngħata fi żmien l-amministrazzjoni Soċjalista qabel l-1980 ġewa Għajn Tuffieħa.", "Sur President, il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Abela qal ukoll li l-Oppożizzjoni kkonċentrat biss fuq dik il-parti tar-riżoluzzjoni li qed tipproponi li l- Partit Laburista jingħata għotja ta' xi artijiet.", "Ovvjament aħna kkonċentrajna fuq din il-parti tar-riżoluzzjoni fid-diskorsi tagħna għax permezz tagħha l-Partit Laburista ngħata għotja oxxena u ngħata rigal sfaċċat u sab mod li bih seta' jimla butu bi flus il-poplu.", "Għalhekk ġaladarba l-Gvern għoġbu jippreżenta dawn iż-żewġ għotjiet f'borma waħda, din in-naħa ma setgħetx ma tinnotax l-isfaċċataġni ta' din il-parti tar- riżoluzzjoni.", "Madanakollu l-Membri tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma tkellmux biss fuq din il-parti tar-riżoluzzjoni.", "Fil-fatt anke jien beħsiebni nitkellem fuq l-għotjiet l-oħra li se jingħataw permezz ta' din ir- riżoluzzjoni u rrid nagħmilha ċara mill-ewwel li din in-naħa, mingħajr ma wieħed joqgħod jidħol fid-dettalji u fil-kondizzjonijiet li qed jingħataw ma' dawn l-għotjiet, taqbel ma' dawn l-għotjiet.", "Fil-fatt ta' min jgħid li ħafna minn dawn l-għotjiet kienu diġa' qed jiġu diskussi taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista u llum qed naraw il-culmine ta' dawn id-diskussjonijiet.", "Ċertament aħna ma nsibu l-ebda diffikulta li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni kumpannija bħal Ħal Ferħ Co. Ltd., li hija kumpannija sussidjarja ta' l-Air Malta, li taħdem biex dejjem iġġib iktar turisti f'pajjiżna, speċjalment mis-suq Franċiż, jiżdiedulha l-faċilitajiet jekk kemm-il darba l-iskop ta' dan hu - kif naħseb li hu - li din il- kumpannija tkabbar il-profitt tagħha.", "Fi kliem ieħor, jekk kemm-il darba l- Air Malta jidhrilha li Ħal Ferħ Co. Ltd. għandha bżonn iktar art biex tkun tista' tkabbar l-attivita' kummerċjali tagħha u l-Gvern jaqbel li din l-art tal-poplu tista' tiġi utilizzata sabiex kumpannija tal-gvern tagħmel iktar profitt - forsi fil-budget nisimgħu mod ieħor! - allura din in-naħa m'hijiex se topponi.", "Sur President, ċertament din in-naħa tappoġġa bil-qawwa kollha dik il- parti tar-riżoluzzjoni li qed tipproponi li tagħti sit lill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts għax, kif nafu lkoll, din l-assoċjazzjoni għandha persentaġġ kbir mill-volontarjat li jeżisti f'pajjiżna u dejjem ħadmet biex tiżviluppa u tissoda l-karattru ta' wliedna.", "Jien naħseb li assoċjazzjoni li għandha effett pożittiv fuq kif uliedna jifformaw il-karattru tagħhom waqt li jkunu qed jiżviluppaw għandha tiġi sostnuta.", "Għalhekk bla ebda dubju din in-naħa m'hi qed issib l-ebda oġġezzjoni li dan il-Parlament jagħti sit lil din l- assoċjazzjoni, liema assoċjazzjoni taħdem totalment b'mod volontarju u titmexxa bl-iktar spirtu nobbli ta' dedikazzjoni u ta' solidarjeta', anzi l- Oppożizzjoni tappoġġa dak kollu li jsir biex dan ikun jista' jitwettaq.", "L-istess nista' ngħid għas-soċjeta' tal-MUSEUM li permezz ta' din ir- riżoluzzjoni se tingħata proprjeta' b'ċens ġewwa l-Pieta'.", "Fl-appostolat tagħha, din is-soċjeta', li għandha tradizzjonijiet kbar u taħdem fost l- iktar nies fqar, f'pajjiżna hija meqjusa bħala l-kolonna ta' l-għaqdiet volontarji reliġjużi u bl-eżempji tagħha jirnexxielha tressaq iktar nies lejn l-ispiritwalita'.", "Għalhekk jien naħseb li dan il-pass li qed jagħmel il-Gvern huwa ta' min ifaħħru.", "Imma tajjeb li wieħed jaċċenna li kien ilhom isiru diskussjonijiet f'dan ir-rigward u fil-fatt dan is-sit kien diġa' ġie identifikat fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Għalhekk ċertament din in-naħa se tagħti l-koperazzjoni kollha tagħha biex din is- soċjeta' tkompli tiżviluppa ħalli tkun tista' tifrex il-ħidma tagħha, bħalma se tagħti l-koperazzjoni tagħha biex is-Sależjani jagħmlu użu mill- iskola ta' St Patrick's ħalli b'hekk ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom aħjar.", "Hawn ta' min jgħid li llum is-Sależjani qed ibiddlu l-karattru tal- missjoni tagħhom għax filwaqt li qabel ħidmithom kienet tiffoka l-iktar fuq tfal imqarbin, illum din hija aktar ikkonċentrata fuq iż-żgħażagħ b'mod iktar wiesa' u modern.", "Fil-fatt iċ-ċentru tas-Sależjani ta' Don Bosco, li jinsab f'Tas-Sliema, huwa ċentru popolari ħafna maż-żgħażagħ u għalhekk wieħed iħoss ċertu sodisfazzjon meta jinnota li t-trattattivi li kien ilhom li nbdew xi tlieta u erba' snin ilu ntemmu b'suċċess.", "Is-Sależjani issa ilhom imwaqqfa sew f'Malta u jsibu wkoll l-appoġġ ta' ħafna nies.", "Jien nawgura li jkomplu jkabbru l-ħidma tagħhom fost iż-żgħażagħ li l-aktar għandhom bżonn l-intervent ta' nies bħas-Sależjani meta jkunu waslu fl- adoloxxenza tagħhom.", "Is-St.", "Michael's Foundation huwa ovvjament każ differenti.", "Naħseb li llum f'pajjiżna l-idea ta' l-edukazzjoni privata hija stabilita u għalhekk dawn huma inizjattivi li għandhom jiġu appoġġati minn kulħadd.", "Ċertament ta' min jinkoraġġixxi għotjiet lil foundations serji jekk irridu nkomplu l- binarju fejn l-edukazzjoni ma tkunx biss ir-responsabbilta' tal-gvern imma jkun hemm ukoll l-ispazju fejn il-privat jimraħ biex jiżviluppa mhux tant metodi edukattivi alternattivi pero' metodi edukattivi b'enfasi differenti.", "Dawn il-foundations m'humiex qegħdin hemmhekk biex jagħmlu profitt huma pero' biex jerġgħu jinvestu l-profitt għall-ġid ta' l-iskolari tagħhom, kif wara kollox il-Gvern preċedenti wkoll kellu każijiet ta' foundations oħra u anke fil-każ tagħhom ressaq riżoluzzjonjiet quddiem dan il-Parlament.", "Għalhekk ukoll din ir-riżoluzzjoni li tirrigwarda s-St.", "Michael's Foundation, fil-prinċipju ssib ukoll l-appoġġ ta' din in-naħa.", "Riżoluzzjoni oħra - għalkemm hija waħda, fir-realta` tolqot numru ta' għaqdiet -hija dik li titkellem fuq l-għoti ta' faċilitajiet sportivi.", "In- numru ta' għaqdiet sportivi f'pajjiżna huwa impressjonanti imma ma naħsibx li l-poplu Malti huwa xi poplu partikolarment sportiv, għax aktar huwa fil- karattru tagħna ta' kif naraw l-antagoniżmu milli fin-numru ta' attivitajiet sportivi li jeżistu.", "Jiena nistagħġeb kif f'pajjiż żgħir bħal tagħna għandna daqstant postijiet fejn tista' tilgħab il-football, il- boċċi, it-tennis u fejn tista' tilgħab prattikament kulma trid.", "Ovvjament dan huwa pass pożittiv u għall-ġustizzja ma' kulħadd irrid ngħid li dan il-pass kien inbeda mill-ministru preċedenti, l-Onor.", "Michael Refalo, li kien nieda eżerċizzju twil - safejn naf jien kien l-ewwel darba li sar - fejn ġew identifikati l-lokalitajiet sportivi kollha, bdew jaraw min huma l-proprjetarji u min huma l-utenti u mbagħad sar elenku sħiħ.", "Ftit qabel ma xolja l-Gvern preċedenti, kienet ukoll ittieħdet deċiżjoni kif għandha ssir l-allokazzjoni, pero' ultimament ma kienx hemm iż-żmien biex din issir.", "Naturalment filwaqt li naqblu perfettament mal-prinċipju nispera li dan huwa biss l-ewwel pass.", "Malli wieħed jaqra r-riżoluzzjoni mal-ewwel jara li ċertament m'aħniex qed nitkellmu fuq il-faċilitajiet sportivi maġġuri kollha.", "Hemm numru ta' clubs ewlenin fl-oqsma sportivi kollha li huma nieqsa minn hawnhekk.", "Bħala eżempju nsemmi - għax jiena mill-Belt - il-Valletta football ground, li m'huwiex f'din il-lista.", "Naf li hemm diffikultajiet fuqu, naf li ma setgħux isiru kollha pero' f'dan l- istadju l-punt li qed nagħmel huwa li nispera li dan huwa biss l-ewwel pass u 'l quddiem, meta numru ta' problemi ta' identifikazzjoni ta' proprjeta' u ta' heritage jiġu solvuti, se jkollna wkoll riżoluzzjonijiet simili għal proprjetajiet oħra.", "Naħseb li ma' din irridu wkoll norbtu lill-kunsilli lokali.", "M'għandix dubju li l-kunsilli lokali nvestew ħafna flus fit-titjib tal- faċilitajiet ta' dawn l-isports clubs li issa qed jingħatawlhom b'titolu.", "Huwa ġust li jingħata dan it-titolu biex wara dan l-investiment li sar jistgħu almenu jmorru l-bank u jissellfu fuq il-faċilitajiet li nvestew fihom.", "Pero' naħseb li kellu jkun hemm ftit aktar ħsieb biex naraw kif se nintegraw dawn il-faċilitajiet ukoll mal-kunsilli lokali.", "Jiena ma naħsibx li għandna noħolqu kważi stat ġo stat għax wara kollox qed nitkellmu fuq art pubblika li tibqa' pubblika imma ma naħsibx li huwa sew li l-kunsill lokali m'għandu kważi ebda say fuqha.", "Naħseb li kieku kien hemm ftit aktar ħsieb stajna nsibu formola kif wieħed jista' b'xi mod idaħħal lill-kunsill lokali, mhux tant fit-tmexxija ta' dawn il-faċilitajiet sportivi pero' almenu fuq livell ta' pjanifikazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet fil-lokal.", "Nemmen li rridu norbtu mal-kunsilli lokali għax hemm wisq aktar faċilitajiet - forsi faċilitajiet żgħar mhux ta' dan it-tip li għandna f'din ir-riżoluzzjoni - li jridu jiġu amministrati ultimament mill-kunsilli lokali jew inkella jrid jinstab modus vivendi bejn il- kunsilli lokali u l-għaqdiet l-oħrajn.", "Jiena nispera li l-Gvern qiegħed jaħseb fuq dawn.", "Naħseb li bażikament il-linji għandhom ikunu li entitajiet sportivi u faċilitajiet sportivi fil-lokal - anke jekk mhux amministrati day-to-day mill-kunsill lokali - għandhom b'xi mod ikunu available għall-bżonnijiet tal-kunsilli lokali.", "F'kull waħda minn dawn ir-riżoluzzjonijiet li jien rriferejt għalihom hemm komuni li, fuq proposta tal-Gvern, dan il-Parlament qed jagħti lil dawn l-entitajiet biċċa art pubblika għal skop determinat - nieħdu l- Assoċjazzjoni ta' l-iScouts li se jużaw l-art bħala sit għall-iżvilupp ta' l-iscouting movement - u żgur li fil-każijiet kollha dan il-Parlament ma jixtieqx jara jew mhux qiegħed jivvota favur dawn ir-riżoluzzjonijiet biex wara li jkunu għaddew 15-il sena jew 17-il sena, l-art tiġi spekulata.", "Lanqas biss jgħaddilna minn rasna, per eżempju, li s-Soċjeta' tal-MUSEUM xi 17-il sena oħra tista' tiġi quddiem il-gvern, ikun min ikun dak iż-żmien, u tgħidlu: Isma', Sur Gvern, inti kont tajtni dik il-biċċa art u żviluppajtha, issa għandi buyer li jrid jiftaħ supermarket u se jagħtini Lm0.5 miljun u se nbigħhielu.", "Kull fejn tingħata art tingħata għal skop speċifiku u żgur li dak l-iskop qatt m'għandu jkun li tispekula.", "Jiġifieri huwa totalment kontra l-etika u l-morali li dan il-Parlament jagħti art pubblika lil xi persuna jew għaqda biex tagħmel il-flus minnha hi u l-flus ma jagħmilhomx il-gvern.", "Naħseb li fuq dan il-prinċipju kulħadd jaqbel u huwa proprju dan il-prinċipju li qed jiġi miksur b'mod lampanti, qed jiġi mhedded u konxjament attakkat mill-Gvern immexxi mill- Partit Laburista biex jimla l-bwiet tal-Partit Laburista.", "Jiena hawn nistagħġeb għax l-Onor.", "Abela qabli proprju għamel dan il- punt.", "Huwa qal: Din x'għarukaza hi li dan il-Parlament ta l-ex-suq ta' Birkirkara lil Birkirkara F.C. biex jużawh bħala premises għall-club u Birkirkara F.C. imbagħad għaddew parti minnu lill-McDonald's!", "Issa apparti li Dr. Edgar Mizzi fir-rapport tiegħu qal li kollox sar b'mod legali pero' l-Onor.", "Abela qal li, meta Birkirkara F.C. għaddew parti mis-suq ta' Birkirkara lil McDonald's, dan kien imur kontra l-ispirtu tar-riżoluzzjoni li kienet ġiet approvata hawnhekk.", "Mela l-ispekulazzjoni tal-Malta Labour Party ta' l-art f'St. Andrew's x'tagħmel?", "Ħalli niċċita mill-kuntratt ta' l-għotja li jgħid hekk:", "\"L-art ta' St. Andrew's ingħatat lil-Labour Party bħala alternative accomodation għall-headquarters li għandhom\".", "Qed naqra minn kuntratt pubbliku, magħmul min-Nutar Alexander Grech, nutar pubbliku fl-Uffiċċju ta' l-Artijiet, fl-20 ta' Awissu 1979, kuntratt magħmul bejn il-Gvern - dakinhar kien deher għall-Gvern Saviour Bonello - u l-Malta Shipbuilding, li kien deher għalihom Henry Coppini.", "Dan jgħid hekk:", "\"Premess illi l-Malta Shipbuilding Co. Ltd. għandha ħtieġa li tkabbar il-post fejn qed jinbena l-Marsa Dock; u billi l-uniku sit adattat għal dan l-iskop huwa dak li llum huwa okkupat mill-headquarters tal- Malta Labour Party u magħruf bħala Freedom Press, Marsa , proprjeta' ta' l-istess partit; u billi l-Malta Labour Party għal din ir-raġuni huwa lest li jirrilaxxa din il-proprjeta' bil-patt li jingħata akkomodazzjoni adegwata alternattiva.\".", "Mela dan it-trasferiment mill-Gvern għall-Malta Shipbuilding kien sar sempliċement għaliex il-Malta Shipbuilding riedet il-headquarters tal- Partit Laburista u l-Partit Laburista kien qal li kien lest li jiċċaqlaq basta jagħtuh post alternattiv bħala l-headquarters tiegħu.", "Issa aħna lkoll nafu li l-Partit Laburista dawn il-premises qatt ma użahom bħala headquarters għaliex l-ewwel il-post ħallih jaqa' u mbagħad beda jispekulah; l-ewwel beda jikrih u issa se jbiegħu.", "Allura jekk il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni kien jirraġuna - u għadu, skond l-Onor.", "Abela - li t-trasferiment minn Birkirkara F.C. għall-McDonald's imur kontra l- ispirtu tar-riżoluzzjoni approvata minn din il-Kamra, kif qiegħed issa jirraġuna li l-fatt li l-Malta Labour Party irid ibiegħ dawn il-premises lil terzi persuni biex idaħħal il-flus fil-but - minn fuq li ngħata headquarters ġodda li ma użax bħala headquarters - ma jmurx kontra l- istess riżoluzzjoni?", "Din mhi xejn għajr spekulazzjoni ta' art pubblika.", "Dan huwa każ forsi uniku f'pajjiżna għaliex jiena ma naf bl-ebda każ ieħor fejn ingħatat art pubblika lil partit politiku li qed jispekula biha.", "U huwa l-Malta Labour Party li qiegħed idaħħal il-flus fil-but u mhux il- gvern.", "Dan imur kontra kull etika u kull morali.", "L-Onor.", "Carmelo Abela qalilna: GĦalfejn qegħdin tistagħġbu!", "GĦalfejn dan il-paroli kollu!", "Imbagħad semma l-car park tal-Furjana.", "Qal li din il- proprjeta' ngħatat lill-Yellow Garage li mbagħad ittrasferewha lil ħaddieħor u qal ukoll li ma konniex ġibna riżoluzzjoni quddiem din il-Kamra biex napprovaw it-trasferiment mill-Yellow Garage lil ħaddieħor.", "Lill- Onor. Abela jiena ngħidlu: Fejn hi r-riżoluzjoni li titlob il-permess ta' din il-Kamra biex il-Malta Labour Party jittrasferixxi l-proprjeta' in kwestjoni lil ħaddieħor?", "Quddiemna m'għandna l-ebda riżoluzzoni li tapprova xi trasferiment li se jagħmel il-Malta Labour Party.", "Ir- riżoluzzjoni li għandna quddiemna titlob biss li napprovaw li l-Gvern jirrinunzja għad-dritt li jiġbor Lm0.25 miljun u għad-dritt li jxolji ċ- ċens.", "Quddiemna - il-Ministru qagħad attent ħafna li din ma jgħidhiex imma qala l-Onor.", "Abela - m'għandniex riżoluzzjoni li titlob l-approvazzjoni ta' din il-Kamra għal xi trasferiment.", "Allura jekk se jsir xi trasferiment mingħajr ma tiġi riżoluzzjoni quddiem din il-Kamra, naħseb li se nikkozzaw kontra l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Ombudsman, fejn intqal li kull bidla fil-kuntratti li jingħataw jew fir-riżoluzzjonijiet li jsiru mill- Parlament trid terġa' tiġi quddiem il-Parlament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Gatt li fil- kuntratt partikolari li qed isemmi hu m'hemmx il-kondizzjoni li jekk isir xi tibdil dawn iridu jmorru għand il-Kummissarju ta' l-Artijiet, bħalma jkun hemm f'kuntratti oħrajn.", "L-Ombudsman kien qal hekk f'każ ta' kuntratti oħrajn li jsiru bi qbil f'din il-Kamra u fejn ikun hemm dik il- kondizzjoni speċifika.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena naqbel perfettament mal-Ministru li fil- kuntratt li qed naqra minnu m'hemmx il-kondizzjoni li l-Gvern Laburista jġib riżoluzzjoni biex japprova xi trasferiment li jista' jsir mill-Partit Laburista.", "Pero' dan jindika li minkejja l-paroli kollha li kien jingħad meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni, dan il-Gvern m'għandux l- intenzjoni li jġib riżoluzzjoni biex aħna napprovaw it-trasferiment li jidher li se jagħmel il-Malta Labour Party lil terzi persuni, għaliex kieku l-Ministru ma qamx biex jgħidli li fil-kuntratt m'hemmx dan l-obbligu.", "Imma aħna x'se niddiskutu?", "Se niddiskutu l-obbligi legali jew se niddiskutu l-obbligi etiċi u morali li jiġu mill-ħafna paroli li kien isir meta kienu fl-oppożizzjoni?", "GĦaliex veru jkun il-culmine u verament ikollna nakkużaw lill-Prim Ministru b'diżonesta politika - kif għamel tajjeb ħafna l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ - jekk jippermetti lill- Malta Labour Party jittrasferixxi lil terzi mingħajr ma tiġi riżoluzzjoni f'din il-Kamra.", "Jekk isir hekk verament il-Prim Ministru jkun qed juri diżonesta' politika grassa u kbira liema bħala.", "Fil-verita' naħseb li jkun qed ikompli fit-triq li ilu jiftaħ sena sħiħa u mbilli jżid waħda magħha naħseb li ħadd mhu se jħabbel rasu wisq!", "Pero' dak li qal il-Ministru issa qed jinkwetani.", "Kont nistenna li l-Ministru jqum meta jisma' dan il-kliem imma jiena stennejtu jgħidli biex ma nħabbilx rasi għaliex meta jiġi ż-żmien tat- trasferiment, jippreżentaw mozzjoni u mhux jaqbadli mal-punt legali - naqbel miegħu għax huwa parir legali tajjeb ħafna - li bil-kuntratt ta' l- 1979 m'għandu l-ebda obbligu li jġib xi mozzjoni biex napprovaw it- trasferiment.", "Pero' issa l-Prim Ministru għandu għażla għax jew se jimxi mal-punt legali jew se jimxi mal-moralita'.", "Jew se jimxi mal-konsistenza miegħu nnifsu jew se jimxi mal-programm elettorali tal-Malta Labour Party.", "Din hija l-għażla li għandu l-Prim Ministru quddiemu.", "Imma these are pleasures yet to come u forsi dawn jinkludu wkoll - għax tant qegħdin nagħtu importanza lil dawn id-dibattiti ħalli żgur jismagħna kulħadd li qegħdin nibdew fid-9.00 a.m. u nibqgħu sejrin sa nofs il-lejl! - numru ta' seduti maratona biex nitkellmu fuq dik ir-riżoluzzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Abela huwa skorrett li jgħid li quddiemna għandna xi riżoluzzjoni biex napprovaw it-trasferiment tal-proprjeta' tal- Malta Labour Party.", "Jiena ma naħsibx li din ir-riżoluzzjoni ġiet quddiemna mingħajr ma l-Ministru u probabbilment anke l-Prim Ministru tkellmu mas- Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista.", "Jista' jkun li Phil Noble daħal fin-nofs ukoll u forsi anke Dr. George Abela, li ħadt gost nitkellem miegħu l-bieraħ fuq ir-radio fuq iż-żmien tal-kors.", "Jiġiferi ma noqogħdux nitmellħu b'xulxin u naħsbu li dawn huma xi żewġ entitajiet li qatt ma jiltaqgħu u qatt ma jitkellmu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq borma waħda, kulħadd jitfa' fil-minestra u jiekol minnha.", "Pero' għalkemm jista' jkun li xi nies jafu kif se tiġi ttrasferita din il-proprjeta' u xi spekulazzjonijiet hemm, il-Gvern, il-Partit Laburista ....", "Ir-realta' hija l-għażla fundamentali ta' prinċipju, u kif jgħidu l-Ingliżi, qegħdin nistennew with bated breath biex naraw x'se tkun din il-famuża għażla għaliex s'issa ma nafux x'se tkun.", "Il-Malta Labour Party lil min se jbiegħha din l-art?", "Jiena għandi s-suspetti tiegħi imma nixtieq konferma uffiċjali.", "Kulħadd qed jgħid li se jsir supermarket għaliex Malta żgħira.", "Imma veru se jsir supermarket?", "Il-Malta Labour Party kemm se jdaħħal flus ta' din l-art?", "Dan il-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, li suppost jieħu ħsieb l-interessi taċ-ċittadini - li issa sar iktar importanti għax skond il-Partit Laburista sar l-ewwel u jiġi quddiem nett - m'għandux ikun jaf kemm il-Malta Labour Party se jdaħħal minn din il-biċċa art li se jbiegħ?", "Iċ-ċittadin m'għandux ikun jaf kemm flus tilef biex ipappihom il-Malta Labour Party?", "Daqshekk huwa l-ewwel iċ-ċittadin!", "Mela dan il-Gvern lest jagħmel dan it-trasferiment għaliex, kif qal il-Ministru Buhagiar, fil-kuntratt ta' l-1979 m'hemmx l-obbligu li jiġu b'riżoluzzjoni hawnhekk.", "Allura din hi t-trasparenza, li jinnegozjaw bi spekulazzjoni l- iktar kummerċjali u l-iktar sfaċċata art pubblika u aħna lanqas biss inkunu nafu?", "Dan \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\"!", "Jiena naħseb li \"Iċ-Ċittadin l- Ewwel\" jużawh biss meta jidhrilhom.", "Il-ħelwa hi li minn mindu rebħu l- elezzjoni, dan iċ-ċttadin m'għadux jissemma li hu l-ewwel!", "Issa ċ-ċittadin biss sirna nsemmu.", "Il-kelma \"l-ewwel\" f'daqqa waħda waqgħet.", "Issa qegħdin ngħidu \"l-partit l-ewwel\" u probabbilment irbatna ma' l-antik u qed nibdew ngħidu l-partit l-ewwel u qabel kollox.", "Nerġa' nfakkar li hawnhekk mhux riżoluzzjoni waħda għandna.", "M'għandniex biss maħfra ta' Lm0.25 miljun.", "Mhux biss qed nagħtu l-golden key lill- Malta Labour Party biex jagħmel negozju ta' iktar minn ¥1 miljun imma qegħdin nagħtuhom ukoll biċċa art f'Ħal Ferħ.", "U forsi sentejn oħra jiġi xi spekulatur li jkun irid jibni hotel hemmhekk u l-Ministru Buhagiar jerġa' jgħidilna li fil-kuntratt li bih tahom il-proprjeta' f'Ħal Ferħ ma kellux obbligu li jġib riżoluzzjoni hawnhekk!", "Mhux hekk imorru l-affarijiet?", "L- ewwel il-partit u mbagħad iċ-ċittadin!", "Wara kollox din m'hijiex ħaġa ġdida u ma nafx għalfejn qegħdin nistagħġbu.", "Jiena forsi nistagħġeb li din saret fl-ewwel sena ta' dan il-Gvern pero' r-record tal-Partit Laburista fil- gvern mill-bidu sa l-aħħar kien li jagħti l-proprjeta' lill-Partit Laburista.", "GĦalhekk din m'hijiex ħaġa ġdida imma hija tkomplija tal- politika li kienet teżisti bejn l-1971 u l-1987.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-art ta' St. Andrew's, imma din ma tinkludix biss l- Australia Hall li kien cinema - allura tistgħu timmaġinaw kemm kien kbir - imma tinkludi wkoll ir-Raffles, li kien disco, u l-Victoria Pub.", "Imma dawn ma kenux kuntenti b'din il-proprjeta' f'St. Andrew's biss u allura ħadu l- fabbrika, dak iż-żmien ta' l-Interprint, fejn illum għandhom ir-radio, it- television u l-istamperija.", "Tajjeb li nfakkru hawnhekk li wieħed mill-ewwel atti ta' l-Onor.", "Sant bħala Kap tal-Partit Laburista kien li jagħlaq l-istamperija u jkeċċi s- sitt ħaddiema li kienu jaħdmu hemmhekk.", "Dan lanqas biss ħaseb biex jitfagħhom x'imkien ieħor.", "Ma tarax!", "Daqqa ta' sieq u daqshekk.", "Dawk ħaddiema, min irid joqgħod magħhom!", "Hekk jirraġuna llum l-Onor.", "Alfred Sant.", "Allura għalfejn noqogħdu ninkwetaw x'ifisser għalih il-management.", "Il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qallu li huwa jimxi bil-calculator u veru jimxi bil-calculator għaliex m'hemm l-ebda ħsieb soċjali.", "Nistgħu nieħdu bħala eżempju dan l-ewwel att malli sar Kap tal-Partit Laburista Qalilhom: Din l-istamperija qiegħda titlef il-flus.", "Itfgħu lil dawn is- sitt ħaddiema on the dole.", "Daqshekk kien jimpurtah minn \"Iċ-Ċittadin l- Ewwel\".", "(Interruzzjonijiet) Dak iż-żmien ma kienx għadu qed jgħidha u beda jgħidha wara.", "Naħseb li dawk is-sitt ħaddiema li neħħa ħassewhom li jiġu l-ewwel.", "Tgħid mhux hekk!", "Mela barra li ħadu St Andrew's, ħadu l-fabbrika ta' l-Interprint li kulħadd jaf kemm hi kbira.", "Jien ġieli mort fuq it-television u r-radju.", "Dan mhux xi post żgħir.", "Biss biss l-istudio tat-television huwa ikbar milli għandhom il-PBS.", "Imbagħad għandhom l-istudios l-oħra minn fejn jittrasmettu bir-radio.", "Dawn lanqas kienu biżżejjed.", "Il-Malti jgħid: Ħanżir taqtagħlu denbu ħanżir jibqa'!", "Ma kienx biżżejjed li ħadu St Andrew's. Ħadu l-Interprint u ħadu Lm14,000 magħha, li qalu li ħaduhom minħabba d-differenza.", "Imbagħad barra li ħadu l-Lm14,000 ħadu Lm3,000 biex jittrasportaw l-erba' siġġijiet u desks li kellhom mill-Marsa għal St Andrew's. Imma flok St Andrew's marru sa l-Isla fi premises li kienu krew qabel bl-idea li huma commercial.", "Hekk ħareġ it-tender, hekk ħarġet il- kirja u minflok marru għamlu headquarters f'St Andrew's marru l-Maċina jagħmlu l-headquarters.", "Mela bl-ewwel pass kienu diġa' kissru l-kuntratt.", "Ħadu St Andrew's bħala alternative accommodation għall-headquarters, ħadu l-Maċina bħala commercial premises u minflok marru St Andrew's marru l- Maċina bl-intenzjoni mal-ewwel li jespekulaw il-proprjeta' ta' St Andrew's. Hija ovvja!", "U mela jiġi Jimmy Magro u jikteb: Ma tafux aħna x'batejna!", "Ma tafux x'kellna biex ngħixu l-Maċina!", "Anke biex tmur fit-toilet kien iqattar fuqek!", "Bir-rispett kollu lejn Jimmy Magro u lejn kulħadd, min iddeċieda li jmorru l-Maċina?", "Qisu xi ħadd imponielhom.", "Tgħid mhux aħna bgħatnihom!", "Il-kapijiet tagħhom iddeċidew.", "Jimmy Magro ddeċieda.", "Qalilna li biex għamlu t-toilets kellhom iqattgħu l-blat.", "Issa Alla jbierek dawn suppost li jħobbu ħafna l-ambjent u jħobbu ħafna l-heritage u sadanittant kissru l-Maċina biex jibnu toilet u mbagħad baqa' jqattar fuq rashom.", "Dan mhux daħk?", "U ma kienx biżżejjed li ħadu dawn l-affarijiet fl-1979 meta kien ilhom tmien snin fil-gvern.", "Barra l-Maċina, f'Għajn Tuffieħa għandhom kumpless sħiħ u li kieku jkollhom ftit immaġinazzjoni jqallagħhom ħafna flus, kif se jaqilgħu minn St Andrew's u Alla jaf x'se jagħmlu bih.", "Barra Għajn Tuffieħa, il-Partit Laburista, bl-amment se ngħid, ħa 23 każin.", "U mhux b'xi tender ħadhom, forsi wieħed jew tnejn ħa b'tender.", "Il-Partit Laburista l-ewwel kien jieħu l-każini by direct allocation, la tender, la sejħa pubblika, xejn.", "Jekk il-Partit Laburista kellu bżonn każin Ħal Kirkop, kienu jaqbdu dar u jagħtuhom iċ-ċavetta.", "Wara kollox Gvern Laburista, Partit Laburista, all in the family, ejja ħa mmorru!", "Mhux kollox tagħna!", "Meta mbagħad bdejna nqajmu plejtu, bdew jirrekwiżizzjonaw xi post ta' xi ħadd u jagħtuh lill- Partit Laburista, kif għamlu f'San Ġiljan.", "Dar bħal dik fiċ-ċentru ta' San Ġiljan ġiet rekwiżizzjonata, imbagħad il-Partit Laburista, wara li għamel sitta, seba', tmienja, disa' snin iħallas ċ-ċejċa, Lm10 jew Lm12 fis-sena għal dar bħal dik, imur joffrilu Lm2,000 lis-sid u s-sid jirraġuna li aħjar idaħħal Lm2,000.", "Dak huwa l-Partit Laburista u aħna kellna każin Ħal Luqa, xtrajnieh bi flusna u l-Partit Laburista fil-gvern ħarġilna requisition order fuqu.", "Dik id-demokrazija, b'dak il-mod jimxu.", "Imbagħad trid tkun veru lucky fid-dinja - skond l-istilla li titwieled taħtha - imma hawn ċerti nies jew ċerti partiti veru lucky.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Gatt ikompli jinstema'.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA(Ministru tal-Biedja u Sajd): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Gatt jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Trid tkun very lucky kultant fid-dinja!", "Niente di meno il- Partit Laburista mhux biss kellu l-Gvern jgħinu imma sab in-nies jagħtuh l- artijiet b'donazzjoni.", "Tliet plots fiċ-ċentru ta' Wied il-Għajn tawhomlu b'donazzjoni u wieħed minnhom fuq il-kuntratt bħala okkupazzjoni niżżel li huwa unemployed u dan, Alla jbierek, ta plot lill-Partit Laburista li dak iż-żmien kienet tiswa xi Lm12,000 jew Lm14,000.", "Ara meta tkun lucky fid- dinja kif jiġik kollox pinna, m'hemmx dubju!", "Imbagħad x'inhi d-difiża?", "Qalu li aħna wkoll ħadna l-artijiet meta konna fil-gvern.", "Aħna x'għamilna?", "Aħna tlabna li joħorġu tenders fuq l-art biss, mhux bini, fi tliet postijiet, Santa Venera, Santa Luċija u Ta' Xbiex - u m'hemmx xi post bħal Australia Hall għax Australia Hall naħseb idaħħal tnejn minnhom sew - u bnejna l-każini tagħna f'Ta' Xbiex u Santa Luċija minn flusna u l-art ta' Santa Venera għadna ma żviluppajnihiex.", "Dawn kollha kienu b'tender pubbliku.", "Pero' jrid ikollok veru wiċċek qiegħed biex mhux biss tieħu dan l-elenku sħiħ ta' proprjeta' f'Malta ...", "Li kieku tgħodd dawn l-isquare metres li l-Labour Party ħa minn fuq dahar il-poplu, naħseb li jiġu daqs Kemmuna, Kemmunett u u forsi ndaħħlu lil Filfla magħhom!", "(Interruzzjonijiet) Għandhom f'idejhom postijiet ta' valur kbir.", "Li kieku llum tbigħ il-każin ta' San Giljan - kienu ħaduh b'requisition order u mbagħad taw ftit soldi lis-sid bir-requisition mdendla fuq għonqu - naħseb li ddabbar Lm60,000 jew Lm70,000 t'hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx, m'iniex perit.", "Il-każin tan-Naxxar qiegħed fil-pjazza, wieħed mill- iktar postijiet fiċ-ċentru.", "Imbagħad fuq il-każin tagħna tan-Naxxar waqqfulna l-permess tal-bini.", "Jew tkun lucky jew ma tkunx lucky, hekk f'dan il-pajjiż!", "Sur President, għidt diġa' li l-art ta' St Andrew's li qed niddibattu dwarha llum ingħatat bħala alternative accommodation lill-Malta Labour Party.", "Il-Malta Labour Party qatt ma wżaha u jien ngħid li qatt ma kellu l-intenzjoni jużaha bħala alternative accommodation.", "Il-Malta Labour Party mill-bidu nett ried jispekula dik l-art.", "Hija ovvja x'ġara għax il- Labour Party ma bediex jikri din l-art issa.", "Ir-Raffles ma nkeriex minn mindu tlajna aħna fil-gvern imma nkera qabel.", "Il-Victoria Pub inkera qabel ma tlajna aħna fil-gvern għall-ħabta ta' l-1983, 1984 - ma nafx nagħti data preċiża - u r-Raffles ukoll kien sar discotheque minn qabel.", "Jiġifieri aħna għamilna kuntratt fejn il-Labour Party ingħata akkomodazzjoni alternattiva għaliex suppost spiċċawlu l-headquarters tiegħu u minflok dik l-akkomodazzjoni alternattiva ntużat mil-Labour Party mill- bidu nett għal skopijiet ta' spekulazzjoni.", "Jien irrid nerġa' nissofferma ruħi fuq dan il-punt.", "Huwa sew li xi ħadd - hu min hu, ejja ninsew l-attakk fuq il-Labour Party; ejja ngħidu l-Partit Nazzjonalista - li ħa tender fuq art f'Santa Lucija b'talba speċifika li jibni każin politiku u ngħata l-art b'dak l- iskop, imur fuq il-Kummissarju ta' l-Artijiet u jgħidlu li jrid ibigħha lil xi ħadd interessat fiha?", "Din hija politika tajba?", "Żgur li l-Malta Labour Party se jispekula u naħseb fuq dan ma jista' jkun hemm dubju ta' ħadd.", "Issa tirrendilux Lm3 miljun, Lm1.5 miljun jew inqas hija kwestjoni ta' l-atmosfera ekonomika xi tkun, kwestjoni ta' kemm irid jonfoq ix-xerrej u jiddependi minn ħafna kwestjonijiet, pero' l-prinċipju jibqa' wieħed.", "Huwa sew li xi ħadd li jingħata art għal skop speċifiku jitħalla jispekulaha?", "Jien ngħid li mhux sew u dan huwa applikabbli għal kulħadd.", "Il-kwestjoni m'hijiex jekk tiġix ir-riżoluzzjoni hawnhekk jew le - dik hija kwestjoni separata li ttrattajtha qabel - għax anke jekk ma tiġix riżoluzzjoni ...", "Jekk inti applikajt lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex jagħtik post x'imkien ħalli tiftaħ ħanut u mbagħad minflok ħanut tagħmlu xi ħaġa oħra li m'għandhiex x'taqsam man-negozju, huwa permess li tagħmel hekk?", "Allura multo magis ngħid: Kif jista' jkun aħna nittolleraw li jkollok biċċa art u tispekulaha?", "Issa mhijiex kwestjoni tal-bidla tan- negozju, hawn hija agħar għax għandek art li ngħatat bħala alternative accommodation, li qatt ma ntużat bħala alternative accommodation, u issa din l-art ma tiġix lura f'idejn il-gvern imma tispekulaha.", "Qisna xi estate agent!", "(Interruzzjonijiet) M'għandi l-ebda idea li l-Partit Nazzjonalista għandu xi art f'Tigne'.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Adrian Vassallo, bil-permess ta' l-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Jien qed ngħid li Tigne' ngħatat lill-poplu Malti għall-abitazzjoni.", "Intom x'għamiltu?", "Ġegħeltuhom joħorġu minn hemm biex l- area tagħtuha lill-ispekulaturi u għad hemm ħafna minnhom li qed ibatu finanzjarjament illum.", "Jiġifieri toqgħodx tgħid change of use u mhux change of use.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel perfettament, mhux ma' li qal, imma kif impostaha.", "Għaliex?", "Mhux se noqgħod nirrispondi għal dan għax huwa argument totalment differenti.", "Pero' jekk hu qed jgħid li dak li għamilna aħna f'Tigne' huwa bħal dan li qed jiġri llum, u peress li dak li għamilna aħna f'Tigne' kien ħażin mela dan jista' jiġri llum, bir-rispett kollu jien ma naqbilx ma' din l-argumentazzjoni.", "Jekk għall-grazzja ta' l-argument ngħidu li l-Gvern preċedenti mexa ħażin, ma jistax ikun nibqgħu nargumentaw li ladarba l-Gvern ta' qabel għamel ħażin allura l-Gvern ta' llum jista' jagħmel l-istess.", "Jiddispjaċini ngħid imma dan mhux argument li jsegwi.", "Jew se nkunu differenti, jekk verament aħna differenti, jew inkella nkunu bħal xulxin.", "Hawn qisna qed ngħidu, A equals B but B does not equal C. Dan huwa l-argument.", "Jekk int tkażajt b'dak li għamilt jien f'Tigne', issa se tagħmel kif għamilt jien?", "Dan l-argument fl- opinjoni tiegħi huwa fallaċi.", "Li kieku jien xi darba nkun fuq in-naħa l- oħra, żgur li mhux se noqgħod nattakka lill-Malta Labour Party billi ngħidlu li hu għamel bħali.", "Jien ma nemminx f'dawk l-argumenti.", "Jew temmen li qed tagħmel ħaġa tajba jew inkella tagħmilhiex u mhux targumenta: Għax int għamilt ħażin, mela jien qed nagħmel bħalek.", "Fejn kont ngħidlek li huwa ħażin, issa se nagħmel ħażin bħalek għax inti għamilt il-ħażin.", "Jiġifieri, kif jgħidu l-Ingliżi, two wrongs do not make a right.", "Ejja ninsew dan il-punt.", "Sur President, kont qed ngħid jekk huwiex etiku jew le li nħallu li ssir spekulazzjoni.", "Aħna nħossu li din hija spekulazzjoni sfaċċata ta' proprjeta' pubblika u m'għandhiex titħalla ssir bil-mod diżonest li qed issir f'din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna.", "F'din ir-riżoluzzjoni x'inhu jintalab li jsir?", "Ħafna drabi nintilfu f'ħafna kliem legalistiku meta fir-realta' l-affarijiet huma faċli.", "Il-gvern għandu jieħu Lm0.25 miljun mingħand il-Labour Party.", "Il-Labour Party għandu jieħu Lm0.25 miljun mingħand il-Malta Shipbuilding.", "Il-Gvern qed jgħid li se jinsa lil Labour Party - teknikament ngħidu li se jissurroga lilu nnifsu fid- drittijiet tiegħu - u se jmur iġib il-flus mill-Malta Shipbuilding.", "Dan li qed ngħidu fi ftit kliem.", "Issa jien dejjem nafha li l-gvern suppost huwa l-amministrattur ideali.", "Il-Prim Ministru fl-intervent tiegħu qal: Wara kollox għaliex dan l-għaġeb kollu!", "Dan mhux minn but għal but!", "Fl- aħħar mill-aħħar il-gvern irid jieħu Lm0.25 miljun mil-Labour Party, ix- Shipbuilding li hi tal-gvern trid tħallas lil-Labour Party u allura kulma għandna hija a paper transaction.", "Imma r-realta' hija totalment differenti.", "Ir-realta' hi li l-gvern illum għandu debitur, il-Labour Party, li għandu l-flus f'idu għax malli jsir it-trasferiment se jkollu l- flus f'idu.", "Il-Labour Party żgur li ma ċaħadx li se jdaħħal Lm400,000 bit- trasferiment ta' din l-art.", "Qatt ma ċaħadha din.", "Jien ngħid li ma ċaħadhiex mhux għax se jdaħħal Lm400,000 - probabbilment se jdaħħal ħafna iktar, imma dik ejja ninsewha - imma żgur li ġejjin f'sitwazzjoni fejn il- Labour Party se jkollu f'idejh Lm400,000 u Alla jbierek il-gvern - suppost li huwa amministratur ideali - minflok jieħu parti minn dawk l-Lm400,000 u minflok jibqa' bid-debitur li għandu l-flus, qed jagħżel li jmur fuq ix- Shipbuilding li m'għandhiex flus.", "Ilkoll nafu li x-Shipbuilding m'għandhiex flus, ħadd ma jikkontestah dan.", "Ix-Shipbuilding għandha tagħti xi Lm0.75 miljun f'kontribuzzjonijiet tan-national insurance u għandha tagħti ma nafx kemm lil min jagħtiha s- supplies.", "Ix-Shipbuilding m'għandhiex sold, assolutament.", "Jekk ix- Shipbuilding trid tħallas dan il-Lm0.25 miljun se tmur għand il-Prim Ministru u tgħidlu: Agħtini Lm0.25 miljun oħra ma' dak li normalment issellifni biex nagħtihomlok lura.", "Din hi l-veru għażla li qegħdin nagħmlu.", "Jekk il-Malta Shipbuilding trid tħallas verament dan il-Lm0.25 miljun, x'għandha tkun l-għażla?", "Tħallas dan iċ-ċens tal-Labour Party - jekk għandha dan il-Lm0.25 miljun biex tħallas - jew tħallas in-national insurance u l-income tax tal-ħaddiema?", "Dawn għandhom jiġu qabel iċ-ċens li għandhom jagħtu lil-Labour Party?", "Jew inkella peress li l-Prim Ministru huwa wkoll il-Kap tal-Labour Party, f'dan il-każ ukoll il-Labour Party jiġi l-ewwel u qabel kollox u ċertament li ċ-ċittadini li huma ħaddiema tax- Shipbuilding mhumiex ġejjin l-ewwel?", "Mid-dehra s-soluzzjoni li sab il- Prim Ministru hija mhux biss li lil-Labour Party se niffrankawlu dawn il- flus meta se jdaħħal kważi Lm0.5 miljun fil-but, pero' s-soluzzjoni hija wkoll li x-Shipbuilding se ssib Lm0.25 miljun minn x'imkien u minflok se tħallas in-national insurance contributions tal-ħaddiema tħallas għal taparsi id-dejn tal-Labour Party.", "F'din ir-redikolaġni waqajna.", "Il- Labour Party jiġi qabel il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding.", "In-national insurance contributions tagħhom inħalluhom, ninsewhom, xi darba forsi jitħallsu, imbagħad naraw!", "Il-Labour Party jiġi qabel iċ-ċittadin.", "It-tieni ħaġa x'qed nipprovaw nagħmlu?", "Ħalli nġib eżempju li jien għandi nieħu Lm1,000 mingħand Peppi.", "F'daqqa waħda Peppi jdaħħal Lm5,000 għax ibigħ xi ħaġa u jien inserraħ moħħi li daħħalthom mingħandu għax għandu Lm5,000 f'idu.", "Immaġina li jiġi Peppi fuqi u jgħidli: Isma' minflok iddaħħal l-Lm1,000 mingħandi mur ħudhom mingħand Toni għax dak għandu jagħtini Lm1,000.", "Pero' Toni huwa fallut u lanqas għandu 5c biex jieħu kafe' filgħodu - u jien ngħidlu: Iva se mmur neħodhom mingħand Toni li hu fallut u ma neħodhomx mingħandek li se ddaħħalhom fil-but.", "Hekk qed jagħmel il-Gvern, sejjer fuq Toni l-fallut biex jiffranka lil Jimmy li għandu l-flus.", "Din hija r-realta', xejn aktar u xejn anqas.", "Imbagħad dan l-amministratur tajjeb, il-gvern, x'qed jagħmel aktar?", "U din hija l-kbira fl-opinjoni tiegħi.", "Din ħafna ikbar mill-Lm0.25 mijun.", "Il-gvern qed jgħid li se jċedi d-dritt tiegħu li jwaqqa' ċ-ċens.", "Skond il- kuntratt li diġa' ċċitajt, hemm żewġ klawsoli li jipprovdu meta ċ-ċens jista' jiddekadi.", "L-ewwelnett il-Labour Party kellu obbligu li jżomm dejjem il-bini fi stat tajjeb.", "Ilkoll nafu li llum il-bini qed jaqa' biċċa biċċa għax il-Partit Laburista ma żammux kif kellu jżommu.", "Aktar minn hekk, kien hemm provdut li l-enfitewsi titħassar ipso jure - awtomatikament, mingħajr ebda bżonn li tipproċedi bil-qrati - jekk l- enfitewta jonqos minn jew ma jwettaqx wieħed mill-obbligi fil- kondizzjonijiet tal-kuntratt, jiġifieri ta' l-istat tajjeb jew jekk l- enfitewta jkun naqas li jħallas iċ-ċens għal sentejn.", "Dawn il- provvedimenti nkissru.", "Illum il-kuntratt huwa mħassar ipso jure.", "Issa ħalli nwieġeb għall-kritika li l-Gvern Nazzjonalista ma pproċediex.", "Akkużaw lill-Gvern Nazzjonalista kemm tridu u se nerġa' nagħmel l-istess argument li għamilt qabel: X'differenza hemm jekk Gvern Nazzjonalista pproċediex jew le?", "Ejja ngħidu li l-Gvern Nazzjonalista ma riedx joħloq problemi mal-Labour Party u ma ridniex aktar inkwiet.", "Aħna xi stajna għamilna?", "Stajna mxejna bil-liġi, tlabna l-konċessjoni enfitewtika, kien hemm dak li legalment insejħulu l-purgazione della mora, naraw jitħallasx u xoljejna.", "L- argument mhux dan.", "L-argument huwa li issa qed jiġi ċedut d-dritt tal- gvern li jxolji ċ-ċens mhux biex jinsieh imma biex jiffaċilita lil-Labour Party biex jispekula l-art.", "X'differenza minn żmien il-Gvern Nazzjonalista!", "Dak iż-żmien il-Labour Party ma kienx se jdaħħal Lm400,000 fil-but jew iktar.", "Kellu l-art imma ma kienx qed iħallas iċ-ċens, pero' ma kienx hemm iċ-ċirkostanza li l-Labour Party se jdaħħal Lm0.5miljun fil-but ukoll.", "Lanqas kien hemm iċ-ċirkostanza kif hemm illum li jekk il-gvern ma jċedix dan id-dritt ħadd ma jixtri u għalhekk jien sejjaħtilha ċ-ċavetta ta' l-ispekulazzjoni.", "Dan huwa l-crux tal-mozzjoni, din li verament irid il- Labour Party.", "Mingħajr din il-Labour Party ma jdaħħalx sold u Alla jbierek il-Gvern tagħna jċedi dan id-dritt mingħajr ma jitlob lira mġiddma!", "Hawnhekk hawn ħafna avukati u nutura prattikanti.", "Kieku jiġi klijent għandi u jgħidli: Jien kont tajt din il-biċċa art, dan ilu ma jħallasni ċens u issa ġie jitlobni biex nittrasferixxi dan iċ-ċens u talabni biex ma mmexxix kontra min se jixtri; din nista' nagħmilha?", "U jien ngħidlu: Issa tista' taqbdu minn għonqu u li għandek fil-kuntratt tista' tbiddel kemm trid minnu għax issa hu għandu bżonn lilek.", "Il-Gvern le, ma tarax!", "Se jmur jitlob xi ħaġa lil-Labour Party jew lil min se jixtri?", "Dażgur li le!", "Mhux borma waħda, mhux minestra waħda, mela ejja ħa mmorru!", "Qiegħed f'pożizzjoni b'saħħti u se noqgħod niġġieled mal-Labour Party?", "Alfred Sant u Jimmy Magro ma jaqblux bejniethom?", "Assolutament!", "Ma tarax!", "(Interruzzjonijiet) Ma tarax!", "La qegħdin f'pożizzjoni b'saħħitna, il-Gvern se jitlob xi ħaġa lil-Labour Party?", "Ara kieku l-art kienet tal-Labour Party mogħtija b'ċens lil ħaddieħor, taħseb xi ħadd kien sejjer għand Alfred Sant bl-istess talba li l-Labour Party qed jagħmel lill- Gvern u jgħidlu: Ma jimpurtax, ħudha.", "Ma tagħmilix differenza għalija.", "Agħtiha lil ħaddieħor.", "Nista' ndendlek, ma tistax tittrasferiha mingħajr il- kunsens tiegħi għax min se jixtri nista' nwaqqagħlu ċ-ċens!", "Aħna tant għandna Gvern li huwa magnanimo mal-Labour Party li jgħidlu: Għaddiha b'xejn, no problem!", "Ma tarax!", "Is-suppost ħofor kollha li hemm nimlewhom imma mhux mingħandek!", "Sur President, din in-naħa jidhrilha li dawn l-affarijiet huma evidenza ċara ta' kollużjoni.", "F'demokrazija huwa totalment inaċċettabbli li dawn l- affarijiet jiġu f'dan il-Parlament.", "Ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin qisu hawn m'hu qed jiġri assolutament xejn.", "Bil-mod il-mod qegħdin nerġgħu mmorru lura għat-triq antika tal-favoreġġament tal-Partit Laburista minn Gvern Laburista.", "Li l-Gvern jgħin b'mod konxju u b'mod li tista' takkużah b'kollużjoni mal-partit tiegħu stess biex jistagħna l-partit tiegħu hija xi ħaġa preokkupanti ħafna.", "Din in-naħa ma naħsibx li kienet tagħmel plejtu partikolari li kieku wieħed qal li la ċ-ċens mhux qiegħed jitħallas allura jibqa' ma jitħallasx.", "Naħseb li qatt m'għamilna plejtu partikolari fuq hekk u lanqas konna se nagħmlu plejtu issa.", "Lanqas konna se nagħmlu plejtu għax il-post f'St Andrew's ma ntużax għall-iskop li ngħata għax wieħed jista' jagħtihom il-benefit of the doubt u jgħid li ħasbuha mod ieħor.", "Lanqas kien se jsir plejtu għax l-art ma ntużatx għall-alternative accommodation.", "Qatt ma għidnih dan.", "Seta' jibqa' jiġi wżat mil-Labour Party, pero' l-fatt li dan il-Parlament jiġi mitlub illi jgħaddi riżoluzzjoni li tkun qed tippermetti lill-partit politiku li huwa pussessur ta' art tal-gvern jispekula dik l-art a vantaġġ tiegħu u bi żvantaġġ għall- gvern hija wisq.", "Kieku forsi l-Partit Laburista kellu d-diċenza li jmur fuq il-Kummissarju ta' l-Artijiet u jgħidlu: Aħna għandna ċans inbiegħu l-art?", "F'din is-sitwazzjoni inti x'kondizzjonijiet tagħmlilna?", "U l-Kummissarju ta' l-Artijiet jew il-gvern jgħidilhom: Intom qegħdin f'pożizzjoni ħażina għax l-art ma tistgħux tispekulawha.", "Mela aħna f'isem il-poplu Malti jidhrilna li għandna nieħdu Lm0.25 miljun.", "Tinnegozja ma min tinnegozja taf li trid tħallas Lm0.25 lill-gvern.", "Lanqas din id-diċenza ma kellhom.", "Iridu li nagħtuhom rigal.", "Din hija l-indiċenza ta' din il-mozzjoni.", "Għalhekk jiena se nipproponi emenda għal din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna.", "Din l-emenda tgħid hekk:-", "\"F\" Fir-riżoluzzjoni mmarkata \"Dokument D\" żied il-kliem li ġej wara t- tmiem tat-tieni paragrafu: \"Hu għalhekk riżolt illi jekk il-Gvern jaqbel għat-trasferiment taċ- ċens, jew kollu jew in parti, il-Gvern ikun obbligat li jikseb il- kunsens tal-Kamra tad-Deputati għal dan it-trasferiment u, meta jippreżenta r-riżoluzzjoni lill-Kamra, ikun obbligat ukoll li jippreżenta l-konvenju relattiv;", "Hu wkoll riżolt illi peress li ċ-ċessjoni tad-dritt tal-Gvern li jittermina ċ-ċens għandu valur kummerċjali, liema valur hu proprjeta' tal-poplu Malti, iċ-ċessjoni ta' tali dritt għandha ssir biss kontra l- pagament ta' mitejn u ħamsin elf lira Maltija (Lm250,000).\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, naħseb li l-poplu qiegħed jirrealizza kemm din il-mozzjoni tirrifletti r-rabta b'saħħita li l-Gvern għandu maċ-ċittadin.", "F'dan il-każ iċ-ċittadin huwa organizzat f'numru ta' għaqdiet nazzjonali, li għal numru ta' snin kabbru l-esperjenza tagħhom, liema esperjenza għenet biex twassal sabiex ikun hawn iktar parteċipazzjoni minn ċittadini diversi fil-qasam sportiv, fil-qasam kulturali u f'oqsma oħra.", "Jiena naħseb li din il-mozzjoni li għandna quddiemna se ġġedded ir- rabta u l-fiduċja li hawn bejn il-Gvern u ċ-ċittadin għax se toħloq mekkaniżmu li permezz tiegħu l-għaqdiet ikunu jistgħu jtejbu l-istrateġija tagħhom sabiex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem u sabiex iċ-ċittadini jkomplu jinvesti u f'ħajja u f'ambjent aktar modern.", "Jiena niskanta kif in-naħa l-oħra qed tara kif se tagħmel biex ittawwal id-diskussjoni fuq ċerti proposti li fiha din il-mozzjoni u fl-istess ħin mhijiex tirrealizza xi żball għamlet li għal numru ta' snin li damet fil- gvern ma ħadet qatt l-oppurtunita' biex tapprova talbiet li ilhom pendenti għal numru ta' snin.", "Dawn huma talbiet li permezz tagħhom fi ftit tal-jiem oħra se jitkattar aktar investiment.", "Dan mhuwiex biss investiment f'dak li huwa upgrading tal-faċilitajiet imma huwa investiment soċjali wkoll.", "Qegħdin naraw aktar għaqdiet li, flimkien ma' l-amministrazzjoni tal-Gvern u mad-delettanti, qed isaħħu l-organizzazzjoni tagħhom ħalli t-tfal ikollhom aktar spazju fejn jipprattikaw l-isport jew il-kultura partikolari tagħhom.", "Allura aħna qed noħolqu mekkaniżmu biex is-soċjeta' tagħna tkun aktar soċjeta' parteċipattiva u tkun soċjeta' li flimkien mal-Gvern qiegħda tagħraf tinvesti f'realta.", "Biex pajjiż tabilħaqq jimxi 'l quddiem u jwettaq dawk il-bidliet li hemm bżonn, irid joqgħod attent li dawn jagħmilhom fil-faxxa kollha tas-soċjeta' u mhux biss fil-kategoriji taż-żewġ gruppi parlamentari taż-żewġ partiti.", "Għalhekk qiegħed ngħid li din ir-riżoluzzjoni tammonta għal att ta' fiduċja li llum f'kull sens qiegħed jiġi nnegozjat fil-pajjiż.", "Dawn huma affarijiet - hawn min sejħilhom fortuna għalkemm jien ma naqbilx - li allavolja xi ħadd ipprova jwarrabhom, jirriflettu l-polz taċ-ċittadini tagħna li mingħajr dubju qed jirrealizzaw kemm din ir-riżoluzzjoni se tkun ta' vantaġġ għal dawn l-għaqdiet.", "Dawn l-għaqdiet se jmorru ferm tajjeb permezz ta' l-għajnuna li ftit ġimgħat oħra l-Gvern se japprovalhom, grazzi għal din ir-riżoluzzjoni li qed tiġi diskussa bl-iktar mod demokratiku u bl- iktar mod trasparenti.", "Il-goal importanti li huwa marbut ma' l-inizjattivi u ma' l-impenn ta' dan il-Gvern huwa li jkompli jsaħħaħ ir-rabta maċ- ċittadin.", "Barra minn hekk il-Gvern ħoloq rabta oħra iktar importanti - ma nistax nifhem kif xi ħadd jista' jwarrabha din - għax għaqdiet oħra qed jaraw li għalkemm illum mhumiex involuti u mhux se jmiss lilhom dan il-frott ta' din ir-riżoluzzjoni, dawn jafu li hawn Gvern li jistgħu jafdawh u li hawn Gvern li jinteressa ruħu fiċ-ċittadini kollha.", "Allura fis-snin li ġejjin se naraw iktar għaqdiet nazzjonali u volontarji li se jinvestu fl-upgrading sabiex isaħħu l-istituzzjonijiet tagħhom.", "B'din ir-riżoluzzjoni l-Gvern qiegħed jinkoraġġixxi lil dawn l-għaqdiet jaħsbu huma, jinvestu huma u jorganizzaw lil xulxin huma għax jafu li hawn gvern kredibbli, gvern ta' fiduċja, gvern trasparenti u gvern li tabilħaqq jirrapreżenta liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.", "Dan huwa s-sabiħ ta' dan il-Gvern.", "Dan il-Gvern jinvesti biex iqarreb liċ-ċittadini flimkien.", "L-impenn ta' dan il-Gvern huwa li jġib 'il quddiem kull inizjattiva, żgħira kemm hi zgħira, kbira kemm hi kbira, diffiċli kemm hi diffiċli, faċli kemm hi faċli u fortunata kemm hi fortunata.", "Dan il-Gvern għandu quddiemu strateġija sħiħa sabiex liċ- ċittadini kollha jagħmilhom parti mit-tmexxija ta' l-amministrazzjoni ta' pajjiżna.", "Hawn qiegħda l-bxara t-tajba li din ir-riżoluzzjoni ħolqot fost numru ta' għaqdiet volontarji.", "Jien naf b'għaqdiet li f'dan l-istadju mhumiex se jibbenefikaw minn din ir-riżoluzzjoni imma xorta waħda tkellmu favuriha u qalu kemm hija ta' opportunita' għal min jiddedika l-ħin liberu tiegħu biex imexxi dawn l-għaqdiet volontarji.", "Dawn ir-riflessjonijiet qed jagħmluhom għaqdiet li għadhom sal-lum ma bbenefikawx minn din ir- riżoluzzjoni.", "Allura din hija xhieda biżżejjed ta' kemm veru din il- mozzjoni qed issaħħaħ ir-rabta li teżisti u li trid tkompli teżisti u ġġib 'il quddiem is-soċjeta' tagħna.", "Jien kelli l-opportunita' li nitkellem ma' għaqdiet li jirrappreżentaw persuni neqsin mid-dawl u dawn urew sodisfazzjon kbir għall-fatt li l-Gvern ġab din ir-riżoluzzjoni mingħajr ħafna dewmien f'dan il-Parlament.", "Din ir- riżoluzzjoni tagħti ġieħ u rispett lil numru ta' għaqdiet li ilhom snin twal jistennew xi ħaġa bħal din u hemm raġunijiet maturi li għalihom għaqdiet bħal dawn qed jikkummentaw favorevolment.", "Fil-fatt ta' min jgħid li numru ta' dilettanti tal-karozzi u tal-muturi esprimew l-istess sentiment għax issa qed jifhmu li jistgħu jafdaw lil dan il-Gvern.", "Dan il-Gvern qed joħloq mekkaniżmu sabiex kulħadd ikun jista' jinvesti iktar ħalli s-soċjeta' tagħna tkompli miexja 'l quddiem u llum l-għaqdiet qed jifhmu li għandhom isaħħu iktar l-istrutturi u jkunu iktar dixxiplinati u organizzati ħalli l-Gvern japprezza l-impenn tagħhom u b'hekk għada pitgħada jagħmel magħhom dak li qed jagħmel ma' l-għaqdiet li qed jissemmew f'din ir-riżoluzzjoni.", "Illum il-Gvern Laburista qed jikkonferma li dak li wiegħed qabel l-elezzjoni li għaddiet, jiġifieri li se jkun qrib iċ- ċittadin u li se jmexxi politika fejn il-bżonnijiet taċ-ċittadin jiġu l- ewwel, qed iwettqu.", "Dan il-fatt joħloq iktar fiduċja fost l-għaqdiet sportivi lokali għax jafu li l-Gvern se jgħinhom b'kull mod possibbli biex jgħollu l-livell ta' l-atleti tagħhom.", "Fil-fatt numru ta' għaqdiet internazzjonali diġa' qed jagħmlu diversi kuntatti ma' l-għaqdiet sportivi li se jibbenefikaw permezz ta' din ir-riżoluzzjoni u ma' l-għaqdiet sportivi li se jibbenefikaw minn riżoluzzjoni bħal din ma' l-ewwel opportunita' li jkollu l-Gvern.", "Madam Speaker, kif jista' jkun li riżoluzzjoni bħal din ma tqajjimx appoġġ fis-soċjeta' tagħna?", "Kif jista' xi ħadd jikkonvinċi lill-elettorat li din ir-riżoluzzjoni m'hijiex trasparenti għal kollox u li qed tipprova tagħti vantaġġ lil xi partit politiku?", "Iċ-ċittadin jistenna s-serjeta' u s- serjeta' ma tiġix billi wieħed, permezz tal-kapaċitajiet legali li jkollu, jinterpreta konċetti, ideat u modi biex jiddefendi l-argument tiegħu.", "Permezz ta' din ir-riżoluzzjoni ċ-ċittadin illum qed jifhem li dan il-Gvern se jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu, kif għamel matul din is-sena, sabiex jara li l-għaqdiet volontarji jsaħħu l-performance tagħhom u jinvestu flushom b'mod iktar assigurat.", "Permezz tal-klima li qed joħloq il-Gvern preżenti, l-għaqdiet volontarji ta' pajjiżna llum jistgħu jirrikorru faċilment għand l-isponsors u għand l-insurance brokers biex l-investiment tagħhom joħloq fiduċja anke fost istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom l- interess li jaraw li jsir l-investiment neċessarju għall-ġid u għall- progress tas-soċjeta' tagħna.", "Din ir-riżoluzzjoni qed turi li l-Gvern mhux talli m'huwiex diżonest imma talli huwa trasparenti u serju għax qed iwettaq dak li l-poplu tellgħu għalih.", "GĦalkemm avukat jista' jkollu l- kapaċita' li jagħti interpretazzjoni differenti lil din ir-riżoluzzjoni, il- fatti qegħdin hemm u ma jista' jmerihom jew ibiddilhom ħadd.", "Madam Speaker, jien konvint li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni, dan il- Parlament se jikseb stima ikbar mill-poplu Malti u Għawdxi u dan jgħin sabiex f'pajjiżna tinħoloq atmosfera ta' investiment aktar sostenibbli f'kull aspett u sabiex ikollna iktar riżultati pożittivi qalb is-soċjeta' tagħna in ġenerali.", "F'din is-sena li ilu fit-tmun, il-Gvern Laburista ressaq numru ta' riżoluzzjonijiet quddiem dan il-Parlament.", "Min jaf kemm saret ħidma u kemm sar investiment mill-kumitati ta' dawn l-għaqdiet biex jaraw li l-attivita' partikolari tagħhom timxi 'l quddiem u li finalment tissodisfa liċ-ċittadini li dan il-Gvern jirrappreżenta bl-ikbar dinjita' u onesta'.", "Madam Speaker, aħna, bħala grupp parlamentari, se nkomplu naħdmu billi meta nkunu qegħdin barra minn Malta nagħmlu l-missjoni tagħna u nfiehmu lill-għaqdiet sportivi internazzjonali li l-Gvern Malti qed jipproġetta li jagħmel lil Malta Svizzera tal-Mediterran, kif ukoll li qed iwettaq bidliet sostenibbli f'pajjiżna, liema bidliet qed jitgawdew mis- soċjeta' Maltija.", "B'hekk dawn l-għaqdiet sportivi internazzjonali jkunu jistgħu jagħmlu kuntatti bilaterali ma' l-għaqdiet soċjali, kulturali u sportivi li għandna f'pajjiżna u li fi ftit jiem oħra se jibbenefikaw minn din ir-riżoluzzjoni li qed titressaq quddiem dan il-Parlament.", "Madam Speaker, ħafna drabi, biex wieħed jiżvija l-għanijiet pożittivi li għandha din ir-riżoluzzjoni, jibda jitkellem fuq aspett wieħed partikolari.", "Jien niftakar lill-poplu jikkritika u jressaq il-qorti każi fejn nies qrib membri tal-Kabinett tal-Gvern preċedenti biegħu proprjeta' u mbagħad wara din ittieħdet b'expropriation biex ikun jista' jinbena l-Isptar San Raffaele.", "Mela għax għaddiet sena, l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni diġa' qed jinsew li kienet saret din il-kritika kollha mill-poplu?", "Jien ma nistax nifhem għaliex meta nkunu qed niddiskutu riżoluzzjoni bħal din wieħed joqgħod japprofitta ruħu billi jagħmel ħafna insinwazzjonijiet.", "Din ir-riżoluzzjoni tirrappreżenta t-tmun ta' partit li tela' fil-gvern għax ħadem biex kiseb il-fiduċja tal-poplu b'mod trasparenti u tirrappreżenta l- fatt li l-Gvern preżenti jġib l-interessi tal-poplu Malti u ta' pajjiżna fuq quddiem nett.", "GĦalhekk f'din id-diskussjoni wieħed m'għandux iġib kummenti li ma jirriflettux in-neċessitajiet tad-diskussjoni u li ma jagħmlux ġid għax, kif għidt diġa', wara kollox minn din ir-riżoluzzjoni mhumiex se jibbenefikaw biss iż-żewġ naħat tal-Kamra imma wkoll iċ- ċittadini li għandhom ir-responsabbilta' tat-tmexxija tal-volontarjat f'pajjiżna.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nappella lill- għaqdiet volontarji sabiex jieħdu l-inizjattiva biex fis-snin li ġejjin itejbu l-istruttura u d-dixxiplina tagħhom u jaraw kif jistgħu jwettqu żvilupp sostenibbli fil-management tagħhom għax fl-istess ħin dan jgħin sabiex għada pitgħada dan il-Parlament japprova l-proġettazzjoni tagħhom li permezz tagħha s-soċjeta' tagħna tkun tista' timxi aktar 'il quddiem u twettaq kisbiet sostenibbli.", "Grazzi, Madam Speaker.", "RULING TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Qabel ma nitlob għal aktar rimarki xtaqt nittratta il-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Onor.", "Fenech Adami.", "Rigward il-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, fejn sostna ksur fil-konfront tiegħu abbażi ta' paragrafu (b) ta' subartiklu (4) ta' artiklu 11 ta' l- Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, is-Sedja eżaminat:", "(a) it-transcipt mhux uffiċjali li rrifera għalih il-Kap ta' l- Oppożizzjoni meta ssolleva l-ksur ta' privileġġ, b'mod partikolari l-kelma \"montatura\" u s-sentenza:", "\"Ippermettili ftit, jien hawnhekk assolutament niċħad għall-miljun darba l-allegazzjoni tan-naħa l-oħra li fuqha bnew okkażjoni, li kien jaqblilhom jibnu, rigward l-allegat mard li kellu l-Onor.", "Fenech Adami, li aħna ma konna nafu xejn assolutament bih\";", "(b) iż-żewġ ittri, waħda mibgħuta mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, u r- risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-ittra mibgħuta lilu mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni;", "(ċ) it-tape tal-Laqgħa Nru. 26 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra, peress li dan jagħti stampa iktar ċara mit-transcript mhux uffiċjali; u", "(d) s-Sedja nnotat l-espożizzjonijiet magħmula mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mill-Viċi Prim Ministru.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qajjem l-ilment tiegħu fl-ewwel opportunita' li kellu u waqt li ċċita paragrafu (b) ta' subartiklu (4) ta' artiklu 11 ta' l- Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati sostna li sofra nsult jew nuqqas ta' qima.", "Is-Sedja tirrileva li din il-parti ta' l- Ordinanza ma tistax tiġi kkonsidrata weħidha u għandha ssir riferenza għall- Ordni Permanenti Nru. 60 li tgħid li:", "\"Ebda Membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l- karattru jew il-proċeduri tal-Kamra jew b'riferenza għal xi Membru tagħha.\",", "u speċjalment għall-parti li tgħid:", "\"Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi Membru.\".", "Imkien fil-Laqgħa Nru. 26 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ma jirriżulta li l-Viċi Prim Ministru attribwixxa lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni xi aġir li jnaqqaslu l-qima jew jinsulentah u dan il-Viċi Prim Ministru sostnieh f'ittra li bagħat lill-istess Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Lanqas jirriżulta li hemm xi nuqqas ta' qima lejn il-Kamra jew lejn xi Membri tal-Kamra.", "Meta dalgħodu l-Viċi Prim Ministru spjega lilu nnifsu qal li bil-kelma \"allegat\" ried ifiehem ħaġa li kienet għadha mhijiex konfermata.", "Jekk wieħed jikkonsidra l-interpretazzjoni ta' \"allegat\" kif imposta fl- espożizzjoni tiegħu mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li jidher li għaqqadha mal- kelma \"montatura\", is-Sedja mill-eżami li għamlet ma tarax din ir-rabta.", "Ma jidhirx li hemm rabta bejn il-frażi \"allegat mard\" u l-kelma \"montatura\".", "GĦalkemm intużat il-kelma \"montatura\" - u din il-kelma ntużat drabi oħra f'dan il-Parlament - meta kien qed jitkellem fil-Laqgħa Nru. 26 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, il-Viċi Prim Ministru f'ċertu stadju kkwalifika l-kelma \"montatura\" biż-żieda tal-kelma \"politika\".", "F'istanzi oħra l-Viċi Prim Ministru uża wkoll il-kelma \"strateġija\" tant li jidher li qed juża l-kelma \"montatura\" u l-kelma \"strateġija\" fl-istess sens.", "Din il-kelma \"strateġija\" fil-fatt użaha kważi tliet darbiet in fila.", "Rigward min jista' jkun hemm wara din l-allegata \"montatura\" jew \"strateġija\", il-kliem użat mill-Viċi Prim Ministru huwa wisq ġeneriku u miftuħ biex jiġi interpretat li jipponta lejn xi Membru jew Membri individwali jew grupp ta' membri u ma jistax jiġi eskluż li meta ntużat il- frażi \"strateġija politika\" waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra seta' kien qed jirriferi għal firxa anke iktar wiesgħa minn din il-Kamra stess.", "Is-Sedja tirrikonoxxi li f'ħafna istanzi jeżisti fil irqiq ħafna bejn x'jista' jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ u kliem li jiġi kkwalifikat bħala kumment politiku.", "Sabiex tasal għall-ġudizzju tagħha, is-Sedja trid dejjem iżżomm quddiem għajnejha li l-privileġġi li kull Membru għandu f'din il-Kamra għandhom jitqiesu fl-ambitu' tal-privileġġi tal-Kamra kollha.", "Is- suġġett ta' l-iskambju tal-kliem li nqala' fil-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra kien jirriferi għal inċident li seħħ sitt xhur ilu, inċident li tista' tgħid wasal biex jiddominana tul dawn l-aħħar sitt xhur, inċident li kważi sar issue politiku fih innifsu, li r-reazzjonijiet għalih affettwaw ix-xogħol ta' din il-Kamra u l-interpretazzjoni differenti minn kull naħa tal-Kamra ta' x'ġara kienet il-bażi ta' nuqqas ta' qbil u kummenti kemm-il darba f'din il-Kamra, fil-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra u anke f'fora 'l barra minn din il-Kamra.", "GĦaldaqstant kieku dak li ġara fil-Laqgħa Nru. 26 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra kellu jittieħed iżolatament waħdu b'mod skjett, seta' jagħti l- każ li jikkwalifika bħala offiża li setgħet tersaq għal ksur ta' privileġġ.", "Iżda fid-dawl ta' dak kollu li ġara mill-25 t'April ta' din is-sena - minn meta nqala' l-inċident sal-lum - is-Sedja jidhrilha li dak li okkorra fil- Laqgħa Nru. 26 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien każ ta' political bickering, dak li fil-House of Commons jissejjaħ \"general political abuse\", ping-pong politiku.", "GĦaldaqstant is-Sedja ma jidhrilhiex li jeżisti prima facie ksur ta' privileġġ.", "Is-Sedja tħoss li għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Membri tal-Kamra kollha biex jintwera iktar rispett lejn xulxin u lejn il-Kamra nnifisha u biex in- nuqqas ta' qbil li jkun hemm bejn iż-żewġ naħat minn żmien għal żmien ma jitħalliex ifixkel l-andament tax-xogħol tal-Kamra.", "Bla dubju l-Kamra m'għandhiex tinħela fuq diskussjonijiet li m'huma se jwasslu għall-ebda tnissil ta' rieda tajba u ta' koperazzjoni, bħalma wera li kien dan l- inċident, u jidhrilha li l-enerġiji tagħna lkoll jistgħu jkunu utilizzati ferm aħjar fit-trattament ta' materji li jolqtu l-aħjar żvilupp tas- soċjeta' u tal-poplu tagħna.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, Dokument \"F\" ta' din ir- riżoluzzjoni fih 25 proposta biex art u proprjeta' jgħaddu għand għaqdiet sportivi b'titolu ta' ċens temporanju għal perijodu ta' 49 sena, liema perijodu jista' jiġġedded.", "Hawn ta' min ifakkar li fil-15 ta' Lulju, 1996 l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ippreżentat riżoluzzjoni fil- Parlament li kienet tipproponi li numru ta' għaqdiet sportivi li kellhom jibbenefikaw minn konċessjoni simili kelli jkun t-tripplu ta' dak li għandna llum quddiemna.", "Lill-Ministru Buhagiar smajtu jgħid ċar u tond li tħallew barra diversi għaqdiet sportivi minħabba li dawn ma rreaġġixxewx għas-sejħa tal-Gvern fiż- żmien stipulat.", "Anke s-Segretarju Parlamentari Cilia ammetta li bosta għaqdiet sportivi ġew esklużi minn din ir-riżoluzzjoni għaliex ma kenux lesti jaċċettaw klawsola fil-kuntratt - kif fil-fatt għamlu dawn il-25 għaqda li hawn elenkati fir-riżoluzzjoni - li tgħid ċar u tond li wara li l- faċilitajiet sportivi jgħaddu b'titolu ta' ċens lill-għaqdiet, il- manutenzjoni tibqa' responsabbilta' ta' l-għaqda sportiva nnifisha, jiġifieri b'ebda dritt ta' kumpens min-naħa tal-gvern.", "Nafu li kienu diversi l-għaqdiet li, minħabba li l-faċilitajiet sportivi li kienu qed jamministraw kellhom bżonn manutenzjoni, għażlu li ma jeħdux l-offerta li l- ewwel offrilhom il-Gvern Nazzjonalista - permezz tar-riżoluzzjoni li ressaq f'dan il-Parlament f'Lulju tas-sena li għaddiet - u issa dan il-Gvern, permezz ta' l-inizjattivi li saru mill-Kunsill Malti għall-Isport, qabel ma tressqet din ir-riżoluzzjoni quddiem din il-Kamra.", "Madanakollu, proprju ftit jiem ilu, waqt laqgħa tal-Malta Football Association, il-president ta' din l-għaqda stqarr pubblikament li l-Gvern preżenti se jagħti għotja ta' Lm100,000 fuq perijodu ta' sentejn sabiex it- tinda ta' l-enclosure ta' l-istadium nazzjonali ta' Ta' Qali ssirilha l- manutenzjoni meħtieġa.", "L-argument tiegħi hu li minkejja li l-Gvern preżenti se jieħu ħsieb din il-manutenzjoni hu, il-Malta Football Association xorta waħda hija waħda mill-25 għaqda sportiva li se tingħata titolu ta' ċens temporanju għal perijodu ta' 49 sena li jista' jiġi mġedded.", "GĦalhekk hawn wieħed bilfors ikollu jistaqsi: Għaliex il-Malta Football Association ġiet megħjuna mill-Gvern u l-Valletta Waterpolo Club le?", "L-Onor.Cilia qal li l-Gvern lest jagħmel tajjeb għall-ħsarat li għandu l-Valletta Waterpolo Club, liema ħsarat jammontaw għal Lm25,000.", "Jien naqbel ma' dan il-pass imma nistaqsi: Għaliex il-Valletta Waterpolo Club m'huwiex qed jingħata l-istess faċilita' li ngħatat il-Malta Football Associaton billi hu wkoll jingħata d-dritt ta' titolu ta' ċens temporanju għal perijodu ta' 49 sena?", "Madam Speaker, mingħajr l-iċken dubju r-riżoluzzjoni li qed iressaq dan il-Gvern hija sostanzjalment ifqar mir-riżoluzzjoni li kien ressaq il-Gvern preċedenti, apparti li l-Gvern immexxi mill-Onor.", "Fenech Adami kellu ukoll l-ħsieb li jkompli bid-diskussjonijiet wara r-recess tas-sajf 1996 ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw numru dejjem aktar ta' għaqdiet sportivi.", "Għall- kuntrarju ta' dak li għamel dan il-Gvern, l-azzjoni tal-Gvern Nazzjonalista kienet maħsuba biex tgħin 216-il sit sportiv, jiġifieri erba' darbiet iktar mis-47 sit sportiv li qed nikkonsidraw illum fuq proposta tal-Gvern preżenti.", "Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li r-riżoluzzjoni li l-Gvern Nazzjonalista kien ressaq f'Lulju tas-sena l-oħra kienet tikkonċerna 60 belt u raħal differenti, din ir-riżoluzzjoni tikkonċerna biss 20 belt u raħal differenti.", "Fil-fatt, kif lkoll nafu, dik ir-riżoluzzjoni kienet baqgħet imdendla minħabba s-sempliċi fatt li wara r-recess tas-sajf 1996 il- Parlament ma reġax iltaqa' għax issejħet elezzjoni ġenerali bikrija.", "Nerġa' ninsisti li r-riżoluzzjoni li kien se jressaq il-Gvern Nazzjonalista kienet se tkun ħafna iktar superjuri minn Dokument \"F\" tar-riżoluzzjoni li għandna quddiemna.", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li r-riżoluzzjoni tal-Gvern Nazzjonalista kienet tittratta xejn inqas min 19-il dixxiplina sportiva, jiġifieri tliet darbiet iktar min-numru ta' dixxiplini sportivi li hemm imsemmija f'din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna.", "Fil-fatt li kieku ma kienx għall-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians, li minbarra l-football tħaddan ukoll tliet dixxiplini sportivi oħra differenti, din ir- riżoluzzjoni kienet tittratta biss żewġ dixxiplini sportivi, dik tal- football u l-oħra tal-waterpolo.", "Huwa veru li dawn huma l-iktar żewġ tipi ta' sport popolari f'pajjiżna imma min-naħa l-oħra l-għaqdiet tal-football u tal-waterpolo huma l-iktar għaqdiet b'saħħithom finanzjarjament.", "Jekk wieħed iqabbel il-politika favur l-isport li hemm f'din ir-riżoluzzjoni - fil-fatt kulma qed tagħmel din ir-riżoluzzjoni hija li tagħti b'ċens għal tant snin l-istadium nazzjonali ta' Ta' Qali u l-istadium nazzjonali ta' Għawdex, kif ukoll tgħin 14-il club tal-football u 9 clubs tal-waterpolo - ma' kif kien ipproġetta din il-politika l-Gvern preċedenti, isib li f'din ir-riżoluzzjoni għandna biss il-loqom ta' dak li kienet qed tipproponi r- riżoluzzjoni li kien ressaq il-Gvern Nazzjonalista f'Lulju tas-sena l-oħra.", "Biżżejjed ngħid li r-riżoluzzjoni li ressaq il-Gvern Nazzjonalista kienet tinkludi 17-il dixxiplina sportiva, li huma l-volleyball, il-basketball, it- tennis, il-model aircraft flying, l-autocross u l-moto-cross, ir-remote controlled models, il-car racing, ix-shooting, il-BMX, il-judo, l-archery, ix-Xewkija horse-racing track, il-boċċi, ir-regatta, il-hockey, ir-racing pigeons u l-canoeing.", "Filwaqt li dawn id-dixxiplini sportivi kollha kienu nklużi fir-riżoluzzjoni mressqa mill-amministrazzjoni Nazzjonalista, dawn huma esklużi mir-riżoluzzjoni mressqa minn dan il-Gvern.", "Ċertament li r- Riżoluzzjoni \"F\" li għandna quddiemna saret bl-għaġġla u ma kenitx msajra biżżejjed.", "Hawn irrid nieħu l-okkażjoni biex ngħid li l-Gvern preżenti kellu proposta li l-Marsa Sports & Country Leisure Club jingħata d-dritt li jestendi biċċa art għal golf course.", "(Interruzzjonijiet) Din il-proposta saret lill-Gvern Laburista, Onor. Debono Grech.", "Fil-fatt dan il-Gvern kellu wkoll proposta sabiex il-Marsa Sports & Country Leisure Club jingħata permess jibni xi time-share units ħalli jkun jista' jikrihom lill-barranin u b'hekk dan il-club ikun jista' jgħin ruħu sabiex jitwaqqfu mill-ġdid diversi faċilitajiet sportivi f'dan il-lokal.", "Din il-proposta hija pożittiva - l-Oppożizzjoni ma tista' qatt tkun kontra dak li hu tajjeb - u fil-fatt l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ħasbet ħafna rigward it- tiġdid u t-twaqqif ta' faċilitajiet sportivi pubbliċi.", "Biżżejjed wieħed iħares lejn it-Ta' Qali Action Plan ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex isib li dan ix-xogħol kien inbeda fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li għal dan il-lokal kien propost li tiġi estiża l-art għall-Malta Basketball Association u li tiġi mogħtija biċċa art għas-cycling.", "Fil-fatt id-dokument jirriferi għal tliet tipi ta' cycling; dak tat-tfal, li jkun taħt superviżjoni, dak tal-leisure riding, li jkun jista' jieħu sehem fih kulħadd, u dak ta' sport training, jiġifieri għal min jieħu ċ-ċikliżmu b'iktar serjeta'.", "Fit-Ta' Qali Action Plan ġie propost ukoll li tingħata biċċa art lill-Malta Amateur Athletic Association biex issir grass running track ta' 2.3 kilometri tul, ħalli f'pajjiżna jkunu jistgħu jiġu organizzati l-marathon u l-half marathon, kif ukoll sabiex ikunu jistgħu jsiru tlielaq tal-cross-country fuq livell internazzjonali.", "Din l-assoċjazzjoni identifikat ukoll area sabiex jitwaqqaf synthetic running track ieħor ta' 400 metru minbarra l-Mathew Micallef St John Athletic Stadium li hemm ġewwa l-Marsa, ħalli b'hekk tkun tista' torganizza l-European championships ta' l-athletics.", "Madam Speaker, it-Ta' Qali Action Plan, li kien qed jiġi fformolat fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, jipproponi wkoll li jkun hemm estensjoni tal-faċilitajiet tat-training għall-football, an all-weather training area, kif ukoll li jkun hemm estensjoni għall-model aircraft club u għall-model aircraft flying.", "F'dan l-action plan kien hemm ukoll proposta sabiex sport li jsejħulu major impact, jiġifieri sport storbjuż bħalma huwa l-autocross u l-motor racing, ma jibqax jiġi pprattikat f'Ta' Qali, fejn kien hemm il-pjan li jkun hemm ħafna recreation parks, iżda jiġi riallokat f'postijiet li huma adattati għal major impact sports.", "F'dan l- istudju l-Planning Authority kienet qiegħda tipproponi ħames possibbiltajiet, jiġifieri Wied Fulija, Tal-Merħla, il-Landrijiet, il- Magħtab u Ta' l-Aħrax Quarry fl-Armier.", "Jiena għamilt din il-parentesi, Madam Speaker, biex infiehem lil din il-Kamra li l-pjanijiet ta' l- amministrazzjoni Nazzjonalista, fejn jidħol twaqqif ta' faċilitajiet sportivi, kienu qegħdin hemm.", "Anke fil-każ tar-riżoluzzjoni li qegħdin niddiskutu llum, kellu jkun il-Partit Nazzjonalista li joħroġ l-ewwel b'din l-inizjattiva, inizjattiva li tagħti aktar responsabbilta' u setgħa lill- għaqdiet sportivi li diġa' qegħdin jamministraw dawn il-faċilitajiet sportivi.", "Irrid ngħid li kemm ir-riżoluzzjoni ppreżentata mill-amministrazzjoni Nazzjonalista, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li qegħdin niddiskutu llum, jipproponu li jkun hemm struttura li tiġbor il-kirjiet li dawn l-għaqdiet sportivi jħallsu kull sena talli qed jingħataw dawn il-faċilitajiet sportivi b'ċens.", "Filwaqt li l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet qiegħda titkellem dwar fondazzjoni li kienet se tkun awtonoma mill-Kunsill Malti għall-Isport, ir-riżoluzzjoni ta' dan il-Gvern tipproponi li jkun hemm struttura kemmxejn differenti.", "Din ir-riżoluzzjoni qiegħda tipproponi li jkun hemm sports fund li jkun amministrat direttament mill-Kunsill Malti għall-Isport.", "Rigward il-mod kif inhuma proposti dawn l-istrutturi, ftit hemm differenza imma hemm differenza prinċipali fl-ammont ta' flus li se jdaħħlu.", "Fil-fatt wieħed isib li t-total tal-kirjiet minn dawn il-25 għaqda sportiva li se jingħataw dawn l-artijiet tal-gvern b'ċens għal 49 sena li jista' jerġa' jiġġedded, jammonta għal ¥16,000 fis-sena.", "Issa jiena niftakar li meta s-sena l-oħra kienet tressqet din ir-riżoluzzjoni fil-Parlament, l-Onor.", "Michael Angelo Refalo, dak iż-żmien ministru responsabbli mill-isport, kien qal fi press conference li din il- fondazzjoni kellha tkun il-mezz li bih l-isport isir finanzjarjament indipendenti mill-Istat.", "Imma żgur li l-Onor.", "Refalo kellu f'moħħu 216-il sit u mhux biss 25 proposta.", "Żgur ukoll li kellu f'moħħu li l-kirjiet ikunu kirjiet raġonevoli.", "Ovvjament hawnhekk qiegħed nirriferi l-iktar għall-għaqdiet sportivi li huma finanzjarjament b'saħħithom.", "Kif jista' jkun, per eżempju, li l-Malta Football Association, li 15-il sena ilu kienet tħallas kera ta' ¥10,000 fis-sena, illum tingħata d-dritt li tħallas biss kera ta' ¥6,000?", "Naf li ġabu l-argument li l-Malta Football Association għamlet investiment ta' miljuni ta' liri fl-istadium nazzjonali ta' Ta' Qali.", "Imma jiena ngħid li dan l-istess argument iwassal għal argument ieħor.", "Jiena ngħid li jekk il-Malta Football Association investiet dawk il-flus kollha, sinjal li finanzjarjament hija b'saħħitha biżżejjed li għallinqas tħallas il-kera li kienet tħallas 15-il sena ilu.", "Għaliex fil-verita' l- fondi li qegħdin jinġabru u jidħlu f'dan l-isports fund qegħdin hemm biex jiffinanzjaw lill-istess sport.", "Imma x'qiegħed jiġri?", "B'¥16,000 biss, l- isport l-inqas b'saħħtu finanzjarjament, l-isport li huwa pprattikat u segwit minn inqas nies, se jibqa' fqir.", "Imma ħafna drabi huwa dan l- isport li jagħtina riżultati tajbin u jiena wkoll f'isem il-Partit Nazzjonalista rrid nifraħ lill-atleta Maltija Carol Galea talli aktar kmieni din il-ġimgħa rebħet il-maratona f'Dublin, l-Irlanda.", "Dan ma kienx l-ewwel suċċess tagħha din is-sena għaliex kienet diġa' kisbet suċċessi oħrajn meta rebħet medalja tad-deheb u tal-fidda fil-Logħob tal-Pajjiżi ż- Żgħar fl-Islanda, kif ukoll fil-Logħob tal-Mediterrran f'Bari.", "Imma l- atletika x'se tieħu minn din ir-riżoluzzjoni?", "Se tieħu l-loqom minn ¥16,000.", "Sieħbi l-Onor.", "Chircop feraħ lil Ġużi Grech u jien nagħmel l-istess ħaġa.", "Kont diġa' fraħtlu pubblikament u nerġa' nifraħlu minn hawnhekk għaliex sar champion tad-dinja tal-billiards u s-snooker.", "Imma l- billiards u s-snooker x'se jieħdu minn din ir-riżoluzzjoni?", "Loqom minn ¥16,000.", "Daqshekk hu l-ammont ta' flus li dan l-isports fund se jdaħħal f'sena.", "L-Ingliżi jgħidu robbing Peter to pay Paul u fil-verita' Paul huwa b'saħħtu finanzjarjament u biex inkomplu nagħmluh b'saħħtu finanzjarjament mhux qed inħallu lil Peter jew aħjar lil dawk l-għaqdiet sportivi inqas b'saħħithom finanzjarjament jingħataw l-inċentiv sabiex jissaħħu.", "Madam Speaker, kont qiegħed ngħid li l-proposta sabiex dawn il- faċilitajiet sportivi jgħaddu għand l-għaqdiet tidher li hija nejja.", "U l- verita' hija pjuttost sempliċi.", "Kieku l-Partit Laburista ma għaqqadx flimkien il-kwestjoni ta' l-għaqdiet sportivi, il-kwestjoni ta' għaqdiet ta' natura reliġjuża, bħas-Soċjeta' tad-Duttrina Nisranija, sezzjoni femminili, il-kwestjoni ta' għaqdiet edukattivi, bħalma huma s-Sależjani ta' Don Bosco u St. Michael's Foundation, u l-każ ta' għaqdiet kulturali, bħall-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts, kieku l-kelliema, deputati u ministri tan-naħa l-oħra ma kienx ikollhom fuqxiex jitkellmu f'din id-diskussjoni dwar din ir-riżoluzzjoni għaliex kull min tkellem min-naħa tal-Gvern bl- ebda mod ma tkellem fuq il-fatt li l-Partit Laburista se jingħata b'ċens għal perijodu ta' 49 sena art fil-limiti ta' Għajn Tuffieħa sabiex in-new Labour ikollu ċentru edukattiv u hostel fi prime site turistiku f'pajjiżna.", "Li kieku ma kienx għall-fatt li l-Gvern Laburista għaqqad ir- riżoluzzjonijiet dwar 25 faċilita' sportiva ma' riżoluzzjonijiet oħrajn, primarjament sabiex ikun jista' jdaħħal ir-riżoluzzjoni fejn qiegħed jirrinunzja għad-dritt li għandu għax-xoljiment ta' l-għotja enfitewtika dwar art li l-Partit Laburista kiseb fl-1979 f'St Andrew's flok art li kellu fil-Marsa sabiex il-Malta Shipbuilding tkun tista' tkompli bl- estenzjoni tagħha, kieku l-kelliema tan-naħa tal-Gvern ma kienx ikollhom fuqxiex jiddiskutu jew jargumentaw wisq.", "Kważi kollha kemm huma tkellmu fuq l-għaqdiet sportivi, l-għaqdiet reliġjużi u l-fondazzjonijiet edukattivi u ftit kienu dawk li kellhom il-kuraġġ li jipprovaw jiddefendu dak li qed jagħmel il-partit tagħhom, in-new Labour.", "Irrid ngħid li jiena naf li l-affarijiet saru bl-għaġġla fil-qasam ta' l- isport għaliex ic-chairperson tal-Kunsill Malti għall-Isport, Fr Tagliaferro - m'għandix dubbju li dan se jagħmel ħiltu kollha sabiex aktar għaqdiet sportivi jkunu jistgħu jingħataw b'ċens faċilitajiet sportivi għal perijodu ta' 49 sena li jista' jiġġedded - sa ġimgħatejn ilu kien għadu qiegħed jiddiskuti ma' l-għaqdiet tal-football sabiex jitħajru jieħdu over il-faċilitajiet sportivi tagħhom.", "Dan juri li l-proċess li kellu jsir fil- qasam ta' l-għaqdiet sportivi kien proċess twil u proċess li kellu jibqa' għaddej għal ċertu ammont ta' żmien ieħor sabiex il-Gvern ikun jista' jiġi hawn u jsemmi figura sostanzjali għall-isports fund.", "Għax nerġa' ngħid li ¥16,000 għall-isport huma proprju loqom.", "Imma jidher ċar li l-oxxenitajiet li seħħew fl-1979 mill-partit Mintoffjan qed jiġu ripetuti llum min-new Labour.", "Mhux ta' b'xejn li n- new Labour għandu television station, għandu outside broadcasting unit, għandu kwartieri ġodda!", "Imma fuq kollox mhux ta' b'xejn, Madam Speaker, li l-Gvern m'huwiex qiegħed iressaq il-liġi dwar il-finanzjament tal- partiti f'dan il-Parlament!", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, nixtieq inkompli ma' dak li kien qed jgħid sieħbi l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia rigward it-trasferiment ta' art u proprjeta lil għaqdiet sportivi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-seduta hija sospiża.", "Is-seduta ġiet sospiża fis-1.05 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Vassallo jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, jien nixtieq nitkellem dwar it- trasferiment ta' art pubblika lil għaqdiet sportivi u kif dan jista' jaffettwa x-xogħol tal-clubs u tal-kunsilli lokali nvoluti.", "Nibda biex ngħid li l-ewwel paragrafu ta' Dokument \"F\" tar-riżoluzzjoni jgħid hekk:", "\"Billi l-Gvern u l-Kunsill Malti għall-Isport huma tal-fehma illi l- artijiet u l-proprjetajiet li jinsabu diskretament immexxija tajjeb mill-għaqdiet sportivi nazzjonali u mill-clubs tagħhom għandhom jingħataw titolu legali fuq l-istess artijiet u proprjetajiet li qed jagħmlu użu minnhom;\".", "L-aċċenn hawn qiegħed fuq l-awtoritajiet, jiġifieri fuq il-Gvern u fuq il- Kunsill Malti għall-Isport.", "Jien nifhem li huwa l-Gvern li jrid iressaq din ir-riżoluzzjoni imma hawnhekk daħal miegħu l-Kunsill Malti għall- Isport.", "Imbagħad it-tieni paragrafu jgħid:", "\"Billi l-Gvern Laburista wera kemm-il darba r-rieda tiegħu li jgħin lil għaqdiet sportivi f'pajjiżna, mhux biss bil-kliem iżda bil-fatti, filwaqt illi jirrispetta l-awtonomija u l-identita' ta' l-istess għaqdiet sportivi;\"", "Hawn ikun tajjeb jekk wieħed jieqaf u jirrifletti ftit.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia ta stampa ċara tar-riżoluzzjoni li kien ippropona l-Gvern Nazzjonalista imma li qatt ma ġiet fis-seħħ għax issejħet elezzjoni kmieni.", "Filwaqt li huwa minnu li llum din ir-riżoluzzjoni se titressaq għall-vot u konsegwentement tidħol fis-seħħ, m'huwiex minnu li din ir-riżoluzzjoni waqgħet mis-sema daqs li kieku l-Gvern Nazzjonalista ma kienx qed jaħseb għal xi ħaġa bħal din biex jagħti iktar responsabbilta' lil awtoritajiet sportivi.", "Bħalma qal l-Onor.", "Farrugia, ir-riżoluzzjoni li ppropona l-Gvern Nazzjonalista kienet tkopri ħafna iktar clubs sportivi wkoll.", "Madam Speaker, qabel xejn irridu nżommu quddiem għajnejna li l-Att dwar Kunsilli Lokali jipprovdi, fost affarijiet oħra, li huwa d-dritt u d-dmir tal-kunsilli lokali li jaraw li l-faċilitajiet sportivi jinżammu tajjeb.", "Tliet snin wara li daħal fis-seħħ l-Att prinċipali, kull kunsill lokali ġie mogħti - hawn se nikkwota minn paragrafu (ċ) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 33 ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali - il-funzjoni :", "\"li jipprovdi li jsiru, jinżammu fi stat tajjeb u manutenzjoni ta' playgrounds tat-tfal, ġonna pubbliċi u ċentri oħra, ta' sport, kultura jew divertiment ieħor, u tara li dawn ikunu, sa fejn hu possibbli, aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;\".", "GĦalhekk sentejn ilu l-kunsilli lokali ħadu wkoll din ir-responsabbilta'.", "Imbagħad li kien imiss kien li l-gvern ċentrali jiġi quddiem dan il- Parlament b'riżoluzzjoni li tinkwadra dan kollu, li filwaqt tieħu ħsieb tiddefinixxi r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali u tal-clubs sportivi, tara li toħloq il-kordinament kollu meħtieġ biex dejjem ikun hemm id- diċentrament u ħadd ma jinqabeż.", "Ovvjament din ir-riżoluzzjoni ma setgħetx tersaq quddiem dan il-Parlament qabel ma l-kunsilli lokali jieħdu f'idejhom iir-responsabbilta' sħiħa għall-faċilitajiet sportivi, għax inkella kien se jkollna gvern li jgħid mod u jagħmel mod ieħor.", "Issa qed naraw kif wara l- ħidma li kien għamel Gvern preċedenti, jiġi llum Gvern Laburista f'dan il- Parlament u jaqta' l-fjura.", "Jien lill-Gvern ngħidlu prosit għax hekk għandu jkun pero' x-xogħol preparatorju kien sar u biex sar ħa ż-żmien.", "Kif għidt diġa', din ir-riżoluzzjoni ma setgħetx titressaq qabel u għalhekk żgur li ma kienx f'postu d-diskors li ntqal.", "Pero' issa ejja naraw x'se jiġri ġaladarba din ir-riżoluzzjoni tgħaddi minn dan il-Parlament.", "Madam Speaker, hekk kif din ir-riżoluzzjoni tgħaddi minn dan il-Parlament il-Gvern Laburista se jagħmel kuntratt ma' 23 għaqda u ma' żewġ organizzazzjonijiet nazzjonali sportivi.", "Jekk permezz ta' din il-ħidma l- Gvern qed jipprova jersaq lejn iċ-ċittadin fil-komunita' - l-Onor.", "Noel Farrugia qalilna li l-Gvern qed ifittex rabta maċ-ċittadin - jien ngħidlu li ma tantx jista' jilħaq l-iskop tiegħu jekk se jħalli barra minn din il- ħidma lill-kunsilli lokali.", "Hawnhekk ikolli nistqarr li ma nafx x'inhu jġiegħel lill-Gvern jieħu dan l-atteġġament u jinjora kompletament lill- kunsilli lokali.", "Għalxejn inħabbel rasi biex nipprova nifhem x'irid ifisser il-Gvern meta jgħid li jaqbel u jemmen fil-kunsilli lokali.", "Veru li f'paġna 29 tal-programm elettorali tal-Partit Laburista, \"Iċ-Ċittadin l- Ewwel\", fost affarijiet oħra nsibu li:", "\"Il-politika ġdida Laburista temmen bis-sħiħ li l-kunsilli lokali jistgħu jagħtu tweġiba tajba ħafna għal din l-isfida billi jdaħħlu ċ- ċittadini fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-komunita' tagħhom.\"", "Anke aħna naqblu li l-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk biex jaqbżu għaċ- ċittadin, jieħdu ħsiebu u jdaħħluh fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-komunita' tagħhom.", "\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" jgħid ukoll li:", "\"Bil-ħidma tal-kunsilli, iċ-ċittadini jinvolvu ruħhom fid- deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-komunita' lokali fl-oqsma fejn il- gvern ċentrali ma jistax jissodisfa għal kollox ix-xewqat tal- komunita' għax ikun imbiegħed minn fost il-poplu fejn jgħix.\".", "Iktar 'l isfel dan id-dokument jgħid ukoll li:", "\"Il-kunsilli lokali għandhom jingħataw l-għarfien bħala korp li jenħtieġ li nikkonsultawh qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet li se jaffettwaw il-ħajja lokali tagħhom.\".", "Issa jekk inżomm dan kollu f'moħħi u nara l-kuntratt li se jsir mad-diversi għaqdiet sportivi li qed jissemmew f'din ir-riżoluzzjoni, insib li l- kunsilli lokali la qed jingħataw id-dritt ta' konsultazzjoni u lanqas qed nagħrfuhom bħala ħolqa bejn il-gvern ċentrali u l-komunita'.", "Madam Speaker, jekk naraw paragrafu (ċ) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 33 insibu li waħda mill-funzjonijiet tal-kunsilli lokali hi:", "\"Li jipprovdi li jsiru, jinżammu fi stat tajjeb u manutenzjoni ta' playgrounds tat-tfal, ġonna pubbliċi u ċentri oħra, ta' sport, kultura jew divertiment ieħor, u tara li dawn ikunu, sa fejn hu possibbli, aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;\".", "MADAM SPEAKER: Onor. Vassallo, ippermettili.", "Jekk jogħġobkom sibu postkom.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: B'daqshekk m'intomx itellfuni!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, jekk min-naħa l-oħra naraw x'jemmen il-Gvern Laburista u nagħtu daqqa t'għajn lejn il-kuntratti li se jsiru mad- diversi clubs, insibu li hemm differenza kbira ma' dak li tgħid il-liġi.", "Fil-fatt bil-mod li bih qed isiru l-kuntratti, l-Att dwar Kunsilli Lokali m'huwiex qed jiġi mħares u mingħajr ma nkun goff iżżejjed irrid ngħid li dan l-Att qed jinkiser b'dawn il-kuntratti li qed isiru għax il-clubs qed jingħataw l-istess responsabbilta' li l-liġi tagħti lill-kunsilli lokali.", "Jien ħassejt li għandi niġbed l-attenzjoni tal-Gvern għal dan u sta għall- Gvern li jara kif se jirrispondi għal din ir-responsabbilta' li huwa għandu.", "Biex inġib eżempju, nikkwota minn artikli 5 u 6 tal-kuntratt li se jsir ma' Marsascala Sports Club, liema artikli jgħidu hekk:", "\"5.", "Il-manutenzjoni kollha tal-proprjeta' ttrasferita tkun a karigu tal-club mingħajr l-ebda dritt ta' kumpens.", "6.", "Il-club għandu l-obbligu li jżomm il-proprjeta' fi stat tajjeb ta' manutenzjoni u jagħmel dawk ix-xogħlijiet u t-tiswijiet kollha neċessarji għal dan l-għan.\".", "Madam Speaker, osservazzjoni oħra li rrid nagħmel hija li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li għandu jkun hemm konsultazzjoni bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali.", "GĦalhekk hawn nixtieq nistaqsi lill-Gvern x'tip ta' konsultazzjoni kellu mal-kunsilli lokali.", "Issa nispera li ma ningħatax it- tweġiba li l-Gvern għamel din il-konsultazzjoni billi bagħat kopja tal- kuntratti lill-kunsilli lokali konċernati.", "(Interruzzjonijiet) Allura aħjar inpoġġi l-mistoqsija b'dan il-mod: Waqt li kienu qed isiru l- kuntratti, x'konsultazzjoni kien hemm u x'say deċiżjonali se jkollu kunsill lokali permezz ta' dan il-kuntratt?", "Kif ġejjin l-affarijiet, il-Gvern qed jagħti lill-clubs l-istess responsabbilta' li l-liġi tagħti lill-kunsilli lokali u dan mingħajr ma l-Gvern kkonsulta jew almenu mingħajr ma wera li kkonsulta mal-kunsilli lokali dwar dan.", "Dan minkejja li fid-dokument tal- programm elettorali tiegħu \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\", il-Gvern Laburista kien qal li jemmen li għandha ssir konsultazzjoni mal-kunsill lokali qabel ma l- gvern ċentrali jieħu deċiżjoni fuq xi materja li għandna x'taqsam miegħu.", "Madam Speaker, kuntratt minnhom li għandi f'idejja jgħid - hemm diversi kuntratti li jgħidu l-istess - li l-proprjeta' li se tingħata se tintuża bħala youth nursery u se tintuża wkoll mit-tfal ta' l-iskola u f'każ ta' nuqqas ta' qbil ikun il-Kunsill Malti għall-Isport li jieħu d-deċiżjoni finali.", "Allura ngħid jien għaliex qed inpoġġu lill-Kunsill Malti għall- Isport bħala l-arbitru responsabbli minn dawn il-faċilitajiet meta suppost nafu li l-kunsilli lokali huma responsabbli minnhom?", "Għaliex il-Kunsill Malti għall-Isport se jieħu f'idu din il-funzjoni?", "Hemm xi tip ta' konsultazzjoni kif il-Kunsill Malti għall-Isport jista' jikkomunika u jista' jaħdem mill-qrib mal-kunsill lokali?", "Għaliex m'għandniex naraw ħalli, b'xi mod, anke l-kunsill lokali bħala l-gvern lokali ta' kull komunita', ikollu sehem fid-deċiżjoni?", "Artiklu 9 tal-kuntratt jgħid:", "\"Il-ministru jew segretarju parlamentari responsabbli mill-Isport għandu jibgħat kopja tal-kuntratt bil-kondizzjonijiet kollha miftehma mal-club lill-kunsill lokali fejn tinsab il-proprjeta' ttrasferita', liema kunsill lokali għandu l-obbligu li jissorvelja u jara l- kondizzjonijiet kollha miftehma b'dana l-att ikunu osservati, u dan f'isem il-Kunsill Malti għall-Isport.\"", "Mela filli għandna liġi li lill-kunsill lokali tobbligah b'responsabbilta' sħiħa, filli issa dan il-kuntratt, biex ngħid hekk, qed jirriduċi lill- kunsill lokali għal terza persuna f'din ir-responsabbilta'.", "(Interruzzjonijiet) Inħoss li għandi d-dmir li niġbed l-attenzjoni tal- Gvern.", "Imbagħad sta għalih li jara kif il-kunsilli lokali jingħatalhom iċ- ċans ħalli xorta waħda jibqgħu jwettqu l-obbligi tagħhom bil-liġi.", "Jien ma rridx noħloq diżgwid fejn jidħol il-konċett ta' deċiżjonijiet bejn il- Kunsill Malti għall-Isport u l-kunsilli lokali, pero' nixtieq li jinstab mezz ħalli kemm il-Kunsill Malti għall-Isport kif ukoll il-kunsilli lokali, flimkien mal-gvern ċentrali, filwaqt li jirrispettaw l-identita' ta' xulxin jaqsmu flimkien l-istess responsabbilta'.", "Veru li hawn li:", "\"... kull persuna inkarigata mill-Kunsill Malti għall-Isport jew mill- kunsilli lokali għandu jitħalla jidħol biex jagħmel spezzjoni tal- faċilitajiet sportivi ossia l-proprjeta' trasferita f'każ ta' bżonn.\"", "Veru li qed nagħtu ċans lill-kunsill lokali li jista' jidħol jagħmel spezzjoni u jieħu ħsieb il-proprjeta' - fil-fehma tiegħi dan huwa tajjeb - pero' m'aħniex qed nagħtuh dak id-dritt li kellu permezz tal-liġi għax permezz ta' din il-kondizzjoni kważi kważi qed inbiddlu dak id-dritt u nittrasferuh fuq il-club li jkun qed jagħmel il-kuntratt.", "Madam Speaker, huwa evidenti li x'imkien hemm xi ħaġa nieqsa għax l- affarijiet mhumiex kordinati tajjeb.", "Anke jekk irrid inkun pożittiv u ngħid li kien hemm kunsultazzjoni u kien hemm rieda tajba min-naħat kollha konċernati, pero' xorta waħda jkolli ngħid li abbażi ta' dan il-kuntratt li għandi quddiemni dik ir-rieda tajba m'hijiex qiegħda tidher u jidher biss li lill-kunsill lokali qed jitteħdulu l-poteri li kellu.", "Jien ma naħsibx li l-kunsill lokali se jibqagħlu l-istess poteri meta skond dan il- kuntratt qed ngħidu li jista' juża dik il-faċilita' għal tant ġranet fis- sena u meta qed ngħidu li jista' jidħol u jissorvelja.", "Jien nixtieq ikolli prova dwar jekk kienx hemm xi konsultazzjoni min-naħa tal-Gvern mal- kunsilli lokali dwar id-delega li qed tiġi ttrasferita minn fuq il- kunsill lokali għal fuq il-clubs konċernati.", "Jekk se nibqgħu sejrin hekk u ma nagħtux l-informazzjoni sħiħa u ma npoġġux l-affarijiet kif inhuma, b'mod li nirrispettaw ir-responsabbiltajiet li l-istess liġi tagħti, wisq nibża' li lanqas il-konċett li dan il-Gvern jemmen fih, jiġifieri ta' co- management bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali, m'hu se jiġi rrispettat.", "Madam Speaker, għalija dawn huma nuqqasijiet gravi min-naħa tal-Gvern fil-konfront tal-kunsilli lokali u nixtieq li min huwa responsabbli jirrispondi għalihom.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Madam Speaker, inti personalment ma kontx f'din il- Kamra meta l-Gvern Laburista ta' l-Onor.", "Perit Mintoff kien ressaq l-Att ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern.", "Fil-fatt ħafna mill-kollegi tagħna llum f'din il-Kamra ma kenux hawn għax mhux żgur għad fadal nofs tużżana jew tmienja minna li konna f'din il-Kamra dak inhar.", "Nistgħu liberament ngħidu li kull azzjoni li ttieħdet taħt dik il-liġi u kull mozzjoni li tressqet taħt dik il-liġi tressqu dejjem taħt l-istess parametri ffissati minnha.", "Għalhekk forsi jkun tajjeb li nfakkru ftit - din m'hijiex kwestjoni ta' memorja biss għax jien għandi esperjenza personali peress li kont hawn u għixt il-politika in prima persona dak iż- żmien kollu u saħansitra sa mill-1962 - dwar x'ġara u kif u għaliex waslu ċerti liġijiet quddiem din il-Kamra.", "Dak iż-żmien li ressqet il-liġi konna qed noqorbu għall-elezzjoni ta' Settembru ta' l-1976 u niftakar li kienet qed issir ħafna kritika mill- Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak inhar - jien kont nifforma parti minnha - għall-aġir tal-Gvern Laburista li kien iqassam postijiet tal- gvern, torrijiet, pillboxes u kmamar fil-kampanja lil kull min kien iħoss li kellu jqassamhom, mingħajr tender jew offerta, basta li tkun persuna li mad-dehra tagħha jkollha l-istess kulur ta' għajnejn il-Gvern ta' l- Onor. Perit Mintoff.", "Naturalment saret ħafna kritika - naħseb sensittiva wkoll - u biex ikun jista' jaffronta elezzjoni mingħajr din il-kritika u jaffronta elezzjoni billi jgħid li għamel xi ħaġa mhux sempliċement biex jikkontrobatti l-kritika imma biex jikkoreġi s-sitwazzjoni, il-Gvern kien ġab quddiem din il-Kamra l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern.", "Pero' ovvjament tant kienu laħqu tqassmu artijiet u postijiet, u tant kienu ngħataw concessions sa dik il-ġurnata, li meta l-Gvern kien ġie biex jagħlaq il-bieb ta' l-istalla ż-żiemel kien diġa' ħarab, kif jgħidu l- Ingliżi.", "Pero' ta' min jgħid li minn dak iż-żmien 'l hawn kull konċessjoni li ngħatat ta' art jew proprjeta' tal-gvern, dejjem ingħatat wara riżoluzzjoni li tressqet f'din il-Kamra u wara li din il-Kamra kellha l-opportunita' li tagħmel l-iskrutinju tagħha dwarha u tiddiskutiha.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-konċessjonijiet li saru fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, saru eżattament fuq il-parametri mfassla minn Gvern Laburista.", "Jiġifieri dak li għamel il-Gvern Nazzjonalista għamlu fuq l- istess mudell li kien bena l-Gvern Laburista.", "Dan qed ngħidu biex infiehem li l-konċessjonijiet dwar il-football club ta' Birkirkara, ta' Fort Chambrai u tal-Yellow Garage - dawn qajmu tant dibattitu f'din il- Kamra - saru legalment u skond il-kondizzjonijiet kollha li kien jitlob l- Att ta' l-1976.", "Anke l-konċessjonijiet ta' art li fuqha nbnew il-lukandi saru b'dak il-mod.", "Sar ħafna kliem u sar ħafna storbju fuq il-proprjeta' li għadni kif semmejt, pero' mbagħad fejn kien hemm każi ta' bdil ta' shareholding u anke ta' qligħ kbir ta' flus u ta' proprjeta' minn konċessjoni oriġinali għall-konċessjonarjii ġodda, l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien lanqas qatt ma tniffset.", "Ovvjament wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li dan kien każ ta' in odium auctoris tal-barunijiet ta' dak iż-żmien.", "Donnu li llum dawn ma nafux fejn huma imma li nafu żgur huwa li issa qed jitfaċċaw barunijiet oħra!", "Tabilħaqq wieħed irid ifakkar li meta għandek prinċipju dan ma tapplikahx selettivament.", "Jew tgħid li kulħadd għamel żball jew li ħadd m'għamel żball; jew tgħid li kulħadd hu baruni jew li ħadd m'hu baruni.", "GĦalhekk jiena ħadt din l-okkażjoni li mmur ftit lura fiż-żmien u nfakkar meta l-Partit Laburista, kemm fil-gvern u kemm mill-oppożizzjoni, ikkwalifika t-trasferiment ta' artijiet.", "Huwa wkoll importanti li nfakkru li l-konċessjoni ta' Fort Chambrai saret lill-kumpannija li fiha l-Gvern ta' Malta, permezz ta' l-MDC, kellu u għad għandu 49% ta' l-ishma.", "Voldieri aħna ma konniex qegħdin nagħtu parti mill- kultura, parti miill-arkitettura jew parti mill-istorja ta' dan il-pajjiż lil xi ħadd biex jagħmel biha li jrid.", "Il-Gvern żamm kważi kważi l- overriding powers, allavolja ma kellux il-maġġoranza tat-tmexxija, dwar l- iżvilupp ta' dak il-forti.", "Forsi wieħed jista' jaħseb hawnhekk li jekk xi darba Alla ħares qatt niġu biex inċedu l-Forti Sant Anġlu lil xi ħadd, il- Gvern għandu jżomm id-dritt u l-jedd li l-istorja ħajja ta' pajjiżna - jiġi kemm jiġi żviluppat u rranġat il-forti - ma tiġi ttrasferita jew mibjugħa lil ħadd għax din hija proprjeta' inaljenabbli.", "Jien m'iniex ngħid li din m'għandhiex tintuża b'mod aħjar, jew li m'għandhiex tingħata ħajja jew li m'għandux isir użu tajjeb minnha.", "Lanqas qed ngħid li dan ix- xogħol għandu jsir mill-Kavallieri pero' ċertament bl-ebda mod m'għandna nittrasferixxu lil terzi persuni dak li huwa verament parti mill-istorja ta' dan il-pajjiż.", "F'dan ix-xenarju li għadni kif semmejt dwar Fort Chambrai, dwar il-Yellow Garage u dwar il-football club ta' Birkirkara, li mbagħad ittrasferew parti minnu lil McDonald's, il-Partit Laburista deherlu - kif kellu dritt jagħmel - li mhux sew li min jieħu art tal-gvern għal skop partikolari, jaqbad u jittrasferiha u jaqla' minnha.", "L-Onor.", "Alfred Sant u sħabu tal- Partit Laburista kienu jgħidulna li dan mhux sewwa.", "Imma kemm hu konsistenti ma' dan il-prinċipju l-Gvern ta l-Onor.", "Sant?", "Kemm fil-fatt qiegħed iwettaq dak li wiegħed?", "Kemm qed iżomm kelmtu ma' l-elettorat?", "Meta nikkonsidraw li l-artijiet u l-bini f'Pembroke ttieħdu biex il-Partit Laburista, li kien ċeda l-headquarters tiegħu fl-interess tat-Tarzna, jużahom bħala headquarters alternattivi, u meta nafu li fil-fatt lanqas biss resaq 'l hemm, li ħalla l-proprjeta' titmermer u fil-frattemp ta lilu nnifsu l-Maċina, l-unika konklużjoni li nista' nasal għaliha hi li din kienet kollha operazzjoni finta għax fil-fatt il-Partit Laburista fil-gvern qed jikkapitalizza minnha llum u allura daħak bil-poplu.", "Jiena ngħid li dan qed jagħmlu bl-aktar mod ċiniku, bl-aktar mod biżantin u bl-aktar mod sovversiv għax filwaqt li qed jgħid lil ħaddieħor li l-prinċipji sagrosanti li tant ippriedka dwarhom għandhom jiġu mħarsa, il-każ tiegħu huwa każ speċjali u qed iġiegħel lil din il-Kamra tieħu sehem f'din il-farsa biex tillegalizza għotja ta' miljuni.", "Madam Speaker, ma jidhirlekx li partit li tant tmasħan u tant ħambaq dwar l-ispekulazzjoni ta' l-art privata u kontra l-barunijiet li kienu jagħmlu l-miljuni, issa hu wkoll qed jidħol fil-club tal-barunijiet u li sar baruni u spekulatur hu wkoll?", "Din id-domanda ma nweġibhiex jien u lanqas nippretendi li tweġiba inti imma nittama li xi ħadd jittanta jweġibha.", "Meta tkellimna dwar l-art ta' Pembroke u l-Australia Hall, smajna diversi drabi li din is-sala nħarqet u ġiet vandalizzata.", "Jiena nippretendi li min jingħata f'idejh art jew proprjeta' tal-gvern ikollu l-obbligu li jindukraha u jassiguraha kontra r-riskji ta' nirien, ta' vandaliżmu u ħsarat oħra.", "Min-naħa l-oħra nixtieq inkun naf jekk l-Australia Hall kienetx ġiet assigurata u jekk wara li sar il-ħruq fiha saritx xi claim u fejn marru l-flus?", "Hija għarukaża jekk din ma kienetx inxurjata għax meta korp ikollu f'idejh għal żmien qasir it-tħaris ta' xi ħaġa li hija tal- poplu, dan għandu jerfa' r-responsabbilta' tagħha billi jieħu ħsiebha u huwa agħar jekk wara li ħalla dan kollu jiġri għamel il-claim u tħallas minn fuqha.", "Hawn nixtieq nagħmel kumment ieħor ta' natura ġenerali.", "Irrid ngħid li l-biċċa l-kbira tal-kuntratti u tan-negozjati li saru ma' l-għaqdiet sportivi, ma' l-għaqdiet lajċi, reliġjużi u ma' l-għaqdiet filantropiċi u li qed jidhru ma' din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna, kienu lesti fis-sajf ta' l-1996.", "Skond l-informazzjoni li għandi, il- konċessjonarji ta' l-entitajiet edukattivi u volontarji li qed nitkellmu dwarhom, ħlief għal dawk ta' l-isport, lanqas kellhom negozjati ma' dan il- Gvern.", "Fil-fatt dan ix-xogħol kollu kien lest biex jiġi ppreżentat meta l- Kamra kellha terġa' tiltaqa' f'Settembru ta' l-1996 imma kif jaf kulħadd saret l-elezzjoni u ma ġara xejn.", "GĦalhekk din in-naħa tal-Kamra taqbel ma' kull m'hemm f'dawk il-kuntratti u tasal biex tawgura ħidma fejjieda akbar lill-konċessjonarji.", "F'dawn il-każi, l-Oppożizzjoni tissieħeb mal- Gvern fl-għoti ta' proprjeta' lis-Soċjeta' tal-MUSEUM, għaqda li ilha tagħmel ħafna ġid fost il-poplu; l-għoti ta' proprjeta' lill-iScouts, li żmien ilu niftakruhom emarġinati minn Gvern Laburista ta' l-imgħoddi u li wara l-1987 reġgħu ħadu r-ruħ u issa hemm change of heart u l-iscouts se jieħdu dak li kien ġie mwiegħed lilhom; il-fondazzjoni edukattiva ta' St. Michael's, kif ukoll lis-Sależjani ta' Don Bosco, komunita' li ma tħares lejn ħadd u ma tistenna xejn mingħand ħadd fil-ħidma tagħha b'risq iż- żgħażagħ.", "Jiena, li ngħix bieb u għatba ma' din il-komunita' tas- Sależjani, ili midħla tagħhom u nsegwi l-ħidma edukattiva, pastorali u soċjali tagħhom u ma nistax ħlief nifraħ.", "Iżda kont nifraħ aktar u kien jixraq aktar kieku s-Sależjani, apparti minn dritt tat-tmexxija ta' skola, ingħataw - kif qed jingħata ħaddieħor - xi titolu li jġib miegħu aktar permanenza għax ma rridux ninsew li, kien hemm min kien hemm fil-gvern, is- Sależjani dejjem taw kontribut siewi fl-interess ta' l-iżvilupp etiku u nisrani tal-ġenerazzjoni żagħżugħa.", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-konċessjoni ta' aktar art lil Ħal Ferħ Co. Ltd.", "Qabel xejn irrid infakkar li dan il-villaġġ turistiku joffri - forsi huwa l-uniku f'dan il-pajjiż - btala differenti minn bnadijiet oħra.", "M'hawnx lukanda li tista' tagħti btala simili daqskemm jista' jagħti Ħal Ferħ.", "Il-post huwa mfittex l-aktar mit-turisti Franċiżi u nemmen li jista' jkun mezz kif inħajru aktar turiżmu tas-sajf kif ukoll tax-xitwa mill-Iskandinavja.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li waħda mill-ħafna raġunijiet għaliex is-suq Franċiż mar lura din is-sena kien proprju tort tat-tmexxija ta' Ħal Ferħ minħabba is-servizz ħażin u minħabba l-kwalita' ta' manutenzjoni li tingħata f'dan l-istabiliment, li hu mmexxi minn sussidjarja ta' l-Air Malta.", "Issa din il-kumpannija se tingħata l- opportunita' u l-mezz li tiżviluppa aktar u wieħed jistenna mhux sempliċement tiċpisa żebgħa jew management tal-mument, iżda li jsir xogħol professjonali sew ta' żvilupp kif ukoll ta' staff development biex Ħal Ferħ, li huwa fil-fatt prime site, ma jkunx biss lukanda oħra iżda jkun prodott li fih innifsu jiġbed it-turiżmu ġdid lejn pajjiżna.", "Proprju f'dan ir-rigward ma nistax nifhem kif fil-high season - bejn il- 15 ta' Awissu u l-15 ta' Settembru - Ħal Ferħ se jiġi mġiegħel jakkomoda b'rata sussidjata lil kull min jiġi mibgħut mill-ministeru responsabbli miż- żgħażagħ.", "Jekk jiena għandi xi ħaġa li nista' nakkomoda lil xi ħadd fil- low season all well and good, imma meta verament ikun hemm il-laħma u meta verament nistgħu nġibu t-turiżmu li l-aktar jista' jħallas, kif nibagħtu nies bi prezzijiet sussidjati u ntellfu lill-Airmalta?", "F'dan il-kontest forsi jkun tajjeb li nistaqsi - forsi jkun hawn min jista' jagħtini tweġiba - x'beħsiebu jagħmel il-Gvern preżenti dwar il-kumpless tal-White Rocks.", "Nafu fiċ-ċert li kienet l-intenzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil- gvern li jiddisponi minn din il-proprjeta' u hemm isir żvilupp ta' lukandi u anke lok turistiku.", "Madam Speaker, tajjeb li nerġgħu nagħtu ħarsa sewwa lejn id-drafting tar-riżoluzzjoni u tal-kuntratti fejn fost ħwejjeġ oħra nsibu frażi li tgħid li \"t-titolu legali ta' l-istess proprjeta' għandu jiġi rritornat lura lill-gvern\".", "Jien din ma nistax nifhimha għaliex mhux it-titolu legali jmur lura għand il-gvern imma l-proprjeta', għax biex tingħata xi ħaġa xi ħadd irid jagħti u xi ħadd irid jirċievi.", "Il-konċett legali hu li inti tkun tlift id-drittijiet tiegħek u ipso facto u ipso jure f'dan il- każ, jew inkella skond il-konvenzjoni jew skond il-ftehim, tieħu lura dak li tkun tajt taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Jekk il-kondizzjonijiet jinkisru, il-post awtomatikament jerġa' jiġi f'idejn min ikun ikkonċedih.", "Il- Ministru qiegħed hawnhekk - fil-fatt diġa' kellimtu dwarha dal-għodu - u forsi jista' jħares ftit lejn din ir-riżoluzzjoni ħalli wara li jikkonsulta man-nies legali li jagħtuh il-pariri, jekk ikun hemm bżonn jagħmel emenda qabel ma jressaqha għall-vot.", "Jien nemmen li ċerti riżoluzzjonijiet li tressqu quddiem din il-Kamra - mhux ir- riżoluzzjonijiet kollha, għax jidher li kien hemm min irrikorra għand l- Attorney General u ħa pariri legali - verament jirrażentaw il-komiċita', mhux sempliċement għax jiċċitaw il-liġi jew għax japplikaw il-liġi ħażin imma għax lanqas biss imisshom dehru fil-forma li dehru quddiem din il- Kamra.", "Jien jidhirli li hemm affarijiet oħra li għandhom jiġu eżaminati sewwa ħalli r-riżoluzzjonijiet li jkunu se jiġu approvati minn din il- Kamra jkunu riżoluzzjonijiet li jagħmlu sens u li jkunu f'qafas legali korrett.", "Punt ieħor li jgħodd għar-riżoluzzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-art f'Ħal Ferħ hija r-riferenza - jien ngħidilha żbaljata - li hemm għas-segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ, sport, kultura u arti.", "Fl- opinjoni tiegħi din ir-riferenza ma tfisser assolutament xejn.", "Għaliex?", "Għaliex taħt dan il-Gvern, is-segretarjat parlamentari ma ġiex iddelegat bil-poter mill-ministru rispettiv.", "Is-saħħa, is-setgħa, il-firma u d- deċiżjoni, anke jekk meħudha mis-segretarjat parlamentari, trid tiġi kkonfermata, endorsed jew maqbula mal-ministru.", "Għalhekk jien inħoss li huwa żball li f'kuntratt indaħħlu kariga li għada pitgħada tista' tinbidel fl-isem jew fil-ħsieb.", "Suġġeriment li nixtieq nagħmel huwa li minflok ikollna riferenza għall-persuna li qed tokkupa l-kariga llum jidħol il- kliem il-ministeru responsabbli għaż-żgħażagħ, il-ministeru responsabbli għall-isport, eċċ., għax jien ċert li jkun min ikun fil-gvern imbagħad ikollu lil xi ħadd responsazbbli miż-żgħażagħ, mill-isport u mill-kultura taħt il-ministeru tiegħu.", "Hawnhekk hawn l-Onor.", "Sceberras Trigona li meta kien ministru ta' l-esteri kellu taħtu ż-żgħażagħ u l-kultura, jiġifieri din hija ħaġa li tinbidel skond id-deċiżjoni tal-prim ministru tal-ġurnata.", "Għalhekk li ndaħħlu kariga għal-lum bil-ħsieb li għada trid tagħmel xi ħaġa f'dik il-kariga, qisu li l-Onor.", "Membru li qed jokkupa dak il-post illum se jibqa' hemm għal ħajtu jew li l-kariga se tibqa msemmija hekk għal ħajtu, ma tagħmilx sens.", "Għalhekk nixtieq nerġa' nissuġġerixxi lill- Ministru biex jara ftit din il-ħaġa mal-legal drafters tiegħu.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-seduta hija sospiża.", "Fis-2.10 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Is-seduta titkompla.", "L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Madam Speaker, forsi serviet tajjeb li jissejjah quorum mhux biex ikolli udjenza tismagħni imma ħalli min illum ġie jarana seta' jinduna li f'dan il-Parlament ma naqbdux għonq xulxin, qisna kelb u qattus, imma nitkellmu anke ċivilment.", "Għal min qiegħed fl- istrangers gallery tajjeb li jkun jaf ukoll li f'każ li f'din il-Kamra jkun hawn inqas minn 15-il Membru, ix-xogħol parlamentari jista' jiġi sospiż.", "(Interruzzjonijet) Ladarba llum qed nitkellmu dwar ħafna istituzzjonijiet edukattivi u volontarji, naħseb li huwa importanti li jkollna l-viżitaturi, viżitaturi żgħar, ħalli b'hekk nagħtuhom opinjoni tajba ta' kif meta r- rappreżentanti tagħhom iqumu biex jitkellemu - forsi fil-futur xi waħda minn fost dawn il-viżitaturi titħajjar toħroġ għall-politika u tispiċċa f'wieħed minn dawn il-bankijiet li għandna quddiemna - jitkellmu b'mod li bih jipprovaw jipperswadu lil xulxin.", "Anke jien, dak li qed nipprova nagħmel għaliex inħoss li, ladarba l-Gvern qiegħed iressaq riżoluzzjonijiet, din il-Kamra għandha tgħaddihom skond kif tgħid il-liġi u skond kif titlob il-proċedura.", "Apparti mill-aspett politiku u apparti mill-partijiet fejn ma naqblux, jien issuġġerejt emendi kemm minħabba raġunijiet legali kif ukoll minħabba raġunijiet ta' forma.", "B'hekk il-Gvern li diġa' ġie quddiemna darba oħra għal sensiela ta' seduti - li jekk ngħodduhom flimkien naħseb li jammontaw għal 15-il ġurnata xogħol normali - u nkixef xi ftit fl-intenzjonijiet tiegħu, ma jerġax jinkixef jekk jgħaddi ċerti riżoluzzjonijiet li bil-mod kif inhuma magħmula jixhdu dilentantiżmu grass.", "Madam Speaker, issa nixtieq inkompli nagħmel riferenza għar- riżoluzzjoni li għandha x'taqsam ma' Ħal Ferħ, speċjalment il-parti li għandha x'taqsam mal-Partit Laburista.", "Fit-tieni linja għandna:", "\"Versu ċ-ċens annwu u temporanju ta' Lm2,000 fis-sena sa l-aħħar tas- sena 1998, liema tiġi l-aħħar ...\"", "Xi jfisser il-kliem \"liema tiġi l-aħħar\"?", "Tiġi l-aħħar minn xiex?", "Tiġi l- aħħar ma' min?", "Ma' min qegħdin intellqu?", "Ma' min qed nagħmlu paragun?", "Ma' min qegħdin inqabblu?", "Għalhekk jiena naħseb li huwa importanti li wieħed iħares ftit lejn dawn ir-riżoluzzjonijiet.", "Fl-istess riżoluzzjoni għandna t-tielet artiklu li jgħid:", "\"F'każ ta' ksur ta' xi waħda mill-kondizzjonijiet tal-ftehim mill- Partit Laburista, it-titolu legali ta' l-istess proprjeta' għandha tiġi rritornata lura lill-Gvern.\"", "Safejn naf jien \"titolu legali\" huwa maskili u mhux femminili u hawnhekk \"rritornata lill-Gvern\" donnu tfisser li hemm xi ħaġa femminili, pero' fl- istess ħin nerġa' ngħid dak li għidt qabel li ma tagħmilx sens legali riżoluzzjoni mfassla b'dan il-mod.", "Madam Speaker, bħal dawn l-affarijiet hawn ħafna iktar, pero' jien se nagħmel riferenza biss għal dak li hemm f'artiklu 7:", "\"Il-Partit Laburista ma jistax jissulloka, jċedi jew jidħol fi sħubija dwar it-tmexxija tal-proprjeta' in kwestjoni jew ta' xi parti minnha - ħlief għal xi faċilitajiet ta' bar jew catering u servizzi oħrajn, basta ma tinbidilx in-natura prinċipali tas-sit - mingħajr l- approvazzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti.\"", "Hawnhekk x'qed ngħidu?", "Hawnhekk qed indaħħlu dik il-klawsola li saħaq dwarha l-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni, fejn l-intenzjoni hi li ladarba tajtha lil xi ħadd biex jagħmel xi ħaġa speċifika biha, dan għandu jagħmel dik il-ħaġa biss u xejn iktar.", "Imbagħad f'dan l-istess artiklu m'aħna qed ngħidu xejn ħlief dwar it-tmexxija.", "Jekk il-Gvern verament irid - jien naħseb ġenwinament irid - li ħadd ma jispekula bil- proprjeta' tal-gvern, jien naħseb li dan m'huwiex il-mod kif għandu jiddraftja din il-klawsola.", "Jekk il-Gvern irid iserrah rasu għandu jdur fuq l-esperti legali tiegħu għax ċertament li b'hekk ikun qed iserrah l- imħuħ ta' ħafna nies.", "Jekk iħalli din il-kwestjoni in arja, dak li forsi sar bi żball, dak li seta' sar ġenwament, jibda jinftiehem li sar b'ċerta intenzjoni.", "Madam Speaker, ngħaddi issa għar-riżoluzzjoni li għandha x'taqsam mal- bini tal-General Workers' Union u m'inix se ngħid wisq dwar din il-ħaġa.", "Filwaqt li qed nagħmlu dan l-istorbju u dan il-plejtu kollu dwar kemm hu ħażin li wieħed ibiddel in-natura tal-konċessjoni, jiġifieri dwar kemm hu ħażin li wieħed jieħu biċċa art biex jagħmel xi ħaġa speċifika fuqha u mbagħad jibdilha u jaqla' l-flus minnha - mingħajr ma nitfa' dellijiet fuq il-General Workers' Union għax m'għandix għalfejn - irrid ngħid li huwa interessanti wkoll li nħarsu lejn din ir-riżoluzzjoni dwar il-bini tal- General Workers' Union.", "Sfortunatament jekk din il-Kamra kollha qed taqbel li min jieħu art jew proprjeta' tal-gvern għal xi skop għandu jużaha għal dak l-iskop speċifiku, bir-rispett kollu rrid ngħid li l-Gvern qed juri double standards.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax ir-riżoluzzjoni tgħid ċar u tond li dan il-bini u din l-art hija maħsuba u hija ntiża biex tintuża għat-tmexxija tal-General Workers' Union bħalha l-kwartieri ġenerali tagħhom.", "Issa dawn talbu u qed jingħataw il-permess li jużaw parti mill-bini li tela' s'issa biex jużawh għal skop kummerċjali, kif ukoll biex ikunu jistgħu jittrasferuh.", "(Interruzzjonijiet) Milli jidher bejn il-Labour Party u l-General Workers' Union - għal ħafna żmien qabel ma sseparaw kienu jorqdu fl-istess sodda! - għad hemm ħafna imħabba bejniethom u allura xi rigal żgħir huma ntitolati għalih ukoll.", "Issa aħna jew se nsegwu linja jew inkella ma nsegwuhiex.", "Jiġifieri wieħed ma jistax jaqbad jgħid li se jsegwi linja u joħroġ jgħajjar lil xi ħadd \"baruni\", għax ikun spekula minn fuq l-artijiet tal-gvern, mentri lil dak li jkun talab biex ibiegħ art tal-gvern li qabel ma kenitx kummerċjalment ġestibbli, meta jiġi quddiem din il-Kamra jagħtih il-permess.", "Jien naħseb li f'dawn il-każijiet il-Gvern qiegħed imexxi b'double standards.", "Madam Speaker, onestament jiena diġa' għamilt kummenti dwar il-mod dilettantesk, b'nuqqas ta' professjonalita' u xjenza legali kif ġew drafted uħud mir-riżoluzzjonijiet li tressqu quddiemna, imma waħda minn dawn ir- riżoluzzjonijiet mhux talli hija żbaljata imma hija wkoll komika.", "Naħseb li din saret minn xi ħadd li qatt ma kellu idea ta' x'ifisser drafting u qatt ma kellu idea ta' x'inhi liġi għax apparti d-dilettantiżmu jidher ukoll li fiha hemm ċerta prużunzjoni.", "Fl-istess ħin, din ir-riżoluzzjoni tikxef l-iskopijiet veri tal-Gvern, jiġifieri l-iskop li juża l-isport bħala staffa għalih innifsu.", "Biss qabel ngħaddi għall-provi ta' dan kollu li semmejt, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar dak li qal il-Ministru Buhagiar fl- introduzzjoni għal din ir-riżoluzzjoni u xi ħaġa dwar dak li ntqal fir- rigward ta' l-isport.", "Dwar ir-riżoluzzjoni li titkellem dwar l-għoti ta' faċilitajiet sportivi, l-Onor.", "Buhagiar qal li din kienet imwiegħda għal ħafna snin imma qatt ma sar xejn dwarha.", "Hawnhekk nixtieq nikkorreġih.", "L-ewwel darba li ntalbu proprjetajiet jew artijiet għal xi tip ta' sport, kemm mill-għaqdiet sportivi kollha kif ukoll mill-clubs, kien fl-1995.", "Fil-fatt fil-policy li kont fassalt jien konna għidna li kull min jixtieq xi proprejta' għal dan ir-rigward aħna konna lesti li nikkonsidraw it-talba tiegħu.", "Irrid ngħid ukoll li jiena ma sibt imkien fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista xi wegħda li lill-clubs u lill-assoċjazzjonijiet se jgħaddilhom xi impjanti sportivi.", "Allura jiena naraha daqsxejn nonsensical li l-Onor.", "Joe Cilia jiġi hawnhekk jgħid li huma jżommu l-wegħdiet tagħhom.", "Ma rridx infisser li l-Gvern qed jagħmel ħażin li jgħaddi dawn l-impjanti, dawn il- faċilitajiet u dawn il-grounds lill-clubs tal-waterpolo u anke tal-football imma deherli li l-Onor.", "Cilia kellu jkun sinċier fuq din il-kwestjoni mhux biss miegħu nnifsu imma ma' kulħadd.", "Imma qed nieħu pjaċir li l-Gvern Laburista b'mod jew ieħor - iktar tard nispjega għaliex qed ngħid hekk - qed jieħu u jagħmel tiegħu politika mmexxija mill-Gvern Nazzjonalista.", "Madam Speaker, illum irrid nuri lil din il-Kamra u lil dawk kollha li qegħdin jisimgħuna minn fuq il-mezzi tax-xandir kemm vera jsiru żbalji meta wieħed jagħmel xi ħaġa u ma jagħmilhiex bi preparazzjoni.", "Apparti li din ir-riżoluzzjoni, bil-mod kif inkitbet, turi dilettantiżmu u prużunzjoni, turi wkoll li l-Gvern qiegħed jagħmel użu minn din il-mossa mhux għax iħobb l-isport imma għax irid juża l-isport u l-volontarjat bħala staffa għalih innifsu.", "Ħalli nħarsu mela lejn din ir-riżoluzzjoni fil-partijiet kollha tagħha.", "Il-bidu ta' din ir-riżoluzzjoni jgħid:", "\"Billi l-Gvern u l-Kunsill Malti għall-Isport huma tal-fehma ... \"", "Issa, skond kif jien informat, il-Kunsill Malti għall-Isport ftit li xejn kellu x'jaqsam f'din il-biċċa xogħol.", "Veru li kien hemm xi uffiċjali tiegħu mdaħħlin imma ċertament li bħala kunsill ma kellhomx xi deċiżjonijiet kbar f'dan ir-rigward.", "Mela ejjew ngħidu li l-Gvern biss huwa ta' din il-fehma.", "Din ir-riżoluzzjoni tkompli hekk:", "\"... illi l-artijiet u l-proprjetajiet li jinsabu diskretament immexxija tajjeb ...\"", "Mela kemm sirna kbar biex niddeċiedu li xi ħaġa hija mmexxija \"diskretament tajjeb\"!", "X'inhuma l-benchmarks li l-Gvern juża' biex jara jekk ground tal- football, per eżempju, huwiex immexxi tajjeb jew ħażin u jekk huwiex miżmum tajjeb jew ħażin?", "Xi tfisser din il-frażi \"diskretament tajjeb\"?", "Għal din ukoll kont qed nirriferi meta qabel għidt li din ir-riżoluzzjoni hija wkoll komika.", "Din ir-riżoluzzjoni tkompli sejra hekk:", "\"... mill-għaqdiet sportivi nazzjonali u mill-clubs tagħhom ...\".", "Imma min qed jgħid li l-clubs huma kollha affiljati ma' l-għaqdiet nazzjonali?", "Mela skond il-Gvern u skond il-Kunsill Malti għall-Isport, li nfakkar li waqqaftu jien, fassaltu jien u anke għamilt l-istatut tiegħu jien:", "\" ... dawn għandhom jingħataw titolu legali fuq l-istess artijiet u proprjetajiet li jagħmlu użu minnhom;\".", "Hawnhekk irrid inkun ċar.", "Fuq dan il-prinċipju aħna naqblu u fil-fatt dan kien imdaħħal fir-riżoluzzjoni li konna ressaqna fis-sajf ta' l-1996, li kellha tiġi diskussa f'Settembru 1996 iżda mbagħad kellna l-elezzjoni.", "Paragrafu ieħor jibda hekk:", "\"Billi l-Gvern Laburista wera kemm-il darba r-rieda tiegħu .....\".", "Madam Speaker, hawnhekk qegħdin f'istituzzjoni nazzjonali u mhux qegħdin nitkellmu f'ambitu ta' partit.", "U jekk il-Gvern ħaqqu l-prosit imissu jħalli lil ħaddieħor jagħtihulu.", "Anke l-Oppożizzjoni tista' tagħih prosit jekk jagħmel xi ħaġa tajba imma mhux meta huwa stess qed jgħid kemm huwa ħanin, kemm huwa bravu, kemm jieħu pjaċir bl-isport u kemm jgħin lill- isport!", "Allura jiena ngħid li verament waqajna fil-baxx u waqajna għall- komiċita'.", "Din ir-riżoluzzjoni tkompli:", "\" ... li jgħin lill-għaqdiet sportivi f'pajjiżna, mhux biss bil-kliem iżda bil-fatti, ......\",", "Pero', kif għidt qabel, il-Gvern Laburista qatt ma wera din ir-rieda.", "Veru li ma qalx li ma jridx jgħin imma lanqas qal li jixtieq jgħin jew li għandu xi politika li jittrasferixxi dawn il-proprjetajiet lill-clubs tal- football, tal-waterpolo u ta' xi sport ieħor.", "U hawnhekk qed jgħid li din ir-rieda mhux biss uriha bil-kliem iżda bil-fatti.", "Ċertament li bil-kliem ma wriha qatt jekk mhux b'lip service!", "Meta niġu għall-fatti naraw li l- Gvern qed juża mezz li mhux se jasal għalih u aktar 'il quddiem beħsiebni nispjega għaliex qed jagħmel dan u nagħmel suġġerimenti biex dan ma jiġrix.", "Jien nixtieq li dawn l-impjanti, dawn il-grounds u dawn il-waterpolo pitches jiġu ttrasferiti lil xi ħadd biex imexxihom.", "Fil-fatt dan kien l- iskop tal-politika li fassalt jiena għar-rigward ta' l-isport għaliex dawn l-affarijiet għandhom jiġu mmexxija, mħaddma u anke deċiżi mill-istess sportivi u mhux mill-Istat.", "Din ir-riżoluzzjoni tkompli:", "\".... filwaqt li jirrispetta l-awtonomija u l-identita' ta' l-istess għaqdiet sportivi.\".", "Imma, Madam Speaker, din id-dikjarazzjoni m'hijiex bżonjuża f'dan il- Parlament.", "Qed jingħad ukoll f'din ir-riżoluzzjoni:", "\"Billi l-Gvern iħoss ...\"", "- issa m'għadux Gvern Laburista! -", "\"..... illi għandu jirrikonoxxi r-rwol soċjali siewi li qegħdin jaqdu l-għaqdiet sportivi fil-gżejjer tagħna, immexxija tista' tgħid kważi kollha minn voluntiera li jagħtu kważi l-ħin ħieles tagħhom kollu biex jorganizzaw l-isport għaċ-ċittadini ta' pajjiżna ... \"", "Jiena ngħid, Madam Speaker, li huwa tajjeb li wieħed ifaħħar u jirrikonoxxi kemm hu siewi l-volontarjat fl-isport u huwa tajjeb li wieħed isellem lil dawk in-nies li jagħtu ħinhom, flushom u l-enerġija tagħhom għall-isport.", "Imma din għandna ndaħħluha f'riżoluzzjoni tal-Parlament?", "Jien naqbel ma' dawn is-sentimenti kollha u nippretendi li kull membru ta' din il-Kamra u mhux biss il-Gvern Laburista għandu dawn is-sentimenti imma jiena nistieden lis-Sinjorija Tiegħek, u lill-membri ta' din il-Kamra biex jaraw kif kienet ġiet abbozzata r-riżoluzzjoni li ressaqna fis-sajf ta' l-1996 u jsibu li din ma fiha xejn minn dawn il-ħmerijiet, għalkemm kienu l-istess intenzjonijiet li wassluna biex nippreżentawha hawnhekk.", "Din ir-riżoluzzjoni tkompli hekk:", "\"Billi hija x-xewqa tal-Gvern Laburista illi l-għaqdiet sportivi jħossuhom verament responsabbli tal-premises tagħhom li jkunu fdati f'idejhom... \"", "Imma x'irridu ngħidu biha \"iħossuhom verament responsabbli tal-premises tagħhom\"?", "U possibbli li qegħdin fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u ma nafux insibu kelma oħra bil-Malti għall-kelma \"premises\"!", "Kien hemm bżonn li tintuża l-kelma \"premises\"?", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dan huwa dilettantiżmu komiku.", "U xi tfisser li \"hija x-xewqa tal-Gvern li l- għaqdiet sportivi jħossuhom verament responsabbli tal-premises tagħhom\"?", "Il-Gvern imissu sempliċement jgħid li jixtieq jagħti dawn il-premises għaliex jirrikonoxxi s-siwi ta' dawn l-għaqdiet volontarji, imma bil-mod kif inhi miktuba verament tagħti x'tifhem li nkitbet minn xi dilettant.", "Hawn il-Gvern qed jgħid ukoll - allavolja hija non sequitur - li:", "\" dawn ma jistgħux jibqgħu ma jħallsu xejn ta' l-użu tagħhom sakemm jinqala' l-bżonn tal-manutenzjoni u fl-istess waqt jibqgħu bla drittijiet u responsabbiltajiet fuq l-istess artijiet jew proprjetajiet;\"", "L-ewwelnett jiena ngħid li min kiteb din ir-riżoluzzjoni qabel ma ressaqha hawnhekk imissu għaddiha ftit lil xi ħadd li jaf il-Malti għaliex l-iżbalji tal-grammatika u ta' l-ortografija qed iwaqqgħu għaċ-ċajt kemm lilu u kif ukoll lil min ippreżentaha.", "Jien naf li m'huwiex il-Ministru Buhagiar li kitibha għax huwa ppreżentha bill-mod kif tawhielu.", "Imma għandu jkun hawn ftit serjeta' f'dan il-Parlament, Madam Speaker.", "Jien nieħu pjaċir nisma' lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni jisħaq li rridu ntejbu l-livell fil-lingwi imma mhux imbagħad niġu f'dan il-Parlament u ministru responsabbli ta' dan il-Gvern jippreżenta riżoluzzjoni bil-lingwa tiegħu li lanqas tagħmel sens, riżoluzzjoni miktuba b'Malti ħażin, sew grammatikament u sew ortografikament.", "Kieku jiena flok il-Ministru Bartolo, tabilħaqq kont inħabbel rasi li sħabi jew ta' madwarhom qed jagħmlu dawn il-ħmerijiet.", "Allura kif jippretendi li t-tfal ta' l-iskola jitkellmu Ingliż aħjar, Taljan aħjar, Franċiż aħjar, Ġermaniż aħjar u almenu Malti tajjeb!", "Meta l- affarijiet isiru bl-għaġġla, mingħajr ebda riferenza u mingħajr pariri legali, dawn il-ħmerijiet tista' tistenna.", "Din ir-riżoluzzjoni tkompli tgħid hekk:", "\"Billi biex l-għaqdiet sportivi jkunu jistgħu jinvestu, isebbħu u jtejbu l-faċilitajiet sportivi li jagħmlu użu minnhom għall-prattika aħjar ta' l-isport f'pajjiżna, jekk sal-lum dawn ikunu jixtiequ jisselfu mill-banek ...\"", "Dawn x'affarijiet huma!", "Mela aħna qed ngħaddu dawn l-impjanti sportivi biex il-clubs tal-waterpolo u l-clubs tal-football ikunu jistgħu jmorru l- bank u jissellfu fuq il-proprjeta' tagħhom?", "Veru li dawn l-affarijiet jistgħu jagħmluhom imma aħna għal dik ir-raġuni qed nagħtuhom dik il- proprjeta'?", "Jew għaliex tabilħaqq nirrikonoxxu s-siwi volontarju u għax verament dan il-pajjiż jixtieq li l-isport imur 'il quddiem?", "Mela f'riżoluzzjoni għandna ndaħħlu dawn il-ħafna ħmerijiet?", "Kieku jitkellem xi ħadd u juża dan il-kliem ngħid li qed jiġġustifika ħafna mir-raġunijiet u mill-vantaġġi li jistgħu joħorġu minn min jieħu biċċa art biex jista' jiżviluppaha u jibniha aħjar, imma ċertament dan id-diskors ma tagħmlux f'riżoluzzjoni.", "Din ir-riżoluzzjoni tkompli tgħid hekk:", "\"... u peress illi dan qed iżomm lura l-iżvilupp ta' l-infrastruttura sportiva f'pajjiżna u joħloq diffikultajiet kbar lill-istess għaqdiet sportivi għax ma jkollhom l-ebda titolu fuq l-istess infrastruttura; ...\"", "Madam Speaker, dawn huma affarijiet tad-daħk - u fl-istess ħin tal-biki - għax hawnhekk m'aħniex qegħdin f'xi każin tal-banda jew tal-football, fejn issib ħafna volontarji li ma tantx ikunu jafu skola, imma qegħdin fl-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż.", "Meta tkun ippreżentat b'dokument bħal dan tistħi għal min kellu ta' bilfors jippreżentah.", "Dan d-dokument ikompli jgħid hekk:", "\"Billi l-piż finanzjarju ta' l-għaqdiet sportivi u l-clubs huwa kbira ħafna...\" , So what?", "Din nafuha.", "Din għidha fid-diskors mela f'riżoluzzjoni!", "U jkompli hekk:", "\"... l-ammont ta' ħlas bħala ċens li l-Gvern għandu jitlob mingħand l- istess m'għandux ikun tali li nkomplu nżidu l-piż finanzjarju fuqhom b'mod li ma jifilħux għalih\".", "Veru hekk għandhom isiru dawn l-affarijiet u wieħed għandu jissussidjahom imma din għidha f'diskors u mhux f'riżoluzzjoni.", "Issa - dan il-punt forsi niddiskutuh ukoll - min qed jiddeċiedi kemm jiflaħ club u kemm jiflaħ ieħor?", "Dawn id-deċiżjonijiet marru quddiem il-Kunsill Malti għall-iSport?", "Jiena ngħid li ma marrux.", "Jiena tkellimt ma' nies u qaluli li ddiskutew kollox ma' uffiċċjal mill-Kunsill Malti għall-iSport u waslu f'kollox miegħu.", "Imma dan huwa żball Madam Speaker.", "Huwa żball mhux għax tkellmu ma' wieħed imma għax meta inti ddaħħal element ta' diskrezzjoni, ta' bniedem miskin, jew inkella element li lil wieħed nistgħu ngħinuh tant u lill-ieħor ma nistgħux ngħinuh daqstant, tkun qed tagħmel l-ikbar żball għax għandu jkollok parametri stretti.", "Trid tara x'għajnuna tajt qabel, l-investiment li sar, l-outstanding payments u m'għandekx toqgħod tara jekk wieħed huwiex minn Ħal Safi u l-ieħor huwiex minn Kerċem, jew jekk wieħed huwiex mill-Mellieħa u l-ieħor huwiex minn tas- Sliema.", "It-team ta' Marsascala għadu kif rebaħ il-kampjonat tal-waterpolo għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu.", "Allura lit-team ta' Marsascala m'għandekx tqiegħdu fuq l-istess bażi bħat-team ta' Tas-Sliema?", "U lit-team ta' San Ġiljan, li issa qiegħed second, m'għandekx tikkonsidrah fuq l- istess bażi ma' Marsascala?", "Trid tagħmel parametru wieħed għal kulħadd u mhux tmur tinnegozja direttament billi lil wieħed tagħtih Lm100, lill-ieħor Lm200, lill-ieħor Lm250, lill-ieħor Lm300 u lill-ieħor Lm2,000.", "Lili għadu ħadd ma rnexxielu jilluminani dwar kif waslu għal dawn il-figuri.", "Lanqas meta tkellem l-Onor.", "Cilia hawnhekk ma ta spjegazzjoni lil ħadd dwar kif waslu għal dawn il-figuri.", "Issa jiena la qed ngħid li huma għoljin ħafna u lanqas qed ngħid li huma baxxi ħafna imma ċertament qed ngħid li m'huwiex il-mod kif tasal għal dawn l-affarijiet.", "Meta inti għandek xi ħaġa li qed tamministraha, trid tamministraha serjament u trid tneħħi l- element diskrezzjonali.", "Ir-riżoluzzjoni tkompli tgħid hekk:", "\"Billi l-Gvern jixtieq li jitwaqqaf fond speċjali msejjaħ sports fund mid-dħul li jkollu minnn dawn iċ-ċnus jew kirjiet li jkun amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport għall-għajnuna lill-istess qasam sportiv; ...\"", "Madam Speaker, x'qegħdin nagħmlu hawnhekk?", "Hawnhekk qed nagħtu b'ċens biss; u allura kif daħal il-konċett tal-kiri?", "Min kiteb din ir- riżoluzzjoni lanqas biss ħa l-briga li jara l-istatut tal-Kunsill Malti għall-iSport.", "Il-Kunsill Malti għall-iSport - dawn l-affarijiet nafhom għax ktibhom jien di proprio pugno, fassalthom jien, ressaqthom quddiem din il-Kamra u kont bgħatt kopja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' allura - lanqas m'għandu poter li jamministra flus jew xi sports fund.", "Dawn huma l- affarijiet li jġibulna d-dilettantiżmu.", "Lanqas preparazzjoni ma kellna hawnhekk Madam Speaker.", "Allura meta qed inkompli nitkellem dwar dan nixtieq nagħmel appell għas-serjeta'.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar l-isport qisu xi ħaġa ħafifa għax l-isport huwa serjeta' u nistgħu nagħmlu ħafna affarijiet bl-isport.", "Anke meta niġu quddiem din il-Kamra u ngħidu li se ngħaddu dawn il-faċilitajiet sportivi lill-għaqdiet, lill-clubs u lill-assoċjazzjonijiet, dan għandna nagħmluh b'mod serju.", "Imbagħad tkompli tgħid:", "\"Għaldaqstant il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni jipproponi din ir-riżoluzzjoni lill-Kamra tad-Deputati ......\"", "- wara dawk il-premessi komiċi u dilettanteski kollha -", "\"Billi hija l-politika tal-Gvern li jippromwovi l-isport fuq kull livell u li jgħin lill-għaqdiet u lill-clubs sportivi, il-Gvern tar- Repubblika ta' Malta beħsiebu jgħaddi b'titolu ta' ċens temporanju l- artijiet, ossia l-proprjetajiet deskritti fl-abbozzi ta' ftehim relattivi li qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, għall-perijodu u biċ-ċens u taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozzi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra\";", "Kieku l-Ministru għax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni għamel din il-proposta bl- ebda mod ma kont nikkritikah, imma xi ħadd għamillu dawk il-ħafna ħmerijiet ta' premessi - li kelli l-isfortuna li naqra u nikkummenta dwarhom f'din il- Kamra - u dan ippreżentahom għax ippretenda li sieħbu, jew l-advisers ta' sieħbu, kienu għamlu xi ħaġa serja meta fil-verita' m'għamlu ħaġa serja xejn.", "Jiena qed nitkellem fit-tul dwar dan għax huwa importanti li qabel xejn inxejjen dik il-kritika li ilha ġejja minn żmien il-brodu - din bdiet miexja fl-1995 u issa qegħdin fl-1997 - u nieħu pjaċir ukoll ngħid li dan li llum qed jagħmel il-Gvern huwa on the same lines, biex ma ngħidx l- istess, ta' dak li konna fassalna aħna.", "Pero' se ngħid ukoll x'kienet l- istruttura li aħna konna fassalna u ppjanajna biex l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Hawnhekk għandi kopja tar-riżoluzzjoni li kienet ġiet ippreżentata minn sieħbi l-Onor.", "Zammit Dimech - li kien responsabbli mill-artijiet u allura kien id-dmir tiegħu li jressaqha quddiem din il-Kamra - fejn aħna lestejna dik li tissejjaħ an enabling resolution.", "Issa x'qed jiġri hawnhekk?", "Il- Gvern ġab quddiemna pakkett ta' riżoluzzjonijiet għal ħafna kuntratti.", "Aħna konna ppreparajna riżoluzzjoni waħda, li tagħti l-jedd lill-Gvern li ma jkollux il-bżonn li għal kull ħaġa żgħira, għal kull tennis court, għal kull pitch tal-boċċi jew għal kull impjant sportiv ieħor jerġa' jiġi quddiem din il-Kamra, imma waqqafna struttura li fiha jkun hemm rappreżentati kemm il-Gvern, kemm l-Oppożizzjoni, kif ukoll l- assoċjazzjonijiet sportivi u l-kunsilli lokali li jkunu jistgħu jagħmlu monitoring biex jaraw li l-affarijiet ikunu qed isiru bis-serjeta'.", "F'din l-istruttura daħħalna wkoll lir-rappreżentanti tal-poplu biex jekk membru parlamentari jħoss li l-affarijiet mhumiex sejrin tajjeb, ikun jista' jiġi hawnhekk u jikxef il-ħmerijiet jew l-iżbalji li jkunu qed isiru f'dawk il- kunsilli.", "Sur President, l-ewwel ħaġa li għamilna kien li fl-1995 waqqafna l- Kunsill Malti għall-Isport u niftakar li kont ktibt lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien biex jipproponi lil xi ħadd bħala membru u fil-fatt kien ippropona lill-Onor.", "Joe Cilia.", "Il-Kunsill Malti għall- Isport huwa kunsill konsultattiv li xogħlu huwa li jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-ministru responsabbli mill-isport għal dik li hija politika sportiva li wieħed għandu jimxi biha.", "Din għamilniha by all party, fis-sens li ridna nagħtu vuċi lil kulmin jinteressa ruħu fl-isport u għalhekk daħħalna lill-Kumitat Olimpiku Malti, daħħalna lill-ġurnalisti sportivi, daħħalna wkoll lill-kunsilli lokali u daħħalna ħafna vuċijiet li jistgħu jagħtu kontribut għat-tmexxija u għat-tfassil ta' politika sportiva.", "Pero' mbagħad m'għamilniex dak biss.", "Fis-27 ta' Frar ta' l-1996 waqqafna l-Fondazzjoni Sport, li hija responsabbli mill-amministrazzjoni tal-flus.", "Dakinhar kont dehert quddiem in-Nutar tal-Gvern u kkostitwejt il-Fondazzjoni Maltija għall-Isport.", "Il- ħsieb kien li l-flus li jidħlu mill-kirjiet u mid-donations u minn xi endowment jitmexxew minn din il-fondazzjoni.", "Aħna għamilna hekk apposta biex min qed jagħti pariri dwar l-isport joqgħod għal dawk il-pariri u min irid jara l-ħteġijiet infrastrutturali, il-ħteġijiet reġjonali u l- ħteġijiet partikolari, jitkellem mal-Fondazzjoni Sport.", "Imma hawnhekk x'qed nagħmlu?", "Hawnhekk donnhom qatt ma semgħu b'din il-Fondazzjoni Sport.", "Jiena niftakar li kont ktibt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien meta twaqqfet il-fondazzjoni - kont poġġejt kopja ta' dik l-ittra fuq il- Mejda tal-Kamra - u kont stedintu biex jagħmel nomina - kif kien innomina lill-Onor.", "Cilia fuq il-Kunsill Malti għall-Isport - pero' qatt ma rċevejt risposta u fil-fatt kont erġajt ktibtlu t-tieni darba.", "Min-naħa tiegħi jien kont innominajt persuna u kont għamiltha ċara li jekk xi ħadd ma jressaqx nomina ma jfissirx li l-fondazzjoni ma tistax timxi.", "Għax l-iktar ħaġa faċli li tagħmel fil-politika hija li tagħmel l-ostruzzjoni billi ma tinnominax.", "Jien qgħadt attent li ma nsibx ruħi f'sitwazzzjoni fejn xi ħadd ma jippropponilix u ma nkunx nista' niċċaqlaq.", "Allura meta ressaqna r- riżoluzzjoni tagħna fis-sajf ta' l-1996 urejna x'konna se nagħmlu.", "Aħna konna ddeċidejna li l-artijiet u l-faċilitajiet jistgħu jingħataw sew b'ċens temporanju, sew b'kirja, kif ukoll b'encroachment.", "Meta wieħed iħares lejn l-enclosures jew lejn l-attachments li kien hemm ma' dik ir- riżoluzzjoni, isib li kien hemm ħafna raġunijiet għaliex uħud ingħataw b'encroachment, uħud b'kirja u uħud b'ċens.", "Waħda minn dawn ir-raġunijiet kienet li dak li jkun jagħżel hu.", "Pero' daħħalna wkoll lill-kunsilli lokali biex inkomplu nuru dejjem iktar u iktar it-twemmin tagħna dwar l-effikaċja u s-siwi tagħhom.", "Lil dawn daħħalnihom mhux biss għaliex il-liġi kienet tgħid hekk, mhux biss għaliex konna nemmnu hekk, imma għax kien importanti u kien jaqbel li nagħmlu hekk.", "Għax meta inti għandek xi ħaġa li s-sede tagħha hija ċċentralizzata - ngħidu aħna, fil-Belt - u m'hemm ħadd min iħares l-interessi tal-postijiet u l-irħula l-oħra tal-pajjiż, allura jistgħu jiġru affarijiet li ma jkunux mixtieqa, fejn forsi dak li jkun jaħseb li l-affarijiet qed isiru tajjeb mentri ma jkunux u dawn ma tarahomx għaliex ma jkunux taħt għajnejk.", "Aħna ridna li jkun hemm xi ħadd on site.", "L-iskop tagħna ma kienx li sempliċement nagħtu l-amministrazzjoni tal-clubs u tal-grounds f'idejn il- kunsilli lokali, imma ridna li dawn jaraw li l-kondizzjonijiet tal-kuntratt bejn id-Dipartiment ta' l-Artijiet, il-Fondazzjoni ta' l-Isport, il-clubs u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali jiġu mħarsa u mħaddma tajjeb.", "Fil-fatt għalhekk għamilna li l-kunsilli lokali jieħdu 20% tad-dħul tal-kera minħabba l-inkwiet żejjed li jiffaċċaw biex jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Issa kif kulħadd jaf, il-kunsill lokali m'humiex awtorizzati li jagħmlu fund raising.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma jistgħux.", "Imma kien importanti li jkollhom ftit iktar fondi u dawn kellhom jiġu miċ-ċitazzjonijiet li jitħallsu minn min ikun kiser il-liġi.", "Anke t-tribunal - qed ngħid għal dawk il-crimes li kellna l-ħsieb li niddepenalizzaw - ukoll kien se jkun f'idejhom.", "Fil-fatt aħna ridna li nagħtu high profile lill-kunsilli lokali.", "Aħna m'għidniex li għandu jkun is-sindku li jgħid x'għandu jsir fil-club tal-lokal.", "Le, aħna mhux hekk għidna imma għidna li fil-laqgħa ġenerali tal-club tal-football, tal-waterpolo, tat-tennis, hu x'inhu, għandu jiġi mistieden is-sindku biex ikun jaf x'qed jiġri għaliex din hija parti mill-ħajja soċjali tal-lokal.", "Aħna konna għidna wkoll li l-kunsill lokali jkun jista' jagħmel użu minn dak l-impjant jew minn dik il-faċilita'.", "Veru li hawnhekk ukoll daħħluha imma hawnhekk qed isemmu 15-il ġurnata.", "Sur President, dawn lanqas qagħdu jaħsbu biex jagħmlu l-modalita' kif jistgħu jimplimentawha din.", "Aħna veru konna tajnihom sitt ijiem imma sitt ijiem minn sebgħa għall-kunsill m'humiex ftit.", "Pero' aħna qgħadna attenti wkoll li mhux ikun hemm xi club li jkollu xi programmi għaddejjin imbagħad minn ġurnata għall- oħra jitfaċċa l-kunsill u jgħid: Għada l-ground irrid nużah jien.", "Aħna niżżilniha bħala kondizzjoni li l-kunsill lokali jrid jagħti advance notice ta' erba' ġimgħat biex seta' juża dik il-faċilita'.", "Sur President, allura jiena nerġa' ngħid: Li kieku segwejna din il- linja, ma kenitx tkun iktar attendibbli u aktar strutturalment preċiża minn dik li qed insegwu issa?", "Jaħasra konna diġa' lestejna ħafna xogħol!", "Għaliex meta tiġi biex tagħmel inventarju tal-faċilitajiet sportivi kollha li jeżistu u tkun taf li forsi partijiet qegħdin fuq art tal-gvern, biċċa iva u biċċa le, li xi faċilita' minnhom qiegħda ħdejn is-swar - u ovvjament is-swar mhux se tiddisponi minnhom - u tkun taf liema huma dawk il- postijiet li qegħdin b'encroachment, liema huma dawk il-postijiet li qegħdin f'area fejn hemm ċerti problemi, eċċ ....", "Aħna għamilniha b'tali mod li b'riżoluzzjoni waħda jista' jsir kollox, kemm għal dak li kien jeżisti diġa', kif ukoll għal dawk li huma futuri.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Refalo jkompli jinstema'?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nipproponi li l-Onor.", "Refalo jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Refalo jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Sur President, ma ppretendejtx li se nieħu daqshekk fit- tul pero' qabel nagħlaq xtaqt nistaqsi dwar ċerti proprjetajiet li ma jidhrux f'din il-lista.", "Hawnhekk għandna lista ta' 25 faċilita' sportiva, inkluż il-pitches tal-waterpolo.", "Issa, kif kulħadd jaf, il-pitch tal- waterpolo tal-Belt mhux se jingħata qabel ma jsiru t-tiswijiet u nearer home skond kif smajt, anke sar ftehim biex parti minn Manoel Island tiġi żviluppata bħala ground tal-football għan-nies tal-Gżira.", "Issa ladarba dan il-ftehim huwa sod ma nafx għaliex il-club tal-Gżira ma jingħatax il-jedd li jieħu dik l-art b'ċens.", "Nixtieq nistaqsi wkoll għaliex clubs bħal dak ta' Pembroke, tal-Melita u ta' Tas-Sliema m'humiex se jingħataw l- opportunita' li jieħdu l-art b'ċens meta kulħadd għandu l-jedd li jkollu l-ground tiegħu u meta hawn għandna li min 'il quddiem jitlob li jieħu over xi faċilita' sportiva, tkun tista' tintlaqa t-talba tiegħu basta jkun lest li wara jieħu ħsieb l-affarijiet fdati f'idejh.", "Fil-każ tal-club ta' Tas-Sliema jista' jkun li hemm xi problema, fis-sens li parti minnu jista' jintlaqat mill-iżvilupp ta' Tigne', imma dwar il-clubs ta' Pembroke u tal- Melita ma nafx li hemm xi problema.", "Sur President, jien diġa' għamilt riferenza għal darba darbtejn, u anke iktar, għar-riżoluzzjoni li kien ressaq il-Gvern Nazzjonalista quddiem din il-Kamra u nista' ngħid li dik ma kenitx limitata biss għal football grounds u għal waterpolo pitches, kif għandna f'din ir-riżoluzzjoni ta' quddiemna.", "Li nixtieq inkun naf huwa għaliex donnu ħadd ma nteressa ruħu, per eżempju, fil-clubs tat-tennis, tal-boċċi, tal-basketball, tal-judo, ta' l-archery u ta' sport ieħor.", "Dawn lkoll jaqgħu taħt il-kategorija ta' l- isport u ħafna minnhom m'għadhomx minor sports għax kibru u kibru sew u għalhekk ikun importanti li lil dawn nagħtuhom ukoll id-dritt li, jekk iridu, ikollhom il-proprjeta' tagħhom b'ċens, b'kera jew inkella b'encroachment.", "Fil-fatt fuq hekk titkellem din ir-riżoluzzjoni u anke tgħid, fi kliem infeliċi li biha ġiet premessa r-riżoluzzjoni, li \"jħossuhom responsabbli tal-proprjeta' li tkun fdata lilhom\".", "Sur President, żewġ punti oħa li rrid nagħmel jirrigwardaw il-car racing track ta' Ħal Far, li xejn ma tkellimna dwarha.", "Naf li hemm xi diżgwid ma' l-MDC fuq din u għalhekk ikun tajjeb li nitkellmu ċar.", "Jekk inħarsu daqsxejn lura nsibu li minn Malta marru madwar 500 ruħ biex jaraw it- tellieqa tal-karozzi tal-Formula One f'Jerez de la Frontera, allavolja kien hawn min qal li m'hawnx interess għal dan it-tip ta' sport.", "Min jaf kemm eluf oħra segwew b'interess kbir it-tellieqa minn fuq it-television.", "Hawn ħafna dilettanti għax dan l-isport huwa popolarissimu u jekk nindukrawh sewwa jista' anke jkollna mpjanti tajbin għall-Formula Three, liema inizjattiva tista' tkun ta' attrazzjoni għal aktar turiżmu, speċjalment fix- xitwa u fix-shoulder months.", "Għalhekk nisħaq fuq din l-importanza li tinbena din it-track imma mhux a spejjeż tal-gvern.", "Meta jien kont responsabbli għall-isport kelli iktar minn proposta waħda minn min ried jibni track f'Ħal Far u joħroġ il-flus hu.", "Dawn in-nies huma tant dilettanti li abbinaw ruħhom ma' ħafna kumpanniji li għandhom x'jaqsmu ma' dawn it-tlielaq tal-karozzi u nista' liberament ngħid li jekk sponsorship huwa diffiċli għall-club tal-boċċi, żgur li għall-club tat-tlielaq tal- karozzi m'huwiex daqstant diffiċli.", "Għalhekk nerġa' nitlob lill-Gvern biex jekk jista' jkun jgħin ukoll lil dan il-qasam u lill-assoċjazzjoni tat- tlielaq tal-karozzi jikkonċedilha racing track f'Ħal Far.", "Sur President, ladarba qed nitkellmu fuq il-korsa tal-karozzi, ikun importanti wkoll li nitkellmu fuq il-korsa taż-żwiemel - kemm dik ta' Għawdex kif ukoll dik ta' Malta, it-tnejn jintużaw ħafna u huma popolari immens - u peress li kont ukoll responsabbli għal din il-korsa, naf kemm hemm dilettanti li jaħdmu bla heda u saħansitra anke joħorġu l-flus mill- but biex jipprovaw iġibu l-korsa up to scratch u sa l-elezzjoni li għaddiet kienet saret verament korsa ħafna aħjar milli qatt kienet.", "Fil-fatt kienu ġabu anke esperti minn barra u nefqu ħafna flejjes u addio dak iż-żmien li l-gvern kien jiġri warajhom biex iħallsu lil xi kuntrattur.", "Dawn kienu nies li ġew b'wiċċhom minn quddiem biex jgħinu ruħhom għall-isport li tant iħobbu.", "(Interruzzjonijiet) Issa una volta r-racing track tinżamm fi stat tajjeb u anke tkun amministrata tajjeb, allura skond din ir-riżoluzzjoni m'hemmx għalfejn li tkun amministrata mill-gvern imma \"min-nies li jħobbu l-isport u li huma lesti li jagħmlu kull sagrifiċċju mill-ħin tagħhom.\"", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-famuża Marsa ta' l- Ingliżi, kif konna ngħidulha meta konna żgħar għax s'intendi kienet tagħhom dak iż-żmien.", "Meta din imbagħad ġiet f'idejn il-Maltin, żviluppat iktar u fil-fatt iIllum insibu korsa tal-golf tajba ħafna.", "Jien minn dejjem ħassejt li l-golf huwa importanti għal Malta u qatt ma qbilt li jkollna golf course waħda.", "Jenħtieġ li jkollna iktar minn waħda u għandna fejn ikollna iktar minn waħda pero' hawn ngħid li din m'hijiex xi ħaġa li għandna nidħlu għaliha b'għajnejna magħluqin għax dan huwa investiment kbir u allura r-riskju li jintilef huwa wkoll kbir.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li xi ħadd jidħol għaliha mingħajr preparazzjoni.", "Niftakar meta d-dilettanti ta' dan l-isport xtaqu li jagħmlu upgrading tal-golf course u dan kien eżattament fis-sena li l-club għalaq 100 sena.", "Dak iż-żmien kienu jsibuh bħala l-Marsa Golf Club jew inkella r-Royal Malta Golf Club.", "Nerġa' ngħid, li jien li kont responsabbli mit-turiżmu kont nara l-golf bħala niċċa għal dan il-pajjiż.", "Pero' ma naħsibx li għandna niddependu wisq fuqu għax hemm ħafna tip ta' sport ieħor li jista' jgħin, kif semmejt qabel.", "Jien kont għamilt suġġeriment lill-NTOM biex tavvanzalhom loan ta' Lm20,000.", "Din ma kenitx xi somma fenomenali u rridu nżommu quddiem għajnejna li dawn ma jistgħux jissellfu mingħand il-banek.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li meta slifnihom Lm20,000 - mingħalija li dawn slifnihomlhom għal tliet snin mingħajr imgħax u mbagħad żammejna d-dritt li kull barrani li jilgħab il-golf hemmhekk iħallas xi ħaġa - l-NTOM qisha ngħatat l-imgħax fuq is-self, il-Marsa Golf Club ma tilef xejn u bis-saħħa ta' dak l- investiment l-Lm20,000 saru xi Lm120,000 bir-riżultat li hemmhekk sar titjib enormi.", "Din hija l-ikbar prova li meta faċilita' sportiva tingħata lil min verament iħobb l-isport dan jindokraha u jamministraha tajjeb.", "Fil- fatt forsi din kienet ix-xrara li lili wasslitni biex nibdel il-politika li kien ilhom mexjin biha l-gvernijiet minn żmien il-brodu.", "Aħna għandna naraw ukoll kif nistgħu ngħinu lill-Marsa Sports Club jagħmel il-proġett li għandu f'moħħu għax b'hekk ikollna golf club iktar vijabbli li jagħmel lil dan il-pajjiż iktar attrezzat bi prodott aħjar għal min jiġi jżurna.", "Sur President, l-aħħar punt li nixtieq nittratta huwa dwar il-kuntratt li se jsir mal-Malta Football Association.", "Permezz tar-riżoluzzjoni li għandna quddiemna din l-assoċjazzjoni se tingħata iktar proprjeta' u se titnaqqsilha l-kera.", "Jekk m'iniex sejjer żball, filwaqt li l-MFA suppost tħallas Lm10,000 fis-sena talli tagħmel użu mill-ground nazzjonali - qed ngħid \"suppost\" għax ma tħallashomx - minkejja li issa se jingħatawlha iktar training grounds, din il-kera se tonqos għal Lm6,000.", "Issa hawnhekk jien m'iniex se noqgħod nidħol fl-argument li għalih se tonqos din il-kera, għax din kienet kwestjoni amministrattiva, pero' nixtieq ngħid li huwa ħażin li f'dan il-qasam jidħol element ta' diskrezzjoni li permezz tiegħu tkun tista' tittratta lil wieħed mod u lil ħaddieħor mod ieħor, imma għandu jkun hemm parametri fissi u stabiliti li bihom wieħed jasal biex jikkalkola l-kumpens.", "Madanakollu l-punt li nixtieq nagħmel huwa li l-Malta Football Association għandha Lm120,000 f'arretrati xi tħallas u jien inħoss li għandna niġu mgħarrfin dwar jekk dawn l-arretrati nħafrux jew jekk kienx hemm xi ftehim dwar kif dawn l-arretrati se jitħallsu.", "Onestament jien naħseb li s-somma ta' Lm120,000 hija somma kbira wisq biex tinħafer, iktar u iktar meta llum qegħdin fi żmien fejn qed nitkellmu kontinwament fuq il- ħofor, fuq it-toqob u fuq in-nuqqas ta' flus li għandu l-Gvern.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed ngħid li l-Gvern għandu jfittex lill- MFA għal ħlas dovut, għax ġaladarba mhux se jfittex lill-partit tiegħu m'għandux ifittex lill-MFA, pero' ċertament għandu jagħti spjegazzjoni lil din il-Kamra fuq dan ir-rigward.", "Sur President, nixtieq nagħlaq l-intervent tiegħi billi lill-għaqdiet sportivi li se jiġu megħjuna permezz ta' din ir-riżoluzzjoni nawguralhom minn qalbi suċċess u nawguralhom li jagħmlu l-aħjar użu mill-faċilitajiet li se jingħatawlhom.", "Lill-Partit Laburista, li se jagħti donazzjoni lilu nnifsu, nawguralu l-kundanna eterna li tistħoqqlu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jiddispjaċini ngħid li f'din ir- riżoluzzjoni l-Gvern żbalja bil-kbir u wera nuqqas gravi ta' serjeta' għal darbtejn fuq xulxin, kemm fis-sustanza tar-riżoluzzjoni nnifisha, kif ukoll fil-metodu li qed juża.", "Mhux sew li l-Gvern jipproponi dokument li permezz tiegħu jkun jista' jivvantaġġa l-interessi tal-partit tiegħu fl-istess riżoluzzjoni li jkun qed jipproponi dokument li huwa ta' benefiċċju kemm għal għaqdiet volontarji, kemm għal għaqdiet sportivi, kif ukoll għal istituzzjonijiet edukattivi.", "Kien iservi iktar ta' ġid li kieku din il- Kamra setgħet tirrifletti biss fuq id-dokument li qed jipproponi li jiġu mgħoddija faċilitajiet lil għaqdiet sportivi, lill-MUSEUM tal-bniet, lis- St. Michael's Foundation u lil istituzzjonijiet oħrajn.", "Kieku din ir-riżoluzzjoni ma ġietx imċajpra b'nuqqas kbir ta' serjeta' u bis-serqa trasparenti li qed jagħmel il-Gvern favur il-Partit Laburista, konna nkunu nistgħu nirriflettu b'iktar kalma fuq il-qasam edukattiv u sportiv.", "Il-mod li bih mexa l-Gvern meta, f'riżoluzzjoni li tirrigwarda s- Soċjeta' tal-MUSEUM, il-qasam ta' l-isport u l-qasam ta' l-edukazzjoni, daħħal dokument lifgħa ta' dan it-tip tant difettuż u tant nieqes mis- serjeta', lil din il-Kamra ċaħħadha milli tiddiskuti dawn l-issues b'serenita'.", "Din ir-riżoluzzjoni saret bi żball gravi u hija eżempju ċar ta' nuqqas ta' serjeta' u ta' inġustizzja ma' l-għaqdiet volontarji li xtaqu li l-missjoni tagħhom ma titħallatx ma' xi ħaġa politika.", "Ma setax jonqos li l-Oppożizzjoni tqanqal kuxjenza nazzjonali dwar it-tifsira reali ta' din ir-riżoluzzjoni li qed tagħti vantaġġi nġusti lill-Partit Laburista.", "Ċertament li l-mod li bih dan il-partit qed jabbuża mill- pożizzjoni tiegħu fil-gvern biex jivvantaġġa lilu nnifsu huwa żball ikrah.", "Sur President, f'din il-Kamra saru ħafna diskorsi min-naħa ta' l- Oppożizzjoni biex ifissru kif il-Gvern Laburista qed jaħfer lill-partit tiegħu l-ħlas taċ-ċens u kif dan qed jirrinunzja għall-kondizzjonijiet stabiliti fil-kuntratt, b'dannu għall-ġid komuni ta' pajjiżna.", "Pero' barra minn hekk ta' min jgħid ukoll li jekk, per eżempju, wieħed jeżamina l- kuntratt li għandha s-Soċjeta' tal-MUSEUM - liema soċjeta' qed tingħata biċċa art biex tkun tista' tibni d-dar ċentrali tagħha - u jeżamina wkoll il-kuntratt li għandu l-Partit Laburista, isib li l-kondizzjonijiet li hemm fil-kuntratt tal-Partit Laburista huma ħafna iktar vantaġġużi mill- kondizzjonijiet li hemm fil-kuntratt tas-Soċjeta' tal-MUSEUM.", "Dan li qed ngħid japplika wkoll għas-St.", "Michael's Foundation u għall-għaqdiet volontarji l-oħra.", "Sur President, jekk wieħed jaqbad il-klawsoli ta' dawn il-kuntratti malajr jifhem x'irrid ngħid.", "Per eżempju, fil-kuntratt tas-Soċjeta' tal-MUSEUM u ta' St Michael's Foundation hemm kondizzjoni li tgħid li jekk dawn b'xi mod jirrexxindu l- enfitewsi, allura l-bini li jkun tela' ikun irid jgħaddi għand il-gvern mingħajr l-ebda kumpens ta' xejn, mentri l-Partit Laburista m'għandux din il-kondizzjoni fil-kuntratt tiegħu.", "L-istess, fil-kuntratt il-Gvern qed jorbot lis-Soċjeta' tal-MUSEUM, lill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts u lis-St Michael's Foundation biex ma jittrasferixxux il-proprjeta' mingħajr il- permessi meħtieġa; u permezz tal-kuntratt li ppreżenta f'din il-Kamra stess, il-Gvern qed javżahom li jkun jista' jwaqqa' l-kuntratt jekk ma jħallsux iċ-ċens għal sentejn u l-proprjeta' terġa' taqa' f'idejn il-Gvern.", "Imma l-Gvern ma mexiex bl-istess mod meta ġie biex jittratta l-proprjeta' li ta lill-Partit Laburista.", "GĦalhekk f'din ir-riżoluzzjoni l-Gvern wera nuqqas gravi u mexa b'mod abbużiv għal darbtejn għax mhux biss huwa abbuż fih innifsu li l-Gvern jimxi b'dan il-mod fil-konfront tal-Partit Laburista imma għax il-Gvern qed jabbuża minn din il-Kamra biex jagħti libsa legali lil dan l-abbuż.", "Jien inħoss li dan l-aġir juri nuqqas kbir ta' serjeta' u jferi profondament is-sitwazzjonijiet li l-Partit Laburista tant ippriedka kontra tagħhom fil-passat.", "Hija diżonesta' politika li filwaqt li tippriedka fuq it-trasparenza, tressaq xi ħaġa f'din il-Kamra li ma tkunx qed turi l- affarijiet b'mod trasparenti.", "Illum deħlin fi żmenijiet fejn il-kliem ma jfissirx dak li oġġettivament ifisser imma qed noħolqu dizzjunarju ġdid bit- tifsir tal-kliem li aħna nużaw biex nikkomunikaw ma' xulxin.", "GĦalhekk jien noġġezzjona bil-qawwa għal dan in-nuqqas ta' serjeta', għal dan l-iżball, għal dan l-abbuż u għal dan l-iskandlu li qed isir.", "Hija verament ħasra li din il-parti tar-riżoluzzjoni tqiegħdet bejn dokumenti oħra li se jservu ta' ġid kbir għall-pajjiż.", "Mhux sew li wieħed jinqeda bl-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts, bis-Soċjeta' tal-MUSEUM u bis-St Michael's Foundation biex jaħbi l-abbuż jew aħjar il-mikrobu li qed nitkellmu dwaru.", "Sur President, kif qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Refalo, f'din ir-riżoluzzjoni hemm partijiet li għandhom aspetti kritiċi għax, kif se nispjega iktar 'il quddiem, id-dokumenti li jittrattaw dwar l-għaqdiet sportivi u d-dokument li jittratta s-St Patrick's School setgħu saru b'mod differenti, imma madanakollu aħna ma nsibux oġġezzjoni fis-sustanza ta' dawn id-dokumenti u naqblu mal-biċċa l-kbira tagħhom.", "Qed ngħid dan għax, kif qal tajjeb l-Onor.", "Refalo, għal dak li jirrigwarda l-għaqdiet sportivi l-Gvern qabad il-politika preċedenti tal-Gvern Nazzjonalista, li ħadmu fuqha ħafna l-Onor.", "Michael Refalo u l-Onor.", "Richard Muscat ...", "Bħala membru tal-Gvern Nazzjonalista, kont insegwi din il-ħidma mill-qrib biex nara x'policy kienet qed tiżviluppa u x'dokumentazzjoni kienet qed issir.", "Aħna dejjem konna tal-fehma li l-faċilitajiet sportivi għandhom jingħataw lill-għaqdiet sportivi li jkunu qed jużawhom, għax b'hekk dawn ikollhom iktar interess li jiżviluppaw dik il-proprjeta', iżommuha fi stat tajjeb u jutilizzawha għall-ikbar ġid tal-komunita'.", "Fil-fatt f'din il-parti tar- riżoluzzjoni nsibu l-istess prinċipju li kien stabilixxa u ħaddem il-Gvern preċedenti, pero' fiha wkoll xi ftit difetti u għalhekk aħna ma nistgħux nifhmu għaliex il-Gvern abbanduna l-politika preċedenti.", "Ċertament lill- proposti tal-Gvern Nazzjonalista kienu jinkludu iktar għaqdiet sportivi milli qed jiġu nklużi f'din ir-riżoluzzjoni.", "Veru li qed tingħata l- impressjoni li iktar 'il quddiem il-Gvern se jressaq riżoluzzjoni simili biex ikun jista' jkopri għaqdiet sportivi oħrajn, pero' aħna naħsbu li seta' sar sforz biex dawn jiġu nkorporati f'din ir-riżoluzzjoni wkoll.", "Madanakollu jien nappella lill-awtoritajiet konċernati biex iressqu riżoluzzjoni li tkun tkopri lill-għaqdiet sportivi li ma ġewx inklużi f'din ir-riżoluzzjoni, ħalli anke dawn ikunu jistgħu jakkwistaw titolu għall-post tagħhom.", "Sur President, irrid nirrimarka wkoll li mill-mod kif qed jitkellmu l- Onor. Membri tan-naħa tal-Gvern, il-poplu qed jingħata l-impressjoni li din ir-riżoluzzjoni qed tagħti vantaġġ kbir lill-għaqdiet sportivi li jinsabu fin-naħa tas-south ta' Malta.", "Fil-fatt jekk wieħed jara fejn jinsabu l- clubs li se jiġu megħjuna, isib li filwaqt li fin-naħa t'isfel ta' Malta qed jiġu megħjuna clubs minn Marsascala, minn Marsaxlokk, mir-Raħal Ġdid, mill-Birgu u minn Ħaż-Żabbar, fin-naħa ta' fuq ta' Malta nsibu li għandna lista twila ġmielha sew ta' clubs.", "GĦalhekk m'għandhiex tingħata l- impressjoni li din ir-riżoluzzjoni qed tagħti xi benefiċċju kbir esaġerat lin-naħa t'isfel ta' Malta għax hemm diversi clubs li għad irridu naraw kif se nipprovdulhom xi faċilita'.", "Sur President, issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa rigward il-kuntratt li sar għall-MUSEUM tal-bniet.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk din il-Kamra tirrikonoxxi l-ħidma fejjieda li twettaq is-Soċjeta' tal-MUSEUM, liema ħidma naqxet fl-identita' nazzjonali tagħna l-valuri ta' l-irġulija, ta' trobbija tajba, tal-bżulija u tas-serjeta'.", "Kull min qatta ċertu żmien fil-MUSEUM jaf kemm dawn il- valuri huma ta' importanza fil-ħajja tal-bniedem.", "Din il-ħidma saret kemm min-naħa ta' l-irġiel kif ukoll min-naħa tan-nisa tal-MUSEUM u għalhekk kienet ħaġa tajba li l-Gvern Nazzjonalista kien iddeċieda li jagħti lil din is-soċjeta' biċċa art ħalli b'hekk it-taqsima tan-nisa jkollha d-dar ċentrali tagħha.", "Hawn ta' min jikkjarifika ftit dik il-parti tal-kuntratt li tittratta dwar dawk il-partijiet li huma diġa' mikrija u dawk il- partijiet li suppost m'humiex mikrija.", "Fil-bidu tal-kuntratt hemm li s-soċjeta' tal-MUSEUM qed tingħata biċċa art li fuq parti minnha huma mibnija tliet fondi - fil-fatt fil-kuntratt hemm l-indirizz ta' dawn it-tliet fondi - għal perijodu ta' 99 sena.", "Fi kliem ieħor il-Kummissarju ta' l-Artijiet se jittrasferixxi b'titolu ta' enfitewsi temporanja għal perijodu ta' 99 sena biċċa art fil-Pieta' - hawnhekk se nikkwota - \"li fuq parti minnha jinsabu wkoll mibnija s- segwenti fondi ...\" u hawnhekk isemmi liema huma dawn it-tliet fondi.", "Imbagħad fi klawsola 4 ta' dan il-kuntratt insibu wkoll il-frażi \"l- immobbli konċess b'enfitewsi jinsab preżentement mikri lil terzi kif sejjer jingħad\", u jerġa' jgħid liema huma dawn it-tliet fondi.", "Id-diffikulta' li nixtieqha tiġi kkonsidrata hija li filwaqt li fil-bidu tal-kuntratt insibu li l-Kummissarju ta' l-Artijiet qed jittrasferixxi din l-art li fuq \"parti minnha jinsabu wkoll mibnija s-segwenti fondi\", fi klawsola 4 insibu li \"l- immobbli konċess b'enfitewsi jinsab preżentement mikri lil terzi kif sejjer jingħad\".", "GĦalhekk jien naħseb li bejn il-parti introduttiva u klawsola 4 tal-kuntratt hemm xi konflitt għax m'huwiex delineat b'mod ċar liema huma l-konfini tat-tliet tenements li huma diġa' mikrija.", "Dan il-kuntratt għandu jiġi ċċarat ħalli nneħħu d-diffikulta' li nħolqot peress li f'parti minnu qed ngħidu li se ngħaddu lis-Soċjeta' tal-MUSEUM art li fuqha hemm tliet tenements mikrija u f'parti oħra qed ngħidu li l-art kollha li qed nagħtu b'din l-enfitewsi hija preżentement mikrija.", "Jien għamilt din ir- rimarka sabiex l-awtoritajiet konċernati jkunu jistgħu jagħtuha l-piż li jidhrilhom li għandhom jagħtuha ħalli, jekk dan li qed ngħid jien iqanqal xi dubju, dan id-dubju jiġi ċċarat billi jiġu stabiliti sew il-konfini tat- tenements mikrija ħalli s-Soċjeta' tal-MUSEUM ma jkollhiex għalfejn tidħol f'diffikultajiet bla bżonn.", "Sur President, ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li x-xogħol li sar biex seta' jitressaq dokument li jipproponi li tinbena skola minn St. Michael's Foundation, sar fid-dawl tal-policy li kienet ġiet stabilita mill- amministrazzjoni preċedenti.", "Aħna niftakru li l-Gvern Nazzjonalista għamel dak kollu possibbli biex jara li l-istituzzjonijiet edukattivi ikollhom il- faċilitajiet tagħhom u fil-fatt kien hemm iktar minn okkażjoni waħda fejn il-Gvern Nazzjonalista seta' jagħti dawn l-artijiet.", "Jien niftakar ukoll li konna bdejna diskussjonijiet anke biex tingħata biċċa art lis-St.", "Michael's Foundation fejn din tkun tista' tibni l-iskola tagħha, u għalhekk qed nieħu gost li qed jitressaq quddiem il-Parlament dokument bħal dan.", "Sur President, issa qabel ma niġi biex nagħmel il-kummenti tiegħi dwar St. Patrick's School.", "Irrid ngħid li l-Gvern preżenti ma tkellem ma' ħadd u m'għamel xejn f'din l-aħħar sena f'dan ir-rigward ħlief li qabad id- dokumenti li kienu ġew iffinalizzati f'Ottubru ta' l-1996 u ressaqhom quddiem dan il-Parlament.", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex nikkritika lill- Gvern talli qed iressaq id-dokumenti tiegħu b'dan il-mod quddiem dan il- Parlament imma biex niġbed l-attenzjoni tal-Kamra għal ċerti fatturi.", "Żgur li ma tistax titkellem fuq St. Patrick's School mingħajr ma tfakkar il-figura ta' Alfons Maria Galea, bniedem li għamel ħafna ġid lis-soċjeta'.", "Kien 100 sena ilu li Alfons Maria Galea kien qed ifiehem lill-poplu l- konċetti tar-riabilitazzjoni, tal-korrezzjoni u tal-prevenzjoni sabiex iż- żgħażagħ iżommu 'l bogħod mid-delinkwenza u jiġu mħarsa minn ċerti problemi soċjali, u kien hu li nsista li din il-missjoni tiġi fdata lis-soċjeta' ta' San Franġisk de Sales.", "Nistgħu ngħidu li l-ewwel talba biex jiġu s- Sależjani f'Malta ħalli jmexxu din l-inizjattiva kien għamilha lill-qaddis Dun Ġwann Bosco personalment.", "Alfons Maria Galea ħareġ flus minn butu u ta art minn tal-familja tiegħu għal dan l-iskop u saħansitra kien nnegozja mal-Gvernatur Ingliż ta' dak iż-żmien.", "M'hemmx dubbju li Alfons Maria Galea ħadem ħafna biex il-ħolma tiegħu ssir realta' u tinbena l- istituzzjoni ta' St. Patrick's, li huwa sejjaħ \"industrial charitable institution\".", "B'din l-inizjattiva mhux biss ġiet ipprovduta l-art u ammont ta' flus, imma l-awtoritajiet ta' dak iż-żmien kienu għamlu l-parti tagħhom ukoll biex saru ċerti affarijiet u anke biex inħoloq kuntratt ta' management ħalli għaqda volontarja tal-Knisja, immexxija mis-Sależjani, tkun tista' tmexxi din l-istituzzjoni f'qafas ta' kondizzjonijiet u ta' parametri għall-ġid nazzjonali.", "Fil-fatt fl-1902 kien sar kuntratt li jirregola l-edukazzjoni u l-welfare ta' dawk iż-żgħażaġħ li jitpoġġew f'din l-istituzzjoni ħalli l-assoċjazzjoni tkun tista' tilħaq l-iskop tagħha.", "Dan il-kuntratt kien ġie mġedded fl-1960 u minn dak iż-żmien 'l hawn dan il- kuntratt baqa' jiġġedded awtomatikament kull ħames snin sa llum.", "Naturalment permezz ta' dan il-kuntratt kompliet tiġi kkonsolidata r- relazzjoni bejn id-diversi gvernijiet ta' Malta u s-soċjeta' tas-Sależjani għar-rigward tat-tmexxija ta' l-edukazzjoni f'din l-istituzzjoni.", "Sur President, hawnhekk ikolli nistqarr li din il-parti tar-riżoluzzjoni ma nħossx li hija tant meħtieġa għax din l-iskola diġa' hija tas-Sależjani b'kuntratt u l-perijodu ta' dan il-kuntratt huwa indefinit.", "Ma naħsibx li kien hemm għalfejn niġu fil-Parlament biex nirripetu kuntratt li m'hu qed iżid xejn mad-drittijiet li diġa' għandhom is-Sależjani.", "Jien konvint li m'hemm bżonn ta' l-ebda riżoluzzjoni biex il-Gvern jiftiehem mas-Sależjani dwar kif għandha titmexxa din l-iskola.", "Fil-fatt il-Gvern Nazzjonalista, speċjalment permezz ta' l-ex-Ministru Michael Falzon, kien innegozja t- termini kollha u kien ftiehem mas-Sależjani dwar it-tmexxija ta' l-iskola - kien jonqos biss il-formalizzazzjoni tal-ftehim - u s-Sależjani ngħataw Lm220,000 fis-sena, għax filwaqt li qabel il-Gvern kien jagħti tant stipendju għal kull tifel li kien jiġi ospitat f'din id-dar, l-agreement il-ġdid impona li s-Sależjani jiġu mogħtija grant mill-Gvern, irrispettivament minn kemm ikun hemm tfal f'din l-istituzzjoni.", "Hawn ta' min jgħid li f'din l-istituzzjoni jgħixu 50 tifel imma din tieħu ħsieb 70 tifel ieħor li jkunu f'din l-istituzzjoni matul il-jum biss.", "Kien hemm il- ħsieb li dan il-ftehim li sar bejn l-ex-Ministru Falzon u s-Sależjani fl- 1995 jiġġedded kull tliet snin.", "Hawn ta' min jgħid li għalkemm dan l- agreement ma kienx ġie ffirmat, kien diġa' beda jitħaddem u għalhekk dak iż- żmien is-Sależjani kienu diġa' ngħataw id-drittijiet kollha li hawn proposti f'din ir-riżoluzzjoni, jiġifieri mill-punto di vista din il-parti tar-riżoluzzjoni qiegħda ssir biss għall-finijiet ta' duplikazzjoni.", "F'din ir-riżoluzzjoni qed jiġi propost li l-Gvern jgħaddi Lm220,000 lis- Sależjani, pero' din is-somma diġa' ġiet ivvotata fil-budget u ġiet mogħtija lis-Sależjani u għalhekk din il-proposta hija xi ftit out of touch.", "Il-fatt li qed inġibu quddiem dan il-Parlament riżoluzzjoni li qed tipproponi xi ħaġa li diġa' qed tingħata u li hija xi ħaġa ta' miżura amministrattiva bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u s-St Patrick's School biex tkun tista' topera jfisser li m'aħniex aġġornati biżżejjed.", "Irrid ngħid aktar jien.", "Għalfejn niġu fil-Parlament minflok li d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni tpoġġi bil-qiegħda biex tiddiskuti magħhom dwar il-ftehim li għamlu sentejn ilu?", "Fl-1996 ħadu Lm220,000, fl-1997 ħadu Lm220,000 u min isegwi x'qiegħed jiġri jaf li dawn m'humiex iservu għall-bżonnijiet biex titmexxa b'mod tajjeb din l-iskola.", "Kien ikun ħafna aħjar kieku f'dawn it-12-il xahar il- Gvern poġġa bil-qiegħda mad-diriġenti tas-St Patrick's School biex jaġġorna dik is-somma u mhux nispiċċaw li flok tiġi aġġornata fi żmien tliet snin mill-1996, jiġifieri s-sena d-dieħla, kif kien il-ħsieb tal-Gvern Nazzjonalista, it-tliet snin jibdew jgħoddu minn issa.", "Għalhekk f'dan il- każ b'mod partikolari, l-appell tiegħi lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni - għaliex fil-fatt huwa l-persuna responsabbli - huwa li jara dak il-qafas li kien diġa' miftiehem.", "Naħseb li dak il-qafas jista' jitjieb għax qabel kellek li l-ispejjeż ta' tiswijiet straordinarji huma a kariku tal-Gvern.", "Il-ftehim tal-kuntratt li jeżisti jgħid:", "\"All the maintenance costs for normal and for unusual extraordinary repairs shall be the Government's responsibility.\"", "Issa qegħdin ngħidu li tkun ir-responsabbilta' tas-soċjeta' li tagħmilhom imma l-ħin kollu bl-approvazzjoni tal-Gvern, jiġifieri f'ċertu sens m'aħniex qegħdin nbiddlu tant is-sitwazzjoni f'dan ir-rigward.", "Naħseb li minbarra l-ħsebijiet il-ġodda li kien laħaq daħal fihom l-ex- Ministru Falzon flimkien mad-diriġenti ta' l-Iskola St Patrick's, il- Fathers Sależjani, huwa tajjeb li nassiguraw li nipprovdu l-finanzi meħtieġa fiż-żmenijiet tal-lum għal din l-istituzzjoni biex inkunu nistgħu nagħtu l-aħjar edukazzjoni lil dawn iż-żgħażagħ.", "Jien personalment naħseb li ma kellniex għalfejn noqogħdu niġu hawnhekk ngħaddu riżoluzzjoni ta' dan it-tip għaliex id-drittijiet huma diġa' mogħtija lil din l-istituzzjoni biex nassiguraw li jkollha l-mezzi meħtieġa.", "Grazzi Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Sur President, jien xtaqt li kieku nidħol f'ċerti aspetti ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet tassew interessanti għaliex hawn element li ftit qiegħed jiġi kkonsidrat bis-sens li jmissu jiġi kkonsidrat.", "Kien hawn ħafna ragħwa u sħana fuq aspetti partiġjani, meta l- qalba ta' dan kollu hija li l-Parlament qed jirrikonoxxi dak li ċ-ċittadini jieħdu gost jagħmlu fil-ħin ħieles tagħhom.", "Hawn qiegħda ssir riżoluzzjoni li se tgħin sostanzjalment lil dawn l-għaqdiet kollha li jimpjegaw il-ħin ħieles tagħhom b'mod aċċettabbli u ġustifikabbli.", "Jekk aħna ma narawx dan l-element li jiġġustifika tassew l-għotja ta' proprjeta' lil dawn l- għaqdiet sportivi, filantropiċi, reliġjużi jew lajċi inkunu qegħdin nitilfu kull sens li hemm f'din l-azzjoni li qed jagħmel il-Gvern u l-Parlament.", "Għalhekk tajjeb li naraw għaliex din l-għajnuna għall-isports clubs se tkun daqshekk sinifikattiva.", "Ħafna għaqdiet ta' l-isport ma jkunux ċerti meta jistgħu jużaw il-ground u kif jistgħu jużawh.", "Allura meta tiġi f'din it-tip ta' sitwazzjoni jiġri li l-maintenance ta' dak il-ground ħadd ma jagħmlu għax jgħidulek: La m'huwiex tagħna mhux se noqogħdu nirranġawh.", "Allura jgħidu lid-dipartiment ta' l-isport biex jibgħatilhom min jagħmel road rolling fil-ground.", "Jekk, ngħidu aħna, jaqa' parti mill-ħajt, iħallu l-affarijiet kif inhuma sakemm xi darba jmorru n-nies tal-gvern biex isewwuh.", "Dan m'huwiex sew u dan hu li qed jiġi rranġat b'din ir-riżoluzzjoni, speċifikament li ġaladarba l- faċilitajiet sportivi se jingħataw lill-għaqdiet u dawn se jkunu kważi l- proprjetarji - għax meta għandek ċens ta' 49 jew 98 sena ġejt qisek il- proprjetarju - se jkollhom kull interess li jirranġawhom għax se jkunu jistgħu jikkontrollaw lit-tesserati, lill-membri, lis-soċji, lil kull min qiegħed hemmhekk biex jieħu ħsieb tassew dak il-ground li qed jiġi mogħti lilhom.", "Mhux hekk biss imma ejja naraw l-aspett ta' żvilupp mhux biss tal-ground innifsu imma anke fejn jidħlu l-uffiċini, il-premises u l-bar żgħir li jkollhom.", "Meta qiegħed għandhom on encroachment terms, il-bar aktarx ikun f'idejn il-barman - għax ikun mikri lilu - li iktar iva milli le jżommu fi stat totalment imnezza' għax ikollu kamra b'tieqa tal-ħadid b'xi shutter u bil-bieb magħmul minn xi injam mormi.", "Kemm jista' jkollu interess dan il-povru barman bl-erba' soldi li jdaħħal!", "Allura l-fatt li l- każin se jingħata f'idejn il-club u li se jkun hu l-proprjetarju, bilfors irid iwassal biex min imexxi l-każin ikollu kull interess li jirranġa l- post. Jiena qomt ħalli nagħmel ftit punti u m'iniex se ntawwal hawnhekk.", "L-aktar parti sinifikanti f'din ir-riżoluzzjoni, fir-rigward ta' l- isports clubs li se jsiru sidien tal-premises u tal-grounds tagħhom, hija li dawn se jkunu jistgħu jippreżentaw lill-banek Maltin proġetti kif huma jistgħu jarmaw il-post tagħhom aħjar jew jibnu kmamar oħra.", "Se jissellfu biex jagħmlu dawn il-benefikati għaliex se jkunu żguri li minn naħa l-loan li se jieħdu mill-bank se tkun ta' għajnuna immedjata u min-naħa l-oħra se jkunu jistgħu jduru fuq is-soċji u l-membri tagħhom u jgħidulhom: Isma', din is-sena minflok tagħtuna daqstant, agħtuna daqstant aktar għax hemmhekk se nirranġaw kamra fejn jistgħu joqogħdu l-membri.", "Jew il-bar se nagħmlulu erba' affarijiet oħra li se jagħmluh aktar attraenti u b'hekk ikollna aktar nies li jiffrekwentaw il-każini, mhux biss il-Ħadd filgħodu bejn l-10.00 a.m. u nofsinhar.", "Jew il-ground se nagħmlulu ċerti faċilitajiet ħalli l- footballers u l-isportivi tagħna jkunu jistgħu jiddevertu b'inqas riskju li xi ħadd minnhom jista' jweġġa'.", "Mela hawn qegħdin naraw li s'issa ma ġewx sottolineati l-aspetti ta' kif il-banek jistgħu jgħaddu l-finanzi lill- każini ta' l-isport immedjatament permezz ta' loan u permezz ta' overdraft.", "Mhux kollha għax kif jiġri dejjem, hemm każini li għandhom cash flow għaddejja tajba u fuq dik il-bażi jissellfu mill-bank u jkunu jistgħu jiġbru aktar flus mingħand it-tesserati.", "Hemm ċerti każini oħra li m'humiex qegħdin f'din il-pożizzjoni daqshekk florida imma jistgħu jġibu bank loans għal żmenijiet itwal u jkunu jistgħu jġibu appoġġ mingħand it- tesserati u anke jżidu l-membership fosthom.", "Jiena ovvjament ħadt gost ħafna b'dak li ntqal fuq is-Sależjani u fuq St. Patrick's għax huma areas li għamilt għaxar snin nirrapreżentahom hawnhekk f'dan il-Parlament u dejjem għenthom personalment u anke b'ċerti policies.", "Nieħu gost nissottolinea kemm is-Sależjani u St.Patrick's qegħdin jgħinu b'mod filantropiku mingħajr ebda interess finanzjarju u kummerċjali ġewwa Tas-Sliema.", "Huwa importanti li nżidu l-għajnuna min-naħa tal-Gvern għal dawn it-tip ta' għaqdiet għax huma parti mill-ġlieda kontra dik il-pjaga kbira tad-droga li pajjiżna għandu.", "Aktar ma ngħinu lit-tfal tagħna u liż- żgħażagħ tagħna b'attivitajiet sportivi aktar inkunu qegħdin innaqqsu t- tentazzjoni għad-droga.", "Hemm relazzjoni diretta u ma joqogħdux jiġu ħafna psewdo-xjenzjati u jgħidulna: Imma kemm tikkwantifikawha r-relazzjoni bejn aktar sports u inqas droga?", "Il-kwantifikazzjonijiet saru f'diversi komunitajiet, forsi kellhom difetti fis-sampling, imma t-trend ġenerali li jekk inti tinvesti aktar fl-isport tkun qiegħed tnaqqas mit-tentazzjoni tad- droga qiegħda hemm u qiegħda hemm b'saħħa kbira.", "Allura għalhekk aħna ngħidu li dan l-investiment li se jsir għall-isports clubs tas-Sależjani ta' St.Patrick's se jkun ta' għajnuna biex hemmhekk, fejn forsi hemm l- aktar tentazzjoni għad-droga, ikunu jistgħu jitbiegħdu minnha.", "Imma issa niġi għad-distrett li qiegħed nirrappreżenta hawnhekk f'dan il- Parlament fejn, għall-grazzja t'Alla, għandna t-Tarxien Rainbows li ilhom jipprovaw jieħdu over il-premises li għandhom għax huma premises tajbin imma li jistgħu jitjiebu.", "Nawgura li permezz ta' din l-għotja tal-post, ta' l-uffiċini, tas-sala, tal-bar u tal-ground, Tarxien Rainbows se jkunu jistgħu jagħmlu eżattament dak li qed nissuġġerixxi hawnhekk għall-każini sportivi kollha, li jekk għandhom bżonn xi flus biex ikunu jistgħu jagħmlu sular ieħor, biex jagħmlu kmamar aktar komdi għall-players, b'din il-mossa aħna qegħdin ngħinuhom biex jagħmluhom għax se jkunu jistgħu jmorru immedjatament għand il-bank.", "Nagħtihom parir minn hawnhekk - u dan mhux qed nagħmlu kapriċċożament imma anke wara konsultazzjonijiet ma' l-ogħla kapijiet tat-Tarxien Rainbows, biex ma nsemmihomx individwalment - li jsiru kumpannija with limited liability.", "Isiru Tarxien Rainbows Ltd biex ikunu jistgħu jissellfu l-flus ħalli jagħmlu l-benefikati ġewwa l-każin tagħhom li jgawduhom is-soċji kollha.", "Imbagħad ikunu jistgħu jduru fuq is-soċji u malli juruhom l-improvements - li jekk Alla jrid isiru anke fi żmien sitt xhur minn issa - is-soċji mbagħad ikunu aktar willing li joħorġu kontribuzzjonijiet u donazzjonijiet akbar ħalli jkun jista' jitħallas is- self li jista' jsir mill-bank.", "Hemm ukoll Santa Luċija li se jingħata premises u ground u l-istess il- Hibs li huwa wieħed mill-aktar football teams stabiliti fil-pajjiż.", "Dan se jkollu l-premises tiegħu u again se jkun jista' jibbenefika minn self u overdraft mill-bank, partikolarment minħabba l-ispejjeż kbar li għandhom teams ta' l-ogħla livell f'Malta, bħall-Hibs, li jkollhom iħallsu tant flus lill-barranin li jgħinuhom biex dejjem itellgħu l-livell tal-logħba.", "Għalhekk nawgura li fiz-zona ta' Paola u anke l-Cottonera nkomplu ntaffu l- pjaga tad-droga permezz ta' din l-għajnuna sostanzjali, tanġibbli u bla ebda ekwivoku ta' xejn.", "M'aħniex qegħdin nagħmlu xi stqarrija ġenerali li ngħidu kemm aħna favur l-isport jew kemm nixtiequ li l-isport jimxi 'l quddiem, imma dan huwa l-aktar mod tanġibbli meta qed tagħti l-proprjeta' lill-għaqdiet ta' l-isport f'dan il-pajjiż.", "Qed nagħtuhom il-proprjeta' li jistgħu jieħdu ipoteka fuqha favur bank li jislifhom għexieren ta' eluf ta' liri u b'hekk ikunu jistgħu mbagħad jammeljoraw u jżidu l-benefikati sabiex il-każin isir aktar attraenti u aktar komdu u awtomatikament jiżdiedu s- soċji tal-każini.", "Naħseb li dan huwa punt fundamentali li ħadd ma jista' jiċħdu u li se jgħin lil eluf ta' ċittadini Maltin għax jiena qed insemmi biss dawk li mmiss magħhom jien.", "Din hija mozzjoni li se tgħin eluf ta' ċittadini Maltin in a very tangible manner li f'ċertu sens huwa piż fuq il- Gvern - għax minflok se jibqa' il-Gvern is-sid totali kif kien qabel, bl- għaqdiet on encroachment terms, biċ-ċaqlieqa li qed jagħmel il-Gvern minn sid se jsir biss directum dominus u l-għaqdiet se jsiru utilisti taħt il- liġi taċ-ċens - għax lill-għaqdiet se jagħtihom il-faċilita' taċ-ċertezza tal-proprjeta' li għandhom quddiemhom li jistgħu jużawha bħala kollaterali biex jissellfu l-flus fuqha.", "Għalhekk jien ngħid li meta qed issir din l- azzjoni daqshekk wiesgħa bħala rikonoxximent lil dawk il-Maltin li jeżerċitaw l-isport favorit tagħhom, fl-istess nifs ngħid kemm huwa utli li nirrikonoxxu wkoll dak li jagħmlu għaqdiet fil-politika.", "Jiena nibda nidħak meta nisma' l-Oppożizzjoni hawnhekk, partikolarment lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, anke b'ħafna stqarrijiet fuq it-television - u saħansitra marru bil-microphone quddiem Australia Hall, f'Pembroke - għaddejjin jitkażaw bi skandlu.", "F'daqqa waħda ċ-ċifri tant saru għoljin li qisna se nsiru kollha miljunarji din in-naħa - dawn il-miljuni jien għadni ma rċevejthomx! - u ma nafx kif l-Onor.", "Fenech Adami qed jistma li l- Partit Laburista se jagħmel qligħ ta' Lm3 miljun.", "Dalgħodu kien qed jagħmel l-intervent tiegħu l-Onor.", "Mugliett u qbadt u staqsejtu minn fejn ġab dik iċ-ċifra u f'kemm ili ngħidlek niżżilha bin-nofs għax qal li safejn jaf hu l-valur jiġi Lm1.5 miljun.", "Mela wieħed mill-Oppożizzjoni diġa' faqa' l-bużżieqa ta' Lm3 miljun tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax niżżilhielu bin-nofs.", "Dalgħodu għamilt intervent ta' nofs sekonda u minn Lm3 miljun iċ-ċifra niżlet għal Lm1.5 miljun!", "Jiena ngħidlu li anke dik il- Lm1.5 miljun x'aktarx se jkollu jerġa' jirriduċiha by half ħalli forsi niġu aktar viċin ir-realta'.", "Allura meta wieħed jibda jitkellem aktar b'dan it- tip ta' sens nibdew naraw li aħjar inkunu naqra saqajna ma' l-art fuq x'qed jiġri.", "Li qiegħed jiġri huwa sempliċi ħafna ħafna.", "Fl-1979 kien hawn riżoluzzjoni f'dan il-Parlament - kont għamilt il- kuntratti jiena stess - fejn il-Malta Shipbuilding Co. Ltd. - fuq kollox il- Malta Shipbuilding hija l-gvern kollu kemm hu mdaħħal ġol-Malta Shipbuilding Co. Ltd - ħadet mingħand il-Malta Labour Party il-post fejn kien hemm il-Freedom Press b'ċens ta' Lm20,000 fis-sena.", "Għal dawk li issa għoġobhom jinsew x'kien il-Freedom Press, tajjeb infakkruhom li l-Freedom Press kien mibni mill-voluntiera Laburisti li kienu jmorru l-ġimgħa kollha jibnu fil-Ħdud u l-festi, jsajru għal sħabhom waqt li jkunu qegħdin jibnu, jiġbru l-flus biex jixtru l-ġebel u l-materjal u bil-mod il-mod bnew headquarters ta' partit liema bħalu.", "Dak iż-żmien ma kienx hawn fil- pajjiż headquarters ta' partit bħal dak, l-ewwelnett bħala daqs, u t-tieni, mibni mill-voluntiera.", "Mela ejja nieqfu nagħmlu pawsa żgħira u nirrikonoxxu dan il-fatt ħiereġ mill-għeruq tar-rieda taċ-ċittadini Maltin.", "Ejja nagħmlu pawsa mit-tgħajjir partiġjan.", "Ejja naraw x'dedikazzjoni marret biex inbena l-Freedom Press fil-Marsa.", "Forsi mhux qed inkun preċiż meta qed ngħidu l-Freedom Press.", "Hawnhekk nespandi dan il-punt għax il- kumpless kollu li fl-1979 ġie mogħti mill-Malta Labour Party lill-Malta Shipbuilding lill-Gvern, b'riżoluzzjoni ta' din l-istess Kamra, ma kienx fih press biss imma kien fih ukoll l-administrative headquarters tal-Malta Labour Party.", "Jien dak iż-żmien kont fiż-żgħażagħ u fl-eżekuttiv tal-partit u niftakar li kellna l-kmamar tal-kaxxier, tas-segretarju, ta' l-eżekuttiv, taż- żgħażagħ, kmamar li kienu jagħtu lok li l-organi tal-partit jiffunzjonaw administratively.", "Kellna wkoll teatru ġo dak il-kumpless, again mibni bid- dedikazzjoni sħiħa ta' dawk il-voluntiera li taw ħinhom u ħarġu flushom biex bnewh.", "Kien hemm restaurant u kien hemm bar.", "Mela hawn f'daqqa waħda qed nibdew nifhmu kemm kien - u għadu - post ċentralissimu.", "Infatti llum il-Gvern stess qed jirranġa l-cross-roads li hemm hemmhekk għax tant jgħaddi traffiku minn hemm li kulħadd jaqbel li hija waħda mill-aktar arterji prinċipali li hawn għax minn hemm tifrex għas-south kollu ta' Malta.", "Allura llum għiduli mhux kemm jiswa St. Andrew's imma għiduli kemm kien jiswa aktar il-Freedom Press, il-headquarters tal-Malta Labour Party, ir-restaurant u l-Freedom Hall.", "Għiduli llum kemm qegħdin jonfqu kumpanniji biex jibnu cinema aktar 'il hinn minn din l-arterja.", "Li kieku dik il-proprjeta' li ngħatat b'ċens lix-ShiSShipbuilding għal Lm20,000 biss kellha tinbiegħ, min jaf kemm kien ikun jista' jġib fis-suq illum il- partit!", "Li kieku llum il-partit idur fuq il-Malta Shipbuilding Co. Ltd. - jew il-Gvern - u jgħidilha: Inti ma ħallastx iċ-ċens ta' Lm20,000, jiena għandi privileġġ speċjali fuq dak il-post u se nerġa' nieħu lura dik il- proprjeta`.", "Kif ma jsemmuhomx dawn l-aspetti kollha, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u l-avukati kollha min-naħa ta' l-Oppożizzjoni?", "Mela hemm proprjeta` li tiswa l-miljuni hemmhekk, apparti mill-valur storiku u sentimentali għal ħafna ċittadini Maltin li taw sehemhom biex jinbena dak il-post.", "Ħalli ninsew dak il-valur għax dak kważi huwa inkwantifikabbli u ejja naraw x'ikun jiswa dak il-post kollu llum fis-suq.", "Ara jekk xi ħadd jagħmel complex ta' cinemas bis-restaurants, bil-bars u mbagħad fuq jagħmel uffiċini, kemm jiġi jiswa f'dik l-area kollha li hemm hemmhekk!", "Kif kollu ġie njorat dan?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Qed titkellem fuq Australia Hall?", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Kemm vera m'intix qed issegwi!", "Jiena qed nitkellem fuq il-Freedom Press, il-Freedom Hall u r-Restaurant Maltais.", "Dawn kollha kienu jifformaw kumpless wieħed li l-Malta Labour Party kien ta lill-Malta Shipbuilding Co. Ltd. għal ċens ta' Lm20,000 fis-sena.", "Qiegħed ngħid li minħabba l-fatt li l-Malta Shipbuilding ma ħallsitx dan l-ammont ta' ċens ripetutament, il-partit seta' faċilment qabad u reġa' ħa lura dik il-proprjeta' kollha għalih.", "U din m'hijiex xi proprjeta' negliġibbli għax qed nipprova nindika, Onor. Vassallo, li fis-sit fejn qiegħda, fil-cross- roads fejn qiegħda, illum kien ikun post ideali biex ikun hemm ...", "Anzi immaġina kieku b'dawk it-teatri li kien hemm hemmhekk dak iż-żmien, with due modifications for the passage of time, kemm kien jiġi jiswa l-post illum!", "Meta wieħed jara l-potenzjal ta' din l-area kollha, allura l-MLP kemm imissu jieħu lura minħabba l-fatt li l-Gvern ma kienx qiegħed iħallas l-Lm20,000 ċens lil Malta Labour Party - u l-partit għandu l-privileġġ speċjali insinwat regolarment ġewwa l-Public Registry li jista' jeżerċita d- dritt li jittermina l-kuntratt ta' ċens u jieħu lura dik l-art bil- benefikati kollha - u minħabba nuqqas ta' pagament ta' ċens min-naħa tal- Malta ShipbuildingĠ Imbagħad ovvjament la tkun libera jkun jista' jikkummerċjalizzaha.", "Sur President, minn hawn irridu nibdew: X'inhu dovut lejn il-Malta Labour Party min-naħa tal-Gvern?", "Il-ħin kollu qegħdin isemmu naħa waħda ta' l-istampa, dak li hu dovut mill-Malta Labour Party lejn il-Gvern.", "Għax imbagħad meta tiġi fuq in-naħa l-oħra - ara kemm jiġu aktar u aktar weak jaħasra - minflok il-Freedom Press li kien hemm qabel fil-Marsa, hemm il-Marsa Press two roads across 'il bogħod.", "Minflok l-administrative headquarters, hemm l-administrative headquarters ġewwa l-Maċina.", "Minflok it-teatru u s-side property li kien hemm mat-teatru, li tgħin għall- istorage ta' l-affarijiet, hemm l-Australia Hall u s-side property.", "Mela allura qegħdin titkellmu biss issa fuq one-third mill-kumpless kollu li kellu l-Malta Labour Party ġewwa l-Marsa għar-rigward ta' l-ammont li għad baqa' li qiegħed hemm fuq issa.", "Allura meta wieħed jibda jara dawn it-tip ta' paraguni wieħed ma jibdiex jifhem iktar kif qed jimxi l-moħħ hawnhekk quddiemna.", "Peress li l-Malta Shipbuilding - meta qed ngħidu x-Shipbuilding jiġifieri l-gvern u mhux xi ħaddieħor - ma kenitx qed tħallas lill-Malta Labour Party iċ-ċens tagħha ta' l-aħħar tas-sena, il-Malta Labour Party ma kienx qed iħallas lill-gvern iċ-ċens tiegħu ta' l-aħħar tas-sena.", "Mela l- Gvern mhux qiegħed jaħfer hawnhekk.", "M'hu qed jagħmel assolutament xejn ħlief li mhux qed joħroġhom minn but u mhux qed idaħħalhom fil-but l-ieħor kull sena.", "Il-Gvern fejn kien baqa' għax l-istess cheque li jiffirma biex iħallas iċ-ċens lill-Malta Labour Party, il-Malta Labour Party jiffirma ċ- cheque fuq wara u jerġa' jibagħtu lura għand il-Gvern l-għada.", "Mela m'hawn l-ebda maħfra ta' ċens.", "Issa jiena se nuża kelma li qatt ma nuża normalment fil-Parlament.", "Kull membru ta' l-Oppożizzjoni li qed jgħid li din ir-riżoluzzjoni fiha maħfra ta' ċens qiegħed jigdeb assolutament.", "M'hawn l-ebda maħfra ta' ċens, la fil-kuntratt u lanqas fir-riżoluzzjoni.", "U niddejjaq anke li s-Sedja ma tiġbidx l-attenzjoni meta jkollna esaġerazzjonijiet bħal dawn.", "Hemm il- limiti ta' fejn tidħol opinjoni - kulħadd jista' jgħid li tazza hija nofsha mimlija jew nofsha vojta; li dak il-kulur huwa griż jagħti lejn l-iswed jew griż jagħti iktar lejn l-abjad; dawn l-opinjonijiet naċċettahom għax għalhekk hawn Parlament - imma meta nies legali jgħidu li hawn ġew qegħdin nittrattaw maħfra ta' ċens, ngħidilhom jikkwotawli parti waħda biss li fiha tissemma maħfra ta' ċens.", "Ħadd m'hu qed jitlob għall-maħfra ta' ċens għax lanqas biss hawn talba għall-maħfra ta' ċens.", "Jiena niddejjaq nisma' li tal-Labour Party se jsiru miljunarji għax il-Gvern se jagħtihom Lm3 miljun u iktar.", "Fejn se nieħdu Lm3 miljun u iktar bħala Labour Party mingħand il-Gvern?", "Imkien m'hi qiegħda din.", "Mela din l-ewwel gidba.", "It-tieni gidba hija li qegħdin jgħidu li hawn maħfra ta' ċens.", "Fejn hija l-maħfra ta' ċens?", "Iċ-ċens kien hemm, għadu hemm u se jibqa' hemm.", "Malli jasal iċ-ċekk taċ-ċens dovut lil-Labour Party mix-Shipbuilding, il-kaxxier tal-Malta Labour Party jerġa' jiffirma fuq in-naħa ta' wara taċ-ċekk u l- għada jerġa' jibagħtu għand il-Gvern.", "Mela jekk il-Gvern ma ħariġhomx allura l-Labour Party qed jaħfer lill-Gvern.", "Mela bil-maqlub ta' dak li qed jallegaw tan-naħa l-oħra qiegħda l-biċċa tax-xogħol.", "L-Oppożizzjoni qegħdin jgħidu li l-Gvern qiegħed jaħfer iċ-ċens, u jiena minn hawn ngħid li huwa l-Labour Party li kien qed jaħfer lill-Gvern il-ħlas ta' Lm20,000 ċens fis-sena.", "Nerġa' ngħid li kieku ried il-Labour Party seta' eżerċita l-privileġġ speċjali u jgħid li la l-Gvern ma ħallsux taċ-ċens kellu kull dritt jaħtaf dik il-proprjeta' li qiegħda fil-cross-roads tal-Marsa, fejn kien hemm il-Freedom Press, il-Freedom Hall, ir-Restaurant Maltais u l- kumpless kollu tal-headquarters tal-Malta Labour Party u kien jikkommeċjalizzaha.", "Hekk kien jagħmel il-miljuni żgur!", "Immaġinaw kemm kienet tiġi tiswa flus kieku dik l-area kollha kellha tiġi kkonvertita f'xi showroom kbira, f'xi kumpless taċ-ċinema u f'xi kumpless ta' uffiċini, kif qegħdin jinbnew bħalissa fil-Marsa, bit-twieqi qishom mirja.", "(Interruzjonijiet) Le, ħafna u ħafna ikbar.", "Dak li għadek ma fhimtx Onor. Vassallo.", "L-area tax-Shipbuliding hija tliet darbiet iżjed mill-Australia Hall.", "Ejja għall-grazzja ta' l-argument ngħidu li huwa veru li l-Australia Hall tiswa Lm3 miljun - dan ma jirriżulta minn imkien, anke l-Onor.", "Mugliett qal li din tiswa nofs dik is-somma - mela allura l-area tal-Marsa li qed insemmi tiswa mill-inqas Lm9 miljun għax l-area tal-Marsa hija daqs dik tliet darbiet għall-kumpless li qed jiġi żviluppat.", "Dan huwa punt ta' min wieħed jagħmlu ċar.", "Ejjew nibdew nitkellmu fuq iż-żewġ naħat ta' din ir-relazzjoni u mhux fuq naħa waħda biss.", "Hemm żewġ naħat.", "Il-Gvern, bħala l-Malta Shipbuilding għandu jħallas Lm20,000 fis-sena lill-Malta Labour Party - dan kien kuntratt imfassal minni fl-1979 - u mbagħad il-Malta Labour Party, taħt kuntratt ieħor, jerġa' jħallas l- Lm20,000 fis-sena lill-Gvern.", "Mela llum m'hawn l-ebda maħfra ta' ċens għax la l-partit ma ħafer lill-Gvern il-ħlas taċ-ċens u lanqas il-Gvern ma ħafer lill-partit il-ħlas taċ-ċens u la ż-żewġ relazzjonijiet għadhom in vigore ħadd ma qed jaħfer xejn lil ħadd.", "Anzi fi tmiem il-kuntratt anness mar- riżoluzzjoni għandna quddiemna:", "\"The Government retains its rights to demand from the Party the full payment of the ground rent due by it and the delegation by the Party of its rights against the company in no way extinguishes the Party's primary obligation to pay such ground rent itself to the Government.\"", "Dan joħroġna minn kull dubju għax forsi kieku ma kienx hemm dan il- paragrafu forsi xi ħadd seta' jgħid li għandu mnejn hemm novazzjoni.", "Issa x'inhi din it-Torok ta' novazzjoni?", "Fid-Dritt Ruman, li aħna wrietna bil- Kodiċi Ċivili, hemm qisu set-off ta' obbligazzjonijiet imma mhux set-off preċiż għax is-set-off huwa regolat taħt titolu ieħor fil-Kodiċi Ċivili.", "Novazzjoni hija fejn isir obbligu u dritt ġdid minn sett ta' obbligi u drittijiet qodma.", "Fejn qiegħda l-maħfra taċ-ċens?", "Minn hawn nerġa' ngħajjar lil kull min qed jgħid li dan il-kuntratt jinvolvi maħfra ta' ċens \"giddieb a piu non posso\".", "Ma jistax ikun li jkollok gidba ikbar minn hekk meta l-kuntratt qiegħed quddiemhom u ilu quddiemhom kemm ilha din ir- riżoluzzjoni quddiem din il-Kamra.", "Kulħadd jaf jaqra bl-Ingliż u bil- Malti, anzi hawn ħafna avukati u ħafna nies legali u meta jaqraw li l-Gvern jirritjeni d-dritt li jiddomanda l-pagament sħiħ mingħand il-partit, allura m'hemmx maħfra.", "Dan l-istess kuntratt qed jgħid ukoll li d-delega lill- Gvern tad-drittijiet tal-partit kontra x-Shipbuilding ma jfissirx li qed titfi l-obbligu primarju tal-partit illi jħallas dan iċ-ċens huwa nnifsu lill-Gvern.", "Mela fejn qiegħda l-maħfra?", "Għandna gidba bl-iswed fuq l- abjad għax dak li hawn miktub f'dan il-kuntratt, iċċirkulat u mqassam lil kull membru ta' din il-Kamra, huwa ċar daqskemm hi ċara l-gidba dwar il- maħfra taċ-ċens.", "Għalhekk nitlob lill-membri kollha ta' din il-Kamra jottemperaw rwieħhom fid-dibattitu u fid-diskors tagħhom ġewwa l-Kamra - u anke barra - skond il-parametri ssetjati tad-dibattitu għax inkella kull wieħed jibda jivvinta bl-iktar mod eċċentriku, skond kif ikun qam fil- għodu, u jekk se nagħmlu hekk il- kredibilita' tal-membri ta' din il-Kamra ma nafx fejn se tibqa'.", "Ejjew nitkellmu fuq it-text li għandna quddiemna.", "It-text li qed nitkellmu fuqu jgħid li x-Shipbuilding għandu jagħti lil- Labour Party Lm20,000 ċens fis-sena.", "Kif ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma jsemmiha din?", "Ħadd ma jsemmi li l-partit għandu dan il-privileġġ speċjali fuq il-proprjeta' tax-Shipbuilding.", "Allura jekk il-Partit qed jgħaddi d-dritt li jiġbor dawn l-Lm20,000 fis-sena lill-Gvern u l-Gvern biex jiġbor l-Lm20,000 mill-partit f'daqqa waħda se jkollu jagħmel conflation u merger tad-drittijiet u obbligi; u jekk fl-istess ħin fil- kuntratt qegħdin ngħidu li l-Gvern se jirritjeni d-dritt li jitlob pagament sħiħ għal kwalunkwe ċens dovut mill-partit u l-partit qed jirrikonoxxiehulu dan, min jista' jgħidilna li hawn xi maħfra taċ-ċens?", "Anzi li jista' jsir huwa - u din hija l-iktar ħaġa ovvja - illi għal dan is- set-off - għax huwa set-off min-naħa għall-oħra - il-lejla stess il-Gvern li huwa l-major shareholder tax-Shipbuilding, jgħid lix-Shipbuilding biex jagħmel iċ-ċekk ta' kemm għandu jagħti ċens lill-partit u malli jasal fil- headquarters tal-partit il-kaxxier jiffirma fuq wara ta' l-istess ċekk u jerġa' jibagħtu għand il-Kummissarju ta' l-Artijiet.", "Jista' xi ħadd hawn ġew jgħidli li ġaladarba jsir hekk, tkunx saret xi maħfra, meta dan huwa dovut legalment min-naħa tax-Shipbuilding lejn il-partit?", "Jista' xi ħadd jgħidli għaliex kulħadd isemmi naħa waħda biss, x'għandu jagħti l-Labour Party lill-Gvern u x'għandu jagħti l-Gvern lill-partit, skond kuntratt ta' l-1979, ħadd ma jsemmih?", "Dan mhux biex nieħdu vantaġġ politiku ta' jumejn?", "Għalfejn dan?", "Hekk se niggwidaw id-diskussjoni politika f'dan il-pajjiż?", "Jiddispjaċini ngħid li mhijiex diskussjoni responsabbli li wieħed jgħid li hawn maħfra ta' ċens.", "Nerġa' ngħid li m'hawnx maħfra ta' ċens f'din ir- riżoluzzjoni li għandna quddiemna.", "Jiena ma nixtieqx intawwal ħafna imma nixtieq ngħid li aħjar il-pajjiż ikollu quddiemu diskussjoni ċara.", "Ħalli ma jkunx hemm qbil, ħalli jkun hemm opinjonijiet, analisi u interpretazzjonijiet differenti, imma anke l- interpretazzjoni għandha l-limiti tagħha kemm tista' iġġebbed dak li huwa miktub bl-iswed fuq l-abjad.", "Ma naħsibx li huwa sewwa li wieħed jinjora dawn l-elementi bażiċi ta' liġi fundamentali tal-pajjiż, il-Kodiċi Ċivili, illi jitkellem ċar fuq x'inhu dovut min-naħa bħala ċens u x'inhu dovut min- naħa l-oħra bħala ċens.", "Iż-żewġ partijiet meta jingħaqdu flimkien jagħmlu storja.", "Meta l-Oppożizzjoni titkellem biss fuq parti waħda ta' din l- istorja jkunu qegħdin jgħidu lill-poplu nofs storja u nofs storja, jiddispjaċini nerġa' ngħid, tammonta għal gidba.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, issa li smajt lill-Onor.", "Sceberras Trigona jitkellem naħseb li se jkolli nibda d-diskors tiegħi b'mod differenti milli kont qed nippjana.", "Jidhirli li għandi mill-ewwel nibda billi nwieġeb għall-punti li qajjem l-Onor.", "Membru fl-aħħar parti tad- diskors tiegħu.", "Waqt li kien qiegħed jitkellem f'dawn l-aħħar minuti uża ħafna aġġettivi fis-sens li l-membri ta' din il-Kamra - naħseb li kien qed jirriferi għall-membri ta' din in-naħa tal-Kamra - qegħdin jivvintaw bl- iktar mod eċċentriku, \"skond kif iqumu fil-għodu\" u li dak li qegħdin jgħidu mhuwiex korrett u b'xi mod jew ieħor ma jaqbilx mal-fatti jew mar- realta' ta' l-affarijiet kif inhuma.", "Naħseb li l-aġġettivi kollha li l- Onor. Sceberras Trigona indirizza lejn il-membri ta' din in-naħa tal-Kamra, se jkolli nagħmillu bħal min ikun qed jilgħab it-tennis u nibgħathomlu lura fin-naħa tiegħu.", "Għax bl-argumentazzjoni tiegħu, l-Onor.", "Membru bbaża ruħu fuq tliet premessi li rrid ngħid li huma totalment żbaljati, ma jaqblux mar- realta' u fl-użu ta' dawk il-premessi hu stess kien qiegħed jimmislidja lill-Kamra.", "Ħalli nissostanzja dak li qed ngħid.", "L-Onor.", "Sciberras Trigona ħadha qatta bla ħabel kontra min tkellem minn din in-naħa tal-Kamra u kontra min qal li l-proprjeta li l-Partit Laburista għandu f'St Andrew's tiswa Lm3 miljun.", "Huwa qal li din ivvintajniha, ġibniha minn żniedna u m'hemm xejn li jindika li din il-proprjeta' tiswa daqshekk.", "Issa jew l-Onor.", "Membru ma segwiex sewwa dak li konna qegħdin ngħidu jew inkella għażel li jisma' dak li xtaq li jisma jew inkella ried jimmislidja lil din il-Kamra.", "Aħna għidna - u qalha l-Kap ta' l- Oppożizzjoni f'konferenza stampa li saret ġewwa Pembroke stess, ħdejn il- bini magħruf bħala r-Raffles - illi l-valur illi ngħata lil dawn it-tliet proprjetajiet li qegħdin ġewwa St. Andrew's, li jinkludu r-Raffles, l- Australia Hall u l-Victoria Pub, huwa ta' bejn Lm1.5 u Lm3 miljun u jirriżulta li dan il-valur ngħata mill-Partit Laburista stess.", "Jiena f'idejja għandi fotokopja ta' artiklu li ġie stampat f' \"l- orizzont\", ippublikat fil-11 ta' Novembru, 1995 u miktub minn ċertu Michael Abela.", "Jiena pprovajt inħabbel daqsxejn rasi ħalli nara min hu Michael Abela għax naf ħafna persuni li jġibu l-istess isem u kunjom pero' ma naf lil ħadd minnhom li qiegħed f'xi struttura tal-Partit Laburista.", "Ma nafx jekk hemmx jew kienx hemm xi Michael Abela fl-organizzazzjoni tal-Partit Laburista fil-11 ta' Novembru, 1995.", "Pero' jekk wieħed jaqra sewwa dak li kiteb dan Michael Abela f'dan l-artiklu huwa ovvju li min kitbu kien midħla sew tal-Partit Laburista, jaf il-fatti minn ġewwa u nvolut sewwa fil- pjanijiet kollha li huma kienu qegħdin jagħmlu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp tal-proprjetajiet kollha li l-Partit Laburista għandu.", "Wara kollox aħna ma nafux min hu dan Michael Abela imma jista' jkun anke xi isem li qed jinħeba warajh xi ħadd ieħor.", "Jiena ma nafx x'ifissru l-inizjali M.A. Tista' tibni ħafna stejjer fuq l-inizjali, fuq min hu u x'intenzjonijiet kellu f'moħħu.", "Qed nara lill-Onor.", "Maria Camilleri tagħmilli s-sinjali min-naħa l-oħra tal- Kamra u nifhimha għaliex qed tagħmilli dawk is-sinjali.", "Min jaf min hu dan Michael Abela!", "Aħna nistaqsu biex jekk hawn xi ħadd li jista' jaqtgħalna l- kurżita' - jista' jkun li nibqgħu bil-kurżita' - inkunu grati lejh jekk jgħidilna min hu dan Michael Abela.", "Pero' s'issa għadna ma nafux min hu.", "Imma hu min hu żgur li huwa xi ħadd li huwa midħla sewwa tal-Partit Laburista, imdaħħal sewwa fl-organizzazzjoni tal-Partit Laburista u jaf ħafna affarijiet fuq il-proprjeta li l-Partit Laburista għandu u fuq il- pjanijiet li għandu biex jiżviluppa din il-proprjeta.", "Issa se naqra paragrafu ċkejken minn artiklu twil faċċata sħiħa.", "F'dan il-paragrafu Michael Abela jgħid hekk:", "\"Fl-aħħar tliet snin esperti fil-valur ta' l-art u tal-bini kienu qed jistmaw li l-valur tal-proprjetajiet tal-Partit Laburista seta' jitla' għal bejn Lm1.5 u Lm3 miljun.\"", "Mela l-ewwel premessa ta' l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona għandha tiġi korretta minnu stess bħala premessa żbaljata tiegħu għax iċ-ċifri ta' Lm1.5 miljun u Lm3 miljun mhux minn din in-naħa ġew.", "Ma ġew minn ebda kelliem tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni jew tal-Partit Nazzjonalista imma minn artikolist bl-isem ta' MIchael Abela, ovvjament midħla sewwa tal-Partit Laburista, illi qiegħed jgħid li l-Partit Laburista qabbad esperti/periti u dawn l-esperti/periti stmaw dawn it-tliet proprjetajiet għall-valur ta' bejn Lm1.5 u Lm3 miljun.", "Forsi hawn ikun aħjar, Sur President, li nitlob il-permess sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra artiklu mill-ħarġa ta' \"l- orizzont\" tal-11 ta' Novembru, 1995 intitolat \"Użu Tajjeb mill-Bini ta' Sant' Andru\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Artiklu mill-ħarġa ta' \"l-orizzont\" tal-11 ta' Novembru, 1995 intitolat \"Użu Tajjeb mill-Bini ta' Sant' Andru\".", "Dan qed nagħmlu sabiex nissostanzja dak li qed ngħid.", "Għandna dikjarazzjoni minn xi ħadd ġej mill-Partit Laburista stess illi qed jgħid li l-valur tal-bini li qegħdin nitkellmu fuqu fl-1995 kien ta' bejn Lm1.5 u Lm3 miljun.", "Mela l-ewwel premessa ta' l-Onor.", "Sceberras Trigona hija totalment żbaljata.", "It-tieni premessa żbaljata, ukoll min-naħa ta' l-Onor.", "Sceberras Trigona, hija d-differenza bejn qisien tal-proprjeta' tal-Freedom Press u l- proprjeta' li hemm ġewwa St. Andrew's. Jiena ngħid li jew l-iżball għamlu apposta jew inkella ma vverifikax l-affarijiet, pero' mill-mod kif tkellem nassumi li jaf sewwa fuq xiex kien qiegħed jitkellem u jekk jaf sewwa fuq xiex kien qed jitkellem ma setax jagħmel dan l-iżball u allura fl-opinjoni tiegħi kien qed jimmislidja lill-Kamra.", "Jiena għandi quddiemi parti sewwa mid-dibattitu li kien sar fil-Parlament fis-7 ta' Awissu, 1979 meta dak inhar kienet ukoll ġiet diskussa riżoluzzjoni biex il-proprjeta' tal- Freedom Press tiġi kkompensata billi l-Malta Shipbuilding jgħaddu lill- Partit Laburista dawn it-tliet proprjetajiet li aħna niġbruhom kollha f'daqqa u ngħidulhom il-proprjetajiet ta' St. Andrew's. Jekk hawn xi żball f'dan id-dibattitu wieħed faċilment jista' jivverifika billi jsib il- kuntratti.", "Jiena għandi wieħed mill-kuntratti hawn u nistgħu anke nġibu t- tieni kuntratt.", "Jekk irridu nistgħu nġibu l-kuntratt tat-trasferiment tal- Freedom Press lill-Malta Shipbuilding u nistgħu nġibu l-kuntratt tat- trasferiment tat-tliet proprjetajiet ta' St. Andrew's lill-Partit Laburista u nsibu, meravilja tal-meravilji, illi l-qies bħala metri kwadri tal- proprjeta' li konna nafuha bħala l-Freedom Press huwa ta' 8,000 metru kwadru, filwaqt li l-qies tal-proprjeta' li ġiet trasferita lill-Partit Laburista u li tinsab f'St. Andrew's huwa ta' 14,000 metru kwadru u l-Onor.", "Sceberras Trigona sgwida lil din il-Kamra meta pprova jargumenta illi l- proprjeta' tal-Freedom Press hija ħafna ikbar mill-proprjeta' li hemm f'St. Andrew's. Mhux hekk hu?", "Din hija xi ħaġa li wieħed jista' jivverifika billi jara l-kuntratti.", "Jiena qed nikkwota mid-dibattitu li kien sar f'dan il-Parlament fis-7 ta' Awissu, 1979 fejn minnu jirriżulta li l-area tal- Freedom Press hija ta' 8,000 metru kwadru filwaqt li l-proprjeta' ta' St. Andrew's hija ta' 14,000 metru kwadru.", "Mela t-tieni premessa ta' l- argumenti ta' l-Onor.", "Sceberras Trigona jidhirli li hija wkoll żbaljata u hu għandu jiġi u jikkorreġi dak li qal għaliex b'dak li qal sgwida kompletament lil din il-Kamra.", "It-tielet argument li għamel l-Onor.", "Sceberras Trigona jittratta l- kwestjoni ta' l-arretrati taċ-ċens u fejn qal li n-naħa ta' din il-Kamra qed jitkellmu dwar maħfra ta' ċens meta minn imkien ma jirriżulta li hemm maħfra ta' ċens.", "Jiena lill-Onor.", "Sceberras Trigona ngħidlu: Ejja nħarsu daqsxejn lejn il-fatti.", "Naqblu li hemm arretrati ta' Lm0.25 miljun ċens fuq din il-proprjeta'?", "Dan huwa l-ewwel fatt. Nistgħu niftehemu bejnietna ħalli ma noqogħdux nargumentaw fil-vojt?", "Naħseb li dan il-fatt ħadd ma jista' jmerih.", "Il-lum huwa fatt stabilit li hemm arretrati ta' Lm0.25 miljun ċens dovuti fuq il-proprjeta' ta' Pembroke u dawn il-Lm0.25 miljun ċens huma dovuti - u nispera li naqblu fuq dan ukoll - bil-liġi u bl- obbligi kollha mill-Partit Laburista lill-Gvern Malti.", "Dan it-tieni fatt naqblu fuqu wkoll?", "Jekk l-Onor.", "Sceberras Trigona huwa nutar jiena nippretendi li hu, bħala nutar, kapaċi jifhem li legalment il-Gvern għandu d-dritt li jiġbor mingħand il-Partit Laburista s-somma ta' Lm0.25 miljun.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-riżoluzzjoni u l-kuntratti li ġew ippreżentati lil din il-Kamra dwar l-artijiet ta' Pembroke wieħed mill-ewwel jifhem għax din tirriżulta mill-kuntratti stess.", "Il-Gvern Malti għandu dan id-dritt?", "Mhux talli għandu dan id-dritt il-Gvern Malti li jiġbor dawn il-flus mingħand il-Partit Laburista, talli għandu d-dritt li jiġbor il-Lm0.25 miljun u għandu d-dritt ixojli l-kuntratt mal-Labour Party.", "Il-Gvern Malti għandu dritt jieħu l-proprjeta' lura għas-sempliċi raġuni li ċ-ċens ma tħallasx.", "Mela huwa veru li hemm Lm0.25 miljun dovuti f'arretrati ta' ċens, huwa veru li huma dovuti mill-Partit Laburista lill-Gvern Malti u veru wkoll li l-Gvern Malti għandu d-dritt illi jieħu l-proprjeta' lura għax il-Partit Laburista ma ħallasx iċ-ċens.", "Dawn huma fatti li huma ċari daqs il-kristal.", "Tant hu hekk li biċċa minn din ir-riżoluzzjoni għalhekk ġiet quddiem din il-Kamra biex il-Gvern jaħfer dan kollu.", "Alla jbierek, f'dan il-pajjiż issa sirna nitkellmu fuq il-miljuni qisna qed nitkellmu fuq il-karawett.", "Din l-iskiżofrenija ta' bniedem li waqt li jokrob fuq il- kriżi finanzjarja u fl-istess nifs li jagħmel hekk ikun qed jagħti fuq plattina xi ħaġa li tiswa Lm3 miljun lill-Partit Laburista ma nistax nifhimha.", "Din, jew skiżofrenija jew diżonesta' politika.", "Pero' jiena iktar nenfażizza d-diżonesta' politika għax ma jistax ikun li filwaqt li int qiegħed tokrob fuq il-ħofor u tiddikjara li kulħadd huwa fallut, fl-istess nifs lill-Partit Laburista tagħtih dan ir-rigal sabiħ.", "Mela għandna mozzjoni quddiemna li fl-aħħar mill-aħħar titlob lil dan il- Parlament jagħti l-barka tiegħu lill-Gvern ħalli l-Gvern ikun jista' iċedi dritt sagrosant li għandu llum, b'liema dritt jista' jdur fuq il-Partit Laburista u jgħidlu: Jiddispjaċini, int ma ħallastx iċ-ċens u għalhekk jiena se nieħu l-proprjeta' lura.", "Din hija xi ħaġa li l-Gvern jagħmilha maċ-ċittadini kollha għax sa ġimgħa ilu ġew ikellmuni żewġ individwi - m'iniex se nsemmihom għax mhux il-mument li jissemmew u lanqas għandi permess biex insemmihom - proprju għax għandhom każ simili.", "Ma ħallsux l- arretrati u l-Gvern qed jeżerċita d-dritt tiegħu illi hu jikkanċella.", "Jiġifieri f'pajjiż demokratiku fejn il-Gvern mhuwiex superjuri għal-liġi imma jbaxxi rasu quddiem il-liġi bħal kull ċittadin ieħor f'dan il-pajjiż, ma' dawn iċ-ċittadini qed jeżerċita d-dritt tiegħu biex jikkanċellalhom il- kuntratt.", "Imma mal-Partit Laburista le għax f'dan il-pajjiż jidher illi hawn min hu pprivileġġat.", "Lill-Onor.", "Sceberras Trigona ngħidlu li l- Lm0.25 miljun huma dovuti mill-Partit Laburista lill-Gvern.", "Dan huwa fatt stabilit li fuqu ma nistgħux ma naqblux għax ma nistgħux immeru s-sewwa magħruf.", "Il-Partit Laburista ma ħallsux lill-Gvern u l-Gvern il-lum għandu dritt li jieħu l-proprjeta' lura.", "X'qed jagħmel il-Gvern f'din ir- riżoluzzjoni?", "Il-Gvern qed jgħid lill-Parlament li se jċedi dan id-dritt.", "X'qed jagħmel iżjed il-Gvern?", "Qed jagħmel żewġ affarijiet u hawn fejn qed jiżbalja apposta, fl-opinjoni tiegħi, l-Onor.", "Sceberras Trigona.", "Il-Gvern jaf li l-Partit Laburista qiegħed fil-proċess li jinnegozja r- Raffles, wieħed minn dawn it-tliet proprjetajiet u jidher - u ngħid \"jidher\" b'dispjaċir għax, Alla jbierek, min jippriedka t-trasparenza u min jippriedka l-onesta' u s-serjeta' u li rridu nkunu pajjiż modern ma ndenjax ruħu jiġi quddiem dan il-Parlament u jagħtina l-ispjegazzjonijiet u l- informazzjoni; dan kollu għajdut s'issa - li dan se jiġi ttrasferit għall- prezz ta' Lm0.4 miljun jew kważi Lm0.5 miljun u ssemma' l-individwu li se jixtrih u miniex se nsemmih b'rispett lejh għax mhux sewwa li fil-Parlament noqogħdu nsemmu l-ismijiet.", "Pero' nerġa' ngħid li hawn għajdut fejn qed jingħad li l-Partit Laburista ftiehem f'konvenju ma' xi ħadd li jitrasferixxi r-Raffles għall-prezz ta' Lm0.4 miljun jew kważi Lm0.5 miljun.", "Jiena nixtieq narah dan il-konvenju.", "Mhux nixtieq, anzi nsostni li għandi dritt narah qabel ma niġi mitlub biex nivvota f'dan il-Parlament.", "X'jiġifieri aħna spiċċajna niġu f'din l-istituzzjoni parlamentari, it- tarka tad-demokrazija ta' pajjiżna, u niġu mitlubin nivvotaw fl-għama permezz ta' biċċa riżoluzzjoni ta' żewġ paragrafi fuq proprjeta' li tiswa Lm3 miljun, liema proprjeta' hija proprjeta' tiegħi bħala ċittadin u taċ- ċittadini kollha?", "Hekk niġu mitlubin biex nivvotaw?", "Veru jew mhux veru li l-Partit Laburista għandu konvenju ffirmat?", "Veru jew mhux veru li l-Partit Laburista se jbigħ din il-proprjeta' għall-prezz ta' Lm0.4 miljun jew kważi Lm0.5 miljun?", "Veru jew mhux veru li f'dak il-konvenju hemm il- kondizzjonijiet?", "Veru jew mhux veru li f'dak il-konvenju hemm kondizzjoni illi jiġu solvuti żewġ problemi, waħda in konnessjoni ma' l-iskedar tal- proprjeta' u l-oħra li tikkonċerna proprju dan id-difett kbir li jeżisti u cioe' li l-Gvern għandu dritt li jieħu l-proprjeta' lura?", "Veru li dawn il- kondizzjonijiet huma msemmijin f'dan il-konvenju?", "Veru jew mhux veru li jekk ma jseħħux dawn il-kondizzjonijiet jaqa' dan il-konvenju għax din il- proprjeta' m'għandha l-ebda valur jekk dawn iż-żewġ kondizzjonijiet ma jseħħux?", "Ġibuhulna dan il-konvenju ħalli narawh.", "X'hemm x'taħbu fih dan?", "Irrisponduna.", "Veru jew mhux veru li għandkom konvenju ffirmat fuq din il- proprjeta'?", "Veru li hemm kondizzjoni imposta minn min hu interessat li jixtri mingħandkom, kondizzjoni li torbotkom teħilsu minn dawn iż-żewġ diffikultajiet ta' l-iskedar tal-proprjeta' mill-Planning Authority u d- difett li għandkom fit-titolu.", "Veru jew mhux veru li dan il-konvenju ilu li ġie ffirmat?", "Veru jew mhux veru li dan il-konvenju ġie ffirmat qabel ma l-Planning Authority irranġat l-iskedar ta' din il-proprjeta'?", "Veru jew mhux veru li saru dawn l-affariijiet?", "Jew veru li t-trasparenza ma teżistix fejn jidħlu l-interessi tal-partit u f'dan il-każ fejn jidħlu l- interessi personali għall-Partit Laburista.", "Fejn hu d-diskors tat- trasparenza!", "Fejn spiċċajna f'dan il-pajjiż!", "Imma barra dan hemm problema oħra u dan bi tweġiba għall-punti li qajjem l-Onor.", "Sceberras Trigona.", "Irrid ngħid li segwejt l-interventi kollha li saru fuq din il-mozzjoni u b'dispjaċir ikolli nirrimarka li ħlief għall-Onor.", "Sceberras Trigona ħadd min-naħa tal-Gvern ma tkellem speċifikament fuq din il-kwestjoni għax għall- oħrajn, Alla jbierek, qisu xejn m'hu xejn.", "Xejn m'hu xejn għan-naħa tal- Gvern!", "L-Onor.", "Membru kien l-uniku wieħed li ndenja ruħu li jgħid xi żewġ kelmiet fuqha u sfortunatament ibbaża l-argumenti tiegħu fuq tliet premessi żbaljati li sgwidaw lil din il-Kamra.", "X'inha d-diffikulta' l-oħra li f'ġieħ it-trasparenza li nemmnu lkoll fiha u biex qabel ma nintalbu kollha kemm aħna nivvotaw, inkunu nafu għal xiex qegħdin nivvotaw?", "Din hija d- diffikulta' legali li diġa' ssemmiet mill-kelliema ta' din in-naħa pero' se nerġa' nsemmiha biex nirribatti l-punti li qajjem l-Onor.", "Sceberras Trigona.", "L-Onor.", "Sceberras Trigona, bħal kull min jaf ftit tal-liġi, jaf illi jeżisti l-prinċipju tal-preskrizzjoni.", "X'inhu dan il-prinċipju tal- preskrizzjoni?", "Se nipprova nissimplifika għax kultant aħna nagħmlu l- iżball li nitkellmu bħala avukati u ma nirrealizzawx li dan id-diskors qed nagħmluh biex suppost nipprovaw nipperswadu lil xulxin kif se nivvotaw, għalkemm nibża' li din hija utopja li qatt m'aħna se naslu għaliha.", "Hawn nixtieq niftaħ naqra ta' parentesi għax spiċċajna qegħdin tajjeb.", "F'seduta li bdejniha fid-9.00 a.m. spiċċajna qegħdin nitkellmu siġġijiet mas- siġġijiet għax bħalissa, għal min qed isegwina fuq ir-radju, preżenti fil- Kamra hawn żewġ membri min-naħa tal-Gvern.", "Fl-aħħar qed nara lill-Ministru Buhagiar għax immissjajtu għall-biċċa l-kbira mill-ġurnata u ngħidlek il- pura verita', Onor. Buhagiar, ħadtha daqsxejn bi kbira li ma rajtekx.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nassigurak li kont qed insegwi kollox mill- uffiċċju tiegħi!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandix dubju!", "Il-Ministru żgur li kien qed isegwi mill-kamra tiegħu permezz ta' l-intercom pero' meta ministru jkun qed jippilota riżoluzzjoni nippretendi li għallinqas għandu jkun preżenti fil-Kamra ħalli dak li jun jara daqsxejn ir-reazzjoni x'inhi.", "Forsi ma nippretendix il-preżenza ta' ministri oħrajn - għalkemm għandi dritt nippretendiha bħala parlamentari - imma l-preżenza u r-reazzjoni tal- Ministru Buhagiar kont nistenniha u qiegħed nieħu pjaċir li qiegħed hawnhekk ħalli jekk hu jħoss li għandu jweġibni għal waħda mill-15-il mistoqsija li se nagħmel iweġibni fil-pront.", "Il-konvejnu fejn hu?", "Il- kondizzjonijiet x'inhuma?", "Se narawhom?", "M'għandix inkun nafhom dawn l- affarijiet qabel ma nivvota?", "Għandi dritt bħala membru Parlamentari ta' dan il-pajjiż li ninsiti li nkun naf fuq xiex triduni nivvota?", "Qed tara, l- ebda tweġiba!", "Kultant tieħu pjaċir titkellem iktar mas-siġġijiet għax għallinqas dawn tarahom bl-istess faċċata u mhux b'faċċata differenti u kultant jirreaġixxu bħalma rreaġixxew nhar l-Erbgħa li għaddew filgħaxija, li kien għajb għal dan il-Parlament li jsir ċertu diskors li jweġġa' lilna personali u lill-ex-membri parlamentari li llum m'għadhomx magħna.", "Imma ħalli nagħlaqha din il-parentesi għax m'għandix għalfejn nidħol f'dawk l- aspetti.", "Jiena kont qed nitkellem fuq il-preskrizzjoni u kont qed ngħid li kulħadd għandu d-drittijiet tiegħu pero' l-liġi tal-preskrizzjoni ta' pajjiżna, bħal f'pajjiżi oħra, tgħidlek li jekk inti toqgħod rieqed u ma tagħmel xejn, wara ċertu żmien dak id-dritt titilfu.", "Jista' jkollok dritt kemm trid imma jekk toqgħod bil-qiegħda u ma tiċċaqlaqx, dak id-dritt jintilef biż-żmien.", "Il-liġi tagħna tgħid li jekk int għandek tieħu l-flus mingħand it-tali, id-dritt tiegħek jintilef wara tant żmien.", "U hemm perijodi differenti.", "Per eżempju, hemm perijodu ta' żmien ta' 18-il xahar, jiġifieri wara 18-il xahar titlef id-dritt tiegħek.", "Hemm perijodu ta' żmien li jkun ta' sentejn, hemm ieħor li jkun ta' ħames snin, hemm ieħor li jkun ta' għaxar snin, eċċ. eċċ. Fost l-affarijiet li tgħid il-liġi hemm li min ikollu d-dritt li jiġbor iċ-ċens, id-dritt tiegħu jintilef wara ħames snin jekk hu jibqa' rieqed u ma jagħmel xejn.", "It-traskuraġni m'hi tajba għal ħadd, speċjalment fejn tidħol il-proprjeta'.", "Mhux sewwa li jkollok proprjeta' u tittraskuraha u allura l-liġi stess toqros lil dak li għandu dritt u tgħidlek li jekk għandek tiċċaqlaq iċċaqlaq u mhux tħalli l- affarijiet jinġemgħu u l-problemi jikbru.", "F'dak li għandu x'jaqsam maċ- ċens, il-liġi tgħidlek li dak li jirċievi ċ-ċens, jekk ma jiċċaqlaqx jitlef iċ-ċens kollu li huwa aktar antik minn ħames snin.", "Jiġifieri inti qisek dejjem għandek id-dritt tiġbor biss ta' l-aħħar ħames snin.", "Il-liġi tgħidlek x'tista' tagħmel biex inti ma tħallihx jgħaddi dan iż-żmien kontra tiegħek.", "X'jiġifieri tiċċaqlaq?", "Per eżempju, inti tista' tqabbad avukat u tgħidlu biex jagħmillek ittra bil-qorti kontra t-tali għax għandu jħallasek taċ-ċens u fil-fatt ma ħallsekx.", "Allura inti tqabbad avukat, jagħmillek ittra uffiċjali fil-qorti u jekk dik l-ittra uffiċjali jagħmililek qabel ma jaqbżu l-ħames snin u tasal għand min għandu jħallsek, allura dik l-ittra uffiċjali tinterrompi l-preskrizzjoni u l-ħames snin jerġgħu jibdew jgħoddu mid-data ta' l-ittra uffiċjali.", "Aħna nafu illi l-Gvern ħareġ ittra uffiċjali kontra l-Partit Laburista f'Jannar, 1993 li fiha l-Partit Laburista ġie imsejjaħ biex iħallas l-arretrati kollha taċ-ċens li kienu dovuti sa dak inhar u f'dik l-istess ittra uffiċjali l-Partit Laburista ġie avżat li jekk jibqa' ma jħallasx iċ-ċens allura hu jista' jitlef it-titolu għall-proprjeta'.", "Nista' nikkonferma li f'Jannar, 1993 il-Gvern Nazzjonalista kien ħareġ ittra uffiċjali kontra l-Partit Laburista u nterpellah biex iħallas l- arretrati taċ-ċens.", "Issa jien se nistaqsi mistoqsija u nippretendi tweġiba ċara jekk il-Partit Laburista qed jippretendi li għandu xi dritt kontra l- Malta Shipbuilding.", "X'azzjoni legali ħa biex jinterrompi kwalunwe argument ta' preskrizzjoni fil-konfront ta' bejniethom?", "Hi nterrotta l- preskrizzjoni?", "Jiena nippretendi li dan il-Parlament jingħata tweġiba ċara fuq dan għax jekk it-tweġiba hija fin-negattiv - u ppermettuli nuża terminu daqsxejn iebes, pero' inħossu dan it-terminu - allura qed isir frodi fil- konfront ta' dan il-Parlament u fil-konfront tal-poplu Malti.", "Għaliex qed isir frodi?", "Għax b'din ir-riżoluzzjoni li qegħdin niġu mitlubin li nivvotaw favur tagħha f'din il-Kamra, il-Gvern qed iċedi dritt u mhux qed jinsisti għall-ħlas taċ-ċens mingħand il-Partit Laburista bl-iskuża li jista' jiġbor dan iċ-ċens mingħand il-Malta Shipbuilding.", "Issa jekk hemm il-preskrizzjoni u l-Gvern ma jistax jiġbor iċ-ċens mingħand il-Malta Shipbuilding, allura qed isir frodi fil-konfront ta' dan il-Parlament.", "Aħna għandna d-dritt li nippretendu spjegazzjoni u dettalji ċari fuq dan l- argument.", "Jien mhux qed ngħid li hekk hu għax ma nafx u kieku naf ngħid li naf, imma jiena fid-dmir u bi dritt li qabel ma din ir-riżoluzzjoni tgħaddi bit-timbru uffiċjali ta' dan il-Parlament inkun naf jekk il-Malta Labour Party iterrompiex il-preskrizzjoni fil-konfront tal-Malta Shipbuilding.", "Apparti minn dan, ta' min jgħid lill-Onor.", "Sceberras Trigona li ladarba qed jirriżultalna li l-Partit Laburista se jittrasferixxi din il- proprjeta', ma kienx ikun iktar għaqli għall-Kaxxa ta' Malta, jekk aħna verament għandna gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, illi dan il-Gvern jimponi kondizzjoni fuq il-Labour Party illi jekk jittraxferixxi l- proprjeta' lil xi ħaddieħor, mill-flus li se jdaħħal irid iħallas l- arretrati taċ-ċens.", "Hawn xi ħadd bi ftit melħ f'rasu li ma kienx jagħmilha din il-biċċa xogħol ladarba qed jaħfer id-dritt li għandu!", "X'inhu d-dritt li qed jaħfer?", "Żgur li qed jaħfer id-dritt li jxolji l-kuntratt.", "Dan qed tgħidu r-riżoluzzjoni stess.", "Il-Gvern irid iċedi d-dritt tiegħu li jxolji l-kuntratt.", "Mela ladarba se jagħmel din il-mossa li f'daqqa waħda tagħti lura l-valur kummerċjali kollu lil din il-proprjeta', il-Gvern ma kellux daqsxejn sens komun li jdur fuq il-Malta Labour Party u jgħidlu: Jekk trid tinnegozzjaha nnegozzjaha għall-affari tiegħek, allavolja aħna ta' l-istess familja, imma jekk inti se ddabbar Lm0.5 miljun allura ħallas dawk l- arretrati li għandek tagħtini!", "Lanqas dan ma naslu biex nagħmlu f'dan il- pajjiż?", "Din hi relazzjoni inċestwuża li teżisti bejn il-Gvern Laburista u l-Partit Laburista.", "Iva, incest dan għax ma jagħmlux sens dan l- affarijiet.", "Allura lill-Onor.", "Alex Sceberras Trigona ngħidlu li l-premessi ta' l-argumenti tiegħu kollha kienu żbaljati u fl-argumentazzjoni tiegħu sgwida lil din il-Kamra.", "Aħna bħala membri Parlamentari għandna d-dritt u d-dmir li jkollna tweġibiet ċari għal dawn l-affarijiet, iktar u iktar meta faċċata għandna grupp ta' parlamentari li saħqu tant fuq it-trasparenza.", "Ma kontx qed naħseb li se nintroduċi d-diskors tiegħi b'dan il-mod imma bilfors ikollok tirreaġixxi meta tisma' l-affarijiet li smajt ftit tal-ħin ilu.", "Issa niġi għall-introduzzjoni kif xtaqt nagħmilha jiena fil-bidunett.", "L-ewwelnett xtaqt li bil-kalma kollha niċċaraw eżattament x'qed nagħmlu, għax dan l-aħħar iltqajt ma' diversi nies li mhuwiex ċar f'moħħhom x'qed isir f'dan il-Parlament.", "F'dan il-Parlament m'aħniex qed ngħaddu xi liġi imma qed nagħmlu xi ħaġa skond liġi li diġa' teżisti.", "Jiena ħadt il-briga li nara preċiżament x'jgħid l-Att ta' l-1976 li jirregola t-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, liema liġi sussegwentement ġiet emendata diversi drabi, inkluż fl-1979.", "U dan li qed isir f'din ir-riżoluzzjoni suppost li qiegħed isir taħt l-umbrella ta' din il-liġi.", "Issa xi tgħid din il-liġi?", "Artiklu 3 jgħid:", "\"Ebda art li tkun proprjeta' tal-Gvern jew li hi amministrata minnu ma tista' tiġi ttrasferita kemm-il darba dak it-trasferiment ma jsirx skond xi waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:-\".", "Imbagħad jissemmew id-dispożizzjonijiet, fosthom it-tielet waħda li tgħid li dan it-trasferiment ikun jista' jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal- Kamra tad-Deputati.", "Mela skond din il-liġi, il-gvern ikun jista' jaqbad proprjeta' li hi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, tagħna lkoll, proprjeta' fdata għandu proviżorjament - għaliex min jokkupa s-siġġijiet tal-gvern qiegħed hemmhekk, kif ngħidu, għasfur tal-passa; sa 12-il xahar ilu kien hemm gvern ieħor u meta ssir elezzjoni oħra jista' jkun hemm gvern ieħor - u jiddisponi minnha.", "Tajjeb li ngħidu hawnhekk li ma rridux nagħmlu l- iżball li naħsbu li tali proprjeta' hija tal-gvern; dik hija proprjeta' tal-poplu kollu u l-gvern ġie afdat bl-amministrazzjoni tagħha.", "Fl- elezzjoni lil dan il-Gvern tajnieh prokura u għidnielu: Din proprjeta' tagħna, ħudilna ħsiebha, amministrahielna, indukrahielna u jekk illum tiswa sold, jekk jista' jkun agħtihielna lura tiswa żewġ soldi.", "Issa din il-liġi torbot lill-gvern - lil kull gvern - biex jekk jiġi biex jiddisponi minn xi proprjeta', ma jaqbadx u jagħmel hekk mingħajr ebda spjegazzjoni ta' xejn u mingħajr ebda ġustifikazzjoni ta' xejn imma biss jekk iġib riżoluzzjoni speċjali quddiem dan il-Parlament.", "U din ta' min jagħmel ftit riflessjoni fuqha fil-qosor.", "Issa l-liġi ma tobbligax lill-Gvern jiġi quddiem dan il-Parlament biex noqogħdu naħlu l-ħin, jew biex jiena niġi hawnhekk u jkolli lill-Ministru biss quddiemi b'Kamra vojta.", "Lanqas biex taparsi tajna dibattitu u qisu ma sewa xejn, ħadd ma ta kasna, ħadd ma jweġibna.", "Fit-teorija, meta aħna niġu quddiem dan il-Parlament, niġu biex nagħtu kont lill-pubbliku Malti.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onor. Gonzi.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR (Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani): Nipproponi li l-Onor.", "Gonzi jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Gonzi jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Kont qiegħed ngħid li din il- liġi torbot idejn il-gvern, kull gvern, li meta jiġi biex jiddisponi minn xi art li hija proprjeta' tal-gvern irid bilfors jiġi quddiem din il-Kamra.", "U jiġi quddiem din il-Kamra għas-sempliċi raġuni li fit-teorija hawnhekk irid jagħti kont ta' għemilu sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jifhem, japprezza, jaqbel jew ma jaqbilx u jagħti l-ġudizzju tiegħu fuq id- deċiżjoni tal-gvern li jitrasferixxi dik l-art.", "Issa dan jista' jkun trasferiment lil xi kumpannija, jista' jkun trasferiment lil persuni privati u jista' jkun trasferiment lil għaqdiet volontarji.", "Imma jkun x'ikun dak it-trasferiment, ladarba l-Gvern se jiddisponi minn proprjeta' li hija tal-poplu Malti u Għawdxi, irid jiġi quddiem dan il-Parlament u jagħti rendikont u mhux biex sempliċement jingħata t-timbru għaliex inkella ma nagħmlux sens.", "Hawn jien nistaqsi:", "X'rendikont ingħata s'issa, xi spjegazzjonijiet ingħataw s'issa biex aħna niġu mitlubin napprovaw, fost numru ta' riżoluzzjonijiet, żewġ trasferimenti partikolari li jivvantaġġaw lill-Partit Laburista?", "X'raġunijiet inġabu quddiem din il-Kamra?", "Xi spjegazzjonijiet inġabu quddiem din il-Kamra?", "Minn dan kollu, Madam Speaker, ma sar xejn u allura jiena ngħid li l-proċedura li qed jadotta l-Gvern fiha nnifisha tmur kontra l-ispirtu ta' din il-liġi għaliex, kif diġa' għidt, torbot lill-Gvern li jiġi quddiem il-Kamra u jagħti l-ispjegazzjonijiet tiegħu b'riżoluzzjoni speċjali.", "Imma minn dan kollu ma ġara xejn u spiċċajna qegħdin nużaw proċedura li mhux talli tgħin lill-Gvern biex ma jispjegax imma talli pprovat tmur anke pass iktar 'il quddiem.", "Qed ngħid dan għaliex kif diġa' qalu sħabi - mhux se ntawwal fuq dan il- punt għaliex diġa' sar biżżejjed diskors fuqu - il-proċedura sħiħa li ntużat minn dan il-Gvern saret intenzjonalment sabiex dawn iż-żewġ trasferimenti, li jiffavorixxu lill-Partit Laburista, naħbuhom bħal biċċa perżuta qarsa f'nofs sandwich biex kemm kemm intogħmuha.", "F'din il-biċċa perżuta qarsa moħbija f'sandwich insibu ħafna riżoluzzjonijiet oħrajn għaliex insibu xi 25 organizzazzjoni sportiva involuta f'dan l-eżerċizzju, insibu għaqdiet volontarji bħall-MUSEUM, insibu għaqdiet oħrajn bħas- Soċjeta' tas-Salezjani ta' Don Bosco u bħall-Fondazzjoni ta' St. Michael's. U fost dawn iżżelqet din il-famuża konċessjoni ta' żewġ gruppi ta' proprjetajiet lill-Partit Laburista, bl-intenzjoni li ttellef l-attenzjoni tagħna fuqhom.", "Naturalment pero' dan kollu ma seħħx għaliex l-Oppożizzjoni m'hijiex rieqda.", "L-Oppożizzjoni kienet għajnejha miftuħin beraħ fuqha din u mill-ewwel xammet l-iskandlu kbir li hemm moħbi wara dan l-eċerċizzju.", "Issa għaliex qed nagħmel dan l-għaġeb kollu fuq dan il-punt u għaliex l- Oppożizzjoni għamlet dan l-għaġeb kollu fuq dan il-punt?", "Jiena nsostni - u dan insostnih b'konvinzjoni - li b'dak li qed isir, qiegħda ssir xi ħaġa li tista' tiżbilanċja d-demokrazija stess f'dan il- pajjiż.", "U mhux qed niċċajta u lanqas qed nesaġera.", "Wara kollox, x'inhi demokrazija f'pajjiż bħal tagħna, fejn għandna żewġ partiti politiċi?", "Jeħtieġ li r-realta' nħarsu lejha f'wiċċha.", "F'dan il-pajjiż għandna żewġ partiti politiċi kbar viċin ħafna ta' xulxin, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ popolari għax ftit hemm differenza bejniethom, u mbagħad hemm partit politiku ieħor pero' żgħir ħdejn dawn iż-żewġ partiti.", "Issa jekk aħna għandna demokrazija bbażata fuq din ir-realta' ta' żewġ partiti politiċi kbar jikkompetu ma' xulxin fl-arena politika, u jekk ir-realta' tal-lum timponi fuq dawn iż-żewġ partiti politċi li jaġġornaw il-metodu tagħhom tal-politika u ta' kif jagħmluha, u jekk biex jaġġornaw ruħhom jiddependu bilfors fuq fondi li jridu jiġbru mingħand in-nies biex ikunu jistgħu jinvestu f'makkinarju elettroniku li huwa indispensabbli fl-era moderna sabiex iwasslu l-messaġġ politiku tagħhom, allura s-Sinjorija Tiegħek, Madam Speaker, ma jidrilhiex li nkunu qegħdin nipperikolaw sewwa d- demokrazija f'dan il-pajjiż jekk jiġi gvern u bil-pulit jew bl-iktar mod oxxen jipprova jivvantaġġa finanzjarjament lil xi wieħed minn dawn iż-żewġ partiti politiċi?", "Bħala Maltin li nixtiequ li d-demokrazija ngħożżuha u nieħdu ħsiebha, ma jidhrilniex li jkun qed isir żball kbir ħafna meta gvern jagħti vantaġġ lilu nnifsu billi jagħti rigal lilu nnifsu li jiswa l- miljuni kbar tal-liri?", "Ma jidrilniex li dan kollu jista' anke jipperikola d-demokrazija f'pajjiżna?", "Madam Speaker, jiena jidhirli li dan kollu jista' jipperikola d- demokrazija f'pajjżna għaliex b'li qed isir b'din ir-riżoluzzjoni l-Partit Laburista qiegħed jingħata dritt għal proprjeta' li għandha valur ta' miljuni kbar ta' liri.", "U m'iniex qiegħed nirriferi biss għall-proprjeta' ta' St. Andrew's imma qiegħed nirriferi wkoll għall-proprjeta' li hemm f'Għajn Tuffieħa.", "U kid diġa' għidt fl-introduzzjoni tiegħi meta rrispondejt ftit lill-Onor.", "Alex Sceberras Trigona, il-valutazzjoni f'miljuni ta' liri mhux minn din in-naħa ġejja imma ġejja mill-esperti stess tal-Partit Laburista.", "U għalkemm il-Gvern dan qed jipprova jaħbih billi daħħal dawn ir-riżoluzzjonijiet li javvantaġġaw lill-Partit Laburista b'dan il-mod oxxen u b'dan il-mod skandaluż ma' riżoluzzjonijiet oħrajn li diġa' tkellimna fuqhom - wħud minnhom għandhom l-appoġġ sħiħ tagħna u fuq oħrajn ippreżentajna s-suġġerimenti tagħna biex nagħmluhom aħjar - madanakollu dan mhux biss huwa skandaluż fih innifsu imma nsostni - u dan insostnih b'konvinzjoni - li jipperikola anke d-demokrazija f'pajjiżna.", "U ma jiġi ħadd jgħidli li qed nesaġera għax din hija r-realta'.", "Il-periklu qiegħed hemm, ir-riskju qiegħed hemm u kollha kemm aħna għandna d-dmir li dan ma nħalluhx jiġri.", "Issa ħalli nagħti daqqa t'għajn maljar lejn il- kontenut tar-riżoluzzjoni sħiħa.", "L-ewwelnett, ir-riżoluzzjoni tipproponi li l-Gvern jingħata l-permess minn dan il-Parlament li jqassam diversi proprjetajiet lil diversi organizzazzjonijiet.", "U kieku kelli niġġeneralizza ftit, naħseb li nkun qed nagħmel sens li nikkategorizza l-organizzazzjonijiet li se jibbenefikaw minn dan l-eżerċizzju f'erbgħa.", "Hemm entita' kummerċjali li se tieħu l- proprjeta' biex tkun tista' tiżviluppa l-kummerċ tagħha; hemm union ta' ħaddiema li se tingħata proprjeta' biex tkun tista' tirregolarizza l- pożizzjoni tagħha; hemm grupp kbir ta' soċjetajiet fil-volontarjat li jaħdmu b'mod qawwi fil-volontarjat - ninkludi magħhom lis-Salezjani ta' Don Bosco - u mbagħad hemm ir-raba' kategorija li huwa l-partit politiku, li nzerta li huwa l-istess partit politiku li għandu l-gvern f'idejh.", "U allura dan l-eżerċizzju fejn qed isir trasferiment ta' artijiet huwa eżerċizzju, Madam Speaker, li ma rridux innaqqsu mill-importanza tiegħu.", "Forsi ta' min jenfasizza li dan id-dibattitu se jagħlaq l-ekwivalenti ta' sitt seduti ta' diskussjoni.", "Min forsi jaħseb li kien xi dibattitu ta' ħela ta' ħin qed jiżbalja għax il-valur ta' artijiet li l-Gvern Malti se jittrasferixxi b'din ir-riżoluzzjoni b'kollox huwa ta' miljuni kbar ta' liri.", "Il-valur ta' artijiet li qed jiġu ttrasferiti b'din ir-riżoluzzjoni huwa valur enormi.", "Nassigura lil kulħadd li mhux talli ma kenitx moħlija d- diskussjoni, talli għandna dmir nidħlu fid-dettal ta' kollox u nsibu eżattament fejn għandna nagħtu l-appoġġ sħiħ lill-Gvern u fejn mhux talli m'għandniex nagħtuh l-appoġġ talli għandna nikkundannawh għall-aġir skandaluż tiegħu.", "Minn din in-naħa tal-Kamra diġa' kien hemm min tkellem dwar fejn il-Gvern ħaqqu l-appoġġ f'uħud mill-għotjiet li qegħdin fir- riżoluzzjoni li għandna quddiemna.", "Pero' spjegajna wkoll li hemm partijiet li ħaqqhom kritika qawwija.", "Jien se nipprova nikkonċentra dan il-ftit ħin li fadalli fuq għotja waħda, li wkoll tolqot lill-Partit Laburista, il- partit li għandu r-riedni tal-gvern f'idejh.", "Se nipprova nikkonċentra fuq l- art ta' GĦajn Tuffieħa.", "Intqal biżżejjed u m'għandix għalfejn noqgħod nirrepeti dak li ntqal fuq Pembroke u fuq St. Andrew's imma fuq l-art ta' Għajn Tuffieħa dan il-Parlament m'għandux is-sodisfazzjoni ta' kif qed isiru l-affarijiet.", "L-iskandlu għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-art ta' Għajn Tuffieħa huwa kbir daqs dak li qed iseħħ għall-art ta' Pembroke u se nipprova nispjega għaliex.", "F'Dokument \"A\", jiġifieri fl-ewwel parti tar-riżoluzzjoni li ġiet ippreżentata, hawn il-premessi u l-preambolu u l-ispjegazzjoni ta' x'qiegħed jikkonsidra jagħmel il-Gvern u għaliex.", "Imbagħad hawn spjegazzjoni ta' x'qed jipproponi li għandhom ikunu l-kondizzjonijiet għall- konċessjoni ta' art kbira ta' 65,000 metru kwadru lill-Ħal Ferħ u biċċa art oħra kbira lill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts.", "U minn hawnhekk irrid nifraħ kemm lill-iscouts kif ukoll lill-għaqdiet l-oħrajn volontarji kollha li se jibbenefikaw minn dan l-eżerċizzju għaliex huma kollha għaqdiet li taw kontribut kbir f'pajjiżna u taw kontribut soċjali li għandna nagħtuh valur qawwi.", "Imbagħad fl-aħħar biċċa hawn il-kondizzjonijiet li se jolqtu t- trasferiment ta' l-art ta' Għajn Tuffieħa lill-Partit Laburista.", "Fir- riżoluzzjonijet l-oħrajn kollha aħna ngħatajna l-abbozz tal-kuntratt, jiġifieri barra r-riżoluzzjoni li ġiet ippreżentata ngħatajna wkoll kopja tal-kuntratt propost.", "Għal din ir-riżoluzzjoni aħna ma ngħatajniex il- kuntratt.", "U jien nistaqsi lill-Ministru: X'inhi r-raġuni li għall-art ta' Għajn Tuffieħa ma ġiex anness abbozz tal-kuntratt jew kuntratti li eventwalment se jagħtu l-konċessjoni b'ċens lil dawn it-tliet entitajiet?", "Nista' nkun naf x'inhi r-raġuni?", "Naturalment il-Ministru ma jweġibx.", "Forsi jwieġeb fil-winding-up imma mbagħad ikun tard wisq għax jiena ma nkunx nista' nitkellem.", "F'dan il-każ ma ngħatajniex il-kopja tal-kuntratt li ngħatat mar-riżoluzzjonijiet l-oħrajn kollha.", "(Interruzzjonijiet) Imma għaliex ma ngħatajniex il-kopja tal-kuntratt anke għal din?", "Jien irrid inkun naf fuq liema bażi qiegħed niġi miltub nawtorizza lill-Gvern jittrasferixxi biċċa art enormi lil tliet entitajiet, wieħed minnhom il- Partit Laburista.", "Għaliex m'hawnx il-kuntratt ma' din ir-riżoluzzjoni?", "Hawn seba' riżoluzzjonijiet, sitta minnhom għandhom il-kuntratt u din le.", "Jista' xi ħadd jispjegali għaliex ma ġiex ippreparat dan il-kuntratt ħalli naraw x'qed jinkiteb?", "(Interruzzjonijiet) Qed nipprova nagħtih ċans biex jirrispondini pero' ma jridx jagħti kasi.", "Nixtieq insemmi xi ħaġa oħra fir-rigward ta' din il-proprjeta' ta' Għajn Tuffieħa.", "Jien korrett jekk ngħid li llum din l-art hi f'idejn il-Partit Laburista b'kuntratt ta' kera li jagħlaq wara disa' snin?", "Fil-kalkolu tiegħi dan il- kuntratt ta' kera jiskadi fis-sena 2001, jiġifieri tliet snin oħra.", "Mela jekk jien korrett f'dan li qed ngħid, allura jista' l-Gvern jispjegali x'inhi r-raġuni li ddeċieda li din l-art jaqbad u jagħtiha b'ċens għal total ta' 98 sena.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex għandek perijodu ta' 49 sena u minn issa l-Gvern qed jintrabat li jestendi dan il-perijodu għal 49 sena oħra.", "Dan jammonta għal 98 sena.", "Jista' jispjegali għaliex il- Partit Laburista qiegħed jingħata l-fakulta' li dak li għandu bi dritt ta' kera issa jsir bi dritt ta' ċens?", "U dik hija l-ewwel mistoqsija li naħseb li għandna d-dritt li jkollna tweġiba tagħha.", "Qed ngħid dan għaliex il- politika li ġiet applikata minn kull gvern sal-lum kienet li meta l-kera tiġi biex tagħlaq, il-gvern joħroġ tender, jidħlu l-applikazzjonijiet u min joffri l-iktar jeħodha.", "Imma nista' nkun naf x'inhi r-raġuni li f'dan il- każ mhux qed isir hekk?", "Issa l-Gvern qed jipprova jagħti spjegazzjoni ċkejkna fir-riżoluzzjoni għax fir-riżoluzzjoni jingħad li nqala' xi diżgwid bejn il-Partit Laburista, il-kumpannija Ħal Ferħ Co. Ltd. u l-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts.", "F'din ir-riżoluzzjoni hawn miktub hekk.", "\"... kif ukoll kwalunkwe benefikati li jinsabu mibnija fuq l-istess porzjoni ta' art mogħti, li jirrikonoxxi l-qbil li sar bejn l-istess partijiet dwar talbiet konfliġġenti tagħhom fuq l-istess inħawi.\".", "Issa x'inhuma dawn it-talbiet konfliġġenti?", "Nista' nkun naf għaliex biex insolvu dawn it-talbiet konfliġġenti l-Gvern iddeċieda li d-dritt ċkejken ta' kera li għandu l-Partit Laburista llum nikkonvertuh fi dritt ta' ċens għal 98 sena?", "S'issa m'għandniex spjegazzjoni.", "Issa f'din ir-riżoluzzjoni hemm imsemmi l-Gvern Laburista.", "F'riżoluzzjonijiet bħal dawn m'għandniex insibu l-kliem \"Gvern Laburista\".", "Safejn naf jien, il-Prim Ministru dejjem jgħid li l-Gvern tiegħu huwa gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Hawn miktub li:", "\"... billi hija x-xewqa tal-Gvern Laburista li l-partijiet kollha indikati jħossuhom verament responsabbli tal-proprjetajiet fdati f'idejhom u jkunu jistgħu jinvestu u jesegwixxu l-inizjattivi u l- programmi tagħhom ...\".", "Jien qed nifhem tajjeb li l-Gvern Laburista qiegħed jagħti lill-Partit Laburista din il-biċċa proprjeta' ħalli verament iħossu responsabbli tagħha?", "Xi tfisser li \"jħossuhom verament responsabbli tal-proprjeta' fdata f'idejhom?\"", "Jien qed nifhem tajjeb li, bl-iskrittura tal-kirja li sal-lum għandu, u wara li ttraskura din il-proprjeta' ta' Għajn Tuffieħa - bħalma ttraskura l-proprjeta' kollha li għandu f'St. Andrew's - sabiex il- Partit Laburista ma jkomplix jittraskura din il-proprjeta', il-Gvern issa se jagħmillu pjaċir kbir u minn skrittura ta' kera se jagħtih konċessjoni ta' ċens għal 98 sena.", "Dan biex il-Partit Laburista jibda jieħu ħsieb il- proprjeta'!", "Din tinsab fir-riżoluzzjoni li ppreżentalna l-Gvern stess, Madam Speaker.", "Imbagħad għandek oħra:", "\"... billi biex dawn l-inizjattivi u programmi tal-partijiet indikati jiġu rrealizzati, jenħtieġ li jiġu ttrasferiti lilhom l-artijiet fuq imsemmija b'mod li jista' jibda l-investiment mitlub.\"", "Din hija t-tielet raġuni li qed tissemma.", "L-ewwel raġuni hi biex isolvu xi dizgwid li nqala', li ma nafux x'inhu.", "It-tieni raġuni hija biex jibdew jieħdu ħsieb il-proprjeta'.", "It-tielet raġuni hija biex huma jkunu jistgħu jwettqu l-proġetti u l-inizjattivi tagħhom.", "Il-proġetti u l-inizjattivi tagħhom x'inhuma?", "Għandna tweġiba x'inhuma l-proġetti u l-inizjattivi, Madam Speaker.", "Il-proġetti u l-inizjattivi ġew spjegati mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista fl-1995 f'artiklu li kiteb f' \"The Times\" fejn, fost ħwejjeġ oħra, qal dawn l-affarijiet u se nikkwota bl-Ingliż:", "\"He said that as the centre's lease agreement has been extended for eight years, the management ...", "- tal-Labour Party -", "\".... plans to reorganise its facilities and activities\".", "Issa isimgħu din:", "\"Plans also include the construction of two tennis courts, a volleyball cum netball cum basketball pitch, an open air snack bar, a children's playing field and open theatre.", "He said the management committee also wants to set up a school of English for foreign youth groups.", "Mela allura, x'inhi l-verita' sagrosanta li toħroġ minn din l-intervista tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista?", "Il-verita' hi li l-Partiti Laburista beħsiebu jieħu vantaġġ kummerċjali massimu minn din il-biċċa art li għandu f'Għajn Tuffieħa.", "F'dan l-artiklu li kien ġie ppubblikat f' \"The Times\" anke d-disinji hemm.", "Se jiġi żviluppat ċentru kummerċjali mhux ħażin, Madam Speaker.", "Illum nafu li l-ftuħ ta' skejjel li jgħallmu l- Ingliż huwa negozju li jrendi ħafna flus f'pajjiżna.", "Huwa investiment kummerċjali li jagħmel ħafna sens.", "Il-verita' sagrosanta hi li l-Gvern qed jagħti titolu ħafna iktar b'saħħtu minn sempliċi kirja biex iserraħ ras il-Labour Party biex dan ikun jista' jagħmel dan l-investiment.", "U allura jien ngħid li l-veru raġuni wara din l-għotja daqshekk ġeneruża m'hijiex dak li hawn imsemmi fir-riżoluzzjoni.", "Dik hija montatura, Madam Speaker.", "Il-veru raġuni li toħroġ mill-fatti kollha hi li din l-art qed tingħata lill-Partit Laburista biex hu jkun jista' jisfruttaha kummerċjalment u jimpala l-miljuni tal-liri.", "U jekk mhux hekk imeruni.", "Jekk imeruni jkunu qed imeru dak li qal Jimmy Magro f'artiklu li ġie ppubblikat f' \"The Times\" fit-8 ta' Frar, 1995.", "Ħaġa oħra interessanti tikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-għotja taċ-ċens kif spjegati fir-riżoluzzjoni.", "X'inhuma dawn il-kondizzjonijiet?", "L- ewwelnett, jekk taqbad il-kejl ta' din l-art, din mhijiex ċajta għax qegħdin nitkellmu fuq 20,083 metru kwadru.", "Din hija medda ta' art enormi.", "Biċ-ċens li hawn imsemmi f'din ir-riżoluzzjoni qed jirriżulta li din l-art qed tingħata lill-Partit Laburista bl-10ċ kull metru.", "Din hija r-rata kummerċjali li hija applikabbli llum għal biċċa żvilupp bħal dan?", "Mhux talli hekk, talli jekk inti tara daqsxejn l-obbligu l-ieħor li hemm impost fuq it-tliet entitajiet - fuq Ħal Ferħ, fuq l-iscouts u fuq il-Partit Laburista - dan huwa obbligu li jorbothom li jinvestu u jagħmlu l- benefikati fil-proprjeta'.", "Ħal Ferħ Co. Ltd. ġiet obbligata li tagħmel benefikat li jiswa' Lm1 miljun fi żmien ħames snin fuq il-proprjeta'.", "Issa l-Ħal Ferħ Co. Ltd. għandha biċċa proprjeta' ta' 65,000 metru kwadru.", "Mela b'65,000 metru kwadru Ħal Ferħ ġiet obbligata tinvesti Lm1 miljun u l- Partit Laburista, b'terz ta' din l-art, Alla jbierek ġie obbligat li jagħmel benefikati ta' Lm50,000 biss.", "Jekk lil Ħal Ferħ Co. Ltd. għal skopijiet kummerċjali imponejtulha l-obbligu li tinvesti Lm1 miljun f'benefikati, bl-istess argument kif lill-Partit Laburista imponejtulu biss benefikati ta' Lm50,000?", "Bl-istess proporzjon kellkom timponu obbligu fejn il-Partit Laburista żgur li kellu jaqbeż il-Lm130,000, jekk mhux viċin il-Lm140,000.", "X'inhi r-raġuni ta' dan il-vantaġġ?", "Irrid ukoll niġbed l-attenzjoni tal-Ministru dwar xi ħaġa li naħseb qabżitlu, jew min tah il-parir legali ma tahulux sew, naturalment kollox jiddependi fuq il-ħsieb u l-intenzjoni.", "GĦandna l-lista ta' kondizzjonijiet li se jiġu imposti fit-trasferiment.", "Fil-parti li għandha x'taqsam mal-Partit Laburista nsibu l-kondizzjoni Nru. 7 li tgħid hekk:", "\"Il-Partit Laburista ma jistax jissulloka, iċedi jew jidħol fi sħubija dwar it-tmexxija tal-proprjeta' in kwestjoni jew ta' xi parti minnha ħlief għal xi faċilitajiet ta' bar jew catering u servizzi oħrajn, basta ma tinbidilx in-natura prinċipali tas-sit, mingħajr l- approvazzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti.\"", "\"Il-Partit Laburista ma jistax jissoloka, iċedi jew jidħol fi sħubija dwar it-tmexxija tal-proprjeta'\".", "Issa kieku inti qed tagħti din l-art b'titolu ta' kera, forsi kont nasal biex naqbel mal-wording, għalkemm mhux sa barra.", "Pero' inti m'intix qed tagħti b'titolu ta' kera lill-Partit Laburista imma b'titolu ta' ċens.", "Jekk il-klawsola tibqa' kif inhi, jien qed ngħid li bil-liġi l-Partit Laburista jista' jikri l-proprjeta' lil terzi.", "Il-kliem huwa li \"Il-Partit Laburista ma jistax jissulloka\" u dan ifisser li jista' jagħti b'subċens u jista' jikri.", "Meta tagħti b'subċens m'intix qed tissulloka u meta tikri m'intix qed tissulloka lanqas.", "Dan il-kumment li qed ngħaddi jgħodd għall-kondizzjonijiet l-oħrajn, simili jew kważi simili, li jolqtu lill-kuntratt kemm ta' Ħal Ferħ, kif ukoll ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-Iscouts.", "Jekk l-intenzjoni hi li min se jirċievi din il-konċessjoni ma jkunx jista' jittrasferixxi lil ħadd mingħajr ma jiġi quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti, din trid tiġi emendata.", "Jien se nippreżenta emenda għaliha.", "Nerġa' nirrepeti li aħna se nikkonċedu l-artijiet b'titolu ta' ċens, f'dan il-każ lill-Malta Labour Party.", "Hawnhekk lill-Malta Labour Party qed nimponulu kondizzjoni li hu ma jistax jissulloka, iċedi jew jidħol fi sħubija dwar it-tmexxija tal-proprjeta'.", "Ladarba aħna qegħdin nagħtu kuntratt ta' ċens lill-Partit Laburista, skond dan il-wording, il-Partit Laburista jista' jagħti b'subċens u anke jikri din il-proprjeta' mingħajr ma jiġi quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti.", "M'inix se nirrepeti dak li diġa' nqtal mill-kollega tiegħi Onor. Austin Gatt, li jekk se jiġri hekk allura veru d-diskors tat-trasparenza u d-diskors ta' kif għandna nagħmlu l- affarijiet sewwa u d-diskors ta' kif għandna nkunu accountable - speċjalment fid-dispożizzjoni ta' artijiet lil terzi persuni - veru ma jkun sewa għal xejn u jkun veru diskors ta' ipokrezija, Madam Speaker.", "Se nikkonkludi billi nressaq żewġ emendi, Madam Speaker.", "Irrid nattiralek l-attenzjoni li t-tieni emenda tiddependi fuq jekk tgħaddix jew le l-ewwel emenda.", "Se naqra l-ewwel emenda għal din il-mozzjoni.", "L-emenda tirriferi għar-riżoluzzjoni markata bħala Dokument \"A\", li għandha tiġi emendata b'dan il-mod:", "\"G\" Ir-riżoluzzjoni mmarkata bħala Dokument \"A\" għandha tiġi emendata b'dan il-mod:", "1.", "Fl-ewwel paragrafu ħassar il-kliem \"u l-Partit Laburista\"; il- kliem \"u aħmar\"; il-kliem \"u cira għoxrin elf u tlieta u tmenin metri kwadri (20083 metri kwadri)\";", "2.", "Wara l-ewwel paragrafu daħħal dan il-paragrafu ġdid:", "\"U billi l-Partit Laburista wkoll għandu f'idejh porzjon mill-istess art tal-kejl ta' circa għoxrin elf u tlieta u tmenin metri kwadri (20083 metri kwadri) mmarkata bil-kulur aħmar fil-pjanta annessa, liema art tinsab f'idejn l-istess Partit Laburista b'titolu ta' kera;", "U billi l-Partit Laburista talab li hu wkoll jingħata l-istess art b'titolu ta' ċens bl-istess kundizzjonijiet li ser tingħata l-art lill- Ħal Ferħ Company Limited u lill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts;", "U billi din it-talba ma għandhiex tiġi milqugħa għaliex tagħti vantaġġ inġust lill-Partit Laburista fuq partiti politiċi oħra b'mod li tista' tiġi perikolata d-demokrazija fil-pajjiż;", "U billi l-Partit Laburista ma għandux ikompli japprofitta ruħu minn proprjeta' li hija tal-poplu Malti kollu kemm hu;", "U billi ebda Gvern serju ma għandu jissanzjona dan l-isfruttament;", "U billi l-politika tal-Gvern hi li meta jiskadi ftehim ta' kera ta' proprjeta' tal-Gvern Malti, tinħareġ offerta b'tender b'mod li tgħaddi lil min joffri l-aktar għaliha u ma hemm ebda raġuni għaliex dan il-Gvern għandu jibdel din il-politika fil-konfront tal-Partit Laburista billi jagħtih b'ċens għal total ta' tmienja u disgħin (98) sena proprjeta' li għandu f'idejh illum b'kera li jiskadi wara tmien snin;\";", "3.", "Fis-sitt paragrafu ħassar il-kliem \"u l-Partit Laburista\"; il-kliem \"u aħmar\" u l-kliem \"u circa għoxrin elf u tlieta u tmenin metri kwadri (20083 metri kwadri)\";", "4.", "Fis-sezzjoni tar-riżoluzzjoni titolata \"Lill-Partit Laburista:-\" ħassar it-titolu u l-paragrafi kollha li jiġu wara numerati minn 1 sa 8.", "It-tieni emenda, Madam Speaker, hija hekk:", "\"H\" Ir-riżoluzzjoni mmarkata bħala Dokument \"A\" għandha tiġi emendata b'dan il-mod:", "1.", "Fil-paragrafu b'numru (6) tas-sezzjoni li tirriferi għall-għotja lil Ħal Ferħ Company Limited, wara l-kliem \"ma tistax\" żid il-kliem \"tikri, tagħti b'subċens, jew b'xi mod ieħor dirett jew indirett ma tibqax tagħmel użu hi stess mill-istess proprjeta',\".", "2.", "Fil-paragrafu b'numru (8) tas-sezzjoni li tirriferi għall-għotja lill-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts, wara l-kliem \"ma tistax\" żid il-kliem \"tikri, tagħti b'subċens, jew b'xi mod ieħor dirett jew indirett ma tibqax tagħmel użu hi stess mill-istess proprjeta'\".", "U f'każ li ma tgħaddix l-emenda \"G\":", "3.", "Fil-paragrafu b'numru (7) tas-sezzjoni, li tirriferi għall-għotja lill-Partit Laburista, wara l-kliem \"ma tistax\" żid il-kliem \"tikri, tagħti b'subċens, jew b'xi mod ieħor dirett jew indirett ma tibqax tagħmel użu hi stess mill-istess proprjeta',\" u ħassar il-kliem \"(ħlief għal xi faċilitajiet ta' bar jew catering u servizzi oħrajn, basta ma tinbidilx in-natura prinċipali tas-sit)\".", "Madam Speaker, jien nagħlaq hawn billi ngħid li qed nersqu viċin il- konklużjoni ta' dan id-dibattitu.", "Jidhirli li fejn kien xieraq appoġġajna lill-Gvern u dan għamilnih bi pjaċir.", "Il-kritika ressaqniha u għamilniha b'dover.", "Nerġa' nirripeti xi ħaġa żgħira li diġa' għidt.", "Din ir- riżoluzzjoni m'hijiex biss sempliċi trasferiment ta' biċċa art, riżoluzzjoni li f'parti importanti minnha, fejn tittratta t-trasferiment ta' art ta' valur kbir lill-Partit Laburista, tista' toħloq żbilanċ fid- demokrazija f'dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, ngħid il-verita' ma kellix ħsieb li nkompli ntawwal fuq dan is-suġġett, għax id-diskussjoni ħadet fit-tul.", "F'partijiet minnha ma ppretendejtx li l-Partit Nazzjonalista jaqbel magħna pero' lanqas kont nippretendi li b'mod intelliġenti u astut wieħed joqgħod jagħżel siltiet u jelabora fuqhom mingħajr ma jpoġġi l-fatti fil- perspettiva proprja tagħhom.", "L-Onor.", "Gonzi għadu kif qal li fejn l-Oppożizzjoni tħoss li l-affarijiet qegħdin sew se tagħti l-appoġġ tagħha.", "Il-loġika hekk tgħid imma dalgħodu stagħġibt minn dak li smajt meta konna qed nitkellmu fuq l-għotja ta' faċilitajiet sportivi lil dawk l-għaqdiet li ilhom jokkupaw u jagħmlu użu minn faċilitajiet sportivi għal tant żmien mingħajr ebda titolu - ħafna minn dawn l-għaqdiet għamlu investiment sostanzjali - u ma nistax nifhem għaliex ipprovaw jagħtu sens ta' malintiż għal dan.", "L-iktar li qed nirriferi huwa għall-kummenti li qanqal l-Onor.", "Vassallo.", "Jien m'inix se nsemmi dak li ġie mogħti lis-St.", "Michael's jew lil tal-MUSEUM, imma anke fejn jidħlu faċilitajiet sportivi qed nipprovaw nattribwixxu xi skop ulterjuri min-naħa tal-Gvern?", "GĦalfejn qed tipprovaw ukoll idaħħlu fin- nofs lill-kunsilli lokali?", "Aħna qed ninċentivaw lill-kunsilli lokali biex mhux biss jikkoperaw ma' l-għaqdiet sportivi imma jikkoperaw ukoll ma' l- għaqdiet l-oħra kollha fil-lokalita'.", "Din hija waħda mid-dimensjonijiet soċjali tal-kunsilli lokali, imma l-Oppożizzjoni qed tipprova ddaħħal il- feles li b'din il-mozzjoni l-Gvern qed jidħol fl-area tal-kunsilli lokali.", "Se mmur mill-ewwel fuq Dokument \"F\" ħalli l-poplu jibda jifhem x'qed nagħmlu f'dawn id-diskussjonijiet twal.", "Ħafna drabi l-poplu jisma' ħafna għajat, frott ta' l-emozzjoni, u ma jifhem xejn.", "Dokument \"F\" jgħid hekk:", "\"Billi l-Gvern u l-Kunsill Malti għall-Isport huma tal-fehma li artijiet u l-proprjetajiet li jinsabu diskretament immexxija tajjeb minn għaqdiet sportivi nazzjonali u mill-clubs tagħhom, għandhom jingħataw b'titolu legali fuq l-istess artijiet u proprjetajiet li jagħmlu użu minnhom...\"", "Mela hawnhekk diġa' qed nagħtu ħjiel għalxiex qegħdin nirriferu .", "Qegħdin nirriferu għal dawk l-għaqdiet sportivi li qed jagħmlu użu minn faċilitajiet li diġa' qegħdin f'idejhom.", "Ċertament la l-faċilitajiet qegħdin f'idejhom mhuwiex qed jamministrahom il-kunsill lokali.", "Ir-riżoluzzjoni tkompli tgħid:", "\"Peress li l-Gvern jirrikonoxxi wkoll ir-rwol soċjali siewi li qegħdin jagħtu l-għaqdiet sportivi fil-gżejjer tagħna immexxija tista' tgħid kważi kollha minn volontiera li jagħtu kważi l-ħin ħieles tagħhom kollu biex jorganizzaw l-isport għaċ-ċittadin ta' pajjiżna...\"", "Anke fuq dan il-punt irridu nagħmlu kapital politiku?", "Dan veru jew le?", "GĦal dan jista' jirrispondi min għandu f'idejh l-amministrazzjoni ta' dawn l- għaqdiet sportivi.", "Dawn jiddedikaw ħafna ħin u xogħol biex jipprovdu faċilitajiet adegwati għalina ċ-ċittadini Maltin u għaż-żgħażagħ tagħna.", "Il-ħames paragrafu tar-riżoluzzjoni jkompli jgħid hekk:", "\"Billi biex l-għaqdiet sportivi jkunu jisgħu jinvestu, isebbħu u jtejbu l-faċilitajiet sportivi li jagħmlu użu minnhom għall-prattika aħjar ta' l-isport f'pajjiżna, peress li sal-lum dawk li jkunu jixtiequ li jissellfu mill-banek jew istituzzjonijiet finanzjarji f'pajjiżna ma jistgħux joffru l-faċilitajiet sportivi, artijiet jew proprejtajiet ġestiti minnhom bħala garanzija ta' dan is-self.\"", "Mela hawnhekk qed nissottolineaw u niddentifikaw problema kbira li l- għaqdiet kontinwament jiltaqgħu magħha fid-day to day running tal-faċilita' sportiva li qegħdin jamministraw.", "Dawn il-faċilitajiet qed jamministrawhom l-għaqdiet sportivi u bl-ebda mod m'huma se jieħdu xi faċilita' minn taħt il-kontroll tal-kunsilli lokali.", "Illum il-kunsilli lokali m'għandhom l-ebda kontroll fuqhom għax dawn qegħdin amministrati minn għaqdiet sportivi.", "Meta dawn l-għaqdiet ikunu jridu jiżviluppaw, isebbħu jew itejbu l-proprjeta' tagħhom, ħafna drabi l-volontiera, għax ikunu committed, jagħmlu tajjeb huma personalment għad-dejn li tagħmel l-għaqda mal-bank.", "Dan isir mhux biss a skapitu ta' l-interessi personali tagħhom imma a skapitu wkoll ta' l- interessi tal-familji tagħhom.", "Mhux sew li biex jaraw xi ħolma titwettaq bħal, ngħidu aħna, jibnu xi pixxina jew itejbu ground tal-football, dawn il- volontiera jridu jagħmlu garanzija personali meta ma joħorġux flus huma direttament.", "Dan nifhmuh u naħseb li kulħadd jaqbel miegħu u jaċċettah imma mbagħad ftit jissemma.", "Insemmu biss li qed ninjoraw u nwarrbu lill- kunsilli lokali jew b'xi mod jew ieħor il-Gvern qed jikkalpestahom.", "Fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista konna għidna li l- volontarjat irridu ngħinuh u konna għidna li rridu narawh aktar motivat.", "Għalhekk l-għan ewlieni ta' din ir-riżoluzzjoni huwa biex l-għaqdiet sportivi - li kulħadd jaf li ma tantx jagħmlu profitti anzi joħorġu flus minn buthom - ikollhom il-proprjeta' f'isem l-għaqda u mhux fuq individwi personali u b'hekk l-għaqda tkun tista' tinvesti biex issebbaħ u ttejjeb il- faċilita' sportiva.", "Imma anke hawn, biex mingħaliha tagħmel ħsara lill- Gvern, l-Oppożizzjoni pprovat iddawwar dan politikament.", "Għalhekk ngħid li l-andament tad-diskors kollu ħa ċerta skiżofrenija politika.", "Fi kwalunkwe ċirkostanza jridu jdawru l-għanijiet biex il-Gvern jiġi jidher li dak li qed jagħmel qed jagħmlu b'xi skop ulterjuri u ħażin.", "Jien għalhekk qed naqra din ir-riżoluzzjoni biċċa biċċa ħalli l-poplu jkun jaf x'inhu l- iskop warajha u mbagħad ikun jista' jifhem il-malizzja ta' l-Oppożizzjoni meta l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jgħidu li din hija riżoluzzjoni ntiża biex inċekknu jew nitfgħu 'l isfel lill-kunsilli lokali.", "M'hemm l-ebda skop minn dan.", "Hawnhekk sempliċement qegħdin inwettqu xi ħaġa li wegħidna.", "Fi żmienhom kien ilhom iwegħduhom li se jgħaddulhom il-faċilitajiet sportivi pero' qatt ma waslu biex jieħdu deċiżjoni.", "Għax ittieħdet deċiżjoni tajba, dawn sabu għan politiku biex jikkritikawha, idawruha u jagħtuha l- interpretazzjoni li jidhrilhom huma biex mingħalihom iħammġu lill-Gvern.", "Barra minn hekk, bis-saħħa ta' din il-mozzjoni, il-Gvern irid li jwaqqaf sports fund mid-dħul li jagħmel minn dawn iċ-ċnus.", "Dan il-fond se jkun amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport.", "Mela barra li qed ngħinu direttament lil dawn l-għaqdiet billi nagħtuhom titolu fuq il-faċilita' li bħalissa qed jamministraw, hemm l-għan l-ieħor li d-dħul taċ-ċnus ta' kull faċilita', ikun kemm ikun, jerġa' jmur f'fond li l-Kunsill Malti għall- isport se juża għall-ġid ta' l-isport Malti.", "Wieħed jifhem l-importanza li jkun hemm fond li jista' jgħin lill-isportivi Maltin.", "Ħafna nies meta ssemilhom l-isport jiġihom f'moħħhom il-football imbagħad il-waterpolo.", "Ma jimmaġinawx li llum għandna atleti prattikament f'kull tip ta' sport.", "Għalhekk jagħmel sens li l-Gvern u s-soċjeta' jagħtu attenzjoni lil kwalunkwe tip ta' sport, hu x'inhu.", "Huwa tajjeb li l-isport jimmotiva u iħajjar żgħażagħ u nies li jipparteċipaw fih u jekk dan il-fond se jintuża biex jgħin lill-atleti jkomplu jimxu 'l quddiem fl-attivita' sportiva tagħhom - u ċertament wieħed mill-għanijiet ta' dan il-fond se jkun dan - allura qed naraw skop ieħor ta' ġid għas-soċjeta', għal pajjiżna u għall- poplu Malti.", "Minkejja dawn l-iskopijiet tajbin, anke fuq din kien hemm nuqqas ta' qbil.", "Anke' fuq din imputaw intenzjonijiet ulterjuri, aħseb u ara fuq ir-riżoluzzjoni l-oħra, li nifhem li politikament tkun taħraq.", "Pero' anke dawn ir-riżoluzzjonijiet li jaħarqu rridu narawhom fil- perspettiva proprja tagħhom.", "Pero' l-għan politiku li jipprovaw jgħawġu u jimputaw intenzjonijiet ulterjuri qiegħed hemmhekk throughout.", "Jien qed insemmi dan il-punt tal-faċilitajiet sportivi biex nuri n-nuqqas ta' oġġettivita' u n-nuqqas ta' kritika.", "Il-kritika kienet magħżula u xprunata mhux b'konsiderazzjonijiet fl-interess ta' pajjiżna u tal-poplu imma fl- interess partiġjan tal-Partit Nazzjonalista.", "Din ir-riżoluzzjoni tkompli tgħid li \"l-Gvern jikkonsidra attivament li jagħti faċilitajiet sportivi lil dawk l-għaqdiet u clubs sportivi li jitolbu għalihom.\"", "Il-Gvern jinsab ippreparat li jagħmel l-istess fl-oqsma sportivi kollha.", "Mela hawnhekk qegħdin nibdew proċess fejn il-Gvern qed jidentifika l-faċilitajiet sportivi li għandna - m'humiex ħafna imma huma mxerdin ma' l-erbat irjieħ tal-gżejjer tagħna - u qed iħeġġeġ lill- volontarjat biex jikkommetti ruħu aktar u jieħu aktar interess li jiżviluppahom.", "Qed jgħidilhom li lest li jgħinhom billi fuq dawn il- faċilitajiet jagħtihom it-titolu ħalli jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dak l- istess titolu biex dawn l-istess faċilitajiet jiżviluppawhom aħjar.", "Għaldaqstant ma nistax nimmaġina kif tista' tidħol f'dan il-kontest l- allegazzjoni li rridu nidħlu fuq l-awtonomija tal-kunsilli lokali u, jekk m'iniex sejjer żball, anke tressqet xi emenda f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq proprjeta' li diġa' qiegħda amministrata minn dawn l- entitajiet u billil lil dawn ngħaddulhom f'idejhom il-proprjeta', bl-ebda mod m'aħna qed nidħlu fl-għalqa tal-kunsilli lokali.", "Li qed ngħidu hu li, fid-dimensjoni soċjali li għandhom, il-kunsilli lokali għandhom jiftiehmu u jikkoperaw ma' dawn l-għaqdiet sportivi biex jagħtuhom l-għajnuna u l- appoġġ neċessarju ħalli jkomplu jiżviluppaw.", "Dan huwa l-konċett li rridu niżviluppaw.", "Jiġifieri m'għandniex noqogħdu ngħidu li l-gvern ċentrali qed jieħu parti mill-poter li għandhom il-kunsilli lokali.", "Mela hawnhekk qegħdin niġġieldu għall-poter!", "Madam Speaker, hawnhekk qegħdin insibu l- mezzi kif l-awtorita' ċentrali tgħin f'qasam importanti tas-soċjeta' li huwa l-volontarjat.", "L-awtorita' ċentrali trid tgħin lill-volontarjat b'mezz prattiku u b'mezz li tirrisponsabillazzah.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Jekk min qed imexxi xi faċilita' sportiva ma jkunx konvint li dan għandu ċertu responsabbilta' fuqha, dan ma jħossx l-obbligu li jagħmel il- manutenzjoni neċessarja.", "Illum li se jkollu titolu, il-proprjeta' hija tiegħu.", "L-obbligu tat-titolu stess iġiegħlu jagħmel manutenzjoni aħjar u jġielgħu jkun kreattiv u jieħu l-inizjattivi neċessarji ħalli jkollu fondi biżżejjed biex jagħmel il-manutenzjoni li jkun hemm bżonn.", "Meta jkollhom it- titolu fuq il-proprjeta', dawn ikunu jistgħu jisselfu mill-bank biex jiżviluppawha.", "Nassigurak, Madam Speaker, li meta jsir dan, l- assoċjazzjonijiet se jibdew jivvintaw l-inizjattivi kollha li jiġru wara sponsorships u jitħabtu kemm jifilħu ħalli dik il-faċilita' jżommuha f'kondizzjoni mill-aqwa u jsaħħuha.", "Li int qed toħloq motivazzjoni tajba fil-komunita' u fis-soċjeta' Maltija huwa wieħed mill-għanijiet soċjali tajbin.", "U minkejja li din ir-riżoluzzjoni tilħaq dawn l-għanijiet kollha, l-Oppożizzjoni min-naħa tagħha sabet il-mezz li tikkritikaha u timpunjaha.", "Issa din il-miżura minnha nnifisha tista' twassal ukoll biex il-Gvern ikun jaf fejn hemm bżonn ta' iktar faċilitajiet sportivi.", "Il-Gvern se jonqoslu wkoll il-piż li joqgħod jagħmel manutenzjoni ta' kullimkien, biex imbagħad isib min ikisser u jħarbat.", "Issa, b'dan il-mod, il-Gvern qed jassigura wkoll li l-faċilitajiet sportivi mhux biss jinżammu fi stat tajjeb imma li jkun hemm is-sorvelja neċessarja biex ma jsirx vandaliżmu.", "Huwa ta' sfortuna li jkollok il-vandaliżmu f'ħafna faċilitajiet li l-poplu jħallas għalihom għax imbagħad jiġri li dawn jaqgħu f'telqa għax ma jkun hemm ħadd li għandu r-responsabbilta' tagħhom.", "Mela dan kollu, bis-saħħa ta' din ir-riżoluzzjoni, qegħdin neliminawh u b'hekk il-Gvern ikun jista' wkoll jibda jikkonċentra fuq il-bżonn li jiġu żviluppati faċilitajiet sportivi ġodda ħalli dawn ikunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Nerġa' ntenni li minkejja li din il-parti tar-riżoluzzjoni fiha dawn l-għanijiet soċjali tajbin, xorta waħda nsibu li l-Oppożizzjoni tgħid li ma tgħoġobhiex għax tgħid, mingħajr ebda bażi, li l-Gvern qed inaqqas l-awtorita', l-awtonomija jew il-poter li għandhom il-kunsilli lokali.", "Nerġa' ngħid li din hija sempliċement riżoluzzjoni bl-intenzjonijiet kollha li spjegajt u hija intiża biss biex tagħmel il-ġid lill-isport Malti.", "Għaldaqstant, meta tara li anke fuq riżoluzzjoni bħal din issib lil min jivvinta intenzjonijiet ulterjuri, ma nistagħġibx li meta niġu fuq il-kwestjoni ta' St Andrew's jkollok ħafna interpretazzjonijiet fejn jew ma jingħadx kollox jew xi biċċa tinżamm lura apposta.", "Għalhekk tajjeb li wieħed fil-qosor jagħti spjegazzjoni ta' x'qed jiġri hawnhekk.", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni bdew jissemmew il-miljuni u bdew jissemmew ħafna ċifri, qisna qegħdin f'irkant, fejn wieħed iżid fuq l-ieħor, mingħajr ħadd ma jindenja ruħu jidħol fis-sitwazzjoni ta' l-1979.", "Dakinhar kien hemm tliet kuntratti b'nisġa sħiħa bejniethom iżda l-Onor.", "Gonzi qalilna li kuntratt wieħed biss ġab hawnhekk - u nassumi li kien il- kuntratt fejn il-Malta Shipbuilding assenjat il-proprjeta' ta' St Andrew's lill-Malta Labour Party - u allura hawnhekk nerġa' norbot l-argument tiegħi ma' l-intenzjoni kattiva ta' l-Oppożizzjoni - ma nsejħilhomx giddibin - li jisiltu biċċa minn sitwazzjoni sħiħa u jagħtu interpretazzjoni slanted ta' dak li qed jagħmel Gvern Laburista.", "Hawn min jiftakar iktar minni - imma jien niftakar ftit ukoll! - li l-Malta Labour Party kellu l-ewwel headquarters tiegħu f'post ċentralissimu fil-Marsa.", "Kemm hu ċentrali naħseb li qed narawh illum għax, peress li qed isiru arranġamenti alternattivi temporanji tat-traffiku sakemm it-triq titlesta - u dan sabiex it-traffiku jimxi aktar smooth - qed naraw serbut enormi ta' karozzi mwaħħlin fi traffic jams, speċjalment fil-ħinijiet tax-xogħol.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax il-valur tal-proprjeta' joħroġ appuntu mill-ammont ta' nies u mill- ammont ta' traffiku li jgħaddi minn dik il-lokalita'.", "Huwa fatt li s-sit fejn tinsab biċċa proprjeta' jagħti valur lil dik il-proprjeta'.", "Din kulħadd jafha.", "Jekk ikollok plot normali f'Tower Road, Sliema tiswa Lm400,000 u jekk ikollok plot oħra ġewwa Ħal Luqa ta' l-istess daqs tkun tiswa Lm25,000 għax is-sit fejn tkun qiegħda l-proprjeta' tagħtik valur u iktar ma jkun hemm konċentrazzjoni ta' traffiku li jgħaddi biswit dik il- proprjeta' iktar dik il-proprjeta' jkollha valur għal skopijiet kummerċjali.", "Tajjeb allura li wieħed jiftakar li fejn il-Labour Party kellu l- headquarters - l-art kien ħadha mingħand l-Esso u mhux mingħand il-gvern u ma kien hemm l-ebda arranġamenti la mar-Rediffusion u ma' ħadd - kienet biċċa art li tkopri 8,800 metru kwadru, kważi tmint itmien art.", "Nagħmluha ċara li l-Malta Labour Party kien ħa l-art tal-Marsa mingħand il-kumpannija Esso u ma kienx tahielu l-gvern.", "Il-headquarters tal-Marsa fejn kien hemm ħanut, teatru, uffiċini u ċentru amministrattiv inbnew mil-Laburisti fis- snin sittin u fis-snin sebgħin b'mod volontarju.", "Kienu jaħdmu mingħajr ħlas is-Sibt u l-Ħadd u kien hemm min saħansitra kien kkundannahom għax kienu jaħdmu l-Ħadd, imma ejja ma naqilgħux ħama.", "Jiġifieri dan kien il- headquarters li kien hemm fuq tmint itmien art f'post ċentralissimu ta' pajjiżna.", "Meta l-Gvern Laburista ta' l-Onor.", "Perit Mintoff fl-istess żmien kien iddeċieda li jiżviluppa iktar t-Tarzna għal skopijiet ta' shipbuilding kien hemm bżonn li dawn il-headquarters jispiċċaw minn hemm biex minflok jibni l-worshops - kull min jgħaddi minn hemm jarahom dawk il-workshops enormi - u jkompli jestendi l-faċilitajiet tax-shipbuilding.", "Mela fl-1979 il-Partit Laburista seta' ta valutazzjoni għal dik il-proprjeta' u l-gvern kien ikollu jħallas.", "Kieku sar hekk ċertament li kien ikollu biżżejjed biex jagħmel headquarters, iħallas kollox u ma kienx ikollu għalfejn jiddejjen, anzi kien jibqagħlu biżżejjed biex jiddepożita somma sostanzjali l-bank.", "Seta' faċilment għamel dan bl-iktar mod leġittimu għax il-gvern kien talab li jixtriha mingħandu.", "Pero' l-Gvern Laburista dak iż-żmien qal lill-Partit Laburista li kien se jipprovdilu akkomodazzjoni oħra ħalli l- faċilitajiet li kellu jkun jista' jestendihom 'l hemm jew 'l hawn.", "GĦalhekk kien tah il-proprjeta' ta' St Andrew's li kienet ġiet f'idejn il- gvern mingħand is-Servizzi Ingliżi fl-1979 u kien tah ukoll il-Maċina b'kera, li issa reġgħet marret għand il-Gvern.", "Irridu naraw iċ-ċirkostanzi ta' kif żviluppa dan l-arranġament dak inhar.", "Fil-kuntratti sar arranġament - li ġie mgħoddi permezz ta' riżoluzzjoni mill-Parlament, għax kollox sar skond id-Disposal of Government Land Act ta' l-1976 - fejn il-Gvern Laburista għadda l-art ta' St Andrew's lix- Shipbuilding bi skop speċifiku li din tibdilha mal-Malta Labour Party.", "Kien hemm imniżżel speċifikament fil-kuntratt li x-Shipbuilding ma setgħet tagħmel xejn iktar ħlief li din l-art sussegwentement tibdilha mal- headquarters li l-Malta Labour Party kellu mibnija fuq tmint itmien art.", "Lanqas il-headquarters li għandna l-Ħamrun, għalkemm ġew jiswew ħafna, ma jkopru tmint itmien għax hemm ħafna inqas superficial area.", "Qed ngħid dan biex wieħed jifhem l-estensjoni tal-proprjeta' li l-Labour Party għadda lix-Shipbuilding, meta seta' tħallas somma kbira għaliha imma xorta aċċetta li l-bdil isir ma' proprjeta' oħra.", "Kull min qiegħed fin-negozju jaf li meta int tibdel proprjeta' ma' proprjeta' oħra, ħafna drabi jkun arranġament li jkun tajjeb ħafna għal dak li ma jridx iħallas il-flus, għax int aħjar ikollok proprjeta' li jkollok bżonnha u tkun mgħallaq għaliha - għax ix-Shipbuilding riditha bifors dik il-proprjeta' - allura min għandu dik il-proprjeta' jista' jiddetta l-prezz li jrid.", "Din hija leġittima u hija normali li ssir u jien assistejt biżżejjed għal dawn l-affarijiet fuq kuntratti, imma meta l-parti l-oħra taċċetta proprjeta' bi bdil ħafna drabi jkun jaqbel lil dik il-kumpannija jew lil dik il-persuna li tiffranka li tħallas prezzijiet tajbin għaliha.", "Mela l-Partit Laburista ċeda l- headquarters lix-Shipbuilding u din imbagħad ċedietlu l-proprjeta' ta' St Andrew's.", "Wieħed jinnota wkoll li l-Partit Laburista għadda t-tmint itmien art lix- Shipbuilding bl-istess ammont ta' ċens ta' Lm20,000 li hu kellu impost fuqu fuq l-artijiet ta' St Andrew's. Mela l-bdil tal-proprjeta' sar b'tali mod li ssir tpaċija waħda ma' oħra.", "Ix-Shipbuilding għaddiet il-proprjeta' ta' St Andrew's li ħadet mingħand il-gvern bl-iskop speċifiku li tagħmel dan l- att ta' permuta, u l-Labour Party għadda l-headquarters tiegħu bil- benefikati li kien hemm fuqu b'kollox.", "Issa x'għamlu x-Shipbuilding b'dawk il-benefikati hija kwestjoni oħra imma l-fatt huwa li għaddiet art bil- benefikati fuqha u allura l-valur ta' l-art awtomatikament jogħla.", "Minkejja dan kollu ċ-ċens li jirċievi l-Malta Labour Party mingħand ix-Shipbuilding - jew li suppost jirċievi - baqa' xorta waħda l-istess għall-proprjeta' li kien hemm f'St Andrew's. Tant kien hemm rabta sħiħa f'din it-transazzjoni - u din ma jsemmuhiex - li fil-kuntratt li kien sar fit-22 ta' Awissu 1979, fejn il-Partit Laburista għadda l-art lix-Shipbuilding, kien hemm dan il- paragrafu li jgħid hekk:", "\"Qed jiġi ddikjarat li minħabba l-ħlas ta' l-Lm20,000 bħala ċens annwu dovut mill-kumpannija bħala enfitewta lill-Gvern ta' Malta bħala directus dominus tas-sit u l-bini f'St Andrew's, limiti ta' San Ġiljan, ittrasferiti b'att tan-Nutar Alexander Grech ta' l-20 ta' Awissu 1979, liema sit u bini ġew ittrasferiti mill-kumpannija lill- Partit b'att tan-Nutar Alex Sceberras Trigona, għas-sena li tibda mill- 20 ta' Awissu 1979 sa l-20 ta' Awissu 1980, il-partijiet qed jiftehmu hawn li l-kumpannija tibda tħallas iċ-ċens annwu perpetwu ta' Lm20,000 imposti b'dan l-att fuq il-kumpannija aċċettanti minn u fid-19 ta' Awissu 1979 u kull sena bil-quddiem.\"", "Mela hawnehkk hawn ir-rabta sħiħa fejn qed tgħid li peress li ċ-ċens li suppost il-gvern għandu jirċievi mingħand il-Partit Laburista huwa dovut fid-19 ta' Awissu u peress li l-kuntratt ta' ċens max-Shipbuilding beda fit- 22 ta' Awissu ta' l-istess sena, jiġifieri tlett ijiem wara, biex jintrabat kollox ix-Shipbuilding intrabtet li ċ-cheque tagħha ta' Lm20,000 tagħtih lill-Partit Laburista fid-19 ta' Awissu ta' kull sena biex il- partit fl-20 ta' Awissu ta' kull sena jerġa' jgħaddi dak iċ-cheque ta' Lm20,000 lill-Gvern.", "Jiġifieri t-transazzjoni kienet back to back, kif insejħulha.", "Jiġifieri minn dak inhar stess, mill-kuntratti li għaddew minn din il-Kamra jidher li kien hemm din ir-rabta li x-Shipbuilding, kumpannija tal-gvern - naħseb li kulħadd jaf li hija kumpannija tal-gvern, għalkemm hawn min xi kultant donnu jinsa li hija kumpannija tal-gvern u meta jaqbillu jirriferi għax-Shipbuilding qisha xi kumpannija jew entita' ta' xi ditta privata - tgħaddi l-flus f'ġurnata stipulata lill-Partit Laburista u l-partit iħallas iċ-ċens lill-gvern.", "Dan huwa arranġament li jidher kollu fil-kuntratt.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk qed ngħidu li f'każ li min ma jħallsekx iċ-ċens tista' titlob lill- qorti biex tiddikjara n-nullita' tal-kuntratt, dak huwa dritt li għandu japplika wkoll għall-Malta Labour Party.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk illum il-Malta Labour Party jerġa' jieħu lura dawk it-tmint itmien art fil-Marsa u jiżviluppahom jaqbillu ħafna iktar.", "Kulħadd jaf li llum tomna art hemmhekk tiswa mill-inqas Lm0.3 miljun jew Lm0.4 miljun.", "Daqshekk qegħdin jinbiegħu u min qiegħed fil-mestier jaf b'dawn il- prezzijiet.", "Naħseb li l-aġenti tal-proprjeta' li qed jisimgħuna jafu kemm tiswa biċċa art f'ċentru kummerċjali.", "Din tista' ċertament tiżviluppaha għax qiegħda f'waħda mill-iktar sites kummerċjali fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Jekk il-Malta Labour Party jinsisti li dik l-art jerġa' jeħodha lura, ara kemm jaqla' flus minn tmint itmien, kieku kellu jġib Lm0.3 miljun jew anke Lm0.25 miljun għal kull tomna!", "U bħalma l-gvern għandu dritt jagħmel hekk ukoll għandu dritt il-Malta Labour Party.", "Jekk il-Malta Labour Party jieħu dik il-proprjeta` lura ċertament jirrealizza somom kbar ta' flus meta jerġa' jbigħha u jsib ħafna banek lesti li jisilfuh biex jagħmel iktar negozju minnha.", "Qed ngħid dan għax it-tema tan-negozju n- naħa l-oħra bdew isemmuha ħafna fejn jaqblilhom.", "M'għandix dubju li hemm ħafna minnhom li jifhmu fin-negozju u kull min ikollu x'jaqsam mal-kummerċ bħala perit, avukat jew nutaw bħali, jifhem x'tista' tfisser għall-partit li kieku jirrexxindi l-kuntratt tax-Shipbuilding, jieħu dik l-art lura u jiżviluppaha.", "Imma mbagħad ix-Shipbuilding ikollha tagħlaq u jkun hemm dawk il-konsegwenzi kollha fuq dawk il-ħaddiema u l-Gvern jgħid: Jien eżerċitajt il-kuntratt u ħadt il-bini li hemm f'St Andrew's u forsi mbagħad ix-Shipbuilding u l-ħaddiema li qed jaħdmu hemmhekk neħduhom St Andrew's. Qed immur fl-assurd apposta, ħalli min qed jismagħna jifhem l-issues proprji x'inhuma.", "Meta jiġu jgħidulna li ċ-ċens kontra x-Shipbuilding huwa preskritt imma kontra l-gvern ma tista' tippreskrivi qatt, anke hawnhekk huma żbaljati, Madam Speaker, għax artiklu 2156 tal-Kodiċi Ċivili, jgħid ċar u tond li: \"l-azzjonijiet hawn taħt imsemmija jaqgħu bi preskrizzjoni b'għeluq ta' ħames snin\" u waħda minnhom hija \"l-azzjonijiet għall-annati taċ-ċnus\".", "Huwa veru li jekk jgħaddu l-ħames snin iċ-ċnus huma preskritti.", "Pero' artiklu 2115, fejn jgħid li l-preskrizzjoni għall-ownership ta' proprjeta' m'hijiex applikabbli għall-gvern, joħloq eċċezzjoni u jgħid hekk:", "\"Iżda l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni ma tistax tingħata kontra l- jeddijiet u azzjonijiet li jmissu l-Gvern ta' Malta ħlief fil-każijiet imsemmija f'artikoli 2149, 2153, 2154, 2155 u 2156\".", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol f'teżi u l-argument legali tal-preskrizzjoni imma qed insemmiha għax naħseb li qed nipprovaw inħawdu l-imħuħ meta qed ngħidu li l-gvern hawnhekk qed iċedi xi ħaġa u x-Shipbuilding m'hi qed iċċedi xejn imma huwa l-partit li ma ħax il-passi u tilef id-drittijiet tiegħu.", "L-issue prinċipali hija li d-dritt tal-preskrizzjoni ta' l-art jappartjeni kemm lill-Malta Labour Party kif ukoll lill-gvern.", "Kien hemm passi oħra x'seta' jieħu il-Gvern.", "Il-Gvern seta' faċilment offra li jħallas iċ-ċens li kien dovut lill- Malta Labour Party - li huwa dovut xorta waħda lill-Malta Labour Party - u dak l-istess ċens kien jerġa' jmur għand il-gvern.", "Kienet tkun transazzjoni sempliċi u setgħet lanqas biss ġiet quddiem dan il-Parlament, imma peress li din it-transazzjoni qed tolqot lill-Partit Laburista li llum qiegħed fil-gvern, ħassejna li għandna nressqu din ir-riżoluzzjoni ħalli ħadd ma jgħid li qed nagħmlu xi ħaġa minn wara dahar ħadd.", "Naqbel mal- kollega tiegħi l-Onor.", "Gonzi li qishom m'huma xejn l-miljuni li qed jissemmew u li kulħadd qed jispara fl-ajru.", "Kulħadd jivvinta l-miljuni!", "Sempliċi ħafna kieku l-Malta Labour Party jerġa' jieħu f'idejh it-tmint itmien art fil-qalba ta' ċentru kummerċjali f'wieħed mill-aħjar siti ta' pajjiżna.", "Din hija r-realta' taċ-ċirkostanzi u f'din ir-riżoluzzjoni qed ngħidu li l-gvern iċedi d-dritt li jkun jista' jirrexxindi l-kuntratt u mhux li l-flus ma jistax jiġborhom mingħand entita' oħra.", "Imma rridu nifhmu li jekk il-Gvern huwa directus dominus, anke l-Malta Labour Party huwa sid u għandu dritt jirċievi ċ-ċens.", "Bħalma l-gvern għandu dritt jirċievi ċ- ċens il-Malta Labour Party għandu dritt jirċievi ċ-ċens fuq il-proprjeta' tal-headquarters li ċeda.", "U mhux noqogħdu ngħidu li dak huwa patrimonju tal-poplu.", "Kollox jista' jsir patrimonju tal-poplu!", "Il-Gvern jista' jesproprja kullimkien għall-interess pubbliku imma ċertament irid iħallas għalih għax għandek l-interess ta' l-individwu jew ta' l-entita'.", "Mela d- drittijiet li jappartjenu lill-gvern huma drittijiet li jappartjenu lill- Malta Labour Party wkoll.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mangion, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li jkompli jinstema'?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Mangion ikompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.", "Madam Speaker, is-sitwazzjoni rridu narawha f'din il-perspettiva.", "Dawn huma fatti li l-poplu jrid jara u jiżen.", "Bħalma diġa' għidt, kieku x- Shipbuilding għamlet cheque lill-Malta Labour Party, dan kien jgħaddih lill- gvern u s-sitwazzjoni kienet tingħalaq hemm.", "Iżda peress li l-Gvern jaf li hemm tibdil fil-kuntratt u allura jrid jaderixxi mhux biss mal-liġi ta' l- 1976 imma anke ma' dak li ssuġġerixxa l-Ombudsman - meta kien hemm każijiet simili fejn ġew mibdula kuntratti ta' ċens perpetwu trasferibbli - u biex ikun konsistenti ma' dak li ntqal meta konna fl-oppożizzjoni, ħass li anke din ir-riżoluzzjoni trid tinġieb hawnhekk.", "Jekk irridu nkunu onesti maċ- ċittadini li qed jisimgħuna huwa tajjeb li l-affarijiet inpoġġuhom fil- perspettiva proprja tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Jien nifhem li xogħol l- Oppożizzjoni huwa li ma taqbilx, imma anke jekk ma taqbilx l-affarijiet xorta trid tpoġġihom fil-perspettiva reali u proprja tagħhom.", "Madam Speaker, fl-intervent tiegħi pprovajt nuri li anke fejn assenjajna faċilitajiet sportivi lil għaqdiet volontarji, jiġifieri fejn żgur m'hemmx skop ta' negozju, profitt jew gwadann bil-moħbi, hawnhekk ukoll l- Oppożizzjoni qed tara skop ulterjuri Ċertament dan ma jeżistix u daqstant ieħor ma jeżistix fir-riżoluzzjonijiet l-oħra li hawn imsemmija, inkluż dik ta' GĦajn Tuffieħa li ilu jiġġestixxiha l-partit, u bħalma jagħmlu għaqdiet oħra volontarji jista' jissellef fuqha mill-banek biex jiżviluppaha.", "Jekk ma jkollux titolu ma jistax jiżviluppaha.", "Din ħaġa li kienet f'idu, m'hijiex xi ħaġa ġdida.", "Anke hawnhekk irridu narawha fil-perspettiva proprja tagħha u l-fatt li dawn ir-riżoluzzjonijiet ġew tabled u qed jingħataw din l-exposure, kollox juri biċ-ċar li l-Gvern Laburista m'għandu xejn x'jaħbi u m'għandux biex iħammar wiċċu.", "Il-poplu jiġġudika jekk l-affarijiet humiex qegħdin above board.", "GĦaldaqstant jien nifraħ lill-Gvern għal dawn ir-riżoluzzjonijiet li għandna quddiemna fejn jidħlu trasferimenti ta' proprjeta' bi skop speċifiku soċjali, kif ukoll għar-riżoluzzjoni li tolqot lill-Malta Labour Party, għax hawn il-Gvern qed jimxi ma' dak li kien jgħid minn fuq il- bankijiet ta' l-oppożizzjoni li l-affarijiet iridu jiġu quddiem din il- Kamra sabiex il-poplu jiġġudika fuq il-fatti reali taċ-ċirkostanzi.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il- Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jien smajt bil-kalma id- diskussjoni fuq din il-mozzjoni fejn tkellmu ħafna membri, l-iktar fuq l- art li se jgħaddi l-Gvern lill-Partit Laburista, u ftit kienu dawk li tkellmu fuq l-affarijiet l-oħra li l-Gvern se jgħaddi lill-entitajiet sportivi u entitajiet bħalma huma l-MUSEUM u l-iScouts.", "L-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni tkellmu fuq x'se jagħmel il-Partit Laburista u x'se jieħu l- partit u ħadd minnhom ma tkellem fuq il-ġid li għamel il-partit.", "Kulħadd tkellem fuq x'se jagħmel il-partit, x'se jieħu l-partit u l-Gvern Laburista lil min se jagħtihom imma ħadd ma tkellem fuq il-ġid li għamel il-partit.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-Partit Laburista wrew partita qdusija u meta bdew isemmu l-għotjiet lill-għaqdiet l-oħrajn bdew jgħidu li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien se jagħmilhom hu.", "Qalu li dawn il-miżuri kien se jagħmilhom il-Partit Nazzjonalista għax skond il-programm elettorali tagħhom kienu wegħdu li se jgħaddu proprjeta' lill entitajiet sportivi u lill għaqdiet volontarji.", "Din drajniha issa.", "Kull meta jagħmel xi ħaġa l- Gvern Laburista dejjem iqum xi ħadd min-naħa l-oħra u jgħid li din kien se jagħmilha l-Gvern Nazzjonalista.", "Din l-istess bħall-kwestjoni ta' l-isptar f'Tal-Qroqq Meta l-Gvern Laburista ra li ma nistgħux nerġgħu lura minn dak il-proġett, għax inkella konna nitilfu l-flus, tan-naħa l-oħra ħarġu jgħidu li kienu se jagħmluh huma u li aħna qbilna magħhom.", "Dan ma kien veru xejn għax il-Gvern Laburista ra ċ-ċirkostanzi li konna ninsabu fihom u wara li vverifika li ma kienx hemm mod kif niffrankaw dawk il-miljuni ta' liri - għax il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien diġa' nefaq ħafna miljuni - kellu bilfors jiddeċiedi li jibqa' għaddej bil-proġett u saħansitra jkabbru.", "Dalgħodu smajna wkoll fuq l-art tal-Marsa u spiċċajna li dik ukoll kienu se jagħmluha huma!", "Tkellmu ħafna min-naħa l-oħra u ħlief ripetizzjonijiet, waħda wara l-oħra, fuq l-art li se jieħu l-Partit Laburista u fuq it- trasparenza ma smajniex.", "Jien smajt lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Gonzi u ngħid għalija kont anke nistennih jitkellem dakinhar li dik l-art agrikola kollha kienet se tgħaddi għand kumpannija privata li hu kien l-avukat tagħha.", "Ara fuq dak ħadd ma ġie jipprotesta u jitkellem hawnhekk!", "Dawn huma affarijiet li lill-poplu Malti trid tfakkarhomlu.", "Bdew anke jgħidu fuq id-demokrazija u mhux demokrazija u għax partit se jispiċċa sinjur u partit se jispiċċa fqir.", "Aħna ma rridux noqogħdu mmorru lura ħafna ħafna imma rridu mmorru għal dak li qed jiġri issa.", "Il-Partit Laburista m'hu qed jagħmel xejn bil-ħabi.", "Aħna mhux se noqogħdu ngħidu x'kien jagħmel il- Partit Nazzjonalista u kemm għamel affarijiet bil-ħabi.", "Dawk għalfejn noqogħdu ngħiduhom?", "Ħalli nsemmi l-għaqdiet sportivi li se jingħataw ground tal-football u faċilitajiet oħra.", "Anke l-Oppożizzjoni qed taqbel mal-Gvern li minkejja li dawn l-għaqdiet se jingħataw dawn il-faċilitajiet xorta se jkollhom jagħmlu ħafna sagrifiċċji biex imexxuhom.", "Imma issa rridu naraw li dawk li jużaw dawn il- faċilitajiet għandhom jieħdu ħsiebhom.", "Aħna rridu li l-isport, speċjalment il-logħba tal-football, jimxi 'l quddiem.", "Bħalma għamel sieħbi l-Onor.", "Mangion, jien nifraħ lil dawk l-atleti u lil dawk l-isportsmen, speċjalment tal-billiards, li qed jagħmlu unur lil Malta, imma ma nistax ngħid l-istess għall-football għax illum il-logħba tal-football tant waqgħet fil-baxx li kulħadd huwa ddiżgustat.", "Jien m'iniex qed nagħti tort lill-MFA għax naf li din qed tagħmel kulma tista' biex il-logħba tmur 'il quddiem u hemm membri tal-kumitati li qed jagħmlu sagrifiċċji kbar ukoll għal dan il-għan.", "Issa l-football players għandhom jidħlu daqsxejn fil-kuxjenza tagħhom u jgħidu: Wara li l-Parlament Malti - għax jien nemmen li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li lil dawn għandna nagħtuhom l-amenities li jeħtieġu - qed jivvota l-flus, wara s-sagrifiċċji li qed jagħmlu l-kumitati tal-football u n-nies ikkonċernati f'dan il-qasam, aħna qegħdin nagħtu sehemna biex il-football f'pajjiżna ma jibqax jaqa' għaċ-ċajt kif qiegħed jaqa'?", "Jien qed nagħmel appell minn qalbi għax dan m'għandux jiġri.", "GĦalkemm il-Parlament Malti qed jagħmel minn kollox biex dan l-isport jimxi 'l quddiem, hemm minoranza minn dawn in-nies li ma jixirqilhomx li jkunu fil-logħba tal-football u naħseb li qed niftiehem tajjeb b'dan li qiegħed ngħid.", "Tmur Ħadd wara Ħadd u tara li l-kumitati tal-football u s-supporters m'humiex qed jieħdu r- return tal-flus li joħorġu u s-sagrifiċċji li jagħmlu għax ċerti logħbiet tant ikunu taċ-ċajt li tibda tidħak bik innifsek għalfejn qiegħed hemm.", "Madam Speaker, ikollok raġun tgħidli li dan m'għandux x'jaqsam.", "Veru li m'għandux x'jaqsam imma la l-Parlament Malti qed jgħaddi dawn l-affarijiet, għaliex m'għandux jieħu return il-poplu Malti?", "GĦalhekk jien qed nagħmel appell biex min hu responsabbli jara li Malta f'din id-dixxiplina ma tkomplix taqa' għaċ-ċajt.", "L-iskuża li nġibu hi li aħna żgħar.", "Veru aħna żgħar, imma l-atleti, players tal-billiards u ta' dixxiplini oħra għamlulna unur meta marru barra minn Malta.", "Fejn jaqblilna, meta niġu għal-logħba tal-football nġibu l-iskuża li aħna żgħar imma meta niġu għal affarijiet oħra, kumbinazzjoni nikbru għax l-atleti qed jittieħdu bis-serjeta' u l- logħba tal-football m'aħniex qed neħduha bis-serjeta' daqskemm qed nieħdu d- dixxiplini l-oħra.", "Madam Speaker, hawnhekk smajna ħafna - kif qal il-kollega tiegħi - li l- Partit Laburista se jieħu miljuni ta' liri u smajna anke kif ittieħdu l- każini tal-Partit Laburista.", "Aħna rridu nfakkru u ma nħallux lin-nies jinsew meta l-Partit Nazzjonalista ħa l-każin ta' Raħal Ġdid.", "Liema tender ħarġet dakinhar?", "Meta ġew biex jibnu l-każin ta' Ta' Xbiex veru ħarġet tender, imma mhux kulħadd kien jaf min kien se jeħodha dik it-tender u li l- każin tal-Partit Nazzjonalista kienu se jagħmluh f'nofs it-triq?", "GĦalfejn noqogħdu ninħbew?", "Dawn qed joqogħdu jgħidu kif joħorġu t-tenders meta saru dawk il-ħniżrijiet fl-airport, kif ittieħdu ċerti postijiet?", "Sal-lum għadni qed nitħabat biex nara kif ittieħdu ċerti kuntratti.", "Xi kollegi tiegħi semmew ukoll kif ittieħed il-headquarters tal-Partit Nazzjonalista.", "GĦalfejn noqogħdu ninħbew wara subgħajna?", "Insejniha l-istorja ta' kif kienet imdaħħla l-Kurja u kif kien imdaħħal Hamilton Hill meta ttieħed il- headquarters tal-Partit Nazzjonalista?", "Jien m'iniex se noqgħod insemmi nies li llum, bid-dritt kollu, ma jistgħux jiddefendu ruħhom imma jekk inqallbu l-gazzetti dawn l-affarijiet inkunu nafuhom u m'hemmx bżonn insemmuhom hawn.", "Liż-żgħażagħ li qed jisimgħu ħafna ħmerijiet fuq id- demokrazija ngħidilhom biex iqallbu daqsxejn il-gazzetti tas-sittijiet u jaraw kif ħadu l-headquarters il-Partit Nazzjonalista dak iż-żmien.", "L-Onor.", "Gonzi wkoll tkellem fuq id-demokrazija.", "Jien għandi ammirazzjoni kbira lejh bħala avukat imma nibda nidħak meta nisimgħu jitkellem għax ngħid: Imma possibbli nsihom is-sittinijiet?", "X'demokrazija kien hawn dak iż-żmien?", "Bilfors kellu jieħu l-każini l-Partit Laburista għax hu minn ġot- toroq kien jiġġieled.", "Il-Partit Nazzjonalista fis-sittinijiet ma kellux bżonn każini.", "Il-Partit Nazzjonalista kellu 365 każin għax kull knisja li kien hawn kienet każin tagħhom!", "GĦalfejn noqogħdu nipprovaw innessu l- istorja ta' minn liema kalvarju għadda l-Partit Laburista u noqogħdu ngħidu li llum il-Partit Laburista hu miljunarju?", "Jien kont wieħed minn dawk li konna qed nibnu l-Freedom Press meta ħareġ id-dnub il-mejjet u qalulna li ħadd ma jista' jmur jaħdem.", "Dan qed ngħidu għall-istorja biex ma noqogħdux niġu hawn ġew u kulħadd jilgħabha ta' San Alwiġi.", "Biż-żgħar li hawn hawn ġew tidħku imma bija m'intomx se tidħku għax jien l-istorja għextha.", "Veru dak iż-żmien il-Freedom Press xtrajniha b'irħis u jien kont immur naħdem hemm mal-ħaddiema l-oħra.", "Niftakar li meta nżilna l-ewwel Ħadd għamlulna kartellun maċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata li kien jgħid: \"Inti qed taħdem hemm u ftakar li erbat ijiem oħra trid tiġi ħawn!\"", "Dawn huma l-bassezzi li saru u l-Onor.", "Gonzi jiftaħar bid-demokrazija.", "X'demokrazija!", "Meta kont għadek tokkupa s-Sejda, kont tgħid li ma toħroġx għall-politika u li ma tridx tiċċappas imma mbagħad ġejt tgħidilna - kien hemm xi festa x'imkien u għidtilna li l-Arċisqof kien misslek qalbek! - li ħriġt biex tiddefendi d-demokrazija jew biex tiddefendi r-reliġjon jew ma nafx eżatt x'għidtilna.", "Imbagħad aktar tard int ħriġt stqarrija biex tipprova tispjega ruħek man-nies.", "GĦalfejn toqgħod tinħeba wara subgħajk?", "Allura dakinhar l-Arċisqof Mercieca bagħat għalik u qallek: Isma', inti biex tiddefendi oħroġ mal-Partit Nazzjonalista!", "Ma naħsibx li qallek hekk.", "Naħseb li hu ma misslek qalbek xejn imma bagħat għalik l-Onor.", "Fenech Adami u ħriġt bħala kandidat mal-Partit Nazzjonalista.", "Allura għalfejn noqogħdu ninħbew?", "Imbagħad joqogħdu jgħidu kemm se jisraq il-Partit Laburista!", "Il-Partit Laburista ma seraq xejn imma għamel tpartit, bħalma kien għamel il-Partit Nazzjonalista fiż-żmien meta kellu kwestjoni fuq Television House mal-kumpannija tar-Redifussion.", "Jien dalgħodu smajt ukoll lilll-Onor.", "Austin Gatt meta qalilna: Allura jekk għamilna ħażin aħna dakinhar, intom se tagħmlu ħażin ukoll?", "Aħna m'aħna se nagħmlu ħażin xejn.", "Aħna konna ngħidu lill-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern biex l-affarijiet iġibhom quddiem il-Parlament.", "Imma ħadd ma ġab xejn hawnhekk!", "Per eżempju, il-kwestjoni tal-car park ma ġietx quddiem il-Parlament.", "Dik kienet Lm50,000 u f'daqqa waħda biddlet l-idejn u llum ġiet tiswa kemm tiswa.", "L-airport nafu x'ġara u kif ittieħdet il-pompa tal-petrol u kif ittieħed fejn illum hemm il-McDonald's. Aħna nafu kif ittieħdu ċerti affarijiet, mela ma nafux!", "Allura għalfejn noqogħdu ninħbew wara subgħajna u nippontaw lejn il-Partit Laburista?", "Madam Speaker, madanakollu ħadd ma tkellem fuq ir-riżoluzzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-isport għax dawk ma jaqblilhomx joqogħdu jitkellmu fuqhom u qagħdu jikkritikawna għax ressaqna mozzjoni waħda.", "Kieku ried jagħmel propaganda, il-Partit Laburista kien iġib dawn ir-riżoluzzjonijiet waħda waħda dawn.", "Konna noqogħdu ngħidu li llum se nagħtu proprjeta' lit- team tal-football ta' Ħal Luqa u noqogħdu niġu hawn ngħidu kemm se nagħtu affarijiet lil Ħal Luqa u nagħmlu propaganda għal Ħal Luqa u l-għada nkonna agħtu xi proprjeta' lit-team tal-football ta' Birkirkara u noqogħdu nagħmlu l-istess propaganda fuq Birkirkara.", "Bħal meta ġejtu hawn biex tagħtu s- suq ta' Birkirkara lill-każin tal-football ta' Birkirkara u l-Karkariżi kollha kienu ferħanin għax se jkollhom każin tal-football.", "Wara li l-Gvern għamel ix-xogħol kollu reġa' nqala' kollox u ħaduh il-McDonald's u kulħadd jaf kif ħaduh.", "(Interruzzjonijiet) Jien supporter tat-team ta' Birkirkara imma f'ċerti affarijiet ma naqbilx.", "MADAM SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, jien naħseb li d-diċenza - apparti li r-regola titlob li nżommu mal-fatti u mal-mozzjoni li għandna quddiemna - tirrikjedi xi ftit tar-rispett għall-verita'.", "Naħseb li ġaladarba l-Onor.", "Debono Grech qed jiddeskrivi lilu nnifsu bħala supporter tal-football club ta' Birkirkara, se mai għandu jitkellem dwar jekk kienx il-football club ta' Birkirkara li, biex ikollu introjtu ikbar, talab ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, din m'hi point of order xejn!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Debono Grech għandu jgħid il- verita' waqt li jżomm mal-mozzjoni li hawn quddiemna.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Issa nżommlok mal-mozzjoni, Onor. Zammit Dimech!", "Il-mozzjoni tgħid ħafna affarijiet u n-naħa l-oħra tkellmet biss fuq l-art li se jieħu l-Partit Laburista.", "Veru li din hija parti mill-mozzjoni.", "GĦar-rigward tal-każin ta' Birkirkara kontu mdaħħlin fit-taħwid intom.", "Iva, kontu mdaħħlin.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jien il-fatti nafhom iktar milli jafhom il-ħabib tagħna.", "Jien qed inżomm mal-mozzjoni.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra x'ħin fettlilhom tkellmu fuq il-kwestjoni tad-demokrazija u qalu li issa l-Partit Laburista se jiġi iktar sinjur mill-Partit Nazzjonalista.", "X'kellha x'taqsam mal-mozzjoni din?", "Dawn kienu tant jgħidu bina għax noħorġu niġbru!", "Issa qed jagħmlu bħalna u min jgħid li ġabru Lm30,000 ...", "Hawnhekk aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq kemm aħna sinjuri, imma għandna riżoluzzjoni fejn qed ngħidu kif se jmorru ċerti affarijiet u x'se jiġri.", "Il-Partit Nazzjonalista daqqa jaqbad mal-kwestjoni ta' l-Ewropa ...", "Issa spiċċatlu l-issue ta' l-Ewropa u se jagħmel skandlu minn din u waħħal tabella fejn qal \"SKANDLU\"!", "L-iskandlu l-Partit Nazzjonalista għamlu fl- ajruport bil-mod li ngħataw l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet).", "Issa ħallini nitkellem għax jien ma fixkilt lil ħadd.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, l-Onor.", "Debono Grech m'għandu l-ebda dritt li ...", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, jekk se tagħmel point of explanation trid il-permess ta' l-Onor.", "Debono Grech biex titkellem.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien għandi point of order.", "L-Onor.", "Debono Grech m'għandu l-ebda dritt jimputa motivi ħżiena lill-membri ta' din il- Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Illum l-Onor.", "Debono Grech huwa responsabbli mill-ajruport u jekk għandu xi każ li jirriżultalu skorrett jew ħażin fuq l- airport għandu l-poteri u r-responsabbilta' kollha li jieħu passi, imma li jimputa mingħajr ma jipprova l-allegazzjonijiet li jiġuh f'rasu m'għandu l- ebda dritt jagħmlu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ilkom tlett ijiem għaddejjin!", "Ħalli nsemmilek il-ħmieġ tagħkom.", "(Interruzzjonijiet) Il-membri tan-naħa l-oħra mputawlna intenzjonijiet ħżiena u saħansitra kien hawn anke wieħed min-naħa l-oħra li qal li l-Partit Laburista kollu majjali u meta nġibditlu l-attenzjoni għal dan qal li hu mhux qed jgħid għall-membri t'hawn ġew imma għall-Partit Laburista.", "Mela lill-Partit Laburista t-tiġieġ jivvotawlu, mhux in-nies!", "(Interruzzjonijiet) Tan-naħa l-oħra għajjarna li l-Partit Laburista kollu majjali.", "Issa ħallini nkompli.", "Jien moralment nemmen li fl-airport sar il- ħmieġ u dan nipprovahulek 'il quddiem u mela tiġu tgħidu bil-Partit Laburista!", "Meta jumejn qabel l-elezzjoni tajtu dak ir-restaurant fl-MMA b'¥200 jew ¥500 fis-sena lil wieħed ħabib tagħkom, li anke rranġajtulu l-kuntratt sabiex jieħdu hu, dak ma kienx ħmieġ?", "Meta l-offerta tal-pompa tal-petrol fl-airport ħriġtuha b'ċerti kondizzjonijiet li wieħed biss seta' jeħodha - u sal-lum għad m'hemm xejn konkret - dak mhux skandlu?", "Meta tajtu l-Forti ta' Chambrai b'ċens ta' ¥10,000 fis-sena u ġibnielkom il-provi li hemm il- ħmieġ, dak m'huwiex skandlu?", "U issa li rajna kif sar it-taħwid, dak m'huwiex skandlu?", "Li Ċikku jbigħ u Peppi jixtri u kollox isir bejniethom, dak m'huwiex skandlu?", "L-iskandlu huwa tal-Partit Laburista biss?", "Dawn se jsemmulna l-iskandli lilna!", "Insew kif kienet ħarġet it-tender għall-każin li hemm fil-pjazza ta' Raħal Ġdid, li kien bnieh ex-ministru imma m'iniex se nsemmih għax illum mejjet?", "Jew fejn jaqblilna biss se nsemmu lill- Partit Laburista!", "Insew kif ħarġet it-tender għall-każin ta' Ta' Xbiex u fejn qabdu u ħadu artijiet tajbin?", "Dawn l-affarijiet għandna nsemmu u mela noqogħdu nsemmu dejjem l-istess ħaġa, jew jiġi l-ieħor u jżeffnilna l- kunsilli lokali fin-nofs!", "Allaħares nagħtuhom f'idejn il-kunsilli lokali!", "Illum qed naraw ġlieda fil-Kunsill Lokali ta' Birkirkara għaliex wieħed qed jgħid li jrid jagħmel eżami ta' l-arja, l-ex-sindku qed jgħidlu li m'għandux dritt jagħmel dan l-eżami u l-flus ħerġin.", "U issa qed ngħidu: Isma', min għandu raġun?", "Dak li ħareġ tant flus biex nagħmlu dan l-eżami ta' l-arja, jew l-ex-sindku li qed jgħidlu li ma kellux dritt jagħmel dan l- eżami?", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Edwin Vassallo u jgħidilna li rridu nikkonsultaw mal-kunsilli lokali!", "Ma' min se nikkonsultaw fil-Kunsill Lokali ta' Birkirkara, mas-sindku jew ma' l-ex-sindku?", "Madam Speaker, issa ġejna għas-settur ta' l-isport u jekk kien hawn partit li mexxa l-isport dan kien il-Partit Laburista.", "Meta ġejna biex nagħmlu l-pixxina mxejna.", "Intom għamiltu l-pixxina l-oħra u mxejtu.", "(Interruzzjonijiet) Imma inti ma ġejtx tgħidli fejn marru l-flus li vvotajtu għall-pixxina!", "Fil-fatt sieħbi sab li dawn ma marru mkien u nsterqu.", "(Interruzzjonijiet) Xi trid tara?", "Inti parti minnhom.", "Dawn l- affarijiet insejtuhom?", "Moħħkom biss fl-art ta' Pembroke u ta' Għajn Tuffieħa u x'se jieħu l-Partit Laburista.", "Issa dawn kollha qalu li ma jafux min hu x-xerrej u mbagħad f'daqqa waħda semmew iċ-ċifra ta' Lm1 miljun u llum spiċċajna b'ċifra ta' Lm5 miljun.", "U jekk inkomplu nitkellmu xi ġimgħa oħra naħseb li titla' anke Lm6 miljun jew Lm7 miljun!", "Kulħadd itella', wieħed fuq l-ieħor, biex ninfluwenzaw lin-nies.", "Aħna m'aħna se ninfluwenzaw lil ħadd.", "Aħna se ngħaddu riżoluzzjoni u intom qed jiddispjaċikom ħafna minħabba f'hekk, u għall-ebda raġuni oħra.", "Qalulna, li l-Australia House ittraskurajniha.", "Jiena ngħidilhom: Insejtu li kontu ħraqtuha wara li rbaħtu l-elezzjoni ta' l-1987?", "Kemm għaddew minn hemm kulħadd ixejjer il-bnadar!", "L-Australia House intom ħraqtuha.", "Mela lill-Partit Laburista biss insemmu meta nitkellmu fuq il- vjolenza?", "Issa meta 'l quddiem niġu biex nipprovaw x'sar fl-airport ...", "Jiena moralment għadni ma nistax nifhem kif saru ċerti affarijiet u kif ingħataw ċerti tenders.", "U jekk tmur l-airport illum biex tidħol ġewwa jkollok bżonn salva uomo, għax kieku barra ma jimportax!", "Imma dawn ġabu l- barranin biex ipoġġu l-madum għax il-Maltin ma kenux kapaċi jagħmluh dan ix- xogħol!", "GĦaliex ġibtu lill-barranin?", "GĦaliex jiena għadni qed infittex u għadni ma nistax insib għalfejn ġibtu lill-barranin.", "Madam Speaker, mela hawnhekk kulħadd jiġi biex ibellgħa fuq id- demokrazija u mhux demokrazija biex mingħalih jitma' lill-poplu iżda ħadd m'għadu iblaħ.", "Mhux tiġi ssib xi erbat itfal minn hawn ġew imma meta titkellem fuq id-demokrazija sib nies li għaddew mid-demokrazija.", "Sib nies li batew taħt il-Partit Nazzjonalista u sib nies li ġew imċaħħdin mill- affarijiet li kellhom dritt għalihom.", "U mela niġu ngħidu li l-Gvern Laburista għandu jħallas lil dawk is-sidien li l-art tagħhom ġiet esproprjata matul is-snin!", "Il-Gvern Laburista sena kulma ilu fil-gvern.", "Allura f'dawk id-disa' snin ma kontux kapaċi tkunu rġiel, taraw min kienu dawn in-nies li tteħdulhom l-artijiet u tħallsuhom?", "Lil dawn irridu nħallsuhom aħna f'din is-sena?", "Din bħal ta' l-income tax fejn qegħdin ixxewxu li qegħdin niġbru l-income tax u qegħdin inxerrduha li lil min għandu jieħu lura mingħand il-gvern ħallejnih b'xejn.", "Għamiltu disa' snin u nofs fil-gvern, għaliex ma tajtuhomlhomx intom?", "Imbagħad iqum l-Onor.", "Fenech Adami u jgħajjarna bid-demokrazija!", "Fuq liema demokrazija jimxu hu u sieħbu?", "Illum min jiftaħ \"in-nazzjon\" u \"il-mument\" isib ritratt ta' Dr Borg Olivier u jaqra li se jfakkru l-11-il sena mill-mewt tiegħu, imma jiena ngħidilhom: GĦaliex ma tfakkrux meta ltqajtu hawn isfel fil-kantina u warrabtu lil Dr Borg Olivier u daħħaltu lill-Onor.", "Fenech Adami?", "Dik imisskom tfakkru, mela tiġu tgħidu li se tfakkru l-11-il anniversarju mill- mewt tiegħu!", "Il-mewt tiegħu fakkarielu l-Partit Laburista għax meta miet għamillu funeral statali, mhux bħalkom li lanqas ridtu tagħmlulu xejn.", "Tidħku, imma biż-żgħażagħ li hawn hawnhekk u li ma jiftakrux minn xiex għaddejna.", "Lilna tridu tgħajru bil-vjolenza meta fis-sittinijiet tlajna GĦawdex u kontu tajtuna xebgħa għax bdejtu tgħidu li ġew \"ta' denbhom twil\" u li l- Onor. Perit Mintoff huwa \"qattiel ta' l-erwieħ\".", "Imma llum fil-gazzetti tagħkom qegħdin tgħidu li l-Onor.", "Mintoff huwa raġel fuq l-irġiel.", "Kemm domtu biex indunajtu li l-Onor.", "Mintoff huwa raġel fuq l-irġiel!", "Imma meta mortu GĦawdex sawwattuh lill-Onor.", "Mintoff.", "Allura kif illum qed tiġu bil- qdusija u tiftaħru bl-artijiet.", "Tweġġagħkom l-istorja meta mmorru lura.", "Illum qed tgħidu li hawn l-immoralita'?", "L-immoralita' kienet meta fir- Ramla l-Ħamra kien hemm statwa tal-Madonna u qlajtuha biex tellajtu mara għarwiena.", "Dik l-immoralita'!", "Fakkruhomlhom dawn l-affarijiet liż- żgħażagħ tal-lum.", "(Onor. Membri: Hear, hear.)", "(Interruzzjonijiet) Le, din m'hijiex parti mill-mozzjoni imma lanqas l-intervent ta' l-Onor.", "Gonzi fejn ried jgħallimna x'inhi demokrazija ma kienet parti mill-mozzjoni.", "MADAM SPEAKER: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja u żomm mas-suġġett.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ħalli ngħidilkom għalfejn qed tidħku intom.", "Intom qed tidħku għax il-verita' tweġġa'.", "Fuq kollox tkellimtu, imma fuq il-proprjetajiet li l-Gvern se jagħti lill-entitajiet sportivi u karitattevoli m'għidtu xejn.", "Tafu li fl-1955 ivvotajtu kontra meta l- Partit Laburista ried jagħti art lill-MUSEUM biex jagħmlu l-headquarters tagħhom fil-Blata l-Bajda?", "Fittxu u taraw jekk kontux ivvotajtu kontra meta l-Partit Laburista fil-ħamsinijiet ried jagħti dik l-art li kienet ċimiterju lill-MUSEUM.", "Insejtu wkoll xi kjass kontu għamiltu meta kienu se jsiru l-grounds tal- football ta' Birkirkara u dak Tal-Pieta' għax qabel kienu ċimiterji?", "Kemm għidtu li qed noqtlu s-siġar u kemm ġibtu fil-gazzetti li m'huwiex sewwa li l-Gvern se jagħmel dawn il-football grounds għax hemmhekk l-art hija sagra!", "Jekk dik kienet art sagra, taħtkom kienet fis-sittinijiet imma qatt ma ħadtu ħsiebha.", "Imma mbagħad minħabba li ħsibtu li se titilfu l-voti, dawwartu kollox u bdejtu tgħidu li huwa tajjeb li jinbnew dawn il-grounds tal-football, ħalliha li mbagħad m'għamiltu xejn iktar.", "Madam Speaker, kif qal sieħbi, il-Partit Laburista għandu biex jiftaħar u m'għandu xejn minn xiex jistħi.", "U biex wasal fejn wasal il-Partit Laburista kellu jagħraq l-għaraq tad-demm.", "Il-Partit Laburista bata biex wasal fejn wasal imma la qatt kien maħmuġ u lanqas se jkun issa.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il- Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien ma kellix il-ħsieb nitkellem imma meta smajt ċerti kummenti min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, iktar u iktar għaliex jien bħala ministru kont involut sabiex din l-art f'Tal-Pieta' tingħata lil tal-MUSEUM, ħsibt li jkun tajjeb li wieħed jgħid il-verita'.", "(Interruzzjonijiet).", "Kieku toqgħod tagħti kas ta' x'jgħidu l-Membri ta' l- Oppożizzjoni, taħseb li huma qegħdin fuq in-naħa ta' l-anġli u aħna qegħdin fuq in-naħa tax-xjaten!", "Hekk jaħseb min qed jismagħna.", "(Interruzzjonijiet) Insomma, forsi aħna ħnieżer għax il-bieraħ ħnieżer għajruna!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Madam Speaker, jien ma xtaqtx nerġa' niġi drawn into it - fil-fatt diġa' qajjimt point of order minnħabba f'hekk - u rrid nifhem li l-Ministru Mizzi m'huwiex qed jerġa' jirripeti neċessarjament għall-gost.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nista' naċċertak li jien m'iniex qed nirripeti għall- gost.", "Rajtek tidħak u allura xtaqt infakkrek x'għidt int il-bieraħ.", "MADAM SPEAKER: Tindirizzawx lil xulxin, jekk jogħġobkom.", "Kompli, Onor. Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Kont qed niċċajta u inti taf li kont qed niċċajta.", "Pero', for the record, jiena fl-ebda stadju m'għajjart lil ħadd \"ħanżir\".", "Jiena ma sejjaħt lill-ebda individwu tan-naħa l-oħra b'dan il-mod.", "Fid- diskors tiegħi għidt li bil-mod kif qed jaġixxi fil-kwestjoni ta' l- artijiet, il-Partit Laburista qed jaġixxi ta' ħanżir, fis-sens li qed jiekol, jibla' u ma jixbax u iktar ma jibla' iktar jipprova jiffanga.", "Dan kien l-argument tiegħi.", "Jiena m'għajjart lil ħadd ħanżir, kif qed jieħdu gost jirripetu l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Pero' ġaladarba jien nifforma parti mill-Partit Laburista, dan ifisser li jien wieħed minnhom!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien ukoll nifforma parti mill-Partit Laburista pero' m'iniex majjal!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk qed tirriferi għall-Partit Laburista, ovvjament jiena nifforma parti minnu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jekk qegħdin tassoċjaw b'dan il-mod intimu l- komponenti tal-partit mal-partit inniffsu, allura ta' min wieħed jara daqsxejn kemm huwa regolari li wieħed jagħti lilu nnifsu l-artijiet b'dan il-mod!", "Allura oqogħdu attenti!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Daqskemm titfgħu akkużi bl-addoċċ!", "Għax ersaqna b'riżoluzzjoni quddiem il-Parlament akkużajtuna li ġejna hawnhekk għall- barka, naturalment b'riferenza għall-art u l-proprjeta' li l-Partit Laburista għandu f'Pembroke.", "Mur ara kieku bqajna għaddejjin, kif fuq kollox stajna nagħmlu, u ma ġejna xejn hawnhekk!", "Ma tifhimkomx!", "Nagħmlu x'nagħmlu, in-naħa l-oħra tipprova ċċappas għall-gwadann politiku.", "Per eżempju, issemmiet is-Soċjeta' tal-MUSEUM u jien, li għamilt sakemm kelli 17-il sena fil-MUSEUM, naf kemm hija fejjieda dik l-għaqda.", "Imma ħalli ngħaddi mill-ewwel għall-punt għaliex jien dħalt fil-kwestjoni u rajt kif ġraw eżatt l-affarijiet.", "Il-Gvern preċedenti ried jagħti biċċa art f'Tal-Pieta` lil tal-MUSEUM biex jibnu dar għall-anzjani nisa pero' kien hemm diversi ntoppi - min- naħa ta' l-Oppożizzjoni ma smajniex x'kienu - fosthom li l-Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta` kien talab biex juża parti minn din l-istess art.", "L- affarijiet twalu u anke wara li nbidel il-gvern it-tilwima bejn is-Soċjeta' tal-MUSEUM u l-Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta baqgħet għaddejja għax ħadd ma ried jiċċaqlaq.", "(Interruzzjonijiet) Imma x'kien beħsiebu jagħmel il- Gvern Nazzjonalista?", "Għaliex l-ex-Ministru Louis Galea ma kellux id- deċenza jgħid il-verita' kollha?", "Faħħarhom tant!", "Veru li ħaqqhom kull tifħir għall-ħidma fejjieda li jagħmlu.", "Dan jien nista' nixhdu għax kont membru tal-MUSEUM u naf kemm jaħdmu, kemm joħorġu flus mill-but u saħansitra jaslu biex kważi kważi jwarrbu lill-familja fil-ġenb biex jipprovaw jgħallmu lit-tfal.", "Ħalliha li meta kont fil-MUSEUM kien hemm min ipprova jindottrinani kontra l-Partit Laburista!", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħidha għax kont hemmhekk.", "Dak iż-żmien ma kontx naf x'inhi politika u jien kont wieħed minn dawk li għal xi żmien waqajt għal din il- logħba.", "Mhux se noqgħod nistħi ngħidha għax hija l-verita'.", "Imma minkejja dawk l-avvenimenti u minkejja li kien il-Partit Laburista li sofra dawk l-inġustizzji, illum qegħdin naraw kif Gvern Laburista jgħin anke lil min seta' għamillu azzjonijiet ħżiena fil-passat.", "Ħalli nikkompara x'qed nagħmlu aħna llum li qegħdin fil-gvern ma' dak li għamel il-partit l-ieħor fil-gvern, li tant faħħar lil tal-MUSEUM iżda fir-realta' kien jinqeda b'tal-MUSEUM f'kull okkażjoni li jkollu.", "L- Onor. Louis Galea ma qalx li l-Gvern dak iż-żmien riedhom ipartu din il- biċċa art ma' biċċa art oħra tal-Knisja u li kien se jorbothom biex lill- Knisja jagħtuha Lm0.25 miljun.", "Din ma qalhiex imma waslitli meta kont qed ninvestiga l-każ kollu.", "Ma ninsewx li l-Onor.", "Galea faħħar ħafna lil tal- MUSEUM!", "Veru u naf kemm jistinkaw, għax jien għamilt żmien fil-MUSEUM u għad għandi lil ħija membru fil-MUSEUM u naf kemm ħaqqhom.", "Imma mhux sew li jiġi jfaħħarhom hawnhekk biex mingħalih jinqeda bihom meta nafu x'kienet l-istorja.", "Il-Gvern Laburista qed jurihom biċ-ċar li ma jridx jingannahom imma jrid jgħinhom.", "Mhux talli l-Onor.", "Galea ma semmiex li din kienet se tinvolvihom fi spiża ta' Lm0.25 miljun, talli llum qed jitfa' dubju fuq xi klawsola li tirrigwarda ċ-ċens ta' din l-art li se nagħtuhom aħna.", "Qed jgħid li jekk dawn ma jħallsux, il-Gvern ikun jista' jieħu l-art lura u allura qed jagħti wieħed x'jifhem li tal-MUSEUM se jkollhom xi ċens għoli li mhux se jkunu kapaċi jħallsuh biex imbagħad il-Gvern idur fuqhom u jeħdilhom il- proprjeta'.", "Tafu kemm hu ċ-ċens?", "Iċ-ċens huwa Lm130 fis-sena.", "X'differenza mill-Lm0.25 miljun li kien se jkollhom iħallsu kieku twettqet ix-xewqa tal-Partit Nazzjonalista!", "Apparti li ċ-ċens huwa Lm130 biss, dawn se jdaħħlu Lm30 minn kirja ta' postijiet li għandhom fuq din l-art.", "Mela fir-realta' talli se jieħdu din l-art kollha kulma se jħallsu huwa Lm100 fis-sena.", "Mela minkejja li fiż-żmenijiet mgħoddija xi membri tal-MUSEUM kienu ħadmu kontra l-interessi tal-Partit Laburista, peress li kien hemm min inqeda bihom, illum li qegħdin fil-gvern ma qgħadniex naħsbu f'dawk l- affarijiet u għax nemmnu bis-serjeta' ridna nagħtu l-għajnuna lil min ħaqqu.", "U hekk għamilna.", "Issa ħalli nsemmi l-kwestjoni dwar is-sites li hemm bżonn nipprovdu għall- isport.", "Meta kien fil-gvern, il-Partit Nazzjonalista kien jgħid li jrid jagħti attenzjoni speċjali lin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Kieku ried kellu opportunita' biex jagħti artijiet lil dawn l-għaqdiet sportivi imma baqa' ma tahomx.", "Issa li aħna qed nagħtu artijiet biex jintużaw għall-isport, tan-naħa l-oħra jiġu jgħidu li dan il-Gvern m'hu qed jagħti xejn.", "Dawn x'kummiedji huma!", "U żgur li qed nagħtu artijiet għall-isport, mhux biss fin-naħa t'isfel ta' Malta imma anke f'postijiet oħra, mhux bħal qabel, meta kienu dejjem jgħidu li se jagħtu u qatt ma taw xejn!", "Meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern kien hemm biċċa art fejn it-tfal tal-Furjana kienu jilagħbu l-football u ħaduhielhom biex tellgħu żewġ blocks ta' flats, minkejja li kien hemm nies fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li pprotestaw u għamlu petizzjonijiet biex iħalluhielhom.", "Din ma semmewhiex.", "Dawn joqogħdu jsemmu korruzzjoni, tbagħbis ta' flus u li partit politiku se jsir miljunarju u bħal donnu jinsew li fi żmienhom saru ħneżrijiet kbar.", "Per eżempju, jien niftakar li kien hemm min ma riedx li biċċa art f'Ħaż- Żebbuġ tingħata lil xi ħadd biex jgħaqqadha jew jagħmilha bħala passaġġ mal- biċċa art li kellu.", "Allura x'għamel dan?", "F'isem in-nies ta' Ħaż-Żebbuġ qabad u tefa' offerta ta' Lm1 miljun.", "Issa dan in-Nazzjonalist magħruf, illum preżenti fil-Parlament, m'onorax l-offerta li għamel u bil-liġi suppost li weħel 5% fuq l-ammont globali.", "Forsi dawn m'humiex flus misruqa minn ħalq il-poplu?", "Din ma jgħiduhiex?", "Din realta' u m'hemmx dubji fuq hekk.", "Morru araw il-file u ssibu li bil-liġi dan suppost jeħel 5% ta' Lm1miljun.", "Għal min qiegħed nirriferi qiegħed hawn preżenti fil-Parlament u fl-intervent tiegħu semma' affarijiet oħra iżda li kien hu li tefa' t- tender ma semmihiex!", "Dawn huma l-ħniżrijiet, dawn huma l-iskandli.", "U żgur li ma nsemmuhomx dawn l-affarijiet għax, veru jew mhux veru, l-iskop huwa biss li jħammġu lill-Partit Laburista fil-gvern.", "Kien hemm biċċa art privata ħdejn l-Iskola tal-Fgura, li kienet ġiet esproprejata għax xi ħadd, li kien iħobb jgħid li ħadd ma jista' għalih, qabad u għalaqha u daħħal żiemel hemmhekk u l-Gvern Nazzjonalista ma ħax passi.", "Issa n-Nazzjonalisti jħobbu jiddandnu dwar kemm huma onesti u kemm jagħmlu l-affarijiet fl-interess tal-poplu, mentri skond huma, il-Partit Laburista fil-gvern moħħu biss biex ifittex l-interessi tiegħu.", "Hawn naraw l-ipokrezija tal-partit l-ieħor għax f'dan il-każ li qed insemmi mhux l-interess tal-poplu raw imma l-interess ta' individwu li kien midħla sewwa ta' ex-ministru.", "Nerġa' ngħid li dan l-individwu daħħal żiemel f'dik il-biċċa art li qiegħda ħdejn l-iskola tal-kindergarten.", "Tifhmuni x'qed ngħid?", "Dawn it-tfal spiċċaw li ċerti lezzjonijiet tan-nature study jeħduhom hemmhekk minflok fil-klassi!", "F'din l-estremita' konna wasalna.", "(Interruzzjonijiet) Forsi din il-kwestjoni ma kenitx fl-interess tal-poplu għax dik l-iskola tat-tfal tal-ħaddiema nżertat fin-naħa t'isfel ta' Malta!", "Fejnha l-attenzjoni speċjali li kienet tingħata?", "Dak skandlu, mela li mortu tgħajtu bih intom!", "Qed taraw fejn hu l-interess tal-poplu?", "X'ipokresija grassa!", "Issa nsemmi l-kwestjoni ta' l-iscouts.", "(Interruzzjonijiet) Infaħħruhom kemm trid imma ma ninsewx li kien hemm min użahom ukoll lil dawn kontra l- partit tagħna pero', illum li qegħdin fil-gvern, ma qgħadniex naraw dawn l- affarijiet imma qed ngħidu li ħaqqhom u hemm bżonn li nagħtuhom din il- biċċa art.", "Nerġa' mmur għan-naħa t'isfel ta' Malta fejn għad hemm artijiet li jridu jingħataw lill-moviment ta' l-iscouts u lill-għaqdiet sportivi.", "Per eżempju, jien persważ li wara d-diskussjonijiet mad-dipartiment responsabbli, l-iscouts tal-Fgura se jkollhom ukoll iċ-ċentru tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Imma ma jistax ikun li tagħmel kollox f'daqqa!", "Jien persważ li l-ministru konċernat u d-Dipartiment ta' l-Artijiet qed jaħsbu biex jagħtu artijiet lil dawn l-għaqdiet.", "Sur Preisent, qabel ma nagħlaq nerġa' mmur lura għall-ipokresija tan- Nazzjonalisti u għat-tfigħ ta' tajn li tan-naħa l-oħra jiddelettaw bih biex jipprovaw iħammġu lill-Partit Laburista.", "Ngħid għalija ma kontx ippreparat biex nitkellem allavolja kont dħalt fil-każ u kont naf ċerti affarijiet, imma ara kieku dħalt fid-dettall ta' dawn l-affarijiet kemm kont inkun nista' ngħid aktar!", "Imbagħad jiġu n-naħa ta' l-Oppożizzjoni, li suppost li huma ppreparati sew, u ħlief ħwejjeġ neqsin mill-verita' ma jgħidux.", "Anzi, għax se nagħtu biċċa art lil tal-MUSEUM, qed jgħidu li se nipprovaw nidħku bihom, mentri dan m'hu minnu xejn.", "Din hija l-ipokrezija ta' l-Oppożizzjoni, li waqt li aħna qed nagħmlu affarijiet tajbin qed jipprovaw jitfgħu d-dubji fuq kollox, imma l-iktar li qed jattakkaw hija l- art li se nagħtu lil tal-MUSEUM.", "Nifhem li dawn qed jagħmlu hekk biex mingħalihom jinfluwenzawhom imma naċċertak li llum tal-MUSEUM ma tantx jiġu influwenzati għax jafu kif għandhom jiddeċiedu u jafu min qed jagħmel il- ġid lill-pajjiż u min iwettaq dak li jgħid.", "Dak li ridt ngħid illum u nispera li issa n-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma jibqgħux bil-kantaliena li meta nitkellmu barra jgħidulna li jmissna nitkellmu fil-Parlament u meta nġibu xi ħaġa fil-Parlament jgħidulna li se napprofittaw ruħna biha.", "Dan huwa argument bażwi u nispera li ma jibqgħux jużaw din it-tattika li juru li taparsi huma onesti u jridu l-ġid lil pajjiżna, imbagħad meta tifli x'inhu jiġri ssib li jkun qed jiġri l-kontra.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR(Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani): Sur President, m'hemmx dubju li dawn ir-riżoluzzjonijiet huma ta' ġid minħabba li l-Gvern se jgħaddi proprjeta' lil numru kbir ta' entitajiet u soċjetajiet lokali u nazzjonali li jagħmlu ħafna ġid fil-pajjiż.", "Se jkun hemm trasferiment ta' proprjeta' lis-Soċjeta' tal-MUSEUM, lis-Sależjani ta' St Patrick's, lis-St Michael's Foundation, lill-moviment ta' l-iscouts u lill-clubs tal-football.", "Kif qed ngħid dawn huma għaqdiet ta' ċerta statura li għamlu ħafna ġid u s-soċjeta' Maltija hija rikonoxxenti lejhom.", "Ma jista' jkun hemm l-ebda oġġezzjoni li proprjeta' tal-gvern tgħaddi għandhom, bil-kondizzjonijiet li hawn imsemmija, minħabba li m'hemmx dubju li dawn se jkomplu fit-triq tal-ġid li dejjem wettqu.", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni wieħed kien jistenna li jiġu jikkritikaw dawn ir-riżoluzzjonijiet billi jgħidulna u jissuġġerulna li l-Gvern jgħaddi proprjetajiet oħra lil soċjetajiet oħrajn li nafu li huma interessati.", "Kien hemm ħafna soċjetajiet oħrajn li applikaw biex jieħdu proprjeta' tal- gvern u ġew għandi anke sorijiet biex jibnu djar ta' l-anzjani fil-Gżira.", "Din hija l-kritika kostruttiva li l-poplu kien jistenna min-naħa ta' l- Oppożizzjoni għax nafu li, bħas-soċjetajiet li huma msemmija fir- riżoluzzjoni, hemm soċjetajiet oħrajn li kapaċi jagħmlu ġid iżjed jekk jirċievu proprjeta' tal-gvern.", "Din kienet tkun kritika kostruttiva u tajba min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "GĦalkemm din hija riżoluzzjoni tajba, l- Oppożizzjoni pprovat titfa' tebgħa fuqha minħabba l-fatt li l-Gvern qed jgħaddi lill-Partit Laburista proprjeta' li kien sar kuntratt fuqha 20 sena ilu.", "Naf li dan il-punt diġa' tqajjem mill-kelliema ta' qabli pero' tajjeb li wieħed jagħti l-isfond fuqhiex l-Oppożizzjoni qed tipprova tagħmel il-kritika prinċipali tagħha.", "Fl-1979 il-Partit Laburista fil-gvern kien qed jipprova jżid in-numru ta' l-impjiegi u jipprova jiftaħ l-opportunitajiet possibbli kollha lis- soċjeta' Maltija.", "Allura dak iż-żmien inħass il-bżonn li proprjeta' li kellu fil-Marsa tingħata biex titwaqqaf il-Malta Shipbuilding biex ikun jista' jikber in-numru ta' mpjiegi fil-gżira.", "Kif qal l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona, il-Freedom Press mhux biss kienet proprjeta` imprezzabbli imma kienet mibnija bl-għaraq tad-demm tal-volontorjat Laburista.", "Jiġifieri l-punt huwa li dak iż-żmien ma kenitx ħaġa faċli li l- Partit Laburista jgħaddi dik il-proprjeta` fiċ-ċentru tal-gżira lill-gvern pero' nħass il-bżonn li l-impjiegi jiġu l-ewwel u qabel kollox.", "Ma ninsewx li r-Repubblika ta' Malta hija mibnija fuq ix-xogħol.", "Sar il-kuntratt u l- Freedom Press kellha ċċedi postha għall-Malta Shipbuilding.", "Bħala kumpens il-Partit Laburista dak iż-żmien ingħata proprjetajiet oħrajn - issemmew St Andrew's u proprjeta` oħra fil-Marsa - u wara li għaddew 20 sena l-Partit Laburista ftit li xejn għamel użu minnhom.", "Issa l-Gvern Laburista qed jgħaddi din l-art lill-Partit Laburista u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jikkritikana li qegħdin insiru miljunarji għax dik il-proprjeta` kibret fil- valur.", "Kull bniedem li jirraġuna u jaf l-affarijiet japprezza li kull biċċa proprjeta` hawn Malta f'dawn l-aħħar 20 sena żiedet fil-valur.", "L- argument jerġa' jqum kemm kienet tqum il-Freedom Press illum kieku kellha tinbiegħ u kieku wieħed kellu joqgħod jikkalkola bl-istess kalkoli li qed tagħmel l-Oppożizzjoni.", "Ċertament jien ngħid li l-valur tagħha, proprjeta' fiċ-ċentru tal-gżira li tista' tiġi żviluppata bl-iktar mod attraenti f'supermarket jew uffiċini, kien ikun ħafna iżjed mill-valur li għandhom il- proprjetajiet ta' St Andrew's u proprjetajiet oħra li l-Partit Nazzjonalista qed jallega li qegħdin jagħmluna miljunarji.", "Sur President, jidher li għadda ż-żmien meta l-Oppożizzjoni kienu jikkritikaw lill-Partit Laburista li kien partit tallab minħabba li kien joħroġ iħabbat bieb bieb biex jiġbor il-flus biex jinbena ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista - m'ilux ħafna dan għax qed nitkellmu fuq sentejn, tliet snin ilu - u issa qed niġu kkritikati li b'din ir-riżoluzzjoni sirna miljunarji.", "Jien ngħid li l-Partit Laburista huwa partit midjun għall-fatt li ħafna Laburisti wrew dik il-ħerqa u dak il-kontribut li taw meta konna noħorġu nħabbtu bieb bieb biex niġbru l-flus ħalli nibnu d-dar l-ġdida.", "Dawk kienu mumenti kbar għall-Partit Laburista wkoll pero' l-Partit Laburista għadu anke midjun finanzjarjament ma' dawn in-nies u xejn ma hija deskrizzjoni tajba li llum tgħidlu li huwa partit miljunarju.", "Dik hija l- kritika prinċipali li qed tipprova tagħmel in-naħa ta' l-Oppożizzjoni, kritika fjakka ħafna, meta setgħu kkonċentraw fuq il-vera kritika kostruttiva li kellhom jagħmlu kieku ġew jistaqsuna għaliex hemm entitajiet oħrajn li applikaw biex tingħatalhom proprjeta` u m'aħniex nittrattawhom bl-istess mod.", "Illum f'din ir-riżoluzzjoni l-Gvern qed jgħaddi proprjeta` lil waħda mill- iżjed soċjetajiet li taw kontribut, li hija s-Soċjeta` tal-MUSEUM li ilha mwaqqfa għal ħafna u ħafna snin.", "Il-membri tal-MUSEUM taw kontribut fl- iżvilupp taż-żgħażagħ Maltin.", "Uħud mill-membri tagħha, li meta daħlu fl- għaqda kienu għadhom ġuvintur u xebbiet, illum saru anzjani u s-Soċjeta` tal-MUSEUM talbet li tingħata proprjeta` f'Tal-Pieta` biex tibni dar żgħira għall-membri anzjani tagħha.", "Interessanti ħafna kif, meta kienu fil-gvern, in-Nazzjonalisti ma ħadux passi iżjed mgħaġġla biex it-talba ta' dawn in- nies tiġi milqugħa minkejja li kien ilhom li applikaw ħafna.", "U llum dawn qegħdin jitolbu lill-Gvern Laburista li qed jgħaddilhom il-proprjeta` biex tinbena din id-dar.", "Il-Gvern qed jimxi mal-politika tiegħu fil-qasam ta' l-anzjani li jipprova jinkoraġġixxi anke lis-settur privat billi jagħmel donazzjoni lil dawn in- nies biex jibnu din id-dar u jien inħoss li anke min-naħa tagħhom din hija politika tajba.", "Sur President, hemm applikazzjonijiet oħrajn ta' soċjetajiet reliġjużi li talbu lill-Gvern biex tingħatalhom proprjeta` ħalli jibnu djar ta' l- anzjani u jkomplu jagħtu kontribut u jien inħoss li 'l quddiem il-Gvern għandu jħares favorevolment lejn dawn it-talbiet minħabba li dan huwa kontribut pożittiv li qed jinħass fis-soċjeta` Maltija.", "Ħafna minn dawn is- soċjetajiet diġa' taw kontribut fil-qasam ta' l-anzjani għax kien ilhom snin twal jgħinu lill-anzjani fil-komunita' tagħhom.", "Illum qed iħossu li għandhom jiżviluppaw dawn is-servizzi għall-ġid ta' l-anzjani li huma diġa' fil-homes u anke għal anzjani oħrajn li jixtiequ jidħlu fid-djar ta' l- anzjani mmexxija minn dawn ir-reliġjużi.", "Jien inħoss li tkun ħaġa tajba li l-Gvern 'il quddiem iressaq riżoluzzjonijiet bħal dawn biex ngħaddulhom proprjeta` u fuq inizjattiva tagħhom, bix-xogħol u a spejjeż tagħhom, fis- sens ta' running costs, dawn ikomplu jagħtu dak il-kontribut tajjeb li s- soċjeta` tant għandha bżonn.", "Jiġifieri t-trasferiment tal-proprjeta` għas- Soċjeta` tal-MUSEUM f'Tal-Pieta` huwa l-bidu ta' proċess li nixtiequh ikompli.", "Sur President, tajjeb ukoll li l-Gvern qed jgħaddi proprjetajiet f'diversi postijiet imferrxin mal-gżira lil għaqdiet sportivi.", "Kulħadd jaf kemm dawn l-għaqdiet sportivi qed jagħtu kontribut tajjeb għall-iżvilupp taż-żgħażagħ tagħna.", "L-isport huwa importanti ħafna u għandu jkompli jinfirex għax, fl-opinjoni tiegħi, is-soċjeta` Maltija, żgħażagħ u anke adulti ma jeħdux parti biżżejjed fl-isport.", "Wieħed irid isemmi li l-isport jgħin kemm fiżikament u anke mentalment.", "Il-membri ta' dawn l-għaqdiet jagħmlu ħafna sagrifiċċji personali għax iqattgħu sigħat sħaħ jgħallmu lill- players, jipprovaw jiġbru l-fondi u jaraw kif jagħmlu biex itejbu l-qagħda tal-clubs tagħhom u donazzjoni bħal din li qed jagħmel il-Gvern tkompli, l- ewwel u qabel kollox, tgħollilhom il-moral għax fuq din il-proprjeta` jistgħu jiżviluppaw l-inizjattivi tagħhom.", "Jiġifieri sena biss wara l- elezzjoni l-Gvern qed iressaq riżoluzzjoni biex jgħaddi din il-proprjeta` kollha lil dawn l-għaqdiet sportivi mferrxin ma' Malta kollha, filwaqt li l- Gvern preċedenti kien baqa' m'għamilx dan minkejja li l-istess talbiet kien ilhom jitpoġġew quddiemu għal għaxar snin sħaħ.", "Per eżempju, il-club tal- football taż-Żurrieq kien ilu għal ħafna snin jitlob li l-ground f'Valletta Road jgħaddi f'idejh u għandi l-pjaċir ngħid li kellu jkun Gvern Laburista li qed jilqa' t-talba tal-club biex aktar żgħażagħ Żrieraq ikunu jistgħu jipprattikaw l-isport li tant jagħmlilhom ġid, kif għidt, kemm mentalment, kif ukoll fiżikament.", "Sur President, jien nagħlaq billi nerġa' ntenni li din hija riżoluzzjoni tajba u forsi anke setgħet kienet aħjar.", "Fil-fatt kont nistenna li l- Oppożizzjoni tikkritikana li dan li għamilna mhuwiex biżżejjed u li aħna kellna ngħaddu artijiet oħrajn fuq talbiet simili.", "Fl-opinjoni tiegħi dik kienet tkun kritika kostruttiva imma n-naħa ta' l-Oppożizzjoni ntilfu biss jikkritikaw din ir-riżoluzzjoni minħabba li tinkludi trasferiment ta' proprjeta` li l-kuntratt fuqha ilu li għadda 20 sena.", "Huma qed jipprovaw jaljenaw lill-poplu billi jgħidu li dik il-proprjeta` issa żdiedet fil- valur u qed jinsinwaw li l-Partit Laburista fil-gvern qed jipprova jagħmel xi att ta' korruzzjoni billi jgħaddi din il-proprjeta` lilu nnifsu.", "Qed jipprovaw inessu lill-poplu li dik il-proprjeta` kienet għaddiet lilu wara li l-Partit Laburista ta' l-1979 kien għadda l-Freedom Press lill-Istat biex jipprova jtejjeb il-qagħda ta' l-impjiegi tal-pajjiż fl-1979.", "Jien inħoss li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni naqset ferm billi ntilfet tiġri wara din ix-xi ħaġa li pprovaw jaljenaw lill-poplu biha u nsew il-kritika kostruttiva li kellha ssir, li dak li qegħdin nagħmlu aħna mhux biżżejjed imma jeħtieġ isir iżjed.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, ħafna nies b'opinjonijiet politiċi differenti ħarsu lejn din il-mozzjoni li qed niddiskutu hawnhekk b'mod pożittiv u għalhekk wieħed jista' jifhem li l-Oppożizzjoni jkollha interess tipprova ttellef din ir-reazzjoni pożittiva.", "Wara kollox il-wegħda li l- gvern jibda jgħaddi artijiet u faċilitajiet sportivi lil min jużahom kienet ilha ssir is-snin pero' bħas-soltu bejn il-kliem u l-fatti jkun hemm ħafna u ħafna distanza, b'riferenza speċjali għall-amministrazzjoni preċedenti.", "Fil-fatt ftit kien sar xogħol biex il-faċilitajiet sportivi jgħaddu għand għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi u peress li kemm-il darba konna niġu kkritikati biex infittxu niġu quddiem il-Parlament konna ħsibna li min-naħa tagħna kulma ridna nagħmlu kien li naqbdu x-xogħol li kien tlesta minn ta' qabilna - għax dik kienet l-impressjoni li wieħed kien jingħata mid-diskors li jingħad hawn ġew - u nressqu d-dokumenti biex dawn il-faċilitajiet jibdew jgħaddu għand l-għaqdiet sportivi.", "Fil-fatt sibna li ma kien sar kważi xejn mix-xogħol ikkomplikat li jrid isir biex ikun hemm id- dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex dawn il-faċilitajiet sportivi jibdew jgħaddu lill-għaqdiet sportivi, minkejja li ħafna assoċjazzjonijiet kien ilhom jiġu mwebbla li \"dalwaqt\" kollox se jaqa' f'postu.", "Fil-fatt l- ispinta l-kbira biex isir ix-xogħol meħtieġ ingħatat matul ix-xhur li għaddew.", "Jien minn hawn irrid nirringrazzja lil Fr. Hillary Tagliaferro, President tal-Kunsill Malti għall-Isport, li flimkien ma' uffiċjali fid- Dipartiment ta' l-Artijiet għamel ħafna u ħafna xogħol biex issir id- dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex dawn il-faċilitajiet jibdew jgħaddu għand l-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi.", "Dan il-ġest tal-Gvern li dawn il-faċilitajiet jgħaddu għand l-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi għalina huwa rikonoxximent u rispett lejn il- voluntiera li jmexxuhom.", "Li kieku hawn Malta u GĦawdex ma kienx għal nies impenjati biex imexxu dawn l-għaqdiet sportivi kieku ħafna minnhom assolutament ifallu.", "Naħseb li l-inqas li jistgħu jagħmlu l-awtoritajiet huwa li jgħinuhom kemm jistgħu.", "Ħafna minn dawn l-għaqdiet u clubs sportivi huma mmexxijin minn nies ġenerużi li jużaw ħafna mill-enerġija u mill-ħin tagħhom biex imexxu dawn l-għaqdiet sportivi.", "F'ħafna lokalitajiet differenti jrid ikun grazzi għal dawn l-għaqdiet biex jorganizzaw nurseries għat-tfal.", "Ma ninsewx ukoll li f'ħafna lokalitajiet dawn l-għaqdiet sportivi għandhom storja twila u għal mumenti differenti ta' l-istorja, meta ma kienx hawn daqshekk kalma u tolleranza ta' nies b'opinjonijiet differenti, allaħares ma kienx għall-għaqdiet sportivi li offrew dak l-ispazju soċjali fejn nies ta' opinjonijiet politiċi differenti setgħu jitħalltu flimkien fi żmien meta din ma tantx kienet it-tradizzjoni f'pajjiżna.", "GĦalhekk dawn l-għaqdiet sportivi u l-każini sportivi għandhom funzjoni soċjali importanti mhux biss, kif qalu ħafna mill-kollegi taż-żewġ naħat tal-Kamra, biex ixerrdu l-isport iżda għandhom ukoll funzjoni soċjali u kulturali kbira għaliex f'ħafna każi kienu eżempju ta' ħajja ċivili, ta' kif nies jistgħu ma jaqblux fuq affarijiet iżda jaħdmu għall-ġid tal- komunita' u tal-qasam sportiv.", "GĦaldaqstant huwa xieraq li wara dawn il- ħafna snin ta' sagrifiċċji kbar, ħafna drabi anke b'sagrifiċċji finanzjarji - aħna nafu b'ħafna każi fejn min imexxi dawn l-għaqdiet sportivi anke ħa sogru biex issellef mill-bank anke fuq ipoteka personali, biex ikun jista' jiżviluppa faċilita' sportiva - issa b'din ir-riżoluzzjoni li qed ngħaddu mill-Parlament se jkunu jistgħu jiżviluppaw il-faċilitajiet sportivi li hemm bżonn.", "S'issa għandna 25 assoċjazzjoni li se jibbenefikaw b'mod immedjat, uħud minnhom fuq livell nazzjonali, li huwa importanti ħafna, u wħud minnhom fuq livell lokali.", "Fix-xogħol li għamilna s'issa l-iktar li mxejna kien fil- qasam tal-waterpolo u fil-qasam tal-football.", "Hemm ukoll għaqdiet tal- basketball li issa se jibdew igawdu wkoll minn dawn il-faċilitajiet u jistgħu jserrħu rashom fit-tul biex jiżviluppawhom.", "GĦalhekk jien nista' nifhem u nieħu gost li din ir-riżoluzzjoni minn dan il-lat qiegħda tintlaqa' tajjeb ħafna minn nies ta' opinjonijiet differenti għax jaraw il- ġid kbir li se joħroġ minn din ir-riżoluzzjoni.", "Issa x-xogħol irid ikompli biex fix-xhur u fis-snin li ġejjin faċilitajiet u artijiet oħrajn jgħaddu għand għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi oħrajn.", "Huwa importanti wkoll li dawn l-assoċjazzjonijiet jibdew jippjanaw fit-tul u jaħdmu biex jinvestu f'dawn il-faċilitajiet.", "Forsi wasal iż-żmien ukoll li jħarsu daqsxejn lejn il-prijoritajiet tagħhom issa li dawn il-faċilitajiet u artijiet se jkunu għandhom b'ċens jew b'kiri għal perijodu fit-tul.", "Per eżempju, nafu li dawn l-assoċjazzjonijiet lesti jonfqu eluf kbar ta' liri biex iġibu xi player minn barra iżda mbagħad m'humiex lesti jinvestu jew jonfqu ftit mijiet ta' liri biex jikru jew jiżviluppaw il-faċilitajiet tagħhom.", "Din hija xi ħaġa li għandhom jirriflettu fuqha u jiena naħseb li l-ewwel ħaġa li għandhom jagħmlu hija li jonfqu biex jiżviluppaw dawn il-faċilitajiet, bit-tama li jkunu ta' ġid mhux biss għalihom infushom iżda anke għall- komunita' fejn jinsabu.", "Ta' min jgħid li f'pajjiżna, minkejja li għandna limitazzjonijiet ta' riżorsi, ħafna drabi nsibuha diffiċli li naħdmu flimkien u li naqsmu flimkien il-faċilitajiet li diġa' jeżistu.", "Nista' ngħid li fil-qasam skolastiku qegħdin isirulna talbiet biex nibnu gyms jew swali.", "Jiena m'għandi xejn kontra li nibnu dawn il-faċilitajiet iżda jekk naraw x'inhu jiġri f'pajjiżi kbar, bħall-Ingilterra u l-Italja, insibu li l-faċilitajiet li jeżistu f'xi komunita' lokali ma jintużawx biss minn xi għaqda sportiva, minn xi kumpannija li tmexxi dik il-faċilita' jew minn xi skola imma jintużaw b'mod komuni minn ħafna għaqdiet differenti.", "Jiena naħseb li waħda mill-kulturi li rridu nxerrdu aktar f'pajjiżna hija proprju dik li nkunu kapaċi naqsmu l-faċilitajiet eżistenti.", "GĦalhekk meta l-komunita' nazzjonali qed taqbel li tgħaddi l-faċilitajiet sportivi lill- assoċjazzjonijiet u lill-għaqdiet, huwa importanti li jinżamm il-ħin kollu bilanċ bejn l-esiġenzi u l-bżonnijiet ta' l-għaqdiet infushom u l-esiġenzi tal-komunita' in ġenerali.", "Dan għaliex ma jagħmilx sens li faċilitajiet li jiswew tant flus jintużaw biss għal ftit sigħat mill-ġurnata meta filgħaxija jkunu jistgħu jintużaw mill-bqija tal-komunita'.", "Per eżempju, jiena ngħid li ma tantx jagħmel sens li nkomplu nibnu swali u gyms fl-iskejjel tagħna jekk fl-istess komunita' hemm swali oħrajn li jistgħu jintużaw.", "Lanqas ma jagħmel sens li nibnu sala u gym f'kull skola.", "Jekk xejn għandna nibnu a multipurpose hall li jservi għall-bżonnijiet differenti ta' l-iskola, kemm għall-bżonnijiet kulturali, kemm għall- bżonnijiet sportivi, kif ukoll għall-bżonnijiet edukattivi ta' laqgħat għall-ġenituri u laqgħat oħra simili.", "Irridu naraw ukoll li dawn il- faċilitajiet u dawn il-bżonnijiet sportivi niżviluppawhom wara li nkunu ċerti li l-bżonnijiet l-aktar immedjati u urġenti ta' l-iskejjel biex joffru ambjent aħjar, kemm lill-għalliema kif ukoll lill-istudenti, inkunu wettaqnihom.", "Żgur iżda li f'pajjiżna trid tidħol aktar il-kultura li naqsmu l-faċilitajiet li għandna u nużawhom flimkien.", "Ir-riżoluzzjoni li qegħdin ngħaddu taħseb proprju għal dan pero' wieħed irid joqgħod attent kif isir l-użu ta' dawn il-faċilitajiet sportivi u għalhekk irid ikun hemm qafas ċar u regolamenti ċari.", "M'hemmx dubju pero' li l-fatt li dawn il- faċilitajiet se jkunu qed jitmexxew mill-għaqdiet sportivi, hija l-aħjar ħaġa li stajna nagħmlu u dan għaliex huma qegħdin f'pożizzjoni li jġibu 'l quddiem, jiżviluppaw u jmexxu bl-aħjar mod dawn il-faċilitajiet sportivi.", "Nixtieq nagħmel issa punt ieħor.", "Hemm bżonn ukoll li nkomplu nimpenjaw ruħna sabiex aktar u aktar tfal u żgħażagħ jieħdu sehem f'xi attivita' sportiva.", "Sfortunatament f'pajjiżna għad għandna ammont kbir ta' tfal u żgħażagħ li l-akbar attivita' fiżika li jagħmlu hija li joqogħdu bil-qiegħda quddiem it-televiżjoni!", "Nista' ngħid ukoll li ċertu studju li sar mill-GĦaqda Dinjija tas-Saħħa fuq it-tfal u ż- żgħażagħ juri li jekk m'aħniex se nieħdu passi biex fl-istil ta' ħajja tagħhom jidħol l-eżerċizzju fiżiku bħala xi ħaġa regolari, il-mard nazzjonali bħad-diabete, il-mard tal-qalb u l-kanċer se jibqa' parti mill- futur tagħhom.", "Allura aħjar naraw x'nagħmlu issa biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jitilgħu aħjar mill-ġenerazzjonijiet ta' qabilhom.", "Mill-istudji li saru mill-GĦaqda Dinjija tas-Saħħa jidher ukoll li għad għandna rata għolja ħafna ta' ħxuna anke fit-tfal u għalhekk naħseb li tajjeb li naħdmu biex inxerrdu din il-kultura sportiva fost il-ġenerazzjonijiet li telgħin.", "Nieħu gost ninnota, per eżempju, li fi Skola Sport din is-sena nkitbu aktar minn 2,500 tifel u tifla, pero' naħseb li m'għandniex inkunu sodisfatti b'daqshekk u għandna nkomplu nimpenjaw ruħna u naħdmu biex il-kultura sportiva ssir parti sħiħa mill-kultura ġenerali taż-żgħażagħ tagħna.", "Jien naħseb li l-għaqdiet sportivi serji li għandna f'pajjiżna u li diġa' qegħdin jagħtu sehem kbir, issa se jkunu jistgħu jagħtu sehem akbar għaliex jistgħu anke jiżviluppaw nurseries ta' sport differenti u b'hekk ikunu qed jagħtu s-sehem tagħhom biex il-kultura sportiva tkompli tinxtered..", "Kif għidt, f'din ir-riżoluzzjoni qegħdin naħsbu biex ngħaddu l-faċilitajiet lil 25 għaqda nazzjonali jew lokali sportiva u 'l quddiem, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport, irridu nkomplu naħdmu biex aktar u aktar artijiet u faċilitajiet jgħaddu lil dawn l-għaqdiet sportivi.", "Fis-snin li għaddew, l- amministrazzjoni preċedenti kienet issibha aktar faċli li tgħaddi artijiet tajbin u postijiet mill-aqwa lil nies li l-interess tagħhom kien biss li jagħmlu negozju minnhom u ninsab żgur li kieku ntużat l-istess għaġġla biex jgħaddu dawn l-artijiet lill-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi, kieku din ir-riżoluzzjoni ma kienx ikollna għalfejn ngħadduha llum għax kienet tkun diġa' saret minn ta' qabilna iżda, kif qed ngħid, ta' qabilna kienu iktar mgħaġġla biex jgħaddu l-aħjar artijiet lil dawk l-erbgħa tal-qalba.", "GĦalina l-erbgħa tal-qalba huma dawn in-nies ġenerużi li jaħdmu b'ħafna impenn fl-għaqdiet u fl-assoċjazzjonijiet sportivi u għalhekk se nkomplu naħdmu f'din id-direzzjoni.", "Nifhem li min-naħa l-oħra ma tantx jieħdu gost li ngħidu dan id-diskors u ma jeħdux gost ukoll minħabba l-lajma, it- tkarkir, it-tnikkir u x-xogħol li ma sarx biex ikunu jistgħu jgħaddu dawn il-faċilitajiet.", "Kellhom disa' snin biex jagħmlu dan imma m'għamluhx u aħna fl-ewwel sena tagħna għamilnih u fis-snin li ġejjin se ngħaddu aktar u aktar artijiet u faċilitajiet sportivi.", "Sur President issa xtaqt nitkellem ftit fuq il-faċilitajiet jew l-artijiet l-oħra li jissemmew f'din ir-riżoluzzjoni, li huma fil-qasam kulturali jew dak edukattiv, u rrid niċċara xi affarijiet f'dak li għandha x'taqsam ir-riżoluzzjoni dwar l- iskola ta' St. Patrick's.", "Min-naħa l-oħra kważi ntefa' d-dubju li kellna xi interess li lis- Salezjani ta' Don Bosco ngħaddulhom il-faċilita' ta' l-Iskola ta' St. Patrick's għal perijodu limitat ta' tliet snin.", "Kien hemm min anke imputa xi intenzjonijiet moħbija jew intenzjonijiet ħżiena f'dan ir-rigward.", "Aħna m'għandniex bżonn min jgħidilna kemm is-Salezjani ta' Don Bosco jagħmlu xogħol tajjeb għaliex fis-snin li għaddew - u anke matul din is-sena stess - ħdimna ħafna mill-qrib magħhom.", "Matul is-sajf li għadda sar ħafna xogħol anke fil-bini ta' St. Patrick's stess.", "Fil-fatt konna bgħatna lill-periti biex flimkien ma' sħabna tal-Public Works jagħmlu perizja dwar il- bżonnijiet ta' xogħol li kien hemm bżonn isir u fil-fatt ix-xogħol sar.", "Oriġinarjament dan ix-xogħol ma kienx ippjanat pero' aħna dehrilna li għandu jsir.", "Fil-fatt illum il-bini ta' l-iskola ta' St. Patrick's jinsab fi stat fiżiku aħjar u aħna ninsabu mpenjati biex inkomplu nservu ta' għajnuna għat-titjib ta' din il-faċilita'.", "Sur President, kulħadd jaf li l- iskola ta' St. Patrick's tilqa' fiha tfal li jkunu ġejjin minn ambjenti u ċirkostanzi diffiċli u għalhekk għandna nagħmlu minn kollox biex ngħinu lil dawn it-tfal.", "Nagħmilha ċara li l-kondizzjoni li kull tliet snin għandu jiġġedded il- kuntratt ma tikkostitwixxi l-ebda aġenda moħbija u m'hemm l-ebda intenzjonijiet ħżiena fiha.", "Fil-fatt din hija marbuta ma' l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li tingħata kull sena lill-komunita' tas-Sależjani ta' St. Patrick's u jekk wieħed jaqra waħda mill-klawsoli tal-kuntratt isib li l-Gvern huwa obbligat li kull sena, għat-tliet snin li ġejjin, jgħaddi Lm200,000 lis-Sależjani biex dawn ikunu jistgħu jmexxu l-attivita' tagħhom 'il quddiem.", "Hawn ta' min jgħid li kienu s-Sależjani stess li talbuna niffissaw perijodu limitat għal dan il-kuntratt għax min-naħa tagħna ma konna nsibu l-ebda problema biex din il-klawsola tibqa' tapplika għal ammont ħafna itwal ta' snin, pero' s-Sależjani għamlu din it-talba għax ġustament li kieku l-klawsola tgħid li l-gvern għandu jagħtihom Lm200,000 fis-sena għal 30 sena sħaħ, huma kienu jitilfu ċ-ċans li matul dan il- perijodu taż-żmien jitolbu lill-gvern biex iżidilhom din is-somma.", "GĦalhekk, kif għidt diġa', wara din il-kondizzjoni m'hemm l-ebda aġenda moħbija u ħadd m'għandu l-ħsieb li ma jħallix lill-komunita' tas-Sależjani tuża u tmexxi l-iskola ta' St. Patrick's. Jekk irridu, nistgħu nisseparaw il-ftehim li l-iskola tgħaddi għal ammont ta' snin għand is-Sależjani minn mal-ftehim dwar il-flus, pero' bir-raġun is-Sależjani ma jixtiequx li dawn iż-żewġ affarijiet jiġu separati għax biex il-komunita' tidħol għar- responsabbilta' li tmexxi trid tkun taf fejn tkun u f'liema sitwazzjoni tkun qiegħda.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li matul is-sena li għaddiet kien hemm koperazzjoni sħiħa bejn l-iskejjel ta' l-Istat u dawk tal-Knisja u saru ħafna laqgħat u kellna ħafna diskussjonijiet.", "Jien m'għandix dubju li l- koperazzjoni li bdiet din is-sena se tibqa' tagħti l-frott tajjeb tagħha għax, għalkemm għall-ewwel meta jiltaqgħu flimkien l-edukaturi mill- iskejjel ta' l-Istat u l-edukaturi mill-qasam tal-Knisja jaħsbu li jinsabu f'sitwazzjonijiet differenti ħafna minn xulxin, meta mbagħad jibdew jitkellmu bejniethom u jaqsmu l-problemi tagħhom isibu li l-esperjenzi tagħhom jistgħu jkunu ta' għajnuna lil xulxin.", "Aħna nixtiequ nieħdu l- aħjar mid-diversita' u mill-pluraliżmu li għandna fis-sistema edukattiva tagħna u għalhekk għandna naqsmu l-esperjenzi tal-mudelli differenti skolastiċi flimkien, pero' matul is-sena li għaddiet ħloqna esperjenzi komuni apposta fejn ġibna diversi edukaturi flimkien, kemm mill-iskejjel ta' l-Istat, kemm mill-iskejjel tal-Knisja, kemm mill-iskejjel privati, kif ukoll mill-fondazzjonijiet tal-ġenituri biex jiddiskutu bejniethom l- opportunitajiet, il-problemi u l-isfidi li għandhom fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Ċertament l-edukaturi li ġejjin mill-qasam ta' l-iskejjel ta' l-Istat m'għandux ikollhom sens ta' inferjorita', għax f'dawn il-laqgħat għandhom kontribut x'joffru lill-iskejjel tal-Knisja, lill-iskejjel privati u lill-fondazzjonijiet tal-ġenituri.", "Aħna għandna nsaħħu din il- koperazzjoni li bdiet matul is-sena li għaddiet u rridu nagħmlu minn kollox biex filwaqt li nżommu d-diversita' u l-pluraliżmu li għandna fis-sistema edukattiva tagħna, nitgħallmu minn xulxin u narrekkixxu lil xulxin bl- esperjenzi differenti tagħna.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li qed naħdmu fuqha hija li tiġi evitata tensjoni u pressjoni żejda fuq it-tfal tagħna.", "M'huwiex aċċettabbli li tfal ta' għaxar snin jew 11-il sena, li jkunu waslu biex jispiċċaw l-esperjenza primarja tagħhom, jispiċċaw f'sitwazzjoni fejn fi 15- il ġurnata jkollhom jagħmlu xi 15-il eżami differenti.", "Din ma tiġrix f'pajjiżi oħra u ċertament m'għandhiex tkompli tiġri f'pajjiżna.", "GĦalhekk aħna rridu naħdmu kemm jista' jkun għax ma jagħmilx sens li tfal ta' għaxar snin u ta' 11-il sena jkunu qed jippreparaw għal tliet eżamijiet differenti fl-istess perijodu, jiġifieri għall-eżami tal-Junior Lyceum, għall-eżami komuni għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja u għal xi eżami ieħor biex jidħlu fi skola privata.", "Din hija xi ħaġa li rridu nkomplu naħdmu fuqha biex indaħħlu ftit sens, ftit għaqal u ftit intelliġenza f'dan il-qasam bla ma nnaqqsu jew inċekknu l-ispazju ta' ħadd, anzi kif għidt nitgħallmu minn xulxin.", "Sur President, issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar dik il-parti tar- riżoluzzjoni li taħseb biex tgħaddi siti lis-St Michael's Foundation ħalli tkun tista' tibni skola privata.", "Kulħadd jiftakar il-gideb li sar matul il- kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista, fejn kien jingħad li kellna xi aġenda moħbija dwar l-iskejjel tal-Knisja u l-iskejjel privati, pero' permezz ta' din ir-riżoluzzjoni aħna wrejna lill-poplu li qed inwettqu dak li wegħidna, jiġifieri li filwaqt li naħdmu biex l-iskejjel ta' l-Istat isiru l-aħjar skejjel tal-pajjiż nagħtu spazju lill-iskejjel tal-Knisja u lil dawk privati.", "Biex dan inkunu nistgħu nagħmluh bl-iktar mod konkret illum din ir-riżoluzzjoni qed taħseb biex tgħaddi art lis-St.", "Michael's Foundation.", "Sur President, issa nixtieq nitkellem fuq dik il-parti tar-riżoluzzjoni li tittratta dwar il-faċilita' li se tingħata lill-iScouts u lis-Soċjeta' tal-MUSEUM.", "Ċertament dawn iż-żewġ għaqdiet jagħmlu ħafna ġid lis-soċjeta' u naħseb li lil dawn għandna nkomplu ngħinuhom biex b'hekk nagħtuhom l- appoġġ meħtieġ.", "Is-Soċjeta' tal-MUSEUM hija mifruxa mal-lokalitajiet ta' Malta kollha u l-mod kif dawn iġibu ruħhom mat-tfal huwa wieħed eżemplari.", "Fil-fatt jien mhux l-ewwel darba li għidt li l-aħjar nies li għandna fil- qasam edukattiv u fl-impenn li dawn għandhom mat-tfal huma l-membri tas- Soċjeta' tal-MUSEUM u għalhekk ħadt gost li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni qed nuru li qed nirrikonoxxu x-xogħol u l-ġid kbir li qed tagħmel din is- soċjeta' billi qed ngħaddulha biċċa art f'Tal-Pieta' fejn hi tista' tibni l- faċilita' tagħha.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts.", "Kif għidt diġa', din l-assoċjazzjoni qed tagħmel ħafna xogħol mat-tfal u ma' l- addoloxxenti tagħna.", "Fil-fatt f'ħafna komunitajiet, fejn ħafna mit-tessut soċjali qed jiċċarrat u ħafna mir-rabtiet tradizzjonali fis-soċjeta' tagħna qed jispiċċaw, qed ikunu dawn in-networks il-ġodda ta' l-iScouts u ta' għaqdiet oħra, fosthom dawk reliġjużi, li qed jgħinu lill-ġenerazzjonijiet ta' llum jitilgħu f'sens ta' komunita'.", "Fil-fatt l-uniku network komunitarju li għandhom ħafna mill-areas il-ġodda fejn qed jgħixu l- ġenerazzjonijiet il-ġodda u wliedhom huwa pprovdut mill-Assoċjazzjoni ta' l- iScouts jew inkella minn xi għaqda reliġjuża u għalhekk huwa tajjeb li din ir-riżoluzzjoni qed tirrikonoxxi l-ġid li qed joħroġ minn għaqdiet bħal dawn billi qed tgħaddilhom diversi faċilitajiet ħalli jkunu jistgħu jwettqu x-xogħol tagħhom aħjar.", "Sur President, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li din ir- riżoluzzjoni ntlaqgħet tajjeb minn ħafna mill-popolazzjoni Maltija u GĦawdxija u fix-xhur u fis-snin li ġejjin se jkun hemm iktar faċilitajiet li se jgħaddu lil għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi.", "L- amministrazzjoni preċedenti tilfet l-opportunita' li tressaq riżoluzzjoni bħal din minkejja li kellha biżżejjed żmien biex tagħmel dan ix-xogħol, pero' kif għidt diġa' din iktar kien moħħha biex tgħaddi postijiet mill- aqwa lill-erbgħa tal-qalba.", "Wieħed ma jeħodhiex bi kbira li l-Oppożizzjoni wżat dik il-parti tar-riżoluzzjoni li qed tipproponi li tiġi ttrasferita proprjeta' b'ċens lill-Partit Laburista biex tipprova taljena l-opinjoni pubblika mill-ġid li se joħroġ minn riżoluzzjoni bħal din.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nixtieq nieħu l-opportunita' li nagħmel ftit rimarki u riflessjonijiet fuq id-dibattitu li segwejna f'din il-Kamra matul dawn l-aħħar ġranet, liema dibattitu jirrigwarda numru ta' trasferimenti u ċaqliq f'atti u dokumenti li jitrattaw artijiet li l-gvern jirrilaxxa lil entijiet differenti.", "U peress li matul dan id-dibattitu kienet ħaġa ċara li kien hemm livell ta' ipokrezija u diżonesta' ta' ċertu livell min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, jiena rraġunajt li tajjeb li nintervjeni biex inpoġġi dan kollu f'ċertu sfond, kemm fl-isfond ta' x'qegħdin nikkonsidraw verament u anke fl-isfond ta' kif, b'diżonesta' politika u ipokrezija politika liema bħala, l-Oppożizzjoni għamlet minn kollox - ma naħsibx li rnexxielha - biex tipprova tisposta l-vera argument.", "Biex wieħed jasal għall-veduta ta' kif ħadmet eżattament din il-kwestjoni, tajjeb li nispjegaw ftit x'għamel il-Gvern Laburista f'din l-aħħar sena, f'dak li għandu x'jaqsam ma' proprjetajiet li jikkonċernaw il-gvern, biex jagħti impulse tajjeb lill-oqsma tat-tmexxija soċjali li l-Gvern ta' qabel kien injora jew waddab fuq il-back burner.", "Waħda mil-linji importanti tal-manifest elettorali tagħna fl-aħħar elezzjoni kienet il-ħtieġa li nagħtu nifs tajjeb mill-ġdid u għajnuna kbira u sħiħa lill-għaqdiet volontarji, edukattivi, sportivi u kulturali f'dan il- pajjiż.", "U dan ridna nagħmluh b'mod li aktar u aktar inkunu nistgħu nippromwovu s-sostenibilita' ta' l-attivitajiet u l-ħidma ta' dawn l- għaqdiet li jikkostitwixxu unit importanti fit-tessut soċjali ta' pajjiżna.", "L-amministrazzjoni ta' qabel labalbet ħafna fuq dawn l-affarijiet.", "Kienu għamlu ħafna seminars, ħafna laqgħat u ħafna diskussjonijiet għat- televiżjoni fuq dawn l-affarijiet imma meta ġew għall-prova vera, meta ġew biex jindikaw jekk bil-fatti kenux lesti li jwettqu ħidmiet prattiċi u konkreti, urew li la kellhom il-volonta' politika, la l-ħin, la l-ħsieb, la l-għaqal, la d-dehen u lanqas is-sens ta' direzzjoni jew il-viżjoni.", "Min- naħa l-oħra, f'din l-aħħar sena, b'mod konxju, il-Gvern Laburista ħa d- deċiżjoni li fi żmien sena rridu naslu għall-punt fejn inkunu f'pożizzjoni li nuru bl-aktar mod prattiku l-impenn tagħna u fil-fatt hija ħaġa xierqa li din il-mozzjoni qiegħda tiġi diskussa.", "Din ir-riżoluzzjoni waslet quddiem din il-Kamra fl-għeluq l-ewwel sena mill-ħidma li qed iwettaq Gvern Laburista ġdid għaliex timmarka b'mod konkret li fejn ta' qabilna labalbu ħafna u ma għamlu xejn jew prattikament xejn - biex inkun ftit Kristjan u ġeneruż fuq dan il-punt - aħna bil-fatti se mmexxu 'l quddiem ħidma li minnufih b'mod ċar u b'mod dirett se tkun ta' għajnuna kapillari fl-egħruq tas-soċjeta' tagħna, fil-lokalitajiet differenti tas-soċjeta' tagħna, ħalli lill-għaqdiet volontarji nkunu nistgħu nagħtuhom nifs ġdid u nifs tajjeb.", "Allura saret ħidma, Sur President, fejn waqt li ħarisna lejn it-taparsi pjani u t-taparsi proposti li kellu l-Gvern ta' qabel rajna, kapillarment ma' kull għaqda li hija konċernata f'dawn l-affarijiet, kif nistgħu npoġġu fuq bażi solida r-rabta li kellha mal-post minn fejn taħdem, minn fejn topera, minn fejn tittrejnja t-tfal u minn fejn tilgħab u torganizza logħob għaż-żgħażagħ u sport għall-komunita'.", "U dan l-isforz għadu għaddej, għax ikolli ngħid li hemm għaqdiet li ma tawniex biżżejjed informazzjoni ma tawniex biżżejjed skop biex inkunu nistgħu nagħmlu magħhom dak li qed nagħmlu ma' għaqdiet oħra li tawna din l-informazzjoni u dan l-ispunt.", "Pero' sa l-aħħar ta' l-ewwel sena ta' Gvern Laburista ridna li jkollna kemm jista' jkun kuntratti lesti sabiex l-assi u l-faċilitajiet li kienu qed jintużaw minn dawn l-għaqdiet ikunu jistgħu jiġu ppreżentati quddiem dan il- Parlament ħalli jgħaddu u nimxu 'l quddiem bil-proċedura.", "Kif diġa' tqanqal kemm-il darba matul din id-diskussjoni, meta jkun hemm art jew postijiet tal-gvern li jingħataw lil xi għaqda, kumpannija jew individwi mingħajr ma toħroġ tender, taħt il-liġijiet tagħna hemm il-ħtieġa li transazzjoni bħal din titla' quddiem il-Parlament għall-approvazzjoni.", "Allura aħna ridna li fi tmiem l-ewwel sena, bħala sinjal konkret tal-ħidma tagħna, ikollna lista sħiħa ta' dawn l-għaqdiet li se jittressqu quddiem il-Parlament biex jiġu approvati t-transfer ta' l-assi.", "Ma' dawn l-għaqdiet daħħalna wkoll, u bir- raġun kollu, transazzjonijiet oħra li kienu pendenti.", "L-ewwel prijorita' kienet it-transazzjoni li għandha x'taqsam mas- Soċjeta' tal-MUSEUM.", "Nista' ngħid li sentejn jew tlieta ilu kienu anke bagħtuli messaġġ bħala kap ta' l-oppożizzjoni dwar il-ħtieġa ta' ħidma urġenti fuq dik it-transazzjoni, ħaġa li ma naqsitx minna imma mill-Gvern preċedenti għaliex m'għamel kważi xejn fuqha.", "Imbagħad kien hemm il- bżonnijiet li tqanqlu lejna minn skola privata, li kellha bżonn tespandi biex tkun tista' tkabbar il-faċilitajiet tagħha.", "Anke f'dan il-każ rajna minnufih il-ħtieġa soċjali li dawn jiġu akkomodati b'mod li jkunu jistgħu jwettqu l-pjanijiet tagħhom b'mod serju u ċar.", "U anke dan huwa b'kuntrast mat-tip ta' argumenti u mat-tip ta' kritika li konna nirċievu min-naħa l- oħra, li kienet tgħid li l-Partit Laburista mhux veru huwa mpenjat li jagħti spazju sħiħ lill-iskejjel privati.", "Aħna bil-fatti u b'mod prattiku qed nuru li t-talba ta' din l-iskola privata biex ikollha ċertu aċċess għal ċerta proprjeta' tal-gvern se mmexxuha 'l quddiem ħalli nagħtuha t-titlu biex tmexxi din il-proprjeta'.", "U din, Sur President, għamilniha mingħajr ebda titubanza għaliex dak li għidna, jiġifieri li rridu nħallu spazju sħiħ għall-iskejjel privati u tal-Knisja li jiżviluppaw il-ħidma tagħhom, nemmnu fih u m'għidnihx biex inkunu għidnih imma għidnih bil-fatti u bl- intenzjoni sħiħa li nipprovawh bil-fatti.", "Allura ninsisti li, anke fil- każ ta' l-iskola privata konċernata, kien hemm intenzjoni sħiħa mill- bidunett li nagħtuhom l-appoġġ sħiħ fil-limiti u fil-parametri tal- possibbiltajiet tar-regolamenti u tal-liġijiet viġenti.", "Ħalli nerġa' ngħaddi għas-Soċjeta' tal-MUSEUM.", "Jgħidu x'jgħidu fuqna, il-maġġoranza l-kbira f'dan il-partit għandna rispett kbir lejn din l-għaqda għaliex, apparti milli hija bbażata mill- qrib fuq familji tal-ħaddiema u fuq nies li jafu xi tfisser id-dinja tax- xogħol, matul is-snin ta' ħidma tagħhom dawn urew bl-aktar mod konkret u prattiku d-dedikazzjoni tagħhom ħalli jtejbu l-kondizzjonijiet ta' ħsieb, ta' għajxien u ta' ħajja tal-familji tal-ħaddiema u t-tfal tagħhom.", "Meta, daqs sentejn jew tlieta ilu, Dr Karmenu Mifsud Bonnici kien indikali li kien hemm din it-talba min-naħa tal-MUSEUM biex ikollhom title għall-art f'Tal-Pieta', aħna minnufih wegħedna l-appoġġ tagħna u bqajt mistagħġeb, jien l-ewwel wieħed, kif għaddew sena sentejn taħt il-Gvern preċedenti u ma kien sar assolutament xejn, jew jekk sar ma nafx bih.", "Kif qed ngħid, sħabi u jien minnufih qbilna li dan huwa proġett li huwa ta' ċertu siwi li jimmarka anke l-mod kif is-Soċjeta' tal-MUSEUM timpenja ruħha fil-ħidma tal- komunita'.", "Allura tajjeb li nagħtu prova konkreta li min-naħa tagħna qegħdin nuru solidarjeta' billi mmexxu t-talba tagħhom 'il quddiem u wkoll ngħadduha mill-Parlament.", "Mela kellna numru sħiħ ta' transazzjonijiet li kellhom jiġu rregolati b'din il-ħaġa, u kien hemm ukoll transazzjonijiet li kienu jirrigwardaw proprjetajiet jew assi li kienu jikkonċernaw lill-Partit Laburista jew lill- General Workers' Union.", "Bl-aktar mod prattiku u bl-aktar mod konkret, l- idea kienet li nagħmlu a jumbo resolution, jiġifieri riżoluzzjoni li jkun fiha l-każijiet kollha pendenti, li titressaq quddiem dan il-Parlament, u l-Parlament ikollu d-dritt kollu li jiddiskuti kull aspett minn dawn ir- riżoluzzjonijiet, ikollu d-dritt jemenda kull aspett ta' dawn ir- riżoluzzjonijiet u jkollu d-dritt jinnega b'emendi kull aspett jew kull biċċa minn dawn ir-riżoluzzjonijiet.", "Jiġifieri aktar milli noqogħdu nagħmlu riżoluzzjoni fuq kull waħda minnhom, li kienet tinvolvi ħin twil li ma jispiċċa qatt u proċedura kkomplikata li ħassejna li ma kienx hemm bżonnha, għidna li tkun aktar sempliċi li nimxu b'mod ta' jumbo resolution fejn ikun hemm kollox assorbit flimkien.", "Waħda mill-affarijiet li ovvjament ħarġet bħala tattika politika f'dan l-aħħar debate kienet li l- Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni sab ruħu dahru mal-ħajt b'dan l- approach.", "U sab ruħu dahru mal-ħajt għaliex b'mod konkret il-front benchers Nazzjonalisti, inkluż il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, irrealizzaw li dak li konna qegħdin nagħmlu kien turija oħra ta' kif meta huma kienu fil- gvern kienu jlabalbu u ma jwettqux.", "Dawn kienu biss jixħtu l-bżar fl- għajnejn u ma kienu jagħmlu xejn u aħna, b'mod konkret u bla ebda daqq ta' trombi, qegħdin inressqu proposti serji u ċari u qegħdin nagħmlu x-xogħol li għandna nagħmlu.", "Saret ukoll il-kritika - jekk m'iniex sejjer żball mill-Onor.", "Zammit Dimech - li x-xogħol ma kienx tajjeb, li kien tad-dilettanti u li r- riżoluzzjonijiet kienu miktuba b'mod li assolutament ma kenux denji ta' l- avukat li kitibhom.", "Din kienet it-tip ta' kritika li għamlu imma dak kien kollu bżar fl-għajnejn, Sur President, għaliex ħdimna bil-kwiet u bil-galbu biex kemm jista' jkun dak ix-xogħol li kellu jsir isir u mbagħad inressquh f'waqtu fil-Parlament.", "U jiena ħsibt - u naħseb sħabi qablu miegħi - li dan il-waqt kien preċiżament f'għeluq l-ewwel sena ta' Gvern Laburista ġdid.", "Quddiem din il-problema politka li sabu ruħhom fiha n-Nazzjonalisti fejn kien qed jiġi pprovat konkretament kemm fil-prattika ma kenux effettivi biex imexxu dan il-pajjiż minkejja l-kliem sabiħ tagħhom - prova oħra li mhux il-cash registers rebbħu u tellfu l-aħħar elezzjoni imma n- nuqqas ta' ħila, in-nuqqas ta' ħeġġa u n-nuqqas ta' viżjoni tal-Gvern preċedenti - dawn ovvjament waslu għall-konklużjoni li l-aħjar mod kif jipprovaw jevitawha u kif jipprovaw jgħattuha u jaħbuha, kien billi joħolqu diversiv, dak li jiena nsejjaħlu d-diversiv tal-brass band.", "X'inhu d- diversiv tal-brass band, Sur President?", "Id-diversiv tal-brass band huwa li l-Partit Nazzjonalista jasal għall- konklużjoni li l-aħjar mod kif jipprova jiddevja l-attenzjoni fuq dan il- pakkett importanti ta' riżoluzzjonijiet li qegħdin inressqu huwa billi jaqbad ma' riżoluzzjoni minnhom, li għandha x'taqsam mal-Partit Laburista, dik riferibbli għall-Marsa headquarters, il-Malta Shipbuilding u l- proprjeta' li ngħata minflokha f'St Andrew's, u jibnuha bħala skandlu.", "Meta jiena qrajt x'imkien - għax kont imsiefer dak inhar - li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ħareġ jgħid li din hija l-aktar ħaġa diżonesta li għamel il- Gvern Laburista din l-aħħar sena, jiena għidt: Mela veru m'għamilna assolutament xejn li kien diżonest jekk din hija l-aktar ħaġa diżonesta!", "Għaliex jekk kien hemm xi ħaġa li saret b'mod tassew trasparenti, fair u ġust kienet preċiżament ir-riżoluzzjoni - għalija anodina - li hija riferibbli għall-Partit Laburista fil-Marsa u f'St. Andrew's. Imma, kif qed ngħid, il-Partit Nazzjonalista, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu - ma nafx min eżattament ħareġ b'din l-idea - iddeċidew fuq l-istrateġija tal- brass band u allura marru quddiem il-proprjeta' tal-Partit Laburista f'Pembroke u f'St. Andrew's u organizzaw banner u fuqu kitbu \"SKANDLU\".", "U meta jiena rajt l-istampa - għax bagħtuhieli fejn kont - bil-Kap ta' l- Oppożizzjoni u l-erba' sħabu fuq naħa u tnejn oħra fuq in-naħa l-oħra, fakkruni kif kienu jorganizzaw il-brass bands fi żmien id-depression meta kien ikun hemm skiffle group u kienu jduru minn post għal ieħor jipprovaw jiġbru ftit flus.", "F'dan il-każ nimmaġina li kienu qegħdin jipprovaw jiġbru ftit voti imma kienet performance patetika għall-aħħar, kif kienu patetiċi għall-aħħar dawn id-diskussjonijiet u dawn l-interventi li smajt illejla, dalgħodu u l-bieraħ, inkluż l-interventI ta' l-Onor.", "Francis Zammit Dimech u ta' l-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "Allura jiena għidt: Imma possibbli l- Partit Nazzjonalista waqa' daqshekk f'livell patetiku, li biex jipprova jiddevja l-attenzjoni mill-mozzjoni li qiegħda tikkonferma bil-kbir l- impenn ta' dan il-Gvern ħalli tassew jgħin il-volontarjat fl-oqsma kollha tal-pajjiż, u biex jipprova jħawwad l-imħuħ u jħarbat id-diskussjoni, jaqa' għal din il-linja tant patetika u assurda, għalkemm ovvjament ċerti gazzetti jippompjawha?", "GĦaliex, m'għandniex għalfejn ngħidu, il-gazzetti bħalissa huma n-nifs tal-Partit Nazzjonalista li qed ikompli jaħseb li għandu xi nifs politiku fil-pajjiż għax jaqra l-gazzetti li jiktbu l-istess segwaċi tiegħu.", "Allura dan qisu a vicious circle, jaqraw ta' xulxin u jemmnu li l-affarijiet sejrin kif qed jgħidu u jiktbu huma.", "Imma possibbli li politikament il- moħħ tan-nies li qegħdin faċċata tagħna huwa daqshekk iddevjat mill- affarijiet veri li jipprovaw huma stess jiddevjaw fuq xi ħaġa li, nerġa' ngħid, hija anodina?", "Jiena din ipprovajt nirrifletti fuqha, ipprovajt ngħid: Imma l-background ta' dawn in-nies li għadhom kif kienu fil-gvern, daqs sena ilu, x'background hu?", "Dawn minn fejn ġejjin biex b'din il- pompożita' kollha jilagħbuha tal-qaddisin b'dan il-mod u jipproġettaw din il-ħaġa li qisu hawnhekk għaddej skandlu kbir li bih se nibnu piramida ta' skandlu sempliċement biex ngħinu lill-Partit Laburista?", "GĦaliex issa m'għadhomx jgħidu li l-Partit Laburista jġib il-flus mil-Libja.", "Issa qegħdin jgħidu li l-Partit Laburista se jġib il-miljuni minn transazzjonijiet u li b'mod biżantin u b'mod sataniku - nimmaġina li hemm jien involut! - qed jimmanipula u jħawwad ħalli nkunu nistgħu nġibu ¥2 miljun jew ¥3 miljun.", "Issemma wkoll ċertu Mikiel Abela.", "Jiena l-ewwel ħsibthom qegħdin jgħidu għall-Bambinu, imma ovvjament ma kienx hekk!", "Imbagħad għidt: Possibbli waqgħu f'din l-għabra patetika ta' min m'għandux ma xiex jaqbad?", "Effettivament, xi ħadd mill-kittieba li jiffavorixxuhom dan l-aħħar qal li l-Partit Nazzjonalista qiegħed f'pożizzjoni li ma jista' jiggranfa ma' xejn u allura jkollu jivvinta din l-istrateġija tal-brass band li hija patetika minnha nnifisha.", "GĦaliex li tara lill-Onor.", "Fenech Adami, ex-Prim Ministru ta' Malta, imur Pembroke u joqgħod taħt streamer, bil-kitba \"SKANDLU\" fuq rasu, imdawwar bl-akkolti tiegħu, nerġa' ngħid, qisna se nisimgħu l- performance tal-brass band lili ma tinżillix.", "Issa dan huwa avversarju tiegħi imma huwa wkoll ex-Prim Ministru ta' Malta.", "U meta jidħol f'dan it- tip ta' cul de sac, ta' sqaq, ngħid: Imma x'qiegħed iwassal lill-Partit Nazzjonalista sabiex jaġixxi b'dan il-mod patetiku?", "Sur President, jiena ngħid li fin-nofs tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista hemm duda.", "Il-Partit Nazzjonalista għadu ma sabx it-triq u għadu maqbud fis-sqaq tat-tmexxija.", "Issa jekk din hijiex xi kwestjoni interna ta' bejniethom ma nafx, imma aktar minn hekk - għax il-persuna tista' tkun Ċikku u tista' tkun Peppu - il-mistoqsija hija iktar fundamentali u hija din: Strateġikament, il-ħajja u r-ruħ tal-Partit Nazzjonalista, issa li tilfu l-elezzjoni tas-sena li għaddiet u għadhom jaħsbu li tilfuha minħabba l-cash registers, u s-sens dinamiku tal-Partit Nazzjonalista, se jibqa' mwaħħal ma' dawn l-istrateġiji patetiċi ta' brass band li jmorru Pembroke bi streamer bil-kelma \"SKANDLU\" fuq rashom u joqogħdu jgħidu l-affarijiet li m'humiex korretti fuq xi ħaġa li bil-provi minnha nnifisha hija anodina?", "Huwa veru li kultant il-politika tiddependi fuq impression management, jiġifieri kif timmaniġja l-impressjonijiet.", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu għandhom l-impressjoni li s-suċċess elettorali li ksibna aħna kien ibbażat fuq xi forma ta' impression management u ta' manipulazzjoni, imma anke dan juri s-superfiċjalita' ta' ħsieb politiku u ta' strateġija politika li għadha taħkem fuq l- Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Ċertament jekk hemm xi enti politika li bħalissa qiegħda tipprova timmanipula l-opinjoni, din hija l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li qiegħda l-ħin kollu tgħawweġ il-fatti fuq din il-kwestjoni ta' x'ġara minn wieħed mill-kuntratti li għandhom x'jaqsmu mal-pakkett ta' riżoluzzjonijiet li għandna quddiemna riferibbli, nerġa' ngħid, għal transazzjonijiet ta' beni tal-gvern.", "Sur President, ħalli nerġa' nenfasizza dan il-punt.", "L-aqwa ħaġa li wieħed jista' jafferma dwar dak li għandna quddiemna llum hija strixxa sħiħa ta' affermazzjoni soċjali, jiġifieri li, bir- riżoluzzjonijiet li għandna quddiemna llum, dan il-Gvern qiegħed jagħmel statement ta' social policy qawwi, fis-sens li, iva, aħna nemmnu bil-fatti u bl-aktar mod konkret li l-għaqdiet volontarji, l-għaqdiet soċjali u l- għaqdiet kulturali u sportivi għandna nagħtuhom l-appoġġ biex ikunu jistgħu jimxu b'mod awtonomu.", "U \"s-sagrifiċċju\" li qed jagħmel il-Gvern meta jgħaddi dawn l-assi, b'somom irriżorji allaċċjati magħhom - irriżorji fis- sens ta' stima tad-daqs tas-somma nvoluta - huwa maħsub għal ta' l-apposta.", "Permezz ta' dawn l-assi aħna qegħdin inpoġġu finanzjarjament, soċjalment u kulturalment lil dawn l-għaqdiet fil-komunita' fuq bażi fejn jistgħu joperaw b'mod aktar liberu u fejn jistgħu jikkostitwixxu ruħhom - kif dejjem xtaqna li jkunu - f'entijiet u korpi li għandhom il-ħajja tagħhom.", "Ċertament li waħda mill-problemi tal-volontarjat f'pajjiżna hija l- problema li l-entijiet volontarji - apparti milli jiddependu fuq il-ħidma ta' ċittadini li daqqa qegħdin hemm u daqqa mhux qegħdin hemm, għax ikollhom impenji oħrajn ta' familja, ta' xogħol, ta' mard - jispiċċaw mingħajr ma jkollhom assi tagħhom ta' ċertu valur li fuqhom ikunu jistgħu jipprospettaw b'mod konkret il-ħidma tagħhom.", "Waħda mill-problemi l-oħra kbar li għadna ma solvejniex imma li nittama li nsolvuha hija li nkunu nistgħu nfornu lil ċertu numru ta' għaqdiet, li aktar jaħdmu fuq bażi nazzjonali milli fuq bażi lokali - to be fair - b'żona fejn ikun jistgħu għallinqas ikollhom l-uffiċċju ċentrali tagħhom.", "Naf li s-Segretarju Parlamentari Joe Cilia diġa' mpenja ruħhu f'din l-aħħar sena biex isolvi din il-problema imma ma naħsibx li wasal għaliex is-soluzzjonijiet li ssuġġerixxa, fl-opinjoni tiegħi, ma tantx kienu soluzzjonijiet li wieħed jista' jaħdem fuqhom pero' anke din hija problema li qed naħdmu fuqha.", "Imma fejn stajna naraw li għaqdiet volontarji ta' kull tip jistgħu jingħataw dawn l-assi li jkunu tagħhom biex jaħdmu minnhom, allura iva, imxejna gas down biex permezz ta' din ir-riżoluzzjoni naffermaw l-impenn soċjali tagħna fuq din il-ħaġa.", "Forsi jkun hemm min jgħidilna: Imma n- Nazzjonalisti ma pprovawx jagħmlu din il-ħaġa wkoll?", "Forsi fuq il-karta pprovaw, imma kemm irnexxilhom iwettquha?", "Le, ma wettquhiex imma ma nafx għaliex ma wettquhiex.", "Naf li kien hemm ħafna tgergir u kien hemm ukoll ħafna sinjali li riedu jagħmluha.", "Kif diġa' għidt, anke fuq il-kwestjoni tal-MUSEUM f'Tal-Pieta' kien ilhom jgħidu ħafna għax kont ilni ħafna li smajt biha imma baqgħu m'għamlu xejn.", "U dan huwa l-punt li jitqanqal fuq kwestjonijet bħal dawn, jiġifieri l-issue kollha li n-Nazzjonalisti njoraw, dik l-issue li jiena ngħidilha l-issue tas-serjeta'.", "Għaliex meta l-poplu jiġi biex jassessja u jifli l-affarijiet, forsi tista' tlellex bih għal elezzjoni waħda, kif għamlu fl-1992, imma mbagħad jippretendi r-riżultati jew għallinqas jekk mhux riżultati jippretendi azzjoni konkreta.", "U fuq dan il-każ, għalkemm kellna l-kliem sabiħ kollu li kellna dan l-aħħar snin dwar qalb soċjali u mpenn soċjali, ċertament li baqa' ma sar xejn.", "Nerġa' ngħid din kienet id-dilemma li fuqha kienet ippernjata x-show li għamlu n- Nazzjonalisti kemm tal-brass band f'Pembroke u anke f'dan il-Parlament, bl- argumenti li ħarġu bihom.", "U jekk inħarsu lejn dak li ġara f'dan il- Parlament b'dan id-dibattitu, minn din il-perspettiva nifhmu ħafna affarijiet.", "Irrid ngħid li jiena smajt qdusija tassew tfuħ min-naħa l-oħra, il- qdusija ta' l-Onor.", "Fenech Adami, kif tkellem b'ċerta ħeġġa, qisu San Pawl jiddiskuti mas-Sanhedrin meta kien qiegħed Korintu, jew inkella l-qdusija ta' l-Onor.", "Gonzi llum meta kien qisu f'daqqa waħda Santu Wistin jiddefendi xi teżi skolastika, mhux legali skolastika, fl-Universita ta' Pariġi tal- Medju Evu.", "Meta tismagħhom għaddejjin f'dan l-isfond, tibda tgħid: Imma jien qiegħed b'xi mod jew ieħor f'xi time warp, f'xi żmien fejn il-passat jitħassar qisu ma eżistiex?", "Dawn in-nies li qegħdin jilagħbuha tal-verġni u l-puri - ma ngħidx il-puri u l-verġni - minn fejn ġejjin?", "X'inhuma l- kredenzjali politiċi tagħhom biex jitkellmu b'dan il-mod?", "X'wettqu fl- imgħoddi li jiġġustifika li jitkellmu u jippreżentaw ruħhom qishom kienu, nerġa ngħid, Santa Klara?", "Imbagħad għidt, tajjeb li niftakar ftit l- esperjenza tiegħi f'dan il-Parlament meta kont fl-oppożizzjoni, kemm bħala deputat u kemm bħala kap ta' l-oppożizzjoni.", "GĦaliex resqu każijiet oħra fejn il-Gvern preċedenti ppreżenta quddiem dan il-Parlament proposti biex art tal-gvern tingħata b'ċertu mod, b'ċertu kuntratt, lil negozji privati, lil ażjendi privati u lil individwi.", "Biex nirrinfreska moħħi u biex nirrinfreska ftit it-tifkira tiegħi, iċċekkjajt ftit x'kien ġara fil-każ tal-Fort Chambrai, fejn kellna dibattiti kbar f'dan il-Parlament, u dan kien dibattitu importanti għaliex il-Gvern Nazzjonalista, mmexxi mill-Onor.", "Fenech Adami, wara li ltaqa' ma' ċertu Taljan li jismu Roberto Memmo - dan it-Taljan li ħadd ma kien jaf minn fejn ġie, għalkemm konna nafu li kien ġej minn ċertu oriġini li allura kien jitlob aktar investigazzjoni li aħna bħala oppożizzjoni konna għamilna u fil-fatt wara rriżulta li kien membru tal-P2, dik l-għaqda tal-mażuni mmexxija minn Licio Gelli - kien iddeċieda li jgħaddilu Fort Chambrai għal ċens ta' ¥10,000 fis-sena.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq art ta' 90 tomna li tmiss ma' Għajnsielem u li hija prime site u l-aktar sit storiku f'Għawdex.", "Niftakar li meta konna staqsejna kif u fuq liema bażi waslu għal din id-deċiżjoni, ma tawna l-ebda fatti konkreti.", "Dawn kienu ressqu riżoluzzjoni fil-Parlament fis-16 ta' Diċembru, 1992 eżattament qabel il- vaganzi tal-Milied għaliex ħasbu li b'dan il-mod setgħu jirrumblawha.", "Nerġa' ngħid, hawnhekk konna qegħdin nitkellmu dwar Roberto Memmo li kien membru tal-loġġa ta' Licio Gelli.", "Is-sabiħa kienet li meta l-Gvern Nazzjonalista ppreżenta l-kuntratt quddiem il-Parlament, klawsola minnhom f'dan il-kuntratt kienet tgħid li jekk il-kuntratt ma jiġix approvat mill- Parlament, dan is-sabiħ ta' Memmo seta' jfittex lill-Gvern Malti għad- danni!", "Fil-fatt, wieħed mill-argumenti li kienu ppreżentaw fil-Parlament kien: Guys, jekk il-Parlament ma japprovax din il-biċċa xogħol, il-Gvern Malti jista' jiġi mfittex għad-danni minn Roberto Memmo!", "Nista' ngħid li meta staqsejna kif saru n-negozjati ma' Memmo, irriżulta li dawn kienu kollha fuq bażi privata u ma kien hemm l-ebda trasparenza u ordni fihom.", "Meta ċċekjajna min kien Memmo sibna li anke r-reputazzjoni tiegħu bħala developer kienet suspetta għall-aħħar.", "Dan kien involut fi proġetti f'Montecarlo li veru nbnew imma kemm kien b'saħħtu Memmo warajhom baqa' sal-lum misteru mill-kbar.", "Meta mbagħad iċċekjajna s-sustanza ta' Memmo biex naraw jekk kienx xi ħadd li għandu l-kapital - li ntqal li jista' jkollu - ma sibna l-ebda informazzjoni.", "Fil-fatt Memmo kien qed juża kumpannija li semmiha Antimen ibbażata fl-Italja.", "Imbagħad kellu kumpannija sussidjarja oħra tagħha li semmiha Antimen II, ibbażata wkoll f'Ruma, li ma kellha assolutament l-ebda assi fil-kontijiet tagħha u li kienet immexxija minn Memmo nnifsu, li kien anzjan mhux ħażin, u persuna oħra li kienet aktar anzjana minnu għaliex, jekk niftakar tajjeb, kienet għalqet id-90 sena.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien baqa' miexi fuq din il- bazi u kien baqa' jinjora l-argumenti kollha li ressaqna.", "Niftakar li konna ġibna anke credit rating dwar il-kumpannija ta' Memmo mingħand aġenzija internazzjonali li għandha x'taqsam ma' kif tevalwa l-kumpanniji.", "U din kienet evalwazzjoni li xejn ma ndikat li prime site ta' 90 tomna fl- aktar sit storiku t'Għawdex kellha tingħata b'ċens ta' ¥10,000, u tingħata b'mod li tista' tiġi żviluppata bħala real estate.", "Meta tlabt lil Dr Edgar Mizzi biex jikkonsidra din il-kwestjoni u jagħtina l-parir tiegħu, dan - hawn se nikkwota - ikkonkluda:", "\"Jirriżulta ċar u inekwivokabbli li l-ilmenti, kritika u akkużi li għamlet l-Oppożizzjoni Laburista dwar il-Forti Chambrai, jekk mhux f'kull dettall, ċertament fis-sustanzja huma ġustifikati, u bil-fatti li ġraw wara komplew jikkonfermaw kemm kellha raġun l-Oppożizzjoni Laburista.\".", "Ressaqna dawn l-argumenti iżda assolutament ħadd ma ta kashom.", "Anzi ġejna akkużati mill-maġġoranza tal-membri tal-Gvern ta' dak iż-żmien li qegħdin nimxu kontra l-interess tal-pajjiż u ntqal ukoll li l-Gvern kien se jibqa' miexi 'l quddiem.", "GĦalhekk meta llum - u anke l-aħħar darba - smajt bl- iskandlu li dan il-Gvern se juża l-maġġoranza tiegħu b'dan il-mod, jiena għidt li veru li d-diżonesta' politika issa qed tikber u tixxettel sew fi ħdan in-naħa l-oħra għaliex dawn assolutament qed jinjoraw il-passat li ġew minnu.", "Tajjeb li ngħidu, Sur President, li dan m'huwiex xi każ fejn Memmo kellu xi art tiegħu u partatha ma' Chambrai.", "Lanqas kien il-każ li Memmo kellu xi assi finanzjarji tiegħu u partathom ma' Chambrai.", "Le, Memmo daħal nice and clean fl-istampa u l-proġett ta' Chambrai sempliċement spiċċa f'ħoġru bl-aktar mod arroganti min-naħa tal-Gvern ta' dak iż-żmien.", "U dawn huma l- istess nies li qegħdin jgħidu li l-akbar diżonesta' ta' din l-aħħar sena hija t-transazzjoni riferibbli għall-Malta Labour Party fil-każ tal- proprjeta' tal-Marsa u fil-każ tal-proprjeta' ta' Pembroke.", "Jiena niskanta kif l-istess nies li għamlu din it-tip ta' manuvra diżonesta mbagħad jgħajru lil ħaddieħor diżonest.", "Allura veru li problema oħra tal-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni hija li jinsab imnawwar minn ipokrezija istituzzjonalizzata fejn xi ħadd iwaddab il-ġebla u jaħbi idu, xi ħadd jikkritika l-istess dnub tiegħu u qisu mhux hu, xi ħadd jippretendiha tal- verġni u martri, meta frankament in-nies li kienu jduru fl-areas suspettużi ta' Ruma fi żmien Julius Caesar naħseb li kienu verġni u puri aktar minnu!", "Naħseb li dawn huma affarijiet li tajeb li wieħed jimmarkahom, Sur President, u nixtieq li nimmarkahom fir-riflessjonijiet li qiegħed nagħmel.", "Hemm każ ieħor li niftakar minn dak iż-żmien meta kien imexxi l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu, riferibbli wkoll għal transazzjoni fuq art, fejn biċċa art tal-gvern kienet ingħatat b'riżoluzzjoni tal-Parlament lil xi ħadd biex ftit wara spiċċat f'idejn ħaddieħor.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-kwestjoni magħrufa sew tal-car park tal-Furjana.", "F'dan il-każ kien ġara li l-Yellow Garage - li kellu titolu li jista' juża parti minn quddiem il-Belt għal parking tal-karozzi imma li ma kienx titolu għax kien kważi by encroachment - ingħata ċ-ċans li jkun jista' jieħu l-istess art jew art simili quddiem il-Belt u jibni car park taħtha.", "Din kellha tkun underground imma fil-fatt m'hi underground xejn imma hija an open-pit car park.", "Jekk tmur Pariġi, Londra jew xi pajjiżi oħrajn, lanqas tinduna fejn qegħdin l-underground car parks.", "Per eżempju, meta kont Pariġi, fi Place Vendôme, bdejt ngħid: Imma fejna l-car park?", "Imbagħad tara li hemm speċi ta' sprall nieżel 'l isfel, il-karozza tidħol minn ġo kanal u tkun wasalt.", "Kif diġa' għidt, il-car park fil-Furjana m'hi underground car park xejn imma hija an open-pit car park u jmissna nistħu li aċċettajna dak it-tip ta' mudell għal pajjiżna.", "Kien hemm anke esperti tal-Kunsill ta' l-Ewropa li kkundannaw li jinbena car park bħal dak, sbrixx mas-swar tal-Belt, u tagħmel dak it-tip ta' profil dagħwa - kif ngħidlu jien ukoll - meta underground car park hemmhekk kienet tkun indikata mija fil-mija.", "Kif kont qed ngħid, fil-21 ta' Mejju, 1991 il-Gvern Nazzjonalista, kkappeġġat mill- Onor. Eddie Fenech Adami, ressaq riżoluzzjoni biex l-art ta' quddiem id- daħla tal-Belt Valletta tingħata mill-ġdid b'ċens ta' ¥10,000 fis-sena lill- kumpannija tal-Yellow Garage, Joston Ltd., bil-kondizzjoni li l-car park tinbena taħt l-art, ma tidhirx u ma tkerrah xejn.", "Dak iż-żmien hekk kienu qalulna imma din hija deskrizzjoni impreċiża ta' x'ġara għaliex din il-car park la qiegħda taħt l-art u lanqas m'huwa vera li ma tkerrah imkien.", "Issa din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament kienet timplika li l-Yellow Garage kellhom jibnu faċilitajiet moderni ħafna għal din il-car park, u meta qed ngħidu faċilitajiet moderni ħafna nifhem li qed nirriferu għal lifts biex jinżlu u jitilgħu l-karozzi rather milli jkollok dak it-tip ta' layout li jkompli jkerrah u jestendi l-kruha tal-post.", "Mela għadda ż-żmien u x- xogħol fuq l-underground car park waqaf.", "Effettivament imbagħad smajna li, għalkemm il-kuntratt taħt ir-riżoluzzjoni ta' dan il-Parlament kien riferibbli għall-Yellow Garage, fih kien hemm klawsola li tippermetti li min jirċievi dak il-post b'ċens ikun jista', bil-permess tal-gvern - permess li jingħata b'mod burokratiku, b'mod li tapplika għand dipartiment tal-gvern u dan jaċċetta t-talba tiegħek - jgħaddi l-kuntratt lil ħaddieħor.", "Jiġifieri jekk il-Yellow Garage jiddeċiedi li jrid jgħaddi l- konċessjoni lil xi ħadd, jibgħat talba lill-gvern u l-gvern jaċċetta jew ma jaċċettax it-talba, u hekk ġara.", "Fil-fatt, il-Gvern Nazzjonalista rċieva talba mingħand il-Yellow Garage biex jgħaddi l-kuntratt lil kumpannija oħra.", "Niftakar li meta dan il-kuntratt kien ġie quddiem dan il-Parlament, l- Onor. Perit Mintoff kien qal li jekk se tiġri xi ħaġa bħal din - jiġifieri jekk se jkun hemm iċ-ċans li wara li niddeċiedu favur il-Yellow Garage dan imbagħad, bil-permess tal-Gvern u mingħajr ma jirriferi lil dan il- Parlament, jista' jċedi l-konċessjoni lil xi ħaddieħor - allura din għandha terġa' tiġi quddiem dan il-Parlament.", "Dak iż-żmien il-Gvern Nazzjonalista kien formali u qal li m'hemmx għalfejn isir dan għaliex il- kuntratt jgħid ċar u tond li l-Gvern jista' jkollu applikazzjoni mingħand il-Yellow Garage biex ikollu permess jittrasferixxi l-kuntratt u li se jmexxu mingħajr riferenza għal dan il-Parlament.", "Konna aħna li qajjimniha din il-ħaġa imma l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien mhux talli rrifjuta t-talba talli qiesha out of this world, xi ħaġa mhux konċepibbli.", "X'ġara effettivament, Sur President?", "Ġara li għal xi raġuni jew oħra intqal li l-Yellow Garage ma jistgħux ikomplu bil-bini u bl-arranġamenti tal-car park ta' quddiem il-Belt Valletta u f'daqqa waħda tfaċċaw żewġ kumpanniji li għamlu joint venture bejniethom, jiġifieri l-Elbros Construction Co. Ltd. u l-Camarco Co. Ltd., li matul is-snin ħadu ċerta notorjeta'.", "F'Novembru ta' l-1992, bil-permess tal-Gvern, dawn ingħataw l-art li kienet taħt il-Yellow Garage jew Joston Ltd., għaliex il-Yellow Garage applika lid-Dipartiment ta' l-Artijiet u dan approva t-talba għall-bejgħ tal-konċessjoni lil kumpannija b'joint venture bejn Camarco Co. Ltd. u Elbros Construction Co. Ltd.", "Dan ġara f'temp ta' sena u nofs.", "Jiġifieri bejn il-mument meta l-Parlament għadda l- kuntratt lill-Yellow Garage u l-mument meta l-Gvern ta' l-possibbilta' lill- Yellow Garage biex idawru l-kuntratt tagħhom fuq l-Elbros Construction Co. Ltd. u l-Camarco Co. Ltd. kienet għaddiet sena u nofs.", "Issa talli għamel dik iċ-ċaqliqa, in consideration il-Yellow Garage irċieva madwar ¥0.25 miljun.", "Jiġifieri fuq it-transazzjoni biex jgħaddi x-xogħol tiegħu ta' bini lil xi ħaddieħor, il-Yellow Garage għamel qligħ ta' Lm0.25 miljun.", "GĦalhekk meta nisma' din il-ħafna ipokrezija istituzzjonalizzata li kellna f'dan l-aħħar dibattitu fejn qalu li se nħallu dawn il-flus kollha għaddejjin, li l-Kaxxa ta' Malta se titlef mijiet ta' eluf ta' liri jiena ngħid: Imma kemm tista' tasal 'il bogħod id-diżonesta' politika fi ħdan l- Oppożizzjoni Nazzjonalista?", "Kemm jistgħu jkunu so patently diżonesti politkament u assolutament jibqgħu għaddejjin qishom ħassa?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan għaliex dawn l-istess nies, li f'dawn l-aħħar ġranet kienu qegħdin jiskandalizzaw ruħhom qishom verġni li qegħdin imissu ma' xi ħaġa mija fil-mija impura, they are simply past masters at it, huma maestri fiha dawn.", "Dan aktar u aktar, Sur President, meta wieħed jinnota kemm damet ftit biex tiġi approvata l-applikazzjoni tal-Yellow Garage sabiex ikunu jistgħu jieħdu ċ-ċens.", "F'temp ta' disat ijiem li kienu applikaw, il-Gvern kien diġa' approva l-applikazzjoni tagħhom.", "Mela hawn min ilu sentejn jew tlieta jistenna biċċa permess mingħand il-Planning Authority jew mingħand xi dipartiment ieħor tal-gvern biex jagħmel biċċa xi ħaġa x'imkien u mbagħad, biex jieħdu din il-concession, id-dipartiment tal-gvern f'temp ta' disat ijiem approva kollox u tal-Yellow Garage għamlu qligħ ta' ¥0.25 miljun!", "Imma din ma ssemmietx min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kemm ilu għaddej dan id-dibattitu.", "Sur President, hemm ħafna aktar x'nistgħu ngħidu.", "Nistgħu nitkellmu wkoll fuq proġett ieħor, il-famuż McDonald's ta' Birkirkara, li hija xi ħaġa li veru tispikka.", "Niftakar li din jiena pprovajt inqajjimha fil-Parlament bħala mozzjoni b'urġenza ħalli wieħed jiddiskuti x'kien ġara.", "U kien qam l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, dak iż- żmien prim ministru, u bl-akbar qdusija kien qal: L-Oppożizzjoni Laburista fuq dawn l-affarijiet se tqajjem mozzjoni b'urġenza meta għandna affarijiet aktar urġenti quddiem il-pajjiż?", "Ovvjament imbagħad il-kor tal-qtates fil- gazzetti bl-Ingliż irrepetew dik id-diska.", "Imma kellna raġun.", "Ħalli nfakkar il-punti saljenti tal-każ tal-McDonald's ta' Birkirkara, Sur President.", "Fis-17 t'Awissu, 1990 is-suq ta' Birkirkirkara - għax minn Birkirkara għaddej wied u l-Onor.", "Debono Grech huwa iktar espert minni fit- tipografija ta' Birkirkara u jkun jista' jikkorreġini jekk hemm xi punti li qiegħed ngħidhom ħażin ....", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli ippermettili.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Prim Ministru jkompli jinstema'?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GUIDE de MARCO: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex il-Prim Ministru jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzja liż-żewġt iħbieb tiegħi u lill-Kamra kollha għall-estensjoni tal-ħin.", "Kont qed ngħid li s-suq ta' Birkirkara huwa parti ċentrali mill-istess raħal li għalkemm fl-imgħoddi dan intuża bħala suq pero' ma tantx kien irnexxa għax bil-mogħdija taż-żmien ma kinex baqa' daqstant idoneu għal dak l-użu u waddbu għajnejhom fuqu l-każin tal- football ta' Birkirkara, li qalu li riedu jużawh għal ħidma sportiva, preċiżament bħal ħafna mir-riżoluzzjonijiet li għandna llum quddiemna, fejn każini sportivi ngħataw tmexxija ta' assi fiżiċi li jkollhom fil-lokal tagħhom biex ikunu jistgħu jtejbu u jipperfezzjonaw il-ħidma tagħhom.", "Kif kont qed ngħid, is-suq ta' Birkirkara ġie mogħti b'ċens lill- Birkirkara Football Club għas-somma ta' ¥100 fis-sena.", "Issa din l-għotja kienet saret għaliex fil-25 ta' Lulju 1990 kienet għaddiet riżoluzzjoni minn dan il-Parlament, l-istess bħar-riżoluzzjonijiet li għandna quddiemna llum, ħalli l-każin tal-football ta' Birkirkara jingħata b'kuntratt dan il-post.", "Din ir-riżoluzzjoni kienet għaddiet unanimament u niftakarha kemm jien, kemm l-Onor.", "Debono Grech u kemm l-Oppożizzjoni kollha Laburista li dak iż-żmien ivvotat għaliha.", "Imma x'ġara?", "Fil-bidu ta' l-1995, daqs ħames snin wara, il-kumitat tal-club kien iddeċieda li juża s-sular t'isfel bħala cafeteria u bħala leisure hall, fejn jista' jkun hemm riċevimenti, u allura għamel sejħa għal offerti.", "Issa li tuża l-premises biex iżżomm għaddejjin ċerti attivitajiet soċjali u anke, fuq bażi ta' volontarjat, tipprovdi source of income li jkun tajjeb għal każin tal-football hija xi ħaġa tollerabbli fl-użu ta' club.", "Jekk m'iniex sejjer żball kien hemm erbgħa li kienu tefgħu l-offerta u kien rebaħ it-tender ċertu Godfrey Gambin.", "Imma mbagħad beda juri interess fil-lokal is-Sur Marin Hili li sar president tal-club tal-football ta' Birkirkara u kellu wkoll interess fil- franchise tal-McDonald's, dik iċ-chain fejn tmur tiekol il-hamburgers u tixrob is-7-Up.", "Dawn interessaw ruħhom li jidħlu huma u jmexxu l-faċilita' ta' leisure tas-suq ta' Birkirkara, imma d-differenza qiegħda hawn.", "Fejn, kif kienet se tiġi proposta fil-bidu, ix-xogħol kien se jkun, biex ngħid hekk, forma ta' bottegin, meta daħlu l-McDonald's fl-istorja ovvjament l- affjatament tal-proġett inbidel u allura s-suq ta' Birkirkara kien se jsir parti minn chain kummerċjali stabilita tajjeb li ċertament li qiegħda hemm biex tagħmel il-flus u tagħmel flus kbar.", "Meta l-club kellu din l-offerta quddiemu u s-Sur Gambin kien irtira l-proposta tiegħu ħalli jagħti d-dritta lill-McDonald's, dan daħal f'korrispondenza mal-Gvern ta' dak iż-żmien sabiex jaraw x'jista' jsir biex jaċċettaw il-proposta tal-McDonald's.", "Effettivament fid-29 ta' Novembru, 1995 intbagħtet ittra lill-Prim Ministru, lill-Ministru ta' l-Ambjent u lill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika ta' dak iż-żmien biex ikun hemm qbil li l-kuntratt jinbidel b'mod li l- franchise tal-McDonald's tkun tista' tidħol fis-suq ta' Birkirkara.", "U l- Avukat Ġenerali ta l-parir lill-Kummissarju ta' l-Artijiet, b'kopja lill- Prim Ministru ta' dak iż-żmien u lill-Ministru għall-Ambjent, li jistgħu jagħtu l-kunsens mitlub għaliex effettivament il-prattika kienet li, once li l-kuntratt kien inġab għall-konjizzjoni tal-Parlament u dan l-istess kuntratt kien fih klawsola li tgħid li jista' jsir transfer ġdid tal- proprjeta' lil xi ħaddieħor sakemm japprovah il-Gvern b'mod burokratiku, allura jista' jingħata l-permess biex is-sular t'isfel tal-każin ta' Birkirkara jiġi mgħoddi lill-McDonald's.", "Jien anke fuq din tlabt parir għaliex bir-raġun kollu konna għamilna kjass għaliex aħna ma nemmnux li ħaġa bħal din kellha ssir fl-ambitu ta' riżoluzzjoni parlamentari li ħbiet il-mod veru ta' kif saru l-affarijiet.", "Kieku l-affarijiet saru b'mod trasparenti, kieku fil-Parlament intqal li jagħmel sens li każin tal-football ikollu akkoppjament ma' kumpannija kummerċjali biex il-kumpannija kummerċjali tuża l-premises tal-każin tal- football b'mod kummerċjali u minn dak id-dħul allura dak il-każin ikun jista' jitwieżen, kieku forsi wieħed kien jasal għal diskussjoni vera, trasparenti u ċara, imma minn dan kollu ma ġara xejn.", "Il-Parlament sempliċement approva li s-suq ta' Birkirkara jgħaddi lill-każin tal- football ta' Birkirkara għal skopijiet esklussivament sportivi.", "Jiena niftakarha sewwa din il-kelma imma mbagħad, minħabba l-klawsola l-oħra li tippermetti li jkun hemm bdil fil-kondizzjoni tal-kuntratt jekk ikun hemm biss kunsens burokratiku mogħti mill-gvern, effettivament is-suq ta' Birkirkara spiċċa f'idejn il-franchise tal-McDonald's.", "Dan ukoll huwa każ li kemm ilna fil-gvern rriferejtu lill-Avukat Edgar Mizzi biex jagħtina l-parir tiegħu, l-ewwelnett dwar is-sustanza ta' dak li konna qegħdin ngħidu u t-tieni nett x'għandu jsir.", "Effettivament Dr Mizzi kkonkluda li l-allegazzjonijiet li saru mill-Oppożizzjoni Laburista m'humiex sempliċi allegazzjonijiet imma li \"l-fatti fatti huma reali u inkontestati\".", "U allura meta tara li hemm sfond bħal dan, sfond fejn proprjeta' bħal dik ġiet ittrasferita b'dan il-mod u tisma' l-qdusija kollha tfewwaħ mill-banek ta' l-Oppożizzjoni matul dan id-dibattitu, bilfors ikollok tgħid li l-problema ta' l-Oppożizzjoni hija li qiegħda tgħix fi klima ta' ipokrezija istituzzjonalizzata.", "L-Oppożizzjoni qiegħda tgħix vita doppia; għax min-naħa tippretendi li hija pura u verġni u għandha l-fakulta' li tista' tikkritika u min-naħa l-oħra l-passat tagħha jikkontradixxi l-prassi li fuqhom qiegħda tibbaża l-kritika tagħha.", "Bħal fil-każ ta' Chambrai u bħal fil-każ tal-car park, dan m'huwiex każ fejn xi ħadd qed jagħti xi ħaġa lill-gvern u l-gvern qed jagħtih xi ħaġa oħra minflokha jew inkella xi ħadd qiegħed iħallas through the nose u l-gvern qed jagħtih xi assi jew xi proprjeta' tiegħu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar artijiet, dwar real estates li qegħdin jgħaddu mingħand il-gvern għal għand il-privat bi proċedura li m'hijiex trasparenti, mingħajr ma toħroġ call for tenders u fejn il-privat qiegħed b'xi mod jew ieħor ikollu benefikat li xejn m'hu trasparenti.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-parir ta' l- Avukat Mizzi kien li fit-tliet każijiet imsemmija - jiġifieri tal-Forti Chambrai, tal-McDonald's ta' Birkirkara u l-car park tal-Furjana - il-Kamra tad-Deputati ntużat biex tagħti s-siġill ta' ftehim li diġa' kien innegozjat mal-privat.", "Allura anke hawn il-furja qaddisa li smajna matul dan id-dibattitu, dwar jekk kien hemm xi negozjati li diġa' spiċċaw fuq il- ftehim ta' transazzjoni u xi kuntratt diġa' lest, tħallini mill-ġdid sorpriż bil-profondita' ta' l-ipokrezija li lesta turi n-naħa l-oħra.", "Wara kollox, din l-ipokrezija m'hi qed twassalhom imkien għaliex meta tanalizza l-każ li fuqu għamlet il-kjass kollu l-Oppożizzjoni, jiġifieri l-proprjeta' tal-Malta Labour Party fin-naħa ta' Pembroke u kif qiegħda tiġi affettwata mir-riżoluzzjonijiet li għandna quddiemna, ngħid illi mill-ġdid anke hawn għandna much ado about nothing u nispjega għaliex, Sur President.", "Nerġa' ngħid, jiena m'għandix dubju li t-tattika li wżat l-Oppożizzjoni fuq dan il-każ kienet maħduma aktar minn qatt qabel bl-aktar mod ċar fuq il- ħtieġa ta' l-Oppożizzjoni li taħbi u tostor il-konfużjoni li għandha quddiemha minħabba l-fatt li l-Gvern preżenti rnexxielu jwettaq xi ħaġa li huma tkellmu dwarha u ma kellhomx ħila jwettquha u wkoll quddiem il- konkretezza li biha aħna qegħdin niffaċċaw l-isfidi soċjali fil-pajjiż.", "Aħna mhux qegħdin niffaċċaw dawn l-isfidi soċjali bil-kliem imma permezz ta' atti prattiċi u konkreti li qegħdin jinħassu kapillarment fil- komunitajiet ta' Malta u GĦawdex kollha.", "Aħna qegħdin nuru wkoll li aħna nemmnu li l-volontarjat għandu funzjoni u nemmnu li għandu jingħata spazju sħiħ biex jimxi 'l quddiem.", "Imma filwaqt li nitkellmu fuq volontarjat, meta nitkellmu fuq għaqdiet ta' natura kulturali, soċjali, eċċ. ma nistgħux inpoġġu fil-ġenb l-għaqdiet politiċi, qishom dawn m'humiex parti mit-tessut soċjali ta' dan il-pajjiż u ninjoraw il-ħtieġa li jiġu kkonsidrati bħala għaqdiet volontarji li għandhom standing u reputazzjoni.", "Waħda mill-affarijiet li nnotajt tul dan id-dibattitu hija kemm in-naħa l- oħra baqgħet lura milli tispjega eżattament x'wassalha biex taħseb li hemm xi skandlu jew xi taħbila fil-proċess li bih il-Malta Labour Party u l- Gvern matul is-snin għamlu dealing ma' xulxin fuq il-proprjeta' tal-Marsa u ta' Pembroke.", "Pero' kieku huwa hekk, dawn kienu fil-gvern għal disa' snin u f'dawn id-disa' snin kienu f'pożizzjoni li jekk kien hemm l-imgħawweġ jirranġawh.", "Per eżempju, qalu li fl-1993 bagħtu ittra uffiċjali ta' protesta biex jirranġaw l-affarijiet.", "Imma skużi!", "Dan kien sempliċement ġest iżolat li ma kellu l-ebda segwitu u li ma seta' jkollu l-ebda segwitu, l-ewwelnett għaliex il-Gvern ta' dak iż-żmien kien jaf li moralment u realment ma kellux raġun, u kif ukoll għar-raġuni li l-mod kif wieħed jagħmel dealing ma' għaqda volontarja fil-pajjiż bħala gvern irid ikun mod responsabbli u li jirrispetta l-ħtieġa li l-għaqdiet soċjali, volontarji u politiċi jkollhom spazju xieraq li fih jgħixu.", "Jiġifieri anke f'dan il- qasam irridu nħarsu lejn kwalunkwe transazzjoni li qed tiġi implikata fid- dawl ta' kif wieħed iħares b'mod ta' politika soċjali lejn l-ispazju li se jħalli lil għaqdiet volontarji bħalma huma l-MUSEUM, l-għaqdiet privati li jmexxu skejjel privati, l-għaqdiet volontarji fil-qasam sportiv, fil-qasam kulturali, eċċ.", "Tajjeb issa li niġu għall-każ li għandna quddiemna u li qanqal daqshekk fanfara min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiena ngħid li kull ħaġa li ntqalet min-naħa ta' l-Oppożizzjoni flies in the face u tmur kontra kull prinċipju ta' ekwita' u l-prinċipju kif tħares lejn kwestjoni.", "U x'inhi għalija l- aktar ħaġa ċentrali fil-kwestjoni kollha, Sur President?", "L-aktar ħaġa ċentrali hija li l-Partit Laburista fis-snin sittin bena l- kwartieri ġenerali tiegħu fuq art privata li kien xtara u m'huwiex minnu li dik l-art kienet mogħtija lilu mill-gvern tal-ġurnata.", "Nista' ngħidlek, Sur President, li llum għamilna libell lill-gazzetta \"The Times\" talli bl- akbar wiċċ tost u bis-soltu ardir ta' l-editorjalisti tagħha qalet li l- proprjeta' tal-Marsa li kellu l-Partit Laburista kienet ingħatatlu minn xi gvern.", "Dan m'hu veru xejn, hija gidba sfaċċata.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-art li l-Partit Laburista kellu fil-Marsa kienet inxtrat bi transazzjoni privata fuq inizjattiva ta' l-Onor.", "Perit Mintoff, li dak iż- żmien kien il-mexxej tal-Partit Laburista, u fuqha kienu ħadmu għal snin l- aqwa attivisti tal-Partit Laburista - minn hawn nieħu l-okkażjoni biex nerġa' nirringrazzja lil dawk li konna nsejħulhom is-suldati ta' l-azzar - li b'ħidma ma taqta' xejn, bl-akbar sagrifiċċju, xahar wara l-ieħor, fil- weekends kollha, ħadmu, qattgħu l-blat, kaħħlu u bnew kwartieri ġenerali mill-aqwa għal dak iż-żmien u bnewh mix-xejn.", "Dawn kienu nies sempliċi, pero' ara ma jkunx hemm min jaħseb li l-kelma \"sempliċi\" hija derogatorja f'dan is-sens.", "Dawn huma nies li mill-għaraq ta' xbinhom, bil-ħidma tagħhom, bis-sagrifiċċji tagħhom u tal-familji tagħhom - għax kienu jmorru anke mal-familja jaħdmu hemmhekk matul il-weekends u filgħaxijiet, iqattgħu l-blat u jibnu - bnew kwartieri ġenerali li għal dak iż-żmien kien xi ħaġa formidabbli.", "Niddubita kemm dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kellu kwartieri ġenerali fejn jiltaqa' għax jekk m'iniex sejjer żball kienu jiltaqgħu f'xi cafeteria 'l hemm u 'l hawn!", "Imma dak huwa xogħol li sar b'ħidma ma taqta' xejn u kienet xi ħaġa li kienet il-vixxri tal-Partit Laburista għax bnewh mix-xejn, bnewh bil-kuraġġ, bnewh bi sfida u bnewh b'mod li tassew kien hemm kumpless li kien ta' ċerta importanza.", "Kien hemm uffiċċji, kien hemm postijiet fejn jiltaqgħu għall-konferenzi ġenerali, kien hemm teatru, kien hemm art madwaru li tista' tintuża għal affarijiet oħra u kien hemm restaurant u dan il-kumpless għal dak iż-żmien kien xi ħaġa formidabbli.", "U lil min forsi joqgħod jgħid li qegħdin nipprovaw nuru x'aħna b'dawn l-affarijiet u li qegħdin nipprovaw niddrammatizzaw, ngħidilhom li b'dan il-mod qegħdin juru kemm min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għandhom nuqqas ta' rispett lejn il-memorja ta' l-imgħoddi, anke f'dan il- qasam.", "GĦax jekk seta' kien hemm proġetti bħal dan għalija juri kemm fl- imgħoddi - issa m'iniex insemmi partit jew ieħor - kellna nies dedikati, kellna nies li bil-ħidma tagħhom irnexxielhom jaslu għal ċertu riżultat li għal dak iż-żmien kien riżultat mill-aqwa.", "Imma x'ġara, Sinjura President?", "Meta wasalna fis-snin sebgħin u kien hemm Gvern Laburista, dan iddeċieda li jagħmel il-proġett tax-Shipbuilding fil-Marsa u, bħala gvern u bħala partit, dak iż-żmien ġejna ffaċċati mill-ħtieġa li dan il-bini li, nerġa' ngħid, kien inbena b'tant sagrifiċċju u li kien ifisser daqstant għall- Partit Laburista ta' dak iż-żmien, kien qiegħed eżatt in the eye of the storm, kien qiegħed eżatt fil-qalba ta' l-iżvilupp li ried isir.", "Il-Gvern ta' dak iż-żmien kellu jieħu d-deċiżjoni ta' x'se jagħmel, kellu jiddeċiedi jekk il-proġett li kien qiegħed jemmen fih u qed jaħdem fl-interess nazzjonali jvarjahx b'xi mod biex jevita li jkun hemm xi theddida jew periklu fuq il-kontinwita' tal-kwartieri ġenerali tal-Marsa jew inkella jekk huwiex se jimxi 'l quddiem fl-interess nazzjonali u jieħu over il-post tal-Partit Laburista li kien il-ġojjell ta' l-istess partit.", "U bi krettu kbir tal-Gvern ta' dak iż-żmien, id-deċiżjoni kienet li l-kwartieri ġenerali tal-Partit Laburista kellu jittieħed biex jimxi 'l quddiem bil- proġett tal-Marsa Shipbuilding.", "Dawn huma fatti, u jien naf internament ir- risentiment li ħassu ħafna suldati ta' l-azzar, ħafna attivisti u uffiċjali tal-Partit Laburista meta raw din id-deċiżjoni titwettaq u meta f'għajnejhom il-kwartieri ġenerali tagħhom, li kienu bnew b'daqstant ħerqa u b'daqstant sagrifiċċju, kienu qegħdin jiġu ssagrifikati u meħuda mill- Gvern biex iservu l-għan ta' proġett ieħor.", "Kellhom raġun ukoll mil-lat ieħor li jinkwetaw u jitħassbu dwar din il- ħaġa għaliex jirriżulta bl-aktar mod ċar li l-ispostament u t-teħid mill- gvern tal-kwartieri ġenerali wassal biex l-organizzazzjoni tal-partit tbati u ssofri minn din il-ħaġa.", "Jien ngħid li din wasslet ukoll biex ċerti konsegwenzi elettoralil fl-1981 ikunu b'mod jew ieħor marbuta ma' dik id- deċiżjoni li l-Partit Laburista jitlef il-qalba organizzattiva tiegħu, l- istruttura organizzattiva tiegħu, u jkollu jemigra għal x'imkien ieħor.", "Mela konna qegħdin f'pożizzjoni fejn kwartier ġenerali li kellu valur imprezzabbli għall-partit politiku ta' dak iż-żmien kienet qiegħda titteħidlu.", "U l-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien, biex ipatti għal dan it- teħid, filwaqt li rranġa biex il-printing press tal-partit tingħata post f'fabbrika fil-Marsa, għaliex dik ma setgħetx tintbagħat 'il bogħod, irranġa wkoll li jingħataw tliet postijiet f'dik l-area magħrufa bħala Pembroke.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu, Sinjura President, fis-snin sebgħin u min jipprova jippontifika llum fuq affarijiet bħal dawn mingħajr ma jmur lura għall-isfond storiku ta' dawn is-snin ikun qiegħed iqarraq.", "U m'hemmx dubbju li ħafna mill-eżerċizzji li smajna min-naħa ta' l- Oppożizzjoni tul dan id-dibattitu huma maħsuba b'dan il-ħsieb li jqarrqu, li jiddevjaw l-attenzjoni, li ma jagħtux tabilħaqq u b'mod konkret il- feeling, ir-rabta storika u reali ta' kif saret din il-biċċa xogħol.", "Ħalli nipprovaw niftakru x'kien qed jiġri fi snin sebgħin, Sinjura President.", "Fis-snin sebgħin kien hemm it-tluq minn Malta tal-bażi militari Brittannika, bi ftehim li kellu jwassal mill-1971 għall-1979.", "Dan it-tluq ta' l-Ingliżi minn Malta kien ifisser li kien hemm lot sħiħ ta' proprjetajiet li kienu qegħdin jitħallew battala u waħda mill-mistoqsijiet li l-Gvern ta' dak iż-żmien u li s-soċjeta' ta' dak iż-żmien kellhom jiffaċċaw kienet x'se nagħmlu b'dan il-bini u kif se mmexxuh 'il quddiem.", "Fir-realta', ħafna minn dak il-bini li l-Gvern ta' dak iż-żmien ried juża u jmexxi 'l quddiem ma kienx ta' interess kummerċjali fiċ-ċirkostanzi ta' dak iż-żmien.", "Jiena dan nista' ngħidu għaliex fl-1977 ġejt lura Malta u fis- sentejn jew tlieta ta' wara kelli ċerti konnessjonijiet ma' ċerti nies li kienu jmexxu dan in-negozju.", "Niftakar minn jgħidli: Niżviluppa Sant'Andru?", "Mela qed niġġennen!", "Allura kien hemm surplus sħiħ ta' postijiet mitluqa mis-Servizzi Ingliżi li kienu available.", "U lil min joqgħod jippontifika fuq kif din kienet maħsuba bħala strateġija tad-deheb ħalli l-Partit Laburista jistagħna, jiena ngħidlu li assolutament qiegħed imur kontra s-sens storiku ta' x'ġara f'dan il-pajjiż f'dawn l-aħħar 30 sena.", "Għaliex wieħed jista' jargumenta li meta l-Gvern ta' dak iż-żmien ta tliet proprjetajiet f'Pembroke lill-Partit Laburista biex ipatti għat- tneħħija tal-Marsa, dan kien qiegħed jgħabbih b'mazzra oħra għaliex kien qed jagħtih tliet proprjetajiet li fil-kondizzjoni ta' dak iż-żmien kien diffiċili ħafna biex b'xi mod jew ieħor tagħmilhom rentable.", "L-ewwelnett dak iż-żmien ma kienx konċepibbli li partit politiku jibbaża ruħu, bħala kwartier ġenerali, in-naħa ta' St Andrew's, aktar u aktar fil- każ ta' partit politiku li l-akbar ġibda tiegħu u l-aktar attivisti tiegħu qegħdin fuq ix-xaqliba l-oħra tal-gżira.", "Imbagħad it-tieni punt preċiżament huwa li dak iż-żmien u għal ħafna żmien wara, l-idea li tista' tikkummerċjalizza dawk il-proprjetajiet kienet ħrafa.", "U fost l-affarijiet li kienu jgħiduli, apparti li dak il-post kien 'il bogħod miċ-ċentri kummerċjali ta' dak iż-żmien, kien il-fatt li dak il-bini tas-Servizzi Ingliżi ma kienx mibni fuq strutturi u disinji li jiffittjaw ma' xi forma ta' użu kummerċjali possibbli b'mod li jkun vijabbli.", "Mela hija ħrafa li tgħid li dawk it-tliet proprjetajiet ngħataw lill-Partit Laburista fis-snin sebgħin biex ikun hemm xi forma ta' aġevolazzjoni lill-istess partit.", "Dan m'huwiex veru.", "Jiena nista' nagħmel anke l-argument bil-maqlub, jiġifieri li dawn kienu burden għall-Partit Laburista aktar milli ħaġa oħra, imma m'iniex se nidħol f'dan il-punt.", "Fil-fatt għal snin twal il-Partit Laburista ma kien qiegħed jieħu l-ebda frott minn dawn il-proprjetajiet ħlief illi jkollu jħallas l-insurance premiums u affarijiet oħra li kienu spiża għalih.", "Imma mbagħad, Sinjura President, hemm it-tieni punt f'din il- ħaġa.", "Il-każijiet li semmejna s'issa, ir-riżoluzzjonijiet li għadni kemm semmejt fil-każ ta' Chambrai, tal-McDonald's u tal-car park tal-Furjana, huma forma ta' transazzjoni fejn il-gvern qiegħed jagħti xi ħaġa lil xi ħadd ieħor u dan ix-xi ħadd m'hu qed jagħtih xejn lill-gvern ħlief il-flus tal-kirja, il-flus taċ-ċens.", "Wieħed jista' jargumenta jekk dak iċ-ċens huwiex qawwi jew le imma rridu nżommu quddiem għajnejna li fl-1990 lil Memmo kienu talbuh biss ¥10,000 fis-sena għal Chambrai.", "Min-naħa l-oħra, fil-każ li qegħdin nitkellmu dwaru, fejn il-Partit Laburista titteħidlu l- headquarters tiegħu, dan ingħata tliet proprjetajiet f'Pembroke, jiġifieri l-Australia Hall, ir-Raffles u l-Victoria Pub.", "Allura n-natura tat- transazzjoni hija kompletament differenti mill-każ tal-McDonald's jew tal- car park tal-Furjana għaliex din hija tpartita, fis-sens illi l-Partit Laburista qed jitlef il-post tiegħu u l-gvern qiegħed jagħtih dawn it-tliet proprjetajient li fl-opinjoni tiegħi kien raw deal.", "Issa inti tista' tgħidli, Sinjura President: Wara kollox ma kienx hemm il-printing press li marret il-Marsa?", "Jiena ngħidlek: Iva, imma dak huwa każ ta' fabbrika ma' fabbrika b'kirja, xejn aktar u xejn anqas.", "Tista tgħidli wkoll, Sinjura President: Il-Partit Laburista ma ħax il-Maċina?", "Imma dwar dik kien hemm an open call for tenders u jekk niftakar tajjeb il- Partit Laburista kien l-uniku wieħed li applika għaliha.", "Allura lil min jgħidilna li l-Maċina hija xi akkwist kbir, bir-rispett kollu ngħidlu - għaliex jien ħdimt hemmhekk għal ma nafx kemm-il sena - li huwa veru li huwa bini storiku imma żgur li ma tistax tgħid li bil-Maċina akkwistajna xi ħaġa kbira.", "U l-fatti jispjegaw lilhom infushom għaliex, kemm ilna li tlaqna minn hemmhekk, l-interess biex il-Maċina tiġi rinnovata u ttieħed over kien kważi minimu.", "Fil-fatt il-kunsill lokali li tħajjar - u sewwa jagħmel li jitħajjar u ninkorraġġih li jitħajjar - fl-istess ħin qiegħed jirrealizza xi spejjeż enormi hemm biex iżomm il-post għaddej.", "Mela fejn hu l-aġevolament preferenzjali b'mod skandaluż lill-Partit Laburista?", "Ma kien hemm ebda aġevolament preferenzjali u min jipprova jimbotta dan l- argument jiena ngħidlu miskin għaliex qiegħed iħalli l-passjoni politika ipokrita tkompli tagħmih.", "Mela fil-qalba tat-transazzjoni li tinteressana, Sinjura President, min-naħa hemm il-Partit Laburista li qed jagħti l- kwartieri ġenerali tiegħu u min-naħa l-oħra hemm il-gvern li qed jgħaddilu t-tliet proprjetajiet f'Pembroke.", "Intqal hawnhekk: Ara kemm jiswew dawk il-proprjetajiet f'Pembroke!", "Ara x'miljuni hemm!", "L-ewwelnett jiena ngħid li miljuni m'hemmx imma nemmen li kieku kellna nivvalutaw il-bini tal-Marsa bil-valur attwali tiegħu, hemmhekk iva jkun hemm miljuni għaliex il-post qiegħed f'pożizzjoni ċentrali u għandek real estate bil-fjokki.", "Hemmhekk fejn hemm il-miljuni!", "Mela nerġa' ninsisti, Sinjura President, li qegħdin nitkellmu fuq transazzjoni differenti minn dawn li tkellimna fuqhom s'issa.", "Għaliex kemm il-MUSEUM, kemm il-każini l-oħra u l-għaqdiet tal-volontarjat m'huma qed iċedu xejn minn tagħhom.", "Dawn qegħdin jingħataw dawn il-postijiet b'ċens li ħafna drabi huwa sempliċement nominali - u sewwa qegħdin nagħmlu - imma li nqabblu dawn il-każijiet mal-każ tal-Partit Laburista huwa assolutament inekwu għaliex il-Partit Laburista kien f'pożizzjoni fejn itteħditlu xi ħaġa tiegħu u ngħata minflokha tliet proprjetajiet li fiż- żmien li ngħataw verament ma kellhomx valur.", "Issa din it-transazzjoni saret b'dan il-mod, li filwaqt li min-naħa l- gvern, bħala l-Malta Shipbuilding, intrabat li jħallas ¥20,000 fis-sena lill-Partit Laburista, b'agreement separat imma back to back ma' dan il- Partit Laburista intrabat li tal-proprjetajiet f'Pembroke iħallas ¥20,000 fis-sena.", "Mela għandna rabta ċoff għax min-naħa l-gvern, bħala l-Malta Shipbuilding, iħallas ¥20,000 tal-proprjetajiet tal-Marsa u l-Partit Laburista iħallas ¥20,000 lill-gvern għall-proprjetajiet f'Pembroke, xejn aktar u xejn anqas.", "Issa kieku kelli ngħidlek din x'naħseb fuqha, Sinjura President, ngħidlek li la l-partit tilef il-Marsa, kienet tkun aktar faċli li din l-art tispiċċa freehold għand il-gvern u l-postijiet ta' Pembrobe jispiċċaw freehold għand il-Partit Laburista.", "Din hija sempliċi u tittraduċi eżattament ir-realta' imma minflok saret trade off back to back.", "Imma x'ġara mbagħad?", "Ġara li l-gvern, qua l-Malta Shipbuilding ma baqax iħallas ¥20,000 lill-Partit Laburista u kontemporanjament il-Partit Laburista ma baqax iħallas ¥20,000 lill-gvern.", "Jiena ma niskantax li ġara hekk għaliex dawk kollha li jħarrfu li l- Partit Laburista kien imballat bil-flus assolutament ma jafux kif jaħdem il- Partit Laburista.", "Jiena għandi l-unur ngħid li waħda mill-akbar esperjenzi li kelli f'ħajti hija li ħdimt internament mal-Partit Laburista u nista' nassigurak, Sinjura President, li m'huwiex veru li l-Partit Laburista jimxi bil-flus u li huwa mballat bil-flus.", "Il-Partit Laburista jimxi bil-ħidma ta' ħafna volontiera li jagħtu ħajjithom, jagħtu x-xogħol tagħhom u ħidmiethom u jiena nirrispetta l-ħidma tagħhom għaliex hija l-aktar ħidma ddedikata li qatt iltqajt magħha f'ħajti.", "M'huwiex veru li l-Partit Laburista xi darba jew oħra kien jgħum fil-flus.", "GĦalhekk meta ma rċeviex l-¥20,000 mingħand il-gvern, qua l-Malta Shipbuilding, ma kellux biex iħallas ¥20,000 tal-proprjetajiet ta' Pembroke għaliex dawk il- proprjetajiet ta' Pembroke, kif jirriżulta min-negozjati fit-tmiem is-snin sebgħin, ma kenux vijabbli.", "Dawn kellhom problema kbira biex issewwihom u biex tmexxihom u anke meta at one stage l-Partit Laburista ma nafx kif irnexxielu jġib lil xi ħadd biex imexxi parti minn dawn il-proprjetajiet, irriżulta li ma kenitx operazzjoni fattibbli u kellha tieqaf.", "Din hija r-realta' u allura meta jiġu ċerti qaddisin legali jitkellmu fuq il-preskrizzjoni, jgħidu li din spiċċjat u allura m'hemmx dritt li l-gvern ifittex lill-gvern, jien ngħid: Imma dawn jifhmu x'qed jgħidu jew sempliċement qegħdin jilagħbuha tal-qaddisin wara din l-istorja kollha li għandhom warajhom ta' transazzjonijiet mhux biss suspettużi imma assolutament inaċċettabbli f'demokrazija moderna?", "Kif tista' tikkonċepixxi din it-tip ta' diżonesta' u din it-tip ta' iprokrezija meta qed titkellem fuq każ fejn għaqda volontarja, f'dan il-każ partit politiku, ittieħdilha ġojjel u minflokha ngħata tliet proprjetajiet li kellha tara kif tbażwar bihom.", "Din hija r-realta' u meta jitkellmu fuq il-preskrizzjoni, jiena ngħidilhom li argumenti bħal dawn assolutament ma jirriflettux ir-realta' f'pajjiżna.", "Kif diġa' għidt, Sinjura President, il-fatti huma li meta l-gvern, qua l- Malta Shipbuilding, ma baqax iħallas l-¥20,000 lill-Partit Laburista, il- Partit Laburista ma kellux minn fejn iħallas l-¥20,000 għall-proprjetajiet ta' St Andrew's. U jekk wieħed irid jiġbed bir-riga, ngħidlu: Hawnhekk trid tiġbed bir-riga?", "Allura għaliex ma ġbidtx bir-riga fuq Memmo?", "Għaliex ma ġbidtx bir-riga fuq il-McDonald's?", "Għaliex ma ġbidtx bir-riga fuq il-car park tal-Furjana?", "Hawnhekk imbagħad f'daqqa waħda jidħlu two weights and two measures, kalkolu miskin ta' min ma jirrealizzax u ma jridx jirrealizza l-verita' li partit li ħadem bil-volontarjat biex ikollu s-sede tiegħu, tilef dik il-proprjeta' u allura għandu d-dritt morali u anke d-dritt legali, ngħid jien .....", "Mhux sopra corna bastonate li ma' ta' Hili u l-McDonald's nimxu mod u mal-Partit Laburista mbagħad nimxu mod ieħor, jew ma' Mizzi nimxu mod ieħor.", "Dan huwa l-mod kif għandna mmexxu f'dan il-pajjiż?", "Jiena ma naqbilx ma' dan u għalhekk bl-iktar mod trasparenti insistejna li nġibu din ir-riżoluzzjoni quddiem il-Parlament għalkemm legalment ma kellniex għalfejn inġibuha.", "Legalment stajna nagħmlu kif għamlu n-Nazzjonalisti fil-każ tal-McDonald's u fil-każ tal-car park u nibqgħu għaddejjin.", "Imma konna aħna li nsistejna li nieħdu l-parir ta' l-Ombudsman u li ntellgħuha quddiem il-Parlament.", "Konna aħna stess li nsistejna li l-affarijiet isiru b'dan il-mod u għidna: We are going to face it, se niffaċċaw l-argument.", "U fl-opinjoni tiegħi moralment l- argument huwa mirbuħ.", "Sinjura President, politikament l-argument huwa mirbuħ u legalment ukoll għandu jintrebaħ għaliex meta assi bħal dawn ittieħdu mingħand partit u bħala kumpens ingħataw assi oħra li ma jistgħux jiġu rrealizzati, hemmhekk ir-rieda morali u politika tgħidlek: Le, m'huwiex fair, m'huwiex sew.", "U jien niskanta kif kelliem wara l-ieħor min- naħa ta' l-Oppożizzjoni ħarġu jiddefendu prinċipji ta' tmexxija li huma mija fil-mija inekwi u unfair.", "U f'dan il-każ nagħlaq fuq dan il-punt.", "Aħna qed imexxu bl-aqwa trasparenza u min jakkużana li m'aħniex nagħmlu hekk irid jipprova l-każ tiegħu u m'huwiex se jipprova l-każ tiegħu billi joqgħod jagħmel l-istrateġija tal-brass band quddiem xi bini jew ieħor.", "Jekk irid jagħmilha biex idaħħak in-nies bih affari tiegħu imma l-fatti jgħoddu.", "U l-fatti huma li aħna ressaqna din ir-riżoluzzjoni flimkien ma' riżoluzzjonijiet oħra quddiem dan il-Parlament bl-akbar sens ta' responsabbilta' għaliex nemmnu li fil-linja ta' politika tagħna li tassew nagħtu nifs ġdid lis-settur volontarju u li tassew nagħtu indikazzjoni tar- rieda tagħna li l-politika soċjali tkun konkreta u mhux kliem vojt kif smajna dan l-aħħar, meta nkunu qed nikkonsidraw l-għaqdiet volontarji kollha, inkluż il-partiti politiċi, irridu nkunu trasparenti u fair u rridu nkunu ekwi ma' kulħadd.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi l-Prim Ministru qed jorbot kollox mal-konċett tat-trasparenza u mal-konċett li meta jsiru t-trasferimenti għandu jerġa' jkun hawn diskussjoni f'dan il-Parlament, issa li d- diskussjoni fuq dawn ir-riżoluzzjonijiet għadha ma ngħalqitx, il-Prim Ministru huwa dispost jilqa' l-appell li għamilt jien diversi drabi f'din il-Kamra u li għamlu membri oħra min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, jiġfieri li d- dettalji kollha tat-trasferiment li l-Partit Laburista qed jagħmel ma' terzi jiġu quddiem dan il-Parlament ħalli ngħarbluhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, ir-risposta tiegħi għal din il- ħaġa hija sempliċi ħafna.", "Kull ħaġa li se nagħmlu f'dan il-qasam se tkun koerenti għal kull ħaġa li għidna s'issa fuq kwestjonijiet bħal dawn.", "Aħna nemmnu fil-koerenza u se nibqgħu nipprattikawha mill-bidu sa l-aħħar.", "Sinjura President, f'dan il-kontest nixtiequ nkomplu ninsistu li l- prinċipji ta' ekwita' u trasparenza li applikajna għall-każi kollha li għandna quddiemna jirrikjedu li jkun hemm qbil li dak li qed nipproponu hawnhekk fir-rigward tal-Partit Laburista u fir-rigward tal-postijiet l- oħra huma soċjalment neċessarji, jagħmlu sens, huma ekwi, huma ġusti u jixirqilhom l-approvazzjoni tal-maġġornaza kbira tal-Parlament.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Buhagiar biex jgħaddi għall-winding up..", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, wasalna fit-tmiem tal-maratona.", "Naħseb li kull min tkellem hawnhekk tkellem minn diversi angoli pero' nista' ngħid li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni ffokkaw kważi b'mod assolut fuq parti waħda mir-riżoluzzjoni.", "Jiddispjaċini li ġara hekk għaliex naħseb li kien hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq il-partijiet l-oħrajn tar-riżoluzzjoni u mhux biss fuq dik il-parti li tirrigwarda l-proprjeta' tal-Partit Laburista f'Pembroke.", "Nixtieq nibda billi nirrispondi għal xi affarijiet li ntqalu - miniex se nirrispondi għar-rimarki politiċi partiġjani li saru - minn naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Kien hemm min għamel rimarki li kellhom ċerta validita' u għalhekk se nressaq xi emendi li huma verament tekniċi iktar milli ħaġa oħra u li jirriflettu xi punti li tqajmu fid-diskussjoni.", "Biex nuri kemm tajna kas bis-serjeta' ta' dak kollu li kien qed jingħad - minkejja li ġejt akkużat li ma kontx qiegħed f'din il-Kamra l-ħin kollu; nassigura lil kulħadd li kont qiegħed hawn il-ħin kollu - se nressaq xi emendi.", "Waħda mill-emendi li rrid nressaq tirrigwarda d-Dokument \"A\", fil-każ ta' Ħal Far Co. Ltd. u fil-każ ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts, fejn bi żvista tniżżel il-kliem \"Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti\" meta suppost tniżżel il-kliem \"Ministeru responsabbli miż- Żgħażagħ\".", "L-emenda tgħid hekk:", "\"I\" Fid-dokument \"A\" ta' din ir-riżoluzzjoni, fil-każ ta' Ħal Ferħ Company Ltd fi klawsola 8 u fil-każ ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts, fi klawsola 6, fejn hemm il-kliem \"Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti\", dawn għandhom jiġu sostitwiti bil- kliem \"mal-Ministeru responsabbli miż-Żgħażagħ\".", "Madam Speaker, tqajmu diversi argumenti oħra mill-kelliema ta' l- Oppożizzjoni biex mingħalihom jipprovaw joħolqu ċerti suspetti.", "Per eżempju, skond l-Onor.", "Gonzi, jekk il-wording tad-diversi riżoluzzjonijiet jibqa' kif inhu, dan ikun ifisser li proprjeta' li tittieħed b'ċens tkun tista' tingħata lil ħaddieħor.", "Għalhekk biex inserraħ ras l-Onor.", "Gonzi se nressaq emenda.", "L-emenda tgħid hekk:", "\"J\" \"Kull fejn fl-atti relattivi ma' din ir-riżoluzzjoni fejn huwa ipprojbit it-trasferiment tal-proprjetajiet sportivi u/oħrajn lil terzi persuni wara l-kliem \"ma jistax iċedi, jissulloka jew\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"bi kwalunkwe titolu ieħor jittrasferixxi il- proprjeta' in kwestjoni lil terzi persuni jew\".", "Qed nagħmlu dan minħabba li kien hemm min ipprova juri li aħna qed nagħmlu xi ħaġa malafide, kemm fejn tidħol il-proprjeta' li se tingħata lill-Partit Laburista f'Ħal Ferħ, kif ukoll dik ta' l-iScouts u proprjetajiet oħrajn.", "Aħna rridu nuru biċ-ċar li l-allegazzjoni li saret, li ħallejna xi tieqa minn fejn jista' jsir xi abbuż, m'hijiex fondata.", "Meta konna qed niddiskutu r-riżoluzzjoni li tagħti l-użu lill-Iskola ta' St. Patrick's, l-Onor.", "Tony Abela staqsa għaliex l-użu qed jingħata biss għal tliet snin u mhux għal perijodu itwal.", "Ir-risposta għal din il- mistoqsija hija sempliċi ħafna.", "Din il-ħaġa ma talabhiex il-Partit Laburista jew il-Gvern ta' Malta imma talbuha s-Sależjani stess.", "GĦalhekk se naqra parti mill-kuntratt li s-Sależjani għandhom mal-Gvern fejn jirrigwarda l-finanzi tagħhom.", "Din tgħid hekk: \"In consideration of the educational and caring services rendered by the Salesians of Don Bosco, in terms of this agreement the Government binds itself to contribute to the Salesians the sum of Lm220,000 per annum.", "This sum will be reviewed after a period of three years unless notice of terminal agreement in terms of paragraph 15 of this agreement has been given by either party.\".", "Jiġifieri hawnhekk għandna li l-Gvern ta' Malta se jagħti lis-Sależjani s- somma ta' Lm220,000 fis-sena għall-bżonnijiet ta' l-iskola ta' St. Patrick's u dan l-arranġament huwa għal tliet snin.", "Għaliex?", "Għaliex wara tliet snin dan jiġi rivedut u jien naħseb li l-iskop huwa li s-somma tikber u mhux tiċkien.", "Allura huma talbu li bħalma l-agreement fejn jidħol il- ħlas li jrid jingħata lis-Salesjani huwa għal tliet snin, il-kera ta' l-użu ta' l-iskola tkun marbuta wkoll għall-istess perijodu.", "Madam Speaker, saret ukoll kritika għall-mod kif qed issir il-bidla fil- klawsola tat-trasferiment relatat mal-Freedom Press u mal-proprjetajiet ta' Pembroke.", "Il-kelliema tan-naħa l-oħra bilkemm ma ridux jgħidu li huma qatt ma għamlu affarijiet bħal dawn, pero' huwa tajjeb li wieħed isemmi kif għamel l-affarijiet il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.", "Biex inkun fair irrid ngħid li meta tkellem l-Onor.", "Gatt semma li l-Partit Nazzjonalista kien ħa tliet biċċiet art sabiex jibni premises.", "Mela ħalli naraw fil-qosor x'inhi l-istorja wara dawn it-tliet biċċiet art li l-Partit Nazzjonalista kien ħa mingħand il-Gvern.", "L-ewwel art li ttieħdet kienet dik ta' Ta' Xbiex.", "Wara li kien ġie ppubblikat avviż fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex biċċa art f'Ta' Xbiex tingħata b'tender mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u wara li nfetħu t- tenders, instab li t-tender tal-Partit Nazzjonalista ma kenitx l-aktar waħda għolja.", "Fil-fatt l-aktar tender għolja kienet intefgħet minn Sinjura Susan Farrugia Sacco u kienet ta' Lm1,031 filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kien offra Lm100.", "B'xi mod jew ieħor, minkejja li kien hemm persuna li kienet tefgħet offerta aktar għolja mill-Partit Nazzjonalista, din il- persuna baqgħet ma ngħatatx l-art u t-tender ma ngħatat lil ħadd bla ma taw l-ebda spjegazzjoni.", "Il-Partit Nazzjonalista aktar tard ħareġ tender fuq biċċa art li kienet se tingħata għal 60 sena u la setgħet tintuża bħala residenza, la għal domestic purposes u lanqas għal commercial purposes.", "Mela allura għalxiex setgħet tintuża?", "Din setgħet tintuża biss jew biex tinbena xi knisja jew inkella minn xi partit politiku, m'hemmx fejn tmur aktar.", "Jiġifieri ħarġu tender tailor-made għalihom u fil-fatt ħaduha.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jirrealizza l-kollega li dak iż-żmien seta' applika wkoll l-Partit Laburista?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, forsi jistgħu jispjegawlna, mhux illum imma darba oħra, kif meta ħaddieħor offra somma akbar ....", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nistenna li meta jikkwota minn file, il-Ministru jikkwota kollox.", "Fil-file għandu jsib li kien hemm ir-right of first refusal, skond policy viġenti li saret fi żmienhom qabel il-1987.", "ONOR.", "CHARLES BUĦAGIAR: Onor. Gatt, ir-right of first refusal mhux fuq dik kienet imma fuq biċċa art oħra.", "(Interruzzjonijiet) Is-Sinjura Farrugia Sacco, li rnexxielha twaddab offerta ogħla minn tal-Partit Nazzjonalista, ma ħadithiex.", "Anzi mhux talli ma ħaditx l-art imma talli b'kumbinazzjoni din il-mara, li nżertat il-mara tal-Maġistrat Farrugia Sacco, liema proxxmu qatt ma sar imħallef fi żmienhom ....", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Buhagiar iżomm mas-suġġett.", "ONOR.", "CHARLES BUĦAGIAR: Kien hemm każ ieħor.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli, jimporta jekk kulħadd ipoġġi bil-qiegħda.", "ONOR.", "CHARLES BUĦAGIAR: Kien hemm każ ieħor, dak ta' l-art tal-Partit Nazzjonalista ġewwa Santa Lucija.", "Anke hawnhekk ħarġet tender imma naturalment issa konna tgħallimna għax it-tender mill-ewwel ħriġniha bħala \"granting on emphyteusis for 50 years not for residential, domestic or commercial purposes\".", "Jiġifieri din id-darba ħadna ħsieb li nagħmlu l- affarijiet b'tali mod u manjiera li ħadd aktar ma jkun jista' jitfa' offerti.", "Fil-fatt hemmhekk li l-Partit Nazzjonalista ngħata r-right of first refusal.", "Ma nafx għalfejn ingħata r-right of first refusal imma fil- fatt ingħata r-right of first refusal.", "Tant hu hekk li f'dan il-każ - u naħseb li hawnhekk ħawwadha l-Onor.", "Gatt, bir-rispett kollu - kien hemm ħaddieħor li tefa' offerta ogħla.", "Kien hemm persuna - u se nsemmi min għaliex mhux qiegħed fil-politika - li waddbet offerta aktar għolja minn dik tal-Partit Nazzjonalista u fil-fatt ħaduha l-Partit Nazzjonalista minħabba li kellhom ir-right of first refusal, allavolja ma nafx minn fejn toħroġ din tar-right of first refusal.", "Imbagħad ġejna għat-tielet biċċa art ġewwa Psaila Street, Santa Venera.", "Issa din mhux biex jinbena xi club fuqha - kemm l-art ta' Santa Lucija u kemm l-art ta' Ta' Xbiex, fiż-żewġ każi l-iskop kien biex jinbena club - għax din kienet biċċa art ta' 1,500 metru kwadru, jiġifieri kien fiha tomna u nofs.", "Anke hawnhekk, din ukoll ħarġet bħala \"granting on emphyteusis for 50 years, not for residential, commercial or domestic purpose.\"", "Issa, għal min ma jafx, din il-biċċa art qiegħda fejn hemm is-St Philip's Hospital, jiġifieri qiegħda fuq main road, u jekk hemm art li għandha valur kummerċjali hija appuntu dik l-art.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Meta jikkwota nitlob li almenu l-Ministru jikkwota preċiż.", "(Għajjat)", "ONOR.", "MEMBRU: Dan mhux point of order.", "(Għajjat)", "MADAM SPEAKER: Kollox mitfi għandkom.", "X'ħin tikkalmaw nipproċedu.", "Ikompli l-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Partit Nazzjonalista kien applika għal din l- art li ħarġet \"not for residential, domestic or commercial purposes\" - sabiħa din, waqt li qed jgħid li l-area m'hijiex għal skop kummerċjali hemmhekk tela' sptar! - u din id-darba ntefgħet offerta waħda, li kienet tal-Partit Nazzjonalista, u naturalment ittieħdet mill-Partit Nazzjonalista u sar il-kuntratt.", "Issa ta' min jara naqra l-kondizzjonijiet li hemm marbuta ma' dan il-kuntratt.", "Fost il-kondizzjonijiet li hemm - hemm diversi kondizzjonijiet imma se nsemmi biss tnejn - insibu li l-Gvern ikollu d-dritt ixolji l-kuntratt : \"b) if the works of construction of the building are not started within one year from the date of deed or are not completed in four years from the same date.\"", "- issa l-Onor.", "Gatt sa dalgħodu stess qal li x-xogħol hemmhekk għadu ma bediex -", "\"c) if the emphyteuta fails to pay the ground rent for two years or if although he may have made part payments in each year, he stills owes by way of ground rent the sum equal in ammont to two yearly payments.\"", "Madam Speaker, dawn għandhom sentejn x'jagħtu.", "Jekk irid, id-Dipartiment ta' l-Artijiet jista' jaqbad u jxolji l-kuntratt.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Aħfruhomlna, kif ħfirtu lil tal-Malta Labour Party!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Gatt biex ma jkomplix jinterrompi.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fil-każ tal-Malta Labour Party ma tidħolx il- kwestjoni tal-maħfra.", "Dik kienet permuta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, jekk il-Ministru qed jikkwota minn xi dokumenti għandu l-obbligu, bir-regolamenti tagħna, li jqiegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Kollha jrid iqiegħdhom, sħaħ.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Dan mhux point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Abbazi ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Sceberras Trigona, nitlob direzzjoni mis-Sedja.", "MADAM SPEAKER: Iċċara ruħek, Onor. Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien għamilt point of order fejn għidt li jekk il- Ministru jikkwota minn xi dokumenti tal-gvern, taħt l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra għandu l-obbligu li jqiegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra, inkella ma jistax jikkwota.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-Onor.", "Membru qed jikkowta r- regolamenti ħażin għax jaf li l-Ministru jrid bilfors juża l-informazzjoni li għandu available.", "Mhuwiex qed jaqra paragrafi u mhux qed jaqra stejjer sħaħ imma qed jieħu biss l-annotamenti mill-files li għandu available.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi m'huwiex mitlub li jpoġġi d-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, bil-qdusija kollha, xorta qegħdin jippruvaw jimmislidjawk!", "MADAM SPEAKER: Kompli Onor. Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli nerġgħu nirrikapitolaw.", "Jien qajjimt point of order fuq il-fatt li l-Onor.", "Buhagiar kien qiegħed jikkwota minn dokumenti.", "Meta qiegħed jikkwota minn dokumenti, din il-Kamra taf li dawk id-dokumenti jridu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Qam l-Onor.", "Sceberras Trigona u qal li dak il-point of order tiegħi m'hu point of order xejn.", "Jien nitlob ruling mis-Sedja jekk il-point of order tiegħi huwiex validu u f'dak il-każ hijiex se tingħata ordni lill-Onor.", "Buhagiar biex ipoġġi d-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Jidher li kulma qiegħed jikkwota l- Ministru Charles Buhagiar huwa diġa' available għall-membri tal-Kamra.", "Allura l-Onor.", "Gonzi m'għandux għalfejn joqgħod jitlob dawn l-affarijiet li fil-fatt mhumiex mistura.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dawn huma dokumenti pubbliċi u jekk iridu jistgħu jarawhom, apparti li żgur li għandhom kopja tagħhom għax dawn huma dokumenti tal-Partit Nazzjonalista.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsisti li jingħata ruling.", "Ladarba l-Ministru kkwota minn dokumenti, dawk id-dokumenti għandu l-obbligu li jqiegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża", "Fl-10.00 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet fl-10.40 p.m.", "MADAM SPEAKER: Se nittratta l-point of order imqajjem mill-Onor.", "Gonzi.", "Diversi drabi ġie ddikjarat mis-Sedja li, f'każ li xi ministru jikkwota minn xi dokumenti, dawk id-dokumenti jridu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra.", "L-Erskine May f'paġni 352 u 353 jgħid ċar u tond li", "\"A Minister of the House may not read or quote from a despatch or other State papers not before the House\"", "Fil-House of Commons għandhom proċedura li d-dokumenti li jkunu rilevanti għad-dibattitu li jkun għaddej ikunu available fil-librerija.", "L-istess Erskine May jgħid li l-proċedura aċċettata hija li ministru jqiegħed dokument li jkun iċċita minnu fuq il-Mejda tal-Kamra, jekk dan jista' jsir mingħajr ħsara għall-interess pubbliku.", "Iżda ministru li fi kliemu jgħid x'tgħid dik l-informazzjoni li tkun qiegħda fid-dokumenti li jkollu f'idejh, mhuwiex obbligat li jqiegħed dawk id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għandu jingħad li artiklu 637(3) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. XII tal-Liġijiet ta' Malta, jispeċifika x'tip ta' dokumenti jistgħu jkunu kklassifikati privileġġati fl-interess pubbliku.", "Skond dan l-istess artiklu, il-Prim Ministru jista' joħroġ ċertifikat fejn fih jerfa' r-responsabbilta' li kxif ta' informazzjoni tista' tkun ta' ħsara għall-interess pubbliku.", "Għaldaqstant kemm-il darba d-dokumenti li jkollu ministru ma jaqgħux taħt il-kategoriji ta' l-artiklu tal-Kodiċi ta' Organizzazjoni u Proċedura Ċivili fuq ċitat - u għandi l-artiklu hawn u jekk tridu li naqrahulkom naqrah ukoll - u ministru jikkwota minnhom, dawn irid iqiegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'għandix diffikulta' jien.", "(Interruzzjonijiet) Ma tajtuniex ċans!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, jien mingħalija li d- dokument li jixtieq jaqra l-Onor.", "Gonzi huwa kuntratt pubbliku tas-6 ta' Frar, 1990.", "Ma nafx għalfejn l-Onor.", "Gonzi kellu jqum fuq point of order biex kuntratt pubbliku jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta dan l-istess dokument huwa available mill-Insinwa u mill-Arkivju Notarili.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzja lill-Onor.", "Sceberras Trigona għall-kumment tiegħu.", "Nixtieq li l-Onor.", "Membri jifhmu li l-Ministru Buhagiar qed jagħmel il-winding up - forsi f'qalbu qed jgħid li telliftu ħin biżżejjed jien! - u għalhekk ippermettulu jkompli.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, kont qed ngħid li l-Partit Nazzjonalista kien daħal f'kuntratt mal-gvern fuq biċċa art ġewwa Santa Venera għal 50 sena, liema art ma setgħetx tintuża la għal skop residenzjali, la għal skop domestiku u lanqas għal skop kummerċjali.", "Parti mill-kondizzjonijiet ta' din l-art, li hija bejn wieħed u ieħor ta' tomna u nofs, kienet li l-kuntratt jista' jiġi xolt.", "Il-kuntratt jista' jiġi xolt jekk ma jitħallasx iċ-ċens għal sentejn wara xulxin jew inkella ma jitħallasx ammont li jammonta għal sentejn ċens.", "Fil-fatt il-Partit Nazzjonalista ilu sentejn sħaħ ma jħallas dan iċ-ċens, u legalment il-Gvern jista' jxolji dan il-kuntratt.", "Konna wasalna s'hemmhekk.", "Jien kont qed nipprova nagħmel il-punt li minkejja l-ħafna diskorsi fuq preskrizzjoni u fuq ħlas ta' ċens , jidher ċar li din li wieħed ma jħallasx iċ-ċens m'hijiex xi ħaġa li tappartjeni biss lill-Partit Laburista għax anke l- Partit Nazzjonalista jiddelitta b'din il-ħaġa.", "Qabel ma ngħaddi biex nitkellem fuq il-parti tal-mozzjoni li tkellem kulħadd fuqha, jiġifieri l-proprjetajiet tal-Partit Laburista ġewwa Pembroke, xtaqt inressaq, jekk tippermettuli, xi emendi oħra żgħar relatati ma' riżoluzzjonijiet oħrajn.", "Kellna waħda mir-riżoluzzjonijiet ta' l- isports li titkellem dwar trasferiment ta' football ground lill-Mosta Football Club.", "Fil-fatt għandi żewġ emendi għal dik ir-riżoluzzjoni.", "Dawn qed isiru minħabba l-fatt li meta oriġinarjament tressqet ir-riżoluzzjoni bi żvista tniżżel ground li ma kienx jappartjeni lill-gvern, cioe' li għamlu xogħol fuqu il-kunsill lokali u allura ħassew li m'għandux jiġi nkluż.", "Għalhekk se naqra l-ewwel emenda:", "\"K\" Emenda għal Dokument \"F\":", "Fl-item numru ħmistax (15) għandhom jiġu kkanċellati l-kliem \"u ground five-a-side\".", "Fil-Mosta hemm żewġ grounds, wieħed five-a-side u wieħed full size.", "Il- five-a-side ground mhux se jingħata lill-Mosta Football Club.", "Għandi wkoll emenda oħra li tgħid hekk :", "\"L\" Emenda għal Dokument \"F\":", "Fl-att relattiv għat-trasferiment ta' faċilitajiet sportivi lill-Mosta FC, fid-deskrizzjoni tal-proprjeta', minflok il-kliem \"il-grounds tal- football\" għandhom jidħlu l-kliem \"il-ground tal-football\" u l-pjanta relattiva tiġi sostitwita bid-Dokument \"Z\" hawn anness.", "Madam Speaker, bil-permess tal-Kamra nixtieq inqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex il-Ministru Buhagiar iqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUĦAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokument \"Z\", anness ma' l-Emenda \"L\", b'riferenza għall-att relattiv għat-trasferiment ta' faċilitajiet sportivi lill-Mosta Football Club, in konnessjoni ma' Dokument \"F\" anness mar-Riżoluzzjoni Nru 82.", "Madam Speaker, jien kont nippretendi li ċerti nies li jagħmlu ċerti interventi jkunu jafu l-affarijiet ftit aħjar u ma jgħidux affarijiet li ma jkunux minnhom.", "Per eżempju, l-Onor.", "Tonio Borg kkwota minn mistoqsijiet parlamentari u qal li jien għidt li l-Labour Party m'għandux ċnus x'iħallas lid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Fil-verita' din ma toħroġ min imkien.", "Ma nafx jekk huwiex hawn l-Onor.", "Tonio Borg pero' jekk inhu hawn nitolbu jgħidli għal liema mistoqsija parlamentari kien qed jirriferi.", "Jien rajt il-mistoqsijiet parlamentari kollha relatati mal-proprjetajiet f'St Andrew's, kif ukoll għal Freedom Press, u ma jirriżultali bl-ebda mod li jien qatt għidt dan id-diskors.", "Pero' ħalli niġi biex nitkellem fuq dik il-riżoluzzjoni li l-iktar qajmet dibattitu f'dan il-Parlament, cioe' fejn jidħol it-tpartit tal-Freedom Press ma' proprjetajiet ġewwa Pembroke.", "Tajjeb li wieħed jispjega eżattament x'ġara fuq din il-ħaġa għalkemm ħafna mill-affarijiet huma magħrufa.", "Il-Malta Shipbuilding kellhom bżonn il-Freedom Press, proprjeta' tal- Partit Laburista.", "Din kienet proprjeta' kbira ta' 'l fuq minn 8,800 metru kwadru, jiġifieri madwar tmint itmien u kien ġie deċiż li sabiex il-Partit Laburista jċedi din il-proprjeta' lill-Malta Shipbuiding, kellu jingħata bi tpartit proprjetajiet oħrajn.", "Issa parti mill-kritika li saret kienet li l-Partit Laburista ngħata proprjetajiet ġewwa Pembroke u fl-istess ħin ingħata proprjeta' oħra ġewwa l-Isla biex jużaha bħala kwartieri.", "M'hu veru xejn li l-proprjetajiet ġewwa Pembroke ingħataw biex jintużaw bħala kwartieri ġenerali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-seduta hija sospiża.", "Fl-10.47 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru jista' jkompli bil-winding up.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, kont qed nispjega li l-kritika li saret minn xi kollegi tan-naħa l-oħra li l-Partit Laburista ngħata proprjetajiet ġewwa St Andrew's bħala kwartieri tiegħu ma tagħmilx sens u nispjega għaliex id-Dipartiment ta' l-Artijiet kien ħareġ il-Maċina b'tender fis-17 ta' April, 1979.", "Dan ma kienx tender bħalma ħarġu tal- Partit Nazzjonalista, fejn kien hemm miktub ċar li se joħroġ tender biex isir użu politiku.", "Il-call for tenders tal-Maċina ħarġet fis-17 ta' April, 1979.", "Fil-fatt il-kuntratt fuq il-Maċina sar qabel ma saru l-kuntratti fuq il-Freedom Press.", "Jiġifieri dan li qed jingħad li l-proprjeta' f'St Andrew's ingħatat sabiex fiha jkun hemm il-kwartieri tal-Partit Laburista ma jagħmilx sens għaliex il-Maċina ġiet qabel il-kuntratti l-oħrajn.", "Intqal ukoll li meta sar il-bdil mal-Freedom Press kien hemm nuqqas ta' ħlas min-naħa tal-Partit Laburista għaċ-ċnus li kienu outstanding.", "Hawnhekk irrid nispjega li meta wieħed jitkellem fuq il-Freedom Press, ikun qiegħed jitkellem fuq proprjeta' li kienet proprjeta' assoluta tal-Partit Laburista u ma kenitx proprjeta' li l-Partit Laburista ħa mingħand il-gvern.", "Il- Partit Laburista kien xtara dik il-proprjeta' mingħand il-kumpannija Esso.", "Mela l-argument li qed issir spekulazzjoni minn art tal-gvern ma jreġix għax huwa bbażat fuq premessa ħażina.", "Mhux minnu li l-Partit Laburista qed jispekula fuq xi proprjeta' tal-gvern.", "Meta jkun hemm bżonn ta' proprjeta' għal użu pubbliku, il-gvern jista' jesproprija dik il-proprjeta' - f'dan il-kas hija l-Freedom Press, li hija ta' madwar tmint itmien - u jpartatha ma' biċċa art oħra.", "Din hija xi ħaġa li għada ssir sal-lum.", "Meta jkun hemm persuna li l-gvern jesproprijalha l-proprjeta' tagħha għal skop pubbliku mhux l-ewwel darba li d-Dipartiment ta' l-Artijiet jagħmel bdil", "ma' din il-persuna fuq proprjeta' li jkun hemm qbil fuqha.", "Dan faċilment seta' sar hekk anke fil-każ tal-Freedom Press.", "Issa għal xi raġuni oħra li jien ma nafx x'inhi - aħjar kieku sar it-tpartit kif suppost għax kieku m'għandniex din ir-riżoluzzjoni quddiemna llum - dawn iddeċidew li jagħmlu tliet kuntratti.", "Kien hemm kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Shipbuilding ingħatat dawk it-tliet proprjetajiet ġewwa Pembroke sabiex hi tkun tista' tpartathom effettivament mal-Partit Laburista; kien hemm il-kuntratt bejn il-Partit Laburista u l-Malta Shipbuilding ħalli jingħata dawn il- proprjetajiet; u l-kuntratt bejn il-Partit Laburista u l-Malta Shipbuilding ħalli l-Freedom Press tingħata lill-Malta Shipbuilding.", "Mela kien hemm tliet kuntratti li r-riżultat finali tagħhom kien ifisser li qed jingħataw proprjetajiet bi tpartit ma' xulxin.", "Meta ssir kritika mill-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra, waħda mill- affarijiet li donnhom jinsew hija l-premessa li bdejna minnha.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-Freedom Press li dejjem kienet proprjeta' assoluta tal- Partit Laburista u din bl-ebda mod m'hi proprjeta' li l-Partit Laburista ddobba jew ħa b'ċens mingħand il-gvern u allura tispiċċa l-bażi fuqhiex għamlu l-argumenti tagħhom kollha.", "Effettivament fil-kuntratt li sar meta sar it-tpartit tal-proprjetajiet ma kienx hemm kondizzjoni li tgħid li jekk ikun se jsir xi tibdil fit-trasferiment jew inkella fil-kondizzjonijiet tat- trasferiment kien meħtieġ il-permess tal-Kummissarju ta' l-Artijiet.", "Ara meta art pubblika tingħata b'riżoluzzjoni tal-Kamra jew b'xi mod ieħor lil terzi, dejjem ikun hemm il-provision li jekk se jkun hemm xi tibdil fil- kondizzjonijiet tal-kuntratt jew fit-trasferiment, trid tmur quddiem il- Kummissarju ta' l-Artijiet sabiex japprovalek dak it-tibdil li trid tagħmel, imma f'dan il-każ ma sarx hekk għar-raġuni li dan kien tpartit.", "Ma tistax timponi fuq xi ħadd li jkollu proprjeta' privata biex imur quddiem il-Kummissarju ta' l-Artijiet.", "F'dan il-każ hekk ġara wkoll.", "Jiġifieri din il-ħafna kritika li qed issir fejn qed jingħad li l-Partit Laburista huwa direttament involut fi skandlu - lanqas naf x'ma qalulniex li qed nipprovaw nagħmlu - ma treġix.", "Ma treġix għall-fatt li l-punto di partenza, jiġifieri l-proprjeta' oriġinali li kellu l-Partit Laburista ġewwa l-Marsa - qed nirriferi għall-Freedom Press - li hija mibnija fuq tmint itmien art, kienet tiegħu.", "Ejja nassumu għall-argument li din il-proprjeta' tal-Partit Laburista, mibnija fuq dik il-medda ta' art kollha, kellha tinbigħ kif inhi.", "Jiena ngħid li din l-art illum iġġib bejn Lm1.5 miljun u Lm2.5 miljun.", "Ftit tal- jiem ilu - qabel ma bdejna dan id-dibattitu - staqsejt biex nara kemm qed iġibu flus il-proprjetajiet fl-inħawi tad-ditta Roger Camilleri, fil- Marsa, u sibt li kull tomna art f'dawk l-inħawi qed iġġib bejn il-Lm150,000 u l-Lm250,000.", "Mela l-proprjeta' li kellu l-Partit Laburista, jiġifieri l- Freedom Press, li qiegħda f'post ħafna aktar ċentrali għax qiegħda f'kantuniera, ġġib dak l-ammont ta' flus.", "Meta niġu hawnhekk u ngħidu li qed issir spekulazzjoni ta' l-art u li qed nagħtu ċans lill-Partit Laburista jbigħ il-proprjeta' tal-gvern, qed ninsew li l-Partit Laburista m'hu qed ibigħ xejn proprjeta' tal-gvern imma qed ibigħ proprjeta' li ħadha mingħand il-gvern bi tpartit u li oriġinarjament kellha valur kbir.", "Qalulna wkoll li ma kienx jitħallas iċ-ċens mill-Partit Laburista.", "L- ewwelnett jekk wieħed jara l-affarijiet isib li lanqas il-Land Department qatt ma rrikonoxxa li l-Malta Labour Party għandu jkun hu li jħallas iċ- ċens tal-proprjeta' ta' Pembroke.", "Tant hu hekk li mir-records tad- dipartment jirriżulta li sa l-1995 il-Land Department dejjem irrikonoxxa li l-Malta Shipbuilding għandha tħallas dak iċ-ċens ta' Pembroke u mhux il- Malta Labour Party.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad kien appuntu fl-1996 li l-Land Department biddlu t-tenant ta' Pembroke.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kuntratt ta' tpartit li sar fl-1979.", "Matul dan iż-żmien kollu l-Land Department dejjem irrikonoxxa lill-Malta Shipbuilding bħala t-tenant ta' dawn il-proprjetajiet f'Pembroke u mbagħad għal xi raġuni jew oħra fl-1966 - wieħed jista' jiċċekkja mir-records għall-affari tiegħu - il-Lands iddeċidew li dan iċ-ċens m'għandux jgħajjat aktar lill-Malta Shipbuilding imma għandu jibda jgħajjat lill-Partit Laburista.", "Jiena ma nistax nifhem l-argument li qed jingħad li ċ-ċens kien dovut mill-Partit Laburista.", "Effettivament dan kien a back to back arrangement.", "Il-Partit Laburista kien ta proprjeta' bi tpartit u kien hemm Lm20,000 ċens both ways u dan l-argument juri li m'huwiex minnu li kien hemm xi ċens outstanding.", "Tant hu hekk li anke fil-parti tar-riżoluzzjoni li qed inressqu ...", "Irrid ngħid ukoll li ladarba l-kuntratt ma jispeċifikax li tibdil fil-kondizzjonijiet tal-kuntratti jridu jersqu quddiem dan il- Parlament, aħna stajna faċilment ma ġibnihomx hawn dawn l-affarijiet u konna nkunu regolari imma, għax aħna nemmnu li l-affarijiet għandhom isiru bis-serjeta' u b'mod trasparenti, ġibnihom biex niddiskutu l-kondizzjoni li trid issir.", "Imbagħad jiġu jgħidulna li aħna se nbiddlu din il- kondizzjoni għax irridu inbiegħu lil xi ħadd!", "Qalulna wkoll li rridu ngħidulhom dan ix-xi ħadd min hu, x'kuntratt se nagħmlulu u b'kemm se nbiegħulu.", "Jekk ikollok proprjeta' tiegħek privata - wara kollox il-Freedom Press oriġinarjament kienet propjreta' privata - ħadd m'hu se jiġi jistaqsik lil min se tbiegħha u kemm se tbiegħha.", "Dan huwa l-argument kollu.", "Irridu naraw minn fejn tlaqna.", "Aħna tlaqna minn proprjeta' personali tal-Malta Labour Party u mhux tal-gvern.", "Ma nistgħux inqablu l-każ tal-McDonald's u tal-car park mal-Freedom Press għax dawn huma affarijiet totalment differenti.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq proprjeta' li ngħatat b'xi riżoluzzjoni tal-Kamra jew b'xi tender tal-gvern lil xi ħadd u issa dan ix-xi ħadd qed jispekulaha.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq proprjeta' privata li ġiet għand il-partit għax sar tpartit mal-Freedom Press u allura m'għandniex nippretendu li l-istess kondizzjonijiet għandhom japplikaw għaż-żewġ każijiet.", "Ma naħsibx li jekk nippretendu hekk qed nippretendu tajjeb.", "Jiġifieri l-argumenti kollha li saru min-naħa l-oħra u l-akkużi li għamlu kontra tagħna - ma nafx x'ma qalux, fosthom li aħna se nsiru miljunarji - ma jreġux bħalma ma jreġix l- argument li ntuża fuq il-Maċina.", "Jiena nfakkar li l-Partit Laburista kien ħa l-Maċina b'kera mingħand il- gvern, liema kera kien jagħlaq fl-2013.", "Meta fl-1996 il-Partit Laburista rritorna lura l-Maċina lill-Gvern Nazzjonalista ma talab xejn kumpens tagħha, kemm qbadna ċ-ċwievet u tajnihomlhom lura.", "Qatt ma tlabna xejn.", "Jiġifieri ma jagħmilx sens li niġu akkużati li qed naprofittaw ruħna minn xi ħaġa.", "Issa żgur li 17-il sena kera fuq il-Maċina għandu valur!", "Kieku ridna - kellna d-dritt nagħmlu hekk anke bil-kuntratt li kellna - stajna tlabna xi ħaġa fuq dawk is-17-il sena kera li kien fadal imma aħna ma nnegozjajnihomx u allura ma nafx għalfejn qed joqogħdu jgħidu li l-Malta Labour Party qed jinnegozja biex jagħmel il-profitti.", "Ngħaddi issa għall- kwestjoni l-oħra taċ-ċens.", "Qalu li l-Gvern interrompa l-preskrizzjoni fuq iċ-ċens b'ittra uffiċċjali.", "Ngħidilhom li anke l-Partit Laburista interrompa l- preskrizzjoni għax anke hu bagħat ittra uffiċċjali fl-1993, jiġifieri f'dak is-sens it-tnejn huma koperti.", "Dawn il-ħafna akkużi li saru kontra l- Partit Laburista ma jagħmlux sens għall-fatt li ma kenux ibbażati fuq ir- realta' għax ir-realta' ma kenitx kif ġiet impinġija hawn ġew.", "Huma ppruvaw ipinġu lill-Partit Laburista qisu xi spekulatur kbir tal- proprjetajiet li ddobba mingħand il-gvern.", "Qed jgħidu li l-Partit Laburista mhux talli se jispekulahom u jdaħħal il-flus imma lanqas se jħallas iċ-ċens fuqhom.", "Lanqas din ma tagħmel sens.", "Fir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna hawnhekk, fejn qed jgħidu li l-Gvern se jċedi li jiġbor iċ-ċens, lanqas din m'hi verita' għax f'dik il-parti tal-kondizzjoni hemm miktub ċar li l-Gvern m'hu se jċedi xejn mir-rights tiegħu.", "Li se jagħmel verament hu li se jissulloka d-dritt li għandu li jittermina l-kuntratt minħabba li ma tħallasx iċ-ċens, imma ċ-ċens se jiġbru għax jew se jiġbru mingħand min se jieħu l-proprjeta' jew inkella l-Partit Laburista se jidħol garanti li jekk ma jiġbrux b'dan il-mod iħallsu hu ċ-ċens li hemm outstanding.", "Jiġifieri anke din mhijiex minnha.", "Ma xtaqtx intawwal ħafna fuq din ir-riżoluzzjoni u jidhirli li għidna biżżejjed fuqha.", "Nagħlaq billi ngħid li hawnhekk kellna l-opportunita' li nitkellmu bis- serjeta' fuq il-mod kif qed isiru l-affarijiet.", "Waħda mill-affarijiet li ħadd ma semma minn tan-naħa l-oħra hi, per eżermpju, il-fatt li għall-ewwel darba f'dawn it-tip ta' kuntratti li qed nagħmlu ma' kulħadd, hemm kondizzjoni li tgħid li jekk inti trid tbiddel xi ħaġa mill-kondizzjonijiet tal-kuntratt tiegħek trid tiġi quddiem din il-Kamra tar-Rappreżentanti biex tibdilha.", "Din qatt ma kienet issir.", "Ara kemm saru riżoluzzjonijiet fil- Kamra, kull klawsola li kienet titpoġġa kienet li jekk trid tbiddel xi ħaġa minn dak il-kuntratt trid tmur quddiem il-Kummissarju ta' l-Artijiet.", "Aħna dik bdilniha u għamilniha li jekk trid tbiddel xi ħaġa minn dak il-kuntratt trid terġa' ġġibu hawnhekk fuq il-Mejda tal-Kamra, narawh u niddiskutuh, kif fil-fatt għamilna aħna fuq il-parti li tinvolvi l-proprjeta' tal-Malta Labour Party ġewwa Pembroke.", "Din ħadd ma qal xejn fuqha.", "Ħadd ma qal li dan huwa pass 'il quddiem u li din tapplika għal kulħadd, inkluż il- proprjeta' li l-Malta Labour Party qiegħed jingħata ġewwa GĦajn Tuffieħa.", "Anke lill-istess Malta Labour Party għamilnihielu din il-kondizzjoni!", "Jekk taraw il-parti tar-riżoluzzjoni relatata ma' GĦajn Tuffieħa u l- Partit Laburista taraw li din qiegħda hemm ukoll, jiġiferi din mhijiex xi ħaġa li imponejna fuq ħaddieħor u m'għamilnihiex għalina nfusna.", "Din għamilniha għal kulħadd.", "Lanqas huwa sewwa li ċerti affarijiet li jidhirli li qed nagħmlu avvanz fihom sabiex l-affarijiet isiru b'mod aktar accountable u b'mod aktar trasparenti lanqas biss nitkellmu fuqhom f'dan il- Parlament.", "Ħadd ma qalha din.", "Jiena nħoss li dan m'huwiex sewwa.", "Dan għamilnih għax mill-bidu konna għidna li hemm bżonn li l-affarijiet isiru bis-serjeta', b'mod trasparenti, u rridu naraw x'qiegħed jingħad, x'konna ngħidu qabel l-elezzjoni, x'għidna fil-programm elettorali, x'qal l- Ombudsman, b'mod partikolari fuq il-każ tal-Malta Hilton u ridna nagħmlu l- emendi neċessarji biex aħna ma nkunux akkużati li m'għamilniex eżattament bħal dak li konna ngħidu qabel l-elezzjoni.", "Fil-fatt ma' l-ewwel ċans li kellna f'dawn ir-riżoluzzjonijiet mill-ewwel applikajniha din.", "Aħna aħniex se nagħmlu bħalma kien isir qabel.", "Il-Prim Ministru tkellem tajjeb ħafna fuq il-mod kif kienu qed jingħataw ċerti artijiet u l-mod kif kienu jibdlu l-idejn b'biċċa firma tal-Kummissarju ta' l-Artijiet - wieħed jista' jimmaġina kif kienet tinġieb din il-firma - u aħna m'aħniex lesti li nagħmlu hekk.", "Jekk irridu li dawn l-affarijiet isiru bis-serjeta', jekk din il-Kamra qed tagħti proprjeta' pubblika sabiex tintuża minn xi enti privata jew għaqda volontarja - hi min hi - u jekk se nbiddlu xi ħaġa, din il-Kamra għandha tkun informata, issir diskussjoni u tiddeċiedi l-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Jien nagħlaq hawn.", "Hawnhekk kellna ċans li nitkellmu fuq ħafna riżoluzzjonijiet li kienu importanti.", "Jidhirli li għamilna pass 'il quddiem fejn urejna biċ-ċar l- impenn tagħna favur l-għaqdiet sportivi u l-għaqdiet volontarji u bħalma qal il-Prim Ministru irridu nagħmlu ħafna policies ġodda oħrajn - hemm ħafna għaqdiet volontarji li nixtiequ nagħtuhom premises - u qed naraw kif nistgħu nagħmlu riżoluzzjonijiet li jkunu konformi ma' dan.", "Dan huwa l- bidu - jiena ċert li din mhijiex se tkun l-ewwel u l-aħħar riżoluzzjoni li se nġibu quddiem dan il-Parlament - pero' li nista' ngħid żgur huwa li kwalunkwe riżoluzzjoni li nġibu quddiem dan il-Parlament dejjem se tkun ibbażata fuq prinċipju wieħed, fuq il-prinċipju tat-trasparenza, ta' l- accountability u tas-serjeta'.", "Grazzi Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Qabel xejn min jissekonda l-erba' emendi li għadu kemm ressaq il-Ministru Buhagiar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Se nressaq l-ewwel għall-vot l-emenda \"J\", kif imressqa u moqrija mill-Ministru fis-seduta tal-lum.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda \"A\", kif imressqa u moqrija mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fis-Seduta Nru. 127 tal-21 ta' Ottubru, 1997, in konnessjoni mar- riżoluzzjoni li hemm f'Dokument \"A\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din tittieħed fis-seduta li jmiss.", "Issa se npoġġi għall-vot l-emenda \"I\", kif imressqa u moqrija mill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni aktar kmieni fis-seduta tal-lum, in konnessjoni ma' l-ewwel żewġ proposti li hemm fir-riżoluzzjoni f'Dokument \"A\", jiġifieri l-każ ta' Ħal Ferħ Co. Ltd u dik ta' l- Assoċjazzjoni ta' l-iScouts.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"G\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Lawrence Gonzi fis-seduta tal-lum, in konnessjoni mar- riżoluzzjoni li hemm f'Dokument \"A\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din tittieħed fis-seduta li jmiss.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq l-ewwel proposta fl-emenda \"H\", imressqa u moqrija mill-Onor.", "Lawrence Gonzi aktar kmieni fis-seduta tal- lum, in konnessjoni ma' Dokument \"A\", jiġifieri dik dwar Ħal Ferħ Co. Ltd.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din tittieħed fis-seduta li jmiss.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq it-tieni proposta li hemm fl-emenda \"H,\" imressqa u moqrija mill-Onor.", "Lawrence Gonzi fis-seduta ta' llum, in konnessjoni ma' Dokument \"A\" b'riferenza għall-Assoċjazzjoni ta' l-iScouts.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din tittieħed fis-seduta li jmiss.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni li hemm f'Dokument \"B\", b'riferenza għas-Soċjeta' tad-Duttrina Nisranija jew kif nafuha aħjar għas- Soċjeta' tal-M.U.S.E.U.M. Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"B\", b'riferenza għas-Soċjeta' tad-Duttrina Nisranija, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"C\", b'riferenza għall-Iskola ta' St. Patrick's f'Tas-Sliema.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-riżoluzzjoni f''Dokument \"C\", b'riferenza għall-Iskola ta' St. Patrick's f'Tas-Sliema, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda \"D,\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech fis-Seduta Nru. 128 tal- 21 ta' Ottubru, 1997, in konnessjoni ma' Dokument \"D\", b'riferenza għall- Malta Labour Party.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din tittieħed fis-seduta li jmiss.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda \"E,\" kif imressqa u moqrija mill- Kap ta' l-Oppożizzjoni fis-Seduta Nru. 129 tad-29 ta' Ottubru, 1997, in konnessjoni ma' Dokument \"D\", b'riferenza għall-art f'St. Andrews lill- Malta Labour Party.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din tittieħed fis-seduta li jmiss.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda \"F\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Austin Gatt fis-seduta tal-lum, in konnessjoni ma' Dokument \"D\", b'riferenza għall-art f'St. Andrews lill-Malta Labour Party.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din tittieħed fis-seduta li jmiss.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"E\", b'riferenza għall-art fil-limiti ta' Birkirkara u St. Andrews lis-St.", "Michael's Foundation.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"E\", b'riferenza għas-St Michael's Foundation, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Marsascala Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Marsascala Sports Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Marsaxlokk Aquatic Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Marsaxlokk Aquatic Sports Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi r-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għan-Neptunes Waterpolo and Swimming Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għan-Neptunes Waterpolo and Swimming Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-San Ġiljan Aquatic Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\" b'riferenza għas-San Giljan Aquatic Sports Club, għaddiet nem.con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Barracudas Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Barracudas Sports Club, għaddiet nem.con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-Sirens Aquatic Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\" b'riferenza għas-Sirens Aquatic Sports Club, għaddiet nem.con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-Sliema Aquatic Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-Sliema Aquatic Sports Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Exiles Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Exiles Sports Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għal Ta' Xbiex Aquatic Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għal Ta' Xbiex Aquatic Sports Club, għaddiet nem.con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Malta Football Association.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Malta Football Association, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fis-seduta 127 ta' 21 ta' Ottubru, 1997, għar-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", in konnessjoni mal-Malta Karate Federation u l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye.)", "Dawk Kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem.con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", kif emendata, b'riferenza għall-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", kif emendata, b'riferenza għall- Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għad-Dingli Swallows Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għad-Dingli Swallows Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Marsaxlokk Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Marsaxlokk Football Club, għaddiet nem.con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Mellieħa Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Mellieħa Sports Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda \"K\" - għar- riżoluzzjoni f'Dokument \"F\" - li ftit tal-ħin ilu ressaq il-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, in konnessjoni mal-Mosta Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda \"L\" - għar- riżoluzzjoni f'Dokument \"F\" - li wkoll għadu kemm ressaq il-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, in konnessjoni mal-Mosta Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", kif emendata, dejjem b'riferenza għall-Mosta Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", kif emendata, b'riferenza għall-Mosta Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Pieta Hotspurs Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Pieta Hotspurs Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għal-Luxol Sports Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għal-Luxol Sports Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-Santa Lucija Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-Santa Lucija Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-Sirens Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-Sirens Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-Siġġiewi Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-Siggiewi Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għat-Tarxien Rainbows Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għat-Tarxien Rainbows Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Vittoriosa Stars Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Vittoriosa Stars Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-St Patrick's Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għas-St Patrick's Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għaż-Żurrieq Football Club.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għaż-Zurrieq Football Club, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Gozo Football Association.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-riżoluzzjoni f'Dokument \"F\", b'riferenza għall-Gozo Football Association, għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda \"C\", imressqa u moqrija mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fis-seduta Nru. 128 tal-21 ta' Ottubru, 1997.", "Din l-emenda tinkorpora r-riżoluzzjoni li hemm f'Dokument \"G\", b'riferenza għall-premises tal-General Workers' Union f'South Street, il-Belt.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\", li tinkorpora r-riżoluzzjoni f'Dokument \"G\", b'riferenza għall-General Workers' Union, għaddiet nem. con.", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TA' KUMMISSJONI DWAR L-INDUSTRJA TAL-BINI F'MALTA", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett huwa in possession.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, fiż-żewġ okkażjonijiet qosra li f'dawn l-aħħar ġranet kont in possession of the House, tkellimt fuq l- importanza ta' l-industrija tal-bini.", "Anke l-Ministru stess din il-ġimgħa, meta ta t-terms of reference lill-korpi privati għal dan il-bord konsultattiv, qal li l-industrija tal-bini tħaddem 6,000 ruħ b'mod dirett u xi 15,000 b'mod indirett u qal ukoll li kien wasal iż-żmien li din l- industrija neħduha b'aktar serjeta'.", "U biex nipprova nifhem aħjar x'seta' kellu f'rasu l-Ministru, tajt ħarsa sewwa lejn l-oġġettivi kif inhuma stipulati f'artiklu 3 ta' dan id-dokument li għandna quddiemna.", "Ngħid għalija minn hawn irridu nitilqu għax jekk se nwaqqfu xi organu ġdid, irridu naraw li l-għanijiet ikunu ċari u rridu naraw ukoll jekk dawn l- għanijiet humiex se jaħdmu, jekk hemmx duplikazzjoni ta' xogħol u jekk hemmx min diġa' qiegħed jagħmel uħud minn dawn il-funzjonijiet li qed jingħataw lil dan il-bord konsultattiv.", "Għax jekk hemm min diġa' qiegħed jagħmel dawn il-funzjonijiet u qed jagħmilhom tajjeb, allura għalfejn se nidħlulu fl-għalqa?", "Jiġifieri rridu neżaminaw dawn l-affarijiet u dawn l- objectives bir-reqqa.", "F'artiklu 3 jgħidlek li l-oġġettiv huwa li dan il-bord jipprovdi forum fejn ikunu diskussi l-issues relatati ma' l-industrija tal-bini.", "Din hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha.", "Sfortunatament bħalissa m'hawnx forum per se fejn tiġi diskussa din l-industrija hekk importanti.", "Ħafna drabi l-issues tiddiskutihom il-Kamra tal-Periti imma forsi din għandha interess li mhuwiex wiesa' biżżejjed.", "Xi kultant tiddiskutihom il-Planning Authority pero' din tħares mil-lat ta' ippjanar jew ta' kontroll biss.", "Kultant ikollok xi għaqda ta' estate agents ukoll u m'hemmx xi ħadd li jħares b'mod komplessiv lejn l-issues kollha li jolqtu din l-industrija tal-bini.", "Dan il-bord konsultattiv għandu wkoll l-oġġettiv li jagħti pariri lill- gvern biex jagħmel monitoring u fejn hemm bżonn upgrading ta' l-industrija tal-bini.", "Dan huwa oġġettiv tajjeb għax il-gvern huwa wieħed mid- developers il-kbar u l-privat iħares lejn il-gvern għal ċerta regolamentazzjoni, għal kif isiru ċerti kuntratti u kif isiru ċerti specifications.", "Jekk, per eżempju, jiena rrid nagħmel biċċa xogħol privata fi triq, x'aktarx se nħares lejn l-ispecifications li joħroġ ir-Roads Department, għax huwa l-aqwa awtorita' f'Malta f'dan ir-rigward.", "Madam Speaker, oġġettiv ieħor narawh f'subartiklu (2) ta' artiklu 3, fejn wieħed mill-għanijiet huwa li l-kumitat konsultattiv jagħmel building regulations li jinkludu standards of measurements, standards tal-kuntratti ta' xogħlijiet, standard work detailing, reġistrazzjoni u klassifikazzjoni ta' kuntratturi u quality assurance.", "Jien naħseb li f'dan l-oġġettiv hawn ftit tat-taħwid.", "Qegħdin inħalltu ħafna affarijiet flimkien.", "Building regulations huma regolamenti li jirregolawlek jekk għandekx tagħmel fire escape jew jekk għandekx tagħmel xi tip ta' ventilazzjoni.", "Dan m'għandux x'jaqsam ma' \"standards of measurements\".", "Jiġifieri jekk għandna nniżluhom bħala għanijiet, għandna nniżluhom għalihom weħidhom.", "Imbagħad ta' min isemmi xi tfisser \"standard work detailing\".", "Jiġifieri se nibdew noħorġu ċerti kotba li jgħidulna kif nagħmlu ċerti dettalji, bħalma huwa l-qatran?", "Din hija xi ħaġa li wieħed jitgħallem fl-Universita'.", "Hawn biżżejjed kotba u riċerka speċjalizzata u ma naħsibx li we should try re-inventing the wheel.", "Dawn l-istandard work detailing jeżistu f'ħafna affarijiet, issibhom ukoll fil-prattika u ma naħsibx li hija issue li għandu jidħol fiha dan il-bord konsultattiv.", "Hemm affarijiet oħra f'dan l-artiklu.", "Per eżempju, jgħidlek li huwa importanti li tibda ssir klassifikazzjoni ta' kuntratturi.", "Din hija importanti, Madam Speaker.", "Hija xi ħaġa li ilha tintalab minn numru ta' kuntratturi stabiliti, għax ħafna drabi dawn iħossu li jkollhom unfair competition.", "Għalhekk huwa tajjeb li tibda ssir dan il-klassifikazzjoni pero' huwa importanti li din issir minn min m'għandux interess li jiffavorixxi xi kuntrattur jew ieħor.", "Naħseb li din il-biċċa xogħol trid issir b'ċerta delikatezza u b'ċerta esperjenza għax hija xi ħaġa li għandha ċerti implikazzjonijiet.", "Xi ħaġa oħra li suppost il-bord konsultattiv jara hija l-quality assurance standards.", "Issa din hija xi ħaġa li ma nifhimhiex.", "X'inhija l- quality assurance standards?", "Ridna ngħidu quality standards, quality control jew quality assurance?", "Dawn kollha jfissru affarijiet differenti u jien nixtieq inkun naf x'inhuwa l-ħsieb.", "Huwa l-ħsieb li dan ikollu marbut miegħu laboratorju?", "Jew li jistabilixxi t-testijiet li jkun hemm bżonn f'tipi ta' żviluppi differenti?", "Jekk inti qed tagħmel biċċa xogħol fit- triq, dawn se jaraw x'compaction test jew x'core test għandek bżonn?", "Jew se jibda jreġihom il-BICC?", "Huwa tajjeb li nibdew nindirizzaw anke din l- issue.", "Għan ieħor ta' dan il-bord konsultattiv huwa l-health and safety standards - din hija xi ħaġa differenti mill-building regulations - dwar x'għandu jipprovdi bniedem biex il-lant tax-xogħol ma jkunx ta' periklu għal min ikun qed jaħdem fih.", "Din fil-fehma tiegħi hija duplikazzjoni għax diġa' teżisti kummissjoni li tieħu ħsieb dan il-qasam.", "Teżisti l- Kummissjoni għas-Sigurta' għas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol li taqa' taħt il-ministeru tas-sigurta' soċjali.", "Fil-fatt dan ftit ilu, Madam Speaker, ħareġ kodiċi ta' prattika li jirregola affarijiet bħal x'tip ta' slielem għandhom jintużaw u x'testijiet għandhom isiru fuq il-cranes.", "Għalfejn qed noħolqu din id-duplikazzjoni?", "U jien nistaqsi mistoqsija oħra.", "F'każ ta' qorti, liema se tkun l-ogħla awtorita' fil-pajjiż li tiddeċiedi min għandu dritt jitkellem fuq health and safety standards?", "Għan ieħor, li nsibu f'subartiklu (2) ta' artiklu 3, huwa fuq il- formulation and improvement of education and training programmes.", "Dan ifisser li l-BICC se tibda tagħmel jew tissuġġerixxi training programmes?", "Jekk qed nitkellmu biss fuq li nistabilixxu li, per eżempju, l-kaħħala jridu jagħmlu ċerti courses biex ikollhom liċenzja, sa hemmhekk nifhimha imma jien ma naqbilx li nibdew indaħħlu courses li għandhom isegwu l- periti, jew kif issemma' mill-Ministru meta kien qed jintroduċi l-liġi tiegħu fuq il-landscape architects.", "GĦalfejn għandna noqogħdu nidħlu daqshekk?", "M'hemmx diġa' l-Universita' li qed tarahom dawn l-affarijiet?", "Għalfejn għandna nagħtu skop daqstant wiesa' lil din il-BICC meta għadha tibda u meta għandna bżonn nieħdu ħsieb issues ħafna iktar importanti?", "Għaliex qegħdin niftħu daqstant flok ma niffokaw?", "Filli qed ngħidu li għandna bżonn forum ta' diskussjoni u f'daqqa waħda qed niftħu l-għanijiet tant beraħ u flok niffokaw fejn hemm bżonn, qed inwessgħu ħafna.", "Qisu li rridu nagħmlu struttura kbira mmens.", "Imbagħad Madam Speaker, insibu wkoll għan ieħor, li huwa the monitoring of the property market and the relationship within the building industry and the property market.", "Lili personali din tqajjimli ftit mistoqsijet.", "Għalfejn għandna nidħlu fil-property market, meta nafu li hemm ukoll oqsma oħra li diġa' qegħdin jagħmlu din il-ħaġa.", "Jekk wieħed iħares lejn il- monitoring report tal-pjan ta' struttura, jinduna li dan qed jagħmel monitoring tajjeb ħafna tal-property market.", "Biex tagħmel monitoring ta' property market trid ċertu investiment.", "Trid tibda toħloq id-databases, trid investiment bil-computers, investiment f'surveys u investiment f'nies.", "U hawn jien nistaqsi: Għalfejn għandna nidħlu fil-monitoring tal- proprery market meta hemm l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għandha din il- funzjoni?", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tara kif sejrin il-housing trends biex imbagħad toħloq il-policies tagħha.", "Jekk qed nitkellmu biss fuq kif se ntejbu l-industrija tal-bini, il-property market forsi m'huwiex daqshekk relatat b'mod dirett.", "Jekk xi ħadd qiegħed jagħmilha b'mod tajjeb, ejja nħalluhilu u nibqgħu niffokkaw fuq x'veru għandu bżonn dan il-pajjiż.", "Imbagħad hemm artiklu 4 dwar il-funzjonijiet.", "Hawnhekk naraw kif dawn l- oġġettivi se jkunu tradotti f'funzjonijiet.", "Jekk nibdew narawhom wieħed wieħed, naraw kemm dawn l-għanijiet jistgħu fil-fatt jintlaħqu.", "L-ewwel funzjoni li tissema' hija \"to assist the national economic planning process\".", "Kif diġa' għidt, bħala prinċipju bażiku aħna naqblu li hemm bżonn li dan il-pajjiż ikollu forum fejn tkun diskussa l-industrija tal- bini.", "Pero' ejja ma noħolqux duplikazzjoni.", "Din l-awtorita' m'għandhiex tħares lejn l-iżvilupp.", "GĦal dan diġa' teżisti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Tkellimna ħafna meta kellna l-emendi għal-liġi ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "L-intenzjoni tal-Gvern dak iż-żmien kienet li jissaħħu l-ippjanar u l-economic planning.", "Lilna qalulna li aħna ma kellniex economic planning.", "Allura għalfejn f'daqqa waħda qegħdin ngħidu li l-BICC għandu l-funzjoni li jassisti fl-ippjanar ekonomiku nazzjonali?", "Ir-raba' funzjoni ta' dan il-kumitat konsultattiv hija li jippromwovi l- iżvilupp indiġenu tat-teknoloġiji indiġeni.", "Ħadd ma jaf eżattament x'inhuma dawn it-teknoloġiji indiġeni pero' ikolli ngħid li hawn bħal donnu qiegħed jalludi għar- riċerka.", "Anke hawnhekk, diġa' jeżistu strutturi oħra li qegħdin jagħmlu riċerka, u qed nirriferi għall-Institute of Masonry Research fl-Universita', li ftit hawn min jaf bih.", "Ċertament li dan huwa istitut li huwa nieqes mill-fondi u allaħares ma kienx għal ħafna studenti li joffru s-servizzi tagħhom mingħajr ħlas.", "Jekk il-BICC se nużawh biex jagħmel riċerka, naħseb li se nkunu qegħdin nagħmlu duplikazzjoni.", "Jekk se jikkummissjona r-riċerka, naħseb li hemmhekk se jkun qiegħed jagħmel xi ħaġa tajba.", "Madam Speaker, waqt li nerġa' ngħid li aħna naqblu ma' din ir- riżoluzzjoni ma nistax ma nsemmix il-kwestjoni ta' l-għażla tac-chairman, xi ħaġa li diġa' semma l-Onor.", "Zammit Dimech.", "L-ewwelnett aħna ma naqblux li l-istess persuna tokkupa l-kariga ta' chairman u chief executive.", "Barra minn hekk, il-privat ma tajniehx ħatriet.", "Jekk trid li l-privat iddaħħalhom miegħek, agħtihom għallinqas ftit say f'waħda mill-għażliet.", "Jekk iċ-chairman huwa l-figure head u ċ-chief executive huwa l-persuna li se treġi, għallinqas iċ-chairman għandu jkun mill-privat, biex dawn ikollhom ftit say.", "Iċ-chief executive imbagħad se jkun magħżul mill- Ministru \"...amongst persons who appear to him to have had the experience and have shown ability in dealing with the problems associated with the building construction industry and the property market. \"", "Tant hija delikata l-funzjoni li l-persuna nkarigata trid tkun persuna bl- esperjenza li wriet abbilta' kif treġi ċerti problemi li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal-bini.", "Jiena għandi dubbji jekk il-persuna indikata għandhiex l-esperjenza.", "M'inix se noqgħod nidħol f'polemiki jekk Martin Debono ħaqqux jew le l-warrant, pero' huwa perit żgħir li l-esperjenza tiegħu m'hijiex daqshekk vasta biex jidħol f'affarijiet delikati ta' klassifikazzjoni ta' kuntratturi jew ta' affarijiet oħra ta' works management jew ta' kif isiru l-kuntratti.", "Dawn huma affarijiet li anke jien, li għandi tmien snin esperjenza, lanqas biss nazzarda nidħol fihom, aħseb u ara kif f'daqqa waħda qegħdin nagħżlu persuna li kulħadd jaf li m'għandhiex din l-esperjenza.", "Madam Speaker, huwa tajjeb li nipprovaw inreġu l-industrija tal-bini billi noħolqu l-forum hawn propost.", "L-industrija tal-bini fil-fatt tagħti sura lill-dak kollu li għandu x'jaqsam ma' ħajjitna.", "Tagħti xejra anke lis- soċjeta' li ngħixu fiha u hija wkoll mera ta' l-iżvilupp tagħna.", "Jiġifieri ħafna drabi min jiġi hawn Malta se jieħu stampa ta' x'inhi Malta u x'inhi s- soċjeta' Maltija anke mill-bini li hawn f'pajjiżna.", "Soċjeta' tkejjilha wkoll mis-sofistikazzjoni tal-bini tagħha.", "Għalhekk huwa importanti li l- industrija tal-bini npoġġuha fis-serjeta'.", "Hemm bżonn li nsaħħu r-riċerka u hemm bżonn li x-xogħol ma nibqgħux nagħmluh b'mod amateur.", "Hawn tendenza li għax il-ġebla li nużaw hija ġebla li tista' tinħadem kif trid, kulħadd isirlek bennej.", "Kull min ma jkollux x'jagħmel jazzarda jintefa' bennej, u dan mhux sew.", "Illum il-bini għandu ħafna implikazzjonijiet oħra, ta' services u ta' enerġija li wieħed jista' anke jużaha ħażin.", "Nafu kemm saret għolja, Madam Speaker.", "Dawn l-affarijiet kollha jitolbu li l- industrija tal-bini tissaħħaħ u titpoġġa fuq sisien soda li jistħoqqilha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li jien inħossni urtat għax għalkemm, kif qal il-kelliemi ta' qabli, aħna naqblu mal-prinċipju ta' din il-mozzjoni - żgur li hemm bżonn li ssir xi ħaġa f'dik li hi proċedura fix-xogħol tal-kostruzzjoni - dan il-Parlament qed jiġi mitlub japprova t-twaqqif ta' kummissjoni li diġa' ltaqgħet għall- ewwel darba.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hemm fil-gazzetta!", "Ħarġet press release tgħid li dan il-kumitat diġa' ltaqa'.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Li ġara kien li l-membri ta' l-għaqdiet mis- settur privat, li se jifformaw parti mill-kummissjoni, kienu mitluba jgħidu jekk għandhomx xi emendi x'jagħmlu billi bħalissa għaddejja diskussjoni fil- Parlament.", "Jiġifieri dawk għalhekk iltaqgħu u din ma kenitx xi laqgħa formali tal-BICC.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Pero' il-press release ma tgħidx hekk imma tgħid li l-kumitat iltaqa' għall-ewwel darba.", "Għalhekk inħossni urtat b'din il- ħaġa.", "Biss jien se noqgħod fuq il-kelma tal-Ministru u nispera li lili ma jagħtini l-ebda tort.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dawn kienu mitluba jgħidu jekk għandhomx xi emendi x'iressqu qabel ma tilħaq tgħaddi l-mozzjoni mill-Parlament.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, wieħed irid joqgħod attent meta jagħmel xi ħaġa dwar il-kostruzzjoni.", "Ma ninsewx li x-xogħol tal-bini hawn Malta huwa parti mis-sinsla tal-pajjiż għax miegħu hemm marbut ukoll it- turiżmu u l-manifattura.", "Kull meta kien hawn ix-xogħol tal-ġebla, dejjem kien hawn progress kbir f'pajjiżna.", "Sfortunatament bħalissa hawn daqsxejn ta' slowdown fl-industrija tal-bini u meta jkollok slowdown fl-industrija tal-bini, ħafna drabi jbatu s-setturi kollha ta' l-ekonomija ta' pajjiżna u għalhekk irridu noqogħdu attenti ħafna f'dan li qegħdin nagħmlu hawnhekk.", "Madam Speaker, jien kont membru fuq il-pharmacy board u dak kien ukoll kunsill konsultattiv u niftakar li għalkemm konna nagħmlu ħafna proposti utli għax-xogħol tal-farmaċija, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis- settur privat, dawn ir-rakkmandazzjonijiet kienu jmorru għand il-ministru u rari kien ikun li xi ħaġa tiġi implimentata.", "Jien nittama li jkun min ikun il-ministru - m'iniex ngħid li ma jkunx effiċjenti - dan jattwa dak li jkun ta' ġid, inkella jkun inutli li nagħmlu dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, aħna nafu li ħareġ ir-rapport dwar il-Code of Practice for the Building and Construction Industry in Malta.", "Dan huwa rapport sabiħ u dettaljat ħafna li jissupera ħafna dak li kien hemm qabel, pero' dan min se jimplimentah?", "Madam Speaker, fid-diskors tiegħu lill-bord ta' l-inġiniera, il-Ministru qal li s-sitwazzjoni hi li l-inġiniera jiġu mqabbda jiċċertifikaw is- sigurta' tal-makkinarju, bħalma huma lifts, cranes, eċċ. Hawnhekk kien qed jitkellem fuq l-occupational health and safety.", "Għandu raġun.", "Hawn Malta hawn bżonn li jsir xi ħaġa fuq din l-industrija.", "Nafu kemm ikorru nies bil- karozzi imma naħseb li l-aktar li jkorru huwa fl-industrija tal-bini.", "Forsi dawn ma nisimgħux bihom għax ħafna drabi jkunu korrimenti żgħar, bħal meta wieħed jikser siequ jew magna taqbadlu idu.", "Dawn il-korrimenti ma tantx jissemmew fl-aħbarijiet, mhux bħal meta jmut xi ħadd bil-karozza, fejn sirna nagħmlu propaganda u fejn s'issa wasalna sad-19 il-vittma.", "(Interruzzjonijiet) Waqt li xogħol il-kunsill konsultattiv huwa li jagħmel ċerti regoli, fl-istess ħin donnu lill-inġiniera u lill-arkitetti qed jgħidilhom li jridu joqogħdu attenti għal din il-ħaġa li hi responsabbilta' tagħhom.", "Jien naħseb li wieħed irid jiċċara din il-materja għax kif inhi m'hijiex ċara ħafna.", "Madam Speaker, it-tieni punt li rrid inqajjem huwa dwar il-fatt li l- persuni nnominati, fosthom mill-General Retailers and Traders Unions, mill- Federation of Industry u mill-Kamra tal-Kummerċ, m'hemmx sostituti għalihom.", "Jien napprezza li dawn in-nies jistgħu jkunu imħabbtin u ma nafx għal liema raġuni ma jistax ikun hemm sostituti għalihom.", "Hawnhekk se nerġa' nsemmi l-pharmacy board.", "Issa ili xi għaxar snin li spiċċajt minn dak il-bord, imma x'kien jiġri?", "Jekk ma kienx ikun hemm sostitut għas- CGMO ma kenitx issir il-laqgħa għax bilfors irid jiġi s-CGMO.", "Hekk kienet is-sitwazzjoni.", "Jien nappella lill-Ministru biex jara li jkun hemm sostituti sabiex il-laqgħat ikunu jistgħu jkomplu jibqgħu għaddejjin.", "Dak huwa wieħed mill-punti li wieħed irid jisħaq fuqu.", "GĦalkemm għadna miktub li jistgħu jinħatru rappreżentanti oħra, jien almenu kont inżid rappreżentant tal-kunsilli lokali għax naħseb li l- kunsilli lokali għandhom ikunu rappreżentati.", "Dawn se ndaħħluhom fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar u f'diversi postijiet u naħseb li għandu jkun hemm rappreżentant tagħhom hawnhekk ukoll.", "Madam Speaker, hawnhekk qegħdin ngħidu li l-ħatra fuq il-bord konsultattiv hija ta' tliet snin u mbagħad tista' tiġġedded b'tliet snin oħra.", "Jien naħseb li dan huwa wisq.", "GĦalkemm hemm proviso li jgħid li l- ministru jew iċ-chairman għandu d-diskrezzjoni jekk iġeddidx dawk it-tliet snin jew le, jien naħseb li għandha tkun tliet snin biss biex imbagħad jinħatar bord ġdid.", "Ħafna drabi f'dawn il-bordijiet meta jibqgħu l-istess nies ikun hemm ċerta monotonija.", "Sitt snin huma wisq u għalhekk jien nissuġġerixxi li bħal fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-bord għandu jkun għal tliet snin u wara tliet snin il-membri jinbidlu kollha biex ikun hemm ideat ġodda.", "Madam Speaker, wieħed irid jidħol daqsxejn fid-dettal dwar affarijiet oħra.", "Per eżempju, għandek", "\"Any contributions that may be made by the other parties to the agreement in accordance to paragraph B of the agreement\".", "Qed ngħidu wkoll li", "\"The funds of the council shall be administered by the executive board and shall be made up of the contribution made annually by the Government of Malta and by the other parties\".", "Allura jien għandi nifhem li l-partijiet li qed insemmu - l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, il-Federation of Industry u l-General Workers' Union - se joħorġu xi finanzi biex jikkomplimentaw l-għotja tal-premises min-naħa tal-Gvern?", "Jien naħseb li wieħed irid joqgħod attent għal din.", "Jekk jirriżenja xi ħadd li jkun ħareġ xi assi, dan jista' jitlobhom lura?", "Kif qiegħda, din hija daqsxejn ambigwa.", "Jien ma naħsibx li hija l-fehma tal-Ministru li jsir dan.", "Hawnhekk għandek ukoll li", "\"The contribution which may be raised from all sectors and persons involved in the building construction industry in Malta ...\".", "MADAM SPEAKER: Onor. Bonnici, ikolli ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Iva, grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Ministru Mizzi biex jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Novembru, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet - Kontinwazzjoni;", "Riżoluzzjoni dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni dwar l-Industrija tal-Bini f'Malta - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi Kontra l-Korruzzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. ---------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Abela.", "ONOR.", "JOE ABELA: Madam Speaker, xtaqt li nagħmel dan l-aġġornament fuq is-sitwazzjoni ta' l-isport f'pajjiżna.", "Fid-dinja tal-lum l-isport huwa xi ħaġa importanti ħafna.", "Sfortunatament f'pajjiżna, għalkemm għandna ħafna nies li huma impenjati u qed jagħmlu ħafna xogħol f'dan il-qasam, l-isport għadu meħud wisq b'mod dilettantesk.", "Fil-Parlament għadna kemm għaddejna mozzjoni fejn għaddejna numru ta' proprjetajiet lil għaqdiet sportivi.", "Dan għamilnih sabiex ngħinu lil dawn l-għaqdiet jagħmlu aktar investiment.", "Billi għaddejnilhom dawn il-proprjetajiet se jkunu qegħdin f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jħejju l-organizzazzjoni tagħhom b'mod aktar professjonali?", "Ċertament kien pass pożittiv għaliex issa se jingħataw aktar wisa' fejn jistgħu jiftħu u fejn jistgħu jagħmlu investimenti ġodda.", "Għallinqas issa għandhom rashom mistrieħa li l-proprjetajiet li għandhom qegħdin f'idejhom, qegħdin jamministrawhom huma u huma tagħhom.", "Mill-banda l-oħra jiena nemmen li l-organizzazzjonijiet sportivi f'pajjiżna għadhom nieqsa ħafna f'dak li hu management professjonali.", "U din il-ħaġa tidher ħafna.", "Jekk nieħdu l-ikbar organizzazzjonijiet sportivi f'pajjiżna, per eżempju l-clubs tal-football, naraw li jintefqu eluf ta' liri fihom, xi kultant anke fuq player wieħed.", "Minkejja dan, il-performance tat-team dejjem tkun batuta ħafna komparata ma' teams barranin.", "Anke meta komparati ma' teams barranin ta' livell baxx, il-performance tat-timijiet Maltin fil-maġġoranza tal-każi dejjem tkun dilettanteska.", "U wieħed ta' min jirrifletti, x'inhu jiġri.", "Il-fatt hu li l-isport għadu qed jittieħed wisq b'mod dilettantesk.", "Għadna nemmnu wisq bil-pika.", "Għadna nemmnu wisq li wieħed jinvesti fejn jista' jara riżultat malajr u ninsew l-investiment fit-tul fejn wieħed għandu jinvesti fin-nurseries.", "Apparti minn hekk il-poplu tagħna m'għandux fih il-kultura sportiva.", "Għaliex ejja nieħdu eżempju mit-tfal ta' l- iskola.", "Il-ġenituri jagħmlu ħafna pressjoni fuqhom minħabba r-riżultati ta' l- eżamijiet.", "Dawn jibgħatuhom ħafna privatijiet u jokkupawlhom il-ħinijiet tagħhom permezz ta' attivitajiet li fihom ma jħaddmux il-fiżiku, imma jħaddmu biss il-menti.", "Mhux qed ngħid hekk għax il-privat jew il- lezzjonijiet tal-pjanu huma affarijiet ħżiena, imma t-tfal m'humiex qed isibu ċ-ċans li jipprattikaw xi sport.", "Anke meta juru li huma idonei għal xi sport partikolari, m'humiex qegħdin isibu l-opportunita' fejn ikunu jistgħu jipprattikawh u forsi anke jkomplu l-karriera sportiva meta jikbru.", "Barra minn Malta, tfal ta' ċerta eta' jkunu diġa' qegħdin jiġu mħejjija f'xi sport partikolari u jkunu diġa' qegħdin jiġu magħżula.", "F'pajjiżna t- tfal tagħna m'humiex qegħdin jiġu mħeġġa jipprattikaw l-isport, bil- konsegwenza li meta jsiru addoloxxenti jkollna nuqqas ta' żgħażagħ li jipprattikaw l-isport.", "Il-kultura sportiva għadha ma daħlitx f'dan il- pajjiż.", "U hawnhekk nara li l-iskejjel jistgħu jagħmlu ħafna u ħafna xogħol.", "Ħafna xogħol irid ikun kordinat flimkien mal-kunsilli lokali u ma' l- għaqdiet sportivi fl-irħula flimkien anke mar-riżorsi li jipprovdi l- Gvern.", "Xi ħaġa oħra wkoll hija l-faċilitajiet sportivi.", "Jien nemmen li għandna ħela ta' faċilitajiet sportivi f'pajjiżna.", "Għalkemm minn banda ngħidu li m'għandniex faċilitajiet, il-ftit li għandna huma moħlijin.", "Dawn m'humiex qegħdin organizzati tajjeb.", "Per eżempju, għaliex il-faċilitajiet sportivi m'għandhomx ikunu organizzati f'distretti?", "Dawn għandhom ikunu up to standard u jkunu miżmuma wkoll mill-istess organizzazzjonijiet sportivi.", "B'hekk ikunu jistgħu jiġġestixxu l-isports u jżommu dawn l-affarijiet.", "Il-gvern ċentrali jaqbillu jżid l-ispiża fuq l-isport, anke f'dan iż- żmien fejn qed nitkellmu fuq sitwazzjoni finanzjarja diffiċli.", "Nemmen li jekk indaħħlu l-kultura sportiva nkunu qegħdin nevitaw milli aktar 'il quddiem nonfqu ħafna aktar flus fis-settur tas-saħħa.", "Nafu li aħna l- Maltin għandna ħafna nies li ta' eta' relattivament żgħira ibdew ibatu mid- diabete, mill-problemi tal-qalb u minn ħafna problemi oħrajn li huma relatati ma' nuqqas ta' eżerċizzju.", "Jekk indaħħlu kultura sportiva nkunu qegħdin qed niffrankaw ħafna u ħafna flus f'dak li huma mediċini għax kulħadd jaf xi spejjeż għandu l-Gvern meta jiġi biex jinvesti fis-settur tas-saħħa.", "GĦandna wkoll problema li qed tikber biż-żmien u li jien nara li sejrin lura fiha.", "Din hija l-fatt li ż-żgħażagħ tagħna ma tantx jidhru li huma kommessi li jkunu ddixxiplinati biex jipprattikaw l-isport.", "U hemm diversi fatturi għal dan il-punt.", "L-ewwelnett il-ħtieġijiet għall-ħajja tal-lum huma għoljin ħafna u allura l-ħin qiegħed jimtela' b'part-time jobs u b'attivitajiet oħra biex wieħed ikun jista' jaqla' aktar flus.", "Dak li jkun qed isib inqas ħin biex ikun jista' jipprattika sport.", "Barra minn hekk ħafna żgħażagħ qed jippreferu li minflok ma jipprattikaw sport, il-ħin liberu tagħhom jużawh biex imorru f'postijiet ta' divertiment fejn xi kultant ikun qegħdin jagħmlu ħsara anke lil saħħithom permezz ta' xorb alkoħoliku u anke dewmien esaġerat f'dawn il-postijiet.", "Anke jekk wieħed ikun qed jipprattika xi sport, dan ma jħabbilx rasu li jrid jirrispetta ċerti regoli li jorqod kmieni ħalli jkunu jista' jtejjeb il-performance tiegħu.", "Dan kollu jirriżulta mill-fatt li d-dixxiplina ma tibdiex minn kmieni fil-ħajja sportiva.", "Jekk indaħħlu l-professjonalita' minn kmieni fit-tfal, dawn id-diffikultajiet inkunu nistgħu ngħelbuhom aktar tard mill- ħajja.", "Madam Speaker, jien nixtieq nagħlaq hawnhekk billi ngħid li għandna ninvestu fl-isports.", "Dan huwa investiment importanti għall-pajjiż u li jagħtina wkoll ċittadini tajbin u iktar b'saħħithom.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, ix-shadow minister għall-biedja u sajd għamel statement fejn qal li d-direzzjoni politika tal-Gvern f'dan il- qasam hija mibnija fuq it-tafal.", "Naħseb li huwa statement li ma jirriflettix ir-realta' ta' kif din in-naħa qed timplimenta strateġija sabiex dan il-qasam mhux biss jingħata l-għajnuna li jistħoqqlu imma wkoll li l-Gvern, permezz tal-politika tiegħu, jassigura dħul ġust għall-bdiewa u s-sajjieda.", "U naħseb li ma jkunx korrett li wieħed jipprova jinterpreta li għan bħal dan huwa mibni fuq it-tafal.", "Jien naħseb li jekk is-soċjeta' Maltija trid iġġib 'il quddiem l-interess tal-biedja u tas- sajd, bilfors trid tifhem li trid tħalli spazju biex il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda tagħna jkollhom dħul ġust mill-attivita' tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-shadow minister kien skorrett meta ddikjara li l-pjanijiet tagħna huma mibnija fuq it-tafal.", "U tajjeb li wieħed jagħmel ftit riflessjonijiet biex naraw jekk il-pjanijeit tagħna humiex verament mibnija fuq it-tafal.", "Nieħdu s-sezzjoni l-ġdida li dan il-Gvern waqqaf fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jiġifieri, l-urban and rural landscaping.", "Din qiegħda tagħmel proġett f'Wied il-Qlejgħa, jew kif magħruf bil-verżjoni Ingliża, ċ- Chadwick Lakes.", "Hemmhekk hemm proġett maħsub biex jassigura li jkun hemm riabilitazzjoni tal-ħażna ta' l-ilma ġieri u fl-istess ħin il-bdiewa jkunu jistgħu jsaqqu l-uċuħ tar-raba'.", "Il-proġett jaħseb ukoll biex isebbaħ il- karatteristika tal-kampanja, xi ħaġa li ilha tissemma' għal matul dawn l- aħħar 30 sena.", "Permezz ta' dan il-proġett il-Gvern qed jintroduċi teknika ġdida u differenti, li żgur se tkun ta' vantaġġ kbir għall-mod kif bl-aktar sens ekoloġiku aħna nagħrfu nwettqu r-riabilitazzjoni tal-widien.", "Hija xi ħaġa stramba li x-shadow minister qal illi dawn huma pjanijiet mibnija fuq it-tafal.", "Dan għax forsi qatt s'issa f'pajjiżna ma kien hawn gvern li ħares biex jirriabilita' il-widien b'daqstant investiment serju u xjentifiku u b'daqstant miżuri sostenibbli?", "Dawn il-miżuri huma importanti biex titgawda din l-esperjenza mhux biss mill-bdiewa u mill-ekoloġisti iżda mill-poplu in ġenerali.", "Naħseb illi dan huwa valur illi l-Oppożizzjoni tirrikonoxxih għalkemm tipprova taħbih.", "Madam Speaker, nistgħu ngħidu wkoll li l-ħidma tal-Gvern kellha suċċess fl-esportazzjoni tal-patata.", "Aħna sibna sitwazzjoni fejn konna marbuta illi nesportaw 5,000 tunnellata.", "Filwaqt li l-Gvern preċedenti kien ħaseb biex jintrabat għal kuntratt li jesporta 5,000 tunnellata patata, dan ippermetta li jidħlu żrieragħ aktar milli kien hemm bżonn.", "Allura aħna kellna nirrimedjaw u kellna naħdmu biex nirkupraw din il-problema illi writna mingħand l-amministrazzjoni preċedenti.", "Dan ifisser li bħala gvern aħna writna mhux biss id-diffikultajiet finanzjarji imma writna wkoll dawk l-arranġamenti li ma kenux ifissru r-realta' tal-produzzjoni ta' pajjiżna.", "Minkejja dan, aħna xorta għamilna dak kollu li stajna biex nibqgħu konformi mal-messaġġ politiku tagħna li nassiguraw qligħ ġust għall-bdiewa.", "Meta l- esportazzjoni laħqet 'il fuq minn 7,000 tunnellata, il-Gvern Nazzjonalista kien ħareġ sussidju ta' Lm60,000 biex lill-bdiewa assiguralhom prezz ta' Lm6 il-qantar.", "Il-Gvern Laburista ma kellux għalfejn joħroġ dan is- sussidju imma xorta ggarantixxa prezz ġust fiċ-ċirkostanzi lill-bdiewa tagħna.", "Qed nagħmlu wkoll xogħol biex nintroduċu metodi ġodda ta' produzzjoni ta' ħaxix biex inkunu nistgħu nidħlu fis-swieq Ewropej.", "Qabel konna nisimgħu li rridu nidħlu fl-Ewropa biex nesportaw u konna nisimgħu li se nibagħtu ċ- cherry tomatoes u li se nagħmlu ħafna affarijiet oħra.", "Fir-realta' kien jirriżulta dejjem l-oppost għax Malta qatt ma setgħet tkun kompetittiva u, barra minnhekk, ma kienx hemm ir-riċerka prattika u matura biżżejjed biex tabilħaqq tgħin lill-bdiewa tagħna jiksbu dan is-suċċess.", "Madam Speaker, dħalna wkoll fis-suq Ingliż.", "Jien nifraħ lill-bdiewa fi ħdan l-Għaqda Progressiva u lill-importaturi Ingliżi illi matul dawn l- aħħar xhur innegozjaw bejniethom u qed ikomplu jaraw kif jagħmlu biex l- esportazzjoni lejn l-Ingilterra tirdoppja.", "Nafu ukoll li ntlaħaq ftehim li se jwassal għal żieda sostanzjali fil-prezz tal-prodott u din iż-żieda se jibdew igawdu minnha l-bdiewa Maltin minn Diċembru li ġej.", "Meta tara dan kollu, jien ngħid: Kif jista' wieħed jgħid illi dawn huma pjanijiet marbuta fuq it-tafal?", "Mela l-fatt li aħna rnexxielna nikordinaw sistema bejn importaturi Ingliżi u bdiewa Maltin biex jaraw flimkien x'inhu l- aħjar mezz possibbli biex nidħlu f'dawn is-swieq, huma affarijiet li xi ħadd jista' jsejħilhom \"mibnija fuq it-tafal\"?", "Dan huwa kliem li bilfors iqanqal ċerta kritika min-naħa tagħna.", "Jien bilfors ikolli nappella lix- shadow minister biex ikun aktar kreattiv, aktar realistiku u aktar prattiku fil-kritika illi jagħmel għax kritika irresponsabbli u diżonesta m'hi se twassal imkien.", "Eżempju ieħor ta' kemm il-pjanijiet tagħna mhumiex mibnija fuq it-tafal huma x-xogħlijiet li qed isiru fil-Pitkalija.", "Aħna writna sitwazzjoni fejn minkejja li ma kienx hemm fondi, il-ħasil tal-kaxxi fil-Pitkalija kien ta' kważi 20% tal-kaxxi li jiġu ċċirkolati mill-bdiewa tagħna.", "Din is- sitwazzjoni sibniha wara li l-Gvern Nazzjonalista kien ilu għal disa' snin u nofs jitkellem fuq upgrading tal-liġijiet, upgrading tas-sistemi, upgrading tal-management nazzjonali u upgrading ta' l-industrija tal-biedja sabiex dejjem nersqu iktar lejn l-istandards li għandhom l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Wara disa' snin u nofs nisimgħu bl-impenji ta' Gvern Nazzjonalista biex inkunu iktar accountable, sibna illi fi ħdan is-sezzjoni tal-Pitkalija ma kienx hemm makkinarju adegwat sabiex jinħaslu l-kaxxi li fihom ikun hemm il-prodott imwassal mir-raba' għall-Pitkalija u mill- Pitkalija għal għand il-konsumatur.", "Il-ministeru kien jaf li l-makna li kienet inxtrat biex taħsel dawn il-kaxxi ma kenitx kapaċi tlaħħaq mal-volum ta' kaxxi li kien hemm.", "Din xtrawha xorta, għamlet żmien taħdem bil-gass, imbagħad ġabuha taħdem bl-elettriku.", "Jiġifieri qed naraw meta fil-verita' dan is-settur kien mibni fuq it-tafal.", "Illum qed isir investiment ta' mħażen ġodda sabiex tkun tista' tiġi nstallata makna ġdida ħalli l-problema li ilha ma' saqajn il-bdiewa u ma' saqajn il-konsumatur tintemm darba għal dejjem.", "Jiġifieri qed ikun dan il-Gvern li jagħmel l-investiment meħtieġ sabiex dawn il-kaxxi jibdew jinħaslu kollha, u mhux kif kien qed jiġri li jinħaslu biss 20% ta' dawn il-kaxxi.", "L-istess ħaġa ngħid dwar it-tindif regolari li qed isir fil-Pitkalija.", "Aħna writna sitwazzjoni fejn biex titnaddaf il-Pitkalija kien ikollha tagħmel ix-xita u allura ħadna miżuri sabiex il-Pitkalija titnaddaf darbtejn fil-ġimgħa.", "B'hekk nassiguraw li l-iġjene fil-Pitkalija tinżamm b'mod li jixraq lil soċjeta' moderna, li jixraq lil dipartiment popolari u finalment kif jixraq lill-bdiewa li jiffrekwentaw dan iċ-ċentru nazzjonali.", "Niskanta kif il-Gvern preċedenti f'disa' snin u nofs qatt m'għamel xejn biex itejjeb dawn il-ħteġijiet essenzjalissimi.", "Imbagħad l-Oppożizzjoni toħroġ tikkritikana li l-pjanijiet tagħna huma mibnija fuq it-tafal!", "Illum, għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, id-Dipartiment ta' l- Agrikoltura waqqaf sezzjoni fi ħdanu sabiex tkun tista' tikkonsulta u tikkordina ma' l-għaqdiet volontarji li huma konnessi mal-biedja u sajd.", "Hemmhekk illum hemm forum fejn kontinwament aħna niddiskutu ma' dawn l- għaqdiet biex nibdew nagħmlu monitoring tal-ħteġijiet li jirrikjedu biex ikunu jistgħu jtejbu aktar il-ħidma tagħhom u biex ikunu jistgħu jtejbu aktar l-organizzazzjoni fi ħdanhom.", "Barra minn hekk qed ninvestu biex nipproġettaw għall-kalendarju agri-turistiku.", "B'hekk mhux biss ngħinu lil dawn l-għaqdiet jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom imma nagħmlu l- affarijiet ukoll f'kuntest illi jkunu jistgħu jattiraw lit-turisti li jżuru pajjiżna.", "Qed isiru numru ta' diskussjonijiet sabiex jiġu analizzati aħjar l-ideat ta' dawn l-għaqdiet u sabiex jiġi analizzat aktar fid-dettall il- mod ta' kif nistgħu nippreżentaw l-attivitajiet u l-wirjiet ta' dawn l- għaqdiet.", "Permezz ta' hekk mhux biss titkattar il-ħidma importanti ta' dawn l-għaqdiet volontarji imma naraw ukoll li l-patrimonju Malti, li ħafna drabi jiġi espress fil-wirjiet tradizzjonali u karatteristiċi li jsiru minn dawn l-għaqdiet, ikompli jkun rispettat u sostnut.", "Dawn l-affarijiet huma ġodda imma tabilħaqq qed ikunu ta' fiduċja għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, illi huma min huma jemmnu li dan il-Gvern tabilħaqq qed iwettaq il-wegħda tiegħu li jkun qrib iċ-ċittadini kollha.", "Possibbli li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma sabitx aħjar x'tikkritika?", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nappella lill- bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda sabiex jirriflettu iktar dwar kif jistgħu jkunu ta' għajnuna ħalli l-koperattivi rispettivi tagħhom ikollhom management aħjar.", "Nappellalhom ukoll biex jinnegozjaw mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u mal-banek lokali sabiex jagħmlu l-upgrading neċessarju fl- irziezet tagħhom, liema upgrading iwassalhom sabiex jipproduċu produzzjoni iktar naturali u iktar bnina.", "Ikun tajjeb jekk dawn il-ħaddiema jinvestu fl-aħjar teknoloġija u f'elementi xjentifiċi li jgħinuhom jipproduċu bi spejjeż inqas il-prodott tagħhom.", "Hemm bżonn li jsir upgrading anke biex jiġi rranġat l-ambjent ta' l- irziezet tagħna ħalli b'hekk is-soċjeta' tagħna tibqa' pari passu ma' l- inizjattivi ta' dan il-Gvern, liema inizjattivi finalment jorbtu anke ma' l- istudji li qed isiru biex meta l-kooperativi jħabbtu l-bibien tal-gvern u tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd jkunu mogħtija l-iktar ideat analizzati minn esperti li aħna ġibna u li se nkomplu nġibu sabiex dawn il-bdiewa, ir- raħħala u s-sajjieda jkunu aġġornati kontinwament.", "Altru li dan il-Gvern qed jippreżenta aġenda kontinwa li hija maħsuba biex twettaq l-għan ewlieni tiegħu, jiġifieri li l-politika li jwettaq tkun tiggarantixxi dħul ġust lil dawn in-nies.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Novembru, 1997 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fin-12.30 a.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KAWŻI TA' IMWIET", "8392.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu il-causes of death u kemm mietu persuni f'kull każ is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TRADE BALANCE", "8393.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-trade balance fl-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-Trade Balance fl-aħħar ħames snin huwa kif ġej:", "|Sena |Lm' miljuni| |1992 | 256.9 | |1993 | 312.6 | |1994 | 326.3 | |1995 | 362.7 | |1996 | 383.8 |", "IMPORTAZZJONI", "8394.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati consumer goods din is-sena s'issa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarrfaf lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Lulju ta' din is-sena ġew importati Lm145.3 miljuni f'Consumer Goods.", "SAĦĦA - PERSUNI MIBGĦUTA BARRA GĦAL KURA", "8395.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex se tintbagħat barra għal operazzjoni li tant għandha bżonn?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-persuna msemmija ġiet eżaminata fl-isptar San Luqa minn Mr.Michael Benson, Kirurgu ta' l-Ortopedija, Ingliż, fl-14 ta' Lulju 1997.", "Il-Kirurgu irrakkomanda li l-pazjent jintbagħat l-Ingilterra għall-operazzjoni li għandu bżonn.", "Id-data ta' l-operazzjoni għadha ma ġietx mogħtija mill-Ispeċjalista fuq imsemmi.", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA", "8396.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu biex nilqgħu kemm nistgħu d- diffikultajiet li nistgħu niffaċċaw f'dik li hi teknoloġija ta' l- informatika minħabba l-millenium bug?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Gvern ħatar lill-MITTS bir-responsabbilta' li tieħu l-passi kollha meħtieġa biex Malta tipprepara għal hekk imsejjaħ Millenium Bug fil-qasam tat-teknoloġija ta l-informatika.", "Il-MITTS ħatret Project Manager u team ta' nies biex jiffaċċaw u jippreparaw għal din il-problema.", "Diġa' tqajjmet kuxjenza rigward din il-problema fid-Dipartimenti tal- Gvern permezz ta ittra uffiċjali li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn ġie spjegat ukoll li l-MITTS qegħda tmexxi dan il-proċess.", "Biex titqajjem kuxjenza fis-settur privat, il-MITTS qegħda taħdem id f'id ma kumpannija privata u ħa jkun hemm sensiela ta' seminars u diskussjonijiet fuq dan is-suġġett.", "Il-MITTS qegħda tmexxi dan il-proġett skond prinċipji u ideat li qed jintużaw madwar id-dinja.", "Qiegħed isir inventarju tal-programmi kollha li qed jintuzaw fid-dipartimenti tal-Gvern u ġew żviluppati sensiela ta' testijiet biex jiġi assigurat li kull programm jibqa' jaħdem fis- sena 2000.", "Sar pjan dettaljat fuq kif se jitmexxa l-proġett u saħansitra diġa' nbeda x-xogħol fuq diversi programmi mportanti.", "Inbeda wkoll eżerċizzju biex il-kompjuters kollha li qed jintuzaw fid- Dipartimenti tal-Gvern jiġu ittestjati li jżommu d-data u l-ħin kif suppost fis-sena 2000.", "SAĦĦA - KNEE REPLACEMENTS", "8397.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir in- knee replacement tal-pazjenta li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-pazjenta msemmija saritilha left total knee replacement f'Ottubru 1996.", "Din għandha bżonn operazzjoni simili n-naħa tal-lemin, liema operazzjoni se ssir appena jkun possibbli.", "KUNSILLI LOKALI", "8573.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel l-istudju dwar it- twaqqif ta' kunsilli lokali ġodda li rrifera għalih fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 6948?", "Dan l-istudju tlesta?", "Jekk le, meta hu maħsub li jitlesta?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-onorevoli Interpellant li l-istudju dwar it-twaqqif ta' Kunsilli Lokali ġodda qed isiru mill-Ministeru tiegħi flimkien mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "Dan l-istudju li jinkludi investigazzjonijiet u riċerki dwar dak li qed isir f'pajjiżi oħra, u dwar x'mudelli qed jiġu proposti fil-Kunsill ta' l- Ewropa, għadu mhux lest u ma ġietx iffissata l-ebda data sa meta hu maħsub li jitlesta.", "KUNTRATT TA' HEALTH INSURANCE", "8574.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li rċieva u li hi datata 30 ta' Ġunju, 1997 li hu rrifera għaliha fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 6944 li kienet tirrigwarda l-kuntratt tal- health insurance ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nħossx li tali ittra għandha titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra pero`, jekk l-Onor Interpellant irid, nitolbu jirranġa mas- Segretarjat tiegħi, biex ikun jista jiġi jaraha Kastilja.", "UNIVERSITA' - TENDER", "8575.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tender UM795 ta' l-Universita' ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid min xeħet it-tender u kemm kienet kull bid?", "Jikkonferma l-Ministru li t-tender ingħata lil kumpannija Taljana minkejja li fid-dokumenti jingħad li tingħata konsiderazzjoni speċjali lil ditti Maltin li jkollhom numru sinifikanti ta' impjegati full time?", "Jista' l -Ministru jgħid kemm impjegati full time kellhom id-ditti Maltin li xeħtu t- tender u għaliex ġew skartati fl-għażla?", "X'arranġamenti hemm għat- tiswijiet u kemm se jqumu lill-Universita'?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex personalment sodisfatt bil-mod kif ġiet deċiża t-tender u jaqbilx mad-deċiżjoni li ttieħdet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li t-Tender Nru UM/795 li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant kienet għal photocopier li ser tintuża fuq Proġett approvat taħt ir-Raba' Protocol bejn Malta w l-Italja.", "Waħda mill-kundizzjonijiet tal-Protocol hi li x-xiri ta' dan it-tip e.g. equipment irid isir mill-Italja.", "Dan seta' jsir kemm direttament jew inkella permezz tal-aġenti lokali.", "Ix-schedule ta' min xeħet tender u kemm kienet kull bid' kienet disponibbli biex jaraha kulħadd fin-Notice Board tal-Purchasing and Supplies Department fl-Universita'.", "Dawk li xeħtu tender u l-ammont li offra kull tenderer kienu:- WISE Info.", "Technology Solutions Lm 8,417 Office Electronics Ltd 'Option A' Lm 5,325 Office Electronics Ltd 'Option B' Lm11,325 Concordia Sistemi s.r.l.", "'Option A' Lit 37,146,000 Concordia Sistemi s.r.l.", "'Option B' Lit196,505,000 Leotta & C s.r.l.", "Lit 32,900,000 Avantech Ltd 'Option A' Lm 5,510 Avantech Ltd 'Option B' Lm12,993 Avantech Ltd 'Option C' Lm14,888 Image Systems Ltd Lm 6,904", "Jien infurmat li ħadd minn dawk li tefgħu tender ma ġie skartat u t-tender ingħatat lill-kumpanija taljana għar-raġuni li, minn dawk li tefgħu tender, huma biss kien l-aktar konformi mal-ispeċifikazzjonijiet kif mitluba.", "Il- konsiderazzjoni speċjali msemmija mill-Onor.", "Interpellant tirreferi biss għal ditti Maltin li jimpjegaw ħaddiema fulltime.", "Skond informazzjoni provduta mid-ditti Maltin li xeħtu offerta n-numru ta' mpjegati tagħhom fulltime Maltin huwa:", "WISE Info.", "Technology Solutins 14 Office Electronics Ltd 29 Avantech Ltd 25 Image Systems Ltd 27", "Regward it-tiswijiet, l-apparat hu garantit għal tnax il-xahar mid-data ta' l-istallazzjoni, għalhekk l-Universita' mhix ser teħel l-ebda spiża f'dan iż-żmien.", "Wara dan iż-żmien l-Universita' għandha l-faċilita' li tidħol f'Maintenance Agreement'jew li tagħmel tiswijiet skond kif jinħtieġ bħal ma soltu jsir f'każi simili.", "Id-deċiżjoni li ttieħdet saret konformi mal-kondizzjonijiet tat-tender kif ukoll fir-rigward tal-bżonnijiet tar-Raba' Protocol bejn l-Italja u Malta.", "Mill-informazzjoni li ngħatajt ma jidhirx li saret xi irregolarita' fl- għoti ta' din it-tender iżda jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi tagħrif f'dan is-sens nitolbu jgħaddihuli biex ninvestiga.", "KUNSILL LOKALI - PIETA'", "8576.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress illi f'dan il-Parlament il-Ministru kien stqarr illi kien favur li tiġi milqugħa t-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta', li ma jiġix imġiegħel iħallas l-arretrati ta' Lm6,000 kera li kellu jagħti lill- Awtorita' tad-Djar in vista ta' l-inizjattiva li ħa l-istess kunsill li xtara mill-budget tiegħu uffiċċju permanenti, peress illi l-awtorita' baqgħet tinsisti fuq il-ħlas u l-kunsill kellu jispiċċa jħallas, jista' l- Ministru jisjega jekk hu intervjeniex fil-każ u x'għamel kif ukoll jgħid għandux xi ħsieb kif jista' jirrifondi lill-Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta'?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-Kunsill Lokali Pieta' wara talba li kien għamel biex jiġi eżonerat milli jħallas is- somma dovuta bħal kera lill-Awtorita' tad-Djar (is-sit),kien ingħata tweġiba fis-sens illi l-awtoriżżazzjoni biex jieħu self għax-xiri ta' uffiċji amministrattivi ġodda, kienet suġġetta għall-kundizzjoni li dan is- self ma kellu bl-ebda mod jippreġudika l-operat statutorju ta' l-istess Kunsill.", "Il-Kunsill kien jaf li l-ħlas tal-kera msemmija kienet waħda mill- commitments li ma setgħatx tiġi evitata.", "Fid-29 ta' Settembru 1997 il-Kunsill Lokali tal-Pieta' wasal fi ftehim ma' l-Awtorita tad-Djar fejn intrabat li jħallas LM1500 kull sitt xhur mingħajr interessi sakemm jasal fis-somma dovuta ta' LM6000.", "P.A. - PERMESSI LILL-KUNSILLI LOKALI", "8577.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Minitru jgħid kemm ħarġet permessi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar lil kull kunsill lokali bejn Jannar u l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena?", "Meta saret kull applikazzjoni relattiva u għal xiex inhi?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll kull kunsill lokali kemm għandu applikazzjonijiet pendenti, meta saret kull applikazzjoni u għal xiex inhi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Żewġ dokumenti bl-informazzjoni mitluba tpoġġew.fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dokument `A' jirreferi għal kemm il-permess ħarġet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar lil kull Kunsill Lokali bejn Jannar u Settembru ta' l-1997, meta saret kull applikazzjoni, u x'kien approvat.", "Dokument `B' jirreferi għal kemm il-applikazzjoni tal-Kunsill Lokali għandha pendenti quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, meta saret kull applikazzjoni u x'qiegħed jiġi propost.", "KUNSILLI LOKALI - ALLOKAZZJONI TA' FONDI", "8578.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: In vista ta' dak li qal il-Ministru b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7048, jista' jekk jogħġbu jgħid jekk spiċċax l- eżerċizzju ta' l-evalwazzjoni tal-ħtieġijiet tal-kunsilli lokali u jekk għandux il-ħsieb li jirrivedi l-formula ta' l-allokazzjoni tal-flus lill- kunsilli lokali u jekk iva, kif?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess ta' l-evalwazzjoni tal-ħtiġiet finanzjarji attwali ta' kull Kunsill hu essenzjalment dinamiku fil-karattru tiegħu.", "Fil-fatt, bħal ma jaf l-Onor.", "Membru l-fondi għall-ħtiġijiet speċjali tal-lokalitajiet li dan il- Parlament stess jalloka b'riżoluzzjoni ad hoc skond il-provvedimenti ta' l- Art.58 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, huma intiżi primarjament biex jagħmlu tajjeb għal-żbilanċi soċjali u demografiċi tal-Kunsilli Lokali fil-kuntest ta' l-allokazzjonijiet finanzjarji li jsiru skond il-formola bażika.", "Sal-lum ma jirriżultax li hemm ħtieġa li tiġi riveduta l-formola bażika ta' l-allokazzjoni tal-flus skond l-Art.55 ta' l-imsemmi Att.", "SAĦĦA - SERVIZZI ĠODDA", "9031.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bis-servizzi ġodda li seħħew fil-qasam tal-kura primarja, sena b'sena tul l- aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - RIŻENJI TA' CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "9032.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm riżenji ta' Casual Social Assistants xahar b'xahar mill- ewwel ta' Ġunju 1997 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' riżenji ta' Casual Social Assistants mill-1 ta' Ġunju 1997 sal-lum huwa hekk:", "Ġunju 7 Lulju 7 Awissu 5 Settembru 7 Ottubru(sal-20 tax-xahar) 3", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - HEAD OFFICE - KSUR TAL-KODIĊI TAĊ-ĊIVIL", "9033.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ħarġu charges għall-ksur tal-kodiċi taċ-ċivil ġewwa l-Head Office tad- dipartiment?", "Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' kull kategorija li kellhom charge?", "Jista' jelenka xi kwalita' ta' ksur kien hemm li wasslu għal dawn iċ-charges?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - ITU - STAFF", "9034.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdied il-complement ta' l-istaff ġewwa l-ITU min mindu żdied riċentement in-numru ta' sodod?", "Jista' jipprovdi breakdown tal-complement ta' l-istaff qabel u wara din iż-żieda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' staff qabel ma ġew introdotti riċentement is-sodod l-oħra fl-ITU kienu ta' tletin (30) fl-1996.", "L-istaff fl-ITU żdied għal tmienja u tletin fl-aħħar tlett xhur ta' l- 1996.", "Minn dak iż-żmien żdiedu żewġ sodod oħra fl-ITU.", "Fil-preżent hemm ħamsa u erbgħin staff ġewwa l-ITU.", "Idealment il-complement tan-nurses għal tlettax-il sodda għandu jkun total ta' tmienja u erbgħin (48) u qed jittieħdu passi biex dan isir fl- iqsar żmien possibbli.", "SAĦĦA - PAGA TAD-TOBBA/KONSULENTI", "9035.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-basic salary tat-tobba inklużi l-konsulenti fil-gradi kollha fl- 1987 u fl-1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din hija l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru dwar kemm kien il-Basic Salary tat-tobba kif ukoll tal-konsulenti fl- 1989 u fl-1997.", "1987 SALARJU Principal Medical Officer 4204 Director Hospital Department 4150 Senior Medical Officer 4150 Professional Medical Officer III 3497 x 94 - 4058 Consultant 3520 x 82 - 3672 Professional Medical Officer II 3363 x 94 - 3643 Professional Medical Officer IIA 3069 x 81 - 3470 Professional Medical Officer I 2970 x 81 - 3292", "Medical Officer (Houseman) 1st year - 2810 2nd year - 2890 2970 x 81 - 3292", "1997 SALARJU", "Chairman/Director 8000 Consultant 7300 Principal Medical Officer 5309 x 199 - 6503 Senior Registrar 5309 x 199 - 6503 Registrar/Senior Medical Officer 4994 x 185 - 6104 Medical Officer/Senior House Officer 4458 x 151 - 5364 Houseman 4217 x 139 - 5051", "*b'effett mill-1 ta' April, 1997 is-salarji żdiedu b'25ċ fil-ġimgħa.", "MEDICAL EQUIPMENT COMMITTEE - BORD", "9052.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba iltaqa' l-Board tal-Medical Equipment Committee (MEC) mis-26.10.96 sal-lum u x'kienu d-dati ta' dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mis-26 ta' Ottubru, 1996 sal-lum il-Medical Equipment Committee iltaqa' 11-il darba.", "Id-dati ta' meta ltaqa' huma:", "31 ta' Ottubru, 1996 5 ta' Ottubru, 1996 7 ta' Frar, 1997 14 ta' Frar, 1997 25 ta' Frar, 1997 14 ta' Marzu, 1997 21 ta' Marzu, 1997 25 ta' April, 1997 30 ta' Mejju, 1997 6 ta' Ġunju, 1997 1 ta' Awissu, 1997", "Barra minn hekk isiru laqgħat darbtejn fil-ġimgħa minn xi membri speċifiċi biex jitħejja l-groundwork għax-xogħol tal-kumitat.", "DIPARTIMENT TAD-DJAR - EVICTIONS", "9084.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' evictions li saru mid- Dipartiment tad-Djar fil-perjodu 1/11/96 sat-30/9/97?", "F'liema lokalita' kienu dawk l-evictions?", "Kemm-il rapport ta' squatters kellu d-dipartiment f'dan l-istess perjodu?", "X'passi ttieħdu s'issa mid-dipartiment f'dan l- istess perjodu dwar dawn ir-rapporti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infurmat illi m'hemm l-ebda statistika dwar rapporti ta'squatters, iżda dawn jiġu nvestigati kif meħtieġ.", "Meta jirriżulta li jkun hemm squatting jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu żgumbrati.", "Fil-perjodu ndikat saru dawn l'iżgumbramenti.", "Lokalita' Numru", "Valletta 2 Paola 1 Cospicua 8 Senglea 1 Marsa 4 Floriana 1 Sliema 2 Sta.Lucia 1 Kalkara 3 Hamrun 1 Total........... ..24", "PRODOTTI AGRIKOLI - LEVIES", "9085.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema levies inbidlu fuq prodotti agrikoli mportati f'Malta fil-perjodu 1/11/96 u t-30/9/97?", "Kemm prodott (f'piż) ġie mportat fil-perjodu meta l-levies kienu hekk mibdula?", "Liema levies oħra hu mistenni li jitneħħew jew jitnaqqsu fil-ġimgħa jew fix-xhur li ġejjin?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nitlob l-Onor.Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PRODOTTI AGRIKOLI - LEVIES/DAZJI", "9086.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-levies/dazji mposti mill- pajjiżi mportaturi tal-prodotti agrikoli Maltin fuq il-prodotti hekk importati, kemm jekk dawn il-prodotti huma ta' ħxejjex u frott, kif ukoll jekk dawn huma prodotti tal-laħam?", "X'tip ta' diskussjonijiet qed isiru biex dawn il-levies/dazji jitneħħew?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nitlob l-Onor.Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "P.A. - LOCAL PLANS", "9121.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġu ffinalizzati kull wieħd mil-local plans li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Liema areas se jiġu affettwati b'dawn il-local plans?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi miġbura.", "MĠARR - FOOTBALL GROUND", "9124.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu passi biex jkun hemm żieda f'xibka tal-ground tal-football fl-Imġarr (Malta) għal madwar żewġ metri fuq in-naħa ta' Triq il-Plejju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol fuq il-ground u l-faċilitajiet l-oħra sar mill-Kunsill Lokali.", "Għalkemm saru talbiet għal xi xogħol fuq il- courts tat-tennis u tal-basketball, l-ebda talba ma saret fuq iż-żieda li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "MTARFA - TRIQ TA' TAĦT L-IMTARFA", "9151.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta se jinbeda x-xogħol biex tiġi rranġata t-triq ta' taħt l-Imtarfa, liema triq twassal minn ħdejn Ta' Qali għal ħdejn il-flats ta' Bużugrilla?", "Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'tip ta' tiswijiet qed jiġu kkonsidrati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-triq imsemmija primarjament taqa' taħt ir- responsabilitajiet tal-Kunsill Lokali, pero hemm il-ħsieb illi ssir site investigation mill-Gvern biex jiġu stabbiliti l-aħjar mezzi biex din it- triq terġa' titpoġġa fi stat tajjeb.", "Sintendi dan ix-xogħol irid isir skond prijoritament ġenerali tad-Dipartiment tat-Toroq.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "9159.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8783 nixtieq ninforma lill-Ministru li qed nibgħatlu separatament l-ismijiet tal-pazjenti u l-mediċini preskritti.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-domanda għall-mediċina għall-ewwel pazjent, ġiet ippreżentata lid-DTC fil-5 ta' Awissu, 1997 u ġiet approvata mill- kumitat.", "Il-pazjent ġie informat bl-approvazzjoni fit-18 ta' Ottubru, 1997 malli id-DTC ġie nformat mis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern li waslu l- istocks tal-mediċina preskritta.", "Id-domanda għall-mediċina għat-tieni pazjent ġiet ippreżentata fit-12 ta' Lulju, 1997 u ġiet ikkonsidrata u approvata mid-DTC.", "L-approvazzjoni tinħareġ malli s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jinforma lid-DTC li l- istocks tal-mediċina preskritta ikunu waslu.", "DISTRETT NRU.", "3 - ANZJANI", "9177.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' anzjani f'Wied il-Għajn u Ħaż-Żabbar?", "Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li tinfetaħ dar għall-anzjani jew day centre jew xi faċilita' oħra f'xi waħda minn dawn il-lokalitajiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' anzjani f'Wied il-Għajn huwa 626 waqt dak ta' Ħaż-Żabbar huwa 1,921.", "Dwar djar għall-anzjani u day centres, il-Ministeru tiegħi qiegħed jimxi fuq il-Business Plans tad-Dipartiment għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali rigward il-proġetti li għandhom isiru.", "Infakkar lill-Onor.", "Membru li fiż- Żejtun jew f'Bormla li hija lokalita' relattivament qrib Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn, diġa' hemm jew se jkun hemm dar għall-anzjani u day centre.", "BINI - LIĠIJIET", "9178.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa fuq il-liġijiet tal- bini ħalli jkunu nkorporati miżuri favur il-konservazzjoni ta' l-enerġija fil-bini tagħna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Meta l-liġijiet proposti kienu qiegħdin jiġu mfassla, kien inħatar sotto kumitat biex jistudja u jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq dan is-suġġett partikolari.", "Fost il-miżuri li hemm stipulati fir-regolamenti l-ġodda hemm li l-bini l- ġdid irid ikollu ċertu standard ta' insulation, kif ukoll aspetti oħra li jolqtu il-passive design biex dan il-bini ikun aktar addattat għall-klima tagħna.", "APPARAT LI JAĦDEM B'ENERĠIJA SOLARI", "9179.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy attwali tal-Gvern rigward eżenzjonijiet fuq apparat li juża enerġija solari jew dik tar-riħ?", "Jista' jindika x'sar jew x'beħsiebu jsir issa li ġej il-budget speċjalment in vista li l-ispiża hija relattivament għolja għal konsumatur biex jixtri tali apparat fil-preżent?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub jingħata fil-mument opportun.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "9180.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' l-impjegati li jaħdmu mal- Korporazzjoni Enemalta:- 1) f'totali; u 2) lokalita' b'lokalita; f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ENEMALTA - PRODOTTI", "9181.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' x'qiegħed jiġi ntaxxat il- konsumatur fuq dawn il-prodotti:- 1) petrol; 2) diesel; 3) pitrolju; u 4) fuels oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru deher fis- Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16479 tat-30 ta' Ġunju, 1997.", "Id-dettalji huma kif jidhru hawn taħt:", "Petrol (leaded) 13c3 kull litru Petrol (Unleaded) 12c2 kull litru Diesel 6c1 kull litru Kerosene 1c1 kull litru LPG 5c0 kull Kg.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "9213.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' persuna mill-Qawra, li d- dettalji qed jintbagħtu separatament, li applika għal sickness benefit wara li għadda bord hemmhekk l-Ingilterra u li sal-lum għadu ma rċieva xejn?", "Dan għandu Social Security No. B-05615474 u Pension No. 16186727.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant kienet għamlet talba għall-Għajnuna għall-Mard f'Awissu 1996, u meta ġiet mitluba tagħti xi informazzjoni dwar id-dħul tagħha u tal-familja, hija kienet talbet li l-każ jingħalaq u li d-Dipartiment ma jibqax jieħu konjezzjoni tal-każ, għax il-mezzi tagħha kienu jaqbżu l-iskala.", "Dan kien fil-5 ta' Novembru 1996.", "Fis-16 ta'Novembru 1996, hija kienet informata uffiċjalment bid-deċiżjoni tal-każ tagħha skond kif kienet talbet hi.", "Il-persuna msemmija tista' tagħmel applikazzjoni mill-ġdid jekk taħseb li ċ- ċirkostanzi tagħha jintitolawha għal dan il-benefiċċju.", "PBS - CHANNEL 12", "9214.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ikunx aktar għaqli u jikkonsidrax dan is-suġġeriment li Channel 12 li huwa programm edukattiv u jixxandar fuq il-Community Channel għandu jitgawda minn kull min huwa interessat fl-edukazzjoni u għalhekk għandu jkun provdut lil kulħadd u mhux min jista' jaffordja jħallas il- cable television?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-twaqqif u t-tħaddim ta' Channel 12 fuq il- Cable TV joħorġu mill-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Melita Cable TV, iffirmat fl- 1991.", "Dan il-ftehim jgħodd għal 15-il sena.", "Madankollu, billi l-programmi ta' Channel 12 huma segwiti ħafna, u jkun xieraq u sewwa li jitgawdew minn kulħadd, l-Awtorita` dwar ix-Xandir lesta li ma l-ewwel opportunita` tara li dan l-istazzjon jkun jista jxandar b'sistema terrestri [li jkun jinqabad bl-antenna].", "IMPJIEGI - PERSUNI SELF-EMPLOYED", "9215.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna self-employed bħalma hi l-persuna mill-Għargħur li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li nvesta iktar minn Lm10,000 hu waħdu bħala panel beater eċċ, għandux jiġi kkonsidrat minn xi skema eżistenti biex ikollu sussidju fuq loans li jkun għamel biex hu jaħdem hekk u allura ma jkunx piż fuq l-istess soċjeta' li tipprovdi hi stess xogħol għalih?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-iskema ta' self b'rata ta' imgħax issussidjat taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali u l-iskema taħt l-Att dwar Garanziji ta' Self lill-Intrapriżi Żgħar għandhom l-għan ewlieni li jservu ta' inċentiv lil min irid jagħmel investiment ġdid u mhux biex jiġi ffinanzjat mill-ġdid jew issussidjat l-investiment li jkun diġa' sar.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "9216.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jara li applikant minn Naxxar li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li huwa diżokkupat u jirreġistra għax-xogħol u li huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal jingħata ċ-children's allowance għaliex sal-lum dan għal xi raġuni amministrattiva li ċertament m'hijiex ġustifikata, għadu ma ngħatax lilu u lill-familja tiegħu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant kienet għamlet talba għall-allowance tat-tfal fil-31 ta' Lulju 1997, tlett ijiem wara li bdiet tirreġistra għax-xogħol.", "Il-ħlas ta' l-allowance tat-tfal għadu ma ġiex maħruġ għaliex id-Dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni jistabilixxi r-rata ta' allowance dovuta lill-familja tal-persuna msemmija.", "Il-persuna qiegħda tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni mitluba biex dawk li jistgħu jkunu drittijiet tagħha jiġu mogħtija lilha skond ma jipprovdi l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318).", "Ir-raġunijiet li s'issa għadu ma sarx il-ħlas huma bla dubju ġustifikati.", "Il-ħlas ta' xi benefiċċju jista' jsir biss hekk kif il-persuna tipprovdi l- informazzjoni meħtieġa.", "Id-Direttur ma jistax ikun sodisfatt bid- dikjarazzjoni ta' persuna li filwaqt li qed tiddikjara li ma għandha ebda dħul minn imkien, lanqas mhi tirċievi xi benefiċċji soċjali.", "MOSTA - TRIQ IĊ-ĊINJU", "9217.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-expropriation procedure meħtieġa biex parti minn Triq iċ-Ċinju, fil-Mosta fejn hemm parti minn ħajt f'nofs din it-triq, finalment tiġi konkluża bis-servizzi b'kollox, issa li hemm diversi familji jgħixu hemmhekk?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sar qbil bejn il-Gvern Ċentrali, il-Kunsill Lokali u s-sidien ta' din l-art imsemmija, biex Triq iċ-Ċinju tkun tista' titwessa'.", "Għalhekk meta jsir ix-xogħol ta' tarmak, il-ħajt li jinsab fin- nofs ta' triq se jersaq lura mil-linja tat-triq.", "MOSTA - XIRI TA' FOND", "9218.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jara x'inhu jżomm lill-Awtorita' tad-Djar li tikkonkludi kuntratt wara konvenju li sar għal xiri ta' fond fil-Mosta li d-dettalji qed jintbagħtu separatament ma' ċertu persuna legalment separata, meta dan il- konvenju issa ilu fuq sena li sar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Fl-1 ta' Marzu 1996 l-Awtorita' tad-Djar iffirmat il-Konvenju mas-Sinjura Briffa għax-xiri tar-residenza tagħha li hi proprjeta' tal-Gvern wara li d- Dipartiment ta' l-Artijiet ma' sabx oġġezzjoni għall-bejgħ (Dok.", "1)", "Fis-16 ta' April 1996 id-Dipartiment ta' l-Artijiet informa lill-Awtorita' tad-Djar li għalissa il-bejgħ ma jistax jitkompla peress li hemm dubju jekk il-Gvern huwiex is-sid assolut ta' l-art jew le (Dok.", "2).", "L-Awtorita' tad-Djar baqgħet tinsisti mad-Dipartiment ta' l-Artijiet biex din il-kwestjoni tiġi solvuta biex tikkonkludi l-ftehim mas-sinjura Briffa.", "Fil-25 ta' Settembru 1997, l-Awtorita' tad-Djar ġiet informata mid- Dipartiment ta' l-Artijiet li qabel ma jiġi determinat jekk il-Gvern għandux it-titolu legali fuq l-art, ma jirrikmandax li l-bini mibni fuq din l-art jiġi trasferit b'titolu assolut (absolute ownership)(Dok.3).", "Jekk l-Awtorita' tad-Djar ma tingħatax il-provenjenza ta' l-art, ma tistax tidħol mas-Sinjura Briffa fuq att finali ta' trasferiment.", "SKYTEL LTD", "9227.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qegħda titħallas it-Telemalta mill-kumpannija Skytel Ltd talli din ta' l-aħħar tuża l-infrastruttura tat-Telemalta għall- operazzjonijiet tagħha?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali, u għaldaqstant mhux prudenza li tingħata.", "TELEPHONES ĠODDA", "9228.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu stallati linji ġodda tat-telefon xahar b'xahar tul dawn l-aħħar sentejn lokalita' b'lokalita'?", "X'kien iż-żmien average li ttieħed sabiex ikunu stallati dawn il-linji?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngħarraf li kien hemm żmien, meta biex tiġi tingħata linja tat-telefon, l-applikant kien idum kważi erbgħin (40) jum, bħal per eżempju f'Lulju ta' l-1996.", "Il-Korporazzjoni Telemalta issa qabdet ritmu tajjeb tant li minn 28 jum fi Frar li għadda, l-average waiting time issa tniżżel għal 11.45 f'Ottubru.", "TELEMALTA - CABLE FAULTS", "9229.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' faults fil-primary u secondary cables tat-Telemalta u faults oħra fis-settijiet xahar b'xahar tul dawn l-aħħar sentejn?", "Kemm damu sabiex jissewwew dawn il-faults?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħlitx xi sistema fil-hardware jew software sabiex tiddentifika l-kawża ta' dawn il-faults u sabiex isewwuhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: 1.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant hija miġbura f'din it-tabella li turi l-ammont ta' cable faults li ġew imsewwija matul kull xahar fl-1996 u fl-1997.", "Ma tinżammx statistika li tiddistingwi bejn primary u secondary cable faults.", "Xahar 1996 1997 Jannar 1,399 1,065 Frar 1,256 823 Marzu 1,257 918 April 1,189 1,299 Mejju 1,187 1,039 Gunju 1,011 1,015 Lulju 1,221 876 Awissu 1,147 820 Settembru 1,236 1,369 Ottubru 1,242 Novembru 880 Dicembru 871 Total 13,896 9,224", "2.", "Fil-każ ta' settijiet bil-ħsara ma' tinżammx statistika.", "3.", "F'ċirkostanzi normali, il-cable faults jiġu msewwija fi ftit ġranet, iżda jista' ikun il-każ li meta jkun hemm bżonn tħaffir (minħabba ħsara taħt l-art) dawn idumu daqsxejn aktar.", "4.", "Kif diġa' tħabbar pubblikament, il-Korporazzjoni xtrat sistema komputerizzata biex tittestja l-linja (Line Test System).", "Huwa fatt li b'din is-sistema ta' hardware u software il-ħsarat jiġu identifikati malajr u tiżdied l-effiċjenza biex l-istess ħsarat jitranġaw fl-iqsar żmien.", "F'dan il-mument, is-sistema qegħda tiġi nstallata u huwa ppjanat li tibda topera fil-ġimgħat li ġejjin.", "ETC - KORSIJIET", "9240.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati korsijiet mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul ix-xahar ta' Settembru?", "Kemm nies ħadu sehem u kemm minn dawn kienu qed jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella bil-Korsijiet li kienu organizzati mill- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul ix-xahar ta' Settembru 1997, u n- numru ta' persuni li kienu qed jattendu għalihom tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "EDUKAZZJONI - PROGRAMM SCOOPS", "9241.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma se ssir matul is-sena skolastika permezz tal-programm Scoops?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din is-sena l-programm Scoops daħal fit-tielet sena u l-aħħar mit-tlett gruppi ta' skejjel (jiġifieri l-iskejjel li baqa' - li jissejħu Grupp C) se jieħdu sehem din is-sena.", "L-ewwel saret laqgħa mal-kapijiet ta' l-iskejjel ta' Grupp A (dawk li bdew jieħdu sehem fis-sena skolastika 1995/96) u mal-kapijiet ta' l-iskejjel Grupp B (dawk li bdew jieħdu sehem fis-sena skolastika 1996/97).", "Fil-25 ta' Ottubru saret il-Konferenza.", "Fil-bidu ta' Novembru se ssir laqgħa mal-Managers ta' kull skola.", "Wara jkun hemm Co-op Week f'kull skola.", "Jinħatar il-kumitat tat-tmexxija u tibda taħdem il-koperattiva fl-iskola.", "Wara din is-sena jkunu ħadu sehem l-iskejjel kollha, kemm tal-Gvern kif ukoll Privati.", "RAĦAL ĠDID - PROVVISTA TA' ILMA", "9242.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqatgħet il-provvista ta' l-ilma matul l-aħħar xahrejn fi Triq 28 ta' April 1958, f'Raħal Ġdid?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "RAĦAL ĠDID - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "9243.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies għamlu użu mill-poliklinika ta' Raħal Ġdid matul Settembru?", "Kemm hu l- complement bħalissa ta' din il-poliklinika?", "Hemm pjanijiet li l-istaff għandu jiżdied?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-attendenzi fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid matul ix-xahar ta' Settembru kien dan.", "Attendenzi għat-tabib: 9,947 Attendenzi fit-treatment room 4,283 Attendenzi għall-kliniċi diversi 59,412 Talbiet għal viżti 1,096", "Il-kompliment ta' tobba fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdida huwa ta' 25.", "Id-Dipartiment tal-Kura Primarja qed jagħmel kull sforz biex dan in-numru jiżdied.", "ĦAL TARXIEN - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "9244.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jordna li jittieħdu passi biex id- drenaġġ bejn Triq Paola u Triq is-Sorijiet, Ħal Tarxien ma jkomplix ifur meta tagħmel xita qawwija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ qed jinvestiga din il-problema sabiex jara x'passi jistgħu jittieħdu biex din tittaffa.", "P.A. - FDALIJIET RUMANI FIŻ-ŻEJTUN", "9245.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Ministru jara li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar b'xi mod tħares il-fdalijiet Rumani li jinsabu fl- Iskola Karlu Diacono, fiż-Żejtun?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "PULIZIJA - SISTEMA TA' CLAMPING/TOWING", "9251.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9130 fejn bi żvista użajt l-kelma \"ittowjat\" flok \"ikklampjat\", jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn il- Pulizija qegħdin jagħżlu li karozzi jkunu rmunkati flok ikklampjati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi skond l-Avviż Legali 94 ta' l- 1997, il-Pulizija tista' tneħħi, taħżen jew tiddisponi minn kull oġġett ta' ingombru li jkun qiegħed joħloq xi diżordni, inkonvenjent jew ostaklu u li jkun qiegħed f'post jew f'imkien li ma jkunux permessi skond il-liġi li jintużaw għal dak l-iskop, jew jekk dak il-post jew imkien ikunu speċifikament indikati bħal zona ta' irmonk.", "Il-klampi jistgħu jitqiegħdu mill-Pulizija mar-roti ta' kull vettura bil-mutur li tkun qegħda pparkjata jew imħollija f''area speċifikament indikata bħal zona ta' klampjar.", "KUNSILLI LOKALI - BINI/KOSTRUZZJONI TA' BANKINI", "9270.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-direzzjoni tad- dipartiment lill-kunsilli lokali dwar bini/kostruzzjoni ta' bankina ġdida fejn ma jkunx hemm?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MOSTA - TISWIJA TA' TOROQ", "9271.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq huwiex jipprepara biex jaħdem fuq il-formazzjoni ta' wiċċ Triq Ġużeppi Hyzler, Triq l-Aħwa Galea u Triq iċ-Ċinju, kollha fil-Mosta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qiegħed isir xogħol ta' ko-ordinament ta' servizzi ma' l-entitajiet kollha biex Triq Ġużeppi Hyzler u Triq iċ-Ċinju ġewwa l-Mosta jingħataw it-tarmak.", "Triq l-Aħwa Galea mhix inkluża fil-programm tax-xogħol għal din is-sena.", "ISLA - KUMPLESS TAL-MAĊINA", "9272.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsebijiet tal-Gvern rigward il-kumpless tal-Maċina?", "X'possibilitajiet u diffikultajiet hemm biex dan il-kumpless jingħata bħala responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' l-Isla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Gvern qiegħed jistudja proposti fosthom waħda mill-Kunsill Lokali ta' l-Isla biex jiddeċiedi xi jkun l-aħjar użu li jista' jsir mill-Kumpless.", "It-talba tal-Kunsill Lokali ta' l-Isla trid tiġi studjata wkoll fid-dawl ta' policy ġenerali li trid tiġi mfassla bil-għan li tistabilixxi l-mod kif proprjetajiet tal-Gvern jgħaddu f'idejn il-Kunsill Lokali.", "KUNSILLI LOKALI - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "9273.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kunsilli lokali m'humiex meqjusa bħala l-awtoritajiet lokali u għalhekk responsabbli flimkien ma' l-għaqdiet sportivi fil-kura tal-grounds sportivi li għadha f'diversi lokalitajiet?", "Jista' l-Ministru jgħid kif wasal biex jikkonsidra l-five-a-side football ground f'din l-iskema, li hija parti mir- Riżoluzzjoni mressqa għal konsiderazzjoni tal-Kamra meta dan il-ground sar bi spejjeż tal-kunsill lokali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Gvern fuq parir tal-Kunsill Malti għall- Isport, iħoss li l-aħjar nies kwalifikati biex imexxu l-faċilitajiet sportivi huma l-istess għaqdiet sportivi u clubs.", "Madankollu, ir-rwol tal- kunsilli lokali huwa importanti ħafna, għaliex iridu jkunu huma li jissorveljaw u jaraw li l-kondizzjonijiet li fuqhom ġie mogħti t-titlu ta' l-art ikunu osservati.", "Il-five-a-side pitch tal-Mosta se jibqa' fuq l-istess titlu u kondizzjonijiet li kellu meta sar ftehim bejn il-Kunsill Lokali u l-Mosta F.C.", "MOSTA - TELEPHONE BOX", "9274.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu passi meħtieġa biex tiġi nstallata telephone box f'zona ta' Santa Margerita, fil-Mosta?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Ottubru 1996 kemm-il telephone box ġew installati u fejn lokalita' b'lokalita'?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-Korporazzjoni Telemalta għandhiex lista ta' talbiet pendenti ta' fejn kellhom jkunu nstallati telephone boxes skond it-talbiet tal-kunsill lokali?", "Jista' l-Prim Ministru jippubblika din il- lista ta' talbiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Korporazzjoni Telemalta diġa' għandha cardphone installata f'Santa Margerita fil-Mosta u wara diskussjoni mal- Kunsill tal-lokal, ġie deċiż li titwaħħal oħra matul il- programm li jmiss.", "Il-cardphones pubbliċi li twaħħlu lokalita' b'lokalita' minn Ottubru 1996 huma dawn:", "Malta Armier 2 Attard 3 B'Bugia 3 B'Kara 4 Buġibba 20 Burmarrad 1 Ċirkewwa 2 Cospicua 2 Fgura 2 Floriana 2 Għadira 1 Għajn Tuffħa 1 Għargħur 1 Għaxaq 2 Ħamrun 4 Iklin 2 Kappara 1 Kirkop 2 Kordin 1 Lija 1 Luqa 3 M'Scala 1 Marsa 4 Mellieħa 4 Mosta 1 Mqabba 1 Msida 4 Naxxar 1 Pembroke 2 Qawra 7 Qormi 4 Qrendi 2 Rabat 2 San Ġwann 4 Senglea 3 Sliema 10 San Pawl 8 Sta.", "Luċia 2 Tarxien 1 Valletta 6 Vittoriosa 3 Xemxija 3 Żabbar 4 Żejtun 5 Żurrieq 5 Total 147", "Għawdex Għajnsielem 2 Marsalforn 3 Mġarr 1 Victoria 5 Xlendi 2 Total 13", "Il-kunsilli lokali għamlu diversi talbiet lill-Korporazzjoni Telemalta għal cardphones pubbliċi.", "Diġa' twaħħlu għadd ta' cardphones f'xi lokalitajiet u se jkomplu jitwaħħlu oħrajn sabiex jintlaqgħu t- talbiet pendenti.", "Ta' min jgħid li meta tiġi pproċessata applikazzjoni, it-Telemalta tikkonsidra bosta aspetti.", "Lista ta' dawn it talbiet qed tinġabar.", "MOSTA - ASFALTAR TA' TOROQ", "9275.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8844, jista' l-Ministru jgħid kif iż-żewġ toroq imsemmija ladarba dawn għadhom m'humiex asfaltati jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Partijiet minn Triq l-Awrora u Triq Santa Margerita fil-Mosta, jaqgħu taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali, peress li huma diġa' asfaltati.", "Ix-xogħol ta' kisi ta' tarmak f'dawn iż- żewġ toroq se jsir mill-Gvern Ċentrali.", "ĦAMRUN - PJAZZA KAPPILLAN MIFSUD", "9279.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla l- proġett fi Pjazza Kappillan Muscat, fil-Ħamrun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "9280.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-istudenti universitarji ġodda din is-sena kienu jmorru:- 1) skola primarja tal- Gvern; 2) skola sekondarja tal-Gvern; u 3) Sixth Form tal-Gvern?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BENGĦAJSA - ĊENTRU TA' RIJABILITAZZJONI", "9289.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma fiex wasal il-proġett mibdi mill-amministrazzjoni preċedenti ta' Bengħajsa li kien se jkun ċentru ta' rijabilitazzjoni għal min ikun fi stadju finali tal-programm għal priġunieri milquta mill- problema tad-droga?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi peress li ċ-ċirkostanzi rrikjedew illi dan iċ-ċentru ta' rijabilitazzjoni isir fl-Imtaħleb, il-bini f'Bengħajsa hu pproġettat li jinbidel għal xi skopijiet oħra.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "9297.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad- droga wara li saru testijiet, xahar b'xahar, mill-1.1.97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad-droga wara li saru testijiet, xahar b'xahar minn Jannar sa Ottubru 1997 kien kif jidher hawn taħt ;", "XAHAR NUMRU Jannar 10 Frar 1 Marzu 3 April 1 Mejju 2 Gunju 3 Lulju xejn Awissu 9 Settembru xejn", "TAL-QROQQ/ATTARD - DAWL FIL-BYPASS", "9301.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8915 u t- tweġiba relattiva, jista' l-Ministru jgħid għall-liema bypass irrifera u għall-liema parti mill-bypass irrifera fir-risposta tiegħu, peress li jien kont qed nirriferi għall-bypass li minn Tal-Qroqq tieħdok taħt it-tunnels ta' Sta.", "Venera u tibqa' sejjer sa ħdejn il-Malta Financial Services Centre u nikkonferma li f'din il-bypass kien hemm 'il fuq minn 50 fanal mitfi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Bypass li saret referenza għaliha f'mistoqsija parlamentari 8915 kienet il-Bypass ta' B'Kara li tieħu minn Tal-Qroqq għal Ħ'Attard.", "Il-Bypass li tieħdok minn tal-Qroqq għal taħt il-mini ta' Sta.", "Venera sal- Malta Financial Services ġiet spezzjonata u qiegħda ssirilha l-manutenzjoni meħtieġa.", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - IMPJEGATA", "9302.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8966, jista' l-Ministru jgħid minn meta l- persuna ndikata bdiet taħdem fil-Ministeru tiegħu minkejja li ma kienx għad hemm approvazzjoni għal redeployment mill-M.P.O.?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-persuna ndikata fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru ġiet trasferita uffiċjalment u bdiet taħdem uffiċjalment hekk fik ġiet l-approvazzjoni mill-M.P.O.", "SAĦĦA - POLYMORPHIS LIGHT REACTION", "9303.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna hawnx persuni li jbatu mill-kondizzjoni li tissejjaħ Polymorphis light reaction?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iva hawn.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "9304.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9132, jista' l-Prim Ministru jikkonferma kemm kienu priġunieri li f'dawn l-aħħar xahrejn intbagħtu l-isptar għal kura peress li belgħu il-blades?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li kien hemm 4 priġunieri li allegaw li belgħu l-blades.", "Wieħed minnhom f'żewġ okkażjonijiet separati.", "F'wieħed minn dawn il-ħames każijiet instab li l-allegazzjoni ta' dan il-priġunier kienet infondata.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIER BARRANI", "9305.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9138, jista' l-Prim Ministru jgħid min investiga dak l-inċident?", "Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-inkjesta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nerġa' nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9138.", "Ninsab informat li dan il-każ ġie nvestigat mid-Direttur tal-Ħabs.", "Jirriżulta li waqt l-inċident imsemmi, bosta uffiċjali tal-ħabs kienu preżenti l-ħin kollu kif ukoll membru tal-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs u li dawn kollha ma nnotaw l-ebda trattament ħażin minn xi uffiċjal li seta' jwassal għall-inkjesta.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "9306.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9137, jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk din il-faċilita' teżistix f'kull diviżjoni?", "Jekk le, liema minnhom għandhom din il-faċilita'?", "Din il- faċilita' teżisti wkoll fil-Workshops?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li preżentament, id-diviżjonijiet li għandhom il-faċilita' li jsajru huma dawk tal-Juveniles, tan-Nisa u ta' l- Imtaħleb.", "Ninsab informat ukoll li fil-workshops ma hemmx din il-faċilita'.", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊJALI", "9307.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Skond id-delega ta' poteri li ngħatat lid-Direttur tal-Ħabs, jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid:- a) kemm kienu l-uffiċjali li ngħataw trasferimenti dixxiplinarji; b) kemm kienu l-uffiċjali li weħlu multi; c) kemm kienu l- uffiċjali li nżammilhom l-increment; d) kemm kienu l-uffiċjali li nżammilhom ġranet ta' mistrieħ; e) kemm kienu l-uffiċjali li ngħataw twiddiba serja; u f) kemm kienu l-uffiċjali li ngħataw twissija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika l- perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni.", "TIPJIP", "9310.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar il-prevalenza ta' tipjip f'nisa u rġiel Maltin (kull eta', għaxar snin għaxar snin, skond kif inhi faċli l-informazzjoni) mill-1990 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-aħħar statistika fuq livell nazzjonali ppubblikata f'dan ir-rigward hija dik taċ-ċensiment ta' l-1985 fejn instab li kien hemm 52% ta' l-irġiel u 17% tan-nies 'il fuq minn 16-il sena li kienu jpejpu.", "GĦAWDEX - EXTENSION OF THE SEWAGE SYSTEM", "9322.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9147, u ċioe' jgħid kemm kienet in-nefqa s'issa mill-Vot għas- sena kurrenti 1997 ta' Lm240,000 fuq extension of the sewage systems f'Għawdex u fejn saru x-xogħlijiet konċernati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - MASTERPLAN TAD-DRENAĠĠ", "9323.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9146?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9146 ingħatat fis-seduta numru 128 fil-21 ta' Ottubru 1997.", "SPTAR ĠENERALI - OPERAZZJONIJIET", "9324.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9119 u ċioe' jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fil-qasam ta' l-Ortopedija u f'dak ta' l-Oftalmija fl-1995 u kemm fl-1996 u minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:", "1995 1996 1997 (Jannar - Settembru) OPTHALMIC 260 342 300 ORTHOPAEDIC 160 198 158", "GOZO CHANNEL - PASSES SPEĊJALI", "9325.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9117 u ċioe' jgħid kemm inħarġu passes speċjali mill- kumpannija Gozo Channel lil persuni Għawdxin residenti f'Malta minn meta bdiet l-iskema l-ġdida sal-lum?", "Kemm kien l-għadd ta' applikazzjonijiet u kemm minnhom ma' ġewx milqugħa?", "Kemm inħarġu passes fuq passiġġier u l- vettura tiegħu flimkien u kemm inħarġu passes għall-passiġġier bla vettura?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej:-", "PASSES 1995/1996", "Family Applications 772 Passes Issued 1747 Passes with vehicles 781 Passes without vehicles 966 Passes refused 30", "PASSES 1996/1997", "Family Applications 699 Passes Issued 1783 Passes with vehicles 807 Passes without vehicles 976 Passes refused 13", "PASSES 1997/1998 Family Applications 374 Passes Issued 1037 Passes with vehicles 468 Passes without vehicles 569 Passes refused 27 WSC - FLUS MINFUQA GĦAL GĦAWDEX", "9326.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8796, jista' l-Ministru jgħid jekk dik in-nefqa kenitx tkopri l- perjodu tas-sena finanzjarja tal-Korporazzjoni mill-1 ta' Ottubru, 1996 sa l-aħħar ta' Settembru 1997 u jekk le, jista' jagħti l-informazzjoni dovuta għas-sena finanzjarja ndikata u ċioe' x'kienet in-nefqa u fejn saru x- xogħlijiet bejn Ottubru tas-sena l-oħra u Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - KAŻ BIL-FILE NO.", "HA 120/97", "W992.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jinformani fiex wasal l-ipproċessar tal-File No. HA 120/97 biex jinxtara l-fond Flat 7, Blokk Nru. 5, Triq il-Fosos, Furjana?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-applikant taħt File: 120/97, iffirma il- konvenju biex jixtri r-residenza tiegħu li hi proprjeta' tal-Gvern, fis-26 ta' Settembru, 1997.", "Fit-30 ta' Settembru, 1997 l-Awtorita' tad-Djar talbet lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex jgħaddilha l-provenjenza tal-fond biex ikun jista' jsir il-kuntratt finali tat-trasferiment favur l-applikant.", "DJAR - XIRI TA' PROPRJETA'", "W993.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jara li l-persuna mill-Furjana - li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - ikun jista' jixtri din il-proprjeta' b'applikazzjoni tal-Joint Office No. 116, li ilha pendenti mit-30.09.96, u li donnha waqfet għand l-Attorney General?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninsab informat li l-każ li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant qed jiġi pproċessat u jinsab fl-istadju ta' reġistrazzjoni mar-Reġistru ta' l-Artijiet.", "Għalhekk fiż-żmien qrib il-persuna ndikata mill-Onor.", "Membru, se tkun informata bil-proċeduri biex jiġi ffinalizzat ix-xiri ndikat.", "PULIZIJA - ĦANUT FIŻ-ŻURRIEQ", "W995.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru W836, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi meħtieġa?", "Jista' jgħid minn meta ilhom jitħallsu dawn il-permessi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopja tal-liċenzji maħruġa mill-Pulizija dwar il- ħanut Saddles ta' Blue Grotto Ave, Żurrieq tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta u ċioe':", "a. Liċenzja biex jinbiegħ inbid u xorb alkoħoliku bil-grokk; u", "b. Liċenzja biex il-ħanut jinżamm miftugħ sas-1.00 a.m.", "Ninsab informat li safejn jista' jiġi aċċertat mir-records miżmuma, il- liċenzja biex jinbiegħ inbid u xorb alkoħoliku bil-grokk, kienet diġa' teżisti fl-1981 pero' d-data ta' meta oriġinarjament ħarġet din il-liċenzja ma tistax tiġi stabbilita, peress illi r-reġistri imorru lura sa l-1981 u l- file oriġinali ma nstabx.", "Ninsab informat ukoll li, mill-istess reġistri, jirriżulta li l-permess biex il-ħin tal-ħanut jinżamm miftuħ jiġi estiż sas-1.00 a.m. inħareġ fl- 1982.", "Din l-estensjoni ġiet revokata fuq il-parir tal-Bord tal-Parir dwar Liċenzja tal-Pulizija, li jġib id-data ta' l-14 ta' Marzu,1997.", "Il-permess ġie rivedut biex il-ħanut jista' jinżamm miftuħ sas-1.00 a.m. fuq parir tat- Tribunal ta' l-Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija, liema parir ġie kkomunikat lit-Taqsima tat-Liċenzji tal-Pulizija fl-10 ta' Ottubru, 1997", "TAL-BARRANI - DRENAĠĠ", "W1,007.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta n-nies li joqogħdu fi Triq Tal-Barrani (lejn in-naħa ta' Bir id-Deheb), se jkollhom is-servizz tad- drenaġġ u dan wara li l-ewwel bini sar 22 sena ilu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat illi t-tender għal dan ix-xogħol ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.", "ARTIJIET - XIRI", "W1,010.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li numru ta' residenti fil-blokk fi Triq il- Mediterran, il-Belt, żmien ilu applikaw biex jixtru l-appartament tagħhom; peress illi jidher illi waqt li xi kuntratti ġew finalizzati l-parti l- kbira għadhom fuq konvenju, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm residenti applikaw biex jixtru l-appartament; (b) ma' kemm u għal-liema appartamenti ġew finalizzati l-kuntratti; (ċ) ma' kemm u għal-liema appartamenti saru biss konvenji; (d) hux minnu li l-unika ħaġa li għadha żżomm il- finalizzazzjoni tal-kuntratti hi li toħroġ President's Declaration fuq xi art li ġiet esproprjata fis-snin ħamsin jew sittin; u (e) jekk le, x'inhi r- raġuni li ma sarux?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari lill-ministru konċernat.", "Il-Blokk ta' Bini li jinstab ħejn il-Barrakka ta' Isfel li nbena fuq il- Ħabs ta' l-Ilsira kien mibni kollu fuq proprjeta' tal-Gvern ħlief għall- Blokk Numru 3, Triq il-Mediterran li għandu biċċa żgħira mibnija fuq art akkwistata, oriġinalment b'titolu ta' Pussess u Użu li dan l-aħħar nqaleb għal akkwist assolut, iżda l-kuntratt relattiv għadu ma sarx.", "GĦandi ngħid ukoll li l-20 appartament li nbnew dan l-aħħar fuq l-arja tal- blokk antik nbnew fuq arja li parti minnha kienet trasferita meta l-flats ta' taħt nbiegħu mill-Awtorita tad-Djar, u għalhekk hemm problema legali għall-bejgħ ta' dawn l-appartamenti.", "KUMPANNIJA VISUAL TRENDS LIMITED", "W1,021.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallas mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u kemm għad baqa' jitħallas lill-kumpannija Visual Trends Limited mal-ministeru, dipartimenti, enti governattivi, korpi statutorji, awtoritajiet, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu u jindika wkoll għal-liema xogħol sar jew irid isir kull ħlas?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ma sar l-ebda xogħol għall-Ministeru għad-Djar jew xi entita' li taqa' taħtu mill-kumpannija msemmija.", "Għalhekk ma' sar l- ebda ħlas.", "MALTA SHIPBUILDING/MLP - KUNTRATTI", "W1,026.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratti bejn il-Gvern u l-Malta Shipbuilding u bejn il-Malta Shipbuilding u l-Malta Labour Party rigwardanti l-art f'St. Andrews okkupata mill-Malta Labour Party u t-tpartit li sar mal-Freedom Press?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kopja tal-kuntratti relattivi bejn il-Gvern u l- Malta Shipbuilding, u bejn il-Malta Shipbuilding u l-Malta Labour Party rigwardanti l-art f'St. Andrews okkupata mill-Malta Labour Party u t- tpartit li sar mill-Freedom Press tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta."]} {"filename": "19980218_188d_par.doc", "date": "1998-02-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 188 L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 188", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.06 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "188", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 1998", "WERREJ MINUTI 399", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 399", "TQEGĦID TA' KARTI 406", "MOZZJONIJIET ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI TELEMALTA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998 407", "AĠĠORNAMENT 432", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 437", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 441", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 187 li saret fis-17 ta' Frar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "WSC - RAPPORT TA' ALF MIFSUD", "11684.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-ministeru tiegħu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u t-28 ta' Jannar, 1998 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- ministeru tiegħu?", "Liema minn dawn ir-rapporti ġew iffinalizzati u liema ġew ippubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Min għamel ir-rapporti li ġew ippubblikati individwalment?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma ġewx ippubblikati?", "Min għamel ir-rapporti mhux ippubblikati?", "Meta se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Matul il-perijodu ndikat ġie kkummissjonat rapport wieħed bl-isem \"A Fresh Start- Strategic Review of the Water Services Corporation\" u sar mis-Sur Alfred Mifsud", "Dan ir-rapport kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u kien ġie ppubblikat.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma nafx jekk il-Ministru huwiex f'pożizzjoni li jgħid jekk l-environment impact assessment għall-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fl-inħawi taċ-Ċumnija ġiex ikkummissjonat mill- ġdid?", "Qed ngħid dan għaliex minn diversi mistoqsijiet parlamentari jirriżulta li suppost ġie kkummissjonat pero' milli jidher m'huwiex il-każ.", "Jekk ġie kkummissjonat, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta u meta se jsegwi x-xogħol marbut ma' dan ir-rapport?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, l-informazzjoni li għandi hija li dan hu r-rapport li ġie kkummissjonat u allura m'huwiex imniżżel f'din il-lista.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiġifieri qed nifhem sew li għadu ma ġiex mitlub biex isir environment impact assessment dwar ix-xogħol li semmejt?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien m'iniex ngħid li dan ma ġiex mitlub jew li mhux se jsir pero' li naf żgur li sar huwa dak li għadni kemm indikajt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, la l-Ministru weġibni li rapport wieħed biss ġie kkummissjonat, għandi nifhem li matul il-perijodu indikat ma ġewx ikkummissjonati rapporti oħrajn.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, ir-risposta kienet tgħid ċar li matul il- perijodu ndikat ġie kkummissjonat rapport wieħed.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, il-Ministru qed jeskludi li xi kap ta' dipartiment seta' għamel rapport fil-bidu tal-leġislatura?", "Safejn naf jien il-Prim Ministru hawn ġew kien qal li l-ministri tiegħu se jordnaw lil kull kap ta' dipartiment sabiex jagħmel rapport.", "Fil-fatt kull kap ta' dipartiment kellu jippreżenta rapport lill-ministru tiegħu biex jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma nistax ngħid jekk dan li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant huwiex korrett pero' nista' ngħidlu li d-domanda kienet tirrigwarda r-rapporti tal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni u r-risposta tgħid li sar rapport wieħed.", "WORKS DIVISION - KUNTRATTI TA' XOGĦOL", "11788.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Wara r-riforma li saret fil-works division - li hija responsabbli mill-kuntratti tax-xogħol li d-dipartiment għandu mal-kunsilli lokali - issa li din it-taqsima ġiet riorganizzata skond id-distretti, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministri humiex qed jagħtu ordnijiet ta' xogħol lil din it-taqsima biex jiġu rranġati toroq bil-patching?", "Jista' jgħid ukoll kemm sar xogħol li ma kienx mitlub mill-kunsilli lokali, f'liema lokalitajiet, kemm sewa dan ix-xogħol, min ħallas għalih?", "Jista' jgħid ukoll kemm sar xogħol għal kull kunsill lokali, kemm hu d-dejn li l-kunsilli lokali għandhom ma' din it-taqsima, kemm hu d-dejn għal kull kunsill lokali sad-data tar-risposta u għal liema kwalita' ta' xogħol jeżisti dan id-dejn?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): It-taqsima tad-distretti tagħmel xogħlijiet tal-kunsilli biss iżda kultant tagħmel ukoll xi xogħol ta' emerġenza.", "Dan ix-xogħol hu limitat ħafna u jsir fuq ordni tal-perit biss.", "Id-dejn tal-kunsilli lokali mal-gvern ċentrali huwa ta' madwar Lm1,245,000.", "Rigward it-tielet parti tad-domanda, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru jirriżultalu kemm saru claims lid- dipartiment min-naħa tal-kunsilli lokali fuq xogħol magħmul ħażin jew li tlesta tard?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Li nista' ngħidlek hu li kulma għandi quddiemi huma l- lokalitajiet, il-bills awaiting confirmation by letter of credit u l- outstanding bills.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jista' l-Ministru jgħid jekk jinħarġux tenders għal xogħlijiet li jsiru mid-dipartimenti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif intqal fir-risposta, xogħol li ma jkunx tal- kunsilli jsir fuq ordni tal-perit u fejn jidħol xogħol ta' emerġenza mhux bilfors toħroġ tender.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, għal xi żmien il-kunsilli lokali kienu qegħdin jilmentaw mill-fatt li meta jkollhom kuntratti mal-works division kien ikollhom jixtru l-materjal huma stess.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk attwalment din il-pożizzjoni għadhiex l-istess?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li quddiemi għandi biss il-valur fi flus u mhux x'tip ta' xogħol sar, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti din l-informazzjoni.", "PULIZIJA - SERQ TA' KAROZZI", "10942.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm insterqu karozzi u/jew vetturi fl-1997?", "Kemm minnhom instabu u kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq dawn ir-reati?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li fl-1997 ġew irrapportati 1,027 vettura lill-pulizija bħala misruqa, li minnhom instabu 422.", "Kien hemm 43 persuna li ttellgħu l-qorti akkużati b'serq ta' vetturi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn in-nies li ttellgħu l-qorti nstabu ħatja?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni.", "MUŻEWIJIET - ŻJAJJAR", "10943.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna żaret id-diversi mużewijiet li hawn miftuħa għal pubbliku matul l-1997?", "Kemm kien in-numru li żaru kull mużew f'kull każ?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-għadd ta' persuni li żaru d-diversi mużewijiet miftuħa għal pubbliku bejn Jannar u Diċembru, 1997 huwa ta' 1,045,849.", "L-għadd ta' persuni li żaru kull mużew bejn Jannar u Diċembru hu kif se nsemmi:", "|Museum of Fine Arts |37,579 | |Museum of Natural |15,496 | |History | | |Museum of Roman Villa |63,964 | |Ghar Dalam Cave & Museum| 85,593| |Hagar Qim Tembples |113,451 | |Inquisitor's Palace | 52,888| |Maritime Museum | | | |33,849 | |Palace Armoury | 83,674| |Palace State Rooms | 95,325| |St Paul's Catacombs | 68,408| |San Pawl Milqghi | | | |1,508 | |Tarxien Temples | 28,375| |War Museum | 44,749| |Museum of Archaeology, | 20,374| |Gozo | | |Museum of Folklore, Gozo| 17,131| |Museum of Natural | | |Science, Gozo |5,795 | |Ggantija Temples, Gozo |137,600 | |Windmill, Gozo | 40,090|", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Ovvjament il-Ministru ma semmiex il-Hypogeum ta' Raħal Ġdid, li issa ilu magħluq is-snin.", "Jista' xi ħadd jgħidilna meta se jerġa' jiftaħ għax il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali ilu jsemmilna ħafna dati imma s'issa għadna ma nafux meta se jkun miftuħ għall- pubbliku dan il-mużew hekk importanti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Se nieħu ħsieb biex meta nkunu nafu d-data tal-ftuħ l- Onor. Interpellant jiġi nformat.", "DROGA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "10944.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l- qorti fl-1997 fuq każi konnessi mad-droga?", "Kemm weħlu u kemm ġew illiberati?", "X'kienu s-sentenzi u l-pieni li ngħataw dawk misjuba ħatja?", "Kemm minn dawk li ttellgħu l-qorti kienu diġa' dehru quddiem il-qorti darb'oħra u kemm-il darba?", "X'kienu l-etajiet tagħhom?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "Kemm kienu Maltin u barranin?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li matul l- 1997 in-numru ta' persuni li ttellgħu l-qorti fuq każijiet konnessi mad- droga kien ta' 309.", "Minn dawn 46 kienu barranin filwaqt li 25 kienu nisa.", "L-etajiet kienu jvarjaw bejn il-15 u t-52 sena.", "Ninsab informat ukoll li matul l-istess sena ngħataw 249 sentenza mill- qorti dwar każijiet relatati mad-droga, li kienu jinkludu 16-il persuna li ġew illiberati.", "Is-sentenzi mogħtija kienu jvarjaw bejn probation, sentenzi sospiżi, multi u pieni ta' priġunerija.", "Minn dawk imressqa l- qorti kien hemm 100 persuna li kienu riċedivi.", "Ma tinżammx statistika dwar kemm-il darba jkunu ġew akkużati f'okkażjonijiet preċedenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jgħidilna kemm naqas l-użu u l-inċidenza tad-droga matul is-sena li għaddiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond l-istatistika jidher li l-ikbar ammont ta' każi kienu maqbuda mill-pulizija u biex ma nkunx prużuntuż nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub biex nagħtih l-informazzjoni speċifika dwar jekk kienx hemm tnaqqis jew le .", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, id-domanda kienet tirrigwarda t- tnaqqis fl-użu tad-droga u l-inċidenza tagħha.", "In-numru ta' persuni li nqabdu u ttellgħu l-qorti jindika li kien hemm żieda fl-użu ta' din it-tip ta' sustanza.", "Il-Ministru hu f'pożizzjoni li jgħidilna jekk id-droga naqsitx jew inkella żdeditx matul it-12-il xahar li għaddew?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant huwa korett għaliex jekk iqabbel in-numru maż-żmien ta' qabel veru jsib li dan l-aħħar inqabdu iktar pero' b'daqshekk dan ma jfissirx li d-droga żdiedet.", "(Interruzzjonijiet).", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub biex jingħata nformazzjoni aktar korretta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li l-Ministru semma r-riċedivi, jista' jgħidilna jekk dawn il-persuni kenux akkużati qabel fuq droga jew fuq xi reat ieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fir-risposta m'għandix din l-informazzjoni.", "PULIZIJA - PERSUNI MDAĦĦLA L-ĦABS", "10945.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-ħabs fuq sentenzi mill-qorti fl-1997?", "X'kienu r-reati li ġew akkużati bihom?", "Kemm kien hemm Maltin u barranin?", "Kemm kien hemm nisa u rġiel?", "X'kienu l- etajiet tagħhom?", "Kemm kien hemm first-time offenders u repeat offenders?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Dwar l-ewwel parti tal- mistoqsija ninsab informat li fl-1997 kien hemm 246 persuna li ddaħħlu l- ħabs fuq sentenza mill-qorti.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - NIES LI TTELLGĦU L-QORTI", "10946.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' persuni li ttellgħu l-qorti mill-pulizija s-sena li għaddiet?", "X'tip ta' reati kkomettew il-persuni li tressqu allegatament?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li matul l- 1997 kien hemm 105,083 persuna li ttellgħu l-qorti mill-pulizija.", "Ir-reati kommessi allegatament kienu jvarjaw minn kontravvenzjoni sa omiċidju.", "PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "10947.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l- qorti fuq reati allegatament kommessi f'Paceville fl-1997?", "Kemm mill- persuni mressqa kellhom 16-il sena jew inqas?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Filwaqt li nirriferi lill- Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 6379, ninsab informat li fl-1997 il-pulizija ressqet 112- il persuna l-qorti fuq reati allegatament kommessi f'Paceville u San Ġiljan.", "Minn dawn kien hemm tmien persuni li kellhom 16-il sena jew inqas.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Abela mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, il-Ministru hu f'pożizzjoni li jgħidilna jekk jistax ikun li meta jinqabdu żgħażagħ taħt is-16-il sena f'ċerti postijiet fejn mhux suppost ikunu - nafu li jinqabdu ammont ta' żgħażagħ b'mod regolari - jittieħdu passi kontra l-owners ta' dawn il- postijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nista' ngħid li meta jinqabdu żgħażagħ jagħmlu reati simili jittieħdu passi kontra kull min ikun għamel ir-reat, inkluż is- sidien ta' dawk il-premises.", "PBS - IMPJEGATI", "11613.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li huma mpjegati fuq bażi ta' kuntratt mal-PBS, jgħid x'inhu x-xogħol tagħhom u x'rimunerazzjoni għandhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Hemm persuna waħda biss li hi mpjegata fuq bażi ta' kuntratt mal-PBS u din hi l-general manager, b'salarju ta' Lm10,000 fis-sena.", "PBS - SAFAR", "11614.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li siefru f'isem il-PBS matul l-1997?", "Fejn marru?", "X'kien l-għan taż-żjara?", "Kemm ġiet tiswa kull żjara?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra lista tal-persuni li siefru f'isem il-PBS matul l-1997.", "Ma nħossx li d-dettalji l-oħra għandhom jingħataw peress li l-PBS topera bħala stazzjon kummerċjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Niftakar li l-Ministru Mizzi kien wieħed mill-iktar persuni li kienu joġġezzjonaw meta kienu jingħataw dawn it-tip ta' risposti fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "L-iskuża li hija xi ħaġa kummerċjali, li issa qed tintuża ħafna drabi, tfisser li l-Ministru issa qed jaqbel ma' dak li ma kienx jaqbel miegħu qabel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, huwa veru li kont noġġezzjona meta ma kenitx tkun xi ħaġa kummerċjali.", "Fil-fatt kont oġġezzjonajt meta kont staqsejt biex tingħata lista dwar il-moviment tal-bastimenti fil-Port il- Kbir u wara li l-ministru konċernat kien weġibni li dik hija informazzjoni ta' natura kummerċjali, f'dik l-istess ġurnata f'gazzetta lokali kienu dehru l-movimenti tal-bastimenti.", "F'każi bħal dawn jien noġġezzjona.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, naħseb li din hija wkoll kwestjoni ta' prinċipju.", "Qed nitkellmu dwar entita' li hija pubblika u li hi ffinanzjata għan-nom tal-poplu Malti kollu minn finanzjament pubbliku.", "Għalhekk naħseb li min-naħa tal-Ministru huwa abbużiv li jipprova jevita li jagħti tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari li jsirulu hawnhekk.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed nispjega għaliex kont noġġezzjona qabel u mhux veru dak li qed tgħid int. Madam Speaker, nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, naħseb li fejn tidħol enti pubblika l-Ministru għandu jagħti l-informazzjoni mitluba.", "Inkella jkun qiegħed isegwi politika ta' ħabi minn din il-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nista' ngħid li m'hemm l-ebda politika ta' ħabi.", "Fil-fatt m'ilux l-Onor.", "Interpellant waqt press conference tkellem dwar mistoqsija li kien għamel li tirrigwarda l-Korporazzjoni Telemalta, meta l-informazzjoni li talab hu ma setgħetx tingħata għax it- tender kienet għadha ma għalqitx.", "(Interruzzjonijiet) Hekk kienu l- affarijiet.", "Barra minn hekk, kien insinwa wkoll li meta jien noffri lin- naħa l-oħra ta' l-Oppożizzjoni biex jingħaqdu magħna b'mod konfidenzjali nagħmel hekk biex norbot lil xi ħadd.", "L-Onor.", "Interpellant nesa li hu stess kien qalli li lest jgħaddili nformazzjoni b'mod konfidenzjali dwar min kienu l-isponsors tat-Telemalta dak iż-żmien biex jien ma nkunx nista' nitkellem.", "Fil-fatt jien ma tkellimitx la kienet informazzjoni konfidenzjali imma mbagħad meta sirt ministru u rajt l-affarijiet sirt naf li r-raġuni għaliex ma ridnix inxandar din l-informazzjoni kienet għaliex ħafna minnhom kienu mid-distrett tiegħu!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, in konnessjoni ma' din ir-risposta, il- Ministru għadu kemm poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet ta' min siefer u fejn mar.", "Jien għandi nifhem li kemm qamet iż-żjara hija informazzjoni kummerċjali?", "Għaliex ma naħsibx li din tant hi informazzjoni konfidenzjali li wieħed għandu jżommha daqshekk mistura.", "Wara kollox jekk marru żewġ reporters - kif qed jiġri ħafna drabi - sinċerament naħseb li qed nestendu.", "Jien naċċetta li f'ċerti każi wieħed jista' jgħid ġustament li għandu jkun hemm ċerta konfidenzjalita' pero' li tgħidli kemm nefaq is- Sur Albert Marshall biex mar Franza jew Strasbourg u kemm nefaq il-Prof Cremona biex mar Strasbourg jew Edinburgh, sinċerament ma naħsibx li f'dan il-każ wieħed m'għandux jagħti risposta.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett nirringrazzja lill-kollega tiegħi ta' din il-konferma għaliex qed jikkontradixxi l-argumenti li huwa stess ġab fil- bidu.", "Barra minn hekk, ma jfissirx li bilfors trid tindika l-post fejn tkun mort għax din tista' tkun informazzjoni ta' natura kummerċjali.", "Biex inġib eżempju, nista' ngħid li jekk tingħata informazzjoni dwar minn fejn qed jinġiebu ċerti films titqies bħala kummerċjali.", "Jiġifieri wieħed irid joqgħod attent f'dawn affarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt id-domanda oriġinali kienet dwar kemm ġiet tiswa kull żjara u l-iskuża li din hija informazzjoni kummerċjali ma naħsibx li treġi ma' l-ispjegazzjoni li għadu kemm ta l-Ministru.", "Nixtieq nistaqsi jekk dak li għadu kemm qal il-Ministru japplikax għal kull żjara li saret, għax ma rridx naħseb li ż-żjara tas-Sur Gino Cauchi u s-Sur David Gutteridge, wieħed reporter u l-ieħor cameraman tal-PBS, li marru l-Iskozja hija wkoll xi ħaġa kummerċjali.", "Naħseb li lkoll nafu li dawn marru l-Iskozja biex jirrapportaw avveniment li fih kien qed jipparteċipa xi ħadd min-naħa tal-Gvern.", "Li wieħed jiddistingwi nifhimha pero' li nagħmlu blanket statement li kollox huwa kummerċjali ma naħsibx li hi ħaġa tajba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speakear, m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, b'riferenza għar-rimarki li għamel qabel l-Onor.", "Mizzi, nifhem li qed jipprova jantiċipa d-dibattitu fuq it-Telemalta.", "Jien nistiednu biex jekk għandu xi dokument, jippreżentah fit-totalita' tiegħu u nevalwawh ilkoll.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta niġi biex nitkellem fuq l-estimi tat-Telemalta se ngħid dak li pprogrammajt biex ngħid u mhux dak li qed jitlobni biex ngħid l-Onor.", "Zammit Dimech.", "(Interruzzjonijiet) Barra minn hekk, intom kemm-il darba akkużajtuna li nagħmlu transfers politiċi fit-Telemalta u affarijiet simili.", "Jien nisfida lill-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni biex jiċħdu li meta kienu fil-gvern it-transfers kienu jsiru direttament mis-segretarji privati tal-ministri.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jidhirlu li dak li qed ngħid jien m'huwiex minnu, jien lest li nerġa' ngħidulu barra minn din il-Kamra ħalli jkun jista' jieħu passi kontra tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Madam Speaker, nippreżentalek il- Minuti konfermati tal-laqgħat numri 22 u 23 ta' l-istess Kumitat, liema laqgħat saru fis-27 ta' Jannar u fit-2 ta' Frar, 1998 rispettivament.", "Nixtieq ninformak ukoll li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali, Abbozz Nru. 37, għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emenda waħda.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Skeda li tagħti d-dettalji dwar infiq fuq ospitalita' u entertainment fl-Ambaxxata Maltija f'Riyadh bejn Jannar 1995 u Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 1076; u", "Skeda li tagħti d-dettalji dwar infiq fuq ospitalita' u entertainment fl-Ambaxxata Maltija f'Bonn bejn Diċembru 1995 u Lulju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 1078.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi x-xogħol li sar mill-Computime Limited ma' organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11616;", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 61 ta' l-1998 - Dikjarazzjoni ta' Vaganzi tal- Banek;", "f'isem il-Ministru tat-Trasport u Portijiet inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għat-Trasport u Portijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12170; u", "f'isem il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra: Avviż Legali Nru 60 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 4).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Biedja u Sajd.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 59 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar l- Importazzjoni ta' Klieb u Qtates.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Ministru Mizzi.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI TELEMALTA", "GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi:", "\"Illi l-Kamra tapprova l-Estimi tad-dħul u infiq għall-Korporazzjoni Telemalta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-30 ta' Settembru, 1998 skond l-Att XVI ta' l-1997 dwar Korporazzjoni Telemalta, Kap 250 tal-Liġijiet Riveduti ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, illum se nitkellem fuq ir-riżultati tal- Korporazzjoni Telemalta għas-sena finanzjarja 1996/1997 u l-perijodu sakemm baqgħet korporazzjoni, jiġifieri t-tliet xhur li għalqu fil-31 ta' Diċembru, 1997.", "Madam Speaker, matul l-ewwel sena ta' ħidma taħt din l-amministrazzjoni l- Korporazzjoni Telemalta, illum Maltacom plc, rat it-tqegħid ta' pedimenti sodi għall-futur ta' kompetizzjoni u opportunitajiet.", "F'dan il-perijodu tista' tgħid li nżamm bilanċ ta' dak li kien neċessarju fl-operat fi żmien qasir ma' strateġiji għall-ġejjieni fuq bażi ta' żmien iktar fit-tul.", "Fuq kollox bdiet tinħoloq kultura ta' kontabilita' u effiċjenza u dan beda jsir bil-mod il-mod f'kull qasam, jiġifieri dak finanzjarju, operattiv, amministrattiv u anke strateġiku.", "Din ir-riorganizzazzjoni fil-parti l- kbira tagħha segwiet u għadha ssegwi dak li kienet diġa' ppriedkat fir- rapport intitolat \"Strategic Resource Audit\".", "Taħt dan il-Gvern fil-qasam tat-telekomunikazzjoni f'qasir żmien seħħ dak li f'pajjiżi oħra ilu li seħħ is-snin.", "Hawn Malta għal numru ta' snin sar ħafna kliem fuq il-liġi l- ġdida dwar it-telekomunikazzjoni, ir-regolatur u l-privatizzazzjoni iżda fil-verita' tista' tgħid li ma ġara xejn.", "Fi ftit aktar minn sena taħt din l-amministrazzjoni dan kollu sar realta' u llum dan il-qasam qiegħed jara d-data ta' meta f'pajjiżna jkollna s-suq miftuħ kompletament.", "Aħna rajna li din il-bidla fil-mentalita' kien hemm bżonnha mill-qiegħ nett.", "Madam Speaker, fil-bidu ta' din is-sena saret bidla fl-ogħla livell tal- management u ttieħdu passi sabiex id-direzzjoni tal-korporazzjoni tiġi ċċentralizzata f'bini amministrattiv wieħed u fl-istess ħin żdiedet il- kordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn id-dipartimenti.", "Fl-istruttura maniġerjali nħolqu wkoll xi pożizzjonijiet ġodda, bħal corporate co- ordinator, assistant manager for legal affairs u credit controller u ġew irranġati wkoll xi karigi eżistenti.", "Per eżempju, il-heads ta' l-ippjanar ġew appuntati assistant general managers.", "Żvilupp mill-iktar importanti f'dan il-perijodu kien il-ħolqien ta' dipartiment ġdid għat-teknoloġija ta' l-informatika - u dan qed isir taħt assistant general manager - li qabel kien jikkonsisti fi branka fi ħdan id-dipartiment ta' l-amministrazzjoni.", "Ħaġa ta' l-iskantament kif kulħadd kien jaqbel ma' din il-proposta u ma tteħditx azzjoni biex tiġi mplimentata qabel.", "Din il-bidla kienet essenzjali sabiex matul is-snin tirrifletti l-importanza li ħadu l- information systems u l-information technology u nista' ngħid ukoll li llum dan id-dipartiment għandu l-identita' tiegħu u ħa l-importazzjoni li jistħoqqlu u huwa nvolut f'numru ta' proġetti, fosthom il-local area network fi Spencer Hill, l-Intranet u l-isforzi biex jilqa' għall-problema tal-millennium bug AD2000.", "Hawn jidher ċar li kien f'din l-aħħar sena li l-problema ttieħdet verament bis-serjeta' għax fil-bidu tas-sena l-oħra nħatar kumitat intern b'rappreżentanza mid-dipartimenti kollha tal-korporazzjoni biex jindirizza din il-problema li jista' jkollha konsegwenzi serji fuq l-apparat, partikolarment l-exchanges u s-sistema tal-billing.", "Nista' ngħid li l- exchanges lokali u internazzjonali u s-sistema tal-billing fost oħrajn, ma kenux AD2000 compliant.", "Filwaqt li sar inventarju sħiħ tal-hardware u s- software fil-korporazzjoni, mill-ewwel saru konsultazzjonijiet mas- suppliers tas-sistemi l-kbar biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema, naturalment qabel is-sena 2000.", "Minn dan il-kumitat ħarġu numru ta' guidelines, fosthom għal kuntratti ġodda ta' xiri u upgrading.", "Madam Speaker, sa minn April ta' l-1997 bdew jitfasslu pjanijiet fuq bażi ta' tliet snin biex jipprovdu l-faċilitajiet u s-support neċessarju għall- bqija tas-sezzjonijiet tal-korporazzjoni.", "L-ewwel fażi kienet tinvolvi l- bini ta' infrastruttura robusta bħala bażi għall-enterprise computer network.", "Din is-sistema hija importanti biex ikun jista' jkun hemm informazzjoni on-line għall-użu tal-management, bħalma huma l-management accounts.", "Nista' ngħid li dan in-networking fil-bini ċentrali amministrattiv tal-korporazzjoni fil-Marsa dalwaqt jitlesta.", "Huwa tajjeb li ngħid li matul is-sena tħejjiet riorganizzazzjoni tar-riżorsi umani fid- dipartiment u bħalissa din qed tiġi diskussa mal-unions.", "Dan il-pjan jaħseb għal taħriġ u reklutaġġ fl-oqsma speċjalizzati u huwa neċessarju sabiex isiru proġetti ambizzjużi, bħalma huma l-external plant management system, l-internal E-mail system, l-Intranet, l-access control, it-time management u d-data warehousing.", "Eżerċizzju ieħor li bdejna huwa l-pjan strateġiku għal sistemi u teknoloġija fit-Telemalta.", "Dan l-eżerċizzju jindirizza b'aktar dettall il-prijoritajiet tal-proġetti tat-teknoloġija u se jsir mis-sistemi preżenti fid-dawl ta' żviluppi ġodda f'dan il-qasam.", "Proġett importanti li qed jiġi ppjanat huwa d-disaster recovery plan.", "Id- dipartiment tan-network matul il-perijodu li qed jiġi evalwat għadda u għadu għaddej minn proċess ta' riorganizzazzjoni, jiġifieri business process re-engineering, partikolarment fil-impjant estern.", "Ir- responsabbiltajiet u r-riżorsi f'dan ta' l-aħħar issa tqassmu fi tliet fergħat, is-servizzi ġodda, il-manutenzjoni preventiva u l-manutenzjoni korrettiva, sabiex jitlesta x-xogħol b'lura li kien ilu jakkumula.", "B'hekk inkunu nistgħu niġu skond it-termini li jikkonċedi l-manifest tal-klijent u nżidu d-dħul u l-effiċjenza tal-korporazzjoni.", "Madam Speaker, f'Ottubru ta' l-1996 il-pożizzjoni kienet ta' 2,000 applikazzjoni pendenti fuq il-waiting list għal servizzi ġodda u 1,000 applikazzjoni oħra li kienu għadhom mingħajr servizz u dan minkejja li l- klijent kien iffirma l-kuntratt.", "Minbarra dan, il-perijodu li fih tiġi msewwija ħsara fil-linji tat-telefon kien qiegħed jieħu aktar miż-żmien permess mill-manifest tal-klijent.", "Filwaqt li l-introduzzjoni tal- manifest ġiet posposta għal Ottubru ta' l-1997, saru t-tibdiliet strutturali msemmija bir-riżultat li matul dan iż-żmien sar xogħol rekord kważi f'kull qasam.", "Ta' min jgħid, per eżempju, li l-ħidma fuq manutenzjoni preventiva kienet qiegħda ssir kważi kollha bil-ħlas qabel dan l-eżerċizzju.", "Matul is-sena ttieħdu l-miżuri neċessarji biex numru ta' male general hands - suppost kienu qegħdin jagħmlu xogħol ta' tindif - ġew allokati fuq xogħol ta' manutenzjoni preventiva u x-xogħol ta' tindif beda jinqasam bejn kuntrattur privat u l-impjegati tal-korporazzjoni, prinċipalment nisa, b'anqas spejjeż.", "Ir-riżultat ta' dan kollu kien li matul l-1997 sar ammont rekord ta' 15,882 stallazzjoni, meta mqabbel ma' dawk li kienu saru fl-1996, jiġifieri 14,670.", "Il-manuntenzjoni preventiva telgħet għal 10,539, meta kkomparata ma' dik ta' 6,000 li kien hemm fl-1996 u dan sar b'inqas flus.", "F'Diċembru ta' l-1997 il-figura ta' applikazzjonijiet pendenti niżlet għal inqas minn 600 u n-numru ta' kuntratti ffirmati li għadhom ma ngħatawx servizz kien ta' madwar 400.", "Tista' tgħid li dawn iż-żewġ livelli huma l-inqas li qatt kien hemm fl-istorja tal-korporazzjoni.", "Dan ir-riżultat inkiseb permezz ta' sens komun u ta' l-aħjar użu tar-riżorsi umani.", "(Interruzzjonijiet) Żgur mhux bl-għajnuna tiegħek!", "In-numru ta' gangs fuq servizzi ġodda, manutenzjoni preventiva u dik korrettiva tela' minn 79 għal 99.", "F'dak li huwa xogħol fuq il-cables in-numru ta' gangs tela' minn 30 għal 39.", "Fit- total dan ifisser li n-numru ta' gangs konnessi ma' l-impjant estern tela' minn 109 għal 138.", "Nerġa' ntenni li dan sar mingħajr ma żidna fin-numru globali ta' mpjegati.", "Din hija l-effiċjenza, Madam Speaker.", "Xogħol ieħor li sar minn din is-sezzjoni kien fuq proġetti f'Buġibba, l-Qrendi, n- Naxxar, Ħ'Attard u Marsaxlokk.", "Sar ukoll xogħol fuq trinek sabiex jiġi estiż in-network tal-primary fiż-Żurrieq, Ħal Għaxaq, San Pawl il-Baħar, Ħal Far, l-Imsida, in-Naxxar, Santa Luċija, San Ġorġ, Tal-Qroqq, Buġibba u l-Imtarfa, fost lokalitajiet oħra.", "Aħna ma waqafniex hemmhekk imma għamilna proġett ieħor li kien ilu fuq il-karta u ffirmajna kuntratt għax-xiri u stallazzjoni tar-remote subscriber line test system.", "Permezz ta' din is-sistema l-ħsarat li jkunu għadhom qed jiżviluppaw jiġu identifikati awtomatikament u qabel ma l- klijent jinduna b'xi ħaġa tkun diġa' saret il-manuntenzjoni meħtieġa.", "Ta' min jgħid li din is-sistema tgħin ukoll sabiex jinżamm kontroll fuq l- effiċjenza tat-tiswijiet li jkunu saru u anke l-ħin meħud f'dan il-proċess.", "Ħalli nsemmi xi proġetti oħra li saru.", "Flimkien mas-sehem fil-fibre optic link around the globe, il-FLAG, il- korporazzjoni f'Mejju ta' l-1997 xtrat drittijiet ta' aċċess fil-CANTAT 3 cable bejn il-Ġermanja u l-Kanada biex issaħħaħ il-kuntatt li għandha bis- satellita ma' l-Amerka ta' Fuq permezz ta' links bil-cable.", "F'Marzu tas- sena li għaddiet beda jiġi stallat exchange internazzjonali f'San Ġorġ u sa l-aħħar tas-sena li għaddiet bdew jitħaddmu wkoll definittivament numru ta' ċirkwiti.", "Dan l-exchange ġie ppjanat biex ikun hawn servizz bl-ikbar sigurta', minħabba li dejjem qegħdin jiżdiedu s-sejħiet għal barra minn Malta, li matul din is-sena telgħu għal madwar 31 miljun.", "F'dan l-exchange ġiet introdotta għall-ewwel darba s-sistema tas-C-7 signalling li tippermetti sejħiet għall-GSM kif ukoll għal servizzi relatati ma' l-ISDN.", "Irrid insemmi wkol li t-Telemalta tipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni mal-vapuri permezz ta' żewġ stazzjonijiet marittimi, wieħed f'Bengħajsa u ieħor f'Wied Rini.", "Dan is-servizz iħares is-sigurta' tal-baħħara u jittrasmetti bejn il-bastimenti.", "Dan huwa servizz li ma jreġix bażi kummerċjali iżda huwa ta' importanza kbira f'ambitu nazzjonali, iktar u iktar fejn għandu x'jaqsam mas-sigurta' u l-ħajjiet tal-baħħara.", "GĦalhekk huwa importanti li dan ikun salvagwardat.", "L-apparat li jeżisti preżentement ilu jintuża mill-bidu tas-snin tmenin u allura hemm bżonn li jiġi mmodernizzat biex fl-istess ħin il-Gvern ikun konformi mal- konvenzjonijiet il-ġodda ta' l-international maritime organisation.", "Wara rapport ikkummissjonat mill-ITU ħarġet sejħa għal offerti - dawn dalwaqt jiġu evalwati - u hu maħsub li r-regolatur se jiddeċiedi jekk l-investiment jidħolx fil-universal service fund li jikkontribwixxu għalih l-operaturi kollha.", "Biex dejjem toffri servizzi aħjar u aktar moderni lill-abbonati tagħha, it-Telemalta ordnat pakkett ta' software biex tintroduċi funzjonijiet ġodda.", "Dawn is-servizzi se jkunu ta' benefiċċju għall-abbonati kif ukoll għall-użu esklussiv tal-korporazzjoni u dawn jinkludu l-enhanced call waiting, l-E2-2 megabytes PABX interface, EXTLS line tests, system interface u accounting.", "Dan is-software ġie introdott għall-ewwel darba fl- exchange ta' Birkirkara f'Lulju 1997 u mbagħad kompla jiġi stallat fl- exchanges l-oħra.", "Din is-sistema toffri faċilitajiet ġodda lill-abbonati eżistenti u kif ukoll servizzi iktar avvanzati bħall-ISDN u l-calling line identification, servizz li jippermetti li l-abbonati jkunu jafu n-numru ta' min ikun qiegħed iċemplilhom.", "Din is-sistema ssemmiet kemm-il darba u għamilna minn kollox biex inġibuha fl-iqsar żmien possibbli pero' ma kienx daqshekk faċli.", "Issa nisperaw li din is-sistema ma ddumx ma tiġi ntrodotta.", "Dawn is-servizzi jirrikjedu mmodernizzar fl-exchanges kollha u l-offerta għal dan il-proġett qed tiġi evalwata.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa rigward l-espansjoni fl-exchanges għal linji ġodda.", "Dan il-proġett jikkonsisti f'espansjoni ta' network ta' exchanges biex ikun jista' jissodisfa d-domanda sas-sena 2000.", "Bħala parti minn dan il-proġett hu maħsub li l-exchanges tat-tip E-10 ma jibqgħux jintużaw.", "Minħabba li qegħdin niġu mitlubin minn pajjiżi oħra biex naqilbu għas- sistema tas-C-7 signalling, inħass il-bżonn li l-apparat eżistenti jiġi mmodernizzat u b'hekk jiġi ekwivalenti fil-kwalita' għall-exchange internazzjonali l-ġdid, dak li hemm f'San Ġorġ.", "Dan jinkludi d-digital cross connect u apparat assoċjat mas-servizz tal-190 u l-194 bl-operator.", "Ta' min isemmi wkoll il-fibre optic submarine cable bejn Malta u l- Italja.", "Matul is-sena li għaddiet tkompla x-xogħol biex il-cable ikompli jiġi integrat fis-sistema internazzjonali ta' Birkirkara u eventwalment fis- sistema l-ġdida ta' San Ġorġ, li għadu kemm beda jaħdem.", "Iċ-ċirkwiti ta' l- Awstrija, il-Greċja u l-Libja ġew ittrasferiti fuq il-cable biex b'hekk dan issa qiegħed iġorr 619-il ċirkwit, jiġifieri kważi 56% tat-total taċ- ċirkwiti internazzjonali.", "Bdew taħdidiet mal-British Telecom biex jibdew jingħataw is-servizzi tal-frame relay internazzjonali minn Malta.", "Meta dan il-ftehim ikun implimentat, it-Telemalta tkun tista' tbiegħ dawn is- servizzi lejn destinazzjonijiet mad-dinja kollha permezz tal-BT concert network.", "Saru arranġamenti wkoll ma' l-Italja dwar it-telex longlining.", "Dan is-servizz is-sena l-oħra beda jiġi pprovdut permezz tas-sistema telex longlining tat-Telecom Italia.", "Dan l-arranġament kien seħħ f'Mejju tas- sena li għaddiet u għalhekk it-telex exchange ma baqax jiffunzjona.", "Dan kien neċessarju għaliex ma kienx iktar vijabbli li jinżamm apparat apposta meta n-numru ta' l-abbonati għal dan is-servizz kompla jonqos drastikament.", "Fil-fatt minn 313 fil-bidu tas-sena, l-abbonati niżlu għal 244 sa Settembru ta' l-1997.", "Jiġifieri b'dan l-arranġament ġew evitati spejjeż rikorrenti u sostanzjali.", "Madam Speaker, it-Telemalta bdiet tistudja l-possibbilta' li tintroduċi s- sistema ta' l-ATM li tkun tista' ġġorr servizzi ta' high speed data.", "B'hekk it-Telemalta tkun qed toffri faċilita' ta' applikazzjonijiet ġodda bħalma huma t-telemedicine, it-teleshopping, id-distance learning, it- teleworking u l-interactive multi media services li jkunu jistgħu jiġu pprovduti.", "Matul is-sena saret dimostrazzjoni tat-telemedicine speċifika biex tintwera applikazzjoni ta' l-ATM fil-prattika.", "Din it-teknoloġija hija attraenti ħafna għal klijenti kbar bħalma huma banek, dipartimenti tal- gvern, korporazzjonijiet parastatali, istituzzjonijiet edukattivi u azjendi kummerċjali ta' ċertu kobor.", "Dan il-proġett huwa intenzjonat sabiex jistimola attivita' ekonomika ġdida, iżid il-kompetenza nazzjonali fit- teknoloġija ta' l-informatika u jqarreb lil Malta lejn il-global information society.", "Madam Speaker, proġett ieħor li żgur se jkun ta' interess kbir u ta' utilita' kbira għall-poplu Malti u Għawdxi huwa d-digital enhanced cordless telecommunication, id-DECT.", "Din it-teknoloġija hija waħda minn numru ta' sistemi li jintużaw biex jiġu pprovduti servizzi ta' telekomunikazzjoni bir-radju wireless.", "L-applikazzjonijiet tad-DECT huma diversi u jinkludu l- cordless telephones fid-djar u fl-ambjent kummerċjali li jkun imqabbad mal- PABXs u kif ukoll il-cordless telephones li jinġarru barra.", "Din ta' l- aħħar hija magħrufa bħala l-cordless terminal mobility, is-CTM, u hija applikazzjoni li t-Telemalta bdiet tistudja.", "Min jara t-television Taljan jaf li din is-sistema bdiet titħaddem lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet u jisimha FIDO.", "Id-differenza bejn is-servizz tal-mobile cellular u d-DECT hija li din ta' l-aħħar normalment tkopri biss postijiet fejn is-servizz ikun meħtieġ l-aktar.", "Il-vantaġġ ta' dan is-servizz hu li l-cordless telephone li jintuża fuq linja normali fid-dar jew fl-uffiċċju jista' jinġarr u jintuża f'postijiet oħra fejn hemm is-servizz ipprovdut.", "Jien inħoss li dan huwa żvilupp importanti għall-qasam tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna għax se jiffaċilita l-mobile communication.", "Jiġifieri dak li kont ngħid li għandu jseħħ mill-oppożizzjoni jidher li llum se naslu għalih u l-poplu Malti u GĦawdxi żgur li se jilqa' din l-aħbar bil-ferħ, għax se jsolvi ħafna problemi f'dawk l-areas fejn ma jkunx hemm is-servizz tat- telephone.", "Issa, Madam Speaker tajjeb li ngħid xi ħaġa wkoll dwar l- aspett finanzjarju.", "Matul is-sena finanzjarja 1996/1997, li kważi tikkoinċidi ma' l-ewwel sena ta' ħidma ta' l-amministrazzjoni l-ġdida, il-korporazzjoni rreġistrat profitt ta' qabel it-taxxa ta' madwar Lm7.2 miljun, meta matul is-sena 1995/1996 il-profitt kien ta' Lm4.5 miljun.", "Fil-bidu tas-sena ta' l-istess perijodu l-istima kienet ta' Lm4 miljun u din il-figura oriġinarjament kienet stmata li se tinżel għal Lm1.4 miljun għas-sena 1997/1998.", "Kif wieħed jista' jinnota hemm żieda ta' kważi Lm2.7 miljun fuq il-profitt stmat mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Meta wieħed iqabbel l-istima ta' madwar Lm8 miljun li ġiet ippreżentata fil-Parlament għas-sena 1997/1998 mill-Gvern preżenti ma' l-istima ta' Lm1.4 li kienet ħejjiet l- amministrazjoni preċedenti fil-business plan, joħroġ ċar li l-performance tal-korporazjoni tjiebet b'mod tanġibbli u l-pjanijiet huma li fil-futur tkompli tissaħħaħ.", "Dan juri s-suċċess li għamlet it-Telemalta u issa l- Maltacom taħt din l-amministrazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "Biex nirrispondi għal xi kummenti li saru mill-kelliema ta' l- Oppożizzjoni, dwar meta l-Midland Bank għażel li jislef Lm20 miljun lill- korporazjoni mingħajr il-garanzija tal-gvern, se nispjega l-mod effiċjenti li bih tmexxew l-affarijiet matul dawn l-aħħar 15-il xahar biex wasalna għal dan ir-riżultat tant inkoraġġanti.", "Dawn qishom iridu jgħidu li mhux veru li l-korporazzjoni kienet tinsab f'diffikultajiet u li kienet miexja lejn katastrofi.", "Biżżejjed tara x'kien hemm ippjanat biex tinduna x'futur kellha l-korporazzjoni taħt il-Gvern preċedenti!", "L-Onor. kollega ta' l- Oppożizzjoni ħadha drawwa li meta jitkellem jivvinta l-figura ta' Lm7 miljun profitt fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Din ġiet ripetuta kemm-il darba f'din il-Kamra u anke fuq ir-radju u fil-gazzetti u jien nerġa' ngħidlu li qed iqarraq għax dan m'huwiex veru.", "Il-profitt qabel it- taxxa għas-sena 1995/1996 kien ta' Lm4.5 miljun u sas-sena 1997/1998 kienu lesti li jinżlu għal Lm1.4 miljun.", "Din hija l-verita' u jekk hawn xi ħadd li qed jiddubita nistiednu biex jivverifika ma' l-audited accounts.", "Jekk l- Onor. Membru ta' l-Oppożizzjoni qed jikkwota l-profitt ta' qabel il-ħlas ta' imgħaxijiet, li dik is-sena kienu jlaħħqu għal madwar Lm2.7 miljun, allura għandu jkun iktar preċiż f'dak li jgħid.", "Niġi issa biex insemmi l- miżuri li ttieħdu matul dan l-aħħar perijodu u li wasslu għal żieda qawwija fil-profitti matul l-1996/1997.", "GĦaliex qed ngħid hekk?", "GĦax meta nibdew insemmu l-profitti huma jipprovaw jagħtu x'wieħed jifhem li għamlu ħafna affarijiet tajbin imbagħad meta nsemmu t-telf jeħel dan il-Gvern!", "GĦalhekk issa huwa tajjeb li nsemmi l-miżuri li ttieħdu biex nuri kif seħħew dawn il- profitti u se nibda bil-kontroll fuq l-arretrati.", "Sar żvilupp fil-kontroll fuq l-arretrati u sar ukoll sforz sabiex is- sitwazzjoni ta' l-arretrati titjieb b'mod drastiku u dejjiemi billi ġew miżjuda r-riżorsi fuq din l-attivita'.", "Fil-fatt inħatar credit controller li hu marbut b'performance contract u nbeda eżerċizju ta' evalwazzjoni tas- sistemi komputerizzati eżistenti għall-ħruġ tal-kontijiet u s-superviżjoni tal-bilanċi dovuti.", "L-ammont ta' arretrati mhux miġbura kien jammonta għal Lm30 miljun, imbagħad taħt din l-amministrazzjoni ttieħdu żewġ miżuri min- naħa tat-Telemalta biex nikkombattu din il-problema, li naturalment kienet tfisser spejjeż f'imgħaxijiet ta' madwar Lm2.5 miljun fis-sena.", "Tista' tgħid li dawn kienu l-kaġun tal-backlog fil-ħruġ tal-kontijiet.", "Issa dawn ġew eliminati u bdejna drive qawwija għall-ġbir ta' flus, fejn anke ġew offruti skemi ta' ħlas bin-nifs.", "Permezz ta' dawn il-miżuri l-ammont ta' l- arretrati niżel b'madwar Lm3.7 miljun u l-ispiża f'imgħaxijiet niżlet b'madwar Lm300,000.", "Matul din is-sena saru arranġamenti biex ir-rata ta' imgħax fuq self tinżel sostanzjalment fuq faċilitajiet eżistenti fl-istess livell li nġibu faċilitajiet ġodda.", "Hawnhekk huwa tajjeb li nsemmi xi ħaġa dwar ir-ristrutturazzjoni.", "Aktar kmieni aċċennajt għall-fatt li n-numru ta' stallazzjonijiet matul is-sena li għaddiet kien wieħed rekord u dan kien possibbli permezz tar- riorganizzazzjoni estensiva li saret fir-riżorsi umani ta' l-impjant estern.", "Nista' ngħid li għal dik li hija waiting list fuq xogħol pendenti ta' servizzi ġodda awtorizzati, fl-aħħar tas-sena din kienet fl-inqas livell li qatt kienet fil-passat.", "Din iż-żieda fis-servizzi u l-użu ta' iktar servizzi mill-klijenti wasslet biex id-dħul mis-sejħiet matul is-sena żdied b'madwar Lm700,000.", "Aħna ġejna kkritikati dwar l-inter-connection rates għalkemm f'dan ir-rigward għamilna passi 'l quddiem.", "Wara li saru rappreżentazjonijiet mal-kumpannija Telecell u x-shareholders barranin tagħha l-Vodafone Group plc, ġew innegozjati rati ferm aktar favorevoli għall-korporazzjoni, fejn is-sehem tagħha se jiżdied b'madwar 56% f'perijodu ta' sentejn u nofs.", "Dan ifisser li sa l-aħħar tal-liċenzja li biha t-Telecell għandha l-monopolju, il-korporazzjoni se tkun daħħlet Lm2.88 miljun aktar.", "Dawn l-affarijiet fi żmienkom ma kontux kapaċi tagħmluhom.", "Dan il-ftehim kien daħal fis-seħħ b'effett minn April tas-sena l-oħra.", "B'effett mill-1 ta' Lulju tas-sena l-oħra l-Gvern iddeċieda li jneħħi l-obbligu minn fuq il-korporazzjoni li tħallas il-VAT għan-nom tal- klijenti tagħha.", "Dan irriżulta f'żieda fid-dħul ta' madwar Lm1 miljun matul din l-ewwel sena ta' ħidma ta' dan il-Gvern.", "B'hekk tneħħiet ukoll l- anomalija li l-korporazzjoni titlef madwar Lm300,000 fis-sena mis-servizzi tas-cellular, minħabba li l-amministrazzjoni preċedenti kienet għabbiet il- VAT għas-sejħiet fuq il-mobile phones fuq il-Korporazzjoni Telemalta.", "Hawnhekk irrid ngħid li qabel ma ttieħdet din il-miżura t-Telemalta kienet qed titlef minn fuq kull telefonata li ssir fuq mobile phones.", "Din kienet is-sitwazzjoni tat-Telemalta u ħadd ma jista' jiċħadha.", "Issa minn sitwazzjoni ta' telf fuq kull telefonata, il-Korporazzjoni Telemalta se tagħmel profitt ta' Lm2.88 miljun.", "Matul is-sena li għaddiet żdiedu l-isforzi biex l-accounting rates ta' bejn l-amministrazzjonijiet ikomplu jonqsu, kif qed jiġri fid-dinja kollha.", "It-Telemalta laħqet arranġamenti bħal dawn ma' pajjiżi fejn l-ammont ta' telefonati għal barra huwa iżjed minn dawk li jidħlu għal hawn Malta u allura kien jaqblilha li traħħas ir-rati peress li se tkun net payer.", "Permezz ta' dawn l-arranġamenti l-ispiża totali niżlet b'nett ta' madwar Lm400,000.", "Mill-miżuri amministrativi u l-management accounts li dehru fl- istrategic resource audit, kien jidher ċar li fil-korporazzjoni kien hemm bżonn ta' kontroll fuq l-ispejjeż, ta' aktar kontabilita' u kif ukoll ta' użu massimu tar-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha.", "B'hekk mill-ewwel ittieħdet id-deċiżjoni li tiffaċilita l-ħruġ tal-management accounts kull xahar għax qabel kienu joħroġu tard wisq u allura ma kienu jservu għal xejn.", "Fl-assenza ta' dawn ir-rapporti, każijiet ta' tnaqqis fid-dħul u żidiet fl-ispejjeż ma kenux jiġu identifikati mill-ewwel, bir-riżultat li kienu jdumu ma jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa.", "Fil-fatt id- dipartiment tal-finanzi ġie msaħħaħ b'numru ta' professional accountants għax kien jidher ċar li r-riżorsi f'dan id-dipartiment kienu ftit wisq għax- xogħol rikjest minn dan id-dipartiment.", "Iċ-ċentralizzazzjoni ta' l- amministrazzjoni tal-korporazzjoni saret f'bini wieħed u dan għen sabiex jiżdied il-kontroll fuq l-attivitajiet kollha u kif ukoll sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż konnessi mat-trasport u t-telf ta' ħin prezzjuż fl-ogħla livelli tal-management.", "B'hekk id-deċiżjonijiet bdew jittieħdu b'mod dinamiku u malajr.", "Ir-riżultat finanzjarju juri biċ-ċar li saru kontrolli effettivi biex titnaqqas l-ispiża rikorrenti, li kienet qed tikber bla rażan.", "Nista' ngħid li ttieħdu diversi miżuri u kien hemm ukoll tnaqqis sostanzjali f'xi spejjeż bħalma huma t-trasport, is-safar u l-media, li kien jammonta għal madwar Lm333,000.", "Issa, Madam Speaker, se ngħid xi ħaġa fuq l-estimi tal- Korporazzjoni Telemalta għall-perijodu tat-tliet xhur li għalqu fil-31 ta' Diċembru, 1997.", "Waqt li l-profitt ta' matul is-sena finanzjarja 1996/1997 kien ta' madwar Lm7.2 miljun, għat-tliet xhur li għalqu f'Diċembru 1997 il-korporazzjoni rreġistrat profitt ta' madwar Lm3.2 miljun.", "Naturalment dawn il-figuri huma bbażati fuq l-istess policies ta' apprezzament u provisions fuq arretrati u għalhekk ma jirriflettux xi ċaqliq li jista' jkun hemm.", "Ċertament li dan ir-riżultat huwa ta' awgurju tajjeb għall-futur ta' din il- kumpannija u, kif qed nitkellmu fuq l-ispejjeż u l-effiċjenza, naħseb li huwa tajjeb li nsemmi xi ħaġa fuq il-konferenza tal-WTDC li se ssir f'Malta fi ftit aktar minn xahar ieħor.", "Matul dan il-perijodu l-organizzazzjoni ta' din il-konferenza ħadet xejra aktar professjonali u filwaqt li ngħatat aktar attenzjoni għall-aspett finanzjarju tagħha, sar ukoll sforz biex ma jonqos xejn mis-sustanza tagħha ħalli tibqa' titfakkar fl-istorja tat-telekomunikazzjoni fid-dinja.", "(Interruzzjonijiet) GĦax konna kapaċi nġibu l-isponsorship, ħaġa li intom m'għamiltuhiex.", "Il-Gvern qed jagħti s-support tiegħu lill-Maltacom fil- preparazzjoni għal din il-konferenza li, kif diġa' għidt, se ssir f'Dar il- Mediterran bejn it-23 ta' Marzu u l-1 ta' April ta' din is-sena.", "Nista' ngħid li flimkien mal-Euro-Med Conference din se tkun okkażjoni memorabbli fl-istorja ta' pajjiżna, kemm għall-Gvern u anke għall-Maltacom.", "Din il- konferenza ssir darba kull erba' snin u hi mistennija li tiġbed lejn Malta madwar 1,200 delegat minn 180 pajjiż differenti.", "Minbarra li se jkun hawn għadd kbir ta' chairmen u chief executives ta' kumpanniji u amministrazjonijiet, qed nistennew li numru ta' delegazzjonijiet se jkunu mmexxija minn ministri.", "Iċ-ċerimonja tal-ftuħ se tkun inawgurata mill-Prim Ministru, flimkien ma' numru ta' personalitajiet ta' kalibru mondjali, u ma jistax jonqos li l-Gvern se jagħmel ħiltu kollha biex flimkien mal-Maltacom nagħmlu suċċess kbir minn din il-konferenza.", "Jien personalment kont tlajt Ġinevra biex flimkien mas-segretarju ġenerali ta' l-ITU ffirmajt il-ftehiem li permezz tiegħu Malta ntgħażlet biex torganizza dan l-avveniment.", "Permezz ta' laqgħat kontinwi, ġieli anke fil-preżenza tiegħi, il- korporazzjoni ppjanat il-loġistika u saret kordinazzjoni ma' dipartimenti bħalma huma l-pulizija, l-armata, t-turiżmu u l-ministeru għall-affarijiet barranin.", "Inżamm ukoll kontroll strett fuq il-budget li niżel għal spiża netta ta' madwar Lm400,000 minn dik ta' Lm1.8 miljun li kienet ġiet ipproġettata taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Inżamm kuntatt kontinwu ma' l-ITU fuq il-faċilitajiet meħtieġa u nbeda programm ta' sponsorship mid-ditti kummerċjali internazzjonali għal din il-konferenza.", "Dan tant kien suċċess li sa l-aħħar tas-sena kienu diġa' ġew ikkonfermati madwar Lm500,000 fi sponsorships.", "L-affarijiet tant qed nagħmluhom bis- serjeta' li din l-idea ta' l-isponsorship intgħoġbot mill-ITU u hi stess bdiet tadottaha fil-konferenzi tagħha.", "Dan qaluhulna huma stess.", "Fost il- preparament li jinsabu għaddejjin bħalissa saru diversi laqgħat biex naċċertaw irwieħna li jkun hemm is-sigurta' adattata għall- ministri li se jkollna fostna.", "Qegħdin inħarsu bir-reqqa lejn it-trasport lokali, l- akkomodazzjoni fil-hotels, l-ospitalita' u r-riċevimenti.", "Ħejjejna mawra f'GĦawdex u ħsibna wkoll biex nippromwovu s-servizz tat-Telemalta mad- delegati.", "Qed nippubblikaw newsletter biex ninformaw lil kull min ġej hawn Malta b'dak kollu li għandu jkun jaf qabel ma jiġi.", "Din l- informazzjoni tinsab ukoll fuq l-internet għax huwa tajjeb li nipprovaw nieħdu vantaġġ biex nippromwovu lil pajjiżna.", "Jien nemmen li kull ċittadin Malti għandu jagħmel dan.", "F'din il-konferenza l-Maltacom se tkun xhieda ħajja ta' tiġdid li kull operatur f'dan il-qasam irid jgħaddi minnu u li taħt din l-amministrazzjoni sar realta'.", "Illum qed naraw li wasal iż-żmien li jkollna suq miftuħ, regolatur separat, liġi ġdida u privatizzazzjoni parzjali, bl-ishma kkwotati fil-Borża ta' Malta u anke oħrajn barranin.", "Il-Maltacom beħsiebha tipparteċipa fil-kontenut tal-konferenza fl-oqsma tad-distance learning u tat-telemedicine.", "Bdew isiru preparamenti biex waqt din il-konferenza, dejjem jekk hu possibbli - aħna hekk nisperaw - ikun fetaħ il-mużew tat- telekomunikazzjoni fl-Imdina.", "Issa hawn, Madam Speaker, nixtieq insemmi xi ħaġa fuq il-liġi l-ġdida dwar it-telekomunikazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Mizzi jkompli jinstema.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nipproponi li l-Onor.", "Mizzi jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mizzi jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Madam Speaker, forsi dan il-qasam huwa wieħed mill-iktar ċertifikati li għandu dan il-Gvern f'dik li hija viżjoni, kuraġġ u serjeta'.", "Fi 15-il xahar tlestiet il-liġi l-ġdida dwar it-telkomunikazzjoni, li permezz tagħha se titwaqqaf awtorita' ġdida li se tirregola dan il-qasam u li se tiftaħ orrizzonti ta' suq ħieles sa tmiem il-liċenzja tal-monopolju eżistenti.", "Permezz ta' din il-liġi l-korporazzjoni llum saret kumpannija kummerċjali u f'Ġunju li ġej 40% mill-ishma tal-gvern se jinbiegħu lill-privat.", "Dan il- bejgħ se jsir nofsu fil-Borża ta' Malta u l-kumplament f'oħrajn barranin.", "Din se tkun l-ewwel darba li l-ishma ta' entita' lokali se jkunu kkwotati fuq swieq internazzjonali u naħseb li dan se jġib investiment barrani lejn pajjiżna.", "B'hekk se tkun tista' tinżamm id-dixxiplina u l-professjonalita' fl-operat tal-kumpannija nnifisha.", "Il-Gvern ħabbar ukoll li l-ħaddiema tal-Maltacom se jkollhom iċ-ċans li jieħdu 3% ta' l-ishma tal-kumpannija, li se jitmexxew permezz ta' fondazzjoni.", "Dawn l-ishma se jittieħdu bi skont ta' 10% u se jitħallsu lura lill-gvern bla interessi mid-dividends ta' l-istess ishma.", "Ta' min jgħid li d-dividends kollha ta' l-ewwel għaxar snin se jmorru sabiex isaħħu l-fondazzjoni.", "Matul it-tieni għaxar snin, nofs id-dividends se jerġgħu jmorru biex tikber il-fondazjoni u n-nofs l-ieħor se jibda jitħallas lura lill-gvern, filwaqt li mal-21 sena d-dividends jmorru kollha għand il- gvern.", "Il-ħaddiema se jingħataw skont ta' 5% u preferenza biex jixtru aktar ishma sa' massimu ta' 5%.", "GĦal dan l-għan il-Gvern ħaseb biex jirranġa termini ħfief ta' self għalihom mill-banek lokali.", "Madam Speaker, smajna wkoll kif wieħed mill-ikbar banek internazzjonali, l-HSBC, intgħażel biex imexxi dan il-bejgħ flimkien mal-Mid-Med Bank.", "Nista' nassigurakom li diġa' sar progress kbir u sar ħafna xogħol f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan il-qasam.", "Illum b'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li dak li konna ilna nisimgħu għal snin sħaħ dwar x'kien beħsiebu jagħmel il-Gvern Nazzjonalista, Gvern Laburista għamlu fi ftit xhur.", "Matul dan il-perijodu, il-funzjoni ta' amministrazzjoni fil-korporazzjoni bdiet tinkorpora l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' numru ta' proġetti, speċjalment f'dak li hu bini u proprjetajiet li għandha.", "Fil-fatt matul is- sena twaqqa' dak li kien il-bini tan-NAAFI biex minfloku jinbena ċentru amministrattiv ġdid li se jgħin fil-proċess ta' ċentralizzazzjoni ta' l- attivitajiet tal-korporazzjoni u b'hekk hu maħsub li jintlaħaq l-ogħla livell ta' effiċjenza u kontroll.", "Iċ-ċentru huwa mistenni li jkun mgħammar bl-aħjar faċilitajiet u wkoll biex jipprovdi l-aħjar ambjent xieraq għall- impjegati kollha li jaħdmu fih.", "L-ambjent li fih qegħdin jaħdmu wħud mill- impjegati bħalissa f'postijiet bħal Sa Maison, St Francis Ravelin u Sant'Anġlu jistħoqqlu jitjieb sew.", "F'Ġunju ta' l-1997 kienet ħarġet sejħa għal pre-qualification u iktar tard matul is-sena sar ix-short listing tal-kuntratturi.", "It-tender tal-bini ta' dan iċ-ċentru ħarġet f'Ottubru u għalqet f'Diċembru li għadda u bħalissa qiegħda fl-istadju li tiġi ġġudikata.", "Il-korporazzjoni ħadet ħsieb biex sakemm jitwettaq dan il- proġett tikri uffiċini alternattivi fil-Marsa u bħalissa għaddej ix-xogħol biex sa ftit xhur oħra jkunu lesti ħalli jilqgħu numru ta' sezzjonijiet minn San Ġorġ, Ħaż-Żebbuġ u Spencer Hill.", "Beda x-xogħol ta' refurbishment fl-area ta' St. Francis Ravelin għal dawk is-sezzjonijiet li se jibqgħu hemmhekk minħabba l-istat ħażin ta' l- ambjent tal-ħaddiema.", "Biex tiġi rranġata l-problema ta' cables storjati f'diversi postijiet tal-korporazzjoni ma' Malta kollha u l-problema ta' kontroll fuq il-ħruġ ta' stocks u spejjeż oħra ta' overstocking, il- management ħaseb biex jakkwista spazju kbir biżżejjed biex iservu ta' stores ċentrali.", "Ta' min jgħid li fil-preżent il-main stores qegħdin f'Sa Maison u jinsabu fi stat ħażin u umduż u wieħed ftit jista' jagħmel manutenzjoni fuqhom għax imissu mas-swar li huma prottetti.", "GĦal dan il- għan din is-sena ġie akkwistat post fiż-żona industrijali tar-Ricasoli u wara li saru l-pjanti, ħarġet tender biex jibda x-xogħol ta' refurbishment.", "Wieħed jistenna li l-proġett issa jimxi b'pass mgħaġġel.", "Kien hemm ukoll il-proġett ta' Paceville u dak tal-Qawra.", "Bl-għan li jittieħed l-akbar benefiċċju mill-proprjeta' tagħha, il-korporazzjoni mexxiet proġett ta' żvilupp għall-art ta' madwar 28,600 metru kwadru li l- korporazzjoni għandha f'San Ġorġ u Pender Place f'Paceville.", "Flimkien ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġie mħejji development brief ħalli l-area ta' Paceville tiġi upgraded bi spazji urbani u żviluppi residenzajli, kummerċjali u anke ta' divertiment.", "Dan il-proġett jinkorpora wkoll it- torri ta' komunikazzjoni.", "Aspett ieħor ta' dan il-proġett huwa l-ispazju ta' underground car park li se jkun jesa' madwar 2,500 karozza.", "Lejn it- tmiem tas-sena tas-sena 1997 kienu ġew mistiedna konsorzji biex jirreġistraw l-interess tagħhom f'dan il-proġett, liema proġett huwa miftuħ għal konsultazzjonijiet mill-pubbliku.", "Proġett simili iżda fuq skala ferm iżgħar huwa dak tal-Qawra, fejn art tal-korporazzjoni se tiġi żviluppata għal skopijiet kummerċjali.", "Madam Speaker, kif qed tara dawn il-proġetti se jitmexxew fuq bażi kummerċjali minn kumpanniji separati bil-parteċipazzjoni tal-privat.", "Minkejja l-attenzjoni li ġibed il-millennium project, wieħed ma setax ma jinnotax ċerti manipulazzjoni politika ta' sezzjoni tal-media f'dan il- proġett.", "Alla jbierek ċerti kelliema kienu jafu x'se jinvolvi l-proġett qabel ma saret taf il-Maltacom nnifisha!", "(Interruzzjonijiet) Lanqas aħna għadna ma nafu għax għad irridu nieħdu l-permessi.", "U x'ma vvintawx, Madam Speaker?", "Qalu li l-parking space li se joħloq dan l-iżvilupp kien se jittieħed minn min se jieħu sehem f'dan il-proġett.", "Dan m'huwiex minnu għax dak l-ispazju li filgħodu se jittieħed mis-sidien tal-ħwienet, mill- impjegati fl-uffiċini u mill-klijenti tagħhom, fil-għaxija jista' faċilment ikun għad-dispożizzjoni ta' dawk li jiffrekwentaw Paceville u kif ukoll għar-residenti.", "Dawn ma semmewx li l-amministrazzjoni preċedenti kellha pjanijiet biex tiżviluppa din l-area u bħalma kien jiġri f'kull ħaġa oħra kienet ġejja nofs kedda.", "Damu s-snin jaħsbuha u bħas-soltu spiċċaw biex ma għamlu xejn, mhux għax ma riedux imma għax daħlu f'nasba.", "L-iżvilupp ma kienx maħsub li jkun high-rise iżda kien se jikkonsma aktar art minn dak li proġġettajna aħna.", "Per eżempju, ma semmewx li l-area kollha ta' l- exchange ta' San Ġorġ, Mercury House u Pender Place bħalissa hija magħluqa għall-pubbliku.", "Dan il-proġett se jaħseb għal spazju iktar miftuħ għal kulħadd, jiġifieri se jagħti iktar sfog lin-nies ta' dik l-area.", "Ma semmewx li b'dan il-proġett l-ambjent f'Paceville se jisbieħ u t-torri, minbarra li huwa bżonjuż għal raġunijiet tekniċi, se jservi wkoll bħala attrazzjoni u se jiġbed ċerta attivita' ekonomika u turistika lejn Paceville.", "Il-kelliema tan-naħa l-oħra jħobbu jitkellmu ħafna fuq Tas- Sliema, li hija kostitwenza tagħhom u jiddeskrivu dak il-bini għoli tul il- front kollu fejn id-djar ta' wara ma jarawx xemx bħala ġenna ta' l-art.", "Dik hi l-ipokrezija.", "(Interruzzjonijiet)", "Jeżisti wkoll il-proġett tat-training college u ninsab konxju mill-fatt li t-taħriġ effettiv sar element kruċjali, speċjalment fil-qasam tat- telekomunikazzjoni.", "Il-korporazzjoni daħlet għal proġett ambizzjuż biex ikollha kulleġġ modern li jaqdi l-ħteġijiet tagħha u tal-bqija tal- komunita' lokali u internazzjonali fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Dan il-kulleġġ għandu joffri taħriġ kontinwu lill-impjegati tal-korporazzjoni f'kull livell, dak maniġerjali, tekniku u klerikali.", "Sar ħafna xogħol fit- training needs analysis mill-job evaluation exercise.", "Il-Maltacom għandha l-ħsieb li dan il-kulleġġ jitmexxa b'mod kummerċjali f'forma ta' kumpannija separata u wieħed mill-oġġettivi ta' dan il-proġett huwa li jservi ta' hub għat-taħriġ internazzjonali, speċjalment għar-reġjun Ewro-Mediterranju.", "Il- pjanijiet oriġinali kienu li dan iċ-ċentru ta' taħriġ isir f'Mercury House, Paceville imma l-management kien ra li dan ma kienx l-aħjar ambjent għat- taħriġ u lanqas kien iwassal biex jittieħed il-valur massimu tal- proprjeta'.", "GĦalhekk deher li kien ikun aħjar is-sit tas-Swatar, fil- limiti ta' Ħad-Dingli, fejn hemm il-kumpless tal-MITTS, għax minbarra li dan il-kumpless joffri ambjent iktar adegwat għat-taħriġ huwa post ideali wkoll għax diġa' għandu l-infrastruttura tal-fibre optic.", "Fil-fatt ġie maħtur project leader u sar business plan u wara li ġiet ikkonsultata l- Planning Authority tħejjiet u ġiet approvata l-applikazzjoni għall- iżvilupp.", "Il-korporazzjoni qed tniedi proġett ta' riabilitazzjoni tat-Torri ta' Kenuna tan- Nadur u apparti ż-żamma tal-wirt storiku, qed terġa' tagħti ħajja lil dan it-torri billi tagħtih funzjoni li taqbel ma' dik oriġinali tiegħu, jiġifieri tal-komunikazzjoni.", "Tista' tgħid li dan se jintuża billi jiġi nkorporat fil-proġett tal-global marine distress and safety system u billi jitqiegħed fih apparat sofistikat biex jirċievi sinjali minn fuq il- baħar u jittrasmettihom lejn l-istazzjon marittimu f'Malta.", "Dan il-proġett issa mexa sew u t-torri hu mistenni li jiġi inawgurat is-sena d-dieħla, għeluq il-150 anniversajru mit-twaqqif tiegħu.", "Dan ix-xogħol qed isir b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Nadur u flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għal GĦawdex.", "Madam Speaker, huwa tajjeb li ngħid ukoll xi ħaġa dwar ir-riżorsi umani.", "Bħalissa qed isiru diskussjonijiet li għandhom jiddefinixxu l-policy li se tiġi adottata f'dawk li huma riżorsi umani għas-snin li ġejjin.", "Matul din is-sena l-eżerċizzju mal-unions kompla b'ritmu mgħaġġel u fih ġew żviluppati job descriptions għal kull grad u qed tiġi proposta strateġija ta' użu ta' riżorsi umani fil-korporazzjoni għal perijodu ta' ħames snin.", "Saret ukoll analisi għall-bżonnijiet tat-taħriġ fl-isfond ta' din l- istrateġija u daħlu konċetti ġodda, bħalma hi l-flessibbilta' fuq il-post tax-xogħol, il-performance appraisal u f'ċerti areas il-one- man gang.", "Huwa tajjeb li ngħid xi ħaġa dwar l-inġustizzji.", "Għandi pjaċir ngħid li matul l-aħħar sena sar ħafna xogħol li għalkemm ma jidhirx wassal biex sewwa l-inġustizzja li saret għaxar snin ilu ma' numru kbir ta' nies li ġew ittimbrati bħala irregolari mill-Gvern ħanin preċedenti.", "GĦal snin sħaħ dan kien iffriżalhom il-paga u ċaħħadhom minn opportunitajiet ta' avvanz fil-korporazzjoni.", "Matul dan l-eżerċizzju nkixfu każijiet ta' nies li ttimbrawhom bħala irregolari meta, anke skond il-kriterji li ssettjaw huma stess, qatt ma kellhom ikunu msejħin hekk.", "L-istess jista' jingħad għall- ħneżrijiet li saru fil-promozzjonijiet ta' l-1989 u l-1992 u l-apelli ta' l- 1993.", "Wara deċiżjoni li ttieħdet mill-qorti, bħalissa għaddej is-smiegħ ta' l-appelli kollha ta' dak iż-żmien għax inkixfu irregolaritajiet kbar fil-proċeduri li ntużaw mill-bord tal-korporazzjoni fl-1993, meta mingħajr l-ebda kriterju validu ngħataw numru ta' promozzjonijiet u mpjegati oħrajn inqabżu.", "Nixtieq nerġa' nsemmi xi ħaġa oħra dwar it-taħriġ.", "It-taħriġ li jingħata lill-impjegati kollha huwa importanti u aħna se nagħtu lil dan it-taħriġ l- importanza li tixraqlu.", "Nista' ngħid li dan it-taħriġ ingħata fuq suġġetti varji, kemm f'Malta kif ukoll barra minn pajjiżna, u fosthom insibu l- għajnuna lill-klijent, il-komunikazzjoni fl-organizzazzjoni għat-taħriġ tekniku, l-exchange internazzjonali SDH u l-local access loop.", "Matul dan il-perijodu l-korporazzjoni kompliet tkabbar il-koperazzjoni tagħha mal- Commonwealth Telecommunications Organisation u l-Cable and Wireless College u ġew sponsorjati numru ta' ħaddiema biex jattendu għal degrees universitarji u korsijiet oħra, filwaqt li numru ieħor ta' uffiċċjali ngħataw iċ-ċans li jagħmlu familiarisation visits u attachments barra minn xtutna.", "Il-korporazjoni tellgħet stand fil-careers convention f'GĦawdex u flimkien mas-Sedqa organizzat kors ta' edukazzjoni fuq id-droga għall- impjegati.", "Rajna wkoll in-numru ta' miżuri li ttieħdu matul din is-sena dwar is-saħħa tal-ħaddiema.", "Fil-fatt saru screen tests fuq l-għajnejn lill-impjegati li jużaw il-computer kontinwament, filwaqt li l-ħaddiema operattivi ġew mogħtija lbies prottettiv.", "Uffiċjali tad-dipartiment tas- saħħa u d-dipartiment tas-sigurta' taw lezzjonijiet lill-impjegati dwar protezzjoni ċivili, risk management, proċeduri ta' evakwazzjoni, first-aid u tifi tan-nar.", "Matul din is-sena f'diversi sezzjonijiet ġew effettwati numru ta' safety audits u ġie stallat apparat ta' għajnuna fuq numru ta' vetturi.", "Flimkien ma' l-Enemalta ġie stabilit code of practice fuq proċeduri li jsaħħu s-sigurta' fejn jidħlu t-trinek li jkunu se jaħdmu fuqhom iż-żewġ dipartimenti.", "Huwa tajjeb li nsemmi xi ħaġa wkoll dwar l-GĦawdxin li ntbagħtu jaħdmu f'GĦawdex.", "Kif diġa' għidt, matul is-sena li għaddiet ir-riforma u r- ristrutturazzjoni fil-korporazzjoni kienet kontinwa u permezz tagħha ħadna l-opportunita' biex tmien impjegati klerikali GĦawdxin li kienu jaħdmu Malta jintbagħtu GĦawdex biex jibdew jagħmlu xogħol li xorta huwa primarjament relatat ma' Malta.", "Iċ-ċekkijiet ta' l-abbonati Maltin qed jaslu GĦawdex permezz tas-sistema ta' l-informatika u qed jiġu pproċessati fis-sistema minn impjegati GĦawdxin.", "GĦal darb'oħra l-korporazzjoni reġgħet ħadet inizjattiva u naqqset mit-tbatija ta' dawn in-nies u fl- istess ħin żiedet l-effiċjenza tagħha.", "Il-korporazzjoni bdiet tistudja kondizzjonijiet speċjali għal dawk l- impjegati li huma single parents u li għandhom it-tfal tagħhom jew inkella xi sieħeb jew sieħba jaħdmu f'każijiet speċjali oħra.", "Permezz ta' dawn il- proposti l-ħaddiema jistgħu jgħażlu minn skemi differenti ta' ħinijiet imnaqqsa mingħajr il-biża' li jitilfu x-xogħol.", "L-ammont ta' leave mingħajr ħlas jista' jiżdied għal numru ta' snin sakemm it-tfal jikbru ftit, imbagħad l-impjegat jekk irid jerġa' jirritorna lura għax-xogħol.", "Saret ukoll il-proposta li jinħoloq day care centre għat-tfal ta' l- impjegati.", "Il-Maltacom għal darb'oħra qed tkun minn ta' l-ewwel biex turi t-triq lil entitajiet oħra b'konċetti ġodda bħal dawn.", "Dawn il-proposti, li diġa' huma fformulati, jistgħu jservu ta' bażi għal colletive agreements ġodda.", "Proposti bħal dawn ta' min jinkoraġġihom għax minnhom jiggwadanja kulħadd.", "Il-kumpannija se tħallas għax-xogħol li tieħu, fl-istess ħin ma titlifx riżorsi umani ta' esperjenza minħabba problemi personali u min-naħa l-oħra l-impjegati se jkollhom moħħhom mistrieħ mill-familja u mix-xogħol.", "Matul is-sena li għaddiet il-korporazzjoni kompliet tinvesti f'organizzazzjonijiet internazzjonali tas-satelliti, l-intelsat u l- inmarsat.", "Matul is-sena li għaddiet saru nvestimenti ġodda u strateġiċi bħalma hu dak ta' l-Elsacom Malta Ltd li fiha hemm imdaħħlin kumpanniji rinomati bħal Elsag Bailey u l-Hyundai tal-Korea t'isfel li fihom il- korporazzjoni għandha share ta' 20%.", "Kif diġa' tħabbar, it-Telemalta xtrat il-kumplament ta' l-ishma tat-terranet u bil-liberalizzazzjoni tas-suq u l- kompetizzjoni li hawn inħoss li l-korporazzjoni għandha dritt tikkompeti fis-servizz ta' l-Internet bħal kull service provider ieħor.", "Wieħed mill-għanijiet prinċipali li daħlet għalihom it-Telemalta f'dan il-qasam hu li tkun ta' support għall-edukazzjoni f'pajjiżna.", "GĦan ieħor importanti daqs l-ewwel wieħed hu li nistimulaw id-domanda għall-internet u għalhekk għat-tieni linja.", "Il-parteċipazzjoni tal-korporazzjoni f'dan is- servizz għandha titqies bħala pass strateġiku li jantiċipa l-effett negattiv fil-futur fuq servizzi eżistenti bħall-international fax bl-użu ta' l-internet b'rati baxxi.", "Jekk l-użu ta' l-internet fis-snin li ġejjin jaqbad sew f'pajjiżna jgawdu l-internet service providers kollha.", "Ninsab informat li f'dan ir-rigward qed isiru konsultazzjonijiet bejn l- operaturi u l-Maltacom tista' tkun f'pożizzjoni li toffrilhom l- international connectivity b'rati aħjar minn dawk li għandhom bħalissa.", "Permezz tal-parteċipazzjoni ikbar tal-Maltacom fit-terranet nemmen li se jibbenefikaw is-setturi ta' l-edukazzjoni u tal-kummerċ għax l-istudenti u n-negozjanti jista' jkollhom is-servizz tal-multi media bi kwalita' oħra.", "Il-korporazzjoni ħadet sehem f'diversi attivitajiet fil-komunita', speċjalment f'dawk li huma kultura, sport, karita' u ambjent.", "Dan qed isir fl-isfond tar-role importanti li għandha fis-soċjeta' Maltija, li fil- qasam ta' l-ambjent sponsorjat il-kampanja edukattiva tal-Gvern fuq l- immaniġġjar ta' l-iskart.", "It-Telemalta kompliet tagħti s-sehem tagħha fl- attivitajiet soċjali billi offriet is-support line 179 għat-tfal li jsofru vjolenza domestika jew li jiġu abbużati u kif ukoll għal nies bi problemi oħra.", "It-Telemalta tat ukoll sponsorship lil Dar il-Kaptan, lill-Hospice Movement, lil Fra Diegu Girls School u lill-Community Chest Fund.", "Fl- isport ukoll tat sehem importanti u fil-qasam tal-kultura tat sponsorships li taw riżultati pożittivi.", "Saru numru ta' surveys permezz tat-telephone ma' sezzjonijiet tal-klijenti fuq servizzi u reġa' beda jiltaqa' t- telecommunications user group wara li nħatru membri ġodda minn diversi oqsma tal-ħajja Maltija.", "Matul din is-sena saret riċerka tas-suq u saru studji ekonomiċi fuq il-frame relay, il-video conferencing u l- international calling cards.", "Kien hemm ukoll interess inkoraġġanti għal servizzi bħalma huma l-istar services, it-telecare, it-TAFDA, il-free phone u d-direct dialling.", "Is-sena l-oħra nfetħet fergħa ġdida f'Bormla u jidher li n-nies ta' Bormla qed jużawha għax qed ikun hemm riżultati pożittivi.", "(Interruzzjonijiet) Minkejja li akkużajtuni li ftaħtha jien, għax tinsab fid-distrett tiegħi, fil-fatt kontu intom li għamiltuha.", "Jiġifieri pprovajtu tħammġuni b'affarijiet li m'humiex veri.", "Din is-sena l-korporazzjoni għamlet dak li ngħidulu eżami tal-kuxjenza għax mingħajr ma ġiet ittraskurata d-dehra internazzjonali tagħha, tat ħarsa twila lejn l-istruttura u s-servizzi tagħha, lejn is-sodisfazzjon tal- klijenti, lejn il-flessibbilta' fir-riżorsi u l-proċeduri adottati u lejn il-kompetituri u t-theddida li jġibu magħhom.", "Barra minn hekk, din ħarset ukoll lejn l-opportunitajiet li kien hemm u li ma kenux qegħdin jiġu sfruttati.", "Forsi matul dan il-perijodu l-kumpannija bdiet tħares bis- serjeta' lejn il-futur tagħha u l-istrateġiji li trid tadotta mhux biss biex tilqa' għall-kompetizzjoni imma anke biex tespandi.", "Minbarra l- istruttura ġdida li akkwistat u li se tkompli tinbidel fis-sajf li ġej, il- Maltacom diġa' għandha xi ideat ġodda li beħsiebha tiżviluppa.", "Nista' ngħid li l-konċett ta' hubbing jista' jiġi applikat għat-traffiku internazzjonali, għat-taħriġ ta' l-internet u kif ukoll għal servizzi ta' core centre.", "Din hija l-ewwel sena ta' riaġġustament u għalkemm għad hemm ħafna xi jsir nista' ngħid li għaddiet b'wiċċ il-ġid għax ir-riżultati kienu nkoraġġanti ħafna u jawguraw tajjeb għall-futur.", "Naħseb li tajt dettalji biżżejjed biex nuri l-pożizzjoni li kienet fiha t-Telemalta qabel din l-amministrazzjoni u s-suċċess li għamlet dan l-aħħar permezz tal- profitt kbir li għamlet u permezz ta' l-effiċjenza.", "Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex f'isem il-Ministru għall- Ħarsien Soċjali nqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra:", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport tas-sena ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, segwejt b'interess id-diskors ta' l-Onor.", "Mizzi u kieku kelli nipprova niddeskrivih fil-qosor naħseb li jkolli t-tentazzjoni li niddeskrivih b'żewġ modi.", "Mod kif nista' niddeskrivih huwa bħala tifel li safa' f'ħanut tal-ħelu ppreparat għalih u li għadu ma jafx kif idur mal-ħelu kollu, u allura beda jaħtaf minn naħa u minn oħra u jgħid kemm għandu ħelu tajjeb bla ma jagħmel riflessjoni dwar kif għandu jitmexxa dan il-post għax jinsab mitluf fil-ħelu li sab!", "Mod ieħor kif nista' niddeskrivih huwa billi nieħu spunt mill-musical \"Annie Get Your Gun\", għax kważi seta' jdoqqilna d-diska ripetutament \"Anything you can do, I can do better\".", "IIlejla l-Onor.", "Mizzi kien qed jipprova jagħtina din it-tema kontinwament sal-punt li fl-eżami tal-kuxjenza li qal li għamlet it-Telemalta - ma nafx jekk hu u l-Maltacom għamluhiex magħha! - m'għamilx dak li forsi huwa l- iktar essenzjali, jiġifieri li jgħid: Jekk jien se nitkellem fuq dan is- settur, x'inhu dak li sibt u minn fejn tlaqt biex issa nagħmel xogħol addizzjonali fuqu?", "F'dan l-eżami tal-kuxjenza ma riedx jgħid hekk imma f'żewġ okkażjonijiet - waħda minnhom ipprovokata minn din in-naħa - hu kkonferma li x-xogħol kien sar qabel.", "Każ minnhom kien meta semma l- konferenza mondjali għall-iżvilupp tat-telekomunikazzjoni - nawgura li din se ssir fl-aħħar ta' Marzu bis-suċċess li hu ddeskriva - fejn qal li hu mar jiffirma rigward dik il-konferenza u ta l-impressjoni li din kienet xi inizjattiva oħra tal-Gvern preżenti.", "Hu qal li l-Gvern preżenti jikkalkula se jiffranka Lm400,000 minn dak li kien il-budget għal din il-konferenza mill-amministrazzjoni preċedenti u naturalment kellu jammetti li din il- konferenza hija riżultat ta' inzjattiva li ħa l-Gvern preċedenti.", "Kif diġa' kelli l-okkażjoni ngħid f'din il-Kamra, meta kont qiegħed flimkien ma' delegazzjoni tat-Telemalta fil-konferenza li twaqqfet fl- Arġentina kienet saret l-istedina biex il-konferenza li jmiss issir f'pajjiżna, minkejja l-kompetizzjoni kbira li kien hemm rigward fejn titlaqqa', għaliex Malta dak inhar kienet ikkonsidrata bħala role model.", "Jiġifieri Malta tant kienet għamlet żvilupp fil-qasam tat- telekomunikazzjoni li pajjiżi oħra kienu qed iħarsu lejha bħala l-mudell li wieħed għandu jimxi fuqu fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Jien nawgura lill-Onor.", "Mizzi, lill-Gvern u lil dan il-pajjiż li l-konferenza li se tiltaqa' hawn Malta fl-aħħar tax-xahar id-dieħel tkun suċċess.", "Din setgħet kienet anke ikbar u l-Gvern preżenti se jiffranka l-flus mhux għax huwa aktar cost effective imma għaliex ma' dik il-konferenza seta' ħa inizjattivi oħra u dan għal raġunijiet tiegħu ddeċieda li jaqta' parti minn dik l-inizjattiva.", "Jiġifieri din l-ammissjoni l-Onor.", "Mizzi għamilha biss fil-kontest biex jgħid kemm se jiffranka mill-budget oriġinali, għax kieku ma kienx jagħmilha.", "It-tieni okkażjoni fejn iddeċieda li jagħmel riferenza għall-Gvern preċedenti kienet iktar riċenti fid-diskors tiegħu u dan kien fejn semma l- exchange ta' Bormla.", "Dażgur li kont naf li l-uffiċju ta' Bormla flimkien ma' uffiċji oħrajn tat-Telemalta, fosthom dak tal-customer care, li twaqqfu f'diversi bliet u rħula ta' Malta, saru b'inizjattiva tal-Gvern preċedenti!", "Imma jien xtaqt li l-Onor.", "Mizzi jgħidha hu u allura għidtlu: Eh, mela din għamiltha għax qiegħda fid-distrett tiegħek!", "U hemmhekk qal: Le, mhux jien għamiltha, intom għamiltuha.", "Allura l-Onor.", "Mizzi llejla f'din il- Kamra bi żball għamel ammissjoni fuq żewġ suġġetti li semmihom jew biex jiftaħar bihom jew biex jikkoreġi l-impressjoni li kienet qed tingħata fejn kellu jammetti li x-xogħol kien sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "U kemm hemm xogħol li sar mill-amministrazzjoni preċedenti!", "Allura meta smajt lill-Onor.", "Mizzi jitkellem hawnhekk illejla u segwejt b'attenzjoni d- diversi affarijiet li rrifera għalihom, ma stajtx ma nagħmilx appell lilu, liċ-chairman u lill-management tal-Maltacom li jekk tassew iridu li dan il- qasam jibqa' mutur vitali għall-ekonomija tal-pajjiż, l-ewwel ħaġa li jridu jagħmlu hi li jirrikonoxxu dak li sabu bħala wirt vitali għalihom f'dan is- settur, wara kollox kif qed isir fil-livell internazzjonali.", "Qed nagħmel dan l-appell anke fil-kontest kummerċjali u se nispjega ruħi mmedjatament, imbagħad nerġa' nidħol f'dan l-argument iktar tard.", "Illum il-Maltacom qed tispjega li f'Ġunju ta' din is-sena se toffri 40% mill-ishma tagħha lill-pubbliku b'mod ġenerali u lil dawk li jridu jiġu minn barra sabiex jixtru dawn l-ishma.", "Naturalment dan tħabbar fil-budget fejn intqal li l-Gvern irid jifdi parti mill-ispejjeż tiegħu billi jbiegħ ishma fil-Maltacom u fil-Malta International Airport.", "Jien personalment, flimkien mal-kollega tiegħi li wkoll kien responsabbli minn dan is-settur, l-Onor.", "Michael Frendo, kellna l-okkażjoni li ngħidu grazzi lill-Onor.", "Joe Mizzi u lill-Gvern preżenti naturalment mhux biss għalina personalment imma wkoll għan-nom tal-Gvern preċedenti.", "Qed ngħid hekk għax aħna konna responsabbli minn settur li intom qed tgħidu li kien fallut u issa intom stess qed tagħrfu li dan ma kien fallut xejn u li sibtu pedamenti soda fuqhiex tibnu, tant li llum anke biex titkellmu dwar kif tħarsu lejn il- problema tad-deficit fil-budget nazzjonali qegħdin tiftaħru li tridu tbiegħu parti sostanzjali mill-Maltacom u mill-Malta International Airport.", "U għalina dan huwa kumpliment kbir.", "Is-serjeta' għandha tirrikjedi li l- Gvern preżenti jammetti x'sar f'dan il-qasam fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Min iħares bis-serjeta' lejn l-ishma tal-Maltacom, speċjalment jekk qed titkellem fuq investituri ta' importanza u ta' entita' kbira - illejla l-Ministru Mizzi tkellem b'ton li jrid anke investiment minn barra - se jaqra mhux biss il-prospectus li l-Maltacom se tippubblika f'Ġunju ta' din is-sena imma se jaqra wkoll ir-rapport annwali li tpoġġa fuq il-Mejda ta' din il-Kamra u kif ukoll il-kummenti li għamel dan il-Gvern mindu ħa r- riedni ta' pajjiżna f'idejh u se jgħid: Imma din x'kumpannija!", "Kif se ninvestu f'din il-kumpannija jekk il-Gvern qed jgħid fi stqarrija wara l- oħra kemm kienet falluta u kemm kienet miexja ħażin!", "Għaliex jekk l-Onor.", "Mizzi jaħseb li hawn xi ħadd li se jemmnu li f'daqqa waħda, fi 15-il xahar, għamel miraklu kbir u dawwar din l-istruttura f'xi ħaġa totalment differenti milli kienet, ngħidlu li ħadd m'hu se jemmnu.", "U jekk irid li jkollu suċċess fl-allokazzjoni ta' l-ishma tal-Maltacom jaqbillu li ma jemmnu ħadd.", "Imma issa jrid jiddeċiedi.", "Jekk hu jrid jitkellem b'ton fejn iktar ikun jaqbillu li n-nies ma jemmnuhx, allura juża dik it-tattika li jipprova jinganna lin-nies.", "Fuq dan is-suġġett inkompli iktar tard.", "L-Onor.", "Mizzi ftaħar li matul is-sena li għaddiet il-Korporazzjoni Telemalta, imbagħad il-Maltacom, xtraw aċċess fuq cable internazzjonali.", "Dażgur li huwa tajjeb li dejjem ikollok aċċess ikbar fuq cable internazzjonali imma ma tistax tipparagunah mal-fatt li fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti Malta kellha ftehim ma' l-Italja biex ikollha nofs il-cable bejn Malta u l-Italja, il-fibre optic cable, li mbagħad b'kumbinazzjoni rrifera għalih iktar tard u qal li dan issa qiegħed jiġi stallat.", "Naħseb li jekk takkwista aċċess fuq cable internazzjonali huwa importanti - fil-fatt huwa importanti - aħseb u ara kemm hu importanti l- proġett tal-fibre optic link bejn Malta u l-Italja li kellna qabel.", "L-Onor.", "Mizzi semma l-exchange internazzjonali u qal li bdew jistallawh.", "Forsi l-memorja tiegħu u ta' kollegi oħra tan-naħa tiegħu qed tonqos xi ftit.", "Mela dan biex stallah mar jixtrih mingħand xi ħanut!", "Naħseb li seta' qal b'kortesija lejn din il-Kamra li dan seta' jsir għaliex kien diġa' ġie ddisinjat, ordnat u kkummisjonat mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Seta' qalha din, ma kienx jaħli ħafna ħin mid-diskors tiegħu biex jgħid xi ħaġa sempliċi bħal din.", "Imbagħad kompla jispjega li se tiżdied il-komunikazzjoni mal-vapuri, qisu sar xi suċċess fenomenali.", "Naħseb li aħjar żied id-dgħajjes għaliex bil- mod kif tkellem naħseb li għadu qed jipprova jgħaddi lil kulħadd bid- dgħajsa!", "Bħala suċċess għas-sena li għaddiet semma l-enhanced call waiting, għaliex issa hemm il-faċilita' li jekk iċċempel lil xi persuna li għandha l- istar service u din tkun fuq il-linja, it-tieni telefonata tista' tibqa' tistenna u sadanittant tiġi vuċi fuq it-telephone u tgħidlek li dak l- abbonat għandu servizz ta' call waiting u titolbok sabiex iżżomm il-linja.", "Mela le!", "Huwa tajjeb li wieħed iżid faċilitajiet bħal dawn imma imbagħad trid tirrikonoxxi li l-istruttura għall-istar services saret fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti.", "Inċidentalment l-Onor.", "Mizzi semma li issa hemm bżonn li l-exchanges E-10 jiġu żarmati.", "Jien dak il-ħin erġajt staqsejtu ħalli nkun ċert li qed nisma' tajjeb.", "Tafu għal liema exchanges qed jirriferi?", "Għal dawk li meta kien fl-oppożizzjoni kien jgħidli: Ara kif aħna konna bdejna s-sistema diġitali, għandna l-exchange E-10 fiż- Żejtun!", "Issa llejla ġie hawn u quddiem din l-Kamra qal li se jkollu jżarmahom.", "Naturalment ma qalx li dawn kienu investiment li hu kien għamel bħala Gvern Laburista.", "L-Onor.", "Mizzi mbagħad qal: Dak li kont ngħid li għandu jsir meta kont fl- oppożizzjoni qiegħed isir.", "Din hi l-iktar waħda li għoġbitni llejla.", "Issa jien biex inkun ċert li dak li kien jgħid fl-oppożizzjoni niftakruh tajjeb mort nivverifika ma wieħed mid-dibattiti li ħa sehem fihom l-Onor.", "Mizzi u llum se nikkwota parti mid-dibattitu tal-11 ta' Lulju, 1994 - f'dan il-każ mhux dibattitu, imma jidhirli li kien qed jitkellem fuq il-mozzjoni ta' l- aġġornament.", "Se nikkwota din il-parti għaliex illejla bid-deskrizzjoni tiegħu li x-xemx telgħet f'Ottubru ta' l-1996 bilkemm ma riedx jgħidilna li l-privatizzazzjoni tal-Korporazzjoni Telemalta bdiet dak inhar u li l- konċett kollu ta' kif issir kumpannija beda dak inhar u li kollox huwa mertu tiegħu!", "Dak inhar kien qal hekk:", "\"Mr Speaker, ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru f'intervista li ta lil reporter barrani kien qal li Telemalta se tiġi pprivatizzata.", "Fil- fatt kien hemm ċaħda min-naħa tal-Prim Ministru pero' r-reporter stess ikkonferma li l-Prim Ministru veru kien qal hekk.", "Jien nikkonferma li dak li qal ir-reporter huwa minnu u se ngħid għaliex.", "Jien ma tkellimtx qabel pero' kont ili naf ħafna affarijiet għaliex kulħadd jaf li nsegwi l-affarijiet dwar Telemalta.\"", "- U kif! -", "\"Jien nista' nassigura lill-Prim Ministru li minkejja dak li qal li m'hu veru xejn li qed isiru pjanijiet biex Telemalta tiġi pprivatizzata, jien nikkonferma li saru kuntatti mhux uffiċjalment biex Telemalta tgħaddi lill-privat.\".", "Imbagħad tafu x'qal iżjed fuq dan is-suġġett?", "Għax kieku qal hekk biss, kieku qabeż bil-ferħ dak inhar u qal kemm jaqbel ma' dan u kemm huwa kuntent li dan se jiġri, naturalment kont ngħid li huwa veru li dak kien jgħid mill-oppożizzjoni issa qed iwettqu.", "Imma hu qal:", "\"Din hija indikazzjoni ċara li Telemalta miexja għal dik it-triq.\"", "- jiġifieri t-triq tal-privatizzazzjoni -", "\"U l-ħaddiema ta' Telemalta għandhom raġun jipprotestaw u għandhom raġun ukoll il-membri ta' din it-taqsima fl-Eżekuttiv tal-General Workers Union jirreżinjaw - għax kien hemm riżenji.\"", "- għax hu kien qed jeħodha kontra l-General Workers Union talli m'għamlitx protesti fuq dan is-suġġett -", "\"Jien ngħidilhom biex ikomplu jagħfsu għaliex jekk m'humiex se jieħdu passi u jagħmlu forza biex ma jiġrix hekk, se jkun too late u jitilfu għaliex Telemalta tgħaddi f'idejn il-privat.\".", "Dan huwa r-rapport uffiċjali ta' l-Onor.", "Mizzi fil-Parlament fl-1994 imma naturalment l-Onor.", "Mizzi qabel ma mar għal din il-metamorfosi - diġa' spjegajt li qisu mar fil-ħanut tal-ħelu u għoġbu l-ħelu u ġie jgħidilna hawnhekk kemm hu tajjeb il-ħelu! - donnu kien jirraġuna b'mentalita' kompletament differenti.", "Mhux hekk biss imma kien jirraġuna b'mentalita' differenti u kien jiġi f'dan il-Parlament jappella lill-ħaddiema u lill- unions sabiex jużaw il-forza li ma jmurx jiġri dan il-fenomenu tal- privatizzazzjoni tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Issa llum qed nisimgħuh jgħid f'dan il-Parlament li Allaħares ma kenx hu u Allaħares ma kienx il- Gvern preżenti li jemmnu f'dawn il-konċetti bis-serjeta'.", "Naturalment għaliex hu jemmen fihom bis-serjeta' u jwettaqhom malajr u huwa bravu!", "Kif diġa' spjegajt qabel, kull ħaġa li għamilna aħna hu kapaċi jagħmilha ferm aħjar.", "Kieku dan kien veru, naturalment kont nawguralu.", "Jien nawguralu li xi darba dan ikun veru imma naħseb li għadu ftit 'il bogħod jekk niġu biex nagħmlu l-paraguni bis-serjeta'!", "Ħalli nsemmi aspett ieħor li rrifera għalih l-Onor.", "Mizzi.", "Per eżempju, llejla l-Ministru semma l-ftehim li sar mal-Midland Bank, fil-kontest ta' dak li deher f'artiklu li kiteb il-kollega tiegħi fil- gazzetta, jiġifieri li l-ftehim bejn il-Maltacom u l-Midland Bank huwa konferma tal-fiduċja li teżisti f'dan is-settur f'pajjiżna.", "Allura din hi konferma li l-amministrazzjoni preċedenti ħalliet din l-istruttura b'saħħitha - għaliex l-ebda bank internazzjonali ma kien se jagħti self ta' Lm20 miljun mingħajr ma jkun ċert li dik il-korporazzjoni, dik l-istruttura fit-telekomunikazzjoni, issa l-Maltacom Ltd., verament għandha bażi fuqhiex tiżviluppa fil-futur - għaliex ħadd ma kien jagħmel dan fuq it-teorija biss.", "Mela iva, dak is-self, anke jekk in-naħa l-oħra tieħu għaliha li aħna ngħidu hekk, huwa vot ta' fiduċja fl-amministrazzjoni preċedenti.", "Jien niskanta kif meta dawn jitkellmu rigward is-self li qed insemmi bilkemm ma jridux jagħtuna l-impressjoni li din il-ħaġa qisha qatt ma ġrat qabel, qisu fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti qatt ma kien hemm min estenda dan it-tip ta' self lill-Korporazzjoni Telemalta.", "Jekk nieħu l-argument li dan qed jiġri issa, diġa' huwa kumpliment lill-amministrazzjoni preċedenti għaliex self ta' dak il-livell jikkonferma l-fiduċja fl-istrutturi tat- telekomunikazzjoni kif ħalliethom l-amministrazzjoni preċedenti.", "Pero' forsi huwa tajjeb li nfakkar lill-Onor.", "Mizzi li jekk inħarsu lejn il-gazzetti lokali tas-17 ta' Mejju, 1996 - jiġifieri fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti - insibu l-aħbar li tidher fil-gazzetti forsi b'inqas daqq ta' trombi minn dik tal-Midland Bank li l-Korporazzjoni Telemalta se tingħata self ta' $US15 miljun mingħajr il-ħtieġa ta' garanzija min-naħa tal-gvern.", "Mhux hekk biss.", "F'dan is-self insibu l- parteċipazzjoni ta' diversi banek ta' fama internazzjonali u ta' interessi Ġappuniżi għaliex jemmnu fil-futur tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Allura l- appell tiegħi lill-Gvern hu li fil-qasam tat-telekomunikazzjoni nagħmlu analisi flimkien.", "Fil-fatt kien hemm bżonnu dan l-eżami tal-kuxjenza għax jekk tara li tkun miexi fit-triq il-ħażina ħafna drabi tasal biex tikkonverti.", "Allura jien nemmen li l-Onor.", "Mizzi s-sena li għaddiet qagħad jagħmel l-eżami tal-kuxjenza, għaliex dan biss jista' jispjega kif illum l- Onor. Mizzi qed jitkellem bil-maqlub totali ta' kif kien jitkellem f'dan il- Parlament tliet snin ilu.", "Huwa biss l-eżami tal-kuxjenza li forsi seta' wasslu biex illum jitkellem favur il-liberalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni ta' dan is-settur, bil-maqlub ta' kif dejjem tkellem fuqu qabel.", "Pero' jien nemmen li biex l-eżami tal-kuxjenza jkun ġenwin irid jirrikonoxxi wkoll x'sar f'dan is-settur fis-snin li għaddew u xi rridu nagħmlu fih għall-iżvilupp futur tiegħu.", "Ninsab żgur li l-Onor.", "Mizzi japprezza li dan is-settur jekk nitilquh maljar jerġa' jmur lura u huwa hawn fejn l-impenn tagħna jrid ikun totali.", "Nemmen li fi tmiem dan id-dibattitu l-Gvern għandu jagħtina l-assigurazzjoni li dan jista' jsir anke billi nifhmu li bħalma jiġri f'pajjiżi demokratiċi oħrajn, anke f'dan il-Parlament hemm il- ħtieġa ta' dibattiti fuq il-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Id-diskors ta' l-Onor.", "Mizzi llejla jista' jkun is-swan song tiegħu fuq dan il-qasam.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex aħna llum qed niddiskutu estimi ta' korporazzjoni li spiċċat fl-aħħar tas-sena li għaddiet u li fil- preżent saret kumpannija bl-ishma kollha tagħha f'idejn il-gvern.", "Nawgura li minn Lulju, jew minn meta jkun hemm l-abbonament meħtieġ għall-ishma, jkun hemm 60% għand il-gvern u 40% għand il-privat.", "Allura dan ifisser li dak li mill-1975 'il quddiem din il-Kamra kienet teżerċita' bħala dritt, jiġifieri li tiddiskuti speċifikament il-qasam tat-telekomunikazzjoni f'żewġ seduti kull sena, mhux se tibqa' tagħmlu?", "Nemmen li l-Onor.", "Mizzi għandu jagħti tweġiba ċara fil-winding-up għaliex jekk inhu hekk huwa żball.", "Huwa żball, anke jekk il-Gvern juża l-argument li jgħid li issa l- Maltacom hija struttura kummerċjali, għaliex wara kollox il-liġi dwar it- telekomunikazzjoni titkellem ukoll fuq ir-rwol tal-gvern bħala regolatur.", "Mela jien nippretendi li f'dan is-sens il-Gvern jimpenja ruħu li qabel ma jagħlaq dan id-dibattitu jgħid jekk teknikament dan huwiex se jkun l-aħħar dibattitu ta' dan il-Parlament fuq l-estimi tal-Korporazzjoni Telemalta, għaliex ma nistgħux niġu hawn u nibqgħu niddiskutu korporazzjoni li ntemmet fl-aħħar tas-sena li għaddiet.", "Il-Gvern għandu jintrabat li almenu kull sena jkollna seduta speċifika li fiha neżaminaw l-operat tar-regolatur fil- qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Naturalment ir-regolatur 'il quddiem jista' jsir awtorita' - wieħed jista' jagħmel provvediment fil-liġi li jwaqqaf dik l-awtorita' - jekk il-Gvern se jimxi f'dik it-triq.", "S'issa għadu ma wasalx sa dak il-punt u qed jagħmel regolatur li suppost huwa indipendenti u awtonomu mill-gvern, pero' kif spjegajt iktar fit-tul waqt id-diskussjoni tal-liġi dwar it-telekomunikazzjoni, anke jekk huwa pass 'il quddiem li tiddistingwi bejn ir-regolatur u l-operaturi, bqajna b'sistema ta' regolatur li mhux biss irid jinħatar mill-gvern imma jrid ikun ukoll uffiċjal pubbliku.", "Hu x'inhu r-regolatur, jien nemmen li l-Gvern għandu jkollu l-impenn li jgħid li kif jagħmlu pajjiżi demokratiċi oħra, kull sena f'dan il-Parlament għandu jkollna almenu seduta waħda speċifika biex niddiskutu dan is-settur, jiġifieri mhux fil-kontest tal-budget nazzjonali, jew ta' xi aġġornament jew mozzjonijiet li tista' tagħmel l-Oppożizzjoni.", "Sur President, naħseb li min-naħa tal-Gvern għandu jkun hemm impenn ieħor, dak ta' informazzjoni sħiħa lil din il-Kamra.", "Allaħares niġu fis- sitwazzjoni li għax titwaqqaf kumpannija bi struttura kummerċjali nibdew naħarbu l-mistoqsijiet - kien għalhekk li saret il-konferenza stampa min- naħa tiegħi u min-naħa tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, rigward il-mod kif il-Prim Ministru beda jwieġeb il-mistoqsijiet tagħna fuq il-Maltacom - għax l-indikazzjoni li għandna hi li l-Ministru lesta stock reply biex kull meta nistaqsuh għal xi biċċa informazzjoni jkun jista' jirrifjuta li jagħtihielna, bl-iskuża li dik hija kumpannija kummerċjali.", "Lanqas m'hu qed jgħid li fit-tweġiba tiegħu hemm parti mill- informazzjoni li hija sensittiva u li l-parti li m'hijiex sensittiva se jagħtiha.", "Hawn nista' nikkwota l-mistoqsija li għamilt jien stess fejn, wara ċerimonja pubblika li saret tas-self lill-Maltacom mill-Midland Bank, tlabt lill-Prim Ministru biex jagħti dawk il-kondizzjonijiet li hu jħoss bħala rilevanti li jingħataw lil din il-Kamra.", "U biex ħadd ma jkun jista' jgħid li m'huwiex jifhem id-domanda, għidt b'mod partikolari li nippretendi li l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra għal liema proġetti ta' natura kapitali se jintuża dak is-self.", "Ridt iva nkun preċiż ħalli ħadd ma jgħid li l-Oppożizzjoni għandha xi interess partikolari li tkun taf jekk il- Maltacom hijiex qed tissellef bi 8% jew bi 8.5%, x'bank charges għandha fuq il-handling ta' l-accounts u x'termini għandha biex tħallas kull xahar.", "Forsi wieħed jista' jħares lejn dawk l-aspetti f'sede parlamentari partikolari, bħalma hu l-Public Accounts Committee.", "Aħna qed nitolbu lill- Gvern biex jagħtina l-lista tal-proġetti ta' natura kapitali li beħsiebu jiffinanzja mil-loan tal-Midland Bank, li wara kollox m'għamilhiex bil- moħbi f'xi kamra imma għamilha quddiem il-cameras tat-television, quddiem il-gazzetti kollha u tant ftaħar biha.", "It-tweġiba li ngħatat lil dan il- Parlament kienet li dik hija informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk ma kenitx se tingħata.", "Jekk din hi l-attitudni tan-naħa tal-Gvern aħna ma nistgħux naċċettawha għaliex tfisser li allura l-iskop kollu wara l- liberalizzazzjoni, wara li noħolqu struttura ta' kumpannija kummerċjali u wara li nkunu iktar effiċjenti, se jkun li l-informazzjoni li l-Parlament hu ntitolat għaliha dwar enti pubblika ma tingħata qatt iżjed f'din il- Kamra.", "Sur President, hawnhekk jien ma nistax ma nfakkarx, kif fakkart, f'diskorsi li kien jagħmel l-Onor.", "Alfred Sant f'dan il-Parlament meta kien għadu kap ta' l-oppożizzjoni, fejn kien jagħmel paragun bejn dan il- Parlament u x-shareholders ta' kumpannija.", "Jien onestament naħseb li dan huwa paragun interessanti għaliex kull kumpannija kummerċjali fl-aħħar mill- aħħar tagħmel laqgħa ġenerali fejn tagħti rendikont lix-shareholders tagħha u dawn normalment ikollhom dritt jistaqsu dak kollu li jkun jolqot lil dik il-kumpannija.", "Mela li l-Onor.", "Alfred Sant mill-bank ta' l-Oppożizzjoni kien jgħid li dan il-Parlament irridu nqisuh bħala r-rappreżentant tax- shareholders huwa konċett interessanti, għaliex il-gvern fl-aħħar mill- aħħar jirrappreżenta lill-poplu Malti kollu.", "Fil-Parlament hawn ir- rappreżentanza tal-poplu Malti kollu u allura meta aħna nistaqsu għal xi nformazzjoni nkunu qed nistaqsuh għan-nom tax-shareholders li nirrappreżentaw bil-vot dirett tagħhom f'din il-Kamra - biex nuża l-istess paragun li kien jagħmel l-Onor.", "Alfred Sant, illum Prim Ministru ta' pajjiżna.", "Allura dan ifisser li kull mistoqsija li se nagħmlu fuq il- Maltacom m'aħniex se ningħataw tweġiba dwarha?", "Wara kollox il-Gvern, almenu s'issa, qed jirrikonoxxi li l-Maltacom hi marbuta b'regoli ta' procurement li huma marbutin bihom entijiet pubbliċi oħra.", "Jien nifliha l- Gazzetta tal-Gvern u nara li meta l-Maltacom ikollha bżonn xi apparat jew tkun trid tagħmel xi kuntratt, normalment is-sejħa għat-tender issir bil- proċedura ta' avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Mela nifhem li l-Gvern qed jgħid li l-konċett li rridu nżommu miżuri ta' accountability, almenu fit- teorija, qiegħed hemmhekk.", "Pero' din tkun biss biex jidher l-avviż fil- Gazzetta tal-Gvern, isir il-proċess tat-tender u ssir l-aġġudikazzjoni, imbagħad hawn ma nistgħux nistaqsu dwar kif qed isir dak il-proċess?", "Din il-ħaġa ġrat fil-mistoqsija li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, għamel lill-Ministru Mizzi.", "Kieku dak inhar l-Onor.", "Mizzi, bħalma għamel illejla fil-ħin tal- mistoqsijiet, wieġeb li ma jistax jagħti l-informazzjoni għalissa għaliex il-proċess ta' l-aġġudikazzjoni għadu għaddej forsi kont nifhimha t-tweġiba - ħalliha li l-mistoqsija kienet rigward x'inhu l-proċess ta' l- aġġudikazzjoni, u allura naħseb li kien altru fil-ħin li jgħid x'inhu l- proċess - imma t-tweġiba ma kenitx hekk.", "It-tweġiba kienet li dik hi informazzjoni ta' natura kummerċjali.", "Qisu qed jgħid: Lill-Parlament x'għandna għalfejn ngħidulu?", "GĦalhekk ikun pass serju jekk il-Gvern, kif diġa' appellajtlu, jimpenja ruħu li kull sena niddiskutu l-qasam tat- telekomunikazzjoni u jagħti l-informazzjoni kollha li jħoss li jista' jagħti lil din il-Kamra.", "Imbagħad għandu jerfa' r-responsabbilta' u jekk tkun verament informazzjoni sensittiva jgħid li m'għandux jinforma lill- Kamra.", "Jien kont fil-pożizzjoni tiegħu u nista' nifhem li jkun hemm okkażjonijiet eċċezzjonali fejn ikollok tgħid: L-informazzjoni fuq dan is- suġġett partikolari hi sensittiva mil-lat kummerċjali u m'għandix nagħtiha.", "Imma din m'għandniex nagħmluha a standard reply.", "Jien noġġezzjona għal dan l-atteġġjament min-naħa tal-Gvern bl-iktar mod assolut.", "Allaħares nibdew nużaw l-argument tal-konfidenzjalita' biex niġġustifikaw kollox, għaliex allura l-Onor.", "Mizzi jkun qed jagħti prova li it-trasparenza u l-aspett li nkunu moderni u effiċjenti se jispiċċaw, għax kull meta tistaqsih xi ħaġa jibda jgħidlek: Ma tarax, dik konfidenzjali!", "Mela trasparenti saret tfisser konfidenzjali, jiġifieri tistaqsinix dwarha għax m'hu se ngħidlek xejn.", "L-Onor.", "Mizzi llejla semma l-proġett jew aħjar il-mostru tal-millennju - naturalment ma nistax ma nirriferix għal din il-ħaġa wkoll - u qalilna li hija ħaġa serja li aħna konna nafu ċerta informazzjoni qabel il-Maltacom.", "Dażgur, mela aħna stajna nkunu nafu xi ħaġa li ma kenitx qed tkun issuġġerita mill-Maltacom!", "Ma naħsibx.", "Aħna m'għandniex id-don li noqogħdu ngħidu x'se jiġri jekk xi ħadd ma jkunx ħa dik id-deċiżjoni, allura jien ma nafx x'inhu dan l-iskantament ta' l-Onor.", "Mizzi.", "L-Onor.", "Mizzi, fejn f'dibattiti oħra kien qagħad imerini li dan il-proġett huwa ta' 65 sular, issa donnu tħajjar jagħmlu ftit iżjed.", "Jien kont għamiltu appell biex jikkompeti mal-Chrysler Building fi New York u donnu ddeċieda li jirbaħli!", "Dak inhar kien qal: Stenna, stenna, fejn taf int?", "Mela konna nafu tajjeb, għaliex aħna kif stajna nitkellmu ħlief fuq dak li kien qed jiġi ssuġġerit mill-Maltacom, mit-Telemalta u mill-Gvern preżenti?", "U llum indirettament ħafna tana raġun.", "Qed ngħid indirettament ħafna għaliex naturalment is-sulari ma semmihomx imma semma l-underground car park.", "Il-Ministru qalilna kemm se jieħu karozzi dan il-car park u aċċenna għall- fatt li aħna konna qed ngħidu li parti minn dan l-ispazju se jeħduh tal- ħwienet u qalilna li dak m'huwiex neċessarjament veru għaliex il-ħwienet fil-għaxija jkunu magħluqa.", "Fil-fatt jien nifhem li se jkun hemm diversi ħwienet li beħsiebhom jibqgħu miftuħin il-ħin kollu u oħrajn li se jiftħu filgħaxija.", "Insomma, l-argument m'huwiex il-lat ta' spazju għal karozzi fl- underground car park.", "L-argument hu jekk jagħmilx sens li f'nofs Paceville tagħmel proġett li aħna għidnilu ta' 65 sular u issa jidher li huwa aktar viċin is-70 sular - biex issa nerbħuha żgur il-kompetizzjoni ma' New York! - imbagħad l-Onor.", "Mizzi jiġi hawnhekk illejla u jgħidilna li dan se jsebbaħ l-ambjent.", "Jien naħseb li l-unika raġuni li forsi għandu f'moħħu li dan se jsebbaħ l-ambjent tista' tkun li dan se jikkompeti ma' Dingli Cliffs jew anke jgħaddihom!", "Naturalment Dingli Cliffs huma attrazzjoni mill-isbaħ li jeżistu f'pajjiżna u allura dan iddeċieda li jrid jagħmel dan il-proġett biex jiżboq lil Dingli Cliffs.", "Għaliex jekk trid tagħmel torri ta' komunikazzjoni m'hemmx għalfejn tmur f'Paceville u toqgħod tgħid li għandek bżonn dak l-għoli kollu imma tista' tmur f'partijiet oħra ta' Malta li diġa' huma iktar għoljin.", "Imbagħad teorija oħra sabiħa li smajt illejla hi li huma kellhom proġett simili li juża iktar art.", "Mela ma jafx li r-regola fundamentali tal-bini tgħid li iktar ma tgħolli 'l fuq iktar trid tħalli spazju vojt isfel, għaliex inkella ma jkollokx ir-ratio bejn kemm tlajt u kemm ikollok spazju.", "Naturalment fil-Kamra hawn periti u dan jistgħu jispjegawh aħjar minni.", "Qed ngħid dan anke għar-raġuni ta' kemm in-nies hemm isfel kapaċi jibqgħu jieħdu n-nifs meta ttella' bini daqshekk għoli.", "Kieku għamlulek il-kalkolu b'mod preċiż, probabbli kienu jgħidulek li hemmhekk lanqas tista' ttella' virga waħda għall-għoli li qed tipproġetta.", "Dażgur li tista' tagħmlu fuq inqas art jekk se ttela' dawk is-sulari kollha.", "U x'inhu dan il-paragun ma' Tas-Sliema?", "F'Tas-Sliema, safejn naf jien, l-ogħla bini li jeżisti hija l-lukanda Preluna li fiha 13-il sular - jekk hemmx xi waħda ogħla minnha għidli - imbagħad int se tagħmel bini ta' 70 sular!", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jgħidli li f'Tas-Sliema hemm il-problema għaliex il-flats li telgħu hemmhekk jitfgħu d-dell fuq wara, jien ngħidu li llum anke jekk jaqgħu dawk id-djar, it-torri li se jagħmel hu se jitfa' dell fuq kullimkien.", "Imma din hija l-fissazzjoni għaliex kif qed naraw il-millennium project m'huwiex qed isir biex nagħmlu proġett li hu ta' siwi għall-komunita' u li hu ta' ġid mil-lat kulturali u mil-lat artistiku.", "Jien ma xtaqtx noħroġ mis-suġġett li għandna quddiemna, imma għamilt mistoqsija lill-Prim Ministru wara li kont smajt li f'diskors li għamel kien qal li bħala l-proġett tal-millennju għadu qed jikkonsidra l-proġett tat-Teatru Rjal u nispera li fil-ġimgħat li ġejjin din il-Kamra jkollha tweġiba mingħand il-Prim Ministru dwar jekk dan huwiex se jkun il-proġett tal-Gvern.", "(Interruzzjonijiet) Tal-Maltacom huwa torri kummerċjali imma rrid inkun naf x'inhuma t-tnejn li huma.", "Jien naħseb li jekk il-Maltacom trid tara bis-serjeta' l-iżvilupp ta' pajjiżna ma tistax tipproponi proġetti li pajjiżna m'għandux bżonnhom, li mhux se jsebbħu l-ambjent u li se jkunu, kif diġa' ddiskrivejnihom, il- mostru tal-millennju.", "Il-Gvern b'mod stinat baqa' jgħid: Għax din għamilniha ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "GĦax issa minflok ma tikkontrolla l-applikazzjonijiet għal bini din saret kompliċi fil-proġetti.", "Ma naħsibx li din hija l-verita'.", "Jien naħseb li l-verita' hi li l-Gvern qed juża heavy handed tactics and is bulldozing its was through, anke ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, u naturalment ikun hemm min jibqa' jfakkar lill- gvern - ikun min ikun fil-gvern - il-prinċipji li japplikaw dejjem fir- rigward ta' planning.", "Fil-ħajja sfortunatament ikun hemm ċerti elementi li jissokkombu għall-pressjoni.", "Imma dak huwa argument ieħor.", "Anke jekk inqis dan is-settur mil-lat ta' telekomunikazzjoni, nista' ngħid li l-core business tal-Maltacom hu l-qasam tal-komunikazzjoni.", "Iktar tard se ngħid x'naħseb li għandhom ikunu d-direzzjonijiet għall-futur f'dan il-qasam.", "Il- core business fil-qasam tat-telekomunikazzjoni m'huwiex ir-retail, m'huwiex il-mod kif niżviluppaw il-proprjeta', m'huwiex il-mod kif nibnu l- appartamenti u nbiegħuhom bil-Lm65,000 jew iżjed, m'huwiex il-mod kif nagħmlu entertainment centres u m'huwiex il-mod kif nagħmlu sistema ta' ħwienet li wħud minnhom jiftħu fil-għodu u oħrajn li jiftħu fil-għaxija wkoll.", "Jekk il-Maltacom trid tikkompeti ma' players oħra trid toqgħod attenta ħafna li ma tiġix f'pożizzjoni kompetittiva ma' operaturi oħra li mhux suppost ikollha għax tkun qed taqla' iktar flus mill-proprjeta' milli taqla' mill-komunikazzjoni.", "F'dan is-sens niġi għall-argument tat-terranet.", "L-Onor.", "Mizzi llejla reġa' semmielna li hija ħaġa tajba li l-Maltacom ħadet l-ishma kollha, għaliex b'hekk ikun hemm multimedia facilities aħjar fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Imma dan x'argument hu!", "L-argument hu: Aħna rridu li jkollna level playing-field bejn operaturi differenti fil-qasam ta' l-internet jew ma rridux?", "GĦax jekk irridu level playing-field ma jistax ikollna settur li jmexxi b'mod governattiv għax nafu li dan se jkollu vantaġġi ta' rati ta' aċċess fuq is-sistema ta' l-internet li l-kompetituri l-oħra ma jkollhomx, bl-iskuża li se nagħtu faċilitajiet edukattivi aħjar lill- istudenti.", "Bir-rispett kollu dawn l-affarijiet assolutament ma jagħmlux sens.", "Sur President, iktar kmieni semmejt il-konferenza li l-Ministru korrettement ftaħar biha llejla.", "Qed ngħid korrettement għaliex hi ta' unur għal Malta kollha pero' l-Ministru ma kienx korrett - ħlief li mbagħad ftakar b'kumbinazzjoni - meta ma qalx min kien strumentali biex dik ir- realta' tal-konferenza li se jkollna f'pajjiżna fl-aħħar tax-xahar id- dieħel setgħet titwettaq.", "La qed insemmi dik il-konferenza ma nistax ma nirriferix għad-dokument tal-world telecommunications development conference 1998.", "Din hija l-istedina li saret preċiżament lin-nies li semma' l-Onor.", "Mizzi, jiġifieri liċ-chairmen u lill-managers, sabiex jiġu hawn Malta - nawgura li jkun hemm ukoll persuni politiċi - li fiha hemm miktub: Valletta, Malta, 23rd March to 1st April, 1998.", "Mela dan huwa d- dokument ta' stedina u ta' informazzjoni rigward din il-konferenza f'pajjiżna, li tqassam riċentement mill-ITU.", "Inċidentalment dan id- dokument jibda b'messaġġ mill-Prim Ministru ta' Malta.", "Dan id-dokument tqassam mill-ITU u nħadem bil-kollaborazzjoni tal-Gvern Malti u tal- Maltacom, anke minħabba ċerta informazzjoni li hawn fl-istess dokument.", "Jien se nikkwota x'hawn miktub fl-aħħar paġna ta' dan id-dokument, fejn insibu l-kliem \"Small is beautiful, Malta\" u hemm silta minn rapport ta' l- ITU world telecommunications development report li sar fl-1994 li tgħid:", "\"Malta, a small country of 316 square kilometres in the middle of the Mediterranean illustrates this point.\"", "- jiġifieri, kemm jista' jkollok żvilupp aqwa għad-daqs tiegħek! -", "\"It has a teledensity of more than twice what would be expected considering its per capita GDP.\"", "- teledensity f'dan il-każ tfisser kemm għandek telephones per capita -", "\"Teledensity more than doubled during 1983 to 1996 from 22 to 47.\"", "- jiġifieri l-għadd ta' linji tat-telephones għal kull mitt ruħ iktar minn irdoppja bejn l-1983 għal 1996 -", "\"At end 1992 it was one of the first European countries with a fully digital local network.", "The growth rate in main lines fluctuated between 5% and 17% per annum, dependent on the magnitude of network expansion programmes in particular years.\".", "Dan hu ċ-ċertifikat għall-amministrazzjoni preċedenti.", "Illum l-Onor.", "Mizzi qed jipprova jnessina dan iċ-ċertifikat, pero' mill- introduzzjoni taċ-chairman u tal-general manager - diġa' kelli l- opportunita' nawguralhom fil-ħidma tagħhom - kont nippretendi li se jwasslu messaġġ sħiħ imma sfortunatament jidher li anke huma qed jidħlu f'din il- mentalita' li qisu kollox beda f'Ottubru ta' l-1996.", "Jagħmlu kemm jagħmlu dan it-tip ta' argument, fl-istedina biex jiġu d-delegati f'pajjiżna għall- konferenza li se ssir bejn it-23 ta' Marzu u l-1 ta' April u li tiftaħ b'messaġġ mill-Onor.", "Alfred Sant, Prim Ministru ta' Malta, għal darb'oħra għandna dan iċ-ċertifikat internazzjonali fuq il-ħidma ta' l- amministrazzjoni preċedenti f'dan ir-rigward.", "La semmejt ir-rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ma nistax ma nosservax dak li hawn miktub fiċ-chairman's statement fejn insibu hekk:", "\"We are witnessing the transformation of telecommunications and the elemination of boundaries\".", "Imbagħad insibu sentenza mportanti li tgħid:", "\"The first such important step ...\"", "- jiġifieri li jkollna grupp li jistudja the suitability of modern technology for implementation in Malta -", "\"... was taken with Telemalta taking a stake in Elsacom Malta Ltd., which has been set up and is operating a ground station in Malta.\".", "Mela fl-opinjoni taċ-chairman rigward is-sena li għaddiet dan kien l-ikbar pass.", "Imma allura possibbli li ma jafux li dan hu proġett ieħor li sar minn żmien l-amministrazzjoni preċedenti?", "Għaliex jien naħseb li jekk naqta' r- riferenzi li hawn fir-rapport tal-general manager u naqta' r-ritratti li hawn dwar l-Elsacom, naħseb li nkun qed naqta' barra parti tajba minn dan ir-rapport.", "Pero' xtaqt nagħmel ukoll xi mistoqsijiet oħrajn.", "Jaf l-Onor.", "Mizzi li dawk li llum huma kkonsidrati bħala l-future trends meħtieġa għal pajjiżna kienu identifikati bl-iktar mod ċar fil-vision statement li l- korporazzjoni adottat fi żmien l-amminstrazzjoni preċedenti?", "Imbagħad meta nbidlet l-amministrazzjoni bdew jgħidu li dak il-pjan m'għandhomx bżonnu.", "Hawn għandi parti minn kopja tal-viżjoni li kellha l-korporazzjoni rigward fejn trid tmur anke wara l-1996 u tenfasizza li aħna nkunu parti mill-information society bis-serjeta', għaliex dan huwa l-konċett li llum qed jevolvi fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Jaf l-Onor.", "Mizzi li Malta kienet deskritta wkoll bħala mudell għall-pajjiżi l-oħrajn fil-qasam tat- telekomunikazzjoni mill-espert Kanadiż, John Gilbert, li kien ġie Malta preċiżament biex jgħin lill-korporazzjoni tagħmel l-update tal-masterplan u li dan issa nħatar biex jagħmel id-draft tal-pjan strateġiku għall-ITU għall-ħames snin li ġejjin?", "Iċ-chief executive preċedenti Tony Debono, kien irrikkmanda u nsista biex persuna ta' kalibru bħal Gilbert tiġi f'pajjiżna ħalli taħdem flimkien mal-korporazzjoni u tindika l-futur meħtieġ għal dan il-pajjiż.", "Qed insemmi dan l-aspett anke għaliex il- Korporazzjoni Telemalta fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kienet miexja fuq binarju mhux biss li tara xi żviluppi internazzjonali qed iseħħu imma tantiċipahom u tkun protagonista fihom.", "Jien nista' nikkwota minn editorjal tas-Segretarju Ġenerali ta' l-ITU, Pekka Tarjanne, li qalilna li l-lTU se torganizza s-second world telecommunication policy forum dwar it-tema trade in telecommunications services - inċidentalment dan il-forum kellu jsir hawn Malta wara l- konferenza li se ssir fl-aħħar tax-xahar id-dieħel u jekk se niffrankaw xi flus huwa għax mhux se nagħmlu dan il-forum.", "Hu jgħidilna wkoll li huma għażlu din it-tema wara li fil-15 ta' Frar tas-sena li għaddiet il-WTO adottat dokument importanti ħafna, li Malta għadha ma ffirmatx, biex nilliberalizzaw it-telekomunikazzjoni.", "Jien nippretendi li l-Onor.", "Mizzi jgħidilna għaliex Malta għadha ma ffirmatx dak id-dokument u ngħidlu li llum mhux lili biss irid jagħti din it-tweġiba.", "Jekk inħarsu lejn ir-rapport li għamlet il-Kummissjoni Ewropea lill- Unjoni Ewropea dwar din il-famuża talba tal-Gvern li jkollu relazzjonijiet speċjali ma' Malta - dan ir-rapport li sal-lum il-Prim Ministru tant ftaħar bih fil-laqgħa li kellu ma' l-FOI u f'laqgħat oħrajn u li anke l-Ministru għall-Affarijiet Barranin deher darba, darbtejn fuq it-television u qalilna kemm hu kuntent bih - insibu li l-Kummissjoni qalet lill-Gvern sabiex jimxi ma' ħafna obbligi u li għandu jagħmel dan fi żmien stipulat.", "Qalulu wkoll li jrid jinsa kull dritt li kien ikollu kieku kien membru ta' l-Unjoni Ewropea u l-Gvern beda jaqbeż bil-ferħ, qisu dak l-iblaħ tal-proverbju li taqlagħlu għajnejh u jibda jifraħ!", "Għax biex jagħmel hekk jew trid tkun iblaħ jew inkella trid tkun qed tinganna lill-poplu.", "Fir-rapport tal- Kummissjoni Ewropea, fost affarijiet oħra, f'paragrafu 23 insibu hekk:", "''In the field of telecommunications, the Commission recalls the importance it attaches to the agreement on basic telecommunication services in the GATT/WTO framework and encourages Malta to participate in it.''", "Mela la ma jridx jisma' minn ħaddieħor, almenu f'dan ir-rigward nawgura li jieħu l-parir tal-Kummissjoni Ewropea.", "Sur President, la qed insemmi l-Kummissjoni Ewropea nixtieq nagħmel dan il-ħsieb.", "Jien naħseb li l-futur ta' pajjiżna hu li nħarsu lejn l- opportunitajiet ġodda li llum qed toffri t-teknoloġija u li nagħmlu dan b'rikonoxximent ta' dak kollu li sar s'issa.", "Nixtieq nattira l-attenzjoni tal-Gvern - jista' jkun li diġa' ġie nformat - li fit-3 ta' Diċembru tas- sena l-oħra l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea adottat green paper on the conversion of the telecommunications, media and information technology sectors and the implications for regulation.", "Dan huwa dokument ta' konsultazzjoni u nippretendi li għalkemm Malta bħalissa tinsab barra mill- proċess tas-sħubija, almenu tkun protagonista fil-proċess ta' konsultazzjoni fuq green papers bħal dawn.", "Dan huwa d-dokument li jitlaq mill-punt fejn illum hawn qbil li l-mezzi teknoloġiċi qed jingħaqdu bejniethom.", "Nafu li bejn wieħed u ieħor għaxar snin ilu kienet teżisti dik li tissejjaħ l-għaqda bejn id-dinja tat-telekomunikazzjoni u l-computers.", "Naturalment il-Gvern Laburista preċedenti ma kienx għarafha din għax is- sistema tat-telephone li kellna ma kienet tikkomunika ma' ħadd.", "Naħseb li dak iż-żmien \"intermadness\" kellna u mhux internet!", "Jiġifieri la għal parti u lanqas għall-oħra ma kienu kapaċi dak inhar għax biex kont tista' ddaħħal computer kont trid tiffirma li m'inti se tkeċċi lil ħadd.", "Naf bniedem li jiddiletta ħafna f'dan il-qasam u biex introduċa s-sistema tal- computer kellu jdaħħal il-keyboard għalih u qal li se jużah bħala keyboard, il-monitor qal li se jużah għat-television, imbagħad daħħal il-cable biex ikun jista' jgħaqqadhom!", "Issa llum qed nitkellmu fuq l-għaqda teknoloġika mhux biss bejn it-telekomunikazzjoni u l-binja tal-computers imma l-għaqda bejn dawn it-tnejn u d-dinja tax-xandir u t-televiżjoni.", "Mela qed nitkellmu fuq teknoloġija diġitali li tgħaqqad dawn it-tlieta flimkien u tikkonverġi sabiex fl-Ewropa u madwar id-dinja jkun hemm dik li tissejjaħ information society.", "Il-Gvern għandu jagħti s-sehem tiegħu kull sena meta niddiskutu dan il-qasam u l-isfida tiegħu għandha tkun li nibqgħu, kif konna, protagonisti f'dan il-qasam billi nantiċipaw u ngħinu fl-iżvilupp tal-metodi ġodda li qed jevolvu madwarna.", "Sur President, jien se nibqa' nħares b'mod pożittiv lejn il-futur tat- telekomunikazzjoni f'pajjiżna għax dan tħalla fuq l-aktar pedamenti sodi mill-amministrazzjoni preċedenti u bil-parteċipazzjoni tagħna lkoll nistgħu nassiguraw li Malta jibqa' jkollha l-kwalita' ta' servizz li jixraq lil pajjiż li verament jitmexxa b'viżjoni u li l-viżjoni tiegħu tkun waħda Ewropea u moderna bil-fatti u mhux bil-kliem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Pulliċino.", "ONOR.", "GEORGE PULLIĊINO: Sur President, fil-ħin li għandi nixtieq nikkummenta fuq uħud mill-argumenti li għamel l-Onor.", "Joe Mizzi u kif ukoll fuq xi punti oħrajn li jew qabżulu jew inkella għaraf li aħjar ma jsemmihomx.", "Nibda billi nitkellem fuq punt li l-Onor.", "Mizzi qisu għamlu l- cavallo di battaglia tiegħu, jiġifieri fuq il-pass li għamel dan il-Gvern sabiex ibiegħ 40% mix-shares ta' waħda mill-aħjar korporazzjonijiet li ħalla l-Gvern Nazzjonalista.", "Dan se jsir biex b'xi mod inaqqas l-iżbilanċ finanzjarju ta' dan il-budget diżastru li approva dan il-Parlament, liema budget ħalla mhux biss piż fuq il-poplu Malti imma aktar ma jgħaddi żmien aktar qed iħalli piż kbir fuq dan in-nazzjon li kif nistgħu nindunaw qiegħed jidħol fl-era tal-friża.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Joe Mizzi jgħid: Minkejja l-paroli kollu li kienu jagħmlu tan-naħa l-oħra rigward il-privatizzazzjoni, aħna għamilniha fi ftit xhur.", "Prosit!", "Mela minkejja dak kollu li opponew għalih hu u sħabu, inkluż il-Prim Ministru tal-lum, f'daqqa waħda ġralhom bħal San Pawl u kkonvertew.", "Tant ikkonvertew b'mod mgħaġġel li issa saru kapaċissimi u għamlu l-pass tal-privatizzazzjoni fi ftit xhur.", "Jien ma tantx ninsab konvint li l-membri tan-naħa l-oħra kkonvertew fil-qasam tal- privatizzazzjoni imma naħseb li qed jiġrilhom bħal uħud min-nies ta' Ħaż- Żebbuġ - il-Ministru jafhom sew - jew inkella bħan-nies ta' San Bastjan li jispiċċaw biex jgħidu: Viva San Ġorġ la x-xitan irid hekk!", "Jiġifieri dawn qegħdin jitkellmu favur il-privatizzazzjoni mhux għax jemmnu fiha imma għax spiċċaw daharhom mal-ħajt minħabba li neħħew sistema ta' tassazzjoni li kienet qed tirrendi lil dan il-pajjiż il-miljuni ta' liri neċessarji biex ikun jista' jagħmel l-ispiża annwali tiegħu.", "Din hi l-kapaċita' ta' dan il- Gvern, li f'sentejn se jkun ħoloq ħofra daqs il-ħofra li għamel Gvern Nazzjonalista f'għaxar snin.", "Hawnhekk ma nistax ma nikkumplimentax lil dan il-Gvern talli f'sentejn se jkun għamel żbilanċ nazzjonali daqskemm għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern f'disa' snin u nofs.", "F'dan il-każ ikolli nikkumplimenta lil dan il-Gvern talli eċċella fil-mod kif kien kapaċi jnaqqas l-introjtu tal-pajjiż b'tali mod li tant ġie dahru mal-ħajt li beda jbiegħ il-korporazzjonijiet tajbin li ħalla warajh Gvern Nazzjonalista.", "Tant hu hekk li dawn iddeċidew li jbiegħu 40% tal-ishma tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Anke fuq dan il-punt, jien stennejt li llejla l-Onor.", "Joe Mizzi kellu jgħidilna - semma kif se jiġu floated nofs dawn l-40% u tajjeb li jkunu floated sabiex ikun ta' riżors anke ta' investiment barrani - jekk mill- budget 'l hawn kienx hemm xi deċiżjoni dwar x'se jkun il-limitu ta' shares għal kull persuna, jew inkella jekk dan il-Kabinett iddeċidiex li 50% minn dawn l-40% jinxtraw minn xi kumpannija internazzjonali.", "Jien nixtieq li l- Onor. Mizzi, meta jiġi biex jikkonkludi, jagħmel sforz u jikkonsulta ma' sħabu biex għallinqas jgħidilna kif iddeċidew li se jkunu mqassmin dawn l- 40% għax illejla ma qalilniex.", "Kulma qalilna l-Onor.", "Mizzi hu li 5% se jmorru għall-ħaddiema imma ma qalilniex kemm se jkun hemm bulk shares u jekk iddeċidiex li dawn imorru għand xi kumpannija internazzjonali.", "Per eżempju, pajjiżi oħrajn ġieli jgħidu li 80% mix-shares li jkunu se jinbiegħu jridu jkunu ppopolarizzati b'mod li jixtruhom in-nies.", "Hekk konna nifhmu aħna meta fl-imgħoddi konna nikkumbattu l-ħafna paroli fil- vojt li kien isir mill-membri tan-naħa l-oħra, inkluż l-Onor.", "Joe Mizzi, li tant kienu jibżgħu mill-privatizzazzjoni.", "Dak iż-żmien kienu jgħidu kontra l-privatizzazzjoni u aħna konna ngħidu li se nagħmlu popolarizzazzjoni, jiġifieri se nbiegħu biss ix-shares ta' kumpanniji u korporazzjonijiet nazzjonali lil ammont kbir ta' nies.", "Jien nifraħ li għallinqas għamlu dan il-pass u nirrepeti li ma nemminx li dan il-Gvern huwa konvint fuq il-pass tal-privatizzazzjoni imma qed jagħmlu biss għan-neċessita' tal-ħofra kbira li għandu.", "Għallinqas qed nifraħ għax f'pajjiżna bdejna nagħmlu l-ewwel pass sabiex eventwalment xi darba naslu lejn il-liberalizzazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, għax kważi kważi f'dan il-pajjiż diġa' bdejna nisimgħu l-kelma \"liberalizzazzjoni\" tintuża minflok il-kelma \"privatizzazzjoni\".", "Dawn ma jfissrux l-istess ħaġa.", "Il-pass tal-privatizzazzjoni huwa biss pass żgħir li jista' jwassal għal-liberalizzazzjoni.", "Huwa importanti li eventwalment naslu lejn il- liberalizzazzjoni għax b'hekk biss inkunu nistgħu noffru lil dan il-poplu sitwazzjoni ta' kompetizzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Billi l- Maltacom tbiegħ 40% mix-shares tagħha ma jfissirx li se jkollok sitwazzjoni ta' liberalizzazzjoni fejn ikollok kompetizzjoni.", "Dik hija biss sitwazzjoni fejn 40% mix-shares tal-Maltacom se jixtrihom il-privat.", "J'Alla dan iwassal sabiex din il-kumpannija ssir aktar effiċjenti imma ma jfissirx li bilfors se jkollok il-kompetizzjoni.", "Madam Speaker, hawnhekk ta' min jgħid x'inhuwa għaddej fl-Unjoni Ewropea bħalissa, dik l-istess Unjoni li fl-imgħoddi l-Partit Laburista tant beżża lill-poplu Malti biha u fil-fatt għadu jagħmel hekk sal-lum.", "X'qed jiġri, Madam Speaker?", "Ħafna mill-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea diġa' għamlu l-passi neċessarji tal- privatizzazzjoni u llum għamlu l-pass importanti tal-liberalizzazzjoni, tant li l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena - data importanti li kważi hawn Malta ħadd ma tkellem fuqha - seħħet il-liberalizzazzjoni fil- qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Tafu x'se jfisser dan għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi?", "Huwa kkalkolat li f'dawn il-pajjiżi se jkun hemm roħs ta' 40% fil-kont tat-telephone f'kull familja.", "Ovvjament se jkun hemm ukoll roħs għall-konsumatur industrijali.", "L-Unjoni Ewropea qed tagħmel dan kollu sabiex tkun stimolu għat-tisħiħ ta' dik li tissejjaħ l-information society, għax l-Unjoni Ewropea taf li b'dan il-mod biss tista' tiġi msaħħa din l- industrija, li hija l-aktar industrija li se tespandi fis-snin li ġejjin.", "Fil-fatt huwa kkalkolat li fuq perijodu ta' għaxar snin biss l-industrija relatata ma' l-information society se tikber b'erba' darbiet.", "U din m'hijiex ċajta għax f'perijodu ta' għaxar snin l-Unjoni Ewropea se tkun f'pożizzjoni li tikkompeti mal-kumplament tal-ġganti ekonomiċi dinjija.", "Meta qed insemmi l-Unjoni Ewropea ma nistax ma nsemmix dak li diġa' rrifera għalih l-Onor.", "Zammit Dimech rigward ir-rapport li ħejjiet il- Kummissjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mas-suppost relazzjonijiet speċjali li dan il-pajjiż qiegħed ifittex ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt din m'hi relazzjoni speċjali xejn għax hija relazzjoni simili għal dik li l- Unjoni Ewropea għandha ma' pajjiżi bħalma huma t-Tuneżija, il-Marokk u l- Alġerija.", "Meta taqra r-rapport issib li huwa verament tal-mistħija u jekk dan il-Gvern mingħalih irid ibella' lil dan il-poplu li hemm xi relazzjoni speċjali, ngħidlu li dan huwa biss rapport li se jitfa' lil dan il-pajjiż 27 sena lura.", "Pero' huwa importanti li nifhmu x'jingħad f'dan ir-rapport.", "Per eżempju, jingħad li pajjiżna ma jistax jipparteċipa f'diversi proġetti ta' riċerka u li l-Unjoni Ewropea se tagħtina ċ-ċans li nipparteċipaw biss fil-proġetti li diġa' qed tagħti ċans li jipparteċipaw fihom lit-third European countries u barra minn hekk se jkollna nħallsu minn bwietna.", "Dan huwa kuntrarju għal dak li konna se ngawdu kieku sirna membri għax konna se nipparteċipaw fil-proġetti ta' riċerka kollha mingħajr ħlas.", "Bħala pajjiż żgħir u li għadu ma laħaqx il-livell medju ta' l-Ewropa, aħna konna se nibbenefikaw ħafna aktar milli konna se nikkontribwixxu.", "Per eżempju, l-Onor.", "Mizzi ma semma xejn rigward il-pass lejn l-eventwali liberalizzazzjoni u issa f'dan ir-rapport l-Unjoni Ewropea qed tgħidlu: Isma', aħna mexjin lejn il-liberalizzazzjoni u jekk trid li jkollok free trade agreement magħna, bħala pajjiż bilfors trid tersaq lejn il- liberalizzazzjoni.", "L-Onor.", "Mizzi għoġbu li ma jgħid xejn fuq dan il-punt tant importanti, kif għoġbu ma jgħid xejn fuq x'qed jagħmel dan il-Gvern rigward il-ftehim li kien hemm fil-konferenza ta' Singapore fuq l- information technology u t-telecommunications, fejn sar il-ftehim tal- liberalizzazzjoni.", "Minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saret jirriżulta li l-Gvern Malti kien preżenti u pparteċipa f'dik id-diskussjoni imma ma smajna xejn aktar dwar x'qed jagħmel dan il-Gvern sabiex jadatta ruħu għall-ftehim li sar f' Singapore.", "Nixtieq infakkar ukoll li meta fl-1995 kien ġie l-Kummissarju ta' l- Unjoni Ewropea Bangemann, kien semma' l-possibbilta' li Malta tkun wieħed minn tliet pajjiżi Ewropej - bl-eventwali dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea - li jservu ta' ċentru ta' eċċellenza għal dak li l-Unjoni Ewropea trid tibni bħala information society.", "Hu kien semma lil Malta, l-Awstrija u l- Fillandja u fil-fatt insibu li l-Fillandja llum diġa' bdiet tiggwadanja minn dawn l-għajnuniet kbar li qed tagħti l-Unjoni Ewropea sabiex sas-sena 2002 ikollha 70% tal-households kollegati on line - jiġifieri jkollhom is- servizz ta' l-internet, eċċ - u dan kollu qed isir mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa b'dan il-mod li f'pajjiżna l-konsumaturi seta' jkollhom is- sodisfazzjon li l-Korporazzjoni Telemalta tkun qed tipparteċipa fi programmi ta' riċerka biex il-konsumatur Malti mhux biss ikollu roħs fil- prezz imma jkollu wkoll titjib fis-servizzi li toffri din il-korporazzjoni.", "Filwaqt li ngħid li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ħalla preġju kbir fil-Korporazzjoni Telemalta, inħoss li matul dawn il-15-il xahar li għamilna taħt gvern hekk imsejjaħ Laburista pajjiżna diġa' qed jaqa' lura fejn jidħlu servizzi li matul ix-xhur li għaddew ġew introdotti f'ħafna mill-pajjiżi avvanzati.", "Dawn is-servizzi llum issibhom f'kull pajjiż Ewropej u fil-gazzetti ssib diversi reklami ta' dawn is-servizzi li f'pajjiżna jidher li lanqas biss bdejna nxommuhom.", "Tant hu hekk, li fid- diskors tiegħu llejla l-Onor.", "Mizzi m'għamel l-ebda aċċenn li matul is-sena li ġejja l-maltanet se tkun qed taħdem fuq dawn is-servizzi.", "Dawn huma tliet basic services li llum issibhom fi kwalunkwe pajjiż.", "Servizz minnhom huwa s-centralised answering system fejn bħala konsumatur meta tirritorna d-dar jew fl-uffiċju tiegħek, mingħajr il-ħtieġa li tixtri answering machine tkun tista' tisma' t-telefonati kollha li kellek sakemm ma kontx hemmhekk.", "Din is-sistema diġa' qed tintuża mill-konsumaturi Ewropej fil-ħajja ta' kuljum.", "It-tieni servizz li qed nirriferi għalih huwa dak li jissejjaħ il- personalised fax service, servizz li l-kumpanniji tat-telekomunikazzjoni Ewropej ilhom joffruh għal diversi xhur.", "Permezz ta' dan is-servizz minflok ma jkollok linja partikolari li tkun imqabbda ma' fax machine fl- uffiċju jew fid-dar tiegħek, ikollok personalised identification number li bih tkun tista' tirċievi l-faxes li jkunu daħlulek fil-fax machine tiegħek minn kwalunkwe fax machine oħra.", "Dawn huma servizzi li diġa' ġew introdotti fil-pajjiżi Ewropej u jekk tkun konsumatur lokali tista' tabbona fihom pero' s'issa hawn Malta għadna ma xammejnihomx.", "Nixtieq li l-Onor.", "Mizzi jgħidilna jekk il-maltanet għandhiex il-ħsieb li tintroduċi dawn is- servizzi u meta għandha l-ħsieb li tintroduċihom.", "Servizz ieħor li hawn Malta għad m'għandniex, u li f'pajjiżi oħra diġa' sar kumdita' li ssibha f'bosta lokalitajiet, huwa dak tad-data booths.", "Dawn qed jiġu stallati ħdejn it-telephone booths u min irid jista' jużahom sabiex jibgħat E-mails u jibgħat jew jirċievi faxes.", "Servizz li hawn Malta diġa' għandna - fil-fatt ġie ntrodott mill- amministrazzjoni preċedenti - huwa dak ta' l-internet.", "L-Onor.", "Mizzi qal li l-Maltacom għandha pjanijiet dwar kif l-istudenti jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz u dan ħallih bħala general statement.", "Jien stennejt li l-Ministru kellu jagħtina xi ftit informazzjoni dwar kif il-Maltacom qed tipprepara sabiex tagħmel dan it-tip ta' servizz u nistiednu biex qabel ma jagħlaq id-diskors tiegħu jispjegalna x'inhi din l-inizjattiva b'risq l- edukazzjoni f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Mizzi qal ukoll li permezz ta' dan is- servizz se jiggwadanjaw l-internet providers li għandna f'pajjiżna.", "Hu qal li t-terranet - din issa nxtrat b'mod sħiħ mill-Maltacom - ma tridx toqtol l-internet providers l-oħrajn.", "Jien nawgura li ma jsirx hekk.", "L-Onor.", "Mizzi qal li dawn se jiggwadanjaw ilkoll u jien nistiednu jispjegalna kif se jsir dan.", "Jien inħoss li s-servizz ta' l-internet ma żviluppax biżżejjed fix-xhur li għaddew għax sfortunatament ir-rata ta' tkabbir tan- numru ta' konsumaturi f'pajjiżna lanqas tibda mal-mod kif żviluppa fil- pajjiżi Ewropej.", "Nixtieq li pajjiżna jagħmel sforz ikbar sabiex ikollna ħafna aktar konsumaturi ta' l-internet, imma dan m'huwiex se jsir billi l- Maltacom tibqa' żżomm l-istess prezzijiet li għandna llum.", "Jekk il-Gvern irid bis-serjeta' li l-informazzjoni vasta li hemm fuq l-internet igawdiha l-poplu Malti, hemm bżonn li jraħħas is-servizz ta' l-internet, kif għamlu gvernijiet ta' pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju, fl-Italja x-xahar li għadda l- inqas tnaqqis kien ta' 30% u l-ikbar tnaqqis kien iwassal sa 50%.", "Jien naħseb li jekk il-Maltacom verament riedet tagħmel il-proġett tal-millennju kellha tara kif is-soċjeta' Maltija setgħet tgawdi aktar is-servizz ta' l- internet billi traħħas dan is-servizz, għax b'hekk ħafna iktar ċittadini Maltin setgħu jgawdu mill-benefiċċji kbar tiegħu u mhux nibqgħu bil-ftit konsumaturi li għandna llum.", "Barra minn Malta l-proġetti tal-millennju primarjament isiru sabiex javvanzaw fl-edukazzjoni tal-poplu imma hawn Malta llum għandna din il-famuża Maltacom li għaliha l-ewwel prijorita' saret l-iżvilupp ta' l-art.", "Ħaġa oħra li ma jidhirlix li semma l-Ministru hija l-customer charter u nixtieq li jgħidilna meta se jidħol.", "L-Onor.", "Mizzi semma l-Lm20 miljun self u qalilna li t-Telemalta kienet f'diżastru meta f'Ottubru 1996 ħadu l- gvern f'idejhom.", "Allura jien hawn nistaqsi: Liema bank miġnun se jislef Lm20 miljun fuq assessment ta' sena waħda tajba li kellha t-Telemalta?", "Possibbli li l-Midland Bank tant hu miġnun li offra ta' Lm20 miljun fuq sena waħda tajba li kien hawn fi żmienhom?", "Apparti l-fatt li dan m'huwiex l-ewwel każ li xi bank sellef flus lit-Telemalta.", "Nixtieq nagħmel l-aħħar punt tiegħi rigward il-famuż torri ta' Pembroke.", "L-Onor.", "Mizzi qal li dan huwa torri bżonjuż teknikament u jien għandi dubji serji dwar dan, għalhekk nitolbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni li turi li l-Maltacom teknikament għandha bżonn dan it- torri f'Pembroke.", "(Interruzzjonijiet) Skużawni, ħadt żball għax minflok Paceville għidt Pembroke.", "(Interruzzjonijiet) Forsi dan it-torri tant ġej kbir li minkejja li Pembroke huwa 'l bogħod minn Paceville, id-dell tiegħu xorta se jintefa' fuq Pembroke!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, għat- tieni darba ngħidlek li dak li għandi huwa kollu tiegħi.", "Jien ma nipprova nilbes xejn li m'huwiex tiegħi.", "Jien li għandi huwa kollu tiegħi u ferħan bih ukoll.", "MADAM SPEAKER: Onor. Pullicino sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nixtieq nagħmel l-aħħar punt.", "Rigward it-torri ta' Paceville nixtieq li l-Ministru, jekk għandu, jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra dokumentazzjoni li turi li teknikament verament hemm bżonn li dan it- torri jitqiegħed hemmhekk.", "Hu qal pubblikament li bliet oħrajn bħal Londra, Berlin u Barcelona kellhom dan il-bżonn.", "Dazgur li kellhom dan il- bżonn, għax il-footpath ta' dawn il-bliet huwa ħafna ikbar minn tagħna.", "Aħna nistgħu nużaw Ħad-Dingli bħala għoli għal dan it-torri għax m'huwiex 'il bogħod.", "Jekk verament hemm bżonn li l-Maltacom tibni dan it-torri f'Paceville, wisq nibża' li se nagħmlu inverżjoni tal-prijoritajiet li għandu jkollha din il-kumpannija, li trid tkun l-aktar kumpannija li tavvanza sabiex pajjiżna jkun verament pajjiż modern u effiċjenti għall-millennju l-ġdid.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden liIl-Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Frar, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - it-Tielet Qari;", "Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sena 1997/98 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - t- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - t-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - t-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. ---------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, għalkemm ftit ġimgħat ilu fil- Parlament iddiskutejna l-estimi tal-Malta Maritime Authority niddubita kemm hawn min jaf eżatt x'inhuma l-funzjonijiet ta' din l-organizzazzjoni u x'inhuma l-parametri li taħdem fihom.", "Li kulħadd jaf huwa dak li huwa ovvju, ċioe' li pajjiżna huwa mdawwar bil-baħar.", "M'għandix dubju, Madam Speaker, li fost l-objettivi ta' l-Awtorita' Marittima hemm li din trid taħdem biex issebbaħ id-dehra tal-portijiet tagħna, partikolarment tal-Port il-Kbir.", "Id-dehra trid tkun waħda li tixraq lil Malta, aktar u aktar meta suppost qegħdin nagħmlu enfasi speċjali fejn jidħlu t-turisti.", "Aħna għandna wieħed mill-aktar portijiet kennija u forsi wieħed lanqas jippretendi li f'din il-gżira hekk żgħira jsib port hekk sabiħ u naturali, imdawwar bi swar majestużi.", "Allura għaliex dik it-telqa kbira li nsibu madwar in-naħat kollha li jagħtu għall- Port il-Kbir?", "GĦaliex kullimkien ittraskurat?", "Jien ma rridx nitfa' t- tort kollu fuq l-Awtorita' Marittima għax naħseb li l-gvern ċentrali irid jerfa' parti mit-tort wkoll.", "Nafu li Malta tilqa' diversi turisti, fosthom dawk li jiġu bil-cruise liners, u ħafna minnhom ikunu diġa' żaru diversi pajjiżi oħra fil- Mediterran qabel ma jaslu f'artna.", "Hija għarukaża għalina l-Maltin li qed nilqgħu lil dawn it-turisti f'din il-miżerja.", "Niftakar li matul iż- żmenijiet l-area ta' madwar il-Port il-Kbir kienet tinżamm tajjeb, kemm taħt gvernijiet Nazzjonalisti u anke Laburisti, imma dan l-aħħar donnu li ntnesiet għal kollox u dan huwa ħażin għax l-ewwel ma tiekol hija l-għajn.", "Lil dak li jiġi minn barra rridu nagħtuh impressjoni tajba - għalhekk infaqna miljuni kbar ta' liri biex bnejna air terminal ġdid - u għalkemm il-Port il-Kbir ma jilqax turisti daqskemm jilqa' l-ajruport, m'għandniex nistaħbew wara din l-iskuża banali għax fuq kollox il-Malta Martitime Authority, flimkien mal-gvern, qed tinkoraġġixxi li pajjiżna jsir hub għal cruise liners.", "Madam Speaker, jien nemmen li l-area ta' madwar il-Port il- Kbir għandha bżonn ta' ristrutturazzjoni serja.", "Per eżempju, li kieku kellna nirranġaw dak il-bini dilapidat li hemm in-naħa tad-deep water quay - dan kien tela' fi żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija - inkunu nistgħu nużawh biex nilqgħu lit-turisti, għax hemm bżonn li nibdew nagħmlu xi ħaġa biex lit-turisti li jżuruna nkunu nistgħu nilqgħuhom f'post diċenti.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll il-konġestjoni tat-traffiku li tinħoloq fil- ħinijiet tax-xogħol fl-inħawi ta' Custom House.", "Kultant tibda taħseb li tad-dwana qed iqassmu b'xejn tant kemm jaqgħu nies hemmhekk, bit-traffiku mwaħħal il-ħin kollu!", "Biex tgħaxxaqha ssib lil min joħroġ is-siġġijiet f'nofs it-triq u dawn jagħlqu t-traffiku miż-żewġ naħat.", "Naħseb li xi ħaġa rridu nagħmlu biex nirranġaw is-sitwazzjoni u biex ma nħallux il-post żdingat kif inhu.", "Il-ħmieġ li hemm huwa tremend, partikolarment taħt il- mina li tagħti għal fejn qabel kien hemm il-lift tal-Barrakka ta' Fuq.", "Hemmhekk żgur li l-ebda kennies qatt ma jersaq biex inaddaf il-post.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-parti tax-Xatt fejn kienu jħottu l- vapuri tal-faħam.", "Hemmhekk minflok ma rranġajnih ħallejnih kif kien u bħalissa jinsab f'sitwazzjoni li tqażżek.", "Għaliex għandna nagħtu din id- dehra?", "Jekk tmur f'pajjiżi oħra bħall-Greċja, t-Turkija u Spanja, mad- dawra tal-portijiet tara ħafna chalets.", "Allura possibbli li aħna m'aħniex kapaċi nagħmlu xi ħaġa?", "Inħottu tant bini!", "Illum qed isir ħafna żvilupp taħt il-livell tat-triq, allura possibbli m'aħniex kapaċi nirristrutturaw dak il-bini u nagħmluh attrazzjoni turistika?", "Madam Speaker, jien ħadt pjaċir li s-sea terminal li kien se jinbena fuq in-naħa tal-moll issa ġej fejn hemm Pinto Stores - bini mill-isbaħ li għandna għall-arkitettura li fih u għalkemm parti minnu twaqqa' fil-gwerra għad hemm diversi swali li jistgħu jintużaw - u ta' dan nixtieq nagħti prosit lill-Gvern Laburista għax fuq kollox dan huwa wieħed mis- suġġerimenti li kont għamilt jien.", "Madam Speaker, kultant nieħu l-impressjoni li l-Malta Maritime Authority bilkemm taf li jeżisti local plan għall-area ta' madwar il-Port il-Kbir.", "Ngħid għalija kieku jiġu attwati wħud mir-rakkmandazzjonijiet li għamlet il- Planning Authority, żgur li nkunu nistgħu nsebbħu d-dehra tal-Port il- Kbir.", "Ċertament li ma nistgħux nibqgħu b'din it-telqa kollha u bil-ħmieġ ma' kullimkien.", "Nixtieqkom taraw il-ħmieġ li hemm fil-Menqa, int u ġej minn fejn jitħallsu l-liċenzji għal ħdejn il-power station.", "Jien nispera li xi ministru jordna li dan il-post jiġi rranġat, jew inkella jgħid lill- Malta Maritime Authority timpjega xi nies jew kuntrattur privat sabiex inaddaf dan il-post mimli ġrieden.", "(Interruzzjonijiet) Veru li għaddej xogħol f'Laboratory Wharf u f'Ras Ħanżir Wharf u sar anke xogħol ta' dredging fil-Menqa, pero' x-xogħol miexi bil-mod wisq u hemm bżonn li l- Port il-Kbir jiġi mnaddaf mill-aktar fis.", "Il-Malta Maritime Authority tieħu ħsieb ukoll il-yacht marinas.", "Jien m'għandix dubju li wieħed mill-ikbar kapulavuri tal-Gvern Nazzjonalista kien meta ħoloq il-pontoons f'Imsida Creek, fejn insibu madwar 640 yacht.", "Ħafna drabi s-sidien ta' dawn il-yachts, li jkunu ta' nazzjonalita' barranija, jagħmlu użu minn diversi lukandi u dan huwa ta' benefiċċju ekonomiku għal pajjiżna.", "Nafu li l-yacht marinas huma kkonċentrati lejn in- naħa ta' Manoel Island u l-Imsida pero' hemm bżonn li l-Malta Maritime Authority testendihom għan-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Per eżempju, jien nirrikkmanda li fil-bajja tax-Xemxija jinbena breakwater - żgur li għal dan l-iskop inkunu nistgħu nużaw dak il-ġebel kbir li jintefa' fil-Magħtab - ħalli dik il-parti tal-bajja li ma tintużax għall- għawm tkun tista' tintuża biex jitrakkaw il-yachts u hemmhekk ukoll inkunu nistgħu nagħmlu sistema ta' pontoons kif hemm fl-Imsida.", "Illum il-ġurnata hawn ħafna Maltin li qed jixtru yachts u dgħajjes kbar - hawn min jiflaħ iħallas għalihom dawn, ara jien ma nistax! - li matul il-ġranet tax-xitwa jħalluhom mitluqin fil-front garden jew fuq xi bankina.", "Dawn bħalissa qed ikerrħu l-ambjent imma jekk nagħmlulhom xi post kenni, kif qed nissuġġerixxi jien, dawn faċilment ikunu jistgħu jħalluhom fil-baħar.", "GĦalhekk huwa tajjeb li jkollok berthing facilities anke fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa rigward il-Port taċ-Ċirkewwa, li wkoll hemm il-ħsieb li jiġi żviluppat minħabba l-vapuri ġodda li se jkollha l- Gozo Channel.", "F'dawn l-aħħar snin sar ħafna progress fiċ-Ċirkewwa pero' naħseb li reġa' wasal iż-żmien biex il-post jieħu dehra isbaħ.", "Ngħid għalija xogħol bħal dan l-Awtorita' Marittima ta' Malta għandha tieħdu f'idejha u m'għandhiex toqgħod lura milli tisfrutta kull potenzjal possibbli biex dejjem tkun tista' taqla' aktar flus.", "Veru li l-Awtorita' Marittima ddaħħal kemxa flus sew mir-reġistrazzjoni tal-vapuri imma m'għandhiex tieqaf hemm.", "Ċertament li għandha twessa' l-orizzonti tagħha u nittama li tagħmel kull sforz biex fi żmien raġonevoli ssebbaħ il- portijiet u l-bajjiet ta' Malta u GĦawdex, b'mod partikolari l-Port il- Kbir.", "Jien nappella kemm lill-Gvern u kif ukoll lill-Awtorita' Marittima biex ma jħallux dan il-post jibqa' jiġi degradat u deprivat imma jagħmluh post attraenti kemm għat-turisiti u kif ukoll għalina l-Maltin.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGLEO REFALO: Madam Speaker, sakemm ħadd ma kien għadu akkużani direttament li l-operat tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam mat- tmexxija tal-pixxina nazzjonali kien żbaljat, ma ħassejtx il-ħtieġa li nqum nitkellem.", "Pero' nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ''l-orizzont'' qalet li jien kont imponejt fuq il-bord ta' tmexxija tal-pixxina biex jimpjegaw persuna bħala operations manager.", "Kif tafu, qatt ma kien fl-istil tiegħi li nimponi, u għalhekk niċħad kategorikament li ġegħilt lill-bord ta' tmexxija jimpjega l-operations manager li hemm illum.", "Donnu li l-Gvern għażel strateġija bl-għan li juri li l-Onor.", "Cilia segwa biss il-passi tal- predeċessuri tiegħu - voldieri ta' min ġie qablu, per eżempju, tiegħi - biex jaħbi, inessi jew inkella jiskuża l-iżbalji u n-nuqqasijiet li sirna nafu bihom minn mindu sħabi għamlu xi domandi parlamentari.", "Jien se nuri kif dan m'huwiex minnu u fil-fatt m'għandi xejn x'niddefendi imma se ngħid biss il-fatti li ma jista' jmerihom ħadd u se nagħmel dan for record purposes only.", "Nispera li min ġie mqabbad sabiex jinvestiga jinduna bid- differenzi kbar li jeżistu bejn iċ-ċirkostanzi li kelli jien meta kont responsabbli u ċ-ċirkostanzi li jeżistu llum.", "Jien sirt responsabbli mill-ministeru għaż-żgħażagħ u kultura f'April ta' l-1994 meta l-pixxina kienet diġa' nbniet u wara li s-Small Nations Games kienu diġa' għaddew, pero' kien għad fadal ħafna xogħol xi jsir f'ambjenti oħra għax il-pixxina ma kenitx għadha ġiet fully operational.", "L-importanti hu li wieħed jiftakar li dak iż-żmien il-pixxina kienet taqa' taħt ir- responsabbilta' ta' l-Universita'.", "Kien hemm bord ta' tmexxija temporanju kompost minn rappreżentant ta' l-Universita', rappreżentant tal-Gvern u rappreżentant tal-Kumitat Olimpiku Malti.", "Kien hemm ukoll il-ħsieb li titwaqqaf kumpannija kummerċjali bejn dawn it-tlieta biex tmexxi l-kumpless sportiv kollu.", "F'laqgħa li kelli mar-rappreżentanti ta' l-Universita' u l-uffiċjali tal- ministeru - m'iniex ċert jekk il-membru tal-Kumitat Olimpiku Malti kienx hemm ukoll - kienet qamet il-kwestjoni ta' l-ispejjeż involuti għat- tmexxija tal-pixxina u kif ukoll tal-manpower meħtieġ.", "Hemmhekk il- ministeru ġie mitlub biex jara jekk jistax jibgħat xi ħaddiema bħala receptionists, pool deckhands u nies għat-tmexxija.", "Ovvjament, kif taf is- Sinjorija Tiegħek, il-Gvern ma jkollux nies ta' din il-kwalita' u niftakar li kienu rrimarkaw li ma kienx hemm bżonn li dawn ikunu jaħdmu mal-gvern għax l-Universita' setgħet tirrekluta nies minn barra u wara kollox dawn kienu kollha ta' natura temporanja.", "L-Universita' kienet qalet li ma setgħetx tlaħħaq ma' l-ispejjeż u kien jeħtieġ li jiġi ġġenerat income fuq l-investiment li kien sar.", "Nerġa' nirripeti li l-Universita' ma kenitx obbligata li tirrekluta nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC.", "Jien kont naf li s-Sur Sylvio Zammit, li huwa l-operations manager tal-lum, kien għadu kif għalaqlu jew kien wasal biex jagħlaqlu l-kuntratt li kellu fil-management tal-White Rocks Complex u allura għidtilhom li jekk dawn l-affarijiet jistgħu jsiru jien kont lest li nissuġġerihulhom sabiex jagħtuh prova.", "Jekk niftakar sew, wara ċertu żmien għamlulu kuntratt u tabilħaqq kienu tawh prova għax il-probation kienu għamluhielu għal sena.", "Fi żmieni s-Sur Sylvio Zammit kien jimxi b'serjeta' kbira u filwaqt li l-pixxina s-sena ta' qabel kienet daħħlet Lm5,000, matul dik is- sena daħħlet Lm80,000.", "Naf ukoll li l-ammonti li qed iddaħħal il-pixxina kull sena qed jiżdiedu.", "Dan kien bniedem li jżomm dixxiplina stretta u niftakar li r-rappreżentanti tat-teams tal-waterpolo kienu jiġu jilmentaw miegħi minħabba li kien jimmulta lill-players tagħhom - huma min huma, voldieri anke dawk li kienu ġejjin mid-distrett tiegħi - talli ma jilbsux beritta fil-pixxina.", "Dak iż-żmien kienu ntbagħtu xi ħaddiema tal-gvern mill-ministeru sabiex jagħmlu xi maintenance u oħrajn sabiex inaddfu.", "Niftakar ukoll li fuq l- insistenza tiegħi - hawnhekk tabilħaqq kont imponejt fuq l-Universita' - il-boilers bdew jaħdmu bil-pitrolju minflok bid-diesel u b'hekk iffrankajna madwar Lm35,000 fis-sena.", "It-tindif kien ġie mogħti lil kumpanniji speċjalizzati u din l-għażla saret wara li ħarġu l-quotations.", "Minn żmien għal żmien, l-aktar meta kien riesaq is-sajf, kienu saru xi talbiet biex imorru ħaddiema temporanji ħalli jaħdmu ta' receptionists.", "Jien nista' nikkonferma li kull min staqsieni jekk kienx hemm post biex jaħdem fil- pixxina bħala receptionist jew poolhand kont ngħidlu biex imur jistaqsi hemmhekk.", "Kien hemm nies li ġew impjegati u oħrajn li ħadu għalihom u ġew jaffrontawni għax ma tawhomx xogħol.", "Ovvjament, fost dawk li ġew ingaġġati kien hemm nies li kienu joqogħdu fil-viċinanzi tal-pixxina, jiġifieri fid- distrett elettorali tiegħi, pero' naf li ġew impjegati oħrajn mill-Mosta, l- Iklin, Ħal Balzan u l-Hamrun, li ċertament m'humiex areas li għandi xi nteress personali fihom.", "Naf ukoll li dawn l-impjiegi kienu kollha temporanji u llum ftit għad fadal minn dawk in-nies li kienu daħlu għax jew kienu spiċċaw f'għeluq is-sajf jew inkella telqu għax sabu xi xogħol ieħor.", "Kien hemm żmien meta twaqqfet kumpannija bejn l-Universita' u l-Gvern - jien kont iddeċidejt li ma ninkludix lill-MOC għax ma kenitx se tinvesti flus - fejn l-Universita' kienet żammet 51% ta' l-ishma u l-Gvern kien żamm 49%.", "Jien ridt inkun ċert kemm fuq l-infiq u kif ukoll li kien se jkun hemm housekeeping tajjeb u permezz tas-segretarju permanenti tal-ministeru kont ġejt assigurajt li d-director of corporate services kien qed jiġi nvolut mill-qrib biex jagħmel monitoring ta' l-infiq u d-dħul.", "B'dan is- set-up ma kien hemm l-ebda ċans li wieħed seta' jinvolvi lill-ETC fir- reklutaġġ tan-nies.", "Mal-bidla tal-gvern din il-kumpannija tpoġġiet fil- ġenb u ma baqgħux jużawha, imbagħad inħatar bord ad hoc u r-responsabbilta' tat-tmexxija tal-pixxina għaddiet direttament f'idejn il-Gvern bir-riżultat li minn dik il-ġurnata 'l quddiem l-affarijiet ma baqgħux kif kienu meta kont responsabbli jien u allura l-ħaddiema bilfors kellhom jiġu reklutati bl-involviment ta' l-ETC.", "Għalhekk, kif għidt fil-bidu, teżisti differenza bażilari bejn dak li ġara fi żmieni u dak li ġie żvelat bid-domandi parlamentari li għamlu sħabi.", "L-aħħar kumment tiegħi se nagħmlu fil-konfront ta' l-Onor.", "Cilia, għax trid tkun verament miskin u jkollok moħħok ta' tiġieġa - bird brain, biex jifhimni kulħadd -biex minflok ma tipprova turi kemm imxejt skond ir- regoli, tipprova tgħatti n-nuqqasijiet tiegħek billi tattakka ħaddiem li llum huwa tiegħek u li wara kollox żammejtu u onorajtlu l-kuntratt.", "Minflok ma jitkellem dwar il-karozzi u s-segretarji li kellu jew ma kellux is-Sur Sylvio Zammit u li normalment jingħataw lil kull min ikollu mpjieg ta' management, kif għamel fil-konferenza ġenerali tal-Parit Laburista u anke f'din il-Kamra, l-Onor.", "Cilia jmissu semma li s-Sur Sylvio Zammit kemm fi żmienna u kif ukoll illum ikun dejjem on call, anke fil-ġranet franki tiegħu u fil-btala.", "Kien biss riċentement li ma baqax on call kontinwament minħabba li bidlulu l-kondizzjonijiet.", "GĦalhekk nerġa' ngħid li trid tkun tabilħaqq ta' mentalita' miskina biex taqa' għall-bassezzi li waqa' fihom l- Onor. Cilia, kemm meta tkellem fil-konferenza tal-Partit Laburista u kif ukoll meta tkellem f'din il-Kamra.", "Jekk l-Onor.", "Cilia jrid jattakkani u jikkritikani merħba bih, għax risposta se jieħu żgur, iżda huwa ta' għajb għalih jekk jisserva b'ħaddiem biex jipprova jolqotni b'karambola.", "Min jagħmel dan, minflok ma jneħħi l-ħtija minn fuqu jkompli jżidha.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkommunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DOCKYARD CREEK - YACHT MARINA", "11615.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-consortia jew kumpanniji li wrew interess fl-iżvilupp tal-yacht marina f'Dockyard Creek?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: F'dan l-istadju ma nħossx li huwa opportun li jingħataw dettalji.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - KONSULENTI", "11616.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'konsulenzi u/jew xogħol għamlu u kemm tħallsu jew għad iridu jitħallsu għal kull waħda: a) Dr. George Abela; b) Dr. Edgar Mizzi; u c) Computime Limited mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum mad-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entijiet statutorji indipendenti, entijiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il- kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l- ishma direttament jew indirettament?", "Jista' l-Prim Ministru jindika wkoll x'konsulenzi u/jew xogħol għandhom fil-preżent l-istess persuni, u jekk għandhom ħlas stabilit jindika x'inhu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif dwar Dr Edgar Mizzi u Dr George Abela jinsab fit-tweġibiet li kont tajt għal Mistoqsijiet Numri 545, 4371 u 8565.", "It-tagħrif rigward Computime Ltd jinsab fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "11617.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid x'konsulenzi u/jew xogħol għamlu u kemm tħallsu jew għad iridu jitħallsu għal kull waħda: a) Dr. George Abela; b) Dr. Edgar Mizzi; u c) Computime Limited mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum mad-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entijiet statutorji indipendenti, entijiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika wkoll x'konsulenzi u/jew xogħol għandhom fil-preżent l-istess persuni, u jekk għandhom ħlas stabilit jindika x'inhu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-ebda enti li għaliha jien responsabbli bħala Ministru ma tat xogħol jew konsulenza bi ħlas lil xi wieħed mill-persuni jew lill-kumpannija indikata mill-Onor.", "Membru minn Novembru 1996 'il hawn.", "Dr. Edgar Mizzi kien involut f'taħditiet uffiċċjali ta' natura diplomatika li kellna barra minn Malta.", "Hu ma rċieva l-ebda remunerazzjoni għax-xogħol li għamel f'dan ir-rigward.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "11618.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'konsulenzi u/jew xogħol għamlu u kemm tħallsu jew għad iridu jitħallsu għal kull waħda: a) Dr. George Abela; b) Dr. Edgar Mizzi; u c) Computime Limited mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum mad-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entijiet statutorji indipendenti, entijiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament?", "Jista' l-Ministru jindika wkoll x'konsulenzi u/jew xogħol għandhom fil-preżent l-istess persuni, u jekk għandhom ħlas stabilit jindika x'inhu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Xejn, xejn u xejn.", "ĦABS ĊIVILI - NIGHT SHIFT", "12011.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li n-night shift fil-Ħabs tbiddel minn 8.00 p.m. sas- 7.00 a.m. għal 5.00 p.m. sa 7.00 a.m. żieda ta' tliet sigħat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva.", "ĦABS ĊIVILI - WORKSHOPS", "12012.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-workshops tat-Tailoring, Carpentary u tal-fitters fil-Ħabs ġew magħluqa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li dawn il-workshops ma ġewx magħluqa.", "ĦABS ĊIVILI - ĦLAS TA' OVERTIME LILL-IMPJEGATI", "12013.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu overtime u allowances lill-impjegati tal-Ħabs matul l-1996?", "Kemm kienet l-istess spiża matul l-1997?", "Kemm hi pproġettata l-ispiża għal 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar il-ħlas ta' overtime u allowances lill-impjegati tal-Ħabs hu kif ġej : -", "'Overtime' 'Allowances'", "1996 Ammont li thallas Lm203,878.92,6 Lm113,689.84,0", "1997 Ammont li thallas Lm260,091.02,6 Lm173,130.02,0", "1998 Spiza progettata Lm198,000.00,0 Lm160,000.00,0", "PULIZIJA - REATI", "12014.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet iċ-ċifra tar-reati rrapportati lill-Pulizija fix- xahar ta' Jannar, 1998?", "Kemm minn dawn ir-reati kienu: (a) serq; (b) reati vjolenti kontra l- persuna; (ċ) frodi; (d) reati sesswali; (e) urban theft; u (f) serq ta' karozzi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi n-numru ta' reati rrappurtati lill-Pulizija fix-xahar ta' Jannar, 1998, kien ta' 1001.", "Dwar in-numru tar-reati speċifikati mill-Onor.", "Interpellant, ninsab infurmat li fl-istess perijodu dawn kienu kif ġej : -", "Serq 513 Offizi sesswali 2 Reati vjolenti kontra l-persuna 28 Frodi 45 Serq ta' karozzi 82 Serq minn zoni residenzjali 281", "ĦABS ĊIVILI - SPIŻA KAPITALI", "12015.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża attwali kapitali fil-ħabs ta' Kordin matul l-1996?", "X'kienet l-ispiża attwali kapitali matul l-1997?", "X'inhi l-ispiża proġettata għal 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar l-ispiża kapitali fil-ħabs ta' Kordin hu kif ġej : -", "1996 - Spiza attwali - Lm586,363.94,1", "1997 - Spiza attwali - Lm699,999.77,0", "1998 - Spiza progettata - Lm800,000.00,0", "VELLA JOHN - MAĦFRA", "12016.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk ir-rapport li kellu jagħmel Dr Edgar Mizzi dwar il-maħfra li ngħatat lil John Vella hux lest, u jekk iva, jista' l-istess rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fiż-żmien xieraq.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "12167.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex matul l-aħħar xhur l-okkażjonijiet li fihom il- Miżbla tal-Magħtab qed taqbad, żdied sostanzjalment?", "X'wassal ukoll biex kważi kuljum, b'mod partikolari matul il-lejl qed ikun hemm ħruġ ta' gassijiet u dħaħen li mhux biss inittnu kullimkien, iżda wkoll qed jikkawża problemi fil-coast road meta r-riħ ikun f'dik id- direzzjoni?", "X'passi qed jittieħdu biex dan ma jiġrix?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi l- Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "KUNSILLI LOKALI - SINDKI", "12168.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sindki li ma jirċievux l-onorarja dovuta lilhom?", "Minn dawk li jirċievu l-onorarja, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt hemmx xi raġuni li għaliha mhux kollha jirċievu l-istess ammont ta' ħlas?", "Meta hu mistenni li jkun hemm żieda ta' din l-onorarja?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond il- provedimenti ta' Artiklu 32 (1) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali 'Is-Sindku jkun part-time u l-Kunsill għandu jħallas dik l-Allowance li l- Kunsill jikkunsidra xierqa hekk iżda li l-Allowance ma għandha f'ebda każ tkun iżjed minn 33% ta' l-onorarju li minn żmien għal żmien jitħallas lill- Membri tal-Kamra tad-Deputati'", "Għaldaqstant kemm il-ħlas kif ukoll l-ammont hija prerogattiva tal-Kunsill biss.", "Peress li l-ammont massimu huwa marbut ma'onorarju ieħor s'issa mħux mistenni li jkun hemm żieda.", "VETTURI - TIĠDID TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN", "12169.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ma tħallewx iġeddu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom minħabba deċiżjonijiet legali, u kemm kien in-numru ta' persuni li ma tħallewx iġeddu din il-liċenzja minħabba raġunijiet mediċi?", "Kemm kien globalment in-numru ta' persuni li ma ġeddewx il-liċenzja?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, jista' l- Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi?", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, jiena nfurmat li d-Dipartiment tal- Liċenzji u t-Testijiet ma għandu l-ebda statistika dwar in-numru ta' persuni li ma ġeddewx il-liċenzja tas-sewqan billi l-liċenzja li hemm fis- seħħ jibdew jiskadu fis-sena 2001.", "BORDIJIET", "12170.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru?", "Meta nbidlu kull wieħed minn dawn il-bordijiet, l-aħħar darba?", "Min huma l-membri li jiffurmaw il-bordijiet kollha differenti, wieħed wieħed?", "Meta hu mistenni li jerġgħu jinbidlu dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba. tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-ħatra ta' persuni fuq kull Bord tiġi kunsidrata mill-ġdid jew meta tagħlaq it-terminu tal-ħatra jew minn żmien għal żmien skond il-bżonn f'każ li l-ħatra hija għall-perjodu indefinit.", "POSTA - ĦADDIEMA", "12171.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l- arranġamenti jew diskussjonijiet li seħħew jew għadhom għaddejjin fil- preżent dwar il-ħaddiema tal-Posta?", "Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-servizz postali li telqu jew spiċċaw mix-xogħol fil-perijodu 1/1/97 - 31/1/98?", "Kemm ġew impjegati ħaddiema f'dawn is-servizzi, xahar b'xahar, fl-istess perijodu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Id-diskussjonijiet f'dan ir-rigward għadhom sejrin.", "Jiena nfurmat li mill-1 ta' Jannar 1997 sal-31 ta' Jannar 1998, in-numru ta' ħaddiema fis-servizz Postali li telqu jew spiċċaw mix-xogħol kien ta' 60.", "Jiena nfurmat ukoll li fl-istess perjodu ġew impjegati 17 il-pustiera każwali kollha f'Novembru 1997.", "Fix-xhur l-oħra ma ġie mpjegat ħadd.", "WSC - BDIL TA' PAJPIJIET TA' L-ILMA", "12172.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar it-tul u diametru ta' main pipes ta' l-ilma li nbidlu mill-Water Services Corporation jew tqegħdu ġodda mill-istess korporazzjoni fil-perijodu 1/1/97 - 31/1/98?", "Kemm minn dawn il-mains tqegħdu jew tbiddlu f'lokalitajiet tal-11 u 12-il Distrett Elettorali, individwalment fl-istess perijodu?", "X'kienet in-nefqa tal-Water Services Corporation f'dan ix-xogħol fl- istess perijodu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "RIYADH - AMBAXATTURI ALEX AGIUS CESAREO/EMMANUEL FARRUGIA", "W1,076.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar infiq għall-entertainment and hospitality mill-Ambaxxatur Alex Agius Cesareo u warajh l-Ambaxxatur Emmanuel Farrugia f'Riyadh xahar b'xahar minn Jannar 1995 sa Settembru 1997 u jindika l-iskop ta' kull nefqa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skeda li tagħti dettalji dwar infieq fuq ospitalita' u entertainment fl-Ambaxxata Maltija ġewwa Riyadh, xahar b'xahar bejn Jannar 1995 u Settembru 1997 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BONN - AMBAXXATURI WILLIAM SPITERI/CHARLES AQUILINA", "W1,078.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar l-infiq għall-entertainment and hospitality mill-Ambaxxatur William Spiteri u warajh l-Ambaxxatur Charles Aquilina f'Bonn xahar b'xahar minn Jannar 1995 sa Settembru, 1997 u jindika l-iskop ta' kull nefqa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skeda li tagħti dettalji dwar infieq fuq ospitalita' u entertainment fl-Ambaxxata Maltija ġewwa Bonn, xahar b'xahar bejn Jannar 1995 u Settembru 1997 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "P.A. - BINI TA' ĦAJT", "W1,156.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'jista' jsir b'passi konkreti biex permess li ħareġ mill- Planning Authority fejn ittella' ħajt sa nofs tieqa tal-persuna mill-Gżira, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jitwaqqa'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Wara spezzjoni interna tal-post in-kwistjoni, jirriżulta illi sar xi żvilupp li huwa kopert b'permessi maħruġa fuq il- post skond PA 2698/95.", "Il-ħajt illi għalih qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant jikkonsisti minn bini t'erba' filati illi ġew miżjuda mill- applikant fuq ħajt eżistenti illi jissepara l-bitħa tiegħu minn shaft ta' terzi persuni.", "Apparti li dan il-ħajt inbena waqt il-validita' tal-permess imsemmi, jirriżulta wkoll illi dan it-tip ta' xogħol jaqa fil-parametri ta' dak l-iżvilupp li huwa permess taħt l-Ordni Ġenerali ta' Żvilupp (Klassi 2 sezz.4 tal-'GDO').", "GĦaldaqstant is-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tista' tieħu l-ebda passi dwar dan il-ħajt.", "P.A. - KAŻIJIET PENDENTI GĦALL-APPELL", "W1,196.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet pendenti għall-appell mill- Planning Authority?", "Il-konċett ta' seasonable time kif seta' ġie abbużat fil-passat u kif illum hu stmat li jinżamm fit-trattazzjonijiet ta' l- appell?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-Numru ta' każijiet pendenti għall-appell mill- Planning Authority huwa ta' 790.", "Appell jingħata l-ewwel appuntament qabel tnax il-ġimgħa wara li jidħol l-appell.", "Iż-żmien ta' meta l-każ jiġi deċiż jiddependi mill-kumplessita' tal-każ innifsu u jekk hemmx bżonn ta' spezzjoni fuq il-post.", "QRATI - KAWŻI", "W1,204.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-kawżi kollha ċivili, kostituzzjonali u kriminali, li fihom il-gvern qua gvern hu parti, attur jew konvenut mis-snin 1995 sa l-1997?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll lista tal-kawżi li fihom il-gvern, permezz tal-ministru tiegħu, hu xhud dejjem għall-istess perjodu u f'Ċivil, Kostituzzjonali u Kriminali?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern hu parti fil-kawżi kollha kriminali, dawk fil-qrati inferjuri billi l-prosekuzzjoni titmexxa mill-puluzija u dawk fil-qrati superjuri mill-Avukat Ġenerali.", "Lista ta` kawżi ċivili u kostituzzjonali li fiha l-gvern kien parti bejn l- 1995 u l-1997 u li fihom il-gvern hu patroċinat mill-uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali qed tiġi ppreparata minn dak l-uffiċċju.", "Quddiem il-Land Arbitration Board il-Gvern hu patroċinat mill- Avukat tal- Lands Department.", "Id-Dipartiment tal-VAT iqabbad avukati privati, u d- Dipartiment tas-Saħħa għandu l-avukati tiegħu, u f`dawn il-każijiet il- mistoqsija trid ssir lill-Ministru kkonċernat", "Ma tinżammx statistika ta` fejn Ministri ikunu xhud f'kawża.", "ATTI - CORPUS LEĠISLATTIV", "W1,229.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru ġentilment jagħtini l-lista kollha tal-leġislazzjoni ta' natura sussidjarja li saret bejn l-1996 - 1997 taħt id-diversi atti li jiffurmaw il-Corpus Leġislattiv tagħna?", "X'laying procedures ġew osservati, jekk il-każ, għal kull każ u għal kull att tul l-istess żmien?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta ohra.", "LAW REVISION COMMITTEE", "W1,270.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Law Revision Committee li kienet qed tħejji edizzjoni tal-Liġijiet ta' Malta f'CD Format, bil-leġislazzjoni prinċipali tagħha sal-31 ta' Diċembru, 1997 lestitux dan ix-xogħol?", "Min kien/għadu responsabbli biex sar?", "X'possibbiltajiet hemm biex l-istess tħejjija ssir għas-subsidary legislation?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Law Revision Commission qed tħejji edizzjoni tal-Liġijiet ta' Malta f'C.D. format li tikkomprendi l-leġislazzjoni prinċipali.", "Din kienet ser titlesta fil- verżjoni Ingliża biss aktar tard din is-sena, u aġġornata sal-31 ta' Diċembru 1997.", "Dan il-mument qed isiru sforzi biex il-liġijiet jiġu aġġornati fl-ilsien Malti ukoll; u f'dan il-każ il-liġijiet kollha jiġu aġġornati sal-31 ta' Diċembru 1998, iżda l-pubblikazzjoni ssir fil-bidu tal- 1999.", "QRATI - DELEGATED LEGISLATION", "W1,278.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-każi kollha fejn tul dawn l- aħħar xhur tat-tmexxija tal-Gvern Malti mmexxija mill-Partit Laburista, il- Ministru responsabbli għall-Ġustizzja qua Ministru uża l-poter mogħti lilu in forza ta' xi liġi partikolari biex jagħmel delegated legislation?", "Liema kienet id-delegated legislation li tali Ministru qua Ministru għamel, u taħt liema att u artiklu speċifiku dan sar, għal kull każ, għall-istess perijodu?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-avviżi legali li ħargu minn Ottubru 1996 mill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali huma:", "1996 :", "A L 198 - Artikolu 53 u 72 ta' l -Att XV ta` l-1993", "A L 204 - Artikolu 33 ta' l -Att XV ta` l-1993", "1997 :", "A L 32 - Artikolu 6 ta' l -Att XI ta` l-1996", "A L 64 - Artikolu 7 ta' l -Att VII ta` l-1997", "A L 78 - Artikolu 7 tal-Kap 276", "A L 129 - Artikolu 15 tal-Kap 296", "A L 149 - Artikolu 1004 tal-Kap 12", "A L 166 - Artikolu 67 u 72 ta' l -Att XV ta` l-1993", "A L 208 - Artikolu 33 u 72 ta' l -Att XV ta` l-1993", "A L 211 - Artikolu 39 tal-Kap 56", "A L 212 - Artikolu 268 tal-Kap 16", "A L 213 - Artikolu 15 tal-Kap 158", "A L 226 - Artikolu 1004 tal-Kap 12", "A L 227 - Artikolu 164 tal-Kap 56", "1998 : NIL"]} {"filename": "19920714_038d_par.doc", "date": "1992-07-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 38 It-Tlieta, 14 ta' Lulju, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 38", "It-Tlieta, 14 ta' Lulju, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "38", "It-Tlieta, 14 ta' Lulju, 1992", "WERREJ", "MINUTI .................................................", "1314", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI .........................", "1314", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "LOCAL MANUFACTURES (PROMOTION) (AMENDMENT) BILL", "Kumitat .............................................", "1322", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "IMCOME TAX (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari .......................................", "1330", "AĠĠORNAMENT ............................................", "1349", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB .......................", "1357", "APPENDIĊI ..............................................", "1381", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta Nru. 37, li saret fit-13 ta' Lulju, 1992, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MEDSERV - KUNTRATTI", "1386.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Ma' liema kumpanniji barranin għandha kuntratti l-Medserv?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Peress li l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali ma jidhirlix li għandi nagħti dan it-tagħrif.", "KUMPANNIJI OFFSHORE", "1387.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomici: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kumpanniji offshore u offshore trusts tul l-1990 u l-1991?", "Kemm mill-kumpanniji huma general trading?", "Kemm huma non-trading?", "Kemm twaqqfu offshore trusts, dejjem tul l-imsemmija snin?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: In-numru ta' kumpanniji offshore trading u non-trading li ġew reġistrati tul l-1990 u l-1991 huwa indikat fuq paġna 5 tar-\"Report and Accounts 1991\" tal-MIBA.", "Ġew reġistrati wkoll 6 trusts fl- 1990 u 6 trusts oħra fl-1991.", "VALLETTA - ASFALTAR FI TRIQ MELITA", "1388.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata kif jixraq Triq Melita, bejn Strada San Paolo u Triq Sant'Ursola l-Belt Valletta, peress li meta t-triq ġiet asfaltata, f'xi partijiet it-tarmac ġie ogħla mill-bankina?", "L-ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Jien informat li ebda parti mill-asfalt li sar fit-Triq Melita bejn Strada San Paolo u Triq Sant'Ursola, il-Belt Valletta, ma hu ogħla mill-bankina jew mit-taraġ.", "VALLETTA - XOGĦOL FI TRIQ MELITA", "1389.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ġewwa Melita Street, Valletta taħt il- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin qed isir xi xogħol strutturali, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u x'se tkun in-nefqa u x'użu se jkollu dan il-post, wara li hemm kien ippjanat li jkun parti mill- Parlament?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol li qed isir mhux ta' natura strutturali iżda huwa wieħed ta' riabilitazzjoni ta' spazji li ma kenux qed ikunu wżati b'mod effikaċi.", "Inżid ngħid li l-Proġett tal-Parlament ma kienx jeffettwa il-bini ta' Palazzo Parisio li llum huwa wżat mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "PREMISES TAL-HOUSING AUTHORITY", "1390.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa lill- Gvern il-post fejn illum hemm il-Housing Authority?", "B'kemm inxtrat u mingħand min?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Il-post fejn illum hemm l-Awtorita' tad-Djar, sa issa sewa lill-Gvern is-somma ta' Lm163,727 li tinqasam f'li ġej:", "Il-prezz ta' Lm90,000 f'xiri, is-somma ta' Lm73,727 f'attrezzament.", "Il-post inxtara mingħand is-Sinjura Mary Agius sive Myriam Debono nee' Fenech li dehret fuq il-kuntratt f'isimiha, f'isem żewġha u ħutha.", "PERITI TAL-HOUSING AUTHORITY", "1391.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti tal-Housing Authority?", "Dawn full-time jew part-time?", "X'inhi l-funzjoni tagħhom?", "Jekk part-time, x'salarju għandhom?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-Housing Authority għandha mpjegati magħha żewġ periti li huma s-Sur Albert Cauchi fuq bażi full-time b'kuntratt għal sena b'salarju ta' Lm4,743 u s-Sinjura Sandra Magro fuq bażi part-time b'reminerazzjoni ta' Lm2.25 fis-siegħa.", "L-inkarigu ta' dawn iż-żewġ periti huwa li jamministraw is-sezzjonijiet tekniċi ta' l-Awtorita' tad-Djar u jieħdu ħsieb il-problemi li jinqalgħu.", "SEMINAR FUQ IS-SIGURTA' FIL-MEDITERRAN", "2863.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Dr. Giovanni Grixti ta' l-Universita' ta' Malta f'liema kapaċita' kien attenda bħala osservatur is-seminar fuq is- Sigurta' fil-Mediterran li ġie organizzat f'Ruma mic-(CEMISS) Centro Militare di studi strategici u mid-(DEG) Delegation Aux Etudes Generales tal-Ministeru tad-Difiża Franċiża?", "Min ħallas għall-parteċi-pazzjoni tiegħu", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Dr. Giovanni Grixti ma għandu l-ebda kariga fl-Universita' ta' Malta u la l- Universita' u lanqas ebda dipartiment jew parti mill-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani ma ħallset xi somma ta' flus jew ikkontribwiet b'xi mod għal preżenza ta' Dr Grixti fis-Seminar imsemmi.", "AIR MALTA - TITJIRIET DIRETTI MINN LINATE AIRPORT", "2864.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi l-konslu ta' Malta f'Milan Mr. Mario Cal kien qal lil \"The Times\" (912.11.90) li huwa kien ingħata assigurazzjoni mid-Direttur Ġenerali ta' l-Alitalia li l-Air Malta kienet se tkun f'qagħda li tibda topera titjiriet diretti scheduled minn Linate airport mir- rebbiegħa ta' l-1991, jista' l-Ministru jgħid jekk huwa kellux xi żviluppi ġodda x'jirrapporta dwar dan?", "X'kuntatti ġodda kien hemm f'dan ir-rigward mal-Gvern Taljan billi din il-kwestjoni kienet saħansitra tqajmet waqt iż- żjara tal-President Cossiga f'pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Billi ftehim simili hu kompetenza tad- Direttur ta' l-Avjazzjoni Ċivili, nistieden lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.", "FTEHIM BEJN MALTA U R-RENJU UNIT DWAR SERVIZZI TA' L-AJRU", "2885.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'Isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Kif jinkwadra il-ftehim bejn Malta u r- Renju Unit dwar il-liberalizzazzjoni ta' servizzi ta' l-ajru bl-iskeda bejn iż-żewġ pajjiżi, fid-dawl tal-korrispondenza li kienet għaddiet bejn Air Malta u d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili f'Ottubru, 1991 fejn kien intqal li għalkemm Air Malta konsistentement aċċettat sitwazzjoni ta' open skies fuq l-ajruporti kollha tar-Renju Unit, inklużi dawk ta' Londra, operazzjoni ta' dan it-tip, kienet se ddawwar ir-rotta Maltija f'dumping ground għall-fares irħas?", "Kien hemm xi żviluppi konkreti biex tibda ttir scheduled carrier ta' fama mir-Renju Unit lejn pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dan l-aħħar żar Malta ċ- Chairman tal-British Airways?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Fl-ittra tiegħu ta' Ottubru 1991, iċ-Chairman ta' l-Air Malta kien qed jikkummenta fuq titjiriet charter li dawn m'għandhomx x'jaqsmu mal-ftehim li sar bejn Malta u l-Ingilterra peress li dan jittratta dwar titjiriet bl- iskeda bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Jiena nħoss illi dan il-ftehim kien ta' benefiċċju kbir għal kumpanniji ta' l-ajru (inkluża Air Malta) li joperaw bejn Malta u l-Ingilterra.", "Dan il-ftehim tas-servizzi ta' l-ajru minbarra li jilliberalizza t- tariffi jagħti wkoll id-dritt lil Air Malta li topera għal kull post fir- Renju Unit mingħajr limitazzjoni ta' titjiriet u tipi ta' ajruplan.", "Dan il-ftehim jipprovdi wkoll mekkaniżmu li jirregola l-prezzijiet kemm jekk ikunu eċċessivi jew baxxi ferm għaldqastant ma jagħtix lok li jsir dumping ta' fares irħas.", "Jiena informat illi kumpannija ta' l-ajru Ingliża uriet il-ħsieb li tibda topera servizzi bl-iskeda bejn ir-Renju Unit u Malta.", "Biss għadu mhux prudenti li jingħataw dettalji oħra.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma nħossx li hu l-kompitu li nikkonferma jew niċħad ir-rapporti kkwotati.", "DEWMIEN FIL-POSTA", "2886.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li bi skuża tal-Postal Code u/jew in-nuqqas tagħhom, qed ikun hemm dewmien min- naħa tal-posta fl-ipproċessar ta' l-avviżi li qed jibgħat l-MLP dwar ġbir ta' fondi b'risq il-HQ il-ġodda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'ċirkostanzi fejn ikun hemm impustar ta' oġġetti postali bi kwantitajiet kbar, il-fatt li jista' jkun hemm xi ftit dewmien fit-tqassim tagħhom huwa aċċettabbli u normali.", "Għaldaqstant mhux il-każ li l-Kodiċi Postali qed joħloq dewmien fit- tqassim ta' l-avviżi msemmija.", "Anzi l-Kodiċi Postali jgħin biex tħaffef l- ipproċessar tal-valiġġa.", "INTRODUCTION TO TOURISM COURSE", "2887.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'Isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomikċi: Kemm kien hemm applikanti għall-Introduction to Tourism Course li għandu jinżamm fl-ITS?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Kien hemm 120 applikant għall-Introduction to Tourism Course li minnhom se jiġu aċċettati bejn 20 u 25.", "TRABI INFETTATI BL-HIV", "2891.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-possibilita' li jitwieldu f'Malta trabi infettati bl-HIV jekk il-Ministru wieġeb fin-negattiv, għaliex allura d-Dipartiment ta' l- Informazzjoni ma weġibx rapport f\"Il-Mument\" li qal xi ġimgħat ilu li f'Malta se jitwieldu l-ewwel trabi infettati bil-virus ta' l-AIDS?", "Jidhirlu li ħaġa bħal din id-Dipartiment tas-Saħħa kellu jħalliha tgħaddi bla ma jiċħadha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Donnu jidher li l-Onor.", "Membru ma qarax ir-rapport in kwestjoni speċjalment id- dikjarazzjonijiet ta' uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Ma nħassitx il- ħtieġa li tingħata tweġiba għall-għajdut li ġew ppublikati f'gazzetta lokali.", "Dan għax dawk kollha li għandhom x'jaqsmu direttament ma' din il- marda, jiġifieri s-Segretarju Parlamentari kif ukoll iċ-chairperson u s- Segretarju tal-Kumitat Nazzjonali kontra l-AIDS, kollha għamlu id- dikjarazzjonijiet tagħhom fl-istess artiklu u ċaħdu dawn l-għajdut.", "Ftit jiem wara, anke it-Tabib Ewlieni tal-Gvern ukoll ikkummenta fl- istess gazzetta.", "Hawn intqal b'mod l-aktar ċar li dawk li qalu f'Malta li se jitwieldu trabi nfettati bl-HIV żbaljaw u ma qalux il-verita'.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk ġewx irrapportati xi każi ta' AIDS f'dan ix-xahar?", "U jekk fl-affermattiv, ittieħdu xi passi, peress li hemm min qed igħid li kien hemm xi kuntatti bejn xi nies u ttieħdet l-AIDS?", "Id-Dipartiment tas-Saħħa jaf b'dan u ħa xi prekawzjonijiet biex din il-marda ma tibqax tinxtered?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Su due piedi ma nafx b'din li qed igħid, pero' nivverifika u nagħtih it-tagħrif personalment.", "MULTI MIBDULA F'SENTENZI TA' ĦABS", "2894.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kemm kien hemm każi f'dawn l-aħħar ħames snin fejn multi nbidlu mill-Qrati Maltin f'sentenzi ta' ħabs fuq talba ta' akkużati?", "Liema kienu?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja): F'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 11-il każ fejn multa nbidlet mill-Qorti ta' Ġurisdizzjoni Kriminali f'waħda ta' ħabs fuq talba ta' l-istess akkużati.", "ĦADDIEMA FUQ KUNTRATT DEFINIT", "2914.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Tinżamm xi statistika dwar kemm hemm ħaddiema fuq kuntratt definit?", "Hemm xi ħsieb li kuntratti bħal dawn jispiċċaw biex jagħtu aktar garanzija ta' xogħol sod lill-ħaddiema?", "Jaf li hemm każi fejn ħaddiema fuq kuntratti definiti ilhom is-snin ma' l- istess kumpanniji?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-Artiklu 30 ta' l-Att li jirregola l- kondizzjonijiet ta' l-Impieg (Kap 135) jikkontempla l-impieg ta' persuna għal żmien stipulat, b'dan iżda li fejn dan it-tip ta' kuntratt jiġi mġedded, il-prinċipal huwa obbligat li joffri kondizzjonijiet ta' impieg mhux anqas favorevoli minn dawk li kien igawdi l-impjegat taħt il-kuntratt ta' qabel.", "Mhux bilfors li kuntratt ta' xogħol għal żmien stipulat iġib miegħu nuqqas ta' garanzija ta' xogħol; anzi hemm każijiet fejn il- prinċipal ikun irid jorbot lill-impjegat biex dan ma jitlaqlux mill-impieg tiegħu.", "Hemm każijiet fejn il-collective agreement jorbot lill-prinċipal li joffri impieg għal żmien indefinit lil dawk il-ħaddiema li jkunu servew taħt kuntratt definit għal żmien twil.", "Din il-kwestjoni trid tiġi studjata mill-aspetti kollha tagħha.", "Ma tinżammx statistika dwar numru ta' ħaddiema jaħdmu fuq kuntratt ta' xogħol għal żmien definit.", "GĦAWDEX - MOLL FL-GĦADIRA GĦAL VAPURI", "2915.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'Isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Iċ-Chairman tal-Gozo Channel, li għadu kemm spiċċa, reġa' qal li hemm bżonn ta' moll fl-Għadira tal-Mellieħa fejn jidħlu l-vapuri ta' Għawdex f'każ ta' maltemp.", "Se jsir kif kien ippjanat minkejja li qajjem kritika minn ħafna Melliħin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma ttieħdet ebda deċiżjoni biex jitkompla l-bini tal-moll fl-Għadira.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm intnefqu flus għal dak il-moll?", "Jista' jgħidilna wkoll għaliex issa waqfu l-affarijiet kollha wara dik il-ħerqa li kien hemm u dak ix-xogħol kollu li sar fuqu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): L-ewwel ħaġa, l- affarijiet mhux issa twaqqfu imma ilhom ħafna li twaqqfu.", "Aħna ddeċidejna li nerġgħu nikkonsidraw il-proġett kollu ta' l-Għadira u kkonċentrajna wkoll fuq il-moll taċ-Ċirkewwa li huwa f'pożizzjoni ġdida, jiġifieri fuq in- naħa ta' ġewwa.", "Ir-raġuni hija li wieħed irid jerġa' jagħmel il- feasibility tiegħu.", "Fil-fatt kif forsi jaf l-Onor.", "Membru kien hawn kontroversja fuqu u wieħed irid jara kemm huwa importanti li s-servizz bejn Malta u Għawdex ikun jiddependi minn dan il-moll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru ma rrispondiex il-mistoqsija għax jien staqsejt xi kemm intnefqu flus fuqu.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiddispjaċini, pero' ma nistax nirrispondik offhand.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk m'inix żbaljat, Mr Speaker, il-kontroversja nqalgħet qabel ma beda jinbena l-moll u mhux wara.", "Mela, il-moll beda jinbena, intqal li dak iż-żmien kienu saru feasibility studies li ma nafx fejn huma u fejn saru u issa l-Ministru qed igħidilna li l-kontroversja nqalgħet wara u qed igħidilna wkoll li l-feasibility studies saru wara biex jiddeċiedu fuq site ieħor.", "Allura l-Ministru jikkonferma li dan huwa tberbieq u ħela ta' flus il-poplu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Vella għandu d-dritt jagħmel l- interpretazzjoni ta' l-affarijiet kif irid hu - u ovvjament dejjem jagħmilhom kif jaqbel lilu ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien qed nagħmel statement of facts u mhux nara l-affarijiet kif jaqbel lili.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dażgur li hekk qed tagħmel!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: X' jiġifieri kif jaqbel lili?", "Dawn huma fatti li ġraw.", "Huwa veru li waqaf ix-xogħol, huwa veru li ntnefqu l-flus u huwa veru li ma sarx feasibility study tajjeb għax biddiltuh.", "Allura dan kif jaqbel lili?", "Il-feasibility study suppost li sar qabel li nbeda l-moll u mhux wara.", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri kif jaqbel lili?", "Dan kif jaqbel lill-poplu għax tarmu l-flus tafu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bir-rispett kollu, il-feasibility study ma jsirx mil-lat ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għidilna kemm-il kuntratt għadu ma tħallasx fuq hemmhekk u kemm għandkom tagħtuhom!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, assolutament m'hemm l-ebda kuntratt fuq hemm li għadu ma tħallasx.", "Dan ilu wieqaf żmien u m'hemmx kuntratti li għadhom ma tħallsux pero' għad hemm kuntratti li ma tħallsux ta' qabel l- elezzjoni ta' l-1987, imma dawn huma affarijiet oħra.", "Dak kien tberbieq ta' flus!", "(Interruzzjonijiet) X'inti titkarrab għall-informazzjoni?", "Mela mhux l-informazzjoni kollha tajtek?", "(Interruzzjonijiet) Iva, hawn ġew kulħadd jinterpreta l-affarijiet kif jaqbel lilu; aħna ninterpretawhom mod u intom tinterpretawhom mod ieħor.", "Allura se ngħidu li kulħadd sar oġġettiv hawn ġew?", "Se ngħidu li kulħadd rabba' l-ġwienaħ u sar anġlu?", "Hawn ġew kulħadd jinterpreta l-affarijiet soġġettivament - kif jaqbel lilu - kemm l-Oppożizzjoni u kif ukoll in-naħa tal-Gvern.", "U jekk lanqas tagħrfu din il-verita' tal-fatti ....", "Issa qegħdin nesaġeraw.", "L-argument kien jekk l-ammont ta' ġranet fis-sena illi fihom jintuża dak il-moll jiġġustifikax l- ispiża tal-moll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jista' l-Ministru jikkonforta lill-Kamra billi jassigura li dak il-moll ma jsirx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien m'inix tajjeb biex nikkonforta lin-nies u t- tberbiq ta' flus li sar jista' ma jkunx ta' konfort.", "Jien nista' ngħid li d-deċiżjoni li jitkompla l-moll ma tteħditx u wieħed irid jara jekk il- Gvern għandux ikomplih jew le.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "ANTON TABONE (Ministru għal Għawdex): Ħalli nżid daqsxejn ma' dak li qal il-Ministru għall-Ambjent.", "Jien naħseb li jkun ta' konfort kbir għall-pubbliku Għawdxi jekk dak il-moll isir fl-Għadira.", "Għalhekk nitlob lill-Gvern illi kif jispiċċa x-xogħlijiet fiċ-Ċirkewwa, jaqbad ix- xogħlijiet tal-moll ta' l-Għadira għaliex dak il-moll għandu sinifikat importanti għas-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex.", "Nassigura lill- Onor. Interpellant illi l-Għawdxin ikunu iktar konfortati jekk ikollhom moll li l-vapur ikun jista' jitrakka miegħu l-Għadira għax meta jkun il- maltemp mill-majjistral u mill-punent, il-vapur ma jkollux għalfejn imur Sa Maison.", "B'hekk l-Għawdxin u l-pubbliku kollu li jmur Għawdex ma jkollux għalfejn idum jivvjaġġa għal siegħa u nofs jew iktar.", "Barra minn hekk, il-vapur jasal f'20 minuta u jasal lura skond it-time-table.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-moll fl-Isla għandu bżonn jitranġa u m'hemmx kontradizzjoni fuqu, il-Ministru meta beħsiebu jirranġah?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma nafx jekk dan li se ngħid hux konfort jew skonfort, pero' il-moll ta' l-Isla mhuwiex kontroversjali u għalhekk beħsiebna nagħmluh dalwaqt.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "LOCAL MANUFACTURES (PROMOTION) (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippre-sjedi", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of Section 5 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomici.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Din il-klawsola tfisser li fejn qabel il- Ministru ried jeżenta, issa ġiet embodied fil-liġi u ma jidhirliex li hemm x'wieħed jiddiskuti fuqha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' liġi.Klawsola 3 - Emenda ta' artikolu 6 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 6 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Bonello Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Klawsola 3 hija emenda neċessitata mill- fatt li x-Schedule li qegħdin nissosttiwixxu kellha erba' kolonni, waħda minnhom kienet il-BTN number - il-Brussels Tariff Nomenclature; fit-tieni kolonna kien hemm l-SITC number - Standard International Trade Classification; il-product description kienet fit-tielet kolonna, u t- tariffa fir-raba' kolonna.", "Issa peress li għandna l-Harmonised System, minflok il-BTN u l-SITC numbrs, se jkollna l-HS number biss.", "Din hi r- raġuni għaliex ġejja bi tliet kolonni u mhux b'erbgħa.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-artikolu 7 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of section 7 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Section 4 hija sostituzzjoni għall-kliem \"sections 63, 63A and 77\", peress li fl-Import Duties Act daħlet section 63A li tapplika għaliha.", "Għalhekk din issa ġiet inkorporata.", "THE CHAIRMAN: Aktar kummenti għal klawsola 4?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l-artikolu 9 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 5 - Amendment of section 9 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Permezz ta' klawsola 5, qed jiġu nkorporati entitajiet u oġġetti li kienu eżentati by Government Notice No. 651 ta' l-10 ta' Novembru, 1989.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 5 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-artikolu 12 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 6 - Amendment of section 12 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: F'section 6 hemm l-inklużjoni tal-Qorti tal-Maġistrati, u hija self-explanatory.", "THE CHAIRMAN: Iktar kummenti?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Sostituzzjoni ta' l-Iskedi li jinsabu ma' l-Att prinċipali.", "Clause 7 - Substitution of Schedules to the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda: (Ara Appendiċi I)", "Peress li din l-emenda hija twila, nitlob il-permess sabiex din l-emenda tittieħed bħala moqrija.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda ttieħdet bħala moqrija", "ONOR GEORGE BONELLO DU PUIS: Rigward item H.S. Code No. 1701.91.19 li huwa konċentrat għal squashes, l-imposta qed tinbidel minn 10c kull litru għal 50c kull kg biex tinħadem fuq il-piż flok fuq il-volum, imma l- implikazzjoni hija l-istess.", "In-numru ta' item No. 1905.90.99 qed jinbidel u jsir Nru. 1905.30.90 wara konsultazzjoni mad-Dwana.", "Item No. 2007.91.10 ġie mħassar għax m'hawn l-ebda prodott lokali li jaqa' taħt dawn l-HS Codes li jgawdi l-protezzjoni, minbarra l-jams u marmalades.", "Imbagħad hemm emenda fit-test Ingliż biss u għal items No. 2201.10.10 u 2201.10.90 qed ngħidu li l-kelma \"natural\" għandha tiġi \"naturally\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Fuq l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-ilma nitlob li l- Ministru jkun aktar preċiż għax din il-kwestjoni tirrigwarda osservazzjoni li kont għamilt jien f'kapaċita' privata lid-Dipartiment ta' l-Industrija għax ġie interpretat li setgħu jinkludu taħt il-levy l-ilma li huwa areated meta hawn Malta għad m'hawnx bħalu.", "Mentri l-iskop tal-levy kien li għandu jkun protett dak li jeżisti hawn Malta.", "Għaldaqstant irrid nifhem li jekk dak li qed ngħid ipprova jagħmlu d-Dipartiment allura nitlob lill-Ministru jikkonfermah.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dan l-ilma li qed issemmi int huwa excluded.", "Imma l-problema issa hija jekk il-kelma għandhiex tkun \"natural\" or \"naturally\".", "ONOR.", "LINO SPITERI: F'dan il-każ l-aktar li hu importanti hija li l- intenzjoni tkun ċara u turi li dan it tip ta' ilma ikun excluded, għax għal dak hemm certifikati apposta, magħmulin fuq translation li ġeneralment tkun taqbel mal-lingwi kontinentali kollha.", "Jekk il-Ministru qed jikkonferma dan u nifhem li hekk qed jagħmel, ma għandux ikun hemm aktar diffikultajiet.", "Issa rigward l-squashes l-emenda kienet qed tirreferi għal fruit squashes, mentri issa qed nitkellmu fuq \"dry fruit squash concentrates\".", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dan huwa tip ta' konċentrat għall-squashes tal-frott.", "Għax il-concentrate ma tistax tkejlu bil-litru imma tkejlu bil- kilogramm.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, il-mistoqsija li qed nagħmel lill- Ministru hija f'sens differenti u mhux qed ngħid għall-likwidu jew għall- volum.", "Il-punt tiegħi hu kif kienet qabel u kif ġiet issa, għax meta din qabbiltha mal-Liġi oriġinali rriżultali li d-description kienet tgħid \"fruit squashes\", mentri issa qed nagħmluha \"dry fruit squash concentrates\".", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Inti qed tirreferi għal liġi ta' 1989?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Iva, għaliex bejn concentrate u bejn l-isquash innifsu hemm differenza.", "Allura issa dan ifisser li l-isquashes likwidi li jkunu bbottiljati fil-fliexken jew inkella fil-laned se jidħlu taħt il- liġi?", "Għax jekk il-Gvern irid ifisser hekk u dik se tkun l-intenzjoni tiegħu allura nitlob li nkunu aktar ċari.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-informazzjoni li għandi Onor. Spiteri hija li likwidi għandhom jaqgħu taħt heading ieħor u mhux taħt dan, għax dan il-heading jirreferi biss għal concentrate xott ta' squashes tal-frott.", "Liquid squashes jaqgħu taħt item 2106.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jien qed inqabbel is-Second Schedule ta' l-Abbozz mal-Liġi oriġinali u għalkemm ma kelliex intenzjoni li noqgħod inqabbel item ma' item, meta għamilt dan innotajt xi affarijiet li naturalment xtaqt spjegazzjoni għalihom.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Fejn jinsab dak li qed tgħid int?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Fl-abbozz li għadu kif ġie ppubblikat ġie nkluż fih l-First u s-Second Schedules kif xtaqu li jiġu emendati.", "Jiena qabbilt dawk max-schedules li kienu jeżistu qabel u as I went along għamilt xi rimarki jew osservazzjonijiet għaliha.", "Issa, l-liġi pubblikata turi ...", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: I'm going over l-emendi li hemm għax- schedules.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Imma l-emendi li hemm għax-schedules kif ippublikajtu jew ...", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: I'm going over l-emendi li hemm għax- schedules kif ippubbliknihom jiġifieri fejn m'hemmx emendi jien m'inix qiegħed immur fuqhom.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Onor. Bonello Du Puis, ħu ftit paċenzja bija għax forsi jien żbaljat u jekk jien żbaljat infittex noqgħod bil-qegħda ħalli mmexxu fuq affarijiet oħra.", "Jiena qed inħares lejn ix-schedule intier u inti qiegħed tħares lejn x'biddilt.", "Issa taħt l-HS Code number 1701.91.19 jien mingħalija li kien hemm fruit squashes.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Taħt HS Code Number 1701.91.19 fl-Abbozz kif ippubblikajnieh hemm dry fruit squash concentrates u mhux fruit squashes u issa dik għandna emenda għaliha biex taħt il-kolonna \"tariff\" minn 10c kull litru nbiddluha għal 50c kull kilogram għaliex id-dry fruit squash concentrates, ma jinbiegħux bil-litru imma jinbiegħu bil-piż.", "Jiġifieri I'm going over the amendments li hemm ma' din ix-schedule u l- fruit squashes qegħdin taħt l-HS Code number 2106.90.39.", "Taħt l-H.S. Code Number 3210.00.00 ħallejna l-eżenzjoni ta' żebgħa cellulose barra bi żball.", "Din qabel ma kenitx inkluża fil-liġi, pero' issa ġiet inkluża.", "Iż-żebgħa cellulose u ż-żebgħa emulsion ibbażata fuq acrylic ma kenux stampati fil-liġi pero' issa ġew inkorporati.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Bħalissa qed inħares lejn is-Second Schedule l-antik li kien hemm mal-liġi ta' l-1989.", "L-item Number 1704 illi qabel kienet SITC 062017 kienet taqra sweets boiled excluding medicated pastilles and confectionery.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Issa hawn toffee and boiled sweets.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Apparti l-emendi li għamiltu - u hija ħaġa tajba li l- exclusions għamiltuhom kollha in bold type ħalli min jaqrahom isegwi - hemm emenda oħra li fiha ċerta sustanza.", "Ma' \"toffee and boiled sweets excluding medicated pastilles and confectionery\" żidtu \"toffee and boiled sweets in stick packs or in presentation boxes.\"", "Dawn huma ġodda.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Din ġiet ippubblikata.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Meta żżid l-exclusion qed tnaqqas il-protezzjoni għal xi ħaġa lokali.", "L-iskop kollu ta' din il-liġi huwa li tagħti protezzjoni lil ċerti prodotti lokali biex tinkoraġġixxi li jsiru.", "Meta qed tneħħi dik il-protezzjoni, tkun qed tagħmel miżura.", "Jien mhux qed ngħidlek jekk għamiltx tajjeb jew ħażin, imma qed ngħidlek li qed tagħmilha.", "Mix-Schedule li ppreżentajt-ilna quddiemna mhux qiegħed jirriżulta li din l-emenda qegħda tiġi riflessa f'dawn l-emendi.", "Jiġifieri fil-kummenti li għamlulek biex titkellem fuqhom m'għandekx kollox.", "Dak hu li qed ngħidlek jien, u issa għandi raġun.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Iva, imma dawn kienu ppubblikati.", "Jien qed ngħidlek x'emendi hemm oltre dawn u l-korrezzjoni ta' ċerti numri u żbalji li hemm.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jiġi-fieri din li tajtna hawnhekk x'inhi?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dik hija emenda għall-Abbozz kif ippubblikat.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jiġi-fieri qed tipproponi emendi issa fil-Committee Stage?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Iva, qed nagħmel emenda għax-schedule.", "Għaliex taħt l-HS Code number 3210.00.00, per eżempju, iż-żebgħa cellulose kienet qabżitilhom u ż-żebgħa emulsion li hi bbażata fuq acrylic qabżitilhom ukoll.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jiġi-fieri issa qed temenda x-schedule li ppubblikajt.", "Mela sa hawnhekk laborjożament ftehemna, imma jien qed ngħidlek li dak ix-schedule li ppubblikajt kien fih emendi from the existing schedule.", "Issa jien qed inkompli niġbidlek l-attenzjoni li f'dawk l-emendi, per eżempju, kien hemm \"toffee and boiled sweets, excluding medicated pastilles and confectionery\".", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Qegħdin igħiduli li fl-Att ta' l-1990 il- boiled sweets kienu diġa' exempted għax f'Malta ma jsirx ħelu fi stick packs.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Bħalissa qed inħarsu lejn is-Schedule ta' kif ġiet ippubblikata fil-1990.", "(Interruzzjonijiet) Qed naqblu.", "Issa is-schedule as established fil-liġi tat-1990 kienet tirreferi għal codes 170 91.19 u din id-description kienet abbinata ma' fruit squashes.", "(Interruzzjonijiet) Issa din qabel kienet tgħid għall-fruit squashes u fruit squashes tfisser flixkun jew can li jkun mimli b'xi ħaġa.", "Issa jekk dan ikun fruit squash jew le ma nafx, pero' dak kienu jgħidulu fruit squash.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dak li qed issemmi inti issa qed jaqgħu taħt 21-06 għax l-HS number qed jitbiddel.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Allura intom qed tgħidu li 170 91.19 marret f'section oħra?", "(Interruzzjonijiet) Allura jekk dan l-item ma marx f'section oħra, qabel kontu qed tipproteġu l-fruit squashes u issa qed tipproteġu l- concentrates li naturalment huma affarijiet differenti kompletament.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Aħna qed nipproteġu l-fruit sqaushes li jaqgħu taħt 2106.90.39 għaliex dawn issa għandhom tariffa ta' 10c per litre.", "Issa barra minn hekk hemm ukoll eżenzjoni oħra fuq il-powder squashes.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Allura minn 10c għola għal 15c per kilo?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Le, għax 50c per kilo huma ekkwivalenti għal 10c per litre.", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-item bin-numru 2009.80.29 sar meraq ta' frott b'15c kull litru, u allura dan minn 10c għola għal 15c u għalhekk hemm id- differenza issa.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: It-tariffa fuq Item 2106.90.39 sar 10c per litre.", "F'item No.3922.90.00 kien hemm żball fl-istampar u n-numru jrid jiġi 3923.90.00.", "Barra minn hekk żidna d-definizzjoni ta' l-items esklużi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Peress li f'items No.3923.21.00, 3923.29.00 u 3924.90.00 qed titneħħa l-kelma \"tal-plastika\", ifisser illi jistgħu jidħlu carrier bags tal-karti?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Le, ma jidhirlix.", "Dan m'għandux x'jaqsam.", "ONOR.", "LINO SPITERI: La neħħejt il-kelma \"tal-plastika\", jistgħu jidħlu l- carrier bags kollha.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Taħt l-item No.3925.20.00 jaqgħu \"aperturi tal-plastika\" u issa se nissostitwuha b' \"bibien, twieqi u l-gwarniċi għalihom, u għatbiet għall-bibien\".", "Din hija a more ample definition ta' aperturi.", "Item No.3926.90.00 tneħħiet u żidna \"ingwanti industrijali tal- plastika, vavalori, ċinturini u ingwanti tal-plastika minbarra vavalori u ingwanti għall-użu mediku, inġwanti tal-vinyl għall-użu tal-laboratorju u ingwanti industrijali tal-plastika.\"", "Jiġifieri fuq ingwanti tal-plastika ta' l-industrija, ma titħallasx levy.", "Taħt item No. 4819.10.00 żidna l- kliem \"boxes u cases\" u għamilniha biex id-definizzjoni tiġi taqbel ma' l- HS No. tad-Dwana.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nixtieq nagħmel osservazzjoni dwar l-industrija.", "Hawnhekk hawn exclusion għal kaxxi corru-gated.", "Aħna nformati li dan l- aħħar dan it-tip ta' xogħol qed jiġi maħdum hawn Malta.", "Jiġifieri l- fabbriki tagħna li jagħmlu paperboard articles, bdew jinkludi wkoll fil- produzzjoni tagħhom kaxxi magħmula minn E-Flute corru-gated, u naħseb li din hija xi ħaġa li tista' tikkonfermaha l-Malta Development Coporation.", "Meta hu hekk għaliex mhux qed jiġi protett ukoll bħal materjal ieħor?", "Jien qed ngħid li l-kelma \"minbarra\" għandha tiġi wara l-kliem \"E-Flute corrugated\".", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Se nikkonsidra l-proposta ta' l-Onor.", "Spiteri u nispera li nilħqu nagħmlu xi ħaġa qabel naslu għat-Third Reading.", "Irrid ngħid li żidna Item Nos 6110.10.00, 6110.20.00, 6110.30.00 u 6110.90.00 li jirreferu għal shirts u sweat shirts.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman aħna dorna naqra aħjar ix-schedule li tana u jekk il-Ministru ma jridx joqgħod jidħol f'kull item, jista' jikkumenta biss fuq dawk illi jħoss li huma mportanti.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: F'item No.6115.92.00 hemm eżenzjonijiet maqbuża bi żball.", "Issa l-HS Code 6406.10.00 irid jiġi mibdul fi 6406.10.10 minħabba l-emendi ta' Import Duties Act.", "F'Item 6802.91.00 tneħħew il-fire places bil-kolonni skulturati minn barra, għax dawn kienu esklużi.", "Issa hemm fireplaces tal-wiċċ maħdum u ċatt.", "Jiġifieri din hija t-tneħħija ta' l-HS Code li tkopri affarijiet dekorattivi u d-definizzjoni ta' kif jiġi kkalkolat il-levy, li kienet tlaħħaq 1750 cents.", "ONOR.", "LINO SPITERI: X' jiġifieri \"agglomerated\"?", "Għax qabel din kienet tirreferi għall-irħam li kien ikun \"agglomerated\".", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dik hija d-definizzjoni ta' kif tiġi kkalkolata l-levy li tlaħħaq għal 200 ċenteżmu kull metru kwadru għall- irħam tal-wiċċ maħdum u ċatt.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Tista' tħalli din il-kwestjoni barra għal issa għax fl-industrija lokali kien hemm xi diviżjonijiet fuqha?", "Hawn min igħid li l- irħam agglomerated għandek tipproteġih u hawn min igħid li le.", "Donnu issa l-protezzjoni ġiet estiża.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien ma nafx xi tfisser d-definizzjoni ta' agglomerated.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Dan huwa resin.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ma' \"irħam agglomerated\" żidna \"fi pjastri, folji u oġġetti bħalhom\" u safejn naf jien, irrestrinġejna ...", "ONOR.", "LINO SPITERI: Għall-mument aħjar tħalliha imbagħad nerġgħu niġu għaliha.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Taħt item No. 8544.11.00 żidna \"cords, wires u strixxi ta' l-elettriku tal-copper\" biex nuru li materjal ieħor mhux soġġett għal levy.", "Din qabel kienet \"wire u strixxi ta' l-elettriku iżolati.\"", "Taħt Item No. 9404.90.00. żidna l-kliem cushions tal-foam magħmula minn low density polyethylene (L.D.P.E.) (mhux mgħottija u lanqas għat-tiżjin).", "Nerġa' niġi għal kwestjoni ta' l-\"agglomerated\".", "Apparen-tament item 6810.19.90 hija \"marble, agglomerated in slabs, sheets, and the like\".", "Dan ifisser li l-istatwi u affarijiet maħduma b'agglomarated marble mhumiex protetti għax dawn ma jinħadmux hawn Malta", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-informazzjoni li għandi jien hija - u din kont għidthielu meta tressqet il-liġi oriġinali - illi b'din l-item qegħda tiġi protetta fabbrika waħda biss u mhux l-industrija.", "Din il-liġi mhux suppost hija maħsuba biex tipproteġi fabbrika waħda imma suppost hija maħsuba biex tipproteġi l-industrija.", "B'din il-bidla fid-deskrizzjoni din il- protezzjoni se tiġi estiża.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru jirrifletti fuq il-fatt li quddiem il-Local Industry Promotions Board hemm applikazzjonijiet li ma waslux in time biex niddiskutuhom hawnhekk u din l- applikazzjoni ta' ditta waħda waslet.", "Nerġa' ngħid, lill-Ministru nagħtih parir jirrifletti ħafna fuq dan.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jiġifieri fil-liġi ta' l-1989 din ma kenitx inkluża?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Din fil-liġi ta' l-1989 kienet inkluża, Mr Chairman.", "Fuqha konna għamilna ħafna osservazzjonijiet, konna tajna ħafna informazzjoni u konna ppubblikajna tagħrif li qatt ma ġie rifjutat anke dwar il-balance sheet u l-profit and loss accounts li kienu materjali għall- protezzjoni li qed tingħata.", "Issa, minflok ma din ġiet rikonsidrata qegħda tiġi estiża għal ditta waħda fi żmien meta l-industrija tal-madum - industrija li hija magħmula minn diversi fabbrikanti u mhux minn ditta waħda - qegħda kollha kemm fi krizi li iktar se tikber anke għal dak li sar għar-rigward tac-ceramika - għalkemm il-progress ma jista' jżommu ħadd - u ħafna minn dawn in-nies qegħdin iduru biex jibdew jaħdmu l-irħam u l-granite, jiġifieri jimportaw il-granite u l-irħam.", "Issa kontra l-granite u l-irħam hemm ir-resin li qegħda tagħmlu ditta waħda lokali.", "Jiġifieri din għandha l-protezzjoni diġa' u se tkompli tiġi estiza.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jekk dan huwa l-każ, dan neżaminawh, imma m'hemmx għalfejn niġu l-Parlament biex nirranġawh.", "Biex tnaqqas m'hemmx għalfejn, imma biex iżżid hemm għalfejn.", "ONOR.", "LINO SPITERI: La qegħdin f'dan l-istadju, għaflejn se żżidha?", "Aħjar tħalliha kif inhi.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien mhux se nżid.", "Anzi qed nispecifika billi ngħid \"marble, agglomerated in slabs, sheets and the like\".", "OOR.", "LINO SPITERI: Din qabel kienet tista' tiġi nterpretata mod u issa saret interpretazzjoni mod ieħor.", "Inti se żżid u jien qed nagħtik il-parir li tirrifletti iżjed fuqha.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Mela ħalli nirrifletti sa għada fuq din ukoll u mbagħad jekk ikun hemm bżonn nagħmlu recommital tal-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" - kif imressqqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"A\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 7 kif emendata għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex ixru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "INCOME TAX (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-13 ta' Lulju, 1992.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħ-det.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, kull meta jersqu quddiemna emendi għal Liġi ta' l-Income Tax, ma nistgħux ma nirriflettux dwar il-fatt li hawn qed niddiskutu l-mekkaniżmu ewlieni biex fis-soċjeta' tal-lum titwettaq il- ġustizzja soċjali, mekaniżmu li kien daħħal f'dan il-pajjiż il-Partit Laburista u li sfortunatament tul is-snin u fid-diskussjoni tiegħu dejjem ġie politiċizzat.", "Dan proprju ġie politiċizzat minn meta kien se jidħol f'dan il-pajjiż - jiġifieri 44 sena ilu - u mhux biss ġie ppolitiċizzat, imma anke ntqal illi l-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien għamel xi ħaġa kontra l-morali għax qisu esproprja xi proprjeta'.", "M'hemmx għalfejn ngħid illi dik il-parti tas-soċjeta' li tappoġġja lin- Nazzjonalisti sfruttat u keskset kemm felħet kontra din il-liġi li daħlet biex twettaq il-ġustizzja soċjali.", "Jekk inħarsu ftit lura niftakru illi din il-liġi kompliet tiġi politiċizzata billi l-Partit Nazzjonalista kien saħansitra wasal biex daħħalha fil-programm elettorali tiegħu bħala wegħda illi jrid ineħħiha.", "Il-Partit Nazzjonalista tant ma kienx jemmen fil-Liġi ta' l-Income Tax u tant kien iqis din il-liġi bħala xi ħaġa ħażina, li saħansitra resaq quddiem il-poplu bil-commitment illi jekk kemm-il darba l- poplu jerġa' jagħtih il-fiduċja, u jerġa' jġeddidlu l-mandat - għax kien qiegħed fil-gvern - ineħħilu l-Liġi ta' l-Income Tax.", "Dan kien fl-1971 wara li l-Gvern Nazzjonalista kien ilu fil-gvern disa' snin, pero' l-poplu ma kienx aċċetta dik il-lixka.", "Il-punt tiegħi hu li din il-liġi ġusta minn dejjem kienet politiċizzata kienet.", "Konna aħna tal-Partit Laburista li daħħalna din il-liġi fil-pajjiż u konna aħna li qlajna d-daqqiet mil-lat politiku u t-tkeskis kontra tagħna - li beda 44 sena ilu u li diġa' rreferejt għalih - pero' aħna xorta bqajna sodi fit-twemmin tagħna u xorta bqajna nemmnu li l-Liġi ta' l-Income Tax hija liġi tajba u ġusta għax tieħu mingħand dak li jkun skond il-mezzi tiegħu u mhux kulħadd iħallas indaqs.", "Dik hi tassazzjoni diretta.", "Iżjed ma jkollok, iżjed jeħdulek b'rata għolja sa ċertu livell li jiġi rivedut - u hekk għandu jkun - minn żmien għal żmien.", "Aħna bqajna sodi fit-twemmin tagħna li din hija liġi li għamilna, tajjeb li daħħalniha u ninsabu kburin li daħħalniha, pero' nixtiequ narawha mwettqa kif suppost għandha tkun, jiġifieri nixtiequ naraw li tkun imwettqa b'ġustizzja ma' kulħadd.", "Din hija liġi maħsuba biex twettaq il-ġustizzja soċjali u ma jistax ikun li mekkaniżmu maħsub biex iwettaq il-ġustizza soċjali hu nnifsu jkun qiegħed jiġi mplimentat b'mod inġust.", "U kif ikun implimentat b'mod inġust, Mr Speaker?", "Dan ma jkunx implimentat b'mod inġust mir-rati li tagħmel, għax dawn tista' ma taqbilx magħhom.", "Wieħed jista' jgħid li din qamet fl-1948 - meta ġiet diskussa l-liġi l-ewwel darba - għax kien hemm min ra r-rata massima li bdiet tissemma dak iż-żmien bħala konfiskatorja li jekk tiċċarġja l- ogħla rata tkun qegħda tisraq.", "Imma dik hija opinjoni soġġettiva.", "Jekk ir- rata tal-ġurnata tkunx tajba jew le, hija opinjoni ġeneralment soġġettiva u r-rati ta' l-income tax jitbiddlu minn żmien għal żmien anke skond il- ħtiġijiet tal-pajjiż, imma dejjem fil-kontest li l-gvern tal-ġurnata u l- ministru tal-finanzi tal-ġurnata jkun jixtieq li waqt li jħaddem mekkaniżmu fiskali jkun qiegħed iħaddem mekkaniżmu b'mod li kemm jista' jkun jibqa' ġust u fair.", "U aħna tal-Partit Laburista, dan il-punt nenfasizzawh, nemmnu f'din il-liġi u nifhmu li r-rati jvarjaw minn żmien għal żmien.", "Mhux dejjem naqblu ma' ċerti rati kif jiġu varjati, imma l-iktar ħaġa importanti hija li l-liġi titħaddem b'ġustizzja.", "U biex il-liġi titħaddem b'ġustizzja, irid ikun hemm żewġ konsiderazzjonijiet li jkunu milquta u sodisfatti.", "L-ewwel konsiderazzjoni trid tkun li fl-iskala tar-rati - bejn isfel nett u fuq nett - għandu jkun hemm ekwita'.", "Teknikament din tissejjaħ il-mini- max point u jekk ikollok sitwazzjoni fejn il-mini-max point ma tkunx qegħda tajba, allura jista' jkollok ċerta inġustizzja u jista' jkollok ħafna inġustizzja kemm jekk ir-rata l-iżjed għolja tkun għolja ħafna u kif ukoll jekk l-inqas rata li biha tibda t-taxxa tkun għolja żżejjed għax tkun qegħda tigdem b'mod mhux ġustifikat lin-naħa ta' isfel.", "U t-tieni konsiderazzjoni trid tkun li t-taxxa tiġi miġbura mingħand kulħadd li suppost iħallasha, jiġifieri li l-awtoritjiet tal-ġurnata jagħmlu minn kollox biex iwettqu ġustizzja soċjali biex ma jħallux immoralita' fiskali tidħol fil-pajjiż, jiġifieri ma jħallux evażjoni ta' l-income tax.", "Il-Partit Laburista fil-gvern għamel diversi affarijiet biex jipprova jolqot dawn il-konsiderazzjonijiet.", "Fost l-affarijiet li għamel kien li biex jattakka l-marda li għandu dan il-pajjiż, marda mediterranja, marda ta' l-Ewropa tan-naħa t'isfel, marda li ssibha fid-dinja kollha imma forsi iżjed fil-qasam tagħna, marda umana, li nipprovaw naħarbu mhux b'mod naturali imma b'mod esaġerat it-taxxa li għandna nħallsu, il-Gvern Laburista kien daħħal it-trasparenza.", "Kien daħħal it-trasparenza fis-sens li ppubblika d-dettalji tat-taxpayers.", "Għamel tajjeb jew għamel ħażin, pero' għamel xi ħaġa li hi maħsuba mhux politikament imma soċjalment biex ikun hemm deterrent kontra l-evażjoni tat-taxxa li kulħadd ikun magħruf li qiegħed jiġi assessjat.", "U minn hemm tibda tersaq għal xi sitwazzjoni li tiġġudika jekk kemm-il darba dak li jkun hux qed iħallas it-taxxa li għandu jħallas.", "Barra minn hekk, minn żmien għal żmien ipprova jirranġa r-rati skond il- ħteġijiet tal-ġurnata.", "Dan għamlu biex jinkoraġġixxi lin-nies li ma kenux jiddikjaraw id-dħul u l-kapital tagħhom fl-imgħoddi, u kien anke ta' amnestija għal sena basta dak li jkun jidħol imbagħad fl-għalqa t-tajba, iqerr u jieħu l-maħfra, imma minn hemm 'il quddiem ma jidnibx għallinqas kemm hu possibbli f'dinja imperfetta.", "Dan li għamel il-Partit Soċjalista.", "Imma llum il-ġurnata nistgħu ngħidu li dawn il-konsiderazzjonijiet qed jintlaqtu?", "Ma nistgħux ngħidu hekk għax huwa magħruf li l-evażjoni fil-pajjiż għadha sejra.", "M'għadhiex sejra għax jixtieqha l-gvern tal-ġurnata jew għaliex jixtieqha l-Ministru tal-Finanzi.", "Jien persważ li l-Ministru u l-Gvern ma jixtiequhiex.", "U l-fatt li għadha sejra tista' tistabbilixxih meta tħares madwarek.", "Qed tinfirex l-abitudini li wieħed kemm jista' jkun jevadi t- taxxa u mhux semplicement hawn il-virus ta' l-evażjoni tat-taxxa, imma qegħdin nieħdu dan il-virus minn xulxin, għandna marda li titieħed u dan wieħed jista' jistabbilixxih mill-ħajja personali tiegħu, sew fir- relazzjonijiet ekonomici tiegħu, kif ukoll jekk josserva x'qiegħed jiġri madwaru.", "Allura l-evazjoni tat-taxxa għadha in vigore ħafna u lkoll għandna naraw illi kemm jista' jkun ma ħalluhiex.", "Barra minn hekk, għar-rigward tal-konsiderazzjoni l-oħra illi r-rati għandhom ikunu ġusti, m'inix se noqgħod nidħol fir-rati kif bidilhom dan il- Gvern.", "Il-fatt li bidel ir-rati ta' l-income tax b'mod illi taw qagħda tajba lil min kien qiegħed n-naħa ta' fuq u taw qagħda tajba ukoll lil min għandu joint income sostanzjali - jiġifieri tiegħu u tal-mara - ma jidhrux li taw dividend politiku lil min għamel dawn il-miżuri.", "Din hi l-ħajja u lkoll ngħaddu minn dawn l-affarijiet.", "Imma mbagħad għandek is-sitwazzjoni fejn waqt li l-ogħla rata ġiet mniżżla għal 35%, ir-rata ta' min hu single taqbad u tigdem mill-ewwel b'mod qawwi ħafna - 18%.", "U minkejja li fil- passat osservajna din l-inekwita' u minkejja li ngħatajna x'nifhmu li din l- inekwita' kellha titneħħa waqt l-eżerċizzju tar-reviżjoni tal-bands ta' l- income - u saret reviżjoni b'mod estensiv minn dan il-Gvern - dik l-ewwel rata li tigdem b'mod hekk qawwi għadha hemm u hija xi ħaġa li ma tissodisfax il-kriterju ta' l-ekwita'.", "Nosserva wkoll - biex neħles mill-introduzzjoni tiegħi - illi anke fl- implimentazzjoni, filwaqt illi dan il-Gvern għamel dawk it-tibdiliet qawwija - u kienu qawwija fir-rati ta' taxxa - filwaqt li naħseb illi mmiżinterpreta l-effett ta' dawk it-tibdiliet għax beda jgħid mill-ewwel illi bħala konsegwenza ta' dawk it-tibdiliet beda jiġbor iżjed taxxi - li mhuwiex il-każ u ma ġiex pprovat li huwa l-każ, għad irid jiġi pprovat u naħseb li se ndumu ħafna biex naraw li kien hemm l-elesticita' illi stenna l-Gvern - f'din is-sena li qegħdin fiha kien hemm żieda fil-pagi ta' Lm1.50 fil-ġimgħa mogħtija għall-għoli tal-ħajja - apparti l-fatt jekk il-ħajja għolietx b'daqshekk jew le - u suppost li dik iż-żieda ta kollha lil min irceviha.", "Ladarba din is-sena ma sar l-ebda aġġustament fit-tax allowance ta' kull taxpayer il-Lm1.50 ġiet taxxabbli.", "Eluf u eluf ta' tfajliet u guvintur huma milqutin b'rata qawwija ta' taxxa u għalkemm ingħatat żieda żgħira, parti sostanzjali minnha se tittajjar minħabba r-rata marġinali li dak li jkun iħallas fuqha apparti li fuq dik iż-żieda naturalment irid iħallas ukoll il-kontribuzzjoni tan-national insurance.", "Dan l-isfond huwa importanti għax huwa importanti li wieħed jagħraf li fl- imgħoddi sar bi żball li din il-liġi ġiet politiċizzata.", "Aħna minn din in- naħa tal-Kamra irridu nfakkru dak l-iżball li sar u fl-istess ħin irridu nfakkru lilna nfusna, kemm jista' jkun, illi ma nippoliticizzawhiex aħna.", "Aħna ma rridux li l-kummenti tagħna jsiru biex nagħmlu kapital politiku minn dawn l-emendi li qed jiġu proposti quddiemna imma nkunu qed nonqsu jekk kemm-il darba dawn l-affarijiet li semmejt ma nfakkruhomx.", "Inkunu qed nonqsu mhux lil-laburiżmu, lis-socjalizmu demokratiku jew lilna nfusna imma lis-socjeta' kollha kemm hi jekk ma nenfażizzawx illi l-Liġi ta' l- Income Tax hija mekkanizmu għall-ġustizzja socjali, naturalment jekk titħaddem b'mod ġust.", "Qed ngħid dan għax f'dan il-pajjiż l-evazjoni tat- taxxa hija prevalenti ħafna, tista' tgħid fil-klassijiet kollha ta' l- attivita' ekonomika, ħlief dawk li jgħixu bil-paga biss u m'għandhomx job, professjoni jew negozji oħra.", "Aħna rridu dejjem inħabblu moħħna biex b'mod mhux politiku, naraw kif nagħmlu biex għallinqas inbaxxu din l- inċidenza.", "Naturalment kulħadd jixtieq li jneħħi din l-inċidenza imma f'socjeta' umana ma tistax iġġib il-perfezzjoni imma għandek taħdem biex kemm jista' jkun tersaq lejha.", "Għalhekk meta dan il-Gvern neħħa l- publikazzjoni ta' dak ir-rapport li kien juri kemm iħallas taxxa kulħadd waqt li forsi wieħed jifhem għaliex għamilha u jifhem ukoll li ħadd ma jieħu pjaċir li ċertu dettalji personali jkunu mikxufin, fl-istess ħin wieħed irid jagħraf li t-trasparenza sservi b'xi mod bħala deterrent relattiv kontra l-evażjoni.", "Dan nagħrfuh ukoll mill-fatt li soċjetajiet oħra, fosthom l-Italja u tal-Komunita' Ewropea, ukoll daħħlu miżuri li jixbħu lil dawk li konna nipprattikaw fis-snin l-imgħoddija.", "Nersqu issa għall-ewwel konklużjoni li rridu nagħmlu.", "Mela mhux talli li l-Liġi ta' l-Income Tax kienet ġiet politiċizzata għax il-Gvern Nazzjonalista kien wiegħed li jneħħiha jekk jerġa' jingħata mandat fl-1971, imma talli sussegwentement dik il-wegħda mbagħad neħħiha mill-programmi elettorali tiegħu.", "U llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-Liġi ta' l-Income Tax żammha u mhux talli qed jimplimentaha - u qed jagħmel sewwa - talli b'dan l-Abbozz li qed iressaq quddiemna qed jimplimenta proprju affarijiet li kelliema Nazzjonalisti mgħoddija għal darb'oħra tgħidx kemm għamlu kapital politiku minnu.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-best of judgement provision - kienet teżisti mill-ewwel fil-Liġi ta' L-Income Tax - li ġiet enforzata b'mod iżjed qawwi fis-snin sebgħin jew mis-snin sebgħin 'il quddiem u sfortunatament - apparti li l-enforzar forsi kien feroċi ż-żejjed u esaġerat - kien hemm ukoll politiċizzazzjoni oħra għaliex ċertu impjegati li kien hemm fid-Dipartiment ta' l-Income Tax dak iż-żmien ħadu d- direttivi li tawhom il-kapijiet politiċi tagħhom b'mod li fl- implimentazzjoni tagħhom ivvessaw u dejqu lit-taxpayers bi skop politiku u mhux biex jagħmlu dmirhom.", "Għaliex kien hemm min ma għamilx dmiru, pero' mhux se noqgħod nitkellem fuq min għax issa l-passat għadda.", "Pero' dawn issikkaw mhux biex jagħmlu dmirhom, imma ssikkaw għal skop politiku u biex idejqu lin-nies fil-kontest li kienu qed joqorbu elezzjonijiet u fil- kontest li wara l-elezzjoni ta' l-1976, il-qagħda politika f'Malta bdiet tiġġennen - u dan wara l-1976 mhux wara l-1981 - b'tali mod illi ħafna nies li ma kenux direttament fl-arena politika bdew jagħmlu affarijiet illi bħala impjegati tal-Gvern qatt ma misshom għamluhom u qatt ma misshom tħallew jagħmluhom.", "Forsi jkun hemm uħud minnhom li jirringrazzjaw il-fatt li mhux veru li l-Gvern Soċjalista kien iebes daqskemm igħidu li kien, għax kien hemm ħafna illi għal dak li għamlu mhux quddiem il-Kummissjoni ta' l- Inġustizzji jmisshom resqu, imma jmisshom iħallsu lis-soċjeta' għax finalment il-ħsara li għamlu ma kenitx lill-Partit Laburista imma lis- soċjeta'.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn il-Gvern - u apposta qed ngħid il- Gvern u mhux il-Ministru - li hu magħmul minn partit illi tgħidx kemm sfrutta d-dwejjaq li kienu nxterrdu minħabba t-tħaddim tal-mekkaniżmu tal- best of judgement assessments, qiegħed igħix ir-realta' tal-ġurnata u qed jagħraf illi, tgħid xi tgħid, trid tiġbor il-flus biex ikollok x'tonfoq għax il-flus mhux se jaqgħu mis-sema, qed jirrealizza li l-aħjar taxxi huma dawk it-taxxi li jitħaddmu tajjeb u li l-Liġi ta' l-Income Tax hija taxxa tajba.", "Fil-fatt dan il-Gvern qiegħed jipprova jsaħħaħha b'mod illi hemm fejn naqblu miegħu u hemm fejn ma naqblux, u b'hekk se nasal biex nitkellem dwar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "F'dan l-istadju rrid nirreġistra l-apprezzament tiegħi għall-fatt li l-Ministru John Dalli lili, bħala kelliemi ta' l-Oppożizzjoni, għaddieli l-working brief li kellu ppreparat, bil-comparative amendments, biex inkun nista' nsegwi aħjar dak li qiegħed jiġri u nagħmel il-kummenti tiegħi f'kontest aktar komplet ħalli, apparti r-ricerka li nagħmlu aħna, ikollna wkoll l-istampa li ħejja l-Gvern stess.", "L-emendi, kif spjega l-Ministru l-bieraħ, ikopru żewġ aspetti.", "L- ewwelnett ikopru miżuri illi ġew indikati fid-diskors tal-Budget, jiġifieri ż-żieda f'dik il-parti ta' l-imgħaxijiet fuq depożiti fil-banek, jew inkella dividends minn kumpanniji kkwotati fuq l-iStock Exchange li tkun eżentata mill-income tax.", "Dik hija l-ewwel parti ta' l-emendi fil-liġi li għandna quddiemna.", "It-tieni parti tirrigwarda sewwa sew l-hekk imsejħin ex- officio assessments, l-additional assessments, kif ukoll miżuri li jistgħu jittieħdu wara minħabba xi deċiżjoni oħra tal-Qrati u l-Ministru qiegħed jieħu din l-okkażjoni biex iressaq proposti li jkopru dawn it-tliet oqsma li semmejt.", "Ħalli nibdew fuq l-ewwel parti ta' l-emendi.", "Aħna ma nistgħux ma naqblux ma' l-emenda li żżid it-tax free interest minn depożiti li jkun hemm mal-banek lokali, għax konna aħna li ntroduċejniha, bħalma ntrodu-ċejna ħafna affarijiet fis-sistema bankarja li llum hemm min nesihom u hemm oħrajn fl-istess sistema bankarja li jipprovaw inessuhom u jitkellmu qisha x-xemx bdiet tiela' l-bieraħ l-ewwel darba f'dan il-qasam.", "Meta daħlet l-ewwel darba f'liġi oħra - bħalissa ma nistax niftakar liema kienet - il-parti l-oħra tal-emenda li teżenta d-dividends fuq shares f'kumpanniji ikkwotati fl-Istock Exchange, jien kont għidt illi mhijiex proposta ġusta u għadni tal-fehma li mhijiex proposta ġusta.", "L-ewwelnett din hija proposta prematura għaliex għandna l-Istock Exchange li beda jaħdem fl-1 ta' Jannar, għaddew seba' xhur u s'issa iddijlja biss f'local development registered stock tal-Gvern u bilfors hekk kellu jkun għax biex kumpannija tiġi finalment aċċettata għal listing fuq l-iStock Exchange irid ikun hemm ċertu tħejjija.", "It-tieni nett għadha prematura għaliex waqt li wħud mill-banek u kumpanniji oħra qalu li qed iħejju biex jitolbu li jiġu approvati għall-quotation fuq l-Istock Exchange, nistgħu nimmaġinaw illi qegħdin nitkellmu lejn l-aħħar tas-sena jew il-bidu tas-sena d-dieħla.", "Apparti li hi prematura anke fl-iskop tagħha għax l-iskop tal-Gvern mhux li jkun matur jew prematur fil-ħaġa, imma hu li jagħmel inċentiv lill- kumpanniji biex ifittxu quotation fuq l-iStock Exchange.", "Għalhekk għadni nsostni li dan mhuwiex skop ġust.", "Hawn Malta hawn madwar 15,000 kumpannija - probabbilment f'dawn hemm inklużi madwar 600 kumpannija li qed jirreġistraw offshore - li ħafna minnhom huma ta' ċertu daqs u mhumiex kumpanniji li jistgħu jfittxu jew jaspiraw li xi darba jkunu qegħdin ikkwotati fl-iStock Exchange.", "Dawn huma kumpanniji li skond id-dawl tagħhom jagħmlu attivita' ekonomika legali - li ħadd ma qalilhom biex ma jagħmluhiex - u huma aġenti ekonomiċi f'dan il- pajjiż ċkejken tagħna.", "Għaliex ix-shareholders ta' dawn il-kumpanniji għandhom ikunu f'qagħda sottoprivileġġata, paragunati ma' shareholders ta' kumpanniji li eventwalment ikunu kkwotati fuq l-istock exchange?", "Jien din il-miżura kkritikajtha mill-ewwel u nerġa' ntenni l-kritika tiegħi.", "Jiġifieri l-fatt li l-Gvern jemmen b'xi ħaġa u se jżid l-element, fih innifsu huwa tajjeb imma se jżid id-diskriminazzjoni kontra dawk il- kumpanniji li jagħżlu li ma jfittxux, qatt ma jistgħu jaspiraw li jfittxu jew inkella jiġu aċċettati għal kwotazzjoni fuq l-iStock Exchange.", "Minbarra li hemm diskriminazzjoni, hemm punt ieħor; għaliex għandek iċċedi ċenteżmu wieħed ta' taxxa, unikament għax kumpannija tkun quoted fuq l-iStock Exchange?", "Li ċċedi ċenteżmu ta' taxxa għax bniedem jislef lill- Gvern, nifhimha għax dan ikun qed jagħmel xi ħaġa għas-soċjeta' kollha kemm hi imma għax il-kumpannija fittxet kwotazzjoni fuq l-iStock Exchange, m'għandekx teżenta parti mid-dividends tagħha mit-taxxa.", "Din m'hemmx raġuni għaliha, qatt ma ġiet spjegata u jekk tiġi spjegata, ma naħsibx li tista' tiġi ġustifikata.", "Issa ħalli ngħaddi għall-parti ewlenija ta' l- Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Hawnhekk wieħed irid igħid li bejn dak li qal il-Ministru l-bieraħ u dak li ntqal illum, kien hemm żviluppi li fihom infushom mhumiex se jbiddlu dak li għandu jiddeciedi dan il-Parlament, imma li wieħed irid jirrifletti dwarhom għax id-diskussjoni fil-pajjiż għandha tkun miftuħa għal hekk.", "Per eżempju, il-bieraħ kien hemm l-iżvilupp li l-Ministru accenna għalih, jiġifieri l-istqarrija li għamlet il-Malta Institute of Accountants għax ma qablitx mal-parti centrali ta' l-emenda li qed iressaq il-Ministru hawnhekk.", "Din l-emenda mhux biss tagħraf li l-istrument ta' l-ex officcio - li nerġa' nfakkar tant kien ikkritikat fil-passat u tant sar kapital politiku minnu - għandu jkun hemm, imma tfittex li tieħu passi retroattivi dwaru li issa niġi għalihom.", "Din l-istqarrija tal-Malta Insitute of Accountants, l-assocjazzjoni ta' l-accountants lokali li kull accountant li jrid jipprattika ta' accountant hawn Malta - apparti li wara jrid jġib il- warrant mingħand il-Ministeru tal-Finanzi anke biex jipprattika ta' awditur - irid iġib l-kwalifika tagħha għax hija l-body magħruf li trid tgħaddi minn ġo fih biex tipprattika hawn Malta, irridu nagħtu kasha.", "Il-Ministru nnifisu li huwa accontant kwalifikat bi kwalifika tajba ħafna minn barra minn Malta, bħal kull accountant ieħor kellu jġib dawk il-papers fl-eżami ta' l-accountants li jikkwalifikawh biex ikun membru ta' l-Insitute of Accountants u naħseb li forsi huwa fellow ukoll.", "Din l-assocjazzjoni għandha standing fis-socjeta tagħna, għandha standing fil-professjoni li tmiss ma' dan l-Abbozz li qegħdin niddiskutu u għalhekk l-opinjoni tagħha - għalkemm, forsi ma taccettaha xejn, ma taccettahiex kollha jew taccetta parti minnha - wieħed irid jirreġistraha u jagħti kasha.", "Barra minn dik ir-reazzjoni, ma kienx hemm reazzjonijiet oħra minn assocjazzjonijiet oħra, Mr Speaker.", "U hawnhekk għal darb'oħra wieħed jirrimarki li hemm forma negattiva ta' politicisation.", "Jiena kont nippretendi li bodies oħra, li fil-passat tkellmu fuq ħafna affarijiet, hawnhekk ukoll kellhom isemmgħu l-fehma tagħhom - u mhux bi tkeskis għall- Gvern, imma b'mod oġġettiv - dwar dak li qed jiġi propost, imma dan m'għamluhx.", "Il-Federazzjoni ta' l-Industrija, il-Kamra tal-Kummerc, il- Malta Employers' Association u l-Kamra ta' l-Avukati ma ħassewx li għandhom għalfejn jitkellmu.", "Imma f'dan il-pajjiż, anke b'mod ġenerali nitkellmu u nirreaġixxu bis-sulluzzu, imma mill-bieraħ 'l hawn kellna opinjoni oħra, barra dik ta' l-Institute of Accountants li wieħed irid jirreġistraha wkoll.", "F'\"The Times\" tal-lum, l-14 ta' Lulju, kien hemm ittra dettaljata miktuba minn Dr Antoine Fiott, li huwa kważi l-uniku tax lawyer speċjalista hawn Malta, naturalment in deference lejn l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Imma safejn naf jien, Dr Fiott huwa l-uniku avukat prattikanti specifikament f'dan il-qasam.", "Huwa għandu sfond fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, minn hawnhekk beda jistudja u sar avukat, mar l-Attorney General's Office u mbagħad mar fis-settur privat fejn preżentement jaħdem ma' ditta ta' accountants.", "Fl-ittra li dehret illum hemm opinjonijiet u kummenti li wieħed irid jagħti kashom u jevalwahom, għalkemm mhux bilfors jaccettahom.", "Għaliex qed insemmi lill-Malta Institute of Accountants u anke l-opinjoni ta' Dr Antoine Fiott?", "Jien ma tantx inħobb insemmi nies b'isimhom, la biex immaqdarhom u lanqas biex infaħħarhom, u fil-fatt issa la qed immaqdar u lanqas qed infaħħar, imma qiegħed ngħid li dawn huma opinjonijiet professjonali illi huma relevanti.", "U għaliex qiegħed ngħid li huma relevanti?", "Dawn huma relevanti mhux għax fihom hemm fejn ma jaqblux mal-Gvern tal-ġurnata; jien mhux dak li jinteressani, imma li wieħed għandu jara l-opinjoni tagħhom fil-kontest tal-kwadru li pprovajt nagħti jien, illi huwa li meta niddiskutu mekkaniżmu fiskali importanti għall-ġustizzja socjali u għall-Erarju tal-pajjiż, bħalma huwa l-income tax, għandna nfittxu li nkunu oġġettivi u professjonali kemm jista' jkun.", "Dawn l- opinjonijiet li semmejt huma relevanti u huwa relevanti wkoll li wieħed jinnota l-emenda ewlenija li ressaq l-Ministru għall-konsiderazzjoni tagħna u li aħna qed niġu mitlubin illi napprovaw.", "X'inhi l-emenda, Mr Speaker?", "Il-Ministru l-bieraħ spjega b'mod ċar biżżejjed, imma naħseb illi tiflaħ li wieħed jirrepeti anke fi kliem tiegħi li m'inix accountant u allura ma nużax il-kliem professjonali u nuża kliem illi forsi iżjed jista' jifhmu kulħadd.", "Il-Liġi ta' l-Income Tax, li ġiet imfassla mill-Partit Laburista, tagħti d-dritt lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li ma jaċċettax ir-return li jagħmillu taxpayer, sew jekk ikun individwu u sew jekk tkun soċjeta', u minflok joħroġ dak illi l-liġi ssejjaħlu l-best of judgement assessment, jiġifieri l-aħjar fil-ġudizzju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u mhux l- aħjar tal-ġudizzju ta' xi alla.", "Il-ġudizzju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni li huwa burokratiku, amministrattiv u wieħed professjonali qed jaġixxi f'isem is-soċjeta', imma huwa wkoll xi ħaġa li tista' ma tkunx korretta.", "Allura l-Leġislatur illi ddraftja din il-liġi ħaseb biex jagħmilha ċara li meta l-Kummissarju jkun qed jeżerċita din id-diskrezzjoni qawwija tiegħu - u kull diskrezzjoni hija perikoluża, mhux għax ikun hemm min jabbuża minnha, kull diskrezzjoni fil-piż tagħha u fir-responsabilita' tagħha hija perikoluża għal min qed jeżerċitaha aħseb u ara għal min jista' jintlaqat minnha - ikun hemm żewġ salvagwardi, l-ewwelnett is-salvagwardja li qiegħed hemmhekk f'kull soċjeta' demokratika, is-separazzjoni bejn l- Eżekuttiv u l-Judiciary.", "Hawn Malta m'għandniex is-separazzjoni bejn il-Leġislattiv u l-Eżekuttiv imma qegħdin fis-sistema fejn it-tnejn huma mħalltin, imma s-separazzjoni bejn l-Eżekuttiv - flimkien mal-Leġislattiv - u l-Judiciary qegħda hemmhekk.", "Kulħadd għandu d-dritt imur quddiem il-Qorti u jitlob redress, jekk iħoss illi l-Amministrazzjoni ma mxietx tajjeb miegħu.", "Mela dak huwa dritt demokratiku li qiegħed hemmhekk b'mod li wieħed jista' jmur quddiem il-Qorti u jekk ma tkunx sodisfatt jista' jmur quddiem il-Qorti ta' l- Appell fejn ikollu jaċċetta dak illi jkun ġie deċiż.", "Espressjoni li nixtieq nissottolinea hija li wieħed irid jaċċetta dak li ġie deċiż mill- Qorti indipendenti fis-sistema demokratika illi nħaddnu aħna.", "Mela dik hija safeguard li mhux qegħda hemmhekk għax il-Gvern irid jagħtiha imma tagħtiha s-sistema demokratika tagħna.", "Il-protezzjoni kontra d- diskrezzjoni l-iżjed diretta li ħaseb għaliha l-leġislatur Laburista - għalkemm imbagħad kien hemm il-Kamra illi approvat, bħal dejjem - biex tipproteġi xi ftit kontra d-diskrezzjoni tal-Kummissarju tal-Taxxi Interni, il-best of judgment assessments - 'l hekk imsejħa ex officio - kienet illi qabel jasal għad-deċiżjoni tiegħu, il-Kummissarju huwa obbligat illi jitlob jew jeżamina - jekk ma jressquhomlux - il-kotba tan-negozju - jekk dak li jkun iżomm kotba tan-negozju - tat-taxpayer li kontra tiegħu qegħda toħroġ il-best of judgment assessment.", "Mela l-liġi kienet qegħda tgħid: Int bħala Kummissarju tat-Taxxi Interni li qed taġixxi f'isem l-Amminis- trazzjoni, tista' ma taċċettax - permezz ta' section 62 - id-dikjarazzjoni illi jagħmel taxpayer dwar kemm qala' f'xi sena partikolari u toħroġlu kont inti, imma biex tagħmel hekk trid, qabel xejn, teżamina l-kotba tan-negozju tiegħu u jekk ma jagħtihomlokx hu trid tibħat għalihom inti.", "Mela barra li l-liġi tgħid ċar li jista' jsir l-appell quddiem l-iSpecial Board of Appeal taħt il-liġi stess, u barra li jistgħu jsiru l-appelli fil- Qrati tagħna kif fissirt iżjed qabel on points of law, il-liġi hija ċara.", "U għalfejn hija ċara?", "Hija ċara biex tissalvagwarda lit-taxpayer li kontra tiegħu se tiġi wżata din id-diskrezzjoni tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni.", "Din il-Ministru m'għandux jidħol fiha u naħseb li kull ministru li kien hemm qabel u l-Ministru li hemm issa ma jidħlux fl-eżerċizzju ta' din id- diskrezzjoni.", "Mela, din is-salvagwardja qegħda hemmhekk b'mod ċarissimu.", "Imma barra minn hekk, imbagħad fil-liġi, bħalma teżisti f'diversi liġijiet oħra, hemm xi ħaġa oħra li ddaħħal il-prinċiċju li jekk jgħaddi ċertu żmien - u f'dan il-każ iż-żmien huwa tmien snin - u dak li jkun ma jkunux ittieħdu passi kontra tiegħu jew ma jkunx ħareġ assessment dwaru, il-qagħda tiegħu tkun li l-Kummissarju jkun waqa' fil-preskrizzjoni u ma jkunux jistgħu jittieħdu ebda passi kontra dak li jkun.", "Hawnhekk bħalma għidt f'okkażjonijiet oħra, rrid ngħid mill-ewwel, Mr Speaker, li dan il-prinċipju tal-preskrizzjoni, jiena mhux sempliċement ma naqbilx miegħu imma ma nifhmux.", "Jien ma nistax nifhem kif jekk tagħmel nuqqas illum, dak in-nuqqas għax igħaddi ż-żmien jiġi qisu ma jeżistix.", "Jien ma nifhimx kif jekk qtilt illum u ma nqbadtx għal numru ta' snin, tkun qisek ma qtiltx u jekk inti sraqt illum u ma nqbadtx għal numru ta' snin, qisek ma sraqtx.", "Jekk inti ma bgħatx return tajjeb ta' l-income tax u qarraqt bis-soċjeta' - u mhux bil-Kummissarju tat-Taxxi Interni, bil- Ministru jew bil-Gvern tal-ġurnata - u ma ġralek xejn għax laħqu għaddew tmien snin u qisu ma ġara xejn, din hija xi ħaġa li la nifhimha u lanqas naqbel magħha.", "Xi ħadd jista' jgħidli għaliex m'għamilt xi ħaġa dwarha fil-perjodu li kont xi awtorita' jew kont Ministru, ladarba qatt ma fhimtha jew qbilt magħha.", "Jien jiddispjaċini li personalment m'għamiltx xi ħaġa dwarha u ma nagħmel l-ebda apoloġija għalija nnifsi, imma ngħid li kont wieħed mill- ħafna li qatt ma pproponew li ssir xi ħaġa dwarha.", "Pero' xorta waħda su due piedi hawnhekk ngħid li mhux ma nifhimhiex, imma ma naqbilx magħha.", "Ma nistax nifhem kif lanqas gomma m'għandek bżonn biex tħassar dnub fiskali, aħseb u ara dnub kriminali, għalkemm issa m'aħniex qed nitkellmu fuq kriminalita' imma fuq liġi fiskali.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nippropon li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Lino Spiteri jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nirrin-grazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Kont qed ngħid li ma nifhimhiex, imma l-preskrizzjoni qegħda hemm.", "L-isfond ta' dan li qed niddiskutu huwa li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni kien ħareġ best of judgement assessments imma ma mexiex skond il- provvediment tal-liġi għax ma bagħatx għall-kotba tan-negozju ta' dawk li ħareġ il-best of judgement assessment kontra tagħhom - u qed nitkellmu fuq żewġ każijiet - u meta dawk it-taxpayers in kwestjoni marru quddiem il- Qorti, rebħu l-każ tagħhom.", "L-ewwel intrebaħ wieħed, imbagħad intrebaħ ieħor u wara kien hemm il-każ speċifiku ta' Licari kontra l-Kummissarju tat-Taxxi Interni, fejn Licari rebaħ il-każ fl-appell ukoll.", "Mhux talli hekk, talli fl-appell il-Qorti ġġudikat il-best of judgement assessment li nħariġlu bħala null and void, qisu qatt m' eżista.", "Dak ifisser eżatt dak li spjega l-Ministru l-bieraħ, li mhux biss il-Kummissarju tat-Taxxi Interni kellu jirtira l-best of judgement assessment li għamel hu qisu qatt ma sar imma jekk kemm-il darba għaddew, jew se jkunu għaddew tmien snin minn meta ntbagħat ir-return oriġinali, lanqas se jkollu d-dritt li jieħu passi, fis-sens illi joħroġ return, jibgħat kont fuq dak illi ddikjara it- taxpayer innifsu.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Il-Gvern qiegħed igħid li din hija xi ħaġa illi tipperikola l-abilita' tal-Gvern li jiġbor revenue to the extent li qed nitkellmu fuq ċertu revenue kopert hawnhekk għax il-kont li ħareġ l-Kummissarju tat-Taxxi Interni according to his best judgement daqslikieku ma ħareġ xejn.", "Skond il-Ministru mhux dak biss se nitilfu imma se nitilfu wkoll bħala socjeta', qed jgħid il-Minstru, il-ħlas dovut fuq dak li ddikjara t-taxpayer innifsu, li hu każ wieħed.", "Imma t-tħassib tal-Gvern huwa illi ġaladarba hemm dan il-pilote case, issa jista' jkun hemm każi oħra quddiem il-Qorti u jintrebħu għax hemm il- preċedent - qegħda tinbena il-case law - u allura mhux sempliciment se jitlef ir-revenue li kien qed jikkalkola li jdaħħal mill-każ ta' Licari - Licari huwa isem u mhux importanti għall-argument, huwa importanti bħala l- catalyst li fuqu joqgħod l-argument tagħna - imma se jitlef r-revenue minn kull każ simili, fejn il-Kummissarju ma jkunx bagħat għall-kotba ta' dak li jkun u għaddew jew kważi għaddew it-tmien snin tal-preskrizzjoni.", "Allura qiegħed jiġi propost illi sa l-aħħar tas-sena li għaddiet dan l-obbligu fuq il-Kummissarju tat-Taxxi Interni - biex joħroġ best of judgement assessment jibgħat jew jeżamina, jekk jagħtihomlu, u jekk żammhom naturalment il-kotba tat-taxpayer - ma kienx qiegħed hemmhekk.", "U qed jagħmel dan b'effett retroattiv biex allura jaqbeż id-deċiżjoni tal-Qorti fil-każ ta' Licari daqslikieku kienet null and void, u dawk kollha li qegħdin fil-borma sad-data li qiegħed jindika l-Ministru, jibqgħu fil- borma.", "Huwa dan li minnu joħorġu żewġ emendi oħra u dan huwa li qed jiġi kritikat.", "Ġie kkritikat mill-Malta Institute of Accountants, ġie kkritikat mit-tax lawyer Dr Antoine Fiott u issa nirreġistra li ġejt informat waqt li qiegħed nitkellem li ġie kkritikat ukoll mill-Federation of Industries illi llejla ħarġet stqarrija, pero' li x'ħin qomt nitkellem ma kontx naf biha.", "Jien ngħid li qiegħed jiġi kkritikat ġustament - m'aħniex ngħidu illi t- taxpayer m'għandux iħallas taxxa, m'aħniex ngħidu li l-Kummissarju tat- Taxxi Interni m'għandux jagħmel best of judgement.", "Kemm ikkritikawna fil- passat u kemm ġie politicizzat u lanqas dak ma rrid noqgħod nerġa' nsemmi għaliex semmejtu fil-bidu.", "Il-Kummissajru tat-Taxxi Interni għandu jkollu l-dritt li joħroġ best of judgement assessment, imma għandu jkollu l- obbligu li jimxi skond il-kawtela li tipprovdilu l-liġi minħabba li qiegħed iwettaq diskrezzjoni.", "Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni mhux talli ma jeżercitahiex din il-kawtela - u hawn dan qed nitkellmu fuq perjodu ta' tmien snin, tliet snin taħt l-Amministrazzjoni Socjalista u ħames snin dan l-aħħar - imma x'ġara fit-taħlita ma nistgħux inkunu nafu aħna u lanqas għandna għalfejn nitolbu biex inkunu nafu.", "Il-Ministru qed igħid li hekk probabbilment ġara qabel ukoll.", "Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni - forsi proprju għax il-Ministri ma tantx jindaħlulu u jien fl-20 xahar li għamilt żgur li qatt ma ndaħaltlu u ma naf bl-ebda Ministru la ta' qabel jew ta' issa li ndaħallu - mhux talli ma wettaqx l-obbligu li timponilu l-liġi f'section 62, talli meta t-taxpayer ġibidlu l-attenzjoni illi ma mexiex skond il-liġi, ma accettax il-kummenti u r-rappreżentazz-jonijiet li għamillu t-taxpayer u mar quddiem il-Qorti, u meta l-Qorti ma aċċettatx l- argumenti tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni, il-Kummissarju baqa' jsostni l- pożizzjoni tiegħu u baqa' sejjer quddiem il-Qorti ta' Appell fejn tilifha fil-kontest li issa għandna din id-decizjoni illi mhux talli tilifha, imma talli dawk l-assessments kienu ddikjarati null and void daqslikieku qatt ma ħarġu u minħabba f'hekk jekk kemm il-darba ma tgħaddix din l-emenda, tidħol il-preskrizzjoni u jintilef anke d-dritt li jinħareġ assessment fuq dak li jiddikjara t-taxpayer stess.", "Jien ikolli nirreġistra li ġaladarba l-Kummissarju tat-Taxxi Interni - u dan m'għandux x'jaqsam mal-Gvern imma għandu x'jaqsam mad-dipartiment - fil-kapaċita' burokratika tiegħu - u jien mhux qed ngħid għalih personalment - ma mexiex ma' l-obbligi li tqiegħed fuqu l-liġi - u żgur illi ma jistax isib xi direzzjoni politika li qaltlu biex ma jimxix hekk - u ladarba kien daqstant short-sighted illi jaf illi ma mexiex ma' l-obbligu li tagħtih il-liġi u qagħad imur il-Qorti biex forsi jieħu raġun minn hemmhekk u l-Qorti għal darba darbtejn ma tatux raġun, imbagħad deher quddiem il-Qorti ta' l- Appell...", "Meta għandna din is-sitwazzjoni kollha, b'liema kuxjenza u oġġettivita' nistgħu aħna minn dan il-Parlament ma ngħarfux illi huwa ġust illi qed jiġi kkritikat il-fatt illi ma jkunx korrett illi tgħaddi minn dan il-Parlament emenda li taqbeż id-deċiżjoni tal-Qrati u mmorru għal sitwazzjoni daqslikieku dik id-deċiżjoni ma ngħatatx?", "Ikollna ngħarfu li m'għandniex nagħmlu hekk.", "U meta ngħid illi jkollna ngħarfu li m'għandniex nagħmlu hekk, inkun qed ngħid li tista' ssir kritika politika dwar il-fatt illi fil-passat - anke fil-passat taħt Gvern Laburista - kien hemm każi fejn dan il-mekkaniżmu leġislattiv ġie wżat to bypass deċiżjoni tal-Qorti.", "Imma jekk wieħed igħid illi sar ħażin meta sar hekk, allura jekk issa ngħaddu din il-liġi nkunu qed nagħmlu tajjeb?", "Jien ngħid illi ma nkunux qed nagħmlu tajjeb.", "Jien ngħid illi m'għandniex nagħmlu hekk, u ngħid illi għandna nibqgħu nisħqu fuq id-dritt tal-Kummissarju li jibqa' joħroġ ex offiċio, ngħid illi għandna nisħqu li m'għandux ikun hemm evażjoni - u ma jistax ikun illi taċċetta bħala Amministrazzjoni, r-return illi jibgħat kull taxpayer u għalhekk għandu jibqa' d-dritt tal-best of judgement - u ngħid illi s-salvagwardi li tagħti l-liġi lit-taxpayer għandhom jibqgħu hemmhekk u għall-bżonn jiġu msaħħa imma ngħid ukoll illi m'għandniex immorru lura u ndaħħlu r-retroattivita', daqslikieku l-Qrati ma tkellmux dwar dan il-każ ta' preċedent illi kellhom quddiemhom, għax issa aħna qed ngħaddu din il-liġi minn dan il-Parlament.", "Jien ngħid illi dawk illi kkritikaw dan l-aspett illi qed jersaq hawnhekk, għandhom raġun u nistieden lill-Ministru biex dan jagħrfu u ma jkomplix miexi b'din il-proposta tiegħu.", "Ladarba għidt hekk, Mr Speaker, nerġa' nasal għall-punt tiegħi personali - għalkemm hawnhekk qiegħed nitkellem għall-Oppożizzjoni - li żgur huwa punt ġenerali, li għandna nipproteġu.", "Aħna għandna naħdmu kontra l- evażjoni u għandna nenfasizzaw li dak kollu li jista' jiġbor il-Gvern li hu ġust u xieraq, għandu jiġbru.", "Imma fl-opinjoni personali tiegħi, żgur li m'għandniex inħallu l-bluha tal-preskrizzjoni tgħin lil xi ħadd, hu min hu, ħalli jaħrab mill-piż ġust li għandu jħallas fil-forma ta' taxxa.", "Allura hawnhekk ma naqbilx iżjed ma' dik il-parti tal-kritika li saret fl- istatements li saru u ma naqbilx, per eżempju, ma' dak li kiteb Dr. Antoine Fiott f'dan ir-rigward.", "Mela qiegħed ngħid b'mod ċar ħafna - għax ma rridx ekwivoku fuqha - li ma naqbilx li għandna naqbżu d-deċiżjoni tal-Qrati imma għandna nsostnu l-ex officio minkejja li l-Kummissarju ma ħariġhomx skond il-liġi.", "Jien ngħid li jekk kemm-il darba naċċettaw l-argument li minħabba l-preskrizzjoni lit- taxpayer - hu min hu, mhux qed ngħid għal Licari - lanqas biss jistgħu joħorġulu kont fuq il-bażi ta' dak li ddikjara hu, imbagħad inkunu qegħdin naċċettaw li s-soċjeta' kollha kemm hi jew it-taxpayers kollha tal-pajjiż, iħallu li wħud minnhom jibqgħu għaddejjin lixxi.", "Dawk in-nies li r-return tagħhom ġie aċċettat u ħallsu t-taxxa ...", "Hemm min jiġi mitlub li jħallas Lm3 meta għandu 90 sena.", "Hemm romol li meta żżurhom igħidulek: Kif jien inħallas u dak ma jħallasx?", "Imma dawn iridu jħallsu għax hekk titlob is-soċjeta'.", "Pero' issa se niġu fis- sitwazzjoni li hemm min iħallas it-taxxa u mbagħad hemm uħud li minħabba l-preskrizzjoni lanqas biss iħallsu t-taxxa fuq il-parti li jiddikjaraw huma.", "Hawnhekk allura I part company ma' dawk li kkritikaw lill-Gvern f'dan ir-rigward u ngħid li s-soluzzjoni qegħda quddiemna stess għaliex meta l-Ministru ressaq dan l-Abbozz, ressaq żewġ emendi oħra.", "Meta issa taħt section 63 il-Kummissarju tat-Taxxi Nterni jeżerċita d- dritt tiegħu li joħroġ additional assessment, jiġifieri jkun ħareġ kont u mbagħad joħroġlu kont ieħor - ma nafx għalfejn tiġri din is-sitwazzjoni, imma wieħed jifhem illi jista' jkun hemm informazzjoni ġdida - jekk dak li jkun ikun resaq quddiem il-Board of Special Commissioners biex jipprotesta kontra l-additional assessment li ħariġlu, imma ma jippreżentax lill- Kummissarju tat-Taxxi Interni l-business records tiegħu fi żmien 30 ġurnata minn meta jibda jinstema' l-appell, allura dak jitlef il-każ tiegħu.", "Dik hija emenda li nifhem għaliex saret u naqbel magħha.", "Jien qiegħed ngħid li l-ewwel proposta għall-emenda li għamel il-Ministru, jiġifieri li naqbżu l-ħajt tad-deċiżjoni tal-Qorti li l-assessment li ħareġ on a best of judgement basis fil-każ ta' Licari versus il-Commissioner of Inland Revenue - u allura f'każijiet oħra li setgħu kienu jixbħuh fit-tmien snin li għaddew - jitqies daqslikieku qatt ma seħħ - emenda li qiegħed ngħid li m'għandhiex isseħħ - hemm is-soluzzjoni għaliha fit-tielet u l-aħħar emenda illi għandna quddiemna.", "U din hija l-emenda għal artiklu 71.", "Id-Dipartiment lill-Ministru ġibidlu l-attenzjoni - u tah raġunijiet validi li m'inix se noqgħod naqrahom għax il-karta li għandi quddiemi hija tal-Ministru, imma jien qrajthom għas-sodisfazzjon tiegħi - li jista' jkun hemm xi implikazzjonijiet mis-sentenza li qed nirreferu għaliha, u għamillu proposta li fejn ikun hemm assessment li jkun dikjarat bħala null and void mill-Qrati, fi żmien sena mid-deċiżjoni finali - jiġifieri mill- Qorti ta' l-Appell jekk dak li jkun ikun mar l-Qorti ta' l-Appell - id- Dipartiment ikollu d-dritt li joħroġ kont ġdid lit-taxpayer, ibbażat fuq dak li jkun iddikjara t-taxpayer innifsu, anke jekk kemm-il darba dak li jkun iddikjara t-taxpayer innifsu jkun waqa' fil-preskrizzjoni, jiġifieri jkun ġie statute barred.", "Mela hawnhekk qegħdin igħidulu biex f'dak il-każ ma jagħtix kas tal-prinċipju jew il-mekkaniżmu - ma nafx x'tgħidulu intom l- avukati - tal-preskrizzjoni, imma jagħti d-dritt lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li joħroġ kont fuq il-bażi ta' dak li ddikjara t-taxpayer innifsu.", "Jien ngħidlu li naqblu ma' din l-emenda allavolja tikser il-preskrizzjoni.", "Dr Antoine Fiott bħal kull min tkellem s'issa, għalkemm forsi b'mod l- iżjed argumentat, argumenta kontra l-ksur tal-preskrizzjoni, imma anke hu uża l-argument li \"apart from legalistic issues, these changes raise questions of fairness and justice.\".", "Anke aħna, bħala Parlament, irridu nħarsu lejn fairness and justice u mhux lejn l-aspetti legalistiċi biss.", "Minkejja l-aspett legalistiku tal-preskrizzjoni, li in any event jien personalment ma naqbilx miegħu, tajjeb li l-Kummissarju jiġi mogħti d- dritt li jekk kemm-il darba jkun hemm deċiżjoni li permezz tagħha niġu f'din is-sitwazzjoni, minkejja li jkun għadda ż-żmien tal-preskrizzjoni, joħroġ kont fuq il-bażi ta' dak li ddikjara t-taxpayer.", "Hawnhekk qegħda s- soluzzjoni.", "Jekk kemm-il darba wieħed irid jimxi 'l quddiem mingħajr polemika bla ħtieġa, jekk kemm-il darba wieħed jagħraf li aħna qed ngħidu li m'aħniex nippolitiċizzaw din id-diskussjoni waqt li qed nagħmlu l-qagħda tagħna ċara dwar kif għandu jaħdem dan il-mekkaniżmu ta' ġustizzja soċjali b'mod fair, b'mod li ma jħallix evasion, dan huwa l-mezz li bih jimxi 'l quddiem.", "Jiġifieri ma ndaħħlux l-ewwel emenda li teqred għal kollox id-deċiżjoni tal- Qorti ta' l-Appell u dak li joħroġ minnha fil-każ ta' Licari versus il- Commissioner of Inland Revenue imma ndaħħlu l-aħħar emenda li hemm proposta, jiġifieri l-emenda għal section 71.", "Jien naħseb li dik hija l- qagħda li għandna nieħdu, dik hi l-qagħda li tkun ekwa għal kulħadd, ekwa għat-taxpayer u għas-soċjeta' in ġenerali.", "Dik hija qagħda li ma tkunx qagħda politika.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru jgħaddi għall-winding up", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, naturalment wieħed irid jagħmel ftit kummenti fuq il-kummenti kemm xejn politiċi u politiċizzati li għamel l- Onor. Spiteri fuq l-income tax, fuq ir-reazzjonijiet tal-Gvern preżenti vis- a-vis l-income tax, anke fil-passat, u morna lura fl-istorja wkoll.", "Nixtieq nagħmel daqsxejn ta' resume' u nwieġeb fi ftit ħin il-kummenti li saru.", "Issemmiet l-income tax u kemm din it-taxxa hija taxxa ġusta, kemm għandha tkun hemm, u semmew ukoll il-fatt li l-Partit Nazzjonalista fl-1971 kien wiegħed - u hawn qed nitkellmu fuq 21 sena ilu - it-tneħħija ta' l-income tax.", "Naturalment irridu nikkonsidraw kollox, anke inizjattivi bħall-income tax fil-kontest sħiħ tagħhom, mhux biss fil-kontest fiskali jew fil-kontest soċjali, imma wkoll fil-kontest ekonomiku sħiħ.", "Kull faċċata ta' kwestjoni għandha impor-tanza kbira, pero' ma nkunux qegħdin nagħmlu ġustizzja ma' kwalunkwe diskussjoni fuq kwalunkwe inizjattiva, tkun xi tkun, jekk ma nipprovawx inħarsu mill-faċċati kollha tagħha.", "It-taxxa ta' l-income għandha dawn il-faċċati kollha, għandha l-faċċata fiskali li minnha din it- taxxa l-Gvern irid jiġbor il-flus, u għandha l-kontest soċjali illi hija mekkaniżmu li biha l-Gvern jeżerċita l-funzjoni ta' ġabbar ta' flus skond il-livelli soċjali u ta' saħħa ekonomika ta' l-individwu biex imbagħad dawk il-flus ikun jista' jużahom kemm għall-ammin-istrazzjoni tiegħu kif ukoll għal programmi u inizjattivi soċjali ta' investiment illi jkollu jagħmel.", "Pero' tibqa' l-mistoqsija ta' kemm hi ġusta din it-taxxa illi tant konna naħsbu u konna ngħidu illi hija taxxa ġusta.", "Jien nixtieq illi l-appell li għamel l-Onor.", "Spiteri neħduh bis-serjeta' u nipprovaw li dawn it-tip ta' diskussjonijiet nagħmluhom fuq bażi loġika, bażi ta' fatti u mhux fuq bażi emozzjonali jew fuq bażi ta' preġudizzju.", "Qed igħidulna li din it-taxxa tieħu mingħand dak li jkun skond il-mezzi tiegħu.", "Fuq il-karta l-income tax hija taxxa ta' ġustizzja soċjali kbira imma meta mill-karta tiġi għall-prattika, nafu illi r-realta ' hija ħafna u ħafna 'l bogħod mit-teorija.", "Dan ma bediex isir illum jew inkella jsir f'pajjiżna biss, imma ilu jsir minn dejjem u jsir kullimkien.", "Ir-realta' hija li meta wieħed iqis dawk it-taxxi diretti, dawk illi fit-teorija għandhom iħallsu l-aktar huma n-nies illi jew għax għandhom possibilitajiet akbar jew jafu iktar jew għandhom il-mezzi biex jikru l-aħjar imħuħ illi jagħtuhom il-pariri ta' kif iħallsu l-anqas, fil-fatt jispiċċaw biex iħallsu l-inqas, l-iktar meta wieħed jipparaguna dak illi jħallsu ma' dak li fil-fatt jaqilgħu.", "Hawn nasal biex naqbel mal-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Lino Spiteri, illi qal li rridu nassiguraw illi jkun hemm ġustizzja fl- implimentazzjoni tat-taxxa fuq l-income.", "Ma' dan naqblu lkoll.", "Il-Partit Soċjalista kif ipprova jagħmel ġustizzja meta kien fil-gvern?", "Il-Partit Soċjal-ista pprova jagħmel ġustizzja billi ħareġ pataflun ta' ex officio u best of judgement assessments.", "Dawn huma l-inizjattivi li ħa ħafna snin ilu.", "Din il-liġi mhijiex intiża fuq dak li ġara fl-aħħar tmien snin għax fuq dak iż-żmien m'għandniex problema u barra minn hekk għada jistgħu jinħarġu assessments ġodda oħra.", "Il-problema li għandna quddiemna llum hija ġenerata fuq il-pataflun ta' ex officio assessments illi ħarġu qabel l- 1985, għaliex dawk l-ex officio assessments qed jagħtuna l-problema illi niġbru l-flus fuqhom għax ma nistgħux nibagħtu assessment ġdid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Naħseb li l-Ministru mhuwiex eżatt f'dak li qed igħid.", "Dawn jirreferu għall-assessments li ħarġu qabel dawn l- aħħar ħames snin u mhux għall-assessments li ma ħarġux f'dawn l-aħħar ħames snin, għax jekk jirreferu għall-perjodu ta' qabel, jiġifieri għalqu tmien snin imma ħarġu l-bieraħ, il-problema qegħda hemm.", "Mela din mhix kwestjoni ta' likwidazzjoni ta' assessments li ma sarux f'dawn l-aħħar ħames snin, imma ta' dawk li jirreferu għal żmien qabel.", "Jiġifieri l- bieraħ seta' ħareġ assessment li jirreferi għal tmien snin ilu, u jekk dak l-assessment jiġi annullat, ma tistax toħroġ ieħor.", "U f'dawn l-aħħar ħames snin ħarġu assessments, u dawn ħarġu bl-istess manjiera.", "Mela l- Ministru mhuwiex eżatt meta jgħid li dan qed jirreferi għal xi ħaġa li saret qabel ħames snin ilu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, jien qed ngħid li l-problema li ffaċċjajna b'din is-sentenza li ngħatat fil-Qorti hija problema fuq snin ta' assessments li ħarġu qabel l-1985.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li ma stajtx insegwi t-trend li uża l-Onor.", "Spiteri.", "L-Onor.", "Spiteri qed igħid lil din il-Kamra li l-Leġislatur - u qagħad attent biex jisepjegalna li l-Leġislatur kien Laburist - tant kien ħaseb biex jipproteġi lit-taxpayer, li għamel provvediment fil-liġi biex jassigura li qabel joħroġ best of judgement assessment, dawk il-best of judgement assess-ments ikunu saru wara li jintbagħtu għall-kotba.", "Allura hawnhekk, skond l-Onor.", "Spiteri, irridu nifhmu kemm l-Amministrazzjoni Soċjalista, meta abbozzat il-Liġi fl-1948, ħasbet li jkun hemm din il- protezzjoni għat-taxpayer.", "Pero' kienet l-Amministrazzjoni Soċjalista wkoll li ġiet taqa' u tqum għal kollox minn dan il-provvediment u ħarġet, kif għidt qabel, dan il-pataflun ta' ex officio assessments li they clogged is-sistema ta' l-inland revenue kompletament u għadna qegħdin nitħabtu sal-lum biex nipprovaw insibu soluzzjoni ta' kif amministrattivament nistgħu neħilsu minn dawn il-problemi kollha.", "Allura nagħmlu ħażin illi waqt illi minn naħa ngħidu li rridu noqogħdu attenti biex ma nippoliticizzawx din il-liġi, mill-banda l-oħra nippoliticizzawha kompletament bil-mod li nitkellmu.", "Bilkemm ma rridux ngħidu li l- Amministrazzjoni Soċjalista kienet moħħha fit-taxpayer u llum, jaħasra, l- Amministrazzjoni Nazzjonalista mhix qegħda tagħti kas tad-drittijiet tat- taxpayer!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, li għidt jiena kien illi l-liġi hija ġusta, basta titħaddem b'mod ġust.", "Jiena għidt ukoll illi fi żmienna, skond il-liġi kien hemm is-sistema ta' l-ex officio assessments, kien hemm direttivi li kienu esaġerati - u din għidtha jien u mhux il-Ministru - u għidt ukoll li kien hemm impjegati fid-Dipartiment illi apposta abbużaw minn dawk id-direttivi biex jittorpedinaw lill-Gvern Laburista.", "Dawn kienu impjegati Nazzjonalisti li għamlu hekk biex igħinu lill-Partit Nazzjonalista u mhux lill-Partit Soċjalista.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien smajt dak kollu li reġa' rrepeta l-Onor.", "Spiteri, pero' smajt ukoll l-enfasi illi għamel fuq kemm kienet ċara kristall il- liġi rigward il-punt li l-Kummissarju jrid jibgħat għat-taxpayer u jitolbu l-kotba qabel ma joħroġ best of judgement assessment.", "Imma jiena nistaqsih: Jekk il-liġi kienet daqshekk ċara, għalfejn ma mxewx magħha fi żmien l-Amministrazzjoni Soċjalista?", "Huwa faċli tgħid li l-impjegati riedu jittorpedenaw lill-Amministrazzjoni u li riedu jivvessaw għalxejn.", "Jien sal-lum għadni nisma' lit-taxpayers u lill-accountants tagħhom iżeffnu fin- nofs il-vessazzjoni u allaħares noqgħod nieħu l-attitudni illi ngħid li dawn it-tip ta' vessazzjonijiet - u nista' ngħid li kultant l-affarijiet li nisma' dwar kif jiġu trattati ċerti problemi, issues u policies huma redikoli - jagħmluhom biex jipprovaw jittorpedinaw l-Amministrazzjoni li għandna llum.", "Ma naħsibx li l-instructions biex joħorġu dawn l-ex officio assessments ivvintahom il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, imma kienet deċiżjoni politika, u għalxejn niġu hawn u nipprovaw neskolpaw irwieħna minn din ir-responsabilita'.", "Il-mezz kif il-Partit Soċjalista pprova jara illi l-amministrazzjoni tat-taxxa tkun ekwa - u jien naqbel ma' dan il- konċett fih innifsu, għax hekk għandu jkun - kien illi joħroġ dawn l-ex officio assessments, pero' ħariġhom b'mod illi ħoloq problemi li llum qegħdin niffaċċjaw l-illegalita' tagħhom.", "Dik hi l-problema.", "Jiena wkoll qed nipprova, bħala Ministru tal-Finanzi, nattakka din il- kultura li hawn fil-pajjiż, li wieħed jipprova jevadi t-taxxa.", "Jiena qed nipprova nagħmilha b'mod ieħor għaliex il-kritika tibqa', u llum ukoll qed niffaċċjaw kritika.", "Jien qed ngħid illi mill-1 ta' Settembru li ġej kull min jimporta affarijiet, sew jekk hi materja prima, u sew jekk hi importazzjoni biex tinbigħ, irid jagħmel in-numru tat-taxxa tiegħu fuq il- formola tad-Dwana.", "Dan se jkun effettiv mill-1 ta' Settembru.", "U diġa' beda jkollna complaints miċ-Chamber of Commerce u mill-Federation of Industries.", "Ma nerġax ngħid inkubu, imma ngħid il-fissazzjoni li teżisti illi dawn l-entitajiet jikkritikaw lil naħa waħda biss.", "Dawn jikkritikaw lil kull min b'xi mod jattakka l-mod kif jaħsbu huma.", "Jien ma naħsibx bħalhom.", "Daqskemm ikkritikawni l-Federation of Industries fil-ħames snin li għaddew fuq il-policy ta' l-industrija!", "Illum ma rridx naqbad fuq dan id-debate imma rajna kif għadna ma fhimniex eżattament x'qed nipprovaw nagħmlu f'dan il-pajjiż f'dak is-settur.", "Forsi jkolli okkażjoni nitkellem fuqu f'Aġġornament illi sħabi forsi jisilfuni iktar 'il quddiem.", "Il- Fereration of Industries illum ħarġet ukoll stqarrijiet fuq dan il- provvediment, illi rridu li n-numru tat-taxxa jidher fuq il-karta tad- Dwana.", "Naturalment ir-raġunijiet tal-Federation of Industries huma għaliex min se jimporta se jkollu ħafna kopji ta' l-identity card illi se jkunu provduti f'idejn il-burdnara.", "Għax donnu kulħadd għandu xi mitt ruħ jirtirawlu l-affarijiet mid-Dwana!", "Ir-raġunijiet tac-Chamber of Commerce illi wkoll instemgħu fuq ir-radio kienu li dan m'għandux ikun għaliex issa din l-informazzjoni se tkun f'data base, u s-segretezza ta' l-affarijiet mhix se tibqa'.", "Fl-antik id-data base setgħet tinġabar biss bil-pinna għax il-pinna biss kien hawn pero' d-dokumenti xorta kienu filed f'post taħt il-kura tad-Dwana.", "Illum id-data base se tkun elettronika, u se tkun miġbura mod ieħor fl-istess dipartiment tad-Dwana.", "Ir-raġuni vera la hi confidentiality u lanqas hija għaliex se jkollhom ħafna identity cards jiġru.", "Ir-raġuni vera hija li min kien jevadi t-taxxi, issa se jkollu mezzi inqas biex jevadi.", "Jien ngħid li dan hu mod realistiku li bih qed nipprovaw nattakkaw din il-problema li teżisti fil-pajjiż u j'Alla jirnexxielna, mhux għal-lum, imma għall-futur.", "Għax jekk indaħħlu din il-kultura li kulħadd irid jifhem li sehemu jrid jagħtih, dan ikun importanti.", "Huwa mportanti li nifhmu dan is-sens ta' dmir li għandna lejn xulxin.", "L-Onor.", "Spiteri qalilna li għad hawn min jevadi t-taxxa.", "Veru li għad hawn evażjoni tat-taxxa, imma nerġa' nirrepeti li kienet minn dejjem.", "Xi tliet budgets ilu konna naqqasna r-rata tat-taxxa fuq il-bands li n-nies iħallsu t-taxxa fuqhom.", "Dan l-eżerċizzju kien sar għall- year of assessment 1986 u jekk m'inix sejjer żball fl-1986 kien hemm 60 ruħ biss f'Malta li ddikjaraw li jaqilgħu iktar minn Lm15,000.", "Mela nsemmu biss l-evażjoni li hemm illum, għandna ngħidu li l-evażjoni kienet teżisti minn qabel u dawn il-fatti naċċettawhom.", "Meta sar dan l-eżerċizzju ma sarx fuq id-dikjarazzjonijiet tat-taxpayers, imma sar wara l-ex officio assessments.", "Dan juri kemm hi kbira l-problema, u rridu naraw x'inhu l- aħjar kif nattakkawha.", "L-Onor.", "Spiteri tkellem ukoll fuq ir-rati tat-taxxa u semmilna l-minimum u l-maximum points li jridu jkunu wkoll realistiċi.", "Jien ma tantx inħares lejn persentaġġi imma nħares lejn kemm fil-fatt tinċidi t-taxxa fuq l- income ta' l-individwu.", "Aħna rridu naslu f'punt li t-taxxa mhux biss tkun tajba soċjalment, għax inkunu qed naqbdu ħafna iktar nies, imma wkoll tkun tajba ekonomikament li ma tkunx diżincentiv għall-produzzjoni fil-pajjiż.", "Irridu naslu f'punt fejn għandek maximisation ta' dawn l-affarijiet.", "Din hi xi ħaġa delikata kif ukoll soġġettiva, imma rridu naslu f'punt li nekwilibraw.", "Jekk naraw li finalment l-income totali tal-pajjiż se jkun ikbar, għandna nnaqqsu l-maximum PAYE rate ta' taxxi li għandna llum li aħna ngħidulha \"skew\" - il-forma tal-graph ta' min qiegħed iħallas taxxa skond l-income tiegħu - b'tali mod li tkun iktar spostjata lejn il-higher income brackets, mhux neċessarjament fuq the individual payment, imma fuq it-total income li qiegħed jieħu l-pajjiż.", "L-Onor.", "Spiteri, qalilna, per eżempju, li filwaqt li aħna naqqasna l- maximum rate ta' taxxa minn 65% għal 35%, lil ġuvni ħaddiem bdejna nigdmuh mill-ewwel bit-18%.", "Pero' hawnhekk għar-rekord irrid ngħid li veru li t- taxxa tibda titħallas bit-18%, imma huwa veru wkoll li bdilna s-sistema u minflok l-allowances kif konna nafuhom qabel, daħħalna l-konċett ta' tax credit.", "Dan ifisser li t-tnaqqis li qed isir mhux qed isir fuq l-income ta' l-individwu u mbagħad tibda tintaxxah bit-18% fuq il-bilanċ, imma l- ewwel tintaxxah bit-18% fuq kollox bħalma jintaxxa lil kulħadd, imbagħad mill-kont tat-taxxa jnaqqaslu billi jagħtih tax-credits.", "B'dan l- eżerċizzju li għamilna nsibu li llum il-pensjonanti u l-ħaddiem iż-żgħir ma jħallsux taxxa mentri qabel kienu jinqabdu.", "Dik hi r-realta'; is- sistema tbiddlet kompletament u mhux jiġi jgħidilna li qed nibdew nigdmu mill-ewwel bit-18%.", "Irridu nagħtu l-istampa kollha u l-effett sħiħ fuq l- affarijiet kif fil-fatt huma.", "Dwar l-iStock Exchange qalulna li din hija prematura.", "Jien, bir-rispett kollu, ma naqbilx li din hija prematura għaliex provvediment biex jimmotiva azzjoni tieħdu qabel ma ssir l-azzjoni u mhux meta jibda jkun hemm il-kumpanniji kkwotati fuq l-iStock Exchange.", "Jiġifieri trid tieħdu qabel biex tħajjar lill-kumpanniji jikkwotaw l-ishma tagħhom fuq l- istock exchange.", "Qalulna wkoll li hija diskriminazzjoni għaliex ħafna kumpanniji ma jistgħux igawdu minn din l-eżenzjoni.", "Hawn, bir-rispett kollu nerġa' ngħid li ma nistax naqbel ma' dan.", "Ma naqbilx mal-konċett illi jekk tagħmel provvediment, jew se tagħmlu għal kulħadd jew ma tagħmlu għal ħadd għaliex ma rridux indaħħlu l-mentalita' li dan huwa xi servizz socjali illi għandna nagħtuh lil kulħadd.", "Mhux dan hu l-każ.", "Irridu nifhmu x'qegħdin ngħidu.", "Kulma qed ngħidu huwa illi se nagħtu ezenzjoni fuq l-ewwel Lm30 dividend.", "Dan ifisser li jien mhux se nagħti ezenzjoni lil kapitalist.", "Mhux se nagħtu evażjoni lil min għandu kumpannija tiegħu, imma qed nagħtu ezenzjoni lil dak l-investitur iż-żgħir għax eżenzjoni bħal din lil dak tagħmel effett.", "Qed igħidu li din hija inġusta għaliex min għandu l-kumpannija tiegħu mhux se jgawdi minnha, u qed ipoġġu fuq l-istess keffa lil min għandu l-kumpannija jew fabbrika tiegħu ma' l-investitur iż- żgħir.", "Imma rridu nkunu realistici u ngħidu li l-mira hija li l-pubbliku Malti jippartecipa direttament fl-ekonomija Maltija billi jkollu l- facilita' li jinvesti f'shares ta' kumpanniji.", "Il-bieraħ spjegajt li fl- opinjoni tagħna dan huwa tajjeb.", "Fl-opinjoni tiegħi, nerġa' ngħid, dan jincentiva anke lill-kumpanniji lokali biex itejbu l-professjonalita', l- amminis-trazzjoni u l-management tagħhom u biex forsi fl-aħħar neqirdu l- frammentazzjoni li teżisti f'dawn is-setturi fil-pajjiż.", "U nagħmlu tajjeb li nfiehem lill-pubbliku li hemm modi oħra kif tinvesti flusek.", "Jekk trid ikollok Lm100 taħt rasek, mhux bilfors trid tmur il-bank u tpoġġiha hemm biex imbagħad tħalli lill-bank jinvestiha fejn jiddeciedi l-manager.", "Imma tista' tagħmel id-deċiżjoni inti personali f'liema kumpannija trid tinvesti, u r-return tiegħek se jkun imkejjel fuq ir-riskju li int tagħżel biex tieħu.", "Kemm se tieħu riskju?", "Se tieħu riskju żgħir?", "Mela int jekk se tieħu riskju żgħir għandek interess żgħir.", "Se tieħu riskju kbir?", "Allura jekk se tieħu riskju kbir għandek ċans illi jkollok interessi għolja u għandek ċans ukoll tirbaħ fuq il-valur tax-shares illi jkollok.", "MR SPEAKER: Onorevoli skada l-ħin.", "Il-Ministru jibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 15 ta' Lulju fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u Bejjiegħa fit-Toroq - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq il-ħabs.", "F'diversi pajjiżi fl-Ewropa u f'diversi pajjiżi oħrajn, il-ħabs huwa ħafna drabi l-parti minsija tas-sistema legali li jien nħobb insejħilha il-bitħa ta' wara tas-sistema legali.", "U kien għalhekk illi l-Gvern, u sewwa għamel, irratifika l-Konvenzjoni Ewropea tal-ħarsien mit-tortura u trattament inuman u degradanti.", "Bis-saħħa ta' din il-Konvenzjoni, il-kumitat Ewropew imwaqqaf minn din il-Konvenzjoni għandu d-dritt jagħmel żjarat fid-diversi pajjiżi ta' l-Ewropa biex iżur dawk il-postijiet fejn persuna tiġi deprivata mil-liberta' personali tagħha.", "Naturalment l-iktar illi dan il- kumitat iżur huma proprju l-ħabsijiet.", "Is-suġġett tal-ħabs mhuwiex xi ħaġa popolari għax ħafna drabi sfortunatament l-opinjoni pubblika hija iktar preokkupata b'kif għandu jinqabad min jikkommetti reat milli x'għandek tagħmel bil-persuni li jintbagħtu l-ħabs.", "U kull darba li xi ħadd jitkellem dwar titjib fil- kondizzjonijiet tal-ħabs, ikun hemm reazzjoni negattiva ta' l-opinjoni pubblika.", "Issa, aħna fil-Parlament m'għandiex nirrif-lettu biss l- opinjoni pubblika; anzi għandna nkunu pass 'il quddiem mill-opinjoni pubblika nnifisha.", "Fost l-opinjoni pubblika hawn l-idea żbaljata li bniedem li jikkommetti reat mhux biss għandu jintbagħat il-ħabs, imma li l- kondizzjonijiet innifishom tal-ħabs għandhom ikunu kastig ieħor.", "Issa dan huwa l-binarju li fuqu m'għandhomx jimxu l-affarijiet.", "U fil-fatt il- European Prison Rules li kienu ġew kodifikati fl-1987, igħidu car u tond li", "\"Imprisonment is, by the deprivation of liberty, a punishment in itself.", "The conditions of imprisonment and the prison regimes shall not, therefore, except as incidental to justifiable segregation or the maintenance of discipline, aggravate the suffering inherent in this.\".", "Dan huwa l-'punto di partenza' ta' kull min għandu jmexxi ħabs.", "Issa dan il-Gvern għamel diversi affarijiet biex ittejjeb il-kondizzjonijiet fil- ħabs tagħna mhux biss billi bena l-clinic ġewwa l-ħabs innifsu li dalwaqt se tibda tiffunzjona, imma billi għamel anke dak it-titjib li wieħed jista' jikkonsidrah żgħir imma li f'ambjent fejn persuna hija mċaħħda mil-liberta' m'huwa żgħar xejn.", "Per eżempju, nistgħu nsemmu ż-żjarat minn membri tal- familja.", "Dan mhux se jsiru minn wara xi ħġieġa jew wara xi ħaġa li ma tħallix li jkun hemm kuntatt personali imma f'kamra fejn wieħed jista' jitkellem liberalement.", "Sfortunatament, din il-prattika kienet ġiet sospiża minħabba li kien sar incident serju f'waħda minn dawn iż-żjarat, pero' nittama li dan it-tip ta' żjarat jerġgħu jibdew.", "Ġie introdott t- television fic-cella tal-ħabsin għal min irid li jkollu dan is-servizz bi ħlas.", "Sar ukoll titjib ġenerali fil-bini tal-ħabs.", "Barra minn hekk, il- gwardjani mhux necessarjament ikunu membri fil-korp tal-pulizija imma qed jiddaħħlu gwardjani minn barra u dawn qed isirilhom course ta' taħriġ.", "Dan huwa importanti ħafna għax l-iktar kuntatt importanti bejn il-ħabsi u l- awtorita' huwa proprju permezz tal-gwardjan.", "Ingħata wkoll ħlas lil kull min jaħdem fil-ħabs, għax qabel kien hawn l-anomalija serja illi dawk li huma kundannati u jaħdmu, kienu jitħallsu u dawk li jkunu preżunti innocenti fil-ħabs u jkunu qed jistennew il-ġuri tagħhom, ma kenux jitħallsu.", "Pero' wieħed dejjem isib aktar x'jista' jagħmel.", "Jekk wieħed iħares lejn il-ħabs tagħna u jikkomparah ma' ħabsijiet oħra - u jiena kelli l-opportunita' li nżur ħabsijiet oħra fl-Ewropa - wieħed isib illi l-ħabs ta' Malta jikkonforma mal-minimum standards ta' l-European Prison Rules f'diversi aspetti.", "Per eżempju, l-iktar ħaġa importanti hija li kull ħabsi għandu cella, water closet u sink għalih.", "Din tista' tidher ħaġa naturali imma f'diversi pajjiżi għad hemm celel li jesgħu tlieta, erba' jew ħames ħabsin.", "Per eżempju, dan l-aħħar, il-Home Secretary Ingliz wiegħed lil House of Commons illi sa l-1996, il-prattika li minflok wieħed ikollu t-toilet u juża barmil fic-cella tiegħu stess, se jispicca.", "Meta l-Kumitat Ewropew għall-Ħarsien mit-Tortura għamel żjara fir-Renju Unit, fir-Rapport li għamel hemm imniżżel:", "\"... the cumulative effect of over-crowding, lack of integral sanitation and inadequate regimes amounts to inhuman and degrading treatment.\".", "Dan ifisser li f'pajjiż civilizzat, bħalma hu r-Renju Unit, il-kumitat qal li fil-ħabsijiet illi żar, sab kondizzjonijiet illi kienu jammontaw għal trattament inuman u degradanti.", "Dan mhux qed ngħidu biex aħna nikkonslaw fuq is-sitwazzjoni tagħna u ngħidu kemm aħna bravi imma biex inpoġġu l- problema fil-perspettiva vera tagħha.", "Għidt illi l-ħabs tagħna jikkonforma ma' dak illi huwa aċċettat bħala l- minimum standard mill-Kunsill ta' l-Ewropa fil-European Prison Rules.", "Imma, Mr Speaker, għandna nkunu kuntenti bil-minimum?", "Jien ngħid li m'għandniex, u waħda mill-problemi prinċipali tal-ħabs tagħna huwa n-nuqqas ta' klassifikazzjoni serja tal-ħabsin.", "Fil-fatt ir-Regolamenti Ewropej dwar il-ħabsijiet igħidu li meta wieħed jiġi biex jikklassifika lill- ħabsin għandu jagħmel ċerti distinzjonijiet, per eżempju, bejn ħabsin li qed jistennew is-sentenza u oħrajn li s-sentenza tagħhom inqatgħatilhom; bejn ħabsin illi marru l-ħabs diversi drabi u oħrajn li qegħdin il- ħabs għall-ewwel darba; bejn xi ħadd li ġie kkundannat għal sentenza twila ta' ħabs u xi ħaddieħor li ġie kkundanat għal sentenza qasira.", "Għandha ssir klassifikazzjoni tal-ħabs anke minħabba l-eta' u mis-sess tal- priġunieri, kif ukoll minħabba xi rikwiżiti speċjali li jista' jkollu bżonn il-ħabsi.", "Jien nibża' li fil-ħabs ta' Malta hemm wisq taħlit.", "Skond il- liġi tagħna, fejn s'issa l-kondizzjonijiet tal-ħabs għadhom regolati mill- Prison Rules li jmorru lura għas-snin tletin, l-uniċi tliet klassifikazzjonijiet illi huma aċċettati huma dawk ta' l-eta', tas-sess u d-distinzjoni bejn min ġie kkundannat u bejn min għadu qed jistenna s- sentenza.", "Hemm bżonn li fir-regolamenti ġodda tal-ħabs illi l-Ministru wiegħed li se jiġu promulgati din is-sena stess, isiru iktar distinzjonijiet.", "Dan huwa suġġett ftit delikat, għax jista' jkun li f'ħabs żgħir ta' pajjiż żgħir, fejn il-popolazzjoni tal-ħabs tagħna hija ta' 129, meta tagħmel ħafna distinzjonijiet, mingħajr ma trid toħloq ċerta segregazzjoni u solitary confinement b'mod illi minflok ma tkun qed tipproteġi lil dik il-persuna, forsi tkun tagħmlilha iktar ħsara.", "Allura forsi iktar milli nagħmlu diversi segregazzjonijiet f'ħabs wieħed, għandna naraw jekk wasalx iż-żmien illi jinfetaħ ħabs jew istituzzjoni - sejjaħlu kif trid - għal nies illi għandhom ċans li jirriformaw.", "Dan l- aħħar meta ltaqgħu f'seminar, il-maġistrati qalu li għalkemm bniedem wara li jinstab ħati jkun ħaqqu jintbagħat il-ħabs, ġieli ma jibagħtuhx il-ħabs għaliex ħafna drabi l-ħabs għalihom ikun l-universita' tar-reati.", "Għalhekk ikun ħafna aħjar jekk ikollna post li jkun ħabs b'differenza, fejn għalkemm bniedem ma jkollux il-liberta' li joħroġ x'ħin irid, fl-istess ħin ikun hemm iċ-ċans li wieħed jirriforma lil dak il-ħabsi, kemm minħabba l-eta' tiegħu, kemm minħabba l-background tiegħu u kemm minħabba n-natura tar-reat li dwaru l-ħabsi jkun instab ħati.", "Il-Gvern diġa' kellu l-ħsieb - u safejn naf jien għad għandu l-ħsieb - li jiftaħ xi ħaġa simili fl-Imtaħleb.", "U meta kien hemm din il-proposta, kienet qamet għagħa mir-residenti tal-post stess minħabba l-effetti morali ħżiena li jista' jkun hemm.", "Fil-fatt f'\"The Times\" kienet ġiet pubblikata xi ittra.", "Naħseb li rridu noqogħdu attenti li meta ngħidu li hemm bżonn issir xi ħaġa, ma nkunux aħna stess li nikkritikaw u nġibu ħafna oġġezzjonijiet.", "L-aħħar ħaġa li naħseb li għandha tinbidel fil-ħabs hija li m'hemmx biżżejjed kuntatti ma' barra.", "Dan huwa prinċipju bażilari.", "Veru li l- ħabsi jkun ikkommetta xi ħaġa ħażina pero' għalkemm dan ikun intbagħat il- ħabs, xorta waħda għandhom jinżammu kemm jista' jkun miftuħa l-kuntatti ma' barra.", "Wara mistoqsija li għamilt fil-Parlament sibt li f'Malta l-ittri kollha tal-ħabsin jiġu ċċensurati u meta staqsejt jekk dawn japplikawx ukoll għall-ittri li l-ħabsi jibgħat lill-avukat tiegħu, ir-risposta kienet li jiġu ccensurati.", "L-ittri ma jiġux iċċensurati meta l-avukat jieħu l- ittra hu personalment waqt inkontru fil-ħabs, bejnu u bejn l-ħabsi.", "Hawn irrid ngħid li hemm sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fejn każijiet simili ġew dikjarati li jmorru kontra l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, partikolarment kontra artiklu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea li jiggarantixxi d-dritt li wieħed ikollu l-korrispondenza tiegħu mhux miftuħa.", "Hawn irid nirreferi partikolarment għall-każ ta' Campbell li ġie deċiż mill-Qorti Ewropea fil-25 ta' Marzu ta' din is-sena, fejn priġunier perikoluż li kien akkużat u nstab ħati li qatel disa' min-nies, xorta waħda rebaħ din il-kawża quddiem il-Qorti Ewropea għax il-Gvern Ingliż bir-regolamenti li kellu, kien jiċċensura kull ittra, inklużi l- ittri li kien jibgħat lill-avukat tiegħu.", "Għalhekk nittama li fir- regolamenti ġodda tal-ħabs, tingħata aktar liberta' lill-priġunier sabiex il-korrispondenza tiegħu ma tkunx miftuħa.", "Fl-aħħarnett, nagħlaq billi nagħmel referenza għall-konklużjonijiet tal- Maġistrat Antonio Mizzi fl-inkjesta fuq allegazzjonijiet ta' trattament mediku ħażin ta' Jeffrey Jelley.", "B'risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 2414 li għamilt jien, dan ir-rapport fuq il-każ ta' Jeffrey Jelley ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "U dan il-Maġistrat għamel tliet rakkommandazzjonijiet.", "L-ewwel li tingħalaq id-Division No. 8, jiġifieri dik id-division li hija forma ta' safe regolari fejn tpoġġi bniedem in solitary confinement u maqtugħ mil-bqija tal-ħabs; it-tieni li tingħata iktar importanza għall-indafa personali tal-priġunieri, u t-tielet u l- iktar ħaġa importanti li jkun hemm tabib fil-ħabs fuq bażi ta' 24 siegħa.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, jien se nieħu ftit ħin biex nerġa' nirreferi għar-rimarki li għamel l-Onor.", "Joe Mizzi fis-seduta tal-bierah, u se nibda bil-punt fejn semma l-kwestjoni tal-crosslines.", "L-Onor.", "Mizzi qal li l-Korporazzjoni ma ħaditx passi fuq rapport ta' persuna dwar cross-lines, u qal li allura qegħda tikser id-drittijiet fundamentali tal-privacy tal-bniedem in kwestjoni.", "Jien rrid nassigura lill-Onor.", "Mizzi li l-investiment li sar fil-ħames snin li għaddew kien investiment biex Malta jkollha sistema diġitali tajba, u għal xejn ikun hawn min igħid li s-sistema għadha l-istess għaliex in- nies li jużaw is-sistema jafu bid-differenza enormi li hawn.", "U dan lili jagħmilni kuntent ħafna.", "U jekk kien hawn erosion of privacy din kienet meta kellna s-sistema elettromekkanika fejn kważi kull telefonata kienet awtomatikament teħel mat-telefonati l-oħrajn.", "L-Onor.", "Mizzi qalilna li hu favur is-sistema diġitali, pero' qalilna li ma jaqbilx mal-mod kif għamilniha.", "Il-verita' hija li lill-Gvern preżenti kienet saritlu l-kritika li għaġġel iż-żejjed u kienet saritlu wkoll il- kritika li ma kellux għalfejn jagħmel dan l-investiment qawwi fl-istadju li għamlu.", "Għaliex konna niġu mgħarrfa - anke mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni preċedenti u dak attwali - li s-sistema elettromekkanika kellha aktar ħajja u konna nistgħu ngawduha għal aktar snin.", "Pero' minkejja dik il-kritika bqajna għaddejjin bid-deċiżjonijiet kuraġġużi li ħadna biex illum il-poplu hu moqdi aħjar u jaf li hu moqdi aħjar.", "L-Onor.", "Mizzi rrefera wkoll għall-problema tal-one-way transmission bejn San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.", "Fuq din il-kritika partikolari l-Onor.", "Mizzi kien korrett pero' minn rapport li sarli llejla ġejt assigurat li din ma taffettwax b'xi mod serju s-servizz ta' l-abbonati.", "Il-kwestjoni qed tiġi investigata u qed naraw x'hemm bżonn isir.", "Rigward recording ta' faults, irrid ngħid li l-proċedura normali tad- dockets hi li jitqattgħu, jitħassru jew jiġu cleared biss jekk il-fault tiġi msewwija jew inkella n-nies ta' Telemalta jkunu marru għallinqas tliet darbiet fuq il-post biex isewwu u l-abbonat ma jsibuhx hemmhekk.", "Pero' l- proċedura mhijiex li d-docket jitneħħa jekk il-fault ikun ilu tul ta' żmien.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jaf b'xi każijiet partikolari fejn dan qed jiġri, nistiednu bl-ikbar ħerqa biex javżani anke b'mod privat dwar abbużi bħal dawn u nista' nassigurah li l-miżuri kollha ta' dixxiplina li jkun hemm bżonn jittieħdu.", "Rigward statistika tas-sistema ta' l-MDFs, il-Korporazzjoni Telemalta ma żżommx statistika kif kienet intalbet fil-mistoqsija parla-mentari għal skop amministrattiv u għal skop kif tinġabar l-istatistika.", "Naturalment dan ma jfissirx li l-Korporazzjoni ma tistax tiġbor l-informazzjoni tat-tip kif talab l-Onor.", "Mizzi.", "Per eżempju, għamluli kalkolu li biex tiġbor it- tip ta' informazzjoni kif ried l-Onor.", "Mizzi trid tqalleb madwar 9,000 entry.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel appell għas-serjeta' wkoll għaliex il- mistoqsijiet parlamentari jsiru għal skopijiet ta' ġbir ta' informazzjoni u l-Gvern jirrispondi lil kull Membru f'din il-Kamra b'dik l-istatistika li tkun available amministrattivament.", "Jekk imbagħad xi ħadd jitlob statistika li mhijiex normal-ment available, sta għas-sens ta' responsabbilita' ta' l-istess Membru f'din il-Kamra biex ma jagħmilx rikjesti li dawn jistgħu jservu biss ta' ħsara u ta' telf ta' ħin lill- Korporazzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi għandu bżonn xi tagħrif partikolari dan ma jfissirx li ma jistax javviċinani ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk għandek il-provi ta' dak li qed tgħid inkellmuhom kif għandna nkellmuhom.", "Rigward il-faults per subscriber per annum, ic-cifra ta' 0.41 per subscriber per year hi cifra tal-faults għal perjodu minn Jannar sa Dicembru 1991.", "Għalhekk tkopri anke l-perjodu fejn kienet qed issir il- bidla għas-sistema l-ġdida.", "L-Onor.", "Mizzi qal li s-sistema l-ġdida nbidlet kompletament fi Frar.", "Il- bidla kienet qed issir fl-1991, u n-numru ta' faults li kien hemm dak inhar kien wieħed baxx, u għalhekk ma nistgħux ngħidu li għaliex daħlet sistema ġdida, il-faults żdiedu sakemm dejjem l-Onor.", "Mizzi mhuwiex qiegħed jirreferi għall-faults li ma jkunu faults xejn u li jkunu kaġunati mill-cut- over li ssir mill-qlib ta' sistema antika għal waħda diġitali.", "Pero' the proof of the pudding is in the eating, u naħseb li jistgħu jiġġudikaw is- sistema diġitali l-abbonanati kollha ta' Telemalta.", "Nerġa' nirreferi għall-promozzjonijiet.", "L-Onor.", "Mizzi reġa' tkellem fuq il-każ ta' Pisani.", "Dażżgur li nsemmi x'ġara qabel.", "Jekk dak li ġara qabel kien kemm kemm wara s-sentenza tal-Qorti li kkwota hu, u aħna issa tajna promozzjoni oħra erba' snin wara s-sentenza li kkwota hu, allura jekk ftit wara s-sentenza dan kien tajjeb, allura issa mhux tajjeb?", "Hu qal li ma kienx jaqbel, lanqas qabel.", "Il-verita' hi li qabel ma kienx jitkellem, issa qed jitkellem.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li kellek il-mezzi kif twassal il-messaġġ.", "Jekk kont membru tal-Labour Party kellek l-metodi żgur.", "Dwar Robbie Bonnici u Joe De Marco, ngħidlu li x-xogħol li qed jagħmlu għadu utili.", "Ovvjament minħabba x-xogħol tagħhom kellna bżonn iż- żmien biex jiġu trained understudies pero' avżajnihom li mis-sena d-dieħla mhux se nkomplu nġeddu aktar.", "Nagħlaq billi nirreferi għal tlieta min-nies li semma - ma semmihomx b'isimhom - li huma attached mal-Ministeru tiegħi.", "Hu qal li hi għarukaża għaliex dawn għamlu l-high-jumps fil-promotions.", "Jiena rajt meta dawn ingħataw promotions qabel, u rrid ngħid li bl-eccezzjoni ta' bniedem wieħed minn dawn it-tlieta - dan ingħata loqma żgħira fl-1986 - t-tnejn l-oħrajn kienu ilhom mingħajr promotion - u dan allura anke jekk ma tgħoddx il- ħmerija żgħira li ngħata l-ieħor - għal aktar minn 20 sena fil- Korporazzjoni Telemalta.", "Min għal ruġunijiet ta' diskriminazzjoni politika ma kienx ingħata promotion għal perjodu ta' 20 sena sħaħ, dan il-Gvern preżenti huwa kburi li wettaq ġustizzja miegħu u min ma jridx li nagħmlu dan kien kuntent bl-inġustizzja li saret qabel u jrid li aħna nipperpettwawha, imma aħna ma rridux nipperpetwawha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Sur President, nirreferi għall-intervent li għamel il-bieraħ l-Onor.", "Spiteri dwar iż-żewġ konferenzi li attendejt għalihom f'Madeira u f'Napli.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hi li attendejt dawn iż-żewġ konferenzi u lill-Erarju Malti swewlu biss madwar Lm60 għal ħamest ijiem, għaliex għalkemm bħala Ministru li għandi x'naqsam ma' Air Malta għandi d-dritt li nivvjaġġja b'xejn, għall-konferenza ta' Madeira xorta ħallsuli l-organisers il-vjaġġ bejn Malta u Londra.", "Jiġifieri mhux talli rnexxieli nattendi dawn iż-żewġ konferenzi mingħajr ma swew xejn lill- pajjiż talli naħseb li qala' madwar Lm40.", "Pero' bħala Membru tal-Gvern għandi l-obbligu li nonfoħ l-achievements li għamel dan il-Gvern.", "Il-konferenza ta' Madeira kienet dwar l-ekonomiji ta' stati u gżejjer żgħar ta' l-Ewropa, bil-parteċipazzjoni tal-Canaries, l-Azores, Madeira, Reunion u Guadalupe.", "Malta wkoll ġiet mistiedna għal din il-konferenza u hemmhekk jien għidt x'għamilna f'dan il-pajjiż, kif żviluppajna u kif aħna mexjin.", "Issa jien ma nippreżentax statistika li mhijiex veritiera, imma nippreżenta statistika kif fil-fatt hi għaliex bl-istatistika ma tistax tqarraq u tkun qed tidħak bik innifsek jekk mingħalik tista' tippreżenta statistika u turi stampa oħra.", "L-Onor.", "Spiteri qal li f'dawn iż-żewġ interventi sirna nafu li l-Ministru accenna ħafna għall-qagħda tal-Gvern tiegħu.", "Jien aċċennajt ħafna għall- qagħda tal-Gvern tiegħi għax jien ngħid li dan il-Gvern huwa s-salvatur ta' Malta għaliex ġab kondizzjonijiet tajbin ħafna illi josbqu ferm il- kondizzjonijiet li kellna.", "L-istatistika li għamilt kienet tkopri 20 sena, mill-1971 sa l-1991, kif se jkun jista' jara kulħadd għax se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Pero' l-Onor.", "Spiteri l-iktar li enfasizza kien fuq editorjal ta' \"The Times\" intitolat \"Sword into the Ploughshare\".", "Mr Speaker, jien għamilt studju dwar l-iżvilupp ta' Malta from a fortress economy to a market economy fejn ħadt sfond ta' storja ta' xi 2,000 sena u pprovajt nipproġetta l-image ġdid ta' Malta li aħna qegħdin nagħmlu.", "Huwa qal li dan l-editorjal qisu kitbu l-PRO tiegħi għax donnu min kitbu jaf iżjed x'qal il-Ministru milli taf l-istampa in ġenerali.", "Lill-Onor.", "Spiteri ngħidlu li l-istampa in ġenerali taf preċiżament x'għidt għax l- istampa kellha kopja ta' l-ispeech li jien għamilt f'Madeira.", "Infatti iktar tard se nitlob il-permess tal-Kamra biex dan l-ispeech, flimkien ma' l- istatistika, li ġie deramat mid-DOI, inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien għamilt statistika ta' dawn il-gzejjer mill-1971 sa l-1991 dwar l- importazzjoni, l-esportazzjoni, il-gainfully occupied, l-unemployed, it- total labour force u l-inflation rate.", "Ġbart ukoll statistika dwar il- gross domestic products, ir-real gross domestic product, il-gross national product u r- real gross national product.", "Għall-istess perjodu ħadt it- tourist arrivals mill-UK u mill-Ġermanja għax ridt naccentwa kif mill- Ġermanja qed jirnexxilna nġibu t-turisti, u ħadt ukoll it-total revenue tal- Gvern, in-net foreign assets u l-qliegħ tal-commercial banks u tas-Central Bank, tal-financial institutions u l-foreign assets li għandhom, id- depożiti bankarji u l-avvanzi fil-bank.", "Nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi dan l-ispeech u l-istatistika fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Diskors tal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi waqt seminar f'Madeira, flim- kien ma' statistika miġbura.", "Dawn l-affarijiet nixtieqhom jibqgħu għall-futur biex ikunu jafu d-Du Puis x'ifisser għax jiena l-verita' dejjem ngħid, u għalhekk dawn l-affarijiet iweġġgħuli qalbi.", "Anzi m'għidtx li f'Napli kelli x-xorti - u hu kellu x- xorti iktar minni - li niltaqa' mal-Ministru tal-Finanzi u l-Gvernatur tal- Bank Ċentrali tar-Rumanija.", "F'Napli jien għamilt dissertazzjoni dwar it- transazzjoni minn ekonomija Socjalista għall-mercato libero u l- esperjenza Maltija.", "Jekk nirrakkonta l-esperjenza Maltija biżżejjed nifhmu kif il-Lvant qam fuq tiegħu u rema s-socjaliżmu.", "Dan beda jgħidli kif il-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien taħt Ceascescu xxuga kull profitt li għamlu l-banek, u jien għidtlu li m'għandux għalfejn joqgħod jgħidli għax aħna ma kellniex Ceauscescu imma kellna wieħed vicin tiegħu.", "Għaddejna minn dik l-esperjenza.", "Jien irrid nirrakkonta din l-esperjenza għax hija importanti u kull min irid jista' jixtarr id-dokumenti li se npoġġi fuq il-Mejda u jekk hemm xi żball ta' xi lira jew tnejn ma jagħtux kas, imma jekk kemm xi żball ...", "Nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d- dividends imqassma mill-Bank of Valletta u mill-Mid-Med Bank.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Dividendi mqassma mill-Bank of Valletta u mill-Mid-Med Bank bejn l-1974 u l-1991", "Jekk nieħu l-perijodu ta' bejn l-1983 u l-1986 u l-perijodu ta' bejn l- 1988 u l-1991 u nipparagunawhom insibu li mir-retained profits tal-Mid-Med Bank lill-Bank ħallewlu bejn l-1983 u l-1986 - lanqas ħallewh iżomm ir- retained profits biex jitfa' ftit fil-kaxxa - Lm117,000.", "Fl-erba' snin li jiena domt Ministru ħallejt lil Mid-Med Bank jżommu Lm4,037,000.", "Din hi d- differenza bejn wieħed u ieħor.", "L-istess, lil Bank of Valletta fl-istess perjodu ħallewh iżomm Lm160,000 mir-retained profits.", "Jien ħallejt lil Bank of Valletta jżomm Lm5,389,000.", "B'kollox ifisser li fl-erba' snin tagħhom ħallew liż-żewġ banek ewlenin tagħna Lm227,000 retained profits.", "Jien injorant, jien ma noqgħodx immur quddiem il-mera u ngħid kemm jien bravu u nitkellem ħafna għax m'inix kapaci nitkellem, jien biċċa nutar kont u m'inix kapaci noqgħod nitkellem b'ħafna fjuri, jien nirrakma linja dritta u spicca.", "Jien ħallejtilhom Lm9,426,000.", "Anzi dan m'għidtux għax kieku għidtu kienu jgħidu li konna qegħdin ngħixu taħt reġim agħar minn ta' Ceauscescu, imma bqajt lura għax ma ridtx inweġġa' lil pajjiżi bl- esperjenza li għaddejna minnha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa 15 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTARIJIET - AMBULANZI", "2916.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Issa li wasal is-sajf jista' l-Ministru jara li jkun hemm ambulanza f'post aktar centrali mill-Mosta biex tilħaq malajr il-bajjiet popolari tan-naħa ta' fuq ta' Malta f'każ ta' emerġenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-kwestjoni tqum kull sajf u għal snin twal.", "Id- Dipartiment tas-Saħħa dejjem kien tal-fehma li l-esperjenza wriet illi mill-Mosta, permezz tal-facilitajiet mediċi u oħrajn bħala back-up fiċ- Ċentru tas-Saħħa, jistgħu jintlaqħu aħjar ix-xtut kollha tat-tramuntana ta' Malta.", "Ambulanza mingħajr faċilitajiet ta' back-up ma toffrix l-aħjar servizzi possibbli f'każi ta' urgenza.", "SKEJJEL - LOCKERS", "2917.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress li t-tfal ta' l-iskola jkollhom iġorru ħafna kotba ta' kuljum, kif ukoll PE kit ecc, jista' l-Ministru jikkonsidra li, specjalment fil-klassijiet iż-żgħar, tas-sekondarji, jiġu ipprovduti lockers fejn l-istudenti jkunu jistgħu jħallu dak li ma jkollhomx bżonn għall-homework ta' dak il-jum?", "Japprezza l-Ministru li hemm tfal li qed jilmentaw minn uġieħ fid-dahar minħabba it-toqol li jkollhom jerfgħu kuljum?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ma naħsibx li nista' nipproponi spiża oħra għal dan l-iskop.", "Barra minn hekk ma naqbilx li l-kotba jitħallew l- iskola.", "MELLIEĦA - PERMESSI TAL-BINI", "2970.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Inħareġ permess għall-bini li qiegħed isir fuq plot 247, Triq il-Merill, Santa Marija Estate, Mellieħa?", "Jaf il-Ministru li l-bini li qiegħed isir mhux skond il-kuntratt oriġinali ta' bejgħ?", "X'passi beħsiebu u jieħu biex ma jkomplix jiġi mgħarraq l-ambjent?", "X'widen se jagħti l-Ministru lill-ilment minn diversi residenti tat-triq li saret permezz ta' ittra lic-Chairman tal-PAPB, li hu rceva kopja tagħha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-bini msemmi mill-Onor.", "Membru hu kopert bil- permess tal-bini.", "Bħal f'kull permess ieħor, fil-permess maħruġ hemm klawsola fejn tgħid \"the permit is granted saving third party civil rights\".", "Għaldaqstant id- Dipartiment ma jidħolx fuq relazzjonijiet ta' drittijiet civili.", "Diġa' ttieħdu passi biex il-bini jsir skond il-pjanti approvati.", "MTARFA - QASAM TAD-DJAR", "2971.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Il- familja li jgħixu fil-building unit \"U\" li hemm fl-Imtarfa meta se jsiru jafu x'se jiġri minn djarhom peress li minn żmien għal żmien jgħidulhom li se jitwaqqgħu għal żvilupp fl-inħawi u hekk jibqgħu jgħixu f'tensjoni u ma jirranġaw xejn fi djarhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru tas-Sigurta' Soċjali billi l-proġett ta' l-Imtarfa qed jieħu ħsiebu l-Awtorita' tad-Djar.", "GROUP 4", "2985.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jaf li kumpanniji li fihom hemm flus il-poplu, banek, organizzazzjonijiet, u għaqdiet kummercjali li ġew imwaqqfa' minn flus il-poplu, qed jagħtu b'eluf kbar ta' liri xogħol ta' sigurta' lill-kumpannija Group 4 meta hemm numru ta' pulizija li lesti jagħmlu dan ix-xogħol basta jitħallsu extra tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dwar kif il-banek u kumpanniji jipprovdu għall-miżuri neċes-sarji ta' sigurta' jidhirli li hi materja ta' natura konfidenzjali.", "Żgur li s-sigurta' ta' kumpanniji anke jekk il-Gvern ikollu l-kontroll effettiv tagħhom, mhux funzjoni esklussiva tal-pulizija li d- dmirijiet l-aktar importanti tagħhom huma l-prevenzjoni tal-ksur tal-liġi u r-reati, iż-żamma ta' l-ordni u s-sliem pubbliku u l-infurzar tal-liġijiet.", "SPTAR SAN LUQA - SMEAR TESTS", "3017.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il smear test sar fl-Isptar San Luqa biex jiġi determinat jekk hemmx cancer fl-utru tan-nisa f'dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena?", "Jista' jikkonferma jekk is-smear tests għadhomx isiru regolari fl-isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' smear tests li saru fl-isptar San Luqa huwa kif ġeJ:", "1988 8874 1989 9805 1990 8066 1991 7427 1992 to-date 3725", "Nikkonferma li s-smear testa għandhom isiru fl-Isptar San Luqa.", "Barra minn hekk hemm servizz ta' ġinekoloġija fiċ-Ċentri tas-Saħħa li wkoll joffri smear tests.", "XTUT - KIRI TA' PADDLE BOATS", "3018.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Wara l-mewta traġika ta' Jesmond Zammit li waqa' minn fuq paddle boat u għax ma kienx jaf igħum għereq, tista' l-Pulizija tesiġi fil-permess li tagħti lil sidien li jikru dawn il-paddle boats biex jipprovdu life jackets lil dawk li jikruhom ħalli jiġu evitati diżgrazzji simili?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġbia mogħtija għall-mistoqsija numru 2913 imwieġba fit-13 ta' Lulju 1992, Seduta Numru 37.", "KAĊĊATURI - LIĊENZJI", "3019.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Tista' l-pulizija tesiġi qabel tagħti licenzja biex wieħed jżomm u jispara senter li jħallsu polza tas-sigurta' billi l-Interpellant għandu f'idejh każi fejn nies weġġgħu serjament minn comb ta' skrataċ sparati minn kaccaturi u minn korra sab li ma jista' jieħu xejn għax f'xi każi l- kaccaturi ma jkollhomx flus biex iħallsu anke jekk jiġu mfittxija civilment?", "Jekk persuna li tuża karozza, qabel tieħu l-licenzja, trid turi li ħallset l-insurance, għaliex fil-każ ta' min juża senter ma jsirx l-istess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru lill- Pulizija sabiex jiġi konsidrat.", "STĦARRIĠ DWAR ABBUŻI SESSWALI", "3020.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Qatt sar survey mid-Dipartiment tax-Xogħol dwar is-sexual harassment li qed isofru kontinwament it-tfajliet u nisa Maltin fuq il-post tax-xogħol?", "Billi fl-Amerka u f'pajjiżi żviluppati dan huwa meqjus abbuż serju, x'se jagħmel id-Dipartiment tax-Xogħol biex ixettel kultura fin- nisa li jaħdmu li jirrapportaw abbużi sesswali fuqhom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: F'Malta ma saru ebda surveys dwar sexual harassment.", "Id-Dipartiment tax-Xogħol flimkien ma' Dipartimenti oħrajn qegħdin isegwu l-iżviluppi li qed isiru f'pajjiżi industrijalizzati rigward din il-problema.", "MELLIEĦA - TOROQ", "3114.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid għaliex ma sarux preparamenti sabiex issa li beda s-sajf it- triq ta' l-Għadira tkun lesta bit-tarmac ħalli ma tkunx ta' nkonvenjenza għal pubbliku numeruż li jiffrekwenta dawn l-inħawi fil-ġranet tas-sajf?", "Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jsir studju dwar in-niżla tal-Mellieħa li tidher dejjem qed iccedi?", "Jekk hemm xi żviluppi fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet kien qiegħed jistenna li d-Dipartiment u Korporazzjonijiet oħra jlestu xi xogħlijiet tagħhom qabel jinbeda x-xogħol ta' wiċċ it-triq.", "Fil-fatt dawn kważi tlestew u xogħol ta' resurfacing jibda ma jdumx.", "Fil-preżent id-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed jieħu ħsieb li jsiru studji kif indika l-Onor.", "Interpellant u dan dwar diversi toroq f'diversi lokalitajiet.", "Din it-triq se tkun waħda minn dawk li se jiġu studjati.", "ĊIRKEWWA - PROĠETT", "3115.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi l-NTOM għamlet diversi kummenti favorevoli dwar l-attivitajiet under water attraction b'mod partikolari il-kompetizzjoni Blue Dolphin, jista' l- Ministru jgħid x'inhija l-pożizzjoni tad-dipartiment, dwar it-talba li qed issir fil-preżent biex għal dan il-għan jiġi żviluppat moll fic-Cirkewwa għal użu ta' submarine?", "Meta f'dawn l-inħawi tac-Cirkewwa hemm mijiet ta' għaddasa Maltin wkol eluf ta' għaddasa turisti li huma l-unici inħawi f'Malta għaddati għal kull livell ta' għaddasa, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett jaffettwax ħażin lil dawn it-turisti li naturalment iżuru dawn l-inħawi is- sena kollha?", "Jista' l-Ministru jgħid ma min ikkonsulta dwar dan il-proġett u din is- sitwazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Huwa minnu li għal dawn l-aħħar snin, l- NTOM għamlet promozzjoni intensiva f'diversi swieq fir-rigward ta' l- attrazzjonijiet ta' Malta bħala ċentru għall-isport ta' taħt il-baħar.", "Sar ħafna riklamar, pubblikazzjoni ta' brochure u support ieħor u jidher li din il-kumpanja qed tħalli l-frott.", "Peress li ċ-Ċirkewwa hija waħda mill-aktar diving sites popolari tal- Gżejjer Maltin, il-Ministeru jħoss li m'għandu jsir xejn li b'xi mod iħassar mill-aċċessibilita u s-sbuħija ta' dan il-post, kif ukoll ta' postijiet simili.", "Għaldaqstant, qed isir dak kollu possibbli biex jiġi żgurat li filwaqt li jiġu żviluppati attrazzjonijiet turistiċi ġodda jiġu mħarsa dawk diġa' eżistenti.", "Rappreżentanti ta' Diving Schools kellhom laqgħa ma' sieħbi s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu.", "BDIEWA - DUGĦ", "3121.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lid-dipartiment il-makna tal-ħasil tal-kaxxi?", "Għaliex il-bdiewa mhux qed isibu kaxxi għal prodotti tagħhom meta dawn ilhom 'il fuq minn tlett snin u fil-fatt għadhom iħallsu għal servizz ta' dawn il-kaxxi?", "Issa li hemm il-magna tal-ħasil jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jitwaħħal telephone fil-maħżen tal-kaxxi?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il-magna tal-ħasil tad-dugh ġiet tiswa globalment Lm23,650.", "Il-bdiewa mhumiex isibu kaxxi biżżejjed l-ewwelnett minħabba l-bumper crop li kellna din is-sena.", "Inħolqot wkoll skarsezza artifiċjali peress li xi vendituri qegħdin iżommu għandhom dawn il-kaxxi.", "L-40,000 kaxxa li kellna riserva inbelgħu wkoll.", "Se nara x'nista nagħmel biex insolvi din il-problema.", "Jien informat li dalwaqt jiddaħħal telefon fil-maħżen tad-dugh.", "BUSKETT - SIĠAR", "3125.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-siġar tal-Buskett huma abbandunati?", "Għaliex il-mijiet ta' siġar tal-larinġ ma ġewx miżbura, imsaqqa u konkjati?", "Għaliex matul l-aħħar snin il-ħawħ, għajnbaqar u kull tip ta' frotta tħallew jinqerdu?", "X'inhuwa, per eżempju l-fatt li siġar tac-cawsli li hemm fil-wied huma mimlijin bl-għollieq?", "Għaliex hemm kwantita' ta' dwieli li ilhom snin ma jinħadmu u kollha mimlija ħaxix ħażin, u dan anke tħalla għal waqt l-attivita' ta' l-Imnarja fejn il-Ministeru suppost li jieħu ħsieb biex għal din il-festa il-Buskett ikun fl-aqwa tiegħu?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjan tiegħu dwar il- ġnien tal-Buskett ħalli ssir sorveljanza biex dan il-ġnien jingħata l- attenzjoni li tixraqlu ħalli l-ambjent ta' ġo fih jibqa' dejjem jiġi mħares?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi kumitat bejn il-Ministeru u dak tal-Kultura sabiex tingħata ħajja lil dan il-bosk Malti?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Is-siġar tal-buskett mhumiex abbundanti.", "Peress li din is-sena is-sajf dam ma daħal ma nħassitx il-ħtieġa li t- tisqija tal-laring tibda minn kmieni.", "Ħafna siġar tal-frott li hemm fil-buskett huma xjuh u għalhekk hemm bżonn li jinbidlu.", "Hemm il-ħsieb li dawn jinbidlu s-sena d-dieħla.", "Is-sena li għaddiet inbidlu kwantita' ta' dwieli li kien hemm fil- Buskett.", "Il-pjan dwar il-buskett qed jiġi diskuss ma' diversi Dipartimenti tal- Gvern u għalhekk mhux il-każ li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jeżisti kumitat bejn il-Ministeru tiegħi u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni sabiex tingħata ħajja lill-Buskett.", "Ta' min ifakkar li hekk kif sirt Ministru nbeda xogħol ta' tindif u ta' manutenzjoni fil-Buskett li qabel kien mitluq.", "BAĦRIJA - TOROQ", "3133.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet fl-inħawi magħrufa tar-Rub, il-Baħrija, fejn hemm toroq li jintużaw mill-bdiewa u li xogħol fuqhom waqaf u ma tkompliex?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd ma għandu l-ebda xogħol fuq toroq tal-bdiewa li kien waqaf u ma tkompliex.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jogħġbu jippreżenta pjanta tax-xogħol mitlub, dan jista' jiġi kkonsidrat mal-ħafna talbiet oħra pendenti fuq xogħol simili.", "BAĦRIJA - RECEPTION TELEVISION", "3134.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 2601 dwar ir-reception ta' l-istazzjoni tat- television Malti fil-Baħrija, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu jsir studju dwar din il-problema?", "Huwa possibbli li kemm-il darba is-soluzzjoni ma tinstabx jinġiebu esperti barranin, sabiex jistudjaw din is-sitwazzjoni, li wkoll mill- mistoqsija jidher car li mhux ir-residenti tal-Baħrija biss jiffaccjaw l- istess problema?", "Jista' l-Prim Ministru jara li din il-problema ma tkompliex tieħu iżjed fit-tul?", "ONOR.", "EDDIE FENCH ADAMI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, jien informat li l-istudju tekniku sar mit-Taqsima tal-Wireless Telegraphy ta' l- Uffiċju tiegħi f'Marzu u f'Mejju ta' din is-sena.", "Jien informat ukoll li m'hemmx ħtieġa għall-esperti barranin għaliex, fost oħrajn, soluzzjoni għal sitwazzjoni bħal dik tal-Baħrija hija l- istallazzjoni ta' repeater.", "Fil-fatt din is-soluzzjoni diġa' ntużat f'żewġ lokalitajiet f'Malta u fiż-żewġ każi, l-apparat ġie pprovdut fuq inizzjattivi privati.", "M'hemm xejn xi jżomm li dan isir ukoll fil-każ tal- Baħrija.", "Min-naħa tiegħu, il-Gvern huwa dispost li joffri l-għajnuna tiegħu rigward il-post fejn ikun jista' jiġi stallat l-apparat.", "SKEJJEL - BORMLA - SEKONDARJA", "3187.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'inhi r-raġuni li f'Year 1 fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, f'Bormla, it-tfal jitgħallmu fuq ktieb li għandha t-teacher biss (it-tfal le)?", "Għaliex it-tfal li jattendu l-iskola ta' Maria Assunta m'għandhomx din il- problema?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar tagħrif dwar is-suġġett u l-ktieb li qiegħed jirreferi għalihom.", "Ma jidhirx li fl-iskola sekondarja tal-Bniet, Bormla, fl-ewwel sena, hemm xi nuqqas ta' kotba, jew ta' xi ħaġa oħra.", "U ma nifhimx kif domanda bħal din issir fit-tmiem tas- sena skolastika.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "3194.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Billi aktar minn sentejn ilu l-Gvern qal li l-proġetti għal Logħob tan- Nazzjonijiet iż-Żgħar li se jsiru f'Malta s-sena d-dieħla kienu ġew identifikati u sottomessi għal approvazzjoni, x'sar sal-lum?", "Liema huma l-proġetti li jridu jsiru u x'qed isir dwarhom?", "Jista' l-Ministru jiggarantixxi li dawk il-proġetti meħtieġa għall-logħob imsemmi se jkunu lesti qabel ma jibda l-logħob?", "Hemm xi proġetti li oriġinarjament kienu se jsiru ġodda/upgraded u ġie deciż wara li ma jsirux?", "Liema huma dawn il-proġetti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Rigward il-proġetti għall-logħob tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar li se jsiru f'Malta s-sena d-dieħla, dawn fil-fatt ġew approvati u x-xogħol għandu jibda dalwaqt.", "Il-proġetti li għandhom isiru huma l-kostruzzjoni u attrezzar tal-Pixxina Olimpika bl-ilma sħun u skond il-kondizzjonijiet meħtieġa internazzjonalment, xogħol fuq track b'wicc sintetiku se jsir fil-Marsa.", "Ġie ppjanat ukoll titjib fil-gymnasia ta' De La Salle, Kordin u ta' Ta' Qali.", "Għall-ewwel żewġ proġetti diġa' ħarġu t-tenders waqt li fuq ix- xogħol ta' Ta' Qali se toħroġ tender oħra, wara li l-Basketball Association flimkien ma' ufficjali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet jikkonkludu x-xogħol mixtieq.", "Se tiġi żviluppata wkoll ir-range tal-Bidnija u għal dan ix- xogħol diġa' ħarġu tenders.", "Dwar garanzija fuq ix-xogħol ta' dawn il-proġetti, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi għat-tweġiba fil-mistoqsija parlamentari numru 3191.", "Waħda mill-kondizzjonijiet, imposti hija dik li x-xogħol fuq dawn il- proġetti iridu jintemmu mhux aktar tard minn 26 ġimgħa wara li tkun ġiet mogħtija t-tender.", "Ma kien hemm l-ebda proġett li kien se jsir u mhux se jsir.", "Kienu qed jiġu kkonsidrati proġetti oħrajn bħal stands ġodda fil-Marsa u Clubhouse għas-Sailing, iżda ġie deciż li dawn m'humiex kostruzzjonijiet essenzjali għal logħbiet.", "LUKANDA PHOENICA", "3195.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Meta mistennija tiftaħ il-Hotel Phoenica?", "Meta, skond il-ftehim milħuq mal-Gvern, is-sena l-oħra, suppost li kellha tiftaħ?", "X'sar mill-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-hotel?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jindirizza din il-mistoqsija lill-Onor.", "Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali.", "ĦALIB - DATA TA' IBOTTILJAR", "3196.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Meta beħsiebu l-Ministeru jordna biex il-fliexken u l-pakkett tal- kartun tal-ħalib ippasturizzat ikollhom id-data ta' meta jkun ġie bbottiljat?", "Kemm se jdum iħalli lill-kumpannija toħroġ ħalib li jkun ilu l-ġranet li ġie bbottiljat?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Jiena naqbel li l-fliexken u l-pakketti tal-kartun tal-ħalib ippastorizzat jkollhom indik-azzjoni tad-data ta' meta l-ħalib jiskadi.", "Qed isiru taħdidiet mal-Malta Dairy Products biex dan isir.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda naccerta lill-Onor.", "Membru li l- kumpannija qatt ma toħroġ għall-bejgħ ħalib li jkun ilu ġranet li ġie bbottiljat.", "ILMA - PROVVISTA MINN GĦAWDEX", "3197.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm inġieb ilma Malta minn Għawdex permezz tal-pipeline ta' bejn iż-żewġ gżejjer, kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li t-total t'ilma li nġieb Malta minn Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin huwa hekk:", "GOZO PIPELINE", "1987 51,291,220 1988 77,546,248 1989 32,823,968 1990 15,152,560 1991 2,515,660 1992 (sat-13 ta' Lulju) 385,880", "TOTAL 179,715,536", "WIED IL-GĦAJN - XOGĦOL FIL-\"MAGĦLUQ\"", "3204.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-Magħluq ta' Wied il- Għajn?", "Xi pjanijiet għandu is-Segretarjat għall-Ambjent għal dan il-post li għandu valur ambjentali?", "Jikkonsidra s-suġġeriment li dan il-post jingħata f'idejn xi għaqda volontarja ta' l-ambjent biex tieħu ħsiebu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Diġa' ttieħdet azzjoni sabiex il-katusi li jgħaqqdu l-\"Magħluq\" mal-bajja jinfetħu u nbena ħajt fil-bajja sabiex ir- ramel ma jibqax jimblokka l-katusi.", "KLINICI", "3205.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Hemm xi ħsieb biex il-kliniċi/centri tas-Saħħa u/jew id-djar ta' l-Anzjani jinfetħu fejn verament ikun hemm żonnhom u dan wara li jsiru l- istudji meħtieġa biex jiġi assigurat fejn qiegħed il-vera bżonn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-rwol tac-Centri tas-Saħħa eżistenti kif ukoll il- ħteġijiet futuri ta' Ċentri oħra jrid jiġi ko-ordinat ma' l-Iżvilupp fil- qasam tal-Privary Health Care u huwa partikolarment marbut ma' l-Iskema tat- Tabib tal-Familja.", "Dwar id-Djar ta' l-Anzjani, l-Onor.", "Membru japprezza li minbarra d-Djar eżistenti tal-Furjana, tal-Gżira, ta' l-Msida u tal-Mosta, qed jitkompla x- xogħol fuq id-Dar taż-Żejtun.", "F'Għawdex, qed isiru negozjati mal-Moviment Azzjoni Socjali biex jinbena proġett ta' djar għall-anzjani f'Għajnsielem, li jkun forma ta' joint venture bejn il-Gvern u l-MAS.", "Meta l-Ministeru tiegħi jippjana li titwaqqaf Dar ta' l-Anzjani, l-għażla tal-lokalita' ssir bil-ħsieb li taqdi area kbira ta' Malta u qatt ma huwa l- ħsieb li dik id-dar taqdi biss l-anzjani ta' belt jew raħal partikolari.", "Il-Ministeru tiegħu huwa konxju li baqa' inħawi ta' Malta li għalissa ma ġewx inklużi fl-ippjanar, u dan jagħti lok għal aktar studju 'il quddiem fejn jistgħu jinfetħu aktar djar.", "Nirreferi ukoll lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2223 fis-Seduta Nru. 23 tat-8 ta' Ġunju, 1992 fejn għidt li se jsir survey dwar l-istatus tas-saħħa Maltija li għandu jkompli jixħet dawl fuq is-sitwazzjoni ta' l-anzjani tagħna.", "Dan is-survey ikun jista' jgħin biex ikun jista' jsir ippjanar xjentifiku fil-qasam tad-Djar għall- Anzjani.", "TELEPHONES - AT/7904/91", "3240.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor meta l- applikant AT/7904/91 se jkun moqdi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa ppjanat li l-applikant bir-referenza AT/7904/91 jingħata s-servizz tat-telephone skond il-programm tax-xogħol li Telemalta għandha għall-Fgura.", "TELEMALTA - UFFIĊINI", "3241.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Telemalta għand-hiex il-ħsieb li ticcentralizza l-ufficini tagħha ta' Gwardamanġia (Malex House) u l-Marsa (Spencer Hill) fil-Belt, f'post wieħed?", "Jekk iva, fejn u meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-risposta għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant hija fin-negattiv.", "TELEMALTA - SPONSORSHIPS", "3242.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħidli kemm ingħtaw sponsorships mill- Korporazzjoni Telemalta mill-bidu ta' l-1990?", "Kemm sewa flus kull sponorship?", "Lil min ingħataw dawn l-isponsorships?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn Jannar 1990 sa Ġunju 1992, ingħataw 40 sponsorships li l-ammont globali tagħhom kien jammonta għal Lm64,368.", "Dawn kienu maqsuma kif ġej:", "Sa Lm300 - 20 sponsorship Bejn Lm301 sa Lm1,000 - 10 \" Bejn Lm1,001 sa Lm3,000 - 5 \" 'Il fuq minn Lm3,000 - 5 \"", "Il-korporazzjoni użat dawn l-isponsorships biex tgħin għaqdiet kemm kulturali, filantropiċi u socjali kif ukoll sportivi.", "Mhix etika li jingħataw aktar dettalji.", "TELEMALTA - TELEPHONE BOOTHS", "3243.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-coin boxes tat-telephones ġodda li kienu qegħdin jitwaħħlu dan l-aħħar, hux qegħdin jagħtu trouble?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni Telemalta tixtieq tinforma lill-Onor.", "Interpellant li f'ċirkostanzi tekniċi normali l-coinboxes tat- telephone kollha qegħdin jaħdmu tajjeb.", "B'danakollu Telemalta qegħda f'kuntatti mas-suppliers biex jekk ikun hemm bżonn ta' dawn il-coinboxes ikunu jistgħu jaħdmu wkoll fuq il-linji twal b'wire irqiq.", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - UFFICINI", "3265.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Min huma l-kumpanniji privati li ngħataw kuntratt għat-tindif ta' ufficini, inkluż site officers, mill-Ministeru ta' l-Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "X'inhu l-valur ta' kull kuntratt li ngħata separatament?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-kumpanniji li ngħataw kuntratt għat-tindif ta' uffiċini tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u tal-Ministeru ta' l-Ambjent huma dawn:", "1.", "Bad Boy General Window Cleaners għall-Block il-Ġdid tad-Dipartiment tax- Xogħlijiet.", "Bejn April 1991 u Settembru 1991 tħallset is-somma ta' Lm2496.", "2.", "Bad Boy General Window Cleaners Limited għall-Block il-Ġdid tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Din it-tender (138/91) bdiet tinħadem f'Settembru 1991 u tispiċċa dan ix-xahar meta tibda taħdem tender ġdida mirbuħa minn Mr V Mallia.", "S'issa l-Bad Boy General Window Cleaners tħallsu s-somma ta' Lm8840.", "3.", "Salamander Janitor Services Limited li rebħu tender għal 52 ġimgħa biex iżommu nadif il-Planning Services Division tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Il-valur tal-kuntratt huwa ta' Lm1772.50.", "4.", "Bad Boy General Window Cleaners Limited sabiex inaddfu darbtejn fil- ġimgħa s-Sezzjoni tal-Mapping Unit.", "Ir-rata hija ta' Lm14 fil-ġimgħa.", "S'issa għadhom ma tħallsux.", "5.", "Il-General Cleaners Company Limited qed inaddfu l-ground floor tal- Ministeru tlett darbiet fil-ġimgħa bir-rata ta' Lm38 fil-ġimgħa.", "S'issa għadhom ma tħallsu ebda pagamenti.", "6.", "Il-General Cleaners Company Limited ġew inaddfu wkoll is-Sezzjoni tat- Toroq f'Santa Venera.", "Wara li ġew irranġati l-uffiċini din il-kumpannija f'weekend ħadet ħsieb it-tindif tal-post li ried isir wara li sar ix-xogħol u se titħallas is-somma ta' Lm200.", "Peress li f'din is-sezzjoni għadu qed isir xi xogħol żgħir ta' kostruzzjoni l-kumpannija qed titħallas għal kull darba li tnaddaf l- uffiċini.", "Dan qed isir darba fil-ġimgħa.", "Irrid inżid li huwa mpossibbli li dan it-tindif fid-Dipartiment tax- Xogħlijiet u l-Ministeru isir minn 13-il fattiga li hemm fil-blokki u l- uffiċini imxerrdin f'diversi postijiet.", "POWER STATION - DELIMARA", "3266.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern beħsiebu jwaqqaf l-użu tal-faħam fit- tħaddim tal-Power Station?", "Jekk fl-affermattiv minn meta hu ppjanat li jinqata' l-użu totali tal- faħam?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Korporazzjoni Enemalta qegħda tistudja l- possibilita' li tbiddel iż-żewġ boilers biex jaħdmu b'mod ekonomiku mingħajr faħam.", "Dan jista' jirrendi li l-boilers ikunu tajbin biex jaħarqu ż-żejt jew il-faħam u jipproducu l-kapacita' sħiħa tagħhom.", "Jekk dan l-istudju jirriżulta f'wieħed pożittiv il-korporazzjoni tibda biex tbiddel wieħed mill-boilers fis-sajf ta' l-1993, u l-ieħor fis-sajf ta' l-1994.", "ŻEBBUĠ - BRACKET TAD-DAWL", "3267.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li malajr kemm jista' jkun jitneħħa l-bracket tad-dawl li hemm imwaħħal fi Grace Street kantuniera ma' Alley 10, Main Street, Żebbuġ, peress li dan il-bracket qiegħed ikkawża ħsara kbira fil-bini fejn qiegħed imwaħħal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Korporazzjoni Enemalta se tieħu l-passi meħtieġa.", "GĦAWDEX - ĠARR TAN-NAR TAL-FESTI FUQ IL-VAPUR", "3268.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Xi prekawzjonijiet tieħu l-kumpannija Gozo Channel f'każ li trasport ta' materjal esplussiv bħal logħob tan-nar jew materjal li jkun meqjus bħala highly infammable jinġarr fuq il-vapuri tagħha bejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nformat li l-kumpannija ma tħallix logħob tan- nar jinġarr fuq il-vapuri tagħha għajr fuq vjaġġi mikrija (chartered) apposta u li fuqhom ma jinġarr xejn ħlief il-logħob tan-nar.", "Dan isir taħt skorta tal-Pulizija.", "Għal dak li huwa materjal highly infammable, jekk l- Onor. Interpellant qed jirreferi għall-fuel jew gass, dan jinġarr fuq vjaġġi specjali li fuqhom ma jgħaddi ħadd ħlief it-trakkijiet li jkunu jġorru l-istess materjal.", "Għal dawn il-vjaġġi specjali, il-Gozo Channel introduciet regolamenti ta' miżuri ta' sigurta' li jiġu applikati kemm min-naħa tal-kumpannija kif ukoll min-naħa ta' l-operaturi tat-trakkijiet.", "BLATA L-BAJDA - GĦELUQ TA' TRIQ", "3269.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għeluq permezz ta' barriers ta' triq li tagħti minn fejn Gattard House għal fejn ic-cimiterju ta' Braxia, l-Blata l-Bajda, kif ukoll il-bini ta' parking area sarux bil-permess meħtieġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qatt ma kienet ipproġettata triq prinċipali minn fejn Gattard House għal fejn iċ-ċimiterju.", "Il-barriers imsemmija se jitneħħew, pero' l-parking se jibqa' u t-triq issir cul-de-sac jiġifieri ma tinfidx għal Triq l-Indipendenza.", "BLATA L-BAJDA - GĦELUQ TA' TRIQ", "3270.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għeluq permess ta' barriers ta' triq li tagħti minn fejn Gattard House għal fejn ic-cimiterju ta' Braxia, l- Blata l-Bajda, kif ukoll il-bini ta' parking area sarux bil-permess meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja qed tiġi nvestigata billi qed jiġu eżaminati t-talbiet li saru lill-awtoritajiet kompetenti.", "AJRUPORT - FAĊILITAJIET SANITARJI", "3308.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jirriżul-talux li fl-ajruport mhemmx faċilitajiet sanitarji xierqa għal dawk konnessi max-xogħol tat-tined ta' l-esportazzjoni u l-importazzjoni?", "Jistax jirrimedja għal dan in-nuqqas malajr kemm jista' jkun?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Qed jiġi kkonsidrat kif jistgħu jiġu mtejjba l-faċiltajiet sanitarji fl-inħawi tat-Tinda.", "AJRUPORT - FREIGHT B'COURIER SERVICE", "3309.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Hux b'arranġament uffiċjali li freight li jidħol b'xi servizz ta' courier eċċ. jiġi preferut fil-clearing mill-ajruport ta' Ħal Luqa minn xogħol normali?", "X'inhi l-ġustifikazzjoni ta' dan?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-importazzjoni bil-Courier Service tingħata, bħalma wieħed jista' jifhem, l-istess precedenza li tingħata l- posta.", "AJRUPORT - UFFIĊJALI TAD-DWANA", "3310.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jirriżultalux li ġo l-ajruport mhemmx uffiċjali tad-Dwana biżżejjed?", "X'qed isir biex il-qagħda tiġi rranġata?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għar-riposta tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 3302.", "AJRUPORT - LEADERS", "3311.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jirriżul-talux li fl-ajruport hemm nuqqas ta' loaders?", "X'qed isir biex il-qagħda tiġi rranġata?", "Jirriżultalux li hemm nuqqas ta' nies biex ifittex ix-xogħol fit-tined u dan jikkaġuna dewmien bla ħtieġa għal kulħadd?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ma jidhirlix li hemm nuqqas ta' staff fit- tinda tal-merkanzija ta' l-ajruport.", "AJRUPORT - AIR WAY BILLS", "3312.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jirriżultalux li l-burdnara ta' l-ajruport ġieli jsibu diffikultajiet u jkollhom jistennew ħafna biex jiġbru l-Air Way Bills tal-klijenti tagħhom?", "Jirriżultalux li l-għadd ta' l-Istaff ta' Air Malta f'dan il-qasam u oqsma relatati mhuwiex adegwat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tqassim ta' l-Air Way Bills mhux responsabbilta' tad-Dipartiment tad-Dwana u għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru koncernat.", "AJRUPORT - AIR WAY BILLS", "3313.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Meta daħlet il-prattika li meta Air Malta tittimbra air way bill meta x- xogħol ikun sejjer il-Port il-ġdid tiġġarġja Lm5?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-prattika li jitħallas dan il-pagament fuq trasferiment ta' merkanzija għad-Depost (u mhux il-port) il-ġdid ġiet introdotta s-sena l-oħra.", "BANEK - BICAL", "3328.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Fiex waslu l- pjanijiet sabiex id-depożitanti ta' flus fil-BICAL jieħdu ħlas ieħor?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kontrollur tal-BICAL qiegħed fil-preżent jaħdem fuq eżercizzju sabiex huwa jkun jista' jistabbilixxi l-possibilta' li jagħmel pagament ieħor lid-depożitanti u kredituri tal-Bank.", "Il-ħidma fuq dan l-eżercizzju qegħda ssir b'ritmu mgħaġġel u b'impenn sħiħ sabiex jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.", "PACE GRASSO FOOTBALL GROUND", "3335.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'referenza għat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3153, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt iffirmat f'Lulju 1985 li għalih jagħmel referenza l-istess Ministru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jagħmel l- Interpellanza tiegħu lill-Ministru kkoncernat, li huwa l-Ministru nkarigat mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "SKEJJEL - SPECJALI", "3336.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2437 tal-15 ta' Ġunju 1992 dwar transport allowance għall-iskejjel specjali, peress illi kien wieġeb li se jagħti tweġiba f'xi seduta oħra?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f'seduta 29.", "SKEJJEL - STUDENTI", "3337.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2440 dwar l-għadd ta' studenti fl-iskejjel statali; tal-Knisja u tal-privat peress li kien weġibni li jagħti tweġiba f'xi seduta oħra?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Tweġiba ngħatat f'seduta 36.", "RAĦAL ĠDID - KNISJA TA' SANT UBALDESCA", "3338.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'risposta jew x'rapport ingħtat lura mis-Sezzjoni ta' l- Antikita' tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet dwar ir-restawr tal-Knisja Ta' Sant' Ubaldesca f'Raħal Ġdid, b'referenza għar-risposta li ta għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 127 tas-7 ta' April, 1992, peress li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar din il-knisja u l-inħawi ta' madwarha qiegħed jiddeterjora a skapitu tal-wirt kulturali nazzjonali?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN PUBBLIKU", "3339.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 124 tas-7 ta' April, 1992 dwar il-ġnien f'Raħal Ġdid wara l-ground ta' pace Grounds stante li ż-żamma ta' ġonna pubblici hi responsabilita' tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie kkurat u mogħti maintenance lill-istess ġnien mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?", "Hemm inkarigat xi ġardinar biex jieħu ħsieb dan il-ġnien regolarment?", "Dan min hu u fejn ikun stazzjonat?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Min-ħabba c-cokon tiegħu dan il-ġnien ma fihx ġardinar stazzjonat fih, iżda t-tindif isir mill-gang tal-ħaddiema tad- distrett bħala rutina.", "L-aħħar tindifa saret fid-9 ta' Ġunju ta' din is- sena.", "Fejn isiru xi ħsarat strutturali d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd jitlob lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex issir it-tiswija.", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN PUBBLIKU", "3340.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 124 magħmula fis-7 ta' April, 1992 dwar il-ġnien wara l-ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid, jista' l- Ministru jgħid:-", "(1) x'rapport ingħata lura mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet dwar liema xogħol ta' manutenzjoni hemm bżonn isir fl-istess post?", "(2) kemm-il darba sar maintenance mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fl- istess post minn dak in-nhar sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Ġnien wara l-Ground ta' Pace Grasso fir-Raħal Ġdid jinstab f'kondizzjoni tajba għaliex sar xogħol ta' manutenzjoni fih.", "Kull ma baqa' xi jsir huma li jinbidlu numru żgħir ta' balavostri li hemm miksura.", "Nixtieq inżid li mis-7 ta' April 1992 'l hawn dan il-ġnien tnaddaf darbtejn.", "Id-Dipartiment ta' l-Ambjent wasal fi ftehim mal-Kumitat tal-Bocci tal- lokal biex iżommu l-parti li tippartjeni lilhom nadifa.", "ZABBAR : TRIQ IL-QALB IMQADDSA - WIRE PERIKOLUŻ", "3355.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l- Korporazzjoni Enemalta tirrimedja dwar wire ta' l-elettriku perikoluż mad- dar Nru. 16, Triq il-Qalb ta' Imqaddsa, f'Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON:Għalkemm ma jirriżultax li hemm xi periklu imminenti, l-Korporazzjoni Enemalta diġa' miexja bi programm biex jinbidlu l-wires fil-lokal.", "TELEMALTA - CUSTOMERS SERVICE", "3356.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Fiex waslu t-taħdidiet bejn il-General Workers' Union u l- Korporazzjoni Telemalta dwar il-Customers Service (telephone u telegrafija) imsemmi minnek fil-Parlament fil-bidu tal-leġislatura?", "Għaliex waqfu?", "Hemm il-ħsieb li dawn it-taħdidiet jitkomplew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tajjeb li nfakkar l-Onor.", "Membru li l-idea u l-ħtieġa tal-ħolqien tal-Customer Service Unit kienet inizjattiva tal- Korporazzjoni Telemalta wara li kienu jinħolqu diffikultajiet li jwasslu għal servizz mhux adekwat lill-pubbliku minħabba nuqqas ta' flessibilta' fl- assunzjoni ta' dmirijiet fit-Taqsimiet tat-Telegrafu u Operator assisted Services.", "Il-Korporazzjoni għamlet laqgħat preliminari mal-Union fejn spjegat il- ħtieġa ta' din ir-riorganizzazzjoni u din ta' l-aħħar qablet fil-prinċipju ma' dan il-konċett.", "Minnufih l-uffiċjali tal-Korporazzjoni bdew iħejju d-dettalji ta' riorganizzazzjoni sabiex jitkomplew it-taħditiet mal-Union bil-għan li jintlaħaq ftehim aħħari.", "Dan ix-xogħol wasal fi stadju avvanzat u huwa previst li d- diskussjonijiet ikomplu fi żmien qasir.", "SKEJJEL: MARSA - STUDENTESSA", "3357.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Tista' studentessa ta' 15-il sena li tattendi fin-New Centre fil-Girls' School, il-Marsa, li qegħda Form IV A, tagħmel transfer għall- iskola tas-Snajja' tal-Kalkara biex titgħallem ic-combini?", "F'każ li tista', x'għandha tagħmel?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Bħalissa qed isir ċertu tibdil fl-istrutturi ta' l-iskejjel li għalihom jirreferi l-Onor.", "Interpellant.", "Nixtieq li dan il-każ individwali jiġi trattat fuq il-meriti tiegħu direttament mad-Dipartiment.", "BORMLA: TRIQ W ROSATO - XOGĦLIJIET FI BLOKK", "3358.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-Dipartiment koncernat jagħmel il-manutenzjoni fi Blokk Nru 7, fi Triq W Rosato ġo Bormla fejn jenħtieġ, fost affarijiet oħra, jissewwa ħadid tat- taraġ, bieb tal-bejt, bieb ta' barra u t-twieqi, peress li lmentaw residenti fl-istess blokk?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar ix-xogħlijiet li jridu jsiru fil-partijiet komuni tal-blokk imsemmi.", "RUMA - SERQA MILL-AMBAXXATA MALTIJA", "3362.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Hemm xi verita' li ftit tax-xhur ilu mill-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma saret serqa?", "Jekk fl-affemattiv fiex kienet tikkonsisti s-serqa?", "Saru rapporti lil awtoritajiet Taljani?", "Insterqu affarijiet li huma proprjeta' tal-Gvern, jekk iva fiex kienu jikkonsistu?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: F'Novembru 1990, ġew misruqa mill-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma, personal computer, desk set u calculators, kollha proprjeta' tal-Gvern.", "L-Awtoritajiet Taljani ġew informati uffiċjalment u sar rapport dettaljat lill-pulizija.", "L-affarijiet in kwestjoni kienu koperti min polza ta' assikurazzjoni.", "MOSTA - PULIZIJA TAT-TRAFFIKU", "3387.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2203 tas-6 ta' Ġunju?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Dak inhar il-pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku kienu qed jagħmlu road checks għall-għarrieda.", "Din is-sorveljanza mill- Pulizija tagħti riżultati pożittivi.", "DROGI", "3388.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2699 dwar kif jinqerdu d-drogi maqbuda mill-Pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Propr-jament id-destruzzjoni tad-droga hija kompetenza tal-Qorti ta' Malta u għalhekk il-mistoqsija kellha ssir lill-Ministru koncernat.", "Minn informazzjoni li ġbart irriżultati li l-Qorti tordna d-distruzzjoni tad-drogi maqbuda b'opra tar-Reġistratur tal-Qorti assistit minn Dr Abela Medici, u tispecifika li fil-mument tad-distruzzjoni il-Qorti tkun ukoll preżenti.", "PROSTITUZZJONI", "3389.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti matul l-ewwel sitt xhur tas-sena talli:-", "(1) ipprattikaw il-prostituzzjoni; u", "(2) għexu minn fuq il-prostituzzjoni?", "F'kull każ fejn sar l-allegat reat?", "Ta' liema etajiet kienu dawk f'numru 1?", "X'passi ttieħdu f'kull każ?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi f'1 u 2 li tressqu l-Qorti, xhur jew snin ilu u għad ma kienx hemm deċiżjoni tal-Qorti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li matul l-ewwel sitt xhur ta' l-1992 kien hemm ħames persuni li tressqu l-Qorti talli pprattikaw il- prostituzzjoni.", "Matul l-istess perijodu ma tressaq ħadd talli għex minn fuq il- prostituzzjoni.", "Ir-reati kollha saru fl-area tal-Gżira u Msida.", "L-etajiet ta' dawk akkużati li pprattikaw il-prostituzzjoni fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena huma kif se ngħid:", "tnejn ta' 21 sena;", "persuna oħra ta' 31 sena; u", "tnejn ta' 23 sena.", "Il-persuni nvoluti tressqu l-Qorti.", "Hemm 16-il każ pendenti, quddiem il-Qorti.", "PULIZIJA - SEZZJONI TAD-DROGA", "3390.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2697 fejn tlabt li jkunu stazzjonati pulizija li għandhom taħriġ speċifiku fid-droga ġewwa Għawdex imqar matul ix-xhur tas- sajf.", "Ġie studjat dan is-suġġeriment ukoll fid-dawl ta' dak li deher fil- gazzetta \"Il-Ġens\" tal-Ġimgħa, 3 ta' Lulju, li żgħażagħ qed ipejjpu l- ħaxixa apertament f'disco?", "Ittieħdu passi mill-pulizija biex jinvestigaw dan ir-rapport fl-imsemmija gazzetta?", "Beħsiebha l-Pulizija tieħu azzjoni dwar dan il-każ u dwar każi oħra simili li jidher li isiru wisq komuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan ir-rapport fil-ġurnal deher wara li l-Pulizija kienet diġa' għamlet l-istħarriġ tagħha.", "Persuna se titressaq il-Qorti dwar Pussess ta' Droga.", "Persuni oħra se jitressqu l-Qorti dwar pussess illegali ta' strumenti li jaqtgħu u bil-ponta.", "Il-Pulizija beħsiebha żżid is-sorveljanza tagħha dwar abbużi simili f'Għawdex.", "BANEK - LOHOMBUS", "3394.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: B'referenza għat-tweġiba li tajtni għall-mistoqsija tiegħi numru 3067 tista' tgħid kemm hu n-numru ta' persuni separati li qed igawdu minn sussidju ta' self li jittieħed mill-Lohombus Corporation Limited u hemm minnhom separati għallinqas b'deċiżjoni tal-qorti?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Peress li din l-informazzjoni tirrikjedi ricerka fil-files u għalhekk tieħu certu ammont ta' żmien, tingħata risposta aktar 'il quddiem.", "LOGHOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "3395.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: In vista tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li mistennija jsiru f'Malta s-sena d-dieħla, il-Gvern kif se/jew qed igħin lill-Kumitat Olimpiku Malti fl- organizzazzjoni ta' dan il-logħob bl-iskop li jkun organizzat b'suċċess?", "X'faċilitajiet u personnel se joffri?", "Hux il-ħsieb tal-Gvern li jgħin ukoll finanzjarjament u twaqqfux xi kumitati bejn il-Gvern u l-Kumitat Olimpiku Malti biex ikunu koordinati l- affarijiet li hemm bżonn isiru qabel ma jibda l-logħob?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: In vista tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li mistennija jsiru f'Malta s-sena d-dieħla, il-Gvern qed jgħin lill-Kumitat Olimpiku Malti fl-organizazzjoni ta' dan il-Logħob.", "Il-Gvern aċċetta t-talba li saret mill-KOM u pprovda b'secondment ta' tliet uffiċjali minn Dipartimenti oħra biex jaħdmu full time mal-KOM.", "Il-Gvern qed joffri l-faċilitajiet sportivi eżistenti għall-użu tal- Kumitat organizz-attiv tal-Logħbiet, jinkludu l-Kumpless Sportiv f'Għawdex.", "Il-Gvern diġa' qed jgħin u jkompli jgħin finanzjarjament fl- organizzazzjoni barra li vvota somma record għall-attrezzaturi li huma l- pixxina bl-ilma sħun, wiċċ sintetiku għall-atletika, titjib fil-gymnasia ta' Kordin, Ta' Qali u De La Salle u xogħol fuq ir-range tal-Bidnija.", "Ġie mwaqqaf kumitat bejn il-Gvern u l-KOM biex ikunu koordinati l- bżonnijiet li jeħtieġ isiru qabel ma' jibda l-logħob.", "Ta' min iżid li jsiru wkoll laqgħat regolari miegħi.", "TARZNA TA' MALTA - STRUTTURA TAL-PAGI", "3396.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Meta sar l- aħħar ftehim dwar l-istruttura tal-pagi tal-ħaddiema tat-Tarzna?", "Għal perjodu ta' kemm snin kien dan il-ftehim?", "Hux minnu li ż-żieda li ħaddiema tat-Tarzna kien messhom jieħdu disa' xhur ilu għadhom ma ħaduhiex?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex?", "U jekk għalaq il-perjodu tal-ftehim dwar l- istruttura tal-pagi, bdewx negozjati u sarux xi proposti għal struttura ġdida?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien informat illi l-aħħar ftehim dwar struttura tal- pagi tal-ħaddiema tat-Tarzna sar fit-12 ta' Novembru 1988.", "Il-ftehim imsemmi kien għal perjodu ta' ħames snin.", "Kull ħaddiem tat-Tarzna li kien messu jieħu xi żieda, skond l-istess struttura ħadha.", "Mhux normali li jsiru talbiet għal re-strutturazzjoni tal-pagi waqt li struttura tal-pagi għadha fis-seħħ.", "UNIVERSITA' - PJAN STRATEĠIKU", "3411.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal lis-iStrategic Plan ta' l- Universita' Kemm hemm kumitati li qed jaħdmu fuqhom?", "X'inhuma t-terms of reference ta' kull kumitat?", "Min huma n-nies li qed iservu fuq dawn il-kumitati?", "Min għażilhom dawn in-nies?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ġew stabbiliti l-objectives kif jidher f'Appendiċi 'A'.", "Il-Kumitat ta' l-Istrategic Plan, kompost kif jidher f'Appendiċi 'B', ħatar ħames Sotto-Kumitati kif jidher ukoll fl-istess Appendiċi 'B'.", "Il-kompiti ta' dawn is-Sotto-Kumitati huma li jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar:", "il-Finanzi u b'mod partikolari il-fondi għall-iżvilupp fit-tul;", "tiġdid ta' l-istruttura amministrattiva u d-dmirijiet tal-membri ta' l- istaff;", "Ix-xejriet demografiċi b'mod partikolari dawk li jolqtu l-provvista tat- tagħlim;", "ix-xejriet makroekonomiċi u ambjentali;", "L-iżvilupp ta' relazzjonijiet internazzjonali ta' l-Universita'.", "Il-Membri tas-Sotto-Kumitati inħatru mill-Kumitat ta' l-Istrategic Plan u ġew konfermati mill-Kunsill.", "Dawn is-Sotto-Kumitati qegħdin fi studji differneti ta' progress fit- tfassil tal-proposti tagħhom.", "Reċentement, is-Sur Philip Rizzo ngħata l- kariga ta' Direttur tas- Servizzi ta' l-Ippjanar u mistenni li dan jgħin biex il-pjan jitfassal fil- qasam ta' żmien maħsub.", "UNIVERSITY OF MALTA - STRATEGIC PLAN", "OBJECTIVES 1992-1997", "1.", "STUDENTS", "a. To adapt its structures in order to be able to accommodate up to 20% of the 17 years old colhort of the Maltese population by increases of about 2% per annum, a process involving measures of administrative decentralisation;", "b. to increase high-quality foreign student enrolment both for residential and short-term courses and in the distance-learning mode;", "2.", "RESEARCH", "a. to develop centres of excellence in determined areas of specialisation, mostly of an interdisciplinary nature, primarily through its Institutes and analogous entities;", "b. by the same institutional means, to strengthen cooperation with both public and private sector bodies;", "3.", "TEACHING", "a. to develop postgraduate study and lifelong education opportunities in all sectors where they do not yet exist;", "b. to consolidate its assumption of increased provision for diploma and certificate level teaching related to its degree courses, especially in the paramedical, technological and management areas;", "4.", "GENERAL", "a. to establish systems to ensure continuous staff development appraisal of progress;", "b. to develop its Mediterranean humanist tradition and adapt curricula in the perspective of full participation in the Community of European Universities.", "STRATEGIC PLAN COMMITTEE", "Rector (Chairman) Pro-Rector (apptd. by Council) Professor S. Fiorini (apptd. by Council) Professor I. Refalo (apptd. by Senate) Professor F.F. Fenech (apptd. by Senate) Secretary Mr. Neville Gatt (student representative)", "Finanzi", "Rector (Chairman) Finance Officer Mr. Louis Farrugia", "Dr. John C. Grech Mr. Philip Rizzo Finance Officer\"s Representative (secretary)", "Struttura Amministrattiva u Dmirijiet", "Secretary of the University (Chairman) Dr. Podrebarac Professor R. Sammut Mr. J.V. Tabone Registrar-Designate (secretary)", "Xejriet Demografiċi li jirrigwardaw l-edukazzjoni", "Professor S. Fiorini (Chairman) Rev. Dr. S. Chircop Ms. Mary Darmanin Dr. Paul Heywood Mr. Charles Mizzi Dr. Ronald Sultana Student Representative Mrs. Angela Tabone (secretary)", "Xejriet Makroekonomiċi u ambjentali", "Professor I. Refalo (Chairman) Dr. J. Bonnici Mr. E.P. Delia Ms. H. Ellul Professor V. Ferrito Mr. Michael, Lawrence (secretary)", "Relazzjonijiet Internazzjonali", "Pro-Rector (Chairman) Mr. Leslie Agius, Director, International Office (University) Professor D. Attard Dr. James Calleja Student Representative Finance Officer's Representative Ms. J. Killick (secretary)", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "3412.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Universita' mis- Sixth Forms tal-Gvern u dawk mix-Sixth Forms fl-iskejjel privati minn 1987 s'issa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-informazzjoni qiegħda tinġabar.", "KORPORAZZJONI TA' l-IMPIEGI U TAĦRIĠ - IMPJEGATI", "3413.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Uman: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 81, jista' l-Ministru igħid min qed jokkupa l-gradi msemmija?", "Kemm hu s-salarju tagħhom?", "X'inhuma l-kwalifiki akkade-miċi li għandhom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Tajt struzzjonijiet biex tinġabar l- informazzjoni kollha.", "IMPORTAZZJONI TA' SIMENT", "3425.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress illi l-Gvern qal diversi drabi li se jilliberalizza l-importazzjoni tas- siment, jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jimplimenta din il-miżura?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jistudja kif u meta hu l-aħjar żmien li jilliberalizza l-importazzjoni tas-siment, wara li jkun onora l-kuntratti taħt is-sistema tal-Bulk Buying.", "Dan qed isir biex jiġi żgurat li din il-liberalizzazzjoni jsir kemm jista' jkun malajr bl-iktar mod effiċjenti għall-ġid kemm tal-konsumatur ż-żgħir kif ukoll ta' l- industrijalist.", "TRASPORT PUBBLIKU", "3428.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2587, jista' l-Ministru jikkonferma li l-karozzi tal-linja numru 80 u 81 dejjem jaslu Ħ'Attard mimlija, u li s-servizz tar-rotta numru 40 u l-aktar wieħed erratic u mhux darba jew tnejn li jinqabżu vjaġġi għax vetturi ma jkunx hemm?", "B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija numru 2587, peress li l-iskop dikjarat fl-1975 kien li jkun hemm inter-changeability fil-vetturi, għaliex għadu jiġri li jkun hemm ħafna vetturi weqfin f'Putirjal u ħafna nies jistennew il-vettura li jkunu jridu li ħafna drabi ma tasalx għax it-tali rotta tkun bin-nieqes?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kien hemm xi okkażjonijiet fejn l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku irċeviet ilmenti li karrozzi fuq ir-rotot 80 u 81 kienu qed jaslu l-Imrieħel mimlijin.", "Meta mbagħad jintbagħtu l-Enforcement Officers biex isegwu s-sitwazzjoni, is-servizz jaħdem tajjeb.", "Meta jkun hemm nuqqas ta' karozzi mhux jinqabżu l-vjaġġi iżda jitwal ħarira l-ħin bejn vjaġġ u ieħor.", "Biex jonqos wkoll dan il-problema sar arranġament bejn l-Awotrita' u l- Public Transport Association ħalli fejn ma jkunux jistgħu jiġu allokati karrozzi oħra flok dawk nieqsa, il-vjaġġi li suppost isiru minnhom se jibdew isiru mill-bqija tal-karrozzi li jkun hemm fuq ir-rotta u s-sidien jitħallsu għal dawn il-vjaġġi extra.", "Hu veru li dan l-aħħar, mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita', kienet qed tittieħed karrozza minn fuq ir-Rotta Nru. 40 biex tintbagħat taħdem fuq rotta oħra minħabba li fis-sajf ikun żdied ħafna fuqha l-volum ta' xogħol, iżda ngħatat ordni biex dan ma jibqax isir.", "Is-suġġeriment imsemmi fl-aħħar parti tal-mistoqsija mhux prattikabbli.", "Fit-terminus tal-Belt ikun hemm dejjem tmien karrozzi biex ikunu allokati fuq dawk ir-rotot fejn ikun hemm in-nieqes.", "Barra minn hekk, jekk dawn it- tmien karrozzi ma jservux, se jibda jitħaddem l-arranġament imsemmi aktar 'il fuq.", "VALLETTA - TNEĦĦIJA TA' WIRES", "3429.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Xi pjanijiet hemm dwar it-tneħħija mill-Belt ta' l-overlying cables - elettriku u telephone - li jkerrħu l-Belt Valletta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Safejn tirrigwarda l-Korporazzjoni Enemalta jiena nfurmat li fiċ-Ċentru tal-Belt Valletta l-wires ta' l-elettriku huma kollha mgħoddija minn taħt l-art.", "Dwar il-proġett għat-tneħħija tal-wires tal-Korporazzjoni Telemalta, l- Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "VALLETTA - KON-KATTIDRAL TA' SAN GWANN", "3430.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu ħsieb id-dintorni tal-Knisja Kon-Kattidral ta' San Ġwann għal dak li hu l-paviment tal-patio u l-ipparkjar tal-vetturi sa fuq it- taraġ tal-Kon-Kattidral?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Kumitat tar-Riabilita zzjoni tal-Belt Valletta għandu pjan għall-paviment għall-faċċata u d-dintorni tal- Knisja Kon-Kattidral ta' San Gwann, iżda dan ma jistax jiġi attwsat qabel ma tiġi solvuta l-problema tat-traffiku.", "ŻEJTUN: QASAM TAD-DJAR - MANUTENZJONI", "3454.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru koncernat jirranġa l-art ta' Block D, minn fejn jidħlu n-nies ġol- blokk fil-Qasam tad-Djar ta' Ganza, fiż-Żejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "APPENDIĊI 1", "(Emenda għall-Klawsola 7)", "L-EWWEL KOLONNA IT- TIENI KOLONNA", "___________________________________________________ ___________________________________________________ ___________________________________________________ ___________________________________________________", "H.S. Code H.S. Code", "Numru Deskrizzjoni tal-Prodott Imposta Numru Deskrizzjoni tal-Prodott Imposta 1701.91.19 Konċentrat xott għal 1701.91.19 Konċentrat xott għal squashes tal-frott 10c kull litru squashes tal-frott 50c kull kg", "1902.11.00 Għaġin, sew jekk ikun jew 1902.11.00 Għaġin, sew jekk ikun jew 1902.19.00 ma jkunx imsajjar jew 1902.19.00 ma jkunx imsajjar jew 1902.20.10 mimli jew preparat 1902.20.10 mimli jew preparat 1902.20.20 xort'oħra, minbarra egg 1902.20.20 xort'oħra, minbarra egg 1902.20.90 noodles u għaġin magħmul 1902.20.90 noodles u għaġin magħmul 1902.30.10 mir-ross 40c kull kg 1902.30.10 mir-ross 40c kull kg 1902.30.20 1902.30.20", "1902.30.30 1902.30.90", "1905.90.90 Cones għall-ġelat 75c kull kg 1905.30.90 Cones għall-ġelat 75c kull kg", "1905.90.99 Wafers għall-ġelat 25c kull kg 1905.30.90 Wafers għall-ġelat 25c kull kg", "2007.91.10 Kunservi oħra 60c kull kg Għandha tiġi mħassra 2007.99.10", "2008.11.91 Lewż u ground-nuts 2008.11.91 Lewż u ground-nuts 2008.11.99 f'reċipjenti li fihom ma 2008.19.91 f'reċipjenti li fihom ma 2008.19.91 tidħolx arja, mhux biex tidħolx arja, mhux biex jiġu ppakkjati mill-ġdid jiġu ppakkjati mill-ġdid jew għal skopijiet jew għal skopijiet industrijali 60c kull kg industrijali 60c kull kg", "2009.80.29 Meraq tal-frott 15c kull litru 2009.80.29 Meraq tal- frott 15c kull litru 2009.80.90 2009.90.19", "2009.90.19 2009.90.21", "2009.90.21 2009.90.29", "2009.90.29", "Fit-test ta' l-Ingliż biss In the English text only", "2201.10.10 Mineral waters and 2201.10.10 Mineral waters and 2201.10.90 aerated waters excluding 2201.10.90 aerated waters excluding natural aerated waters 3c per litre naturally aerated waters 3c per litre", "2202.10.90 Soft drinks 10c kull litru 2202.10.90 Soft drinks 10c kull litru 2202.90.90 2202.90.00", "2828.10.00 Ipoklorit tas-sodju 2828.90.00 Ipoklorit tas-sodju 2828.90.00 (bleach), minbarra (bleach), minbarra ipoklorit tas-sodju li ipoklorit tas-sodju li jkun fih 13% jew aktar jkun fih 13% jew aktar chlorine 12c kull litru chlorine 12c kull litru", "3208.10.00 Żebgħa ta' tip enamel, 3208.10.00 Żebgħa ta' tip enamel, 3208.20.00 żebgħa chlorinated b'bażi 3208.20.00 żebgħa chlorinated b'bażi 3208.90.00 ta' lastiku, żebgħa 3208.90.00 ta' lastiku, żebgħa 3209.10.00 bbażata fuq emulsjoni ta' 3209.10.00 bbażata fuq emulsjoni ta' 3209.90.00 reżina sintetika, 3209.90.00 reżina sintetika, 3210.00.00 undercoat u primer 3210.00.00 undercoat u primers industrijali, minbarra industrijali, minbarra underseal għal vetturi, żebgħa cellulose, żebgħa ta' tip enamel f' underseal għall-vetturi, reċipjenti aerosol, żebgħa ta' tip enamel tinlets jew fliexken u f'reċipjenti aerosol, bonding agent primers tinlets jew fliexken u cleft whitener f' bonding agent primers reċipjenti ta' mhux aktar cleft whitener minn 250 ml b'applikatur f'reċipjenti ta' mhux inkluż, u primers u undercoats aktar minn 250ml użati flimkien ma' anti- b'applikatur inkluż fouling marine coatings, żebgħa ta' tip emulsion bil-kondizzjoni li dawn ibbażata fuq acrylic, u il-primersuundercoats primers u undercoats użati jiġu importati użati flimkien ma' flimkien ma' l-antifouling antifouling marine marine coatings rispettivi, coatings, bil-kondizzjoni u li dawn il-primers u li dawn il- primers u undercoats ikunu indikati undercoats jiġu importati u mmarkati biċ-ċar li flimkien ma' l- jagħmlu parti minn sistema antifouling marine ta' antifouling marine coatings rispettivi, u li coating, kif ukoll li l- dawn il-primers u aggregate volume tal-primers undercoats ikunu indikati u undercoats ma jeċċedix u mmarkati biċ-ċar li id-doppju tal-volum ta' l- jagħmlu parti minn imsemmi antifouling marine sistema ta' antifouling coating.", "Xi eċċess fil- marine coating, kif ukoll volum ta' dawn il-primers li l- aggregate volume u undercoats ikun suġġett tal- primers u undercoats għal ħlas ta' l-imposta ma jeċċedix id-doppju kurrenti 75c kull litru tal- volum ta' l-imsemmi", "antifouling marine", "coating.", "Xi eċċess fil- volum ta' dawn il-primers u undercoats ikun suġġett għall- ħlas ta' l-imposta", "kurrenti 75c kull litru", "3402.20.00 Preparati likwidi għall- 3402.20.00 Preparati likwidi għall- 3402.90.00 ħasil li jkun fihom xi 3402.90.00 ħasil li jkun fihom xi non-ionic, anionic jew non- ionic, anionic jew cationic surface-active agent cationic surface-active agent li t-total ta' active li t-total ta' active matter tiegħu ma jeċċedix matter tiegħu ma jeċċedix il-ħamsin fil-mija; u il-ħamsin fil-mija; u fabric conditioner minbarra fabric conditioner minbarra preparati likwidi għall- preparati likwidi għall- ħasil ta' vejikoli, ħasil ta' vejikoli, materja prima soltu wżata materja prima soltu wżata għall-manifattura ta' għall- manifattura ta' shampoos; preparati għal shampoos; preparati għal tindif ta' twieqi u ta' tindif ta' twieqi u ta' tapiti; preparati tapiti; preparati antiseptic maħsuba għall- antiseptic maħsuba għall- użu iġeniku tal-persuna, użu iġeniku tal-persuna, irrispettivament mill- irrispettivament mill- active matter li jkun active matter li jkun fihom u preparati għat- fihom u preparati għat- tindif alkaline jew tindif alkaline jew acidic li jkollha P.H. acidic li jkollha P.H. ta' 1% soluzzjoni taħt ta' 1% soluzzjoni taħt 3.5 jew 'il fuq minn 11 35c kull litru 3.5 jew 'il fuq minn 11, fabric conditioners u", "softeners f'folji 35c kull litru", "3405.20.00 Lostru ta' l-għamara 3405.20.00 Lostru ta' l-għamara f'reċipjenti ta' ħames f'reċipjenti ta' ħames litri u anqas - litri u anqas -", "(a) likwidi inklużi (a) likwidi inklużi aerosols 150c kull litru aerosols 150c kull litru (b) oħrajn 100c kull litru (b) oħrajn 100c kull litru minbarra wax polishes minbarra wax polishes għall-għamara għall- għamara mhux", "f'forma likwida, aerosol jew krema", "3909.50.00 Polyurethane f'għamla ta' 3909.50.00 Polyurethane f'għamla ta' foam flexible 110c kull kg 3921.13.00 foam flexible 110c kull kg", "3923.10.00 Reċipjenti għall- 3923.10.00 Reċipjenti għall- 3922.90.00 kosmetiċi u kaxxi għall- 3923.90.00 kosmetiċi u kaxxi għall- ġojjellerija, crates, ġojjellerija, crates, basktijiet għall-irkotta basktijiet għall-irkotta u reċipjenti għall-ħelwa, u reċipjenti għall-ħelwa, minbarra reċipjenti fully minbarra reċipjenti fully moulded għal użu agrikolu moulded għal użu agrikolu u reċipjenti fully u reċipjenti fully moulded għall-użu moulded ta' aktar minn industrijali għal ħażna 2.5 kg piż u aktar minn ta' l-għaġin minn 500mm għoli, għall-użu manifatturi lokali industrijali għal ħażna ta' l-għaġin, ta' l-għaġin minn kaxxi li jġorru 3 fliexken manifatturi lokali ta' l- ta' 5 litri l-wieħed għaġin, kaxxi li jġorru 3 jew 6 fliexken ta' fliexken ta' 5 litri l- 2 litri l-wieħed wiehed jew 6 fliexken ta' għall-użu industijali, 2 litri l-wieħed għall- kaxxi plastika riġida użu industrjali, kaxxi trasparenti għal tal- plastika riġida għal ġojjellerija, trasparenti għal pożati tal-mejda ġojjellerija, u ta' 11 cm u anqas tul u reċipjenti għal storage reċipjenti għal storage ta' ta' ġojjellerija jew jewellery jew kosmetiċi 30c kull kg kosmetiċi 30c kull kg", "3923.21.00 Boroż għall-laundry u 3923.21.00 Boroż għall-laundry u 3923.29.00 għal skart u carrier bags 3923.29.00 għal skart u carrier bags 3924.90.00 tal-plastika, minbarra 3924.90.00 tal- plastika, minbarra freezer/cooler bags,carrier freezer/cooler bags, bags tal-plastikafully carrier bags fully moulded u carrier moulded u carrier bags/basktijiet bags/basktijiet għax-xiri għax-xiri għall-użu għax-xiri ta' użu pubbliċitarju tal-plastika 30c kull kg pubbliċitarju 30c kull kg", "3924.90.00 Oġġetti pnewmatiċi, 3924.90.00 Oġġetti pnewmatiċi, 3925.90.00 ventilator covers, kaxxi 3925.90.00 ventilator covers, kaxxi 3926.90.00 għall-ġojjellerija, qsari 3926.90.00 għall- ġojjellerija, qsari għall-fjuri u platti għall-fjuri u platti għalihom, minbarra qsari għalihom, minbarra qsari għall-fjuri ta' dijametru għall- fjuri ta' dijametru ta' aktar minn 17.78cm ta' aktar minn 17.78cm (7\") u platti għalihom (7\") u platti għalihom ta' dijametru ta' aktar ta' dijametru ta' aktar minn 19.05cm (7.5\") tal- minn 19.05cm (7.5\") tal- plastika u beach boats, u plastika u beach boats, u rigid pools u animal rigid pools u animal riders pnewmatiċi tal- riders pnewmatiċi tal- plastika, u reċipjenti plastika, u reċipjenti għal storage ta' għal storage ta' ġojjellerija, 30c kull kg ġojjellerija, pigeon loft", "louvres, u flower boxes u platti għalihom 30c kull kg", "3925.20.00 Aperturi tal-plastika 30c kull kg 3925.20.00 Bibien, twieqi u l-", "gwarniċi għalihom, u", "għatbiet għal bibien 30c kull kg", "3926.20.00 Vavalori, ċinturini u 3926.20.00 Vavalori, ċinturini u 3926.90.00 ingwanti tal-plastika ingwanti tal-plastika minbarra vavalori u minbarra vavalori u ingwanti għall-użu ingwanti għall-użu mediku, ingwanti tal- mediku, ingwanti tal- vinyl għall-użu tal- vinyl għall- użu tal- laboratorju 15c-il wieħed/ laboratorju u ingwanti 15c-il wieħed/ par indistrijali tal-plastika par", "4202.12.30 Conference cases tad- 4202.12.30 Conference cases tad- 4202.92.20 drapp 10c per unit 4202.92.00 drapp 10c il-waħda", "4202.19.20 Oġġetti oħra tal-vjaġġi 4202.19.20 Oġġetti oħra tal-vjaġġi 4202.99.20 tal-paperboard 200c il-waħda 4202.99.10 tal-paperboard 200c il-waħda", "4202.19.20 Conference cases tal- 4202.19.20 Conference cases tal- 4202.99.20 paperboard 10c il-waħda 4202.99.10 paperboard 10c il-waħda", "4202.31.00 Portmonijiet u portafolji 4202.31.00 Portmonijiet u portafolji 4202.91.00 tal-ġilda jew ta' tal-ġilda jew ta' kompożizzjonijiet tal- kompożizzjonijiet tal- ġilda 100c il-waħda ġilda 100c il-waħda", "4819.10.00 Kaxxi, tal-karta 4819.10.00 Kaxxi, boxes u cases tal- 4819.20.00 jew tal-paperboard, 4819.20.00 karta jew tal-paperboard, 4819.50.00 minbarra E-Flute 4819.50.00 minbarra kaxxi E-Flute corrugated; kaxxi B-Flute corrugated; kaxxi B-Flute conductive coating conductive coating corrugated, blanks, corrugated, blanks, outers u fiberites bi outers u fiberites bi stampar \"gravure\",blanks stampar gravure, blanks tajbin għall-mili tajbin għall- mili b'likwidi asettiċi u b'likwidi asettiċi u kaxxi tal-paperboard, kaxxi tal- paperboard, silver-foiled 18c kull kg silver- foiled 18c kull kg", "Fit-test ta' l-Ingliż biss Fit-test ta' l- Ingliż biss", "4820.40.00 Computer paper consisting 4820.40.00 Computer paper consisting 4820.90.00 of two or more 4820.90.00 of two or more sheets interleaved with carbon interleaved with carbon paper 25c per kg paper 25c per kg", "4911.99.90 Biljetti, minbarra 4911.99.90 Biljetti, minbarra biljetti ta' l-ajru, biljetti ta' l-ajru, tickets/stickers bl- tickets/stickers bl- istampi għal skop ta' istampi għal skop ta' kollezzjoni, airway bills u kollezzjoni, u karta karta stampata miż-żewġ naħat, stampata miż-żewġ naħat, f'rombli għall-użu bħala f'rombli għall-użu bħala biljetti tal-Lotterija biljetti tal-Lotterija tal-Gvern 2c kull 100 tal- Gvern 2c kull 100", "6109.10.10 T-shirts u sweat shirts 6109.10.10 T-shirts u sweat shirts 6109.10.90 inklużi dawk b'but wieħed 6109.10.90 inklużi dawk b'but wieħed 6109.90.10 jew aktar, dekorazzjon 6109.90.10 jew aktar, dekorazzjon 6109.90.90 jijiet jew skrizzjonijiet 35c il-wieħed 6109.90.90 jijiet jew skrizzjonijiet 35c il-wieħed 6110.10.00", "6110.20.00", "6110.30.00", "6110.90.00", "6115.11.10 Tights, minbarra tights 6115.11.10 Tights, minbarra tights 6115.11.90 ghall-ballet u tights 6115.11.90 ghall- ballet u tights 6115.12.10 għall-użu aerobic u 6115.12.10 għall- użu aerobic u 6115.12.90 tights stockings għall-vini 6115.12.90 tights ghall-vini 6115.19.10 variklużi 30c kull par 6115.19.10 variklużi 30c kull par 6115.19.90 6115.19.90", "6115.20.10 Kalzetti, għan-nisa, 6115.20.10 Kalzetti, għan-nisa, mhux 6115.20.20 minbarra kalzetti għal 6115.20.20 elastiċi u lanqas 6115.20.90 ballet 30c kull par 6115.20.90 gommati, minbarra 6115.92.00 6115.92.00 kalzetti għal ballet u 6115.93.00 6115.93.00 kalzetti għall-vini 6115.99.90 6115.99.90 varikużi 30c kull par", "6115.91.00 Peduni u kalzetti, tas-suf 6115.91.00 Peduni u kalzetti, għall- 6115.92.00 jew tat-tajjar għall-irġiel 6115.92.00 irġiel u għat-tfal, tas- u għat-tfal, minbarra peduni suf jew tat-tajjar, mhux u kalzetti għal ballet 30c kull par elastiċi jew gommati,", "minbarra peduni u", "kalzetti għal ballet u peduni u kalzetti għall- vini varikużi 30c kull par", "6115.93.00 Peduni u kalzetti, ta' fibra 6115.93.00 Peduni u kalzetti, għall- manifatturata għall-irġiel irġiel u għat-tfal, ta' u għat-tfal, minbarra fibra manifatturata, mhux peduni u kalzetti għal elastiċi u lanqas ballet 10c kull par gommati, minbarra peduni u kalzetti għal ballet u peduni u kalzetti għall- vini varikużi 10c kull par", "6208.11.00 Flokkijiet ta' taħt, 6208.91.10 Flokkijiet ta' taħt, 6208.19.00 qliezet ta' taħt, u 6208.92.10 qliezet ta' taħt, u 6208.91.10 briefs, ta' drapp minsuġ briefs, ta' drapp minsuġ 6208.92.10 għan-nisa u għall- bniet 30c il-wieħed għan-nisa u għall-bniet 30c il- wieħed", "6403.20.00 Xedd tar-riġel, bil-wiċċ 6403.20.00 Xedd tar-riġel, bil-wiċċ 6403.51.00 tal-ġilda u l-pett ta' 6403.51.00 tal-ġilda jew ta' 6403.59.00 barra ta' kwalunkwe 6403.59.00 kompożizzjoni tal- ġilda, 6403.91.00 materjal ta' tul ta' aktar 6403.91.00 u l-pett ta' barra ta' 6403.99.00 minn 24cm għan-nisa, 6403.99.00 kwalunkwe materjal ta' 6405.10.00 minbarra industrial u 6405.10.00 tul ta' aktar minn 24cm safety boots u shoes, għan- nisa, minbarra u ballet u dance footwear 250c kull par industrial u safety boots u shoes, u ballet u dance", "footwear 250c kull par", "6403.20.00 Xedd tar-riġel, bil-wiċċ 6403.20.00 Xedd tar-riġel, bil-wiċċ 6403.51.00 tal-ġilda u l-pett ta' barra 6403.51.00 tal- ġilda jew ta' 6403.59.00 ta' kwalunkwe materjal ta' 6403.59.00 kompożizzjoni tal-ġilda, 6403.91.00 tul ta' aktar minn 24cm 6403.91.00 u l- pett ta' barra ta' 6403.99.00 għall-irġiel minbarra 6403.99.00 kwalunkwe materjal ta' 6405.10.00 industrial u safety boots 6405.10.00 tul ta' aktar minn 24cm", "u shoes, u ballet u dance ghall- irgiel minbarra footwear 400c kull par industrial u safety boots", "u shoes, u ballet u dance footwear 400c kull par", "Fit-test ta' l-Ingliż biss Fit-test ta' l- Ingliż biss", "6406.10.00 Shoe uppers of leather 6406.10.10 Shoe uppers of leather for shoes exceeding 24cm for shoes exceeding 24cm in length 300c per pair in length 300c per pair", "6802.21.00 Irħam maħdum, minbarra fire 6802.21.00 Irħam maħdum 1750c il-m2 6802.91.00 places skulturati, kolonni, ta' wiċċ maħdum vażuni, balavostri, poġġamani u ċatt pillars, statwetti u oġġeti oħra simili 1,750c il-m2", "6810.19.90 Irħam, agglomerated 200c il-m2 6810.19.90 Irħam, agglomerated fi 6810.99.10 6810.99.90 fi pjastri, folji u 6810.99.90 oġġetti bħalhom 200c il-m2 ta'", "wiċċ maħdum u", "ċatt", "8544.11.00 Wire u strixxi ta' l- 8544.11.00 Cords, wires, u strixxi 8544.49.00 elettriku, iżolati; 8544.49.00 ta' l-elettriku tal- 8544.59.00 cable ta' l-elettriku 8544.59.00 copper; cable ta' l- 8544.60.00 li għandu copper 8544.60.00 elettriku li għandu copper bl-area li tvarja bejn bl-area li tvarja bejn", "0.5mm u 50mm kwadrat, 0.5mm u 50mm kwadrat, minbarra cable tat- minbarra cable tat- telephone; cable għal telephone; cable għal welding, cable fire- welding, cable fire- proof; T.V. coaxial cable proof; T.V. coaxial feeder,automative cable, cable, automative cable, cable heatproof, computer cable heatproof, computer cable, cable submersible, cable, cable submersible, electrode cable, festoon electrode cable, festoon cable, cable copper cable, cable copper screened u cable screened u cable armoured, cable għal armoured, cable għal burglary alarms, four burglary alarms, four core rubber insulated core rubber insulated u/jew rubber sheated cable u/jew rubber sheathed cable ta' l-elettriku, u cable ta' l-elettriku, u multicore flexible multicore flexible trailing control electric trailing control electric cable għal-lifts 17% ad valorem cable għal-lifts 17% ad valorem 9404.90.00 Imħaded u cushions, 9404.90.00 Imħaded u cushions, minbarra mħaded għall- minbarra mħaded għall- pushchairs u mħaded anti- pushchairs u mħaded anti- suffocation għat-trabi, suffocation għat-trabi, imħaded fully moulded imħaded fully moulded tal-latex, umħaded tal-latex, mħaded f'għamla ta' ċrieki tal- f'għamla ta' ċrieki tal- kirurġi 200c il-waħda kirurġi u cushions tal- foam magħmul minn low", "density polyethylene (L.D.P.E.), (mhux mgħottija u lanqas għat- tiżjin) 200c il-waħda", "Clause 7", "(1) The FIRST PART of the FIRST SCHEDULE shall be amended as follows:-", "(a) In the Maltese text thereof, immediately after the first paragraph, there shall be inserted the following paragraph:-", "\"Oġġett jitqies li jaqa' taħt din l-Iskeda jekk ikun kompriż fid- Deskrizzjoni tal-Prodott kif jidher fit-Tieni Kolonna ta' din l-Iskeda, kif ukoll taħt in-numru tal-Harmonized System Code li jidher fl-Ewwel Kolonna ta' din l-Iskeda.\";", "(b) In the H.S. Code Number column, immediately after subheading 7113.11.00 there shall be inserted subheading 7114.11.00 and immediately after subheading 7113.19.00 there shall be inserted subheading 7114.19.00.", "(c) In the English text thereof, in the second paragraph for the words \"if it falls with the Product Description appearing in the Second Schedule\" there shall be substituted the words \"if it falls within the Product Description appearing in the Second Column of this Schedule.\"", "(2) The SECOND PART of the FIRST SCHEDULE, in the English text thereof, in paragraph 1, for the words \"officer of employee\" there shall be substituted the words \"officer or employee\".", "(3) The FIRST PART of the SECOND SCHEDULE shall be amended by substituting for the words and figures appearing in the FIRST COLUMN the words and figures appearing in the SECOND COLUMN or the directions given therein:-", "FIRST COLUMN SECOND COLUMN", "__________________________________________________ __________________________________________________ H.S. Code H.S. Code", "Number Product Description Levy Number Product Description Levy __________________________________________________ __________________________________________________", "1701.91.19 Dry fruit squash 10c per lt 1701.91.19 Dry fruit squash 50c per kg concentrates concentrates", "1902.11.00 Pasta, whether or not 1902.11.00 Pasta, whether or not 1902.19.00 cooked or stuffed or 1902.19.00 cooked or stuffed or 1902.20.10 otherwise prepared, 1902.20.10 otherwise prepared, 1902.20.20 excluding egg noodles and 1902.20.20 excluding egg noodles and 1902.20.90 pasta made from rice 40c per kg 1902.20.90 pasta made from rice 40c per kg 1902.30.10 1902.30.10", "1902.30.20 1902.30.20", "1902.30.30 1902.30.90", "1905.90.99 Ice-cream cones 75c per kg 1905.30.90 Ice-cream cones 75c per kg", "1905.90.99 Ice-cream wafers 25c per kg 1905.30.90 Ice-cream wafers 25c per kg", "2007.91.10 Conserves, other 60c per kg To be deleted 2007.99.10", "2008.11.91 Almonds, ground-nuts in 2008.11.91 Almonds, ground-nuts in 2008.11.99 airtight containers, not 2008.19.91 airtight containers, not 2008.19.91 for repacking or for repacking or industrial purposes 60c per kg industrial purposes 60c per kg", "2009.80.29 Fruit juices 15c per litre 2009.80.29 Fruit juices 15c per litre 2009.80.90 2009.90.19", "2009.90.21 2009.90.21", "2009.90.29 2009.90.29", "In the English text only In the English text only", "2201.10.10 Mineral waters and 2201.10.10 Mineral waters and 2201.10.90 aerated waters excluding 2201.10.90 aerated waters excluding naturally aerated waters 3c per litre naturally aerated waters 3c per litre", "2202.10.00 Soft drinks 10c per litre 2202.10.00 Soft drinks 10c per litre 2202.90.00 2202.90.00", "2828.10.00 Sodium hypochlorite 2828.90.00 Sodium hypochlorite 2828.90.00 (bleach) excluding sodium (bleach) excluding sodium hypochlorite having a hypochlorite having a chlorine content of 13% chlorine content of 13% 12c per litre or more 12c per litre or more", "3208.10.00 Enamel paint, chlorinated 3208.10.00 Enamel paint, chlorinated 3208.20.00 rubber based paint, 3208.20.00 rubber based paint, 3208.90.00 synthetic resin emulsion 3208.90.00 synthetic resin emulsion 3209.10.00 based paints, undercoat 3209.10.00 based paints, undercoat 3209.90.00 and industrial primers, 3209.90.00 and industrial primers, 3210.00.00 excluding underseal for 3210.00.00 excluding cellulose motor vehicles, enamel paint, underseal for paints in aerosol cans, motor vehicles, enamel tinlets or bottles, paints in aerosol cans, bonding agend primers, tinlets or bottles, cleft whitener complete bonding agent primers, with applicator in cleft whitener complete containers not exceeding with applicator in 250ml, containers not exceeding and primers 250ml, acrylic based and undercoats emulsion paints, and for used with antifouling primers and undercoats marine coatings, provided for use with antifouling that such primers and marine coatings, provided undercoats are imported that such primers and together with their undercoats are imported respective antifouling together with their marine coatings, and that respective antifouling the primers and undercoats marine coatings, and that are clearly labelled as the primers and being part of an undercoats are clearly antifouling marine labelled as being part of coating system, and an anti- fouling marine that the aggregate coating system, and that volume of primers the aggregate volume of and undercoats does the primers and not exceed twice the undercoats does not volume of the said exceed twice the volume antifouling marine of the said antifouling coating.", "Any excess marine coating.", "Any volume of the excess volume of the primers and undercoats primers and undercoats will be subject to the will be subject to the current levy 75c per litre current levy 75c per litre", "3402.20.00 Liquid washing 3402.20.00 Liquid washing 3402.90.00 preparations containing 3402.90.00 preparations containing any nonionic, anionic or any nonionic, anionic or cationic surface active cationic surface active agent, the total active agent, the total active matter of which does not matter of which does not exceed 50%; and fabric exceed 50%; and fabric conditioner excluding conditioner excluding washing preparations for washing preparations for motor vehicles, raw motor vehicles, raw materials usually used materials usually used for the manufacture of for the manufacture of shampoos, window cleaning shampoos, window cleaning preparations, carpet preparations, carpet cleaners, and antiseptic cleaners, and antiseptic preparations intended for preparations intended for personal hygiene personal hygiene", "irrespective of their irrespective of their active matter contents, active matter contents, alkaline or acidic alkaline or acidic cleaning preparations cleaning preparations having a ph of 1% having a ph of 1% solution below 3.5 or solution below 3.5 or above 11 35c per litre above 11, and fabric", "conditioners and", "softeners in sheets 35c per litre", "3405.20.00 Furniture polishes in 3405.20.00 Furniture polishes in containers of 5 litres containers of 5 litres and under and under", "(a) liquid including (a) liquid including aerosol form 150c per litre aerosol form 150c per litre (b) other 100c per litre (b) other 100c per litre excluding wax polishes excluding wax polishes for furniture for furniture not in liquid, aerosol or cream form", "3909.50.00 Polyurethane flexible 3909.50.00 Polyurethane flexible foam 110c per kg 3921.13.00 foam 110c per kg", "3923.10.00 Cosmetic containers and 3923.10.00 Cosmetic containers and 3922.90.00 jewellery boxes, crates, 3923.90.00 jewellery boxes, crates, rikotta baskets and ħelwa rikotta baskets and ħelwa plastic containers, plastic containers, excluding fully moulded excluding fully moulded plastic containers for plastic containers for agricultural use, fully agricultural use, fully moulded plastic containers moulded plastic (for industrial use) intended containers over 2.5 kg in for the storage of pasta by weight and over 500 mm in local pasta manufactuers, height for industrial use plastic crates for industrial and intended for the use carrying 3 bottles of storage of pasta by local 5 litres each or 6 bottles pasta manufacturers, of 2 litres each, jewellery plastic crates for boxes of transparent rigid industrial use carrying 3 plastic materia, cutlery bottles of 5 litres each of plastic 11cm and under or 6 bottles of 2 litres in length, and jewellery each, jewellery boxes of and or cosmetic storage transparent rigid plastic containers 30c per kg material, and jewellery", "/cosmetic storage", "containers 30c per kg", "3923.21.00 Laundry, refuse, and 3923.21.00 Laundry, refuse, and 3923.29.00 carrier bags of plastic, 3923.29.00 carrier bags of plastic, 3924.90.00 excluding freezer/cooler 3924.90.00 excluding freezer/cooler bags, fully moulded bags, fully moulded plastic carrier bags/ plastic carrier bags, and shopping bags for carrier bags/shopping advertising purposes 30c per kg bags of plastic material for advertising purposes 30c per kg", "3924.90.00 Inflatable articles, 3924.90.00 Inflatable articles, 3925.90.00 ventilator covers, 3925.90.00 ventilator covers, 3926.90.00 jewellery boxes, flower- 3926.90.00 jewellery boxes, flower- pots and plates pots and plates", "excluding flower-pots of excluding flower-pots of a diameter of over a diameter of over 17.78cm (7\") and plates 17.78cm (7\") and plates therefor of a diameter of therefor of a diameter of over 19.05 cm (7.5\"), over 19.05 cm (7.5\"), inflatable PVC beach inflatable PVC beach boats, animal riders, boats, animal riders, rigid or non-rigid rigid or non- rigid inflatable pools, and inflatable pools, jewellery storage jewellery storage containers 30c per kg containers, pigeon loft louvres and flower boxes and their plates 30c per kg", "3925.20.00 Aperatures of plastic 30c per kg 3925.20.00 Doors, windows and their frames and thresholds for doors 30c per kg", "3926.20.00 Bibs, belts, gloves of 3926.20.00 Bibs, belts, gloves of 3926.90.00 plastic, excluding bibs plastic, excluding bibs and gloves for medical and gloves for medical use and vingy glovesfor use, vinyl gloves for laboratory use 15c per unit/ laboratory use and pair plastic industrial gloves 15c per unit/", "pair", "4202.12.30 Textile conference cases 10c per unit 4202.12.30 Textile conference cases 10c per unit 4202.92.20 4202.92.00", "4202.19.20 Other paperboard travel 4202.19.20 Other paperboard travel 4202.99.20 goods 200c per unit 4202.99.10 goods 200c per unit", "4202.19.20 Paperboard conference 4202.19.20 Paperboard conference 4202.99.20 cases 10c per unit 4202.99.10 cases 10c per unit", "4202.31.00 Purses and wallets of 4202.31.00 Purses and wallets of 4202.91.00 leather or of composition leather or of composition leather 100c per unit leather 100c per unit", "4819.10.00 Cartons, paper of paper- 4819.10.00 Cartons, boxes and cases 4819.20.00 board, excluding E-Flute 4819.20.00 of paper or paperboard, 4819.50.00 corrugated cartons; B- 4819.50.00 excluding E-Flute Flute conductive coating corrugated cartons; B- corrugated cartons; blanks Flute conductive coating outers and fiberites with corrugated cartons; \"gravure\" printing; blanks, outers and blanks suitable for fiberites with \"gravure\" aseptic filling of printing; blanks suitable liquids and silver foiled for aseptic filling of paperboard cartons 18c per kg liquids and silver foiled", "paperboard cartons 18c per kg", "In the English text only In the English text only", "4820.40.00 Computer paper consisting 4820.40.00 Computer paper consisting 4820.90.00 of two or more 4820.90.00 of two or more sheets interleaved with carbon interleaved with carbon paper 25c per kg paper 25c per kg", "4911.99.90 Tickets, excluding 4911.99.90 Tickets, excluding airfares tickets, air- airfares tickets, and way bills and tickets/ tickets/stickers bearing stickers bearing pictures pictures, printed for printed for collection collection purposes and purposes and paper pre- paper preprinted on both printed on both sides, in sides, in rolls, for use rolls, for use as Government as Government Lottery Lottery tickets 2c per 100 tickets 2c per 100", "6109.10.10 T-shirts and sweat 6109.10.10 T-shirts and sweat 6109.10.90 shirts, including those 6109.10.90 shirts, including those 6109.90.10 with one or more pockets, 6109.90.10 with one or more pockets, 6109.90.90 decoration or inscrip 6109.90.90 decoration or inscrip tions 35c per unit 6110.10.00 tions 35c per unit 6110.20.00", "6110.30.00", "6110.90.00", "6115.11.10 Tights, excluding ballet 6115.11.10 Tights, excluding ballet 6115.11.90 tights, tights for 6115.11.90 tights, tights for 6115.12.10 aerobic use and tights 6115.12.10 aerobic use and tights 6115.12.90 for varicose veins 35c per pair 6115.12.90 for varicose veins 35c per pair 6115.19.10 6115.19.10", "6115.19.90 6115.19.90", "6115.20.10 Stockings, women's 6115.20.10 Stockings, women's, not 6115.20.20 excluding ballet stockings 30c per pair 6115.20.20 elastic or rubberised, 6115.10.90 6115.20.90 excluding ballet 6115.92.00 6115.92.00 stockings and stockings 6115.93.00 6115.93.00 for varicose veins 30c per pair 6115.99.90 6115.99.90", "6115.91.00 Socks and stockings, 6115.91.00 Socks and stockings, 6115.92.00 men's and children's, of 6115.92.00 men's and children's, of wool or cotton, excluding wool or cotton, not ballet socks and stockings 30c per pair elastic or rubberised,", "excluding ballet socks and stockings, and socks and stockings for varicose veins 30c per pair", "6115.93.00 Socks and stockings, 6115.93.00 Socks and stockings, men's and children's, of men's and children's, of man-made fibre excluding man-made fibre, not ballet socks and stockings 10c per pair elastic or rubberised,", "excluding ballet socks and stockings, and socks and stockings for varicose veins 10c per pair", "6208.11.00 Undervests, panties and 6208.91.10 Undervests, panties and 6208.19.00 briefs, ladies' and 6208.92.10 briefs, ladies' and 6208.91.10 girls' woven 30c per unit girls' woven 30c per unit 6208.92.10", "6403.20.00 Footwear, ladies', with 6403.20.00 Footwear, ladies', with 6403.51.00 uppers of leather and 6403.51.00 uppers of leather or 6403.59.00 soles of any material, 6403.59.00 composition leather, and 6403.91.00 exceeding 24cm, excluding 6403.91.00 soles of any material, of 6403.99.00 safety and industrial 6403.99.00 a length exceeding 24cm, 6405.10.00 boots and shoes, ballet 6405.10.00 excluding safety and and dance footwear 250c per pair industrial boots and shoes, ballet and dance footwear 250c per pair", "6403.20.00 Footwear, men's, with 6403.20.00 Footwear, men's, with 6403.51.00 uppersof leather and 6403.51.00 upper of leather or 6403.59.00 soles of any material, of 6403.59.00 composition leather, and 6403.91.00 a length exceeding 24cm, 6403.91.00 soles of any material, of 6403.99.00 excluding safety and 6403.99.00 a length exceeding 24cm, 6405.10.00 industrial boots and 6405.10.00 excluding safety and shoes, ballet and dance industrial boots and footwear 400c per pair shoes, ballet and dance footwear 400c per pair", "In the English text only In the English text only", "6406.10.00 Shoe uppers of leather 6406.10.10 Shoe uppers of leather for shoes exceedings 24cm for shoes exceedings 24cm in length 300c per pair in length 300c per pair", "6802.21.00 Marble, worked excluding 6802.21.00 Marble, worked 1,750c per 6802.91.00 sculptured, fireplaces, sq m of worked columns/pillars, vases, flat surface balustrades, statuttes and other similar items 1,750c per sq m6810.19.90 Marble, agglomerated 200c per sq m 6810.19.90 Marble, agglomerated in", "6810.99.10 6810.99.90 slabs, sheets, and the 6810.99.90 like 200c per sq.m.", "of worked flat surface", "8544.11.00 Cords, flexes and 8544.11.00 Cords, wires, flexes and 8544.49.00 strips,electric; cable 8544.49.00 strips, electric of 8544.59.00 electrric having copper 8544.59.00 coppers; cable, electric 8544.60.00 with a cross sectional 8544.60.00 having copper with a area ranging from 0.5 cross sectional area sq.m.. up to 50 sq.mm. ranging from 0.5 sq.mm. excluding telephone up to 50 sq.mm., cable, welding cable, excluding telephone fire-proof cable, T. V. cable, welding cable,", "coaxial cable feeder, fire- proof cable, T.V. automative cable, coaxial cable, automative heatproof cable, cable, heatproof cable, computer cable, computer cable, submersible cable, submersible cable, electrode cable, copper electrode cable, copper screened armoured screened cable, armoured cable, cable for burglary cable, cable for burglary alarms, 4 core rubber alarms, 4 core rubber insulated or rubber insulated or rubber sheathed electric cable, sheathed electric cable, festoon cable and festoon cable and multicore flexible multicore flexible trailing control electric trailing control electric cable for lifts ad valorem cable for lifts ad valorem 17% 17%", "9404.90.00 Pillows and cushions, 9404.90.00 Pillows and cushions, excluding pushchair excluding pushchair cushions, antisuffocation cushions, antisuffocation baby pillows, fully baby pillows, fully moulded latex pillows, moulded latex pillows, and surgical ring cushions 200c per unit surgical ring cushions and low density", "polyethylene (L.D.P.E>) foam cushions, (not covered and not of the furnishing type) 200c per unit"]} {"filename": "19980217_186d_par.doc", "date": "1998-02-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 186 It-Tlieta, 17 ta' Frar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 186", "It-Tlieta, 17 ta' Frar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "186", "It-Tlieta, 17 ta' Frar, 1998", "WERREJ MINUTI 297", "PETIZZJONI 297", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 298", "TQEGĦID TA' KARTI 303", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻ LEGALI NRU.", "5 TA' L-1998 DWAR STIPENDJI GĦAL STUDENTI UNIVERSITARJI 303", "AĠĠORNAMENT 330", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 331", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 345", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 185 li saret fis-16 ta' Frar, 1998 ġew konfermati.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, qabel ma nippreżentalek formalment petizzjoni miġbura mill-Goino procedure anti-cancer group ippermettili naqra l-coverage note li hawn annessa ma' din l-istess petizzjoni, li hija indirizzata lilek u lill-Onor.", "Membri tal-Kamra tad- Deputati, u din tgħid hekk:", "''Aħna hawn iffirmati qegħdin nappellaw bil-qima, f'isem 28 pazjent bil-marda tal-kanċer li l-eta' tagħhom tvarja minn 6 snin sa 75 sena, biex titħalla li tingħatalhom il-kura li kien qed joffri bla ħlas il- Professur Rafik Melik Ohanjanian.", "Dawn l-istess pazjenti qed jaraw titjib drastiku f'saħħithom mindu bdew jieħdu din il-kura minkejja li ħafna minnhom ma kellhom l-ebda tama ta' fejqan permezz ta' kura konvenzjonali.", "Dan it-trattament jikkonsisti f'taħlita ta' faqqiegħ naturali bl- isem ta' Reishi, Kawaratake u Yin-Sen.", "Il-proċedura tal-kura b'dawn is-sustanzi ġiet stabilita mill-Professur hawn fuq imsemmi flimkien mal-Professur Tadashi Goino Gappuniż.", "Nitolbu umilment li t-talba tagħna tiġi diskussa mingħajr dewmien fl-Onorabbli Kamra tagħkom minħabba n-natura qerrieda ta' din il- marda.", "Iċ-ċittadini affettwati għandhom dritt li jissieltu kontra l- kanċer b'kull mezz possibbli.", "Għal ħafna minnhom din il-kura hija l- uniku tama li fadlilhom.", "Il-pazjenti konċernati lesti li jieħdu dan it- trattament taħt is-sorveljanza stretta tad-Dipartiment tas-Saħħa u jintrabtu li ma jżommu lil ħadd responsabbli għal kulma jista' jinqala' bħala riżultat ta' din il-kura.", "Hija t-tama tagħna li permezz ta' dan it-trattament jibbenefikaw pazjenti oħra kemm fil- preżent kif ukoll fil-futur.", "Il-Professur Melik offra wkoll li jagħti evidenza xjentifika ta' l-effiċjenza tal-kura msemmija.", "Nitolbu l- intervent tad-Deputati tagħna peress li mill-informazzjoni li għandna jidher li xi awtoritajiet mediċi qed itellfu milli jingħata dan il- programm ta' kura u jidher li nfluwenzaw id-deċiżjoni li ttieħdet biex il-Professur Melik jiġi mkeċċi minn artna bħallikieku kien xi bniedem kriminali.", "Bis-saħħa ta' l-appoġġ ta' 27,077 ruħ li ffirmaw din il-petizzjoni fiż-żmien qasir li kellna nitolbu li din il-materja tiġi trattata b'urġenza.", "Ta' dan, kif aħna fid-dmir, nibqgħu rikonoxxenti.''.", "Nagħlaq billi nappella lill-Onor. kollegi tiegħi biex ma nħallux lil min irid juża l-burokrazija għall-interessi tiegħu biex imewwet it-tama ta' dawn ħutna li qed ibatu mill-marda tal-kanċer.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddi għal mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "DRENAĠĠ - ŻEJTUN - XROB IL-GĦAĠIN", "8652.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Joseph Psaila Savona) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi ilhom jingħataw tweġibiet li jfissru li xogħliijet għas-servizz tad-drenaġġ fl- inħawi ta' Xrob il-Għaġin, Żejtun huma imminenti, u billi qed issir trinka għall-mogħdija tas-servizz ta' l-għoti ta' l-ilma tat-tisfija tad-drenaġġ lill-bdiewa fl-istess inħawi, jista' l-Ministru jara li jiġi mistħarreġ jekk dawn iż-żewġ servizzi jistgħux jiġu kordinati?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Minħabba li t-trinka fl-inħawi ta' Xrob il-Għaġin trid tgħaddi minn rotta differenti, mhux possibli li s-servizzi msemmija jiġu kordinati.", "DRENAĠĠ - ŻURRIEQ - VALLETTA ROAD", "8819.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fir-rigward tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8155, u peress li diġa' saret inspection bis-CCTV, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn li jiġu mkabbra l-katusi tal-medda tad-drenaġġ f'Valletta Road, Żurrieq?", "Jaf il- Ministru li din l-istess medda tad-drenaġġ tiżbroffa bil-kaptelli ta' l- inspection manholes b'kollox hekk kif tagħmel ħalba xita?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Huwa maħsub li jsir main ġdid ta' dijametru akbar ma' dak eżistenti.", "B'hekk ikun hemm żewġ mains jiffunzjonaw fl-istess waqt u din il-problema tiġi megħluba.", "SKEJJEL - MOSTA", "10241.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 5321, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra d-development brief li tittratta l-bini ta' l-iskola ġdida f'Taż-Żokrija?", "Jista' jgħid jekk intalabx outline development permit mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar u, jekk ingħata, jista' l-Ministru jqiegħdu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi l-art li se tkun mibnija fuqha din l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Id-development brief li jittratta dwar il-bini ta' skola ġdida f'Taż- Żokrija qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "S'issa saret applikazzjoni għall-outline development permit lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar u għadha mhijiex approvata.", "L-art li sejra tkun mibnija fuqha l-iskola hija tal-gvern.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "11104.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1997 sat-8 ta' Jannar, 1998 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korpi parastatali, azjendi, awtoritajiet governattivi u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Jista' l- Ministru fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema impjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l- persuni impjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li mad-dipartimenti tas-servizzi korporattivi u ta' l-eżamijiet kif ukoll mas-segretarjat parlamentari għaż- żgħażagħ, sport, kultura u arti u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda b'mod permanenti jew għal żmien definit fil-perijodu msemmi.", "L-għadd ta' impjegati ġodda b'xogħol permanenti mad-dipartiment tal- libreriji u arkivji bejn l-1 ta' Jannar, 1997 u t-8 ta' Jannar, 1998 kien tlieta, kollha fil-grad ta' library assistant, u dawn it-tlieta qegħdin jagħmlu xogħol ta' library assistant.", "Il-lokalitajiet tal-persuni impjegati huma Gwardamanġa, Marsascala u Ħaż-Żabbar.", "Mal-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali fil-perijodu ndikat ġew impjegati dawn il-persuni:", "|Isem |Lokali|Grad/Tip |Kuntratt | | |ta' |ta' | | | | |Xoghol | | |R.Cara|Paola |clerk/kler|definit u| |bott | |ikali |full-time| | | | |19/6/97-1| | | | |9/6/99 | |D. |Cospic|project |definit u| |Micall|ua |officer/ |parttime | |ef | |akkademiku|1/9/97-1/| | | | |9/98 | |J.Vass|Marsa |project |definit u| |allo | |officer/ |parttime | | | |akkademiku|1/11/97- | | | | |1/11/98 |", "Il-kumplament tat-tagħrif qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:", "(i) Dok.", "A - Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (ii) Dok.", "B - Dipartiment tal-Mużewijiet (iii) Dok.", "C - L-Universita' ta' Malta (iv) Dok.", "D - Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni li qed jagħti l-Ministru tinkludi wkoll is-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħtu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mill-mod kif inhi fformolata r-risposta, jidher li l-informazzjoni tinkludi wkoll is-segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ, sport, kultura u arti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li l-Ministru għadu kemm qal li l- informazzjoni li ta tinkludi wkoll l-impjegati li jaqgħu taħt is- segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ, sport, kultura u arti, nixtieq nistaqsi jekk ir-rapport ta' investigazzjoni li kienet għaddejja dwar l- impjieg ta' numru ta' ħaddiema fil-pixxina nazzjonali tlestiex.", "Fil-każ li tlesta, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-rapport tlesta u npoġġih fuq il-Mejda tal- Kamra iktar tard.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li jittieħdu xi passi dixxiplinari kontra xi ħadd?", "Jekk ir-risposta hija fl- affermattiv, jista' jgħid kontra min se jittieħdu dawn il-passi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nassumi li dalgħodu r-rapport ikun għandi u qabel ma nikkommetti ruħi rrid nara r-rapport sewwa.", "Pero' rrid ngħid li minn mindu nfetħet il-pixxina nazzjonali nħolqot sitwazzjoni ta' konfużjoni kbira dwar min jimpjega lin-nies biex jaħdmu fil-pixxina nazzjonali.", "Sfortunatament kien hemm ukoll it-tradizzjoni - u hawn min jikkwota wkoll l-awtonomija ta' l-Universita' - li għal dak li jirrigwarda impjiegi mal- pixxina nazzjonali, la japplikaw ir-regolamenti ta' l-ETC u lanqas ir- regolamenti tas-settur pubbliku.", "Problema oħra hi li l-istruttura tal-pixxina nazzjonali tant hi hybrid li qatt ma kien hemm definizzjoni eżatta tagħha.", "Minkejja li l-Universita' għandha 51% shareholding f'kumpannija li hija totalment dormant u qatt ma ġiet attivata ħlief fuq il-karta, dejjem riedet iżżomm 'il bogħod minnha minħabba l-ispejjeż kbar li jinvolvu biex tmexxi l-pixxina.", "Allura tqum il- mistoqsija: Dawk li jiġu mpjegati fil-pixxina nazzjonali għandhom id-dritt li jikkwotaw l-awtonomija ta' l-Universita' biex ma jgħaddux mill-ETC?", "S'issa la qatt intużat il-proċedura ta' l-impjieg pubbliku u lanqas il- proċedura ta' l-ETC.", "Infatti jirriżultali wkoll li anke l-impjiegi li saru fil-bidu meta twaqqfet il-pixxina nazzjonali ma ġewx reklamati fil- ġurnali u kien hemm każi fejn kienu direttament mibgħuta mill-ministeru biex jaħdmu hemmhekk.", "Pero' jien naħseb li jekk se naqgtħu linja dritta trid tinqata' ma' kulħadd għaż-żmien kollu li ilha teżisti l-pixxina nazzjonali.", "Jien naħseb li waħda mill-affarijiet li rridu nirriżolvu hi xi struttura se jkun hemm għaliex teżisti konfużjoni jekk il-pixxina taqax taħt il- ministeru, jew taħt l-Universita' jew inkella taħt il-pool management committee.", "Wieħed irid jara wkoll x'legalita' għandu dan il-pool management committee u jekk jistax jimpjega nies.", "Dawn huma kollha affarijiet li jridu jiġu riżolti għax naħseb li l- konfużjoni li hemm tista' tagħti lok għal ħafna taħwid u jien naħseb li wasal iż-żmien li naqtgħu linja biex dan it-taħwid jispiċċa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, ġaladarba l-Ministru qed jgħid li jeżisti stat ta' konfużjoni fil-pixxina nazzjonali, jista' jispjega għaliex wieħed ma rax is-sitwazzjoni kif inhi qabel ma saret sejħa pubblika għal applikazzjonijiet?", "Jidher li kien hemm anke adjudicating team magħmul mill-Imħallef Farrugia Sacco iżda għal xi raġuni dan irriżenja.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għallinqas fil-każ li qed isemmi l-Onor.", "Pullicino kien hemm inqas konfużjoni minn qabel fejn l-operations manager kien ġie mibgħut direttament mill-ministeru, ingħata l-kuntratt u la saret xi sejħa pubblika għal applikazzjonijiet u lanqas saru interviews.", "Dan huwa kollu mniżżel fil-minuti tal-laqgħat ta' l-istruttura li kienet tmexxi l-pixxina.", "Fil-każ li qed isemmi l-Onor.", "Pullicino saret sejħa pubblika għal applikazzjonijiet - mhux bħalma sar fil-każ tal-part-timers fejn sempliċement ħareġ avviż fuq in-notice board, allavolja qabel lanqas dan ma kien isir; b'daqshekk mhux qed ngħid li sar sewwa - saru l- interviews u ġew magħżula l-persuni.", "Pero' l-proċess li sar għadu ma ġiex rikonoxxut u ħadd minn dawn l-impjegati ma jista' jserraħ rasu għaliex għandu xi biċċa karta li tgħid li laħaq xi manager fil-pixxina nazzjonali.", "Meta qed ngħid li rridu naqtgħu linja dritta u naraw kollox qed ninkludi wkoll dawn l-impjiegi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, il-Ministru għadu kemm qal li fil-każ ta' l-impjieg riċenti tal-part-timers kien ħareġ biss avviż fuq in-notice board tal-pixxina stess, li mhuwiex xi lokal li normalment wieħed jiffrekwenta biex jara jekk ġewx reklamati xi impjiegi.", "Wara li jittieħed in konsiderazzjoni l-metodu wżat għall-pubbliċita' tal-postijiet, ma jidhirlux li huwa stramb ħafna l-fatt li n-nies li eventwalment ġew impjegati huma kollha nies mid-distrett tas-Segretarju Parlamentari ħlief, kif jaf il-Ministru stess, b'eċċezzjoni waħda ta' ħu ċ-chief messenger ta' l-istess Onor. Cilia?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-punt li qed jitqajjem kien ikun iktar kredibbli kieku qabel Ottubru ta' l-1996 l-Onor.", "Membru ġibed l-attenzjoni tal-kollegi tiegħu, bħalma qed jagħmel lili issa.", "Għalkemm issa ħareġ avviż fuq in-notice board, xorta ngħid li m'hijiex aċċettabli.", "Qabel Ottubru ta' l-1996 kienu jibagħtu lin-nies anke mid-distretti tal-ministri li kienu responsabbli mill-pixxina nazzjonali biex jiġu impjegati hemmhekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Madam Speaker, jien kont wieħed mill-ministri responsabbli mill-pixxina nazzjonali u qatt ma bgħatt nies biex jiġu mpjegati hemmhekk.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' xi ħadd jgħidli min bagħat lil Silvio Zammit biex isir operations manager tal-pixxina nazzjonali?", "Fil-minuti tal- laqgħat tal-pixxina nazzjonali nsibu mniżżel li mill-ministeru lil Zammit rieduh li jsir operations manager u saħansitra tawhom il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Ministru għandu jkun jaf li dak li qed isemmi hu ma seħħx meta jien kont responabbli mill-pixxina nazzjonali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru jista' jgħaddi kull kumment li jidhirlu hu fuq il-kredibbilta' o meno tiegħi pero' qabel l-elezzjoni ġenerali l- Onor. Bartolo kien wieħed minn trijumvirat li kien jitkellem ħafna fuq il- bżonn ta' bidla fit-tmexxija u fuq il-bżonn ta' trasparenza.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, nitolbok tagħmel il-mistoqsija.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Issa f'daqqa waħda l-uniku mod kif qed jipprova jiġġustifika lilu nnifsu huwa billi jsemmi każ ta' qabel l-elezzjoni u naħseb li wieħed ma jippretendix li l-Ministru Bartolo, li jħobb jogħla iktar minn oħrajn fuq dan il-livell ta' qdusija, joħroġ b'din it-tip ta' ġustifikazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Onor. Gatt, nerġa' nappellalek biex tiġi għall-mistoqsija.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk il-Ministru stess qed jgħid li dan huwa mod inaċċettabbli kif timpjega lin-nies, kif jiġġustifika li għandu segretarju parlamentari fi ħdan il-ministeru tiegħu li jimpjega nies li jinzertaw ġejjin mid-distrett elettorali tiegħu stess?", "Jidhirlux il-Ministru li dan il-mod inaċċettabbli kif timpjega lin-nies ġie sfruttat mis-Segretarju Parlamentari biex jieħu gwadann politiku personali hu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nerġa' ngħid li l-Onor.", "Gatt kien ikun iktar kredibbli kieku qabel Ottubru ta' l-1996 ġibed l-attenzjoni ta' l-ex- Ministru Michael Angelo Refalo fuq il-mod inaċċettabbli kif impjega ċerti nies.", "Jien qed ngħid li naqtgħu linja dritta għal kulħadd, kemm għal dawk li ġew impjegati qabel Ottubru ta' l-1996 u kif ukoll dawk li ġew impjegati wara.", "(Interruzzjonijiet)", "Pero' nixtieq ngħid li hemm differenza waħda bejn il-qdusija tiegħi u l- qdusija ta' l-Onor.", "Gatt, għaliex meta Santu Wistin ħareġ il-ktieb tiegħu \"Confessions\" għallinqas kien ammetta li qabel kien midneb u mbagħad ikkonverta!", "MADAM SPEAKER: Din hija parti mir-risposta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Pero' l-Onor.", "Gatt kien perfett mill-bidu għaliex la qatt m'għamel dnubiet allura ma kellux għalfejn jikkonverti!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nippreferi li nevitaw id-diskors fuq il-qdusija!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, il-ħin tal-mistoqsijiet kważi għadda u kulma baqa' huwa tliet minuti.", "L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Darba minnhom il-Ministru Bartolo kien qal li l-agħar ħaġa li tista' tiġrilek fil-politika hija li tippretendi li tkun verġni meta fil-fatt tkun prostituta, u b'risposta jien għidtlu li l-agħar ħaġa li tista' tiġrilek hi li tkun prostituta u tibqa' prostituta mingħajr ma tipprova tikkonverti!", "Pero' fir-risposta li għadu kemm ta l-Ministru għoġbu jidħol fil-qdusija u ma rrispondiex fuq l-aġir tas-Segretarju Parlamentari.", "Allura għandi għalfejn niddeduċi li hu ma jridx jiddefendi l-aġir tas-Segretarju Parlamentari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Safejn naf jien bil-Malti kont qed nitkellem.", "Jien għidt li l-mod kif saru l-affarijiet wara Ottubru ta' l-1996 ma kienx aċċettabbli bl-istess mod kif ma kienx aċċettabbli qabel l-1996.", "Jien qed jiddisgustawni d-double standards ta' l-Onor.", "Interpellant għaliex minflok qal li l-affarijiet saru b'mod ħażin kemm issa u kif ukoll qabel, u allura rridu naraw kif se nirranġaw din il-konfużjoni, qed jipprova jagħmel operazzjoni impossibbli ta' prostituta biex terġa' ssir verġni!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jispjega għaliex irriżenja Dott. Farrugia Sacco minn fuq il-kumitat li qed imexxi l-pixxina nazzjonali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, m'għandi l-ebda informazzjoni għaliex irriżenja l-Imħallef Farrugia Sacco.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, filwaqt li wieħed jista' jikkonsidra u jiddiskuti l-argument tal-Ministru fuq il-burokrazija o meno ta' kif timpjega lin-nies, id-domanda tiegħi hija wisq iktar b'sinifikat politiku.", "Jekk il-Ministru qiegħed jgħid li huwa inaċċettabli li tuża dawn il- metodi biex timpjega lin-nies, indipendentement minn meta saru, ma jidhirlux il-Ministru li fattur importanti ieħor huwa li tmienja minn nies li ġew impjegati huma mid-distrett elettorali tas-Segretarju Parlamentari?", "Apparti t-tibdil fil-proċedura ta' kif timpjega lin-nies, il-fatt li n-nies impjegati ġejjin mill-istess distrett elettorali tas-Segretarju Parlamentari huwa fatt gravi li jrid jittieħed in konsiderazzjoni għaliex huwa fatt politiku li ma naħsibx - u nispera li l-Ministru jaqbel miegħi hawnhekk - li ġara b'kumbinazzjoni.", "Għalhekk jien staqsejt lill-Ministru jekk jidhirlux li dan huwa fatt stramb ukoll u jekk għandux jieħu passi biex is-Segretarju Parlamentari taħt ir-responsabilita' tiegħu jkun aware li l-fatt li dawn in-nies b'kumbinazzjoni ġejjin mid-distrett tiegħu huwa wkoll inaċċettabbli.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR .", "EVARIST BARTOLO: Jien nista' naċċerta lill-Onor.", "Gatt li se nieħu passi għaliex b'kumbinazzjoni wkoll in-nies li ġew impjegati qabel Ottubru ta' l-1996 kienu ġejjin mid-disa' u mill-għaxar distrett, l-istess distretti fejn kien jikkontesta l-ex-Ministru Refalo.", "Issa jien kont nisma' lill-Onor.", "Gatt jgħid li ma' l-iċken dell ta' korruzzjoni kien itajjar lill- kollegi tiegħu u kien jgħidilhom biex ma jersqux lejn il-kwartieri ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.", "Jekk għalih din hija korruzzjoni, għaliex qabel ma għamel xejn biex iwaqqafha?", "Jien qed ngħid li jekk se naqtgħu linja dritta, irridu naqtgħuha għal kulħadd.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Buhagiar.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni) : Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' avukati li applikaw għal ingaġġ on a part-time basis biex jeżaminaw it-titolu ta' proprjetajiet mixtrija jew esproprjati mid- Dipartiment ta' l-Artijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11835.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi d-dħul minn trasferimenti ta' proprjeta' inter vivos bejn l-1994 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11837; u", "Tabella li turi l-għadd ta' kuntratti reġistrati u spezzjonijiet li saru minn periti in konnessjoni ma' trasferimenti ta' proprjeta' inter vivos bejn l-1994 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11839; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' cancer reġistrati matul l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10932.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Louis Galea.", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻ LEGALI NRU.", "5 TA' L-1998 DWAR STIPENDJI GĦAL STUDENTI UNIVERSITARJI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Madam Speaker, nipproponi illi:", "Din il-Kamra tinnota:", "Illi fil-21 ta' Jannar 1998 l-Avviż Legali Nru. 5 ta' l-1998, Att dwar l- Edukazzjoni (Kap. 327), Regolamenti ta' l-1998 dwar Stipendji għal Studenti Universitarji li ġie pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta' Jannar 1998 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u sar applikabbli għal dawk l-istudenti li jibdew korsijiet Universitarji fl-1 ta' Ottubru, 1997, jew wara dik id- data;", "Illi b'dawn ir-regolamenti l-Gvern qed iwettaq reviżjoni tas-sistema ta' l- istipendji għal studenti universitarji li permezz tagħha fil-prattika qed inaqqas stipendju fix-xahar li jvarja bejn Lm71.83 (l-ewwel sena) u Lm155.50 (il-ħames sena) għal stipendju fix-xahar ta' Lm50 tul is-snin kollha tal-kors;", "Illi dawn ir-regolamenti jivvjolaw il-wegħda elettorali espliċita tal- Partit Laburista fil-gvern li wiegħed li jonora b'mod sħiħ is-sistema ta' l- istipendji kif kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista;", "Illi fil-fatt ir-regolamenti lanqas jirriflettu dak li ħabbar il-Gvern tliet xhur ilu fid-Diskors tal-Budget għaliex mhux veru jaħsbu sabiex \"studenti universitarji ... ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom Lm100 fix- xahar bejn Ottubru u Ġunju ta' kull sena tal-kors akkademiku tagħhom ... li ... tingħatalhom nofs bin-nofs; Lm50 tkun forma ta' għotja u Lm50 oħra f'forma ta' self li l-istudent jagħmel mingħand wieħed mill-banek li juru interess fl-iskema\", u dana peress illi r-regolamenti bl-ebda mod ma jipprovdu u jirregolaw is-self imsemmi;", "Illi mhux biss il-Gvern daħħal din il-miżura mingħajr ebda konsultazzjoni minn qabel, inkluż la mal-korp studentesk u lanqas ma' l-Universita', talli huwa ċar li injora għal kollox l-oppożizzjoni kostruttiva li saret b'mod qawwi, u lanqas indenja ruħu jġib għad-dibattitu fil-Kamra tad-Deputati l- Mozzjoni mressqa b'Avviż Numru 83 fl-14 ta' Ottubru, 1997, mill-Onor Louis Galea, kelliem ta' l-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali;", "Illi f'seduta straordinarja tad-29 ta' Ottubru, 1997, il-Kunsill ta' l- Universita' esprima t-tħassib tiegħu fis-sens illi \"Kull tibdil jista' jinfluwixxi fuq l-aċċessibilita' għall-edukazzjoni terzjarja kemm fil- preżent kif ukoll fil-futur, speċjalment fir-rigward ta' min jista' jkollu diffikultajiet finanzjarji biex isegwi dawn l-istudji għal tul ta' żmien għalkemm ikollu l-kwalifiki neċessarji.\";", "Illi l-miżuri li qed iwettaq il-Gvern fil-Budget għal din is-sena komplew jaggravaw il-qagħda finanzjarja tal-familji l-aktar fil-bżonn u t-tnaqqis drastiku ta' l-istipendju għat-tfal ta' dawn il-familji se jkollu effetti mill-aktar negattivi, u dana minbarra li l-Gvern qed jitfa' s-sitwazzjoni lura għal aktar minn kwart ta' seklu meta qed jiddiskrimina u jissoġġetta lil dawn il-familji għall-eżami minn Bord ad hoc li jqis ikollhomx ħtieġa ta' għajnuna; u", "Illi l-Oppożizzjoni tibqa' ssostni li miżura ta' dan it-tip tirrikjedi ħsieb u riċerka serja biex ikun magħruf minn qabel l-impatt tagħhom mhux biss fuq il-familji Maltin iżda wkoll fuq l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna;", "Għaldaqstant, din il-Kamra tirrisolvi li l-Avviż Legali Numru 5 ta' l-1998 jiġi b'hekk imħassar.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Kamra li skond ftehim milħuq fil- laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tat-13 ta' Frar, 1998 il-ħin tad-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bil-winding up għall- Oppożizzjoni.", "Id-diskussjoni tibqa' sejra san-12.30 p.m. u l-ħin ta' l- Aġġornament ma jitteħidx.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Madam Speaker, fil-fehma ta' l-Oppożizzjoni s-suġġett tal-mozzjoni li għandna quddiemna huwa vitali għall-għajxien u għall- progress tal-poplu tagħna.", "Irrid ngħid li l-aħħar minn sensiela ta' konfermi dwar l-importanza ta' dan is-suġġett ħadnieh mid-dokument \"Value 2000, Focusing Resources for Superior Competition\" u nixtieq nintroduċi din il-mozzjoni proprju billi nfakkar lill-Kamra f'xi kummenti li saru mill- Forum għal Ekonomija Aħjar li waqqaf il-Gvern Laburista bħala waħda mill- ewwel miżuri tiegħu.", "Dan id-dokument jgħidilna li l-viżjoni li qed inpoġġu f'din l- istrateġija hija billi noffru l-ikbar opportunitajiet lill-individwi tal- lum u tal-futur għall-ikbar tisħiħ ta' l-aspirazzjonijiet tagħhom, dak li dan id-dokument isejjaħ \"self-fulfilment of the individual\".", "Id-dokument jsemmi diversi punti fosthom li rridu niffokaw fuq ir-riżorsi umani; li l-edukazzjoni trid tkun proċess tul il-ħajja, \"a life-long process\"; li l- istrateġija trid tkun waħda li nibnu \"on added value\"; li r-riżultat tal- ħidma tagħna trid tissarraf permezz ta' ċentri ta' eċċellenza; li l- ekonomija strateġika trid tinbena fuq il-konvinzjoni li l-iżviluppi li qed iseħħu fid-dinja qed iġibu dik li qed tissejjaħ \"knowledge based society, the intelligent society\"; u li Malta trid tinbena fl-iżvilupp tagħha fuq żewġ konċetti bażiċi, il-konċett tal-kwalita' tal-ħajja u l-konċett ta' l- intelliġenza.", "Dan huwa l-aħħar minn sensiela ta' dokumenti li jikkonfermaw kemm il-mod kif pajjiżna jittratta l-qasam ta' l-edukazzjoni u l- investiment li pajjiżna jpoġġi fiż-żgħażagħ tagħna huwa ta' determinazzjoni fundamentali għall-mod kif se niffaċċjaw il-futur tagħna.", "Madam Speaker, irrid ngħid li l-Partit Nazzjonalista, kemm issa li qiegħed fl-oppożizzjoni u kif ukoll meta kien fil-gvern, dejjem insista li l-aħjar investiment li nistgħu nagħmlu huwa proprju f'uliedna, fir- riżors taż-żgħażagħ tagħna.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem kellu dan it- twemmin bażiku u meta ġie fdat bl-amministrazzjoni tal-pajjiż fl-1987 poġġa s-sistema ta' l-istipendji bħala parti minn pakkett ta' miżuri li kienu maħsuba li proprju jagħmlu dan l-investiment f'dan il-qasam.", "Kien pakkett ta' miżuri li bihom Gvern Nazzjonalista nieda żvilupp fil-qasam terzjarju u l-istipendju kien wieħed minn dawn il-miżuri ta' għajnuna finanzjarja lill- istudenti u lill-familji tagħhom, li issa l-Gvern Laburista b'dan ir- regolament li ġab quddiemna qiegħed inaqqas bl-iktar mod drastiku.", "Kif taf il-Kamra, ir-regolamenti li jiġu promulgati bis-saħħa ta' liġi prinċipali - f'dan il-każ l-Att dwar l-Edukazzjoni - jistgħu jitħassru biss jekk din il-Kamra b'riżoluzzjoni tiddeċiedi li tħassarhom f'perijodu ta' 28 jum minn meta l-ministru konċernat ikun poġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra u proprju l-Oppożizzjoni qed tipprova tagħmel dan l-attentat billi qed terġa' tappella lill-Gvern biex imur lura fuq il-mejda tal-ħsieb, tar-riċerka, ta' l-evalwazzjoni u tad-djalogu biex minn hemm wieħed ikun jista' jara x'inhuma tassew it-tibdiliet li jridu jsiru.", "L-Oppożizzjoni ma tistax ma tinnotax li l-Gvern injora l-appelli kollha li sarulu biex il-Kamra tiddiskuti din il-materja qabel u nfakkar li fl-14 ta' Ottubru li għadda jien kont ippreżentajt mozzjoni oħra li kienet miktuba b'mod li ma tippreġudikax il-pożizzjoni la ta' naħa u lanqas ta' oħra imma kienet mozzjoni maħsuba biss biex tqanqal diskussjoni bit-tama li wieħed jifhem ir-raġunament li kien qiegħed isir fil-pajjiż biex l-affarijiet kemm jista' jkun nagħmluhom b'mod tajjeb.", "Aħna jiddispjaċina li biex proprju l-Kamra tiddiskuti materja bħal din konna kostretti li nġibu mozzjoni għat-tħassir ta' dawn ir-regolamenti u issa rrid nuri kemm ir-regolamenti li ġew pubblikati bl-Avviż Legali Nru. 5 ta' din is-sena - kien hemm Avviż Legali ieħor ta' sena oħra taħt amministrazzjoni Nazzjonalista li l-iskop tiegħu ma kienx li jħassar l- istipendji imma li jikkonfermahom u jsaħħaħhom - fihom difetti u konfużjoni.", "Fil-fatt dawn ir-regolamenti jagħtu raġun lil kull min appella li l-ewwel għandna nqisu sewwa l-impatt ta' dawn id-deċiżjonijiet qabel ma ngħaddu għall-implimentazzjoni tagħhom.", "Jekk il-Kamra ma tiddeċedix mod ieħor, dawn ir-regolamenti jkunu daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' din is- sena.", "Sabiex nifhmu aħjar x'jagħmlu dawn ir-regolamenti nfakkar malajr x'kienet il-pożizzjoni sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l-1997, bażikament sal- mument effettiv qabel ma l-Gvern beda jimplimenta d-deċiżjoni li ħa fl- aħħar budget.", "Tajjeb ngħid li l-Gvern Nazzjonalista kien wiret sitwazzjoni diżastruża mill-amministrazzjoni Soċjalista fil-qasam ta' l-edukazzjoni b'mod partikolari fil-qasam ta' l-edukazzjoni terzjarja.", "Għalhekk mhux biss kellu jagħmel att ta' rifondazzjoni ta' l-Universita' u kellu jagħmel investiment massiv biex jirbaħ xi ftit mill-ħin prezzjuż li kien intilef matul is-16-il sena ta' amministrazzjoni Soċjalista, imma f'dak il-kwadru wkoll ried isib soluzzjoni ġusta għall-iskema inġusta ta' student/ħaddiem u ntroduċa l-konċett ta' sistema ta' stipendji għall-istudenti ta' l- Universita' li, abbażi ta' stima tal-bżonnijiet li seta' jkollhom dawn l- istudenti, u abbażi tal-ħtieġa ta' inċentiv konkret biex fis-soċjeta' tagħna aktar żgħażagħ jaffrontaw il-ħajja ta' iktar studji li tirritardja d- dħul ta' finanzi mill-ħajja tax-xogħol - minħabba li jkunu ddedikaw ruħhom għal aktar studji u għal aktar approfondiment - għamel sistema li biha ta għajnuna finanzjarja f'għotja ta' stipendju li kienet tvarja matul is-snin tal-kors.", "Il-korsijiet fl-Universita' jvarjaw minn korsijiet ta' diploma ta' sentejn jew tliet snin, korsijiet ta' degrees li jieħdu erba' snin u korsijiet oħra ta' professjonijiet tradizzjonali u professjonijiet ġodda li jvarjaw minn ħames snin għal sitt snin.", "Dak iż-żmien l-għotja għall- ewwel sena kienet ta' Lm71.83,3, għat-tieni sena kienet Lm88.50, għat- tielet sena kienet ta' Lm109.33,3, għar-raba' sena l-għotja kienet ta' Lm130.16,7, għall-ħames sena kienet ta' Lm155.50 u għal dawk il-korsijiet li kienu jidħlu fis-sitt sena l-istipendju kien ta' Lm172.16,7.", "Imbagħad l- Avviż Legali kien inbidel fl-1994 bl-Avviż Legali Nru. 92 billi neħħa l- istipendju tas-sitt sena, żamm l-istipendji marbutin fuq firxa ta' korsijiet mill-ewwel sal-ħames sena u kien introduċa stipendju għal dawk li kienu qed jagħmlu korsijiet postgraduate.", "Dak iż-żmien il-Gvern Nazzjonalista kien indika liema kienu dawn il-korsijiet - fosthom kien hemm il-postgraduate certificate of education għal dawk li riedu jieħdu ċertifikat speċjalizzat biex ikunu jistgħu jmorru jgħallmu, f'mumenti meta dan kien meħtieġ minħabba li kien hawn nuqqas kbir ta' għalliema u allura riedu jittieħdu passi konkreti biex dan jiġi mtaffi - u ndika wkoll xi gradi oħra ta' masters fix-xjenza u f'suġġetti oħrajn.", "Madam Speaker, wara esperjenza ta' sitt snin bis-sistema ta' l- istipendju Gvern Nazzjonalista seta' jifli aħjar x'kienu d-diffikultajiet u l-problemi, liema kienu dawk l-oqsma fejn seta' kien hemm ċertu abbuż u ċertu ħela u allura ma kienx għal kollox ġustifikat li titkompla dik is- sistema u għalhekk iddeċieda li jikkoreġi xi ftit is-sistema ta' l- istipendji billi ntroduċa regolamenti li permezz tagħhom bdew jitħallsu stipendji għal korsijiet postgraduate li kienu jkunu elenkati fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Jiġifieri l-Gvern Nazzjonalista kien jaqbel li għandna ninċentivaw liż-żgħażagħ tagħna li jmorru l-Universita' u għall-korsijiet li jkunu qed jieħdu jingħataw l-istipendju, pero' għal dak li għandu x'jaqsam ma' postgraduate courses il-Gvern ried li naslu f'sitwazzjoni fejn nagħtu stipendju lil dawk l-istudenti li kienu qed jispeċjalizzaw f'dawk l- oqsma ta' studju fejn il-Gvern dak iż-żmiem kien jidhirlu li kien hemm bżonn.", "Fil-fatt min jifli r-regolament li kien ħareġ f'dawk iż-żminijiet isib li waħda mill-klawsoli kienet tgħid:", "''Il-kriterju adottat sabiex jiġi stabilit li għandu jitħallas stipendju lill-istudenti kollha li jattendu għall-korsijiet elenkati fl-iskeda postgraduate ġej mill-fatt li hemm nuqqas ta' riżorsi umani kwalifikati fl-oqsma partikolari imsemmija.''", "Fir-regolamenti stess kien ġie ddikjarat bl-iktar mod ċar li l-Gvern kien se jara liema kienu dawk l-oqsma fil-pajjiż fejn kien hemm nuqqas ta' riżorsi umani kwalifikati u f'dawk l-oqsma l-Gvern mhux biss kien qiegħed jagħti stipendju għall-ewwel kors tad-diploma jew għall-kors ta' degree imma kien se jagħti stipendju lil dawk l-istudenti li jagħmlu korsijiet għal ċertifikati ta' speċjalizzazzjoni, għall-masters degree u oqsma oħrajn.", "L-oqsma li l-Gvern Nazzjonalista kien elenka li kienu jeħtieġu ċerti inċentivi minħabba n-nuqqas ta' riżorsi umani kwalifikati kienu l- oqsma tal-computer studies, l-oqsma ta' l-edukazzjoni inklussiva, tal- matematika, tal-fiżika, tax-xjenza, postgraduate course fis-social work, id-dipoma fil-probationary service u diploma fis-servizzi tal-ġerjatrija u tal-ġerentoloġija.", "Irrid ngħid li proprju ftit ġranet qabel ma l-Gvern preżenti ddeċieda li jbiddel is-sistema ta' l-istipendju, il-Ministru konċernat adotta l- istess regolamenti li għadni kemm irriferejt għalihom li kienu ġew pubblikati fil-5 ta' Awissu 1997 u li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fis-6 ta' Ottubru ta' l-istess sena u dan ifisser li l-Gvern kien għadu jaħseb li hemm bżonn ta' inċentivi ta' stipendji għal studenti li jispeċjalizzaw f'korsijiet postgraduate minħabba n-nuqqas ta' riżorsi umani kwalifikati.", "Naturalment il-Gvern tal-lum ħass li l-bżonnijiet ta' dawn l-oqsma kienu xi ftit differenti minn dawk li kienu deċiżi xi ftit żmien ilu u infatti kien qed jgħid li hemm bżonn ta' stipendju għall-postgraduate certificate in education, il-PGCE għal dawk li jispeċjalizzaw fl-accounts, fil-computer studies, fl-ekonomija, fil-fiżika, fl-informatika, fl-inġinerija elettronika, fl-istudji agrarji, fl-istudji tal-media u ġew konfermati wkoll l-istipendji għal dawk li jieħdu diploma fil-probationary services u diploma fil-ġerentoloġija.", "Jiġifieri l-Ministru ppubblika dan ir- regolament proprju ftit ġranet qabel il-budget ta' din is-sena u qabel ma l-Gvern b'daqqa ta' pinna naqqas drastikament l-istipendji lill- istudenti universitarji.", "Issa, Madam Speaker, kollox ġie ridott għal Lm50 fix-xahar ħlief għall- istudenti tal-junior college u għall-istudenti ta' l-institute of health care li tħallew kif kienu taħt Gvern Nazzjonalista.", "Ma' dawk l-istudenti li kienu jagħmlu korsijiet ta' nursing u paramedic studies Gvern Nazzjonalista wettaq diskriminazzjoni pożittiva għaliex bejn stipendju u allowance kien tahom il-paga minima nazzjonali.", "Issa fir-regolamenti li għandna llum qed jidħlu żewġ kategoriji oħra, dawk li jieħdu BA Hons in Social Work and Administration, li minflok Lm50 fix-xahar se jieħdu Lm100, u dawk li għandhom ġenituri li qegħdin fuq l-assistenza soċjali tar-relief, wara li l-bord li nnomina l-Ministru jiddeċiedi li jkun hemm bżonn li tingħata ċerta għajnuna.", "Minn hawn toħroġ l-ewwel indikazzjoni ċara kemm kellu raġun min kien ta parir li jeħtieġ ħsieb iktar serju qabel ma wieħed ibiddel is-sistema ta' l- istipendji għaliex fid-diskors tal-budget kien intqal li Lm50 tingħata bħala għotja u Lm50 tingħata bħala self, mentri l-istudenti ta' l- institute of health Care kellhom jibqgħu kif ħallihom Gvern Nazzjonalista, cioe' se jkunu eżentati wkoll mill-ħlas tal-miżata ta' l-eżami tal-Matsec u mhux se jkollhom jirrifondu s-self li jkunu ħadu.", "Barra minn hekk, fid-diskors tal-budget insibu wkoll li lanqas dawk l- istudenti li jiksbu riżultati eċċellenti m'huma se jkollhom jirrifondu s- self li jkunu ħadu.", "Din kienet il-pożizzjoni tliet xhur ilu skond dak li hemm imniżżel fid-diskors tal-budget, mentri issa din il-pożizzjoni nbidlet radikalment.", "Dan il-budget se jibqa' magħruf għal kemm kellu bidliet radikali fuq medda ta' tliet xhur minn kif kien ġie dikjarat għall- mod kif beda jiġi implimentat.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex, per eżempju, fid-diskors tal-budget imkien ma jissemma li l-istudenti li jsegwu l-BA Hons in Social Work and Administration kienu se jieħdu Lm100 għotja u mhux Lm50 bħala għotja u Lm50 bħala self, jiġifieri l-Gvern tliet xhur wara qed jammetti li żbalja fl-ovvju u kkoreġih għax kien ovvju li jekk lill-istudenti tas-social work se tpoġġihom en par ma' l-istudenti l- oħrajn kollha allura kien se jkun hemm kriżi iktar milli diġa' hemm fit- taħriġ u fil-preparazzjoni ta' dawn l-istudenti.", "Issa jekk il-Gvern dam tliet xhur biex induna li żbalja fl-ovvju, kemm irid jgħaddi żmien biex jara x'inhi s-sitwazzjoni f'dawk l-oqsma li m'humiex daqshekk ovvji?", "Per eżempju, il-pajjiż għadu sal-lum jiffaċċja l-problema tan-nuqqas ta' nurses fl-isptarijiet tagħna u allura tkun ħaġa ovvja li ma' l-istudenti tan-nursing inwettqu diskriminazzjoni pożittiva billi nagħtuhom in-national minimum wage.", "Fil-każ tas-social workers dawn ukoll se jingħataw stipendju ta' Lm100 - u dan ġie anke diskuss fid-diversi seduti li saru fis-Social Affairs Committee - għaliex kif jaf kulħadd, fil-pajjiż għandna nuqqas ta' social workers u allura rridu nattiraw din it-tip ta' riżorsa umana biex tiġi mħarrġa u tkun kwalifikata f'dan il-qasam.", "Allura kif il-Gvern jista' jgħid li m'hemmx bżonn li ndaħħlu l-konċett ta' diskriminazzjoni pożittiva f'oqsma oħra bħal, per eżempju, il-qasam ta' l-informatika?", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni stess iddikjara li hemm diversi oqsma li għandhom bżonn ta' diskriminazzjoni pożittiva permezz ta' l-Avviż Legali li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra fis-6 ta' Ottubru, 1997.", "Allura dan juri kemm kellu raġun kull min lill-Gvern qallu li qabel ma jbiddel is-sistema ta' l- istipendji jrid jevalwaha u jara kif qiegħda tolqot il-bżonnijiet tal- pajjiż.", "Fid-diskors tal-budget insibu li:", "\"Il-banek se jkollhom l-opportunita' jikkompetu ma' xulxin biex joffru l-iskemi tagħhom lill-istudenti .....", "Matul il-perijodu ta' studju, is-self ikun bla imgħax għall-istudenti.", "Il-Gvern qed jidħol garanti għas-self ta' l-istudenti mill-banek u jħallas huwa stess l- imgħax dovut waqt il-perjodu ta' studju.\"", "Pero' fir-regolamenti m'hawn l-ebda riferenza għall-iskema ta' self.", "X'se jiġri jekk xi bank iħoss li m'għandux jikkompeti?", "Huwa veru li l-Mid-Med Bank u l-Bank of Valetta ħarġu skemi għall-istudenti li bdew l-ewwel sena tal-kors tagħhom imma l-ewwelnett dawn il-banek m'humiex marbuta li jirripetu dawn l-iskemi u t-tieni nett, skond id-diskors tal-budget, l- istudent ma jibdiex iħallas qabel ma jsib ix-xogħol.", "Mentri l-iskema tgħid li l-istudent jista' ma jħallasx sa massimu ta' sentejn.", "X'se jiġri jekk l- istudent ma jsibx xogħol fi żmien sentejn?", "Barra minn hekk, l-imgħax huwa ta' 1.5% fuq il-base rate tal-bank, currently at 5.5% per annum, jiġifieri l-imgħax se jkun ta' 7%.", "X'jiġri jekk din il-base rate tinbidel għaliex m'hawn xejn li jista' jiggarantixxi li dawn is-sistemi ma jistgħux jinbidlu?", "Jien nixtieq li l-Ministru jgħidilna kemm studenti rrikorrew għal dan is-self u jekk jeżistux xi arranġamenti bil-miktub li juru li l-Gvern kopra dik il-parti tat-tibdil fl-istipendji li fid-diskors tal-budget jagħtihielna bħala forma ta' self.", "Fil-każ li jeżisti xi tip ta' ftehim, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijet għaliex filwaqt li fid-diskors tal-budget insibu li l-Gvern se jiggarantixxi din il-loan, l-iskema tal-banek tgħid li:", "''The loan is being provided to you on an unsecured basis.''.", "Kif daħal garanti l-Gvern, għaliex fir-regolamenti dwar is-self m'hawn l- ebda riferenza ta' xejn?", "L-iskema tal-banek tipprovdi għal moratorium ta' massimu ta' sentejn għal min jgħaddi u jiggradwa pero' tgħid wkoll li l- bank ikollu d-dritt li jitlob lura l-ħlas tas-self immedjatament mingħajr ebda moratorium ta' xejn mingħand min għal xi raġuni ma jispiċċax il-kors.", "Infatti il-bank jagħmilha ċara li:", "''Notwithstanding anything aforesaid ....''", "- u hawnhekk qed jirriferi għaċ-ċirkolari li rċevew l-istudenti mingħand il- banek -", "\"any facility may be withdrawn and/or is reviewable at any time at the bank's discretion.\".", "Dan ifisser li l-parti tas-self hija kollha kemm hi at the bank's discretion.", "Jien naħseb li huwa importanti li l-Ministru jgħidilna x'inhuma l-arranġamenti li wieħed jidħol għalihom.", "Kif diġa' għidt, fid-diskors tal-budget il-Gvern qed jgħid li dawk li l- istudenti li l-ġenituri tagħhom qegħdin fuq l-għajnuna soċjali u għandhom dħul baxx ikunu eżenti kemm milli jħallsu l-miżata ta' l-eżamijiet tal- Matsec u kif ukoll milli jħallsu s-self mogħti lilhom u għalhekk se jieħdu Lm100.", "Pero' mbagħad fir-regolamenti ma nsibu xejn dwar il-kwalifika l-oħra ta' dawk l-istudenti li meta jiksbu riżultati eċċellenti jiġu eżentati wkoll milli jħallsu lura s-self bħala premju għall-isforz li jkunu għamlu.", "Fil-fehma tiegħi, din ma ssib rikjam la fir-regolamenti u lanqas fl- iskemi tal-banek u qed nirriferi għaliha biss biex nindika ftit in-nuqqas ta' ħsieb fil-mod kif saru l-affarijiet.", "Apparti minn hekk, Madam Speaker, jien ma stajtx nifhem għaliex għandu jkun hemm l-intervent ta' bord ad hoc magħmul minn ħames persuni - erbgħa nominati mill-Gvern u persuna oħra nominata mill-Universita' - biex it-tfal ta' dawk il-ġenituri li jkunu diġa' għaddew mill-mangnu kollu tal-liġi tas-sigurta' soċjali biex jieħdu r-relief, jidhru quddiemu biex jaraw jekk jistgħux jibbenefikaw minn din il-miżura.", "Dan juri x'differenza kien hemm bejn dak li qal il-Gvern fid-diskors tal-budget u dak li għamel fir- regolamenti.", "Jien ngħid li jekk il-Gvern lanqas biss kien kompetenti biex mill-ewwel jinduna bil-bżonnijiet ovvji u saħansitra dam tliet xhur biex induna li biex ikollok social workers trid iddaħħal il-konċett tad- diskriminazzjoni pożittiva, x'kompetenza jista' jkun dotat biha biex ikun jaf x'inhu l-impatt ta' miżura bħal din fuq il-bżonnijiet tal-familji ta' l- istudenti u fuq il-bżonnijiet tal-pajjiż!", "Allura jien ngħid li din hija waħda mill-iktar raġuni importanti għaliex din il-Kamra għandha tħassar dawn ir-regolamenti.", "Dawn ir-regolamenti huma tradiment ta' wegħda solenni u espliċita tal-partit fil-gvern.", "Fid-diskors tal-budget li għadu kemm ressaq dan il-Gvern għal din is-sena, il-Ministru tal-Finanzi qed jgħid li se jbiddel is-sistema ta' l-istipendji għal Lm50 għotja u Lm50 self meta fl- istess nifs fl-estimi li nsibu annessi mad-diskors tal-budget, il-Gvern qed jgħidilna li:", "\"... jkun hemm evalwazzjoni tas-sistema ta' l-istipendji biex jiġi stabilit aħjar x'għajnuna finanzjarja jista' jkollhom bżonn l- istudenti tul il-korsijet ta' studju ta' l-għażla tagħhom u dan mingħajr l-ebda preġudizzju għall-aċċessibilita' għall-edukazzjoni universitarja u fl-istess ħin jiġi assigurat li studenti jkunu motivati kif suppost.\".", "Barra minn hekk, din il-Kamra m'għandhiex taċċetta l-mod kif saru dawn it-tibdiliet għaliex ma saret l-ebda konsultazzjoni u l-ebda djalogu ma' ħadd qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni ftit ġranet qabel bdiet is-sena akkademika.", "Is-sena l-oħra kellna numru sew ta' seduti fejn iddiskutejna l- qasam ta' l-edukazzjoni u anke l-qasam ta' l-Universita' u ma kienet ingħatat l-ebda indikazzjoni ta' x'se jiġri.", "Waħda mir-raġunijiet importanti oħra għaliex dawn ir-regolamenti għandhom jitħassru hija - u naħseb li forsi din hi waħda mill-iktar raġunijiet li akkwistat riljev f'dawn l-aħħar ġimgħat - li dan it-tnaqqis drastiku fl- istipendji se jaggrava bil-kbir it-tbatija tal-familji li diġa' għandhom problemi kbar bil-miżuri li ġew imħabbra fil-budget.", "Qatt ma kien hawn vuċi unanima dwar kemm il-budget kien iebes u saħansitra kien il-Gvern stess li beda jgħid li huwa budget iebes.", "Qatt ma tressaq budget li ġie attakkat minn Membri tal-Gvern bil-feroċita' li ġie attakkat dan il-budget.", "Huwa kkalkolat li l-miżuri tal-budget b'mod dirett qed iżidu l-ispejjeż għal familja normali b'iktar minn Lm6 fil-ġimgħa u dan ifisser li l- purchasing power ta' familja normali qed tonqos b'iktar minn Lm6 fil- ġimgħa.", "Wieħed jista' jimmaġina dik il-familja li jkollha ġuvni jew tfajla fl-Universita' li fl-ewwel sena se jitlef Lm5 oħra fil-ġimgħa u għalhekk se jnaqqas il-purchasing power tagħha bi Lm11 fil-ġimgħa.", "Dan kollu iġib tbatijiet ikbar għall-istudenti Għawdxin li kif jaf kulħadd għandhom problemi ħafna iktar differenti milli għandhom l-istudenti Maltin.", "Jien nikkalkola li bejn l-aħħar 1,000 student li daħlu taħt il-Gvern Nazzjonalista f'Ottubru ta' l-1996 u l-ewwel 1,000 student li daħlu taħt il- Gvern Laburista f'Ottubru ta' l-1997, il-Gvern se jiffranka iktar minn Lm2 miljun fi stipendji.", "Jien qed ngħid li l-1,043 student li bdew il-ħajja universitarja akkademika tagħhom taħt Gvern Laburista apparagun ma' sħabhom li bdewha taħt Gvern Nazzjonalista se jkunu marru minn taħt tul il-kors tagħhom b'iktar minn Lm2 miljun - issa meta għamilt il-kalkoli tiegħi għamilt allowance ukoll għal dawk l-istudenti li ma jirnexxilhomx jispiċċaw il-kors tagħhom.", "Wieħed jista' jsemmi ħafna iktar argumenti, pero' nixtieq ngħid li din hija kwestjoni fundamentali għaliex l-istipendju kien sar parti mill-paga soċjali u kif kulħadd jaf l-importanza tal-paga soċjali llum żdiedet.", "Sfortunatament it-tnaqqis fl-istipendji naqqas il-paga soċjali tal- familji fil-bżonn.", "Qabel l-elezzjoni kienu jgħidulna li l-paga soċjali tant kienet se titjieb li n-nisa tad-dar ma kienx se jkollhom għalfejn joħorġu jaħdmu u issa qed inaqqsu l-paga soċjali billi qed inaqqsu l-istipendji ta' l-istudenti universitarji.", "L-iktar mod ekwu kif iġġiegħel lil min jaqla' l-iktar jikkontribwixxi l-aktar għall-ġid komuni huwa billi tiffoka bis-sħiħ fuq is-sistema ta' taxxi għaliex min jaqla' l-aktar jonfoq l-iktar u lil dawn taqbadhom mhux billi żżid id-dejn ta' l-istudenti.", "Ma ninsewx li fl-Ingilterra, fejn ġiet adottata sistema ta' self għall-istudenti, kellhom tnaqqis ta' 16% fin-numru ta' studenti li jidħlu fl-universita'.", "Nagħlaq billi ngħid li rridu nagħmlu sistema ta' stipendji aħjar l- ewwelnett b'objettivi edukattivi u t-tieni nett b'objettivi soċjali li jkunu ċari għaliex b'dan il-mod inkunu nistgħu nagħmlu l-ġid u mhux b'dawn ir-regolamenti.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jien nixtieq nikkongratula lill- kelliemi ta' qabli, l-Onor.", "Louis Galea, għall-mozzjoni li ressaq dalgħodu u għad-diskors li għadu kif għamel.", "Jekk wieħed jerġa' jħares lejn l- istess mozzjoni jsib li l-qofol tagħha huwa l-aħħar paragrafu li jgħid:", "\"Illi l-Oppożizzjoni tibqa' ssostni li miżura ta' dan it-tip tirrikjedi ħsieb u riċerka serja biex ikun magħruf minn qabel l-impatt tagħhom mhux biss fuq il-familji Maltin u Għawdxin iżda wkoll fuq l- iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna.\".", "Jien naħseb li ta' min jagħmel riflessjoni fuq din il-parti tal-mozzjoni għaliex l-impressjoni ġenerali hi li meta l-Partit Laburista jkun fil- gvern għandu ħabta jgħid li l-investiment li jkun sar fil-pajjiż kien sparpaljar ta' flus u dan kien jgħidu sija meta kien fl-oppożizzjoni u għadna nisimgħuh sal-lum li qiegħed fil-gvern.", "Issa llum il-ġurnata dak l- investiment li kien sar tant ta l-frott tiegħu li ddeċidew li jipprivatizzaw l-KorporazzjoniTelemalta b'mod parzjali u jridu jipprivatizzaw ukoll l-Malta International Airport u dan juri li dawk kienu flus li ntnefqu b'mod tajjeb u li ħallew il-ġid fil-pajjiż.", "Is-sistema ta' l-istipendji kien mod ieħor ta' investiment fiż-żgħażagħ tagħna għaliex tajna l-opportunita' lil kull min ried jidħol l-Universita' u jiggradwa biex ikun jista' jsib ix-xogħol li jkun ippreparat għalih.", "Madam Speaker, ċertament li l-investiment li sar f'dan ir-rigward ta r- riżultati tiegħu għaliex filwaqt li fl-1987 in-numru ta' studenti fl- Universita' kien ta' madwar 800, illum dan tela' għal kważi 8,000 student.", "Dan huwa riżultat verament pożittiv għaliex juri li l-ġenerazzjonijiet l- ġodda qed jiġu ppreparati b'mod professjonali għall-karrieri tagħhom u għall-istess futur ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, se ngħaddi issa biex nitkellem fuq is-sitwazzjoni partikolari ta' l-istudenti Għawdxin li qed jistudjaw fl-Universita' ta' Malta.", "M'għandix għalfejn nelabora ż-żejjed għaliex din hija xi ħaġa li jifhimha kulħadd pero' f'dan il-pajjiż mhux kulħadd donnu lest li joffri rimedju għal din is-sitwazzjoni partikolari.", "B'sodisfazzjon kbir ngħid li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern bil-fatti u mhux bil-kliem biss għaraf il-problema addizzjonali li kellhom l- istudenti Għawdxin u dejjem ra kif għamel biex ħoloq xi skemi jew ta xi allowances biex ikun jista' jwieżen lil dawn l-istudenti li għandhom sitwazzjoni partikolari ħafna.", "Jekk m'iniex sejjer żball, fl-1969 fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, meta kien ministru ta' l-edukazzjoni Dr Pawlu Borg Olivier, għall-ewwel darba fil-pajjiż ġie aċċettat il-konċett li jekk ridna nħajru lill-istudent Għawdxi jidħol fl-Universita' ta' Malta ridna ngħinuh bil-fatti u mhux bil-kliem biss, u bi pjaċir ninnota li dak iż-żmien kienet ingħatat għall-ewwel darba allowance ta' Lm90 fis-sena, li għal dak iż-żmien kienet somma sostanzjali lil kull student Għawdxi li kien jidħol fl-Universita' ta' Malta.", "Iżjed tard, dejjem taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, daħlet ukoll is-sistema ta' l-istipendju, li naturalment kienet tapplika għall-istudenti Maltin u Għawdxin.", "Pero' fil-każ ta' l-istudenti Għawdxin, Gvern Nazzjonalista kien ħa ħsieb li jissussidjalhom it-traġitt bejn Malta u Għawdex u b'dan il-mod l- istudenti Għawdxin setgħu iktar jitħajru jkomplu jistudjaw fil-livell terzjarju.", "Barra minn hekk, kien ukoll Gvern Nazzjonalista li daħħal allowance oħra għal akkomodazzjoni ta' Lm15 lil kull student Għawdxi li jattendi l-Universita' ta' Malta.", "Dan juri li Gvern Nazzjonalista dejjem wera bil-fatti li ried jgħin lill-istudenti Għawdxin u dan ta r-riżultati tiegħu.", "Infatti skond risposta mogħtija għall-interpellanza ta' l-Onor.", "Helen D'Amato, fejn staqsiet kemm hemm studenti Għawdxin attwalment fl- Universita' ta' Malta u anke fil-Gozo centre ta' l-Universita', insibu li hemm madwar 412 student fl-Universita' ta' Malta u madwar 80 ruħ oħra jattendu korsijiet fiċ-ċentru ta' l-Universita' f'Għawdex.", "Allura wieħed jifhem li l-miżuri li ttieħdu matul dawn is-snin taw riżultat.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra li fl-1986 in-numru ta' studenti Għawdxin fl- Universita' ta' Malta kien ta' 26, mentri llum qed jidħlu iktar minn 100 student kull sena.", "Jien nixtieq li n-numru ta' studenti Għawdxin fl- Universita' ta' Malta jkompli jiżdied u għalhekk huwa importanti li nkomplu ninċentivawhom.", "M'għandix iż-żmien biex noqgħod nirrakkonta l-problemi żejda li għandhom l-istudenti Għawdxin f'Malta, Madam Speaker, għax nista' nħares lejk u kieku nista' nagħtik l-opportunita' biex titkellem minfloki għaliex int ukoll kont studenta Għawdxija fl-Universita' ta' Malta u allura ta' Għawdxija vera ġarrabt il-problemi li tiltaqa' magħhom meta tkun f'din is- sitwazzjoni partikolari.", "Il-Ministru bħali rċieva petizzjoni ffirmata minn 250 student li għalkemm għadhom studenti fis-centre for further studies huma kollha studenti bil-potenzjal li din is-sena jew is-sena d- dieħla jidħlu fl-Universita' ta' Malta, fejn dawn qegħdin jgħidu li għalkemm s'issa l-allowance li għandhom ma ntmissitx imma għada pitgħada meta jidħlu l-Universita' se tagħmlilhom differenza.", "Mingħajr ma ninħass provinċjal iż-żejjed irrid ngħid li meta wieħed jiġi biex jara x'impatt se jkollu dan it-tnaqqis fl-istipendji jrid jibda mill-istudenti Għawdxin.", "Jien smajt b'attenzjoni d-diskors tajjeb u bilanċjat li għamel l-Onor.", "Louis Galea u f'mument minnhom huwa qal li għandu jkun hemm diskriminazzjoni pożittiva għal ċerti oqsma ta' studji.", "Jien naħseb li jekk wieħed verament irid japplika l-konċett tad-diskriminazzjoni pożittiva jrid jibda billi japplikah ma' l-istudenti li ġejjin minn Għawdex għaliex effettivament dawn jiltaqgħu ma' diffikultajiet li ma jġarrbuhomx l- istudenti Maltin.", "Jien mhux qed ngħid li l-istudenti Maltin ma kellhomx jibqgħu bl-istipendju li kellhom, anzi l-istipendju kellu jibqa' sakemm wieħed jara x'impatt se jkun hemm u x'inhi l-aħjar ħaġa li tista' ssir fil-pajjiż, li ċertament m'huwiex il-każ li jiġi disturbat dak kollu li konna drajna bih fis-sistema edukattiva.", "Ma rridux ninsew li l-Partit Laburista qabel ma tela' fil-gvern wiegħed sollennement li mhux se jmiss l- istipendji ta' l-istudenti universitarji.", "Jien m'għandix żmien iktar nelabora fuq din il-kwestjoni pero' nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-istqarrija li ħareġ il-Grupp Universitarju Għawdxi dwar is-sitwazzjoni ta' l-istudent Għawdxi u nitlob il-permess tal- Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ittra li kienet intbagħtet lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni minn studenti li għada pitgħada jistgħu jkunu studenti universitarji.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 6 ta' Ottubru 1997 iffirmata minn grupp ta' studenti tas-Sixth Form mibgħuta lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "Hawnhekk il-Grupp Universitarju Għawdxi qed jirriferi għal-ħlas għall- akkomodazzjoni, għall-ikel, għall-ħwejjeġ u għat-traġitti li jsiru bejn Malta u Għawdex.", "Jien informat li delegazzjoni tal-GUG iltaqgħet mal-Prim Ministru fiċ-ċentru ta' l-Universita' f'Għawdex u għarrfuh bis-sitwazzjoni xejn sabiħa tagħhom.", "Għaldaqstant, Madam Speaker, jien nappoġġja bil-qawwa kollha l-mozzjoni mressqa mill-Onor.", "Louis Galea u nitlob lil dan il-Parlament biex jaċċettaha.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, l-għan ewlieni tas- sistema edukattiva huwa li ma jitħalla ħadd barra, la jekk ikollu diżabilita' fiżika u lanqas jekk ikollu nuqqas ta' mezzi oħra.", "Jien naħseb li s-sistema li kienet teżisti sa Jannar li għadda kienet tippermetti lil dawk it-tfal li ġejjin minn familja bi dħul baxx jew tfal ta' romol li jkomplu jistudjaw u din hija d-diffikulta' ta' wħud mill-istudenti li hemm illum fl- Universita'.", "Issa għandna gvern li qed jgħid li l-ispiża ta' l-istipendji m'hijiex sostenibbli u li l-pajjiż ma jiflaħx għal dan il-piż.", "Imma tajjeb li wieħed jistaqsi: Veru li l-ispiża ta' l-istipendji m'hijiex sostenibbli?", "Jien ipprovajt naħseb ftit xi tfisser meta jkollok spiża fl- edukazzjoni li m'hijiex sostenibbli.", "Spiża li ma tkunx sostenibbli hija spiża li l-pajjiż ma jkun qed jieħu xejn lura minnha, spiża li sproporzjonalment tkun qed tikkontribwixxi ħafna għad-deficit tal-pajjiż u li iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tikber.", "Jien naħseb li s-sistema li ħaddanna f'dawn l-aħħar snin ma kienet qed taffettwa l-ebda fattur minn dawn it-tlieta li għadni kemm semmejt.", "Kieku l- pajjiż ma kienx qiegħed jieħu xi ħaġa lura mis-sistema ta' l-istipendji kieku kien ikollna madwar 2,000 żagħżugħ li jmorru jfittxu x-xogħol ħafna iktar kmieni u ma kienx ikollna dawk il-gradwati kollha fl-inġinerija, fl- information technology, fl-accountancy u fin-nursing jiġu assorbiti fl- ekonomija.", "Kieku ma kellniex is-sistema ta' l-istipendji dawn iż-żgħażagħ kienu jmorru ħafna iktar kmieni fuq il-bank tax-xogħol mingħajr it-taħriġ u t- tagħlim meħtieġ bil-vulnerabbilta' kollha li n-nuqqas ta' tagħlim iġib miegħu, fejn ħafna drabi żgħażagħ li ma tantx ikollhom daqstant tagħlim jispiċċaw jitilfu l-impjieg tagħhom ħafna iktar malajr u jerġgħu jispiċċaw fuq l-unemployment benefit u dak li l-gvern jiffranka mill-istipendji ikun kostrett li joħorġu f'benefiċċji soċjali.", "Barra minn hekk, kieku ma kellniex is-sistema ta' l-istipendji ma kienx ikollna daqstant gradwati fil-health care.", "Nafu kemm kien hawn u għad hawn nuqqas ta' nurses fil-pajjiż u kemm il-Gvern qiegħed iħallas biex jimporta n-nurses, pero' bis-sistema ta' l-istipendji iktar studenti bdew jitħajru jaqbdu din il-linja.", "Barra minn hekk, il-pajjiż kien qed jiggwadanja kulturalment għax kellna ħafna iktar nies li kienu qed ikomplu t-tagħlim tagħhom - u dan ma kienx tagħlim utilitarju bħalma kienet is-sistema ta' student/ħaddiem - u kien qed jiggwadanja wkoll soċjalment għax kellna ħafna iktar mobilita' soċjali fejn tfal li kienu ġejjin minn oqsma batuti setgħu jitilgħu fl-ogħla livelli tas-soċjeta' minħabba l-livell ta' edukazzjoni tagħhom.", "Fl- aħħarnett il-pajjiż kien qed jiggwadanja ekonomikament għax kellna ħaddiema ppreparati li bdew jikkontribwixxu b'mod dirett lejn l-ekonomija.", "Nixtieq nitkellem issa dwar il-fatt jekk is-sistema ta' l-istipendji proporzjonalment hijiex qed tikkontribwixxi ħafna għad-deficit tal-pajjiż.", "Kull sena jintnefqu madwar Lm6 miljun f'istipendji u dan jammonta għal xi 5% tad-deficit li kellna fil-pajjiż f'dawn l-aħħar sentejn.", "Issa jekk l- ispiża ta' l-istipendji se tonqos bin-nofs se nkunu qed niffrankaw biss madwar 2.5% tad-deficit li għandna fil-pajjiż.", "Il-loġika tgħidlek li jekk għandek emorraġija l-ewwel ħaġa li trid tagħmel hija li tipprova ddewwi l-feriti minn fejn l-iktar ħiereġ demm u mbagħad tikkura t-tbenġila.", "Imma l-Gvern minflok qed jipprova jdewwi l-ferita tad-deficit mhux sostenibbli li għandu l-pajjiż qed jikkura biss it-tbenġila li jħalli dan id-deficit.", "It-tielet punt li nixtieq neżamina huwa jekk l-ispiża ta' l-istipendji hijiex spiża li dejjem qed tikber.", "Meta jien kont student/ħaddiem fl- 1981 fl-ewwel sena tal-kors tiegħi kont nieħu Lm60 fix-xahar, fit-tieni sena kont nieħu Lm80, fit-tielet sena kont nieħu Lm100, fir-raba' sena kont nieħu Lm120 u bqajt nieħu dan l-ammont sa l-aħħar sena tal-kors.", "Illum fl-1998 l-istudenti għadhom jieħdu l-istess ammont għaliex l- istudenti ma kenux qed jieħdu ż-żieda għall-għoli tal-ħajja u allura l- impatt ta' l-istipendji fuq l-ispiża rikorrenti tal-pajjiż kien qiegħed biż- żmien dejjem jonqos u kien għad jasal żmien meta l-ispiża li konna se nkunu qed nonfqu fuq l-istipendji bħala proporzjon tan- nefqa rikorrenti kienet tonqos u ma kienx ikollna għalfejn nieħdu dawn il-miżuri daqstant drastiċi.", "Din hija r-risposta tiegħi għal min jistaqsi jekk għandniex inkunu l- uniku pajjiż fid-dinja li nibqgħu nħallsu lill-istudenti biex ikomplu jistudjaw.", "Jien ngħid li fl-ekonomija tagħna kellna bżonn is-sistema ta' l-istipendji biex stajna nagħmlu dik il-qabża soċjali u kulturali fil- pajjiż.", "Jien nixtieq nagħmel kritika waħda għas-sistema ta' self li qed tidħol ma' din is-sistema proposta ta' l-istipendji.", "Is-sistema ta' self taħdem f'pajjiżi barranin għaliex meta dak li jkun jidħol għall-kors ta' avukat, ta' perit jew ta' xi professjoni oħra jaf li l-inċentiv tas-salarju li se jkollu wara li jiggradwa tant se jkun kbir li jkun kapaċi jidħol għal dak is-self.", "Pero' f'pajjiżna s-salarju li jkollok wara li tiggradwa ma jkunx daqstant fenomenali imma jkun salarju normali daqs ta' ħaddiem tat-Tarzna.", "Meta jien spiċċajt mill-Universita' kelli paga ta' madwar Lm3,300 fis-sena, jiġifieri altru li ma jkollokx xi paga li tkun tista' taffordja li tibda tħallas lura mill-ewwel xi dejn li jkollok.", "Barra minn hekk, ir-realta' f'dan il-pajjiż hija li ż-żgħażagħ li jkunu ħerġin mill-Universita' normalment ikunu qed ifittxu l-istat tagħhom u għalhekk ikunu qed jaħsbu biex jixtru darhom.", "Dan ifisser li bis-sistema proposta ta' stipendji dawn iż-żgħażagħ li joħorġu mill-Universita' ta' madwar 25 sena se jibdew ikunu ffaċċjati bid-dejn tas-self li jkunu ħadu tul il-kors tagħhom u d-dejn li forsi jkunu daħlu għalih biex jixtru l- proprjeta' tagħhom.", "Aħna kontra r-regolamenti tas-sistema l-ġdida ta' l- istipendji għaliex żgur li l-b'dawn il-miżuri se jintlaqtu l-iktar familji batuti.", "Jien nista' ngħid li għandi qraba li huma tfal ta' romol li qegħdin itellgħu u jniżżlu jekk is-sena d-dieħla jidħlux l-Universita' għax żgur li mhux se jkunu kapaċi jsostnu lilhom infushom.", "Dawn il-miżuri se jkollhom ukoll impatt negattiv fuq it-tagħlim għaliex l-istudenti b'xi mod se jipprovaw ikampaw biex ikomplu jistudjaw imma mbagħad jibdew jixtru inqas kotba, jipprovaw ineħħu s-servizz ta' l-internet, isiefru inqas u jfittxu xi xogħol part-time minflok li jistudjaw u allura l-ħin għat-tagħlim se jkompli jonqos.", "Madam Speaker, jien nipprevedi li f'Ottubru li ġej se jkollna inqas studenti li jidħlu l-Universita' u b'mod partikolari se jkollna inqas studenti Għawdxin u inqas studenti nisa li se jidħlu l-Universita'.", "Ċertament li r-riperkussjonijiet li għadni kemm semmejt għad irridu nħallsu l-konsegwenza tagħhom.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, xtaqt nibda billi nuri l-ipokresija ta' dan il-Gvern fir-regolamenti li qed iressaq dwar l-istipendji għaliex hemm differenza bejn dak li qed jgħid issa l-Gvern u dak li kien jgħid il-Partit Laburista sa ftit xhur ilu qabel l-elezzjoni.", "Jien naħseb li din il- kwestjoni ta' l-istipendji turi li għal darba oħra dan il-Gvern ma żammx mal-wegħdiet tiegħu.", "U dan mhux qed ngħidu biss minħabba l-ittra li ntbagħtet lill-istudenti ffirmata mill-Onor.", "Alfred Sant fejn qalilhom li l-istipendji mhux se jintmessu, imma għaliex meta n-naħa l-oħra kienet fl- Oppożizzjoni kienet tgħid li l-istipendji se jiżdiedu.", "F'dawn il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nikkwota minn diversi interventi li saru f'dan il-Parlament minn erba' Membri ta' din il-Kamra, illum ministri, fejn kienu jgergru li l-istipendji kienu baxxi, li l- istudenti ma kenux jieħdu l-Lm1 żieda li kienet tingħata għall-għoli tal- ħajja u li l-istipendji kellhom jiġu estiżi għal kull kors ta' l- Universita'.", "Saħansitra kien hemm min kien qal li kellhom ukoll jingħataw stipendji għal dawk il-korsijiet li ma kenux jifformaw parti mill- curriculum ta' l-Universita'.", "Se nibda billi nikkwota minn mistoqsija parlamentari numru 12160 li l- Onor. Mizzi - illum ministru mingħajr portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal- Prim Ministru - kien għamel lill-ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż- żmien:", "\"Jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid min awtorizza ż-żieda fil- prezz tal-minerali minn 15c għal 18c fil-canteen ta' l-Universita'?", "Iħoss il-Ministru li dan ikun qed inaqqas il-valur ta' l-istipendju, speċjalment meta l-istipendju ilu ma jiżdied mill-1987?\".", "Li issa l-istipendji qed jonqsu bin-nofs, lill-Onor.", "Mizzi ma tmissux il- kuxjenza imma għaliex dak inhar il-minerali għolew minn 15c għal 18c ippretenda li jiżdiedu l-istipendji għax qal li kien ilhom ma jiżdiedu mill-1987!", "Meta n-naħa l-oħra kienet fl-oppożizzjoni kienet tinsisti li l- istudenti kellhom jieħdu wkoll il-Lm1 żieda li kienet tingħata għall-għoli tal-ħajja u issa llum dawn l-istess nies qed joffru Lm50 stipendju u Lm50 self lill-istudenti tagħna!", "(Interruzzjonijiet) Se nikkwota domanda parlamentari oħra numru 9368 li l-Onor.", "Mizzi - għax qed narah jitbaqbaq! - kien għamel lill-ministru ta' l-edukazzjoni fejn kien staqsieh:", "\"Jista' l-Ministru jgħid meta se jiżdiedu l-istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita' u tas-Sixth Form?\".", "Issa jien konvint li l-Onor.", "Mizzi llum se jivvota ma' din in-naħa llum għax jien ma naħsibx li għax sempliċement sar ministru se jbiddel l- opinjoni li kellu 15-il xahar ilu!", "Huwa bniedem politikament onest u ma nassumix li għaliex mar fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra biddel l-opinjoni tiegħu!", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami kemm-il darba qabeż għall-istudenti u f'domanda parlamentari numru 6531 kien staqsa:", "\"Jista' l-Ministru jiċċara jekk l-istudenti universitarji stipendjati humiex se jgawdu miż-żieda ta' Lm1 li ta fil-budget?\".", "Jiġifieri hawnhekk l-Onor.", "Schembri Adami wera interess ukoll li l- istipendji għandhom jiżdiedu.", "L-Onor.", "Edwin Grech kien għamel id-domanda parlamentari numru 1278 fejn kien staqsa:", "\"Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li hemm ħsieb serju li se jintmessu l-istipendji ta' l-istudenti li daħlu l-Universita'?", "Veru li l-istipendji ta' l-Universita' se jitnaqqsu bejn 5% u 15%?\".", "Mela meta kien xi ħsieb serju - li ma kien ħsieb serju xejn għax ma kien veru xejn - li l-istipendji kienu se jitnaqqsu bejn 5% u 15%, l-Onor.", "Edwin Grech ġie jaqbeż għall-istudenti fil-Parlament u issa li l-istipendji se jonqsu b'50% - anzi hawn min se jonqoslu b'iktar għax hawn min jieħu stipendju ta' Lm155 - ma qamx jaqbeż għall-istudenti!", "L-Onor.", "Anton Tabone għadu kemm spjega kif it-tnaqqis fl-istipendji se jaffettwa b'mod negattiv lill-istudenti Għawdxin.", "Fl-aħħar leġislatura kienet saret proposta mill-Universita' biex parti żgħira mill-istipendji tingħata f'kotba b'xejn iżda għalkemm din il-proposta setgħet kienet raġonevoli, fil-fatt ma kien sar xejn.", "Niftakar li kienu saru protesti u dimostrazzjonijiet u saħansitra dak iż-żmien kienet qamet ukoll l- Oppożizzjoni Laburista f'dan il-Parlament biex tiddiskuti din il- kwestjoni.", "Nerġa' ngħid li din il-proposta lanqas biss kienet twettqet għaliex il-Gvern kien ħalla s-sistema ta' l-istipendji kif kienet.", "Pero' l- Onor. Anton Refalo kien għamel id-domanda parlamentari numru 5286 fejn kien staqsa lill-ministru għal Għawdex:", "\"Jista' l-Ministru jiddikjara jekk il-ministeru tiegħu ġiex ikkonsultat meta ġiet introdotta s-sistema tal-kupuni ...", "- issa s-sistema tal-kupuni lanqas biss kienet ġiet introdotta imma l-Onor.", "Anton Refalo kien għamilha fatta li ġiet introdotta -", "\"...fis-sens li parti mill-istipendju ta' l-istudenti Għawdxin imur għal xiri ta' kotba?", "Jikkonsidrax il-Ministru li b'din is-sistema l- aktar li se jbatu huma l-istudenti Għawdxin peress li tali miżura żżid ma' l-ispejjeż li għandhom?\".", "S'issa lil kull min ikkwotajt kulħadd kien jaqbel li l-istipendji kellhom jiżdiedu.", "Meta kienet saret proposta mill-Universita' li parti mill- istipendju kellu jingħata f'kotba b'xejn l-Onor.", "Refalo kien qam f'dan il- Parlament u qal li dan kien se jaffettwa b'mod negattiv lill-istudenti Għawdxin, pero' issa fuq il-fatt li l-istipendju ta' l-istudent Għawdxi fl-aħħar sena tal-kors tal-liġi minn Lm155 fix-xahar se jinżel għal Lm50 fix-xahar baqa' sieket!", "Jien nassumi li l-opinjonijiet tal-Ministru Edwin Grech, tas-Segretarju Parlamentari Anton Refalo u tal-Ministru Joe Mizzi bl- ebda mod ma tbiddlu għax sempliċement issa qegħdin f'kariga ministerjali.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Joe Cilia kien għamel l-istess domanda, kelma b'kelma, li kien staqsa l-Onor.", "Edwin Grech.", "(Interruzzjonijiet) Naf li l- verita' toffendi imma ma kontx naf li toffendi daqshekk!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Grech, ma rridx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Alfred Portelli xtaq li l-istipendji jeħduhom ukoll dawk li kienu qed jagħmlu postgraduate course jew il-Ph.D. L-Onor.", "Sandro Schembri Adami ried ukoll li l-istudenti ta' l-international maritime organisation - hu kien wieħed minnhom pero' nassumi li kien qed jaqbeż għal sħabu! - li kienu qed jagħmlu l-LL.M. - li lanqas huwa parti minn kors ta' l-Universita' - jieħdu wkoll l-istipendju.", "Din hija l-ipokresija tan-naħa l-oħra u għal din ir-raġuni biss għandna nivvotaw favur din il-mozzjoni biex dawn ir-regolamenti ma jidħlux fis- seħħ.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg għadu kemm ikkwota x'kien jingħad fi żminijiet differenti u naħseb li anke jien nista' nikkwota xi ftit x'kien jingħad fi żminijiet differenti dwar il-kontroversja ta' l-istipendji.", "Għaliex għalkemm din il- kontroversja reġgħet qamet meta tressqu l-proposti dwar tibdil fis-sistema ta' l-istipendji, il-verita' hi li din kienet ilha tiġi diskussa fil-pajjiż pero' l-Gvern preċedenti kien jibża' jmiss din is-sistema ta' l-istipendji b'ċertu mod għax kien jibża' li jitlef il-voti.", "Fis-27 ta' Novembru, 1992, ftit xhur wara l-elezzjoni, l-Onor.Eddie Fenech Adami kien għamel statement assolut li l-istipendju bl-ebda mod ma kien se jitneħħa jew jinbidel fil-forma li kien jingħata dak inhar, pero' nafu li sa sentejn wara kienu ttieħdu l-ewwel miżuri biex is-sistema ta' l- istipendji tibda tinbidel għaliex in-numru ta' studenti li bdew jidħlu l- Universita' beda dejjem jiżdied u filwaqt li fl-1988 daħlu 822 student, fl-1993 dan in-numru tela' għal 2,082.", "Meta jkollok ir-responsabbilta' tal- gvern trid tagħti kas l-infiq tal-pajjiż u għalhekk anke l-Gvern preċedenti beda jaħseb x'se jagħmel biex jibda jikkontrolla n-nefqa tal-Gvern vis-a- vis l-istipendji.", "Aħseb u ara gvern responsabbli kemm irid jagħti kas in- nefqa fuq l-istipendji meta llum in-numru ta' studenti fl-Universita' huwa kważi erba' darbiet aktar minn dak li kien fl-1993!", "Proprju f'Awissu ta' l-1994, il-Gvern Nazzjonalista kien diġa' beda jieħu passi biex jikkontrolla n-nefqa fuq l-istipendji u kien daħħal regolamenti ġodda biex istudenti postgraduate ma jibqgħux igawdu mill-istipendji ħlief għal xi ftit korsijiet li l-Gvern deherlu li għandu jħallihom bl- istipendju.", "Fil-fatt il-Gvern kien qed jikkalkola li bil-bidliet fl- istipendji li kienu saru f'Awissu, 1994 kien se jiffranka Lm160,000 fl- ewwel sena ta' l-implimentazzjoni tagħhom.", "Dan ifisser li anke Gvern Nazzjonalista kien ħa gost li beda jieħu passi biex irażżan in-nefqa fuq l- istipendji għaliex nerġa' ngħid altru li jkun hemm ftit mijiet ta' studenti li jidħlu l-Universita' u altru li jkun hemm eluf ta' studenti.", "Il-ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż-żmien kien ippropona sistema ta' self għall-istudenti postgraduate li ma kenux se jirċievu aktar l- istipendju matul dak iż- żmien li kienu qegħdin jistudjaw u dak iż-żmien il- kunsill ta' l-istudenti universitarji kien ħareġ favur din l-iskema.", "Il- Gvern ta' dak iż-żmien kien qed jara wkoll li din is-sistema ta' self għal dawk l-istudenti li kienu diġa' ggradwaw imma riedu jkomplu jistudjaw postgraduate, kienet qegħda tiftaħ it-triq għall-introduzzjoni eventwali u inevitabbli ta' l-iskema ta' self anke għall-undergraduates u anke fost dawk li bdew l-Universita' biex jieħdu l-ewwel degree tagħhom.", "Fil-fatt fis-sajf ta' l-1994 il-KSU kien waqqaf diversi gruppi biex iressqu proposti għal tibdil fis-sistema ta' l-istipendji u biex tiġi introdotta skema ta' self għall-istudenti.", "Se nikkwota minn wieħed mid- dokumenti ta' dawn il-gruppi mwaqqfa minn dan il-kunsill fejn kienu qalu li din is-sistema:", "\"... would help the students, make them more mature and responsible in use of their money, also lessen the bad feelings among taxpayers on students getting paid for nothing.\".", "Dan kien ingħad minn wieħed mill-gruppi li kien waqqaf il-KSU biex iressqu proposti fuq is-sistema ta' l-istipendju.", "Fl-istess proposta, wieħed mis-sotto-gruppi tal-KSU kien qal li l- istudenti kellhom jibqgħu jingħataw somma bażika ta' flus kull sena bħala għotja u jkun hemm sistema ta' self offrut mill-gvern, bi ftehim mal-banek, b'rata ta' imgħax ridotta u kienu ssuġġerew ukoll li dan is-self jitħallas ħames snin wara l-gradwazzjoni.", "Kienu qalu li din setgħet tkun ta' għajnuna għall-istudenti fejn l-għotja ma kenitx tkun biżżejjed.", "Dan il- grupp tal-KSU fl-1994 kien sejjaħ din il-proposta bħala:", "\"bażi soda biex ikun hemm sistema effiċjenti u kostruttiva għall-mod kif niffinanzjaw lill-istudenti.\".", "Dan kollu juri li għalkemm il-miżuri li ħa dan il-Gvern dwar l- istipendji ġew impinġija bħala miżuri kattivi, ta' barra minn hawn u bla raġuni, il-Gvern preċedenti mhux biss kien diġa' beda jikkonsidrahom imma wħud minnhom kien diġa' beda jattwahom u fost il-mexxejja ta' l-istudenti nfushom ta' dak iż-żmien kien hemm min diġa' kien tal-fehma li kienet ħaġa tajba li l-istudenti universitarji jaħsbu huma stess kif setgħet tinħoloq sistema li in parti tingħata bħala self u in parti tingħata bħala għotja biex is-sistema ta' l-istipendji tkun sostenibbli.", "Nerġa' ngħid li dawn il- bidliet li daħlu fis-sajf ta' l-1994 kienu saru inqas minn sentejn wara li l-Onor.", "Eddie Fenech Adami kien qal li:", "\"... l-istipendju qiegħed hemm u se jibqa' u bl-ebda mod m'hu se jitneħħa jew jinbidel fil-forma li jingħata llum.\".", "Iżda l-fatti juruna li taħt l-istess Gvern Nazzjonalista l-istipendju nbidel u matul is-snin ġew iffrankati eluf ta' liri min-nefqa pubblika b'dawk il-passi li ħa l-Gvern fl-1994.", "Fl-ewwel sena biss ġew iffrankati Lm160,000 pero' s'intendi sena wara oħra din is-somma baqgħet tiżdied.", "Se nikkwota issa minn artiklu li kitbet Dolores Cristina f'\"In-Nazzjon\" ta' l-4 ta' Mejju, 1996 meta kienet qalet hekk:", "\"Imma jien nemmen li l-mod kif qiegħed jingħata l-istipendju mhux l- aktar wieħed għaqli u lanqas l-aktar wieħed ġust.", "Naħseb li wasal iż- żmien li jsir studju serju dwar kif qiegħed jintuża l-istipendju mill- istudenti.", "Għandna dritt inkunu nafu li l-miljuni li dan il-pajjiż qiegħed jippompja fl-istudenti qegħdin jintużaw għall-għan prinċipali li l-istipendju jingħata biex jgħin lil min jirċevih fl-istudji tiegħu.", "Dan huwa kumment loġiku, intelliġenti, razzjonali u diffiċli li tikkritikah.\".", "L-istess Dolores Cristina wara l-bidla fil-gvern u meta bdiet tisħon il- kontroversja ta' l-istipendji kienet qalet li:", "\"M'għandi l-ebda dubbju li kien hemm u hemm studenti li m'użawx l- istipendju tagħhom għall-għanijiet li oriġinarjament ingħata biex jgħinhom fl-istudju.\".", "Jiġifieri ma naħsibx li l-mozzjoni li ġiet imressqa dalgħodu mill-Onor.", "Louis Galea tirrifletti li fil-pajjiż kulħadd jaqbel li s-sistema ta' l- istipendji għandha tibqa' kif kienet għaliex kienet l-aktar waħda effiċjenti u l-aktar waħda ġusta għaliex fil-pajjiż hawn sentimenti differenti.", "Fil-Partit Nazzjonalista stess hemm min jaħsibha b'mod differenti u saħansitra fost l-ex-ministri Nazzjonalisti kien hemm min qal li kien wasal iż-żmien li nirrevedu daqsxejn is-sistema ta' l-istipendji.", "Fil-fatt f'għeluq id-diskors tiegħu l-Onor.", "Louis Galea qal li hemm lok għal titjib f'din is-sistema pero' ddiżappuntajt ruħi għaliex la fil-mozzjoni u lanqas fid-diskorsi li saru mill-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra mkien ma ngħata l- iċken ħjiel ta' kif għandu jsir dan it-titjib.", "Kien ilhom jgħidu s-snin li hemm bżonn dan it-titjib iżda ma sar xejn, s'intendi mhux minħabba xi konsiderazzjoni sensittiva kbira għall-edukazzjoni imma għaliex beżgħu li meta jiġu biex jieħdu passi bħal dawn kienu se jitilfu l-voti, għaliex anke jekk lil dak li jkun tnaqqaslu ċenteżmu ma tantx se tidher popolari miegħu.", "Jien m'għandix dubbju li fil-pajjiż inħass il-bżonn kemm minn nies ta' fehmiet politiċi differenti u kif ukoll minn nies minn oqsma differenti tal-ħajja li kien wasal iż-żmien li s-sistema ta' l-istipendji tinbidel.", "Fil-kontroversja sħiħa dwar is-sistema ta' l-istipendji jien dejjem qgħadt attent u nibqa' noqgħod attent - u nagħmel hekk mhux b'xi tattika iżda għaliex verament nemmen hekk - li ma ssirx xi karikatura ta' l- istudenti universitarji qishom dawn xi qabda żgħażagħ irresponsabbli u l- flus sempliċi jonfquhom għad-divertiment jew għal xi ħajja lussuża.", "S'intendi ikun hemm każijiet fejn dik il-karikatura tkun tersaq lejn stampa vera imma f'ħafna każi żgur li dan m'huwiex il-każ.", "Nerġa' ngħid li anke fl-aktar mumenti fejn kien hemm temperatura għolja waqt il- kontroversja tas-sistema ta' l-istipendji, jidhirli li jien dejjem għamilt minn kollox biex lill-istudenti nibqgħu nirrispettawhom u ma jkunx hemm xi isteriżmu minħabba din is-sistema.", "Imma m'hemmx dubbju li kien hemm bżonn li din is-sistema tinbidel.", "Jien nerġa' ngħid li fid-dibattitu ta' dalgħodu kont nistenna li l-kollegi tan-naħa l-oħra jagħtu daqsxejn ħjiel ta' kif din is-sistema kellha tinbidel.", "Għaliex sempliċement joqogħdu jirrepetu li rridu nistudjaw is-sistema ħalli nagħmlu sistema aħjar?", "Jien nippretendi li partit li għamel disa' snin u nofs fil-gvern mill- anqas jkun rabba u fforma ċerta kultura ta' gvernar, anke fil-mod kif jara l-affarijiet.", "Pero' dalgħodu ma tantx rajt minn din il-kultura u sinċerament kont nistenna li jingħata daqsxejn ħjiel fejn is-s-sistema l- ġdida hija difettuża u kif tista' tiġi rranġata.", "Imma min-naħa ta' l- Oppożizzjoni Nazzjonalista, ma tressqet l-ebda alternattiva ħlief li sempliċement ħadet il-pożizzjoni komda li hija kontra s-sistema l-ġdida ta' l-istipendji.", "M'hemmx dubbju li kull gvern f'kull pajjiż fid-dinja jippreferi li jmur quddiem iċ-ċittadin jagħtih il-flus u jagħmillu kollox b'xejn ħalli dak li jkun lanqas ikollu għalfejn imur jaħdem.", "Naħseb li kull gvern anke biex jiġbor il-voti jkun jaqbillu li jieħu kull miżura li tagħmlu popolari u ġġibu qrib xi settur tal-popolazzjoni.", "Pero' ċertament li meta gvern jiġi biex jieħu miżura u jagħmel xi ħaġa, irid jagħti kas f'liema ċirkostanzi finanzjarji jinsab il-pajjiż.", "Pero' fid-diskorsi li saru dalgħodu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma ngħata l-ebda ħjiel dwar dawn l-affarijiet u ma saret l-ebda ammissjoni li l-Gvern preċedenti nnifsu ġab din is-sitwazzjoni minħabba l-mod kif ħalla d-deficit strutturali fil- pajjiż jikber sena wara oħra, speċjalment wara t-tieni gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami, fejn kien jonfoq b'mod irresponsabbli u ma kienx jagħti kas jekk id-dħul tal-gvern kienx qed jagħmel tajjeb għall-infiq li kien qed isir.", "Fil-fatt illum waħda mill-isfidi moderni ta' kull gvern f'kull pajjiż fid-dinja hija li jkollu sitwazzjoni fejn kemm jista' jkun iżomm in- nefqa tiegħu f'pożizzjoni stabbli għaliex l-ebda poplu fid-dinja ma tant jaċċetta li jiżdiedu t-taxxi biex jagħmlu tajjeb għall-infiq tal-gvern.", "Fl-istess ħin l-aspettattivi taċ-ċittadin biex jingħata s-servizzi soċjali u jsir investiment fil-qasam tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni mill- gvern huma għolja u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jogħlew.", "Għalhekk kull gvern responsabbli fid-dinja jrid jibbilanċja bejn il-finanzi li għandu, bejn il-flus li jista' jdaħħal u bejn l-aspettattivi taċ-ċittadin.", "Illum is-sistema edukattiva tibda mil-livell ta' dawk li għadhom jibdew il- ħajja, tkompli fil-livell primarju, fil-livell sekondarju, fil-livell post- sekondarju, fil-livell terzjarju u tibqa' sejra tul il-ħajja.", "Jien ngħid li anke kieku l-Gvern preżenti ma wiritx id-deficit kbir mill-Gvern preċedenti, xorta kien se jkollu jara li n-nefqa pubblika titqiegħed fuq bażi soda u tkun sostenibbli għaliex meta gvern jgħabbi lill- ġenerazzjonijiet ta' warajh b'dejn kbir ikun qed joqtlilhom ħafna opportunitajiet fil-ħajja.", "Aħna llum diġa' wasalna fi stadju li rridu nħallsu Lm54 miljun f'imgħaxijiet għad-dejn li sar minħabba nuqqas ta' għaqal fid-deċiżjonijiet li ttieħdu għan-nefqa pubblika u kull lira li tintnefaq biex jitħallsu dawn l-imgħaxijiet hija lira misruqa mill- edukazzjoni, mis-saħħa, mis-servizzi soċjali u mill-investiment li hemm bżonn isir biex il-pajjiż ikompli jimmodernizza ruħu.", "M'hemmx dubbju li f'ċerti oqsma jkun tajjeb li l-gvern jidħol għal ċertu dejn biex, per eżempju, tinbena l-infrastruttura fil-pajjiż li se jgawdu minnha l- ġenerazzjonijiet futuri għaliex f'dan il-każ, meta jikbru u jibdew jaħdmu, huma wkoll jħallsu lura parti minn dak id-dejn.", "Imma l-agħar ħaġa li tista' ssir hija meta jsir infiq bl-addoċċ mingħajr ippjanar.", "Dak m'huwiex investiment imma huwa ħela u naħseb li wasal iż-żmien li l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni jirrifletti fejn investa b'mod tajjeb meta kien fil-gvern u fejn ħalla s-sitwazzjoni taħrablu minn idejh fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi.", "M'hemmx dubbju li m'hijiex ħaġa faċli li titlob setturi differenti tal- popolazzjoni biex ibiddlu l-imġieba tagħhom meta dawn kienu draw li money no problem.", "Din hija mentalita' perikoluża li therri lil pajjiżna.", "Kienet daħlet il-mentalita' - u jekk rridu nkunu serji rridu noqogħdu attenti minn din it-tip ta' kultura politika - li l-Gvern jista' jilgħabha l-ħin kollu ta' xi alla tal-fertilita' li jqassam ir-rigali u l-flus, li s- servizzi soċjali jistgħu jibqgħu jingħataw mingħajr problema ta' xejn, jiżdiedu kemm jiżdiedu, li jista' jsir kull żvilupp fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam ta' l-edukazzjoni u f'oqsma oħra mingħajr ma nagħtu kas jekk dawn in-nefqiet humiex sostenibbli jew le.", "M'hemmx dubbju lanqas li fis-seklu 21 pajjiżna se jkollu jsir aktar effiċjenti u kompetittiv għaliex inkella nkunu qegħdin nipperikolaw il- ħajja ta' dawk il-ġenerazzjonijiet li jkunu qegħdin jgħixu fis-seklu 21.", "Jien ngħid li b'xi mod jew ieħor pajjiżna salva u mexa 'il quddiem minn wara l-gwerra 'l hawn bid-difetti kollha tal-Gvernijiet Nazzjonalisti u tal- Gvernijiet Laburisti iktar aħjar milli mexxewh il-barranin li kienu jużawna għall-bżonnijiet u għall-interessi tagħhom u mhux biex jintlaħqu l- aspirazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin li kienu jgħixu f'pajjiżna dak iż- żmien.", "Ma jistax ikun li għas-seklu li ġej nibqgħu bil-mentalita' li se jiġi xi ħadd minn barra li b'xi mod jew ieħor se jsalvana u jsolvilna l- problemi tagħna imma rridu nkunu aħna li bl-akbar serjeta' u bl-akbar għaqal naraw kif nagħmlu lil pajjiżna sostenibbli f'kull qasam.", "Jien ngħid li jekk hemm settur tal-popolazzjoni li dan id-diskors għandu jifhmu, dawn għandhom ikunu ż-żgħażagħ ta' l-Universita' għaliex l- ewwelnett bħala studenti universitarji suppost jifhmu aktar minn xiex għaddej il-pajjiż u t-tieni nett għaliex minn hawn u ftit snin oħra huma se jkunu qegħdin imexxu lill-pajjiż flimkien ma' nies oħra.", "Jekk il- mexxejja ta' għada jsibu ma' wiċċhom wirt ta' żbilanċ kbir fil-budget ma jkunux jistgħu jinvestu fil-qasam ta' l-edukazzjoni, fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam tas-servizzi soċjali u fil-qasam ta' l-investiment.", "M'għandix dubbju li għalkemm forsi mhux l-istudenti kollha jifhmu dan id-diskors, hemm minnhom li jifhmuh u iżjed 'il quddiem aktar studenti jifhmuh.", "Illum f'pajjiżi oħra nsibu sistemi ta' stipendji ħafna inqas ġenerużi mis-sistema preżenti ta' l-istipendji f'pajjiżna.", "Infatti f'ħafna pajjiżi oħra ma ssibx sistema fejn l-istudenti ma jħallsux għall-korsijiet universitarji tagħhom u fl-istess ħin jingħataw għotja ta' Lm50 fix-xahar għaliex qed jiddaħħlu sistemi iktar iebsa minħabba l-problema tan-nefqa pubblika.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni qalet li saret bidla drastika fis- sistema ta' l-istipendji tagħna.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin saru tibdiliet fis-sistema ta' l-istipendji fl-Amerika, fil-Ġermanija, fl-Italja u fl- Ingilterra u ma naħsibx li dawn xtaqu jbiddlu s-sistema minn kif kienet għaliex kienu jippreferu li ma jkollhomx it-tgergir u l-kritika minħabba t- tibdil f'sistema li kienet indrat fejn l-istudenti ma kenux jħallsu għall- korsijiet universitarji tagħhom u kienu jingħataw għotja.", "Dawn is-sistemi fl-aħħar snin bdew jinbidlu minħabba l-pressjoni fuq in-nefqa pubblika u min isegwi l-aħbarijiet jaf li f'ċerti pajjiżi għaddejja diskussjoni sħiħa dwar kif għandu jsir il-finanzjament ta' l-edukazzjoni terzjarja.", "Il- bidliet li qed jidħlu huma ħafna iżjed drastiċi mill-bidliet li għamilna aħna fis-sistema ta' l-istipendji.", "Kien hemm ċerti pajjiżi li neħħew l-għotja lill-istudenti u daħlu s-self totali, filwaqt li kien hemm pajjiżi oħra li barra li neħħew l-għotja u daħlu s-self għall-istudenti - waħda mill-ikbar differenzi li hemm bejn l- istudenti Maltin u l-istudenti barranin hija li l-istudenti tagħna jistgħu jibqgħu jistudjaw l-Universita' u jgħixu fid-djar tal-ġenituri tagħhom, għalkemm fil-każ ta' studenti Għawdxin dan huwa argument differenti - ħadu l-pass ukoll li l-istudenti jridu jħallsu biex jistudjaw l-Universita'.", "Issa jekk l-Oppożizzjoni Nazzjonalista sejħet il-bidliet fis-sistema ta' l- istipendji tagħna bħala bidliet drastiċi, ma nafx xi kliem kienet tuża biex tiddeskrivi x'għamlu gvernijiet oħra uħud minnhom immexxijin, bħal, per eżempju, fil-każ tal-Ġermanija, minn partit li l-Oppożizzjoni tħossha qrib tiegħu.", "Waħda mill-affarijiet li l-Ġermaniżi jisħqu ħafna fuqha hija li meta f'soċjeta' tħalli tikber dik li tissejjaħ illużjoni fiskali fejn qisu m'hemmx rabta bejn dawk li jħallsu t-taxxi biex ikun hemm il-fondi pubbliċi u dawk li jibbenefikaw mill-istess fondi pubbliċi u l-flus qishom qed jaqgħu minn x'imkien, illum jew għada tasal f'sitwazzjoni fejn xi ħadd irid jagħmel tajjeb għal kull lira li tintnefaq biex il-gvern ikun jista' jħallas lura d-dejn li jkun għamel.", "Għalhekk f'pajjiżna wasalna f'sitwazzjoni fejn minħabba d-deficit strutturali li l-Gvern preżenti wiret mill-Gvern Nazzjonalista kellu jieħu diversi passi f'ħafna oqsma differenti, fosthom anke fil-qasam ta' l-istipendji.", "Issa xi ħadd qal li b'dan il-mod xorta mhux se ssolvi l-problemi kollha.", "Jien naqbel li l- passi jridu jittieħdu f'setturi differenti biex kulħadd jerfa' l-parti tiegħu.", "Fl-istess ħin li l-Gvern ħa dawn il-passi biex jagħmel tibdil fis- sistema ta' l-istipendji ta' l-istudenti universitarji, ħa passi oħra biex jibda jsaħħaħ aktar anke s-sistema edukattiva.", "Wieħed mill-oqsma kruċjali għall-futur ta' pajjiżna, aktar minn qatt qabel, huwa l-qasam edukattiv għaliex il-futur ta' pajjiżna jiddependi totalment mill-kwalita' ta' ħila, intelliġenza u kapaċita' li għandhom il-Maltin u l-Għawdxin.", "Aktar ma d- dinja ssir kompetittiva u aktar ma s-soċjetajiet u l-ekonomiji jiftħu l- fruntieri għal xulxin, l-investiment u l-iżvilupp ekonomiku jiċċaqlaq fid- direzzjoni fejn hemm l-aktar ħila.", "Għalhekk wieħed mill-modi kif tiżviluppa l-ħila tal-poplu huwa billi tagħtih edukazzjoni ta' kwalita' tajba.", "Jien ngħid li għad baqagħlna ħafna passi serji x'nieħdu biex inkunu żguri li qed nagħtu edukazzjoni ta' kwalita' tajba fil-livelli kollha tas- sistema edukattiva tagħna u għandna bżonn insaħħu ħafna aktar lil dawk li jibdew fil-kindergarten, fil-livell primarju, fil-livell sekondarju, fil- livell post-sekondarju u lil dawk li jidħlu l-Universita'.", "Għalkemm forsi solvejna l-problema tal-kwantita' ta' studenti li jmorru l-iskola, żgur li għad baqagħlna ħafna x'nagħmlu biex il-kwalita' ta' edukazzjoni li tingħata f'kull livell tkun aħjar milli hi.", "Il-kriterju tal-kwalita' ta' edukazzjoni ma jitkejjilx biss minn kemm jgħaddu studenti mill-eżamijiet, iżda jitkejjel l-aktar mill-kapaċita' ta' kemm dawn it-tfal li joħorġu mis-sistema edukattiva jkunu kapaċi li jkollhom kultura fejn jinbidlu l-ħin kollu u jkunu jistgħu jsolvu l- problemi ġodda li ta' qabilhom qatt ma jkunu ltaqgħu magħhom.", "GĦalhekk irridu nkomplu naħdmu biex intejbu l-livell u l-kwalita' ta' l-edukazzjoni tagħna f'kull livell.", "Il-kapaċita' ta' poplu li jiġbed lejn il-pajjiż investiment u li jkun kapaċi jipproduċi prodotti u servizzi li jħabbtuha tajjeb ma' pajjiżi oħra tiddependi ħafna mill-kwalita' ta' edukazzjoni li jkun irċieva fis-sens li jkun kapaċi jieħu deċiżjonijiet, ikun kreattiv u oriġinali u jkun kapaċi jaffronta s-sitwazzjoni ġdida tas-seklu 21.", "Waħda mill-affarijiet li rridu nkomplu nagħmlu hi li nkomplu nsaħħu l-edukazzjoni f'kull livell, mil-livell primarju sal-livell universitarju.", "Nerġa' ngħid in-numru ta' studenti li jkomplu jistudjaw, jitħarrġu u jingħataw edukazzjoni biex nippreparahom għall-futur mhuwiex għoli daqskemm nixtiequ.", "Sfortunatament għad għandna sistema edukattiva li tikkundanna parti kbira ta' dawk l-istudenti tagħna li ta' disa' jew għaxar snin ikunu diġa' jħossuhom falluti u jibqgħu jġorru fihom dak it-timbu ta' falliment u jistmaw lilhom infushom b'mod baxx għaliex iħosshom li ġew ittimbrati bħala mhux kapaċi u ħafna minn dawn l-istudenti fil-livell primarju jkollhom problema biex ikomplu fil-livell sekondarju.", "Għalhekk għandna ħafna x'nagħmlu biex nagħtu nifs ġdid lill-edukazzjoni tagħna fil-livell kollha tagħha, l-aktar fost dawk li jaqtgħu qalbhom minn kmieni u jaqgħu lura għaliex is-sistema edukattiva kif inhi kemm bħala struttura u kif ukoll bħala metodu m'hijiex taħseb fihom.", "Minkejja li l-edukazzjoni b'xejn għal kulħadd daħlet aktar minn 50 sena ilu, għad għandna faxex sħaħ ta' tfal u żgħażagħ li għadhom m'humiex igawdu minn edukazzjoni għal kulħadd.", "Inkunu qed nagħmlu żball kbir jekk meta nitkellmu fuq l-effett ta' l-edukazzjoni fuq is-soċjeta' tagħna, fuq l-ekonomija tal-pajjiż u fuq il-futur tal- pajjiż, indejqu d-diskussjoni tagħna għall-kwestjoni ta' l-istipendji biss.", "Madam Speaker, fis-sistema l-ġdida ta' l-istipendji għamilna li min, għal xi raġuni jew oħra, ikollu bżonn aktar minn Lm50 fix-xahar li tingħata bħala għotja, jista' jissellef mill-bank biex ikompli l-istudji tiegħu.", "Fil-fatt minn informazzjoni li għaddewli l-Bank of Valletta u l- Mid-Med Bank jirriżultali li 629 student universitarju qed jagħmlu użu mill-iskema ta' self li qed tingħata lill-istudenti undergraduates li bdew minn Jannar ta' din is-sena.", "Fil-fatt 393 student qed jissellfu mill-Bank of Valletta u 236 student mill-Mid-Med Bank u aħna ħallejniha f'idejn il- banek biex bejniethom joffru skemi ta' self differenti għal dawk iż- żgħażagħ li jkunu jridu jkomplu jistudjaw.", "Fl-istess ħin ħadna passi biex jitwaqqaf kumitat li jibda jara t-talbiet ta' dawk li jħossu li għandhom bżonn aktar minn Lm50 għotja pero' ma jistgħux jirrikorru għas-self.", "Waqqafna dan il- kumitat biex ma tibqax fid-diskrezzjoni tal-ministru li jiddeċiedi lil min jagħti stipendju sħiħ u min jirrikorri għas-self jekk ikollu bżonn.", "Skond il-liġi ta' l-1988 imressqa mill-amministrazzjoni preċedenti t- talba biex xi ħadd jiġi eżentat milli jħallas il-fees ta' l-Universita' jew biex jingħata l-istipendju għaliex huwa l-breadwinner tal-familja kienet fid-diskrezzjoni tal-ministru.", "Jien deherli li dak il-poter m'għandux jibqa' f'idejn il-ministru iżda għandu jkun f'idejn bord apposta, kompost minn chairman, membru ieħor maħtur mill-ministru responsabbli għall- edukazzjoni, membru ieħor maħtur mill-ministru responsabbli għall-finanzi, membru ieħor maħtur mill-ministru responsabbli għall-ħarsien soċjali u membru ieħor maħtur mir-Rettur ta' l-Universita' ta' Malta.", "Dan il-kumitat diġa' qed jiltaqa' u beda jipproċessa t-talbiet li għandu quddiemu.", "Il- kumitat ġie kostitwit fit-23 ta' Jannar, 1998, għamel laqgħa fit-13 ta' Frar, fejn eżamina 15-il każ ta' studenti li għandhom 'il fuq minn 30 sena u issa se jerġa' jiltaqa' fil-bidu ta' Marzu biex jgħarbel 13-il każ ta' studenti li l-ġenituri tagħhom qegħdin jirċievu għajnuna soċjali taħt l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali, flimkien mas-sitt każi l-oħra pendenti.", "Il- kriterji li se jħares lejhom dan il-kumitat huma kriterji ta' dawk li sinċerament ma jaffordjawx li jgħixu bil-Lm50 bħala stipendju u ma jaffordjawx li jissellfu u l-kriterji li hemm imniżżla fl-Att dwar is- Sigurta' Soċjali.", "Waħda mill-affarijiet li trid tiġi diskussa f'loan system għall- istudenti universitarji hija l-graduate tax li tiġi mħaddma fl-Awstralja, fejn studenti li ma jkunux ġejjin minn ambjenti ekonomiċi u soċjali li jistgħu jissellfu ma jintalbux li jħallsu lura s-self li jkunu ħadu f'dik is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali li tkun inqas vantaġġuża minn ta' oħrajn, iżda jibdew iħallsu meta jkunu qed jaqilgħu l-flus tagħhom fejn ħafna drabi l-income bracket li jkunu daħlu fiha tkun ogħla minn tal- ġenituri tagħhom.", "Aħna se naraw kif din is-sistema se taffettwa lill- istudenti tagħna pero' m'għandix dubbju li s-sistema m'hijiex se toħloq problemi lil dawk l-istudenti li jridu jkomplu jistudjaw.", "L-ikbar problema li għandhom dawk li bħalissa ġejjin minn ambjenti soċjali u ekonomiċi inqas vantaġġużi minn ta' oħrajn m'huwiex l-istipendju, iżda għaliex is-sistema preżenti edukattiva, fil-livell primarju u sekondarju m'hijiex tagħtihom il-kwalita' ta' edukazzjoni meħtieġa biex ikollhom expectations li jħajruhom jkomplu jistudjaw.", "Għalhekk fil-livell primarju u sekondarju rridu nkomplu ninsistu biex inwessgħu l-grupp ta' studenti li jkunu jixtiequ jkomplu jistudjaw iktar 'il quddiem.", "Dalgħodu sar l-argument min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li l-istipendju kien sar parti mill-paga soċjali.", "Pero' ta' min ifakkar li anke fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti, kien hemm faxex sħaħ ta' studenti fil-livell post-sekondarju li qatt ma ngħataw stipendju jew inkella ngħataw stipendju verament żgħir.", "Allura għaliex l-argument ta' l-istipendju bħala paga soċjali ma ntużax anke għal dawk l-istudenti fil-livell post- sekondarju, li baqgħu qatt ma ngħataw stipendju jew ingħataw ftit li xejn?", "Għalkemm qed ngħidu li hemm bżonn ninċentivaw iktar studenti biex ikomplu jistudjaw, jidher li l-kriterju m'huwiex qed jintuża bl-istess mod għal kulħadd għaliex hemm faxex sħaħ ta' studenti fil-livell post-sekondarju li baqgħu ma ngħatawx xi forma ta' inċentiv finanzjarju biex ikomplu jistudjaw.", "Jien ngħid li għandna nimpenjaw ruħna biex filwaqt li ntejbu s- sistema biex ikun hemm min ikompli jistudja, inħajru aktar studenti biex mil-livell sekondarju jkomplu għal-livell post-sekondarju u biex mil-livell post-sekondarju - għaliex għad baqa' problemi xi nsolvu - jgħaddu għall- Universita'.", "Din il-problema li m'għandha x'taqsam xejn mal-kwestjoni ta' l-istipendju ma ssemmietx min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "S'issa d-dħul fl-Universita' għadu dominat minn kriterji akkademiċi fejn trid iġġib l-Matsec, żewġ A levels, tliet suġġetti f'livell intermediate - fuq din il-kwestjoni l-istudenti bir-raġun qed jilmentaw li fejn suppost li l-intermediate huwa terz ta' l-avvanzat fil-fatt qed ikun iktar u għalhekk hemm bżonn li l-Universita' u l-bord tal-Matsec jkomplu jieħdu l- passi li diġa' bdew jieħdu biex jaraw li l-intermediate verament ikun jirrifletti livell intermediate u mhux studju f'livell avvanzat ieħor - u s-Systems of Knowledge.", "Din is-sistema qed tivvantaġġa lil dawk li jkunu marru l-junior college u sixth forms oħrajn u jkunu qabdu r-rotta akkademika pero' qed tiżvantaġġa lil żgħażagħ oħra li jkunu qabdu rotta vokazzjonali u li jkunu jixtiequ jkomplu jistudjaw.", "Sfortunatament f'Malta għad għandna s-saħta li l-linja vokazzjonali għadha titqies inferjuri għal-linja akkademika.", "Jekk wieħed jara ftit x'qed jiġri fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi tal-Kunsill ta' l-Ewropa jsib li mexjin lejn dak li jissejjaħ parity of esteem bejn ir- rotta akkademika u r-rotta vokazzjonali.", "Din ma tiġrix f'Malta u sfortunatament tista' tagħmel ħsara lill-futur ta' pajjiżna għaliex ċertament għandna bżonn ta' edukazzjoni vokazzjonali ta' kwalita' ogħla u ta' kwalita' aħjar li jixirqilha r-rispett u d-dinjita' kollha.", "Bħalissa żgħażagħ studenti li jkunu qabdu linja bankarja jew linja fl-elettronika u fl-inġinerija f'xi istitut post-sekondarju minbarra li jgħaddu mill- eżamijiet tagħhom iridu jgħaddu wkoll minn eżamijiet oħrajn biex ikunu jistgħu jidħlu l-Universita'.", "Għalhekk il-piż ta' dawn iż-żgħażagħ huwa ikbar minn ta' dawk li jkunu qabdu r-rotta akkademika.", "Jien ngħid li għalkemm wieħed irid jikkonsidra l-effett ta' l-istipendju fuq l-aċċess għall-Universita', għandna nkunu serji u nqisu wkoll dawn it-tip ta' blockages li għandna fis-sistema edukattiva tagħna u nipprovaw insolvuhom għall-ġid ta' dawk iż-żgħażagħ li jridu jkomplu jistudjaw u għall-ġid ta' pajjiżna għaliex l-iktar pajjiżi li mxew 'il quddiem kienu dawk il- pajjiżi li ġabu flimkien u għollew il-livell kemm ta' l-edukazzjoni ġenerali kif ukoll ta' l-edukazzjoni vokazzjonali.", "Aħna nħobbu nitkellmu fuq knowledge society u fuq il-bżonn ta' avvanz teknoloġiku, pero' nerġa' ngħid il-futur ta' pajjiżna jiddependi minn kemm aħna kapaċi nrawmu fit-tfal u fiż-żgħażagħ tagħna l-kapaċita' li jaħsbu b'moħħhom, il-kapaċita' li jikkreaw u jsolvu l-problemi u l-kapaċita' li jkunu jafu jagħmlu xi ħaġa.", "S'issa l-mudell edukattiv dominanti f'pajjiżna huwa learning by learning fil-klassi u nqisu nferjuri l- learning by doing.", "M'hemmx dubbju li l-futur ta' pajjiżna jiddependi fuq ir- rata ta' kemm nies ikunu kapaċi jafu jaqraw u jiktbu, ta' kemm nies ikunu kapaċi jħaddmu n-numri u ta' kemm nies ikunu kapaċi jaħdmu u jsolvu problemi reali.", "Għalhekk nappella li d-diskussjoni dwar l-Universita' tittieħed fi kwadru ħafna iktar usa' mill-kwestjoni ta' l-istipendju biss.", "Jien ngħid li f'pajjiżna ma niddiskutux biżżejjed il-kwadru ġenerali li fih l-Universita' trid tiżviluppa fil-kwadru tas-sistema edukattiva kollha kemm hi.", "Mill-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra ġejt ikkritikat li qisni għamiltha ta' rasi iebsa u ma tajtx kas x'kien qed jiġri fil-pajjiż jew x'kienu qed jgħidu nies ta' fehmiet politiċi differenti fil-pajjiż.", "L-ewwelnett ma naqbilx ma' l-interpretazzjoni li ngħatat li qisu kulħadd kien vuċi waħda li s-sistema ta' l-istipendji m'għandhiex tintmess għaliex jien iltqajt ma' nies u għaqdiet ta' fehmiet politiċi differenti - u minn hawn nirringrazzjahom - li għaddew proposti u suġġerimenti dwar kif din is- sistema tista' tinbidel.", "M'huwiex veru li ma pprovajtx niddiskuti anzi jien kont diżappuntat mill-ħbieb tiegħi - jekk għadhom iqisuni bħala ħabib tagħhom! - li llum jmexxu l-KSU għaliex ċertament li kelli tama li b'diskussjoni serja u serena stajna naslu għal dak li kienu qalu l-kollegi tagħhom stess fl-1994, cioe' li sistema ta' self u ta' għotja flimkien tista' tkun bażi soda u kostruttiva biex is-sistema ta' l-istipendji titpoġġa fuq sisien sodi.", "Sfortunatament ma kellix ix-xorti li fl-1997 insib nies li kien hemm fl-1994 biex ikunu kapaċi jiddiskutu din il- kwestjoni.", "Nerġa' ngħid li jien kelli t-tama u l-fiduċja li se naslu, iżda mbagħad kien jidher b'mod ċar li ma kienx hemm impenn biex din is- sistema tinbidel bil-kunsens tal-KSU.", "Fil-fehma tiegħi l-istudenti demokristjani li jiddominaw dan il-kunsill ħallew is-sitwazzjoni taħarbilhom minn idejhom, tiddeġenera f'partiġjaniżmu bla sens li waslet biex għamlet ħsara lill-kawża ta' l-istudenti nfushom.", "Dawk huma żbalji li ħallsu għalihom għax ma sabux l-appoġġ ta' kulħadd kemm meta organizzaw il-protesta kif ukoll meta pprovaw jorganizzaw konferenza biex jiddiskutu l-kwestjoni f'qafas aktar ġenerali.", "Jiddispjaċini għal dak li ġara għaliex ċertament kont qed nistenna kontribut min-naħa tal-KSU għal din id-deċiżjoni u għat-tfassil tas- sistema ta' l-istipendji.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli imma skadielek il-ħin u hħandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra għal din l-estensjoni.", "Irrid nirriferi wkoll għal dak li ntqal dwar l-istudenti Għawdxin.", "Jien nipprova kemm jista' jkun li nżomm laqgħat regolari ma' l-istudenti Għawdxin biex naraw kif nistgħu ntejbu l- opportunitajiet għalihom.", "Nista' ngħid li, per eżempju, hemm lok fejn nistgħu nsaħħu ċ-ċentru universitarju f'Għawdex billi ntejbu anke l-kuntatt bejn l-istess ċentru u l-Universita' ta' Malta.", "Jien naħseb li nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex inkabbru l-post, li issa sar żgħir wisq biex ilaħħaq ma' l-attivita' sabiħa li tiġi ġġenerata fih.", "Barra minn hekk, fi żmenijiet tal-lum meta t-teknoloġija ta' l-informatika hija avvanzata, nistgħu ntejbu l-kuntatt bejn iċ-ċentru universitarju u l-Universita' ta' Malta għaliex għalija ma jagħmilx sens li studenti minn Għawdex ikollhom jiġu Malta biex jiċċekkjaw jekk it-tali ktieb huwiex available fil- librerija ta' l-Universita' meta llum b'sempliċi sistema ta' on line miċ- ċentru universitarju f'Għawdex stess jista' jkollhom aċċess għad-datebase fil-librerija ta' l-Universita'.", "Jien nittama li fiż-żmien li ġej inkunu nistgħu nsaħħu dawn it-tip ta' inizjattivi biex aktar studenti Għawdxin ikunu moqdijin aħjar fl-istudji tagħhom.", "Irridu wkoll nimpenjaw ruħna biex insaħħu dak li qed jiġri fost l- istudenti Għawdxin fil-qasam post-sekondarju.", "Fil-15-il xahar li għaddew fl- Istitut Post-sekondarju Mikel Anġ Refalo rnexxilna nagħmlu ċerti affarijiet bħal, per eżempju, infetħet librerija li qabel kien post mitluq u kien jintuża bħala store u għandhom anke aċċess aħjar għas-sistemi tal- computers.", "Pero' hemm xi affarijiet oħra li rridu nirranġaw kemm f'dan l- istitut post-sekondarju kif ukoll fl-iskejjel sekondarji u fl-iskejjel primarji ta' Għawdex.", "Jekk irridu ninkoraġixxu aktar żgħażagħ biex ikomplu jistudjaw irridu nkomplu nsaħħu l-livell primarju u l-livell sekondarju.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ta' minn fejn jiġu l-istudenti ta' l- Universita' jara li ma tantx huma mqassmin tajjeb territorjalment għaliex hawn lokalitajiet sħaħ fejn ftit huma dawk li jkomplu jistudjaw fil-livell terzjarju u għalhekk m'hemmx dubbju li għandna eluf ta' tfal fl-inħawi differenti tal-pajjiż li għandhom bżonn skejjel primarji u sekondarji tajbin.", "Nerġa' ngħid li għalkemm il-Gvern preżenti sab ma' wiċċu diffikultajiet finanzjarji mill-amministrazzjoni preċedenti l-Gvern xorta baqa' jagħti importanza kbira lill-edukazzjoni f'pajjiżna u qiegħed jinvesti biex ikollna bini aħjar ta' skejjel, tagħmir u materjal edukattiv aħjar u jkun hemm taħriġ aħjar biex is-servizz edukattiv f'pajjiżna jkompli jitjieb.", "Kulħadd jaqbel li li tagħmel f'dan il-qasam qatt m'huwa biżżejjed u jien ngħid li għadna biss fil-passi tal-bidu għaliex hemm ħafna aktar x'isir.", "Is-soltu niġu kkritikati li m'aħniex nagħtu kas biżżejjed l-iżvilupp internazzjonali ta' l-Universita' tagħna u l-opportunitajiet ta' l- istudenti tagħna li jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni Ewropea, u niġu akkużati wkoll li minħabba d-deċiżjoni tal-Gvern preżenti li jirtira l- applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u jfittex relazzjonijiet li aktar jikkorrispondu u jirriflettu l-bżonnijiet u r- realta' tagħna, qed inċaħħdu lill-istudenti tagħna minn dawn il- programmi.", "Pero' jekk wieħed jara ix-xogħol li qed isir f'dan il-qasam jinduna li din l-akkuża ma treġix għaliex għandna studenti li qegħdin igawdu minn żjajjar barra minn Malta.", "Jien dejjem nikkritika li hawn aspettattivi mhux realistiċi ta' x'inhuma l-programmi edukattivi ta' l- Unjoni Ewropea u fil-fatt saret kritika anke minn fost il-fundaturi kbar ta' l-Unjoni Ewropea li l-inqas settur li l-Unjoni żviluppat fih fl- aħħar snin kien is-settur ta' l-edukazzjoni.", "Per eżempju, Schumann kien jgħid li kien ikun aħjar li kieku minflok bdew bil-faħam u bl-azzar kienu jinvestu fuq it-tfal u fuq iż-żagħżagħ għaliex il-flus li l-Unjoni Ewropea - dak iż-żmien kienet għadha Suq Komuni - kienet tgħaddi għall-qasam edukattiv kienu dejjem ftit ħafna meta tqabbilhom mal-flus li kienu jintnefqu f'oqsma oħra.", "Illum qed issir kritika qawwija mill-istudenti universitarji ta' l- Ewropa li programmi bħal Socrates, Erasmus u Leonardo għandhom għanijiet nobbli ħafna pero' l-fondi allokati għalihom tant huma baxxi li ftit huma dawk iż-żagħżagħ li tassew qed igawdu minn dawn il-programmi.", "Fil- fatt biex igawdu minn dawn il-programmi jew iridu jkunu għamlu sajf jaħdmu jew ikunu ġabu l-flus minn x'imkien ieħor għaliex il-flus li hemm maħsuba f'dawn il-programmi jagħtuhom medja ta' Lm50 fix-xahar li mhumiex biżżejjed.", "Qed issir kritika minn diversi assoċjazzjonijiet ta' studenti universitarji Ewropej li jekk il-mexxejja ta' l-Unjoni Ewropea jixtiequ li dawn il-programmi jibqgħu jgawdu minnhom l-istudenti fil-futur u mhux biss studenti ta' ċertu income, li għalihom dawk il-Lm50 ikunu pocket money iridu jaraw li dawn il-finanzi jiżdiedu.", "Inċidentalment bi pjaċir ngħid li bħalissa fostna għandna grupp ta' studenti minn pajjiżi differenti li qegħdin fuq il-programm Erasmus li qed jagħmlu kors fl-institute of health care ma' sħabhom studenti Maltin.", "Pero' l-flus li ħadu dawn l-istudenti minn dan il-programm ma kenux biżżejjed u ħafna minnhom kellhom jaħdmu f'pajjiżhom biex ikunu jistgħu jiġu jistudjaw hawn Malta.", "Jien informat li ġieli kien hemm żgħażagħ Maltin li ġew avviċinati biex imorru jagħmlu ċertu xogħol fi Brussels u rrifjutaw għaliex raw li l-biċċa xogħol ma kenitx finanzjarjament attraenti għalihom.", "Sinċerament nittama li l-istudenti u ż-żgħażagħ tagħna jsiru aktar realistiċi fl-aspettattivi tagħhom ħalli jgawdu minn opportunitajiet bħal dawn.", "Wieħed mid-difetti tal-kultura nazzjonali tagħna huwa li jkollna aspettativi mhux realistiċi ta' xi għotjiet ta' flus li nistgħu nġibu minn barra u ħafna drabi l-istudenti Maltin jaraw li dawn l-għotjiet m'humiex daqshekk ġenerużi daqskemm stennew huma u għalhekk ma jurux interess.", "Fil-fehma tiegħi, dawk l-istudenti li jridu jiżviluppaw u joħorġu 'l barra mill-fosdqa ta' pajjiżna u jitħalltu ma' studenti oħrajn - xi ħaġa li tagħmel ħafna ġid lilhom infushom u anke lill pajjiżna - iridu jkunu lesti biex bħal sħabhom fuq il-kontinent Ewropew jaraw dawn l- affarijiet b'mod realistiku u mhux jistennew l-affarijiet jaqgħu f'ħalqhom.", "Fir-relazzjonijiet li qed niżviluppaw ma' l-Unjoni Ewropea qed nagħtu importanza anke lill-qasam edukattiv u diġa' hemm diversi programmi fejn qegħdin nieħdu sehem b'mod qawwi u m'għandix dubbju li minn dawn il- programmi se joħroġ il-ġid.", "Per eżempu, waħda mill-affarijiet li saret fl- aħħar xhur u li ma kenitx possibbli taħt l-amministrazzjoni preċedenti hija li li l-Universita' qiegħda tirrikonoxxi il-European credit transfer scheme għaliex biex programmi bħal dawn jagħmlu sens mhux biss tkun tista' tmur tistudja f'universitajiet oħra ta' pajjiżi oħra iżda wkoll li l-Universita' ta' pajjiżek tirrikonoxxilek il-kors li tkun għamilt u vice versa.", "Dan huwa mod ieħor kif insaħħu d-dimensjoni Ewropea ta' l- Universita' biex aktar studenti barranin jiġu jistudjaw f'pajjiżna.", "Illum mhux se noqgħod nitkellem fuq programmi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea għax m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-Universita' pero' rrid ngħid biss li qegħdin nieħdu sehem u naqsmu l-esperjenza tagħna ma' studenti oħrajn u ma' għalliema ta' pajjiżi oħrajn.", "GĦamilt dan il-punt għaliex jekk irridu nkunu serji d-diskussjoni fuq il-kwestjoni ta' l-istipendju ta' l-Universita' trid tittieħed fi kwadru aktar ġenerali milli poġġietu l-Oppożizzjoni.", "Ngħid għalija kont diżappuntat għaliex għalkemm l-Oppożizzjoni qalet li kien hemm lok għal titjib fis-sistema ta' l-istipendji, ma għamlitx il-proposti tagħha dwar kif din is-sistema setgħet titjieb u allura wieħed m'għandux il-benefiċċju li jgawdi minn proposti li wieħed jistenna minn Oppożizzjoni li suppost għandha tkun gvern alternattiv.", "L-Oppożizzjoni tagħmel sewwa li tikkritika n-nuqqasijiet tal-gvern pero' minn oppożizzjoni li għamlet disa' snin u nofs fil-gvern - u allura suppost rawmet ġo fiha kultura ta' gvernar - jien kont nistenna li toffri alternattiva għal din is-sistema.", "Bniedem li żgur seta' għen biex tiġi fformata xi alternattiva kien l-ex-Ministru Louis Galea nnifsu li hu stess meta kien ministru tal-politika soċjali ma ddejjaq xejn li permezz tar-riforma fiċ-children's allowance, bejn April u bejn Ottubru ta' l-1996 qata' barra 4,500 familja li qabel kienu jieħdu c- children's allowance.", "Jien naħseb li meta l-Onor.", "Louis Galea ġie biex jagħmel ir-riformi fiċ- children's allowance kien qed jagħti kas jekk dawk il-benefiċċji soċjali għandux igawdi minnhom kulħadd bl-istess rata kif kien qed igawdihom sa dak iż-żmien.", "Niftakru li kien hemm żmien meta kienet saret kampanja sħiħa li ċ-children's allowance kienu dritt universali u kellu jgawdi minnhom kulħadd u t-tfal kollha.", "Pero' mbagħad ittieħdu ċerti passi u n-numru ta' familji li kienu jgawdu miċ-children's allowance minn 52,000 niżel għal madwar 47,000 familja.", "Ma nafux jekk dan kienx biss il-bidu għaliex ittieħdu passi oħra mill-amministrazzjoni preċedenti li ma kenux ġew imħabbra qabel u nżammew milli jiġu mgħarrfa liċ-ċittadini għaliex kienu jafu li riesqa elezzjoni ġenerali u allura qagħdu attenti li kemm jista' jkun ma jeħdux passi li jnaqqsulhom mill-popolarita' tagħhom maċ- ċittadini.", "Per eżempju, lill- industrijalisti u lil nies oħra f'setturi ekonomiċi differenti ma qalulhomx li l-levies kellhom jitneħħew sa l-aħħar ta' l-1996.", "Għalhekk nerġa' nirrepeti li ddiżappuntajt ruħi li fid- dibattitu ta' dalgħodu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma ngħata l-ebda ħjiel ta' kif din is-sistema setgħet titjieb.", "Aħna qed ngħidu li s-sistema ta' l-istipendji se tibqa' għaliex se jibqgħu jingħataw Lm50 fix-xahar lill-istudenti undergraduates, ftaħna l- possibbilta' għal min irid jista' jissellef Lm50 oħra mill-banek u għal dawk li ma jifilħux iħallsu s-self lura waqqafna mekkaniżmu fejn tista' tiġi studjata s-sitwazzjoni tagħhom.", "Din is-sistema tippermetti li kull min irid jista' jkompli jistudja fl-Universita' u jekk ikun hemm xi xkiel finanzjarju jista' jiġi diskuss ma' dan il-kunitat imwaqqaf apposta li nżamm 'il bogħod minn xi intervent ta' xi ministru biex kull każ jiġu ġġudikat skond iċ-ċirkostanzi ta' l-individwu.", "Fi żmien meta pajjiżna jrid jimmodernizza ruħu u jkollna ekonomija li tħares 'il quddiem, huwa importanti ħafna li jsiru l-bidliet meħtieġa fil-mentalita', fl-imġieba u fid-drawwiet tagħna biex pajjiżna jkollu kultura aktar realistika ta' x'jiflaħ jagħmel.", "Huwa importanti li fis-seklu 21 pajjiżna ikun b'saħħtu u kompetittiv f'kull qasam u jkun qed jgħix fid-dinja reali għaliex wieħed mill-perikli tal-kultura politika lokali hu li ma niftakrux il-ħin kollu li pajjiżna jrid jgħix bl-iżvilupp tal-kapacia' tan-nies tiegħu u kull ħaġa li ssir f'pajjiżna aktar minn qatt qabel se tkun tiddependi mill-ħila tagħna li kulma nagħmlu jkun sostenibbli u għal kull lira li tintnefaq nkunu nafu minn fejn se nġibu l-flus għaliha.", "Bla dubbju jrid ikun hemm għarfien dwar it-tmexxija tal-finanzi pubbliċi għaliex dan jagħmel effett kbir fuq il-pajjiż u l-aktar nies li jridu jagħtu kas huwa dawk li se jkunu qed jgħixu f'dan il-pajjiż u jmexxu lil dan il-pajjiż fil-futur.", "Jekk gvern wara ieħor jibqa' jonfoq b'mod irresponsabbli u jdaħħal sistema ta' sussidji bla bżonn - mhux qed nitkellem fuq l-għajnuna li tingħata lil min jinsab f'sitwazzjoni diffiċli għaliex għalkemm irridu naħdmu biex ikollna soċjeta' efficjenti u moderna, għandna d-dmir morali li ngħinu finanzjarjament lil dawk li minħabba raġunijiet ta' saħħa jew ta' eta' u minħabba s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tagħhom ma jistgħux ikollhom flus biżżejjed biex jgħixu kwalita' ta' ħajja tajba ....", "Jekk irridu nħarsu 'l quddiem u kemm jista' jkun niżviluppaw kultura politika u ekonomika realistika fil-pajjiż, trid titneħħa il-mentalita' li kollox huwa b'xejn u li l-flus jaqgħu mis-sema mingħajr tbatija ta' ħadd.", "Din it-tip ta' kultura għandha għeruq twal fil-pajjiż u akkost li dan id-diskors ma jinstemax sabiħ u ma jkunx popolari maċ-ċittadin, naħseb li bħala nies li dħalna għall-piż ta' tmexxija fil-ħajja pubblika rridu nkunu responsabbli u f'mumenti diffiċli ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Huwa importanti li titneħħa l-mentalita' li nistgħu nonfqu kemm irridu mingħajr limitazzjoni ta' xejn u mbagħad xi darba nirranġaw għaliex b'dan il-mod inkunu qed nagħmlu ħsara kbira lil pajjiżna.", "Jekk irridu li pajjiżna jkun kapaċi jiffaċċja l-isfidi kbar li se jkollu fis-seklu 21 fejn se jkun hemm inqas ċans għall-pajjiżi żgħar li jaħsbu li jistgħu jsalvaw billi jiddependu fuq il-flus li jista' jagħtihom ħaddieħor, irridu niżviluppaw il-kapaċita' tan-nies tagħna u mmexxu b'mod għaqli l-finanzi tal-pajjiż.", "Jien ċert li l-aktar nies li għandhom interess li jsibu pajjiż li ma jkollux joħroġ ħafna flus biex sempliċement jitħallsu d-djun minħabba żbalji u vizzji ta' gvernijiet tal-passat huma ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin tas-seklu 21.", "Huwa importanti li dawn iż-żgħażagħ ma jakkużawx lill- gvernijiet tas-seklu 20 li kienu irresponsabbli fl-infiq ta' flus tal- pajjiż.", "Kif diġa' għidt is-sistema il-ġdida li bdiet taħdem minn din is- sena tippermetti lill-istudenti żgħażagħ li jkomplu jistudjaw fl- Universita'.", "Wara kollox dak li daħal fl-aħħar snin li kien jitqies qisu se jibqa' għal dejjem, fil-fatt inbidel għaliex għalkemm fl-1988 l- amministrazzjoni preċedenti iddeċidiet li l-istipendju ma jkollu ebda rabta max-xogħol u din is-sistema baqgħet titħaddem għal diversi snin, malli l-għadd ta' studenti qabeż l-2,000 ruħ bdew jittieħdu ċerti passi biex tiġi kkontrollata in-nefqa fuq l-istipendji.", "L-amministrazzjoni preċedenti kienet timida ħafna fl-isforzi tagħha mhux minħabba xi sensittivita' lejn l-edukazzjoni imma minħabba l-voti u saħansitra kien hemm min xtaq li l-amministrazzjoni preċedenti tagħmel aktar milli fil-fatt għamlet imma ma waslux.", "Għalhekk wieħed irid jifhem li riedu jittieħdu ċerti passi meta n-numru ta' studenti fl-Universita' tela' għal erba' darbiet iktar milli kien iż-żmien.", "Naħseb li wieħed ma jkunx ġust u realistiku jekk joqgħod ipinġi lill-Gvern preżenti bħala wieħed li ma jagħtix kas, li sempliċement irid iġib diżastru, li jrid jaqbad u jqaċċat in-numru ta' studenti mill-Universita' bl-addoċċ qisu qed jagħmel xi ħaġa b'kapriċċ mingħajr ma wieħed jagħti kas ta' l-aspetti kollha u mingħajr ma jirrealizza li s-sistema preżenti hija ta' appoġġ u ta' sostenn għal dawk li jridu jkomplu jistudjaw fl-Universita'.", "Nerġa' ngħid li jien kont nistenna li jsiru xi suġġerimenti min-naħa l- oħra dwar x'għandu jsir.", "Fiż-żmien li kienet għaddejja l-kontroversja ta' l- istipendju tressqu proposti minn individwi u għaqdiet ta' fehmiet politiċi differenti, raw x'jiġri f'pajjiżi oħra u jekk nistgħux napplikaw dik is- sitwazzjoni għal Malta.", "Aħna meta tkellimna ma' kollegi tagħna barra minn Malta qgħadna attenti li mhux sempliċement nimitaw bl-addoċċ dak li jiġri f'pajjiżi oħra għaliex kull pajjiż għandu s-sitwazzjoni reali tiegħu.", "Fil- fatt is-sistema l-ġdida fejn l-istudenti ma jħallsux għall-korsijiet tagħhom u jingħataw għotja ta' Lm50 fix-xahar m'hijiex sistema kkopjata minn xi pajjiż ieħor għaliex f'ħafna mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea l- istudenti jridu jħallsu għall-korsijiet li jieħdu u jisssellfu biex ikomplu jistudjaw.", "Aħna għandna s-sitwazzjoni tagħna u mxejna skond dak li naħsbu li jippermettulna ċ-ċirkostanzi tagħna.", "Filwaqt li ħadna ħsieb li dawk li jridu jkomplu jistudjaw, jistgħu jagħmlu dan għaliex il-korsijiet u t- l-istipendji ta' Lm50 fix-xahar qed jiġu mħallsa mit-taxpayers, dawk l-istudenti li għal xi raġuni jew oħra jħossu li għandhom bżonn aktar flus jistgħu jissellfu mill-banek.", "Il- parir li ngħatajt kien li ma kienx hemm għalfejn ikun hemm xi riferenza speċifika fil-legal notice.", "Barra minn hekk, dawk l-istudenti l-oħra li jħossu li ma jistgħux jissellfu mill-banek u għandhom bżonn aktar minn Lm50 stipendju fix-xahar jistgħu jressqu l-każ tagħhom quddiem il-kumitat li waqqafna apposta.", "Nittama li din is-sistema tkompli titjieb fid-dawl ta' l- esperjenza li jkollna.", "Waqt li qed nagħmlu dan kollu, irridu nkompli nħarsu lejn żviluppi oħra biex insaħħu l-Univerista' f'setturi oħra.", "Jien nemmen li hemm affarijiet fejn l-Universita' trid tkompli timmodernizza u ttejjeb lilha nnifisha.", "Naf li bdew korsijiet biex dawk li jgħallmu fl-Universita' jtejbu l-metodi u t-teknika tat-tagħlim tagħhom.", "Naħseb li jridu jittieħdu deċiżjonijiet biex is-sistema preżenti ta' over-testing u over-examination tittaffa għaliex ma jagħmilx sens li barra li l-istudenti jagħmlu l-assignments tagħhom, ikollhom tests u mbagħad jerġgħu joqogħdu għall-eżami finali.", "Mod ieħor kif l-Universita' timmodernizza ruħha huwa billi nħaddmu s-sistema ta' credits u accumulated credits, fejn l-istudent jakkumula l-marki tiegħu u fl-aħħar ma jkollux għalfejn jagħmel eżami finali, għalkemm f'ċerti suġġetti l-eżamijiet jibqgħu meħtieġa.", "Barra minn hekk, l-Universita' ma tridx tkun magħluqa fiha nnifisha, imma trid tagħti kas x'qed jiġri fl-oqsma l-oħra tal-pajjiż.", "Jien m'għandix dubbju li hemm aktar nies li jixtiequ jistudjaw l- Universita' pero' bħalissa l-Universita' m'hijiex f'pożizzjoni li tilqa' d-domanda tagħhom.", "Dawn m'humiex studenti li ma jistgħux ikomplu jistudjaw minħabba l-istipendju imma huma nies li ħafna minnhom diġa' jaħdmu u jixtiequ jħallsu biex jagħmlu korsijiet fl-Universita' fil-għaxija.", "Jien naħseb li wieħed mill-modi kif nistgħu nissodisfaw dan il-bżonn huwa li nagħmlu użu mit-teknoloġija tad-distance learning biex iktar nies jibbenefikaw mill-Universita'.", "Bħalissa minħabba l-pressjoni kbira ta' studenti fil-għodu u l-problemi ta' spazju, huwa diffiċli biex isiru korsijiet fil-għaxija wkoll.", "Minbarra r-rwol importanti ta' l-Universita' li tipprepara lill-undergraduate students u lill-postgraduate students, għandha sehem kbir x'tagħti wkoll fit-taħriġ kontinwu li pajjiżna għandu bżonn għaliex il-life-long learning, l-upgrading u r-retraining iridu jkomplu jingħataw il-ħin kollu.", "Jien m'għandix dubbju li l-Universita' jista' jkollha rwol importanti ħafna f'dan il-qasam u dan tista' tagħmlu billi tiżviluppa il-qasam tal-pedagoġija u tat-teknoloġija tat-tagħlim li s'issa għadha ma daħlitx fihom.", "Naf li l-Universita' qed tħares lejn dawn l-affarijiet u jista' jkun hemm sinerġija ma' istituzzjonijiet edukattivi u ma' istituzzjonijiet tax-xandir biex f'pajjiżna jkollna distance learning li jkollu wkoll rikonoxximent akkademiku mill- Universita'.", "Dawn huma affarijiet li forsi wieħed jarahom bħala xi ħaġa ta' barra minn hawn, pero' f'pajjiżi oħra ilhom ħafna li daħlu.", "Għalhekk jien ngħid li rridu nagħtu kas aspetti differenti tar-rwol ta' l- Universita' f'pajjiżna.", "Sfortunatament matul is-snin, l-aktar aspett li dejjem ingħata importanza kien l-istipendju ta' l-istudenti.", "Jien m'għandix dubbju li l- kwestjoni ta' l-istipendju hija importanti pero' hemm aspetti oħra li jirrigwardaw l-aċċess ta' l-istudenti għall-Universita' li jmorru lil hinn minn din il-kwestjoni.", "Ħafna drabi l-aspetti l-oħra tal-ħajja universitarja ma jiġux diskussi bl-istess enerġija u bl-istess entużjażmu li tiġi diskussa l-kwestjoni ta' l-istipendju.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, ikkonkludi.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nagħlaq l-intervent tiegħi billi nerġa' ngħid li kont diżappuntat li filwaqt li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kien hemm ammissjoni li din is-sistema kellha tinbidel, ma ngħatat l-ebda alternattiva u l-ebda proposta kif setgħet titjieb.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, kien maħsub li l-winding- up jagħmlu l-Onor.", "Louis Galea, shadow-minister ta' l-edukazzjoni, imma offrieli li nagħmel l-aħħar kummenti biex nagħlaq dan id-dibattitu.", "Xtaqt nieħu proprju l-aħħar nota li spiċċa biha l-Ministru fejn qal li jħossu diżappuntat li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma sarux proposti konkreti għal tibdil fis-sistema ta' l-istipendji.", "Jien naħseb li d-diżappunt huwa tagħna wkoll għaliex dalgħodu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni kellu l- opportunita' kollha li jagħtina ħjiel kif se jirreaġixxi għal din il- mozzjoni pero' dan ma għamlux.", "Osservajt li fid-diskors tiegħu l-Ministru elabora ħafna u fetaħ ħafna l- orizzonti mhux biss għal dak li għandu x'jaqsam mal-livell terzjarju imma tkellem wkoll fuq kull aspett li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni.", "Pero' l-ebda argument li ġab fuq dan is-suġġett ma kkonvinċina li t-tibdil fis- sistema ta' l-istipendji kien ġustifikat u fl-ebda ħin ma tana r- raġunijiet għaliex sar dan it-tibdil.", "Anzi deherli illi dak kollu li qal - m'iniex qed ngħid li ma kienx hemm affarijiet tajba f'dak li qal jew li ma jistgħux jiġu apprezzati - proprju ma jfissirx illi l-istipendju kif kien ma kienx ġustifikat, jew għallinqas ma kienx hemm mod aħjar kif il- miżuri li ħa jistgħu jkunu rraġunati aktar b'mod oġġettiv.", "Naħseb li fir- riflessjonijiet tiegħu l-Ministru naqqas l-importanza ta' l-argument dwar l-istipendji u ħa l-opportunita' biex jiddevja l-attenzjoni minn fuq l- istipendju u aljena b'argumenti oħra biex b'hekk il-kwestjoni ta' l- istipendji tintilef fid-duħħan.", "Prinċipalment din kienet l-istrateġija li uża l-Ministru fuq dan is-suġġett.", "Wieħed jista' joħroġ diversi spunti minn dak li qal il-Ministru pero' l- argument ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex jekk għandhomx isiru riformi fis- sistema ta' l-istipendji, jew jekk għandux jiġi mistħarreġ biex naraw jekk hux il-każ li jsir xi tibdil jew xi ċaqliq fis-sistema, imma l-argument tagħna hu li ma tistax iġġib f'daqqa waħda bidla drastika bil-mod kif ġabha il-Gvern preżenti.", "Meta qed ngħidu bidla drastika mhux biss fil-kontenut speċifiku tagħha imma fil-mod kif din l-informazzjoni ġiet leaked u l-korp studentesk u l-ambjent kollu tal-pajjiż sab ruħu b'deċiżjoni diġa' meħuda.", "Ma tistax tgħid li trid tiftaħ djalogu biex ikun hawn qbil fuq din il- kwestjoni meta d-deċiżjoni tkun diġa' meħuda.", "Il-Ministru rrepeta diversi drabi li l-Oppożizzjoni ma ssuġġerietx x'għandu jinbidel.", "Jekk aħna proprju qed nikkritikaw lill-Gvern u lill-Ministru in partikolari għaliex hu għamel l-iżball li ddeċieda waħdu x'għandu jinbidel f'din is-sistema, żgur li mhux se nagħmlu l-istess żball!", "Aħna qed nipproponu li qabel ma niddeċiedu fejn għandhom jinbidlu l-affarijiet, trid issir evalwazzjoni permezz ta' djalogu biex naraw x'inhuma l-bżonnijiet veri tal-familji u anke l-bżonnijiet tal-pajjiż.", "Il-Ministru f'diversi mumenti aċċenna fuq il-bżonnijiet tal-pajjiż imma l-mozzjoni imressqa mill-Onor.", "Louis Galea tgħid ċar u tond:", "\"Illi l-Oppożizzjoni tibqa' ssostni li miżura ta' dan it-tip tirrikjedi ħsieb u riċerka serja biex ikun magħruf minn qabel l-impatt tagħhom mhux biss fuq il-familji Maltin iżda fuq l-iżvilupp soċjo- ekonomiku ta' pajjiżna;\".", "Din id-dikjarazzjoni fit-tifsira tagħha hija wiesgħa u speċifika fl-istess ħin u jekk aħna qed nikkritikaw lilu għaliex żbalja ma nistgħux nagħmlu l- istess żball aħna għaliex inkella nkunu qed norbtu l-mażra ma' għonqna.", "Madam Speaker, inġabet l-iskuża strateġika li l-bidla fis-sistema ta' l- istipendji saret minħabba d-deficit tal-pajjiż.", "Irridu noqogħdu attenti meta ngħidu dawn l-affarijiet għaliex jista' jkun hemm żviluppi gravi fejn l-Universita' tista' tidħol fi kriżi finanzjarja b'mod iktar miftuħ li ma jkollux x'jaqsam biss mal-kwestjoni ta' l-istipendji.", "Din hi osservazzjoni li nistgħu nagħmlu b'mod iktar globali fuq il-pajjiż għaliex l-iżvilupp essenzjali ta' l-edukazzjoni terzjarja u ta' l-istess awtonomija akkademika ta' l-Universita' jistgħu jkunu qed jiġu mhedda.", "Dawn huma ħsibijiet li jġegħluna verament nippreokkupaw ruħna.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni beda jagħmel argumenti storti - mhux se ngħidulhom zopop ħalli ma jaħsibx li qed nizzikah, anzi nagħmillu kuraġġ għaliex jien tliet snin ilu kelli inċident simili, ma qtajtx qalbi u erġajt lgħabt - storti u semmilna, per eżempju, il-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea fejn qalilna li l- istudenti jridu joħorġu ħafna flus minn buthom biex ikunu jistgħu jsegwu dawn il-programmi.", "Nista' ngħid ukoll li kien qed jimmiżlijdja lill-Kamra meta qal li s-sistema tal-credits fl-Universita' ma kenitx possibbli taħt il-Gvern Nazzjonalista.", "Għaliex noqogħdu nagħmlu dawn it-tip ta' dikjarazzjonijet?", "Semma wkoll ir-riforma fiċ-children's allowance li saret mill-Gvern Nazzjonalista meta l-Onor.", "Louis Galea kien il-ministru responsabbli minn dak il-qasam.", "Ir-riforma fiċ-children's allowance kienet riforma komprensiva li kienet timplika ħafna iktar affarijiet.", "Per eżempju, familja b'żewġt itfal b'income ta' Lm3,000 fis-sena minn Lm384 children's allowance bdiet tieħu Lm630 fis-sena, filwaqt li familja b'żewġt itfal illi għandha income ta' Lm10,000 fis-sena ma teħux children's allowance pero' tiggwadanja Lm412 f'income tax anqas li trid tagħti lill-gvern.", "Voldieri meta nitkellmu fuq affarijiet bħal dawn irridu ninformaw b'mod tajjeb.", "Kultant jingħataw ċerti impressjonijiet ħżiena u jsiru ċerti preġudizzji fuq l-istudenti universitarji billi jkun hawn min jgħid li l-istudenti jużaw l-istipendju biex jixtru karozza.", "Madam Speaker, irridu nħarsu lejn ir-realta' għaliex l-4,500 karozza li jkun hemm fl-Universita' huma ta' 60% ta' l-istudenti u l-owners ta' wħud minn dawn il-karozzi huma l- ġenituri ta' l-istudenti u hemm minn dawn il-karozzi li huma second-hand jew se jaqgħu biċċiet.", "Kif tista' timmaġina li b'Lm50 stipendju jew b'dak li kienu qed jieħdu qabel l-istudenti bħala stipendju se jkunu jistgħu jżommu karozza bl-ispejjeż tagħha!", "Dawn huma misconceptions u ma nistgħux niddeċiedu u nieħdu miżuri abbażi ta' din il-kwalita' ta' sentimenti u emozzjonijiet.", "Huwa veru li rridu nikkonsidraw il-kwestjoni tal-valuri, ta' l-etika, inkluż ix-xogħol, l-istudji, ir-responsabbilta', l- onesta' akkademika kemm ta' l-istudent kif ukoll ta' l-istess għalliema, l- abilita' analitika u l-Universita' bħala esperjenza fl-umilta', pero' nerġa' ngħid li dawn l-argumenti kollha bl-ebda mod ma huma kontradittorji għall-fatt li l-miżuri li ħa l-Gvern fuq l-istipendji kienu zbaljati.", "Madam Speaker, jien għandi l-opportunita' li kuljum inkun l-Universita' u lill-istudenti, speċjalment dawk ta' l-ewwel sena għaliex magħhom l-iktar li nagħmilha, nismagħhom jitkellmu fuq il-kwestjoni ta' l-istipendji.", "Dawn l-istudenti bi stipendju ta' Lm50 fix-xahar iridu jixtru l-kotba li mis-sena l-oħra sal-lum il-prezzijiet tagħhom irdoppjaw.", "Barra minn hekk, għandhom l-ispejjeż tal-photocopies u fil-canteen għadhom iħallsu l-istess prezzijiet li kienu jħallsu s-sena l-oħra.", "Dawn huma affarijiet li jolqtu l- ħajja ta' kuljum ta' l-istudent, Madam Speaker, u ħafna minn dawn l- istudenti jkollhom jagħmlu part-time job is-Sibt u l-Ħadd biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispejjeż konnessi direttament ma' l-Universita'.", "Il-bieraħ kelli opportunita' nitkellem ma' żewġ studenti separatament u xejn ma ħadt pjaċir nismagħhom jgħidu li qed jaqtgħu qalbhom għaliex ma jistgħux ilaħħqu bl-istipendju l-ġdid.", "Il-Ministru għadu kemm qal li l- istudenti m'għandhomx għalfejn jaqtgħu qalbhom li ma jistgħux ikomplu jistudjaw fl-Universita' minħabba t-tnaqqis fl-istipendju pero' jien ngħid li llum l-istudent għandu ħafna pressures fuq il-ħajja tiegħu, pressures li ġejjin mid-dar u mill-familja, pressures ta' studju u ta' kompetizzjoni fl-Universita' li forsi xi ftit jew wisq iġegħluh jaqta' qalbu.", "Fejn qabel l-Universita' kienet passaport għall-ħajja tax-xogħol u l-istudent kien ikollu l-aspirazzjoni li jidħol l-Universita' biex ikompli l-edukazzjoni tiegħu, illum dan kollu qed jiġi mxekkel b'dak li qed jagħmel dan il-Gvern u qed inreġġgħu l-arloġġ lura.", "Huwa impossibli li ma nagħtux kas dawn il-problemi u għalkemm huwa tajjeb li niftħu aktar għad-diskussjoni u jsiru surveys, dawn m'għandhomx jintużaw biex niskreditaw il-KSU.", "Dan il-kunsill u l-korp kollu studentesk għandu bżonn min jinkoraġġih, min jimmotivah u min jagħtih pariri.", "Madam Speaker, ma jagħmilx sens li nagħmlu s-surveys biex niskreditaw lill-istudenti għaliex dan huwa attakk perikoluż li qiegħed biss jimmina l-kredibilita' ta' l-istudenti u jattribwilhom motivazzjonijiet ħżiena, żbaljati u inġusti.", "GĦaldaqstant huwa importanti li meta l-istudent jirreaġixxi ma jissokkombix għal dawn l-attakki imma juri li hu konvint mil-liberta' tal-ħsieb u ta' l-azzjoni tiegħu.", "Billi l- istudent ikun assoċjat f'movimenti politiċi ma jkun qed jagħmel l-ebda dnub legali għaliex għandu kull dritt li jkun f'kull moviment u jesprimi ruħu bil-liberta' kollha.", "Madam Speaker, nagħlaq billi nappella lill-Gvern biex jirrifletti fuq id- deċiżjonijiet li ħa u bħalma rranġa diversi żbalji li ħa fil-budget, jirranġa dan l-iżball li ħa meta ressaq tibdil fis-sistema ta' l-istipendji ħalli tassew nerġgħu niddiskutu x'inhu l-aħjar li jista' jsir għall-ġid ta' l-istudenti u ta' l-edukazzjoni terzjarja tagħhom.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER.", "Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill- Onor. Louis Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Louis Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "136", "FAVUR: 32", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joseph | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael Angelo | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela |Farrugia Noel | |Carmelo | | |Abela Joseph|Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto | | |John | | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu|Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona |Sant Alfred | |Chris | | |Chircop Karl|Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena|Spiteri Lino | |Debono Grech|Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe|Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it- Tlieta, 17 ta' Frar fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru. 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru. 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru. 2) - Kumitat Permanenti Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 17 ta' Frar, 1998, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fis-12.54 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BERĠA TA' KASTILJA - ARCHITECTURE PROJECT", "11165.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma illi l-kuntratt li kellhom l-Architecture Project għal xogħol ta' konsultazzjoni għax- xogħol fil-Berġa ta' Kastilja twaqqafx għaliex ma hemmx flus ivvotati għal dan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nfurmat li l-kuntratt li għandhom l- Architecture Project għal xogħol ta' konsultazzjoni fil-Berġa ta' Kastilja ma ġiex itterminat.", "ŻEJTUN - TRIQ XROB IL-GĦAĠIN DRENAĠĠ", "11501.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw id-drenaġġ ir- residenti ta' Triq Xrob il-Għaġin, Żejtun?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx is-survey li kellu jsir sabiex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jingħataw dan is-servizz?", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw is-servizz tad-drenaġġ ir- residenti ta' Triq Ħajt il-Wied, Żejtun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab infurmat li s-survey sar u qegħdin isiru l-proċeduri amministrattivi neċessarji sabiex tkun tista ssir easement ġo l- egħlieqi.", "Barra minn hekk qed tiġi preparata t-tender sabiex issir din l- estensjoni tad-drenaġġ.", "Rigward is-servizz tad-drenaġġ fi Triq Ħajt il-Wied, Żejtun ikun apprezzat jekk l-Onor.Interpellant jipprovdi site plan li tinkludi l-post imsemmi.", "ŻEJTUN - TRIQ XROB IL-GĦAĠIN - MAINS TA' L-ILMA", "11504.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga x-xogħol konness ma' mains ta' l-ilma tas-saqwi fi Triq Xrob il-Għaġin, Żejtun biswit il-Knisja ta' San Niklaw f'Misraħ Strejnu peress li meta l-kuntrattur lesta x-xogħol u t- triq ġiet mogħtija t-tarmak, il-mains xorta waħda baqgħu jillijkjaw?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntrattur ġiex imħallas ta' xogħlu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Il-kuntrattur ġie avżat li jrid jirranġa x-xogħol u sadanittant l-Accounts ġew avżati biex iwaqqfu l-pagament sakemm issir it- tiswija meħtieġa.", "MELLIEĦA - KORTIN - SISTEMA TA' DRENAĠĠ", "11515.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li titqiegħed is-sistema ġdida tad-drenaġġ ġewwa l-Kortin, il- Mellieħa?", "Fiex wasal ix-xogħol dwar l-impjant ta' purifikazzjoni tad-drenaġġ fl- inħawi taċ-Ċumnija, il-Mellieħa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-dipartiment tad-drenaġġ mistenni jiffinalizza r-rakkmandazzjonijiet dwar l-għoti ta' konsulenza għat-tfassil ta' Master Plan għat-tramuntana ta' Malta fi żmien qasir.", "Il-bini ta' impjant għat- tisfija tad-drenaġġ fl-inħawi taċ-ċumnija jifforma parti mill-Master plan għat-tramuntana.", "Is-sistema drenaġġ ġewwa Kortin hija maħsuba li titqiegħed aktar tard din is-sena.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI - RAPPORT", "11689.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru tiegħu fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- Ministeru tiegħu?", "Liema huma dawn ir-rapporti li ġew iffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Min għamel ir-rapporti ndividwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma jiġux ppubblikati?", "Min għamel ir-rapporti mhux ippubblikati?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispjega sew xi jrid jgħid bil-kelma \"kkummissjonat\".", "SKEJJEL - KUNSILL SKOLASTIKU", "11754.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jitqassmu flus lil kull kunsill skolastiku matul l-1998?", "Kemm tqassmu flus lil dawn il- kunsilli matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "11811 mogħtija f'seduta 184.", "FURJANA - PARKEĠĠ FIL-MALL", "11779.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Il-Ministru jikkonferma jew le li fil-parti tat- toroq ta' quddiem il-Mall jista' jkun hemm il-ħsieb li jsir xi parking space u dan fix-Xagħra tal-Furjana jew biswitha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat- tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 12022 (seduta 184).", "SKEJJEL - FGURA - XOGĦLIJIET", "11802.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kien qed isir fl-iskola tal-Fgura waqaf u issa fl-imsemmija skola hemm inkonvenjenzi kbar għall-istudenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol fl-Iskola tal-Fgura ma waqafx, iżda minħabba l-ħtieġa li l-btieħi jiġu nvellati biex isolvu l-problema tal- għargħar li qegħda tissuċċiedi kull darba li tagħmel ix-xita, ġie deċiż li l-area kollha tiġi nvellata u mogħtija t-tarmak.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IKLA GĦALL-ISTAFF", "11845.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl tad-dokumenti annessi \"A\" - Government Hospitality u \"B\" - Alcazar Complex li jittrattaw l-istess funzjoni li saret fid-19 ta' Diċembru 1996 (\"A\" hija t-talba għall-awtorizzazzjoni ta' ħlas mill-Vot tal-Ministeru għal ikla għall-istaff tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Sport u \"B\" huwa l-kont ta' l-istess ikla), peress li s-somma ta' Lm284.05,0 ġiet imħallsa għal 68 set menu, u peress li l-istaff imsemmi jammonta għal 10 minn nies (PQ W70 u PQ 2262), jista' l-Ministru jispjega d-diskrepanza evidenti fin-numru ta' guests li pparteċipaw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li l-kont li għalih qed jirreferi l- Onor. Interpellant jitratta ikla tal-Milied tal-istaff tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti kif ukoll numru ta' ħaddiema oħrajn li assistew lis-Segretarjat u d-Dipartimenti, ħafna drabi mingħajr l-ebda ħlas fl-oqsma li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat.", "MELLIEĦA - DAWL", "11928.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-playing field/ġnien f'Tal-Braġġ, il-Mellieħa ilha għal dawn l-aħħar xhur fid-dlam, jista' l-Ministru jieħu dawk il- miżuri meħtieġa sabiex din l-area terġa' tinxtegħel?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "11953.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies fil- Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq mill-ftuħ tagħha sas-26 ta' Ottubru 1996?", "Kemm kien hemm minnhom full-time u part-time?", "Kif ġew impjegati, jiġifieri jekk ħarġitx sejħa fuq il-ġurnali jew mill-ETC?", "Minn liema lokalita' kienu dawk kollha impjegati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mill-ftuħ tal-Pixxina Nazzjonali sas-26 t'Ottubru, 1996 kien hemm impjegati għal xi żmien is-segwenti ħaddiema:-", "a. Ħaddiem wieħed Full Time li joqgħod f'Ta' Sliema, li huwa Silvio Żammit.", "b. 22 ħaddiem part-time illi ġew irreġistrati għand l-ETC li kienu qed jaħdmu fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq.", "Dawn kienu joqgħodu; Balzan (1), B'Kara (1), Gżira (1), Paola (1), Qawra (1), San Ġiljan (1), San Ġwann (3), Ta' Sliema (7), Tarxien (1), Ta' Xbiex (1), Valletta (1), Vittoriosa (1).", "M'hemmx rekord ta' indirizz fil-każ ta' żewġ ħaddiema oħra.", "c. 13-il ħaddiem part-time illi ma kienux ġew irreġistrati għand l-ETC u kienu jaħdmu fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq.", "Dawn m'hemmx indirizzi tagħhom iżda jidher illi:- 7 minnhom kienu studenti ħaddiem tas-Sajf, 3 Pool Attendants għax-xhur tas- Sajf, 1 Nurse - 1 Pool Attendant/Cleaner - 1 Pool Attendant għax-xhur tas- Sajf u perjodi oħra.", "Għalhekk mit-tagħrif miġbur jirriżulta illi mill-20 persuna li nżamm record tagħhom 15-il persuna kienu mid-distretti elettorali tal-ex-Ministri Michael Refalo u Michael Frendo u tas-Segretarju Parlamentari Richard Muscat, li lkoll kienu responsabbli mill-isport.", "Barra minn dan, ma nstab l-ebda tagħrif jew korrispondenza illi turi li saret xi sejħa għax-xogħol fil-ġurnali lokali jew inkella saret xi talba għal permess lill-ETC għall-ħaddiema jew postijiet kollha hawn fuq imsemmija.", "WSC - FLUS MINFUQA GĦAL GĦAWDEX", "11959.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11228 u ċioe' x'kienet ir-raġuni li l-WSC f'Għawdex bejn Ottubru 1996 u Settembru 1997 nefqet biss is-somma ta' Lm89,745 f'xogħlijiet ta' distribuzzjoni u tiġdid, meta l-vot disponibbli kien ta' Lm233,000?", "Kemm-il kilometru ta' trinek sar f'dak il-perjodu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11228 (seduta 173).", "PULIZIJA - KAŻI TA' BATTERING", "10930.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet irrappurtati lill- pulizija fl-1997 għal: (a) wife battering; (b) husband battering; (c) child battering?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi matul l-1997 ġew irrapurtati lill-Pulizija 166 każ ta' wife battering', 15 -il każ ta' husband battering u 16 -il każ ta' child battering.", "PULIZIJA - NIES LI MA UŻAWX IL-CRASH HELMET", "10931.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-Qorti fl-1997 talli ma libsux il- crash helmet u/jew safety belts?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi fl-1997 il-Pulizija tellgħet il- Qorti 62 persuna talli ma libsux il-crash helmet u 5339 persuna talli ma libsux is-safety belt.", "SAĦĦA - NIES LI JBATU MILL-KANĊER", "10932.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni jbatu minn kanċer fl-aħħar tas-sena 1997?", "Kemm kien hawn każi ġodda ta' kanċer fl-1997?", "X'tip ta' kanċer kienu?", "Kemm mietu persuni minħabba l-kanċer fl-1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba ta' din il-mistoqsija parlamentari ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA - NIES LI JBATU MINN ASBESTOSIS", "10933.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni jbatu minn asbestosis u/jew kanċer ikkawżat mill-asbestos fl-aħħar għaxar snin?", "Fejn kienu jaħdmu dawn il-persuni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' talbiet magħmula minn persuni li jbatu minn asbestosis u/jew cancer ikkawżat mill-asbestos fl-aħħar għaxar snin kien:-", "Sena Numru Post tax-xoghol", "1988 Nil - 1989 1 MDD 1990 1 MDD 1991 Nil - 1992 Nil - 1993 Nil - 1994 3 MDD 1995 1 MDD 1996 Nil - 1997 Nil - (sa Ottubru)", "SIGURTA SOĊJALI - OMMIJIET XEBBIET", "10934.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn unmarried mothers fuq ir-relief fl- aħħar ta' l-1997 u kemm kellhom tfal dawn il-persuni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li kienu qegħdin jirċievu l-Għajnuna Soċjali fl-aħħar ta' l-1997 kien ta' 466.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm kellhom tfal.", "TARZNA TA' MALTA - DĦUL TA' VAPURI", "10935.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm daħlu vapuri t-Tarzna fl-1997 u kemm kien il-gross tonnage tagħhom?", "Kemm daħlet flus it-Tarzna fl-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul l-1997 daħlu fil-Malta Drydocks 109 vapuri għat- tiswija.", "Il-gross tonnage tagħhom kien ta' 1,404,575 tunnellata.", "Fis-sena 1997 (sat-28 ta' Novembru), it-Tarzna ta' Malta daħħlet Lm11,688,247.", "SKEJJEL - PUBBLIKAZZJONI TAL-KTIEB \"L-ISKOLA TAL-ĦOLM TIEGĦI\"", "11453.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża għall-pubblikazzjoni \"L-Iskola tal-Ħolm Tiegħi\" u jgħid fejn ġie stampat il- ktieb?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru kopra biss l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-ktieb.", "L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10043, f'Seduta 153.", "SKEJJEL - COMPUTERS", "11454.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew installati computers fi skejjel primarji fis-sena skolastika 1996/1997 u f'dik 1997/1998, kemm minnhom f'Malta u kemm f'Għawdex u kemm intnefqu flus kull sena?", "Kemm hu ppjanat li jkunu nstallati fis-sena skolastika 1998/99?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fis-Sena Skolastika 1996/1997 ġew installati 68 Computer fi skejjel Primarji f'Għawdex u 611 fi skejjel Primarji f'Malta.", "Fis-Sena Skolastika 1997/1998 ġew installat 60 computer f'Għawdex u 550 fi skejjel Primarji f'Malta.", "L-ammont li ntefaq fis-sena 1996/1997 kien LM565472.25 filwat li fis-sena 1997/1998 kien LM329,105.88.", "Fis-sena Skolastika 1998/1999 hu ppjanat li jinxtraw 611 computer għall-iskejjel primarji.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li l-prezz tal-PC. huwa nieżel u għalhekk ir-rata tan-nefqa fuq il-kompjuters jirrifletti ċ-ċaqliq fil- prezzijiet u mhux xi impenn inqas fix-xiri tal-kompjuters għall-iskejjel.", "Aktar importanti minn kemm jinxtraw kompjuters u kemm jiswew hija l- kwistjoni ta' kemm qed jintużaw bl-aħjar mod għall-proċess edukattiv.", "F'dan l-aspett hemm ħafna u ħafna xi jsir.", "BIBLJOTEKA NAZZJONALI - XOGĦOL FUQ FIRE PROTECTION", "11455.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fuq il- fire protection fil-Bibljoteka Nazzjonali nbeda qabel ma ħareġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta nħarġet it-tender relattiva, meta ġiet aġġudikata, minn min ġiet aġġudikata u meta nbeda x-xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol fuq il-fire protection fil-Bibjoteka Nazzjonali għadu ma bediex.", "It-tender dehret fil-Gazzetta tal-Gvern fit-13 ta' Ġunju 1997.", "Ġiet aġġudikata fit-18 ta' Awissu 1997, mis-Sur Joseph Schiro' bħala Chairman, is-Sur John Sant u s-Sur Joseph M. Demanuele bħala membri.", "Kif diġa għidt qabel, ix-xogħol għadu ma nbediex.", "Ta' min jinnota li dan il-proġett se jkun finanzjat totalment mir-raba' protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja.", "VALLETTA REHABILITATION CENTRE - VOT", "11456.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot għall-Valletta Rehabilitation Centre għall-1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-estimi approvati għall-Kumitat għar- Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta fl-1996 kienu ta' Lm 250,000, fl-1997 Lm 225,000 u fl-1998 Lm 150,000.", "VALLETTA/FURJANA - RESTAWR TA' SWAR", "11457.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' l-applikazzjoni li saret lill-Planning Authority biex ikun jista' jsir ix-xogħol ta' restawr li qed isir fuq is-swar tal-Belt u l-Furjana, id-data ta' meta saret u meta ntlaqgħet u meta nbeda x-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li x-xogħol imsemmi kien jinvlovi xogħol ta' natura ta' manutenzjoni, kull ma ntalab lill-Awtorita' tal-Ippjanar huwa clearance biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet.", "It-talba lill-Awtorita' saret fis-26 ta' Frar 1997 u l-approvazzjoni ħarġet fit-18 ta' Marzu, 1997.", "Ix-xogħol imsemmi beda f'Awwissu 1997.", "EX-DIPARTIMENT TA' L-INDUSTRIJA - XOGĦOL TA' RESTAWR", "11458.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jispjega kif reġgħet inħarġet tender biex isir xogħol ta' restawr fl-ex-Dipartiment ta' l-Industrija fi Triq il- Punent, il-Belt meta dan ix-xogħol kien sar ftit snin ilu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħlijiet li hemm fit-tender li nħareġ dan l- aħħar fuq dan il-post ma kienux parti mix-xogħol li kien sar ftit ilu.", "RABAT - TRIQ TA' ĠNIEN FIERES", "11833.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex it-Triq ta' Ġnien Fieres (ħdejn it-triq li minn Għajn Qajjed tieħu għal Bieb ir-Ruwa), Rabat Malta tiġi mibnija mill-ġdid stante li ġiet kważi impossibbli li tintuża?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - AVUKATI", "11835.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-avukati li applikaw sabiex jiġu ngaġġati fuq part-time basis biex jeżaminaw it-titolu ta' proprjetajiet li qed jiġu mixtrija/esproprjati mil-Lands Department?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta..", "TAXXI INTERNI - ASSESSMENTS", "11836.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm assessments x'jinħadmu li fuqhom kien hemm preżentati dikjarazzjonijiet spontanji?", "Meta huwa maħsub li dawn jiġu finalizzati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' assessments tad-dikjarazzjoni spontanja li għad fadal x'jinħadmu huwa ta' 237.", "Il-biċċa l-kbira ta' dawn għadhom pendenti minħabba diffikultajiet tekniċi jew legali, iżda qed isir sforz biex dawn ikunu konklużi kemm jista' jkun malajr.", "PROPRJETA' - TRASFERIMENTI", "11837.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: a) kemm irċieva flus matul l-1997, xahar b'xahar, minn trasferimenti ta' proprjeta' inter vivos; u b) kif jikkompara dan ma' l-1994, 1995 u 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "NURSING & MIDWIFERY BOARD - MEMBRI TAL-BORD", "11838.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema terms of reference: Charles Abela; Marcelle Cipriott; Mikelina Farrugia; Ronnie Frendo; Francis Ripard; u Joseph Sant intgħażlu sabiex jifformaw parti min-Nursing and Midwifery Board?", "X'esperjenza għandu kull wieħed u waħda f'dan il-qasam u x'kienet ir-raġuni li membri mill-Bord preċedenti tneħħew?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Skond Taqsima VII, Artikolu 32 (2a u 2c) ta' l- Ordinanza tad-Dipartiment tas-Saħħa (Kap 94) is-sitt membri tan-Nursing and Midwifery Board li ma humiex eletti jiġu maħtura mill-President ta' Malta fuq parir tal-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal- Familja.", "Waħda minn dawn il-persuni trid tkun qabla u l-oħra irid ikollha isimha mniżżel fil-parti ġenerali tar-Reġistru ta' l-infermiera.", "Ir-rakkmandazzjoni għall-għażla ta' dawn il-membri minn dejjem kienet issir skond il-ġudizzju tal-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tas-Saħħa.", "PROPRJETA' - TRASFERIMENTI", "11839.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: a) kemm oltre trasferimenti ta' proprjeta' mill-Housing Authority u mil-Lands Department saru avviżi mad- Dipartiment tiegħu fuq trasferimenti ta' proprjeta' inter vivos, xahar b'xahar, matul l-1997; b) fuq kemm minn dawn intbagħtu periti sabiex jispezzjonaw il-proprjetajiet; u c) kif jikkompara l-proporzjon ta' spezzjonijiet mibgħuta, meta wieħed jikkompara dawn ma' l-ispezzjonijiet li ntbagħtu fl-1994, 1995 u 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "LOGĦOB TAN-NAR - DRAFT REGULATIONS", "11876.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fid-Draft Regulations dwar il-logħob tan-nar ġie pprojbit il-logħob tan-nar ta' l-art u ta' l-ajru fil-jum tal-Ġimgħa, ċioe' l-aħħar jum ta' Tridu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi m'hux propost li n-nar ta' l- ajru jkun ipprojbit fl-aħħar jum tat-Tridu.", "Fil-fatt, fl-iskeda tal- ħinijiet li ħarġet ma' l-istqarrija għall-istampa, hemm speċifikat il-ħin li fih jista' jinħaraq in-nar ta' l-ajru, inkluż fl-aħħar jum tat-Tridu.", "Inħass li l-ħruq tan-nar ta' l-art f'lejliet il-festa, kif hija l-użanza presenti fil-maġġoranza ta' l-irħula, jkun adekwat.", "Ta' min wieħed iżid illi dawn huma proposti għar-regolamenti li għad iridu jsiru u kif kulħadd jaf il-pubbliku in ġenerali u dawk partikolarment interessati għandhom sat-18 ta' Frar 1998, biex jagħmlu l-kummenti dwarhom.", "QORTI EWROPEA - IMĦALLEF TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM", "11877.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma dak li ġie rrapportat fil-gazzetti li t-tliet ismijiet oriġinali tal-persuni nominati mill-Gvern għall-kariga ta' Imħallef tal- Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienu differenti mit-tliet ismijiet attwalment sottomessi lill-Kunsill ta' l-Ewropa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, ma nikkonfermax.", "PULIZIJA - ĦLAS TAL-ĦDUD U FESTI", "11940.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Fil-pjani sabiex din is-sena ikun hemm tnaqqis ta' Lm580,000 f'overtime u allowances lill- Pulizija, hemm il-ħsieb li l-ħlas b'rata doppja fil-Ħdud u l-festi jitneħħa kollu jew in parti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi m'hemm l-ebda ħsieb li l-ħlas b'rata doppja lill-Pulizija għal xogħol meħtieġ fil-Ħdud u l-festi jitneħħa kollu jew parti minnu.", "PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA - ORDNI TA' DEPORTAZZJONI", "12002.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid liema kienu l-każijiet matul l-1997 ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li l-ordni ta' deportazzjoni tagħhom ġiet sospiża u/jew mħassra bl-applikazzjoni ta' l-artikolu 93 tal-Kostituzzjoni?", "Min kienu, meta ngħatat il-maħfra, u ta' liema nazzjonalita' kienu?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 1997 ma ngħatat l-ebda Maħfra Presidenzjali taħt l-artikolu 93 tal- Kostituzzjoni lil persuni ta` nazzjonalita` barranija biex tissospendilhom u\\jew tħassrilhom l-ordni ta` deportazzjoni tagħhom minn Malta.", "TOROQ - TISWIJA", "12003.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-ittra tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara tat-23 ta' Ġunju, 1997 fejn intbagħtet lista ta' toroq ġodda (private roads) biex jingħatalhom wiċċ u jiġu iffurmati, kemm mill-istess lista sar xogħol fuqhom, u meta se jsiru t-toroq li għadhom ma sarux?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - TAQSIMA TAD-DROGA", "12004.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma rapport li deher fil-gazzetti li t-Taqsima tad-Droga tal-Pulizija ngħatat letter minute li nformathom illi l-kwota tal-petrol fil-ġimgħa se tinżel għal 50 litru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-istruzzjonijiet mogħtija kienu illi, sabiex jingħata fuel aktar minn 50 litru fil-ġimgħa lil xi vettura, kienet meħtieġa l-awtorizazzjoni tas-Supretendent.", "MALTACOM - PROĠETT TAL-MILLENJU", "12035.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim MInistru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet il-Gvern minn consortia li jixtiequ jissieħbu fil-proġett tal-Millenju tal-Maltacom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għandi ninfurmak li meta għalqet it-talba ta' l- offerti nhar is-27 ta' Jannar kien hemm ħames offerti li huma :-", "a. PCOX Environmental Assessments 225 19th Suite Street Suite 200, Newport Beach California, U.S.A.", "(Din l-offerta hija limitata għax toffri konsulenza f'environmental assessment u ma tissodisfax il-kriterji li għamlet il-Maltacom fil- Prequalification Questionnaire)", "b. Bromville Co. Ltd.", "114 The Strand Gzira, Malta", "c. Vassallo Builders Group Ltd.", "The Three Arches Valletta Road Mosta, Malta bi sħab ma' Bovis Construction Ltd. - U.K.", "d. Tower Consortium Group iffurmat minn: AX Holdings Hopewell Holdings Ltd.", "M.Demajo Group Testaferrata Group Fino Group", "e. Bouygues S.A., Challenger 1 Avenue Eugene Freyssinet 78061 Saint Quentin en Yvelines Cedex - France", "PJAN TA' STRUTTURA - REVIŻJONI", "12036.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna magħżula biex taħdem fuq ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura bdietx tagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Persuna magħżula biex taħdem fuq ir-reviżjoni tal- Pjan ta' Struttura sa tibda x-xogħol fid-9 ta' Marzu 1998.", "LONDRA - HIGH COMMISSIONERS MALTIN", "12107.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu l-High Commissioners Maltin f'Londra mill-1987 'il hawn?", "Fejn kienu joqogħdu matul il-ħatra tagħhom u kemm kien jitħallas kera fil- ġimgħa għar-residenza tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni dwar kemm kien jitħallas kera minn kull Kummissarju Għoli Malti maħtur ġewwa Londra mill-1987 'il hawn fir- residenzi rispettivi li kienu jokkupaw għadha qed tinġabar, u għalhekk nagħti risposta f'seduta oħra.", "KUMMISSJONI GĦOLJA F'LONDRA - ĦRUQ", "12108.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet li kienu għaddejjin fuq il-ħruq li kien sar fil-Kummissjoni Għolja f'Londra xi snin ilu?", "F'min kien jikkonsisti l-istaff dak iż-żmien?", "Kemm kien ilu hemm kull impjegat, kemm diplomatiku kif ukoll mhux, qabel sar dan il-ħruq?", "Meta temmew xogħolhom, jekk temmew, kull wieħed minnhom, u għaliex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta ohra.", "PARIGI - EX-AMBAXXATUR LICARI", "12109.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi rregolaritajiet finanzjarji li wettaq l-ex-Ambaxxatur Licari f'Parigi matul il-ħatra tiegħu u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhuma item, item; jagħti figuri f'liri Maltin; jgħid jekk xi ħadd ġibidlux l- attenzjoni għal dawn l-irregolaritajiet qabel Ottubru 1996; kif huwa maħsub li jittieħdu lura l-flus imħallsa jew meħuda żejda; u x'passi legali qiegħed jikkontempla li jieħu l-Ministeru f'dan il-każ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif kont għidt għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentai numru 3959, u issa anki għamilt aċċenn fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12097, l-ex Ambaxxatur Malti f'Pariġi, Dr. Joseph Licari, kien nefaq somma estensiva ta' flus, madwar Lm 4,800 biex organiżża riċeviment lejliet il-ġurnata li fiha temm il-kariga diplomatika li kellu fi Franza.", "Dr. Licari huwa meqjus li naqas billi * organiżża l-avveniment mingħajr ma talab il-permessi meħtieġa minn qabel, kif kien obbligat u kif kien infurmat li kellu jagħmel; * nefaq spejjeż pubbliċi għal skop differenti minn dak li għalihom kienu ġew ivvutati; * ma weġibx għall-mistoqsija dwar kienx hemm il-ħtieġa li jiġi organiżżat riċeviment ta' dak il-kobor għall-okkażjoni ndikata; * ma ċċertifikax jekk l-ispejjeż li ntefqu kienux kollha raġonevoli u ġusti, skond kif jitolbu r-Regolamenti Finanzjarji tal-Gvern; u * eċċeda l-awtoriżżazzjoni oriġinali li kellu sabiex jagħmel użu minn somma ta' xi Lm 3,000 biex jorganiżża riċevimenti partikolari u għal skopijiet differenti minn dak li ġie effettivament organiżżat ir-riċeviment in kwistjoni.", "Għal raġunijiet ovvji, ma setgħetx tinġibed l-attenzjoni ta' l-Ambaxxatur għal dawn in-nuqqasijiet qabel l-elezzjoni.", "Madankollu, huwa kien ġie nfurmat bil-kitba mill-Ministeru tiegħi s-sena l-oħra illi huwa ma osservax ir-regolamenti uffiċċjali meta huwa organiżża dan ir-riċeviment.", "Nista' ngħid illi diġa żammejnielu somma ta' madwar Lm 3,000 biex tagħmel tajjeb għall-ammont li l-Ministeru tiegħi qed jipprova jġib lura mingħand din il- persuna.", "Naċċerta lill-Onorevoli Membru illi se jsir kull mezz possibbli biex, b'mod legali, jinġabru l-flus kollha dovuti lura lill-kaxxa ta' Malta.", "PARIGI - AMBAXXATA", "12110.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separtament, spiċċat mill-impjieg tagħha fl-Ambaxxata ta' Pariġi; kemm kienet ilha mpjegata; f'liema kapaċita' kienet mpjegata; kemm kien is-salarju tagħha; kif jikkompara dan ma' dak li normalment jitħallas lil xi ħadd impjegat fil- kondizzjonijiet tagħha; u huwiex magħruf fejn kienu jitħallsu t-taxxi minnha, jekk hux fi Franza jew hawn Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - ĦADDIEMA", "12111.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li l-ħaddiema fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, li isimha qed jintbagħat separatament, li kienet allegata li ġiet trasferita għal raġunijiet politiċi u li saru ħafna stqarrijiet dwarha minn diversi organizzazzjonijiet, fil-fatt qatt ma ġiet trasferita, lanqas fid- dipartiment stess, u li sal-lum minkejja d-dikjarazzjonijiet li saru dwarha għadha tagħmel l-istess xogħol li kienet tagħmel qabel?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-persuna li qiegħed jagħmel referenza għaliha l- kollega tiegħi, jiġifieri s-Sinjura Cecilia Attard Pirotta, li kien allegat li ngħatalha transfer, qatt ma kien hemm attentat biex tiġi trasferita, u qatt ma ġiet trasferita'.", "Sal-lum din il-persuna għadha taqdi d-doveri tagħha fil-Ministeru fejn kienet qabel il-bidla fil-Gvern.", "Dan minkejja l-informazzjoni qarrieqa li ġiet imxandra fil-gażżetti u li ħadd ma kkoreġa minkejja li ħafna kienu jafu li l-fatti kienu differenti.", "UNIVERSITA' - STAFF AKKADEMIKU", "12114.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm staff akkademiku fl-Universita' ta' Malta li għalqu ż-żmien biex jiritiraw fis- sena 1997?", "Liema post kienu jokkupaw?", "Kemm minnhom għamlu talba biex jieħdu extension u kemm-il talba ġiet milqugħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PTA - TALBIET GĦAL TITJIB TA' SERVIZZI", "12133.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-talbiet pendenti li għandha l-PTA quddiemha għal titjib ta' servizzi provduti mid- diversi mezzi tat-trasport fil-pajjiż?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll lista ta' talbiet għal żieda li għandha quddiemha l-Awtorita' tat-Trasport?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jiċċara aktar l- ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jiena nfurmat li ma saret l-ebda talba b'mod uffiċċjali u bill-miktub.", "NTOM - SPEZZJONIJIET F'LUKANDI", "12134.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru inspections minn uffiċjali ta' l-NTOM f'lukandi ta' klassi 3, 4 u 5 rispettivament, fil- perjodu 1/1/97 - 31/1/98?", "Kemm saru inspections ta' l-istess tip fl-istess perjodu f'guest houses?", "X'kienu r-riżultati li nkisbu f'dawn l- inspections?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Spezzjonijiet, kemm ta' rutina kif ukoll ta' sorpriża, f'lukandi, guest houses, holiday flats u stabbilimenti li jservu l-ikel, isiru minn uffiċjali ta' l-HCEB kulljum.", "Xi daqqiet isiru spezzjonijiet f'settur partikolari (per eżempju f'lukandi), daqqiet f'xi lokalitajiet speċifiċi (per eżempju f'Buġibba) u daqqiet oħra dwar servizzi partikolari (per eżempju dwar igene).", "Billi dawn isiru kulljum, ma tinżammx statistika bl-eżatt, ta' kemm u meta saru.", "L-iskop ta' dawn l-ispezzjonijiet, barra dawk li speċifikament huma biex jiġu nvestigati lmenti, huwa biex isir monitoring ta' l-istandards ta' stabbilimenti turistiċi.", "Meta jinstabu defiċjenzi dawn jiġu ndikati lil operatur mill-uffiċjali, iżda wkoll tintbagħat ittra lil operatur fejn jingħata żmien raġonevoli biex jirranġa.", "Wara ssir spezzjoni oħra biex jiġi kkonfermat li d-defiċjenzi ndikati ġew attwalment irranġati.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - VJAĠĠI", "12135.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien in-numru ta' vjaġġi li saru mill-vapuri tal-Gozo Channel bejn Malta u Għawdex matul Jannar 1998?", "Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex u lura fl-istess perjodu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li n-numru ta' vjaġġi li saru mill-vapuri Gozo Channel Co. Ltd. bejn Malta u Għawdex matul ix-xahar ta' Jannar 1998 kien ta' 1360 u qasmu 139,973 passiġġieri fl-istess perjodu.", "SERVIZZ ĊIVILI - SPEZZJONIJIET FUQ IL-POSTIJIET TAX-XOGĦOL", "12148.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk il-persuni li jiffurmaw parti mill-Ispettorat li jagħmel spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol xi gradi għandhom wieħed wieħed?", "Xi grad kellhom kull wieħed minnhom f'Jannar 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-persuni li jiffurmaw parti mill-Ispettorat li qed jagħmel spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol żammew l-istess grad sostantiv li kellhom qabel inagħqdu ma' l-Ispettorat.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "12149.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11419 u r-risposta relattiva, fejn qal li \"l-kontijiet relatati mal-Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija ta' Jannar 1996 tħallsu lejn l-aħħar ta' l-1997\", jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-kontijiet li rrifera għalihom?", "Jista' jgħid liema kumpanniji/persuni tħallsu, għal liema xogħlijiet tħallsu u x'kien l-ammont li tħallsu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "12150.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħlu fl-Isptar San Luqa pazjenti li kienu qed isofru minn overdose minn Novembru 1996 sa llum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmata li minn tagħrif miġbur s'issa li jinsab fis-sistema tal-hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Novembru 1996 sa Ottubru 1997 fl-Isptar San Luqa iddaħlu 226 każ.", "Minnhom:", "192 każ ta' avvelenament minn sustanzi solidi jew likwidi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD - 9 code: E 9800 - E 9809)", "31 każ ta' avvelenament inċidentali, ikkawżati minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD - 9 code E 8500 - E 8589 )", "3 każijiet ta' attentat suwiċidju ikkawżati minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD - 9 code E 9500 - E9509)", "MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - KODIĊI TA' ETIKA", "12151.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Billi l-Prim Ministru f'Diċembru 1996 f'risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 267 kien qal li qed jitfasslu kriterji rigorużi ta' etika għall- Ministri u s-Segretarji Parlamentari, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tfasslux?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġihom ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra f'każ li dawn tfasslu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li tajt għall- Mistoqsijiet parlamentari numri 230 u 267.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - STO'S/TO'S", "12152.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal STO's u TO's fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet preżentement?", "Meta hu maħsub li jimtlew dawn il-vakanzi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PTA - ĦADDIEMA TAL-GROUP 4 SECURITAS", "12153.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħaddiema li jaħdmu mal-Group 4 Securitas humiex se jiġu utilizzati mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex jagħmlu l-istess xogħol ta' bus inspectors jew enforcement officers?", "Jista' jgħid, f'każ li r-risposta hija fl-affermattiv, jekk ingħatax xi kuntratt lil dan is-Security Corp (Group 4 Securitas), fil-każ meta ngħata dan il-kuntratt u jekk kienx hemm sejħa pubblika?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL- TWAQQIF TA' TQASSIM TAL-ĦALIB", "W1,258.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li f'din l-iskola twaqqaf it-tqassim tal-ħalib minħabba li s-surmast jgħid li m'għandux flus biżżejjed?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Onor.", "Interpellant jgħid għal liema skola qiegħed jirreferi?"]} {"filename": "19970702_083d_par.doc", "date": "1997-07-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 83 L-Erbgħa, 2 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 83", "L-Erbgħa, 2 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.17 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "83", "L-Erbgħa, 2 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 133", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 133", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 137", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI 138", "AĠĠORNAMENT 163", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 167", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 179", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 82 li saret fl-1 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KONSULENZA - HEMMA ANNONSYBR", "5912.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- għoti ta' konsulenza lill-kumpannija Svediża HEMMA Annonsybr - AB, peress illi l-kuntratt hu għal madwar Lm33,000, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inħariġx tender; jekk le għaliex dan ma jmurx kontra r-regolamenti finanzjarji; jekk intalbux kwotazzjonijiet minn kumpanniji oħra u, jekk iva, mingħand min u kemm kienu; u jekk il-Prim Ministru jaqbilx li x-xogħol seta' sar minn kumpanniji u/jew nies Maltin?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Kif diġa' għidt waqt is-sensila ta' mistoqsijiet supplimentari li saru għall-mistoqsija parlamentari numru 5084 fl-14 ta' Mejju, 1997 dan ix-xogħol ingħata fuq bażi ta' kwotazzjonijiet li tressqu; waħda mingħand HEMMA Annonsybr - AB u l-oħra mingħand ditta Ġermaniża EPPA Deutschland GMBH.", "Dan seta' jsir skond il-proviso tar-regolament 11(b) tar-Regolamenti ta' l-1996 dwar Akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku.", "Filwaqt li m'għandix dubju mill-kapaċitajiet ta' kumpaniji jew ta' nies Maltin f'dan il-qasam, l-istess bħalma kien ġara fil-Crans Montana Forum, f'dan il-każ inħasset il-ħtieġa ta' kumpanija li għandha dimensjonijiet internazzjonali.", "Li ġara huwa li l-Gvern iddeċieda li kien xieraq li fl-okkażjoni tal-Euro-Med Conference ikun hemm kampanja pubbliċitarja fil-media Ewropea biex jiġi pproġettat l- image ta Malta.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Chris Cardona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Madam Speaker, jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk l-amministrazzjoni preċedenti kellhiex jew daħlitx f'kuntratti ta' konsulenzi ta' madwar Lm30,000 mingħajr tender u jekk għadx hemm konsegwenzi li għadhom jinħassu sal-lum?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, m'għandix id-dettalji jew l- informazzjoni at my finger tips imma minn informazzjoni li kont rajt għandi l-impressjoni li iva, kien hemm ċerti kuntratti ta' dan it-tip.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL GĦAWDEX - PRO", "5913.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix inkompatibilita' bejn ix-xogħol li tagħmel il- PRO tas-Segretarju Parlamentari għal Għawdex u x-xogħol li l-istess persuna tagħmel bħala reporter tal-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 5845.", "PULIZIJA - PERMESSI", "5914.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward il-ħruġ ta' permessi għal fixed hawkers u jekk barra l-permess tal-Pulizija jinħteġux permessi oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3938, ninsab informat li l- proċedura biex wieħed japplika għal liċenzja ta' fixed hawker hija kif ġej: -", "L-ewwelnett trid issir applikazzjoni lill-Planning Authority u lill- Kummissarju ta' l-Artijiet fejn irid jintalab permess biex tintuża art pubblika.", "Wara li dawn iż-żewġ awtoritajiet jagħtu l-approvazzjoni tagħhom issir applikazzjoni għand il-Pulizija, Uffiċċju tal-Liċenzji, Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Floriana.", "L-applikazzjoni tiġi riferuta mill- Pulizija lid-dipartimenti tal-gvern ikkonċernati.", "Meta t-talba għal permess ta' fixed hawkers tiġi approvata mid-dipartimenti kkonċernati kollha tinħareġ il-liċenzja mill-Kummissarju tal-Pulizija.", "Jekk l-approvazzjoni ta' l-applikazzjoni tkun suġġetta għal xi kondizzjonijiet minn xi dipartimenti, dawn il-kondizzjonijiet jiġu nklużi fil-liċenzja maħruġa mill-Pulizija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, qed nifhem sew li Prim Ministru qed jgħid li l-policies dwar fixed hawkers ma nbidlux mill-elezzjoni 'l hawn?", "Qed ngħid hekk għaliex kien hemm policy li tgħid li jistgħu jinħarġu permessi għal fixed hawkers biss fejn hemm approvazzjoni tal-Planning Authority fuq sites diġa' approvati mill-istess Planning Authority u li l- Kummissarju ta' l-Artijiet joħroġ il-permess biss abbażi ta' tender.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, l-informazzjoni li għandi jien hija li l-policy ma nbidlitx minn dak iż-żmien.", "TELEMALTA - AVUKATI", "5915.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru jgħid kemm qed jitħallsu Dr Paul Lia u Dr Edgar Mizzi bħala avukati tat-Telemalta?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li diġa' tajt għall-mistoqsija parlamentari 5377 fis-Seduta Nru. 76.", "PTA - AVUKAT/TABIB", "5916.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukat u t-tabib li ġew maħtura bħala konsulenti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, kemm qed jitħallsu u jekk twaqqfux is-servizzi ta' xi avukat jew tabib mill-istess awtorita'?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jiena nformat li l-avukat u t-tabib li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tagħmel użu mis-servizz tagħhom huma l-Avukat Joe Azzopardi u t-Tabib Patrick Frendo li, peress li l-awtorita' għandha magħha ħaddiema Għawdxin, qabbad bħala rappreżentant tiegħu f'Għawdex lit-Tabib Teddie G. Farrugia.", "Dr. Azzopardi nħatar minflok Dr. Noval Desira, filwaqt li Dr. Frendo nħatar minflok l-aġenzija Health Maintenance Organisation.", "(HMO)", "Dr. Azzopardi qed jitħallas rimunerazzjoni ta' Lm3,000.", "It-Tabib Frendo u t-Tabib Farrugia qed jirċievu Lm3 għal kull żjara.", "VALLETTA - TRIQ ZEKKA - FOND NRU.", "35", "6121.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għas-sejħa għal offerti għal kiri tal-fond 35, Triq Zekka, il-Belt, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li dan il- fond ġie illegalment okkupat minn persuna qabel ma nħarġet din is-sejħa u din l-istess persuna minn fuq ingħatat right of first preference fuq l- offerti?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min hi l-persuna li kellha l- pussess tal-fond b'mod illegali u għaliex ma tteħdux passi bil-pulizija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-proċedura adottata għall-kiri tal-ħanut imsemmi mill- Onor. Interpellant hi proċedura li ilha tiġi wżata sa mill-1955.", "F'dan il- każ lanqas kien hemm bżonn li jingħata r-right of first refusal billi kien hemm offerta waħda u din minn dik il-persuna li għamlet il-ftehim ta' l- avvjament ma' l-inkwilin ta' qabel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, la din it-tweġiba qed tikkonferma li hemm bżonn sejħa għal offerti biex tiġi mikrija proprjeta' tal-gvern, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif proprjeta' fil-Mellieħa ħdejn l- Għadira ngħatat mingħajr talba għal offerti u għaliex id-Dipartiment ta' l- Artijiet għolla l-prezz overnight minn Lm70 għal Lm2,160?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, wieħed irid jivverifika dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant u jekk inħarġitx tender jew le u għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel mistoqsija bil-miktub jew inkella jgħaddi l-informazzjoni lill-ministru konċernat ħalli jkun jista' jinvestiga u mbagħad tkun tista' tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.", "VETTURI PRIVATI", "6399.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi privati bil-mutur liċenzjati llum?", "Kemm minn dawn huma kummerċjali?", "Kemm hawn vetturi li m'għandhomx il-liċenzja tal-vettura mħallsa kif suppost?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi liċenzjati sad-9 ta' Ġunju, 1997 huwa kif ġej:-", "Vetturi Privati 151,778 Vetturi Kummerċjali 36,501", "In-numru ta' vetturi li m'għandhomx il-liċenzja mħallsa kif suppost għall- istess perijodu huwa:-", "Vetturi Privati 10,378 Vetturi Kummerċjali 3,707", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, f'laqgħa tal-PAC li saret ftit ta' żmien ilu, ir-rappreżentant tal-Kummissarju tal-Pulizija kkonferma li sakemm karozza ma tintużax il-ħlas tal-liċenzja tal-vettura m'huwiex dovut.", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-vetturi kollha li m'għandhomx liċenzja mħallsa qegħdin iggaraxxjati u m'humiex qed jintużaw?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nista' ngħid li għadna qed nagħmlu l-investigazzjonijiet tagħna dwar kif hemm dan in-numru kbir ta' vetturi li suppost huma reġistrati u fil-fatt m'humiex, u billi issa qed jinbidlu l-pjanċi qed insibu ħafna vetturi li suppost kienu lliċenzjati u fil-fatt qatt ma ħallsu liċenzja.", "Lil dawn aħna qed nibagħtu għalihom sabiex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom u fejn sibna li kien hemm abbuż il-Gvern qed jieħu passi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, xi żmien ilu l-Ministru kien qal li hawn madwar 40,000 vettura li m'humiex liċenzjati.", "Mill- investigazzjonijiet li qed isiru jirriżulta li din il-figura hija korretta?", "Jekk iva, x'passi qed jittieħdu?", "Madam Speaker, ħaġa oħra li rrid ngħid hija li f'laqgħa li saret mar-Rent- a-Car Association, il-Ministru kien qal li hawn numru sostanzjali ta' karozzi tal-kiri li m'humiex liċenzjati.", "X'inhu jirriżulta f'dan ir- rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Fil-fatt il-figura li semma l-Onor.", "Galea hija korretta u aħna qed nieħdu l-passi meħtieġa sabiex nipprovaw insolvu din il- problema.", "Ta' min jgħid li sibna każi fejn is-sid kien qed juża l-istess pjanċa fuq iktar minn karozza waħda.", "Fil-fatt sibna anke każi fejn ċerti sidien neħħew il-liċenzja bl-iskuża li m'għadhomx jagħmlu użu mill-karozza, meta fil-fatt jirriżulta li dawn għadhom qed jużawha.", "Ħafna minn dawn l- abbużi qed naqtgħuhom permezz tad-Dipartiment tal-Liċenzji u tal-Pulizija u nassigura lill-Onor.", "Interpellant li kif jitlesta dan l-eżerċizzju jien niġi hawnhekk u ngħid x'kienu r-riżultati.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, m'ilux kienet saret liġi li permezz tagħha liċenzja tista' ma tiġix imġedda jekk ikun hemm xi multi li jkunu għadhom pendenti.", "Jien jidhirli li din il-liġi għadha ma ġietx in vigore, probabbli minħabba n-nuqqas ta' kordinazzjoni bejn il-Pulizija u d- Dipartiment tal-Liċenzji, u għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hemmx il-ħsieb li tibda ssir din il-kordinazzjoni ħalli l-liċenzji jibdew jiġġeddu biss jekk kemm-il darba wieħed ikun ħallas il-multi lill-gvern.", "Madam Speaker, xtaqt nistaqsi wkoll lill-Ministru dwar dak li kien qal ftit taż-żmien ilu rigward il-fatt li wasal iż-żmien li jidħol it-test ta' l-MOT.", "Jista' l-Ministru jgħidilna għal liema tip ta' vetturi se jiġi applikat dan it-test u jekk dan huwiex se jsir mill-Maltin jew mill- barranin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, fil-fatt il-liġi li semma l-Onor.", "Interpellant vera teżisti pero' bħalissa għadhom qed isiru l- konsultazzjonijiet bejn id-Dipartiment tal-Liċenzji u l-Pulizija ħalli din finalment tkun tista' tiġi applikata.", "Rigward it-test ta' l-MOT nixtieq ngħid li diġa' għandna d-draft tal-liġi lest u m'aħniex beħsiebna nagħmlu monopolju fuq min jagħmel dan it-test billi ngħidu li dan jistgħu jagħmluh il-Maltin biss jew il-barranin biss.", "Dan se jkun jista' jagħmlu kull min hu kapaċi u għandu r-rekwiżiti kollha pero' wara li jsiru t-taħdidiet kemm mal-Pulizija kif ukoll ...", "(Interruzzjonjiet) Dan it-test se jsir fuq il-vetturi kollha għaliex aħna m'aħniex se nirraġunaw bil-mod li l-vetturi ġodda huma tajbin u l-vetturi l- qodma huma ħżiena.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, il-Ministru semma bosta drabi li se jagħmel liġi ġdida li tkun tikkonċerna l-assigurazzjoni.", "Jista' jekk jogħġbu jgħidilna jekk dan l-abbozz ta' liġi huwiex se jitressaq quddiem dan il-Parlament fi żmien qasir?", "Jien niftakar li l-Ministru kien talab l- għajnuna taż-żewġ naħat sabiex titressaq din il-liġi u għalhekk naħseb li jaf għal liema liġi qed nirriferi.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, għalkemm kont jien li semmejt din il-liġi rrid ngħid li m'iniex responsabbli minnha jien.", "Fil-fatt għaddejjin diversi konsultazzjonijiet mal-ministru konċernat fuq din il- liġi u ż-żewġ naħat tal-Kamra se jkollhom ċans jitkellmu fuqha għaliex din m'hijiex se tkun xi liġi ta' naħa jew oħra imma se tkun liġi tal-poplu Malti kollu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien jidhirli li bejn wieħed u ieħor s'issa ġew mibdula n-number plates ta' 40% tal-vetturi.", "Jista' l-Ministru jgħidilna kemm minn dawn instabu li kellhom diffikultajiet minħabba li l- liċenzja ma kenitx imħallsa jew minħabba xi raġuni oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jien ma nistax nirrispondi għal din il-mistoqsija off hand, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub nassigurah li nkun nista' nagħtih risposta f'seduta oħra.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' armi tan-nar reġistrati mal-Pulizija, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6537.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar safar minn uffiċjali fil-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali minn Novembru 1996 sa Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6626.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI", "Ikompli mill-1 ta' Lulju, 1997.", "MADAM SPEAKER: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Ministru sabiex jekk jogħġbu jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, din hija t-tmien seduta li fiha qed niddiskutu l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni u fil-fatt f'din id-diskussjoni tkellmu kwart tad-deputati ta' din il-Kamra, jiġifieri madwar 17-il deputat.", "GĦalhekk jien nixtieq nieħu din l-opportunita' sabiex nirringrazzja lil dawn il-kollegi kollha ta' l-interess li wrew f'din il-mozzjoni u anke tal-kontribut li taw għaliex kollha għamlu punti validi li jimmeritaw riflessjoni serja.", "Fil-fatt jien nittama li fost l- affarijiet li tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni fl-ewwel laqgħa tagħha tikkonsidra u tirrifletti dwar il-punti differenti mqajma mid- deputati ta' din il-Kamra waqt id-diskussjoni dwar din il-mozzjoni.", "Madam Speaker, jekk ikolli niġbor fil-qosor il-kummenti li saru nsib li fost l-oħrajn saret kritika dwar il-kompożizzjoni ta' din il-kummissjoni nnifisha billi ngħad li setgħet saret konsultazzjoni qabel ma ġiet komposta u li setgħet ġiet komposta b'mod differenti.", "Ta' min jgħid ukoll li min- naħa ta' l-Oppożizzjoni kien hemm min qal li t-tfassil ta' din il- kummissjoni huwa pass tajjeb u pożittiv filwaqt li kien hemm oħrajn li qalu li m'hemmx il-ħtieġa ta' kummissjoni bħal din għaliex din se tkun dupplikazzjoni ta' strutturi oħra diġa' eżistenti.", "Hawnhekk ta' min wieħed jirrifletti ftit fuq l-aħħar punt li semmejt għaliex jekk se nagħmlu struttura li diġa' hemm bħalha u se tagħmel l-istess xogħol ta' strutturi oħra nkunu qed naħlu l-ħin tan-nies involuti u anke ta' dan il-Parlament.", "GĦalhekk din hija xi ħaġa li ta' min jiddiskutiha ħalli naraw hux il-każ jew le.", "Kien hemm ukoll il-kritika li fuq din il-kummissjoni messu kien hemm membri differenti minn oqsma differenti.", "Jiena naħseb li kieku kellna nilqgħu x-xewqa tad-deputati differenti li xtaqu nies minn oqsma differenti fuq din il-kummissjoni, naħseb li konna nagħmlu kummissjoni li taqbeż il-mitt membru!", "Fil-fatt jien u nisma' lill-kollegi jitkellmu fuq x'jistennew minn din il-kummissjoni ftakart fl-istorja Indjana ta' l- iljunfant meta sitt persuni mingħajr dawl messewh f'partijiet differenti u min messlu denbu qal li kien serp, min messlu saqajh qal li kienet siġra, min messlu żaqqu qal li kien ħajt u min messlu widnejh qal li kienet palma.", "Kif wieħed jistenna, meta tkun qed tiddiskuti xi ħaġa li tixtieqha sservi għal xi ħaġa kulħadd ikun irid ipoġġi fiha dak li jixtieqha tagħmel.", "Huwa impossibbli li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tagħmel dak kollu li ġie espress hawn ġew.", "Irridu naraw x'inhuma t-terms of reference ta' din il-kumissjoni ħalli naraw jekk hijiex f'pożizzjoni li tissodisfa dawk il-bżonnijiet kollha.", "Tant hemm bżonnijiet differenti fil-qasam ta' l- edukazzjoni li waħda mill-affarijiet li l-kummissjoni se jkollha tagħmel - anke jekk se timxi fuq l-eżempji ta' kummissjonijiet simili f'pajjiżi oħra - hija li tagħmel prijoritajiet fuq xiex għandha l-iktar taħdem bil-mezzi li se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha.", "Kien hemm min semma anke l-bżonn li Għawdex ikollu iktar leħen fil- kummissjoni - hawnhekk irrid ngħid li diġa' hemm persuna minn Għawdex fuq din il-kummissjoni - u kien hemm ix-xewqa li din il-persuna ma twassalx biss il-leħen tagħha imma sservi anke biex iġġib 'il quddiem l- aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet ta' l-edukazzjoni f'Għawdex.", "Kif diġa' għidt qabel, kien hawn min wera x-xewqa li fuq din il-kummissjoni messu kien hemm nies mill-qasam sportiv, mill-qasam xjentifiku, mill-qasam kulturali u mill-qasam teknoloġiku.", "Il-bieraħ kien hemm min semma wkoll li messu kien hemm rappreżentant mill-qasam tas-saħħa u ssemmiet ukoll li forsi messu kien hemm aktar nies mill-qasam tal-kummerċ u mill-qasam tan- negozju.", "Kieku kellhom jiġu sodisfatti dawn ix-xewqat kollha konna nispiċċaw b'kummissjoni li lanqas tkun tista' taħdem għax tant tkun kbira li lanqas tkun manageable.", "L-istruttura ta' din il-kummissjoni proprju taħseb għal dawn il-bżonnijiet għax il-qasam ta' l-edukazzjoni tant huwa importanti li ma jagħmel ebda sens li l-edukazzjoni titmexxa f'iżolament minn xi qasam ieħor tal-ħajja.", "Għalhekk huwa importanti li min għandu x'jaqsam mat-tfassil ta' pjanijiet strateġiċi għall-edukazzjoni u ma' l- amministrazzjoni ordinarja ta' l-edukazzjoni irid ikollu attitudni li sfortunatament ftit għadha teżisti, ta' integrated resource management, jiġifieri li aħna nġibu flimkien riżorsi li jeżistu f'oqsma differenti u li tradizzjonalment ma tantx jaħdmu flimkien.", "Per eżempju, il-bieraħ ħadt gost nisma' lil min jitkellem dwar l- importanza li għandu l-qasam tas-saħħa għall-edukazzjoni u jien ngħid li m'hemmx dubju li dawn iż-żewġ oqsma jridu jaħdmu aktar flimkien.", "Normalment, peress li huma żewġ oqsma li jaqgħu taħt ministeri differenti, it-tradizzjoni hi - mhux biss f'Malta imma anke f'pajjiżi oħra inklużi l- pajjiżi tal-Kunsill ta' l-Ewropa - li ma tantx ikun hemm konferenzi bejn dawn iż-żewġ ministeri.", "Ħarġu dokumenti fuq is-saħħa tat-tfal u kif għandu jkun hemm integrazzjoni bejn il-qasam tas-saħħa u l-qasam ta' l- edukazzjoni, pero' xorta waħda nsibu li fil-Kunsill ta' l-Ewropa qatt ma kien hemm xi konferenza flimkien bejn il-ministri tas-saħħa u l-ministri ta' l-edukazzjoni sabiex tiġi diskussa din il-problema.", "Li jiġri hu li l- konferenzi dwar il-qasam tas-saħħa isiru għalihom, joħorġu dokumenti fuq kemm huwa importanti li jaħdmu flimkien imbagħad lanqas biss jaħdmu flimkien.", "Kif diġa' għidt huwa tradizzjonalment diffiċli, anke f'pajjiż żgħir bħal tagħna, biex tiġbor nies - u min għandu esperjenza ministerjali jista' jgħallimni f'din il-ħaġa - minn territorji differenti u tpoġġihom madwar mejda sabiex jaħdmu flimkien, mhux biex jitkellmu flimkien jew biex jgħidu x'għandu jsir, imma biex wara li jippjanaw flimkien u jirriflettu ftit fuq x'għandu jsir jaslu sabiex jaħdmu flimkien.", "M'hemmx dubju li waħda mill-affarijiet li din il-kummissjoni se jkollha tagħmel - u żgur li se tagħmel - hi li fost ix-xogħol tagħha tara kif tliet oqsma importanti ħafna, jiġifieri l-qasam ta' l-edukazzjoni, il-qasam tas-saħħa u l-qasam tas-servizzi soċjali jaħdmu flimkien għall-ġid ta' l-edukazzjoni f'pajjiiżna.", "Hemm bżonn li dawn it-tliet oqsma jappoġġaw lil xulxin, imma huwa impossibbli li tistenna l-preżenza ta' dawn it-tliet oqsma fil- kummissjoni nnifisha.", "Kif diġa' għidt l-istruttura ta' din il-kummissjoni taħseb għal din it- tip ta' ħidma koordinata flimkien ma' oqsma oħra.", "Fil-fatt fit-tieni għan ta' din il-Kummisjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni hemm maħsub kif din il- kummissjoni li hija magħmula mis-16-il membru li qed nipproponu hawnhekk - u membru ieħor jekk l-Oppożżizzjoni jogħġobha tressaq lil xi persuna biex tħossha li qed tirrappreżenta l-opinjonijiet tagħha f'din il-kumissjoni - taħdem permezz ta' sotto-kumitati, jiġifieri jitwaqqfu working groups minn din il-kummissjoni fejn fihom ikun hemm preżenti nies minn setturi oħra.", "M'hemmx dubju li dawk is-setturi kollha li ssemmew hawn ġew għandu jkollhom post f'dawn il-working groups.", "Niftakru li din il-kummissjoni se sservi biex iċċaqlaq l-affarijiet għax ix-xogħol se jkunu qed jagħmluh gruppi oħrajn b'inizjattiva tagħha.", "Fil-fatt fit-tieni għan ta' din il- kummissjoni qed jissemma li flimkien ma' edukaturi, riċerkaturi soċjali, amministraturi, ġenituri, studenti u ażjendi kummerċjali u industrijali tiddentifika l-ħteġijiet ta' Malta - u GĦawdex, jekk nilqgħu l-proposta ta' l-Onor.", "Anton Tabone - f'kull qasam ta' l-edukazzjoni u taħriġ fl- isfond ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f'Malta u f'GĦawdex.", "Jiġifieri b'dawn l-għanijiet, il-kummissjoni minnha nnifisha diġa' qed taħseb biex ikollha sensila ta' gruppi li jkunu qed jaħdmu biex iġibu flimkien nies minn oqsma differenti ħalli jiddiskutu u jfasslu proposti u pjan ta' azzjoni dwar oqsma differenti.", "Kif diġa' għidt, kummissjonijiet oħra barra minn Malta ħadmu wkoll fuq dan il-mudell, jiġifieri li jkollok nies li huma fil-qalba ta' l-edukazzjoni li qegħdin fil-kummissjoni nnifisha imbagħad huma jiġġeneraw attivita' permezz ta' sotto-kumitati oħrajn sabiex iġibu flimkien nies minn oqsma differenti u li jkollhom opinjonijiet differenti dwar x'għandu jsir fil-qasam edukattiv.", "Jien naħseb li jekk din il-kummissjoni taħdem kif għandha taħdem ħadd m'għandu jitħalla barra mix- xogħol tagħha, pero' żgur li ma kenitx tkun ħaġa effiċjenti kieku dawn ir- rappreżentanti kollha kellhom ikunu preżenti fil-kummissjoni nnifisha.", "Madam Speaker, issemma ħafna l-Kunsill għall-Edukazzjoni, u hawn ngħid għaliex qed titwaqqaf din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni meta hemm strutturi oħra li suppost qed jagħmlu dak ix-xogħol.", "Nies li jafu kif ħadem jew kif suppost kellu jaħdem dak il-kunsill, għaliex dak il- kunsill ftit li xejn ħadem, jgħidu - u dawn m'humiex nies ta' xi opinjoni partiġjana favorevoli għall-partit fil-gvern - li waħda mill-affarijiet li kkontribwiet għall-falliment tiegħu - u tkellimt anke mal-predeċessuri tiegħi f'dan il-qasam li raw li l-istruttura ma kenitx effiċjenti minkejja l-intenzjonijiet tajba - kien proprju d-daqs tiegħu għaliex fih kellu xi 40 membru.", "Din qed insemmiha mhux biex inċekken ix-xogħol li sar mill- amministrazzjoni ta' qabel.", "Jiena fid-diskors tiegħi għamiltha ċara - u nagħmilha ċara kull meta nitkellem - li ma niddejjaqx niċċelebra s-suċċess fl-edukazzjoni, kemm jekk dak is-suċċess ikun ġie b'inizjattiva ta' l- amministrazzjoni preċedenti kif ukoll jekk ikun ġej b'inizjattiva ta' l- amministrazzjoni preżenti.", "Fl-edukazzjoni m'għandniex inkunu xħaħ ma' min ikun ikkontribwixxa biex isir żvilupp f'dan il-qasam.", "L-edukazzjoni tant hija importanti u tant il-futur jiddependi minnha li nkunu tassew naraw fil-qasir u b'moħħ ċkejken jekk inkunu partiġjani u noqogħdu nżebilħu xi ħaġa għax saret min-naħa l-oħra jew nigglorifikaw xi ħaġa għax saret minn din in-naħa.", "L-edukazzjoni - u jien ngħid kull qasam tal-ħajja nazzjonali - m'għandhiex tippermetti dik it-tip ta' mentalita' miskina.", "GĦalhekk meta qed nikkritika l-Kunsill għall-Edukazzjoni li twaqqaf fl-1988 bl-Att dwar l-Edukazzjoni, m'iniex qed nagħmel hekk bi spirtu partiġjan jew biex sempliċiment nikkritika u nċekken xi ħaġa tan-naħa l-oħra.", "Nerġa' ngħid, li min jaf kif ħadem jew kif suppost ħadem dak il-kunsill, anke min kien strumentali fit-twaqqif tiegħu, jirrikonoxxi li hemm bżonn ta' ċerti bidliet u nażżarda ngħid li kieku reġa' tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, fost il-bidliet li kien jagħmel għall-Att dwar l-Edukazzjoni - naf li kien qed isir xogħol biex tinbidel dik il-liġi - naħseb li kien ikun hemm il-proposta sabiex jinbidel il-Kunsill għall-Edukazzjoni għaliex dan twaqqaf b'mod li kellu struttura goffa li ma ħadmitx.", "Ħalli issa nagħti daqqa t'għajn lejn ir-record ta' dan il-kunsill u naraw kif u għaliex ma ħadimx.", "Madam Speaker, kif diġa' għidt, dan il-kunsill kien kompost minn madwar 40 membru u jien niftakar li meta ġieli attendejt għal xi laqgħat tiegħu konna nkunu qisna f'xi klassi tradizzjonali tal-primarja fejn fuq naħa għandek l-istudenti kwieti u fuq naħa oħra għandek xi ħadd għaref ħafna - jew jaħseb li hu għaref ħafna! - li joqgħod jgħid x'għandu jsir.", "Jiġifieri dan la kien forum għal diskussjoni, la kien forum għal konsultazzjoni u żgur li ma kienx forum fejn kien qed jitfassal il-futur ta' l-edukazzjoni.", "Li kien jiġri hu li meta l-ministru ta' l-edukazzjoni kien jiġi biex iressaq xi ħaġa fil-Parlament, biex jirrispetta l-formalita' tal-liġi - mhux fis-sustanza jew fl-ispirtu imma fil-kelma - fl-aħħar minuta kien jiftakar li hemm il-Kunsill għall-Edukazzjoni.", "Jiġifieri dan il-kunsill kien sar kelb rieqed bla snien.", "Il-Ministru kien jiftakar u jordna li l- laqgħa ssir wara nofs inhar f'xi kamra sħuna fl-Universita', imbagħad taparsi kienu jqumu jitkellmu tlieta min-nies fuq dak li kien qed jipproponi l-Ministru u hu mbagħad kien jiġi biha hawnhekk.", "Dak kien teatrin u min hu serju jaf li kien teatrin u kieku ridna nkomplu sejrin bih stajna nkomplu.", "Meta f'Novembru li għadda l-membri li kien hemm fuq dan il- kunsill issottomettew ir-riżenja tagħhom, jiena mhux biss ma lqajtx ir- riżenja talli lanqas biss erġajt ikkostitwejt dak il-kunsill.", "Se nispjega ftit sabiex min qiegħed jismagħna jkun jista' jifhem għalxiex qed nirriferi.", "Artiklu 46 ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni jgħid li għandu jkun hemm Kunsill għall-Edukazzjoni li jkun kompost mir-rettur ta' l-Universita' li jkun il- president, imbagħad ikun hemm rappreżentant ta' kull skola li għandha kunsill skolastiku u membri li fil-fehma tal-ministru ta' l-edukazzjoni jirrappreżentaw lill-pubbliku in ġenerali u li fosthom ikun hemm membri li jirrappreżentaw lill-iskejjel tal-knisja u skejjel oħra li m'humiex tal- knisja.", "Dan kien għadda b'liġi fl-1988 u l-ewwel memo, jiġifieri l-ewwel pass li ttieħed biex jitwaqqaf, kien fis-sena ta' wara, eżattament fit-12 ta' April, 1989.", "Dakinhar kien tressaq memo lill-Kabinett fuq kif għandu jkun dan il-Kunsill għall-Edukazzjoni, pero' għaddiet sena oħra u baqa' ma sar xejn fuq dan il-kunsill.", "Sadanittant f'Marzu 1990 intbagħtu ittri lil individwi u korpi kostitwiti varji.", "Jiġifieri sa dak iż-żmien diġa' kienu għaddew sentejn u kien għadu ma sar xejn dwar il-Kunsill għall-Edukazzjoni.", "Fis-27 ta' Lulju, 1990 - sena wara li ntbagħat l-ewwel memo - il-ministru ta' dak iż-żmien bagħat it-tieni memo lill-Kabinett fuq dan il-kunsill, imbagħad reġa' għamel memo ieħor fis-16 ta' Ottubru 1990 u l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien aċċetta l-proposta kif imfassla u mressqa mill- ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż-żmien fit-2 ta' Novembru, 1990.", "L- ewwel laqgħa ta' dan il-Kunsill għall-Edukazzjoni saret fit-13 ta' Marzu, 1991 jiġifieri tliet snin wara li għaddiet il-liġi u sentejn wara li nkitbet l-ewwel memo lill-Kabinett fuq dan il-kunsill.", "Wara din l-ewwel laqgħa l-kunsill ġie aġġornat sine die u kien reġa' ltaqa' fit-19 ta' Jannar 1993, fis-27 ta' April 1993 u fl-10 ta' Ġunju 1994.", "Fl-1996 ma saru ebda laqgħat u fil-fatt, meta jien nitlob lill-uffiċjali sabiex jagħtuni informazzjoni fuq ix-xogħol ta' dan il-kunsill ikollhom biċċa xogħol kbira sabiex mill-file joħorġu ftit informazzjoni li hemm bżonn, qisu li hawn kellna kunsill fantażma.", "Alla ħares li din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni li qed inwaqqfu se taħdem bħall-Kunsill għall- Edukazzjoni għaliex jekk ikun hekk allura nkunu qed nidħku bin-nies u nkunu qed naħlu l-ħin ta' din il-Kamra.", "Jiġifieri żgur li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni m'hijiex se tkun qed tiddupplika x-xogħol tal- Kunsill għall-Edukazzjoni għaliex dan nerġa' ngħid, kien fantażma, kien struttura goffa li ma ħadmitx.", "Żgur li bit-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni m'aħniex niddupplikaw struttura li teżisti anzi qed inwaqqfu xi struttura għaliex il-Kunsill għall-Edukazzjoni mwaqqaf bil-liġi ta' l-1988 ma ħadimx.", "Madam Speaker, jien m'għandix dubju li dan kien sar b' intenzjonijiet tajba.", "Fil-fatt jien tkellimt ma' min ġietu f'rasu li jwaqqaf dan il- Kunsill għall-Edukazzjoni u nista' ngħid li naqbel ma' l-intenzjonijiet tajba tiegħu.", "Għalhekk jien qed ngħid dan id-diskors mhux biex numilja lil xi ħadd għax aħna nitgħallmu minn xulxin u mill-esperjenza ta' qabilna u għalhekk biss qed insemmiha.", "Nista' ngħid li xi ħadd - m'iniex se noqgħod insemmi ismu - li kellu x'jaqsam ħafna ma' dan il-Kunsill għall-Edukazzjoni qal f'nota li hawn hawnhekk li mhux biss ma sarux laqgħat fl-1996, talli fl- opinjoni tiegħu n-numru kbir ta' membri li jikkostitwixxi dan il-kunsill għamilha diffiċli li dan il-kunsill jiltaqa' regolarment għax huwa fatt li grupp iċken huwa aktar effettiv biex jiddiskuti u jissuġġerixxi bidliet li jistgħu jkunu neċessarji għas-sistema ta' l-edukazzjoni.", "Ma rridx insemmi ismijiet biex ma jkunx hawn min jgħid li qiegħed ninqeda b'xi ħadd pero' sinċerament ngħid li min ippreparali dan it-tagħrif fuq il-kunsill ġabu mill-informazzjoni li sab u ma sar bl-ebda spirtu partiġjan.", "Il-kunsill ftit li xejn ħadem u jien nawgura li l-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni taħdem ħafna aktar minn hekk.", "Kif diġa' għidt, skond l- informazzjoni li għandi, dan il-kunsill iltaqa' ħames darbiet u ħafna drabi ltaqa' biex sempliċement jittimbra deċiżjonijiet li jkunu diġa' ttieħdu u li sempliċement għall-formalita' tal-liġi - jew għaliex il-ministru jkun ftakar li l-liġi tobbligah li jagħmel hekk - kienu tressqu quddiemu.", "Jien deherli li m'għandniex inkomplu b'ritwal bla sens u li jekk se nwaqqfu xi ħaġa għandna nagħmluha b'mod li tkun effettiva u taħdem.", "Kif diġa' għidt jien għamilt dan il-punt għaliex waqt dan id-dibattitu qamet il-kritika li l-kummissjoni qiegħda sempliċement tiddupplika l-Kunsill għall-Edukazzjoni.", "Imbagħad saret ukoll il-kritika li jista' jkun li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni li qed inwaqqfu għandha xogħol li suppost qed tagħmlu d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Min jitkellem b'dan il-mod jagħmel hekk jew għaliex ma fehemx x'se jkunu l-għanjiet ta' din il-kummissjoni jew inkella għaliex m'huwiex informat sewwa fuq l-istruttura tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Ix-xogħol ta' din il-kummissjoni m'huwiex li tamministra xi qasam ta' l-edukazzjoni u lanqas se tieħu xi deċiżjonijiet dwar il-ħajja ta' kuljum fl-iskejjel.", "Kieku nagħmlu hekk inkunu qed inwaqqfu struttura li sempliċement tiddupplika d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni.", "Dan assolutament mhux il-każ.", "Fil-fatt wieħed mid-difetti li għandna bħala pajjiż u anke fil-qasam ta' l-edukazzjoni huwa li ftit nippjanaw b'mod strateġiku lejn il-futur.", "Din forsi hija waħda mill- problemi ta' pajjiż żgħir, ċioe' li nkunu mħabbtin bil-ħajja ta' kuljum biex namministraw dak li nagħmlu.", "Għad m'għandniex biżżejjed kultura ta' amministrazzjoni effiċjenti li tippjana, tikkonsulta, tieħu deċiżjonijiet u taħseb fil-futur.", "Ħafna drabi nagħmlu tip ta' management li l-Franċiżi jsejħulu bil-fire engine, li jaqbad x'imkien u nitilqu niġru biex nitfgħu l- ilma.", "Affarijiet bħal dawn żgur li mhux għaqli li jsiru llum li qegħdin fi tmiem is-seklu 20 u fil-bidu tas-seklu 21.", "Waħda mill-affarijiet li fetħuli għajnejja dwarha nies li ilhom fiċ-ċivil - u li m'għandix dubju li jixtiequ ġid lill-edukazzjoni u ġid lill-pajjiż, hi x'inhi l-fehma politika tagħhom - hija n-nuqqas ta' unit li jippjana fit-tul x'għandna bżonn fl- edukazzjoni.", "Dan hu l-għan ewlieni ta' din il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni u mhux li ġġorr ir-responsabbilta' u l-piż tat-tmexxija.", "Minkejja dan kollu rridu nagħmluha ċara u aħna umani u meta tkun fil-post fejn qed tmexxi - ma ngħidx meta tkun fis-seat tas-sewwieq, għax ma nafx insuq u allura aħjar ma nagħtix eżempju bis-sewqan! - ħafna drabi, mingħajr ma trid, anke jekk tkun żbaljat - dan ngħid bħala awtokritika - l-ewwel reazzjoni tiegħek tkun li tiddefendi dak li qed tagħmel, tajjeb jew ħażin.", "Fl-edukazzjoni din hija xi ħaġa perikoluża.", "Jien naħseb li għandu jkollna moħħ miftuħ u kritiku u naċċettaw l-opinjonijiet u l-kritika li tasal.", "Fl- edukazzjoni l-proċess huwa kontinwu, qatt ma naslu u qatt ma għandna nkunu sodisfatti b'dak li nagħmlu u għalhekk huwa importanti li jkun hemm struttura 'l barra mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li xogħolha jkun li tamministra kuljum x'qed jiġri fl-iskejjel biex tagħti ħarsa fit-tul u minn barra lejn dak li qed isir.", "Lil din il-kummissjoni aħna għabbejniha b'lista ta' affarijiet li jmessha tagħmel u li lanqas huma umanament impossibbli li tagħmilhom.", "Jien ngħid li hemm żewġ għanijiet ewlenin li qegħdin imfassla ċari f'din il-mozzjoni; l-ewwel wieħed huwa li tippjana fit-tul fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-tieni hu li tagħti ħarsa minn barra lejn dak li qed jiġri fl-edukazzjoni u tressaq rapporti anke biex jiġu diskussi fil-Parlament.", "Kif diġa' għidt, jien ħadt gost li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni ħadet seba' seduti fejn fihom il-livell tad-dibattitu kien wieħed ta' kwalita' tajba.", "Id diskussjoni kellha xejra differenti minn dik tal-budget, għax fil-budget nispiċċaw qisna żewġ timijiet tal-football nipprovaw niskurjaw kontra xulxin.", "L-aktar ħaġa importanti fl-edukazzjoni m'hijiex li niskurjaw kontra xulxin imma li niskurjaw favur l-edukazzjoni u favur it- tfal.", "Naħseb li f'dan id-dibattitu, għax ma kienx fil-loġika tal- konfrontazzjoni fejn sempliċement nigglorifikaw naħa jew inżebilħu naħa oħra, kellna diskussjoni matura li tagħti sinjali importanti lill-bqija tal- pajjiż.", "Jekk fl-edukazzjoni ma jkollniex sforz nazzjonali ma nirnexxux.", "Illum kull pajjiż jiddependi mill-edukazzjoni imma pajjiżna minħabba ċ- ċokon tiegħu jiddependi iktar minn pajjiżi oħra mill-edukazzjoni.", "Madam Speaker, ftit ilu kont qed naqra intervista li saret ma' Michael Manley, l-ex-Prim Ministru tal-Jamaica li miet ftit ilu u ħadt gost ħafna nsir naf li anke wara li għalaq il-60 sena dan baqa' jitgħallem.", "Manley kien wieħed minn dawk il-ġenerazzjoni ta' mexxejja soċjalisti li kienu jaħsbu li l-mod kif tiżviluppa l-pajjiż hu li jkun hemm intervent qawwi mill-gvern biex jimmaniġġja l-ekonomija u l-edukazzjoni; għax b'hekk pajjiż żgħir ikollu xi ftit piż u jagħmel xi ftit ħoss fid-dinja.", "Manley ken wieħed minn dawk li kien jeħodha ħafna kontra Ronald Reagan meta dan kien President ta' l-Amerka, pero' meta kien mistieden għall-konferenza ta' Cancun fil-Messiku - wara l-famuża Kummissjoni Brandt - sabiex jiddiskutu dwar kif il-pajjiżi avvanzati għandhom jgħinu lill-pajjiżi inqas żviluppati biex jiżviluppaw, Manley kien qal li, huma kemm huma tajbin l- intenzjonijiet ta' kummissjonijiet bħal dawk fejn jitolbu lis-sinjuri jgħinu lill-fqar, dawn huma intenzjonijiet piji li ftit li xejn iwasslu għar-riżultat mixtieq u qal li jkollu jammetti li Ronald Reagan kellu raġun li l-uniku mod kif pajjiż jibda jiżviluppa hu li jtella' lilu nnifsu u jirbaħ post fl-ekonomija dinjija billi jkollu nies edukati u mħarrġa, li kapaċi jagħmlu prodotti ta' kwalita' tajba, li kapaċi joffru servizzi ta' kwalita' tajba u li kapaċi jkunu ċittadini li jifhmu x'qed jiġri fil-bqija tad-dinja.", "B'hekk pajjiż żgħir jista' jiġi 'l quddiem bis-saħħa ta' l- intelliġenza u tal-ħila.", "Dan hu l-uniku mod kif pajjiżi żgħar bħal Jamaica - u naħseb anke bħal Malta - jistgħu jimxu 'l quddiem, speċjalment illum.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Nipproponi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Bartolo jkompli bid-diskors tiegħu.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker nirringrazzja lill-propononent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Kont qed ngħid li llum l-ekonomija qed issir iktar globali u biex inpoġġiha b'mod li wieħed jifhimni, nieħu bħala eżempju dawk il-bejjiegħa li jarmaw fuq il-monti ħdejn xulxin u allura n-nies tkun tista' tqabbel il- prezzijiet u l-kwalita' tal-prodott qabel ma tixtri.", "Per eżempju, wieħed jista' jara x'toffri t-Tunisija, x'toffri Malta, x'toffri l-Greċja, x'toffri l-Ungerija u x'joffru l-pajjiżi li qed jikkompetu flimkien.", "Ħadd m'hu se jixtri mingħandna għas-sabiħ wiċċna jew għaliex għandna xi ħaġa speċjali.", "Illum - u għada iktar mil-lum - l-ebda settur ta' l-ekonomija m'hu se jkollu fejn jistkenn, u din m'għandhiex x'taqsam mal-futur ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna marbutin bir-regolamenti u bil-ftehim ta' l- Organizzazzjoni Kummerċjali Dinjija u ħafna minn dawk ir-regolamenti japplikaw biex jiftħu l-ekonomija u lis-soċjeta' għall-bqija tad-dinja.", "Għalhekk l-edukazzjoni saret iktar importanti.", "Proprju l-ministru tax- xogħol Amerikan kien qed jgħid li f'ekonomija globali, l-unika ħaġa nazzjonali li baqa' hija s-sistema ta' l-edukazzjoni tal-pajjiż għax - l- unika ħaġa li baqa' huma n-nies li jgħixu f'dak it-territorju u l-uniku mod kif inkabbru u nsaħħu l-valur ta' dak il-pajjiż huwa permezz ta' edukazzjoni u taħriġ għall-istess nies.", "Nerġa' ngħid li jien ħadt gost ħafna bl-interess li ntwera fuq din il- mozzjoni dwar il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni għaliex dan il- qasam tant kruċjali u importanti jista' jimxi biss 'il quddiem bi sforz nazzjonali.", "Fil-fatt ir-raġuni għaliex l-iktar sistemi ta' l-edukazzjoni rnexxew f'pajjiżi bħall-Ġappun, Singapore, il-Korea t'Isfel, it-Taiwan, il- Ġermanja, l-Olanda u l-pajjiżi Skandinavi kienet minħabba l-isforz u l- appoġġ nazzjonali li ngħata dak il-qasam.", "L-edukazzjoni huwa qasam fejn trid toqgħod attent kif tbiddel; trid tbiddel b'mod mgħaġġel imma fl-istess ħin bil-mod u bil-ħsieb.", "Ma jridx ikollok xi pika stupida li tbiddel biex sempliċement tkun biddilt u għamilt xi ħaġa differenti mill-partit tan- naħa l-oħra imma trid tibni fuq it-tajjeb li jkun hemm.", "Għalhekk huwa importanti li f'pajjiżna lkoll kemm aħna - il-partiti politiċi, is-settur privat, is-settur kummerċjali, il-knisja, is-settur kulturali u s-settur xjentifiku - nifhmu li l-edukazzjoni rridu ngħinuha, nagħtuha s-saħħa u nappoġġawha mhux biss bil-kliem imma bil-fatti.", "Fejn ma naqblux, nikkritikaw għaliex dak huwa s-sabiħ ta' soċjeta' miftuħa u demokratika.", "Jiena nista' ngħid li ħafna drabi nitgħallem mill-kritika li ssir u mhux mit-tifħir għax it-tifħir jistaż jwassal biex idgħajjiflek l-impenn biex tkompli għax taħseb li tkun diġa' wasalt u allura aħjar il-kritika ħalli tkompli tistimulak biex ittejjeb l-affarijiet.", "Irridu nifhmu li hemm bżonn li nkomplu nbiddlu għaliex f'dinja li qed tinbidel, l-inqas ħaġa li taffordja li ma tinbidilx hija l-edukazzjoni.", "F'dan il-Parlament diġa' ssemma' li għandna aspetti tas-sistema edukattiva tagħna li jdumu biex jinbidlu u li huwa importanti li jinbidlu, pero' nerġa' ngħid, li huwa importanti li jinbidlu b'konsultazzjoni sħiħa għaliex jekk timponi l-bidla forsi tissodisfak fuq l-iskrivanija sakemm tkun iddeċidejtha, imma mbagħad forsi ma tkunx taf x'se jiġri fl-iskejjel u jekk hux se jkollok lill- edukaturi, lill-istudenti u lill-ġenituri jimxu miegħek.", "Aħjar nimxu flimkien kilometru milli naħsbu li b'deċiżjoni tlaqna niġru u mxejna 100 kilometru mentri fil-fatt inkunu għadna jumping on the spot.", "Għalhekk huwa importanti li dan l-isforz nazzjonali jkompli għaliex il-futur ta' pajjiżna jiddependi kompletament mill-futur u mill-preżent ta' l- edukazzjoni.", "Waħda mill-affarijiet li ħadt gost ħafna nisma' hawn ġew miż-żewġ naħat tal-Kamra hija l-bżonn ta' ħolm fl-edukazzjoni.", "Waqt li huwa importanti li nkunu b'saqajna fl-art u li l-edukazzjoni tkun qed tissodisfa l-bżonnijiet tagħna u li aħna naslu skond ir-riżorsi li għandna, hawn ġew issemma l- bżonn li jkollna aspirazzjonijiet għoljin għall-edukazzjoni, u importanti wkoll li noħolmu, li jkollna viżjoni ta' fejn irridu naslu.", "Huwa importanti li din il-viżjoni ma tkunx tal-gvern tal-ġurnata jew tal- ministru tal-ġurnata imma tkun viżjoni li b'xi mod jew ieħor nkunu fassalniha flimkien, ikollha l-kuluri differenti tal-fehmiet, tendenzi u rikkezzi differenti li għandna f'dan il-pajjiż.", "Jien m'għandix dubju li għandna ħafna rikkezza u ħafna talent li mhux dejjem nagħrfu nużawh tajjeb.", "Għalhekk huwa importanti li l-viżjoni tal-futur ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna nfassluha flimkien.", "Nista' ngħid li waħda mill-aktar affarijiet li għandi seba' mitt sena biex nibda naqra huma r-risposti ta' l- għalliema, għaliex madwar xahrejn ilu ktibt lil kull għalliem u għalliema f'Malta u Għawdex u tlabthom jgħiduli fil-fehma tagħhom x'jaħsbu li għandhom ikunu l-ħames għanjiet ewlenin ta' l-edukazzjoni u x'taħsbu li għandna nagħmlu.", "Imbagħad tlabthom jgħiduli kif jaħsbu li għandna naslu biex inwettqu dawk l-għanjiet ewlenin u staqsejthom ukoll x'jaħsbu li jistgħu jagħmlu huma biex iwettqu dawn l-għanjiet.", "Jiena nieħu gost ngħid li ħafna minn dawn l-għalliema kitbuli personalment u qaluli x'jaħsbu li għandu jkun il-fattur ewlieni ta' l- edukazzjoni f'pajjiżna.", "Jiena naħseb li dan huwa l-mod kif għandna naħdmu li għalkemm forsi jista' jidher twil u hemm min jinterpretah bħala nuqqas ta' deċiżjoni jew direzzjoni min-naħa tiegħi, jiena ngħid li l- edukazzjoni m'hijiex proprjeta' privata tiegħi jew tal-gvern tal-ġurnata.", "Peress li mill-edukazzjoni jiddependi l-futur tal-pajjiż kollu kemm hu, wieħed m'għandux jieħu sehem biss meta jivvota fl-elezzjoni, darba kull ħames snin, għaliex jiena ngħid li d-differenzi taċ-ċittadini meta jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali bl-ebda mod ma għandhom x'jaqsmu, per eżempju, ma' kif jaħsbu dwar l-edukazzjoni.", "Jien inħossni grat ħafna lejn in-nies differenti li jaħdmu kemm fil-ministeru kif ukoll fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni miegħi, li huma ta' opinjoni politika differenti imma li għandna opinjoni waħda fejn jidħol il-ġid ta' l-edukazzjoni.", "Jiena kuntent ħafna li naħdmu b'dan il-mod u rrid nirringrazzja lil dawk l-għalliema kollha li wieġbu għall-ittra tiegħi u qaluli x'jaħsbu li għandhom ikunu l- għanijiet ta' l-edukazzjoni, kif għandna nwettqu dawn l-għanijiet u x'għandu jkun is-sehem ta' kull wieħed u waħda minna biex inwettqu dawn l- għanijiet.", "Jiena nittama li 'l quddiem inkunu nistgħu nippubblikaw x'kitbu l-għalliema.", "Qed insemmi dan għax fix-xhur li ili li dħalt għal din ir- responsabbilta' terribbli - ngħid dan mingħajr melodrama - li nieħu deċiżjonijiet dwar il-futur ta' eluf ta' tfal u żgħażagħ f'pajjiżna ...", "Jiena m'għandix dubju li f'dan il-qasam huwa faċli li wieħed jagħmel ħafna ħsara għaliex jieħu deċiżjoni li tista' tweġġa' l-futur ta' ħafna tfal u żgħażagħ u fl-istess ħin huwa diffiċli li tagħmel il-ġid għaliex il-ġid f'dan il-qasam trid ħafna xogħol u sforz għalih u fil-qasam ta' l- edukazzjoni l-isforz irid ikun kbir u l-ġid idum ma jasal.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Ir-riforma mħabbra fl-Isvezja biex l-edukazzjoni teknoloġika u teknika ssir parti sħiħa mill-edukazzjoni ġenerali - u mhux nispiċċaw qisha l- edukazzjoni teknika hija inferjuri għal dik akkademika u li dawn qishom kontra xulxin - bdiet fis-snin sittin u huwa llum, 30 sena wara, li qed jgħidu li jaħsbu li bdiet tagħti l-frott.", "Jiġifieri ara kemm inbidlu ministri - forsi ma tantx inbidlu gvernijiet fl-Isvezja imma ministri ta' l- edukazzjoni nbidlu mhux ħażin.", "Jiġifieri Allaħares inkejlu l-aġenda edukattiva tagħna u l-orizzont li fih nistennew ċerti riżultati b'xi kalendarju politiku jew elettorali.", "M'iniex qed ngħid dan biex insib l- iskużi jew biex infarfar jew inkella biex ma jitwettqux affarijiet - hemm affarijiet urġenti li jridu jsiru u hemm bżonn isiru u huwa tajjeb li niġi kkritikat jekk ma jsirux - ima biex ma naħsbux li r- riformi fl- edukazzjoni huma bħal meta qed issajjar xi hamburger ta' malajr jew qed tagħmel instant coffee għax jekk jiġri hekk fl-edukazzjoni ssir ħafna ħsara.", "Aħjar nagħmlu kif kienet tagħmel il-kafe' n-nanna tiegħi fuq spiritiera ta' bi tlieta, itektek minn filgħodu, milli naħsbu li hemm xi ħadd li għandu soluzzjoni maġika, jitfagħha fil-mug, jitfgħalha ftit misħun fuqha u r-riforma saret.", "Assolutament mhux il-każ.", "Jekk l-affarijiet isiru bil-mod u jsiru sewwa mbagħad ma jkunx hemm bżonn bidliet.", "Din hija waħda mill-affarijiet li importanti li nibnu fuqha.", "Jien m'għandix dubju, kif diġa' għidt, li hemm oqsma fejn għandi niġi kkritikat għal xi nuqqas tiegħi fix-xhur li għaddew, imma għallinqas żgur li ma nistax niġi kkritikat li m'iniex nisma' u m'iniex inkun qrib ta' l- edukaturi għax fil-fatt ħafna mill-ħin tiegħi ngħaddih niltaqa' ma' edukaturi minn oqsma differenti, inżur l-iskejjel u nisma' opinjonijiet differenti dwar x'inhi s-sitwazzjoni fl-edukazzjoni u dwar x'għandna nagħmlu.", "Jiena aktar nieħu gost indur l-iskejjel u niltaqa' ma' l- edukaturi u niddiskuti magħhom milli nqatta' ħin fl-uffiċċju.", "Sakemm nibqa' b'din ir-responsabbilta' kbira jiena beħsiebni nibqa' qrib ta' l- edukaturi, ta' l-istudenti u tal-ġenituri sabiex flimkien infasslu dak li għandu jsir fl-edukazzjoni.", "Għalhekk huwa importanti li l-konsultazzjoni tkun waħda sħiħa u kontinwa.", "Qed ngħid dan għaliex kien hawn xi kollegi parlamentari li kkritikawni għaliex ma saritx il-konferenza nazzjonali għall-edukazzjoni li ilha s-snin tiġi ppjanata mill-ministri predeċessuri tiegħi.", "Jiena m'għandi l-ebda allerġija għall-konferenzi, jiġifieri m'għandix problemi biex norganizzaw konferenzi nazzjonali ta' l-edukazzjoni u nġibu flimkien nies minn oqsma differenti u jgħidu x'jaħsbu li għandu jsir, pero' naħseb li diġa' qed issir konsultazzjoni kontinwa u frankament ħassejt li għalissa ma kienx hemm bżonn ta' din il-konferenza nazzjonali għall-edukazzjoni.", "Sadanittant qed isiru konferenzi nazzjonali għall- edukazzjoni - l-MUT organizzat waħda u qed isiru anke minn organizzazzjonijiet differenti - u m'hemm l-ebda raġuni għala l-ministeru jew il-ministru għandu jieħu din l-inizjattiva, almenu għalissa, biex jorganizza konferenza nazzjonali għall-edukazzjoni.", "Il-konsultazzjoni li wieħed iġarrab f'konferenza qed issir kuljum mingħajr id-daqq tat-trombi u jiena beħsiebni nkompli f'din it-triq.", "Fl-istess ħin nerġa' ngħid li huwa importanti li jkollna viżjoni ta' x'irridu mill-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Bla dubju ta' xejn irridu edukazzjoni li se tippreparalna n-nies tagħna mhux biss għal ekonomija miftuħa - l-edukazzjoni m'għandhiex tkun soġġetta għall-ekonomija; l-edukazzjoni trid tistimula l-ekonomija li għandha bżonn nies b'ideat ġodda kif jorganizzaw l-affarijiet - imma li tippreparahom wkoll għal soċjeta' miftuħa.", "Hemm pajjiżi oħra li - jiddispjaċini ngħid li din aħna għadna lanqas fhimniha f'pajjiżna - lill-adoloxxenti fi skola sekondarja, bniet u subien, diġa' qed jippreparawhom li fis-seklu l-ġdid se jkunu qegħdin jaħdmu f'ekonomija fejn x'aktarx li jkollhom ibiddlu l- impjiegi tagħhom xi seba', tmienja jew disa' darbiet.", "Għaliex huwa importanti li ż-żgħażagħ tagħna jifhmuh dan?", "Għaliex tradizzjonalment - wieħed ikollu jammettiha din - għad baqa' n-nostalġia għal post fiss u żgur fis-settur pubbliku.", "Jiena nsibha tal-biża' li minn eta' ta' 15 jew 16-il sena dak li tkun qed tara għall-futur tiegħek hu li ssib xi rokna fejn taħdem mal-gvern, imma min-naħa l-oħra m'għandniex nikkritikaw liż-żgħażagħ tagħna li jaħsbu hekk jekk fil-proċess edukattiv tagħna m'aħniex nippreparawhom biex ikunu kapaċi jgħumu bl-inizjattiva privata tagħhom.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li minn naħa waħda lill-istudenti tagħna nippreparawhom għal ekonomija miftuħa fejn ikunu ppreparati jbiddlu l- impjiegi għal aktar minn darba u fl-istess ħin nagħtuhom dik is-sengħa u kultura imprenditorjali li għandhom bżonn sabiex iwaqqfu n-negozju tagħhom u jkunu kapaċi jmexxuh.", "Din il-ħaġa hija nieqsa fl-edukazzjoni tagħna.", "Jien nieħu gost li anke l-Amministrazzjoni preċedenti ħadet inizjattivi bħal, per eżempju, l-inizjattiva ta' \"Scoops\" fl-iskejjel tagħna, fejn jattendu skejjel differenti, jgħallmuhom kif iwaqqfu koperativa u kif imexxu n-negozju.", "Naħseb li inizjattiva ta' dan it-tip għandha tissaħħaħ u speċjalment lil dawk iż-żgħażagħ li jkunu diġa' qed jiġu ppreparati f'xi skema ta' apprendistat biex isibu xi xogħol, importanti li mhux biss ngħallmuhom ix-xogħlijiet li se jagħmlu imma anke ngħallmuhom kif imexxu negozju, ir-relazzjonijiet mal-banek u kif jagħmlu l-marketing għall- prodott jew għas-servizz li joffru għax b'hekk imbagħad forsi - \"forsi\", għax dan proċess li jieħu ż-żmien - tonqos din il-kultura li akkost ta' kollox trid impjieg mal-Gvern.", "Meta qed nitkellmu fuq il-bżonn ta' ekonomija miftuħa u avvanzata b'input qawwi ta' teknoloġija fis-snin li ġejjin inkunu qed nirriferu għall bżonn li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jiġu edukati b'mod miftuħ u mifrux.", "U dwar dan infaħħar ukoll lill-amministrazzjoni ta' qabel għall-bidliet, per eżempju, li bdiet tintroduċi fl-iskejjel tas-snajja' fejn ma bqajniex nifformaw lit-tfal tagħna minn eta' żgħira għal xogħol wieħed, per eżempju, biex jaħdmu l-injam jew il-ħadid.", "Kultant għadni ndur dawn l-iskejjel u niltaqa' ma' min għad għandu nostalġia għaż-żmien ta' qabel il-bidla għaliex igħid li dak iż-żmien studenti ta' 12 jew 13-il sena kienu kapaċi jagħmlu banketta, mejda jew morsa.", "Imma jien mhux dak li rrid inkun naf imma x'tip ta' attivita' ekonomika se jkun hawn is-sena li ġejja jew daqs 10 snin oħra.", "Niskopri wkoll jekk dik it-tip ta' formazzjoni vokazzjonali kenitx se tkun biżżejjed għalihom.", "Jien ngħid li le.", "Għalhekk huwa importanti li meta nkunu qegħdin infasslu l-futur ta' l-edukazzjoni naħsbu fuq il-futur ta' l-ekonomija pero' naħsbu wkoll fuq il-futur tas-soċjeta' tagħna.", "Huwa importanti li aħna nippreparaw nies li kapaċi jkunu kreattivi, kapaċi jaħdmu u jgħixu ma' l-oħrajn u li kapaċi jkunu wkoll ċittadini kemm jista' jkun attivi, kapaċi, intelliġenti li lesti jieħdu sehem fil-ħajja ta' pajjiżhom.", "Is-sena d-dieħla d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani - ma ngħidx \"tal-bniedem\" għaliex ma rridx niġi akkużat li jien sessista, speċjalment meta qed nara lill-Onor.", "Helena Dalli fil-Kamra! - tagħlaq 50 sena u importanti li din id-dikjarazzjoni ssir parti mill-kultura personali ta' kull tifel u tifla fl-iskejjel tagħna.", "Huwa importanti li l-kultura tad- drittijiet umani ssir parti mhux biss mill-kultura personali tagħna u mill- kapaċita' tagħna li nieħdu gost bid-differenzi ta' bejnietna, ta' nies li għandha fehmiet u kulturi differenti, imma anke li nkunu kapaċi ngħixu flimkien u nkunu demokratiċi ma' xulxin.", "Jien ma nafx kemm il-membri parlamentari kollha qraw id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani u huma konxji ta' x'tgħid u allura nistgħu naħsbu l-bqija tal-pajjiż kemm jaf x'inhuma dawn id-drittijiet!", "Huwa importanti li nkunu nafu x'inhuma dawn id-drittijiet mhux biss biex inkunu nafuhom iżda biex inkunu kapaċi ngħixuhom.", "Jien nittama li s-sena d-dieħla nqassmu din id-dikjarazzjoni b'mod attraenti u b'mod li jinftiehem fost l-istudenti tagħna, bniet u subien, għaliex jien ngħid li l-kwestjoni tad-drittijiet umani għandha anke implikazzjonijiet għall-kontribut li għamlet is-Segretarja Parlamentari Dalli fuq l-avvanz u l-ugwaljanza tan-nisa.", "Ħafna drabi aħna ngħabbu lit- tfal b'informazzjoni li mhux bilfors ikollhom bżonnha.", "Per eżempju, l- istudji soċjali jitolbu minnhom li jkunu jafu tagħrif li ħafna drabi m'hemmx bżonnu, imbagħad affarijiet bażiċi ta' x'inhuma d-drittijiet umani u kif ngħixu flimkien f'sens ta' paċi u demokrazija mhux dejjem ngħallmuhomlhom.", "GĦalhekk jien nittama li s-sena d-dieħla li taħbat il-50 sena mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani nferrxu dawn il- valuri fl-iskejjel tagħna pero' mhux biex inkunu nafuhom biss iżda biex ngħixuhom.", "Għal dan il-għan aħna rridu nwaqqfu struttura fl-iskejjel tagħna li tkun demokratika kemm fir-relazzjonijiet bejn l-għalliema u l- istudenti, bejn il-kap, l-assistenti kapijiet u l-għalliema, bejn l-iskola u l-ġenituri u bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u l-iskejjel.", "L-edukazzjoni li nagħtu fl-iskejjel tagħna mhux biss trid tkun demokratika għax ikun hemm il-valuri demokratiċi iżda anke fl-istruttura tagħha trid turi din id-demokrazija.", "Fil-kummenti li kien hawn fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni ssemmiet ukoll il-kwesjoni tar-riċerka u ntqal li din diġa' qiegħda ssir.", "Fid-diskors tiegħi jien għamiltha ċara li f'dan qasam fil-pajjiż saret riċerka ta' kwalita' tajba, speċjalment minn uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u hija ħasra li r-riċerka tagħhom ħafna drabi ma tkunx magħrufa għax ma tiġix ippubblikata.", "Ħafna drabi anke r-riċerka ta' kwalita' tajba li ssir minn min jgħallem fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' tkun ippubblikata jew barra minn Malta jew tkun ippubblikata f'rivisti jew f'kotba speċjalizzati li jaqrawhom biss nies mill-qasam edukattiv.", "Fil- fatt ir-riċerka li tkun saret dwar is-sistema edukattiva f'pajjiżna għandha bżonn li tingħata aktar u aktar firxa u tasal għand iktar u iktar nies, mhux biss biex jitqajjem għarfien dwar il-problemi u l-opportunitajiet edukattivi li għandna f'pajjiżna, iżda wkoll - u hawnhekk naħseb iktar importanti - biex min jagħmel din ir-riċerka jieħu sehem fit-tfassil tad- deċiżjonijiet.", "Huwa importanti li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl- edukazzjoni mhux biss ikunu kkonsultaw ma' l-oqsma kollha milquta imma jkunu nformaw irwieħhom sew fuq il-bażi tar-riċerka li tkun saret.", "GĦalhekk wieħed mill-għanijiet importanti ta' din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni huwa li tistudja u tiġbor informazzjoni dwar l- edukazzjoni f'Malta u f'GĦawdex ħalli r-riċerka li diġa' hawn tiġi organizzata b'mod li jistgħu jilħquha aktar nies.", "Jien naf li kemm fid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni hemm diġa' riċerka li hija klassifikata u tista' tintuża, imma rridu naraw kif din inwassluha lil iktar nies.", "Jien nieħu gost li f'dawn ix-xhur fost l-inizjattivi li rnexxielna nagħmlu flimkien, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta' ta' l- Edukazzjoni, kien hemm ir-rivista \"Edukazzjoni 2000\" fejn fiha daħħalna riċerka importanti dwar l-edukazzjoni f'pajjiżna, fosthom kif għandna ngħallmu lit-tfal jiktbu u jaqraw.", "Importanti ħafna wkoll li din ir-rivista waslet għand l-għalliema kollha u nieħu gost ukoll ngħid li issa għandha wkoll il-home page tagħha fuq l-internet u b'hekk tista' tasal mhux biss f'aktar djar f'Malta u f'Għawdex stess iżda anke fil-bqija tad-dinja.", "Hemm min diġa' wera interess f'riċerka li ssir Malta f'dan il-qasam u galhekk importanti ħafna li nkomplu f'din id-direzzjoni u importanti wkoll li l- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni stess tgħin sabiex tiffinanzja riċerka li tiffoka fuq aspetti differenti ta' l-edukazzjoni.", "L-awgurju tiegħi hu li l-kummissjoni sservi, permezz tal-fondi li nivvotawlha f'dan il-Parlament, biex riċerkaturi - kif jgħid it-tielet għan tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni - jistudjaw aspetti differenti tas-sistema edukattiva tagħna u jagħmlu rakkmandazzjonijiet dwar x'għandu jsir biex inkomplu niżviluppaw l-edukazzjoni.", "GĦalhekk anke f'dan il-qasam il- kummissjoni mhijiex se tiddupplika dak li qed isir - dak li qed isir merħba bih, għandu jiġi appoġġat u nkoraġġit - imma se tkun hi stess f'pożizzjoni li tiffinanzja riċerka li tħoss li għandha ssir dwar is-sistema edukattiva f'pajjiżna.homhome", "Qamet ukoll il-mistoqsija dwar x'se tkun ir-relazzjoni bejn il- Kummissjoni nazzjonali għall-Edukazzjoni u l-bqija tas-sistema edukattiva bħal, per eżempju, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Kif diġa' għidt, il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni fiha nnifisha m'għandhiex poter eżekuttiv, jiġifieri m'hijiex se tiddeċiedi ċerti affarijiet hi.", "Dan m'huwiex xogħolha.", "Xogħolha, kif diġa' għidt, huwa li tħares fit-tul lejn il-bżonnijiet tal-ġżejjer tagħna fl-edukazzjoni u anke li tagħti a sympathetic look minn barra - għaliex dawn huma nies li qegħdin fil-qasam ta' l-edukazzjoni - lejn dak li qed isir bil-ħsieb li fejn inkunu sejrin ħażin jiġbdulna l-attenzjoni u fejn inkunu sejrin tajjeb naraw kif insaħħuh u ntejbuh.", "GĦalhekk il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni bl-ebda mod m'hi se tkun qiegħda tikkompeti jew timponi fuq id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u l-anqas fuq il-bqija tas-sistema edukattiva tal-pajjiż anke jekk tkun qiegħda tistudja xi aspetti ta' l-universita' jew skola jew oħra.", "Din se tkun qiegħda hemm biex tistudja l-affarijiet u tagħmel ir- rakkmandazzjonijiet tagħha u huwa importanti li din nispjegaha għaliex għalkemm in-nies li hemm fuq din il-kummissjoni ġejjin minn oqsma differenti, il-maġġoranza l-kbira tagħhom b'xi mod jew ieħor jaħdmu, kienu jaħdmu jew għadhom attivi ħafna fil-qasam ta' l-edukazzjoni fil-livelli differenti.", "Dawn qegħdin jirrappreżentaw l-oqsma li ġejjin minnhom imma mhux bħala xi spokespersons ta' l-istess organizzazzjonijiet għaliex inkella l-kummissjoni ma tkunx tista' taħdem tajjeb.", "Il-kummissjoni għandha bżonn li jkollha nies bi spirtu liberu, bi spirtu ta' kritika, u li jħarsu lejn l-affarijiet minn għajnejhom, b'moħħhom, bis- saħħa tar-riċerka u ta' l-opinjonijiet li jiġbru u mhux f'xi forum fejn jiġi diskuss il-qasam ta' l-edukazzjoni u minn rappreżentanti tal- protagonisti ewlenin ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna, għalkemm struttura bħal din jista' jkollha skop.", "L-iskop tal-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni m'huwiex li ġġib flimkien nies minn organizzazzjonijiet differenti biex jiddiskutu l-futur ta' l-edukazzjoni.", "Biex kemm jista' jkun din il-kummissjoni tkun libera, dawn il-persuni se jkunu qegħdin hemm b'titlu personali biex dak li jgħidu, dak li jaħsbu u dak li tagħmel il- kummissjoni bl-ebda mod ma jorbot l-organizzazzjonijiet li huma ġejjin minnhom, li jistgħu jkunu l-iskejjel fejn jgħallmu, id-diviżjoni fejn jaħdmu jew l-iskola tal-knisja li jmexxu.", "Bl-ebda mod m'għandu jinftiehem li se jkun hekk għaliex inkella nkunu qegħdin inxekklu kemm lil dawn il- persuni kif ukoll ix-xogħol tal-kummissjoni nnifisha.", "Kemm jista' jkun il- kummissjoni trid tkun libera mir-responsabbilta' tat-tmexxija u allura m'għandhiex għalfejn ikollha sens ta' responsabbilta', fis-sens li toqgħod taħsibha jekk dak li se tgħid huwiex se jirrifletti ħażin fuq il-ministru jew fuq il-gvern tal-ġurnata.", "M'huwiex xogħolha li toqgħod tagħmel dawn il- konsiderazzjonijiet imma għandha titkellem b'mod ċar u dirett dwar dak li qed jiġri u għalhekk in-nies li aċċettaw li jinħatru fuq din il-kummissjoni - u ta' dan jiena nirringrazzjahom - bl-ebda mod m'għandhom iħossuhom marbutin b'xi rabta li jista' jkollhom ma' xi organizzazzjoni jew max- xogħol tagħhom fl-edukazzjoni jew f'xi qasam ieħor.", "Kien hemm ukoll min staqsa x'se tkun ir-relazzjoni ta' din il-kummissjoni mal-kumitat li qiegħed jistudja l-bidliet fil-curriculum.", "Irrid ngħid li dawn m'humiex se jidduplikaw lil xulxin.", "Il-kumitat li qed imexxi r- reviżjoni tal-curriculum għandu x-xogħol tiegħu x'jagħmel u anke fuq dan il- kumitat hemm rappreżentanza wiesgħa, u hemm konsultazzjoni sħiħa għaddejja minn kull qasam, min kull livell, minn kull eta' u ta' kull tip.", "Jiġifieri dan ix-xogħol se jibqa' għaddej u l-kummissjoni m'għandha x'taqsam xejn miegħu.", "Kif diġa' għidt, il-kummissjoni m'għandha l-ebda poter eżekuttiv u m'hi se tindaħal jew tiddetta lil ħadd.", "L-aktar li tista' tagħmel huwa li tressaq rakkmandazzjonijiet f'xi qasam partikolari.", "Forsi hawn min jistaqsi: Allura x'tip ta' awtorita' se tkun il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni?", "Din il-kummissjoni trid tibni l-awtorita' tagħha hi stess bil-ħila tax-xogħol li se tagħmel.", "L-awtorita' m'hu se jagħtihielha ħadd imma jekk timxi tajjeb u jekk jirnexxielha tagħmel xogħol li jintlaqa' b'rispett u li jitqies serju u mhux xi biċċa xogħol biex togħġob lil xi ħadd, allura hija tikseb din l-awtorita' li jixirqilha skond l-isforz u skond ir-riżultati li tikseb.", "L-awtorita' morali fil-ħajja ma jagħtihielek ħadd; la tagħtihielek l-istituzzjoni parlamentari, la tagħtihielek il- Kostituzzjoni, la tagħtihielek il-Kamra tar-Rappreżentanti, la tagħtihielek l-Oppożizzjoni u lanqas jagħtihielek il-Gvern.", "Din l-awtorita', kif diġa' għidt, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tiksibha biss bis-saħħa tax-xogħol u bis-serjeta' ta' xogħol li tagħmel u jekk kemm-il darba dak li tagħmel jitqies min-nies li huwa xogħol serju, ta' l-affari tiegħu u li qed iwassal għar-riflessjonijiet li għandha bżonn nagħmlu fir-rigward tad- deċiżjonijiet li għandna bżonn nieħdu fl-edukazzjoni.", "Dak li din il- kummissjoni tirrikmanda mhux bilfors li nimxu fuqu u allura l-kummissjoni għandha l-vantaġġ li żgur m'hijiex se titqies responsabbli għal xi affarijiet ħżiena li jsiru fl-edukazzjoni għaliex hija m'hijiex responsabbli għad-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Hija tista' tirrikmanda l- affarijiet li għandhom isiru u għalhekk jiena ngħid li għandna ngħożżu din it-tip ta' awtonomija u indipendenza ħalli b'hekk hija tkun tista' taħdem u tibni s-saħħa tagħha fuq ix-xogħol li tagħmel.", "Ħafna mix-xogħol ta' din il-kummissjoni se jkun jikkonsisti f'li tisma' lil setturi differenti ta' l-edukazzjoni u jien nittama li din tibda torganizza anke public hearings għaliex sfortunatament f'pajjiżna l-kultura ta' konsultazzjoni teknika ftit nużawha, jiġifieri li protagonisti differenti - dawn jistgħu jkunu kemm ġenituri, kemm studenti kif ukoll persuni oħra - jitkellmu fuq l- esperjenza tagħhom u jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar is-suġġett li jkun qed jiġi diskuss.", "Kif għidt diġa' din il-kummissjoni tista' wkoll tikkummissjona riċerka u mbagħad tippubblika rapporti.", "Kien hemm min qal li huwa ovvju li l-kummissjoni trid tippubblika rapporti imma fil-fatt din m'hijiex xi ħaġa ovvja għax kieku f'Malta aħna veru għandna l-kultura li nippubblikaw ir-rapporti li jsiru ...", "Hawn tajjeb li ngħid li din l- amministrazzjoni qed tiġi kkritikata li qed tippubblika ħafna rapporti.", "Jien ngħid li aħjar tiġi kkritikata li qed tippubblika ħafna rapporti milli jsir bħalma kien isir taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jiġifieri jsiru ħafna rapporti li qatt ma jiġu ppubblikati, fosthom rapporti li għandhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni.", "GĦalhekk huwa tajjeb li l-kummissjoni tkun marbuta li tippubblika r-rapporti li tagħmel.", "Waħda mill-affarijiet li ma nistax nifhem u li sibtha daqsxejn stramba imma s'issa għadni ma rnexxilix inbiddel din il-mentalita' minn mindu sirt ministru responsabbli mill-qasam ta' l-edukazzjoni hija li għalkemm meta l- membri tal-kumitat rappreżentattiv jagħmlu ż-żjajjar fl-iskejjel jinnotaw ċerti nuqqasijiet - naturalment dawn jinnotaw affarijiet tajbin ukoll - bħal per eżempju nuqqas ta' ndafa, ħġieġ imkisser, nuqqas fil-qasam tas- sigurta' u fil-qasam saħħa ma jiġux pubblikati rapporti.", "Jien stess f'Novembru li għadda għidt lil dawn il-membri li m'huwiex biżżejjed li dawn ir-rapporti jiġu għandi imma għandhom jiġu ppubblikati, pero' kien hemm min qalli li jekk dawn jiġu ppubblikati jistgħu jirriflettu ħażin fuq il- kapijiet ta' l-iskejjel li fuqhom isir ir-rapport, fuq il-ministru u fuq id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Imma ngħid jien, f'soċjeta' demokratika fejn l-informazzjoni tista' sservi ta' pressjoni biex jitneħħew in-nuqqasijiet li jkun hemm għaliex ma għandhiex tidħol din il-kultura?", "GĦalhekk dan juri li m'hijiex ħaġa ovvja - kif intqal minn xi wħud - li jiġu pubblikati rapporti u hija xi ħaġa pożittiva li l-kummissjoni se tippubblika r- rapporti tagħha fuq aspetti differenti ta' l-edukazzjoni għaliex sfortunatament fis-soċjeta' tagħna għadhom jeżistu oqsma sħaħ li ma jippubblikawx ir-rapporti tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onorevoli ippermettili ninterrompik għaliex reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn Leave of House.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-Kamra talli reġa' għoġobha testendili l-ħin.", "Sur President, kif kont qed ngħid huwa importanti ħafna li din il-kummissjoni se jkollha d-dmir li tippubblika r-rapporti għaliex f'soċjeta' demokratika mhux aċċettabbli li r-rapporti li jsiru fuq oqsma bħal dawn ma jiġux ippubblikati.", "Nerġa' ngħid li waħda mir-raġunijiet li għaliha dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppubblikati hija sabiex iservu ta' pressjoni fuq l-awtoritajiet ħalli jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jineħħew in-nuqqasijiet indikati.", "Jekk aħna nħallu dawn in-nuqqasijiet moħbija nkunu qed nidħku bina nfusna għax in-nuqqasijiet jarawhom l-istudenti, l- għalliema u l-ġenituri ta' kuljum u għalhekk li nagħmlu l-affarijiet biex sempliċement inżommuhom moħbija jien ma nifhimhiex.", "Sur President, fatt ieħor li ma fhimtx u li kien ixxokkjani imma għallinqas irnexxili nbiddlu kien li meta attendejt għall-jum il- premjazzjoni ġo skola sibt li d-diskors li kien se jagħmel il-kap ta' din l- iskola ġie vetted u ċċensurat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Jien lanqas ridt nemmen li fl-1997 kap ta' skola ried jumilja ruħu b'mod li jlesti diskors, jibagħtu lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, din probabbli taqtagħlu dawk il-kliem li forsi jkunu se jdejqu lill-ministru li jiġi l-iskola darba fis-sena u joqgħod fl-ewwel filliera ...", "Għax ħafna drabi l-kapijiet jieħdu l-okkażjoni - u sewwa jagħmlu - taż-żjara tal-ministru biex jindikawlu n-nuqqasijiet li jkun hemm fl-iskola - jgħidulu li ma għandhomx skrivani biżżejjed, li hemm nuqqas ta' teachers f'ċerti oqsma, li hemm bżonn jinbidlu t-toilets u li l-affarijiet li jkun wegħedhom ikunu għadhom ma waslux - u allura biex il-ministru jitlaq minn dik l-iskola ferħan b'xi bukkett fjuri f'idejh jaqtgħulu mid-diskors il-kritika li ssir lejn in- nuqqasijiet ta' l-iskola!", "Dawn l-affarijiet m'humiex aċċettabbli, la f'soċjeta' demokratika u lanqas f'soċjeta' li riesqa għas-seklu 21.", "GĦalhekk waħda mill-ewwel affarijiet li għidt lid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni hekk kif ilħaqt ministru hija biex iħallu lill-kapijiet ta' l- iskejjel jgħidu li jridu bil-liberta' kollha fid-diskorsi tagħhom.", "Jien ġejt informat ukoll li jekk fid-diskors tiegħu kap ta' skola kien jgħid li hemm numru kbir ta' tfal li ma jafux jiktbu u jaqraw f'dik l-iskola din il- parti kienet tiġi maqtugħa, qisha billi titneħħa din il-parti mid-diskors tal-kap ta' l-iskola dawn it-tfal se jisparixxu!", "GĦalhekk kif għidt diġa' aħna għamilna t-tibdil meħtieġ biex għallinqas illum il-kapijiet ta' l- iskejjel jistgħu jgħidu dak li jħossu.", "Dan huwa wieħed mill-passi li għamilna, li qed nagħmlu u li se nkomplu nagħmlu għax biex l-iskejjel tal- gvern jieħdu r-ruħ dawn ma jistgħux jibqgħu jitmexxew bir-remote control mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jew mill-ministeru ta' l-edukazzjoni imma kull skola għandha tmexxi lilha nnifisha b'management demokratiku, modern u effiċjenti, jiġifieri fi kliem ieħor b'management parteċipattiv fejn il-kap ta' l-iskola flimkien ma' l-assistenti kapijiet tiegħu, mal-ġenituri, ma' l- istudenti u b'relazzjonijiet tajba mal-lokalita' jmexxu l-iskola 'l quddiem.", "L-iskejjel tal-gvern li għandna tajbin mxew 'il quddiem permezz ta' l- inizjattiva u tat-tmexxija għaqlija tal-kapijiet flimkien ma' l-assistenti kapijiet u l-għalliema għax fejn m'hemmx din it-tip ta' relazzjoni dawn ma jmexxux l-iskola b'mod tajjeb.", "Jien nieħu gost ngħid li fl-iskejjel pubbliċi tagħna għandna diversi edukaturi li għandhom viżjoni u jafu x'għandhom jagħmlu.", "Il-ħasra hi li dawn l-edukaturi m'għandhomx min jiċċelebralhom dan is-suċċess u allura jibqa' l-preġudizzju stupidu li skola pubblika jew hekk imsejħa \"tal-gvern\" - fil-fatt din m'hi tal-gvern xejn għax hija tal-pajjiż kollu - hija inferjuri għal xi tip ta' skola oħra li ġejja minn xi settur ieħor.", "Dan huwa preġudizzju żbaljat u għalhekk irridu nsibu mod kif is-suċċess li jinkiseb fl-iskejjel tagħna jiġi ċċelebrat ħalli lill-edukaturi nagħmlulhom kuraġġ b'xulxin.", "Fil-fatt hija ħasra li l-affarijiet tajbin li jagħmlu diversi edukaturi lanqas biss isiru jafu bihom l-edukaturi ta' l-iskejjel ta' l-istess lokalita' jew ta' lokalita' fil-qrib.", "Jien nittama li waħda mill-affarijiet li tagħmel il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tkun li tiċċelebra s-suċċess ta' dawk l-iskejjel li jkunu qed jimxu 'l quddiem għax ikunu qed jiġu mmexxija b'mod tajjeb, modern u parteċipattiv.", "Huwa tajjeb li nkomplu naħdmu f'dan il-qasam għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar il-kwalita' ta' l- edukazzjoni se ssir importanti.", "Sur President, meta nitkellmu fuq il-bżonn ta' sistema edukattiva demokratika u li l-iskejjel tagħna jkunu miftuħin għal kulħadd aħna bl-ebda mod ma nkunu rridu nfissru li rridu nbaxxu l-kwalita', anzi jekk nagħmlu hekk inkunu qed nidħku bl-istudenti u bil-poplu Malti u GĦawdxi kollu.", "F'pajjiżna għandna bżonn ngħollu l-kwalita' ta' l-edukazzjoni billi nagħmlu standards u aspirazzjonijiet għolja għax b'hekk biss nistgħu ntejbu l-qasam ta' edukazzjoni.", "Jekk inħallu kollox għaddej nispiċċaw biex ma ntejbu xejn.", "Il-futur ta' l-edukazzjoni jkun b'saħħtu jekk ngħidu li m'aħniex sodisfatti b'li għandna.", "GĦalhekk aħna għandna ngħollu l-mira u l- aspirazzjoni tagħna u noħolmu b'sistema edukattiva aħjar minn dik li għandna.", "Jien ċert li jekk il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni taqdi dmirha sew tkun qed tgħin biex ikollna aspirazzjonijiet u standards ogħla fis-sistema edukattiva tagħna.", "Kif għidt diġa', fost il-kummenti li smajna f'din il-Kamra dwar din il- kummissjoni saret kritika li fil-kompożizzjoni tagħha m'hemmx involuti nies li ġejjin mill-qasam sportiv, mill-qasam tax-xjenza, mill-qasam tas-saħħa, mill-qasam tal-kultura u anke studenti.", "Huwa veru li f'din il-kummissjoni m'hemmx nies li ġejjin minn oqsma differenti u huwa veru wkoll li m'hemmx studenti imma t-tieni għan li għandha din il-kummissjoni huwa li fis-sotto- kumitati li jkollha jkun hemm preżenti r-rappreżentanti kollha minn oqsma differenti, fosthom anke l-istudenti.", "Sur President, kif għidt diġa' l-kummissjoni ma għandhiex titqies bħala xi struttura magħluqa fiha nnifisha li se tagħmel kollox hi għax din se sservi biss bħala catalyst u ħafna mix-xogħol irid isir minn gruppi differenti li mbagħad twaqqaf hi.", "Kif għidt meta kont qed nipproponi l- mozzjoni għal din il-kummissjoni, m'għandniex nippretendu li l-kummissjoni se toffri xi mediċina maġika jew li l-problemi li jeżistu fl-iskejjel u fil- qasam ta' l-edukazzjoni tagħna se jiġu riżolti.", "L-effett tal-kummissjoni se jkun jiddependi mix-xogħol li jirnexxilha tagħmel.", "In-nuqqasijiet li jeżistu fil-qasam ta' l-edukazzjoni ma għandniex insolvuhom billi nwaqqfu xi kummissjoni imma billi naħdmu bla heda biex nipprovaw insolvu dawn il- problemi.", "Ix-xogħol tal-kummissjoni m'huwiex li ssolvi l-problemi li jeżistu fl-iskejjel, bħall-problemi tal-bullying, ta' l-assenteiżmu, ta' tfal li joħorġu mill-iskola ma jafux jiktbu u jaqraw, ta' tfal batuti f'ċerti suġġetti jew inkella li jsibu diffikulta biex jikkomunikaw, biex jippreżentaw irwieħhom u biex jaħsbu u jiddiskutu, għaliex dawn it-tip ta' problemi jridu jiġu solvuti fl-iskejjel tagħna stess.", "Sur President, waqt dan id-dibattitu saret ukoll kritika li lil din il- kummissjoni li se nwaqqfu ma tajnihiex viżjoni.", "Din hija kontradizzjoni għaliex jekk irridu l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni ma nistgħux nordnaw lill-kummissjoni x'għandha tagħmel.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nimponu u fil-qasam ta' l-edukazzjoni l-agħar ħaġa li tista' tagħmel hi li timponi.", "GĦalhekk huwa importanti li l-viżjoni ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna nfassluha flimkien b'sens ta' direzzjoni ħalli lkoll kemm aħna, għalkemm b'mod differenti, nikkontribwixxu għaliha.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li din il-kummissjoni se tagħmel hija li se tara l-edukazzjoni - u għalhekk hemm rappreżentanza fuqha minn livelli u minn oqsma differenti - bħala proċess kontinwu.", "Waħda mill- affarijiet li titfa' s-sistema edukattiva tagħna lura hija li dawk involuti fil-kindergarten jaħdmu għal rashom, dawk tal-primarja jaħdmu għal rashom, tas-sekondarja jaħdmu għal rashom, tal-post-sekondarja jaħdmu għal rashom u ta' l-universita' jaħdmu għal rashom imbagħad kull stadju ta' wara jwaħħal fl-istadju ta' qabel.", "Jekk fis-sekondarja jkun hemm studenti li ma jkunux jafu jiktbu u jaqraw jagħtu t-tort lill-primarja, jekk fil-post-sekondarja jkun hemm studenti batuti fis-suġġetti ta' l-Ingliż u tal-Matematika jagħtu tort lis-sekondarja u jekk fl-universita' jkun hemm studenti batuti fis- suġġetti ta' l-Ingliż, tal-Matematika u tal-Bioloġija jagħtu tort lil tal- post-sekondarja.", "Huwa żgur li s-sistema edukattiva tagħna ma tistax tibqa' miexja b'dan il-mod imma trid titqies bħala proċess kontinwu u kull stadju jrid ikun kontinwu ma' ta' qablu.", "Qed nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn affarijiet li jsiru fil-primarja jerġgħu jiġu ripetuti fis-sekondarja imbagħad dak li jgħidu li hu dgħajjef fil-livell ta' l-universita' jew f'dak post-sekondarju u li hu tort tal-livell sekondarju, ma jiġix irranġat.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li nitkellmu flimkien; naraw fejn hemm in-nuqqasijiet u fejn hemm esaġerazzjonijiet u nirranġaw livell wara ieħor.", "Jiena ħadt gost li fix-xhur li għaddew kellna konsultazzjonijiet wiesgħa ħafna fejn laqqajna għall-ewwel darba lill-għalliema tal-year 4, year 5 u year 6 ta' l-iskejjel primarji u huma direttament qalulna x'hemm x'jiġi rranġat fis-sillabu biex ikun aktar ingranat ma' dak li jistennew fl- eżamijiet tal-Junior Lyceum u bi preparazzjoni aħjar għall-edukazzjoni sekondarja.", "Wara li għamilna dawn il-konsultazzjonijiet, l-iskejjel iddiskutew x'għandu jinbidel fis-sillabu u sa Settembru li ġej se jkollna ħafna xogħol lest biex l-affarijiet jibdew jitranġaw.", "Proprju fil-bidu ta' din il-ġimgħa fl-universita' bdejna nlaqqgħu - bħalissa jien m'iniex qed nattendi għax qiegħed hawnhekk- lill-form teachers kollha ta' l- iskejjel sekondarji u t-teachers tal-form 5 tas-suġġetti kollha sabiex jiddiskutu mal-Bord tal-Matsec x'hemm fis-sillabu tagħhom li jrid jiġi rranġat.", "Dawn huma laqgħat li qed isiru għall-ewwel darba.", "Waħda mill- affarijiet ħżiena li għandna f'pajjiżna hija li m'hemmx kordinazzjoni bejn oqsma differenti tas-sistema edukattiva.", "M'huwiex aċċettabbli li l-Bord tal-Matsec fl-Universita' qatt - ħlief darba fil-bidu - ma ltaqa' ma' dawk li qed jgħallmu s-suġġetti li jeżamina hu.", "Għalhekk din il-ġimgħa qed isiru dawn il-laqgħat fuq kull suġġett sabiex naraw x'hemm x'nirranġaw fis- sillabu u fl-eżamijiet.", "Din it-tip ta' konsultazzjoni hija waħda mill- metodi ta' kif intejbu l-edukazzjoni f'pajjiżna u dan qed joħroġ ċar f'dawn il-laqgħat.", "Waħda mill-karatteristiċi ta' sistema edukattiva tajba hija li jkun hemm kordinazzjoni sħiħa bejn min jissettja l-karti ta' l-eżamijiet, min igħallem is-suġġetti, min jissettja s-sillabu u min jagħżel il-kotba.", "Hemm bżonn li dawn l-affarijiet nġibuhom flimkien u mhux kulħadd jaħdem għal rasu għaliex b'hekk ma nimxux 'il quddiem.", "Għalhekk huwa importanti li fis- sistema edukattiva tagħna nkomplu bil-metodu ta' konsultazzjoni u naslu anke għal dokumenti miktubin ċar dwar x'nistennew li jkunu jafu l-istudenti tagħna f'kull sena.", "B'hekk ma jkollniex sillabu vast fejn l-għalliema jkollhom jiġru biex ilaħħqu miegħu.", "Ħafna drabi għalihom l-aktar importanti huwa li jlaħħqu mas-sillabu u mhux li jistaqsu lilhom infushom x'tgħallmu l- istudenti minn din il-ġirja kollha.", "Is-sillabu m'għandux ikun biss riga li biha nkejlu x'għallmu l-għalliema jew x'suppost jgħallmu l-għalliema.", "Mistoqsija aktar importanti minn hekk hija: X'tgħallmu l-istudenti?", "Deċiżjoni li kienet ittieħdet mill-amminstrazzjoni preċedenti u li naħseb li rridu nirriflettu dwarha hija li l-eżamijiet annwali tal-Form V isiru fi Frar.", "Jien ma ngħidx li din id-deċiżjoni kienet ittieħdet b'kapriċċ jew biex toħloq problemi.", "Aħna tajniha ż-żmien biex narawha taħdem pero' naħseb li ħolqot problema serja għax f'daqqa waħda s-sena skolastika ċkienet għal erba' jew ħames xhur u allura sillabu li qabel kien mifrux fuq seba' xhur issa f'daqqa waħda jrid jitlaħħaq f'ħames xhur.", "Huwa tajjeb li nirriflettu fuq din l-esperjenza ħalli naraw jekk ħadmitx - hemm min qed jgħidilna li ħadmet u hemm min qed jgħidilna li ma ħadmitx - u nieħdu deċiżjoni.", "Fl-istess żmien l-amministrazzjoni preċedenti kienet ħadet deċiżjoni tajba li ma tħallix studenti jagħmlu l-eżamijiet minn Form IV.", "Jien naf li dak iż-żmien din id-deċiżjoni kienet ġiet ikkritikata minn xi setturi imma fl-opinjoni tiegħi kienet deċiżjoni kuraġġuża.", "Jien insellem lill- preċedessur tiegħi li kellu l-kuraġġ, l-għaqal u l-intelliġenza li jieħu dik id-deċiżjoni għaliex b'hekk tawwalna s-snin li t-tfal tagħna jibqgħu fl- edukazzjoni u mhux nibdew inġennuhom minn eta' żgħira u nżidulhom it- tensjoni biex jagħmlu l-eżamijiet malajr kemm jista' jkun.", "Għalhekk huwa importanti li aħna nitgħallmu mill-esperjenzi ta' xulxin - mit-tajjeb li nkunu għamilna u mill-iżbalji li nkunu ħadna - pero' hija importanti ħafna l-kordinazzjoni.", "Jien nieħu gost li dan ix-xogħol ta' konsultazzjoni qed isir u nwiegħed li se jkompli jsir għaliex huwa biss b'ħidma flimkien li nistgħu ntejbu s-sistema tagħna.", "Sur President, jien naħseb li waħda mill-affarijiet li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni jkun tajjeb li tidħol fiha - u din issemmiet f'din il-Kamra minn diversi kollegi - hija l-isfond internazzjonali tas- sistema edukattiva tagħna.", "Bħalissa aħna qegħdin daqsxejn f'sitwazzjoni perikoluża, liema sitwazzjoni ma nistgħux indumu wisq fiha għaliex inkella se ssirilna ħsara kbira.", "F'pajjiżna r-riga internazzjonali biex biha nkejlu x'qed nagħmlu fis-sistema edukattiva tagħna teżisti biss b'mod sistematiku fl-Universita'.", "Dan jista' jkun għaliex ikollna gradwati minn tagħna li jmorru jistudjaw barra u ħafna minnhom imorru tajjeb - u nieħdu gost u niftaħru li jmorru tajjeb - u għalhekk juri li mhux biss kapaċi jgħumu f'baħar ta' universitajiet barranin imma ġieli kapaċi anke jirbħu t- tellieqa.", "Imbagħad għandna l-kejl l-ieħor fejn jiġu eżaminaturi barranin biex jeżaminaw il-karti ta' l-istudenti tagħna meta jiġu biex jiggradwaw.", "Jiġifieri fil-livell terżjarju għandna mod kif inkejlu x'qed jiġri f'pajjiżna meta mqabbel ma' barra, pero' fil-primarja m'għandniex mod kif inkejlu.", "Għax huwa importanti li tieħu tifel minn Malta u ieħor minn xi pajjiż ieħor tad-dinja u tikkompara dak li qed nagħmlu fl-iskejjel primarji tagħna ma' x'qed jiġri f'dawn il-pajjiżi.", "Kif għidt aktar kmieni x'ħin tkellimt fuq ekonomija globali, irridu nkunu kapaċi nbigħu l-prodotti u s- servizzi tagħna li jkunu ta' kwalita' li jħabbtuha ma' pajjiżi oħra.", "Irridu niftakru li, fi żmien 20 sena oħra, dawk it-tfal li llum huma fil- primarja se jkunu qed jikkompetu f'din l-ekonomija globali u jekk mhux se jkollna edukazzjoni primarja b'saħħitha, 'il quddiem se jkun hemm il- problemi.", "F'pajjiżna m'għandniex tradizzjoni li nieħdu sehem fi studji internazzjonali dwar is-sistema edukattiva tagħna.", "Tul dan id-dibattitu ssemma, per eżempju, it-Third International Maths and Science Study li jqabbel flimkien kif imorru t-tfal f'żewġ etajiet differenti.", "Saru żewġ studji - l-ewwel riżultat ħareġ f'Novembru li għadda u l-ieħor ħareġ xi 15- il ġurnata ilu - li wieħed minnhom kien dwar tfal fl-eta' ta' 9 snin u l- ieħor dwar dawk fl-eta' ta' 13-il sena.", "Aħna ma ħadniex sehem f'dawn l- istudji - li l-informazzjoni dwarhom bdiet tinġabar fl-1995 u li sintendi jqumu l-flus u jeħdulek ammont ta' ħin għaliex tkun trid tittestja t-tfal f'dawk it-testijiet li jibgħatulek minn barra - u għalhekk naħseb li waħda mill-affarijiet li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni għandha tagħmel hi li nieħdu sehem f'dawn l-istudji internazzjonali.", "Jien naħseb li lilna jinteressana li nkunu nafu t-tfal tagħna x'kapaċi jagħmlu u fejn jidħlu fil-lista ta' dawk il-41 pajjiż li ħadu sehem, pero' hemm bżonn li nibdew neħduhom mhux fl-Universita' biss jew fil-post-sekondarju biss imma anke mill-primarja u mill-kindergarten.", "Għalhekk importanti li s-sistema tagħna niftħuha għal dawn l-aspetti internazzjonali u naraw kif inqabblu lilna nfusna ma' pajjiżi oħra u x'għandna nitgħallmu minn pajjiżi oħra.", "Illum dan sar importanti speċjalment minħabba li daħħalna s-sistema tas- Sec u tal-Matsec, fejn qegħdin neżaminaw lit-tfal tagħna b'eżamijiet li qed nagħmlu aħna stess.", "Wieħed jifhem li repubblika indipendenti b'sistema edukattiva indipendenti jkollha sistema ta' l-eżamijiet tagħha, imma naħseb li wasal iż-żmien li nirriflettu ftit fuq din l-esperjenza ta' dawn is-snin minn mindu daħlu l-eżamijiet tal-Sec u l-Matsec.", "Irridu naraw fejn morna tajjeb, fejn morna ħażin, fejn nistgħu ntejbu u anke x'tip ta' aspetti internazzjonali nistgħu ndaħħlu biex inkunu ċerti li dak li qed nagħmlu huwa ta' livell internazzjonali.", "M'għandniex inkunu prużuntużi u nqisu ruħna sodisfati u nibżgħu nkejlu lilna nfsuna ma' pajjiżi oħra.", "Pajjiżi oħra li s-sistema ta' l-edukazzjoni tagħhom hija aktar avvanzata minn tagħna jaraw x'jistgħu jitgħallmu mingħand ħaddieħor u jkejlu lilhom infushom ma' pajjiżi oħra.", "Il-futur ta' pajjiżna jitlob li l-ħin kollu niftakru li d-dinja hija akbar minn Malta u Għawdex u fil-qasam ta' l-edukazzjoni rridu 'l ħin kollu niżguraw li qed inżommu dan l-aspett internazzjonali f'moħħna.", "Jiena nittama li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni ma tkunx mgħobbija bl-amministrazzjoni ordinarja ta' l-edukazzjoni u li jkollha l- fondi sabiex tikkummissjona riċerka u tieħu ħsieb li pajjiżna jibda jieħu sehem fi studji komparattivi tal-performance edukattiva dwar kif imorru t- tfal fis-sistemi edukattivi differenti.", "Wara li jiġu ppubblikati r- riżultati tas-surveys - f'dan il-każ kienu nvoluti 41 pajjiż - waħda mill- affarijiet li jagħmlu l-awtoritajiet flimkien ma' l-edukaturi hi li jaraw fejn huma dgħajfin, jaraw x'se jbiddlu fis-sillabu, fil-metodu jew fis- sistema biex jirranġaw xi nuqqas.", "Jekk aħna ma nagħmlux dan nibqgħu mexjin fid-dlam u nibqgħu sodisfatti bina nfusna.", "Għalhekk jien nittama li l- kummissjoni tidħol għal dan ix-xogħol u meta tagħmel hekk żgur li ma tkunx qed tidduplika xi xogħol li sar jew li qed isir minn xi ħadd.", "GĦaliex dan it-tip ta' xogħol sfortunatament ħadd m'hu qed jagħmlu.", "Fid-diskussjoni dwar din il-mozzjoni kien hawn min semma - kien punt li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Lino Spiteri - l-iskola fil-futur.", "Wieħed mill-istudji li ħarġu dan l-aħħar kien juri li jekk l-iskola m'hijiex se tinbidel hemm ċans li ssir irrilevanti.", "Kull istituzzjoni llum, sa ċertu punt - u għada aktar mil-lum - saret istituzzjoni edukattiva.", "Illum anke organizzazzjoni volontarja, organizzazzjoni tax-xogħol jew organizzazzjoni kummerċjali, jekk inhi serja, tinvesti ħafna mir-riżorsi tagħha, żgħar jew kbar, fit-taħriġ u fl-edukazzjoni tan-nies li jaħdmu fiha.", "Per eżempju l- ġimgħa li għaddiet aħna konna preżenti - nies miż-żewġ naħat tal-Kamra - għall-jum ta' gradwazzjoni li organizzat il-Caritas f'San Blas.", "Fost l- aktar aspetti importanti li ġew enfasizzati, u bir-raġun, kienet l- edukazzjoni u t-taħriġ tan-nies li jaħdmu ma nies bil-problema tad-droga sabiex lil dawn jgħinuhom jegħlbu l-problema.", "Għalhekk illum qed nitkellmu fuq is-soċjeta' kollha kemm hi bħala soċjeta' edukatriċi, li trid tgħallem u titgħallem.", "L-iskola m'għadhiex dak il-post ċentrali - u fil-futur se ssir inqas - fejn isir it-tagħlim u huwa importanti ħafna li l-istituzzjoni ta' l-iskola taġġorna ruħha biex, jekk xejn, isservi bħala dak il-post fejn issir riflessjoni u mhux li tgħallem kontenut bl-amment b'mod li ma tantx huwa attraenti.", "Sur President, jekk wieħed imur ġo skola l-Kanada, Singapore, il-Ġermanja jew anke l-Ingilterra u jmur idur il-klassijiet isib li dawn qed jadottaw il-metodu ta' wieħed jismu Edward Debono.", "Dan il-bniedem li huwa Malti ħareġ bl-idea tal-lateral thinking u l-bżonn li nitgħallmu t-thinking skills.", "Dawk li jmorru fuq dawn iż-żjajjar jiġu mistoqsija x'metodi nużaw minn ta' Debono fis-sistema edukattiva tagħna u b'imbarazzament kbir dawn in-nies jew ma jirrispondux u jaraw kif ibiddlu d-diskors jew inkella jgħidu: Minkejja li f'Malta għandna l-qawl li jgħid li \"Malta qatt ma rrifjutat qamħ\" jidher li f'dan il-każ irrifjutajna qamħ mhux ħażin, għax il-preżenza ta' Edward Debono fis-sistema edukattiva tagħna tinħass bin- nuqqas tagħha u mhux bil-preżenza tagħha.", "L-uniku spazju li lil dan il- proxxmu sibnilu f'pajjiżna huwa li jiġi u jorganizza attivitajiet fl- universita'.", "Jiġifieri aħna għandna dan il-proxxmu li jrid jagħti sehmu hawn Malta u li offra s-servizzi tiegħu fis-snin li għaddew, u għal xi raġuni u oħra, qatt ma ġew aċċettati mbagħad imur f'postijiet bħall- Singapore u l-Istati Uniti u jorganizza konferenzi kbar għall-għalliema fejn jgħidha biex minn eta' żgħira ngħallmu lit-tfal jaħsbu u jkunu kreattivi.", "F'Settembru li ġej, qabel ma tibda s-sena skolatistika, Edward Debono se jorganizza konferenzi ma' l-għalliema ta' l-iskejjel primarji kollha sabiex jibda jgħaddilhom dan it-thinking skills u l-metodu ta' kif jgħallmu lit-tfal żgħar il-kapaċita' li jkunu kreattivi, li jaħsbu u jsolvu l- problemi.", "Dan kollu se jsir b'xejn meta barra minn Malta Edward Debono jiċċarġja miżata mhux ħażin għal konferenzi bħal dawn.", "S'issa nammetti u jkolli nistqarr li għandna problemi biex norganizzaw din il-konferenza.", "Jien nittama li dawn il-problemi - li żgur m'humiex ġejjin min-naħa tagħna - insolvuhom biex ma nċaħħdux lill-għalliema tagħna minn din il- possibbilta', għaliex dan huwa mod kif nagħtu nifs ġdid u ħajja ġdida lis- sistema edukattiva tagħna u kif l-istituzzjoni edukattiva tinbidel għal waħda aktar miftuħa u moderna.", "Għalhekk nittama li l-problemi li għandna jiġu solvuti biex għallinqas jekk mhux f'Settembru, insibu ħin ieħor meta nistgħu norganizzaw din il-konferenza u dawn il-laqgħat ta' Edward Debono ma' l-edukaturi tagħna.", "Waħda mill-ikbar problemi li għandna bħalissa - u jien m'għandix dubju li fi studji li se jagħmlu l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni dan se joħroġ ċar - hija li l-mudell dominanti ta' l-iskola f'Malta u f'Għawdex għadha l-fabbriki tas-seklu 19 u tal-bidu tas-seklu 20 fejn għandek il-mass production; isir prodott wieħed u l-importanti mhux li taqdi lill-klijent jew lil min qed jaħdem hemm ġew, imma li toħroġ prodotti bħal xulxin, produzzjoni ta' massa.", "Issa aħna nafu li t-tfal huma kollha individwi differenti bil-karatteristika, abbiltajiet u diżabilitajiet differenti tagħhom u għalhekk waħda mill-ikbar sfidi li s-sistema edukattiva għandha quddiemha f'pajjiżna - din hija waħda mill-ikbar uġigħ ta' ras li għandna u rridu naraw x'se nagħmlu dwarha - hija kif se jirnexxielna noħolqu sistema edukattiva differenzjata għall-qies tat-tfal differenti li jiġu fostna.", "Jekk ma nagħmlux dan la nieħdu nifs u lanqas immorru 'l quddiem.", "Bħalissa qed noffrulhom menu wieħed, jew l-aktar żewġ menus, u ngħidulhom: Jekk trid u jekk jogħġbok kul u jekk ma jogħġbokx tikolx u tkun imniżżel mal-batuti u mal-falluti.", "Jekk inħarsu lejn ir-riżultati ta' l-istudenti li għamlu l-eżamijiet tal- matematika tas-Sec, biex mill-fifth form imorru għas-sixth form, insibu li 25% ta' l-istudenti tagħna fil-livell ordinarju huma unclassified.", "Jiġifieri minn dan naraw li hemm xi ħaġa li m'hijiex tajba u mhux bilfors inwaħħlu fit-tfal.", "Huwa importanti li jkollna sistema differenzjata u sistema li jkollha sillabi differenti biex it-tfal, bl-abbiltajiet u bid- diżabilitajiet differenti tagħhom, iħossu li hemm spazju għalihom fis- sistema edukattiva.", "B'hekk ma jkunx hemm sistema biss għal dawk li jmorru tajjeb u għal dawk li jiġu ppreparati mid-dar biex jitgħallmu.", "L-ikbar suċċess li jista' jkollhom l-edukaturi mhuwiex li jgħallmu lil dawk li diġa' għandhom id-dispożizzjoni biex jitgħallmu u lil dawk li diġa' mħajra jitgħallmu imma jgħallmu lil min għandu problemi, lil min għandu żvantaġġi u lil min għandu diffikultajiet biex jitgħallem u li imbagħad tgħin lill- għalliema biex jiffaċċjaw dik is-sitwazzjoni.", "L-edukazzjoni trid tkun qiegħda għal kulħadd u twieldet bil-ħolma kbira li dawk li għandhom żvantaġġ fl-ambjent soċjali u fil-familja fejn twieldu tiġi offruta lilhom l-opportunita' biex dak li m'għandhomx id-dar jeħduh fl-iskola.", "Huwa falliment tas-sistema edukattiva jekk din tkejjel lilha nnifisha biss b'kemm hi kapaċi tgħallem lil min kapaċi jitgħallem.", "Fid-dibattitu li kellna dwar din il-mozzjoni kien hemm min ġibed l- attenzjoni li jien m'għidt xejn fuq il-persuni u t-tfal b'diżabilita' u fuq l-edukazzjoni speċjali.", "Jien m'għidt xejn dwar dan mhux bi żvista jew għaliex m'hemmx xi ngħid imma m'għidt xejn fid-dawl tad-diskussjoni pubblika li se jkollna fuq il-white paper dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita'.", "Ċertament li anke l-kwestjoni tat-tfal b'diżabilita' hija sfida kbira għas-sistema edukattiva tagħna, li trid tinbidel biex fiha jkun hemm diversita' u spazju mhux biss għal tfal b'abiltajiet differenti iżda anke għat-tfal b'diżabilita'.", "Jekk irridu soċjeta' li tinkludi lil kulħadd u li ma titfa' lil ħadd fil-ġenb, irid ikollna sistema edukattiva inklussiva u demokratika li toffri spazju għal kulħadd.", "Ċertament li dan iġib problemi u diffikultajiet miegħu imma ejjew nipprovaw insolvu dawk il- problemi.", "Ma jistax ikollna sistema edukattiva li twarrab minnha lil dawk li m'humiex ta' ħafna abilita' jew dawk li għandhom xi diżabilita'.", "Għandna noffru spazju demokratiku għal kulħadd għaliex id-drittijiet li t-tfal b'diżabilita' għandhom fis-sistema edukattiva għandhom jitqiesu bħala drittijiet fundamentali.", "Dawn għandhom dritt li jiġu edukati mal-bqija tat- tfal għaliex inkella se jibqa' jkollna soċjeta' li twarrab lin-nies b'diżabilita', li ċertament joħolqilna problemi.", "Sur President, jien insellem lill-amministrazzjoni preċedenti għal mod kif daħħlet l-informatika fil-livell primarju.", "Din kienet riforma kbira li l-pajjiż kellu bżonn u kienet riforma li ġiet ippjanata tajjeb.", "Hawnhekk kien hawn min semma li ma jaqbilx ma' esperimentazzjoni żejda - kliem li fihom infushom m'humiex sbieħ - pero' jien ngħid li għandna bżonn ta' riformi fl-edukazzjoni.", "Dawn ir-riformi jridu jkunu maħsubin tajjeb għaliex inkella aktar jagħmlu ħsara u joħolqu iktar problemi milli jsolvu.", "Id-dħul ta' l-information technology fil-primarja kien ippjanat b'mod tajjeb - kien hemm biża' li nies ta' ċerta eta' se jsibuha diffiċli li jkollhom jgħallmu l-computer fil-klassi għaliex, kif nafu, ħafna drabi t-tfal jaqbdu dawn l- affarijiet malajr iktar mill-kbar u nispiċċaw li t-tfal jgħallmu lill-kbar - u rnexxa.", "Mhux l-istess jista' jingħad dwar kif ġiet imdaħħla l-integrazzjoni tat- tfal b'diżabilita' fl-iskejjel tagħna.", "M'huwiex ġost tiegħi li ngħid dan għaliex aħjar li kieku ma sibniex dik il-problema konna nagħmlu affarijiet oħra.", "Li sar hu li ntefgħu tfal b'diżabilita' fi skejjel hekk imsejjħa \"normali\" u magħhom tpoġġa helper jew facilitator.", "Lanqas facilitators għad m'għandna għax għadhom ma ġewx imħarrġin dawn.", "Mingħajr ma jkun hemm ippjanar sewwa bidla radikali bħal dik toħloq iktar problemi milli ssolvi.", "B'daqshekk m'iniex se ngħid li aħna se mmorru lura; aħna rridu edukazzjoni inklussiva.", "Jekk irridu soċjeta' fejn hemm spazju għal kulħadd irridu sistema edukattiva li toħloq spazju għal kulħadd, imma l-affarijiet iridu jsiru bis-serjeta' u b'mod tajjeb.", "Per eżempju, qatt ma tlaqqgħu flimkien dawk li jkunu qegħdin ma tfal b'diżabilita' u l-għalliema tal-klassi.", "Għandna anke każijiet fejn hemm relazzjoni ħażina ħafna bejniethom, ħaġa li toħloq problemi.", "Jien nerġa' ngħid li m'għandix dubju li l-intenzjonijiet kienu tajbin anke f'pass bħal dan, imma li you dump and you integrate and hope for the best huwa metodu li ma jaħdimx.", "Din il-bidla kbira fis-sistema edukattiva tagħna trid tiġi ppjanata tajjeb.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li rridu nagħmlu u li se tieħu żmien hi - iktar ikollok problemi meta xi ħaġa tkun diġa' bdiet u trid tirranġaha milli meta se tibda xi ħaġa mill- bidu - li nirranġaw il-problemi li għandna hemmhekk.", "Kif diġa' għidt, dawn għadhom qatt ma ltaqgħu taħt l-istess saqaf biex jiddiskutu l-problemi li għandhom.", "Jiena attendejt laqgħat ta' għalliema għal rashom fejn ikkritikaw lill-facilitators, iltqajt ma' facilitators li kkritikaw lill- għalliema u ltqajt anke ma' ġenituri li kkritikaw kemm lill-facilitators u kemm lill-għalliema.", "Issa dan huwa qasam fejn il-ġenituri, it-tfal, l- għalliema u l-facilitators iridu jaħdmu flimkien, inkella jkollna problemi serji u jkun hemm reazzjoni kontra pass tajjeb bħal dan.", "Punt ieħor li ssemma f'dan id-dibattitu anke mis-Segretarju Parlamentari Helena Dalli fid-diskors tajjeb li għamlet fuq il-gender issues u l- kwestjoni tad-drittijiet tan-nisa fl-edukazzjoni - ċertament li f'dan il- qasam għamilna progress imma għad fadal ħafna x'isir, pero' m'iniex se nirrepeti l-punti tajbin ħafna li għamlet hi - huwa li n-nisa ma tantx jitħajru jidħlu fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija għaliex dan il-qasam għadhom iqisuh ta' l-irġiel.", "Dan il-punt kien għamlu tajjeb ħafna anke l- Prof Maurice Cauchi fl-analisi li kien għamel sabiex jinstab għaliex inqas tfal qegħdin jagħżlu l-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, u kien irriżulta li dan kien qed jiġri minħabba l-mod kif kienet qed tiġi mgħallma x-xjenza fl-iskejjel.", "Jekk it-tfal jaħsbu li min jitgħallem ix-xjenza huwa dejjaq u huwa nerd, biex nuża l-kelma tagħhom, allura se jgħidu li dak ma jgħoddx għalihom għax huma aktar \"tal-life\".", "Dawn jgħidulek li x-xjenza hija ta' min huwa ffissat fil-kotba u ta' min ma jsegwix lill-iSpice Girls jew lil gruppi varji oħra li m'iniex se nikkummenta dwarhom għaliex fost affarijiet oħra nkun qed ninsulenta l-gosti tat-tfal tiegħi.", "GĦalhekk fil-primarja bis-saħħa ta' min jaħdem fil-qasam tax-xjenza - u jiena nittama li din ikollha effett tajjeb ukoll fuq dak li semmiet l-Onor.", "Helena Dalli sabiex aktar bniet jitħajru jersqu lejn ix-xjenza - għaddejjin xi attivitajiet li qegħdin iservu tajjeb ħafna.", "Minn hawnhekk nirringrazzja lil min jaħdem fil-qasam tax-xjenza fil-primarja għall-kampanja \"Science is fun\" li qegħdin jorganizzaw fi skejjel primarji differenti fejn f'ġurnata partikolari jmorru fi skola fejn peripatetic teachers jagħmlu attivitajiet differenti lit-tfal u lill-għalliema jiġbruhom flimkien biex jgħallmuhom it- teknika attraenti ta' kif tgħallem ix-xjenza u ta' kif tesperjenza x- xjenza.", "GĦalhekk jiena għidt li hija ħasra li ma jkunx hemm reklami dwar dawn l-affarijiet tajbin li jsiru fl-iskejjel tagħna ħlief jekk imur xi ministru u jeħdulu xi ritratt.", "Fl-fehma tiegħi din hija ħaġa stupida għaliex iċ-ċelebrazzjoni m'hijiex li l-ministru mar fi skola imma l- kapaċita' ta' l-edukaturi li jentużjażmaw u jispiraw lill-kollegi tagħhom sabiex iressqu x-xjenza b'mod attraenti lit-tfal tagħna minn eta' żgħira.", "Fid-diskussjoni li kellna hawnhekk issemma wkoll il-punt tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni u l-problemi li se jkollna jew li għandna għaliex din l-amministrazzjoni ma komplietx issegwi l-policy li xi darba nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Żgur li sa elezzjoni oħra ma tantx jidher li se jkun hemm membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, imma ejja ma nidħlux f'din il-kontroversja.", "Kif qed ngħid, sar il-punt li minħabba d-deċiżjoni li ħadna se nkunu qegħdin inċaħħdu lill-studenti tagħna milli jgawdu minn dawn il-programmi.", "Fl-istess nifs li kont qed ngħid kemm hu importanti li s- sistema edukattiva tagħna jkollha aspett internazzjonali u li nitgħallmu minn pajjiżi oħra, ċertament ridt ngħid li jien m'iniex kontra dawn il- programmi għax għall-istudenti, għall-għalliema u għal-lecturers tagħna huwa importanti ħafna li jmorru f'pajjiżi oħra u mbagħad jiġu fostna studenti, għalliema u lecturers minn dawn il-pajjiżi.", "Fil-fatt aħna ninsabu mpenjati bil-ħidma tagħna biex nibqgħu nibbenefikaw minn dawn il- programmi u sadanittant aħna qed inkomplu nħeġġu u fejn nistgħu ngħinu biex dawn l-iskambji internazzjonali jibqgħu jsiru.", "Waħda mill-affarijiet tajbin li qalulna uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea meta ġew iżuruna f'Novembru li għadda hi li sa l-aħħar ta' din is-sena kien jidher li se jkun hemm numru rekord ta' żgħażagħ Maltin li b'xi mod jew ieħor kellhom jagħmlu din l-esperjenza edukattiva barra minn Malta.", "Dawn l-uffiċjali qalulna wkoll li nagħmlu tajjeb jekk inkomplu naħdmu biex kemm jista' jkun ingawdu minn dawn il-programmi, pero' nagħmlu tajjeb ukoll jekk ninsistu li nissieħbu fi programmi oħra u nagħtu liż-żgħażagħ u lill-edukaturi tagħna skambji internazzjonali ma' pajjiżi oħra u jien nista' nifhem għaliex kienu jgħidulna hekk.", "Sur President, fil-fehma tiegħi hawn Malta jeżistu ħafna misconceptions f'ċerti setturi u ħafna aspettativi esaġerati minn dawn il-programmi ta' l- Unjoni Ewropea li jagħtu wieħed x'jifhem li din l-unjoni hija speċi ta' jackpot li meta tagħfas il-buttuni jibdew joħorġu ħafna flus u minnhom igawdu mijiet u eluf ta' studenti u edukaturi.", "Fil-fatt dan m'hu minnu xejn għax il-verita' hi li inqas minn 1% ta' l-istudenti tal-pajjiżi membri jgawdu minn dawn il-programmi.", "GĦalkemm jingħad li tingħata għajnuna mill- Unjoni Ewropea qatt ma jissemma x'għajnuna tingħata taħt dan il-programm u għalhekk ikun interessanti jekk wieħed jgħid li minn dokumenti ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea jirriżulta li dawn m'huma sodisfatti xejn bir- riżultati tal-programmi Socrates għax sfortunatament l-Unjoni Ewropea dejjem qieset il-qasam ta' l-edukazzjoni bħala s-cinderella għax għalkemm ħafna flus imorru għall-agrikoltura u għall-oqsma l-oħra, għall-edukazzjoni hemm biss frak.", "Dan il-fatt wassal lil wieħed min-nies li ħolom bl-Unjoni Ewropea, Robert Schumann, biex jgħid li kieku jkollu jerġa' jibda jaħdem fuq l-idea tajba li tgħaqqad lil pajjiżi Ewropej biex jaħdmu flimkien minflok ma joqtlu lil xulxin kieku ma jibdiex mill-faħam u l-azzar, kif fil- fatt beda wara l-gwerra, imma mill-edukazzjoni.", "Madam Speaker, biżżejjed ngħidu li fil-programm Socrates il-kontribut li jingħata student li jmur jistudja għal sena f'xi universita' huwa ta' Lm22 fix-xahar.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti meta nfaħħru dawn il-programmi ta' studju għax għalkemm Lm22 fix-xahar huma aħjar minn xejn ma għandniex nagħtu l-impressjoni li aħna qed inċaħħdu lill-istudenti tagħna minn xi bonanza ta' flus li qed jaqgħu mis-smewwiet ta' Brussels.", "Fil-fatt jekk bħalissa tqis lill-istudenti li qed jistudjaw fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jew li jgawdu minn dawn il-programmi, issib li minn 11-il miljun student qed igawdu biss 80,000 u fi programmi oħra l-iktar li jgawdu huma 316,000, jiġifieri f'istituzzjonijiet għolja minn 11-il miljun student minħabba l-limitazzjoni finanzjarja li hemm ...", "Sintendi hemm ċerti limitazzjonijiet u fil-fatt f'dokumenti li ħarġu dan l-aħħar jilmentaw li jekk mhux se jiżdied l-appoġġ finanzjarju għal dawn il-programmi l- aspettativa tiżdied.", "(Interruzzjonijiet).", "Jekk wieħed janalizza diversi referenda li jsiru f'pajjiżi differenti ta' l-Ewropa jsib li l-ikbar bracket ta' nies li jitkellmu favur il-ħolma sabiħa ta' l-Unjoni Ewropea jkunu l-istudenti żgħażagħ għax bir-raġun dawn ikunu jixtiequ li ma jkunx hemm fruntieri nazzjonali biex jitħalltu ma' żgħażagħ bħalhom minn pajjiżi u minn kulturi differenti u jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenza edukattiva tagħhom f'istituzzjonijiet ta' pajjiżi differenti.", "Kif konf qed ngħid qabel, per eżempju, rigward il-programm Comenius biex skola tirċievi l-għajnuna ħalli tkun tista' tieħu sehem f'dan il-programm tingħata biss ECU2,000, jiġifieri kważi Lm1,000.", "Ċertament m'hemmx paragun bejn it-tip ta' flus u t-tip ta' proġetti ambizzjużi li suppost joffru dawn il-programmi u għalhekk bir-raġun li anke membri ta' l-Unjoni Ewropea jilmentaw li jekk dawn il-programmi jridu jissaħħu hemm bżonn li din l- unjoni tagħtihom iktar prijorita' meta tiġi biex tqassam il-finanzi tagħha.", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex nikkonsla liż-żgħażagħ tagħna li s'issa ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn il-programmi imma biex ikollna perspettiva u sense of proportion.", "L-ewwelnett il-futur ta' l-edukazzjoni tagħna ma jiddependix minn programmi bħal dawn għax kif diġa' għidt, kieku stess aħna diġa' membri, b'universita' li għandha popolazzjoni ta' madwar 7,000 student, inqas minn 70 kienu jistgħu jgawdu minn dawn il-programmi.", "(Interruzzjonijiet) Mela aħna nkunu speċjali; għax aħna dejjem speċjali f'kollox!", "(Interruzzjonijiet) Inti bħali smajt x'qaltilna l-Olandiża Jessica Larive meta ltqajna fil-Joint Parliamentary Committee, jiġifieri li waħda mill-ikbar kritika li jkollhom hi li japplikaw tant żgħażagħ u l- programmi li jkollhom jissodisfaw biss lil ftit.", "Dan jiddependi wkoll mill- prijorita' tal-pajjiż għax per eżempju, waħda mill-affarijiet li ma kontx nieħu gost biha kieku bqajna sejrin b'dawn il-programmi hi li fil-fehma tiegħi m'hemmx ħsieb biżżejjed għall-iskejjel sekondarji, anke mix-xogħol ta' l-amministrazzjoni ta' qabel.", "GĦaliex għandha tibqa' tibla' kollox l- Universita'?", "Ċertament li l-Universita' għandu jibqa' jkollha sehem kbir fil-programm Socrates imma mbagħad mill-fondi li kienu se jagħmlulna available kien ikun tajjeb li naħsbu wkoll fl-iskejjel primarji, fl-iskejjel sekondarji u f'setturi oħra, anke fis-setturi ta' edukazzjoni vokazzjonali.", "Kif diġa' għidt, dan m'iniex qed ngħidu bħala konsolazzjoni għall-fatt li s'issa għadna m'aħniex nibbenefikaw minn dawn il-programmi għaliex fil-fatt se nkomplu naħdmu biex b'xi mod jew ieħor nibbenefikaw minnhom.", "Hemm pajjiżi oħra li m'humiex membri fl-Unjoni Ewropea li għandhom xi forma ta' relazzjoni biex iż-żgħażagħ tagħhom jingħataw din l-opportunita'.", "Issa hawnhekk irridu nagħmluha ċara li anke meta nkunu qegħdin ingawdu minn dawn il-programmi żgur li dawn mhumiex se jkunu biżżejjed għall-iskambji internazzjonali tagħna u għaldaqstant irridu naħsbu f'inizjattivi oħrajn.", "Ċertament ukoll li l-futur ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna ma jiddependix biss minn dawn l-iskambji imma jiddependi minn x'kapaċi nagħmlu f'pajjiżna stess; u biex nieħdu sehem fil-komunita' dinjija jiddependi mill-kapaċita' tagħna li nistudjaw lingwi ta' pajjiżi oħra.", "Din hija waħda mill- affarijiet li żgur li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni naħseb li se tkun qed tħares lejha.", "Aħna fil-politika edukattiva tagħna, amministrazzjoni wara oħra, f'ċerti oqsma għallinqas, qegħdin avvanzati aktar minn ċerti pajjiżi oħra ta' l-Ewropa, għal dak li huwa numru ta' lingwi Ewropej li jistgħu jistudjaw l-istudenti tagħna fl-iskejjel għax jistgħu jagħżlu l-Ispanjol, il-Ġermaniż u l-Franċiż, biex ma nsemmux imbagħad l-Ingliż u lingwi oħrajn.", "Ċertament li għall-futur se jkun importanti naraw kif dawn il- lingwi qed jiġu mgħallma f'pajjiżna għaliex irridu naraw jekk humiex qed jiġu mgħallma b'mod frisk u serju biżżejjed u b'mod li jagħtihom użu ħaj tal-lingwa.", "Bla dubju ta' xejn għandna nkunu kburin u għandna nibqgħu niżviluppaw u nħarsu l-lingwa tagħna għax huwa importanti li nsostnu l- identita' kulturali tagħna, imma huwa kruċjali li ż-żgħażagħ tagħna jkunu jafu jitkellmu b'lingwi oħrajn u jkunu jafu jużaw lingwi oħrajn, fuq kollox l-Ingliż.", "Irridu nagħmlu minn kollox biex inkomplu nsaħħu l-użu ta' l-Ingliż f'pajjiżna minħabba li dik hija l-lingwa li biha wieħed jikkomunika bil-fomm u dik hija l-lingwa li wieħed normalment juża biex jinnegozja mal-bqija tad-dinja.", "Jekk aħna ma jkollniex dik il-lingwa, la nkunu nistgħu nieħdu sehem fil-kummerċ dinji u lanqas inkunu nistgħu nieħdu sehem fit-tifrix ta' l-għerf dinji, għax ħafna minn dak l-għerf u ħafna minn dik l-informazzjoni u anke kommunikazzjoni ssir bl-Ingliż.", "Jien ngħid li rridu nsaħħu l-lingwa Ingliża fil-livelli kollha ta' l- edukazzjoni, fil-primarja, fis-sekondarja, fil-post-sekondarja fit- terzjarja u anke wara.", "Sur President, fost punti oħra li tqajmu fid-diskussjoni li kellna f'dawn l-aħħar ġranet issemma wkoll li ma tajniex biżżejjed importanza lill-qasam post-sekondarju u lill-qasam universitarju.", "Jien bl-ebda mod meta nagħmel enfasi kbira fuq il-primarja u fuq is-sekondarja ma nkun qed innaqqas l-importanza li għandu jkollha l-Universita' f'pajjiżna.", "Imma biex ikollna universita' b'saħħitha u universita' tajba hemm bżonn li jkollna edukazzjoni primarja sekondarja b'saħħithom; u għalhekk meta nagħmel enfasi fuq xi settur ma jfissirx li nkun qed innaqqas mill- importanza ta' xi settur ieħor.", "Dak ikun żball għaliex l-edukazzjoni hija proċess kontinwu u ma tista' ċċekken u tnaqqas l-importanza ta' l-ebda settur.", "Importanti li jkun proċess kontinwu, proċess jaħdem flimkien u jibni saff fuq ieħor.", "Waħda mill-affarijiet li rnexxielna nagħmlu fix- xhur li għaddew kienet ir-relazzjoni bejn", "il-qasam post-sekondarju u l-qasam terzjarju.", "Waħda mid-deċiżjonijiet, fil-fehma tiegħi żbaljati, li ħadet l-amministrazzjoni preċedenti u li għad irridu nikkoreġu - għadna ma kkoreġejnihiex - hija li biex tidħol l- Universita' trid iġġib żewġ Matsec A Level, tlieta Intermediate u s- Systems of Knowledge u trid iġġibhom f'salt.", "Fil-fehma tiegħi dik hija deċiżjoni żbaljata li naħseb li naqset id-dħul għall-Universita' - naturalment għad irridu naraw l-ewwel riżultati proprju fl-eżamijiet li saru dan l-aħħar u rrid nawgura li qed inbassar ħażin.", "Dan ifisser li d- dħul għall-Universita' għall-Maltin u l-Għawdxin huwa biss minn dak il-bieb - erħilha li jistgħu jiġu żgħażagħ minn barra l-pajjiż li ma jkunux għaddew mill-eżamijiet ekwivalenti tagħhom fl-istess sezzjoni u nħalluhom jidħlu u allura jingħataw vantaġġ fuq iż-żgħażagħ tagħna - u allura jekk irridu li nkunu tassew moderni u tassew mexjin bil-pass li mexjin bih universitajiet oħra f'pajjiżi avvanzati oħra, irridu niftħu l-aċċess għall- Universita' u rridu niftħu bibien differenti għall-Universita', fosthom anke mill-istituzzjonijiet post-sekondarji li jkunu qabdu studji vokazzjonali.", "Sur President, waħda mill-affarijiet tajbin li ġrat fil-laqgħa tal-ministri ta' l-Ewropa li ltaqgħet fi Kristiansund fin-Norveġja l-ġimgħa li għaddiet kienet proprju li fid-dokument finali ssemma li l-edukazzjoni akkademika u l-edukazzjoni vokazzjonali għandhom jingħataw l-istess dinjita' u għandhom jitqiesu ta' l-istess valur anke għal dħul fl-universita'.", "M'huwiex sewwa li, per eżempju, żgħażagħ li jagħżlu li jistudjaw studji bankarji, li jagħżlu li jistudjaw studji fl-inġinerija, fl-elettronika industrijali, biex jidħlu fl-universita' minbarra li jistudjaw s-suġġetti tagħhom tal- qasam tagħhom ikollhom ukoll jagħmlu suġġetti akkademiċi, qisu li dawk is- suġġetti li jagħmlu huma m'humiex ta' l-istess livell, ta' l-istess dinjita' u ta' l-istess importanza.", "Waħda mill-affarijiet li qed naħdmu fuqha - u se jkollna ċans biżżejjed biex nelaboraw fuq dan il-punt meta niġu biex niddiskutu l-emendi għall-Att dwar l-Edukazzjoni - hija kif naħsbu li għandu jiżviluppa l-qasam universitarju u kif għandna niftħu l- aċċess għall-Universita' anke b'modi oħra mingħajr assolutament ma mmissu l- kwalita' jew inwaqqgħu l-livelli.", "Assolutament dik hija xi ħaġa li rridu nieħdu ħsiebha u nissalvagwardawha.", "Jien nerġa' ngħid li kont sodisfatt ħafna bil-kontribuzzjonijiet differenti li saru f'din il-Kamra minn kollegi differenti dwar din il- kummissjoni.", "Kif diġa' għidt wkoll nittama li din il-kummissjoni tagħti kas ta' l-opinjonijiet differenti li ssemmew, speċjalment biex tibni l- awtorita' morali tagħha, għax biex tassew ikollha dimensjoni nazzjonali trid toqgħod attenta kif taħdem biex tikseb ir-rispett nazzjonali.", "Dak jirnexxielha takkwistah mhux għax se ngħaddu mozzjoni minn dan il-Parlament imma takkwistah biss bis-saħħa tax-xogħol li tagħmel u bis-saħħa tal- kapaċitajiet tagħha.", "Għalhekk huwa mportanti li tinvolvi nies minn oqsma differenti, b'opinjonijiet differenti u nies li jagħtuha firxa wiesgħa li sservi biex tikkordina flimkien ix-xogħol li rridu nagħmlu f'dan il-qasam tant importanti għal pajjiżna.", "Bit-twaqqif ta' din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni se nkunu qegħdin inwettqu wegħda oħra minn dawk li għamilna fil-programm elettorali tagħna.", "Sintendi issa li waqqafna din il-kummissjoni ma nistgħux noqogħdu b'idejna fuq żaqqna u ngħidu li x-xogħol għamilnih, anzi x-xogħol għadu se jibda.", "Qabel l-elezzjoni kont niltaqa' ma' nies li jistaqsuni jekk konniex se nagħlqu l-iskejjel tal-Knisja, jekk kienx se jerġa' jkun hawn il-ġlied u ħafna affarijiet oħra.", "Kien hawn ħafna biża' u jien nawgura li aktar ma jgħaddi żmien u dan il-pajjiż jimmatura, il-kampanji elettorali aktar iservu biex nuru u nispjegaw il-proposti differenti tagħna liċ-ċittadini minflok ma noqogħdu nbeżżgħu bil-babaw, qisna liċ-ċittadini qed ngħidulhom biex jivvvotawlna mhux għax għandna xi ħaġa tajba x'noffrulhom imma għax l- oħrajn huma monstri u allura m'għandhomx jafdawhom.", "Dik hija xi ħaġa ħażina.", "L-importanti hu li aktar ma jgħaddi żmien aktar ikollna politika u kampanji politiċi li jibnu mhux fuq il-biża' min-naħa l-oħra imma fuq il- fiduċja fina nfusna.", "Hemm bżonn li aħna noffru soluzzjonijiet jew inressqu proposti biex jiġu solvuti problemi li jkunu jeżistu f'oqsma differenti.", "Per eżempju, jien nieħu gost li fost l-aktar affarijiet fejn żgur għamilna biċċa xogħol tajba u ma daqqejniex trombi dwarha hija r-relazzjoni tagħna ma' l-iskejjel tal- knisja.", "Dawn mhux talli m'għalaqnihomx talli l-arretrati li l-għalliema kienu ilhom jistennew għal sitt snin sħaħ issa bdew jeħduhom u qed naħsbu biex meta fil-budget nivvotaw il-flus għall-iskejjel tal-knisja nkunu qegħdin nivvotaw somma vera u mhux nivvotaw inqas biex imbagħad idumu x- xhur sakemm jingħatawlhom.", "Aħna wegħedna li se nagħmlu sistema edukattiva fejn nagħtu spazju biex l-iskejjel pubbliċi jsiru aktar demokratiċi fis- sens li jitmexxew minn min jaħdem fihom u l-iskejjel tal-Knisja, skejjel privati u dawk tal-fondazzjonijiet tal-ġenituri jkollhom il-liberta' biex jagħmlu x-xogħol tagħhom.", "Aħna għandna nitgħallmu mid-diversita' ta' skejjel u sistemi differenti li għandna fil-pajjiż u huwa tajjeb li jkollna mudelli differenti f'pajjiżna, li jkollna skejjel li jimxu fuq linji differenti u li għandhom viżjonijiet u programmi differenti għax b'hekk biss l-iskejjel tagħna jistgħu jieħdu r-ruħ.", "Allura d-diversita' li teżisti m'hijiex ta' theddida imma hija opportunita' u rikkezza u huwa tajjeb li nużawha biex insaħħu l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Bil-mod kif ġiet maħtura din il-kummissjoni hemm nies minn skejjel privati, minn skejjel tal-knisja u minn skejjel pubbliċi għaliex dawn kollha għandhom sehem x'jagħtu biex l-edukazzjoni f'pajjiżna tissaħħaħ.", "GĦadna kemm tkellimna fuq il-programmi ta' l-Unjoni Ewropeja fejn studenti minn skejjel differenti jivvjaġġaw minn pajjiż għal ieħor biex jitgħallmu dwar xulxin.", "Dik hija ħaġa tajba u għandna ninkoraġġuha imma kemm għandna ninkoraġġixxu aktar li hawn Malta stess skejjel differenti jsiru jafu lil xulxin!", "Din hija xi ħaġa li ma tiġrix u għalhekk huwa mportanti li jkollna aktar skejjel li jitgħallmu minn xulxin u li jimxu fuq it-tajjeb ta' xulxin.", "Fost l-affarijiet l-oħra li diġa' rnexxielna nwettqu mingħajr ħafna storbju żejjed kienet li bdejna nattakkaw il-problema kbira li sibna fit- taqsima tal-manutenzjoni ta' l-iskejjel.", "Hemmhekk sibna sistema fejn suppost kien hemm 400 ruħ jieħdu ħsieb il-manutenzjoni ta' l-iskejjel imma l-mod kif kienu organizzati u kif kienu jsiru l-affarijiet ma kienx effiċjenti, anzi kien hemm sistema li tagħti lok għal korruzzjoni.", "Biżżejjed insemmi li fil-Parlament konna nivvotaw eluf kbar ta' liri biex nirranġaw l-iskejjel imma minn kull Lm5 ta' materjal li kien jinxtara Lm1 biss kienet jispiċċa fl-iskejjel.", "Ma naħsibx li hawn xi ħadd minn hawn ġew li jaqbel ma' dawn l-affarijiet jew li jaħseb li dan huwa l-mod kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Is-sistemi li kien hemm tant kienu korrotti li s-central stores depot kienu jirriferu għalih bħala t-take-away għax 20% biss tal-materjal li kien jinxtara kien jispiċċa fl-iskejjel u l-kumplament nissuspetta li kien jispiċċa fl-appartamenti privati u f'xogħol ieħor privat li l-istess nies kienu jagħmlu waqt il-ħin li kienu mħallsin biex jirranġaw l-iskejjel.", "Issa dak huwa l-passat u jien nieħu gost li fl- edukazzjoni għamilna taqliba kbira u kważi ħadd ma nduna.", "Ċaqlaqna mijiet ta' nies, għalaqna l-istores u llum meta kap ta' skola jiġi biex jiżbogħ l-iskola mhux bilfors irid jagħmilha safra, qisna kamp tal-militar.", "Ma nafx kif it-tfal tagħna jistgħu jieħdu gost imorru f'dawk l-iskejjel.", "Illum il-kap ta' l-iskola jista' jitkellem ma' interior designer li jagħtih parir dwar x'kuluri jagħżel.", "Tieħu pjaċir li fi skejjel differenti ssib kuluri differenti, kuluri aktar pjaċevoli u mhux dak l-isfar qisu dak li kienu jiżbgħu l-iscammels bih l-Ingliżi qabel ma telqu.", "Illum għallinqas il-flus qegħdin għand il-kapijiet u żgur li m'hemmx take-away stores.", "Jistgħu jagħżlu li jridu, jixtru l-materjal li jridu u l-flus li ngħaddu minn din il-Kamra jmorru fejn suppost.", "Qassamna l-ħaddiema tal-manutenzjoni fi skejjel differenti u ngħid bla tlaqliq ta' xejn li issa rridu nirriflettu ftit biex il-kapijiet jgħidulna kif kienet din l-esperjenza.", "Tajnihom ċans jaħdmu, s'intendi fosthom kien hemm min ma ħax gost għax altru tkun wieħed minn 400 u altru tkun wieħed minn tnejn jew tlieta li trid tmur l-iskola u allura jistgħu jindunaw jekk mortx jew le.", "Hemm fejn din is-sistema qed taħdem tajjeb u għandna rapporti tajbin mill- kapijiet fejn qalulna li hemm nies ta' l-affari tagħhom u qed jagħmlu x- xogħol tagħhom u jien nieħu gost u ngħidilhom grazzi u prosit tax-xogħol li qegħdin jagħmlu, anke għax b'hekk qegħdin isebbħu u jirranġaw l-iskejjel.", "Naħseb li hemm xi problemi li għad irridu naraw kif se nsolvuhom għax aħna bl-ebda mod ma ridna nsolvu l-problemi fiċ-ċentru u nitfgħuhom fuq il- kapijiet.", "Minbarra li dawn għandhom biżżejjed ma' xhiex iħabbtu wiċċhom wasal iż-żmien li nirriflettu ftit dwar kif nistgħu nsolvu l-problemi li ħloqna f'ċerti skejjel.", "Nista' ngħid li minn dak li jgħiduli l-heads, it- teachers u l-uffiċjali tad-division, kull ministru kien iwiegħed li se jirranġa l-istorja tal-purtinara fl-iskejjel imma baqa' ma sar xejn.", "Jien nispera li ma nkunx ieħor fil-lista li qed ngħid li se nirranġa din il- qagħda u nibqa' ma nagħmel xejn dwarha.", "Meta t-tfal huma mdorrijin fid- dar b'livelli ta' iġjene u ndafa ta' ċertu tip, m'hijiex aċċettabbli li fl- iskejjel ikollna ċertu ndafa u ċertu iġjene u rridu naraw kif se nkissru rasna biex din il-problema nippruvaw insolvuha u nibdew innaqqsu minnha.", "Hemm bżonn ukoll li l-kapijiet jieħdu f'idejhom it-tmexxija ta' l- iskejjel u għalhekk huwa importanti li dawn ikollhom strutturi ta' appoġġ biex l-iskejjel jitmexxew bis-serjeta' u biex il-kap ma jispiċċax bħala foreman jew purchasing officer u mbagħad ma jsibx il-ħin biex jagħmel ix- xogħol edukattiv li għandu bżonn jagħmel.", "Għalhekk fix-xhur li ġejjin jien nittama li nkunu qed nagħmlu strutturi ta' appoġġ amministrattiv biex il- kapijiet ikunu jistgħu imexxu l-iskejjel flimkien ma' sħabhom - u din hija importanti ħafna - għaliex hemm kapijiet fejn il-problemi iġibuhom huma stess għax ma jafux jaqsmu r-responsabbilta' ta' tmexxija.", "Li lill- assistent kap, ittrenjat u kapaċi, tirrendih jagħmel xogħol ta' photocopying biss huwa umiljanti għalih u huwa management ħażin.", "Fost l- affarijiet li rridu nagħmlu mal-mexxejja tagħna fl-iskejjel hemm bżonn ta' management culture u ta' managerial attitudes, per eżempju, kif dawn jagħmlu time-management, kif iqassmu l-ġurnata tagħhom, kif iqassmu x- xogħol, kif jikkonsultaw lil sħabhom u kif imexxu b'sistema parteċipattiva fl-iskejjel tagħhom.", "Imma dawn huma xogħlijiet li jieħdu ż-żmien u m'hemmx dubju li rridu naħdmu dwarhom jekk irridu li l-affarijiet jitmexxew bis- serjeta'.", "Jiena naħseb ukoll li wieħed mill-oqsma fejn diġa' għamilna ċerti passi 'l quddiem u għad baqa' x'isir huwa fil-qasam ta' l-ischool health service.", "Jiena naqbel kompletament li l-qasam ta' l-edukazzjoni u l-qasam tas-saħħa iridu jaħdmu flimkien u diġa' qed nagħmlu sforzi biex, per eżempju, fil- qasam ta' l-edukazzjoni speċjali nġibu jaħdmu flimkien iċ-child development advisory unit, nies mill-qasam ta' l-edukazzjoni, nies mill- qasam tal-welfare u nies mill-qasam tas-saħħa.", "Meta niltaqgħu f'dawn il- laqgħat ħafna drabi - u din jiddispjaċini ngħidha u ma ngħidhiex b'gost għax nippreferi nibni fuq l-affarijiet tajbin li diġa' sibt - jgħiduli li din hija l-ewwel darba li qed niltaqgħu flimkien madwar l-istess mejda.", "Jiġifieri ara kemm kienu jaħdmu flimkien!", "Dawn huma aspetti ta' kordinazzjoni li rridu nibnu fuqhom.", "Irridu nitgħallmu naħdmu flimkien għaliex b'hekk u bit-tqassim aħjar tar-riżorsi biss nistgħu nagħmlu x- xogħol tagħna aħjar.", "Per eżempju, min-naħa waħda jkollna l-kapijiet igergru li m'għandhomx appoġġ amministrattiv u mbagħad immur nagħmel żjara fi skola - u jiena nistgħaġeb b'dawn l-affarijiet - u nsib li fis-sular ta' fuq hemm skola tal-mużika li tiltaqa' wara nofsinhar biss u hemm education officer jieħu ħsieb ix-xogħol amministrattiv tagħha, u fis-sala t'isfel għandek skola primarja li lanqas biss għandha part-time clerk.", "Allura, ngħid jien, ma nistgħux inqassmu x-xogħol amministrattiv aħjar u dak l-EO ikompli jagħmel ix-xogħol ta' l-iSchool of Music u jagħmel ukoll parti mix-xogħol amministrattiv ta' l-iskola primarja?", "Jiġifieri rridu naraw li r-riżorsi li għandna jitqassmu aħjar għaliex mhux sewwa li jkollna dawn l-imperi żgħar ineffiċjenti, għax min-naħa waħda jkun hemm min qed igawdi ħafna u min-naħa l-oħra jkun hemm min qed ibati u fl-edukazzjoni, meta jbatu, ma jbatux biss dawk fl-uffiċċju tal-kap imma tbati s-sistema edukattiva kollha kemm hi.", "Qabel nagħlaq irrid nerġa' nirringrazzja lill-kollegi kollha ta' din il- Kamra li ħadu sehem f'din id-diskussjoni fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni, kemm lil dawk li kkritikaw u qalu li hemm xi nuqqasijiet, kif ukoll lil dawk li awguraw lil din il-kummissjoni.", "Jiena m'għandix dubju li din il-kummissjoni għandha ħafna xogħol x'tagħmel.", "Ir- rispett lejha se ġġibu bix-xogħol li tagħmel u kemm jirnexxielha tifrex u tinvolvi nies minn kull qasam tal-ħajja, nies b'fehmiet differenti u nies min-naħat differenti tal-pajjiż biex tkun qed tħares 'il quddiem lejn x'għandu bżonn pajjiżna fil-qasam ta' l-edukazzjoni kemm fil-futur u kif ukoll biex dak li qed isir bħalissa jiġi osservat u studjat minn barra biex fejn ikun hemm nuqqasijiet nagħmlu minn kollox biex nirranġawhom.", "Jiena nerġa' nirringrazzja lill-kollegi kollha tiegħi li ħadu sehem f'dan id- dibattitu parlamentari, lil dawk li aċċettaw li jservu f'din il-kummissjoni u lil dawk li avviċinawni u qaluli: Mela jien ma kontx tajjeb għal dik il- kummissjoni!", "Għax ma għażiltnix?", "Li hu żgur huwa li hemm ħafna spazju għal ħafna nies minn oqsma differenti biex jieħdu sehem fix-xogħol ta' din il-kummissjoni u jiena nittama li dan il-Parlament jivvota favur li din il- kummissjoni tiġi mwaqqfa, tibda taħdem u tagħti l-ġid li lkoll nixtiequ minnha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa mill-Onor Anġlu Farrugia fis-seduta tas-17 ta' Ġunju, 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni kif emendata għaddiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l- Erbgħa, 2 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-Aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - Tieni Qari.", "Kumitati Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, kien hemm żmien meta kien jingħad illi l-isptarijiet tagħna huma sptarijiet unbeatable, kważi m'hemm xejn x'tirranġa fihom u li kollox miexi fuq ir-rubini!", "Eżatt wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet verament kellna sptarijiet unbeatable f'dik li hija diżorganizzazzjoni fl-iktar affarijiet bażiċi tat-tmexxija għax waħda mill-affarijiet li d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jara li ssir hija li, hekk kif qed nersqu lejn it-tielet millenju, is-sistema ta' tmexxija ta' l- isptarijiet tinbidel ħalli tkun iktar effettiva u tkun iktar denja", "Il-bżonn tat-tibdil fit-tip ta' management qed jinħass minħabba li ma jagħmilx sens li jinbena sptar kompletament ġdid u jinbidlu l-istrutturi ta' l-isptarijiet b'tali mod li ndaħħlu servizzi ġodda biex imbagħad jitħalla l-istess tip ta' management li għandna bħalissa.", "Tul il-proċess bejn issa u tliet snin oħra se jkunu qed jiddaħħlu dawn il-bidliet bil-mod il-mod fl-istrutturi preżenti li għandna fl-isptarijiet, jgħaddu mit-test of fire, ħalli meta mill-management li għandna bħalissa ngħaddu għall- management il-ġdid ikun diġa' għadda mit-testijiet kollha neċessarji u jekk ikun hemm bżonn ta' xi tibdil ikun jista' jsir matul dak il-perijodu meta jkun għaddej dak il-proċess.", "Kieku illum xi ħadd kellu jistaqsini jekk iniex kuntent bit-tip ta' management li għandna, ir-risposta tiegħi tkun definittivament \"le\".", "Għalhekk meta konna ħadna d-deċiżjoni fuq l-isptar li qed jinbena f'Tal-Qroqq u għidna li għandu jkun sptar wieħed akut bi 800 sodda, konna għamilniha ċara li t-tip ta' management li għandna bħalissa jrid jinbidel.", "Sur President madwar 15-il ġurnata ilu smajna kritika mill-Onor.", "Psaila Savona fuq it-testijiet tad-demm li qed isiru fil-polikliniċi.", "Tajjeb li wieħed jgħid li ngħatat ordni tul dan l-aħħar xahar li għadda - qabel ma tkellem l-Onor.", "Membru - illi l-appuntamenti għat-testijiet tad-demm fil- polikliniċi li jkunu ordnati mit-tobba tal-polikliniċi jew inkella minn tobba privati m'għandhomx jingħataw għal iktar tard minn ġimgħa.", "Punt ieħor li ssemma mill-Onor.", "Psaila Savona kien jittratta l-mediċini.", "Rigward is-supply tal-mediċini kemm-il darba għamiltha ċara - anke ma' min imexxi d-dipartimenti - li għadni m'iniex mija fil-mija kuntent bis- sitwazzjoni, biss min-naħa l-oħra ma nistax ma napprezzax ix-xogħol li għamlu biex kemm jista' jkun il-medical stores inressquhom bil-mod il-mod lejn sitwazzjoni aċċettabbli.", "Għax irridu nifhmu li l-perjodu ta' żmien minn meta tibda l-procurement procedure sakemm ikollok is-supply mingħand l- aġenti huwa ta' bejn wieħed u ieħor tmien xhur jew disgħa.", "Issa aħna sibna sitwazzjoni fl-istores fejn kien hemm mijiet ta' mediċini neqsin.", "Transazzjonijiet kienu jitmexxew mingħajr ledgers u files ma kenux jintużaw.", "Kien hemm sitwazzjoni fejn il-management accounts kien wieqaf għal xhur sħaħ u s-sistema tal-computer li kienet qed tintuża ma kenitx qed tkun waħda effettiva u kien fiha diversi problemi u apparti minn hekk la kienet tagħtik il-lot number tal-mediċini u lanqas l-expiry date.", "Kellna problemi kbar u verament konna f'sitwazzjoni \"unbeatable\" bil-problemi li kien hemm!", "Minħabba dan kellna noħorġu diversi direct orders biex inkomplu nservu liċ-ċittadini Maltin.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li f'Mejju ta' din is-sena għall-ewwel darba għamilna sistema komputerizzata li mhux biss tagħtik l-ammont ta' mediċini li għandek imma tagħtik ukoll il-lot number, l-expiry date u anke tagħtik il-valur ta' l- istock li għandek.", "Permezz ta' din is-sistema saret iktar faċli li procurement action tittieħed in good time.", "Fir-rigward ta' l-ispiżeriji tal-polikliniċi - fejn kien hemm sistema li dawn jiġu supplied bi stock ta' mediċina kull tliet xhur, sistema li ma tantx kienet effettiva - ħadna d-deċiżjoni u għamilna unit ta' erba' min- nies ħalli meta jkun hemm domanda għal supply ta' mediċina dan it-team ikun jista' jissupplixxi mill-ewwel lit-tali spiżerija ħalli ma nibqgħux fis-sitwazzjoni li kienet ilha għaddejja għal snin twal fejn l-istess mediċina tkun available mill-isptar u mill-istores u fl-istess ħin nieqsa mill-ispiżeriji tal-polikliniċi.", "Niġi issa biex nitkellem dwar każ ieħor li wkoll issemma mill-Onor.", "Psaila Savona fl-aħħar diskors tiegħu fil-ħin ta' l-aġġornament.", "L-Onor.", "Membru semma każ ta' persuna li kienet attendiet id-Dipartiment ta' l- Emerġenza u xi jumejn jew tlett ijiem wara din mietet.", "Tajjeb li wieħed jgħid - u dan mingħajr ma noqgħod insemmi min kien it-tabib - li l-persuna in kwestjoni kienet rat tabib fil-11 ta' Frar, 1997 u hu rriferiha l-isptar biex jagħmlulha xi testijiet.", "Din il-persuna kienet tbati minn diversi mard ieħor pero' jiena ma nħossx li hawnhekk għandi noqgħod insemmi l-mard li kienet tbati minnu.", "Fil-fatt din il-persuna l-għada marret waħedha d- Dipartiment ta' l-Emerġenza, rawha t-tobba ta' l-emerġenza u għamlulha t- testijiet kollha neċessarji u qalulha li ma kellhiex affarijiet tant serji li kellha tiddaħħal l-isptar.", "Jidher li fit-13 ta' Frar, 1997 hija kellmet lit-tabib tagħha u qaltlu x'kienu qalulha t-tobba fl-isptar, iżda ġara li aktar tard it-tabib kuranti tagħha ġie informat li din il-persuna mietet.", "F'dan il-każ iqumu ħafna mistoqsijiet importanti, speċjalment x'isir meta wieħed jara l-kondizzjoni medika u l-mard l-ieħor li kienet tbati minnu din il-pazjenta.", "It-tabib kuranti ta' din il-persuna għażel li fiċ-ċertifikat tal-mewt iniżżel il-kawża tal-mewt tagħha meta kien hemm kondizzjonijiet oħrajn li fil-fatt setgħu wasslu għall-mewt tagħha.", "Ta' min jgħid li ma saritx awtopsja għaliex inħass li ma kienx hemm għalfejn.", "Tajjeb li jingħad ukoll li minkejja diversi mistoqsijiet li saru xorta waħda seta' - qed nuża l-kelma \"seta'\" apposta - kien hemm xi forma ta' kondizzjoni li kienet tbati minnha l-pazjenta u li setgħet wasslet għall-mewt tagħha.", "Sfortunatament dan id-dubju baqa' hemm minħabba li awtopsja baqgħet ma saritx u dan minkejja li min-naħa ta' l-isptar qalu li ma kellha xejn speċjali.", "Sur President, wieħed jista' jkun sensazzjonali billi jikkritika u jkabbar oġġett li jkun hemm imma l-agħar ħaġa hija meta tkun qed tiġi mminata l-amministrazzjoni fil-qasam tas-saħħa.", "Hawnhekk se nieħu spunt minn dak li qal l-Onor.", "Psaila Savona meta qal li fejn tidħol is-saħħa għandna nimxu id f'id.", "Iva, hekk għandu jkun u m'għandux ikun hemm stejjer sensazzjonali li ma jkun fihom xejn verita' jew inkella, agħar minn hekk, ikun hemm nofs verita'.", "Għaldaqstant filwaqt li nħeġġeġ lill-impjegati fis-settur tas-saħħa u fis-settur ta' l-anzjani sabiex jagħmlu l-almu tagħhom, inħeġġiġhom ukoll sabiex ma jaqtgħux qalbhom minn kritika inġusta li ħafna drabi tkun qed issirilhom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, fil-ftit ħin li baqa' xtaqt li nitkellem ftit fuq il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Diversi membri miż-żewġ naħat ta' din il-Kamra kemm-il darba tkellmu fuq l-importanza li nħarsu l- wirt storiku u aktar minn hekk għandna napprezzaw din il-ġawhra li qed ngħixu fiha.", "Jiena nqis lil Malta bħala mużew wieħed.", "Il-barranin jiskantaw kif fi gżira ta' dan iċ-ċokon għandna dawn it-teżori.", "Hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi jekk il-poplu Malti huwiex qiegħed japprezza dawn it-teżori għaliex teżor f'idejn min ma japprezzahx ma jiswa xejn.", "Wisq nibża' - u llum għadna kemm spiċċajna d-dibattitu dwar l-edukazzjoni - li fis-saffi t'isfel fejn hemm it-tfal ta' l-iskola għadna ftit lura ħdejn pajjiżi oħra meta niġu biex ngħallmu kif nistgħu napprezzaw dan il-wirt, kif nistgħu nieħdu ħsiebu, kif nippreżentawh aħjar u kif finalment nistgħu nbigħuh lit- turist li jiġi jżurna.", "Jiena nemmen li s-suġġett ta' l-istorja ta' Malta għadu mhuwiex qiegħed jingħata l-importanza li tixraqlu fil-kurrikulu ta' l- iskola.", "Nerġa' ngħid li llum għadna kemm spiċċajna d-dibattitu dwar l-edukazzjoni u kien hemm diversi kelliema li enfasizzaw il-punt li l-istorja ta' Malta għandha tkun wieħed mis-suġġetti li jingħata importanza kbira.", "Għaliex?", "Għax l-ewwelnett jekk aħna nħarsu lejn il-gżira tagħna nsibu li hija gżira li tiddependi ħafna mit-turiżmu.", "Hemm diversi setturi oħra li Malta tiddependi minnhom pero' l-industrija tat-turiżmu hija l-akbar industrija li tħallilna qligħ.", "Jekk nieħdu l-fattur turistiku u nħarsu daqsxejn madwarna malajr nindunaw għaliex it-turisti jiġu Malta.", "Dawn jiġu minħabba x-xemx u l-baħar u forsi minbabba l-karattru tal-Maltin - li sfortunatament m'għadux dak li kien qabel għax qed insiru indifferenti għall-bżonnijiet ta' ħaddieħor - pero' jiena għandi d-dubji tiegħi kemm Malta qiegħda tiġi marketed barra minn pajjiżna għat-teżori sbieħ li għandha.", "Jekk aħna nirriflettu ftit insibu li l-pajjiżi ta' madwarna għandhom bajjiet ferm ikbar minn tagħna u għandhom xemx daqsna u iktar minna wkoll u allura ma naħsibx li b'xi mod nistgħu nikkompetu magħhom fuq dan il-livell.", "Jiena nemmen li aħna nistgħu iktar nikkompetu fuq livell ta' kultura u fuq livell ta' wirt storiku li għandna għaliex pajjiżi oħra m'għandhomx dan il-wirt storiku li għandna aħna.", "Per eżempju, jekk inqabblu lil Malta mat- Tuneżija, li bħalissa qed toffrilna kompetizzjoni tremenda fit-turiżmu, insibu li Malta hija ricca ħafna iktar mit-Tuneżija f'dak li huwa wirt storiku.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jagħmel daqsxejn ta' analisi u jara jekk il-mużewijiet li għandna humiex jikkejterjaw għat-turisti li qed jiġu jżuruna.", "L-ewwelnett irridu ngħidu li dawn il-mużewijiet - ħalli ma nitkellimx biss fuq in-naħa negattiva - kultant jagħmlu l-mirakli meta tikkonsidra r- riżorsi li għandhom.", "Ir-riżorsi li dawn għandhom huma ftit u l-investiment li jsir fihom mhuwiex dak li wieħed jistenna.", "In-nies li qed jieħdu ħsieb dawn il-mużewijiet - ma nixtieq nagħmel riferenza għal ħadd partikolari - m'humiex imħarrġin biżżejjed biex ikunu jistgħu jikkejterjaw għat-turisti li jiġu jżuruna, li kultant ikunu turisti ta' livell għoli li jistgħu jġibu magħhom tip ta' turiżmu differenti.", "Jiena nieħu pjaċir ħafna nara li qed ikun hemm investiment privat fejn jidħol il-wirt storiku.", "Din hija inizjattiva ta' min ifaħħarha.", "Għadni kemm mort rajt is-Sacra Infermeria li huwa post li ġie rrestawrat u ppreżentat b'mod tassew professjonali għax saret ir-riċerka kollha meħtieġa.", "Wieħed ta' min isemmi wkoll d-dungeons ta' l-Imdina li wkoll huma attrezzati u ppreżentati b'mod tajjeb lit-turisti.", "Dawn huma affarijiet li t-turist jieħu gost jara meta jkun qiegħed jagħmel il-btala tiegħu.", "Pero' jekk imbagħad tħares lejn it-tempji preistoriċi tagħna, bħal per eżempju dak ta' Ħaġar Qim, bilfors li jkollok tistaqsi jekk nistgħux nippreżentawhom ftit aħjar lit-turisti.", "Kieku, per eżempju, ikollna audio- visuals f'postijiet bħal dawn ma' jkunx aħjar sabiex lIt-turist irridu nagħmlulu l-mawra tiegħu iktar pjaċevoli.", "Sur President, hawnhekk ta' min wieħed jirrifletti ftit u jistaqsi jekk it-tfal tagħna aħniex qed ngħallmuhom dwar dawn it-teżori għandna f'dawn it- tempji preistoriċi.", "Jien naf li fil-lezzjonijiet isir xi tagħlim dwarhom pero' kemm qed norganizzawlhom ħarġiet kulturali lit-tfal sabiex ikunu jistgħu jżuru dawn is-siti?", "Kemm qed ngħallmuhom kontra l-vandaliżmu li kultant issib fuq dawn is-siti?", "La qed nitkellem fuq mużewijiet irrid ngħid li huwa tajjeb li nfaħħru l-investiment li sar fuq xi wħud mis-siti preistoriċi uniċi ta' pajjiżna fosthom - din il-ġimgħa anke dehret fuq l- aħbarijiet - ir-restawr ta' l-Ipoġew ta' Ħal-Saflieni.", "Din kienet aħbar sabiħa ħafna u intqal li issa li r-restawr fuq dan il-post tlesta dalwaqt ikun miftuħ għall-pubbliku.", "L-affarijiet qed jiġu ppreżentati b'mod professjonali tant li anke hemm home page fuq l-internet fejn wieħed ikun jista' jikseb l-informazzjoni b'mod modern.", "Hekk għandhom isiru l- affarijiet.", "Hekk għandna nippreżentawha lil Malta tagħna.", "Imbagħad hemm punt ieħor li xtaqt ngħid xi ħaġa fuqu wkoll u dan jirrigwarda l- fondazzjonijiet li qegħdin jieħdu ħsieb il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Jiena kkuntattjajt żewġ għaqdiet li huma dedikati ħafna għal dan ix-xogħol - il-Fondazzjoni Patrimonju Malti u Din l-Art Ħelwa.", "Il- Fondazzjoni Patrimonju Malti tispeċjalizza l-iktar fuq wirjiet minn kollezzjonijiet privati ta' teżori artistiċi u trawwem studenti sabiex ikunu kapaċi jirrestawraw.", "Din il-fondazzjoni rnexxielha tagħmel diversi wirjiet fosthom waħda ta' oġġetti tal-fidda fejn esebixxiet madwar 1,500 biċċa tal-fidda fil-Palazz tal-Gran'Mastru u f'Marzu tas-sena d-dieħla se jagħmlu wirja oħra tal-kostumi.", "Meta kont qed nitkellem maċ-chairman ta' din il-fondazzjoni dan qalli li xi kultant jibdew jaqtgħu qalbhom li ma tantx se jsibu materjal biex itellgħu wirja bħal din u fil-fatt jispiċċaw isibu materjal iktar milli jkunu jridu.", "Permezz ta' fondazzjoni bħal din dawn it- teżori li qegħdin għand il-privat jiġu esebiti fil-pubbliku, jingħataw coverage internazzjonali u b'hekk inkunu nistgħu nattiraw turiżmu ta' livell għoli.", "Barra minn hekk din il-fondazzjoni toħroġ magazine li huwa ta' livell għoli ħafna u apparti l-Maltin li hemm abbonati fiha hemm ukoll 60 barrani.", "Tajjeb ngħidu li l-Gvern jagħti support finanzjarju lil dawn l-għaqdiet, pero' xorta waħda qed isibu diffikultajiet kbar u kieku ma jkunx għall-inizjattiva tal-membri ħabrieka tagħhom kieku dawn l-għaqdiet jisfaxxaw.", "L-għaqda l-oħra, jiġifieri Din l-Art Ħelwa, li wkoll hija għaqda dedikata ħafna, rnexxielha tagħmel ħafna restawr fuq siti importanti bħalma huma t- Torri ta' l-Għallies, it-Torri Mamo, Santa Maria Battery, il-Kappella ta' Santu Rokku f'Ħaż-Żebbuġ, it-Torri ta' Wignacourt u oħrajn.", "Dan ix-xogħol isir permezz ta' għajnuna mill-gvern u kultant anke b'koperazzjoni mal- kunsilli lokali.", "Hawnhekk forsi ta' min wieħed jistaqsi x'support qed isibu għaqdiet bħal dawn?", "Ix-xogħlijiet li qed isiru nistgħu ngawduhom aħna l-Maltin u jistgħu jgawduhom ukoll t-turisti li jiġu jżuruna pero' jiena nemmen li għandna teżori oħrajn li ma tantx qegħdin nagħtu kashom u qed nalludi għat-teżori ta' taħt il-baħar.", "Hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa sabiex it-teżori li għandna taħt il-baħar insalvawhom.", "Tkun ħaġa utli ħafna jekk aħna nwaqqfu għaqda ta' grupp ta' nies professjonali li jkunu jistgħu jtellgħu dawn it-teżori minn qiegħ il- baħar sabiex b'hekk inkunu nistgħu napprezzawhom fil-mużewijiet tagħna.", "Hemm bżonn li noqogħdu attenti li dawn it-teżori ma jinsterqulniex minn xi barranin li kultant jiġu għal vaganza f'pajjiżna u jmorru jgawduhom huma f'pajjiżhom.", "Il-wirt storiku huwa tagħna u għandna napprezzawh u fl- istess ħin ngħallmu lil uliedna japprezzawh u jindokrawh.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal- lejla, 2 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fin-12.30 p. m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MDC - PASSAPORTI DIPLOMATIKU", "6455.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm bħalissa rappreżentanti u/jew impjegati ta' l-MDC għandhom passaport diplomatiku u f'liema belt huma residenti; rappreżentanti u/jew impjegati ta' l-Air Malta u f'liema belt huma residenti; rappreżentanti u/jew impjegati ta' l-NTOM u f'liema belt huma residenti; u rappreżentanti u/jew impjegati tal-METCO u f'liema belt huma residenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "NAZZJONIJIET UNITI - KANDIDATURA TA' MALTA", "6456.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 3370 magħmula minni, jista' jgħid jekk bejn is-27 ta' Ottubru, 1996 u l-15 ta' Ġunju, 1997 Malta ppreżentatx il-kandidatura tagħha jew ta' xi persuna ta' nazzjonalita' Maltija għal xi kariga elettiva f'xi waħda mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li tagħha hija membru u, jekk iva, għal-liema kariga, meta u b'liema riżultat; u jekk hux beħsiebu jippreżenta xi kandidatura simili bejn is-16 ta' Ġunju, 1997 u l-31 ta' Marzu, 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fis-27 ta' Jannar ta' din is-sena il-Gvern ta' Malta ppreżenta l-kandidatura ta' Dr. Godwin Debono fl-elezzjoni għall- Kummissjoni dwar il-Limiti tal-Blata Kontinentali tal-Liġi tal-Baħar.", "L- Elezzjoni nżammet fi New York f'Marzu ta' din is-sena.", "Dr. Debono ma ġiex elett.", "F'Mejju ta' l-1997, Malta ġiet eletta unanimament bħala membru tal- Kunsill Eżekuttiv ta' l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' l-Armi Kimiċi.", "F'Novembru ta' l-1996, Mr. Carmel Degabriele ġie ri-elett bħala membru tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Soċjali ta' Nazzjonijiet Uniti (United Nations Commission for Social Development).", "Il-perjodu ta' din in- nominazzjoni jiddekorri sal-31.12.2000.", "AMBAXXATUR TA' MALTA F'ĠINEVRA - RAPPORT", "6457.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li fid-diskors tiegħu lill- Commission on Human Rights fit-2 ta' April, 1997, mehmuz mar-risposta li l- Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru W551, l- ambaxxatur ta' Malta f'Ġinevra qal: \"I am pleased to inform the Commission that Malta Human Rights Association was set up in September 1996\", jista' l- Viċi Prim Ministru jgħidilna x'inhu l-istatut ta' din l-assoċjazzjoni; jekk l-assoċjazzjoni hijiex pubblika jew privata; kif jiġu eletti jew maħtura l- uffiċjali tagħha; min huma l-uffiċjali tagħha bħalissa; u għal kemm żmien qegħdin fil-kariga tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta Human Rights Association hija Non Governmental Organisation.", "KUMMISSJONI EWROPEA - PROGRAMM TA' AZZJONI", "6459.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal programm ta' azzjoni f'April li għadda li l- iskop tiegħu hu t-titjib tas-sistema tat-taxxa indiretta u tiġi evitata u eliminata l-frodi f'din is-sistema, u in vista tal-fatt wkoll li dan il- programm li se jkun ta' ħames snin (mill-1.1.98 sal-31.12.2002) se jkun miftuħ wkoll għall-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u għal Ċipru, jaħseb il-Viċi Prim Ministru li Malta għadha titlob sabiex tieħu sehem hi wkoll f'dan il-programm msejjaħ FISCALIS?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Peress illi l-programm imsejjaħ FISCALIS huwa l-ewwel pass fit-twettiq ta' sistema komuni tal-VAT fl-Ewropa, liema sistema mhix konformi mal-politika tal-Gvern, mhix l-intenzjoni tal-Gvern li jitlob sabiex Malta tieħu sehem fil-programm indikat.", "U.E.- RENEWABLE SOURCE OF ENERGY", "6514.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-mistoqsija parlamentari numru 4590 magħmula minni, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-programm ġdid ta' ħames snin ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta' fonti mġedda ta' enerġija (renewable sources of energy) msejjaħ ALTENER II jipprovdi biss għal koperazzjoni mal-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u ma Ċipru, iżda mhux ma Malta?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll għaliex dan il-programm ma jipprovdix għal koperazzjoni ma' Malta?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux biħsiebu jagħmel li jista' sabiex dan il-programm, hekk utili għal Malta, jiġi estiż għal Malta wkoll minkejja l-fatt li waqqafna l-proċess tagħna għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l- programm ta' l-Unjoni Ewropea msejjaħ ALTENER II għadu fil-fażi ta' proposta mill-Kummissjoni Ewropea u għandu jkopri s-snin bejn l-1998 u l- 2002.", "Din il-proposta tipprovdi biss għal koperazzjoni mal-pajjiżi ta' l- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u ma' Ċipru peress li dawn il-pajjiżi għandhom pre-accession strategy mal-unjoni.", "Madankollu mhux eskluż li, jekk tinħass il-ħtieġa, il-Gvern Malti jitlob sabiex il-koperazzjoni fi ħdan dan il- programm tiġi estiża għal Malta fl-isfond tar-relazzjonijiet mill-qrib li l- Gvern jixtieq mal-unjoni.", "HAMRUN - PROVVISTA TA' ILMA", "6522.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom bla provvista ta' l-ilma residenti li joqogħdu wara l-Knisja ta' San Gejtanu fil-Ħamrun?", "Għaliex?", "Tista' tingħata provvista ta' ilma mill-aktar fis?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il-każ imsemmi u rriżulta li bejn it-13 u l-14 ta' Ġunju, 1997 feġġgħet ħsara fuq mejn prinċipali tal-21 pulzier fl-inħawi msemmija.", "Fl-20 ta' Ġunju il-korporazzjoni ittestjat il-pressjoni ta' l-ilma fi Triq Dun F. Camilleri u Triq Barbara u rriżulta li l-provvista hija sodisfaċenti.", "PATATA FFRIŻATA - IMPORTAZZJONI", "6524.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati frozen chips f'pajjiżna matul din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-importazzjoni ta' patata ffriżata bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena hu kif ġej:-", "|Pajjiż |Piż |Valur | | | |(Lm) | |Belġju |105451 |24801 | |Franza |156189 |46033 | |Italja |5820 |3794 | | | | | |Olanda |77044 |20103 | |Renju |45614 |27748 | |Unit | | | |Total |390118 |122479 |", "SPTAR SAN LUQA - BARIUM ENEMA", "6531.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex Barium Enema (BA ENEMA) jrid aktar minn xahrejn biex isir fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Diġa' ttieħdu l-miżuri neċessarji biex il-waiting time għall-BARIUM ENEMA jinżel għal mhux iżjed minn 30 ġurnata.", "Qegħdin ukoll jittieħdu l-passi meħtieġa biex jinġieb apparat ġdid ta' l- iscreening għall-BARIUM ENEMA, ħaġa illi ilu hemm bżonnha diversi snin.", "Din hi parti mill-upgrading tad-Dipartiment ta' l-X-Rays.", "TARZNA", "6532.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li s-sitwazzjoni finanzjarja fit-Tarzna kienet aħjar fl-ewwel xhur ta' din is- sena meta mqabbla mal-ewwel xhur tas-sena l-oħra; u peress li daħlu anqas vapuri għat-tiswija fit-Tarzna din is-sena jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għal din?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalkemm daħlu bastimenti ftit inqas mis-sena l-oħra l-valur tal-bastimenti li ssewwew kien aktar minn dak tas-sena l-oħra.", "Barra minn hekk iż-żmien stipulat fuq ix-xogħol ta' dawn il-bastimenti inżamm skond il-kuntratt li kien hemm.", "U.E. - KUMITAT TAR-REĠJUNI", "6535.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Fid-dawl tal-fatt li l-Kumitat tar- Reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea ltaqa' ma' madwar 30 sindku mill-pajjiżi ta' l- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u minn Ċipru fis-sessjoni tiegħu tal-11 u 12 ta' Ġunju, 1997, in vista tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea lejn dawn il- pajjiżi, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk hemmx possibbilta' li ssir inizjattiva simili għal Malta sabiex ma nitilfux kuntratt hekk siewi għal kunsilli lokali tagħna, minkejja l-fatt li qed nitħallew barra minn dawn l-inizjattivi peress li ffriżajna l-applikazzjoni tagħna għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien qed nippreżumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-Forum Regions and Cities: Cooperation beyond the borders of the Union organizzat mill-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea li sar fil-11 u 12 ta' Ġunju 1997, ġewwa Brussels.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li, fil-fatt, l-Assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li tirrappreżenta lill-kunsilli lokali kollha f'kull inizjattiva internazzjonali ta' l-Awtoritajiet tal-Gvern Lokali, inklużi dawk tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea, kienet mistiedna biex tattendi għal dan il-Forum.", "Jiena nformat li l-assoċċjazzjoni ma setgħetx tattendi mħabba mpenji oħra li hija kellha barra minn Malta konnessi mal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Minn dan jirriżulta li l-preokkupazzjonijiet ta' l-Onor.", "Interpellant huma bla bażi.", "SAĦĦA - INFERMIERA BARRANIN", "6536.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nurses ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu fid-Diparitment tas-Saħħa llum?", "X'tip ta' nursing duties jagħmlu?", "Kemm jiswew lill-Gvern f'paga u allowancs oħra li huma ntitolati għalihom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' infermiera ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa huwa 47 (37 Staff Nurses u 10 Enrolled Nurses).", "Dawn jiswew il-Gvern Lm321,477 fis-sena f'pagi u allowances oħra.", "Il-maġġoranza tagħhom għandhom l-istess salarju u allowances bħall-infermiera Maltin, iżda fil-bidu tas-sena l-oħra, wara ftehim mal-unions dwar kampanja ta' reklutaġġ ta' infermiera barranin, il- Gvern offra pakkett speċjali għall-infermiera li għandhom esperjenza f'oqsma speċjalizzati bħall-theatre nursing u intensive care.", "Il-kuntratt ta' dawn l-infermiera hu wkoll għal sena u l-pakkett ivarja skond is-snin ta' esperjenza fl-ispeċjalizzazzjoni.", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR REĠISTRATI", "6537.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar reġistrati mal-Pulizija llum?", "(Jiġifieri licenced to keep) Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' x'tip ta' armi huma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TA' BIRD RINGERS", "6538.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-liċenzja ta' bird ringers illum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hawn 14 -il persuna li ghandhom licenzja ta' bird ringers.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TA' ARMI", "6539.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet ġodda minn persuni to carry a fire arm for sporting purposes sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ma tinzammx statistika ta' l- informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "KAĊĊATURI - LIĊENZJI", "6540.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għaddew mill-eżami ħalli jingħataw liċenzja to carry a fire arm u biex jonsbu sena b'sena minn mindu beda jseħħ dan ir-regolament?", "Kemm kien hemm persuni li weħlu minn dan l-eżami?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minn meta bdew isiru l-eżamijiet tal-kaċċa mill-1 ta' Settembru 1995 sa l-20 ta' Ġunju 1997 għaddew mill-eżami 1617 persuna.", "Dawn huma mqassmin f'dan li ġej:", "|Sena |Kaċċa|Nsib | |1995 |181 |66 | |1996 |534 |96 | |1997 |690 |50 |", "Peress li l-intenzjoni ta' l-eżami hija waħda edukattiva, kull applikant huwa mistenni li jifhem il-provvedimenti tal-liġi, u fl-aħħar mill-aħħar li jgħaddi mill-eżami.", "Xi drabi jkun hemm individwi li ma jkunux għamlu l-istudji meħtieġa biex jirrispondu d-domandi magħmula lilhom li jkunu bbażati fuq materjal li jintbagħat lil kull applikant mid-Dipartiment ta' l-Ambjent għal dan l- iskop.", "Dawn il-persuni baqgħu u jibqgħu jingħataw kull ċans biex jergħġu joqogħdu għal eżami ieħor sakemm fl-aħħar jgħaddu.", "Għalhekk għalkemm f'xi stadju kien hemm persuni li weħlu mill-eżami, dawn sussegwentement jgħaddu, u s'issa ebda persuna ma tista' tgħid li weħlet.", "P.A. - APPLIKAZZJONI GĦALL-WORKSHOP", "6577.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċevitx applikazzjonijiet għal workshop ta' mastrudaxxa fi Triq S.Cannataci fis-Swieqi bejn l-1994 u llum?", "Jekk iva, kemm kienu dawn l-applikazzjonijiet?", "Min applika u meta saret l- applikazzjoni?", "F'kull każ fiex wasal il-proċess ta' dawn l- applikazzjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l- Awtorita' ta' l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni waħda għal workshop fi Triq S. Cannataci, l-Ibraġġ bejn l-1992 u llum.", "L-applikazzjoni PA 2346/95 saret minn Arthur Cauchi nhar is-7 ta' April, 1995 sabiex jinbidel garaxx għal workshop.", "L-iżvilupp propost ġie rifjutat fil-25 ta' Ottubru 1995, u wara talba għal rikonsiderazzjoni tad-deċiżjoni, l-applikazzjoni reġgħet ġiet rifjutata fl-1 ta' Marzu 1996.", "FLEUR-DE-LYS - -KUMITAT ĊIVIKU", "6578.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-talba li qed jagħmel il- Kumitat Ċiviku ta' Fleur-de-Lys sabiex jitwaqqaf kunsill lokali hijiex qed tiġi kkonsidrata attivament mill-awtoritajiet?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslet din it-talba?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġa' weġibt għall-mistoqsija parlamentari numru 3146 t-talba tal-Kumitat Ċiviku ta' Fleur-de-Lys trid tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili u mhux separament.", "Dawn it-talbiet għadhom qed jiġu kkonsidrati.", "BUĠIBBA/QAWRA - XOGĦLIJIET", "6593.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Rigward ix-xogħol kollu li qed isir fl-upgrading ta' Buġibba u l-Qawra, jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm-il direct order ħarġet; il-valur ta' kull direct order; il-lista ta' xogħlijiet ndikati f'kull direct order; lil min ġew awarded dawn id-direct orders; il-valur totali (stima) tad-direct orders; u kemm fil-fatt kien hemm variation fuq kull direct order sal-lum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - ACCOUNTANT", "6594.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur ġietx ingaġġata xi persuna bħala accountant/financial manager/financial controller/financial consultant mal-Water Services Corporation u jekk fl-affermattiv, jgħid jekk inħariġtx call for application, kemm interna jew esterna u meta nħarġet; x'inhuma l-job requirements u s-salarju marbut ma' dan il-job; u min iffirma l-approval ta' l-aċċettazzjoni tan-nomina ta' l-istess applikant (ovvjament min-naħa tal-bord)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Water Services Corporation ma taqax taħt ir- responsabbilta' tiegħi u ma tifformax parti mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "BIĊĊERIJA - PROĠETTI", "6595.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 6422 dwar proġetti fil-Biċċerija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif intqal tajjeb mill-Onor.", "Ninu Zammit fil- mistoqsija parlamentari numru 6422, l-Amministrazzjoni Nazzjonalista \"kienet ħalliet sitwazzjoni diżastruża\" fil-Biċċerija.", "L-ikbar negliġenza kienet il-ħmieġ li wieħed seta' jara tista' tgħid kull fejn jiġi pproċessat il-laħam.", "Kienet proċedura normali li t-tindif wara li ssir il-qatla, u li tispiċċa għall-ħabta tas-sagħtejn, ma jsirx qabel l-għada fil-għodu bil-konsegwenza li l-intejjen li kien ikun hemm kienu jkunu insapportabbli u fuq kollox bl-ebda mod rakkomandabbli mil-lat ta' iġjene.", "Din il-proċedura issa spiċċat billi nbiddlu l-ħinijiet tax-xogħol ta' dawk li jnaddfu biex b'hekk, wara kull qatla, it-tindif isir immedjatament u l-fdalijiet ma jitħallewx jintnu sa l-għada.", "Irriżulta wkoll li annimali mejta li jidħlu fil-biċċerija jitħallew ma' l- art għal sigħat twal jitbasktu fix-xemx minn fil-għaxija sa l-għada fis- siegħa ta' wara nofs inhar sabiex jitneħħew.", "Traskuraġni bħal din ma għadhiex iżjed ittollerata u qegħdin fil-proċess li nagħmlu skip apposta biex bhejjem mejta jitgħabbew u joħorġu immedjatament barra mill-biċċerija.", "Barra minn hekk, stabbilejna proċedura ta' superviżjoni biex naċċertaw rwieħna li bejn il-ħinijiet normali tax-xogħol ikun hemm min hu tassew responsabbli billi jaċċerta ruħu li l-annimali maqtula lesti għall-bejgħ huma miżmuma sewwa u kompletament separati minn annimali oħra li jkunu għadhom ma għaddewx mill-eżami veterinarju.", "Illum responsabbli wkoll biex jaraw li l-makkinarju kollu kemm hu jkun qiegħed jiffunzjona kontinwament kif suppost sabiex il-laħam jibqa' dejjem fl-aħjar kondizzjoni.", "Dħalna fi ftehim mad-Dipartiment ta' l-Immaniġġjar ta' l-iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija sabiex dawn jiġu l-biċċerija regolarment u jaħslu l-art kollha ta' barra l-kmamar ġewwa l-biċċerija.", "Minħabba nuqqas ta' kapaċita' li sibna fil-biċċerija, konna kostretti li nidħlu fi ftehim ġdid ma' l-uniku biċċerija privata li teżisti u li kienet tista' tgħid waqqfet kompletament il-qtil tal-majjal.", "Hija tassew allarmanti li l-biċċerija tal-Gvern waslet f'dan l-istat li ma tlaħħaqx mad- domanda.", "Bi ftehim mal-Meat Sellers Association, bdejna proċedura li biha l- konsumaturi jkollhom rashom mistrieħa li l-ħanut minn fejn ikunu qegħdin jixtru ċ-ċanga friska jkunu tassew xtraw ċanga friska mill-biċċerija u jkunu jafu wkoll meta ċ-ċanga li għandhom jkunu xtrawha l-aħħar.", "Barra minn hekk, f'dawn l-aħħar seba' xhur ġie ffinalizzat ix-xogħol tal- bini tal-laboratorju l-ġdid u li bħalissa qiegħed jitlesta minn ġewwa; tkompla x-xogħol fuq iċ-chillers; sar overhaul tal-power room fuq is- sistemi ta' l-Ammonia u tal-Freon kif ukoll fuq il-Broilers, inkluż re- tubing; u ngħata service neċessarju lill-makkinarju fuq il-linja tal-qatla tal-majjal.", "Naturalment fadal ħafna xi jsir u nieħu pjaċir nara li l-Onor. kollega jinteressa ruħu fl-attivita' tagħna biex inwasslu dan il-prodott hekk importanti fl-aħjar kondizzjoni li jixraqlu l-konsumatur.", "TOROQ RURALI - ASFALTAR", "6596.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'vot għandu allokat għall-asphalting/concreting ta' toroq rurali għas-sena 1997 kif ukoll f'liema toroq rurali se jsir xogħol ta' dan it-tip sa l-aħħar ta' l-1997 fis-segwenti rħula: Għaxaq, Gudja, Marsaxlokk, Safi, Kirkop, Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Siġġiewi, Żebbuġ, Rabat, Dingli, Mġarr (plus l-akwati ta' madwarhom)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għar-risposti li jiena tajt għad-diversi mistoqsijiet dwar l-istess suġġett fosthom il- mistoqsijiet parlamentari numri 3272, 3268, 3267, 3264 u 3259.", "WSC - UFFIĊJALI", "6597.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jikkonferma l-Ministru li nhar il-Ġimgħa 13/6/97 xi uffiċjali tal-Water Services Corportation telgħu bil-\"helicopter\" biex jiffilmjaw partijiet tal-pajjiż u jekk fl-affermattiv, jgħid x'kien l-iskop ta' dan l-iffilmjar; min kienu l-uffiċjali; kemm kienet l-ispiża totali ta' din l-operazzjoni; u jekk iffilmjawx xi depressions jew ħofor (għall- skopijiet ta' bini ta' mħażen ta' l-ilma) u, jekk fl-affermattiv, fejn instabu dawn il-ħofor?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tipproduċi l-corporate video tagħha sabiex ikun jista' jintwera f'okkażjonijiet ta' preżentazzjonijiet bħala fieri, konferenzi, seminars, kampanji edukattivi u ta' nformazzjoni, taħriġ għall-impjegati u ħtiġijiet oħra konnessi mar-relazzjonijiet pubbliċi.", "F'dan il-filmat kien jenħtieġ li jittieħdu xeni mill-ajru ta' l-assi tal- Koporazzjoni bħal mhuma l-impjanti tar-Reverse Osmosis, ġibjuni, pumping stations, workshops u aspetti oħra konnessi mal-ħarsien ta' l-aquifer.", "Sabiex titwettaq din l-attivita' il-missjoni Taljana ġentilment offriet is-servizz ta' helicopter b'xejn lill-Koroporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "Din hija prova tanġibbli tar-relazzjonijiet tajba li hemm bejn il- koroporazzjoni u l-missjoni Taljana b'riżultat tal-kollaborazzjoni li dejjem kien hemm f'attivitajiet ta' natura ekoloġija bħal tindif ta' widien.", "L-uffiċjali li telgħu fuq din it-titjira kienu l-Financial Controller, il- PRO u engineer.", "L-uniku spiża kienet ta' Lm72.50 li kien tikkonsisti f'polza ta' assikurazzjoni biex tkopri lill-uffiċjali, il-fotografu u l-cameraman.", "Ir-risposta dwar skopijiet ta' bini ta' mħażen ta' l-ilma hija fin- negattiv.", "WSC - UFFIĊJALI", "6598.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jikkonferma l-Ministru li mill-01.11.96 sal-lum uħud mill- uffiċjali tal-Water Services Corporation li qabel is-26.10.96 kienu Heads ta' diversi branches issa ġew imniżżla għall-grad ta' manager u jekk fl- affermattiv, jgħid ta' liema sezzjonijiet kienu il-Branch Heads affettwati; u jekk dan iċ-ċaqliq jew demotions kellux marbut miegħu tnaqqis fis- salarju u benefiċċji oħra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CILIA ONOR.", "JOE - AVVENIMENT TAL-JOY PARTY", "6607.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'ried ifisser is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Joe Cilia meta ddeskriva l-avveniment tal-Joy Party bħala magnificent u li dan huwa tip ta' inizjattiva li jaqblu mal-politika tal-gvern għaż-żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Wara li l-Onor.", "Segretarju Parlamentari ddisassoċja ruħu mill-istess avveniment, kull kumment dwar x'sar qabel ikun superfluwu.", "JOY PARTY - ORGANIZZATURI", "6608.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għaliha s- Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Joe Cilia rtira l-appoġġ tal-Ministeru lill- organizzaturi tal-Joy Party?", "Fiex kien jikkonsisti dan l-appoġġ?", "X'kienu l-kondizzjonijiet, jekk kien hemm, biex ingħata dan l-appoġġ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Segretarju Parlamentari Cilia ddisassoċja ruħu mill-attivita' ndikata mill-Onor.", "Interpellant peress illi din kienet waħda 'all night' u ma riedx li jinħoloq preċedent għall-Gvern għal din it- tip t'attivita'.", "L-appoġġ imwiegħed oriġinarjament ma kienx wieħed finanzjarju iżda biss li s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti jaċċetta l-partoċinju ta' din l-attivita'.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - KAROZZI TAL-KIRI", "6609.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5975, jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizz tal-kiri tal-karozzi għadu jingħata mill-istess garage li miegħu kien sar il-kuntratt qabel l- elezzjoni ta' Ottubru, 1996 u li \"għadu fis-seħħ\"?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd għadu jagħmel użu mis-servizz tal-kiri tal-karozzi mingħand l-istess garage li miegħu kien sar il-kuntratt qabel l-elezzjoni ta' Ottubru, 1996.", "Dan il-kuntratt għadu fis-seħħ.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - WHITE ROCKS COMPLEX", "6624.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdem fulltime jew part-time fil-White Rocks Complex, f'Baħar iċ-Ċagħaq u x'inhuma l-grades tagħhom?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fil-White Rocks Holiday Complex, bhalissa hemm dawn l-istaff:-", "FullTime Works Technical Officer 1 Admin/Security Officer 1 (Kazwali) Housekeeper 1 (kazwali) Executive Officer 2 (1 kazwali) Receptionist/Clerk 5 (kazwali) Group D 3 General Hand (Maintenance) 13 General Hand (Security) 6 (4 Kazwali) General Hand (Cleaners) 8 (5 Kazwali)", "Part-time", "Instructor III, fl-Education Department jagħmel ukoll xogħol part-time bħala Front Office Manager.", "SAĦĦA - MEDICAL RECORDS", "6625.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'uniformi għandhom l-impjegati li jaħdmu fil-Medical Records?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninformak li l-uniformi ta' l-impjegati tal-Medical Records s'issa hija l-istess bħalma kienet f' l- Amministrazzjoni preċedenti (jiġifieri bla uniformi).", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - UFFIĊJALI", "6626.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm okkażjonijiet minn Novembru, 1996 sal-lum li uffiċjali fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni siefru fuq xogħol tal-Ministeru?", "Min kienu dawn l-uffiċjali, fejn marru u kenux akkumpanjati minn xi uffiċjali oħra tad-Diviżjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - INTERNATIONAL SCHOOL OF ENGLISH", "6627.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min qed imexxi llum l- International School of English?", "Xi kwalifiki għandu/għandha min qed imexxiha?", "Kemm ilha li ntagħżlet din il-persuna?", "Min għażilha?", "Taħt liema dipartiment taqa' din l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-International School of English taqa' taħt id- direzzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Il-Kap ta' l-iskola ilu jservi fl-amministrazzjoni tal-iskola mill-1973 u kien intagħżel mid-dipartiment.", "Din il-persuna hi s-Sur Charles Chetcuti, Dip.", "Sc.", "(Hull), Teacher's Cert.", "(SMTC), li hu wkoll Kap tal-Liċeo G. Despott, Cottonera.", "L-iskola taqa' taħt id-Dipartiment għall-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta għal servizzi akkademiċi u taħt id-Dipartiment għas-Servizzi għall- Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali għal dawk li huma servizzi oħra.", "PORT ĦIELES - HEALTH INSURANCE", "6642.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5756 u t-tweġiba mogħtija fit-18 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid kif u sa fejn l-accident insurance tkopri lill-ħaddiema tal-Malta Freeport Corporation?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-ħaddiema tal-Malta Freeport Corporation huma koperti b`polza ta` assikurazzjoni għall-aċċidenti personali.", "L-assikurazzjoni għall-aċċidenti personali tkopri l-pagament ta` benefiċċji assikurati wara korrimenti aċċidentali li ndipendatament minn xi raġunijiet oħra twassal għall-mewt jew immankar.", "Benefiċċji:(a) Mewt (b) Mankament permanenti (ċ) Mankament totali temporanju (d) Spejjeż mediċinali", "Limiti fuq benefiċċji: Impjegati bis-salarju", "(a) 4 x salarju annwali (b) 4 x salarju annwali (c) 100% tas-salarju bi tnaqqis (d) Lm500 ta` ħlasijiet mis-Sigurta' Nazzjonali għal perjodu massimu ta` 104 gimgħat.", "Kif kopert: (i) Diretturi, Amministraturi, Eżekuttivi u konsulenti fuq bażi ta` 24 siegħa fid-dinja kollha.(ii) L-impjegati l-oħra kollha fuq aċċidenti tax-xogħol biss inkluż it-tragitt minn u għall-post tax-xogħol u lura.", "Il-Freeport huwa wkoll kopert b`Employers Liability Insurance.", "Din il-polza tkopri lill-Freeport kontra xi kumpens bil-liġi, spejjeż tal-litigant u spejjeż oħra minħabba korriment jew mard ta` xi impjegat fis-servizz tal- Freeport u tul l-impjieg tagħhom mal-kumpanija.", "Limiti: Sa Lm5,000,000 fi ġrajja waħda u bla limiti matul iż-żmien assikurat.", "AIR MALTA - LOADERS", "6643.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li kienu jirreġistraw fl-ewwel parti tar- reġistru ġew impjegati ma' l-Air Malta bħala loaders minn Novembru sal-lum?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Minn Novembru 1996 'l hawn in-numru ta' persuni li kienu jirreġistraw fl-ewwel parti tar-reġistru u ġew impjegati ma' l-Air Malta bħala loaders hu ta' 33.", "PULIZIJA - REATI F'PACEVILLE", "6644.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 5879 u mistoqsijiet supplimentari li saru fis- seduta tat-18 ta' Ġunju, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'Paceville il- Pulizija hijiex qiegħda tagħmel xi ħidma speċjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif wieħed jista' jinnota mit-twegiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6378, il-Pulizija taghti attenzjoni specjali lil din il- lokalita'.", "WSC - ĦADDIEMA", "6663.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li dawk il-ħaddiema \"group A\" li kienu telqu mix-xogħol minħabba l-eta' jew li kienu laħqu mietu meta ngħataw iċ-ċans mill-Water Services Corporation biex jagħmlu xogħol ieħor ('il fuq mill-grad tagħhom) u fil-fatt ingħataw allowance back-dated mill- 1991, jingħataw ukoll l-allowance ta' xogħol li fl-aħħar mill-aħħar kienu diġa' għamlu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "P.A. - APPLIKAZZJONI BIL-FILE NO.", "739/96", "6664.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikant bil-file No. 739/96 dam erba' xhur biex jinħariġlu l-permess tal-bini minn meta ġie approvat u għaliex dam daqstant għand l-istess uffiċjal ta' l-Awtorita' wara li kien ġie approvat mid- D.C.C.?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jinnota li l- applikazzjoni kienet oriġinarjament rifjutata mill-kummissjoni Għall- Kontroll ta' l-Iżvilupp fit-12 ta' Lulju, 1996.", "Wara talba li saret fil-5 ta' Awwissu, 1996 sabiex id-deċiżjoni tiġi rrikonsidrata, il-permess għall- applikazzjoni għal żvilupp ħareġ fl-14 ta' Frar 1997 b'kondizzjoni li titħallas multa.", "Il-multa ġiet ukoll ikkontestata mill-applikant fit-3 ta' Marzu 1997 u l-kummissjoni laqgħat it-talba fit-23 ta' Mejju, 1997.", "Il- permess intbagħat lill-applikant fit-12 ta' Ġunju, 1997 jew erbgħa xhur minn meta l-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp irrikonsidrat id- deċiżjoni oriġinali tagħha ta' Lulju 1996.", "Dan ifisser li fil-perjodu ta' erbgħa xhur imsemmija kien hemm il- kontestazzjoni tal-multa u mhux korrett li baqa' għand l-istess individwu.", "SPTAR SAN LUQA - ĦALIB TAT-TRABB", "6665.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li out-patients fl-Isptar San Luqa u persuni oħra ntitolati għall-ħalib tat-trabb (skimmed) m'humiex qed jingħataw il-ħalib dovut lilhom kif preskritt mit-tobba?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ħalib tat-trab (skimmed) dejjem ingħata lil dawk il-persuni kollha li huma ntitolati għalih, jiġifieri:", "(1) Persuni li l-iskimmed milk huwa miktub fuq ix-Schedule V Card.", "(2) Lil dawk il-persuni li għandhom Karta Roża u li sottomettew ċertifikat b'rikjesta għall-iskimmed milk iffirmata mill-konsulent.", "L-għoti ta' l-iskimmed milk dejjem mexa b'regolarita' lill-pazjenti ntitolati għalih kif imfisser iżjed 'il fuq.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - POLZA TAS-SIGURTA'", "6666.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gozo Channel għandhiex polza tas-sigurta' (assigurazzjoni) li tkopri l-passiġġieri u l-vetturi, f'każ li jkun hemm xi inċident fuq il-vapuri, waqt it-trasport bejn il- gżejjer?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Gozo Channel Company Limited għandha polza ta' sigurta' (assigurazzjoni) li tkopri kemm il-passiġġieri u l-vetturi f'każ ta' xi inċident fuq il-vapuri u waqt trasport bejn il- gżejjer.", "PULIZIJA - POLZA TA' ASSIGURAZZJONI", "6667.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-Korp tal-Pulizija għandhomx polza ta' assigurazzjoni biex kemm-il darba jiġu nieqsa jew feruti bħala riżultat tax- xogħol tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkumpensati l-familjari tagħhom jew huma stess (f'każ ta' feriment)?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi m'għandhomx, izda l-membri tal- Korp huma koperti mill-benefiċċji kollha tas-Sigurta' Nazzjonali bħal bqija ta' l-impjegati fiċ-ċivil.", "FORZI ARMATI - MEMBRI", "6668.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-Forzi Armati għandhomx polza ta' assigurazzjoni biex kemm-il darba jiġu nieqsa jew feruti (korruti) waqt xogħolhom, ikunu jistgħu jiġu kkumpensati l-familjari tagħhom jew huma stess (f'każ ta' korriment)?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta m'għandhomx polza ta' assigurazzjoni, għalkemm huma dejjem għandhom jedd għal ħlasijiet skond l-Iskema tas-Sigurta Nazzjonali kif applikabbli għall- ħaddiema kollha tal-Gvern.", "Ta' min jgħid ukoll illi r-Regolamenti ta l-1970 tal-Forzi Armati ta' Malta (Forza Regolari) (Nominazzjonijiet u Kondizzjonijiet tas-Servizz) (Avviz Legali Numru 91 ta l970), it-Tielet Skeda, Taqsimijiet I u II, jipprovdu għal pensjoni lil:", "a) membri tal-Forzi Armati ta' Malta li jkunu obbligati jirtiraw mis- Servizz minħabba li jkunu weġgħu waqt id-dmirijiet tagħhom; u", "b) lir-romol ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta li jkunu mietu waqt id- dmirijiet tagħhom.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "ĊITTADINANZA - APPLIKAZZJONI NRU.", "257/97", "W744.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament rigward applikazzjoni għal ċittadinanza Nru. 257/97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-applikazzjoni li dwarha qed jistaqsi l-Onor.", "Membru għadha qed tiġi pproċessata u malli tittieħed deċiżjoni dwar din it-talba, l-applikant jiġi mgħarraf biha minnufih."]} {"filename": "19970711_091d_par.doc", "date": "1997-07-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 91 Il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 91", "Il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "91", "Il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 499", "PETIZZJONI 499", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 499", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 508", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI SABIEX TITWAQQAF IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI", "TAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA (KONT.) 509", "AĠĠORNAMENT 530", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 536", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 564", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 90 li saret fit-9 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, xtaqt nippreżenta petizzjoni ffirmata minn 52 resident mill-area ta' City Gate, Valletta biex ikunu jistgħu jixtru l-proprjeta' li joqogħdu fiha.", "Dawn ilhom jipprovaw jagħmlu dan għal iktar minn għaxar snin imma s'issa għad ma rnexxielhomx.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "EURO-MED ENERGY FORUM", "6449.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk Malta kenitx rappreżentata fil-laqgħa tal- Euro-Med Energy Forum li saret fi Brussels f'nofs Mejju li għadda?", "Minn min kienet rappreżentata, x'ġie diskuss, x'pożizzjoni ħadet Malta fuq dak kollu li ġie diskuss u x'riżultati nkisbu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll) (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Fil-forum imsemmi sar kontribut mill-parteċipanti kollha lejn l-organizzazzjoni u l- ġbir ta' tagħrif kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq il-koperazzjoni fis-settur ta' l-enerġija bejn l-Unjoni Ewropea u s-sieħba l-oħra fil- Mediterran.", "Fuq firxa wiesgħa t-tliet oġġetti speċifiċi li sar qbil fuqhom kienu:", "a) l-istrutturar tal-koperazzjoni mnedija mit-twaqqif ta' networks reġjonali intra-amministrattivi u l-ġbir u bdil ta' data u djalogu ma' industrija relatata;", "b) l-iżvilupp ta' mekkaniżmu trasparenti għall-appoġġ ta' proġetti fl- enerġija skond l-oġġettivi u proċeduri tal-MEDA; u", "ċ) wegħda li l-ambjent jiġi rispettat f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-enerġija.", "Għaldaqstant se jitwaqqaf djalogu permanenti li jinkorpora pjan ta' azzjoni li jinkludi ħolqien ta' workshops u possibbilment identifikazzjoni u twaqqif ta' xi proġetti fuq skala reġjonali.", "MĠARR - PROVVISTA TA' L-ILMA", "6680.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex fl-inħawi tas-Santi, l-Abatija u l-Iskrivit, Mġarr ir-residenti ilhom mingħajr ilma għal diversi ġimgħat u anke xhur?", "X'passi konkreti qed jittieħdu biex dawn il-persuni jkollhom provvista adegwata ta' ilma matul ix-xhur kollha tas-sena?", "Jista' jiġi assigurat li l-ilma mhux qed jasal għand dawn ir-residenti minħabba l-ħsarat jew inkella hux kawża ta' xi ħaġa oħra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ir-raġuni għal dan in-nuqqas fil-provvista ta' l-ilma f'dawn l-inħawi hija kanen qodma temporanji twal ħafna u mblokkati.", "Il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma qed tieħu ħsieb biex dawn il-kanen jinbidlu f'kanen permanenti fl-iqsar żmien possibbli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, bħalma probabbilment jaf il-Ministru parti sostanzjali minn dawn il-pajpijiet qed jinbidlu u fil-fatt xi wħud diġa' nbidlu, pero' issa dawn in-nies ilhom erba' xhur ma jkollhom provvista' ta' ilma b'mod regolari.", "Huwa fatt li parti mill-pajpijiet m'għadhomx tajbin, imma li xi kultant ikun hemm pressa qawwija jindika li l-problema mhijiex fil-pajpijiet infushom imma qiegħda x'imkien ieħor.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jien m'iniex informat b'dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant u għalhekk qabel ma nirrispondih nixtieq nara l-affarijiet sewwa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li dawn ir-residenti qed ikollhom pressa qawwija darba fix-xahar u mbagħad jagħmlu erba' ġimgħat bla ilma.", "Dan jindika li l-problema m'hijiex qiegħda fil-pajpijiet biss imma hemm ukoll problemi oħra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħadt nota ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant u se nivverifika.", "P.A. - XOGĦOL TA' KONSULENZA", "6689.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Joe Farrugia) staqsiet lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlitx xogħol ta' konsulenza lill-kunsilli lokali matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar u kemm kien l-ammont ta' fees li l-awtorita' tħallset mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet xogħol ta' konsulenza lill-kunsilli lokali matul dawn l-aħħar 12-il xahar kif hu msemmi hawn taħt:", "a) Preparazzjoni ta' traffic management schemes lill-", "1) Kunsill tas-Sannat li kien jikkonsisti fi tliet pjanijiet għall- ammont ta' Lm1,010.50; u lill-", "2) Kunsill ta' l-iMsida li kien jikkonsisti fi pjan wieħed għall- ammont ta' Lm483.00.", "b) L-awtorita' tat ħafna xogħol ieħor ta' konsulenza lill-kunsilli lokali li għalih ma tħallsitx u ċioe': 1) konsulenza mit-transport planning unit fuq pjanijiet tat-trasport u traffic management li jikkonsisti f'laqgħat regolari ma' diversi kunsilli.", "2) konsulenza mill-environmental management unit kif hu dettaljat fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra; u", "3) pjan lokali għall-Port il-Kbir fejn saru tmien laqgħat mal- kunsilli konċernati, pjan lokali għall-majjistral fejn saru 50 laqgħa mal-kunsilli konċernati u pjan lokali għall-portijiet tat-tramuntana fejn saru 15-il laqgħa ma' diversi kunsilli konċernati.", "(Il-lista ta' xogħol qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra).", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma nafx jekk il-Ministru jistax jgħidli jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħaditx sehem f'xi tip ta' konsultazzjoni jew inkella diskussjoni mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar dwar traffic control għaliex minn xi ftit ġimgħat 'l hawn f'San Pawl il-Baħar twaħħlu sinjali tat-traffiku li huma kontra xulxin u li ma jagħmlux sens.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, is-sinjali tat-traffiku mhux il-Planning Authority tidħol fihom imma t-Traffic Control Board.", "Pero' nassumi li saru xi diskussjonijiet jekk kemm-il darba l-kunsill talab li jkun hemm laqgħa mal-Planning Authority.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru jista' jassumi li jrid pero' qed nistaqsih jekk jafx jew le li saru dawn id-diskussjonijiet.", "Jekk ma jafx ma ġara xejn.", "Jiena m'iniex qed nippretendi li jkun jaf x'diskussjonijiet għamlet il-Planning Authority mas-67 kunsill f'Malta!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva naf li kien hemm ċerti laqgħat fejn kien hemm rappreżentanza tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u naf li din il- materja issemmiet.", "Naf ukoll li wara dik il-laqgħa se jittieħdu passi dwar dak il-każ tas-sinjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naturalment jekk il-Ministru jaf li saret laqgħa u jaf li kellhom jittieħdu l-passi dwar dawk is-sinjali, jindika li din il- laqgħa saret.", "Dan jindika wkoll li l-laqgħa saret wara li kienu twaħħlu s- sinjali għaliex altrimenti ma kienx ikun possibbli jiddiskutu s-sinjali u t- tgerfix li rriżulta minnhom.", "Pero' li qed nistaqsi huwa jekk il-Planning Authority ħaditx sehem f'diskussjonijiet mal-kunsill jew inkella ma' xi assoċjazzjonijiet oħrajn qabel ma twaħħlu dawn it-tabelli?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Onor.", "Membru nista' ngħidlu li fuq l-agenda hemm mistoqsija parlamentari oħra dwar din il-materja u naħseb li l-Onor.", "Debono Grech ikun jista' jagħtik spjegazzjoni aħjar.", "UNIVERSITA' - INĠINIERA RIĊERKATURI", "6710.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet nieqsa ta' inġiniera riċerkaturi fl-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Fil-Fakulta' ta' l-Inġinerija ma kienx hemm stabilit il-post ta' inġinier riċerkatur.", "Billi l-fakulta' qiegħda tagħmel riċerka u billi kien hemm approvazzjoni ta' proġetti taħt il-Protocol Taljan hemm il-bżonn għal għaxar inġiniera riċerkaturi temporanji.", "Fil-preżent qegħdin isiru l-intervisti biex jimtlew ħamsa minn dawn il-postijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.Joe Cassar, mistoqsija supplimentari,", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex ħamsa u mhux għaxra?", "Mhux aħjar li dawn l-affarijiet isiru malajr kemm jista' jkun, l- iktar jekk għandna għajnuna għalihom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Interpellant għandu raġun jagħmel din il- mistoqsija għaliex għamiltha jien ukoll meta għaddewli din id-draft u tlabt aktar informazzjoni għaliex ħamsa u mhux għaxra.", "(Interruzzjonijiet) Probabbli minħabba problema finanzjarja.", "EDUKAZZJONI - KORSIJIET POST-SEKONDARJI", "6711.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5669 u t- tweġiba mogħtija fis-Seduta ta' l-4 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-156 student li ma komplewx il-kors post-sekondarju għamlu hekk għax sabu xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iskejjel ma jżommux record tar-raġunijet għaliex studenti individwali jħallu l-iskola - u dan huwa żball fil-fehma tiegħi.", "Għaldaqstant huwa diffiċli li tagħti ċifra eżatta ta' kemm mill- istudenti li ma jkomplux il-kors post-sekondarju jagħmlu hekk għax ikunu sabu x-xogħol.", "Naħseb li għandna nsegwu aħjar x'jiġri mill-istudenti li jagħżlu li ma jkomplux jistudjaw.", "U naħseb li hemm bżonn ta' tracer studies f'dan il-qasam.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Minbarra t-tracer studies - dan aktar suġġeriment milli mistoqsija - naħseb li l-eżerċizzju jista' jsir flimkien mal- ministeru tal-ħarsien soċjali għax l-ETC għandha l-istatistika.", "Safejn naf jien xi", "drabi sar u, għalkemm din mhux bilfors tkun eżatta, bejn wieħed u ieħor wieħed ikun jaf x'qed jiġri.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien napprezza s-suġġeriment tal-kollega tiegħi u se naraw fejn nistgħu naslu b'dan is-suġġeriment - u oħrajn ukoll - biex inkunu nafu aħjar x'qed jiġri miż-żgħażagħ wara li jispiċċaw mill-iskola.", "SKEJJEL - SKOLA JOHANN STRAUSS", "6720.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tagħlim li se jsir fil-master classes tal-vjolin fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss bejn l-4 u t-18 ta' Lulju huwiex se jingħata b'xejn jew bi ħlas?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-parteċipazzjoni ta' l-istudenti fil-master classes tal-vjolin fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss f'Lulju se jkun mingħajr ħlas.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Tista' tgħidli kemm se jipparteċipaw studenti f'dawn il-klassijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Issa nistaqsi għal din l-informazzjoni u mbagħad ngħaddiha lill-Onor.", "Interpellant.", "ĦAMRUN - VICTOR TEDESCO STADIUM", "6731.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Gvern jieħu ħsieb li jitkompla l-wiring tal-boundary wall tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun?", "Kemm intnefqu flus mill-fondi pubbliċi matul is-snin biex seta' jsir dan l-istadium, sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol fuq il-Victor Tedesco Stadium fil- Ħamrun kien inbeda mill-amministrazzjoni preċedenti u fil-fatt ilu jkaxkar għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Matul dan iż-żmien kollu kien hemm xi xogħol ukoll li ma sarx kif suppost jew inkella tħalla nofs leħja, bħax- xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Fuq dawn ta' l-aħħar kien intlaħaq ftehim fi żmien il-Gvern preċedenti mal-kumitat ta' tmexxija biex ix- xogħlijiet li kien baqa' kellhom jitlestew mill-kumitat.", "Minkejja dan il- ftehim li sab, dan il-Gvern ġdid xorta qed ikollu taħdidiet fuq in- nuqqasijiet li jeżistu u qed jagħti l-għajnuna neċessarja biex dan isir.", "Ta' min jirrimarka illi dan ix-xogħol kaxkar għal tul ta' żmien li matulhom kien hemm żidiet fil-prezzijiet biex in-nefqa dejjem baqgħet tiżdied.", "Sal-lum diġa' ntnefqu aktar minn nofs miljun lira fuq dan il- proġett kif se nsemmi sena b'sena:", "| | LM | |1987 | | | |13,472 | |1988 | | | |12,524 | |1989 | | | |52,359 | |1990 | | | |28,954 | |1991 | | | |50,183 | |1992 | | | |101,380 | |1993 | | | |72,015 | |1994 | | | |107,430 | |1995 | | | |66,600 | |1996 | | | |20,100 | |1997 | | | |1,741 | |TOTAL |LM526,758 |", "Ta' min jgħid ukoll li baqa' Lm6,704.20 li għadhom ma tħallsux u għad hemm xi kontijiet li sa llum għadhom ma nġabrux.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk il- ministeru jgħinx grounds oħra li jinsabu mferrxin mal-pajjiż?", "Hemm xi ħsieb li l-ministeru jgħin lil dawk il-persuni li qed imexxu l-grounds?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-ministeru jaslu diversi talbiet minn inħawi differenti ta' Malta u Għawdex għall-manutenzjoni tal-grounds u fejn nistgħu nippruvaw ngħinuhom.", "Fil-fatt matul ix-xhur li għaddew kien hemm każi fejn sar xogħol f'areas differenti.", "Wieħed jittama li malli fix-xhur li ġejjin ngħaddu dawn il-faċilitajiet lill-clubs u lill- organizzazzjonijiet sportivi, din it-tip ta' manutenzjoni tkun tista' tibqa' ssir fuq bażi regolari u mhux b'mod sporadiku, kif qed isir issa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li jien nifhem id-diffikultajiet tal- Ministru, jista' jgħidli jekk kull talba tiġix meqjusa on its sole merits?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hekk qiegħed isir pero' naħseb li m'huwiex tajjeb li jsir hekk għaliex it-talba ta' min ikollu l-qaddisin tiġi milqugħa u min ma jkollux qaddisin joqgħod jistenna jew jistenna l-bidla sakemm xi darba jkun hemm ministru min-naħat tiegħu!", "P.A. - ĦLAS TA' DPF U ISC", "6739.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar minn ħlasijiet għal DPF u ISC ta' applikazzjonijiet ġodda f'Ġunju 1996 u Ġunju 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent): Il-flus li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċeviet fi ħlasijiet għal DPF u ISC għax-xhur ta' Ġunju, 1996 u Ġunju, 1997 huma dawn:", "| |Ġunju '96 |Ġunju '97 | | |Lm |Lm | |DPF | 99,309 | 83,112 | |ISC |121,295 |118,581 |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Waħda mis-sistemi li ilha tintuża mill-Planning Authority, prattikament mit-twaqqif tagħha, hija li jekk persuna għal xi raġuni jew oħra tagħmel applikazzjoni li tkun differenti minn dik ta' qabel fuq l-istess sit, din ikollha terġa' tħallas parti - jew l-istess somma - mid-DPF u l-ISC.", "GĦalhekk jikkonsidra l-Ministru li l-ħlasijiet li jkunu saru jinqatgħu mill-ħlasijiet li mbagħad ikun mitlub li jerġa' jagħmel l- applikant.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien inħoss li jekk kemm-il darba wieħed ikun qed jagħmel applikazzjoni totalment differenti, din għandha tkun ittrattata bħala applikazzjoni differenti.", "Pero' jekk kemm-il darba dawk l-affarijiet li jkunu komuni - bħal komunikazzjoni mas-servizzi - ikunu diġa' mħallsin, allura dawn jitqiesu li jkunu mħallsin diġa'.", "Iżda jekk kemm-il darba qegħdin nitkellmu fuq alterazzjoni fl-applikazzjoni oriġinali, nemmen li għandu jkun hemm konsiderazzjoni tal-flus li jkunu mħallsin minn qabel.", "Pero' dawn huma affarijiet li għadhom qegħdin jiġu diskussi u nispera li jkun hemm anke żviluppi fuqhom fl-emendi li se nagħmlu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena m'iniex qed ngħid li jekk bniedem ikun ħallas Lm100 meta għall-applikazzjoni l-ġdida suppost iħallas Lm200, allura dan ma jħallas xejn.", "Dan għandu jħallas il-Lm100 differenza bejn it- tnejn, imma kultant jiġri wkoll li jintalbu l-Lm200 mingħajr ma tinqata' l- Lm100.", "Dan huwa l-punt li qed nagħmel jien għax nemmen li d-differenza biss għandha titħallas u mhux l-ammont kollu.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-punt tal-kollega tiegħi nifhmu u huwa jifhem bħali li kultant anke jkun hemm diskussjonijiet u nuqqas ta' qbil rigward kemm għandu jkun il-ħlas u l-ammont dovut.", "Pero' rigward dak li qal li għandha titħallas id-differenza jekk kemm-il darba wieħed ikun irid ikabbar il-proġett jew inkella jrid iżid xi sular jew tnejn, naħseb li dan huwa kumment li jagħmel ħafna sens u wieħed jara li jimxi f'dik id-direzzjoni.", "MDC - FONDI VVOTATI", "6740.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-fondi vvotati għall-1997 għall-Korporazzjoni Maltija ta' l- Iżvilupp ntnefqu sat-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Mill-fondi vvotati għall-1997 għall-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp, il-ministeru tal-finanzi avvanza s-somma ta' Lm875,000 lill- Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp sat-30 ta` Ġunju, 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna dan l-ammont x'persentaġġ tal-vot intenzjonat għas-sena kollha jirrappreżenta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li m'għandix l-informazzjoni meħtieġa nitlob lill-kollega tiegħi biex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli tingħatalu risposta.", "GĦALLIEMA - BURSARIES", "6780.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għalliema attendew bursaries tal-Kunsill ta' l-Ewropa minn Jannar 1997 'il hawn?", "Kemm kien hemm għalliema li attendew dawn il-bursaries fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Għalliema mill-iskejjel tal-knisja u mill-iskejjel privati jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-bursaries?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' għalliema li attendew bursaries tal- Kunsill ta' l-Ewropa fl-aħħar ħames snin hu kif se nsemmi: 1993 - 16 1994 - 24 1995 - 16 1996 - 13 1997 - 7 (sal-ġurnata ta' llum)", "Il-boroż ta' studju huma miftuħa għall-iskejjel kollha kemm tal-gvern, kif ukoll tal-knisja u l-iskejjel privati.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li mir-risposta li ngħatat m'għandniex ħjiel għal liema suġġetti kienu l-bursaries li attendew dawn l-għalliema, jista' l-Ministru jagħti xi indikazzjoni dwar dan?", "Jista' jkun il-każ li l- ministeru jipprova jħeġġeġ l-għalliema ħalli jattendu xi bursary partikolari jekk tkun available?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hawnhekk għandi l-lista kollha ta' min attenda dawn il-bursaries bejn l-1993 u l-1997 u f'liema suġġett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jqiegħed din il-lista fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' għalliema li attendew bursaries tal-Kunsill ta' l-Ewropa bejn l- 1993 u l-1997.", "Naħseb li l-mistoqsija li staqsa l-Onor.", "Galea dwar jekk isirx ippjanar u liema jkunu s-suġġetti li għalihom l-għalliema jattendu dawn il-bursaries hija aktar importanti.", "Naħseb li f'dan il-qasam ma jsirx ippjanar serju biżżejjed u għalhekk irridu naraw li l-persuni li nibagħtu jitħarrġu fl- oqsma li jkollna bżonn.", "SKEJJEL", "6809.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel tal-gvern, tal-knisja u privati ġo Malta u Għawdex u jgħidilna ta' liema kategorija huma, jiġifieri primary, secondary, trade, kindergarten, eċċ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 497 mogħtija f'Seduta 8.", "SKEJJEL - COMPUTERS", "6829.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ordni għax-xiri ta' computers għall-iskejjel primarji għas-sena d-dieħla saritx jew le?", "Jekk iva, mingħand min se jinxtraw u kemm huwa l-prezz globali għal dan ix-xiri?", "Dan huwa l-istess kuntrattur tas-sena l-oħra?", "Il-prezz ivarja minn tas- sena l-oħra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ordni għax-xiri ta' computers għall-iskejjel primarji għas-sena d-dieħla għadha ma saritx għax il-bord tal-kuntratti għadu għaddej bl-aġġudikazzjoni tat-tender u għalhekk id-domandi l-oħra ma jreġux.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jista' l-Ministru jassigura li sa Settembru dawn il-computers ikunu stallati ħalli, per eżempju, studenti tat-tieni klassi tal-primarja jkomplu bix-xogħol li kienu qed jagħmlu s-sena ta' qabel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Membru m'għandhiex għalfejn tinkwieta għax il-computers hemm se jkunu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jekk għandu t-tagħrif hawnhekk, jista' l-Ministru jgħidilna bejn wieħed u ieħor kemm għad baqa' computers x'jidħlu?", "Il-Ministru responsabbli mit-trasport qalli li għad baqa' 10,000 pero' ma nafx jekk il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jaqbilx miegħu.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li se jeħodhomlu bil-karozza!", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li l-Ministru kien qed iżid magħhom il- makni elettroniċi tal-biljetti li kellhom jidħlu fil-karozzi tal-linja u ma daħlux!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Interpellant m'hemmx għalfejn jagħmel mistoqsija bil-miktub għax beħsiebni nġiblu l-informazzjoni sħuna!", "ONOR.", "CENSU GALEA: Ma naħsibx li għandna bżonn risposti sħan, biżżejjed għandna l-arja sħuna!", "WSC - SERVIZZI", "6832.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6525 - oriġinarjament saret lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ - u ċioe' billi f'ċerti media ġie rrapportat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed iżżid il-prezz għal servizzi li hi qed tagħti lill-konsumatur bejn 18% u 188% fuq dak li qed jiġu lilha, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jikkonferma jew jiċħad dan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nista' niżgura lill-Onor.", "Interpellant illi minn Ottubru 1996 sal-lum il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma żiedet l-ebda prezz għas-servizzi li tagħti lill-konsumaturi.", "Nixtieq inżid li ħadna miżuri biex innaqsu l-prezzijiet.", "Fil-fatt id- deposit ta' Lm100 li kien jintalab qabel lill-konsumatur biex isirulu xogħlijiet ta' l-ilma, issa naqqasnih għal Lm75.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Peress li l-kontijiet bdew jintbagħtu f'perijodu ta' żmien inqas twil, il-Water Services Corporation kif irregolat il-kwestjoni ta' konsum li jkun sussidjat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-sussidju fuq il-kont ta' l-ilma ma jiddependix mill-perijodu ta' żmien imma jiddependi min-numru ta' persuni li jkun hemm f'kull household.", "Għalhekk jekk ivarja n-numru ta' persuni l-konsumatur huwa tenut li jinforma lill-korporazzjoni.", "Issa ħa ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni l-oħra li qajjem il-kollega l-ieħor li l-kontijiet qed jintbagħtu iktar malajr.", "Kif għidt drabi oħra, kien hemm problema fil-billing system tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, bil-konsegwenza li l-kontijiet damu biex inħarġu għal ħafna u ħafna xhur.", "F'Ottubru ta' l-1996 kien hemm backlog qawwi ta' aktar minn sena.", "Waħda mill-affarijiet li għamel il-bord il-ġdid tal-korporazzjoni kien li jagħti kas li dan il-backlog jiġi eliminat.", "Huwa ovvju li minħabba l-backlog, il-cashflow tal-korporazzjoni - kemm ta' l-ilma kif ukoll tad-dawl għax dawn ikunu fl-istess kont - kien qed ibati ħafna.", "Fil-fatt il-ħidma tat riżultati pożittivi fis-sens li issa laħħaqna mal-backlog kollu li kien hemm.", "Irrid ngħid ukoll li f'dawn l-aħħar xhur minħabba l-mod effiċjenti li bih kienu qed jinġabru l-flus il- cashflow tal-korporazzjoni rdoppjat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien naħseb li din hija kwestjoni ta' consumption kontra ż-żmien u allura nemmen li jekk il-kontijiet qed jintbagħtu iktar ta' sikwit - minħabba li kien hemm perijodu ta' żmien fejn il-kontijiet ma kenux qed jintbagħtu - wieħed għandu jagħmel tajjeb għal dan il-fatt.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nerġa' ngħid li s-sussidju huwa marbut man-numru ta' persuni li jkun hemm fil-household.", "Issa ovvjament in-numru ta' units jirrifletti n-numru ta' persuni li jkun hemm fil-household.", "Dik hija maħduma fuq bażi ta' sena.", "Issa l-kontijiet huma marbuta ma' perijodu partikolari.", "Per eżempju, jekk persuna f'sena għandha - biex nagħmluha faċli - 40 unit fully subsidised, jekk il-kont jintbagħat għal tliet xhur, li huwa kwart ta' sena, ikollok għaxar units issussidjati.", "Jiġifieri l-kont minnu nnifsu jirriferi għal perijodu partikolari u sussidju ma titlef xejn għax fil-kont ikun hemm miktub mil-liema perjodu sa liema perjodu jkopri.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna kif fil- fatt il-korporazzjoni tara li l-ħsarat li jkollha rrapportati jissewwew malajr u bis-serjeta'?", "Hemm diversi każi fejn l-ilma jibqa' ħiereġ għal diversi ġranet, jekk mhux għal ġimgħat ukoll.", "X'tip ta' tiswija jagħmlu effettivament in-nies li jsewwu is-sistema tal-mains?", "X'jagħmlu fuq it- toroq?", "GĦal darba oħra nerġa' nistaqsi meta se tingħata wiċċ ġdid dik l-imbierka triq, il-main road ta' San Pawl il-Baħar, li ilu jingħad li se tingħata wiċċ ġdid minn wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet il- pajpijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministu.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, ngħidha mill-ewwel li ma jien sodisfatt xejn bis-servizz li qed tagħti l-korporazzjoni fejn jidħlu rapporti ta' leakages.", "Huwa veru li qed jgħid l-Onor.", "Membru, li dawn idumu wisq biex isewwu l-ħsarat li jkunu rrapportati.", "Pero' rrid ngħid ukoll li mhux l-ewwel darba li jsiru rapporti ta' ħsarat fuq mains u mbagħad jinstab li mhux veru jkun hemm il-ħsarat, jiġifieri jkunu rapporti foloz.", "Nispera u nittama li maż-żmien il-korporazzjoni tagħmel sistema li permezz tagħha meta jiġi rrapportat li hemm xi leakages, dawn jiġu rranġati jekk jista' jkun fi żmien ftit sigħat.", "L-Onor.", "Membru staqsa fuq ir-re-instatement tat-toroq wara li jsiru r- repairs.", "Sa ftit tal-jiem ilu din kienet qed issir mill-ħaddiema tal- kuntrattur.", "Is-sistema kienet li joħroġ period contract biex isir re- instatement fit-toroq wara li jsiru r-repairs meħtieġa.", "Hija sistema li l- esperjenza għallmitna li ma tantx hija effiċjenti.", "Qabel niftakru li sa ftit żmien ilu dan ix-xogħol kien jagħmlu d-Dipartiment tat-Toroq.", "Meta kien hawn id-Dipartiment tat-Toroq, erba' jew ħames snin ilu, ma kienx ikollna t-tip ta' ilmenti - ġustifikati ngħid jien - li qed ikollna llum meta jagħmlu re-instatement il-kuntratturi.", "Minkejja li l-kuntratturi huma marbuta li jagħmlu tip ta' re-instatement li huwa tajjeb u li l-wiċċ tat- triq iħalluh fi stat tajjeb, effettivament dan mhux qed isir.", "Allura wara diskussjonijiet li saru bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u d- Dipartiment tat-Toroq ġie deċiż li jsir bħalma kien isir qabel - u kien isir b'riżultat tajjeb - cioe' li r-re-instatement tat-trinek li jsiru fit- toroq jerġa' jibda jagħmilhom id-Dipartiment tat-Toroq.", "Jiġifieri meta jsiru xogħlijiet fit-toroq u tinfetaħ xi trinka l-korporazzjoni tavża lid- Dipartiment tat-Toroq li sar dak ix-xogħol u dawn minnufih jieħdu ħsieb li jirranġaw dik it-trinka.", "MADAM SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqisjiet skada.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il- Ministru Karmenu Vella.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-Rapport Annwali u Accounts ta' l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat- Turiżmu għas-sena 1996; u", "Statistika dwar it-turiżmu għas-sena 1996 maħruġ mill-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, f'isem il-Ministru tas-Saħħa u Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' spiżeriji privati f'Malta u Għawdex u lista li turi l- applikazzjonijiet għal spiżeriji ġodda, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7113.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI SABIEX TITWAQQAF IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI TAT-TEKNOLOĠIJA TA' L- INFORMATIKA (KONT.)", "Ikompli mid-9 ta' Lulju, 1997", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sinjura President, nibda billi fil-qosor nirrikapitola l-punti li għamilt fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa.", "Fl-ewwel parti ta' l-intervent tiegħi kont għidt li meta niġu biex nagħmlu kummissjoni nazzjonali, biex veru jkun jistħoqqilha li tkun kummissjoni nazzjonali, huwa importanti li jkun hawn proċess ta' konsultazzjoni vera u ġenwina ma' kull min hu involut f'dan is-settur.", "Din il-konsultazzjoni għandha ssir ma' dawk li huma fis-settur pubbliku, ma' dawk li huma fis- settur privat u anke ma' għaqdiet volontarji u tredjunjonistiċi.", "Fil- fehma tiegħi - naħseb li fil-kultura ta' pajjżna dan huwa importanti - għandu jkun hemm ukoll affjatament u konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni, speċjalment f'qasam fejn huwa ċar li se jkun hawn qbil.", "Punt ta' dettal li l-aħħar darba ma semmejtux, huwa dwar l-isem, jiġifieri jekk hux iktar preċiż li wieħed jitkellem dwar \"teknoloġija ta' l-informazzjoni\" flok \"teknoloġija ta' l-informatika\".", "Jien informat li t-terminoloġija l-iktar preċiża u li fiha tiġbor iktar it-tifsira tax-xjenza tat-teknoloġija ta' l- iskoperti li għandna f'dan il-kamp, hija \"teknoloġija ta' l- informazzjoni\".", "Punt ieħor li tkellimt fuqu huwa li l-Oppożizzjoni tqis li l-persuni li ġew magħżula għal dan ix-xogħol huma persuni li għandhom kompetenzi validi u li fil-ġabra tagħhom aħna nappoġġawhom u nixtiequ li jkollhom l-akbar suċċess.", "Peress li m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi qasam li huwa ta' xi teknika speċifika, jew ta' xi settur speċifiku, imma proprju qegħdin nitkellmu fuq qasam li l-implikazzjoni tiegħu tolqot il-ħajja kollha kemm hi tal-poplu tagħna u dwar dak kollu li huwa fundamentali għall-ġejjieni tal-poplu fid-dinja tal-lum, kienx forsi jkun aktar jagħti saħħa lil din il-kummissjoni kieku ċ-chairman tagħha kellu jkun ministru fil-Kabinett, ministru li għandu linja diretta mal-Gvern u allura fejn jersaq qed jersaq bl-istatura ta' ministru.", "B'hekk il-Gvern ikollu persuna diretta minn tiegħu li proprju hija nvoluta, għaliex naħseb li dan huwa settur illi l- Gvern - kif nispjega aktar tard - għandu rwol importanti x'jilgħab f'dak li huwa leadership u f'dak li huwa empowerment tal-pajjiż.", "Il-punt l-ieħor li għamilt fuq din il-mozzjoni kien dwar ir-rwol taċ- chief executive.", "Jien jidħirli li meta jkollok kummissjoni, aħjar li wieħed jagħti liċ-chief executive aktar leeway x'ħin jiġi biex jagħżel l- esperti li jridu jappoġġawh u x'ħin jiġi biex ilaħħam l-istruttura li trid timplimenta u li trid twettaq.", "Jista' jkun hemm ċerta diffikulta', sakemm ma jkunux ħaġa waħda, meta jkollok kap eżekuttiv illi għall-appoġġ tal- personnel se jkun jiddependi mill-organizzazzjoni l-oħra, li hija l-MITTS, illi trid tirrekluta hi lil dawn il-persuni.", "Imbagħad għamilt punt ieħor fejn għidt li wieħed irid joqgħod attent ħafna li f'qasam li għalina huwa pjuttost ġdid, fejn in-numru ta' nies addestrati u kompetenti huwa ftit - naf li għandna capability fis-settur pubbliku imma naħseb li hemm capability akbar fis-settur privat - irid jara li l-grupp ta' esperti li jifformaw din il-kummissjoni, ġaladarba l-pariri u d-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jiddeterminaw l-iżvilupp anke ta' l- industrija lokali tat-teknolġija ta' l-informazzjoni, ikollhom gwida ċarissima ħafna biex jiġu evitati konflitti ta' interess li, f'dan il-kamp, aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar jista' jkun li jikbru.", "Imbagħad għamilt il-punt fuq livell ta' konċett u kont qiegħed ngħid illi lkoll kemm aħna - naturalment issa qed nafdaw lil din il-kummissjoni biex tgħinna nimxu 'l quddiem - irridu inpoġġu ċerti objettivi u ċerti kriterji quddiemna.", "Jien ili nsostni - isostniha anke l-Ministru - li huwa ċar li din ir-rivoluzzjoni soċjo-ekonomika u teknoloġika, li aħna dħalna fiha issa - ormai dalwaqt inkunu ilna għaddejjin minnha bħala dinja, biex ngħidu hekk, ċertu numru ta' snin - se tbiddel il-mod ta' kif naħdmu, kif nipproduċu u kif niġġeneraw il-prosperita'.", "Hekk kif fid-dinja illi ħerġin minnha, id-dinja tar-rivoluzzjoni industrijali, żviluppaw l-movimenti ta' l- istrata soċjali differenti - fejn kellna dawk li huma ta' fuq u dawk li huma ta' taħt u dawk li għandhom u dawk li m'għandhomx, in-north li huwa żviluppat u s-south li m'huwiex żviluppat - u wara li kważi konna bdejna ħerġin minnha b'ħafna mekkaniżmi ta' awareness kulturali, edukattiv u soċjali - mhux l-inqas anke bl-interventi tal-welfare state u ta' l- assistenza soċjali, bil-miżuri li ġew introdotti nistgħu ngħidu mill-aħħar gwerra 'l hawn - issa erġajna qegħdin naffrontaw dan il-periklu.", "Allura wieħed mill-punti prinċipali li min jaħdem f'dan il-kamp irid iżomm il-ħin kollu quddiem għajnejh fil-miżuri li jkun qed jieħu, fil-proposti, fl- ippjanar u fil-mod kif isieħeb lill-kommunita' kollha kemm hi, huwa illi din l-istrateġija tkun aċċessibbli b'mod universali, tkun aċċessibbli għal kulħadd, għax inkella l-prezz li nħallsu soċjalment ikun prezz qares ħafna.", "Sinjura President, riflessjoni oħra li nagħmel hija li s-suġġett tat- teknoloġija ta' l-informazzjoni mhux biss ġab rivoluzzjoni, taqliba, u evoluzzjoni li ma konniex nimmaġinaw fis-setturi kulturali, soċjali, ekonomiċi u tal-komunikazzjoni u ġab id-dinja villaġġ globali, imma qed iħalli mpatt qawwi ħafna fuq ir-realtajiet politiċi.", "F'dan is-sens naħseb li wieħed irid jara l-importanza tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni fuq ir- realta' politika li qed ngħixu, ir-realta' politika lokali, għaliex id- demokrazija sal-lum kienet demokrazija rappreżentattiva, demokrazija li f'ċertu sens, per necessita', kienet tfisser li l-poplu jivvota perjodikament biex jagħżel lir-rappreżentanti tiegħu, jiġifieri demokrazija li fiha l-komunita' tesprimi x'tixtieq, l-għażliet li trid tagħmel u x'inhuma l-valuri li trid tmexxi 'l quddiem billi tagħżel ir-rappreżentanti tagħha - fil-każijiet tagħna u ta' ħafna pajjiżi oħrajn - permezz ta' għażliet ta' partiti politiċi.", "Issa qegħdin naraw, anke f'pajjiżna, kemm din id-demokrazija qiegħda ssir aktar diretta u aktar parteċipattiva.", "Dan mhux biss permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni u permezz tal-pluraliżmu fix-xandir - illi l-protagonista tiegħu kien il-Partit Nazzjonalista fil- gvern billi firex u fetaħ il-kanali tal-komunikazzjoni tal-media għall- parteċipazzjoni tal-pubbliku; mhux il-għaliex wasalna t-triq kollha li għandna naslu, jew li dak li qegħdin nagħmlu qegħdin nagħmluh tajjeb daqskemm suppost nagħmluh - imma issa deħlin ukoll fil-fażi fejn it- teknoloġija ta' l-informazzjoni tagħmel possibbli wkoll li l-komunita' tkun tista' tfisser il-fehmiet tagħha, l-għażliet tagħha, anke b'din il- faċilita' li għandna għad-dispożizzjoni tagħna.", "Meta wieħed allura jżomm anke din il-perspettiva quddiem għajnejh, illi hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq teknoloġija li se tinfluwixxi wkoll fuq l-iżvilupp tad-demokrazija fil- komunita' tagħna, fis-soċjeta' tagħna, allura huwa importanti ħafna illi sa mill-bidunett din id-demokrazija parteċipattiva tibda tinħass anke fl- iżvilupp ta' l-istrateġija tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għaliex hawnhekk wieħed jista' jgħid li din jista' javviċinaha minn żewġ toroq.", "Wieħed jista' javviċinaha kif għamlu f'ċerti pajjiżi.", "Id-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra li jismu \"A Review of the National Strategy for Information Technology\" li kien ippreparat minn kumitat apposta ppresedut minn Rena Balzan u Godfrey Vella, huwa biċċa xogħol tajba u biċċa xogħol li diġa' tagħti qafas ta' gwida.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, għandek bżonn extension.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Louis Galea jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Niżżiħajr liż-żewġ naħat tal-Kamra ta' l-estensjoni.", "Iva, Sinjura President, f'dan id-dokument hemm paragun bejn Singapore u Malta.", "Forsi f'dan is-sens, Singapore adottaw dan l-approach, f'ċertu sens politiku, li l-istrateġija tagħhom ta' din it-teknoloġija ta' l- informazzjoni qabduha minn fuq għal isfel u mxew bit-top down approach.", "Jien naħseb li jekk f'Singapore wieħed mexa f'din id-direzzjoni għal raġunijiet politiċi, kulturali u ta' ċirkostanzi li fihom jgħix il-poplu ta' dak il-pajjiż, hawn Malta għadna biċ-ċans li nimxu bl-approach oppost, jiġifieri from the bottom up approach, bid-demokrazija parteċipattiva u bil- kollaborazzjoni għaliex b'hekk wieħed mill-ewwel jevita r-resistenza li jkollu minn isfel.", "Jiena naħseb li fis-snin li għaddew, anke fil-ħidma tal-Gvern Nazzjonalista f'dan il-kamp, ma naħsibx li kien hemm parteċipazzjoni biżżejjed - u kellna pockets ta' reżistenza - li jista' jkun ukoll li kienet dovuta għal dan l-approach ambivalenti.", "Min-naħa trid isseħeb lil kulħadd, imma min-naħa l-oħra kien hemm ċertu attitudni ta' from the top down approach u meta jkollok ir-resistenza minn isfel, din ir- resistenza ittelfek, tisparpaljalek ir-riżorsi, tiddevjak u taħlilek il- ħin.", "Naħseb li dan aħna ma naffordjawhx.", "Raġuni oħra għaliex rridu nenfasizzaw dan l-aproach b'qawwa kbira hija li din it-teknoloġija ta' l-informazzjoni l-iktar faċli li tagħmel hija proprju n-networking, jiġifieri ssieħeb lill-parteċipanti kollha, u l- istake holders tista' ġġibhom on board proprju mill-bidu- nett tal-ħidma li wieħed ikun qiegħed jagħmel.", "Għaliex nerġa' insostni li l-istrateġija trid tkun li l-benefiċċji jridu jkunu aċċessibbli għal kulħadd universalment u trid tkun waħda mill-istrumenti li biha aħna ntaffu l-emarġinazzjoni u l- aljenazzjoni.", "F'dan il-kamp irid isir kollox bl-ikbar parteċipazzjoni u biex isir dan din trid tkun parti mill-kultura ta' kull min se jaħdem f'dan il-kamp, għaliex din hija xi ħaġa li fil-futur se tinfluwenza, mhux għada jew pitgħada jew ġimgħa oħra, b'mod qawwi l-mudelli demokratiċi li aħna ħaddimna sal-lum u allura biex ma jiġrux it-traġedji politiċi, biex ma jibqgħux barra ħafna mis-soċjeta', bilfors irridu li kulħadd ikollu din il- kapaċita', ikollu din il-literacy f'dan is-suġġett u dan irridu nagħmluh permezz tal-parteċipazzjoni.", "Hemm ukoll aspett ieħor, Sinjura President, li naħseb tajjeb li kull min qed jaħdem fuqu jżommu quddiem għajnejh.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li żgur hija l-wirt ta' kulħadd.", "M'aħniex qegħdin nitkellmu fuq l-użu tal-kapital ta' xi ħadd partikolari, għalkemm anke hemmhekk hemm x'wieħed jgħid dwar dak is-suġġett.", "Imma hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li tappartjeni lill-bnedmin kollha, tappartjeni lill-komunita' kollha.", "Naħseb li hawnhekk wieħed irid jenfasizza ħafna l-konċett tal- komunita'.", "Nagħmel din l-enfasi fuq dawn l-affarijiet għaliex faċli li din it-teknoloġija ta' l-informazzjoni taljenana b'dak kollu li jleqq fiha.", "Meta tmur quddiem computer u tkun ma' xi ħadd li jifhem, jibda jurik b'liema metodi ta' faċilita' jista' wieħed jidħol biex jikseb informazzjoni u għarfien mid-dinja kollha.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti - ħalli nistgħaġbu b'dawn l-affarijiet - u rridu nżommu quddiemna dawn il- kwestjonijiet fundamentali.", "Naħseb li min qed jaħdem irid jifhem li iktar milli qegħdin nitkellmu fuq soċjeta' - u fl-opinjoni tiegħi l-kelma \"soċjeta'\" timplika ċertu ġerarkija, timplika ċerta stratefikazzjoni, għandek ċerti klassijiet biex ngħid hekk - iktar irridu nimbottaw 'il quddiem il-konċett ta' komunita' li hija entita' iktar orizzontali u iktar komuni, fejn għandek lil kulħadd flimkien, lill-fqar u s-sinjuri, dawk li għandhom kapaċitajiet kbar u dawk li għandhom inqas kapaċitajiet.", "Għaliex hawnhekk qegħdin nittrattaw xi ħaġa li hija wirt tagħna lkoll fejn ħadd m'għandu xi jedd ta' esklussivita' fuq xi parti mill-ħidma li ssir f'dan il-kamp.", "Qed nittrattaw il-kamp tan-knowledge, qed nittrattaw il- kamp ta' l-informazzjoni, ta' l-ideat u żgur li huwa wirt komuni għal kulħadd.", "Hemm punt ieħor, Sinjura President, li għalina l-Maltin huwa ta' interess partikolari.", "Dan huwa li permezz tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni, sar mill-iktar reali, mill-iktar possibbli u ħaġa mill-iktar konkreta li Malta veru jkollha n-niċċa tagħha fl-ekonomija globali fid-dinja li qed ngħixu fiha.", "Jien bqajt niftakar, biex ma ngħidx bqajt impressjonat, meta xi tliet snin ilu mort l-iskola fejn imur it-tifel tiegħi u mal-bieb tal-klassi kellhom speċi ta' globu magħmul mit-tfal stess li qiegħed juri lid-dinja bi bnadar tal-pajjiżi kollha kemm huma u fuq dan il-globu kien hemm strixxa li fuqha kien hemm miktub \"We are citizens of the world\" Qed nitkellem dwar tifel ta' ħames snin li kull fil-għodu kien jidħol fil-klassi u jara dan il-globu fuq rasu li fuqu għandu miktub \"We are citizens of the world\".", "Nafu li fl-iskejjel prinċipali l-istudenti ta' l-ewwel klassijiet diġa' qegħdin jiġu in touch ma' din it-teknoloġija u diġa' qegħdin jidħlu f'din id-dinja l-ġdida.", "Jiena naħseb li hawn Malta qegħdin niżbaljaw għax m'aħniex nieħdu bis-serjeta' li jistħoqlu l-konċett li pajjiżna jista' verament isir ċentru rilevanti ta' servizzi fil-parti tad-dinja li aħna ngħixu fiha.", "Fl-1990 jien kelli x-xorti li nikkompanja lill-ex-Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami, fuq delegazzjoni fil-Far East.", "Konna żorna l-Awstralja u konna morna Tokyo, il-Korea t'Isfel u Singapore.", "Dak iż-żmien Singapore kienu qed jikkommemoraw it-tletin anniversarju mill-indipendenza u apparti l-laqgħa li kellna mal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Lee Kuan Yew - u l- aħħar li kien qed jitkellem l-Onor.", "Josef Bonnici fakkarna meta Lee Kuan Yew kien żar Malta u kien iltaqa' mal-mexxejja politiċi ta' dak iż-żmien; kien bniedem, kif kulħadd jaf, żbukkat u kien qalilna li sa minn dak iż- żmien kien ta' anke parir lill-Onor.", "Perit Mintoff fuq it-Tarzna għax kien deherlu li t-Tarzna biex issir iktar kompetittiva kellha bżonn ċerti tibdiliet - kienu ħaduna naraw filmat, preparazzjoni ta' mass media li kienet saret apposta biex tfakkar l-anniversarju ta' l-indipendenza ta' Singapore.", "Dan il-filmat kien intwera f'teatru mimli nies minn dik in-naħa tad-dinja, Ċiniżi, Ġappuniżi u Asjatiċi oħrajn li flimkien magħna kienu qegħdin jaraw din il-preżentazzjoni fuq screen kbir.", "Ħaġa li laqtitni u mpressjonatni kienet li l-awtoritajiet ta' Singapore dehrilhom li jibdew din il-kommemorazzjoni ta' l-indipendenza b'silta mill-ewwel diskors li kien għamel Sir Thomas Stamford Raffles, l-ewwel Gvernatur Ingliż - nafu li Singapore kienet kolonja Ingliża - u mid-diskors tiegħu siltu din is- sentenza.", "Il-Prim Ministru Malti, jien u d-delegazzjoni Maltija ma konniex nafu x'se naraw.", "Il-film beda proprju b'din il-kwotazzjoni: \"What Malta has been for the west, Singapore shall become for the east\".", "Gvernatur Ingliż fl- 1814 qiegħed jipproġetta l-politika li l-Gvern Ingliż ried isegwi ġewwa Singapore u biex ngħidu hekk fid-diskors mit-tron li għamel dak iż-żmien kien qal: \"What Malta has been for the west, Singapore shall become for the east\".", "U laqatni ftit allura anke kif fir-\"Review of the National Commission for Information Technology\" li għandna quddiemna, jinġieb il- paragun proprju bejn Singapore u Malta.", "Dan qed ngħidu għaliex nixtieq nenfasizza l-aspett li l-iżvilupp f'din it- teknoloġija ta' l-informazzjoni ma jistax ikun żvilupp li qiegħed isir biex sempliċement aħna nkunu konoxxenti ta' din it-teknoloġija.", "Ma jistax ikun li dan l-iżvilupp aħna rriduh biex bejnietna nikkomunikaw b'faċilita' akbar, biex aħna nsiru aktar effiċjenti bejnietna, għaliex inkunu qegħdin nużaw Rolls Royce biex immorru mid-dar sal-knisja jekk nagħmlu hekk.", "Jekk irridu niżviluppaw bis-serjeta' din it-teknoloġija ta' l-informazzjoni jrid ikollna viżjoni quddiemna.", "Ma rridux nużawha sempliċement biex ngħidu li issa għandna l-faċilitajiet ta' l-internet u noqogħdu nikkomunikaw, imma nikkomunikaw għal liema skop?", "Xi rridu nagħmlu bħala poplu?", "Fejn se mmorru biex naqbdu din in-niċċa?", "Hawn insemmu lil Singapore - hawn min isemmi l- Iżvizzera u min isemmi ħaġa u min isemmi oħra - u nsemmu mexxejja differenti ta' żmenijiet oħra.", "Nagħmluha ċara li l-mexxejja politiċi Maltin dejjem kellhom din l-idea li ma jistax ikun li din il-pożizzjoni ġeopolitika tagħna ma tfisser xejn, li din sempliċement intefgħet hemmhekk b'kumbinazzjoni u nibqgħu ngħixu anke aħna b'kumbinazzjoni.", "Irridu nagħmlu xi ħaġa minnha.", "Gvern Nazzjonalista din fehemha, għamel enfasi fuqha u nvesta ħafna fiha, anke jekk mhux dejjem segwiha bil-konsistenza li fil- fehma tiegħi kien jistħoqqilha.", "Naraw li l-Gvern Nazzjonalista mill-bidu nett, anke fl-ewwel diskors li kien għamel l-ex-Prim Ministru Eddie Fenech Adami fil-ftuħ tat-trade fair, meta kien għad ilu xahar prim ministru, kien fisser li fil-kalendarju ta' l- ekonomija Maltija din hija laqgħa ta' ċerta importanza.", "Fil-fehma tiegħi kien fetaħ mill-ewwel b'iktar ċarezza, b'iktar impenn milli għamlu mexxejja ta' qablu din l-idea li aħna rridu nistabilixxu lill-pajjiż bħala ċentru ta' servizzi f'din in-naħa tad-dinja.", "Din segwiha billi għamel investimenti kbar fil-qasam tal-komunikazzjoni, fil-qasam ta' l- infrastruttura, f'oqsma oħra ta' servizzi finanzjarji, servizzi bankarji, fis-servizzi tal-portijiet tagħna, fis-servizzi ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Ried li jiftaħ dawn it-toroq kollha, mhux sempliċement biex ikun fetaħhom imma biex proprju l-pajjiż ikun ċentru ta' servizzi.", "U t-teknoloġija ta' l- informazzjoni dan tiffaċilitah u tagħtina opportunita' li ħafna mexxejja oħra qabel ma kellhomx.", "Għalhekk jiena naħseb li mhux biżżejjed li sempliċement nagħmlu kummissjoni nazzjonali u ngħidulha li għandha tħejji u taġġorna din l-istrateġija nazzjonali, tissorvelja u tikkordina.", "Jiena naħseb li nkunu qegħdin niżbaljaw jekk l-ogħla awtoritajiet ta' pajjiżna ma jagħtux id-direzzjoni lil din il-kummissjoni biex tkun tista' timraħ u tgħin lis-settur pubbliku u lis-settur privat biex nimmiraw għal xi ħaġa li hija forsi aktar ambizzjuża milli aħna nkunu lesti li naċċettaw.", "Ikollna f'idejna ħaġa ta' potenzjal kbir, ta' opportunitajiet kbar, imma mbagħad minflok inkunu qegħdin neħduha bis-serjeta' nkunu qegħdin sempliċement nibdew nilagħbu biha.", "Għal min iqanqal il-kwestjoni tad-daqs ta' pajjiżna, nafu li ċ-ċokon tagħna m'għandu tista' tgħid l-ebda rilevanza fid-dinja tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "Diġa' ntqal li sa ftit ta' żmien ilu l-kwestjoni tal- kobor tal-pajjiż, tal-kobor tal-popolazzjoni jew kemm ikollok kapital, kienu fatturi determinanti biex dak il-pajjiż ikun rilevanti fid-dinja, mentri llum mhux dak jgħodd.", "Illum jgħodd kemm għandek poplu li huwa edukat, li huwa highly skilled, li huwa teknoloġikament konxju ta' kif jista' jisfrutta l-opportunita' tat-teknoloġija, jiddependi mill- infrastruttura - ħaġa li nerġa' ngħid f'dawn l-aħħar għaxar snin fil-pajjiż għamilna ċertu progress fiha, u jonqos ħafna iktar progress x'isir għax il- progress trid issostnih b'investiment kontinwu - u huma dawn l-affarijiet li fil-fatt se jiddeterminaw il-prosperita' ta' pajjiżna.", "Sinjura President, f'dawn il-kwestjonijiet il-qies tal-pajjiż ma jgħoddx ħafna imma jgħodd ħafna ż-żmien u allura hija kwestjoni ta' urġenza.", "Din hija mewġa ta' żviluppi li qiegħda sseħħ ġo pajjiżna, li tiftaħ numru ta' twieqi ta' opportunitajiet u aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar dawn it-twieqi jibdew jingħalqu.", "Allura minkejja l-isforzi sostanzjali u validi li għamel il- Gvern Nazzjonalista ta' qabel u minkejja dak li qed isir issa, naħseb li qegħdin fil-periklu li t-twieqi ta' ħafna opportunitajiet li tbexxqu hemm ċans li jingħalqu peress li ż-żmien għaddej u jkun diffiċli ħafna li jerġgħu jinfetħu.", "Hawnhekk m'iniex nirriferi biss għat-tieqa ta' opportunita' ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, li dwarha tkellmu tajjeb ħafna l-Onor.", "Josef Bonnici u anke l-Onor.", "Geroge Pullicino, imma wkoll għal opportunitajiet oħra.", "Kien hawn mumenti meta fid-dinja ta' madwarna, fir-reġjun li ngħixu fih, inħolqu ċirkostanzi li stajna nużufruwixxu minnhom bħal, per eżempju, il-kriżi li kienet inqalgħet fil-Lebanon u l-kriżi li kienet inqalgħet f'Ċipru.", "Ma nafx għaliex rari nagħrfu nisfruttaw tajjeb l-opportunitajiet li jkollna madwarna.", "Jekk aħna qegħdin nipprovaw nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex niżviluppaw dan is-settur - għaliex niddubita kemm qegħdin nagħmlu l-aħjar li nistgħu - hemm ħaddieħor li wkoll qiegħed jgħaġġel, kif qal tajjeb anke l-Ministru Bartolo.", "Laqatni wkoll il-kumment tal-Ministru meta qal li kultant naħsbu li aħna biss nafu nagħmlu l-affarijiet u li tan- naħa t'isfel m'humiex avvanzati bħalna u ma jifhmux bħalna.", "Qal ukoll li huwa żball kbir jekk naħsbu li dawn m'humiex kompetituri tagħna u m'humiex qegħdin anke huma jaħsbu fuq li qed jagħmlu.", "GĦalhekk huwa importanti ħafna li ma ningħalqux u huwa importanti li jkollna dan l-atteġġament pero' barra minn hekk irridu nissieħbu anke ma' organizzazzjoniet barra dan il- pajjiż.", "Jiena kultant nhewden, naħseb u nipprova nifhem il-pożizzjoni tal-Partit Laburista fil-gvern rigward l-Ewropa.", "Hemm ħafna aspetti tagħha li tifhimhom u li fehemnihom għaliex fid-dinja mhux kollox sabiħ jew kollox ikrah.", "Meta inti tiġi biex tidħol għal ċertu stat issib li d-dinja hija magħmula minn komplessita' ta' fatturi pożittivi u inqas pożittivi, imma meta bl-oġġettivita' kollha nipprova nagħsar x'jaqbel għal pajjiżna għadni qatt ma stajt nikkonvinċi ruħi li pajjiżna se jirbaħ xi ħaġa billi nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea.", "Anke fil-kamp tat-teknoloġija ta' l- informazzjoni naħseb li għad irridu nibku l-opportunita' li tlifna minħabba li m'aħniex se nkunu ma' l-ewwel grupp li jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Filwaqt li ngħid dan, nixtieq nenfasizza l-importanza li pajjiżna ma jistax iserraħ rasu li aħna żgħar u allura nixtru kollox minn barra; li naraw li nsiru first class technicians ta' din it-teknoloġija u aallura m'hemmx għalfejn inkun kreattivi u m'hemmx għalfejn ikollna nies li għandhom il-ħila kreattiva li jiżviluppaw programmi biex jagħtu l-kontribut għat-teknoloġija.", "Jiena naħseb li huwa importanti, li f'dan ir-rigward, niżviluppaw il-capability tagħna f'dan il-kamp.", "Hemm raġuni partikolari oħra għaliex dan irridu nagħmluh.", "Dan irridu nagħmluh mhux biss biex ma nkunux niddependu esklussivament fuq barra, imma anke għax hawn m'aħniex nitkellmu fuq xi reverse osmosis plant fejn tagħżel kumpannija Amerikana u jekk għandek il-flus tista' tinqeda dejjem b'din il-kumpannija.", "Hawn qed nittrattaw ma' xi ħaġa fejn hemm karatteristiċi u elementi illi huma magħġunin fina bħala poplu Malti, poplu li għandu l-identita', l-kultura u l-mentalita' tiegħu, allura iktar nibdew nirrealizzaw - u din iktar jista' jgħidha l-Ministru Bartolo minħabba l-programm ta' l-information technology li għandna fl-iskejjel primarji, sekondarji u fis-sistema edukattiva - kemm huwa importanti li niżviluppaw programmi illi huma adatti għall-kultura tagħna.", "Allura importanti ferm li mmexxu.", "Jiena naħseb li f'ħaġa bħal din il-Gvern għandu jimbotta u jinċentiva anke lis-settur privat biex jagħmilha.", "Dan iġibni għall-punt illi t-teknoloġija ta' l-informazzjoni hija strument kbir ħafna li bih nistgħu nġibu ċertu tkabbir fir-rata ta' l- ekonomija tagħna.", "Xtaqt li meta wieħed ikun qed iqis l-aspett ekonomiku wieħed jara ftit x'qiegħed jiġri.", "Jiena tajt daqqa t'għajn lejn l-estimi għal din is-sena u dawn jipprovdu għal nefqa kapitali ta' Lm8.75 miljun li huma mxerrda taħt il-voti kapitali tad-diversi ministeri u naħseb li ta' min wieħed jara daqsxejn kif dawn il-flus qed jintnefqu.", "Bejn wieħed u ieħor dawn qiegħdin imqassmin hekk: taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm ivvotati Lm3.5 miljun; taħt il-Ministeru tal-Finanzi hemm ivvotati Lm2 miljun; taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hemm Lm0.8 miljun; taħt il- Ministeru tal-Ġustizzja hemm ivvotati iktar minn Lm0.25 miljun; taħt il- Ministeru għax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni hemm ivvotati Lm0.25 miljun; taħt il-Ministeru tas-Saħħa hemm ivvotati kważi Lm0.9 miljun; u taħt il- Ministeru tal-Ħarsien Soċjali hemm ivvotati Lm0.5 miljun.", "Illum li qegħdin over six months down the road, jista' wieħed jgħidilna dan il-vot kapitali ta' kważi Lm9 miljun li huma ddedikati għall-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l- informazzjoni fiex qegħdin jintnefqu u kif aħna mexjin.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn Leave of House biex tkompli tinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja lill-Kamra kollha talli reġgħet estenditli l-ħin.", "Minbarra s-settur governattiv li kif qegħdin naraw, mhux qed jonfoq sold jew tnejn għax Lm9 miljun hija somma sostanzjali għal pajjiżna, huwa importanti ħafna li l-ispazju tas-settur privat jibqa' spażju miftuħ.", "Il-gvern ikun iktar effettiv u iktar jilħaq l-objettivi tiegħu jekk lis-settur privat jimbuttah.", "Hawnhekk mhuwiex il-każ li ngħidu li s-settur privat għandu ċans u jekk irid jaħdem.", "Jiena naħseb li rridu nagħmlu iktar minn hekk u f'ċertu sens irridu nagħmlu kif qed nagħmlu fis- settur tat-turiżmu.", "Minħabba li t-turiżmu huwa fundamentali għall-iżvilupp ta' l-ekonomija ta' pajjiżna, il-gvern ma joqgħodx b'idejh fuq żaqqu.", "Il- gvern għandu policy pro-attiva fis-settur tat-turiżmu u mhux l-ewwel darba li t-turiżmu tagħna ma marx biżżejjed 'il quddiem għax il-gvern ma kienx biżżejjed pro-attiv u kreattiv.", "Fil-qasam tat-teknoloġija ta' l- informazzjoni s-sitwazzjoni tirrikjedi ħafna iktar minn hekk.", "Fejn irridu noqogħdu attenti?", "Irridu noqogħdu attenti li l-gvern ma jidħolx hu.", "Fit- turiżmu, fejn daħal il-gvern, ma marx tajjeb u jekk il-gvern se jipprova jidħol fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni mhux se jmur tajjeb.", "Jiena naf li din hija kummissjoni fejn hemm ċerta preżenza ta' nies li huma affjatati u nvoluti fis-settur privat, pero' dan mhux biżżejjed.", "Il-gvern irid ikollu fil-fehma tiegħi policy ċara u dikjarata u policy li hija ġenwinament aċċettata mill-istess membri tal-gvern bħala konvinzjoni li x- xogħol tal-gvern huwa li jimbotta, jiffaċilita, jagħti direzzjoni u jirregola dan il-qasam - u dan bil-consensus kollu meħtieġ - u iktar ma jgħin lill-industrija lokali ssir settur ta' tkabbir ekonomiku li jiġġenera prosperita', ir-rivoluzzjoni li qegħdin nitkellmu fuqha iktar tkun tista' tqabbad l-għeruq tagħha fil-pajjiż.", "Hawn jidħol sew ir-rwol tal-MSU.", "Fuq it-teknoloġija ta' l-informazzjoni, fl-estimi nsibu riferenza taħt id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u oħra taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn f'nota dwar l-Management Systems Unit (MSU) u l-Malta Information Technology and Training Services Ltd.", "(MITTS) jingħad li din se tiġi ristrutturata billi jiġi ntrodott a management accounting system, ikun hemm proċess ta' taħriġ għat-technology transfer u tingħata attenzjoni lill- espansjoni tal-MAGNET, the government's wide area network.", "Pero' hawn irridu nirriflettu u rridu nitgħallmu anke mill-esperjenza ta' Gvern Nazzjonalista li hija esperjenza li jiena nemmen li għamlet ħafna ġid u ġabet breakthrough fil-qasam ta' l-information technology u hija esperjenza wkoll li meta wieħed iħares lejha b'analisi kritika jsib ukoll id- defiċjenzi f'dan il-kamp.", "Filwaqt li huwa tajjeb li l-gvern jagħmel il- parti u l-investimenti tiegħu, l-atteġġament huwa kruċjali.", "Kif kulħadd jaf f'din il-Kamra, in-nies tirċievi l-vibes mhux sempliċement b'dak li jingħad minn hawnhekk imma kultant anke b'ħafna affarijiet oħra li ngħidulhom subliminali, li kultant ikollhom influwenza iktar minn dawk l- affarijiet diretti.", "L-aħħar darba l-Ministru kien qed jitkellem dwar il- prezzijiet li qed jiċċarġjaw is-servers għall-użu ta' l-internet.", "Jiena naħseb li rridu nagħtu daqqa t'għajn anke lejna bħala settur pubbliku.", "Ta' min ifakkar daqsxejn li kien hawn żmien li biex timporta computer kont trid tiffirma karta li m'inti se tkeċċi lil ħadd, anke jekk fil-fatt ma kont tħaddem lil ħadd, u kull computer kellu jkun importat for personal use u allura l-importatur kien ikollu jsib li xi ħadd biex taparsi se jdaħħal computer f'ismu.", "Nafu wkoll li biex, per eżempju, kont iddaħħal telex, it-Telemalta kienet twaħħlek flus, bħala kera, iktar milli kienet tiswa l-makna u mbagħad kont trid tħallas ta' kull messaġġ li tgħaddi u biex twaħħal fax kont trid tħallas madwar Lm600, prezz ogħla milli tiswa l- fax machine innfisha.", "Dan kollu kien biddlu Gvern Nazzjonalista, immedjatment meta kien tela' fil-gvern, għax ħass li jrid jiftaħ.", "Anke f'dan is-sens, jekk naraw, per eżempju, il-prezzijiet li għadha tiċċarġja t- Telemalta, naħseb li wieħed irid jarahom daqsxejn sew, għax jekk it- teknoloġija ta' l-informazzjoni hija ta' prijorita' strateġika għall- iżvilupp ta' pajjiżna allura l-prezzijiet li tiċċarġja t-Telemalta ta' min wieħed jirrivedihom, għax dawn il-prezzijiet f'ċerti oqsma tas-servizzi tat- telekomunikazzjoni, fil-fehma ta' diversi, għadhom għoljin, probabbilment attribwibbli għall-istat ta' monopolju li għandha t-Telemalta f'dan il- kamp.", "Wieħed ukoll irid joqgħod attent kif jinċentiva jew jissuġġerixxi lit-Telemalta li tidħol f'dan il-kamp.", "Meta dawk ta' qabilna 40 sena ilu, ħarsu lejn is-suġġett tat-turiżmu u qalu li minnu se jagħmlu industrija kbira ma qalux li se jdaħħlu fih lill- gvern, imma qalu li se jkun f'idejn is-settur privat.", "Il-gvern jimbotta, jinċentiva, jirregola. eċċ. eċċ. Anke f'dak li jirrigwarda t-teknoloġija ta' l-informazzjoni huwa ferm importanti li nħarsu lejha bl-istess metodu biex b'hekk niżviluppawha f'industrija kbira.", "Jiena qed nitkellem dwar kif wieħed għandu jħares lejn dan is-suġġett minn din il-perspettiva.", "Jekk inħarsu lejha b'dan il-mod, jiena naħseb li l-gvern irid jikkonsidra li bħalma jgħin lis-sajjieda, lill-bdiewa, lis-settur tat-turiżmu u setturi oħra, għandu jgħin ukoll f'dan il-qasam ħalli l-industrija tat-tekonoloġija ta' l-informazzjoni tikber u tiżviluppa.", "Naf li permezz ta' l-Industrial Development Act se jingħataw ċerti faċilitajiet u concessions għal dan l- iskop li għandna quddiemna, imma naħseb li jkun iktar utli jekk, minflok li wieħed iħalliha ħaġa ġeneralizzata, li dawn jistgħu jgħinu lilhom infushom bħall-industriji oħra, ikun hemm qafas ta' policies u inċentivi ta' għajnuna f'dan il-kamp in partikolari.", "Kif diġa' intqal, u tajjeb li jiġi enfasizzat, qegħdin nitkellmu fuq l- opportunita' illi nagħmlu dak li nsejħulu re-engineering tal-makna soċjo- ekonomika tagħna.", "Allura l-isfida importanti u l-opportunita' li għandna quddiemna hija proprju l-punt ta' ħidma flimkien, liema punt beda bih id- diskors tiegħu l-Ministru.", "Dan huwa l-human networking.", "Jekk dejjem kien veru li no man is an island issa sar aktar u aktar veru.", "Sfortunatament pero' insubha diffiċli ma naġixxux ta' \"island\" u allura naħseb li huwa importanti li din in-networking, l-ispirtu ta' kollaborazzjoni ta' team flimkien indaħħluh f'ħafna u ħafna affarijiet.", "L-iskop li dħalna għalih aħna meta twaqqfet l-MSU, biex nirriformaw is-servizz pubbliku, intlaħaq parti minnu għax għad fadal ħafna x'isir, pero' f'dan ir-rigward waqqafna ħwejjeġ li huma importanti.", "L-ewwelnett naraw illi qegħdin niddiskutu dawn l-affarijiet, nivvotaw dawn il-flus kollha għall-information technology, imbagħad kellek proġetti li kienu bdew jitwettqu mill-MSU imma issa waqfu.", "Sieħbi l-Onor.", "George Pullicino tkellem dwar in-network ta' point of information kiosk systems.", "Din mhux biss kellha tinfirex imma kellha tiġi żviluppata billi ċ-ċittadini jmorru f'dawn il-kiosks u mhux biss jitolbu informazzjoni imma anke jieħdu servizzi utli, bħalma huma konsenja ta' ċertifikati u affarijiet oħra u jifrankaw li joqogħdu jmorru fl-uffiċini l- Belt.", "L-istess ħaġa nista' ngħid għall-proġett ta' l-electronic tax returns u l-electronic payments.", "F'dan ir-rigward għandna sitwazzjoni fejn ma baqax isir l-iżvilupp kollu li kien mistenni li jsir.", "Ħadna wisq żmien - u f'dan għandna tort anke aħna - biex tiġi żviluppata t-tekonoloġija ta' l-informazzjoni fl-għases tal-pulizija fejn seta' sar progress bil-bosta iktar milli fil-fatt sar s'issa.", "Dwar il-qasam tas-saħħa rrid ngħid li l-proċess li konna qegħdin naħdmu fuqu biex fl-isptarijiet jkollna point minn fejn wieħed jikkomunika u jtella' fuq monitor l-istorja tal-pazjent, ir-radjoloġija, l-X-Rays li jkunu ttieħdu u anke r-riżultati tat-testijiet li jkunu saru waqaf.", "Illum mhux biss waqaf ir-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa imma waqfet din is- sistema wkoll.", "Fit-tliet swali ta' l-ortopedija li kienu saru diġa' hemm il-cables għaddejjin biex wieħed ikun jista' jħaddem din is-sistema.", "Din is- sistema hija possibbli li ssir għax tintuża f'ħafna postijiet oħra.", "Din hija sistema utli ħafna għax tagħti ħafna benefiċċji kbar lill-pazjenti, lit-tobba, lin-nurses u lis-sistema ta' l-isptarijiet, imma jidher li llum waqafna milli nkomplu niżviluppawha.", "Jidher ukoll li waqaf il-progress li kien qed isir fuq it-taqsima li kienet qiegħda tiżviluppa l-għodda tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għal persuni b'diżabilita'.", "Veru li kien unit li kien għadu fil-bidu tiegħu imma kien diġa' sar ċertu ammont ta' xogħol biex in-nies li għandhom ċerti diżabilitajiet jkunu jistgħu mhux biss jitgħallmu u jkunu jafu xi tfisser din it-tekonoloġija għalihom imma jiġu żviluppati wkoll għodod li jkunu jistgħu jħaddmuhom biex anke jkunu jistgħu jintegraw ruħhom fis-soċjeta'.", "Allura huwa importanti ferm li r-rwol tal-gvern f'dan il-kamp ma jkunx rwol li jwaqqaf dan l-iżvilupp.", "L-esperjenza tiegħi tindika li l-kordinament huwa ferm importanti u filwaqt li rridu noqogħdu attenti li ma noħolqux sistemi li ma jkunux kapaċi jikkomunikaw ma' xulxin u li jkollok lil xi ħadd li qiegħed jistabilixxi l-prioritajiet f'kamp ta' dan it-tip, naħseb li huwa importanti ferm ukoll li nħallu ħafna iktar inizjattiva sew lid- dipartimenti u sew lill-organizzajonijiet li għandu l-gvern biex l- affarijiet wieħed ikun jista' jiżviluppahom b'ħafna iktar faċilitajiet milli għamilna sal-lum.", "Ħaġa li wieħed irid joqgħod ftit attent fuqha hija r-ristrutturazzjoni ta' l-MSU, għax ma nafux eżattament din ir-ristrutturazzjoni fejn waslet, kif qed tiġi riorjentata u ridiretta, jekk qed tiġi ridiretta.", "Fil-fehma tiegħi ma jkunx tajjeb jekk lill-MSU nagħtuha xi funzjoni li tkun tikkonsisti fit-tfassil u li toffri soluzzjonijiet tekniċi lill-klijenti, anke lil dawk li mhumiex tal-gvern.", "Li toffri soluzzjonijiet lill-gvern innifsu naħseb li hija ħaġa tajba u tajjeb li niżviluppawha - u fil-fehma tiegħi dan m'għandux isir b'esklużjoni tas-settur privat - imma illi l- gvern taħt din il-kappa ta' offerta ta' soluzzjonijiet tekniċi lill- klijenti jidħol b'xi mod f'kompetizzjoni diretta ma' l-industrija lokali, għar-raġunijiet li diġa' semmejt, naħseb li ma jkunx tajjeb.", "Jiena għamilt enfasi li l-gvern m'għandux jittanta ruħu li jidħol f'ċerti operazzjonijiet, anzi għandu jimbotta lis-settur privat li jagħmilhom.", "Fl- istess ħin irrid ngħid li huwa importanti ħafna li permezz ta' din l- istrateġija nazzjonali l-gvern għandu jkun forza li teduka sew lis-suq, kif ukoll lis-soċjeta' in ġenerali, fl-użu effettiv ta' din it-teknoloġija.", "L- objettiv tagħna huwa li rridu nwasslu din l-edukazzjoni biex noħolqu modus operandi fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Jekk nagħmlu dan żgur li wieħed ikun qed isaħħaħ anke s-suq partikolari u f'dan il-kamp ir-rwol tal-ministeru ta' l-edukazzjoni u ta' l-istrutturi edukattivi ta' pajjiżna huwa ta' importanza fundamentali.", "Kien tajjeb li l-gvern beda b'din l-istrateġija billi mar mill-ewwel fl- iskejjel primarji u huwa importanti ferm li dan l-isforz jiġi sostnut u żviluppat għax permezz ta' hekk irridu nibnu l-ingredjenti tas-suċċess ta' din l-istrateġija.", "B'hekk aħna jkollna poplu li jkun qed jiffamiljarizza ruħu ma' din il-kultura ġdida u nkunu wkoll qed niżviluppaw is-sistemi ġodda ta' tagħlim li huma meħtieġa.", "Illum l-edukazzjoni ma tistax tibqa' tiġi mgħallma bil-metodi ta' l-antik, għax illum mhux biss għandna teknoloġija ġdida imma għandna wkoll metodi ġodda ta' kif aħna nistgħu nagħtu t-tagħlim, bħalma huma d-distance learning u l-metodi ġodda ta' telepresence, li jistgħu jużufruwixxu minnhom anke l-persuni b'diżabilita'.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni ta' l-adulti u wisq iktar fil-kultura tal- learning society, ta' tagħlim tul il-ħajja kollha, din it-teknoloġija ġdida għandha importanza kbira.", "Madam Speaker, fl-aħħarnett għandi tliet punti li rrid nagħmel.", "L-ewwel punt huwa li nixtieq li din il-kummissjoni tagħti prijorita' lill-qasam tal- persuni b'diżabilita'.", "Naħseb li dan għandu jkun punt li l-kummissjoni trid mill-ewwel taġixxi fuqu.", "Qed ngħid hekk għax it-tendenza tista' tkun li din inħalluha għal aktar tard.", "Nixtieq nagħmel appell biex il- kummissjoni mill-ewwel tagħmel working group u tagħtih mandat biex jaħdem b'enerġija ħalli jiżviluppa s-settur tal-persuni b'diżabilita'.", "F'dan il- qasam qegħdin lura iktar milli qegħdin f'oqsma oħra.", "Id-diffikutaljiet huma akbar u għal dawn ir-raġunijiet jistħoqqlu li l-kummissjoni tagħtih prijorita' kbira.", "It-tieni punt li huwa importanti ħafna huwa dwar ir-rwol tal-mara fis- soċjeta' tagħna, vis-a-vis it-teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "M'hemmx dubju li din it-teknoloġija se tagħmilha ħafna iktar possibbli għall-mara tad-dar u għall-omm li qegħda trabbi li tibqa' parti importanti mill- komunita'.", "Huwa iktar possibbli li tibqa' parti kreattiva, produttiva u tkun tista' sseddaq lilha nnifisha anke waqt li qed taqdi d-dmirijiet tagħha ta' omm u ta' mara tad-dar.", "Jiġifieri t-teknoloġija ta' l- informazzjoni tista' tgħinna negħlbu l-ikbar ostaklu fil-qasam ta' l- ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.", "S'issa l-ikbar ostaklu fil-qasam ta' l- ugwaljanza qed ikunu l-kwestjonijiet li jinqalgħu fid-dinja tax-xogħol.", "Għandna dinja tax-xogħol li hija mfassla għall-irġiel u dinja tax-xogħol li hija marbuta mas-swieq internazzjonali li ma jagħtu l-ebda konsiderazzjoni għar-rwol ta' l-omm li trid trabbi u li għandha funzjoni ta' importanza fundamentali fit-trobbija tal-familja.", "It-teknoloġija ta' l-informazzjoni hija mezz importanti ħafna kif dawn ir-rwoli differenti jistgħu jiġu kkombinati.", "Anke hawnhekk jidhirli li l-kummissjoni għandha taħtar xi sotto-kumitat tagħha u tagħtih mandat li jikkonċentra fuq kif it- teknoloġija ta' l-informazzjoni tolqot lill-mara Maltija, speċjalment dik li trid trabbi u fl-istess ħin trid taħdem fil-qasam tax-xogħol.", "Tkellimna ħafna dwar l-elementi pożittivi ta' din it-teknoloġija ta' l- informazzjoni, Madam Speaker, pero' hemm ukoll l-element negattiv.", "Hemm il- periklu - irridu noqogħdu attenti għalih - tad-disumanizzazzjoni taċ-- ċivilta' tagħna.", "Dan il-periklu hu kbir daqs kemm kien kbir il-periklu tad- disumanizzazzjoni fir-rivoluzzjoni industrjali.", "Nistgħu ngħidu li l-makna lill-ħaddiem ħaditlu l-kreattivita' tiegħu.", "Il-linja tal-produzzjoni tal- massa - dan rajnih ukoll fil-film ta' Charles Chaplin - iddisumanizzat lill- bniedem u xellfitlu sew l-umanita' tiegħu għax ġabitu estensjoni tal-makna.", "Flok li l-makna saret estensjoni tal-bniedem, il-bniedem innifsu sar estensjoni tal-makna.", "Dan jorbot mal-punt li sar fil-bidu dwar l-aċċess universali għal din it- teknoloġija.", "Huwa importanti, Madam Speaker, li ma nispiċċawx li jkollna information processors flok nies li jikkomunikaw ma' xulxin.", "Qabel kellna nies li għal diversi raġunijiet soċjo-ekonomiċi u kulturali spiċċaw fuq il- linja ta' produzzjoni tal- massa.", "Issa wkoll nistgħu nispiċċaw hekk imma flok fuq il-linja ta' produzzjoni tal-massa bla ebda kreattivita' u bla moħħ li qiegħed jikkomunika, nistgħu nispiċċaw fuq il-linja tal-massa ta' l-information processors.", "Fil-fatt diġa' naraw ħafna dipartimenti u uffiċini b'ħafna computers li fil-verita' ma jkunx qed isir it-tħaddim tat- teknoloġija ta' l-informazzjoni fil-milja tagħha iżda l-operaturi jkunu qed jipproċessaw din l-informazzjoni.", "Huwa importanti li naħsbu ħafna biex wieħed ma jaqax f'din id-disumanizzazzjoni.", "Dan il-kamp huwa rwol kbir anke tal-qasam edukattiv.", "L-aħħar periklu li rrid nitkellem fuqu, Madam Speaker, huwa dwar il-qafas li jirregola.", "It-teknoloġija ta' l-informazzjoni hija teknoloġija li tista' tneħħi l-privatezza tal-bniedem.", "Tista' ġġib il-bniedem għarwien min kull ħaġa quddiem l-Istat u quddiem min ikun irid jisfrutta din il-privatezza.", "Għalhekk naħseb li issa li qegħdin mexjin f'din it-triq huwa importanti wkoll li pajjiżna jkollu l-liġijiet meħtieġa.", "Meta kont għadni ministru konna bdejna naħdmu fuq l-information practices act.", "Kien sar xogħol iddettaljat ħafna.", "Konna nkarigajna lill-Dr Joe Cannataci - wieħed mill- persuni li ħadt gost ħafna nara li ġie magħżul biex iservi fuq din il- kummissjoni - li flimkien ma' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika kien għamel xogħol biex il-pajjiż ikollu information practices act.", "Din tistabilixxi x'inhuma d-drittijiet taċ-ċittadin biex jikseb l- informazzjoni li l-Istat ikollu maħżuna dwaru mill-istrutturi tiegħu.", "F'dan l-abbozz hemm ukoll regolamentazzjoni ta' x'tip ta' informazzjoni tista' tinżamm fuq kull individwu.", "Dan minbarra li wieħed irid jirregola wkoll b'liema mod wieħed jista' jinterċetta komunikazzjoni li tkun qed issir bil- mezzi tat-telekomunikazzjoni u b'dawn il-mezzi elettroniċi.", "Naħseb li dan huwa suġġett li għandu jkun urġenti u l-Gvern għandu jagħtih ċertu prijorita'.", "Madam Speaker, jien nirringrazzja lill-membri tal-Kamra li semgħuni u nawgura li wieħed ikun jista' jagħmel riflessjoni fuq il-kummenti kollha li jsiru.", "Aħna bħala Oppożizzjoni nixtiequ li nkunu mistiedna li nagħtu l- kontribut kostruttiv u pożittiv tagħna.", "Nawgura wkoll li din il-kummissjoni tkun pace setter li tgħin lill-komunita' tagħna biex din it-tieqa li għandna miftuħa nżommuha miftuħa.", "Minn din it-tieqa jidħlu l-opportunitajiet kollha.", "Dawn irridu nisfruttawhom biex niġġeneraw il-prosperita'.", "Din it- teknoloġija toffrielna l-faċilita' li nikkomunikaw ħafna iktar bejnietna u tgħinna nsiru parti sew minn dan il-villaġġ globali.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, din l-inizjattiva għat- twaqqif ta' kummissjoni nazzjonali fuq l-informatika konċettwalment taqa' fil-kategorija ta' utilizzazzjoni aħjar ta' skoperti fil-qasam tax-xjenza u teknoloġija.", "Naħseb tajjeb li naraw kemm qegħdin nisfruttaw dan il- qasam ta' skoperti xjentifiċi u teknoloġiċi għat-titjib u l-prosperita' taċ- ċittadini ta' Malta u Għawdex.", "Naħseb li dan huwa l-iktar qies li rridu nkomplu għaddejjin bih meta nidħlu fis-subdivision ta' l-informatika.", "Jidher li bħala pajjiż għadna lura milli jkollna links strateġiċi ma' skoperti u ma affarijiet ġodda fit-teknoloġija fl-industriji, fid- dipartimenti, fis-settur kulturali u fil-mod kif ngħixu bħala soċjeta' ċivili u mingħajr ma trid f'ħafna areas taqa' r-responsabbilta' fuq il- gvern biex ikun jista' joħloq il-links neċessarji ma' l-iskoperti li jsseħħu madwar id-dinja.", "F'Malta għadna m'aħniex qed nieħdu dawk il- vantaġġi li jmissna qed nieħdu bħala pajjiż li wasal għas-sena 2000.", "Pajjiżi oħra għandhom kummissjonijiet apposta biex jirrelataw dawn il-links ma' pajjiżhom.", "Naħseb li jekk inżommu dan il-qafas f'moħħna, tajjeb li l-ewwel mandat li jmissna qegħdin nagħtu huwa lill-Malta Council for Science and Technology biex jaħdem aktar u jippreżenta aktar rapporti lill dan il-Parlament dwar dawn il-potential links.", "Jekk dawn il-links ikunu applikati fil-pajjiż jiġġeneraw iktar prosperita'.", "Issa d-definizzjoni ta' prosperita' se tkun differenti f'oqsma differenti għax fil-qasam tal-produzzjoni se tkun definita b'mod differenti milli tkun definita fil-qasam tat- tagħlim.", "Qabel ma nidħlu għall-informatika għandna bżonn ta' ċentru nazzjonali li jibda jagħmel aktar links ma' skoperti barranin u ma' dak li huwa ta' bżonn fil- pajjiż.", "Naħseb li dan huwa qafas li tista' tidħol fih din il-kummissjoni biex tagħmel dan ix-xogħol għar-rigward l-informatika.", "Meta wieħed jgħid dan ma jfissirx illi l-informatika se tkun applikata fis-settur ta' l- informatika biss.", "L-informatika tapplika f'tant oqsma differenti li kważi kważi tista' teżawrixxi x-xogħol tal-kummissjoni, kif ukoll tal-Malta Council for Science and Technology.", "Qed ngħid dan għaliex kien hawn diversi membri minn din il-Kamra li bdew jikkritikaw it-twaqqif tal-kummissjoni - qalu li din diġa' twaqqfet - qishom tilfu l-punt illi hija din il-Kamra li toħloq il-mandat lil din il- kummissjoni.", "Hija din id-diskussjoni f'dan il-Parlament li qegħda toħloq il- wider terms of reference ta fuq xiex se taħdem din il-kummissjoni.", "Kif għidt ukoll waqt id-diskussjoni fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni, dan il-Parlament qiegħed jikkontribwixxi billi jiddefinixxi t- terms of reference ta' din il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l- Informatika.", "Dan il-Parlament se jkollu stabilit il-kejl sabiex meta jiġu r- rapporti annwali ta' dawn il-kummissjonijiet, kull wieħed li jkun tkellem hawnhekk se jkollu kull raġun u kull dritt li jqum u jistaqsi dwar x'għamlu wara sena mit-twaqqif tagħhom fuq ċerti punti li kienu ssemmew hawn ġew.", "Qiegħed ngħid dan għax jidher ċar illi dan il-Parlament huwa l-post ta' awtorita' sovrana minn fejn joħorġu t-terms of reference illi kummissjoni tassew nazzjonali tkun se taħdem fuqhom.", "Dan qed ngħidu biex il-membri tal- kummissjoni josservaw bir-reqqa l-proceedings ta' dan il-Parlament u jwieġbu għal bosta mistoqsijiet u rimarki validi li jixirqilhom iktar approfondiment.", "B'hekk ikun hawn feedback, u la l-Parlament u lanqas il- kummissjoni nazzjonali ma jkunu qed jitkellmu waħedhom.", "B'hekk ikun hawn interazzjoni aktar sħiħa, iktar salutarja u iktar produttiva għal dak li qegħdin infittxu bħala riżultat għal dan il-pajjiż.", "Meta jiġi l-waqt biex nerġgħu neżaminaw ix-xogħol ta' dawn il-kummissjonijiet, kull membru f'din il-Kamra li qajjem ċerti punti se jkun qiegħed jiċċekkja xi jkun ġara u ma ġarax mit-terms of reference li jkun ikkontribwixxa għalihom huwa wkoll.", "Huwa tajjeb li nimxu bħala pajjiż li qed jipprova jlaħħaq ma' l- iskoperti li qegħdin isiru daqstant malajr barra minn Malta.", "Din hija s- sitwazzjoni kważi mwiegħra, biex ngħid hekk, ta' dan il-pajjiż.", "Huma ftit dawk il-persuni, dawk il-believers, biex ngħid hekk, li huma mpenjati fuq ċerti skoperti xjentifiċi u teknoloġiċi.", "Dan jiddependi ħafna mill-persuni għaliex għalkemm jista' jkollok kummissjonijiet nazzjonali, kunsilli nazzjonali, policy papers u seminars - u naħseb li f'dan il-pajjiż qed ikollna wisq seminars, kuljum b'xi seminar - jekk fl-aħħar mill-aħħar ma jkunx hemm l-action person, l-anchorman, li fih innifsu jkollu tassew l- impenn, u li jkun a true believer fil-kawża li qed jippromwovi, xejn ma jiċċaqlaq.", "F'kelma waħda, huwa faċli li jkollok seminar li jattendu għalih 100 ruħ, tnejn jippreżentaw paper u t-tnejn oħra jweġbuha u tkun għaddiet ġurnata oħra, pero' jiena ma naħsibx li dan is-sens ta' kważi letarġija huwa tajjeb u aħjar niffokaw fuq min huwa tassew impenjat, fuq min huwa believer f'dawn il-kawżi teknoloġiċi li jistgħu jiffrankawlna ħafna ħela ta' riżorsi u li jistgħu jagħtuna spinta 'l quddiem liema bħalha u li tant għandna bżonnha.", "Nixtieq insemmi wieħed minn dawn it-true believers li huwa ġurnalista, u dan m'iniex qed insemmih għaliex kien preżenti hawnhekk u issa m'huwiex qiegħed hawnhekk.", "Qed nirriferi għal Martin Debattista li waħdu tella' web page, waħdu mexxa kampanja fil-gazzetti biex joħloq interess nazzjonali f'kull qasam tas-soċjeta' u mhux f'xi qasam partikolari, waħdu mexxa faċċata ġo gazzetta u qed imexxi interess f'gazzetti oħra fuq l-internet u għaddej bi programm fuq ir-radju rigward l-internet.", "Din hija t-tip ta' persuna li għandna bżonn biex immexxu 'l quddiem dawn l-iskoperti.", "Martin Debattista, bl-interess u bit-twemmin li għandu f'dan il-qasam - jiġifieri l-belief li jekk ninvestu aktar f'dan il-qasam u jekk nuru aktar interess fih nistgħu negħlbu ċerta letarġija u ċerta backwardness teknoloġiku li għandna fil-pajjiż - u nies oħrajn ta' dan it-tip jagħmlulna ġieħ.", "L- ewwelnett għaliex juru li l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi m'huma monopolju ta' ħadd u meta wieħed jara l-aċċess li hemm għal dawn l-avvanzi fix-xjenza u fit-teknoloġija allura kull ċittadin f'dan il-pajjiż ikun jista' jippromwovi dawn l-iskoperti u jkun jista' jirrelatahom u joħloq interess fihom għal setturi ta' nies li forsi qatt ma kellhom l-iċken ħajra.", "Darba kien stedinni tard filgħaxija, f'xi l-10.30 p.m., għal programm fuq is-Super 1 dwar l-internet u tgħidx kemm kienu ċemplu nies li bdew juru interess f'dawn is-sensiela ta' programmi; mingħalija dan il- programm kien anke rebaħ xi premju bħala wieħed mill-aktar programmi interessanti u b'kontenut xjentifiku.", "Jiena ngħid li għandna bżonn iktar u iktar minn dawn it-tip ta' anchormen u minn dawn it-tip ta' true believers għaliex jekk mhux se jkun hawn dawn it-tip ta' anchormen il-policy in ġenerali m'hijiex se jkollha r-reference points li dak li jkun jaf li jista' jaqbad mat-tali għaliex huwa tassew impenjat f'dan ix-xogħol.", "Having said all this, ejja niġu issa għall-iżviluppi veri fl- informazzjoni u fil-komunikazzjoni li huma tant rilevanti għalina.", "L-ewwel ħaġa li toħloq rilevanza kbira ħafna għal pajjiżna - u f'ċertu sens hija challenge għalina - huwa l-fatt li Malta hija gżira.", "Il-fatt li Malta hija gżira u allura ma tistax taqbad karozza u tmur oltre l-fruntiera u tasal f'pajjiż ieħor - u minn hemm tmur f'pajjiż ieħor, u forsi minn dan il- pajjiż terġa' tmur f'pajjiż ieħor - u l-fatt li hawn dawn l-avvanzi teknoloġiċi fl-informazzjoni u fil-komunikazzjoni, huwa ta' preġju enormi għalina għaliex b'hekk jonqos l-iżolament ta' Malta min-naħa ġeografika u jiftaħ il-possibbilta' ta' komunikazzjoni mad-dinja kollha, daqslikieku konna qegħdin f'nofs kull kontinent tad-dinja.", "Ovvjament dan m'huwa xejn ġdid.", "Dan m'huwiex xi statement novell imma l-parti li hija importanti għalina hija li bis-saħħa tat-teknoloġiji l-ġodda se nkunu qegħdin inwaqqgħu l-problemi li d-distanza toħolqilna.", "Allura iktar u iktar jenħtieġ investiment f'dan is-settur u jenħtieġ li nagħtu mportanza lil dan is-settur biex naraw kif nistgħu negħlbu l-handicaps li għandna f'kull qasam bħala gżira permezz tat-teknoloġiji l-ġodda.", "Hemm diversi oqsma li Malta ssofri fihom minħabba li hija gżira u għalhekk mill-ewwel wieħed jara kemm kien hemm progress għall-pajjiżi u villaġġi li qegħdin 'il bogħod miċ-ċentru minħabba l-iżviluppi fl- informazzjoni u t-teknoloġija.", "Riċentement rajna ċerti operazzjonijiet isiru fil-kesħa tas-Siberja permezz ta' komunikazzjoni li kellhom mal- Ġermanja, permezz ta' l-internet.", "Jiġifieri dawn kienu qegħdin jagħmlu ċerti operazzjonijiet kirurġiċi, b'għajnuna u b'konsulenza ma' surgeons mill-Ġermanja, meta qabel biex din il-ħaġa setgħet issir dawn is-surgeons mill-Ġermanja kellhom joqogħdu jivvjaġġaw lejn is-Siberja biex jagħtu l- assistenza tagħhom.", "B'hekk ingħelbet l-problema tad-distanza.", "Billi issa l-komunikazzjoni qiegħda tieħu forma mhux biss ta' kliem u smigħ bħalha sound imma anke bħalha text, animation u video anke bis-sound, f'daqqa waħda qegħdin naraw li l-problema tad-distanza qed tiġi megħluba.", "GĦalhekk iIlum il-ġurnata - u dan semmejtu diġa' tliet snin ilu fuq il-programm dwar l-internet ta' Martin Debattista - anke fil-kwestjoni ta' sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea, hemm ċerti elementi li jistgħu jiġu megħluba minħabba t- teknoloġiji ġodda fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni.", "L-ewwel hemm il-vantaġġ li issa hemm ħafna iktar aċċess għad- dokumentazzjoni sħiħa li għandha l-Unjoni Ewropea u jekk hemm xi standards, jekk hemm xi regoli, jekk hemm xi liġijiet fil-European Union li huma interessanti u japplikaw għalina - mingħajr m'għandna għalfejn inkunu membri sħaħ u nibilgħu l-istandards kollha li ġew magħġuna u ppreparati nternament għall-finijiet tagħhom biss - aħna nistgħu napplikawhom u nwettquhom għalina.", "Għalhekk wieħed jara li waħda mill-konklużjonijiet immedjati tal-vantaġġi l-kbar tat-teknoloġiji ġodda fl-informazzjoni u l- komunikazzjoni hija li preċiżament il-kwestjoni kollha tat-tħambiq ta' iżolament ta' Malta jekk hi tibqa' barra mill-Unjoni Ewropea - qisha se tibqa' xi dgħajsa f'baħar qawwi f'nofs oċean enormi! - taqa' kollha kemm hi.", "Hawn wieħed jara li tibda taqa' din il-ħrafa kollha li Malta se tibqa' waħedha.", "Huma preċiżament l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni u fl-informatika li se jgħaqqdu lil Malta mhux biss ma' l-Ewropa imma ma' l- Amerka, mal-pajjiżi ta' l-Amerka Latina, mal-pajjiżi fil-Lvant Imbiegħed, mal-pajjiżi f'South East Asia, mat-tigers ta' l-Asja, b'mod ħafna iktar dinamiku, ħafna aktar indipendenti u ħafna iktar awtonomu.", "Hawnhekk huwa importanti li wieħed jibda jelenka l-livelli tal-kuntatti li qed jiġu megħjuna b'dawn it-teknoloġiji ġodda.", "Issa mhux il-gvernijiet biss se jkollhom is-saħħa biex jikkomunikaw ma' gvernijiet oħra, mhux biss ġo l- Ewropa imma mad-dinja kollha, imma anke l-kumpanniji kollha kemm huma li għandhom aċċess b'dawn it-teknoloġiji u l-istituzzjonijiet li jservu lill- pubbliku, li jistgħu jipparagunaw x'qegħdin jagħmlu istituzzjonijiet oħra li jservu l-pubbliku fl-istess oqsma bnadi oħra.", "Iżda l-iktar importanti - u dan l-iktar huwa sottolineat mill-guru ta' l- information technologies fl-Amerka; qed nirriferi għall-Viċi President Al Gore - huwa l-empowerment taċ-ċittadin permezz tat-teknoloġiji l-ġodda fil- komunikazzjoni u fl-informatika.", "Allura meta wieħed jara l-increase ta' empowerment liċ-ċittadin mad-dinja kollha permezz tat-teknoloġija ġdida fl- informatika u fil-komunikazzjoni u d-decrease tal-poter ta' gvernijiet li qabel kellhom ċertu monopolju ta' setgħa, ta' awtorita' u ta' kontroll, allura wieħed jistaqsi għaliex qed inkomplu nisħqu fuq l-iżolament mill- Unjoni Ewropea, qisna għadna qed nitkellmu f'perijodu ta' mitt sena ilu, fejn pajjiżi żgħar bilfors kellhom ikunu mwaħħlin ma' pajjiżi kbar biex ikampaw.", "Mentri llum mhux biss il-pajjiż, bħala Stat, qed ikun daqshekk importanti li jingħaqad ma' pajjiżi kbar imma huwa ċ-ċittadin individwali, awtonomu, fl-indipendenza tiegħu u fil-ħinijiet li jagħżel hu.", "Nafu li l- iktar li n-nies jaqbdu fuq l-internet ikun matul il-lejl, kemm minħabba l- ħinijiet tax-xogħol, kif ukoll minħabba l-cost tat-telefon u hemm tara li hawn min jippreferi ma joqgħodx jaħli żmien quddiem it-television, iktar u iktar jekk ikun qed jaqbad fuq l-internet mad-dinja kollha, ibiddel texts, għaddej bil-web chat, jikkomunika l-ideat daqslikieku mar konferenza internazzjonali u jingħaqad ma' gruppi ta' nies li jkunu għaddejjin biċ- chats u bil-konferenzi tagħhom.", "Jiġifieri hawn issa qed tinħoloq dimensjoni totalment ġdida li, int membru ta' l-Unjoni Ewropea jew m'intix assolutament ma tagħmilx differenza, anzi twaqqa' iktar u iktar 'il bogħod ir-rilevanza ta' membership bħala Stat.", "Kienu qegħdin jgħidu li bix- Schengen Agreement se jneħħu ċerti passaporti biex wieħed jivvjaġġa ġewwa l- Ewropa, imma xorta trid tieħu l-briga u tħallas l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u tat-trasport biex inti titlaq minn Malta bil-vapur jew bl-ajruplan sa l- Italja, u mbagħad timxi biċċa oħra sa pajjiż ieħor u sa pajjiż ieħor.", "Mentri bis-saħħa tat-teknoloġija l-ġdida fl-informazzjoni u l- komunikazzjoni, jekk ridt taqbad ma' universita' fl-Ingilterra, fil- Ġermanja, jew jekk inti kumpannija qiegħed taqbad ma' ċerti ditti ġo l- Ewropa jew ġo l-Amerka, illum il-ġurnata tista' tikkomunika kważi overnight b'ċerta ħeffa li assolutament il-kwestjoni ta' membership jew mhux membership ma tagħmillekx differenza.", "Mela hawnhekk f'daqqa waħda qegħdin naraw panorama ġdida quddiemna ta' kuntatti aktar attivi u iktar intensi, fejn kull wieħed miċ-ċittadini tagħna jkun jista' japprofondixxi l-interess tiegħu.", "Is-saħħa tat- teknoloġiji l-ġodda hija l-iktar fl-empowerment taċ-ċittadin, tal-bniedem fuq kollox.", "U jekk kien hawn invenzjoni li tat saħħa lill-bniedem bħala individwu hija eżattament l-invenzjoni tat-teknoloġija ġdida fl-informatika u partikolarment il-world-wide web u l-internet in partikolari, għax hemm oqsma oħra tat-teknoloġiji fl-informatika u l-kommunikazzjoni bħal micro- electronics, fibro electronics u opto-electronics li hawnhekk m'aħniex se nidħlu fuqhom.", "Illum se niffoka iktar fuq il-vantaġġi għaċ-ċittadin, a kuntrast ta' l-Istat, bl-empowerment il-ġdid permezz tat-teknoloġiji l- ġodda fl-informatika u l-komunikazzjoni.", "Minn hawnhekk wieħed jibda jara li bl-istess mod kif Malta, bħala entita', tista' tegħleb il-problema tagħha ta' iżolament ġeografiku u allura ċ-ċittadini Maltin jistgħu jegħlbu l-problema tat-trasport - li hija n-naħa l-oħra ta' l-iżolament ġeografiku - permezz tal-komunikattiva u l-informatika l-ġdida, anke internament, hemm vantaġġi ġodda li diġa' ssemmew dwar possibilitajiet għall-anzjani.", "Hawn Malta għandna soċjeta' li kulma mmorru qed issir iktar anzjana u jekk isir xi ħaġa biex l-anzjani jkunu iktar armati bit-teknoloġija l-ġdida ta' l-informatika naħseb li nkunu qegħdin nagħtu ċertu valur ġdid lil din it-terza eta' li tant qiegħda tieħu persentaġġ mill-popolazzjoni Maltija u li tant isir ftit għaliha fil-qasam ta' interess tal-moħħ.", "Veru li saru ċerti openings, bħalma huwa l-aċċess għall- mużewijiet, u saru anke ċerti korsijiet fl-istorja ta' Malta, imma ejja nibdew nelenkaw minn naħa fejn hawn iktar domanda għal komunikazzjoni u min-naħa l-oħra x'nistgħu nfornu fuq dawn il-mezzi ta' komunikazzjoni.", "Permezz tat-teknoloġiji l-ġodda fil- komunikazzjoni u fl-informatika, lill-anzjani aħna nistgħu ntejbulhom il- ħajja tagħhom.", "Hemm iż-żewġ naħat ta' demand and supply min-naħa ta' l- anzjani, ċioe' d-demand li nkunu nistgħu ntejbulhom ħajjithom b'xi ħaġa li hija rħisa fiha nnifisha imma timla ħafna l-ħin liberu - kważi l-ħin żejjed liberu għax ikollhom ħafna u ħafna ħin li ma jkunx qed jiġi użufruwit - u s-supply side li f'pajjiżna għadna qegħdin lura ħafna fiha u hemm bżonn li din il-kummissjoni nazzjonali tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha u permezz tas-sitt executives li se jkollha tara jekk tistax anke tiġi mwettqa.", "Fuq id-demand side għandna ħafna nies bi special needs li jistgħu jiġu megħjuna bit-teknoloġiji l-ġodda fl-informatika.", "Għal dawk il-persuni neqsin mid-dawl hawn computers apposta għalihom li jgħinuhom jikkomunikaw u allura jnaqqsulhom it-tbatija ta' l-iżolament, kif tista' tnaqqas it- tbatija ta' l-iżolament ta' l-anzjani.", "Hawn oħrajn li minħabba wheelchairs ikollhom nuqqas ta' aċċess fiżiku għal ċerti postijiet u permezz tat- teknoloġiji l-ġodda ta' l-informatika tista' tnaqqsilhom il-problemi ta' isolation.", "Hawn oħrajn li għandhom special needs oħra li, permezz tat- teknoloġiji l-ġodda, tonqsilhom il-problema li għandhom.", "M'hijiex se titneħħa l-problema imma ċ-ċivilta' moderna kapaċi tnaqqsilhom l-istrain u l-istress tal-problemi li jkollhom.", "Fuq naħa waħda din hija l-lista tad- demand u fil-qasam soċjali hemm persuni oħrajn li għandhom special needs u special demands u l-kummissjoni nazzjonali trid tkun iktar engineered preċiżament biex fuq is-supply side ikun hemm a core content ta' materjal fuq il-heritage nazzjonali, li għadu sadly lacking f'pajjiżna, għax anke min għandu aċċess minn Malta għal barra ma jsibx wisq materjal fuq l- istorja rikka kulturali ta' pajjiżna.", "Dan il-core content jista' jkun ta' interess kbir ħafna għal dawk li huma bi special needs u jista' jkun ta' interess ukoll għaċ-ċittadini normali.", "Mela jkun tajjeb li din il- kummissjoni nazzjonali tagħmel dan il-core content fl-aġenda tagħha.", "Imma mbagħad tajjeb li din il-kummissjoni tfassal ukoll ċerti productions tagħha, biex ngħidulhom hekk, anke b'multi media approach, li llum jistgħu jkunu tant ta' benefiċċju għal dawk li huma bi special needs.", "Allura hawnhekk naraw utilita' ġdida li toħroġ mit-teknoloġija l-ġdida li sa għaxar snin ilu lanqas biss kont tista' tikkontemplaha.", "Tajjeb li wieħed jikkummenta wkoll fuq ċerti botti li kien hawn f'din il- Kamra, li f'amministrazzjoni oħra Laburista ma kienx hawn daqstant interess fil-computers.", "Hawnhekk jien nistaqsi: Mela ma kenitx l-amministrazzjoni Laburista li lejn l-aħħar tas-snin sebgħin daħħlet mainframe computer?", "Dak iż-żmien kien state of the art għax kien mainframe computer u l-personal computers ma kenux għadhom daqstant żviluppati.", "U nerġa' nistaqsi: - għax botta tirrikjedi para botta jew kontra botta - Min kienu dawk li għamlu l- bombi mas-Swatar fejn kien hemm dan il-mainframe computer?", "Min kien qed iħoss ruħu mhedded mill-introduzzjoni tal-computer f'dan il-pajjiż, Madam Speaker?", "Il-Gvern stess u s-segwaċi tal-Gvern li ntroduċa l-ewwel mainframe computer hawn Malta, jew min kien irid taparsi jirreżisti l- image ta' big brother li l-computer dieħel biex jindaħal fl-affarijiet personali ta' kulħadd?", "Nieqaf hawn Madam Speaker, għax ma nixtieqx noqgħod nitkellem fuq il-passat, għax dak huwa passat li mexa ma' l-iżvilupp teknoloġiku kullimkien.", "Nafu li kien biss fl-1980/81 li s-sigrieti ta' komunikazzjoni minn computer għal ieħor ġew declassified - sa dak iż-żmien kienu għadhom monopolju tad-Dipartiment tad-Difiża fl-Amerka - u beda jiżviluppa network minn post għal ieħor.", "Niftakar fl-1988 kont qiegħed nagħti xi lectures f'xi universitajiet Amerikani u veru nteressawni meta ħaduni fir-residence ta' l-istudenti u wrewni kif permezz ta' personal computers li kienu linked ma' universitajiet oħra - kienet għadha xi ħaġa ġdida ta' xi sentejn, mis-snin 1985/86 - inti stajt tagħmel access u tagħmel downloading ta' articles minn journals li s-soltu meta inti tikteb biex jibagħtuhomlok ma jifhmukx liema wieħed trid u jibagħtulek wieħed b'ieħor!", "B'dan il-mezz inti tista' tagħmel browsing minn journal għal ieħor, kif ukoll tagħmel downloading ta' liema suġġett trid ġo kull dormitorju jew ġo kull studju ta' kull student.", "Mela jekk għaxar snin ilu l-istudenti universitarji ta' l-Amerka kienu diġa' qed jagħmlu hekk, illum Malta li għadha b'diffikulta' li kull student jista' jagħmel hekk, kemm għandna bżonn iktar investiment biex inkunu nistgħu nistimulaw dan l-interess!", "Mela hawnhekk għandna another demand li l-kummissjoni trid tinvestiga s-supply constraints u tagħmel ir- rakkmandazzjonijiet tagħha, u jekk tista' anke twettaq uħud minnhom biex id- demand u s-supply għal tekonoloġija fl-informatika u fil-komunikattiva tkun tista' tiġi bridged għall-aqwa posterita' tal-poplu tagħna kollu kemm hu.", "Madam Speaker, hemm lista sħiħa ta' demand u supply li wieħed jista' jkompli jsemmi, imma issa minflok li nirriferi għas-settur totalment privat nixtieq naqleb l-attenzjoni għas-settur pubbliku.", "Naħseb li l-interface bejn is-settur pubbliku u ċ-ċittadin illum il- ġurnata huwa moqdi l-iktar mill-kunsilli lokali.", "Hawnhekk nirrikkmanda, bl- ikbar sinċerita' ta' konċetti, li ċ-ċittadini Maltin jistgħu jiġu moqdija ħafna iktar minn ġol-kunsilli lokali - illum dawn saru reference point ġo kull raħal, ġo kull lokal u ġo kull belt Maltija u Għawdxija - jekk din id- demand tiġi supplied b'informazzjoni mid-diversi dipartimenti.", "B'hekk jista' jkollok demand and supply, b'interface mill-kunsilli lokali li, jekk tkun engineered tajjeb, se sserraħ ħafna mill-pressjoni minn fuq id- dipartimenti u allura ċ-ċittadini jkollhom aktar aċċess fil-lokalitajiet tagħhom għall-entijiet kollha tal-gvern li jaffettwawhom.", "B'hekk tiffranka lil dak iċ-ċittadin il-hassle li joqgħod jiġri minn post għal ieħor - minħabba l-klima ta' sħana ta' kważi ħames xhur fis-sena - kultant anke jmur f'uffiċċju b'ieħor, biex l-ewwel iġib xi ċertifikat tal-mewt tan- nanna u mbagħad jitolbuh iġib xi ċertifikat ieħor!", "Dan it-tip ta' ġiri, li fl-aħħar mill-aħħar huwa ħela ta' żmien għaċ-ċittadin, jista' jiġi mnaqqas konsiderevolment.", "Mela jekk tassew aħna npenjati biex tiġi bridged id- demand u supply għall-informazzjoni, din il-kummissjoni nazzjonali trid tara kif iċ-ċittadin jiġi empowered billi jkun jista' jinqeda mill-kunsill lokali tiegħu, imqar għallinqas fl-ewwel sena għal għaxar servizzi li s'issa kien ikollu joqgħod jidħol il-Belt biex jinqeda u jmur id- dipartiment konċernat jistenna u xi drabi jgħidulu li lill-pubbliku ma jaqduħx wara l-11.00 a.m. u allura jkollu jerġa' jmur darb'oħra.", "Anke fir- rigward ta' Għawdex ċittadini Għawdxin ikollhom jiġu Malta, jaħlu ġurnata sħiħa jiġru minn dipartiment għal ieħor meta dawn jistgħu jiksbu informazzjoni permezz ta' sempliċi personal computer bl-internet ġewwa l- kunsill lokali tiegħhom.", "Jekk isir dan, iċ-ċittadin igawdi, hu min hu, ta' liema kulur hu u ta' liema eta` hu.", "Hawnhekk nerġa' nagħmel il-kwalifika li bdejt biha, li dawk bi special needs se jkunu f'daqqa waħda reġgħu ġew ċittadini ta' 40 sena u ċittadini normali, jekk nista' nuża din il-kelma f'dan il-kontest.", "Jekk il- kummissjoni nazzjonali tikkonċentra biex jiġu bridged is-supply u demand li hawn għall-informatika u għall-informazzjoni bażika mid-dipartimenti tal- gvern, ikollha a double effect għax se tkun qed tagħmel servizz ġenerali għaċ-ċittadini kollha, imma se jkun servizz ukoll partikolari għaċ- ċittadini bi special needs li biex joqogħdu jiġru minn banda għal oħra jsibuha iktar u iktar diffiċli.", "L-Għawdxin għandhom a very special problem minħabba l-problemi fiżiċi ġeografiċi li jaqsmuna imma permezz tat- teknoloġija moderna fil-komunikazzjoni u l-informatika jkunu jistgħu jiġu bridged ħafna u ħafna aħjar.", "Madam Speaker, għalhekk hawn bil-mod il-mod qed naraw lista li qed tiżviluppa punt wara punt fuq kull waħda miż-żewġ kolonni li qed nipprova nelenka, ċioe' id-domanda taċ-ċittadini bi special needs.", "Qed ngħid li l-anzjani għandhom special needs għax iktar ma nixjieħu iktar jibdew imorrulna fakultajiet u għalhekk as time goes by l-anzjani jsiru iktar u iktar ċittadini bi special needs.", "Ovvjament imbagħad hemm nies oħra li għandhom special needs, jew minħabba li twieldu b'xi inkapaċita' jew inkella minħabba li jkun ġralhom xi ħaġa matul ħajjithom.", "Għalhekk aħna għandna nagħtu mandat minn dan il-Parlament lil din il- kummissjoni biex tieħu ħsieb tfassal supply ta' informazzjoni apposta għal dawn in-nies ħalli at the mere click of a mouse ikunu jistgħu jsibu l- informazzjoni li jkollhom bżonn.", "Jekk minn dan il-Parlament aħna nagħtu poter lil din il-kummissjoni li tissodisfa d-demand u s-supply ta' informazzjoni lil dawn il-persuni bi special needs u anke liċ-ċittadini in ġenerali, inkunu qed nagħmlu xi ħaġa tajba ħafna għall-koeżjoni soċjali u għall-għaqda nazzjonali li f'dan il-pajjiż għandha ċerta validita'.", "B'hekk inkunu qed inwettqu eżattament dak il-konċett li bdejt bih, jiġifieri li hemm bżonn li pajjiżna jisfrutta iktar l-invenzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi għall-użu, għall-benefiċċju u għall-prosperita' taċ-ċittadini tagħna lkoll.", "Madam Speaker, forsi hawn wieħed jista' jistaqsi x'se nagħmlu biex inwettqu dan l-għan.", "Fil-fatt ta' min jgħid li fil-budget li għadda l-gvern diġa' ddedika Lm8 miljun fl-estimi għal dan il-qasam.", "Forsi jekk wieħed jipparaguna x'qed jagħmlu pajjiżi oħra jara li Lm8 miljun huma ftit, pero' ovvjament dan kien l-optimum li seta' jalloka l-gvern fil-constraints tal- budget tiegħu.", "Pero' s-settur privat qed jistrieħ totalment fuq il-gvern biex jidħol hu wkoll f'din il-kultura ta' teknoloġiji ġodda fl-informatika u l-komunikazzjoni.", "Jien naf li fis-settur privat kienu ħafna dawk li pprovaw jużaw it-teknoloġija fl-informazzjoni u fil-komunikazzjoni biex jiffrankaw il-flus għax per eżempju, l-E-mail fuq l-internet tiġi irħas minn fax, pero' dan huwa l-mod intelliġenti li bih aħna rridu nlaħħqu ma' kumpanniji ta' pajjiżi oħra li qed javvanzaw ħafna aktar permezz ta' l- internet?", "Bdejna naraw jekk għandniex possibbilta' aħna wkoll li jidħol f'pajjiżna t-teleshopping u li jintużaw il-credit cards għat-teleshopping minn fuq l-internet?", "Naħseb li dan jista' jsir jekk din il-kummissjoni tfassal regolamenti għal dan l-għan.", "Madam Speaker, hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni billi nappella lill- għaqdiet tar-retailers biex huma wkoll jieħdu inizjattiva f'dan il-qasam - qed nappella lill-għaqdiet tar-retailers għax forsi huwa diffiċli ħafna li retailer jieħu din l-inizjattiva waħdu - u din il-kummissjoni għandha tagħmel liaison ma' diversi għaqdiet tas-settur privat, bħall-GRTU, l-FOI u L-MEA ħalli tkun tista' tiżviluppa qafas ta' strateġija iktar koerenti għas- snin li ġejjin.", "Jekk f'dan il-pajjiż tidħol is-sistema tat-teleshopping, huwa importanti li ndaħħlu ċerti regolamenti biex ma jsirx frodi billi wieħed iwiegħed li qed ibigħ ċerti affarijiet fuq l-internet u dan ma jkunx veru.", "Fil-fatt pajjiżi oħra diġa' bdew jiffaċċjaw dawn il-problemi u għalhekk bdew jiżviluppaw ċerti regolamenti fuq electronic commerce.", "Madanakollu din is-sistema mhux biss hija tajba għan-nisa tad-dar għax tiffrankalhom il-ħin imma hija tajba wkoll għal dawk li għandhom special needs, bħall-anzjani, li ma jkollhomx għalfejn jinqalgħu minn djarhom u joqogħdu wara l-queue bi tbatija kbira biex jagħmlu x-xiri tagħhom.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li peress li, ħafna mill-anzjani u mill-persuni bi special needs ma jkunux jifilħu joħorġu jixtru, iqabbdu lil xi ħadd jew iħallsuh talli jmur jaqdihom.", "Fil-fatt dan huwa wieħed mill-benefiċċji li bdew jiżviluppaw fl-Amerka u anke fl-Ewropa, u allura għaliex dan it- teleshopping m'għandux jiġi żviluppat hawn Malta wkoll?", "Madam Speaker, minn hawn se nibda nersaq bil-mod il-mod lejn l-aspett tar- regolamentazzjoni ta' din l-attivita' ġdida li qed tiġi maħluqa permezz tat- teknoloġija ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni.", "Jekk mhux se jkun hemm xi tip ta' regolamentazzjoni se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ikollna speċi ta' anarkija.", "Huwa diffiċli biex tikkontrolla dud money jew bejgħ ta' dud products għax s'issa l-liġijiet ta' pajjiżna għadhom ma japplikawx għal dawk l-affarijiet li għandhom forma diġitalizzata imma jkolli ngħid li, kif din intużat diġa' bħala eċċezzjoni legali fi tribunal barra minn Malta, tista' tintuża wkoll quddiem it-tribunali tagħna hawn Malta u b'hekk issir eċċezzjoni legali għal-liġijiet normali tal-pajjiż.", "S'issa l-liġijiet ta' pajjiżna jittrattaw dwar aġir minn bniedem għal bniedem, dwar skambju ta' korrispondenza bil-miktub, dwar dokumenti, dwar filmati u dawk il-mezzi ta' komunikazzjoni li kienu vvintati sa għaxar snin ilu u għalhekk f'kull liġi Maltija teżisti toqba għax dawn ma jittrattawx il-forma diġitalizzata li biha personal computer jista' jikkomunika ma' personal computer ieħor.", "Fit-18 ta' Mejju, 1997 meta qamet l-emenda dwar il-liġi tal-copyright, trade marks u patents, kont għidt li tajjeb li konna qegħdin nagħmlu l- emendi li kienu ġew issuġġeriti fl-aħħar laqgħa li kien hemm f'Geneva ħalli f'pajjiżna nkunu aġġornati għal dawn iż-żmenijiet.", "Minħabba n-nuqqas ta' riferenza għal digitalised copyright, digitalised trade marks u digitalised patents din kienet loophole kbira li kellha tiġi magħluqa.", "Issa llum li qed nindirizzaw dawn it-terms of reference lill-kummissjoni nazzjonali fuq l-informatika u komunikazzjoni, tajjeb ukoll li nagħtuha dan il-mandate biex tiċċekkja jekk għandniex bżonn riforma fil-liġijiet Maltin biex ħafna mill-interazzjoni bejn individwu u individwu ieħor permezz ta' personal computers tiġi wkoll taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati Maltin, għaliex inkella qisu se jkollna medium li huwa extraterritorial, jiġifieri barra mill-ġurisdizzjoni tal-qrati Maltin.", "Naħseb li dan il-punt huwa importanti li ndaħħluh in vigore għax jekk wieħed qed jitkellem ma' ieħor barra minn Malta, x'ġurisdizzjoni għandha l-qorti Maltija fuq dan il-mezz?", "Hemm diversi liġijiet li jiġuni f'moħħi u nibda ovvjament mil-liġi li waqqfet it-Telemalta li għandha tiġi rikonsidrata minn dan il-punto di vista.", "Wara diskussjonijiet li kelli f'diversi pajjiżi ma' diversi awturi u esperti f'dan il-qasam kelli okkażjoni f'dan il-Parlament, eżattament fit- 18 ta' Mejju, 1997 ngħid li din is-sitwazzjoni ta' anarkija - ngħid ukoll li hemm diversi awturi li jtennu li din il-komunikazzjoni extraterritorial permezz ta' l-internet m'hija proprjeta' ta' ħadd, anzi għandek diversi awturi li jgħidulek no one owns the internet - m'hijiex tant aċċettabbli bħala framework legali u bħala framework ġuridiku biex wieħed jifhem u jikkategorizza t-traffiku kollu li issa ġie introdott permezz tat- teknoloġiji ġodda fl-informatika u bil-komunikazzjonijiet il-ġodda.", "Dan qisna qegħdin nikkategorizzawh bħal dak il-konċett tad-Dritt Ruman li jgħidlek li dan huwa res nullius, li jfisser li m'huwa proprjeta' ta' ħadd.", "Imma huwa diffiċli li wieħed jgħid li dan m'huwa proprjeta' ta' ħadd, li huwa res nullius, meta qed tiġi transacted din l-interaction bejn individwu u ieħor f'extraterritorial level u allura l-qrati lanqas għandhom ġurisdizzjoni u lanqas hemm indirizz ta' persuna ma' min jittrattaw.", "Allura qed tinħoloq a parallel world, dik tal-virtual reality mingħajr ebda regolamentazzjoni ta' xejn.", "Se nagħmel pawsa biex insemmi l-argumenti li jtennu dawk li jgħidu li aħjar ngħidu li no one owns the internet.", "Dawn jgħidu li jekk inħallu l-internet proprjeta' ta' ħadd u jekk inħalluha barra minn kull ġurisdizzjoni ta' kull qorti iktar se ngħinu f'renaissance ta' ideat, f'renaissance ta' produzzjonijiet artistiċi letterarji.", "Veru li se niġu qisu kulħadd jiġri u jipproduċi, imma jekk tibda tagħmel xi tip ta' regolamentazzjoni you're going to restrain, control and kill dan il-flowering.", "Dan huwa l-argument min-naħa l-oħra.", "Biss, jien u oħrajn ma naħsbux li dan it-tip ta' raġunament se jkollu saħħa għal żmien twil.", "Wara l-eċitament u l-ewforija tal-bidu tal-bidu, fejn kulħadd mad-dinja kollha jitkellem fuq l-internet, kulħadd jibgħat dokumenti u videos kif ġieb u laħaq, teleconferencing, video conferencing għaddejjin permezz tal-komunikazzjoni l-ġdida, issa beda l-ħażen - kif għandu dejjem il-bniedem - u mill-ħażen ħarġu ħafna affarijiet li bdew jinkwetaw diversi nies, mhux awtoritajiet statali biss, mhux kumpanniji jew intrapriżi multi-nazzjonali imma anke f'livell ta' ġenituri.", "Jiddispjaċini li hawn Malta gazzetta bħal \"The People\" kienet qabdet mad-diskors li kont għamilt hawn u ġabet biss erba' nudes f'centre spread u waħħlitilhom \"censored\".", "Jiddispjaċini għax qabdet it-tail-end ta' l-argument.", "Li qed nipprova ngħid jien huwa li l-ewwel hemm bżonn ta' regolamentazzjoni ta' din l-interattivita' internazzjonali.", "Għadu kif sar survey ta' l-OECD u l-membri tagħha kollha sabu li allavjolja inti tkun għamilt liġijiet interni nazzjonali, x'utilita' għandhom mingħajr il-qafas internazzjonali?", "Għalhekk fit-18 ta' Mejju hawnhekk kont għamilt dik il-proposta li minflok anarkija, minflok res nullius nikkonsidraw it-traffiku ta' l-internet u l-oġġetti fuq l-internet bħala res comunis omnium, bħala proprjeta' ta' kull ċittadin tad-dinja.", "Dan issuġġerejtu bħala framework biex minnu nkunu nistgħu mbagħad noħorġu l- liġijiet derivanti u anċillari.", "Jekk mhux se jkollna framework li minnu nikkonsidraw dan it-traffiku se nibqgħu f'anarkija.", "U hemm interessi privati sinjuri li jaqblilhom jekk nikkonsidraw din l-interattivita' bħala xi ħaġa li it doesn't belong to anyone għaliex inkella jidħlu taħt ġurisdizzjonijiet nazzjonali, jirreġistraw il-purchasing tagħhom, anke ta' xogħlijiet letterarji antiki biex jerġgħu jagħmlu l-copyright u jkunu tagħhom u b'hekk ikunu qegħdin jiċħdu l-aċċess liberu taċ-ċittadini tad- dinja kollha.", "Madam Speaker, naħseb li bil-konċett li qed inressaq tar-res comunis omnium għal din it-teknoloġija ġdida fl-informatika u komunikattiva, Malta tista' bl-innoċenza ġeopolitika tagħha - għax Malta żgur m'hija se tibla' lil ħadd u żgur li lil hinn mix-xtut tagħna ħadd m'hu se jkollu dik il-perception, anke jekk hawn xi Malti li għandu xi intenzjoni li jagħmel hekk - tagħmilna pajjiż idoneu tassew biex nissuġġerixxu dan il-konċett li l-internet ikun res comunis omnium.", "U b'hekk inkunu qegħdin nassiguraw ħafna iktar l-aċċess liberu ta' kull ċittadin għal kulma huwa għaddej fuq l-internet għaliex it- tendenza llum hija li wara l-ewwel euphoria li kont qed insemmi fil-bidu se jibdew il-miżati.", "Diversi entitajiet diġa' qed jibdew jiċħdu l-aċċess liberu, qed idaħħlu ċerti tolls tant esaġerati li issa għandna l-aspett tal- kummerċjalizzazzjoni.", "Issa mhux se jsir iktar kummerċ permezz ta' l- internet imma kummerċjalizzazzjoni ta' l-assets tal-bnedmin kollha fuq l- internet.", "Imbagħad inutli titkellem fuq aċċess għan-nies bi special needs għax dawn kollha jsiru pious hopes peress li lanqas tkun tista' tagmilhom available jekk mhux se jirnexxilna nidħlu għall-qofol tal-problema li huwa l-livell internazzjonali - u mhux biss nazzjonali - billi ngħidu li l- konċett li ħadd m'huwa l-proprjetarju ta' l-internet għandu jaqa' u jiġi replaced bil-konċett li kull ċittadin huwa il-co-owner, co-user, co-enjoyer ta' kull asset li hemm fuq l-internet.", "Madam Speaker, jekk m'aħniex se nisħqu fuq dan il-konċett f'kull forum internazzjonali, allura hemm riskju kbir li l-euphoria kollha se tispiċċa malajr u terġa' tingħalaq u tiġi kompletament f'idejn erba' multinazzjonali li diġa' qegħdin jirreġistraw kemm Alla ħalaq minn dawn ix- xogħlijiet artistiċi u letterarji a skapitu taċ-ċittadin.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skada l-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha talli estendewli l-ħin.", "Kif kont qed ngħid, dan il-punt ta' denial of access, bħala dritt veru mhux se jiġi denied, imma meta wieħed jagħmel prezz għoli, jekk mhux se jkun denied, se jkun hemm a discriminatory access on the basis of price u l-price se jkun stabilit purament fuq kriterji kummerċjali.", "Allura naħseb hemm bżonn li nkomplu nisħqu wara l-konċett ta' res comunis omnium biex inkunu nistgħu noħorġu iktar il-validita' għaċ-ċittadini kollha tad-dinja għal dawn l- assets li hemm u iktar u iktar se jkun hemm fuq l-internet.", "Riċentement kelli laqgħat fuq dan il-punt fil-UNESCO u hemmhekk ftehimna li nkomplu nikkonsidraw din it-teknoloġija fl-informatika ġdida bħala public utility bil-free access għal kulħadd fid-dinja u tajjeb li din l-inizjattiva tiġi rikonoxxuta bħala derivanti mill-konċett ta' res comunis omnium.", "Madam Speaker, komplejt nara wkoll introduzzjoni ta' inizjattiva ġdida li permezz tagħha l-UNESCO se tipprova toħloq memory of the world programme u b'hekk allura nibdew nifhmu x'hawn in ballo, x'hawn li qed jiġi kkontestat.", "Mela minn naħa għandna ditti internazzjonali li qed jipprovaw jaqbdu xogħlijiet ta' arti, xogħlijiet letterarji, xogħlijiet anke industrijali li llum għandhom iktar minn mitt sena jew mitejn sena, isakkrulhom l-aċċess jekk m'huwiex bil-flus kbar u allura se jerġa' jiġi r-recommercialisation.", "Mela hawn mhux se jkollna r-renaissance ta' produzzjoni u ta' ideat ġodda imma r-recommercialisation ta' invenzjoni, ta' teknoloġija ġdida, ta' xogħol letterarju ġdid li bil-liġijiet tal-copyright u tal-patent ...", "Veru l-inventur ħaqqu li jkollu ċertu reward għal ċertu ammont ta' snin għal dak li ħoloq hu, imma wara 30, 60 jew100 sena dan lanqas bil-liġi tas- suċċessjoni ma tibqa' tintiret mill-werriet ta' l-inventur.", "Jiġifieri fil- livell ċivili r-regoli tal-copyright, trademarks u patents jagħlqu imma meta mbagħad tiftaħ għar-rikummerċjalizzazzjoni ta' dawn l-invenzjonijiet antiki, skaduti mill-copyright u patents u trademarks, hawnhekk f'daqqa waħda se nidħlu għal kummerċ ġdid - għalhekk qed ngħidu \"rikummerċjalizzazzjoni\" - ta' nies li kulma għandhom bħala claim għal dan ix-xogħol artistiku huwa l-flus.", "Peress li għandhom biżżejjed flus biex jirreġistraw qisu sole distributorship ta' ċerti oġġetti, ta' ċerti produzzjonijiet qegħdin jiċħduhom lil ħafna mill- internet users jekk mhux against a high toll against a high price.", "GĦalhekk naħseb li Malta għandha tagħti l-appoġġ kollu tagħha lill-UNESCO fl-isforzi tagħha biex tiżviluppa dan il-programm tal-memory of the world programme għaliex hija l-memorja taċ-ċivilta' tal-bniedem li qed tiġi threatened minn kummerċjanti bla ebda kuxjenza ta' xejn li se jiċħduha lil ħafna ċittadini tad-dinja.", "U għalhekk il-konċett ċentrali għandu jkun li l-oġġetti fuq l- internet jitqiegħdu mill-gvernijiet bħala national heritage tagħhom u mbagħad la jiġu available internazzjonalment ikunu res comunis omnium u barred għar-rikummerċjalizzazzjoni minn entijiet multinazzjonali li qegħdin jipprovaw jagħmlu qligħ ġdid minn dawn l-affarijiet għaliex jafu kemm huma tajbin, rewarding u bnini għaċ-ċittadini the world over.", "Madam Speaker, fid-dibattitu bejn regolamentazzjoni u anarkija jien qiegħed niġbed iktar il-linja favur ir-regolamentazzjoni ta' dak li għaddej fit-teknoloġiji l-ġodda ta' informatika u komunikattiva.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li bl-istess mod kif kull pajjiż jipprova jagħmel liġijiet biex jassigura l-freedom of access filwaqt li jassigura wkoll ċertu privacy u d- dritt ta' data protection - għaliex dawn huma ż-żewġ poles li jridu jiġu bbilanċjati f'dan il-qasam - hemm bżonn li l-konċett ċentrali ta' harmonisation ta' information practices ma jkunx biss fil-livell domestiku imma jasal eventwalment għal-livell internazzjonali.", "Allura għaliex ma nipproponux mal-ewwel li jkun hemm a United Nations convention on the harmonisation of information practices?", "(Interruzzjonijiet) Kumbinazzjoni tiġi UN chip!", "Pero' filwaqt li naqbel li għandu jkun hemm eventwalment u gradwalment xogħol biex tiġi evoluta din il-convention ma nistgħux nitilqu niġru biex din titfassal u tiġi mplimentata mal-ewwel, mal-ħakka t'għajn.", "Anzi huwa importanti li l-ewwel għandu jkun hemm sistema ta' conflict resolution fuq l-internet għaliex id-disputi qegħdin jiżdiedu u jqumu minn ġurnata għal oħra, bejn iċ-Ċina u l-Amerka, bejn Hollywood producers u utenti min-naħa Ewropea, u bejn oħrajn multinazzjonali li jixtru oġġetti ta' l-arti - għallinqas għal distributorship world-wide - u non- governmental organisations li qegħdin jaqbżu għad-dritt taċ-ċittadin li jkollu aċċess għal dawn l-affarijiet.", "F'konferenza li nżammet hawn Malta fid-Diplomat Hotel xahar u nofs ilu, li kienet tittratta fuq information technology and diplomacy, għamilt suġġeriment li għandu jsir arbitration mechanism fuq l-internet stess li jkun trasparenti u miftuħ għal kulħadd u mhux b'xi mod magħluq wara l- kwinti u ħadd ma jkun jaf x'inhu qed jiġri.", "U issa għandi pjaċir ngħid f'dan il-Parlament li wara dak is-suġġeriment li kont għamilt f'dik il- konferenza - again taħt il-konċett ċentrali tas-res comunis omnium bħala l- konċett li minnu mbagħad jiġu derivati r-regolamenti eventwali ta' kif tiġi wżata u ta' min hija din it-teknoloġija l-ġdida fl-informatika - ħabib tiegħi li ħadem ħafna miegħi, Jovan Kurbalja, li huwa l-head ta' l- information technology fl-istess Akkademja għad-Diplomatic Studies, issa tella' website - l-indirizz huwa HTTP:\\\\WWW.Diplomacy.EDU\\internet - li fuqha hemm imwaqqaf dan l-arbitration mechanism.", "Għal dawk li jsegwu x'inhuwa għaddej fuq l-internet din il-website turi dawn l-inizjattivi li kont qiegħed nieħu dan l-aħħar li diġa' ġabru appoġġ anke fil-Kunsill ta' l- Ewropa fejn kont qed nitkellem dwarha x-xahar li għadda fl-assemblea parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Infatti hemmhekk ir-rapporteur intrabat li jieħu dawn is-suġġerimenti - u fil-fatt hekk għamel - għall- konferenza tat-23 pajjiż li għadha kif għalqet ġewwa Bonn, il-Ġermanija fuq global information highways.", "Hekk wieħed jibda jara bil-mod il-mod li inizjattiva bħal din qiegħda tibda toħloq il-possibbilta' biex b'mod volontarju - u nenfasizza l-kelma \"volontarju\", għalhekk hija għażla ta' mekkaniżmu ta' arbitration u mhux ta' qorti b'xi ġurisdizzjoni tassattiva fuq kull pajjiż u fuq kull individwu - jkun hemm is-sens ta' arbitration li ma jkunx b'dokumenti magħluqa imma b'dokumenti digitalised - ovvjament ikunu qegħdin fuq l-internet stess biex wieħed ikun jista' jara kif qiegħda tiġi artikolata l-claim, kif ukoll il-counter claim - li tagħti lok, anke taħt proċedura li għadha qegħda tiġi diskussa internazzjonalment, li anke partijiet oħra li jħossu li għandhom interess f'disputa bejn tnejn ikunu jistgħu jipparteċipaw f'dik l-arbitration process.", "Imbagħad ikun hemm kummissjoni indipendenti internazzjonali li tagħti l-award tagħha minn żmien għal żmien, preferibbilment mhux iktar minn sena wara li tkun ġiet inizjata l-ewwel claim.", "Mela hawnhekk, Madam Speaker, mhux biss qegħdin naraw bidu ta' rieda għar-regolamentazzjoni imma minħabba li l-internet jippermetti ċertu degree ta' self- regulation, qegħdin naraw li b'mekkaniżmu volontarju - li huwa l-arbitration par excellence - jista' jidħol in vigore metodu ta' conflict and dispute resolution fuq l-internet stess li jagħti wens mhux biss lil min għandu d-dispute bejn naħa u oħra imma anke liċ-ċittadini kollha li għandhom aċċess għal din it-teknoloġija l- ġdida fl-informatika u fil-komunikazzjoni.", "Allura wieħed jara li l-kummissjoni Nazzjonali għat-teknoloġija ta' l- Informatika għandha ħafna x'tagħmel u s-suġġeriment tiegħi minn din il- Kamra huwa li din il-kummissjoni tkun tista' hija stess tressaq ċerti claims fejn tara li d-drittijiet tal-Maltin ikunu se jiġu mittiefsa jew jidher li hemm theddid li jistgħu jiġu mittiefsa minħabba f'ċerti assertions oħra internazzjonali.", "Jiena naħseb li l-kummissjoni se jkollha tkun hi l-protettriċi ta' l-interessi li jiġu perceived illum u anke ta' l- interessi li jistgħu jiżviluppaw as technology develops and as time goes on. Allura għandha tkun hi li tista' tiddefendi kontra ċerti claims li jkunu qegħdin jagħmlu ċerti ditti kbar jew anke Stati.", "S'issa m'hemm l- ebda Stat li ħareġ għonqu biex jagħmel disputi f'dawn l-affarijiet imma d- ditti l-kbar qegħdin joħorġu għonqhom għaliex ovvjament il-kummerċ jirrenja anke f'dan il-qasam.", "Li qiegħed nipprova nfiehem, Madam Speaker, huwa li l- kummissjoni se tkun tista' tippromwovi l-interessi ta' Malta permezz ta' dan l-arbitration mechanisim.", "B'hekk se tkun tista' tartikola ċerti interessi wkoll u tiddefendihom kontra min ikollu xi ħjiel li jista' jnaqqar minnhom.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn Leave of House biex tkompli tinstema.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nirringrazzja lill-Kamra kollha talli għal darb'oħra reġgħet estendietli l-ħin.", "Madam Speaker, permezz tal-Commonwealth li għadu kif għamel laqgħa ma' l- internet society ġewwa l-Malasja, kelli l-okkażjoni li nerġa' nressaq dawn iż-żewġ konċetti ċentrali ta' res comunis omnium bħala the regulatory framework u arbitration mechanisim volontarju bħala l-arm li tista' tibda bil-mod il-mod tistabilixxi customary practice amongst States and amongst individuals fil-qasam internazzjonali li eventwalment jista' jwassal biex jiġi maħluq ċertu corpus iuris dwar l-użu u l-problemi legali li jiffaċċjaw dawn it-teknoloġiji l-ġodda fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni.", "Ovvjament ir-reazzjoni li kelli fil-Commonwealth kienet favorevoli ħafna minħabba li l-Commonwealth hija magħmula minn ħafna pajjiżi li huma fi stat ta' żvilupp jew huma l-least developing countries.", "Hawnhekk allura naraw dimensjoni oħra tal-benefiċċju tat-teknoloġiji l-ġodda fl-informatika.", "Huma eżattament id-developing countries l-aktar li qegħdin jagħtu appoġġ għall- konċett ta' res comunis omnium bħala regulatory framework u ta' voluntary arbitration mechanism biex ikunu jistgħu jiġu konklużi b'mod miftuħ u trasparenti d-disputes li jista' jkun hemm dwar l-internet.", "Imma ironikament huma the least developed in the advanced industrialised countries li huma rappreżentati permezz ta' bosta NGOs li jartikolaw interessi simili kontra the most developed and the most advanced industrialised countries li jridu jżommu kollox għalihom u lill-oħrajn jgħidulhom: Bil-flus biss tistgħu taraw x'għandna!", "Jiena qiegħed nipprova nqassar kemm jista' jkun, Madam Speaker, imma hawnhekk wieħed jibda jara li f'affari ta' xahrejn, mit-18 ta' Mejju s'issa, irnexxielna niġġeneraw ċertu interess internazzjonali kemm minn hawn Malta - għax kitbulna diversi entitajiet minn barra - kif ukoll bil- parteċipazzjoni li kellna ġewwa l-Information Technology and Diplomacy Conference li nżammet fid-Diplomat Hotel ix-xahar li għadda kif ukoll ġewwa l-OECD, ġewwa l-UNESCO, ġewwa l-Council of Europe u ġewwa l-Commonwealth li permezz tal-Comnet, il-website tagħha fuq information technology, hija l- isponsor ta' din l-inizjattiva li qiegħed nipprova mmexxi internazzjonalment.", "Allura meta se nisimgħu l-feedback li tibda dieħla mill-konferenza tal-global information highways, inkunu nistgħu nibdew nartikolaw kif in-National Commission for Information Technology tkun tista' tagħmel ċertu approfondiment u back-up għal din l-inizjattiva għall- ġejjieni, anke għal sensiela ta' laqgħat li jmisshom jsiru wara s-sajf.", "Insemmi b'mod partikolari s-second summit tal-Council of Europe li se jsir ġewwa Strasbourg u s-summit tal-Commonwealth heads of government li għandu jsir ġewwa Edinburgh.", "Il-UNESCO ukoll għandu jkompli fuq din l-inizjattiva u allura wieħed jibda jara ċertu confluence ta' interessi li naħseb li bihom jagħtu ġieħ lil Malta, jagħtu ġieħ lil din il-kummissjoni nazzjonali dwar it-teknoloġiji l-ġodda fl-informazzjoni u fil-komunikazzjoni u barra minn hekk naħseb li tiftaħ it-triq sabiex Malta tkun tista' tipparteċipa f'ċerti pilot projects li l-UNESCO qiegħed iniedi.", "Per eżempju, ssemmew diġa' l-long distance education u d-distance learning li l-UNESCO ovvjament qiegħed jagħtihom ċerta importanza.", "Jiena semmejt ukoll it-telemedicine, it-telebanking u t-telecommerce u dawn huma kollha inizjattivi li l-UNESCO lesta biex anke tagħti ċerta assistenza ħalli dawn il-pilot projects jitwaqqfu f'Malta.", "Allura hawn wieħed mill-ewwel jifhem kemm il-problema tkun tista' tingħeleb jekk naslu biex nassoċjaw ruħna mal-UNESCO f'dan il-qasam.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi jek jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjoni sabiex titwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tielet Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, proprju din il-ġimgħa wasalt lura mill-Polonja - flimkien ma' l-Onor.", "John Vella - fejn kien unur kbir għalija li mmexxi delegazzjoni li ħadet sehem fis-sessjoni ta' l- Assemblea Parlamentari ta' l-OSCE, l-Organizzazzjoni għas-Sigurta' u Koperazzjoni fl-Ewropa.", "Ħassejtu unur doppju għalija peress li, proprju fil-ftuħ ta' din is-sessjoni ta' l-Assemblea Parlamentari, l-istess President tal-Parlament Pollakk - isejħulu Marshal of the Sejm - fl- indirizz li għamel lill-plenary session iddikjara mingħajr tlaqliq li ma jistax ikollna verament paċi fl-Ewropa mingħajr djalogu kontinwu mar- reġjun tal-Mediterran.", "Dan id-diskors lili imlieni b'kuraġġ għax qatt ma stennejt li Josef Zich, għan-nom ta' l-istess host country, jiftaħ b'diskors bħal dan u jindirizza kwestjoni li mill-bidu tas-sebgħinijiet Malta dejjem saħqet fuqha.", "Għax kif qatt jista' jkollna paċi dejjiema fl- Ewropa jekk il-problemi tal-Mediterran ma jiġux tackled.", "Dan qal ċar u tond li, jekk irridu nitkellmu bis-sens, fejn tidħol is-sigurta' kollettiva fl- Ewropa ma nistgħux inħallu barra lill-pajjiżi tal-Mediterran.", "Allura Malta bilfors kellha tinsisti fuq dan il-punt u meta jiena ndirizzajt is-sessjoni plenarja għamilt enfasi dwar il-bżonn ta' iktar Mediterranean awareness min- naħa ta' l-OSCE.", "Huwa inutli li noqogħdu nitkellmu fuq il-Mediterran meta l-OSCE ma tirrappreżentax il-pajjiżi kollha tal-Mediterran.", "Infakkar ukoll li waħda mir-rakkmandazzjonijiet fil-Warsaw Declaration kienet proprju li l-Kunsill tal-Ministri ta' l-OSCE - għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-Assemblea Parlamentari, waħda mid-diversi organi fl- OSCE - jidħol aktar fil-fond f'dik li hija subregional co-operation fl-OSCE area u partikolarment fil-Mediterran billi tinħoloq organizzazzjoni li tinkludi l-Mediterran kollu.", "Jiena għalhekk ħassejt il-ħtieġa, proprju qabel ħareġ dan id-dokument, li meta nindirizza s-sessjoni plenarja nidħol f'dan il-punt.", "U dħalt f'dan il-punt għaliex anke l-istess chairman in office, il-Ministru Daniż ta' l-Affarijiet Barranin, Pettersen, qal li ma jistax ikollok a co-operative security jekk ma jidħlux il-partijiet kollha.", "Aħna nafu li l-OSCE għandha importanza speċjali anke f'dik li hija election monitoring u nafu wkoll li l-Albanija, li huwa pajjiż Mediterranju, kellu ħafna problemi f'dan is-sens.", "Hemm ukoll il-problemi, wara d-Dayton Agreement tal-Bosnia Herzegovina u l-proċess tal-paċi li s'issa nistgħu ngħidu li ftit jew wisq ġie onorat.", "Dawn ukoll huma pajjiżi li jmissu max-xtut tal-Mediterran.", "Hemm ukoll il-problema kbira ta' Ċipru li għal iktar minn 20 sena għadu jbati minn problemi kbar ta' pajjiż maqsum.", "GĦalhekk jekk qegħdin nitkellmu fuq is-sigurta' tal-pajjiżi tal-Mediterran, li jistgħu jsofru mis-sigurta' tagħhom minħabba kriminalita' organizzata fil-Mediterran, jekk qegħdin nitkellmu fuq immigrazzjoni llegali minn pajjiżi tax-xatt t'isfel tal-Mediterran għall- pajjiżi ta' fuq ta' l-Ewropa jew pajjiżi oħra li jmissu magħhom fil- Mediterran, allura kif bħala organizzazzjoni kbira, b'saħħitha u li għandha importanza enormi fid-dinja, ma tinkludix il-pajjiżi kollha tal-Mediterran?", "Kif tista' tgħid li hemm bżonn li we widen and deepen the subregional co- operation in the Mediterran region u fl-istess nifs ma ddaħħalx il-pajjiżi kollha tal-Mediterran?", "Anke l-istess President tar-Repubblika ta' Polonja, Alexandre Kwasniewski, daħal ukoll fil-punt li fl-Ewropa ma jistax ikollok solidarjeta' jekk kemm-il darba din ma tespandihiex għan-nazzjonijiet kollha, imma dan għamlu mingħajr ma rrifera għall-Mediterran direttament.", "Pero' l-President tal-Parlament Pollakk irrifera għall-Mediterran u qal li għandhom jiġu inklużi l-pajjiżi u n-nazzjonijiet kollha.", "GĦalhekk jien ngħid li l-OSCE ma għandhiex issib diffikulta' biex tespandi, għax jekk qed naqblu li dawn huma l-problemi reali tas-sigurta' li jeżistu fir-reġjun ...", "Illum aħna m'aħniex qed nitkellmu aktar fuq problemi ta' żmien il-cold war għax nafu li r-Russja għandha mnejn issir membru tan-NATO u allura qed nitkellmu fuq in-NATO - Russia charter, li fih innifsu jżid l-importanza ta' l-OSCE.", "(Interruzzjonijiet) Aħna nafu li r-Russja hija close man-NATO daqs kull membru ieħor għax tant resqet lejn din l-organizzazzjoni li aktarx se ssir membru.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li n-NATO u r-Russja għamlu charter flimkien biex jiltaqgħu fl-Ewropa - x'aktarx se jiltaqgħu f'Lisbona - u dan fih innifsu qed iżid l-importanza ta' l-OSCE.", "Ovjament l- OSCE m'hijiex bħan-NATO - u ċertament they do not necessarily move in step - imma hija strument primarju li jidħol fil-preventive diplomacy jew inkella f'dik li hija conflict prevention.", "Per eżempju, l-OSCE rat kif għamlet biex daħlet preventive conflict systems fil-kwestjoni ta' Ġeorġja.", "L-istess għamlet l-OSCE fil-kwestjoni ta' l-Armenja ma' Azerbaijan biex ma jkunx hemm stepping up min-naħa ta' l-armati rispettivi ħalli ma jmorrux jerġgħu jibdew jiġġieldu.", "Madam Speaker, ċertament illum ma nistgħux nibqgħu nitkellmu fuq għaxar snin ilu għax minn dakinhar 'l hawn m'għadux jeżisti l-Warsaw Pact, running in parallel man-NATO.", "Illum jekk in-NATO u l-OSCE jridu jimxu flimkien ċerti pajjiżi ma jistgħux jitħallew barra.", "Biżżejjed ngħidu li preżentement l-OSCE għandha fi ħdanha bħala osservaturi lill-Ġappun u lill- European Union u minbarra l-Ewropa, bħala membri għandha anke lill-Amerka u lill-Kanada.", "GĦalhekk illum ma nistgħux ma nagħmlux il-pass li jmiss, jiġifieri li dawn il-pajjiżi jsiru full members.", "Fil-fatt jien qed nagħmel din l-enfasi fid-diskors tiegħi għax inħoss li din hija l-iktar ħaġa importanti għall-pajjiżi ġirien tagħna.", "Aħna, bħala pajjiż, għandna l- obbligu li naraw li l-pajjiżi ġirien tagħna tal-Mediterranean basin ikunu qed jgħixu fil-paċi permezz ta' qafas ta' organizzazzjoni b'saħħitha, bħalma hi l-OSCE.", "Madam Speaker, ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li f'din l-assemblea ta' l- OSCE kien hemm diversi attivitajiet importanti.", "Fil-fatt meta l-kumitat, li jien kont membru fih, tratta kwestjonijiet kbar ta' human rights iktar irrealizzajt li ċerti affarijiet ma għandhomx jibqgħu jsiru, lanqas fil- Mediterran.", "Ta' min isemmi li l-kummissjoni li tittratta dwar il-human rights iffinanzjat ombudsman biex dan ikun jista' jara dawk il-każijiet li fihom kien hemm ksur qawwi ta' human rights fl-ex-Jugoslavja, partikolarment fil-Bosnia Herzegovina.", "Fil-fatt ir-rapport li għamel dan l- ombudsman huwa kommoventi ħafna u meta taqrah iktar tirrealizza li ma tistax temmen fid-demokrazija jekk ma tidħolx fil-human rights issue.", "Hemm min jgħid li fil-Bosnia Herzegovina għad jista' biss ikun hemm paċi dejjiema jekk kemm-il darba l-Bosnia tinqasam almost in two states skond l- ethnic grouping, pero' min jemmen fid-demokrazija verament jaf li dan m'huwiex argument ta' prinċipju għax b'hekk l-issue tal-human rights jintesa.", "Biex verament ikun hemm rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, skond il-Konvenzjoni Ewropea, bilfors irid ikollok Stat wieħed ħalli l-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu jiġu investigati verament u jingħataw ir-rimedji meħtieġa.", "Fil-fatt f'dan ir- rapport iddettaljat hekk sar u jien ħadt pjaċir li kelli sehem fih għax biżżejjed insemmi li ltqajt ma' każijiet fejn fil-Bosnia Herzegovina qassisin ma kenux jitħallew jeżerċitaw il-missjoni spiritwali u reliġjuża tagħhom u spiċċaw f'sitwazzjoni fejn bil-ftehim għall-paċi b'kollox dawn xorta ma tħallewx jidħlu fl-areas fejn kienu jipprattikaw u kellhom jaħarbu minn dawn il-postijiet.", "Naturalment minħabba li dawn il-każijiet kienu jmorru kontra d-dritt tal-liberta' ta' l-espressjoni u ta' l-istess sigurta' tal-persuna kienu qed jiksru b'mod mill-iktar dirett artiklu 5 ta' l-European Convention on Human Rights.", "GĦalhekk wara li jiġi ppreżentat ir- rapport ta' l-ombudsman to all concerned, kull naħa rispettiva trid tagħti dawk ir-rimedji li jkunu ġew proposti mill-istess ombudsman u f'każ li dan ma jsirx dawn il-każijiet jiġu riferuti lir-rappreżentant għoli, skond id- Dayton Agreement, liema agreement kien sar fl-Amerka fil-preżenza tal- President Clinton.", "Madam Speaker, hawn wieħed jista' jara l-importanza ta' dawn l- organizzazzjonijiet internazzjonali u japprezza li bis-sistemi u l-membri tagħha l-OSCE tista' tagħti riżultati pożittivi.", "Fuq kollox meta aħna nitkellmu fuq pajjiż, għalkemm insemmu x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu minħabba l-pożizzjoni ġeografika li jkollu, inkunu dejjem qed nitkellmu fuq in-nies u l-iktar ħaġa li bniedem jista' jbati minnha anke fil-kamp internazzjonali huwa meta jkollu vjolazzjoni mill-iktar massiva tal-ksur tad-drittijiet tiegħu bħala bniedem.", "Madam Speaker, dan li qed ngħid iwassalni biex nagħmel il-mistoqsija: Allura fil-Mediterran m'hu qed isir xejn biex isir djalogu fuq din l-issue?", "Fil-fatt il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem hija biss issue waħda għax imbagħad fost l-oħrajn hemm ukoll il-qasam tat-teknoloġija, il-qasam ta' l- ambjent - dan il-qasam żgur ikun ta' interess għall-pajjiżi ta' l-Ewropa vis-a-vis l-Mediterran - u l-qasam ekonomiku.", "Biżżejjed naraw li llum, bl- għajnuna li qed jingħataw l-ex-Eastern Europe countries anke mill-istess OSCE, qed jagħmlu avvanzi kbar fl-economic planning u f'affarijiet oħra bħal dawn u għalhekk iktar għandna nirrealizzaw kemm huwa importanti li ngħinu lill-pajjiżi ġirien tagħna jissieħbu fl-OSCE ħalli b'hekk din l- organizzazzjoni tibqa' tkun fuq quddiem nett li tiġġieled għas-sigurta' tal- paċi fid-dinja.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, f'dan l-Aġġornament nixtieq nitkellem fuq il-qasam ta' l-ambjent li dan il-Gvern diġa' beda jagħtih importanza kbira.", "Dan il-qasam jolqot lil kull wieħed u waħda minna u ladarba wieħed jibda jitkellem fuqu jkollu jidħol f'ħafna setturi li jaqgħu taħt ministeri differenti.", "Ġaladarba ssir il-ħsara jkun diffiċli biex tirranġaha u għalhekk il-mira ta' dan il-Gvern għall-qasam ta' l-ambjent hija li ma titħalliex issir ħsara għax ġaladarba din issir ħafna drabi jkun tard wisq biex tirranġaha.", "Biss qabel ma nkompli nitkellem iktar fil-fond fuq dan il-qasam u fuq il-pjanijiet li għandu l-Gvern preżenti nixtieq insemmi x'sibna meta tlajna fil-gvern.", "GĦalkemm sibna affarijiet li wieħed jista' jirranġahom sibna affarijiet oħra li fuqhom ma tantx jista' jsir wisq għax il-ħsara tant daħlet fil-fond li kważi kważi saret irreparabbli.", "Pero' biex inkun iktar preċiż jien nixtieq immur xi għaxar snin lura ħalli nfakkar x'kien qal il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Fil-fatt dan kien qal li meta jitla' fil-gvern se jagħti importanza kbira lill-qasam ta' l-ambjent u Malta se tibda twarrad bil-fjuri.", "Ta' min jgħid li dan kien wieħed mill- famużi \"20 punt\" li kienu mwiegħda mill-Partit Nazzjonalista dak iż-żmien.", "Pero' mhux hekk ġara u fil-fatt il-ferita li sibna fil-qasam ta' l-ambjent hekk kif tlajna fil-gvern tant hi kbira li biex tagħlaq u forsi tibda tfiq trid ħafna iktar minn 20 punt!", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Oppożizzjoni preżenti fejn huma dawn il-fjuri li kellha timla lil pajjiżna bihom u li suppost kellhom ħafna kuluri u fwieħa!", "Madam Speaker, ħalli nduru dawra mal-gżejjer tagħna biex inkun nista' nsemmi x'sab il-Gvern Laburista f'Ottubru li għadda.", "Fil-fatt nista' nibda billi nsemmi lil Marsaxlokk - villaġġ pittoresk li jattira kuljum mijiet jekk mhux eluf ta' Maltin u turisti, liema villaġġ minħabba l-pika ġie rrovinat għal dejjem.", "Min-naħa l-oħra f'Marsaskala minflok ma nsibu l- fwejjaħ u l-fjuri nsibu rwejjaħ ħerġin mill-Impjant ta' Riċiklaġġ Sant'Antnin - liema impjant sewa l-miljuni kbar biex inbena - bil- konsegwenza li bosta residenti qed ikollhom jitilqu minn dan il-lokal minħabba dan l-inkonvenjent.", "Hawn ta' min jgħid li minkejja li l-Gvern Nazzjonalista nefaq eluf kbar ta' liri biex forsi jipprova jirranġa s- sitwazzjoni din l-problema baqgħet ma ssolvietx, pero' dan il-Gvern se jibda jittekiljaha bis-serjeta' u jekk il-problema tibqa' ma tiġix solvuta lest li jagħlaq l-impjant.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, nixtieq nagħmel point of information.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ladarba l-Onor.", "Vassallo qed jitkellem fuq l- impjant tar-riċiklaġġ f'Sant' Antnin, nixtieq nistaqsih jekk jafx li d- deċiżjoni li jsir l-impjant li qed jirriferi għalih ittieħdet qabel Mejju ta' l-1987.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, jien m'iniex qed ngħid x'kienet id- deċiżjoni jew meta ttieħdet imma qed nispjega x'ġara fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Il-fatt hu li minn meta nbena dan l-impjant tar-riċiklaġġ fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, f'Marsaskala bdew ħerġin ħafna rwejjaħ u ħadd ma seta' joqgħod hemm.", "L-importanti m'huwiex meta ttieħdet id- deċiżjoni biex isir dan l-impjant tar-riċiklaġġ imma kif tħaddem, x'kien l- użu tiegħu u x'kienu r-riżultati li ta.", "(Interruzzjonijiet) Dan l-impjant tar-riċiklaġġ għadu hemm, bħalma taf inti.", "Intom tafu li minkejja li nfaqtu eluf kbar ta' liri biex tirranġaw dan l-impjant fil-fatt spiċċajtu biex ma rranġajtu xejn bħalma żgur li tafu li minn meta tela' l-Gvern Laburista l-affarijiet diġa' tjiebu f'dan ir-rigward u li l-wegħda tal- Gvern Laburista hija li jekk nibqgħu ma nsolvux din il-problema dan l- impjant tar-riċiklaġġ jingħalaq.", "(Interruzzjonijiet) Oqgħod kwiet!", "Jekk trid illejla ħu Aġġornament u naċċertak li ma nipprovax ninterrompik bħalma qed tagħmel int bħalissa.", "MADAM SPEAKER: Kompli, Onor. Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, għalkemm kien Gvern Laburista li beda juża Wied Fulija bħala post fejn jintrema l-iskart il-problema fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti tant kibret li bil-foga li kienet toħroġ minn hemm ħafna mir-residenti taż-Żurrieq u ta' Ħal Safi ma setgħux jibqgħu joqogħdu iktar f'dawn in-naħat għax dan kien qed iservi ta' detriment għal saħħithom.", "Madanakollu l-problema baqgħet hemm sakemm wara snin twal il-miżbla tant imtliet li l-Gvern Nazzjonalista ddeċieda li jagħlaqha.", "Hawn ta' min isemmi wkoll il-problema tal-Magħtab għax bl-irdim li sar dan illum wasal sal-coast road.", "Min jgħaddi minn din it-triq li tintuża minn eluf ta' nies kuljum minflok ma jara fjuri, siġar u affarijiet sbieħ oħra, ma jarax ħlief żibel.", "Pero' l-Gvern Laburista ħa passi mill-ewwel biex f'dan il-lokal ma jibqax ikun hemm dak l-iskart kollu u fil-fatt qed jagħmel minn kollox biex jipprova jsib soluzzjoni għal din il-problema.", "Imbagħad xi ngħidu għal Wied id-Dies li jinsab fil-Madliena u għal ħafna widien oħra?", "Ta' min jgħid li sa ftit ilu Wied id-Dies kien wieħed mill- ftit widien pittoreski li għad fadal f'pajjiżna imma bħalma jaf kulħadd taħt il-Gvern preċedenti nħarġu permessi għall-bini bil-konsegwenza li llum hemmhekk ġew mibnija blokki sħaħ ta' ħames sulari, għalkemm suppost kellhom ikunu għolja biss żewġ sulari.", "GĦalhekk anke hawn saret ħsara irreparabbli Dan biex ma nsemmix ukoll diversi widien oħra li sibnihom f'sitwazzjoni ta' ħmieġ u żdingar u għalhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja u nagħti prosit lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għall-programm ta' tindif li beda f'dawn il-postijiet.", "Ħaġa oħra li nixtieq insemmi hija li l-car park li saret il-Furjana kellha tkun taħt l-art u fuqu kellu jsir ġnien imma llum minflok ġnien hemm ħofra kbira - din id-darba minflok ħofra finanzjarja hemm ħofra ta' veru! - li qed tkun ta' ostaklu kbir għax qed ittellef il-veduti tas-swar kif ukoll id-dehra maestuża tal-Belt.", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li filwaqt li qabel fl-Imselliet, li jinsab ħdejn iż-Żebbiegħ, kien hemm art rurali u pittoreska, f'daqqa waħda l-Gvern Nazzjonalista ħareġ il-permess għall-bini bil-konsegwenza li din l- area nqerdet għal kollox.", "Veru li f'din l-area nbniet skola li kienet ilha tinħass il-ħtieġa tagħha, pero' din bilfors hemm riedet issir minn tant postijiet li jeżistu ġo Malta?", "Ma setgħetx issir x'imkien ieħor fejn forsi ma ssirx daqstant ħsara ambjentali?", "Tas-Sliema, Buġibba u Marsascala huma tliet lokalitajiet li fihom jilqgħu eluf ta' Maltin u turisti kuljum imma fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti dawn kienu saru building sites ġiganteski.", "Pero' kif kulħadd jaf il-Gvern preżenti ta prijorita' lil dawn il-postijet u m'hemmx għalfejn noqgħodu nsemmu d-differenza bejn kif kienet Buġibba sitta jew seba' xhur ilu u bejn kif inhi llum.", "Madam Speaker, fi żmien il-Gvern preċedenti, mill-bajjiet riħa ta' fjuri kienet toħroġ jew riħa ta' affarijiet oħra?", "Biżżejjed ngħidu li sas-sena l- oħra l-iktar bajjiet popolari kienu kollha mniġġsa bid-drenaġġ u għalhekk ħadd ma seta' jgħum fihom, imma bil-miżuri li ħa l-Gvern preżenti s'issa diġa' qed jidher li din il-problema bdiet tittaffa u fil-fatt din is-sena ħafna mill-bajjiet tagħna se jkunu jerġgħu jistgħu jitgawdew min-nies wara diversi snin.", "Madam Speaker, illum il-fjuri qegħdin f'dawk il-postijiet li l-Gvern preċedenti ried jeqred għall-iżvilupp.", "Li kieku ma kienx għall-Partit Laburista, għal diversi kunsilli lokali kif ukoll għall-għaqdiet li jeżistu favur l-ambjent kieku dawn il-postijiet illum inqerdu wkoll.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-Munxar ġewwa Wied il-Għajn li l-Gvern Nazzjonalista ried jagħtih għall-iżvilupp u l-art saqwija tal-Marsa fejn ried li tinbena fabbrika ħalli jkollha l-provvista ta' l-ilma b'xejn, imma grazzi għall- protesti li saru dak iż-żmien dan baqa' ma seħħx.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll li l-Gvern Nazzjonalista ried ukoll jibni airstrip f'Għawdex imma bis- saħħa tal-Gvern Laburista baqa' ma sar xejn minn dan kollu.", "Madam Speaker, issa ħalli nsemmi l-pjanijiet li għandu l-Gvern Laburista għall-qasam ta' l-ambjent.", "Il-Partit Laburista dejjem kellu l-qasam ta' l- ambjent għal qalbu u fil-fatt kien dan il-partit li waqqaf l-istitut għall- ħidma ta' l-iżvilupp ta' l-ambjent biex itejjeb l-ambjent, partikolarment dak ta' l-iskejjel.", "Fil-fatt ladarba semmejt l-iskejjel ma rridx ninsa nsemmi li l-Gvern preżenti qed jenfasizza li fit-tagħlim li jsir fl- iskejjel tiddaħħal kuxjenza ikbar favur l-ambjent.", "Aħna għandna diversi proġetti oħra favur l-ambjent imma żgur li l-anarkija li hawn fl-iżvilupp tal-bini qed isservi ta' theddida għal dan il-qasam u għalhekk hemm bżonn li nirrivedu l-Pjan ta' Struttura ħalli ma tibqax issir iktar ħsara.", "Hemm bżonn li jsir studju wkoll fuq id-djar li jinsabu vojta ħalli dawn ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw.", "Il-Gvern Laburista għandu wkoll proġett biex jerġa' jagħti l-ħajja lill-qalba ta' l-irħula billi jipprova jnaqqas it- traffiku minnhom u fil-fatt se jfassal pjan ħalli l-kwalita' tat-toroq titjieb u ma nibqgħux iktar bis-sistema li wara ftit li jingħata t-tarmac, it-triq ikollha terġa' tinqala' ħalli jsir id-dawl, l-ilma u d-drenaġġ.", "Dan il-Gvern se jara wkoll li jnaqqas it-tniġġiż ta' l-arja minħabba l- karozzi, il-power stations, l-isptar u l-ħruq ta' l-iskart.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li aħna diġa' bdejna nieħdu diversi miżuri għar-rigward tal- power stations, pero' ċertament dawn m'humiex biżżejjed u għalhekk se nibdew nagħmlu monitoring tat-tniġġiż ta' l-arja ħalli mbagħad inkunu nistgħu nieħdu l-miżuri neċessarji biex it-tniġġiż jonqos.", "Iktar nies għandhom jiġu mħajra jużaw petrol bla ċomb u għandna ndaħħlu l-MOT mill- iktar fis - fil-fatt id-draft hija lesta - ħalli nkunu nistgħu nagħmlu monitoring ta' l-exhaust tal-karozzi.", "Fil-fatt hemm bżonn li l-pulizija jieħdu din il-problema iktar bis-serjeta'.", "In-nies għandhom jiġu mħajra wkoll jixtru karozzi ta' ċilindrata żgħira ħalli b'hekk jonqos l-exhaust.", "Jien naħseb li l-ikbar theddida li teżisti u li rridu nsibu soluzzjoni għaliha hija kif se nnaqqsu n-numru kbir ta' karozzi li qed jiġu importati għax ma jistax ikun li nibqgħu nimportaw 12,000 karozza kull sena.", "Madam Speaker, għar-rigward tad-drenaġġ irrid ngħid li aħna bdejna nimplimentaw il-master plan biex naraw kif se nirriċiklaw id-drenaġġ ħalli minnu nkunu nistgħu nieħdu ilma tat-tieni klassi u b'hekk il-każijiet ta' tniġġis fil-bajjiet tagħna jonqsu.", "Hawn ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li l- Gvern preżenti diġa' ħa diversi passi biex jekk Alla jrid sas-sena 2000 din il-problema tiġi solvuta.", "Madam Speaker, għal dak li għandu x'jaqsam mal-bunkering ta' min jgħid li l-Gvern se jixtri vapur biex jekk ikun hemm xi oil spills ikun jista' jikkumbattihom.", "Ta' min jgħid ukoll li fi ftit żmien ieħor l-iskart se jibda jinqasam f'dak organiku u f'dak li mhux u rridu nsibu metodu biex inkunu nistgħu nirriċiklaw l-iskart, speċjalment dak ta' l-industrija tal- bini li l-maġġoranza l-kbira tiegħu jintefa' fil-Magħtab.", "Madam Speaker, hemm bżonn ukoll li nipprovdu iktar liġijiet li jipproteġu l-flora, il-fawna, is-siġar, l-annimali, l-għasafar u l-ħut, speċjament dawk li huma endemiċi għal pajjiżna.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li hemm bżonn li l-areas protetti jiżdiedu.", "Fil-fatt aħna se nsaħħu l-ALE u se nwaqqfu korp ta' environmental inspectors u wardens.", "Ta' min isemmi wkoll li din is-sena se naraw li l-villaġġi - għalkemm illum ftit baqa' villaġġi - u l-bliet tagħna, bħall-Imdina, jerġgħu jingħataw il-ħajja.", "MADAM SPEAKER: Onor. Vassallo, jekk jogħġbok ikkonkludi għax sar il-ħin.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, fid-diskors tiegħi jien ipprovajt nispjega fi ftit kliem x'sibna meta tlajna fil-gvern u x'se nagħmlu fis- snin li ġejjin.", "Baqa' ħafna affarijiet oħra x'nagħmlu pero' l-iktar ħaġa importanti hija li jkun hemm tagħlim u enforcement serju u għalhekk jien konvint li bil-miżuri li ħa s'issa l-Gvern preżenti is-sitwazzjoni se tirranġa bil-mod il-mod għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KONSOLAT TA' MALTA F'MILAN", "6838.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6071, jista' l-Ministru jikkonferma li l-awtoritajiet Taljani ma rtirawx l-Exequatur tal-ħatra tas-Sur Mario Cal, iżda dan skada f'Lulju 1996 u ladarba l-Gvern Malti ma esprimiex l- intenzjoni tiegħu li jikkonferma lis-Sur Cal bħala Konslu Ġenerali Onorarju għal Malta f'Milan, il-Farnesina ma setgħetx tikkonferma l-Exequatur?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Intenni li l-Awtoritajiet Taljani stess b'Note Verbale datata 28 ta' Novembru 1996 annullaw l-Exequatur tas-Sur Mario Cal, bħala Konslu Ġenerali Onorarju għal Malta f'Milan, minkejja l-fatt li f' Lulju 1996 il-Gvern Malti permezz ta' l-Ambaxxata f'Ruma talab li tiġġedded il-Karta ta' l-Identita' tiegħu.", "KONSOLAT TA' MALTA F'MILAN", "6839.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 6071, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li s-Sur M. Cal ma ġiex akkużat b'korruzzjoni iżda fil-fatt huwa qed jiġi mitlub jagħti prova li bħala Viċi President tal-Fondazzjoni Monte Tabor ma kienx jaf li setgħu saru xi tixħim minn xi ħadd fl-istess Fondazzjoni intiż biex iħaffu l-proċess tal-kontroll tal-finanzi tal-Fondazzjoni?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li s-Sur Cal personalment mhux akkużat li xaħħam iżda huwa akkużat li fil-kariga tiegħu suppost kien jaf b'kollox u għalhekk \"preżunt\" ħati skond il-liġi Taljana u l-ġuri sal-lum għadu ma sarx?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li dan il- Ministeru mhuwiex la l-Ministeru ta' l-Intern Taljan u lanqas il-Ministeru tal-Finanzi Taljan u għalhekk mhuwiex qiegħed biex jirrispondi mistoqsijiet, li jidher li l-Onor.", "Interpellant huwa nfurmat mhux ħażin dwarhom, u li jaf sewwa minn fejn għandu jikseb risposti għad-domandi tiegħu.", "Li jimporta lil dan il-Ministeru huwa l-fatt li l-awtoritajiet Taljani stess ħassew li m'għandhomx ikomplu jaqblu li Sig. Mario Cal jibqa' jitqies bħala dehen li jservi ta' Konslu f'pajjiżhom u li minħabba f'hekk irtirawlu l-exequator.", "KONSOLAT TA' MALTA F'MILAN", "6840.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6071, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li kien il- Gvern Malti preżenti li talab ir-riżenja tas-Sur Mario Cal minn Konslu Ġenerali Onorarju ta' Malta f'Milan permezz ta' l-Ambaxxatur ta' Malta f'Ruma?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mhux minnu li l-Gvern Malti preżenti talab ir-riżenja tas-Sur Mario Cal permezz ta' l-Ambaxxatur Malti f'Ruma.", "Kif diġa' weġibt kienu l-Awtoritajiet Taljani stess li fit-28 ta' Novembru, 1996 avżaw lill- Ambaxxata ta' Malta f'Ruma bl-annullament ta' l-Exequatur tal-ħatra tas- Sur Mario Cal.", "Jien informat li fil-bidu ta' Jannar 1997, meta s-Sur Cal għamel mawra fl-Ambaxxata biex jagħti x-xewqat tajba lill-Ambaxxatur ta' dak iż-żmien, kien dan ta' l-aħħar li ħa l-opportunita' biex jinfurmah li l- Farnesina kienu nnotifikawh uffiċċjalment li l-Exequatur tiegħu kien ġie rtirat u li l-każ kien qed jiġi kkonsiderat f'Malta.", "KONSOLAT TA' MALTA F'MILAN", "6841.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 6071, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li s-Sur M. Cal spjega l-pożizzjoni tiegħu lil Gvern u talab lil-istess Gvern Malti reazzjoni għal din il-qagħda personali tiegħu; u minn Marzu 1997 sal-lum ir- reazzjoni mitluba għadha ma waslitx u kien is-Sur Cal li offra r-riżenja tiegħu li għaliha l-Gvern għadu ma weġibx?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-Sur Mario Cal kien informat bil-miktub fis-6 ta' Frar, 1997 li l-ħatra tiegħu bħala Konslu Ġenerali Onorarju għal Malta f'Milan kienet ġiet irtirata.", "Is-Sur Cal permezz ta' ittra ndirizzata lill- Ambaxxatur Malti f'Ruma waqt li rrefera għall-ittra ta' l-Ambaxxatur tas-6 ta' Frar, talab spjegazzjoni għall-qagħda.", "B'risposta fl-4 ta' Marzu 1997 is-Sur Cal ġie nformat li r-raġunijiet tar-revoka tal-ħatra tiegħu kienu ġew imwassla lilu verbalment waqt laqgħa li hu kellu ma' l-Ambaxxatur ta' qabel f'Jannar 1997 u għalhekk ma kien hemm xejn li jbiddel dal li (Sur Cal) kien diġa' jaf.", "Mhux minnu għalhekk li tweġiba għall-ittra tas-Sur Cal ma ngħatatx: lanqas m'hu korrett li s-Sur Cal innifsu offra r-reżenja tiegħu.", "WSC - GĦAMARA ĠDIDA", "6896.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6599, jista' l-Ministru jgħid kemm-il quotation kien hemm (irċeviet) il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal xiri ta' għamara ġdida għall- Uffiċċju taċ-Chairman u għall-Boardroom; kemm kien il-valur ta' kull quotation; liema quotation ġiet aċċettata; u min kienu l-persuni/ditti li għamlu l-quotations?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-korporazzjoni irċeviet żewġ quotations rigward xiri ta' bibien, tliet quotations għall-għamara, erba' quotations għax-xiri tas-siġġijiet u tliet quotations għax-xiri tas-sufan.", "Il-valur ta' kull quotation kien kif murija:", "* bibien - Lm506 u Lm738.30 * skrivanija, wall unit, coat hanger, service unit u coffee table: Lm5,111.75; Lm 5,222.15 u Lm5,585.20", "* sufan: Lm2,036.88; Lm1,400; Lm1,627/Lm1,665.20", "* siġġijiet: Lm1,482.93; Lm1,604.25; Lm2,745.05 u Lm 3,121.00", "Il-bibien inxtraw mingħand C.Fino & Sons.", "Ltd għal prezz ta' Lm506, l- iskrivanija, wall unit, coat hanger, service unit u l-coffee table inxtraw mingħand C. Fino & Sons Ltd. għal prezz ta' Lm4,103, is-sufan inxtara mingħand Form għal prezz ta' Lm1,217.39.", "Is-siġġijiet għal mejda tal-board u għall-iskrivanija taċ-Chairman kif ukoll għal visitors room swew Lm1,380 u nxtraw mingħand C. Fino & Sons Ltd.", "BAĦRIJA - MAIN TAS-SEWER", "6916.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda jitqiegħed il-main ġdid tas-sewer li jieħu d-drenaġġ mill-inħawi tal- Baħrija?", "Liema nħawi oħra, bħal Kunċizzjoni, Tas-Salib, Bieb ir-Ruwa u areas residenzjali oħra, f'dawn l-inħawi fil-fatt se jiġu servuti b'dan il- main?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proġett li kien maħsub għas-sistema tad- drenaġġ fil-Baħrija huwa f'fażi avvanzata ħafna u qiegħed jiġi maqsum f'fażijiet differenti sabiex jitmexxa b'aktar reqqa u dettal.", "Il-proġett mistenni jinħadem fuq perjodu ta' madwar tliet snin minħabba li jinvolvi madwar 15-il kilometru ta' mains tad-drenaġġ flimkien ma żewġ pumping stations.", "L-ewwel fażi ta' dan il-proġett li tinvolvi it-tqegħid ta' main ġdid ta' madwar żewġ kilometri fl-inħawi ta' Ħ'Attard, għada kif ġiet imħejjija mid- Dipartiment tad-Drenaġġ sabiex tinħareġ sejħa għall-offerti għaliha.", "L- hekk imsemmi main ġie ddisinnjat biex jelimina diversi żbroffi ta' drenaġġ fl-inħawi ta' Ħal Balzan, kull darba li tinżel ix-xita.", "Bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti amministrattivi meħtieġa, li jinkludu permessi mill-Awtorita ta' l-Ippjanar u lokalizzar ta' servizzi eżistenti ta' l-ilma, dawl etc. sabiex id-dipartiment jissokta jipproċedi bid-disinn u l-preparazzjoni tal-contract documents għall-kumplament tal- proġett.", "Fost l-inħawi msemmija fil-Baħrija, Bieb ir-Ruwa se jkun fost dawk li ser jiġu servuti direttament bil-main il-ġdid filwaqt li l-inħawi Tas-Salib u l- Kunċizzjoni jistgħu jiġu moqdija eventwalment wara estensjoni tal-proġett prinċipali, minħabba l-widien li hemm jifirduhom mill-main prinċipali.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6924.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders fil- proġett ta' Buġibba u jagħti lista għal xiex kienu, l-valur ta' kull wieħed minnhom u lil min ingħataw?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - GĦOTI TA' TENDER", "6925.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar allegata rregolarita' fl-għoti ta' tender għal-lampi tad-dawl f'Buġibba?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi din l-investigazzjoni għadha m'hijiex konkluża.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6926.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jitħallsu l- kuntratturi li ħadmu fuq il-proġett ta' Buġibba u kemm tħallsu s'issa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TAL-QROQQ - PROĠETT TA' TOROQ", "6927.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-kuntratturi li ħadmu fuq il-proġett tat-toroq ta' Tal-Qroqq u kemm għad baqagħlhom jitħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kuntrattur prinċipali li ħadem fuq il-proġett tal-Qroqq s'issa tħallas ftit aktar minn Lm1.64m.", "Il-valur tal-kuntratt ta' dan ix-xogħol jammonta għal madwar Lm1.83M iżda l-kuntrattur qed jagħmel claim għal ħlas addizzjonali ta' ftit aktar minn Lm1.34m fuq l- ammont li diġa tħallas għal xogħol li diġa' sar.", "Ovvjament din it-talba trid tiġi annalizzata bir-reqqa qabel ma tkun tista' tiġi kkonsidrata.", "ENEMALTA - KONSUM TAL-PITROLJU", "6928.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsum tal-pitrolju fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kienx aktar jew anqas minn dak fl-istess perjodu s-sena l-oħra wara li kien hemm żieda fil-prezz tiegħu fl-aħħar budget?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bejgħ ta` pitrolju -Litri", "1997 1996", "Jannar 2,513,970 2,471,940 Frar 2,294,180 2,651,540 Marzu 2,123,920 2,622,850 April 2,364,860 2,068,160 Mejju 1,659,370 1,784,090 Gunju 1,424,740 1,471,400 12,381,040 13,069,980", "Il-bejgħ juri li kien hemm tnaqqis ta` 5.3% bejn Jannar u Gunju 1997 meta mqabbel ma` Jannar u Gunju 1996.", "Kif wieħed jista` jara, minkejja l-fatt li ghola l-prezz tal-pitrolju, baqa` jsir użu illeċitu minnu, jigifieri ghal skopijiet mhux domestiċi.", "ENEMALTA - OVERTIME/ALLOWANCES", "6929.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime u allowances lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 u kemm tħallsu fl- ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fis-sitt xhur ta` bejn Jannar u Gunju 1997 tħallsu - Lm969,778.22 f`overtime u allowances.", "Fis-sitt xhur ta` bejn Jannar u Gunju 1996 tħallsu - Lm1,076,720.78 f`overtime u allowances.", "AMBAXXATURI TA' MALTA - CURRICULUM VITAE", "6960.", "L-ONOR.", "MICHAEL FRENDO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6785?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6785 li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant hija:", "M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4940.", "SKEJJEL - TOBBA", "6976.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6828?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - RAPPORT F'THE TEACHER", "6977.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6826?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - RAPPORT F'THE TEACHER", "6978.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6827?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - GENDER ISSUES", "6979.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6685?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - SANTA LUĊIJA - JUNIOR LYCEUM", "6980.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6686?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6686 f'Seduta Nru. 88.", "ŻURRIEQ - BINI TA' SKOLA SEKONDARJA", "6981.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6687?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6687 f'Seduta Nru. 88.", "TRAFFIC CONTROL BOARD - TIBDIL TA' TABELLI", "6982.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-talbiet li ġew ikkonsidrati mit-Traffic Control Board għal tibdil tat-tabelli u s-sistemi tat-traffiku fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, inkluż ix-Xemxija u Burmarrad mill-1/11/96 sal-lum?", "Liema minn dawn it-talbiet, kemm dawk li ġew approvati kif ukoll dawk li ma ġewx approvati?", "Kemm-il zebra crossing ġdida ġiet approvata fl-istess perijodu fl-inħawi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li t-talbiet li ġew ikkonsidrati mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għat-tibdil fis-sistema tat-traffiku u tabelli relattivi, fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra ġew ittrattati fir- risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6146 meta qegħidt fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi l-iskema kompleta għal din iż-zona.", "Dan ma jfissirx li s-sistemi ma jinbidlux jekk jinħass il-bżonn.", "Jiena nformat ukoll li fir-rigward ta' San Pawl il-Baħar, għall-perijodu msemmi, l-Bord irrakkmanda dawn id-deċiżjonijiet:-", "1) Approva li titneħħa pedestrian crossing minn quddiem il-Kunvent tal- Franġiskani u li din issir aktar viċin tal-Knisja Parrokkjali.", "2) Approva li jitqiegħdu tabelli li jillimitaw id-dħul ta' Heavy Vehicles fi Triq San Pawl u Triq il-Mosta.", "3) Approva numru ta' tabelli biex jillimitaw il-parking ħlief għal-loading and unloading fit-Triq iċ-Ċagħaq, Triq Qawra u Triq il-Fliegu.", "4) Ma approvax talba biex isir 10 minute parking fi Triq San Pawl.", "5) Ma approvax talba biex isir parking fi Triq San Publiju.", "Jiena nformat li fix-Xemxija, l-Bord irrikmanda li jitqiegħdu tabelli ta' Give Way mar-roundabouts ta' Xatt il-Pwales u ta' Triq Għajn Tuffieħa.", "Talba biex issir zebra crossing fit-Telgħa tax-Xemxija ma ġietx approvata.", "Jiena nformat ukoll li f'Burmarrad, il-bord approva re-siting ta' petrol station iżda din l-approvazzjoni ma nvolvietx ebda tabelli.", "Fl-istess perjodu fl-inħawi ġew approvati għaxar zebra crossings kif ġej:-", "1) maġenb St. Simon Pharmacy f'Islet Promenade, Buġibba.", "2) maġenb il-ħanut tal-Verkerbe f'Islet Promenade, Buġibba.", "3) maġenb Swift, Rent-A-Car f'Islet Promenade, Buġibba.", "4) maġenb Rox In Boutique f'San Pawl il-Baħar.", "5) maġenb Brooklyn Fuji Colour Service f'San Pawl il-Baħar.", "6) fi Triq it-Trunċiera - Buġibba.", "7) fi Triq Qawra (żewġ crossings) - Qawra.", "8) fi Triq il-Pijunieri (żewġ crossings) - Buġibba.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "6983.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġiet esportata patata f'ammonti skond il-varjeta' fl-istaġun li għadu kif spiċċa?", "Meta marret l-ewwel kunsinja u meta marret l-aħħar kunsinja f'kull każ?", "Kemm kien l-ammont ta' patata li ġiet esportata u li kienet għadha ma nbigħetx fit-30.06.97?", "Meta hu mistenni li jitħallsu l-bdiewa tal-prodott esportat?", "Xi prezz hu mistenni li jieħdu l-bdiewa ta' dan il-prodott esportat?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni tingħata meta jkun il-waqt wara li jsir ix-xogħol kollu meħtieġ.", "ĠIBJUN TA' LIMBORDIN - FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "6984.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi tal-ġibjun ta' Limbordin ma jibqax iseħħ fawran tad-drenaġġ bħalma kien qed iseħħ fil-lejl ta' bejn il-5 u s-6 ta' Lulju, 1997?", "Meta hu mistenni li jitlesta l-EIA f'dawn l-inħawi biex jiġi deċiż kif se tgħaddi l-mina li trid twassal id-drenaġġ minn San Pawl il-Baħar għaċ- Ċumnija, fil-Mellieħa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TOROQ - CASH BARRIERS", "6985.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-Triq ta' San Martin bejn ir-roundabout tat-triq ta' Għajn Tuffieħa u l-Palazz, jitwaħħlu crash barriers fi tnejn jew tliet partijiet tat-triq li għad ma fihomx crash barriers?", "Fejn hu ppjanat li jitwaħħlu iktar crash barriers fl-inħawi tal-11 u 12-il distrett elettorali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona l-post indikat mill-Onor.", "Interpellant u biex jagħmel ix- xogħlijiet li jista' jkun hemm bżonn biex jekk hemm xi periklu jitneħħa.", "ŻERRIEGĦA TAL-PATATA - IMPORTAZZJONI", "6986.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-kwantita' ta' żerrigħa tal-patata mportata għall-istaġun li għadda, varjeta' varjeta'?", "Meta hu mistenni li tibda l-kitba taż-żerriegħa għall-istaġun li jmiss?", "Liema varjetajiet mhux mistennija jitħallew jinkitbu għal dan l-istaġun?", "Liema varjetajiet ġodda hu mistenni li jiġu mportati?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni tingħata meta jkun il-waqt u wara li jsiru d-diskussjonijiet meħtieġa mal-membri ta' l-Agricultural Marketing Board u ta' għaqdiet oħra tal-bdiewa.", "PULIZIJA - SAHRA", "6987.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet is-sahra li tħallset lill-pulizija matul il-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "Kif jitqabbel dan l-ammont ma' l-istess perijodu fl-1995 u fl-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-ammont ta` sahra li tħallset lill-Puliija matul il-perjodu 1/1/97-30/6/97 kien ta` Lm268,191.", "Matul l- istess perjodu fl-1995 u fl-1996 l-ammont ta` sahra li tħallset kien ta` Lm177,032 u Lm234,733 rispettivament.", "PTA - PAGI", "6997.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'differenza hemm bejn il-\"pagi\" ta' Ġunju, 1996 u Ġunju, 1997 li tħallsu mill-Public Transport Authority lis- sidien tal-karozzi tal-linja?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ma tħallas l-ebda pagi lis-sidien tal-karozzi tal-linja.", "Is- sidien tal-karozzi tal-linja f'Malta jaqsmu bejniethom kull ħmistax il-flus li jidħlu mill-bejgħ tal-biljetti.", "KUNSILLI LOKALI - EMENDI", "6998.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qiegħed jaħseb li jagħmel emendi fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali sa l-elezzjoni ta' Marzu li ġej?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 185.", "Jekk ikun opportun l-emendi jsiru sa Marzu li ġej.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6999.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi d-differenza bejn il- budget tal-proġett ta' Buġibba u kemm attwalment intnefaq?", "Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni tad-differenza li tħallset, lil min tħallset u kif tħallset?", "Jista' l-Ministru jgħid b'kemm jiswa t-tarmac li ngħata lil proġett ta' Buġibba u min huma l-kuntratturi li ħadmu f'dan il-proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BUĠIBBA ACTION COMMMITTEE - SPONSORSHIP CAMPAIGN", "7000.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar Sponsorship Campaign li kien responsabbli minnha l-Buġibba Action Committee u fiha jgħidilna kemm inġabru sponsors?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-prezzijiet ta' lista li ntbagħtet mill- BAC dwar l-isponsorship campaign, kemm raħsu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-ammount globali li kienet iġġenerata s'issa permezz ta' l-Isponsorship Campaign laħqet is-somma ta' Lm27,956.", "Parti minn din is-somma għandha qed tithallas permezz ta' installments.", "Kunsinja ta' street furniture mistennija tasal aktar tard din il-ġimgħa.", "Għalkemm għad ma jistgħux ikunu kkonfermati l-prezzijiet wara l- introduzzjoni tas-sistema l-ġdida ta' taxxi, hemm indikazzjonjiet li l- prezzijiet il-ġodda mhux se jaqbżu l-prezz li kien inħareġ mill-BAC meta ħarġet is-sejħa għall-isponsorships.", "Dan il-prezz l-anqas ma kien jinkludi l-VAT.", "KUNSILL LOKALI - ĦADDIEMA", "7001.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-iskema ta' l- assenjar ta' ħaddiema tal-gvern mal-kunsilli lokali?", "Kemm hemm ħaddiema tal-Gvern li wrew interess u jridu jkunu assenjati mal- kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li bħala parti mill-iskema ta' assenjar ta' ħaddiema tal-Gvern mal-Kunsilli Lokali ntbagħtet ċirkolari lil madwar 4,000 ħaddiem tax-Xogħlijiet Pubbliċi fejn barra li ngħataw dettalji ta' l-iskema dawn il-ħaddiema, fuq bażi voluntarja, ġew mitluba jindikaw tlett preferenzi jekk jixtiequ jieħdu parti fl-iskema.", "Dawn il-ħaddiema ngħataw sat-18 ta' Lulju biex jagħtu r-risposta tagħhom.", "Sa llum kien hemm 14-il risposta pożittiva.", "CENTRAL STRIPS - TINDIF TA' ĦAXIX ĦAŻIN", "7002.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonsidra li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jieħu ħsieb li s-central strips ta' toroq prinċipali tal-Bypass ta' B'Kara sa l- Universita' u l-Bypass ta' Ħal Qormi biex jitnaddfu mill-ħaxix niexef u skart ieħor?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawn iż-żewġ imkejjen huma diġa' imniżżla fil- programm ta' tindif li għandu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u x-xogħol fuqhom mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin wara li jkun spiċċa xogħol f'toroq principali oħra.", "KENNIESA", "7003.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6878 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsill Lokali - u li issa ġiet riferuta lilek - ċioe' jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward l-impjieg ta' kenniesa mal-Gvern fil-preżent peress li n-numru ta' kunsilli lokali li qed imorru għal mechanised sweeping kull ma jmur qed jiżdied?", "Jista' isir użu aħjar minn dawn in-nies, bħal tindif minn materjal goff, per eżempju, f'widien?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "POWER STATION - MARSA", "7004.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li f'post pubbliku ġewwa l-Marsa Power Station - il-kamra tar-recorders - hemm ritratti ta' natura politika partiġjana?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Wara l-mistoqsija ta` l-Onor.", "Membru, instab li kien hemm ritratt politiku flimkien ma` diversi ritratti ta` natura religjuża u sportiva fuq mejda li jużaw ir-recorders in-naħa ta` gewwa, u mhux fejn ikun hemm il-ħaddiema jippanċjaw.", "Dan ir-ritratt issa tneħħa.", "Se jinħargu istruzzjonijiet xierqa lill-ħaddiema.", "ENEMALTA - SAHRA", "7005.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti overview ta' għoti ta' sahra fil-Korporazzjoni Enemalta, xahar b'xahar matul l-1996 u l-ewwel sitt xhur ta' l-1997?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi policy biex titnaqqas is-sahra fil-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta li ngħatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 848.", "Qiegħed inżid is-sahra li tħallset f`Mejju u Gunju 1997 biex ikollu t-taghrif kollu mitlub.", "Mejju 1997 Lm 69,814 Gunju 1997 Lm101,474", "Ma hemm l-ebda policy gdida dwar is-sahra fil-Korporazzjoni Enemalta.", "Qed jigi żgurat biss li flok li din tinħadem bl-addoċċ, tinħadem strettament skond il-ħtiega.", "POWER STATION - MARSA", "7006.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'wassal biex toħroġ kwantita' ta' żejt mill-Power Station tal-Marsa?", "X'miżuri ttieħdu biex titnaqqas il- ħsara?", "Saret ħsara u jekk iva, kemm ġiet tiswa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-ħrug ta` fuel oil origina meta tqaċċat cover bolt li jagħlaq strainer fis-sistema taż-żejt tal-boiler numru 8.", "Dan l- istrainer far u ħarget kwantita' ta` żejt.", "Il-biċċa l-kbira taż-żejt inqabad fl-interceptor, iżda madwar żewg tunnellati żejt spiċċaw fil-baħar.", "Ittieħdet azzjoni mmedjata biex il-parti effettwata tingħalaq minn booms, u biex jingabar iż-żejt.", "Minbarra l-Enemalta fl-operazzjoni ħadu sehem, il-PCCU, il-forzi armati u l- kuntratturi Cassar, Bezzina u Falzon.", "Ma jidhirx li saret ħsara permanenti u ma nistax ngħid kemm ġiet tiswa l- operazzjoni billi l-kontijiet għadhom qed jaslu.", "POSTA LTD.", "7007.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid minn mindu twaqqfet Posta Ltd. kemm saru inspections minn naħa tal-Gvern, skond id-dritt li kellu l-Gvern f'paragrafu 9 (1) tal-kuntratt bejn Posta Ltd. u l-Gvern ta' Malta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: X'sar qabel l-elezzjoni ta' l-1996 ma nafx u lanqas hemm records.", "Naħseb li l-oppożizzjoni taf aktar minni li l- attitudni ta' l-ewwel Chairman ta' Posta Ltd. kienet li hu għandu kumpannija kummerċjali wara l-elezzjoni ta' l-1996 aktar minn inspection ordnajt investigazzjonijiet sħaħ li r-riżultati tagħhom tqegħdu fuq il- Mejda tal-Kamra.", "POSTA LTD./EUROPA VERSAND LTD.", "7008.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-kuntratt Nru. 5096 għal ġarr tal-bulk mail bejn Posta Ltd. u Europa Versand Ltd.?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi bilanċ dovut lil Posta Ltd.?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa hemm il-Likwidatur li jrid żmien deċenti biex joħroġ id-dettalji kollha.", "POSTA LTD./WORLD BUSINESS CORP.", "7009.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-kuntratt Nru. 1096 għal ġarr tal-bulk mail bejn Posta Ltd. u World Business Corp.?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi bilanċ dovut lil Posta Ltd.?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7008.", "POSTA LTD./EUROMAIL LTD.", "7010.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-kuntratt Nru. 9501 għal ġarr tal-bulk mail bejn Posta Ltd. u l-EuroMail Ltd.?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi bilanċ dovut lil Posta Ltd.?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7008.", "POSTA LTD. - EX-ĦADDIEMA", "7011.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema, kategorija b'kategorija, li ġew impjegati minn mindu twaqqfet Posta Ltd. u taħt liema kuntratt tax-xogħol?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li Posta Ltd. impjegat 341 ħaddiem f'diversi kategoriji kif imsemmija hawn taħt:-", "|1 Chief |Bla kuntratt | |Executive | | |1 Designate |Kuntratt | |Financial |Indefinit | |Controller | | |1 PR/Marketing |Kuntratt | |Executive |Indefinit | |2 Accountants |Kuntratt | | |Indefinit | |1 Segretarja ta'|Kuntratt | |Chief Executive |Indefinit | |1 Technician |Sponsorjat minn | |Apprentice |Posta Ltd | |264 Pustiera |Ittra ta' ħatra | |(Skala 16) | | |54 Postal |Ittra ta' ħatra | |Auxiliaries | | |(Skala 17) | | |9 Messaġġiera |Ittra ta' ħatra | |(Skala 17) | | |3 Watchmen |Ittra ta' ħatra | |3 Ħassiela |Ittra ta' ħatra | |1 Garage |Ittra ta' ħatra | |Attendant | |", "POSTA LTD. - BULK MAIL", "7012.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid, wara li skada l-kuntratt bejn Posta Ltd. u l-EuroMail Ltd. fil-31/12/96, wara li l-kuntratt bejn Posta Ltd. u l- World Business Corporation ġie terminat fl-10/4/96 u wara li l-kuntratt bejn Posta Ltd. u l-Europa Versand Ltd. ġie terminat fit-2/5/96, jista' jgħid jekk Posta Ltd. iffirmatx xi kuntratti ġodda għal ġarr tal-bulk mail?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7008.", "TRIQ REĠJONALI - CRASH BARRIERS", "7014.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: In vista ta' l-inċidenti li jiġru regolarment f'dik il- parti ta' Triq Reġjonali bejn fejn hemm l-inkroċju tat-toroq għas- Swieqi/Ta' l-Ibraġġ u għal Paceville/San Ġiljan jew vice versa minn naħa waħda u t-tunnels ta' taħt Ta' Ġiorni minn naħa l-oħra, ġaladarba saru għadd ta' inċidenti li kellhom jew seta' kellhom konsegwenzi gravi li kienu jinvolvu kolliżjonijiet ta' vetturi fil-ħitan jew ċnut li jinsabu maż-żewġ ġnub tat-triq, fosthom inklużi ħitan tal-btieħi tar-residenzi li jinsabu hemm, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jsiru crash barriers mat-tul ta' Triq Reġjonali fuq iż-żewġ naħat jew issir xi ħaġa oħra sabiex jitnaqqas ir-riskju kontinwu ta' inċidenti, b'konsegwenzi gravi sew għas- sewwieqa tal-karozzi kif ukoll għar-residenti tad-djar li hemm mal-ġnub ta' din il-parti ta' Triq Reġjonali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona l-post indikat mill-Onor.", "Interpellant u jassigura li hemm bżonn isir.", "MSIDA - ĠRIEDEN", "7015.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: In vista tal-fatt li hemm problema serja ta' ġrieden fil-parti ta' fejn il-baħar, fl-Imsida u speċifikament fil-parti tax-xatt ta' quddiem il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp u l-parti li minn hemm tieħu lejn Ta' Xbiex min-naħa waħda u lejn il-Pieta' min-naħa l-oħra, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex din il-problema serja titneħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari rigward problema ta' ġrieden fl-areas indikati mill-Onor.", "Interpellant, ninsab informat li din l-akwata diġa' ġiet diversi drabi trattata kontra l- preżenza tal-ġrieden.", "Din se tibqa' tinżamm taħt l-osservazzjoni tal-Pest Control Section tad- Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u flimkien mal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida se jittieħdu passi biex tiġi ntensifikata b'dan it-trattament kontra l- preżenza tal-ġrieden.", "AVJAZZJONI ĊIVILI - DIRETTUR ĠENERALI", "7016.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li minkejja li d-Direttur Ġenerali ta' l- Avjazzjoni Ċivili għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu sabiex jimtela' l- post vakanti ta' uffiċjal in charge tal-Kontroll ta' l-Ajru lill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta, dan il-post għadu vakant?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data tar-rakkmandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili u d-data tal-passi amministrattivi li seta' għamel il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta, jekk dawn ittieħdu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa kkonfermat li d-Direttur Ġenerali ta' l- Avjazzjoni Ċivili għamel ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-aħħar ta' Diċembru 1996.", "F'dak iż-żmien l-Establishments kollha ta' l-Armata kienu qed jiġu riveduti.", "Issa, wara li din ir-reviżjoni tlestiet, qed jiġi pproċessat dan il-każ.", "KONTROLLURI TA' L-AJRU", "7017.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jassigura lil dawn il-persuni, madwar sitta, li jirċievu s-salarju u l-allowances ta' uffiċjali ta' Kontrolluri ta' l-Ajru mid-data li ħadu l- liċenzja rikjesta mil-liġi u li fil-fatt bdew jagħmlu dawn id-dmirijiet diġa'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Waqt li nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7019, nixtieq inzid li ma hemm l-ebda raġuni għaliex l-individwi kkonċernati m'għandhomx jirċievu s-salarju u l-allowances applikabbli mid-dati li jigu commissioned, u li ħadu l-liċenzja rispettivament fil-grad ta' Air Traffic Control Officer (ATCO).", "KONTROLLURI TA' L-AJRU", "7018.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' meta, madwar sitt Kontrollur ta' l-Ajru ngħataw l-liċenzja ta' uffiċjali kontrolluri ta' l-ajru?", "Meta bdew jagħmlu x-xogħol ta' uffiċjali tal-Kontroll ta' l-Ajru?", "Meta d-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili bagħat ir- rakkmandazzjonijiet tiegħu lill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta sabiex dawn jiġu commissioned?", "Meta ttieħdet azzjoni, jekk ittieħdet, mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta, sabiex jittieħdu passi amministrattivi biex dawn jiġu commissioned?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li s-sitt kontrolluri konċernati ħadu liċenzji ta' kontrollur fid-dati 6/3/96, 27/6/96 (tnejn), 20/3/97, 22/4/97 u 25/6/97.", "Dawn il-kontrolluri bdew jaħdmu fix-xogħol tagħhom wara l-ħruġ tal-liċenzja.", "Ir-rakkmandazzjonijiet biex dawn il- kontrolluri jiġu commissioned intbagħtu lill-Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta rispettivament fil-5/3/96, 24/4/96, 28/5/96, 14/3/97, 10/4/97 u 18/6/97.", "Ġejt informat ukoll li issa qed jittieħdu passi mill-Kmandant tal-Forzi Armati biex dawn jiġu commissioned.", "AIR TRAFFIC CONTROL CORPS - ASSISTENTI KONTROLLURI", "7019.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex madwar sitt Assistenti Kontrolluri ta' l-Ajru fl-Air Traffic Control Corps tal-Forzi Armati ta' Malta, minkejja li ilhom li ngħataw il-liċenzja u bdew jagħmlu d-dmirijiet ta' kontrolluri ta' l-ajru mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili għadhom ma ġewx commissioned bħala uffiċjali tal-Kontroll ta' l-Ajru fil-Forzi Armati ta' Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Establishments kollha tal-Forzi Armati kienu jinħtieġu li jiġu riveduti.", "Ninsab informat li parti minn dan l- eżerċizzju kien beda wkoll kmieni fl-1996.", "Issa wara li din ir-reviżjoni tlestiet, il-ħatriet imsemmija mill-Onor Membru qed jiġu pproċessati.", "SERVIZZ ĊIVILI - AIRPORT SECURITY MANAGER", "7020.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-metodu u l-proċedura li ntużaw mill- amministrazzjoni preċedenti sabiex jimtela' l-post ta' uffiċjal pubbliku fil-Headship Post ta' l-Airport Security Manager kenux konformi mal- kostituzzjoni u man-normi tas-Servizz Ċivili?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li kemm il-metodu kif ukoll il- proċedura li ntużaw mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex jimtela' l-post ta' Manager, Airport Security kienu konformi mal- Kostituzzjoni u man-normi tas-Servizz Pubbliku.", "Dan il-post imtela' fuq il-parir tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku wara li saret sejħa pubblika fil-Gazzetta tal-Gvern.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IX-XATT", "7021.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta saret Triq ix-Xatt, f'Wied il-Għajn bit-tarmac, sqaq żgħir (li jinsab ħdejn Brighton) ma sarx ukoll bit-tarmac, meta hemm jabitaw in-nies ukoll?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bħalma jaf il-Membru, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita' billi dak li irrefera għalih l-Onor.", "Membru fil-fatt huwa wieħed mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.", "PARLAMENT - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "7022.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-Parlament qiegħed jinqata' spiss id- dawl (anke jekk għal ftit ħin) u jkun hemm vultaġġ baxx bi ħsara fix-xogħol li jsir bil-computer?", "Jikkonferma l-Ministru li dan jista' jkun effett ta' qtugħ ta' feeders għal Belt Valletta li ġew skonnettjati ftit żmien ilu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minn investigazzjonijiet li ghamlet il-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li l-interruzzjonijiet qeghdin jigu kkawżati minn vultagg baxx.", "Fil-preżent il-vultagg huwa adekwat ghall-ħtigijiet eżistenti.", "Apparentement hemm xi problema fl-istallazzjoni nterna tal-Palazz u li diga` qed tigi segwita.", "NET DIRECT AND PORTFOLIO INVESTMENT", "7025.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 5480, jista' l- Ministru jgħid x'inhu s-sors ta' din l-informazzjoni u jistax jipprovdi l- informazzjoni mogħtija b'mod gross u mhux biss net, kemm għal Private Direct Investment kif ukoll għal Private Financial Investment?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7025 tingħata f`seduta oħra.", "AMBAXXATA MALTIJA FL-AMERKA", "7027.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kemm tiswa lil Malta l-ambaxxata li hija għandha fl-Istati Uniti ta' l-Amerka; b) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess Ambaxxata; c) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi l-Ambaxxatur u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); d) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess Ambaxxatur; u f) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess Ambaxxata lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATA MALTIJA FI FRANZA", "7028.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kemm tiswa lil Malta l-ambaxxata li hija għandha fi Franza; b) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess Ambaxxata; c) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi l-Ambaxxatur u kemm għandhom allowances oltre l- paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); d) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess Ambaxxatur; u f) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess Ambaxxata lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - TWIN-BAY PROJECT", "7029.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-twin-bay project tal-Ħabs?", "Min applika fil-pre-qualification stage?", "Min intgħażel?", "X'kienu l-kriterji wżati fl-għażla?", "Min kien imdaħħal fl-għażla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - OMEPRASOLE", "7030.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw omeprasole tat-20mg mid-Dipartiment tas-Saħħa mill-1 ta' Jannar, 1997?", "Kemm-il darba nxtara, mingħand min, kif u b'liema prezz?", "Ġew ikkonsidrati sostituti għal dawk li nxtraw?", "Jekk le, għaliex?", "Huwa l-każ li kien hemm sejħa għall-offerti u twaqqfet?", "Jekk iva, għaliex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QASAM TAL-KOSTRUZZJONI - CARTELS", "7031.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx x'jindika li fil-qasam tal-kostruzzjoni fejn jidħlu tenders tas-settur pubbliku kienx hemm u/jew qegħdin jiżviluppaw cartels formali jew informali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Aktar milli cartels formali fil-qasam tal- kostruzzjoni fejn jidħlu tenders tas-settur pubbliku b'mod partikolari tenders dwar kostruzzjoni ta' toroq u tenders dwar bdil ta' mains ta' l- ilma, jeżistu sistemi li permess tagħhom kuntratturi li jridu jagħmlu dan ix-xogħol jirreġistraw mad-dipartiment tal-kuntratti u jingħataw ix-xogħol kemm-il darba dawn jaċċettaw ir-rati tad-dipartiment.", "Dan wassal għas- sitwazzjoni fejn f'dawn l-oqsma, b'mod partikolari fis-settur tat-toroq ġew iffurmati cartels informali.", "Din il-proċedura tneħħi l-element ta' kompetizzjoni bejn il-kuntratturi bil- konsegwenza li l-gvern mhux dejjem jingħata l-aħjar rati għax-xogħol li jrid iwettaq.", "Għal din ir-raġuni, din il-proċedura ġiet limitata biss għal xogħlijiet żgħar li d-daqs tagħhom ma jagħmiliex vijabbli li tinħareġ sejħa għall-offerti b'sistema ta' tenders.", "ATTARD - TRIQ IN-NUTAR ZARB", "7032.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' responsabbli nnotatx li t-tarmac li ngħata fi Triq in-Nutar Zarb, Ħ'Attard, diġa' niżel fil-ġnub tat-triq, l-iżjed fid-direzzjoni tar-Rabat?", "Jista' jgħid jekk inġibditx l-attenzjoni tal-kuntrattur jew kuntratturi u x'passi rimedjali se jittieħdu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - TRADER LICENCE", "7033.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid għal-liema raġuni l-applikant għal trader licence tal-Pulizija, bir-riferenza TL/B/2/88 baqgħet ma nħarġitlux minkejja li ġiet approvata wara li għaddiet mill-proċeduri meħtieġa, inklużi dawk ta' l-appell?", "Jista' jara li issa jittieħdu l-passi meħtieġa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-permess ma ħariġx minħabba li kien hemm diversi ilmenti minn ġirien tal-post fejn saret l-applikazzjoni dwar l-istorbju li kien se jiġi kkawżat mill-makni li kienu diġa' installati mill-applikant.", "Il-Police Licences Advisory Board irrifjuta l-applikazzjoni fis-7 ta' Jannar, 1993.", "Wara dan, fit-2 ta' April, 1993 il-Police Licences Appeal Tribunal irikkmanda l-ħruġ tal-liċenzja bil-kondizzjoni li kull attivita' kummerċjali ssir biss bejn id-9.00 a.m. u s-7.00 p.m.", "Din id-deċiżjoni reġgħet qajmet reazzjoni kbira mill-ġirien għax il-ħsejjes tal-Cold Store ma kellhomx x'jaqsmu ma' l-attivita' kummerċjali kif argumenta t-Tribunal imma kien konsistenti regolarment matul il-ġurnata kollha u aktar u aktar matul il-kwiet tal-lejl.", "Skond Regolament 6(1) ta' l-Avviż Legali 18 ta' l-1991 dwar proċeduri rigward liċenzji tal-Pulizija, it-Tribunal ta' l-Appell \"jisma' u jagħti l- parir finali\" lill-Kummissarju.", "Iżda, id-deċiżjoni tibqa' dejjem fid- diskrezzjoni tal-Kummissarju, li f'dan il-każ, wara li ddiskuta l-kwestjoni tal-Ministru ta' l-Intern ta' dak iż-żmien, laqa' l-ilment tal-ġirien.", "PIRATI LI ĦATFU AJRUPLAN TA' L-AIR MALTA", "7034.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu t-trattattivi bejn Malta u l-Ġermanija għar- rigward ta' l-estradizzjoni taż-żewġ pirati li ħatfu ajruplan ta' l-Air Malta fit-8 ta' Ġunju, 1997?", "Il-pirati jinsabu f'xi ħabs fil-Ġermanija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għadni mhux f`pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba minhabba li l-każ għadu taħt investigazzjoni fil-Ġermanja fejn għadhom qed jinżammu mill-pulizija dawn il-persuni.", "P.A. - PERSUNA LI GĦALQET L-ARJA TA' ĦADDIEĦOR", "7035.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jittieħdu passi mill-awtoritajiet konċernati kontra persuna li isimha qed jintbagħat separatament li qabad u għalaq l-arja ta' ħaddieħor?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi x- xogħol imsemmi fil-mistoqsija tiegħu huwa fil-fatt kopert bil-permess PA4194/93 maħruġ fit-13 ta' April 1994.", "SKEJJEL - APPRENDISTI TAT-TELEMALTA", "7036.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm apprendisti tal-Korporazzjoni Telemalta li qed jistudjaw fl-iskejjel post- sekondarji fl-ESTS u fit-TAS?", "F'liema korsijiet qegħdin u f'liema sena tal- kors qegħdin?", "Isir xi monitoring dwar dawn l-istudenti waqt il-frażi tax- xogħol mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - XOGĦOL MILL-KUNSILLI LOKALI", "7037.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex qed jagħmel kuntratti mal-kunsilli lokali biex dawn il-kunsilli jagħmlu xogħol tal-maintenance fl-iskejjel primarji?", "Kemm saru jekk saru minn dawn il-kuntratti?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - EXEMPTIONS", "7038.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet minn studenti li għadhom ma għalqux is-16-il sena li talbu exemption mill-iskola mill-1 ta' April s'issa?", "Kemm kienu subien u kemm bniet?", "Minn liema skejjel?", "Kemm ingħataw din l-exemption?", "Xi kriterji juża l-Ministru biex jagħti jew jiċħad dan il-permess?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WIED IL-GĦAJN - WIED TA' GULIERMU", "7041.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li jirriżulta li l-Wied ta' Guliermu ġewwa Wied il- Għajn huwa mblukkat minn kważi żewġ metri terrapien u dan il-wied iservi ta' lqugħ għall-ilma tax-xita, dan qiegħed ifur fi Triq San Ġwakkin b'inkonvenjent kbir għar-residenti li qiegħed jidħlilhom ħafna ilma fi djarhom, jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf dan il-wied u b'hekk jittaffa dan l-inkonvenjent?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tindif neċessarju tal-wied in kwestjoni huwa nkluż fil-programm tax-xogħol.", "Bħala fażi preliminari, qiegħed isir studju u kuntatti ma diversi għaqdiet u rappreżentanti ta' l-Ambjent, inkluż l-Awtorita ta' l-Ippjanar sabiex ikun assigurat li ma jkun hemm l-ebda impatt Ambjentali negattiv waqt jew wara l-eżekuzzjoni tax-xogħol.", "Hekk kif jitlesta dan l-istudju, ix-xogħol jibda mmedjatament.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - BORDIJIET TA' INKJESTI", "7042.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħidli kemm-il bord ta' inkjesta ġie maħtur fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni minn Ottubru, 1996 sal-lum?", "Għal-liema skop kull bord ta' inkjesta ġie maħtur?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' dawn l-inkjesti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TA' STRONKA - ŻVILUPP", "7043.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4299, jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani bl- outcome ta' l-inkjesta dwar l-area Ta' Stronka?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-Bord ta' Inkjesta dwar l-area Ta' Stronka (fejn illum hemm Busietta Gardens) għadu ma għalaqx il-każ.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "7044.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6492, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- lista ta' mediċini li hemm approvati għal 911-il pazjent li għadhom ma rċevewx in-notifika li jistgħu jieħdu dawk il-mediċini?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - SEWWIEQA MRESSQA L-QORTI", "7045.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm tressqu l-Qorti sewwieqa minħabba:- a) sewqan taħt influwenza ta' droga ; b) sewqan taħt influwenza ta' alkoħol; u c) sewqan mingħajr liċenzja tas-sewqan matul l-ewwel sitt xhur ta' l-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fl-ewwel sitt xhur ta` din is- sena ma` tressaq ħadd quddiem il-Qorti fuq akkużi ta` sewqan taħt influwenza ta` droga jew alkoħol, filwaqt li tressqu 19 il-persuna fuq sewqan mingħajr liċenzja.", "SKEJJEL - BEAUTY THERAPY SCHOOL", "7051.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinformani kemm huma s-sigħat pendenti ta' ħlas li għandha tieħu l-casual instructress li isimha qed jintbagħat separatament tax-xogħol li ħadmet fil-Beauty Therapy School ta' Triq Rudolph, Tas-Sliema?", "Għaliex din il-casual instructress tnaqqsulha s-sigħat ta' xogħol drastikament?", "X'se tkun il-pożizzjoni tagħha fis-sena skolastika li ġejja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊIMITERJU TA' BRAXIA - OQBRA", "7052.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-Avviż Legali Nru. 93 ta' l-1997, jista' l-Ministru jgħidli jekk l-oqbra li huma disponibbli fiċ- Ċimiterju ta' Braxia humiex ġodda u jekk hu l-każ, meta nbnew?", "Kemm hemm oqbra għall-bejgħ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-oqbra referiti fl-avviż Legali Numru 93/97 huma ġodda.", "Dawn l-oqbra ġew kostruwiti bejn Novembru, 1996 u Marzu, 1997.", "Hemm 44 qabar għall-bejgħ.", "BANEK - MID-MED - REKLAMAR", "7053.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Mid-Med Bank f'reklamar fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena f':- (i) Super 1 TV; (ii) Super 1 Radio; (iii) Radio 101; (iv) \"Il-mument\"; (v) \"It-Torċa\"; (vi) \"KullĦadd\" każ b'każ f'Lm?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena, l-ispiża tal-Mid- Med Bank fir-reklamar fuq il-mezzi tax-xandir imsemmijin mill-Onor.", "Interpellant kienu hekk:", "i) Super 1 TV: Lm3600 ii) Super 1 Radio: Nil iii) Radio 101: Nil iv) Il-Mument: Lm2550 v) It-Torca: Lm2826 vi) KullHadd: Lm2456", "AIR MALTA - REKLAMAR", "7054.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet il-kumpannija Air Malta f'reklamar fl- ewwel sitt xhur ta' din is-sena f':- (i) Super 1 TV; (ii) Super 1 Radio; (iii) Radio 101; (iv) \"Il-mument\"; (v) \"it-Torċa\"; (vi) \"KullĦadd\" każ b'każ f'Lm?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-kumpannija Air Malta jidhrilha li l-infomazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u kunfidenżjali.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "7055.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dħul li jmiss ta' studenti fl-Universita', l- eżamijiet fil-livell avvanzat se jibqgħu jkollhom ta' bilfors isiru f'sessjoni waħda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - PROGRESS TESTS", "7056.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għadhomx isiru progress tests ta' ċertu importanza fl-iskejjel pubbliċi u fl-Universita' li fihom l- istudenti ma jiġux index-numbered?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema skejjel/fakultajiet?", "Jista' l-Ministru jara li dan għandu jiġi rimedjat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - KARTI TA' L-EŻAMI", "7057.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha teżisti l- opportunita' li student universitarju jitlob reviżjoni ta' karti ta' l- eżami?", "Kemm kien hemm każijiet kull sena mindu bdiet il-faċilita' fl- Universita'?", "F'kemm-il każ kien hemm riżultat oriġinarjament żbaljat kull sena?", "Hemm l-istess opportunita' fl-iskejjel pubbliċi, fl-eżamijiet għall- Junior Lyceum u tal-Matsec?", "Kemm ilha f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7058.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema skejjel ma jużawx il- metodu tal-polza għall-mistoqsija f'eżamijiet?", "Għaliex?", "Liema fakultajiet fl-Universita' ma jużawx dan il-metodu?", "Għaliex?", "Jintuża dan il-metodu wkoll fil-Junior Lyceum u Matsec exams?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TURIŻMU - APPARTAMENTI LIĊENZJATI", "7064.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' appartamenti liċenzjati biex jinkrew lit- turisti?", "F'liema lokalitajiet jinstabu?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet li saru din is-sena u ma ġewx aċċettati?", "Għal-liema raġuni?", "Kemm hemm djar/appartamenti li huma liċenzjati biex jakkomodaw biss l-istudenti barranin?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: F' Malta u f'Għawdex hawn 1,862 appartamenti liċenżjati biex jinkrew lit-turisti li huma mqassmin kif ġej:-", "B'Bugia 43 Bidnija 2 G'Mangia 1 Gudja 1 Gzira 34 kappara 2 M'Scala 41 M' Xlokk 1 Mdina 4 Mellieħa 200 Mosta 2 Msida 1 Naxxar 1 Pieta 1 San Gwann 1 Siggiewi 1 Sliema 185 St. Julians 95 Paceville 30 St. Andrews 2 The Village 1 St. Paul's Bay 247 Bugibba/ Qawra 610 Ta' Xbiex 7 Zebbug 2 Għawdex 347", "Ma kienx hemmx applikazzjonijiet li ma ġewx aċċettati din is-sena.", "Hawn 967 djar licenzjati biex jakkomodaw biss studenti barranin.", "SKEJJEL - TA' L-INGLIŻ", "7065.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6620, jista' l-Ministru jgħid: (1) minn min hu ffurmat il-bord li qed jieħu ħsieb ir-regolamenti dwar l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill- barranin? (2) X'miżuri ħa s'issa sabiex jiżgura li l-iskejjel josservaw ir- regoli? (3) F'liema skejjel saru spezzjonijiet s'issa? (4) X'instab li kellu jiġi rranġat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TA' QALI - STADIUM NAZZJONALI", "7066.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna se jagħti l-Gvern biex jgħin fit-tiswijiet fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali?", "Liema huma t- tiswijiet li se jsiru?", "Meta?", "Se jsir xogħol fuq it-tinda tal-VIP area li tinstab fi stat ħażin?", "Saru rapporti tekniċi min-naħa tal-gvern dwar it- tiswijiet li hemm bżonn li jsiru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - P.E. MASTERS BARRANIN", "7067.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' P.E. Masters barranin li jgħallmu fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u privati?", "Kemm minnhom għandhom permess ta' xogħol awtomatiku eż. għaliex miżżewġa Maltin u kemm applikaw u ngħataw biex jaħdmu hawn?", "F'liema skejjel jgħallmu?", "Fuq bażi fulltime u/jew part-time?", "Ma jaħsibx il-Ministru li hemm biżżejjed Maltin bi kwalifiki tajba biex jieħdu post dawn il-barranin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - TA' L-INGLIŻ", "7068.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li għandhom warrant biex jgħallmu speċifikament fl-iskejjel li jgħallmu l- Ingliż lil barranin?", "Jista' l-Ministru jagħti lista skola b'skola?", "Għalkemm huwa minnu li l-maġġoranza ta' għalliema f'dawn l-iskejjel jiżdied b'part-timers, x'kontrolli isiru biex ikun assigurat li kull min jgħallem f'dawn l-iskejjel jkollu l-warrant?", "Kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-dipartiment fl-ewwel sitt (6) xhur ta' din is-sena?", "F'liema skejjel?", "B'liema riżultat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - TA' L-INGLIŻ", "7069.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Numru ta' għalliema li jaħdmu ma' skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin qed jiġu mpjegati fuq bażi ta' kuntratt definit, minkejja li ilhom is-snin jaħdmu hemm.", "Jista' l-Ministru jara li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolarizzata biex is- sistema ma tkomplix tiġi abbużata u biex dawn l-għalliema li taw u qed jagħtu servizz utli u ta' ġid ma jibqgħux jiġu sfruttati u mbeżża' kull darba li jitkellmu biex jirranġaw il-kondizzjonijiet tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WSC - GĦAMARA ĠDIDA", "7071.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6896 dwar xiri ta' għamara għall-Uffiċċju taċ-Chairman u għall- Boardroom tal-Headquarters tal-Water Services Corportation?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6896 - Seduta Nru. 91.", "KUMITAT TAS-SAJJIEDA", "7072.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid: (i) min huma l-membri li jiffurmaw il-Kumitat tas-Sajjieda fi ħdan is-Segretarjat għal Għawdex; (ii) jekk dan l-istess kumitat kienx ġie kkonsultat fuq l-iżgumbrament ta' karrijiet u nġenji miż-Żewwieqa u mix- Xlendi liema żgumbrament seħħ dan l-aħħar, u jekk fl-affermattiv, f'liema laqgħa tal-kumitat seħħet din il-konsultazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Kumitat tas-Sajjieda fi ħdan is-Segretarjat għal Għawdex huwa fformat hekk:", "Chairman: Mario Tabone Segretarju:Brian Gauci Membri; Joseph Sacco Anthony Cordina Michael Cordina George Borg John Vella Edmond Cachia John Mary Sciberras", "Is-Segretarju Parlamentari għal Għawdex attenda żewġ seduti mit-tlieta li saru s'issa.", "Il-membri tal-Kumitat tas-Sajjieda gie kkonsultat informalment fuq l- iżgumbrament ta' karrijiet u nġenji oħra miż-Żewwieqa u mix-Xlendi.", "Barra minn dan saret konsultazzjoni aktar wiesa' ma sajjieda oħra kif ukoll ma' residenti ta' l-inħawi konċernati.", "L-Onor.", "Interpellant għandu japprezza li dawn il-karrijiet u nġenji ohra kienu qed jagħtu dehra ferm kerha kemm lix-Xlendi kif ukoll liż-Żewwieqa.", "Wara dan l-izgumbrament iż-Żewwieqa u x-Xlendi jidhru ferm aktar nodfa u hemm aktar ordni għal benefiċċji tas-sajjieda u ta' l-eluf ta' persuni li jżuru dawn iż-żewg lokalitajiet.", "HOMPESCH STEEL CO.", "LTD", "7073.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi uffiċjali mid- Dipartiment ta' l-Ambjent għamlu spezzjoni fuq l-operat tal-Hompesch Steel Co. Ltd f'Ħal Tarxien u qablu mar-residenti li qed issir ħsara lill- ambjent, kif għamel ukoll il-Prim Ministru fit-tweġiba għall-interpellanza numru 6364, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar x'passi qegħdin jittieħdu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dan id-dipartiment ħa l-passi neċessarji billi għamel l-investigazzjonijiet xierqa sabiex jiġbor l-informazzjoni neċessarja u talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jieħu passi kontra l- Hompesh Steel Co. Ltd, skond il-liġi.", "Ġew identifikati numru sostanzjali ta' xhieda biex jgħinu lill- prosekuzzjoni f'dan il-każ.", "L-Onor.", "Interpellant ġentilment mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill- ministru responsabbli mill-pulizija għal aktar tagħrif dwar il-proċeduri.", "CASMA LTD", "7074.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6501 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid meta jagħlaq il-ftehim li għandu l-Gvern ma' Casma Ltd?", "X'diskussjonijiet saru biex dawn jagħtu franchise lil xi hotels biex dawn ikunu jistgħu jagħtu servizzi ta' Casino mill-hotel?", "L-idea hi li dawn is-servizzi jkunu jistgħu jingħataw qabel jew wara li jagħlaq il-kuntratt li għandu Casma Ltd?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-liċenzja ta` Casma Limited biex topera Casino tiġġedded kull sena.", "Casma Limited m`għandix dritt esklussiv li topera Casino f`Malta.", "Iċ-Chairman tal-Casino jifforma parti mill-project team li se jimplimenta t-tibdil fl-Industrija tal-Casino f`Malta.", "Il- liċenzji biex joperaw Casinos oħra mistennija joħorġu sa l-aħħar ta' l-1997", "GOLF COURSES", "7075.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6505 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' billi l-Prim Ministru tkellem fuq il-ħsieb tal-Gvern li fi żmien qasir jiġu żviluppati xi lokalitajiet bħala golf courses, jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jindika x'time-frame hemm propost u jekk ġewx identifikati xi lokalitajiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: S'issa ma ġewx identifikati siti għal żvilupp ta' golf courses.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar waslet biex tikkonkludi l-ewwel fażi tal-Golf Development Subject Study, kif jirrikjedi l-Pjan ta' Struttura, u minħabba d-deċiżjoni tal-Gvern li jiġu żviluppati dawn it-tip ta' faċilitajiet qed taħdem flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu biex jitfasslu guidelines li jiggwidaw proġetti ta' dan it-tip u l-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati meta qed jiġu identifikati xi siti għal dan it- tip ta' żvilupp.", "SAĦĦA - FIŻJOTERAPISTI", "7076.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' fiżjoterapisti x'jimtlew fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' postijiet ta' fiżjoterapisti biex jimtlew fid-Dipartiment tas-Saħħa huwa għoxrin (20).", "QRATI - KUMMISSARJI", "7077.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kummissarji b'setgħa li jagħtu ġurament (a) f'Malta; u (b) f'Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni qed tinġabar nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "TEŻOR - BILLS", "7078.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeva offerti l-Accountant General għall- Bills tat-Teżor ta' 91 ġurnata maħruġa skond l-Att II ta' l-1952 (Avviż tat- Teżor Nru. 157)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għall-Bills tat-Teżor ta' 21 gurnata (Avviż tat-Teżor Nru 157) l-Accountant General irċieva 11-il offerta li jammontaw ghal Lm20,534,000 li ntlaqghu kollha.", "DIPARTIMENT TAL-BINI U INĠINERIJA - SURVEYORS", "7079.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Issa li tħabbar ir-riżultat għall-postijiet ta' Senior Quality Surveyor fid-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija tat-taqsima tax- xogħlijiet, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kienu l-applikanti; (b) kemm għaddew applikanti; u (ċ) kemm minn dawk li għaddew se jidħlu fil-kariga msemmija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TAS-SLIEMA - AVVIŻ NRU.", "459", "7080.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-Avviż Nru. 459 ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta' Ġunju, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex saru l-bidliet isemmija f'Tas-Sliema?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-bidliet imsemmija f'Ta' Sliema saru bħala riżultat ta' eżerċizzju ta' konsultazzjonijiet fit-tul mal-pubbliku li wara li segwew l-ipproċessar intern, ġew approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern kif mitlub mil-liġi.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7081.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li ċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tas-City and Guilds (London Institute - Diċembru 1996) waslu Malta għand l-Aġent Direttur ta' l- eżamijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm (a) studenti qagħdu għal dawn l- eżamijiet; u (b) kemm studenti għaddew?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAN ĠILJAN - TRIQ REĠJONALI", "7085.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux spezzjonijiet u testijiet regolari fuq l-istruttura tal-bridges ta' Regional Rd, f'San Ġiljan, speċjalment fuq il-pilastri ta' l-istess bridges?", "Jekk fl-affermattiv, meta l-aħħar li saru u min għamilhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PEMBROKE - PROĠETT ĠDID", "7086.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6688, jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li ġew sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jinbnew 40 maisonette u 66 garage f'site F, f'Pembroke?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għalkemm ma nsib ebda diffikulta' li npoġġi l- pjanti mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, ma tagħmilx sens jekk kull applikazzjoni li ssir, nintalab inpoġġi l-kopji tal-pjanti meta dawn jistgħu faċilment ikunu aċċessibbli kemm jekk wieħed imur l-uffiċċju ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-Furjana u kemm jekk imur l-Uffiċċju tad- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar Sta.", "Venera.", "Għalhekk nistieden lill-Onor.", "Interpellant iżur l-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke fil- ġranet li ġejjin.", "TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT", "7087.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-Gvern Malti jawtorizza tiftix għaż-żejt fuq il-blata kontinentali ta' Malta din is-sena?", "Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jsir dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva.", "Meta jkun il-waqt, il-Gvern jagħmel stqarrija pubblika kif dejjem kienet il-prattika.", "YMCA - PREMISES", "7088.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal- Malta Canoe Club (YMCA) sabiex ikollhom premises taħt it-Torri ta' San Ġiljan f'Tas-Sliema?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦADIRA - CAMPING SITE", "7089.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas mitlub mid-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-biċċa art fl-Għadira sabiex din tintuża bħala camping site minn assoċjazzjoni bl-isem The Adventure Campers Association, liema ħlas eventwalment inbidel?", "X'kienet ir-rata ta' ħlas ġdid mitluba mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?", "X'wassal għal dan il-bdil fl- ammont ta' ħlas mitlub?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĊANGA - IMPORTAZZJONI", "7090.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħmel dikjarazzjoni pubblika sabiex iserraħ moħħ il- pubbliku in ġenerali li fl-aħħar tmien xhur ma daħalx f'Malta laħam li huwa l-prodott ta' bhejjem li kienu jbatu mill-Mad Cow Disease fid-dawl ta' dak li deher fl-istampa barranija u lokali li ġie esportat laħam ta' dan it-tip mir-Renju Unit f'numru ta' pajjiżi, fosthom l-Eġittu u r-Russja?", "Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu mill-Ministeru u/jew mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jassiguraw li ma jiġix impurtat laħam ta' dan it-tip f'pajjiżna?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-importazzjni taċ-ċanga mir-Renju Unit u mill- Isvizzera hija projbita.", "Kull laħam taċ-ċanga li jiġi mpurtat jiġi spezzjonat mill-uffiċjali tas-Servizz Veterinarju biex jiġi assigurat l- origini tal-laħam.", "Jittieħdu wkoll kampjuni ta' laħam impurtat biex jsiru it-testijiet neċessarji.", "Fl-aħħar nett, biex jkompli jiġi assigurat li ma' jkun hemm l-ebda riskju, il-laħam li qed jiġi mportat huwa mnaddaf mill-għadam, glandoli u nervituri.", "SAĦĦA - CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "7105.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kif u meta nħarġu applikazzjonijiet għal xogħol ta' Casual Social Assitants mal-Care for the Elderly f'dawn l-aħħar tmien xhur?", "Saret talba lill-ETC għal dawn?", "Tqabbdu nies li ma kenux jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sistema ta' l-ingaġġ tal-Casual Social Assistants mid-Dipartiment għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali ma nbidlet xejn minn dik użata taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.", "Kienet inħarġet talba għall-applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet darba biss fl-1988 meta nbdiet l-iskema tal-Home Care Help, u d-Dipartiment baqa' jżomm lista ta' nies li jixtiequ jaħdmu f'dan is-servizz.", "Il-kwestjoni tat-talba lill-ETC u jekk qabbdux nies li ma kienux jirreġistraw għax-xogħol ma treġix għax il-post ta' Casual Social Assistants huwa meqjus skond il-liġi bħala self-employed.", "SUPER FIVE - REBĦ", "7106.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid minn mindu bdiet il-lotterija Super Five, kemm-il darba ntrebħet bit-tlugħ tal-ħames numri f'daqqa u f'liema snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-lotterija Super Five bdiet f`Jannar 1990.", "It-tlugh tal-ħames numri f`daqqa kull sena kienu kif ġejjin:", "Sena Rebħ b`ħames numri", "1990 4 darbiet 1991 9 darbiet 1992 15 il-darba 1993 16 il-darba 1994 19 il-darba 1995 17 il-darba 1996 21 darba 1997 12 il-darba sa 2-07-97", "FORTI DELIMARA", "7107.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6461 u t-tweġiba għaliha, billi d-diskussjonijiet li kienu saru ma' l- inkwilin ta' Forti Delimara kienu wasslu biex dan juri l-interess tiegħu li joħroġ mill-Forti s'intendi bi ftehim ta' kondizzjonijiet adegwati, u billi r-riċerki li kienu saru fi żmieni issa ġew sorpassati, jista' d-Dipartiment ta' l-Artijiet jidħol f'diskussjoni mill-ġdid ma' l-inkwilin biex jikkonferma dan li qed ngħid u wkoll jasal fi ftehim li llum ikun aktar attwali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata.", "LIĠI TAD-DAZJU U SISA", "7108.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejnu jew esperti mqabbdin minnu ma xi għaqdiet u/jew korpi kostitwiti, unions eċċ., dwar il-Liġi tad-Dazju u Sisa li għaddiet mill-Parlament fil-bidu ta' Ġunju?", "Ma liema għaqdiet eċċ. kienu dawn il-laqgħat?", "Kemm saru laqgħat wara li għaddiet il-liġi f'Ġunju sakemm tneħħiet il-VAT fl-ewwel ta' Lulju?", "Ma min saru?", "Kemm saru laqgħat mal- pubbliku in ġenerali fl-istess żmien?", "Kemm kien in-numru ta' sigħat ta' dawn il-laqgħat fit-total tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li billi l- informazzjoni mitluba hija vasta ħafna u tieħu ħafna żmien biex tinġabar, it-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "CARDPHONES", "7109.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn cardphones ġewwa Malta u Għawdex u jagħti breakdown fejn jew f'liema post qegħdin?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena nformat li n-numru ta' cardphones installati f'Malta u Għawdex huwa ta' 1,606.", "Dawn jinsabu f'dawn il-lokalitajiet:", "|Armier |2 | |Attard |21 | |Birżebbugia |15 | |Birkirkara |50 | |Baħar iċ-Ċagħaq |7 | |Balzan |6 | |Bidnija |2 | |Bigħi |1 | |Bir id-Deheb |1 | |Blata l-Bajda |6 | |Buġibba |68 | |Bulebel |15 | |Burmarrad |4 | |Buskett |2 | |Ċirkewwa |6 | |Bormla |24 | |Dingli |4 | |Fgura |9 | |Fleur-de-Lys |2 | |Floriana |24 | |Għadira |6 | |Għajn Tuffieħa |3 | |Għar Lapsi |1 | |Għargħur |3 | |Għaxaq |5 | |G'Mangia |61 (kollha | | |l-Isptar San| | |Luqa) | |Gudja |6 | |Gżira |25 | |Ħal Far |10 | |Ħal Farruġ |2 | |Ħamrun |33 | |L-Ibraġġ |1 | |Iklin |5 | |Kalafrana |4 | |Kalkara |12 | |Kappara |2 | |Kirkop |7 | |Kordin |5 | |Lija |10 | |Limbordin |1 | |Luqa |74 | |Marsaskala |30 | |Marsaxlokk |7 | |Manikata |1 | |Manoel Island |2 | |Marsa |58 | |Mdina |8 | |Mellieħa |23 | |Mġarr |2 | |Mosta |23 | |Mqabba |3 | |Mrieħel |11 | |Msida |45 | |Mtarfa |5 | |Naxxar |18 | |Paceville |11 | |Paola |23 | |Pembroke |9 | |Pieta' |7 | |Qajjenza |1 | |Qawra |34 | |Qormi |32 | |Qrendi |5 | |Rabat |35 | |Rikażli |2 | |Sa Maison |1 | |Safi |2 | |Salini |3 | |San Ġwann |29 | |San Pawl tat-Tarġa |1 | |Selmun |2 | |L-Isla |8 | |Siġġiewi |3 | |Sliema |102 | |St. Andrews |7 | |San Ġorġ |30 | |San Ġiljan |52 | |Santa Luċija |5 | |San Pawl il-Baħar |24 | |Il-Bajja ta' San |2 | |Tumas | | |Santa Venera |14 | |Swatar |1 | |Swieqi |2 | |Ta' Ġiorni |2 | |Ta' Qali |11 | |Ta' Xbiex |3 | |Tarxien |15 | |Tigne' |4 | |Valletta |86 | |Birgu |11 | |Wardija |1 | |Xemxija |7 | |Xgħajra |4 | |Zabbar |25 | |Żebbiegħ |1 | |Żebbuġ |10 | |Żejtun |26 | |Żurrieq |10 | |Għawdex |142 |", "TRADE UNIONS", "7110.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Trade Unions ġewwa l-pajjiż illum?", "Jista' jgħidilna kemm għandhom membri kull union?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "TELEMALTA - TELECARDS", "7111.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jużaw telecards foloz sal-lum?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu?", "Kemm inqabdu nies ibigħuhom u/jew jimmanifatturawhom?", "Kemm huwa stmat illi t-Telemalta tilfet revenue minħabba l-użu ta' dawn il-cards foloz?", "X'inhuma jagħmlu t-Telemalta u l- pulizija biex jingħeleb dan l-abbuż?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u għaldaqstant miniex f'pozizzjoni li nagħti t-tagħrif mitlub.", "KAĊĊATURI/NASSABA", "7112.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew misjuba mhux ħatja mill-Qorti, kaċċaturi u nassaba illi ttelgħu il-qorti mill-pulizija għax allegatament kisru l-liġi f'dawn l- aħħar ħames snin?", "Kemm instabu ħatja fl-istess żmien?", "X'weħlu dawk li nstabu ħatja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "SAĦĦA - SPIŻERIJI", "7113.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn spiżeriji privati fil-pajjiż illum?", "Kemm hawn clinics privati fejn jistgħu jsiru operazzjonijiet fil-pajjiż illum?", "Kemm hawn applikazzjonijiet għall- ftuħ ta' spiżeriji ġodda?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn qegħdin l- ispiżeriji privati u għal liema post huma dawk li għadhom jistennew il- permess?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: F'Malta bħalissa hawn 12-il klinika jew sptar privat fejn jistgħu jsiru operazzjonijiet.", "In-numru ta' spiżeriji privati llum huwa ta' mitejn u tmienja (208).", "In-numru ta' applikazzjonijiet għall-ftuħ ta' spiżeriji ġodda huwa ta' 232.", "Appendiċi A turi lista ta' spiżeriji privati kompluta bil-lokalitajiet fejn jinsabu.", "Din se titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Appendiċi B turi n-numru ta' applikazzjonijiet għal spiżeriji ġodda bil- lokalitajiet fejn qed jiġi mitlub il-permess.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MOSTA - TRIQ ĠUŻEPPI HYZLER", "W769.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 702 (7/1/97) fejn l-Ministru indika li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma tistax tgħaddi kanen għal main ta' l-ilma fi Triq Ġużeppi Hyzler, tistax għallinqas tindika minn fejn jistgħu r-residenti iqabbdu l-kanen huma bħala xogħol privat biex dawn ma jibqgħux bla servizz ta' ilma għaż-żmien twil sakemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tgħaddi dan is-servizz?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif diġa' ngħatat ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 702, minħabba l-kondizzjoni tat-triq imsemmija, ma tistax tingħata l-provvista ta' l-ilma f'din it-triq, la permanenti u lanqas temporanja.", "Is-soluzzjoni hija li tiġi llivellata t-triq, kif spjegajt fir-risposta msemmija.", "Darba din titranġa, il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tkun tista' tieħu l-passi meħtieġa biex tipprovdi l- provvista ta' l-ilma.", "PULIZIJA - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FTUĦ TA' ĦWIENET", "W772.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfetħu ħwienet f'Ġunju, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f`Gunju 1997 kien hemm 40 applikazzjoni għall-ftuħ ta` ħwienet.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "W773.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi ġodda f'Ġunju, 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' vetturi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi ġodda li ġew irreġistrati f'Ġunju, 1997 huwa 1,107 maqsumin kif ġej:-", "Karozzi privati 763 Vetturi kummercjali 192 Vetturi għall-kiri 90 Buses u Mini-Buses 2 Muturi 60", "PLEASURE BOATS - REĠISTRAZZJONI", "W774.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati pleasure boats f'Ġunju, 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' boat u t-tul tagħhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "VAPURI - REĠISTRAZZJONI", "W775.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vapur u kemm total ta' tunnellaġġ ġie rreġistrat xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 1992 sa' l-aħħar ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "FRIEĦ TAL-MERILL", "W780.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minn dawk il-frieħ tal-merill illi nqabdu ġewwa dar fil-Marsa xi ġimgħat ilu mill-ALE?", "Min ħa ħsiebhom, kemm għexu, u jekk intelqux fis- salvaġġ?", "Peress li għasfur salvaġġ li jiġi mrobbi fl-idejn irid jitgħallem ifittex għall-ikel hu waħdu meta jintelaq fis-salvaġġ, x'miżuri jieħdu dawk li rabbewhom biex jiżguraw illi dawn l-għasafar ikunu kapaċi jgħixu għal rashom meta jintelqu?", "Jekk ġew mitluqa, fejn intelqu, ġewx irringjati, baqax isir xi forma ta' studju fuqhom ħalli jaraw kemm minnhom għadhom ħajjin?", "Fil-każ ta' merilli adulti illi jkunu trabbew fl-idejn u mgħoddija f'idejn ta' l-ambjent, xi jsir minnhom dawn?", "Il-merill tant irabbi namra tal-post illi dan anke jekk tibdillu l-gaġġa jew il-post fejn ikun imut, allura dawk illi jaqgħu f'idejn l-ambjent jintelqu għal mewt ċerta jew jinżammu in captivity u x'aktarx imutu xorta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-merill, l-għasfur nazzjonali, ilu mħares bil-liġi sa mill-1937.", "Taħt il-liġijiet preżenti, li taħthom ukoll il-merill huwa protett, ebda persuna ma għandha jkollha fil-pussess tagħha xi għasfur protett, ħaj jew mejjet, jew parti minnu.", "Barra minn hekk, ebda persuna ma tista' tikkaċċja, jew tipprova tikkaċċja, tieħu jew tipprova tieħu, jew tiddisturba b'xi mod li jkun, xi bejta ta' l-għasafar, il-ġenituri jew il- frieħ tagħhom.", "In-numru ta' merilli li ġew elevati mill-ALE minn dar fil-Marsa kien 13.", "Dawn kollha kienu għadhom frieħ ta' ftit ġranet li għadhom ma jtirux u kollha ġew meħuda mill-bejtiet tagħhom.", "Kif jaf l-Onorevoli Membru, dawn jinsterqu mill-bejtiet, illegalment, biex wara jinbiegħu.", "Preżentament dawn qegħdin taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent li qiegħed jagħmel minn kollox biex dawn jiġu salvati u wara dawn jerġgħu jintelqu fis-salvaġġ.", "Kif japprezza l-Onorevoli Membru hemm problemi għal dawk l-għasafar li jittieħdu mis-salvaġġ illegalment u wara dawn jerġgħu jintelqu.", "Iżda dan ma jiġġustifikax iż- żamma illegali tagħhom.", "Rigward merilli miżmuma illegali fil-gaġġeġ dawn kellhom jiġu rraportati biex jinħelsu sal-14 ta' Marzu 1997 skond l-aħħar amendi fir-regolamenti.", "GĦalhekk jekk l-Onor.", "Membru jaf b'xi possess ta' merilli illegali, dan għandu jirrapportahom lill-Pulizija.", "GREĊJA - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "W784.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Greċja; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta mal-Greċja huma parti mill-funzjoni ta' l-Ambaxxata Maltija f'Ruma.", "Fil-Greċja, Malta hija rappreżentata minn Viċi Konslu Onorarju f'Ateni u Konslu Ġenerali Onorarju f'Piraeus.", "Il-konsli b'titolu onorarju ma jirċievu ebda remunerazzjoni u l-konsolat mhux proprjeta' ta' Malta.", "Il-konsli onorarji huma normalment maħtura għal perijodu ta' ħames snin.", "GĦall-aħħar parti tal-mistoqsija ma hemmx tweġiba.", "GRENADA - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "W785.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Grenada; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta ma' Grenada huma mmexxija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent f'Malta.", "Malta m'għandha l-ebda reppreżentanza fi Grenada iżda jeżisti arranġament li permezz tiegħu l-Maltin, bħala ċittadini ta' pajjiż membru tal- Commonwealth jistgħu jirrikorru għall-bżonnijiet konsolari tagħhom għand ir- rappreżentant diplomatiku tar-Renju Unit.", "GUYANA RELAZZJONIJIET BILATERALI", "W786.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Guyana; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta ma' Guyana huma mmexxija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent f'Malta.", "Malta m'għandha l-ebda reppreżentanza f'Guyana iżda jeżisti arranġament li permezz tiegħu l-Maltin, bħala ċittadini ta' pajjiż membru tal-Commonwealth jistgħu jirrikorru għall-bżonnijiet konsolari tagħhom għand ir- rappreżentant diplomatiku tar-Renju Unit.", "HAITI - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "W787.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Haiti; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta ma' Haiti huma mmexxija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent f'Malta.", "Malta m'għandha l-ebda reppreżentanza f' Haiti iżda jeżisti arranġament li permezz tiegħu l-Maltin, bħala ċittadini ta' pajjiż membru tal-Commonwealth jistgħu jirrikorru għall-bżonnijiet konsolari tagħhom għand ir- rappreżentant diplomatiku tar-Renju Unit.", "GABON - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "W788.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Gabon; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta mal-Gabon huma mmexxija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent f'Malta.", "Malta m'għandha l-ebda reppreżentanza fil-Gabon iżda jeżisti arranġament li permezz tiegħu l-Maltin, bħala ċittadini ta' pajjiż membru tal-Commonwealth jistgħu jirrikorru għall-bżonnijiet konsolari tagħhom għand ir- rappreżentant diplomatiku tar-Renju Unit.", "GAMBIA - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "W789.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:- a) kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Gambia; b) kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; c) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; d) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; f) kemm huwa t-terminu ta' l-appointmenet ta' l-istess rappreżentant; g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta ma' Gambia huma mmexxija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent f'Malta.", "Malta m'għandha l-ebda reppreżentanza f' Gambia iżda jeżisti arranġament li permezz tiegħu l-Maltin, bħala ċittadini ta' pajjiż membru tal-Commonwealth jistgħu jirrikorru għall-bżonnijiet konsolari tagħhom għand ir- rappreżentant diplomatiku tar-Renju Unit.", "MOSTA - TRIQ IĊ-ĊINJU", "W790.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-ittra li qed nibgħat separatament li l- Kunsill Lokali tal-Mosta bagħat lis-Sur Vince Borg (fil-Ministeru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni b'data tat-30 ta' Ġunju, 1997), jista' l- Ministru jieħu passi meħtieġa biex jara li ladarba hemm il-kunsens ta' sidien ta' art biex parti mit-Triq iċ-Ċinju titwessa' għal ġid tar- residenti kollha ta' dik iż-zona dan ix-xogħol jsir, li prinċiparjament huwa l-bini ta' ħajt u l-ippustjar (shifting) ta' materjal min-naħa ta' fejn hemm il-ħamrija fil-preżent għal wara l-ħajt li għad irid jinbena, jsir?", "Bħalissa qiegħed jsir xogħol minn kuntrattur ta' l-Enemalta li minħabba d- djuq ta' triq qiegħed joħloq problemi għar-residenti u ftit jista' jaħdem tajjeb, għaldaqstant ikun eħfef għal dan il-kuntrattur li jagħmel x-xogħol ta' l-Enemalta u jwessa' t-triq pero' qabel jrid jinbena l-ħajt ta' l- għalqa.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Co-Ordinating\" fi ħdan il-Ministeru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni qiegħed fil-preżent iħejji sejħa għall- offerti biex isir xogħol mhux biss fi Triq iċ-Ċinju iżda anke fit-toroq tal- viċin.", "Ix-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant se jkun kopert f'din is- sejħa."]} {"filename": "19971007_117d_par.doc", "date": "1997-10-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 117 It-Tlieta, 7 ta' Ottubru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 117", "It-Tlieta, 7 ta' Ottubru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "117", "It-Tlieta, 7 ta' Ottubru, 1997", "WERREJ MINUTI 919", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 919", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 927", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI (L-EWWEL QARI) 928", "PERMESS TAL-KAMRA 929", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-LOTTU PUBBLIKU PUBLIC LOTTO ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 929 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-POOLS TAL-GVERN MALTI FUQ IL-LOGĦOB MALTESE GOVERNMENT FORECAST POOLS (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 939 ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJU TAS-SISA EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (IT-TIENI QARI) 944", "AĠĠORNAMENT 953", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 959", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 981", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 116 li saret fis-6 t'Ottubru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "TARZNA TA' MALTA - SERVIZZI", "2459.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinformana jekk il-Partit Laburista ordnax xi servizzi mit-Tarzna ta' Malta bejn Mejju u Novembru 1996?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kienet l-ispiża f'kull każ, jekk tħallsux il-kontijiet u meta tħallsu?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4336 f'Seduta Nru. 46.", "TASK FORCE - MOLL TA' L-IMĠARR", "4295.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti iktar tagħrif fuq il-kompetenza tat-task force dwar il-bini ta' mollijiet u faċilitajiet għal passiġġieri fl-Imġarr, Għawdex u fiċ-Ċirkewwa u min huma l-membri ta' dan it-task force?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 5891 f'Seduta Nru. 71.", "MALTA RACING CLUB - ŻJARA FI FRANZA", "5836.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat- tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3638, 3846 u 4116 dwar is- safra li għamel is-Segretarju Parlamentari Cilia fi Franza aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jgħid x'kienet \"in-natura tat-taħdidiet li kellhom isiru\" f'Pariġi?", "X'ġie konkluż fil-laqgħa li kellu s-Segretarju Parlamentari biex isir titjib fil-korsa tal-Marsa?", "Min kienu l-membri tal-Malta Racing Club li akkumpanjaw lis-Segretarju Parlamentari fi Franza?", "Min kienu l-membri tal-Malta Racing Club li \"diġa' kellhom sehem fid-diskussjonijiet\" qabel ma d-delegazzjoni telqet lejn Franza?", "Meta bdew dawn id-diskussjonijiet mill-membri tal-Malta Racing Club?", "Ma' min saru?", "Fejn saru?", "Mill-Lm550 li ntnefqu biex is-Segretarju Parlamentari jmur Franza, kemm ħareġ il-Gvern Malti?", "Għaliex il-Ministru qal li l-ispiża f'dan il-każ kienet \"waħda minima\"?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istedina uffiċjali li s-Segretarju Parlamentari rċieva mingħand Paul Essartial?", "Jirriżultalu lill-Ministru jekk Paul Essartial ġiex xi darba Malta b'konnessjoni mal-korsa tal-Marsa jew jekk weriex il-ħsieb li jiġi jew inkella jekk effettivament l-Onor.", "Cilia stednux jiġi jżurna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): It-taħdidiet kienu jikkonċernaw proġett li jekk jitwettaq ikun ta' benefiċċju għall-Malta Racing Club u għal Malta mill-att turistiku billi jiġu fostna għadd ta' dilettanti tat-tlielaq tat-trott.", "Dan il-proġett jinvolvi upgrading tal-faċilitajiet tal-Malta Racing Club, li eventwalment ikun iffinanzjat mid-dħul li jirriżulta.", "Il-membri tal-Malta Racing Club kienu l-istess membri li kienu taw bidu għad-diskussjonijiet, jiġifieri s-Sur Mario Farrugia u s-Sinjura Lorraine Cunningham.", "It-taħdidiet saru ma' Paul Essartial u ma' uffiċjali oħra ta' l-SEFC ġo Vincennes wara stedina mill-istess Essartial lis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti.", "Kopja ta' din l- istedina qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Is-somma ta' Lm550 ħariġha l-Gvern pero' din tammonta għal wisq inqas minn dik meta fl-1995 delegazzjoni ta' ħamsa min-nies mill-ministeru ta' qabel kienet żaret Franza in konnessjoni ma' tiġrijiet taż-żwiemel biex forsi jiġu mħajra jinteressaw ruħhom fiż-żwiemel.", "Jekk jitkomplewx id-diskussjonijiet jiddependi minn diversi fatturi mhux taħt il-kontroll tal-Gvern u jekk jinħass il-bżonn li 'l quddiem Essartial jiġi Malta, jiġi mitlub jagħmel dan.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT - FONDI VVOTATI", "6742.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-fondi vvotati għall-1997 għall-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kienu ntnefqu globalment sat-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Sat-30 ta' Ġunju, 1997 il-Ministeru għall- Affarijiet Barranin kien nefaq is-somma ta' Lm2,542,495 fuq spejjeż rikorrenti, jiġifieri 45.6% tal-Lm5,558,000 ivvotati taħt Vot Numru 12 fl- Estimi Ġenerali għal din is-sena.", "AMBAXXATI - OPERATIONAL AND MAINTENANCE EXPENDITURE", "6747.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR ( f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l- Viċi Prim Ministru jagħti għal kull ambaxxata individwalment u speċifikament il-perċentwali tal-vot għal operational and maintenance expenditure għall-1997 li kien diġa' intnefaq sat-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed nagħti skeda li turi l-infiq sat-30 ta' Ġunju, 1997 fi spejjeż operattivi u ta' manutenzjoni ta' kull ambaxxata Maltija u l-perċentwali ta' kull nefqa fuq l-ammont ivvotat għal dik l-ambaxxata għal matul din is-sena:", "|03 |Algiers|Xejn |0% | |04 |Baghdad|Lm |67% | | | |12,373 | | |05 |Beijing|Lm |33% | | | |25,229 | | |06 |Bonn |Lm |47% | | | |27,280 | | |07 |Brussel|Lm |48% | | |l |35,269 | | |08 |Kajr |Lm |82% | | | |32,981 | | |09 |Canberr|Lm |55% | | |a |20,727 | | |10 |Ginevra|Lm |45% | | | |28,747 | | |11 |Londra |Lm28,31|16% (Kera | | | |9 |tħallset | | | | |f'Lulju | | | | |1997) | |12 |Madrid |Lm |43% | | | |21,250 | | |13 |Moska |Lm |54% | | | |16,859 | | |14 |Pariġi |Lm |52% | | | |65,761 | | |15 |Riyadh |Lm |30% | | | |17,667 | | |16 |Ruma |Lm |46% | | | |47,012 | | |17 |Tripli |Lm |41% | | | |7,219 | | |18 |Tuneż |Lm |50% | | | |17,953 | | |19 |Washing|Lm |67% | | |ton |18,229 | | |20 |New |Lm |31% | | |York |18,870 | | |21 |Strasbu|Lm |57% | | |rgu |8,521 | | |22 |Vjenna |Lm |53% | | | |34,208 | | |23 |Toronto|Lm |40% | | | |6,518 | | | |Total |Lm490,9|41% | | | |92 | |", "INIZJATTIVI KULTURALI - KONTRIBUZZJONIJIET", "6795.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-inizjattivi kulturali li saru f'pajjiżna bejn Novembru 1996 u Ġunju 1997 u li għalihom il-ministeru ta kontribuzzjonijiet finanzjarji jew kontribuzzjonijiet f'materjal?", "F'kull każ, ta' liema għaqda jew soċjeta' kienet l-inizjattiva kulturali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħala parti mill-cultural support programme ingħataw dawn l-għajnuniet:", "|Tanya Bayona |Partecipazzj|500 | | |oni f'Parigi| | |Bird Breeder's Ass|Exhibition |500 | |Yada Dance Co. |Fire Dance |180 | |Sliema Band Club |Kunċert |200 | |Malta Int.", "Project|Audio & |500 | |of Computer Music |visual | | | |equipment | | |Mike Spiteri |Kunċert |150 | |Malta Cultural | |350 | |Inst. | | | |Socjeta' Muzikali |Tunisia |100 | |tal-Gilju,Mqabba | | | |Ghaqda Muzikali |Kuncert |200 | |Marija Assunta, |Muzikali | | |Gudja | | | |Fsobians Club, |Magazine |50 | |Floriana | | | |Ghaqda Muzikali |Akk.", "Musiko,|100 | |Melita, Msida |Letterarja | | |Arcikonfraternita'|Attivitajiet|200 | |ta' S. Guzepp, |Kulturali | | |Rabat | | | |Ghaqda Dilettanti |Restawr |100 | |Mudelli | | | |tal-Knejjes | | | |Ghaqda Voluntieri |Wirja |100 | |S. Verera |Agrikola | | |Gabriel Caruana, |Rent |100 | |Mithna ta' Ganu | | | |Ghaqda Kazini |Festival |150 | |Baned | | | |Malta Photographic|Colour Slide|400 | |Society |Exhibition | | |Joe Xuereb, Ta' | |110 | |Peppi Sculptors | | |", "Għar-rigward ta' għajnuna f'forma ta' self ta' materjal qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' żewġ paġni.", "Qed inpoġġi wkoll lista ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-istess perijodu fuq rakkmandazzjoni tal-Kumitat Festi Nazzjonali għaċ- ċelebrazzjoni tal-karnival fil-villaġġi.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT - IMPJIEGI", "6963.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għall-perijodu 1 ta' April sat-30 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit, on a casual basis u konsulenti?", "Kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l- persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bejn l-1 ta' April u l-aħħar ta' Ġunju, 1997 fil- ministeru tiegħi ġew impjegati 19-il persuna b'kuntratt indefinit ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, maqsumin hekk: 1 avukat, 1 uffiċjal għar-riċerka u dokumentazzjoni, 1 personnel officer I, 1 assistent personali fil- Planning Authority, 2 enforcement officers, 9 survey technicians u 4 field survey assistants.", "F'dan il-perijodu ġie wkoll impjegat ambaxxatur residenti barra minn Malta, f'Washington, b'kuntratt ta' tliet snin: Nista' ngħid li ma kien hemm l-ebda ingaġġ fuq bażi każwali u l-ebda konsulent ma ġie mpjegat matul dan il-perijodu.", "Kien hemm żewġ impjegati ttrasferiti 'l barra mill-ministeru, ċioe' assistant principal fuq talba tiegħu stess u executive officer mibdul ma' clerk.", "F'dan il-perijodu ġiet ifformalizzata ċ-ċaqliqa ta' 97 impjegat għal mal- Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni wara li, skond it-tqassim ġdid tal-ministeri, ġie ddeterminat li l-qasam tax-xogħol li fih kienu qed jaħdmu dawn l-impjegati jaqa' taħt ir-responsabbilita' ta' dak il- ministeru, minflok dak ta' l-ambjent.", "Kif għidt drabi oħra, ma nħossx il-ħtieġa u lanqas ma hija etika professjonali kummerċjali tajba illi tagħrif dwar il-kondizzjonijiet tax- xogħol ta' l-impjegati reklutati jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AMBAXXATA MALTIJA F'WASHINGTON", "7027.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Tony Abela) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l- Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm tiswa lil Malta l-ambaxxata li għandna fl-Istati Uniti ta' l-Amerka?", "Minn kemm persuni hija mmexxija l-istess Ambaxxata?", "X'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'rimunerazzjoni għandhom, wieħed wieħed, inkluż l- Ambaxxatur u kemm għandhom allowances oltre l-paga/rimunerazzjoni?", "Il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata hija proprjeta' tal-Gvern Malti?", "B'liema titolu hija posseduta?", "Kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess Ambaxxatur?", "Kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess ambaxxata lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Vot għall-1997 biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż biex titmexxa l-Ambaxxata Maltija ġewwa Washington huwa ta' Lm94,566.", "Fl- ambaxxata hemm jaħdmu 1 ambaxxatur, 1 counsellor, 2 segretarji, 1 messaġġier/sewwieq, 1 seftur/ajjutant u 1 ħassiela.", "L-Ambaxxatur għandu ħatra f'din il-kariga għal massimu ta' tliet snin, li jistgħu jiġu rinnovati.", "Kif għidt fir-risposti li tajt għal mistoqsijiet simili li saruli mill- Onor. Membru, ma jidhirlix li għandi nispeċifika r-rimunerazzjoni li jirċievi kull wieħed minn dawn l-impjegati.", "Nista ngħid iżda illi, dejjem skond il-figuri fl-Estimi Ġenerali għal din is-sena, huwa stmat li n-nefqa totali f'dawk li jissejjħu personal emoluments fl-Ambaxxata Maltija ta' Washington tkun ta' Lm 67,424.", "L-uffiċċju okkupat mill-Ambaxxata Maltija ġewwa Washington huwa proprjeta' tal-Gvern Malti.", "Rigward l-aħħar parti tad-domanda infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi diġa' tajt tweġiba ġenerika għal mistoqsijiet simili li għamilli dwar l- ambaxxati Maltin f'pajjiżi oħra.", "Dik ir-risposta ġenerika tapplika wkoll għal din il-mistoqsija (ara mistoqsija parlamentari numru 5787).", "Madam Speaker, l-Onor.", "Interpellant għamel sensiela ta' mistoqsijiet u qabbad lill-computer jagħtih il-183 pajjiż tad-dinja, fis-sens li kull mistoqsija titbiddel ma' kull pajjiż.", "Kemm l-istaff tiegħi u kemm l-istaff tiegħek u kull min irid jipproċessa dawn il-mistoqsijiet parlamentari qiegħed jaħli ħin u karta b'mod esaġerat fuq mistoqsijiet li huma frivoli u kapriċċużi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li bħala Leader of the House qed jonqos fir-rispett tiegħu lejn il- membri parlamentari meta jagħmel kummenti bħal dawn fuq mistoqsijiet parlamentari li bħalhom saru diversi fis-snin passati u li r- responsabbilta' tiegħu hija li jagħti tweġiba u mhux li jikkummenta bil-mod li għadu kif ikkummenta b'disprezz lejn din il-Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena nerġa' nsostni li dawn huma mistoqsijiet frivoli u kapriċċużi.", "Ir-rispett lejn il-Kamra jitnaqqas meta membru jistaqsik kif qed nieħdu ħsieb l-interessi tal-Maltin li hemm ġewwa l-Belize, Gabon, Comoros u d-dinja kollha, bil-konsegwenza li tispiċċa f'sitwazzjoni fejn tkun trid tipproċessa 183 mistoqsija.", "Naturalment dan ix-xogħol jirrikjedi wkoll ħafna ħela ta' karti u ta' żmien, iktar u iktar meta wieħed iqis li dawn ir-riżorsi jistgħu jiġu utilizzati b'ħafna iktar rispett lejn din il-Kamra.", "Kieku l-Onor.", "Membru ried ikun jaf dik l- informazzjoni ta' 183 mistoqsija kien faċli jistaqsina fejn huma l- ambaxxati Maltin madwar id-dinja u konna nagħtuh tweġiba waħda.", "L-Onor.", "Membru għandu dritt jagħmel dawn il-mistoqsijiet pero' jien ukoll għandi d-dritt li ngħid li dan huwa frivolu u kapriċċuż u ma naħsibx li nkun qed ninsulenta lill-Kamra jew lill-Onor.", "Membru meta ngħid li dan seta' ffranka ħafna xogħol lill-ministeru.", "Jien m'iniex qed ngħid li m'iniex se nagħti tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet, pero' min qed jagħmel dispett lill-Kamra m'huwiex jien imma min huwa tant kappriċċuż u frivolu li joqgħod jokkupana naħlu l-karti u naħlu l-ħin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, din il-mistoqsija tirrigwarda l- Ambaxxata ta' Malta fl-Istati Uniti ta' l-Amerka fejn fost l-oħrajn l-Onor.", "Interpellant staqsa kemm hu n-numru ta' persuni li jmexxu din l-ambaxxata u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess ambaxxata lejn pajjiżna.", "Jiġifieri ma nafx għaliex qed jittieħed dan it-ton fil-konfront ta' domandi bħal dawn.", "Madam Speaker, fil-fatt jien nixtieq nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jekk huwiex se jsir studju biex wieħed jara li kemm jista' jkun ċerti pajjiżi importanti li magħhom għandna relazzjonijiet diplomatiċi, l- affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu u ma' l-ambaxxata jkunu f'post wieħed, bħalma hemm f'Londra.", "(Interruzzjonijiet) Iva, hawn ħafna nies li meta jkunu fl-oppożizzjoni jgħidu mod u mbagħad meta jkunu fil-gvern jgħidu mod ieħor!", "Jien naħseb li l-Ministru Bartolo aħjar ma jitkellimx fuq dawn l-affarijiet għax issa dannu li għandu enerġija ġdida li jipperswadi lil sħabu tan-naħa tal-gvern.", "Meta kienu fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni ma kienx ipperswadihom dwar l-istipendji ta' l-istudenti.", "(Interruzzjonijiet) Anke jien lill-Ministru Bartolo nixtieq nirringrazzjah talli nterrompieni.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, ejja għall-mistoqsija.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, kont qed ngħid li jien nixtieq nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jistax isir studju biex fejn hu meħtieġ tkun tista' tinbidel saħansitra l-allokazzjoni ta' l-ambaxxata.", "Per eżempju, l- Ambaxxata ta' Pariġi għandha tibqa' fejn hi llum jew tista' tmur f'post ieħor?", "Lill-Viċi Prim Ministru nixtieq nistaqsih ukoll jekk jistax jiġi segwit l-eżempju ta' dak li sar f'Londra, fejn l-affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' Malta jkunu miġburin flimkien.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien smajt ir-rimarki kollha li għamel l-Onor.", "Borg pero' ma naħsibx li huwa opportun li noqgħod nidħol f'kull każ partikolari.", "Nibda biex ngħid li din hija t-tieni serje ta' mistoqsijiet li qed jagħmel l-Onor.", "Tony Abela.", "Is-serje l-oħra li għamel kienet tittratta dwar kif inhuma meqjusin u mħarsin id-drittijiet tal- Maltin ġo kull pajjiż tad-dinja, saħansitra dawk li huma l-iktar imbegħdin.", "Jiġifieri l-ewwel jien għalhekk għamilt dik ir-rimarka.", "Rigward jekk nemminx li għandu jkun hemm pooling tar-riżorsi tagħna barra minn Malta nixtieq ngħid lill-kollega tiegħi li kull każ irid jiġi studjat on its own merits.", "Per eżempju, fil-każ ta' l-Italja, filwaqt li l- ambaxxata qiegħda ġo Ruma iċ-ċentru tal-kummerċ qiegħed Milan u għalhekk f'dan il-każ huwa impossibbli li ngħaqqdu lill-ambaxxata u liċ-ċentru tal- kummerċ flimkien.", "Mill-banda l-oħra huwa possibbli li wieħed jaħseb fuq dawn il-linji f'ċerti pajjiżi, speċjalment meta wieħed iqis ir-riżorsi limitati li għandna u anke l-output li ħafna drabi jagħtu dawn l-ambaxxati.", "GĦalhekk kif għidt diġa' kull każ irid jiġi studjat on its own merits.", "Madam Speaker, madanakollu jien ma nafx għaliex dan l-aħħar qed isir dan l-aċċent kollu fuq l-Ambaxxata ta' Pariġi.", "F'daqqa waħda din ġiet in the limelight u qegħdin ngħidu li mhijiex f'postha.", "Jista' jkun li hemm ċerti argumenti li ta' min wieħed jiddiskutihom pero' niskanta kif issa ġiet daqshekk taħt il-lenti meta taħt l-amministrazzjoni l-oħra ma ġiex taħt il- lenti l-fatt li hemmhekk kellna ħela ta' flus bl-għama, fosthom anke ambaxxatur li filwaqt li kien singolu kien qed jitħallas, għal snin twal, bħala miżżewweġ u għandu jirrifondi xi Lm8,000.", "Dan imissu kien taħt il- lenti dak iż-żmien!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: B'riferenza għall-mistoqsijiet li għadu kif wieġeb, billi l-Viċi Prim Ministru jidher li jibdel it-ton tiegħu skond mill-liema naħa tal-Kamra jitkellem, nixtieq nifriskalu ftit il-memorja.", "Fil-mistoqsija preċedenti l-Viċi Prim Ministru qal li mhijiex etika professjonali kummerċjali tajba li ssaqsi dwar il-kondizzjonijiet tax- xogħol ta' diversi persuni fl-impjieg b'mod jew b'ieħor fil-ministeru tiegħu.", "Forsi fid-dawl anke tal-mistoqsija li għadu kif wieġeb, il-Viċi Prim Ministru jiftakar jew jipprova jiftakar kemm-il darba saru mistoqsijiet simili minn membri parlamentari, il-lum fuq in-naħa tal-gvern, meta kienu fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni?", "Madam Speaker, jekk il-Viċi Prim Ministru jrid jara kemm hemm kontradizzjonijiet kbar bejn dak li jingħad min-naħa tal-gvern issa ma' dak li kien jingħad meta kienu fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni, nixtiequ jiffriska l-memorja tiegħu billi jirriferixxi għall-ittra dwar l-istipendji li bagħat l-Onor.", "Alfred Sant fil-15 ta' Ottubru, 1996 - 11-il ġurnata qabel id-data ta' l-elezzjoni - fejn ta assigurazzjoni lill-istudenti li jaqbel mal-prinċipju ta' l-istipendji.", "Dan qed ngħidu biss bħala eżempju biex il-Viċi Prim Ministru jkun jista' jiggwida ruħu dwar kemm in-naħa tal- gvern titkellem b'ton differenti mill-bankijiet tal-gvern għal meta kienet titkellem mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: Dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru huwa out of order għax il- kwestjoni ta' l-istipendji m'għandhiex x'taqsam mad-dekasteru tal-Viċi Prim Ministru.", "L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, mingħajr ma noqogħdu nsemmu l-Belize u l-Comoros, għax kull pajjiż għandu d-dinjita' tiegħu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna għandux il-ħsieb li jwaqqaf xi ambaxxata f'xi pajjiż ieħor fil-ġejjieni qarib?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk se niftħu xi ambaxxati żgur li mhux se niftħuhom fil-Guyana, fil-Belize, fil-Comoros jew inkella f'xi pajjiż ieħor fit-tarf tad-dinja!", "KAĊĊA ILLEGALI", "7112.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew misjuba mhux ħatja mill-qorti, kaċċaturi u nassaba illi ttellgħu il-qorti mill-Pulizija għax allegatament kisru l-liġi f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm instabu ħatja fl- istess żmien?", "X'weħlu dawk li nstabu ħatja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'dawn l-aħħar ħames snin sal-11 ta' Lulju, 1997 in-numru ta' persuni lliberati minn akkużi dwar regolamenti tal-kaċċa u nsib kien ta' 69.", "Fl-istess perijodu 194 persuna nstabu ħatja u ngħataw sentenzi li kienu jvarjaw minn multa ta' Lm10 sa multa ta' Lm400 u konfiska ta' l-esebiti.", "MINISTERI - STAFF PERSONALI", "7115.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jifformaw parti mill-istaff personali ta' kull ministru u segretarju parlamentari fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti?", "X'kien il- grad li kellhom f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit- tagħrif mitlub.", "LOGĦOB TAN-NAR - MWIET", "7116.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem L-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li mietu u li korrew meta kienu qed jaħdmu l-logħob tan-nar f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li weġġgħu waqt l-isparar u ħruq tan-nar u kemm weġġgħu wara li sabu nar mhux maħruq wara li ġie sparat fl-istess żmien?", "Kemm minn dawn il-persuni kellhom anqas minn 16-il sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.", "LOGĦOB TAN-NAR - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "7117.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mtellgħin il-qorti sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin għax ħadmu n-nar mingħajr liċenzja u f'postijiet fejn mhux suppost?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' persuni mtellgħin il- qorti, sena b'sena fil-perijodu indikat mill-Onor.", "Interpellant għax ħadmu n-nar mingħajr liċenzja u/jew f'postijiet fejn mhux suppost kien kif ġej : -", "|1987 |1 | |1988 |xejn | |1989 |xejn | |1990 |xejn | |1991 |xejn | |1992 |2 | |1993 |4 | |1994 |1 | |1995 |xejn | |1996 |4 | |1997* |1 |", "* (Sas-7 ta' Lulju)", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR", "7127.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Billi ta' kull sena jidħlu numru konsiderevoli ta' armi tan- nar fil-pajjiż - fil-fatt is-sena l-oħra daħlu iktar minn 14,000 senter u airgun - u n-numru ta' armi liċenzjati bejn wieħed u ieħor ma jiżdiedx meta mqabbel ma' l-importazzjoni, dan ifisser li numru ta' persuni ma jibqgħux iħallsu l-liċenzja ta' l-arma li jkollhom?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi tagħmel il-Pulizija dwar dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, ma jfissirx li n-numru ta' persuni ma jibqgħux iħallsu l-liċenzji ta' l-armi li jkollhom.", "Skond kif ninsab informat l- armi kollha li jiġu importati f'Malta, kemm mid-dealers u kemm minn persuni individwali, jiġu spezzjonati individwalment fid-Dwana u d-dettalji tagħhom jiġu meħuda mill-esperti tal-ballistika u mdaħħla f'reġistru magħruf bħala stock register li kull dealer liċenzjat mal-Pulizija għandu wieħed allokat għalih.", "Meta l-armi jinbiegħu lil terzi persuni jew jiġu ttrasferiti minn dealer għal ieħor id-dettalji ta' l-armi mibjugħa jew trasferiti jiġu rreġistrati fuq il-persuna li tkun xtrat l-arma jew inkella fuq l-istock register tad-dealer l-ieħor.", "B'hekk il-Pulizija dejjem ikollha record ta' fejn tkun imxiet l-arma minn meta tiġi importata sakemm tinbiegħ jew tiġi trasferita.", "Għalhekk ma jfissirx li l-armi kollha li jiġu importati f'sena jinxtraw kollha minn terzi persuni.", "PULIZIJA - BOMB HOAXES", "7149.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bombi hoaxes irrapportati lill-Pulizija jew lill-Armata f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Fejn suppost li kienu dawn il-bombi li wara li saret it-tfittxija għalihom b'ħafna ħela ta' ħin, biża' u ta' flus il-poplu ma nstab xejn?", "Dawn il-hoaxes jiġu investigati mill-Pulizija?", "Jekk iva, kien hemm xi każ fejn persuni tressqu l-qorti f'dan iż-żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 235 theddida ta' bomba magħmula lill-Pulizija u 439 magħmula lill- Forzi Armati.", "Fost il-postijiet fejn sar dan it-theddid kien hemm stabilimenti, uffiċini, residenzi, vetturi, skejjel, lukandi, dipartimenti u l-isptar.", "F'kull każ ittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.", "Ma kienx hemm każijiet li tressqu nies il-qorti fuq dan l-abbuż.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: GĦalkemm reati bħal dawn joħolqu ħafna inkonvenjent, apparti li wieħed ma jistax jikkwantifika l-ispejjeż konsiderevoli li jinvolvu, safejn naf jien ma jeżisti l-ebda reat speċifiku għal min jagħmel din it-theddida ta' bomba.", "GĦalhekk in vista tan-numru konsiderevoli ta' bomb hoaxes, għalkemm mhux allarmanti, il-Gvern jista' jikkonsidra li jiġi emendat il-Kodiċi Kriminali sabiex jiġi kkreat reat speċifiku għal dan l- abbuż?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jekk stess m'hemmx reat speċifiku fil-Kodiċi Kriminali dawn il-persuni xorta jitressqu fuq xi akkuża jew oħra.", "Il-punt huwa li minn dawn il-każi kollha li ssemmew, lanqas tressqet persuna waħda l-qorti u għalhekk huwa inutli li tagħmel reat speċifiku għal dan l-abbuż, ġaladarba ma tkunx taf jekk il-Pulizija hijiex se taqbad lil dawn il-persuni.", "In vista ta' dan kollu jkun aħjar jekk l-ewwel naraw kif se jinqabdu dawn il-persuni u għalhekk għandna nżidu s-sorvelja ħalli telefonati anonimi u abbużivi jkunu sorveljati u kkontrollati aħjar.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' numru ta' persuni li nstabu ħatja ta' offiża kriminali bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7484;", "Tabella li turi n-numru ta' każijiet ta' swat fuq nisa, irraportati lill-Pulizija bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7486; u", "Tabella li turi n-numru ta' każijiet irraportati ta' serq, każijiet solvuti u persuni mressqa l-Qorti bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7856.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-module: Managing Health and Safety at Work fil-kors part- time fil-Middle Management fl-Industrija tal-Bini fl-Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7919;", "Tabella li turi l-Informazzjoni dwar travel allowance mogħtija lil co- ordinators u impjegati tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8304;", "Kopja tal-memo maħruġa miċ-Chief Executive tal-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija fil-15 ta' Lulju 1997 dwar subsistence allowance lill-impjegati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8305; u", "Kopja tas-sottomissjonijiet ta' proġetti evalwati min-National Co- ordinating Unit għall-4th Framework Programme ta' l-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8306.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-pharmacological names tal-mediċini mraħħsa minn Novembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8309.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-kawżi kostituzzjonali li saru mill-1990 'il hawn, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8052;", "Kopja taċ-ċirkolarijiet/memos maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali lill-kunsilli lokali matul Awissu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 976; u", "Kopja taċ-ċirkolarijiet/memos maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali lill-kunsilli lokali matul Lulju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 977.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:- Lista li turi x-xogħol mitlub mis-settur pubbliku, esklużi d- dipartimenti tal-gvern, matul Settembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8498.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi n-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u n-numru ta' applikanti li ġew allokati mid-dipartiment bejn Lulju u Settembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8473.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Staqrrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Kap. 318\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Kap. 318\" ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MADAM SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-LOTTU PUBBLIKU", "PUBLIC LOTTO ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku, Kap. 70\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Traport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, il-lum f'din il-Kamra qed inressqu żewġ liġijiet, waħda wara l-oħra, li jekk wieħed iħares lejhom u jara l-kontenut tagħhom isib li huma żewġ liġijiet, biex ngħid hekk, komplimentari għal xulxin, għax l-ewwel liġi titkellem dwar emendi għall-Ordinanza dwar il- Lottu Pubbliku u t-tieni liġi temenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob.", "Biss għall-fini ta' dibattitu, dawn se nitrattawhom separatament għax huma żewġ abbozzi ta' liġi separati minn xulxin.", "Nibda l- ewwel bil-liġi li tikkonċerna l-emendi għall-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku, Kap 70.", "Dan l-abbozz ta' liġi x'qed jipproponi?", "Madam Speaker, apparti li f'dan l-abbozz ta' liġi qed jiżdiedu l-penali, qed jiġi wkoll introdott il-konċett tal-preżunzjoni legali fil-każ ta' reati li jolqtu l-lottu bil-moħbi - fil-fatt fil-Kodiċi Kriminali diġa' hemm diversi konċetti ta' preżunzjoni legali għal-logħob ta' l-azzard - fosthom il-pussess ta' biljetti tal-lottu bil-moħbi u ta' lotteriji barranin li huma soġġetti għal sanzjonijiet kriminali.", "Fil-fatt f'dan l- abbozz ta' liġi qed tiġi mneħħija anke parti minn subartiklu (8) ta' artiklu 11 għax dan kien jirrendi l-liġi bħala waħda iktar ristrettiva.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi ċerti multi qegħdin saħansitra jiġu rdoppjati billi issa, kull min jagħmel lottu klandestin jew jiġbor il-flus tal-ġukaturi, minflok ma jeħel multa ta' mhux inqas minn Lm1,000 u mhux iżjed minn Lm5,000 flimkien ma' priġunerija ta' minn sitt xhur sa 12-il xahar, se jibda jeħel multa ta' mhux inqas minn Lm2,000 u mhux iżjed minn Lm20,000 flimkien ma' priġunerija ta' minn sitt xhur sa tliet snin.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li dawn il-penali l-ġodda se jkunu japplikaw ukoll għal kull min jimporta, kull min ibiegħ, kull min iqassam u kull min jakkwista sabiex ibiegħ dawn il- biljetti ta' logħob illegali.", "Fil-fatt se jiġu imposti multi fuq kull min jinstab li jkollu pussess mhux awtorizzat ta' biljetti tal-lottu klandestin jew ta' xi lotterija barranija.", "Dan, permezz ta' artiklu 20A ġdid - kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi - se jibda japplika wkoll għal:", "\"Kull min jinsab li jkollu pussess mhux awtorizzat ta' reġistri, kupuni, poloz, kartelli, matriċijiet, counterfoils, tikketti tal-ħlas, flus, għodod tal-logħob jew oġġetti jew mezzi oħra li normalment jintużaw sabiex isir il-lottu bil-moħbi ...\".", "Jekk wieħed jinqabad bi kwantita' kbira ta' affarijiet bħal dawn fil- pussess tiegħu b'tali mod li jagħti lil wieħed x'jifhem li qiegħed jorganizza l-lottu bil-moħbi, sakemm ma tinġiebx xi prova xort'oħra, se jibda jiġi kkonsidrat ħati għal dan kollu.", "B'hekk l-onus of responsibility issa waqa' fuq l-individwu nnifsu li jipprova li mhux ħati u mhux bħal qabel, fejn il-Pulizija kienet tkun trid tipproċedi u tipprova l-każ ta' dawn l-individwi.", "Madam Speaker, madanakollu jien nemmen li billi nżidu l-penali dan mhux se jkun biżżejjed għax għalkemm inkunu qed nagħmlu pass tajjeb u progressiv meta nżidu l-penali, jien naħseb li biex nilħqu l-għan tagħna hemm bżonn li jkollna enforcement qawwi ħalli liġijiet bħal dawn jitħaddmu kif suppost u kif jien persważ li hu mixtieq miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Per eżempju, jien insibha daqsxejn diffiċli biex nemmen kemm huwa żgħir in-numru ta' raids li jsiru fuq nies li jorganizzaw dan il-logħob meta l-istabilimenti, il- każini, il-ħwienet u l-postijiet l-oħra fejn isir dan il-logħob huma magħrufa sew ma' Ċikku l-poplu.", "GĦaldaqstant jien nixtieq nappella lill- administrative law enforcement biex tagħmel l-isforzi kollha tagħha u biex il-ħidma li tagħmel f'dan ir-rigward tiġi msaħħa iktar għax jien nemmen li jekk wieħed iqabbel il-każi li tinvestiga mal-każi li għandha potenzjal li tinvestiga isib li hemm baħar x'jaqsam.", "Madam Speaker, nistgħu nieħdu bħala eżempju l-kwestjoni tal-clamping tal- karozzi.", "Forsi jkun hawn min jistaqsini: X'għandu x'jaqsam il-clamping mal-lottu illegali?", "Dan għandu x'jaqsam fil-kontest li se ngħid.", "GĦaliex il-clamping tal-karozzi rnexxa u laqat lil ħafna nies fil-laħam il-ħaj?", "GĦax kien hemm livell qawwi ta' enforcement ta' dawn ir-regolamenti, taqbel jew ma taqbilx mal-kwestjoni tal-clamping.", "Jien nemmen li l-istess għandu jsir fil-każ tal-lottu u tal-lotteriji klandestini.", "Jekk ma jkollniex enforcement qawwi jkun inutli li nżidu l-penali u nsaħħu l-liġijiet għax inkunu wasalna biss f'nofs triq.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed ngħid li ma sar xejn f'dan ir-rigward pero' nħoss li jista' jsir ħafna iktar permezz ta' impenn ferm iktar qawwi f'dan il-qasam.", "Madam Speaker, il-logħob huwa fenomenu li diffiċli teqirdu mill-pajjiż, iktar u iktar meta qed nitkellmu fuq pajjiż Mediterranju bħal tagħna, li biex ngħid hekk, jilgħab fuq kull oġġett li jkun għaddej u mhux sempliċement fuq xi tip ta' sports.", "GĦalhekk ikun tajjeb jekk wieħed jifhem li meta jiġi meħud fl-estrem tiegħu ħafna drabi l-logħob jista' jikkawża li wieħed jispiċċa msallab finanzjarjament għaliex proprju jispiċċa f'sitwazzjoni fejn ma jkunx kapaċi jrażżan il-kilba għal-logħob.", "Ħafna drabi dan iġib konsegwenzi ħżiena kemm għal-lagħba u sfortunatament anke għall-familjari tagħhom.", "Il-problema mhijiex waħda ristretta għal- lottu illegali biss iżda wkoll anke għall-gambling illeċitu kollu kemm hu, li spiss isir f'residenzi privati, kif ukoll f'postijiet oħrajn magħrufa mingħajr il-permessi meħtieġa.", "Tajjeb li wieħed jgħid li ftit xhur ilu ġurnal lokali kien svela li kien hemm bini kbir fil-Wardija li qed jintuża bħala Mecca tal-lottu illegali kull nhar ta' Sibt u tajjeb li wieħed jistaqsi jekk itteħdux passi jew le f'dan ir-rigward, issa li għaddew madwar sitta jew seba' xhur minn mindu deher dan id-double feature f'ġurnal ewlieni ta' nhar ta' Ħadd.", "Jekk ma tteħdux passi, jiena ngħid li din hija ħaġa stramba għax ċertu logħob mhux biss isir f'postijiet fissi iżda ħafna drabi isir ukoll fl-istess ħinijiet.", "Jiena nemmen li għalkemm f'dan it-tip ta' logħob hemm ħafna runners, l- organizzaturi ewlenin fil-qasam tal-gambling illegali, fil-fehma tiegħi, mhumiex f'numru daqstant kbir.", "Għalhekk jekk isir sforz u jsir drive intensiv jiena persważ li nkunu kapaċi li naqbdu l-barri minn qrunu.", "Dan kollu li qed nitkellmu dwaru mhu xejn ħlief industrija klandestina li qed ittellef lill-pajjiż eluf kbar ta' liri u dan biex ma ngħidx anke miljuni.", "Xi ħadd dan l-aħħar allega li din l-industrija saħansitra tiġġenera l-miljuni u mhux l-eluf ta' liri u huwa mifhum li hija waħda mir- raġunijiet għaliex ikollna ċerti każijiet ta' petty roberies, ċerti hold- ups u anke kriminalita', li mhux neċessarjament tkun waħda organizzata.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li min jorganizza l-logħob illegali m'għandux l- ispejjeż amministrattivi li għandu l-gvern u apparti dan, ovvjament ikun qed juża l-prodott tad-Dipartiment tal-Lottu bħala l-bażi għall- operazzjonijiet illegali minn tiegħu.", "Kulħadd jaf kif l-organizzaturi ta' dan il-logħob klandestin imbagħad saħansitra jgħaddu f'qasam ieħor billi jirriċiklaw il-flus tagħhom f'self b'imgħax għoli lil nies li jkunu qegħdin midjunin finanzjarjament.", "Dan kollu qiegħed ngħidu biex inkompli nuri li l- problema hija kobba mħabbla ħafna u hija waħda li mhux biss għandha l- aspett, biex ngħid hekk, tal-kriminalita' tagħha imma għandha wkoll dimensjoni soċjali negattiva ħafna.", "Illum l-organizzaturi tal-logħob illegali tant għandhom firxa wiesgħa illi ssibhom rappreżentati f'diversi bliet u rħula u saħansitra f'diversi postijiet tax-xogħol.", "Inutli nipprovaw neqirdu t-tendenza tal-Maltin għal gambling.", "Jiena ngħid illi bil-wishful thinking biss ma naslux.", "Jiena naħseb li anke l-introjtu tal-gvern għal dak li hu logħob leċitu jindika li l-poplu Malti huwa poplu li jħobb jilgħab ħafna.", "Fil-fatt jekk irridu konferma ta' kemm il-Maltin huma lagħba, biżżejjed wieħed iżomm f'moħħu li bejn lottu u Super 5 jintlagħbu Lm15 miljun fis-sena.", "Kull nhar ta' Sibt jintlagħbu Lm200,000 fuq il-lottu u madwar Lm100,000 fuq is-Super 5.", "Il- profitti għall-gvern fil-fatt huma kbar ukoll tant li dan jirrendilu xi Lm7 miljun fis-sena, u dan a paragun ma' l-1988 jew l-1989 meta d-dħul kien ftit iktar minn Lm4 miljun.", "Jiena nagħlaq għaliex ma nħossx li għandi ntawwal fuq dan is-suġġett billi ngħid illli din hija liġi li qed iddaħħal żewġ konċetti ġodda li huma penali aktar ħorox u l-fatt li qed titfa' l-onus fuq min jinqabad biex jipprova li mhuwiex ħati, għaliex qabel, kif spjegajt fl-introduzzjoni tiegħi, kien sta għall-Pulizija biex tipprova li ċerti persuni kienu involuti fil-logħob illegali.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, aħna ta' din in-naħa tal-Kamra favur li jittieħdu miżuri bħalma huma elenkati f'din il-liġi li għandna quddiemna.", "Huwa tajjeb illi jitkabbar id-deterrent biex kemm jista' jkun nikkombattu l- logħob klandestin fil-pajjiż.", "Il-logħob fih innifsu mhuwiex xi ħaġa sabiħa għax il-logħob ta' l-azzard jilgħab fuq flaw fil-karattru tal-bniedem li dejjem jittama li tiġih xi ħaġa tajba bi ftit sforz.", "Hawn nies li jipprovaw ix-xorti tagħhom b'konsegwenzi soċjali koroh fuq il-familji tagħhom u fuq pajjiżna.", "Pero' ladarba wieħed jifhem ir-realta' li din is-sitwazzjoni teżisti huwa tajjeb li jekk għandu jsir dan il-logħob ta' l-azzard isir b'mod organizzat.", "Dan għandu jsir b'mod li almenu jkun hemm il-kontrolli neċessarji li jassiguraw li l-affarijiet ikunu qed isiru sew u li l- profitti tagħhom finalment jgħaddu biex huma wkoll, b'mod dirett jew indirett, isostnu l-attivitajiet pożittivi fil-pajjiż.", "Il-Gvern preċedenti kien ħa l-inizjattivi li jabbina logħob partikolari ma' attivitajiet sportivi u filantropiċi u parti mill-qligħ kien imur biex isostni dawn l- attivitajiet.", "Kienu jingħataw donazzjonijiet li f'ċerti każi kienu ta' importanza kbira biex ċerti attivitajiet filantropiċi u sportivi setgħu jkomplu għaddejjin.", "Aħna favur li nippruvaw inneħħu u neqirdu l-logħob klandestin.", "Jien naqbel mal-Ministru li sfortunatament bil-pieni iebsa biss m'aħniex se naslu.", "Irridu impenn qawwi mill-forzi taż-żamma ta' l-ordni biex jiġi miġġieled dan l-att kriminali li qiegħed jiżvija miljuni ta' liri mill- Kaxxa ta' Malta għall-bwiet ta' nies mingħajr kuxjenza.", "Irridu wkoll pero' nagħtu l-messaġġi tajbin u l-kumment tiegħi hu li l-Gvern għandu joqgħod attent li ma jiġix f'pożizzjoni li b'xi mod jew ieħor ipoġġi l-logħob klandestin fuq bażi li jista' jidher li jkollu vantaġġ fuq il-logħob organizzat mill-gvern.", "Qiegħed nirriferi l-aktar għall-azzjoni li ttieħdet xi xhur ilu meta l- premijiet tal-lottu kienu qabżu ċertu limitu u l-Gvern, għall-ewwel darba f'ħafna snin, iddeċieda li jnaqqas l-ammont tal-premju tal-lottu.", "Dan ċertament li kien sinjal negattiv u azzjoni bħal din isservi ta' inċentiv biex in-nies imorru fi ħdan dawk li jorganizzaw il-lottu klandestin.", "Naturalment hemm limitu u l-Ministru u l-Gvern għandu d-diskrezzjoni jekk jużax jew le dan il-limitu meta fil-fatt jinqabeż.", "Aħna l-limitu ma applikajnihx anke meta nqabeż u r-raġuni ewlenija u unika li tista' tgħid għalfejn dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu, kienet minħabba li stajna nifhmu li meta tnaqqas l-ammont ta' premijiet li jingħataw mil-lottu uffiċjali allura tkun qiegħed tieħu deċiżjoni ħażina vis-a-vis l-ġlieda kontra l- logħob klandestin.", "Hemm ħaġa oħra teknika li rridu niddiskutu meta niġu għall-istadju tal- Kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Qiegħed ngħid dan għaliex forsi ta' min jagħmel differenza bejn reat u ieħor meta niġu għal pieni.", "Jiena naħseb li ċerti reati ħaqqhom penali ħafna aktar ebsin minn dawk li qegħdin nipproponu pero' xi reati oħrajn ħafna iżgħar ħaqqhom penali eħfef minn dawk li qegħdin nipproponu hawnhekk.", "Dan hu li kelli xi ngħid fuq dawn l- emendi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jiena naħseb li l-intenzjoni ġenerali ta' dan l-abbozz ta' liġi hija waħda tajba.", "Jekk m'iniex sejjer żball, dan l-abbozz konna ddiskutejnih f'forma simili ħafna taħt l-amministrazzjoni preċedenti anke għaliex kienu saru rappreżentazzjoniet mill-Public Lotto Association li naturalment kienu qegħdin jilmentaw mil-lottu klandestin.", "Dan għaliex, kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Dalli, il-lottu klandestin mhux biss itellef mill-qligħ lill-Kaxxa ta' Malta imma wkoll lil min hu liċenzjat biex imexxi l-lottu pubbliku.", "Qed nieħu gost nara wkoll li kien hemm lakuna fil-liġi li qiegħda tiġi magħluqa.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għal klawsola 2 li qiegħda temenda subartiklu (8) ta' artiklu 11.", "Qegħdin ngħidu li jekk xi ħadd jinqabad jikser aritklu 11 għaliex jagħmel xi lotterija pubblika jew xi tombla bla permess, dan jeħel piena li tiġi mposta mill-Qorti Kriminali.", "Qed ngħid hekk għaliex kif inhi l-liġi llum, din il-multa tinġabar mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fejn kien ikollha ssir anke ċitazzjoni u ħafna teknikalitajiet ta' dan it- tip.", "B'dan il-mod ġew liberati anke xi nies għaliex hekk kellu jsir teknikament.", "Irrid ngħid ukoll li jiena nassoċja ruħi ma' l-argumenti kollha ta' l-Onor.", "Dalli.", "Fil-professjoni tagħna, aħna niltaqgħu ma' nies li jkunu akkużati b'dawn ir-reati u meta tipprova tifhem għaliex il-vizzju tal-lottu klandestin huwa mifrux daqshekk f'pajjiżna, ħafna drabi tistaqsi lilek innifsek: Imma l- gvern għandu jorganizza hu l-lottu?", "Iqumu wkoll kwestjonijiet ta' natura morali, jiġifieri jekk dan il-logħob - jista' jkun anke logħob ta' l-azzard - għandux jiġi mbierek mill-Istat fil-forma ta' Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku.", "L-argumenti favur li għandu jkun hemm lottu pubbliku huwa l-fatt li, tagħmel x'tagħmel, in-nies xorta waħda għandhom il-ħajra li jilagħbu l- flus u allura aħjar tirregola dan il-logħob b'liġi u l-profitt li jsir minnu jmur għal skop soċjali tajjeb.", "Jidhirli li fl-aħħar budget konna għamilna rabta mal-qligħ li jsir mil-lottu pubbliku għal skopijiet ta' sussidju f'attivitajiet sportivi.", "Jiena naħseb li r-raġuni għaliex ikun hemm dan il-logħob klandestin hija - kif jgħidulek dawk li jilagħbuh stess - li għandek iċ-ċans li tieħu premjijiet akbar mil-lottu pubbliku.", "Aħna rridu noqogħdu attenti li l-lottu pubbliku ma jkunx b'mod li wieħed jirbaħ premijiet tant kbar li kważi toħloq isteriżmu fil-pajjiż u kulħadd jilgħab aktar, pero' meta n-nies jirbħu somma m'għandekx iċċaħħadielhom għaliex inkella nkunu qegħdin inħajruhom jilagħbu l-logħob klandestin.", "Jiena ma nafx kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena minħabba reati ta' dan it-tip pero' m'għandix l-impressjoni li dan huwa xi ammont kbir.", "Il-vilta ta' dan il-logħob klandestin huwa li dan jintlagħab man-numri li jtella' l-gvern stess, jiġifieri huwa forma ta' parassitiżmu fuq is-sistema uffiċjali tal-lottu pubbliku.", "Qiegħed ninnota li l-piena għal min jinqabad jorganizza jew jieħu sehem fill-lottu klandestin sa seba' snin ilu kienet ta' ¥50, fl-1990 żdiedet għal minimu ta' ¥1,000 u issa żdiedet għal minimu ta' ¥2,000 u massimu ta' ¥20,000 flimkien ma' priġunerija minn sitt xhur sa sena.", "Jiena naħseb li dan huwa deterrent qawwi u naqbel ma' dawn il-pieni, pero' issa mhux biss irridu naraw x'effett se jkollhom dawn il-miżuri imma kemm se nkunu kapaċi ntellgħu lil dawn in-nies il-qorti.", "Jiena naf li fost l-iskwadri speċjali tal-Pulizija hemm l-iskwadra kontra l-vizzji, pero' naħseb li jista' jsir aktar f'din id-direzzjoni sabiex wieħed jikkontrolla dan il-vizzju għaliex, kif diġa' għidt, m'għandix l-impressjoni li ċ-ċifra ta' nies li jittellgħu l-qorti fuq logħob klandestin hija xi ċifra kbira.", "Bħalma fil-logħob ta' l-azzard normali hemm il-preżunzjoni legali taħt il- Kodiċi Kriminali li min jinqabad jilgħab qiegħed jilgħab proprju għal skop ta' qligħ, din il-preżunzjoni issa qiegħda tiġi ttrasferita anke fil-qasam tal-lottu fejn isir ħafna aktar logħob ta' l-azzard.", "Fil-fatt fl-artiklu ġdid 20A qegħdin ngħidu:", "\"20A.", "Kull min jinsab li jkollu pussess mhux awtorizzat ta' reġistri, kupuni, poloz, kartelli, matriċijiet, counterfoils, tikketti tal-ħlas, flus, għodod tal-logħob jew oġġetti jew mezzi oħra li normalment jintużaw sabiex isir il-lottu bil-moħbi, jew ta' biljetti tal-lottu bil-moħbi f'tali kwantita' li tkun tista' b'mod raġonevoli tagħti wieħed x'jifhem li dik il-persuna tkun qiegħda torganizza lottu bil- moħbi, għandu jkun preżunt li jkun qiegħed jieħu sehem f'lottu bil- moħbi kemm-il darba ma tinġiebx prova xort'oħra.\".", "Jiena naħseb li din hija preżunzjoni wiesgħa biżżejjed sabiex jinqabad min qed jabbuża imma fl-istess ħin ma jeħilx min forsi jkun qiegħed imexxi lotterija tal-kappillan.", "Jiġifieri s-sempliċi pussess ta' affarijiet li jintużaw mill-bejgħ tal-lottu klandestin huwa preżunzjoni li inti kkommettejt reat.", "Din hija ħaġa tajba għaliex qegħdin nagħlqu lakuna oħra fil-liġi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonniċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, is-suġġett ta' dan l-abbozz tista' tħares lejh minn żewġ angoli.", "L-ewwel wieħed huwa l-angolu ekonomiku.", "Dan huwa qasam li jirrendi lill-gvern ammont ta' dħul sinifikanti li partijiet minnu jmorru għand għaqdiet filantropiċi li jgħinhom fl-għanijiet tagħhom.", "Minn dan l-aspett, wieħed jista' jgħid li l-logħob li huwa sanctioned mill- Istat huwa xi ħaġa pożittiva.", "Kultant pero' ninsew għaliex jeżisti dan il- logħob.", "Ir-raġuni għal dan hija li l-logħob fih innifsu jwassal għal problemi finanzjarji li jistgħu anke jwasslu għal tifrik ta' familji sħaħ li allura jsiru burden fuq is-soċjeta'.", "Forsi hawn min jistaqsi: Imma x'jista' jsir ladarba l-poplu jrid jilgħab?", "Mhux aħjar li l-gvern jorganizza l-logħob huwa u juża l-profitt li jkollu minnu għal skopijiet tajbin milli jintużaw għal skopijiet ħżiena?", "Jiena dan il-prinċipju nifhmu pero' huwa prinċipju li jdejjaqni.", "Dan huwa bħas-sigaretti.", "Il-Gvern jaqla' miljuni kbar mill-vizzju tat-tipjip pero', kif qed ngħid, dan huwa vizzju ħażin li jista' jwasslek anke sal-qabar u għalhekk aħna llimitajna r-reklamar tas-sigaretti.", "Imma qed ikun hemm limitazzjoni fuq ir-reklamar tal-lottu?", "Dan huwa punt importanti għaliex jiena ma naħsibx li tgħaddi ġurnata li ma jkunx hemm reklami tal-lottu, tas- Super 5, tat-Tiritombla u issa anke tal-lotterija ta' l-irċevuti fiskali fuq it-televiżjoni fil-ħin li n-nies l-aktar li jkunu qegħdin isegwuh, bħall-ħin ta' l-aħbarijiet li ma jagħmilx ħlief jinkoraġġixxi dan il- logħob.", "Dan iġegħelni nieqaf u naħseb kemm l-Istat għandu jinkoraġġixxi din il-ħaġa negattiva.", "Dwar il-lotterija ta' l-irċevuti fiskali rrid ngħid li huwa veru li din qiegħda tinkoraġġixxi l-moralita' fiskali pero' tajjeb li ninnotaw li dan qegħdin nagħmluh b'xi ħaġa li bażikament hija immorali.", "Kif semma l-Onor.", "Tonio Borg, qegħdin inżidu l-pieni għal dawk li jinqabdu jorganizzaw jew jieħdu sehem f'logħob klandestin pero' jiena naħseb li dan qed isir biex kemm jista' jkun kulħadd jipparteċipa f'din il-lotterija ta' l-irċevuti fiskali.", "Nerġa' nistaqsi: Jekk aħna llum għamilna l-limitazzjoni li fuq it- televiżjoni ma jkunx hemm reklami tas-sigaretti, għaliex għandna nirreklamaw il-lottu tal-gvern, għalkemm napprezza li dan iħallilu ċertu dħul?", "Jiena mmur oltre minn hekk.", "F'pajjiżna għandna ċerti regolamenti anke dwar min jixtri u jikkonsma s-sigaretti u l-alkoħol pero' ma naħsibx li hemm regolamenti ta' dan it-tip fil-każ tal-logħob tal-lottu.", "Jekk m'hemmx naħseb li huwa about time li jkun hemm pero' jekk hemm żgur li dawn m'humiex qegħdin jiġu enforzati.", "GĦalhekk naħseb li rridu neżaminaw bir- reqqa il-mod kif l-Istat qiegħed jippromwovi dan il-logħob u rridu naraw x'limitazzjonijiet għandhom jiġu ntrodotti.", "Irridu naraw ukoll li ma jibqax ikun hemm dan it-tip ta' reklamar persistenti u kontinwu biex wieħed jipparteċipa fil-lotterija ta' l-irċevuti fiskali.", "Jiena ma naħsibx li l-messaġġ lis-soċjeta' tagħna għandu jkun dak li tipparteċipa f'din il-lotterija imma li l-logħob huwa xi ħaġa negattiva u li twassal għal problemi li jista' jkun li ċerti individwi ma jkunux jistgħu jikkontrollawhom, bħal meta bniedem isir alcoholic u ma jkunx jista' jikkontrolla x-xorb.", "Jiena nixtieq li l-Ministru jikkonsidra li l- logħob tal-lottu npoġġuh fl-istess livell li npoġġu t-tabakk u l-alkoħol.", "Huwa veru li ċertu logħob se jsir b'mod klandestin pero' jiena għalhekk għidt li nixtieq nara li nedukaw lill-minuri dwar dan il-logħob u x'iġib miegħu.", "Barra minn hekk jeħtieġ li l-ġenituri ma jesponux lill-minuri għal dan il-logħob u forsi wieħed jasal biex jistaqsi wkoll kemm huwa ġustifikat li jkollna logħob tal-lottu sanctioned u promoted mill-Istat.", "Hawnhekk nixteq niftaħ parentesi oħra dwar il-kwestjoni ta' l-użura.", "Fis-soċjeta' tagħna għandna diversi individwi u familji li huma affetwati bl-aktar mod negattiv mill-użura għaliex l-imgħax li jiġi ċċarġjat fuq il- flus li jissellfu mill-idejn huwa fenomenali u jista' jkun ukoll li l- ammont li jkollhom jagħtu fi ftit xhur mhux jirdoppja jew jitrippla imma jiżdied anke b'għaxar darbiet.", "Kif diġa' għidt, dan joħloq problemi kbar pero' sfortunatament fil-liġijiet tagħna donnu hemm lakuna għaliex safejn jiena informat dan ma jitqiesx li huwa reat.", "Ikun hemm ukoll min japprofitta ruħu minn dawn is-sitwazzjonijiet u jkun hemm min tant jinqabad f'diffikultajiet li, kif nafu, sa jasal biex jikkommetti suwiċidju.", "Jiena nissuġġerixxi li bħalma l-Gvern qiegħed iressaq din il-mozzjoni biex jillimita l-logħob klandestin u fl-istess ħin jidderieġi dik il-faxxa ta' nies biex jilagħbu logħob legali, jipprepara wkoll programm li jipprova jiskoraġġixxi l-logħob.", "Nixtieq ukoll li l-liġijiet tagħna jiġu aġġornati sabiex il-problema ta' l-użura tittaffa u tiġi kkontrollata.", "Jiena naħseb li kwalunkwe soċjeta' li trid trawwem tip ta' standard of living tajjeb u valuri tajbin, ma tistax tħares biss lejn il-pieni mingħajr ma tagħti kas dawn il-punti u mingħajr ma tħejji programm biex titratta dawn il-problemi u b'hekk ittejjeb is-sitwazzjoni.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimakri, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, bħalma qal il-kelliem ta' qabli, l- Onor. Josef Bonnici, jiena nħoss li l-logħob klandestin huwa pjaga soċjali li qiegħda tkisser ħafna familji.", "Ma nistax ma ngħidx dan, aktar u aktar meta nara li din il-pjaga qiegħda tikber kuljum ġewwa pajjiżna.", "Jiena kemm-il darba għidt f'dan il-Parlament u ktibt ukoll fil-gazzetti li l-pulizija jkunu jafu fejn qed isir dan il-logħob klandestin pero' ma jeħdux passi.", "Ngħid ukoll li bħalma dan l-aħħar ittieħdu inizjattivi mill- pulizija u rnexxielhom jaqbdu lil xi nies li jittraffikaw id-drogi li jirrovinaw lil min jeħodhom kemm minn saħħtu u kemm finanzjarjament, hekk ukoll għandu jsir fejn jidħol il-logħob klandestin.", "Jiena nistħi nara privates u minibuses li jieħdu l-ommijiet, darbtejn u anke tliet darbiet fil-ġimgħa, jaħlu l-belli liri f'tombli organizzati f'garaxxijiet jew postijiet pubbliċi.", "Dawn iħallu l-familji tagħhom, lil uliedhom u lil żwieġhom u d-diversi responsabbiltajiet tagħhom u ma tiġihom l-ebda ħniena mill-flus li jitilfu.", "Imbagħad jekk jogħla xi prodott, tarahom jitkażaw!", "Illum għandna wkoll kwalitajiet ta' lotteriji li jiġu minn barra 'l pajjiż.", "Jien kemm-il darba ġejt imħajjar biex nilgħab f'dan il-logħob tal-pools għax mhux l-ewwel darba li rċivejt ċerti pakketti d-dar.", "Fuq il-kuxjenza tiegħi dawn il-pakketti dejjem nibgħathom lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku biex jieħu l-passi neċessarji.", "Dawn il-pakketti qegħdin jirċevuhom ħafna nies.", "Minn dan il-Parlament nixtieq ngħid lin-nies li mhumiex se jsiru sinjuri minn dan il-logħob klandestin u tal-mistħija.", "Tisma' wkoll min jagħmel imħatri dwar min jinżel l-ewwel minn xarabank, tinżilx mara jew inkella raġel.", "Logħob b' mod goff isir fuq il-lotterija Super 5 li titla' kull nhar ta' Erbgħa.", "Kull meta jitla' l-premju tara ħafna nies jonfqu Lm20, Lm50 u anke Lm100 f'logħob.", "Jien nixtieq nappella lill-Ministru biex jikkontrolla l-ammont ta' flus li jistgħu jintrebħu f'din il-lotterija.", "Xi 15-il ġurnata ilu s-somma telgħet għal Lm120,000.", "Kieku tafu n-nies kemm lagħbu mijiet u eluf kbar ta' liri!", "Fallew familji u kien hemm anke nies li ċaħħdu lil uliedhom minn diversi affarijiet biex lagħbu dan il-logħob.", "Huwa veru li s-Super 5 introduċiha l-Partit Nazzjonalista.", "Huwa vera wkoll li kien introduciha biex inaqqas il-logħob klandestin imma jeħtieġ li l-Ministru jagħmel daqsxejn kontroll.", "Hemm bżonn li dan l-ammont ma jitlax b'mod esaġerat u jkun hemm ċertu limitu biex ma jkunx hemm dawk in-nies ta' regħba li jaħsbu li se jsiru sinjuri mis-Super 5.", "F' pajjiżna għandna diversi lotteriji.", "Għandna l-lotterija nazzjonali, is- Super 5, il-lottu u għandna t-Tiritombla.", "Dan il-pajjiż sar pajjiż tal- lotteriji.", "Anke biex tidħol fi skola tkun trid titla' lotterija!", "Ma jistax ikun li dan il-pajjiż żgħir jibqa' sejjer hekk.", "Għal ċertu bżonnijiet ma nsibux il-mezzi imbagħad għal ċertu logħob klandestin insibu flus kemm irridu!", "Imissna verament nistħu!", "Jien għalhekk irrid nagħmel appell lill- irġiel, missirijiet ta' familja, lill-ommijiet u lit-tfal ukoll.", "Bħalma qal sieħbi qabli, anke t-tfal qed jittantaw xortihom billi jilagħbu l-flus fil- lotteriji biex iħallsu l-karozza jew biex forsi jixtru d-droga.", "Ma jafux li min jilgħab huwa dejjem tellief.", "Jien m'inix qed nagħmel priedka hawnhekk imma nixtieq inwassal messaġġ bħala membru ta' dan il-Parlament.", "Lill-poplu Malti kollu ngħidlu li qed jagħmel żball meta jagħti kas dawn id-diversi lotteriji u lottu klandestin.", "Il-lottu klandestin irid jiġi miġġieled bħalma hi miġġielda d-droga.", "Jekk aħna qegħdin nagħmlu gwerra kontra l-alkoħoliżmu u d-droga, għandu jkollna skwadra tal-pulizija wkoll biex tikkontrolla dan il-logħob klandestin.", "Dan it-tip ta' logħob ma jistax jinqered għax il-bniedem huwa rgħib.", "Dan mhux Malta biss isir imma kullimkien.", "Anke fit-tiġrijiet taż- żwiemel, għalkemm ikun hemm dawk li huma awtorizzati, minn taħt l-idejn jgħaddu mijiet u eluf ta' liri f'imħatri.", "Jien nappella lill-poplu Malti biex joqgħod attent u ma jaħlix flus f'dawn il-lotteriji.", "Forsi wieħed irid jimmodera daqsxejn u jikkontrolla f'dawk li huma lotteriji legali imma fil-logħob klandestin wieħed irid joqgħod attent.", "Nisteden lill-pulizija biex jikkontrollaw bis-sħiħ.", "Il- pulizija jafu fejn iridu jattakkaw imma kultant jagħlqu għajnejhom.", "Ġieli quddiem imneħirhom stess isir il-logħob klandestin.", "Ġewwa l-Hamrun - u ma nibżax insemmi l-post - isir logħob klandestin quddiem l-għassa tal- pulizija stess.", "Kulħadd jikteb u jħazzez u Alla jbierek il-pulizija ma jafu b'xejn minn dan.", "Din hi ħaġa tal-mistħija.", "Ir-responsabbilta' tal- pulizija biex jikkontrollaw dawn l-affarijiet hija kbira u nitlobhom biex ma jdawrux għajnhom għal din it-traġedja li qed ikollna ġewwa pajjiżna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Grazzi, Madam Speaker.", "Nieħu gost nisma' li l- Kamra kollha kemm hi taqbel dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex kemm jista' jkun jitrazzan dan il-logħob klandestin.", "Hu x'inhu l-logħob, speċjalment fejn jidħlu l-flus, dejjem huwa ta' ħsara mhux biss lill- familja imma anke lis-soċjeta'.", "Waqt li qgħadt nisma' lill-kelliema ftakart f'każ li ltqajt miegħu jiena wiċċ'imbwiċċ meta kont għadni kap ta' skola.", "Niftakar li darba minnhom ġiet mara ġewwa l-uffiċċju.", "Kienet tidher inkwetata ħafna u qaltli li riedet tkellimni privatament.", "Jien aċċettajt bil-qalb kollha u poġġejna bil-qiegħda flimkien.", "Imbikkma qaltli li kienet mara li rikibha l-logħob.", "Il-flus li kien ġemma żewġha biex jixtri xi għamara fid-dar ħadithomlu ftit ftit minn wara dahru.", "Ħadithomlu għaliex dejjem kienet tittama li l-ftit li tieħu tkun tista' troddlu lura mir-rebħ fuq il-logħob.", "Ix-xorti ma għenithiex u dik is-somma ta' flus li żewġha kien ġemma berbqithielu fil-logħob.", "Kulma kien baqgħalha kien envelope vojt.", "Jiddispjaċini li qed nitkellem b'dan il-mod.", "Veru li f'dan il-każ mara kienet involuta imma dan ma jfissirx li n-nisa biss jilagħbu.", "Hemm tendenza li n-nisa jattendu aktar attivitajiet fejn ikun hemm logħob għal flus imma l-logħob jintlagħab minn kulħadd.", "Waħda mill-affarijiet li tkiddni hija li aħna nitkellmu dwar miżuri li rridu nieħdu għan-nies il-kbar imma f'dan il-każ irridu noqogħdu attenti wkoll anke għall-miżuri li rridu nieħdu fejn jidħlu t-tfal.", "Per eżempju, jekk tmur speċjalment is-Sibt filgħodu ssib li l-ġenituri jibagħtu lil uliedhom biex jilagħbu l-lottu.", "Xi jfisser dan?", "Ifisser li minn eta' żgħira lil dawn it-tfal diġa' qegħdin iħajruhom sabiex jersqu lejn il- logħob u jġiegħluhom jaspiraw li xi darba bis-saħħa tal-logħob se jirbħu somma flus li forsi tagħmilhom sinjuri.", "Madam Speaker, dawn l-affarijiet huma ħżiena ħafna u hawnhekk tidħol l-edukazzjoni.", "Il-kelma \"edukazzjoni\" ma tfissirx biss li nedukaw lit-tfal dwar x'għandhom jistudjaw, fejn iridu jaslu u x'inhuma l-aspirazzjonijiet tagħhom imma l-edukazzjoni tidħol anke fil-mod ta' kif għandhom jgħixu.", "U hawnhekk jidħlu l-valuri.", "Illum diżgrazzjatament insejna x'inhuma l-valuri umani li jagħmluna nies u li jagħmluna ċittadini u qegħdin nibnu l-ħajja tagħna fuq ħaġa waħda.", "Illum il-flus saru kollox għalina u m'għadx għandna edukazzjoni dwar x'inhuma l- valuri tal-ħajja.", "X'inhu l-aktar importanti fil-ħajja?", "Li tgħix kuntent bil-mezzi li għandek u bil-mezzi li tista' takkwista jew inkella bil-mezzi li taf li huma remoti li tilħaqhom?", "U jekk lil uliedna ma nfissrulhomx dawn l-affarijiet miċ-ċkunija, jiddispjaċini ngħid li għada pitgħada se jkollna aktar mil-lum soċjeta' li se tibbaża ħajjitha u xortiha fuq il- flus.", "Issemmiet ukoll l-użura.", "GĦal min jilgħab mingħajr trażżin u bla kontroll hemm qawl bil-Malti li jgħid: Tieħu mingħajr ma trodd sas-swar tħott.", "U dan jgħodd ħafna għaliex ħafna drabi qegħdin insibu li meta n- nies jiġu daharhom mal-ħajt jaslu biex imorru għand ħaddieħor sabiex jiddejnu b'imgħaxijiet għoljin.", "B'hekk dawn se jkollhom problema akbar għaliex, minbarra l-problema li m'għandhomx flus fil-but biex jgħixu ħajja diċenti, se jżidu piena oħra li jissellfu mingħand ħaddieħor u allura se jkabbru d-dejn tagħhom minħabba imgħaxijiet għoljin.", "Jekk wieħed jidħol fil-fond ta' dawn l-affarijiet isir jaf bil-pjaga kbira li hawn.", "Jien naqbel ma' dak li ntqal, jiġifieri li għandhom jittieħdu miżuri min-naħa ta' l-awtoritajiet ikkonċernati.", "GĦaliex le?", "Hawn postijiet fejn dan il- logħob klandestin jintlagħab aktar minn f'postijiet oħrajn u jekk l- affarijiet iridu jittieħdu bis-serjeta' l-Pulizija għandha tieħu passi kontra min jinqabad jilgħab b'dan il-mod.", "Jiddispjaċini ngħid li llum ma rridux noqogħdu ngħidu \"jaħasra dak għandu familja\" jew \"jaħasra dik għandha t-tfal\" imma rridu nkunu ebsin għaliex wara kollox ħafna drabi mhux aħna l-kbar inbatu imma min hu iżgħar minna.", "Dan qed ngħidu mill- esperjenza għax mhux l-ewwel darba li rajt nies maqbudin fil-vizzju tal- logħob jaħlu flushom fil-logħob, biex imbagħad meta jiġu għal affarijiet aktar bażiċi u importanti jgħidulek: Isma', jien m'għandix flus.", "Per eżempju, tibgħat tgħidilhom li t-tfal għandhom bżonn xi affarijiet għall- edukazzjoni tagħhom u jgħidulek li m'għandhomx flus imbagħad tkun taf li flus għandhom imma jħalluhom biex imorru jilagħbu.", "Jien hawnhekk nerġa' nappella biex it-trażżin tal-liġi, kif se tiġi emendata, jittieħed bis-serjeta' u nemmen li jekk kemm-il darba tittieħed bis-serjeta' l-ewwelnett titnaqqas sewwa t-tbatija fil-familja u barra minn hekk jitnaqqas ukoll il-ġlied fil-familji.", "Nafu li dan id-dejn qed iwassal anke biex ikun hawn separazzjonijiet u firdiet fil-familji.", "Allura aħna, li qegħdin hawnhekk bħala nies responsabbli sabiex inħarsu l-interessi taċ- ċittadin, għandna nagħmlu minn kollox biex nieħdu ħsieb dawn l-affarijiet u ma nħalluhomx ikomplu jmermru lis-soċjeta' ħalli kemm jista' jkun insalvaw mhux biss is-soċjeta' Maltija imma fuq kollox insalvaw il-familja Maltija.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Brincat biex jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, f'dan id-dibattitu ta' madwar siegħa li kellna fuq dan is-suġġett naħseb li koprejna l-ispectrum kollu, għaliex apparti l-problema soċjali li qamet u li kienet valida ħafna, bħala problema naħseb li koprejna żewġ estremi.", "Kellna min ikkritika li l-Gvern kien għamel ċertu capping fuq ir-rebħ u allura b'hekk kien qed jivvantaġġa lil min jorganizza l-logħob klandestin.", "Imbagħad fl-estrem l-ieħor saru suġġerimenti li l-Gvern għandu jillimita ċertu logħob, bħalma hu s-Super 5, għaliex meta r-rebħ jitla' ħafna 'l fuq qed ikun ta' inċentiv qawwi żżejjed għal dak li jkun biex jilgħab u jilgħab u jkompli jilgħab.", "Jien irrid inħares lejn is-sitwazzjoni kollha oġġettivament u nemmen li joffri x'joffri l-gvern, min qed jorganizza l-logħob klandestin dejjem se jibqa' joffri xi ftit aktar bħala inċentiv għaliex, kif semmejt fl- introduzzjoni tiegħi, dawn m'għandhomx l-istess overhead u operational expenses li jkollu l-gvern u allura huwa aktar faċli għalihom li dak li joffri l-gvern, kemm jekk huwa ftit u kemm jekk huwa ħafna, iżiduh xi ftit iktar ħalli jkollhom l-edge fuqu u b'hekk ikunu jistgħu jiġbdu aktar nies lejhom milli jmorru jilagħbu b'mod legali.", "Jien persważ li d-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku jżomm ruħu aġġornat ħafna dwar il-qasam tal-lotteriji internazzjonali.", "Illum id-direttur innifsu mhux biss huwa rappreżentant fil-European Association of State Lotteries imma bil-ħidma ta' Malta fi ħdan l-assoċjazzjoni ta' l-istate lotteries, jekk m'iniex sejjer żball sentejn oħra f'pajjiżna stess se jiġi organizzat il-kungress ta' din l-assoċjazzjoni.", "Dan juri reward, biex ngħid hekk, pro-attiv li Malta tieħu fi ħdan din l-organizzazzjoni, fejn ovvjament ikun hemm skambju ta' ideat u anke bdil ta' informazzjoni dwar kif jitħaddmu l-lotteriji statali fid-diversi pajjiżi, stati u reġjuni Ewropej.", "Jien naħseb li l-penali li qed nagħmlu f'din il-liġi qed tiżdied b'mod notevoli u konsiderevoli u nemmen li dan se jkun ta' deterrent qawwi.", "Biss, kif spjegajt jien stess fil-bidu u kif spjegaw diversi kelliema oħra, b'mod partikolari l-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici, jekk ma jkunx hemm l- enforcement huwa inutli li ngħollu l-penali.", "Nistgħu nirdoppjawha u nagħmluha t-triplu għax jekk ma jkunx hemm enforcement il-liġi tibqa' sabiħa fuq il-karta.", "GĦalhekk jien minn hawnhekk nerġa' nappella lill- awtoritajiet tal-law enforcement biex f'pajjiż żgħir bħal Malta, fejn kulħadd huwa magħruf u kulħadd jaf lil kulħadd, jieħdu l-passi neċessarji kif qed jieħdu tant tajjeb fil-ġlieda li għandna għaddejja fil-pajjiż bħalissa fil-qasam tad-droga.", "GĦamlu tajjeb id-diversi kelliema li trattaw il-problema kemm mill-angolu ekonomiku u anke mill-aspett soċjali u naħseb li wieħed mill-punti li qamu u li ta' min jirrifletti fuqu kien l-aspett tal-marketing li għamel il- gvern innifsu.", "Il-gvern qiegħed jagħmel a hard sell campaign meta jagħmel dawk ir-reklami kollha?", "Jien naħseb li dan huwa, biex ngħid hekk, demarcation line irqiq ħafna li diffiċli taqbad u taqta' fuqu.", "Jekk il- gvern qed jagħmel marketing tal-lotteriji u l-lottu, ovvjament irid jagħmel ċertu marketing effettiv.", "Irid ikun marketing li jasal u fl-istess ħin meta jkun hemm ċerti winnings irid jagħti ċertu sodisfazzjon lill-pubbliku ħalli jżommu aġġornat dwar l-eżitu ta' dawk il-lotteriji li jkunu ġew organizzati.", "Biss jien xorta waħda nemmen li għandu jkun hemm ċertu limitu anke fuq il-budgeting tal-gvern għar-reklamar biex b'hekk ikun cost effective kemm jista' jkun u fl-istess ħin ma naqgħux f'dik in-nassa li semmew diversi kelliema.", "Pero', jien naħseb li l-aktar punt importanti huwa li f'lotteriji bħas-super 5 nemmen li għandu jkun hemm ċertu capping fuq ir-rebħ li jsir ħalli filwaqt li dawn il-lotteriji jkunu attraenti biżżejjed għal min hu interessat li jilgħab, ma jkollhomx dik il-ġibda esaġerata li jiġbdu lejhom nies li f'ċirkostanzi normali ma kenux ikunu nteressati li jipprovaw ix-xorti tagħhom fil-logħob innifsu.", "L-aħħar osservazzjoni li rrid nagħmel hija dwar il-minorenni.", "Ninsab informat li d-dipartiment innifsu regolarment joħroġ guidelines lir- riċevituri tal-lottu biex dawn ma joffrux is-servizzi tagħhom lit-tfal taħt l-eta'.", "Jekk mhux qed ikun hemm enforcement biżżejjed fuq il-livell tar- riċevituri huwa impossibbli li jsir l-enforcement min-naħa tad-dipartiment.", "Biss jien nappella sinċerament lir-riċevituri tal-lottu biex jimxu mal- guidelines li tahom id-dipartiment għaliex nemmen li jkunu qed jirrendu ruħhom kompliċi għal atti f'kważi kriminali jekk jipprovaw iħajru l- minorenni għal-logħob tal-lottu, anke jekk dan ikun organizzat mill-Istat legalment.", "L-aspett ta' l-użura jien semmejtu fl-ewwel intervent tiegħi u għalhekk ma nħossx li għandi nirrepeti dak li diġa' ntqal mill-kelliema l-oħra.", "Wieħed ma jridx jinsa d-dimensjoni soċjali qawwija li għandha din il- problema, b'mod partikolari l-mod kif nies bi problemi finanzjarji qed jaqgħu f'din ix-xibka u qed ikollhom iħallsu litteralment minn imneħirhom l- imgħaxijiet kbar li qed jiġu ċċarġjati minn dawk in-nies li jkollhom flus xi jħaddmu u x'jirriċiklaw.", "Jien daqshekk għandi xi ngħid fuq din il-liġi, biss nerġa' nappella, kif diġa' appellajt fil-bidu ta' dan l-intervent, li hemm bżonn li jkun hemm enforcement qawwi mill-awtoritajiet jekk irridu li din il-liġi tkun waħda effettiva u li tagħti r-riżultati mixtieqa.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku, Kap 70\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-POOLS TAL-GVERN MALTI FUQ IL- LOGĦOB", "MALTESE GOVERNMENT FORECAST POOLS (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat jekk jogħġbu, jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob, Kap 131\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE CILIA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif semmejt fl-introduzzjoni ta' l-ewwel liġi li kellna quddiemna, dawn iż-żewġ liġijiet huma komplimentari ħafna mhux biss għaliex huma relatati ma' xulxin imma għaliex anke l-għanijiet tagħhom huma l-istess.", "Filwaqt li dawn qed jitfgħu liability fuq l-individwu li jinqabad b'dawn il-pools jew b'dawn il-lotteriji f'idejh, qed iżidu b'mod sostanzjali l-penali li hemm applikabbli.", "Jekk nieħdu l-liġi li għandna quddiemna huwa tajjeb li naraw b'liema mod aċċellerat qed jiżiedu l-penali.", "Qabel kulmin jidħol fil-logħba tal-pools u jinqabad bħala distributur kien jeħel minn Lm5 sa mhux iżjed minn Lm20.", "Illum il-multa qed titla' minn Lm50 għal Lm200.", "Jekk nieħdu mbagħad subartiklu (2) ta' artiklu 13 ta' l-Att prinċipali, dan jgħid hekk:", "\"Kull distributur awtorizzat jew persuna minnu delegata illi, qabel ix- xandir tar-riżultat provviżorju, jaċċetta xi kupun bi prezz li jkun iżjed jew inqas mill-ġugata b'żieda tal-ħlas awtorizzat, ikun jista', meta jinsab ħati, jeħel multa ta' mhux anqas minn għoxrin lira u mhux iżjed minn ħamsin lira jew priġunerija għal żmien ta' minn xahar sa tliet xhur jew sew għal dik il-multa u dik il-priġunerija flimkien.\".", "Bil-mod kif qed tiġi mibdula l-liġi, fejn qabel kellna penali ta' Lm20 issa qed nagħmluha ta' Lm1,000; u fejn qabel kellna \"mhux iżjed minn Lm50\" issa se jkollna \"mhux iżjed minn Lm5,000\".", "GĦal dik li hija priġunerija, jekk qabel kienet għal żmien ta' minn xahar sa tlieta, issa qed tiġi estiża għal żmien ta' minn sitt xhur sa 12-il xahar.", "Dan juri l-impenn min-naħa tagħna biex kemm jista' jkun il-penali tolqot verament fil-laħam il-ħaj u ma tkunx sempliċement penali nominali li qegħda hemmhekk sempliċement fuq il-karta.", "Imbagħad artiklu 15 ta' l-Att prinċipali jgħid li:", "\"Kull distributur awtorizzat li mingħajr raġuni tajba jonqos li jħallas lid-Direttur l-ammont nett ta' flus li jdaħħal bl- aċċettazzjoni tal-kupuni fil-jum stabilit għal dak il-ħlas fir- Regolamenti tal-Pools jista' jeħel, jekk misjub ħati, multa ta' mhux anqas minn ħames liri u mhux aktar minn għoxrin lira.\".", "Dan fil-fatt qed jiġi mibdul ukoll għax minflok minn \"ħames liri\" għal \"għoxrin lira\" qed nagħmluha minn \"ħamsin lira\" għall-massimu ta' mhux aktar minn \"mitejn lira\".", "Imbagħad għandna subartiklu (2) ta' artiklu 16 li jgħid li:", "\"Kull min jorganizza xi pool fuq il-logħob projbit jew jiġbor ġugati dwar hekk sew bi ħlas fil-pront jew bid-dejn, u kull min jgħin jew iħajjar l-istess b'xi mod, ikun jista' meta jinsab ħati, jeħel multa ta' mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn mitejn lira u priġunerija għal żmien ta' minn xahar sa tliet xhur.\".", "Dan qed jiġi emendat għal mhux inqas minn \"elf lira\" u mhux iżjed minn \"ħamest elef lira\" u priġunerija għal żmien ta' \"minn sitt xhur sa tnax-il xahar\".", "Imbagħad finalment għandna l-emenda l-oħra għal subartiklu (3) ta' artiklu 16 li jgħid li:", "\"Kull min, li ma jkunx kompliċi kif imsemmi hawn qabel, jilgħab ġugata sew bi ħlas fil-pront jew bid-dejn, ikun jista', meta jinsab ħati jeħel multa ta' mhux inqas minn ħames liri u mhux iżjed minn għoxrin lira.\".", "Dan qed jiġi emendat għal mhux inqas minn \"ħamsin lira\" u mhux iżjed minn \"mitejn lira\".", "Jien naħseb li dak li għidna għall-ewwel liġi japplika anke għal din il- liġi.", "L-unika osservazzjoni li xtaqt inżid hija l-osservazzjoni li ħafna drabi jagħmlulek diversi nies meta tiltaqa' magħhom.", "Jgħidulek: Isma', il- Gvern x'qed jistenna biex jintroduċi l-pools min-naħa tiegħu?", "U r-risposta għal din il-mistoqsija hija li l-ewwelnett ma nħossux li huwa żmien opportun li nintroduċu l-pools Maltin - għax nemmnu li s-suq lokali m'huwiex kbir biżżejjed biex jiġġustifika n-nefqa kapitali għal dan - u barra minn hekk id-dipartiment m'huwiex f'qagħda li jorganizza s-sitt logħba b'żieda mal-ħames logħbiet li diġa' qiegħed iniedi bħalissa.", "Apparti minn hekk, naħseb li m'għandix xi nżid f'dan l-istadju.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, filwaqt li l-liġi preċedenti kienet tikkonċentra fuq il-lottu, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jikkonċentra l-aktar fuq logħob ta' l-azzard marbut mar-riżultati sportivi jew ta' kull xejra oħra marbuta mal-logħob.", "L-ewwel sport li forsi jiġi f'moħħ dak li jkun meta jitkellem dwar il- pools u dwar l-abbuż tal-logħob klandestin huwa proprju l-logħob tal- football, forsi għax hija l-aktar logħba popolari mhux biss f'pajjiżna imma anke fuq livell mondjali.", "Kulħadd jaf bil-passjoni li hawn fuq għall- football Ingliż u għall-football Taljan u anke xi ftit ukoll għall-football Ġermaniż u hija meravilja kif jivvintaw proprju logħob u pools klandestin għal kampjonati tal-football mhux biss lokali imma anke barranin.", "Tiskanta kif jivvintaw litteralment il-logħob marbut mar-riżultati sportivi dwar min jiskorja l-iżjed, min jiskorja l-ewwel, liema teams ġejjin draw, min jirbaħ home, min jirbaħ away, min ikollu tant telfiet jew rebħiet konsekuttivi, min jiskorja f'tant ħin, eċċ, eċċ. Ovvjament ħafna minnhom iħarsu lejn it- totocalcio Taljan jew il-pools fir-Renju Unit u hija ħaġa ta' l-għaġeb kif jinkisru r-regolamenti ta' pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam l-exchange control.", "Eluf ta' liri li joħorġu barra mill-pajjiż illegalment huma marbutin ma' dawn il-kampjonati.", "Sal-lum il-ġurnata kellna pieni, biex ngħid hekk, redikoli ta' ftit liri 'l hawn u 'l hinn, li ċertament jagħmilha attraenti għal min jorganizza dan it-tip ta' logħob minħabba l-ammonti ta' flus li jkun hemm involuti.", "Fil- fatt issa qegħdin ngħidu li dawn iktar qed jitqiesu bħala reat kriminali u l-multi qed jiżdiedu sew, kif qed jiżdied ukoll dak li għandu x'jaqsam ma' pieni ta' priġunerija.", "Fil-fatt dawn il-pieni qegħdin jiħraxu mhux biss kontra l-operaturi klandestini imma anke kontra l-lagħba u nispera li dan jixpruna lill-pulizija biex iħarrxu l-isforzi tagħhom kontra din ix-xorta ta' kriminalita' organizzata.", "Naħseb li ta' min jgħid x'effett għandu dan il-logħob klandestin anke fuq il-kamp sportiv.", "L-effett huwa fenomenali għaliex meta jkun hemm dan it- tip ta' logħob klandestin ikollok min jipprova jimmanipula l-logħba.", "Meta titkellem fuq il-football hija ħaġa magħrufa li ħafna drabi ssib operaturi li ma jkunux kuntenti biss li jorganizzaw il-logħob illegali imma barra minn hekk jipprovaw jimmanipulaw ir-riżultat biex idawru x-xejra tal-logħob għal kif jaqbel lilhom.", "Ir-redikolaġni ta' din is-sitwazzjoni hi li ssib min jagħmel żball ġenwin u jgħidulu li hu mixtri, imbagħad ssib min ikun tassew mixtri u jkun kapaċi jgħatti l-operazzjoni kollha tiegħu.", "Irrid ngħid li dan il-logħob klandestin mhux biss qed ikollu effett negattiv fuq il-football imma anke fuq logħob ieħor.", "Jien nemmen li għandna nissapportjaw il-ħidma tal-Pulizija f'dan il-qasam u nixtieq nenfasizza fuq aspett partikolari ta' sports, apparti l-football li biex ngħid hekk hu organizzat fuq linja internazzjonali.", "Hawn qed nirriferi għal-logħob li jsir fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel.", "Hija ħaġa ta' l-għaġeb imma dan huwa wieħed mill-ftit sports fil-pajjiż fejn wieħed jista' jilgħab b'mod legali.", "Hemm sistema li jgħidulha tout fejn wieħed jista' jagħmel l-imħatri fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel b'mod legali.", "Il- ħaġa ta' l-għaġeb m'hijiex din imma kemm jiġi organizzat logħob mhux uffiċjali fil-ħwienet - xi ħadd mill-Oppożizzjoni semmiha din - b'mod li dak li wieħed jista' jirbaħ minn logħob legali jkun biss farka ħdejn dak li jista' jmissu minn dan il-logħob illegali.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-logħob li jsir b'mod legali finalment se jgawdu minnu anke l-istess għaqdiet u oqsma sportivi u se jintuża għal għanijiet tajbin, imma meta tara l-flus deħlin fil-bwiet ta' dawn in-nies minflok ma jmorru għall- avvanz ta' l-isport hija problema gravi.", "Jien niftakar li waħda mill-ewwel azzjonijiet li kont ħadt min-naħa tiegħi bħala segretarju parlamentari dwar it-tiġrijiet taż-żwiemel kienet li biddilt il-kompożizzjoni tal-kumitat li kien imexxi l-Marsa Racing Club.", "Kien hemm min ikkritika dawn il-manuvri imma min-naħa tiegħi l-kuxjenza hija clear għax l-għanijiet tiegħi kienu ċari.", "Waħda minn dawn l-għanijiet kienet proprju biex niġġieldu bl-iktar mod iebes il-logħob klandestin fuq iż-żwiemel.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li matul din is-sena kien hemm numru record ta' madwar 30 ruħ li tressqu mill-pulizija, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-logħob klandestin tat-tiġrijiet taż-żwiemel.", "U minn hawn nixtieq infaħħar il-passi li ħadu l-pulizija f'din id-direzzjoni.", "Naf li din hija xi ħaġa perikoluża għax ikun hemm min jipprova jheddek biex ma tirfisx fejn m'għandekx tirfes, imma nassigurakom li f'din il-ġlieda ninsabu lkoll magħqudin biex jittieħdu il-passi u tinżamm id-dixxiplina kif jixraq.", "Nista' ngħid li riċentement kellna laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija u mas-supretendent Michael Cassar li hu nkarigat mit-taqsima ta' l-inforzar tal-liġi kontra l-vizzji u minn hawnhekk nixtieq infaħħru tas-suċċess li qed ikollu fil-ħidma tiegħu fejn qed jistudja l-possibbiltajiet ta' kif tista' tiġi monitored aħjar din it-tip ta' attivita'.", "Per eżempju, wieħed mill-ilmenti li kien ikolli mill-bookmakers uffiċjali fil-Marsa kien li huma qegħdin hemmhekk b'mod legali biex jaqilgħu l-biċċa tal-ħobż tagħhom imbagħad imur ħaddieħor fl-istess korsa ftit metri 'l bogħod minnhom u joffri lil dak li jkun odds ħafna aħjar b'mod klandestin.", "Mela dawn kienu qed itellfu lill-istess nies li kienu qed jagħmlu xogħolhom b'mod organizzat.", "Illum qed nistudjaw anke kif jistgħu jiġu nstallati monitors u cameras biex jistudjaw aħjar is-sitwazzjoni ta' manuvri suspettużi anke fl- istess korsa għaliex finalment l-għan tagħna huwa li dan isir post li jiġbed il-familji u mhux lil min irid jilgħab b'mod klandestin.", "Din il- ħidma qed issir għal min irid tassew jieħu pjaċir u jagħti gost lill- familja tiegħu f'dan ir-rigward.", "Apparti dak li għandu x'jaqsam mat-tiġrijiet taż-żwiemel issemmew ukoll xi ħwienet, partikolarment dak li hemm fil-Hamrun, u dwar dan nixtieq ngħid storja żgħira.", "Niftakar li qabel l-elezzjoni kont qed nagħmel il- canvassing fl-area tal-Marsa li tagħti għall-Hamrun, fejn hemm dan il-ħanut partikolari li jorganizza logħob ta' l-azzard - bosta minn dawn il-membri li ssemmew li tressqu riċentement kienu proprju f'dan il-ħanut - u ġejt avviċinat minn wieħed li qalli: Tridx nagħmillek imħatra fuq ir-riżultat ta' l-elezzjoni?", "Qed ngħid dan biex nuri kif dawk li huma vvizzjati huma lesti li jilagħbu litteralment fuq kollox u aħna ma nkunux serji jekk ma neħdux passi biex jiżdiedu l-pieni kontra dawn in-nies u kontra min jipprova jikkapitalizza mill-aktar affarijiet serji fil-pajjiż.", "Jien naħseb li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed fuq sisien sodi f'din id- direzzjoni.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq insemmi dwar l-effett tal-logħob illegali hija l- użura.", "Din il-problema li kont niltaqa' ħafna magħha fil-professjoni tiegħi ta' nutar issemmiet mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Maria Camilleri u jidhirli anke minn xi membri oħra min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Issib nies li jibqgħu jilagħbu tant bit-tama li jirbħu sabiex forsi xi darba jerġgħu jġibu lura dawk il-flus li jkunu ħarġu fuq logħob illegali.", "Min jaf kemm- il darba kienu jiġu individwi quddiemi, ħafna drabi anke nisa tad-dar, jgħiduli biex insibilhom x'imkien minn fejn jissellfu għax iridu jissellfu akkost ta' kollox.", "Meta kont nistaqsihom kif waslu f'din is-sitwazzjoni tant gravi kienu jgħiduli li lagħbu fuq xi ħaġa jew li għandhom ir-raġel ivvizzjat fuq il-logħob u qed jipprovaw jilqgħu għall-iżbalji tiegħu.", "Din hija problema serja ħafna f'pajjiżna u naħseb li dan l-abbozz ta' liġi qed iħares lejn din is-sitwazzjoni b'serjeta'.", "Irridu noqogħdu attenti għaliex issa mhux qed nitkellmu biss fuq l-isports u l-flus li qed joħorġu illegalment imma qed nitkellmu fuq tifrik ta' żweġijiet u tifrik ta' familji li bi ftit sforz u b'ċerta serjeta' wieħed jista' jiffaċċa biex ma nibqgħux neżlin in-niżla li ħafna drabi ma jkunx possibbli li nerġgħu nitilgħu minnha.", "Min-naħa tiegħi m'għandix aktar x'inżid ħlief li ngħid li dan l-abbozz ta' liġi juri l-impenn tal-Gvern kontra l-logħob illegali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, qabel xejn irrid ngħid li, bħalma għadu kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Cilia, meta l-logħob ikun eċċessiv jista' jagħmel ħsara kbira lill-individwu.", "Minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari li għamilt jien stess f'din il-leġislatura irriżulta li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena daħlu diversi nies, fosthom żgħagħagħ, fl-Isptar Monte Carmeli minħabba logħob eċċessiv għaliex dan jista' jaffettwa l-istat mentali ta' dak li jkun b'mod negattiv.", "Mill-banda l-oħra jien xtaqt nenfasizza kif id-dħul tal-gvern mil-lottu jista' jgħin l-isports u m'hemmx dubju li ż-żidiet fil-pieni huma meħtieġa għall-kontravvenzjonijiet ta' l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob.", "Jirriżulta li l-aktar nies li jipparteċipaw f'pools illegali sportivi huma l-aktar nies li jħobbu l-isport.", "Dan iġibni biex nargumenta li dawn in-nies ma jirrealizzawx li meta huma qegħdin jipparteċipaw f'lottu illegali flok dak legali m'humiex qegħdin jgħinu lid-Dipartiment tal-Lottu biex ikollu l-income li hu meħtieġ biex jgħin lill-isport.", "Jekk nagħmel riferenza għall-estimi ta' din is-sena malajr insib li filwaqt li l-ħruġ lill-attivitajiet u għaqdiet sportivi jlaħħaq ma' l-Lm400,000, din is-sena l-kontribuzzjoni tad-Dipartiment tal-Lottu lill-iSports Fund tlaħħaq mal- Lm200,000.", "Jiġifieri żgur li d-Dipartiment tal-Lottu qiegħed jagħti kontribut kbir lill-isport f'pajjiżna.", "Jien ma nemminx li l-isport għandu jkun iffinanzjat mill-Istat biss imma nemmen li, per eżempju, iktar ma jiżdiedu televisions f'pajjiżna iktar tibda dieħla anke l-possibbilta' li clubs sportivi jkunu jistgħu jingħataw television rights.", "Jekk f'pajjiżna tiġi nforzata kif suppost il-liġi tal- copyright, bħalma qed ngħidu li għandha tiġi nforzata wkoll il-liġi dwar il- kontravvenzjonijiet fil-qasam tal-lottu, żgur li clubs sportivi jkollhom aktar possibbiltajiet li jkollhom dħul minn merchandising rights.", "Sakemm jiġri dan żgur li se nibqgħu f'sitwazzjoni fejn l-isport lokali jippretendi l-finanzi mingħand il-gvern.", "Proprju dan l-aħħar iltqajt ma' wieħed li pparteċipa fit-team tal-cricket lokali li kellu suċċessi tajbin dan is-sajf f'xi kompetizzjoni li saret barra minn Malta.", "Din il-persuna lmentat miegħi li l-gvern qatt ma ta għajnuna finanzjarja b'xi mod jew ieħor lit-team nazzjonali tal-cricket.", "Irrid ngħid li anke dawk li jipprattikaw il- cricket f'pajjiżna - li huwa sport assoċjat ma' nies ta' ċertu income finanzjarju tajjeb - jippretendu li l-gvern jgħinhom.", "U la l-gvern qiegħed jgħin sport ieħor nemmen li għandu jgħin lil dan l-isport ukoll.", "Il-Ministru Brincat għadu kif qal li l-Gvern s'issa hu tal-fehma li ma jsirux pools ta' sports lokali biex ma nkomplux inżidu mal-lottu li diġa' jiġi pprattikat, imma wieħed irid joqgħod ftit attent hawnhekk.", "Jien ukoll nemmen li m'għandniex inżidu l-opportunitajiet ta' logħob f'pajjiżna imma ejja naraw jekk fl-isport lokali nistgħux nikkompetu permezz ta' pools ma' dawn l-eluf ta' nies li qegħdin jilagħbu f'pools illegali dwar sport li qed jiġi pprattikat sew f'pajjiżna kif ukoll barra.", "Allura l-flus li wieħed qiegħed joħroġ biex jilgħab f'dawn il-pools illegali, flok ma jmorru fid-Dipartiment tal-Lottu li jista' jisponsorja l-isport lokali, iktar qiegħed imur fuq l-irjus u l-gvern ma jdaħħal xejn.", "Allura għandu jkun hemm aktar pubbliċita' fis-sens li jekk il-gvern stess jorganizza pools lokali sportivi jkun qed jinkoraġġixxi biex in-nies ma jilagħbux f'pools illegali u b'hekk ikunu qed jgħinu l-isport lokali.", "Ovvjament jien qed ngħid li l-gvern idaħħal il-pools sportivi legali flok forom oħra ta' lottu.", "Nerġa' ngħid li jien ma nemminx li pajjiżna għandu jżid il-forom ta' lottu li għandna f'pajjiżna diġa' iżda jista' jibdel forma ma' oħra.", "Per eżempju, flok is-Super 5, it-Tiritombla jew xi oħra li l-gvern ma tantx qed tirrendilu flus, ikun jista' jdaħħal dawn il-pools sportivi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, ma tantx hemm winding-up x'nagħmel fuq din il-liġi għax diġa' tkellimna fit-tul fuq l-abbozz li ressaqna qabel, li huwa komplimentari ħafna għal din il-liġi.", "Permezz ta' dawn iż-żewġ liġijiet, apparti milli daħħalna deterrenti qawwija ħafna biex insaħħu l- ġlieda kontra l-logħob illegali, naħseb li anke mir-rapportaġġ ta' dan id- dibattitu nittama li nkunu qajjimna ftit dibattitu nazzjonali dwar dan is- suġġett.", "Jien nemmen li għalkemm din forsi m'hijiex pjaga kbira daqs il- pjaga tad-droga jew ta' l-alkoħol, hija pjaga li xorta waħda qed tolqot diversi familji Maltin u GĦawdxin u naħseb li tagħmel tajjeb is-soċjeta' Maltija li f'ċirkostanzi bħal dawn tieqaf ftit u tirrifletti fuq l-impatt ta' dawn l-affarijiet.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob, Kap. 131\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jisseskonda?", "ONOR.", "JOE ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" jirrakkommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "7 ta' Lulju 1997", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 li jkompli jemenda l-Att dwar Dazju tas- Sisa\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-liġi li għandna quddiemna llum emendajniha ftit ġimgħat ilu biex ġibna in vigore il-miżuri ta' l-aħħar budget dwar ir-rati tal-fuel, sigarretti u anke spirti.", "Dan kien sar bil- għan li l-Kaxxa ta' Malta żżid fid-dħul annwali tagħha biex b'hekk anke jittaffa l-iżbilanċ bejn id-dħul u l-infiq ta' l-amministrazzjoni.", "Iżda din id-darba l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa kompletament differenti u pjuttost l-iskop aħħari, kif nispjega iktar 'il quddiem, huwa dħul marġinalment anqas għall-Kaxxa ta' Malta, għall-benefiċċju tal-konsumatur jew ta' min qed jipprovdi l-prodott partikolari.", "Ir-rati ta' dazji tas- sisa fuq fuel, sigarretti, tabakk u anke xorb alkoħoliku li kienu eżistenti sa l-aħħar ta' Ġunju fil-fatt qed jiġu riveduti u qed jiddaħħal id-dazju tas-sisa fuq il-birra wara r-revoka ta' l-Att dwar il-VAT.", "Dan l- aġġustament fir-rati u l-introduzzjoni ta' rata ġdida beda b'effett mill-1 ta' Lulju ta' din is-sena bis-saħħa tal-Proklama tal-President u anke bis- saħħa tar-Revenue (Safeguard) Act.", "Dan it-tibdil kien neċessarju minħabba l-fatt li fuq dawn il-prodotti partikolari t-taxxa tad-dwana u sisa tirrendi dħul għall-gvern inqas mid-dħul taħt is-sistema tal-VAT.", "Hawnhekk tajjeb wieħed jirrileva li bil-bidla mis-sistema ta' dazji u sisa għas-sistema tal-VAT fl-1995, ċerti prodotti manifatturati lokalment kienu ġew ippenalizzati għax il-15% VAT - li sakemm il-prodott jasal għand il-konsumatur, it-taxxa tista' tlaħħaq madwar 23% u 26% tal-prezz oriġinali - kienet ogħla mid-dazju tas-sisa.", "Dan jgħodd għall-ilma minerali, għas- soft drinks u anke għall-birra nnifisha.", "GĦaldaqstant bit-tneħħija tal- VAT, il-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-prodotti manifatturati lokalment tnaqqset sew.", "Permezz ta' dawn l-emendi rriżultat sitwazzjoni ekwa biex il- prezzijiet jibqgħu stabli għall-benefiċċju tal-konsumatur, biex il-bejjiegħ ikollu l-qligħ tiegħu kollu mistħoqq garantit u biex il-gvern ovvjament idaħħal dak li hu dovut lejh.", "Dawn l-aġġustamenti kienu neċessarji minħabba l-fatt li minkejja li issa s-sistema ta' refunds tbiddlet drastikament, il-15% VAT fuq dawn il-prodotti partikolarment kienet tirriżulta f'aktar dħul għax kienet imposta, per eżempju, fuq dazju għall- oġġetti barra mill-EU, fuq id-dazju tas-sisa u fuq il-levy, sintendi minbarra l-15% fuq il-valur kollu miżjud fuq profitti eċċ. Illum il-15% VAT fuq il-valur miżjud kollu nbidel f'5% ETP u dan sal-grossista biss.", "Issa se nagħti ftit dettalji tat-tibdil li hemm fir-rati nfushom.", "Nibdew l-ewwel bix-xorb alkoħoliku.", "Ġie kkalkolat l-ammont ta' dħul gross li l- gvern kien idaħħal permezz tar-rati tad-dazji tas-sisa u l-VAT, mingħajr ma wieħed jikkontja għar-refunds fuq l-inputs; u wara li l-Gvern ra kemm se jdaħħal direttament f'ETI u ETP fuq il-prodotti, ppermetta l-element ta' profitt għan-negozjant fuq il-fixed costs u għat-taxxi fuq dawk l-inputs li issa mhumiex rikoverabbli.", "Id-differenza tirriżulta fir-rati l-ġodda tad- dazju tas-sisa fuq ix-xorb alkoħoliku, kif jidher fl-abbozz ta' liġi, li hija fil-fatt żieda medja ta' 4.4%.", "Bi pjaċir ngħid li permezz ta' dan l- eżerċizzju kien possibbli li l-prezzijiet għall-konsumatur fuq xorb alkoħoliku jorħsu mill-1 ta' Lulju.", "Niġi issa għat-tabakk.", "Il-Gvern ra kemm kien qed idaħħal net VAT mill- prodott, imbagħad ġie kkalkolat l-effett tat-taxxa ġdida tad-dwana u sisa fuq l-istess prodott u d-differenza ħarġet bħala r-rata l-ġdida tad-dazju u tas-sisa.", "Fil-fatt din tirriżulta f'żieda ta' 41.5% fuq ir-rata ta' qabel Lulju.", "S'intendi reġa' kien ikkalkolat il-profitt mistħoqq tal-manifattur u anke ġiet determinata l-istabilita' tal-prezz għall-konsumatur innifsu.", "Fil-każ tas-sigarretti baqgħet tgħodd il-price order li kienet teżisti u għalhekk ġie assigurat il-prezz fiss għall-konsumatur u sar biss aġġustament intern biex kulħadd jieħu dak li ħaqqu, kemm il-manifattur, il- bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut u kemm il-gvern.", "Qabel ma ġiet iffissata r-rata l-ġdida tad-dazju tas-sisa ttieħed in konsiderazzjoni l-effett tat- taxxa tad-dwana u sisa fuq l-inputs, biex b'hekk id-dazju tas-sisa żdied biss 1c9 għas-sigaretti king size u 1c4 għal dawk li huma standard size.", "Fil-każ tas-sigarretti importati l-prezz għandu jorħos għaliex iż-żieda fid- dazju tas-sisa, l-istess bħal tal-king size, hija anqas mill-VAT li kienet titħallas fuq l-importazzjoni meta llum ma titħallasx ETI minħabba l-levy u l-VAT li kienet imposta fuq il-levy u fuq id-dazju tas-sisa.", "Nieħdu issa l-prodotti tal-fuel.", "Meta l-gvern ta' qabel iddeċieda li l- 15% VAT għandha tbatiha l-Korporazzjoni Enemalta naħseb li ma kkonsidrax sewwa xi flaġell kien qed isallabha bih.", "Fil-fatt l-Enemalta tilfet il- miljuni u ġiet fi stat li lanqas biss setgħet tħallas lill-gvern la l- istess taxxa li ġiet imposta fuqha u lanqas id-dazji u t-taxxi l-oħra.", "GĦalhekk il-Gvern preżenti issa jrid jikkorreġi din is-sitwazzjoni billi jinstab ekwilibriju realistiku bejn id-dħul tal-gvern u l-piż li għandu jinġarr mill-korporazzjoni nnifisha.", "Effettivament l-Enemalta ġiet eżentata mill-ETI u l-ETP biex tinqata' ċerta burokrazija żejda u biex b'hekk anke l-korporazzjoni tiffranka l-15% fuq il-kontijiet ta' l- elettriku.", "Barra minn hekk, l-eżerċizzju tad-dazju tas-sisa nħadem fuq bażi li l-gvern idaħħal biss 80% ta' dak li kien idaħħal qabel fuq il- petrol, id-diesel, il-gas u anke l-pitrolju.", "B'hekk it-taxxa kollha li l- korporazzjoni kienet tħallas qabel fuq l-inputs tagħha issa se tiffranka mija fil-mija.", "Dan kollu qed isir bil-għan li jitnaqqas l-impatt negattiv fuq il-cash flow tal-korporazzjoni.", "Ta' min iżid ukoll li ż-żidiet netti fid-dazju tas-sisa f'kull litru jvarjaw bejn 1c u 3c għal petrol, diesel, gas u kerosene filwaqt li, kif diġa' għidt, issa l-kontijiet ta' l- elettriku huma mingħajr taxxa, għall-benefiċċju ta' l-Enemalta.", "Sur President, nieħdu issa l-item li jikkonċerna l-birra.", "Id-dazju tas- sisa kien diġa' jeżisti fuq il-birra manifatturata lokalment qabel daħlet il-VAT f'Jannar ta' l-1995.", "Fil-fatt bl-introduzzjoni tal-VAT tneħħa dan id-dazju tas-sisa li fil-fatt kien jissarraf f'taxxa iktar baxxa minn 15% VAT.", "Issa li tneħħiet it-taxxa tal-VAT qed indaħħlu dazju tas-sisa minimali ta' 1c fil-litru fuq il-birra kollha, kemm dik manifatturata lokalment kif ukoll dik importata.", "Ir-rata tad-dazju tas-sisa nżammet għal tapposta baxxa biex it-taxxi imposti żgur li ma jkunux kaġun ta' xi żieda fil-prezz tal-birra għall-konsumatur Malti u GĦawdxi.", "Anzi billi l-birra ta' barra ma teħilx ETI minħabba l-levy u minħabba li se tiffranka l-15% fuq il-levy li qabel kienet teħel bħala VAT, issa l-prezz tal-birra ta' barra effettivament roħos.", "Il-prinċipju ewlieni li nżamm f'dan l-eżerċizzju metikoluż huwa li biċ- ċaqliq li ġie ppreparat - b'affarijiet oħra li jibqgħu ugwali; il-prezz għall-konsumatur, il-profitt għan-negozjant u d-dħul globali għall-gvern iżommu l-bilanċ li kien eżistenti qabel l-1 ta' Lulju, 1997 - fejn stajna u fejn ippermettiet is-sitwazzjoni roħos il-prezz għall-konsumatur iżda żgur li fl-ebda każ ma bata l-konsumatur innifsu.", "Biex setgħu jsiru dawn l- aġġustamenti u biex l-affarijiet ma jsirux għad-dannu ta' xi qasam jew settur, saru l-konsultazzjonijiet kollha meħtieġa u sar anke bdil ta' fehmiet ma' min hu kkonċernat, jiġifieri manifatturi, importaturi, eċċ. Jiġifieri żgur li wieħed ma jistax jgħid li ressaqna din il-liġi hawnhekk u għamilna xi xogħol bl-addoċċ mingħajr ma ħadna l-konsiderazzjonijiet kollha neċessarji.", "B'hekk, fil-fehma tagħna, kellna u għandna riżultat finali li huwa ġustifikat u raġonevoli għal kulħadd.", "Madam Speaker, din hija xiehda oħra ta' kif irid jimxi l-Gvern preżenti meta s-setturi konċernati huma lesti li fi spirtu ta' kollaborazzjoni jikkoperaw miegħu biex it-tibdil ma jweġġa' lil ħadd u t-tibdil ikun wieħed ta' ġid u ta' fejda għall-pajjiż kollu.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, din il-liġi li għandna quddiemna hija, kif qal il-Ministru, konsegwenza tat-tibdil li sar fis-sistema ta' tassazzjoni indiretta.", "Sa Ġunju ta' din is-sena pajjiżna kien qiegħed jopera tip ta' taxxa li hija magħrufa mad-dinja kollha, li hija implimentata fil-pajjiżi kollha żviluppati - b'eċċezzjoni ta' l-Amerka, li minn żmien għal żmien ukoll qegħdin isemmu l-possibbilta' li jdaħħlu sistema simili għall-VAT - u li hija implimentata f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw.", "Din hija sistema ta' taxxa li hija pprovata minn dawn il- pajjiżi kollha li għandha l-inqas impatt negattiv ekonomiku li jista' jkollha xi tip ta' taxxa għaliex tassigura level playing field għal kulħadd.", "Din is-sistema tassigura li jkun hemm newtralizzazzjoni kompleta ta' l-impatt ta' taxxa fuq l-inputs ekonomiċi kollha wżati fil-linji tal- kummerċ, il-mod kif bniedem jindirizza l-operat tiegħu, kif wieħed jorganizza ruħu fis-sistema tan-negozju li jkun irid jagħmel mingħajr ma jkollu l-ebda effett ta' taxxa jekk jeħux deċiżjoni waħda jew l-oħra.", "Dan ifisser li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu xprunati biss fuq l- effiċjenza finali ta' triq partikolari minflok triq oħra.", "Din kienet is- sistema tal-VAT li kienet tassigura li fil-katina kollha tan-negozju, mill- bidu sa l-aħħar, ma jkun hemm l-ebda impatt ta' taxxa li jeħel mas-sistema tan-negozju, jiġifieri li t-taxxa tkun newtralizzata kompletament fis- sistema tan-negozju.", "U din, għal min żviluppa din it-taxxa u għal min roqomha f'dawn l-aħħar 40 sena, tista' tgħid li ġrat għax raw x'effett pożittiv għandha fil-mod kif jista' jiġi ġestit in-negozju.", "Il-VAT - dan qed ngħidu biex wieħed jeqred xi immaġini fittizja oħra - ma nħolqotx mill- Unjoni Ewropea imma l-VAT ġiet adottata mill-Unjoni Ewropea meta l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea raw kemm hi taxxa effiċjenti.", "Il-VAT ġiet adottata minn ħafna pajjiżi mhux għax għandhom xi xamma li qatt ikunu fl-Unjoni Ewropea imma għax raw kemm hija sistema li tagħmel sens u kemm hija sistema effiċjenti.", "Il-Gvern Malti llum, minħabba esiġenzi purament politiċi, elettorali, ta' voti u purament ta' wegħdiet fierħa li għamel qabel l- elezzjoni f'widnejn ħafna nies, ħass ruħu kostrett li jibdel din is- sistema u minflokha jdaħħal sistema oħra.", "Madam Speaker, f'dan il-pajjiż kellna nassistu għal drama fejn rajna gvern li kien qed jgħid li se jbiddel it-taxxa imma ma kienx jaf biex se jbiddilha u ma kienx jaf liema sistema se jdaħħal minflokha.", "Rajna d- drama, il-kummiedja, il-farsa, att wara att, laqgħa wara laqgħa mal- pubbliku, ta' gvern li qed jipprova jimplimenta taxxa li ma jafx x'inhi huwa stess u narawh ibiddel il-parametri skond l-esiġenzi li bdew jinqalgħu minn laqgħa għal oħra u skond kemm u kif ried jikkuntenta lil dawk li kienu quddiemu u li kienu qed iġibulu diffikulta' waħda wara l- oħra ta' kif se jkunu mplimentati dawn it-taxxi.", "Rajna wkoll kif is- sistemi li kienu qegħdin jiġu proposti tbiddlu mil-lejl għan-nhar u ma jgħidulniex li dawn tbiddlu b'riżultat ta' djalogu għax dawn tbiddlu b'riżultat li l-Gvern ma kellux pożizzjoni biex beda biha.", "Dawn tbiddlu b'riżultat li l-Gvern ma kienx jaf x'qed jagħmel u ma ħasibx minn qabel fl- implikazzjonijiet li dawn it-taxxi kien se jkollhom fis-setturi differenti.", "Illum, Madam Speaker, diġa' qegħdin naraw l-effett ta' dawn it-taxxi.", "Diġa' qegħdin naraw kif negozjanti qegħdin jorganizzaw in-negozju tagħhom b'mod li jisfruttaw it-toqob kbar li hemm fis-sistema biex jevadu.", "Dawn mhux biss jevadu l-ħlas ta' dawn it-taxxi imma wkoll il-ħlas ta' taxxi oħra bħat-taxxi tad-dħul.", "Qed naraw kif in-nies fin-negozju qegħdin ineħħu nies minn magħhom jekk dan ikun meħtieġ biex ikunu jistgħu jidħlu f'ċerti livelli ta' ħlas ta' taxxi.", "Qegħdin naraw kif id-dħul tal-gvern sfronda għal kollox minħabba d-dħul ta' dawn it-taxxi.", "Qegħdin naraw kif waqaf ir- ritmu aċċellerat li bih kienet qed tinġabar il-VAT.", "Illum dan il-ġbir sejjer lura minħabba li din is-sistema tat-taxxa hija sistema teknikament żbaljata, ħażina u ma taħdimx tajjeb.", "Ir-riżultat tagħha hu li d-dħul tal- gvern mar il-baħar.", "Waqt li konna qegħdin ngħaddu din il-liġi, minn dawn il-bankijiet konna għidnilu lill-Gvern x'kien se jkun ir-riżultat ta' dan it-tibdil.", "Il-problema mhijiex biss li din hija sistema intrinsikament ħażina.", "Hemm il-problema tal-ħafna eċċezzjonijiet u eżenzjonijiet li l- Gvern ħass li kellu jgħaddi biex iraqqa' t-tiżrit li kien qed jidher minn ġurnata għall-oħra u li din is-sistema ta' taxxa kienet se tagħmel fuq il- mod kif isir in-negozju f'pajjiżna.", "Rajna kif meta kien iqum xi ħadd u jgħid li din is-sistema se toħloqlu problema fuq xi materjal li kien jimporta, minn fuq it-television konna ngħidulu - biex nuru lin-nies li mhux se nweġġgħuhom - li se nagħtuh eżenzjoni.", "U lill-ieħor ngħidulu biex ma jikkonfondix għaliex b'xi mod nirranġawlu.", "U dan il-ħafna rranġar ta' sistemi kompla jagħmel passatur mis-sistema ta' tassazzjoni għax dan hu passatur li minnu jista' jgħaddi kulħadd.", "Madam Speaker, il-VAT hija sistema serja u hija sistema li bil-mod il- mod, kif bdiet titħaddem, kienet qed tagħti riżultati ħafna aħjar.", "Fl- amministrazzjoni ngħidu b'wiċċna minn quddiem li ma bżajniex inħaddmu din is-sistema.", "Urejna lil kulħadd kif is-sistema se taħdem u kif is-sistema se tnaqqas il-possibbilta' ta' l-ekonomija s-sewda.", "Dawn huma affarijiet li ma jiġrux f'daqqa imma jiġru bil-mod.", "Jien infakkar f'żewġ eżerċizzji li għamilna.", "Dawn ma stajniex nagħmluhom qabel għaliex l-informazzjoni bdiet tinbena mill-1 ta' Jannar, 1995 u kellna l-ewwel informazzjoni ta' sena sħiħa f'nofs l-1996.", "Jiġifieri dak iż-żmien stajna nibdew norganizzaw azzjoni fuq l-użu ta' din l-informazzjoni li kienet qed tinkiseb.", "L-ewwel eżerċizzju li wettaqna kien fuq l-ironmongers.", "Il-Ministru tal-Finanzi jista jara x'kien ir-riżultat tiegħu.", "L-eżerċizzju l-ieħor li konna bdejna kien dwar rapporti li tlabna lill-importaturi dwar lil min kienu biegħu l- affarijiet li mportaw.", "U dawn tlabnihom għaliex bis-sistema li kellna stajna nirrikonċiljaw dawn iċ-ċifri maċ-ċifri ta' turnover u input tax li kienu qed jiġu claimed down the line taċ-ċirku tan-negozju.", "Wara li nbidel il-gvern jien kont nistaqsi jekk dan it-tieni eżerċizzju tkompliex jew le u kelli l-assigurazzjoni li dan l-eżerċizzju tkompla.", "Nixtieq li l-Ministru preżenti jgħidilna x'sar minnu dan l-eżerċizzju u jekk fil-fatt ġiex iffinalizzat jew le.", "Jien m'iniex qed nitlob riżultati ta' individwi kif marru u ma marrux pero' nixtieq inkun naf x'kien l-outcome ta' dan l- eżerċizzju.", "Nixtieq inkun naf jekk id-dipartiment ħax aktar azzjoni biex jassigura li d-dikjarazzjonijiet li kienu saru - u li naturalment għadhom isiru - humiex tajbin jew le.", "Madam Speaker, kontra l-parir ta' kulħadd il-Gvern webbes rasu u bidel bl-addoċċ.", "Minħabba f'hekk illum għandna sitwazzjoni fejn il-Gvern qiegħed jgħid bil-problema kbira ta' l-iżbilanċ.", "L-iżbilanċ li għandu l-Gvern illum huwa attribwibbli totalment għall-fatt li dan it-tibdil nawwar il- muturi ta' l-ekonomija tagħna b'mod li tista' tgħid li l-ekonomija tagħna hija at a standstill, jekk mhux agħar.", "Nixtieq kieku l-Bank Ċentrali jagħti d-dawl lill-aħħar rapporti tiegħu ħalli nkunu nafu eżattament, bl- istatistika tiegħu, x'inhu jiġri fl-ekonomija.", "Is-sistema ta' tassazzjoni preżenti mhijiex sistema effiċjenti.", "Żgur li mhijiex sistema sempliċi għax ħafna nies għadhom ma fehmu xejn.", "Anke llum li suppost ilhom iħaddmuha tliet xhur għadhom ma' fehmu xejn.", "Pero' żgur li mhijiex effiċjenti.", "L- ekonomija fil-pajjiż illum għaddejja fuq ritmu baxx ħafna u allura l-Gvern qed ibati sew fil-kisba tad-dħul neċessarju biex isostni l- ekonomija ta' pajjiżna.", "Il-Gvern irid jgħid mea culpa u jrid ikollu l- bonsens kif ukoll il-kuraġġ li jieħu azzjonijiet drastiċi.", "U l-azzjonijiet drastiċi m'għandhomx ikunu li jdaħħal taxxi ġodda li jkomplu jgħarrqu l- ekonomija ta' pajjiżna imma li l-Gvern jerġa' jmur lura lejn sistema ta' tassazzjoni li tagħmel sens u li tista' terġa' ddaħħal f'pajjiżna ingranar tajjeb fid-dħul li għandu bżonn il-gvern.", "Madam Speaker, il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ qed jipproponi ċerti żidiet fit-taxxa tas-sisa.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fit-tibdil li sar fl-ammonti ta' sisa li titħallas jew fil-mod kif ġiet ikkalkolata s- sisa fuq l-ispirti u fuq is-sigaretti, pero' nixtieq ngħid xi ħaġa rigward is-sisa li ddaħħlet fuq il-birra.", "Waħda mill-affarijiet li kienet saret meta konna daħħalna l-VAT kienet li neħħejna s-sisa fuq l-ilma minerali, fuq is-soft drinks u fuq il-birra.", "Dan ma kienx ifisser biss li neħħejna t- taxxa tas-sisa fuq dawn il-prodotti minħabba li l-VAT kienet ħadet post is- sisa, imma kien ifisser ukoll li l-industrija tal-manifattura kienet se tikseb diversi vantaġġi għax l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa jdaħħal ħafna restraints fuq il-manifattura ta' dawn il-prodotti.", "Minnu nnifsu l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa - anke fil-każ ta' sisa fuq it-tappijiet - idaħħal ħafna restraints fuq il-mod ta' manifattura u anke fuq il-mod ta' ppakkjar.", "Per eżempju, minn mindu neħħejna s-sisa fuq l-ilma minerali, l- manifatturi kienu setgħu jippakkjaw l-ilma f'containers b'qies differenti imma dan issa ma jistgħux jagħmluh bit-taxxa tas-sisa għax id-Dipartiment tad-Dwana joġġezzjona għal dan minħabba li m'huwiex prattiku li wieħed jeħel taxxa skond il-qies li jagħżel li jipproduċi l-manifattur.", "Per eżempju, jien niftakar il-problemi kbar li kienu nqalgħu rigward it-tip ta' makkinarju li seta' jiddaħħal f'fabbrika partikolari li timmanifattura l- birra minħabba li l-Kontrollur tad-Dwana kien sab diffikulta' biex ikejjel is-sisa, jiġifieri jekk ikejjilx is-sisa qabel il-brewing, wara jew inkella at the bottling stage.", "Dawn huma problemi li aħna konna qridnihom kollha hekk kif neħħejna s-sistema tas-sisa permezz tal-VAT u għalhekk issa, li qed nerġgħu ndaħħlu din it-taxxa, nispera li m'aħniex qed nerġgħu ndaħħlu dawn it-tip ta' problemi lura fil-qasam tal-manifattura.", "Il-Ministru qal li kkonsulta ma' kulħadd pero' jien nispera li dawn il-konsultazzjonijiet saru anke f'dan il-kontest.", "Jien nassumi li jekk il-manifatturi kienu involuti f'dawn id-diskussjonijiet ħadu ħsieb dawn l-affarijiet ukoll.", "Madam Speaker, nixtieq nispiċċa d-diskors tiegħi billi nagħmel dan il- kumment.", "F'dan il-pajjiż aħna konna resqin biex nissimplifikaw is-sistemi amministrattivi u burokratiċi tagħna billi s-sistemi ta' taxxi li konna se nużaw kienu se jaħdmu weħidhom mingħajr il-ħtieġa ta' kontrolli żejda u esaġerati li fihom infushom iġibu spejjeż żejda u diversi ineffiċjenzi fis- sistemi kummerċjali u industrijali.", "Aħna konna resqin ukoll biex nillivellaw lit-taxpayers b'mod li kulħadd seta' jifhem u seta' jkun jaf x'għandu jħallas u li kif kien qed jiġi trattat hu kien se jiġi trattat ħaddieħor.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li aħna neħħejna mis-sistemi tagħna dawk il-ħafna deċiżjonijiet suġġettivi li ħafna drabi jieħu min ikun qed imexxi, kemm jekk dan ikun bniedem politiku kif ukoll jekk dan ikun bniedem burokratiku, b'mod li kien spiċċa ż-żmien li biex bniedem jagħmel xi ħaġa kien ikun irid jitlob permess lil xi ħaddieħor.", "Il-pajjiż kien wasal f'sitwazzjoni fejn bniedem li ried jopera fl-ekonomija tagħna seta' jaħseb, seta' jiddeċiedi u seta' jimplimenta d-deċiżjonijiet tiegħu immedjatament mingħajr ma joqgħod jistenna l-burokrazija tagħtih eżenzjonijiet u permessi.", "Madam Speaker, pero' issa dan kollu reġġajnieh lura.", "Ċertament dan m'huwiex pass 'il quddiem imma huwa pass lura li minnu jbati kulħadd, kemm l-ekonomija, kemm l-operaturi ekonomiċi, kemm il-konsumatur, kif ukoll il- gvern minħabba n-nuqqas ta' dħul li qed ikollu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, illum qed nassistu għal dibattitu dwar id-dħul tad-dazju u tas-sisa minħabba l-miżuri li ħa l-Gvern fl-1 ta' Lulju li għadda.", "Qabel ma nibda niddiskuti dan l-abbozz ta' liġi fid- dettall jien nixtieq nerġa' nagħmel xi mistoqsijiet.", "Qed ngħid \"nerġa'\" għax proprju l-bieraħ, meta konna qed nagħmlu dibattitu dwar it-taxxi, jien għamilt ċerti mistoqsijiet li fl-opinjoni tiegħi huma ta' interess nazzjonali.", "Per eżempju, fost l-oħrajn jien staqsejt jekk huwiex minnu r-rapport li deher fil-gazzetta \"The Times\" tal-bieraħ, jiġifieri li s-sistema tad-dazji u tas-sisa qed toħloq diffikultajiet u qed twassal saħansitra għal sitwazzjoni negattiva ma' l-Unjoni Ewropea.", "Staqsejt jekk huwiex veru li l- Unjoni Ewropea qed tgħid li s-sistema li daħħal il-Gvern qed tikser l- Association Agreement li Malta ffirmat fl-1970.", "Jien għamilt dawn il- mistoqsijiet hawnhekk proprju għaliex peress li dan ir-rapport huwa inkwetanti ferm, deherli li dan is-suġġett għandu jiġi diskuss f'din il- Kamra fl-ewwel ġurnata li fiha kellu jiltaqa' dan il-Parlament wara l- vaganzi tas-sajf.", "L-Oppożizzjoni kienet ilha twissi lill-Gvern li l-pass li qabad jaf joħlaq diffikultajiet kbar, liema diffikultajiet jistgħu saħansitra jwasslu biex eluf ta' ħaddiema jkunu fil-periklu li jitilfu l- impjieg tagħhom u biex jagħmluha ferm iktar diffiċli li Malta u l-Unjoni Ewropea jinnegozjaw ftehim dwar il-qasam tal-kummerċ.", "Jien għamilt dawn il-mistoqsijiet fil-kontest ta' problema nazzjonali imma madanakollu meta l-bieraħ il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ kien qed jagħmel il-winding-up ma għamel l-ebda riferenza għal dawn il-mistoqsijiet u ħallihom għaddejjin qisu ħadd ma staqsa xejn.", "GĦallinqas jien kont nistenna li fid-dibattitu ta' llum, liema dibattitu jittratta dwar l-Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar Dazju Tas-Sisa, il-Ministru kien se jgħidilna x'inhi s-sitwazzjoni preżenti.", "Fil-fatt is-sitwazzjoni tidher li hija waħda inkwetanti għall-aħħar.", "Jien ma rridx ninstema' allarmista pero' rrid nasal għall-implikazzjonijiet ta' dak li qed jingħad, liema implikazzjonijiet jafu jwasslu għal problemi kbar fir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Jidher li s-soluzzjoni għal dawn il-problemi hija li nerġgħu mmorru lura għas-sistema ta' taxxi li kellna qabel ma ddaħħal l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa fl-1 ta' Lulju li għadda għax is-sistema li daħħal dan il-Gvern hija diskriminatorja u m'hijiex aċċettabbli għall-Unjoni Ewropa.", "Madam Speaker, m'hemmx dubju li llum fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi tagħna din hija waħda mill-affarijiet li qed tqajjem tħassib serju, speċjalment fost l- eluf kbar ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-manifattura.", "Fil-fatt huwa kkalkolat li hemm fuq l-20,000 impjieg li jiddependu mill-esportazzjoni ta' prodotti lejn l-Unjoni Ewropea imma madanakollu l-Gvern, permezz tal- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ li huwa responsabbli minn dan il-qasam, qed jibqa' sieket u ma jgħid xejn dwar din il-materja ta' interess nazzjonali.", "Hija ta' sorpriża għalija li dan il-Gvern qed jiddeċiedi li joqgħod kwiet u din hija xi ħaġa iktar inkwetanti għax tikkonferma li veru hemm xi sustanza f'dawn ir-rapporti - s'issa dawn ir-rapporti diġa' dehru f'żewġ ġurnali - li jindikaw li għaddejjin diskussjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li jaffettwaw saħansitra lil dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu.", "Jien nistenna li l-Gvern juri xi reazzjoni, jgħidilna x'pożizzjoni qed jieħu f'dan ir-rigward u f'ġieħ it-trasparenza jispjega x'inhi s-sitwazzjoni reali għax fil-fehma tiegħi hija xi ħaġa inaċċettabbli li l-pajjiż jitħalla f'din is-sitwazzjoni inċerta.", "Hemm bżonn li l-Gvern jispjega lill-poplu x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dak li għamel u jekk hux veru jeżistu dawn id-diffikultajiet serji li semmiethom kemm-il darba l-Oppożizzjoni u li issa qed jitqajmu anke minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.", "Madam Speaker, jien nispera li pajjiżna ma jsibx quddiem wiċċu dawn id- diffikultajiet pero' jiddispjaċini ngħid li meta wieħed jaqra l-Association Agreement bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u jqabbel dan ma' l- implikazzjonijiet tas-CET isib li jeżisti konflitt.", "Imma meta pprovajt niġbed l-attenzjoni tal-Gvern għal dan f'din il-Kamra ġejt mgħajjar traditur, xewwiexi u li qed naħdem kontra l-interessi ta' pajjiżna.", "Meta kien jitkellem fuq din il-materja l-Gvern kien jgħidilna li m'hemmx problema pero' llum jidher li din m'hi \"no problem\" xejn għax jidher ċar li għandha problemi serji.", "L-impressjoni li kienet ingħatat, kemm qabel l- elezzjoni kif ukoll qabel ma daħal fis-seħħ l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa, kienet li l-Unjoni Ewropea ma kenitx qed issib problema għal din it-tip ta' sistema, pero' llum qed jidher li din l-impressjoni kienet żbaljata għax għall-kuntrarju l-Unjoni Ewropea qed issib problemi kbar li jista' jkollhom implikazzjonijiet koroh għal pajjiżna.", "Għalhekk jien qed nerġa' nistieden lill-Ministru biex jispjega dawn l-affarijiet u jinforma lil pajjiżna dwar id-diskussjonijiet li qed jagħmel fuq dan ir-rigward, dwar il-pożizzjoni li qed tieħu l-Unjoni Ewropea, kif ukoll dwar dik li qed jieħu hu.", "Huwa importanti wkoll li l-Ministru jgħidilna għal liema soluzzjoni qed jersaq.", "Jien nistieden lill-Ministru jgħidilna wkoll kif din is-sistema se taffettwa r-relazzjonijiet li huwa jgħid li l-Gvern irid ikollu ma' l-Unjoni Ewropea.", "S'issa l-Gvern kien qed jgħidilna \"no problem\" għal dawn l-affarijiet pero' issa jidher li jeżistu diffikultajiet kbar.", "Madam Speaker, issa nixtieq indur għal xi aspetti oħra li għandu dan l-abbozz ta' liġi.", "Meta l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ kien qed jintroduċi dawn l-emendi, qal b'ċertu sodisfazzjon, jekk mhux ukoll b'ċertu ftaħir, li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi l-Gvern se jraħħas id-dazji fuq is-sigaretti importati, fuq ix-xorb alkoħoliku u fuq il-birra, bir-riżultat li finalment anke l-konsumatur se jgawdi minn dan ir-roħs.", "Issa hawn ta' min ifakkar li proprju f'Jannar ta' din is-sena meta l-ministru responsabbli mill-finanzi ta' dakinhar kien ressaq il-budget kien qalilna li, minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji, il-Gvern kien kostrett li jżid id-dazji u s-sisa fuq dawn l- istess prodotti ħalli b'hekk jiżdied id-dħul tal-gvern.", "Issa llum il- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ ġie jgħidilna kemm hu bravu l-Gvern li raħħas il-prezz tax-xorb alkoħoliku, tal-birra u tas-sigaretti importati.", "Fil-fatt, minn dan l-abbozz ta' liġi jidher li permezz tad-dazju l-prezz tas-sigaretti importati raħas meta mqabbel mal-prezz tas-sigaretti manifatturati lokalment.", "Pero' apparti l-implikazzjonijiet li hemm għar- rigward tal-produzzjoni lokali, jien nixtieq nistaqsi x'sens hemm f'dawn il- miżuri.", "X'ifisser il-fatt li l-ewwel jiġi hawnhekk l-Onor.", "Spiteri u jgħidilna li se jkollu jżid id-dazji fuq is-sigaretti importati, fuq il- birra u fuq xorb alkoħoliku u mbagħad sitt xhur wara l-Onor.", "Brincat jiġi jgħidilna kemm huwa bravu l-Gvern li qed iraħħas il-prezz ta' dawn il- prodotti?", "Il-Gvern jaf x'inhu jagħmel?", "Madam Speaker, jekk il-Gvern għandu problema finanzjarja u qed jgħid li se jdaħħal taxxi ġodda - fil-fatt qed jissemmew anke charges fuq id-dawl - jagħmel sens li l-Gvern iraħħas prodotti li huma pjuttost negattivi?", "Is- soltu l-gvern mhux biss jagħmel it-taxxa fuq dawn il-prodotti sabiex idaħħal il-flus imma wkoll inaqqsilhom l-attrazzjoni tagħhom għax finalment, iktar ma l-poplu jikkonsma minn dawn il-prodotti, iktar tikber l- ispiża tas-settur tas-saħħa minħabba li mbagħad ikollhom jiġu ttrattati l- problemi mediċi li jaqilgħu prodotti bħal dawn.", "Meta l-ex-Ministru Spiteri qal li l-Gvern ħassu kostrett jgħolli l-prezz ta' dawn l-affarijiet, jien fhimt li l-Gvern kien qed jieħu a revenue raising measure li kellha wkoll implikazzjonijiet fuq is-saħħa.", "Pero' llum l-Onor.", "Brincat qalilna li dan l- abbozz ta' liġi se jreġġa' lura parti mill-effett li dan il-Gvern stess introduċa proprju f'Jannar ta' din is-sena.", "Jien għalhekk ngħid li teżisti konfużjoni sħiħa għar-rigward ta' x'irid jagħmel il-Gvern.", "Kieku l-Gvern ħalla l-prezz ta' dawn il-prodotti l-istess jien kont nifhmu - għalkemm jien hawn nistaqsi jekk parti minn dawn il-problemi finanzjarji jistgħux jiġu mtaffa b'ċerti miżuri li jsiru fuq dan is-settur - imma li llum jiġi l- Ministru jgħidilna kemm hu bravu l-Gvern li qed iraħħas dawn il-prodotti u jinsa kompletament x'qal l-ex-Ministru tal-Finanzi proprju ftit xhur ilu ma nifhmux.", "(Interruzzjonijiet) GĦall-kuntrarju hawnhekk jien qed nara inkonsistenza u konfużjoni sħiħa fid-direzzjoni li qed jieħu l-Gvern.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kont qed nitkellem fuq marginal adjustments, jiġifieri żgur li ma ridtx nagħti l-impressjoni li għamilna xi riduzzjonijiet fil-prezzijiet.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed nieħu pjaċir li l-Ministru semma l-marginal adjustments għax b'hekk fakkarni li ftit ilu rċevejt booklet - fil-fatt anke reklami fuq il-ġurnali rajt dwar dan - li fih tgħidx kemm sar ftaħir dwar dawn l-hekk imsejħa marginal adjustments.", "Imma l-Gvern jaf x'inhu jagħmel jew bagħat dan il-booklet fid-djar kollha biex joqgħod jiftaħar li raħħas il-prezzijiet imsemmija?", "Issa l-Ministru qed jgħidli li dawn huma marginal adjustments u li dawn l-adjustments tant huma żgħar li huma negliġibbli u l-prezz qisu baqa' l-istess.", "Wieħed ma jistax jagħmel l- argumenti b'dan il-mod għax jew il-prezz raħas, kif qalilna llum il- Ministru, jew inkella prattikament ma nbidilx.", "Il-Ministru m'għandux ibiddel l-argumenti li jagħmel u għalhekk nixtieq nappella lil dan il-Gvern biex juri iktar konsistenza fil-mod ta' kif jargumenta.", "Per eżempju, fis-sajf fuq il-media kienu qed jidhru diversi reklami fejn fost l-oħrajn kien jissemma kull prodott ta' l-inbid u tal-birra li raħas, meta dawn fil-verita' raħsu biss b'madwar ċenteżmu.", "Allura jagħmel sens li l-prodotti jorħsu b'dan l-ammont, iktar u iktar meta l-istess Gvern, permezz ta' l-ex-Ministru Spiteri, wera li jrid iżid il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti?", "Kif għidt diġa' dan il-Gvern għandu juri iktar konsistenza u mhux fil-bidu tas-sena jgħid mod u mbagħad jgħid mod ieħor u joqgħod jiftaħar liema prodotti raħsu permezz ta' reklami a spejjeż tal-poplu biex imbagħad jiġi jgħidilna li dan kien roħs marġinali.", "Allura l-flus li ntnefqu fir-reklami li saru kienu worthwhile u value for money jew kienu qed iservu bħala propaganda rħisa għal dan il-Gvern?", "Ġaladarba llum il- Ministru ġie jgħid li dan it-tnaqqis kien wieħed marġinali, bilfors li din kienet propaganda rħisa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien ma nħobbx ninterrompi lil dak li jkun pero' bilfors ikolli nagħmel hekk għax għalkemm illum qed nitkellmu biss fuq affarijiet ristretti bħalma huma l-alkoħol, is-sigaretti u l-birra, l-Onor.", "Bonnici qed jifrex l-argument tiegħu fuq l-items kollha li hemm imniżżla fil-booklet li ħareġ Gvern Laburista.", "Dawn l-affarijiet assolutament m'għandhom l-ebda rilevanza għal dan li qegħdin niddiskutu llejla.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, il-verita' hi li 50% tal-prodotti li dehru f'diversi reklami kienu proprjament dawn li qed insemmi.", "Jekk il- Ministru jixtieq li nħares lejn il-prodotti kollha li jissemmew f'dan il- ktieb, jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nagħmel dan.", "Dan il-booklet juri li il-prezz ma nbidilx f'65% tal-prodotti li ssemmew meta fil-fatt il-mara tad-dar taf li l-prezz tela' b'mod sostanzjali fuq diversi oġġetti essenzjali.", "Dan il-booklet juri wkoll li r-roħs ta' ċerti prodotti, bħal inbid u birra, kien wieħed marġinali u għalkemm kien hemm ċerti prodotti li raħsu, dawn m'humiex daqshekk neċessarji.", "Veru li bil-miżuri tal-Gvern ċerti servizzi suppost raħsu.", "Per eżempju, żgur li kulħadd jieħu pjaċir jiekol barra, imma li tiekol barra mhijiex xi ħaġa daqshekk essenzjali daqs affarijiet oħra li l-prezz tagħhom żdied.", "Fir-reklami ma semmewx prodotti li għolew imma semmew biss prodotti li baqgħu l-istess jew li raħsu.", "Fuq prodotti li għolew, Alla jbierek ma smajna xejn.", "Kellna sitwazzjoni ta' bias komplet fil-mod kif il-Gvern mexxa s-sistema ta' riklamar ta' dawn il- miżuri.", "Il-prodotti essenzjali anke għas-settur tal-manifattura ta' pajjiżna għolew.", "Per eżempju, prattikament is-settur kollu ta' l-ispare parts għola.", "Dan is-settur jaffettwa mhux biss is-settur tal-manifattura imma jaffettwa wkoll lill-poplu Malti.", "Meta jkollok xi appliance u jmurilha xi ħaġa se tiġi bżonn tixtri l-ispare parts biex issewwiha.", "Illum b'din is-sistema li daħħal il-Gvern għola l-prezz ta' dawn l-ispare parts.", "Pero' l-Gvern ħass li m'għandux jinforma lill-poplu Malti dwar iż-żieda li kien hemm fil- prezzijiet.", "Lill-poplu trid tinformah anke biex ma jkunx hemm qerq.", "Jekk is-sistema li kien qed jintroduċi l-Gvern bdiet tgħolli l-prezzijiet ta' ċerti affarijiet - u għolliethom, kif jaf il-poplu Malti kollu - din bilfors kienet twassal għal sitwazzjoni li l-Gvern kellu jinforma.", "Pero' għax beża' mill-kritika u beża' li jkollu jikxef li hawn tant prodotti li għolew, baqa' sieket sal-ġurnata tal-lum.", "Aħna staqsejna diversi mistoqsijiet, kemm barra u anke f'dan il-Parlament, imma l-Gvern baqa' sal- ġurnata tal-lum ma taniex rendikont sewwa ta' liema prodotti għolew u b'kemm għolew.", "Dik hija importanti wkoll biex il-konsumatur ikun informat tajjeb.", "Madam Speaker, meta wieħed iħares lejn dan l-abbozz jara li hawnhekk għandna periklu għal pajjiżna minħabba s-sistema kollha li daħlet.", "GĦandna periklu minħabba r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Għandna sitwazzjoni fejn dan il-Gvern qiegħed juri li mhuwiex konsistenti.", "Filli jgħid li jrid iżid il-prezz ta' l-ispirti u tat-tabakk u filli jgħid li dawn l-oġġetti se jraħħashom.", "Anke dan l-abbozz u d-diskors tal-Ministru juru konfużjoni fil-politika ekonomika ta' dan il-Gvern.", "Din il-konfużjoni hija bbażata fuq il-fatt li ma sar l-ebda studju tajjeb fuq l-impatt ta' din is-sistema.", "Kemm staqsejna, Madam Speaker, f'dan il-Parlament biex il- Gvern joħroġilna ċerti projections u jgħidilna dwar l-impatt fuq l- ekonomija Maltija x'se jkun! llum stess sabuni industrijalisti biex ikellmuni dwar din is-sistema ta' dazju u sisa li daħħal il-Gvern.", "Peress li neħħa s-sistema tar-refunds u daħħal din is-sistema ta' clawback ta' 16% fuq local purchases, jirriżulta li l-costs ta' dawn l-export oriented firms żdiedu.", "Qabel kienu jieħdu ammont ta' refunds minn taħt il-VAT.", "Dawn ir-refunds kienu jammontaw għal Lm1,000 fix-xahar jew għal Lm1,000 fil- ġimgħa, jiddependi mid-daqs ta' l-intrapriża.", "Illum l-evidenza qed turi li l-ammont ta' clawbacks li qed jieħdu bis-sistema preżenti naqas sostanzjalment.", "Jien nerġa' nistaqsi l-Gvern x'riċerka u xi studji għamel biex jara l-impatt ta' din is-sistema.", "Kull darba li nistaqsu mistoqsija fuq din is-sistema, l-Ministru jgħidilna li m'ilhiex fis-seħħ biżżejjed u rridu nistennew anke sa 18-il xahar biex nevalwaw is-sistema l-ġdida.", "Jgħidilna li rridu nagħtuha ċans taħdem.", "Imma skużi!", "Aħna qegħdin nilagħbu bil-ħajja ta' Malta u bil-ħajja tan-nies?", "Possibbli li l-Gvern ma jistax jagħmel studji xjentifiċi li juru l-impatt kif se jkun?", "Jien, Madam Speaker, nixtieq nirriferi wkoll għal kontradizzjoni oħra.", "Illum il-Ministru qalilna li raħas il-prezz tal-birra importata.", "Sa Ottubru 1996 jien kont responsabbli mis-settur tal-kummerċ.", "Naf li kienu għaddejjin negozjati ma' l-Unjoni Ewropea biex l-Ewropej inaqqsu d-dazji fuq birra esportata minn Malta waqt li aħna nnaqqsu d-dazji fuq l- importazzjoni tal-birra minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn it- tip ta' negozjati kienu jsiru biex aħna jkollna aċċess iktar għas-swieq Ewropej.", "Aħna m'għandniex aċċess liberu imma għandna aċċess limitat, b'impożizzjoni ta' ċerti dazji.", "Biex huma jagħtuna aċċess aktar, kienu qed jistennew li aħna nnaqqsu d-dazji fuq il-birra ta' l-Ewropa.", "Jirriżulta li f'din il-miżura dan il-Gvern qiegħed inaqqas b'mod li qiegħed jiddeċiedi waħdu li jagħmel hekk.", "GĦalhekk minn dan il-pass, il-Gvern ma rnexxielu jiggwadanja xejn għax ma rnexxilux jiddiskuti ma' l-Unjoni Ewropea dwar trattament simili għall-birra li nesportaw.", "GĦalhekk jien irrid ngħid li dan l-abbozz li għandna quddiemna huwa half baked.", "Huwa half baked għax filwaqt li min-naħa tagħna qegħdin innaqqsu d-dazji fuq birra importata, min-naħa ta' l-Ewropa dawn ma naqqsu xejn fuq il-birra li aħna nesportawlhom.", "Imma għaliex dan il-Gvern qed jimxi b'dan il-mod?", "X'jiggwadanja pajjiżna minn dan?", "Għandna kapaċita' li nesportaw aktar birra?", "Nistgħu nħaddmu aktar nies?", "Il-verita' hi li għandna diġa' surplus capacity fis-settur tal-birra.", "B'dawn il-miżuri jiena ngħid li l-Gvern kompla għarraq is-sitwazzjoni.", "Il-birra ta' barra raħset fil-prezz a paragun tal-birra lokali u l-Gvern jiġi hawnhekk u jiftaħar b'din il- miżura!", "Madam Speaker, jien ngħid li dan huwa każ klassiku li juri li x-xogħol li kellu jsir fuq din is-sistema ta' tassazzjoni ma sarx.", "Ma saritx analisi tajba.", "Il-Gvern ma qagħadx jipprova jara l-implikazzjonijiet kollha u b'ħafna għaġġla ntroduċa sistema li wasslet għal diffikultajiet fis-settur lokali.", "Waqt li aħna baxxejna l-protezzjoni li għandna u ma ggwadanjajna xejn, jirriżulta li l-Ewropa lanqas m'hi sodisfatta b'dan għax l-UE qed tgħid lill-Gvern li din is-sistema ta' tassazzjoni hija diskriminatorja u fiha l-problemi.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, se jkolli ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Ministru Mizzi sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 8 ta' Ottubru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni dwar l-Industrija tal-Bini f'Malta.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, meta wieħed iħares lejn żewġ affarijiet milli qed jipproponi il-Gvern f'dawn l-aħħar ġimgħat isib li fejn irid il-Gvern jgħaġġel ħafna u, per eżempju, nistgħu naraw għaġġla kbira biex jitneħħew l-istipendji ta' l-istudenti.", "Jien minn hawnhekk irrid nappella ħalli l-Universita' li ilha b'xejn għal kulħadd sa mill- aħħar tas-snin sittin tibqa' b'xejn għal kulħadd.", "Rajna wkoll għaġġla kbira biex titwaqqaf l-orkestra nazzjonali u fil-frattemp kapijiet ta' familji, missierijiet, tilfu l-impjieg tagħhom peress li diversi mużiċisti kwalifikati fi strument partikolari ma setgħux japplikaw sabiex jibqgħu jipparteċipaw fl-orkestra nazzjonali.", "Min-naħa l-oħra f'affarijiet ta' importanza kbira ssib dewmien esaġerat.", "Madam Speaker, illum nixtieq nitkellem ftit fuq is-suġġett tat-tniġġiż ta' l-arja u nirriferi b'mod partikolari għall-air pollution li teżisti fid- distrett li nirrappreżenta jien fejn hemm il-problema tal-power station tal-Marsa.", "Ta' min ifakkar kif l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet qalbet mill-faħam għaż-żejt u b'hekk naqas it-tniġġiż ta' l-arja.", "Kien ukoll fl-aħħar snin ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalista li din bdiet tintroduċi s-sistema PEP 99 f'erba' boilers differenti tal-power station tal-Marsa - b'din is-sistema wieħed inaqqas in-numru ta' pollutants fl- arja, b'mod partikolari is-sulphur dioxide.", "Irrid ngħid li dan il-Gvern kompla billi ntroduċa din is-sistema fil-ħames boiler iżda, skond il- Ministru tal-Finanzi, għad irridu nistennew sal-bidu tas-sena d-dieħla sabiex naraw jekk is-sistema PEP 99 tkunx introdotta fil-boilers l-oħra.", "Madam Speaker, illum stess, meta l-Ministru tal-Finanzi kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li għamiltlu, qal li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tinstalla sistema ta' monitoring tal-gass li joħroġ miċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa.", "Il-gasses imkejla huma sulphur dioxide, nitrous oxide kif ukoll particulates - nugrufum.", "Mit-tweġiba li tagħni l- Ministru jirriżulta li s-sulphur dioxide u l-carbon monoxide huma inqas mil- livell ta' l-occupational exposure limit li nafu li hemm stabiliti f'konvenzjoni internazzjonali.", "Irrid ngħid iżda li s-sitwazzjoni dwar l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa fl-istess inħawi hi ta' iktar gravita', kemm għaliex fl-Isptar San Luqa jiġi mneħħi sew l-iskart ta' l-Isptar San Vincenz kif ukoll ta' l- isptarijet privati St. Philip u Capua Palace, iżda agħar minn hekk għaliex il-Ministru tas-Saħħa - issa kuntrarjament għall-ministru responsabbli mill-Enemalta - meta jien u membri oħrajn tlabnih figuri dwar il-livell ta' dioxen fl-arja fl-inħawi ta' l-isptar qatt ma wieġeb għall- mistoqsijiet li għamilnilu.", "Hu dejjem jgħid li l-informazzjoni dwar sistema moderna ta' hospital waste management qed tiġi miġbura imma issa ilna għaddejjin b'din il-kantaliena sa minn Mejju, wasalna sa Ottubru u f'mistoqsija parlamentari li wieġeb proprju llum il-Ministru tas-Saħħa reġa' qal li d-Dipartiment tas-Saħħa qed jistudja bid-dettal pjanijiet ta' waste management għall-futur.", "Il-Ministru qal li saru xi żviluppi, fis- sens li kemm materjal tal-plastic kif ukoll saqqijiet li kienu qed jikkawżaw ħafna nugrufum fl-inħawi dawn illum qed jiġu mibgħuta l-Mgħatab.", "Pero' jien nippretendi li l-gvern ikollu apparat biex ikejjel il-livell ta' dioxen fl-arja u jekk jista' jkun jinforma lill-Kamra dwar il-livelli ta' dawn il-pollutants li huma ta' tant ħsara għas-saħħa.", "Madam Speaker, proprju l-ġimgħa l-oħra, fl-1 ta' Ottubru, rajna kif f'Pariġi - dan ġie rrapportat f'diversi gazzetti internazzjonali - kien hemm inizjattiva ħalli nofs il-karozzi ma jitħallewx jidħlu Pariġi għal ġurnata minnhom, proprju nhar l-Erbgħa li għaddew, allavolja huma regolarment liċenzjati.", "Ir-riżultat kien li l-ammont ta' smog f'Pariġi naqas drastikament.", "Irrid ngħid pero' li f'pajjiżna ilna mill-1994 nistennew li tiġi ntrodotta s-sistema ta' park and ride li biha sewwieqa ta' karozzi jipparkjaw il-karozza barra l-Belt u l-Furjana.", "Il-proposta, sew ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif ukoll ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku, kienet li l-karozzi jipparkjaw f'Belt il-Ħażna u mbagħad is-sewwieqa jużaw sistema ta' trasport pubbliku biex imorru f'postijiet strateġiċi fil-Belt u fil-Furjana.", "Meta tlabt lill-Ministru biex jgħidli xi żviluppi seħħew f'dan il-qasam, dan weġibni li trid issir bidla fin-network tat-toroq fl-inħawi sabiex ikun hemm aċċess effettiv għall-karozzi tal-linja - dan kien fi Frar li għadda.", "Erġajt għamilt din il- mistoqsija u minn Frar 'l hawn għadu ma sar xejn.", "Hemm bżonn li l-kwestjoni ta' l-air pollution nittrattawha aktar bis-serjeta'.", "Madam Speaker, f'rivisti internazzjonali kif ukoll fuq l-Internett taqra kif, per eżempju, jekk wieħed ikollu karozza serviced, ibiddel iż-żejt tal- karozza regolarment, ikollu l-brakes jiffunzjonaw aħjar, ikollu t-tyres allinjati sew u minfuħin kif suppost, jitnaqqas il-livell ta' tniġġiż ta' l- arja.", "Għalhekk jien nappella lill-Gvern biex idaħħal l-MOT sabiex il- karozzi jkunu ta' livell ħafna aħjar u b'dan il-mod inkunu nistgħu nnaqqsu t-tniġġiż ta' l-arja.", "Madam Speaker, nixtieq nirriferi għall-konferenza nazzjonali ta' speċjalisti li kienet saret fl-Istati Uniti fl-1994.", "F'din il-konferenza ġie maqbul li t-tniġġiż ta' l-arja ma jagħmilx ħsara biss lis-sistema respiratorja, jiġifieri lill-bronki, lill-pulmuni, eċċ., iżda jagħmel ħsara lil diversi sistemi oħra li jekk wieħed isemmihom isib li jagħmel ħsara lill-bniedem sħiħ.", "Per eżempju, hemm ħafna problemi tal-psikjatrija dwar il-moħħ tal-bniedem li huma marbutin ma' l-air pollution.", "Minħabba l- air pollution issir ħsara lill-istonku u lill-imsaren, issir ħsara lis- sistema tad-demm u ta' l-immunoloġija tal-bniedem, issir ħsara lill-kliewi u lis-sistema uriġenitali tal-bniedem, issir ħsara lill-għadam, lin- nervituri, lill-widnejn, lill-imnieħer, lill-griżem u anke lill-għajnejn, ħalli ma nsemmiex ukoll il-ġilda tal-persuna.", "Madam Speaker, l-appell tiegħi huwa wieħed, ċioe' kwestjonijiet bħall- air pollution għandhom jiġu trattati mill-Gvern b'iktar serjeta'.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, illum xtaqt ngħid xi ħaġa dwar il-ħabs.", "Il-ħabs huwa istituzzjoni, huwa post, li faċilment titkellem fuqu imma naturalment huwa diffiċli li tmexxih.", "Jien għandi esperjenza ta' sena u nofs bħala ministru responsabbli mill-intern u, ngħiduha kif inhi, li wieħed ikun politikament responsabbli mill-ħabs ċivili hu ta' uġigħ ta' ras mhux biss hawn Malta imma fid-dinja kollha, l-iktar meta wieħed iqis li f'din l-aħħar sena kien hemm żieda sostanzjali ta' persuni ġewwa l-ħabs.", "Bħalissa l-average population tal-ħabs qiegħda ta' xi 250 persuna u għalhekk kważi kważi tista' tgħid li l-ħabs ċivili, li minnu nnifsu jġib ċerti problemi, qiegħed full up.", "Għall-Grazzja t'Alla f'Malta m'għandniex il-problemi li forsi għandhom pajjiżi oħrajn ta' sovra-affollament, pero' nista' ngħid li kienet għaqlija d-deċiżjoni ta' l-amministrazzjoni preċedenti, konfermata mill- amministrazzjoni preżenti, li nibnu kumpless ġdid fil-ħabs ta' Kordin, l- ewwel ħaġa ħalli nagħtu iktar spazju għal din iż-żieda fil-popolazzjoni u sabiex tkun tista' ssir klassifikazzjoni aħjar tal-priġunieri.", "B'risposta għal domanda tiegħi l-Prim Ministru qal li s-sezzjoni femminili se tkun lesta sa nofs is-sena d-dieħla u mbagħad is-sezzjoni l-oħra ta' persuni li qed jistennew il-ġuri tkun lesta sa l-aħħar ta' l-1999.", "Dan juri l-għaqal ta' l-amministrazzjoni preċedenti li, minkejja l-kritika u minkejja li kien hemm min qal li se nberbqu l-flus fuq il-ħabs meta stajna nużawhom għal skopijiet aħjar, ħadet dik id-deċiżjoni.", "Pero' mhux l-istrutturi u mhux il-bini biss huma importanti fil-ħabs imma hija importanti wkoll it- tmexxija.", "Jien semmejt diversi inċidenti li nkwetawni u li ġraw f'dawn l-aħħar 12- il xahar u semmejt il-każ ta' uffiċjal tal-ħabs - dan kien ġie ttrasferit mill-ħabs imma ftit wara l-elezzjoni kien reġa' daħal lura - li addirittura mar jiġbor il-firem tal-priġunieri kontra uffiċjal ieħor tal- ħabs.", "Kien hemm każijiet ta' żewġ priġunieri li tħallew għarwenin fiċ- ċella u li għadna ma ħadniex spjegazzjoni sodisfaċenti dwar x'wassal għal dan il-każ.", "Nafu li saret inkjesta mill-bord tal-viżitaturi pero' l-Prim Ministru la għoġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport ta' l-inkjesta tal-bord tal-viżitaturi u lanqas ma qalilna imqar jekk il-bord wasalx għall- konklużjoni li kien hemm ġustifikazzjoni li żewġ priġunieri jitħallew għarwenin fiċ-ċella tagħhom.", "Nista' ngħid li lanqas ingħatajna informazzjoni jekk itteħdux passi dixxiplinari dwar każ ta' nuqqas ta' attenzjoni medika li kważi wassal biex imut priġunier għax ma ndunawx mill- ewwel x'għandu anzi, minkejja li kellu ċerti sintomi, ma ngħatax attenzjoni medika immedjata.", "Dawn huma inċidenti li wieħed jista' jgħid li jinqalgħu f'kull ħabs, għalkemm il-ħabs ta' Malta għandu jkun għandu ċerta tendenza li dawn l-inċidenti jinqalgħu aktar ta' spiss.", "Li qed jinkwetani huwa dak li ilu jiġri f'dawn l-aħħar 11-il xahar, fejn ċerti priġunieri qegħdin jiġu trattati aħjar minn oħrajn.", "Reċentement wasluli rapporti li mill-gate tal-ħabs daħal vann li ma ġiex imfittex u kulħadd jaf li jekk tmur il-ħabs individwalment ifittxulek minn rasek sa saqajk.", "Saru ċerti spekulazzjonijiet dwar x'kien fih dan il-vann u hawn min addirittura qed jgħid li kien fih kwantita' kbira ta' għeneb.", "Dan il-vann għadda min-naħa ta' fejn kienet reċentement l-entratura tal- ħabs meta kien qed isir xi xogħol fuq il-gate prinċipali, in-naħa ta' Gaddafi Gardens, u ftit wara li daħal sar raid, ordnat mill-awtorita' tal- Ħabs, fl-inħawi tal-guardroom tal-ħabs innifsu.", "Aħna nixtiequ nkunu nafu x'instab f'dan ir-raid u jekk dak li nstab għandux x'jaqsam ma' dak li ġie mdaħħal b'kuntrabandu ġewwa l-ħabs.", "Hemm min qed jgħid li nstab xi ikel li m'huwiex awtorizzat li jidħol fil-ħabs u hemm min addirittura qed jgħid li nstab xorb alkoħoliku.", "Jekk inhu hekk nispera li dan ix-xorb alkoħoliku ma ġiex magħmul mill-għeneb li daħal fil-vann li ma ġiex imfittex!", "Issa ma rridux ninsew li lanqas l-uffiċjali tal-ħabs ma jistgħu jixorbu l-inbid, aħseb u ara kemm jistgħu jixorbuh l-priġunieri li jkunu ma' l-uffiċjali jew l-impjegati tal-ħabs!", "Jiena nixtieq nagħmel din id-domanda: Huwa veru li ċerti priġunieri jgawdu drittijiet u privileġġi aktar minn ħaddieħor?", "Fi żmien id-Direttur Cassar, per eżempju, kienet daħlet l-użanza u r-regola - din għadha viġenti anke taħt l-Ispettur Cordina li reċentement ġie maħtur Direttur tal-Ħabs u nawguralu għax għandu kariga diffiċli - li għal xi perijodu wara nofsinhar il-priġunieri jinqaflu fiċ-ċella tagħhom biex jistrieħu u anke biex jistrieħu l-gwardjani li xogħolhom m'huwiex daqshekk faċli, pero' jien informat li mhux il-priġunieri kollha jinqaflu dak il-ħin.", "Nifhem li x- xogħol ta' ċerti priġunieri jirrikjedi li ma jinqaflux f'ċertu ħin, bħal- cleaners, per eżempju, pero' għandi suspett li lanqas priġunieri oħra li m'għandhom x'jaqsmu xejn max-xogħol ta' tindif ma jinqaflu.", "Allura dawk il- priġunieri li jinqaflu jħossuhom diskriminati meta jaraw li priġunieri oħrajn m'humiex qegħdin jinqaflu bħalhom u dan jiġri mhux biss wara nofsinhar imma anke filgħaxija!", "Nispera li ssir investigazzjoni għala sar ir-raid in-naħa tal-guardroom għax skond l-informazzjoni li għandi il-priġunieri u l-impjegati tal-ħabs kienu jixorbu u jieklu flimkien fl-inħawi ta' l-outside gate.", "Din għidtha pubblikament f'dan il-Parlament u kien hemm min kważi sfidani biex ngħidha wkoll barra minn din il-Kamra.", "Jien issa mhux talli qed nerġa' ngħidha imma talli ngħid li reġa' ġara dak li għidt u pprevedejt qabel u li donnu issa din il-ħaġa ġiet ikkonfermata - issa naraw ir-riżultat ta' l-inkjesta jekk se sir inkjesta dwar din il-ħaġa - minn dan ir-raid li sar reċentement u li ġie ordnat mid-Direttur tal-Ħabs.", "Jien inneħħilu l-kappell li għamilha, għax hekk għandu jagħmel, imma kieku sema' r-rapporti li kienu qed jasluli u li jien semmejt f'dan il-Parlament, forsi ma kienx ikun hemm għalfejn isir dan ir-raid.", "Nispera li issa ssir inkjesta u investigazzjoni interna suret in-nies u b'mod serju.", "Nippretendi li r-riżultati ta' l- investigazzjoni jsiru pubbliċi ħalli jekk hemm xi ħadd li qed jipprova jrabbi l-ġwienaħ fil-ħabs, dawk il-ġwienaħ jinqatgħulu.", "Id-dixxiplina b'mod umana trid issir ma' kulħadd.", "Jekk ma ssirx ma' kulħadd, ikun hemm min min iħossu diskriminat.", "Jekk hemm xi ħaġa li ddejjaq lil priġunier din hija proprju dik li jħossu diskriminat.", "Biżżejjed iħossuhom maqtugħin mil-bqija tal-komunita' minħabba li jkunu msakkrin.", "Jien dejjem kont ngħid li l-kastig għandu jkun dak li qiegħed fil-ħabs.", "M'għandekx ikollok kastig ġewwa l-kastig.", "Huwa kastig ġewwa kastig li tara ċerti nies igawdu ċerti privileġġi u ħaddieħor ma jgawdix dawk il-privileġġi.", "Jien konvint li jekk issir investigazzjoni serja dawn l-affarijiet jinqatgħu mill-ħabs.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker se nerġa nitkellem dwar modi differenti dwar kif wieħed jista jimmaniġġja t-traffiku f'dan il-pajjiż.", "Nafu li għall- area li għandu pajjiżna hawn numru konsiderevoli - kbar u żgħar - ta' vetturi.", "Dan hu numru pjuttost kbir u jfisser li wieħed irid kontinwament jaġġorna r-regolamenti li għandhom x' jaqsmu mat-traffiku.", "Irridu nagħmlu dan it-tip ta' kontroll b'mod ippjanat.", "F'okkażjoni oħra tkellimt dwar iż-żoni tal-clamping u tat-towing li kienu saru qabel ir-recess tal-Parlament.", "Dawn saru speċjalment fl-inħawi ta' tas- Sliema u San Ġiljan.", "Minn dak iż-żmien sal-lum saru numru ta' zoni simili f'inħawi oħrajn.", "Wieħed jista' jargumenta li dan it-tip ta' kontroll kellna bżonnu u jista' jargumenta wkoll li dan jinstab ukoll f'diversi pajjiżi.", "Pero, minkejja dan, dawn it-tip ta' żoni ma jistax ikun li jkomplu jfaqqsu kullimkien.", "Dawn qed ifaqqsu b'mod li qisu juri li l-uniku skop tagħhom hu li jirrendu l-flus lill-Kaxxa ta' Malta.", "Jien kont naħseb li ma konniex se nagħmlu dawn iż-żoni b'dan il-mod wara r-reazzjoni li kellna f'Tas-Sliema u f' San Ġiljan.", "Illum hemm clamping zones fil-Furjana, Strada Rjali fil- Ħamrun, fis-Siġġiewi u f'Ħaż-Żebbuġ.", "Nista' ngħid li r-reazzjoni li ġabet l- introduzzjoni tal-clamping u t-towing f'dawn iż-zoni kienet pjuttost negattiva għaliex ma saritx b'mod ippjanat u setgħet saret ferm aħjar.", "Fl- opinjoni tiegħi m'għadniex nintroduċu l-clamping u t-towing zones sempliċement biex isir bħalma sar fi bliet u rħula oħrajn imma dan għandu jsir biex tassew nikkontrollaw it-traffiku.", "GĦalhekk nixtieq nerġa' nappella li qabel ma nintroduċu dan it-tip ta' kontroll għandu jkun hemm konsultazzjoni man-nies konċernati ħalli naraw x'inhi s-sistema preżenti tal-kontroll tat-traffiku f'pajjiżna, mhux biss rigward parking imma wkoll dwar kif għandu jgħaddi t-traffiku minn toroq partikolari, speċjalment fejn jidħlu l-one-way systems.", "Meta staqsejt lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet ma' min saru l- konsultazzjonijiet dwar is-sinjali tat-traffiku li ġew introdotti fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra, weġibni li dawn saru mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, mal-Buġibba Action Committee u ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Hu żied jgħid ukoll li wħud mit-traffic signs li kien hemm fi Triq it-Turisti kienu twaħħlu bi żball u allura reġgħu nqalgħu.", "Huwa veru li wħud mis-sinjali f'dawk l-inħawi nqalgħu, imma d-domanda tiegħi hi kemm huwa minnu li t-traffic control system li ġiet introdotta fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra qed taqdi l-bżonnijiet ta' l-inħawi fil-funzjoni tat- traffiku.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u tal-bord għall-kontrol tat-traffiku, li flimkien suppost jaraw li jkun hemm kontroll tat-traffiku, li wħud mis-sinjali li qed isiru huma assolutament bla sens għax qed ibiegħdu b'mod sostanzjali d-destinazzjoni ta' dawk li jgħaddu minn dawn it-toroq.", "Dan huwa kontra s-sens tat-traffiku u għalhekk nappella sabiex dawn it-tabelli jiġu riveduti qabel ma jkun hemm konsegwenzi serji.", "Per eżempju, ma jagħmilx sens li parti sostanzjali mit- traffiku li jkun dieħel lejn Buġibba, kemm jekk jidħol minn Triq San Luqa u kemm jekk jidħol minn Triq Toni Bajjada, jispiċċa f'konġestjoni sħiħa ħdejn il-Gillieru.", "Din l-area diġa' għandha problema minħabba l-mod kif żviluppa l-post matul is-snin u ma nistgħux nitfgħu aktar traffiku f'dak il-lokal għax qed jikkawża konfużjoni sħiħa.", "Wieħed jista' jgħid l-istess ħaġa għall-area fejn Triq il-Pijunieri tiżbokka għal mal-kumplament tas-sistema tat-traffiku li jkun għaddej mal- coast road.", "Hemm ukoll twaħħlu xi traffic signs u wieħed jista' jgħid li dawn b'xi mod qegħdin jikkontrollaw is-sistema tat-traffiku, imma meta l- karozzi jiġu biex joħorġu minn din it-triq, peress li għad m'hemmx traffic lights, issib persuni li jibqgħu ħerġin bl-addoċċ u qed jikkawżaw ħafna inċidenti.", "Dawn iċ-ċirkostanzi naturalment ikomplu jiggravaw ruħhom minħabba l-istat li jinsabu fih ċerti toroq.", "Matul is-sena li għaddiet għamilt domanda parlamentari xi erba' jew ħames darbiet dwar parti mit-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar, dik li twassal minn fejn kien il-Pescatore sal-Veċċa.", "F'din it-triq sena ilu sar xogħol ta' tqegħid ta' mains ta' l-ilma u t-triq kellha tinqala.", "Sfortunatament, minkejja dak kollu li pprovajt nagħmel matul is-sena li għaddiet, din it-triq għadha fi stat verament tal-biki.", "Diġa' kien hemm sospensjoni tas-servizz tal-karozzi tal-linja għal madwar tliet ġimgħat għaliex is-sidien tal-karozzi tal-linja pprotestaw u ma redux jibqgħu jgħaddu mit-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar, allura n-nies li joqogħdu f'dawk l-inħawi kellhom jimxu biċċa mhux ħażin biex jirkbu l- karozza tal-linja.", "Għaddiet sena u kull darba li nagħmel domanda parlamentari f'dan ir-rigward nispiċċa ningħata r-risposta li l-Water Services Corporation flimkien mal-kuntrattur qegħdin jaraw kif isibu mod biex din it-triq tiġi rranġata.", "Naħseb li jekk irridu li jkollna sistema ta' kontroll tat-traffiku suret in-nies ma nistgħux inħallu arterja tat- traffiku bħalma hi t-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar fl-istat li hi bil-konsegwenzi kollha li ġġib magħha.", "Fil-ħin li fadalli rrid nagħmel riferenza għall-mod kif jingħataw il- permessi biex jingħalqu ċerti toroq.", "Jien nifhem li ċerti toroq bilfors ikollhom jingħalqu minħabba x-xogħol ta' kostruzzjoni li jkun għaddej fuq siti partikolari, pero' żgur ma jagħmilx sens li fl-istess ġurnata jgħalqu tliet toroq ħdejn xulxin bil-konsegwenza li biex tmur minn triq għall-oħra bilfors ikollok tgħaddi kontra l- one-way u jekk tiltaqa' ma' xi pulizija - forsi l-istess pulizija li jkun ta l-permess biex it-toroq jingħalqu - tispiċċa taqla' ċitazzjoni wkoll.", "Allura huwa tajjeb li naraw li meta nagħtu permessi biex isir xi xogħol, li hija ħaġa li bilfors trid issir, almenu ma jkunux toroq ħdejn xulxin b'mod li biex tgħaddi jkollok bilfors tikser ir-regoli li suppost qegħdin hemm biex jgħinu ħalli t-traffiku jimxi smooth.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 8 ta' Ottubru, 1997 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif ikkomunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BONN - AMBAXXATA MALTIJA", "7177.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra: (a) kemm tiswa lil Malta l-ambaxxata li hija fil- Ġermanija; (b) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess ambaxxata; (ċ) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi l-Ambaxxaturi u kemm għandhom allowances oltre il- paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); (d) jekk il-proprjeta' wżata bħala ambaxxata hija proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija pposseduta; (e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess ambaxxatur; u (f) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess Ambaxxata lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Vot għall-1997 biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż biex titmexxa l-Ambaxxata Maltija ġewwa Bonn huwa ta' Lm 190,855.", "Fl-Ambaxxata Maltija ġewwa Bonn hemm jaħdmu", "- 1 Ambaxxatur - 2 Second Secretaries - 1 Segretarja - 2 Skrivani Tajpisti - 1 Uffiċjal għar-Riċerka u PRO - 1 Messaġġier/Sewwieq - 2 Servi/Ħassiela", "Kif għidt fir-risposti li tajt għal mistoqsijiet simili li saruli mill- Onor. Membru, ma jidhirlix li għandi nispeċifika r-remunerazzjoni li jirċievu kull wieħed minn dawn l-impjegati.", "Nista' ngħid, iżda, illi, dejjem skond il-figuri fl-Estimi Ġenerali għal din is-sena, huwa stmat li n- nefqa totali f'dawk li jissejjħu Personal Emoluments fl-Ambaxxata Maltija ta' Bonn tkun ta' Lm133,247.", "L-Ambaxxatur f'din l-Ambaxxata huwa uffiċjal pubbliku, u bħala diplomatiku tal-karriera m'għandux terminu fil-kariga li għandu bħala Ambaxxatur.", "Madankollu, il-perijodu li normalment wieħed iservi fl-istess pajjiż huwa ta' tliet snin.", "L-uffiċċju okkupat mill-Ambaxxata Maltija ġewwa Bonn huwa mikri.", "Rigward id-domanda f'(f), infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi jiena diġa' tajt tweġiba ġenerika għal mistoqsijiet simili li għamilli dwar l-ambaxxati Maltin f'pajjiżi oħra.", "Dik ir-risposta ġenerika (ara mistoqsija parlamentari numru 5787) tapplika wkoll għal din il-mistoqsija.", "INIZJATTIVI KULTURALI", "7251.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6795?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6795 mogħtija f'din is-seduta.", "AMBAXXATURI", "7270.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4585, fejn ta l- flejjes li tħallsu bħala settling in allowances lill-ambaxxaturi sat-30 ta' April, 1997, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: a) għaliex hemm differenza kbira bejn is-somma mħallsa lill-Ambaxxatur Victor Camilleri fi Brussels (Lm1389) u lill-ambaxxaturi l-oħra (kollha bejn Lm3487 u Lm4227); u b) x'kienu s-somom l-oħra mħallsa bħalha settling in allowances lill- Ambaxxaturi sat-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: B'riferenza għat-tweġiba preliminari li kont tajt lill-Onor.", "Membru għal din il-mistoqsija, se nagħtih issa l-informazzjoni li talabni.", "(a) Skond direttiva interna maħruġa fil-Ministeru tiegħi f'Jannar li għadda, jekk issir ċaqlieqa ta' uffiċċjal diplomatiku minn Ambaxxata għal oħra fl-ewwel sitt xhur minn mindu jkun sar il-`posting' oriġinali, allura l-uffiċjal għandu dritt għal terz (u mhux l-ammont sħiħ) tas-settling in allowance fil-pajjiż il-ġdid tiegħu jew tagħha.", "Peress li l-Ambaxxatur Victor Camilleri kien intalab mill-Gvern biex imur Brussell meta kien ilu inqas minn sitt xhur Londra, allura tħallas settling in allowance għal 14- il jum biss (minflok it-42 ġurnata ta' meta jsir posting oriġinali).", "B'hekk, l-ammont li tħallas huwa inqas mill-ammonti li tħallsu lill- Ambaxxaturi l-oħrajn, li ħadd minnhom ma kien fl-istess sitwazzjoni bħas- Sur Camilleri.", "(b) B'żieda ma' l-informazzjoni dwar settling in allowances li tħallsu lill-Ambaxxaturi Maltin, li kont tajt bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4585, tħallsu wkoll dawn li se nsemmi sat-30 ta' Ġunju 1997:", "- Ambaxxatur E C Farrugia (Riyadh) SR 22,260 (Lm2,236) - Ambaxxatur M Micallef (Washington) US $8,148 (Lm3,140) - Ambaxxatur G Saliba (New York) US $8,442 (Lm3,244)", "PULIZIJA - OFFIŻI KRIMINALI", "7484.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni convicted of a criminal offence sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZJA - WIFE BATTERING", "7486.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' wife battering irrapportati lill-pulizija sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "Kemm kien hemm każi ta' husband battering fl-istess żmien?", "Kemm kien hemm każi ta' child battering fl-istess żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella bit-tagħrif mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GRUPP SQALLI AULOS", "7595.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-rapport li deher f'The People nhar l-14 ta' Lulju, 1997, jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex complaints formali jew verbali mingħand il-grupp Sqalli, Aulos, minħabba l-livell baxx ta' akkomodazzjoni li huma ngħataw fil-White Rocks Holiday Complex?", "Jekk fl-affermattiv, x'investigazzjoni saret s'issa fuq dawn l-oġġezzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tweġiba għall-ewwel parti hija fl-affermattiv.", "Dawn il-complaints kienu verbali, iżda kienu aktar jikkonċernaw l-ikel.", "Malli d-dipartiment sar jaf permezz tal-uffiċjal tad-Dipartiment tal- Kultura li ġiet mibgħuta takkumpanja l-grupp Aulos tul iż-żjara kollha tiegħu f'Malta, ir-restaurant manager ta' fejn dawn kienu akkomodati ġie avviċinat u mitlub jirrispondi.", "Dan wieġeb li l-ħinijiet tas-servizz ta' l- ikel ġew miftehma bejnu u bejn il-Grupp Leader, u dan ta' l-aħħar talab li jingħataw sandwiches minflok iċ-ċena ta' filgħaxija, li war lmenta dwaru.", "Peress li xorta ma ġewx ikkuntentati, saru arranġamenti mid-Dipartiment tal-Kultura ma' l-istabbiliment biex il-grupp joqgħod fuq half-board, u li l-istess grupp wara r-rappreżentazzjoni jingħata ikla fir-restaurant tal- Manoel Theatre u l-affarijiet b'hekk tranġaw.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li dan l- istabbiliment intuża wkoll diversi drabi simili fi snin imgħoddija.", "SANTA VENERA - DAR SAN ĠUŻEPP - GROUND", "7753.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari numri 5330 u 5538 li oriġinarjament saru lill-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-talba għall-irranġar tal-ground ta' Dar San Ġużepp qed tiġi ttrattata ma' numru ta' talbiet oħra simili.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "7826.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5837?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5837 mogħtija f'Seduta Nru. 76.", "RANGES TA' L-ISPARAR - AIRGUNS", "7838.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li issa qed jingħataw permessi għall-użu ta' l-airguns, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jintużaw ir-ranges ta' l- isparar?", "U jekk, fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli dawn jintużaw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għadu qed jiġi kkonsidrat għandhomx jinħarġu l- permessi meħtieġa mill-pulizija biex ir-ranges ta' l-isparar ikunu jistgħu jintużaw ukoll għall-isparar bl-airguns.", "ARMI - PERMESSI", "7839.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal- kumitat responsabbli mill-permessi ta' armi, meta ġie mwaqqaf u kemm-il darba ltaqa' sal-lum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma jeżisti l-ebda kumitat li hu responsabbli mill- permessi ta' armi.", "Il-permessi ta' l-armi huma prerogattiva tal-Pulizija.", "PULIZIJA - KAŻIJIET TA' SERQ", "7856.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' serq sena b'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin u kemm minnhom ġew solvuti u/jew persuni ġew iressqa l- Qorti fl-istess żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella bit-tagħrif mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - TFAL MRESSQA L-QORTI", "7875.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żgħażagħ jew tfal taħt is-16-il sena li ttellgħu l-qorti wara li allegatament wettqu reati f'San Ġiljan u Paceville u f'Buġibba s-sena l-oħra u din is-sena?", "Fi x'ħin ġew imwettqa dawn ir-reati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' żagħżagħ taħt is-16-il sena li ttellgħu l-Qorti fuq reati li twettqu f'San Ġiljan u Paċeville u f'Buġibba kien kif ġej : -", "Paceville u San Giljan Bugibba 1996 7 4 1997 * 8 1 * (sal-21 ta' Lulju)", "Ninsab informat ukoll li ma tinżammx statistika dwar il-ħin li twettqu dawn ir-reati.", "ITALJA - KONKORSI TAL-KANZUNETTI", "7885.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fit-12 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5183, li fiha l-Ministru qal li la s-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti u lanqas xi dipartiment li jaqa' taħtu ma għamel sejħa għall-applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni ta' kantanti Maltin f'konkorsi tal-kanzunetti li kellhom jew għandhom isiru fl-Italja din is-sena, jista' l-Ministru jikkonferma li effettivament saret stedina lill-kantanti Maltin biex jipparteċipaw f'żewġ konkorsi internazzjonali f'Salerno (għal tfal bejn 8 snin u 13-il sena) u f'Ruma (għal kantanti liriċi ta' 36 sena jew aktar)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dawk l-avviżi li d-Dipartiment tal-Kultura jagħmel minn żmien għal żmien, bħalma kien jagħmel dawn l-aħħar snin, fejn jinforma l-pubbliku in ġenerali b'informazzjoni li tkun waslitlu li tista' tinteressa lil xi Maltin u Għawdxin.", "Naturalment f'każ ta' interessament, l-individwi jingħataw l- informazzjoni kollha biex jekk ikun il-każ, dawk japplikaw direttament.", "Fil-fatt, is-sejħa tkun saret direttament mill-organizzaturi u mhux mid- dipartiment.", "CILIA ONOR.", "JOE - DELEGAZZJONIJIET", "7896.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għaż-żjara li għamel fi Franza s- Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5836 li dehret fis-Seduta Nru. 71?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5836 mogħtija f'din is-seduta.", "UNIVERSITA' - KORS FL-INDUSTRIJA TAL-BINI", "7919.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jieħdu sehem fil- kors part-time ta' sentejn fil-Middle Management fl-Industrija tal-Bini li qed isir fl-Univerista' ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru lectures fl-imsemmi kors dwar saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa hemm 57 persuna li qegħdin jieħdu sehem fl-imsemmi kors.", "Skond dokument li jirregola dan il-kors kif approvat mill- Bord tal-Fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili, hemm programmat module sħiħ ta' 28 siegħa fuq is-suġġett Managing Health and Safety at Work li sejjer jindirizza diversi aspetti ta' saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol.", "Kopja ta' dan il-module tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "SANTA VENERA - DAR SAN ĠUŻEPP - GROUND", "7934.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7753?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7753 mogħtija f'din is-seduta.", "ARMATA - KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "8004.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7656, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew akkużati iżda ma nstabux ħatja fl-istess perijodu?", "Fost dawk li ma nstabux ħatja kien hemm min kien akkużat b'serq ta' materjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li ma jinżammux records ta' każi fejn individwi akkużati b'reati militari ma jinstabux ħatja.", "Madankollu nikkonferma li matul il-perijodu msemmi ma kien hemm ebda individwu li kien akkużat b'serq ta' materjali u li ma nstabx ħati.", "GRUPP SQALLI AULOS", "8007.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7595?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7595 f'din is-seduta.", "UNIVERSITA' - KORS FL-INDUSTRIJA TAL-BINI", "8140.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7919 li saret fil-21 ta' Lulju, u li kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jieħdu sehem fil-kors part- time ta' sentejn fil-Middle Management fl-Industrija tal-Bini li qed isir fl-Universita' ta' Malta?", "Jista' jgħid hux qed isiru lecturers fl-insemmi kors dwar saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7919 mogħtija f'din is-seduta.", "P.A. - PA 5684/96", "8145.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn l-applikazzjoni PA 5684/96 għal estensjoni ta' skola qegħda tkun meqjusa bħala bini mill-ġdid?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn minkejja li din l-applikazzjoni tissodisfa il-legal notice relevanti u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni huwa sodisfatt li tobdi l- ħteġijiet neċessarji, id-Direttorat qiegħed jieħu fit-tul fuq din l- applikazzjoni u jiġġuddikaha skond kriterji mhux pubblikati?", "Jista' jiżgura li l-Case Officer's report jinkiteb mingħajr l-indħul ta' min hu ppreġudikat minn din l-applikazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-applikazzjoni PA 5684/96 tikkonsisti f'estensjoni konsiderevoli għal skola stabbilita bir-riżultat li n-numru ta' studenti fl- iskola se jiżdied bi 'l fuq minn 70%.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tinsab f'konsultazzjoni kontinwa mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni permezz ta' laqgħat li jsiru minn żmien għall-ieħor u li fihom l-applikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw skejjel jiġu mgħarrbla biex jaraw jekk jaqdux il- ħtiġijiet moderni ta' l-edukazzjoni skond kriterji stabiliti, kemm dawk lokali kif ukoll dawk internazzjonali.", "Il-case officer jibbaża r-rapport tiegħu fuq policies stabiliti fejn dawn jeżistu u wara li jikkonsulta ruħu ma' persuni kkwalifikati fil-materja, b'mod speċjali l-uffiċjali tad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ingħad qabel.", "P.A. - DĦUL MINN DPF", "8146.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif sejra tagħmel tajjeb l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għan-nuqqas ta' dħul minn DPF fuq permessi ta' żvilupp?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet bejn il- Ministeru ta' l-Ambjent u l-Ministeru tal-Finanzi rigward il- finanzjarjament ta' l-operat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "ITALJA - KONKORSI TAL-KANZUNETTI", "8158.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7885?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7885 mogħtija f'din is-seduta.", "ARMI - PERMESSI", "8159.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7839?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7839 mogħtija f'din is-seduta.", "RANGES TA' L-ISPARAR - AIRGUNS", "8160.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7838?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7838 mogħtija f'din is-seduta.", "P.A. - PERMESSI TA' L-IŻVILUPP", "8245.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jagħmel sabiex case law stabilita mill-Bord ta' l-Appell ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tidħol fil-kriterja li fuqhom ikunu ġġudikati l- permessi ta' l-iżvilupp?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-case law tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar qed tiġi studjata mid-Direttorat ta' l-Ippjanar, ħalli minn żmien għal żmien id-deċiżjonijiet tal-Bord jiġu ntegrati fil-policy updates li tħejji l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "VETTURI - LIĊENZJA TAS-SEWQAN", "7987.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-etajiet tal-persuni liċenzjati biex isuqu vejikoli bil-mutur illum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej:-", "|Etajiet |Numru ta' | | |persuni | |minn 18 sa 21 | 17,900 | |sena | | |minn 22 sa 25 | 17,776 | |sena | | |minn 26 sa 35 | 42,079 | |sena | | |minn 36 sa 45 | 42,954 | |sena | | |minn 46 sa 55 | 31,864 | |sena | | |minn 56 sa 65 | 16,063 | |sena | | |minn 66 sena | 10,339 | |'il fuq | | |TOTAL |178,975 |", "SAĦĦA - PERSUNI JBATU MILL-KANĊER", "7988.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni jbatu minn cancer is-sena l-oħra?", "Kemm mietu bil-cancer is-sena l- oħra?", "Kemm kien hemm new cases is-sena l-oħra?", "Kemm huma il-figuri għal din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li mietu minħabba l-kanċer (malignant neoplasm) matul is-sena 1996 kien ta' 703.", "Estimi preċiżi ta' l-inċidenza ta' kanċer jirrekjedu ż-żmien biex jiġu preparati.", "Ir-Reġistru Nazzjonali tal-Cancer f'Malta għandu lesti figuri għall-1995 u f'dan ir-rigward huwa sentejn iktar avvanzat mir-Reġistri l- oħrajn fl-Ewropa, li qegħdin jippubblikaw figuri għall-1993.", "Fl-1995 kien hemm 1357 każ ġdid ta' cancer fil-Gżejjer Maltin.", "Estimi ta' prevalenza ma jsirux minħabba li jirrekjedu ħafna riżorsi u records li jmorru lura bejn 20 u 30 sena.", "CASINO - LOGĦOB TA' FLUS", "7989.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imsarrfa flus biex mbagħad jiġu milgħuba fil-Casino is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL - LOGĦOB TA' FLUS", "7990.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew milgħuba flus legalment fuq it- tiġrijiet taż-żwiemel is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel, il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "8051.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjegati tal-Gvern illi għażlu li jitilqu l-impjieg tagħhom mal-gvern u marru jaħdmu mad-diversi korporazzjonijiet u azjendi oħra fejn il-gvern huwa l-major shareholder, li twaqqfu taħt l-Amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nippresumi li l-informazzjoni li qed jitlob l- Onor. Membru hija rigward dawk l-impjegati tal-Gvern li, skond id- dispożizzjonijiet tal-ligi li bis-saħħa tagħha tkun twaqqfet il- korporazzjoni/ażjenda partikolari, jkun ingħatalhom id-dritt (option) li jagħżlu li jitilqu l-impieg tagħhom mal-Gvern sabiex jimpjegaw ruħhom ma' dik il-korporazzjoni/ażjenda.", "F'dan il-każ in-numru ta' ħaddiema huwa ta' 148.", "Ma tinzammx informazzjoni dwar dawk l-impjegati tal-Gvern li jkunu telqu mill-impjieg tagħhom mal-Gvern sabiex imorru jaħdmu ma' korporazzjoni/ażjenda pubblika taħt arranġamenti oħra.", "QRATI - KAWŻI KOSTITUZZJONALI", "8052.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru kawżi kostituzzjonali mill-1990 'il hawn u jgħidilna min kienu l-partijiet involuti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-1990 sa l- aħħar ta' Ġunju 1997 gew introdotti 152 kawżi kostituzjonali imqassmin hekk:", "|1990 | 20 | |1991 | 15 | |1992 | 19 | |1993 | 25 | |1994 | 17 | |1995 | 27 | |1996 | 18 | |1997 | 11 sa' l-aħħar ta'| | |Ġunju | |Total|152 |", "L-informazzjoni mitluba dwar min kienu l-partijiet involuti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Nixtieq, pero' nippreċiża' li d-differenza ta' 44 li hemm bejn it-total tal-kawżi maqsumin sena b'sena (152) u dak tal-lista ta' kawżi fejn jissemmew il-partijiet (108) hija dovuta għal fatt li t-tieni lista hija mehuda mill-computer, u s-sistema tal-kompjuter fil-Qorti bdiet tiffunzjona fl-1992.", "Għalhekk il-kawżi ta' l-1990, 1991 u parti minn dawk ta' 1992 m'humiex inklużi fit-tieni lista.", "EDUKAZZJONI - EARLY LITERACY", "8197.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li l-Ministru kompla bil-programm dwar l-Early Literacy, jista' jikkonsidra jekk hemmx bżonn ta' programm simili dwar problemi ta' Early Numeracy?", "Hu sodisfatt il-Ministru bil-livell ta' matematika fil-livelli ta' l-edukazzjoni?", "Qed isir xi studju biex jevalwa s-sitwazzjoni ta' tagħlim tal-matematika fl-iskejjel tagħna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5664 mogħtija f'Seduta Nru. 74.", "SKEJJEL - TEACHERS' COUNCIL", "8198.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru fil- proposta li kien għamel il-Ministru predeċessur tiegħek dwar il-ħolqien ta' Teachers' Council, li bażikament kellu jkun simili għall-Kunsill Mediku?", "Beħsiebu l-Ministru jkompli dan il-proġett?", "Kien hemm xi talba mill-MUT f'dan is-sens kemm ilu fil-ħatra minn Ottubru 'l hawn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5665 mogħtija f'Seduta Nru. 74.", "EDUKAZZJONI - SUR ESPRIT PACE", "8199.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi eżattament il- funzjoni tas-Sur Esprit Pace li reġa'ġie ngaġġat fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni wara li kien ilu diġa' xi xhur bil-pensjoni?", "X'remunerazzjoni qed jitħallas is-Sur Pace?", "Hemm xi terminu ta' appointment tas-Sur Pace?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tas-Sur Pace li permezz tiegħu reġa' daħal jaħdem mal-Gvern?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5666 mogħtija f'Seduta Nru. 78.", "EDUKAZZJONI - EARLY LITERACY PROGRAMME", "8200.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-Early Literacy Programme, jista' l- Ministru jagħti definizzjoni preċiża ta' x'qed jifhem hu bit-terminu Illiteracy?", "Qed ifisser li persuna ma tkunx taf taqra xejn, taf ftit, jew taf taqra inqas mill-medja?", "Ma' xiex qed inkejjlu l-illiteratiżmu f'Malta?", "Jista' l-Ministru jindika jekk hawnx xi inħawi f'Malta fejn din il- problema hija akbar minn inħawi oħra għal dawk li qed jistabilixxi l- Ministru?", "X'inhuma r-raġunijiet li jikkawżaw dan l-iżbilanċ fl- illiteratiżmu fl-inħawi differenti ta' Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5667 mogħtija f'Seduta Nru. 75.", "EDUKAZZJONI - KURRIKULU NAZZJONALI", "8201.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fl-eżerċizzju tar-reviżjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux qed issir jew se ssir xi diskussjoni dwar l-allokazzjoni tal-ħin fit-timetable ta' kull suġġett?", "Hemm xi ħsieb li tingħata l-fakulta' lill-iskejjel biex huma wkoll jallokaw il-ħin għas-suġġetti tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali skond il- ħteġijiet ta' l-istudenti ta' l-iskejjel tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5668 mogħtija f'Seduta Nru. 75.", "SKEJJEL - KORSIJIET POST-SEKONDARJI", "8202.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm numru ta' drop-outs minn Ottubru 1996 'il hawn li kienu qed jagħmlu korsijiet post- sekondarji li jaqgħu taħt id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Sar xi studju għaliex kien hemm dawn id-drop-outs?", "Jista' jagħti l-figuri ta' drop-outs skola, skola u kors b'kors?", "X'jiġri mit-timetable ta' l-għalliema li jkunu naqsulhom ħafna studenti mill-kors tagħhom kmieni matul is-sena skolastika?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5669 mogħtija f'Seduta Nru. 75.", "SCIENCE POPULARIGATION NETWORK", "8299.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jikkonferma l-Ministru li hemm overlap sostanzjali bejn is-Science Popularigation Network u s-Science Education Network li twaqqaf ftit tal-ġimgħat ilu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Science Education Network ġie mwaqqaf ftit tax- xhur ilu eżattament fi Frar tal-1997.", "Il-possibbilta' ta' koperazzjoni jew inkella ta' areas li huma ta' interess komuni għas-Science Popularization Network u Science Education Network, żgur li ma jistgħux jiġu esklużi; anzi f'ċerti każi huma ta' min ikunu nkoraġġiti.", "Biss l-Onor.", "Interpellant jista' jserraħ rasu li qed jittieħdu l-passi kollha biex nassiguraw irwieħna li ma jkunx hemm l-overlap li alluda għalih.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - IMPJEGATI", "8301.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6799, jista' l-MInistru jgħid x'jifhem bil-kliem personal driver kif jidher fil-kuntratt tas-Sur Joseph Cassano?", "Dan il- personal driver obbligat jagħti s-servizzi tiegħu biss liċ-Chairman u ċ- Chief Executive ta' l-MCST jew anke lill-impjegati l-oħra kollha?", "Huwa obbligat jagħti s-servizz tiegħu lill-coordinators kollha jew lil xi wħud?", "Fil-każ liema huma dawk il-Coordinators li lilhom dan il-personal driver huwa obbligat li jagħti s-servizzi tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kuntratt tas-Sur Joe Cassano, kif sottomess, jirrispondi għall-mistoqsijiet kollha li qajjem l-Onor.", "Interpellant.", "TAXXI INTERNI - REF.", "NO.", "88 56895 11", "8302.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra in rigward taxpayer reġistrat bin- numru 88 56895 11 li huwa non-resident:", "1.", "Għaliex meta nħareġ clearance mit-Tax Department Block 6 fi Frar, 1995 skond clearance no. 127/95; ir-refund li hemm dovut lil dik il-persuna għadu ma tħallasx meta skond riċevuta governattiva numru B/055 975 tas- 17.12.1994 tħallset is-somma ta' Lm315 li minnhom madwar Lm220 huma dovuti lura bħala rebate?", "2.", "Għaliex għadhom ma ħarġux l-assessments relattivi?", "3.", "Meta huwa maħsub illi jinħarġu l-assessments għas-snin bażi 1981 u 1994?", "4.", "Meta huwa maħsub li jitħallas l-imsemmi refund?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti tagħrif konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa awtorizzat mit-taxpayer, allura nagħti t- tweġiba lilu jew lill-amministratur tiegħu privatment.", "SANTA VENERA - DAR SAN ĠUŻEPP - GROUND", "8303.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7753 (7934)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7753 mogħtija f'din is-seduta.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "8304.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata per diem travel allowance kull Co-ordinator u mpjegat (fulltime u part-time) tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija mill-bidu tas-sena 'l hawn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Lista tal-per diems travel allowance kif mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "8305.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li l- Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija mhux se jibqa' jħallas lin-Network Co-ordinators tiegħu per diem travel allowance bir-rati tal-Gvern taħt Klassi \"A\" kif dejjem għamel s'issa, meta dawn il-co-ordinators isiefru fuq xogħol tal-kunsill?", "Jikkonferma l-Ministru wkoll li waħda mill-co- ordinators li kienet inħatret Chief Executive tan-National Co-ordinating Unit għall-4th Framework Programm tal-U.E. se tibqa' tirċievi per diem travel allowance taħt Klassi \"A\"?", "Jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' konferma jekk din il-co-ordinator hijiex se tibqa' tirċievi per diem travel allowance taħt Klassi \"A\" għal xogħol konness biss mal-4th Framework Programm jew f'kull każ ta' safar tagħha marbut mal-kunsill?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol tal-kunsill huwa wieħed varjat u li jiżvolġi fuq livelli varji.", "Dan ifisser illi l-għajnuna finanzjarja li l- Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija jħallas lill-coordinators tiegħu waqt li jkunu msiefrin fuq xogħol, ma tistax tkun kollha fuq livell wieħed.", "Għaldaqstant, ittieħdet deċiżjoni li l-klassi \"A\" tal-per diem travel allowance ma tiġix applikata f'kull każ ta' safar fuq xogħol tal-kunsill.", "Dan bl-ebda mod ma jfisser li bilfors ma tiġix applikata l-Klassi \"A\".", "Dan ifisser biss illi bħala punt ta' partenza, il-coordinators kollha jgawdu minn benefiċċju ta' klassi \"B\".", "Jekk ikun hemm il-każ fejn ikun ovvju li l- klassi \"B\" ma tkunx biżżejjed jew ma tkunx xierqa fil-kuntest ta' dak il- vjaġġ partikolari, allura l-benefiċċju mbagħad jista' jaqa' taħt klassi \"A\".", "Nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jaqra l-memo kollha kemm hi li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta fejn hemm ċar li tali arranġamenti m'huma bl-ebda mod eskliżi Fost affarijiet oħra l- memo tispeċifika wkoll illi s-support finanzjarju jrid jintalab qabel ma wieħed jiddeċiedi li jitlaq mill-pajjiż.", "Kellna każi fejn nies talbu kumpens għal konferenzi li attendew sentejn ilu, eżattament fl-1995.", "Dan mingħajr lanqas biss ma kellhom approvazzjoni formali mingħand iċ-Chief Executive, biex jipproċedu bil-ħidma tagħhom (għalkemm jien ċert li dan sar b'bona fede).", "Il-memo fir-rigward taċ-Chief Executive tan-National Coordinating Unit għall-Fourth Framework Programme tal-E.U. hija ċara.", "NATIONAL CO-ORDINATING UNIT - PROĠETTI", "8306.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet ta' proġetti kollha li evalwa n-National Co- ordinating Unit (NCU) għall-4th Framework Programme ta' l-U.E. u li ntbagħtu għall-evalwazzjoni lill-U.E.?", "Kemm-il darba ltaqa' dan l-NCU minn Jannar 'il hawn?", "X'kienet l- attendenza f'dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-sottomissjonijiet mitluba tal-proġetti kollha li evalwa n-National Coordinating Unit (NCU) għall-4th Framework Programme ta' l-U.E tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR MONTE CARMELI - TRASFERIMENTI", "8307.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8117, jista' l-Ministru jgħid meta se jintgħażlu l- Paramedic Trainees?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-riżultat huwa mminenti.", "SPTAR SAN LUQA - INĊINERATUR", "8308.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 8125?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fiċ-ċumnija ta' l-isptar, hemm ħames exhaust pipes, erbgħa mill-boilers, u waħda mill-inċineratur.", "Mill-boiler ġieli joħroġ duħħan iswed, iżda normalment m'hemmx tinġiż visibbli.", "Ir-rubbish ta' l-isptar kien analiżżat is-sena l-oħra biex jiġi ddentifikat x'jikkawża duħħan iswed.", "Irriżulta li materjal tal-plastic u saqqijiet kienu l-iktar żewġ ħwejjeġ li jagħmlu hekk.", "Biex dan jiġi evitat, saqqijiet m'għadhomx iżjed jinħarqu l-isptar iżda mibgħuta l- Magħtab, waqt li l-plastic ġeneralment hu autoclaved u mbagħad jintbgħat il- Magħtab.", "F'dan l-istadju jrid jiġi enfasizzat li l-ebda kontaminazzjoni - jew ċans ta' infezzjoni, ma jista' jiġi kawżat billi jintbagħtu l-Magħtab.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jistudja bid-dettal pjanijiet ta' waste management għall-futur.", "UFFIĊĊJU TAL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA - MEDIĊINI", "8309.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-pharmacological names tal-mediċini mraħħsa skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7857?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "POWER STATION - MARSA", "8310.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8124, kemm kien il-livell ta' So(2); CO; Nitrous Oxide; u pillutants oħrajn f'Lulju 1997 u fl-istess xahar f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta bħalissa qed tinstalla sistema ta' monitoring tal-gass li joħroġ miċ-ċmieni tal-Power Station tal- Marsa.", "Il-gases imkejla huma SO 2, NO x, kif ukoll particulates (nugrugun).", "Perijodikament isiru wkoll testijiet biex jiġi aċċertat jekk fl-ambjent tal-power station il-contaminants jeċċedux l-Occupational Exposure Limit (OEL) irrikmandat minn awtoritajiet tas-Saħħa, b'dawn ir-riżultati:", "Sulphur Dioxide - OEL, 5 ppm.", "Riżultat tat-testijiet, inqas minn 0.2 ppm.", "Carbon Monoxide - OEL, 50 ppm.", "Riżultat tat-testijiet, inqas minn 5ppm.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "8314.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom out of stock Timoptol eye drops; u Salbutamol inhaler?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kemm it-Timoptol eye drops kif ukoll is- Salbutamol inhaler mhumiex out of stock.", "TAXXI INTERNI - REF.", "88 56980 14", "8315.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra in rigward taxpayer reġistrat bin- numru 88 56980 14 li huwa non-resident għaliex meta inħareġ clearance mit- Tax Department Block 6 fi Frar 1995 skond clearance numru 127/95; ir- refund li hemm dovut lil din il-persuna għadu ma tħallasx meta skond riċevuta governattiva B/066 184 tat-12.01.97 tħallset is-somma ta' Lm525 li minnhom madwar Lm350 huma dovuti lura bħala rebate?", "Għaliex għadhom ma ħarġux l-assessments relattivi?", "Meta huwa maħsub li jinħarġu l-assessments għas-snin bażi 1959/1994?", "Meta huwa masħsub li jitħallas l-imsemmi refund?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti tagħrif konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa awtorizzat mit-taxpayer, allura nagħti t- tweġiba lilu jew lill-amministratur tiegħu privatament", "TAXXI INTERNI - REF.", "NO.", "885537110", "8316.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra in rigward taxpayer reġistrat bin- numru 885537110 li hu non-resident għaliex meta nħareġ clearance mit-Tax Department Block 6 fl-14 ta' Settembru, 1994 skond clearance numru 421/94, ir-refund dovut lill-persuna konċernata għadu ma tħallasx meta skond riċevuta KO A/061 853 maħruġa mid-dipartiment fit-13.7.94 tħallsu Lm910 li minnhom hemm dovut kważi Lm750 bħalha rebate/refund?", "Għaliex għadhom ma ħarġux l-assessments relattivi?", "Meta hu maħsub li jinħarġu l-assessments għas-snin bażi 1975 sa l-1994?", "Meta hu maħsub li jitħallas ir-refund dovut?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti dan it-tagħrif konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa awtorizzat mit-taxpayer allura t-tweġiba tingħata lilu privatament jew lill-amministratur tiegħu.", "TAXXI INTERNI - TAXPAYERS", "8317.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-taxpayers bin-numri 8856 24904, 8856 24805, 8856 24706, 8856 24607, 8856 24508, 8856 24409, u 8856 24310 u għat-tax files relattivi, ikoll non- residents, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, ladarba dawn huma kollha identiċi u l-formoli tagħhom ġew ippreżentati flimkien: Għaliex inħarġu l-assessments tas-snin 1989 sa l-1993 fuq formoli (tax nos.) 885624706, 885624508, 885624409 u 885624310 - u fuq l- oħrajn ma nħarġux?", "Għaliex l-assessment tas-sena bażi 1994 (sena li fiha inbiegħet il- proprjeta') ma nħarġitx?", "Meta hu mistenni li jitħalls ir-rebate ta' Lm23 dovut lil kull wieħed u waħda meta dawn tħallsu bħala Provisional Capital Gains Tax fl-1994?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti dan it-tagħrif konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa awtorizzat mit-taxpayer allura t-tweġiba tingħata lilu privatament jew lill-amministratur tiegħu.", "TAXXI INTERNI - REF.", "NO.", "88 58711 19", "8318.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra in rigward taxpayer reġistrat bin- numru 88 58711 19 li hu non-resident: Għaliex meta nħarġu clearance mit-Tax Department - Block 6 fid-9 ta' Diċembru, 1996 bin-numru 839/96, ir-refund dovut lil persuna konċernata għadu ma tħallasx meta skond riċevuta governattiva tħallsu Lm700 li huma prattikament kollha dovuti b'refund?", "Għaliex għadhom ma ħarġux l-assessments relattivi?", "Meta hu maħsub li jinħarġu r-refunds dovuti?", "Meta hu maħsub li joħorġu l-assessments għas-snin bażi 1989 - 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti dan it-tagħrif konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa awtorizzat mit-taxpayer allura t-tweġiba tingħata lilu privatament jew lill-amministratur tiegħu.", "TAXXI INTERNI - REF.", "NO.", "885885121", "8319.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra in rigward taxpayer reġistrat bin- numru 885885121 li hu non-resident: Għaliex meta nħareġ clearance mit-Tax Department Block 6 fl-24.6.96 skond clearance numru 699/96 ir-refund dovuta lill-persuna konċernata għadu ma tħallasx meta skond riċevuta governattiva maħruġa mid-dipartimenti tħallsu Lm1750 li minnhom hemm Lm818 jew iżjed dovuti bħala rebate/refund?", "Għaliex għadhom ma ħarġux l-assessments relattivi?", "Meta hu maħsub li jinħarġu l-assessments għas-snin bażi 1989 - 1996?", "Meta hu maħsub li jitħallas ir-refund dovut?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti tagħrif konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa awtorizzat mit-taxpayer, allura nagħti t- tweġiba lilu jew lill-amministratur tiegħu privatament.", "THE TIMES - ITTRA \"RIP OFF\"", "8412.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-ittra lill-Editur ta' The Times tat-8 ta' Awissu, 1997 taħt it-titolu Rip Off, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu u minn min biex każi bħal dawn ma jirripetux ruħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-persuna liċenzjata sabiex tagħmilha ta' car park attendant fil-post indikat fl-ittra li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet investigata mill-Pulizija.", "Għalkemm l- allegazzjoni ma ġietx konfermata, il-Pulizija qed tagħmel spezzjonijiet sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm abbużi.", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "8413.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Billi f'dawn l-aħħar xhur kien hemm waqfien kważi totali fit-tqassim ta' l- ilma tat-tisqija mill-impjant ta' Sant'Antnin minħabba xi xogħlijiet li qed isiru biex tiżdied il-produzzjoni, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika xi progress sar?", "Meta jista' wieħed jistenna dan it-tqassim jerġa' lura għan-normal?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissuġġerixxi lill-Onor.Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill Ministru responsabbli mill-impjant tar-riċiklaġġ ta' l- iskart li taħtu jaqa' dan ix-xogħol.", "IBĦRA - BLAT IPPUNTAT", "8414.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi t-Taqsima ta' l- Ambjent fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet kontra l-ħsieb li, b'xi mod jintmiss blat ippuntat biex l-ibħra jkunu aktar aċċessibbli, fi proġett tas-Segretarjat tat-Turiżmu fl-amministrazzjoni preċedenti, u issa qed jerġa' jitressaq għal konsiderazzjoni pjan għall-iżvilupp ta' Baħar iċ- Ċagħaq li jinkorpora dan il-konċett, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy attwali ta' l-Awtorita' u (wara l-emendi l-ġodda għal din) tal-Ministeru fuq dan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-pożizzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fir- rigward ta' interventi fuq il-blat dejjem kienet li kwalunkwe intervent li jista' jkun maħsub sabiex l-ibħra jkunu aktar aċċessibli għandu jkun wieħed riversibli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-kosta li f'ċerta postijiet tħaddan fiha speċi ta' interess xjentifiku kbir li huma protetti wkoll fuq livell internazzjonali.", "Din il-pożizzjoni għadha l-istess.", "SAĦĦA - ENROLLED NURSES", "8415.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t- terms of reference tas-Selection Board li qed jieħu ħsieb tal-kors biex enrolled nurses isiru SRN's?", "X'inhi r-raġuni li qed jittella' dan il-kors?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-kors biex Enrolled Nurses jkunu jistgħu jsiru Staff Nurses qed jittella' skond il-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l- Unions kkonċernati dwar il-klassifikazzjoni u r-regrading tal-gradi ta' l- infermiera.", "Is-sejħa għall-applikazzjonijiet kienet maħruġa mill-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku u qed tiġi pproċessata mill-istess kummissjoni għalhekk m'iniex f'qagħda li nagħti tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - WHITE ROCKS HOLIDAY COMPLEX", "8416.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti dettalji fuq nuqqas ta' flus li seħħ mill-uffiċċju tal-White Rocks fil-bidu ta' Settembru?", "Dan kien riżultat ta' serq?", "X'investigazzjonijiet saru?", "Ġiet imdaħħla l-pulizija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma jirriżultalix li kien hemm xi nuqqas ta' flus mill-uffiċċju tal-White Rocks.", "Madankollu fil-perijodu msemmi kien hemm xi rapporti minn klijenti residenti fil-White Rocks dwar nuqqas ta' flus.", "Bħal ma jsir dejjem, anke f'dawn il-każi issejjħet minnufih il-pulizija li min-naħa tagħhom wettqu l-investigazzjonijiet meħtieġa.", "QRATI - PENALI MPOSTI", "8417.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-ittri uffiċjali li qed jintbagħtu mill-Qrati għal ammonti ta' flus għall-penali mposti, jista' jekk jogħġbu l- Ministru jindika kemm se ddum sejra din l-azzjoni u sa liema sena lura qegħdin imorru l-Qrati biex iċ-ċittadin ikun jista' iserraħ moħħu li ma baqax arretrati xi jħallas?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Qrati qegħdin jiġbru multi li jmorru lura sal-1994.", "Din il-proċedura se tibqa sejra sakemm jitlesta l-eżerċizzju tal-ġbir ta' l-arretrati.", "MOTHER THERESA - FUNERAL STATALI", "8424.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li l-Ambaxxatur Malti, Emanuel Farrugia, kien assenti meta kien mitlub jitla' jpoġġi l- kuruna tal-fjuri f'isem il-poplu Malti fil-funeral statali ta' Mother Theresa f'Calcutta u stqarrija Nru.1756 tal-Gvern Malti qalet li l- Ambaxxatur \"kien irreġistra oġġezzjoni mal-Kap tal-Protokol f'New Delhi\" minħabba li hu ma kienx informat bl-arranġamenti minn qabel, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk intbagħtitx ittra formali ta' protesta lill-Kap tal-Protokol f'New Delhi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-ittra ta' l-Ambaxxatur Farrugia, kif ukoll xi risposti relattivi minn naħa tal-Gvern Indjan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministeru investiga mill-ewwel in-nuqqas li seħħ fil-konfront ta' pajjiżna fiċ-ċerimonja tal-funeral ta' Mother Tereza.", "Il-Kap tal-Protokoll fl-Indja għamel apoloġija lill-Ambaxxatur Farrugia għal xi nuqqasijiet li nħolqu u li permezz tagħhom imbarazzaw ir- rappreżentanza Maltija fil-funeral.", "Il-Ministeru aċċetta din l-apoloġija b'sodisfazzjon u ma ħassx li għandu jkompli jtawwal dan l-inċident bla bżonn.", "DJAR - SPEZZJONI TA' FOND", "8444.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi spezzjonat mill-Housing il-fond tal- persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament?", "Kif waslu għalihom it-62 punt li għandha?", "Inqdew nies bl-istess każ ta' periklu li għandhom 62 jew inqas punti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: \"Jien informat illi l-fond fejn toqgħod l- applikanta gie spezzjonat f'Gunju 1996.", "Il-punti ngħataw skond in-numru ta'nies fil-familja tal-applikant, kondizzjoni tad-dar u d-dħul tiegħu.", "Kien hemm kaz wieħed bl-istess punti fil-Belt, fejn l-applikanta trid tmur toqgħod, izda dawn kienu ta'zewġ persuni flimkien mentri l-applikanta hi persuna waħeda\".", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8458.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament u li għandu 72 punt FAVURIH se jingħata post alternattiv?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiena nformat illi applikazzjonijiet minħabba saħħa, bħal fil-każ indikat, hemm 795 oħra jistennew.", "Għalhekk, il-każ ikun ikkonsidrat skond il-postijiet adattati li jitbattlu.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IX-XATT - DGĦAJJES", "8462.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallsu dawk l- individwi li qed jokkupaw junctions tad-dgħajjes numru 4 san-numru 8 fi Triq ix-Xatt ġewwa Wied il-Għajn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-uniku kirja reġistrata hija tas-sitt junction.", "Il-kera hi ta' Lm10 fis-sena.", "UNIVERSITA' - IMPJEGATI", "8463.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li kontribuzzjonijiet tas-sigurta' nazzjonali lill-impjegati tal-Universita' (akkademiċi u dawk mhux akkademiċi) tħallsu kollha matul s-snin 1994, 1995,1996 u l-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8463 il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' nazzjonali tal-impjegati ta' l- Universita' tħallsu kollha matul is-snin 1994, 1995, 1996 u 1997.", "Dawn il- kontribuzzjonijiet jitħallsu kull xahar fid-dipartiment tat-Taxxi Nterni kif jitolbu r-regolamenti.", "WIED IL-GĦAJN - FAIRWAY", "8464.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li issa għadda s-sajf, jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li ssir il-Fairway u jiġu organizzati d-dgħajjes ġol-bajja ta' Wied il-Għajn u jekk hemm ħsieb li jsiru meta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Awtorita' Marittima ilha tagħmel konsultazzjonijiet ma' l-Għaqda Baħħara, Sajjieda u Dilettanti, Wied il-Għajn u dawn in-negozjati għadhom sejrin bi skop li jsir l-aħjar użu mill-ispazju li hemm f'din il-bajja.", "Dan jinkludi passaġġ (fairway) li minnu jkunu jistgħu jidħlu u joħorġu dawn l-opri tal-baħar.", "L-Awtorita' Marittima għandha kull ħsieb li dan isir matul ix-xhur li ġejjin.", "POSTA - ĦADDIEMA", "8468.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema tal-Posta llum?", "X'tibdil sar fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-istess ħaddiema?", "X'tip ta' ftehim intlaħaq mal-Mid-Med Bank dwar is-servizz postali f'Malta?", "Kemm hu fil-preżent il-complement ta' ħaddiema f'din l- intrapriża?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ma sar l-ebda tibdil fil-kondizzjonijiet tax- xogħol tal-ħaddiema tal-Posta li kollha kemm huma ġew informati individwalment li l-impjieg tagħhom se jitkompla għal sitt xhur oħra wara l- ewwel xahrejn ta' impjieg.", "L-Onor.", "Interpellant jaf sewwa li l-Gvern kemm-il darba għamel dikjarazzjoni li ħadd mill-Posta m'hu se jitlef postu.", "Jiena nformat li l-complement preżenti ta' ħaddiema tal-Posta huwa 932.", "Id-diskussjonijiet mal-Mid-Med Bank għadhom għaddejjin.", "BUĠIBBA/QAWRA - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "8469.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienet il-konsultazzjoni li saret mal-Ministeru tiegħu biex saru t-tabelli tal-one ways u traffic signs oħra fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex numru ta' toroq f'dawn l-inħawi saru fihom sinjali tat-traffiku li huma kontra l-flow ta' l- istess traffiku?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li t-traffic signs fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra saru wara konsultazzjoni li l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku kellu mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, mal-Buġibba Action Committee u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Jiena nformat ukoll li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku sar jaf li xi traffic signs li jindikaw li Triq it-Turisti hija one-way kienu twaħħlu bi żball u l-bord kien talab lid-dipartiment konċernat biex dawn is-signs jitneħħew.", "BUĠIBBA - BUS TERMINUS ĠDID", "8470.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-applikazzjoni għall- bini ta' bus terminus ġdid f'Buġibba?", "Kemm kienet sal-lum in-nefqa kapitali fuq dan il-proġett?", "Meta hu mistenni li x-xogħol imsemmi jkun lest?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma ddeċidietx dwar l-applikazzjoni biex jinbena t-terminus il-ġdid f'Buġibba.", "S'issa ntnefqet is-somma ta' Lm4,740 ma' l-applikazzjoni li saret lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "M'iniex f'pożizzjoni li ngħid meta se jitlesta.", "PATATA - ŻERRIEGĦA TAL-PATATA", "8471.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta għalqet oriġinarjament il-kitba taż-żerriegħa tal-patata u meta ġiet estiża?", "Kemm kien l-ammont ta' żerriegħa minn kull varjeta' li kitbu l-bdiewa sad- data ta' l-għeluq oriġinali u kemm inkitbet sad-data ta' l-għeluq finali?", "Meta hu mistenni li tasal Malta kull waħda mill-varjetajiet indikati?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-kitba tal-patata taż-żriegħ oriġinarjament għalqet fit-22 ta' Awissu li għadda iżda eventwalment din ġiet estiża sal- aħħar ta' Settembru.", "Sat-22 t'Awissu kienu nkitbu 576 u 120 tunellata Alpha u Arran Banner rispettivament u issa l-ammont żdiedu għal-991 u 383 tunellata.", "Dawn huma mistennija li jaslu Malta skond il-kuntratt eżistenti jigifieri l-Alpha bejn dan ix-xahar u d-dieħel u l-Arran Banner bejn Novembru u Diċembru.", "Kif jindikaw dawn l-ammonti l-Onor. membru għandu jifhem mill-ewwel x'differenza hemm bejn l-ammont ta' żerriegħa Arran Banner (383 tunnellata) miktuba mill-bdiewa u l-ammont (800 tunnellata) miftiehem fil-kuntratt iffirmat għall-tlett snin (1996, 1997 u 1998) fl-20 ta' Frar meta huwa kien Ministru għall-Biedja u Sajd.", "Din id-differenza sejra tfisser telf kbir ta' flus din is-sena kif ġara s- sena l-oħra u kif mistenni li jiġri s-sena d-dieħla tort tal-kuntratt li d- Dipartiment tal-Biedja ntrabat biħ.", "Tajjeb li jingħad ukoll li l-ammont ta' żerriegħa Alpha miktuba mill- bdiewa ( 991 tunellata) hija skond il-kuntratt miftiehem (1000 tunellata għal tlett snin).", "Il-produzzjoni ta' patata min din il-kwantita' ta' żerriegħa hija mistennija li tkun ferm aktar mill-5000 tunellata patata għall- esportazzjoni li ġew miftehma (għal tliet (3) snin) ma' l-importatur Olandiż meta l-Onor.", "Membru kien Ministru għall-Biedja u Sajd.", "RABA' - TOROQ FIR-RABA'", "8472.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kilometri ta' toroq fir-raba' ngħataw fil-perijodu Marzu 1997 sat-30 ta' Settembru, 1997?", "X'materjal intuża f'dawn it-toroq?", "F'liema lokalitajiet jinsabu?", "Kemm hu l-valur tax-xogħol li sar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "8473.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva, lokal lokal fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 1997?", "Kemm ġew allokati djar/appartamenti fl-istess perijodu?", "F'liema lokalitajiet?", "Kemm kien in-numru totali ta' applikanti fl-aħħar ta' Lulju, Awissu u Settembru rispettivament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: In-numru ta'applikazzjonijiet pendenti f'Lulju, Awissu u Settembru kien ta'4929, 4988 u 5053 rispettivament.", "Il-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRAR", "8495.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Settembru 1997 u jagħti informazzjoni skond ir-raġuni li wassal għal qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax- xogħol f'Settembru kien ta' 69.", "Ir-raġuni li wassal għal qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "|M'aċċetawx taħriġ |16 | |Jirreġistraw u |41 | |jaħdmu | | |M'aċċetawx xogħol |5 | |M'attendewx |7 | |intervisti | |", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8496.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol mal-ETC f'Settembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol mal-ETC f'Settembru 1997 hu ta' 825.", "ETC - JOB PLACEMENTS", "8497.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC matul Settembru 1997, kemm placements kienu mas-settur privat u kemm placements saru mill- Job Centre minn Ħal Far u minn Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' Job Placements mill-ETC matul ix-xahar ta' Settembru hu ta' 214.", "GVERN 1 PARASTATALI 35 PRIVAT Hal-Far 110 Job Centre (Malta) 62 Ghawdex 2 Job Centre (Gozo) 4", "IMPJIEGI", "8498.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjiegi matul Settembru 1997 mis-servizz pubbliku; (a) minn enti statutorji; (b) minn enti u kumpanniji li l-Gvern direttament jew indirettament għandu mill-anqas nofs l-ishma tagħhom; u (ċ) mis-settur privat u jindika d-dipartiment, enti jew kumpannija fil-każ ta' (a), (b) u (c) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8498 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8499.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba f'Settembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba f'Settembru 1997, hu ta' 413.", "VAPURI", "8500.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vapur u kemm total ta' tunnellaġġ ġie rreġistrat f'Settembru 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru W774.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "8631.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' l-esportazzjoni tal-patata tas-sajf ta' l-istaġun 1997, jista' l-Ministru jgħid il-valur tar-rate of exchange (lira Maltija/Guilder Olandiż) li ġie wżat fit-tassassjoni kollha ta' l-esportazzjoni tal-patata?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-ħlas għall-patata ta' Malta li ġiet esportata fir- rebbiegħa ta' din is-sena wasal f'sebgħa pagamenti u r-rati tal-kambju taż- żmien relattiv kienu dawn:-", "5.0314; 5.042; 5.033; 5.1438; 5.2053; 5.2439 u 5.1919.", "Il-mejda tar-rate of exchange (lira Maltija/ Guilder Olandiż) tas-sena l- oħra (1996) kienet 4.7.", "SAJJIEDA - COLD STORAGE ROOM", "8632.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li minn din is-sena (1997) is-sajjieda reġgħu bdew iħallsu spiża extra għall-użu tal-cold storage rooms li fihom tinħażen il- lixka tat-tonn?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jikkwantifika dan l-ammont ta' spiża \"extra\" għall-perijodu minn 01.03.97 sa 30.09.97?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Le ma nikkonfermax.", "Ma kien hemm l-ebda tibdil fis- sistema ta' kif tinħażen il-lixka tat-tonn.", "BIEDJA U SAJD - SUSSIDJU FUQ SELF", "8633.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' l-aħħar skema ta' sussidju fuq self għall-għotjiet sa Lm3,000 (biedja u sajd) maħruġa mill-Gvern preżenti, jista' l-Ministru jgħid għal perijodu minn mindu bdiet l-istess skema sal-lum kemm-il applikazzjoni għal sussidju fuq self irċieva d-dipartiment; kemm-il applikazzjoni ġiet approvata; u l-valur totali ta' sussidju li nħareġ sal-lum taħt l-iskema?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kienu l-istess figuri għall-istess perijodu fl-1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fir-rigward ta' l-aħħar skema ta' sussidju fuq self għall-għotjiet sa Lm 3,000 fuq biedja u sajd maħruġa mill-gvern id- dipartiment irċieva 76 applikazzjoni.", "S'issa ġew approvati 39 applikazzjoni u 22 applikazzjoni oħra ser jiġu approvati fil-Board li jmiss fil- 15 t' Ottubru 1997.", "S' issa d-dipartiment għadu ma rċeviex statement mill-Bank biex ikun jista' jħallas l-ewwel sussidju dovuti lill-Bank.", "Fl-1996 din l- iskema ma' kienitx teżisti.", "KUMMISSJONI DWAR IL-BIEDJA U S-SAJD - PROGRAMMI", "8634.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward tal-Kummissjoni dwar il-Biedja u s-Sajd li fi żmien xahrejn mit- twaqqif tagħha (25.07.97) kellha tlesti l-programm tagħha b'mod dettaljat dwar il-biedja u s-sajd bil-għan li dawn l-oqsma jkomplu jiġu msaħħa, jista' l-Ministru issa jgħid, peress li għaddew l-imsemmija xahrejn, jekk dan il-programm jew rapport ġiex mitmum u, jekk fl-affermattiv, jistax il- Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Skond it-termini mogħtija lill-kummissjoni r- rapport kellu jkun lest fi żmien tlett xhur u mhux xahrejn.", "ILMA - PRODUZZJONI", "8635.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu minn 01.01.97 sa 30.09.97 dejjem fir-rigward ta' produzzjoni ta' ilma kemm kien l-ammont globali ta' ilma li ġie ppumpjat mill-aquifer; kemm kien l-ammont globali ta' ilma li ġie prodott fl-impjanti tar-reverse osmosis; u kemm kienu l- istess figuri fit-tliet snin preċedenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ILMA - BEJGĦ", "8636.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għal perijodu 01.03.97 sa 30.09.97, kemm kien ir- revenue mill-bejgħ ta' l-ilma (WSC) u mill-elettriku (Enemalta) rispettivament, kif ukoll kemm kienu l-istess figuri fis-sentejn preċedenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub dwar bejgħ ta' elettriku huwa kif ġej:-", "| |1997 |1996 |1995 | | |Lm |Lm |Lm | |Marzu |24,176,0|14,316,4|21,352,8| |sa |66 |65 |47 | |Settemb| | | | |ru | | | |", "Rigward il-bejgħ ta' l-ilma nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "NTOM - ADVISORY BOARD", "8648.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Advisory Board ta' l-NTOM ma nnomina lil ħadd minn Għawdex?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-membri li għadhom kif inħatru fuq l-Adisory Board ta' l-NTOM huma l-istess nies li għal dawn l-aħħar xhur qed jaħdmu fuq it-tifsil ta' Strategic Development Plan.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li s-sena l-oħra la fl-Executive Board u lanqas fl-Advisory Board ta' l-NTOM ma kien hemm rappreżentant minn Għawdex.", "Din is-sena għall-kuntrarju hemm rappreżentant Għawdxi fl- Executive Board ta' l-NTOM.", "ITS - BORD TA' TMEXXIJA", "8649.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid għaliex l-MHRA ma ġietx mistiedna tinnomina rappreżentanti fil-Bord ta' Tmexxija ta' l-ITS?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4750 f' Seduta Nru. 56.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "KAĊĊATURI - ARMI KONFISKATI", "W722.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi f'risposta parlamentari kien intqal illi il-policy tal-Pulizija hija illi jagħtu lura l-armi kkonfiskati mill-kaċċaturi għal xi allegat reat illi kkommettew meta huma jkunu ikkonkludew l-investigazzjoni dwar il-każ, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija għadhiex tadotta din il-policy u jekk iva jekk fil-każijiet li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament il- pulizija kkonkluditx l-investigazzjoni tagħha?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'dawn iż-żewġ każijiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant se jittieħdu proċeduri quddiem il- Qorti u s-snieter ser jiġu esebiti l-Qorti.", "PULIZIJA - ĠOSTRA WAQT IL-FESTI", "W811.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx bżonn li jkun hemm permess mill-pulizija biex tinżamm il-ġostra waqt il-festi f'pajjiżna?", "Jekk iva, kemm ilu jintalab dan il-permess?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ġewwa l-Imsida dan il- permess qatt ma kien mitlub u din is-sena saret din it-talba u kellhom jitħallsu arretrati tas-snin li għaddew?", "Kemm huwa fi ħlas il-permess għal attivita' bħal din?", "Kemm se jdaħħal il-gvern minn dawn il-permessi?", "Hemm ħsieb illi għalkemm għandu jkun hemm talba għal din l-attivita', din tibda ssir mingħajr ħlas?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi skond Section 226 tal-Code of Police Laws sabiex isiru ġostri tenħtieġ liċenza tal-Kummissarju tal- Pulizija.", "Il-permess jinħareġ fuq ħlas ta' Lm3.00 għall kull ġurnata li fiha ssir il-ġostra.", "Is-sena l-oħra kienet saret talba sabiex issir ġostra fl-Imsida, liema talba kienet ġiet milqugħa, pero' l-applikant naqas li jħallas l-ammont dovut.", "GĦaldaqstant meta din is-sena saret talba biex isiru ġostri fl-istess lokal, intalab il-ħlas dovut għal din is-sena, kif ukoll għal dak tas-sena l-oħra.", "Id-dħul għall-Gvern minn dawn il-permessi jiddependi minn kemm isiru talbiet.", "Ma jidhirx li għandu jkun hemm tibdil fil-liġi dwar din il-materja.", "PACEVILLE - ŻGĦAŻUGĦ IMSAWWAT MILL-SAG", "W815.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma nċident li seħħ il-weekend li għadda ġewwa Paceville fejn żagħżugħ minn Ta' Xbiex ġie msawwat minn pulizija ta' l-SAG għaliex rema pakkett sigaretti ma' l-art?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li dan iż-żagħżugħ sofra diversi daqqiet u anke gidma waqt li kien immanettjat?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex se ssir xi nvestigazzjoni dwar dan il-każ, fiex waslu u humiex se jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-pulizija nvolut?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi nbdew proċeduri kriminali kontra kuntistabbli rigward dan l-inċident.", "PULIZIJA - FIREM TA' PETIZZJONIJIET", "W833.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-każ ta' pulizija li allegatament ġabar il-firem għall-petizzjoni flimkien ma' priġunier, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux petizzjonijiet fil-passat?", "X'kien ir-riżultat tal-petizzjonijiet?", "X'investigazzjoni saret dwar il-każ?", "Minn investiga l-każ?", "Kienu membru tal-pulizija jew gwardjani tal-Ħabs?", "X'irrisponda l-pulizija in kwestjoni?", "Se jitla' PSC?", "Jekk iva, fuq liema akkuża?", "Għaliex ġie trasferit qabel ma nqatgħet l-investigazzjoni u qabel ma' ittella PSC?", "Hija proċedura normali li persuna jiġi kastigat qabel ma jinstab ħati taż allużi miġbjuba kontrih?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-każ ġie nvestigat minn Bord ta' Dixxiplina intern u skond id-delegazzjoni ta' poteri mogħtija lid-Direttur tal-Ħabs, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-uffiċjal ġie trasferit mill-Ħabs.", "PULIZIJA - ĦANUT FIŻ-ŻURRIEQ", "W836.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħanut li hemm iż-Żurrieq - li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - għandux il-permessi meħtieġa mill-pulizija biex jiftaħ sa x'ħin għandu u fuq min qiegħed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-ħanut li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant huwa liċenzjat mal-Pulizija f'isem Mary Cassar u jista' jinżamm miftuħ sal-11.00 p.m. kuljum.", "HELPERS", "W859.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-helpers li qegħdin jintbagħtu lil persuni anzjani jew oħrajn li jkollhom ħtieġa ta' dan is-servizz humiex jingħatawlhom xi ordnijiet rigward x'xogħol għandhom jagħmlu fi djar?", "Jekk hu hekk, jista' l-Ministru jgħid x'ordnijiet qegħdin jingħataw?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat mill-kura ta' l-anzjani.", "VAT - ĠBIR TA' FLUS", "W899.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar mill-VAT il-Gvern tul is-snin 1995 - 1997, sena b'sena minn nutara; avukati; u self-employed żgħar?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-dħul tal-Gvern mill-VAT tul is-snin 1995, 1996 u 1997, min-Nutara u Avukati huwa kif ġej:-", "|1995 |Lm145,214 | |1996 |Lm308,604 | |1997 (sa |Lm174,151 | |Ġunju) | |", "Ma kienx teknikament possibbli li ċ-ċifri tad-dħul min Nutara u Avukati jingħata separatament.", "Dwar it-tielet kategorija msemmija, jiġifieri s-self employed żgħar, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-records tad-Dipartiment tat- Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa ma teżistix kategorija distinta b'dan il-mod.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jogħġbu jkun aktar speċifiku, jista' jkun possibbli li jingħata t-tagħrif mitlub.", "KUNSILLI LOKALI - ĊIRKOLARIJIET", "W976.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ- ċirkolarijiet/memos maħruġa lill-kunsilli lokali matul Awissu, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - ĊIRKOLARIJIET", "W977.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ- ċirkolarijiet/memos maħruġa lill-kunsilli lokali matul Lulju, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MOSTA - TRIQ IT-TABIB CHETCUTI", "W980.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl ta' l-ittra OPM/231/97 bid-data tal-25 ta' Ġunju, 1997, jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid x'passi ttieħdu jew għad iridu jittieħdu fir- rigward ta' Triq it-Tabib Chetcuti, fil-Mosta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien diġa' ħa l-pariri rimedjali meħtieġa fl-20 ta' Ġunju, 1997 jiġifieri jumejn biss wara li l-kunsill irċieva kopja ta' ittra ndirizzata minn ċittadin lit- Traffic Control Board."]} {"filename": "19980224_191d_par.doc", "date": "1998-02-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 191 It-Tlieta, 24 ta' Frar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 191", "It-Tlieta, 24 ta' Frar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "191", "It-Tlieta, 24 ta' Frar, 1998", "WERREJ MINUTI 576", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 576", "TQEGĦID TA' KARTI 580", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-LOTTU PUBBLIKU PUBLIC LOTTO ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 581 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-POOLS TAL-GVERN MALTI FUQ IL-LOGĦOB MALTESE GOVERNMENT FORECAST POOLS (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 582 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB GAMING BILL (IT-TIENI QARI) 582", "AĠĠORNAMENT 599", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 603", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 627", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 190 li saret fit-23 ta' Frar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX: GĦASRI - ĠIBJUNI", "10135.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta u jekk humiex se jissewwew il-ġibjuni li jinsabu bil-ħsara ġewwa l-Għasri?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 12304 mogħtija fis-seduta numru189.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Fir-risposta li ngħatajt fis-seduta numru 189, il-Ministru talab għal aktar dettalji rigward liema ġibjuni jinsabu bil- ħsara ġewwa l-Għasri.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ovvjament il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni ma jkunx jaf għal liema ġibjuni qiegħda ssir riferenza.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Il-ġibjuni li qiegħed nagħmel riferenza għalihom qegħdin fit-triq qabel tasal għall-Għasri.", "Hemm tliet ġibjuni ħdejn xulxin.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se ngħaddi din l- informazzjoni lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, fl-Għasri m'hemmx xi kwantita' ta' ġibjuni u anke bħala raħal huwa wieħed żgħir ħafna.", "GĦalhekk ma nifhimx għaliex domanda li oriġinarjament saret fit-22 ta' Novembru tas-sena l- oħra kellha tiġi risposta b'dan il-mod.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk l-Onor.", "Galea jaf liema huma dawn il-ġibjuni fl- Għasri, jien nista' ngħidlu li ma nafx liema huma.", "Lanqas il-Ministru Buhagiar ma jaf liema huma, għaliex kieku kien jirrispondi mill-ewwel.", "GĦAWDEX: ŻEBBUĠ - TRIQ LAMPUKA", "10559.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t- tarmac Triq Lampuka, fiż-Żebbuġ, Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12126 mogħtija fis-seduta numru185.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Din it-triq - fejn jgħixu kemm GĦawdxin kif ukoll residenti barranin - ilha biex tiġi asfaltata jew tingħata surface tat-tarmac iktar minn tliet snin u nofs.", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex din għadha ma ġietx irranġata?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif jingħad fir-risposta, dan ix-xogħol se jsir aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet tad-dipartiment.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11030.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru, għad-dekastru li għalih hu responsabbli u għall-perijodu 1989 - 1996, jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji li ġew użati barra dik tal- gvern; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - IMPJEGATI", "11096.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 1997 sat-8 ta' Jannar 1998 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, ażjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Jista' l- Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l- persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "IMPJIEGI MAL-GVERN 1988/96", "11553.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 1988 sat-30 ta' Settembru 1996 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, ażjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu xahar b'xahar?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu.", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11668.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi) staqsa lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 10480, jista' l-Ministru jispjega x'kien ir- rwol ta' l-assistent direttur tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li nħatar mill-istess Ministru personalment fi Frar 1997 u b'mod partikolari x'kien il-kontribut li ngħata sal-lum, speċjalment matul il-perijodu ta' żmien li l-kummissjoni kienet mingħajr direttur?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): L-individwu li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant kien sabha diffiċli biex jiffunzjona ta' assistent direttur tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' minħabba l-pressjoni ta' xogħol li kellu mad-diviżjoni tad- dipartiment tas-saħħa kif ukoll għal raġunijiet ta' mard.", "Huwa kien informa b'dan b'mod verbali lill-president tal-kummissjoni.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dikjarazzjoni li għamel dan l-aħħar dan l-individwu, liema dikjarazzjoni ġiet mibgħuta lid-direttur eżekuttiv u kopja tagħha ntbagħtet lill-president tal-kummissjoni.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11800.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Cassar) staqsa lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li qabel kienu jaħdmu għal rashom bdew jirreġistraw għax-xogħol f'Diċembru, 1997?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Jiena nformat li n-numru ta' nies li qabel kienu jaħdmu għar rashom u bdew jirreġistraw għax-xogħol f'Diċembru 1997 kien ta' 80.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11996.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-ratio bejn nies li qegħdin jaħdmu u dawk irtirati għas-snin 1997, 1987 u 1977?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Minn informazzjoni miġbura mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u d- dipartiment tas-sigurta' soċjali jidher illi r-ratio ta' persuni li ddikjaraw li qed jaħdmu man-numru ta' dawk il-persuni li qed jirċievu xi pensjoni ta' l-irtirar mix-xogħol taħt l-iskema kontributorja tas-sigurta' soċjali fis-snin imsemmija mill-Onor.", "Interpellant joħroġ hekk:", "|1977 |għal kull 100 pensjonant | | |618 jaħdmu | |1987 |għal kull 100 pensjonant | | |545 jaħdmu | |1997 |għal kull 100 pensjonant | | |446 jaħdmu |", "Ta' min jinnota li l-figuri ta' nies jaħdmu li nġabru mingħand il- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ dwar is-snin 1977 u 1987 ma ġewx riveduti mill-eżerċizzju li qed isir minn din il-korporazzjoni għar-raġuni li l-imsemmi eżerċizzju jinkludi biss ix-xhur ta' wara Jannar 1994.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jekk fhimt sewwa l-Ministru qed jgħid li n-numru ta' persuni jaħdmu għal kull 100 persuna li kienet qiegħda tirċievi l-pensjoni fl-1997 kien ta' 446 u dak ta' 20 sena qabel kien ta' 618.", "Dan ifisser illi fi żmien 20 sena n-numru ta' persuni li qegħdin jaħdmu, meta mqabbel man-numru ta' pensjonanti, naqas bi 30%.", "Jekk dan huwa minnu, wieħed irid jara x'se jkunu l-konsegwenzi fuq il-pensjonijiet.", "GĦalhekk x'għandu mħejji l-Gvern biex dan it-tip ta' pass ikun jista' jiġi kkontrollat?", "X'miżuri se jittieħdu biex dan ma jkollux konsegwenzi fuq il-pensjonijiet għall-futur?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil- miktub u tkun tista' tingħatalu l-informazzjoni.", "TOROQ - TISWIJA", "12003.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-ittra tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara tat-23 ta' Ġunju, 1997 fejn intbagħtet lista ta' toroq ġodda biex jingħatalhom wiċċ u jiġu fformati, jista' l- Ministru jgħid kemm mill-istess lista sar xogħol fuqhom u meta se jsiru t- toroq li għadhom ma sarux?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Diġa' bdew isiru diversi laqgħat mal-kunsilli lokali u l- utilities sabiex isir pjan biex isir ix-xogħol meħtieġ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, xi ftit tal-ġimgħat ilu f'din il- Kamra ingħatat risposta li se jibda jsir xogħol fi Triq Psaila, Birkirkara.", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal dan ix-xogħol?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol li qed isir fi Triq Psaila, Birkirkara huwa marbut max-xogħol tal-bdil ta' main prinċipali ta' l-ilma li jwassal l-ilma mill-ġibjun ta' Ta' Qali sa Sta.", "Venera.", "Dan huwa main li assolutament huwa spiċċut u kważi kull ġimgħa jkollna nwaqqfu l- provvista ta' l-ilma minħabba xi leakages li jkun hemm fih.", "It-tender sabiex dan il-main jinbidel ħarġet is-sena li għaddiet.", "Effettivament s'issa sar l-ewwel nofs kilometru tiegħu, u bħalma hi l-prassi tal-WSC ix- xogħol li għamel il-kuntrattur fuq dan il-main qiegħed jiġi ttestjat.", "Wara li jitlesta x-xogħol ta' dan il-main ikun jista' jinbeda x-xogħol tat- triq, pero' hemm żewġ problemi oħrajn li rridu niffaċċjaw.", "Waħda minnhom hija l-ġeoloġija ta' l-area ta' Triq Psaila.", "Fil-fatt bħalissa qed isiru testijiet fuq it-tip ta' pedament li hemm f'din it-triq għaliex sibna li meta nbniet ma sarux pedamenti adegwati.", "It-tieni problema - forsi din hija problema akbar - hija dik ta' l-ilma tax-xita.", "Fi Triq Psaila jikkonverġi ħafna ilma tax-xita li jkun ġej mill- inħawi ta' Fleur-de-Lys u Sta.", "Venera u jibqa' nieżel għal Birkirkara.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex ċerti areas f'Birkirkara jegħrqu.", "GĦalhekk qabel ma jibda x-xogħol ta' resurfacing fi Triq Psaila jrid isir żvilupp ġdid lejn in-naħa ta' Sta.", "Venera u toroq oħrajn 'l isfel minn Triq Psaila.", "Imma qabel ma jsir ix-xogħol f'dawn it-toroq trid tiġi solvuta l-problema ta' l-ilma tax-xita.", "GĦalhekk sar studju li fih qed jiġu proposti diversi alternattivi kif wieħed jista' jilqa' l-ilma tax- xita u jittieħed post ieħor mingħajr ma jibqa' nieżel f'Birkirkara u wara li jgħerreq dak il-lokal jgħerreq l-Imsida wkoll.", "Irridu naraw ukoll li din tit-riq tiġi mibnija b'mod li tkun b'saħħitha biżżejjed biex tiflaħ għat-traffiku li jgħaddi minnha.", "Apparti minn hekk, fi Triq Psaila hemm wieħed mill-exchanges primarji tal-Maltacom plc. u wieħed jista' jimmaġina l-ammont ta' cables u fibre optic cables li hemm.", "Dan il-proġett m'huwiex xi proġett faċli pero' diġa' sar ix-xogħol ta' kordinament ta' servizzi u x-xogħol li permezz tiegħu ġew individwati fejn qegħdin dawn id-diversi servizzi.", "Qegħdin nittamaw li x-xogħol fuq il-bdil tal-main ikun lest fi żmien xahrejn jew tlieta u forsi għan-nofs is-sena jkun jista' jibda x-xogħol tal-bini tat- triq innifisha li hija stmata li tqum madwar ¥800,000.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nixtieq nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari tal-bieraħ rigward kontaminazzjoni ta' ilma f'ċerti toroq tal- Fgura.", "Fir-risposta verbali li ta fil-Kamra l-Ministru qal li lest ipoġġi r-rapport tekniku fuq il-Mejda tal-Kamra u mbagħad fir-risposta bil-miktub qal li dan ir-rapport tekniku huwa rreġistrat għand il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx illi jiena nista' nara dan id-dokument għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma?", "Ma jaħsibx li jkun ħafna aħjar, mhux biss għalija imma anke għall- membri l-oħra tal-Kamra, li dan id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tlabt lill-korporazzjoni biex jagħmluli kopja ta' dan id-dokument sabiex inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "12050.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti l-Universita' jattendu korsijiet tal-liġi, mediċina, arkitettura u accounts?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): In-numru ta' studenti li jattendu l-korsijiet imsemmija fl- universita' huwa kif ġej:", "Kors Sena Nisa Irgiel Total B.A.Legal & Hum St I 63 68 131 II 43 52 95 III 50 72 122 LL.D. V 37 43 80 VI 0 2 2 M.D. I 19 15 34 II 40 25 65 IV 42 17 59 B.E.&A. (Hons.)", "I 41 6 47 II 21 10 31 III 20 15 35 IV 31 8 39 B.Com.* II 39 42 81 III 49 45 94 B.A.(Hons.)", "Accty.", "I 27 32 59 II 22 23 45 *(bl-accountancy bħala wieħed mill-oqsma prinċipali ta' studju)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 65 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji tal-President ta' Malta u ta' Uffiċjali oħra;", "Avviż Legali Nru 66 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji ta' l-Imħallfin u Maġistrati;", "Avviż Legali Nru 67 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarju ta' l-Awditur Ġenerali;", "Avviż Legali Nru 71 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Antenni fis-Servizzi ta' Xandir bit-Televiżjoni;", "Tagħrif dwar in-numru ta' vetturi towed away u clamped matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10961;", "Tagħrif dwar kolliżjonijiet ta' vetturi li ġraw matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10962;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Kumitat ta' l-Isplussivi fit-30 ta' Jannar 1998 lil diversi kmamar tan-nar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru12531; u", "Lista ta' white papers li ħarġu bejn l-1990 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 1266.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 68 ta' l-1998 - Ordinament ta' l-1998 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. - fil-Fakulta' tat-Teoloġija;", "Avviż Legali Nru 69 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Science (Honours) - B.Sc.", "(Hons);", "Avviż Legali Nru 70 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts - B.A. - in European Studies; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti fl-Universita' ta' Malta, maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12443.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar is-servizzi li toffri l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12335.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti l-għadd ta' pazjenti li daħlu fir-residenza San Vincenz de Paule matul l-1997, maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12372; u", "Tagħrif dwar persuni fid-Diviżjoni tas-Saħħa li tressqu quddiem xi bord ta' dixxiplina matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12553.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-LOTTU PUBBLIKU", "PUBLIC LOTTO ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku, Kap. 70''.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku, Kap. 70'' ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-POOLS TAL-GVERN MALTI FUQ IL- LOGĦOB", "MALTESE GOVERNMENT FORECAST POOLS (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob, Kap. 131\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob, Kap. 131'' ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB", "GAMING BILL", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Madam Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ mingħand il-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"sabiex jipprovdi minflok l-Ordinanza dwar il-Kursal għal- liċenzjar ta' Każinò, għat-twaqqif ta' Bord dwar il-Logħob u għal għanijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan u li huma anċillari għalih\", jirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra.", "23 ta' Frar 1998", "Il-Ministru John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi minflok l-Ordinanza dwar il-Kursal għal-liċenzjar ta' Każinò, għat-twaqqif ta' Bord dwar il-Logħob u għal għanijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan u li huma anċillari għalih\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, nixtieq nagħti ftit sfond dwar x'ġiegħel lill-Gvern iressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem il- Parlament.", "Kif jaf kulħadd, il-Gvern Laburista huwa kommess biex jipprovdi niche markets għat-turisti f'attivitajiet differenti u wieħed mill-oqsma li rajna li nistgħu nespandu biex pajjiżna jkollu aktar attrazzjonijiet, speċjalment fl-off-peak season, huwa proprju l-qasam tal- logħob.", "Preżentement il-liġi li tirregola din l-attivita' hija l-Liġi dwar il- Casino li tgħid li l-logħob jista' jsir biss fid-Dragonara.", "GĦalhekk aħna ħsibna li nagħmlu żewġ affarijiet, l-ewwelnett li naraw li d-Dragonara tkun immexxija b'mod li tkun tista' tikkompeti ma' casinos oħrajn fir- reġjun viċin tagħna, u t-tieni nett li din l-attivita' tkun provduta f'wieħed jew żewġ postijiet abbonati ma' lukandi b'minimu ta' 4-Star gold.", "Kif jaf kulħadd, qed isiru wkoll proposti u qed jintlaqgħu suġġerimenti għal golf courses u għal żvilupp ta' yacht marinas fil-Kottonera.", "Il- gvern għandu wkoll proġett dwar il-Forti ta' Sant'Anġlu u l-cruise liner hub fil-Port il-Kbir.", "Madam Speaker, din l-industrija tipprovdi mpjiegi ġodda, tipprovdi revenue għall-gvern u hija wkoll attrazzjoni għal min jiġi jżurna.", "Aħna nafu li f'dan il-qasam hemm kompetizzjoni fir-reġjun tal-Mediterran u nafu li hemm il-possibbilta' li din l-industrija, dejjem b'ċerta regolamentazzjoni, tespandi.", "Imma pajjiżna diġa' għandu esperjenza f'dan il-qasam u kien għalhekk li l-Gvern ħa ħsieb illi jipproponi din il-liġi l- ġdida.", "Marbuta ma' din l-idea li l-Gvern ikabbar l-attrazzjonijiet f'pajjiżna hemm ukoll l-idea li nsebbħu aktar lill-pajjiż.", "M'hemmx għalfejn wieħed joqgħod jelenka l-ideat jew il-proġetti li għandu f'moħħu dan il-Gvern li huma relatati ma' l-industrija tat-turiżmu pero' fl-ewwel xhur tiegħu diġa' illokalizza postijiet turistiċi wieħed wieħed u għamel l- upgrading tagħhom.", "Kif diġa' semmejt, bdejna bil-proġett pilota ta' Buġibba, u naħseb li kulħadd japprezza l-mod professjonali kif dan il-post ġie embellished.", "It- tieni proġett huwa l-proġett tat-tlett ibliet ta' Birżebbugia, Marsaxlokk u Wied il-Għajn illi wkoll se jingħataw l-embellishment li jixirqilhom.", "Wieħed għandu japprezza li l-pajjiż għaddej minn fażi ekonomika ta' proporzjonijiet storiċi u l-Gvern huwa mpenjat biex iżid l-impjiegi kemm fl-oqsma tas-servizzi, inkluż u speċjalment it-turiżmu, kif ukoll fil- qasam tal-manifattura, biex ma nsemmix is-servizzi tas-suq illi dan il- Gvern huwa wkoll kommess illi jespandi u jżid biex dejjem ikattar il-ġid tal-pajjiż.", "Irrid ngħid li meta ħarġet il-white paper, mill-ewwel intwera interess fiha.", "Huwa ovvju li l-Gvern se jżid l-erarju jew ir-revenue tiegħu minn dawn l-attivitajiet għaliex aktar ma jikbru ċerti attivitajiet aktar ikollna ekonomija wiesgħa u aktar ma jkun hemm attivita' li tirrendi ekonomikament u jiġu mposti ċerti miżuri fiskali, allura l-Gvern igawdi minn dak id-dħul.", "Tajjeb li nħarsu wkoll lejn il-politika tal-Gvern dwar entitajiet kummerċjali li għandu interess fihom.", "Il-ministeru tiegħi għandu fi ħdanu l-Malta Investment Management Co. Ltd. li hija dik il- kumpannija li tikkontrolla l-entitajiet ta' natura kummerċjali f'oqsma li jaqgħu direttament taħt il-ġurisdizzjoni jew il-portafoll tiegħi, u d- direzzjoni f'dan il-qasam hija li fejn hu possibbli jingħata spazju lill- privat.", "Dan kien jingħad qabel l-elezzjoni u qiegħed jitwettaq issa wara li l-Partit Laburista tela' fil-gvern.", "Fil-fatt, hemm numru ta' kumpanniji ta' natura kummerċjali li dan il-Gvern qiegħed jagħtihom nifs u barra minn hekk qiegħed joħloq opportunitajiet fejn il-privat jipparteċipa attivament.", "L-ewwel kumpannija li għaddiet f'idejn il-privat kienet il-Medserv, u kif kelli l-opportunita' ngħid anke fid-diskussjoni dwar id-diskors tal- budget, in-negozjati dwar l-Interprint Ltd. waslu wkoll fi stadju avvanzat.", "U dan hu li rridu nagħmlu meta ngħidu li rridu nagħtu nifs lill- privat fil-qasam tal-logħob.", "Aħna nemmnu li l-Gvern m'huwiex qiegħed hemm biex imexxi intrapriżi tal-logħob u nemmnu wkoll li l-privat għandu jkollu l-ispazju tiegħu.", "Kien proprju għalhekk li ġie propost li jkun hemm management agreement sabiex it-tmexxija tal-casino tgħaddi f'idejn operatur.", "F'din l-introduzzjoni tiegħi nixtieq inżid ukoll li l-idea li nwessgħu din l-industrija hija wkoll meħtieġa minħabba li riċentement f'pajjiżna nbnew numru sostanzjali ta' lukandi ta' kategorija għolja.", "Imma m'huwiex biżżejjed illi jkollok lukandi sbieħ jekk imbagħad, biex ngħid hekk, dawn ma jingħatawx il-ħajja mit-turisti.", "GĦalhekk, biex inkattru n-numru ta' ljieli li t-turisti jqattgħu f'dawn il-lukandi u biex inħajruhom jużaw dawn il-faċilitajiet, ħsibna li jkun tajjeb illi l- lukandi jipparteċipaw b'mod dirett.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex il-Gvern iddeċieda li l-parteċipazzjoni għal-liċenzjar għandha tkun abbonata ma' lukandi ta' ċertu livell.", "Kif diġa' għidt, meta ħarġet il-white paper mill-ewwel intwera interess u għalhekk il-Gvern iddeċieda li joħroġ is-sejħiet biex min jixtieq jopera l-casino fid-Dragonara u min jixtieq japplika għal liċenzja jkollu l- possibbilta' li jagħmel dan.", "Kif għidt il-ġimgħa l-oħra f'din il-Kamra, ġie maħtur bord direttament mill-Prim Ministru biex jara x'interess hemm.", "Wara li dan il-bord evalwa l-applikazzjonijiet - erba' rigward l- operazzjoni tal-casino tad-Dragonara u erba' oħra rigward liċenzji ġodda f'lukandi - huwa ħejja żewġ rapporti u mbagħad intgħażlu n-nies, il- kumpanniji jew il-consortia li ġew diskussi l-ġimgħa l-oħra.", "U biex nuru li dan il-proċess sar bl-iktar mod trasparenti, jiena mhux biss poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti sħaħ imma wkoll l-applikazzjonijiet li saru u t-tip ta' weighting jew punti li ngħataw settur b'settur skond l- iskedi li mtlew minn dawk li applikaw.", "Issa nixtieq nagħmel riferenza għal kif inhi mqassma l-liġi nnifisha.", "Huwa essenzjali li din il-liġi tagħmel provision għall-ħruġ ta' konċessjonijiet biex jinfetħu u jitħaddmu casinos, għal-liċenzjar tal-casinos u sabiex jitwaqqaf dak li ġie msejjaħ il-gaming board.", "Fil-fatt il-Gvern, apparti milli juża l-casino industry bħala catalyst biex iżid il-bażi turistika, ried ukoll li din tiżviluppa f'ambjent regolat u għalhekk huwa importanti li l-liġi tinkludi regolamenti sabiex l-industrija tkun tista' tiżviluppa b'mod mill-iktar ħieles minn ċerti pressjonijiet.", "Għaldaqstant hemm ukoll l-intenzjoni li joħorġu regolamenti u guidelines sabiex ikun hemm kontroll fuq affarijiet bħalma huma l-aċċettazzjoni u l-fidwa ta' cheques, kreditu u transazzjonijiet ta' debitu, regoli li għandhom x'jaqsmu mal-logħob fil- casinos, dak li jissejjaħ junkets, l-użu ta' slot machines, il-mod kif għandhom jiġu rregolati l-logħob u l-istakes fil-casino u l-mod kif għandhom jinżammu l-kotba tal-lukanda jew l-operatur li jkun liċenzjat.", "Il-liġi nnifisha, Madam Speaker, hija maqsuma f'għaxar partijiet.", "L- ewwel parti hija purament interpretattiva.", "Meta wieħed jirriferi għall- ministru, per eżempju, ikun qiegħed jirriferi għall-ministru tal-finanzi.", "It-tieni parti tagħti lil dan il-ministru l-poter li jagħti konċessjonijiet lil persuni biex jiftħu u joperaw casinos.", "Skond dan l- abbozz ta' liġi, il-konċessjoni \"għandha tinħareġ għal dik il- konsiderazzjoni nkluż il-ħlas ta' kull ammont ta' flus fil-fondi ta' dħul, ġenerali, għal dak iż-żmien u b'dawk il-patti u kondizzjonijiet hekk kif jidhirlu l-Ministru.\".", "Naturalment il-ministru tal-finanzi għandu jagħti wkoll ħjiel għal parir u konsiderazzjonijiet li jingħataw mill-hekk imsejjaħ gaming board.", "Dan ifisser li l-liċenzja li tingħata se tkun f'kull każ kondizzjonata mill-fatt li l-konċessjoni tingħata favur dik il- persuna jew kumpannija li għandha rappreżentanza ġuridika.", "It-tielet parti ta' l-abbozz ta' liġi għandu x'jaqsam proprju mal-gaming board, li għandu rwol kruċjali fl-operat tal-casinos fi gżiritna.", "F'din il-parti wieħed isib ukoll il-funzjonijiet, il-poteri u d-drittijiet li se jingħataw lill-ispetturi ta' dan l-istess bord.", "Ir-raba' parti tipprovdi għall-għotja ta' liċenzja ta' casino minn dan il-bord.", "Hemm ukoll provvedimenti oħra li huma ntiżi biex ikun hawn f'Malta kumpannija li tkun reġistrata bħala l-casino licensee u jingħad ukoll li d-diretturi kif ukoll l-azzjonarji tal-kumpannija, li mhux neċessarjament ikunu Maltin, għandhom ikunu nies ta' integrita'.", "Nixtieq inżid li din il-kumpannija għandu jkollha l-mezzi finanzjarji kif ukoll il-professjonalita' u l- expertise sabiex topera casino u tilħaq l-obbligi tagħha skond il-liġi li qed niddiskutu.", "Qegħdin ngħidu wkoll, Madam Speaker, li l-liċenzja ta' casino ma tistax tiġi ttrasferita.", "Din għandha tkun valida għal perijodu ta' għaxar snin mid-data li toħroġ u tiġġedded kull sena wara li titħallas il-fee u dejjem jekk min ikun qed jopera l-casino jkun qed jagħmel dan in compliance ma' l- istess Att.", "Fost affarijiet oħra, il-liċenzja għandha tispeċifika n-numru ta' imwejjed li jistgħu jitħaddmu taħt l-istess liċenzja, in-numru u t-tip ta' makni li jkunu jistgħu jintużaw fl-istess stabiliment, it-tip ta' logħob li jkun awtorizzat, in-numru ta' sigħat tal-ftuħ bħala minimu u l- post jew il-postijiet b'riferenza għall-pjanti li jkunu ġew evalwati fejn il-casino jopera.", "Ir-raba' parti ta' l-abbozz ta' liġi titkellem dwar kif u taħt liema ċirkostanzi liċenzja tista' tiġi kkanċellata.", "Liċenzja tista' tiġi kkanċellata għal diversi raġunijiet, per eżempju, jekk id-direttur jew manager tad-detentur ta' liċenzja ta' casino jinstab ħati ta' reat kontra dan l-Att jew f'każ li d-detentur ta' liċenzja jipprovdi informazzjoni li tkun misleading jew inkella falza.", "Il-liċenzja tista' tiġi kkanċellata wkoll jekk id-detentur jonqos milli jwettaq l-obbligi finanzjarji meta dawn ikunu jridu jitħallsu jew jekk ma jżommx dak li jissejjaħ gaming reserve, jiġifieri ammont ta' likwidita' li tkun qiegħda hemmhekk biex tagħmel tajjeb sabiex ikun hemm protezzjoni għal dawk in-nies li jkunu għamlu xi rebħ.", "Il-liċenzja tista' tiġi kkanċellata wkoll jekk il-bord ikun sodisfatt li l-kumpannija li jkollha liċenzja biex tħaddem casino ma jkollhiex il-professjonalita' meħtieġa biex tkompli tagħmel dan.", "F'din il- parti ta' l-abbozz jingħad ukoll li ħadd ma jista' jimpjega jew jaħdem bħala mpjegat, manager ta' casino jew junket leader jekk ma jkollux liċenzja maħruġa mill-bord kull meta din tkun meħtieġa, u dan qed isir biex indaħħlu sens ta' dixxiplina u wkoll sens ta' serjeta' f'din l- industrija.", "Il-ħames parti ta' dan l-abbozz ta' liġi għandha x'jaqsam mat-tħaddim tal-casino u titħaddet fuq il-manutenzjoni ta' faċilitajiet u amenities tal-casino, il-livell ta' tmexxija, is-sigurta' u l-ħinijiet tal-ftuħ, identifikazzjoni tal-persuni li jidħlu fil-casino u l-logħob awtorizzat.", "Dawn kollha jifformaw parti minn dak li aħna qed insejħu the new casino legislation, minħabba fid-diversi regolamenti li jridu joħorġu minnha.", "Skond l-istess abbozz, min ikollu liċenzja biex jopera casino huwa obbligat li jara li l-faċilitajiet u l-amenities, inkluż stallazzjonijiet ta' equipment tal-logħob, security devices u sistemi ta' surveillance jkunu f'kondizzjoni tajba u jaħdmu kif suppost il-ħin kollu u għas- sodisfazzjoni tal-bord.", "Imbagħad is-sitt parti tal-liġi tagħmilha llegali għal-liċenzjatur biex joffri self jew kreditu lil min ikun qiegħed jipparteċipa f'xi logħob fil- casino.", "Il-kreditu jkun permissibbli biss permezz ta' dawk li jgħidulhom credit or debit banking cards.", "Qegħdin ngħidu wkoll li jkun legali għall- casino li jaċċetta cekkijiet mill-customers għall-iskop ta' logħob sakemm ikollu bażi raġonevoli li jemmen li l-istess ċekkijiet se jkunu onorati.", "Dan ifisser li d-detentur tal-liċenja jrid juża l-opinjoni tiegħu b'mod ġudizzjarju skond l-individwu li jkun.", "Barra minn hekk, qegħdin ngħidu li l-casino jista' jagħmel ukoll dak li jissejjaħ redemption of cheques.", "Is-seba' parti ta' l-abbozz ta' liġi tindirizza d-dispożizzjonijiet finanzjarji, inkluż tassazzjoni, il-gaming reserve, money laundering kif ukoll l-exchange control.", "B'riferenza għat-taxxa tal-logħob, wieħed għandu jinnota li r-rati applikabbli fuq it-taxxa se jkunu bbażati fuq id- dħul gross tal-logħob fil-casinos, li jiġi kkalkolat fl-aħħar ta' kull ġurnata.", "Huwa ovvju li casino jrid ikollu regolamenti dwar il-logħob imma fl-istess ħin dan ifisser li dak li huwa ta' Cesare, għandu jieħdu Cesare għaliex jekk l-audit ma jsirx kuljum jista' jingħata lok għall-abbuż.", "Kif nafu, Madam Speaker, ċerti strutturi diġa' huma eżistenti fi ħdan id- dipartiment tal-lottu u minħabba li l-Gvern qed jagħti importanza lill-użu ta' nies li għandu impjegati miegħu, m'humiex se jsiru istituzzjonijiet li permezz tagħhom wieħed ikollu jerġa' jdaħħal impjegati għal dan il-qasam.", "Kif diġa' għidt, il-gaming board - jew aħjar is-segretarju tiegħu - se jkun responsabbli sabiex jiġbor it-taxxa fuq id-dħul gross totali tal- logħob kollu li jsir fil-casino.", "Ir-rati ta' taxxa applikabbli huma dawn li se nsemmi.", "GĦal-logħob ta' l-imwejjed ir-rata hija ta' 36%, għal-logħob li għandu x'jaqsam mal-makni hija 40%, waqt li għal dak li jissejjaħ junket ir-rata hija ta' 15%.", "Wieħed irid japprezza li casino huwa mmexxi b'tip ta' logħob differenti u fejn jidħol il-logħob ta' l-imwejjed bħal chemin de fer u r-roulette għandek numru akbar ta' personnel milli fejn jidħlu l-makni tal-logħob.", "GĦalhekk hemm rati differenti ta' taxxa bejn il-logħob differenti.", "Issa għaliex it-taxxa fuq il-junkets hija ta' 15%?", "Dan huwa inċentiv li huwa ntiż biex jiġu attirati lejn pajjiżna ċertu tip ta' turisti li sal-lum ftit jew xejn jiġu.", "Dwar il-junkets hemm ħafna xi tgħid, u għandhom it- tajjeb tagħhom u hemm dak li m'huwiex desiderabbli.", "GĦalhekk huwa importanti li l-liġi tirregola dan l-aspett ta' l-industrija għaliex dan huwa aspett sensittiv ħafna.", "Il-junkets għandhom diversi definizzjonijiet imma b'mod wiesa' wieħed jista' jiddeskrivihom bħala grupp ta' persuni li jiġu mħajra jipparteċipaw fil-logħob mill-operatur tal-casino billi jużaw is-servizzi tal-lukanda u ta' l-ajru bi prezz issussidjat jew b'xejn, u fil-fatt hemm kumpanniji li jispeċjalizzaw f'dawn it-tip ta' attivitajiet.", "Din il-parti titkellem ukoll dwar reati u logħob li huwa llegali.", "Fit-tmien parti ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li kull persuna li tinstab ħatja ta' offiża kontra dan l-Att tista' tiġi ppenalizzata sa massimu ta' ¥100,000 jew ħabs ta' sentejn jew it-tnejn flimkien.", "Rigward il-ħlas tal-penali, il-liċenzjatur jew il-persuna li tkun vestita bir- rappreżentazzjoni legali tkun miżmuma responsabbli flimkien mal-persuna li tinstab ħatja ta' dik l-offiża.", "Dan huwa punt importanti u qegħdin nagħmluh biex nagħmluha ċara li rridu serjeta' stretta u regolamentazzjoni ta' din l-industrija biex ma jkunx hemm abbużi jew illegalitajiet konnessi magħha.", "L-abbozz ta' liġi jgħid ukoll li l-liċenzjatur tal-casino jkun ħati ta' offiża jekk jippermetti li persuni jieħdu sehem fil-logħob meta ma jkunux preżenti fil-casino.", "Din il-provision qed issir peress li hemm rilevanza diretta għall-gambling fuq l-internet li taħt din il-liġi qed jitqies li huwa llegali.", "Bħal ħafna ġurisdizzjonijiet ta' natura serja, Madam Speaker, Malta la taċċetta l-internet gaming u lanqas gaming li huwa bbażat fuq dak li jissejjaħ mejda miftuħa.", "Kieku l-pajjiż kellu jippermetti dan, allura nkunu qegħdin inneħħu l-inċentiv reali għall-potential customers li jiġu fi gżiritna u jżuru l-casino u jista' jwassal ukoll biex ikun hemm logħob bla kontroll minn minuri, li evidentement kulħadd jaqbel li għandu jkollhom iktar protezzjoni.", "Barra minn hekk, dan ineħħi t-tapit minn taħt il-gvern għal dak li għandu x'jaqsam mat-taxxi relattivi.", "Dan it-tip ta' gaming fuq l-internet jew ta' open table huwa kkonsidrat bħala wieħed mill- għodda l-aktar qawwija li għandhom x'jaqsmu ma' money laundering.", "Għaldaqstant aħna rridu nipproponu industrija li tikkontribwixxi lejn l- effiċjenza tas-sistema finanzjarja u mhux tnaqqasha u għalhekk il-logħob tal-casino f'pajjiżna għandu jiġi kkontrollat b'mod riġidu.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi jiena għidt li se jkollna gambing board li se jkun kompost minn membri ta' diversi dixxiplini.", "Qiegħed jiġi ssuġġerit li l-bord ikun ippresedut minn maġistrat, ex-maġistrat jew maġistrat supplenti u qegħdin ngħidu dan minħabba n-numru ta' maġistrati li għandna.", "Aħna nħossu li l-bord, barra ċ-chairman, għandu jkollu persuna ta' integrita' magħrufa u għandu jinkludi diversi persuni ta' natura professjonali, inkluż avukat, accountant, a security enforcement expert, kif ukoll uffiċjali għolja mill-qasam kemm tat-turiżmu kif ukoll tal-lottu pubbliku.", "Naturalment lesti nisimgħu s-suġġerimenti li jista' jkollha l-Oppożizzjoni pero' l-input minn dawn iż-żewġ dipartimenti għandu jkun attiv.", "Kif diġa' għidt, apparti dawn il-membri li għandu jkollhom esperjenza fil-professjoni differenti tagħhom, għandhom ikunu persuni ta' integrita' u ta' ġudizzju tajjeb.", "Bħala l-awtorita' li tilliċenjza, il-bord se jkollu l-poter li japprova jew joġġezzjona għall-għotja jew it-tiġdid tal-konċessjoni.", "GĦalhekk filwaqt li l-bord ġie maħtur mill-Prim Ministru biex jara jekk hemmx interess f'din l-attivita' - dan l-interess deher ċar għaliex kien hemm numru raġonevoli ta' persuni li tefgħu l-offerti tagħhom - kif stqarrejt meta għamilt id-dikjarazzjoni fil-Parlament dwar min ġie magħżul, ikun xieraq li l-offerta li ġiet selezzjonata tiġi rratifikata minn dan il- bord.", "GĦamiltha ċara wkoll li mhi se tingħata l-ebda liċenzja sakemm il- gaming board, li se jkollu rwol ta' natura ekonomika imma se jkun ukoll regolatorju, ikun kompost.", "Fil-fatt dan il-bord se jingħata l- opportunita' li jidħol fil-fond f'dak li jgħidulu l-istanding tal- proponenti, jiġifieri x'isarrfu, u sabiex jara jekk ċerti bidders humiex suitable jew le, jara jekk il-kriterji ġewx osservati u huwiex il-każ li jagħti liċenzji oħrajn jew inkella jneħħi l-liċenzja.", "Tajjeb ngħidu wkoll li dan il-bord se jkollu l-poter li jilliċenzja kull impjegat tal-casino, inkluż kull junket leader - biex nattiraw f'pajjiżna junkets ta' ċerta professjonalita' u serjeta' - u wkoll lill-ispetturi li huma responsabbli mis-supervision ta' l-operat tal-casino.", "Il-bord huwa responsabbli wkoll mill-importazzjoni, il-provvista u l-manutenzjoni tal- makni tal-logħob, kif ukoll li jagħmel regolamenti sussidjarji skond il- provisions ta' dan l-Att permezz tal-bord secretary.", "Qabel nagħlaq l-introduzzjoni tiegħi, Madam Speaker, xtaqt ngħid li dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin nipproponu sar b'konsultazzjoni ma' persuni professjonali li nġabu mir-Renju Unit sabiex jagħtu pariri lil dawk li ħejjew il-liġi mill-MIMCOL.", "Anke l-amministrazzjoni preċedenti kellha preparazzjonijiet biex timmodernizza dan il-qasam u jien bħala ministru ġejt mgħoddi kopji ta' dak li kien ġiet evalwat mill-predeċessuri tiegħi fil-ministeru ta' l-affarijiet ekonomiċi.", "Nista' ngħid għalhekk li kemm qabel Ottubru ta' l-1996 kif ukoll wara kien hemm evalwazzjoni kontinwa ta' l-iktar liġijiet viġenti mill-MIMCOL.", "Partikolarment kien hemm avukat speċjalizzat f'dan il-qasam u tat kontribut sostanzjali, u ta' dan wieħed irid jirringrazzjaha.", "Jiena naf, per eżempju, li wżat liġi li ġiet imfassla fi Stat fl-Awstralja, kif ukoll ċerti liġijiet ta' diversi pajjiżi fil-European Union.", "Nieħu wkoll l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu f'dan il-proċess min-naħa tal-MIMCOL u l-esperti li għenuna għaliex m'hijiex ħaġa faċli li tfassal regolamenti u abbozz li jieħu in konsiderazzjoni parametri li ħafna drabi huma diffiċli u strinġenti, peress li xtaqna li nwessgħu din l-industrija f'forma dixxiplinata.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, jiddispjaċini li se nibda fuq ton daqsxejn negattiv pero' jidher li m'aħniex nirrispettaw il-ftehim li sar fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Skond dan il-ftehim, l- Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob - dan li ġie ppubblikat u mqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra ġimgħa ilu - kellu jiġi diskuss għada u suppost li llum kellna niddiskutu żewġ abbozzi ta' liġi oħra, ċioe' dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu u ieħor li għandu x'jaqsam ma' l-insurance brokers.", "Pero' l-bieraħ fil-għaxija l-whip tan-naħa tal-gvern qabad u bidel l- aġenda mingħajr lanqas biss tana advance warning jew staqsiena għandniex xi oġġezzjoni.", "Jista' jkun li hemm raġuni valida għal dan it-tibdil imma bilfors li noġġezzjona għall-mod kif dan il-Parlament qed jiġi ttrattat.", "Għaliex filli għandek gvern li jgħid li huwa serju, li jgħid li jirrispetta lill-Parlament u jħeġġeġ biex niftehmu meta abbozz ta' liġi jitla' għad-diskussjoni, u filli l-affarijiet jinqalbu ta' taħt fuq mingħajr lanqas isir l-iċken attentat għal spjegazzjoni jew diskussjoni sabiex l-affarijiet isiru aħjar.", "Hawnhekk nistaqsi: Għalfejn din l- għaġġla kollha?", "Għax imbagħad bilfors li wieħed jibda jissuspetta li l- affarijiet m'humiex qed isiru b'mod ġenwin.", "Jiena diġa' naraha stramba li ġimgħa ilu l-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija tana żewġ volumi li jindikaw lil min il-Gvern se jagħti liċenzja biex jopera casino u llum qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li jittratta proprju din il-materja.", "GĦaliex l-affarijiet ma sarux bil-maqlub?", "Għaliex l-ewwel ma ddiskutejniex l-abbozz ta' liġi biex wieħed jieħu idea ċara ta' x'jaħsbu r-rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra u mbagħad jimxi l- proċess tas-selection li, fl-opinjoni tiegħi, ukoll insibu naqra stramb?", "Ta' min jgħid li fost il-hotels li applikaw għal liċenzja biex joperaw casino kien hemm in-New Dolmen, Ta' Ċenċ, is-Suncrest u Le Meridien Phoenicia.", "Minn dawn ntgħażlet waħda pero' jiena għadni m'iniex ċar għaliex intgħażlet din il-waħda meta qegħdin ngħidu li se jitwaqqaf bord li suppost jidħol proprju f'dawn l-affarijiet.", "U l-Ministru Attard Montalto għadu kemm appellalna biex dan il-bord ikollu chairman li jkun rispettat minn kulħadd.", "Jiena naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li l- logħob ma jħallix influwenza tajba.", "Nifhem li ma tistax tagħmlu llegali b'mod li ma jsir l-ebda logħob pero' lanqas irridu naħsbu li l-logħob huwa xi manna li taqa' mis-sema'.", "Huwa ġustifikat ukoll li wieħed jipprova joħloq attivita' ekonomika pero' rridu naraw x'inhuma r-realtajiet ta' pajjiżna.", "U r-realta' hija li attivita' bbażata fuq il-logħob m'hijiex attivita' soċjali jew li tħalli ġid.", "Irridu nifhmu wkoll li din l- attivita' tista' toħloq opportunitajiet għal money laundering.", "Din hija l- ewwel ħaġa li tiġini f'moħħi hekk kif xi ħadd isemmili l-logħob u għalhekk tajjeb li nassiguraw li ma jkunx hemm money laundering f'din l-attivita'.", "Ħalli nispjega ftit aktar x'irrid ngħid.", "Il-Ministru semma xi ħaġa fuq money laundering fl-aħħar tad-diskors tiegħu imma jien kważi kważi kont nibda biha għaliex m'hemmx dubju li jekk hemm attivita' li tista' tiftaħ opportunitajiet biex ikun hawn money laundering, din hija proprju l-attivita' tal-logħob.", "Lanqas fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma nsibu xejn fuq money laundering u allura jkollna nikkonkludu li l-Gvern jew għadu m'għamilx il-homework tiegħu, jew għad irid jipprovdi l-informazzjoni qabel ma ngħaddu għall-vot f'din il- Kamra.", "Il-problema hija li min idaħħal ammont ta' flus li ġejjin minn xi attivita' illegali bħat-traffikar ta' drogi, prostituzzjoni, white slavery, kuntrabandu, mafja eċċ. f'xi ħin jew ieħor irid jillegalizza, irid iddaħħal fis-sistema finanzjarja, f'xi bank dawn il-flus u din wieħed irid joqgħod attent minnha.", "Huwa tajjeb li din il-problema wieħed jiġġelidha bil-pulizija u jipprova jikkontrollaha u jimminimizzaha imma huwa importanti li nifhmu li l-punt li wieħed irid jattakka huwa l- possibbilta' ta' money laundering.", "Jekk individwu, jista' jkun ċittadin Malti u jista' jkun barrani, jiddepożita cheque minn xi istituzzjoni finanzjarja barranija, naturalment il-bank f'Malta jara dak iċ-cheque minn fejn ġej pero' finalment hija l-istituzzjoni barranija li hija responsabbli li tara li dawk il-flus ikunu daħlu fis-sistema.", "Pero' meta nitkellmu fuq cash, l-oneru u l-piż fuq il-bank fejn dawn jiġu ddepożitati huwa ferm ikbar għaliex jekk is-somma taqbeż il-¥5,000 il-bank irid jissodisfa ruħu dawn minn fejn ikunu ġejjin.", "Issa jekk dawn ikunu ġejjin minn attivita' llegali allura l-bank ikollu jiffaċċja ċerti problemi u huwa għalhekk li jeżistu ċerti miżuri li jassiguraw li dawn il-flus ma jkunux ġew minn xi attivita' illegali.", "Fil-fatt il-Prevention of Money Laundering Act titfa' piż fuq il- financial institutions biex jagħmlu dan is-sorveljar u tagħmilha kemm jista' jkun diffiċli biex dawn il-flus jidħlu fis-sistema finanzjarja.", "Din hija xi ħaġa importanti għaliex aħna rridu nassiguraw li pajjiżna ma jiġix utilizzat għal attivitajiet illegali.", "Jien nifhem li l-Gvern jaqbel ma' dan pero' meta niġu għall-casino l-problema hija daqsxejn iktar ikkomplikata għaliex hawnhekk għandek sitwazzjoni fejn wieħed jiġi b'ammont ta' flus u jilgħabhom u allura jidħlu fis-sistema finanzjarja tal- pajjiż.", "Barra minn hekk, nafu li fl-abbozz ta' liġi hemm ukoll provision biex fil-casino stess ikun hemm exchange facility u allura flus barranin jinbidlu f'liri Maltin u jidħlu fis-sistema.", "Jiena għalhekk qed ngħid li wieħed irid joqgħod attent li ma jidħlux flus maħmuġin f'pajjiżna.", "Madam Speaker, pajjiżna ma jridx imiss flus maħmuġin u ma rridux li l-Gvern jagħmel profitt fuq flus maħmuġin.", "Jiena naħseb li l-Gvern jaqbel magħna dwar dan pero' jiddispjaċini ngħid li ma naħsibx li qiegħed jittratta din il-materja bis-serjeta' li jistħoqqilha għaliex filli naqraw \" ''minister\" means the minister responsable for finance'' u mbagħad l-abbozz ta' liġi jiġi ppreżentat mill- Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u l-Industrija!", "GĦalhekk ma nafx għaliex hawn din l-indeċiżjoni jekk l-abbozz jirriferix għall-ministru tal- finanzi.", "Inkella għaliex ma ppreżentahx il-Ministru tal-Finanzi li qiegħed hawnhekk f'din il-Kamra?", "Dan m'iniex qed ngħidu b'xi diżrispett lejn il-Ministru Attard Montalto imma din hija xi ħaġa li m'hijiex normali.", "Nerġa' ngħid, ma nistax nifhem għaliex dan l-abbozz qed isemmi ministru u mbagħad jiġi mressaq minn ministru ieħor meta t-tnejn qegħdin fil-Kamra u nixtieq li jkollna spjegazzjoni min-naħa tal-Gvern dwar dan.", "Jiena ngħid, Madam Speaker, li din hija xi ħaġa li turi li dan l-abbozz m'huwiex mirqum biżżejjed.", "Klawsola 40 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid:", "''The Minister responsible for Finance with the concurrence of the Minister for Justice may by order provide guidelines for conduct by a licensee, an inspector or the Board in relation to certain transactions that may give rise to suspicion of money laundering, and may in particular provide that the provisions of the Prevention of Money Laundering Act, 1994 shall apply with regards to a Casino with such modifications and adaptations as may be specified in the Order''.", "Issa jekk l-ikbar periklu għall-casinos ġej mill-money laundering, jien ma nistax nifhem kif dan il-Gvern jiġi f'dan il-Parlament b'din l-għaġġla kollha u jbiddel l-aġenda mil-lum għal għada mingħajr ma jġibilna xi specifications, modifications u adaptations li għandu f'moħħu dwar il- money laundering.", "X'diskussjoni serja jista' jkollna meta l-Gvern m'huwiex joffri x'għandu f'moħħu fuq dan il-punt daqshekk importanti?", "Jien nixtieq li l-Ministru fil-winding-up jgħidilna x'inhu li għandu f'moħħu l-Gvern u jpoġġi dawn il-proposti fuq il-Mejda tal-Kamra għaliex dawn huma essenzjali u jaffettwaw l-atteġġament li wieħed jista' jieħu fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Nerġa' nenfasizza li dan huwa abbozz ta' liġi li għandu implikazzjonjiet serjissimi għal pajjiżna u fih hemm klawsola li tgħid li l-ministru responsabbli mill-finanzi u l-ministru responsabbli mill-ġustizzja jistgħu jgħidu liema provisions mill-Prevention of Money Laundering Act ta' l-1994 jistgħu japplikaw u x'modifikazzjonijiet u adaptations jistgħu jiġu magħmula.", "Jiġifieri f'ġieħ is-serjeta' u jekk il-Gvern irid juri kemm verament huwa mpjenjat kontra l-ġlieda tal-money laundering, allura jrid ipoġġi dawn il-proposti fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid fid-dettal x'għandu f'moħħu, għaliex din hija part and parcel of this legislation u mhux niġu niftaħru kemm se nkabbru l-attivita' ekonomika, li f'dan il-każ hija xi ħaġa sekondarja.", "Sur President, hemm iżjed x'wieħed jgħid fuq dan l-abbozz, allavolja qed ikollna niddiskutuh daqshekk bl-għaġġla u mingħajr ma kien ipprogrammat, imma aħna xorta rridu nagħtu l-kontribut tagħna għaliex dan huwa abbozz ta' liġi serju.", "Imma xorta waħda din hija nuqqas ta' serjeta'.", "(Interruzzjonijiet) M'hu veru xejn.", "L-informazzjoni li għandi jiena hija li dan l-abbozz kellu jiġi diskuss għada.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Huwa interessanti li l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li dan l-abbozz ta' liġi qegħdin niddiskutuh illum għaliex id-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta ħadet iktar żmien milli kien hemm bżonn.", "Imma dak m'għandux jaffetwa l-ordni ta' l- aġenda u allura ngħid li dan il-Parlament m'huwiex qed jitmexxa b'serjeta'.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex xi ħadd irid jitkellem fuq abbozz ieħor m'għandux jaffetwa l-ordni meta niddiskutu dan l-abbozz.", "Il- ftehim li kellna kien li dan l-abbozz kellu jiġi għada u mhux illum.", "Issa jekk l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li dan il-ftehim waqa' u jrid jimxi b'din il- manjiera, allura aħna se jkollna nadottaw attitudini differenti.", "GĦaliex imbagħad jiena nibda nissuspetta ħażin fuq dan l-abbozz u nistaqsi: Għalfejn din l-għaġġla kollha meta lanqas il-linka għadha ma nixfet minn fuq l-abbozz?", "Huwa tajjeb li niddiskutuh imma mhux b'din l-għaġġla kollha u anke naqilbu l-programm minn ġurnata għal oħra.", "Dan barra li l-Ministru Attard Montalto, kif diġa' għidt, poġġa żewġ volumi fuq il-Mejda tal-Kamra li diġa' joffru deċiżjoni li suppost se jittratta l-gaming board.", "Jiena għalhekk qed ngħid li l-affarijiet kellhom isiru bil-maqlub.", "Nixtieq nistaqsi wkoll, Sur President, għaliex intgħażlet ċerta lukanda.", "Jiena ma rrid nuri l-ebda diżrispett lejn din il-lukanda imma ma nistax nifhem kif il-Gvern qed jgħid li jrid jilliberalizza u mbagħad jagħti liċenzja biex topera casino lil lukanda waħda biss.", "Jien kont nippreferi li jkollna iktar kompetizzjoni u nistaqsi: Għaliex ma setgħux jiġu aċċettati offerti oħrajn ukoll?", "GĦaliex ma ntgħażilx l-operatur li l- iktar ġab punti u li l-aktar għandu esperjenza?", "Nerġa' ngħid, dan huwa settur sensittiv ħafna u settur li jiena nsejjaħlu a necessary evil u għalhekk m'għandniex nipprovaw inżejnuh mod ieħor.", "Jiena ma nistax nifhem kif l-affarijiet qegħdin jiġu ppreżentati b'dan il-mod meta qegħdin nittrattaw settur li jista' jiġi uzat biex f'pajjiżna jidħlu flus maħmuġin.", "U meta nara dan kollu jkolli ngħid li l-Gvern ma jridx li jkollna qbil fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Issa jiena għalfejn qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet kollha, Sur President?", "Ġimgħa ilu l-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija għamel stqarrija fil-Kamra fuq dawn iż-żewġ rapporti imma d- dibattitu dwarhom fis-soċjeta' tagħna kien minimu u barra minn hekk jiena xorta għandi xi mistoqsijiet x'nagħmel.", "Kemm huwa desiderabbli, per eżempju, li l-liberalizzazzjoni ssir b'mod iktar miftuħ u jkollna iktar kompetizzjoni?", "Jekk ma kienx hemm offerti ta' kwalita' biżżejjed, skond dak li qed jindika dan ir-rapport - għalkemm ma nafx kif hotel bħal Le Meridien Phoenicia m'għandux ċertu standing ....", "Jiena naħseb li l-Gvern qiegħed jimxi b'mod mgħaġġel wisq u forsi tfixkel f'saqajh.", "Huwa veru li kulħadd jista' jitfixkel imma jekk ma jgħaġġilx daqshekk ma jitfixkilx.", "Ħalli nerġa' ndur issa għall-abbozz ta' liġi.", "Dan l-abbozz jippreżentalna żewġ mekkaniżmi.", "Għandek il-ministru li joħroġ dawk li qegħdin insejħulhom konċessjonijiet u għandek il-bord li huwa dak li jilliċenzja.", "Pero' jiena naħseb li kultant is-sistema la hija ċara biżżejjed u lanqas hija clean biżżejjed.", "Minn dak li qed nara, dan il-bord għandu l-funzjoni li jagħmel evaluation pero' jiena nifhimha li l- evaluation għandha ssir qabel ma l-ministru jiddeċiedi jagħtix concession jew le.", "Barra minn hekk, naħseb li l-ministru jrid ikun mogħti parir lil min jagħti concession.", "Allura kien ikun ferm aħjar kieku l-ewwel ikollok bord magħmul min-nies kompetenti - u hawn naqblu mija fil-mija mal- Ministru Attard Montalto għax dan huwa settur delikat - u d-deċiżjoni finali tittieħed wara li dan il-bord ikun għamel l-evalwazzjoni tiegħu.", "Huwa veru li d-deċiżjoni finali għandha tkun deċiżjoni politika imma hemm ċertu ordni kif isiru l-affarijiet.", "U din hija xi ħaġa li tippreokkupani għaliex ma kienx hemm biżżejjed ħsieb fuq leġislazzjoni sensittiva bħal din.", "Min-naħa l-oħra pero' huma diversi dawk il-pajjiżi barranin li jadottaw din is-sistema biex jikkontrollaw il-logħob u allura m'huwiex daqshekk diffiċli li wieħed jara liema hi l-aħjar leġislazzjoni ladarba dan is-settur irridu nikkonsidrawh bħala attivita' ekonomika.", "Sur President, hemm punti oħrajn fil-leġislazzjoni li hemm diffikulta' biex wieħed jinterpreta sewwa x'hemm wara l-ħsieb tal-Gvern.", "Per eżempju, għaliex l-eta' minima għad-dħul fil-casino hija ta' 18-il sena għall- barranin u 25 sena għall-Maltin?", "GĦaliex m'hijiex 25 sena għat-tnejn?", "Jekk Malti huwa kkonsidrat li ta' 25 sena m'għandux il-finanzjament jew il- maturita' li jidħol għal ċertu piż, għaliex l-istess regola m'għandhiex tapplika għall-barranin?", "Jien m'iniex qed ngħid li l-eta' minima għandha tkun ta' 18-il sena, għaliex ilkoll nafu xi problemi jistgħu jinqalgħu f'dan il-qasam tal-logħob, pero' nixtieq li jkolli risposta għal din il- mistoqsija.", "Parti oħra tal-leġislazzjoni tittratta r-reklamar.", "Irrid ngħid li għalkemm huwa tajjeb li nirreklamaw din l-attivita' barra biex inġibu iktar turisti, il-klawsola fil-liġi ma tagħmilx distinzjoni bejn reklamar għal barra u reklamar għal Malta u m'iniex konvint li hemm biżżejjed safeguards ħalli ma jkollniex reklamar indirett taż-żewġ siti liċenzjati, id-Dragonara Palace Casino u n-New Dolmen Hotel.", "Barra minn hekk, ma naħsibx li fis-soċjeta' tagħna għandu jkollna reklamar li jwassal biex iħajjar lin-nies imorru jilagħbu, allavolja din l-attivita' l-gvern se jaqla' minnha.", "Ma naħsibx li b'din l-attivita' pajjiżna se jiggwadanja mill-aspett soċjali u mill-aspett morali u tajjeb li dan ngħiduh.", "Imma, kif diġa' għidt, din l-industrija hija a necessary evil u allura jkollok tittolleraha u tirregolaha.", "Iżda l-Gvern irid jirregola wkoll it-tip ta' advertising li jista' jsir b'mod iktar adattat.", "Kif diġa' semmejt, Sur President, qed jingħad li fil-casino se jkun hemm an exchange bureau fejn flus barranin ikunu jistgħu jissarrfu f'Maltin pero' ftit li xejn ngħatajna informazzjoni dwar x'tip ta' kondizzjonijiet se jiġu magħmula mill-Bank Ċentral għal dawn it-tip ta' foreign exchange bureaux fil-casinos.", "Dwar dan ukoll hemm bżonn li tingħata spjegazzjoni u mhux biss dwar l-issue tal-money laundering u x'għandu f'moħħu l-Gvern dwar il-modifications and adaptations li se japplikaw f'dan il-każ.", "Jien għandi xi ideat f'moħħi pero' l-ewwel irrid nisma' lill-Gvern jgħid x'għandu f'moħħu.", "Nixtieq ukoll li l-biċċa xogħol ta' duality li daħlet tiġi addressed aħjar għaliex ma nħossx li għandna l-aħjar organizzazzjoni li jista' jkollna, kif inhi l-liġi bħalissa.", "Naħseb ukoll li jrid ikollna spjegazzjoni dwar id-deċiżjoni li ttieħdet il-ġimgħa li għaddiet dwar is- sit fejn se jkollna l-casino l-ieħor u dwar l-operatur li ntagħżel.", "Nerġa' ngħid, jekk se nilliberalizzaw allura m'għandekx tagħti liċenzja waħda biss u b'hekk tkun qed tagħti vantaġġ lil dan l-operatur għad- detriment ta' oħrajn.", "Jekk verament irridu nilliberalizzaw, aħjar ikollna tliet postijiet joperaw at the same time milli tkun qiegħed f'din is- sitwazzjoni għaliex taf tikkaġuna ċerti diffikultajiet u jiena għandi ħafna riżervi dwar din l-attivita' ekonomika u naħseb li rridu nimxu b'ċerta kawtela.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru Attard Montalto qal li l-Gvern huwa mpenjat biex iżid l-impjiegi kemm fit-turiżmu kif ukoll fil-manifattura u servizzi oħrajn.", "Pero' sfortunatament f'din l-ewwel sena ta' amministrazzjoni Laburista kellna record għaliex il-qgħad żdied biċ-ċifra astronomika ta' 1,600.", "Din tfisser żieda fl-unemployment rate minn 3.7% għal 4.7% u allura l-Gvern qed jagħmel minn kollox biex jipprova jikkrea l- impjiegi.", "Din l-attivita' li qegħdin nitkellmu dwarha se tikkrea ċerti mpjiegi pero' rridu nżommu saqajna ma' l-art u jiena naħseb, Sur President, li hemm ħafna affarijiet oħra li jistgħu jsiru u li jkollhom riżultat ferm iktar rilevanti għall-ekonomija tagħna.", "Jiena ma rridx niddevja wisq mis-suġġett imma hemm, per eżempju, il-kwestjoni ta' l- Unjoni Ewropea u lkoll nafu xi żvantaġġi qed ikollna nsofru.", "Nafu li t- turist Ingliż biex jiġi Malta qed ikollu jħallas £Stg 10 iktar f'taxxa - jekk imur Spanja, per eżempju, din ma jħallashiex - u dan għaliex aħna m'aħniex membri fl-Unjoni Ewropea.", "Allura dan m'huwiex żvantaġġ?", "Is- settur tat-turiżmu ma jkunx f'pożizzjoni aħjar kieku m'għandniex dan l- iżvantaġġ?", "Kieku l-Gvern biddel it-triq lejn sħubija sħiħa, kien ikun jista' jinnegozja u jitlob ċerti eżenzjonijiet kemm f'dan is-settur u anke fis-settur tal-manifattura.", "Jien naf li fid-dokument sigriet li l-Ministru tal-Finanzi għadu jkaxkar saqajh fuqu biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, il-Gvern indika lill- constituted bodies li jrid jara kif jagħmel biex jirranġa s-sitwazzjoni tal-valur miżjud u l-limitazzjonijiet li għandna fil-manifattura minħabba li m'aħniex membri.", "Dan ifisser li meta l-kumpanniji jiġu Malta għandhom ħtieġa ta' valur miżjud ferm iktar għoli minn meta jmorru f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ifisser ukoll li m'huwiex permess li aħna nqabblu l- valur miżjud tagħna ma' dak tat-Tuneżja u b'hekk il-prodott tagħna jkun jikkwalifika għall-export.", "Huwa fundamentali li jkollna trattament aħjar fuq il-valur miżjud - u l-Ministru responsabbli mill-industrija jaf x'jien ngħid - għaliex dan jaf iġibilna investiment ferm iktar milli għandna llum u milli jista' jġib dan it-tip ta' abbozz għaliex jidher bl-iktar mod ċar li dawn it-tip ta' contraints fuq l-ekonomija tagħna m'hemmx ċans li negħlbuhom għaliex biddilna t-triq.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi nerġa' ngħid li jekk irridu nħarsu lejn dan is-settur bħala attivita' ekonomika, allura rridu nimxu b'pass kawt u nieħdu s-safeguards kollha neċessarji biex nassiguraw li jkollna sitwazzjoni aċċettabbli għall-poplu kollu.", "Jiena għamilt diversi mistoqsijiet u nispera li jkollna risposta għalihom u jekk hemm xi affarijiet li għadhom ma ġewx maħduma, bħal fejn jidħol il-money laundering u x'inhuma l-kondizzjonijiet li l-Gvern għandu f'moħħu, allura aħjar wieħed jistenna sakemm ikollna dawk il- kondizzjonijiet ċari, għax inkella nispiċċaw inpoġġu the cart before the horse u flok immorru 'l quddiem immorru lura.", "Huwa ferm importanti li pajjiżna ma jkollu l-ebda konnessjoni ma' attivitajiet fejn jidħlu flus maħmuġin u għalhekk irridu naraw li jkollna sitwazzjoni li filwaqt li tkun qiegħda tisfrutta attivita' negattiva, ma jkollhiex effett daqshekk ħażin fuq is-soċjeta' tagħna għax inkunu qegħdin nieħdu s-safeguards kollha li soċjeta' moderna għandha tieħu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jiena naħseb li kien negattiv min- naħa ta' l-Oppożizzjoni li ħadet dan l-approach allarmista fuq l-aspett tal-ħasil ta' flus, u dan iktar u iktar meta wieħed jaf b'liema sens ta' għaqal iż-żewġ naħat tal-Kamra tul is-snin dejjem ikkollaboraw flimkien biex ikun hemm kunsens fuq liġijiet li huma daqshekk importanti għall- pajjiż, kemm meta kien hemm Gvern Nazzjonalista kif ukoll illum li hemm Gvern Laburista.", "Fil-fatt dan rajnih fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti meta l-Gvern Nazzjonalista għadda pakkett ta' liġijiet finanzjarji u qed narawh issa f'ċerti tibdiliet leġislattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni u anke l-operat ta' l-insurance brokers li fuqhom l-Oppożizzjoni diġa ddikjarat li se jkun hemm il-kunsens, b'konformita' ma' kif imxew l-affarijiet fl-imgħoddi.", "Sur President, jiena m'iniex qed ngħid - biex ma ninftehimx ħażin - li fl-istadju tal-Kumitat wieħed ma jistax isib wording iktar feliċi għar- riferenza li hemm għall-kwestjoni tal-money laundering pero' ninsab persważ li d-drafters tal-liġi għamlu l-wording tal-liġi kif inhu għaliex jafu li fiż-żmenijiet tal-lum, speċjalment meta qed nitkellmu fuq xi ħaġa delikata u aġili bħalma huwa l-gaming, iktar milli jkun hemm ċertu sens ta' riġidita' huwa importanti li jkun hemm ċerta flessibbilta' u ċerta dinamika, kif jiffaċċjaw kultant anke l-banek.", "Nafu li l-banek perjodikament joħorġu ċirkolarijiet fuq money laundering lill-branches - m'jien qed ngħid xejn konfidenzjali - mhux għax dawn ikunu b'żieda mal- liġi nnifisha jew għaliex din tkun saret passé imma għaliex tkun issolidifikat lilha nnifsha b'ċertu mod, mentri kif jevolvu ċ-ċirkostanzi l-banek ikunu ndunaw li qegħdin jemerġu loopholes ġodda li l-liġi nnifisha ma tkunx qiegħda tipprovdi lqugħ għalihom.", "GĦalhekk jiena, Sur President, filwaqt li naċċetta l-argument li ġabet l- Oppożizzjoni li wieħed irid jara sewwa l-wording ta' dan il-provvediment meta niġu fl-istadju tal-Kumitat, kemm jekk inħallu kollox kif inhu jew anke jekk nagħmlu xi emendi, huwa importanti li f'liġi delikata bħal din min qed jilleġisla jkun dejjem one step ahead mill-operaturi f'dan is- settur u mhux bil-maqlub, fejn allura niġu f'pożizzjoni li ma nkunux nistgħu nirreaġixxu għaċ-ċirkostanzi waqt li jkunu qed jevolvu.", "Jiena ġibt l-eżempju tal-banek għaliex naf li l-banek jagħmlu dan proprju minħabb li kif jevolvu ċ-ċirkostanzi ħafna drabi jimbtu ċerti loopholes li l-liġijiet infushom mhux neċessarjament jipprovdu għalihom.", "Jien persważ li din m'għandhiex tkun xi ħaġa kontenzjuża u persważ ukoll li hekk kif iż- żewġ naħat tal-Kamra tul is-snin dejjem kienu solidarji fil-ġlieda kontra l-money laundering, żgur li mhux se nħallu r-regħba tal-ġibda ta' iktar turisti lejn pajjiżna jew ir-regħba ta' iktar dħul għall-kaxxa ta' Malta mill-gaming twaqqa' l-prinċipji tagħna biex flok nissikkaw iktar fuq dak li huwa money laundering niftħu iżjed u nagħtu lok għal ċertu abbuż.", "Sur President, jiena kont qed nistenna li l-ħabib u kollega tiegħi l- Onor. Bonnici jaqa' għan-nassa tas-soltu li jsemmi l-issue ta' l-EU u tas- CET imma llum huwa importanti li nitkellmu fuq il-liġi nnifisha, insibu l- aspetti pożittivi u l-aspetti negattivi tagħha u nittrattawhom b'mod bilanċjat.", "Irrid ngħid li skantajt li ndividwu li nħoss li huwa progressiv fl-ideat tiegħu - għalkemm ma naqbilx ma' ħafna minnhom - ħareġ bl-issue ta' l-element soċjali u l-element morali fil-kwestjoni tal- gaming.", "Il-gaming ilu li stabilixxa ruħu f'pajjiżna.", "Il-gaming huwa xi ħaġa li jeżisti fl-istruttura tal-pajjiż u żgur li l-fatt li daħħalna l- liberalizzazzjoni u l-Gaming Act biex jimla ċertu vojt li kien jeżisti qabel ma jfissirx li qegħdin indgħajfu l-morali jew is-soċjeta' Maltija.", "Il-Gaming Act li se tieħu post il-Kursaal Ordinance li, biex ngħid hekk, spiċċat xi ħaġa arkajika għaż-żmenijiet tal-lum, toffri qafas iktar modern u iktar serju.", "L-ewwelnett biex niġbdu iktar turisti lejn pajjiżna - iktar tard beħsiebni nagħti xi figuri biex nuri kemm dan is-settur huwa tourist- dependent - u t-tieni nett għaliex nemmen li se jkun qed idaħħal iktar serjeta' fil-pajjiż, anke fil-mod kif jiġu amministrati dawn l-affarijiet.", "Id-deċiżjoni li l-casino industry tiġi lliberalizzata ttieħdet mill- Kabinett xhur ilu, jekk m'iniex sejjer żball fix-xahar ta' Awissu tas-sena li għaddiet.", "Il-Kabinett kien approva wkoll it-twaqqif ta' gaming board of control taħt il-leġislazzjoni l-ġdida bil-għan li dan il-bord ikollu poteri u funzjonijiet ferm iktar estensivi minn dawk vestiti fil-preżent fid-direttur tal-lottu pubbliku.", "Sur President, naħseb li tajjeb li din il-Kamra tħares ftit fil-qosor lejn id-dmirijiet li se jkollu dan il-bord ħalli naraw is-sens ta' serjeta' li l-liġi nnifisha tipprovdi biex iddaħħal fis-settur tal-logħob.", "Tajjeb ukoll li niddefinixxu l-logħob li qed nitkellmu fuqu għaliex b'koinċidenza llum għadna kemm għaddejna mit-tielet stadju żewġ liġijiet dwar il-logħob fil-pajjiż.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob.", "Jiena naħseb li dan juri l-impenn min-naħa tal-Gvern biex isaħħaħ l-id tal-pajjiż kontra min jabbuża bil-logħob illegali.", "Jiġifieri min-naħa għandek il- Gvern li qed jilleġisla biex isaħħaħ il-penali kontra min jabbuża u min jirrikorri għal-logħob illegali, u fl-istess ħin għandna quddiemna Att dwar il-Logħob li, kif spjegajt iktar kmieni, joffri qafas iktar modern imma iktar serju mhux biss biex jiġbed iktar turisti lejn pajjiżna imma anke biex jirregola dan il-qasam.", "Imma ħalli nkompli fuq id-dmirijiet tal- gaming board of control.", "L-ewwel dmir ta' dan il-bord se jkun li jassigura li l-konċessjonarji tal-casinos u l-istaff tagħhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-Gaming Act.", "Ovvjament se jkun hemm il-ħruġ tal-liċenzji imma qed jingħad ukoll li l- istaff, il-management, is-sidien u l-casino equipment suppliers iridu jkunu kollha liċenzjati taħt dan l-Att.", "Hemm ukoll provvediment biex ikun hemm kontroll fuq is-slot machines, inklużi dawk li jissejħu l-minimum pay- out percentages tagħhom.", "Importanti ħafna wkoll huma l-ħatra tal-gaming board inspectors, li għandhom ikunu preżenti fil-casinos fil-gaming hours kollha, u t-tfassil ta' kodiċi ta' prattika, guidelines u proċeduri dwar l- operat tal-casino industry f'pajjiżna.", "Jien naħseb li jekk il-gaming board jagħmel dan kollu jkun qed idaħħal serjeta' iktar f'dan is-settur.", "L-Onor.", "Bonnici sejjaħ il-gaming a necessary evil imma jiena ngħid li dan huwa realta' fil-pajjiż u ma nistgħux naqbdu u nħassruh b'daqqa ta' gomma.", "GĦalhekk, la din hija sistema li hija entrenched fis-soċjeta' Maltija, huwa importanti li jkollna kodiċi ta' prattika, importanti li jkollna guidelines u importanti wkol li jkollna proċeduri li jirregolaw l-operat tal-casino industry fil-pajjiż.", "Sur President, il-bord se jagħti wkoll pariri lill-gvern u se jiġbor it- taxxa f'isem il-gvern minn dawk li huma l-gaming profits.", "Huwa ovvju li l- gvern se jkollu ċertu żieda fir-revenue u huwa importanti li wieħed iħares lejn dan l-aspett.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li l-gvern m'hu qed jissagrifika xejn mill-morali tal-pajjiż jekk jgħid li f'dak li hemm ikkontemplat fil-qasam tal-casinos qed iħares lejn introjtu addizzjonali minn dan is-settur, li primarjament huwa tourist-oriented.", "Qabel ma tfasslet din il-liġi saru ċerti konsultazzjonijiet min-naħa tal-gvern, saru konsultazzjonijiet anke ma' gaming boards barranin u, jekk m'iniex sejjer żball, inġabu anke inspectors tal-gaming board tar-Renju Unit f'pajjiżna.", "Min-naħa tagħhom, dawn l-inspectors mhux biss offrew servizz sħiħ lill-Gvern Laburista imma wrew ir-rieda li joffru ċertu taħriġ xieraq u anke intensiv lill-membri Maltin ta' l-ispettorat, partikolarment lill-full-time inspectors, li preferibbilment għandu jkollhom esperjenza investigattiva.", "Sur President, jiena naħseb li irrispettivament mis-set-up li se jkollha l-casino industry f'pajjiżna, importanti ħafna li nagħfsu fuq dan l- ispettorat.", "Huwa importanti li dan l-ispettorat - li kif għidt iktar kmieni irid ikun hemm fih nies fuq bażi full-time - ikollu t-taħriġ, l- expertise u n-know-how kollu neċessarju ħalli mhux biss ikun jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu b'mod professjonali imma jkun jista' jeżerċita anke d- drittijiet tiegħu b'mod investigattiv kif huwa mistenni fiż-żmenijiet tal- lum.", "Għalhekk jiena, mingħajr ma nkun bombastiku, ngħid li dak li qed nagħmlu llum huwa pass storiku f'dan is-settur għaliex f'dawn l-aħħar 36 sena pajjiżna dejjem kellu casino wieħed u naħseb li huwa importanti li wieħed iħares lejn kif qiegħda tevolvi s-sitwazzjoni ġewwa pajjiżna b'riżultat ta' dawn il-miżuri li qed jittieħdu.", "Aktar kmieni semmejt it-tourist orientation tal-casino business u nixtieq nikkwota hawnhekk minn ċerta statistika li turi waħedha, anke għal min ma jifhimx, min huma n-nies li jiffrekwentaw il-casinos u x'persentaġġ minnhom huma barranin.", "Jekk nieħdu, per eżempju, l-figura ta' l-1994 insibu li l-attendance levels kienu ta' ftit inqas minn 100,000 u l-Maltin li attendew kienu ftit iktar minn 16,000.", "GĦalhekk ir-ratio bejn barranin u Maltin jidher li hija bejn wieħed u ieħor ta' 5:1, jekk mhux iktar.", "Importanti wkoll li nħarsu lejn din il-leġislazzjoni bħala learning curve addizjonali fil- qasam tal-casino business ta' pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għaliex apparti milli nipprovdu għal casinos ġodda ġewwa l-pajjiż huwa importanti wkoll li nagħtu ħarsa kritika u analitika lejn l-operat preżenti tal-casino tagħna u naraw kif fix-xhur li ġejjin jista' jissaħħaħ u jimmodernizza ruħu u saħansitra jsir iktar professjonali milli hu fil-preżent.", "Waħda mill-areas li naf li osservaturi barranin iħossu li għandhom jiġu ntensifikati - u dan qed ngħidu bla ebda diżrispett lejn l-operaturi preżenti fil-casino business - hija l-area tas-superviżjoni.", "Il-livell ta' superviżjoni f'pajjiżna, għalkemm huwa tajjeb u għoli, jista' jiġi ntensifikat u jista' jkun hemm iktar professjonaliżmu anke fil-mod kif isiru l-verifiki ta' dawk li jissejjħu d-dealer-transactions.", "Jiena m'iniex qed ngħid li s-sistema preżenti hija difettuża jew li hemm xi ħaġa zoppa fiha imma jista' jagħti l-każ li għal min jifhem - jiena m'iniex wieħed minnhom - l-istandards applikati hawn Malta jistgħu jkunu xi ftit iktar każwali milli jkunu f'pajjiżi oħrajn.", "Pero' qabel dan kollu huwa importanti li l-operaturi u l-ħaddiema fil-qasam tal-casino business ikunu lesti għal bidla fil-metodi ta' l-operat tagħhom.", "Jekk irridu nagħmlu impatt f'dan il-qasam huwa importanti li nżommu ruħna aġġornati mat- techniques moderni li huma adottati fil-pajjiżi ta' madwarna.", "Aħna nafu, Sur President, li l-casino business huwa business li huwa thriving ħafna fil-Mediterran u għalhekk huwa importanti li nirrikonoxxu kemm is-saħħa u d-djgħufija ta' dak li għandna aħna stess imma wkoll is-saħħa u d- djgħufija tal-kompetituri tagħna ħalli aħna stess nibnu n-niche tagħna f'din l-area partikolari bħala tourist attraction f'pajjiżna.", "Jiena nħoss li l-pass li qed jieħu l-Gvern huwa wieħed prudenti ħafna u dan qed ngħidu għaliex il-liberalizzazzjoni se ssir b'mod regolat u b'mod li għandu jassigura li dan kollu jsir l-ewwelnett f'ambjent crimefree - u hawnhekk nenfasizza l-impenn tagħna li rridu nkunu solidarji fil-ġlieda kontra l-money laundering u kontra l-possibbiltajiet ta' money laundering - u t-tieni b'mod xieraq u bilanċjat u b'mod li jkun ta' vantaġġ għall- gżira tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, illum qegħdin niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar il-logħob li huwa tabilħaqq abbozz interessanti.", "Kif qal il- Ministru Brincat, dan l-abbozz qiegħed jirregola l-logħob f'dan il-pajjiż pero' qabel ma nitkellem dwar dan xtaqt nagħmel żewġ kummenti oħra.", "Ovvjament m'iniex se nittratta l-istess punti li għadu kemm ittratta l- Onor. Bonnici għaliex għalkemm huwa importanti u vantaġġjuż li wieħed jirripeti biex ikun fehem kulħadd, il-mod kif spjega l-aspetti tal-liġi l- kollega tiegħi kien biżżejjed u m'hemmx bżonn nirripetih.", "L-ewwel punt li nixtieq nagħmel huwa li kelli l-isfortuna li nitkellem f'dawn l-aħħar żewġ debates dwar l-abbozzi ta' liġi li ġew ippreżentati quddiemna.", "Fil-fatt diġa' kelli l-isfortuna - nerġa' ngħid - li nikkritika l-mod kif ġie abbozzat l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat- Turiżmu għal Malta u l-howlers kbar li hemm fit-test Malti.", "Jiena naħseb li huwa importanti li qabel ma l-abbozzi jiġu quddiem din il-Kamra jkun hemm xi ħadd fil-ministeru jew x'imkien li jara li dawn ikunu jirriflettu eżattament dak li jridu jirriflettu.", "Jien m'iniex se nidħol biċċa biċċa fl-abbozz li għandna quddiemna imma wara kollox jiena rrid niddibatti bil- Malti għaliex il-Malti jipprevali fuq il-verżjoni Ingliża u allura nippretendi li min qed iressaq dan l-abbozz, l-esperti tiegħu u wkoll l- uffiċċju ta' l-Attorney General jkunu qrawh sewwa u mhux meta nħares lejn l-indiċi, fit-taqsima IV li titkellem dwar għoti ta' liċenzja ta' casino, insib \"ċediment\" ta' liċenzja ta' casino.", "Il-kelma hija \"ċessjoni\" u mhux \"ċediment\".", "Se mai hawnhekk ċediment tal-lingwa Maltija għandna!", "GĦaliex ma noqogħdux attenti minn dawn l-affarijiet qabel ma nressqu l-abbozzi ta' liġi quddiem il-Parlament?", "Kieku kelli ndur dan l-abbozz nsib ħafna aktar żbalji bħal dawn; iżda hawnhekk semmejt l-iżjed waħda li wieħed jinnota malajr.", "GĦalhekk, Sur President, jiena nagħmel appell lill-Gvern li qabel ma jiġi biex iressaq għat-Tieni Qari xi leġislazzjoni mhux sempliċement iħares lejha mil-lat ta' prinċipji u l-passi jew miżuri li jrid jieħu imma jara li jippreżenta lil din il-Kamra dokument li tabilħaqq jixhed l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, speċjalment meta qed nitkellmu fuq il-lingwa.", "Il- Gvern m'għandux iħalli għall-istadju tal-Kumitat biex jirranġa żbalji bħal dawn jew nattirawlu l-attenzjoni aħna u nagħmlulu l-emendi aħna.", "U ma jistax ikun li nippastardjaw il-lingwa tagħna u nużaw kliem li ma jfisser assolutament xejn.", "Jien kont ministru tal-ġustizzja u naf li m'hemmx repart qawwi biżżejjed li jagħmel it-traduzzjonijiet imma sfortunatament ħadna d-drawwa li l-leġislazzjoni narawha bl-Ingliż biss u l-Malti ninsewh.", "Imma minħabba li hija l-verżjoni Maltija li tipprevali huwa importanti li noqogħdu iktar attenti li jkollna l-verżjoni Maltija l-ewwel u mbagħad nittraduċuha bl-Ingliż għax inkella nispiċċaw bil-howlers li għandna f'din il-liġi wkoll.", "It-tieni punt li rrid nagħmel aċċenna għalih l-Onor.", "Bonnici wkoll.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li qed jagħti s-setgħat kollha lill-ministru tal- finanzi.", "Huwa veru li skond is-set-up tal-gvern kif inhu bħalissa l- Casino de Malte jaqa' taħt id-dikasteru u r-responsabbiltajiet tal- ministeru għall-affarijiet ekonomiċi imma l-ippilotar ta' abbozz ta' liġi li m'huwiex jitkellem fuq it-tmexxija tal-Casino de Malte imma dwar ir- repeal tal-Kursaal Ordinance, kif ukoll dwar it-twaqqif tal-gaming board, fl-opinjoni tiegħi, ma kellux isir mill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, għalkemm ippilotah b'mod tajjeb u b'mod fabbli u ma għamel l-ebda kumment barra minn loku.", "Fil-fatt il-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tiegħu tkellem dwar aspett tal-liġi li tabilħaqq huwa importanti, tkellem dwar l-ispettorat, il-kontroll, il-liċenzjar, is- setgħat, id-dmirijiet u l-obbligi li se jkunu f'idejn il-ministeru tiegħu biex huwa jkun jista' jmexxi u jħaddem din il-liġi.", "GĦalhekk hawnhekk ukoll hawn naqra ta' incongruenza.", "Sur President, ilkoll niftakru li kellna każ tista' tgħid identiku għal dan meta tressqet ir-riżoluzzjoni dwar l-għoti ta' l-impjanti sportivi.", "F'dan il-każ ix-xogħol kollu sar mill-ministeru responsabbli mill-isport, pero' peress li konna qed nitkellemu fuq art tal-gvern, ir-riżoluzzjoni tressqet u ġiet ippreżentata mill-ministru responsabbli mill-artijiet.", "U meta dik ir-riżoluzzjoni ġiet għad-diskussjoni, kellu jkun il-ministru responsabbli mill-artijiet li jitkellem dwarha l-ewwel.", "Ħalli mbagħad il- ministru responsabbli mill-isport jitkellem dwarha wkoll u forsi jieħu aspett ieħor imma huwa importanti li nimxu mal-proċeduri ta' din il-Kamra u li wieħed joqgħod għall-ordni.", "Ħalli niġi issa biex nitkellem dwar l- abbozz ta' liġi proprju.", "Il-logħob fil-Mediterran huwa parti mill-ħajja.", "Huwa veru li hawn min ma jinteressax ruħu fih pero' l-verita' hija li l-logħob - fil-fatt jekk immorru lura fl-istorja nsibu riferenza għal-logħob fl-istorja Rumana, fl- istorja Griega, fl-istorja ta' l-Eġittu - il-ħajra, id-delizzju jew il- vizzju tal-logħob, ilu ġej mis-sekli u mill-millennji.", "Allura ma jistax jonqos li Malta, pajjiż f'nofs il-Mediterran, tkun influwenzata mill- kultura tan-nazzjonijiet kollha li ħakmuna jew ikkolonizzawna.", "Huwa importanti li l-logħob jiġi rregolat pero' tant sar parti min-natura tal- bniedem Mediterranju li l-gvernijiet ta' Malta - għalkemm għamlu ħilithom kollha biex jikkontrollaw il-logħob u biex jaqbdu lil min jorganizza l- logħob ta' l-azzard - waslu biex iddeċidew li tista' tikkontrollah, tista' tiddixxiplinah u tista' ma tħallix lil min jikser il-liġi pero' ma tistax teqirdu.", "GĦalhekk ħolqu regoli u liġijiet biex ikollna logħob regolat u awtorizzat u fl-istess ħin l-erarju pubbliku jkun qed idaħħal xi ħaġa wkoll.", "L-Ingliżi jgħidu if you cannot beat them join them u naħseb li dan hu li għamlu l-gvernijiet kollha ta' Malta kemm ilu li għandha l-logħob tal-lottu pubbliku, il-lotterija nazzjonali, it-tiritombla, l-iscratch and win, it-tlielaq taż-żwiemel eċċ. Jiġifieri l-gvernijiet tagħna dejjem ipprovaw idaħħlu fis-sistema legali ċertu logħob waqt li jikkontrollaw il- logħob klandestin.", "Tajjeb ngħidu, Madam Speaker, li fil-logħob legali hemm ċertu kontroll fuq l-ammont li wieħed jilgħab u l-ammont li jista' jitlef mentri fil- logħob illegali m'hemm l-ebda kontroll ħlief ir-rieda ta' min jaċċetta l- imħatra u r-rieda ta' min jagħmilha.", "Barra minn hekk, fil-każ tal-logħob legali min jirbaħ għandu l-garanzija li se jieħu l-flus.", "Allura fil- logħob illegali l-gamble hija doppja għaliex jekk tirbaħ m'għandek l-ebda garanzija li min jitlef għandu l-flus li jħallas għal dik l-imħatra.", "Anke l-logħob tar-rummy f'xi każin jew dar u t-tombla huwa gambling.", "Issa, hemm logħob li huwa rregolat u hemm logħob li m'huwiex irregolat pero' llum qed nitkellmu dwar logħob ta' ċerta entita'.", "Illum qed nitkellmu dwar post li tmur fih biex tilgħab il-flus.", "Ftit huma dawk li jmorru l- casino biex jieklu biss u ftit imorru l-casino biex joqogħdu jħarsu.", "Kull min imur fil-casino jmur biex jilgħab il-flus.", "Allura huwa importanti li dawn isibu l-ambjent li wieħed għandu jistenna minn casino u importanti wkoll li dan ikun immexxi bis-serjeta' li wieħed għandu jistenna meta jmur jilgħab f'post li għandu l-barka tal-gvern.", "Kif nafu, Madam Speaker, dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed iħassar il- Kursaal Ordinance li kienet iddaħħlet mill-gvern kolonjali bil-ħsieb li jkabbar u jżid l-attrazzjonijiet turistiċi u jiġbed turiżmu lejn Malta.", "Allura kien ġie deċiż li jitwaqqaf casino li tista' tgħid li ma kellu l- ebda kompetizzjoni ħlief minn Franza.", "Ovvjament dak iż-żmien il-Kamra tad- Deputati ma kenitx teżisti u ma kien hemm l-ebda dibattitu dwar jekk wieħed għandux jinkoraġġixxi jew irażżan il-logħob u jekk hemmx xi ħaġa morali jew immorali fih.", "Allura dan il-casino nfetaħ u tmexxa b'ċertu suċċess għal ċertu snin.", "Imma mbagħad wasalna għal ċertu żminijiet li jiena li kont f'din il-Kamra nippreferi ninsihom għaliex la kienu żmenijiet sbieħ għal min kien f'din il-Kamra u wisq inqas għal Malta.", "Niftakar fl-1984 kellna dikjarazzjoni mill-ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż-żmien, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, fejn qalilna li l- casino kien waqa' f'idejn il-Maltin u dawn imbagħad għaddewh lil xi grupp Lebaniż.", "Issa l-kumpannija li kienet tmexxi l-casino, il-Ladbrookes, kienet kumpannija magħrufa u rispettata u ma baqgħux joperaw hawn Malta konsegwenza ta' politika verament short sighted, żbaljata u wkoll - dan nista' ngħidu għaliex dawk iż-żmenijiet kont f'sitwazzjoni li nkun naf x'qed isir anke professjonalment - sforz ta' pika personali.", "Il- kwestjoni kollha kienet fuq ¥300,000 in konnessjoni mal-lukanda aktar milli mal-casino imma żgur li t-telf għal Malta kien ħafna iktar mit-telf għal-Ladbrookes.", "Kif diġa' għidt, dawn ma kenux żmenijiet sbieħ, u meta fi żmenijiet bħal dawn titlef isem magħruf fil-hospitality industry u fit- tourism industry b'konnessjonijiet mal-kummerċ internazzjonali u ta' profil dinji allura t-telf ikun aktar għalik milli għall-kumpannija.", "Niftakru wkoll li f'dawn iż-żmenijiet il-Gvern Laburista kien għadda liġi minn dan il-Parlament li permezz tagħha ħa f'idejh is-setgħa li jinnazzjonalizza l-lukandi u l-fabbriki.", "Aħna niftakru kemm kien hawn lukandi f'idejn il-gvern fl-1987, jew taħt l-MDC jew xi aġenzija oħra tal- gvern, imma x'kienet ir-raġuni għal dan kollu?", "Kienu qalulna li l-Gvern dan kellu jagħmlu bilfors biex iħares l-impjiegi tan-nies.", "Iżda x'kien the end result, Madam Speaker?", "Spiċċajna la salvajna l-lukandi u wisq inqas salvajna l-impjiegi għaliex meta ġejna għas-si u n-no mhux biss ingħalqu l-lukandi iżda spiċċaw ukoll l-impjiegi!", "F'dan il-pajjiż, fejn ilna tant niksru records negattivi u anke pożittivi, irnexxielna wkoll, dejjem taħt Gvern Laburista, nattiraw lejn Malta klikka mil-Libanu biex tħaddem il-casino minflok il-Ladbrookes .", "Kif diġa' għidt, il-ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż-żmien, l- Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, kien għamel stqarrija fejn qalilna li dan il-grupp mil-Libanu mhux biss se jmexxi l-casino li hemm f'San Ġiljan imma se jiftaħ casino ieħor f'Sant'Anglu.", "Fil-fatt Sant'Anġlu reġa' ġie in the news għaliex il-ministru semmih fil-perspettiva u fir-raġġ kollu ta' l- improvements, intenzjonijiet tajba jew pjanijiet tal-Gvern attwali biex iwessa' u jkabbar l-attrazzjonijiet ta' Malta internazzjonalment.", "Fil- fatt dawn il-Lebaniżi kienu ġew hawn Malta u rnexxielhom iwaqqfu record għaliex filwaqt li kull min imexxi casino jgħid li kważi kważi qed jingħata liċenzja biex jistampa l-flus, dawn irnexxielhom ifalluh!", "U ġurnata kienu hawn u ġurnata oħra għebu, bħalma għebu wkoll l-impjiegi ta' dawk id-29 ruħ li kienu jaħdmu fil-casino u li Gvern Nazzjonalista, kif kien wiegħed, reġa' tahom ix-xogħol.", "Jiena naħseb, Madam Speaker, li din hija l-unika kumpannija li kellha monopolju f'ċertu settur u rnexxielha tfalli waqt li qiegħda tħaddem casino.", "Jiena m'iniex qed ngħid li se jerġa' jiġri hekk, u Allaħares kellu jiġri hekk għaliex is-sistemi huma differenti u l-mod ta' l-għażla kienet differenti u forsi llum wieħed qagħad ħafna iktar attent lil min jagħżel u jassessja u jara wkoll it-track record ta' min intgħażel.", "Bħall- Onor. Bonnici, jiena wkoll ma tantx ninsab konvint fuq l-għażla u nittama li l-Ministru fil-winding-up tiegħu jwieġeb għal dawk id-domandi li għamel l-Onor.", "Bonnici u li dan ir-rapport ma jitkellimx dwarhom.", "Biex inkunu qed ngħidu kollox, Madam Speaker, forsi t-tmeninijiet ma kenux l-aħjar u l-iktar żmenijiet idonei biex wieħed imexxi casino għaliex l-1984 ma kenitx l-aħjar sena għat-turiżmu f'dan il-pajjiż.", "Kif qal l- Onor. Brincat, il-Kursaal u l-casinos huma tourist-dependent.", "F'ċerti pajjiżi n-nies tal-post huma pprojbiti li jmorru fihom u f'pajjiżi oħrajn trid tkun toqgħod ċertu mili 'l bogħod minnhom biex tkun tista' tmur fihom.", "Pero' t-turist ifittex post għar-relaxation, għall-kwiet u għall- paċi u allura ma tistenniex li se jagħżel post fejn hemm l-inkwiet, u allura forsi din hija skużanti oħra.", "Pero' skuża li min għandu monopolju jfalli casino ċertament li m'hemmx.", "Dan il-fatt nistgħu nallaċċjawh anke mal-kumment li għamel l-Onor.", "Bonnici li qal li wieħed irid joqgħod attent ħafna dwar il-patrons, dwar it-tmexxija tal-casino u anke dwar il-junkets.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li se noqgħodu attenti għax huwa importanti anke għall-isem ta' dan il- pajjiż li ma niġux imċappsa ma' nies li jinnegozjaw bi flus maħmuġin, ma' nies li jiġu Malta biex jaħslu u jnaddfu flushom.", "U meta jiena nara din il-liġi, meta nara l-prinċipji nvoluti fiha u meta nara li l-Gvern verament għandu l-intenzjoni li jagħmel xi ħaġa, nistaqsi: GĦaliex ma jsirx kif konna għamilna aħna meta ressaqna l-Prevention of Money Laundering Act, il-Financial Services Act u r-regolamenti li kienu se jintużaw biex jitħaddem dan l-Att?", "Għaliex il-Gvern qed iħalli dan il- vacuum?", "Meta int tħalli l-vojt bilfors li l-immaġinazzjoni taħrab bik u bilfors jiġuk is-suspetti.", "Jiena m'iniex qed ngħid li bilfors tkun qed tagħmel dan biex tfixkel imma huwa importanti li meta nitkellmu nipprovaw nagħmlu xi ħaġa li hija aħjar.", "Jiena ma ngħidx li l-Oppożizzjoni dejjem tista' tagħmel affarijiet aħjar milli jagħmilhom il-Gvern imma l- suġġeriment ta' l-Oppożizzjoni - speċjalment fuq ħaġa li grosso modo wieħed jista' jgħid li hemm qbil fuqha - jista' jtejjeb leġislazzjoni jew miżura tal-Gvern.", "Hawnhekk nixtieq niftaħ parentesi.", "Dalgħodu qrajt artiklu dwar adversarial politics fejn il-leader writer tkellem dwar il-mod kif sar id-dibattitu dwar il-Maltacom plc.", "Huwa veru li xi drabi jqum battibek - ħafna drabi jidħol il-karattru jew l-imġieba tal-persuna li ġġib reazzjoni mill-mod kif titkellem - pero' jekk se noqogħdu nżeffnu x'qal l-isqof dwar il-politiċizzazzjoni u l- polarizzazzjoni abbażi tad-dibattitu tal-Maltacom, aħna bħala deputati għandna nfakkru lill-gazzetti u lil-leader writers u lil artikolisti oħra li huwa veru li f'dak id-dibattitu kien hemm erba' trikkitrakki, imma llum hawn trikkitrakki f'dan id-dibattitu?", "Meta tkellimna fuq it-truiżmu kien hemm trikkitrakki, jew inkella tkellimna u għidna kif naħsbu li dik il- liġi tista' tkun aħjar?", "Fil-fatt dan hu wkoll dak li qegħdin nagħmlu llum għax wara kollox aħna x'interess għandna?", "Fl-aħħar mill-aħħar, aħna qegħdin f'dan il-Parlament biex nagħtu l-kontribut tagħna ħalli dan il- pajjiż jimxi aħjar u ħalli l-ekonomija ta' dan il-pajjiż tkun tista' tiżviluppa aħjar.", "Huwa veru li hemm toroq differenti, huwa veru li jiena nista' nemmen f'ħaġa u ħaddieħor jemmen f'ħaġa oħra u huwa veru li nistgħu nagħżlu sistemi differenti, imma fl-aħħar mill-aħħar l-intenzjoni hija li nagħmlu l-ġid lil dan il-poplu u lil dan il-pajjiż.", "Allura min jitkellem fuq adversarial politics, jagħmel dan jew għax m'għandux fuqhiex jitkellem, jew inkella għax ma tantx isegwi jew inzerta qara jew sema' dak id-dibattitu biss, u fil-fatt ma jirrealizzax kemm isir kontribut u kemm isir sħubija ta' ideat, u ħafna drabi anke kunsens miż-żewġ naħat tal- Kamra, allavolja fuq ċerti prinċipji ma naqblux, għax kieku naqblu fuq il- prinċipji kollha allura din il-Kamra ma tinqasamx fi tnejn imma nkunu qisna one-party State.", "Sakemm aħna nsegwu linji differenti li, fl- opinjoni tiegħi u anke ta' ħaddieħor, jwasslu għall-ġid tal-poplu u tal- pajjiż, ma jidhirlix li nkunu qed nagħmlu xi ħaġa ħażina jekk niddibattitu u mmeru lil xulxin, dejjem biex naraw jekk ħaġa nistgħux nagħmluha aħjar minn oħra.", "Kif kont qed ngħid, Madam Speaker, l-iżviluppi ta' l-1962, ta' l-1984 u ta' l-1988 - meta konna emendajna l-liġi biex nippermettu lill-Maltin jidħlu fil-casino - huma kollha water under the bridge pero' tajjeb li nfakkruhom għaliex il-bidla fl-imġieba u l-mentalita' li teżisti bħalissa m'hijiex ġejja minn xi miraklu li ġara fis-26 ta' Ottubru, 1996 imma ġejja sforz il-paċenzja, id-dedikazzjoni u r-restraint meta konna fl- oppożizzjoni - u meta s-sitwazzjoni fil-pajjiż ma kenitx daqshekk paċifika daqskemm hi llum u daqskemm kienet fi żmienna - li ma nispinġux l- affarijiet sa l-aħħar u sforz il-ħidma qawwija matul l-għaxar snin tal- Partit Nazzjonalista fil-gvern bil-politika ta' djalogu u rikonċiljazzjoni.", "Din il-politika mhux biss biddlet wiċċ Malta u ġabet lura dak li konna ilna li tlifna, jiġifieri t-tbissima f'wiċċ il-Maltin, imma ġabet ukoll - għallinqas hekk jidher - bidla fl-imġieba tal-Malta Labour Party.", "Huma jieħdu l-mertu li nbidlu u aħna nieħdu l-mertu li kkontribwejna xi ftit għal din il-bidla, dejjem jekk m'iniex qed niġi ngannat b'dik l-attitudini ħanina li l-makna tal-public relations tal- partit tagħhom u tal-gvern tipprova tipproġetta.", "Madam Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li filwaqt li qiegħed iħassar il-Kursaal Ordinance - mhux għax hija anokroniżmu imma għaliex din ġiet imfassla biex ikun hawn casino wieħed f'Malta u allura issa li se jkun hawn iktar minn wieħed ma tistax tibqa' tgħodd - qiegħed jintroduċi leġislazzjoni għal-liċenzjar ta' casino, għat-twaqqif ta' gaming board u għal miżura oħra ta' natura anċillari.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onor. Refalo.", "Sar il-ħin.", "Tibqa' in possesion?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada 25 ta' Frar, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta- it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. ----------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, fl-Aġġornament tal-bieraħ l- Onor. Helen D'Amato għal darb'oħra rripetiet numru ta' punti li huma kompletament 'il bogħod mill-verita'.", "U mhux talli hekk, talli pprovat tieħu l-mertu ta' xi ħaġa li lanqas biss ħaqqha mertu tagħha.", "Darba kien hemm membru f'dan il-Parlament li kien iddefinixxa xi ħadd li jagħmel hekk b'mod klassiku imma aħjar ma nirrepetix x'intqal.", "Nixtieq nibda billi ngħid li ġewwa l-Isptar Zammit Clapp għaddej eżerċizzju biex naraw kif nistgħu nkomplu ntejbu s-servizz li diġa' qed nagħtu u qegħdin naraw id-diversi options li hemm biex ċerti cost savings jsiru fl-istess ħin.", "Dan qed isir biex l-isptar jibqa' within the budget li jkun ivvotat għalih u mhux sena wara l-oħra mmorru għand Father Christmas biex ħallas għall-infiq li nkunu għamilna.", "Fost l-affarijiet li konna qed naraw kien hemm il-kwestjoni taċ-child care centre li huwa f'post mikri 'l barra mill-Isptar Zammit Clapp.", "Konna qegħdin naraw kif is-servizz ta' child care jista' ikompli jingħata u kien hemm diversi options li tpoġġew fuq il-mejda.", "Fosthom kien hemm iż-żewġ options bażiċi, jiġifieri li jew insibu post ġewwa l-istess sptar jew inkella titqies l-alternattiva l-oħra li meta jinfetaħ iċ-child care cente ġewwa l- Isptar San Luqa jkun jista' jagħti servizz anke lill-impjegati ta' l- isptar Zammit Clapp.", "Fil-fatt, fl-ebda ħin u fl-ebda mument ma ntqal li dan is-servizz ta' child care se jieqaf.", "GĦalhekk l-Onor.", "Helen D'Amato qalet ħrafa u jekk qalitha għaliex qaluhielha, jiddispjaċini ngħid, li tmejlu biha.", "Ħrafa oħra li ħarġet biha l-Onor.", "Membru hija li s-servizzi ta' child care li kienu qed jissemmew li se jiftħu fl-isptarijiet ġew miżmuma.", "Din ukoll hija kompletament 'il bogħod mill-verita' pero' d-diċenza parlamentari ma tħallinix ngħid eżatt x'inhi l-kelma.", "Jiena nkompli nsostni l-ewwelnett li s-servizz ta' child care fl-Isptar Zammit Clapp għall-ħaddiema ta' l-istess sptar se jibqa'.", "Dan kien jingħata, għadu jingħata u se jibqa' jingħata u m'hemmx bżonn jiġi xi ħadd hawnhekk u jipprova jieħu xi grazzi għal xi ħaġa li m'għamilx meta mexa fuq xi ħaġa li jkunu bellgħulu.", "It-tieni nett, huwa targeted li jinfetaħ child care centre ġewwa l-Isptar San Luqa u dan se jinfetaħ.", "Anke ġewwa San Vinċenz huwa targeted li jinfetaħ child care centre u qegħdin naħdmu biex jinfetaħ.", "Allura altru minn dak li ntqal fl-Istqarrija mill-Onor.", "D'Amato.", "Dan l-istatement li qed nagħmel jien huwa pprovat anke bil-fatti imma minkejja li jiena l-bieraħ stess fis-6.30 p.m. lill-Onor.", "D'Amato ġbidtilha l-attenzjoni li min informaha kien qed jitmejjel biha, hija baqgħet issostni l-pożizzjoni żbaljata tagħha.", "Nixtieq nagħmel punt żgħir fuq xi ħaġa differenti u nikkonkludi.", "Se nitkellem dwar il-mushroom li qed jingħad li hija forma ta' kura għall-kanċer.", "Nhar it-Tlieta, wara li ltqajt ma' l-anti-cancer group, ħriġt stqarrija biex nispjega x'inhuma l-fatti, kif bqajt magħhom u xi spjegajtilhom.", "Nerġa' nsostni li ma kien hemm l-ebda ftehim li xi ħadd għandu jieħu l- mertu tiegħu.", "Il-pożizzjoni tad-dipartiment kienet dejjem ċara anke meta ltqajt ma' din il-persuna.", "Il-pożizzjoni dejjem kienet li biex wieħed idaħħal affarijiet ġewwa pajjiżna, jekk hemm xi regoli li jrid joqgħod għalihom jew permessi li jrid jitlob biex ikun jista' jdaħħal dak il- prodott, allura jrid jimxi magħhom.", "Imbagħad ladarba jagħmel din it- talba, l-prodotti li jkun se jdaħħal jiġu assessjati u vverifikati u mbagħad jidħlu.", "Ħalli niġi issa għal punt ieħor.", "F'Malta teżisti l-Medical and Kindred Professions Ordinance li tispeċifikalek li biex wieħed jagħti kura jrid ikun poġġa applikazzjoni quddiem il-Kunsill Mediku, irid ikun tabib - li f'dan il-każ m'huwiex - u jrid jingħata l-permess biex jipprattika ġewwa pajjiżna.", "Jiġifieri l- pożizzjoni tad-dipartiment minn meta bdiet sal-lum baqgħet l-istess.", "Li għamilna fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet, minħabba li kien qed jingħad li kien hemm min kien qed iħossu aħjar bil-kura, hija li ħadna d-deċiżjoni li nwaqqfu bord immexxi mid-direttur tas-saħħa pubblika u minn esperti oħrajn biex jassessjaw il-veracita' ta' dak li qed jiġi sostnut.", "Assolutament ma kellna bżonn lil ħadd biex naslu fi ftehim fuq dan il-każ partikolari.", "Din id-deċiżjoni tad-dipartiment ħadniha proprju għaliex aħna konxji mix- xewqa taċ-ċittadini Maltin li jekk iħossuhom tajbin b'ċertu kura, allura m'għandniex inżommuha 'l bogħod minnhom sakemm kollox jimxi mal-liġi tal- pajjiż.", "Jekk kulħadd joqgħod għal-liġi, kollox jibqa' miexi bir-ritmu normali tiegħu bħal f'kull każ ieħor.", "Kieku jien jew id-dipartiment tas-saħħa nħallu l-liġijiet ta' pajjiżna jinkisru u ma niġbdux l-attenzjoni ta' dak l-individwu jew individwi li jkunu qed jiksru dawn il-liġijiet u l- affarijiet inħalluhom għaddejjin daqslikieku ma ġara xejn, hemmhekk ikun ħaqqna kundanna imma żgur li ma ħaqqniex kundanna meta qegħdin naraw li l- affarijiet jimxu kif suppost għandhom jimxu.", "Proprju għaliex aħna konxji ta' dak li qed jintqal, qegħdin naraw il-veraċita' tagħha ħalli żgur li ma nwaqqfux xi ħaġa li hija tajba jew li tista' tkun tajba għaċ-ċittadini Maltin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI (Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa): Sur President, f'dan l-Aġġornament nixtieq nuri l-appoġġ kollu tiegħi lill- Ministru tas-Saħħa ħalli bil-koperazzjoni ta' dawk kollha li verament għandhom l-interess tas-servizz taċ-child care, insibu mod kif dan is- servizz jingħata fl-Isptar Zammit Clapp minkejja l-ħafna problemi finanzjarji li għaddej minnhom dan l-isptar.", "Imma hemm xi punti oħrajn li xtaqt nikkjarifika.", "L-ewwelnett mhu veru xejn li nhar l-Erbgħa 18 ta' Frar il-management ta' dan l-isptar informa lill-impjegati li s-servizz taċ-child care m'huwiex se jkompli.", "Li qal il-management huwa li hemm iċ-ċans li fil-futur dan is- servizz għall-impjegati ta' Zammit Clapp jibda jingħata fl-Isptar San Luqa.", "Jiena ġejt informata b'dan mill-kordinatriċi taċ-child care centre ta' Zammit Clapp u dak inhar stess iddiskutejt mal-Ministru Farrugia x'inhuma l-possibbiltajiet li dan iċ-ċentru jopera minn Zammit Clapp minflok il-possibbilta' li jiġi ttrasferit għall-Isptar San Luqa.", "L- għada, jiġifieri l-Ħamis 19 ta' Frar, erġajt tkellimt mal-kordinatriċi ta' Zammit Clapp li qaltli li jkun tajjeb jekk niltaqgħu mal-partijiet konċernati u naraw kif dan li qegħdin nipproponu jista' jsir, in vista ta' l-eżerċizzju l-ieħor li qiegħed isir biex l-isptar ma jibqax jitlef dawk il-flus kollha.", "Il-kordinatriċi qaltli wkoll li l-għada, jiġifieri l-20 ta' Frar, kienet se tlaqqa' lin-nies kollha konċernati u wara tinformani b'dak li jkunu ddeċidew.", "Fil-fatt hija nformatni li waqt din il-laqgħa qablu mal-proposta u kienu lesti jiltaqgħu miegħi sabiex flimkien naraw kif dan ċ-ċentru jista' jkompli jopera minn Zammit Clapp.", "Dak inhar ukoll l-Onor.", "Helen D'Amato ħarġet stqarrija għall-istampa u qalet li dan is-servizz se jinqata'.", "Meta l-Onor.", "D'Amato ntalbet tikkummenta wara li ħarġet l-istqarrija tad-DOI, liema stqarrija kienet tgħid li qatt ma ntqal li s-servizz taċ-child care centre f'Zammit Clapp kien se jieqaf, hija qalet li dan is-servizz m'huwiex se jieqaf grazzi għall-intervent tagħha.", "GĦalhekk ma nafx u ma nistax nifhem b'liema tiġbid ta' l-immaġinazzjoni l-Onor.", "Membru setgħet tasal għall- konklużjonijiet li s-servizz taċ-child care se jkompli minħabba l- intervent tagħha!", "Hawnhekk it-tgħawwiġ huwa doppju l-ewwelnett għaliex qatt ma ntqal li s-servizz taċ-child care fl-Isptar Zammit Clapp se jinqata' - issemmiet biss il-possibbilta' li waħda mill-options tista' tkun li dan jiġi ttrasferit għall-isptar San Luqa - u t-tieni nett għaliex id-diskussjonijiet biex naraw kif is-servizz jista' jingħata minn Zammit Clapp kienu bdew sew qabel l-istqarrija għall-istampa li ħarġet l- Onor. D'Amato.", "Dan juri biċ-ċar li d-diskussjonijiet assolutament ma bdewx minħabba l-intervent tagħha.", "L-Onor.", "D'Amato qalet ukoll li l-għeluq ta' dan iċ-ċentru jfisser li ċ- ċentru f'San Vincenz de Paule m'huwiex se jinfetaħ.", "Nagħmilha ċara li għadni kemm għamilt kuntatt mal-Ministru Michael Farrugia u mas-Segretarju Parlamentari Louis Buhagiar u nista' ngħid li dan ix-xogħol għadu għaddej.", "Sur President, jiena ma nemminx li aħna qegħdin hawnhekk biex nieħdu xi krettu għall-interventi tagħna imma ma stajtx ma nagħtix il-fatti kif ġraw verament.", "Huwa veru li jiena nħobb naħdem fil-kwiet kemm jista' jkun imma meta joħorġu stqarrijiet li ma jgħidux il-verita' fuq kwestjonijit li jiena nkun involuta fihom direttament, bilfors ikolli nagħti l- ispjegazzjoni tiegħi.", "Kif għidt, jiena nemmen li għandna naħdmu fil-kwiet u bis-serjeta' u mingħajr ħafna daqq ta' trombi għaliex ċerta li hekk isir ħafna iżjed xogħol u nħoss li jkun aħjar jekk fuq ċerti issues ma nipprovawx nieħdu vantaġġ politiku.", "Ikun tajjeb li l-enerġija tagħna nużawha biex naħdmu għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Ikun tajjeb li naraw l- affarijiet sew qabel ma nitkellmu u naqtgħu l-kundanni.", "Ikun tajjeb ukoll li noqogħdu attenti għal dak li ngħidu bħala nies responsabbli għaliex, kif nafu lkoll, nofs verita' hija agħar minn gidba.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-ftit ħin li fadal nixtieq nagħmel xi kummenti dwar il-housing minħabba li fid-dibattitu li kellna ftit tal-jiem ilu dwar l-estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar ma tantx kien hemm ħin biex kull membru jgħaddi l-kummenti tiegħu.", "Ċertament li l- problema tal-housing f'pajjiżna m'hijiex xi problema żgħira u allura wieħed irid jara x'jagħmel biex din il-problema tiġi tackled bl-aħjar mod.", "Waqt li kont qed nipprepara dan id-diskors, f'moħħi ġewni tliet raġunijiet għalfejn f'pajjiżna għandna din il-problema.", "Fil-fatt in-numru ta' applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternativa bejn wieħed u ieħor joqrob il-5,000.", "L-ewwel raġuni għalfejn persuna tapplika għal post tal- gvern hija minħabba l-prezzijiet għoljin li jintalbu għal postijiet tal- privat, prezzijiet li nies li għandhom qligħ baxx ċertament ma jistgħux ilaħħqu magħhom.", "Problema oħra hija l-problema ta' postijiet battala, li s-sidien tagħhom jippreferu jżommuhom magħluqa milli jikruhom sakemm isibu l-bejgħ tagħhom.", "F'dan is-sens naħseb li altru li wasal iż-żmien li nemendaw il-liġi tal-kera u anke nagħmlu sforz biex l-eżerċizzju li sar fil-Furjana jsir anke f'postijiet oħrajn.", "Tajjeb ukoll li wieħed iħeġġeġ lis-sidien ta' dawn id-djar jikkoperaw kemm jista' jkun ma' l-awtoritajiet sabiex din il-problema soċjali nsolvuha lkoll flimkien.", "Barra minn hekk, ikollna problemi bejn l-aħwa meta jkun hemm nuqqas ta' qbil fuq wirt fejn tidħol proprjeta'.", "Hawnhekk jidħlu l-kawżi fil-qorti li sakemm jinqatgħu jgħaddi tul ta' żmien mhux ħażin.", "Problema oħra f'pajjiżna hija l- problema tan-nuqqas ta' art.", "Sur President, kif għidt iktar qabel in-numru ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' tad-Djar jew id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali huwa bejn wieħed u ieħor ta' 5,000.", "Tajjeb li wieħed jara pero' kemm minn dawn il-5,000 applikazzjoni verament jeħtieġu post alternattiv.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex issib talbiet li mhux verament ikunu ġenwini.", "Wieħed jista' jgħid li dan l-ammont ta' applikazzjonijiet għal Malta huwa fenomenali u għalhekk hemm bżonn li l- applikazzjonijiet li jintefgħu jiġu verifikati.", "Nafu, per eżempju, li hemm familji li qegħdin jingħataw għajnuna taħt xi skema u allura dawn ma jkollhomx għalfejn japplikaw għal akkommodazzjoni alternattiva.", "Fost dawn hemm dawk il-familji li għandhom kera li ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħha u allura jekk dawn japplikaw għal sussidju fuq il-kera ċertament li dawn l- applikazzjonijiet jonqsu.", "Persuni oħrajn jistgħu japplikaw għal post alternattiv għax ikunu jridu post li jkun qiegħed at ground floor level.", "Ġeneralment dawn it-talbiet ikunu ġejjin minn persuni b'diżabilita' jew minn anzjani li ma jkunux jifilħu jitilgħu turġien aktar.", "Dan jorbot ukoll mal-bżonn li jkun hemm lifts fil-blokki ta' bini sabiex ikunu iktar aċċessibbli għal dawn il- persuni.", "Jeħtieġ li dawk il-persuni li verament għandhom bżonn l-għajnuna jingħataw din l-għajnuna mingħajr ħafna dewmien esaġerat.", "Ngħid ukoll li ċerti persuni għandhom jingħataw prijorita' fuq oħrajn minħabba fis- sitwazzjoni gravi li qed jgħixu fiha huma u l-familji tagħhom.", "Sur President, kif jgħid ir-rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-sena li għaddiet kien hemm progress kbir fil-qasam tal-persuni b'diżabilita'.", "Ħaġa oħra pożittiva li saret is-sena li għaddiet f'dan il-qasam hija li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ġiet allokata fond biex ir- residenti ta' Dar il-Wens ikunu jistgħu jgħixu ħajja normali għal rashom.", "Din il-kummissjoni kienet ilha tisħaq fuq dan il-konċett għal diversi snin u ċertament li dan huwa pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba sabiex il- persuni b'diżabilita' jkunu aktar liberi.", "Jiena nħoss ukoll li hemm bżonn li tingħata iktar informazzjoni fuq id-diversi skemi li jeżistu u għalhekk kien pass tajjeb li l-iskemi kollha ġew taħt l-awtorita' u mhux mifruxa uħud taħt id-dipartiment u oħrajn taħt l-awtorita'.", "Hemm bżonn ukoll li nedukaw lin-nies kif jagħmlu użu minn dawn l-iskemi, jiġifieri kif għandhom jaslu biex jindividwaw l-għajnuna li għandhom bżonn u kif japplikaw għalihom.", "Fil-fatt fost dawn l-iskemi hemm skema biex tixtri d- dar tiegħek u wkoll skema li biha tingħata self mil-Lohombus Corporation b'imgħax issussidjat.", "Sur President, m'hemmx dubju li l-problema tal-housing f'pajjiżna hija problema kbira pero' wieħed m'għandux jaqta' qalbu imma għandu jkabbar l- isforzi tiegħu sabiex dawk li l-iktar qed ibatu u li huma milquta minn din il-problema jkunu jistgħu jgħixu ħajja iktar diċenti kif inhuwa d-dritt tagħhom u tal-familji tagħhom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa 25 ta' Frar, 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNIVERSITA' - KORS TAL-LIĠI", "12069.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-kors tal-Liġi beda jsir kull sena minflok kull sentejn?", "Jista' jgħid ukoll meta allavolja l-kors minn kull sentejn, kien hemm okkażjoni meta beda sena wara?", "Jista' jagħti lista ta' dawk l-istudenti li kienu attendew għal dan il- kors partikolari?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-bidu ta' Ottubru, 1993 il-kors tal-liġi ġie maqsum f'żewġ korsijiet mibnija fuq xulxin, u ċioe' l-B.A. fil-Liġi u Studji Umanistiċi, u LL.D. Għal Ottubru, 1995, ġie deċiż li l-kors jibda jiftaħ kull sena, u minn dik id-data 'l hawn kull sena ġew aċċettati studenti għall-kors fil-B.A. Billi LL.D. huwa mrikkeb fuq dan il-kors, studenti jibdew jiġu ammessi annwalment għall-kors għall-grad ta' LL.D. mill-1998 'l hemm, u ċioe' meta jaslu l-istudenti li bdew il-kors B.A. f'Ottubru, 1995.", "EDUKAZZJONI - PROGRAMM SOCRATES", "12104.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11152, jista' l-Ministru jgħid min hu s-Socrates Office Manager?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Socrates Office Manager huwa Dr Joseph Mifsud, li huwa wkoll il-kap tad-Dipartiment tal-Primarja, fil-Fakulta' tal- Edukazzjoni, fl-Universita' ta' Malta.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "12147.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet l-applikazzjoni għal manager għall-Pixxina Nazzjonali?", "Kemm intefgħu applikazzjonijiet?", "Min intgħażel?", "F'liema ġurnata beda x-xogħol tiegħu f'din il-pixxina?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12068 mogħtija f'Seduta Nru. 184.", "WSC - BDIL TA' PAJPIJIET TA' L-ILMA", "12172.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar it-tul u diametru ta' main pipes ta' l-ilma li nbidlu mill-Water Services Corporation jew tqegħdu ġodda mill-istess korporazzjoni fil-perijodu 1/1/97 - 31/1/98?", "Kemm minn dawn il-mains tqegħdu jew tbiddlu f'lokalitajiet tal-11 u 12- il distrett elettorali, individwalment fl-istess perijodu?", "X'kienet in-nefqa tal-Water Services Corporation f'dan ix-xogħol fl- istess perijodu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tul ta' main pipes ta' l-ilma li nbidlu mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jew tqegħdu ġodda mill-istess korporazzjoni bejn l-1 ta' Jannar, 1997 sal 31 ta' Jannar, 1997, hu ta' 25.4 kilometru.", "Id-diamentru ta' dawn il-pajpijiet ivarja bejn 50mm sa 300mm.", "It-tul ta' mains li tqegħdu jew tbidlu f'lokalitajiet tal-11 u 12-il distrett huma ta' 1.8 kilometru u 7.5 kilometru rispettivament.", "In-nefqa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'dan ix-xogħol fl- istess perijodu kienet ta' madwar Lm700,000.", "L-informazzjoni għax-xahar ta' Jannar 1998 għadha qed tiġi kkompilata.", "TFAL ISSENTENZJATI MILL-QORTI TAL-MINORENNI", "12192.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12089 u ċioe' jista' jgħid x'inhi l-politika tiegħu dwar jekk għandux ikun hawn xi forma ta' skola jew ċentru speċifiku għal dawk it-tfal li jkunu diġa' ġew issentenzjati mill-Qorti tal-Minorenni jew xi qorti oħra jew li inkella jkunu urew sinjali ċari li se jinxteħtu fil- ħajja tal-kriminalita'?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hu abbandunax il-ħidma li kienet saret mill- amministrazzjoni preċedenti dwar it-twaqqif ta' ċentru ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ħidma ta' l-amministrazzjoni preċedenti f'dan il-qasam ma tatx frott għax baqa' ma ntlaħaqx qbil bejn żewġ ministeri differenti minkejja li tħejja bini fl-Imtaħleb għall-għan li qed isemmi l- Onor. Interpellant.", "SKEJJEL - F.X. ATTARD - MARSA", "12226.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex it- tfal li jattendu l-Iskola sekondarja tas-subien F.X. Attard, fil-Marsa mhumiex qegħdin jingħataw ħalib fil-break?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ġejt informat li bħala miżura ta' iġjene, l- amministrazzjoni tal-iskola sekondarja tas-subien \"F.X. Cassar\" avżat l- istudenti kollha, li dawk li jkunu jixtiequ jieħdu tazza ħalib fil-break, għandhom iġibu t-tazza magħhom mid-dar.", "Dawk l-istudenti kollha li ma jobdux din ir-regola u jippruvaw jisselfu xi tazza minn xi ħabib tagħhom qed jiġu mwissija li mhux ser jingħatalhom ħalib.", "SKEJJEL STATALI - KOMPUTERIZZAZZJONI", "12295.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11077, jista' l-Ministru jispjega għaliex l-ebda programm għadu ma ġie reġistrat għal copyright?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ebda programm ma ġie rreġistrat għall-copyright għaliex dan mhux mitlub mir-regolamenti tal-copyright.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENT", "12309.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħass li għandu jerġa' jdaħħal lill-persuna li isimha qed jintbagħat separtament bħala konsulent fid-Diviżjoni u fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?", "X'inhu x-xogħol li ġie mqabbad jagħmel dan il-konsulent u kemm qed jitħallas tal-konsulenza?", "Il-ħatra ta' direttur ġdid għal Finance and Administration saret?", "Jekk sar direttur ġdid, kemm se jdum fil-ħatra konsultattiva l-persuna msemmija aktar 'il fuq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant iffirma kuntratt fid-9 ta' Mejju, 1997 biex iwettaq id-doveri ta' adviser għal sena jew sakemm jiġi appuntat Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni, skond liema tkun l-aktar kmieni.", "Fid-29 ta' Mejju, 1997 dan l-adviser informani li, għal raġunijiet li ma kenux previsti, kellu jieqaf minn din il-ħidma b'effett mill-1 ta' Lulju, 1997.", "Fis-7 ta' Jannar, 1998 huwa reġa' kitibli li ċ-ċirkostanzi nbidlu u li seta' jkompli jagħti s-servizzi tiegħu.", "Peress li l-perijodu tal-kuntratt kien għadu ma skadiex u peress li l-ħatra ta' Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni kienet għadha ma saritx u wkoll kien hemm ħidmiet utli oħra li riedu jsiru preferibbilment minn adviser, kien għaqli li dawn is- servizzi ma jintilfux.", "Għalhekk l-adviser kompla jagħti s-servizzi tiegħu skond il-kuntratt u barra minn xogħol fid-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni, ngħata xogħol ieħor importanti li jikkonsisti fi tħejjija ta' rapporti dwar setturi oħra tal-ministeru.", "Meta fl-aħħar ta' Jannar 1998 inħatar id- Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni, l-adviser kompla bix-xogħol l- ieħor assenjat lilu.", "Il-ħlas lil dan l-adviser huwa bbażat fuq il-massimu ta' l-iskala 5 tas- salarji u huwa mħallas fi 12-il pagament indaqs, wieħed kull xahar.", "Dan il-ħlas huwa skond il-kuntratt iffirmat.", "Fil-fatt qegħda ssir talba lill-Kumitat tal-Kabinett dwar ir-reklutaġġ biex il-kuntratt ta' dan l-adviser jiġi estiż għal perijodu ieħor.", "SKEJJEL - SKOLA KAN.P.PULLICINO", "12321.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid: xi grad għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li taħdem fl-iskola sekondarja Kan.P.Pullicino, Rabat; kemm hi l-allowance li qed tingħata; għal-liema raġuni qed tingħata din l-allowance?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-persuna msemmija f'din il-mistoqsija taħdem bħala messaġġiera fl-iSkola Sekondarja Kan.", "Pullicino, Rabat.", "Ma jidhirx li din qed tingħata xi allowance regolari.", "Nixtieq inżid li meta din il-persuna tagħmel il-Mid-Day break supervision titħallas tiegħu.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "12342.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għas-sejħa pubblika li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għamel dan l-aħħar għal Kap Eżekuttiv?", "Kemm minn dawk li applikaw kienu applikaw ukoll għal sejħa pubblika għall-istess post fil-bidu ta' l-1997?", "Il-kunsill għamel l-għażla tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 17-il persuna applikaw għas-sejħa pubblika li l- Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għamel dan l-aħħar għall-Kap Eżekuttiv.", "B'deċiżjoni tal-Cabinet Committee on Recruitment, qabel jiġu pproċessati dawn l-applikazzjonijiet għandha l-ewwel issir sejħa interna għall- applikazzjonijiet miċ-Ċivil.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "12368.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti kollha li ggradwaw B.Psy (Hons.) irnexxielhomx jiksbu B.Average?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mhux l-istudenti kollha li ggradwaw B.Psy (Hons) irnexxielhom jiksbu B average.", "TFAL ISSENTENZJATI MILL-QORTI TAL-MINORENNI", "12378.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 12192 u 12089 u ċioe' jgħid x'inhi l-policy tiegħu dwar jekk għandux ikun hawn xi forma ta' skola jew ċentru speċifiku għal dawk it-tfal li jkunu diġa' ġew issentenzjati mill-Qorti tal-Minorenni jew xi qorti oħra jew li inkella jkunu urew sinjali ċari li se jinxteħtu fil- ħajja tal-kriminalita'?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hu abbandunax il-ħidma li kienet saret mill- amministrazzjoni preċedenti dwar it-twaqqif ta' ċentru ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferixxi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12192 mogħtija f'din l-istess seduta.", "ARMI TAN-NAR LIĊENZJATI", "10960.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm armi tan-nar liċenzjati mill-pulizija bħala to keep sa l-aħħar ta' l-1997?", "X'tip ta' armi kienu?", "Kemm kien hemm talbiet ġodda għal żamma ta' armi tan-nar fl-1997 u x'tip ta' armi kienu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat illi bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex ir-records tal-Weapons Office jiġu kompjuterizzati, u għalhekk tweġiba għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "Informat ukoll illi matul l-1997 kien hemm 3985 talbiet ġodda għal żamma ta' armi tan-nar li kienu għal snieter, airweapons, revolvers u machine guns.", "PULIZIJA - VETTURI TOWED AWAY/CLAMPED", "10961.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi towed away u clamped fl- 1997?", "Minn liema bliet u rħula saru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - KOLLIŻJONIJIET", "10962.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru kolliżjonijiet xahar b'xahar fl-1997?", "Kemm kienu nvoluti karozzi u/jew vetturi oħra?", "Kemm minn dawn saru bejn nofs il-lejl u s-6.00 a.m.?", "Kemm saru f'weekends u/jew festi?", "Kemm kienu kawża ta' telf ta' kontroll tal-vettura?", "Kemm mis-sewwieqa kienu rġiel u kemm nisa?", "Kemm weġġgħu ħafif u kemm gravi?", "Kemm ittellgħu nies il-qorti minħabba dawn il-kolliżjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "10963.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reġistrazzjonijiet ta'vejikoli ġodda xahar b'xahar fl-1997?", "Kemm hawn vejikoli rreġistrati llum u x'tip huma?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' reġistrazzjonijiet ta' vetturi ġodda xahar b'xahar fl-1997 huwa kif jidher hawn taħt:-", "Jannar 1,072 Frar 733 Marzu 738 April 890 Mejju 1,160 Gunju 1,096 Lulju 1,038 Awwissu 1,146 Settembru 800 Ottubru 1,404 Novembru 870 Dicembru 1,028 TOTAL 11,975", "Jiena nfurmat ukoll li n-numru ta' vejikoli rreġistrati sa l-aħħar ta' Diċembru 1997 huwa kif ġej:-", "Karozzi Privati 179,633 Vetturi Kummercjali 46,991 Vetturi għall-kiri 6,323 Buses u Mini-Buses 1,089 Muturi 14,263 TOTAL 248,299", "ĦABS ĊIVILI - TOBBA", "10964.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm tħallsu kull wieħed mit-tobba li qed jaħdmu bħala group practice fil-Ħabs xahar b'xahar, minn meta beda jaħdem dan il-group u ċioe' mit-13 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kuntratt li għamel id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi biex jingħata servizz ta` Group Medical Practice fil-Ħabs sar ma` l-kumpannija The Health Firm u mhux ma` tobba individwali.", "Is-servizz hu ta` Lm10,000 fis-sena, (jew Lm833.50 fix-xahar) u Lm5 għal kull sejħa ta` emerġenza (mhux kull pazjent) wara l-ħin u l-ġranet stipulati.", "Il-kuntratt ġie ffirmat bejn id-dipartiment u l-kumpanija fl-1 ta` Ottubru, 1997.", "Bejn Ottubru/Diċembru 1997 tħallsu dawn il-pagamenti lill-kumpannija:", "Ottubru Lm833.50 Novembru Lm833.50 Diċembru Lm833.50", "Barra dan tħallsu wkoll Lm200 fl-istess perijodu għas-servizz ta` emerġenza kif stipulat fil-kuntratt in konnessjoni ma` 40 viżta li saru f`dan ir-rigward.", "SAĦĦA - INFECTIOUS DISEASES", "10965.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' infectious diseases irrapportati fl-1997?", "X'tip ta' mard infettiv kienu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru totali ta' mard infettiv irrapportat matul l-1997 kien ta' 968.", "Ir-rapporti jinqassmu kif ġej:", "Tip ta' Mard Nru totali ta' kazi rapporti", "Acute Encephalitis 1 Acute Flaccid Paralysis 3 AIDS 3 Bronchopneumonia 3 Pneumonia, Mycoplasma Pneumonia 1 Brucellosis 1 Food Poisoning, Campylobacter 25 Food Poisoning, E. Coli 4 Food Poisoning, Salmonella 105 Food Poisoning, Toxic 5 Food Poisoning, Unspecified 154 Giardiasis 3 Hepatitis A 5 Hepatitis B 14 Hepatitis C 10 Influenza 26 Leishmaniasis, Cutaneous 5 Leishmaniasis, Visceral 3 Leptospirosis 2 Malaria 6 Measles 5 Meningitis, Meningococcal 12 Meningitis, (Other Bacteria) 4 Mumps 8 Puerperal Fever 1 Rubella 21 Septicaemia, Meningococcal 4 Scarlet Fever 1 Tetanus 1 Tuberculosis, non-Pulmonary 3 Tuberculosis, Pulmonary 14 Typhoid 2 Typhus, Murine 37 Typhus, Tick-Borne 2 Varicella/Herpes Zoster 462 Whooping Cough 12", "Totali 968", "Barra minn dawn, 487 każi oħra ta' food poisoning ġew skoperti waqt l- investigazzjonijiet li saru fuq dawn ir-rapporti", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "11631.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema jaħdmu ma' l-Air Malta u mal-kumpanniji sussidjarji tagħha mill-1 ta' Novembru, 1996 sal- lum u għal kull persuna jindika d-data ta' l-ingaġġ tiegħu, il-grad u l- belt jew raħal fejn jirrisjedi?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11631.", "Il-kumplament ta' l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MIMCOL/MGI - ĦADDIEMA", "11632.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema jaħdmu mal-MIMCOL, mal-MGI u mal-kumpanniji li fihom il-MIMCOL u/jew l-MGI għandha interess, mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika d-data ta' l-ingaġġ tiegħu, il-grad u l-belt jew raħal fejn jirrisjedi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.", "PBS - ACTING GENERAL MANAGER", "11678.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min jagħmilha ta Acting General Manager tal-PBS kull darba li l-General Manager ikun imsiefer u fuq liema bażi ssir l-għażla?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-manager inkarigat mill-komunikazzjoni jagħmilha ta' Acting General Manager tal-PBS kull meta l-General Manager ikun nieqes minn Malta.", "Dan isir fuq rakkomandazzjoni tal-bord tal-kumpannija.", "ONOR.", "CILIA JOE - SEGRETARJU PARLAMENTARI", "11902.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti għamel dwar ix-xogħol professjonali tiegħu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Sports meta ħa l-kariga ta' Segretarju Parlamentari biex jottempora ruħu mal-Kodiċi ta' Etika?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li s-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti aġixxa skond il-klawżoli 45 u 46 tal- Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari meta ħa l-kariga ta' Segretarju Parlamentari.", "PIXXINA NAZZJONALI", "11903.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna mqabbda biex tagħmel ir-rapport dwar il-Pixxina Nazzjonali u jistax ipoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Interim Report li l-Prim Ministru kkwota minnu fil-Konferenza Ġenerali tal-Malta Labour Party?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-persuna mqabbda hija s-Sur Esprit Pace.", "M'hemmx għalfejn inpoġġi kopja ta' l-interim report għax dan se jkun inkorporat fir-rapport sħiħ li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "11904.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għas-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Kultura u Sports u d-dipartimenti, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, jista' l-Ministru jagħti lista tal- kuntratti mogħtija mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum u għal kull kuntratt jindika jekk: ingħatax b'direct order jew b'tender; meta nħarġet id-direct order jew tender; min issottometta bid u kemm kienet kull bid; min ħa l- kuntratt u b'kemm flus; min ifformula l-ispecifications u l- kondizzjonijiet tal-quote jew tender; min approva l-ispecifications u l- kondizzjonijiet tal-quote jew tender; f'każ ta' quotations, min iddeċieda liema ditti/persuni jiġu avviċinati; u f'min ikkonsista l-adjudication board?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull quotation jew tender li nħarġet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA SUPER LOW FLOOR", "12231.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi ġodda dwar ix-xiri ta' karozzi tal-linja ġodda super low floor għal Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt kienx hemm dikjarazzjonijiet min-naħa tal-gvern Malti lill-PTA (uffiċjali jew le) li bihom is-sidien qed jingħataw x'jifhmu li huma mhux se jingħataw iċ-ċans li jkomplu bil-ftehim li kienu ffirmaw qabel, dwar ix-xiri ta' dawn il- karozzi ġodda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejjin taħdidiet bejn il-ministeru u l-assoċjazzjoni u mhux prudenti jingħata tagħrif f'dan l-istadju.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - BDIEWA", "12263.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12092, kif jispjega l-Ministru li fil-fatt diversi bdiewa li marru fl-extension service offices ngħataw l-informazzjoni li huma m'għadhomx intitolati għar- refunds fuq uħud mill-prodotti eżenti mill-bdiewa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif diġa' spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12092 ma jirriżultax li kien hemm xi tibdil u għalhekk il-bdiewa għadhom intitolati għall-istess refunds fuq l-istess prodotti li kienu intitolati għalihom mill-bidu ta' l-introduzzjoni tat-taxxa tas-CET.", "PA - FABBRIKA TAL-MDP", "12296.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti ndikazzjoni dwar liema huma s-siti li fil-preżent qed jiġu kkonsidrati mill-Planning Authority biex fuqhom tinbena fabbrika ġdida tal- MDP?", "Ta' min hi l-art hekk indikata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħalissa qed tiġi attivament ikkonsidrata l-art fejn bħalissa hemm il-fabbrika tal-Castellana.", "L-art hija propjeta' tal- Gvern.", "OPM - KAROZZI/MOBILE PHONES", "12334.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' karozzi u mobile phones użati fid-dikasteru li għalih hu responsabbli u x'kienet l-ispiża għal kull waħda bejn is-16 ta' Mejju, 1987 u Settembru 1996, sena b'sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u twegiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - SERVIZZI", "12335.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' servizzi li toffri l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħalissa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "CENTRE FOR COMMUNICATION TECHNOLOGY", "12336.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-istaff akkademiku li hemm fis-Centre for Communication Technology ġewwa l-Universita' ta' Malta?", "Jista' jgħid ukoll x'inhu l- grad ta' kull wieħed minnhom u x'kwalifiki għandhom; liema suġġetti/units qegħdin jgħallmu; x'kienet id-data tal-ħatra ta' kull wieħed minnhom; taħt liema sejħa ta' l-applikazzjoni kull wieħed minn dawn ġie mpjegat; xi kwalifiki kellu kull wieħed minnhom meta ġew impjegati u f'liema suġġett; x'suġġett jew unit bdew jgħallmu meta ġew ingaġġati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - INSTRUCTORS", "12337.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dawk il-part-time instructors li daħlu qabel l-1 ta' Diċembru, 1995 għandhom paga ta' Lm40 inqas minn dawk li ġew impjegati wara din id-data?", "Meta dawn il-part-time instructors se jibdew jingħataw l-istess paga bħalhom?", "Meta se jingħataw l-arretrati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-eżerċizzju huwa issa ffinalizzat, l- assimilazzjoni ta' dawn il-part-time instructors saret u t-Teżor ġie nformat sabiex isir sew it-tibdil tal-iskala kif ukoll l-arretrati minn Diċembru tal-1995.", "Nista' ngħid li dawk il-part-time instructors li għadhom fis-servizz, tħallsu fl-aħħar ta' Jannar, 1998.", "MOSTA - TRIQ ĠUŻEPPI DELIA", "12347.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex Triq Ġużeppi Delia, Mosta titwessa' fejn din tidjiq u tkun ta' periklu għal min ikun qed isuq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Awtorita' tal-Ippjanar, jaraw hemmx bżonn għal dan it- twessigħ peress li t-triq imsemmija taqa' barra miż-żona ta' l-iżvilupp.", "MDP", "12353.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar lil min kienu kkomunikati r- riservi li ssemmew fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12093?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tal- korrispondenza li tesprimi dawn ir-riservi li waslu għand il-Ministeru ta' l-Agrikoltura qabel Novembru 1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li nikkonferma r-riżervi li ssemmew fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12093, ninforma lill-Onor.", "Interpallant sabiex jekk irid aktar tagħrif, jikkomunika direttament mal- kumpannija.", "Dan għaliex ma nħossx li huwa rispetabbli li npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SKEJJEL - PAOLINO VASSALLO", "12358.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru jew se jkun hemm ħidma biex f'Paolino Vassallo Upper Lyceum, Corradino jsir il- canteen, id-dressing room għall-gym ta' l-istess skola u l-common room għall-istudenti?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet ma' l-istudenti ta' l-iskola rigward dawn il-ħtieġijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kumpless imsemmi li fih hemm ukoll istituzzjonijiet edukattivi oħra għandu diversi bżonnijiet li hemm bżonn jiġu ffaċċjati b'mod organiku.", "Din is-sena se jsir xogħol fuq is-servizzi essenzjali.", "SAN VINĊENZ DE PAULE - RESIDENTI", "12372.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 10936, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar mil-liema lokalitajiet kienu dawk li daħlu f'San Vinċenz de Paule matul l- 1997?", "Kemm hu llum in-numru ta' persuni li għandhom applikazzjoni pendenti biex jidħlu f'din l-istituzzjoni?", "Kemm huma rġiel, kemm huma nisa, u mil-liema lokalitajiet ġejjin?", "X'policy qed tintuża biex persuna tidħol f'din ir-residenza?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PA - KAŻI DEEMED APPROVED", "12373.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'inhi r-raġuni li l-Planning Authority għadha ma stabilitx mod kif il-persuni li jkollhom l-applikazzjonijiet tagħhom registered as valid wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi tal-planning kif emendata, fil-fatt jinħarġulhom il-permess deemed approved wara t-12-il ġimgħa jew 26 ġimgħa (skond il-każ) li tgħid il-liġi?", "Kemm-il każ ta' deemed approved kien hemm sal-lum?", "Għaliex l-awtorita' għadha tinsisti li applikazzjonijiet sottomessi qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi kif emendata, qed jinħadmu biss meta ma jkunx hemm xogħol ieħor?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tinġabar l- informazzjoni.", "MINISTERI - UFFIĊĊJI GĦAĊ-ĊITTADIN", "12390.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 11295, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tal- Ħarsien Soċjali teżisti Taqsima ta' Customer Care?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fl-istess ħin fil-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali hemm ukoll Uffiċċju għaċ-Ċittadin?", "In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11295, jidhirlu li dak li qal il-Prim Ministru m'hemmx il-ħsieb li niddupplikaw dan is-servizz, dan fil-fatt qed iseħħ fil- Ministeru tal-Ħarsien Soċjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li, fi ħdan il-Ministeru tal- Ħarsien Soċjali, jeżistu kemm Taqsima tal-Customer Care kif ukoll Uffiċċju taċ-Ċittadin.", "Filwaqt li t-Taqsima tal-Customer Care topera servizz ta' Freephone Helpline li toffri informazzjoni speċifika dwar materji li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali, l-Uffiċċju taċ-Ċittadin jagħmel parti mis-Segretarjat tal-Ministru u jibqa' ilmenti personali li jsiru miċ-ċittadini dwar problemi ġenerali.", "KUMPANNIJI LI JMEXXU SPIŻERIJI LIĊENZJATI - TOBBA", "12412.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk tabib jistax ikun azzjonista u direttur f'kumpannija li tmexxi spiżerija liċenzjata?", "Tista' kumpannija simili jkollha liċenzja ta' spiżerija?", "Jistgħu minn tali spiżeriji jinbiegħu prodotti mportati mill-istess kumpannija li fiha t-tabib hu azzjonista u direttur?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Skond il-liġi tabib ma jista ikun azzjonista jew direttur f'kumpanija li tmexxi spiżerija.", "SAĦĦA - PAZJENTI B'PORT-WINE STAINS", "12421.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex policy tal-gvern li pazjenti li jkollhom port-wine stains (b'mod partikolari fil-wiċċ) jintbagħtu barra minn Malta għal trattamen?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-1997 intbagħtux pazjenti barra minn Malta għal dan it-tip ta' trattament?", "Kif jintgħażel min jintbagħat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul l-1997 ma ntbagħtux pazjenti barra minn Malta għal trattament ta' port-wine stains.", "Il-policy f'rigward ta' safar għal barra tiddependi jekk il-każ ikunx jenħtieġ kura immedjata.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "12443.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika kemm hemm studenti fl- Universita' ta' Malta llum minn kull belt u raħal f'Malta u Għawdex?", "Jista' l-Ministru jipprovdi din l-informazzjoni, jekk teżisti, bħala perċentwali b'riferenza għal kull lokalita' f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "MALTA SHIPBUILDING - TRAWLERS NORVEĠIŻI", "12446.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm huma l-multi li l-Malta Shipbuilding se teħel minħabba li mhux se tlesti l-bini tat-trawlers Norveġiżi fiż-żmien miftiehem?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta t-trawlers hu maħsub li se jitlestew u għalhekk kemm-il xahar wara d-data miftehma fil-ftehim oriġinali?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll kemm hu l-ammont f'multi li l-Malta Shipbuilding se jkollha tħallas minħabba li se tikkanċella l-bini ta' żewġ trawlers?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għadu ma ġiex stabilit l-ammont ta' multi li jridu jitħallsu mill-Malta Shipbuilding minħabba d-dewmien fil-bini tat- trawlers Norveġiżi.", "Hu ppjanat li l-ewwel żewġ trawlers jitlestew sas-16 ta' Ottubru, 1998.", "Rigward it-tieni tnejn għadhom qed isiru diskussjonijiet mas-sidien Norveġiżi fuq il-futur ta' dawn iż-żewġ trawlers.", "Dawn id- diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "TARZNA TA' MALTA - CHAIRMAN", "12447.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Billi l- ħatra taċ-Chairman tat-Tarzna, Noel Zarb Adami, se tiskadi f'dawn il-jiem, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Zarb Adami huwiex se jerġa' jiġi appuntat bħala chairman?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva,il-Professur Noel Zarb Adami ġie appuntat mill- ġdid bħala chairman tat-Tarzna.", "PULIZIJA - KAROZZI MISRUQA", "12448.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' karozzi li ġew rapportati misruqa fl-1997 u kemm kien il-valur tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11654.", "Ninsab informat li ma tinżammx statistika mill-Pulizija dwar il-valur tal-vetturi misruqa.", "PULIZIJA - FLUS MISRUQA", "12449.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus rapportati misruqa f'serqiet li kien hawn f'pajjiżna matul l-1997?", "Jista' l-Prim Ministru jelenka l-affarijiet li ġew rapportati misruqa u l-valur tagħhom?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' nies li ġew milquta mis-serq li kien hemm fl-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12017 f'Seduta Nru. 189.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ninsab informat illi ma tinżammx statistika dwar id-dettalji ta' oġġetti rrapportati misruqa u n-numru ta' persuni li jintlaqtu minn dan is-serq.", "SERVIZZ ĊIVILI - ISPETTORAT", "12450.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid xi grad għandhom illum kull persuna li jifformaw parti mill-Ispettorat li jagħmel spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12148.", "SPTAR SAN LUQA - KIRI TA' VANNIJIET", "12451.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 12157, jista' l-Ministru jgħid x'inhu n- number plate ta' dawn it-tlett vannijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru plates tal-karozzi huma dawn li ġejjin:-", "GAA 076 GSY 001 GSY 002", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "12470.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif u għaliex il-persuna mill- Belt li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament (H 11816) mhux qed jingħata l-attenzjoni biex fl-iqsar żmien possibbli jingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi mhux talli l-persuna ndikata ma ngħatatx attenzjoni, iżda gew offruti lilu tliet postijiet differenti, saħansitra wieħed minnhom ġdid, u kull darba rrifjutahom!", "BORMLA - GALLARIJA ANTIKA", "12471.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi żvilupp rigward it- talba tad-Direttorju Parrokkjali ta' Bormla sabiex gallarija antika u unika tingħata attenzjoni meħtieġa, liema talba għandha File No. 75/95/44?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Skond ir-regolamenti finanzjari, l-gvern ma jistax jagħmel xogħol jew tiswijiet fuq proprjeta' privata, sakemm ma jkunx hemm xi skema approvata ta' sussidju, bħalma għandhom l-Awtorita' tad-Djar u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MOSTA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "12472.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitwassal is- servizz tad-drenaġġ lejn il-qasam tad-djar li hemm fil-limiti magħrufa bħala Ta' Xkora, fil-Mosta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SUPPLIMENTARI", "12473.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ġiet imnaqqsa l-għajnuna supplimentari tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "DJAR - REKWIŻIZZJONI TA' POST PRIVAT", "12474.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġi derekwiżizzjonat post privat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-policy tad-dipartiment hi li djar li ma jkunux tajbin għall-kiri jiġu derekwiżizzjonati.", "Barra minn hekk, djar li fihom ikunu joqogħdu s-sidien stess ukoll titneħħilhom ir-rekwiżizzjoni.", "Id- dipartiment qed ineħħi r-rekwiżizzjoni minn fuq postijiet, għalissa f'ċerti bliet, fejn ikunu saru spezzjonijiet, fejn ma jkun hemm l-ebda problemi bejn is-sid u l-inkwilini.", "FGURA - TRIQ MERĦBA", "12475.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizzi u meta se jsiru fi Triq Merħba, Fgura issa li din it-triq qed titniffed?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li jenħtieġ isiru house connections ta' l-ilma biex jinbidlu dawk eżistenti.", "Dan ix-xogħol se jsir bħala parti minn kuntratt li qiegħda tiffinalizza il-Korporazzjoni ta' l-Ilma għal dan il-għan.", "BIRGU - DOE", "12476.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal- ministeru għad-depot magħruf bħala DOE fil-Birgu?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn se jibdew jinġabru l-ħaddiema jekk se jiċċaqilqu minn hemm, kif hemm xniegħat persistenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PA - ĦWIENET MINGĦAJR PERMESS", "12478.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk il-ħwienet li ilhom minn qabel ma twaqqfet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar jiġifieri qabel l-1992 li għalkemm iħallsu l-liċenzja iżda m'għandhomx il-permessi meħtieġa x'juru, x'passi tieħu l-awtorita' u xi tkun id-deċiżjoni tagħha; meta ħanut tinħariġlu enforcement notice sabiex jagħlaq, fuqhiex tibbaża l-awtorita' u x'dokumenti titlob li tara; u meta l-inspector ta' l-awtorita' jinvestiga t-tali ħanut, il-permessi lil min jintalbu, lill-pulizija jew lis-sid?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "SPTARIJIET - SKART", "12479.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid xi jsir mill- iskart u ż-żibel fl-isptarijiet kollha tal-gvern u fejn jintrema'?", "Kemm jammonta fil-ġimgħa dan l-iskart?", "Xi prekawzjonijiet jittieħdu minħabba t- tip ta' żibel li jista' iġorr fih ħafna mikrobi?", "Teżisti sistema li biha jinħaraq dan l-iskart mingħajr ebda dannu għall-ambjent?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MIA - AJRUPLANI", "12480.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fejn jintrema ż-żibel kollu ta' l- ajruplani li jiġu minn barra minn Malta?", "Kemm jammonta f'tunnellati fil- ġimgħa dan iż-żibel?", "Xi prekawzjonijiet jittieħdu llum biex dan iż-żibel ma joħloqx problemi lill-ambjent u ma jikkreax problemi ta' saħħa?", "Xi ħsieb għandha l-MIA għal futur u jekk sarux diskussjonijiet f'dan ir- rigward mad-Dipartiment ta' l-Ambjent?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li ż-żibel kollu ta' l-ajruplani jammonta għal madwar 1000 tunnellata fis-sena.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li dan ivarja minn ġimgħa għal oħra għax jiddependi ħafna mill-istaġun turistiku.", "Ċertu materjal jinħaraq fl-ajruport.", "Għal aktar dettalji fuq kif jiġi dispost ż-żibel, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-Ministeru responsabbli mill-agrikoltura u l- awtoritajiet tas-saħħa peress li dawn huma responsabbli minn kif jiġi dispost l-iskart.", "Jiena nformat ukoll li l-Malta International Airport qiegħda tikkonsidra diversi proposti biex tkun f'pożizzjoni li tieħu ħsieb il-ġbir u r-rimi taż-żibel kollu ta' l-ajruplani meta din ir-responsabbilita' tkun taqa' taħtha.", "Diskussjonijiet f'dan ir-rigward qegħdin isiru mad- Dipartiment ta' l-Ambjent bl-iskop li dak li jsir ikun fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "MUŻEWIJIET TA' GĦAWDEX - OĠĠETTI AKKWISTATI", "12494.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'oġġetti ġew akkwistati għall-Mużewijiet ta' Għawdex f'dawn l-aħħar 16-il xahar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'dawn l- aħħar 16-il xahar ġew akkwistati dawn l-oġġeti li se nsemmi:", "Numru Oggett Sezzjoni Data tal- Rimarki ta' akkwist oggetti", "1 Terracotta Arkeologija 26.03.97 Donazzjoni head 1 Hand sprayer Etnografija 19.08.97 mid-Dipartiment tal-Agrikultura 3 Level squares Etnografija 19.08.97 mid-Dipartiment tal-Agrikultura 1 T-key of Etnografija 10.08.97 mid-Dipartiment stopcocks tal-Agrikultura 1 Tooth cutting Etnografija 19.08.97 mid-Dipartiment forcet tal-Agrikultura 3 Large mixing Etnografija 19.08.97 mid-Dipartiment troughs tal-Agrikultura 2 Small mixing Etnografija 19.08.97 mid-Dipartiment troughs tal-Agrikultura 4 Pottery oil- Arkeoloġija 26.09.97 inxtraw lamps 1 Diesel engine - 27.01.98 mid-Dipartiment (lister) tal-Agrikultura", "MITĦNA TA' KOLA - REFURBISHMENT", "12495.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkawżati ħsarat inċidentali waqt xogħlijiet ta' refurbishment fil-Mitħna ta' Kola fix- Xagħra, Għawdex u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu l-ħsarat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' restawr fuq il-Mitħna ta' Kola fix-Xagħra, Għawdex sar sabiex jitneħħew is- sitt antenni kbar u antiki li kienu fi stat ħażin ħafna għaliex ġew traskurati għal snin sħaħ qabel.", "Tant hu hekk li kien iċ-ċans li jaqgħu minn mument għall-ieħor b'periklu għan-nies li joqogħdu fil-viċin.", "Waqt li l-ewwel antenna kienet qed tiġi żarmata din waqgħet, peress li kienet qed tiddeterjora u kissret xriek minn tal-bejt.", "Dan inbidel l-għada stess.", "Issa li l-antenni ġew imneħħija tneħħa kull periklu u l-viżitaturi xorta jistgħu jżuru l-mitħna bla xkiel ta' xejn.", "Ix-xogħol ta' restawr fuq il-mitħna se jitkompla.", "GĦAWDEX - DIPARTIMENT TAL-PROĠETTI U ŻVILUPP", "12496.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8030 u 9143, jista' l- Prim Ministru jgħid jekk l-eżerċizzju biex jiġi stabilit il-bżonn ta' karigi ta' supervisor fis-Sezzjoni ta' l-Indafa f'Għawdex, wara li kienu ħarġu l-applikazzjonijiet għal mili tal-postijiet indikati fil-13 ta' Ġunju, 1996, hux konkluż?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienet il-konklużjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapport preliminari ta' l-eżerċizzju li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant tlesta.", "Dan ir-rapport jindika l- ħtieġa ta' supervisors f'dik is-sezzjoni.", "BANEK - BOV", "12497.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara l-Branch tal-Bank of Valletta tal- Qawra?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu kbir dan il-fond?", "Min kien il- proprjetarju?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali.", "Il- Bank of Valletta p.l.c. hija kumpannija privata u, għalhekk, m'huwiex il- kompitu ta' dan il-ministeru li jidħol fil-materja li staqsa dwarha l- Onor. Interpellant.", "QRATI - PERSUNI TAĦT ARREST PREVENTIV", "12498.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inkarċerati taħt arrest preventiv u jagħti lista u jgħid kemm ilhom u fuq xiex jinsabu akkużati?", "Kemm hemm pendenti quddiem il-Qorti ta' l-Appelli Kriminali rigwardanti eċċezzjonijiet preliminari?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li pendenti quddiem il-Qorti ta` l-Appelli Kriminali rigwardanti eċċezzjonijiet preliminari hemm 19.", "L-ewwel parti ta` din il-mistoqsija ma tirrigwardax lil dan il- ministeru.", "PRODUTTURI TAL-ĠBEJNIET", "12499.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward in-nota/avviż maħruġ lill-produtturi tal-ġbejniet mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fis-27 ta' Jannar, 1998 dwar importazzjoni ta' nagħaġ (Friesan), mogħoż u gidien (white saanen), jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm-il talba kien hemm mir-raħħala għall-importazzjoni ta' kull bhima msemmija hawn fuq; u sa meta r-raħħala/produtturi tal-ġbejniet jistgħu jordnaw l-imsemmija bhejjem?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: S'issa r-raħħala talbu biex jiġu mportati dan l- ammont ta' bhejjem: Mogħoz 76 Nagħaġ 240 Gidien 29", "Ir-raħħala/produtturi tal-gbejniet jistgħu jordnaw l-imsemmija bhejjem sa nhar l-Erbgħa, 25 ta' Frar, 1998.", "WSC - SAHRA", "12500.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu minn 10.11.97 sa 17.2.98 u dejjem fir-rigward tal-ħaddiema tal-Water Services Corporation li għandhom x'jaqsmu ma' meter reading, billing u accounts inkluż il- ħaddiema fi grad maniġerjali: kemm kien l-ammont totali ta' overtime li tħallas lil dawn l-impjegati; u min kienu l-persuni li għamlu l-overtime u kemm tħallsu kull wieħed/waħda minnhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AĦRAX TAL-MELLIEĦA - VANDALIŻMU F'BOSK", "12501.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-ħruq u l-vandaliżmu li seħħ xhur ilu fil-bosk prinjol fl-Aħrax tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi investigazzjoni fuq dan l-att vandalu; xi prekawzjonijiet ħa l-gvern biex jelimina kemm jista' ripetizzjoni ta' atti simili; u jekk hux minnu li l-Għaqda Konservazzjonisti Nassaba u Kaññaturi, kenux u għadhomx responsabbli mill- imsemmi bosk fl-Aħrax tal-Mellieħa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Saret spezzjoni min-naħa tad-dipartiment fil-bidu ta' din is-sena wara li deher rapport f'gazzetta lokali.", "Instab li l-ħruq kien sar fis-sajf.", "Ġiet imsellfa għodda għall-kontroll ta' veġitazzjoni li tikber madwar is-siġar biex jitnaqqas il-potenzjal ta' ħruq fil-futur.", "Ir-responsabbilta' ta' dan il-lokal ma t neħħietx mill-Għaqda Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti u għada sseħħ.", "PULIZIJA - FILE IN KONNESSJONI MA' JOHN VELLA", "12503.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-file/s tal-Pulizija in konnessjoni ma' l-investigazzjoni ta' John Vella li waslet għall-akkużi dwar drogi u li wara dan Vella ngħatat l-maħfra msemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 11414?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif jista' jifhem l-Onor.", "Interpellant, il-files konnessi ma' każijiet bħal dawn huma ta' natura konfidenzjali u jistgħu jikkompromettu l-investigazzjoniet tal-Pulizija u oħrajn konnessi magħhom jekk dawn jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra għall-iskrutinju tal-pubbliku.", "Min-naħa l-oħra, m'għandi l-ebda oġġezzjoni li l-Onor.", "Interpellant u/jew persuna tal-fiduċja tiegħu, kif ukoll Membri Parlamentari jispezzjonaw il-files konċernati fuq bażi assolutament konfidenzjali u b' gentleman's agreement' li min jara l-files m'għandu u ma jkollu l-ebda involviment professjonali fil-każ imsemmi.", "VALLETTA - ATTIVITAJIET KULTURALI", "12504.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-programm msemmi fil-mistoqsija parlamentari numru 12294, jista' l-Ministru jgħid x'kontribut se jagħmlu l- Ambaxxati barranin, kummissjonijiet għolja istituti kulturali barranini, fil-proviżjoni ta' artisti, mużiċisti u/jew parteċipanti f'attivitajiet kulturali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VALLETTA - ATTIVITAJIET KULTURALI", "12505.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12294?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-programm mitlub mill-Onor.", "Interpellant dalwaqt jiġi mħabbar pubblikament, inkluż kwalunkwe' passi ta' marketing in konnessjoni ma' l-istess attivita'.", "DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI", "12506.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Peress li qed jingħad li l-Gvern beħsiebu jgħaddi t-tmexxija ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi lis-settur privati, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx dan il-ħsieb?", "F'każ affermattiv, huwiex il- ħsieb tal-Gvern li jgħaddi t-tmexxija direttament lis-soċjeta' li fiha hemm sħab l-Air Malta u l-Accor jew inkella li joħroġ sejħa għal-offerti anke internazzjonalment?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fl-affermattiv.", "VALLETTA - BELT KULTURALI", "12519.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12292, għandi nifhem li la l-Ministru tat-Turiżmu, la l- NTOM u lanqas l-Air Malta, m'huma involuti fit-tħejjija ta' programm ta' attivitajiet imsemmija f'dik id-domanda.", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid x'se jkun il-kontribut tal-Ministeru, l-Air Malta u l-NTOM?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fil-Kumitat imsemmi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12292, hemm rappreżentant ta' l-NTOM.", "Il-Ministeru permezz ta' l-NTOM u l-Air Malta għandha l-ħsieb li tappoġġja l-attivitajiet imħejjija min dan il-kumitat, meta dawn ikunu ffinalizzati.", "VALLETTA - TRIQ IR-REPUBBLIKA", "12520.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinħareġ sejħa għall-offerti in konnessjoni mal-kisi (surfacing) ta' Triq ir-Repubblika, Valletta issa li jingħad li s-servizzi kollha ġew installati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Kumitat tar-Riabilitazzjoni tal-Belt qiegħed iqies diversi metodi alternattivi dwar ix-xiri u tpoġġija ta' materjal ta' pavimentar ta' Triq ir-Repubblika.", "Dan sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni fi żmien relattivament qasir li fadal sakemm hu ppjanat li jispiċċa x- xogħol.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - INSPECTORS", "12521.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kif ġew magħżula l-inspectors li qegħdin idur fid- dipartimenti sabiex jissorveljaw l-attendenza tal-ħaddiema fuq il- postijiet tax-xogħol fil-ġeneru ta' dipartimenti tal-Gvern?", "Saret sejħa interna għal dawn l-inspectors?", "Mil-liema gradi ġew magħżula?", "Dawn qegħdin jitħallsu extra tax-xogħol li qegħdin jagħmlu?", "Fuq liema kriterji ġew magħżula?", "X'ħinijiet qegħdin jaħdmu u kemm hija r- rata ta' sahra li qegħdin jaħdmu biha?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 12381.", "FROTT/ĦXEJJEX - IMPORTAZZJONI", "12523.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir-rigward ta' importazzjoni ta' frott u ħxejjex rispettivament bejn illum u l-aħħar ta' Awissu 1998, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jippermetti importazzjoni ta' frott u ħxejjex u jekk fl-affermattiv, jgħid liema tipi ta' frott u ħxejjex se jiġu mportati; il-kwantita' ta' kull prodott; u jgħid ukoll jekk hux se jkun hemm tnaqqis fil-levy (dejjem jekk l-importazzjoni tal-prodott tkun suġġetta għal ħlas ta' levy)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Skond il-ftehim bejn Malta u World Trade Organisation li sar fl-1994, il-Gvern ma jistax ma jippermettix importazzjoni ta' frott u ħxejjex jekk mhux minħabba mard tal-pjanti jew saħħa tal-bniedem.", "Kull tip ta' frott u ħxejjex jistgħu jiġu mportati; M'hemmx restrizzjonijiet fuq kwantita'; Waqt laqgħa tal-Fresh Fruit & Vegetables Advisory Board ġie irrikmandat li: Titnaqqas il-levy fuq il-kaboċċi u l-pastard għal 5c kull kg, u 10 kull kg sat-18 ta' Marzu, 1998.", "Din il-miżura ttieħdet minħabba n-nuqqas ta' dawn iż-żewġ prodotti fis-suq lokali.", "It-tuffieħ u l-lanġas ikun suġġett għal-levy bejn l-1 ta' Lulju u l-15 ta' Settembru għal din is-sena, jiġifieri fil-perijodu meta normalment ikun hawn produzzjoni qawwija ta' frott lokali.", "L-għeneb tal-mejda jkun suġġett għal-levy bejn il-15 ta' Lulju u t-30 ta' Ottubru għal din is-sena, jiġifieri fil-perijodu ta' produzzjoni ta' għeneb lokali.", "Ma kien irrikmandat li jsir ebda tibdil ieħor.", "VALLETTA REHABILITATION PROJECT - ĦADDIEMA", "12524.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal- Valletta Rehabilitation Project, meta ġew ingaġġati, jagħti lista ta' min huma u x'xogħol ingħataw li jagħmlu fl-aħħar ħames snin taħt Gvern Nazzjonalista u x'xogħol qed jingħataw illum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mis- sajf li għadda 'l hawn il-proġetti għar- riabilitazzjoni m'għadx għad għadhom ħaddiema direttament magħhom.", "Il- ħaddiema ġew inkorporati fir-Restoration Unit.", "Fl-uffiċċju tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta hemm koordinatur eżekuttiv, assistant prinċipal, clerk, assistant technical officer u messaġġier.", "NAR TAL-FESTI", "12525.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li korrew u nies li mietu bin-nar (fil- festi) mill-1994 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - IMĦALLEF ANTON DEPASQUALE", "12526.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jżomm seduti l-Imħallef Anton Depasquale u x'inhi l-pożizzjoni attwali tiegħu u kemm dam iżomm seduti?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Imħallef Anton Depasquale inħatar Imħallef fis-6 ta` Frar, 1990.", "L-aħħar seduta li żamm kienet f`Marzu ta`l-1994.", "Rigward il-pożizzjoni attwali tiegħu għandu jingħad li, bħalissa hemm kawża pendenti quddiem il-Qorti.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "12527.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl- Universita' ta' Malta fis-snin 1996 u 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' studenti fl-Universita' ta' Malta (eskluż il-Junior College) fis-snin 1996 u 1997 huwa kif ġej:", "Irġiel Nisa Total", "1996 3053 3292 6345 1997 3422 3541 6963", "AVIATION CREWMEN - ĊIRKOLARI NRU.", "21/97", "12528.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' ċirkolari 21/97 dwar riżultat ta' eżami ta' Aviation Crewmen (Ref.", "ENE/PET/220/18/83), jista' l-Ministru jgħid: kemm minn dawk li kkwalifikaw kienu rispettivament jaħdmu bħala SPO, TPO u linesman jew jointer; u l-istandard of education ta' kull kandidat li kkwalifika b'suċċess għall-Aviation Crewman?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ebda kandidat li kkwalifika għall-grad ta' Aviation Crewman ma kien fil-grad ta' SPO, TEPO, Linesmen jew Jointer.", "Dan jidher fir-riżultat ta' l-eżami ppubblikat biċ-Ċirkulari Nru. 21/97 tad-9 ta' Mejju, 1997.", "Il-livell ta' l-edukazzjoni tal-kandidati li kkwalifikaw kien kif stipulat fis-sejħa għall-applikazzjonijiet, li saret biċ-Ċirkolari Nru. 70/96 tas-27 ta' Awissu, 1996, jiġifieri kull kandidat ried ikun jaf jaqra u jikteb tajjeb bl-Ingliż u bil-Malti u jagħmel kalkoli matematiċi sempliċi.", "PULIZIJA - XOGĦOL FL-GĦASES", "12529.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex permessibbli li iben u misser, membri tal-korp tal-pulizija jaħdmu fl-istess għases u fl-istess shift?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nformat li m'hemm xejn fl-Ordinanza tal- Pulizija li timpedixxi li iben u missier, membri tal-Korp tal-Pulizija, jaħdmu fl-istess għases u fl-istess shift.", "PULIZIJA - REATI", "12530.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill-pulizja matul Jannar 1997:, każijiet ta' serq; offiżi vjolenti fuq il-persuna; offiżi sesswali; frodi; serq ta' karozzi; u serq minn zoni residenzjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi n-numru tar-reati speċifikati mill-Onor.", "Interpellant li ġew irrapportati lill-Pulizija matul Jannar 1997 kienu kif ġej :", "serq 483 offizi vjolenti fuq il-persuna 7 offizi sesswali 7 frodi 15 serq ta' karozzi 113 urban theft 98", "KMAMAR TAN-NAR", "12531.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12007, jista' l-Prim Ministru jgħid min bagħat l-ittra lill-kmamar tan-nar imsemmija sabiex isibu post alternattiv fi żmien sitt xhur?", "Jista' l-Prim Ministru jqiegħed din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi din l-ittra ntbagħtet mill- Kumitat tal-Esplożivi li skond Artikolu 23 ta' l-Ordinanza dwar l- Esplożivi huwa stabilit sabiex jgħin lill-awtoritajiet fl-esekuzzjoni tad- disposizzjonijiet tal-liġi.", "Kopja ta' din l-ittra tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Nerġa' nikkonferma dak li ntqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12007 li s-sidien ma ġewx ordnati biex jagħlqu, iżda għall-kuntrarju huma ġew mitluba li jindikaw lokalitajiet ġodda bħala alternattiva u li l-Gvern kien ser jgħinhom mad- Dipartimenti ta' l-Artijiet biex huma jiġu konformi mall-provvedimenti tal- liġi.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "12532.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10951 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta ta' l-20 ta' Frar, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-70,811 parking tickets tħallas għalihom mill-ewwel u kemm ittellgħu nies il-Qorti għax ma ħallsux u kemm minn dawn ta' l-aħħar instabu ħatja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija qatt ma żammet din it- tip ta' statistika mitluba fil-mistoqsija.", "IMPJIEGI", "12533.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni 'l fuq minn 61 sena li kienu għadhom jaħdmu fl-aħħar ta' Novembru 1997; kemm minn dawn kienu self- employed; u kemm minnhom kienu fuq bażi part-time/fulltime?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIBUNAL TA' L-INĠUSTIZZJI - AVUKATI", "12534.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqabbdu avukati mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali biex imexxu l-każijiet quddiem it-Tribunal ta' l-Inġustizzji u x'inhu l- ħlas tagħhom?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru tal- Ġustizzja laħaq arranġament ma` l-Avukati Joseph Azzopardi, Austin Bencini, Peter Borg Costanzi u Joseph Sammut sabiex dawn jippatroċinaw lid- dipartimenti tal-Gvern f`każijiet quddiem it-Tribunal għall- Investigazzjoni ta` Inġustizzji.", "Il-ħlas miftiehem huwa ta` Lm 22.50 għax-xogħol kollu magħmul f`kull każ irrispettivament minn jekk l-Avukat ikunx deher għal intimat wieħed jew iżjed.", "DIPARTIMENT TAR-REĠISTRU PUBBLIKU - JUNIOR LEGAL OFFICER", "12535.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kandidati għall-post ta' Junior Legal Officer fid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 14-il kandidat li applikaw għall-post ta` Junior Legal Officer fid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - RAPPORT", "12536.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix rapport/tagħrif fid-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar fdaljiet Rumani fi Triq Foreman, Rabat, Għawdex u jekk hemmx ħsieb li dawn jiġu mħarsa b'mod aħjar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d- Dipartiment tal-Mużewijiet kien investiga s-sit arkeoloġiku li jinsab ġewwa Triq il-Mgħallem tax-Xogħol (Foreman Street) fl-1996.", "Din l-investigazzjoni, għalkemm mhux estensiva, identifikat fdalijiet ta' ħitan kbar tal-perijodu Ruman.", "Dawn il-fdalijiet jistgħu jifformaw parti minn xi bini importanti bħal ma setgħu kienu s-swar tal-belt antika ta' Għawdex.", "Instabu wkoll xi fdalijiet tal-perijodu Medjuvali.", "Din l-informazzjoni ġiet ikkomunikata lill-Awtorita' tal-Ippjanar fl- 1996.", "Billi din iż-żona tinsab ġewwa l-limiti taż-żvilupp għall-Victoria, l- Awtorita' tal-Ippjanar riċentement ħarġet Ordni ta' Emerġenza għall- Konservazzjoni - 9 ta' Frar, 1998 - li tinteressa din iż-żona fejn instabu l-fdalijiet arkeoloġiċi.", "PA - PROĠETTI", "12537.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11806 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta ta' l-20 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid għal-liema xogħol/proġett intalbet bond ta' Lm160,000?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "12538.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-etika professjonali fil-kuntest tas-Servizz Pubbliku titlob li f'każijiet ta' koppji miżżewġin m'għandhomx jaħdmu fl- istess dipartimenti, jew għall-inqas fl-istess sezzjoni ta' dipartiment, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrimedja s-sitwazzjoni fl-Iskola Primarja A. Fgura?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li m'hemmx koppji miżżewġin li t- tnejn jaħdmu fl-Iskola Primarja 'A' tal-Fgura.", "SKART - RIMI TA' SKART", "12539.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Japprezza l-Viċi Prim Ministru li mhux sew li skart ta' ristoranti u postijiet ta' l-ikel m'għandux jintrema' mal-bqija ta' l-iskart l-ieħor?", "Jikkonsidra li għandu jerġa' jittella' l-animal swill plant biex dan jiġi maħdum u jiġi utilizzat aħjar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ - ECOPOD SYSTEM", "12540.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti breakdown ta' l-ispejjeż involuti fit-tħaddim ta' l- Ecopod System fl-impjant tar-riċiklaġġ, kemm dawk kapitali u kif ukoll dawk rikorrenti, u dawn b'riferenza għall-ammont ta' skart riċiklat f'tul ta' żmien speċifiku?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija parlamentari lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "PA - PA 3528/97", "12541.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jindika x'qed iżomm il-permess tal-ħruġ mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar ta' PA 3528/97?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "SERVIZZ ĊIVILI - EŻAMI TA' L-ISKRIVANI", "12542.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni rigward l-eżami tal-clerks li sar f'Lulju/Awissu 1997?", "Kemm se jkunu mpjegati minn dan in-numru?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn jibdew?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9864, 11424, 11592.", "TAQSIMA TAL-GASS - SECURITY OFFICERS", "12543.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif għaliex tneħħiet il-faċilita' lis- security officers fit-Taqsima tal-Gass illi jkunu jistgħu jirċievu telefonati jew jagħmlu calls wara t-3.00 p.m.?", "Jikkonferma l-Ministru li din il-faċilita' tħalliet lill-clerks?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qatt ma tneħħiet il-faċilita' lis-security officers fit-Taqsima tal-Gass li jkunu jistgħu jirċievu telefonati jew jagħmlu calls wara t-3.00 p.m.", "Seta' kien hemm xi eċċezjoni li t-telephones ma kinux jaħdmu minħabba ħsarat.", "L-iskrivani tat-Taqsima tal-Gass jaħdmu sat-3.00 ta' wara nofsinhar.", "Naturalment jekk dawn jaħdmu wara l-ħin il-faċilita' li jagħmlu jew jirċievu calls tibqgħalhom.", "ENEMALTA - KAROZZI", "12544.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi għall-użu ta' uffiċjali fit- taqsimiet differenti tal-Korporazzjoni Enemalta?", "Jista' l-Ministru jagħti l-ispejjeż ta' fuel u spejjeż anċillari oħra relatati ma' l-użu ta' dawn il-karozzi matul l-1996 u l-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Membru hu mitlub jispeċifika l-mistoqsija tiegħu, billi għall-Enemalta membri tal-bord, managers, assistant manager, inġiniera, uffiċjali tekniċi u ħaddiema klerikali u industrijali huma uffiċjali.", "KORDIN - DAWL", "12545.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jinxtegħel id-dawl fil-qasam industrijali ta' Kordin, ġaladarba ilhom li saru l-arbli tad-dawl f'dan il- qasam iżjed minn sena u nofs?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li x-xogħol li hemm mibdi dwar street lighting fil-qasam industrijali ta' Kordin ma jaqax taħt ir- responsabbilta' ta' l-Enemalta iżda taħt il-Korporazzjoni Maltija għall- iżvilupp.", "ENEMALTA", "12546.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid fejn u kemm iffrankat flus il-Korporazzjoni Enemalta matul l-1997 fuq l-1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma nafx minn fejn l-Onor.", "Membru wasal għal din il- konklużjoni għax mill-Estimi għas-sena finanzjarja 1996/97 diġa kien jidher li s-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1997 kellha tispiċċa b'riżultati aktar ħżiena minn ta' l-1996.", "Infatti fl-Estimi għas-sena finanzjarja 1996/97 wieħed isib li t-telf preċiż kellu jkun ta' Lm7,436,000 meta t-telf għas-sena 1995/96 kien ta' Lm1,535,000.", "Dawn l-Estimi oriġinarjament saru f'Lulju ta' l-1996.", "Fl-Estimi għas-sena finanzjarja 1997/98 wieħed isib ir-Revised Estimates għas-sena 1996/97 u t-telf niżel għal Lm5,154,000.", "Minkejja dan xorta r-riżultati kienu ferm aktar ħżiena minn ta' l-1996.", "Ir-riżultati attwali għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1997 għadhom mhux iffinalizzati minħabba li l-kontijiet ta' l-elettriku jintbagħtu aktar tard imma dawn m'għandhomx jinbidlu sostanzjalment mir- Revised Estimates.", "Minn dan wieħed jinduna li l-Korporazzjoni ma setgħetx tibqa' sejra kif kienet u, għalhekk, kellhom jittieħdu ċertu miżuri.", "ENEMALTA - KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "12547.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti update fuq x'inhu jsir fil-billing process tal-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minħabba li l-kontijiet toħroġhom il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "12548.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li l-Viċi Prim Ministru f'laqgħa fuq l-Impjant ta' Riċiklaġġ ta' Wied il-Għajn semma li dan għandu bżonn ta' iktar spazju, jista' l-Viċi Prim Ministru jkun iktar speċifiku u jagħti informazzjoni kif jista' jsir dan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Meta għamilt riferenza għall-possibilita' ta' bżonn ta' aktar spazju, kont qiegħed nirreferi għal art fuqhiex jitqegħdu aktar tubi tal-plastik mimlijin bl-iskart.", "Dan għaliex il-wisa' li hemm taħt it-tinda eżistenti jaf ma jkunx biżżejjed, u għalhekk ikollu jintuża xi spazju barra mit-tinda.", "Fl-ebda każ ma huwa kkontemplat li b'xi mod jitkabbar il-footprint ta' l- impjant.", "SPTARIJIET - PROVISION STORES TA' L-IKEL", "12552.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Bejn Diċembru 1997 u Frar 1998, jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti mill-provision stores ta' l- ikel ġewwa kull sptar individwalment, dwar nuqqas ta' provvista ta' oġġetti ta' l-ikel minn aġenti li rebħu tenders għal provvista ta' dawn l- oġġetti?", "X'kienu dawn l-items nieqsa?", "Għal kemm jammontaw il-multi stipulati?", "Kemm tħallsu minn dawn il-multi u min kienu l-aġenti nvoluti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - PERSUNI MRESSQA QUDDIEM BORD TA' DIXXIPLINA", "12553.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għad- domanda parlamentari numru 10838 ta' l-Onor.", "Adrian Vassallo li oriġinarjament kont għamilt jien ukoll is-sena li għaddiet u li għaliha din il-Kamra baqgħet bla risposta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - UFFIĊĊJU TAD-DIRETTRIĊI TA' L-INFERMIERA", "12554.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid fejn se jkun l-uffiċċju permanenti tad-direttriċi tan-nurses?", "Jista' jagħti lista ta' l-istaff li għandha d-direttriċi, liema grad għandhom u xi kwalifiki għandhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: B'konsultazzjoni ma' l-MEU qed isiru il-job specification ta' l-istaff li tinħtieġ id-direttriċi", "SAĦĦA - PREMIUM TA' L-INFERMIERA", "12555.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex għaddejjin diskussjonijiet bejn il-gvern u l-unions tan-nurses dwar tnaqqis tal-premium tan-nurses?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhumiex għaddejin diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Unions tan-Nurses dwar tnaqqis tal-Premium tan-Nurses.", "SPTAR SAN LUQA - COMPLAINTS", "12556.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru complaints, xahar b'xahar, tul is-sena 1997 lill-customer care service ġewwa l-Isptar San Luqa?", "X'tip ta' complaints kienu u tista' tingħata breakdown skond il-kategorija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tagħrif miġbur għadu qed jinġabar u għalhekk tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR IL-ĠDID - PJANTI/DOKUMENTI", "12557.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għad- domanda parlamentari numru 11471 tal-21.1.98 dwar dokumenti li llum huma pubbliċi u ċioe' jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji u dokumenti oħra dwar l-isptar il-ġdid li ġew ippreżentati dan l-aħħar (dwar it- tkabbir ta' l-isptar) lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għalhekk tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "WHITE PAPERS", "W1,266.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il white paper ħarġet bejn is-snin 1990 - 1998, sena b'sena?", "X'kien is-suġġett ta' kull white paper maħruġa, u liema minn dawn il-white papers waslu biex ikollna leġislazzjoni eventwali?", "Għal kull każ ta' white paper, min kien responsabbli li jħejjiha u in konsultazzjoni ma' kemm interested parties?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bejn l-1990 u 1998 ħarġu 28 il-white paper li tagħhom qed inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawk il-white papers immarkati b'istilla (*) waslu biex ikollna leġislazzjoni fuqhom.", "Jien informat li ma tinżammx informazzjoni dwar it-tieni parti tal-mistoqsija.", "REĠISTRU PUBBLIKU - DECONTROL CERTIFICATES", "W1,271.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Decontrol Certificates li nħarġu mill-Public Registry tul is-snin 1990 - 1997 sena b'sena?", "Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-ħruġ tad-decontrol cards?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' Decontrol Certificates li nħarġu mir-Reġistru Pubbliku tul is-snin 1990- 1997 huma dawn :-", "|1990 |699 | |1991 |725 | |1992 |626 | |1993 |568 | |1994 |513 | |1995 |310 | |1996 |92 | |1997 |132 |", "Hemm 18-il applikazzjoni li huma pendenti pero' dawn ġia ġew proċessati mid-Dipartiment.", "DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI", "W1,291.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid: 1) liema huma dawk il-Ministeri; 2) Segretarjati Parlamentari; u 3) dipartimenti tal-gvern illi tul is-snin 1987 sa l-1997, sena b'sena, ingħataw għajnuna mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali fejn jidħlu: 1) pariri legali; u 2) assistenza/difiża legali f'kawżi li fihom il-Ministeru/Segretarjati Parlamentari/Dipartimenti, skond il-każ, kienu jew atturi jew konvenuti sena b'sena bejn l-1987 u l- 1997?", "ONOR.", "GAVIN GULIA:Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li l-Uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali ma jżommx records ta' liema dipartimenti etc ikunu talbu is-servizz tiegħu għal pariri, statistika dwar kawżi qed tiġi miġbura in konnessjoni ma mistoqsija parlamentari oħra u tweġiba tingħata meta din tkun miġbura.", "INSINWA - REĠISTRAZZJONI TA' IMWIET", "W1,297.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' imwiet (deaths) li ġew reġistrati bejn l-1990 u l-1997, sena b'sena, fl-Insinwa u kemm minnhom (għall-istess snin, sena b'sena) f'kull każ kien ta' persuna anqas minn 30 sena?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' mwiet li ġew reġistrati bejn l-1990 u l-1997 sena b'sena fl-Insiwa ta'Malta u t'GĦawdex kienu dawn :-", "|Sena | Nru ta' Mwiet| |1990 |2848 | |1991 |2909 | |1992 |3139 | |1993 |2743 | |1994 |2878 | |1995 |2805 | |1996 |2849 | |1997 |2991 |", "Ma tinżamm l-ebda statistika fuq l-eta' ta' persuni mejta fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta.", "F`GĦawdex ġew reġistrati dawn l-imwiet ta' persuni taħt it-30 sena :-", "|Sena |Nru ta' Mwiet | | |taħt it-30 | | |sena | |1990 |6 | |1991 |6 | |1992 |6 | |1993 |2 | |1994 |3 | |1995 |2 | |1996 |6 | |1997 |3 |", "UFFIĊĊJU TA' L-AVUKAT ĠENERALI TAR-REPUBBLIKA", "W1,299.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' jiġi kkonfermat illi sar jew qiegħed isir operations review ta' l- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jiġi kkonfermat illi dan sar jew qiegħed isir mill-MEU fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "Jekk ukoll fl-affermattiv, jista' jiġi kkonfermat illi dalwaqt jibdew jiġu mplimentati r-rakkmandazzjonijiet fih imsemmija?", "B'mod ġenerali, x'inhu l-għan ta' l-operations review?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li nikkonferma li sar operations review mill-Management and Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru dwar l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali bil-għan li jiġu eżaminati l-aspetti kollha tax-xogħol f'dak l-uffiċċju fosthom l- organizzazzjoni u l-istruttur ta' l-uffiċċju, problemi ta' risorsi materjali u umani u kondizzjonijiet ta' xogħol.", "Sa fejn iċ-ċirkostanzi preżenti jippermetttu wħud mir-rakkmandazzjonijiet ġia qegħdin jiġu mplimentati.", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "W1,302.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Fid-dawl ta' dak li hemm imfisser fl-Estimi ta' l-1998 paġna 214, jista' l-Ministru jgħid kif se jkun hemm \"deployment of resources\" billi, safejn hu possibbli, l-funzjonijiet tar-Reġistru Pubbliku u dawk tar-Reġistru ta' l-Artijiet jiġu amalgamati jew ikkumplimentati ma' xulxin?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissjoni maħtura biex tħejji rapport dwar l-amalgamazzjoni tad-dipartimenti tar- Reġistru Pubbliku u tar-Reġistru ta' l-Artijiet waslet biex tikkonkludi l- ħidma tagħha.", "GĦalhekk għalissa għadni m'iniex f'pożizzjoni li nagħti dettalji dwar dak li qed isaqsi l-Onor.", "Interpellant.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "W1,326.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pazjenti li qed jiġu ttrattati fl-Isptar Monte Carmeli?", "Kemm minnhom huma: 1) nisa; 2) irġiel; 3) 'il fuq minn 60 sena; 4) taħt il-35 sena?", "Kemm minnhom huma hemmhekk għax hekk ordnat il-Qorti?", "Liema huwa l-itwal perjodu ta' pazjent hemmhekk?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: 1.", "In-numru ta' pazjenti li qed jiġu ttrattati fl-Isptar Monte Carmeli huwa 691 li minnhom hemm 177 li huma bil-leave of absence.", "2.", "L-istatistika mitluba kienet kif ġej fid-19 ta' Frar, 1998:-", "| |TOTAL |'L FUQ|TAĦT |B'ORDNI | | | |MINN |IL-35 |TAL-QORT| | | |60 |SENA |I | | | |SENA | | | |Nisa|335 |152 |43 |0 | |Rgie|356 |94 |56 |16 | |l | | | | |", "3.", "L-itwal perijodu ta' pazjent rikoverat ilu f'dan l-isptar mis-26 ta' Settembru, 1934."]} {"filename": "19970211_027d_par.doc", "date": "1997-02-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 27 It-Tlieta, 11 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 27 It-Tlieta, 11 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "27", "It-Tlieta, 11 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 362", "RULING TA' MADAM SPEAKER 362", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 364", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 370", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 371", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "ID-DISA' JUM STABBILIT", "MINISTERU TAD-DJAR 372", "AĠĠORNAMENT 403", "MISTOQSIJIET GHAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 404", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 26 li saret fis-7 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "RULING TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): B'riferenza għall-points of order imqajma mill-Onor Austin Gatt fis-seduta tas-7 ta' Frar 1997, dwar ir- risposti għad-domandi li l-Onor.", "Membru talab li jiġu mwieġba bil-miktub, fejn semma l-Ordni Permanenti Nru 22 u l-Ordni Permanenti Nru 29, jingħad illi l-Ordni Permanenti Nru 22 bl-ebda mod ma jagħti xi żmien li fih iridu jiġu mwieġba mistoqsijiet parlamentari, iżda jitkellem biss għal avviż ta' mill-inqas tlitt ijiem li jrid jingħata għal interpellanza jew għal mozzjoni.", "Minkejja dan, iżda, dak li dejjem sar kien illi meta l-mistoqsija tidher fuq in-notice paper wara t-tlitt ijiem ta' l-avviż fir-rigward ta' mistoqsijiet orali, din tingħata risposta, jew xi forma ta' risposta, għax jista' jingħata holding answer f'dik l-istess ġurnata.", "Għar-rigward ta' mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil-miktub, is-sitwazzjoni hija differenti, kif ser jingħad aktar 'l isfel u għalhekk ir-risposti li jintalbu bil- miktub jingħataw lill-Onor.", "Membru meta dawn jaslu mill-ministeru.", "Aktar 'l isfel ukoll jiġi eżaminat l-Ordni Permanenti Nru 29.", "Il-points of order imressqa mill-Onor.", "Membru irrikjedew illi s-Sedja teżamina l-fatti kollha rilevanti għar-rigward ta' kif għandhom isiru l- mistoqsijiet f'dan il-Parlament u jġibu wkoll l-implimentazzjoni ta' sistemi ġodda fl-uffiċċju tal-Parlament.", "Jidher li sal-lum mistoqsijiet li għalihom tintalab tweġiba bil-miktub ma tantx kienu komuni f'dan il-Parlament.", "Minn spezzjoni manwali ta' l-aġendi u l-minuti mill-1964 sal-lum irriżulta illi f'dan il-Parlament l-inċidenza ta' mistoqsijiet li kellhom jingħataw tweġiba bil-miktub l-aktar li tiltaqa' magħha huwa fi żmien ir-recess tas-sajf.", "F'dawn l-aħħar snin daħlet id-drawwa illi l-mistoqsijiet minn membru wieħed li jidhru fuq l-agenda, fit-total tagħhom, jiġifieri bejn orali u bil-miktub, ma kenux jeċċedu sitta.", "L-iStanding Orders isemmu l- limitazzjoni ta' sitta fir-rigward ta' interpellanzi orali biss fl-Ordni Permanenti 29.", "Fil-fatt, mill-istess eżami manwali ta' l-agendi u l-minuti fuq imsemmija rriżulta illi kien hemm diversi drabi, qabel dawn l-aħħar snin, fejn membru kellu addizzjonalment mas-sitt mistoqsijiet orali, numru wkoll ta' mistoqsijiet illi tagħhom intalbet u ngħatat tweġiba bil-miktub.", "Is-Sedja iżda kkonsidrat il-fatt illi hemm nuqqas ta' regolamentazzjoni fl-iStanding Orders għar-rigward ta' mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil- miktub u għalhekk fl-ispirtu ta' Ordni Permanenti 197 irrikorriet għall- Erskine May.", "Erskine May, 21st Edition, f'paġna 285 jgħid illi m'hemmx limitu għan- numru ta' mistoqsijiet li għalihom tintalab tweġiba bil-miktub minn membru f'ġurnata waħda.", "L-istess Erskine May, f'paġna 284, jgħid illi għalkemm fil- każ ta' mistoqsijiet li għalihom qed jitlob tweġiba bil-miktub il-membru jista' jindika l-ġurnata meta jeħtieġ tweġiba, it-tweġiba mhux neċessarjament tingħata f'dik id-data.", "Erskine May jispeċifika:", "\"The answer will not necessarily be given on that date; the House has, however, endorsed the view that Ministers should endeavour to answer unmarked questions within a working week of their being tabled.\".", "Għandu jingħad ukoll illi n-nuqqas ta' limitazzjoni għad-dritt li jiġu magħmula domandi li jridu jingħataw risposta bil-miktub ma jfissirx illi hemm xi dritt illimitat li jingħataw risposti.", "Jibqa' fatt stabbilit b'rulings preċedenti tas-Sedja li s-Sedja m'għandhiex kontroll fuq it- tweġibiet li jingħataw.", "L-Erskine May, f'paġna 293, inter alia jgħid illi ministru jista' ma jweġibx għall-mistoqsijiet parlamentari, u dan għal diversi raġunijiet.", "Interessanti hawnhekk jingħad illi ministru jista' saħansitra jirrifjuta li jagħti risposta għar-raġuni illi ser ikun hemm spiża disproporzjonali biex din tingħata u difatti fir-Renju Unit l-ammont ta' l-ispiża huwa kwantifikat.", "(Constitutional and Administrative Law - Stanley de Smith and Rodney Brazier, Sixth Edition li jikkwota minn House of Commons debate 429 ta' l-14 ta' Marzu 1988)", "L-Ordni Permanenti 28 jgħid illi kull membru li jixtieq risposta orali għal interpellanza għandu jimmarkaha b'asterisk.", "Dan jidher li mhux qiegħed isir u l-membri, f'dawk il-każijiet fejn rarament sal-lum kienu jitolbu tweġibiet bil-miktub, kienu jindikaw speċifikament illi t-tweġibiet iriduhom bil-miktub.", "Għaldaqstant il-mistoqsijiet sottomessi kienu qegħdin jiġu trattati bħala mistoqsijiet orali sakemm ma jiġix indikat mod ieħor.", "Is-Sedja qiegħda titlob lill- Onor. Membri biex mil-lum 'il quddiem jindikaw b'asterisk dawk il-mistoqsijiet li jridu li jitwieġbu orali u bl- ittra \"W\" dawk il-mistoqsijiet li jridu għalihom tweġiba bil-miktub, peress illi ser jibdew jiġu reġistrati separatament.", "Il-mistoqsijiet li għalihom tintalab risposta orali jibqgħu bħalma sar s'issa, jingħataw ir-risposti fis-seduta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet.", "Dawk li ma jiġux mgħajta fil-Kamra, fid-dibattitu jidhru bħala li ngħataw risposta bil-miktub.", "Il-mistoqsijiet li għalihom tintalab tweġiba bil- miktub jidhru fuq in-notice paper wara li jgħaddu t-tlitt ijiem ta' l-avviż kif rikjest fl-Ordni Permanenti 22 u mbagħad l-istess mistoqsijiet flimkien mat-tweġibiet mogħtija jidhru fid-debate meta fil-fatt jiġu mwieġba.", "Is-Sedja trid tara illi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet ikunu konformi ma' kif inhuma fil-preżenti l-Ordnijiet Permanenti.", "Is-Sedja fid-dover ukoll illi fl-assenza ta' regolamentazzjoni mill-iStanding Orders, tirrikorri għar-regoli, modi u drawwiet tar-Renju Unit bħala gwida.", "Is-Sedja titlob il-koperazzjoni ta' kull membru u tirrakkommanda l-prudenza u l-buon sens ta' kull membru ta' din il-Kamra fl-ippustjar ta' mistoqsijiet u fl-għoti ta' tweġibiet, u dan biex jiġu salvagwardati d-drittijiet ta' kulħadd.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "IMPJEGATI MAL-GVERN", "896.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm kien hemm ħaddiema mpjegati ma' kull dipartiment tal-gvern, awtorita', kummissjoni, kumitat jew korp statutorju ieħor li fih il-gvern għandu interess kif ukoll kull kumpannija li fiha l-gvern għandu, direttament jew indirettament, majority shareholding, fil-31 ta' Ottubru, 1996?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti din l-informazzjoni kategorizzat skond kull enti?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker it-tagħrif mitlub qed inqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AMBAXXATI - XUFIERA", "2021.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Fir-rigward ta' kull ambaxxata ta' Malta barra minn Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm xufiera mpjegati jew imħallsa mill-ambaxxata; kull wieħed minnhom, f'liema sena beda jaħdem ma' l-ambaxxata; x'inhi n-nazzjonalita' ta' kull wieħed; x'inhi l-paga ta' kull wieħed; u hemm xi ħlasijiet oħra obbligatorji - bħal, per eżempju, is-sehem ta' l-employer tas-sigurta' soċjali - li l- Gvern Malti jagħmel għal kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AMBAXXATI - KAROZZI", "2023.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Fir-rigward ta' kull waħda mill- ambaxxati ta' Malta barra minn Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi proprjeta' tal-Gvern Malti; ta' liema tip u marka huma; meta nxtraw u b'liema prezz; u x'mileage għandha kull karozza?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-informazzjoni mitluba qed inqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - BREATHALYSER", "2573.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern preżenti hux favur l-introduzzjoni tal- breathalyser?", "Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jiġi ntrodott dan it- test li jista' jkun ta' għajnuna fil-kontroll ta' l-abbużi li jsiru waqt is-sewqan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva.", "It-test imsemmi mill-Onor.", "Membru jiġi introdott meta l-Parlament jgħaddi l-liġi li l-abbozz tagħha kien ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-23 ta' April tas-sena l-oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan il- breathalyser huwiex qed jintuża, speċjalment mill-isptar?", "Mingħalija li dan it-tip t'apparat diġa' jeżisti.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien m'għandix dubju li apparat bħal dan jeżisti imma m'iniex żgur mija fil-mija jekk f'Malta għandniex minnu.", "Il-kwestjoni hija jekk hemmx liġi li tinkwadra l-użu ta' dan l-apparat fit-toroq, jiġifieri għar-rigward tal-kontroll tas-sewwieqa.", "Din il-frame law għadha f'forma ta' abbozz u għadha lanqas tressqet quddiem il-Parlament.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nitlob lill-Prim Ministru jikkonferma jekk kenitx ħarġet xi legal notice fuq il-breathalyser, għax jekk ma niżbaljax kienet ħarġet waħda?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, l-informazzjoni li għandi effettivament tindika li dan m'huwiex il-każ u fil-fatt quddiemi għandi l- abbozz ta' liġi, li għalkemm kien ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fit- 23 t'April 1996, baqa' ma ġiex diskuss.", "SAN ĠWANN - XOGĦLIJIET", "2615.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Peress li x-xogħol li qed isir f'Misraħ il-Ward, San Ġwann m'huwiex dak li deher fuq pjanta li ppubblika l-kunsill lokali, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol li qed isir huwiex skond il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħol li qiegħed isir fil-ġnien pubbliku ta' Misraħ il-Ward, San Ġwann huwa mingħajr permess.", "Għaldaqstant, is-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet avviż kontra sid l-art, Mr. Adrian Gouder bħala Kummissarju ta' l-Artijiet, u kontra s-Segretarju tal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann li qiegħed jagħmel ix-xogħol.", "Sadanittant dan is-sit qed jiġi regolarment spezzjonat mill-enforcement officer ta' l-area biex jiżgura li dan l-avviż jiġi osservat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex f'dawk il-każijiet fejn ikun qed isir xogħol ta' embellishment fi proprjeta' pubblika ma jibqax ikun hemm bżonn il-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien ma nistax ngħid li f'każijiet bħal dawn m'għandux ikun hemm il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma nifhem li meta jkun qed isir xogħol ta' embellishment, jiġifieri ma jkunux qed isiru strutturi jew bini, għandu jkun hemm ftit latitudini.", "Jekk tgħid li m'għandux ikun hemm dan il-permess allura kulħadd jibda jitlaq għal triqtu u mbagħad minn barra embellishment nibdew naraw ukoll bini u affarijiet oħra u għaldaqstant għandu jkun hemm miżura ta' kontroll.", "Jien ma narax għalfejn m'għandux jingħata l-go-ahead għal proġett ta' embellishment sakemm ix-xogħol fuqu jkun qiegħed isir skond it-talba li tkun saret għall- permess u sakemm it-talba ma tkunx saret kontra l-policies stabbiliti, fi kliem ieħor, f'każijiet fejn il-ħruġ tal-permess ikun biss kwestjoni ta' żmien .", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fid-dawl ta' din ir-risposta, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li fil-każ t'applikazzjonijiet minn dipartimenti tal- gvern, kunsilli lokali u awtoritajiet oħra tal-gvern, dawn jiġu kkonsidrati minn bord għal tapposta jew inkella jkun hemm sistema biex il- proċess dwar proġetti bħal dawn ikun jista' jitħaffef?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien naqbel mas-suġġeriment ta' fast channel għal ċerti applikazzjonijiet u dan għandu jiġi kkonsidrat flimkien mas- suġġerimenti l-oħra kollha li saru lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien ma naqbilx pero' li għandu jkun hemm bord differenti biex jara dawn il-każi għaliex inkella jkollna frammentazzjoni li toħloq aktar komplikazzjonijiet fil-Planning Authority milli diġa' hemm.", "DJAR - SITWAZZJONI ĠENERALI", "600.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid xi problemi li l-Gvern preżenti wiret mingħand il-Gvern preċedenti fil-qasam tad-djar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Uħud mill-iżjed problemi diffiċli minn fost il-ħafna li wiret il-Gvern Laburista fil-qasam tad-djar kienu dawn li ġejjin:", "a) Kien hemm numru kbir ta' talbiet, ċioe' madwar 4,600, għall- akkomodazzjoni alternattiva quddiem id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali.", "b) L-Awtorita' tad-Djar kienet 'il bogħod ħafna milli tlaħħaq mad-domanda kbira għax-xiri jew għal kiri ta' djar.", "c) Minkejja n-numru kbir ta' postijiet privati battala, il-prezz tal-kera tagħhom kien għoli ħafna u dan wassal għal nuqqas kbir ta' postijiet b'kera raġjonevoli.", "d) Il-prezz ta' l-art kien għola b'rata esaġerata.", "e) Il-mezzi li kellu l-Gvern, kemm ta' riżorsi umani kif ukoll leġislattivi, ma kenux adegwati biex jikkumbatti din is-sitwazzjoni.", "Minkejja din is-sitwazzjoni kerha li writna, il-Ministeru tad-Djar il- ġdid qiegħed jaħdem fuq għadd ta' inizjattivi u fuq l-impenn li mhux biss nattakkaw il-problemi bil-metodi tal-passat iżda billi qed infittxu modi ġodda bħal dak ta' sħubija mal-privat kif imfissra fil-Programm Elettorali u kif imsemmija fid-Diskors tal-Budget ftit ilu.", "QRATI - AFFIDAVIT", "601.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm x-xiehda bl-affidavit għenet biex jitnaqqas ftit mid-dewmien fil- proċess ġudizzjarju?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Hu pjuttost diffiċli biex wieħed jikkwantifika l-benefiċċju li joħroġ minn riformi ta' proċedura bħalma hu s-sistema ta' xiehda b'affidavit.", "Nista' ngħid pero' li llum din is-sistema qed tintuża minn aktar avukati u quddiem aktar ġudikanti u fejn din is-sistema tintuża tajjeb qed jirriżulta li l-ġbir tal-provi qed isir f'iqsar żmien, qed ikun hemm anqas provi irrilevanti u konsegwentement il-qorti u l-avukati qed ikollhom aktar ħin biex jittrattaw l-punti kruċjali tal-proċess.", "Jirriżulta wkoll illi meta partijiet ikollhom f'idejhom ix-xiehda b'affidavit tal-parti l-oħra qed ikun aktar faċli għalihom biex jiftiehmu dwar il-fatti li dwarhom jaqblu u li jistabbilixxu dak li hu kontestat u b'hekk ma jinħeliex il-ħin tal-qorti f'xiehda mhux utli.", "MARSA - MONUMENT TAR-REPUBBLIKA", "602.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jassigura li l-Monument tar-Repubblika fi Triq Diċmebru 13, il-Marsa ssirlu l-manutenzjoni meħtieġa regolarment biex b'hekk jinżamm fi stat dekoruż?", "Min hu responsabbli biex jagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll, f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-manutenzjoni u r-restawr ta' monumenti pubbliċi ma jaqax taħu ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħi.", "Għaldaqstant, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni peress li dan ix-xogħol isir mit-Taqsima għat-Tiswija u Restawr fi ħdan dak il-ministeru.", "KONVENZJONIJIET - RATIFIKA", "603.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-konvenzjonijiet li l-Gvern Malti beħsiebu jirratifika imminentement?", "ONOR.", "GEORGE VELLA : L-Onor.", "Interpellant japprezza li f`dan l-istadju hu xi ftit diffiċli biex wieħed jidentifika liema huma l-konvenzjonijiet li l-Gvern Malti beħsiebu jirratifika imminentement.", "Dan il-proċess jinvolvi studju bir-reqqa tal-provvedimenti u l-implikazzjonijiet ta` dawk il- konvenzjonijiet li Malta għadha ma ffirmatx.", "Hawnhekk tajjeb li jingħad li l-Gvern mhux ser joqgħod lura milli jirratifika dawk il-konvenzjonijiet li Malta tibbenefika direttament minnhom, kif wkoll dawk il-konvenzjonijiet li permezz ta' l-implimentazzjoni tagħhom Malta tkun qed tingħaqad ma` pajjiżi oħra fil-ħarsien kemm tal-prinċipji fundamentali tal-bniedem u ta' diversi oqsma oħra.", "DJAR - SUSSIDJI", "604.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jispjega f'miżura ta' dettall liema huma l-iskemi u s-sussidji li toffri preżentemant il-Housing Authority għal benefiċċju taċ-ċittadini Maltin?", "Jista' l-Ministru jispjega kif ħadmet kull waħda minn dawn l-iskemi tul is-snin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker qed inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba.", "AMBAXXATURI MALTIN", "605.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jelenka l-Ambaxxaturi Maltin li fil-preżent huma akkreditati għal stati barranin?", "Jista' l- Ministru jindika dawk li huma permanentement residenti barra minn Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "ETC - IMPJIEGI", "2416.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid l-Employment and Training Corporation kemm għandha talbiet għall-impjieg mingħand il-gvern, l-entijiet statutorji indipendenti, l-entijiet u l-kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern, il-kumpanniji b'ishma indaqs bejn gvern u privat, u l-kunsilli lokali?", "Jekk hu possibbi, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond kull dipartiment jew enti kif ukoll jindika l-grad/pożizzjoni mitluba u n- numru ta' mpjiegi rikjesti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): It-talbiet għall- impjieg lill-Korporazzjoni ta` Xogħol u Taħriġ mingħand entijiet statutorji indipendenti, kumpaniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern u kumpaniji b`isħma ndaqs bejn gvern u privat, u kunsilli lokali bejn l-1 ta` Novembru 1996 u t-30 ta` Jannar 1997 huma kif indikat fil-lista t'hawn taħt.", "Din il-lista turi wkoll x`permessi ħarġu mill-ETC biex il-vakanzi jidhru bħala avviżi fil-gazzetti.", "|Date |Employer |Job Title|No. of| | | | |Vacanc| | | | |ies | |13.11.|Qrendi |Council |1 * | |96 |Local |Secretary| | | |Council | | | |11.12.|M`Xlokk |Part-time|1 * | |96 |Local |Clerk | | | |Council | | | |25.11.|Qormi |Front |1 | |96 |Local |Office | | | |Council |Clerk | | |09.12.|Safi |Part-time|1 | |96 |Local |Clerk | | | |Council | | | |17.12.|B`Kara |Clerk |1 | |96 |Local | | | | |Council | | | |19.12.|Mdina |Part-time|1 | |96 |Local |Clerk | | | |Council | | | |19.12.|St.Venera|Clerk |1 | |96 |Local | | | | |Council | | | |23.01.|Mqabba |Part-time|1 | |97 |Local |Clerk | | | |Council | | | |29.01.|Zabbar |Administr|1 | |97 |Local |ative | | | |Council |Assistant| | |29.01.|Fgura |Clerk |1 | |97 |Local | | | | |Council | | | |05.11.|Sterling |Group & |1* | |96 |Travel & |Incentive| | | |Tourism |Coordinat| | | | |or | | |12.11.|Middle |Junior |1* | |96 |Sea |Clerk | | | |Valletta | | | | |Life | | | | |Assurance| | | |12.11.|Middle |Policy |1 * | |96 |Sea |Servicing| | | |Valletta |Clerk | | | |Life | | | | |Assurance| | | |12.11.|Middle |Data |1 * | |96 |Sea |Processin| | | |Valletta |g Clerk | | | |Life | | | | |Assurance| | | |18.11.|Maritim |Sales & |1 * | |96 |Selmun |Marketing| | | |Palace |Manager | | | |Hotel | | | |18.11.|Zammit |Occupatio|1 * | |96 |Clapp |nal | | | |Hospital |Therapist| | |20.11.|Foundatio|Coordinat|1 * | |96 |n for |or -Short| | | |Inter. |Courses | | | |Studies | | | |20.11.|Foundatio|Nurses |10 * | |96 |n for | | | | |Medical | | | | |Sciences | | | | |& | | | | |Services | | | |20.11.|Middle |Programme|2 * | |96 |Sea |rs | | | |Insurance| | | |02.12.|M.S.U. |Financial|1 * | |96 | |Controlle| | | | |r | | |10.12.|Planning |Junior |1 * | |96 |Authority|Legal | | | | |Counsel | | |10.12.|Water |Laborator|1 * | |97 |Services |y Manager| | | |Corp. | | | |13.01.|Planning |Personnel|1 * | |97 |Authority|Officer | | |07.01.|M.F.S.C |Analyst -|1 * | |97 | |Asst.Mana| | | | |ger | | |07.01.|M.F.S.C |Asst. to |1 * | |97 | |Chief | | | | |Regulator| | |07.01.|M.F.S.C |Secretary|1 * | |97 | | | | |13.01.|Planning |Research |1 * | |97 |Authority|& | | | | |Doc.Offic| | | | |er | | |17.01.|Sea Malta|Ship |1 * | |97 |Co. Ltd |Planner | | |20.01.|Malta |Operation|1 * | |97 |Gantry |s | | | |Manuf. |(Engineer| | | | |ing)Manag| | | | |er | | |23.01.|Zammit |Nursing |1 * | |97 |Clapp |Aide | | | |Hosp. | | | |23.01.|M.F.S.C |Desk |1 * | |97 | |Officers | | |23.01.|M.F.S.C |Reception|1 * | |97 | |ist | | |24.01.|N.T.O.M |Executive|1 * | |97 | | | | |27.01.|Sedqa |Social |5 * | |97 | |Work | | | | |Undergrad| | | | |uates | | |27.01.|Sedqa |Social |5 * | |97 | |Workers | | |28.01.|Sea Malta|Equipment|1 * | |97 |Co. Ltd. |Controlle| | | | |r | | |30.01.|Holiday |Sales |1 * | |97 |Inn Cr. |Executive| | | |Plaza | | | |03.12.|Libyan |Watchman |1 | |96 |Arab | | | | |Maltese | | | | |Holdings | | | |05.12.|Enemalta |Laborator|1 | |96 |Corporati|y | | | |on |Technicia| | | | |n | | |10.12.|Malta |Messenger|1 | |96 |Stock |-Driver | | | |Exchange | | | |07.01.|M.S.U |Group |1 | |97 | |Manager | | | | |Systems | | | | |Developme| | | | |nt | | |23.01.|Zammit |Gate |1 | |97 |Clapp |Keeper | | | |Hosp. | | | |14.01.|Air |Asst.to |1 | |97 |Supplies |Retail | | | |Catering |Manager | | |17.01.|Sea Malta|Insurance|1 | |97 |Co. Ltd |Clerk | | |17.01.|Sea Malta|Accounts |1 | |97 |Co. Ltd |Clerk | | |17.01.|Sea Malta|Water |1 | |97 |Co. Ltd |Clerk | | |17.01.|Sea Malta|Computer |1 | |97 |Co. Ltd |Clerk | | |23.01.|M.F.S.C |Asst. to |1 | |97 | |the | | | | |Manager | | |23.01.|M.F.S.C |Cashier |1 | |97 | | | | |23.01.|M.F.S.C |Insurance|1 | |97 | |Clerk | | |24.01.|Malta |Clerk |1 | |97 |Stock | | | | |Exchange | | |", "* Permit Issued ------------------", "Il-korporazzjoni m`għandha l-ebda talba mingħand dipartimenti tal-gvern peress li dawn normalment jippubblikaw il-vakanzi li jkollhom fil-Gazzetta tal-Gvern.", "DJAR - FURJANA/ĦAMRUN - SLUM CLEARANCE", "2417.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid xi proġetti ta' slum clearance se jitlestew sa l-aħħar ta' l- 1997 fil-Belt, il-Furjana u l-Ħamrun?", "Jista' Ministru jindika għal kull proġett meta saret l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, meta ħareġ il-permess u kemm se jinbnew appartamenti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Hu maħsub li din s-sena jitlestew is-16-il unit ta' Triq l-Ibjar, il-Belt, li bħalissa jinsabu fi stat avvanzat ħafna.", "L- applikazzjoni għal dawn il-units kienet saret fid-29 ta' Mejju ta' l-1993 filwaqt li l-permess kien ħareġ fid-9 ta' Frar 1994.", "Kif diġa' indikajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "2412, il-proġett ta' bejn Triq San Nikola u Triq Sant'Ursola, il-Belt, jiddependi mill-eżitu ta' l-applikazzjonijiet li saru lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Rigward il-Furjana u l-Hamrun, ninforma lil-Onor Interpellant li m'hu se jitlestew l-ebda units f'dawn il-lokalitajiet matul l-1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni għat-tieni proġett li għadu kemm semma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-applikazzjoni li tirrigwarda l-units ta' Triq l-Ibjar, il-Belt?", "ONOR.", "TONY ABELA: Dwar il-units ta' Triq l-Ibjar, il-Belt, il-Ministru diġa' qal meta saret l-applikazzjoni u meta ħareġ il-permess u issa jiena qed nistaqsi dwar l-applikazzjoni tal-units l-oħrajn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiddispjaċini li bħalissa m'għandix l- informazzjoni li qed jitlobni.", "DJAR - VALLETTA - BINI MWAQQA'", "2418.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il-bini li waqa' fi Triq Sant'Ursola kantuniera ma' Triq San Nikola, fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-pożizzjoni hi li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qed jistenna r-riżultat ta' l-applikazzjoni li għamel lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jiena persważ li l-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li rigward dan il-proġett id-dipartiment sab diversi ostakli u diskussjonijiet dwar dawn il-problemi li ilhom ħafna għaddejjin ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, mall-Valletta Rehabilitation Committee u mad- Dipartiment tal-Mużewijiet fi sforz biex tinstab soluzzjoni li tissodisfa lill-partijiet kollha involuti.", "F'dan il-każ jidher li hemm nuqqas ta' qbil, fis-sens li l-Heritage Advisory Committee qed issostni li l-faċċata eżistenti għandha tinżamm kif inhi, filwaqt li d-dipartiment jixtieq li din tinhatt u terġa' titla' bl-istess mod.", "Jien nittama li dalwaqt tinstab s- soluzzjoni għal din il-problema li issa ilha sejra minn Frar ta' l-1995.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-", "Mejda tal-Kamra:-", "Informazzjoni dwar priġunieri li gawdew b'aktar minn 100 ġurnata mill- amnestija li ngħatat fit-12 ta' Diċembru 1996, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 2781.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 21 ta' l-1997 - Ordni ta' Revoka ta' l-1997 ta' l- Ordni dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxa fuq l-Income) (Stati Uniti ta' l-Amerika); u", "f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Informazzjoni dwar majjali żgħar tattooed u qatla ta' majjali bejn l-1 ta' Novembru 1992 u Jannar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2791.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' dokumenti b'konnessjoni mal-programm Youth for Europe III, imniedi mill-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2828.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' rapport li juri l-pożizzjoni finanzjarja ta' kull kunsill lokali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Marzu 1996; u", "Memorandum dwar il-kuntratti tal-kunsilli lokali u l-effiċjenza milħuqa minnhom bejn Ottubru u Diċembru 1996.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-kuntratt ta' l-Inġinier Philip Grech bħala konsulent mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li daħal fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2957.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 20 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta' ) (Nru 2)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L- Onor. Joe Cassar.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, nixtieq inressaq każ ta' ksur ta' privileġġ kontra l-ġurnal \"KullĦadd\" tad-9 ta' Frar, 1997 dwar l-artiklu li qiegħed f'paġna 6 tal-gazzetta msemmija, intitolat \"Ġimgħa wara Ġimgħa ma' Osservatur Politku\".", "Madam Speaker, nitlobok sabiex tieħu dawk il-passi li jidhirlek xierqa.", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja se tinvestiga dan il-każ imqajjem mill-Onor.", "Cassar u tagħti ruling f'Seduta oħra.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "ID-DISA' JUM STABBILIT", "MINISTERU TAD-DJAR", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-Voti tal-Ministeru tad-Djar.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- Gvern.", "Il-Ministru tad-Djar jekk jogħġbu jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 49 - MINISTERU TAD-DJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 560,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 49 - Djar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 50 - UFFIĊĊJU KONĠUNT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 418,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 50 - Uffiċċju Konġunt, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT XIII - MINISTERU TAD-DJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,042,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIII - Ministeru tad-Djar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "THE CHAIRMAN: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 49 - MINISTERU TAD-DJAR", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,297 \" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 10,296\".", "Delete the figure \"Lm 10,297\" and substitute therefor the figure \"Lm10,296\".", "Mr Chairman, illum qegħdin niddiskutu settur ta' importanza kardinali fil- kontest ta' politika soċjali mħaddma minn kull gvern.", "Il-politika tal- Partit Nazzjonalista dejjem kienet illi l-gvern għandu l-obbligu li jibni djar għar-raġunijiet soċjali u li l-gvern għandu joħloq il-kondizzjonijiet neċessarji sabiex kemm jista' jkun in-nies isiru sidien ta' darhom.", "Jien naħseb illi ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu dwar dawn iż-żewġ oġġettivi u d- differenza qiegħda biss dwar liema hu l-aħjar mod ta' kif dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu.", "Il-budget li ġie ppreżentat għal din is-sena huwa indikazzjoni ċara - jew suppost li huwa indikazzjoni ċara - ta' kif dan il- Gvern huwa intenzjonat li jimxi f'dan il-qasam matul is-sena d-dieħla.", "In- numri li jidhru fil-budget m'għandhomx ikunu sempliċement numri li jindikaw il-mod kif se jintnefqu l-flus, imma jridu jkunu espressjoni ta' x'ideat ġodda qed jipproponi l-Gvern u kif dawn l-ideat se jiġu riflessi f'infiq ta' flus.", "Allura hawnhekk bilfors ikolli nibda billi ninterpreta ċ-ċifri li hemm fil-budget.", "F'dawn l-aħħar xhur jidher li l-Gvern Laburista kien qiegħed jirraġuna li kull korporazzjoni jew kull entita' li b'xi mod kellha ġġorr xi piż soċjali - jiġifieri f'kull każ fejn l-ispejjeż huma iktar mid-dħul - allura dik il- korporazzjoni jew dik l-entita' hija eżempju tal-famuża \"ħofra\" li vvinta l- Prim Ministru.", "Forsi l-iktar eżempju klassiku, pero' mhux l-uniku wieħed, kien tal-Water Services Corporation fein il-Gvern preċedenti kien iddeċieda li jissussidja sa 90% mill-prezz ta' l-ilma.", "Fi kliem ieħor, ma kienx ħalla lil dik il-korporazzjoni tbigħ l-ilma bi prezz kummerċjali, imma bħala parti mill-politika soċjali tiegħu Gvern Nazzjonalista kien ġiegħlha tissussidja l-ilma sa 90% tal-prezz, u allura l-kontijiet tagħha kienu jirriflettu biss 10% tal-prezz kummerċjali ta' l-ilma.", "Minħabba dan is- sussidju soċjali, l-income potenzjali tal-Water Services Corporation ġie ridott sostanzjalment u naturalment dan lill-istess korporazzjoni jaffettwalha l-cashflow.", "Iva, Gvern Nazzjonalista dejjem ra li fejn hemm bżonn ta' sussidju, dan jingħata.", "Naturalment imbagħad trid tassumi r- responsabbilta' ta' kif se tagħmel tajjeb għall-problemi ta' cashflow li jinqalgħu.", "Hemm ukoll l-eżempju riċenti tal-Gozo Channel Co. Ltd. fejn il-Gvern Nazzjonalista kien jagħti sussidju ħafna iktar qawwi minn dak li qed jagħti dan il-Gvern, u meta kien jagħti dan is-sussidju kien konxju li jridu jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi li jinħolqu.", "Pero' l-argument tiegħi huwa li fejn hemm entitajiet li jipproduċu xi servizz li huwa sussidjat, u allura dawn ma jagħmlux qligħ kummerċjali, skond dan il-Gvern għandna ħofra.", "Jekk napplikaw dan il-famuż raġunament għall-Ministeru tad- Djar ikolli ngħid li hawn ukoll għandna ħofra għax dan il-ministeru għandu funzjoni soċjali qawwija, tant li għas-sena d-dieħla qed jipprospetta dħul ta' Lm1.6 miljun filwaqt li qed jipprospetta nefqa ta' Lm3.4 miljun.", "GĦalhekk jekk tapplika l-istess argument u l-istess loġika li dan il-Gvern qed japplika b'mod żbaljat għal entitajiet bħal, per eżempju, l-Water Services Corporation u l-Gozo Channel Co. Ltd., fejn il-Gvern qed jara biss mil-lenti kummerċjali u mhux qed jara l-aspett soċjali, allura jkollok tiddefinixxi dawn l-estimi tal-housing bħala ħofra oħra.", "Dan huwa raġunament żbaljat, għaliex bħal fil-qasam ta' l-ilma, il-qasam tal-housing għandu funzjoni soċjali x'jaqdi u jrid jaqdiha.", "Kif diġa' għidt hemm ċerti domandi li jridu jsiru u l-ewwel domanda li nixtieq nagħmel hija għaliex l-ispejjeż rikorrenti għal din is-sena jidher li se jiżdiedu b'Lm716,000 fuq dak li ntnefaq fl-1995.", "Ma naħsibx li Lm716,000 huwa ammont żgħir għax f'kontest ta' expenditure ta' Lm3.4 miljun dan jammonta għal one-fifth u allura jien nixtieq spjegazzjoni għal din il- qabża hekk sostanzjali.", "Issa se nsemmi kif inhi maqsuma din iż-żieda ta' Lm716,000 billi nikkompara dak li huwa budgeted għas-sena d-dieħla ma' dak li attwalment intnefaq fl-1995.", "Per eżempju, fl-istaff costs tal-ministeru hemm żieda ta' Lm500,000 komparat ma' l-actual expenditure ta' l-1995, u għalkemm hawnhekk nifhem li parti minnha tista' tkun minħabba li l-maintenance unit żdied ma' dan il- ministeru, pero' fuq dan il-unit qed jiġi prospettat infiq ta' Lm388000, li allura dan żgur ma jiġġustifikax żieda daqshekk qawwija.", "GĦall-istaff costs tal-Joint Office hemm prospettata żieda ta' Lm80000, li ċertament m'hijiex qabża żgħira, għax fil-fatt din hija iktar min-nofs ta' x'intnefaq mill-Joint Office fl-1995.", "Fuq contractual services hemm żieda ta' Lm11000, kif ukoll hemm żieda ta' Lm55,000 fuq information services, liema żieda ma nistax nifhimha għax bażikament dawn is-services jirriflettu dak li l-ministeru jonfoq f'public relations, f' avviżi fil-gazzetti u f'affarijiet li jitellgħu fuq it- television.", "Żieda oħra li ma nifhimx hija dik ta' Lm60,000 fuq professional services - jiġifieri meta d-dipartiment jiġi biex iqabbad konsulenti bħal, per eżempju, il-Perit Buontempo li hemm ma' dan il-ministeru - u jien sinċerament ma nistax nifhem xi bżonn hemm li l-Ministru tad-Djar ikollu perit bħala konsulent.", "Għaldaqstant fl- opinjoni ta' din in-naħa, iż- żieda ta' Lm716,000 fuq dak li ntnefaq fl-1995 m'hijiex aċċettabbli fil- kontest tal-budget li ġie ppreżentat.", "Jekk imbagħad immorru għall-Vot Kapitali, li huwa proprju l-iktar parti interessanti għall-poplu Malti peress li hemmhekk wieħed għandu jsib x'se jsir ġdid u x'ideat ġodda hemm għal dan il-qasam, sfortunatament ma naraw l- ebda żieda għax meta tikkomparah mal-budget preċedenti ssib li huwa l- istess.", "Kulma hemm hija żieda ta' Lm200,000 taħt development of new areas li, bir-rispett kollu lejn dan il-Gvern, naħseb li hija xi ċajta.", "S'issa ma nafux fejn huma dawn in-new areas għajr għall-balbuljata li saret fuq dak is-sit ta' Ħaż-Żabbar fejn l-ewwel intqal li ħierġa new area u mbagħad intqal li mhu se jkun hemm xejn.", "Terġa', fl-opinjoni tiegħi, morna agħar minn hekk għaliex filwaqt li għal domanda parlamentari, il-Ministru weġibni li l-Joint Office - li jaqa' taħtu, kif jaqa' taħtu wkoll il-Housing Department - kienet qed tfittex areas li jistgħu jiġu żviluppati, imbagħad, wara li saritlu din id-domanda u wara l-balbuljata ta' Ħaż-Żabbar, rajna li l-Prim Ministru waqqaf kummissjoni biex tipprova tiddentifika dawk l- artijiet li jistgħu jiġu żviluppati.", "Dan ix-xogħol suppost kien qiegħed jagħmlu l-Joint Office.", "Mhux hekk biss, talli minkejja li għandna Ministru tad-Djar li taħtu jaqgħu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Joint Office, din il-kummissjoni se tirrapporta lill-Prim Ministru u mhux lill-Ministru tad-Djar!", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa att ta' sfiduċja sħiħa fil-Ministru Portelli għax il-Prim Ministru ma fdaħx li jwaqqaf il-kummissjoni hu kif ukoll li din tirrapporta lilu.", "Kont qed ngħid li jien m'għandix dubju li dawn il-Lm200,000 li hawn fil- budget huma numri simboliċi biex jagħtu l-impressjoni li se ssir xi ħaġa, għax lkoll nafu li anke jekk sa l-aħħar tas-sena tinstab l-art u ssir xi applikazzjoni quddiem il-Planning Authority u din ma nafx b'liema mod forsi tapprova xi skemi sa l-aħħar ta' din is-sena, xorta waħda ma naħsibx li se nkunu għamilna wisq b'Lm200,000.", "Ftit ilu f'dan il-Parlament tkellimna fuq il-Voti ta' l-Awtorita' tad- Djar.", "Jiena m'għandix l-intenzjoni li ntawwal billi nsemmi l-istess argumenti li semmejt dakinhar, pero' ż-żieda ta' Lm2 miljun fil-Vot Kapitali ta' l-Awtorita' tad-Djar, għalkemm tagħti l-impressjoni li se ssir xi ħaġa ġdida minn dan il-Gvern, fil-fatt, kif diġa' għidt f'dak id- dibattitu u kif ikkonferma anke l-Ministru permezz ta' numru ta' mistoqsijiet parlamentari, dawn iż-Lm2 miljun qegħdin biex jitlestew l- 1,354 unit mibdija mill-Gvern Nazzjonalista.", "Jiġifieri għal din is-sena l- Awtorita' m'għandha l-ebda intenzjoni li tibda xi ħaġa ġdida u allura ż-Lm2 miljun sejrin biex jitlesta - u j'Alla jitlesta! - l-programm ta' bini li kien beda l-Gvern Nazzjonalista.", "Irid jingħad ukoll - kif kont spjegajt fid-dibattitu dwar l-Awtorita' tad-Djar - li fejn fl-1996 l-Awtorita' tad- Djar għamlet profitti ta' Lm1.5 miljun, din is-sena se tispiċċa b'telf ta' Lm4.7 miljun.", "Fl-opinjoni tiegħi, b'kollox il-Gvern mhux biss se jkollu ħofra imma naħseb li anke spiera!", "Il-politika tal-Partit Laburista, li tant kienu jiftaħru biha u bl-ideat ġodda li kienu jħobbu jsemmu qabel l- elezzjoni, ikolli ngħid li f'dan il-budget ħarġet kollha mit-tieqa!", "Dan il- budget ma jirrifletti l-ebda wegħda li għamel il-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni.", "Per eżempju, kien hemm il-wegħda li l-prezzijiet tal-maisonettes li se jinbiegħu mill-Awtorita' tad-Djar se jkunu irħas, ħaġa li imkien ma ssemmiet.", "Barra minn hekk jekk tikkompara l-ammont ta' maisonettes li se jkunu lesti matul is-sena ma' l-ammont ta' flus illi qed jistenna li se jdaħħal, issib illi dawn il-maisonettes se jinbiegħu bi prezz average ta' Lm15,000 jew Lm16,000 li huwa l-istess prezz kif kienu jinbiegħu meta kien hemm il-Gvern Nazzjonalista.", "Fl-oppożizzjoni l-Partit Laburista kien jgħid li dawn il-prezzijiet ħadd ma jista' jlaħħaq magħhom għax kienu esaġerati u allura issa jidher illi l-Partit Laburista kien jgħid hekk biex sempliċement jirbaħ il-voti għax għalkemm issa jista' jagħmel reviżjoni ta' dawn il-prezzijiet, fil-fatt dan m'għamilhiex.", "Per eżempju, fejn hi l- wegħda li se jkun hemm reviżjoni tal-kirjiet?", "Sur President, lill-Ministru niftakruh igħid - dak iż-żmien kien l- ispokesman tal-Partit tiegħu dwar il-housing - illi l-kirjiet telgħu m'għola s-smewwiet u li ħadd ma jista' jlaħħaq magħhom peress li ma saritx reviżjoni ta' l-income ceilings.", "Peress li d-dħul mill-housing stock huwa l-istess, allura l-konklużjoni loġika hija li l-Gvern mhux intenzjonat li jagħmel reviżjoni tas-ceilings.", "Min-numri li għandi quddiemi, ma' toħroġ l- ebda indikazzjoni li matul is-sena d-dieħla dan il-Gvern b'xi mod se jraħħas il-kirjiet għal min għandu xi maisonette, xi flat jew dar tal- gvern.", "Din hija wegħda oħra tal-Partit Laburista li tant kien jitkellem dwarha u li spiċċat taret mar-riħ.", "X'sar minnha l-wegħda dwar is-sussidju tal-kera u ta' l-interessi?", "Fuq dan ma kienx hemm biss diskors, imma kien hemm wegħda speċifika fil- Programm Elettorali tal-Partit Laburista, pero' jekk inħarsu lejn il- budget minn dan kollu ma nsibu xejn.", "Li kellna s'issa hija l-balbuljata tal-Lohombus Corporation fejn il-Ministru qal li se jibdew id- diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tar-rati ta' l-imgħax u safejn naf jien dawn id-diskussjonijiet għadhom ma bdewx.", "Ikun tajjeb jekk illum il- Ministru jilluminana jekk dawn id-diskussjonijiet humiex se jibdew u jekk se jibdew meta se jibdew.", "Jien naħseb li kulħadd jieħu gost jekk ikun hemm xi reviżjoni tar-rati ta' l-imgħax fuq il-loans tal-Lohombus Corporation.", "Il-budget jindika li l-infiq li qed jipproġetta l-Gvern, kemm f'sussidji fuq il-kera u kemm f'sussidji fuq l-imgħaxijiet, huwa bejn wieħed u ieħor l- istess bħal tas-sena l-oħra, u allura m'hemmx indikazzjoni li l-Gvern se joħroġ iktar f'sussidji għax se jnaqqas l-interessi.", "Dan huwa budget li ma fihx inċentivi ġodda u ma fih ebda indikazzjoni ta' xi skema ġdida u għalhekk dawk il-ħafna skemi u ideat ġodda li kien isemmi l-partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni jidher li taru mar-riħ.", "F'dan il-budget m'hemm l-ebda idea ta' kif il-Gvern Laburista se jimxi matul is-sena li ġejja għax milli jidher se kompli miexi fuq il-politika li mexa biha l-Partit Nazzjonalista.", "Fil-fatt l-Awtorita' tad-Djar se tkompli tibni d-djar li kienu nbdew fi żmien il-Gvern Nazzjonalista; se jitkomplew l-iskemi ta' għajnuna li kien beda l-Gvern Nazzjonalista u l-prezzijiet tal- kirjiet u tal-bejgħ flimkien mar-rati ta' sussidji se jibgħu l-istess ukoll.", "Fi kliem ieħor, din hija kontinwazzjoni ċara tal-politika ta' Gvern Nazzjonalista, liema politika kienet ħalliet riżultati tajbin.", "Il-Ministru tad-Djar ma jagħmilx ħażin li jkompli fuq din il-politika u lanqas jagħmel ħażin jekk iħares ftit lejn ir-record li l-Gvern Nazzjonalista għandu f'dan il-qasam għax dan huwa record ta' min jiftaħar bih.", "L-ewwel u qabel kollox, aħna niftaħru li daħħalna sistema miftuħa u li hija verament trasparenti.", "Huwa tal-biki li l-Ministru Alfred Portelli jirrispondi mistoqsija parlamentari u jistqarr li \"fid-dipartiment m'hemmx record ta' allokazzjonijiet tad-djar bejn l-1971 u l-1987.\"", "Din kienet domanda li saret minn membru tan-naħa tal-Gvern.", "Hija ħaġa ta' mistħija wkoll li ma jeżistux records ta' min ibbenefika minn xi skema bejn l-1976 u l-1987.", "Pero' din hija wkoll indikazzjoni għaliex ma jeżistux u naħseb li kulħadd jista' jiġbed il-konklużjoni tiegħu għaliex ma jeżistux dawn ir- records.", "Kuntrarju ta' dan aħna niftaħru li fl-Awtorita' tad-Djar daħħalna sistema li hija totalment miftuħa, fejn mhux biss id-djar jingħataw bil-punti, imma fejn kulħadd jista' jeżamina l-files u anke jappella biex jara l-proċess.", "Naħseb li din hija sistema tajba u li taqbel għal kulħadd u għalhekk nappella lill-Ministru biex jestendi din is-sistema għad-dipartiment ukoll.", "Bir-rispett kollu ngħid, illi din in-naħa ma taqbilx mar-risposti burokratiċi li ngħataw mid-dipartiment dwar il-pubblikazzjoni tal-punti ta' min japplika mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "Fl-opinjoni tiegħi, ir-risposti li ngħataw huma biss risposti biex ikun hemm delay fl- implimentazzjoni tas-sistema tal-pubblikazzjoni tal-punti li kienet ġiet deċiża mill-ministru ta' qabel.", "Ikun jaqbel għal kulħadd, kemm għall- politiċi, kemm għad-dipartiment u wisq iktar għal min ikun applika, illi kulħadd ikun jaf kemm għandu punti ħalli b'hekk kulħadd ikun jaf fejn qiegħed.", "Dan ikun jaqbel ukoll għall-Ministru stess għax b'hekk in-nies jibdew jirrealizzaw id-diffikultajiet li jiltaqa' magħhom dan il-ministeru għax dawn mhux każi li xi ħadd japplika, iġib tant punti u bilfors irid jinqeda, qisu teżisti il-problema tiegħu biss.", "Fl-opinjoni tiegħi, ir- risposti li ngħataw s'issa dwar id-diffikulta' li qed isib id-Dipartiment tad-Djar biex jippubblika l-punti qabel ma jsiru l-ispezzjonijiet kollha huma kollha skużi.", "Jekk naħsbu xi darba li se jsiru l-ispezzjonijiet kollha naħseb li se naslu fl-anno mai għax id-dipartiment għandu għaxar snin oħra biex jagħmel l-ispezzjonijiet kollha.", "Is-sistema hi dik li malli xi ħadd japplika jidħol fuq il-computer database u jingħata punti li jridu jiġu verifikati u allura l-Gvern jippubblika l-punti subject to verification.", "Dan huwa dejjem pass 'il quddiem milli noqogħdu ngħidu li rridu nagħmlu l-verifications ta' kulħadd meta nafu li rridu għaxar snin oħra biex nagħmlu dawn il-verifications kollha, speċjalment bin-nuqqas ta' staff li għandu d-dipartiment - skond l-Estimi stess.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-sistema hija ħażina u din kienet waslet biex tinbidel fl-aħħar ta' l- Amministrazzjoni Nazzjonalista u għalhekk ninkoraġġixxi lill-Ministru biex jieħu deċiżjoni politika tajba u jippubblika dawn il-punti.", "Is-sistema li daħħal il-Partit Nazzjonalista hija aktar miftuħa wkoll peress li fl- allokazzjonijiet m'għadux jiffirmahom biss il-Ministru, kif kien ikun qabel, imma llum l-ewwel jiffirma d-Direttur tas-Social Housing, imbagħad jiffirma l-Ministru u hawnhekk nispera li din is-sistema tibqa' tiġi adottata.", "Irrid ngħid ukoll li bejn id-djar u l-maisonettes li ngħataw mill- Awtorita' tad-Djar kif ukoll bl-allokazzjonijiet li saru mid-dipartiment, il-Gvern Nazzjonalista qassam bejn wieħed u ieħor 7,250 dar, average ta' 80 dar, flat jew maisonette fix-xahar u barra minn hekk ħalla 1,350 unit li jinsabu f'diversi stadji ta' kostruzzjoni.", "Kellna wkoll il-proġett ta' Pembroke li wara ħafna taħbit, imbuttar, ġlied u diskussjonijiet, fl-aħħar il-Planning Authority approvatu biex issa, mir-risposti għad-domandi parlamentari, qed niskopru li se jsir xi review dwar dan il-proġett u x'inhu eżatt li qiegħed jiġi reviewed ma nafux għax kulħadd qed jagħti risposti differenti.", "Minn dak li nista' nifhem jien mid-diversi tweġibiet għad-domandi parlamentari li saru - uħud minnhom għamilthom jien - dak li probabbilment qed jiġi reviewed huwa il-business park.", "Bir-record li għandha l-Planning Authority dwar kemm tapprova l- affarijiet malajr, il-probabbilta' hi li jekk il-Gvern se joqgħod jittratjeni fuq il-proġett ta' Pembroke, anke hawnhekk se naslu nell'anno mai.", "Dan huwa proġett uniku, fis-sens li fil-limiti li hemm fil-pjan ta' l- iżvilupp din hija l-ikbar medda art fejn verament tista' tagħmel xi ħaġa għas-social housing u fil-fatt dan il-proġett kellu jipprovdi bejn 600 u 700 housing unit.", "Irid jingħad ukoll li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista ibbenefikaw 15,059 persuna u tħallsu Lm10.5 miljun f'benefiċċji konnessi ma' skemi tal-housing fil-perjodu 1987 sa l-1996.", "Ma naħsibx li dan huwa record li għandu jiġi skartat.", "Sfortunatament dan ir-record ma nistgħux nikkomparawh għax skond il-Ministru stess ma jeżistu ebda records ta' kemm tqassmu djar - apparti l- mod kif tqassmu, kemm kien hemm skemi, kemm tħallsu flus f'għajnuna u kemm ibbenefikaw nies - fi żmien il-Gvern Soċjalista preċedenti.", "Jiena ċert li dan il-Gvern huwa differenti minn ta' qablu għax se jżomm ir-records u jien nawguralu li jkompli fuq din it-triq.", "Jien naħseb li ż-żewġ naħat irridu nsolvu din il-problema u għalhekk m'għandniex noqogħdu niġġieldu, anzi l- aħjar ħaġa li għandna nagħmlu hija li nikkompetu min jagħmel l-aktar għax dak ikun ta' benefiċċju għall-poplu tagħna.", "Sur President fl-aħħar xhur li għamilna fil-gvern aħna konna bdejna inħajruh lill-privat biex jipparteċipa iktar fit-tfittxija għas- soluzzjonijiet għall-problema tal-housing.", "Fil-fatt ħaġa li naħseb tibqa' tissemma fir-record tagħna hija meta aħna kellna l-kuraġġ inneħħu l-liġi li tirrigwarda r-requisition, liġi li tant ġiet użata u abbużata, u li b'hekk bdejna proċess ta' tneħħija ta' eluf u eluf kbar ta' requisitions.", "Il-Gvern preċedenti kellu l-kuraġġ jemenda l-liġi tirrigwarda l-kera, almenu f'dawk li huma kirjiet ġodda li saru minn wara l-liġi.", "Jien għadni m'iniex ċar fuq x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Laburista f'dan ir-rigward.", "Kulma nafu s'issa huwa li l-Gvern ta assigurazzjoni li mhux se jerġa' jdaħħal il-liġi li tirrigwarda r-requisitions - ikun tajjeb jekk jagħmel hekk - pero' għad m'hemm xejn ċar dwar x'se jsir mill-liġi li tirrigwarda l- kera.", "Hawn ta' min jgħid li f'risposta għal waħda mid-domandi parlamentari li saru dan l-aħħar, il-Ministru qal li jidher li l-inċentivi jew l-emenda li għamilna f'dan ir-rigward ma tantx ħolqu kirjiet ġodda u hawnhekk jien nasal biex naqbel miegħu.", "Pero' nixtieq inkun naf jekk dan il-fatt iwassalx għall-konklużjoni li allura l-Gvern issa jrid jabolixxi dik l-emenda u jmur lura għas-sitwazzjoni preċedenti, jew inkella huwiex il- ħsieb tiegħu - kif naqbel li għandu jkun - li jevolvi fuq dak il-ħsieb u jaħdem iktar biex jara kif se jinċentiva aktar.", "Sur President, kif kien jidher ċar fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, din in-naħa ma temminx u ma tifhimx li s-soluzzjonijiet f'dan il-qasam jiġu biss mill-Gvern.", "Aħna ngħidu li jekk il-Gvern mhux se jirnexxielu jinċentiva, jivvinta u jaħseb fi skemi biex jinvolvi mhux biss lis-sidien privati ta' postijiet vojta imma wkoll lill-intraprendituri u lin-negozjanti privati biex dawn joffru xi soluzzjonijiet, mhux se jkun possibbli li xi darba naslu viċin, anke għal soluzzjoni parzjali.", "Fil- fatt, bħala eżempju biżżejjed insemmu lill-Belt Valletta - minn fejn niġi jien - fejn Alla jbierek għandna record ta' problemi għal dak li għandu x'jaqsam ma' housing.", "Sur President, nista' ngħid li mill-4,690 applikazzjoni li hemm pendenti 10%, jiġifieri l-ikbar numru, ġejjin mill-Belt.", "Jekk naraw kif jiġu kklassifikati l-applikazzjonijiet insibu li l-Belt Valletta għandha r- record f'kull waħda minnhom ħlief fi tlieta.", "Per eżempju, il-Belt Valletta għandha l-ogħla persentaġġ, ċioe' 16%, ta' proprjeta' meqjusa bħala dangerous structure; għandna l-ogħla persentaġġ, jiġifieri 12%, bħala proprjeta' substandard; għandna l-ogħla persentaġġ, 8%, bħala sharing; għandna l-ogħla persentaġġ, 11%, ta' każi ta' health reasons; għandna l- ogħla persentaġġ, 10%, ta' single mothers; għandna l-ogħla persentaġġ, 10%, ta' nies li għandhom 'il fuq minn 60 sena; u għandna l-ogħla persentaġġ, 10%, ta' single parents Il-Belt Valletta tiġi kklassifikata t-tieni biss fil-persentaġġ ta' nies li jridu jbiddlu l-proprjeta' tagħhom u fil- persentaġġ ta' nies li huma separati jew li huma għarajjes u mbagħad terġa' tiġi l-ewwel fejn jidħlu xogħlijiet pendenti li għad iridu jsiru fuq bini tal-gvern.", "Issa għaliex qed insemmi l-Belt?", "Qed insemmi l-Belt għaliex, fl-opinjoni tiegħi, dan huwa każ tipiku fejn jekk se tibqa' miexi fuq il-metodi l-antiki qatt m'inti se tara soluzzjonijiet għall-problemi.", "Diversi drabi staqsejna lill-Ministru fuq il-proġetti li għandu għall-Belt u hawnhekk jiena nifhem li kull ministeru - inkluż meta kien hemm l-ex-Ministru Ċensu Galea - huwa ristrett dwar x'jista' jagħmel fil-Belt, għax inti ma tistax taqbad u tibni xi maisonettes, jew taqbad u twaqqa' kulma hawn u terġa' tibni l-flats.", "Fil- Belt inti ristrett ħafna iktar minn kull post ieħor u għalhekk f'dan il-każ tipiku jew se nadottaw new thinking jew inkella m'aħna se nsolvu xejn.", "Nafu, per eżempju, li hemm 140 ruħ mill-Belt li applikaw for health reasons jew minħabba raġuni ta' eta' avvanzata; u jiena konvint li jekk nibqgħu għaddejjin bis-sistemi tal-lum sa ħames snin oħra ma nsolvux il-problema ta' 40 minnhom.", "Bażikament dawn għandhom it-taraġ u minħabba raġunijiet ta' saħħa, għaliex ikunu xjaħu, jew għal raġuni jew oħra, ikunu jridu xi post ground floor.", "Pero', mid-diversi domandi li sarulu, il-Ministru kkonferma li mhux biss m'hemmx proġetti għall-Belt, talli l-uniku proġett li kien hemm, jiġifieri l-proġett ta' Triq San Nikola ma' Strada Sant'Ursula, ilu ħafna mwaħħal minħabba problemi ma' residenti f'postijiet privati u anke ma' l-istess awtorita'.", "Fi kliem sempliċi, meta dawn il-140 ruħ li għandhom problema ta' taraġ xi darba se jmorru f'post bla taraġ, naħseb li la naf jien u lanqas jaf il-Ministru.", "Irrid ngħid li din hija sintomu ta' xi ħaġa li qed tidher f'ħafna postijiet, oħra fis-sens li l- gvern qatt m'hu se jkollu flus biżżejjed biex isolvi l-problema bil-metodi tradizzjonali u għalhekk jekk mhux se nimbarkaw fuq sistemi ġodda għal soluzzjonijiet ġodda naħseb li qatt m'aħna se naslu.", "Għalxejn lil dak l- individwu li għalaq 60 sena jew li tah attakk f'qalbu u allura jixtieq post ground floor noqogħdu ngħidulu li jrid jistenna sakemm nibnu għaliex dan se jkun nell'anno mai!", "Hawnhekk jien ma naqbilx ma' risposta li ta l-Ministru dwar x'inhi l- politika ta' l-Awtorita' tad-Djar fuq il-lifts f'postijiet privati fejn l- Onor. Portelli kien qal, forsi ġustament, li l-awtorita' l-ewwel trid taħseb fuq l-istallazzjoni tal-lifts fil-postijiet tagħha stess.", "Normalment huwa s-sid li jirraġuna hekk, pero' ma naħsibx li għandha tirraġuna hekk enti li qegħda hemmhekk għal skop soċjali.", "Jekk int tara x'domandi għandek min-nies għall-health reasons jew minn nies ta' fuq is-60 sena, allura l-unika soluzzjoni li tista' toffrilhom ma tikkonsistix f'illi tibni appartamenti bil-waħdiet at ground floor level fil-blokki l-ġodda, imma s-soluzzjoni hija li inti tinċentiva sabiex tistalla l-lifts jew inkella ċ-chair lifts.", "Nerġa' ngħid, li jekk nibqgħu għaddejjin bl-idea li l-uniku metodu biex insolvu l-problema ta' kull min japplika hija billi nagħtuh maisonette jew flat ġdid, naħseb li lkoll inkunu qegħdin noħolmu.", "Il-Ministru stess jaf li d-dipartiment, separatament mill-Awtorita' tad- Djar, m'għandux djar xi jqassam.", "Biżżejjed ngħid li l-proprjeta' li tqassmet mid-Dipartiment tad-Djar kienet ta' madwar 200 jew 250 fis-sena.", "Proprjament dawn il-postijiet qegħdin hemm għal min l-iktar huwa fil-bżonn bħal, per eżempju, għal min is-saqaf kważi qed jaqa' fuq rasu jew inkella għal min huwa homeless.", "Jekk verament irridu nsolvu in the long term il-problemi ta' ħafna nies, li minħabba problemi ta' saħħa, minħabba problemi ta' taraġ u minħabba problemi oħra jridu jbiddlu l-proprjeta' tagħhom, m'aħniex se naslu jekk nibqgħu nużaw il- metodu l-antik, jiġifieri billi nibnu bini ġdid.", "Fil-programm elettorali tagħna aħna għidna li rridu nidħlu sħab mal- privat biex ma nibnux sempliċement blokk ta' flats jew housing estate, imma niżviluppaw postijiet eżistenti f'multi-purpose housing u b'hekk ma jidħolx il-konċett li mill-ground floor sa fuq nett ikun bilfors kollu flats.", "Il- privat mhux se jidħol miegħek sempliċement billi inti tikkuntrattah biex jibni flat.", "Aħna rridu li l-privat jidħol mal-gvern biex dan jieħu return minnu, mhux biss bħala kuntrattur tal-bini imma anke bħala negozjant.", "Hemm bżonn li dan nagħmluh, speċjalment fil-Belt, fil-Kottonera, fil-Furjana, fil-Ħamrun u f'Ħal Qormi, fejn l-areas li jistgħu jiġu żviluppati huma limitati u allura hawnhekk m'aħniex se nsibu dik il-medda kbira ta' art li wieħed jista' jiżviluppa.", "Aħna rridu niżviluppaw b'mod intelliġenti, kif wara kollox sar barra minn Malta, għax aħna hawn m'aħniex reinventing the wheel imma qed naraw x'ġara barra minn Malta u qed nipprovaw napplikawh għalina b'mod li jagħmel sens.", "Jekk ma nutilizzawx u ma niżviluppawx b'mod intelliġenti il-housing stock eżistenti allura din il-problema se tibqa' ma' saqajna.", "Sur President, il-Ministru stess diġa' tana indikazzjoni x'għandu available il-gvern mill-proprjeta' kollha li mill-Knisja ġiet għand il- Joint Office għax in-numru ta' djar residenzjali bil-kera huwa ta' 23 u dan in-numru m'hu se jsolvi l-ebda problema.", "Id-Dipartiment tad-Djar f'Ottubrukellu biss 18-il dar abitabbli u allura meta naraw kemm għandna applikazzjonijiet insibu li hawn qed nitkellmu fuq stock insinifikanti għall-aħħar.", "Fil-fatt l-applikazzjonijiet se jibqgħu jiżdiedu u jekk naħsbu li se jonqsu nkunu qed nagħmlu target li żgur se jmur żmerċ.", "Il- Ministru hawn irid joqgħod attent li minħabba l-argumentazzjoni politika ma noqogħdux nagħmlu targets li wara kollox m'humiex achievable u jekk nagħmlu hekk dan ikun żball li ma tagħmel tajjeb lil ħadd.", "Huwa importanti li jifhem li jekk mhux se jimbarka fuq ideat u metodi ġodda il-Gvern huwa destinat li jfalli.", "Qed ngħid dan biex imbagħad il-Gvern Laburista ma jiġix jgħid li hu kompla jibni fuq il-politika tal-Partit Nazzjonalista għax b'hekk ħaseb li se jsolvi l-problemi li ġew ma' wiċċu.", "L-appell ta' din in-naħa huwa proprju li hemm bżonn u huwa essenzjali li jkun hemm ideat u metodi ġodda għax jekk ma nagħmlux hekk se jkollna problemi kbar f'postijiet bħall-Belt, il-Kottonera, Ħal Qormi u l-Ħamrun, għax m'hemmx wisq fejn tkompli żżid.", "GĦalhekk, jekk mhux se jkollna riġenerazzjoni tal-postijiet li qegħdin fil-qalba tar-raħal u tat-town centre se nispiċċaw li dawn ikunu postijiet mejtin għax ikunu inutilizzati.", "Biex dan li qed nissuġġerixxi jkun jista' jsir il-Gvern irid ikollu fiduċja fil-privat u jispira din il-fiduċja billi jidħol miegħu fl-iżvilupp li jkun qed isir.", "Kif għidt diġa', aħna ma nistgħux nibqgħu nużaw il- metodi l-antiki ta' żvilupp li, biex b'mod immedjat naqdu l-bżonn ta' akkomodazzjoni, nibnu blokk ta' flats f'nofs x'imkien u neqirdu l-ambjent.", "Aħna rridu nkunu intelliġenti biżżejjed biex nużaw l-ideat tajbin ta' dawk li huma kapaċi għal dan it-tip ta' żvilupp biex flimkien nattakkaw b'mod effettiv din il-problema tal-housing.", "Sur President, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li l- Ministru jrid jifhem li ma jistax ikun dommatiku fuq dawn l-affarijiet imma jrid jikkonsulta u jrid jinvolvi ħafna nies biex niżviluppaw dan il-qasam.", "Jekk dan il-budget huwa indikazzjoni ta' l-ideat li għandu quddiemu l-Gvern Laburista allura jiddispjaċini ngħid li resqin għal delużjoni kbira għax dan huwa budget mingħajr ideat.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (L-Onor.", "Anġlu Farrugia): Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Chairman, bħala turija tan-nuqqas ta' viżjoni ta' kif il-Gvern preżenti qed jipprova jsolvi l-problema tal-housing u tal- Joint Office, qegħdin inressqu mozzjoni biex il-paga tal-Ministru tonqos b'Lm1.", "GĦalkemm għaddew 110 ijiem mid-data ta' l-elezzjoni, u minkejja li l-Ministru Portelli sab Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali organizzat, Awtorita' tad-Djar għaddejja bi proġetti konkreti u Joint Office li kien diġa' ħareġ l-ewwel skemi ta' fidi ta' ċnus u xiri ta' residenzi mikrija, jirriżulta li prattikament il-Ministru għadu fejn kien fid-29 t'Ottubru meta ngħata l-ġurament tal-ħatra.", "Meta konna qed nitkellmu fuq il-budget ta' l-Awtorita' tad-Djar, f'diskorsi studjati u elaborati li għamel f'din il-Kamra, il-Ministru kien tenna li l-Gvern Nazzjonalista f'dan il-kamp ħalla ħofra ta' madwar 5,000 applikazzjoni għal residenza alternattiva.", "Pero' l-Ministru hawnhekk kull darba qed jinsa li l-Gvern Nazzjonalista kien diġa' sab one-fifth tas-soluzzjoni għal din il- problema billi kien qed jibni 1,354 unit ġdid.", "GĦalhekk meta tela' Gvern Laburista diġa' kellu 20% jew iżjed ta' din il-problema solvuta, sodda oħra mifruxa u lesta li l-Gvern Nazzjonalista ħalla f'Ottubru ta' l-1996 b'riżq il-poplu Malti.", "Sur President, issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-Joint Office jiġifieri dak l-uffiċċju li huwa nkarigat sabiex jamministra madwar 30,000 biċċa ta' proprjeta' li kienu ġew mixtrija mill-Gvern mingħand l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi.", "Bażikament dawn jikkonsistu f'artijiet vojta jew fi djar mikrija jew mogħtija b'ċens temporanju jew inkella perpetwu.", "Nispera li llum il-Ministru julluminana xi ftit fuq x'qiegħed jagħmel hawnhekk.", "Nitolbu jara jekk tlestewx l-istudji jew ir-rapporti li suppost kellhom jagħmlu għax għar-rapporti u għall-istudji dawn m'hawnx bħalhom!", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru li peress li kienet saret kritika - tajba jew ħażina - fuq l-ammonti mitluba fi skemi li kienu ħarġu għall-fidi ta' ċens mill-Joint Office, hemmx xi proposti ġodda f'dan ir-rigward!", "Gvern Nazzjonalista f'Lulju li għadda kien ħareġ skema sabiex min joqgħod f'dar li hija mikrija mingħand il-Kurja seta' jixtri dik id-dar b'kapitalizzazzjoni ta' 1% tal-prezz.", "GĦal min joqgħod f'dar b'ċens temporanju jew ċens perpetwu rivedibbli kien hemm id-diversi skemi ta' kif sa l-aħħar tas-sena li għaddiet wieħed seta' japplika biex ikun jista' jifdi dan iċ-ċens u b'hekk id-dar tiġih libera u franka.", "Veru li meta wieħed kien jaħdem iċ-ċens xi figuri kienu jiġu xi ftit esaġerati, pero' s'issa għadna ma smajniex b'xi proposti ġodda.", "Fir-risposti li ta għad- domandi parlamentari, il-Ministru qal li qiegħed jistudja imma l-istess għad m'hemm xejn.", "Fuq il-famużi territorji jew artijiet lli kellhom jintagħżlu sabiex jingħataw bħala plots jew inkella fuqhom jinbnew djar, flats u maisonettes għall-poplu m'hemm xejn lanqas, oltre dak li diġa' semma l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Austin Gatt, ċioe' dak il-każ ta' Ħaż-Żabbar li ġie rtirat.", "Ma nafx kif daħal Ħaż-Żabbar dik id-darba!", "GĦażel xi art x'imkien ieħor fejn se jagħti plots jew jibni?", "X'beħsiebu jagħmel il-Gvern?", "Sejjer iqassam il- plots?", "Jibni djar, maisonettes jew forsi flats ta' 10 jew 12-il sular?", "X'se jagħmel f'dan ir-rigward biex jgħin lil dawk li m'għandhomx fejn joqogħdu?", "Hemm xi pjanti lesti?", "Hemm applikazzjonijiet ma' l-Awtorita' tad-Djar?", "Jew inkella mill-elezzjoni sal-lum ma saret l-ebda applikazzjoni ġdida?", "Ma sar xejn minn dan?", "Suppost l-istudji saru għax jekk nibqgħu nistudjaw il-ħofra dalwaqt se ssir barriera!", "Kemm mill-proprjetajiet li ħadet f'idejha l-Joint Office ġew reġistrati mal-Lands Registrar mill-1 ta' Novembru 'l hawn?", "Sur President, skond il-kuntratt li hemm bejn il-Gvern u l-enti Ekklesjatiċi, il-Gvern kien ħa responsabbilta' li jirreġistra l-proprjeta' kollha, kemm dik li nżammet mill-Knisja kif ukoll dik li nbiegħet mill- Gvern.", "Pero' jiena nerġa' nistaqsi: Kemm hu l-proporzjon tal-proprjeta' li ġiet irreġistrata mill-1 ta' Novembru 'l hawn?", "Mhux qed nirriferi għal dawk il-proprjetajiet fejn il-paperwork kien diġa' lest fid-data ta' l- elezzjoni, pero' qed nirriferi għal dawk il-proprjetajiet li x-xogħol biex jiġu reġistrati nbeda wara l-elezzjoni.", "Jekk dan ix-xogħol qiegħed isir, għandu jsir b'aktar ħeffa.", "Minkejja li għalqet l-iskema, fejn skond ma qalulna madwar 1,200 jew 1,300 applikaw sabiex jifdu ċ-ċens jew jixtri l- proprjeta', il-kuntratti fuq dawn il-proprjetajiet ma jistgħux isiru qabel jiġu rreġistrati.", "Aħna lkoll nafu illi jekk proprjeta' qegħda f'aerea ta' reġistrazzjoni din trid tiġi rreġistrata għand il-gvern u tidher fil- Gazzetta tal-Gvern - fejn il-gvern jinforma lill-poplu li saret talba ta' reġistrazzjoni mill-Awtorita' tad-Djar jew mill-Joint Office sabiex din tiġi reġistrata f'isem il-gvern qabel ma r-Reġistratur ta' l-Artijiet jagħti permess biex isir it-trasferiment ta' dik il-proprjeta' X'qiegħed isir f'dan ir-rigward?", "Minn dawn hemm 30,000 biċċa proprjeta', pero' sal- lum ġew reġistrati inqas minn 10%.", "Barra minn hekk fl-aħħar tliet xhur ix- xogħol kompla jonqos għaliex wieħed mill-avukati li kien hemm fil-Joint Office ħa l-warrant ta' nutur u mar għal rasu.", "X'insibu fil-budget dwar dan?", "Hemm allokazzjoni f'dan il-budget biex l-avukati jew in-nutura jkunu jistgħu jirreġistraw din il-proprjeta' f'isem il-Gvern?", "Din id-domanda diġa' għamilniha wkoll lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni rigward il-proprjeta' tal-gvern li qiegħda f'idejn il-Land Department.", "Jiena ngħid li lardarba l-Joint Office qiegħed jamministra proprjeta' tal- gvern dan qisu a land department ieħor u allura dak kollu li japplika għal- Lands għandu japplika wkoll għall-Joint Office.", "Mr Chairman, minkejja li qed jintbagħtu ittri lin-nies biex jagħmlu l- kuntratt - jew se jintbagħtulhom f'qasir żmien - wara li kienu applikaw sabiex jixtru l-post li qegħdin jokkupaw b'kera jew b'ċens, huwa fatt li dawn il-kuntratti ma jistgħux jiġu pubblikati.", "Jiena ngħid li aħjar lin- nies jgħidulhom li baqa' sitt xhur biex il-proprjeta' tiġi reġistrata u mbagħad jgħidulhom jagħmlu l-kuntratt, milli joqogħdu jintbagħtulhom ħafna ittri mill-Joint Office biex imbagħad jirriżulta li dan ma jistax isir minħabba l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet u, iżjed u iżjed, għaliex il-Gvern għad irid jagħmel id-dover tiegħu billi jirreġistra dawk il-proprjetajiet li xtara mingħand l-awtoritajiet ekkleżjastiċi.", "Mr Chairman, ta' min jgħid li l-Gvern għandu l-flus biex jirreġistra dawn l-artijiet għaliex ma' kull applikazzjoni li saret, tħallset Lm100.", "Minbarra dan, lil kull applikant ingħatatlu pjanta tal-proprjeta', fuq stationery maħruġa mill-istess uffiċċju, u allura kulma għandu jagħmel il- Gvern issa huwa li jippreżenta dik il-pjanta flimkien mat-titolu biex b'hekk dik il-proprjeta' tkun tista' tiġi rreġistrata.", "Pero' meta se jsir dan il-proċess Alla biss jaf għax nista' nassigura lill-Kamra li minn Jannar 'il hawn, jiġifieri minn meta għalqu dawn l-applikazzjonijiet, bilkemm saru 100 applikazzjoni f'isem il-Gvern - dejjem skond il-Gazzetta tal-Gvern - biex tiġi reġistrata proprjeta' li se tinxtara mill-poplu skond din l-iskema.", "Dwar il-Joint Office irrid ngħid ukoll li ċertu xogħol għandu jsir b'aktar sens komun u ċerti proċeduri hemm bżonn li jiġu riveduti.", "Per eżempju, għaliex qabel ma jdawru l-kera f'isem l-armla ta' individwu li kellu post mikri għandu mingħand il-Joint Office, minkejja li hi turi ċ- ċertifikati xorta tintalab tieħu l-ġurament li kienet toqgħod mar-raġel tagħha jew li r-raġel tagħha kien joqgħod magħha?", "Qed naslu f'assurdita' li kull min hemm hemm ġew jaqbad u jagħmel regolamenti ġodda kif jidhirlu hu.", "Dan ix-xogħol jista' jsir sempliċement billi l-uffiċjal li qed jirċievi l- ħlas jiftah ir-reġistru elettorali, jara li dan effettivament qiegħed reġistrat hemmhekk u li fil-ġurnata tal-mewt kien joqgħod mal-persuna l- mejta f'dik il-proprjeta'.", "Dan xogħol żejjed u din sikkatura żejda u b'daqqa ta' pinna l-Ministru jista' jiggwida aħjar lil dawn in-nies dwar x'għandhom jagħmlu.", "Sur President, jista' l-Ministru jinformana x'passi qed jieħu l-Joint Office sabiex jiġu rikonoxxuti minnufih nies li llum jaħdmu raba' imqabbla għand il-familja?", "Il-Joint Office qed jgħid li, minkejja xi ftehim li jsir bejn l-eredi, jinsab lest biss li jirrikonoxxi lil dawk in-nies li kienu joqogħdu mal-ġenituri fid-data tal-mewt.", "Jekk l-eredi ftiehmu bħala aħwa li dawn jaqsmu r-raba' u l-qbiela bejniethom, allura l-ebda skirvan f'ebda uffiċċju m'għandu jiddeċiedi mod ieħor.", "Sakemm hemm il-ftehim, u jekk dawn kollha kienu eredi ta' missierhom, m'għandhomx għalfejn il-qbiela jdawruha fuq persuna waħda għad-detriment ta' l-eredi kollha nvoluti.", "Din ma tagħmilx sens fiha nnifisha u jekk sar żball qabel issa għandu jiġi kkorreġut darba għal dejjem.", "Jista' l-Ministru jinformana wkoll għaliex matul dawn l-aħħar tlieta jew erba' xhur min qed iħallas lill-Joint Office bil-posta mhux qed jirċievi riċevuta?", "Hemm xi backlog kbir ta' riċevuti?", "Veru li forsi kienu mħabbtin bl-applikazzjonijiet ta' min irid jifdi l-proprjeta', pero' se jkun hemm iżjed ħela ta' ħin jekk dawn se jkollhom ċekkijiet li issa jridu joqgħodu jerġgħu jibagħtuhom lura biex jiġu redated biex jissarfu għax ikun għadda ż- żmien minn fuqhom.", "Jista' l-Ministru jinformana għaliex taħt dik li hija suppost tmexxija Laburista moderna, meta suppost li kollox kellu jimxu fuq ir-rubini, m'humiex qegħdin jibagħtu avviżi ta' ħlas?", "Il-Kurja kienet tibgħat avviżi ta' ħlas lil kulħadd.", "Ma jistax ikun li bniedem imur hemmhekk fi queue minn hawn sal-bieb ta' barra, joqgħod jistenna sagħtejn u tlieta biex iħallas u mbagħad, x'ħin jiġi quddiem l-iskrivan, jinstab żball minħabba xi teknikalita' jew oħra.", "Jekk il-Joint Office għandha ftehim li l-Kurja kellha tagħtiha informazzjoni fuq il-proprjetajiet, għaliex ma ntalabx id- diskett rilevanti ħalli jkunu jistgħu jibagħtu għan-nies biex iħallsu?", "Dan qed iwassal għal nuqqas ta' ħlas u allura għal nuqqas fl-erarju tal-Joint Office.", "Nafu wkoll li l-Joint Office tamministra ammont sostanzjali ta' proprjeta' mikrija, jiġifieri kemm f'volum kif ukoll fi flus, kieku dawn ikollhom jinġabru.", "Mr Chairman, mill-elezzjoni sal-lum għaddew 110 ġurnata u jekk huwa minnu li l-Ministru sab ħofra, huwa evidenti li la tispiċċa din it-tmexxija aħna se nsibu barriera kbira u fonda li tkun tirrikjedi ħafna u ħafna xogħol, tfassil, tbatija u uġigħ ta' daħar għall-poplu Malti!", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, għal darba oħra qed niddiskutu l-budget tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u tal-Ministeru tad-Djar.", "Din is-sena dan il-ministeru għandu miegħu wkoll l-amministrazzjoni tal-Joint Office.", "Jekk wieħed iħares lejn risposta li ngħatat illum għall-mistoqsija parlamentari Nru. 600 isib li f'din il-mistoqsija l-Ministru tad-Djar għamel riferenza għall-problemi li sab fit-28 ta' Ottubru meta ħa l- ġurament bħala ministru responsabbli minn dan il-qasam.", "Hawnhekk ta indikazzjoni ta' x'kienu l-problemi u d-diffikultajiet li sab dak inhar u naturalment fit-tliet xhur li għaddew il-Ministru pprova jsolvihom.", "L- Onor. Alfred Portelli mhux biss irid jagħraf dawn id-diffikultajiet soċjali imma jrid jagħraf ukoll fejn qegħdin u kif dawn jinbidlu matul is-snin.", "Qed ngħid dan, għaliex fis-snin li għaddew Gvern Nazzjonalista għaraf it- bidliet li kienu qed iseħħu fil-qasam soċjali u ra l-metodi li kienu qed jintużaw qabel - jekk fil-passat kien hemm metodi, għaliex kultant ikolli dubji kbar jekk kienx hemm! - u aġġornahom jew bidilhom.", "Gvern Nazzjonalista għaraf is-sinjali taż-żmenijiet għax b'hekk biss seta' jħares lejn dan is-settur mill-aspett soċjali.", "Jien hawn nixtieq nagħmel riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari li wieġeb l-Onor.", "Portelli - l-istess mistoqsijiet parlamentari li diġa' għamel riferenza għalihom il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Austin Gatt - bin- numri 998, 1001 u 1002.", "Bl-iktar mod ċar il-Ministru responsabbli mid- djar illum qalilna li fl-1987 min kien qed imexxi d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali, l-Awtorita' tad-Djar u s-setturi kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-ministeru ma kellux informazzjoni li fuqha seta' jaħdem u jippjana.", "Lill-Ministru Portelli nista' ngħidlu li s- sitwazzjoni li sab hu meta ħa l-ġurament hija għal kollox differenti, għax minkejja d-diffikultajiet kollha u minkejja l-fatt li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti minn 4,600 tela' għal xi 5,000 matul dawn l- aħħar tlett xhur, il-Ministeru tad-Djar illum jista' jara x'kienet il- pożizzjoni fit-28 ta' Ottubru ta' l-1996 f'kull settur.", "Jien xorta ngħid li dan huwa settur fejn inutli toqgħod tgħid kemm għamilt jien jew kemm m'għamilx ħaddieħor, imma li trid tagħmel huwa li tagħraf id-diffikultajiet soċjali u ssib metodi ġodda sabiex tipprova tegħlibhom.", "Ċertament li jekk inħarsu lejn ix-xogħol amministrattiv tad-dipartimenti li hemm fi ħdan il- ministeru nsibu li sa ftit ġimgħat ilu dan kellu l-informazzjoni kollha neċessarja li liberament jista' jibbaża fuqha.", "F'dan il-Parlament u fil-ġurnali kemm-il darba smajna u qrajna li l- Gvern Nazzjonalista ma għamel xejn għar-rigward ta' maintenance f'proprjeta' tal-gvern.", "Forsi aħna lkoll ninsew li l-ewwel darba li twaqqaf dipartiment speċifikament għal dan il-għan kien fl-1992 u kien proprju wara t-twaqqif ta' dan id-dipartiment taħt il-ministeru responsabbli mid-djar li saru r-regoli dwar kif jistgħu jiġu moqdija dawk il-persuni li joqogħdu f'postijiet tal-gvern li jenħtieġu tiswija.", "Kontrarjament għal dak li jintqal, kien proprju f'dawn il-ħames snin li għaddew li għall-ewwel darba kien hemm Vot relattivament qawwi għal dan il- għan.", "Jiena ċert li l-Ministru tal-lum qed jagħraf il-problemi u qed jirsisti mal-ministri l-oħra sħabu biex jieħu x-share tiegħu mill-kaxxa tal- pajjiż.", "Dan il-Vot kien żdied minn Lm20,000 għal Lm0.5 miljun fis-sena u allura b'din is-somma d-Dipartiment tat-Tiswija u Bini - li qabel kien parti mill-Public Works Department u li mill-1 ta' Jannar 1996 'l hawn qed jifforma parti mill-Ministeru tad-Djar - seta' jilqa' t-talbiet ta' l- inkwilini f'postijiet li jenħtieġu tiswija.", "Skond il-policy uffiċjali mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra wieħed seta' anke jara liema każijiet jikkwalifikaw.", "Hawnhekk wieħed jista' jistaqsi: Imma b'daqshekk x'għamilna?", "Mr Chairman, f'dawn il-ħames snin li għaddew kellna 10,881 talba minn persuni biex ikollhom il-post tagħhom irranġat.", "Minn dawn kien hemm min applika biex jinbidillu s-saqaf jew xi persjana u affarijiet bħal dawn.", "Naturalment, huwa fatt magħruf li mhux kull min japplika jikkwalifika għall-għajnuna u fil-fatt minn madwar 11,000 talba kien hemm 1,400 minnhom li ġew rifjutati.", "Madanakollu jibqa' l-fatt li ġew milqugħa 9,500 talba li minnhom 7,000 talba diġa' huma lesti filwaqt li l-kumplament qed jiġu pproċessati.", "Sur President, jekk wieħed iħares bis-serjeta' lejn dan is-settur isib li hemm differenza kbira bejn il-pożizzjoni ta' qabel u dik ta' llum u dan japplika wkoll għall-ambjent ġenerali tal-housing estates.", "Ma nafx kemm-il darba smajt u qrajt li hija għarukaża li Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn biex dawn il-housing estates jingħataw dehra aħjar bħalma kien isir qabel.", "Jekk wieħed iħares lejn kważi l-pjanti kollha tal-housing estates li tfasslu fis-sittinijiet u fis-sebgħinijiet isib li dejjem kien ikun hemm biċċa art, daqqa kbira u daqqa żgħira, biex isservi bħala post rikreazzjonali, pero' kien biss fl-1987 li dawn l-artijiet bdew jiġu żviluppati.", "Fil-fatt, uħud minn dawn l-artijiet li jidhru fuq il-pjanti tal-housing estates għadhom sa llum fil-fażi ta' kostruzzjoni pero' jekk irridu nkunu onesti rridu nammettu li f'dan ir-rigward imxejna 'l quddiem.", "Sur President, kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Austin Gatt, matul dawn l-aħħar snin ġew derekwiżizzjonati eluf ta' postijiet.", "Biżżejjed ngħid li kien hawn 54,000 proprjeta' rekwiżizzjonata li bejn wieħed u ieħor jammontaw għal nofs il-proprjeta' kollha ta' Malta.", "Kellna problema enormi ta' amministrazzjoni għax sa l-1987 id-dipartiment kellu kollox imwaddab fuq xulxin u ħadd ma kien jaf liema hija l-proprjeta' rekwiżizzjonata, fejn hi jew x'kien qed jiġri minnha.", "Aħna ridna nibdlu din is-sitwazzjoni u l- ewwel ħaġa li għamilna kienet biex l-informazzjoni li kellna tiġi kollha kemm hi komputerizzata biex id-dipartiment ikun jaf, raħal raħal u belt belt, x'proprjeta' hemm li hija rekwiżizzjonata.", "Wara li sar dan l- eżerċizzju ta' recording rajna wkoll kemm wieħed jista' jagħmel użu minn din il-proprjeta'.", "Minn 54,000 proprjeta' li kellna sa ftit ta' snin ilu, illum fadal ftit iktar minn 23,000 biċċa rekwiżizzjonata li minnhom, kważi 9,000 huma tal-gvern.", "Aħna għamilna dan l-eżerċizzju biex id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jkun jista' jamministra dik il-proprjeta' bl- aħjar mod.", "Ċertament li tamministra 54,000 proprjeta' hija ħaġa u li tamministra 23,000 hija ħaġa għal kollox differenti.", "Sur President, jekk id-dipartiment ma jkollux informazzjoni dwar in- numru ta' applikazzjonijiet li hemm pendenti, allura kif jista' qatt jaħseb għal soluzzjoni għal dawn il-każi?", "Gvern Nazzjonalista ma qagħadx jibża' u qatt ma qal li l-problema tal-housing hija solvuta jew li ma baqgħalniex problemi f'dan is-settur.", "F'dan is-settur kien hawn problemi, għad hawn u se jibqa' jkun hawn, għaliex insolvu kemm insolvu jibqgħu jitfaċċawlek problemi ġodda.", "Fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, fl-Awtorita' tad-Djar u fil-ministeru konna kontinwament naraw x'inhuma dawn il-bżonnijiet ġodda li qed jinħolqu u fl-istess ħin konna nfittxu kif insibu metodi ġodda għalihom.", "Per eżempju, matul is-snin li għaddew, rajna li l-użu tal-liġi tar-rekwiżizzjoni kien għadda żmienha, b'mod partikolari fid-dawl ta' l-esperjenzi li kellhom eluf ta' persuni u fid- dawl ta' abbużi li saru f'dan is-settur fil-passat.", "Aħna konna tterminajna d-dritt li nirrekwiżizzjonaw il-proprjeta' u llum ngħid li huwa pass tajjeb li Gvern Laburista m'huwiex beħsiebu jerġa' jintroduċi l-liġi tar- rekwiżizzjoni.", "Fit-titubanza tiegħu, fin-nuqqas ta' kjarezza tiegħu u fin-nuqqas ta' linja ċara dwar x'se jagħmel għar-rigward tal-Liġi dwar Kera ngħid li dan il-Gvern għal darba oħra qiegħed jagħmel żball fundamentali.", "Ftit tal-ġranet ilu l-Ministru tad-Djar qalilna: Għadna ma nafux x'se nagħmlu b'din il-liġi.", "Bħala skuża l- Ministru qal: Jekk din kienet intiża biex tinċentiva l-użu ta' bini vojt, allura din il-liġi kienet falliment.", "Hawnhekk irridu nifhmu li t-tibdil fil-liġi tal-kera - liġi li kienet ilha in vigore għal 50 sena - kellu l- għan li jimmotiva lis-sidien biex jikru l-proprjeta'.", "Iva, kien hemm bżonn ta' dan it-tibdil u huwa żball min-naħa tal-Gvern tal-lum li joqgħod jittituba u li jgħid li għadu ma jafx x'se jagħmel b'din il-liġi, għaliex jekk sa dak inhar li tkellem il-Ministru kien hawn ftit nies li bdew jikru l-proprjeta', nista' nagħti garanzija lil din il-Kamra u lil kull min qed jismagħna li dik il-persuna li imqar kellha xi naqra tal-ħajra li tikri l- proprjeta' tagħha lil xi ħadd Malti żgur li issa qed toqgħod lura, almenu sakemm ikun hawn dikjarazzjoni iktar ċara min-naħa tal-Gvern dwar x'se jiġri f'dan is-settur.", "Għalhekk naqset darba għal dejjem il-possibilita' li jkun hawn il-kiri min-naħa tal-privat.", "Mr Chairman, fuq kollox din hija kontra-indikazzjoni ta' dak li kultant jintqal li jrid jagħmel il- Gvern tal-lum meta jgħid: Isma', aħna rridu li f'dak li nagħmlu f'dan is- settur ninvolvu lis-settur privat.", "Din hija kontra-indikazzjoni għaliex jekk inti bil-kliem tiegħek lill-privat taqtagħlu l-possibilita' u l- inċentiv li jmur jikri l-proprjeta' li għandu, allura int tkun qed tistieden iktar inkwiet għalik innifsek.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn ix-xogħol li sar, u jekk wieħed iħares lejn id-diversi dikjarazzjonijiet li saru sal-lum min-naħa tal- Gvern, malajr jifhem li anke f'dan ir-rigward irridu indikazzjoni ċara.", "Issa din mhux jien irridha bħala membru tal-Parlament fuq in-naħa ta' l- Oppożizzjoni, imma għandu bżonn ta' indikazzjoni ċara l-poplu kollu, b'mod partikolari dawk li qed ifittxu dar diċenti fejn joqogħdu.", "In-nies għandha bżonn din l-indikazzjoni minħabba diskors li ftit ilu għamel l-Onor.", "Alfred Portelli meta ddikjara: \"Qegħdin naraw mal-Lohombus Corporation kif se nnaqqsu l-imgħaxijiet\".", "Meta wara din id-dikjarazzjoni jien għamilt domanda lill-Ministru tal-Finanzi, l-Onor.", "Lino Spiteri rrispondieni hekk: \"Il-premessa li inti bnejt fuqha, li se jkun hawn tnaqqis fl-imgħaxijiet, hija waħda żbaljata u għalhekk ma jidhirlix li għandi nagħti risposta għal din id-domanda\".", "Jekk irridu li kulħadd jifhem b'mod ċar dak li qegħdin nagħmlu, hemm bżonn li nkunu ċari fid-dikjarazzjonijiet li nagħmlu ħalli jsir l-aħjar użu mill-proprjeta' kollha li għandna.", "Jien m'għandix dubju li għandna proprjeta' biżżejjed biex naqdu l-bżonnijiet tagħna tal-lum u tas-snin li ġejjin jekk din nużawha b'mod tajjeb", "Hawn nerġa' ngħid li matul dawn is-snin l-Awtorita' tad-Djar u d- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kienu qegħdin kontinwament ifittxu metodi li jistgħu jgħinu f'dan ir-rigward u fil-fatt diġa' saret riferenza għan-numru ta' persuni li bbenefikaw mill-iskemi li konna ħlaqna.", "Effettivament matul id-disa' snin li għaddew kien hemm 14,000 ruħ li ħadu xi għajnuna biex itejbu d-dar tagħhom jew inkella ħadu maisonette jew appartament.", "Aħna ma bqajniex biss nużaw is-sistema li kienet tintuża bejn l-1981 u l-1987 fejn il-Gvern kien isib is-soluzzjoni billi jqassam plots.", "Aħna ridna nsibu numru ta' soluzzjonijiet, fosthom għall-problemi ta' l-anzjani, għall-problemi tal-persuni b'diżabilita', u ta' dawk l- ommijiet xebbiet, liema sitwazzjoni qiegħda tkompli tiżviluppa aktar ma jgħaddi ż-żmien, tant li saret tliet darbiet ta' dik li kienet fl-1986.", "Peress li konna konxji li dawn in-nies ma jistgħux jibnu, matul is-snin ħriġna diversi skemi ta' għajnuna għal dawn il-persuni.", "Biex infasslu programm ta' xogħol l-ewwel ridna nkunu nafu x'applikazzjonijiet għandna u minn liema lokalita' ġejjin l-applikanti.", "Ċertament li l-Ministru issa beda jinduna li hemm nies li, minkejja li għandhom applikazzjoni li ilha pendenti erba' snin, ikunu jridu joqogħdu biss fit-tali raħal u għalhekk wieħed irid ikun jaf b'dawn is-sitwazzjonijiet biex jippjana x-xogħol.", "Għalhekk aħna qassamna l-applikazzjonijiet f'għaxar kategoriji differenti, fosthom dawk li għandhom post li huwa perikoluż, dawk li għandhom post substandard, dawk li huma għarajjes, dawk li huma persuni waħedhom, biex b'hekk sirna nafu sewwa sew x'inhuma l-bżonnijiet.", "Imbagħad fl-1995 biddilna wħud mill-iskemi li fil-passat kienu tħaddmu tajjeb mid-Dipartiment tad-Djar għax inħass il-bżonn li dawn jiġu modifikati ħalli wieħed jibbenefika minnhom b'mod aħjar.", "Allura hawnhekk ridna naraw, per eżempju, li s-sussidji fuq il-kera jirrispekkja n-numru ta' membri fil-familja benefiċċjarja u fil-fatt fl-aħħar skema li kellna għal sussidju fuq il-kera wieħed seta' jingħata sa massimu ta' Lm215.", "Mr Chairman, dan għamilnih biex ngħinu l-iktar lil min kellu l-ikbar problemi u fl-istess ħin għamilna tibdil għax ridna li jibbenefikaw ukoll single mothers u persuni oħra li qegħdin waħedhom.", "Biddilna wkoll l-iskema ta' kemm wieħed jingħata sussidju biex jirranġa d-dar tiegħu jew il-proprjeta' li jkun joqgħod fiha.", "Jekk irridu nfittxu bis-serjeta' soluzzjoni għal din il-problema f'dan is-settur irridu bilfors inkomplu ntejbu dawn l-iskemi.", "Mr Chairman, ridna wkoll naraw li ċerti affarijiet li kienu qed jiġu ddupplikati, fis-sens li kemm l-Awtorita' tad-Djar kif ukoll id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kienu qegħdin jagħmlu l-istess xogħol, jiġu amalgamati fi skema waħda.", "Aħna ridna li f'dan is-settur ikollna entita' waħda li tkun qed tamministra x-xogħol kollu li għandu x'jaqsam mal-housing u allura l-iskemi li kellu d-dipartiment bdejna ndawruhom fuq l-Awtorita' tad-Djar biex finalment ikun hemm skemi li huma amministrati minn enti waħda.", "F'dan ir-rigward kien għad baqgħalna x'nagħmlu biex verament ikollna bord wieħed li jamministra l-housing kollu.", "Jien nispera li permezz tal-Joint Office, il-Gvern il-ġdid jagħmel l-aħjar użu minn dan ir-riżors limitat li għandna.", "Hawn min għandu l-idea li l-proprjeta' li ġiet mingħand il-Knisja tista' bla diffikulta' ta' xejn tibni fuqha, imma jien m'għandix dubju li l-kummissjoni li twaqqfet dan l-aħħar ma ddumx ma tinduna li hemm limitazzjonijiet kbar għax jew il-parti l-kbira tal- proprjeta' m'hijiex fl-iskemi tal-bini jew inkella jekk xi proprjeta' taqa' fl-iskemi ikollha problemi simili bħal dawk li kellha dik il-proprjeta' ta' Ħaż-Żabbar.", "Hawnhekk saret riferenza għax-xogħol li sar ġewwa Pembroke.", "Id- Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni ħadem b'paċenzja kbira u b'diffikultajiet kbar ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex f'din l-area jinbnew madwar 700 unit.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-Awtorita' tad-Djar u dipartimenti oħra jagħmlu żball jekk jipprovaw jagħtu l-impressjoni li ma kienx hemm xogħol lest f'Pembroke.", "Mr Chairman, qed ngħid dan għax diġa' kien ippjanat fejn se jinbnew il-maisonettes u l-appartamenti u liema partijiet setgħu jintużaw għal skopijiet oħrajn.", "Dan il-pjan ma tlestiex wara xi ġurnata jew tnejn imma sar sentejn fuq il-limitu li kienet imponiet fuqha nnifisha l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Bħal fil-każ ta' l- Imtarfa, aħna ridna li Pembroke tkun belt ippjanata b'koordinazzjoni ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jekk wieħed iħares lejn x'inhi l-pożizzjoni llum tad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali ssib li dan huwa ħafna iktar organizzat milli kien għaxar snin ilu, kemm fid-dehra tiegħu u kemm fil-mod ta' kif jiġi amministrat, f'dik li hija tmexxija ta' kuljum u fl-ippjanar ta' xogħol għat-tul.", "Illum għandna dipartiment li jifhem x'inhuma d-diffikultajiet diversi li għandna u qed jippjana għalihom.", "Pero' hawnhekk jiena ftit imħasseb rigward il-mod kif il-Gvern Laburista qed jitkellem dwar il-fatt li kien għad għandna 4,700 applikazzjoni.", "Jien konvint li f'dawn it-tliet xhur u nofs li għaddew żdiedu almenu 400 applikazzjoni oħra u, jekk nużaw l- istess argument li uża l-Partit Laburista mill-Oppożizzjoni, għada nistgħu ngħidu li reġgħu żdiedu għaxar applikazzjoniet oħra u nibqgħu sejrin hekk.", "THE CHAIRMAN: Onor. Galea, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, fl-aħħar mill-aħħar għandna dipartiment li qiegħed iħares lejn dawn id-diffikultajiet b'mod differenti milli kien iħares lejhom fis-snin li għaddew.", "Jien ma rridx nippontifika, pero' jekk verament irridu li jkollna ideat ġodda f'dan il-qasam allura rridu li l- Gvern tal-lum iwettaq dak li hemm fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista għax fil-programm li fuqu tela' l-Partit Laburista żgur li m'hemm l-ebda idea ġdida u żgur li ma hemmx indikazzjoni tal-bżonnijiet tal- lum u anqas u anqas tal-bżonnijiet ta' għada.", "Għal kuntrarju, il-programm tagħna huwa mimli ideat li fuqhom jista' jaħdem il-Gvern tal-ġurnata biex isolvi d-diffikultajiet li għandna f'dan is-settur.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa skada l-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni u l-ħin li fadal huwa kollu għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Mr Chairman, minn kif qed jitkellmu tan-naħa l-oħra donnhom li jippretendu li dak li ma sarx f'disa' snin, Gvern Laburista jagħmlu f'100 ġurnata u tibda taħseb ukoll li dawn ħallew lill-Housing Department u lill-Awtorita' tad-Djar mexjin fuq ir-rubini.", "Il-qasam tad- djar huwa ta' importanza kbira kemm mil-lat soċjali - peress li hija l-mira ta' kull gvern li kulħadd ikollu dar diċenti - kemm mil-lat ekonomiku, għax il-bini tad-djar jiġġenera attivita' ekonomika kbira u jipprovdi mezz ta' għajxien lil eluf ta' ħaddiema direttament u anke indirettament, kif ukoll mil-lat ambjentali u dan għax meta wieħed iqis iċ-ċokon ta' pajjiżna jrid joqgħod attent li ħsara ambjentali, fosthom fir-raba' agrikolu u f'inħawi ta' importanza ekoloġika u arkeoloġika, tkun mill-inqas possibbli.", "Issa mmur lura fiż-żmien, speċjalment qabel l-1987 - mhux bħalma jagħmlu l- membri ta' l-Oppożizzjoni li minn kif jitkellmu donnha li f'Malta x-xemx telgħet fl-1987 - biex nuri x'kien għamel Gvern Laburista u kif Gvern Nazzjonalista kkontribwixxa u kien responsabbli għas-sitwazzjoni li jinsabu fiha llum eluf ta' għarajjes u koppji miżżewġa.", "Sur President, il-problema tad-djar tfaċċat bil-kbir fis-snin sittin fejn nista' ngħid li l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien abbanduna għal kollox l-problema tad-djar u, bħalma qed jiġri, llum l-uniċi djar li l- poplu kien jara kienu l-vilel u l-artijiet li dik il-ħabta kienu qed jinbiegħu bla rażan lill-barranin.", "Fil-fatt, dak iż-żmien saħansitra membru ta' l-Oppożizzjoni kien jorganizza u jmexxi protesti kontra l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Kien il-Gvern Laburista ta' l-1971 li bil- qawwa kollha daħal għal din il-problema u għall-ewwel darba l-poplu beda jara xi tfisser li jkollok dar diċenti u xi tfisser li jkollok kamra tal- banju.", "Tmur fejn tmur, iddur liema raħal iddur, illum tara mijiet ta' housing estates u home ownership schemes imwaqqfa minn Gvern Laburista u hawnhekk biżżejjed ngħid li bejn l-1971 u l-1980 inbnew 5,300 dar u tqassmu l-3,800 plot, jiġifieri total ta' 9,100 unit.", "Bejn l-1981 u l-1987 l-Gvern Laburista qassam 7,598 unit bejn djar, flats u plots.", "Gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1996 qassam 7,250 unit - u dan meta tinkludi dak li ta wkoll il-Housing Department - u allura nista' liberament ngħid li fil-qasam tal-housing hemm baħar jaqsam bejn dak li sar taħt Gvern Laburista u dak li sar taħt Gvern Nazzjonalista.", "Tant kien kbir is-suċċess li kellu Gvern Laburista f'dan il-qasam li dan ġab miegħu ħtieġa kbira ta' estensjoni ta' servizzi, fosthom id-dawl, l- ilma u t-telephones.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien il- pjaċir tagħha tagħmel kapital politiku mill-fatt li wieħed kien ikollu jistenna għas-servizz tat-telephone.", "Anke fil-kummenti tiegħu dwar id- diskors tal-budget tal-Ministru Spiteri, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni reġa' pprova jsemmi dawn l-affarijiet għaliex qal li ħallejna kollox fi state of the art.", "Imbagħad tiġi llum u ssib kontijiet tad-dawl u ilma b'sena lura, kont diġa' mħallas jerġgħu jibagħtulek biex tħallsu u taħwid ieħor bħal dan.", "Fuq il-qasam tal-housing mill-ewwel beda jberraq meta tela' Gvern Nazzjonalista għax fl-ewwel miżuri li ħa kien introduċa ħafna taxxi indiretti fuq il-bini fejn minn medja ta' Lm150 u Lm250 għall-permess tal- bini fl-1987, dan tela' għal bejn Lm800 u Lm1,500 fl-1996.", "Hawnhekk qed nirriferi għal dar għaliex fejn jidħlu flats mhux l-ewwel darba li l- permess jaqbeż Lm2,000.", "Filwaqt li biex idaħħlulek is-servizz ta' l-ilma fl-1987 kont tħallas Lm5, illum ma tistagħġibx jekk il-kont jaqbeż Lm100, meta taf ikollok tagħmel xi xogħol int!", "L-istess nistgħu ngħidu għas- servizz tad-dawl għax fejn fl-1987 il-Gvern kien jipprovdih kważi b'xejn, mentri llum għandek mill-inqas Lm60 għas-single-phase u Lm200 għat-three- phase.", "L-istess ġara għad-drenaġġ li minn madwar Lm20, illum ma teħlisx b'inqas minn Lm400.", "Pero' l-akbar daqqa ta' ħarta kienet l-introduzzjoni tal-VAT li kompliet tat spinta 'l fuq lill-prezzijiet tal-bini.", "Meta kienu jitqassmu l-plots, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet tikkritika li kien ikun hemm ħafna ħela, li għandna nibżgħu għall-art u li m'huwiex sewwa li l-art tingħata b'dawk il-prezzijiet.", "Imbagħad x'issib?", "Issib li malli telgħu fil-gvern fetħu beraħ il-bejgħ ta' l-art u proprjeta' lill-barranin bil-konsegwenzi kollha li politika bħal din ġabet magħha, fosthom splużjoni kbira fil-prezzijiet ta' l-art.", "Biżżejjed ngħid li, kif tela' Gvern Nazzjonalista, fl-1988 inbiegħu b'kemm jiswew Lm8.2 miljun f'art, fl-1989 inbiegħu b'kemm jiswew kważi Lm12 miljun u fl-1990 inbiegħu Lm11.5 miljun.", "Bejn l-1987 u l-1996 inbiegħu artijiet lill-barranin b'kemm jiswew Lm81.5 miljun u bħala total ta' units inbiegħu 4,200.", "Biex wieħed li qed jismagħna jkun jaf dan x'ifisser, nikkalkolaw li nbiegħet lill-barranin area daqs ir-raħal ta' Ħaż-Żebbuġ jew aktar.", "Mela għaż- żgħażagħ tagħna l-art hija skarsa iżda għall-barranin, li għandhom il-flus, m'hemmx problema!", "Allura kif qed nippretendu li ż-żgħażagħ u koppji Maltin jixtru d-djar antiki meta dawn qed jinbiegħu ogħla minn proprjeta' ġdida!", "Fl-irħula trid 'il fuq minn Lm50,000 għal dar antika u dan barra mill- ispejjeż ta' manutenzjoni.", "Rigward il-proprjeta' oħra li ilha abbandunata s-snin, inħeġġeġ lill- Gvern biex mill-aktar fis jara kif jiftihem mas-sidien ħalli din il- proprjeta' tiġi mwaqqa' u rranġata għal skop ta' housing soċjali.", "Ladarba qed insemmi l-proprjeta', nixtieq nistaqsi: GĦaliex fil-ftehim li kien sar dwar il-proprjeta' tal-Knisja kien hemm proprjeta' li setgħet tintuża għal social housing iżda tħalliet tintuża għal spekulazzjoni jew business mill- istess Knisja?", "Forsi dan kien ir-rigal politiku li kellu jħallas il-Gvern Nazzjonalista għall-appoġġ li dejjem sab mill-Kurja!", "Politika żbaljata li nħoss li daħħal il-Gvern Nazzjonalista kienet li bl- eżempju tiegħu stess beda juri lill-privat x'għandu jagħmel billi beda jgħolli b'mod fenomenali l-prezzijiet.", "Il-Gvern preċedenti kien beda joffri għall-bejgħ maisonettes bil-prezz ta' Lm20,000, Lm22,000 u anke aktar, barra li magħhom bilfors ridt tieħu garaxx jiswa xi Lm4,500 jew Lm5,000.", "Mela b'id waħda kien joffrilek sussidju fuq il-maisonettes u bl- oħra jeħodulek minn fuq il-garaxx!", "Għall-ewwel darba beda wkoll joffri flats b'kera ta' Lm365 fis-sena, jiġifieri b'Lm1 kuljum.", "B'dan kollu li semmejt il-prezz ta' l-art mingħand il-privat tela' minn madwar Lm1,200 taħt Gvern Laburista - fejn niftakru wkoll li kienu jitqassmu plots b'mhux aktar minn Lm500 - għal Lm30,000 f'temp ta' disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Fl-istess waqt il-maisonettes li kienu jiswew madwar Lm6,500 telgħu għal prezz ta' Lm25,000 ġebel u saqaf.", "Filwaqt li fl-1987 b'Lm4,000 kont tibni dar - u dak iż-żmien kulħadd kien jista' jibni dar anke min kien bil-minimum wage u jekk kont tissellifhom mil-Lohombus dan kien jagħtik madwar Lm13 fix-xahar - f'temp ta' disa' snin, meta kienu jgħidulna li l-flus jaqbżu fil-but, Lm4,000 lanqas biss iservuk biex tħallas il-permess u tħammel l-art.", "Xi ngħidu mbagħad għal mod kif Gvern Nazzjonalista beda jimmanuvra ftit ftit biex neħħa għal kollox l-aspett soċjali tal-Lohombus Corporation biex dan spiċċa qisu bank kummerċjali fejn l-alla tal-profitt imexxi kollox!", "Għalfejn tħallew sfaċċatament jidħlu ċerti spejjeż u charges fil-Lohombus?", "Tkun għadek lanqas saħħant is-siġġu meta teħel mill-inqas Lm15 talli jipproċessawlek l- applikazzjoni.", "X'inhi r-raġuni li l-Awtorita' tad-Djar kull darba toqgħod toħroġ skemi differenti ma' kull ħarġa ta' djar u plots?", "Hawnhekk spiċċajna b'konfużjoni, b'burokrazija, b'taħwid u b'formoli kontra formoli, tant li ħawwadna anke lill-istess impjegati tal-bank.", "Għalfejn nagħmluha daqshekk diffiċli jew inkella nkunu tant riġidi ma' ċerti persuni?", "Naf b'każ fejn wieħed li ħa plot tal-gvern għażel li jieħu self, pero' wara li nduna li ma kellux bżonnu u talab li jingħata l-għotja li bi dritt kienet tiegħu din baqgħu ma tawhilux!", "Imbagħad hemm min sfaċċatament tħalla jaqleb minn skema għall-oħra.", "Possibbli li l-proċeduri tas-self u l-applikazzjonijiet għas- sussidju ma nistgħux inħaffuhom biex naqtgħu ftit mill-ispejjeż, ġiri u ħela ta' ħin li jkollhom jagħmlu dawk li japplikaw għas-self!", "Hemm bżonn ukoll li l-Gvern, flimkien ma' l-Awtorita' tad-Djar, iħaffu l- proċeduri dwar skemi biex dak li jkun isir sid ta' daru għax hawnhekk għad baqa' 'il fuq minn 2,000 plot li ilhom li tqassmu s-snin u l-Awtorita' tad- Djar għadha ma lestietx il-proċeduri dwar l-art in kwesjtoni.", "Skond il-programm elettorali tal-Partit Laburista hemm bżonn kbir li jiġu riveduti l-iskemi ta' sussidju fuq ir-rata tas-self għall-housing tal-gvern u anke għall-housing privat.", "Is-sussidju għandu dejjem ikun bbażat fuq id- dħul ta' l-individwu li jkun aġġornat għaż-żmenijiet tal-lum.", "Tibda tidħak meta tisma' lid-Dipartiment tal-Housing jgħidlek li tista' tissellef bl- 4.5% fuq proprjeta' sa Lm10,000, meta proprjeta' b'Lm10,000 ma ssib imkien, jew inkella kif is-somma li tissellef taqbeż il-Lm15,000 ir-rata mill-ewwel titla' għal 8.5%.", "Dan huwa kollu tort tal-Gvern Nazzjonalista li ma aġġornax is-sussidju fuq is-self għaż-żmenijiet tal-lum bil-konsegwenza li l-maġġor parti tal-koppji u żgħażagħ spiċċaw jissellfu bir-rata kummerċjali ta' 7% u 8.5%.", "Kondizzjoni oħra hi li s-sussidju fuq is-self japplika biss għal min jixtri proprjeta' taħt il-Lm25,000 u hawnhekk indirettament aħna qed ninkoraġġixxu lil ħafna min-nies biex ma jurux il-prezz reali fil-kuntratt tax-xiri.", "Mill-esperjenza tiegħi personali fil-qasam bankarju nista' ngħid li l-maġġor parti taż-żgħażagħ u koppji miżżewġin jitolbu li jissellfu bejn Lm12,000 u Lm20,000.", "Biex min qed jismagħna jkun jaf dan x'ifisser għal kull familja biżżejjed ngħid li jekk tissellef Lm12,000 jiġuk Lm79 fix- xahar għal 30 sena; Lm15,000 jiġuk Lm97 fix-xahar għal 30 sena; u Lm17,000 jiġuk Lm112 fix-xahar għal 30 sena.", "Għalhekk nistgħu nimmaġinaw x'qed ikollhom isofru dawk l-eluf ta' ħaddiema li l-qligħ tagħhom ivarja minn Lm45 sa Lm70 fil-ġimgħa li, bejn wieħed u ieħor, hija l-paga li jaqilgħu dawk kollha li huma bejn skala 12 u skala 20 tal-gvern!", "B'dan id-dejn u b'paga waħda dawn kif jistgħu xi darba jrabbu familja?", "Minn fuq, jiġi l- Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħidlek li l-mara qed toħroġ taħdem biex tixtri airconditioner jew għal xi kapriċċ!", "Bl-istess mentalita' tal-Gvern ta' qabel, konna spiċċajna nirreklamaw id-dejn minflok it-tifdil, kif ukoll daħlet il-mentalita' ta' gawdi llum imbagħad għada naraw għax money no problem.", "Imma bħalma ħafna jafu u tgħallmu għada jasal.", "Ħafna sabu li daħlu f'ċirku vizzjuż għax jekk tiżdied fil-paga jew tagħmel l-overtime jgħollilek ir-rata ta' l-imgħax fuq is-self jew inkella l-Gvern jgħollilek il-kera u tiżdidlek it-taxxa u issa wkoll, grazzi għall-Gvern Nazzjonalista, tonqoslok ukoll ic-children's allowance!", "Jien ċert li Gvern Laburista se jieħu din il-problema bl-akbar serjeta' u se jimxi mal-programm elettorali tiegħu, kif diġa' għamel bit-twaqqif ta' kummissjoni dwar artijiet tal-Gvern u tal-Knisja li se tara kif dawn jistgħu jiġu utilizzati għal housing soċjali biex b'hekk ikun jista' jipprovdi artijiet u djar bi prezz issussidjat sostanzjalment.", "B'dan il- mod jonqos il-bżonn ta' self esaġerat u jingħata nifs kbir lil ħafna żgħażagħ u koppji miżżewġa ħalli nkomplu ntejbu l-livell ta' l-għajxien kif dejjem sar taħt Gvern Laburista.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN : Grazzi.", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Chairman, bħala wieħed li ġej mill-parti ta' Malta fejn il-problema tal-housing hija enormi, kont inkun qed nonqos mid-doveri tiegħi kieku llum ma qomtx sabiex nagħti l-kontribut tiegħi waqt id- diskussjoni dwar il-Voti għall-Ministeru tad-Djar.", "Din il-problema hija reali u qed ikollna nħabbtu wiċċna magħha l-ħin kollu u għalhekk huwa d- dover tagħna lkoll li nagħtuha l-akbar attenzjoni.", "Sur President waqt li kont indur id-distrett tiegħi fil-kampanja elettorali ltqajt ma' affarijiet moħbija, affarijiet li biex issir taf bihom bilfors li trid tidħol fid-djar tan-nies.", "Iltqajt ma' familji li jgħixu fi djar b'perikolu kontinwu minħabba soqfa li se jaqgħu jew minħabba li jkollhom ix-xibka tidher.", "Rajt abitazzjonijiet li meta tagħmel ħalba xita jegħrqu bid-drenaġġ, kif ukoll djar li huma litteralment assedjati mill-ġrieden minħabba li maġenbhom hemm ħafna rdim.", "Illum, meta deħlin lejn seklu ġdid, għandna ukoll min jgħix f'kantina umduża mingħajr ebda tieqa għal barra u mingħajr l-aktar bżonnijiet bażiċi.", "Għalhekk, meta tkun missejt dawn il-problemi b'idejk u fl-istess waqt qiegħed tgħix fosthom, tħoss il-kuxjenza tniggżek sabiex tagħmel l-almu kollu tiegħek u tuża l- enerġija kollha sabiex tkun tista' tgħin lil dawn in-nies.", "Fl-istess waqt tikkumpatihom u tifhem il-pressjoni li jagħmlu fuqna sabiex ikunu jistgħu jingħataw akkomodazzjoni alternattiva.", "Pero' r-realta' attwali hi li mhux faċli li dawn in-nies jinqdew malajr, anzi ngħid li bħalissa huwa kważi impossibbli li jinqdew minħabba l-fatt li l-Gvern preżenti wiret problema ta' housing enormi.", "Din it-tip ta' problema ta' housing kien ħabbat wiċċu magħha wkoll Gvern Laburista ta' l-1971.", "Dakinhar ukoll il-Gvern Laburista ħejja programm intensiv ta' bini ta' housing estates moderni ma' kullimkien sabiex anke l-ħaddiem ikun jista' jkollu dar diċenti fejn jgħajjex lill- familja tiegħu.", "Dan il-wirt huwa xiehda ta' l-impenn li dejjem kellhom Gvernijiet Laburisti fil-qasam ta' housing soċjali.", "Fis-16-il sena ta' tmexxija Laburista din il-problema ta' housing ġiet tackled b'mod mill- iktar serju għax minbarra n-numru kbir ta' appartamenti li tqassmu, tqassmu wkoll djar, maisonettes u ħafna plots bi prezz li verament seta' jilħaqhom kulħadd.", "Sur President, fl-1987 l-Gvern Nazzjonalista ma kompliex bl-istess ritmu li kien miexi bih il-Gvern ta' qablu għax ma kompliex jipprovdi iktar units għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Mhux hekk biss, iżda kull meta l-Awtorita' tad-Djar ħarġet xi units jew xi plots dan il-bejgħ sar bl-irkant u, biex tkompli tgħaxxaqha, dawk li bdew jaħsbu għal rashom biex jixtru post bdew isibu li l-prezz tal-proprjeta' beda tiela' xahar wara l-ieħor, liema sitwazzjoni kompla jagħtiha palata l-istess Gvern.", "Il-Gvern Nazzjonalista introduċa l-capital gains tax, il-levies fuq il-permessi tal-bini, għolla l- bolol fuq il-kuntratti, għolla l-imgħaxijiet fuq self mill-banek u fuq kollox, wekka lill-poplu bit-taxxa tal-VAT, li messet ħafna xogħol bħal kisi, twaħħil ta' madum, installazzjoni ta' dawl u ilma, tibjid u kull servizz ieħor li tirrikjedi dar ġdida.", "Sabiex ilaħħqu mal-commitments tal- ħajja u mal-commitments tal-banek, ħafna koppji żgħażagħ kellhom bilfors joħorġu jaħdmu t-tnejn peress li kellhom jidħlu fi djun kbar mal-banek, li f'ħafna każijiet idumu jitħallsuhom sa l-eta' tal-pensjoni.", "Sur President, is-sitwazzjoni li wiret Gvern Laburista hija li d-domanda għall-akkomodazzjoni alternattiva hija ferm u ferm ikbar min-numru ta' postijiet diċenti li hemm x'jitqassmu, tant li l-għadd ta' nies li għandhom applikazzjoni għal post alternattiv quddiem id-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali jaqbeż l-4,500 talba.", "Minbarra dawn hemm dawk li ma applikawx għax iħossu li m'għandhomx ċans jieħdu xi post tal-gvern.", "Meta tifli l-4,500 applikazzjoni għal post alternattiv issib li hemm numru kbir minnhom ġejjin mill-ibliet tal-Kottonera.", "Biżżejjed ngħid li mill-Birgu hemm 119-il applikazzjoni, mill-Isla hemm 178 applikazzjoni u minn Bormla hemm 313-il talba u allura n-numru ta' applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva minn dawn l-inħawi jaqbeż sewwa s-600.", "Sur President, meta nara dawn il-figuri nasal biex nistaqsi: Tgħid hemm xi raġuni għaliex dan in-numru ta' talbiet mill-Kottonera tħalla jikber daqshekk mingħajr ma ttieħdet azzjoni f'waqtha u xierqa dwarhom?", "Jista' jkun li dawn it-talbiet tħallew jiżdiedu daqshekk minħabba li l-maġġoranza tan-nies ta' dawn in-naħat iħaddnu xi ideal oppost għall-Gvern Nazzjonalista?", "Forsi dan hu biss ħsieb, pero' huma ħafna dawk li jaħsbu b'dan il-mod.", "Għalhekk bir-raġun kollu li n-nies ta' dawn in-naħat jagħmlu pressjoni kbira fuqna, ir-rappreżentanti tagħhom, għax ftit li xejn sar mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti f'dawn in-naħat sabiex tittaffa din il-problema .", "Il-Gvern ta' qabel ma tantx kellu ħeġġa u mpenn sabiex jipprovdi akkomodazzjoni alternattiva f'dawn l-inħawi u dan jidher biċ-ċar mill-fatt li li l-Awtorita' tad-Djar bniet biss żewġ blokki ta' appartamenti f'Santa Liena, Bormla.", "Dan ix-xogħol kien inbeda fil-bidu ta' l-1993 u hawn nixtieq nikkwota x'qal l-ex-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-djar ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Censu Galea, fil-ġurnal \"In-Nazzjon\" tat-13 ta' Mejju, 1993:", "\"Minbarra hekk, matul is-sena tlestew il-pjanti u kienu ppreparati wkoll id-dokumenti konnessi ma' dan ix-xogħol, xogħol li meta jitlesta jrid jipprovdi għal 40 flat, 18-il garaxx u erbat iħwienet.", "Għal dan ix-xogħol ukoll dalwaqt joħorġu t-tenders u jekk kollox jimxi skond il-pjan sa Settembru 1994, kulħadd ikollu ċans jara x'kapaċi jagħmel il-Gvern li jaf jippjana fit-tul\".", "Irriżulta li dawn il-postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali ma tlestewx skond il-pjan ta' l-Onor.", "Galea iżda tlestew fil-ħin kif ippjana l-Partit Nazzjonalista, jiġifieri lejliet l-elezzjoni tas-26 ta' Ottubru 1996, sabiex l-allokazzjoni tagħhom tkun tista' ssir ġimgħa biss qabel dik l- elezzjoni.", "Donnha kienet saret id-drawwa tal-Gvern Nazzjonalista li l- ftit postijiet li jkun bena jqassamhom leljiet xi elezzjoni għax hekk ġara wkoll f'Mejju ta' l-1992, fejn niftakar xi individwi ħadu ċ-ċavetta ta' l- appartamenti f'Tal-Ħawli, il-Birgu, u f'Bulebel iż-Żgħir ġimgħa biss qabel l-elezzjoni.", "B'hekk qed naraw li t-tqassim ta' appartamenti tal-gvern minn Gvern Nazzjonalista saru dejjem skond pjan ipprogrammat sabiex ikunu jistgħu jitqassmu lejliet xi elezzjoni u dan sabiex ikunu jistgħu jroxxu ftit bżar fl-għajnejn.", "Sur President, għal dawn l-istess appartamenti li l-Awtorita' tad-Djar ħarġet għall-kiri bħala postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali, setgħu japplikaw biss dawk li ma jaqbżux ċertu bracket ta' dħul annwali u jirriżulta li għalkemm dawn kienu mmirati għal min kellu qligħ żgħir, il- kirjiet mitluba kienu jaqbżu l-Lm200, it-Lm300 u f'xi każi anke Lm400 kera sussidjata fis-sena.", "Dawn il-figuri huma altru minn kera għal dawk in- nies bi qligħ żgħir!", "Mhux ta' b'xejn li l-poplu, fil-maġġoranza kbira tiegħu, vvota għall-bidla u favur programm ta' ħidma organizzata biex, minkejja l-problemi kbar li sab, jida jitwettaq dak li hemm fil-programm \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\".", "F'dan l-ewwel budget li ressaqna tliet xhur biss wara l-elezzjoni qed nallokaw is-somma ta' Lm6 miljun għall-bini ta' djar tal-gvern ġodda.", "Fl- istess waqt, il-Gvern waqqaf kummissjoni sabiex din tkun tista' ssib art tal-gvern jew art li l-gvern xtara mingħand il-Knisja sabiex fuqha jinbnew postijiet għal min verament ikun jenħtieġ l-għajnuna.", "Sur President, qed ngħid hekk għax mhux sewwa li kulħadd jippretendi post tal-gvern għax mhux possibbli li l-gvern - hawnhekk qed nirriferi għal kull gvern, kemm dak tal-lum kif ukoll dak tal-bieraħ - jipprovdi post għal kulħadd.", "Jien inħoss li min għandu mezzi finanzjarji biżżejjed għandu jkun onest biżżejjed u jaħseb għal rasu.", "Konformi ma' dak li għadni kif għidt, il-Gvern diġa' għandu pjani sabiex flimkien mal-privat ikun jista' jinbni units għall-akkomodazzjoni għal min verament hu fil-bżonn.", "B'dan il-pjan, il-Gvern beħsiebu jipprovdi l-art biex imbagħad, bi ftehim mal-privat dan ikun jista' jibni l-units.", "Aħna nafu li l-Gvern waħdu mhux possibbli li jlaħħaq mad-domanda enormi għall- akkomodazzjoni u fil-fatt il-Ministru tad-Djar diġa' ltaqa' mal-General Retailers and Traders Union sabiex isiru dawk il-konsutazzjonijiet neċessarji sabiex isieħeb lill-privat fil-proġetti u l-GRTU diġa' wriet interess f'din il-proposta.", "Problema oħra li beħsiebna nieħdu ħsiebha tikkonċerna l-ammont kbir ta' djar vojta li hemm f'ħafna bliet u rħula.", "Il-Kottonera hija miżgħuda bi djar vojta pero' qed jiġri li l-maġġoranza tal-koppji minn dawn in-naħat, kontra qalbhom, qed imorru jfittxu d-djar futura tagħhom barra minn belt twelidhom.", "Dawn qed jaslu għal din id-deċiżjoni għaliex fil-Kottonera mhux qed isibu postijiet xierqa u diċenti u allura l-bliet tal-Kottonera qed jiżvojtaw u għaldaqstant qed jiġu trasformati fi bliet bla ħajja.", "Għalhekk kien wasal iż-żmien li jsir studju dwar il-postijiet battala għax wara kollox dan huwa ħela ta' stock ta' djar li forsi b'xi ftit riġenerazzjoni, ħsieb, ftehim u inċentivi jkunu jistgħu jiġu rranġati.", "Wasal iż-żmien li l-ibliet tal-Kottonera jservu ta' safety valve għall- problema kbira li hawn fil-housing, speċjalment meta l-art verġni li tista' tintuża għall-bini ġdid qegħda dejjem tonqos u tiskarsa.", "Nemmen li din il-problema ta' housing se tingħata ftit tan-nifs ukoll meta fi ftit ġimgħat oħra l-Gvern Laburista jwettaq wegħda oħra meta jneħħi t-taxxa tal-VAT.", "Bit-tneħħija tal-VAT dawk iż-żgħażagħ li se jibdew jaħsbu sabiex ikollhom dar se jiffrankaw ħafna flus bis-sistema ġdida ta' taxxa li se tidħol flok il-VAT għax bil-liġi l-ġdida mhux se jiġu ntaxxati aktar is-servizzi konnessi mal-housing..", "Għalhekk, żgur li jkun hemm aktar nies li jagħmlu kuraġġ u jieħdu inizzjattivi sabiex jakkwistaw darhom mingħajr l-għajnuna tal-Gvern.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar in-numru kbir ta' housing estates li għandna mxerrda ma' kullimkien li għandhom bżonn li ssirilhom facelift.", "Ħafna minn dawn il-blokki t'appartamenti ilhom ma jingħataw ftit maintenance għal snin sħaħ u allura uħud minn dawn l-estates għandhom dehra ta' telqa u abbandun.", "Minkejja li ħafna mir-residenti jieħdu l- inizjattiva sabiex jagħtu dehra aħjar lir-residenzi tagħhom dawn jippretendu li l-gvern ukoll għandu jagħmel il-parti tiegħu u dan huwa evidenti għax filwaqt li ġewwa tarah miżmum fi stat nadif u pulit, fuq barra, fejn hi r-responsabbilta' tal-gvern, tara stat ta' abbandun.", "Mr Chairman, dan il-Gvern ġdid diġa' beda jwettaq dak li wiegħed fil- programm elettorali tiegħu għax filwaqt li qbadna nsewwu dak kollu li kien hemm x'tirranġa - u hemm x'tirranġa - qbadna triq ġdida li se twassalna 'l quddiem.", "Anke fejn jidħol housing, minkejja li sibna ħafna problemi, qed isir kull sforz biex minbarra dak li diġa' hemm ippjanat jinstabu metodi ġodda sabiex inkomplu ntaffu din il-problema.", "Aħna ċerti li kulħadd fehem li l-Gvern il-ġdid se jkun kuraġġuż, serju u onest fil-ħidma tiegħu biex f'qasir żmien inkunu nistgħu ngħidu li taffejna u solvejna dawk il- ħafna problemi li wiret dan il-Gvern, fosthom il-problema tal-housing.", "Grazzi, Mr Chairman.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, illejla ma kontx qed nistenna li x- shadow Minister tal-housing, l-Onor.", "Austin Gatt, kien se jiddeskrivi x- xogħol kbir li diġa' għamel il-Ministeru l-ġdid tal-Housing fl-ewwel tliet xhur bi kliem bħal \"ċajt\" u \"balbuljati\", \"spiera\", \"barriera\" u li l-Prim Ministru ma jafdanix.", "Jien ma kontx nistenna li l-Onor.", "Austin Gatt se jaqa' għal din l-orġja ta' tgħajjir fuq ministru ġdid, pero' niggarantilu li fit-tliet xhur li ili Ministru għamilna kważi daqs sena xogħol taħt l- Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Biex ma naqax għat-tentazzjoni li noqgħod naħli l-ħin, se nwieġeb lill- Onor. Gatt għal xi punti li tkellem dwarhom, fosthom li r-reviżjoni tal- kirjiet tal-postijiet tal-gvern ma tirrikjedix vot fl-estimi tad- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali imma meta din issir tidher bħala nuqqas fid-dħul taħt id-Dipartiment ta' l-Artijiet ta' sena oħra; u li d- differenza fuq l-istima ta' l-1996 fil-Vot 49 tirrifletti n-nefqa kemm tal- Ministeru, li hu ġdid, kif dik tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar li s-sena l-oħra dehret fuq vot ieħor.", "Jien naħseb li rigward dawn l-Onor.", "Gatt ma għandux għax ma jkunx sodisfatt.", "Sur President, hawn irrid infakkar li din hija t-tieni darba fi ftit ġimgħat li l-Parlament qed jiddiskuti dan il-qasam soċjali tal-housing.", "Illejla jien ħadt gost nisma' lill-membri miż-żewġ naħat tal-Kamra li għamlu suġġerimenti siewja u utli u filwaqt li nirringrazzjahom, nassigura li aħna se nistudjaw kull suġġeriment li sar.", "Sur President, fid-diskors tiegħi filwaqt li se ngħid x'sab il-Gvern Laburista meta tela' f'Ottubru li għadda se ngħid ukoll x'għamilna f'dawn l- aħħar tliet xhur u x'se nagħmlu matul is-sena li qegħdin fiha.", "Iktar 'il quddiem se nfakkar ukoll x'qal il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, l- Onor. Lino Spiteri, fid-Diskors tal-Budget tat-13 ta' Jannar li għadda dwar dan il-qasam u se neżamina u nikkritika lill-Gvern Nazzjonalista fuq il- figuri mxandra fl-Estimi għall-1996, jiġifieri dawk l-Estimi li fihom kien hemm x'kien qed jiġi propost għas-sena 1996, wara li llum il-ġurnata sibt x'kien l-infiq reali tal-Gvern Nazzjonalista għall-istess sena.", "Meta wieħed jibda jgħarbel l-Estimi fuq il-Vot Xlll tan-nefqa kapitali dwar il-housing għal matul is-sena sħiħa ta' l-1997 isib li minkejja l-qagħda finanzjarja kerha li writna mill-Gvern Nazzjonalista - wara li ntgħasarna - xorta vvotajna Vot totali ta' Lm9,817,000.", "Dan ifisser li vvotajna aktar milli nefaq il-Gvern ta' qabel għax għalkemm l-ammont approvat mill-Gvern Nazzjonalista għas-sena l-oħra kien ta' Lm10,760,000, is-somma minfuqa kienet ta' Lm8,422,034, jiġifieri ferm inqas minn dik ivvota.", "Rigward is- sussidju fuq il-kera ta' postijiet privati, il-Gvern Nazzjonalista kien ippropona s-somma ta' Lm90,000, imma fir-realta' minn dan il-Vot ħarġu biss Lm57,665.", "Meta fittixt biex nara x'ġara mill-programm kapitali ta' l- Awtorita' tad-Djar, irriżultali li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista kien ftaħar li matul is-sena l-oħra kien se jonfoq is-somma ta' Lm6,655,000, fil-fatt intnefqet biss is-somma ta' Lm4,235,842, cioe' Lm2,419,158 inqas.", "X'ifisser dan?", "Dan ifisser li l-Gvern Nazzjonalista mar żmerċ b'aktar minn terz ta' dak li kien ivvota u dan meta l-problema tal-housing li bella lill- poplu hija daqstant kbira, akuta u tkexkex, kif semma wkoll l-Onor.", "Censu Galea li jaf sewwa l-affarijiet għax kien ministru responsabbli minn dan il- qasam.", "Is-sena l-oħra l-Gvern Nazzjonalista nefaq madwar Lm1 miljun inqas fi programm ta' bini tad-djar għax minn Lm5,060,000 nefaq biss Lm4,072,000.", "Jien ngħid li kien ikun ferm aħjar kieku dik is-somma ntnefqet għall- programm ta' bini għax kienet tgħin biex tittaffa l-problema.", "Meta wieħed jara x'ġara fil-Vot ta' l-Awtorita' tad-Djar rigward sussidji fuq il-kera tal-privat jintebaħ li ġrat xi ħaġa.", "Il-Gvern Nazzjonalista, għal xi raġuni jew oħra, għas-sena l-oħra kien ivvota s-somma kbira ta' Lm1,265,000 iżda meta rajt kemm intnefaq minn dan il-vot sibt li minn din is-somma kbira ntnefqu biss Lm3,420!", "GĦaliex qed nagħmel din l-emfasi kollha fuq il-fatt li s-somma minfuqa hija tant żgħira paragunata ma' dik ivvotata?", "Qed nagħmel dan għax huwa tajjeb li nistaqsi: X'kellu f'moħħu l- Gvern Nazzjonalista meta alloka s-somma kbira ta' Lm1,265,000?", "Il-mira tal-Gvern Nazzjonalista fil-fatt intlaħqet?", "U jekk falliet, fejn falliet?", "Ma' xiex kien rabat din is-somma hekk għolja?", "Kif u fiex reġa' mar żmerċ il-Gvern preċedenti?", "Qabel ma nibda nwieġeb tajjeb li nfakkar li kien il-Partit Laburista fl- Oppożizzjoni, bil-politika aġġornata tiegħu, li kien ippropona li lil min jikri proprjeta' privata jagħtih sussidju fuq il-kera u l-Gvern Nazzjonalista preċedenti kien ikkopja din il-proposta, u għamel sew li kkoppjaha ladarba hija miżura tajba.", "Tajjeb li nfakkar li l-Gvern Nazzjonalista, fosthom l-ex-Ministru tad-Djar, l-Onor.", "Censu Galea, kien ilu snin twal jgħid li se jippubblika White Paper fuq il-liġi dwar il-kera, pero' din baqgħet ma waslet qatt.", "L-aqwa li qagħdu jnisslu din l- aspettattiva fil-poplu.", "Għalhekk kien il-Gvern Nazzjonalista stess li ħoloq inċertezzi f'dan il-qasam għax dam tmien snin jittituba fuq dan il-punt.", "Mela aħna ħloqnieha l-inċertezza?!", "L-Oppożizzjoni Laburista kienet ilha ż- żmien tgħid lill-Gvern Nazzjonalista li l-qagħda tal-housing kienet qed teħżien imbagħad emendaw il-liġi dwar il-kera u wara tmien snin jagħjtu biha kważi sparixxiet b'mod li llum wieħed jista' liberament jgħid li ma tantx irnexxiet.", "Jien verament jiddispjaċini li din il-miżura ma tantx irnexxiet u dan mhux jien biss ngħidu, imma anke nies tal-qalba tagħhom stess ammettew dan.", "Biex il-Gvern Nazzjonalista jagħti l-impressjoni li kif tgħaddi din il-liġi l-privat se jibda jikri l-postijiet bħall-pastizzi, allura vvota din is- somma kollha.", "Saħansitra l-ex Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami ftaħar li se jagħti sussidju anke ta' aktar minn Lm200 fis-sena u tgħidx kemm inkitbu artikli ta' ftaħir fuq il-ġurnali tal-Partit Nazzjonalista u l- alleati tiegħu.", "Ingħatat ukoll l-impressjoni li l-għarajjes żgħażagħ kienu se jibdew isibu jikru mill-ewwel mingħand il-privat.", "Iżda ż-żmien tana parir.", "Il-liġi ġiet emendata fl-1995 - wara li kienu ilhom fil-gvern minn Mejju ta' l-1987 - u biex jgħaddu ż-żmien bin-nies u għal propaganda partiġġjana, għas-sena ta' wara vvotaw is-somma kbira ta' Lm1,265,000 għas- sussidju tal-kera mill-privat.", "GĦaddiet is-sena 1996 u x'irriżulta f'dan ir-rigward?", "L-aspettattivi enormi li tella' l-Gvern Nazzjonalista għall- propaganda tiegħu ssarrfet biss f'somma miżera ta' Lm3,420 għal sussidju fuq il-kera mill-privat.", "Dak kien l-għajjat kollu li għajtu meta kienu fil- gvern biex jagħtu l-impressjoni li l-problema solvewha bil-liġi u bis- sussidju!", "Wara dak l-għajjat kollu kien hemm biss 20 talba!", "Terġa' u tgħid l-iskemi waslu tard.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien jaf li l- elezzjonijiet iridu jsiru bilfors u kien biss għalhekk li kien joqgħod iħabbel rasu biex jibni permezz ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Bil-fatti jirriżulta li mill-1987 sa l-1996 iċ-ċifra tal-bini ta' l-Awtorita' tad- Djar telgħet l-aktar fl-1991/92 u fl-1996/97 jiġifieri qabel kull elezzjoni.", "Araw jekk hux veru!", "Jekk taqta' l-perjodi taż-żewġ elezzjonijiet minn żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista ssib li fis-snin l-oħra mar il-baħar, kif semmew diġa' tant tajjeb il-kelliema Laburisti f'dan l-istess dibattitu.", "Aħna m'aħniex se ninsulentaw liċ-ċittadin billi nibnulu meta u għax tkun ġejja l-elezzjoni.", "Aħna se nibnu gradatament għax nemmnu li anke f'dan il- qasam tant importanti ċ-ċittadin jiġi l-ewwel u għalhekk dan il-Gvern għamlu waħda mill-prijoritajiet ewlenin tiegħu.", "Pero', kif għidt qabel, iċ-ċittadin m'għandux jinsa li jkun hemm min hu agħar minnu u għalhekk jiġi qablu għax \"iċ-ċittadin l-ewwel\" tfisser li jirbaħ il-ħaqq u mhux l- egoiżmu, id-dixxiplina u mhux l-iskartar mix-xogħol u mill-ġustizzja.", "GĦall-għarajjes, għall-koppji żgħażagħ u oħrajn li jridu fejn joqogħdu jew li jridu post aktar diċenti milli qed igħixu fih u ma laħqux gvernijiet Laburisti, tajjeb li nfakkarhom li mill-istatistika li għandhom l-Awtorita' tad-Djar u l-gvern jirriżulta ċarissimu li bejn l-1987 u l-1996 Gvern Nazzjonalista qassam jew irriabilita 1,958 post u 2,646 plot, cioe' 4,604 unit .", "Mill-banda l-oħra, bejn l-1971 u l-1987 Gvern Laburista qassam jew irrijabilita 6,496 post u 10,202 plot, jiġifieri b'kollox qassam 16,698 unit li jiġu kważi erba' darbiet iżjed minn dak li għamel Gvern Nazzjonalista.", "Safejn naf jien, dan mingħajr ma qgħadna ngħoddu wkoll il- postijiet li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ta matul dawk is- snin għax kieku teħodhom b'average ta' 250 post fis-sena u tgħoddhom, trid iżżid mill-inqas 4,000 post ieħor.", "Hawnhekk wieħed jara b'liema ħerqa u entużjażmu jaħdmu Gvernijiet Laburisti f'dan il-qasam li hu monument għall- Partit Laburista.", "Meta wieħed ikompli jgħarbel l-istess Vot Xlll, issib li x-xogħol fuq il- proġett ta' l-Imtarfa mar lura b'terz tat-target u minn Lm1.5 miljun ma ntnefqux Lm400,000 minn barra xi Lm600,000 li ma ntnefqux fuq il-proġetti l- oħra għall-programm ta' bini soċjali.", "Fin-nefqa kapitali nsibu provvediment ta' Lm47,000 għall-information technology li għandu bżonn dan il-Ministeru ġdid għax fil-fatt ta' min jgħid li Gvern Laburista għolla dan il-qasam tal-housing soċjali għal- livell ta' ministeru biex jagħtih il-prijorita' li jistħoqqlu fid-dawl tal- problema kbira li writna.", "Hemm vot ieħor ta' Lm20,000 għat-trasferiment tad-Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali mill-Baviera għal Sa Maison, tal-Pieta', ħdejn il-Joint Office.", "Malli sirt ministru ħadt l-inizjattiva biex nara fejn se jiġi trasferit id-Dipartiment għall-Akkommodazjoni Soċjali ħalli l-impjegati ta' dan id-Dipartiment ma jibqgħux fil-periklu li kienu esposti għalih.", "Fil-fatt lestejna l-pjanti tal-post il-ġdid fejn lill-ħaddiema se nagħtuhom post b'ambjent ferm aħjar minn dak li kellhom u fl-istess ħin tista' tiżdied l-effiċjenza.", "Per eżempju, il-mastrudaxxi tad- Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali mhux se jibqgħu jaħdmu fil-foga li kien hemm fil-kantini tal-Baviera li kienet bla arja u ta' dannu għal saħħithom.", "B'hekk ukoll id-dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali u l- Uffiċċju Konġunt ikunu jistgħu jaħdmu b'mod aktar kordinat u effiċjenti.", "Rigward tiswijiet f'postijiet tal-Gvern mikrija tant baqa' x'nirranġaw, inkluż il-faċċati ta' blokki f'oqsma tad-djar tal-Gvern, li l-Gvern Laburista żied Vot minn Lm300,000 għal Lm500,000.", "Din iż-żieda qawwija fis-somma tkompli turi b'liema determinazzjoni l-Gvern Laburista jrid li verament iċ-ċittadin ikun l-ewwel.", "Qed ngħid hekk għax min jabita b'kera f'post tal-Gvern, jekk ikollu bżonn xi tiswija fil-post issa jista' jmur mill-ewwel għand id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, sezzjoni Postijiet tal-Gvern f'Santa Venera minflok ma joqgħod jiġi l-Ministeru.", "Hemmhekk tiġi mfissra lilu l-policy f'dan ir-rigward, imbagħad jekk iħoss li mhux qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa għandu jirrapporta lill- Ministeru.", "B'hekk inkunu qed nużaw ir-riżorsi tal-ħaddiema tagħna b'mod aktar effiċjenti.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' biex nappella lir-residenti f'postijiet tal-Gvern ħalli jibżgħu għall-post tagħhom u jżommu partijiet komuni bħall-intrajjet, it-turġien, il-kmamar tat-trombi tal-bejt u l-bjut fi stat tajjeb.", "Nappellalhom iħarsu l-madwar kollu li jgħixu fih u jħarsu anke l-postijiet ta' rikreazzjoni biex uliedhom ikunu kuntenti bil-lokal li jgħixu fih.", "F'dan ir-rigward qegħdin jasluli ħafna lmenti li ċerti residenti f'postijiet tal-Gvern qegħdin jaqbżu l-limiti dwar it-trobbija ta' annimali u storbju speċjalment f'appartamenti.", "GĦalħekk nappella għal aktar prudenza għax qed ikollna talbiet minn residenti biex jitilqu minn blokki ta' appartamenti proprju minħabba dawn l-inkonvenjenzi.", "F'Jannar li għadda ħriġna l-offerti għal kuntratt biex isiru ġonna pubbliċi ġodda f'erba' oqsma tad-djar, ċioe' fil-Kalkara, Ħaż-Żabbar, iż- Żejtun u Santa Luċija sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jgħixu f'ambjent isbaħ.", "Rigward nies bi bżonnijiet speċjali, għal din is-sena vvotajna s-somma ta' Lm45,000 li hija iżjed mis-somma ta' Lm39,000 li ntnefqet s-sena l- oħra.", "Dawn il-flus huma intenzjonati bħala għajnuna mill-Gvern biex isiru xogħlijiet fi djar ta' nies bi bżonnijiet speċjali kif ukoll biex isirulhom il-lifts.", "GĦas-sussidju ta' interessi fuq self għad-djar mingħand il-Lohombus, jiġifieri l-iskemi SHD 16 u 14, inkluża dik tad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali, il-Gvern Laburista qed jivvota s-somma ta' Lm850,000 li hija akbar minn dik minfuqa fl-1996 (Lm810,080).", "Ladarba aħna għandna policy għaqlija, l-allokazzjoni għas-subvention m'għandhiex għalfejn tiżdied, anzi fil-fatt se tonqos għax fejn in-nefqa attwali f'subventions fl-1995 kienet ta' Lm1.1 miljun li mbagħad is-sena l- oħra telgħet għal kważi Lm2.5 miljun, aħna għal din is-sena niżżilnieha għal Lm1 miljun.", "Pero' hawnhekk tajjeb ngħid li minkejja li naqqasna din is-somma minn Lm2.5 miljun għal Lm1 miljun, il-vot totali tal-housing għas- sena 1997 huwa aħjar minn dak taħt Gvern Nazzjonalista.", "Inizjattiva ġdida mill-Gvern Laburista tidher fil-vot kapitali taħt item 9. fejn qed nivvotaw is-somma ta' Lm200,000 għal żvilupp ta' nħawi ġodda għal skopijiet ta' housing soċjali, inizjattiva li l-Onor.", "Austin Gatt sejħilha ċajta.", "Din is-somma m'hix qiegħda biss għal Malta imma għal GĦawdex ukoll, u din barra s-somma ta' Lm20,000 li kien hemm ivvotati għal Għawdex, li minnhom il-Gvern ta' qabel ma kien nefaq xejn.", "Xi tfisser din is-somma?", "Naħseb li hawn min ma kienx jaf dwar il-Kummissjoni maħtura riċentement mill-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, u ppreseduta minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici, li qed tiġi nkarigata tfittex art tal-Gvern u art li kienet inxtrat mingħand il-Knisja biex tintuża għal skopijiet ta' housing soċjali.", "Din il-Kummissjoni diġa' miexja bix-xogħol tagħha kemm f'Malta kif ukoll f'GĦawdex u filwaqt li nroddilha ħajr għax-xogħol li qed tagħmel b'koperazzjoni ma' l-Uffiċċju Konġunt, id-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali, l-Awtorita' tad-Djar, id-Dipartiment ta' l-Artijiet u mal-Ministeru tiegħi, inħoss li għandi nkun prudenti u ma nikkummentax aktar.", "Mhux ta' b'xejn li l-ex-Prim Ministru, Dr Karmenu Mifsud Bonnici, fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista ftit tal-ġimgħat ilu, nħatar delegat għal għomru.", "Minn hawnhekk insellimlu u nirringrazzjah ta' l- għajnuna li qed jagħtina f'dan il-qasam komplikat u aggravat bin-nuqqas ta' politika ċara tal-Gvern Nazzjonalista.", "Nemmen li bla ma rrid intella' xi aspettattiva, bil-ħidma tal-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, tas- settur privat kif ukoll ta' dawk kollha fi ħdan il-Ministeru tiegħi, il- Kummissjoni għandha tagħti l-frott lill-poplu.", "Dan aktar u aktar fid-dawl tal-fatt li s-settur privat qiegħed jingħata l-ikbar spazju biex jaħdem magħna ħalli flimkien u b'kuraġġ nilqgħu l-isfidi tas-seklu l-ġdid.", "Għandu jkun ta' sodisfazzjon għal kulħadd il-fatt li s-settur privat fehemna u aċċettana tant li qed jitlob li jiltaqa' magħna biex jaħdem magħna fuq proġetti fil-qasam tad-djar.", "Nista' ngħid li diġa' ltqajt ma' nies fis-settur bankarju, ma' kuntratturi u mat-taqsima tal-Bini u Kuntratturi tal-GRTU u saħansitra diġa' kien hemm min offrielna għall-bejgħ numru sabiħ ta' appartamenti ġodda.", "Dan juri li s-settur privat diġa' qed irabbi fiduċja fina għax induna li aħna partit serju u aħna min-naħa tagħna għarafna li dan is-settur irid jaħdem magħna.", "Meta l-poplu jara l-Kummissjoni tħaffef bix-xogħol tagħha, meta jara li l- privat qed jitkellem magħna u meta jara s-serjeta' maniġerjali tal-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, bilfors jimtela bil-kuraġġ għax b'dan il-mod se jkollna riżultati ferm aħjar.", "Min żamm lill-Gvern Nazzjonalista milli jagħmel biċċa xogħol bħal din?", "Ħadd ma żammu!", "Iżda l-Gvern Nazzjonalista tilef iċ-ċans mentri aħna dan iċ-ċans ħadnieh.", "Dan juri biċ-ċar li l- Gvern Nazzjonalista kien Gvern għażżien.", "Ħafna kunsilli lokali u soċjetajiet iridu jiltaqgħu magħna u għalkemm ma nistax niltaqa' magħhom f'daqqa, beħsiebna niltaqgħu magħhom kollha.", "Jien diġa' tkellimt ma' xi wħud minnhom, fosthom il-kunsilli lokali ta' Bormla u tal-Furjana u meta smajthom komplejt nikkonferma li f'dawn iż-żewġt ibliet hemm problemi kbar ta' housing soċjali.", "Qabel l-Elezzjoni Ġenerali ta' l- 1996 jiena, bħala kelliem ewlieni tal-Partit Laburista dwar il-housing, kont mistieden mill-Kunsill Lokali tal-Furjana biex nattendi għal konferenza stampa li għaliha kien mistieden ukoll il-Ministru Nazzjonalista responsabbli mill-housing, l-Onor.", "Ċensu Galea, iżda li mbagħad ma attendiex.", "Dak inhar mill-ewwel għaraft is-serjeta' tal-Kunsill tal- Furjana f'dak li jirrigwarda l-housing għax fil-fatt kienu tawni rapport sħiħ u serju fuq il-qagħda tal-housing fil-lokal.", "Wara l-elezzjoni jien erġajt iltaqjt magħhom u ddiskutejna fil-pubbliku l-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-Furjaniżi fil-qasam tal-housing u saħansitra ħaduni ma' l-Arċipriet inżur il-postijiet li se jiġu mwaqqgħa.", "Min-naħa tagħna aħna ħadna l-inizjattiva biex fi Frar inwettqu survey dwar id-djar battala fil- Furjana u għamilna proġett pilota biex tiġi ppreċiżata d-dimensjoni tal- problema li teżisti.", "Fil-fatt uffiċjali tad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali qed jaraw kemm hawn postijiet bħal dawn, u fejn huwa possibbli, jaraw anke l-kondizzjoni ta' dawn il-postijiet.", "Jiena, flimkien mad-Dipartiment, għamiltha ċara pubblikament li dan is-survey bl-ebda mod m'għandu x'jaqsam ma' xi ordni ta' rekwiżizzjoni għax dik is-sistema issa spiċċat.", "Barra li tlabna għall-appoġġ u l-koperazzjoni ta' kulħadd, tlabna wkoll l-għajnuna tas-sidien ta' dawn il-postijiet.", "U peress li għandna rieda tajba u qed inkunu ġenwini f'dak li nagħmlu, sibna l-appoġġ sħiħ tal- Kunsill Lokali, ta' l-Arċipriet, tal-Provinċjal tal-Kapuċċini, tal- ġurnalisti u anke ta' l-istess sidien ta' dawn il-postijiet vojta.", "Wara li nlestu dan is-survey inkunu nistgħu verament naqbdu l-barri minn qrunu billi flimkien mal-partijiet konċernati nagħtu bidu għat-tieni fażi biex ma nħallux il-Furjana tkompli titbattal b'mod mgħaġġel mir-residenti billi nipprovdu postijiet aktar diċenti u b'aktar kumditajiet.", "F'dak li jikkonċerna l-qasam tad-djar jiena nixtieq li nara l-Furjana f'qagħda aħjar milli hi u għaldaqstant il-Gvern Laburista ħa din l-inizjattiva permezz tal- proġett pilota.", "X'żamm lill-Gvern Nazzjonalista milli jagħmel dan?", "Il- Gvern Nazzjonalista kien wera li kien nieqes minn dawn l-ideat friski u moderni.", "F'ittra li bagħatli l-Kunsill Lokali tal-Furjana, iffirmata mis- Sindku, wera li apprezza l-inizjattiva tal-Gvern tiegħi favur il-housing f'dan il-lokal.", "L-ittra tgħid hekk:", "\"4 ta' Frar, 1997 Onor. Alfred Portelli Ministru tad-Djar Floriana", "APPREZZAMENT GĦALL-INIZJATTIVA FAVUR IL-HOUSING FIL-FLORIANA", "Sħabi u jien nixtiequ nuru l-apprezzament tagħna għall-mod assidwu tiegħek biex issir magħrufa l-entita' tal-problema ta' djar inabitabbli fil-Floriana.", "Fil-fatt, l-eżerċizzju li pproponejt għandu jservi biex nibdew l-ewwel pass li għandu jwassalna biex nissuperaw problema soċjali li matul iż- żmien tħalliet taħt it-tapit.", "Nieħu din l-opportunita' biex nirringrazzjak personalment għal din l- inizjattiva tiegħek u nitolbok twassal l-apprezzament tagħna lill-Prim Ministru li aċċetta li l-Floriana tkun proġett pilota, kif ukoll lill- uffiċjali kollha involuti f'dan l-eżerċizzju.", "Nemmen li l-ħidma li bdejna flimkien għandha tkun perseveranti kif ukoll pożittiva b'risq il-komunita' tal-Floriana.", "Inselli għalik", "Publio Agius Sindku", "Mr Chairman, nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inpoġġi fuq il- Mejda kopja ta' din l-ittra kif ukoll kopja ta' press release li ħareġ id- Dipartiment.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Ittra mibgħuta mis-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Floriana lill- Ministru tad-Djar fl-4 ta' Frar 1997 dwar apprezzament għall- inizjattiva favur il-housing fil-Floriana; u", "Stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fuq survey dwar djar battala fil-Floriana.", "Mr Chairman, aħna se nkomplu naħdmu flimkien fuq dan il-proġett pilota biex insibu l-aħjar mezzi demokratiċi biex ngħinu dawk milquta.", "Hawnhekk nixtieq li nrodd ħajr lill-Kunsill Lokali tal-Furjana, lill-Arċipriet u lil dawk kollha li qegħdin jikkoperaw f'din il-ħidma.", "Nixtieq nieħu l- opportunita' biex nappella lill-kunsilli lokali li ladarba huma l-gvern lokali jieħdu l-qasam tal-housing soċjali bis-serjeta' u jagħmlulna rapporti serji fejn jindikaw is-sitwazzjoni reali ta' din il-problema fir- raħal jew belt tagħhom kif wkoll jagħmlu proposti u rakkommandazzjonijiet serji li nkunu nistgħu nwettquhom bil-limitazzjonijiet finanzjarji li għandna.", "Mr Chairman, iltqajt ukoll mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' bil-għan li tingħata prijorita' lill-ħtieġa li fid-djar tal- Gvern ma jkunx hemm xkiel għal dawn il-persuni, anzi jkun hemm il- faċilitajiet ta' aċċessibilita' u manuvrabilita'.", "Fil-Diskors tal-Budget għal din is-sena, il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, l-Onor.", "Lino Spiteri qal illi taħt l-Amministrazzjoni preżenti, l-Awtorita' tad-Djar waqt li se tħaddem l-iskemi li kellha, beħsiebha tippjana skemi u kriterji li jirriflettu aħjar il-qagħda tal-lum fil-kontest ta' ħtiġijiet soċjali reali.", "Fil-laqgħa mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-15 ta' Jannar 1997 ħadt pjaċir illi rappreżentanti ta' din il-Kummissjoni ressqu diversi proposti bil-għan li jkomplu jitjiebu s-servizzi mill- Ministeru tad-Djar favur il-persuni bi ħtiġijiet speċjali.", "Dawn talbu li jkun hemm reviżjoni ta' l-iskemi ta' għajnuna offruti mid-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali, l-aktar dik magħrufa bħala HD 13.", "Ġiet milqugħa l- proposta li delegazzjoni magħmula minn rappreżentanti ta' din il- Kummissjoni tiltaqa' mad-Direttur tal-Bini u Kostruzzjoni u l-periti tiegħu biex dawn ta' l-aħħar jiġu familjarizzati mal-ħtiġijiet ta' persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Jiena ssuġġerejt lil din il-Kummissjoni biex tagħmilli rapport bil-proposti tagħha rigward il-politika tal-Gvern Laburista, kif imfissra fil-Programm Elettorali, u fuq dak li ntqal fid- Diskors tal-Budget.", "Quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bħalissa hemm xi 280 applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva minn familji li għandhom xi membru b'diżabilita' u mill-1 ta' Novembru 1996 sal- lum l-Awtorita' u d-Dipartiment solvew 28 każ minnhom.", "Irrid ngħid li jien iltqajt u ddiskutejt mal-Lohombus Corporation u mal- Bank of Valletta rigward dak li ntrabatna miegħu fil-Programm Elettorali tagħna fejn, f'paġna 15, għidna illi kull fejn jista' jkun, il-Partit Laburista, bi sħab mas-settur privat, jassigura liċ-ċittadin opportunitajiet indaqs għal housing billi fost miżuri oħra \"jitjiebu l- kondizzjonijiet tar-rati ta' l-imgħax fuq self għal djar għall-familji bi dħul baxx\".", "Dan qed ngħiduh mingħajr l-ebda ħsieb ta' xi aspettattiva u ħolqien ta' inċertezzi.", "L-ewwel u qabel kollox, kemm il-Gvern kif ukoll is- settur bankarju għandhom jemfasizzaw il-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu edukati minn kmieni biex jibdew ifaddlu għall-akkwist tad-dar futura tagħhom.", "Infatti, il-Lohombus dalwaqt se jibda kampanja oħra pubbliċitarja biex jinkoraġġixxi t-tfaddil ma' din il-Corporation bil-ħsieb primarju ta' xiri jew bini ta' djar futuri mid-depożitanti.", "F'dawn it-taħdidiet qed tiġi kkonsidrata l-possibbilta' li jkun hemm skemi ta' self għal uħud minn dawk li jkunu jridu jestendu d-djar tagħhom.", "Anke l-Bank of Valletta wiegħed li lest joffri l-esperjenza tiegħu lill-Ministeru fil-qasam tal-house loans, anzi qal li jrid jidħol parti fi skemi ta' self għal xiri ta' akkomodazzjoni soċjali pprovduti mill-Gvern.", "Il-Bank of Valletta diġa' sellef madwar Lm19 miljun lill-klijenti tiegħu waqt li l-Lohombus Corporation sellfet is-somma ta' madwar Lm94 miljun li minnhom Lm43 miljun huma mingħajr sussidju u Lm51 miljun bis-sussidju.", "Il-fatt illi l-Bank of Valletta jrid jidħol fl-iskemi tagħna juri fiduċja fit-tmexxija tal-Gvern il-ġdid u li mhux qed jagħti widen għall-inċertezzi allegati mill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni.", "Konxju mill-qagħda ħażina fil-qasam tad-djar soċjali, Gvern Laburista jrid li jkompli bil-politika tiegħu li bini qadim, battal jew f'qagħda ħażina jiġi żviluppat biex jerġa' jsir abitabbli u għal dan il-għan se nagħtu l- inċentivi.", "Is-settur privat, inkluża l-GRTU, fit-taħdidiet li kellu miegħi wera x-xewqa li jaħdem f'dan il-proġett ukoll.", "U meta kif irrapporta ġurnal Nazzjonalista li fil-laqgħa li kellha miegħi l-GRTU ħarġet diżappuntata!", "Altru milli ħarġet diżappuntata, għax il-GRTU uriet li hija interessata ħafna fil-politika tal-Gvern Laburista dwar bini ta' akkomodazzjoni soċjali, dwar il-manutenzjoni tal-bini tal-Gvern u dwar riġenerazzjoni ta' postijiet battala jew li qegħdin fi stat dilapidat.", "Id-Direttur Ġenerali tal-GRTU, is-Sur Vincent Farrugia, tant fehem x'ġid jista' jinħoloq b'din il-ħidma fejjieda u għaqlija illi huwa stess fisser l-importanza ta' dan kollu billi qal li dan jiġġenera ħafna xogħol u impiegi.", "Dak il-ħin waqt il-laqgħa stess - għax jien nimxi bi djalogu - l-għaqda laqgħet il-proposta tiegħi biex tippreżenta rapporti dettaljati dwar is-sehem tal-privat f'dan il-qasam kif ukoll dwar l-inċentivi li l-GRTU qiegħda tistenna li jingħataw lill-privat biex b'hekk aktar djar battala tal-privat joħorġu għall-kiri.", "U mela tiġu tgħidu li l-GRTU ħarġet diżappuntata!", "Ma tafux li l-GRTU sabet Ministru li jismagħha u jistmaha tax-xogħol li tagħmel!", "Aħna rridu naħdmu flimkien biex verament nibnu l-futur tagħna fis-sod.", "Peress li huma konxji mill-problema kbira li telqilna ma' saqajna l-Gvern ta' qabilna u għax għarfu s-serjeta' u l-onesta' tagħna, ħafna qed jersqu biex jaħdmu magħna u saħansitra qed iressqulna l-proposti tagħhom sabiex fuq kollox huma wkoll ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar u f'ambjent li jixirqilna.", "Jiena ma nqtajtx minn mal-poplu u kull fejn kien hemm bżonn mort personalment, bħal meta waqgħu s-soqfa f'Bormla u f'Tas-Sliema, fejn kont mort b'soluzzjoni lesta.", "Pero' ġieli ssib min jopponilek għax ikun irid akkomodazzjoni alternattiva fl-istess raħal jew belt, kif qal tajjeb l- Onor. Censu Galea.", "Per eżempju, jekk persuna jkollha ħsara strutturali fil-post tagħha f'Tas-Sliema, il-Gvern ma jistax jagħtiha akkomodazzjoni alternattiva f'Tas-Sliema stess għax id-Dipartiment lanqas għandu post wieħed battal u abitabbli f'Tas-Sliema u għalhekk ikollna noffru post alternattiv band'oħra.", "Bħalissa qegħdin naħdmu fuq il-pjanti ta' area f'Bormla biex titwaqqa' kif ukoll hemm talba quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex nibdew inwaqqgħu ċertu bini ġewwa l-Furjana.", "Bħal din it-talba hemm oħrajn li jikkonċernaw irħula u bliet oħra.", "Tant writna sitwazzjoni mwiegħra f'dan il-qasam illi tajjeb nagħti l- figuri, kategorija kategorija, ta' l-eluf ta' nies li qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva.", "Dawn huma mqassmin hekk: in-numru ta' nies bi djar perikolużi huwa ta' 581; nies li l-post tagħhom huwa sub-standard hemm 785; nies sharing xi fond hemm 1,154; nies li għandhom mard fil-familja 748; nies li jridu jibdlu 244; single mothers 76; nies separati 222; anzjani 27; koppji biex jiżżewġu 199; single persons 115 u kategoriji oħra 613.", "Meta wieħed iħares lejn il-lista jsib li hemm mijiet ta' nies kważi f'kull kategorija.", "Mhux ta' b'xejn li kulħadd qed jitlob l-appuntamenti biex jiltaqa' magħna!", "Pero' minn hawnhekk ikolli ngħid lil dawn in-nies li huwa impossibbli li fi żmien daqshekk qasir naraw dawn il-mijiet kollha.", "Minn mindu sirt Ministru u bdejt nara l-madwar 5,000 applikazzjoni li hemm sibt li dawn m'humiex up-to-date u allura m'humiex qed jagħtu stampa reali tas-sitwazzjoni preżenti; per eżempju, hemm indirizzi differenti minn dawk ta' meta l-inidvidwu kien għamel it-talba oriġinali tiegħu.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qaltilna li meta kienet fil-gvern kienet ħasbet biex tippubblika l-lista tal-punti ta' l-applikanti.", "Din kienet bdiet tissemma fl-aħħar jiem ta' qabel l-elezzjoni għax kienu jafu li se jaqilgħu tkaxkira.", "Pero' din hija xi ħaġa li ma setgħetx; issir għax l- applikazzjonijiet m'humiex korretti u għalhekk fl-istess ħin m'humiex jagħtu stampa ċara tas-sitwazzjoni.", "Għal dan il-għan jien tkellimt mad- Dipartiment biex l-applikazzjonijiet jiġu aġġornati billi nibagħtu questionnaire lil kull applikant.", "B'hekk ikollna stampa aktar ċara ħalli nkunu nistgħu nippjanaw aħjar dwar kif għandha tittaffa l-problema ta' dawn in-nies.", "Per eżempju, qiegħed jirriżultalna li jkun hemm nies li minkejja li għandhom dħul li huwa aktar mid-dħul medju, xorta waħda qegħdin japplikaw għal post mingħand id-Dipartiment.", "Naturalment għandhom dritt li japplikaw - u dan id-dritt se nħalluh - pero' għandna nkunu nafu eżattament kemm għandna min applika li għandu dħul ogħla mid-dħul medju ħalli nkunu nistgħu nippjanaw aħjar.", "GĦax m'għandniex, per eżempju, naqsmu dawn l- applikazzjonijiet fi tliet kategoriji skond id-dħul finanzjarju ta' l- individwu, fosthom ikun hemm il-kategorija ta' dawk li jaqilgħu mill- minimum wage 'l isfel li ma jkunux jifilħu jħallsu kirjiet għoljin u wħud minnhom, speċjalment dawk bir-relief, qed igħixu verament fi stat miżeru, f'postijiet sub-standard jew perikolużi?", "Hu proprju dan li qed nagħmlu f'dawn il-ġimgħat.", "Meta sirt Ministru rriżultali wkoll li d-derequisitions fuq postijiet li huma fi stat ħażin u li qegħdin għand id-Dipartiment kienu waqgħu lura u minħabba f'hekk, f'ċerti każi d-Dipartiment kien qed ikollu jħallas il- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Fil-fatt kont issuġġerejt li tittieħed azzjoni immedjata biex waqt li neħilsu minn proprjeta' li m'hijiex utli nevitaw ukoll il-ħela ta' flus.", "Ħaġa oħra li sirt konxju minnha kienet li t-talbiet ġustifikati għal bdil minn post tal-Gvern għal ieħor - għax hawnhekk dejjem qed nitkellmu fuq postijiet tal-Gvern - kienu kważi weqfin għal kollox.", "Aħna diġa' bdejna nipproċessaw dawn l-applikazzjonijiet u qed isiru l-inspections mid- Dipartiment fuq il-postijiet ikkonċernati ħalli nevitaw il-qerq meta jsir dan it-tip ta' bdil.", "Fil-housing estates tal-Gvern qabel ma kenux isiru inspections bir- riżultat li f'ċerti postijiet hemm nies li m'humiex intitolati li joqogħdu hemm, u hemm min għadda l-post lil ħaddieħor anke b'kera minflok ma għadda ċ-ċwievet tal-post lid-Dipartiment.", "Fi żmien Gvern Nazzjonalista kien hemm postijiet li ġew okkupati minn squatters li ilhom hemm is-snin u allura issa trid ħafna nkwiet biex taqlagħhom minn hemm peress li wħud għandhom il-familja.", "Għall-kuntrarju, f'kull każ ġdid ta' squatting li ġie rrapportat lili wara s-26 ta' Ottubru 1996 tajt direttiva biex dawn jitkeċċew.", "Jien nemmen li ħadd ma għandu juża l-forza biex jieħu post tal- gvern imma għandu jkun hemm raġunijiet ġustifikati biex wieħed jikkwalifika għal post tal-gvern.", "Aħna osservajna li filwaqt li qabel ma nbidel il-Gvern il-każijiet ta' homeless persons kienu jkunu ftit, dawn issa faqqsu b'rata allarmanti u filwaqt li qabel dawn kienu jiġu riferuti mill-ewwel lid-Dipartiment, illum, Alla jbierek, dawn qed jiġu riferuti direttament lill-Ministeru.", "Dan juri li hemm xi ħadd jew xi wħud li filwaqt li qabel kienu jaħbu dawn il-każijiet, illum qed isibuha komda li jqisuhom bħala homeless u jiġu direttament quddiem il-Ministeru.", "GĦalhekk, il-Ministeru qed jikkordina kontinwament il-ħidma tiegħu f'dan is-settur kemm mas-social workers tad- dipartiment tagħna kif ukoll ma' dawk taċ-Ċentru Ħidma Soċjali ta' Santa Venera.", "Aħna qed inħossu li ġejja pressjoni qawwija ferm fuqna minn kull kategorija ta' applikanti u jidher li se jkun diffiċli li l-problema tittaffa malajr.", "Permezz tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, aħna bdejna nitrattaw l-ewwel dawk il-każi li verament huma ġustifikati u hawnhekk irrid infakkar li jien kont tajt il-permess lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista biex tara dawn il-files, anzi jien nirrikmandalha tara wkoll il-files ta' dawn l-aħħar disa' snin!", "Sur President, aħna qegħdin naħdmu wkoll biex innisslu fin-nies aktar fiduċja għax dawn kienu tilfu l-fiduċja fl-Awtorita' tad-Djar meta bdew jaraw li kien hemm min, per eżempju, ħa post b'ittra ffirmata miċ-Chairman, Dr Tufigno, li ġġib id-data ta' l-24 ta' Ottubru tas-sena l-oħra, jiġifieri jumejn biss qabel l-Elezzjoni Ġenerali, jew inkella kien hemm min applika u ħa post li sal-lum għadu ma nbeniex jew ma tlestiex.", "Dawn huma każijiet ta' vote catching u minn hawnhekk jidher ċar x'ġiet imġiegħla tagħmel l- Awtorita' tad-Djar mill-Gvern Nazzjonalista.", "Sur President, ikun tajjeb jekk hawnhekk ngħid li l-għadd ta' applikanti għal post alternattiv mill-1 ta' Novembru tas-sena l-oħra sa l-aħħar ta' Jannar li għadda żdied b'250 u din iż-żieda tirrifletti l-fiduċja li ċerti nies għandhom fil-Gvern Laburista kif ukoll kemm kien fjakk il-programm ta' housing tal-Gvern Nazzjonalista.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li matul l- istess perjodu li kien hemm dik iż-żieda fl-applikazzjonijiet, ingħataw 34 post mid-dipartiment u dan in-numru ma jinkludix dawk l-applikanti li kienu applikaw quddiem id-dipartiment u ġew mogħtija post ġdid wara li applikaw għand l-Awtorita' tad-Djar fl-aħħar tliet ħarġiet.", "Sur President, fl-aħħar tliet avviżi li ħarġet l-Awtorita' tad-Djar fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kien hemm 261 appartament għall-kiri u 263 għax-xiri filwaqt li kien hemm 1,014-il applikant għal postijiet b'kiri u 1,075 applikant għax-xiri, jiġifieri b'kollox kien hemm 2,089 applikant għal 524 appartament.", "Kif qed taraw, hawnhekk għandna qagħda fejn għal kull post hemm madwar ħames applikanti u għalhekk il-Gvern messu bena iżjed units ladarba hemm 'il fuq minn 1,000 applikant li kienu lesti jagħmlu sagrifiċċju u jixtru post fejn joqogħdu, fosthom hemm minn dawk il-5,000 li hemm quddiem id-D.A.S. GĦal dawn it-tip ta' nies jiena tkellimt ukoll mal- banek, fost suġġetti oħra!", "Ħafna minn dawn l-applikanti se jkollhom jistennew biex imorru jabitaw fil-post li ħadu - dan mhux tort tal-Gvern preżenti iżda tort tal-Gvern Nazzjonalista li għaġġel lill-Awtorita' tad- Djar biex toħroġ il-postijiet meta kienu għadhom ma nbnewx - għax minkejja li x-xogħol tal-bini baqa' għaddej bħal qabel dan għadu ma tlestiex.", "Dan kixef lill-Gvern Nazzjonalista u ta raġun lill-kritika ġusta li konna għamilna mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni li l-Gvern Nazzjonalista kien ħareġ l-applikazzjonijiet minn kmieni ħafna minħabba l-elezzjoni ta' l- 1996.", "Illum qed naħdmu b'koperazzjoni akbar mal-Korporazzjoni Enemalta u mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex ix-xogħol meħtieġ għall-bini tal-Gvern jimxi aħjar u jsir f'waqtu.", "Tajjeb li nirriflettu ftit fuq dawk l-applikanti, fosthom dawk li jinsabu fil-qiegħ, li ninsab ferm inkwetat fuqhom avolja ninsab kunfidenti li ntaffi t-tbatija ta' ħafna minnhom, kif diġa' bdejt nagħmel u għamilt f'ċerti każi.", "Waqt li f'Ottubru 1996 kien hemm 4,518 applikant quddiem id- D.A.S., fl-istess ħin infakkar li l-iskemi kollha ta' l-Awtorita' tad-Djar u tad-dipartiment huma miftuħin.", "Il-poplu għandu jkun jaf li bħalissa jista' japplika quddiem l-Awtorita' tad-Djar biex isewwi l-post fejn joqgħod, kemm jekk huwa s-sid kif ukoll jekk huwa inkwilin.", "Anke l-iskemi għal dawk il-persuni bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll għal għoti ta' sussidji lil min isib jikri post tal-privat, għadhom miftuħa wkoll.", "Ma rridx ninsa hawnhekk l-iskema li biha inkwilin li jgħix f'post tal-gvern jista' jixtrih.", "Mr Chairman, irrid ngħid li diversi ċittadini ressqulna lmenti dwar postijiet tal-gvern li jkunu għadhom kemm inbnew - bħal fil-każ tal-cluster houses ta' l-Imtarfa li kienu nbnew fi żmien il-Gvern Nazzjonalista - li qed isibuhom mimlijin difetti, li xi wħud minnhom żgur li ma tistennihomx f'bini ġdid, aktar u aktar meta l-Gvern ikun ħallas flus tajba għalihom.", "Tant nemmnu li ċ-ċittadin jiġi l-ewwel u qabel kull interess ieħor li ġejt informat li din hija l-ewwel darba fl-istorja ta' l-Awtorita' tad-Djar li qiegħda ssir kawża kontra kuntrattur - hawnhekk qed nerġa' nirriferi għal każ ta' l-Imtarfa.", "L-Awtorita' tad-Djar ma tistax tibqa' timxi b'mod tali li għaliex dawn huma postijiet tal-gvern allura jgħaddi kollox, biex imbagħad jiġu l-inkwilini jew is-sidien ta' dawn il-postijiet ġodda jilmentaw quddiemna.", "Fuq kollox irrid ngħid li dawn il-complaints ilhom isiru minn żmien il-Gvern preċedenti u allura dak li aħna bil-kuraġġ qegħdin nirranġaw illum imissu ilu li ġie rranġat mill-Gvern preċedenti.", "Aħna konxji minn din is-sitwazzjoni u għalhekk irridu li l-kuntratturi tal- bini tal-housing tal-gvern jagħmlu xogħol tajjeb mill-ewwel biex wara ma jkunx hemm għalfejn jintnefqu flus żejda biex jiġu rranġati d-difetti u x- xogħol ħażin.", "Meta nitkellmu ma' kuntratturi tal-bini ta' housing soċjali jkun hemm min jaqbeż u jgħid: \"X'tippretendi li għandu jkollok b'dak il- prezz!\"", "Jiena u l-Awtorita' tad-Djar, u ċ-ċittadin li jiġi l-ewwel, nippretendu li l-kuntrattur, hu min hu, ikun jaf għal xiex ikun dieħel għax dan ikun ħa x-xogħol bl-offerta u jkun jaf ukoll kemm huwa t-tender value tax-xogħol li toħroġ l-Awtorita' tad-Djar.", "Il-fatt li kuntrattur jitfa' somma ta' flus inqas sewwa mit-tender value ma jiġġustifika bl-ebda mod li l-kuntrattur ma jagħmilx il-proġett ta' bini ta' housing soċjali kif titlob is-sengħa tal-bini.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk ngħid li meta fittixt f'numru ta' tender documents sibt li l-ewwel tittieħed l-iktar offerta baxxa imbagħad irriżultali li din l-istess offerta tinbidlilha l-figura wara li jkun tlesta x-xogħol, s'intendi bla ma taqbeż l-ammont oriġinali tat-tender value ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "B'dan irrid infisser li ladarba l-kuntrattur ikun tħallas kif kellu jitħallas għandu jagħti x-xogħol skond is-sengħa tal-bini u skond il-kuntratt li ffirma għax wara kollox flus il- poplu għandhom jintużaw biex jinkiseb l-aħjar riżultat.", "Sur President, nixtieq ngħid ukoll xi ħaġa wkoll fuq l-Uffiċċju Konġunt.", "GĦalkemm dan l-uffiċċju ilu mwaqqaf minn Marzu 1993, jiġifieri erba' snin ilu, l-informazzjoni fuq il-proprjetajiet tal-Knisja għadha ma ntbagħtitx kollha mill-Knisja filwaqt li ħafna mill-informazzjoni li ngħatat hija outdated.", "Dan ħoloq problemi kbar għal dan id-dipartiment u ġab ħafna tgergir mill-pubbliku.", "GĦalhekk hawn jidher ċar li l-Gvern Nazzjonalista ma tax importanza biżżejjed lil dan l-uffiċċju u tista' tgħid li d-diskors ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista f'dan ir-rigward huwa kundanna għalihom stess.", "Sur President, aħna ħtarna Kummissjoni biex tgħin lill-Uffiċċju Konġunt fl-identifikazzjoni ta' art għall-bini ta' housing soċjali.", "Aħna ma rridux li jiġri bħalma ġara taħt il-Gvern Nazzjonalista meta ngħatat art li kienet għadha ma ġietx reġistrata għand ir-Reġistratur ta' l-Artijiet, anzi f'dan ir-rigward aħna ħadna inizjattiva billi ħtarna kumitat apposta.", "Hawnhekk ta' min wieħed jgħid ukoll li għall-Uffiċċju Konġunt, il-Gvern Laburista qiegħed jivvota somma akbar milli kien ppropona u nefaq il-Gvern Nazzjonalista s-sena l-oħra.", "Meta nħarsu lejn id-dħul ta' dan id-dipartiment insibu li mill-kera ta' proprjeta' li qabel kienet tal-Knisja fl-1996 il-Gvern daħħal Lm314,000 u mhux Lm350,000 kif kien maħsub.", "Figura oħra li turi l-għażż tal-Gvern Nazzjonalista hi meta fl-Estimi għas-sena 1996 kien intqal li se tidħol is- somma kbira ta' Lm2.25 miljun mill-bejgħ ta' proprjeta' li qabel kienet tal- Knisja, mentri fil-fatt daħlu biss Lm38,000.", "GĦalhekk mill-kera u mill- bejgħ ta' din il-proprjeta' minflok ma l-Gvern Nazzjonalista daħħal Lm2.6 miljun daħħal biss Lm352,000 u allura hawnhekk reġa' mar żmerċ ħafna fil- mira tiegħu.", "Sur President, l-Uffiċċju Konġunt għandu wkoll skema li kienet għalqet fit-30 ta' Diċembru li għadda fejn kerrej jew ċenswalist seta' jibgħat applikazzjoni għax-xiri tad-dar fejn joqgħod jew għall-fidi ta' ċens fuq dar użata miċ-ċenswalist innifsu bħala r-residenza tiegħu.", "B'kollox daħlu 1,503 applikazzjoni li minnhom 495 huma minn kerrejja residenzjali, 668 minn ċenswalisti temporanji u 340 minn ċenswalisti perpetwi rivedibbli.", "GĦalissa qegħdin jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet ta' xiri ta' djar b'kera u fl-istess ħin dawk li huma reġistrati mar-Reġistratur ta' l- Artijiet qegħdin jiġu mogħtija prijorita' u fil-fatt id-dipartiment diġa' bagħat għal 21 biex jersqu għall-kuntratt ta' trasferiment.", "Minn Novembru li għadda sa Jannar li għadda saru 191 reġistrazzjoni li jkopru 208 proprjeta', filwaqt li x-xogħol biex jiġu reġistrati 250 proprjeta' oħra qiegħed fi stat avvanzat.", "L-informazzjoni mitluba mill-entitajiet Ekklesjastiċi qabel kienet qegħda tieħu fit-tul aktar milli suppost tant li jiena kellimt lil min hu responsabbli minn dan fil-Kurja.", "Nixtieq ngħid ukoll li fiż-żmien il-Gvern Nazzjonalista, taħt l-ex-Segretarju Parlamentari għad-Djar l-Onor.", "Joe Cassar, kienu bdew iżommu l- applikazzjonijiet fil-ministeru u mhux għand id-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali kif suppost isir.", "Infatti dawn marru ittieħdu lura għand id-dipartiment ftit jiem qabel l-aħħar l-elezzjoni u allura dan ifisser li l-ex-Ministru Ċensu Galea kien żamm dawn l-applikazzjonijiet fil- ministeru tiegħu.", "Ara jiena m'għamiltx hekk.", "Ladarba jien verament irrid li jkollna trasparenza, bħala ministru jiena qatt ma ndħalt lid-dipartiment rigward applikazzjonijiet jew allokazzjonijiet.", "Mr Chairman, se ngħid xi ħaġa issa dwar il-plots u dwar l-ipokrezija u d- diżonesta' tal-Gvern Nazzjonalista fuq dan is-suġġett.", "Filwaqt li dawn bdew inewħu li l-plots m'għandhomx jingħataw u li għandu jsir l-aħjar użu mill-artijiet, rriżultalna li f'April ta' l-1996 l-Awtorita' tad-Djar kienet applikat quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - ref.PA1312/96/BLR - biex jitqassmu plots għal semi-detached villas.", "Dan ifisser li l-Gvern Nazzjonalista jew kien sejjer kontra l-policy tan-\"no plots\" ta' l-ex- Ministru Ċensu Galea jew inkella dawn kienu joħorġuhom bl-iskop ta' vote catching fl-Imtarfa, li huwa fid-distrett ta' l-ex-Ministru.", "Araw x'diżonesta'!", "Minħabba s-sitwazzjoni akuta, ħadt l-inizjattiva biex nagħmlu survey dwar il-postijiet battala li jaqgħu taħt l-Uffiċċju Konġunt u issa sibna 17-il post. Dawn il-postijiet se jiġu trasferiti lill-Awtorita' tad-Djar u permezz ta' dan is-survey tkun tista' tara jekk il-postijiet jistgħux jerġgħu jsiru abitabbli jew inkella jekk jistgħux jiġu żviluppati mod ieħor.", "Jekk dawn il-postijiet isiru abitabbli jkunu jistgħu jgħaddu f'idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jallokahom bħala housing soċjali.", "Qegħdin nagħmlu wkoll survey fuq il-postijiet battala li l-gvern hu sidhom u li nistgħu nagħmluhom postijiet abitabbli u b'hekk inżidu l-istock ta' dawn il-postijiet.", "Kif wiegħed, il-Gvern Laburista se jneħħi l-VAT u kif jidher mill-white paper f'ċerti każijiet l-inkwilini jew is-sidien ta' postijiet li jenħtieġu ċertu tiswijiet se jibbenefikaw mit-tneħħija tal-VAT.", "Aktar 'il quddiem - din diġa' tkellimt dwarha mal-Ministru Charles Buhagiar - għandna niltaqgħu mad-disa' familji li baqa' jabitaw ġewwa Tigne'.", "Għandna inizjattivi oħra għal quddiem iżda m'huwiex għaqli li nitkellem għalissa fuqhom.", "Biex inkomplu ntejbu l-effiċjenza fid-dipartiment ħadna passi biex ma jkollniex xogħol duplikat billi skemi li bħalissa qegħdin għand id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali se jmorru għand l-Awtorita' tad- Djar, bħal, per eżempju, l-iskemi SHD 16 u 14 tas-sussidju fuq self mil- Lohombus, l-iskema SHD 13 tas-sussidju b'diżabilita', skema SHD 17 fuq refund tal-VAT u l-iskema SHD 11 tas-sussidju fuq kera tal-privat.", "Mr Chairman, jiena nixtieq nagħlaq billi ngħid lill-poplu sabiex ikollu fiduċja f'dak li qegħdin nagħmlu għax aħna, minkejja s-sitwazzjoni kerha u ħażina li writna, minkejja l-ħofra finanzjarja kbira li writna mingħand il- Gvern preċedenti, għamilna u qed nagħmlu dak kollu possibbli sabiex intaffu l-problema kbira li writna fil-qasam soċjali tal-housing.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 49 kif imressqa u moqrija mill- Onor. Austin Gatt.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 49 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Austin Gatt.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "15", "FAVUR: 32", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Deguara Louis|Pullicino Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean|Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Tabone Anton | |Eddie | | |Frendo |Vassallo Edwin | |Michael | | |Galea Censu |Vella John | |Galea Louis |Zammit Ninu | |Galea Pace |Zammit Dimech Francis | |Victor | | | | |", "KONTRA: 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mintoff Dom | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar |Pace Bertu | |Louis | | |Camilleri |Portelli Alfred | |Maria | | |Cardona Chris|Refalo Anton | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cilia Joe |Sceberras Trigona Alex | |Dalli Helena |Schembri Adami Sandro | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru tad-Djar.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 49 - MINISTERU TAD-DJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 560,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 49 - Djar, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 49 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 50 - UFFIĊĊJU KONĠUNT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 418,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 50 - Uffiċċju Konġunt, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 50 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XIII - MINISTERU TAD-DJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,042,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIII - Ministeru tad-Djar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot XIII għaddiet.", "Fid-9.37 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 49, 50 u XIII taħt il-Ministeru tad-Djar kienu ġew approvati mill- Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 12 ta' Frar, 1997 fis-6.00p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997", "L-GĦaxar Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il- Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 12 ta' Frar, 1997 bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GHAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENEMALTA - RAPPORT", "2419.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid jekk ir-rapport dwar il-Korporazzjoni Enemalta huwiex lest u jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallsu jew se jitħallsu l-konsulenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirreferik għar-rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra fis-seduta ta` filgħaxija tat-28 ta` Jannar 1997 u li ġie ppubblikat l-għada mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni.", "PA - SISTEMA TA' \"COMMUTED PARKING\"", "2441.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi f'xi \"areas\" f'Malta l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha sistema ta' \"commuted parking\", jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fejn qed titħaddem din l-iskema?", "Jista' jgħid kemm sal-lum kienu l-persuni li wżaw din il- faċilita' biex ikunu jistgħu joħorġu l-permessi tal-bini meħtieġa?", "Kemm minn dawn il-\"car parks\" inbnew u fejn?", "Meta hu mistenni li jiżdiedu aktar \"areas li jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-\"commuted parking scheme\"?", "Billi xhur ilu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iffinalizzat studju dwar din l-iskema għall-użu f'San Pawl il-Baħar, jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħid meta fil-fatt se tibda tintuża din l-iskema f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-\"Commuted Parking Payment Scheme\" fil-preżent qiegħda tiġi operata fil-Kunsilli Lokali ta` San Ġiljan, Sliema, Valletta u Floriana.", "In-numru ta` żvilupp li jikkontribwixxu għal din l-iskema huma: 02 fl-1994 1 f` San Ġiljan u 1 f` Ta` Sliema 16 fl-1995 5 f` San Ġiljan, 8 f` Ta` Sliema u 3 f` Valletta/Floriana 12 fl-1996 3 f` San Ġiljan, 7 f` Ta` Sliema u 2 f` Valletta/Floriana 01 fl-1997 F` San Ġiljan", "It-total ta` 31 żvilupp li jikkontribwixxu għal din l-iskema b`area totali ta`: 10 f` San Ġiljan 16 f` Ta` Sliema 05 f` Valletta/Floriana", "Bħalissa hemm 8 permessi li qed jistennew biex joħorġu u li għandhom pendenti il-pagament tal-parkeġġ.", "S`issa ma nbnewx \"car parks\" bil-flus li nġabru.", "L-iskema qiegħda bħalissa tiġi riveduta biex tistabilixxi proċedura kif din tista` ukoll tapplika f`inħawi oħra ta` Malta.", "Il-metodoloġija l-ġdida tistabilixxi ukoll jekk l-iskema tkunx tajba li tiġi applikata għal dik l- area partikolari u anke kemm hi s-somma tal-flus meħtieġa għall-proviżjoni tal-parkeġġ għal kull area differenti.", "Arei ġodda jiġu mistħarrġa sabiex jiddaħħlu fl-iskema meta din ir-reviżjoni tiġi kompluta.", "Il-\"Commuted Parking Payment Scheme\" għall-implimentazzjoni f` San Pawl il- Baħar, għadha ma ġietx iffinaliżżata u trid tistenna ir-reviżjoni imsemmija hawn fuq.", "SOĊJETAJIET SPORTIVI - SUSSIDJU FUQ KONTIJIET TAD-DAWL", "2447.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-Ministru tal-Kummerċ f'risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 2001 weġibni li l-Korporazzjoni Enemalta mhijiex f'pożizzjoni li tgħin lill-\"clubs\" u assoċjazzjonijiet oħra billi jitnaqqas il-prezz ta' \"floodlighting bills\" ta' faċilitajiet sportivi, jista' l-Ministeru tiegħek jieħu l-passi neċessarji biex jew direttament jew f'kooperazzjoni mal-Korporazzjoni Enemalta jsib mod kif igħin lil dawn il-\"clubs\" billi jitħallsilhom parti mill-kontijiet tad-dawl?", "Liema huma (jekk hemm tali informazzjoni) il-\"clubs\" u assoċjazzjonijiet oħra li għandhom faċilitajiet sportivi li jużaw \"floodlights\" għat-\"training\" tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, bħalissa qiegħed jistħarreġ x'inhuma l-possibiltajiet ta' tnaqqis jew sussidji ossia għajnuna fuq il-kontijiet tal-elettriku, fost oħrajn, mħallsa mill-għaqdiet sportivi.", "Madankollu, l-istat finanzjarju prekarju li tħalla fih il-pajjiż mill-Gvern preċedenti, ma jagħmilhiex possibbli li din il-miżura sseħħ bħalissa jew fil-futur immedjat.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "2448.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi riċentement saru dikjarazzjonijiet pubbliċi li l- miżbla tal-Magħtab se tingħalaq fi żmien qasir, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar meta se tingħalaq din il-miżbla?", "Minbarra hekk, billi mhux mistenni li l-iskart u r-radam jispiċċaw minn Malta, meta u fejn hu mistenni li tinfetaħ miżbla ġdida?", "X'konsultazzjonijiet saru jew qegħdin isiru bejn id-dipartiment konċernat u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinstab post alternattiv għal din il-miżbla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninforma lill-Onorevoli Membru li jekk il- kwantita' ta' skart li qed tiġi ġġenerata tibqa' tintrema bl-istess ritmu fil-Magħtab, huwa kkalkulat li din il-miżbla tista' tingħalaq fi żmien sentejn oħra.", "Rigward il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, l-Onorevoli Membru huwa mitlub jistaqsi dan lill-Ministru konċernat.", "KENNEDY GROVE - DRENAĠĠ", "2449.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1024 u r- risposta tagħha billi x-xogħol meħtieġ kien inbeda u reġa' twaqqaf, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha dan ix-xogħol twaqqaf?", "Jaf il-Ministru li dan it-twaqqif tax-xogħol, minbarra li qed ikun ta' dannu għal dawn l-inħawi qed iwassal ukoll biex ammont ta' drenaġġ jintefa' fil-baħar b'konsegwenzi koroh fuq l-inħawi?", "X'inhuma d- diffikultajiet li qed iwasslu għal dan id-dewmien żejjed biex tissewwa s- sistema tad-drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħlijiet oriġinarjament inbdew nhar l-10 ta' Ottubru 1996 u twaqqfu fis-27 ta' Novembru ta' l-istess sena.", "Ix- xogħlijiet kienu mwaqqfa minħabba li l-Kuntrattur ma' kienx qiegħed iħares il-kundizzjonijiet kollha tal-kuntratt partikolarment f'dak li kellu x'jaqsam ma' pendil, \"watertightness\" u \"alignment\".", "Ix-xogħlijiet bħalissa għadhom ukoll weqfin minħabba li trid tinstab soluzzjoni biex jiġi ddevjat main ta' l-ilma prinċipali li jaqsam matul id- direzzjoni fejn trid titqiegħed il-katusa tad-drenaġġ.", "Għal dan il-għan qiegħdin isiru taħdidiet bejn il-korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma u d- Dipartiment tad-Drenaġġ.", "Ma' jirriżulta li kien hemm l-ebda fawran tad-drenaġġ fil-baħar f'dawn l- aħħar jiem wara li l-Gvern ħa l-azzjoni neċessarja, permezz ta' ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ, biex jelimina l-possibilita li xi ilmijiet (groundwater) li setgħu isibu ruħhom fis-sistema tad-drenaġġ u b'hekk jikkawżaw overload tas-sistema b'fawran bħala kawża prinċipali.", "La darba d-Dipartiment jassigura ruħu illi jistgħu jittieħdu passi biex titranġa s-sitwazzjoni biex b'hekk ikun hemm konformita' mat-\"Tender Documents\" u meta jiġi devjat il-main ta' l-ilma, ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jitkomplew b'mod normali.", "MOSTA - TRIQ IL-FORTIZZA", "2450.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-ministeru jieħu l-passi neċessarji biex Triq il- Fortizza, fil-Mosta tiġi rranġata b'mod li d-diffikultajiet li hemm f'din it-triq minħabba l-istat tagħha jiġu rranġati mhux biss minħabba r- residenti ta' l-inħawi iżda wkoll minħabba dawk li jgħaddu minn din it-triq biex imorru fl-\"area\" ta' Santa Margerita?", "Billi x-xogħol meħtieġ hu wieħed ta' natura infrastrutturali qawwi, jista' l-ministeru jieħu l-passi neċessarji biex dan ix-xogħol ma jdumx ma jitlesta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-manutenzjoni tal-parti tat-Triq il-Fortizza li diġa asfaltata hija kompetenza tal-Kunsill Lokali.", "L-asfaltar ġdid tal- parti tat-triq li twessgħat isir skond il-projoritajiet li d-Dipartiment tat-Toroq għandu f'dan ir-rigward.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - ĦADDIEMA", "2451.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li għandhom is-sengħa ta' bennejja ta' ħitan tas-sejjiegħ?", "X'tip ta' xogħol konness mal-bini ta' dawn il-ħitan qegħdin iwettqu dawn il-ħaddiema fil-preżent?", "Kemm-il talba għandu l-ministeru biex jinbnew ħitan tas-sejjiegħ?", "F'liema lokalita'?", "Liema huma l-inħawi identifikati minn xi dipartiment ta' dan il-ministeru biex fihom jinbnew ħitan tas-sejjiegħ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalissa hawn ħdax-il ħaddiem ġo Malta u tlieta ġo Għawdex li għandhom is-sengħa ta' bennejja ta' ħitan tas-sejjiegħ iżda dawn mhux neċessarjament ikunu qed jagħmlu xogħol konness ma' bini ta' dan il-ħitan.", "Ix-xogħol ta' Bini ta' ħitan tas-sejjiegħ kien isir mill-\"Environment Protection Department\" u għadu jsir minn dan id-Dipartiment li ma' jaqgħax taħt dan il-Ministeru.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - ŻIDIET FIN-NOLL", "2546.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara ż-żidiet fin-noll tal-Gozo Channel hux il-ħsieb tal-Gvern illi jkompli bis-sussidju li jingħata lill-ħaddiema u studenti Għawdxin jew inkella hux se jneħħih jew jgħollih biex jirrifletti ż-żidiet fin-noll?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ġie mifteihem li l-istudenti Għawdxin li jistudjaw Malta jingħataw \"vouchers\" għall-ivvjaġġar għall-ħlas ta' Lm3 fix- xahar u li l-ħaddiema jieħdu \"vouchers\" li jkopru d-differenza bejn in-noll ta' qabel u dak ġdid.", "BORDIJIET - KANDIDATI LABURISTI NOMINATI", "2547.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Peress lilli numru sotanzjali ta' kandidati ta' l-elezzjoni ġenerali li kkontestaw mal- Malta Labour Party u ma ġewx eletti ġew nominati fuq xi bord, jista' l-Prim Ministru jgħid hijiex il-\"policy\" tal-Gvern li fil-fatt jinnomina lil kull kandidat fuq xi bord?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-policy tal-Gvern hi li jinħatru nies kompetenti u ta' integrita indipendentement mit-twemmin politiku li jħaddnu.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - VIŻTI FID-DJAR MIT-TOBBA", "2650.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba saret għal viżti fid-djar mit-tobba tal-\"health centres\" sena b'sena mill- 1988 'il hawn, kif ukoll kemm kienu dawk is-sejħiet għal viżti fid-djar li ma sarux sena b'sena mill-1988 'il hawn mit-tobba ta' dawn iċ-ċentri?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` sejħiet għall-viżti li saru miċ- ċentri tas-saħħa bejn l-1988 u l-1993 kienu hekk:-", "1988 57,403 1989 57,045 1990 47,684 1991 46,821 1992 41,752 1993 41,659", "L-istatistika għan-numru ta` viżti li ma sarux f`dawn is-snin mhix disponibbli.", "Fl-1994 l-istatistika bdiet tinżamm b` aktar detall b` dawn il-figuri:-", "1994 1995 1996", "Viżti mitluba.", "45,866 53,948 50,340 Viżti mhux magħmula 916 659 600", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI BĦALA \"IN-PATIENTS\"", "2651.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu pazjenti ġewwa l-iSptar San Luqa bħala \"in-patients\" sena b'sena mill-1988 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` in-patients ġewwa l-Isptar San Luqa kien kif ġej:-", "1988 53,091 1989 52,563 1990 52,976 1991 54,340 1992 54,170 1993 58,622 1994 60.686 1995 61,916 1996 għadhom qed jiġu finaliżżati", "\"OUT-PATIENTS\" - KAŻIJIET ĠODDA", "2652.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm \"new cases\" fid-Dipartiment ta' l-\"Out-Patients\" mill-1988 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` każi ġodda fl-Out-Patients Department ta` l-Isptar San Luqa kien kif ġej:", "1988 180,210 1989 191,922 1990 192,072 1991 185,811 1992 177,434 1993 78,044 1994 79,747 1995 80,708 1996 għadhom qed jiġu ffinaliżżati", "Il-figuri għas-snin 1988 sa 1992 kienu jinkludi bħala new cases fl-Out Patients, il-pazjent li jidħlu l-Emerġenza kif ukoll l-Out Patients ta` l- Isptar Boffa.", "SPTAR SAN LUQA - TWELID TA' TRABI", "2653.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi ġewwa l-iSptar San Luqa sena b'sena, mill-1988 'il hawn?", "Jekk jinżamm rekord mid-Dipartiment tas-Saħħa, jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi ġewwa sptarijiet jew kliniċi privati sena b'sena, mill-1988 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` trabi li twieldu fl-Isptar San Luqa kien kif ġej:-", "1988 5,003 1989 4,990 1990 4,785 1991 4,906 1992 4,749 1993 4,716 1994 4,424 1995 4,431 1996 għadhom qed jiġu finaliżżati", "Ninsab infurmat li l-istatistika fuq it-twelid ġewwa sptarijiet u kliniċi privati tinżamm mill-Ufiċċju Ċentrali ta` l-Istatistika.", "KLINIĊI/SPTARIJIET PRIVATI - OPERAZZJONIJIET", "2654.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ġewwa kliniċi privati jew sptarijiet privati mill-1988 'il hawn jekk id-Dipartiment iżomm rekords fuq dan?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma jinżammux rekords mid-Dipartiment dwar operazzjonijiet fi kliniċi/sptarijiet privati.", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL XIRI TA' SNIETER", "2655.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid:- a) kemm kienu dawk it-talbiet għal ħruġ ta' permessi għal xiri ta' snieter sena b'sena, mill-1988 'il hawn; b) kemm kienu dawk it-talbiet għal ħruġ ta' permessi għall-użu ta' dawn l-armi sena b'sena, mill-1988 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta' l- informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "EDUKAZZJONI - EDUKAZZJONI FIŻIKA", "2703.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li kien irrapportat fil-media li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jaqbel li għandu jdaħħal l-eżamijiet fl-Edukazzjoni Fiżika, jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad dawn ir-rapporti?", "Jekk jikkonferma, jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet se jwettaq din il-miżura?", "X'forma hu maħsub li jieħu dan l-eżami?", "X'konsultazzjonijiet saru, jekk saru, dwar din il-bidla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jikkonferma r- rapport fil-Media dwar id-dħul ta' l-eżamijiet fl-Edukazzjoni Fiżika.", "Tinħass il-ħtieġa li t-tfal u ż-żgħażagħ Maltin ikollhom edukazzjoni sportiva li waqt li tkun \"rekrejattiva\" ssir ukoll tassew \"edukattiva\".", "Fil-kuntest attwali tas-soċjeta' tagħna, jekk ma jkunx hemm miri li jeħtieġ jintlaħqu, l-Edukazzjoni Fiżika tibqa' tkun imwarrba u traskurata fl- iskejjel u għaldaqstant il-proċess edukattiv ma jkunx la joffri u lanqas iwassal għal stil ta' ħajja sana.", "L-eżami jista' jieħu forom diversi li jvarjaw skond l-istudent u skond kriterji edukattivi: per eżempju \"assessment\" tat-tagħlim ta' l-istudent, prattika u/jew tejorija, \"coursework\"..", "Konsultazzjonijiet saru u oħrajn qed isiru.", "F'Jannar 1997, fl-Universita' ta' Malta sar Seminar dwar \"Assessed and Examined courses in P.E. and Sports Studies\" li fih ħadu sehem għalliema, edukaturi, studenti għalliema u persuni mill-qasam sportiv.", "Barra minn hekk, l-istess Kumitat Ministerjali dwar \"Development of the Physical Education Curriculum and the setting of a National Sports Programme for School Children\" fir-rapport tiegħu (1995) kien irrakkomanda kemm \"assessment\" tat-tagħlim ta' l- istudent, kif ukoll l-introduzzjoni tal-MATSEC fl-Edukazzjoni Fiżika u l- Isport.", "UNIVERSITA' - PROVVEDIMENT TA' XOGĦOL TAS-SAJF", "2704.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji se juża dwar il- provvediment ta' xogħol tas-sajf għall-istudenti ta' l-Universita'?", "Kollha se jkollhom dritt li jsibu impjieg temporanju għat-tliet xhur tas-sajf mal- gvern jew ma' xi korp parastatali?", "Kemm se jkun is-salarju ta' kull student/a għal kull sena ta' l-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istudenti ta' l-Universita', li qegħdin jirċievu l-istipendju u li m'humiex fl-aħħar sena tal-kors rispettiv tagħhom, ser jingħatalhom id-dritt li japplikaw għal xogħol temporanju tas- sajf fi proġetti ma' dipartimenti tal-Gvern jew ma' korpi parastatali għall- perjodu 16 ta' Lulju - 30 ta' Settembru 1997.", "L-istudenti jistgħu jagħżlu bejn xogħol amministrattiv u xogħol fi ħdan l- iskema għas-servizz fil-komunita'.", "Kemm jista' jkun possibbli, dawk li jagħżlu xogħol amministrattiv, ser jingħataw xogħol kompatibbli mal-kors tagħhom, filwaqt li dawk li jagħżlu xogħol komunitarju fil-volontarjat, jintbagħtu jaħdmu skond il-ħtiġijiet ta' l-organizzazzjonijiet fi ħdan il- volontarjat.", "Is-salarju ta' l-istudenti għax-xogħol tas-sajf, irrispettivament mis-sena ta' studju li qegħdin fiha l-istudenti, ser ikun ta' Lm184.19c gross fix- xahar.", "FLEUR-DE-LYS - KUMITAT ĊIVIKU", "2705.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: In vista ta' l-appoġġ li l-Kumitat Ċiviku ta' Fleur-De- Lys ingħata mill-Prim Ministru meta dan kien għadu Kap ta' l-Oppożizzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern preżenti għandux il-ħsieb li jemenda l-liġi biex jibda jeżisti kunsill lokali għal Fleur-De-Lys?", "Jista' l- Ministru jikkonferma li huwa rċeva petizzjoni minn numru ta' residenti li joqogħdu f'din l-\"area\" li turi x-xewqa li jkollhom kunsill tagħhom u min kemm persuni hija ffirmata din il-petizzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iffissax data meta hu beħsiebu jiltaqa' mar-rappreżentanti tal- Kumitat Ċiviku ta' Fleur-De-Lys kif jidher li talbu huma?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:", "1.", "It-talba tal-Kumitat Civiku ta Fleur De Lys biex ikun hemm Kunsill Lokali qed tigi kkunsidrata ma talbiet ohra simili.", "2.", "Ma rcevejt l-ebda petizzjoni minn residenti tal-lokal.", "3.", "Ser issir laqgha mal-Kumitat Civiku ta Fleur De Lys nhar it-Tlieta 11 ta Frar 1997. fis-7.00 ta fil-ghaxija.", "FESTIVAL TAL-KANZUNETTA GĦALL-EWROPA - \"HAIRDRESSER ALFIE\"", "2706.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jikkonferma l-Ministru li kif ġie rrapportat fuq il- media li l-\"hairdresser Alfie\" nħatar bħala l-\"hairdresser\" uffiċjali tal- Festival tal-Kanzunetta għall-Ewropa?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l- Ministru jgħid minn meta saret din il-ħatra?", "Kemm se jitħallas ta' dan u kemm hu twil dan il-kuntratt, dejjem jekk sar kuntratt?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dan jinvolvix l-ispejjeż tal-vjaġġ biex dan il- \"hairdresser\" jakkumpanja lir-rebbieħa tal-Festival għall-Eurovision Song Festival?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li l-istilista tax-xagħar Alfie Rizzo li għadu kemm rebaħ 'International Salon of the Year Award' f'San Francisco, fl-Istati Uniti ġie maħtur il-Hairdresser uffiċċjali tal- Festival.", "Din hija t-tieni sena li Alfie's Hairdressing Salon ġie maħtur f'din il-kariga, jiġifieri qiegħed jitkompla dak li kien inbeda taħt l- amministrazzjoni l-oħra.", "Ma jeżisti ebda kuntratt u din il-ħatra hija valida għal din is-sena.", "Bi pjaċir il-Kumitat infurmani illi s-Sur Alfie Rizzo minbarra s-servizzi tiegħu offra dawk ta' l-istaff tiegħu wkoll mingħajr ebda ħlas.", "Minbarra dan ħa ħsieb ukoll li jsib l-isponsor hu għall-ħlas tal-passaġġ u akkomodazzjoni tiegħu ġewwa Dublin waqt il-Eurovision.", "TOROQ - DAWL FIT-TOROQ", "2707.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li tiġi nstallata faċilita' ta' \"street lighting\" fi Triq it-Tiben, in-naħa tal-\"car wash\" li tidħol għaliha minn Triq il-Qasam u fejn tagħlaq cul-de-sac, minħabba li hija fid-dlam u hija perikoluża?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jgħid għal liema lokalita` eżatt qed jirreferi.", "MALTIN LI TAW ĦAJJITHOM GĦAL PAJJIŻHOM - TIFKIRA", "2727.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jibda jħejji biex issir tifkira ta' dawk il-Maltin li taw ħajjithom għall-pajjiżhom bejn l-1798-1800?", "Jista' l-Ministru bl-għajnuna tal-Gvern Franċiż iġib kopja ta' dokumenti dwar Malta li jidher li s'issa għadhom ma ġewx studjati la mill-Professur Blondy u lanqas mill-Avukat Carmelo Testa?", "Jista' l-Ministru jagħmel appell biex jekk il-privat Malti għandu xi dokumenti dwar dawk is-snin jgħin biex il-poplu Malti jkollu aktar tagħrif draw ġrajjietu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-suġġerimenti tal-Onorevoli Nterpellant ġew innutati.", "DIPARTIMENT TAL-LIBRERIJI U ARKIVJI - STUDENTI UNIVERSITARJI", "2728.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jidhirlu l-Ministru li wasal iż-żmien li studenti universitarji, safejn ir-riżorsi jippermettu, għandhom jingħataw inċentivi biex jimtela' l-vojt li jeżisti fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalma jaf l-Onor.", "Membru. ir-reklutaġġ ta' uffiċjali mal-gvern isir permezz ta' sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Meta jkun il-waqt tista' tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Assistant Librarians li għalihom ikunu jistgħu japplikaw min ikollu grad universitarju jew min ikun Library Officer.", "FULJETT TAL-KOPERATTIVI", "2729.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta ħareġ l-aħħar darba \"Il-Fuljett tal- Koperattivi\"?", "Jista' l-Ministru jgħid min ikun qed jieħu ħsieb il-ħruġ ta' dan il- fuljett?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Aħħar ħarġa tal-Fuljett tal-Koperattivi kienet il- ħarġa Nru. 5 għax-xhur ta` Settembru - Ottubru 1996.", "Il-Ħruġ ta` dan il-Fuljett ser jieħu ħsiebu l-Bord Editorjali li ser jitwaqqaf dalwaqt.", "QRATI - TESTMENTI SIGRIETI", "2730.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 367 li kienet tgħid:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għar-riċerka għall-testmenti sigrieti fis-Sekond'Awla tal-Qorti matul ix-xahar ta' Novembru 1996 u kemm minnhom tlestew matul l-istess xahar?\"", "U li l-Ministru wieġeb għaliha kif ġej:", "\"Matul ix-xahar ta' Novembru 1996 saru 343 talba għal riċerki ta' testmenti sigrieti;", "Dawk li ġew ippreżentati qabel il-11 ta' Novembru 1996, diġa' tlestew.\"", "Jista' l-Ministru jgħid: 1.", "Kemm ġew ippreżentati talbiet qabel il-11 ta' Novembru; 2.", "Kemm mit-talbiet li ġew ippreżentati wara l-11 ta' Novembru tlestew fl-istess xahar; 3.", "Kemm ġew ippreżentati talbiet f'Diċembru u kemm minnhom tlestew fl-istess xahar; u kemm minn dawn tlestew f'Jannar 1997; 4.", "Kemm ġew ippreżentati talbiet f'Jannar u kemm minnhom tlestew f'Jannar; kemm minn dawn l-istess talbiet tlestew sa llum 3 ta' Frar 1997; 5.", "Għalxiex huwa dovut id-dewmien biex joħorġu dawn iċ- ċertifikati li qed joħloq inkonvenjenzi lil ħafna nies?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li:-", "Bejn l-1 u l-10 ta' Novembru, 1997 ġew ippreżentati 97 talba għar-riċerki, f Dicembru 198 u f Jannar 384.", "Kien hemm xi dewmien dovut ghall-fatt li s-Sekond Awla qed tigi kompjuterizzata u trid tiddahhal hafna data fuq il-kompjuter b mod li ghal xi zmien kellha tinghata prijorita lil din il-kompjuterizzazzjoni.", "Issa s-sitwazzjoni regghet lura ghan-normal u ghalhekk dawn it-talbiet qed jigu pprocessati f qasir zmien.", "IMPJIEGI - KUNTRATTI MA' L-ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI TAX-XOGĦOL", "2739.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti kellu matul dawn l-aħħar tliet xhur id- Dipartiment tax-Xogħol ma' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Id-Dipartiment tax-Xogħol ma kellu ebda kuntratti mal- `International Labour Organisation dawn l-aħħar tlett xhur.", "ETC - SERVIZZI LILL-KUNSILLI LOKALI", "2740.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi tat il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ lill-kunsilli lokali u lin-nies tal-lokal li jirrappreżentaw matul ix-xahar ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Is-servizzi li l-Korporazzjoni ta` Xogħol u Taħriġ toffri mill-uffiċini tal-Kunsilli Lokali huma l-istess bħal dawk li toffri mill-uffiċini tagħha.", "Dan ifisser li tintervista nies li qed jirreġistraw għax-xogħol u dawk li m`humiex u tipprovdilhom għajnuna fejn jirrigwarda tfittix għax-xogħol u pariri fuq taħriġ.", "Matul ix-xahar ta` Jannar, uffiċjali tal-Korporazzjoni għamlu 70 visita fl- uffiċini tal-Kunsilli Lokali u raw 172 persuna.", "Minn dawn kien hemm 94 sottomessi għax-xogħol, 97 persuna riferuti għal taħriġ u 6 riferuti għand l-uffiċjal mediku tal-Korporazzjoni.", "KUMMISSJONI REGATTA - MEMBRI", "2764.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 822, jaf il-Ministru li l-Kummissjoni Regatta kif inhi ffurmata llum ma għandha fi ħdanha l-ebda rappreżentant ta' l-Għaqda Regatta Nazzjonali?", "Jaf il-Ministru li l-parteċipazzjoni diretta tas- Sinjuri Sammy Busuttil u Frans Dingli (iż-żewġ rappreżentanti ta' l- Għaqda) fix-xogħol tal-Kummissjoni kienet waħda mill-fatturi li ppermettew li r-regatta ssir bl-akbar galbu?", "Jaf ukoll il-Ministru li l-Kummissjoni Regatta għamlet xogħol siewi ħafna bejn l-1992 u 1996 grazzi għall- kompetenza tal-membri kollha li kienu jiffurmawha u li, skond ma jidher mit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 822 dawn il-membri issa twarrbu kollha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-bidla tal-membri ġodda li jiffurmaw il- Kummissjoni Regatta mhijiex intiża biex twarrab lil ħadd jew b'xi disprezz lejn xi membri oħra li seta' kien hemm f'din il-Kummissjoni fil-passat u lanqas lejn xi għaqda sportiva.", "Nispera li l-Onorevoli Nterpellant japprezza dan il-prinċipju bażiku Amministrattiv.", "Il-Kummissjoni Regatta hija libera li tikkoptja persuni jew tagħmel użu mis- servizz ta' xi ex-membri tal-Kummissjoni.", "Infatti ż-żewġ sinjuri li semma l-Onorevoli Nterpellant jiena mgħarraf li kienu diġa' ġew kooptjati fil- Kummissjoni Regatta qabel ma huwa poġġa din l-interpellanza.", "KARNIVAL - ATTIVITAJIET", "2765.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal dak li qal is-Segretarju Parlamentari Cilia waqt il-konferenza ta' l-aħbarijiet li fiha tħabbru l- attivitajiet tal-Karnival ta' din is-sena, u speċifikament għall-party li se jsir għall-istudenti li għandhom inqas minn 25 sena, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir sewwa sew?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll liema awtoritajiet governattivi ntalbu jikkoperaw mas-Segretarjat biex il-party isir?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-attivita' li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Nterpellant huwa \"carnival disco party\" li ser jittellgħa fl-\"Axis Discoteque\" f'Paceville nhar il-Ħadd 9 ta' Frar, 1997 mit-8.00p.m. 'l quddiem taħt l-awspiċi tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti.", "Matul dan id-\"disco\" se jkun hemm kompetizzjonijiet spontanji għall-aħjar kostumi u divertiment għal kulħadd.", "Intalbet il- koperazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali li taħtu jaqa' l-istess Segretarjat Parlamentari.", "Għal dan id-\"disco\" ġew invitati li jattendu studenti u żgħażagħ Maltin li għandhom minn 16-il sena 'l fuq u mhux kif indikat mill-Onorevoli Nterpellant ta' eta' inqas minn 25 sena.", "KARNIVAL - ATTIVITAJIET", "2766.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal dak li qal is-Segretarju Parlamentari Cilia waqt il-konferenza ta' l-aħbarijiet li fiha tħabbru l- attivitajiet tal-Karnival ta' din is-sena, u speċifikament għall- assenjazzjoni ta' Lm10,000 biex jibda l-proċess tal-bini ta' l-imħażen tal- Karnival, jista' l-Ministru jgħid jekk din iċ-ċifra hijiex parti mill- Lm65,000 li hemm ivvotati għall-Karnival ta' l-1997 taħt Item 4181?", "Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti konkreti għandu l-Gvern għall-bini ta' l- imħażen?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Nterepellant li fil-passat, fiż-żmien meta huwa kien Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan l-avveniment kulturali, kien hemm Lm50,000 allokati biex isir \"Carnival Village\" li ġew utilizzat għal affarijiet oħrajn, fosthom l- irranġar tal-uffiċini tal-Ministeru tal-Ġustizzja u L-Arti, minflok għal dan il-għan tant bżonnjuż.", "Din is-sena, il-Kummissjoni Karnival iddeċidiet illi mill-fondi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha tutilizza b'mod konkret is-somma ta' Lm10,000 għall-proġett tal-bini tal-imħażen tal-Karnival li kien ilu mwiegħed mill- Gvern preċedenti, iżda baqa' biss ħolma fil-moħħ ta' dawk li kienu jpaċpċu dwaru.", "\"SPORT FOR ALL\" - BORD TAD-DIRETTURI", "2767.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2371, peress li meta Bord jirriżenja suppost li jiġi konfermat jew mibdul qabel ma jiffunzjona, u peress li fl-imsemmija tweġiba qal li l-Bord ta' \"Sport for All\" baqa' jiffunzjona biex iwettaq il- programm tiegħu, jista' l-Ministru jgħid meta ġie kkonfermat/maħtur?", "Kemm- il laqgħa saret u x'attivitajiet twettqu bejn Novembru 1996 u Jannar 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Bord ta' \"Sport for All\" ser jiġi mħabbar dalwaqt.", "Għalkemm ma sarux laqgħat uffiċjali, sar xogħol siewi fuq preparazzjonijiet għall-programmi futuri li jistgħu jiġu mplimentati mill- Bord li ser jiġi mħabbar.", "Dawn il-programmi jinkludu \"courses\" u attivitajiet f'diversi bliet u rħula.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI LI GAWDEW MINN AMNESTIJI", "2781.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti lista tal-priġunieri li gawdew b'aktar minn 100 ġurnata mill-amnestija li ngħatat wara l-bdil fl-amministrazzjoni u kemm ingħataw ġranet ta' maħfra wieħed wieħed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' priġunieri li gawdew b'aktar minn 100 ġurnata mill-amnestija li ngħatat fit-12 ta' Diċembru 1996, kien ta' 13 kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MAJJALI - MAJJALI REĠISTRATI", "2791.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, ġimgħa b'ġimgħa, mill-1.11.96 sal-lum:- 1) kemm ġew reġistrati majjali żgħar (friegħ) permezz ta' \"electronic identification devices\"; 2) kemm kienu l-istess ammonti fl-istess perjodi fil-ħames snin preċedenti; u 3) kemm ġew maqtula majjali fl-istess perjodi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: 1.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-majjali zgħar (Friegħ) jiġu mmarkati biss b'permezz ta' Numru tat-tattoo fuq il- widna u mhux bl-użu ta' \"electronic identification devices\".", "2.", "Id-dettalji tal-fiegħ, (tattoos) jiġu rrekordjati fuq id-data base xahar b'xahar u għaldaqshekk sejjer inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l- informazzjoni mitluba fuq bażi ta'xahar u mhux ta' ġimgħa.", "3.", "Fl-istess perijodu il-qatla tal-majjali f'Malta u Ghawdex kienet kif spjegata fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra.", "BIEDJA - RAPPORTI TA' DENI RQIQ", "2792.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Biedja irċeviex rapporti ta' deni rqiq mill-1.11.96 sal-lum, u jekk fl-affermattiv, kemm kien in- numru ta' dawn ir-rapporti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien infurmat li mill- 1 ta' Novembru 1996 sal-lum, ma' kien hemm l-ebda każ ta' \"Brucelloisis\" fl-annimali.", "\"FOUNDATION FOR INTERNATIONAL STUDIES\" - \"INSTITUTE FOR INTERNATIONAL AFFAIRS\"", "2821.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li d-Dikjarazzjoni ta' Barċelona, addottata fis-27 u fit-28 ta' Novembru, 1995 mir-rappreżentanzi tal-15-il membru ta' l-Unjoni Ewropea u 12-il pajjiż Mediterranju taħt il- \"Work Programme, Section II, Political and Security Partnership: Establishing a comman area of peace and stability\", tgħid:", "\"Foreign policy institutes in the Euro-Mediterranean region will be encouraged to establish a network for more intensive cooperation which could become operational as of 1996\",", "jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk l-Institute for International Affairs tal-Foundation for International Studies, kellux xi rwol s'issa f'dan ir-rigward u jekk kellu, x'kien dan ir-rwol?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Institute for International Affairs tal-Foundation for International Studies huwa membru sħiħ fl-hekk imsejjaħ EuroMeSco Network.", "Dan in-network stabbilixxa żewġ working groups.", "Wieħed bl-isem \"Political and Security Co-operation\" u mmexxi mill-IEEI ta' Lisbona u l-ieħor \"Armaments, Disarmament and Confidence Building Measures\" immexxi mill-IAI ta' Ruma.", "L-Institute for International Affairs jipparteċipa attivament fiż-żewġ working groups.", "IEEI : ISTITUTO DE ESTUDOS ESTRATEGICOS E INTERNACIONAIS", "IAI : ISTITUTO AFFARI INTERNAZIONALI", "TJUR/ANNIMALI - PROTEZZJONI", "2822.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jistudja d-direttivi kollha ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tas-saħħa pubblika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kura u l-ispezzjoni ta' tjur u annimali u prodotti tagħhom jew derivati minnhom u prodotti oħra agrikoli, bħal per eżempju, id- direttivi numru 92/116 dwar il-problema tas-saħħa fil-kummerċ ta' tjur u laħam frisk; 92/117 dwar il-prevenzjoni mill-ivvalenament ta' ikel derivat mill-annimali; u 92/118 dwar il-kondizzjonijoniet għal spezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni u kummerċ ta' annimali, u jekk hemmx il- ħsieb li ssir leġislazzjoni sabiex safejn possibbli, inġibu ruħna konformi mad-direttivi u miżuri oħra kollha ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Interpellant li d-Diparitment tas- Servizzi Veterinarji, li huwa responsabbli għall-Verterinary Public Health, qiegħed jgħattwa programmi, \"li huma approvati mill-EU Veterinary Standing Committee\", rigward il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur, annimali u ħut.", "Dawn il-programmi li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa pubblika (bħal Meat Residue Plan) huma necessarji biex Malta iżżomm l-approvazzjoni li għandha mill-EU biex tesporta kemm ħut, laħam tat-tiġieġ, tal-majjal u anke canga.", "Waqt li d-direttiva 92/116 qegħda tiġi attwata skond kif ġie msemmi, d- direttiva 92/118 qegħdha tiġi attwata bl-użu ta' liċenzji għall- importazzjoni tal-prodotti (imsemmija fl-istess direttiva) liema liċenzja jkollha il-kundizzjonijiet skond kif huma mniżżla fid-direttiva.", "Rigward id-direttiva 92/117 li għandha x'taqsam ma mard li l-bniedem jista' jieħu mill-annimali, is-Servizzi Veterinarji għandu 'in vigore' Disease Surveillance Programm li jkopri l-mard imsemmi fl-istess direttiva.", "UNJONI EWROPEA - \"MEDA PROGRAMME\"", "2823.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta mogħtija mill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent għall- mistoqsija parlamentari numru 2479 magħmula minni, jista' jispeċifika: (a) eżattament liema huma l-proġetti kollha b'isimhom li Malta diġa' ssottomettiet; (b) liema minnhom aċċettati mill-Unjoni Ewropea; (ċ) liema huma il-proġetti b'isimhom li Malta hija \"partner country\" fihom; (d) kemm irċeviet jew se tirċievi fondi Malta mill-Unjoni Ewropea għall- parteċipazzjoni tagħha f'kull wieħed mill-proġetti msemmija taħt (b) u (ċ); u e) kemm ilhom li ġew aċċettati l-proġetti taħt (b) u kemm ilha li ġiet aċċettata Malta bħala \"partner country\" f'kull wieħed mill-proġett taħt ċ)?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta għal din id-domanda tingħata f'seduta oħra għaliex hemm bżonn ammont ta' żmien biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "DIPARTIMENT TA' L-INDAFA PUBBLIKA - 'TRUCK' BIN-NUMRU N2317", "2825.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-\"truck\" bin-numru N2317 huwiex tad-Dipartiment tar-'Refuse' jew qiegħed ma' dan id- dipartiment bħala 'impressed'?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-trukk bin-numru N2317 la huwa tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika u lanqas huwa \"impressed\" mad-Dipartiment.", "LIMSUK - KIRI TA' UFFIĊINI U \"WAREHOUSES\"", "2827.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid mingħand min inkrew l-uffiċini u l-\"warehouses\" tal-LIMSUK?", "B'liema terminu ta' żmien u b'liema prezz?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-LIMSUK, permezz ta` kumitat maħtur mill-Bord tal- Kumpanija, kienet għażlet li tilqa` l-offerta mibgħuta minn Papillon Trading Ltd. b`seħħ minn nhar il-15 ta` Lulju 1990 b`dan iċ-ċens ta` l-art fis-sena:-", "L-ewwel sena: Lm6,500 It-2 u t-3 sena: Lm7,500 wara: Lm7,500 (b`żieda ta` 5% kull tliet snin)", "\"YOUTH FOR EUROPE III\" - PROGRAMM", "2828.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2554, u peress li jidher ċar mit-tweġiba numru 238 dwar l-istess suġġett li l-Ministru jaf li jeżistu dawn id-dokumenti mitlubin minni, u peress ukoll li jiena kulma għamilt kien li tlabt lill- Ministru jpoġġi kopja ta' l-istess dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra, nerġa' nitlob lill-Ministru jirrispondi b'mod trasparenti bla telf ta' żmien mhux ġustifikat.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2828 ta' l-Onor.", "Deputat, qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tad- dokumenti mitluba minnu u li dwarhom qatt ma ntqal li ma kontx naf bl- esistenza tagħhom.", "Minn dawn id-dokumenti joħroġ ċar il-fatt li tilgħab kemm tilgħab bil- kliem, il-membri ta' l-aġenzija nazzjonali \"Youth for Europe III\" ltaqgħu darba biss, jiġifieri fid-29 ta' Lulju 1996 u minkejja il-pjani, proponimenti u possibiltajiet li ta' spiss jissemmew f'dawn id-dokumenti, baqa' ma sar xejn konkret sa l-aħħar t'Ottubru 1996.", "ĦAL-LIJA - XOGĦOL FUQ IT-TORRI", "2829.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fuq it-Torri ta' Ħal-Lija minn meta l-Partit Laburista ġie afdat bit-tmexxija tal- pajjiż?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi s-sitwazzjoni bħalissa dwar dan it- Torri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "GĦAQDIET VOLONTARJI - SUSSIDJI", "2841.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Wara l- introduzzjoni fis-sajf 1996 ta' sussidji lill-għaqdiet volontarji li jagħtu servizz ta' \"first aid\" u \"life saving\" fuq numru ta' bajjiet matul is- sajf, jista' l-Ministru jgħid x'hemm maħsub għal din is-sena f'dan il- qasam?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk bil-kliem introduzzjoni ta' sussidji lill- għaqdiet volontarji l-Onor Interpellant qed jalludi ghas-St John Rescue Corps, ninsab infurmat li dawn l-hekk imsejħa sussidji kienu jikkonsistu biss fi provista ta' ikel u petrol, kiri ta' mobile caravan u self ta' equipment li reġa' ttieħed lura.", "Dan kien f'Awissu tas-sena l-oħra, mifrux fuq tlett bajjiet u provdut fil- weekend biss malajr, malajr qabel l-Elezzjoni.", "Għal din is-sena, il-Gvern ħaseb li joħloq servizz ta' Lifeguards ta' livell professjonali biex jgħassu l-bajjiet prinċipali matul il-ġranet tas-Sajf.", "Għal dan il-għan, ġiet ivvutata għall-ewwel darba s-somma ta' Lm30,000 taħt id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Id-Dipartiment qed jaħseb ukoll biex jorganizza taħriġ ta' Lifesaving ta' livell internazzjonali u jixtri l-apparat meħtieġ biex dan is-servizz jibda jingħata fuq bażi regolari, u mhux bħal ma sar is-sena l-oħra meta kien jingħata biss fil-weekends.", "REĠISTRAZZJONI ĊIVILI - SISTEMA TA' \"COMMON DATA BASE\"", "2842.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sistema ta' \"Common Data Base\" li nbdiet taħt l-amministrazzjoni preċedenti u li taqa' taħt id-Dipartiment ta' Reġistrazzjoni Ċivili?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-progress fuq is-sistema tal-Common Database miexi kif ippjanat.", "S'issa hemm 141 uffiċjal f'16-il dipartiment tal-Gvern differenti mqabbda mas-sistema permezz tal-computers.", "Fil-preżent qed jiġu proċessati 10 talbiet oħra biex ikollhom aċċess għal din is-sistema.", "SERVIZZI KORRETTIVI - \"PROBATION OFFICERS\"", "2843.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li huma kwalifikati sabiex iservu ta' \"probation officers\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, hemm erba (4) persuni mpjegati li huma kwalifikati u appuntati sabiex iservu ta' Probation Officers.", "\"PROBATION OF OFFENDERS ACT 1957\"", "2844.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-\"Probation of Offenders Act, 1957\" tiġi emendata sabiex tirrifletti iktar il-bżonnijiet tal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "VALLETTA/TAS-SLIEMA - SERVIZZ TA' TRASPORT PUBBLIKU", "2848.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir rotta ċirkolari ġdida tas-servizz tat- trasport pubbliku, liema rotta tkun bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema imma li tgħaddi minn Triq il-Punent, iċ-Ċirku ta' l-Imsida, Triq Bieb it-Torri, fl-Imsida u Triq Nazju Ellul u Triq Sliema fil-Gżira u li tkompli minn Rue d'Argens lejn is-Savoy u Tas-Sliema sabiex jittaffew l-inkonvenjenzi li qed isofru r-residenti ta' dawn l-inħawi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li għaddejt it-talba tiegħu lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex tikkunsidrha wara li jitlesta' l-proġett f'Tal-Qroqq.", "DQIQ - SUSSIDJU", "2866.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2631 ċioe' jgħid kemm hu s-sussidju fuq id-dqiq?", "Peress li hawn għajdut li se jispiċċa, jikkonferma l-Ministru li dan is-sussidju se jinżamm?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-sussidju fuq id-dqiq li qed jingħata bħalissa lill- furnara għall-produzzjoni tal-ħobża Maltija huwa ta` Lm1.40,3 kull xahar.", "L-għajdut li hawn li dan is-sussidju se jispiċċa huwa bla bażi.", "MOSTA - SANTA MARGERITA - \"PLOT\"", "2867.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jaf il- Ministru li \"plot\" li tinsab f'Santa Margerita, il-Mosta quddiem il-bandli s'issa għadha ma ġietx żviluppata u li s-sinjuri li ismijiet tagħhom qed nibgħathom under separate cover li kienu ġew magħżula għall-teħid ta' \"plot\" simili mill-Housing Authority u li dan id-dritt intilef minħabba għoti ta' l-istess art lill-\"handicapped\" tilfu dan id-dritt wara sitt xhur u li sal-lum għadhom jistennew li jingħataw \"plot\" jew post fejn joqogħdu?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-każ tas-sinjuri msemmija jimmeritax attenzjoni speċjali?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Is-Sinjuri indikati mill-Onorevoli Membru applikaw bħala koppja miżżewwġa għall-\"plot\" fil-Mosta.", "F'dan il-lokal kien hemm 2 \"plots\" għall-miżżewġin, fejn skond il- kundizzjonijiet tal-ħarġa, applikanti b'diżabilita' kellhom preferenza għall-\"plot\" waħda.", "Fil-fatt il-persuna b'diżabilita' inzertat telgħet l- ewwel bil-polza u ngħatat \"plot\".", "Il-\"plot\" l-ieħor ġie meħud mill-applikanti li ġew fit-tieni post fil- polza.", "Il-familja indikata ġiet it-tielet u b'hekk baqgħet riserva.", "Sal-lum dawn iż-żewġ \"plots\" ma ġewx ritornati lura lill-Awtorita' tad- Djar.", "PULIZIJA - GĦASSA MA' L-ISKOLA TA' L-IMQABBA", "2868.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Minħabba li normalment ħdejn l-iskejjel ikun hemm pulizija waqt il-ħin tad-dħul u tal- ħruġ ta' tfal, jista' l-Ministru jara li jkun hemm pulizija ħdejn l-iskola primarja ta' l-Imqabba minħabba li l-awtoritajiet konċernati qed jgħidu li hemm nuqqas ta' pulizija fid-distrett?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi kull meta l-esiġenzi tas-servizz jippermettu, jintbagħat Pulizija fejn kull skola, inkluż dik ta' l-Imqabba.", "MQABBA - TRIQ SEJBA - TISWIJA", "2869.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li titranġa Triq Sejba, fl- Imqabba peress li din tinstab f'pożizzjoni ħażina ħafna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq is-Sejba waqgħat għal ġol-barrieri ta' biswita' snin ilu, u meta ntradmet, il-materjal tar-radam baqa' jistrieħ.", "Il-Kunsill Lokali diġa nefaq ħafna spejjeż għat-tiswija tagħha filwaqt li perit mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet ipprepara rapport fuq l-istat tat-triq.", "Jidher ċar minn dan ir-rapport li t-triq trid tinqala' u terġgħa tinbena, xogħol li jinvolvi spiża kbira u li bilfors jrid jitwettaq skond ir-riżorsi u l-prijoritajiet tad-Dipartiment.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - \"TRANSFERS\"", "2870.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, it-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TAL-KUMMERĊ - \"TRANSFERS\"", "2871.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbli tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mis-17 ta` Jannar 1997, saru żewġ (2) trasferimenti fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi: trasferiment għal dipartiment fil-Ministeru tiegħi u ieħor minn dipartiment li jaqa` taħt il-Ministeru tigħi għal Ministeru ieħor.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - \"TRANSFERS\"", "2872.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma sar l-ebda caqlieq ta'haddiema bla bzonn fid- Dipartimenti li jaqghu taht ir-responsabbilita' tieghi.", "MINISTERU TA' L-INDUSTIJA - \"TRANSFERS\"", "2873.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi mis-17 ta` Jannar 1997 `l hawn saru 4 transfers ta` persuni li kienu jahdmu mad- Dipartiment ta`l-Industrija u gew trasferiti ma` Ministeri kif muri hawn taht:-", "Nadette Falzon _ Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni Connie Bianchi - Ministeru ghall-Affarijiet Ekonomici u Finanzi Emly Chircop - Ministeru ghat-Trasport u Portijiet Odette Micallef - Ministeru ta` l-Industrija", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - \"TRANSFERS\"", "2874.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B`referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2874, rigward in-numru ta` `transfers` mogħtija mis-17 ta` Jannar 1997 il-quddiem fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi, ninforma lill- Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif inhu ġej:-", "Kien hemm `transfer` wieħed mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali għall- NEA (Seg); `Secondment` wieħed mid-Dipartiment tax-Xogħol għall-ETC u `Termination of Secondment`ta` persuna mill-ETC.", "POSTA LTD", "2883.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinformani fejn huwa ppjanat li jsir il- post ġdid li jalloka l-Posta Ltd?", "Kemm huwa stmat li jiswa dan il-post u kemm hija stmata l-ispiża nvoluta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li Posta Ltd. qiegħda tħejji pjanijiet biex tieħu l-operat taħha fis-Central Supplies f'Ħal-Qormi.", "Posta Ltd. flimkien mal-Periti tal-Ministeru tax-Xogħolijiet qed ifasslu pjanti ġodda biex jakkomodaw il-ħtieġijiet ta' Posta Ltd.", "Għadha ma ġietx stmata l-ispiża involuta ta' dan il-proġett.", "FMSS - SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET", "2896.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ġara minn sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet il-Fondazzjoni għax- Xjenzi u Servizzi Mediċi f'Awissu li għadda għall-post ta' Communications Executive, Segretarja u Accounts Clerk?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra lista bl-isem u l-indirizzi flimkien mal-kwalifiki ta' kull applikant għal din is-sejħa li dehret fil-ġurnali f'Awissu ta' l-1996?", "Jista' l-Ministru jgħid min intgħażel għal kull post u x'salarju ngħata lil kull impjegat ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-applikazzjoni għas-sejħa li ħarġet il- Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi u Servizzi f` Awissu 1996 għal post ta` Communications Executive, Segretarja u Accounts Clerk qatt ma ġew ipproċessati minħabba l-ordni li ta l-Prim Ministru preċedenti mat-tħabbira tad-data ta` l-Elezzjoni Ġenerali, u kif stipulat fiċ-ċirkulari OPM Circular No. 23-96` tat-23 ta` Settembru 1996.", "FMSS - IMPJEGATI", "2897.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid min huma, x'karigi jokkupaw u x'salarji għandhom l-impjegati kollha tal-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi?", "Jista' l-Ministru jgħid permezz ta' liema sejħa ġew impjegati dawn il-ħaddiema ta' din il-Fondazzjoni u d-data preċiża ta' l-ingaġġ tagħhom rispettivament?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għal din il-mistoqsija hu kif ġej:", "ISEM KARIGA SALARJU DATA TA` SEJĦA INGAGG", "Emanuel Attard Kap Eżekuttiv Lm 15,000 19.02.96 Public call", "applications", "E.T.C permit", "272\\95", "Emanuel Falzon Management Lm 9,000 01.08.94 Position of Consultant for Special Hotel Services Trust in Govt.`s Hospitals", "Pauline Segretarja Lm 5,000 01.06.96 Position of Azzopardi Special", "Trust", "Emanuel Grech Office Lm 5,400 01.10.96 Position of Administrator Special (Site) Trust", "Anthony Dakin Labourer Lm 3,120 01.06.6 Through", "E.T.C.", "Joe Gerada Kap Eżekuttiv Lm 8,000 01.03.93 Position of (Sedqa) Special", "Trust", "FMSS - UFFIĊINI", "2898.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kif kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi titrasferixxi l-uffiċini tagħha mill-iSptar San Luqa għal Gattard House fil- Blata l-Bajda?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kera titħallas fis-sena għall- post li din tokkupa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-minuti tal-Bord tal-F.M.S.S tat-3 ta` Marzu 1995 juru biss li l-Kuntratt għal dawn il-flats kien ġie ffirmat.", "Il-fundazzjoni għax-Xjenza Mediċi u Servizzi qed tħallas kera ta` Lm11,000 fis-sena għal dawn il-flats.", "FMSS - LAQGĦAT TAL-BORD", "2899.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat tal-Bord tal-Fondazzjoni għax- Xjenzi u Servizzi Mediċi mit-8 ta' Diċembru, ta' l-1990 sa l-aħħar ta' Novembru 1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma nħossx li l-minuti tal-laqgħat tal-Bord tal- Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċini u Servizzi għandhom jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra, għax dan jista jkollu implikazzjonijiet kuntrattwali.", "FONDAZZJONI ITALO-MALTIJA MONTE TABOR", "2900.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra rendikont preċiż ta' xi tħallset il-Fondazzjoni Italo- Maltija Monte Tabor mill-Gvern direttament permezz tal-Vot Kapitali taħt id- Diviżjoni tas-Saħħa jew mill-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi għal servizzi li din tat fuq il-bini ta' l-iSptar San Raffaele?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk fil-ħlasijiet li saru kienx hemm xi spejjeż u kemm kienu li l-Fondazzjoni Monte Tabor kellha tħallas lill-uffiċċju professjonali tal-Perit Richard England?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dan l-uffiċċju professjonali tħallasx direttament mill-Gvern jew mill- FMSS għal servizzi li ta u fil-fatt kemm kienu dawn l-ammonti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FMSS - REKLAMAR", "2901.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'nefqet il- Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi f'reklamar mit-8 ta' Diċembru ta' l-1990 sa l-aħħar ta' Novembru ta' l-1996 billi jagħti \"breakdown\" dettaljat tal-ħlasijiet li saru u lil min?", "Min kienu l-aġenti tar-reklamar ta' din il-Fondazzjoni f'dawn l-aħħar sitt snin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għal din il-mistoqsija hu kif ġej:", "Under Advertising", "1992 Nil", "1993 Nil", "1994 Malta Derm 1994 (Convention)", "Re: St Luke`s Refurbishment", "AMMONT", "Sign It Lm4,400 Prestige Promotion Service Lm 214 Mrs Joyce German Lm 161 Malta Derm `94 Lm1,600 Caritas Lm 209", "1995 Career Opportunities Advert", "The Trade Club Lm1,376 The Times Lm 7", "1996 Associated news Ltd.", "Lm1,155 R.G.B. Television Productions Lm 340", "L-aġenti tar-riklamar kienu kif indikati hawn fuq.", "EDUKAZZJONI - FIERA TAL-KARRIERI", "2918.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' tittella' il-Fiera dwar il-Karrieri jew kif magħrufa aħjar l- \"Careers Convention\" kif sar matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid jekk din il-Fiera hijiex se tinżamm f'Għawdex - kif imiss - peress li kienet daħlet l-użanza li talterna bejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tweġiba hija fl-affermattiv.", "Il-fiera se ssir skond il-pjan.", "AIR MALTA - \"CABIN CREW\"", "2919.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kontenut u effett ta' ftehim kollettiv fuq il- livell ta' l-għajxien tal-ħaddiema, bħal dak li għadu kif ġie ffirmat bejn il-\"management\" u l-\"cabin crew\" ta' l-Air Malta jistax jiġi kkjarifikat li hu ta' natura kummerċjali?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-kontenut u l-effet ta' ftehim kollettiv bejn il- 'management' u l-'cabin crew' ta'l-Air Malta huwa ta' natura kunfidenzjali.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - \"SOLAR PANELS\"", "2921.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni fiex waslet l-integrazzjoni tas-\"solar panels\" mat-\"telephone booths\" inizjattiva tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija flimkien ma' l-Institute for Energy Technology?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li l-Korporazzjoni Telemalta bagħtet korrispondenza lill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija li tinkludi lista ta' cardphone kiosks pubbliċi, madwar Malta u Għawdex, sabiex tiġi kkunsidrata l-integrazzjoni tas-solar panels mat-telephone booths.", "Jien infurmat ukoll li meta l-Kunsill Malti għax Xjenza u Teknoloġija jibgħat ir-rapport finali tiegħu lill-Korporazzjoni, din tkun f'pożizzjoni li tipproċedi biex tintroduċi s-sistema msemmija.", "ĦABS ĊIVILI - AMNESTIJA", "2922.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Billi l-Prim Ministru qies illi d-deċiżjoni li tingħata amnestija lil żewġ ħabsin li qatlu anzjana kienet \"liberali żżejjed\", jista' jassigura kif deċiżjonijiet bħal dawn ma jerġgħux jirrepetu ruħhom 'il quddiem?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TOROQ - STALLAZZJONI TA' BOZOZ ĠODDA", "2923.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid x'se tkun il-\"policy\" tal-Gvern rigward l-istallazzjoni ta' bozoz ġodda fit-toroq? (1) Kemm hu proġettat li jikber u jiżdied dan is- servizz? (ii) Fuq liema kriterji jiġu magħżula f'postijiet/toroq f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sakemm l-affarijiet jiġu studjati sewwa, il-`policy` tibqa` l-istess bħalma kienet fi snin li għaddew, jiġifieri jiġu approvati dawk it-talbiet li l-aktar jidhru li jkunu urġenti.", "AIR MALTA - \"STAFF\"", "2924.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji uħud mill-i\"staff\" temporanju (b'kuntratt) kien miżmum u li wħud ġie terminat l-impjieg tagħhom? (i) Jista' l-Ministru jagħti n-numri rispettivi? (ii) Jista' jgħid jekk u meta hemm il-ħsieb li jerġgħu jinfetħu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar preciz fil-mistoqsija tieghu.", "ENEMALTA - QTUGĦ TA' DAWL", "2925.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni rigward qtugħ ta' dawl li jinvolvi diversi sigħat f'\"areas\" estensivi matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru, 1996 u Jannar 1997?", "Jista'fejn hu possibbli, jagħti x'kienet ir-raġuni f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jkun aktar speċifiku biex inkun nista` nagħti t-tagħrif meħtieġ.", "ENEMALTA - QTUGĦ TA' DAWL", "2926.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jagħti spjega għaliex il-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku qiegħed ikun avżat mod u mbagħad jirriżulta li jkun ferm itwal?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jkun aktar speċifiku biex inkun nista` nagħti t-tagħrif meħtieġ.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - TRIQ IL-PURZJUNKULA", "2937.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi meħtieġa biex Triq il-Purzjunkula, f'Baħar iċ-Ċagħaq fejn tagħti għat-Triq il-Kosta tkun irranġata biex jonqos il-periklu għal karozzi li jkunu ħerġin minn din it- triq għal Triq il-Kosta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex isiru konsultazzjonijiet mit-\"Traffic Control Board\" biex isir xi forma ta' \"Traffic Management\" fil-lokal.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - TRIQ IL-KOSTA - \"BUS SHELTER\"", "2938.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fi Triq Kosta fejn hemm il- \"bus stop\" ħdejn it-triq li tagħti għal White Rocks, isir \"bus shelter\"?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-talba tiegħu qed tkun ikkunsidrata mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Tajjeb nsemmi li, peress li l-Awtorita' għandha domanda kbira għall-Bus Shelters u wieħed jifhem li dawn ma jistgħux isiru kollha f'daqqa.", "MOSTA - TRIQ L-ASSEMBLEA NAZZJONALI - ARBLU TAD-DAWL", "2941.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex arblu tad-dawl li miegħu hemm il- \"cables\" f'tarf Triq l-Assemblea Nazzjonali, Mosta li llum li nbena l-bini qiegħed fin-nofs u jikkawża periklu għall-karozzi?", "Jista' dan l-arblu jiġi mneħħi biex b'hekk il-periklu jitneħħa wkoll?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-arblu msemmi mill-Onor.", "Membru sejjer jitneħħa wara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa fi żmien qasir.", "AIR MALTA - TITJIET TA' SKEDA U \"CHARTER\"", "2943.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2549, peress li ħafna mill-informazzjoni mitluba tintbagħat mill-Air Malta lill- IATA u mill-Association of European Airlines u sussegwentement tiġi ppubblikata, jista' l-Ministru jagħti għalhekk l-informazzjoni mitluba fil- mistoqsija parlamentari numru 2549, relattivament biss għal parti li għandha x'taqsam mar-\"rate factor\"?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma ghandi xejn aktar xi nzid mar-risposta tieghi ghal mistoqsija parlamentari 2549.", "FORZI ARMATI", "2944.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm \"intake\" ġdid fil-Forzi Armati ta' Malta u jekk iva meta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajt fid-9 ta'Diċembru 1996 għall-mistoqsija numru 71.", "SKEJJEL - \"CARETAKERS\"", "2945.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk u meta se titħallas is-sahra li nħadmet minn numru ta' \"caretakers\" fl-iskejjel tal- Gvern li minn Ġunju 1996 intalbu joqogħdu għassa ma' l-iskejjel wara l-ħin u dan minħabba li kienet qegħda tiġi stallata s-sistema tal-\"computers\" f'kull skola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ammont ta' siegħat li nħadmu minn kull individwu qed jinġabru mill-iskejjel.", "Hekk kif jinġabru kollha jiġu pproċessati u jsir il-pagament.", "WSC - TIBDIL FL-UFFIĊĊJU TAĊ-\"CHAIRMAN\"", "2953.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk iċ- \"Chairman\" il-ġdid tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ordnax tibdil konsiderevoli fl-uffiċċju tiegħu u jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsisti preċiżament dan it-tibdil, min se jagħmel ix-xogħol fuqu jew jipprovdi s- servizzi meħtieġa u kemm se tkun l-ispiża totali li se tintnefaq għal dan l- iskop?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "\"LOCAL COUNCILS' CONTRACTS UNIT\" - PROMOZZJONIJIET", "2954.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-promozzjonijiet li kienu pendenti fil-\"Local Councils' Contracts Unit\"?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħala parti mir-ristrutturazzjoni li tinħtieġ issir fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet il-\"Local Councils Contracts Unit\" issa ser tibda tagħmel parti mill-\"Construction and Maintenance Department\".", "L- Onor. Membru japprezza li meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew vakanzi fil-\"Local Councils Contracts Unit\" il-kondizzjonijiet u l- ħtiġijiet tal-Unit kienu differenti minn dawk li hemm bħalissa.", "Għaldaqstant issa jridu jiġu identifikati dawk il-vakanzi li verament jeżistu skond iċ-ċirkostanzi preżenti.", "Bħal ma jaf l-Onor Membru dawn id- diffikultajiet jinqalgħu kif kien ġara fl-amministrazzjoni l-oħra meta kienet saret ir-ristruzzjoni fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - \"LIASON OFFICERS\"/KONSULENTI", "2955.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm uffiċjali pubbliċi jew anke persuni minn barra s-servizz pubbliku fuq kuntratt fil-Ministeru tiegħu li qed jaqdu d-doveri ta' \"liason officers\" jew konsulenti, kif ukoll min huma u x'doveri preċiżi qed jaqdu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-Ministeru hawn żewġ persuni minn barra s- servizz pubbliku fuq kuntratt li jagħmlu xogħol ta' konsulenti.", "Dawn huma il-perit Martin Debono li x-xogħol li jwettaq ġie spjegat fil-mistoqsija parlamentari numru 2538 (seduta numru 23) u s-sinjorina Michelle Tanti BA(English & Communications Studies)PGCE li hi maħtura bħala assistenta personali b'responsabilitajiet ta' \"public relations\".", "Barra minn hekk il-ministru juża s-servizzi ta' diversi \"Liason Officers\" fid-dipartimenti konċernati.", "Dawn huma:", "Claudio Tonna - Xogħlijiet lill-Kunsilli Lokali Raymond Tabone - Xogħol ta' Toroq David Mallia - Xogħol tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma Karl Borġ - Xogħol tad-Dipartiment ta' l-Artijiet Nicholas Aquilina - Xogħol tad-Dipartiment tad-Drenaġġ.", "Hemm il-ħsieb li dawn il-\"liasons officers\" jiffurmaw nukliju ta' \"Customer Care Department\" fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubblici u Kostruzzjoni bħala parti mir-ristrutturazzjoni li qegħda issir.", "TAQSIMA XOGĦLIJIET - \"LOCAL COUNCILS' CONTRACTS UNIT\"", "2956.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 76, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm fir- ristrutturazzjoni tat-Taqsima Xogħlijiet u fid-definizzjoni tax-xogħol tal- \"Local Councils' Contracts Unit\"?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif ġie spjegat fid-diskussjoni tal-estemi nhar il-5 ta' Frar 1997 fir-ristrutturazzjoni tat-Taqsima Xogħlijiet ġie iffurmat unit wieħed, imsejjaħ \"Construction and Maintenance Unit\" li fih inġabar id-\"direct labour\" kollu li kien hemm f'din it-taqsima.", "Dan sar għar-raġunijiet ta' flessibilita' u \"management\" aħjar.", "Ix-xogħol li kien isir mill-\"Local Councils Contracts Unit\" issa qiegħed isir minn dan il- unit il-ġdid.", "WSC - KONSULENT", "2957.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 75 rigward l-ingaġġ ta' konsulent mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk minn dak inhar 'il quddiem, sarx xi ingaġġ kif indikat f'dik id-domanda, u jekk fl- affermattiv, lil min u taħt liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Minn dak inhar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħatret lill-perit Philip Grech bħala konsulent fuq it-tħejjija ta' \"National Master Plan\" għall-\"Storm Water\" bil-kundizzjonijiet kif imsemmija fil-kuntratt li ser jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.", "TOROQ", "2958.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 78, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport indikat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kopja tar-rapport li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tqiegħdet fuq il-mejda tal-kamra b'risposta għal mistoqsija parlamentari 78."]} {"filename": "19980608_225d_par.doc", "date": "1998-06-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 225 It-Tnejn, 8 ta' Ġunju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 225", "It-Tnejn, 8 ta' Ġunju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "225", "It-Tnejn, 8 ta' Ġunju, 1998", "WERREJ MINUTI 349", "KUNSENS GĦAL ATTI 349", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 349", "TQEGĦID TA' KARTI 356", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA'", "RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED 358", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "BIL-MUTUR (EMENDA NRU.", "3) (IT-TIENI QARI)", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL (2ND READING) 359", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL PROTECTION BILL (2ND READING) 359", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA'", "RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED (VOTAZZJONI) 376", "AĠĠORNAMENT 382", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 386", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 408", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 224 li saret fit-3 ta' Ġunju, 1998, ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- Aġent President ta' Malta għoġbu jagħti l-Kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. XIV ta' l-1998 - Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "UNJONI EWROPEA - ŻONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14695.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizzaw jekk jaqbilx għall- Ministeru tiegħu jew għall-korporazzjoni jew entita' pubblika konċernata li Malta tissieħeb f'żona ta' kummerċ ħieles biss ma' l-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-Ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha li jinkisbu għall-Ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli b'żona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nirriferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba li ngħatat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent għall-mistoqsija parlamentari numru 14687.", "GĦAWDEX - WIED TA' MARSALFORN - XOGĦLIJIET", "14712.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru W912, jista' l-Ministru jgħid minn fejn jirriżulta li kienu qegħdin jitfasslu disinji kif ukoll jitħejjew dokumenti relattivi għall-pubblikazzjoni ta' tender għat-tkomplija ta' xogħlijiet fil- Wied ta' Marsalforn mill-car park lejn il-baħar?", "Jista' jgħid fiex wasal dan kollu peress li skond it-tweġiba msemmija dan ix-xogħol kellu jkun lest sas-sajf li ġej?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ix-xogħol imsemmi jsir aktar 'il quddiem skond il- prijoritajiet li jkollu d-dipartiment.", "SAĦĦA - HAEMOGLUCO STICKS", "14832.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal- Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-haemogluco sticks kienu out of stock fl-ewwel ġimgħa ta' Mejju?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Kien hemm stock limitat ta' haemogluco test strips minħabba li t-tender li ħarġet għax-xiri ta' dan il-prodott kellha taqa' minħabba numru ta' problemi.", "Id-dipartiment ħareġ sejħa oħra għall-offerti b'updated specifications.", "L-award issa saret u d-dipartiment qiegħed jistenna l-ewwel konsenja mingħand il-kuntrattur.", "Sakemm ingħatat it- tender, il-GPS baqgħu jixtru kwantitajiet permezz ta' quotations.", "Biss kien hemm diffikultajiet biex dawn il-konsenji jaslu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru għadu kemm qal li nxtraw sticks permezz ta' quotations.", "Pero' veru li għal xi żmien kien hemm u forsi sal-lum stess għad hemm, nuqqas ta' dawn l-isticks għall-pazjenti fl- isptarijiet jew għall-pazjenti oħrajn barra mill-isptarijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalma għedt fl-aħħar parti tar-risposta, kien hemm problemi ma' min kien qed jissupplixxina bi sticks permezz ta' quotations.", "Hawnhekk irrid nispeċifika li l-isticks kienu jiġu ordnati mingħand aġent wieħed biex jaqblu mal-makni ta' l-isptar u għalhekk il- quotations kienu qed isiru mingħand l-aġent li kien jissupplixxi l-isticks qabel.", "Pero' dan l-aġent ma kienx qed jibgħat il-konsenji kollha fil-ħin u fl-ammonti mitluba.", "Irrid ngħid li fl-isptarijiet ma kienx hemm problemi ta' nuqqas ta' haemogluco sticks; seta' kien hemm xi problemi għal dawk li jirċievu l-isticks minn barra l-isptarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nixtieq inkun naf jekk hemmx xi nuqqas ta' mediċini jew pilloli li jintużaw fl-isptarijiet jew fil-polikliniċi u jekk hemmx xi ħlasijiet pendenti fir-rigward ta' dawn il-mediċini?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din l-informazzjoni m'hijiex available hawnhekk.", "Għal dak li jirrigwarda l-haemogluco sticks, jien informat li din il-ġimgħa mistennija jaslu l-isticks kollha, inkluż il-makni ta' l- isticks il-ġodda.", "Pero' għar-rigward tal-mistoqsija li għadu kemm għamilli l-Onor.", "Galea, nitolbu jagħmilhieli bil-miktub ħalli nkun nista' nirrispondih.", "Ta' min jinnota, Madam Speaker, li issa li għandna provvista adegwata ta' mediċini, l-Oppożizzjoni m'għadhiex tagħmel dan it-tip ta' mistoqsijiet.", "KUMITAT TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA - LAQGĦAT", "14951.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14714 u għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista' l-Prim Ministru jgħid meta kienet l-aħħar laqgħa tal-Kumitat tal-Trasport tal-Merkanzija Sa Maison/Mġarr u jekk ir-rapport kienx iffirmat miċ-chairman u l-membri qabel ma tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Naħseb li r-rapport li qed tirreferi għalih huwa l-interim report fuq is-servizz tal-merkanzija minn Sa Maison li kien riferut għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat dwar it-Transport tal- Merkanzija Sa Maison/Mgarr u li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill- Ministru għat-Trasport u Portijiet f'Marzu li għadda u għalhekk nitolbok tagħmel id-domanda tiegħek lill-Ministru konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma nafx jekk il-Prim Ministru huwiex f'pożizzjoni li jgħidilna jekk wara li sar dan ir-rapport kienx hemmx xi tibdil fir-rati ta' ħlasijiet għall-vetturi li jġorru l-merkanzija minn Sa Maison għall-Imgarr vis-a-vis il-prezzijiet li jitħallsu miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr għaliex waħda mill-kwestjonijiet li kienu qamu kienet proprju dwar l-ammont ta' ħlasijiet li jsiru għall-vetturi li jġorru l-merkanzija meta jitilqu minn Sa Maison fil-konfront ta' meta jitilqu miċ-Ċirkewwa.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli l-mistoqsija bil-miktub għaliex ma jidhirlix li fil-karti li għandi quddiemi għandi l- informazzjoni mitluba.", "FURJANA - POSTIJIET VOJTA", "13753.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1462 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet vojta li huma abitabbli fil-Furjana?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W 1462.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sidien privati li offrew li jbigħu l-postijiet battala tagħhom lid- dipartiment?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, il-Gvern Laburista għamel policy ġdida fejn ħabbar li min irid ibigħ xi proprjeta', kemm jekk ikun bini kif ukoll jekk tkun art, jista' jagħmel dan billi jmur l-Awtorita' tad-Djar u jagħmel joint venture mal-Gvern.", "Nieħu gost inħabbar li minn Frar sal-lum ġew madwar 60 sid ta' postijiet battala li resqu quddiem l-Awtorita' madwar 600 post. Dan juri sinjal ta' fiduċja fil-Gvern.", "Nista' ngħid li ma jdumux ma jsiru xi konvenji wkoll u nisperaw li din l-inizjattiva sservi biex postijiet battala jiġu abitati u mhux idumu żmien twil battala għax hija xi ħaġa tal-mistħija li f'pajjiżna hawn eluf kbar ta' postijiet battala meta hawn eluf oħra ta' nies li qed jitolbu post fejn joqogħdu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk m'iniex sejjer żball, fiċ-ċensiment u f'numru ta' rapporti li għandhom x'jaqsmu mal-housing tissemma ċ-ċifra ta' madwar 20,000 post battal.", "Jien għandi l-impressjoni li din iċ-ċifra tinkludi djar tal-villeġġjatura u holiday apartments.", "Ma jidhirlux il-Ministru li meta nitkellmu fuq djar verament battala u djar available għall-kiri la rridu ninkludu djar tal-villeġġjatura u lanqas holiday apartments?", "Tista' ssir xi ħaġa mill-Ministeru tiegħu biex proprju niffokaw fuq in-numru ta' units available għall-kiri jew għall-bejgħ?", "Ma rridux ninsew li l- holiday apartments qegħdin biex jinkrew lit-turisti u ma naħsibx li hawn xi djar tal-villeġġjatura li huma available on the market biex jinkrew.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fil-fatt miċ-ċensiment li kien sar f'Novembru ta' l-1995 joħroġ ċar ukoll in-numru ta' postijiet battala.", "Barra minn hekk, kien sar xi studju mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn il-figura totali ġiet maqsuma f'kategoriji, pero' bl-amment ma niftakarx il-kategoriji kollha u kif kienu mqassmin.", "Jidhirli li f'xi żmien dawn il-figuri ngħataw fil-Parlament, jew waqt xi debate fuq il-Housing Authority jew inkella fid- debate tal-Budget fuq il-housing.", "Jien informat li hawn madwar 2,400 post battal li huma delapidati u ma jistgħux jiġu rranġati, pero' hemm eluf oħra li huma abitabbli u oħrajn li huma ta' djar ta' villeġġjatura, eċċ. Dan ifisser li fil-fatt din l-istatistika hija available u għalhekk nistieden lill-Onor.", "Gatt jagħmilli din il-mistoqsija interessanti bil- miktub ħalli nkun nista' nirrispondih.", "Żgur li lkoll nixtiequ naraw li dawn il-postijiet battala kemm jista' jkun jiġu abitati mill-poplu tagħna.", "HOUSING CONSTRUCTION AND MAINTENANCE DEPARTMENT", "13754.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1282 u ċioe' jista' jgħid x'bidliet fil-policy eżistenti li nkitbet mill-Amministrazzjoni preċedenti, huma ttamati li jsiru, jekk isiru, f'dik li hija policy li biha qed jimxi l- Housing Construction and Maintenance Department fejn jidħlu ħsarat f'postijiet tal-Gvern u dan konformi ma' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998, paġna 319 (Housing)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W1282.", "DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA TA' DJAR", "13755.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1281 u ċioe' jista' jgħid: (i) kemm, fil-fatt hu l-ammont ta' flus (disponibbli) għall-Housing Construction and Maintenance Department biex matul l-1998, konformament ma' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998, paġna 319, dan id-dipartiment ikun jista' jissaħħaħ f'dak li hu embellishment of public areas and the development of recreational facilities in housing estates; (ii) liema huma: (a) il-public areas; (b) recreational facilities; u (ċ) housing estates li għalihom qed issir riferenza; u (iii) meta hu ttamat li dan jinbeda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W1281.", "VALLETTA - TRIQ SAN KRISTOFRU - FOND NRU.", "127", "13756.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1259 u ċioe' jista' jgħid x'inhi r-raġuni li għal aktar minn ġimgħatejn il-fond numru 127, St. Christopher Street, Valletta, li hu bini tal-Gvern, qed ikollu l-partijiet komuni fid-dlam minħabba xogħol li ma sarx minkejja talbiet ġustifikati u ripetuti?", "Meta se jsir ix-xogħol?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W1259.", "DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "13757.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1254 u ċioe' jista' jgħidli meta l-persuna li, d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament se tkun tista' tagħmel il-kuntratt tax-xiri tal-post fejn preżentement qed tirrisjedi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W1254.", "DJAR - KAŻ H -14303", "13758.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1252 u ċioe' jista' jgħid f'liema stadju ta' proċesar wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament?", "Intbagħat inspector?", "Jekk iva, x'kien l- eżitu tar-rapport?", "Jekk intbagħat, xi gravita' anqas minn ta' ħaddieħor qed twassal biex dak li rrakkmanda l-inspector ma jiġix segwit?", "X'inhi r- raġuni li meta din il-persuna ċemplet għal appuntament mad-Direttur xi tliet xhur ilu qalulha li ma jarax nies u l-appuntament ma sarilhiex?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W1252.", "ETC - TALBIET GĦALL-IMPIEG", "14064.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjiegi matul Marzu 1998: (a) mis-servizz pubbliku; (b) minn enti statutorji; (ċ) minn enti u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu mill-anqas nofs l-ishma tagħhom; (d) mis-settur privat,", "u jindika d-dipartimenti, enti jew kumpannija fil-każ ta' (a), (b) u (ċ) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): It-talbiet li saru għall-impjiegi matul Marzu 1998 kienu kif ġej:", "a)Mis- servizz pubbliku- Nil", "b) enti statutorji -1", "c) enti u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu mill- inqas nofs l-ishma tagħhom-77", "d) mis-settur privat-331", "Id-dipartimenti, enti jew kumpanniji", "a) mis-servizz pubbliku -Nil", "b) enti statutorji", "Water Services Corporation Architect & Civil Works Engineer -1", "c) enti u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu mill- inqas nofs l-ishma tagħhom", "Holiday Inn Crowne Plaza Waiters (Definite Contract)-5", "Ħal Ferħ Holiday Complex Maids (Temporary Basis)-5", "FMSS Financial Controller -1", "Air Malta Clerks (Temporary P/T) -35", "Holiday Inn Crowne Plaza Telemarketing Salespersons -30", "Holiday Inn Crowne Plaza Telemarketing Secretary-1", "ETC - NIES JIRREĠISTRAW", "14065.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba f'Marzu 1998?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba f'Marzu 1998 kien ta' 257.", "PULIZIJA - RAPPORT DWAR FRAME-UPS", "14066.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li r-rapport magħmul mill-ex-Imħallef Godwin Muscat Azzopardi dwar frame-ups mill-pulizija intilef f'xi data wara l-1 ta' Novembru, 1996?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni interna dwar dan u, jekk iva, min mexxieha u x'inhu r- riżultat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kopja tar-rapport ta' l-ex imħallef Godwin Muscat Azzopardi li kienet tinsab f'Kastilja jidher li ġiet mislaid.", "Ma saret l- ebda inkjesta dwar dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna għaliex ma saritx inkjesta u jekk jidhirlux li għandha ssir inkjesta?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt jien għamilt ħafna mistoqsijiet dwar dan il- każ biex nara eżattament x'ġara mir-rapport li kien intalab biex ikun fl- Uffiċċju ta' Kastilja qrib l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Dan ir-rapport kien ġie kkonsultat minn diversi nies u meta wara diversi xhur erġajna ġejna biex nikkonsultawh, ma tfaċċax aktar.", "Sussegwentement konna staqsejna lir-Reġistratur tal-Qortii biex għallinqas jagħtina l-kopja tiegħu, pero' rriżulta li anke hemmhekk il-kopja ma setgħetx tiġi traced u effettivament wasalna għall-konklużjoni li kien hemm xi mislay burokratiku u dan ir-rapport spiċċa f'xi uffiċċju fejn ir-registry m'hijiex qed tikkontrolla b'mod tajjeb x'dieħel u x'ħiereġ.", "Allura waqafna fuq il-punt li ma stajniex insibu r-rapport u effettivament is-Segretarju Permanenti fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru ta rendikont lill-qorti li dak ir-rapport kien ġie mislaid u ma jistax jinstab.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Auston Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt mix-xiehda li ta s-Sur Grima fil-Qorti jirriżulta li hu kkonsenja r-rapport flimkien mas-supporting documents lis- segretarju personali tal-Prim Ministru.", "Il-kopja tar-rapport ġiet depożitata fil-qorti indipendentement mir-rapport li kien ingħata lill- Prim Ministru ta' dak iż-żmien mill-Imħallef Godwin Muscat Azzopardi.", "Barra minn dawn iż-żewġ kopji, li milli jidher intilfu t-tnejn, kien hemm kopja oħra fil-Ministeru tal-Ġustizzja li kienet intbagħtet ukoll mill- Imħallef Muscat Azzopardi li, minn kif qed nifhem jien, intilfet ukoll.", "Li tintilef kopja waħda nifhimha, imma li jintilfu tliet kopji minn tliet postijiet differenti naħseb li m'hijiex xi ħaġa li tiġri b'kumbinazzjoni.", "Ladarba jidher ċar fejn kienu dawn ir-rapporti u ta' min kienet ir- responsabbilta', għaliex fost l-oħrajn, is-Sur Grima xehed li hu ta r- rapport lis-segretarju privat tal-Prim Ministru u minn hemmhekk ma ġiex lura, ma jidhirlux il-Prim Ministru li l-każ m'għandux jieqaf hawn, imma jekk hemm bżonn tidħol il-Pulizija biex tinvestiga kif ġraw l-affarijiet?", "Ma rridux ninsew li l-kopja tar-rapport fil-qorti ġiet depożitata fil- vault tal-qorti u mhux f'xi uffiċċju.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hija okkorrenza kurjuża li sparixxew dawn it-tliet kopji fuq l-istess każ, pero' nista' ngħid li min-naħa tiegħi u ta' l- istaff tiegħi ċċekkjajna l-files li għandna miftuħin u l-kxaxen kollha li għandna biex naraw jekk dan ir-rapport jistax jiġi traced, pero' ma nstabx.", "Min-naħa tal-qrati wkoll jidher li pprovaw isibu l-file li kien fih ir- rapport relattiv, pero' din il-kopja ma nstabitx.", "Ma naħsibx li għandna nagħmlu inkjesta, għaliex kien hemm diversi każi oħra fejn rapporti burokratiċi ta' dan it-tip ma nstabux.", "Barra minn hekk, peress li dan ir- rapport kien beda fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti u, jekk niftakar tajjeb, l-Amministrazzjoni preċedenti ddeċidiet li ma tippubblikahx, effettivament ma nħossx li hemm xi raġuni għaliex wieħed għandu jagħmel inkjesta speċifika fuq dan il-każ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, irrid nippreċiża li ma kenitx biss l- Amministrazzjoni preċedenti li ddeċidiet li ma tippubblikax ir-rapport, imma nfakkar lill-Prim Ministru li f'risposta li ta għad-domanda parlamentari li kont għamilt jien kien qal li hu ddeċieda li ma jippubblikahx u allura nassumi li r-rapport qrah.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt ma kontx qrajtu, Madam Speaker, u sempliċement bqajt fuq id-deċiżjoni tal-Prim Ministru ta' qabli li kien iddeċieda fuq bażi personali.", "Jien ma xtaqtx inbiddel deċiżjonijiet meħuda fuq bażi personali fuq rapport ta' dak it-tip.", "Ma ħassejtx li nkun prudenti li nbiddel deċiżjoni meħuda mill-Prim Ministru fuq bażi personali fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti u għalhekk ma dħaltx fl-argument jekk għandix inbiddel id-deċiżjoni jew le.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, jien ma ħadt ebda deċiżjoni fuq bażi personali, imma ħadtha bħala Prim Ministru u bħala Kap tal-Gvern.", "Wara li sar ir-rapport, jien bħala Prim Ministru ddeċidejt li m'għandux jiġi ppubblikat, imma ma kien hemm xejn personali f'din il-kwestjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa sensittiv iżżejjed fuq il-kelma li wżajt.", "Qed ngħid \"personali\" fis-sens li meta persuna ta' fiduċja tkun qiegħda tieħu deċiżjonijiet amministrattivi ta' ċerta natura fuq bażi tal-ġudizzju tagħha, allura nħoss li għandi nkun prudenti u nonora u nirrispetta dak il-ġudizzju li jkun ġie eżerċitat.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: On a personal explanation.", "Meta l-Prim Ministru tal-lum kien Kap ta' l-Oppożizzjoni kien kritiku ħafna għall-fatt li jien ma ppubblikajtx ir-rapport u allura bil-loġika l-iktar naturali nassumi li meta sar Prim Ministru ra r-rapport u qabel li m'għandux jiġi ppubblikat.", "Dan hu li tana x'nifhmu mir-risposti li ngħataw għall- mistoqsijiet parlamentari li saru rigward dan is-suġġett.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bil-loġika l-aktar naturali, Sinjura President, il- Kap ta' l-Oppożizzjoni fehem ħażin għaliex effettivament l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod.", "Fil-fatt wieħed jikkritika l-ġudizzju tan-naħa l- oħra meta tkun qed teżerċita dak il-ġudizzju, imma meta mbagħad wieħed ikollu l-levers li jista' jisforza dak il-ġudizzju, dan ma jagħmlux.", "Hija ħaġa sempliċi.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, għandna dikjarazzjoni fil- qorti li tgħid li l-Prim Ministru talab li dan ir-rapport jiġi konsenjat lilu biex jarah u fil-fatt ġie konsenjat lilu fl-uffiċċju tiegħu.", "Dan ifisser li jeżistu dikjarazzjonijiet bil-ġurament li l-Prim Ministru ried jara r-rapport.", "Ovvjament ried jara r-rapport mhux biex joqgħod iħares lejh imma biex jara x'fih u jara jekk jaqbilx mad-deċiżjoni tiegħi.", "Kellu kull dritt li jbiddel id-deċiżjoni li kont ħadt jien.", "Imma r-rapport qrah jew ma qrahx?", "Mir-risposti li ngħataw u mid-dikjarazzjonijiet li saru fil- qorti qed nassumu li talab ir-rapport biex jaqrah u jiddeċiedi jekk jibqax fuq il-pożizzjoni li kien ħa meta kien Kap ta' l-Oppożizzjoni jew inkella jbiddilx din il-pożizzjoni u jaqbel mad-deċiżjoni li kont ħadt jien bħala Prim Ministru.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Assolutament dan m'huwiex il-każ.", "L-ewwelnett tlabt ir-rapport biex naqrah u nkun naf x'fih u mhux biex nara għandix inbiddel id-deċiżjoni jew għandix inżomm l-istess deċiżjoni li ttieħdet mill-Prim Ministru ta' qabli.", "Fil-fatt dan ir-rapport ma qrajtux għaliex kelli rapporti oħra x'naqra qablu u meta wasalt biex nara fejn kien dak ir- rapport ġara l-fatt li qajjem l-Onor.", "Austin Gatt.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-każi ta' stupru, korruzzjoni ta' minorenni u attakk vjolenti fuq il-pudur rapportati lill-Pulizija bejn Jannar u April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14873;", "Kopja tad-diskors li l-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, għamel fil- Konferenza tal-Kunsill ta' l-Ewropa għal Ministri responsabbli mill- Ħarsien Soċjali li saret f'Malta f'Mejju 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14995;", "Kopja tal-ftehim kollettiv bejn il-General Workers' Union u l-Public Broadcasting Services Ltd., il-Maltacom plc, il-Malta Drydocks Corporation u l-Malta Shipbuilding Co. Ltd., bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 15016;", "Tagħrif dwar sajjieda li nqabdu jistadu illegalment fl-ibħra territorjali Maltin bejn l-1990 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15020; u", "Tagħrif dwar persuni barranin deportati bejn Jannar u Ġunju 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15043.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim kollettiv iffirmat bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-General Workers' Union u l-Union Ħaddiema Magħqudin datat 27 ta' Marzu, 1996; kopja tal-ftehim kollettiv bejn l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u l-Union Professjonisti Awtorita' ta' l-Ippjanar datat 24 ta' Mejju, 1996; u kopja tal-ftehim industrijali bejn il-Voice of the Mediterranean u l-Union Ħaddiema Magħqudin datat 15 ta' Ġunju, 1990, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15017.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 140 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 li jemenda l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport u Portijiet.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 141 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 li jemenda l- Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 146 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar il- Kontroll ta' Swimming Pools.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra: Avviż Legali Nru. 142 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Fdalijiet fil-Laħam;", "Avviż Legali Nru. 143 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Drittijiet għal Liċenzji rigward Postijiet Mediċi Privati;", "Avviż Legali Nru. 144 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Liċenzi għal Ħwejjeġ ta' l-Ikel; u", "Avviż Legali Nru. 145 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Tikkettjar u l-Preżentazzjoni ta' Ħwejjeġ ta' l- Ikel.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar aġenziji tal-kiri tal-karozzi wżati mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu, 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14067; u", "Rapport dwar is-sehem ta' Malta fis-36 Sessjoni tal-Kummissjoni għall- Iżvilupp Soċjali tal-Ġnus Magħquda li saret fi New York fi Frar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14993.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED", "Ikompli mit-3 ta' Ġunju, 1998.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: On a point of order, Madam Speaker.", "Peress li mill- bieraħ sal-lum ingħatat importanza kbira lil din il-mozzjoni u tkellmu diversi Ministri u diversi sindki u allura jeħtieġ li kulħadd jagħti l- veduti tiegħu ...", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Mintoff, niġbidlek l-attenzjoni li qiegħed out of order.", "Id-diskussjoni fuq din ir-riżoluzzjoni spiċċat fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa li għadda u llum jonqos li titpoġġa l-mistoqsija fuq ir- riżoluzzjoni proprja għaliex l-aħħar darba vvotajna fuq l-emenda.", "Għalhekk ma tistax titqajjem diskussjoni f'dan l-istadju.", "Nitolbok tiġi għall-point of order.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Il-point of order tiegħi huwa li d-diskussjoni li ġejja titħalla sa għada ħalli s-Sinjorija Tiegħek flimkien mal-Prim Ministru u mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni taraw jekk hemmx il-ħtieġa li din id- diskussjoni tiġi trażmessa fuq it-television u tingħata pubbliċita' peress li żgur m'hemmx din l-urġenza kollha biex isiru dawn l-affarijiet.", "Issa jekk il-Kamra ma taqbilx, ma jkun ġara xejn.", "Jien qed nagħmel dan is- suġġeriment, Madam Speaker, fl-interess ta' dan il-Parlament u fl-interess ta' kulħadd għaliex inħoss li n-nies m'għandhomx jitkellmu u m'għandhomx jiġu mobilizzati fuq dak li se jsir qabel ma jgħaddi minn dan il-Parlament.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Mintoff, fil-fatt kif għedt inti stess, dan huwa suġġeriment u m'huwiex point of order.", "Issa biex iseħħ dak li qed titlob int, irid ikun hawn il-qbil tal-Kamra.", "Hawn qbil fuq dan is- suġġeriment?", "(Onor. Membri: No) Mela se ngħaddi biex inpoġġi l- mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fis-Seduta Nru. 223 tat-2 ta' Ġunju, 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, id-dikjarazzjoni tal-vot tagħmilha s- Sedja u ladarba l-Onor.", "Mintoff bħala Membru min-naħa tal-Gvern qed jivvota kontra, din il-mozzjoni m'għaddietx.", "Dan ifisser li l-votazzjoni trid tissejjaħ min-naħa tal-Gvern la kien hemm espressjoni ta' vot kontra minn Membru min-naħa tal-Gvern!", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MADAM SPEAKER: Peress li ntalbet division, skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997, din il-votazzjoni tittieħed fil- ħin ta' l-interrruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR (EMENDA NRU.", "3)", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL", "MADAM SPEAKER: Peress li fis-seduta tat-3 ta' Ġunju, 1998 kienet intalbet votazzjoni fuq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 se nerġa' npoġġi l- mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l- Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Peress li ntalbet votazzjoni, skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997, din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "CIVIL PROTECTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Mejju, 1998.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Madam Speaker, l-aħħar darba kont qed ngħid li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se jitwaqqfu għall-ewwel darba Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u Forza ta' Għajnuna u Salvataġġ u dan huwa żvilupp fid-direzzjoni t-tajba.", "Nafu li llum kontinwament jinqalgħu emerġenzi fil-baħar Mediterran u għal dan il-għan kien twaqqaf f'Malta r- Regional Marine Pollution Response Centre biex jilqa' għal dawn l- emerġenzi, b'mod partikolari problemi ta' oil spills.", "Illum nafu li oil spill jista' jikkawża ħsarat kbar kemm mal-kosta kif ukoll fil-baħar innifsu u minħabba li aħna pajjiż żgħir imdawwar bil-baħar u niddependu ħafna mit-turiżmu, irridu naraw li nsaħħu dan id-dipartiment b'personnel tajjeb u b'apparat sofistikat.", "Per eżempju, illum jeżistu radar sensors li mill-veloċita' tal-mewġa - u dan jiddependi wkoll mir-riħ tal-ġurnata - kapaċi jidentifikaw il-preżenza ta' żejt fil-wiċċ tal-baħar.", "Jien nemmen li dan id-dipartiment għandu jkollu l-aħjar personnel, pero' dan ma jfissirx li l-personnel irid jittieħd biss mill-Korp tal-Pulizija jew mill- Armata għaliex jien naf b'persuni li ma jifformawx parti minn dawn iż-żewġ forzi f'pajjiżna li kellhom esperjenza kbira fil-qasam tas-salvataġġ barra minn Malta u jistgħu jagħtu servizz tajjeb f'dan id-dipartiment.", "Irrid ngħid li minn meta twaqqaf ir-Regional Marine Pollution Response Centre saru diversi rapporti ta' discharges ta' żejt minn tankers u vapuri oħra li jkunu qed jinnavigaw fl-ibħra Maltin.", "Għaliex qed tingħata din l- importanza lill-oil spills fil-Mediterran?", "Se nsemmi każ ta' oil spill żgħira li ġara f'Norway fl-1981 u li x-xjentisti kienu rriferew għaliha sempliċement bħala a discharge of an oily bilge washing.", "Din ir-roqgħa żejt ikkawżat il-mewt ta' madwar 30,000 għasfur tal-baħar.", "Nistgħu nimmaġinaw xi problema jkollna kieku oil spillage żgħira bħal din kellha tolqot lill-ibħra tagħna u ma nkunux attrezzati bil-faċilitajiet neċessarji biex nilqgħu għal diżgrazzja simili.", "Irrid ngħid ukoll li, grazzi għar- relazzjonijiet tajba li għandna mal-European Union u bħala riżultat tat- Third Financial Protocol, il-Gvern Malti ġie mogħti l-vessel \"Pupilla\" li tintuża biex tidħol f'ċerti high risk areas fejn ikun hemm dawn id-deposits ta' oil spills u tkun tista' tipprevjeni dan it-tip ta' diżgrazzji.", "Inċidenti bħal dawn fl-ibħra tagħna, speċjalment fejn hemm enclosed waters u harbours, u allura bilfors li jaslu sal-kosta, ma nistax insejħilhom ħlief diżgrazzji.", "Tajjeb li kulħadd ikun jaf li konsegwenza tal-Marpol Convention, il- baħar Mediterran ġie dikjarat bħala a special area u f'din il-Konvenzjoni hemm b'mod ċar li ma jista' jsir l-ebda discharge of petroleum f'dan il- baħar.", "Sfortunatment nafu li jsir discharge of petroleum b'mod klandestin u b'mod traskurat.", "Fil-fatt jikkakolaw li fl-1993 fil-baħar Mediterran kien hemm deposits ta' 1,200,000 tunnellata ta' żejt.", "Wieħed jista' jimmaġina x'jinqala' kieku dan l-oil spillage ikollu jersaq lejn il-kosta tagħna u ma nkunux preparati biex nilqgħu għalih!", "Issa dan huwa diżastru kkawżat mill-bniedem.", "Paragrafu (e) ta' klawsola 4 ta' dan l- abbozz ta' liġi jgħid li waħda mill-funzjonijiet tad-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili hija:", "\"sabiex iġib 'il quddiem konoxxenza pubblika dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ċivili;\".", "Dan ifisser li m'huwiex biżżejjed li jinħoloq dipartiment, imma ikun hemm sistema li teduka lill-poplu kollu għal dak kollu li jista' jinqala' f'każ ta' diżgrazzja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ambjent): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Sur President, illum nafu li fid- dinja qed jinħolqu ħafna problemi minħabba l-climate change; ġieli jiġri li wara jiem ta' sħana, tiġi ġimgħa fejn jagħmel anke s-silġ.", "Fil-fatt ix- xjentisti qed jipprovaw jinterpretaw dan it-tibdil kollu fl-atmosfera u qegħdin jgħidu li jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma jew imorru għall- agħar, fil-25 sena li ġejjin dawk li kienu deżerti fid-dinja se jkunu l- ġonna ta' għada u vice versa.", "Dawn huma affarijiet li qed narawhom iseħħu fid-dinja, bil-mod il-mod minn xahar għal xahar, u aħna m'aħniex xi eċċezzjoni.", "Dawn l-affarijiet ma jiġrux b'kumbinazzjoni u għalhekk id- dipartiment għandu jħares lejn proġetti alternattivi anke on an experimental basis u jara li, per eżempju, ma jsirx użu żejjed minn prodotti bħalma huwa ż- żejt li jista' jagħmel ħsara lill-ambjent u joħloq problemi għall-ozone layer.", "Barra minn hekk, irridu naraw kif nistgħu nutilizzaw id-deposits li jkollna minn użu naturali ta' oġġetti.", "Per eżempju, fl-1996 universita' f'Norfolk, l-Ingilterra, skopriet li l-iskart tat-tiġieġ jista' jiġi utilizzat biex jiġġenera l-elettriku.", "Jien ngħid li huwa importanti li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jfittex li jagħmel riċerki u proġetti bħal dawn ma' l-Universita' tagħna li dejjem tat riżultati tajbin.", "Fi proġett ieħor li sar f'universita' f'Yorkshire sabu li mingħajr ma jintuża ż-żejt u prodotti oħra li jistgħu jwasslu għal xi diżastri, l-elettriku jista' jiġi ġġenerat mill-poplar.", "Jien m'iniex ngħid li m' għandniex nużaw iż-żejt għaliex tista' tinqala' xi diżgrazzja, imma ladarba qed noħolqu struttura li għandha sservi biex tkabbar il-konoxxenza pubblika dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ċivili, allura wieħed irid jaħseb f'dawn l-affarijiet ukoll.", "Għalkemm id-dipartiment se jkun immexxi mid-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili, meta jinqala' xi diżastru kbir fil-pajjiż, se jkun hemm kmandant suprem li se jinħatar mill-Ministru biex imexxi missjoni ta' salvataġġ.", "Barra minn hekk, se jkun hemm ukoll il-Kunsill għall-Protezzjoni Ċivili li se jkun hemm ukoll ili jifformula, imexxi u jikkoordina kull kwestjoni u prattika ta' politika nazzjonali dwar il-protezzjoni ċivili.", "Taħt klawsola 7 insibu s-setgħa li l-Ministru jista' jagħmel regolamenti dwar it-twettiq jew it-tisħiħ ta' xi konvenzjoni internazzjonali.", "Din hija importanti għaliex illum nafu li jekk allaħares qatt jinqala' xi diżastru fil-pajjiż, il-pajjiż ma jistax jaħdem waħdu.", "Hawnhekk nistgħu nsemmu t-terremot li ġara xi ħamest ijiem ilu fl-Afghanistan fejn ingħatat għajnuna minn organizzazzjoni internazzjonali.", "Nistgħu nsemmu wkoll il- missjoni ta' salvataġġ li ġiet addottata mill-International Rescue Corps wara t-terremot kiefer li kien ħakem lil Kobe fil-Ġappun fl-1995.", "GĦalkemm il-Ġappuniżi huma ppreparati għal dawn l-affarijiet għax jinsabu f'area esposta għat-terremoti, ħassew li għandhom jaħdmu ma' din l-international organisation u l-Ambaxxata Ġappuniża fl-Ingilterra għamlet kuntatti ma' din l-organizzazzjoni, li hija bbażata fl-Ingilterra, u din fi ftit sigħat kien diġa' qed taħdem ma' personnel Ġappuniż biex f'ħamest ijiem wettqu l- missjoni ta' salvataġġ u taw l-għajnuna kollha li kien hemm bżonn.", "L-aħħar darba li konna qed niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi kont tkellimt fuq ix-xogħol li jagħmlu organizzazzjonijiet volontarji hawn Malta bħal, per eżempju, is-St.", "John's Rescue Corps u oħrajn.", "Pero' llum irridu niftħu iktar u nħarsu lejn il-konvenzjonijiet internazzjonali li jelenkaw in-normi li wieħed għandu jsegwi f'każijiet ta' emerġenza.", "Fil-fatt skond klawsola 7 il-Ministru jista' jagħmel regolamenti biex jidħlu fis-seħħ dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali li permezz tagħhom ikun jista' jitlob l-assistenza ta' non-governmental u anke governmental voluntary organisations internazzjonali.", "Dan huwa element pożittiv li jista' jtejjeb il-ħidma ta' dan id-dipartiment.", "M'għandniex għalfejn niddejqu nagħmlu dawn l-affarijiet għaliex meta jinqalgħu diżgrazzji u diżastri li jikkawżaw tbatija u problemi kbar lill-poplu, kulħadd ikun lest biex jgħin.", "Nafu li aħna poplu ġeneruż li dejjem lest biex jgħin kif jista' meta jinqala' xi diżastru x'imkien u għalhekk żgur li popli oħra jkunu lesti li jagħtuna l-għajnuna meħtieġa f'każ ta' bżonn", "Nixtieq nagħmel riferenza għal punt li tqajjem mill-Onor.", "Tonio Borg meta l-aħħar darba kien qed jitkellem fuq klawsola 8 li tittratta t- twaqqif ta' Forza ta' Għajnuna u Salvataġġ.", "L-Onor.", "Borg staqsa x'se jiġri minn dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija jew ta' l-Armata li ż-żmien tas-servizz tagħhom ikun wasal biex jagħlaq u jieħdu l-pensjoni, u dawn jagħżlu li jidħlu fid-dipartiment il-ġdid.", "Staqsa wkoll jekk ir- regolamenti li jipprovdu dwar l-applikazzjoni għad-dħul fil-Forza u l- kondizzjoni tas-servizz applikabbli għall-Korp tal-Pulizija humiex se jibqgħu applikabbli meta wieħed jingħaqad ma' dan id-dipartiment.", "Jien m'iniex qed nara din l-anomalija, anzi qed nara li d-drittijiet kollha li kien igawdi membru fil-Korp tal-Pulizija se jiġu salvagwardati meta jidħol f'dan id-dipartiment.", "Naħseb li l-Ministru se jitkellem fuq dan il-punt biex jiġi ċċarat għal kulħadd u ma noqogħdux noħolqu dubji għal xejn.", "Veru li l-membri fil-Korp tal-Pulizija, speċjalment dawk li jaħdmu fil-Fire Brigade u fl-SAG huma nies tajbin li jistgħu jkunu parti minn dan id- dipartiment, imma dawn m'humiex biżżejjed.", "Jien naf li hawn nies oħra f'dipartimenti oħra tal-gvern li għal xi raġuni jew oħra ma daħlux fil-Korp tal-Pulizija ...", "Bis-sistema kif kienet qabel, biex tidħol fil-Fire Brigade ridt tkun membru fil-Korp tal-Pulizija, imma llum iċ-ċirkostanzi nbidlu.", "Issa jekk ma jkollokx it-tul jew il-fiżiku meħtieġ ma jfissirx li m'intix tajjeb biex taħdem f'dan id-dipartiment.", "Jiena naqbel li dipartiment bħal dan għandu jkun dipartiment dixxiplinat u naqbel mal-fatt li ġie espess fil-liġi li l-membri ta' din il-Forza ma jistgħux ikunu membri f'xi trade union.", "X'jiġri kieku jinqala' xi diżastru nazzjonali u dawn il-ħaddiema jiddeċiedu li joħorġu bi strike?!", "Dawn in-nies irid ikollhom responsabbilta' nazzjonali għal dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet ta' emerġenza u salvataġġ u għalhekk wieħed irid ikun iktar ċar meta jiġi biex jinterpreta klawsola 8 għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dak li għandu x'jaqsam ma' salvataġġ, servizz li jrid jingħata bl-iktar mod professjonali lill-poplu Malti.", "Din il-liġi hija interessanti wkoll għax qed toħloq reati speċjali.", "Kif nafu, meta jkun hemm diżastru jew xi emerġenza, dejjem ikun hemm xi ħadd li jipprova japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni billi jisraq xi oġġetti minn fuq il-mejjet jew jiddisturba x-xena ta' fejn ikun sar id-diżastru sakemm tasal il-forza ta' l-ordni.", "Saħansitra kien hemm okkażjonijiet fejn jonqsu affarijiet kważi minn taħt għajnejn l-istess forza ta' l-ordni.", "Subklawsola 10 (1) iddaħħal reat ad hoc u tgħid li:", "\"Kull min ineħħi minn xi post mingħajr ebda dritt għal benefiċċju tiegħu jew dak ta' l-oħrajn xi ħaġa li tkun ġiet abbandunata minn sidha minħabba f'xi diżastri, ħruq, jew avveniment ieħor li matulu ħajjiet is-sid jew ta' xi persuna oħra kienet fil-periklu, ikun ħati ta' reat u jista' meta jinstab ħati, jeħel priġunerija għal żmien ta' mhux inqas minn sitt xhur u mhux iżjed minn għaxar snin.\".", "Imbagħad f'subklawsola 10 (3) jingħad li min jipprova jiġbor xi oġġetti għal xi vittmi ta' xi diżastru mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-Direttur tal- Protezzjoni Ċivili ikun ħati ta' reat u meta jinstab ħati, jista' jintbagħat minn tliet xhur sa sena ħabs.", "Dawn ir-reati speċjali juru kemm dan l-abbozz ta' liġi kien maħsub b'mod tajjeb.", "Barra minn hekk, dan l-abbozz ta' liġi qed iħassar ċerti liġijiet, bħalma huma l-Att dwar Korp tax-Xogħol ta' Emerġenza u l-Att dwar Għajnuna minħabba Għargħar.", "Il-bżonn għall-Att dwar Korp tax-Xogħol ta' Emerġenza kien inħass fil-bidu tas-snin sebgħin meta l-Gvern Laburista ħa t-tmexxija tal-gvern f'idejh biex seta' jilqa' għal ċerti problemi u għax kien hemm il- ħtieġa li jiddaħħal sens ta' dixxiplina fost iż-żgħażagħ tagħna.", "Ħadd m'għandu għalfejn jistħi jifforma parti minn xi korp dixxiplinat anke għal ftit żmien għax dan ġid jista' jagħmillu.", "Fil-fatt ċerti pajjiżi ta' l- Ewropa għadhom sal-lum jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ tagħhom biex jidħlu għal perjodu qasir f'xi korp dixxiplinat.", "Il-fatt li se nħassru l-Att dwar Korp tax-Xogħol ta' Emerġenza m'għandux għalfejn iħammrilna wiċċna.", "Aħna dejjem ħdimna b'responsabbilta' u dejjem rajna li dak li hemm bżonn isir għall-ġid tal-pajjiż, nagħmluh, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi.", "Din il-liġi tagħmlilna kuraġġ għaliex nafu li permezz tagħha f'każ ta' xi diżastru nkunu kapaċi nagħtu l-għajnuna u s-salvataġġ bl-iktar mod serju.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, bħalma taf is-Sedja, f'din il-Kamra jkollna għad-diskussjoni numru ta' liġijiet li wħud minnhom ikunu ta' natura kontroversjali u oħrajn jgħaddu bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra wara dibattitu kostruttiv u pożittiv.", "GĦalhekk bi pjaċir ngħid li aħna lesti li nagħtu kontribut pożittiv fuq liġi li fil-konċett tagħha kienet mibdija mill-Gvern preċedenti.", "F'pajjiżna n-nuqqas fil-qasam tal- protezzjoni ċivili ilu jinħass għal żmien twil u din il-liġi hija l-ewwel pass biex il-poplu tagħna jkun jista' jingħata protezzjoni minn xi diżastri.", "Din in-naħa tal-Kamra m'hijiex se toqgħod lura milli tagħti kontribut sħiħ billi tagħmel il-kummenti tagħha biex kemm jista' jkun dan ikun abbozz ta' liġi tajjeb u f'dan l-ispirtu, din in-naħa se tivvota favur din il-liġi.", "Dan l-abbozz ta' liġi jipprovdi għat-twaqqif tad-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili u għall-Forza ta' Għajnuna u Salvataġġ.", "Malta għaddiet minn żmien il-gwerra u l-anzjani tagħna u anke dawk li m'humiex daqstant anzjani jafu xi tfisser meta tinqala' emerġenza bħalma hi gwerra.", "Fortunatament għexna għexieren ta' snin ta' paċi u minn żmien għal żmien kellna xi forma ta' protezzjoni ċivili bħal, per eżempju, is-civil defence u korpi oħra.", "Pero' rridu nammettu li gvern wara ieħor ħalla dan il-qasam fi stat ta' abbandun u żdingar, bħallikieku l-bżonn li tilqa' għal xi diżastru trid tħares lejh meta jinqala' d-diżastru.", "Forsi dan huwa wieħed mid-difetti ta' dan il-pajjiż li ħafna drabi jara kif se jsolvi l-problemi li jġibu magħhom id-diżgrazzji meta tinqala' d-diżgrazzja.", "Dan l-abbozz ta' liġi jipprovdi għall-ippjanar għal kull eventwalita'.", "Inħobbu ngħidu li aħna pajjiż żgħir imma wieħed mill-fatturi importanti li jistgħu jaffettwaw f'każ ta' diżastru huwa d-densita' għolja tal- popolazzjoni tagħna li hija fost l-ogħla mhux biss fl-Ewropa imma anke fid- dinja għaliex f'pajjiżna n-numru ta' persuni għal kull kilometru kwadru jaqbeż l-1,000 ruħ.", "Kwalunkwe diżastru teknoloġiku jew ekoloġiku jista' jaffettwa popolazzjoni mdaqqsa u għaldaqstant huwa importanti li mhux biss ikollna pjan fuq il-karta, imma li jkollna pjan li jkun jista' jiġi implimentat bir-riżorsi li għandu pajjiżna.", "Kull kelliemi f'dan id- dibattitu esprima x-xewqa li dan is-settur ikun immexxi b'mod professjonali u b'mod serju.", "Dan ix-xogħol jeħtieġ support u għajnuna mhux biss lokali minn pajjiżna stess iżda anke mill-qasam internazzjonali.", "Kif diġa' semmew diversi kelliema, fil-qasam ta' diżastri naturali jew diżastri kkawżati mill-bniedem, m'hemmx fruntieri u fost oħrajn nistgħu nsemmu diżastri minħabba bdil fil-klima, diżastri fuq il-baħar, id-diżastru ta' Chernobyl fejn dik is-sħaba kbira u perikoluża ta' radioactivity bdiet miexja skond ir-riħ u ma qagħditx tħares lejn fruntieri jew lejn liema postijiet kienu abitati.", "GĦalhekk irridu nkunu on the alert u nkunu nafu kif nistgħu nipproteġu lill-poplu tagħna meta jinqala' xi diżastru.", "Irridu naħsbu f'dawn l-affarijiet u d-Direttorat huwa msejjaħ biex jipprovdi edukazzjoni u prevenzjoni lill-poplu tagħna.", "Minn xiex irridu nipproteġu lill-poplu tagħna?", "Fejn u meta?", "Dawn huma mistoqsijiet importanti għax il-kelma \"diżastru\" f'kontest Malti hija xi ħaġa li ta' min jitkellem ftit fuqha.", "Per eżempju, inċident b'karozza tal-linja fejn ikunu involuti numru kbir ta' nies, jew inċident ta' ħruq konsiderevoli, jew għarqa ta' vapur se jkunu klassifikati bħala diżastri li jaqgħu taħt dan id-Direttorat?", "Jidher li għal ċerti eventwalitajiet il- liġi tiddefenixxi l-kelma \"diżastru\" b'mod ċar, imma żgur li se jinqalgħu ċirkostanzi fejn ma jkunx daqshekk ċar jekk l-inċident jikkwalifikax bħala diżastru.", "Klawsola 2 tgħid li:", "\"\"diżastru\" tfisser ġrajja mhux prevedibbli, li tikkaġuna jew thedded li tikkaġuna ħsara fil-ħajja jew fis-saħħa ta' għadd sew ta' persuni.\".", "F'din id-definizzjoni m'hemmx indikat in-numru ta' persuni u mill- esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol fil-qasam mediku nista' ngħid li meta tinqala' xi emerġenza aħna dejjem nipprovaw nidentifikaw in-numru ta' persuni.", "Dawn huma affarijiet importanti għaliex meta jiġi dikjarat li hemm emerġenza, mill-ewwel trid titlaq b'ċertu frame of mind biex tagħmel dak li jkun meħtieġ.", "Ħafna drabi dawn l-affarijiet iridu jsiru bi pjan minn qabel ħalli kull min ikun involut f'dan ix-xogħol ikun jaf preċiżament x'għandu jagħmel u għalhekk huwa importanti li jkun hemm koordinazzjoni bejn diversi dipartimenti.", "Kif diġa' semmejt, l-aspett ta' prevenzjoni huwa importanti ħafna u niftakar li fl-ewwel diskors li għamilt f'din il-Kamra, kont tkellimt fuq l- isptar il-ġdid u kont għedt li huwa importanti li l-isptar il-ġdid ikun mibni kontra t-theżżiż ta' l-art.", "Kien hawn xi Membri f'din il-Kamra li bilkemm ma ridux iwaqqgħu għaċ-ċajt din l-osservazzjoni u saħansitra kienu kkritikaw l-ammont ta' concrete li kien qed jintuża fil-bini ta' dan l- isptar.", "Dawn huma konsiderazzjonijiet politiċi u m'humiex konsiderazzjonijiet tekniċi jew professjonali.", "Insostni li ġaladarba pajjiżna qiegħed f'zona li tista' tiġi milquta minn terremoti, id- Direttorat se jkun imsejjaħ biex jindirizza din il-problema.", "F'xi mistoqsijiet li għamilt lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi fuq dan il- punt, issuġġerejt li f'pajjiżna għandu jkollna strutturi b'saħħithom biżżejjed biex f'każ ta' xi terremot ma jiġġarrfux mill-ewwel.", "Nafu li t- terremot li ħakem il-belt tal-Messiku ġarraf il-parti moderna ta' sptar fejn kien hemm il-qasam tal-maternita' u ħafna mill-istaff u mit-trabi li kien hemm spiċċaw mirduma u mejta, mentri l-parti l-antika li kienet mibnija kontra t-theżżiż ta' l-art ġarrbet inqas ħsarat.", "Dawn huma affarijiet li forsi bħalissa ma jidhrux daqshekk importanti, imma meta jinqala' diżastru, ma nistgħux nieqfu u għalhekk irridu naħsbu minn qabel ħalli nipprovdu għal din l-eventwalita'.", "Huwa interessanti li ċerti kelliema argumentaw li jekk wieħed jieħu ħsieb jissalvagwarda ħafna aspetti tal-prevenzjoni, allura ħafna diżastri u inċidenti jistgħu jitnaqqsu jew addirittura ma jiġrux.", "F'dan il- Parlament għaddejna diversi liġijiet li jistgħu jnaqqsu l-inċidenti fosthom dik dwar l-obbligu ta' l-ilbies tas-seat-belt waqt is-sewqan u dik li tikkontrolla l-abbuż tas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb.", "Meta jiġru inċidenti konsegwenza ta' dawn l-affarijiet għaliex ikun hawn min jabbuża, għal dik il-familja li tintlaqat ikun ġara diżastru.", "Iktar qabel semmejt l-eżempju tal-bini ta' l-isptar għaliex f'każ ta' diżastru, speċjalment meta jkunu nvoluti n-nies l-isptar huwa wieħed mill-ewwel postijiet li jiġu attivati għax hu jrid jieħu fuq spallejh ix-xogħol ta' din l-emerġenza.", "Ħafna drabu l-fattur ewlieni f'kull każ ta' diżastru huwa l-ħin għaliex f'każijiet bħal dawn tkun kwestjoni ta' ħajja jew mewt.", "GĦalhekk fl- implimentazzjoni ta' kull programm li jkun hemm biex jilqa' għall-effetti ta' diżastru, huwa importanti li s-sejħa għall-għajnuna ssir fil-pront u b'mod effiċjenti, u b'mod li jiġi evitat il-paniku li qatt m'hu tajjeb f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Ħalli nitkellem ftit fuq l-aspett tal-paniku għax inħoss li ħafna drabi jitfaċċaw nies fuq ix-xena ta' diżastru li ftit li xejn ikunu intiżi fuq x'għandu jsir u, m'għandux isir u mingħajr ma nkun partiġġjan, ngħid li ħafna drabi dawn in-nies x'aktarx ikunu politiċi li jistgħu jagħmlu iktar deni milli ġid.", "J'Alla qatt ma jiġru diżastri f'pajjiżna, imma rridu nkunu preparati għalihom.", "GĦalhekk huwa importanti li l-kmandant suprem li se jkun qed imexxi dawn il-missjonijiet ta' salvataġġ ikun bniedem imħarreġ u professjonali fix-xogħol tiegħu u jkun jaf xi rwol għandu kull min jaħdem fit-team tiegħu biex l-għajnuna tingħata kif suppost.", "Issemmew għadd ta' possibbiltajiet ta' diżastri li jistgħu jsiru f'pajjiżna u b'mod partikolari ssemmew diżastri ta' natura teknoloġika.", "Aħna nafu li f'Malta għandna zoni sħaħ li qegħdin f'riskju.", "Insemmi biss żewġ zoni li huma l- inħawi ta' Birżebbuġia u l-area tal-Marsa.", "F'dawn iż-żewġ zoni hemm ħażna kbira ta' materjal karburanti li potenzjalment huwa ta' periklu għas-saħħa u għall-ħajja tal-bniedem, huma żewġ zoni bi żvilupp industrijali kbir u, bħal kull parti ta' Malta, huma abitati b'mod konsiderevoli.", "Għalhekk ikun jagħmel sens jekk jitfassal pjan ta' evakwazzjoni f'każ li jkun hemm xi nirien f'dawn iz-zoni.", "Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkollu l-kompitu li jara li jipprovdi pjanijiet lokali.", "Issemmew ukoll id-diżastri fil-baħar li jikkawżaw ħsara kbira lill- annimali u lill-pjanti fil-baħar.", "Illum qed nibdew nagħrfu x'jistgħu jkunu l-effetti fit-tul ta' dan it-tip ta' diżastri.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia semma l-għasafar li jmutu kawża ta' diżastri fil-baħar.", "Għalkemm hawn Malta forsi ftit fadal għasafar xi jmutu, għad fadlilna wirt kbir f'dik li hija ħajja marittima u żgur li jekk neqirdu xi forma ta' ħajja fil-baħar li tista' taffettwa l-kwalita' ta' l-ilma baħar, dan jista' jkollu riperkussjonijiet kbar u fit-tul fuq il-ħajja ta' uliedna u wlied uliedna għaliex ma rridux ninsew li ħafna mill-ilma li qed nutilizzaw għar-reverse osmosis jiġi mill-baħar u allura anke l-ħajja tagħna stess tista' tkun mhedda, biex ma nsemmix ukoll li tista' tintlaqat b'mod ħażin l-industrija tat-turiżmu.", "Meta wieħed jitkellem fuq diżastri, ma jistax ma jsemmix l-effetti tal- maltempati.", "Fil-fatt diġa' ssemmew zoni bħall-wied ta' Birkirkara u l- wied ta' Wied il-GĦajn li kull darba li tagħmel xita qawwija fi ftit ħin jinħoloq inkonvenjent kbir u saħansitra nafu li fl-istaġun li għadda mietu anke xi nies.", "GĦalhekk hemm bżonn li jitfasslu pjanijiet ta' prevenzjoni u jkun hemm iktar koordinament mal-kunsilli lokali fuq xogħlijiet li jkunu għaddejjin rigward ilqugħ ta' l-ilma u fejn jinġabar l- ilma mhux biss għax dan l-ilma għandna bżonnu għat-tisqija tar-raba' tagħna imma għaliex dan l-ilma ma naffordjawx nitilfuh.", "Nafu li l-qawwa ta' l-ilma tkaxkar kulma ssib quddiemha u għalhekk huwa importanti li jkollna pjanijiet ta' prevenzjoni biex kemm jista' jkun innaqqsu l-effetti ta' dawn id-diżastri.", "Din il-liġi hija importanti għaliex issa se jkollna entita' li tassumi r-responsabbilta' hi meta jinqala' xi diżastru fil-pajjiż u mhux bħalma konna qabel fejn ir-responsabbilta' kienet tinxtered fuq dipartimenti differenti u allura ma kienx jinkiseb l-aħjar riżultat.", "Paragrafu (a) ta' klawsola 4 jgħid li d-dipartiment se jkollu l-funzjoni li", "\"... iħejji pjanijiet ta' kontinġenza għal kontra xi diżastru kif ukoll dawk l-emerġenzi naturali, industrijali jew oħrajn li jistgħu jinqalgħu.\".", "Jien nissuġġerixxi li dan id-dipartiment jiddelega parti minn dan ix-xogħol biex kull lokalita' jew kull area li qiegħda f'riskju jkollha l-pjan tagħha.", "Nafu li s-Civil Aviation ta' l-ajruport għandu pjan ta' emerġenza għalih f'każ li jiġġarraf xi ajruplan jew jinqalgħu xi problemi oħrajn.", "Naħseb li kull area li qiegħda f'riskju għandu jkollha pjan lokali b'koordinament ma' setturi oħrajn, speċjalment mas-settur tas-saħħa għax ħafna drabi dan il-qasam involut ħafna meta jkun hemm numru ta' nies korruti.", "Id-dipartiment se jkollu l-funzjoni li jwaqqaf l-infrastruttura meħtieġa biex tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni bejn id-diversi dipartimenti tal-Gvern, kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi.", "Fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti, pajjiżna, sfortunatament wara ħafna pajjiżi oħra, issieħeb fl-GĦaqda tas-Salib l- Aħmar.", "Kulħadd jaf kemm taħdem din l-għaqda u kemm tista' tgħin fil- pjanifikazzjoni ta' reazzjonijiet għal diżastri.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-finanzjament ta' dan id-dipartiment.", "Ma nixtieqx li dan id-dipartiment jibda fuq sieq waħda u jieħu falza stikka mill-ewwel.", "Għalhekk jekk nistgħu nilqgħu għal dawk id-difetti strutturali li jeżistu fid-dipartimenti l-oħra tal-gvern, għandna nagħmlu dan mill- bidu.", "Wieħed mir-regolamenti tas-servizz pubbliku huwa li li jekk dipartiment jingħata xi għotja ta' flus, irid jgħaddiha lit-Teżor u ma jistax iżommha biex itejjeb id-dipartiment tiegħu.", "Id-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili bilfors irid ikollu rapporti eċċellenti ma' dipartimenti simili f'pajjiżi barranin għax dan huwa qasam li jinvolvi koordinament ma' pajjiżi oħrajn.", "Diġa' ssemma l-protocol li għandna ma' l- Italja imma hemm pajjiżi oħrajn li jistgħu jgħinuna.", "Pero' min-naħa tagħna rridu naraw kif nistgħu nikkontribwixxu.", "Kelli okkażjoni nirriferi għall-fatt li pajjiżna huwa wieħed mill-ftit pajjiżi f'dan ir- reġjun tad-dinja fejn il-lingwa Ingliża hija waħda mil-lingwi uffiċjali.", "Għalhekk għandna napprofittaw ruħna minn dan ir-riżors li għandna u ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna naħdmu biex nesponuh, nutilizzawh u nisfruttawh aktar għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Għalhekk huwa importanti li jekk jingħataw fondi lil dan id-direttorat, inħalluh jużahom biex, per eżempju, jabbona f'rivisti speċjalizzati u professjonali f'dan il-qasam li jiswew ammonti konsiderevoli ta' flus.", "Ħafna drabi d-dipartimenti ma jkollhomx il-fondi meħtieġa biex jabbonaw f'ċerti rivisti li forsi jkunu jqumu madwar Lm300.", "Jien ngħid li jekk ikollna kuntatti internazzjonali tajbin, inkunu nistgħu anke nġibu fondi lejn pajjiżna.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq klawsola 5 ta' l-abbozz ta' liġi li tittratta t-twaqqif tal-Kunsill għall-Protezzjoni Ċivili.", "Jien naħseb li meta l-għadd ta' nies illi jistgħu jmexxu kunsill bħal dan jaqbeż ċertu numru ikun hemm riskju li jintilef id-dinamiżmu tal-grupp, ma jibqax effiċjenti u jasal f'sitwazzjoni fejn jibdew jittieħdu deċiżjonijiet u ma jiġux implimentati jew inkella li xi wħud mill-membri jkunu jridu jitkellmu u litteralment ma jkollhomx ċans jagħtu l-veduti tagħhom.", "Ikun ta' żvantaġġ kbir jekk dan il-kunsill ikun kompost minn numru kbir ta' nies.", "Barra minn hekk, ikun iktar għaqli jekk isiru laqgħat speċifiċi b'mod li jekk, per eżempju, ikun se jiġi diskuss l-aspett tas-saħħa jew l- aspett tas-sigurta' min-naħa tal-pulizija jew l-aspett tat- telekomunikazzjoni, ikun hemm preżenti membri relatati ma' dak is-suġġett.", "Madam Speaker, peress li dan huwa dipartiment ġdid se jkollna problema biex insibu nies illi diġa' għandhom esperjenza fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Għalhekk żgur li d-Direttorat irid jieħu ħsieb li jagħti xi forma ta' training lil dawk in-nies li m'għandhomx esperjenza u li se jidħlu għal dan ix-xogħol għaliex jien ċert illi f'ħafna oqsma m'huwiex se jkun possibbli li nsibu nies li huma diġa' mħarrġa.", "Irrid nirriferi wkoll għal subklawsola 10 (3) li tittratta r-reati u nispera li fil-winding up il-Ministru konċernat jikkjarifika l-punt li se nqajjem.", "Milli jidher - skond kif fhimtha jien u allura I stand to be corrected - kull min jiġbor fondi jew oġġetti biex jgħin lil xi persuna li tkun intlaqtet minn xi diżastru li jkun jhedded l-attivita' ekonomika ġenerali ta' dik il-persuna mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-Direttur tal- Protezzjoni Ċivili jkun ħati ta' reat taħt din is-sezzjoni.", "Klawsola 11 telenka l-liġijiet li se jitħassru permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi u fosthom insibu l-Att dwar Korp tax-Xogħol ta' Emerġenza.", "L- Onor. Farrugia deherlu li s-snin sebgħin kienu żmenijiet ta' emerġenza u allura dik il-liġi kienet ġustifikata għal dak iż-żmien, imma l-Partit Laburista ġdid tal-lum jidhirlu li din il-liġi issa jista' jneħħiha.", "Madam Speaker, il-punt tiegħi huwa li d-definizzjonijiet huma importanti minħabba l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għaliex inutli li noqogħdu nagħmlu ħafna definizzjonijiet hawn ġew imbagħad meta niġu biex ninterpretawhom ikunu jfissru xi ħaġa oħra.", "F'dan is-sens dak iż-żmien \"emerġenza\" ma kenitx tfisser dak li rridu nfissruha biha llum meta qegħdin nitkellmu dwar kif nilqgħu għal emerġenzi li jistgħu jinqalgħu fil- pajjiż u għalhekk dan il-Parlament għandu jaqbel li jkollna liġi li verament tirrispetta lill-poplu Malti f'mumenti diffiċli.", "Id-Direttorat irid ikun attrezzat biex meta jinqala' xi diżastru nazzjonali jkun kapaċi jnaqqas in-numru ta' mwiet u l-ħsara li diżastru bħal dan iġib miegħu.", "Jekk aħna verament nemmnu illi aħna pajjiż modern irridu nkunu ċerti li kapaċi nilqgħu għal ċerti diżastri naturali li għadhom iweġġgħu lill- bniedem u joħolqulu ħafna diffikultajiet.", "Per eżempju, irridu naraw li d- djar jinbnew fuq pedamenti sodi ħalli f'każ ta' terremot ma jmutux eluf ta' nies għaliex jintradmu taħt is-saqaf ta' darhom stess.", "M'għandna naċċettaw xejn illi ma jkunx up to standard u, kif diġa' għidt, f'pajjiżna għandna areas illi huma ta' periklu konsiderevoli, bħal, per eżempju, dawk l-areas fejn jinħażen il-fuel u fejn hemm konċentrazzjoni kbira ta' residenti.", "Għalhekk ikun tajjeb illi dan id-Direttorat jintervjeni biex isolvi sitwazzjonijiet bħal dawn għaliex żgur illi ħafna mill-problemi jinqalgħu waqt id-diżastru stess meta jidħlu ħafna nies differenti li jistgħu ma jkunux midħla ta' dan ix-xogħol u jibdew jagħtu ordnijiet li assolutament ma jkunux jaqblu f'dik iċ-ċirkostanza jew addirittura ma jaqblux ma' dak li jkunu qegħdin jissuġġerixxu n-nies illi jifhmu f'dan ix- xogħol u allura jħarbtu l-koordinament kollu li jkun qed isir f'dak il- mument.", "Għalhekk jeħtieġ illi jkun ċar fejn tibda u fejn tispiċċa r- responsabbilta' tan-nies li jkunu jaħdmu f'dan il-qasam.", "Xi snin ilu kelli l-opportunita' li nattendi għall-ewwel laqgħa li kienet saret għall-pajjiżi tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-prevenzjoni ta' diżastri u bqajt imressjonat bl-Iżlanda li huwa pajjiż żgħir b'popolazzjoni bħal tagħna li għandu sistema verament effiċjenti ta' kif jilqa' għal diżastri.", "Kif jaf kulħadd, il-klima ta' l-Iżlanda, li huwa pajjiż li jiddependi ħafna mis- sajd, hija kiesħa ħafna u jkollu numru ta' diżastri naturali.", "Aħna bħala pajjiż għandna nipprovaw nitgħallmu mit-tajjeb ta' pajjiżi bħal dawn u mhux noqogħdu ngħidu li aħna żgħar u m'għandniex riżorsi.", "Jien nemmen li l- ftit riżorsi li għandna rridu nutilizzawhom b'mod tajjeb.", "Kif diġa' għedt, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkun dipartiment tal-Gvern u għalhekk se jkun jiddependi mill-fondi ċentrali.", "Irridu noqogħdu attenti biex ma jiġrix li dan id-dipartiment ġdid għall-ewwel jibda jingħata l- attenzjoni kollha, imbagħad wara ftit taż-żmien jaqa' fil-problemi endemiċi li jinsabu fihom id-dipartimenti tal-gvern.", "Jien nixtieq nara kreattivita' f'dan id-dipartiment u iktar ideat ġodda dwar kif għandu jkun iffinanzjat il-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Nagħlaq billi nawgura li dan id-dipartiment jirnexxielu jgħaqqad flimkien ir-riżorsi li jkun hemm bżonn f'każ ta' salvataġġ meta jinqala' xi diżastru naturali.", "Issemmew diversi aspetti dwar il-ħaddiema f'dan id- dipartiment u jien nemmen li fid-dinja tal-lum dawn in-nies għandhom jiġu pprovduti livell xieraq ta' għajxien għax-xogħol illi jagħmlu biex ma jkollhomx għalfejn jissieħbu f'union.", "B'hekk naraw li jkunu stmati mhux biss meta jkollna bżonnhom, imma matul il-ħidma tagħhom kollha.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, qabel nibda ngħaddi xi kummenti oħra fuq dan l-abbozz ta' liġi, irrid ngħid li jien naqbel perfettament ma' dak li għadhom kemm qalu sħabi l-Onor.", "Frans Aguis u l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Il-qawl Ingliż: Prevention is better than cure ma jistax ikun iktar f'waqtu milli waqt id-diskussjoni ta' dan l-abbozz.", "Għalkemm ma nistgħux inwaqqfu d-diżastri naturali, irridu nkunu ppreparati biex nilqgħu għalihom.", "Pero' hemm ħafna x'wieħed jgħid dwar id-diżastri kaġunati mill-operat tal-bniedem u f'pajjiżna hemm bżonn nikkorreġu ħafna aspetti perikolużi li s'issa qatt ma ħadna ħsiebhom.", "L-ewwel punt li rrid inqajjem huwa dwar ir-rotta ta' l-ajruplani li jgħaddu minn fuq il-bini tagħna.", "Kulħadd jaf li splużjoni ta' ajruplan t tikkaġuna wieħed mill-agħar diżastri għal pajjiżna għaliex jista' jaqa' fuq diversi rħula u jikkaġuna għadd ta' korrimenti.", "Nafu li hawn Malta l-ajruplani għandhom rotta li tibda min-naħa ta' Għajn Tuffieħa u biex jaslu fl-ajruport jgħaddu proprju minn fuq postijiet fejn ma jkunx hemm ħafna bini.", "Pero' kulħadd jiftakar id-diżastru li kkaġuna l-ajruplan li kien waqa' fuq Ħaż-Żabbar u l-ieħor li kien waqa' f'Tal-Virtu'.", "Naturalment ma' l-isplużjoni l-biċċiet ta' l-ajruplan jinxterdu u kif jaf kulħadd hawn Malta l-irħula kważi jmissu ma' xulxin.", "Fil-fatt dan l-aħħar id-Director of Civil Aviation qal li huwa perikoluż li jitla' bini f'ċerti areas proprju minħabba r-rotta ta' l-ajruplani li jkunu ġejjin min-naħa ta' Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi għal fuq Ħal-Luqa.", "Għalkemm l-Awtorita' ta' l- Ippjanar qatt ma kellha assigurazzjoni mid-Director of Civil Aviation li tista' tagħti l-go-ahead biex isir bini f'dawn l-areas li kienu within development zone, iddeċidiet li toħroġ il-permessi għall-bini f'Ħal-Luqa, imma għamlitha ċara li dawn se jibnu at their own risk u fil-fatt fil- permess tal-bini kellu jkun hemm klawsola li tispeċifika din il- kondizzjoni.", "Jien naħseb li peress li Malta hija mdawra bil-baħar u l- ajruport tagħna jinsab fil-Gudja, li wkoll qiegħda viċin il-baħar, hija ħaġa faċli li l-ajruplani, ikunu ġejjin minn liema naħa jkunu ġejjin, jgħaddu minn fuq il-baħar u mhux minn fuq l-art.", "Barra minn hekk, b'dan il- mod inkunu qed nibżgħu għall-ambjent tagħna billi nnaqqsu mill-ħsejjes u mill-emissions tal-fuel ta' l-ajruplani.", "Madam Speaker, nispera li dawn is- suġġerimenti ma jaqgħux fuq widnejn torox għaliex nafu x'diżastru jkollna kieku kellu jaqa' xi ajruplan fuq postijiet li huma densely populated.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-gas depot fil-Qajjenza.", "Meta oriġinarjment inbena dan il-gas depot ma kien ħoloq l-ebda problema għaliex ma kienx hemm bini madwaru, imma matul iż-żmien bdew jingħataw il-permessi għall-bini madwar it-tankijiet tal-gass.", "Nispera li l-awtoritajiet qed jieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex jiġi evitat li tiġri xi diżgrazzja.", "Huwa veru li dawn it-tankijiet tal-gass qegħdin in the open air, pero' r- riskju ta' xi diżgrazzja huwa preżenti wkoll.", "Fuq il-kwestjoni tas-seaworthiness tal-vapuri tal-Gozo Channel jitkellem iktar tard l-Onor.", "Anton Tabone li huwa iktar intiż fuq dan is-suġġett.", "Pero' nixtieq nissolleva punt dwar il-high tension wires li għaddejjin mill- Marsa għall-Marfa.", "Fi żmien il-Gvern Soċjalista minflok ma kienu saru cables minn taħt l-art, twaħħlu arbli bil-wires tal-high tension għaddejjin minn arblu għal ieħor.", "Huwa veru li dawn il-high tension wires m'humiex għaddejjin minn fuq id-djar tan-nies, imma allaħares kellu jitqaċċat xi wire għaliex jixxokkja kull fejn imiss.", "Qegħdin jittieħdu l- prekawzjonijiet kollha biex affarijiet bħal dawn ma jiġrux?", "Jien qed nenfasizza li għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet qabel ma din il-liġi tidħol fis-seħħ.", "Qed issir xi ħaġa biex il-palazzi tagħna, il-libreriji, il-mużewijiet, l-arkivji tal-qorti, il-knejjes u t-teżori tagħhom jiġu protetti minn xi ħruq li jista' jiġi kkawżat minn sistema ħażina ta' l- elettriku?", "Għandna fire equipment biżżejjed biex f'każ ta' emerġenza dan l- apparat ikun at hand u tingħata l-ewwel għajnuna?", "Jien napprezza li llum il-ġurnata l-Fire Brigade hija mgħammra b'apparat aktar modern milli kellha dari, pero' huwa importanti li ċerti postijiet ikunu mgħammra b'apparat kontra l-ħruq li jkun jista' jintuża sakemm jaslu l-fire engines.", "Ma ninsewx x'diżastru ħallew in-nirien li kienu qabdu fil-Mediterranean Conference Centre fl-1987 minħabba dawl ta' laser.", "Niftakar ukoll li meta ġiet maħruqa l-istamperija ta' \"The Times\" il-pulizija damu kważi jumejn biex jitfu n-nirien u kellhom jiġu evakwati n-nies li joqogħdu fil- viċinanzi.", "Qegħdin naħsbu għal dawn l-affarijiet biex nevitaw ċerti diżgrazzji?", "Nixtieq nitkellem dwar l-aspett tas-saħħa.", "Madam Speaker, jien għamilt xi żmien naħdem mas-Servizzi Ingliżi u naf kemm kienu equipped għal xi diżastru naturali jew xi diżastru kkawżat mill-bniedem.", "Niftakar li kellhom emergency plan anke dwar stocks.", "Fost affarijiet oħra, kellhom ammont kbir ta' tined biex f'każ ta' emerġenza n-nies tagħhom jiġu allokati f'dawn it-tined.", "Kellhom ukoll ħażniet kbar ta' mediċini u medical equipment u hija ħasra għal pajjiżna li dak iż-żmien il-Gvern Malti ma tax kas din il-ħaġa.", "Saħansitra kellhom operation tent biex jekk ma kienx ikollhom ċans jieħdu lill-midrubin l-isptar, kienet tittieħed din it- tinda fuq il-post, tintefaħ u s-surgeons kienu joperaw fiha.", "Kien hemm ukoll riserva ta' nies jaħdmu fl-isptar li kienu jafu li f'każ ta' emerġenza posthom kien fuq il-post tad-diżastru jew tad-diżgrazzja.", "Aħna għandna din ir-riserva ta' nurses, tobba u paramediċi li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol f'każ ta' emerġenza?", "Għandna first aid stocks li tant ikun hemm bżonnhom f'każ ta' emerġenza?", "Jien naf li inti u dieħel l-ITU ta' l- Isptar San Luqa hemm dawk il-cupboards twal u kbar li huma riservati għall- emergency cases biex f'każ ta' xi diżastru, l-equipment ikun lest biex jitgħabba fl-ambulanzi u f'vetturi oħrajn u jmur fuq il-post.", "Nispera li dawn l-istocks jiġu ċċekkjati minn żmien għal żmien biex jekk ikun hemm xi affarjiet skaduti jiġu replaced ħalli f'każ ta' emerġenza l-apparat ikun kollu lest.", "Jien għamilt ħafna żmien naħdem l-isptar fejn kont nieħu ħsieb ukoll l-equipment ta' l-ossiġnu.", "Naf li ġieli ġejna f'pożizzjoni li ma kienx ikollna ossiġnu biżżejjed għall-pazjenti.", "Qegħdin naħsbu biex ikollna riserva ta' ossiġnu u medical gases biex jintużaw f'każ ta' emerġenza?", "Dawn huma affarijiet li rridu ninkludu fil-contingency plan li rridu nagħmlu għall-protezzjoni ċivili.", "Huwa importanti li jkollna liġi li tirregola l-qasam tal-protezzjoni ċivili, imma rridu nkunu ppreparati u mhux nixxaħħu fix-xiri ta' dan l-apparat.", "Din il-ġimgħa kont qed naqra f'gazzetta li ċertu equipment tal-Forzi Armati ta' Malta m'huwiex qed jiġi msewwi għaliex m'għandhomx spare parts jew inkella għax iridu jagħmlu l-ekonomija.", "F'dan il-qasam se nekonomizzaw ukoll?", "Jeħtieġ li jkun hemm fondi allokati fil-budget biex f'każ ta' emerġenza jkunu jistgħu jintużaw, imqar jekk ikun hemm vot nominali ta' lira waħda, għaliex l-importanti huwa li jkun hemm vot apposta.", "Nistaqsi wkoll: Għandna stretchers biżżejjed biex jintużaw f'eventwalitajiet simili?", "Dan l-aħħar l-Afghanistan ġie milqut minn terremot u dawn bl-apparat li kellhom, minkejja li ġabu lil tar-Red Cross u diversi organizzazzjonijiet oħra, ma setgħux ilaħħqu ma' l-ammont ta' xogħol li kellhom.", "Aħna għandna generators u tents biżżejjed biex inkunu nistgħu nakkommodaw lin-nies li jiġu evakwati minn darhom f'każ ta' xi diżgrazzja jew diżastru naturali?", "Huwa importatni li din il-liġi tipprovdi għal dawn l-affarijiet.", "Id-Dipartiment tad-Djar qiegħed jaħseb f'dawn l- eventwalitajiet?", "Jien naħseb li dawn l-affarijiet huma iktar importanti mill-punti legali - li jistgħu jkunu validi wkoll - li tqajmu waqt dan id- debate.", "Dan l-aħħar kont qed naqra artiklu miktub mill-Malta Institute of Management dwar environmental management initiative in Malta u waħda mill- affarijiet li jissemmew hija li jeħtieġ li we put in place measures to enforce the environmentally sound management of toxic and hazardous products and waste.", "X'qegħdin nagħmlu f'dan il-qasam?", "Ma naħsibx li dawn il-prodotti tossiċi qegħdin jiġu maħżuna f'tankijiet u jitħallew jiġru 'l hemm u 'l hawn jew inkella jintefgħu l-baħar għaliex dawn jaffettwaw b'mod ħażin lill-ambjent ta' madwarna.", "Dan l-artiklu jirrakkmanda wkoll li we should include all possible measures for disaster avoidness in development plans and programmes by Planning Authority.", "Madam Speaker, nispera li l-Kunsill tal-Protezzjoni Ċivili jkun kompost minn nies kwalifikati biżżejjed li jkunu jistgħu jevalwaw dawn l- affarijiet kollha.", "Din il-liġi m'hijiex ċajta u s-suċċess ta' dan id- dipartiment se jkun jiddependi minn kemm dawn in-nies se jkunu kapaċi jaħsbu x'jista' jiġri u jagħmlu prevenzjoni biżżejjed.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia semma l-każ tal-hijack ta' l-ajruplan Egyptair li kulħadd jaf x'diżastru ħalla warajh.", "Ma rridx nidħol fl-istorja ta' dan il-każ, pero' kulħadd jaf li kellna nibagħtu għal nies minn barra biex nipproteġu lill- ostaġġi fuq l-ajruplan.", "Fil-fehma tiegħi, dan id-dipartiment għandu jkun kompost minn membri tal-Forzi Armati u membri mill-Korp tal-Pulizija għaliex f'dawn iż-żewġ korpi nsibu nies imħarrġa biżżejjed f'dawn l-oqsma biex ikunu jafu x'għandhom jagħmlu f'każ ta' emerġenza.", "Ma naħsibx li hemm għalfejn noqogħdu nagħżlu nies oħra.", "Fi klawsola 5 ta' l-Abbozz ta' liġi nsibu li:", "\"Għandu jitwaqqaf Kunsill, li jkun magħruf bħala l-Kunsill għall- Protezzjoni Ċivili, li jkollu dawk il-funzjonijiet u dmirijiet stabbiliti f'dan l-Att.\".", "Jien nissuġġerixxi li fuq dan il-Kunsill ikun hemm rappreżentant minn kull naħa tal-Kamra għaliex meta jinqala' xi diżastru naturali Malta kollha tkun konċentrata fuq dak l-operat li jkun qed isir u għalhekk huwa importanti li jkun hemm rappreżentant min-naħa tal-Gvern u ieħor min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li jkunu jafu x'qed jiġri u jiftiehmu bejniethom x'hemm bżonn isir.", "Madam Speaker, xtaqt nitkellem ukoll dwar il-bżonn ta' nurses f'dan il- qasam.", "Kulħadd jaf li f'każ ta' diżastru naturali jew xi diżgrazzja jkun hemm bżonn ta' ħafna nies speċjalizzati, pero' nafu li fl-isptarijiet tagħna, kemm fl-Isptar San Luqa, kemm fl-Isptar San Vincenz de Paule, kif ukoll fl-Isptar Boffa hawn nuqqas kbir ta' medical staff.", "Għalhekk jien nistaqsi: Għandna nurses biżżejjed biex f'każ ta' emerġenza jkunu jistgħu jmorru fuq il-post mill-ewwel u dan mhux a skapitu tal-pazjenti l-oħra li jkun hemm fl-isptarijiet?", "Nafu li dan l-aħħar ħarġu xi applikazzjonijiet għall-paramedics f'diversi dixxiplini fl-istparijiet tagħna, pero' s'issa l- kors għadu ma sarx u ħadd mill-applikanti għadu ma ġie msejjaħ.", "Nispera li m'aħniex se nixxaħħu f'dan il-qasam għaliex żgur li f'każ ta' emerġenza jkollna bżonn ta' diversi paramedics u nurses kwalifikati.", "Ma nistgħux noqogħdu nipposponu li nieħdu passi għaliex każijiet bħal dawn ħadd m'għandu kontroll fuqhom u għalhekk irridu nkunu ppreparati.", "Nixtieq nara li, per eżempju, inġibu nies mir-Red Cross li għandhom esperjenza intensiva ħafna f'diversi pajjiżi biex iħarrġu lin-nies tagħna f'dan ix- xogħol.", "Dawn huma kollha affarijiet li wieħed irid jikkonsidrahom bis- serjeta'.", "Irrid ngħid xi ħaġa fuq l-apparat li jkun hemm bżonn f'każ ta' xi diżastru naturali jew xi diżgrazzja.", "Il-Prim Ministru f'risposta li ta għal mistoqsija parlamentari qal li fl-għargħar li ħakkimna fil-25 ta' Jannar li għadda ntużaw dinghies u vetturi tas-salvataġġ.", "Imma f'każi ta' diżastri naturali iktar gravi nistgħu niġu bżonn apparat ieħor bħalma huma cranes u gafef u għalhekk jeħtieġ li inġenji bħal dawn ikunu on stand-by għal kwalunkwe eventwalita' li tista' tinqala' u mhux jekk jiġri xi ħaġa rridu noqogħdu nikru dawn l-inġenji mingħand ħaddieħor.", "In-nies li se jkunu jaħdmu f'dan id-dipartiment iridu jkunu ppreparati biex f'każ ta' emerġenza jagħtu s-servizz li jkun hemm bżonn.", "Klawsola 9 ta' l-abbozz ta' liġi tittratta l-ħatra u s-setgħat tal- Kmandant li se jkun imexxi missjoni ta' salvataġġ u għajnuna oħra meta tinqala' xi emerġenza nazzjonali jew reġjonali.", "Imbagħad f'subklawsola 9 (3) jingħad li s-sid ikollu jedd għall-kumpens meta ssirlu ħsara fil- proprjeta' tiegħu wara li l-kmandant ikun ta ordnijiet biex jiġu evakwati jew salvati xi persuni.", "Jien naqbel li l-kmandant għandu jkollu dritt jieħu kull azzjoni li dak il-ħin jidhirlu li tkun ġusta u li mbagħad is-sid ikollu jedd għall-kumpens tal-ħsara li tkun saritlu.", "Subklawsola 9 (4) tgħid li:", "\"It-talba għal dak il-kumpens għandha ssir fi żmien sena minn meta jkun ġara l-avveniment, u l-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisdizzjoni ċivili tagħha tkun kompetenti li tittratta u tiddeċiedi dwar kull talba bħal dik, minkejja kull liġi oħra li tkun tillimita l-kompetenza tagħha.\".", "Issa aħna nafu li minħabba raġunijiet burokratiċi normalment jgħaddi ċertu żmien qabel ma tittieħed id-deċiżjoni mill-qorti li għandu jingħata l- kumpens.", "Jien nissuġġerixxi li bħalma qed ngħidu li t-talba għall-kumpens trid issir fi żmien sena minn meta jkun ġara l-avveniment, għandna ngħidu wkoll li d-deċiżjoni mill-qorti trid tittieħed f'tant żmien ħalli l-każ ma jibqax ikarkar għal żmien twil.", "Wara kollox iċ-ċittadin għandu dritt ikun jaf meta l-proprjeta' tiegħu jew saħansitra daru se tkun tista' tiġi rranġata.", "Madam Speaker, naħseb li dan id-dibattitu kien utli ħafna u nispera li l- Ministru ħa nota tas-suġġerimenti kollha li saru.", "F'din il-liġi jissemmew ħafna dipartimenti u li jridu jkunu lesti li jaħdmu b'koordinament flimkien u mhux joqogħdu jdaħħlu ħafna burokrazija għaliex f'każi ta' emerġenza rridu nieħdu azzjoni mill-ewwel.", "Nagħlaq billi ngħid li din il-liġi tagħmel unur lil dan il-Parlament u għalkemm setgħet tressqet qabel, l-importanti huwa li qed nagħmlu xi ħaġa.", "Kif għedt fil-bidu, prevention is better than cure u għalhekk għandna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex inneħħu min-nofs dak li huwa ta' periklu kbir għas-saħħa pubblika, speċjalment dawk il-perikli li jiġu kkaġunati mill-bniedem stess.", "Min-naħa l-oħra m'għandna l-ebda kontroll fuq id-diżastri naturali u kulma nistgħu nagħmlu huwa li nkunu ppreparati biex nilqgħu għal xi avveniment bħal dan.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jien ħassejt li huwa dover tiegħi li għan-nom ta' l-Oppożizzjoni nwessa' daqsxejn id-diskussjoni importanti li għandna quddiemna biex indaħħal ukoll element li, fl-opinjoni tiegħi, m'huwiex qiegħed jiġi indirizzat minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq it-twaqqif tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq bażi nazzjonali u naħseb li l-Membri tal-Kamra jaqblu miegħi meta ngħid li jekk wieħed verament irid idaħħal l-arċipielgu kollu, inkluż lil Għawdex u lil Kemmuna, dan l-abbozz ta' liġi jrid jindirizza wkoll lil dawn iż-żewġ gżejjer li huma l-iktar vulnerabbli għal ħwejjeġ li jistgħu jinqalgħu, sew jekk ikunu kkawżati min-natura, kif ukoll jekk ikunu kkawżati mill-bniedem.", "Ninnota b'ċertu rankur li dan l-abbozz ta' liġi ma jindirizzax din il-vulnerabilita' ta' dawn iż-żewġ gżejjer li semmejt.", "Fil- fatt Għawdex jissemma biss f'subklawsola 5 (2) fejn qed ngħidu li:", "\"Il-Kunsill jinħatar mill-Prim Ministru kif ġej:", "(a) għadd ta' membri rappreżentattivi li jintgħażlu minn fost uffiċjali pubbliċi li jkollhom kariga għolja u li jkunu qegħdin jaqdu dmirijiet fil-ministeri responsabbli għax-xogħlijiet pubbliċi, ambjent, servizzi ta' telekomunikazzjoni u trasport, servizzi tas- saħħa, affarijiet ekonomiċi, affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' karburanti u enerġija, u affarijiet għal Għawdex;\".", "Jien nemmen li l-vulnerabbilta' taż-żewġ gżejjer li semmejt għandha jkollha rilevanza f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, iktar u iktar meta lkoll kemm aħna qed naqblu mal-konċett ta' din il-liġi u rridu nikkontribwixxu biex naraw li minnha joħroġ l-aħjar servizz professjonali, effiċjenti u effikaċi.", "Ladarba dan il-Parlament għandu quddiemu abbozz li qiegħed iwaqqaf id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, allura rridu nagħmlu l-affarijiet b'mod professjonali u bl-ikbar serjeta' billi jekk jista' jkun inkopru l-emerġenzi li jistgħu jinqalgħu f'kull parti tal- pajjiż, tkun xi tkun il-kawża tagħhom.", "L-ispirtu tal-kontribut tiegħi huwa li minn dan l-abbozz ta' liġi għandna ngħaddu għal azzjoni konkreta biex mhux biss nipprovdu għall-prevenzjoni, imma meta jinqala' xi każ nagħtu l- protezzjoni meħtieġa.", "Sur President, biex inkunu kapaċi nagħtu protezzjoni rridu nkunu attrezzati fuq bażi soda li tlaħħaq ma' dawn l-esiġenzi, ma' dawn l- emerġenzi u ma' dawn id-diżastri, isiru fejn isiru.", "Effettivament l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jagħmel riferenza għal diżastri fuq bażi reġjonali u naħseb li hawnhekk wieħed irid joqgħod attent għall-fatt li Għawdex u Kemmuna fihom infushom huma reġjun u għalhekk trid titfassal politika reġjonali apposta fil-kontest ta' protezzjoni ċivili.", "Jekk wieħed jagħmel riferenza għad-definizzjoni ta' \"diżastru\" fil-liġi li għandna quddiemna, isib li din tgħid li:", "\"diżastru\" tfisser ġrajja mhux prevedibbli li tikkaġuna jew thedded li tkkaġuna ħsara fil-ħajja jew fis-saħħa ta' għadd sew ta' persuni, jew lill-proprjeta' jew lill-provvista ta' riżorsi vitali tal-popolazzjoni jew lill-ambjent, u l-urġenza tas-sitwazzjoni tkun teħtieġ il- koperazzjoni ta' l-awtoritajiet, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet għal azzjoni immedjata ta' rimedju;\".", "Kif għedt fil-bidu, din id-definizzjoni toħloq ritratt ta' dak li kont qed ngħid, għaliex diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem l-iktar li jkollu impatt huwa fuq dawk il-gżejjer li huma mifrudin bil-baħar minn mal-mainland.", "Allura l-argument tiegħi huwa li d-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili jrid ikun ukoll viċin ħafna ta' dak ir-reġjun.", "Hawnhekk mill-ewwel jiġini f'moħħi li għandi nissuġġerixxi li dan id-dipartiment ikollu fergħa fil-gżira ta' Għawdex.", "Għaliex?", "Għaliex din m'hijiex kwestjoni ta' dupplikazzjoni.", "Ħafna drabi meta xi ħadd kien jipproponi li xi ħaġa għandha ssir ukoll fil-gżira ta' Għawdex kienu jgħidu li m'għandniex niddupplikaw f'Għawdex dak li diġa' jeżisti f'Malta.", "Pero' nista' ngħid li dan il-konċett ġie superat u llum il-ġurnata ħadd ma għadu jgħid li dak li diġa' jeżisti f'Malta m'għandux isir f'Għawdex għaliex illum huwa ħafna iktar fattibbli li tagħmel dak li qabel forsi ma stajtx tagħmel.", "Ngħid \"forsi\" għaliex fir-realta' saru ħafna affarijiet li kienu sostenibbli u llum il-ġurnata nistgħu ngħidu li allaħares ma sarux f'Għawdex ukoll.", "Għalhekk nerġa' nsostni li huwa indispensabbli li jkun hemm fergħa ta' dan id-dipartiment f'Għawdex ukoll għaliex l-infrastruttura meħtieġa trid issir fil-post fejn jista' jinqala' xi diżastru b'mod li jingħata rimedju mill-iktar fis possibbli.", "Ħafna drabi meta jinqala' xi inċident f'Għawdex ma tistax toqgħod tistenna lin-nies tas-salvataġġ jew lin-nies tekniċi jiġu minn Malta, bil-konsegwenza li jkollok sitwazzjoni li ma tistax tirrimedjaha għaliex m'għandekx pronto soccorso li f'dawn l- okkażjonijiet jagħmel differenza bejn ħajja u mewt ta' bniedem.", "F'din il- Kamra ilni żmien twil ngħid li l-baħar li jifred joħloq sitwazzjoni li trid bilfors tiġi indirizzata.", "Xi kultant insibha diffiċli li noqgħod nirrepeti dan id-diskors elementari, imma nifhem li għad hawn nies li jaħsbu li din hija esaġerazzjoni u li fir-realta' m'għandekx tagħtiha importanza.", "Pero' l-esperjenza għallmitna li huwa ħażin li naħsbu b'dan il-mod għaliex effettivament Għawdex beda jara progress fl-oqsma kollha meta ma bqajniex nirraġunaw li m'għandekx tiddupplika f'Għawdex dak li kien diġa' jeżisti f'Malta u li Għawdex huwa sempliċement estensjoni ta' Malta u xejn iktar, qisu l-baħar bejn Malta u Għawdex ma jeżistix.", "Naturalment dan it-tip ta' mentalita' kienet qed tpoġġi lil Għawdex fi żvantaġġ dejjem ikbar għaliex l- amministrazzjoni tal-pajjiż ma kenitx qiegħda tindirizza b'mod ġenwin din il-problema reali.", "Issa hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi proġetti kapitali jew xi proġetti oħrajn li ħafna drabi huma neċessarji li jsiru f'Għawdex ukoll, imma qegħdin nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li se jwaqqaf Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Saru ħafna diskorsi validi waqt dan id-dibattitu u fost affarijet oħra ssemma t-tniġġiż tal-kosta tagħna miż-żjut, li jkollu effett negattiv fuq l-ambjent tagħna.", "Dan japplika għall-kosta tal-gżira ta' Għawdex daqskemm japplika għall-kosta ta' Malta, pero' nifhem li hemm ċerti ħwejjeġ li jistgħu jintlaħqu minn ċentru wieħed.", "L-Onor.", "Bonnici għadu kemm semma każ ta' inċident ta' l-ajru li allaħares jerġa' jkollna wieħed bħalu, pero' dan l-abbozz ta' liġi qiegħed quddiemna proprju biex nitkellmu fuq eventwalitajiet ta' dan it-tip li wieħed irid jara li jkun ippreparat għalihom u jagħti kontribut immedjat.", "Sur President, irrid ngħid li kull sena jaqsmu madwar 2,700,000 passiġġier u 700,000 karozza bejn iż-żewġ gżejjer u dan ifisser li n-numru ta' passiġġieri li jinġarru bejn Malta u Għawdex jissupera n-numru ta' passiġġieri li jittajru mill-Air Malta.", "Barra minn hekk, jeżisti wkoll servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex u għalhekk jagħmel sens li meta qed niddiskutu abbozz ta' liġi bħal dan, naħsbu għal dawn l-eventwalitajiet ukoll.", "Issa kif se taħseb għal eventwalita' ta' problemi kkaġunati minn xi inċidenti fil-qasam tat-trasport jekk ma jkollokx l-infrastruttura ta' dan id-dipartiment qrib Għawdex?", "U x'inhuma l-mezzi?", "Naturalment minbarra li jrid ikollok nies li jkunu mħarrġa b'mod professjonali, trid tipprovdi l- makkinarju meħtieġ biex tkun tista' tilħaq il-post tad-diżastru fl-iqsar żmien possibbli.", "Normalment dawn l-affarijiet isiru meta tqum xi maltempata kbira fil-pajjiż, ikollna xi għargħar jew iqumu xi rwiefen kbar li jagħmlu ħafna ħsarat.", "U mhux darba jew tnejn li għaddejna minn dawn l- esperjenzi.", "Issa meta jkun il-maltemp mhux dejjem ikun possibbli li jinġiebu n-nies u l-makkinarju minn Malta fl-iqsar żmien possibbli biex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna lill-Għawdxin milquta.", "Għalhekk huwa neċessarju li l-infrastruttura meħtieġa biex tilqa' għal dawn l- eventwalitajiet ibbażata fil-gżira ta' Għawdex ukoll.", "Huwa importanti li f'ċirkostanzi bħal dawn ikun hemm nies f'Għawdex li jkunu jafu x'responsabbilta' għandhom u mhux joqogħdu jistennew lil ħaddieħor minn Malta biex jagħmel l-ewwel pass.", "Fl-opinjoni tiegħi, hija xi ħaġa perikoluża li tiżvesti lil kull awtorita' f'Għawdex mir-responsabbilta' f'każijiet bħal dawn u mbagħad din il-liġi ma tikkontemplax li jinħoloq mekkaniżmu f'Għawdex stess biex ikun responsabbli immedjatament għal dak li jista' jinqala'.", "Nerġa' ngħid, ħafna drabi ċ-ċirkostanzi ma jkunux jippermettu li n-nies bil-makkinarju b'kollox jaslu minn Malta għal Għawdex fil-ħin għalkemm m'hemmx xi distanza twila bejn iż-żewġ gżejjer.", "Għax għalkemm id-distanza bejn Malta u Għawdex hija biss ta' ħames mili, kulħadd jaf li meta jkun hemm il-baħar jifred, speċjalment f'ċirkostanzi ta' maltemp,tieħu iktar ħin biex tasal.", "Per eżempju, biex wasalt hawn illejla jien ħadt madwar sagħtejn u rrid xi sagħtejn oħra biex nerġa' lura għaliex il-constraints li toħloq biċċa passaġġ ta' baħar jagħmlu d- distanza tidher ħafna itwal milli tkun fir-realta'.", "Għalhekk ma narax li huwa possibbli li l-għajnuna minn Malta għal Għawdex tasal fil-ħin meta tinqala' xi emerġenza.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' dupplikazzjoni; hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn Għawdex huwa parti mill-ġeografija tal- pajjiż u għalhekk irridu nitgħallmu nindirizzaw dawn il-problemi.", "Forsi hawn min ma jaqbilx li għandu jkun hemm fergħa ta' dan id-dipartiment f'Għawdex għaliex aħna żgħar u ma tistax toqgħod tifred u taqsam kull ħaġa.", "Imma jekk verament irridu nagħtu tifsira ġenwina u serja lil dak li għandna quddiemna, din hija konsiderazzjoni li bilfors irridu nagħtu kasha għaliex hija parti mir-realta' tan-nazzjon tagħna.", "Jien nippretendi li meta aħna nitkellmu b'dan il-mod, kulħadd jifhem li din hija realta' li ħadd ma jista' jiċħadha għaliex biex inkunu verament pajjiż wieħed, irid ikollna ċirkostanzi li jixxiebħu, kemm f'dawk li huma opportunitajiet, kif ukoll f'dak li huwa potenzjal.", "Naturalment aħna l- Għawdxin għandna żvantaġġi li ngħixu magħhom, imma kemm jista' jkun dawn irridu nnaqqsuhom, jekk mhux ukoll nipprovaw nieħdu vantaġġ minnhom.", "Il- verita' hi li ħafna drabi min jgħix f'Għawdex ikollu jaqdef iktar u allura minn dak l-iżvantaġġ ikun ħoloq vantaġġ għaliex prattikament waħdu, forsi megħjun ftit ukoll mill-fortuna u miċ-ċirkostanzi, jirnexxilu jkampa u jimxi 'l quddiem.", "Għalhekk biex jinħoloq sens ta' awareness u ta' preparazzjoni, bilfors irid ikollok xi ħaġa lokalizzata fil-gżira ta' Għawdex.", "Ħafna drabi l-prevenzjoni hija aħjar mill-protezzjoni, imma biex tkun tista' tagħmel dan, irid ikollok in-nies ippreparati u jrid ikun hemm ċertu impenn fl-għoti ta' taħriġ psikoloġiku, tekniku u fiżiku għal kull eventwalita' li tista' tinqala'.", "Kif diġa' ntqal, dan l-abbozz ta' liġi ġie mfassal fi żmien l- Amministrazzjoni preċedenti u fil-fatt jien ipprovajt nagħmel kuntatt - pero' ma rnexxilix - ma' min kien jiġi kull darba mill-Ministeru għal Għawdex f'Malta biex jiltaqa' ma' min kien konċernat ħalli flimkien jaraw kif tista' tinħoloq sitwazzjoni ta' protezzjoni.", "Huwa veru li din is- sitwazzjoni kienet iktar kanalizzata għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għaliex huwa importanti li dan l-isptar ikun ippreparat għal xi emerġenza li tista' tinqala'.", "Meta tħares minn dan l-aspett, trid tara li jkollok l- ispazju u t-tagħmir meħtieġ.", "Ma tistax toqgħod tikkalkola jekk it-tagħmir fl-isptar ta' Għawdex jintużax daqskemm jintuża f' St. Luke's u jekk dan ma jkunx il-każ, iġġibu lejn Malta, kif ġieli ġara.", "Fi żmien l- Amministrazzjoni preċedenti, is-Supritendent ta' l-isptar kien jieħu parti b'mod attiv fil-laqgħat li kienu jsiru, mingħalija taħt l-ex-Ministru Louis Galea biex f'każ ta' emerġenza l-isptar ta' Għawdex ikun jista' jagħti l-ewwel għajnuna lin-nies li jkunu involuti f'xi diżastru jew f'xi inċident f'Għawdex.", "Jien ngħid li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq skala iżgħar irid iħares lejn il-gżira l-oħra minn din il-lenti għaliex inkella jkollna sitwazzjoni fejn għalkemm id-distanza m'hijiex kbira jista' jkun hemm dewmien li, kif għidt, ħafna drabi jagħmel differenza bejn ħajja u mewt, Sur President.", "Ngħaddi biex nitkellem fuq xi ħaġa differenti.", "Jien inħoss - u din għedtha kemm-il darba - li żewġ patrol boats ta' l-Armata għandhom ikunu bbażati f'Għawdex.", "Dan ma jfissirx li l-manutenzjoni tagħhom issir f'Għawdex ukoll, u dan qed ngħidu għaliex niftakar meta kont ressaqt din il-proposta, min-naħa ta' l-Armata kienu qaluli li biex issir bażi tal- patrol boats f'Għawdex irid isir investiment kbir.", "Jien kulma qed nitlob hu li dawn il-patrol boats ikunu sorġuti f'Għawdex ħalli jekk jinqala' xi ħaġa - u anke jekk ma jinqala' xejn - jkunu jistgħu jitilqu minn hemm stess biex jagħmlu l-patrols tagħhom mal-kosta tal-gżira Għawdxija u ta' Kemmuna li flimkien jagħmlu daqs terz tal-kosta Maltija u b'hekk jieħdu ħsieb il-parti tat-Tramuntana tal-gżejjer tagħna.", "Sur President, jekk illejla jinqala' l-maltemp int faċilment tinġabar Ħaż-Żebbuġ, pero' aħna l- Għawdxin m'għandniex dak il-lussu u rridu noqogħdu nistaqsu jekk hux maltemp jew jekk qamx ħafna riħ għaliex l-importanti għalina huwa li l- vapur jaħdem biex inkunu nistgħu ninġabru f'darna.", "Din hija parti mis- sistema tagħna u qed nitkellmu fuqha għax inħossuha bl-iktar mod naturali, imma nippretendu li ħaddieħor japprezza dak li nagħmlu aħna.", "Pero' meta tara lil ħaddieħor jieħu l-atteġġjament li qisu m'huwiex veru li hemm baħar jaqsam bejn Malta u Għawdex jew li dak li jikkostitwixxi periklu għal min jgħix f'Għawdex mhux neċessarjament jikkostitwixxi periklu għal min jgħix f'Malta - issa qed nitkellem b'mod ġenerali għax dan id-diskors japplika għall-oqsma kollha - allura jkollok tirreaġixxi billi turi r- realta' x'inhi.", "Aħna nġorru dan kollu għaliex huwa parti minn ħajjitna, imma dawn il-problemi jeżistu u rridu li kemm jista' jkun neliminawhom.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa daqshekk importanti u serja li se nwaqqfu għall-ewwel darba f'dan il-pajjiż, Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, allura nirrepeti dak li għedt fil-bidu, cioe' li nħossni fid- dover li ngħid li f'dan l-abbozz ta' liġi ma nsibu l-ebda riferenza għall- fatt li ċ-ċirkostanzi f'Għawdex huma differenti minn ta' Malta.", "Aħna rridu li dan l-aspett jidħol fil-liġi.", "Il-Ministru Mizzi qiegħed iċaqlaq rasu; issa fil-winding up ikollu l-opportunita' ...", "(Interruzzjonijiet) Sur President, kif jaf il-Ministru li qed jagħmel din l-osservazzjoni, qabel ma l-liġijiet jitressqu fil-Parlament, jgħaddu mill-Kabinett.", "Jien nassigurah li kieku dan l-abbozz ta' liġi ġie quddiem il-Kabinett fi żmien l-Amministrazzjoni l-oħra, jien xorta kont nagħmel dan is-suġġeriment.", "Il- Ministru m'huwiex se jipprovokani għaliex dak m'huwiex l-istil tiegħi.", "Jekk irrid nista' ngħid ħafna affarijiet oħra li huma korollari ma' dak li għedt s'issa u nibda nagħti ħafna eżempji.", "Jien ngħid li ħaġa bħal din għandha tgħaqqadna; ma teżistix xi polemika tat-tip li qed jipprova jissolleva l-Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Polemika mhux fis-sens ta' kontroversja.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed ngħid li għandu jitwaqqaf dipartiment ieħor f'Għawdex, imma naqbel li hemmhekk għandha titwaqqaf fergħa ta' dan id-dipartiment.", "Forsi l-Onor.", "Mizzi huwa wieħed minn dawk li għadhom ma fehmux is-sitwazzjoni tagħna.", "Sakemm inkun konvint mod ieħor jew niġi persważ minn xi ħaddieħor li dak li qed jgħid hu jagħmel iktar sens minn dak li qed ngħid, nibqa' nemmen f'dak li ilni ngħid tul il-ħajja politika tiegħi, cioe' li dawn huma affarijiet li jridu jiġu indirizzati.", "Jien irrid naħseb li llum id-diskors fuq Għawdex inbidel.", "Illum tan-naħa l-oħra bdew jgħidu diskors li jixbaħ dak li ilna ngħidu aħna għal 30 sena, Sur President.", "Jien ngħid li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu jaqblu li f'Għawdex is-sitwazzjoni hija differenti minn dik ta' Malta u għalhekk f'ċirkostanzi partikolari bħal dawn, din is-sitwazzjoni trid tiġi indirizzata.", "It-twaqqif tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa pass kbir 'il quddiem u għalhekk qed nappella bl-ikbar sinċerita' u bl-ikbar ġenwinita' li jekk wieħed jista' jara dan l-argument u jifhem li mill- makkinarju li se nirċievu mill-Italja jkun hemm il-ħtieġa ...", "(Interruzzjonijiet) Il-makkinarju ma tistax taqbad u ġġorru meta jkollok bżonnu.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi min-naħa l-oħra qed jgħidli li se jagħmlu section fejn jinżamm xi makkinarju f'Għawdex.", "Jien minflok użajt il-kelma \"section\", użajt il-kelma \"fergħa\", bil-Malti, għaliex ħsibt li niftiehmu iktar.", "Naħseb li kultant aħna l-Għawdxin lanqas meta nitkellmu bil-Malti ma jifhmuna!", "Sur President, kont qed ngħid li l-infrastruttura trid tkun preżenti f'Għawdex bħalma huma preżenti servizzi oħrajn essenzjali fil-ħajja, u jrid jiġi assigurat ukoll li dawk is-servizzi jkunu qegħdin jaqdu lin-nies li jgħixu f'dik il-gżira u fil-gzira ta' Kemmuna li tagħmel parti minn Għawdex ukoll.", "Huwa importanti ferm li wieħed jindirizza wkoll il-problemi li tippreżenta l-gżira ta' Kemmuna.", "Fl-20 ta' April li għadda ħarġet press release li kienet tgħid li l- Ministru Joe Mizzi ppreżenta ittra ta' ħatra lill-manager fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, is-Sur Patrick Murgo' - ma nafx jekk hux Malti jew barrani - li se jkun inkarigat mill-protezzjoni ċivili fuq il-baħar.", "Jien nifhem li x-xogħol tiegħu se jkun jinkludi wkoll it-trasport bil-baħar u attivitajiet oħrajn, bħalma huma każijiet li jinvolvu pollution, eċċ. Qed insemmi dawn l-affarijiet għaliex il-protezzjoni fil-qasam tat-trasport bil-baħar tolqot lill-Għawdxin proprju fil-laħam il-ħaj u għalhekk jeħtieġ li jkun hemm koordinament bejn il-forzi kollha f'Għawdex minn hemmhekk stess.", "Jien niftakar, Sur President, li fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista konna daħħalna sistema fejn meta kienu jaslu, per eżempju, il-festi ta' l-Għid u allura kien ikollna invażjoni tat-turiżmu intern, konna nlaqqgħu lid-dipartimenti kollha tal-gvern u korpi parastatali, fosthom il-Public Works, il-Water Works, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u nies oħra mill-Korp tal-Pulizija u mill-isptar, u konna noħolqu emergency office li jkun on the alert f'każ li tinqala' xi emerġenza minħabba l- load kbira li jkun hemm fuq l-infrastruttura tal-gżira u forsi xi servizzi essenzjali jinqatgħu jew iġarrbu ħsarat.", "Fil-fatt kien isir sforz ġenwin minn dan il-kumitat li kien jiġbor fih dawn il-forzi biex jekk jinqala' xi ħaġa, kulħadd ikun jaf x'għandu jagħmel.", "Konna nikkollegaw it- telephones tal-Ministeru ma' l-għassa tal-pulizija biex l-uffiċċju ta' emerġenza jkun miftuħ matul il-ġurnata kollha u anke matul il-lejl.", "Allura meta tidħol xi telefonata, il-pulizija kien ikollhom lista tan-nies inkarigati fid-diversi dipartimenti bin-numru tat-telefon tax-xogħol u tad- dar, kienu jikkomunikaw magħhom mingħajr telf ta' żmien, ħalli jgħidulhom x'ġara u x'hemm bżonn isir.", "Għalina l-Għawdxin, l-Għid ifisser il-ftuħ ta' l-istaġun turistiku għaliex minn dak iż-żmien jibdew jiġu iktar Maltin u barranin.", "Għalhekk matul dik il-ġimgħa l-emergency office kien ikun on the alert għal xi eventwalita' li għalkemm ħadd ma jkun jixtieqha, tista' tinqala' u tolqot ħażin lin-nies u lil diversi lokalitajiet tal-gżira.", "Din is-sistema rnexxiet u ridna napplikawha wkoll matul il-ġranet tas-sajf ħalli f'każ ta' emerġenza wieħed kien ikun jista' jċempel lill-pulizija u tramite l-pulizija jingħata servizz mid-dipartimenti konċernati.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jipproponi li n-nies jiġu mħarrġa matul is-sena kollha ħalli f'każ ta' emerġenza d-dipartiment ikun jista' jidħol in action u jagħti l-għajnuna tiegħu.", "B'hekk tkun taf li għandek xi ħaġa konkreta fuq xiex tista' sserraħ.", "THE DEPUTY SPEAKER (L-Onor.", "Michael Bonnici): Onorevoli, niġbidlek l- attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li l-Onor.", "Tabone jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Tabone jkompli jinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Sur President, irrid ngħid li għalkemm is-sistema li ħloqna ma kenitx xi waħda professjonali għaliex il-mezzi kienu limitati, kienet xi ħaġa pożittiva għaliex għall-ewwel darba kien irnexxielna nlaqqgħu lill-kapijiet tad-dipartimenti u tal-korpi parastatali fil-gżira ta' Għawdex b'mod regolari biex nisħqu fuq il-ħtieġa li huma jibqgħu responsabbli kif kien responsabbli wkoll il-Ministru għal dak li seta' jinqala' fil-gżira ta' Għawdex u fil-gżira ta' Kemmuna.", "B'dak il-mod irnexxielna ninjettaw f'dawn in-nies il-ħsieb li huma kellhom jipparteċipaw f'każ li jkun hemm bżonn l-assistenza tagħhom.", "Dan l-argument qed nagħmlu biex nerġa' nisħaq fuq il-ħtieġa li jkollna a co-ordinating factor fil-gżira ta' Għawdex stess.", "Fl-opinjoni tiegħi, Sur President, dan jista' jsir biss jekk hemmhekk ikollna estensjoni tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Din hija xi ħaġa li trid tiġi kollegata ma' dak li qed jipproponi dan l-abbozz ta' liġi u din ir- responsabbilta' ma tistax tgħaddiha lil xi dipartiment ieħor li m'huwiex parti integrali minn dan id-dipartiment.", "Jien m'iniex se noqgħod infettaq fuq il-kelma \"section\" jew \"fergħa\" għalkemm, fl-opinjoni tiegħi, ikun aħjar jekk ngħidu fergħa ta' dipartiment għaliex tkun qed tlibbisha l- kostum tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li se jkollu ċerta importanza u responsabbilta'.", "Għalhekk jien qed nipproponi lill-Ministru li bl-ikbar responsabbilta' u maturita' jifhem li hemm bżonn li tinħoloq din il-fergħa permezz ta' kumitat jew kummissjoni li jkunu preżenti f'Għawdex il-ħin kollu.", "Barra minn hekk, irid jitfassal pjan li jikkoordina s- servizzi kollha, liema pjan ikun jinvolvi wkoll in-nies tal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt l-abbozz ta' liġi jsemmi l-kunsilli lokali u meta tqis li f'Għawdex għandna 14-il kunsill lokali tifhem li hemm ukoll l- infrastruttura meħtieġa biex in-nies li huma diġa' raggruppati jew li qegħdin f'kumitati jkunu jistgħu jgħinu lil din l-istess fergħa b'mod immedjat u mingħajr telf ta' żmien.", "Nirrepeti li f'każijiet bħal dawn l- immedjatezza fl-għoti tas-servizz hija importanti ħafna.", "Niftakar li meta Għawdex ġie maħkum minn għargħar u maltempata kbira kienet ħakmet lil Marsalforn u lix-Xlendi ma ngħatax rimedju biżżejjed għal dak li nqala'.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll dak li ġara kważi 50 sena ilu, meta dgħajsa li kienet qed taqsam bejn Malta u Għawdex għerqet u 23 ruħ tilfu ħajjithom.", "Irridu nifhmu li dawn huma affarijiet li ġraw u għalhekk irridu noħolqu sitwazzjoni f'Għawdex stess li tkun tista' tirrimedja u tagħti l-għajnuna meħtieġa f'każ ta' xi diżastru.", "Nappella lill-Ministru biex proprju minn Għawdex stess isib is-saħħa tad-dipartiment li jkun jista' jikkoordina d- difiżi kollha possibbli kemm għall-prevenzjoni, kif ukoll għal rimedju meta l-każ ikun ġara.", "M'hemmx għalfejn ngħid ukoll li n-nies tad- dipartiment iridu jkunu mħarrġa fl-użu tal-makkinarju li huwa indispensabbli f'każijiet bħal dawn li qed insemmu.", "Jien ningħaqad mal-kelliema ta' qabli biex nuri l-apprezzament tiegħi għall-għajnuna li l-Gvern Taljan qed jagħti f'dan il-qasam permezz tal- protokoll li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi biex inkunu f'qagħda ħafna aħjar li noffru lill-poplu tagħna protezzjoni ċivili.", "Fil-fatt bħala parti minn din l-għajnuna diġa' ġew żewġ vapuri żgħar u għandhom jiġu żewġ vapuri ikbar.", "Irrid insellem ukoll lill-Gvern preċedenti li kien tħabat ħafna biex iġib din l-għajnuna għal Malta.", "Jien nawgura li din il-kooperazzjoni tibqa' tiżdied biex dejjem inkunu f'qagħda li nilqgħu għal dawn id- diżastri li għalkemm ħadd ma jkun iridhom, kull pajjiż żgħir bħal tagħna jgħaddi minnhom darba jew oħra.", "L-argument tiegħi jibqa' li jekk aħna rridu li din il-liġi tkun effettiva u effikaċi u liġi li verament tolqot lill-pajjiż kollu, irridu nieħdu dawn il-konsiderazzjonijiet kollha.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Tabone, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin għall-interruzzjoni tax-xogħol.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, qabel ma titqiegħed il-mistoqsija fuq l-ewwel item ta' l-agenda u qabel ma din in-naħa tagħmel dikjarazzjoni tal-vot, irrid niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra għall-fatt li llum fit- 3.00 p.m. saret konferenza stampa mill-Ministru Karmenu Vella akkumpanjat mill-Ministru Charles Buhagiar u mill-Ministru Joe Debono Grech.", "Waqt din il-Konferenza Stampa saret dikjarazzjoni min-naħa tal-Ministru Vella, bħala l-Ministru responsabbli mit-turiżmu u bħala l-Ministru li għamel il-winding up tad-dibattitu li kellna, li kien beħsiebu jressaq xi forma ta' emenda quddiem dan il-Parlament li tiċċara l-pożizzjoni dwar in-nuqqas ta' dritt ta' aċċess għar-residenti tal-Kottonera u għall- Maltin u l-GĦawdxin kollha li jkunu jridu jidħlu fil-parti ta' l-art li se tiġi mogħtija b'ċens lil dan il-consortium.", "Skond id-dikjarazzjoni tal-Ministru Vella din l-emenda b'xi mod jew ieħor kellha tiċċara l-pożizzjoni dwar dan il-punt partikolari.", "Barra minn hekk, mill-konferenza stampa ta' l-Onor.", "Karmenu Vella fhimt li din l-emenda kellha tiċċara wkoll, tajjeb jew ħażin, xi aspetti oħrajn li tqajmu minn din in-naħa tal-Kamra waqt id-dibattitu, partikolarment fuq id-dritt tal-Maltin u ta' l-GĦawdxin u b'mod partikolari tar-residenti tal-Kottonera, li jgħumu fil-baħar ta' Dockyard Creek u tad- dritt li r-residenti jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-faċilitajiet kollha li hemm f'Dockyard Creek.", "Jien fhimt ukoll li din il-kjarifika, b'xi mod jew ieħor, se tolqot servizzi oħrajn li hemm diżgwid sħiħ fuqhom, bħal, per eżempju, is-servizz tal-barklori għat-turisti mix-xatt tal-Birgu għax-xatt ta' l-Isla u vice versa, li għal xi wħud ifisser l-għajxien tagħhom.", "Din id-dikjarazzjoni ta' tliet Ministri f'konferenza stampa ġiet rapportata fuq il-mezzi kollha tax-xandir u ġiet segwita bi programm speċjali fuq ir-radju tal-Partit Laburista, Super 1 Radio, fejn intervjena l-Ministru Vella li sarulu diversi mistoqsijiet dwar dan il-punt.", "Waqt din l-intervista l-Ministru rrepeta diversi drabi li kienet se titressaq din l-emenda u jiena naħseb li din il-Kamra għandha tieħu nota ta' dan kollu.", "Issa li wasalna biex nieħdu vot fuq din ir-riżoluzzjoni, aħna min- naħa tagħna qabel ma effettivament nagħmlu d-dikjarazzjoni tal-vot, qegħdin nistaqsu eżattament x'inhu jiġri għaliex ma jistax ikun li l-Ministru li għalaq id-dibattitu, akkumpanjat mill-Ministru li fetaħ dan id-dibattitu, jagħmel dikjarazzjonijiet pubbliċi fuq xi ħaġa ta' importanza nazzjonali - u issa nafu wkoll li din qed tqajjem kontroversja politika sostanzjali - biex nisimgħuhom u nkunu nistgħu nirreaġixxu dwarhom u dawn jagħmilhom wara li din in-naħa ressqet emenda li n-naħa tal-Gvern ivvotat kontra tagħha.", "Din l-emenda fis-sustanza tagħha kulma talbet kien li nirriferu kollox lill- Kumitat Permanenti ta' din il-Kamra biex ikun jista' jidħol fid-dettalji kollha u jeżamina d-diffikutajiet legali u finanzjarji li tqajmu.", "Wara li fis-seduta maratona li kellna nhar l-Erggħa li għadda, in-naħa tal-Gvern ivvotat kontra l-emenda mressqa minn din in-naħa, illum minn fuq ir-radju smajna lill-Ministru Vella prattikament jipproponi xi ħaġa li tolqot direttament anke l-proposti li kienet qed tagħmel l-Oppożizzjoni biex dan il-proġett isir realta' u jitwettaq bis-sens mingħajr ma nagħtu dak li m'għandniex għalfejn nagħtu u fl-istess ħin ikollna proġett li jkun ekonomikament vijabbli, ekonomikament tajjeb għall-Kottonera u proġett li jissalvagwarda l-interessi soċjali li ilkoll kemm aħna nixtiequ nissalvagwardaw.", "Għalhekk minn din in-naħa aħna nħossu li hemm bżonn ta' spjegazzjoni dwar x'inhu jiġri fuq materja daqshekk importanti.", "Qed inħares lejn il-Ministru Vella ħalli nara x'inhi r-reazzjoni tiegħu.", "Nispera li ma jirreaġixxix biss bil-press conferences u ma jagħtix kas il- punti li jitqajmu fil-Parlament.", "(Interruzzjonijiet).", "Dan m'huwiex fair.", "MADAM SPEAKER: Ma rridx interruzzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, huwa veru li jiena kont fil- Kamra meta l-Onor.", "Karmenu Vella qam biex jitkellem, imma dakinhar minflok qam biex jirrispondi lil din in-naħa tal-Kamra ħalli d-dibattitu jkompli, qal li kien qed jagħmel il-winding up.", "Meta skadietlu n-nofs siegħa, kien hawn oġġezzjoni biex ikompli, pero' jien għedt li l-Ministru Karmenu Vella seta' jkompli jitkellem kemm irid u kemm kellu bżonn basta ma jagħmilx il- winding up.", "Il-Ministru Vella rreaġixxa billi qal: \"Ma tridunix nitkellem?", "Ma nitkellimx!\", mentri jien min-naħa tiegħi kont ċar ħafna u għedt li l-Ministru Vella seta' jitkellem kemm irid u kemm kellu bżonn għaliex aħna ridna l-informazzjoni, imma mhux jagħmel il-winding up.", "Infakkar lill-Kamra li dakinhar kien qam il-Ministru Mizzi, interrompa d- diskors tal-Ministru Vella - kien ċar li l-Onor.", "Vella ma kienx spiċċa d- diskors tiegħu - u f'dak il-mument ma kien hawn ħadd mill-Oppozizzjoni li seta' jitkellem għaliex min kien hawn fil-Kamra kien diġa' tkellem u sakemm ħaddieħor tela' l-11-il tarġa ....", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Fenech Adami, dan m'għandux x'jaqsam mal-punt imqajjem mill-Onor.", "Gonzi.", "Dan li qed tgħid int ġara l-aħħar darba u kull min kien hawn jaf x'ġara.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dan huwa biss point of explanation għal dak li ġara.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, l-ispjegazzjonijiet irrestrinġuhom għall- punt imqajjem mill-Onor.", "Gonzi.", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nagħlaq il-punt li kont qed nagħmel billi nagħmel riferenza wkoll għall-kummenti li għaddieli l-Onor.", "Vella.", "Jien irrid infakkar lill-Onor.", "Vella u lill-Membri tan-naħa tal-Gvern li meta jien kont qed nitkellem u tlabt iktar ħin biex inkun nista' nitkellem saret oġġezzjoni, pero' b'daqshekk ma waqgħetx id-dinja.", "Fil-fatt saret oġġezzjoni fil-każ tas-sitt kelliema min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li kellhom bżonn iktar ħin biex ikomplu jitkellmu.", "U ma nġibux id-dinja fit-tarf u noqogħdu ngħidu li kien hawn 20 kelliem.", "MADAM SPEAKER: Se nintilfu fuq affarijiet periferiċi.", "On a point of order, il-Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, qed titqanqal diskussjoni fuq il- mod kif sar id-dibattitu.", "Jekk in-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma kenitx kapaċi tikkontrolla lin-nies tagħha, affari tagħha.", "Kienet in-naħa ta' l- Oppożizzjoni li sejħet għal quorum.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu niddiskutu dawn l-affarijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Gonzi, ikkonkludi fuq il-punt li qajjimt fid- 9.00 p.m.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, bir-rispett kollu, jekk isiru kummenti min-naħa l-oħra, naħseb li għandi kull dritt inweġibhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, ma saru l-ebda kummenti minn din in- naħa.", "Din in-naħa kkummentat biss fuq dak li qalu l-Onor.", "Gonzi u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-mod kif tmexxa dan id-dibattitu.", "Huma ma kenux hawn, imma aħna hawn konna, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Ma rridx kummenti across the floor.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Gonzi biss għandu l-permess li jitkellem.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, saru kummenti, inkluż issa mill- Prim Ministru ...", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kummenti tiegħi għamilthom biex nirrispondi għall- kummenti li għamel l-Onor.", "Gonzi.", "Mhux jien oriġinajt il-kummenti.", "L-Onor.", "Gonzi jrid iżomm ma' l-order ta' din il-Kamra.", "Jekk għandu xi kumment x'jagħmel għal dak li għandu x'jaqsam mal-vot li se jittieħed, jagħmlu.", "Jekk irid jiftaħ dibattitu fuq il-mod kif huma ma mexxewx id-dibattitu tajjeb, allura nagħmluh.", "MADAM SPEAKER: M'iniex se nippermetti li jinfetaħ dibattitu fuq dak li għadda.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, ma jistax jagħmel dawn il- kummenti.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Gonzi, ikkonkludi fuq il-punt li qajjimt.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, il-punt li qajjimt huwa relatat ma' dan kollu għaliex id-dibattitu kollu u l-emenda li tressqet min-naħa ta' l- Oppożizzjoni kellhom il-ħsieb li ...", "MADAM SPEAKER: Jiddispjaċini, m'iniex se nippermetti li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, mhux se nerġa' niftaħ id- diskussjoni.", "L-emenda li ppreżentajna kellha l-ħsieb li tittratta proprju d-diffikultajiet kollha li qajjimna ...", "MADAM SPEAKER: Il-vot fuq dik l-emenda diġa' ttieħed.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: ... inkluż il-punt li tkellem dwaru l-Ministru Vella waqt il-konferenza stampa li ta fit-3.00 p.m. Dan ma nistgħux inwarrbuh.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nistax nifhem kif hawn ġew lanqas tista' tqajjem punt.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Vella, tista' titkellem fuq il-punt imqajjem mill-Onor.", "Gonzi dwar il-konferenza stampa.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed): Madam Speaker, jien se ngħid kif ġraw il-fatti nhar l-Erbgħa.", "MADAM SPEAKER: M'iniex se nippermetti diskussjoni fuq dak li ġara nhar l- Erbgħa.", "Onorevoli Vella, poġġi bil-qiegħda.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Madam Speaker, jekk daħħal lili fil-kredu, m'għandix dritt nirrispondi?", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Vella, poġġi bil-qiegħda.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nipproponi li l-vot jittieħed issa.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekondah.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, irrid nagħmel dikjarazzjoni ta' vot qabel ma jittieħed ħalli ma jkunx hawn min jipprova jżommni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din in-naħa diġa' ddikjarat li trid tagħmel dikjarazzjoni ta' vot.", "Qed nifhem li hawn Membru ieħor min-naħa tal-Gvern, l-Onor.", "Mintoff, li jrid jagħmel dikjarazzjoni ta' vot ukoll.", "Jekk mhux se tingħata tweġiba għall-punti li tqajmu, allura ngħaddu biex nagħmlu dikjarazzjoni ta' vot, pero' xtaqt li tingħata tweġiba għax dawn l- affarijiet qed nipprovaw nagħmluhom biex insibu l-aħjar soluzzjoni li wara kollox hi relatata ma' proġett importanti ħafna f'pajjiżna li, nerġa' ngħid, se jkollu impatt negattiv ħafna fuq l-aspetti soċjali u l-interessi kollha tar-residenti tal-Kottonera jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma proposti fil-kuntratt.", "MADAM SPEAKER: Donnu li qed jintesa li hawn ġew niddeċiedu u nivvotaw fuq dak li jiġri u dak li jkollna quddiemna hawn ġew.", "L-importanti huwa x'jiġri hawn ġew u mhux jekk saritx xi konferenza stampa jew jekk xi ħadd marx ipeċlaq 'l hemm jew jekk xi ħadd ieħor marx ipaċpaċ 'l hawn.", "Issa hawn talba biex issir dikjarazzjoni ta' vot.", "L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jien nixtieq ngħid li sa nhar is-Sibt li għadda kont għadni m'iniex ċert x'qed jiġri u meta nhar is-Sibt indagajt, sibt li skond dan il-kuntratt l-użu tal-bankini li diġa' jeżistu ġewwa l-Kottonera mhux talli se jiġi ristrett, imma se jinqata' għal kollox.", "Jien naf li kien hemm klawsola fil-kuntratt....", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Mintoff, diġa' ġbidtlek l-attenzjoni iktar kmieni fis-seduta li d-diskussjoni spiċċat.", "Issa tista' tagħmel biss dikjarazzjoni tal-vot tiegħek.", "Min ried jieħu sehem fid-diskussjoni kellu jkun hawn u jieħu l-ħin tiegħu.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, allura jmissek żammejt lil kulħadd milli jitkellem.", "Se żżommni milli nagħmel dikjarazzjoni ta' vot?", "MADAM SPEAKER: Id-dikjarazzjoni ta' vot trid tkun fil-qosor.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Għadni lanqas bdejt u diġa' qed tgħidli biex inkun fil-qosor!", "MADAM SPEAKER: Jekk trid tagħmel dikjarazzjoni ta' vot trid tkun fil- qosor.", "Jekk għażilt li ma tkunx hawn biex tieħu sehem fid-diskussjoni ma kontx hawn.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien qed ngħid li llejla bilfors se jkolli nivvota kontra, pero' rrid ngħid ukoll li m'huwiex veru dak li qed jingħad barra u t-tixwix li qed isir kullimkien li jien ma rridx li jsir żvilupp fil- Kottonera.", "Min qal li jien ma rridx li jsir żvilupp fil-Kottonera?", "Jien ma rridx li jsir żvilupp a skapitu ta' dak li n-nies tal-Kottonera diġa' qed igawdu llum.", "M'hija qed tingħata l-ebda garanzija li 'l quddiem dawn in- nies se jkomplu jgawdu dak li hemm illum, iktar u iktar meta l-moll tal- Birgu se jingħata b'ċens għal 99 sena!", "Jien qajjimt dawn l-affarijiet u aspirajt li l-affarijiet jiġu rranġati mingħajr ħafna daqq ta' trumbetti u mingħajr ħafna propaganda qarrieqa.", "Jien la rrid inwaqqa' lill-Gvern u lanqas irrid inżomm xi żvilupp, imma rrid li l-iżvilupp isir sewwa.", "Pero' minn dak li rajt jidher li l-consortium se jieħu dawk il-bankini mingħajr ebda garanzija li jistgħu jintużaw min-nies tal-Birgu, ta' l-Isla u ta' Bormla.", "Aħna kellna airport li kien jintuża minna u mill-Ingliżi, aħseb u ara biċċa bankina!", "Għal din ir-raġuni jien qajjimt dan il-punt u ħadt pjaċir li diġa' qed jittieħdu passi biex dawn l-affarijiet jitranġaw.", "Imma l-passi jridu jittieħdu minn dan il-Parlament u mhux wara li tkun għaddiet ir-riżoluzzjoni minn dan il-Parlament isir il-kuntratt, imbagħad il-Gvern minn jeddu jnaqqas minn dawk l-affarijiet li hemm fil-kuntratt!", "Dan m'huwiex sewwa, Madam Speaker.", "Jien nixtieq niddikjara li jekk dan il- proġett jerġa' jiġi quddiemna u jkun fih safeguards biżżejjed u serji għan-nies tal-Kottonera, inkun l-ewwel wieħed li nivvota favur tiegħu.", "Imma jiddispjaċini ngħid li llum ikolli nivvota kontra u allaħares ma ċċaqlaqtx għax kieku lanqas dawn l-affarijiet li qed jgħidu li se jsiru ma kienu jsiru.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, nixtieq nagħmel dikjarazzjoni ta' vot bħala d-Deputat elett mit-Tieni Distrett li huwa d-distrett milqut minn dan l-iżvilupp.", "Filwaqt li nerġa' nirrepeti li jien naqbel li għandu jsir żvilupp, irrid niddikjara li se nivvota kontra din il-mozzjoni għal diversi raġunijiet, fosthom li l-abbozz tal-kuntratt li hemm mehmuż mar- riżoluzzjoni kif imressqa quddiem din il-Kamra jinkludi klawsoli - u diġa' nġibdet l-attenzjoni tal-Ministru waqt id-dibattitu għal dawn il-klawsoli - li jirrestrinġu d-dritt ta' aċċess għall-Maltin u għall-Għawdxin kollha għal fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu.", "L-Oppożizzjoni se tivvota kontra wkoll għax, fl-opinjoni tagħha, dan l-iżvilupp jista' jseħħ mingħajr ma l- moll innifsu jiġi mogħti lill-consortium konċernat, kif ukoll għar-raġuni li l-istess abbozz ta' kuntratt li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, fost affarijiet oħra jgħid li l-ebda Malti u l-ebda Għawdxi, wisq inqas ir- residenti tal-Kottonera, ma jistgħu jagħmlu użu mill-baħar, ma jistgħux jgħumu, ma jistgħux jistadu u ma jistgħux jagħmlu barbecues.", "Jirriżulta li saħansitra l-consortium qed jingħata d-dritt li jista' jieħu l-flus biex jippermetti dawn l-affarijiet kollha.", "Raġuni oħra għax se nivvotaw kontra hi l-fatt li l-mistoqsijiet li l-Oppożizzjoni għamlet partikolarment dwar il-vijabilita' u l-vantaġġ finanzjarju għal pajjiżna bil-kondizzjonijiet li ġew proposti f'dan l-abbozz ta' kuntratt ma ngħataw l-ebda tweġiba jew spjegazzjoni min-naħa tal-Gvern.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, għan-nom ta' l-Oppożizzjoni nixtieq nagħmel il-pożizzjoni tagħna ċara dwar dan il-proġett.", "Aħna favur li jsir żvilupp fil-Kottonera, favur li jsir żvilupp ta' marina ...", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, Onorevoli Gulia u Onorevoli Farrugia, ma rridx interruzzjonijet.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Aħna anke favur li jsir żvilupp tal-bini li hemm fl-inħawi.", "Imma per prinċipju aħna kontra li l-moll tal-Birgu jingħata b'ċens għal 99 sena.", "Fil-fatt aħna naqblu li l-ebda moll m'għandu jingħata b'ċens bħala proprjeta' privata u din hija r-raġuni għaliex l- Oppożizzjoni ma tistax tivvota favur dan il-kuntratt, apparti d-dettalji finanzjarji u dettalji oħra li ma naqblux magħhom ukoll.", "Imma per principju aħna ma nistgħux naċċettaw li l-moll tal-Birgu jingħata b'ċens għal 99 sena bħala proprjeta' privata, jingħata lil min jingħata.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Minstru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, la kulħadd qed jagħmel dikjarazzjoni ta' vot, se nagħmel dikjarazzjoni ta' vot f'isem in-naħa Laburista li hija solidali mal-manifest Laburista.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Irrid nagħmilha ċara li m'huwiex veru, u qed nirrispinġi bl-ikbar saħħa, li l- kuntratt kif inhu b'xi mod jillimita l-aċċess tan-nies tal-Kottonera għall- mollijiet tal-Birgu jew għall-baħar tal-Birgu.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ippermettulu jitkellem.", "Onorevoli Zammit Dimech, ma rridx interruzzjonijet.", "Kulħadd ikollu ċans jitkellem.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat) Il-Kamra hija sospiża.", "Fid-9.25 p.m. il-Kamra kienet sospiża minħabba diżordni u rriżumiet fid- 9.28 p.m.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nerġa' ngħid li qed nirrispinġi bl- aktar mod ċar u konkret li minn din in-naħa tal-Kamra hemm xi ħaġa fil- kuntratt li b'xi mod tillimita l-aċċess tal-poplu tal-Kottonera għall- mollijiet tal-Birgu jew għall-baħar tal-Birgu.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Zammit Dimech, fis-sapjenza tiegħu, qed jipprova jfixkel.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli Prim Ministru.", "Nixtieq ninforma lill-Kamra li waslu biex idoqqu d-9.30 p.m. Qed nifhem sewwa li l- Kamra trid tkompli bis-seduta?", "Mela ħalli nkomplu.", "Irrid ngħid ukoll li kull min irid jitkellem dejjem tkellem f'din il-Kamra u għalhekk m'għandkomx għalfejn ma tħallux lil xulxin titkellmu.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, irrid ngħid ċar u tond li min-naħa tagħna m'huwiex veru li hemm xi ħaġa li b'xi mod tirrispinġi d-drittijiet tan-nies tal-Kottonera li jkollhom aċċess għall-mollijiet tal-Birgu u għall- baħar tal-Birgu.", "Li kien qed jipprova jgħid il-Ministru Karmenu Vella qabel ma nżamm milli jitkellem kien li llum irranġajna side letter mal- kuntratt oriġinali li bih irranġajna anke mal-consortium li qed jidħol għal dan il-kuntratt, wara li neħħejna l-klawsola riferenti għaliha, li tgħid hekk: \"The guarantee cannot withhold any reasonable access by the public to the herein before mentioned quays and public areas.\".", "Jiġifieri d-dritt ta' l-aċċess tan-nies tal-Kottonera għall-mollijiet tal- Birgu huwa assolutament garantit.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Madam Speaker, jien nerġa' nappella lill-poplu tal-Kottonera biex jiftaħ għajnejh u jagħraf eżattament min qiegħed jaħdem għalih, jekk hux l-Oppożizzjoni jew il-Gvern Laburista.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi r-riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fis-Seduta Nru. 223 tat-2 ta' Ġunju, 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Il- mozzjoni ma għaddietx.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Hawn il-qbil tal-Kamra biex din il-votazzjoni tittieħed issa stess.", "Jien qed ngħid li l-mozzjoni m'għaddietx bl-istess raġunament li l-ewwel għidt li għaddiet u ntalbet division.", "L-ewwel għidt li għaddiet u ntalbet division għaliex min-naħa tal-Gvern fiżikament kien hawn iktar Membri milli min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, anke meta jingħadd il-vot ta' l- Onor. Mintoff man-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "VOTAZZJONI NRU.", "160", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | | | |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius |Gonzi Lawrence | |Francis | | |Bonnici |Hyzler George | |Josef | | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mintoff Dom | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato |Psaila Savona Joe | |Helen | | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara |Refalo Michael | |Louis | | |Farrugia |Tabone Anton | |Jean Pierre | | |Fenech Adami|Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | |Galea Pace | | |Victor | |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Ġunju fis-6.00 p.m. b'agenda li tiġi komunikata iktar tard.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, skond il-ftehim milħuq, illum għandna l- ħin ta' l-Aġġornament u għalhekk għad baqa' nofs siegħa Aġġornament.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, fil-fatt jekk se nimxu bil-punto e virgola għad fadal daqs erba' minuti.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien naħseb li, kif għidt nhar l-Erbgħa li għaddew fin-12.30 a.m., kull darba qed nagħmlu regolament għall-ħin ta' l-Aġġornament skond is-seduta li tkun.", "Wara l-agreement li ntlaħaq bejn l- Onor. Mizzi, l-Onor.", "Gonzi u s-Sinjorija Tiegħek .....(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, nikkonferma li kien intlaħaq ftehim bejni, bejn l-Onor.", "Mizzi u s-Sinjorija Tiegħek biex iż-żewġ naħat ma jitilfux l-Aġġornament tagħhom kull meta jkollna division u allura kien ġie deċiż li n-nofs siegħa ta' l-Aġġornament tittieħed immedjatament wara li tispiċċa d-division.", "Jien smajt lill-Onor.", "Mizzi jagħmel din id- dikjarazzjoni fl-aħħar seduta ta' nhar l-Erbgħa u nikkonferma li dan kien l-arranġament li kien intlaħaq.", "MADAM SPEAKER: Nikkonferma dan l-arranġament.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, ix-xahar li għadda social worker kiteb lil diversi Membri ta' din il-Kamra sabiex jissottolinea punt importanti ħafna rigward il-persuni b'diżabilita'.", "Dan is-social worker li kien qed jirrappreżenta lill-grupp Sapport u li joffri servizz ta' ħidma soċjali ma' persuni b'diżabilita', kiteb f'isem familja partikolari, imma tkellem ukoll b'mod ġenerali u insista li f'pajjiżna għandhom jiżdiedu u jitjiebu l-opportunitajiet ta' servizzi residenzjali għall-persuni b'diżabilita' fil-komunita' u għandhom jiżdiedu servizzi ta' mistrieħ għal dawk il-familji li għandhom persuni b'diżabilita'.", "Fl-Aġġornament ta' nhar it-Tlieta, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Helen D'Amato għamlet riferenza għal din l-ittra li rċevejna u llum jien nixtieq inkompli fejn ħalliet il- kollega tiegħi u nissottolinea din il-problema f'pajjiżna.", "Fil-fatt fis-26 ta' Mejju jien għamilt żewġ mistoqsijiet parlamentari dwar dan is-suġġett lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, l-Onor.", "Edwin Grech, fejn fl-ewwel mistoqsija staqsejtu kemm-il istituzzjoni tal-gvern hawn riservat għall- persuni b'diżabilita', għal dawk il-familjari li jieħdu ħsieb persuni b'diżabilita', kif ukoll għat-tfal li għandhom ġenituri b'diżabilita'.", "Tlabt ukoll kemm hemm persuni f'kull każ u n-numru fuq il-waiting-list f'kull każ.", "Il-Ministru wieġeb li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar.", "Issa ħalli nispjega x'ridt infisser b'din il-mistoqsija.", "L-ewwelnett għandna persuni b'diżabilita' mentali jew b'diżabilita' fiżika, u dawn jistgħu jkunu tfal, adulti li jkunu għadhom żgħar fl-eta', kif ukoll persuni ta' eta' avvanzata.", "Imbagħad hemm ukoll il-familjari ta' dawn il-persuni b'diżabilita'.", "Issa jekk il-persuna b'diżabilita' tkun għadha ċkejkna fl-eta' l-familjari jinkludu l-aħwa u l-ġenituri ta' dawn it- tfal.", "Jekk, għall-kuntrarju, il-persuna b'diżabilita' tkun adulta imma tkun għadha żgħira fl-eta', x'aktarx li din il-persuna tkun żviluppat id- diżabilita' meta kibret u allura tista' tkun ġenitur hi stess, l-omm jew il-missier.", "Huwa importanti li jekk din il-persuna b'diżabilita' tkun il- missier, wieħed jara kif l-Istat jista' jgħin sabiex dik il-familja xorta tkun tista' tibqa' finanzjarjament b'saħħitha.", "Jekk il-persuna b'diżabilita' tkun l-omm, wieħed irid jara kif l-Istat jista' joffri servizzi fid-dar sabiex it-tfal ikunu jistgħu jsibu ħajt ma' xiex iserrħu.", "Ovvjament meta l-persuna b'diżabilita' tkun persuna anzjana u jkunu qed iduru biha t-tfal tagħha, il-problema tkun inqas serja minn ta' dawk il- ġenituri b'diżabilita' li jkunu għadhom żgħar fl-eta'.", "Jien qiegħed nagħmel dan l-argument għaliex jekk wieħed jara x'seħħ f'pajjiżna matul dawn l-aħħar snin isib li fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista meta twaqqfet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' daħlu ħafna mezzi li għenu lill-persuni b'diżabilita', pero' ħafna minn dawn il-mezzi huma ristretti.", "Għal dak li jirrigwarda l-użu ta' motor vehicles, persuni b'diżabilita' jistgħu jgawdu minn reserved parking, keep clear signs, blue stickers fuq il-karozzi, eżenzjoni ta' ħlas ta' liċenzji tat-triq u eżenzjoni mill-ħlas tad-dwana u sisa fuq karozzi.", "Il-persuni b'diżabilita' jingħataw ukoll għajnuniet speċjali u tinħarġilhom anke karta ta' l-identita' speċjali.", "Imma sfortunatament dan m'huwiex biżżejjed.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt f'Novembru li għadda imma li ġiet imwieġba fi Frar ta' din is-sena, jirriżulta li f'pajjiżna hawn madwar 5,141 persuna b'diżabilita'.", "Sfortunatament ħafna persuni b'diżabilita' jiġu attakkati minn mard partikolari bħalma huma infezzjonijiet fil-pulmun u infezzjonijiet li jippenetraw id-demm li ħafna drabi jirriżultaw fil- mewt ta' dawn in-nies.", "Għaldaqstant żgur li minn Frar 'l hawn minn dawn il-5,141 kien hemm min mar id-dinja l-oħra.", "Min-naħa l-oħra, m'għandix dubju li żdiedu aktar każijiet ukoll għax tajjeb li nifhmu li persuna b'diżabilita' mhux bilfors titwieled b'diżabilita', imma tista' tkun persuna normali li tkun tipprattika xi sports, tkun xi persuna impenjata u addirittura tista' tkun xi persuna li qed iddur b'ħaddieħor, u li minħabba xi marda partikolari tiżviluppa diżabilita'.", "Madam Speaker, irrid ngħid li għalkemm jingħataw diversi benefiċċji lill- persuni b'diżabilita, bħalma hija l-pensjoni għall-għomja u l-allowance għal tfal b'diżabilita', bil-flus biss ma nsolvux il-problemi ta' dawn in- nies.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn in-nies jingħataw għajnuna mill-Awtorita' tad-Djar, jingħataw ukoll is-servizzi tal-homehelp care, il-handyman service, u servizz għal min ibati mill-kondizzjoni ta' l-inkontinenza, servizzi li kollha kienu ġew introdotti minn Gvern Nazzjonalista permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani.", "Pero' wisq nibża' li qisna minn xi sentejn 'l hawn waqafna.", "Irrid inkompli ninsisti, bħalma għamel dan is-social worker li kiteb f'isem din il-familja, sabiex is-servizzi lill-persuni b'diżabilita' fil-komunita' jkomplu jitjiebu.", "Dan is-social worker kien kitbilna f'isem omm ta' persuna b'diżabilita' li għaliex ma setgħetx tkompli ddur b'binha, it-tifel, li llum huwa adult, kellu jiddaħħal fl-Isptar Monte Carmeli għal ftit żmien minkejja li dan m'għandux mard mentali.", "F'pajjiżna għandna d-Dar tal-Provvidenza li tilqa' fiha persuni b'diżabilita', imma din hija mimlija u hemm waiting-list twila ħafna ta' nies li qed jistennew biex jidħlu fiha.", "Għaldaqstant il-Gvern irid jara kif jista' joffri altrenattiva għal dawn il-persuni u s- soluzzjoni m'hijiex li tinbena xi dar kbira bħad-Dar tal-Provvidenza, iżda li jinbnew djar żgħar imxerrda ma' l-ibliet u l-irħula ta' pajjiżna ħalli min verament ma jkunx jista' jibqa' fid-dar tiegħu jkollu fejn imur.", "Huwa importanti li jiżdiedu s-servizzi fid-djar tal-persuni b'diżabilita' biex ngħinuhom fil-mobilita' tagħhom, per eżempju permezz ta' għajnuna li tingħata biex jiġi nstallat lift jew biex jiġi nstallat apparat sabiex dak li jkun ikun jista' jinħasel b'mod iktar faċli, servizzi u għajnuna pprovduti bil-ħidma tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B'diżabilita'.", "Pero' barra minn hekk għandna bżonn iktar social workers tal-gvern u nies oħra min-non-governmental organisations sabiex ikunu viċin ta' dawn in- nies meta l-familjari tagħhom ikollhom ikomplu b'ħajjithom.", "Għaliex jekk mara tiżviluppa diżabilita', ir-raġel tagħha xorta jrid ikompli jagħmel id- dmirijiet tiegħu biex jgħajjex lill-familja.", "Jekk min-naħa l-oħra mara jkollha lir-raġel tagħha li żviluppa diżabilita', din x'aktarx li jkollha toħroġ taħdem biex tagħmel tajjeb għat-tbatija finanzjarja li din id- diżabilita' ġġib magħha.", "Jekk wieħed mit-tfal jiżviluppa diżabilita', il- ġenituri se jkollhom problema dwar kif se jkomplu jagħtu l-attenzjoni tagħhom lil uliedhom l-oħra.", "Għalhekk f'każijiet bħal dawn l-għajnuna ta' social worker hija meħtieġa.", "Irrid nuri l-apprezzament tiegħi għall-fatt li l-Gvern iddeċieda li mill- 1 ta' Jannar li ġej, jingħataw mediċini b'xejn lil min ikun ibati mill- multiple sclerosis u mill-motor neuron disease, żewġ mardiet li jaffettwaw in- nervituri tal-ġisem u li issa se jiġu nklużi f'Schedule V. Huwa pass pożittiv li fl-aħħar dawn iż-żewġ mardiet, flimkien ma' l-ischaemic diseases tal-qalb qed jiżdiedu ma' din il-lista, kif sar minn żmien għal żmien fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Pero' rrid nappella lill-Ministru tas-Saħħa sabiex jara jekk pajjiżna jiflaħx iżid ma' din l-iskeda mard ieħor kroniku li jeħtieġ għajnuna finanzjarja.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-mediċini li jingħataw lil pazjenti li tkun tathom xi stroke jew lil min ikun ibati minn xi marda rari.", "Jien hawnhekk nappella biex bħalma l- gvern jagħti mediċini b'xejn lil min ikun ibati minn mard tal-glandoli li jkunu jaħdmu inqas min-normal, għandha tingħata għajnuna lil dawk li jbatu minn mard tal-glandoli li jaħdmu iktar min-normal.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sur President, iċ-ċifra dwar każijiet ta' abbuż mit-tfal li uffiċjalment ixxandret dan l-aħħar ma tistax tħallina passivi u ma narawx x'inhuma l-kawżi ta' din il-problema u x'rimedji nistgħu noffru.", "Aktarx li dawn il-figuri huma biss parti mir-realta' għax ilkoll nafu li ħafna abbużi tat-tfal jitwettqu fis-satra u min ikun vittma ta' din il- kriminalita' ma jasalx biex iressaq il-każ tiegħu quddiem il-pulizija.", "L- abbużi kontra t-tfal minn dejjem kienu u xi każi se jibqa'.", "Pero' aħna hawnhekk responsabbli mis-sitwazzjoni preżenti u għalhekk irridu naraw x'rimedji nistgħu noffru biex jekk almenu ma nsolvux il-każi kollha, jirnexxilna nnaqqsuhom.", "Jien inħoss li għada pitgħada dawn l-abbużi se jiżdiedu effett ta' xi policies negattivi li beħsiebu jintroduċi l-Gvern preżenti u hawnhekk qed nirreferi għall-mentalita' divorzista li l-Prim Ministru u xi wħud mill-kelliema min-naħa tal-Gvern qed jiżirgħu f'pajjiżna billi jiddefendu d-divorzju b'mod ġeneriku.", "Jien nittama - u se nipprova nagħmel il-parti tiegħi - li d-divorzju ma jidħolx fil-liġi Maltija, imma l- kampanja pubblika li qed issir dwar id-divorzju qed tikkaġuna ħsarat kbar kemm fit-tfal kif ukoll fiż-żgħażagħ tagħna għaliex qed tnissel fihom mentalita' kontra l-fedelta' u l-indossolubilita' taż-żwieġ.", "B'konsegwenza ta' din il-mentalita' ħafna minn dawn iż-żgħażagħ ma jibqgħux sodi fil-fehmiet tagħhom dwar il-familja u, iridu jew ma jridux, konxjament jew inkonxjament, tonqos l-istabilita' tal-familja.", "Fil-parti l-kbira tal-każi, l-abbuż kontra t-tfal jitwettaq minn membri tal-familja stess, l-aktar fejn hemm familji bi problemi jew familji mfarrkin għal kollox.", "Għalhekk jien inħoss li persuni f'ċerta pożizzjoni, bħalma huma l-Prim Ministru u xi Membri Parlamentari oħra diġa' wettqu attivita' negattiva kontra l-familja meta tkellmu favur id-divorzju.", "Jien favur il-pluraliżmu u d-demokrazija pero' nħoss li d-diskussjoni pubblika dwar id-divorzju ma kellhiex tibda b'mod immatur, speċjalment mill-Prim Ministru li he put all his weight favur id-divorzju.", "Dan l-għemil negattiv qed isir ukoll minn ċerti persuni li jokkupaw pożizzjoni fil-gvern jew fil- partit fil-gvern billi qed jesprimu ruħhom pubblikament favur id-divorzju.", "Jien nifhem li kull persuna għandha dritt għall-fehmiet personali tagħha li tista' tesprimihom ma' ħaddieħor.", "Imma li ċerti persuni responsabbli fl- amministrazzjoni tal-pajjiż jew fil-partit put all their weight favur id- divorzju naħseb li jkunu qed jgħaġġlu żżejjed.", "Għalhekk jien naqbel ma' dak li jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista li d-diskussjoni għandha tikkonċentra mhux fuq jekk aħniex favur jew kontra d-divorzju, iżda fuq kif se niffaċċjaw u nattakkaw il-problemi li qed jolqtu lill-familja.", "Ikun pedament sod kieku l-policies kollha tal-Gvern u l-edukazzjoni f'kull livell u b'mod ġenerali jkunu family oriented.", "Id-diskussjoni fuq id- divorzju trid issir b'mod għaqli u mhux kif għamel il-Prim Ministru meta fil-bidu nnomina Kummissjoni dwar il-Futur tal-Familja.", "Jien ma nixtieqx intawwal fuq dan il-punt għaliex diġa' esprimejt ruħi dwaru f'dan il- Parlament f'Aġġornament ieħor.", "Qabel nagħlaq nixtieq insellem u nuri l- apprezzament tiegħi għall-kummissjoni maħtura mill-Knisja, \"Il-Familja Maltija u d-Divorzju\" u nsellem ukoll lill-pressure groups l-oħra kollha li qed iwettqu ħidma edukattiva fuq il-ħsara li jġib id-divorzju.", "Illejla xtaqt ukoll nagħmel riferenza għal seminar li attendejt xi xahar u nofs ilu u li kien organizzat mill-call group Romol u Separati fi ħdan il- Caritas.", "Għal dan is-seminar kien hemm attendenza numeruża ħafna b'parteċipazzjoni valida u interessanti minn fost dawk preżenti.", "F'dan is- seminar bis-suġġett \"Posti fis-Soċjeta'\" saru xi proposti li nħoss li għandi nsemmi wħud minnhom f'din il-Kamra sabiex mhux biss titqajjem kuxjenza dwarhom imma possibbilment tittieħed azzjoni.", "Per eżempju, issemmiet il-ħtieġa li jiġi emendat il-mod kif tinħadem it-taxxa dovuta fil-każ tar-romol u separati li għad għandhom it-tfal dipendenti minħabba għax dawn qed ikunu intaxxati bħala persuni waħidhom.", "Saret ukoll proposta oħra biex iż-żidiet li jingħataw ir-romol għall-għoli tal-ħajja jingħataw mingħajr tnaqqis.", "Ġie deċiż ukoll li għandha ssir talba lill-awtoritajiet biex isir studju ħalli tiġi emendata l-Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali fil- każ ta' persuni separati li għad għandhom lil uliedhom joqogħdu magħhom minħabba li qed isir tnaqqis minn din l-għajnuna meta l-ulied jibdew jaħdmu.", "Waqt is-seminar sar ukoll appell biex jiżdiedu s-servizzi b'xejn lill- familji li għaddejjin minn xi problemi soċjali u ġie suġġerit li dawk il- persuni separati li qed ikollhom iħallu darhom minħabba vjolenza jingħataw akkommodazzjoni alternattiva.", "Il-liġi kif inhi llum titlob li l-armla jew l-armel, skond il-każ, iċedu l-pensjoni jekk jiddeċiedu li jibqgħu jaħdmu wara li t-tfal jagħlqu t-18-il sena.", "Sfortunatament din qed tiskoraġġixxi lit-tfal tar-romol milli jkomplu l-edukazzjoni terzjarja wara l-mewt ta' missierhom jew ta' ommhom.", "Għalhekk il-call group li jiġbor fih ir-romol u s-separati qed jitlob lill- awtoritajiet biex din il-liġi tiġi emendata.", "Sur President, saru xi proposti oħrajn, pero' l-ħin ma jippermettilix li nsemmihom kollha.", "Nagħlaq billi ngħid li ħassejt li għandi nsemmi xi wħud minn dawn il- proposti għaliex hija din il-Kamra li trid tagħti widen għalihom u tara li dawn it-talbiet jiġu aċċettati u finalment attwati.", "Jien nemmen li tibdil f'dan is-sens fil-policies u fil-liġijiet tal-pajjiż isaħħu lill-familji tagħna u jgħinu sabiex itaffu ftit mid-diffikultajiet li r-romol u s- separati jkunu għaddejjin minnhom.", "Huma miżuri bħal dawn li verament jagħmlu ġid lill-familja u mhux il-mentalita' divorzista jew il-liġi tad- divorzju kif ipproponiet il-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Familja mwaqqfa mill-Prim Ministru.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Ġunju fis-6.00 p.m. b'agenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Fl-10.02 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14067.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Minstru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14,067 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14068.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-", "Ministeru/Dipartiment Zaren Co. Ltd. - Lm 2920.71 Garden of Eden Lm 2694.87 Butterfly Garage - Lm 514.91", "NTOM", "Premier Leasing Ltd. - Lm 8327.95 Merlin Car Hire Ltd. - Lm 832.00", "Air Malta", "Meli Car Rentals Budget Rent-a-Car F'dan il-kaz, dettalji tan-nefqa mhux meqjus li jkun fl-interess tal- kumpannija li jingħataw.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14069.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-perijodu msemmi n-nefqa fuq kiri ta' karozzi kienet hekk:", "M.S.D.", "Swift Rent-a-Car - Lm29,750 Pyramid Enterprises - Lm14,284 Sterling Car Rentals - Lm10,293", "WATER SERVICES CORPORATION", "Aquarius Rent-a-Car - Lm9576.00 Pyramid Rent-a-Car - Lm2088.02 Pineapple Car Hire - Lm 147.01", "LANDS DEPARTMENT", "Pineapple Car Hire - Lm 634.20 Buvell Car Rentals - Lm 673.88", "B.I.C.C.", "Pyramid Rent-a-Car - Lm1238.74 Swift Rent-a-Car Ltd. - Lm1025.22", "WASTE MANAGEMENT", "Butterfly Garage - Lm 593.43", "PULIZIJA - KAŻI TA' OVERDOSE", "14871.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Minn Lulju, 1997 xahar b'xahar, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill- pulizija każijiet ta' overdose ta'droga?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar in-numru tal-każijiet ta' overdose ta' droga bejn l-1 ta' Lulju, 1997, u t-23 ta' Novembru, 1997, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10111.", "Għall-perijodu bejn l-24 ta' Novembru, 1997, u s-26 ta' Mejju, 1998, ninsab informat illi l-każijiet irrapportati ta' overdose ta' droga kienu kif ġej : -", "1997 Novembru 0 Dicembru 5", "1998 Jannar 8 Frar 5 Marzu 10 April 7 Mejju 6", "KONVENZJONI EWROPEA DWAR L-ABDUCTION TAT-TFAL", "14872.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5860, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-gvern milli jpoġġi l-Abbozz Nru. 170 ta' l-1996 għad- diskussjoni tal-Kamra sabiex jiġu ratifikati l-Konvenzjonijiet Kontra ċ- Child Abduction?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-diskussjoni ta` l-Abbozz ta` Liġi Nru. 170 mid-dipartimenti konċernati issa kważi tlestiet u dalwaqt tiġi skedata fil-programm ta` liġijiet li jridu jiġu diskussi fil- Parlament.", "PULIZIJA - REATI", "14873.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1.1.98, xahar b'xahar, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill- Pulizija każijiet ta' stupru; korruzzjoni ta' minorenni; u attakk vjolenti fuq il-pudur?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILL TA' L-ASSOĊJAZZJONI - KONĊESSJONIJIET", "14887.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-kontest tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni li sar f'April, jew fin- negozjati li qed isiru, Malta hijiex se titlob għal konċessjonijiet fuq l- esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta' gallettini, patata u ħut tal- akwakultura?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EUROPEAN ENERGY CHARTER", "14888.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni legali dwar l-iffirmar u r-ratifika minn Malta ta' l-European Energy Charter?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9291.", "NTOM - RAPPREŻENTANTI", "14889.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid min huma r-rappreżentanti ta' l-NTOM u ta' l-Air Malta fin-Norveġja, u jekk bħalissa m'hemmx jew wieħed jew ieħor, min kienu; min spiċċa jew spiċċaw; u x'qed jagħmel il-Gvern biex jaħtar ieħor jew oħrajn?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Air Malta, sa ftit ilu l-kumpannija kellha GSA fin-Norveġja iżda beħsiebha tiftaħ uffiċċju tagħha f'Oslo sa ftit żmien ieħor.", "Sadanittant il-manager Scandinavia fi Stockholm qed jissorvelja l-operazzjonijiet ta' l-Air Malta fin-Norveġja.", "AMBAXXATI - KONTIJIET TAT-TELEFON", "14890.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 13057 magħmula minni, fejn irrisponda li \"risposta tingħata f'xi seduta oħra\", jista' issa jirrispondi din il-mistoqsija peress li issa għaddew 'il fuq minn xahrejn minn meta ta din ir-risposta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hija proċedura normali li l-ministeru tiegħi jissorvelja u jiċċellja li l-kapijiet tad-dipartimenti u tal-missjonijiet barra minn Malta jagħmlu l-aktar użu effettiv, effikaċi u ekonomiku mir- riżorsi finanzjarji li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jgħinuhom fit-tmexxijja ta' l-uffiċċju ta' l-uffiċċji rispettivi tagħhom.", "Dawn il- kontrolli naturalment ikopri l-ispejjeż kemm tat-telefonati kif ukoll tal- faxes li jsiru.", "Huwa veru li hemm differenza fin-nefqa fit-telefonati mir- residenza tal-Kummissarju Għoli Malti fl-Ingilterra minn sena għall-oħra.", "Dan il-fatt ġie nnotat, u l-ministeru, kif huwa l-obbligu tiegħu qed jieħu ħsieb li jimmonitorja dawn it-tipi ta' spejjeż mhux biss fil-Kummissjoni Għoja ta' Malta f'Londra iżda wkoll fl-Ambaxxati u f'Uffiċċji oħra tal- ministeru.", "ENEMALTA - QLUGĦ TA' METERS", "14917.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu t-talbiet għal qlugħ ta' meters tad-dawl fil-perijodu 1/1/98 sa 22/5/98 xahar b'xahar?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Talbiet għall-qlugħ ta' meters ta' l-elettriku:", "|1998 |Ammont | |Jannar|200 | |Frar |190 | |Marzu |149 | |April | 99 | |Mejju | 56 | |Total |694 |", "Fl-istess perijodu l-korporazzjoni rċievet 1487 applikazzjoni għal servizzi ġodda u 219 applikazzjoni biex jiġi 'upgraded' s-servizz ta' l- elettriku.", "SIĠAR - ŻBIR TA' SIĠAR", "14918.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni li qed jieħu l- Ministeru, meta jiġi mitlub permess biex jinqalgħu jew jinżabru siġar mħawwla fi proprjeta' tal-privat?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li hemm siġar li huma jew protetti bil-liġi jew skedati taħt tree preservation order jew emergency conservation/tree conservation orders, kull każ jiġi ttrattat skond il-mertu tiegħu wara li ssir it-talba.", "Meta joħroġ xi permess, normalment ix-xogħol ma jsirx minn nies tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "14919.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru ħax xi passi partikolari biex jiġi assigurat li x-xogħol li fil-fatt qed isir ħdejn il-Portobello, Buġibba fil-fatt isir b'mod li ma jkollux għalfejn jinqala' jekk, u meta ikollu bżonn isir xogħol fil-livell tat-triq t'isfel, billi hemm diżlivell kbir bejn iż-żewġ toroq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-lokazzjoni u kondizzjoni tas-servizzi fl-inħawi msemmija mill-Onor.", "Interpellant ġew ikkonsidrati fl-ippjanar tax-xogħol li għaddej bħalissa.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BINI TA' SKOLA", "14920.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kien hemm xi passi li ttieħdu mill-Planning Authority dwar xogħol li kien qed isir fil-bini ta' l-iskola f'San Pawl il-Baħar?", "Dwar liema parti tax-xogħol fil-fatt ittieħdu passi kontra d-diparitment konċernat mill-Planning Authority?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma jirriżultax li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħadet xi passi kontra d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni dwar xogħlijiet li qegħdin isiru fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar.", "MELLIEĦA - CAMP SITE", "14921.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ma' min saru d- diskussjonijiet li wasslu għad-deċiżjoni li l-camp site fl-inħawi tal- Mellieħa, fil-fatt isir fil-post indikat kif ippubblikat?", "Min bagħat ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu dwar dan is-suġġett?", "X'kienet ir-reazzjoni tal-Ministeru dwar dan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-sit għal camping site li ġie mħabbar, ġie magħżul mill-Adjudication Board li kellu bħala Chairman lil Dr. Joseph Brincat u bħala membri, l-Professur Edward Mallia u lis-Sur Anthony Valvo.", "L-għażla tal-bord saret fuq rakkmandazzjoni ta' bord tekniku li fih kien hemm rappreżentanti tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Wara li saret l-għażla mill-Adjudication Board, saru diskussjonijiet fuq is-sit magħzul mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u ma rappreżentanti ta' l- Għaqda Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisiti.", "L-għażla li saret mill-Adjudication Board ġiet mogħtija lill-Cabinet Committee (mhux lill-Ministeru) li kien qed jissorvelja dan il-proċess.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - RAPPORT", "14922.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imħejji mill-Ministeru għall- Affarijiet Barranin li jirrifletti l-pożizzjoni ta' Malta fuq il- vulnerabbilita' ta' stati żgħar, ħidma li qed issir fi ħdan il- Commonwealth?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma jeżistix rapport imħejji mill-Ministeru tiegħi iżda biss kummenti li ntbagħtu lis- Segretarjat tal-Commonwealth bħala kontribut għall-preparazzjoni ta' proġett dwar l-aġġornament tal-1985 Report Vulnerability: Small States in the Global Society.", "Dawn il-kummenti huma ta' natura konfidenzjali u għalhekk ma nħossx li għandi npoġġi d-dokument bil-kummenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "I.A.E.A - RELAZZJONIJIET MA' MALTA", "14923.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'kienu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) minn Ottubru, 1979, meta sirna membri, sal-31 ta' Mejju, 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) minn mindu Malta saret membru ta' din l-aġenzija f'Ottubru 1997 huma tajbin ħafna.", "Appena ġie appuntat rappreżentant permanenti għal din l-aġenzija, bdew diskussjonijiet mad-Direttur Ġenerali u ma' Uffiċċjali Għolja ta' l-Aġenzija bl-iskop li Malta tingħata għajnuna teknika f'oqsma ta' kompetenza ta' l-istess aġenzija bħalma huma s-saħħa, l-immaniġġjar tar-riżorsi ta' l-ilma, l- agrikoltura u l-iżvilupp tar-riżorsi umani.", "Il-Gvern diġa' ħa l-opportunita' ta' din is-sħubija ġdida u għal dan il- għan l-aġenzija bagħtet Malta żewġ Uffiċjali dwar Radiation and Waste Safety.", "Matul din iż-żjara l-uffiċjali msemmija kellhom diversi laqgħat ma' rappreżentanti minn numru ta' ministeri u dipartimenti tal-Gvern kif ukoll ma' istituzzjonijiet oħra.", "Kuntatti qegħdin isiru wkoll sabiex jitnieda proġett f'Malta dwar Upgrading of the Chemical Section of the Veterinary Services Department.", "Tajjeb li ngħid li l-IAEA ikkonfermat ftit ġranet ilu l-għoti ta' fellowships lil żewġ uffiċjali Maltin f'dan is- settur.", "Hemm il-ħsieb li din il-koperazzjoni tkompli tissaħħaħ fix-xhur li ġejjin.", "REVENUE SECURITY CORPS - GUARDING DUTIES", "14967.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min se jwettaq id-doveri li kellhom ir-Revenue Security Corps li ma kenux guarding duties, eżempju spezzjonijiet fi ħwienet għal skop ta' taxxa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li d-doveri li kellhom ir-Revenue Security Corps li ma kenux guarding duties jiġu mwettqa mill-entijiet direttament responsabbli għax-xogħol konċernat.", "Iżda tajjeb wieħed jinnota li l-eżempju mogħti fil-mistoqsija mhux f'loku għax spezzjonijiet mill-membri tar-RSC fi ħwienet għal skop ta' taxxi, kienu waqfu bl-introduzzjoni tal-VAT fl-1995.", "PULIZIJA - BANK AND CASH OFFICE GUARDING DUTIES", "14968.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- pjan tal-Gvern li l-Korp tal-Pulizija sejjer ikun responsabbli for all bank and cash office guarding duties, dawn id-doveri se jiġu mwettqa mill- Pulizija bħala extra duty jew bħala parti normali mid-doveri tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li dawn id-doveri se jkunu kkonsidrati bħala extra duty.", "PERSUNI TA' NAZZJONALITA' RUSSA - VISA", "14972.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1.1.98 xahar b'xahar, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ta' nazzjonalita' Russa ngħataw visa fl-Airport stess mal-wasla tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej :", "1998 Jannar 330 Frar 304 Marzu 334 April 749 Mejju 1160", "P.A. - SISTEMA TA' L-ISTOP WATCH", "14976.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex fil-Planning Authority is-sistema ta' l- istop watch mhijiex qed tiġi applikata b'mod li l-perijodu ta' 12-il ġimgħa jibda jgħodd ma' l-ewwel, u lanqas ma jibda jopera ma' l-ewwel meta korrispondenza mitluba mill-awtorita' tiġi acknowledged?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR TAL-QROQQ - MEDICAL EQUIPMENT", "14981.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid liema tagħmir hu ppjanat li jkun mixtri bil-Lm11 miljun allokati għall-medical equipment fl-isptar f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għadha mhijiex determinata u kompletament magħrufa.", "SKEJJEL - ALFONS MARIA GALEA", "14983.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-iSkola Alfons Maria Galea se tingħalaq?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti jattendu din l-iskola, x'etajiet kellhom u x'taħriġ kienu jsegwu?", "Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-istudenti meta l-iskola tagħlaq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istudenti subien ta' l-ewwel sena tal-kors tat- Teknoloġija B, din is-sena skolastika qed jattendu l-Iskola tas-Snajja' Stefano Żerafa tan-Naxxar, fejn se jkomplu bl-istudji tagħhom is-sena d- dieħla.", "Din is-sena skolastika qed jattendu 47 student li l-eta' tagħhom tvarja bejn il-15 u s-16-il sena.", "Dawn l-istudenti lkoll qed isegwu t-tieni sena tal-kors tat-Teknoloġija B.", "L-imsemmija studenti, din is-sena se jtemmu l-kors tagħhom f'livell sekondarju.", "Is-sena d-dieħla jkunu eliġibbli biex japplikaw għal xi korsijiet ta' studju f'livell post-sekondarju skond il-kwalifiċi tagħhom.", "UNITED NATIONS COMMISSION FOR SOCIAL DEVELOPMENT", "14993.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid dwar xiex kienet tittratta s-26 sessjoni tal-United Nations Commission for Social Development li saret fi New York bejn id-9 u l-21 ta' Frar, 1998 u li għaliha attenda rappreżentant ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rappreżentant ta' Malta għamilx diskors u jekk iva, jista' jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tagħrif kollu li talab l-Onor.", "Interpellant dwar is- sehem ta' Malta fis-36 Sessjoni tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Soċjali tal- Ġnus Maqgħuda, jinsab fil-kopja tar-rapport li sar wara din il-laqgħa.", "Dan ir-rapport tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta għall-konvenjenza ta' l-Onor.", "Kollega.", "VETTURI - TESTIJIET", "14994.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14814 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tas-26 ta' Mejju (Seduta Nru. 220), jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħlas għal stħarriġ fuq vetturi biex tissaħħaħ is-sigurta' fit- toroq hux se jiddependi fuq iċ-ċilindraġġ baxx jew għoli ta' kull vettura?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-ħlas għat test tal-VRT se jkun jiddependi fuq il-piż gross tal-vettura u mhux fuq iċ-ċilindraġġ.", "KONFERENZA TAL-MINISTRI TAS-SIGURTA' SOĊJALI - DISKORS", "14995.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskors li għamel tal-Konferenza tal-Ministri tas-Sigurta' Soċjali li nżammet f'Mejju?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopja tad-diskors li għamilt fil-ftuħ tas-Seba' Konferenza tal-Ministri Ewropej Responsabbli mill-Ħarsien Soċjali tal- Kunsill ta' l-Ewropa tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "PULIZIJA - SERQ TA' DAWL", "14996.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies fuq serq ta' dawl quddiem il-qorti matul l- 1997 u kemm minnhom instabu ħatja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi tressqu l-Qorti 80 persuna u nstabu ħatja 50.", "PULIZIJA - MONTI - PERMESSI", "14997.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ġodda biex nies jarmaw fuq il-monti matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ma nħarġux permessi ġodda.", "IMPJIEGI - SPETTURI FUQ TAĦRIĠ", "14998.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikanti għal spetturi fuq taħriġ skond avviż li ħareġ fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta' Settembru, 1997?", "Kemm minnhom ġew magħżula għal kors fl-Universita' ta' Malta u kemm minn dawn ta' l-aħħar diġa' għandhom impjieg?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk s'issa minn dawk magħżula ġiex ingaġġat xi ħadd bħala trainee inspector bi ħlas?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hija kif se nispjega:", "(I) in-numru ta' persuni li applikaw biex jinħatru bħala trainee inspectors kien 19;", "(ii) minn dawn, 12 intagħżlu sabiex jibdew il-kors l-Universita' iżda, sussegwentement, il-kors kienu attwalment bdewh 10 persuni, li minnhom ħamsa diġa' kellhom impjieg;", "(iii) wara li saru l-proċeduri meħtieġa għall-ħatra ta' mpjegati fis- Servizz Pubbliku, il-ħatra bħala trainee inspectors ta' dawk li komplew il- kors fl-Universita' ġiet approvata b'seħħ mit-22 ta' Mejju, 1998.", "CENTRE FOR COMMUNICATION TECHNOLOGY - STAFF", "15014.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12336, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' lecturers, kemm fulltime u anke part-time tal-units kollha tal-Kors tal-Communcation Studies (kemm BA Gen, BA Hons., B Communications jew B Communication Hons) ġewwa l-Universita' ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom u xi kwalifiki għandhom; liema suġġetti/units qegħdin jgħallmu; x'kienet id-data tal-ħatra ta' kull wieħed minnhom; taħt liema sejħa ta' l-applikazzjoni kull wieħed minn dawn ġie mpjegat; xi kwalifiki kellu kull wieħed minnhom meta ġew impjegati; u x'suġġett jew unit bdew jgħallmu meta ġew ingaġġati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - SKRIVANI", "15015.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14654, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-proċedura li ntużat biex jiġu ngaġġati dawn l-iskrivani fuq bażi temporanja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FTEHIM KOLLETTIV", "15016.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14495, jista' l-Prim Ministru jpoġġi kopja ta' kull ftehim kollettiv fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopji tal-ftehim milħuqa tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "FTEHIM KOLLETTIV", "15017.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14496, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi kopja tal- ftehim kollettiv li sar ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u mal-Voice of the Mediterranean fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kopja tal-ftehim kollettiv iffirmat bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u r-rappreżentanti tal-ħaddiema (GWU/UHM, kif ukoll mal- UPAP), kif ukoll dak iffirmat mill-Voice of the Mediterranean ma' l-Unjoni Ħaddiema Maqgħudin tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "XGĦAJRA - SBRUFFAR TA' DRENAĠĠ", "15018.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex tittaffa l- problema ta' sbruffar ta' drenaġġ fit-toroq prinċipali tal-lokalita' tax- Xgħajra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - MEDIĊINI B'XEJN", "15019.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' persuni li huma ntitolati għal mediċini b'xejn taħt Schedule V?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown għal liema kondizzjonijiet dawn qegħin jingħataw?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' persuni li sa l-aħħar ta' April kienu ntitolatigħall-mediċini b'xejn taħt Schedule V huwa 35,934.", "Lista tal-pazjenti skond il-kondizzjoni li jbatu minnha hija din li ġejja: Marda Numru Hypertension 13,604 Congestive Heart Failure 5,066 Schizophrenia 3,880 Malignancy 1,980 Epilepsy 1,019 Peptic Ulcer 1,260 Ulcerative Colitis 354 Chronic Bronchial Asthma 4,880 Nephrotic Syndrome 6 Systemic Lupus Erythematosus 26 Diabetes Insipidus 136 Haemophilia 3 Parkinson's Disease 247 Crohn's Disease 3 Hepatic Cirhosis 40 Chronic Renal Failure 732 Enzyme Deficiency Disorder 249 Paget's Disease 46 Hypopituitarism 38 Systemic Sclerosis 9 Addison's Disease 4 Chronic Rheumatoid Arthritis 378 Coeliac Disease 178 Wilsons Disease - Polyarteritis Nodosa 1 Idiopathic Steatorrhea 2 Dermatomyositis 2 Myasthemia Gravis 15 Glaucoma 984 Psoriasis 634 Endometriosis 201 Huntington's Chorea 7", "IBĦRA TERRITORJALI MALTIN - SAJD ILLEGALMENT", "15020.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm inqabdu sajjieda jistadu llegalment fl-ibħra territorjali Maltin, kemm minn dawn instabu ħatja u ta' liema nazzjonalita' kienu bejn l-1990 u l-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "ENEMALTA - SALARJI TA' L-IMPJEGATI", "15021.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: In vista li f'April, 1998 saru xi aġġustamenti fis-salarji ta' xi impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li għalqu l-55 sena, jista' l-Ministru jikkjarifika jekk dawk l-impjegati li kienu għalqu l-55 sena u li spiċċaw wara/qabel il-ftehim kollettiv li kien ġie ffirmat bejn il-partijiet f'Ottubru, 1996 humiex se jingħataw is-salarju kif inhu ndikat f'dak il- ftehim kollettiv u voldieri l-massimu ta' kif jidher il-massimu għas-sena 1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'April 1998 saret kjarifika ta' l-Artiklu 16 paragrafu IV tal-Ftehim Kolletiv li ġie ffirmat f'Ottubru 1996, minħabba li l-kontenut tiegħu ma kienx ċar u, għalhekk, ma setax jiġi implementat kif intenzjonat.", "B'riżultat ta' hekk, dawk l-impjegati li mill-1 ta' Jannar, 1996 kienu għalqu l-55 sena u fuqhom u ssodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl- artiklu, kellhom il-paga tagħhom aġġustata u ngħataw il-massimu ta' l- iskala tagħhom tas-salarju.", "Dawn kienu jinkludu kemm dawk l-impjegati li għadhom fis-servizz kif ukoll dawk li spiċċaw mix-xogħol mid-data effettiva.", "Naturlament, minn baqa' fl-impjieg baqa' tiela' għas-salarju massimu kif jidher għall-1998.", "Dawk li spiċċaw mix-xogħol fl-1996 jew fl-1997 ingħataw il-massimu relatat għal dik is-sena.", "WSC - KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "15022.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Issa li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma se joħorġu din il- ġimgħa wara ħafna dewmien li kkawża tant inċertezza, u issa li l-kontijiet l-oħra pendenti ma jdumux ma joħorġu aktar tard din is-sena, tista' l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, għal kumplament ta' din is-sena, testendi l-perijodu ta' ġimgħatejn li fih wieħed ikollu jħallas qabel ma jiġi ntaxxat interessi ta' 6% għal tliet xhur?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kontijiet li qegħdin jinħarġu mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhumiex suġġetti għall-ħlas ta' interessi ta' 6% kif allegat mill-Onor.", "Interpellant.", "KUMPANNIJI PRIVATI/PARASTATALI - FLUS DOVUTI LILHOM", "15023.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14763, jista' l-Viċi Prim Ministru jispjegali għaliex filwaqt li ma sab xejn ħażin u ta' natura kummerċjali biex jgħid kemm tħallsu kumpanniji privati u parastatali mid-dejn dovut lil Malta mil- Libja, meta ġie biex jgħid x'inhuwa l-ammont li Malta għad għandha tieħu, l- Ministru ħass li mhux opportun li jagħti din l-informazzjoni \"minħabba n- natura kummerċjali\"?", "Jista' għallinqas jikkonferma li l-ammont ta' dejn huwa sostanzjalment aktar mill-figura ta' $32 miljun?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif diġa' indikajt fir-risposta tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 14763, id-dejn li l-Libja għandha ma' Malta huwa varjabbli.", "Il-proċess tal-ħlas fih diversi stadji ta' verifika qabel ma attwalment isir it-trasferiment bejn iż-żewġ banek ċentrali.", "Id-dejn Libjan jiġi kkonsidrat bħala effettivament dovut lil Malta appena jasal quddiem il-bank ċentrali tal-Libja.", "Nista' nikkonferma li d-dejn globali Libjan dovut lil Malta jammonta għal aktar mill-figura ta' dejn imħallas s'issa.", "MOSTA - SANTA MARGERITA", "15024.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara meta se jsiru x- xogħlijiet meħtieġa urġentement fit-toroq li jeżistu fl-inħawi ta' Santa Margerita fejn is-sitwazzjoni tat-toroq hija waħda diżastruża?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MAGĦTAB - SUBSTATION", "15025.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li s-substation ipproġettata skond il-ħtieġa fil- Magħtab issir mingħajr aktar dewmien fl-art pubblika kif indikata u mmarkata bil-kulur orange fil-pjanta, li qed tintbagħat separatament, u dan peress li d-dewmien għar-residenti u wkoll għal dawk li jrabbu l-annimali qed jitilfu wkoll l-għajxien tagħhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta diġa' ħadet passi biex takkwista biċċa art mingħand il-Joint Office ħdejn wieħed mill-postijiet indikati fil-pjanta li ġiet issottomessa mal-mistoqsija parlamentari numru 15025.", "Il-Korporazzjoni Enemalta ħadet passi wkoll biex tapplika ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinħareġ il-permess meħtieġ qabel ma jinbeda x-xogħol fuq il-post.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ TA' PENSJONANTA", "15026.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fl-1994 il-pensjonanta, li d- dokumenti tagħha qed jintbagħtu separatament, ġiet imġiegħla tirrifondi Lm2,060 mill-pensjoni li kienet ingħatat qabel?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-amministrattriċi tal-pensjonanta, li d-dokumenti tagħha ntbagħtu separatament, ġiet mitluba tirrifondi l-ammont ta' Lm2,060 mill-pensjoni li ngħatat qabel, għaliex kien irriżulta li hi naqset li tirrapporta żidiet fil-pensjoni mill-Awstralja, li l-ammont tagħhom kien jiskwalifika lill-pensjonanta milli tkompli tieħu din il-pensjoni.", "L-amministrattriċi, kif jidher mid-dokumenti provduti minnek, kienet ġiet informata kemm bid-deċiżjoni tad-Direttur kif ukoll bl-ammont imħallas żejjed.", "L-ammont imsemmi qiegħed jiġi miġbur bi ftehim magħha minn pensjoni oħra.", "SAĦĦA - REGISTERED NURSES", "15027.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-bqija tad-domanda numru 14853 li ma ġietx risposta, u ċioe' jista' l-Ministru jgħid jekk għadux isirilhom eżami lokali qabel ma jiġu mpjegati dawn ir-registered nurses barranin?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li għad hemm xi wħud minn dawn li sarilhom dan l-eżami u allura suppost li issa qed igawdu pagi u kondizzjonijiet xierqa u dawn tħallew bil-pagi ta' studenti?", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jirrispondi dawn id-domandi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M'għandix x'inżid mar-risposta tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 14853 ħlief li l-infermiera barranin li għalihom qed jirriferi l-Onor Interpellant għandhom jibdew igawdu pagi u kondizzjonijiet ta' infermiera meta jkunu mogħtija kuntratt ta' mpjieg bħala Enrolled Nurses skond il-proċeduri normali li diġa nbdew tal- Kumissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u li għadhom mhumiex finalizzati.", "SKART - KOMPOSTAĠĠ", "15028.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14854 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' billi issa waslu biex igħaddu s-sitt xhur li kellha tieħu s-sistema ta' kompostaġġ ta' l-iskart bl-Ecopod, tista' jekk jogħġbok tagħti rendikont ta' l-osservazzjonijiet li saru s'issa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AMBAXXATI BARRA MINN MALTA - ĦADDIEMA MALTIN", "15029.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna min huma dawk il-persuni li ġew ingaġġati fl-Ambaxxati barra minn Malta?", "Liema huma l-pajjiżi u min huma dawk il-persuni li ż-żmien tagħhom reġa' ġie mġedded?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - APPLIKAZZJONIJIET", "15030.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipprintjati applikazzjonijiet fil-ħarġiet ta' skemi 60, 61 u 62; kemm ġew jiswew kull waħda; kemm inbigħu f'kull ħarġa; jekk l-applikazzjonijiet ġewx stampati fl-Istamperija tal- Gvern jew jekk intalbitx biex jiġu pprintjati hemmhekk u jekk le, x'kienet ir-raġuni li l-Istamperija tal-Gvern ma laqgħetx it-talba; f'liema ġranet u ġurnali lokali, stamperiji privati ntalbu jibagħtu kwotazzjonijiet biex isir dan ix-xogħol; u min rebaħ it-tender ta' kull ħarġa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar ipprintjat:-", "Avviz Ammont Jiswew kull Mibjugha Ordnat wahda", "(58 3028) 60 3,000 Lm2.51 1,531 61 2,600 Lm1.98 2,531 62 2,500 Lm2.15 831", "L-ammont ta' kopji li l-Awtorita' tad-Djar tistampa f'kull ħarġa jirrifletti n-numru li nbigħu fil-ħarġa ta'qabel.", "L-istampatur li użat l-Awtorita' tad-Djar għal dan ix-xogħol speċjalizzat tul dawn l-aħħar tmien snin baqa l-istess.", "KARTI WŻATI - RIĊIKLAR", "15031.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tingħata lil min hu interessat - kemm Maltin kif ukoll barranin - biex jirriċikla l-karta wżata, li milli jidher tammonta għal eluf ta' tunnellati fis-sena?", "L-MDC tagħti konsiderazzjonijiet preferenzjali għal proġetti ambjentali ta' din ix-xorta?", "Intwera xi nteress għal proġetti ta' din il- kwalita'?", "Jekk iva, fiex waslu?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kumpanniji interessati fir-riċiklaġġ tal- karti, kemm Maltin u barranin, jistgħu jibbenifikaw mill-inċentivi kollha mfassla fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Dan sar billi giet emendata l- Ligi dwar l-Iżvilupp Industrijali permezz ta` l-Att XI ta` l-1997, fejn ir- riċiklaġġ ta` skart gie rikonoxxut bħala proċess industrijali fl-artiklu 3.1(b).", "Għaldaqstant, l-MDC tagħti kull għajnuna possibbli biex proġetti ta` dan it-tip, u bhalissa hemm diga' intrapriza li bl-assistenza ta` l-MDC qiegħda tagħmel dan ix-xogħol.", "Interess fi proġetti oħra f`dan il-qasam hemm, iżda l-provvedimenti dwar konfidenzjalita` fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali ma jippermettix lill- MDC tagħti informazzjoni dwar proġetti ndividwali.", "KARTI WŻATI - RIĊIKLAR", "15032.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ħidma qed issir biex tiġi rriċiklata l-karta wżata?", "Xi kemm hu l- ammont ta' skart ta' karta wżata f'pajjiżna fis-sena?", "Dan jiġi esportat?", "Hemm xi interessi Maltin jew barranin biex dan ir-riċiklaġġ isir hawn Malta?", "X'qed isir minn dan l-iskart s'issa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-policy dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart li ħarġet mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, ir-riċiklaġġ jokkupa pożizzjoni ewlenija.", "Hu stmat li f'Malta nipproduċu aktar minn 20,000 tunellata karta u kartun fis-sena.", "Il-Ministeru, permezz tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent jinkoraġġixxi li f'pajjiżna jitnaqqas l-użu bla bżonn tal-karta u li jsir ir-riċiklaġġ ta' karta użata.", "Il-karta li tkun fl-iskart tad-djar tiġi maħduma f'kompost fl-Impjant ta' Sant' Antnin.", "Teżisti wkoll kumpannija li tirriċikla l-karta fuq skala żgħira biex minnha jsir tissue paper.", "Kumpannija lokali wkoll tiġbor il- karta għall-esportazzjoni.", "Hu mifhum li kwantita' konsiderevoli ta' karta tindifen flimkien ma' skart ieħor fil-miżbla tal-Magħtab.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - ĦADDIEMA", "15033.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi xi ħaddiema tal-Works Department għamlu xi xogħol ta' security mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u sal-lum l- overtime bejn Awissu u Diċembru tas-sena l-oħra li jammonta għal madwar Lm400 kull ħaddiem għadu ma tħallasx, jista' l-Ministru jgħid meta d- dipartiment se jagħti lil ħaddiem dak li hu tiegħu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14527.", "SKEJJEL - BORMLA - XOGĦLIJIET", "15034.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kien qed isir fl-Iskola ta' Bormla waqaf ħesrem?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li kien beda jsir xi xogħol mingħajr ma kien kopert b'permess ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li safejn hu magħruf lili ma twaqqaf ebda xogħol ħesrem fi skola statali ġewwa Bormla peress li ma kienx kopert b'permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "EDUKAZZJONI - POSTIJIET TA' GĦALLIEMA", "15036.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Ministeru biex idaħħal emenda 22 fl-applikazzjoni għal postijiet ta' għalliema mad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ċioe' li dawk li jkollhom xi resit f'Settembru ma jkunux jistgħu japplikaw?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li dawn xorta jingħataw iċ-ċans wara li jkunu kkonsidrati kandidati kkwalifikati, peress illi jeżisti nuqqas ta' għalliema?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Taħt l-amministrazzjoni preċedenti kienet ġiet stabbilita l-prattika li l-għalliema li jiġu ngaġġati f'Settembru jirċievu l-ħatra tagħhom b'seħħ minn data li tkun ħames jew sitt xhur wara l-bidu tal-ingaġġ tagħhom.", "Meta investigajt ir-raġuni ta' dan id-dewmien xejn ġust irriżulta li:-", "(i) sas-sena li l-kors ta' taħriġ tal-għalliema kien taħt l-iskema student- ħaddiem u l-ingaġġ tagħhom kien garantit, il-ħatra ta' dawk li jgħaddu kienet tkun awtomatika minn Settembru tas-sena li jibdew jgħallmu fl- iskejjel.", "Fis-sistema li ddaħħlet wara, il-claim għal din il-prattika kienet waqgħet.", "(ii) l-għalliema ġodda li kienu jgħaddu mill-eżamijiet kollha f'sitting wieħed, kien ikollhom jistennew ir-riżultati tar-resits qabel ma n- nominazzjonijiet setgħu jimxu.", "Ta' min jgħid li riżultati ta' resits ta' eżamijiet akkademiċi jiġu ppubblikati għal ħabta ta' Ottubru/Novembru, waqt li riżultati ta' resits fit-teaching practice jiġu ppubblikati fl-aħħar ta' Frar tas-sena ta' wara.", "Sabiex jitħaffef il-ħruġ tal-ħatriet lil għalliema ġodda li jkunu għaddew mill-eżamijiet ta' l-aħħar f'sitting wieħed u ma jinqala l-ebda ekwivoku jew kontestazzjoni minn kandidati li jkollhom resits, is-sejħa għall- applikazzjonijiet kellha tiġi emendata kif indika l-Onor.", "Membru.", "2.", "Qed jiġi kkonsidrat li fil-bidu ta' Jannar 1999, issir sejħa oħra biex jimtlew il-vakanzi fost l-għalliema, li jkun hemm dakinhar.", "ENEMALTA - STORES - ĦADDIEMA", "15037.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14953, jista' l-Ministru jiċċara x'inhu r-rwol ta' l-istaff li jaħdmu fl-istores tal-Korporazzjoni Enemalta rigward ħruġ ta' materjal mill-istores?", "Veru li żdiedu l-idejn waqt ħinijiet mhux tas-soltu sabiex jinħarġu items?", "Inbidlet xi proċedura dwar l-overtime ta' l-impjegati f'dawn id-dipartimenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-ħruġ ta materjal mill-istores isir bi preżentazzjoni ta' demand note iffirmata minn technical officer.", "Din tingħata lill-iskrivan inkarigat u dan joħroġ il-materjal.", "Il-materjal li joħroġ jinqata' mil-ledger u jsiru spezzjonijiet biex jiġi żgurat li l- materjal fl-istores jaqbel ma' dak li juru l-ledgers.", "Isir ukoll stock taking annwali.", "Isiru spezzjonijiet wkoll mill-awdituri tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Dan l-aħħar twaqqaf l-overtime fl-istore u ddaħħlet iżjed flessibbilta' billi meta l-iskrivan li jagħmel il-ħruġ ikun nieqes minħabba leave eċċ., dan jiġi ssostitwit minn skrivan li normalment ikun fuq xogħol ieħor.", "EDUKAZZJONI - KONSULENT", "15038.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-konsulent li ismu qed jintbagħat separatament?", "Jekk il-kuntratt attwali huwa wieħed imġedded, meta kien imġedded?", "B'liema kriterji u mingħand min ġiet l-approvazzjoni finali biex l-imsemmi konsulent ġie ngaġġat bħala konsulent fid-dipartiment?", "Saret sejħa għall- applikazzjonijiet?", "Jekk iva, min applika?", "X'kienu l-kwalifiki tal- konsulent imsemmi fil-qasam tal-computers meta ġie ngaġġat?", "X'kienet l- esperjenza tiegħu fil-qasam tal-kompjuters meta ġie ngaġġat?", "X'inhuma d- dmirijiet attwali tal-konsulent imsemmi fil-Ministeru?", "Fuq liema kumitati u/jew bordijiet maħtura fil-ministeru/dipartiment ta' l-Edukazzjoni l- konsulent imsemmi kien maħtur fl-aħħar sentejn?", "Il-Ministru vverifika jekk dan il-konsulent għandux interessi f'kumpanniji fil-qasam tal-computers?", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji kollha tal-computer li fl- aħħar sentejn taw is-servizzi jew biegħu apparat tagħhom lid- dipartiment/ministeru ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - SIDIEN TA' DISKOTEKI MTELLA' L-QORTI", "15039.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu sidien ta' discos il-qorti s-sena l-oħra talli ħallew tfal taħt is-16-il sena jidħlu?", "X'weħlu dawk li ttellgħu l- qorti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kien hemm tliet persuni li ttellgħu l-Qorti.", "Tnejn ġew liberati u waħda ġiet immultata Lm20.", "MINORRENI - BEJGĦ ALKOĦOLIKU", "15040.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti akkużati li biegħu xorb alkoħoliku lil tfal taħt is-16-il sena din is-sena?", "Fejn allegatament sar ir-reat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kien hemm tliet persuni li ttellgħu l-Qorti akkużati bir-reat speċifikat mill-Onor.", "Interpellant fil- mistoqsija tiegħu.", "Dawn ir-reati saru, wieħed f'Wied il-Għajn, wieħed f'Paceville u l-ieħor il-Qawra.", "PULIZIJA - TFAL TAĦT IS-16-IL F'DISKOTEKI", "15041.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena ġewwa discos din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kien hemm 26.", "PULIZIJA - BARRANIN JGĦIXU MALTA LLEGALMENT", "15042.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm inqabdu barranin jgħixu Malta llegalment din is- sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi nqabbdu 148 persuna.", "PULIZIJA - BARRANIN DEPORTATI", "15043.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ġew deportati barranin din is-sena, għaliex u minn fejn kienu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI TALLI ĦADMU BARRANIN", "15044.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti talli ħaddmu barranin din is-sena u x'weħlu dawk illi nstabu ħatja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kien hemm 14-il persuna li ttellgħu l-Qorti akkużati bir-reat speċifikat mill-Onor.", "Interpellant fil- mistoqsija tiegħu.", "Ninsab informat ukoll li l-eżitu ta' dawn il-każijiet kien kif ġej : -", "2 wehlu Lm500 multa 9 wehlu Lm50 multa 1 wehel Art 9, Kap 152 għal sitt xhur 2 kazijiet Ghadhom pendenti", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ TA' PENSJONANTA", "15060.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, dejjem ħallas il-kontribuzzjonijiet u qed jaqbad biss pensjoni ta' Lm159?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l-pensjoni tal- persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 15,060, hija maħduma tajba.", "Jonqos biss li ssir stima mill-ġdid ta' din il-pensjoni għal din is- sena (1998).", "Ittieħdu diġa 'l passi meħtieġa biex tintalab l-informazzjoni neċessarja (salarju kurrenti) minn fejn kien jaħdem qabel.", "Kif nirċievu dan it- tagħrif, nirrevedu din il-pensjoni.", "Il-pensjonant ġie mgħarraf b'dan kollu b'ittra separata.", "QORTI - KTIEB ROBERTO MEMMO", "15061.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'riferenza għar-risposta mogħtija fit-2/6/98 għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14891, jista' l-Ministru jitlob informazzjoni iktar preċiża dwar it-tqassim tal-ktieb \"Roberto Memmo\" minn impjegat tal-Qorti lill- Imħallfin u Maġistrati billi dan ma ġiex indirizzat lill-Imħallfin u Maġistrati u importat lilhom individwalment, iżda twassal għandhom permezz ta' plain envelope bla bolla u mingħajr indikazzjoni ta' min qed jibagħtu?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux minnu li jingħad li l-envelopes in kwestjoni twasslu għand il-Membri tal-Ġudikatura permezz ta' plain envelope peress li l-envelopes kollha kellhom l-isem ta' l-Imħallef u tal-Maġistrat imniżżel fuqu.", "Informazzjoni aktar preċiża minn dik mogħtija fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14891 ma tistx tingħata peress li l-envelopes in kwestjoni tqassmu dak inhar stess li ġew il-Qorti.", "PERSUNI NEQSIN MID-DAWL", "15090.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni neqsin mid-dawl jew parzjalment neqsin mid-dawl f'pajjiżna?", "X'eta' għandhom dawn il-persuni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "PRIM MINISTRU - LAQGĦAT MA' KUMITATI LOKALI TAL-MLP", "15091.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu f'Kastilja sa llum ma' kumitati lokali tal-MLP fejn dawn l-attivisti kellhom jiġu mistiedna għal kafe'?", "Liema kienu dawn il-kumitati?", "Kemm-il persuna attendiet għal kull laqgħa?", "Liema Ministri jew Segretarji Parlamentari oħra attendew għal dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemm laqgħa waħda prospettata għall-futur qarib.", "SAN ĠILJAN - TRIQ IL-BAĦAR L-ISWED", "15092.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li residenti fi Triq il-Baħar l-Iswed, f'San Ġiljan (il-parti li tiġi viċin il- Kulleġġ tal-Libjani) u li għandhom applikazzjoni pendenti għas-servizz ta' l-ilma għadhom ma ngħatalhomx dan is-servizz?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jingħata dan is-servizz?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tipprogramma li fi żmien qasir testendi l-mejn ta' l-ilma fi Triq il-Baħar l-Iswed, San Ġiljan.", "B'hekk ir-residenti f'din it-triq tkun tista tingħatalhom l-provvista ta' l-ilma.", "PA - PJAN LOKALI", "15105.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Ġaladarba l-Awtorita' ta' l- Ippjanar xi żmien ilu kienet iddeċidiet li l-aħħar Pjan Lokali li jinbeda u jitlesta jkun dak tan-naħa t'isfel ta' Malta, liema deċiżjoni mhux magħruf kif ittieħdet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l- Ippjanar hijiex lesta li tikkonsidra li ċertu artijiet indikati bħala white areas jingħata permess fuqhom għall-iżvilupp?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL FAR - ADULT TRAINING CENTRE", "15106.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-Adult Training Centre ta' Ħal Far u xi kwalifiki għandhom għal dan ix-xogħol?", "X'tip ta' attivitajiet isiru għall-persuni b'diżabilita' li jattendu f'dan iċ-ċentru?", "Jista' l- Ministru jagħti xi tagħrif ieħor, b'mod ġenerali, fuq dan iċ-ċentru bħal ngħidu aħna kif tkun ġurnata normali f'dan iċ-ċentru u xi jsir?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' mpjegati li jaħdmu fl-Adult Training Centre ta' Ħal Far huwa 31 u dawn huma mqassma f'dawn il-gradi:", "Principal Social Worker li huwa l-aġent kap taċ-ċentru", "10 Care Workers 3 Casual Care Workers 2 Assistant Care Workes 1 Welfare Officer III 1 Senior Tradesman 1 Casual Enrolled Nurse 1 Casual Occupational Therapist 1 Assistant Foreman 1 Gardener 3 General Hand 4 Labourers 2 Cleaners (Casual Social Assistants).", "Dawn l-impjegati, minbarra l-aġent kap, m'għandhom l-ebda kwalifiki partikolari, iżda għandhom esperjenza twila fix-xogħol li huma jagħmlu mall- persuni b'diżabilita'.", "Dan l-aħħar ħarġu sejħiet għall-applikazzjoni għall- kapijiet ta' centru u Assistenti Kapijiet u mistenni li dawn jimtlew, fosthom fiċ-centru ta' Ħal Far.", "ATTIVITAJIET TA' MATUL IS-SENA", "Minbarra l-programm normali ta' matul il-jum li jinkludi xogħol vokazzjonali sempliċi, sessjonijiet terapewtiċi u eżerċizzji fiżiċi (ara t- tieni parti) norganizzaw attivitajiet varji ta' matul is-sena.", "A. Jannar - Frar.", "Il-Festi tal-Karnival - Nagħżlu grupp biex nittrenjawh u ngħallmuh żifna fuq korjografija u kostumi tal-Care Workers.", "Fil- Karnival nieħdu sehem fiż-żfin fil-Belt Valletta u f'diversi lokalitajiet differenti.", "B. Marzu - April.", "Il-Ġimgħa l-Kbira - Norganizzaw ħarġiet f'diversi knejjes biex naraw il-vari.", "Fiċ-ċentru norganizzaw xi funzjonijiet bħal quddies u s-seba' visti tas-sepulkru.", "Ċ.", "Mejju - Settembru.", "Ħarġiet kulturali f'postijiet ta' interess.", "Inżuru wkoll Shopping Centres bħala taħriġ Independant skills.", "Immorru ġranet fil- kampanja bħal Buskett.", "Permezz tal-coach taċ-ċentru stajna norganizzaw ħarġiet ta' ġranet ġewwa Għawdex.", "Dan iż-żmien nieħdu ħsieb ukoll inwaqqfu programm għall-jum l-Omm u l-Missier.", "Għal dawn l-okkażjonijiet nistiednu lill-familjari tat-trainess.", "D. Novembru -Diċembru.", "Il-Milied - Intellgħu plays u programm taż-żfin għall-familji tat-trainees taċ-ċentru.", "Norganizzaw ukoll party tal- Milied.", "Ikunu mistednin ukoll għall-parties organiżżati minn għaqdiet volontarji.", "ATTIVITAJIET TA' MATUL IL-ĠURNATA", "Wara li jaslu iċ-ċentru, kulħadd jinġabar fil-unit rispettiva tiegħu.", "Jieħdu t-te, kafe' jew ħalib frisk, u jieklu xi sandwich li jġibu magħhom.", "A. In-nisa jitgħallmu u jaħdmu xogħol bħal knitting, xogħol ta' ganċ, tapiti, ħjata, tapestry u tpinġija.", "B. L-irġiel jieħdu parti f'xi xogħol tal-ġnien, u xogħol ħafif tal- mastrudaxxa.", "Jagħmlu xogħol deflushing of rubber, tpinġija, logħob u sports.", "POWER STATION - DELIMARA", "15107.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti dettalji tan-nefqa li kienet saret fl-okkażjoni tal-kxif tal-monument nhar il-ftuħ tal-Power Station ta' Delimara u dak tat- turbini tal-gass?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll dettalji dwar l-ispejjeż li saru għal kunċert f'Tas-Sliema biex tfakkar il-wasla tad-dawl 100 sena ilu?", "Kemm kienu l-ispejjeż għas-CD's u l-mugs li nħadmu għal din l- okkażjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRGU - \"IT-TOQBA\" - ASFALTAR", "15108.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-area magħrufa bħala \"It- Toqba\", Birgu quddiem il-Klabb Regatta Birgu, tingħata kisja bit-tarmac sabiex tkun aktar komda għan-nies li jiffrekwentaw dawn in-naħat fis-sajf?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-LIĠI - LECTURERS", "15109.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-lecturers u għalliema li jagħtu t-tutorials fil-Kors tal-Liġi fl-Universita' ta' Malta li ġew impjegati matul dawn l-aħħar għaxar snin u jgħid ukoll kemm minnhom ġew impjegati mingħajr ma' saret sejħa għall-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BORMLA - BOZOZ", "15110.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fl-area fejn hemm il-Girl Guides ta' Bormla fil-Housing Estate ta' Verdala, peress li din l-area hi mudlama ħafna?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar dawl fl-inħawi msemmija qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "POLIKLINIKA TA' BORMLA - XOGĦLIJIET", "15111.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet tant mistennija fil-poliklinika ta' Bormla?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-award tat-tender saret fil-5 ta' Ġunju, 1998, u x-xogħol se jibda dalwaqt.", "BORMLA - TRIQ IL-KUNĊIZZJONI - ĦSARAT FID-DJAR", "15112.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li ssir xi ħaġa, sabiex id-djar residenzjali li hemm fi Triq il-Kunċizzjoni, Bormla ma tkomplix issirlhom ħsara (ħsara li tikkonsisti f'ilma u drenaġġ ġej u konsenturi fil-bini) u tispiċċa l-invazzjoni ta' ġrieden, li skond l-istess residenti, dan l-inkonvenjent qed ikun ikkawżat minn meta nbena blokk garaxxijiet ftit ilu fi Triq Wiġi Rosato?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għaddejt l-ilment ta'l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswijiet ta' Djar biex jinvestiġa u jagħti parir dwar x'azzjoni trid tittieħed.", "SA MAISON - RAMPA", "15115.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex ikun hemm rampa adegwata f'Sa Maison għat-tlugħ u nżul tal-vetturi minn fuq il-bastimenti tal-Gozo Channel mingħajr ma jġarrbu ħsarat?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li diġa' ttieħdu l-passi neċessarji biex ir-rampa f'Sa Maison tiġi modifikata u jkollha l-istess miżuri bħal dawk li hemm l-Imġarr Għawdex.", "Jiena nformat wkoll li bħalissa qed isiru l-pjanti neċessarji biex din tiġi mplimentata fl-iqsar żmien possibbli.", "TURIŻMU - PASSIĠĠIERI LI NĠARREW MILL-MAC", "15116.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li nġarrew mill-MAC matul is-sena 1997 - Schedule & Charter, xahar b'xahar?", "Kemm kien in-numru fl-ewwel ħames xhur ta' l-1998?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej:-", "Ġarr ta' Passiġġieri mill-Malta Air Charter", "| | |Schedule |Charter| |1997 |Jannar |1606 |959 | | |Frar |1213 |292 | | |Marzu |2194 |287 | | |April |3475 |542 | | |Mejju |5339 |712 | | |Ġunju |5138 |646 | | |Lulju |5780 |585 | | |Awissu |7600 |990 | | |Settembru|6130 |720 | | |Ottubru |5729 |1206 | | |Novembru |2127 |382 | | |Diċembru |1594 |187 |", "|1998 |Jannar |1144 |143 | | |Frar |1035 |319 | | |Marzu |2409 |871 | | |April |4080 |624 | | |Mejju |4758 |958 |", "ĦALIB - PRODUZZJONI", "15117.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-perċentwali Għawdxija mill-produzzjoni totali tal-ħalib ta' dawn il-gżejjer?", "Kemm-il miljun litru ħalib attwalment qed jiġi prodott f'Malta u kemm f'Għawdex?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-perċentwali mill-produzzjoni totali tal-ħalib li hu prodott f'Għawdex hi 24.6%.", "Attwalment (1997), f'Malta ġie prodott 32,614,876 litru ħalib u f'Għawdex 10,644,118 litru ħalib.", "GOZO CHANNEL - SERVIZZ BEJN MALTA U GĦAWDEX", "15118.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' passiġġieri u l-għadd ta' vetturi li għamlu użu mis-servizz tal-Gozo Channel fix-xahar ta' Ottubru, Novembru u Diċembru ta' l-1996?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien nformat li din l-istess mistoqsija diġa' giet mwieġba fil-mistoqsija parlamentari numru 11239.", "BDIEWA/RAĦĦALA - GRANTS", "15119.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm tħallsu ammonti ta' flus fi grants u għajnuniet oħra lill-bdiewa u raħħala Għawdxin matul l-1995, l-1996 u l-1997?", "Baqa' xi ħlasijiet li għadhom ma tħallsux u għaliex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ammonti ta' flus fi grants u ghajnuniet ohra lill- bdiewa u raħħala Għawdxin matul 1995, 1996, u 1997 kienu hekk:", "1995 Lm 11 054 1996 Lm 24 478 1997 Lm 24 056", "Għad baqa xi ħlasijiet li għadhom ma ngħatawx.", "Dan peress li l- applikanti jkunu naqsu li jippreżentaw dokumenti u/jew dettalji oħra meħtieġa.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA", "15120.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk il-Management and Personnel Office huwiex se jgħodd is-servizz li l-ħaddiema tal-Gvern qegħdin jagħmlu mal-Maltapost plc għall-finijiet ta' promozzjoni u progression minn grad għal ieħor, lil dawk il-ħaddiema li jiddeċiedu li jirritornaw lura mas-Servizz Pubbliku?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat illi, għal dawk il-ħaddiema li jirritornaw lura mas-Servizz Pubbliku fiż-żmien miftiehem, it-tweġiba hija fl-affermattiv.", "KUMMISSJONI GĦALL-AVVANZ TAL-MARA - RAPPORT", "15124.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-rapport ta' ħidma 1997 tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara (KAM), sezzjoni 3.3.3 li tittratta dwar il-Kummissjoni għall-Futur tal-Familja, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proposti mressqa mill-KAM lill- Kummissjoni għall-Futur tal-Familja, kienx hemm qbil unanimu dwarhom fost il-membri kollha tal-KAM?", "Jekk le, fuq liema proposti ma kiex hemm qbil unanimu u jekk ittieħed vot, x'kien ir-riżultat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nformat li fil-laqgħa tal-Kummissjoni għall- Avvanz tal-Mara tal-15 ta' Diċembru, 1997, fejn kienet diskussa l- kwestjoni li qed tqajjem l-Onor.", "Membru, l-uniku punt li ma kienx intlaħaq qbil unanimu fuqu kien dak fejn kien ġie ssuġġerit li jingħata rimedju tad-divorzju biex persuni separati jkollhom il-possibilita li jerġgħu jiżżewwġu.", "Ħames membri kienu favur, tlieta kienu kontra u wieħed kien assenti.", "REĠISTRU PUBBLIKU - SENIOR PRINCIPAL", "15125.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex veru li Senior Principal fir- Reġistru Pubbliku juża l-karozza uffiċjali tal-kiri għall-użu personali tiegħu nkluż is-Sibt u l-Ħadd, meta fil-fatt il-messaġġiera li jmorru l- Posta jużaw il-karozza ta' dipartiment ieħor?", "Huwa l-każ li qiegħed isir xi abbuż?", "Fil-każ li din il-karozza m'hemmx bżonnha, jaqbel il-Ministru li d-dipartiment jiffranka ħafna flus jekk din titneħħa?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Huma assolutament infondati u bla bażi l- allegazzjonijiet ta` l-Onor.", "Interpellant, għaliex l-imsemmija karozza qatt ma ntużat għal qadi privat ta` xi uffiċċjal, la tas-Senior Principal u lanqas ta` l-ebda uffiċjal ieħor.", "Il-karozza uffiċjali tal-kiri tintuża biss fil-ġranet u fil-ħinijiet tax-xogħol.", "Dwar messaġġiera li jmorru bil- posta dawn jużaw din il-karozza tal-kiri tad-dipartiment u propju biex jiġu ffrankati spejjeż lill-Gvern hemm ftehim ma` dipartiment ieħor (li jiġi quddiem ir-Reġistru Pubbliku) biex imorru alternattivament bil-karozzi rispettivi taż-żewġ dipartimenti.", "Barra milli tintuża għall-posta, din tintuża ukoll bħal kull vettura tal-Gvern biex taqdi id-diversi bżonnijiet tad-dipartiment u għalhekk ma jqumx l-ebda dubju tal-bżonn tagħha.", "DIPARTIMENT TAL-GVERN - ĦADDIEMA", "15126.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm ħaddiema f'dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex li abbużaw mis-sick leave minn mindu dan l-istess sick leave beda jkun ivverifikat minn Ottubru 1997?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kienu dawn il-ħaddiema?", "X'tip ta' passi dixxiplinari ttieħdu kontrihom u x'kastig ingħatalhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR ĠENERALI - CASUALTY", "15127.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm sewa flus lill-Gvern ir-refurbishment tal-Casualty ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' l-items kollha nvoluti f'dan ix-xogħol?", "Mil-liema voti kapitali u/jew rikorrenti se jitħallsu jew diġa' tħallsu dawn l- ammonti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni qed tingabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "TA' XBIEX - FTUĦ TA' ĦWIENET", "W1,619.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-ħafna ħwienet magħluqin f'Ta' Xbiex jerġgħu jinfetħu,. forsi anke b'inċentiv da parti tal- gvern a benefiċċju tal-komunita' residenzjali/kummerċjali ta' Ta' Xbiex?", "(Eżempju F1/F2 Housing Estate, Ta' Xbiex)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Interpellant ġentilment mitlub jirriferi l- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - KONTIJIET TAD-DAWL", "W1,626.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, tibda tirċievi l-kont tad-dawl bir-rati normali billi l-indirizz imsemmi m'għadux ħanut u l-permess tneħħa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-każ qiegħed jiġi nvestigat biex tittieħed azzjoni kif meħtieġ.", "MSIDA: TRIQ L-GĦERIEBEL - WIRE TAD-DAWL", "W1,627.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-wire tad-dawl li hemm għaddej minn ġo gallarija li qegħda fi Triq ta' l-Għeriebel, fl-Imsida Romano flats titneħħa minn hemm u titwaħħal bozza ġo dik it-triq?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minn investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li fi Triq GĦeriebel hemm xi wire tad-dawl li għandu għalfejn jitneħħa.", "It-talba għall-bozza qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ŻEJTUN: TRIQ SERAFIN XUEREB - DAWL", "W1,630.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bozza li ilha tiġi rrapportata xi ftit taż-żmien, anke mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li tinsab fi Triq Serafin Xuereb?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 14670", "TWAQQIF TA' KORPORAZZJONI GĦAT-TRASPORT", "W1,638.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonsidra s-suġġeriment li għamilt jien fil- Parlament biex titwaqqaf Korporazzjoni għat-Trasport li fi ħdanha jkollha kull forma ta' trasport f'Malta, kemm dak imsejjaħ pubbliku u kemm dak li mhux?", "Jikkonsidra li d-Dipartiment tal-Liċenzji jkun jaqa' fi ħdan il- korporazzjoni biex tiġi ffinanzjata mill-flus li ddaħħal mil-liċenzji?", "Billi llum hawn ċertu tixrid fis-sens li liċenzji tal-karozzi jgħaddu mid- Dipartiment tal-Liċenzji, liċenzji tal-garaxxijiet jitħallsu għand il- pulizija eċċ u billi anke fl-infurzar tal-liġijiet m'hemmx entita' waħda responsabbli, jista' l-Ministru jistudja sewwa s-suġġeriment li qed nagħmillu biex it-trasport bl-ajru, bil-baħar u bl-art ikun taħt organizzazzjoni waħda li tkun awtonoma iżda taħdem fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-suġġeriment tiegħu se jiġi kkonsidrat.", "RAPPORT DWAR ID-DIVORZJU", "W1,643.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex mar-Rapport tal-Kummissjoni kkummissjonat mill-Gvern dwar id-Divorzju nsibu nieqsa lista ta' l- attendenza tal-membri; il-ħames annessi; it-terms of reference; statistika; u leġislazzjoni f'pajjiżi ta' l-Ewropa filwaqt li hemm riferenza kontinwa għalihom?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat."]} {"filename": "19970527_072d_par.doc", "date": "1997-05-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 72 It-Tlieta, 27 ta' Mejju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 72", "It-Tlieta, 27 ta' Mejju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "72", "It-Tlieta, 27 ta' Mejju, 1997", "WERREJ MINUTI 733", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 733", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 742", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 743", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA", "MALTA FREEPORTS (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 744", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA", "CUSTOMS AND EXCISE TAX BILL (KUMITAT U TIELET QARI) 744", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-CONDOMINIA", "CONDOMINIUM BILL (IT-TIENI QARI) 874", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA", "CUSTOMS AND EXCISE TAX BILL (KUMITAT U TIELET QARI- VOTAZZJONIJIET) 885", "AĠĠORNAMENT 891", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 892", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 903", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 71 li saret fis-26 ta' Mejju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "P.A. - FILE 3450/93", "5572.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Maria Camilleri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tat permess lil sid id-dar f'Nicholas Street, Mdina - kantuniera ma' Holy Cross Street - sabiex jagħmel bdil strutturali fil-faċċata tad-dar tiegħu meta l- Kumitat ta' l-Antikitajiet ma tax permess li jsir l-istess tibdil fil- faċċata tad-dar li taħbat sewwa sew quddiem id-dar imsemmija hawn fuq?", "Jista' jara li l-permess li ħareġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-1993 ġiex imġedded jew ix-xogħol qiegħedx isir bis-saħħa tal-permess li ħareġ fis-sena msemmija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Ma jirriżultax li riċentement ġew rifjutati xi talbiet biex isiru xi alterazzjonijiet mal-faċċati ta' xi djar li jinsabu quddiem id-dar in kwestjoni.", "Anzi mir-riċerki li saru jirriżulta li kienu ħarġu żewġ permessi differenti fit-28 ta' Lulju, 1989 u fit-13 ta' Ottubru, 1989 għal żewġt idjar separati li jinsabu faċċata ta' din id-dar.", "Fiż-żewġ okkażjonijiet kien ġie mitlub il-kunsens tal-Kumitat ta' l-Antikitajiet.", "Rigward dan is-sit, il-permess PA 3430/93 ġie maħruġ mill-Kummissjoni ta' Kontroll ta' Żvilupp fit-23 ta' Jannar, 1995 wara li l-każ ġie approvat mill-Heritage Advisory Committee li wara xi konsultazzjonijiet approva l- proġett.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jrid jingħad li x-xogħol għadu qed isir bis-saħħa ta' l-imsemmi permess.", "Dan il-permess jorbot biss lis-sid biż-żmien li kellu jinbeda x-xogħol pero' ma jispeċifikax it-tul tal- validita' tiegħu.", "Għaldaqstant is-sid m'huwiex marbut li jġedded il-permess peress li ma hemmx stipulat data ta' skadenza.", "ENEMALTA - STREET LIGHTING", "5638.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm sar street lighting ġdid f'dawn l-aħħar sitt xhur f'Malta u Għawdex?", "F'liema belt jew raħal ġew stallati?", "Kemm hija d-domanda għal-lampi ġodda minn kull kunsill lokali f'Malta u f'Għawdex?", "X'inhi l-policy ta' Enemalta jekk kunsill lokali jkun irid jagħmel lampi ġodda fil-lokalita' tiegħu?", "X'inhi l-policy ta' l-Enemalta jekk kunsill lokali jkun irid jagħmel dawl ġdid ta' bozoz jew reflectors: (i) fi ġnien pubbliku; (ii) fi ground ta' l- isports; (iii) fi playing field; (iv) għal xi monument; u (v) fi knisja parrokkjali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): It-tagħrif mitlub qiegħed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien mal-policies li dwarhom intalab tagħrif.", "MOSTA - TRIQ TA' XKORA - KWALITA' TA' ILMA", "5698.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex illum fi Triq ta' Xkora, fil-Mosta, fejn qiegħed isir xogħol ta' drenaġġ minn meta beda x-xogħol imsemmi l-ilma fid-djar ta' dawn it-toroq qiegħed ikun mimli sadid u dan meta qatt ma nbidlu kanen ta' l-ilma?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il-każ minkejja li ma kenux waslu lmenti tan-natura kif riflessa fil-mistoqsija.", "Diversi konsumaturi ġew mistoqsija minn uffiċjali tal-korporazzjoni dwar il- kwalita' ta' l-ilma fil-provvista tad-djar tagħhom.", "Dawn il-konsumaturi kkonfermaw li qatt ma kellhom ilment fuq ilma bis-sadid.", "F'każ li l-Onor.", "Interpellant għandu xi każijiet bid-dettalji tal-konsumaturi dawn jiġu investigati individwalment.", "BUĠIBBA - BDIL TA' MAINS TA' ILMA", "5742.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq fejn qiegħed isir l-proġett ta' Buġibba sar xogħol ta' bdil ta' mains ta' l-ilma?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Matul il-Proġett ta' Buġibba l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet bdil ta' mains fi Triq il-Pijunieri, Triq il-Qawra, Triq in-Nawċiera u Triq ir-Rizzi.", "Sar ukoll xogħol ta' devjazzjoni fi Triq Anetto Caruana u fil-bidu ta' Triq il-Pijunieri.", "PBS - PROGRAMMI", "5842.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fit-18 ta' Marzu, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 4056, li fiha qal li l-iskeda tal-programmi tal-PBS kienet għadha sa dakinhar ma ġietx iffinalizzata, issa li għadda ħafna żmien minn meta ngħatat dik it- tweġiba, jista' l-Ministru jgħid jekk fl-iskeda preżenti u f'dik li jmiss tal-PBS hemmx inklużi programmi prodotti mill-Media Education and Broadcasting Centre?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma l- programmi u min ħa, jew qed jieħu, ħsieb il-produzzjoni tagħhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): It-tliet programmi edukattivi li jidhru fl-iskeda kurrenti tal-PBS jinkludu:-", "i).", "\"Versi Ħajja\" fuq poeti fis-sillabu ta' studju tal-livell tas-sitt sena sekondarja; ii).", "\"1,2,3...", "Tlaqna!\" attivitajiet teatrali mużikali mill-iskejjel f'Jum il-Premjazzjoni; iii).", "\"Għanjiet il-Ħallieq\" is-salmi bi spjega prattika moderna.", "Bħas-soltu dawn il-programmi jieħu ħsiebhom u jipproduċihom l-MEBC tad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - SAFAR", "5151.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997?", "X'kien l-iskop ta' kull safra?", "Minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra?", "Kemm intnefqu flus għal kull safra?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - SAFAR", "5152.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997?", "X'kien l- iskop ta' kull safra?", "Minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra?", "Kemm intnefqu flus għal kull safra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Qed nagħti l-informazzjoni mitluba :-", "|DELEGAZZJONI |SKOP |INTEFQU| |TEDDY |Euro Chrie |LM 675 | |CAMILLERI |Conference | | |EDWARD ZARB |I.C.C.A. |LM 1470| |MIZZI | | | |MINISTER |LONDON WTM |LM 781 | | |FAIR | | |JAMES RIZZO |TOURISM |LM 298 | | |INFRAST- | | | |RUCTURE | | |EDWARD ZARB |CONFEX |LM 440 | |MIZZI | | | |MINISTER/PERS|I.T.B. FAIR|LM 978 | |.", "SECRETARY | | | |MINISTER |MITT FAIR |LM 1056| |MINISTER/PERS|NTO PARIS |LM 1946| |. | | | |SECRETARY/CH.| | | |EXECUTIVE | | | |MINISTER |LIBYA |LM 449 |", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - SAFAR", "5153.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997?", "X'kien l-iskop ta' kull safra?", "Minn min kienet komposta d- delegazzjoni għal kull safra?", "Kemm intnefqu flus għal kull safra?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Lista kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU TAD-DJAR - SAFAR", "5154.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997?", "X'kien l- iskop ta' kull safra?", "Minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra?", "Kemm intnefqu flus għal kull safra?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Ma siefret l-ebda delegazzjoni bejn id-dati msemmija.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - SAFAR", "5155.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997?", "X'kien l- iskop ta' kull safra?", "Minn min kienet komposta id-delegazzjoni għal kull safra?", "Kemm intnefaq għal kull safra?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd):", "|Delegazzjoni |Ufficjali/D|Ammont| | |elegati | | |EPPO/MPU |Ms |652.79| |Conference on |Christine | | |Almond |Tanti | | |Protection, | | | |Spain | | | |General |Prof. |395.39| |Fisheries |Carmelo | | |Council for |Agius | | |the | | | |Mediterranean,| | | |Cyprus | | | |Diplomatic |Mr. Joseph |1,431.| |Mediterranean |Galea |68 | |Fisheries |Prof. | | |Conference, |Carmelo | | |Italy |Agius | | | |Dr. F. | | | |Montanaro | | |FAO World Food|Hon.Noel |680.72| |Summit, Italy |Farrugia | | | |Mr George | | | |Carbone | | |81 st Session |Mr |406.10| |of the |F.Sarracino| | |European |Inglott | | |Commission on | | | |Agriculture,Hu| | | |ngary | | | |Auditing of | | | |Acconts of the| | | |European | | | |Associaton of | | | |State Lottery | | | |and Lotto, | | | |Switzerland |Mr. E. |150.32| | |Gauci Borda| | |FAO EUFMD 32nd|Dr.C.L. |418.00| |Session, Italy|Vella |* | |4 th Italian |Mr |472.85| |Protocol of |F.Sarracino|* | |Technical |Inglott | | |Assistance, | | | |Italy | | | |Export of |Mr. Paul |394.73| |Local Patatoes|Azzopardi |* | |- 1997, | | | |Holland | | | |EU Fisheries |Prof. |643.25| |Management |Carmelo |* | |Meeting, |Agius | | |France |Mr.Joseph | | | |Galea | | | |Dr F. | | | |Montanaro | | | |Mifsud | | |Libyan |Mr. Joseph |286.98| |TechnicalCommi|Borg |* | |ssion, Libya. | | | |Ministerial |Hon.", "Noel |241.79| |Delegation to |Farrugia |* | |Holland |Mr George | | | |Carbone | | |Seminar on |Mr.Alexande|386.62| |Genetics and |r Meilak |* | |Breeding of | | | |Mediterranean | | | |Acquaculture | | | |Species, Spain| | |", "*Dawn id-delegazzjonijiet saru kollha f' April għalhekk l-ammonti jistgħu ivarjaw xi ftit meta l-ufficjali jagħtu ir-rendikont tagħhom.", "MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - SAFAR", "5156.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997?", "X'kien l-iskop ta' kull safra?", "Minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra?", "Kemm intnefqu flus għal kull safra?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Fil-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' April 1997 kien hemm tmienja u tletin (38) delegazzjoni tal-Korporazzjoni Telemalta li jinkludu fihom delegazzjonijiet li jirrelataw għal taħriġ barra minn Malta.", "Dawn b'kollox ġew jiswew Lm41,727.93.", "Ma nħossx li din l-informazzjoni għandha tingħata bid-dettall ta' kull safra individwali għax hija ta' natura kummerċjali u konfidenzjali.", "Madanakollu jien lest li ngħaddi din l-informazzjoni lill-Onor.", "Interpellant b'mod konfidenzjali.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TIPJIP FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "5646.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex irażżan jew jelimina t- tipjip fost tfal u żgħażagħ?", "Hemm xi studju dwar smoking habits fost l-istudenti li l-ministeru jaf bih u qed jaħdem fuqu?", "Jekk m'hemmx dan it-tip ta' studju, jaħseb il-Ministru li jkun utli li jsir ħalli jkollna stampa ċara ta' x'jaħsbu u x'jagħmlu ż-żgħażagħ dwar it- tipjip?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-promozzjoni tas-saħħa fir-rigward tat-tipjip hija pprattikata fl-iskejjel statali mill-għalliema fil-livell primarju u mill- għalliema ta' diversi suġġetti fil-livelli l-oħra, b'mod partikolari dawk tal-personal and social education, ta' l-edukazzjoni ċivika, guidance teachers u oħrajn.", "Isiru attivitajiet bħal kompetizzjonijiet ta' posters u slogans kontra t- tipjip.", "Id-dipartiment jittratta l-perikli tat-tipjip bħala parti mill- edukazzjoni għal saħħa aħjar f'kull livell.", "Fiċ-Ċentri ta' Martin Luther King u Savio College l-istaff tal-Guidance and Counselling Section, bil-kollaborazzjoni ta' l-Education Medical Service, l-istudenti kollha ta' Form IV ikomplu jiġu edukati dwar il-ħsara tat-tipjip.", "Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa tad-Diviżjoni tas-Saħħa jesegwixxi taħdidiet dwar it-tipjip għat-tfal ta' l-iskejjel sekondarji.", "Sar studju dwar smoking habits fost l-istudenti ta' bejn l-14 u s-16-il sena mill-Guidance and Counselling Section fis-sena 1993.", "Dan is-survey kien jinvolvi 2,810 student.", "Għadu kemm sar survey ieħor fil-Junior College fost 500 student ta' l- istess kulleġġ dwar is-smoking habits tagħhom.", "Dan is-survey għadu qed jiġi analizzat.", "REMEDIAL EDUCATION - EARLY LITERACY PROGRAMME", "5647.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-early literacy programme, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwal ir-remedial education biex jieħu wkoll il-klassijiet wara t-Tieni Klassi?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Billi qegħdin fil-fażi evalwattiva ma nistgħux ngħidu għalissa jekk ir-remedial education b'xi mod hux sejjer jiġi estiż għal klassijiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "INFOLINE", "5648.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Skond l-INFOLINE (Ħarġa Nru. 24 li hi pubblikazzjoni ta' l-MLP) intqal li madwar 26% tat-tfal Maltin isibu problemi ta' qari bil-Malti.", "Skond din l-istess pubblikazzjoni il-kawżi ta' dawn il-problemi jinkludu inadequate instruction of student teachers.", "Jaqbel il-Ministru ma' din l-asserzjoni?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex?", "Hemm xi riċerka li tissostanzja dak li hemm fl-INFOLINE?", "Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din ir-riċerka?", "X'passi qed jieħu l-Ministru biex titjieb din l-istruzzjoni lil għalliema studenti?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INFOLINE", "5649.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fil-pubblikazzjoni tal- Partit Laburista INFOLINE ħarġa Nru. 24 intqal li twaqqaf kumitat ministerjali fil-qasam ta' l-early literacy biex jikkordina l-programm li kien inbeda mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Għaliex kumitat ministerjali u mhux kumitat dipartimentali?", "Min huma l-membri ta' dan il-kumitat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx minnhom li se jitħallas speċifikament għal dan ix-xogħol u jekk iva, kemm?", "Dawn jirrappreżentaw lil xi għaqda partikolari jew ġew magħżula mill- Ministru fuq bażi individwali?", "Meta hu maħsub li dan il-kumitat jippreżenta r-rapport tiegħu?", "Il-Ministru se jippubblikah dan ir-rapport?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - PEDAGOGY COURSE", "5650.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jattendu studenti fil-pedagogy course li nbeda mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni bħala riżultat tal-ftehim mal-unions ta' l-għalliema f'Ottubru li għadda?", "Kemm minnhom huma residenti Malta u kemm f'Għawdex?", "Kemm minnhom jgħallmu fis-settur primarju, fis-settur sekondarju, fis- settur tas-snajja', fis-settur post-sekondarju, u fis-settur privat u tal- knisja?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi:", "1.", "Studenti fil-Padagogy Course for Part-Time and Casual Instructors (Mejju 1997) - 282", "2.", "Studenti residenti Għawdex - 41 Studenti residenti Malta - 241", "3.", "Studenti mis-Settur Primarju - 136 Studenti mis-Settur Sekondarju - 98 Studenti mis-Settur tal-Iskejjel tas-Snajja' - 25 Studenti mis-Settur Post Sekondarju - 4 Studenti mis-Settur tal-Knisja - 19", "ESTS - RIFORMA", "5651.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jkompli bir-riforma fl-ESTS li kienet qet titwettaq mill- amministrazzjoni preċedenti u li f'din is-sena skolastika kienet se tkun estiża għall-istudenti kollha fit-technology option classes?", "Jista' l- Ministru jagħti dan it-tagħrif għallinqas qabel ma dawn l-istudenti jersqu għall-eżami finali ħalli jkunu jistgħu jitħejjew tajjeb għal din l-għażla?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-Gvern beħsiebu jkompli fuq l-istess pjan, bir-riforma fl- ESTS.", "L-Avviż Legali mistenni li jkun ippubblikat f'dawn il-ġimgħat li ġejjin.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk it-TAS u l-ESTS humiex se jibqgħu separati jew jekk humiex se jiġu magħqudin flimkien b'xi mod fil-ġejjieni qarib?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien naħseb li jekk l-Onor.", "Joe Cassar jistenna daqsxejn sakemm joħroġ l-avviż legali jkun jaf eżatt x'se jiġri.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Minbarra l-ESTS jien semmejt ukoll it-TAS.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma l-mistoqsija oriġinali ma kenitx titkellem dwar it- TAS u allura jista' jkun li l-mistoqsija m'hijiex in order.", "(Interruzzjonijiet)", "MTARFA - PROVVISTA TA' ILMA", "5702.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex partijiet mill-Imtarfa, b'mod partikolari l-cluster houses, qed ikollhom pressa verament baxxa ta' ilma u għall-ħin twil fil-fatt l-ilma lanqas biss jitla' fit-tankijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tikkordina mad-diriġenti tal-proġett ta' l-Imtarfa sabiex jitħaffru trinek jew kostruzzjoni ta' open ducts fi Triq il-Maqdes Ruman u b'hekk il- korporazzjoni tkun tista' tistalla main ġdid fil-parti tal-cluster house fejn hemm pressa baxxa.", "Bħalissa l-main eżistenti huwa qadim u mblukkat u jeħtieġ li jinbidel.", "Kultant din il-problema taggrava meta l-booster pump li tittrasferixxi l- provvista ta' l-ilma mill-ġibjun tal-Fiddien fir-Rabat lejn dan il-qasam residenzjali tkun mitfija minħabba li ma titħaddimx kontinwament.", "AJRUPLANI MILITARI", "5703.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5298 u speċifikament fil-parti tar-risposta li titkellem dwar 32 ajruplan militari li niżlu f'Malta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar mil-liema pajjiżi kienu dawn l-ajruplani u x'kien l-iskop taż-żjara tagħhom f'Malta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): L- approvazzjoni u l-iskop li għaliha ajruplani militari jinżlu Malta hija materja li taqa' taħt il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.", "L-Onor.", "Interpellant huwa għalhekk mitlub li jgħaddi d-domanda lill-ministru konċernat.", "MĠARR - ROMAN BATHS - XOGĦLIJIET", "5704.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5289, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul il-ġimgħat li għaddew sarx xi xogħol fis-sit indikat mingħajr ma fil-fatt kien hemm nies professjonisti fuq il-post?", "Jista' l-Ministru jassigura li fil-post indikat, jekk isir xogħol, fil- fatt dan ix-xogħol isir b'nies professjonali preżenti?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul il-ġimgħat li għaddew ma sar l-ebda xogħol ġewwa r-reċint tas-sit fejn hemm il-fdalijiet ta' thermae Rumani fil-limiti ta' l-Imġarr.", "L-informazzjoni li setgħet waslet lill-Onor.", "Interpellant tista' tkun ibbażata fuq xi xogħol li sar matul it-triq li tagħti aċċess għal dan is- sit.", "Dan twettaq minn soċjeta' volontarja bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr.", "Ix-xogħol li twettaq jikkonsisti fir-rikostruzzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ li hemm mal-ġnub tat-triq -kienu mġarrfa mill- vandaliżmu u mill-elementi - kif ukoll fit-tħawwil ta' ftit siġar awtoktoni.", "Dan ix-xogħol twettaq wara laqgħa li kellu fuq il-post wieħed mill-arkeoloġi mill-Mużew ta' l-Arkeoloġija mas-sindku tal-lokalita'.", "Jien informat li x-xogħol li sar kien ta' livell għoli u eżemplari.", "Jien nemmen li inizjattivi ta' dan it-tip għandhom jiġu inkoraġġiti u żviluppati, dejjem taħt superviżjoni mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, kif sar f'dan il-każ.", "IMPJIEGI - REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "5705.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawk li nqatgħu mir-reġistru tax- xogħol matul ix-xahar ta' Marzu, 1997 fil-fatt inqatgħux mir-reġistru għaliex marru jaħdmu jew għal xi raġuni oħra?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Matul ix-xahar ta' Marzu 1997 kien hemm 495 persuna li waqfu jirreġistraw minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru.", "Minn dawn kien hemm 91 li nqatgħu mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għal raġunijiet varji.", "404 persuni waqfu minn jeddhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna x'jiġifieri \"404 persuni waqfu minn jeddhom\"?", "Jiġifieri sabu xogħol jew ma sabux?", "Saret investigazzjoni fuqhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Aħna l-investigazzjoni nagħmluha meta jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol u mhux meta jitilqu mix-xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi lill-Ministru x'kienu r- \"raġunijiet varji\" li semma fir-risposta tiegħu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Hawnhekk m'għandix noti pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub nkun nista' nagħtih l- informazzjoni li qed jitlob.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien se naqra d-domanda oriġinali li għamilt jien lill-Ministru u li hu ma tax risposta għaliha.", "Fid-domanda tiegħi jien għamilt riferenza għal mistoqsija parlamentari oħra u staqsejtu jekk fil-fatt dawk li nqatgħu minn jeddhom inqatgħux għaliex marru jaħdmu jew inkella għal xi raġuni oħra.", "Id-domanda diġa' saret bil-miktub u għalhekk nistenna risposta issa.", "F'mistoqsija parlamentari oħra l-Ministru kien qal li madwar 404 inqatgħu minn jeddhom mir-reġistrazzjoni u f'din id- domanda jien staqsejt jekk dawn in-nies inqatgħux mil-lista minn jeddhom għaliex marru jaħdmu jew inkella għaliex ħadu l-pensjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, m'għandix risposta għal din.", "Jien naf li dawn inqatgħu minn jeddhom, jiġifieri jew sabu xogħol, jew kienu qed jirreġistraw u jaħdmu u fl-aħħar iddeċidew li jinqatgħu mir-reġistru ...", "(Interruzzjonijiet) Mhux jaqtgħu qalbhom; kienu qed jaħdmu u jirreġistraw u issa sabu li ma jistgħux jibqgħu jagħmlu hekk iktar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma jidhirlux il-Ministru li għal domanda daqshekk qasira u speċifika kellu jagħti risposta speċifika?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, ir-risposta li nista' nagħti hija li f'Marzu 1997 kien hemm 495 persuna li waqfu jirreġistraw minn fuq l- ewwel parti tar-reġistru u minnhom 91 inqatgħu mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, ġeneralment għaliex inqabdu jaħdmu.", "Imbagħad hemm oħrajn li minn jeddhom ma komplewx jirreġistraw għar-raġunijiet li jafuhom huma stess.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Imma jien naħseb li l-ETC tista' - jekk ma għamlithiex għax-xahar ta' Marzu tista' tagħmilha għax-xahar ta' April - tkun taf dawn l-404 persuni llum humiex jaħdmu u x'ġara minnhom.", "Jekk l-ETC se tibqa' tagħmel l-istatistika hi - għadna ma nafux - żgur li għandha l-istatistika ta' April meta diġa' qegħdin f'Mejju.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Il-kumment li għamel l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat.", "TIME SHARING - LEĠISLAZZJONI", "5706.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparamenti għal bdil maħsub fil- leġislazzjoni li tikkontrolla t-time sharing f'pajjiżna?", "Meta hu maħsub li tinbidel din il-leġislazzjoni, jekk inhu l-każ li se jsir dan it-tibdil?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 3614 u 3275.", "DJAR - IMGĦAX FUQ SELF", "5707.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta hu mistenni li jitraħħsu r-rati ta' imgħax li jitħallsu minn min jieħu self mil-Lohombus Bank Ltd.?", "Fiex waslu issa d- diskussjonijiet dwar dan is-suġġett mal-Lohombus Bank Ltd. u l-Ministru tal- Finanzi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: It-taħdidiet mal-Lohombus Bank Ltd. dwar titjib fil-kondizzjonijiet tar-rati ta' l-imgħax fuq self għad-djar għadhom m'humiex konklużi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna min min-naħa tad- dipartiment jew tal-ministeru, qed imexxi d-diskussjonijiet mal-Lohombus u kemm saru laqgħat s'issa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, bl-amment ma ngħidlux kemm-il laqgħa saret, pero' aħna qed nagħmlu t-taħdidiet mal-Lohombus rigward it- titjib fil-kondizzjonijiet tar-rati ta' l-imgħax u meta jkun il-waqt jien inkun nista' nagħtih iktar informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk il-Ministru m'huwiex f'pożizzjoni li jgħid bl-amment kemm-il laqgħa saret f'dan ir-rigward, jista' jgħid bl- amment min huma l-persuni li qed jieħdu sehem f'dawn id-diskussjonijiet min- naħa tal-Gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien nirrikkmandalu jagħmilli mistoqsija bil- miktub ħalli nkun nista' nwieġbu eżatt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru ma jidhirlux li f'suġġett ta' daqshekk importanza hu għandu jkun jaf min qed jieħu sehem min-naħa tad- dipartiment f'dawn it-taħdidiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien għalhekk qed ngħidlu hekk biex inkun iżjed preċiż ħalli ma jaqbiżlix xi ħadd.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi mill-bidu nett din l-inizjattiva kienet issemmiet mill-istess Ministru malli l-Partit Laburista tela' fil-gvern u billi mill-budget li ġie ppreżentat ma jidhirx li hemm possibbilta' ta' żieda fis-sussidju minħabba li d-dipartiment, almenu għal din is-sena, ma għandux flus biżżejjed biex iżid l-ammont ta' sussidju li qed iħallas, allura jista' l-Ministru jgħidilna jekk almenu d-diskussjonijiet li qed isiru humiex impostati fuq tnaqqis għal din is-sena jew tnaqqis għas-snin li ġejjin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, kieku sibna qagħda finanzjarja tajba nassigurah li kien jibda kollox l-għada ta' l-elezzjoni, pero' minħabba l-qagħda finanzjarja verament ħażina li sibna ma stajniex nibdew inwettqu mill-għada dak li hemm fil-programm elettorali.", "Naturalment għandna ħames snin ċans biex nagħmlu dan.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Madam Speaker, nippreżenta l-Minuti konfermati għal-Laqgħa Numru 3 tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi li saret fil-21 ta' Mejju 1997 u nirrapporta l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Portijiet Ħielsa ta' Malta\" mgħoddi mingħajr emendi.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Brincat.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' kuntratti għall-impjieg ta' persuni mal-Korporazzjoni Enemalta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5917.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Rapport mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-każ Nru 43 - Rapport Nru 100.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Informazzjoni dwar ammissjonijiet ta' pazjenti fl-Isptar San Luqa f'Diċembru 1996 maqsuma skond l-eta', sess u l-gruppi differenti ta' djanjosi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5832; u", "Tabella li tagħti informazzjoni dwar pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta matul l-1997 maqsuma skond il-gruppi ta' djanjosi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5833.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 66 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Liċenza għat-teħid ta' Veġetazzjoni tal-Baħar.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 67 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru. 7).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru jekk jogħġbu jipproponi t-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap 325\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet. nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA", "MALTA FREEPORTS (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru jekk jogħġbu jipproponi t-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta.", "Kap 334\" ikun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA", "CUSTOMS AND EXCISE TAX BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mis-26 ta' Mejju, 1997)", "Klawsola 11 - Impożizzjoni ta' taxxa tas-sisa fuq importazzjonijiet.", "(Kont.)", "Clause 11 - Imposition of excise tax on imports.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, qed ninnota li l-Prim Ministru m'huwiex qiegħed hawnhekk u forsi jkun aħjar li wieħed jistenna naqra sakemm jasal sabiex inkunu nistgħu nkomplu bid-diskussjoni li kellna l- bieraħ.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Brincat qed jgħidli li l-Prim Ministru għandu appuntament ieħor dalgħodu.", "Jien ukoll kelli appuntament l- Universita' pero' ġejt hawnhekk sabiex niddiskuti dan l-abbozz ta' liġi.", "Din hi l-ewwel darba li qed ikollna diskussjoni pjuttost iddettaljata fuq dan l-abbozz ta' liġi mal-persuna li qed tippromwovi din it-tip ta' sistema ta' tassazzjoni u naħseb li għad baqa' ħafna punti li konna qed niddiskutu l-bieraħ u li ma kellniex risposta għalihom.", "La l-Parlament issa qed jiltaqa' mid-9.00 a.m. sa nofs il-lejl jien nippretendi li m'għandniex immorru għal klawsoli oħra qabel ma jkollna risposta għad-domandi li għamilna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Safejn naf jien - I stand to be corrected - il-punt li kien hemm outstanding kien l-insistenza li baqa' jagħmel l-Onor.", "Bonnici fuq il-kwestjoni ta' studju ta' impact assessment.", "Fil-fatt qajjimha xi tliet darbiet fl-interventi tiegħu u l-Prim Ministru rreaġixxa min-naħa tiegħu.", "Ma nafx jekk kienx hemm xi punti oħra .", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-bieraħ konna proprju f'nofs id-dibattitu biex naraw din is-sistema ta' tassazzjoni fuq l-importazzjoni fil-verita' tagħmilx sens, kif se taffettwa l-prezzijiet u kif se jiġu affettwati s- setturi ta' l-ekonomija.", "Konna qed inħarsu lejn diversi punti minn dan l- aspett u konna qegħdin f'nofs diskussjoni.", "Jien nixtieq li nkomplu b'dik id-diskussjoni.", "Dwar il-punt li semma l-Ministru, jien s'issa veru għad m'għandix risposta jekk dan il-Gvern għamilx studju ta' impact assessment u dan huwa importanti biex aħna nkunu nafu l-effett fejn qiegħed għax il-Prim Ministru qalilna li l-effett huwa b'mod ġenerali - qalilna li hemm prezzijiet li suppost se jorħsu u oħrajn li ovvjament se jiżdiedu - pero' xorta waħda għadna ma nafux x'se jkun l-effett ġenerali u lanqas x'se jkun l-effett fuq setturi partikolari.", "Proprju l-bieraħ, fid-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari, l-Onor.", "Dalli semma diversi prodotti li se jiġu affettwati u fil- winding up li għamel il-Prim Ministru ma tana l-ebda risposta għalihom.", "U din hija l-problema għax dan il-Gvern donnu m'għamel l-ebda analisi dwar l- impatt fuq l-ekonomija.", "U jrid jgħidilna jekk saritx analisi għaliex kull darba li nistaqsi dan lill-Prim Ministru kull darba jdur fuq suġġett ieħor.", "Meta konna qed nitkellmu dwar l-impatt fuq l-għoli tal-prezzijiet, il- Prim Ministru qalilna li prodott importat u kkonsmat hawn Malta jidher li se jogħla - nafu li 80% tal-konsum huwa importat - u prodott manifatturat hawnhekk, li għandu l-levies fuqu, se jiġi affettwat b'mod differenti.", "Jien li qed nistaqsi huwa xi studju seta' sar biex wieħed janalizza d- dikjarazzjonijiet li għamel hawnhekk il-Prim Ministru.", "Ma naħsibx li tkun ħaġa għaqlija li wieħed jiġi għad-diskussjoni hawnhekk mingħajr ma jkun jaf l-impatt fuq l-ekonomija in ġenerali u fuq il-prezzijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien nerġa' ntenni dak li ntqal il-bieraħ.", "Huwa veru li kien sar studju mill-Gvern preċedenti dwar l-effetti tal-VAT imma kulħadd jaf x'devjazzjoni kien hemm bejn l-istudju nnifsu u r-riżultat attwali.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Ministru qed jeħodna għad-diskussjoni ta' tliet snin ilu.", "Jekk irid jagħmel hekk jien lest li mmur għal dik id-diskussjoni u nistaqsi lill-Ministru jgħidilna x'devjazzjoni kien hemm.", "Aħna rridu naraw xi studji għamiltu li wrew li kien hemm din id-devjazzjoni li qed issemmu.", "Donnu l-Ministru qed jgħid li tant kien hemm devjazzjoni li issa ma nħassx il-bżonn li jsir studju.", "Hawnhekk nista' nirriferi għall- istatistika li semma l-Prim Ministru fil-Parlament il-Ħamis ta' qabel.", "Din hija statistika maħruġa mill-Bank Ċentrali u turi li r-rata ta' inflazzjoni kienet pjuttost on a downward trend.", "U la l-Prim Ministru uża din it-tabella biex jitkellem fuq l-inflazzjoni u poġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, wieħed ma jistax igħid li ma jemminx fiha għaliex inkella addio l-konsistenza.", "Sur President, jien nerġa' nistaqsi għaliex ma sarux studji.", "Dik hija l- mistoqsija u mhux billi wieħed joqgħod jgħidli għaliex ma kellux fiduċja fl- istudji li saru fil-passat.", "Trid turina għaliex ma kellekx fiduċja fl- istudji tal-passat inkella se nimxu fil-għama.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, dan mhux kumment suġġettiv min-naħa tagħna.", "Apparti l-monetary policy tas-Central Bank, li rrifera għaliha l- Prim Ministru fid-diskussjoni li kellna l-ġimgħa li għaddiet, hemm ir- rapport annwali tal-Bank Ċentrali li jitkellem waħdu.", "Naħseb li iktar importanti minn hekk hemm il-ġudizzju tal-poplu li kien kapaċi jiżen l- impatt negattiv li l-VAT kellha fuq is-soċjeta' Maltija kemm fil-qasam kummerċjali kif ukoll fuq livell ta' konsumatur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Huwa ċar li l-poplu kellu flus fil-but u kien iħossu fiduċjuż għall-futur.", "Din il-fiduċja tilifha mill-elezzjoni 'l hawn.", "Dik hija s-sitwazzjoni u dik hija r-reazzjoni tal-poplu.", "Il-poplu llum jinsab imħawwad bit-tip ta' emendi li qegħdin ngħaddu u jaf li se jkollu jħabbat wiċċu ma' ħajja aktar għolja minħabba t-taxxi l-ġodda.", "Il-bieraħ il-Prim Ministru pprova jdur mal-lewża.", "Meta staqsejtu speċifikament fuq l- importazzjoni beda jdur fuq il-manifattura lokali u fuq affarijiet oħra.", "Dak kollu li aħna nġibu minn barra għall-konsum tagħna - u nerġa' nirrepeti li dan jammonta għal-80% ta' dak li nikkonsmaw - se jogħla fil- prezz.", "U se jogħlew fil-prezz anke dawk il-prodotti li bil-VAT kienu zero rated u li llum il-Gvern reġa' ħallihom bla taxxa imma peress li l- operaturi se jkollhom it-taxxa mposta fuqhom se jkollhom bilfors jaġġustaw il-prezzijiet.", "Din hi ir-realta' u għalxejn noqogħdu ninħbew minnha jew nipprovaw ngħaddu ż-żmien bin-nies.", "U għalhekk aħna kontra li jkun hawn tip ta' tassazzjoni li hija cascading, bħalma hija din is-sistema li qed tiddaħħal.", "Din hija sistema retrograda li se tieħu l-pajjiż lura.", "Din hija s-sistema li se tagħmilna mal-pajjiżi ta' l-Afrika u mhux mal-pajjiżi ta' l- Ewropa u hija sistema li l-kummerċ fil-pajjiż se tagħtih daqqa 'l isfel u mhux 'il quddiem.", "U l-Ministru li huwa responsabbli mhux biss mill-finanzi imma wkoll mill-kummerċ imissu jafu dan.", "Għalhekk aħna se nivvotaw kontra dawn it-tip ta' emendi li għandna hawn.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, qegħdin fi stadju ta' Kumitat u qed indaħħlu ħafna issues li ma naħsibx li huma fil-parametri tal-proċedura ta' kumitat, pero' dwar dan inħalli f'idejk biex tiddeċiedi.", "Il-fatt huwa li l-Gvern Nazzjonalista u l-Onor.", "John Dalli, li kien responsabbli għall- introduzzjoni tal-VAT, tilfu l-fiduċja tal-poplu u aħna ngħatajna mandat ċar biex inneħħu l-VAT.", "Ngħaddi issa għall-punt tad-diskussjoni proprja.", "Ir-rata tad-dazju jew sisa fuq l-imports hija ta' 15%, bħalma kienet fil- każ tal-VAT.", "Id-differenza bażilari hija l-punt fejn qed tinġabar, jekk tinġabarx fl-aħħar minn fuq il-konsumatur - allura tgħaddi minn dawk il- proċessi kollha u jinġabru l-15% fuq it-totalita' bl-ispejjeż kollha li jkunu nkorporati - jew inkella tinġabarx at the first point of entry.", "In- naħa l-oħra qed tibni t-teżi tagħha fuq dan il-punt dibattibbli biex issostni li l-introduzzjoni tal-VAT kienet ġustifikata.", "Il-VAT hija sistema ta' tassazzjoni li l-poplu sfiduċja skjettament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Mangion reġa' rrepeta t-teżi tat-taxxa tad- dazju li tinġabar fil-bidu u qiegħed jinjora kompletament il-fatt li d- dazju huwa cascading.", "Din l-ispiża tan-negozju se tibqa' mwaħħla miegħu u se jkollha effett fuq il-marġini tal-profitti.", "Dan kollu se jispiċċa b'15% fuq is-selling price.", "Dak huwa l-mod kif dejjem inħaddmu d-dazji; hekk kienu jinħadmu sa l-1994 u hekk se jibqgħu jinħadmu jekk nerġgħu ndaħħlu - kif qed indaħħlu - sistema ta' dazji mingħajr refunds.", "Dan huwa s-sewwa magħruf.", "Dan huwa l-mod kif l-affarijiet qed isiru.", "Issa għalxejn ngħidu x'nixtiequ li jsir.", "Nerġa' nirrepeti dak li għidt il-bieraħ, jiġifieri li jekk in-negozjant irid jiffinanzja l-istocks se jkollu jiffinanzjahom bid- dazju, se jeħel l-interessi fuq id-dazju u se jkollu jagħmel insurance ta' l-istock tiegħu bid-dazju.", "Jekk l-istocks tiegħu marru lura, ma nbiegħux, tkissrulu jew kellu wastages, il-cost ta' dawn huma kollha bid-dazju.", "Id- dazju għalih huwa parti mill-prodott daqslikieku huwa l-prezz li mportah bih.", "Is-sistema hi li min jikkalkola l-profitti tan-negozju tiegħu fit-tul bilfors ikollu jikkalkola l-persentaġġi fuq il-cost kollu, inkluż id-dazju.", "U dan matematikament, nerġa' ngħid, ifisser ħaġa biss, li l-15% li tibda bih jiġi estrapolat bħala 15% fil-punt tal-bejgħ.", "Mhux billi noqogħdu ngħidu li dan huwa 15% at the point of entry u l-ieħor 15% at the point of sale.", "Ir-realta' hija li 15% cascading at the point of entry hija 15% at the point of sale.", "L-istess ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Apparti li nħoss li f'dan l-istadju nkunu out of order kull darba li nerġgħu naqgħu għall-prinċipji tal-liġi irrid ngħid li skond l-argumentazzjoni ta' l-Onor.", "Dalli, meta sentejn ilu qlibna minn sistema ta' dazji għal sistema ta' VAT, kellu jkun hemm roħs fil-prezzijiet ta' prodotti importati.", "Jien naħseb li kulħadd jaf jekk il-prezzijiet raħsux jew le minn dak iż-żmien sal-lum.", "Is-sitwazzjoni għexniha lkoll flimkien u effettivament il-prezzijiet mhux talli ma niżlux talli splodew 'il fuq.", "Dan huwa fatt aċċettat minn kulħadd.", "Mr Chairman, it-tieni punt huwa li meta kumpannija ewlenija ta' awdituri ħadmet l-istrateġija tagħha fuq paper li eventwalment ġiet ippubblikata, jekk ma aġevolatx is-sistema l-ġdida ta' l-inqas uriet li din iżżomm l- istess livell tal-VAT.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, dan lanqas huwa veru.", "L-istess kumpannija ta' awdituri għamlet analisi li kien jikkonsisti fi tliet kolonni, u konvenjentement l-Onor.", "Mangion qed jinsa l-aħħar kolonna li hija dwar kif se taħdem din is-sistema.", "L-Onor Mangion qed juża kolonna dwar kalkolu ta' x'jista' jiġri.", "M'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall imma dik l-istess karta li qed isemmi l-Onor.", "Membru - u li qed jinsa l- aħħar kolonna tagħha li wriet kif se taħdem is-sistema - turi li bis- sistema li qed jipproponi l-Gvern tal-lum l-affarijiet se jogħlew drastikament.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Dalli qed jinsa li meta hu kien ministru kien ippreżentalna studju fil-Parlament dwar l-effett tal-VAT.", "Dan l- istudju kien juri li l-VAT ma kellhiex taffettwa l-għoli tal-ħajja imma effettivament l-istudji u l-kalkoli tiegħu marru kollha haywire.", "Allura b'daqshekk ifisser li l-kalkoli ta' ħaddieħor ukoll huma ipotetiċi u mhux ta' min jorbot fuqhom!", "Issa dawn m'humiex kalkoli tal-Gvern imma kalkoli ta' kumpannija ta' awdituri li għandha ċerta indipendenza u serjeta'.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, l-ewwelnett aħna m'għandniex il-kalkoli għaliex dan ma kellux id-diċenza la li jagħmel studji - il-bieraħ kellna konferma ta' dan mill-muta tal-Prim Ministru - u lanqas li jagħmel analisi taċ-ċirkostanzi.", "It-tieni nett jien m'iniex qed ngħid li r-rapport huwa ipotetiku.", "Jien qed ngħid li r-rapport li qed jikkwota minnu l-Onor Mangion għandu tliet kolonni - waħda kif taħdem il-VAT, oħra ipotetika u oħra dwar kif taħdem din is-sistema - u hu qed jagħżel il-kolonna ipotetika u qed jinsa l- kolonna li tgħid kif vera se taħdem din is-sistema l-ġdida.", "Jiġifieri dan qed jagħżel li jaqbillu.", "Dan ir-rapport li qed jikkwota hu stess juri li l- affarijiet se jogħlew bil-mod kif se taħdem din is-sistema l-ġdida.", "Aħna għamilna l-istudji ta' kif kellhom jiġu l-affarijiet.", "L-istudji huma dejjem studji imma ħafna milli għidna seħħ.", "Minkejja dak li jgħidu n-naħa tal-Gvern, illum għandna sitwazzjoni fejn l-inflazzjoni hija għal kollox ikkontrollata.", "Mhux veru li l-VAT qed toħloq pressjoni fuq il-prezzijiet.", "Il-VAT toħloq pressjoni fuq il-prezzijiet darba kif tidħol.", "U dan ġara bejn Jannar u Marzu ta' l-1995.", "Illum qegħdin noħolqu pressjonijiet fuq il- prezzijiet mingħajr ebda bżonn u għalhekk huwa irresponsabbli dan li qed isir mill-Gvern illum.", "Dik hija s-sitwazzjoni li qed niffaċċjaw.", "Ir- rapporti li għamilna fil-fatt huma rapporti li jistgħu jiġu rrikonċiljati ma' l-affarijiet li fil-fatt ġraw.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien għandi quddiemi dan ir-rapport li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Mangion.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Dalli, dan ir- rapport jinkludi xenarju ipotetiku għax qed jassumi li n-negozjant se jnaqqas il-persentaġġ tal-profitt.", "Issa jien ma naħsibx li meta l-Prim Ministru mar quddiem il-GRTU qalilhom li qed jippretendi li n-negozjanti jnaqqsu r-rata tal-profitt u allura ma jagħmilx sens li wieħed jiffoka fuq din il-kolonna.", "Jien nista' nġiblek kwalunkwe riżultat li trid jekk inbiddillek il-mark-up tal-profitt.", "Dan huwa sempliċement eżerċizzju aritmetiku pero' xorta jibqa' l-fatt li jekk wieħed jassumi li l-profitt jibqa' l-istess - li hija a fair assumption - bis-sistema l-ġdida jsib li dan l-eżempju ipotetiku m'huwa tajjeb u reali xejn.", "Il-kolonna li tgħid \"new system with cascade effect\" turi kif dan il-cascading effect iġib żieda fil-prezzijiet u jġib ukoll sitwazzjoni fejn ir-revenue tal-gvern mhux se jmur tajjeb.", "Jiġifieri l-problema hija li dan il-Gvern m'għamilx analisi tas-sitwazzjoni.", "Qed niddiskutu l-impatt ta' dawn il-miżuri ta' tassazzjoni, li għandhom impatt importanti, u kull darba li nistaqsu lill- Gvern biex juri l-kalkoli li għamel jgħidilna li fil-passat il-kalkoli li saru ma għoġbuhomx jew ma emmnuhomx.", "Jekk dan hu veru - u jien għidtilkom biex turuni fejn ma għoġbukomx - xorta waħda m'intomx eżenti milli tippreżentaw studju serju u xjentifiku dwar l-effetti tas-sistema.", "Ikun ferm aħjar li kulħadd ikun jaf kif inhuma l-affarijiet.", "Meta kellna l-laqgħa mas-self employed kien hemm min staqsa x'se jiġri b'din is-sistema l-ġdida u jien nistaqsi lill-Gvern jekk lil dawn huwiex qatt se jirrispondihom.", "Jekk wieħed jikkalkola b'dawn l-eżempji li qed nagħtu jsib li prodott importat se jitla' minn 1.38% għal xi 5%.", "Dawn huma eżempji li ilna nippubblikaw minn mindu ħarġet il-white paper pero' xorta bqajna b'silenzju sħiħ min-naħa tal-Gvern.", "Jien qed nerġa' niġbed l- attenzjoni dwar il-fatt li dan il-Gvern ma jafx l-impatt x'se jkun, u jekk inhu hekk, allura ma jafx kif l-ekonomija u l-prezzijiet se jiġu affettwati.", "Il-mandat ta' Gvern Laburista ġdid kien li jintroduċi sistema li biha jnaqqas l-għoli tal-ħajja.", "Sur President, l-informazzjoni li għandu l-Gvern m'huwiex jurihielna imma aktar minn hekk jien nissuspetta li l-istudju lanqas biss sar.", "F'dak il- każ allura, meta tiġi biex tkejjel kif se tevolvi s-sitwazzjoni u kif il- prezzijiet se jiġu affettwati, m'huwiex se jkollok a measuring stick ma' xiex timmarka.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din ta' l-istudji qiegħda tieħu xejra ta' cliché.", "Fil-fatt anke l-Onor.", "Dalli qalilna li l-istudji dejjem huma studji.", "Jirriżulta li l-istudji li saru min-naħa tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma tawx ir-riżultat neċessarju.", "Kif semmejt iktar kmieni l-fatti wrew mod ieħor u kien hemm devjazzjoni kbira, anke fuq dak li kien qed ibassar il- Gvern li jiġbor mill-VAT u dak li attwalment ġabar.", "It-tbassir kien li jiġbor Lm110 miljun jew Lm120 miljun u attwalment il-Gvern Nazzjonalista ġabar Lm89 miljun.", "Wieħed isib li, għalkemm suppost terz tad-dħul globali kellu jkun fuq l-importazzjoni, il-figuri juru persentaġġ totalment differenti.", "Dan jindika li l-ġbir tal-Gvern mar haywire u li l-evażjoni mhux talli ma ġietx ikkontrollata talli kibret.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, se nirriferi għat-tliet kolonni tar- rapport li rriferejt għalih aktar kmieni, jiġifieri \"new system without cascade effect\" u \"new system with cascade effect\" .....", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament inti taħdimha kif trid.", "Consumption tax tista' titfgħalha cascading effect skond kemm trid timmanuvra.", "Anke taħt il-VAT tista' tagħmilha jekk trid.", "Effettivament insibu wkoll li l-profitt jiżdied jekk wieħed jaħdem bil-cascading effect.", "(Interruzzjonijiet) Imma mhuwiex obbligatorju li jagħmel hekk.", "Qed titkellem fuq każ ipotetiku għaliex qed tgħid li se jiddaħħal il-cascading effect.", "Hekk għamiltu meta ntroduċejtu l-VAT.", "L-istess effett kien hemm.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, se nagħmel l-aħħar żewġ kummenti għaliex milli jidher għalxejn qed nitkellmu hawn.", "Issa jgħaddu din il-liġi u jibdew joperawha u mbagħad naraw il-prezzijiet kif ikunu fil-ħwienet.", "Billi noqogħdu hawnhekk inparlaw fil-vojt inkunu qed nitilfu ż-żmien.", "Is-sistema kif inhi hija cascading u jekk ma jirrealizzax dan l-Onor.", "Mangion allura ma jafx x'inhu jagħmel il-Gvern tiegħu.", "Din hija a cascading system.", "Il-kumment l-ieħor huwa li nimmeravilja ruħi nisma' lill-Onor.", "Leo Brincat jgħid li għax hu jassumi li r-rapporti ta' qabel ma kenux tajbin allura l-Gvern m'għandux għalfejn jagħmel rapporti u m'għandux għalfejn jagħmel analisi.", "Kif gvern jaġixxi b'dan il-mod hija xi ħaġa beyond belief!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Chairman, fl-opinjoni tal-Ministru Brincat kollox mar haywire fil-ġbir tal-VAT imma jien ngħidlu li issa aħjar jibda jiffoka fuq it-taxxi l-ġodda.", "Per eżempju, mhux veru li l-Gvern illum qiegħed jagħmel eżerċizzju biex ineħħi l-piż minn fuq 22,000 retailer.", "Għalija dan huwa kliem ieħor kif qed jgħid lir-retailers li ma jafdahomx għaliex issa qed jimponi taxxa li jkun jista' jiġborha at source.", "Mr Chairman, jien ma nafx kif il-Ministru Brincat ma jistaqsix kemm se tħallas biex tixtri computer wara l-1 ta' Lulju persuna li għandha intrapriża u ddaħħal iżjed minn Lm12,000 fis-sena.", "Ir-risposta hija 20.3%.", "U kemm se jkollu jħallas aktar the man in the street biex jixtri computer wara l-1 ta' Lulju?", "Se jogħla b'9.4%.", "Din hija l-verita' tal-fatti.", "Il- Ministru jista' jmur jiċċekkja fi kwalunkwe ħanut - hawn madwar 228 outlet li jbigħu l-computers - u jsib li dak li qed ngħid huwa minnu u dan minħabba l-fatt li ħafna minn dawn il-computers m'humiex ġejjin mill- Ewropa.", "Minkejja li fil-programm elettorali l-Partit Laburista nsista li se jmur għas-sistema ta' qabel l-1995, il-Gvern preżenti m'huwiex se jagħti l- eżenzjoni li kienet tingħata dak iż-żmien.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, jien ma stajtx nemmen lil widnejja meta smajt lill-Onor.", "Mangion jgħid li jrid sistema bla cascading effect.", "X'għamlu huma biex is-sistema ma jkollhiex a cascading effect?", "Kieku s- sistema kienet magħmula b'mod differenti ma kienx ikun hemm a cascading effect pero' s-sistema li qed tiġi diskussa fil-Parlament għandha a cascading effect u allura, la hija sistema li tibni taxxa fuq taxxa fejn għandek il-profitt fuq it-taxxa, se jkun hemm impatt negattiv fuq l- ekonomija tagħna u wieħed ma jistax jaħrab mill-punt li s-sistema se twassal għal żieda fil-prezzijiet.", "L-eżempju huwa wieħed ċar għax prodott li taħt il-VAT kien iqum Lm1.66 b'din is-sistema se jitla' għal Lm1.74.", "Din hija xi ħaġa black on white.", "Il-Ministru biex jagħti eżempju qal li jekk innaqqsu r-rata tal-profitt se nneħħu l-cascading effect.", "Imma skużi, dik m'hijiex realta'.", "Kieku s-sistema li qed tiġi ntrodotta hawnhekk għandha minn dawk il-karatteristiċi kont ngħid li l-Onor.", "Mangion għandu raġun jgħid hekk imma s-sistema kif inhi hawnhekk turi bl-iktar mod ċar li l-prezzijiet ta' ħafna prodotti mportati se jogħlew u dan se jħalli effett ħażin.", "M'huwiex daqshekk diffiċli biex wieħed jara liema prodotti se jiġu affettwati u allura min irid fost ir-retailers faċilment jista' jagħmel analisi serja ħalli jkun jaf fejn qiegħed, fis-sens li jkun jaf li hemm prodotti li se jiġu affettwati ftit u hemm prodotti li se jiġu affettwati ħafna iktar.", "Id-diffikulta' hi li l-informazzjoni m'hijiex qed tingħata la lill-pubbliku u lanqas lir-retailers u allura dawn fil-maġġoranza tagħhom qegħdin f'sitwazzjoni fejn qed jagħmlu l-affarijiet fil-għama.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jien naħseb li l-bieraħ il-Prim Ministru ta spjegazzjoni ċara meta qal li dan trid tħares lejh bħala pakkett sħiħ.", "Per eżempju, meta semma l-manifattura intom bdejtu tinsistu li mhux dak kien il- punt li qajjimtu.", "Barra minn hekk, qegħdin tgħidu wkoll li ċerti prodotti se jogħlew.", "(Interruzzjonijiet) Imma din intom qegħdin tgħiduha.", "Meta introduċejtu l-VAT kontu żbaljati kompletament fl-impact assessment li għamiltu u issa qegħdin tgħidulna li b'din is-sistema l-prezzijiet se jogħlew.", "Kif nistgħu noqogħdu fuqkom meta qegħdin tgħidu li għamiltu studju akkurat imma fil-fatt żbaljajtu u mortu kompletament haywire!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq nagħmel punt ta' korrezzjoni għal dak li qal l-Onor.", "Tony Abela.", "Qed jikkonfermawli li d-duty on computers minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea fil-preżent huwa ta' 4.9% plus VAT on duty u bis- sistema l-ġdida se jiġi 8.1%.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mela l-Ministru qed jikkonfermalna li l-prezz tal- computers se jogħla.", "ONOR.", "TONY ABELA: Fil-fatt se jogħla minn 4.9% għal 8.1%", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma qabel kellek il-VAT on top of the duty.", "ONOR.", "TONY ABELA: Il-VAT kont teħodha lura u issa b'din it-taxxa ma terġax teħodha lura.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma l-konsumatur ma kienx jeħodha.", "ONOR.", "TONY ABELA: Dażgur li kien jeħodha l-konsumatur!", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma mhux hekk kien jiġri fil-prattika.", "Araw x'kien jiġri fil-prattika u mhux fit-teorija.", "ONOR.", "TONY ABELA: Immorru f'ħanut flimkien biex naraw x'jiġri fil- prattika.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, jien nixtieq nieħu eżempju ċar.", "Il- computers se jogħlew minħabba l-fatt li r-rata tad-dazju fuqhom se titla' minn 4.9% għal 8.1%.", "Barra minn hekk, se jkollhom 15% dazju u allura dawn se jogħlew u qed jagħmel tajjeb il-Ministru li qed jgħid li dawn se jogħlew, mhux kif qal waqt id-diskussjoni tal-bieraħ l-Onor.", "Gavin Gulia.", "L-Onor.", "Tony Abela ħa eżempju - maħdum bħall-eżempju li għandna quddiemna - u wera li se jogħla imma l-Prim Ministru qallu li jrid iħares wkoll lejn dawk l-affarijiet li se jorħsu.", "Ma qallux li mhux se jkun hemm żieda fil- prezzijiet imma dawwarlu d-diskors fuq il-locally manufactured products.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk kollox jiġi recorded.", "L-Onor.", "Gulia qalli li l-Gvern ma jistax jemminna meta ngħidu li l-ħajja se togħla.", "Jien hawnhekk għandi studju ta' Mercieca & Manduca li juri li l- prezzijiet se jogħlew.", "Allura x'loġika hi din li l-Gvern jiġi jgħid hawnhekk li aħna biss qed ngħidu li ċerti prodotti se jogħlew meta anke l- istess Prim Ministru qed igħid li hemm xi prodotti li se jogħlew!", "Il-punt huwa li hemm prodotti li se jogħlew b'tant, hemm prodotti li se jogħlew b'iktar, hemm prodotti li se jogħlew b'inqas, hemm prodotti bil-levies li se jiġu affettwati mod u hemm locally oriented products li se jiġu affettwati mod ieħor.", "Allura hija daqshekk diffiċli li wieħed jitlob lill- Gvern sabiex jurina x'se jkun l-impatt globali ?", "Jien nazzarda ngħid għaliex mhux qed jagħmel dan.", "Jien nissuspetta li dan l-istudju sar u l- Gvern mhux qed jurihulna - wara kollox m'huwiex daqshekk diffiċli biex tagħmlu - bħalma ġara fil-każ tar-rapport ta' l-IMF meta l-Prim Ministru kellu r-rapport quddiemu u għalkemm ma riedx jgħidilna x'fih fl-aħħar kellu jammetti li l-IMF qalet li din is-sistema hija ħażina proprju għaliex hija cascading u għandha impatt ħażin fuq l-għoli tal-ħajja.", "Jien nerġa' nistaqsi: Għaliex il-Gvern ma jridx jurina l-istudju li sar?", "Forsi għaliex ir-riżultat huwa negattiv!", "Allura din hija t-trasparenza!", "Il- Gvern għandu l-isfida li jurina li mexa b'serjeta' u b'sistema li wieħed jistenna mingħand gvern modern.", "F'dan l-abbozz ta' liġi kellna klawsola fejn imxejna fuq sistema xjentifika u għidna li għandu jsir random sampling xjentifiku.", "Jien qed nitlob lill-Gvern sabiex jurina l-istudju xjentifiku li qed nissuspetta li sar, għaliex hu mhux qed jgħidilna li ma sarx - il- poplu Malti dan li jrid jifhem - imma qiegħed kontinwament jirriferina għall-istudju li sar tliet snin ilu.", "Jekk il-Gvern irid li niddibattu l-istudju ta' tliet snin ilu jien lest li niddibattih fid-dettall kemm hemm bżonn pero' naħseb li nkunu out of order jekk nagħmlu hekk.", "Fil-fatt jien dejjem nitlob lill-Onor.", "Membri sabiex jgħidulna x'jaħsbu li mar ħażin f'dak l-istudju u jekk m'humiex jaqblu miegħu jgħidulna għaliex.", "Kif diġa' għidt, il-Prim Ministru hawnhekk uża r-rata uffiċjali ta' l-inflazzjoni - u dan il-Gvern għadu qed jużaha - sabiex jagħti żidiet fil-pagi u din turi li mhux veru kien hemm splużjoni fil-prezzijiet.", "Veru li kien hemm prezzijiet li żdiedu, kien hemm prezzijiet li raħsu u kien hemm prezzijiet li setgħu jorħsu iktar, imma wieħed ma jistax jargumenta b'dan il-mod.", "Dan nistgħu niddibattuh pero' naħseb li nkunu out of order.", "Fil-fehma tiegħi inkunu in order meta ngħidu li din il-klawsola titratta dwar ir-ri-introduzzjoni ta' dazji across the board.", "Aħna rridu naraw x'inhu l-impatt ta' dan fuq l-għoli tal- ħajja u l-Gvern jew mhux lest jew ma jistax jirrispondi.", "Minflok ma jirrispondi qed jgħidilna li l-istudji tagħna ma kenux accurate.", "Jekk qed niddibattu dak niddibattuh, imma nerġgħu niġu għall-punt li llum qed nagħmlu l-affarijiet fil-għama u l-poplu Malti jrid ukoll jirrealizzah dan.", "Is-sistema li se jdaħħal il-Gvern m'hijiex dik li kien qed jgħid li se jdaħħal għax kien qalilna li se jġib id-dazji kif kienu imma fil-verita' d- dazji ma ġewx kif kienu.", "Barra minn hekk issa hemm it-taxxi fuq is- servizzi, ħaġa li ma kienx qed jipproponiha qabel l-elezzjoni.", "Il-Gvern għadu ma qalilniex x'inhu l-impatt ta' din is-sistema l-ġdida fuq l- ekonomija tagħna.", "Hija faċli biex wieħed ineħħi l-impatt negattiv u jekk l- effett ta' 15% dazju se jkun negattiv fuq il-prezzijiet u l-Ministru jrid iżomm mal-wegħda li għamel qabel l-elezzjoni li l-prezzijiet se jorħsu, allura kulma għandu jagħmel huwa li jnaqqas ir-rata ta' 15%.", "Naturalment imbagħad din għandha implikazzjonijiet fuq ir-revenue tal-gvern.", "Għalhekk wieħed malajr jinduna li bis-sistema l-ġdida l-Gvern fil-fatt se jmur agħar u l-prezzijiet se jogħlew aktar.", "Din is-sistema m'hijiex tajba għaliex inti qed iżżid id-dazju mal-prezz tal-prodott, il-cost tal-prodott qed jitla' u kollox qed jinħadem fuq costs aktar għoljin.", "Allura barra li qed innaqqsu l-kompetittivita' ta' l- ekonomija qegħdin indaħħlu sistema fejn il-profitti jinħadmu fuq costs akbar u allura l-prezz jogħla iktar u l-Gvern se jispiċċa biex idaħħal inqas minn din is-sistema.", "Hawnhekk id-diffikulta' reali hija li permezz ta' din il-klawsola se jiġu ntrodotti d-dazji fuq l-importazzjoni, għalkemm qed jissejħu sisa, u l-impatt ta' dan ma nafux x'inhu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Mr Chairman, bħala skuża ripetuta għan-nuqqas tal-Gvern li jippreżenta dan ir-rapport, jekk sar, qed jingħad li l-istudju li kien sar dwar il-VAT ma kienx accurate.", "Jiena m'iniex se nidħol fil- mertu ta' dan, pero' jien ma fhimtx eżattament jekk l-argument tal-Ministru huwiex li dak l-istudju sar ħażin jew li dawn l-istudji qatt ma jistgħu jkunu tajbin.", "Jien nixtieq inkun naf x'inhi eżattament l-pożizzjoni li qed jieħdu n-naħa l-oħra fuq dan l-istudju.", "Skond ir-risposta ovvjament inkunu nistgħu nidderieġu r-reazzjoni tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, jien m'iniex se nitkellem fuq it- teorija għax ili nisma' teoriji mill-bieraħ!", "Li naf huwa li n-naħa ta' l- Oppożizzjoni dejjem kienet tgħid li bil-VAT l-affarijiet kellhom jorħsu.", "Fid-dibattitu mgħaġġel dwar il-liġi tal-VAT - dak in-nhar lanqas kien ingħata dan il-ħin li qed jagħti l-Gvern illum - kien intqal li tant kienet tajba l-liġi dwar il-VAT li din għaddiet lejliet San Duminku - bil-banda għaddejja minn taħt il-gallariija - u l-klawsoli għaddew mingħajr ma ħadd iddiskutihom.", "Kif tiġu hawnhekk tidħku bil-poplu!", "Jekk il-VAT veru raħħset il-ħajja dawn l-ispjegazzjonijiet kollha jmisskom għaddejtuhom lill- poplu qabel l-elezzjoni.", "Mhux veru li roħsu l-affarijiet.", "Waħda mill-gideb li kontu tgħidu hawnhekk kienet li bit-tneħħija tad-dazji l-karozzi kienu se jorħsu.", "Il-karozzi veru roħsu bil-VAT imma mbagħad għollejtulhom ir- registration fee.", "Fejn kienu roħsu l-karozzi!", "Fejn kien jieħu r-refund il- konsumatur!", "Mhux veru li min kien jixtri karozza jew computer il-VAT kien jeħodha lura.", "(Interruzzjonijiet) Imma jien fuq il-konsumatur qed nitkellem.", "Intom daqqa ssemmu l-konsumatur u daqqa tgħidu li l-businessman ħalliel.", "Kif qed jispjega l-Onor.", "Josef Bonnici the man in the street jifhem li jekk jixtri computer se jieħu l-VAT lura.", "Mhux veru.", "Il-VAT taf kif kont teħodha lura?", "(Interruzzjonijiet) Toqgħodx tiġi b'teoriji!", "Intom dejjem għidtu li bil-VAT il-ħajja se torħos.", "Mhux veru roħsot il- ħajja għax kieku roħsot kontu tirbħu l-elezzjoni.", "Intom kontu tgħidu li l- VAT m'hu se jkollha l-ebda effett fuq il-prezzijiet.", "Issa daqqa tgħidu li bil-liġi li se nagħmlu se jogħlew l-affarijiet, daqqa tgħidu li se jonqsu l- profitti u daqqa tgħidu li l-profitti se jogħlew.", "Intom lil min qed tiddefendu?", "Lill-konsumatur jew lin-negozjant?", "Intom daqqa tgħidu li l- Gvern se jdaħħal anqas taxxi u daqqa tgħidu li din hija cascading u l- Gvern se jdaħħal iktar.", "Xi spjegazzjoni tajtu qabel l-elezzjoni?", "L-Onor.", "Fenech Adami kien jgħid li l-VAT kienet se trebbaħkom l-elezzjoni u mbagħad wara li ħadtu tkaxkira bħal dik li ħadtu tibqgħu tgħidu li l-poplu jrid il- VAT.", "Issa erġgħu spjegawhielu din lill-poplu u jekk terġgħu titilgħu daħħlu l-VAT, imma issa spjegaw kif roħsu l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, jien naħseb li l-argument issa qed jiddeġenera ftit, fis-sens li l-punti tekniċi f'daqqa waħda qishom ġew abbandunati kompletament.", "Jien ma nistax naċċetta t-tip ta' argumentazzjoni li qed issir min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "L-analisi globali u simplistika li għamlu għall-popolin fuq din il-liġi hija li issa kulħadd se jmur ħażin għax il-konsumatur se jħallas iżjed, in-negozjant se jaqla' inqas u l-Gvern se jdaħħal anqas.", "Kieku qalu li xi sezzjoni se tmur tajjeb u sezzjoni oħra se tmur ħażin kien ikun hemm ftit kredibilita', anke kieku ma kenux korretti fl-assessment tagħhom, imma naħseb li fl-assessment li għamlet l-Oppożizzjoni qed turi nuqqas ta' serjeta' meta qed tgħid li across the board kulħadd se jmur ħażin b'din is-sistema.", "Għaldaqstant jien nasal biex nikkonkludi li l-Oppożizzjoni mhux talli għamlet studju nieqes mis-serjeta' meta kienet fil-gvern, talli m'għamlet l-ebda studju serju issa li qiegħda fl-oppożizzjoni qabel għaddiet biex tagħmel din il-kritika.", "It-tieni punt li xtaqt insemmi huwa li bl-ETP aħna daħħalna sistema kontra l-cascading effect.", "L-ETS tista' forsi tbati xi ftit mill-cascading effect imma din hija soġġetta biss għal 5% u għalhekk fil-fehma tagħna din iżżomm il-cascading effect baxx.", "Meta wieħed jipparaguna dan ma' dak li kien hemm fil-VAT, jara li minħabba r-rata ta' 15% din kienet ikkreat periklu fis-sistema għax ma kontux ħsibtu fih u fil-fatt fl-1989 u fl-1990 l-IMF stess kienu issuġġerewlkom li ddaħħlu l-VAT f'rata iżjed baxxa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Mr Chairman, mit-teorija għall-prattika hemm differenza enormi.", "Mill-għada li ddaħħlet il-VAT - jiena nista' nitkellem għax għandi business - in-negozju waqaf zopptu u minn dak inhar 'l hawn ix- xogħol baqa' sejjer lura.", "Dan ifisser li l-VAT kienet tajba?", "Il-VAT ħadd ma riedha għax il-ħajja kollha għoliet, kemm l-oġġetti u kemm is-servizzi.", "Dawn għolew mhux b'5%, 10% jew 15%, imma kien hemm fejn għolew anke b'100%.", "U min bata?", "Bata kulħadd, il-konsumatur u n-negozjant.", "Jiġifieri inutli noqogħdu ngħidu li din it-taxxa m'hijiex tajba għaliex m'hemmx way oħra.", "Il-poplu vvota biex ineħħi l-VAT u din se titneħħa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien ma rridx intawwal pero' l-fatt huwa li l- computers se jogħlew u mhux il-computers biss se jogħlew imma se jogħlew ruxmata affarijiet oħra u għalhekk hemm bżonn issir analisi dettaljata.", "Minflok ma qed isir hekk, il-kelliema għan-naħa tal-Gvern qegħdin kull darba jmorru lura għal tliet snin ilu meta fil-fatt d-diffikulta' hija dwar x'se jogħla llum b'din is-sistema l-ġdida.", "Issa niġu għal dak li qal l- Onor. Leo Brincat dwar il-mod kif l-Oppożizzjoni qed tagħmel il-kritika.", "Jien hawnhekk għandi l-istqarrija taċ-Chamber of Commerce, ta' l-FOI u ta' l-Employers' Association li tgħid bl-iktar mod ċar li din is-sistema għandha d-difetti u mhux kif qal l-Onor.", "Joe Farrugia li s-sistema hekk irridu nagħmluha.", "Hemm diversi emendi li jridu jsiru biex ma jintlaqatx ħażin iċ-ċittadin Malti.", "Qegħdin f'dan l-istadju ta' Kumitat biex wieħed jiċċara dawn l-affarijiet u m'għandniex għalfejn nattakkaw lill- Oppożizzjoni li qed tippolitiċizza kollox.", "Kien hemm nies oħra u associations oħra li kkriktikaw is-sistema u saħansitra anke l-IMF tkellmet dwar dan.", "Issa nispera li ma taħsbux li aħna qegħdin f'pożizzjoni li l-IMF tgħid li rridu aħna u l-associations jgħidu li rridu aħna!", "Dan tafuh intom pero' nixtieq issa nimxi fuq punt ieħor li għandi fuq din il-klawsola.", "Meta ħarġet il-white paper kien hemm sezzjoni dwar international commitments u dwar l-introduzzjoni tad-dazju.", "Fil-white paper donnu hawn xi faċċata nieqsa - din ippubblikaha l-Gvern stess; ħalliha li kien hemm min ħareġ jgħajjar lili għaliex għidt li fiha l-problemi - għaliex l-unika sezzjoni li titkellem fuq international commitments tirriferi għall- Association Agreement li ġie ffirmat fl-1970 ma' l-EU u tgħid li \"Article 5 of Annex 2 deals specifically with the reintroduction of customs duties\" u tagħti tliet kondizzjonijiet fejn dan jista' jseħħ.", "L-ewwelnett li ma jkunux aktar minn 20% - din hekk hi għax id-dazju se jkun ta' 15% - it- tieni li l-volum ma jkunx aktar minn 10% tat-trade li kien hemm fl-1969 u t- tielet li dawn huma neċessarji għar-raġuni ta' protezzjoni.", "Jiġifieri dawn id-dazji jistgħu jiġu ntrodotti jekk ikunu jissodisfaw dawn it-tliet kondizzjonijiet.", "Il-white paper ma tgħidx jekk jissodisfawhomx jew le imma tħalli d-diskussjoni mdendla.", "Għalhekk jien nixtieq li l-Ministru jgħidilna x'ġara fuq dawn il-punti għaliex meta wieħed jaqra l-white paper u jaqra x'hemm ippjanat f'din il-liġi bilfors jasal għall-konklużjoni li hemm konflitt.", "Mit-tliet kondizzjonijiet dwar ir-ri-introduzzjoni tad- dazji waħda biss qed tiġi sodisfatta skond dak li hawn fil-white paper u ż- żewġ punti l-oħra m'humiex qed jiġu sodisfatti.", "Fil-fehma tiegħi din qabżitlu lill-Gvern għaliex ma semma xejn dwar l-implikazzjonijiet ta' dan imma sempliċement hemm general statement li jgħid that we meet international commitments.", "Imma aħna ilna ngħidu ħafna li milli jidher we don't meet our international commitments u allura nixtiequ nkunu nafu jekk din il-klawsola hijiex se taffettwa dak l-agreement u rridu nkunu nafu x'inhi s-sitwazzjoni fuq dawn iż-żewġ punti.", "Nistgħu naraw jekk din il- klawsola fuq ir-ri-introduzzjoni tad-dazji hijiex qed tikser l-agreement jew hijiex se tikkrea diffikultajiet lil pajjiżna?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li l-Prim Ministru diversi drabi rrifera għall- fatt li meta kien hawn taħdidiet ma' l-EU ħareġ ċar li Malta ma kienet qed tikser l-ebda obbligu internazzjonali.", "L-ewwelnett dan il-punt ġie magħmul b'mod kategoriku kemm magħhom kif ukoll pubblikament u t-tieni nett ma kenitx kwestjoni ta' concessions jew negozjati.", "Aħna la nnegozjajna ma' l- EU meta għandna nġibu l-liġi fil-Parlament u lanqas innegozjajna ma' l-EU jekk għandniex inbiddlu l-liġi jew le.", "L-objections li tqajmu mill-EU kienu fuq il-kwestjoni tal-levies u dwar dan diġa' tkellem il-Prim Ministru.", "Huma kienu taħt l-impressjoni li l-levies se jiġu phased out at a certain point in time meta fil-fatt iċ-ċirkostanzi kienu mod ieħor.", "U għalkemm ovvjament dawn il-levies eventwalment iridu jiġu phased out, dan se jsir bħala parti mir-restructuring ta' Malta a tempo nostro.", "Li kieku kien hemm Gvern Nazzjonalista fil-poter dawn il-levies diġa' ġew phased out għax hekk kien il-commitment.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'dan l-istadju m'iniex qed nidħol fuq il-kwestjoni tal-levies għaliex dik hija diskussjoni oħra u fil-gazzetti wkoll kien hemm li r-ri-introduzzjoni tad-dazji qajmet problema.", "Jiena għandi d-dokumenti u nista' ngħid li n-negozjati li kellna ma' l-EU dwar il-levies kienu fuq erba' affarijiet - fuq il-birra, il-gallettini, il-ħut u xi affarijiet oħra.", "L-EU għamlet il-pożizzjoni tagħha, aħna konna għamilna l-counter proposals u fuq hekk konna qegħdin nitkellmu.", "Dan kien f'Awissu li għadda.", "Milli nistgħu nifhmu d-diffikulta' li nqalgħet kienet fuq il- levies.", "Jien hekk waslitli l-interpretazzjoni.", "Ma naħsibx li huwa ġust li wieħed idawwar l-affarijiet bil-kontra jekk is-sitwazzjoni hija hekk.", "Pero' l-punt huwa li l-Ministru ma rrispondinix u jien m'iniex se noqgħod nirrepeti.", "Wara kollox jekk il-Gvern ma jridx jirrispondi ma jirrispondix.", "Jien qed nagħmel id-dover tiegħi u l-poplu Malti jifhem li l-Gvern mhux qed jirrispondi.", "Nerġa' ngħid li fil-white paper hemm żewġ klawsoli li at first glance - u mhux biss at first glance - jidher li dawn il-kondizzjonijiet li għandna fl- association agreements m'humiex qegħdin jiġu sodisfatti.", "Min jagħmel l- eżami tal-Matsec u ma jirrispondix għall-mistoqsija li ssirlu jew jirrispondi fuq xi ħaġa oħra jeħel.", "Jiġifieri llum għandna sitwazzjoni fejn din il-klawsola tidher li qed tikser żewġ kondizzjonijiet minn tlieta.", "Jimporta jekk il-Gvern jgħidli kif din il-klawsola ma tiksirx il- kondizzjoni - qed naqra mill-white paper li ppubblika l-Gvern stess - li tgħid li d-duties jistgħu jerġgħu jiġu ntrodotti \"if they are applied to a maximum volume of 10% of the total trade value of Maltese imports during 1969\".", "Skond il-kalkoli tiegħi din il-klawsola is going to be broken.", "L-aħħar kondizzjoni hija li \"they are necessary to protect new industries not existing at the time of entry into force of the agreement\".", "Dawn id- dazji m'humiex qegħdin hemmhekkk għall-protezzjoni għaliex, if anything, il- protezzjoni se tonqos peress li dawk il-prodotti li għandhom il-levies mhux se jkun hemm dazju fuqhom.", "Jiġifieri l-mistoqsija hija speċifika: Din il- klawsola li qed niddiskutu tiġi f'konflitt ma' dawn il-klawsoli jew le?", "Jekk mhux hekk jista' jispjegalna għaliex?", "Jistgħu allura jispjegawlna x'diskussjonijiet saru?", "Dan huwa agreement li ġie ffirmat mill-Gvern preċedenti u fil-gazzetti tal-lum stess hemm miktub li jrid ikompli jaqdina sakemm jiġi ffirmat xi ftehim ieħor.", "Allura l-poplu Malti jrid isserraħ rasu li m'humiex qegħdin jinħolqu dawn it-tip ta' diffikultajiet f'dak l- agreement.", "Din hija mistoqsija sempliċi u minflok ma l-Ministru Brincat jirrispondini għal mistoqsijiet sempliċi kull darba jgħidli: Imma l-Prim Ministru qal ...", "Jiddispjaċini li l-Prim Ministru mhux qiegħed hawnhekk, imma l-Prim Ministru qal li m'għandniex international problems.", "Kif jista' jkun li m'għandniex international problems b'dawn il-klawsoli li għandna hawnhekk?", "Bilfors kien hemm xi diskussjoni għaliex l-klawsoli ta' dak l- agreement assolutament ma jagħmlux sens fil-konfront ta' din il-klawsola li qed niddiskutu.", "Jekk il-Ministru ma jistax jirrispondina jagħlaq ħalqu imma mhux jibqa' jdawwarli s-suġġett fuq xi ħaġa oħra!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett jiena bl-ebda mod ma dawwart is-suġġett anzi naħseb li issa qed niddevjaw ferm mill-parametri tal-liġi u morna lura għall-white paper meta kulħadd jaf li l-abbozz ta' liġi kien an evolution tal-white paper, iżjed u iżjed bl-emendi li ġew mgħoddija u miżjuda magħha.", "It-tieni nett il-white paper identifikat l-international commitments ta' Malta u l-liġi kif imressqa hawnhekk indirizzathom billi ħalliet il- preferenza fuq prodotti li ġejjin mill-Ewropa - fis-sens li t-taxxa fuq prodotti ġejjin minn barra l-Ewropa tkun 35% ogħla - u prodotti lokali mhux se jkunu diskriminati favorevolment kontra prodotti mill-EU billi neħħejna l-ETI meta jkun hemm il-levies.", "Bażikament dak huwa l-gist tagħha kollu u mhux veru li l-Gvern ta' qabel tkellem biss fuq erba' prodotti għaliex dak inhar kien hemm lista ta' 400 prodott li, jekk m'iniex sejjer żball, jirrappreżentaw nofs il-lista sħiħa ta' l-items li kien hemm koperti mill- levies dakinhar.", "X'inhuwa l-interess ta' kulħadd meta jkun hemm an international obligation?", "L-interess ta' kulħadd huwa li ma jsir xejn li jiddiskrimina kontra l-interessi tiegħu u aħna, bil-policy li ħadna u bl-abbozz ta' liġi li ppreżentajna, tajna sitwazzjoni adegwata biżżejjed għan-naħa ta' l-EU biex huma jkollhom moħħhom mistrieħ li m'hemm xejn diskriminatorju min-naħa tagħna kontra l-EU products.", "Anzi aħna dan estendejnih ukoll għal non-EU products.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien assolutament ma nistax nifhem.", "Jien staqsejt fuq żewġ klawsoli li qegħdin fil-white paper u issa l-Ministru qalli li dawn inbidlu għaliex il-liġi evolviet minnha.", "Jista' jgħidli kif dawn il- klawsoli m'għadhomx rilevanti issa?", "Fil-liġi ovvjament m'għandna xejn fuq l-international commitments.", "Jien qed ngħid li l-Ministru qed idawwarli s- suġġett għaliex ma nippretendix li jiġi jgħidli li dawn il-klawsoli m'għandniex niddiskutuhom f'dan l-istadju għaliex dawn qegħdin fil-white paper!", "Din hija l-ewwel opportunita' li kellna s'issa sabiex niddiskutu b'mod dettaljat il-liġi u l-implikazzjonijiet tagħha, u dak huwa li qed nagħmel jien għax qed naqdi d-doveri tiegħi.", "Din hija ħaġa li ppubblika dan il-Gvern stess, għadu ma bidel xejn minnha u l-implikazzjonijiet ta' dawn il-klawsoli għadhom hemmhekk f'agreement internazzjonali.", "Allura bilfors wieħed irid jistaqsi x'ġara hawnhekk.", "Il-Gvern ippubblika din il- white paper imma mbagħad donnu warrabha u lanqas biss irid jgħid jekk dawn il-klawsoli humiex qed jiġu miksura u x'negozjati saru.", "It-tieni punt huwa li wieħed irid jifhem li hemm żewġ kategoriji ta' levies; hemm kategoriji li jridu jiġu traded off u hemm kategoriji oħra li jridu jistennew għaliex għad baqagħlhom iż-żmien.", "Jien kont qed ninnegozja fuq dawn il-kategoriji u ma kelli l-ebda pressjoni mill-Unjoni Ewropea rigward levies oħra.", "Aħna konna domna għaddejjin bid-diskussjonijiet għal xhur sħaħ u fil-fatt għandi d-dokumenti dwar dawn id-diskussjonijiet.", "Imma issa x'ġara?", "Il-Gvern ħa pass differenti għar-rigward tas-sħubija fl- Unjoni Ewropea, ħa pass differenti milli nkomplu nnaqqsu l-protezzjoni u ħa pass differenti milli jkollna suq wieħed ma' l-Ewropa u dan kollu wassal għal diffikultajiet.", "Sur President, issa hawnhekk irridu niftakru li qabel ma daħlu l-levies aħna kellna prohibition on certain imports imma l-levies, li minn mindu daħlu dejjem bdew jonqsu, neħħew din il-prohibition.", "Issa minħabba li dan il-Gvern se jdaħħal id-dazji ta' 15% li se jiġri huwa li se jkollu jnaqqas il-protezzjoni ta' 15% across the board.", "Lili din ma tantx togħġobni għax filwaqt li veru li hemm levies li jistgħu jiġu mneħħija - fil-fatt aħna konna qed naħdmu biex inneħħu ċerti levies li ma kenux neċessarji u jekk il- Ministru jkellem liċ-Chamber of Commerce jew lill-Federation of Industry dawn malajr jagħtuh id-dettalji f'dan ir-rigward - hemm levies li huma neċessarji u sensittivi ħafna.", "An across the board reduction ma tkunx ideali għaliex mat-tneħħija ta' ċerti levies wieħed irid jikkombina a restructuring programme biex jara li fl-Ewropa jkollu suq aħjar.", "Per eżempju, jien niskanta kif m'għandniex free access għal-levies fuq il- gallettini u fuq affarijiet simili.", "Fil-fatt kienu għaddejjin negozjati biex ikollna iktar aċċess għal dawn il-levies billi nnaqqsuhom minn fuq 'il barra.", "Biex aħna jkollna iktar aċċess fl-Irlanda fejn nesportaw il- gallettini dawn riedu li aħna nnaqqsu l-levies fuq il-prodotti li ġejjin mill-Ewropa.", "Jien ma nafx x'ġara iktar fuq dan ir-rigward għax xi sentejn ilu l-Unjoni Ewropea żiedet il-protezzjoni fuq il-gallettini - mhux dawk esportati biss minn Malta imma minn diversi postijiet - u fil-fatt in- negozjati għalhekk kienu għaddejjin.", "Issa li nixtieq naf jien huwa li dan it-tip ta' proċess li wieħed qed inaqqas across the board mingħajr ma jiggwadanja xejn ...", "Aħna konna lesti li min-naħa tagħna nnaqqsu l-levies u huma jnaqqsu l-levies tagħhom fuq ċertu tip ta' gallettini u għalkemm ma wasalniex fejn xtaqna - għax aħna konna nixtiequ li jneħħu l-levies kollha u huma xtaqu li aħna nagħmlu l-istess, pero' aħna ma stajniex nagħmlu hekk għax dan huwa prodott sensittiv - kienu għaddejjin dawn it-tip ta' diskussjonijiet imma mbagħad meta nbidlet it-triq inbidlu l-parametri.", "Sur President, fil-fatt il-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea tidher li nbidlet għax jien kelli diskussjonijiet ma' diversi commissioners u bħala ministru responsabbli mill-industrija u mill-kummerċ kont ili naħdem fuq dan is-suġġett għall-aħħar sena u nofs ta' qabel l-elezzjoni mingħajr ma kelli diffikultajiet.", "Irrid ngħid li l-ebda ambaxxatur u l-ebda commissioner qatt ma qal li għandna xi diffikultajiet, anzi dawn qalulna biex nibdew in-negozjati fuq dan ir-rigward meta nibdew ninnegozjaw għas- sħubija fl-Unjoni Ewropea u qalulna wkoll biex ma nagħmlu l-ebda tnaqqis across the board, kif qed jipproponi dan il-Gvern minħabba l-introduzzjoni tad-dazji.", "Sur President, allura hawnhekk ikolli nerġa' nistaqsi jekk sarux xi diskussjonijiet jew xi komunikazzjoniet fuq dawn il-klawsoli biex 'il quddiem ħadd ma jgħid li qed tinkiser xi klawsola.", "Jien li rrid huwa li ma jkollniex diffikultajiet għal pajjiżna u għalhekk qed nipprova niftaħ għajnejn il-Gvern u qed nipprova niddiskuti b'mod rational, b'mod loġiku u b'sens komun, pero' jiddispjaċini ngħid li s'issa l-Onor.", "Membri tal-Gvern m'humiex qed jirrispondu għall-queries li qed isiru.", "Jien m'iniex qed nivvinta d-diffikultajiet imma qed nuri lill-Gvern x'diffikultajiet jeżistu u qed nistenna risposta għalihom pero' s'issa għadni m'iniex sodisfatt bir- risposti li qed jingħataw.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif għidt iktar kmieni tajna l-assigurazzjonijiet neċessarji fuq l-obbligi internazzjonali tagħna u s'issa ħadd ma staqsa x'inhi l-pożizzjoni tagħna f'dan ir-rigward.", "Jien ma nafx għaliex l-Onor.", "Josef Bonnici qed jipprova joħloq id-dubji u s-suspetti at this point, pero' ma rridx inkun polemikuż u nippreferi nieqaf hawn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien kont ġentili ħafna fil-mod kif tkellimt.", "Jien ma tkellimtx b'mod allarmista jew ipprovajt noħloq xi dubji u suspetti.", "Onor. Brincat, inti bqajt ma rrispondejtnix għall-mistoqsijiet li għamiltlek.", "(Interruzzjonijiet) Imma tgħidlix li qed nipprova noħloq id- dubji u s-suspetti!", "Din bħal meta intom tgħidulna li aħna qed nimbottaw il- prezzijiet 'il fuq għax ngħidu li xi prezzijiet se jogħlew.", "(Interruzzjonijiet) Imma mhux tiġi tgħidli li qed nipprova noħloq id-dubji u s-suspetti għax hawnhekk jien qed nagħmel xogħli.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda għall-klawsola 11 kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru fis- seduta Nru. 71 tas-26 ta' Mejju.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din il-votazzjoni għandha tittieħed wara l-ħin tad-9.00 p.m tal-lejla.", "Klawsola 12 - Eżenzjonijiet dwar importazzjonijiet.", "Clause 12 - Exemptions on imports.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, l-eżenzjonijiet li hemm fl-Ewwel Skeda ta' klawsola 12 huma prattikament l-istess eżenzjonijiet li jeżistu llum taħt il-liġi dwar il-VAT - fil-fatt aħna għalhekk qed ngħidu li b'dan l- abbozz ta' liġi m'hu qed jinbidel xejn - imma qed jidħlu tliet eżenzjonijiet oħra.", "Waħda minn dawn l-eżenzjonijiet tittratta dwar l- industrial capital equipment u din kellha tidħol bilfors - hawnhekk fejn jibdew iqumu l-komplikazzjonijiet - għax peress li s-sistema tar-refunds tneħħiet bilfors kellha tidħol xi tip ta' eżenzjoni f'dan ir-rigward.", "Jien ma nafx kemm dawn japplikaw għal, ngħidu aħna, il-qasam tat-turiżmu u meta wieħed jara x'hemm eżentat fl-industrial capital equipment isib li hemm ħafna makkinarju li m'huwiex eżentat mid-dazju.", "Fil-fatt ħafna affarijiet li jintużaw fil-qasam ta' l-industrija bħala kapital, bħal ngħidu aħna machinery spare parts, illum bil-VAT ma titħallas l-ebda taxxa fuqhom imma mill-1 ta' Lulju, minħabba li m'humiex inklużi f'dawn ix-schedules, se tibda titħallas it-taxxa fuqhom.", "L-istess nistgħu ngħidu għal diversi prodotti li jintużaw fil-qasam ta' l-agrikoltura għaliex filwaqt li dawn illum huma eżentati mit-taxxa issa b'dan l-abbozz ta' liġi se jibda jitħallas id-dazju fuqhom.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li partita 26 ta' l-Ewwel Skeda tgħid li dawk l-oġġetti kollha li għandhom levy - fil-fatt nixtieq li l-Ministru jikkonfermali li qed nifhmu tajjeb dan il-paragrafu - mhux se jkollhom ETI fuqhom.", "Jiġifieri dawk il-prodotti li fuqhom għandhom levy ta' inqas minn 15% se jidħlu Malta b'din it-tip ta' levy meta kollox dieħel at 15%?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hekk jirriżultali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien m'iniex qed nistaqsik x'jirriżultalek imma jekk huwiex hekk.", "B'dan il-mod dawk l-affarijiet li għandhom il-levy - għax sibna li kellhom bżonn protezzjoni - issa mhux talli se nneħħulhom il-levy imma talli t-total duty fuq l-importazzjoni se nagħmluh inqas min-normal, jiġifieri issa se nagħtu inċentiv biex dawn l-affarijiet jiġu importati.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Onor. Dalli, l-ETI se tidħol fuq dawk l-affarijiet li għandhom levy iżjed baxxa.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma din ma tirriżulta minn imkien fl-abbozz ta' liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nista' nikkonferma li l-Local Manufacturers (Promotion) Act se tiġi emendata permezz ta' regolamenti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk dik il-liġi tiġi emendata se jintmessu l-levies.", "Jiġifieri issa fejn il-levies jammontaw għal inqas minn 15% se nżiduhom għal 15%?", "Kulma ridna nagħmlu kien li fil-liġi ngħidu \"whichever is the greater\".", "Dik hi s-soluzzjoni u mhux toqogħdu tbagħbsu dawn l-affarijiet!", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li meta rriferejt għar-regolamenti li jemendaw il-Local Manufacturers (Promotion) Act stajt tajt impressjoni konfliġġenti u għalhekk ikun aħjar jekk nippreċiża l-pożizzjoni tagħna fuq dan ir- rigward.", "Aħna ftehimna ma' l-Unjoni Ewropea li kull fejn ikun hemm levy se jkun hemm exemption mill-ETI.", "F'każ li l-levy tkun inqas minn 15% din se titneħħa permezz ta' regolamenti, l-eżenzjoni ma tapplikax iżjed u l- prodott ikun soġġett biss għall-ETI.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien jiddispjaċini li qed ningħataw dawn it-tip ta' risposti.", "Qed ngħid dan għax ftit ilu l-Ministru qal li ma kellux diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea u issa qed jgħid li għamlu ftehim ma' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Inti ftit ilu għidt li ma ddiskutejtux dan l-abbozz ta' liġi ma' l-Unjoni Ewropea - din qiegħda recorded - u issa qed tgħid li ftehimtu ma' l-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien għidt li ma' l-Unjoni Ewropea ma kienx hemm nuqqas ta' qbil dwar l-obbligi internazzjonali għax l-Onor.", "Josef Bonnici ta wieħed x'jifhem li ma konniex qegħdin in order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien fhimtek tgħid li ma sarux diskussjonijiet.", "Issa mbagħad naraw x'jgħidu r-records.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ħalli nippreċiża x'għidt għax jien naf eżattament x'għidt.", "Jien ma għidtx li aħna ma tkellimniex ma' l-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd jaf li kien hawn delegazzjoni hawn Malta imma peress li ċerti gazzetti bdew jallegaw li din id-delegazzjoni kienet ġejja Malta minħabba li kien hemm suspetti serji li aħna konna qed niksru l-obbligi internazzjonali, jien għidt li b'riżultat ta' dawn it-taħdidiet ħareġ ċar li Malta ma kenitx qed tikser l-obbligi internazzjonali tagħha, xejn iżjed u xejn inqas.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Milli jidher l-esperti qed jissuġġerixxu lill-Ministru jagħmel xi regolamenti biex tiġi emendata l-Local Manufacturers (Promotion) Act.", "Ma jafux l-esperti li meta tkun trid iżżid xi levy dan ma tistax tagħmlu billi sempliċement tagħmel xi regolamenti imma trid bilfors tgħaddi liġi?", "(Interruzzjonijiet) Imma mhux bilfors li hekk irid isir!", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ejjew nibdew mill-bidu ħalli nifhmu x'aħna ngħidu.", "Sur President, aħna qed ngħidu li hemm levies li jammontaw għal inqas minn 15%.", "Issa l-Ministru qed jgħid li fejn hemm levies mhux se jkun hemm ETI.", "GĦalhekk jista' jirriżulta l-fatt li dawk il-prodotti li llum għandhom levy ta' inqas minn 15% mhux se tibda titħallas ETI fuqhom u se nibqgħu b'import tax ta' inqas minn 15% fuq ċerti prodotti.", "Issa x'se jsir biex tiġi rranġata din is-sitwazzjoni?", "Jien ngħid li kieku d-drafting ta' dan l-abbozz ta' liġi sar suret in-nies ma kenitx tinħoloq din il-problema.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nerġa' ngħid li meta l-prodotti jkollhom il-levy fuqhom dawn se jkollhom exemption mill-ETI.", "Fejn il-levy tkun inqas minn 15% din se titneħħa b'regolamenti, l-eżenzjoni ma tapplikax iżjed u b'hekk il-prodott ikun soġġett biss għall-ETI.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien m'iniex se nitkellem iktar bħalma għamilt fil- klawsoli l-oħra kollha imma rrid ngħid li dan mhux il-każ.", "Jekk il- Ministru jaħseb li jista' jiġbor 15% mid-dwana jien nista' ngħidlu minn issa li mhux se jiġborhom għax b'dan l-abbozz ta' liġi jkun illegali li jiġborhom.", "Issa jagħmel hu u ma jien se ngħid xejn iżjed fuq dan ir- rigward għax ma nistax nifhem kif jibqgħu jsostnu xi ħaġa li hi żbaljata.", "Aħna qed nipprovaw ngħinukom.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-esperti għadhom kif qed jerġgħu jikkonfermawli dak li għidt ftit ilu, jiġifieri li l-Local Manufacturers (Promotion) Act jista' jiġi emendat by regulation biex titneħħa xi levy.", "Kieku ridna nżidu xi levy kont napprezza li rridu bilfors ngħaddu abbozz ta' liġi imma biex inneħħu levy l-liġi tista' tiġi emendata by regulation.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jien ħassejt li kelli nagħmel intervent qasir biex ngħid xi ħaġa rigward l-Ewwel Skeda, partikolarment dwar dik il-parti li tittratta dwar l-eżenzjonijiet għall-qasam tal-biedja u s-sajd.", "Meta wieħed jaqra ċerti gazzetti jieħu l-impressjoni li l-qasam tal-biedja u sajd se jkun eżenti mit-taxxa ta' l-importazzjoni, jiġifieri mill-ETI, u għalhekk ta' min jgħid lil min qed jismagħna fuq ir-radju li jekk wieħed jaqra t-tifsiriet tat-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda ta' dan l- abbozz ta' liġi jsib li f'paragrafu (e) l-frażi \"oġġetti li jintużaw biss fl-agrikoltura u fis-sajd\" tfisser", "\"... l-oġġetti speċifikati fit-Tariffa tad-Dwana li hemm fl-Ewwel Skeda ta' l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni li għandhom is- subintestaturi li ġejjin:\",", "u mbagħad għandek lista ta' 12-il linja ta' subintestaturi.", "Fil-fatt meta wieħed jifli dawn l-affarijiet isib li mill-1 ta' Lulju fuq ħafna mill- oġġetti essenzjali li jintużaw fil-biedja u fis-sajd se jibda jkun hemm taxxa ta' mill-inqas 15% matul is-sena kollha, liema oġġetti sal-lum il- bidwi u s-sajjied qed jieħu r-refund tal-VAT għalihom.", "Ħalli nsemmi xi eżempji ta' dan li qed ngħid.", "Sur President, filwaqt li bil-liġi preżenti l-bidwi qed jieħu refund tal- VAT li jħallas fuq l-ispare parts ta' l-inġenji kollha li jintużaw fir- raba', bħal makna tad-dris u mutur tal-ħart, mill-1 ta' Lulju dan se jkollu jħallas it-taxxa ta' l-ETI ta' mill-inqas 15% fuq l-ispare parts kollha ta' dawn l-inġenji.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-pompi ta' l-ilma.", "Aħna li tant niftaħru li rridu mmexxu l-qasam tal-biedja 'l quddiem nafu li dan il- qasam jista' jimxi 'l quddiem biss jekk ikun hemm l-ilma.", "Imma minkejja dan, filwaqt li llum il-bidwi mhux qed iħallas taxxi fuq il-pompi ta' l- ilma li tant juża, mill-1 ta' Lulju dan fuqhom mill-inqas se jkollu jħallas taxxa ta' 15%.", "Sur President, bħalma qal il-bieraħ sieħbi l-Onor.", "John Dalli se jiddaħħlu wkoll dazji extra fuq il-fertilizers u filwaqt li sal-lum fuq iċ- chain-saws - dak l-apparat li l-bidwi juża biex jiżbor is-siġar il-kbar - il-bidwi kien jieħu refund tal-VAT li jkun ħallas, mill-1 ta' Lulju fuq dan l-apparat il-bidwi se jkollu jibda jħallas mill-inqas 15% taxxa ta' l-ETI.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-pressure washers li jintużaw ħafna mir- raħħala biex jaħslu l-irziezet tagħhom għax filwaqt li sal-lum fuq dan l- apparat il-bidwi kien qed jieħu r-refund tal-VAT lura mill-1 ta' Lulju dan fuqu se jibda jkollu jħallas mill-inqas 15% ETI.", "Imbagħad għandek oġġett importanti ħafna.", "Sur President, fil-qasam tal-biedja saret rivoluzzjoni importanti permezz tad-drip irrigation, pero' peress li dan l-apparat fih ammont ta' plastic, bħal pajpijiet, fittings, filters, viti u valves - nistgħu ngħidu li l- bidwi jkollu jixtri dan l-apparat kull sena għax minħabba li jitħalla fix- xemx iservi xi sena biss - issa l-bidwi se jibda jkollu jħallas 15% ETI fuqu.", "Hawn ma rridux ninsew ngħidu wkoll li mill-1 ta' Lulju l-bidwi se jibda jkollu jħallas l-ETI fuq is-sheets u fuq il-films tal-plastic li jintużaw għas-serer.", "Illum il-bidwi qed jimmodernizza ruħu billi qed jagħmel tunnels, li jkunu qishom serer żgħar, li jkunu baxxi żewġ piedi u jinfurrahom bix-sheets jew bil-films tal-plastic, imma filwaqt li sal-lum meta jixtri dan il-materjal il-bidwi qed jieħu r-refund tal-VAT, mill-1 ta' Lulju dan se jibda jkollu jħallas mill-inqas 15% ETI plus l-ETP.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Fenech Adami qed ifakkarni li kemm il-films kif ukoll ix-sheets tal-plastic jiġu mill-pajjiżi ta' l-Asja u għalhekk fuq dawn, mill-1 ta' Lulju se jibda jkun hemm taxxa ta' madwar 29%.", "Hawn ta' min isemmi wkoll il-generators ta' l-elettriku li jintużaw minn ħafna bdiewa, raħħala u sajjieda għax fejn illum meta jixtru dawn it-tip ta' generators qed jieħdu r-refund tal-VAT li hemm fuqhom, mill-1 ta' Lulju dawn se jibda jkollhom iħallsu d-dazju fuqhom.", "Ta' min isemmi wkoll li fuq il-bini ta' serer se jibda jkun hemm it-taxxa ta' l-ETP u dan minbarra li jrid jitħallas id-dazju anke fuq il-materjal tal-plastic, tal-ħġieġ, tal- metall u ta' l-aluminium li jintuża biex jinbnew dawn is-serer.", "Sur President, fil-fatt anke fuq il-bini tal-ġwiebi se tibda tidħol l-ETP u filwaqt li llum meta bidwi jkun irid jibni ġiebja jħallas il-VAT u mbagħad japplika biex jieħu refund, b'din il-liġi, li kif għidt se teqred lill-oqsma tal-biedja u sajd, il-bidwi se jkollu jħallas l-ETP mingħajr ma jieħu flus lura.", "Per eżempju, sal- lum il-bidwi, ir-raħħal u s-sajjied qed jieħdu r-refunds kollha tal-VAT li jħallsu għas-servizzi ta' electrician u ta' plumber - kulħadd jaf li meta l-bdiewa jiġu biex iwittu l-pajpijiet tad- drip irrigation fir-raba' tagħhom iqabbdu lil xi plumber professjonali - imma mill-1 ta' Lulju dawn se jibda jkollhom iħallsu t-taxxi fuq dawn is- servizzi wkoll.", "Sur President, punt ieħor li rrid nagħmel huwa li l-bdiewa jkollhom ibiddlu l-makna tat-tractor ta' ċertu kobor kull erba' jew ħames snin u biex bidwi jixtri makna tajba jkollu jonfoq madwar Lm1,000.", "Sal-lum il- 15% VAT li jkun ħallas biex jixtri din il-makna qed jerġa' jeħodhom lura, pero' mill-1 ta' Lulju l-bidwi se jkollu jħallas l-ETI fuqha jekk mhux ukoll l-ETP.", "Sur President, imbagħad hemm oġġetti oħra li m'humiex qegħdin imniżżlin f'din l-Iskeda, bħal ngħidu aħna l-weighing machines.", "Kulħadd jaf li qabel ma l-bidwi, ir-raħħal u s-sajjied jieħdu l-prodotti tagħhom il-pitkalija, il-biċċerija u l-pixkerija dawn jiżnuhom u għal dan il-għan ovvjament ikollhom bżonn miżien.", "Imma fejn sal-lum dawn qed jieħdu refund tal-VAT li jħallsu fuq il-miżien, mill-1 ta' Lulju dawn se jibda jkollhom iħallsu kemm l-ETI kif ukoll l-ETP meta jixtru dan l-apparat.", "Sur President, jien naħseb li b'dan l-abbozz ta' liġi qed naqilbu lil pajjiżna ta' taħt fuq.", "Skond kalkolu li għamilt - biex min qed jismagħni jifhem x'qed ngħid - illum jekk bidwi li jaħdem għal rasu ibigħ Lm12,000 fi prodotti, minn dawn għandu 45% spejjeż u dawn l-ispejjeż jikkonsistu b'mod partikolari fid-drip irrigation u fl-ispare parts.", "Dan ifisser li bidwi li jbigħ Lm12,000 fi prodotti jħallas Lm5,400 minnhom fi spejjeż u jieħu refund ta' 15% VAT - jiġifieri ta' Lm810 - imma b'dan l-abbozz ta' liġi, peress li 70% ta' l-ispejjeż il-bidwi jrid jagħmilhom sena wara l-oħra għax huma consumables - hawn irrid ngħid lill-bdiewa kollha li f'dan l-abbozz ta' liġi l-consumables m'humiex eżentati mill-ħlas ta' l-ETI - dan se jibda jkollu jħallas 0.7 ta' 15% fuq Lm5,400 u għalhekk kull sena l-bidwi se jibda jħallas iżjed minn Lm567 fuq turnover ta' Lm12,000.", "Ovvjament dawn il-Lm567 issa jew se jonqsu mill-qligħ tal-bidwi jew inkella se jkollu jagħmel tajjeb għalihom il-konsumatur.", "Sur President, issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-qasam tas-sajd.", "Hawnhekk qisna qed nistadu u qed nipprovaw naqbdu l-ħut b'gamblu jinten għax permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi s-sajjieda se jkollhom iħallsu aktar għas-snanar.", "GĦalkemm is-sunnara hija l-iktar oġġett li juża s-sajjied dan l-abbozz ta' liġi qed jimponi taxxa fuq is-snanar tas-sajd ukoll.", "Jiġifieri minkejja l- ħafna ftaħir li jsir f'dan il-Parlament issa lis-sajjied se nġiegħluh iħallas it-taxxa ta' l-ETI - jekk mhux ukoll ta' l-ETP għax dan jiġi determinat skond id-dħul tiegħu - fuq kull sunnara li jixtri.", "Hemm ukoll oġġetti essenzjali oħra għall-qasam tas-sajd li dan l-abbozz ta' liġi mhux qed jeżentahom mit-taxxa meta sa llum is-sajjied kien jieħu refund tal-VAT li jkun jħallas.", "Fil-fatt sal-lum fuq kull oġġett li jintuża għall-biedja u għas-sajd il-bidwi, ir-raħħal u s-sajjied kien qed jieħu refund tat-taxxa li jħallas, pero' mill-1 ta' Lulju 'l quddiem mhux hekk se jiġri.", "Kif għidt diġa', issa anke fuq is-snanar se jkollu jħallas it-taxxi s-sajjied minkejja l-ftaħir kollu li smajna li lis-sajjied se ngħallmuh jaqbad il-ħut u jġibu b'mod ippreżentat tajjeb lill-mara tad-dar!", "L-ewwelnett jekk sajjied jaqbad il-ħut u jkun madwar 100 mil 'il barra mill-kosta, b'liema mod jista' jwasslu għand il-mara tad-dar b'mod preżentabbli?", "Dan jista' jagħmlu jekk ikollu l-freezers u l-ice making machines, imma hawnhekk lis- sajjieda qegħdin ngħidulhom li mill-1 ta' Lulju biex jixtru ice making machines u freezers se jibda jkollhom iħallsu 15% ETI u 6% ETP u jekk dawn ikunu ġejjin mill-Asja t-taxxa titla' aktar mill-famuża 25% li kienu juruna fuq it-television qabel l-elezzjoni.", "Mr Chairman, min qed jippilota din il-liġi donnu jaħseb li s-sajjied għandu joħroġ bil-luzzu, joqgħod idur fil-bajja ta' Marsaxlokk jara ċ- ċumnija ta' Delimara u jerġa' jidħol lura!", "Illum s-sajjied joħroġ 100 mil jew 150 mil 'il barra u allura għandu bżonn dawk li jissejħu navigational instruments and appliances bħalma huma l-global positioning system li tintuża mis-sajjied biex ikun jaf fejn hu u jara liema rotta jrid jaqbad.", "Għandu bżonn il-global positioning system u l-echo sounder biex jara kemm hemm fond u jekk ikun bniedem tas-sengħa sewwa jkun jista' jara l-ħut 'il fejn jagħmel.", "Jekk is-sajjied ikun għaddej fil-maltemp jew fid-dlam għandu bżonn radar u VHF radio ħalli jkun jaf x'hemm madwaru.", "Jien qed insemmi biss dawn l-erba' affarijiet li s-sajjied li jixtrihom sat-30 ta' Ġunju se jieħu r-refund tal-VAT lura u jekk jixtri dan l-apparat wara l-1 ta' Lulju, skond kif qed jgħid il-Prim Ministru, se jibda jkollu jħallas l-ETI u l- ETP, jiġifieri bejn 20% u 30% iżjed.", "Mr Chairman, irrid ngħid li din il-liġi hija ġennata għaliex se tkompli tgħolli l-ħajja u tnaqqas il-qligħ lis-sajjied, lir-raħħal u lill-bidwi u dan ovvjament se jkun rifless fl-għoli tal-prodotti li se jkompli jgħolli l- ispiża tal-ħajja f'pajjiżna.", "Dan imur kontra dak li kien wiegħed il-Prim Ministru meta qal li se jneħħi l-VAT biex iraħħas il-prezzijiet.", "Nispera li min qed jippilota l-liġi jagħti kas ta' dawn l-affarijiet li għadni kif semmejt għaliex inkella se nispiċċaw neqirdu l-industriji tal-biedja u s- sajd li l-Gvern preċedenti tant investa u għen sabiex ipoġġihom fuq sisien sodi.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, jien smajt b'ċerta attenzjoni d-diskors - ħsibt li konna qegħdin fis-Second Reading! - li għamel il-kollega tiegħi u naħseb li l-unika ħaġa li nista' ngħidlu fiċ-ċirkostanzi hi biex jirriferi daqsxejn għall-abbozz ta' liġi nnifsu u jsib partita 28 ta' l- Ewwel Skeda li tgħid ċar u tond: \"The importation of goods solely for agricultural or fishing use as defined in Part Two of the Second Schedule to this Act and when certified and approved as such by the Minister responsible for agriculture or the Minister responsible for fisheries, as the case may be.\".", "Hemmhekk hemm l-eżenzjonijiet kollha li qed nitkellmu dwarhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għandu jkun hawnhekk hawn nies li qegħdin jitkellmu bil-Grieg, oħrajn qed jitkellmu bit-Tork u oħrajn bir-Russu!", "Jiena se naqra x'hawn miktub f'paragrafu (e) tat-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda ħalli nitkellmu bil-Malti pur u ċar.", "Dan il-paragrafu jgħid hekk: \"\"oġġetti li jintużaw biss fl-agrikolu u fis-sajd\" tfisser l-oġġetti speċifikati fit-Tariffa tad-Dwana li hemm fl-Ewwel Skeda ta' l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni li għandhom is-subintestaturi li ġejjin: ...\", u ma' l-affarijiet li hemm imsemmija m'hemmx dawk li semmejt jien.", "F'dan il-paragrafu ma tawx l-ismijiet imma taw biss in-numri.", "Hawn ġew għandna nittrattaw lil xulxin ta' nies u m'għandniex nagħtu n-numri biss.", "Meta fittixna x'isarfu dawn in-numri sibna li dawk l-affarijiet kollha li għadni kif semmejt, jiġifieri l-ispare parts, il-pompi ta' l-ilma, id-drip irrigation u n-navigation equipment ma kenux inklużi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANĠELO REFALO: Sur President, taħt l-istess nomenklaturi jissemmew xi aġevolazzjonijiet għall-industrija tat-turiżmu.", "Xtaqt konferma mingħand il-Gvern jekk dawn humiex l-istess oġġetti li kienu eżistenti taħt il-VAT u jekk kienx iż-żmien allura li wieħed iħares lejn l- istadju li kien wasal fih it-turiżmu u minflok ma jikkonċentra biss fuq il- lukandi jikkonċentra wkoll biex jaġevola espansjoni u titjib tal-prodott.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Jista', jekk jogħġbu, l-Onor.", "Membru jispeċifika aħjar xi jrid jgħid, għaliex ma fhimtux eżatt?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANĠELO REFALO: Jien għidt li taħt il-VAT - ovvjament din kienet riproduzzjoni mill-IDA stess li hija mnissla mill-Aids to Industries Ordinance l-antika - kien hemm lista ta' prodotti u oġġetti li l-lukandi kienu jkunu jistgħu jimportaw duty free.", "Dan kien isir sabiex ngħinu fil- kostruzzjoni tal-lukandi u anke fil-każ tar-refurbishments.", "Il-punt li qed nagħmel hawn huwa jekk wasalx iż-żmien meta minbarra li nħarsu lejn il-bini ta' lukandi u r-refurbishment nibdew nħarsu wkoll lejn l-espansjoni ta' l- industrija tat-turiżmu, mhux sempliċement fil-carrying capacity, li tfisser ir-refurbishsment u l-bini ta' lukandi, imma anke d-diversifikazzjoni ta' l- offerta Maltija.", "Fi kliem ieħor, jekk irrid nibni golf course x'hemm li jaġevolani?", "Ma naħsibx li hemm wisq għaliex m'huwiex kostruzzjoni ta' lukanda.", "Dan hu l-argument tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li huwa tajjeb li nieħdu nota ta' dan is- suġġeriment mhux biex nittrattawh issa imma biex niddiskutuh aktar 'il quddiem għaliex naħseb li ta' min iħares lejh.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, se nirritorna għall-punt li għamel l- Onor. Ninu Zammit rigward l-agrikoltura.", "Il-Ministru Brincat qal li l-liġi tista' tagħtik eżenzjoni bil-konċessjoni tal-ministru responsabbli mill- agrikoltura, pero' huwa tajjeb li wieħed jenfasizza l-punt li l-items li semma l-Onor.", "Zammit u bosta oħrajn ma jaqgħux taħt il-lista li l-liġi tgħid li huma prodotti għall-agrikoltura.", "Allura dan ifisser li numru ta' prodotti li jintużaw għall-agrikoltura se jeħlu taxxi ġodda.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li l-problema qed tinqala' għaliex f'partita 28 ta' l-Ewwel Skeda għandna \"and\" meta din trid tiġi \"or\".", "Fil-fatt 'il quddiem se nressaq emenda fis-sens li din tiġi taqra:", "\"The importation of goods solely for agricultural or fishing use as defined in Part Two of the Second Schedule to this Act or when certified and approved as such by the Minister responsible for agriculture or the Minister responsible for fisheries, as the case may be\".", "Jiġifieri minflok \"and\" trid tiġi \"or\", għalhekk ma kontx qed nifhem x'inhu jintqal.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jien naħseb li din l-emenda l-Prim Ministru ħaseb fiha issa għaliex aħna ngħatajna kopja ta' l-emendi kollha u safejn naf jien din ma tidhirx magħhom.", "Jekk il-Prim Ministru ddeċieda li jżidha issa, wieħed jista' jaċċettaha, imma safejn naf jien din ma kenitx hemm qabel.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Ċensu Galea għandu dritt jinterpreta kif irid x'ħaseb u ma ħasibx il-Prim Ministru.", "Dik affari tiegħu, pero' jien ċert li din l-emenda qed tidher fit-text li għandi quddiemi u ċert li kienet fl- intenzjoni tagħna meta għamilniha.", "F'dan il-każ hemm problema fid-drafting u qed tiġi korretta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Chairman, nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru, ħalli nkunu ċari, jekk l-affarijiet li għadni kif semmejt - li skond kif inhu propost fil-liġi se tibda titħallas it-taxxa fuqhom, bħalma huma l- ispare parts ta' l-inġenji kollha, il-pompi ta' l-ilma, id-drip irrigation, ix-shades tal-plastic, in-navigation radars u s-snanar tas-sajd - humiex se jkunu eżenti.", "Se ssir emenda biex teżentawhom jew mill-1 ta' Lulju l- bidwi, s-sajjied u r-raħħal se jkollhom iħallsu l-ETI u l-ETP fuqhom bir- rata ta' madwar 20% u 30%?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Trid tifhem li hemm ċerti prodotti li jużawhom il- bdiewa u s-sajjieda fix-xogħol tagħhom u mbagħad jużawhom ukoll ċittadini konsumaturi oħra.", "Meta jkunu qegħdin jużawhom il-bdiewa, il-ministru tal- biedja u sajd se jkollu d-dritt li jeżentahom.", "Pero' imbagħad ma nistgħux li kull filter pump - jista' jużah kull ċittadin għas-swimming pool tiegħu - ngħadduh awtomatikament.", "Jekk il-ministeru tal-biedja u sajd jiċċertifika li dan se jintuża in good faith iva.", "Fil-każ ta' bidwi part- time ma nafx - speċjalment jekk ikun ċertu tip ta' bidwi part-time! - imma meta jkun konsumatur ħaġa oħra.", "Dan huwa l-punt.", "MR CHAIRMAN: L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur Prim Ministru, jiġifieri inti qed tgħid li l- bdiewa part-time se jibdew iħallsu t-taxxa bilfors.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, jien qed ngħid li hemm part-time u part-time.", "Jekk jien m'iniex bidwi u qed nippoża ta' bidwi part-time il-ministru m'huwiex se jeżentani, imma jekk inkun bidwi part-time bona fide u l- ministru jkun jaf b'dan se jeżentani.", "Dak kollox.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mela dan ifisser li se nerġgħu mmorru għas-sistema l- antika li jkollok toqgħod tmur fid-dipartiment issib lil Peppu jew lil Ġanni biex tara jekk intix eżenti jew le, minbarra l-allegazzjonijiet ta' karti li jgħaddu minn taħt.", "Mela se nerġgħu mmorru lura għas-sistema li tinqeda skond lil min taf!", "Se nerġgħu niġu għall-istat tal-parrinu fejn biex bidwi, sajjied jew raħħal jieħu refund fuq oġġett li jintuża għax-xogħol tiegħu jrid ikollu l- parrinu!", "Dan huwa kontra l-mod kif konna mexjin.", "Kif qed jgħid il-Prim Ministru, jekk jien, Ninu Zammit, irrid nixtri pompa ta' l-ilma - m'għandix swimming pool imma ejja ngħidu li nagħmel swimming pool - biex nieħu r- refund fuqha jien irrid nipproduċi l-VAT No. Jekk jien se mmur nixtri pompa ta' l-ilma u nkun reġistrat ...", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux VAT No., se nsemmuh xi ħaġa oħra.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Le, jien qed ngħidlek sal-lum.", "Jekk nixtri pompa ta' l-ilma u lill-aġent nagħtih il-VAT No., nieħu r-refund.", "Sal-lum il-bidwi li huwa reġistrat kien imur jixtri l-oġġetti u jieħu r-refund għax kien reġistrat.", "Din hija komplikazzjoni bla bżonn u tal-ġenn.", "Ma nafx għaliex dawn l-affarijiet li tant huma ċari m'intomx tarawhom daqshekk ċari.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħalli nippreċiża x'aħna ngħidu.", "Partita 28 ta' l- Ewwel Skeda tgħid:", "\"L-importazzjoni ta' oġġetti li jintużaw biss fl-agrikoltura u fis- sajd meta dawk l-oġġetti jkunu ċertifikati u approvati mill-Ministru responsabbli għall-agrikoltura jew mill-Ministru responsabbli għas- sajd\",", "u issa l-emenda tkompli tgħid \"kif imfisser fit-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda li tinsab ma' dan l-Att\".", "Jiġifieri qabel kienet fid-diskrezzjoni tal-ministru li jgħid liema huma dawn l-oġġetti, imma issa l-emenda qiegħda tgħid lill-ministru li dawk biss li hemm fit-Tieni Skeda jista' jagħti l- permess għalihom.", "L-emenda hekk naqraha jiena.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħu paċenzja, aqra ftit x'jgħid it-test Ingliż.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma fil-liġi t-test Malti jipprevali Normalment jiena t-test Ingliż naqra, pero' f'dan il-każ qed naqra t-test Malti għaliex it-test Malti jipprevali fil-liġi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-punt mhux dan.", "Aħna qed nipprovaw nistabilixxu xi trid tagħmel il-liġi.", "Jekk hemm żball fit-test Malti nirranġawh.", "M'hijiex problema.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, mhux żball.", "Qed ngħidu x'inhu l-konċett.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nifhmu l-konċett l-ewwel.", "Il-konċett ħudu mit- test Ingliż.", "Neħħi \"and\" u għamel \"or\" u nitilqu minn hemm; dak ikun il- konċett.", "Imbagħad naraw il-Malti huwiex konformi u f'każ li m'huwiex nibdluh, m'hijiex problema.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' m'għandix emenda ta' \"and\" u \"or\" hawn.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, mid-dehra lanqas bdejtu taqraw l-Ewwel Skeda.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma fl-emenda li tajtna m'hemmx l-emenda fit-test Ingliż ta' \"and\" għal \"or\".", "THE CHAIRMAN: L-emendi għadhom ma tressqux.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għandek raġun.", "Jirriżulta li kemm fit-test Ingliż kif ukoll fit-test Malti hemm żball, as easy as that.", "Imma ejja nikkonċentraw fuq x'inhu l-konċett u mbagħad nitilqu minn hemm.", "Issa l- konċett huwa dan u jekk tippermettuli se naqrah bl-Ingliż:", "\"The importation of goods solely for agricultural or fishing use as defined in Part Two of the Second Schedule to this Act or when certified and approved as such by the Minister responsible for agriculture or the Minister responsible for fisheries, as the case may be.\"", "Dak huwa l-konċett li dejjem kelli f'moħħi.", "Issa qed naraw li t-test mhux qed ikun daqshekk preċiż.", "Jekk issa qed naqblu fuq il-konċett ngħaddu biex nemendaw it-test.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, fuq il-konċett m'aħniex naqblu.", "Jien qed nifhem x'qed tipprova tagħmel imma fuq il-konċett ma naqblux għax fl-opinjoni tagħna l-aħjar li tibqa' kif inhi llum, li awtomatikament jieħdu refund ta' kollox u mhux għal kull ħaġa bidwi issa jrid imur fid-dipartiment jitlob permess.", "Ċertament li ma naqblux ma' dan aħna.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa taqbel miegħu jew ma taqbilx hija ħaġa differenti.", "U lanqas m'huwa l-fatt li \"kull ħaġa\" għaliex fil-klawsola hemm li kull ħaġa, apparti minn dawk li huma definti fit-Tieni Parti ta' l- Iskeda.", "Jiġifieri anke hemm m'aħniex qed naqblu fuq l-interpretazzjoni; għax aħna qegħdin ngħidu li huma eżenti dawk l-oġġetti li qegħdin imsemmija fit-Tieni Skeda u over and above that imbagħad ikollok il-permess tal- ministeru ta' l-agrikoltura jew tas-sajd.", "Mr Chairman, hawnhekk se nipproponi l-emenda għall-Ewwel Skeda li rriferejt għaliha aktar kmieni:", "\"H\" L-Ewwel Skeda", "L-Ewwel Skeda għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fit-test Malti tal-partita 18, minflok il-kellma \"tielet\" għandha tidħol il-kelma \"tieni\";", "(b) fit-test Malti tal-partita 28, minflok il-kliem \"fis-sajd meta\" għandhom jidħlu l-kliem \"fis-sajd kif imfisser fit-Tieni Taqsima tat- Tieni Skeda li tinsab ma' dan l-Att jew meta\"; u fit-test Ingliż minflok il-kliem \"and when\" għandhom jidħlu l-kliem \"or when\";", "(c) minnufih wara l-partita 28, għandha tidħol il-partita li ġejja:", "\"29.", "L-importazzjoni ta' oġġetti minn istituzzjoni li ma tagħmilx profitt jew minn organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt kif imfissra fit-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda li tinsab ma' dan l-Att.\".", "\"H\" First Schedule", "The First Schedule shall be amended as follows:-", "(a) In the Maltese text of item 18, for the word \"tielet\" there shall be substituted the word \"tieni\";", "(b) In the Maltese text of item 28, for the words \"fis-sajd meta\" there shall be substituted the words \"fis-sajd kif imfisser fit-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda li tinsab ma' dan l-Att jew meta\" and in the English text for the words \"and when\" there shall be substituted the words \"or when\";", "(c) immediately after item 28 there shall be inserted the following item:", "\"29.", "The importation of goods by a non-profit making institution or a non-profit making organisation as defined in Part Two of the Second Schedule to this Act.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, f'isem il-Prim Ministru nressaq emenda li tgħid hekk:", "\"I\" Is-subklawsola (4) tal-klawsola 12 għandha titħassar.", "\"I\" Subclause (4) of clause 12 shall be deleted.", "Din is-subklawsola qed titħassar għaliex qed tiġi mdaħħla fi klawsola 56.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"H\" kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"H\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"I\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"I\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju din id-division tittieħed illejla wara l-ħin tad-9.00 p.m.", "Klawsola 13 - Ħlas ta' taxxa tas-sisa fuq prodotti.", "Clause 13 - Imposition of excise tax on products.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar l- impożizzjoni ta' l-excise tax on products li hija taxxa ta' 5% li tiġi mposta fuq il-livell ta' wholesale.", "Fil-fatt din il-klawsola qed tiġi emendata in toto b'din l-emenda li se nipproponi:", "\"J\" Minflok il-klawsola 13 għandu jidħol dan li ġej:", "\"13.", "(1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, taxxa tas- sisa fuq prodotti għandha tkun imposta u miġbura mid-Direttur fuq kull bejgħ tan-negozju f'Malta ta' prodott taxxabbli li jsir lil bejjiegħ bl- imnut jew lil xi persuna oħra kemm-il darba dik il-persuna l-oħra ma jkollhiex ċertifikat ta' eżenzjoni validu li jkun japplika għal dak il- prodott jew ma tkunx persuna li lilha jsir il-bejgħ minn bejjiegħ bl- imnut.", "(2) L-ETP għandha titħallas mill-bejjiegħ bir-rata ta' ħamsa fil- mija tal-valur taxxabbli tal-prodott.", "(3) Meta xi persuna, barra minn bejjiegħ bl-imnut li jkun ħallas l- ETP, tagħmel bejgħ tan-negozju ta' prodott taxxabbli direttament lill- pubbliku ġenerali, l-ETP għandha titħallas fuq tnejn u tmenin fil-mija tal-valur taxxabbli.", "(4) Fil-każ ta' bejgħ tan-negozju ta' prodott taxxabbli li fuqu tkun diġa' tħallset l-ETP mill-bejjiegħ, l-ETP għandha titħallas fuq il-valur taxxabbli tal-prodott nieqes l-ammont ta' ETP li jkun diġa' tħallas fuq il-prodott.", "(5) Kull ammont ta' taxxa li jitnaqqas taħt is-subartikolu (4) ta' dan l-artikolu għandu jitħallas lura mid-Direttur jekk jintwera għas- sodisfazzjon tiegħu li l-ETP tkun tħallset u li s-subartikolu (4) ta' dan l-artikolu jkun ġie mħares:", "Iżda d-Direttur jista' jistabbilixxi l-imsemmi ammont bħala persentaġġ jew persentaġġi tal-valur taxxabbli tal-prodott skond kif jista' jiġi preskritt.", "(6) L-ETP m'għandhiex titħallas jekk il-bejgħ tan-negozju jsir minn persuna li n-negozju kollu tagħha ma jkunx, fit-tnax-il xahar li jagħlqu fl-aħħar jum ta' xi żmien ta' taxxa li jiġi minnufih qabel, qabeż it- tnax-il elf lira jew dak l-ammont ogħla kif jista' jiġi preskritt:", "Iżda dwar l-ewwel tnax-il xahar wara l-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att, dan is-subartikolu għandu jkun japplika b'dak il-mod u skond dawk il- kondizzjonijiet li d-Direttur jidhrulu li jkunu xierqa.\".", "\"J\" For Clause 13 there shall be substituted the following:", "\"13.", "(1) Subject to the provisions of this Act, an excise tax on products shall be levied and collected by the Director on any business sale in Malta of a taxable product made to a retailer or to any other person unless such other person holds a valid certificate of exemption applicable to that product or is a person to whom the sale is made by a retailer.", "(2) ETP shall be charged by the seller at the rate of five per cent of the taxable value of the product.", "(3) Where any person, other than a retailer who has paid ETP, makes a business sale of a taxable product direct to the general public, ETP shall be charged on eighty-two per cent of the taxable value.", "(4) In the case of a business sale of a taxable product on which ETP has already been paid by the seller, ETP shall be charged on the taxable value of the product exclusive of the amount of ETP already paid on the product.", "(5) Any amount of tax excluded under subsection (4) of this section shall be refundable by the Director if it is shown to his satisfaction that ETP has been paid and subsection (4) of this section has been complied with:", "Provided that the Director may determine the said amount by such percentage or percentages of the taxable value of the product as may be prescribed.", "(6) ETP shall not be chargeable if the business sale is made by a person whose total business sales have not, in the twelve months ending with the last day of the immediately preceding taxable period, exceeded twelve thousand liri or such higher amount as may be prescribed:", "Provided that in respect of the first twelve months after the coming into force of this Act, this subsection shall apply in such manner and under such conditions as the Director may deem appropriate.\".", "Sur President, din hija l-klawsola li ddaħħal il-konċett ta' l-ETP, tat- taxxa ta' 5% fuq prodotti fil-livell tal-grossa, jiġifieri meta l-prodott jgħaddi mill-grossist għal għand ir-retailer.", "Qed jingħad ukoll li meta għandek kumpannija vertikali, jiġifieri li timporta, tiddistribwixxi, tagħmel l-ingrossa u huwa l-istess retailer, fuq ix-xogħol li hija tbigħ permezz tar-retail system tagħha, l-ETP tiġi charged fuq 82% of the retail price li tiċċarġja hi.", "Il-liġi tiddeskrivi wkoll is-sistema kif ikun hemm refunds għal min iħallas parti jew l-ETP kollha.", "Hemm ukoll is-sistema li persuna tista' tiġi eżentata permezz ta' ċertifikat li jgħid li għandha eżenzjoni valida milli tħallas l-ETP.", "Din l-eżenzjoni mill-ETP tapplika fil-każ ta' negozji li għandhom inqas minn Lm12,000 bħala turnover, kif tispeċifika subklawsola 12(6).", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola, bħal klawsola 11 qed tintroduċi konċett ta' taxxa.", "Hija waħda mill-agħar klawsoli li għandna f'din il-liġi għaliex fiha għandna kalkolu average ta' x'jista' jkun l- added value tal-katina kollha tan-negozju.", "Qed nipprovaw nikkalkolaw average ieħor ta' x'inhu l-added value kollu tan-negozju u għidna li dan l- added value nistgħu niġbruh kollu, 5% flok 15% u iktar, pero' l-cascading effect ta' dawn is-sistemi se joħloq dan il-mushroom effect fil-pajjiż fuq il-cost structure u fuq il-prezzijiet.", "Kif spjegajt il-bieraħ, l-ewwel 15% li se nintaxxaw fl-ETI, minħabba l-fatt li s-sistema hija cascading, għar- raġunijiet kollha li spjegajna, se tkun 15% at the output level, jiġifieri fil-punt tal-bejgħ.", "Fuq dak kollu se jerġa' jiġi ċċarġjat 5% oħra għaliex issa se tiġi ċċarġjata 5% anke fuq it-taxxa ta' 15%.", "Jiġifieri jekk tieħu biss l-effett ta' dawn iż-żewġ taxxi flimkien diġa' qed nitkellmu fuq taxxa at the sales point ta' 21%.", "Pero' mbagħad qegħdin indaħħlu ħafna konċetti oħra.", "L-ewwelnett, fejn il-white paper kienet qed tgħid li se titħallas darba, l-ETP issa se titħallas kull darba li l-prodott jibdel l-idejn.", "Il-liġi qiegħda tgħid li l-ETP se titħallas kull darba li l-prodott se jibdel l- idejn u jekk il-prodott jibdel l-idejn tliet darbiet, l-ewwel ikollok l-ETI u mbagħad kull darba li l-prodott jibdel l-idejn jeħel 5% ETP.", "Hawnhekk naraw in-nuqqas ta' sempliċita' fis-sistema għaliex issa inti mill-kalkolu trid tgħodd il-prezz kif tahulek, l-ETP tneħħih mill-prezz u tiċċarġja l- ETP fuq l-ETP mneħħi mill-prezz.", "Imbagħad qegħdin ngħidu - u hawn jaħasra fejn daħħalna l-konfużjoni għalxejn - li biex inneħħu dan ir-refund - li xi ħadd iffissa u kien ossessjonat li ried ineħħi u fl-opinjoni tiegħi qed nitfixklu f'saqajna - trid titħallas l-ETP f'kull stadju tan-negozju u, nerġa' nirrepeti, jekk l- oġġett jibdel l-idejn tliet darbiet, il-5% ETP se titħallas tliet darbiet.", "Imma mbagħad qed ngħidulhom li l-ETP tinġabar darba biss u min ikun ħallasha d-darbtejn l-oħra japplika lid-direttur u jiġborha lura.", "Issa hawnhekk hawn konċetti oħrajn dwar meta dak li jkun japplika lid-direttur biex jiġborha lura.", "Jiġifieri jekk inti ħallast l-ETP u meta begħt ma begħtx lil xi ħadd li huwa konsumatur jew retailer, l-ETP li ħallast inti se jkollok tapplika lid-direttur biex tiġborha lura.", "Pero' issa din m'hijiex ir-refund li kien hemm qabel imma hija refund differenti għax trid tagħmel applikazzjoni ad hoc, jiġifieri m'hijiex bħas-sistema ta' refunds kif inhi llum.", "F'kull każ li għandek trid tagħmel applikazzjoni għar- refund u biex ma toqgħodx tapplika transazzjoni transazzjoni, takkumulahom.", "Ħalli naraw kif se taħdem is-sistema.", "Il-liġi sempliċement tgħid li tista' tapplika lid-direttur - nispera li jkun hawn regolamenti, u anke tistgħu forsi tikkopjaw xi ħaġa milli għandna issa fil-liġi dwar il-VAT u naraw kif se jsiru dawn ir-refunds - pero' issa d-direttur mhux biss irid jiddeċiedi jekk min japplika għandux dritt għar- refund talli jrid jiddeċiedi wkoll kemm se jagħtik refund, jekk jagħtikx kollox jew biċċa.", "Qisek mort is-suq tal-Belt u qed tinnegozja dan ir-refund kemm ikun!", "Jiġifieri fil-liġi qed indaħħlu dawn is-sitwazzjonijiet mingħajr koerenza ta' xejn.", "Kollox imdendel!", "Inti tmur tapplika lid- direttur, id-direttur jara jekk għandekx dritt għar-refund jew le, imbagħad jara jekk dan ir-refund jagħtihulekx.", "Fil-liġi hawn li d-direttur jista' jiddetermina hu kemm jagħtik refund u mhux bilfors jagħtik kollox.", "Qed indaħħlu din id-diskrezzjoni kontinwament, il-burokrazija antikwata li reġgħet dieħla fil-pajjiż fl-amministrazzjoni tat-taxxi.", "Din hija burokrazija antikwata li biha sejrin lura fl-amministrazzjoni kollha.", "Imbagħad għandna l-kwestjoni tat-82% għaliex kien hemm min staqsa: Imma jekk jiena nimporta u nbigħ direttament, kif se nħallas 5% fuq ir-retail value meta retailer li xtara mingħandi se jkun iffranka l-5% fuq il-profitt tiegħu?", "Allura konna għamilna average ieħor u għidna li l-average profit tar-retailer huwa 20% u allura jekk nagħmel a profit of 20% jiġi t-82% li qed nitkellmu fuqu.", "Issa aħna nafu li fir-retail hawn min jagħmel profitti ta' 5%, hawn min jagħmel profitti ta' 10% u hawn min jagħmel profitti ta' 100%, dejjem skond xi tbigħ.", "U hawnhekk fejn qed indaħħlu fis- sistema dak li jien tkellimt dwaru l-bieraħ - l-arbitraġġ.", "Għalhekk din hija retrograda.", "Bil-VAT ma jeżistux dawn il-problemi għaliex kulħadd jieħu dak li jkun ħallas imma llum qed nagħmlu dan l-average u nafu ...", "Per eżempju, il-boutiques kultant jagħmlu profitti ta' 100% at the retail stage.", "Allura x'se nagħmlu?", "Jiġifieri s-sistema m'hijiex tuned għar- realtajiet li għandna fis-suq tagħna.", "Ħadna l-average ta' kollox u mexjin fuqu, imma ma tistax taħdem bl-average.", "L-istatisticians jaħdmu bl-average u bil-means imma fil-ħajja ta' kuljum ma tistax taħdem bl-averages għaliex kieku kellek tara l-average Malti x'inhu, ma naħsibx li jkun japplika għall- ebda Malti li jgħix f'pajjiżna.", "Jiġifieri dawn huma s-sistemi li dwarhom qed ngħidu lill-Prim Ministru li qed iħarbat id-dinja għalxejn għaliex qed jagħmel sistemi li se jieħdu lil pajjiżna lura għaż-żmenijiet fewdali fejn id-diretturi fil-burokrazija għandhom id-diskrezzjoni fuq il-popolazzjoni u ċ-ċittadin jiġi l-aħħar, f'dan il-każ anke fil-mentalita' ta' l- amministrazzjoni għaliex fejn qabel iċ-ċittadin kellu xi ħaġa dritta, jaf eżatt fejn qiegħed u ma kellu bżonn jitlob pjaċir lil ħadd fuq xejn, issa se ndaħħlu s-sistema ta' applikazzjonijiet u ta' negozjati mal-burokrazija tal-gvern.", "Dan m'huwiex tajjeb.", "Jien qiegħed nippriedka pero' x'jaċċetta u ma jaċċettax il-Gvern hija affari tiegħu għax huwa qed jamministra l- pajjiż illum.", "Imma dan m'huwiex tajjeb għall-pajjiż.", "Issa għamlu intom, nerġa' ngħid.", "Iddaħħal ukoll il-konċett ta' threshold u, kif diġa' għidt fis-Second Reading, dan il-konċett huwa rasu 'l isfel u saqajh 'il fuq għaliex dan ma kellhomx jagħmluh, anke skond l-istess white paper.", "It-threshold riedu jagħmluh - hekk jagħmel sens u hekk ukoll huwa s-suġġeriment tagħna - fuq min qed jixtri.", "Lir-retailer li qed jixtri trid tittestja jekk ibigħx bi Lm12,000 jew le mhux lil min qed ibigħlu.", "Dik hija t-threshold imma fil- liġi mhux hekk qiegħda, anzi qiegħda bil-maqlub.", "Fil-liġi qiegħda li t- test ta' jekk tgħaddix bħala ETS jew ETP huwa fuq min jissupplixxi.", "Ejjew nitkellmu fuq l-ETP għaliex fuqha qed nitkellmu issa.", "It-test ta' Lm12,000 m'huwiex fuq ir-retailer li qed jixtri.", "Retailer li jixtri mid- distributuri l-kbar se jeħel l-ETP għax id-distributuri l-kbar għandhom turnover ta' iktar minn Lm12,000.", "Iridu jsibu lil xi ħadd li ma jbigħx Lm12,000 u jixtru mingħandu.", "Kemm jistgħu jixtru dawn in-nies mingħand wholesalers li ma jbigħux Lm12,000?", "Jekk ikollu erba' ħwienet jixtru mingħandu, f'ħakka t'għajn jaqbiżhom it-Lm12,000.", "Dawn huma d-dettalji li suppost qed niddiskutu hawnhekk.", "Arawhom dawn l-affarijiet, ħarsu lejhom sew għaliex ma jagħmlux sens.", "I made my point.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Chairman, jien nixtieq inkun naf fuq il-bejgħ tas- sigaretti.", "Meta dawn jgħaddu mingħand il-wholesaler għal għand ir- retailer, dan se jiġi charged 5%.", "Imbagħad il-wholesaler li jittrasferiixi s-sigaretti, li m'għandux 5% profitt fuq is-sigaretti, dan ukoll se jħallas 5%?", "Jiġifieri se jħallas iżjed f'ETS milli efettivament huwa l- profitt tiegħu?", "L-istess nistgħu ngħidu għall-petrol.", "L-Enemalta se tiċċarġja lil tal- pompa tal-petrol 5% ETP fuq il-prodott li tagħtih biex ibigħ?", "U jekk il- profitt ta' min ibigħ il-petrol huwa ta' inqas jew prattikament 5%, kif huwa qatt possibbli li fuq it-turnover tiegħu iħallas 5% bħala ETS?", "Jien ma nista' nsib imkien fil-liġi fejn hemm esklużjoni.", "Fil-fatt kellimt lill-Onor.", "Gulia fuq din il-biċċa xogħol biex nara jekk jistgħux isiru xi exemptions għal dawn it-tip ta' affarijiet fejn m'hemmx dan it-tip ta' profitt.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq ir-rimarki ta' l-Onor.", "Dalli hemm affarijiet ripetuti mill-bieraħ u nerġa' ntenni li meta tħares lejn l-ETP bbażata fuq xi ħaġa li hija importata direttament mod, meta tħares lejn xi ħaġa li hija maħduma Malta mod ieħor, u meta tħares lejn xi ħaġa li hija importata b'value added maħdum Malta tara li t-taxation levels ivarjaw.", "Jiġifieri r- retorika fejn l-Onor.", "Dalli qiegħed dejjem jibqa' jinsisti fuq il-livell ta' 21% hija tajba pero' ma tillustrax l-istampa kollha kemm hi.", "L-Onor.", "Dalli ħadna lejn il-Konti Ruġġieru u semma kif din it-tip ta' sistema twassal lil Malta fil-Medju Evu.", "Jien bir-rispett kollu ma naqbilx miegħu, aktar u aktar għaliex naf fil-prattika kif ħadmet u qed taħdem is- sistema tal-VAT, fejn it-tip ta' transazzjonijiet li jsiru bejn min qiegħed jipprovdi servizz jew min qiegħed jipprovdi prodott jistaqsik jekk dak huwiex bil-VAT jew bla VAT.", "Tinħadem right through u mhux fis-suq tal- Belt inkunu qegħdin imma fis-suq tal-Kajr aktar minn ħaġa oħra u across the board imbagħad taħdem!", "L-Onor.", "Dalli għandu dritt jara u jippreżenta l-VAT bħala the optimum, bħala xi ħaġa l-aktar moderna jew l-aktar ultra-moderna - għaliex wara kollox din kienet il-baby tiegħu - imma bir-rispett kollu mhux kulħadd jaqbel miegħu u jien l-ewwel wieħed li ma naqbilx miegħu.", "Is- sistema li qiegħda tiġi ppreżentata hawnhekk hija sistema raġonevoli maħduma għal, nerġa' ngħid, l-esiġenzi u l-bżonnijiet ta' Malta.", "Issa jien ma stajtx nifhem ukoll jekk l-analisi u l-punt tiegħu ta' kif taħdem is-sistema ta' refunds kienx qed jagħmilha l-aktar mill-perspettiva ta' trakasserija li skond hu se jkollu s-settur privat meta jiġi biex iħaddem din is-sistema, jiġifieri l-operaturi tan-negozju jaraw li sistema bħal din hija kkomplikata u hija xi ħaġa li ddejjaqhom.", "Bir-rispett kollu, din hija s-sistema li pproponew huma.", "Meta konna qed nitkellmu magħhom qalulna li at this stage din is-sistema jixtiequ.", "Aħna kellna sistema ta' ċertifikati li qiegħda kkontemplata fil-liġi, imma huma qalulna li jippreferu li minn dawn iż-żewġ alternattivi l-aktar li jħaddmu u jispeċifikaw hija din.", "Jien personalment kont nippreferi s-sistema taċ- ċertifikati imma jekk huma jħossuhom iktar komdi biex ikunu salvagwardati minn double counting fuqha b'dan il-mod, jiena u sħabi ma kellna l-ebda problema biex nimxu b'din is-sistema.", "Din hija sistema li minkejja l- kritika kollha li qed jagħmel għaliha l-Onor.", "Dalli dehret attractive biżżejjed fiċ-ċirkostanzi għas-settur privat u qed tiġi implimentata.", "Fuq dak li għandu x'jaqsam imbagħad ma' l-argumenti tiegħu dwar arbitraġġ li qed indaħħlu fl-ekonomija, eċċ., frankament m'iniex qed nifhem il-punt tiegħu.", "Bħallikieku mhux dejjem f'ċerti miżuri ekonomiċi u finanzjarji u fiskali li jinħadmu across the board ċertu element ta' averaging joħroġ!", "Anke fil-każ tal-VAT - jekk se nieħdu l-VAT - ċertament kien hemm ċertu sens ta' averaging li wassal lill-Onor.", "Dalli u sħabu biex jaslu għal 15%.", "Għaliex għażlu 15% u ma għażlux 10% jew 5% jew 2%?", "U allura t-82% aħna jidhrilna li huwa average - jekk se nużaw dik il-kelma - raġonevoli fiċ- ċirkostanzi għaliex timmarka across the board il-mark-up averages li jista' jkun hemm fuq sorsi differenti ta' kif tinħadem jew ma tinħadimx l-ETP.", "Meta imbagħad kull darba nisma' lill-Onor.", "Dalli jgħidilna li se nibagħtu lill-pajjiż lura għall-Medju Evu għaliex se nneħħu l-VAT, jien nistaqsih x'inhi l-proposta tiegħu u tal-partit tiegħu kieku jerġgħu jersqu lejn l- elettorat.", "Il-proposta tiegħu se tkun li jergħu jdaħħlu l-VAT?", "Għax ma jgħidhiex ċara u tonda ħalli l-poplu jkun jaf fejn qiegħed?", "Issa fir-rigward tal-mistoqsijiet li qajjem l-Onor.", "Abela, il-ħsieb huwa - dawn għadhom qed jiġu diskussi kif għandu jkun mas-settur tas-sigaretti - li across the chain sal-punt fejn qed jinbiegħu s-sigaretti, il-prezz lill-konsumatur jibqa' l-istess u l-mark-ups u d-dħul ta' l-operaturi ekonomiċi down the chain jibqa' l-istess bħalma hu issa.", "U allura din qed niddiskutuha biex bis-sistemi li huma afferenti għal dak is-settur partikolari jkun hemm levels li jkunu raġonevoli, aċċettabbli u fair għal kulħadd.", "Fil-każ tal-kontroll l-istess ħaġa qed tinħadem u mhux se jkun hemm differenza bejn kif jiġi kkummerċjat il-petrol għaliex se nkunu qed inħaddmu s-sistema b'mod li kemm min ibigħu u kemm min jixtrih jibqa' fuq l- istess livell.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Meta tisma' lill-Prim Ministru tinduna li l-ħin kollu qiegħed jipperswadi ruħu li huwa fit-tajjeb, pero' huwa tajjeb li jkun qed jisma' dak kollu li jkun qed jingħad.", "L-ewwelnett, l-operaturi ekonomiċi qalulu biex ma jbiddilx is-sistema li għandna llum - ma qalulux li din is- sistema ta' refund hija l-aħjar - imma ma semax minnhom.", "Dawn komplew ikellmuh biex jimminimizzaw il-ħsara li se jagħmel bl-introduzzjoni ta' din il-liġi u waħda mill-affarijiet li ħasbu li setgħu jagħmlu kienet li jgħidulu biex minflok ma joħroġ ċertifikati li huma għal kollox soġġettivi lil min jinħarġu - u beżgħu minnha dik - jagħmel sistema ta' refunds u qarrbuh lejn is-sistema tal-VAT kif inhi llum bis-sistema preċiża ta' kif titħallas taxxa on added value fl-istadji kollha tal-proċess tal-kummerċ.", "Din hija l-VAT kif inhi llum preċiż bid-differenza li r-refunds m'humiex awtomatiċi.", "Din hi s-sistema li qed jipproponi hawn u li ressqitu lejha l- Kamra tal-Kummerċ.", "Qalulu biex iżomm il-VAT u ressquh lejn sistema ta' VAT b'isem ieħor.", "Qalilna li aħna wżajna l-averaging għaliex għamilna t-taxxa ta' 15%.", "Mhux vera, dik hija t-tax rate.", "L-averaging fiex jidħol?", "Bħalma hu għandu l-5% ETP u l-15% ETI, dik hija t-tax rate u mhux l-average.", "Fl- averaging qed jidħol il-valur fuqhiex tiġi applikata t-tax rate.", "Hemm qed isir l-averaging li fil-VAT ma jeżistix.", "Il-15% u l-5% iridu jiġu charged skond it-tax rate stabilita.", "L-average tirrigwarda fuqhiex se napplika dik it-tax rate u dik mhux se napplikaha fuq l-attivitajiet tiegħi.", "Kull ħanut mhux se jiġi ntaxxat skond l-attivita' tiegħu imma skond l-attivita' average li ġiet stabilita, u dan ifisser li min sejjer ħażin u min sejjer tajjeb.", "Dik hija l-average.", "Dak hu l-arbitraġġ li qed insemmi jien u għalhekk l-affarijiet huma ħżiena.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-inġenwita' ta' l-Onor.", "Dalli in a way togħġobni.", "Inġenwu r-raġel!", "Għaliex?", "Skużi jista' jgħidli x'inhi d-differenza bejn tax rate ta' 5%, tax rate ta' 15% u tax rate ta' 5% ikkalkolata fuq 82%?", "Kieku m'għidniex 82% u għidna li min qiegħed fil-wholesale business u qed iħallas straight into the retail mhux se jħallas 5% ta' 82% imma se jħallas ETP ta' 4.2%, at that point l-Onor.", "Dalli kien jgħidilha tax rate.", "Mela l-konċetti ma jittrasferux minn naħa għall-oħra!", "Konċettwalment kif qed naħdmu?", "Qed niffaċċjaw l-affarijiet.", "Kieku minflok ma għidna 5% ta' 82% f'dan il-każ għidna li se tkun 4.2% għal dan it-tip ta' negozju kien jgħidilha tax rate u mhux averaging.", "Issa apparti minn hekk, fid-diskussjonijiet li kellna ma' l-operaturi ekonomiċi fuq l-ETP aħna stess ippreżentajnilhom żewġ alternattivi u dawn kienu jew ċertifikati jew sistema ta' refunds.", "U r-raġuni li għaliha l- operaturi ekonomiċi fiċ-ċirkostanzi ppreferew ir-refunds kienet li jaraw komplikazzjoni fis-software u effettivament wasalna għall-konklużjoni li filwaqt li nżommu l-possibbilta' ta' ċertifikati, permezz ta' emenda li se nippreżentaw, il-liġi se tiġi tgħid li d-direttur jista' joħroġ ċertifikati u bħala matter of policy amministrattiva m'huwiex se joħroġ ċertifikati preċiżament minħabba din il-problema tas-software.", "Dan qed isir għal raġunijiet prattiċi li aħna konxji tagħhom u se nkomplu nikkonsidrawhom b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Il-Prim Ministru qed jagħtini x'nifhem li tkellmu mal-korpi kostitwiti fuq il-proposta ta' l-ETP.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, naħseb li l-Onor.", "Vassallo ma kienx hawn fis-Second Reading għax diġa' spjegajt li tkellimna ma' kulħadd għax tkellimna mal-unions u mal-membri ta' l-għaqdiet kostitwiti.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jiġifieri l-ETP ġiet proposta lilkom jew intom ipproponejtuha lilhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-proposta ta' l-ETP ħarġet min-naħa tal-Gvern, imbagħad iddiskutejna ma' l-għaqdiet kostitwiti, mal-unions u ma' nies oħra, speċjalment il-Malta Institute of Accountants, u ddiskutejna magħhom kif se tiġi implimentata.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Meta kontu qed tiddiskutu mal-kopri kostitwiti tajtuhom iktar minn proposta waħda jew tajtuhom biss il-proposta ta' l-ETP?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qed tistaqsi dwar kif tiġi implimentata l- ETP?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien qed nistaqsi jekk meta bdejtu tiddiskutu dan il-mod ta' tassazzjoni mal-korpi kostitwiti, fuq l-agenda kellkomx iktar minn proposta waħda u mbagħad huma għażlu din, jew kellkomx din biss u huma qablu magħha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiddispjaċini jekk ma attendejtx għas-Second Reading il-bieraħ għax kont tifhem aktar.", "Il-proċess li għamilna kien li għal tliet xhur wara l-elezzjoni kellna diskussjonijiet ma' l-għaqdiet kostitwiti kollha biex nisimgħu mingħandhom l-ideat u l-proposti.", "Il-white paper li ħarġet f'Jannar ta' l-1997 tat il-proposti tal-Gvern dwar kif għandha ssir is-sistema l-ġdida ta' dazju u sisa u din kienet l-excise tax on imports, il-5% ETP u l-ETS, dak iż-żmien l-excise tax on selected services .", "Fuq dik il-bażi komplejna d-diskussjonijiet ma' l-għaqdiet kostitwiti.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Meta tkellimna dwar it-taxxa fuq prodotti, jien kont hawn fis-Second Reading u smajtek titkellem.", "S'hawnhekk kont fhimt.", "Lill-korpi kostitwiti pproponejtulhom iktar minn sistema waħda ta' kif jiġu ntaxxati l-prodotti jew is-sistema tal-5% ETP biss?", "ONOR ALFRED SANT: Le, imxejna skond kif l-ETP ġiet proposta fil-white paper.", "Kien hemm xi għaqdiet, bħall-GRTU li għamlu kontro-proposti u bdew isejħulhom modified ETP.", "At one stage, per eżempju, riedu li l-ETP tapplika biss fuq l-importazzjoni imma din ma kenitx aċċettabli għal raġunijiet internazzjonali.", "Imbagħad ħarġu bi proposta oħra li kellha x'taqsam ma' ETP aktar wiesgħa anke applikabbli għas-suq lokali li aħna qiesna li ma kenitx prattikabbli, kemm amministrattivament u anke finanzjarjament.", "(Interruzzjonijiet) Le, l-ETP kif inhi bħalissa ħarġet mingħand il-Gvern fil-white paper, imbagħad kien hemm kontro-proposti mingħand il-GRTU li ma ġewx maqbula.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-bieraħ semmejna xi diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu f'ċerti setturi bħalma hu dak tas-saħħa u semmejna d-dentisti u t- tobba li jridu jixtru ċerti supplies bħal ingwanti eċċ., li fuqhom se jiġu ċċarġjati l-ETP u mhux se jkunu jistgħu jieħdu rifużjoni.", "Din se toħloq diffikulta' ta' żieda fil-prezzijiet f'ċerti oqsma li huma pjuttost sensittivi u li jaffettwaw sewwa l-cost of living sewwa.", "La wieħed qed jikkonsidra l-ETP għaliex ma jikkonsidrax ukoll li f'dawn is-setturi li diġa' ġew identifikati li huma eżenti mid-dazji, b'xi mod ikunu wkoll eżenti mill-ETP biex tassew ikollna impatt 'l isfel, u mhux 'il fuq, fuq l- għoli tal-ħajja fejn inkunu qed inżommu d-dentisti, t-tobba, eċċ fuq l- istess livell tal-lum u mhux ikun hemm imbottatura 'l fuq fil-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi li jużaw?", "Possibbli li wieħed ma jistax isib sistema kif l-ETP ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-prodotti u s-servizzi li joffru dawn is-setturi eżentati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nqis li l-proposti li għandna u li qed jiġu ppreżentati quddiem il-Parlament huma l-aħjar proposti li jistgħu jsiru fiċ- ċirkostanzi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien nagħlaq fuq il-punt li m'huwiex każ li aħna naqblu fuq kif wieħed jista' jagħmel sistema li ma tkunx qiegħda tagħti din l-imbottatura 'l fuq.", "Din hi waħda mill-affarijiet għaliex aħna sostnejna li għandu jsir studju u analisi dettaljat ta' kif dawn l-impacts se jaffettwaw l-għoli tal-ħajja.", "Is-sistema preżenti teżenta lil dawn is- setturi mit-tassazzjoni fuq il-prodotti li jixtru iżda din m'hijiex se tibqa' u għalhekk insostnu li s-sistema li se tiġi ntrodotta m'hijiex adattata għal pajjiżna meta għandna dawn l-operaturi kollha li se jiġu intaxxati iktar.", "Naturalment dan se jgħaddi żieda fit-tassazzjoni lill- konsumatur u dan meta f'dawn is-setturi diġa' hemm eżenzjonijiet kemm taħt il-VAT u kemm taħt din il-liġi.", "Jiġifieri aħna nsostnu li din is-sistema tista' tiġi modifikata b'mod li ma jkollokx din id-diffikulta'.", "Il-Gvern donnu ma jaqbilx, pero' din hija waħda mill-affarijiet li tista' tagħti imbottatura 'l fuq lill-prezz ta' diversi servizzi u dan se jkollu effett negattiv.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nerġa' ngħid li kull perspettiva li jagħti l-Onor.", "Bonnici fuq dawn it-transazzjonijiet hija mil-lat negattiv u nifhem l- istrateġija politika tiegħu.", "Min-naħa l-oħra nerġa' ninsisti li f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċirkostanzi attwali jidhrilna li dak li qed nipproponu aħna huwa l-aktar adattat għaċ-ċirkostanzi.", "L-istess dentist li semma hu jekk ikun reġistrat taħt dan l-Att - kif fil-fatt se jkun - jista' jibbenefika minn clawback ta' 16% fuq supplies li jixtri u mbagħad dak il- clawback jibbenefikah anke biex ikun jista' jevita l-piż li l-Onor.", "Bonnici jindika li se jkollu jġorr.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiġifieri l-clawback se tkun tapplika wkoll għad- dentist?", "GĦax meta qrajt il-liġi jien fhimtha li clawback ta' 16% qiegħda għal min jesporta.", "Jekk hemm xi emenda f'dan is-sens naħseb li tajjeb li nkunu nafu biha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk dentist ikun reġistrat taħt din il-liġi u jixtri prodott lokali eżenti mit-taxxa ta' l-importazzjoni jista' jagħmel claim għal 16%.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma l-prodott mhux neċessarjament huwa eżenti għax l-ingwanti jistgħu jiġu wżati għal diversi affarijiet.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Inti għall-ingwanti tal-kesħa qed tgħid?", "GĦax imbagħad le, taf.", "ONOR.", "JOSEF BONNCI: Le, imma hemm diversi ingwanti.", "Jien ġieli immur għand id-dentist!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux għall-boxing gloves hux qed tgħid!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed ngħid għas-surgical gloves.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dawk huma eżenti.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma naħsibx li huma eżenti għax illum jekk tmur tixtrihom mingħand spiżjar se tħallas il-VAT fuqhom.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk huma eżenti għandu dritt għal clawback.", "ONOR.", "JOSEPH BONNICI: Il-problema hi li għandek diversi prodotti li m'humiex eżenti u li jiġu wżati f'dawn it-tip ta' servizzi li jagħti dentist u din toħloq diffikulta'.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-punt li qed nagħmillek huwa li jekk huma eżenti mit-taxxa ta' l-imporatazzjoni għandu dritt għal clawback fuqhom.", "ONOR.", "JOSEPH BONNICI: Imma f'dan il-każ m'humiex eżenti.", "Jiġifieri s- sistema m'hijiex se tkun bħal dik li għandna issa imma se jkollok imbottatura 'l fuq u din hija xi ħaġa negattiva.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din id-division tittieħed wara l-ħin tad-9.00 p.m.", "Klawsola 14 - Prodott taxxabbli.", "Clause 14 - Taxable product.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din il-klawsola tinkludi wkoll it-Tieni Skeda u għaliha għandna emenda estensiva li tgħid hekk:", "\"K\" Fit-Tieni Skeda -", "(a) minflok l-Ewwel Taqsima tagħha, għandu jidħol dan li ġej:-", "\"L-EWWEL TAQSIMA", "1.", "Esportazzjonijiet", "(1) Prodotti li jiġu esportati.", "(2) Prodotti provduti lil persuna taxxabbli stabbilita f'Malta li twettaq in-negozju ta' organizzazzjoni jew finanzjar ta' l- esportazzjoni ta' prodotti, bil-għan ta' l-esportazzjoni ta' dawk il- prodotti minn dik il-persuna mingħajr il-kunsinna attwali ta' dawk il- prodotti lil dik il-persuna, sakemm l-oġġetti jiġu fil-fatt esportati mingħajr ebda proċessar jew tibdil fihom u bla ħsara għal dawk il- kondizzjonijiet, provi jew garanziji li d-Direttur jista' jordna jew jeħtieġ.", "2.", "Prodotti f'depożt, provvisti minn ħwienet ħielsa minn dazju u attivitajiet ta' Port Ħieles", "(1) Prodotti mibjugħin filwaqt li l-oġġetti jkunu f'depożt tad-dwana u liema bejgħ jagħmel il-Kontrollur tad-Dwana bis-saħħa ta' l-artikolu 36 ta' l-Ordinanza tad-Dwana jew ta' kull dispożizzjoni li temenda jew tissostitwixxi dak l-artikolu.", "(2) Prodotti provduti lil operatur ta' ħanut ħieles minn dazju bis- saħħa ta', u skond liċenzja maħruġa taħt ir-Regolamenti ta' l-1991 dwar Ħanut Ħieles minn Dazju, jew taħt kull dispożizzjoni oħra li tidħol minflok dawk ir-regolamenti.", "(3) Prodotti provduti minn jew lil kumpannija f'zona ta' port ħieles kif imfissra fl-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta meta dik il- provvista tkun tikkostitwixxi attivita' li l-imsemmija kumpannija jkollha liċenzja sabiex twettaqha skond dak l-Att.", "3.", "Għoti ta' proviżjon u karburanti lil bastimenti u inġenji ta' l- ajru", "(1) Prodotti provduti għall-għoti ta' karburanti u proviżjon ta' bastimenti li jivvjaġġaw fil-bogħod bil-baħar bil-għan li jwettqu attivitajiet kummerċjali, industrijali jew ta' sajd, ta' bastimenti li jintużaw sabiex jeħilsu jew jagħtu għajnuna fuq il-baħar, u ta' inġenji ta' l-ajru li jintuża minn linji ta' l-ajru li joperaw b'kumpens fit-traffiku internazzjonali.", "(2) Karburanti provdut lil bastimenti li jintużaw għal sajd fl-ibħra lokali.", "4.", "Ikel", "Kull ikel, kif imfisser fit-Tieni Taqsima ta' din l-Iskeda, iżda bla preġudizzju għall-ETS li titħallas dwar provvista ta' ikel kif speċifikat skond ir-Raba' Skeda li tinsab ma' dan l-Att.", "5.", "Oġġetti Farmaċewtiċi", "Oġġetti farmaċewtiċi, kif imfisser fit-Tieni Taqsima ta' din l-Iskeda.", "6.", "Saħħa u Welfare", "(1) Organi umani, demm uman u ħalib uman.", "(2) Prodotti provduti li jkollhom x'jaqsmu u jkunu essenzjali għall- provvista ta' servizzi fil-paragrafi (2) u (3) tal-partita 7 (Saħħa u Welfare) tat-Tielet Skeda li tinsab ma' dan l-Att u tkun essenzjali għall-isptar, istituzzjoni jew dar, skond il-każ, li jkunu qegħdin jipprovdu dawk is-servizzi.", "7.", "Deheb", "Deheb provdut lil jew mill-Bank Ċentrali ta' Malta.", "8.", "Oġġetti stampati u oġġetti oħra", "(1) Kotba, gazzetti, oġġetti stampati oħra u oġġetti oħra li jaqgħu taħt it-tifsira ta' \"Oġġetti stampati u oġġetti oħra\" li tinsab fit- Tieni Taqsima ta' din l-Iskeda.", "(2) Informazzjoni elettronika, manjetika, ottika jew kull informazzjoni oħra li tinqara permezz ta' makni li, meta tiġi stampata, jkollha l-karatteristika ta' kotba, gazzetti u ta' xi għamla oħra ta' oġġetti stampati li jaqgħu taħt it-tifsira ta' \"Oġġetti stampati u oġġetti oħra\" li tinsab fit-Tieni Taqsima ta' din l-Iskeda.", "9.", "Prodotti essenzjali", "Ilma, karburanti u elettriku provduti minn awtorita' pubblika.", "10.", "Prodotti msemmija fil-partiti 4, 8, 25, 27, 28 u 29 ta' l-Ewwel Skeda.\"; u", "(b) Fit-Tieni Taqsima tagħha, minnufih wara t-tifsira (e) għandu jidħol dan li ġej:-", "\"(f) \"Istituzzjoni li ma tagħmilx profitt\" jew \"organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt\" tfisser istituzzjoni jew organizzazzjoni:", "(i) li l-għanijiet tagħha jinsabu mfissra sew fl-istatut tagħha;", "(ii) li l-għanijiet tagħha jeskludu b'mod ċar l-għemil ta' profitt;", "(iii) li l-istatut tagħha jkun jipprovdi li ebda parti mill-qliegħ jew proprjeta' tagħha ma jkun disponibbli b'mod sew dirett sew mhux dirett għal xi membru, proprjetarju jew azzjonist;", "(iv) li, fil-fehma tad-Direttur, tkun immexxija u amministrata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-istatut tagħha u bil-għan ta' l-iskopijiet minnha dikjarati;", "(v) li ma tfittixx li b'mod sistematiku tagħmel xi profitt.\".", "\"K\" In the Second Schedule -", "(a) for Part One thereof, there shall be substituted the following:-", "\"PART ONE", "1.", "Exports", "(1) Products which are exported.", "(2) Products supplied to a taxable person established in Malta who carries on the business of arranging or financing the export of products, for the purpose of the export of those products by that person without the actual delivery of those products to that person, provided the products are actually exported without any processing or alterations, and subject to such conditions, evidence or security as may be imposed or required by the Director.", "2.", "Products in bond, supplies by duty free shops and Freeport activities", "(1) Products sold whilst they are in a customs bond and which sale is entered by the Comptroller of Customs pursuant to section 36 of the Customs Ordinance or any provision amending or replacing the said section.", "(2) Product supplied to an operator of a duty free shop pursuant to and in accordance with a licence issued under the Duty Free Shop Regulations, 1991 or any other provisions amending or replacing the said regulations.", "(3) Products supplied by or to a company within a freeport zone as defined in the Malta Freeports Act where the said supply constitutes an activity which the said company is licensed to carry on in terms of the said Act.", "3.", "Provisioning and fuelling of ships and aircraft", "(1) Products supplied for the fuelling and provisioning of vessels used for navigation on the high seas for the purpose of commercial, industrial or fishing activities, of vessels used for rescue or assistance at sea, and of aircraft used by airlines operating for reward in international traffic.", "(2) Fuel supplied to vessels for the purpose of inshore fishing.", "4.", "Food", "Any food as defined in Part Two of this Schedule, but without prejudice to ETS chargeable in respect of the provision of food listed in the Fourth Schedule to this Act.", "5.", "Pharmaceutical products", "Pharmaceutical products as defined in Part Two of this Schedule.", "6.", "Health and Welfare", "(1) Human organs, human blood and human milk.", "(2) Products supplied in connection with and essential for the provision of services referred to in paragraphs (2) and (3) of item 7 (Health and Welfare) of the Third Schedule by the hospital, institution or home, as the case may be, providing the said services.", "7.", "Gold", "Gold supplied to or by the Central Bank of Malta.", "8.", "Printed matter and other articles", "(1) Books, newspapers, other printed matter and other articles falling within the definition of \"Printed matter and other articles\" contained in Part Two of this Schedule.", "(2) Electronic, magnetic, optic or any other machine readable media and any information which, in printed form, would have the characteristics of books, newspapers and any other printed matter falling within the definition of \"Printed matter and other articles\" contained in Part Two of this Schedule.", "9.", "Essential products", "Water, fuel and electricity supplied by a public authority.", "10.", "Products mentioned in items 4, 8, 25, 27, 28 and 29 of the First Schedule.\"; and", "(b) in Part Two thereof, immediately after definition (e) there shall be inserted the following new definition:-", "\"(f) \"Non-profit making institution\" or \"non-profit making organisation\" means an institution or organisation:", "(i) whose objects are clearly defined in its statute;", "(ii) whose objects expressly exclude profit making;", "(iii) whose statute provides that no part of its income or property is available directly or indirectly to any member, proprietor or shareholder;", "(iv) which, in the opinion of the Director, is managed and administered in accordance with the provisions of its statute and for the purpose of its stated objects;", "(v) which does not systematically aim to make a profit.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Forsi l-Prim Ministru jista' jgħid jekk hemmx xi affarijiet sostanzjali li rridu nbiddlu bejn l-emenda u l-abbozz ta' liġi kif ippubblikat.", "ONRO.", "ALFRED SANT: Hekk kont se nagħmel fil-fatt.", "Il-konċett wara l- emenda li qed nagħmlu huwa biex niċċaraw id-differenza fis-sustanza bejn il- liġi preżenti u l-liġi dwar il-VAT.", "Inizjalment ħafna mit-Tieni Skeda, biex ngħid hekk, kienet ikkopjata mil-liġi dwar il-VAT fejn kien hemm insistenza fuq \"the supply of\" minħabba li l-VAT hija a trasaction tax u allura neħħejna l-kelma \"the supply of\" jew dak li huwa riferibbli għal dak it-tip ta' l-konċett u morna speċifikament fuq prodotti.", "Jiġifieri fejn il- mudell oriġinali kien jgħid \"the supply of products which\" issa għamilniha \"products which\" u dan hu riferibbli għall-punt li waqt li l-kwestjoni tal- VAT hija riferibbli għas-supply of, l-ETP hija speċifikament taxxa fuq prodott at a certain stage u fuq din il-ħaġa l-bidliet saru skond il-pariri li tawna l-constituted bodies li ddiskutejna magħhom.", "Imma l-konċett fundamentali huwa li fejn qabel fil-mudell oriġinali kien hemm, per eżempju, \"the supply of a product \"A\", issa fid-definizzjonijiet li qed nagħmlu qed immorru għal product \"A\".", "(Interruzzjonijiet) Sostanzjali fis- sens li jekk tħares lejn klawsola 14 issib li \"any product shall be deemed to be a taxable product for the purpose of this Act\" u allura jekk tirriferi għall-iskeda u jkollok \"the supply of\"...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri sostanzjalment dak li huwa taxxabbli llum se jibqa' taxxabbli għada u dak li m'huwiex taxxabbli llum mhux se jkun taxxabbli għada.", "Dik hi is-sustanza.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-istil ta' prodotti li kien hemm fit-Tieni Skeda oriġinali għadu hemm, ħlief li f'ħafna każi neħħejna l-frażi \"the supply of\".", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"K\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 14 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 14, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Valur taxxabbli u prezz.", "Clause 15 - Tax value and price.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, klawsola 15 tiddefinixxi l-value tat- taxxa u l-prezz għall-prodotti li se jaqgħu taħt l-ETP.", "Fl-emenda li se nressaq insibu t-terminoloġija tad-definizzjoni ġdida fejn minflok \"prodott taxxabbli\" qed ngħidu \"prodott\" u fit-test Ingliż minflok \"tax value\" qed ngħidu \"taxable value\".", "Din tiġi mid-definitions li konna għamilna fil-bidu fejn bdilna l-kliem \"prodott taxxabli\" u \"tax value\".", "Għal dan il-għan nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"L\" Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 15 minflok il-kliem \"prodott taxxabbli\" kull fejn jinsabu għandha tidħol il-kelma \"prodott\", u fit- test Ingliż minflok \"tax value\" kull fejn jinsabu jidħlu l-kliem \"taxable value\".", "\"L\" In subclause (1) of clause 15 for the words \"taxable product\" wherever these occur there shall be substituted the word \"product\", and for \"tax value\" wherever these occur there shall be substituted words \"taxable value\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jiġifieri din il-klawsola qed tgħid li l- ETP se tiġi ċċarġjata fuq il-prezz kollu tal-prodott, inkluż kwalunkwe taxxa li tħallset fuqu, kemm jekk hi excise u anke jekk hi dazju, inkluż kwalunkwe servizz jew spejjeż li kien hemm fin-negozju biex jasal għal dak il-livell ta' prezz.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif qed jgħid l-Onor.", "Dalli, l-ETP se tiġi charged fuq the final price ta' dak il-prodott.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressaq u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"L\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 15 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 15, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Post fejn isir il-bejgħ tan-negozju.", "Clause 16 - Place of business sales.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, din il-klawsola tiddefinixxi l-place of business sale jiġifieri fejn isir il-business sale skond id-definizzjoni li għamilna u fil-fatt għandi emenda għaliha li taqra hekk:", "\"M\" Minflok il-klawsola 16 għandu jidħol dan li ġej:", "\"16.", "Bejgħ tan-negozju jsir f'Malta jekk il-prodott mibjugħ ikun qiegħed f'Malta fil-ħin tal-bejgħ.\".", "\"M\" For clause 16 there shall be substituted the following:-", "\"16.", "A business sale takes place in Malta if the product sold is in Malta at the time when the sale takes place.\".", "Jiġifieri riferibbli għal dak li ġie ppubblikat fl-abbozz ta' liġi qegħdin inneħħu l-aħħar parti li kienet tgħid \"or is to be delivered or made available in Malta to the person buying the product\".", "Il-parir li ngħatajna anke mill-istituti professjonali kien li d-diċitura \"or is to be delivered or made available in Malta to the person buying the product\" kienet superfluwa u aktar minn hekk tkun qed tħawwad u tikkonfondi l-affarijiet.", "Il-punt \"when the sale takes place.\" hija iktar preċiża u ċara speċjalment għax \"sale\" hija definita b'mod preċiż fil-lista ta' definitions fi klawsola 2.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naħseb li t-tneħħija ta' dik id-diċitura tista' tagħmilha aktar diffiċli għall-amministrazzjoni biex tieħu azzjoni f'każ ta' kuntrabandu.", "Apparti minn din m'għandix iżjed kummenti.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista' tgħidilna għaliex, jekk joġgħbok, Onor. Dalli?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għaliex jista' jkun li jkun hemm ċerti affarijiet li jistgħu jiġu for the supply u l-Kontrollur tad-Dwana jkollu provi li jkunu for the supply għal xi ħadd, pero' hawnhekk qed tgħid li sakemm is-sale ma sarx allura m'hemmx transazzjoni u l-affarijiet ma jkunux jistgħu jipproċedu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt il-punt li qed isemmi l-Onor.", "Dalli kien issemma u kien tqajjem il-punt li d-definizzjoni ta' \"sale\" li qed tingħata fid-definition clause hija wiesgħa biżżejjed biex tkopri dan il-punt għaliex din tgħid li \"\"sale\" includes the transfer of any good or product under any title.\"", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan huwa punt tekniku u nagħtikom parir li terġgħu tarawh.", "Jiġifieri hawnhekk qed tgħidu li t-transfer irid ikun seħħ.", "ONOR.", "ALFRED SANT: I'm flexible fuq din imma l-punt tqajjem mill-Malta Institute of Accountants indipendentement u mill-Malta Institute of Taxation.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma jien qed niġbed l-attenzjoni għaliha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, jien qed neħodha f'dak l-ispirtu u se nitlob il- permess tal-Kumitat sabiex nipposponu din il-klawsola sakemm niċċekkjaw din il-kwestjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola 16 u l-emenda \"M\" ġew posposti.", "Klawsola 17 - Ċertifikat ta' eżenzjoni mill-ETP.", "Clause 17 - Certificate of exemption from ETP.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"N\" Il-klawsola 17 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"għandu joħroġ\" għandhom jidħlu l-kliem \"jista' joħroġ\"; u", "(b) minnufih wara s-subklawsola (3) għandu jidħol dan li ġej:-", "\"(4) Ċertifikat ta' eżenzjoni jista' joħroġ kif suġġett għal dawk il- limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti jew li jistgħu jiġu stabbiliti mid-Direttur fin-nuqqas ta' regolamenti li jkunu japplikaw għal dan u ċ-ċertifikat ikun validu biss jekk il- limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li jkun suġġett għalihom jiġu osservati u mħarsa.\".", "\"N\" Clause 17 shall be amended as follows:-", "(a) in subclause (1) thereof, for the words \"shall be issued\" there shall be substituted the words \"may be issued\"; and", "(b) immediately after subclause (3) there shall be inserted the following:-", "\"(4) A certificate of exemption may be issued subject to such limitations and conditions as may be prescribed or as may be established by the Director in the absence of applicable regulations and the certificate shall be valid only if the limitations and conditions to which it is subject are observed and complied with.\".", "Din il-klawsola titkellem dwar dik il-possibbilta' li bdejna minnha li jew ikun hemm sistema ta' refunds jew inkella jkun hemm sistema ta' certification u min ikollu ċertifikat allura imbagħad jiġi eżentat mill- ETP.", "Rigward l-emenda li għadni kemm ressaqt, irrid ngħid li r-raġuni għall- ewwel parti tagħha hija li fl-abbozz ta' liġi din kienet tgħid \"A certification of exemption from ETP shall be issued by the Director\" u hemmhekk qam il-punt li din hija tassattiva.", "Id-direttur bilfors irid joħroġ, mhux ikollu l-fakulta' li joħroġ, u peress li kellna dak il-ftehim li diġa' tkellimt dwaru mal-korpi kostitwiti li jkun tajjeb, speċjalment fil-bidu, li taħdem biss sistema ta' refunds, mhux l-inqas minħabba l- kwestjoni tas-software, qalu - u kellhom raġun - li \"shall be issued\" tinbidel u ssir \"may be issued\" ħalli ma tkunx tassattiva.", "Imbagħad rigward it-tieni parti ta' l-emenda nħass il-bżonn li tiżdied subklawsola oħra li tiddeskrivi l-mod kif joħroġ is-certificate of exemption u s-subklawsola ġdida li qed tiġi proposta toħroġ il-modalitajiet kif, f'ċerti kondizzjonijiet, id-direttur jista' joħroġ iċ-ċertifikat ta' exemption.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif diġa' esprimejt ruħi qabel, ma tantx jien ferħan wisq b'din il-biċċa xogħol ta' l-exemptions għaliex jistgħu jiġu abbużati.", "Kont inkun aktar kuntent jekk l-ewwelnett ikun hemm regolamenti speċifiċi u l-eżenzjonijiet jingħataw taħt dawk ir-regolamenti biss biex ikun hemm level playing field għal kulħadd fuq kif se jingħataw dawn l-eżenzjonijiet; u t-tieni nett li bħalma jeżisti f'liġijiet oħra li għamilna reċentement, meta jingħataw dawn it-tip ta' ċertifikazzjonijiet, jekk jingħataw, għandhom jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern biex kulħadd ikun jaf lil min qed jingħataw.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwel emenda jien fhimt li qed tgħid li se jkun hemm diskrezzjoni doppja da parti tad-direttur għaliex hemm li \"a certificate of exemption from ETP shall be issued by the Director\".", "Dan iċ-ċertifikat ta' eżenzjoni se jinħareġ lil \"any registered person who shows to the satisfaction of the Director\".", "Jiġifieri d-direttur dejjem għandu diskrezzjoni hemmhekk, pero' qabel kienet li jekk id-direttur ikun sodisfatt li \"for the due and proper functioning of this Act\" għandu joħroġ ċertifikat għandu joħorġu.", "Issa lid-direttur se nagħtuh iktar diskrezzjoni għaliex mhux biss se nagħtuh id-diskrezzjoni li l-persuna rreġistrata trid tipprova għas-sodisfazzjon tiegħu li għandu joħroġ ċertifikat - allura diġa' hemm diskrezzjoni - imma anke meta l-persuna tali tagħmel dan, jista' jerġa' jintalab ċertifikat għaliex se ninkludu l-verb \"may\".", "It-tieni nett, rigward il-punt ta' l-Onor.", "Dalli, hawnhekk qed nitkellmu fuq eżenzjoni li tista' tagħmel differenza bejn retailer jew ieħor għaliex jekk fhimt sew din l-eżenzjoni se tingħata lill-persuna li suppost tħallas l-ETP u allura peress li din tista' tagħmel differenza anke fis-suq bejn persuna u oħra, naħseb li din id-diskrezzjoni għandha tkun regolata b'xi mod.", "Għandha tingħata diskrezzjoni pero' din għandha tkun soġġetta għal- linji ġenerali li jkunu prescribed.", "Wara kollox meta joħorġ avviż legali kulma jiġri huwa li jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jiġifieri l-eżekuttiv lanqas għandu bżonn approval tal- Parlament, ħlief li l-Parlament ikun jista' fi żmien 21 ġurnata jimblokka dawk ir-regolamenti jekk l-Eżekuttiv jiddeċiedi li jpoġġiha fuq l-aġenda.", "Jiġifieri għallinqas biex indejquha ftit u ndejquha b'mod legali, ma nistgħux ngħidu li din id-diskrezzjoni - li aħna kontra tagħha - tkun soġġetta - kif qal l-Onor.", "Dalli - għal-linji li jkunu parti minn avviż legali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, Sur President, naħseb li qed naqblu kemm ma' l- Onor. Dalli u kemm ma' l-Onor.", "Borg għaliex jekk inħarsu lejn kif inhi miktuba subklawsola (4), kif proposta fl-emenda li għadni kemm ippreżentajt, insibu li din tgħid hekk:", "\"A certificate of exemption may be issued subject to such limitations and conditions as may be prescribed or as may be established by the Director...\".", "Issa fid-definition clause għandna li:", "\"\"prescribed\" means prescribed by regulation, order or notice under this Act;\"\"", "Imbagħad subklawsola (4) kif proposta fl-emenda tkompli tgħid: \"in the absence of applicable regulations ...\"", "Hemmhekk hemm marġini ta' diskrezzjoni imma naħseb il-punt li qajjem l- Onor. Dalli qed jiġi answered b'dan il-mod, għaliex meta qed nużaw \"prescribed\" din tfisser \"prescribed by regulation, order or notice under this Act\".", "Jiġifieri għandna dik id-definizzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk dak huwa l-uniku mod li jistgħu joħorġu jekk ikunu \"prescribed\" ...", "(Interruzzjonijiet) Pero' għamilt il-punt ukoll tal- pubblikazzjoni.", "Jiġifieri llum jekk taħt il-Local Manufacturers (Promotion) Act xi ħadd jingħata eżenzjoni milli jħallas levy fuq xi prodotti, irid jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern kultant żmien lil min ingħataw dawn l-eżenzjonijiet bid-dettalji, ħalli jkun hemm dan it-tip ta' kontroll.", "Jien qed ngħid li f'dan il-każ għandu jsir l-istess.", "Jekk jingħataw ċertifikati ta' eżenzjoni għandhom jiġu ppubblikati.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa qed tagħmel punt ġdid, Onorevoli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, dan semmejtu aktar kmieni wkoll.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien fhimtek qed tgħid li s-certificate of exemption irid joħroġ taħt legal notice li jien qed nifhem li qiegħda taħt id- definitions ta' din il-liġi, imma issa qed tagħmel punt extra u qed tgħid li għandu jiġi published lil min tkun qed tingħata din l-eżenzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien l-ewwel għamilt żewġ punti; il-punt li għandu jkun prescribed biex ikun hemm a level playing field u li għandu jkun hemm pubblikazzjoni taċ-ċertifikati li jinħarġu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif qiegħda l-emenda, id-direttur stess can defeat the purpose li jkunu prescribed billi ma jagħmel xejn (Interruzzjonijiet) Ir- regolamenti mhux id-direttur jagħmilhom!", "Ma jagħmilx ir-regolamenti ħalli b'hekk ikollu aktar diskrezzjoni mentri aħna nixtiequ li kieku tkun prescribed biss.", "Issa l-Onor.", "Dalli qed jgħid, li jekk din m'hijiex aċċettabbli għall-Gvern għallinqas il-kondizzjonijiet li jagħmel u l-linji u l-policy li jagħmel id-direttur għandhom jiġu published fil-Gazzetta tal- Gvern.", "Issa din ukoll m'hijiex l-aħjar soluzzjoni għaliex meta jkun avviż legali dan il-Parlament jista' jimblokkaha fi żmien 21 ġurnata minn mindu l- avviż legali jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u hemm l-obbligu li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, mentri meta ma jkunx prescribed imma d-direttur jaqbad u jagħmel policy anke jekk jippubblikaha fil-Gazzetta tal-Gvern għallinqas ikun hemm l-element ta' pubbliċita', pero' dan il-Parlament ma jkunx jista' jimblokkaha kif għandu d-dritt taħt l-Att dwar l- Interpretazzjoni li kull avviż legali - u hawnhekk il-Prim Ministru qalilna li \"prescribed\" ifisser kull avviż legali - jrid bilfors jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra u dan il-Parlament can negative b'riżoluzzjoni dawk ir- regolamenti.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nipposponu din il-klawsola ħalli nikkonsidraw il-punti li tqajmu mill-Onor.", "Dalli u mill-Onor.", "Borg f'dak li għandu x'jaqsam ma' publication ta' min jieħu exemption.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola 17 u l-emenda \"N\" ġew posposti.", "Klawsola 16 - Post fejn isir il-bejgħ tan-negozju.", "Clause 16 - Place of business sales.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq din il-klawsola, wara li tkellimna internament, qed inħossu li jekk nieqfu \"when the sale takes place\" - kif fil-fatt qed tgħid l-emenda - fuq il-linji li tawna l-Malta Institute of Accountants u l- Malta Institute of Taxation inkunu covered biżżejjed.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"M\" kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru aktar kmieni fil-Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"M\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 16 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Ħlas ta' taxxa tas-sisa fuq servizzi.", "Clause 18 - Charge to excise tax on services.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-klawsola qiegħda f'Taqsima V ta' dan l-abbozz ta' liġi u tittratta dwar is-sisa fuq is-servizzi.", "Hawnhekk ukoll se nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"O\" Il-klawsola 18 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fl-ewwel paragrafu tagħha, minflok il-kliem \"tal-valur tat- taxxa totali\" għandhom jidħlu l-kliem \"tal-valur taxxabbli totali\"; u", "(b) minflok il-proviso li hemm miegħu għandu jidħol dan li ġej:-", "\"Iżda meta t-total tal-valur tas-servizzi ta' fornitur tas-servizzi ma jkunx, fit-tnax-il xahar li jagħlqu fl-aħħar jum taż-żmien ta' taxxa li jiġi minnufih qabel, jaqbeż is-sitt elef lira jew dak l- ammont ieħor ogħla li jista' jiġi preskritt, l-ETS ma titħallasx minn dik il-persuna dwar dak iż-żmien;", "Iżda wkoll, dwar l-ewwel tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l- Att, il-proviso li jiġi minnufih qabel dan għandu jkun japplika bl- istess mod u skond dawk il-kondizzjonijiet li d-Direttur jista' jqis li jkunu xierqa.\".", "\"O\" Clause 18 shall be amended as follows:", "(a) in the first paragraph thereof, for the words \"tax value\" and \"taxable period\" there shall be substituted the words \"taxable value\" and \"tax period\" respectively; and", "(b) for the proviso thereto, there shall be substituted the following:-", "\"Provided that where the total value of the services of a service provider has not, in the twelve months ending with last day of the immediately preceding tax period, exceeded six thousand liri or such other higher amount as may be prescribed, ETS shall not be chargeable on such person in respect of that period;", "Provided further that in respect of the first twelve months after the coming into force of this Act, the immediately preceding proviso shall apply in such manner and under such conditions as the Director may deem appropriate.\".", "Sur President, din il-klawsola qed iddaħħal il-konċett ta' 5% on the total turnover ta' xi ħadd li jipprovdi s-servizzi u għalhekk biex inkunu ċari din hija sisa fuq it-turnover.", "Hawn ta' min jgħid li din il-klawsola hija mfassla fuq partijiet minn leġislazzjoni ta' New Zealand u tal-Kanada u evidentement qed tiddefinixxi kull ħaġa li ma taqax taħt \"goods\" bħala servizz.", "Jien informat li waħda mill-problemi li teżisti hija li l-ebda liġi tad-dinja li tirrigwarda t-taxxa ma wasslet biex tagħti a clear definition of a \"service\", jiġifieri mid-dehra m'hemm l-ebda definizzjoni preċiża ta' servizz.", "Sur President, iktar 'il quddiem se niltaqgħu mad-definizzjoni ta' \"exempt service\" u mar-range ta' servizzi li huma eżentati minn din it-taxxa.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola se tintaxxa s-servizzi kif inhuma ntaxxati llum, jiġifieri bażikament, apparti xi eċċezzjonijiet li se nsemmu iktar 'il quddiem, dak kollu li huwa ntaxxat illum se jibqa' jiġi ntaxxat wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi.", "F'din il-klawsola qed tissemma r-rata ta' 5% fuq is-servizzi u fil-fatt hawnhekk se tinħoloq problema minħabba l-materjal li jiġi pprovdut mas-servizz.", "Aħna għandna sitwazzjoni fejn se titħallas taxxa ta' 5% fuq it-turnover kollu, pero' issa t-turnover kif se jiġi definit?", "Jien naħseb li d-definizzjoni ta' turnover hija dik li jagħtu l-accountants, jiġifieri t-total sales ta' kumpannija li fih jinkludi wkoll dak il-materjal li wieħed bilfors ikollu jipprovdi meta jkun qed jagħti servizz.", "Qed ngħid dan għax żgur li se niġu f'sitwazzjonijiet fejn servizz ikun qed iġorr miegħu t-taxxi ta' l-ETI u ta' l-ETP fuq il-materjal u mbagħad fuq dan kollu jkun hemm ukoll l-ETS u l- added value tas-servizz.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, hi ħaġa ċara li filwaqt li hemm servizzi li magħhom irid jiġi pprovdut materjal hemm ukoll servizzi oħra li magħhom ma jrid jiġi pprovdut l-ebda materjal.", "F'każ ta' plumber il- materjal jew jista' jixtrih hu jew inkella jista' jixtrih il-klijent tiegħu u għalhekk dan jiddependi mill-ftehim li jkun hemm bejn il-plumber u l- klijent.", "Min-naħa l-oħra jekk, per eżempju, tkun qed tinġieb washing machine fid-dar tal-klijent, hemmhekk huwa ċar li dak huwa każ ta' bejgħ ta' prodott u mhux ta' servizz.", "Issa hawn ta' min isemmi wkoll li nistgħu niltaqgħu ma' ċerti każi fejn ikun qed jinbiegħ prodott u jkun qed jingħata servizz, bħal fil-każ ta' petrol station li jbigħ il-fuel u jagħti ċerti servizzi ta' tiswija imma f'dan il-każ is-servizz huwa separat mill-bejgħ tal-prodott.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jikkontempla dawn l-affarijiet b'mod ċar u jikkontempla wkoll il-każ meta s-servizz huwa anċillari għat- transazzjoni u huwa l-main element tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri qed nifhem sew li issa l-plumber - qed insemmi lill-plumber biex inkompli għaddej bl-eżempju li ta l-Prim Ministru - se jħallas ETS differenti jiġifieri skond jekk jidhirx li l-materjal xtrah hu jew il-klijent?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu dan l-argument huwa fuq il-bażi tat- transaction approach.", "Aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq it-transazzjoni imma qed inħarsu lejn it-turnover tal-plumber at the end of the day li fuqu għandu 5%.", "Issa l-mod li bih juri t-transaction ħalli tirrifletti dik il- 5% hija affari interna ta' l-azjenda tiegħu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Issa ma għandniex noqogħdu nidħlu fl-argument tat- transaction approach għax it-total approach huwa l-kumulu tat-transactions.", "Irridu nirrealizzaw li t-total ma jeżistix per se imma huwa l-funzjoni ta' dak li hemm fuqu jew maġenbu u għalhekk trid tgħid ta' xiex ikun it-total.", "Jekk tintaxxa 5% fuq it-total tkun qed tintaxxa 5% fuq kull transazzjoni.", "Din hi loġika.", "Jekk inti tintaxxa 5% fuq it-total turnover tiegħek tkun qed tintaxxa 5% fuq it-transazzjonijiet kollha li tkun għamilt u għalhekk hawn ma għandniex indaħħlu l-argument tat-transaction approach.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed insemmi t-transaction approach għax, per eżempju, qed ngħidu li fuq \"din\" it-transazzjoni ħallasna daqstant u fuq \"din\" it- transazzjoni ħallasna daqstant.", "Jekk is-sum tat-transactions qiegħda taħt is-service business tiegħu huwa jgħid li fuq \"din\" se jiċċarġja daqstant u fuq \"din\" se jiċċarġja daqstant, imma dan mhux se jgħid hekk għal kull transazzjoni.", "Il-5% qiegħda fuq the sum of the transactions which are recognisable as service transactions.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien li qed ngħid huwa li se jkun hemm differenza jekk il-plumber jixtrix il-materjal hu u jekk jibgħatx lill-klijent jixtri l- materjal hu.", "Per eżempju, issa ġejna f'sitwazzjoni fejn il-plumber jagħtini lista ta' l-affarijiet li għandi bżonn nixtri u mmur nixtrihom jien - issa jien ma nafx jekk fil-każ dan jiġinix irħas għax jekk immur nixtri jien u jibqa' xi wastage, bħal per eżempju, xi pipe żejjed, dan żgur li se jibqa' fil-garaxx tiegħi mentri kieku l-materjal iġibu l-plumber dan kien jużah għand ħaddieħor - ħalli t-turnover ikun tax-xogħol tal-plumber biss.", "Din hi l-ekonomija organizzata li se ssir f'pajjiżna taħt din il- liġi!", "Jien qed inqajjem dawn il-punti għax dawn m'humiex an accountant's view imma huma a realistic view tas-sitwazzjoni.", "Din is-sistema żgur li m'hijiex se tkun effiċjenti la għal min ikun qed jagħti s-servizz, la għal min ikun qed jirċevih u lanqas għall-pajjiż in ġenerali għax biha se ndaħħlu a loose situation kullimkien.", "F'dan il-każ id-distorting effect tat-taxxa hija ħażina għall-ekonomija u jien qed nerġa' nirripeti dawn l-affarijiet ħalli nipprova nfiehem li l-problema prinċipali f'dan ir-rigward hija li s-sistema ta' taxxi li se ndaħħlu se taffettwa d-deċiżjonijiet li jittieħdu f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ u man-negozju għax kif ġie pprovat fid-dinja kollha b'din is-sistema d- deċiżjonijiet li jittieħdu se jkunu inqas effiċjenti.", "GĦalhekk b'din is- sistema ta' turnover se tinħoloq problema għax issa b'dan l-abbozz ta' liġi qed nagħtu ċans li bis-saħħa tagħna l-accountants kulħadd jibda jfittex l- aħjar accounting system għan-negozju tiegħu - għax issa jistgħu jsiru ħafna accounting systems mingħajr ma tkun qed tinkiser il-liġi - u issa t- turnover żgur li se jonqos f'ħakka ta' għajn.", "Jien ngħid li ma għandniex nagħtu ċans li jsiru dawn l-affarijiet.", "Sur President, issa wieħed jista' jara kif irid jorganizza l-affarijiet biex ma jidhirx li qed jagħmel ċertu turnover.", "Ħalli nieħdu l-hairdresser.", "Din issa x'se tgħidilhom lill-klijenti tagħha; biex iġibu x-shampoo u l- hair sprays magħhom!?", "Accounting- wise il-hairdresser tista' tgħid li dawn l-ispejjeż għandhom jiġu ridotti mit-turnover tagħha.", "Issa aħna se ndaħħlu dan il-logħob u għalhekk wieħed issa għandu jara li jagħmel regolamenti kontra dan it-tip ta' logħob.", "Jien qed ngħid dawn l-affarijiet biex niftaħ għajnejn l-amministrazzjoni dwar xi problemi tekniċi li se jinqalgħu taħt din il-liġi għax naħseb li dawn l-affarijiet mhux kulħadd rahom.", "Sur President, issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq l-eżempju tal-petrol stations li ġab il-Prim Ministru.", "Veru li f'każ ta' petrol station it-tiswija li ssir hija separata mill-bejgħ tal-fuel, pero' mbagħad xi ngħidu għall- ispare parts li jintużaw biex tkun tista' ssir it-tiswija?", "GĦalhekk hawn qed tinħoloq l-istess problema li nħolqot fl-eżempji l-oħra li ġibna.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li meta wieħed ikollu ħsara fil-karozza se jkollu jixtri l-ispare parts hu u mhux il-mechanic?", "Illum il-mechanic jixtri l-ispare parts hu, jekk iħallas il-15% VAT jeħodha lura, lill- klijent jiċċarġjah 15% fuq il-kont kollu u ma jkunx hemm additional charges.", "Imma kieku l-mechanic juża l-istess proċedura taħt din il-liġi x'jiġri?", "Fuq l-ispare parts il-klijent se jħallas 21% dazju u ETP, jekk dawn ikunu importati jeħel xi 8% oħra taxxa u mbagħad fuq l-ispare parts, fuq it-taxxi ta' l-ispare parts u fuq il-labour content se jħallas 5% oħra.", "GĦalhekk issa l-mechanic jaqbillu jibgħat lill-klijent jixtri l-ispare parts hu ħalli t-turnover jidher biss ta' jdejn il-mechanic.", "Imma hekk jaħdmu l-affarijiet!", "Issa minħabba d-distortions ta' din il-liġi l-operat ta' l-azjendi tagħna se jirriduċi ruħu.", "Sur President, issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq it-thresholds.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li t-threshold se jkun ta' Lm6,000 fuq kull min jagħti s- servizz, jiġifieri jekk negozjant imur għand accountant li ma għandux xogħol dan mhux se jeħel il-5%, allavolja dan jista' jkun negozjant kbir, imma jekk dan imur għand grupp ta' accountants li għandhom iktar minn Lm6,000 n-negozjant se jħallas 5%, kemm jekk dan ikun negozjant żgħir kif ukoll jekk ikun kbir.", "GĦalhekk, anke hawn, il-konċett tat-threshold ġie maqlub rasu 'l isfel u saqajh 'il fuq.", "Sur President, irridu niftakru wkoll li f'pajjiżna hawn ħafna individwi li fl-istess operazzjoni jagħtu servizz u jbigħu prodott.", "Fil-fatt f'waħda mil-laqgħat li saret dan l-aħħar fuq dan ir-rigward kien hemm mara li qalet li hi filwaqt li tbigħ il-kpiepel tikrihom ukoll, jiġifieri f'dan il-każ din il-mara qed tagħmel retail u fl-istess ħin qed tagħti servizz.", "Fejn hemm ir-retail ma tidħolx ETP u ma tidħolx ETS f'dak l-istadju għax l-ETP tkun tħallset qabel, pero' rigward l-ETS vis-a-vis t-threshold ta' Lm6,000 se naqsmu l-account tagħha u ngħidu li mill-kiri \"daqshekk\" biss hemm u allura se napplikaw it-threshold jekk għandhiex tħallas ETS fuq din?", "(Interruzzjonijiet) Hawn għandna noqogħdu attenti u saqajna ma' l-art, f'ġieħ il-Bambin!", "Allura aħna lil din il-mara se ngħidulha li se naħdmulha t-taxxa skond il-management accounts tagħha?", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li din hi soġġettiva, u kif!", "B'dan il-mod se naħdmu aħna?", "It-turnover irid ikun sħiħ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett xtaqt nistaqsi lill-Gvern jekk jistax ikun hemm sitwazzjoni fejn, kif qed jgħid l-Onor.", "Dalli, l-ETS titħallas ukoll fuq l-ETP.", "X'inhu l-ħsieb fuq dan ir-rigward irrispettivament minn x'hawn miktub hawnhekk?", "Sur President, ta' min isemmi wkoll li fil-proviso oriġinali hemm li l- eżenzjoni li tiċċarġja l-ETS tapplika għal dawk in-nies li fit-12-il xahar li jispiċċa with the last day of any taxable period ma jeċċedux it-turnover ta' Lm6,000.", "Issa l-problema li tinħoloq hawnhekk hija waħda ta' time factor.", "Jekk it-taxable period huwa ta' tliet xhur u fl-aħħar ta' dawn it- tliet xhur immur 12-il xahar lura, jien kif inkun naf li se jkolli turnover ta' inqas jew ta' iktar minn Lm6,000?", "Veru li din it-taxxa m'hijiex indirizzata lejn il-konsumatur, pero' min hu dan is-self-employed li se jħallas 5% fuq it-turnover u ma jgħaddihiex fuq il-konsumatur?", "GĦat-tielet domanda nixtieq inġib eżempju għax b'hekk naturalment inkunu nistgħu niftehemu aħjar.", "Jien jidhirli li bis-sistema tal-VAT kienu ħarġu regolamenti mill-ministeru tal-finanzi biex koppja li tkun qed tibni jew tagħmel spejjeż oħra fuq l-ewwel dar tagħha tiġi eżentata milli tħallas ċertu ammont ta' VAT.", "Issa jien qed nifhem sew li, per eżempju, fuq il- ġebla se jkun hemm 5% ETP - ma jidhirlix li l-ġebla hija eżentata taħt is- second schedule - imbagħad se jkun hemm ukoll 5% fuq is-servizz li l- kuntrattur se jagħti lil dawn l-għarajjes?", "Qed nistaqsi dan għaliex illum din l-eżenzjoni teżisti u naħseb li l-għarajjes, permezz tar-rappreżentanti tagħhom f'dan il-Parlament, għandhom interess ikunu jafu jekk humiex se jiġu f'sitwazzjoni aħjar jew agħar permezz ta' din il-klawsola.", "Fil- programm elettorali l-Partit Laburista ma qalx li se tiġi ntrodotta klawsola dwar taxxa fuq is-servizzi.", "Is-servizzi ma ssemmewx fil-kampanja elettorali, anzi ġew esklużi għaliex qalulna li se jagħmlu l-livelli ta' dazji u taxxi li kien hemm qabel l-1 ta' Jannar, 1995.", "Issa qabel l-1 ta' Jannar, 1995 ma kienx hemm taxxi fuq is-servizzi ħlief fuq l-ikel.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għandek żball.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-unika differenza bejn din is-sistema ta' taxxa u l- VAT huma r-riċevimenti tat-tiġijiet għax mill-bqija l-istess servizzi li kienu taxxabbli taħt is-sistema tal-VAT se jkunu taxxabbli hawnhekk, anzi f'ċerti aspetti, speċjalment fuq il-banking charges, li kienu eżentati qabel għidna li issa mhux se jiġu eżentati.", "Imma dik narawha iktar tard meta niġu għax-schedule.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nibdew fuq l-aħħar punt.", "Dażgur li qabel l-1994 kien hemm taxxi fuq is-servizzi.", "Aħna għidna li se ndaħħlu sistema ta' dazji u sisa ekwivalenti għal dik li kien hemm qabel, jiġifieri bl-ebda mod ma kien eskluż il-konċett ta' sisa fuq is-servizzi.", "L-Onor.", "Dalli tana l-eżempju ta' xi ħadd li jiġi bżonn is-servizz ta' plumber u jien se nieħu eżempju ta' xi ħadd li jiġi bżonn is-servizz ta' mechanic u dan juża' spare parts importati mill-Ġappun.", "Taħt is-sistema tal-VAT dawn l-ispare parts kellhom dazju fuqhom jew le?", "Dażgur li kellhom dazju fuqhom.", "Meta l-mechanic idaħħal dawk l-ispare parts fix-xogħol tiegħu u jkun qed jippreżenta fattura lill-konsumatur, qed jiċċarġjah 15% VAT jew le?", "Dawk il-15% VAT għandu cascading tad-dazju tal-prodott mill- Ġappun?", "Jiġifieri hawnhekk m'aħna qed nitkellmu fuq xejn ġdid bħala prinċipju.", "Mela anke taħt is-sistema tal-VAT is-servizz provdut mill- mechanic jinkludi prodott li fuqu għandu element ta' taxxa ta' dazju għax ġej mill-Ġappun u fuqu l-konsumatur irid iħallas 15% VAT.", "Issa ma joqgħodx jgħidli li dak ma jidhirx bħala spiża lill-mechanic għax il-konsumatur qed iġorru.", "Mela x'inhi din li we're making a mountain out of a molehill fuq dan il-punt?", "(Interruzzjonijiet) Le, issa jekk jogħġbok ħallini nispiċċa għax jien ħallejtek tispiċċa l-argument tiegħek.", "Le, m'hi 4% xejn għax id- dazju fuq il-Ġappun kien qawwi mhux ħażin u mbagħad on top of that kien hemm 15% VAT.", "Issa qed ngħidu li l-liġi bl-ebda mod ma timpedi lil dak li jipprovdi servizz milli fuq l-invoice tiegħu jniżżel l-affarijiet item by item.", "Din diġa' qed issir fuq il-prodotti li jinxtraw u s-servizzi li jingħataw u nistgħu nipproċedu b'dan il-mod, imma l-Onor.", "Dalli qal li din ma ddiskutejnihiex.", "Dażgur li ddiskutejniha din u tkellimniha anke mal- Kamra tal-Kummerċ u qbilna li l-invoice issir item by item ħalli fuq il- parti li għandha x'taqsam mas-servizz titħallas il-5% u, jekk irid, il- bniedem li jipprovdi s-servizz jipproċedi b'dak il-mod.", "Din hija kwestjoni ta' kalkoli.", "Jekk il-materja li qed tuża hija parti sostanzjali mis-servizz mod u jekk hija parti relattivament żgħira mis-servizz mod ieħor.", "Kulħadd irid jara kif għandu jqabbel fuq din il-ħaġa.", "Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Dalli - diġa' tkellimniha din - li business li jipprovdi prodotti u fl-istess ħin jipprovdi servizzi m'għandux ikollu żewġ branhces tat-turnover tiegħu, il-branch relatata mas-servizz u l- branch relatata mal-prodott.", "X'hemm ħażin fiha!", "M'hemm xejn ħażin li jagħmel hekk u mbagħad għandu jiġi ntaxxat skond jekk t-turnover huwiex fis- servizz li qed jipprovdi jew fil-prodott.", "Il-komplikazzjonijiet li qed jara l-Onor.", "Dalli jien personalment m'iniex qed narahom.", "Rigward il-punt li qajjem l-Onor.", "Tonio Borg fuq il-housing irrid ngħid li l-istess provvedimenti jew ekwivalenti għal dak li jeżisti llum se jiġu provduti, mhux permezz ta' din il-liġi imma permezz ta' regolamenti tal- housing li huma afferenti ma' dak li jeżisti llum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien nixtieq nikkonkludi u naturalment imbagħad kulħadd jagħmel fattih.", "Rigward il-kwestjoni tal-mechanic illum id-differenza fid- dazju jekk l-affarijiet ikunu ġejjin minn barra mill-Ewropa hija ta' 4%, bejn wieħed u ieħor.", "Issa qed nitkellmu fuq l-ETI, dazju li ġej minn barra ta' 8% - jiġifieri 23% - plus l-ETP fuqhom ta' 5%, jiġifieri bejn wieħed u ieħor hemmhekk għandek 30%.", "Dik hi d-differenza u se tagħmel 5% fuq dawn it- 30%.", "Issa jekk il-Prim Ministru ma jarax differenza f'dawn ...", "Naturalment ma tistax iġġiegħel lit-trux jisma' u ma tistax tgħid lil min huwa għama biex jara.", "Huwa ovvju li we are barking up the wrong tree.", "Rigward taż-żewġ branches l-istess.", "Naturalment hu ma jarahiex il- problema imma jien qed naraha.", "Il-liġi hu qed jagħmilha u allura issa naraw x'se jiġri meta din tiġi fis-seħħ.", "Id-dnub huwa li l-esperti tiegħu ma spjegawlux - forsi għax ma rawhomx huma wkoll - il-problemi li jistgħu jeżistu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kultant il-persuna kkonċernata ma tkunx għamja jew truxa imma jkollha tunnel vision, għax huwa tajjeb li titkellem fuq il- Ġappun u l-4% imma naħseb li l-Onor.", "Dalli nesa li prodott jista' jkun daħal b'servizz u fuqu jkollu levy ta' 50%.", "Allura jekk daħal prodott b'levy ta' 50% f'servizz provdut għandek 15% fuq 50%, imma l-Onor.", "Dalli l- każ li għandna quddiemna jarah u l-każijiet l-oħra fejn il-VAT tgħabbiet b'cascading effect fuq prodotti bil-levy ma jarahomx.", "Kulħadd għandu t- tunnel vision tiegħu.", "Fir-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif wieħed jista' jipprevedi l-effett tal-liġi fuq il-qsim ta' transazzjonijiet min-naħa għall-oħra, tkellimna mhux biss ma' l-esperti tagħna imma anke ma' l-esperti ta' l-għaqdiet tan-negozju u anke ma' l-esperti li għandhom x'jaqsmu ma' l-għaqdiet professjonali u ma qajmux il-problemi kbar li qed jara l-Onor.", "Dalli li minn molehill qed jagħmel muntanja.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skużi taf!", "Din ma nistennihiex mingħand il-Prim Ministru.", "Mela xi ħadd se jattiralek l-attenzjoni għal affarijiet biex tikkontrollah!", "Xi ħadd se jgħidlek: Isma', kif qed tagħmel int qed tiftaħli bieb, agħlaquli!", "Issa jekk il-Prim Ministru stenna li l-constituted bodies jaħdmu miegħu biex jagħlqilhom il-bibien ta' l-evażjoni, allura jiddispjaċini ngħid li veru għandna t-taħwid hawnhekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien ma nistax nifhem lill-Onor.", "Dalli għax filli qed jitkellem dwar il-problemi ta' kif in-negozju se jittratta dan ix-xogħol li għandu quddiemu u f'daqqa waħda minn problema ta' kif se jittratta n- negozju li għandu quddiemu għamilha problema ta' kontroll.", "Mhux ta' b'xejn li ħadd ma seta' jifhem kif daħħal it-taxxa tal-VAT għax filli qed jagħmilha mod faċli kif idaħħal taxxa, filli qed jagħmilha mod kif idaħħal il-kontroll u qed jgħaffeġ u jħawwad iż-żewġ problemi flimkien.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, bl-intervent li għadu kif għamel il- Prim Ministru fuq is-servizzi nġib għajnejja wara widnejja.", "Il-Prim Ministru għadu kif qalilna li qatt ma qalu li mhux se jkun hemm taxxa fuq is-servizzi, imbagħad immur naqra l-programm elettorali tal-Partit Laburista u nsib li jgħid hekk:", "\"Fuq kollox it-taxxa nġusta tal-VAT żiedet il-piż fuq il-familji Maltin billi għolliet il-ħajja.", "Għall-ewwel darba ċ-ċittadin Maltin qed ikollu jħallas it-taxxa fuq kull servizz li jixtri\".", "Issa jew dak li qalilna l-Prim Ministru llum huwa żbaljat jew dak li qal qabel l-elezzjoni permezz tal-programm elettorali kien żbaljat.", "Imma ma jistax ikollok it-tnejn, you can't have the cake and eat it.", "Allura jew jgħidilna li dak il-mandat li għandu mingħand il-poplu biddlu għax dak iż- żmien kien żbaljat, jew inkella llum huwa żbaljat.", "Il-verita' hi li din is- sezzjoni b'mod partikolari qed tintroduċi taxxa fuq is-servizzi minkejja li fil-programm elettorali tal-Partit Laburista kien hemm ħafna stqarrijiet kontra li s-servizzi jiġu ntaxxati.", "Allura aħna qed ngħidu li l-Gvern m'għandux mandat biex jintaxxa dawn is-servizzi għax hu kien qal proprju l- kontra.", "Il-problema tal-mandat elettorali mmorru dejjem għaliha għaliex huwa mportanti li l-poplu jifhem x'kien iwiegħed u kif qed jaġixxi dan il- Gvern.", "Hawn m'aħniex ngħidu sempliċement li neħħejna l-isem tal-VAT.", "Il- VAT riedet titneħħa u rridu naraw jekk il-liġi li qed tissosstitwiha hijiex timxi skond il-mandat.", "Wieħed mill-argumenti tal-Prim Ministru kien li f'ċerti każi kien hemm cascading effect b'mod partikolari bil-levies.", "Iva, kien hemm każi fejn il- cascading kien ħażin u għalhekk l-intenzjoni, anke ta' dan il-Gvern, kienet li dawn ma jibqgħux hemm.", "Allura wieħed ma jistax jiġġustifika sistema ġenerali, bħalma hi din li se tiġi ntrodotta, fuq xi ħaġa li kien għad kellha d-difetti u li bil-mod il-mod kienet qed tiġi mnaqqsa u mneħħija sakemm ikollna sistema ta' negozju ma' l-Ewropa fejn ma jkollniex dazji u levies fuq il-prodotti li jiġu mill-Ewropa.", "Jiġifieri wieħed ma jistax jiġġustifika xi ħaġa li ma saritx b'mod tajjeb, fis-sens li setgħet tinbidel u kienet tista' tinbidel, billi jintroduċi sistema ġdida li għandha dan id-difett right through.", "Hawnhekk l-iktar li jinkwetani huwa meta nara dan it-tip ta' raġunar qisu dak li jkun jiġi f'pożizzjoni fejn irid jiġġustifika dak li qed jagħmel b'xi ħaġa oħra.", "Is-sens ta' dak li qed jagħmel issa - taxxa fuq is-servizzi - m'hemmx mandat għaliha.", "Din suppost li kienet waħda mill-affarijiet li għamlet l-VAT inġusta u allura dik it-taxxa għandna l-istess difett li kien jikkritika l-Prim Ministru qabel l-elezzjoni.", "Din hija xi ħaġa li ma tistax taħrab minnha, Onor. Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ċertament, Sur President, ma nirrikonoxxix il- pożizzjoni ta' l-Onor.", "Bonnici bħala xi espert fuq dak li pprometta l- Partit Laburista fid-dokumenti elettorali tiegħu.", "Infakkru f'dak li għidt fis-Second Reading il-bieraħ li l-wegħda tagħna kienet formali - struttura ta' sisa u ta' dazji ekwivalenti għal dak li kien hemm qabel l-1995.", "Nerġa' nfakkru li dak iż-żmien kien hemm, iva, sistema ta' sisa, ta' dazji u ta' taxxi fuq is-servizzi.", "Jiġifieri l-ekwivalenza hemmhekk qiegħda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena ma nemminx li l-Prim Ministru biss għandu dritt jinterpreta l-manifest elettorali għaliex dan huwa dokument pubbliku li jaqrawh in-nies - jew għallinqas suppost li jaqrawh in-nies - qabel ma jivvotaw.", "Mela tajba din!", "Aħna tlifna l-mandat elettorali tagħna li nidħlu fl-Unjoni Ewropea għaliex ma dħalniex ma' l-ewwel grupp - tant li l- Prim Ministru, dak inhar Kap ta' l-Oppożizzjoni, kien ressaq mozzjoni ta' sfiduċja sitt xhur biss wara li erbaħna bi 13,000 vot - imbagħad hawnhekk għandna klawsola li qed tmur direttament kontra l-manifest elettorali u jippretendu li l-Oppożizzjoni tivvota favur tagħha!", "Aħna nivvotaw kontra tagħha mhux għaliex aħna kontra t-taxxa fuq is-servizzi imma għaliex aħna ma nistgħux nippermettu li dan il-Gvern, bil-maġġoranza li għandu, jikser il-mandat elettorali tiegħu.", "Nisimgħu tant dwar mandati elettorali!", "Qabel l-elezzjoni aħna konna nargumentaw li huwa tajjeb li jkun hemm taxxa fuq is-servizzi għaliex f'ekonomija moderna - ħa nuża aġġettiv li jħobb juża l-Prim Ministru - huwa sew li jkollok taxxa mhux biss fuq il-prodotti imma anke fuq is-servizzi.", "Anke l-manifest elettorali - li kkwota tant tajjeb l-Onor.", "Bonnici - li jikkritika l-fatt li t-taxxa kienet fuq is-servizzi kollha, juri li l-Gvern m'għandux mandat li jdaħħal taxxa fuq is-servizzi.", "Il-programm elettorali tal-Partit Laburista kien jgħid:", "\"Gvern Laburista jneħħi l-VAT u flokha jdaħħal struttura ta' taxxi u dazji ekwivalenti għal dawk li kienu fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 1995.\".", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna liema kienu t-taxxi fuq is-servizzi qabel l-1 ta' Jannar, 1995?", "It-taxxi fuq is-servizzi li kien hemm qabel l-1995 kienu - jikkorreġini l- Onor. Dalli - fuq l-ikel fir-ristoranti, liema taxxa ta' 10% kienet ġiet introdotta fl-1990 - kien hemm ċerti eżenzjonijiet minnha ukoll - imbagħad kien hemm ir-room tax u t-taxxa fuq il-flus li toħroġ meta ssiefer, jekk dan jista' jiġi meqjus bħala taxxa fuq is-servizzi.", "U tant dan kien il- mandat elettorali li fil-fatt fil-budget speech ixxellef ftit u l-lista ta' servizzi li kellhom jiġu ntaxxati kienet lista limitata.", "Fil-fatt l-ewwel isem ma' kienx ETS imma kien SS - Selected Services.", "B'dan, il-Gvern Laburista kien donnu qed jgħid lill-poplu: Skużawni, m'iniex se noqgħod eżatt eżatt mal-mandat elettorali imma se nbiddlu ftit, se nagħmlu ristrett.", "U l-lista ta' servizzi li se jiġu ntaxxati b'din is-sistema hija l-istess lista ta' servizzi li kienu jiġu ntaxxati taħt il-VAT, bl- eċċezzjoni ta' wedding receptions.", "Jiġifieri din kienet id-differenza bejn ħaġa u oħra, li qabel kienu jiġu ntaxxati r-riċevimenti tat-tiġijiet u issa le.", "U jekk jidħol id-divorzju jkun hawn iktar tiġijiet għaliex tiżżewweġ darbtejn u allura tiġi eżentat darbtejn!", "Għalhekk iridu d- divorzju l-Prim Ministru!", "Kienu jgħidu tant fil-kampanja elettorali li msieken il-plumbers, il-bajjada u l-electricians għaliex dawn kollha se jiġu ntaxxati.", "Jien kważi ammirajt, sa ċertu punt, il-mod ta' kif fi żmien sitt xhur bl-ikbar kalma l-Gvern beda jinterpreta l-mandat elettorali b'mod li, iva, kellna mandat biex nintaxxaw is-servizzi.", "Jekk dan kien jeżisti, ma nafx fejn kien jeżisti.", "Li hu żgur hu li dan ma ntqal fl-ebda meeting li sar mill-Prim Ministru.", "Issa malli għaddiet l-elezzjoni u qegħdin f'dan il-Parlament - qed ngħid dan ħalli jibqa' on record - il-mandat elettorali tal-Partit Laburista qed jiġi nterpretat b'tali mod li jinkludi taxxa mhux fuq xi servizzi imma fuq is-servizzi kollha li qabel kienu jiġu ntaxxati bil-VAT.", "Aħna ma nistgħux naċċettaw sitwazzjoni fejn xi ħadd jinganna n- nies biex jagħtih mandat elettorali u mbagħad wara li jingannahom jinterpretaha dan il-mandat elettorali bħala li kien jinkludi t-taxxa fuq is-servizzi.", "Għalina dan imur kontra l-mandat elettorali, aħna ma nistgħux nippermettuh u għalhekk se nitolbu division fuq din il-klawsola.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena napprezza l-qalb tenera ta' l-Onor.", "Borg li wara li fela l-commitments tagħna, issa bl-akbar sens ta' irġulija qed jgħid li ma jaqbilx magħhom u allura għalhekk se jivvota kontra.", "Evidentement nesa' li minn 15%, it-taxxa fuq is-servizzi waqgħet f'ħafna każi għal 5% u f'ċerti każi spiċċat xejn ukoll.", "Nemmen allura li għandu jiddikjara hawnhekk li jaqbel li għandha titneħħa t-taxxa tal-VAT sabiex tiddaħħal sistema ta' taxxi li tkun konformi mal-qalb sabiħa li għadu kemm esprima vis-a-vis is-servizzi Maltin u Għawdxin.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"O\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 18 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997, din id-division tittieħed wara l-ħin tad-9.00 p.m.", "Klawsola 17 - Ċertifikat ta' eżenzjoni mill-ETP.", "Clause 17 - Certificate of exemption from ETP.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, fid-diskussjoni li kellna aktar kmieni fuq din il-klawsola kien hemm suġġeriment ta' l-Onor.", "Dalli sabiex indaħħlu xi ħaġa extra u għal dan il-għan se nipproponi din l-emenda:", "\"P\" Minnufih wara s-subklawsola (4) għandu jidħol dan li ġej:", "\"(5) Il-Ministru għandu mhux aktar tard mit-tieni ġimgħa ta' kull xahar jippubblika fil-Gazzetta lista tal-persuni li jkunu ngħataw eżenzjoni skond dan l-artikolu matul ix-xahar ta' qabel.\".", "\"P\" Immediately after subclause (4) there shall be inserted the following: \"(5) The Minister shall not later than the second week of each month publish in the Gazette a list of the persons who were granted an exemption in accordance with this section in the preceding month.\".", "Dwar din m'għandi xejn xi nżid ħlief li ngħid li naħseb li hija miżura tajba.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"N\" kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "L-emenda \"N\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"P\" kif imressqa u moqrija mill- Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"P\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija Klawsola 17 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 17, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Servizz taxxabbli.", "Clause 19 - Taxable service.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din il-klawsola tagħti definizzjoni ta' x'inhu taxable service u hija magħmula minn żewġ subklawsoli qosra li huma self-explanatory.", "Pero' hemm bżonn ta' emenda sabiex tinbiddel id- diċitura ta' l-ewwel subklawsola biex issir aktar preċiża u sabiex nikkoreġu spelling mistake fit-tieni subklawsola tat-test Ingliż.", "Għalhekk nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"Q\" Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 19 minflok il-kliem \"kemm-il darba ma jkunx\" għandhom jidħlu l-kliem \"u ma jkunx\", u fis-subklawsola (2) fit-test Ingliż minflok il-kelma \"therefore\" għandha tidħol il-kelma \"therefor\".", "\"Q\" In subclause (1) of clause 19 for the words \"unless it is\" there shall be substituted the words \"and it is not\", and in subclause (2) for the word \"therefore\" there shall be substituted \"therefor\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"Q\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 19 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata sabiex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Provvista ta' servizz.", "Clause 20 - Provision of a service.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, f'din il-klawsola għandna l- inkwadrament ta' \"provision of a service\" li hija meħudha minn partijiet tal-leġislazzjoni Kanadiża u ta' New Zealand fejn iqum il-punt li semmejt aktar kmieni dwar x'inhuwa service.", "Din il-klawsola tgħid li \"provision of a service\" - din hija d-diċitura legali - hija xi ħaġa li m'hijiex \"a good\"; anything which is not a good is a service.", "Pero' hawnhekk ukoll se nipproponi emenda li hija żieda ta' żewġ dettalji oħra li qegħdin inżiduhom proprju sabiex inkomplu nagħtu aktar firxa lid-definizzjoni ta' \"service\".", "Għalhekk nipproponi din l-emenda:", "\"R\" (a) Il-klawsola 20 għandha tiġi enumerata bħala s-subklawsola (1) tagħha.", "(b) Il-paragrafu (e) tas-subklawsola (1) għandha tiġi enumerata mill- ġdid bħala l-paragrafu (g) tagħha.", "(c) Minnufih wara l-paragrafu (d) tas-subklawsola (1) għandu jidħol dan li ġej:", "\"(e) il-provvista ta' ikel elenkat fil-Ħames Skeda li tinsab ma' dan l-Att;", "(f) il-provvista ta' dokument li jagħti jedd lil persuna għal xi servizz;\".", "(d) Minnufih wara s-subklawsola (1) għandha tidħol din is- subklawsola ġdida li ġejja:-", "\"(2) Għall-għanijiet ta' dan l-artikolu u tal-Ħames Skeda li tinsab ma' dan l-Att, ikel tinkludi xorb.\".", "\"R\" (a) Clause 20 shall be renumbered as subclause (1) thereof.", "(b) Paragraph (e) of subclause (1) shall be renumbered as paragraph (g) thereof.", "(c) Immediately after paragraph (d) of subclause (1) there shall be inserted the following:", "\"(e) the provision of food listed in the Fifth Schedule to this Act;", "(f) the provision of a document entitling a person to a service;\".", "(d) Immediately after subclause (1) there shall be inserted the following new subclause:", "\"(2) For the purpose of this section and of the Fifth Schedule to this Act, food includes beverages.\".", "Sur President, peress li b'din l-emenda daħħalna l-Ħames Skeda, din l- iskeda issa trid tinqara in line ma' l-emenda.", "Il-Ħames Skeda kienet parti mit-Tielet Skeda li pero' inqalgħet minn hemmhekk u daħlet bħala l- Ħames Skeda.", "Din pero' baqgħet l-istess ħlief għal xi emendi żgħar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri fil-kontenut m'hemmx tibdiliet ta' x'servizz huwa taxxabbli jew le?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, safejn naf jien hemm xi rtokki fuq it-Tielet Skeda kif kienet oriġinarjament.", "Jiġifieri hemm ċerti prodotti at the margin u ċerti servizzi at the margin koperti bis-servizzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri l-pastizzi u l-qassatat għadhom taxxabbli bħalma huma taxxabbli llum!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nafx dwar il-pastizzi u l-qassatat speċifikament għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq sandwiches, toast, chips tal-patata ...!", "THE CHAIRMAN: Onor. Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt kien hemm żmien fejn il-qassatat ma kenux soġġetti għal-levy imbagħad ġew.", "Kienet ukoll qamet kwestjoni dwar jekk quiche Lorraine taqax taħt qassatat jew le u fil-fatt hemm kawża li għadha pendenti.", "Pero' ma nafx għaliex kellu jissemma spjegatament li \"qassatat\" jaqgħu taħt \"ikel\".", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt \"qassatat\" qiegħda mdaħħla fit-text tal- liġi.", "THE CHAIRMAN: Onor. Prim Ministru naħseb li jkun aħjar jekk tressaq l- Iskeda formalment ħalli nimxu mal-proċedura.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, inressaq formalment il-Ħames Skeda li tgħid hekk:", "\"S\" Minnufih wara r-Raba' Skeda għandha tidħol din l-iskeda ġdida li ġejja:-", "\"Il-Ħames Skeda PROVVISTA TA' IKEL SUĠĠETT GĦAT-TAXXA TAS-SISA FUQ IS-SERVIZZI", "(Artikolu 20 (e)) 1.", "(1) Il-provvista ta' ikel li jkun tajjeb għall-konsum immedjat, sew jekk dak l-ikel jiġi kunsmat fil-post fejn ikun provdut sew jekk le, li jikkonsisti fi: (a) ikliet jew snacks; (b) ġelat jew prodotti li jkun fihom il-ġelat barra minn family packs, u lollipops tas-silġ; iżda esklużi: (i) il-provvista ta' ikel fi club li jservi ikel esklussivament lill- membri u mistednin tagħhom; (ii) il-provvista ta' ikel minn canteen li jkun jinsab f'area ta' xogħol jew studju u li jiġi esklussivament servut lil haddiema jew studenti f'dak il-post.", "(2) Għall-finijiet tal-paragrafu (1) ta' din il-partita - (a) \"ikliet jew snacks\" tfisser u tinkludi: (i) ikliet sħan jew kesħin inklużi antipasto u deżerta; (ii) sandwiches, toast, chips tal-patata, sausage rolls, pizza, pastizzi, qassatat u snacks simili; (iii) gallettini, kejkijiet, ħelu u oġġetti simili, iżda esklużi dawk siġillati f'pakketti mill-manifattur u provduti f'dak il-pakkett siġillat oriġinali, u dawk l-oġġetti li kull wieħed waħdu jiżen 500 gramma jew aktar; (b) \"family packs\" tfisser ġelati ta' volum ta' mhux anqas minn 500 millilitru; (c) \"membri\" tfisser persuni li jkunu soċji ta' club u li jkollhom il-miżata tagħhom imħallsa bil-quddiem għal perijodu ta' mhux anqas minn sena u li isimhom ikun jidher fuq il-kotba jew reġistri tal-club; (d) \"mistednin\" tfisser persuni li jkunu akkumpanjati minn xi membru waqt li jkun fil-club.", "2.", "Il-provvista ta' servizzi ta' catering inkluż outside catering, iżda eskluża l-provvista ta' servizzi ta' catering f'riċeviment ta' tieġ.\".", "\"S\" Immediately after the Fourth Schedule there shall be inserted the following new schedule:-", "\"Fifth Schedule", "PROVISION OF FOOD SUBJECT TO EXCISE TAX ON SERVICES", "(Section 20(e)) 1.", "(1) The provision of food which is suitable for immediate consumption, whether such food is consumed at the place where it is provided or not, consisting of: (a) meals or snacks; (b) ice-cream or products containing ice-cream except in family packs, and ice lollies; but excluding: (i) the provision of food in a club exclusively provided to members and their guests; (ii) the provision of food by a canteen situated in a work or study area exclusively provided to workers or students therein.", "(2) For the purposes of paragraph (1) of this item - (a) \"meals or snacks\" means and includes: (i) hot and cold dishes including antipasto and dessert; (ii) sandwiches, toast, potato chips, sausage rolls, pizza, pastizzi, qassatat and similar snacks; (iii) biscuits, cakes, confectionery and similar items, but excluding those sealed in a package by the manufacturer and supplied in that original sealed package and those items which individually weigh 500 grammes or more; (b) \"family packs\" means ice-creams of not less than 500 millilitres in volume; (c) \"members\" means persons who are members of a club and who have paid their subscription in advance for a period of not less than one year and whose names appear on the club's books or registers; (d) \"guests\" means persons who are accompanied by a member while inside the club.", "2.", "The provision of catering services including outside catering but excluding the provision of catering services at a wedding reception.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"R\" kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"R\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"S\" kif imressqa u moqrija mill- Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"S\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 20 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 20, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Servizzi eżentati.", "Clause 21 - Exempt services.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din il-klawsola tiddefinixxi x'inhu \"exempt service\" u magħha għandna wkoll it-Tielet Skeda.", "Dak li għidna li ġara fil-klawsola ta' qabel qegħdin issa nissiġġillawh b'din l-emenda.", "Jiġifieri hawnhekk għandna tliet affarijiet; għandna l-klawsola innifisha li qed tiddefinixxi x'inhu exempt service; għandna t-Tielet Skeda li tirriferi għal-lista ta' servizzi li qegħdin eżenti li għandna emenda għaliha sabiex inneħħu minnha l-partita li ħadna taħt il-Ħames Skeda; imbagħad għandna emenda oħra li biha qed ngħidu li flimkien ma' servizzi eżenti ndaħħlu servizzi eżenti mogħtija min-nutara barra l-pajjiż, l-istess kif qed nagħmlu għal-legal procurator.", "Għalhekk se nipproponi dawn l- emendi:", "\"T\" It-Tielet Skeda", "Fit-Tielet Skeda, it-TIENI TAQSIMA kollha għandha titħassar, u l-partiti ta' l-ewwel parti għandhom jiġu emendati kif ġej:-", "(a) fil-partita 2, il-paragrafi (b) sa (g) għandhom jiġu enumerati mill-ġdid bħala l-paragrafi (a) sa (f) tagħha, u minflok il-paragrafu introduttorju u l-paragrafu (a) għandu jidħol dan li ġej:-", "\"Il-provvista ta' kull servizz elenkat f'dan il-paragrafu meta l-persuna li għaliha jintgħamlu ma tkunx residenti f'Malta:\";", "(b) fil-partita 3, minnufih wara l-kliem \"Servizzi fil-port\" fit- titolu tagħha għandhom jiżdiedu l-kliem \"u fil-port ħieles\", u minnufih wara l-paragrafu (3) tagħha, għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(4) Il-provvista ta' kull servizz minn jew lil kumpannija f'zona ta' port ħieles kif imfissra fl-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta meta dik il-provvista tkun tikkostitwixxi attivita' li dik il-kumpannija jkollha liċenzja li twettaq skond l-imsemmi Att.\";", "(c) fil-partita 5, minflok il-kelma \"Provvista\" fit-titolu tagħha, għandha tidħol il-kelma \"Provvisti\", u fil-paragrafu (1) tiegħu, minflok il-kliem \"provvista\" kull fejn tinsab għandha tidħol il-kelma \"proviżjonament\";", "(d) fil-partita 6, minflok il-kliem \"it-Tieni Taqsima ta' din l- Iskeda.\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 19 ta' dan l-Att.\";", "(e) fil-partita 13, minflok il-kliem minn \"(1) mgħax\" sa \"din l- Iskeda.\" għandu jidħol dan li ġej:-", "\"il-provvista ta' kreditu, servizzi bankarji u servizzi oħra speċifikament għal dak li għandu x'jaqsam ma':", "(1) mgħax impost fuq self jew għoti ta' kreditu;", "(2) mgħax impost fuq l-għoti ta', jew negozjar f'garanziji ta' kreditu jew kull garanzija oħra għall-flus;", "(3) transazzjonijiet, inkluża kull negozjazzjoni, dwar il-flus, biljetti ta' flus u muniti li normalment jintużaw bħala valuta legali:", "Iżda ebda ħaġa f'din il-partita m'għandha ssir b'mod li jolqot id- dispożizzjonijiet tal-partita 10 ta' din l-Iskeda.\";", "(f) minflok il-partiti 20 u 21 għandu jidħol dan li ġej:", "\"20.", "Servizzi li jingħataw minn dipartimenti tal-gvern u kull awtorita' pubblika oħra.", "(1) Il-provvista ta' kull servizz minn xi dipartiment tal-gvern u kull awtorita' pubblika oħra.", "(2) Il-provvista ta' servizzi ta' aġenzija li għandhom x'jaqsmu mal- lottu u l-lotteriji, u dawk il-provvisti l-oħra li jkollhom x'jaqsmu mal- logħob ta' l-azzard hekk kif il-Ministru jista' japprova.", "21.", "Servizzi fi ħdan l-istess Grupp.", "Il-provvista ta' kull servizz minn kumpannija waħda lill-oħra meta ż- żewġ kumpanniji jkunu membri ta' l-istess grupp ta' kumpanniji kemm-il darba d-Direttur ikun sodisfatt li l-ħolqien ta' kumpannija jew kumpanniji fi ħdan il-grupp ikollu bħala skop ewlieni tiegħu l-evażjoni tat-taxxa; u għal dan il-għan \"grupp ta' kumpanniji\" jkollha l-istess tifsira mogħtija lill-istess frażi bl-artikolu 42 ta' l-Att ta' l-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti:\".", "\"T\" Third Schedule", "In the Third Schedule the words \"PART ONE\" and the words and contents of \"PART TWO\" shall be deleted, and the items of the former Part One shall be amended as follows:-", "(a) in item 2, paragraphs (b) to (g) shall be renumbered as paragraphs (a) to (f) thereof, and for the introductory paragraph and paragraph (a) there shall be substituted the following:-", "\"The provision of any of the services listed in this paragraph when the person to whom they are provided is not resident in Malta:\";", "(b) in item 3, for the title \"Port services\" there shall be substituted \"Port and Freeport services\", and immediately after paragraph (3) thereof, there shall be added the following new paragraph:", "\"(4) Services provided by or to a company within a freeport zone as defined in the Malta Freeports Act where the said provision constitutes an activity which the said company is licensed to carry on in terms of the said Act.\";", "(c) in item 5, for the words \"Supply\" in the title thereof, there shall be substituted the word \"Supplies\", and in paragraph (1) thereof, for the word \"provision\" wherever it occurs there shall be substituted the word \"provisioning\";", "(d) in item 6, for the words \"Part Two of this Schedule.\" there shall be substituted \"Section 19 of this Act.\";", "(e) in item 13, for the words from \"(1) interests\" to \"of this Schedule.\", there shall be substituted the following:-", "\"the provision of credit, banking and other services specifically in relation to:", "(1) interest charged on the making of any advance or the granting of credit;", "(2) interest charged on the granting of, or any dealing in, credit guarantees or other security for money;", "(3) transactions, including negotiation, concerning currency, bank notes and coins normally used as legal tender:", "Provided that nothing in this item shall be construed as affecting the provisions of item 10 of this Schedule.\";", "(f) for items 20 and 21 there shall be substituted the following:-", "\"20.", "Services by government departments and any other public authority", "(1) The provision of any service by any government department and any other public authority.", "(2) The provision of agency services related to lotto and lotteries, and such other provisions related to gambling as may be approved by the Minister.", "21.", "Inter Group Services", "The provision of any service by one company to another when both companies are members of the same group of companies unless the Director is satisfied that the creation of a company or companies within the group has for its main purpose the avoidance of tax; and for this purpose \"a group of companies\" shall have the same meaning assigned to the phrase by section 42 of the Duty on Documents and Transfers Act, 1993.\".", "\"U\" Tielet Skeda", "Fil-partita 2 minflok il-kliem \"avukati, prokuraturi legali, accountants, awdituri,\" għandhom jidħlu l-kliem \"avukati, prokuraturi legali, nutara pubbliċi, accountants, awdituri,\".", "\"U\" Third Schedule", "In item 2, for the words \"advocates, legal procurators, accountants, auditors,\" there shall be substituted the words \"advocates, legal procurators, notaries public, accountants, auditors,\".", "Kif għidt aktar kmieni, it-tieni emenda qed indaħħluha sabiex mas- servizzi li qed jiġu eżentati jiżdiedu wkoll is-servizzi tan-nutara, taħt ċerti kondizzjonijiet li huma applikabbli għall-professjonijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-rimarka li rrid nagħmel hawnhekk hija li fil- ġeneralita' tagħhom l-eżenzjonijiet li qed jingħataw jirrispekkjaw is- sitwazzjoni li teżisti llum.", "Jiġifieri dak kollu li hu ntaxxat illum se jkun intaxxat wara li tgħaddi din il-liġi.", "Safejn naf jien hemm żewġ eċċezzjonijiet, waħda li semma l-Onor.", "Borg, tar-receptions tat-tiġijiet u hemm eċċezzjoni oħra li se jkollha effett sostanzjali.", "Din l-eċċezzjoni hija li meta tgħaddi din il-liġi l-ġdida se jibdew ikunu ntaxxati s- servizzi bankarji.", "Jien ma nafx għalfejn għażilna li filwaqt li nħallu servizzi finanzjarji oħra, bħal insurance, m'humiex intaxxati, daħħalna ....", "(Interruzzjonijiet) Le, l-emenda tkopri biss transazzjonijiet f'negozjar ta' flus u m'għandhiex x'taqsam mas-servizzi l-oħra tal-banek.", "Din mhix teskludi s-servizzi tal-banek.", "Jien ma nafx għalfejn daħħalna t- taxxa fuq servizzi ta' banek u ma ħallejniex servizzi bankarji non-taxable bħalma kienu.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, qegħdin nagħmlu hekk għaliex inħossu li hija ħaġa ġusta li dawn is-servizzi jiġu ntaxxati daqs ħaddieħor.", "M'hemmx burdens ekonomiċi u finanzjarji kbar.", "Il-banek huma f'pożizzjoni li qegħdin igawdu tajjeb mis-servizzi fil-pajjiż u naħseb li jkun tajjeb li anke n-negozju tagħhom iġorr parti mill-piżijiet.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Prim Ministru hu aware li l-Mid-Med Bank diġa' għollew r-rati tagħhom ta' dawn is-servizzi b'mod sostanzjali sabiex ikopru din it-taxxa u se jfisser ukoll issa li l-Mid Med Bank se jgħollu s- servizzi tagħhom wara ...", "(Interruzzjonijiet) U issa naturalment qegħdin ngħidu lill-Bank of Valletta sabiex jagħmlu l-istess.", "Issa kważi kważi ġiet tassattiva għaliex issa se jkunu ntaxxati bil-5% fuq dawn is-servizzi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-fatt li qed tintuża l-kelma \"tassattiva\" jġiegħelni mbagħad inkompli nikkonferma li f'moħħ ċerti nies minn fostna, l- idea ta' kompetizzjoni m'hijiex prevalenti u qisna qegħdin naċċettaw li ma teżistix kompetizzjoni f'dan il-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, meta ntroduċejna l-VAT aħna qgħadna attenti li s-servizzi finanzjarji ma npoġġuhomx fi żvantaġġ fil-qasam internazzjonali.", "Fil-fatt jekk tħares lejn is-sistemi Ewropej tara li hemm it-trend biex is-servizzi bankarji finanzjarji ma jiġux intaxxati u għalhekk ikunu eżentati mill-VAT.", "Issa hawnhekk qed indaħħlu taxxa fuq is- servizzi bħalma għandha l-VAT bażikament, pero' se npoġġu s-settur bankarju - li aħna rridu nippromovuh u qbilna anke f'dan il-Parlament li rridu nippromovuh bħala settur li jkun pilastru ieħor ta' l-ekonomija tagħna - fi żvantaġġ vis-a-vis ċentri oħra finanzjarji li m'għandhomx din it-tip ta' tassazzjoni fuqhom.", "U allura jien nixtieq nerġa' nistaqsi x'tip ta' analisi saret fuq l-effett li dan se jkollu fuq is-settur finanzjarju.", "Jien nifhem li l-Prim Ministru jidhirlu li dawn is-servizzi għandhom jiġu ntaxxati as a point of principle - għalkemm dan imur kontra l-mandat - imma l-impatt ta' dan x'inhu?", "Ħarisna lejh?", "Mhux fuq l-għoli tal-ħajja biss issa qed ngħidu imma anke fuq il-kompettivita' tas-settur finanzjarju.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien assolutament ma nistax nifhem kif qed jingħad li ħaġa bħal din se tinċidi fuq il-kompetittivita' tal-banek.", "Aktar u aktar meta l-banek f'pajjiżna jinsabu magħrufa li dejjem imorru tajjeb mhux li jmorru ħażin.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Bonnici qed jgħid li huma protetti; safejn naf jien anke issa għadhom protetti.", "Allura jekk għadhom protetti, dawn m'għandhomx iġorru parti mill-piż ta' l-affarijiet?", "Kif nistgħu nagħmlu l-argument favur il-kompetizzjoni meta mbagħad fl-istess nifs ngħidu li dawn huma protetti!", "Jew ħaġa jew oħra!", "U jekk hi oħra, allura hi oħra.", "Issa apparti minn hekk, taħt is-sistema tal-VAT il-banek kienu exempt without credit u allura kienu qegħdin iħallsu 15% fuq il- purchases kollha tagħhom.", "Allura mhux se jmorru tajjeb bit-tneħħija tal- VAT?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-punt huwa li l-Prim Ministru qal li dawn qed jagħmlu profitti għaliex għadhom protetti.", "Huwa veru li s-settur finanzjarju tagħna għadu f'ċertu element protett, pero' it-tendenza hija li jkollna settur inqas protett u iktar deregulated.", "Safejn naf jiena din baqgħet xorta d-direzzjoni ta' dan il-Gvern u allura jkun tajjeb jekk wieħed jaħseb ukoll f'ċirkostanzi li se jwasslu għas-settur bankarju u finanzjarju li jkun at par ma' setturi oħra barra u li kemm jista' jkun ma jkollux tassazzjoni mposta fuq dawn it-tip ta' servizzi.", "Dan minbarra naturalment l-effett ħażin li din ikollha fuq min jieħu dawn is-servizzi.", "Jiġifieri hawnhekk qed nara konflitt ma' l-iskop ġenerali li jkollna deregulation fil-financial sector - forsi tgħidli li 'l quddiem tista' terġa' tneħħiha meta tneħħi any elements of protection li għad għandhom - imma ma naħsibx li hija xi ħaġa effiċjenti u jien nixtieq inkun naf kemm qed jistma l-Gvern li se jdaħħal minn dawn is-servizzi.", "Xi ħadd ħadimha din?", "Ħalli nkunu nafu verament is-settur bankarju x'piż se jkollu jgħaddi fuq il-kunsumatur u x'piż se jkollu jerfa' wkoll.", "Din it-tip ta' informazzjoni hija informazzjoni li has been lacking right through the whole discussion, informazzjoni dwar l-impatt kwantitattiv tal-miżuri li qed jiġu ntrodotti sabiex din il-Kamra u l-poplu jkun informat bl-impatt ta' dawn it-tip ta' miżuri.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fuq kalkolu ta' malajr malajr, anke meta wieħed iħares lejn il-financial statements li jippubblikaw il-banek, wieħed jara li mit- taxxa fuq is-servizzi tal-banek, il-Gvern se jdaħħal bejn wieħed u ieħor Lm600,000.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Mr Chairman, safejn naf jien meta l-Gvern Nazzjonalista kien introduċa l-VAT kien għamel taxxa fuq is-servizzi li joffru l-banek, bħal per eżempju min ikollu safety deposit locker u anke fuq is-servizz tas-security.", "Il-banek li jqabbdu lill-membri tal-Group 4 Securitas jew tar-Revenue Security Corps jiġu jiswewhom madwar Lm0.5 miljun.", "Sabiex il-banek jagħmlu offsetting ta' parti minn dawn l-ispejjeż kienu jagħmlu claims fuq il-paper transactions li huma jagħmlu ta' kuljum.", "Jiġifieri bil-VAT, il-Gvern Nazzjonalista ukoll kien daħħal taxxi fuq is- servizzi tal-banek.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq is-servizzi li jagħtu l-banek, mhux li jirċievu.", "Is-servizzi li jagħtu l-banek ma kenux taxxabbli ħlief f'xi eċċezzjoni tas-safety deposit box kif qed jgħid l- Onor. Pace, imma b'din il-liġi l-Gvern se jiġbor Lm600,000 f'taxxa minn dawn is-servizzi biss.", "Jiġifieri l-banek se jiċċarġjawk talli jibagħtulek ittra, talli jibagħtulek l-istatements, talli jinnegozjawlek letter of credit u affarijiet oħra bħal dawn.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-Onor.", "Pace qed jgħidilna li l-partit tiegħu tela' fil-gvern biex ineħħi l-VAT, imbagħad fl-istess nifs qed jgħidilna li anke bis-sistema tal-VAT dawn kienu ntaxxati.", "Għaliex l- argument ta' l-Onor.", "Pace - jekk fhimtu sew - huwa li anke l-Gvern Nazzjonalista ntaxxa, permezz tal-VAT, is-servizzi bankarji u allura aħna m'għandniex għalfejn nitkażaw li se jiġu ntaxxati s-servizzi tal-bank charges.", "Imma skużi, l-argument nagħmlu bil-kuntrarju, apparti li dak li qal l-Onor.", "Membru m'huwiex veru.", "Intom għidtu li se tneħħu l-VAT u issa ġġibli l-argument li qed tagħmlu dawn it-taxxi fuq dawn is-servizzi għaliex taħt il-VAT hekk kien isir ukoll!", "Ħalli naraw iż-żewġ skedi għar-rigward ta' banking services.", "Fil-liġi dwar il-VAT, taħt it-titolu \"credit, banking and other services\" kien eżentat the granting negotiation of credit and the management of credit by the person granting it.", "GĦalhekk, jekk kull sitt xhur il-Lohombus Bank Ltd. iżomm administration fee li mingħalija tammonta għal Lm1 ...", "Hawn ta' min jgħid li jeżistu dubji dwar kemm din il- fee hija legali għax din hija forma indiretta ta' interessi, imma madanakollu kulħadd jintaxxaha u fil-fatt jien meta nirċievi l-account - naħseb li f'Malta m'hawnx xi ħadd li mhux midjun mal-Lohombus Bank Ltd. jekk għandu d-dar tiegħu - ikun hemm imniżżla l-administration fee ta' Lm1, bħalma jagħmlu l-banek li meta jagħtu l-credit iżommu 1% administration fee.", "Din il-fee kienet eżentata mit-taxxa taħt il-liġi tal-VAT.", "(Interruzzjonijiet) Hawn qed nitkellmu fuq il-management u mhux fuq is- self.", "Min għamilha din għamilha bi skop għax filwaqt li għal dak li għandu x'jaqsam ma' eżenzjonijiet ikkopjajna kollox, din m'hijiex ikkopjata.", "Hawnhekk ma' nistgħux ngħidu li l-espert inqabżitlu xi linja imma ra x'tgħid il-liġi dwar il-VAT fuq dan ir-rigward u ħoloq xi ħaġa ġdida.", "Tant hu hekk li filwaqt li hemm ċerti affarijiet li huma identiċi għal-liġi dwar il-VAT, hemm ċerti affarijiet li baqgħu imħollijin barra deliberatament.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li qabel kienu eżentati the granting negotiation and the management issa huwa eżentat biss il-provision of credit.", "Hawn ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li taħt il-liġi dwar il-VAT l-administration fees jew xi charges oħra tal-bank kienu eżentati imma issa l-partit li qal li se jneħħi l-VAT se jintaxxa dik il-ħaġa li kienet eżentata mill-VAT, jiġifieri dak li jgħidu li hemm ħażin taħt il-liġi tal-VAT se jħalluh u dak li hemm tajjeb se jneħħuh.", "Din tant saret b'intenzjoni li issa l-Prim Ministru qalilna espressament - fil-fatt jien kważi ġejt żvijat ftit bl- emenda li saret u kont se mmur ngħid lill-Onor.", "Dalli li din se tiġi emendata - li din iċ-charge fuq l-administration fee se ssir xorta waħda.", "Sur President, issa min se jiżżewweġ għandu l-konsolazzjoni - din jien nammettiha - li mhux se jeħel VAT fuq ir-riċeviment pero' se jeħel it-taxxa fuq il-bini ta' l-ewwel dar għalkemm issa l-Prim Ministru assigurana li taħt din il-liġi fuq dan ir-rigward se jipprova jagħti l-istess eżenzjonijiet li kien hemm taħt il-liġi dwar il-VAT.", "Irid jittieħed ukoll in konsiderazzjoni l-fatt li skond l-istatistika hemm 17,000 persuna li għandhom loan mal-Lohombus Bank Ltd. u dan l-ammont qiegħed dejjem jikber għaliex kulħadd jixtieq li jtejjeb il-kondizzjoni tiegħu.", "Wieħed għandu jammetti wkoll li f'Malta għandna kondizzjonijiet ta' self favorevoli ħafna.", "(Interruzzjonijiet) Issa l-Gvern se japprofitta ruħu wkoll miż- żieda li saret fuq iċ-charges biex idaħħal xi ħaġa li taħt il-liġi \"kiefra\" tal-VAT ma kenitx teżisti!", "Jien l-ewwel għidt li ġejt żvijat għax meta fl- emenda rajt il-kelma \"transactions\" ħsibt li t-transactions tal-bank se jiġu eżentati, pero' fil-fatt se jiġu eżentati biss it-transactions dwar il- flus - wara kollox dawn huma eżentati fil-liġi tal-VAT - jiġifieri dawk it- transactions li wieħed jagħmel meta jmur isarraf il-flus qabel ma jsiefer.", "GĦalhekk f'din l-emenda ma hawn xejn ġdid ħlief li se tiġi introdotta taxxa ta' 5% u żgur li ħadd m'hu se jipperswadini li din mhux se tiġi trasferita lill-konsumatur, partikolarment lill-għarajjes li tant tkellimna dwarhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq nagħmel mistoqsija rigward il-hire purchase agreements ħalli nippreċiża s-sitwazzjoni.", "Naturalment fil-hire purchase agreements hemm element ta' interessi u ta' administration fees.", "Issa filwaqt li naf li l-interessi m'humiex taxxabbli, l-administration fees se jkunu taxxabbli bil-5% mill-1 ta' Lulju 'l quddiem?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nixtieq inżid ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Dalli billi nistaqsi jekk il-proċess ta' discounting li hemm fuq il-bills of exchange mal-banek huwiex taxxabbli wkoll fuq il-valur tal-bills of exchange.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwel ħalli nibda nitkellem fuq dak li għandu x'jaqsam mal-qalb tenera li qed juri llejla l-Onor.", "Borg!", "Dan f'daqqa waħda qisha qed tmissu qalbu għal settur li l-Onor.", "Bonnici għadu kemm sejjaħlu protett.", "Imma minkejja li dan is-settur huwa protett u minkejja r- retorika kollha li saret fuq il-kompetizzjoni f'daqqa waħda ried iżomm it- targa biex jiddefendi s-settur finanzjarju u dan kollu għaliex is-settur finanzjarju se jintmiss b'taxxa ta' 5% fuq is-servizzi għal dak li għandu x'jaqsam biss ma' l-amministrazzjoni u mhux ma' l-interessi u ma' l- imgħaxijiet.", "L-Onor.", "Borg semmielna wkoll il-kwestjoni tal-Lohombus Bank Ltd.", "Donnu li l-Onor.", "Membru nesa li l-klijenti xorta ma kenux jieħdu refund għall- input tax li kienu jħallsu fuq il-purchases tal-Lohombus Bank Ltd.", "Irrid ngħid ukoll li bil-liġi dwar il-VAT is-servizzi bankarji kienu ntaxxati, direttament jew indirettament, u mhux ma kenux intaxxati.", "GĦalhekk ejjew inkunu realistiċi.", "Biex nirrispondi lill-Onor.", "Gatt u lill-Onor.", "Dalli jkun tajjeb jekk ngħid li dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-amministrazzjoni se jkunu soġġetti għal sisa ta' 5%.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura qed ngħidu li għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- amministrazzjoni tal-bills of exchange eżistenti li jaqgħu due mill-1 ta' Lulju 'l quddiem se jkunu ntaxxati bil-5%?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt Partita 13 (1) tat-Tielet Skeda ssemmi:", "\"interests charged on the making of any advance or the granting of credit;\".", "Jiġifieri ċ-charges biss huma soġġetti għat-taxxa.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura dan ifisser li issa l-administrative charge fil- bill of exchange hija taxxabbli.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li din qabel ma kenitx taxxabbli!", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"T\" kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"T\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"U\" kif imressqa u moqrija mill- Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"U\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 21 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 21, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Valur taxxabbli.", "Clause 22 - Tax value.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din il-klawsola qed tiddefinixxi \"taxable value\" u fil-fatt għandi emenda - din konna tkellimna dwarha meta konna qed niddiskutu d-definitions - biex minflok il-kliem \"tax value\" indaħħlu \"taxable value\".", "GĦalhekk nipproponi din l-emenda:", "\"V\" Fit-test Ingliż tas-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"the tax value\" għandhom jidħlu l-kliem \"the taxable value\".", "\"V\" In subclause (1) thereof, for the words \"the tax value\" there shall be substituted the words \"the taxable value\".", "Din hija kwestjoni ta' terminoloġija li diġa' semmejnieha l-bieraħ u qed nagħmlu din l-emenda għaliex inġibditilna l-attenzjoni li l-frażi \"tax value\" m'hijiex diċitura tajba u għalhekk qed indaħħlu minflokha \"taxable value\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"V\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 - Post tal-provvista ta' servizz.", "Clause 23 - Place of provisions of service.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-klawsola tittratta dwar il-post fejn jiġu pprovduti s-servizzi.", "Din tgħid kif jiġi kkonsidrat li servizz qed ikun ipprovdut f'Malta u taħt liema kondizzjonijiet.", "Fil-fatt hawnhekk ukoll għandi emenda li tgħid hekk:", "\"W\" Il-klawsola 23 għandha tiġi emendata kif ġej: (a) Id-dispożizzjoni preżenti għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala subklawsola (1) tagħha;", "(b) fis-subklawsola (1) minflok il-kelma \"Malta -\" għandha tidħol il- kelma \"Malta.\", u l-proviso għaliha għandu jitħassar; u", "(c) minnufih wara s-subklawsola (1) għandha tidħol is-subklawsola li ġejja:", "\"(2) Meta s-servizz jigi provdut lil persuna li tkun residenti f'Malta u l-fornitur tas-servizz ma jkunx residenti f'Malta u ma jkunx reġistrat għall-għan ta' dan l-Att, dik il-persuna li tkun reġistrata f'Malta għandha titqies bħala li tkun hi nnifisha ipprovdiet dawk is- servizzi filwaqt li kien għaddej bl-attivita` tan-negozju tiegħu u d- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, inkluż l-obbligu biex japplika għar- reġistrazzjoni u li jagħti rendikont u għall-hlas tat-taxxa, għandhom ikunu japplikaw skond hekk.\".", "\"W\" Clause 23 shall be amended as follows:", "(a) The present provision shall be renumbered as subclause (1) thereof;", "(b) in subclause (1), and for the word \"Malta:\" there shall be substituted the word \"Malta.\", and the proviso thereto shall be deleted; and", "(c) immediately after subclause (1) there shall be inserted the following subclause:", "\"(2) Where the service is provided to a person who is resident in Malta and the service provider is not resident in Malta and is not registered for the purpose of this Act, the said person who is registered in Malta shall be deemed to have himself provided those services in the course or furtherance of his business activity and the provisions of this Act, including the obligation to apply for registration and to account for and to pay the tax, shall apply accordingly.\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Jekk qed nifhem tajjeb l-iskop ta' din l-emenda huwa biex jekk kemm-il darba s-service provider ma jkunx residenti f'Malta allura l-Malti li jkun se jħallas inaqqas 5% u jgħaddi dan l-ammont ...", "Issa skond ir-reġim li qed jiġi stabilit is-service provider irid ikollu turnover ta' iżjed minn Lm6,000 biex ikun liable għal din it-taxxa u din se tkun indipendenti minn dak it-turnover.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma issa għandna xi ħaġa ġdida li għandha x'taqsam mas-services li huma regolati bil-liġi.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Ovvjament wieħed għandu jassumi li barra minn Malta s-service provider irid ikollu turnover ta' aktar minn Lm6,000.", "Fil- fatt għandi dubji serji kemm Maltin se jkollhom turnover ...", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma tiskanta għax, kif għidt diġa', għandna figuri uffiċjali li juru li f'dan is-settur hemm madwar 50% jew 60% li huma taħt dik il-figura.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma xi kultant tkun trid tara sewwa sew x'inhuma jgħidu l-figuri.", "Jekk, per eżempju, f'dawk il-figuri hemm inklużi l-part- timers dik allura hija storja differenti.", "F'Malta għandna rreġistrati madwar 21,000 part-timer.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma mhux meta tqassamhom settur settur għax imbagħad tara li għandek l-istess proporzjon right through.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Huwa veru li ħafna minn dawn il-part-timers jaqilgħu inqas minn Lm6,000, pero' aħna qed nitkellmu fuq kumpanniji u r- retailers ma jkunux part-timers imma fulltimers.", "Fil-fatt qed inħoss li xi kultant id-diskussjoni qed tiġi spostjata għax filwaqt li l-argument tal- Prim Ministru japplika għall-part-timers ma japplikax għan-negozjanti li qed nitkellmu fuqhom u li qed nagħtu eżempji tagħhom.", "GĦalhekk nixtieq li l-Prim Ministru jiċċara din l-informazzjoni biex inkunu nafu fuq xiex qed nitkellmu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien kont għamilt dak l-argument meta kont qed nitkellem mat-technicians tad-dipartiment tal-finanzi u mbagħad ikkonkludejt li l-argument huwa indipendenti minn dan il-punt li qed tagħmel int għax jekk tanalizza settur settur issib l-istess fenomenu fis- setturi kollha.", "Sur President, biex nippreċiża dak li għidt lill-Onor.", "Hyzler irrid inżid ngħid ukoll li t-threshold ma japplikax għall-foreign service provider imma l-ammont iċċarġjat by reverse mechanism jifforma parti mit-total sales of the receiver, jekk huwa wkoll ikun service provider.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"W\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 23 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 23, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Persuni li jwettqu attivitajiet taxxabbli għandhom ikunu reġistrati.", "Clause 24 - Persons carrying on taxable activities to be registered.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Permezz ta' din il-klawsola se nibdew deħlin fl- aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-amministrazzjoni tal-liġi u tar- reġistrazzjoni u din tispjega kif wieħed jirreġistra bħala persuna li tkun għaddejja b'taxable activities.", "Fil-fatt se nipproponi emenda - minflok il- frażi \"taxable activity\" qed indaħħlu \"business activity\" - li tgħid hekk:", "\"X\" (a) Fis-subklawsola (1) minflok il-kliem \"attivita` taxxabbli\" għandhom jidħlu l-kliem \"attivita` tan-negozju\", u minflok il-kliem \"dispożizzjonijiet l-oħra\" għandha tidħol il-kelma \"dispożizzjonijiet\";", "(b) Fis-subklawsola (3) minflok il-kliem \"wieħed u għoxrin jum\" għandhom jidħlu l-kliem \"wieħed u tletin jum\".", "(c) Fis-subklawsola (4) minflok il-kliem \"attivita` taxxabbli\" għandhom jidħlu l-kliem \"attivita' tan-negozju\".", "(d) Fis-subklawsola (6), fit-test Ingliż tagħha, minflok il-kliem \"first taxable period\" għandhom jidħlu l-kliem \"first tax period\".", "\"X\" (a) In subclause (1) for the words \"taxable activity\" there shall be substituted the words \"business activity\", and for the words \"other provisions\" there shall be substituted the word \"provisions\".", "(b) In subclause (3) for the words \"twenty one days\" there shall be substituted the words \"thirty one days\".", "(c) In subclause (4) for the words \"carry a taxable activity\" there shall be substituted the words \"carry on a business activity\".", "(d) In the English text of subclause (6) for the words \"first taxable period\" there shall be substituted the words \"first tax period\".", "Sur President, amministrattivament din il-klawsola hija bbażata fuq Artiklu 13 tal-liġi dwar il-VAT.", "Ovvjament hawnhekk sar xi tibdil u ħadna into account il-fatt li l-istruttura tat-taxxa hija differenti mill- istruttura tal-VAT u ħadna wkoll into account il-fatt li se jkun hemm carry- over tar-reġistranti taħt il-VAT bħala reġistranti taħt din il-liġi.", "F'din il-klawsola qed inbiddlu wkoll il-perijodu ta' 21 ġurnata għal 31 ġurnata għax nixtieq li f'dan ir-rigward inkunu konformi ma' l-iskadenzi amministrattivi right across the law u għalhekk qed indaħħlu dan il-konċett kullimkien.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "L-emenda \"X\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 24 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 24, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Tħassir ta' reġistrazzjoni Clause 25 - Cancellation of registration", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-klawsola titkellem dwar l-aspetti amministrattivi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kanċellazzjoni tar- reġistrazzjoni.", "Fil-fatt għandi emenda għal din il-klawsola li tgħid hekk:", "\"Y\" (a) Minflok il-kliem \"attivita' taxxabbli\" jew \"attivitajiet taxxabbli\" kull fejn jinsabu fil-klawsola, għandhom jidħlu l-kliem \"attivita' tan-negozju\" jew \"attivitajiet tan-negozju\" rispettivament.", "(b) Fis-subklawsola (1) tagħha, il-kliem \"ma twettaqx jew\" għandhom jitħassru.", "(c) Fit-test Ingliż, kull fejn jinsabu, minflok il-kliem \"taxable period\" għandhom jidħlu l-kliem \"tax period\".", "\"Y\" (a) For the words \"taxable activity\" or \"taxable activities\" wherever these occur, there shall be substituted the words \"business activity\" and \"business activities\" respectively.", "(b) In subclause (1) thereof, the words \"does not carry on or\" shall be deleted.", "(c) For the words \"taxable period\" wherever these occur in the English text there shall be substituted the words \"tax period\".", "Mill-ġdid, din il-klawsola hija bbażata fuq Artiklu 14 tal-liġi dwar il-VAT pero' saret bidla fiha, fuq il-parir tal-VAT Office, fuq il-bażi ta' esperjenza sabiex nagħmluha easier to manage.", "Tawna wkoll parir fuqha il- constituted bodies u kien hemm ukoll Deloitte & Touche li kkummentaw fuq il- ħtieġa li trid issir b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"Y\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 25 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 25, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 - Persuna reġistrata għandha tavża lid-Direttur b'tibdil fl- istatus.", "Clause 26 - Registered person to notify Director of change of status.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din hija klawsola ġdida, u dan sabiex tieħu into account il-possibbilta' li wieħed jibdel minn tip ta' sisa għal tip ieħor ta' sisa skond l-istatus tiegħu u l-ħtieġa li persuna reġistrata tinnotifika lid-direttur bil-bidla ta' l-istatus.", "Hawnhekk se nipproponi emenda - li torbot ma' dak li għadni kemm għidt rigward il-31 jum - li tgħid hekk:", "\"Z\" Fil-klawsola 26, minflok il-kliem \"wieħed u għoxrin jum\" għandhom jidħlu l-kliem \"wieħed u tletin jum\", u minflok il-kelma \"taxxabbli\" kull fejn tidher għandhom jidħlu l-kliem \"tan-negozju\".", "\"Z\" In clause 26, for the words \"twenty one days of the occurrence\" there shall be substituted the words \"thirty one days of the occurrence\", and for the word \"taxable\" there shall be substituted the word \"business\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"Z\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 26 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 26, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Tħassir ta' reġistrazzjoni ma jeħlisx persuna minn responsabbilta'.", "Clause 27 - Liabilities not affected by ceasing to be registered person.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi emenda, f'isem il-Prim Ministru, li tgħid hekk:", "\"AA\" Fil-klawsola 27, il-kliem \", jew mill-fatt illi, kienet persuna reġistrata u d-Direttur ħassar ir-reġistrazzjoni ta' dik il-persuna\" għandhom jitħassru, u fit-test Ingliż tagħha, minflok il-kliem \"shall not be affected\", għandhom jidħlu l-kliem \"shall not affected\".", "\"AA\" In clause 27, for the words \", or by the fact that, being a registered person, the Director cancels that person's registration\" shall be deleted, and for the words \"shall not affected\" there shall be substituted the words \"shall not be affected\".", "Din tirriżultali li it follows ħafna minn Artiklu 17 tal-liġi dwar il-VAT, imma wara konsultazzjoni mal-konsulenti tagħna ddeċidejna li nagħmluha ftit aktar ċara u biddilna ftit l-aħħar biċċa.", "Ir-raġuni prinċipali għalfejn sar dan kien sabiex ikun hemm iktar ċarezza.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri wara li għaddejna din il-parti tar- reġistrazzjoni, il-bottom line hu li kull min fil-pajjiż jagħmel xi attivita' ekonomika, żgħir kemm hu żgħir - part-timer jew fulltimer - irid jirreġistra għat-taxxa, kif qed jagħmel illum.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dan dejjem għamilnih ċar anke mill-bidu li ressaqna l-white paper innifisha.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru f'isem il- Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AA\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 27 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 27, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 - Żmien ta' attivita' taxxabbli.", "Clause 28 - Time of taxable activity.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AB\" Il-klawsola 28 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) minflok in-nota marġinali u s-subklawsoli (1) sa (3) għandu jidħol dan li ġej:", "\"Żmien ta' attivita' tan-negozju.", "28.", "(1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-aritkolu -", "(a) il-bejgħ ta' prodott għandu jitqies li jseħħ fil-waqt li l- prodott ikun konsenjat jew mod ieħor isir disponibbli għall-persuna li tixtri l-prodott;", "(b) il-provvista ta' servizz għandha titqies li sseħħ fid-data meta jitwettaq is-servizz.", "(2) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta' dan l- artikolu meta jiġi riċevut ħlas mill-persuna li twettaq l-attivita' tan-negozju qabel iż-żmien stabbilit skond is-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu, il-bejgħ jew il-provvista msemmija qabel għandhom jitqiesu sal-limitu tal-ħlas hekk magħmul, li jseħħu f'dak iż-żmien li jkun ġie qabel.", "(3) Meta tinħareġ fattura ta' taxxa qabel iż-żmien stabbilit skond id- dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu, jew qabel it- tmiem ta' wieħed u tletin jum li jiġu wara ż-żmien stabbilit kif imsemmi qabel, il-bejgħ jew il-provvista msemmija qabel għandhom jitqiesu sal-limitu tal-valur ta' dik il-fattura, li jseħħu f'dak iż- żmien meta tinħareġ il-fattura.\"; u", "(b) fis-subklawsola (4) minflok il-kliem \"għal xi żmien b'konsiderazzjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \"tul xi żmien b'konsiderazzjoni\", u fil-paragrafu (b) minflok il-kliem \"fattura fiskali\" għandhom jidħlu l-kliem \"fattura ta' taxxa\".", "\"AB\" Clause 28 shall be amended as follows: (a) for the marginal note and subclauses (1) to (3) there shall be substituted the following:", "\"Time of business activity.", "28.", "(1) Subject to the other provisions in this section -", "(a) the sale of a product shall be deemed to take place at the time when the product is delivered or otherwise made available to the person buying the product;", "(b) the provision of a service shall be deemed to take place on the date when the service is performed.", "(2) Subject to the provisions of subsection (3) of this section when payment is received by the person carrying on a business activity before the time determined in accordance with subsection (1) of this section, the sale or provision aforesaid shall, to the extent of the payment so made, be deemed to take place at such earlier time.", "(3) When a tax invoice is issued before the time determined in accordance with the provisions of subsection (1) of this section or before the expiration of thirty-one days following the time determined as aforesaid, the sale or provision aforesaid shall, in respect of the value of that invoice, be deemed to take place at the time when the invoice is issued.\"; and", "(b) in subclause (4) for the words \"performed for a period\" there shall be substituted the words \"performed over a period\".", "Jekk niftakar tajjeb hawnhekk ħarisna lejn Artiklu 9 tal-liġi dwar il-VAT, biss ipprovajna nissimplifikawha ftit aktar u qed niddeterminaw ukoll iż- żmien tal-provision of service for sale of product.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Jista' jkun li skond ir-regolamenti dwar, per eżempju, professional services, it-time of supply m'huwiex l-istess?", "Jidher li se jkun hemm differenzi bejn it-time of supply kif jidher fid- draft legal notice u dak kif qed jiġi deskritt hawnhekk.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nikkonferma li diġa' ħarġu l-provvedimenti li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Naturalment dawk ir-regolamenti fil-fatt għandi kopja tagħhom quddiemi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ħsibtek staqsejt jekk humiex se joħorġu.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Il-kumment tiegħi kien li t-time of supply kif qed jiġi determinat fil-liġi m'huwiex identiku għat-time of supply kif qed jiġi deskritt f'dawn ir-regolamenti.", "Anzi biex nikkwota, filwaqt li fil- liġi qed ngħidu li t-", "\"time of supply involving a provision of services shall be deemed to take place on the date when the services are performed,\"", "fir-regolamenti tal-professional services, it-time of supply huwa \"the earlier of\", jew id-date tat-tax invoice or receipt jew inkella when a payment is made.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nikkonfermaha.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Ir-rilevanza naturalment hija li inti marbut bil-perijodu biex tibgħat ir-return.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Hyzler għall-parti fil-klawsola li tgħid \"or as may be prescribed\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HZYLER: Il-kelma \"prescribed\" hija marbuta biss mas- subklawsola (4) jew inkella hija riferibbli għas-subklawsoli l-oħra kollha?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: L-Onor.", "Hyzler għandu raġun, pero' il-query tiegħu hija sodisfatta proprju b'subklawsola (4) għax huwa qed jirriferi għall- kliem \"periodically or from time to time\", fejn hemm il-ħlasijiet, u allura \"or as may be prescribed\", jekk hija allaċjata ma' subklawsola (4), tissodisfa pjenament dak li qiegħed jgħid hu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Mhux eżattament, pero' I am not going to press the point.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AB\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 28 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 28, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 - Żmien ta' taxxa.", "Clause 29 - Taxable period.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tirriferi għal dak li huwa t-taxable period u se nipproponi emenda għaliha li taqra kif ġej:", "\"AC\" Il-klawsola 29 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok il-kliem \"taxable periods\" fit-test Ingliż kull fejn jinsabu, għandhom jidħlu l-kliem \"tax periods\";", "(b) fil-paragrafu (a) tas-subklawsola (1) fit-test Ingliż minflok il- kliem \"of three month\" għandhom jidħlu l-kliem \"of three months\";", "(c) minflok is-subklawsola (3) għandu jidħol dan li ġej:-", "\"(3) Id-Direttur jista', jew minn jeddu jew fuq applikazzjoni bil- miktub minn persuna reġistrata, iqiegħed lil dik il-persuna fil- kategorija B jekk il-valur totali ta' l-attivitajiet tan-negozju ta' dik il-persuna -", "(a) ma jkunux fit-tnax-il xahar li jintemmu fl-aħħar jum taż-żmien ta' taxxa li jiġi minnufih qabel, jaqbżu tnax-il elf lira dwar il- bejgħ ta' prodotti jew sitt elef lira dwar provvista ta' servizz, jew dawk l-ammonti l-oħra li jistgħu jkunu preskritti minn żmien għal żmien; jew", "(b) x'aktarx li ma jaqbiżx dawk l-ammonti fi żmien tnax-il xahar li jibdew fl-ewwel jum ta' kull żmien ta' taxxa; jew", "(c) dik il-persuna tkun bejjiegħ bl-imnut.\";", "(d) minflok il-kelma \"taxxabbli\" kull fejn din tinsab fis-subklawsola (4) għandhom jidħlu l-kliem \"tan-negozju\";", "(e) fil-paragrafu (b) tas-subklawsola (5) il-kliem \"il-paragrafu (c) ta'\" għandha titħassar; u", "(f) fis-subklawsola (b) fit-test Ingliż minflok il-kliem \"person change from\" għandhom jidħlu l-kliem \"person changes from\".", "\"AC\" Clause 29 shall be amended as follows:", "(a) for the words \"taxable periods\" wherever these occur, there shall be substituted the words \"tax periods\";", "(b) in paragraph (a) of subclause (1) for the words \"of three month\" there shall be substituted the words \"of three months\";", "(c) for subclause (3) there shall be substituted the following:-", "\"(3) The Director may, whether on his own initiative or on written application by a registered person, place that person in category B if the total value of that person's business activities -", "(a) has not in the twelve months ending with the last day of the immediately preceding tax period, exceeded twelve thousand liri in respect of the sale of products or six thousand liri in respect of the provision of services or such other amounts as may, from time to time, be prescribed; or", "(b) is not likely to exceed those amounts in the period of twelve months beginning on the first day of any tax period;", "(c) such person is a retailer.\";", "(d) for the word \"taxable\" wherever it occurs in subclause (4) there shall be substituted the word \"business\";", "(e) in paragraph (b) of subclause (5) the words \"paragraph (c) of\" shall be deleted; and", "(f) in subclause (6) for the words \"person change from\" there shall be substituted the words \"person changes from\".", "Sur President, hawnhekk aħna rrikorrejna għal New Zealand law li kienet applikabbli bejn l-1986 u l-1987 - li bażikament kienet tirriferi ħafna għal a single stage consumption tax, vis-a-vis wholesaler or retailer - u għal-leġislazzjoni fir-Repubblika ta' Fiji.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena hawnhekk qiegħed nifhem sew li jekk ikun retailer se jaqa' f'kategorija \"B\"?", "Biex nispjegaw lil kulħadd, kategorija \"B\" tinkludi dawk li jibagħtu return kull 12-il xahar.", "Hekk hu?", "Jiġifieri, retailer li jbigħ Lm2 miljun fis-sena, għaliex huwa supermarket, se jibgħat return darba fis-sena?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma kienx hemm limitu fuq l-ammont tar-return.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fl-opinjoni tiegħi din hija flaw f'dak li huwa threshold.", "Fil-fatt hija a flaw going through il-liġi kollha; żball, kunsentura fil-liġi kollha, ta' kif qed nistabilixxu x'inhuma t-thresholds.", "Voldieri aħna qed ngħidu li retailer li huwa supermarket kbir, li jbigħ b'Lm2 miljun fis-sena, għaliex huwa retailer, se jibgħat return darba f'sena.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien qed nifhem x'inhuwa l-brunt ta' dak li jrid jgħid l-Onor.", "Dalli imma l-Onor.", "Membru għadu forsi mhux qed jiffoka fuq punt wieħed, ċioe' li at the retail stage m'għadniex qegħdin niġbru taxxa aktar.", "Mela f'dak li għandu x'jaqsam ma' x'inhu għaddej at the retail stage huwa immaterjali għall-fini ta' din il-liġi u mhux bħal fil-każ tal-VAT fejn ir-retail stage huwa kruċjali biex tiġbor massa kbira ta' taxxa.", "Huwa importanti li jkun hemm ir-records u l-cash registers imma aktar minn hekk le.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar li d-definizzjoni ta' \"retailer\" kif inhija fi klawsola 2 tgħid li:", "\"\"Retailer\" means a person whose business consists wholly or mainly in the sale of products by retail\".", "Min qiegħed f'dik it-tip ta' sitwazzjoni u allura huwa retailer, m'għandux għalfejn jimxi ...", "Jekk huwa retailer u xi ħaġa oħra allura hemmhekk tinqaleb il-pożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bis-sistema li qegħdin indaħħlu, ir-retailer se jkun qed jiġbor it-taxxa biex jagħmel tajjeb għat-taxxa li jkun ħallas qabel u dawn, kif għidna, se jkunu fil-prezzijiet.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, ejja nkunu għallinqas conceptually honest f'dak li qegħdin ngħidu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien qiegħed inkun conceptually honest.", "ONOR.", "ALFRED SANT: In terms ta' ġbir tat-taxxa mhux se jkun hemm aktar il-funzjoni li r-retailer jiġbor it-taxxa biex jgħaddiha direttament lill- gvern.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, ir-retailer se jkun qed jiġbor it-taxxa għaliex it- taxxa jkun għaddiha lill-gvern qabel.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, le.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-retailer ikun għadda t-taxxa lill-gvern kif xtara, ma' l-ETP.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-retailer se jkun ħallas it-taxxa bħala ETP u allura mhux se jkun tax collector.", "Issa ejja ma noqogħdux inbiddlu l- kliem.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-concept huwa li r-retailer ikun ħallas it-taxxa malli xtara u jrid jiġborha malli jbigħ.", "Dan huwa l-warping li qed isir.", "Pero' l-punt tiegħi huwa dwar l-audit trail.", "Jiġifieri dawn in-negozji l- kbar, x'audit trails se nżommulhom jekk irridu nżommu l-kontroll li kien hemm qabel bil-VAT?", "Ta' return darba f'sena, bħall-income tax?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk jirriżulta li l-audit trail jintilef inbiddlu ċ- ċirkostanza, imma bħalissa l-perception li għandna m'hijiex dik.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AC\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 29 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 29, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 - Denunzji.", "Clause 30 - Tax returns.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tirriferi għal tax returns u se nipproponi emenda għaliha li taqra kif ġej: \"AD\" Klawsola 30 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fis-subklawsola (1) minflok il-kliem \"qabel l-aħħar jum\" għandhom jidħlu l-kliem, \"qabel il-ħmistax-il jum\" u minflok il-kliem \"żmien ta' taxxa, mingħajr\" għandhom jidħlu l-kliem \"żmien ta' taxxa ta' dik il-persuna, mingħajr\"; u", "(b) fit-test Ingliż tas-subklawsola (2) minflok il-kliem \"taxable period\" għandhom jidħlu l-kliem \"tax period\".", "\"AD\" Clause 30 shall be amended as follows:-", "(a) In subclause (1) for the words \"taxable period, without\" there shall be substituted the words \"tax period of that person, without\"; and", "(b) in the English text of subclause (2) for the words \"taxable period\" there shall be substituted the words \"tax period\".", "Jirriżultalna li din hija a simplified version ta' Artiklu 16 tal-liġi dwar il-VAT li jekk jirriżultali tajjeb kien maqsum f'ħafna sub-artikli u allura ġie ssuġġerit li tiġi ssimplifikata.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bis-simplifikazzjonijiet kollha fil-liġi l-Ministru qed jikkonferma li m'hemm l-ebda simplifikazzjoni fir-return u li r-return irid jibgħatha kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AD\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 30 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 30, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' liġi.", "Klawsola 31 - Eżenzjoni mill-obbligu li ssir denunzja.", "Clause 31 - Exemption from obligation to furnish return.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, hawnhekk qed nirriferu għal exemption from obligation to furnish return u għandi emenda li tgħid hekk:", "\"AE\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 31 minflok il-kliem \"attivita' taxxabbli\" għandhom jidħlu l-kliem \"attivita' tan-negozju\".", "\"AE\" In subclause (2) of clause 31 for the words \"taxable period during which he carries on any taxable activity\" there shall be substituted the words \"tax period during which he carries on any business activity\".", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-oriġini ta' din il-klawsola qiegħed fil-liġi dwar il-VAT, pero' once again ħassejna li għandna nagħmluha aktar speċifika.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AE\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 31 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 31, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 - Bażi ta' konteġġi.", "Clause 32 - Accounting basis.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, hawnhekk qed nitkellmu dwar dak li huwa l-accounting basis u hawnhekk ukoll nipproponi emenda li taqra hekk:", "\"AF\" Il-klawsola 32 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fit-Test Ingliż, minflok il-kliem \"payments basis\" u \"taxable period\" kull fejn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"payment basis\" u \"tax period\" rispettivament; u", "(b) fis-subklawsola (2) minflok il-kliem \"persuna reġistrata, jordna\" għandhom jidħlu l-kliem \"persuna reġistrata jew b'inizjattiva tad- Direttur innifsu, jordna\".", "\"AF\" Clause 32 shall be amended as follows:-", "(a) for the words \"payments basis\" and \"taxable period\" wherever these occur there shall be substituted the words \"payment basis\" and \" tax period\" respectively; and", "(b) in subclause (2) for the words \"registered person, direct\" there shall be substituted the words \"registered person or on the Director's own initiative, direct\".", "Mr Chairman, fuq din il-klawsola li tikkonċerna, kif għidt aktar kmieni, l- accounting basis kien hemm artiklu fir-regolamenti tal-liġi dwar il-VAT li deherilna li kien pjuttost vag.", "Effettivament kellna konsultazzjonijiet ma' l-Institute of Accountants u l-Institute of Taxation wara li ħarġet il- white paper u billi anke huma stess ħassew li l-liġi dwar il-VAT innifisha ma kenitx ċara biżżejjed ħassejna li għaċ-ċarezza kellna nemendaw xi ftit, kif għadna kif indikajna.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nixtieq li l-Ministru jispeċifika x'ma kienx ċar fil-liġi dwar il-VAT u li issa ġie ċċarat aktar.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, li ġara kien li taħt il-liġi dwar il- VAT ma kienx hemm artiklu speċifiku li kien jieħu ħsieb f'dan id-dettall xi jkun accounting basis - fil-fatt kollox kien maħsub b'regolamenti - u aħna dehrilna li għandna nagħmlu klawsola speċifika fil-liġi kif ipproponejna.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AF\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 32, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 32, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 33 - Dettalji li għandhom jingħataw u jitħejjew meta jsir tibdil fil-bażi ta' konteġġi.", "Clause 33 - Particulars to be furnished and prepared where change in", "accounting basis takes place.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tirriferi għall- particulars li għandhom jiġu pprovduti u ppreparati meta jkun hemm xi tibdil fl-accounting basis li jkun qed jiġi applikat.", "Għal din il-klawsola wkoll għandi emenda li tgħid hekk:", "\"AG\" Fil-klawsola 33, minflok il-kliem \"taxable period\" fit-test Ingliż u \"attivita' taxxabbli\" kull fejn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"tax period\" u \"attivita' tan-negozju\" rispettivament.", "\"AG\" In clause 33, for the words \"taxable period\" and \"taxable activity\" there shall be substituted the words \"tax period\" and \"business activity\" respectively.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (L-Onor.", "Anġlu Farrugia): Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-Emenda \"AG\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 33, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: Aye) Carried.", "Klawsola 33, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 - Taxxa li għandha titħallas meta jsir tibdil fil-bażi ta' konteġġi.", "Clause 34 - Tax payable where change in accounting basis takes place.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola titkellem dwar tax payable fejn ikun hemm tibdil fl-accounting basis li qed jiġi applikat u fil-fatt dwar dan niftakar li kien hemm anke konsultazzjonijiet u sarulna wkoll suġġerimenti mill-Malta Institute of Accountants.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 34.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 34 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 35 - Kalkolu ta' taxxa li għandha titħallas.", "Clause 35 - Calculation of tax payable.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tikkonċerna l-kalkolu tat-tax payable u se nipproponi emenda għaliha li tgħid hekk:", "\"AH\" Fil-klawsola 35 -", "(a) minflok il-kliem \"taxable period\" fit-test Ingliz u \"attivita` taxxabbli\" kull fejn jinsabu ghandhom jidhlu l-kliem \"tax period\" u \"attivita` tan-negozju\" rispettivament; u", "(b) minflok il-kliem \"ammont ta' taxxa dwar attivita`\" fis- subklawzola (3) ghandhom jidhlu l-kliem \"ammont ta' taxxa li ghandu jithallas dwar attivita`\".", "\"AH\" In clause 35 -", "(a) for the words \"taxable period\" and \"taxable activity\" there shall be substituted the words \"tax period\" and \"business activity\" respectively; and", "(b) for the words in the Maltese text of subclause (3) \"ammont ta' taxxa dwar attivita`\" there shall be substituted the words \"ammont ta' taxxa li ghandu jithallas dwar attivita`\".", "Bażikament hawnhekk qed nitkellmu dwar deductions li jiġu allowed kontra t- tax chargeable or payable u daħħalna anke l-konċett tal-credit notes u tal- bad debts.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AH\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 35 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Klawsola 35, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 36 - Ħlas ta' taxxa.", "Clause 36 - Payment of tax.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar il-ħlas ta' taxxa u se nipproponi, f'isem il-Prim Ministru, emenda għaliha li tgħid hekk:", "\"AI\" Fis-subklawsola (1) tal-klawzola 36 -", "(a) minflok il-kliem \"(1) Kull persuna\" għandhom jidħlu l-kliem \"(1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, kull persuna\";", "(b) fit-test Ingliż, kull fejn jidhru l-kliem \"taxable period\" għandhom jidħlu l-kliem \"tax period\"; u", "(c) il-kliem \"kif kalkolata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 35 ta' dan l-Att\" għandhom jitħassru.", "\"AI\" In subclause (1) of clause 36 -", "(a) for the words \"(1) Every registered person\" there shall be substituted the words \"(1) Subject to the provisions of this Act, every registered person\";", "(b) for the words \"taxable period\" wherever these occur there shall be substituted the words \"tax period\"; and", "(c) the words \"as calculated in accordance with the provisions of section 35 of this Act\" shall be deleted.", "Sur President, din hija close ħafna pero' m'hijiex ibbażata esklussivament fuq il-VAT.", "Jirriżulta li l-klawsola rilevanti tal-VAT kellha flaw inerenti fiha li ma kenitx ċara ħafna dwar meta l-pagament kellu jsir u aħna dehrilna wkoll li l-payment seta' jiġi regolat b'mod differenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "L-emenda \"AI\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 36 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 36, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 37 - Fattura fiskali.", "Clause 37 - Tax invoice.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tirriferi għal tax invoice.", "Fil-fatt hawnhekk ukoll se nipproponi, f'isem il-Prim Ministru, emenda li taqra kif ġej:", "\"AJ\"Klawsola 37 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fis-subklawsola (1), minflok il-kliem \"prodott taxxabbli jew li tkun qed twettaq xi attivita' taxxabbli għal xi persuna oħra għandha tipprovdi lil dik il-persuna l-oħra fattura fiskali li jkun fiha\" għandhom jidħlu l-kliem \"xi prodott jew li tkun qed twettaq xi servizz għal xi persuna oħra għandha tipprovdi lil dik il-persuna l-oħra fattura ta' taxxa, jew irċevuta, li jkun fiha\";", "(b) fis-subklawsola (2), minflok il-kliem \"prodott taxxabbli\" u \"preskritti.\" għandhom jidħlu l-kliem \" xi prodott\" u \"preskritti:\" u minnufih wara s-subklawsola, għandu jiżdied magħha dan il-proviso li ġej:", "\"Iżda meta jsir bejgħ bi kreditu, l-irċevuta għandha tinħareġ meta jitħallas il-prezz.\";", "(c) fis-subklawsoli (3) u (4), minflok il-kliem \"fattura fiskali\" kull fejn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"fattura ta' taxxa\"; u", "(d) fis-subklawsola (4), minflok il-kliem \"attivita' taxxabbli\", \"minn persuna reġistrata oħra\" u \"mill-persuna reġistrata l-oħra\" għandhom jidħlu l-kliem \"attivita' tan-negozju\", \"minn persuna oħra\" u \"mill-persuna l-oħra\" rispettivament.", "\"AJ\"Clause 37 shall be amended as follows:-", "(a) In subclause (1), for the words \"a taxable product or provides a taxable service to another person shall provide to that other person a tax invoice containing\" there shall be substituted the words \"any product or provides any service to another person shall provide to that other person a tax invoice, or a receipt, containing\";", "(b) in subclause (2), for the words \"a taxable product\" and \"prescribed,\" there shall be substituted the words \"any product\" and \"prescribed:\" and immediately after the subclause, the following proviso shall be added thereto:", "\"Provided that where a sale is made on credit, the receipt shall be issued when the price is paid.\";", "(c) In subclauses (3) and (4), in the Maltese text thereof, for the words \"fattura fiskali\" wherever they occur there shall be substituted the words \"fattura ta' taxxa\"; and", "(d) In subclause (4), for the words \"taxable activity\",\"by another registered person\" and \"by the other registered person\" there shall be substituted the words \"business activity\", \"by another person\" and \"by the other person\" respectively.", "Din il-klawsola hija bbażata fuq Artiklu 39 tal-liġi dwar il-VAT pero' bid- differenza li qabel kien hemm riferenza għar-riċevuta u mhux għat-tax invoice.", "Barra minn hekk f'subklawsola (4) tagħha qed nagħmlu riferenza għall-hekk imsejjaħ \"reverse charge mechanism\" biex nipproteġu lil-local service providers.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' jekk qed nifhem sew ir-riċevuti huma nklużi f'din il-klawsola, hux hekk?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jiġifieri qed nifhem sewwa li din il-klawsola torbot anke lir-retailers biex jagħtu riċevuta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-obbligu qiegħed fuq kulħadd.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nixtieq inkun naf jekk waqt il-konsultazzjonijiet li l-Gvern kellu mal-korpi kostitwiti kienx hemm min oppona għal din il- proċedura.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jirriżultalix.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jiġifieri ħadd ma oppona għal din is-sistema ta' riċevuta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien attendejt għal-laqgħat kollha u ma jirriżultalix li kien hemm xi ħadd li oppona.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jiġifieri huwa fatt li taħt din is-sistema tal- ħanut xorta waħda jrid jagħti riċevuta.", "Mela dak li qabel kien ħażin issa sar tajjeb!", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna fejn qatt tkellimna kontra l-irċevuta?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Forsi qed ngħaddih bħala kumment jien.", "Tista' tgħidli wkoll jekk l-accounting għal din it-taxxa hux se jkun magħmul mir- reġistru għall-bejgħ ...?", "Jiġifieri retailer irid iżomm reġistru tal-bejgħ u reġistru li juri x-xiri, bit-tax account, u jrid juri wkoll ir-reġistru għall-ispejjeż l-oħra kollha mħallsa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: U jrid iżomm il-kontijiet kollha bħalma kien iżommhom qabel bis-sistema tal-VAT?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jiġifieri l-amministrazzjoni ma nbidlitx minn żmien il-VAT sal-lum.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Retailer irid iżomm l-informazzjoni kollha li turi xi xtara u x'biegħ fuq is-sistema li qed nispjegaw f'din il-liġi.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li retailer jibqa' jagħmel stocktaking kif qed jagħmel kull fil-għaxija - hu u l-mara tiegħu - għaliex it-taxxa tkun tħallset fl- istadju ta' l-ETP.", "Issa r-retailer irid jibqa' jżomm il-kotba tiegħu tajjeb kif kien iżommhom qabel u naħdmu minn hemm.", "Fuq dik il-bażi mbagħad għandu r-return li jrid jagħmel kull sena u d-direttur għandu wkoll il- fakulta' li jagħmel l-ispezzjonijiet tiegħu.", "Jiġifieri x-xogħol tiegħu huwa ħafna inqas milli kellu qabel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dwar dan nixtieq ngħid lill-Prim Ministru li l- amministrazzjoni li hawn f'din il-liġi hija preċiż bħal dik li hemm fil- liġi dwar il-VAT u ma naf bl-ebda artiklu jew regolament li jgħid li r- retailer kellu joqgħod jagħmel l-istocktaking kuljum.", "Assolutament mhux hekk.", "L-amministrazzjoni li hija mposta fuq ir-retailer illum b'din il- liġi li qed ngħaddu, bir-regolamenti magħha, hija l-istess bħall- amministrazzjoni li kienet imposta fuqu qabel.", "Ir-retailer huwa kostrett jagħti l-istess riċevuti, iżomm l-istess kotba, iżomm l-istess accounting u l-istess dokumentazzjoni bħalma qed jagħmel illum.", "U dan jirriżulta mhux minn interpretazzjoni imma jirriżulta black on white mir-regolamenti li kienu jeżistu qabel taħt il-liġi dwar il-VAT u mir-regolamenti li issa se jidħlu in vigore.", "Jekk wieħed iqabbilhom isib li għandek l-istess ħteġijiet u li ma nbidel kważi xejn.", "ONOR.", "ALFRED SANT: U jien ngħid li jekk wieħed iqabbel eżattament x'kellu jagħmel ir-retailer taħt il-liġi dwar il-VAT u x'se jkollu jagħmel taħt din is-sistema jsib li kollox inbidel.", "Taħt is-sistema tal-VAT ir- retailer kellu jżomm ir-records il-ħin kollu għaddejjin biex ikun jista' jħallas lura lill-gvern it-taxxa li jkun ġabar.", "Dik spiċċat għax ir- retailer m'hu se jkollu jiġbor xejn aktar taxxa issa.", "Ir-retailer se jkun ħallas it-taxxa fuq il-livell ta' l-ETP u m'għandux għalfejn joqgħod regolarment, kuljum, kull ġimgħa jew kull tliet ijiem jiżgura li ġabar biżżejjed VAT għall-gvern skond l-istocks li għandu.", "U m'għandux għalfejn joqgħod jgħix aktar bil-ħsieb li se jiġi xi ħadd fuqu u joqgħod jiġri warajh biex iżomm kollox in line.", "L-Onor.", "Dalli huwa ovvjament maqtugħ mir-retailers.", "Jien f'dawn l-aħħar sentejn tlieta ltqajt ma' retailers li qaluli li wara x-xogħol kien ikollhom iqattgħu ħin twil - huma u n-nisa tagħhom - jagħmlu l-istocktaking sabiex iżommu r-records updated, just in case xi ħadd imur ifittixilhom.", "Dan spiċċa issa, Onor. Dalli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien nista' nassigura lill-Prim Ministru li ma nqtajt minn ħadd.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-riżultat ta' l-elezzjoni ma jurix hekk.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-riżultat ta' l-elezzjoni juri t-tfesfis fil-widnejn u l-wegħdiet fiergħa u ta' ingann li saru lin-nies u li llum qed jidhru li ma twettqux.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sour grapes ngħidulha din.", "ONOR.", "JOHN DALLI: U dan il-ħafna tiġbid ta' diskors li qed nisimgħu issa huwa appuntu għaliex il-liġi li għandna llum hija kkopjata mil-liġi dwar il-VAT, distorted b'mod li se toħloq ħafna spejjeż żejda lil kulħadd.", "Dan huwa l-bottom line ta' dak kollu li qegħdin nagħmlu.", "U lill-Prim Ministru, li qed joqgħod jgħid li nqtajna min-nies u li qed juża din ir- retorika kollha, ngħidlu li l-istess ħteġijiet li hemm taħt il-liġi dwar il- VAT huma l-istess ħteġijiet preċiż li qed jimponi taħt din il-liġi l-ġdida.", "U ma joqgħodx jiġi jgħidli li qabel kellhom joqogħdu jagħmlu l- istocktaking kuljum għax min bellagħlu din bellagħhielu sa griżmejh.", "Mhux veru li dan kien isir għaliex ma kienx hemm għalfejn isir.", "Jekk qabel ir- retailer, il-part-timer, il-bidwi u s-sajjied kien jenħtieġilhom iżommu l- kotba u r-reġistru bit-tax account b'kollox, illum, Sur Prim Ministru, bir- regolamenti li ħriġt int il-ġimgħa l-oħra, dawn kollha jridu jibqgħu jżommu r-reġistri tagħhom bl-istess mod.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, l-iskiżofrenja tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni saret ambulanti issa għaliex effettivament li qed jiġri huwa li minn naħa jgħidulna li qed nillaxkaw, li qed niftħu u li qed innaqsu u nitilfu r-revenue, u min-naħa l-oħra jgħidulna li żammejna l-istess piżijiet.", "Ejja nkunu trasparenti f'dawn l-affarijiet.", "Min jaqra r- regolamenti u l-burden tal-liġi kif inhi jara ċar li r-retailers m'humiex se jibqgħu tax collectors u allura l-impenn u l-piżijiet amministrattivi li kien hemm fuqhom taħt is-sistema l-antika issa se jispiċċaw.", "Din qiegħda ċara.", "Jekk l-Onor.", "Dalli huwa daqshekk maqtugħ min-nies, nistiednu sabiex jisma' ftit it-tapes tal-freephone li għandna u jara d-differenza bejn il- tip ta' rimarki u mistoqsijiet li għandna fuq il-freephone issa u t-tip ta' rimarki u mistoqsijiet li kien ikollu fuq il-freephone tal-VAT.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nista' nassigura lill-Prim Ministru li llum ħadd m'hu qed jifhem xejn.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li l-assigurazzjoni li qed jagħti l-Onor.", "Dalli hija assigurazzjoni oħra storpjata bħall-assigurazzjonijiet li kien jagħti qabel l-aħħar elezzjoni li l-VAT suppost kellha ttellef l-elezzjoni lill- Partit Laburista.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jiġifieri qed nifhem sew li l-Prim Ministru qed jgħid li r-retailers m'hemmx bżonn iżommu kotba?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qiegħed ngħid li l-piżijiet amministrattivi u l- piżijiet ta' kontroll fuq ir-retailers m'għadx hemm bżonnhom bl-istess mod kif kien hemm bżonnhom qabel.", "Dażgur li għad hemm bżonn tant piżijiet ta' tmexxija amministrattiva, imma ħafna u ħafna inqas milli kien hemm bżonn taħt il-liġi dwar il-VAT.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħafna anqas!", "Jew iżżomm il-kotba jew ma żżommx il- kotba.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwel ħaġa hija li dawn m'għandhomx għalfejn jaħsbu aktar in terms li se jgħaddu l-flus li qed jiġbru lill-gvern.", "Spiċċaw minn tax collectors.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawk ikunu diġa' ħallsuhom, kif diġa' għidtlek.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan x'argument hu li tgħid diġa' ħallsuhom!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dażgur li diġa' ħallsuhom!", "Dawn ħallsuhom mingħajr refund.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Dalli qed jgħid li dawn diġa' ħallsuhom, pero' l-argument m'huwiex jekk ħallsuhomx jew le imma jekk ir-retailers għadhomx u humiex se jibqgħu collectors għall-gvern, jiġifieri xi ħadd li jiġbor it-taxxa għall-gvern għal ċertu żmien, jistorjaha u mbagħad jagħtihielu lura.", "Dak ix-xogħol spiċċa u r-retailer mhux se jibqa' l- bniedem, il-unit jew l-amministrazzjoni li jiġbor it-taxxa għall-gvern, iżommha f'account separat u jagħtihielu lura fuq bażi regolari.", "Din issa spiċċat u allura awtomatikament - ipso facto - il-burden amministrattiv u ta' kontroll naqas, pero' xorta waħda qed nibqgħu ninsistu - u se nibqgħu ninsistu - fuq il-cash registers.", "U dan għar-raġunijiet ta' fiskalita' morali u għaliex il-konsumatur għandu kull dritt legali li jirċievi r- riċevuta tiegħu, xejn iktar u xejn inqas.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Prim Ministru jrid jifhem li s-sitwazzjoni llum hija t-timing ta' meta titħallas it-taxxa.", "Fejn qabel ir-retailer għal kulma kien jixtri kien jieħu t-taxxa lura u mbagħad kien jerġa' jiġborha meta jbigħ u jagħtiha lill-gvern - u allura lill-gvern kien jagħtihielu wara li jkun ġabarha u forsi jkun użaha fil-cash flow tiegħu - illum se jkun ħallas it-taxxa meta xtara, se jġorrha miegħu l-ħin kollu sakemm ibigħ u meta jbigħ jiġborha lura.", "Jiġifieri se jkun qed jiġbor it-taxxa għall- gvern għaliex se jkun qed jiġbor it-taxxa li jkun ħallas meta xtara u mhux meta biegħ.", "Jekk wieħed janalizza x'inhu jiġri verament isib li dan huwa li qed jiġri.", "Ir-retailer qed iħallas it-taxxa lill-gvern mhux meta jbigħ imma meta jixtri u allura jkun irid iġorr il-piż tagħha fil-flow kollu ta' kemm idum iżomm l-istocks tiegħu.", "U mhux niġu ngħidu li meta jbigħ se jkun qed jiġbor it-taxxa.", "Dan se jkun qed jiġbor it-taxxa għax ikun ħallasha diġa'.", "Dik hi d-differenza u lir-retailer għamilnielu pjaċir.", "Fil-każ ta' dokumentazzjoni, lill-Prim Ministru nerġa' nirripetilu li r-regolamenti li ħarġu s'issa juru l-istess piżijiet ta' amministrazzjoni li r-retailer għandu llum.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'risposta għal dan li għadni kemm smajt se jkolli sempliċement nirriferi għal xi ħaġa li qal l-Onor.", "Dalli nnifsu iktar kmieni matul din is-seduta, fejn qal li min ma jridx jisma' ma jismax u min ma jridx jara ma jarax.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: F'idejja għandi rapport rigward l-impatt tal-VAT fuq il-bejjiegħa u n-negozjanti u, għall-informazzjoni ta' kulħadd u anke for the record, jekk ikollok tagħmel l-eżerċizzju li tħassar il-kelma VAT u ddaħħal ETP u ETS issib li l-obbligazzjonijiet baqgħu kif kienu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AJ \" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 37 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 37, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 38 - Noti ta' kreditu u noti ta' debitu.", "Clause 38 - Credit and debit notes.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din hija klawsola teknika li titkellem dwar l-użu ta' credit and debit notes u dwar kif se jinħadmu dawn in-notes u dawn l- obligations.", "Din għandna emenda għaliha - li mill-ġdid għandha x'taqsam ma' l-użu ta' ċerta terminoloġija li konna ċċarajna fid-definitions tagħna - li tgħid hekk:", "\"AK\" Fil-klawsola 38, minflok il-kliem \"fattura fiskali\" u \"attivita' taxxabbli\" kull fejn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"fattura ta' taxxa\" u \"attivita' tan-negozju\" rispettivament.", "\"AK\" In clause 38, for the words \"taxable activity\" wherever these occur there shall be substituted the words \"business activity\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AK \" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 38 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 38, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 39 - Djun li ma jistgħux jinġabru.", "Clause 39 - Bad debts.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'din il-klawsola qegħdin nitkellmu fuq aspett pjuttost tekniku ta' kif se titħaddem l-amministrazzjoni u din għandha x'taqsam ma' l-użu u mat-trattament tad-djun li ma jkunux se jitħallsu u ta' l-affarijiet li għandhom jitħallsu u ma jitħallsux.", "GĦandna emenda teknika oħra, li tirriżulta mill-bdil fit-terminoloġija li għamilna meta konna qed inħarsu lejn id-definitions ukoll, liema emenda tgħid hekk:", "\"AL\" Il-klawsola 39 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) Minflok il-kliem \"attivita' taxxabbli\" kull fejn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"attivita' tan-negozju\"; u", "(b) Fi tmiem is-subklawsola (1), minflok il-kliem \"għal dik l- attivita' taxxabbli.\" għandhom jidħlu l-kliem \"għal dik l-attivita'.", "It-tnaqqis isir mit-taxxa dovuta fil-waqt li tkun permessa u tista' tinġieb 'il quddiem.\".", "\"AL\" Clause 39 shall be amended as follows:-", "(a) For the words \"taxable activity\" and \"taxable period\" wherever these occur there shall be substituted the words \"business activity\" and \"tax period\" respectively;", "(b) At the end of subclause (1), for the words \"for the taxable activity.\" there shall be substituted the words \"for the activity.", "The deduction shall be made from the tax due at the time it is allowed and may be carried forward.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Xtaqt nistaqsi lill-Prim Ministru x'interpretazzjoni jagħti għall-kliem li jinsab fil-paragrafu (d) tas-subklawsola 39 (1) fejn hemm:", "\"the registered person has taken all reasonable steps to recover the bad debt;\".", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-interpretazzjoni tiegħi hija li jkun verament fittex li jitħallas u mhux ikun ħalliha hemmhekk u tkun xi ħaġa li qiegħda hemm taparsi se titħallas u ma titħallas qatt.", "GĦalhekk dan, b'xi mod jew ieħor, irid juri li ħa passi raġonevoli biex jiġbor il-bad debts tiegħu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma daqshekk m'huwiex biżżejjed għal-liġi.", "Per eżempju, fil-liġi ta' l-income tax hemm stipulat li bad debt jiġi written off meta jkun hemm sentenza ta' qorti u allura bniedem ma jkunx ħa all reasonable steps jekk ma jidħolx il-qorti.", "Issa din fiha l-problemi tagħha u m'iniex qed nissuġġerixxi li għandna nagħmlu l-istess għaliex ħafna drabi dan ifisser li trid iddum - il-qorti m'hijiex l-iktar ħaġa effiċjenti li għandna fil-pajjiż - għaddej għal ħafna snin.", "Pero' lanqas m'huwa biżżejjed li tgħid li jkun ħa l-passi kollha meħtieġa, għaliex kulħadd se jiġi jgħidlek hekk.", "Jiġifieri jrid ikun hemm xi ħaġa li torbot, għax nerġa' nistaqsi: X'jiġifieri ħadt il-passi kollha meħtieġa?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt aħna m'aħniex qed ngħidu \"l-passi meħtieġa kollha\" imma qed ngħidu \"l-passi raġonevoli kollha\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, imma li qed ngħid jiena huwa li għal dawn it-tip ta' definizzjonijiet - u naħseb li l-avukati jagħtuna parir - għadna daqsxejn fi stat fluwidu u jew se nħalluha għad-diskrezzjoni tad-direttur biex jiddeċiedi jekk bniedem ħax il-passi kollha raġonevoli jew le ...", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb!", "Qegħdin jagħmluli aċċenn li iva.", "Hekk imissna nagħmlu!", "U mela le!", "Issa qegħdin nesaġeraw!", "Jiġifieri se nħallu f'idejn id-direttur li jiddeċiedi jekk jien ħadtx il-passi raġonevoli li xi ħaġa hija bad debt jew le!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien ma għamiltlek l-ebda sinjal.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena min-naħa ta' l-advisors qed ngħid.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma dawk outside the House qegħdin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Dalli, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, kumbinazzjoni kont qed inħares 'l hemmhekk.", "Imma mhux hekk għandu jkun.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien kont se nistaqsi għas-suġġerimenti tiegħek fuq din il-ħaġa.", "Inti x'tissuġġerixxi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, il-liġi mhux jien qed nagħmilha imma inti.", "Jiena nissuġġerixxi biex tħalli l-affarijiet kif kienu għax konna għaddejjin aħjar.", "Il-problemi qed toħloqhom inti u solvihom inti.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kollox sew!", "Fiċ-ċirkostanzi, Sur President, ma narax li nistgħu nbiddlu t-text li għandna quddiemna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AL \" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 39 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 39, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 40 - Stima ta' taxxa.", "Clause 40 - Assessment of tax.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-klawsola - issa dħalna fit-Taqsima VIII ta' dan l-abbozz ta' liġi - titkellem dwar assessment of tax u hija bbażata fuq artiklu 29 tal-liġi dwar il-VAT, pero' se nipproponi emenda għaliha li tgħid hekk:", "\"AM\" Fil-klawsola 40 -", "(a) Is-subklawsola (1) għandha titħassar;", "(b) Is-subklawsoli (2), (3) u (4) għandhom jiġu enumerati mill-ġdid (1), (2) u (3) rispettivament; u", "(c) Fis-subklawsola (3), kif enumerata mill-ġdid, minflok il-kliem \"jew taxxa iżjed.\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew taxxa iżjed u l-ammont hekk dovut għandu jitħallas fi żmien wieħed u tletin jum minn meta l- avviż jiġi notifikat.\".", "\"AM\" In clause 40 -", "(a) Subclause (1) shall be deleted;", "(b) Subclause (2), (3) and (4) shall be renumbered as (1), (2) and (3) respectively; and", "(c) In subclause (3), as renumbered, for the words \"or further tax.\" there shall be substituted the words \"or further tax and the amount so due shall be payable within thirty-one days from the service thereof.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AM\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 40 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 40, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 - Stima titqies korretta ħlief fil-proċedimenti ta' appell.", "Clause 41 - Assessment deemed correct except in proceedings on appeal.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din il-klawsola hija kontinwazzjoni ta' l-istess proċedura amministrattiva.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar assessments li huma deemed correct ħlief dawk li jkunu fil-proċeduri ta' appell quddiem il-qorti.", "Din hija parti oħra minn Artiklu 29 tal-liġi dwar it-Taxxa li qed tiġi carried over amministrattivament.", "Għal din il- klawsola wkoll għandi emenda li tgħid hekk:", "\"AN\" Fil-klawsola 41, minflok il-kliem \"kif imsemmi hawn fuq, kull stima\" għandhom jidħlu l-kliem \"kif imsemmi hawn fuq u bla ħsara għad- dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 43 ta' dan l-Att, kull stima\".", "\"AN\" In clause 41, for the words \"as aforesaid every such assessment\" there shall be substituted the words \"and subject to the provisions of section 43 of this Act, every such assessment\".", "Klawsola 43, li niltaqgħu magħha ftit iktar 'il quddiem, tirrigwarda l- limitazzjoni ta' żmien għall-issue ta' assessment jew ta' emenda għall- assessment.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, ma naħsibx li b'xi mod f'xi liġi tista' tgħid - ħlief ovvjament fil-każijiet ta' l-appelli fejn m'hemmx dubju li you are disputing the assessment made - li l-ammont li huwa claimed taħt l- assessment huwa neċessarjament stat ta' fatt u ma tistax tikkontestah taħt kwalunkwe liġi oħra.", "Per eżempju, m'għandix dubju li jekk nista' nipprova li d-direttur abbuża mill-poter tiegħu li joħroġ l-assessment - jista' jkun li ma jkunx ground for appeal taħt klawsola 44 - jien nista' nattakka dak l- assessment taħt l-abbuż ta' poter.", "Jista' jkun li dan - m'iniex qed ngħid li huwa l-każ u naħseb li se nġebbidha ftit imma jista' jkun li jiġri - ħareġ l-assessment fuq a non-taxable person.", "Issa jekk jista' jagħmel l- appell biss it-taxable person ...", "(Interruzzjonijiet) Huwa veru li jien qed inġebbidha to extremes imma kif inhi drafted din il-klawsola qiegħda tgħid li jekk inti ma tinkwadrahx fid-drittijiet ta' l-appelli taħt klawsola 44 allura dak huwa stat ta' fatt kontra kulħadd u ħadd ma jista' jappella minnu.", "Jiġifieri the way it is drafted ċertament li tikkozza ma' diversi liġijiet oħra li jagħtuk il-poteri kemm fuq il-bażi ta' leġislazzjoni amministrattiva kif ukoll taħt liġijiet ġenerali fejn inti tista' tikkontesta deċiżjonijiet amministrattivi kif inhuma dawn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma bir-rispett kollu din hija waħda mill- affarijiet amministrattivi li qed nieħdu over mil-liġi dwar il-VAT.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Anke jekk inhuwa hekk, jekk kienet ħażina fil-liġi dwar il-VAT ma jfissirx li għandha tibqa' hekk.", "Allura fejn jaqblilna qed ngħidu li l-liġi dwar il-VAT kienet tajba u fejn ma naqblux magħha nbiddlu.", "Jiena qed nirrimarka fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Issa jekk kienet hekk qabel paċenzja, imma naħseb li f'dan il-Parlament nitgħallmu rridu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Amministrattivament qegħdin jgħidulna li f'dan il-każ bħala amminstrazzjoni huwa tajjeb li s-sistema tal-VAT titkompla taħt din il-liġi.", "Dan huwa l-parir amministrattiv u legali li għandna, speċjalment mil-lat ta' ġbir ta' taxxa, u aħna mexjin fuqu.", "Jien naħseb li bir-raġun mexjin fuqu għaliex il-prattika qiegħda miexja f'dik id-direzzjoni.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Meta l-Prim Ministru qed jirriferi għall-parir legali ma nafx huwiex qed jirriferi għall-pariri legali ta' l-advisors fuq it- taxxa qua taxxa jew inkella għall-parir legali li ġej minn xi ħadd bħall- Attorney General li għandu overview ħafna iktar wiesgħa tal-liġijiet kollha tal-pajjiż, għaliex il-problema tiegħi hija dwar il-liġijiet l-oħra u mhux dwar il-fiscal laws tal-pajjiż.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ovvjament, l-uffiċjal li qed isemmi l-Onor.", "Gatt kien involut fid-drafting ta' din il-liġi u meta tqanqlu dawn l-argumenti kien qiegħed preżenti u parti mill-parir legali ingħata minnu wkoll.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AN \" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 41 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 41, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 - Prova ta' denunzji u stimi.", "Clause 42 - Evidence of returns and assessments.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-klawsola hija bbażata fuq parti oħra ta' Artiklu 29 tal-liġi dwar il-VAT.", "Biex inkunu iktar ċari fil- preżentazzjonijiet amministrattivi, li ġara huwa li dan l-artiklu ġie maqsum f'diversi provvedimenti biex ikunu iktar iffokati.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi nifhem l-utilita' ta' provision bħal din, forsi jkun utli jekk tiżdied xi sentenza fejn ikun hemm xi mod ta' ċertifikazzjoni tal-kopja għax, kif inhi drafted, bażikament qegħdin ngħidu li kull photocopy irridu noqogħdu fuqha, mentri jien insostni li f'każijiet normali d-direttur, l-assistent direttur jew xi ħadd ieħor almenu għandu jiċċertifika fuq ir-responsabbilta' tiegħu li dik hija kopja vera ta' l-oriġinal.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-punt li kellna hawnhekk kien li jekk għandu l- kompetenza li jirċievi dawn it-tip ta' dokumenti, it-tribunal minnu nnifsu għandu wkoll ir-responsabbilta' li jiżgura li dak li qed jiġi ppreżentat lilu jkun awtentiku u allura fuq dan il-punt l-argument huwa li ma toħloqx iktar affarijiet li jistgħu jdewmu l-affarijiet amministrattivi għaliex miżura bħal dik li qed isemmi l-Onor.", "Gatt tista' tintuża sempliċement bħala skuża biex il-proċedura ddum.", "Minnu nnifsu t-tribunal għandu l- kompetenza u anke l-obbligu - ipso facto, ġaladarba huwa mgħobbi b'dan id- dmir - li jiżgura li dak li jiġi ppreżentat lilu jkun awtentiku.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma tantx nista' naqbel ma' din l-interpretazzjoni.", "It-tribunal ma għandu l-ebda funzjoni li jiggarantixxi jekk id-dokument huwiex veritier jew le.", "Ladarba t-tribunal jirċievi d-dokument u min jippreżentah jgħid li dak huwa kopja ta' l-oriġinal u jgħid li qed jippreżentah f'isem id-direttur, it-tribunal bilfors irid jaċċettah.", "Hekk tgħid klawsola 42.", "Issa jien qed ngħid li, kif fil-prassi legali tagħna kull min jippreżenta dokument - u avukat f'kawża ordinarja jippreżenta numru ta' dokumenti f'isem il-klijent - jerfa' r-responsabbilta' billi jiċċertifika fuq id-dokument li dik hija kopja vera ta' l-oriġinal u jiffirma fuqha, hekk ukoll għandu jagħmel min fit-tribunal qiegħed jirrappreżenta lid-direttur.", "Qabel ma jippreżentah, dan għandu jikteb fuq id-dokument stess li huwa kopja vera.", "Jiena ma naħsibx li ħaġa bħal din b'xi mod se ttawwal il-proċedura, u almenu jkollok il-persuna li qed tassumi r-responsabbilta' ta' dan id-dokument għaliex b'dan il-metodu li għandna hawnhekk ħadd m'hu qed jassumi din ir-responsabbilta'.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, ma nistax naqbel miegħek.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dokumenti li huma sottomessi mid-direttur u on behalf tad-direttur.", "Jiġifieri din m'hijiex persuna li qiegħda taġixxi fil-kariga personali tagħha imma hija persuna li qiegħda taġixxi fil-kariga uffiċjali tagħha.", "GĦalhekk minn dak il-lat iktar u iktar anzi għandu - u wieħed jassumi li hu hekk, u t-tribunal imbagħad huwa konfortat li jinvestiga dak li qed jasallu - jissottometti dokumenti veritieri.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien naħseb li hemm żewġ problemi f'dak li qed jgħid il-Prim Ministru.", "L-ewwel waħda hija li b'dan l-argument li qed jagħmel, ir-responsabbilta' se tinxteħet kollha fuq id-direttur meta dan ma jkunx fiżikament hu li qed jippreżenta d-dokument għax ikun rappreżentat minn uffiċjal, avukat jew xi ħadd ieħor.", "Allura b'dan l-argument tal-Prim Ministru qisna qegħdin nitfgħu kollox fuq id-direttur għaliex hu qed jgħid li d-dokument huwa dak oriġinali.", "It-tieni nett għandek ukoll il-problema tal-possibbilta' - ma naħsibx li din għandna neskluduha pero' kellna każ riċenti fil-qorti", "t'Għawdex fejn il-proċess intilef - li jintilfu d-dokumenti.", "Jiġifieri jiena kulma qed nitlob hawnhekk huwa - u se nieqaf fuq din; m'iniex se nkompli nargumenta - li min fiżikament ikun qed jagħmel presentazzjoni quddiem il-qorti, jiċċertifika li dak huwa veru kopja ta' l-oriġinal, ħaġa li ssir kuljum fil-qrati kollha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nħossx li jkun utli li nimxu fuq din il-linja meta d-dokument ikun qed jiġi ppreżentat minn stanza uffiċjali għaliex wara kollox, kif diġa' għidt, dan qed jippreżentah fuq bażi uffiċjali u allura l-istess persuna li tkun qiegħda hemm on behalf tad-direttur tista' tiċċertifika hi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 42.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 42 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 43 - Preskrizzjoni għall-ħruġ ta' stima jew emenda ta' stima.", "Clause 43 - Limitation of time for issue of an assessment or an amendment of assessment.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk għadna fuq l-istess linja ta' assessment of tax u l-kondizzjonijiet amministrattivi li jillimitaw u jiddefinixxuha.", "Din il-klawsola fil-fatt titkellem dwar il-limitazzjoni jew preskrizzjoni għall-ħruġ ta' stima jew emenda ta' stima.", "Mill-ġdid din hija bbażata fuq Artiklu 29 tal-liġi dwar il-VAT, pero' għaliha għandna emenda - li hija pjuttost żieda - li tgħid hekk:", "\"AO\" Minflok il-klawsola 43 għandha tidħol din il-klawsola li ġejja:", "\"43.", "(1) Meta xi persuna reġistrata tkun għamlet denunzja dwar xi żmien ta' taxxa, id-Direttur ma jkunx jista' joħroġ stima wara li jgħaddu sitt snin mit-tmiem taż-żmien ta' taxxa li dwaru tkun intbagħtet id-denunzja.", "(2) Meta ssir stima mid-Direttur skond il-paragrafu (a) tas- subartikolu (1) ta' l-artikolu 40 ta' dan l-Att, id-Direttur ma jistax jerġa' jiftaħ dik l-istima wara li jiskadu sitt snin mid-data minn meta tkun saret.\".", "\"AO\" For clause 43 there shall be substituted the following:", "\"43.", "(1) Where any registered person has made a return in respect of any tax period, it shall not be lawful for the Director to issue an assessment after the expiration of six years from the end of the tax period in respect of which the return was furnished.", "(2) Where an assessment is made by the Director under paragraph (a) of subsection (1) of section 40 of this Act, it shall not be lawful for him to reopen that assessment after the lapse of six years from the date it was made.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, xtaqt nistasqsi kif se jaħdmu dawn is-sitt snin?", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li l-assessment irid joħroġ fi żmien sitt snin minn mindu d-direttur jirċievi return u li ma tistax issir revizjoni ta' l-assessment?", "Jiġifieri kull darba li qed toħroġ assessment jew re-assessment jew changed assessment tkun qed iġġedded it-terminu ta' sitt snin oħra?", "Jiġifieri din hija bħal preskrizzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-distinzjoni forsi hija - kif jgħidu l-avukati - bejn il-preskrizzjoni u l-perijodu perentorju.", "Il-preskrizzjoni hija li kull darba li tinterrompi inti tkun erġajt bdejt.", "Per eżempju, jekk nieħdu assessment as at 31st December, 1996 within six years dan irid joħroġ, imbagħad within 2008 tista' terġa' tirrevedi.", "Imma dan jista' jsir at the final period - u allura perijodu perentorju of twelve years - jew jekk inti għamilt the additional assessment within 2,008 erġajt irbaħt sitt snin oħra so you can go to 2,014 u tibqa' sejjer hekk?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien naħseb li l-emenda hekk qed tgħid, jiġifieri għandek sitt snin biss li fuqhom tista' tagħmel assessment jew re- assessment.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Pero', jekk fhimt sew, l-emenda tgħid li you issue your original assessment within six years, imbagħad hemm li you can re- issue an additional assessment in another six years.", "Allura the total period is twelve years not six.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Iva, fil-fatt l-Onor.", "Austin Gatt għandu raġun, jiġifieri l-ewwel għandek six years, imbagħad għandek six years oħra, jiġifieri b'kollox 12-il sena, pero' huwa very unlikely li jinqala' l-każ.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Subklawsola 43 (2) titkellem fuq \"an additional assessment\".", "Jien naħseb li biex inkunu aktar ċari għandha tidħol klawsola, l-istess bħalma hemm, per eżempju, fuq il-preskrizzjoni tal- kambjali fejn għandek id-dekadenza, which would make it much clearer that that second period cannot be extended.", "U la qed nitkellmu fuq 12-il sena, forsi l-Gvern jikkonsidra li jnaqqas ftit il-perijodu, għaliex jien naħseb li wara 12-il sena altru li tkun insejthom ir-raġunijiet u l-oġġezzjonijiet tal-kont!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rigward it-12-il sena naħseb li għandna nħalluha kif inhi.", "Naraw kif immorru 12-il sena oħra imbagħad!", "Rigward il-punt l-ieħor naħseb li jkun tajjeb li niċċekkjaw ftit tajjeb u għalhekk nitlob il- permess tal-Kumitat sabiex nipposponu din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 44 - Appelli minn stimi.", "Clause 44 - Appeals against an assessment.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din il-klawsola qed titkellem fuq appelli kontra assessments, u hija meħuda, ħlief għal xi tibdiliet, minn Artikli 32 u 30 tal-liġi dwar il-VAT.", "Hawnhekk ukoll għandi emenda li tgħid hekk:", "\"AP\" Minflok is-subklawsoli (1) u (2) tal-klawsola 44 għandu jidħol dan li ġej: \"44.", "(1) Kull min ma jaqbilx ma' decizjoni tad-Direttur li tkun tikkonsisti fi stima ta' taxxa jew dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuna taħt dan l-Att jew li jkun jaqa' taħt l-ETI, jista', sew personalment jew permezz ta' l-aġent tiegħu, jagħmel appell minn dik id-deċizjoni lit-Tribunal fi żmien tletin jum mid-data li fiha l-avviż ta' stima jiġi notifikat lilu jew mid-data meta jkun ġie notifikat mid-Direttur b'avviz ta' dik id-deċiżjoni jew minn meta jiġi stabbilit mill- Kontrollur tad-Dwana, li jaġixxi f'isem id-Direttur, xi tkun l-ETI dovuta.", "(2) L-appell li jsir skond dan l-artikolu jista' jsir minħabba li jinqala' xi punt rilevanti dwar mertu jew ġurisprudenza iżda li ma jkunx dwar il-klassifika ta' xi oġġetti skond it-Tariffa tad-Dwana murija fl-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Kap. 337) li għandhom jiġu stabbiliti skond id- dispożizzjonijiet ta' l-Att imsemmi bħallikieku l-kwistjoni kellha x'taqsam mad-dazju li kellu jitħallas taht dak l-Att:", "Iżda kull appell li jsir bis-saħħa ta' dan l-artikolu għandu jsir f'dik l-għamla u b'dak il-mod hekk kif jista' jiġi preskritt.\".", "\"AP\" For subclauses (1) and (2) of clause 44 there shall be substituted the following: \"44.", "(1) Any person dissatisfied with a decision of the Director consisting in an assessment of tax or relating to the registration of a person under this Act or to the liability to ETI, may, either personally or by his agent, lodge an appeal from such decision to the Tribunal within thirty days of the date upon which the notice of assessment has been served upon him or the date upon which he has been served by the Director with a notice of the said decision or from the determination by the Comptroller of Customs, acting on behalf of the Director, of the ETI due.", "(2) The appeal under this section may be made on the ground of any relevant point of fact or of law other than on the classification of any goods under the Customs Tariff set out in the First Schedule to the Import Duties Act (Cap.", "337) which shall be determined in accordance with the provisions of the said Act as if the question related to duty chargeable under that Act:", "Provided that any appeal under this section shall be made in such form and manner as may prescribed.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma fhimtx jekk taħt subklawsola 44 (2) hemmx il- perijodu stabilit meta jsir l-appell.", "Taħt subklawsola (1) għandek 30 ġurnata, taħt subklawsola (3) għandek 30 ġurnata wkoll, pero' f'subklawsola (2) qed tisfuġġili jekk hemmx perijodu stabilit.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'subklawsola 44 (2) hemm: \"The appeal under this section may be made ...\"", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma naħsibx li tista' tapplika subklawsola (1) għal subklawsola (2) għaliex billi qed jiddistingwi l-każijiet jista' jkun hemm interpretazzjoni li l-perijodu msemmi f'subklawsola (1) mhux neċessarjament japplika għal subklawsola (2).", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-parir li għandi huwa li tkun superfluwa li nagħmluha għaliex toħroġ awtomatikament mill-mod kif inhi miktuba.", "Jiġifieri dak li għidna bejnietna hawnhekk jirriżulta mill-mod kif inhi miktuba diġa'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AP\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 44 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 44, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 45 - Twaqqif tat-Tribunal dwar it-Taxxa tas-Sisa.", "Clause 45 - Establishment of the Excise Tax Tribunal.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda li tgħid hekk:", "\"AQ\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 45 minflok il-kliem \"Imħallef.\" għandha tidħol il-kelma \"Mħallef:\" u minnufih wara għandu jidħol din il-proviso li ġej:-", "\"Iżda l-Ministru jista' jaħtar diversi Chairmen u membri biex joqogħdu fit-Tribunal, iżda jkunu biss Chairman u żewġ membri partikolari li joqogħdu għal kull każ partikolari.\".", "\"AQ\" In subclause (2) of clause 45 for the words \"removed.\" there shall be substituted the word \"removed:\" and immediately thereafter there shall be inserted the following proviso:-", "\"Provided that the Minister may appoint several Chairmen and members to sit on the Tribunal, only one Chairman and two members shall sit on any one case.\".", "Hawnhekk għadna għaddejjin dwar kif se jaħdmu s-sistemi ta' l-appelli u hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar it-twaqqif ta' Excise Tax Tribunal - kellna riferenzi għalih fi klawsoli preċedenti - sabiex ikun jista' jiġġudika dwar il-każi li jittressqu quddiemu.", "Din hija bbażata fuq il-provvedimenti ta' Artikli 34 u 35 tal-liġi dwar il-VAT, kif ukoll minn partijiet ta' Skeda 6 ta' l-istess liġi u tipprovdi għal kif jista' jitwaqqaf it-tribunal, b'chairman u żewġ membri li jkunu qegħdin appuntati mill-ministru u jkun hemm ukoll reġistratur tat-tribunal.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AQ\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 45 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 45, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 46 - Taxxa addizzjonali u imgħax.", "Clause 46 - Additional tax and interest.", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'din il-klawsola dħalna f'Taqsima X tal-liġi fejn qed nitkellmu dwar konsiderazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu dwar l- additional tax u l-imgħax fuq l-additional tax.", "Għal din il-klawsola wkoll għandi emenda li tgħid hekk:", "\"AR\" Minflok il-klawsola 46 għandu jidħol dan li ġej:-", "\"46.", "(1) Kull min, billi jkun meħtieġ japplika għal reġistrazzjoni taħht dan l-Att, jagħmel dik l-applikazzjoni wara li jgħaddi ż-żmien stabbilit fl-artikolu 24 ta' dan l-Att, jista' jeħel taxxa addizzjonali f'ammont li jkun ekwivalenti għal jew ogħla minn - (a) tnejn fil-mija tat-taxxa dovuta, jekk ikun hemm, għall-ewwel zmien ta' taxxa li jiġi wara r-reġistrazzjoni; u", "(b) għoxrin lira", "għal kull xahar jew parti minnu li jgħaddi mid-data meta jkun imissha saret l-applikazzjoni skond l-imsemmi artikolu u l-ewwel data li fiha tintbagħat ir-registrazzjoni lid-Direttur u d-data meta dik il-persuna tiġi reġistrata mid-Direttur.", "(2) Kull min, billi jkun meħtieġ jibgħat denunzja tat-taxxa għal xi żmien ta' taxxa, jibgħat dik id-denunzja wara li jgħaddi ż-żmien stabbilit bl-artikolu 30 ta' dan l-Att, jista' jeħel taxxa addizzjonali f'ammont li jkun ekwivalenti għall-ogħla minn -", "(a) tnejn fil-mija tat-taxxa dovuta, jekk ikun hemm;", "(b) għoxrin lira", "għal kull xahar jew parti minnu li jgħaddi mid-data meta jkun imissha saret id-denunzja tat-taxxa skond dan l-Att u d-data meta din tintbagħat lid-Direttur.", "(3) Meta ssir stima għal żmien ta' taxxa fiċ-ċirkostanzi msemmija fl- artikolu 40 ta' dan l-Att, it-taxxa addizzjonali tkun dovuta għal dak iż-żmien f'ammont li jkun ekwivalenti għal għoxrin fil-mija tat-taxxa li ma tkunx ġiet dikjarata.", "(4) Meta tintbagħat lid-Direttur minn persuna reġistrata denunzja tat- taxxa li jkun fiha dikjarazzjoni bin-nieqes tat-taxxa dovuta u dik il- persuna tikxef dik id-dikjarazzjoni bin-nieqes qabel ma tiġi notifikata bi stima għal dak iż-żmien, hija tista' teħel taxxa addizzjonali f'ammont li jkun ekwivalenti għal għaxra fil-mija tat- taxxa dikjarata bin-nieqes.", "(5) Għandu jkun dovut mgħax fuq kull taxxa (iżda eskluża t-taxxa addizzjonali) li ma titħallasx sad-data meta tkun imissha titħallas skond dan l-Att, bir-rata ta' wieħed fil-mija għal kull xahar jew parti minnu li matulu dik it-taxxa tibqa' mhux imħallsa jew b'kull rata oħra li tista' tiġi preskritta.\".", "\"AR\" For Clause 46 there shall be substituted the following:-", "\"46.", "(1) Any person who, being required to apply for registration under this Act, makes such an application after the expiration of the time laid down in section 24 of this Act, shall be liable to additional tax in an amount equivalent to the higher of -", "(a) two per cent of the tax due, if any, for the first tax period following registration; and", "(b) twenty liri", "for every month or part thereof that elapses from the date on which the application should have been made in terms of the said section and the earlier of the date on which the registration is furnished to the Director and the date when that person is registered by the Director.", "(2) Any person who, being required to furnish a tax return for a tax period, furnishes that return after the expiration of the time laid down in section 30 of this Act, shall be liable to additional tax in an amount equivalent to the higher of -", "(a) two per cent of the tax due, if any;", "(b) twenty liri", "for every month or part thereof that elapses from the date on which the tax return should have been furnished in accordance with this Act and the date when it is furnished to the Director.", "(3) Where an assessment is made for a tax period in the circumstances referred to in section 40 of this Act, additional tax shall be due for that period in an amount equivalent to twenty per cent of the under- declared tax.", "(4) Where a tax return furnished to the Director by a registered person for a tax period contains an understatement of the tax due and that person makes a disclosure of such an understatement before he is served with an assessment for that period, he shall be liable to additional tax in an amount equivalent to ten per cent of the under- declared tax.", "(5) Interest shall be due on any tax (but excluding additional tax) which is not paid by the date on which it becomes payable in accordance with this Act, at the rate of one per cent for each month or part thereof during which the said tax remains unpaid or at such other rate as may be prescribed.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AR\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 46 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 46, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 47 - Kawża mid-Direttur.", "Clause 47 - Suit by the Director.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar il- mod li bih id-direttur ikun jista' jipproċedi biex jiġbor dak li huwa dovut lilu u anke jqisu bħala dejn ċivili.", "Anke hawnhekk, din hija bbażata fuq Artiklu 47 tal-liġi dwar il-VAT, b'xi bidliet li m'humiex daqstant importanti.", "Għal din il-klawsola għandi emenda li tgħid hekk:", "\"AS\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 47 minflok il-kliem \"taxxa u ta' taxxa addizzjonali\" kull fejn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"taxxa, taxxa addizzjonali u mgħax\".", "\"AS\" In subclause (2) of clause 47 for the words \"tax and additional tax\" wherever they occur there shall be substituted the words \"tax, additional tax and interest\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola bażikament hija l-istess bħalma hemm fil-liġi dwar il-VAT u allura m'għandix kummenti dwarha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AS\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 47 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 47, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 43 - Preskrizzjoni għall-ħruġ ta' stima jew emenda ta' stima.", "Clause 43 - Limitation of time for issue of an assessment or an amendment of assessment.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat )", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nirtira emenda \"AO\" li proponejt aktar kmieni fil-Kumitat.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda ġiet irtirata.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, se nipproponi din l-emenda minflok l- emenda li għadha kemm ġiet irtirata:", "\"AT\" Minflok il-klawsola 43 għandha tidħol din il-klawsola li ġejja:", "\"43.", "(1) Meta xi persuna reġistrata tkun għamlet, jew għandha tagħmel, denunzja dwar xi żmien ta' taxxa, id-Direttur ma jkunx jista' joħroġ stima wara li jgħaddu sitt snin mit-tmiem taż-żmien ta' taxxa li dwaru tkun intbagħtet jew kellha tinbagħat id-denunzja.", "(2) Meta ssir stima mid-Direttur skond il-paragrafu (a) tas- subartikolu (1) ta' l-artikolu 40 ta' dan l-Att, id-Direttur ma jistax jerga' jiftaħ dik l-istima wara li jiskadu sitt snin mid-data minn meta tkun saret.\".", "\"AT\" For clause 43 there shall be substituted the following:", "\"43.", "(1) Where any registered person has made, or is to make, a return in respect of any tax period, it shall not be lawful for the Director to issue an assessment after the expiration of six years from the end of the tax period in respect of which the return was or should have been furnished.", "(2) Where an assessment is made by the Director under paragraph (a) of subsection (1) of section 40 of this Act, it shall not be lawful for him to reopen that assessment after the lapse of six years from the date it was made.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AT\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 43 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 43, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 48 - Titolu eżekuttiv.", "Clause 48 - Executive title.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, hawnhekk għadna għaddejjin fuq il- kwestjoni ta' kif se tiġi amministrata t-taxxa addizzjonali u l-enforcement tagħha u għadna qed insegwu l-mudell fil-fatt ta' kif titkellem u taħdem il- liġi dwar il-VAT.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar kif jaħdem it-titolu eżekuttiv tad-direttur meta jiġi biex jagħmel l-enforcement tiegħu u qegħdin nimxu fuq il-mudell - b'tibdiliet żgħir - ta' Artiklu 48 tal-liġi dwar il-VAT.", "Għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AU\" Fil-klawsola 48 -", "(a) fis-subklawsola (2) minflok il-kliem \"taxxa u taxxa addizzjonali\" għandhom jidħlu l-kliem \"taxxa, taxxa addizzjonali u mghax\"; u", "(b) minnufih wara s-subklawsola (2) għandha tidħol din is-subklawsola ġdida li ġejja: \"(3) Ebda oppożizzjoni ma għandha twaqqaf il-ħruġ jew l-esekuzzjoni ta' xi att esekuttiv maħruġ bis-saħħa ta' titolu esekuttiv imsemmi f'dan l-artikolu jew il-bejgħ b'irkant li jsiru bi prosegwiment ta' dak l-att jew il-ħlas li jsir mir-rikavat ta' dak il-bejgħ u ebda oppożizzjoni jew riserva fiċ-ċedola ta' depożitu ma għandha twaqqaf l- iżbank ta' xi somma depożitata fil-Qorti wara l-esekuzzjoni ta' xi att esekuttiv bħal dak imsemmi qabel.\".", "\"AU\" In clause 48 -", "(a) in subclause (2) for the words \"tax and additional tax\" there shall be substituted the words \"tax, additional tax and interest\", and for the words \"payment request is\" there shall be substituted the words \"payment is\"; and", "(b) immediately after subclause (2) there shall be added the following new subclause:", "\"(3) No opposition shall stay the issue or execution of any executive act issued on the strength of an executive title mentioned in this section or the sale by auction in pursuance thereof or the paying out of the proceeds of such sale and no opposition or reservation in the schedule of deposit shall stay the paying of any sum deposited in Court following any such executive act as aforesaid.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola hija wkoll lifted mil-liġi dwar il- VAT, pero' l-Prim Ministru ma jidhirlux li l-emenda li qed issir hija daqsxejn draconian, fis-sens li qed tagħti poter assolut u ħadd ma jista' jaġixxi bl-ebda mod kontra xi azzjoni li jieħu d-direttur?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ġejt assigurat li n-nuqqas ta' dan fil-liġi dwar il- VAT qed toħloq problemi kbar ta' implimentazzjoni.", "Issa wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx mal-liġi, imma taxxa hija taxxa.", "Amministrattivament kien hemm u għad qed ikun hemm problemi kbar għal meta wieħed jiġi biex jinforza xi ħaġa.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qed nitkellmu - I stand to be corrected - fuq meta tiġi sekwestrata proprjeta' jew inkella oġġetti u sabiex jiġu mibjugħa.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li ladarba jkun hemm sekwestru ħadd ma jista' jagħmel xejn u jibqa' għaddej kollox.", "Hekk jeżisti f'liġijiet oħra fejn il-Gvern ikun irid jasserixxi l-pożizzjoni tiegħu, jew inkella qed nagħmluha hekk għax komda għall-amministrazzjoni?", "Nerġa' ngħid li mhux il-pariri kollha finalment huma pariri li fil-kontest ġenerali għandhom jiġu aċċettati.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt, l-informazzjoni li qed ningħata hija li din inbidlet biex titnaqqas it-thrust tagħha fil-liġi dwar il-VAT għaliex jidher li hemm każ kostituzzjonali li qed jindika li l-liġi dwar il-VAT se tiġi kkontestata u allura din qed tiġi llimata 'l isfel.", "Il-punt li qed tagħmel inti qed nifhmu imma, milli qed jgħiduli, kif se tkun issa hija inqas draconian milli hija fil-liġi dwar il-VAT.", "Riferibbli għaliha huwa subartiklu 48 (3) tal-liġi dwar il-VAT.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma kif inhi fil-liġi dwar il-VAT qed tagħmel riferenza għall-Code of Organisation and Civil Procedure, jiġifieri qed tgħid li l-liġi dwar il-VAT se timxi skond il-Kodiċi Ċivili u n-\"no opposition\" qiegħda fuq il-payment of any sum deposited.", "Hawnhekk qed tiġi estiża u mhux talli m'hijiex qed tiġi llimata 'l isfel imma qed tiġi llimata 'l fuq.", "Hawnhekk minbarra li qegħdin ngħidu li ma tistax issir oppożizzjoni fuq kif se jitħallsu l-proceeds of sale, qegħdin ngħidu wkoll li ma tistax issir oppożizzjoni fuq l-istay of execution of any executive act.", "Dik żidniha, għax kulma hawn fil-liġi eżistenti hija \"and no opposition or reservation in the schedule of deposit shall stay the paying of any sum deposited\".", "Issa fl-emenda hemm dik u hemm ukoll li \"no opposition shall stay the issue or execution of an executive act\".", "Mela qed nillimawha 'l fuq mhux l' isfel.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed niġi assigurat mill-Attorney General li kif inhi qiegħda hija anqas draconian mil-liġi dwar il-VAT.", "L-ispjegi legali li tawni forsi l-Onor.", "Gavin Gulia jifhimhom tajjeb, pero' jiena fl-opinjoni tiegħi jekk nipprova nittrasmettihom lilek ma nasalx.", "Li nistgħu nagħmlu huwa li nieħdu sospensjoni żgħira u jispjega lilek hu direttament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għalija, jekk l-Attorney General qed jgħid hekk kollox sew, pero' nerġa' ngħid li fir-realta' qed nara li żdiedu.", "Pero' finalment la qed jgħidu hekk l-esperti nibqgħu għaddejjin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AU\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 48 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 48, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 49 - Setgħat li għandhom x'jaqsmu ma' oġġetti mportati.", "Clause 49 - Powers relating to imported goods.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din il-klawsola qiegħda titkellem dwar il-poteri li għandu d-direttur vis-a-vis il-prodotti li huma mportati u tispjega allura mbagħad kif il-Customs Ordinance u l-Import Duties Act jidħlu fil-mod kif jaħdem u juża l-poteri tiegħu l-istess direttur.", "Din hija meħuda minn artiklu 50 tal-Liġi dwar il-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 49.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 49 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 50 - Privileġġ speċjali.", "Clause 50 - Special privilege.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-klawsola titkellem dwar il-fatt li d-direttur għandu jingħata privileġġ speċjali vis-a-vis l-assets ta' persuna li t- taxable activity tagħha tkun qiegħda tiġi assessed.", "Mill-ġdid din hija meħuda minn Artiklu 51 tal-liġi dwar il-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 50.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 50 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 51 - Garanzija għal taxxa dovuta.", "Clause 51 - Security for tax due.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-klawsola tkompli fl-istess linja amministrattiva fejn id-direttur ikollu l-mezz li jkollu security għal taxxa li hija dovuta lid-dipartiment.", "Din il-klawsola wkoll hija meħuda kważi tale quale minn Artiklu 52 tal-liġi dwar il-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Irrid ngħid - anke għal min qed jismagħna - li m'aħniex ngħaddu rimarki fuq dawn il-klawsoli għaliex, kif qed jgħid il- Prim Ministru stess, dawn huma kkoppjati mil-liġi dwar il-VAT u għalhekk huma diġa' tested.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 51.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 51 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 52 - Żmien iqsar għall-egħmil ta' denunzja.", "Clause 52 - Shorter period for the delivery of a return.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'din il-klawsola għadna qegħdin nitkellmu fuq l- istess linja ta' impenn u ta' amministrazzjoni ta' din il-liġi u qegħdin nitkellmu dwar perijodu iqsar biex return jiġi assessjat.", "Din hija meħuda tale quale minn Artiklu 54 tal-liġi dwar il-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hjija klawsola 52.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 52 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 53 - Approprjazzjoni ta' ħlas.", "Clause 53 - Appropriation of payment.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'din il-klawsola nibqgħu għaddejjin fuq l-istess linja, ċioe' dik li qed indaħħlu sistema amministrattiva dwar kif tiġi implimentata l-liġi min-naħa tad-direttur.", "Din il-klawsola, li hija meħuda minn Artiklu 55 tal-liġi dwar il-VAT, titkellem dwar approprjazzjoni ta' ħlas pero' hawn xi affarijiet oħra li huma dovuti minn persuna taxxabbli lid-direttur u x'għandu jagħmel id-direttur biex japproprja dan il-ħlas.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 53.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 53 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 54 - Ħlas lura ta' taxxa.", "Clause 54 - Refund of tax.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk deħlin f'parti ġdida tal-liġi, liema parti titkellem dwar refunds u relief mit-taxxa.", "Din il-klawsola tiddeskrivi kif jingħataw ir-refunds.", "Biss qabel ma nkompli nitkellem fuq il-klawsola xtaqt nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AV\" Fil-klawsola 54 -", "(a) Fis-subklawsola (1), minflok il-kliem \"tlett snin\" għandhom jidħlu l-kliem \"sitt snin\";", "(b) Is-subklawsoli (2), (3), (4) u (5) għandhom jitħassru; u", "(c) Minnufih wara s-subklawsola (1) għandha tidħol din is-subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(2) Meta persuna reġistrata tixtri prodott li fuqu tkun tħallset l- ETI u l-ETP u dak il-prodott kien ikun eżentat mill-ETI li kieku kien importat mill-imsemmija persuna għall-finijiet murija fl-Ewwel Skeda li tinsab ma' dan l-Att, li ma tkunx eżenzjoni minn dawk elenkati fil- partita 26 ta' l-Ewwel Skeda, dik il-persuna għandha titqies li jkollha dritt għal ħlas lura bir-rata ta' sittax fil-mija tal-prezz tal-prodott mixtri jew kull perċentaġġ ieħor li jista' jiġi hekk preskritt:", "Iżda dwar il-lukandi, il-ħlas lura qabel imsemmi jkun bir-rata ta' tnax fil-mija jew kull perċentaġġ ieħor li jista' jiġi hekk preskritt.\".", "\"AV\" In clause 54 -", "(a) In subclause (1), for the words \"amount properly payable\", \"of three years\" and \"of the period.\" there shall be substituted the words \"amount payable\", \"of six years\" and \"of the said period.\" respectively;", "(b) subclauses (2), (3), (4) and (5) shall be deleted; and", "(c) immediately after subclause (1) there shall be inserted the following new subclause:", "\"(2) When a registered person buys a product on which ETI and ETP has been paid, and such a product would have been exempt from ETI had it been imported by the said registered person for the purposes set out in the First Schedule to this Act, other than an exemption listed under item 26 of the First Schedule, such person shall be entitled to a refund at the rate of sixteen per cent of the price of the product purchased or such other percentage as may be prescribed:", "Provided that in respect of hotels, the refund aforesaid shall be at the rate of twelve per cent or such other percentage as may be prescribed.\".", "Sur President, dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-emenda li għadni kemm qrajt, din irriferejna għaliha fis-Second Reading u anke matul id- diskussjonijiet li qamu matul il-Committee Stage.", "Permezz ta' din l-emenda qed indaħħlu l-possibbilta' li industrija li tesporta u li tuża jew tixtri materjal supplied jew maħdum f'Malta li hu soġġett għall-ETP jew għall-ETI, talli tkun għamlet dik ix-xirja - dejjem jibqa' l-fatt li industrija bħal din għandha l-possibbilta' li timporta hi direttament dak il-materjal jew prodott mingħajr ma tħallas id-dazju għaliex hija exempt peress li hija industrija ta' l-esportazzjoni - tingħata refund ta' 16% fuq ix-xirjiet li tagħmel.", "Fil-każ ta' lukanda r-refund ikun ta' 12% fuq il-prodotti li hija tixtri minn Malta u li jkunu soġġetti għall-ETI u l-ETP.", "Dan isir għar-raġuni li meta qed nitkellmu fuq xiri minn Malta, tajjeb li naġevolaw imma tajjeb ukoll li nżommu lill-industriji Maltin on a level playing field ma' dak li jista' jiġi f'kompetizzjoni magħhom minn barra.", "Aħna nħossu li fil-fatt il-persentaġġi magħżula huma tali li bħala average għandhom jaġevolaw - naf li l-Onor.", "Dalli jgħid li dan hu arbitrage - u jagħtu inċentiv lill-industrija lokali li jsibu aktar suq fost l-export oriented industries.", "Meta ngħidu export oriented industries ma nkunux qed nirriferu biss għal dawk l-industriji li jesportaw aktar minn 95% tal- produzzjoni tagħhom imma anke għall-industriji li jesportaw ċertu persentaġġ ta' l-output tagħhom u li dik il-parti tal-persentaġġ li huwa esportat tgawdi minn dan ir-refund.", "Fejn jidħlu l-lukandi, kif diġa' spjegajt fis-Second Reading, din hija ta' 12%, fis-sens li l-lukandi għandhom ukoll ir-ristoranti u dawn qegħdin f'kompetizzjoni ma' ristoranti barra l-lukandi li m'humiex parti minn hotel complex.", "Allura ħassejna - u wara diskussjoni mar-rappreżentanti tal-korpi kostitwiti qbilna - li tkun fair li l-lukandi jingħataw vantaġġ jew refund analogu għal dik li jingħataw l-industrija, imma fil-każ tagħhom, peress li għandhom din il-parti mill-istabiliment tagħhom li hija restaurant, biex inkunu qegħdin inżommu level playing field kemm jista' jkun bejnhom u bejn ir-ristoranti barra l-lukandi li ovvjament m'humiex parti minn hotel complex, ir-refund qed nagħmluh ta' 12%.", "Ta' min jgħid ukoll li parti oħra minn din il-klawsola hija adattazzjoni - fl-opinjoni tiegħi adattazzjoni fidila ħafna - ta' Artiklu 56 tal-liġi dwar il-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nerġa' nirrepeti li dawn ir-refunds li qegħdin jingħataw f'din il-klawsola huma meħtieġa għaliex se titneħħa s-sistema tar- refunds awtomatiċi li teżisti llum u minħabba f'hekk għandna dawn il- problemi.", "Allura hawnhekk qegħdin nipprovaw inraqqgħu biex naraw kif se nsolvu dawn il-problemi.", "Biex nifhmu sewwa x'inhu jiġri, hawnhekk qegħdin ngħidu li jekk kumpannija li tesporta tixtri prodott minn Malta u dak il- prodott setgħet timportah mingħajr ETI - jiġifieri hemm dawn iż-żewġ kondizzjonijiet, min qed jixtri jrid ikun export-oriented u l-prodott li se jixtri jrid ikun prodott li kieku ġie mportat dirett minn barra jkun eżenti mill-ETI - allura din tieħu lura 16% tal-prezz bħala kumpens u b'hekk nipprovaw nekwiparaw ix-xiri minn Malta max-xiri minn barra.", "Issa jekk wieħed jassumi li l-prezz net, jiġifieri mingħajr taxxa, huwa l-istess minn barra u minn Malta, l-aġevolazzjoni, jiġifieri l-inċentiv biex jixtri minn Malta huwa ta' 1%, id-differenza bejn 16% u 15%?", "Dan hu li qegħdin ngħidu?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Irridu nagħmluha ċara li aħna m'aħniex nitkellmu biss fuq industrija imma qegħdin nitkellmu wkoll fuq registered persons li għandhom id-dritt li jimportaw minn barra.", "Jiġifieri l-industrija is a subset ta' dawn ir-registered persons li taħt xi liġi jew oħra, bħall-MIBA, per eżempju, għandhom id-dritt li jimportaw minn barra duty free.", "Issa jekk minflok jagħmlu hekk jixtru minn Malta prodotti li huma soġġetti għall- ETI jew għall-ETP, dawn huma ntitolati għal 16% refund.", "GĦalkemm din jiena dejjem nispjegaha in terms ta' export-oriented industries, din tapplika wkoll għal registered persons taħt din il-liġi li taħt xi liġi jew oħra għandhom id-dritt li jimportaw oġġetti u materjal duty free għall-użu tagħhom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu - u qed nirrepeti biex inkun ċar li fhimt - li kull min għandu xi permess mill-gvern jew xi awtorita' oħra governattiva li jimporta oġġetti mingħajr dazju, jekk dan l- istess oġġett jixtrih minn Malta fuqu se jkollu refund ta' 16%.", "Imma din kif se tinħadem?", "Se jkollu refund ta' 16% on the purchase price?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan se jkollu refund ta' 16% fuq il-purchase price ta' dak li jixtri minn Malta.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mela qegħdin ngħidu li dan se jieħu refund ta' 16% fuq il-purchase price.", "Jiġifieri issa d-deċiżjoni li jrid jieħu hija li jrid iqabbel il-prezz tal-local product less 16% mal-prezz li kieku jimportah minn barra mingħajr taxxa.", "Jiġifieri l-prodott minn Malta se nneħħulu t- taxxi li jkunu tħallsu fuq ir-raw material tiegħu, l-ETSs, l-ETPs u spejjeż oħra li qed nikkalkolaw li jammontaw għal 16% u mbagħad min se jixtri jrid iqabbel dak il-prezz mal-prezz li kieku jimportah minn barra.", "Issa se niġi għal-lukandi.", "Fil-każ tal-lukandi, l-argument li l-lukanda għandha r-ristoranti ma jreġix.", "Għaliex?", "GĦaliex aħna issa qegħdin nitkellmu fuq il-prodott u l- loġika hija li prodott magħmul Malta rridu nagħtuh break ta' 16% biex ikun kompetittiv jew biex nipperswadu lil xi ħadd li qed jopera hawn Malta biex jixtri dak il-prodott u mhux prodott minn barra, u din taħdem on a product by product basis.", "Issa jekk il-lukandi għandhom l-għażla li jixtru prodott minn Malta u prodott minn barra, allura biex inkomplu bil-loġika rridu napplikaw l-istess ammont ta' 16%.", "Meta jkolli dawn it-tip ta' problemi, jiena nibda ngħid: GĦalfejn se nagħmilha din?", "What is the objective?", "Fil- fatt x'qed nagħmel?", "I am weighing down the Maltese product biex nekwiparah għad-deċiżjoni ta' x'se nixtri mal-prodott impurtat.", "Issa jekk jixtrihx xi bank offshore, tixtrihx industrija jew tixtrihx lukanda treġi l-istess sitwazzjoni.", "Allura jiena naħseb li huwa żball li fir-rigward tal-lukandi nitkellmu fuq rata ta' 12%.", "Jiena nifhem li l-lukanda tista' tkun qed tikkompeti ma' ristoranti oħrajn pero' m'huwiex dan il-mod kif tneħħi dik il-problema għaliex din qed tagħmilha inqas attraenti għal-lukanda biex tixtri mil-lokal.", "Il-lukanda m'hijiex se tiddeċiedi x'se tixtri skond fejn se tużah, jekk hux f'bedroom jew fir-restaurant, imma se tieħu deċiżjoni fuq il-prodott li se tixtri.", "Jekk jiena, per eżempju, nixtri quilt għal- lukanda rrid inqabbel il-prezz ta' dik il-quilt kieku ġibtha direttament minn barra - u għax jiena lukanda nista' nġiba duty free - mal-prezz li kieku nixtriha minn Malta less 16% kieku jiena fabbrika.", "Jiena ma nafx iniex nimposta l-argument tajjeb pero' l-argument l-istess għandu jreġi u l- loġika tiegħi tgħidli li m'għandux ikun hemm differenza.", "Il- valorizzazzjoni tat-tax impact li rridu nneħħu mill-prodott Malti m'għandux jagħmel differenza skond min se jixtri, u jekk m'aħniex se nagħmlu hekk allura jista' jkun li kulma qed ngħidu huwa li l-lukanda mhux se jkun jaqblilha tixtri prodott lokali imma jkun jaqblilha tixtri direttament minn barra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwelnett hija ħaġa ċara li f'dak li għandu x'jaqsam ma' lukandi ħafna mill-imports u purchases tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' ikel u affarijiet bħal dawn m'hijiex problema.", "Imma meta wieħed iħares lejn it-tip ta' purchases li se jkunu interessati l-aktar fihom, bħalma huma fittings, furnishings, wooden material, għamara curtains etc., hemmhekk jidħol il-kontest kompetittiv vis-a-vis ir-ristoranti lokali, u dan huwa l-punt kollu.", "Issa jekk inti lil-lukandi tagħtihom 16% across the board kif tagħti lill-industrija, m'hemmx dubbju li dak is-16% across the board se jkunu qegħdin jużawh ukoll biex jiffittjaw u jgħammru r- ristoranti tagħhom.", "Allura dawn se jkunu qed jingħataw inċentiv vis-a-vis ir-ristoranti ta' barra u l-aktar mod straight forward li nstab, li kien hemm qbil fuqu u li aċċettaw anke r-rappreżentanti tal-lukandi, huwa li minflok nagħmlu 16% fuq il-lukandi u mbagħad naraw kif se niġbdulhom xi ħaġa lura li ma tagħmilx sens - u ċertament li aħna ma qbilniex li l-istess trattament jiġi estiż lir-ristoranti, jiġifieri li r-ristoranti jkollhom l- istess trattament ta' 16% fis-suq lokali għaliex dawn fil-parti l-kbira jikkejterjaw għas-suq lokali - ikun hemm 12% bħala tnaqqis across the board f'dak li jixtru l-lukandi.", "Dan jagħmel sens u huwa ġustifikat għax wara kollox is-16% japplika wkoll għall-purchases li l-lukandi jagħmlu għar- ristoranti tagħhom across the board on average u dak iservihom biex jagħmlu pont mas-suq lokali.", "Huwa veru li wieħed jista' jgħid li din bħala proċedura jew bħala metodoloġija m'hijiex eleganti biżżejjed jew li hija clumsy jew m'hijiex straight forward imma jiena naraha li għandha s- sempliċita' ta' l-eleganza.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din m'hijiex kwestjoni ta' eleganza imma kwestjoni ta' realta'.", "Jekk il-lukanda timporta prodott direttament minn barra dan il- prodott xorta ETI free se jkun, indipendentement jekk tkunx se tużah fil- kmamar jew fir-ristoranti.", "Hekk jew mhux hekk?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ippermettili punt.", "Il-kalkolu huwa li l-persentaġġi li qegħdin jissemmew jistgħu jkunu ta' inċentiv over and above il-fatt li tidħol straight through.", "Jekk wieħed jagħmel il-kalkoli across the board, jiġifieri mhux fuq ċerti prodotti biss, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-industrija lokali, jista' jasal għall-konklużjoni li 16% u 12% jikkompensaw plus.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiddispjaċini, imma din m'hijiex kwestjoni ta' across the board.", "Din hija sitwazzjoni ta' product by product basis.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk m'hawn l-ebda rabta li l-lukanda jew hu min hu jrid jixtri mil-lokal biex ikun intitolat għal din.", "Jiġifieri lukanda tista' tgħid li oġġett \"A\" jaqblilha tixtrih minn barra u oġġett \"B\" jaqblilha tixtrih minn Malta.", "Jiġifieri din se tinħadem on a product by product basis.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'dawn l-aħħar snin jidher li qed ikun hemm numru ta' industriji u lukandi li kemm jista' jkun b'mod konxju qegħdin jipprovaw jagħmlu local sourcing tal-purchases tagħhom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: J'Alla jkun hekk għax dan ifisser li niżviluppaw lokalment.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma anke meta l-local sourcing ikun marginally inqas kompetittiv minn dak importat għandek is-security of supply għal uħud minnhom.", "Allura hemmhekk, at the margin, nemmen li jista' jkun hemm sourcing policies which go across the board rather than focusing on item by item by item.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qegħdin naqblu pero' l-policies li ttieħdu fl- antik, fejn ħafna nies speċjalizzaw u allura l-kwalita' tagħhom hija ħafna aħjar milli qatt kienet qabel, ġiegħlu lil ħafna lukandi - anke meta jagħmlu l-furnishings - jagħmlu local sourcing.", "Dan huwa tajjeb u għandu jsir pero' li qed nipprova ngħid huwa li dawn it-tip ta' discounts - for want of another word - se jidħlu fil-formula tal-purchasing decision ta' kulħadd.", "Kull deċiżjoni ta' purchasing li wieħed jagħmel tiddependi mill- prodott; jekk hija għamara se jieħu deċiżjoni u jekk huma purtieri se jieħu deċiżjoni separata li tista' tkun ukoll differenti.", "Pero' f'kull deċiżjoni li se jieħu, sew jekk irid jixtri purtieri għar-ristorant ta' lukanda jew inkella jekk irid jixtri purtieri għall-kmamar, fil-formola tad-deċiżjoni tiegħu jekk jimportahom se jimportahom duty free u se jiffranka l-15% kemm jekk huwa ristorant u kemm jekk huwa lukanda.", "Imma dak il-15% huwa l- istess persentaġġ li se tiffranka l-manifattura u li se jiffranka wkoll l- offshore bank.", "Allura issa trid tqabbel x'discount se jingħata mil-lat tal- prodott lokali biex jiġi ekwiparat mad-duty free status ta' barra ħalli tinċentiva lil min se jieħu d-deċiżjoni biex jiddeċiedi.", "Jien ma nistax nitkellem b'mod iktar sempliċi u loġiku minn hekk.", "Fl-opinjoni tiegħi ma tistax tgħid li għaliex hija lukanda tidħol ir-rata ta' 12% u għax hija fabbrika tidħol ir-rata ta' 16%.", "Nifhem ukoll li hemm il-problema tal- kompetittivita' imma dawn huma l-problemi li għandna quddiemna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena naħseb li naqbel mal-konsiderazzjonijiet kollha li semma' l-Onor.", "Dalli pero' mhux neċessarjament niffolowjah meta jgħid li se jkun hemm assessment on a product by product bases fil-mod kif isiru l- affarijiet għaliex is-sourcing jista' jsir fuq bażi aktar wiesgħa jekk ikun hemm xi forma ta' assessments li on average mexjin tajjeb fuqhom u xorta waħda nemmen li t-tactic li sibna, given the constraint li semmejt fuq il-problema tar-ristoranti lokali vis-a-vis il-lukandi, hija raġonevoli.", "Dawn l-affarijiet ma tistax tgħid li huma perfetti għaliex qatt ma jkunu perfetti pero' naħseb li huma raġonevoli u safejn naf jien kemm min-naħa tal-lukandiera u kemm min-naħa tar-ristoranti kulħadd qed iqishom li huma fair fiċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Dan apparti mill-fatt li jekk jidher li ħadna xi granċ fir-ratios li qed nagħmlu, il-liġi tippermetti flessibbilta' li nkunu lesti neżerċitawha f'konsultazzjoni mas- setturi konċernati.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kummenti tiegħi huma biex nieħdu l-argument to it's logical conclusion biex jekk b'dawn it-tip ta' refunds qegħdin nipprovaw nagħmlu xi ħaġa ħalli nirrestitwixxu sitwazzjoni li kienet se tkun detrimentali għall-prodott lokali we go the whole hog u ma nagħmluhiex inqas attraenti għal dan is-settur sostanzjali f'Malta.", "Dan hu l-kumment tiegħi.", "(Interruzzjonijet).", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ippermettili nirreaġixxi fuq dan il-punt.", "Il-liġi tippermetti wkoll ċerta flessibbilta'.", "Jekk jirriżulta li ċerti product sectors m'humiex ta' detriment għar-ristoranti, wieħed jista' anke jvarja dik il-ħaġa product category by product category.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura nagħmluha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma we have to stay loyal to the concepts vis-a-vis ir-ristorantiera u ma nagħtux vantaġġ extra lil-lukandiera.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien qed nifhem u għalhekk I am coming back fejn ma naqblux u mhux fejn naqblu.", "Għalhekk id-distortions li daħħalna huma ħżiena.", "Qabel ma kienx hawn dawn il-problemi; dawn issa daħlu.", "Forsi veru li dan il-lukandiera aċċettawh, pero' finalment il-lukandier se jqabbel fejn jaqbillu, jiġifieri jekk 12% ma tikkonvenilux allura jġib il-prodott minn barra.", "Allura huwa l-local source li se jitlef u mhux il-lukandier.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Li nista' ngħid huwa li in terms tal-policy industrijali tagħna - tal-pajjiż wara kollox - nistgħu nżommu din is- sitwazzjoni taħt konsiderazzjoni u nkunu lesti b'mod flessibbli li nagħmlu adjusting skond iċ-ċirkostanzi li jinqalgħu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Safejn naf jien, subklasola 54 (2) li qiegħda tiġi mħassra - għaliex l-emendi l-oħra ma tantx dħalt fihom - kienet l-unika subklawsola li torbot lid-direttur li jħallas ir-refunds f'ċertu żmien.", "Issa ma nafx jekk hijiex qiegħda tiġi transposed x'imkien ieħor.", "(Interruzzjonijiet.)", "Ladarba qegħdin jgħiduli li qiegħda tiġi transposed allura m'hemmx problema.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AV\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 54 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 54, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 55 - Mgħax fuq ħlas lura li jsir tard.", "Clause 55 - Interest on late refunds.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, mill-ġdid f'din il-klawsola għadna għaddejjin fuq kif se jsiru r-refunds u x'jiġri meta jkun hemm late refunds.", "Din hija adaptation oħra ta' Artiklu 56 tal-liġi dwar il-VAT u hija riferibbli anke għall-punt li għadu kemm tqajjem mill-Onor.", "John Dalli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 55.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 55 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 56 - Ħelsien mit-taxxa.", "Clause 56 - Relief from tax.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-klawsola titkellem dwar kif jingħata r-relief mit-taxxa u x'inhuma l-mekkaniżmi li bihom tingħata.", "Anke din il-klawsola hija meħuda mil-liġi dwar il-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk ukoll se nagħmel kumment amministrattiv u I'm not going to harp on the point.", "Safejn naf jien il-liġi tal-VAT kienet tħalli lid-direttur fid-diskrezzjoni li jnaqqas u jaħfer it-taxxa addizjonali f'ċerti każijiet biss u mhux fil-każijiet kollha.", "Issa din il- klawsola qiegħda tagħtih din id-diskrezzjoni fil-każijiet kollha.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Irrid ngħid li meta konna qegħdin naħdmu l-liġi tal-VAT qgħadna attenti li ma nidħlux fl-istess problemi ta' l-Income Tax Act fejn il-prassi fid-dipartiment kienet li jwaħħlu taxxi addizjonali enormi li mbagħad saru daħka għaliex kulħadd kien jaf li kif tmur tkellimhom minn Lm10,000 jinżlulek għal Lm1!", "GĦalhekk jiena dejjem kont ninsisti li m'għandniex nidħlu f'dawn il-ħmerijiet imma li kemm jista' jkun għandna nagħmlu taxxi addizjonali u penali li jkunu reasonable imma li jiġu enforzati.", "Kienu jagħmlulek penali ta' Lm10,000 jew Lm20,000 u lanqas kont tilħaq tiftaħ ħalqek li ma jniżluhielekx għal Lm1!", "L-affarijiet mhux hekk għandhom ikunu.", "Fl-opinjoni tiegħi din m'hijiex serjeta'.", "Jien m'iniex qed ngħid li dawn l-affarijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur.", "Dawn l- affarijiet ilhom isiru s-snin u li konna pprovajna nagħmlu kien li ma nħallux sistema li tista' tiddeġenera ruħha fl-istess mod.", "Dan hu l-appell li rrid nagħmel.", "Aħna rridu nibqgħu għaddejjin imma jekk jista' jkun fl- amministrazzjoni jrid ikun hemm ċerta serjeta' li jekk hemm penali dawn ikunu raġonevoli u executable u ma jkunx hemm logħob magħhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena naqbel ma' l-Onor.", "Dalli fuq din il-ħaġa, Sur President, pero' nemmen li dak li qegħdin nippreżentaw ma jmurx kontra dak li qed jgħid hu, anzi jippreservah.", "Inċidentalment għandi emenda li jmissni ddikjarajtha qabel u li tgħid:", "\"AW\" \"Minflok il-klawsola 56 għandu jidħol dan li ġej:-", "\"56.", "Id-Direttur jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, inaqqas jew jaħfer taxxa addizzjonali li tista' tiġi stmata jew imposta skond dan l- Att.\".", "\"AW\" For clause 56 there shall be substituted the following:-", "\"56.", "The Director may in his discretion mitigate or remit any additional tax which may be assessed or imposed under this Act.\".\".", "Aħna neħħejna l-kliem \"other than additional tax imposed under subsection (1) of section 46 of this Act\" għaliex qalulna li dik kienet superfluwa u kif inhi issa hija ħafna aktar ċara u ma tapplikax għall-interessi u penal taxes li huma kkontemplati f'sezzjonijiet oħra tal-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-parti li neħħejna kienet tillimita d-diskrezzjoni tad-direttur.", "Issa neħħejna l-limitu tad-diskrezzjoni u jista' jaħfer kollox.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li l-punt ta' l-Onor.", "Dalli huwa korrett u għalhekk nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex din l-emenda tiġi rtirata u tibqa' kif kienet qabel.", "L-amministraturi jkunu jridu aktar saħħa f'idejhom biex ikunu jistgħu jenforzaw il-liġi aħjar imma jkun hemm żmenijiet fejn imbagħad ma tridx tagħtihom kollox f'idejhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda AW ġiet irtirata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 56.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 56 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 57 - Arranġamenti internazzjonali.", "Clause 57 - International arrangements.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq arranġamenti internazzjonali li għandhom x'jaqsmu ma' kif se tapplika u ma tapplikax it- taxxa vis-a-vis refunds u vis-a-vis obbligi oħra.", "Ħafna minnha hija adattazzjoni ta' Artiklu 57 tal-liġi dwar il-VAT, kważi bl-istess terminoloġija u l-istess mod kif kienet ġiet ippreżentata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 57.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 57 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 58 - Nuqqas ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni, jew li jinżammu jew jingħataw records u denunzji.", "Clause 58 - Failure to apply for registration to keep or deliver records and returns.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar meta jkun hemm failure li wieħed japplika għar-reġistrazzjoni jew iżomm jew jiddeliverja r-records jew ir-returns kif suppost.", "Fil-fatt għal din il- klawsola għandna emenda żgħira li tgħid hekk:", "\"AX\" Fil-klawsola 58, minflok il-kliem \"mill-Qorti:-\" għandhom jidħlu l- kliem \"mill Qorti.\" u l-proviso li hemm warajha għandu jitħassar.", "\"AX\" In clause 58, for the words \"by the Court:\" there shall be substituted the words \"by the Court.\" and the proviso thereafter shall be deleted.", "Sur President, ninsab informat li din hija meħuda verbatim minn Artiklu 62 tal-liġi dwar il-VAT, biss żidna l-multi u l-penali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AX\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 58 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 58, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 59 - Nuqqasijiet f'records, denunzji, fatturi u transazzjonijiet.", "Clause 59 - Irregularities in records, returns, invoices and transaction.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola titkellem dwar irregolaritajiet fir- records, fir-returns, fl-invoices u anke fit-transazzjonijiet li jistgħu jsiru.", "L-istess bħall-klawsola ta' qabel, din hija meħuda mil-liġi dwar il-VAT, din id-darba minn Artiklu 63.", "Hemm ukoll xi emendi għal dawk li huma multi, li ovvjament huma aktar għoljin.", "F'isem il-Prim Ministru se nipproponi emenda għal din il-klawsola li taqra kif ġej:", "\"AY\" It-test Malti tal-klawsola 59 għandu jiġi emendat kif ġej:-", "(a) Minflok il-kliem \"59.", "Kull persuna li xjentement - (a) tonqos\" għandhom jidħlu l-kliem \"59.", "Kull persuna li - (a) xjentement tonqos\"; u", "(b) Fil-paragrafi (e) u (f) minflok il-kelma \"fiskali\" kull fejn tinsab għandhom jidħlu l-kliem \"ta' taxxa\".", "\"AY\" In the Maltese text of clause 59: -", "(a) For the words \"59.", "Kull persuna li xjentament - (a) tonqos\" there shall be substituted the words \"59.", "Kull persuna li - (a) xjentement tonqos\"; and", "(b) In paragraphs (e) and (f) for the word \"fiskali\" wherever it occurs there shall be substituted the words \"ta' taxxa\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nerġa' nfakkar li m'hemmx kummenti fuq dawn il- provisions għaliex huma meħudin mil-liġi eżistenti tal-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AY\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 59, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 59, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 60 - Ħtija regolari.", "Clause 60 - Regular convictions.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola titkellem dwar regular convictions, jiġifieri dwar min ikun għamel ċerti offiżi kontra l-operat tad- dipartiment.", "Din saret fuq suġġeriment tal-VAT Department innifsu għaliex jirriżulta li kien hemm regular offenders li diversi drabi ġew jaqgħu u jqumu u bħala legislators ħarisna anke lejn il-UK enforcement powers ta' l- 1986.", "Jiġifieri din għamilniha biex ikun hemm aktar serjeta' għal min ikun regolari fl-offiżi tiegħu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk waqt il- konsultazzjonijiet li saru kienx hemm xi ħadd li ppropona jew inkella oppona għal din il-klawsola?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: GĦaIl-klawsola speċifikament le, għalkemm kien hemm xi suġġerimenti minn korpi kostitwiti biex inkunu xi ftit iktar ġenerużi f'dawn l-affarijiet, pero' aħna sostnejna l-argument li dak li qed nagħmlu ma vvintajniehx aħna minn żniedna imma biex ngħid hekk huwa parti mill- istandard ta' leġislazzjoni internazzjonali.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Qed nifhem tajjeb li l-ebda korp kostitwit ma oġġezzjona jew oppona għal din il-klawsola?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le.", "Jien naħseb li kont ċar fl-ispjegazzjoni tiegħi.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Qed nagħmel din il-mistoqsija għax huwa importanti li for the record inkunu nafu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien m'iniex qed indur mal-lewża.", "Li qed ngħid hu li jekk niftakar sew sal-ġimgħa li għaddiet stess, meta kellna l- konsultazzjonijiet, kien hemm min talab li dawn il-klawsoli jiġu riveduti għax deherlu li kienu draconian.", "GĦalhekk aħna erġajna ħarisna lejhom imma iktar saħħaħna l-fehma tagħna għax rajna li ma konna qed nagħmlu xejn li tmur 'il hinn minn dak li jagħmlu pajjiżi Ewropej oħrajn.", "Fil-fatt, kif għidt diġa', din il-klawsola hija very much in line ma' l-enforcement power tal-liġijiet li għandhom ġewwa l-Ingilterra, liema liġijiet għaddewhom madwar għaxar snin ilu.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien ninsab konxju tal-fatt li meta kienet dieħla l- VAT ir-retailers partikolarment tant kienu ħaduha bi kbira li, jekk tiftakar, Onor. Brincat, kienu ħarġu b'karikatura f'pubblikazzjoni lokali.", "(Interruzzjonijiet) Allura llum, ladarba s'issa donnu ħadd ma oġġezzjona, nista' nitolbok li temenda subklawsola 60 (2), speċjalment fejn hemm li \"... il-Qorti għandha tordna s-sospensjoni għal żmien determinat ta' mhux inqas minn ġimgħa ...\"?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna ħassejna li dan m'huwiex xi item li għandna nagħmlu kompromess fuqu imma jekk għandek xi oġġezzjoni għal dan aħna lesti li nisimgħuh.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien naħseb li din id-deċiżjoni ma ħaduhiex l- esperti imma ħadtuha intom, jiġifieri din id-deċiżjoni kienet waħda politika.", "Qabel intom kontu tgħidu li l-Gvern Nazzjonalista jqis lis- sidien tal-ħwienet ħallelin imma issa dan nistgħu ngħiduh għalikom u għalhekk ikun aħjar jekk toqogħdu attenti f'dan ir-rigward għax illum intom qed tkomplu żżidu fuq dak li kien hemm.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, id-differenza fundamentali hi li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista r-retailers kienu tax collectors u issa bil- bdil li se nagħmlu, permezz ta' din il-liġi, dawn mhux se jibqgħu iktar tax collectors.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: GĦalkemm issa mhux se tħalluhom jiġbru t-taxxi se tagħtuhom piż ikbar.", "Issa intom lir-retailers qed tqisuhom iktar minn kriminali!", "Jekk dawn mhux se jibqgħu tax collectors għaliex se tgħabbuhom b'dan il-piż kollu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, ma għandix xi nżid fuq dan ir-rigward.", "Kif diġa' għidt, rigward din il-klawsola aħna qegħdin in line mal- leġislazzjoni Ewropea.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Ministru qed jgħid kontradizzjoni hawnhekk għaliex l- ewwel qed jgħid li r-retailers mhux se jibqgħu tax collectors, jiġifieri mhux se jibqa' jkollhom il-flus f'idejhom, u mbagħad qed jgħid li min ma jagħtix riċevuta se jingħalaqlu l-ħanut.", "Din x'kontradizzjoni hi!", "Jekk lil dawn se neħilsuhom mill-ġbir tal-VAT issa kif se nagħlqulhom il-ħanut jekk ma jagħtux riċevuta!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Sur President, jien xtaqt inkompli nitkellem fuq dan il-punt għaliex ġieli jibda jidħolli d-dubju li ċertu tibdil kważi sar għall-gost.", "Qed ngħid dan għax, per eżempju, fejn qabel kien hemm priġunerija ta' sentejn, klawsola 62 li se nitkellmu fuqha iktar 'il quddiem qed tqassar dan iż-żmien - fil-fatt hemm ukoll fejn iż-żmien twal - għal mhux iżjed minn tliet xhur.", "Frankament in-naħa l-oħra m'hijiex qed tgħid għalfejn qed tagħmel dan it-tibdil ħlief li biex niġu in line ma' liġijiet oħra Ewropej.", "Jien s'issa għadni ma nafx għal liema liġijiet qed jirriferu u għalhekk għadni ma fhimtx ir-raġuni li għaliha sar dan it- tibdil.", "Apparti minn hekk xtaqt ngħid ukoll li għalkemm klawsola 60 tgħid li s-sospensjoni ta' liċenzja, permess, warrant jew awtorizzazzjoni oħra ma għandhiex tkun ta' inqas minn ġimgħa, ma tgħidx kemm l-aktar li tista' tkun, bil-konsegwenza li issa jekk il-qorti ma teħux grazzja ma' xi ħadd - aħna nafu li l-forka qiegħda għall-iżvinturat - din tista' teħodlu l- liċenzja anke għal dejjem.", "Issa hawn biex nallaċċja ma' dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Dalli rrid ngħid li għallinqas fit-teorija qed ngħidu li l-operatur ekonomiku mhux se jibqa' tax collector u għalhekk suppost li l-piena għal dan in- nuqqas b'din il-liġi tonqos u mhux tiżdied.", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn qed nagħtu l-poter lill-maġistrat li lil min jinstab ħati jeħodlu l- liċenzja anke għal dejjem.", "Jien naħseb li jkun aħjar jekk ma nidħkux bina nfusna billi nsemmu l-perijodu ta' ġimgħa għaliex xorta ma għandna rabta ta' xejn hawnhekk.", "Fil-fatt qed niskanta ħafna kif ma kien hemm l-ebda reazzjoni sostanzjali dwar dan, partikolarment mill-GRTU, għaliex li xi ħadd jgħid lill-Gvern biex jerġa' jaħsibha hija storja differenti milli jkun hemm reazzjoni daqsxejn iktar sostanzjali.", "Qed ngħid dan għax hawnhekk qed nilagħbu bil-ħobżna ta' kuljum.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, aħna konxji mill-fatt li għandu jkun hemm enforcement u tant hu hekk li klawsoli 58 u 59 għaddejnihom.", "Jien inħoss li jkun aħjar jekk for the record nenfasizza li aħna nemmnu fil- moralita' fiskali u dażgur li nemmnu fl-enforcement.", "Aħna li qed ngħidu huwa li la r-retailers mhux se jibqgħu tax collectors m'għandux ikollhom żieda fil-pieni.", "Ir-riċevuta fiskali kienu jgħidu li kienet ħażina imma llum din ġiet carried over u saret tifforma parti importanti minn dan l- abbozz ta' liġi u minħabba din iċ-ċirkostanza aħna nħossu d-dmir li nopponu għad-deċiżjoni tal-Gvern, hi x'inhi l-liġi Ewropea.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Rigward il-punt li tqajjem dwar dik il-parti li tgħid \"... għal żmien determinat ta' mhux inqas minn ġimgħa ...\", se nikkonsulta ruħi ma' l-esperti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fir-realta', permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, il- Gvern qed jurina l-ħmara u jqabbżilna d-debba għaliex għalkemm qed ngħidu li r-retailers m'humiex tax collectors il-verita' hi - minn hawn toħroġ il- verita' - li lil dawn irridu ngħallquhom għaliex issa t-taxxa se tiġi kkontrollata minn kemm se jbigħu għal kemm se jixtru u dan minħabba li dawn se jħallsu t-taxxa fuq dak li jixtru qabel ma jiġbruha.", "Illum ir-retailers qed iħallsu t-taxxa wara li jiġbruha imma b'dan l-abbozz ta' liġi s- sitwazzjoni tagħhom se ssir ħafna agħar għaliex se jkollhom iħallsu t-taxxa qabel ma jiġbruha.", "Sur President, ma' dan irrid ngħid ukoll li mhux veru li r-retailers mhux se jibqgħu tax collectors.", "Tant hu hekk li dan l-abbozz ta' liġi qed jorbothom b'regolamenti u b'pieni, fosthom li jagħlqilhom il-ħanut, jekk ma jagħtux riċevuta.", "Jien m'iniex kontra l-enforcement - jekk ġejt akkużat għal xi ħaġa żgur li ma ġejtx akkużat li jien kontra l-enforcement - pero' jien kontra li ma ngħidux l-affarijiet kif inhuma.", "Fil-fatt jien għalhekk qed noġġezzjona għal dawn it-tip ta' klawsoli u mhux għax jien kontra li fil-pajjiż ikun hawn l-enforcement.", "Jien favur li jkun hawn enforcement qawwi fil-pajjiż pero' jien kontra l-ingann u kontra li lin-nies ngħidulhom li huma meħlusin minn kollox pero' jekk jiżbaljaw jinqatlu bil-ġuħ, kif qed jingħad f'din il-klawsola.", "Fil-fatt din il-klawsola qed turi x'qed nagħmlu u li qed nagħmlu huwa li qed ngħidu lil tal-ħwienet li se naqtgħulhom il- ħobżna ta' kuljum.", "Jekk il-Gvern qed jgħid li lir-retailers neħħilhom kull responsabbilta' ta' taxxa, għalfejn qed iħoss il-bżonn li jagħmlilhom dan il-piż?", "Irrid nerġa' nenfasizza li jien m'iniex kontra l-enforcement fi kwalunkwe każ pero' nixtieq li verament nifhem il-bżonn ta' din il- klawsola, ġaladarba lir-retailers suppost li neħħejnielhom il-piż kollu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien naħseb li l-qofol ta' dan kollu huwa dwar regular offenders, jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu dwar xi ħadd li jagħmel iktar minn erba' offiżi f'24 xahar.", "GĦalhekk hawn irridu nagħmlu distinzjoni bejn dak li jagħmel offiża waħda jew tnejn u ieħor li jagħmel l- offiżi b'mod konsistenti.", "Fil-fatt lanqas il-leġislatur ma ġibdilna l- attenzjoni dwar dan u l-uniku uffiċċju li ġibdilna l-attenzjoni dwar dan kien il-VAT Department li qalulna li prattikament il-liġijiet preżenti donnhom ma jagħmlux distinzjoni bejn minn ikun għamel żball darba - żball jista' jagħmlu kulħadd - u bejn xi ħadd li jkun qed jabbuża regolarment b'mod li kważi jkun qed jagħmilhom with impunity.", "Fil-fehma tagħna l-uniku punt li ta' min wieħed iħares lejh għat-tieni darba huwa dak li semma l- Onor. Hyzler meta qal li għalkemm fi klawsola 60 insibu li s-sospensjoni ma tridx tkun ta' inqas minn ġimgħa ma tgħidx kemm tista' ddum l-iktar u għalhekk aħna lesti li nemendaw din il-klawsola biex tiġi li s-sospensjoni tkun not more than one month and not less than one week.", "Għalhekk, Sur President, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nipposponu din il-klawsola sakemm titlesta l-emenda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 61 - Tfixkil ta' uffiċjali.", "Clause 61 - Obstruction of officials.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Klawsola 61 tittratta dwar tfixkil ta' uffiċjali fil- qadi ta' dmirijiethom.", "Din il-klawsola hija standard u ħadniha minn Artiklu 64 tal-liġi dwar il-VAT, pero' rrid ngħid li jidher li kien hemm awment fil-kwestjoni tal-penali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Filwaqt li fil-liġi dwar il-VAT il-multa kienet minn Lm10 sa Lm100 u l-priġunerija kienet ta' tliet xhur, issa l-multa żdiedet minn Lm200 sa Lm1,000 u l-priġunerija telgħet għal sitt xhur.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi jekk inħassitx xi ħtieġa għal dan l-awment għaliex frankament jien ma nifhimx li din il-bidla saret biss biex niġu in line mal-liġijiet Ewropej u mhux għax, per eżempju, l-esperjenza tal-liġi dwar il-VAT uriet li din il-bidla kienet meħtieġa.", "Issa, għallinqas fit- teorija, ir-retailer mhux se jkollu iżjed flus tal-gvern għaliex dawk il- flus se jkun diġa' għaddihom meta jkun xtara l-prodotti.", "L-agħar ipotesi hija li ma jkunx ta l-biljett tal-lotterija, jiġifieri dan in-nuqqas huwa marbut biss mal-fatt - għallinqas hekk qed nipprovaw nibilgħuha - li ma jkunx ta l-biljett tal-lotterija.", "Kif għidt diġa', jekk ir-retailer ikun ħallas lill-wholesaler dan diġa' jkun ħallas it-taxxa tal-gvern u għalhekk imbagħad ma jkollux iktar flus f'idejh, jiġifieri at this point il-pieni kien imisshom jonqsu u mhux jiżdiedu.", "Jekk il-Ministru jikkonvinċini li l- liġijiet Ewropej huma in line ma' dan inbaxxi rasi imma m'iniex konvint li dan huwa l-każ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bir-rispett kollu din ma tridx tħares lejha mil-lenti ta' avukat.", "Jien m'iniex qed ngħidlek dan b'xi preġudizzju kontra l- professjoni tagħkom imma għalkemm m'iniex daqshekk familjari mal-qrati jirriżultali li fil-prattika ħafna drabi jiġri li l-maġistrati japplikaw il- minimum tas-sentenza u għalhekk l-effett ta' l-element deterrenti li kien hemm f'dan ir-rigward ma kienx qed jinħass.", "Aħna m'aħniex qed inżidu dawn il-pieni biex nitfgħu lin-nies il-ħabs jew biex nimponu xi pieni bħal dawn imma biex għallinqas wieħed iħoss li quddiemu verament għandu deterrent.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Sur President, lili li jinkwetani huwa l-fatt li l-ewwel nilleġislaw u mbagħad nipprovaw inbenġlu dak li nkunu lleġislajna.", "Ftit ilu kont qed nisma' programm li kienu qed jieħdu sehem fih l-Onor.", "Lino Spiteri, l-Onor.", "John Dalli, is-Sur Vince Farrugia u xi ħadd għan-naħa ta' l-FOI - fil-fatt f'dan il-programm inqalgħet il-kwestjoni taż-żieda fil- priġunerija għall-ewwel darba - u l-Onor.", "Spiteri kkummenta li għalxejn qed indaħħlu l-ħabs hawnhekk għax kulħadd jaf li jekk akkużat iqabbad żewġ avukati tajba żgur li ma jmurx il-ħabs, lanqas jekk ikun akkużat bi qtil.", "Sur President, jien ma nħossx li din hija serjeta' għax issa jew se nilleġislaw biex il-liġi tiġi inforzata jew se nilleġislaw biex il-liġi ma tiġix inforzata.", "Issa jien m'iniex nifhem l-iskop ta' dan it-tibdil fil- pieni.", "Kieku l-Onor.", "Membri tan-naħa tal-Gvern qalulna li rridu nżidu l- pieni għax, per eżempju, taħt ir-reġim tal-VAT ġew akkużati 3,000 ruħ u minnhom ġew illiberati 2,700 u l-oħrajn il-maġistrat tħassarhom u ma tahomx il-piena li kien jistħoqqilhom forsi kont nifhimha, imma jien din m'iniex konvint minnha anzi pjuttost ...", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif għidt diġa' jien m'iniex midħla ta' dawk il- quarters imma l-multa ta' Lm10 kienet saret xi ħaġa ta' kuljum u għalhekk aħna nħossu li għandu jkun hemm verament deterrent serju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 61.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 61 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 62 - Reat ġenerali.", "Clause 62 - General offence.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola qed tittratta dwar offiżi ta' natura ġenerali u fil-fatt din hija meħuda minn Artiklu 66 tal-liġi dwar il-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Din il-klawsola qed tkompli turi li hawn kontradizzjoni għaliex fejn qabel konna qed ngħidu li hemm bżonn nagħfsu l- pieni issa f'din il-klawsola qed ngħidu l-kontra.", "F'partijiet oħra tal- liġi żidna l-pieni u hawnhekk għal xi raġuni jew oħra - lanqas jien ma rrid niġi interpretat li jien kontra l-enforcement - naqqasna l-piena ta' priġunerija, minn sentejn - kif inhi fil-liġi dwar il-VAT - għal tliet xhur.", "Jekk il-Ministru jagħtina r-raġuni għal dan jien l-ewwel wieħed inkun nista' ngħidlu fair enough.", "Kien hemm xi każijiet fejn kienu qegħdin jaħarbulna?", "Jien kont nippretendi li din kellha tkun ix-xibka ta' l-aħħar, fis-sens li jekk ħarabli minn kullimkien qed naqbdu hawnhekk.", "Mela allura fit-teorija din għandha tkun l-iktar waħda iebsa biex jekk ma nsibx fuqhiex naqbad, naqbad fuq din.", "Sur President, dwar dan is-suġġett jien għadni sal-lum skantat kif ma kienx hemm reazzjoni mill-partijiet interessati, anke fid-dawl ta' dik ir- rivista li rrifera għaliha l-kollega tiegħi l-Onor.", "Vassallo fejn inġabet karikatura ta' bojja - għalkemm ma tantx hemm xebh naħseb li dawn kienu qed jirriferu għall-ex-Ministru Dalli - u ħarġu b'ċerta vjolenza fuqha.", "Hawn irrid infakkar li dan kien lejliet li sar l-istrajk ġenerali.", "GĦalhekk issa qed niskanta kif qed jiżdiedu l-multi u f'ċerti każijiet anke l- priġunerija u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ir-raġuni li għaliha saru ċerti emendi hija li, kif spjega tajjeb il-Ministru, kienu qed jiġu applikati l-pieni minimi u dawn kienu baxxi.", "Rigward ir-reat ġenerali li jissemma fi klawsola 62 irrid ngħid li l-piena minima diġa' hija xi ftit iebsa u għalhekk ħallejnieha kif kienet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Kif għidt diġa', b'din il-liġi r-retailer se jkollu inqas responsabbilta' għax minħabba li l-flus ikun diġa' għaddihom lill-gvern meta jkun ħallas lill-wholesaler, meta jbigħ mhux se jirċievi flus tal-gvern u r-responsabbilta' prinċipali tiegħu se tkun li jagħti l- biljett tal-lotterija, jiġifieri r-riċevuta.", "GĦalhekk m'iniex nifhem il- loġika wara l-idea li l-pieni qed jiżdiedu minflok jonqsu.", "Jien nista' jifhem l-argument li l-piena minima ta' Lm10 hija baxxa u għalhekk jenħtieġ li tittella' xi ftit pero' hawn mhux il-minimum biss qed jogħla imma anke l- maximum, li ma kienx qed jiġi applikat.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-prattika kienet qed turi li l-maġistrati kienu iktar disposti li jersqu lejn il-minimum imma la togħla l-piena minima bilfors trid togħla l-piena massima wkoll.", "GĦalhekk b'dan il-mod aħna ssalvagwardajna l-minimum ceiling.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 62.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carrried.", "Klawsola 62 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 63 - Reati minn uffiċjali ta' korpi ta' persuni u minn prinċipali u diretturi.", "Clause 63 - Offences by officers of bodies of persons and by employers and directors.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tirrigwarda offiżi li jistgħu jsiru minn uffiċjali jew bodies of persons u anke min-naħa ta' min iħaddem u d-diretturi.", "Fil-fatt aħna ħassejna li dwar dan, kellna nimxu fuq Artiklu 67 tal-liġi dwar il-VAT.", "Pero', f'isem il-Prim Ministru se nressaq emenda għat-test Ingliż li tgħid hekk:", "\"AZ\" Fit-test Ingliż tal-klawsola 63, minflok il-kliem \"63.(1) When\" għandhom jidħlu l-kliem \"63.(1) Where\".", "\"AZ\" In clause 63, for the words \"63.(1) When\" there shall be substituted the words \"63.(1) Where\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: M'hemmx rimarki ħlief li ovvjament dan huwa każ fejn l-ikkopjar mil-liġi dwar il-VAT sar ħażin.", "Voldieri fil-liġi dwar il- VAT kienet \"where\" u hawnhekk ġiet ikkopjata ħażin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AZ\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 63 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 63, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 60 - Ħtija regolari.", "Clause 60 - Regular convictions.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għall-klawsola 60 nipproponi din l- emenda f'isem il-Prim Ministru:", "\"BA\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 60, minflok il-kliem \"ta' mhux inqas minn ġimgħa\" għandhom jidħlu l-kliem \"ta' mhux inqas minn ġimgħa u mhux iżjed minn xahar\".", "\"BA\" In subclause (2) of clause 60 for the words \"of not less than one week\" there shall be substituted the words \"of not less than one week and not more than one month\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BA\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 60, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 60, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 64 - Prosekuzzjoni.", "Clause 64 - Prosecution.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tirrigwarda l- prosekuzzjoni.", "Fil-fatt hawnhekk imxejna fuq Artiklu 68 tal-liġi dwar il- VAT, biss għandna emenda għall-aħħar subklawsola u din se nipproponiha f'isem il-Prim Ministru:", "\"BB\" Fis-subklawsola (6) tagħha, il-kliem \"(minbarra f'illi jsemmi l-fatti li jikkostitwixxu r-reat)\" għandhom jitħassru, u minnufih wara s- subklawsola għandu jidħol dan il-proviso li ġej:", "\"Iżda d-Direttur jew uffiċjal ieħor kif imsemmi qabel jista' jsemmi l- fatti li jikkostitwixxu r-reat qabel ma jagħti xhieda.\".", "\"BB\" In subclause (6) thereof, the words \"(other than that of stating the facts constituting the offence)\" shall be deleted, and immediately after the subclause there shall be inserted the following proviso:", "\"Provided that the Director or other officer as aforesaid may state the facts constituting the offence before giving evidence.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BB\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 64, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor.Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 64, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 65 - Multa f'każ ta' kompromess.", "Clause 65 - Compromise penalty.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tittratta dwar penali ta' kompromess u hija meħuda mil-liġi dwar il-VAT, speċifikament minn Artiklu 69.", "F'isem il-Prim Ministru se nipproponi emenda għat-test ta' din il-klawsola li tgħid hekk:", "\"BC\" Fit-test Ingliż tas-subklawsola (1) tagħha minflok il-kliem \"with the said offender\" għandhom jidħlu l-kliem \"with the offender\".", "\"BC\" In subclause (1) thereof for the words \"with the said offender\" there shall be substituted the words \"with the offender\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola wkoll ittieħdet mil-liġi dwar il-VAT ħlief għall-fatt li tneħħa proviso li kien jgħid hekk:", "\"Provided that any forfeiture contemplated in this Act as a consequence to an offence to which section 65 of this Act applies and to which the agreement relates shall, notwithstanding such agreement, still take effect unless the offender elects to pay also to the Commissioner a sum equivalent to the value of the goods liable to such forfeiture together with any amount of tax due thereon.\".", "Artiklu 65 tal-liġi dwar il-VAT kien jitkellem dwar l-importazzjoni, u l- proviso li għadni kemm ikkwotajt kien jgħid li, anke jekk kien hemm xi ħaġa fuq l-importazzjoni, din riedet titħallas ukoll lill-commissioner qabel ma dan ikun jista' jagħmel compromise penalty fuq xi akkużi oħrajn.", "Għalfejn neħħejnih dak il-proviso?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-drafters qed jikkonfermawlna li dan tneħħa fuq suġġeriment tal-VAT Department innifsu li kienu sabuha aktar konvenjenti li ma tibqax inkorporata fil-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BC\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 65 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 65, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 66 - Reati li għandhom x'jaqsmu ma' importazzjonijiet taxxabbli.", "Clause 66 - Offences relating to taxable importations.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola tittratta dwar offiżi relatati ma' importazzjonijiet taxxabbli.", "Din ukoll hija meħuda mil-liġi dwar il-VAT, preċiżament minn Artiklu 65.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 66.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 66 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 67 - Tqassim u notifika ta' avviżi, eċċ. Clause 67 - Delivery and service of notices, etc.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola li hija l-ewwel waħda fit-Taqsima XIII tittratta dwar id-delivery and service of notices, eċċ. Hawnhekk ukoll għandna emenda - qed inressaqha f'isem il-Prim Ministru - li taqra kif ġej:", "\"BD\" Fis-subklawsola (6) tagħha, minflok il-kliem \"dan is- subartikolu, is-Sibt\" għandhom jidħlu l-kliem \"dan is-subartikolu, taħbat is-Sibt\".", "\"BD\" In the Maltese text of subclause (6) thereof, for the words \"dan is- subartikolu, is-Sibt\" there shall be substituted the words \"dan is- subartikolu, taħbat is-Sibt\".", "Għalkemm din il-klawsola as such hija ġdida, fil-fatt parti sostanzjali minnha hija meħuda minn Artiklu 58 tal-liġi dwar il-VAT u kellna wkoll input min-naħa tal-korpi kostitwiti fuqha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BD\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 67 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor.Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 67, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 68 - Rappreżentanti.", "Clause 68 - Representatives.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tittratta dwar representatives u hija wkoll merfugħa mil-liġi dwar il-VAT, preċiżament minn Artiklu 59.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 68.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 68 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 69 - Mgħax.", "Clause 69 - Interest.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tittratta dwar interest, tittratta dwar l-Income Tax Act u l-Income Tax Mangement Act ta' l-1994 u hija meħuda minn Artiklu 60 tal-liġi dwar il-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 69.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 69 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 70 - Setgħa għal eżenzjoni u għall-għemil ta' regolamenti.", "Clause 70 - Power to exempt and make regulations.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tittratta dwar il- poter li jsiru eżenzjonijiet u regulations u hija meħuda minn Artiklu 61 tal-liġi dwar il-VAT b'ċerti adattazzjonijiet.", "Bażikament il-ħsieb kien iktar wieħed ta' consolidation.", "Hawnhekk, f'isem il-Prim Ministru, se nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"BE\"Fi klawsola 70:", "(a) fil-paragrafu (e) tas-subklawsola (2), minflok il-kliem \"ta' l- imsemmija attivitajiet taxxabbli;\" għandhom jidħlu l-kliem \"ta' l- imsemmija attivitajiet tan-negozju;\" u minnufih wara għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:-", "\"(f) jeħtieġ li jkun hemm il-mezzi u l-makni li bihom il-persuni reġistrati għandhom jaħżnu, jipproċessaw u jipproduċu dokumenti u tagħrif ieħor.\", u l-kliem \"u kull regolamenti bħal dawk japplikaw minkejja kull ħaġa kuntrarja li tinsab f'dan l-Att.\" għandhom jitħassru;", "(b) is-subklawsola (3) għandha titħassar; u", "(c) is-subklawsola (4) għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala s- subklawsola (3) tagħha.", "\"BE\"In clause 70:", "(a) in paragraph (e) of subclause (2), for the words \"of the said taxable activities,\" there shall be substituted the words \"of the said business activities;\" and immediately thereafter there shall be added the following new paragraph:-", "\"(f) requiring the means and the machines whereby registered persons are to store, process and produce documents and other information.\", and the words \"and any such regulations shall apply notwithstanding anything to the contrary contained in this Act.\" shall be deleted;", "(b) subclause (3) shall be deleted; and", "(c) subclause (4) shall be renumbered as subclause (3) thereof.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BE\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 70 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 70, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 71 - Tħassir ta' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud u riżerva.", "Clause 71 - Repeal of the Value Added Tax Act, 1994 and saving.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tikkonċerna r-repeal ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u riżerva.", "Hawnhekk ukoll għandi emenda li qed inressaq f'isem il-Prim Ministru:", "\"BF\" Fis-subklawsola (2) ta' klawsola 71 minflok il-kliem \"Att dwar it- Taxxa fuq il-Valur Miżjud\" għandhom jidħlu l-kliem \"Att ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud\", u l-kliem \"bla ħsara għad- dispożizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta' dan l-artikolu,\" għandhom jitħassru.", "\"BF\" In subclause (2) of clause 71 the words \", subject to the provisions of subsection (3) of this section,\" shall be deleted.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Peress li dak li kien hemm provdut fil-liġi dwar il-VAT huwa saved b'din it-transitory provision, għandi nifhem li għal dawk is-servizzi li ġew provduti qabel l-1 ta' Lulju, 1997 u li allura wieħed se jibqa' jirċievi l-ħlas tagħhom wara Lulju 1997, wieħed irid jagħmel return tal-VAT indipendentement mir-return li jrid jagħmel taħt ir-reġim il- ġdid?", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jiena, fil-każ tiegħi, li nipprovdi servizzi ta' avukat, se nkun wettaqt xogħol qabel Lulju, li pero' jista' jiġi billed sitt xhur jew sena oħra.", "Skond il-klawsola rilevanti t-time of supply huwa the date of performance or the dates when billed, whichever is the earlier, u allura se jkun hemm perijodu fejn that supply should be governed by the VAT regime and not by the new regime.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-punt li semma l-Onor.", "Hyzler huwa validu, biss qed jikkonfermawli li fit-transitory provisions hemm klawsola speċifika li tipprovdi għal continuous services.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Jiġifieri klawsola 73?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva.", "Dik għad irridu niġu għaliha.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Le, ma naħsibx li jkoprih dan il-każ għax għadni kif tajtu daqqa t'għajn issa.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien hekk qed niġi nformat mil-legal drafters pero' nerġa' nikkonferma ħalli nkunu korretti.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: It-transitory provisions li jinsabu fi klawsola 73 jitkellmu biss dwar refunds fuq stocks in hand u fuq kuntratti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Barra dan, hawnhekk jien għandi problema oħra.", "Meta aktar kmeini fid-dibattitu rriferejt għat-tneħħija tal-proviso tar-refund tat-taxxa, li kien jgħid li d-direttur kien marbut iħallas within a month, qaluli li issa ġejja wara.", "S'issa għadha ma ġietx din u nixtieq inkun naf meta ġejja.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-punt li qiegħed iqajjem l-Onor.", "Dalli jiġi trattat meta nressqu l-klawsoli ġodda.", "(Interruzzjonijiet) Għandna numru ta' klawsoli ġodda li rridu nittrattawhom ukoll.", "Taħsbux li wasalna fl-aħħar, baqa' x'naqdfu!", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Jien m'għandix rimarki fuq klawsola 71 jekk kemm-il darba hemm provdut għal din id-domanda tiegħi fi klawsola oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien naħseb li din id-diffikulta' qiegħda tqum għaliex in-naħa ta' l-Oppożizzjoni għad m'għandhomx it-transitory provisions f'idejhom.", "Onor. Hyzler ħalli naqralek minn subklawsola 73 (10) kif se tkun proposta aktar 'il quddiem.", "Din is-subklawsola tgħid:", "\"Continuous services", "(10) Where on or after the first July, 1997, a payment is received or a tax invoice is issued for services to which subsection (4) of section 29 of this Act refers, and that payment or tax invoice refers to a period (in this section referred to as \"the period of the business activity\") which commences before the first July, 1997, and ends on or after that date, the business activity that is to be treated as a separate business activity by reference to that payment or tax invoice in accordance with the said subsection shall be deemed to be a business activity for a period commencing on the said date and the taxable value of the said business activity shall, save as the Director may otherwise allow, be a proportion of the taxable value that would otherwise stand to be determined in accordance with the other provisions of this Act which corresponds to the proportion which the period commencing on the said date and ending on the last day of the period of the business activity bears to the period of the business activity.\".", "Nittama li l-Onor.", "Hyzler fehem xi ħaġa għaliex jien ma fhimt xejn.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Fil-fatt qed nieħu gost li l-Prim Ministru qed jgħid hekk għaliex ovvjament din il-klawsola ma tantx tikkombaċja ma' l- islogan ta' sistema sempliċi, eċċ., eċċ. Pero' inħalluha għall-mument.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, min kiteb dan l-iscript ma kienx qed jaħseb fl-islogans imma kien qed jaħseb kif jista' jagħti interpretazzjoni l-aktar preċiża fuq il-każ li qajjimt int. (Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Dan kollu jipprova li mhux kollox tista' tirriduċih għas-sempliċita', pero' ma jimpurtax.", "Jien qed nassumi li din il-klawsola probabbilment issolvi parti mill-problema għax qed tirriferi to a continuous service.", "Pero' jien mhux għal dawk biss kont qed nirriferi.", "Ejjew nieħdu każ ta' servizz li ġie provdut minn avukat u għal xi raġuni jew oħra l-avukat ikun għadu ma ħariġx il-kont - forsi kontra kif jaħsbu wħud f'din il-Kamra - ta' xi ħaġa li tkun għalqet sitta jew seba' xhur ilu.", "Ovvjament dan m'huwiex każ ta' a continuous service imma huwa każ ta' servizz li beda u spiċċa.", "Issa f'dawk il-każijiet fejn għadhom ma ħarġux il-kontijiet u allura jien qed nipprevedi perijodu fejn wieħed se jibda jirċievi ħlasijiet ta' kontijiet ta' servizz li għalaq qabel l-1 ta' Lulju 1997, kif se nakkonta għalihom?", "Kif se jikkonta għalihom is-service provider?", "Jien qed nissuspetta li se noħorġu b'xi soluzzjoni li dan ikun irid jinkludihom f'return ieħor u allura se jkollna perijodu indefinit fejn ikollok timla two returns.", "Dan huwa l-argument tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li jkollna risposta preċiża minn hawn u ftit ieħor għal dak li għandu x'jaqsam ma' kif qegħda miktuba l-liġi, imma naħseb li wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn kont li ħareġ tard għax min kellu joħorġu ħarġu tard meta mhux suppost li għamel hekk, u kont li ħareġ meta suppost ħareġ imma ġie wara ċ-changeover.", "Jien naħseb li meta kont joħroġ tard għaliex min suppost joħroġ il-kontijiet huwa careless jew slack il-liġi m'għandhiex tipprovdi għalih, imma meta l-kont ħareġ meta kellu joħorġ u ġie wara l-bidla allura hemmhekk il-liġi għandha tipprovdi għalih.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Imma qiegħda tipprovdi fil-fatt?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Is-servizz li jkun ingħata qabel l-1 ta' Lulju u jkun għadu ma ġiex billed sa l-1 ta' Lulju jaqa' taħt ir-reġim ta' din il- liġi.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Minn fejn jirriżulta dan?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Eventwalment joħorġu regolamenti - sakemm wieħed ma jridx jagħmilha ċara issa - proprju fuq dan il-mod ta' ħlas.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura jien nagħti parir lill-ħabib tiegħi biex ifittex joħroġ il-kontijiet qabel l-1 ta' Lulju ħalli mhux biss idaħħal il- flus qabel imma wkoll sabiex il-klijent jiffranka t-taxxa.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inti għandek għal qalbek il-klijent, you bill him issa.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Din il-problema li qed iqajjem l-Onor.", "Hyzler tinqala' ħafna ma' l-avukati.", "Kienet inqalgħet l-istess kwestjoni wkoll meta ġiet introdotta l-liġi dwar il-VAT, imbagħad sussegwentement ġew stabiliti cutting lines.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Meta ġiet introdotta l-VAT kien sar suġġeriment - fil-fatt kont għamiltu jien f'lagħqa semi-formali li kellna jien u l-Onor.", "Dalli flimkien ma' grupp ta' avukati - u l-Ministru Dalli dak il-ħin stess kien aċċettah mingħajr ebda tlaqliq u għamel a cut-off date li kienet differenti mill-1 ta' Jannar.", "Fil-fatt għax-xogħol ġudizzjarju kienet saret, jekk ma niżbaljax, għat-30 ta' Ġunju ta' l-1995.", "Pero' that was an arbitrary decision taken there and then li qatgħet u neħħiet kwalunkwe ambigwita'.", "Pero' dak kien għax-xogħol ġudizzjarju li kien għall-perijodu ta' ċertu tul.", "Issa jien mhux għal dak it-tip ta' xogħol qed ngħid imma għal fejn għandek partikolarment xogħol professjonali.", "Dan mhux għall- professjonijiet biss japplika imma għal kwalunkwe servizz li toħroġ kont għalih wara ċertu żmien.", "Jekk ix-xogħol beda u spiċċa qabel l-1 ta' Lulju, x'se jiġri?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: F'każ li l-kont isir wara l-1 ta' Lulju jaqa' taħt din il-liġi u mhux taħt il-liġi dwar il-VAT.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Pero' s'issa għad m'għandniex regolamenti f'dan is-sens.", "Hux hekk?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Hyzler qed isemmi l-kwestjoni ta' l-avukati imma jien se nsemmi l-kwestjoni tal-periti wkoll.", "Jekk perit għamel applikazzjoni għal pjanta sentejn ilu, ix-xogħol tlesta u l-perit għadu ma tħallasx u allura għadha la nġabret il-VAT u lanqas affarijiet oħra ....", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ix-xogħol li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Hyzler huwa fejn is-servizz ingħata, ġie konkluż u l-kont għandu ma nħariġx.", "Jekk il- kont jinħareġ wara l-1 ta' Lulju jaqa' taħt din il-liġi; jekk jinħareġ qabel jaqa' taħt il-liġi dwar il-VAT.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Mela qegħdin naqblu li kemm-il darba kont jinħareġ qabel l-1 ta' Lulju jaqa' taħt ir-reġim tal-VAT.", "Qed nifhem ukoll li m'hemmx time limit għax dan il-perijodu m'huwiex qed jiġi capped.", "(Interruzzjonijiet) Mela ladarba mhux qed jiġi capped, se ngħaddu perijodu ....", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jien qed ngħidlek għall-billing.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Ħalli nikkonċentraw fuq il-kwestjoni li qed titqanqal issa.", "Qed nitkellmu biss fuq billing li sar qabel l-1 ta' Lulju u ma tħallasx.", "Meta jitħallas dak il-kont, dak se jitħallas taħt ir-reġim il-ġdid meta m'hemmx provdut għalih.", "Jekk inti tinterpretaha loġikament, li se jiġri huwa li inti għandek flus tal-VAT f'idejk li ma tafx x'se tagħmel bihom u allura trid timla VAT return.", "Allura dan iwasslek għall- konklużjoni li se ngħaddu perijodu f'ħajjitna fejn se nimlew żewġ returns, kemm tal-VAT kif ukoll ta' l-ETS u allura ovvjament dan ifisser li s- sistema li qed jipproponi l-Gvern hija anqas sempliċi amministrattivament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien naħseb li l-argument ta' l-Onor.", "Membru qed jiġi apprezzat, min-naħa l-oħra ma nafx kemm il-liġi għandha tipprovdi fid- dettall għal affarijiet hekk.", "Hawnhekk naqbel ma' l-argument li għamel l- Onor. Dalli dalgħodu fejn qal li għandu jkollna regolamentazzjoni dwar dan permezz ta' legal notice.", "Fuq il-linji li se jkollna, se jkollna l-parti transitorja li ġejja aktar tard - klawsola 73 - li minnha mbagħad joħorġu legal notices li jridu joħorġu in time.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Jekk tistaqsi lili x'naħseb li għandu jsir għalija hija ħaġa sempliċi, fis-sens li kemm-il darba jsir dak il-ħlas bil- VAT b'kollox - li ovvjament qed nimmaġinaw li huma persentaġġi żgħar - dak jiġi kkalkolat ma' l-income totali kif inhu u jagħti 5% minnu lid-direttur.", "Voldieri bażikament is-service provider se jkollu 15% VAT f'idejh li mit- total se jħallas 5%.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.GAVIN GULIA: Hekk hu.", "Minħabba l-kumplessita tal-każijiet li jistgħu jinqalgħu, kif qed isemmi l-Onor.", "Hyzler, jiġifieri fejn kultant il- billing isir qabel imbagħad il-ħlas isir wara, huwa maħsub, kif spjegajt qabel, li joħorġu regolamenti biex jagħmlu tajjeb għal dawn iċ-ċirkostanzi.", "Jien informat li kien ġara l-istess taħt il-liġi dwar il-VAT fejn sussegwentement kienet ħarġet regolamentazzjoni biex niċċirkoskrivu dawn il-każijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Pero' infakkar lill-Onor.", "Gulia li taħt il-liġi dwar il-VAT, il-konsultazzjoni dwar dan saret qabel ma ġiet ippubblikata l- liġi u mhux wara.", "Voldieri li nixtieq jien hu li once li din il-liġi tgħaddi - wieħed jispera li ma nqattgħux ħafna ljieli hawnhekk flimkien, naturalment mhux minħabba l-kumpannija! - inkunu nafu fejn sejrin anke f'affarijiet oħra.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-każijiet li semma l-Onor.", "Hyzler huma fejn għandek billing li jsir qabel u jitħallas wara jew inkella xogħol li jitlesta qabel l-1 ta' Lulju u l-kont jintbagħat wara; jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq ċirkostanzi li huma identifikati tajjeb.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BF\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 71 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 71, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 72 - Emendi għall-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni.", "Clause 72 - Amendments to Import Duties Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tikkonċerna emendi għall-Import Duties Act u fil-fatt għandna wkoll emenda li se nressaq f'isem il-Prim Ministru:", "\"BG\"Fil-klawsola 72 minflok is-subklawsola (2) għandu jidħol dan li ġej:", "\"(2) Mal-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att, il-Kontrollur għandu, skond l- artikolu 27 ta' l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni, jerġa' jistampa l- Ewwel Skeda li tinsab ma' l-imsemmi Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni, li tkun turi l-emendi li jkunu saru bis-saħħa tal-paragrafu (a) tas- subartikolu (1) ta' dan l-artikolu.\".", "\"BG\" In clause 72 for subclause (2) there shall be substituted the following:-", "\"(2) On the coming into force of this Act, the Comptroller shall, in accordance with section 27 of the Import Duties Act, make a reprint of the First Schedule of the said Import Duties Act, showing the amendments affected in virtue of paragraph (a) of subsection (1) of this section.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija l-emenda li qiegħda tgħid li issa se jkollna bilfors ngħollu r-rati ta' dazju ta' affarijiet li jiġu minn barra mill- Ewropa għar-rata minima ta' 8.1%.", "Issa jien nista' nasal għall- konklużjonijiet tiegħi personali ta' x'se jiġri, pero' kif inhi qiegħda fil- liġi jfisser li ma jista' jkun hemm ebda rata inqas minn 8.1%?", "Jiġifieri dak li huwa zero rated se jiġi 8.1%?", "Jekk l-ebda rata ma tista' tkun inqas minn 8.1% m'hemmx lok għal 0%.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, Onor. Dalli, oqgħod attent x'qed ngħidu.", "Aħna qed ngħidu: \"... in respect of goods which are liable to excise tax ....\"", "Jiġifieri goods that are not liable to excise tax għaliex huma zero rated - din qajjimtha jien ukoll - at that point mhumiex marbuta bit-8.1%.", "Qed tifhmu l-punt?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Onor. Prim Ministru, jien m'iniex qed nitkellem dwar dawn u m'iniex qed nirriferi għal mediċinali jew ikel.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, le lanqas jien ma qed nitkellem fuq mediċinali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hemm goods that are liable to excise tax u fin-non-EU imports list huma zero rated.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien staqsejt speċifikament fuq din il-ħaġa.", "Jekk unilateralment il-Gvern Malti jiddeċiedi li items fil-customs duty tariff ikunu zero rated bħala excise tax - per eżempju, diġa' tkellimna fuq dawk il-prodotti li għandhom levy, liema prodotti l-excise tax fuqhom se tkun zero - il-Gvern jista', taħt il-mod kif qed tiġi fformulata din, jagħmel dik customs duty taħt it-8.1%?", "U r-risposta legali li ngħatajt kienet \"iva\".", "Nista' nerġa' nikkonferma biex inkunu on the safe side.", "(Interruzzjonijiet) Qed jikkonfermawli li meta k-Gvern jiddeċiedi li jeżenta prodott mill-ETI taħt din il-formolazzjoni li għandna hawnhekk, allura għandu l-liberta' li t-8.1% jew iżommha, jew inaqqasha jew itajjarha.", "Qiegħed inkun preċiż hekk?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk dik hija l-interpretazzjoni vis-a-vis l-ETI .....", "(Interruzzjonijiet) Fejn l-ETI hija ta' 15%, jista' jkun hemm rata ta' 0% fid-dazji ta' barra l- EU?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, ma jistax, minħabba li taħt l-Association Agreement Malta hija marbuta li tagħti preferenza ta' 35%, prodott bi prodott, jiġiferi mhux across the board, lill-EU.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri kull fejn hemm ETI irid ikun hemm bilfors 8.1% dazju, anke fejn illum huwa zero rated.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, minimum of.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-lista ta' l-oġġetti li jien semmejt fis-Second Reading ma ħadtx dan into consideration għaliex assumejt li se jibqgħu zero rated.", "Issa qed tagħtini aħbar tajba oħra!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BG \" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 72 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Klawsola 72, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex isir parti mill- Abozz ta' Liġi.", "Klawsola 73 - Dispożizzjonijiet tranżitorji.", "Clause 73 - Transitory provisions.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għal din il-klawsola nipproponi emenda f'isem il-Prim Ministru li tgħid hekk:", "\"BH\" Minflok il-klawsola 73 għandha tidħol il-klawsola li ġejja:", "\"Dispożizzjonijiet transitorji.", "73.", "(1) L-aħħar perjodu ta' taxxa ta' persuna reġistrata għall- finijiet ta' l-Att ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, għandu jagħlaq fit-tletin ta' Ġunju 1997.", "(2) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l- artikolu, id-denunzja li trid issir skond dan l-Att għandha ssir mhux aktar tard mill-ħmistax-il jum tat-tieni xahar li jiġi wara x-xahar li fih il-perjodu ta' taxxa ta' persuna reġistrata kien, ħlief għad- dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu jagħlaq skond l-Att ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "Rifużjoni ta' input tax mitluba.", "(3) Kull input tax kalkolata skond dan l-artikolu għandha tiġi rifuża lid-Direttur mhux aktar tard mill-wieħed u tletin ta' Diċembru, 1997, b'dak il-mod u taħt dawk il-kondizzjonijiet kif jista' jiġi preskritt.", "(4) Kull persuna li hi persuna reġistrata għall-finijiet ta' l-Att ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għandha taħdem l-input tax msemmija fis-subartikolu (3) ta' dan l-artikolu u li trid tiġi rifuża lid-Direttur billi tikkalkola dik it-taxxa b'waħda jew l-oħra miż-żewġ formuli li ġejjin, u billi f'dik id-data li tiġi preskritta jagħmel dikjarazzjoni fuq formola provduta mid-Direttur.", "(a) dik il-persuna għandha tagħmel dikjarazzjoni fejn jiġu elenkati dawk l-oġġetti li dik il-persuna jkollha bħala ħażniet kummerċjali fit- 30 ta' Ġunju, 1997, li tkun tindika l-input tax li intalbu minnu dik il-persuna dwar dawk l-oġġetti:", "Iżda għall-finijiet ta' dan is-subartikolu, oġġetti miżmuma bħala ħażna kummerċjali minn dik il-persuna", "(i) għandhom jinkludu ħażniet kummerċjali li jkunu proprjeta' ta' dik il-persuna u li jkunu qegħdin jinżammu b'kunsinna minn persuna oħra;", "(ii) bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (iii) ta' dan il- paragrafu ma għandhomx jiġu inklużi ħażniet kummerċjali miżmuma b'kunsinna minn dik il-persuna u li jkunu proprjeta ta' persuna oħra;", "(iii) għandhom jinkludu oġġetti miżmuma b'kunsinna minn dik il- persuna jekk ikunu jagħmlu parti minn ħażniet kummerċjali proprjeta' ta' persuna li ma jkollhiex post ta' negozju f'Malta u jekk l-oġġetti jkunu suġetti għat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud li fuqhom dik il-persuna tkun talbet kreditu għall-input tax;", "(b) dik il-persuna għandha tikkomputa kif ġej:", "X x A = Input Tax li trid tiġi rifuża Y", "fejn:- X hi l-input tax totali li ġiet mitluba minn dik il-persuna skond l- Att ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, għal perjodu ta' taxxa kollha li jibdew mill-ewwel perjodu ta' taxxa u li jagħlqu ma' l- aħħar perjodu ta' taxxa ta' dik il-persuna.", "Y hi n-numru ta' ġimgħat fil-perjodu li -", "(i) jibda fil-jum meta l-Kummissarju rreġistra lil dik il-persuna skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il- Valur Miżjud; u", "(ii) jagħlaq fit-tletin ta' Ġunju, 1997;", "A hi wieħed minn dawn iż-żewġ numru li ġejjin;", "jew 2 fil-każ li l-persuna tikkwalifika biex tiġi kkunsidrata bħala intrapriża industrijali;", "jew 10 f'kull każ ieħor:", "B'dana li għall-finijiet ta' dan is-subartikolu intrapriża industrijali tfisser intrapriża li tmexxi, jew li fl-opinjoni tad- Direttur, kellha l-ħsieb li tmexxi, negozju li jikkonsisti fil- produzzjoni, manufattura jew titjib ta' xi prodott u tinkludi intrapriża dwar lukanda.", "(5) kull persuna għandha tissottometti dikjarazzjoni flimkien mal- konteġġi skond l-azzjoni magħżula skond id-dispożizzjonijiet tas- subartikolu (4) ta' dan l-artikolu, liema dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata, fuq kull paġna tagħha, minn dik il-persuna, jew fil-każ ta' korp ta' persuni, mill-uffiċjali prinċipali ta' dak il-korp ta' persuni u mill-persuna responsabbli għaż-żamma tal-kotba tan-negozju tal-persuna:", "Iżda fejn il-persuna tkun għażlet li tieħu l-azzjoni msemmija fil- paragrafu (a) tas-subartikolu ta' dan l-artikolu u l-inptu tax totali li trid tiġi rifuża lid-Direttur hi aktar minn ħamsin elf liri, dik id- dikjarazzjoni għandha tiġi ċertifikata minn accountant u awditur pubbliku iċċertifikat.", "(6) Kull input tax li trid tiġi rifuża skond id-dispożizzjonijiet tas- subartikolu (4) ta' dan l-artikolu tista' tiġi paċuta kontra kull kreditu ta' taxxa dovut lill-persuna skond id-dispożizzjonijiet ta' l- Att ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "(7) Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-artikolu, fejn jirriżulta lid-Direttur f'kull żmien illi l-input tax li trid tiġi rifuża ma ġietx kalkolata kif suppost jew li ġiet kkalkolata fuq bażi ta' informazzjoni skorretta, id-Direttur jista' jirrevedi l-ammont f'dak il-perjodu massimu kif jista' jiġi preskritt.", "(8) Kull persuna li tiffirma jew tiċċertifika xi dikjarazzjoni tirriżulta li tkun invalida skond il-paragrafu (7) ta' dan l-artikolu għandha tkun responsabbli solidalment mal-persuna ammont ta' taxxa dovuta mill-persuna.", "(9) Meta xi dikjarazzjoni li tkun falza jew mhix korretta tikkostitwixxi reat skond dan l-Att jew xi liġi oħra, l-obbligu tal- ħlas ta' taxxa skond dan l-artikolu għandu jkun bla preġudizzju għal kull piena li tista' titwaħħal għal dak ir-reat.", "Servizzi kontinwi.", "(10) Meta fi jew wara l-ewwel ta' Lulju, 1997, jiġi riċevut xi ħlas jew tinħareġ fattura għal servizzi li dwarhom jirreferi s-subartikolu (4) ta' l-artikolu 28 ta' dan l-Att, u dak il-ħlas jew dik il-fattura jkunu jirreferu għal żmien (f'dan l-artikolu msejjaħ \"iż-żmien ta' l- attivita' ta'; negozju) li jibda qabel l-ewwel ta' Lulju, 1997 u jtemm f'dik id-data jew wara dik id-data, l-attivita ta' negozju li għandha titqies bħala attivita' ta' negozju separata b'riferenza għal dak il-ħlas jew fattura ta' taxxa skond id-subartikolu imsemmi għandha tiġi kkunsidrata bħala attivita' ta' negozju għal żmien li jibda fid- data imsemmija u l-valur taxxabbli ta' l-attivita' ta' taxxa imsemmija għandu jkun, ħlief hekk kif id-Direttur jista' jippermetti xort'oħra, sehem tal-valur taxxabbli li kieku kellu xort'oħra jiġi stabbilit skond id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Att li jikkorrespondi għas-sehem li ż-żmien li jibda fid-data msemmija u jtemm fl-aħħar jum taż-żmien ta' l-attivita' ta' negozju għandu bi proporzjon għaż-żmien ta' l-attivita' ta' negozju.", "Importazzjoni ta' oġġetti meħlusa qabel l-ewwel ta' Lulju, 1997.", "(11) Meta xi oġġetti jiġu importati ġewwa Malta qabel l-ewwel ta' Lulju, 1997, u ż-żmien meta d-dazju ta' importazzjoni għandu jinħadem skond l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni jew, meta ma jkollux jitħallas dak id-dazju ta' importazzjoni, iż-żmien meta kien hekk jinħadem li kieku kellu jitħallas, jaħbat f'dik id-data jew warajha, dik l-importazzjoni għandha titqies li tkun seħħet f'dik id-data.", "Tifsir ta' ċerti kuntratti.", "(12) Meta, fl-esekuzzjoni ta' kuntratt magħmul qabel id-data meta dan l-Att jibda jseħħ, jiġu prodotti jew provduti servizzi fl-ewwel ta' Lulju 1997 jew wara dik id-data, u l-bejgħ ta' dawk l-oġġetti jew il- provvista ta' dawk is-servizzi hija attivita' ta' negozju, dak il- kuntratt għandu jitfisser, għall-għanijiet kollha ta' kull liġi, daqslikieku l-persuna li lilha jkun sar dak il-bejgħ jew li lilha tkun saritilha dik il-provvista kienet intrabtet li tħallas, b'żieda mal- ħlas stiputal fil-kuntratt jew skond l-istess kuntratt, ammont ekwivalenti għat-taxxa li għandha titħallas fuq dak il-bejgħ jew dik il-provvista taħt dan l-Att minflok it-taxxa dovuta skond l-Att ta' l- 1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, u l-input tax totali li trid tiġi rifuża lid-Direttur hi aktar minn ħamest elef lira, dik id- dikjarazzjoni għandha tiġi ċertifkata minn accontant u awditur pubbliku ċċertifikat.", "Arranġamenti oħra", "(13) Fejn l-arranġamenti tranżitorji għall-applikazzjoni ta' dan l- Att mhumiex speċifikati fid-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu, dawn għandhom ikunu dawk kif jista' jiġi preskritt.", "Kummissarju għandu jagħti informazzjoni, eċċ. lid-Direttur.", "(14) Il-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għandu jagħti d- data u l-informazzjoni kollha lid-Direttur hekk kif ikun meħtieġ biex jingħata effett sħiħ lid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u għall- amministrazzjoni tiegħu.\".", "\"BH\" For Clause 73 there shall be substituted the following clause", "\"Transitory Provisions\"", "73.(1) The last tax period of any registered person for the purposes of the Value Added Tax Act, 1994, shall end on the thirtieth June, 1997.", "(2) Nothwithstanding the provisions of subsection (1) hereof, the said return to be furnished in terms of the said Act, shall be furnished by not later than the fifteenth day of the second month following the month during which the tax period of a registered person would have but for the provisions of subsection (1) hereof have ended in terms of the Value Added Tax Act 1994.", "\"Refund of input tax claimed\" (3) Any input tax determined in accordance with the provisions of this section shall be refunded to the Director by the thirty first December 1997, in such manner and subject to such conditions as may be prescribed.", "(4) A person who is a registered person for the purposes of the Value Added Tax Act, 1994 shall account for the input tax referred to in subsection (3) of this section and refundable to the Director by calculating the said tax in accordance with either of the following two formulae and the filing on such date as may be prescribed of a statement in a form supplied by the Director:", "(a) Such person shall prepare a statement listing the goods held as trading stock by that registered person as on the thirtieth June 1997, showing the input tax claimed by the said person in relation to those goods:", "Provided that for the purposes of this sub-section, goods held as trading stock by a person:", "(i) shall include trading stock belonging to the person and held on consignment by another person;", "(ii) subject to the provisions of paragraph (iii) of this paragraph shall not include trading stock held on consignment by the person and belonging to another person;", "(iii) shall include goods held on consignment by the person if they form part of the trading stock belonging to another person who does not have a place of business in Malta and if the goods are subject to Value Added Tax on which the person claimed a credit for input tax; or", "(b) Such person shall compute the following:", "X x A = Input tax refundable Y", "Where -", "X is the total input tax claimed by the said person in terms of the Value Added Tax Act, 1994, for all the tax periods commencing from his first tax period and ending with the last tax period of that person;", "Y is the number of weeks in the period that -", "(i) commences on the day when the Commissioner registered the person in terms of the provisions of the Value Added Tax Act, 1994; and", "(ii) ends on the thirtieth June, 1997;", "A is either of the following two numbers;", "2 in the case where the person qualifies to be considered an \"industrial undertaking\"; or", "10 in any other case.", "Provided that for the purposes of this section \"industrial undertaking\" means an undertaking carrying on or which, in the opinion of the Director, intended to carry on, a trade which consists in the production, manufacture or improvement of any product and includes an undertaking relating to a hotel;", "(5) Every person must submit a statement together with the workings of the option chosen in accordance the provisions of subsection (4) thereof, which statement must be signed, on each sheet thereof, by the said person, or in the case of a body of persons, by a principal officer of that body of persons and by the person responsible for the book keeping functions of the business of the person:", "Provided that where a person has chosen to take the option referred to in paragraph (a) of subsection (4) of this section and the total input tax refundable to the Director is more than five thousand liri the said statement shall be certified by a certified public accountant and auditor.", "(6) Any input tax refundable in accordance with the provisions of subsection (4) of this section shall be set off against any excess tax credit owed to the person in virtue of the provisions of the Value Added Tax Act, 1994.", "(7) Notwithstanding the other provisions of this section, where it results to the Director at any time that the input tax to be refunded to the Director has been properly computed or that it was computed on the basis of incorrect information, the Director may revise the amount within a time limit as may be prescribed;", "Provided that where a person does not account for the input tax due to the Director in accordance with subsection (4) of this section, the Director shall make an assessment of the amount which, in his opinion, is the input tax refundable to the Government, and that person shall, in accordance with the provisions of this Act, be liable to pay the tax so assessed.", "(8) Any person signing or certifying the statement which results to be invalid in terms of this section shall be jointly and serverally liable for the amount of tax due to the Director.", "(9) Where any false or incorrect statement constitutes an offence under this Act or any other law, the liability to tax in terms of this section shall be without prejudice to any liability for any penalty which may be imposed for the said offence.", "Continuous services", "(10) Where on or after the first July, 1997, a payment is received or a tax invoice is issued for services to which subsection (4) of section 29 of this Act refers, and that payment or tax invoice refers to a period (in this section referred to as \"the period of the business activity\") which commences before the first July, 1997, and ends on or after that date, the business activity that is to be treated as a separate business activity by reference to that payment or tax invoice in accordance with the said subsection shall be deemed to be a business activity for a period commencing on the said date and the taxable value of the said business activity shall, save as the Director may otherwise allow, be a proportion of the taxable value that would otherwise stand to be determined in accordance with the other provisions of this Act which corresponds to the proportion which the period commencing on the said date and ending on the last day of the period of the business activity bears to the period of the business activity.", "Importation of goods before the first July, 1997", "(11) Where any goods are imported into Malta before the first July, 1997, and the time at which import duty is to be computed in terms of the Import Duties Act or, where no such import duty is payable, the time at which it would be so computed had it been payable, falls on or after the said date, the said importation shall be deemed to have taken place on the said date.", "Interpretation of certain contracts (12) Where, in the execution of a contract made before the date on which this Act comes into force, any products or services are sold or provided on or after the first July, 1997, and the sale or provision of the said products or services is a business activity, that contract shall, for all the purposes of any law, be interpreted as if the person to whom that sale or provision is made had bound himself to pay, in addition to the consideration stipulated in or in accordance with the said contract, an amount equivalent to the tax chargeable on this sale or provision under this Act in lieu of the tax chargeable under the Value Added Tax Act, 1994:", "Provided that this subsection shall not apply where it results from the contract and from all the relevant circumstances that the consideration determined in accordance with that contract had already made provision for the tax chargeable under this Act.", "Other arrangements", "(13) Where the transitional arrangements for the application of this Act are not specified in the provisions of this section, they shall be such as may be prescribed.", "Commissioner to furnish information etc., to the Director", "(14) The Commissioner of Value Added Tax shall be furnish all data and information to the Director may be necessary for giving full effect to the provisions of this Act and for the due administration thereof.\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Sur President, qed ninnota li f'parti mill- emenda hemm li se jkun permess li individwu jagħmel set-off mat-taxxa li jkollu jieħu taħt il-VAT.", "Qed nifhem tajjeb li dak huwa l-iskop li għalih qed isir dan is-set-off, ċioe' biex inżewġu ż-żewġ sistemi?", "Jien qed nieħu l-impressjoni li kulma mmorru dejjem qegħdin inneħħu r-wrapping paper - qisna qed nilagħbu dik il-logħba li jilagħbu t-tfal fil-parties ta' pass the parcel - billi kull darba nneħħu karta u fl-aħħar se nsibu xi sorpriża li tgħidilna \"this is VAT\"!", "Għaliex bil-mod il-mod hemmhekk qegħdin naslu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din l-emenda tistabilixxi l-closing taxable period tal-VAT bħala l-aħħar ta' Ġunju u minkejja din id-deċiżjoni kulħadd jista' jagħmel return tal-VAT skond kif regolat mil-liġi dwar il- VAT.", "Jiġifieri bniedem li jmissu jissottometti return f'Diċembru jagħmlu f'Diċembru, imma ovvjament basta sat-tax period end of June.", "Din tkopri subklawsoli (1) u (2).", "Minn subklawsola (3) sa subklawsola (9) qed nitkellmu dwar il-mechanics dwar l-input tax claimed refundable to government.", "Din kienet frott il- konsultazzjonijiet varji li kellna mal-constituted bodies u tikkonċerna bażikament jew l-option ta' physical stocktake jew inkella għandek id-duty payable refundable to government jew fuq ten weeks, jew fil-każ ta' industrija, two weeks.", "Tajjeb li wieħed jgħid li meta ġejna għad- definizzjoni ta' \"industrija\" ikkonsidrajna various options imma sibna li l- iktar waħda all embracing kienet li d-drafters jieħdu definizzjoni ta' l- industrija mill-Aids to Industries Ordinance.", "Imbagħad subklawsoli (10), (11) u (12) huma simili għall-liġi dwar il-VAT u jkopru fil-fatt l-istess areas kemm fuq importation of goods u anke dwar interpretation of contracts.", "Subklawsola (13) ġiet introdotta sabiex tagħti iktar flessibbilta' filwaqt li subklawsola (14) tirrigwarda d-dritt li d-direttur jagħti l- informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissarju tat-Taxxi Nterni.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, subklawsola (8) qed tistabilixxi joint and several liability għal persuna li tiffirma jew tiċċertifika statement which results to be invalid.", "Jiena qed nara din bħala esaġerata, fis-sens li normalment jekk persuna jirnexxilha tipprova għallinqas li hija bonafide, jiġifieri per eżempju, ġiet ipprovduta informazzjoni ħażina u hi ma setgħetx tivverifika dik l-informazzjoni ħażina, għandha tkun eżonerata mir-responsabbilta'.", "Jiġifieri għandha tkun jointly and severally liable jekk hija - biex ngħid hekk - in mala fede jew negliġenti, imma jekk hija tkun in buona fede, jiġifieri għamlet l-almu tagħha kollu biex tipprova tivverifika dawn l-affarijiet pero' minkejja dan kollu ġiet ingannata, m'għandhiex tinżamm responsabbli in solidum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Biex inkompli fuq dan l-argument, Mr Chairman, xtaqt nistaqsi xi tfisser il-kelma \"invalid\".", "Jiġifieri \"invalida\" f'liema sens?", "Kienu hija fraudulent, fis-sens li hemm xi animu to defraud the Government u ma jagħmilx return kif suppost forsi wieħed jifhem, imma mhux meta qed tgħid \"invalida\" qisek qed tagħti x'tifhem li saret, per eżempju, fuori termine jew saret ħażin fis-sens ta' mod żbaljat.", "Ma jidhirlux il- Ministru li forsi qegħdin ngħabbu lil dawn il-persuni b'piżijiet daqsxejn żejda?", "Anzi f'dan il-kontest anke niġbed l-attenzjoni għall-fatt li f'dawn l- aħħar ftit ġimgħat jew xhur saret moda li l-VAT Department iħarrek, jibgħat ittra uffiċjali, per eżempju lill-accountant tal-kumpannija li jkun iffirma r-return għaliex ikun il-persuna li ssottomettiet ir-return, meta dan ma jkunx uffiċjal tal-kumpannija.", "Din it-tip ta' azzjoni qajmet ċertu ammont ta' inkwiet ma' dawn l-accountants.", "Issa f'dan l-artiklu qisna qegħdin anke nestendu għal statements li huma invalidi.", "Xi tfisser il- kelma \"invalidi\" f'dan il-kontest jiena m'iniex żgur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, qed jikkonfermawli li subklawsola (8), li dwarha tkellmu l-Onor.", "Borg u l-Onor.", "Hyzler, hija bażikament l-istess bħal-liġi dwar il-VAT għal dak li għandu x'jaqsam ma' regulations and transitory provisions.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Sadanittant xtaqt immur proprju għal subklawsola (1) kif proposta f'din l-emenda fejn għandna: \"L-aħħar perjodu ta' taxxa\".", "Qed nifhem tajjeb li dan qed jimplika li t-30th of June hija l- aħħar ġurnata ta' l-aħħar tax period ta' kulħadd?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, nikkonferma.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Allura ħalli norbot daqsxejn ma' l-argument li għamilt ftit ilu fejn jiena kont għidt li, jekk jinterpreta loġikament x'għandu jsir b'dawk il-flus li wieħed jiġbor wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-liġi, wieħed jasal biex jgħid li dawk huma flus tal-VAT Department li jrid bilfors jagħti rendikont tagħhom permezz ta' return oħra.", "U r- risposta min-naħa ta' l-Onor.", "Brincat jew l-Onor.", "Gulia kienet li dik se nipprovdu għaliha by regulation.", "Kif se nipprovdu għaliha by regulation jekk issa se jkun hemm stabilit fil-liġi stess li this is the last tax period u allura ma jistax jiġi kkreat an ulterior tax period by regulation?", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Fuq subklawsola 73 (8) il-Ministru qalilna li din hija meħuda mil-liġi dwar il-VAT.", "Jista' jekk jogħġbu jikkwotalna l-artiklu għaliex ma nistgħux insibuh?", "Qed nirriferi għall-joint and several liability.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, rigward dak li rrifera għalih l-Onor.", "Hyzler nista' ngħid li qed jgħid sewwa pero' l-prinċipju jibqa' l-istess, kif spjegajt qabel, jiġifieri ġaladarba wieħed ma ħariġx il-kont sat-30 ta' Ġunju ta' din is-sena, allura japplikaw dawk ir-regolamenti li eventwalment se joħorġu abbażi ta' dawk il-kriterji li tkellimna fuqhom, irrespective minn dik is-subklawsola li qed jirriferi għaliha hu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Aħna qegħdin nirriferu għall-billing li sar qabel u l-flus li għadhom ma nġabrux sa l-1 ta' Lulju, 1997.", "Il-flus li għandek f'idejk li allura jinkludu VAT, kif se tagħti rendikont tagħhom lid- dipartiment kemm-il darba mhux se jkollok possibbilta' li tagħmel return oħra?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Skond kif qaluli l-esperti, dawn se jiġu covered bir- regolamenti li tkellimna dwarhom qabel.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Imma l-punt hu li ma tistax tagħmel regolament li jmur kontra dak li għandek fil-liġi.", "Il-liġi qed tistabilixxi li sat-30 ta' Ġunju jrid ikun hemm the last tax period.", "Jiġifieri lanqas ikollok il- possibbilta' to file another return.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jekk inti ħriġt il-kont qabel it-30 ta' Ġunju, 1997 inti trid tiċċarġja skond il-VAT imma jekk inti ħriġt il-kont wara hemm ir- regolamenti li tkellimna dwarhom qabel.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Qegħdin naqblu mija fil-mija; jekk inti ħriġt il- kont qabel it-30 ta' Ġunju, 1997 ovvju li trid toħorġu bil-VAT.", "Issa d- domanda tiegħi kienet: Meta sena u nofs oħra l-klijent tal-professjonist, hu min hu, jogħġbu jħallas, u s-service provider ikollu f'idejh il-flus tal-VAT, x'se jagħmel bihom u kif se jagħti rendikont?", "Jiena qed nissuġġerixxi li bilfors irid jagħmilhom fuq return oħra għaliex dak huwa li loġikament wieħed għandu jassumi.", "Issa jekk hu dak il-każ, allura trid tipprovdilu l-possibbilta' li jagħmel return oħra.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-problemi ta' din it-transizzjoni huma ħafna.", "L- ewwelnett ma tistax tgħid li fl-aħħar ta' Ġunju tieqaf il-VAT għaliex bilfors ikun hemm almenu return oħra li tkopri transazzjonijiet sa l-aħħar ta' Ġunju.", "Jiġifieri wara l-1 ta' Lulju, 1997 bilfors irid ikun hemm almenu return waħda - meta jmissek skond ir-rotation li kienet teżisti bil- VAT kemm il-yearly u kemm il-monthly - li fiha inti se tirrapporta t- transazzjonijiet kollha sa l-aħħar ta' Ġunju dwar x'ġara u ma ġarax; l- input u l-output tax tiegħek sa dakinhar.", "Jiġifieri bilfors irid ikun hemm xi ħaġa hekk.", "Imbagħad hemm ukoll il-problema tal-kuntratt u tat-transazzjonijiet li ġew kompjuti fil-perijodu sa l-aħħar ta' Ġunju u għal xi raġuni jew oħra ġew invoiced fl-Lulju u 'l quddiem.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li għaliex dawn ġew invoiced f'Lulju allura m'humiex se jkunu covered mil-liġi dwar il-VAT li kienet in vigore meta saret it-transazzjoni?", "Jiġifieri għaliex jkun hemm wieħed traskurat u ma ħariġx il-kontijiet, se ngħidu li allura l-billing mhux se jsir skond il-VAT u se jsir skond il-liġi l-ġdida?", "Imbagħad hemm il-problema l-oħra ta' continuous contracts, jiġifieri f'każ per eżempju ta' kuntratt ta' xi ħadd li qed jibni dar.", "Dawn il- continuous contracts fuqiex se jiġu stabiliti?", "Se naqtgħu linja f'Ġunju u ngħidu li dak li sar f'Ġunju huwa bil-VAT u dak li sar wara Ġunju huwa mingħajr VAT?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, it-text ta' subklawsola 14 fejn hemm:", "\"The Commissioner of Value Added Tax shall furnish all all data and information to the Director may be necessary for giving full effect to the provisions of this Act and for the due administration thereof.\",", "għandu bżonn ftit tal-polishing.", "Hemm \"all\" żejda, imbagħad wara \"to the Director\" trid tidħol il-kelma \"as\" :", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, fil-fatt l-Onor.", "Borg għandu raġun.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, naħseb ikun aħjar li f'dan l-istadju nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nipposponu din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex din il-klawsola tiġi posposta.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "KLAWSOLA ĠDIDA 74 NEW CLAUSE 74", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'isem il-Prim Ministru nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex inressaq Klawsola Ġdida 74 għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 101", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'isem il-Prim Ministru nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 74:", "\"BI\" Minnufih wara l-klawsola 73 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Drittijiet regolati bil-liġi.", "74.", "Meta dritt jew konsiderazzjoni oħra li jitħallsu dwar servizz ikunu regolati bil-liġi u l-ETS ikollha titħallas mill-fornitur ta' dak is-servizz, dak id-dritt jew dik il-konsiderazzjoni jkunu jistgħu jiżdiedu b'ħamsa fil-mija.\".", "\"BI\" Immediately after Clause 73 there shall be inserted the following new clause:", "\"Fees regulated by law.", "74.", "Where a fee or other consideration payable in respect of a service is regulated by law and ETS is payable by the person providing that service, it shall be lawful to increase such fee or consideration by five per cent.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 74 tkun moqrija t-Tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 74 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li Klawsola Ġdida 74 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Mr Chairman, din il-klawsola bażikament hija self-explanatory u titkellem dwar il-fees regulated by law.", "Ma naħsibx li hemm aktar x'wieħed iżid.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li l-perizji, il-fees ta' l-avukati, il-fees tan-nutara u l-fees kollha li huma regolati bil-liġi għandhom jogħlew fil-prezz b'5%.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għandhom id-dritt li jogħlew.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien qed nifhem li jekk, per eżempju, ikun hemm sentenza ta' qorti li tikkundanna lil xi ħadd iħallas l-ispejjeż tal-kawża inklużi l-ispejjeż ta' l-avukat, allura kważi bis-saħħa ta' din il-klawsola biss - hawnhekk se niddikjara ftit interess - wieħed ikun jista' iżid 5% mal-kont maħruġ mil-liġi, għax il-liġi tistabilixxi t-tariffa.", "Ħafna drabi fis-sentenza jkun hemm \"bl-ispejjeż tal-kawża\", jiġifieri jiena nista' nassumi allura li l-ispejjeż tal-kawża, inkwantu se niġi ntaxxat 5% fuq it- turnover, jiżdiedu b'5% għar-rigward dawk is-servizzi li huma taxxabbli.", "Naħseb dan hu s-sens ta' din il-klawsola.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hekk jidher, pero' nikkonferma mal-legal drafters.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Rigward il-problema li qajjem l-Onor.", "Tonio Borg, l-ispejjeż ġudizzjarji m'humiex biss jekk jistgħu jew ma jistgħux jiżdiedu imma għandek titolu eżekuttiv.", "Voldieri inti ma tistax arbitrarjament jew b'din il-liġi sempliċement iżżid ma' dik it-tariffa u jkollok titolu eżekuttiv fl-istess nifs.", "Għalhekk nistieden lin-naħa tal- Gvern sabiex jikkonsidraw din il-problema.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nikkonferma dak li qal qabel l-Onor.", "Tonio Borg.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Imma tista' tagħmel recovery ta' dik iż-żieda fit-titolu eżekuttiv li jkollok fuq il-kumplament ta' l-ispejjeż ġudizzjarji?", "Dak huwa l-argument.", "Ma rridux ninsew li meta ssir taxxa ta' spejjeż legali l-VAT ma kenitx qed tiġi kkonsidrata, ċioe' din kienet qed toħroġ mingħajr il-VAT.", "Issa, bis-sistema l-ġdida, il-5% żieda ovvja li se ssir - għaliex għandi nifhem li l-5% kulħadd se jibda jżidhom - ...", "ONOR.", "GAVIN GULIA: F'dan il-każ tapplika l-istess sitwazzjoni bħal tal- VAT.", "Jiġifieri meta għandek titolu eżekuttiv u tiġi biex tesegwih, tesegwixxi fuq is-sorte, pero' ma tinkludix l-ETS.", "Qiegħda bħal tal-VAT.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, ma jistax ikun.", "Mela issa veru għandna VAT b'kollox; VAT system through and through, right through, A to Z. X'jiġifieri tgħid li hi bħall-VAT meta din hija ħaġa li għamiltu issa u qed tgħidu li m'hijiex taxxa separata imma hija parti mill-prezz!", "Jew ħaġa jew oħra!", "Issa meta niġu għat-title, nibdluh ukoll allura!", "ONOR.", "GAVIN GULIA: L-Onor.", "Dalli għandu dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq x'inhu VAT u x'mhuwiex għaliex hekk jew b'hekk diġa' esprima ruħu diversi drabi f'dan is-sens.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 74 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 74 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 73 - Dispożizzjonijiet transitorji.", "Clause 73 - Transitory provisions.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, f'isem il-Prim Ministru nipproponi emenda għal subklawsola 73 (12) li tgħid hekk:", "\"BJ\" Fit-test Malti tas-subklawsola (12) tal-klawsola 73 kif propost fl- emenda il-kliem minn \"u l-input tax totali li trid tiġi rifuża\" sal- kliem \"awditur pubbliku ċertifikat\" għandhom jitħassru, u minnufih f'tarf l-istess subartikolu għandu jiżdied il-proviso li ġej:", "\"Iżda dan is-subartikolu ma għandux japplika jekk jirriżulta mill- kuntratt u miċ-ċirkostanzi kollha relevanti li l-konsiderazzjoni determinata skond dak il-kuntratt tkun diġa ħasbet għat-taxxa dovuta skond dan l-Att\".", "\"BJ\" In the Maltese text of subclause 12 of clause 73 as proposed in the amendment the words from \"u l-input tax totali li trid tiġi rifuża\" to the words \"awditur pubbliku ċertifikat\" shall be deleted, and immediately at the end of the same subsection there shall be added the following proviso:", "\"Iżda dan is-subartikolu ma għandux japplika jekk jirriżulta mill- kuntratt u miċ-ċirkostanzi kollha relevanti li l-konsiderazzjoni determinata skond dak il-kuntratt tkun diġa ħasbet għat-taxxa dovuta skond dan l-Att\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din vera meħuda mil-legal notice, pero' l-legal notice għandha paragrafu qabilha fejn tiddefenixxi \"invalid\" x'inhi, li issa ġiet imħollija barra għal kollox b'dan il-lifting li sar.", "F'din il-legal notice hawn: \"Any person signing or certifying an application which results to be invalid in terms of paragraph 2 ....\", u paragraph 2 jiddefenixxi \"invalid\" x'jiġifieri u jgħid \"grossly misreported\".", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li l-Onor.", "Dalli u l-Onor.", "Borg għandhom raġun u se nipprovaw nirranġaw mad-drafters sabiex nipprovaw nikkwalifikaw kif indikat.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Għal dak li ġibdilna l-attenzjoni għalih l-Onor.", "Hyzler rigward il-kwestjoni tal-billing, fejn għandek \"a continuous contract\" dan huwa kontemplat taħt subklawsoli (10) u (12), imbagħad fejn hemm il-problema l-oħra tal-billing li jsir qabel it-30 ta' Ġunju, 1997 dan jiddependi minn jekk tkunx għamiltu on an invoice basis jew on a payment basis.", "Jekk tkun għamiltu on an invoice basis before the 30th June and you account for VAT in the last return closing 30th June, f'dak il-każ imbagħad jitħallas skond il-VAT, pero' f'każ li l-ħlas isir upon a payment basis u l- ħlas isir wara l-1 ta' Lulju, 1997, f'dak il-każ japplika r-reġim il-ġdid.", "Mr Chairman, jekk jogħġbok ippermettilna nikkonsultaw ruħna ma' l- esperti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, f'isem il-Prim Ministru se nressaq emenda oħra li tgħid hekk:", "\"BK\"Minnufih wara s-subklawsola (14) għandha tidħol is-subklawsola li ġejja:", "\"(15) Għall-finijiet tas-subartikolu (8) ta' dan l-artikolu, dikjarazzjoni tkun invalida fejn jirriżulta li t-tagħrif ma jkunx twassal sew b'mod grossolan.\".", "\"BK\"Immediately after subclause (14) there shall be added the following subclause:", "\"(15) For the purposes of subsection (8) of this section, a statement is invalid where it results that the information has been grossly misreported.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qed ngħidu li din teżisti diġa' fil-liġi dwar il-VAT bħad-90% tal-klawsoli l-oħra li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Issa jista' l-Ministru jgħdilna \"grossly misreported\" jekk hijiex tradotta għal \"grossolan\" fil-liġi dwar il-VAT?", "(Interruzzjonijiet) U iva, ħalluha għaddejja ma' l-oħrajn!", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "Onor. Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fl-emenda għal subklawsola (5) hemm xi ħaġa nieqsa u m'hijiex qed tagħmel sens għaliex qed tgħid:", "\"Every person must submit a statement together with the workings of the option chosen in accordance the provisions of subsection (4) ... \"", "Naħseb li hemm il-kelma \"with\" nieqsa.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, naħseb li l-Onor.", "Bonnici għandu raġun.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"BH\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BH\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"BJ\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BJ\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"BK\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BK\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 73 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 73, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 75 NEW CLAUSE 75", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'isem il-Prim Ministru nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq Klawsola Ġdida 75 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u Klawsola Ġdida 75 tqieset li nqrat l-Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, f'isem il-Prim Ministru nipproponi t- Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 75:", "\"BL\" Minnufih wara l-klawsola 74 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li gejja:", "\"Kif tapplika din it-taqsima.", "75.", "Id-dispożizzjonijet ta' din it-Taqsima ta' dan l-Att għandhom ikunu japplikaw biss għal attivitajiet tan-negozju li jikkonsistu fil- bejgħ ta' prodotti u l-provvista ta' servizzi.\".", "\"BL\" Immediately after Clause 74 there shall be added the following new clause:", "\"Applicability of this Part.", "75.", "The provisions of this Part of this Act shall apply only to business activities consisting in the sale of products and the provision of services.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 75 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 75 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, f'isem il-Prim Ministru nipproponi li Klawsola Ġdida 75 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Mr Chairman, rimarka li xtaqt nagħmel hija li din għandha tidħol ma' Part VI biex nagħmluha ċara li dik il-parti tapplika biss għall-ETP u l-ETS, għax inkella tista' tinftiehem li tapplika wkoll għall-ETI.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Biex tiġi applikabbli għal Part VI trid tiġi renumbered li tidħol f'Part VI għax hekk qiegħda f'Part XV.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Rigward dan, fl-aħħar tal-Kumitat nistgħu nagħtu l- awtorizzazzjoni lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jagħmel ir-renumbering li jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk qed nifhem sew, għax issa tant hemm emendi li se nibda nitħawwad, dan l-artiklu jgħid \"the provisions of this part\".", "Jien naħseb li hawn qed jirriferi għal Part XV, it-transitory provisions u kulma jaqa' taħtha.", "Dawn japplikaw għall-ETP u għall-ETS imma ma japplikawx għall-ETI.", "Jiġifieri hekk tfisser u mhux mod ieħor, ħalli nkunu ċari x'qed infissru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nikkonferma.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Hawnhekk irridu ngħidu \"the provisions of Part VII of this act shall apply only to...\" jekk triduha tapplika għal Part VII.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aktar tard nipproponi li jsir ir-renumbering mill- Iskrivan tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Aħna qegħdin nieħdu nota tagħha, imbagħad x'ħin l-abbozz ta' liġi jgħaddi mill-istadju tal-Kumitat l-Iskrivan tal-Kamra jista' jiġi awtorizzat li jagħmel ir-renumbering, barra li jkun jista' jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija.", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan m'huwiex xi żball ta' l-ortografija.", "(Interruzzjonijiet) Ejjew nifhmu x'irridu ngħidu imbagħad naraw jekk dak li qed niftiehmu dwaru huwiex rifless fil-liġi.", "Part XV kif inhi issa u t- trasitory privisions ma japplikawx għall-ETI.", "Hekk irridu?", "Jekk ma rridux hekk allura rridu nemendaw il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, jekk fhimt sew il-Ministru qal li l- provision li tgħid: \"The provisions of this part of this act shall only apply to business activities consisting in the sale of products and provision of services....\" iridha tapplika għal Part VII biss.", "Jekk hu hekk ma tistax tiġi taħt Part XV imma trid tiġi New Clause 30A, imbagħad nagħtu l-poter lill-Iskrivan tal-Kamra ħalli jagħmel ir-renumbering minn hemmhekk.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, l-Attorney General qed jikkonfermali li proċeduralment hawnhekk qegħdin korretti u se nikkwotah verbatim: \"Din hi klawsola ġdida li bilfors trid tiġi diskussa fl-aħħar u qed jingħad li tapplika biss għal Part VII u titpoġġa hemm meta tiġi renumbered.", "Jekk tagħmel riferenza miktuba għal Part VII tiġi kerha meta tpoġġiha f'postha\".", "Jien m'għandix x'inżid ma' dak li qal l-Attorney General.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 75 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 75 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 76 NEW CLAUSE 76", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex f'isem il-Prim Ministru nressaq Klawsola Ġdida 76 għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, f'isem il-Prim Ministru nipproponi t- Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 76:", "\"BM\" \"Minnufih wara l-klawsola 75 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja:-", "\"Il-ħlas lura jista' jsir bi tpaċija mat-taxxa dovuta.", "76.", "(1) Meta persuna registrata li tibghat denunzja tat-taxxa dwar zmien ta' taxxa, ikollha jedd ghal hlas lura skond id- dispozizzjonijiet ta' dan l-Att, dak il-hlas lura jista' jsir bi tpacija mat-taxxa dovuta ghal dak iz-zmien.", "(2) Kull hlas lura, jew parti minnu, dovut lil persuna registrata ghal zmien ta' taxxa li dwaru ma ssirx tpacija mat-taxxa dovuta ghal dak l-istess zmien skond id-dispozizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu, ghandu jithallas fiz-zmien stipulat specifikat fl- artikolu 77 ta' dan l-Att.\".", "\"BM\" \"Immediately after Clause 75 there shall be added the following new clause:-", "\"Refund may be set off against tax due.", "76.", "(1) Where a registered person who furnishes a tax return in respect of a tax period, is entitled to a refund in terms of the provisions of this Act, such refund may be set off against the tax due for that period.", "(2) Any refund, or part thereof, due to a registered person for a tax period which is not set off against the tax due for that same period in accordance with the provisions of subsection (1) hereof, shall be paid within the time limit specified in section 77 of this Act.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 76 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 76 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'isem il-Prim Ministru nipproponi li Klawsola Ġdida 76 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Mr Chairman, biex ngħid hekk, din hija frott tal-konsultazzjoni li kellna mal-constituted bodies biex l-ETP li tkun tħallset tkun tista' tiġi offset skond l-ETP received fir-return sottomess lid-direttur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Mr Chairman, m'huwiex ċar jekk din il-klawsola hijiex meħuda mil-liġi dwar il-VAT u f'liema parti tinstab.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, il-kumment tiegħi huwa li permezz ta' din l-emenda l-ftit differenzi li kien hemm mil-liġi dwar il-VAT issa qed jittneħħew ukoll.", "Issa daħħalna s-set-off tar-refunds li kellna ndaħħlu fis-sistema ta' l-ETP li issa qed titħallas f'kull stadju.", "Ma ninsewx li skond din il-liġi l-ETP m'hijiex qed titħallas fl-aħħar stadju imma kull darba li l-prodott ibiddel l-idejn, imbagħad fejn tħallas żejjed għandek tingħata refund u issa qed ngħidu li se jkun hemm set-off.", "X'differenza hemm mis-sistema tal-lum?", "This is the system that we are operating today, through and through.", "Jien irrid nagħmel l-enfasi li b'din il-klawsola erġajna qrobna preċiż lejn is-sistema tal-VAT li qed inħaddmu llum.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qrobna jew tbegħidna, min-naħa tagħna din xorta tibqa' a single stage tax.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma skużi taf, nistgħu nagħtu d-definizzjonijiet li rridu.", "Jien, jekk irrid, nista' meta jkun hemm ix-xemx ngħidilha qamar u meta jkun hemm il-qamar ngħidlu xemx!", "Pero' ma nafx kif taxxa li qed titħallas f'kull stadju u se jingħata refund għall-istadji fejn mhux suppost tkun tħallset, tista' ssejħilha a single stage tax.", "Tista' ssejħilha li trid wara kollox!", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 76 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 76 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 77 NEW CLAUSE 77", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex f'isem il-Prim Ministru nressaq Klawsola Ġdida 77 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, f'isem il-Prim Ministru nipproponi t- Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 77:", "\"BN\" \"Ħlas lura jrid isir fi żmien preskritt.", "77.", "(1) Bla ħsara għad-dispożizzjoni ta' dan l-Att, meta d-Direttur ikun meħtieġ li jħallas lura xi ammont lill-persuna reġistrata skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, id-Direttur għandu jħallas lura lil dik il-persuna reġistrata l-ammont li hu meħtieġ li jħallas lura mhux iżjed tard mir-raba' xahar li jiġi wara d-data li fiha kellha tintbagħat id-denunzja tat-taxxa ta' dik il-persuna reġistrata jew li fiha id-Direttur jirċievi d-denunzja, skond liema tiġi l-iktar tard.", "(2) Meta persuna reġistrata tkun naqset li tħallas lid-Direttur dwar xi żmien ta' taxxa, kollha kemm hi jew parti minnha, xi taxxa li kellha titħallas fiż-żmien li kienet dovuta d-Direttur jista' jpaċi ma' l-imsemmija taxxa, kull ammont jew parti minn xi ammont li xort'oħra jkollu jitħallas lura lil dik il-persuna reġistrata skond id- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u meta ma jkunx hemm qbil dwar xi taxxa kif intqal qabel id-Direttur jista' jittardja kull ħlas lura dovut sal-limitu ta' l-ammont ta' taxxa li dwarha ma jkunx hemm qbil.", "(3) Meta, dwar xi żmien ta' taxxa, xi persuna reġistrata tkun naqset li tibgħat id-denunzja għal xi żmien ta' taxxa kif meħtieġ skond dan l- Att, id-Direttur jista' jżomm il-ħlas ta' kull ammont li għandu jitħallas lura skond is-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu, sakemm dik il-persuna reġistrata tikkonforma ruħha kif meħtieġ u tħallas dak l- ammont li għandu jitħallas.", "(4) Meta, dwar denunzja mibgħuta jew li għandha tintbagħat minn xi persuna reġistrata, ikun japplika s-subartikolu (2) jew (3) ta' dan l- artikolu, id-Direttur għandu jagħti avviż bil-miktub lill-persuna reġistrata fiż-żmien speċifikat fis-subartikolu (1) ta' dan l- artikolu.", "(5) Ħlas lura li jkun dovut skond xi dispożizzjoni ta' dan l-Att għandu jitħallas mingħajr il-ħtieġa ta' ebda approprjazzjoni oħra minbarra dan l-Att b'ordni ffirmata mill-Ministru.\".", "Immediately after Clause 76 there shall be added the following new Clause:-", "\"BN\" \"Refund to be made within a time-limit.", "77.", "(1) Subject to the provisions of this Act, where the Director is required to refund any amount to any registered person pursuant to any of the provisions of this Act, the Director shall refund to that registered person the amount required to be refunded not later than the end of the fourth month following the date on which the return of that registered person was due to be made or was received by the Director, whichever is later.", "(2) Where any registered person has in respect of a tax period, failed to pay to the Director, in whole or in part, any tax payable on the due date the Director may set off, against the said tax, any amount or any part of any amount otherwise refundable to that registered person under the provisions of this Act and where any tax as aforesaid is in dispute the Director may delay any refund due up to the amount of the disputed tax.", "(3) Where, in respect of a taxable period, any registered person has failed to submit a return for any taxable period as required by this Act, the Director may withold payment of any amount refundable in accordance with subsection (1) of this section, until the registered person has complied with that requirement and paid the amount of tax payable.", "(4) Where, in relation to the return furnished or to be furnished by any registered person, subsection (2) or subsection (3) applies, the Director shall give notice in writing to the registered person accordingly within the period specified in subsection (1) of this section.", "(5) A refund due in accordance with any provision of this Act shall be payable without any further appropriation other than this Act by warrant under the hand of the Minister.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 77 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 77 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, f'isem il-Prim Ministru nipproponi li din il-klawsola tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Din il-klawsola kienet tqajmet iktar kmieni mill-Onor.", "Dalli u kellna nagħmlu riferenza għaliha min-naħa tagħna.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-artiklu li ġie mneħħi kien jgħid li r-refund irid jitħallas xahar wara li ssir il-claim u hawn qed ngħidu erba' xhur wara.", "Jiġifieri qed ngħidu li meta jkun hemm rikjesta għal refund minflok xahar se jkun hemm erba' xhur.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dan nikkonfermah u ngħid li qed isir minħabba s-set- off.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan huwa claim for refund.", "(Interruzzjonijiet) Imma meta m'għandux set-off x'jagħmel, għandu refund.", "(Interruzzjonijiet) Iva, x'imkien hemm li jrid iħallas 1% interessi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Jista' l-Ministru jgħidilna minflok liema artiklu qed tidħol din il-klawsola?", "Għax jekk fhimt tajjeb din qed tidħol minflok xi artiklu.", "(Interruzzjonijiet) Imma din tirriferi għal xi artiklu ieħor.", "Nistgħu nikkjarifikaw ħalli nkunu nafu fejn qegħdin?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-perijodu ta' erba' xhur għamilnih proprju minħabba s-set-off.", "Jiġifieri minn mindu jsir is-set-off u jibqa' excess ikun hemm erba' xhur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk ukoll nibda nikkonfondi jien.", "Meta qed nitkellmu fuq jekk isir is-set off u jibqa' excess, again qed nitkellmu fuq sistema ta' returns fejn se jkun hemm it-taxxa li hija dovuta lill- individwu.", "Allura x'differenza hemm mil-lum?", "Hawn ftit ftit daħħalna l- istess amministrazzjoni, l-istess regolamenti, l-istess schedules u l- istess proċeduri, kollox bħalma għandna llum.", "M'għandna xejn differenti.", "GĦandna l-istess administrative hassle li konna ngergru dwaru u l-istess piżijiet amministrattivi fejn kulħadd irid iżomm l-istess irċevuti, jagħmel l-istess kontijiet u jżomm l-istess kotba ta' jekk huwiex part-time jew jekk huwiex retailer.", "Kollox l-istess għandna.", "Din hija mera kompleta ta' x'għandna llum bil-VAT.", "GĦalhekk jien nerġa' nistaqsi għalfejn qegħdin naħlu ż-żmien f'dan il- Parlament sabiex ngħaddu liġi ġdida li hija l-istess bħal dik li qegħdin inneħħu.", "Issa hawnhekk qegħdin ngħidu li jekk ikollok set-off u jkollok bilanċ favorik fis-set-off se tingħata dan il-bilanċ.", "Imma l-bilanċi mis- set-off kif se jirriżultaw?", "Se jkun hemm xi sistema fejn fuq ir-return se jirrapportaw l-input tax?", "Issa dawn minflok input tax se nsejħulhom refunds u filwaqt li l-liġi dwar il-VAT kellha provvedimenti u sezzjonijiet sħaħ biex tirregola l-input tax, fejn hemm spjegat x'inhi u kif għandha tiġi claimed, issa fuq ir-refunds m'għandna xejn.", "Ir-refunds jittieħdu skond kif jiddeċiedi d-direttur, jekk teħux refund jew le jiddeċiedi d- direttur, kif issir il-claim u kemm tkun jiddeċiedi d-direttur u fuq kemm se tieħu refunds jiddeċiedi d-direttur.", "Qisna daħħalna l-konċett ta' l- input tax mingħajr il-provvedimenti li kien hemm fil-liġi dwar il-VAT.", "Skużawni tafux, imma din m'hijiex serjeta' .", "THE CHAIRMAN: Il-mostoqsija hi li Klawsola Ġdida 77 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 77 għaddiet u ġiet ordnata biex tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 78 NEW CLAUSE 78", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex f'isem il-Prim Ministru nressaq Klawsola Ġdida 78 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, f'isem il-Prim Ministru nipproponi t- Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 78:", "\"BO\" \"Żamma ta' records.", "78.", "(1) Kull persuna reġistrata għandha żżomm records sew u biżżejjed tat-transazzjonijiet kollha ta' l-attivitajiet tan-negozju tiegħu sabiex sew id-data, il-valur u x-xorta ta' dawk it- transazzjonijiet, it-taxxa, jekk ikun il-każ, li titħallas fuqhom u t- tnaqqis permezz dwarhom, sew kull tagħrif ieħor li jista' jiġi preskritt, ikunu jistgħu jiġu verifikati bla ebda xkiel.", "(2) Ir-records msemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu għandhom jinżammu u jinħażnu b'dak il-mod, ikun fihom dawk id-dettalji u jkollhom sostenn f'dawk id-dokumenti u kontijiet hekk kif jistgħu jiġu preskritti u għandhom jinżammu għal żmien mill-anqas ta' tliet snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li jkunu jirreferu għaliha.\".", "\"BO\" Immediately after Clause 77 there shall be added the following new clause:-", "\"Keeping of records.", "78.", "(1) Every registered person shall keep proper and sufficient records of all transactions of his business activities to enable the date, the value and the nature of such transactions, the tax, if any, chargeable thereon and the deductions allowable in respect thereof, and any such other information as may be prescribed, to be readily ascertained.", "(2) The records referred to in subsection (1) of this section shall be kept and stored in such manner, contain such details and be supported by such documents and accounts as may be prescribed and shall be retained for a period of at least three years from the end of the calendar year to which they relate.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 78 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 78 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, f'isem il-Prim Ministru nipproponi li Klawsola Ġdida 78 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola ġdida li qed nagħmlu hawnhekk hija enfasi fuq l-amministrazzjoni li jrid ikun hemm fit-taxxa.", "Il-bieraħ jiena għamilt il-punt li fir-regolamenti li nħarġu l-ġimgħa l- oħra, kull min hu reġistrat - kemm jekk hu part-timer li jaqla' Lm1,000 fis-sena u kemm jekk hu retailer - għandu l-istess piżijiet amministrattivi li jeżistu llum, u dan joħroġ mir-regolamenti.", "Wara li l- Prim Ministru merieni u qrajtlu r-regolamenti li ħareġ, ir-risposta tiegħu kienet: \"Issa naraw\", u llum ippreżentalna din il-klawsola ġdida li daħħalha fil-liġi biex jenfasizza li kull persuna reġistrata trid iżżomm il- kotba bit-tax account u bid-dokumenti b'kollox.", "Jiġifieri din hija l- istess ħaġa li hemm fir-regolamenti.", "Mela din il-klawsola m'hi xejn ħlief enfasi li l-amministrazzjoni li tant qed ngħidu li hemm taħt il-VAT u li tant wegħedna lin-nies li se nneħħuha fil-fatt se tibqa' u se tibqa' b'ċerta forza u fl-istess livell.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Li xtaqt nistaqsi jiena huwa: X'inhu eżattament l-iskop wara din il-klawsola?", "Dawn ir-records għaliex qed jinżammu?", "Fil-Kodiċi Kummerċjali għandek li l-kummerċjant irid iżomm 'l hekk imsejħa trade books u hemm l-iskop li dawn iservu bħala xiehda prima facie tal-kontenut tagħhom.", "Hemm ukoll li jekk huwa jiġi dikjarat fallut allura jista' jkun hemm każ ta' falliment frawdolenti u affarijiet oħra bħal dawn.", "Barra minn hekk, jekk dan qed jingħad għal skopijiet ta' taxxa jew ta' assessment, jekk m'iniex sejjer żball, il-perijodu li fih jista' jkollok revised assessment huwa ta' sitt snin.", "Mela x'inhu l-iskop li dawn għandek biss rabta ta' tliet snin għalihom?", "Għaliex bl-istess argument allura dawn għandhom jinżammu għallinqas għal perijodu ta' sitt snin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk nista' nżid ma' din il-parti konklużiva ta' l- Onor. Borg, biex inkunu fair kemm mal-kummerċjanti kif ukoll mad-direttur li jrid jamministra din it-taxxa, filwaqt li fil-klawsola preċedenti qed ngħidu li assessment jista' joħroġ fi żmien sitt snin minn kull tax period li jkun hemm u barra minn hekk jista' joħroġ additional assessment jew revised assessment f'perijodu ta' sitt snin oħra, jiġifieri jkun akkumulattiv - u jiena l-ewwel tlabt jekk dan huwiex perijodu preskrittiv jew perijodu ta' dekadenza u ngħatajt l-informazzjoni li qed jiġi kkonsidrat bħala perijodu ta' dekadenza, jiġifieri perijodu perentorju - hemm ukoll perijodu ta' 12-il sena fejn id-direttur jista' jagħmel query ta' kwalunke tax period u f'dan l-istess perijodu ta' 12-il sena jrid ikun hemm l-evidenza available jekk tmur favur il-kummerċjant.", "Allura jekk din il-klawsola irridu norbtuha ma' l-informazzjoni li hija neċessarja biex ikun hemm l-assessment u biex ikun hemm ġudizzju mit-tribunal, ma rridux ninsew li eventwalment jista' jkun hemm appell.", "GĦalhekk jiena naħseb li m'huwiex ġust li tgħid lill-kummerċjant sabiex iżomm il-kotba għal tliet snin meta fil-fatt għandek perijodu ta' 12-il sena li fih jista' jsir l- assessment u hemm ukoll il-perijodu ta' appell u allura ċertament li jkun hemm bżonn ta' dawn id-dokumenti meta t-tribunal jiġi biex jiġġudika.", "Fil- fatt jekk nieħdu analoġija ma' l-income tax insibu li l-perijodu taż-żamma tad-dokumenti flimkien mal-perijodu li għandu d-direttur biex jagħmel ex- officio assessments huma l-istess u jekk m'iniex żbaljat huma ta' tmien snin.", "Jiġifieri naħseb li jkun aktar fair jekk fil-każ ta' l-ex-officio assessments ikollna perijodu ta' 12-il sena, dejjem jekk se jibqa' ta' 12- il sena.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Nixtieq nenfasizza ftit dan il-punt anke fil- kontest tas-sempliċita' li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jipprova jippromwovi.", "Hemm wisq perijodi differenti għall-kummerċjanti.", "L-Onor.", "Gatt semma mill-inqas tlieta jew erba' u prattikament il-kummerċant se jżomm l-istess kotba.", "Jiġifieri kważi kważi ta' min wieħed jikkonsidra li jżomm perijodu wieħed biex inqas inħawdu l-imħuħ.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Gvern min-naħa tiegħu jemmen li l-obbligu għandu jkun għal tliet snin biss, pero' ovvjament jekk it-taxpayer jaħseb li jista' jsir assessment fir-rigward tiegħu naħseb li sta għalih li jżomm dawn ir-records minn rajh.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ejja ninsew għalissa l-additional assessment u nieħdu biss the original assessment.", "Jiena ma naħsibx li għandna nitfgħu l- obbligu fuq il-povru kummerċjant u ngħidulu li jekk jaħseb li d-direttur jista' jagħmillu assessment allura għandu jżomm il-kotba.", "Jiena naħseb li għandna niggwidawh suret in-nies.", "Jekk id-direttur għandu dritt jagħmillu assessment fi żmien sitt snin allura għandna ngħidulu biex iżomm il-kotba għal sitt snin u b'hekk ikun kopert u mhux qisu qed ifittex ix- xorti biex jara jekk id-direttur huwiex se jagħmillu assessment jew le.", "Ħalli nerġa' nsemmi l-income tax.", "Fl-income tax il-perijodi jikkombaċjaw għaliex hemm il-loġika u naħseb li f'dan il-każ għandu jkun hemm l-istess perijodu.", "Jekk l-extended period huwa ta' 12-il sena, hawnhekk għandu jkun 12-il sena wkoll.", "Jiena b'dan il-mod argumentajt fil-klawsola preċedenti.", "Naħseb li fi 12-il sena nilħqu nagħmlu nofs l-istorja ta' Malta u mhux noqogħdu nagħmlu assessment fuq persuna!", "Jiġifieri seta' kien perijodu inqas, pero' jekk dan il-Gvern għażel li jagħmel perijodu ta' 12-il sena allura l-obbligu għandu jkun ta' 12-il sena.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 78 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 78 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 79 NEW CLAUSE 79", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'isem il-Prim Ministru, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq Klawsola Ġdida 79 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'isem il-Prim Ministru nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 79:", "\"BO\" Minnufih wara l-Klawsola 78 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Dispożizzjoni biex ma tiġix evitata t-taxxa.", "79.", "Għall-għanijiet tas-subartikolu (6) ta' l-artikolu 12 u l-proviso li hemm ma' l-artikolu 17 ta' dan l-Att, id-Direttur jista' jqis bħala persuna waħda lil żewġ persuni jew iktar li jkunu qegħdin iwettqu attivita` tan-negozju jekk ikun sodisfatt li l-firda ta' dawk l- attivitajiet tan-negozju jkollhom bħala għan ewlieni tagħhom l- evażjoni tat-taxxa.\".", "\"BO\" Immediately after Clause 78 there shall be substituted the following new clause:-", "\"Anti-avoidance provision.", "79.", "For the purposes of subsection (6) of section 12 and the proviso to section 17 of this Act, the Director may treat as one person two or more persons carrying on a business activity if he is satisfied that the separation of such business activities has for its main purpose the avoidance of tax.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 79 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Klawsola Ġdida 79 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li Klawsola Ġdida 79 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, din il-klawsola tispjega lilha nnifisha.", "Hija an anti- avoidance provision biex ma nispiċċawx kulħadd taħt it-Lm12,000 u Lm6,000 u anke biex nevitaw ċertu fragmentation li jista' jsir.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li hawnhekk hawn is-soltu problema li dejjem tqum fil-liġijiet fiskali.", "Fuqhiex qegħdin nitkellmu hawnhekk?", "Qegħdin nitkellmu fuq evasion jew fuq avoidance?", "L-aħħar linja ta' din il-klawsola tgħid ''jkollhom bħala għan ewlieni tagħhom l-evażjoni tat-taxxa\".", "Il-liġi dwar it-taxxa kien għallimhieli Dr. Karmenu Mifsud Bonnici - naħseb li għallem ħafna minna hawnhekk - u safejn naf jien it-traduzzjoni ta' \"evażjoni tat-taxxa\" hija \"evasion of tax\" u mhux \"avoidance of tax\".", "Aħna tgħallimna wkoll li waqt li l-evasion hija llegali, aħna l-avukati kważi għandna l-obbligu li nagħtu l-pariri lill-klijenti tagħna how to avoid tax.", "(Interruzzjonijiet) Iva, splitting hairs, but very important hairs in this case!", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li hija bażika.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Mr Chairman, din hija klawsola pjuttost importanti għaliex ovvjament se jsiru diversi attentati minn azjendi biex jipprovaw jevitaw it-taxxa, speċjalment it-taxxa kif ġiet formulata.", "GĦaliex l-ovvju - għalkemm ma naħsibx li hemm għalfejn nagħti indikazzjonijiet għaliex dawn tant huma ovvji li min jaf kemm hawn kummerċjanti li diġa' qegħdin jaħsbu f'metodu ta' kif jevitaw li jħallsu t- taxxa fil-framework tal-liġi - huwa li minn sena għall-oħra wieħed ibiddel il-kumpannija, jiġifieri jżomm kumpannija għas-snin li huma bil-fart u kumpannija għas-snin li huma biż-żewġ.", "Allura s-sena li jmissek bil-fart ittella' t-turnover imma tara li ma taqbiżx it-threshold ta' Lm12,000 jekk inti wholesale u Lm6,000 jekk inti tipprovdi servizz, u s-sena ta' wara jkun imissek topera bil-kumpannija l-oħra.", "Issa safejn se nwasslu d-discretion tad-direttur li jindaħal fi kwestjonijiet li huma within the framework tal-liġi?", "GĦaliex li wieħed jabbuża fis-sens li huwa jikser il-liġi huwa mod, pero' meta inti tagħti din it-tip ta' discretion huwa daqsxejn perikoluż għaliex wieħed għandu jkollu l-liberta' li jopera within a framework u within the rules li tistabbilixxi l-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jekk tippermettili nixtieq nikkonferma kif Klawsola Ġdida 79 ġiet emendata mil-legal consultants tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena ma nafx x'inhuma l-pariri li ngħataw pero' bil- Malti qiegħda tajba.", "Bl-Ingliż li hija ħażina għaliex il-kelma \"avoidance\" trid tiġi \"evasion\".", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Skond l-Attorney General stess it-test Ingliż għandu jitħalla l-istess kif inhu u jinbidel biss dak tal-Malti.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħalli naqra testwalment x'qed ngħidu fit-test Malti, fl-aħħar linja.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu:", "\"... jkollhom bħala għan ewlieni tagħhom l-evażjoni tat-taxxa.\".", "Din it-traduzzjoni tagħha hija \"the avoidance of tax\".", "Issa \"evażjoni\" bl- Ingliż tiġi \"avoidance\" jew \"evasion\"?", "Aħna x'irridu \"avoidance\" jew \"evasion\"?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Sakemm l-espert jiddeċiedi bejn il-kelma \"avoidance\" u \"evasion\", nixtieq ikolli risposta dwar x'jixtieq dan il- Parlament li d-direttur jiddeċiedi fil-każ li żewġ kumpanniji bl-istess shareholders u bl-istess diretturi jibdew joperaw sena iva u sena le.", "Dawn id-direttur se jikkonsidrahom bħala persuna waħda għal dan l-iskop?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: GĦalkemm moralment naqbel perfettament ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Austin Gatt qed terġa' tinġibidli l-attenzjoni mil- legal consultants tagħna li jekk tagħmel \"evasion\" li hija ħaġa llegali huwa diffiċli ħafna biex tipprovaha għaliex ikollok każ ta' frodi.", "Allura qegħdin jirrikkmandaw li minflok jinbidel it-test Ingliż jinbidel it-test Malti.", "Jiġifieri t-titlu tal-klawsola fit-test Malti jiġi \"Dispożizzjoni biex ma tiġix evitata t-taxxa\" u fit-test Ingliż jibqa' \"Anti-avoidance provision\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Bir-rispett kollu, issa assolutament ma nistgħux naqblu għaliex li wieħed jipprova jevita li jħallas it-taxxa f'sens legali hija ħaġa normali li jagħmilha kuljum.", "Issa bis-serjeta' naħseb li ma nafux x'qegħdin ngħidu għaliex li wieħed m'għandux jevadi t-taxxa naqblu mija fil-mija dwarha imma l-moralita' fiskali sa hemm għandha twassal.", "Pero' li inti tagħmel l-affarijiet biex tnaqqas il-piż tiegħek tat-taxxa huwa ovvju.", "Jiena naħseb li se noqtlu ħafna accountants bil-ġuħ, per eżempju, għax illum xogħlhom kważi huwa dak biss.", "GĦalhekk irridu nkunu ċari u ma jistax ikun li kull ħaġa li jkun hemm daqsxejn ta' kontroversja fuqha nitfgħuha fuq xi ħadd ieħor, jew il-legal experts, jew il-GRTU ...", "Qisu l-Gvern telaq mill-punto di partenza li jrid ibiddel l-isem ta' din il- liġi għaliex kulma fadal biex din tkun bħal-liġi dwar il-VAT huwa l-isem u xi miżuri oħra li jgħarrqu s-sistema!", "Il-bqija hawnhekk għandna l-VAT in a corrupted form u kull ħaġa li nsibu diffikulta' fuqha jgħidulna li ssuġġerewielhom dak u l-ieħor jew il-legal experts.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-ewwelnett, Mr Chairman, hemm punt sempliċi ħafna.", "Jekk din hija daqstant bħall-VAT allura l-Oppożizzjoni m'għandhiex diffikulta' tivvota favurha u tgħaddi mhux b'maġġoranza imma b'maġġoranza lampanti.", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn noqogħdu sejrin hekk għaliex meta wieħed jipprova jirkeb żewġt iżwiemel f'daqqa jispiċċa biex jinfetaq, u l- Oppożizzjoni qiegħda tinfetaq.", "Jien ma ħadtx sehem f'dan id-dibattitu imma fuq din il-klawsola nista' ngħid li dak li għadu kemm qal l-Onor.", "George Hyzler huwa barka mhux ta' ħmerijiet imma ta' affarijiet li jmorru kontra l- prinċipju tal-moralita' fiskali.", "GĦaliex?", "X'inhi l-emenda li għandna hawnhekk?", "Ejja nittrattawha bis-serjeta' li jistħoqqilha u mhux noqogħdu ngħidu lill-Ministru li qiegħed jagħmel affarijiet li qalhomlu ħaddieħor.", "Anzi huwa bil-maqlub.", "F'din il-parti l-kritika li qiegħda tagħmel l- Oppożizzjoni jmissha twassalha biex loġikament taqbel ma' l-emenda kif qiegħda ssir.", "Għaliex?", "GĦaliex l-emenda - u aħjar tinftiehem bl-Ingliż għaliex hija ċara bejn \"avoidance\" u \"evasion\" iżjed milli bil-Malti - tgħid:", "\"79.", "For the purposes of subsection (6) of section 12 and the proviso to section 17 of this Act,....\"", "- u allura qiegħed tħares lejn fejn l-Oppożizzjoni stess semmiet li jista' jkun hemm diffikulta' f'min jibbenefika mill-miżuri li fiha l-liġi attwali kif għamel il-punt l-Onor.", "Dalli l-bieraħ fis-Second Reading u anke llum f'ċerti ħinijiet -", "\"... the Director may treat as one person two or more persons carrying on a business activity ...\".", "- mela jekk hemm tnejn min-nies li qed jagħmlu business activity li fil- fatt hija waħda, jista' jittrattahom bħala persuna waħda -", "\"..... if he is satisfied that the separation of such business activities has for its main purpose the avoidance of tax.\".", "Hawnhekk ''avoidance'' hija l-kelma korretta u huwa ġustifikat li ssir din l-emenda proprju għal dak li għadu kemm qal l-Onor.", "George Hyzler u avukati oħra, accountants oħra u financial consultants oħra bħali, ħalli ma neskludi lil ħadd.", "Jekk din ma tidħolx, dawk kollha minna li qegħdin f'dawn is-setturi jkollna nagħtu l-parir biex tinstab il-loophole li jkun hemm jekk ma jkunx hemm din il-klawsola u toqgħod tagħmel intrapriża żgħira li taqa' taħt it-Lm12,000 fil-każ tal-provvediment ta' prodotti u Lm6,000 fil-każ ta' provvediment ta' servizzi.", "Issa hawnhekk il-leġislatur - u jiena fuq din biss qed nitkellem - qiegħed jgħid: ''Jiena qiegħed nagħmel dak il-provvediment hemmhekk, taqbel jew ma taqbilx miegħu, imma mhux għaliex qed nagħmel dak il-provvediment hemmhekk imbagħad inti tidħolli minn hawnhekk u to avoid it legalment - għaliex kif qed jgħid l-Onor.", "George Hyzler l-avoidance hija legali għalkemm xorta waħda hija mmorali - tagħmilli żewġ intrapriżi, għaliex jekk tagħmilli hekk jiena se nittrattak bħala intrapriża waħda.''", "Din hija l-essenza tagħha.", "Mela it is an anti- avoidance measure u l-Oppożizzjoni kellha raġun tgħid li bil-Malti trid tiġi \"evitata\" u mhux \"l-evażjoni\" imma fil-prinċipju tagħha dik hija n- natura ta' l-emenda.", "U n-natura ta' l-emenda hija korretta u anzi hija konsonanti ma' dak li qalet l-Oppożizzjoni l-bieraħ.", "Jiena qrajtha f'\"The Times\" għaliex ma kontx hawnhekk u x'ħin dħalt għidt li hija korretta u osservajtu u ddejjaqt li rajtu dak il-provvediment imma għallinqas torbot li qed tieħu miżura kontra l-possibbilta' li hemmhekk infetħet tieqa li jkun hawn Maltin, Għawdxin u Kemmunisti li jisfruttawha anke jekk ma nagħtuhomx parir aħna li qegħdin fis-settur li nagħtu ħafna pariri, inkluż jien.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena nifhem li qegħdin nidentifikaw minn qabel li wieħed jista' jipprova joħroġ minn taħt il-kappa tat-taxxa u allura ma niddejjaqx li qegħdin nagħlqu dik it-tieqa.", "Li niddejjaq pero' huwa li finalment hawnhekk qegħdin nagħtu diskrezzjoni lil xi ħadd li jrid jieħu din it-tip ta' deċiżjoni.", "Nieħdu l-eżempju ta' żewġt aħwa bajjada li jaħdmu flimkien.", "Min se jiddeċiedi li dawn qed jaħdmu bħala persuna waħda jew inkella individwalment?", "Fuq liema kriterju d-direttur se jiddeċiedi u jgħidilhom li huma one firm?", "Għaliex imorru flimkien u jużaw l-istess sellum u allura għall-finijiet tat-threshold jakkumula l-income kollu tagħkom meta dawn jista' jkollhom arranġament differenti li jaqsmu mmedjatament id-dħul illi jkollhom u joperaw b'mod kompletament differenti?", "Jiġifieri fuq liema kriterji se jittieħdu dawn id-deċiżjonijiet?", "Kif ifettillu d-direttur?", "Jiena hawnhekk fejn niddejjaq meta jkollna daen it- tip ta' provvedimenti.", "(Interruzzjonijiet) Ma tistax tagħmilha tassattiva.", "Mela l-mod kif joperaw in-nies tista' tilleġislah?", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, jiena ningħaqad ma' dak li qal sieħbi l-Onor.", "Lino Spiteri ftit qabel.", "Dwar din il-kwestjoni tat-tax avoidance għalkemm fil-prinċipju tgħallimna li hemm distinzjoni netta bejn \"avoidance\" u \"evasion\" għall-iskopijiet tat-taxxa, jekk wieħed iħares lejn l-Income Tax Act isib li Artiklu 51 jitkellem speċifikament fuq tax avoidance u jagħti dik id-diskrezzjoni li qed isemmi l-Ministru.", "Dan l- artiklu jgħid hekk:", "\"Where any scheme which reduces the amount of tax payable by any person is artificial or fictitious or is in fact not given effect to, the Commissioner shall disregard the scheme...\".", "U f'subsection (2) jkompli jgħid:", "\"Where any person, as a direct or indirect result of any scheme of which the sole or main purpose was the obtaining of any advantage which has the effect of avoiding, reducing or postponing liability to tax, or of obtaining any refund or set-off of tax, has obtained or is in a position to obtain such an advantage, the Commissioner shall, by order in writing, determine the liability to tax or the entitlement to a refund or set-off of tax ...\".", "Jiġifieri anke taħt l-Income Tax Act il-kummissarju għandu element ta' diskrezzjoni, u jrid ikollu dan il-poter biex nevitaw li jkun hemm dawn l- iskemi fitizzji mhux marbutin man-negozju u ntiżi biss biex jaħarbu t- taxxa u mhux biex jgħinu u jippromwovu n-negozju.", "Dawn huma paper schemes li l-għan tagħhom huwa biss li ma titħallasx it-taxxa.", "Allura l- kummissarju, anke taħt il-liġi ta' Income Tax, jingħata dik il-fakulta' li jagħmel l-assessment tiegħu jew inkella jinjorahom kompletament.", "Fil-każ ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tant għidna dwar abbuzi - u kien hemm ukoll suġġerimenti kif jistgħu jsiru ċerti affarijiet u ċerti skemi biex it-taxxa ma titħallasx - li huwa ġust li l-kummissarju jkollu d- diskrezzjoni li janalizza ċerti skemi.", "U għandu dritt li jkollu din id- diskrezzjoni għaliex effettivament ir-records li jinżammu bħala riżultat ta' din it-taxxa - u r-records iridu jinżammu, u dan norbtu mal-moralita' fiskali u mal-ġbir tat-taxxa - iridu jintużaw għal skopijiet ta' income tax.", "Jiġifieri jew f'waħda jew fl-oħra qegħdin nagħlqu u nippromwovu l- prinċipju tal-moralita' fiskali u allura meta ngħidu li meta qegħdin nagħmlu dawn id-distinzjonijiet donna qegħdin nintroduċu xi prinċipji li fl- ebda liġi oħra ma jipprevalu, naħseb li nkunu qegħdin nimmislijdjaw lill- Kamra Kif diġa' għidt, dawn huma skemi intiżi purament u sempliċement biex it-taxxa tiġi moħbija jew sabiex naħarbu l-liability tat-taxxa u kemm fl-income tax u kemm f'liġijiet oħra hemm din il-fakulta' tal-kummissarju u allura l-istess prinċipju qegħdin napplikawh għal din il-liġi u naħseb li fl-aħħar mill-aħħar hemm raġuni ġustifikata għal dan.", "Dan iktar u iktar għaliex jista' jkollok każ fejn bniedem ikun ġabar it- taxxa u żammha għalih għaliex ivvintalek xi skema u allura Allaħares ma tagħtix dawn id-diskrezzjonijiet li aħna rbatnihom mar-random checks li hu obbligat li jagħmel il-kummissarju.", "Fil-fatt fi klawsola partikolari għidna li l-kummissarju kultant żmien jagħmel random checks pero' jekk filwaqt li nagħtuh dik il-fakulta', biex inżommu l-kontroll ngħidu li dawn huma fitizzji pero' legalment tista' tpinġihom li jagħtu lok ta' avoidance u mhux evasion u allura għandhom jiġu aċċettati, verament inkunu qegħdin nilludu lilna nnfusna.", "Jiena naħseb li nkunu qegħdin nidħku bina nfusna meta ngħidu li rridu nissanaw il-moralita' fiskali u l-ġbir leġġittimu tat- taxxa dovuta, hi x'inhi t-taxxa, kemm jekk tkun taxxa diretta jew inkella taxxa indiretta taħt il-liġi li għandna quddiemna.", "GĦalhekk il-fatt li żammejna l-istess prinċipji li japplikaw fl-Income Tax Act naħseb li hija l- għażla t-tajba u hekk għandha tibqa' fil-liġi li għandna quddiemna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Mr Chairman, l-ewwelnett il-kritika ta' l- Oppożizzjoni kienet għaliex kien hemm konfużjoni bejn \"evasion\" u \"avoidance\" bil-Malti u bl-Ingliż.", "Dak il-punt ġie apprezzat u fil-fatt ġie ċċarat.", "It-tieni ħaġa kien li ċċarajna li kontra dak li ħsibna oriġinarjament l-intenzjoni tal-leġislatur hija li jirrestrinġi l- avoidance.", "(Interruzzjonijiet) Mela qegħdin naqblu.", "Jekk inti tista' tillimita l-avoidance allura f'ġieħ il-moralita' fiskali ejja naqblu fuqha, imma jekk qegħdin naħsbu li l-unika possibbilta' ta' avoidance huwa li iktar minn persuna waħda jistgħu jifiridu l-attivitajiet tan-negozju tagħhom, allura għadna lanqas bdejna għaliex il-possibbiltajiet ta' avoidance huma ferm iktar wesgħin minn hekk.", "Dawn jiena m'iniex se noqgħod nidħol fihom, pero' diġa' tajt eżempju wieħed ta' avoidance kif nifhem jiena ta' kumpannija li topera bil-mod ta' żewġ u fart u ma tiġix milquta minn din il-klawsola għaliex m'hijiex persuna waħda jew tnejn li qegħdin jifirdu l-attivita' tan-negozju tagħhom.", "Dawn qegħdin jinnegozjaw f'sena u f'sena oħra.", "Allura jien qed niġbed l-attenzjoni tal-Gvern li jekk huwa ....", "(Interruzzjonijiet) Iftaħ iżjed jekk trid tiftaħ iżjed imma jiena kulma rrid huwa li dak li trid tagħmel tagħmlu b'mod ċar, trasparenti, u sempliċi.", "Dawn l-affarijiet ilna niftaħru bihom u frankament f'din il- liġi rajna kollox ħlief sempliċita', trasparenza u ġustizzja.", "(Interruzzjonijiet) Ix-xogħol żgur li se jonqos, u diġa' beda jonqos.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nixtieq li f'isem il-Prim Ministru nressaq emenda għal din il-klawsola ġdida biex nemenda t-titlu b'mod formali.", "\"BQ\" Fit-test Malti tal-Klawsola 79 ġdid in-nota marġinali tagħha għandha tiġi sostitwita bil-kliem \"Dispożizzjoni biex it-taxxa ma tiġix evitata'', u minflok il-kliem ''l-evażjoni tat-taxxa'' għandhom jidħlu l-kliem ''li tiġi evitata t-taxxa.\".", "''BQ'' In the Maltese text of New Clause 79, the marginal note shall be substituted with the words \"Dispożizzjoni biex it-taxxa ma tiġix evitata'', and for the words ''l-evażjoni tat-taxxa'' there shall be substituted the words ''li tiġi evitata t-taxxa\".''.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BQ\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 79, kif emendata, tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 79, kif emendata, għaddiet u ġiet ordanta biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, Klawsola 1 taqra kif ġej: 1.", "\"Dan l-Att jista' jissejjaħ l-Att ta' l -1997 dwar it-Taxxa tad- Dwana u tas-Sisa u għandu jibda jseħħ f'dik id-data jew f'dawk id-dati li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jistabilixxi b'avviż fil-Gazzetta, u dati differenti jistgħu jiġu hekk stabbiliti għal dispożizzjonijiet differenti jew għal għanijiet differenti ta' dan l- Att.\".", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din id-division tittieħed wara l-ħin tad-9.00 p.m.", "It-titolu għadda u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex l- Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l- ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għalkemm fil-liġi tal-VAT ma kenux tawni dan il- permess, jiena nagħtihulhom.", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Fis-7.50. p.m il-Kamra rriżumiet u l-Ministru tal-Finanzi rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa' fid-9.00p.m.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, għandni ninformak li ntlaħaq qbil f'din il-Kamra, fis-sens li allavolja għad trid issir il-votazzjoni fuq ċerti klawsoli, skedi u emendi fl-Istadju tal-Kumitat, is-Sedja tista' tgħaddi biex tpoġġi l-mistoqsija fuq it-Tielet Qari sabiex imbagħad illejla nieħdu votazzjoni fuq kollox, inkluż fuq it-Tielet Qari.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nikkonferma dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Dalli.", "MADAM SPEAKER: Skond qbil milħuq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra ngħaddu issa għat-Tielet Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Għaldaqstant nitlob lill- Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari f'isem il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, f'isem il-Prim Ministru nipproponi t- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa\" ikun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju 1997 din id-division tittieħed aktar tard wara l-ħin tad-9.00 p.m..", "Ngħaddu issa għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-CONDOMINIA", "CONDOMINIUM BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Mejju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela huwa in possession.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, inkompli ma' dak li kont qed ngħid il- bieraħ qabel ġejt vulgarment interrott mill-ħin.", "Din il-liġi ma tistax tkun aċċettabbli u prattikabbli jekk il-kerrej jew l-utilista ta' proprjeta' se jiġi totalment eliminat minn kull responsabbilta' u minn kull dritt li qiegħed jingħata.", "Il-kerrej irid bilfors jiġi nkluż fi stadju iżjed 'il quddiem ta' din il-liġi jew jiġi nkluż fid-definizzjoni biex jitqies bħala wieħed mill-condomini ta' din il-proprjeta', altrimenti aħna nistgħu nispiċċaw illi jkollna proprjeta' okkupata minn, per eżempju, erba' sidien, ċenswalist u kerrej u l-erba' sidien biss se jkollhom il-piż sabiex jirranġaw.", "Is-sid, li ma jistax jgħolli l-kera lill-kerrej, se jkun responsabbli jħallas is-sehem tal-partijiet komuni tax-xogħlijiet li huma neċessarji u l-kerrej ma jipparteċipax f'dawn l-ispejjeż.", "Jiġifieri l- kerrej mhux biss jista' joqgħod jitnikker biex iħallas il-kera, talli lanqas se jikkontribwixxi għas-sehem tal-manutenzjoni, l-indafa u improvements oħrajn fil-partijiet komuni.", "Madam Speaker, apparti li bilfors irridu nagħtu definizzjoni tajba ta min hu l-condominus, irridu nikkalkolaw ukoll importanza oħra meta qegħdin ngħidu x'inhu condominium.", "Aħna qegħdin neliminaw il-parti tal-garages li ġieli jkunu jifformaw parti minn blokk ta' appartamenti u f'dan il-kas, utilisti jew sidien ikollhom partijiet komuni ta' parti wżata bħala garages.", "Illum nafu li l-awtoritajiet jesiġu mingħand min ikun se jtella' blokk appartamenti sabiex joħloq garage space għal dawk is-sidien li jkunu se joqogħdu fihom.", "Per eżempju, bniedem li japplika għal blokk ta' sitt appartamenti f'San Pawl il-Baħar ma jingħatax il-permess jekk m'hux kapaċi jipprovdi għallinqas garage space għal karozza għal kull appartament.", "Fejn se nirregolaw dawn il-proprjetajiet, irridu nirregolaw ukoll kif jimxu r- relazzjonijiet fil-garage area taħt l-istess blokk jew li jista' jkun jifforma parti minnu.", "Madam Speaker, naħseb li kemm inti fil-professjoni tiegħek, kemm jien u kemm diversi nies oħra hawnhekk, ilkoll nafu li jkun hemm ħafna flats li jkollhom it-taraġ jew lift li jibqa' nieżel għall- garage area u jista' jkun hemm ċerti ducts ta' arja jew shafts li jibdew mill-garage area u jibqgħu telgħin sa fuq nett.", "Jiġifieri ma jistax ikun li naqtgħu linja dritta u napplikaw il-liġi biss għal-livell ta' l- appartamenti imma rridu noħolqu xi ħaġa simili għal-livell ta' taħt.", "Klawsola li nħadmet tajjeb u li naħseb għandna nikkonsidrawha meta nkunu qed niddiskutu din il-liġi fl-istadju ta' Kumitat hija dik dwar is-sistema ta' cluster houses fl-Imtarfa.", "Kull min xtara waħda minn dawn id-djar ġie obbligat li jixtri garage taħt l-istess binja.", "L-obbligi hemmhekk huma li bħala sidien dawn iridu jipparteċipaw f'dawn il-partijiet komuni.", "U hawn nimxi pass ieħor u ngħid illi jien kont nesiġi wkoll illi parti minn dan il- kuntratt jgħid li min ibigħ l-appartament irid jassoċja miegħu wkoll il- garage space jew il-garage li hemm fl-istess condominium.", "Jagħmel sens illi min xtara flat u garage jerġa' jbigħhom it-tnejn f'daqqa biex iżomm entita' waħda.", "Jiena qed ngħid li fejn il-permess tal-bini ngħata bil-premessa li jsiru garage spaces għandha tibqa' regola li torbot il-kuntratt tas-sid illi jekk hu xtara appartament u garage irid jerġa' ibigħhom it-tnejn f'daqqa.", "Meta speċjalment ikollok taraġ tal-komun jew xaftijiet li jibqgħu neżlin sal-garage area rridu ndaħħlu l-klawsoli ta' kif jipparteċipaw u jikkontribwixxu n-nies għall-partijiet komuni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion, on a personal explanation.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiena naqbel mal-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Abela, fis-sens illi jrid ikollok kontinwita' bejn iż-żewġ units.", "Meta nkunu qed nitkellmu fuq garage qed nitkellmu fuq entitajiet separati u distinti li jappartjenu lil bniedem wieħed, filwaqt li dik tal-common parts hija xi ħaġa li tappartjeni lil kulħadd.", "Id-distinzjoni tista' tinqala' - anke a terminu tal-liġi - fejn għandek garage spaces li forsi m'humiex definiti.", "F'dan il-każ m'aħniex qed nitkellmu fuq garage imma fuq sempliċement spazju fejn isir parking.", "Jiġifieri f'dak il-każ għandek a common area fejn kulħadd ikollu spazju available.", "Dik taqa' taħt din il- liġi, imma meta inti għandek bniedem li għandu l-garage separat u mbagħad għandu l-partijiet komuni, naħseb li nkunu qegħdin immorru daqsxejn oltre jekk inġiegħluh ibigħ l-individual unit ukoll, li hija proprjeta' assoluta ta' bniedem wieħed.", "Hawnhekk qed ngħidu li is-sehem indiviż tal-common part ma jistax jinbiegħ biex nassiguraw li ma jkunx hemm konfużjoni.", "Pero' irridu noqogħdu attenti wkoll li ma jkunx hemm infringement fuq id-dritt ta' l-individwu fuq il-proprjeta' tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-definizzjoni tal-Ministru dwar x'jikkostitwixxi common areas ma tinkludix id-drive-in ta' dawn il-garages.", "Allura jekk ma tinkludix id-drive-in fid-definizzjoni - għal garages qed ngħid u mhux għal car spaces - is-sid jispiċċa jbigħ il-garages individwali forsi lis-sidien tat-tenements ta' fuqhom u teknikament it-titlu tad-drive- in jibqa' ta' l-iżviluppatur.", "Imbagħad jiġri, bħalma ġara f'każ li jolqot lili, li dan ibigħ id-dritt ta' l-aċċess lil terzi li m'għandhomx x'jaqsmu ma' dak il-condominium u dan b'effett negattiv fuq it-tgawdija ta' dak il- condominium.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Filwaqt li għall-punt li qanqal il-kollega tiegħi li d-drive-in ta' partijiet komuni għandha tiġi inkluża naħseb li wieħed jista' jikkonsidra li jagħmel emenda, ma rridux ninsew li l-liġi ma ssemmix l-ownership imma ssemmi l-enjoyment tal-partijiet komuni.", "Kull min għandu garage għandu d-dritt għal dan l-enjoyment għax għandu d-dritt ta' l- aċċess, id-dritt li jużaha u d-dritt li ma jagħmlulux ingombru f'nofs id- drive-in.", "Forsi dan ikollu l-ħsieb li juża d-drive-in biex jagħmel xi żvilupp.", "Dawk il-possibilitajiet sa ċertu punt ma tistax iċċaħħadhom lid- developer, once li jġib il-permess neċessarju.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, klawsola 6 titkellem fuq id-drittijiet tal-condomini u f'subklawsola 6 (3) nsibu mniżżel hekk:", "\"Condominus ma jistax jiddisponi mid-drittijiet tiegħu fil-partijiet komuni separatament mid-drittijiet tiegħu fil-partijiet li huwa jkollu b'mod separat pro diviso; lanqas ma' jista' jiddisponi mid-drittijiet tiegħu fil-partijiet li huwa jkollu b'mod separatat pro diviso separatement mid-drittijiet tiegħu fil-partijiet komuni.\".", "Ma' din norbot il-klawsola 7 li tgħid hekk:", "\"Ebda sehem mid-drittijiet komuni ma jista' jiġi diviż jew imneħħi mingħajr ma jkun hemm il-kunsens tal-condomini kollha.\".", "Mela x'inhi l-pożizzjoni ta' bniedem li għandu terran b'bitħa fuq wara - jiġifieri l-bejt ma jużahx - jekk joħroġ il-permess sabiex jibnu sular ieħor u wieħed mill-istess sidien ta' l-appartamenti l-oħra jkun irid jixtri sehmu indiviż tal-bejt?", "Jien naħseb li fi klawsola 7 irridu nżidu l- kliem \"ebda sehem ma jiġi trasferit sakemm jekk mhux lil sid ieħor ta' proprjeta' fl-istess korp ta' bini\".", "Jekk bniedem jirnexxilu jixtri ammont sostanzjali minn bejt u jkollu l-permess biex jibni, x'jiġri jekk ikun hemm min hu nteressat li jieħu parti u jkun hemm min ma jkunx jiflaħ għall- ispiża?", "Allura filwaqt li naqbel li dawn ma jbigħux id-drittijiet tagħhom lil barranin, min-naħa l-oħra naħseb li sid ta' flat ieħor f'dak il-blokk għandu jkollu d-dritt li jixtri s-sehem indiviż ta' bejt.", "Issib diversi nies li jkollhom terran u jgħidulek li m'humiex interessati jħallsu għall- manteniment mit-taraġ 'il fuq.", "Forsi dan veru ma jkunx jagħmel użu minnu ħlief li jkollu tank u television aerial fuq il-bejt, pero' jien naħseb li għandu jkun hemm id-dritt li l-condominus jista' jirrinunzja għal drittijiet fil-partijiet komuni, basta lil sid jew sidien oħra ta' l-istess condominium.", "Madam Speaker, niġi issa għal subklawsola 9(1) li tgħid hekk:", "\"Dawk il-condomini li ma jkunux bi ħsiebhom jibbenefikaw minn dak it- tibdil jew tiġdid li jista' jagħti lok għal użu separat minn kull condominus huma eżentati milli jikkontribwixxu għall-ispejjeż relattivi.\".", "Pero' fejn se taqta' l-linja li tgħid minn fejn condominus m'huwiex se jutilizza l-partijiet komuni?", "U hawn hu l-qofol kollu.", "Għaliex?", "Għaliex jekk bniedem għandu dritt iwaħħal tank ta' l-ilma jew television aerial fuq il-bejt, xi darba se tinqala' xi ħsara u jrid jitla' jirranġah, bħalma jekk tinstadd il-katusa min joqgħod fis-sular ta' fuq irid jikkontribwixxi sabiex tiġi rranġata l-ħsara.", "Allura f'dak is-sens jien ma nistax nara għaliex dan il-bniedem, bl-skuża li ma jutilizzax il-proprjeta' b'użu normali, jista' ma jħallasx sakemm aħna ma ngħidux li l-eċċezzjoni li bniedem jirranġa tank ta' l-ilma u aerial tat-television m'hijiex ikkonsidrata bħala użu normali.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' spejjeż esaġerati u tibdil dekorattiv.", "Jiġifieri meta bniedem jirranġa t-taraġ, aħna se nidħlu fil-meritu ta' kif irid jirranġa u ngħidu jekk iridx ikun madum jew irħam?", "Naħseb li aħna rridu nagħmlu skeda b'riferenza għal klawsola 9 li tiddefinixxi minimum standards diċenti.", "Madam Speaker, din il-liġi tgħid ukoll li għandu jkun hemm bniedem li jieħu ħsieb il-partijiet komuni u qegħdin insejħulu amministratur.", "Pero' x'se jiġri mill-pożizzjoni ta' amministratur jekk in-nies li joqogħdu f'condominium, għax hemm nuqqas ta' qbil bejniethom, ma jagħżlux amministratur?", "Naf li hemm bord li għandu dritt jaħtar lil xi ħadd hu, imma dan se jkun wieħed mill-condomini jew jista' jkun bniedem minn barra?", "Fil- każ li jinħatar bniedem minn barra, ma naħsibx li kull min hu pensjonant huwa komdu li joqgħod jieħu ħsieb blokk ta' appartamenti u jidħol responsabbli legalment bħala amministratur jekk mhux se jiġi kkompensat.", "Mela hawnhekk irridu ndaħħlu kriterju biex bniedem li se jkollu l- management ta' partijiet komuni m'għandux iħossu f'sitwazzjoni mbarazzanti biex jitlob management fee.", "F'Malta hawn diversi blokkijiet - kemm jien u kemm il-Ministru għamilna kuntratti ta' postijiet tipo St. Paul's Court f'Buġibba u l-flats li hemm iktar 'il ġewwa bħal La Vallette Court u oħrajn - fejn min ikun amministratur ta' xi wieħed minnhom jieħu bejn 10% u 12% charge talli jkun responsabbli, għaliex il-liġi tgħid li jekk dan jinstab ħati li ma ħax ħsieb il-proprjeta' jista' jitkeċċa.", "Mela għal dak l- amminstratur li veru jagħmel xogħlu għaliex m'għandniex ngħidu li oltre d- dritt li jiġbor l-ispiża għandu jingħata persentaġġ għalih?", "Dan nistgħu nistabilixxuh aħna biex la jkun esaġerat u lanqas miżeru għax jekk dan jimtela' bit-trab irid imur jinħasel u s-sapuna hu jrid jixtriha.", "(Interruzzjonijiet) Issa bl-ETP jew bl-ETS xorta jrid jixtriha.", "(Interruzzjonijiet) Issa tara kemm se torħos!", "Jien ngħid li għandna nistabilixxu ammont sabiex nikkumpensawh.", "Naħseb li jekk nagħmlu dan, ikun hawn min jagħti servizz professjonali għax jaf li jekk jieħu ħsieb 10 blokkijiet ta' flats se jaqlagħha mhux ħażin u jaf li oltre l-ispejjeż li jagħmel se jibqagħlu ċertu ammont għalih.", "Madam Speaker, din il-liġi tistabilixxi wkoll min irid iħallas għal ċerti spejjeż li jsiru bejn sular u ieħor.", "Huwa fatt magħruf li meta jinbena blokk ta' appartamenti, sakemm bniedem ma jiddeċidix li jgħaddi l-piping minn ġos-saqaf meta jkun qed jingħata l-konkos, dan ġeneralment jiġi mgħoddi minn taħt il-madum tas-sular ta' fuqu.", "Fil-fatt, f'ħafna kuntratti nsibu li meta wieħed jiġi biex jagħmel il-madum irid jagħti pre- avviż permezz ta' ittra biex l-ieħor ikun jista' jgħaddi l-piping mis-saqaf biex jiġu evitati l-problemi.", "Allura naħseb li f'subklawsola 12(3) għandna ngħidu li \"il-condominus tas-sular t'isfel għandu jħallas l-ispiża f'każ ta' ħsara għat-tibjid u d-dekorazzjoni tal-bejt u sabiex jgħaddi piping ġdid tad-dawl li jista' jkun hemm bżonn f'dak il-każ\", għax jekk il- piping se jsir a benefiċċju ta' dak li jgħix fis-sular t'isfel ma' jagħmilx sens li jħallsu ta' fuq.", "Madam Speaker, fi klawsola 14 qegħdin ngħidu li jekk condominium ikollu ħsara konsiderevoli jew jispiċċa totalment, kwalunkwe sid ta' waħda mill- proprjetajiet għandu dritt ibigħ b'subbasta l-proprjeta' kollha.", "Jien ma naqbilx li minħabba kapriċċ ta' wieħed mis-sidien - għax jista' jkun bniedem li ma joqgħodx hemm - li jkun jaqbillu li l-proprjeta' tinbiegħ biex il-condomini li għandu hemm ġew jitkeċċew ...", "Imbagħad għidli fejn trid tpoġġihom lil dawn in-nies!", "Kif inhi l-liġi llum tgħid li jekk ikun hemm il-ħsara sta għas-sid li jirrimedja u jerġa' jirranġa u mbagħad jgħolli l-kera b'10% ta' l-ispiża li jkun għamel, pero' f'dan il-każ qed nitkellmu fuq xi ħaġa differenti.", "Mela jekk jien sid ta' appartament, malli jkun hemm ħsara sostanzjali jew jaqa' l-bini jaqbilli nagħżel li jmur fis-subbasta u tinbiegħ l-art mingħajr l-ebda piż jew obbligazzjoni oħra għax min se jerġa' jibni mhux se jkun obbligat li jipprovdi residenza oħra għal dawk in-nies li kienu jgħixu hemm.", "Mill-banda l-oħra, jekk jien għandi flat f'ambjent tajjeb u nkun ħallast proprju għall-area li jkun fih, għaliex is-sid tal-proprjeta' ta' fuqi għandu jobbligani li nbigħu?", "Mela jekk is-sid ta' livell differenti jew wieħed mis-sidien l-oħrajn għandu dritt li a spejjeż tiegħu jerġa' jibni dak il-livell, għandu jkun hemm l- għażla li dik il-parti ma tinbiegħx għaliex forsi jien inkun kuntent nerġa' nonfoq Lm10,000 jew Lm15,000 - tista' tħallashomli l-insurance jekk inkun inxurjat - u nerġa' nibni l-appartament tiegħi, milli nieħu l-Lm10,000 li jmissni mill-bejgħ tal-proprjeta' u biex nerġa' nistabilixxi residenza jkolli mmur f'ambjent differenti.", "Għaliex jien naħseb li min se jixtri dan il-blokk flats m'huwiex se jibnih biex ma jaqla' xejn minnu imma jibnih biex wara jagħmel profitt, and it makes sense li jagħmel profitt.", "Allura f'dan il-każ jew irridu nżidu proviżjonijiet biex nieħdu ħsieb id- drittijiet tar-residenti l-oħrajn li minkejja d-diżastru li jkun sar ikunu jridu jibqgħu joqogħdu hemmhekk, jew inkella rridu ...", "Sfortunatament naf li dan jagħti lok għas-sistema li kellna qabel, pero' ma naħsibx li għandna nieħdu d-dritt tar-residenza lil xi ħadd.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Forsi wieħed jista' jispjega aktar x'jiġri f'każ li blokk jinqered għal kollox jew jinqered b'mod sostanzjali li jagħmilha mpossibbli għar-residenti ta' dak il-blokk li jibqgħu jgħixu fih.", "F'din il- liġi għadna ma ġejniex għall-kwestjoni ta' postijiet li jkunu mikrija.", "Jiġifieri min għandu blokk flats u jrid jikrihom individwalment - kemm jekk il-kirja tkun saret taħt il-liġi ta' l-1935 kif ukoll jekk tkun saret mill- 1995 'l hawn - anke f'każ li l-blokk jiġi distrutt, is-sid xorta se jibqa' marbut b'dawk l-obbligi li għandu skond il-liġi u fil-prattika se jerġa' jispiċċa l-qorti jekk dawn iġiegħluh jerġa' jibnilhom dik il-proprjeta'.", "Din hija r-realta' tas-sitwazzjoni.", "Jekk bniedem ikollu flat ta' ħdax jew tnax-il filata b'tul ta' 80 pied u jkun jixtieq jerġa' jibnih bi flusu, x'jiġri f'każ li l-co-owners ma jaqblux?", "Aħna dejjem nagħtu l-ewwel dritta ta' qbil bejn il-partijiet għax dak huwa l-element kuntrattwali u huwa prinċipju li l-liġi tirrispekkjah u tirrispettah minn isfel sa fuq.", "Qed ngħidu li f'każ ta' nuqqas ta' qbil ma tistax tħalli l-każ hemmhekk u ħadd ma jieħu xejn għaliex inkella nkunu qegħdin nerġgħu nkissru l-prinċipju ta' dan l-istess istitut li qegħdin nintroduċu.", "Forsi wieħed jista' jiħdol iktar fil-fond biex jara jekk bniedem li kellu flat fit-tielet sular u ġie distrutt kompletament, jibqagħlux id-dritt li jikkontribwixxi sabiex jinbena mill-ġdid.", "ONOR.", "TONY ABELA: Dak li qed ngħid jien.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma fil-każ tal-kirjiet il-konċett huwa differenti għaliex din il-liġi s'issa ma tidħolx f'dawk li huma kirjiet.", "ONOR.", "TONY ABELA: Naħseb li jkun importanti li meta niġu għal dan il- punt fl-istadju ta' Kumitat nikkonsidraw serjament li ndaħħlu dan il- proviso għaliex fuq kollox anke l-Kostituzzjoni tagħtina dritt għar- residenza tagħna u ma nistgħux immorru kontra dak id-dritt.", "Madam Speaker, niġi issa għal subklawsola 14 (9) li tgħid:", "\"Meta condominus iqis li s-sehem tiegħu dwar xi spejjeż kif stabbilit fis-subartikolu (7) ta' dan l-artikolu ma jkunx wieħed ġust ...\"", "għandu dritt għal applikazzjoni lill-bord u din għandha ssir mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta hu jiġi nformat bl-ammont ta' l-ispiża li jrid joħroġ.", "Jien naħseb li fejn wieħed ma jkunx qed jaqbel ma' l-ieħor huwa mportanti li jibgħat ittra reġistrata għax b'dan il-mod ikun qed jingħata riċevuta awtomatikament.", "Madam Speaker, il-klawsoli segwenti jkomplu jitkellmu fuq l- amminsitrazzjoni u fuq il-funzjonijiet ta' l-amministratur.", "Jien naħseb li l-piż ta' l-amministratur dejjem għandna nżommuh li huwa nomine għaliex jekk amministratur jinstab ħati ta' kawża bejn żewġ condomini, jekk ikun għamel xogħlu sew ma nistgħux nippretendu li dan għandu jinżamm responsabbli personalment għal dak li jkun ġara f'dik l-entita' jew f'dik il-proprjeta'.", "GĦalhekk naħseb li ma' subklawsola 17 (1) li tgħid:", "\"GĦar-rigward ta' kull ħaġa li jkollha x'taqsam mal-partijiet komuni tal-condominium, l-amministratur għandu r-rappreżentanza tal-condomini kollha kif ukoll il-kapaċita' ġudizzjarja u legali li jħarrek u li jiġi mħarrek.\",", "irridu nżidu li jekk dan se jiġi mfittex għandu jiġi mfittex fis-sens li huwa rappreżentant ta' nies oħrajn.", "Naħseb li għandna nżidu wkoll li jkun id-dover tiegħu li jinforma lill-condomini tal-proprjeta' fuqhiex qed ifittxuh.", "Qed ngħid dan għaliex forsi hu jkun lest li jmur il-qorti jew quddiem il-bord, filwaqt li jekk din il-problema tkun fuq spiża ta' xi Lm50, il-condomini - li forsi jkunu jammontaw għal sebgħa - jiddeċiedu li joħorġu l-flus bejniethom ħalli jevitaw il-problemi.", "Għalhekk apparti dan l-abbozz ta' liġi, li huwa t-teorija, l-amministratur għandu jkun prattiku u għandu jsib dik il-linja - darba kien hemm għalliem li din il-linja kien isejħilha grey area - li tistabilixxi meta wieħed ikun irid jieħu deċiżjoni waħdu u meta wieħed ikun irid imur lura għand is-sidien tal-proprjeta' biex jieħdu d-deċiżjoni flimkien.", "Madam Speaker, jien nixtieq nagħlaq l-intervent tiegħi billi nifraħ lill- Ministru talli ressaq dan l-abbozz ta' liġi għaliex il-bżonn tiegħu ilu jinħass is-snin.", "Forsi 'l quddiem għad naslu biex nitkellmu fuq tipi differenti ta' proprjeta', bħal maisonettes, għax anke hawnhekk teżisti l- ħtieġa li jiġu regolati ċerti affarijiet.", "Jien nispera li din il-liġi ma ddumx ma tidħol fis-seħħ u tkun ċara biżżejjed ħalli b'hekk nevitaw li jsiru ħafna kawżi.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, il-bniedem ma jitwelidx biex sempliċement ikun qed jeżisti imma biex jgħix ma' l-oħrajn u għalhekk meta nitkellmu fuq il-konċett tal-condominium irridu ngħidu li f'soċjeta' huwa importanti li l-bniedem jitgħallem joħloq relazzjonijiet ma' oħrajn u fejn ma jaqbilx magħhom jipprova jsib is-soluzzjonijiet.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi għamilnih proprju għal dan l-għan għax aħna nemmnu li meta l- bnedmin ikunu qed jgħixu flimkien irid ikollhom normi li jirregolaw l- attivita' tagħhom u l-mod kif joperaw l-area li jgħixu fiha.", "Quddiem dan il-Parlament għadha kif tressqet leġislazzjoni finanzjarja u dan ikompli juri li wieħed mill-impenji tal-leġislatur huwa li jara li l- ħidma tal-gvern tkun sostnuta mill-finanzi tal-pajjiż.", "GĦalhekk huwa importanti li l-liġijiet jiġu emendati minn żmien għal żmien biex dawn jibqgħu dejjem jirriflettu l-bżonn li l-ħidma tal-gvern ikollha l- finanzjament meħtieġ u l-istruttura legali preċiża.", "Pero' dan m'huwiex kollox għall-Parlament għax wara kollox aħna qed ngħixu f'soċjeta' ta' bnedmin u għalhekk dan l-abbozz ta' liġi li qed jiġi propost għandu importanza soċjali kbira, speċjalment meta nieħdu in konsiderazzjoni li dan jitkellem fuq proprjeta' li għandha partijiet komuni.", "Dalgħodu smajt lil wieħed jagħmel riflessjoni u jistaqsi - mhux f'din il- Kamra - min kellu jkun il-ministru li jressaq dan l-abbozz ta' liġi.", "Dan l- abbozz ta' liġi huwa mressaq mill-Gvern Laburista għax għandu kuxjenza soċjali, pero' min kellu jkun il-ministru li jressaq dan l-abbozz ta' liġi?", "Minħabba li dan l-abbozz ta' liġi jkopri diversi problemi relatati ma' l- issue ta' l-akkommodazzjoni soċjali kien hemm min staqsa - jien ma naqbilx ma' dan għalkemm wieħed għandu kull dritt li jifforma din l-opinjoni - għaliex ma ressaqx dan l-abbozz ta' liġi l-Ministru Portelli.", "Fil-fatt kien hawn min qal ukoll li dan l-abbozz ta' liġi jittratta dwar il-common parts ta' kostruzzjoni u għalhekk minħabba li dan il-qasam jaqa' taħt il- ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni messu ressaq dan l-abbozz ta' liġi l-Ministru Buhagiar.", "Jien ngħid li għalkemm dan l-abbozz ta' liġi għandu kontenut li jixref sew fuq l-għatba tal-Ministru Buhagiar huwa propizju li dan jitressaq mill-Ministru responsabbli mill-ġustizzja għax din se tkun liġi ġdida u mhux kontroversjali li se tirfina l-Kodiċi Ċivili, għalkemm il-kelma \"tirfina\" m'hijiex il-kelma preċiża.", "Aħna qed ngħidu li l-Kodiċi Ċivili rregola l-komunjoni tal-beni u l- jeddijiet tal-co-owners matul il-komunjoni b'mod tajjeb imma issa għandna nħarsu lejn dawk is-sistemi ta' ġurisprudenza li bil-mod kif ħadmu taw ir- riżultati tagħhom.", "Jien naħseb li dan l-abbozz ta' liġi, li huwa ntiż li jirregola l-condominia u li jwaqqaf il-bord li jaqta' l-kwestjonijiet li jistgħu jinqalgħu dwar dan ir-rigward, huwa riflessjoni ta' dak li għandna fis-sistema Taljana.", "Jien ngħid li huwa tajjeb li għandna din ir- riflessjoni għax ħafna mill-istituti li jissemmew fil-Kodiċi Ċivili huma preċiżament riflessi minn dak is-sors.", "L-għeruq tagħhom ħarġu min dak li huwa l-Kodiċi Taljan u l-Kodiċi Napoleoniku li dwaru kelli okkażjoni li nidħol f'ċertu dettal.", "Huwa importanti li wieħed jivvalorizza u dan huwa l- iskop tal-leġislatur.", "Jekk aħna ma nkunux au courant ma' dak li ġara inutli noqogħdu niġu hawn u nressqu l-proposti tagħna.", "Jekk ikollok idea li ma tkunx armonizzata mas-sistema li inti se tintegra, jew li diġa' għandek, inti se jkollok kakofonija ta' diversi artikli u ma jkollokx orkestra tajba.", "Dan l-abbozz ta' liġi għandu 41 klawsola li flimkien jintroduċu istitut li għandu jaħdem pari passu ma dak li huwa diġa' pprovdut fil-Kodiċi Ċivili.", "L-Onor.", "Tony Abela għamel riferenza għall-Prof.", "Ganado, wieħed mill-aqwa professuri li kellna fl-Universita' u li ta ħafna kontribut.", "Dan il- professur kien tkellem dwar il-bżonn li l-idea ta' l-istitut tal- condominium tiġi żviluppata f'pajjiżna, iżda donnu kellha tkun waħda mis- sentenzi tal-qrati li tat spinta għal din l-idea tal-condominium.", "Wieħed mill-ġudikanti kien qal li ladarba aħna nħarsu lejn is-sistema Taljana bħala sors għandna ndaħħlu l-idea tal-condominium fis-sistema tagħna.", "Iżda jien ċert li biex wasalna biex indaħħlu dan l-istitut ġdid fis-sistema legali ta' pajjiżna, wieħed ma ħarisx biss lejn is-sors Taljan.", "Jiena ċert li wieħed ra kif fil-fatt jista' jarmonizza sistema ġdida mas-sistema eżistenti.", "M'għamilniex sempliċiment window shopping għal sistema u adottajniha f'pajjiżna.", "Il-leġislatur kien għaqli biżżejjed li ħares biss lejn ċerti sistemi li jgħoddu għal pajjiżna.", "Per eżempju, aħna ħadna ħafna sorsi ta' leġislazzjoni għal pajjiżna mis-sistema Anglo-Sassona, pero' fir-rigward tal-qasam ċivili ma nistgħux nadottaw din is-sistema u fil-fatt ma adottajnihiex għal dan l-istitut.", "Fl-Ingilterra hemm diversi ideat li ħadmu, partikolarment fil-qasam tal-housing fejn għandhom il- konċett ta' estate managers u corporative societies, pero' aħna ma nistgħux nużawhom għas-sistema ta' pajjiżna.", "Jien nemmen li hawnhekk il- fattur determinanti huwa dak ta' armonizzazzjoni sabiex ma jkollniex leġislazzjoni meħuda minn parti u minn oħra u b'hekk ikollna sistema mġenġla u li ma toħroġx b'mod univoco.", "Il-leġislatur Malti ikkonsulta żgur il-kodiċijiet li jien għamilt riferenza għalihom fejn għandna l-konċett tal- co-ownership għaliex insibuhom imsemmija u jien ngħid li, għalkemm b'mod aktar fjakk minn dak li għandna fil-kodiċi tagħna, dawn is-sources jgħinu biex nikkompletaw il-lakuna li kellna fis-sistema.", "Waħda mill-funzjonijiet tagħna hawnhekk hija li noħolqu leġislazzjoni li tagħti kas il-valur tal-ġustizzja.", "Jien inħobb ngħid li jrid ikollna leġislazzjoni li tkun razzjonali, effettiva u li tipprova tersaq lejn il- valur tal-kompletezza.", "U dan huwa dak li qed jipproponi l-Gvern illum u mill-mod ta' kif tkellmet s'issa l-Oppożizzjoni jidher li hi tikkondividi dak li għidna.", "Aħna qed ngħidu li f'din il-liġi hemm il-valur tal- kompletezza pero' dan qatt m'hu biżżejjed.", "U għalhekk huma tajbin ċerti kummenti bħal dak li qanqal il-kollega tiegħi fil-professjoni, l-Onor Tony Abela, speċjalment fejn semma l-konċett ta' garaxx u kien tajjeb li l- Ministru ġibed l-attenzjoni dwar garage space.", "Imbagħad l-Onor.", "Mugliett żviluppa l-idea billi qal li fil-frażi \"garage space\" irid ikollna wkoll definizzjoni ta' drive-in.", "Hawnhekk tidħol l-importanza ta' l- interpretation clauses u l-importanza li nagħtu ċerti definitions.", "Żgur li dan l-abbozz ta' liġi huwa avvanz fuq li kellna qabel pero' ma naħsibx li l-leġislatur irid jieqaf hawn.", "Per eżempju, madwar tliet snin ilu l- Parlament Taljan approva diversi emendi dwar il-bjut u nafu wkoll li fl- Italja għandhom policy approvata fuq common parts u fuq galleriji.", "Ċertament li dawn huma ħwejjeġ li aħna nistgħu nitgħallmu minnhom.", "Kif kont qed ngħid, fl-1992 f'sentenza tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, fil- kawża Borg vs Cachia, intqal li wasal iż-żmien li l-leġislatur jikkonsidra leġislazzjoni li tirregola l-condominia.", "F'dan il-każ il-qrati tagħna taw indizji ċari ta' kif is-sistema legali ta' pajjiżna tista' tiġi mtejba.", "Forsi l-Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien kellu affarijiet aktar importanti x'jagħmel u jista' jkun ukoll li din il-liġi kienet fuq l-aġenda politika tiegħu.", "Pero' fil-fatt ma għamluhiex u llum huwa l-pjaċir tagħna li qed inressqu din il-liġi.", "Madam Speaker, ħalli issa nħarsu ftit lejn xi affarijiet relatati mal-liġi li wieħed jista' jitkellem dwarhom.", "Jiena naħseb li l-liġi li għandna quddiemna se tkompli tgħin biex ikun regolat aħjar l-użu tas-servizzi komuni u se tgħin ukoll fil-mod ta' kif il- persuni jgħixu ħajjithom flimkien.", "Aħna qed inħarsu lejn il-modus vivendi tal-persuni li jkunu qed jgħixu fi blokki li jkunu jikkonsistu f'numru ta' appartamenti u qed ngħidu li din il-liġi għandha skop soċjali li jkompli jgħin sabiex il-partijiet li jgħixu fil-blocks jgħixu f'armonija flimkien Kull min jaħdem fil-kostitwenza jisma' b'ħafna problemi bejn nies li jkunu jgħixu fl-istess blokk u li jkollhom xi jgħidu dwar il-common parts.", "Jien ma naħsibx li b'din il-liġi se nsibu s-soluzzjoni pero' dejjem inkunu qegħdin noqorbu lejn miżuri preventivi.", "Madam Speaker, il-liġi tipprovdi wkoll li wieħed li jkun jgħix fi blokk ta' iżjed minn appartament wieħed ma jistax jirrinunzja għall-użu tas- serviżżi komuni, għallinqas sakemm ma jbigħx l-appartament tiegħu, għaliex r-rinunzja fiha nfisha tkun qed isservi biex ikun imminat l-iskop tal-liġi.", "Mela sakemm l-invidiwu ma jkunx biegħ l-appartament tiegħu l-użu tas- servizz komuni ma jistax jirrinunzja għalih.", "Din qed nagħmluha tassattiva b'tali mod li tkun tista' tinħoloq ħajja aktar feliċi għal dawn in-nies li jgħixu fi blokk ta' appartamenti.", "F'ċerti każijiet il-liġi tagħti l- possibbilta' biex isir ftehim komuni bejn is-sidien ta' l-appartamenti fil- blokk, jiġifieri l-liberta' tal-partijiet se tibqa' hemm.", "Aħna m'aħniex nirrestrinġu l-possibbilta' ta' ftehim bejn il-partijiet, pero' qed ngħidu li din il-liġi trid fil-fatt taħseb ukoll għall-problemi li jistgħu jinqalgħu jekk xi numru ta' sidien jiddeċiedu li jagħmlu xi xogħlijiet fil- blokk.", "Aħna hawnhekk dħalna f'kontroversja dwar jekk sid ikunx irid jagħmel xogħol fi blokk li jkun mikri lil xi ħadd u rridu naraw kif se nattakkaw din il-problema.", "Min-naħa waħda għandek il-kerrej li jgħidlek li m'għandux interess li jagħmel xogħlijiet għaliex il-post mhux tiegħu u min-naħa l- oħra għandek l-interessi tas-sid.", "Din il-liġi qed taħseb sabiex jekk numru ta' sidien jiddeċiedu li jridu jagħmlu xi xogħlijiet fil-blokk, dawn ma jistgħux iġiegħlu lil sidien oħra jikkontribwixxu għall-ispejjeż.", "Madam Speaker, hawn qed nitkellmu dwar blokk ta' flats pero' ħalli nkunu ftit realistiċi u ngħidu li fil-verita' uħud mill-abitanti jistgħu jkunu sidien, uħud jistgħu ikunu inkwilini - l-interess tas-sid jista' jkun akbar mill- interess ta' l-inkwilin - u wħud jistgħu jkunu inkwilini barranin on a short term lease.", "Il-fattur tax-short term lease u long term lease huwa ta' min wieħed jikkonsidrah.", "Hemm ukoll is-sitwazzjoni ta' - u din qed tiġri - meta jkollok blokk li jkollu appartament vojt minħabba xi kawża ta' suċċessjoni jew wara li l- qorti tordna li l-post jingħalaq minħabba, per eżempju, xi sejba ta' drogi.", "Hemm ukoll każi ta' nies li jkunu joqogħdu fl-istess blokk ta' flats u ma jkunux jitkellmu bejniethom u allura ma jkunux jistgħu jaslu għal xi forma ta' ftehim.", "Hawnhekk huwa fejn tidħol l-importanza ta' l-amministratur u ta' kif dan se jirrelata ma' nies li għandhom interessi diversi.", "Madam Speaker, importanti wkoll li jkollna a proper definition ta' common parts.", "X'inhuma common parts?", "Jien għamilt riferenza għad-Dipartiment tal- Bini u Tiswija tad-Djar li wkoll għandu r-responsabbiltajiet tiegħu fejn jidħlu common parts, limitatament għal dawk li huma xogħlijiet tal-gvern qua sid as opposed ta' xogħlijiet li huma responsabbilta' ta' l-inkwilin.", "Ċerti xogħlijiet li hu marbut li jagħmel - m'iniex qed ngħid għall-Gvern Laburista jew għall-Gvern Nazzjonalista - ħafna drabi l-gvern jista' jesonera lilu nnifsu milli jagħmilhom.", "Allura naħseb li anke f'dan il- qasam huwa importanti li jkollna rethinking dwar dan li qed nipproponi.", "Madam Speaker, hemm diversi aspetti oħra li joħorġu minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Biex dan ix-xogħol ikun jista' jitwettaq huwa neċessarju li wieħed jagħti tgawdija aħjar lil dawk li jkunu jgħixu fil-blokk.", "Anke hawn, il- konċett ta' embellishment huwa differenti mill-konċett li tipprova tirranġa dak li diġa' hemm fil-post.", "Trid issir definizzjoni ta' ħsarat fil-post u tat-tip ta' ħsarat li għandek.", "Jekk inti, minħabba li għandek dawk il- ħsarat ittejjeb il-post, x'inhi l-pożizzjoni tiegħek quddiem il-liġi?", "F'każijiet bħal dawn jien nemmen li jrid ikun hemm il-qbil unanimu bejn is- sidien li joqogħdu fil-blokk ta' l-appartamenti.", "Rigward it-tiswijiet tas-soqfa l-Ministru Mangion qal li l-liġi taħseb biex l-ispejjeż isiru mis-sidien taż-żewġ appartamenti li għalihom dan is- saqaf ikun in komuni.", "Forsi anke hawnhekk, il-leġislatur irid imur oltre minn dan; forsi rridu naħsbu għal titjib ta' skemi diġa' eżistenti biex lill-privat inkunu nistgħu ngħinuh anke finanzjarjament.", "Madam, Speaker, il-liġi taħseb ukoll biex ikun hemm l-amministratur.", "Dan ikun vestit bil-poter u għandu funzjonijiet speċifiċi li jara li blokk ta' aktar min tliet appartamenti jinżamm fi stat tajjeb.", "Xi tfisser \"stat tajjeb\" jista' jkun xi ftit neboluż u lili jfakkarni fil-konċett tal-bonus pater familias, jiġifieri li inti trid tieħu ħsiebu daqslikieku huwa tiegħek, anke jekk huwa mikri għandek jew anke jekk inti co-user.", "Għalhekk huwa importanti li waħda mill-funzjonijiet ta' l-amministratur - u hawn naqbel ħafna ma' l-Onor.", "Tony Abela - tkun li jlaqqa' r-residenti mill- inqas darba fis-sena u jara li jagħmel ċertu smiegħ ta' lmenti biex ikun jista' jaġixxi fl-aħjar interess tal-partijiet.", "Madam Speaker, din il-liġi wkoll taħseb biex jitwaqqaf bord għall- condominia biex jisma' l-kwestjonijiet bejn dawk li jgħixu fi blokki ta' l- appartamenti.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Borg staqsa jekk hemmx bżonn li jkun hemm imħallef jew ġudikant f'dan il-bord u jien naħseb li, speċjalament fejn ikollok kwestjonijiet jaħarqu u kwestjonijiet legali, ġudikant jista' jgħin ħafna.", "Aħna ma konniex nistennewha mingħand l-Onor.", "Borg li jitkellem b'dan il-mod u żgur li l-Onor.", "Membru ma kienx ressaq din it-tip ta' kritika għar-rigward tat-tribunal industrijali.", "Hemm bżonn li l-affarijiet ngħiduhom b'ċertu sens.", "Il-Gvern qed jipproponi li dan il-bord ikun ifformat minn maġistrat jew imħallef - ħalli ngħidu ġudikant - bħala president u żewġ persuni oħra maħtura mill-President ta' Malta, is-simbolu ta' l-unita' nazzjonali, u d-deċiżjoni tal-bord tkun finali, jiġifieri l- kwestjonijiet ma jkunux jistgħu jitressqu għall-appell, pero' fl-appell jitqajmu biss punti ta' liġi.", "Kien hemm min staqsa jekk at this point jistgħux jitqanqlu punti ta' reasonableness, kif tidher fil-ġurispudenza Ingliża.", "Ir-risposta għal din id-domanda hija le, anzi ngħid li għall- prinċipju ta' l-armonizzazzjoni jien ma naqbilx li għandha tidħol.", "Madam Speaker, jien naħseb li dak li qed jiġi propost joħloq kultura ġdida fil- pajjiż fejn kulħadd irid jibda jitgħallem jgħix aħjar flimkien u b'mod li wieħed jirrispetta aktar lill-ieħor.", "Hawnhekk xtaqt li nagħmel ftit punti dwar ċerti klawsoli.", "Id-definition ta' \"condominium\" kif qiegħda fi klawsola 2 tgħid:", "\"Condominium huwa bini jew grupp ta' bini fejn il-proprjeta' jew it- tgawdija tal-partijiet komuni...\".", "Hawnhekk il-kelma \"proprjeta`\" neħodha bħala proprjeta` immobiljari, kif distinta minn mobiljari, u għalhekk hawn żewġ konċetti, ċioe' proprjeta` li inti għandek exclusive ownership tagħha u tista' tagħmel li trid biha u proprjeta` li m'hijiex tiegħek imma li għandek id-dritt għat-tgawdija tagħha.", "Dawn iż-żewġ konċetti jorbtu u huma importanti bħala risposta għal ħafna mill-kummenti li qanqal l-Onor.", "Tony Abela.", "Wieħed irid iħares lejn il-kummenti validi li qanqal l-Onor.", "Abela against dawn iż-żewġ distinzjonijiet, jiġifieri proprjeta` li hija assoluta u esklussiva ta' l- individwu u proprjeta` li m'hijiex esklussiva imma li l-individwu għandu biss it-tgawdija libera tagħha.", "Klawsola 3 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tgħid li l- partijiet ma jistgħu jagħmlu ebda ftehim li jmur kontra ċerti dispożizzjonijiet.", "Il-leġislatur qiegħed jgħid li għalkemm il-prinċipju ta' dak li jiftiehmu fuqu l-partijiet f'kuntratt iħoll u jorbot, dan ma jgħoddx għal dawn l-artikli msemmija fi klawsola 3.", "Din hija liġi superjuri u allura kull ftehim li jmur kontrihom m'għandu jkollu l-ebda effett.", "Klawsola 5 titkellem dwar il-partijiet komuni tal-condominium u tispeċifikahom.", "Hawnhekk għandna an exhaustive list tal-partijiet komuni tal-condominium u allura s'issa, sakemm ma nagħmlux l-emendi fl- istadju tal-Kumitat, dak li ppropona l-Onor.", "Abela dwar id-drive-in u dak li ppropona l-Onor.", "Jesmond Mugliett dwar il-garage space ma jistax jittieħed bħala li jifforma parti minn subklawsola 5(1).", "Dan wieħed irid jarah fil-kwadru li l-gvern, qua gvern, għandu jħoss ruħu responsabbli li jirranġa dawk il-common parts li qegħdin fi proprjeta` tiegħu.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar jibda jerfa' bis-serjeta' din ir-responsabbilta'.", "Sur President, klawsola 9 tittratta dwar spejjeż esaġerati jew tibdil dekorattiv li huwa konċett importanti ħafna u fil-fatt din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Dawk il-condomini li ma jkunux bi ħsiebhom jibbenefikaw minn dan it- tibdil jew tiġdid li jista' jagħti lok għal użu separat minn kull condominus huma eżentati milli jikkontribwixxu għall-ispejjeż relattivi.\".", "Pero' wieħed hawnhekk ma jsibx id-definizzjoni preċiża ta' x'inhuwa \"tibdil dekorattiv.\"", "U naħseb li l-leġislatur irid jara li din tiġi wkoll mifhuma b'mod aħjar.", "Subklawsola 8(3) tgħid hekk:", "\"M'għandux isir dan it-tibdil jew tiġdid li ġej fil-partijiet komuni kemm-il darba ma jkunx hemm il-kunsens unanimu tal-condomini kollha.\".", "Hawnhekk jien nistaqsi għaliex għandu jkun hemm dan il-ftehim unanimu.", "GĦaliex m'għandux ikun hemm due terzi?", "Jista' jiġri li f'condominium ta' għaxra jkun hemm wieħed li jżomm milli jsir dan it-tibdil fil-post.", "Paragrafu (a) ta' subklawsola 8(3) jgħid li m'għandux isir tibdil li jibdel l-estetika u d-dehra tal-condominium.", "Għalkemm bir-raġun kollu diversi drabi kkritikajna lill-Planning Authority, jiena naħseb li jekk se nżommu l-istess kriterji anke hawnhekk irid ikun hemm il-Planning Authority għax huwa importanti li aħna nottemporaw ruħna ma' dak li normalment nagmlu f'sitwazzjonijiet oħra.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li għandu jkun hemm qbil unanimu dwar dak li jgħid paragrafu (b):", "\"dak li jolqot b'mod sostanzjali l-użu jew it-tgawdija ta' xi parti komuni minn xi wieħed mill-condomini.\"", "Rigward dak li jgħid paragrafu (ċ) ta' subklawsola 8(3) \"dak li jista' jippreġudika l-istabilita` jew is-sigurezza tal-bini\" jiena nemmen li jekk isiru alterazzjonijiet strutturali li jridu jinżammu anke f'unit partikolari, wieħed għandu jara li jkun hemm inġinier jew perit li jkollu l- approvazzjoni ta' kulħadd sabiex dan ikun jista' jsir.", "Klawsola 12 imbagħad titkellem dwar il-manutenzjoni u t-tiswija tas- soqfa.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jikkjarifika l-punt li l-membri kollha tal-condominium jagħmlu użu mis-saqaf.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, veru li ilna hawnhekk ħafna sigħat imma nixtieq li sħabi taż-żewġ naħat tal- Kamra jżommu ftit ordni.", "Darba kien hawn min għamel kjass f'gazetta għax xi ħadd minn hawn ġew beda jidħak.", "MADAM SPEAKER: Kompli Onor. Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, kont qed nitkellem dwar il- klawsola li tittratta dwar il-manutenzjoni u t-tiswija tas-soqfa.", "Meta saqaf ikun parti komuni, l-ispejjeż li jkunu jridu jsiru għall-manutenzjoni u għat-tiswija ordinarja u straordinarja ta' dak is-saqaf għandhom isiru nofs mill-condominus tas-sular t'isfel u n-nofs l-ieħor mill-condominus tas-sular ta' fuq.", "Hawnhekk wieħed irid jikkjarifika għax naħseb li din il-klawsola toħloq iktar problemi milli fil-fatt qiegħda ssolvi.", "L-ispiża ta' dan is-saqaf għandha toħroġ fi kwoti ndaqs bejn il-partijiet sabiex il- maintenance tas-saqaf ikun jista' jsir b'mod xieraq.", "Fi klawsola 13 insibu li:", "\"Il-condominus li jkollu proprjeta` assoluta u użu assolut ta' parti mill-arja jew ta' l-arja kollha ta' fuq il-condominium jista' jibni strutturi ġodda, b'dan illi ma jkunx miżmum milli jagħmel dan it- titolu tiegħu li jkollu bħala proprjetarju u li dawk l-istrutturi ma jkunux jikkaġunaw xi ħsara fl-istabilita`...\".", "Jiena nemmen hawn ukoll li l-condominus li jokkupa s-sular ta' fuq u li għandu l-air space jew li huwa f'agreement mal-condomini l-oħra biex jittrasferixxi l-parti tal-bejt għandu jara li at his own expense isiru lift u staircase.", "Hawnhekk wieħed irid jistaqsi dwar l-issue tal-property insurance.", "Din se tkun jew inkella għandha tkun obbligatorja, bħal fil-każ tal-motor insurance?", "U la qed nitkellmu fuq common parts b'mod relatat, forsi b'mod korollari wkoll, allura l-condomini jistgħu jaqblu bejniethom li jżommu, per eżempju, pets fid-djar tagħhom?", "X'inhuma dawk in-noise levels li fil-leġislazzjoni Ingliża jiffiguraw ħafna fuq dan is-suġġett?", "Il-leġislatur ħaseb għalihom?", "Meta aħna konna qegħdin nitkellmu dwar l-importanza li l-liġi tkun tirrispondi għall-esiġenzi tas-soċjeta' aħna għidna li jistgħu jiġu ntrodotti emendi oħra.", "Allura l-proposta tiegħi hija li għandha tidħol ukoll emenda dwar in-noise levels anke fil-common parts.", "Huwa importanti li nibdew naħsbu anke fuq dawn il-linji.", "Per eżempju, għandna naħsbu biex nintroduċu dak li huwa noise transmission values, sound insulation values?", "Huwa importanti li dawn jiġu ntrodotti permezz ta' roof slabs biex wieħed jillimita l-ħsejjes.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, baqa' għaxar minuti għad-9.00 p.m. u nitlobkom iżżommu ftit tal-kwiet.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, hawnhekk qed nitkellmu fuq ħsejjes fil-partijiet komuni u donnu li l-ħsejjes qed nagħmluhom aħna stess!", "Ħaġa oħra li wieħed ta' min isemmi rigward din il-liġi hija fejn tidħol l- istallazzjoni ta' dish antennae fuq il-bjut.", "Jien ma nafx jekk il- leġislatur ħasibx fuqhom, pero' huwa fatt li dawn id-dish antennae illum qed jidħlu u għalhekk ta' min jaħseb ftit dwar dan.", "Ta' min wieħed jitkellem ftit ukoll dwar min għandu jħallas għall-ħsarat fis-saqaf li jiġu kkaġunati permezz ta' water leakage minn xi tank fejn allura jkun hemm constant penetration ta' l-ilma.", "Huwa importanti li jekk qed nitkellmu dwar li għandu jkollna amministratur li jkollu funzjonijiet speċifiċi li l-liġi titkellem dwarhom, naraw ukoll li jkollna resident associations li jkunu jaħdmu b'mod komplimentari għal dawk li huma l-funzjonijiet u d- dmirijiet ta' l-amministratur.", "Ir-resident associations ħadmu b'mod tajjeb f'sistemi ta' leġislazzjoni barra l-pajjiż u ma nara l-ebda raġuni għaliex m'għandhomx jaħdmu ugwalment f'pajjiżna.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li ż-żewġ naħat għandna naqblu fuq din il-liġi li hija waħda ta' portata soċjali li tolqot lis-soċjeta' fil-mod ta' kif jgħixu n-nies flimkien.", "B'din il-liġi qegħdin ngħidu x'inhuma d-drittijiet ta' nies li jgħixu fl-istess blokk ta' flats u anke li l-komportament tagħhom għandu jkun regolat b'mod tajjeb u jekk dan ma jsirx allura tidħol il-possibbilta' li jkun hemm ir-rimedju permezz ta' l- amministratur.", "Jekk imbagħad l-amministratur ma jsolvix id-diffikulta', is- soluzzjoni tal-liġi hija dejjem li trid tmur il-qrati u nispera li għallinqas dawn jagħtu iktar għajnuna sabiex is-soluzzjonijiet jissolvew.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, nirringrazzja lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Sandro Schembri Adami tal-ħames minuti li kkonċedili f'din it-tieni seduta maratona!", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, huwa tajjeb ħafna li din il-Kamra għandha quddiemha din il-liġi li tirregola l-condominia u huwa tajjeb għaliex il-qasam tal-housing huwa parti essenzjali ta' l-assets li għandu l-pajjiż u mhux sewwa li minħabba lakuna fis-sistema ġudizzjarja tagħna nħallu dan il-housing stock jitmermer.", "Għalhekk kien wasal iż-żmien li nibdew nirregolarizzaw anke dan il-qasam.", "Madam Speaker, irrid ngħid li hemm żewġ aspetti f'din il-liġi li jinkwetawni; wieħed minnhom huwa l-fatt li din il-liġi hija waħda retroattiva.", "M'hemmx klawsola speċifika fl-abbozz ta' liġi li tgħid li l- liġi hija retroattiva pero' l-interpretazzjoni li tawni nies li staqsejt, fosthom anke l-Avukat Ġenerali li kien hawn preżenti l-bieraħ, hija li din il-liġi hija retroattiva bil-konsegwenzi li ħaġa bħal din iġġib magħha.", "M'iniex kontra li din il-liġi tkun retroattiva imma ma nħossx li dan l- abbozz ta' liġi jidħol biżżejjed fl-implikazzjoni ta' dan l-aspett retroattiv ta' din il-liġi.", "Per eżempju, l-abbozz ta' liġi fih ħafna definizzjonijiet u klawsoli li jistipulaw x'inhuma l-partijiet komuni u fosthom insibu li l-art li fuqha jkun mibni l-condominium għandha titqies bħala parti komuni.", "L-istess għandu jitqies il-bejt tal-condominium sakemm ma jkunx hemm xi ħaġa miktuba fil-kuntratti tat-titli tad-diversi tenements.", "Bid-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi parti komuni kif insibu f'dan l-abbozz ta' liġi dan jista' jaffetwa ħażin il-mod kif kienu żviluppati u kif saru alterazzjonijiet f'tenements fil-passat, tenements li kif tgħaddi din il-liġi nibdew ngħidulhom condominia u se nagħti xi eżempji.", "Ta' spiss niltaqgħu ma' każi ta' żvilupp fuq xi bejt li ma jkun hemm l- ebda indikazzjoni ta' kif inhu diviż imma ssib li s-sidien tat-tenements differenti jkunu tellgħu washroom fuq bejt li mhux diviż.", "Issa meta tgħaddi din il-liġi x'se jiġri minn żviluppi bħal dawn meta qed ngħidu li dak il- bejt issa qed jiġi meqjus bħala parti komuni?", "X'se jiġri minn dak il- benefikat li jkun sar?", "Apparti l-bejt qed ngħidu wkoll li anke l-art tal- condominium hija mejqusa parti komuni, pero' ħafna drabi nsibu li llum il- ġurnata jew anke fil-passat sidien ta' ground floor tenement kienu jassumu li dik l-art ta' taħthom hija tagħhom u żviluppaw u ħaffru basement garage jew bir jew ġiebja u issa kif tgħaddi din il-liġi dawn se jiġu fil- pożizzjoni li għamlu żvilupp fuq proprjeta' li suppost hija komuni.", "Il-liġi tgħid ukoll li l-ebda wieħed mis-sidien tal-condominium ma jista' jiddisponi mit-tgawdija ta' parti minn użu komuni.", "Issa aħna nafu li hemm każi fejn owner ta' ground floor tenement għamel xi alterazzjoni u minflok baqa' jidħol għall-flat tiegħu mill-parti komuni beda jidħol mit-triq.", "Issa din il-liġi kif se tibda taffettwa alterazzjonijiet bħal dawn?", "Jien naħseb li huwa importanti li meta nibdew ngħarblu fil-fond din il-liġi anke fi stadju ta' Kumitat naraw sew kif din il-liġi se taffettwa condominia eżistenti.", "Anke f'dak li jirrigwarda condominia eżistenti li għandhom kuntratt, x'se jagħmlu l-amministraturi?", "Iridu jressquh mill-ġdid għall- approvazzjoni tal-bord?", "Iridu jbiddluh biex ikun konformi ma' dak li tgħidilna l-liġi?", "Din hija grey area oħra vis-a-vis proprjetajiet eżistenti li naħseb li l-liġi għandha tikkonsidra.", "Aktar kmieni fis-seduta l-Onor.", "Austin Gatt qal li din il-liġi qed tgħaddi malajr u qal li hemm bżonn li forsi nagħtu ftit breathing space ħalli anke nieħdu l-veduti ta' korpijiet kostitwiti fuq dan is-suġġett.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, nibqa' in possession.", "MADAM SPEAKER: Saru d-9.00p.m.", "A tenur tal-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 il-Kamra issa tirriżolvi ruħha f'Kumitat biex jittieħdu l-votazzjonijiet li ntalbu waqt l-istadju tal-Kumitat.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA", "CUSTOMS AND EXCISE TAX BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Anġlu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli minn aktar kmieni fis-seduta)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 se nibda sabiex inpoġġi l-mistoqsija fuq klawsola 2 kif emendata, liema votazzjoni intalbet fis-Seduta Nru. 71 tal-bieraħ, 26 ta' Mejju.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa.", "VOTAZZJONI NRU: 44", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion | |Evarist |Charles | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli | | |Alfred | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami| | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo | |Joe |Adrian | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence| |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard| |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando | | |Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael| |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin| |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 se nqiegħed il-mistoqsija, waħda wara l-oħra u mingħajr intervall, fuq l-emendi, klawsoli u skedi li għalihom intalbet votazzjoni aktar kmieni fis-seduta tal-lum.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"G\" għal klawsola 11 kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa.", "VOTAZZJONI NRU: 45", "FAVUR : 35 L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion | |Evarist |Charles | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli | | |Alfred | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami| | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo | |Joe |Adrian | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence| |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard| |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando | | |Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael| |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin| |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda \"G\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jien informat li hawn qbil li din il-votazzjoni tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU: 46", "FAVUR : 35 L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred| |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 12 u l-iskeda, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU: 47 FAVUR : 35 L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred| |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence| |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard| |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando | | |Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael| |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin| |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "Klawsola 12 u l-Iskeda, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"J\" għal klawsola 13 kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU: 48 FAVUR : 35 L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion | |Evarist |Charles | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli | | |Alfred | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami| | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo | |Joe |Adrian | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence| |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard| |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando | | |Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael| |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin| |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda \"J\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 13 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ġejt informat li din hawn qbil li din il-votazzjoni tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU: 49", "FAVUR : 35 L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion | |Evarist |Charles | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli | | |Alfred | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami| | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo | |Joe |Adrian | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "Klawsola 13, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 18 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor.Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor.Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI Nru. 50 FAVUR: 35 L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred| |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence| |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard| |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando | | |Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael| |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin| |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "Klawsola 18, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "51", "FAVUR : 35 L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred| |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "Klawsola 1 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.18 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MADAM SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq issa se ngħaddi sabiex nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-mistoqsija hija li l-Att msejjaħ \"Att biex jipprovdi għall- impożizzjoni ta' taxxa tas-sisa fuq importazzjonijiet, prodotti u servizzi minflok is-sistema ta' taxxa fuq il-valur miżjud\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "52 FAVUR : 35 L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred| |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen |Psaila Savona | | |Joe | |De Marco Guido|Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 2 ta' Ġunju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Condominia - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati -it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 2 ta' Ġunju, 1997 bl- aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.18 p.m. il-Kamra aġġornat bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - TA' L-INGLIŻ - STUDENTI", "5778.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika liema hija l-figura korretta tan-numru ta' studenti li jiġu Malta biex jitgħallmu l-Ingliż fl- English Language Schools, jekk huwiex 30,000 kif ġie rapportat li qal hu (f'The Times tat-12.5.97) meta kien jikkonkludi induction course fil- Magister Academy f'San Ġiljan, jew 40,000 kif ġie rrapportat li qal il- Ministru tat-Turiżmu fl-istess post jumejn qabel, liema figura ġiet ukoll rapportata f'The Times ta' nhar il-Ġimgħa 9 ta' Mejju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERI GOVERNATTIVI - ADVISERS", "5779.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Adviser f'Ministeru għandux l-awtorita' li joħroġ ċirkolari lill-impjegati taċ-Ċivil?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal ħruġ ta' ċirkolari fuq livell Dipartimentali u mhux għal xi ċirkolari li tkun tapplika għas-Servizz Pubbliku kollu.", "F'dak il-każ, għalkemm ċirkolari Dipartimentali normalment għandha tinħareġ mill-kap tad-Dipartiment, ma jidhirlix li tkun saret xi rregolarita jekk Adviser f'Ministeru jiċċirkola xi dokument uffiċjali bħala meżż ta' komunikazzjoni.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "5780.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal warrants: a) temporanji; u b) permanenti?", "Kemm hawn barranin li għandhom warrant ta' għalliema?", "Il-barranin jingħataw warrant temporanju jew permanenti?", "Qatt kien hemm każi fejn kellhom jitneħħew xi warrants mingħand għalliema?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hemm 11-il applikazzjoni għal Warrant Permanenti pendenti minħabba li ċ-ċertifikati meħtieġa ma ġewx mgħoddija ma' l- applikazzjoni.", "Hawn sebgħa u tletin (37) barranin li għandhom warrant ta' għalliema, ħamsa (5) minnhom jgħallmu fl-iskejjel ta' l-istat u tnejn u tletin (32) jgħallmu fl-iskejjel privati.", "Il-barranin jingħataw warrant temporanju għax biex tieħu warrant permanenti jrid ikollok ċittadinanza Maltija.", "Kien hemm tlett (3) każi fejn kellhom jitneħħew il-warrants mingħand l- għalliema.", "Dan sar għax dawn l-għalliema ma kenux intitolati għal warrant permanenti.", "Floku huma ngħataw warrant temporanju.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT", "5781.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien preżenti l-Onor.", "Joe Cilia għas-seduti miżmuma mill-Kunsill Malti għall-Isport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GOZO CHANNEL - CHARTER TRIPS", "5782.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5467, jista' l-Ministru jgħid kemm saru charter trips?", "F'liema ġranet u ħinijiet saru dawn l-istess charter trips?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mill-Erbgħa 9 ta' April sal- Ħadd 19 ta' Mejju, 1997 saru charter trip kull nhar ta' Erbgħa, Ħamis, Ġimgħa u Ħadd fid-9.00 a.m. u huwa previst li jibqgħu jsiru l-istess trips sas-Sibt, 1 ta' Ġunju, bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.", "Dan barra is-servizzi normali ta' l-iskeda li fuqhom vjaġġaw ukoll dawn il-passiġġieri.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "5783.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5470, jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders?", "Kemm ingħataw direct orders sal-lum?", "F'kull każ, kemm kien l-ammont tad- direct orders?", "Liema kumpanniji ngħataw dawn id-direct orders?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif diġa' għidt fit-tweġiba tiegħi tar-risposta parlamentari numru 5470, l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tkun tista' tingħata hekk kif ix-xogħlijiet ikunu lesti.", "ĊENSIMENT TAL-POPOLAZZJONI U DJAR", "5794.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 459 tat-13 ta' Jannar li għadda, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk id- dipartiment inkarigat mill-aħħar Ċensiment huwiex f'qagħda li joħroġ tagħrif dwar aspetti parzjali bħal ngħidu aħna l-housing, eċċ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess tar- rapporti taċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar 1995 jinsab fi stadju avvanzat, iżda tagħrif parzjali dwar ċerti rapporti jista' jingħata mill- Uffiċċju taċ-Ċensiment.", "SVPR - UFFIĊĊJU TAS-SUPRETENDENT", "5811.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jikkonferma l-Ministru li fl-Uffiċċju tas-Supretendent ta' l-Isptar San Vincenz de Paule twaħħal ir-ritratt tal- Prim Ministru, Alfred Sant?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-uffiċċju tas-Supretendent Mediku tar- residenza San Vincenz de Paule hemm ritratt tal-Prim Ministru Dr.Alfred Sant li ġie ffirmat minnu waqt il-ftuħ ta' spiżerija ġdida f'San Vincenz fis-7 ta' Mejju 1997 u mogħti lis-Supretendent bħala tifkira ta' din l- okkażjoni.", "ETC - KORSIJIET", "5816.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5586 u t-tweġiba mogħtija fid-19 ta' Mejju, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-parteċipanti f'kull kors mogħti mill-ETC kienu qed jirreġistraw fl-ewwel parti tar- reġistru?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5816:", "Marzu 1997 --------------", "|Isem |Tul |Numru |Numru ta' | |tal-Kors|ta' |ta' |reġistrant| | |ħin |parteċi|i | | |f'si|panti |Rġiel | | |għat| |Nisa | |Office |135 |36 |5 |16 | |Skills x| | | | | |3 Groups| | | | | |Retail x|30 |37 |11 |15 | |3 Groups| | | | | |Managing|30 |9 |1 |0 | |Markets | | | | | |Computer|15 |515 |46 |53 | |Skills x| | | | | |34 | | | | | |Groups | | | | | |Typing x|22.5|30 |1 |13 | |4 Groups| | | | | |Basic |160 |12 |4 |0 | |Electron| | | | | |ics | | | | | |Auto |160 |9 |4 |0 | |Electric| | | | | |al | | | | | |Handyman|200 |19 |19 |0 | |Woodwork|160 |13 |12 |0 |", "April 1997 ----------", "|Isem |Tul |Numru |Numru ta' | |tal-Kors |ta' |ta' |Reġistrant| | |ħin |parteċi|i | | |f'sig|panti |Rġiel | | |ħat | |Nisa | |Storekeep|36 |20 |6 |0 | |ers | | | | | |Legal |110 |6 |3 |2 | |Clerk | | | | | |Wages |21 |12 |5 |7 | |Clerk | | | | | |Sage |20 |16 |1 |2 | |Desk Top |30 |17 |4 |1 | |Publishin| | | | | |g | | | | | |Managing |35 |16 |1 |1 | |Finance | | | | | |Managing |15 |14 |1 |0 | |People | | | | | |Driver/ |30 |17 |17 |0 | |Delivery | | | | | |Computer |15 |321 |26 |34 | |Skills x | | | | | |21 Groups| | | | | |Spray |160 |13 |7 |0 | |Painting | | | | | |Auto |160 |20 |14 |0 | |Mechanica| | | | | |l | | | | | |RAC |160 |18 |8 |0 | |Welding |80 |6 |3 |0 | |MIG | | | | |", "SPTAR SAN LUQA - ORTHOTICS/PROSTHETICS", "5824.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Persuni affettwati bil-polio kif ukoll mard konness mas-saqajn jinqdew mis-Sezzjoni ta' l-Orthotics and Prosthetics fl-Isptar San Luqa, fejn hemm xi persuni stranġieri li ilhom bosta snin jiġu kull xahar f'Malta biex jieħdu l-qisien ta' l-hekk imsejħa calipers dawn imorru pajjiżhom u jagħmlu x-xogħol neċessarju.", "Persuni b'diżabilita' qegħdin ibatu b'din is-sistema peress li minn meta ssir l- ordni l-ewwel darba u sakemm titlesta jgħaddu bosta xhur.", "Qed ibatu wkoll persuni b'diżabilita' li tinqalalhom il-ħsara wara xi żmien fid-dawl ta' dan kollu. (a) Jista' l-Ministru jiftaħ workshop u jpoġġi nies kwalifikati li jistgħu jieħdu taħt idejhom dan ix-xogħol? (b) Tista' kull persuna tingħata xi calipers biex b'hekk titnaqqas it-tbatija żejda li f'ċerti ċirkostanzi persuni nvoluti ma jkunux jistgħu jmorru għax-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Workshop attrezzati jeżistu fl-OPU.", "L-iżvilupp ta' l-OPU u s-servizzi li joffru fil-futur, huma dipendenti fuq il-policy li se tiġi addattata.", "Jista jkun li wieħed jimmira lejn sitwazzjoni fejn l-OPU ma jiddependix mill-barranin.", "Dan is-suġġett jrid jiġi diskuss ma' min jista jagħtina l-aħjar parir.", "S'issa għadna niddependu ħafna fuq il-barranin.", "In-nies impjegati, it-tmexxija u l-funzjoni ta' l-OPU jkollhom bżonn jiġu riveduti fil-kontest tal-policy addattata.", "Kull pazjent li għandu bżonn jew hu maħsub li għandu bżonn xi orthosis, jiġi rriferut lill-OPU.", "Jiġu assessjati/eżaminati biex wieħed jiddentifika l-bżonnijiet tagħhom.", "Imbagħad, wieħed jista jiddeċiedi kif dawn il- bżonnijiet jistgħu jiġu milħuqa.", "Jekk il-bżonnijiet ma' jistgħux jiġu milħuqa fil-livell lokali, il-pazjent jiġi rreferut għall-clinic li jkun jmiss ma' l-orthotist li jkun ġej minn barra.", "Jekk ikun indikat li l-pazjent għandu bżonn xi othoses, eż. calipers, il- qisien jew/u il-forma jittieħdu fl-ewwel clinic.", "Fit-tieni clinic, il- calipers jiġu pprovati u rranġati skond il-bżonn.", "Il-caliper komplut jingħata lill-pazjent fit-tielet clinic.", "Il-maġġoranza ta' pazjenti li jsofru bil-polio f'Malta u Għawdex, li ġew irriferuti l-OPU ingħataw lightweight cosmetic calipers (moderni).", "F'xi ċirkostanzi, il-pazjenti stess urew xewqa li jkollhom calipers konvenzjonali (tal-ħadid).", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "5825.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ taħt il-25 sena fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fl-20 ta' Mejju 1997, in-numru ta' priġunieri taħt il- 25 sena kien ta' 68.", "KAROZZI - IMPORTAZZJONI", "5826.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi minn Jannar sa April 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhux ċar għal liema karozzi tirriferi l-mistoqsija; biss wieħed jista' jgħid li bejn Jannar u April 1997 ġew importati 3,130 karrozza tal-passiġġieri saloon cars.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "5827.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku lill-Pulizija bejn Jannar u April ta' din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' inċidenti tat-traffiku li ġew rapportati lill-Pulizija bejn Jannar u April ta' din is-sena kien ta' 5067.", "VALLETTA - FOOTBALL GROUND", "5830.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5744 ċioe' jista' jgħid fiex se tikkonsisti l-għajnuna tal-Gvern fl-iżvilupp tal-ground tal-football tal-Valletta F.C?", "Meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol meħtieġ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5744.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "5831.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5743 ċioe' jgħid kemm tfal kellhom eżamijiet tal-Common Entrance Examinations dan ix-xahar?", "Kemm minnhom m'attendewx għal xi sezzjoni ta' eżami?", "Minn dawn kemm jirriżulta li m'attendewx minħabba anzjeta' jew problemi psikoloġiċi oħra marbuta ma' l-istess eżamijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5743.", "SPTAR SAN LUQA - MARD", "5832.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- partijiet (i) u (ii) tal-mistoqsija parlamentari numru 5252 u ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W35 (109/97), jista' l- Ministru jara jekk jistgħux jingħataw il-figuri b'age group and sex: (i) f'Diċembru 1996 inkluż; (ii) bħala każijiet separati (i.e. numru ta' każijiet differenti f'Diagnosis groups flok numru totali ta' admissions)?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "SAĦĦA - PAZJENTI MIBGĦUTA BARRA GĦAL KURA", "5833.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 5251 ċioe' jista' jgħid kemm intbagħtu pazjenti Maltin barra minn Malta għall-investigazzjoni u/jew kura fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "F'liema diagnosis group kienu dawn il- każijiet?", "Kemm minnhom ma kkwalifikawx mill-means test u b'hekk il-pazjent kellu jħallas għal biljett ta' l-ajru hu stess?", "Kemm hu kkalkolat id-dħul tal-pazjent sabiex ma jkollux għalfejn iħallas il-biljetti ta' l-ajru?", "Kemm ilu ma jiġi rivedut dan it-treshold?", "Jidhirlu l-Ministru li dan għandu jiġu rivedut b'mod partikolari f'każijiet fejn: (i) pazjent ikun minorenni u b'hekk ikollu jiġi akkumpanjat minn ġenitur; (ii) pazjent ikollu jagħmel żmien twil barra minn Malta u b'hekk familjarji ikollhom spejjeż akbar għall-akkomodazzjoni; u (iii) pazjent ikollu jsiefer minn żmien għal żmien għall-kura?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mill-1.1.97 sat-30.4.97 intbagħtu 143 pazjent.", "Id-diagnosis group kienu skond ma jidher fit-tabella li se titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ma kkwalifikawx mill-means test 89 pazjent.", "Pazjent ma jridx ikollu iżjed minn Lm2,500 flus il-bank, shares proprjeta, etc.. u ma jridx jaqbeż il-Lm55 paga fil-ġimgħa għal persuna waħedha.", "Dan l-ammont jiżdied b'Lm5 fil-ġimgħa għal kull persuna fil-familja.", "Meta pazjent ikollu jsiefer għall kura iżjed minn darba fl-istess sena, id- dħul fil-ġimgħa ma jridx jaqbeż il-Lm75 għal persuna waħedha meta dan il- pazjent ikollu jsiefer it-tieni jew iżjed drabi fl-istess sena.", "Dan l- ammont jiżdied ukoll b'Lm5 fil-ġimgħa għal kull persuna fil-familja (l- ammont ta'flus il-bank jibqa' l-istess).", "It-treshold ġie rivedut l-aħħar fl-1991 (1.4.91)", "L-aħħar parti tal-mistoqsija se tiġi kkonsidrata.", "SAĦĦA - CORONARY ARTERY BYPASS GRAFTS", "5834.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 2950 u ċioe' jista' jgħid meta bdew isiru l- coronary artery bypass grafts u Angioplasty f'pajjiżna b'mod regolari matul is-sena kollha?", "Kemm saru xahar b'xahar, matul l-1996?", "Kemm saru sena b'sena, mill-1986 'il hawn: - (a) f'pajjiżna u (b) lill-pazjenti Maltin barra minn Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Coronary Artery Bypass Grafts bdew isiru f'Malta mill-10 t'April 1995 minn team mediku residenti permanenti fl- Isptar San Luqa.", "L-angiolasties bdew isiru f'Malta mid-29 ta' Mejju, 1995.", "Matul is-sena 1996 saru hekk:", "OPEN HEART SURGERY PTCA (CABG/VALVES ETC)", "Jannar 31 30 Frar 29 43 Marzu 34 27 April 34 33 Mejju 36 33 Gunju 23 30 Lulju 26 17 Awissu 37 41 Settembru 25 28 Ottubru 25 27 Novembru 26 24 Dicembru 23 13 349 346", "Minn 1986 sall-1996 in-numru ta' operazzjonijiet tal-qalb li saru kien hekk:", "F'MALTA INGHILTERRA", "1986 40 37 1987 40 92 1988 50 126 1989 50 115 1990 50 156 1991 60 229 1992 70 223 1993 80 284 1994 80 270 1995 226 24 1996 349 -", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "5835.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2012, jista' l-Ministru jgħid: (i) dawk l-istudenti universitarji li se japplikaw għax-xogħol tas-sajf se jingħataw opportunita' ta' xogħol fis- Settur Pubbliku biss? (ii) L-istudenti fis-Sixth Form tal-Gvern se jingħataw opportunitajiet ta' xogħol?", "Jekk fl-affermattiv f'liema settur/i?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istudenti universitarji kollha, li applikaw biex jaħdmu matul il-fażi tax-xogħol, se jingħataw l-opportunita' li jaħdmu f'dipartimenti tal-Gvern u Korpi Parastatali, skond proġetti mfassla apposta għalihom minn dawn l-istess entitajiet.", "Madankollu, l-istudenti kollha li għażlu li jaħdmu fl-iskema ta' Servizz fil-Komunita' se jingħataw l-opportunita' li jintbagħtu jaħdmu ma' l-organizzazzjonijiet volontarji fi ħdan din l-iskema.", "L-istudenti tas-Sixth Form m'humiex intitolati għax-xogħol tas-sajf kif kien jiġri taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "SPORT", "5843.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fl-24 ta' Marzu, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 4271, jista' l-Ministru jgħid jekk l- emendi proposti għall-Istatut tal-Kunsill Malti ta' l-Isport ġewx diskussi mill-kunsill?", "Jista' jgħid ukoll kemm-il laqgħa kellu l-kunsill minn meta ġie rikostitwit?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "HFCA - TLIELAQ TAL-KAROZZI", "5853.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġibiet li ta għall-mistoqsijiet parlamentari numri W202 (Seduta 42) u 4117 (Seduta 47) dwar il-bini ta' ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi, jista' l-Ministru jgħid ma' min qed tiġi diskussa l-materja in kwestjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid xi proposti rċieva s-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti mingħand il-Ħal Far Circuit Association?", "Jista' igħid ukoll jekk is-Segretarjat talabx il- veduti tal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp dwar is-suġġett u x'kien il- parir tal-K.M.Z.?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - SAHRA LILL-IMPJEGATI", "5854.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġibiet li ta għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3386 (Seduta 35) u 4185 (Seduta 47) dwar is-sahra li tħallset lill-impjegati tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall- attivitajiet li saru fil-qasam taż-żgħażagħ, jista' l-Ministru jgħid kif irriżultaw fl-ewwel tweġiba dawk li hu sejjaħ \"ineżattezzi\" li kważi rduppjaw l-ammont li tħallas f'sahra fit-tweġiba għat-tieni mistoqsija fil- konfront ta' l-ewwel waħda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "5855.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġibiet li ta għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2884 (Seduta 34) u 4186 (Seduta 47) dwar it-tindif li suppost li kellu jsir fl-Uffiċċju tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il- Ministru hu f'pożizzjoni li jikkonferma li dak li stqarr fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4186 effettivament sar u għadu jsir?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUMMISSJONI REGATTA", "5856.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġibiet li ta s'issa f'din il- Kamra għall-mistoqsijiet parlamentari li saru dwar il-Kummissjoni Regatta:- 1) billi jirriżulta li sew il-membri maħtura inizzjalment mis-Segretarju Parlamentari biex jiffurmaw il-Kummissjoni Regatta u sew il-membri l-oħra li ġew aktar tard ikkooptjati jattendu l-laqgħat tal-Kummissjoni jieħdu sehem attiv fl-Organizzazzjoni tar-Regatta tal-31 ta' Marzu u ta' 8 ta' Settembru, u jagħmlu xogħol fl-amministrazzjoni u l-koordinazzjoni tat- tiġriet u fl-organizzazzjoni in ġenerali; (ii) billi jirriżulta wkoll li la l-membri maħtura mis-Segretarju Parlamentari u lanqas il-membri l-oħra li ġew ikkooptjati ma jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu, jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-differenza bejn il-membri maħtura mis-Segretarju Parlamentari biex jiffurmaw il-Kummissjoni Regatta u l-membri l-oħra li s-Segretarju Parlamentari kkooptja aktar tard?", "Jikkonferma l-Ministru li l- kompożizzjoni tal-Kummissjoni kienet allura fil-bidu żbaljata?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPORT FOR ALL", "5857.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4191 dwar il-programm Sport for All, jista' l-Ministru issa jgħid x'inhi t-tifsira politika li l-Gvern preżenti jagħti lill- programm Sport for All?", "Jista' jgħid ukoll xi pjani għandu l-Gvern biex dan il-programm jitħaddem?", "Jista' jgħid meta se jinħatru l-membri tal- Bord li se jmexxu l-programm?", "Jista' jgħid ukoll jekk huwiex se jinħatar Segretarju Eżekuttiv?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - XIRI TA' KOTBA", "5871.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, b'mod ġenerali x'kotba xtrat l- Universita' ta' Malta matul dawn l-aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "RABAT - SANTU SPIRTU", "5872.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5385, jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir f'Santu Spirtu, fir- Rabat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Matul dawn l-aħħar snin, id-Dipartiment tal- Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni tal-Bini esegwixxa xi eżerċizzji ta' manutenzjoni f'dan il-bini.", "Fil-programm għal din is-sena kien ippjanat illi jsir xi xogħol fuq xi travi ta' l-injam, u xi xogħol ieħor konness ma' dan ir-rigward.", "Pero' dan l-aħħar ġejna nformati illi ġie deċiż illi dan ix-xogħol jiġi mwettaq mis-sezzjoni ta' l-Arkivji u l-Libreriji Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5873.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li kienu qed jirreġistraw fl-ewwel parti tar-reġistru ġew impjegati b'kuntratt definit bejn Novembru, 1996 u Marzu, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ m'għandhiex rekord ta' kemm nies ġew impjegati b'kuntratt definit.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - KURATURI", "5874.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux ir-riżultati għall-ħatra ta' kuraturi u assistenti kuraturi li hu semma fis-Seduta tad-19 ta' Mejju (Seduta 68) bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5369?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li wara l- intervisti li saru għall-ħatriet t'iżjed Kuraturi u Assistenti Kuraturi fid- Dipartiment tal-Mużewijiet - li semmejt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 5369 (Seduta 68, 9/5/95) - ir-riżultati li ħarġu s'issa kienu għall- ħatra ta' żewġ Kuraturi u Assistent Kuratur (dan ta' l-aħħar biex iservi f'Għawdex) fis-Sezzjoni ta' l-Arkeoloġija, u għall-ħatra ta' Kuratur fis- Sezzjoni ta' l-Etnografija.", "Huwa mistenni li r-riżultati għall-ħatriet l-oħrajn ma jdumux ma jkunu magħrufa.", "PULIZIJA - SPEZZJONIJIET", "5875.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-pulizija ġo discos ġewwa Paceville għat-tfal taħt is-16-il sena mill-1 ta' Jannar, 1996 'il hawn?", "X'kien ir-riżultat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li mill-1 ta' Jannar 1997 'l hawn il- Pulizija qabdet tlett żgħażagħ taħt is-16-il sena ġewwa discos.", "Spezzjonijiet mill-Pulizija f'postijiet ta' divertiment isiru fuq bażi regolari.", "FORZI ARMATI - ROAD BLOCKS", "5876.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' road blocks illi ġew organizzati mill- membri tal-Forzi Armati mill-1.9.96 'il hawn?", "Kemm ġew arrestati nies u mgħoddija f'idejn il-pulizija mill-Armata waqt dawn ir-road blocks?", "X'kienu r-reati li dawn il-persuni allegatament ikkommettew?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li matul il-perjodu mill-1 ta' Settembru sat-30 ta' April 1997, il-Forzi Armati wettqu 523 road block f'Malta u 108 f'Għawdex.", "B'kollox ġew iċċekkjati 5,386 vettura.", "Matul dan il-perjodu, 35 persuna ġew mgħoddija lill-Pulizija minħabba sejbiet ta' ammonti żgħar ta' droga.", "Ġew irrapportati wkoll 186 kontravenzjoni li kollha, eventwalment, ġew riferuti lill-Pulizija.", "STABBILIMENTI TA' DIVERTIMENT - TFAL TAĦT L-ETA'", "5877.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien ta' stabbilimenti ta' divertiment ġewwa Paceville illi tressqu l-Qorti mill-1996 'il hawn talli biegħu xorb alkoħoliku lil tfal taħt is-16-il sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ma tressaq ħadd.", "STABBILIMENTI TA' DIVERTIMENT - TFAL TAĦT L-ETA'", "5878.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux regolamenti illi jikkontrollaw il-ħin tad-dħul ta' tfal taħt is-16-il sena ġewwa stabbilimenti ta' divertiment meta dawn ma jkunux akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom?", "Jekk le, wasal iż-żmien biex dan jiġi kkonsidrat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-regolamenti ta' l-1995 dwar iż-Żamma ta' Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment (AL 124 ta' 1995) jkopru s-suġġett imqajjem mill-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - REATI F'PACEVILLE", "5879.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati li se nsemmi ġewwa Paceville mill-1986 'il hawn sena b'sena:- qtil; attentat ta' qtil; ferimenti ta' natura gravi; ferimenti ta' natura ħafifa; każi konnessi mad-drogi; atti kontra l-morali pubblika; stupru; u serq?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qegħdha tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXKERIJA - BEJGĦ TA' ĦUT", "5887.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' ħut mibjugħ mill-Pixkerija fix-xhur (xahar b'xahar) minn Jannar sa April, 1997 kif ukoll kemm kienu l- istess valuri fl-istess xhur fil-ħames snin preċedenti sena b'sena wkoll?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Membru hi kif tidher hawn taħt.", "Valur ta' Hut Mibjugh fil-Pixkerija (Lm) Xahar 1997 1996 1995 1994 1993 1992 Jannar 66,940 46,335 17,064 27,885 47,329 50,097 Frar 85,019 31,360 39,964 33,811 21,080 36,491 Marzu 52,714 64,110 34,104 68,714 37,281 19,699 April 62,468 59,806 46,749 23,838 45,938 33,908", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - IMPJEGATI", "5917.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) konsulenti; u (d) kemm ingħataw transfers fil-Korporazzjoni Enemalta minn Ottubru, 1996 s'issa?", "Jista' l- Ministru:- (i) jindika l-grad jew gradi; (ii) jpoġġi kopja tal-kuntratt relattiv f'każ ta' (b) u (ċ); u (iii) l-postijiet li fihom kien esegwit it- transfer f'każ (d)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: A B'Kuntratt Indefinit --------------------", "Mill-1 ta' Ottubru 1996 sad-data li fiha nġabar it-tagħrif mitlub, il- Korporazzjoni EneMalta impjegat Analista (Laboratorju) u tmienja u għoxrin (28) Technician bil-kundizzjonijiet kif stipulati fil-Ftehim Kollettiv.", "B. B'Kuntratt Definit ------------------ Ġie impjegat Analista (Laboratorju) bħala konsulent għal sitt (6) xhur bejn is-7 ta' Ottubru 1996 u is-6 t'April 1997.", "Tliet (3) apprentisti bdew il-perijodu ta' tliet (3) snin taħriġ taħt l-iskema ta' Apprentistat Tekniku fl-1 ta' Ottubru 1996.", "Ħames (5) Plant Operators Trainees bdew il-perijodu ta' sena taħriġ fid-9 ta' Ottubru 1996.", "Kopja tal-kuntratti tal-persuna msemmija qegħdin jiġu rriferuti kif intalab.", "Fil-każ tal-konsulenti, il-kuntratt kien verbali.", "Transfers ---------", "|Taqsima ta' |22 | |l-Amministrazzjoni | | |Taqsima tal-Finanzi |12 | |Taqsima ta' l-Elettriku |48 | |Taqsima tal-Gass |2 | |Taqsima tal-Petroleum |18 | |Uficcini |9 | |Ministerjali/Dipartiment | | |tal-Gvern | |", "ŻABBAR - TISWIJA TA' TOROQ", "5918.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li wara ħafna snin ir-residenti li joqogħdu fl- area magħrufa \"Tal-Ħofra\" f'Ħaż-Żabbar għadhom jistennew biex isiru għadd ta' toroq, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa jew xi pjanijiet hemm għal futur sabiex dawn ir-residenti ma jibqgħux b'dan l-inkonvenjent?", "Jista' l-Ministru jagħti prijorita' u kull appoġġ lil Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar biex dawn it-toroq jiġu asfaltati, tarmakjati u bis-servizzi kompluti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Saret laqgħa mal-Kunsill Lokali fuq il-post sabiex jibda jsiru preparamenti biex is-servizzi li jridu jitqiegħdu fit- triq jsiru mil-aktar fis possibbli.", "Qiegħed isir ukoll studju dwar il- livelli peress li f'ċerti toroq ma hemmx żbokk ta' l-ilma.", "IRZIEZET - REĠISTRAZZJONI", "5919.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2617 dwar il-qasam tal-poultry, jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi ppreżentata l-white paper dwar is-suġġett irriferut għalih hawn fuq?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-white paper f'forma ta' draft regulations dwar registrazzjoni ta' rziezet għaż-żamma tat-tjur għall-produzzjoni tal-bajd u tas-simna ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fl-14 ta' Frar, 1997 waqt id-diskors tiegħi dwar il-Vot tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "Kopji ta' dawn ir-regolamenti ġew imqassma lill-produtturi konċernati f'diversi okkazjonijiet fosthom f'laqgħa li saret għalihom ġewwa Haż-Żabbar fl-14 ta' Marzu, 1997 u f'laqgħa oħra li saret fil-Ministeru fit-23 ta' April, 1997.", "Kopja ta' dawn ir-regolamenti ngħatat lill-kull produttur li mar jinnotifika fid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji.", "INDUSTRIJA TAL-BROILERS", "5920.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2618 dwar l-industrija tal-broilers, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tiġi mressqa l-white paper dwar l-imsemmija industrija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5919.", "PITKALIJA - PRODOTT AGRIKOLU", "5921.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1992 sa l-1996 kif ukoll fl-ewwel erba' xhur ta' l-1997, kemm kien l-ammont ta' prodott agrikolu li l-bdiewa Għawdxin ġabu fil-Pitkalijia ta' Malta kif ukoll kemm kien il-valur ta' l- imsemmi prodott fil-perijodi mitluba?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-valur ta' prodott agrikolu li l-bdiewa Għawdxin ħattu fiċ-Centru tal-Pitkalija ta' Malta kien hekk:", "|Sena |Valur | |1992 |Lm 486,463 | |1993 |Lm623,100 | |1994 |Lm695,848 | |1995 |Lm680,126 | |1996 |Lm713,537 | |1997 |Lm217,288 | |(Jannar-April) | |", "Ma jinzammx rekord tal-Piz ta' dan il-prodott.", "TRAINING GRANTS", "5925.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-amministrazzjoni tat- training grants li huma disponibbli skond l-Industrial Development Act humiex se jibqgħu f'idejn il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Iva, l-amministrazzjoni tat-training grants li huma disponibbli skond l-Industrial Development Act se jibqgħu f`idejn il-Korporazzjoni ta` Xogħol u Taħriġ.", "VAT - VAT FUQ IL-KOSTRUZZJONI", "5949.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li tispiċċa l-iskema li biha dawk li jkunu qegħdin jibnu jew ilestu xi proprjeta' ikollhom it-taxxa tal-VAT imħallsa fuq il-kostruzzjoni u finishes mogħtija lura?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 5937.", "VALLETTA - TRIQ SAN KARLU", "5950.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-fond Nru. 20, fi Triq San Karlu, il-Belt Valletta li bħalissa huwa vojt, titranġalu l-gallarija jew titwaqqa' għal kollox stante li din hi ta' perikolu kbir?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat li dan il-post mhuwiex tal-Gvern u għalhekk id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma jistax jintervjeni kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - HOSPITALITY", "W575.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-flus li ntnefqu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u t-30 ta' April 1997 bħala hospitality mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jifformaw id-dekasteru tal-Ministru tal-Ħarsien Soċjali hu kif ġej:", "|Ministeru tal-Ħarsien|Lm1,414.00 | |Soċjali | | |Dipartiment |Lm69.00 | |tal-Finanzi u | | |Amministrazzjoni | | |Korporazzjoni |Lm281.00 | |tax-Xogħol u Taħriġ | | |Sedqa - Aġenzija |Lm124.86 | |kontra d-Droga u | | |l-Alkoħol | |", "Id-dipartimenti u entitajiet oħra li m'humiex imsemmija hawn fuq ma nefqu xejn.", "JUM IL-ĦADDIEM", "W593.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi fil-messaġġ li ħareġ għal Jum il-Ħaddiem il-Ministru stqarr li fost it-tliet sfidi li l-Gvern qiegħed jiffaċċja hemm l-impenn tal-Gvern li joħloq ix-xogħol, u billi fl-istess messaġġ il-Ministru qal li l-ħolqien ta' l-impiegi hu priorita' assoluta għall-Gvern, jista' l-Ministru jgħid:- 1) liema huma b'mod konkret l-inizjattivi, il-programmi u/jew il-proġetti li ħaddem fl-aħħar sitt xhur jew li beħsiebu jħaddem fil-ġimgħat li ġejjin biex joħoloq ix-xogħol; u 2) liema kienu l-miżuri li ħa fl-aħħar sitt xhur jew li beħsiebu jieħu fil-ġimgħat li ġejjin għall-istess għan?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ġaladarba l-Onor.", "Interpellant qed jikkwota mill- messaġġ tiegħi f'Jum il-Ħaddiem, nitolbu jaqra dan il-messaġġ sa l-aħħar għaliex proprju fil-paragrafu ta' qabel l-aħħar għandu jsib it-tweġiba lesta.", "Barra minn hekk, naħseb li l-Onor.", "Interpellant kien hawnhekk meta poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "Fl-istqarrija ministerjali li għamilt, tkellimt dwar kif irridu nagħmlu l- ETC pro-attiva permezz ta' programmi, inizjattivi u skemi friski li jikkontribwixxu, fost oħrajn, għall-ħolqien tax-xogħol.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "W620.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għall-ewwel darba minn Novembru, 1995 sa April, 1996 u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li bdew jirreġistraw għall-ewwel darba minn Novembru 1995 sa April 1996 huwa kif ġej:", "|Novembru 1995 |459 | |Dicembru 1995 |213 | |Jannar 1996 |407 | |Frar 1996 |302 | |Marzu 1996 |293 | |April 1996 |301 |", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA", "W622.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Gvern, korporazzjonijiet, enti jew kumpanniji kontrollati mill-Gvern mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond kull dipartiment, korporazzjoni, enti jew kumpannija u jindika wkoll il-grad ta' l-impjegat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-aħħar ta' April, 1997 ġew impjegati dawn il-ħaddiema fid-dekasteru tiegħi:", "Mal-Ministeru:", "Assistent Personali tal-Ministru Żewġ xufiera tal-Minstru.", "Dawn it-tlieta ġew impjegati b'kuntratt għal sena li beda jseħħ minn nhar id-29 t'Ottubru, 1996.", "Ma' l-Aġenzija Sedqa:", "Persuna waħda fi grad ta' Eżekuttiv; Żewġ persuni fi grad ta' Counsellor; persuna waħda fi grad ta' Community Worker; Tlett persuni fi grad ta' Social Worker; Persuna waħda fi grad ta' Care Worker; Persuna waħda fi grad ta' Medical Officer; Persuna waħda fi grad ta' Nurse; u Persuna waħda fi grad ta' Social Work Support.", "Mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ:", "Persuna waħda fi grad ta' Executive Officer.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONIJIET", "W628.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-persuna mill-Mosta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li hi legalment separata b'mod bonarju minn żewġa llum mejjet, tingħata l-pensjoni flok ir-relief li qed tieħu, għax qed tbati finanzjarjament?", "X'emendi fil-liġijiet viġenti għandu jkun hemm biex dawn l-affarijiet f'każijiet bħal dawn jirranġaw?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-benefiċċjarja se tiġi nformata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sa mill-ħolqien tal-liġi dwar is-Sigurta' Nazzjonali fl-1956, id-dritt għall- Pensjoni għar-Romol kien marbut mad-dritt tal-manteniment.", "Fejn dan id- dritt ma kienx jeżisti, l-Pensjoni għar-Romol qatt ma tħallset.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - SOFTWARE EVALUATION COMMITTEE", "W640.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Software Evaluation Committee fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u kemm jitħallsu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li dan il-kumitat jitratta dwar Software Review, ikun għaqli jekk l-ismijiet ma jkunux ippubblikati.", "Imma jekk l- Onor. Interpellant jixtieq ikun jaf l-ismijiet jien nista' nagħtihomlu verbalment.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - IMPJEGATI", "W649.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997 kemm ġew impjegati persuni on a casual basis fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż korpi statutorjament indipendenti, korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-Gvern għandu nteress u jekk fl- affermattiv, jindika fejn u f'liema grad?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda persuna ma giet impjegata on a casual basis fid-Dipartimenti li taghhom jien responsabbli."]} {"filename": "19971127_156d_par.doc", "date": "1997-11-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 156 Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 156", "Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "156", "Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 596", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 596", "TQEGĦID TA' KARTI 603", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 1998 IT-TLETTAX-IL JUM STABBILIT MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT - KONTINWAZZJONI 604", "AĠĠORNAMENT 631", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 631", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 637", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 155 li saret fis-27 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MDC - PROGRAMMI SOĊJO-INDUSTRIJALI", "9744.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġna 96 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-\"fond li jipprovdi għall-proċess ta' ristrutturazzjoni u modernizzar li pajjiżna jniedi permezz ta' programmi ġodda soċjo- industrijali\" u b'mod speċifiku jgħid xi proġetti hemm il-ħsieb li jiġu ffinanzjati, jekk hemm?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-fond li jipprovdi għall-proċess ta' ristrutturazzjoni u modernizzar jista' jieħu forma ta' allokazzjoni speċjali ta' ammont ta' flus biex ikunu ffinanzjati programmi, proġetti jew inizjattivi mmirati biex jgħinu l-iżvilupp soċjo-industrijali.", "Dawn il-proġetti jew programmi għad iridu jiġu identifikati b'konsultazzjoni mal-korpi kostitwiti.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-fond se jiġi amministrat mill-MDC jew se jiġi amministrat direttament mill-ministeru tal-finanzi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fuq id-dettalji m'iniex f'pożizzjoni li nwieġbek bħalissa.", "Fuq il-programm tar-ristrutturazzjoni industrijali diġa' sar ħafna xogħol ta' tħejjija min-naħa ta' l-MDC nnifisha.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA - PENSJONANTI", "9745.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġna 97 tad-diskors tal-budget, jista' l-MInistru jgħid jekk iż-żieda ta' Lm1.50 għall-għoli tal-ħajja hijiex se tingħata sħiħa lill-pensjonanti jew inkella humiex se jieħdu żewġ terzi tagħha?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ż-żieda għall- għoli tal-ħajja lill-pensjonanti se tibqa' tinħadem bl-istess kriterji li ġew addottati s'issa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna kif jinkwadra din id- deċiżjoni mal-fatt illi qabel l-elezzjoni kienet issir ħafna propaganda min- naħa tal-Partit Laburista li ż-żieda lill-pensjonanti għandha tingħata sħiħa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sal-lum iċ-ċirkostanzi ma kienux jippermettu tibdil f'din il-policy.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk eżaminax l-impatt soċjali tal-budget fuq il-pensjonanti fid-dawl tal-fatt li qed tingħata din iż-żieda biss?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-proċedura kienet tiġi adottata tul is-snin u fiċ-ċirkostanzi ma ħassejniex li kellu jkun hemm tibdil.", "Apparti minn hekk, nixtieq nikkorreġi dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Gatt.", "Din ma kenitx wegħda elettorali u fil-manifest qatt ma kien hemm riferenza f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Ministru jiftakar li kienu saru diversi diskorsi, inkluż mill-kap tal-Partit Laburista, illum il-Prim Ministru, fis- sens illi mhux ġust li l-pensjonanti jingħataw żewġ terzi taż-żieda u li dawn għandhom jingħataw iż-żieda sħiħa li tkun ġiet imħabbra.", "Ċertament din kienet l-impressjoni li kienet tingħata.", "Tant hu hekk - naħseb li l- Kamra kollha tiftakar dan - li kienu ħarġu diversi stqarrijiet ta' solidarjeta' ma' din il-pożizzjoni anke minn għaqdiet tal-pensjonanti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'għandix x'inżid ma' dak li għidt aktar kmieni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħid jekk iqisx iż-żieda ta' Lm1 fil-ġimgħa għall-pensjonanti hijiex biżżejjed biex tkopri ż-żieda fl- ispejjeż ta' l-ilma u d-dawl?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-istess bħall-cost of living increase li tingħata lill-ħaddiema, din iż-żieda tkopri perijodu li m'għandux x'jaqsam mal- perijodu li jkopri l-budget innifsu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Qabel il-budget dehret stqarrija fejn intqal li l- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ kellu laqgħa ma' l-assoċjazzjoni tal- pensjonanti.", "F'din il-laqgħa kien issemma xi ħaġa dwar dawn l-affarijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jidhirlix li dħalna f'dak id-dettall.", "Ovvjament il- pensjonanti għamlu l-lobbying tagħhom, kif kellhom kull dritt li jagħmlu u kif jagħmel kull korp kostitwit.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fid-dawl ta' l-istqarrija li għamlu l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u l-Prim Ministru wara l-budget, li dan il-Gvern se jistudja s-sitwazzjoni tal-pensjonanti fid-dawl taż-żidiet esaġerati li kien hemm fuq l-ilma u d-dawl, jista' l-Ministru jgħid kemm se jdum dan l- istudju?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma nikkummentax f'dan l-istadju.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fid-dawl tal-fatt illi fid-diskors tal-budget hemm miktub illi dan il-Gvern se jkompli bil-miżuri għar-rigward tal-pensjoni tas-servizzi Ingliżi, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn huma l-istess miżuri li kienu ssemmew fl-ewwel budget ta' dan il-Gvern u li fil-fatt ġew in vigore bil-liġi li għaddiet minn dan il-Parlament f'Ottubru li għadda?", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il-miżuri ġodda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Safejn niftakar jien, hemm extension għal dik li tissejjaħ phase 1 tas-sistema tal-pensjoni tas-servizzi Ingliżi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din hija l-istess miżura li għaddiet b'liġi minn dan il-Parlament f'Ottubru li għadda jew se jsiru miżuri oħrajn?", "U jekk se jsiru miżuri oħrajn din is-sena, x'inhuma dawn il-miżuri?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Safejn naf jien il-miżura kienet tikkontempla li dawn l-affarijiet isiru gradatament, u din id-darba wkoll hekk qed isir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fid-dawl tar-risposta preċedenti - jew aħjar fid-dlam tar-risposta preċedenti - jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan ifissirx illi l-pensjonanti għas-sena d-dieħla se jkunu f'qagħda agħar milli kienu din is-sena?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dik hija osservazzjoni gratuita min-naħa ta' l-Onor.", "Membru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Kabinett iddiskuta - nimmaġina li ddiskutieh dan is-suġġett - il-kwestjoni ta' l- impatt soċjali fuq l-anzjani?", "Jew niġu nagħmlu statements imbagħad lanqas inkunu nafu kemm se jdumu biex isiru dawn l-affarijiet!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma nħossx li f'dan l-istadju għandi nagħti informazzjoni dwar dak li ddiskuta l-Kabinett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jaqbel il-Ministru li ż-żieda ta' Lm1 li se jibbenefikaw minnha l-pensjonanti se tkun definittivament assorbita miż- żidiet li hemm proġettati fit-tariffi tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, u iktar u iktar il-ħlas ta' 50c għal kull riċetta tal-mediċina, jekk mhux għal kull mediċina?", "Dwar dan għadna ma nafux sew.", "Ma jaqbilx il-Ministru li l-Lm1 żieda definittivament se tħalli lill-pensjonanti f'pożizzjoni ħafna agħar milli kienu qabel.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Membru qed jistaqsini biex nagħti l-opinjoni tiegħi u dan l-Istanding Orders ma jippermettuhx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-aħħar żieda li ngħatat hijiex fuq l-istatistika tas-sena li għaddiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għaż-żieda tal-cost of living, nista' ngħidlu li ż-żieda ngħatat skond il-prassi adottata f'dawn l-aħħar snin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress illi l-Ministru qal illi f'dan l-istadju ma jistax jikkummenta dwar kemm se jdum l-istudju, jista' jgħidilna meta jaħseb li se jkun f'pożizzjoni li jagħti din l-informazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-mument opportun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, b'riferenza għall-mistoqsija li għamilt qabel, peress li l-Ministru wieġeb li dik kienet fażi u issa mid- dehra ġejja xi fażi oħra - nimmaġina li kif tħabbar fid-diskors tal-budget - jista' l-Ministru jgħid lil din il-Kamra eżattament x'inhi din il-fażi ta' implimentazzjoni maħsuba għal din is-sena b'riżultat tad-diskors tal- budget?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'għandix x'inżid ma' dak li għidt aktar kmieni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, diversi drabi fil-passat kien hemm riferenza għall-bżonn ta' tibdil fir-retail price index.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'tibdil sar matul is-sena li għaddiet u x'tibdil qed jitfassal għas-sena li ġejja?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif ħabbarna fil-budget - u kien hemm aċċenn għal dan anke fil-budget tas-sena l-oħra - l-intenzjoni tagħna hija li fil-ġejjieni qarib inwaqqfu l-istitut nazzjonali ta' l-istatistika.", "Dan se jitmexxa b'mod awtonomu u jkun responsabbli lejn il-Parlament.", "Il-ħsieb huwa li jkun hemm input mis-social partners anke fil-mod kif jitmexxa r-retail price index.", "Kif għidt dalgħodu meta kont qed nitkellem fuq il-budget, bħala l-ewwel pass, il-ġimgħa d-dieħla beħsiebna nwaqqfu statistics board li se jkollu l-għan li jissorvelja t-transizzjoni bejn is-sistema preżenti u s-sistema li qed nimmiraw għaliha.", "F'dan il-bord se jkun hemm anke rappreżentanti tas-social partners, u l-element tar-retail price index huwa wieħed mill-punti li se jingħata attenzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Minbarra d-diversi għaqdiet u korpi kostitwiti li jistgħu jkunu preżenti f'dan il-bord, jista' l-Ministru jgħidilna jekk hawnx professjonisti biżżejjed biex jagħtu s-sehem tagħhom f'dan it-tip ta' xogħol?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għalkemm se nagħti d-dettalji dwar dan il-ġimgħa d- dieħla, jidhirli li l-mod kif se jkun kostitwit dan il-bord se jkun jissodisfa l-interest groups soċjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Se nerġa' nistaqsi dwar il-pensjonanti.", "Dak li qed jgħid il-Ministru jfisser li l-qagħda se tibqa' kif inhi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'għandix x'inżid ma' dak li diġa' għidt.", "TAXXI INTERNI - DENUNZJA TA' L-ASSI KAPITALI", "9746.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid jekk id- denunzja ta' l-assi kapitali li se terġa' tiġi introdotta hijiex se tinkludi wkoll depożiti bankarji u assi oħra li llum m'hemmx il-ħtieġa li jiġu Ddikjarati għal skop ta' l-income tax meta huma soġġetti għall- withholding tax?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif ikkonfermajt fl-istqarrija għall-istampa tas-7 ta' Novembru, 1997 dawk l-assi finanzjarji li fuqhom qed titħallas il-final withholding tax huma eżenti mill-obbligu li jiġu ddikjarati fid-denunzja ta' l-assi kapitali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista' l-Ministru jgħid x'capital declaration form se tkun din illi jkun fiha parti biss mill-assi ta' l-individwi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif spjegajt dalgħodu meta kont qed inwieġeb lill- Onor. Austin Gatt, se nagħtu l-informazzjoni fil-ġejjieni qarib.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, din mhijiex kwestjoni ta' informazzjoni imma kwestjoni ta' loġika.", "Il-Ministru qed jgħid illi parti mill-assi li se jkollhom l-individwi se jiġu ddikjarati u parti oħra ta' l-assi m'għandhomx għalfejn jiġu ddikjarati.", "Dak huwa l-prinċipju.", "Fid-dawl ta' dan, x'użu se jkun hemm fid-dipartiment tat-taxxi interni għal din il- biċċa dikjarazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna nħossu li din il-miżura xorta waħda se tgħin kemm fl-effiċjenza, kif ukoll biex jitħaffef il-mod kif tiġi amministrata u assessed it-taxxa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista' l-Ministru jgħidilna kif din se tgħin biex jitħaffef u jiġi aċċellerat ix-xogħol ta' l-amministrazzjoni tat-taxxa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Meta jkollna t-tagħrif neċessarju nagħmluh pubbliku fl-ewwel mument opportun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kemm dalgħodu, kif ukoll illejla, fuq l-istess domanda dwar l-assi kapitali, il-Ministru jidher li qed ikun xi ftit evażiv.", "Kull darba li nistaqsuh x'se jkun fiha din id-dikjarazzjoni ma jkunx irid jikkommetti ruħu.", "Dalgħodu ġie ddikjarat ukoll li kien hemm rethinking fuq il-withholding tax.", "Jista' jkun illi l-ministeru - u anke l-Gvern stess - minkejja li ħabbar li se jdaħħal il-prinċipju tad-denunzja, fil-fatt ma ddiskutiex bis-serjeta' u fid-dettall fiex se tkun tikkonsisti din id- denunzja?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nikkorreġi l-impressjoni żbaljata li ta l-Onor.", "Membru meta qal illi kien hemm rethinking min-naħa tal-Gvern.", "Ma kien hemm l-ebda rethinking min-naħa tal-Gvern.", "Meta l-Gvern iddiskuta din il- materja fuq livell ta' Kabinett, fl-ebda stadju ma kellu ħsieb", "li jinkludi dawk l-assi kapitali li huma soġġetti għall-final withholding tax.", "Kulma għamilna - u din għidtha dalgħodu b'mod ċar biżżejjed - kien illi wara l-istatement li ħarġet l-FOI - li dehrilna li kien statement allarmista bla bżonn - dehrilna li kellna nagħmlu aktar ċar dak li kien diġa' ċar biżżejjed.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ftit ilu l-Ministru għamel statement fejn qal li din id-dikjarazzjoni se tħaffef ix-xogħol tad-dipartiment tat-taxxi interni.", "Jista' l-Ministru jgħid kif se tħaffef ix-xogħol tad-dipartiment tat-taxxi interni?", "Issa mhux jgħidli li jagħtini l-informazzjoni fi stadju ieħor, għax jekk għamel dan l-istatement jaf kif se jitħaffef ix-xogħol!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx illi qegħdin hawnhekk biex noqogħdu nidħlu f'affarijiet purament amministrattivi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat- taxxi interni għandux indikazzjoni ta' kemm kontijiet bankarji huma soġġetti għall-withholding tax?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Inwieġeb fl-affermattiv.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru għadu kemm qal illi qabel ma tressaq il- budget ġie diskuss u deċiż li l-withholding tax ma tidħolx fl-assi kapitali.", "Jiġifieri f'dan il-każ kien hemm deċiżjoni.", "Nifhem li kien hemm ukoll deċiżjonijiet dwar x'għandu jidħol fid-dikjarazzjoni.", "Jista' l- Ministru jgħid x'kienu dawn id-deċiżjonijiet u x'se jidħol fid-declaration of capital assets?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dan il-mument m'għandix x'inżid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħafna mill-assi li se jkollu l-individwu mhumiex se jiġu rrapportati.", "Jekk b'xi mod se jkun hemm capital accretion fil-parti ddikjarata, x'se jiġri biex id-dipartiment ikun jaf x'qiegħed jagħmel?", "B'mod indirett se jsiru investigazzjonijiet u mistoqsijiet fuq il-kontijiet fil-banek?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'għandna l-ebda interess illi mmorru lura u nagħmlu t-tip ta' investigazzjonijiet li qed jalludi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qisna qed induru bħaċ-ċippitatu!", "Qegħdin ngħidu illi se nagħmlu dikjarazzjoni ta' parti mill-assets ta' l-individwu li prattikament se jkunu l-proprjeta', għax ma nistax nara li se jiġu ddikjarati affarijiet oħra.", "Hemm imbagħad l-assi fil-banek u forsi jkun hemm xi shareholdings u affarijiet oħra bħal dawn.", "Jekk ikun hemm xi ħadd illi jkun iddikjara li xtara post u allura, skond id-dikjarazzjoni, se jkun hemm capital accretion li ma tkunx riflessa fil-capital assets declaration, x'se jiġri?", "Il-Ministru għadu kif għamel statement ieħor fejn qal li m'hemm l-ebda interess illi jiġi investigat x'kontijiet ikun hemm fil- banek.", "Allura x'se jiġri?", "Ir-risposta se tkun: Kelli l-flus il-bank u xtrajt bihom.", "X'se jagħmel id-dipartiment?", "Jiena qed ngħid dan biex nuri l- inutilita' assoluta ta' din id-dikjarazzjoni.", "Din ħsara biss se tagħmel f'dan il-pajjiż għaliex id-dipartiment żgur li mhux se jkun f'pożizzjoni li jagħmel xi kontroll.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien qiegħed hawn biex inwieġeb il-mistoqsijiet li jsiruli u mhux biex nirreaġixxi għal xi statement.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena persważ li l-Ministru ma jafx x'inhu jiġri.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, m'hemmx kummenti.", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fl-1 ta' Jannar ta' l-1998 se tidħol il-final settlement system.", "B'din is-sistema ħafna nies se jkunu f'pożizzjoni li ma jimlewx karta tat-taxxa.", "Allura issa dawn se jkollhom jimlew il-formola tal- capital assets declaration?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba lill-pubbliku tingħata qabel ma din il-miżura tidħol fis-seħħ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Huwa minnu li fid-declaration of capital assets il- poplu Malti se jiġi mitlub biex jinkludi l-flus, id-dar, ħaġar prezzjuż, deheb, fidda u mobbilja?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jispjegalna għaliex hemm din ir- reluctance kbira min-naħa tal-Gvern biex jgħid x'se tkun tinkludi d- declaration of capital assets?", "Minn din in-naħa ma nistgħux nikkonċepixxu kif il-Gvern wasal għal deċiżjoni mingħajr ma jaf - b'mod ġenerali, mhux qed ngħid id-dettalji - liema huma l-kapi maġġuri tad-declaration.", "Din ir- reluctance min-naħa tal-Ministru minn xiex ġejja?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dan l-istadju m'għandix aktar x'nikkummenta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jekk qed nifhem sew lill-Ministru, din hija xi ħaġa amministrattiva, fis-sens illi bniedem jimla' karta li tkun saret għal xejn.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għandek dritt għall-opinjoni tiegħek.", "DAWL U ILMA - SUSSIDJU", "9747.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġna 39 tad-diskors tal-budget, peress illi l-Ministru qal li \"se jifli aktar mill-qrib\" is-sussidji fuq l-ilma u d-dawl biex fejn mhux qed jaslu kif kien maħsub \"jitnaqqsu u possibbilment jitneħħew\", jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda u jintemm dan l- eżerċizzju u jekk hux mistenni li r-reviżjoni tas-sussidji ssir fl-ewwel disa' xhur ta' l-1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern diġa' ta bidu għal dan l-eżerċizzju b'effett mill-ewwel qari tad-dawl u ta' l-ilma.", "Il-Gvern ikompli jistudja l-qagħda u jersaq għal passi oħra f'dan l- eżerċizzju skond kif jitolbu ċ-ċirkostanzi u fid-dawl tar-riżultati miksuba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fhimt sew li l-eżerċizzju huwa dirett biex jitnaqqas u possibbilment jitneħħa s-sussidju li diġa' hemm fuq l-ilma.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li tajjeb li wieħed jara l-parti relevanti tal-budget.", "F'paġna 39 il-budget jitkellem dwar il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma u l-qasam ta' l-enerġija u hawnhekk il-Gvern kien qed jgħid x'beħsiebu jagħmel.", "Dik ma kenitx il-parti tal-programmi u miżuri imma kienet għadha d-daħla.", "Meta l-Gvern tkellem dwar studju iktar fil- qrib tas-sussidji ma kienx qed jillimita ruħu għal dak li sar fir-rigward tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u tal-Korporazzjoni Enemalta imma kien qed jitkellem dwar il-konċett kollu in ġenerali ta' sussidji.", "Dan jinkludi sussidji li nixtiequ naraw li jonqsu, kif inhi diġa' l-politika dikjarata tal-Gvern fir-rigward tat-Tarzna, per eżempju, u intrapriżi oħrajn simili.", "Nista' ngħid illi m'għandna l-ebda intenzjoni li nirrazzjonalizzaw iktar sussidju fir-rigward ta' dawn iż-żewġ entitajiet li qed jissemmew.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- istudju li sar ta' l-impatt soċjali ta' dawn iż-żidiet fir-rati tad-dawl u ta' l-ilma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Diġa' weġibt l-interpellanza li għamel l-Onor.", "Austin Gatt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel ma' dak li qal il-Ministru preċedentement, almenu skond kif imniżżel fil-budget, pero' issa qed jispjegah b'mod differenti.", "F'paġna 39 tad-diskors tal-budget jingħad illi l-għan ta' l- eżerċizzju - eżerċizzju li jinkludi lill-Korporazzjoni Enemalta u lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma - huwa biex jitnaqqsu u possibbilment jitneħħew is-sussidji li m'humiex ġustifikati.", "Jien nifhem illi dan għadu l-iskop ta' l-eżerċizzju li qiegħed isir.", "Ma naħsibx li tbiddlu ċ-ċirkostanzi minn mindu ġie mħabbar il-budget sal-lum.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena spjegajtlek illi l-budget huwa maqsum, bħas- soltu, f'żewġ taqsimiet.", "F'parti minnhom għandek dak li l-Gvern beħsiebu jagħmel bħala strateġija ġenerali, imbagħad fil-parti l-oħra hemm il-miżuri nfushom.", "F'paġna 39 ma kien hemm l-ebda miżura ġdida li daħlet fil-budget.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jikkwota l-parti li tikkonċerna lill- Korporazzjoni Enemalta u lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u anke dak li konna qed ngħidu fuq livell iktar wiesa'.", "Ħalli nikkwota:", "''Iżda ma tistax tevita l-inevitabbli.", "Qed tinħass dejjem aktar il- ħtieġa li jkunu riveduti t-tariffi tal-konsum u ta' servizzi anċillari mogħtija mill-korporazzjonijiet ta' l-ilma u dik ta' l-enerġija biex isiru u jibqgħu vijabbli.", "Inkella d-dipendenza sħiħa fuq il-gvern tibqa' ġġib magħha ineffiċjenza, letarġija, qligħ b'qerq, ħela u abbuż.''.", "Imbagħad għaddejna biex nitkellmu fuq is-sussidju in ġenerali u fl-istess paġna nsibu miktub hekk:", "''Il-Gvern se jifli aktar mill-qrib is-sussidji kollha li qed jagħti biex jara jekk l-għan ewlieni tagħhom għadux jeżisti.''", "Jiġifieri hawnhekk mhux speċifikament fuq il-Korporazzjoni Enemalta u fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma konna qed nitkellmu imma fuq is- sussidji kollha li jagħti l-gvern.", "Naħseb li tajt eżempju tajjeb meta semmejt it-Tarzna għaliex fil- paragrafu ta' wara hemm riferenza għat-Tarzna u jingħad hekk:", "''Il-Gvern waqqaf task force li pproponiet bdil fil-liġi ta' din il- korporazzjoni.\"", "U mbagħad għidna x'inhi l-ħidma li qed issir min-naħa tat-Tarzna biex is- sussidju tal-gvern jitnaqqas progressivament'.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li tagħti l-lokalita' u d-daqs tas-serer spezzjonati bejn Awissu 1996 u Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10151.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "IT-TLETTAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT - KONTINWAZZJONI", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex ikomplu jiġu diskussi l-voti tal-ministeru għall-affarijiet barranin u ta' l-ambjent.", "Ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-ħin tad-diskussjoni ta' dalgħodu, li se tkun dwar l-affarijiet barranin, għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l- Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ir-riżoluzzjonijiet li jitressqu fis-seduta ta' dalgħodu jitqiegħdu għall- vot fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ta' din is-seduta.", "Rimarki?", "L- Onor. Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, fil-ħin li għandi se nitkellem ftit fuq l- iżjed suġġett importanti fil-qasam ta' l-affarijiet barranin, jiġifieri r- relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nibda billi naraw x'ġara matul l-ewwel sena ta' Gvern Laburista fil-qasam tar-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwel pass illi ħa dan il-Gvern kien li ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u bħala konsegwenza ta' dan ġraw diversi affarijiet.", "L-ewwelnett twaqqaf id-djalogu strutturat illi kien għaddej bejn Malta u l-Unjoni Ewropea meta kien għaddej il-proċess għas- sħubija ta' Malta.", "Waqfet ukoll il-koperazzjoni fil-qasam ta' l-affarijiet barranin u tas-sigurta'.", "Hawnhekk ta min isemmi li Malta kienet tintalab regolarment sabiex tassoċja ruħha, jekk trid, ma' dikjarazzjonijiet li tagħmel l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta' l-affarijiet barranin u tas- sigurta'.", "Malli aħna ffriżajna l-applikazzjoni dan il-proċess twaqqaf ukoll min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, bħalma twaqqfet il-parteċipazzjoni ta' Malta f'għadd ta' programmi mnedija mill-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, ġie sospiż l-użu tal-fondi li hemm taħt ir-raba' protokoll finanzjarju.", "Minflok sħubija il-Gvern Malti ħabbar li se jfittex ftehim mill-aktar qrib ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ġejna informati li dan il-ftehim jinkludi zona ta' kummerċ industrijali ħieles, koperazzjoni finanzjarja, parteċipazzjoni fil- programmi ta' l-Unjoni Ewropea, koperazzjoni politika, koperazzjoni fil- qasam tas-sigurta' u fil-qasam tal-ġustizzja u ta' affarijiet interni.", "Domna sena nistennew biex naraw x'se jiżviluppa.", "U x'għandna s'issa?", "X'inhi s-sitwazzjoni fil-preżent?", "Jidher illi issa qed nitkellmu fuq zona ta' kummerċ ħieles iżjed ġenerali li tinkludi l-qasam ta' l-agro-industrija u possibbilment ta' l-agrikoltura.", "Sirna nafu li l-proposta tal-Gvern Malti hija li Malta lesta li tneħħi l-levies protettivi li hemm sabiex jipproteġu ċerti industriji Maltin, illi forsi ma jkunux jifilħu għall-impatt ta' liberalizzazzjoni tal-kummerċ, u li jitneħħa kull element ta' diskriminazzjoni billi ndaħħlu sistema ta' taxxa fuq prodotti lokali, f'perijodu ta' ħames snin rigward ċerti prodotti, u f'perijodu ta' seba' snin fuq prodotti oħrajn.", "Sirna nafu wkoll li ċerti prodotti sensittivi fil- kontest Malti se jitħallew kompletament barra minn din iz-zona ta' kummerċ ħieles.", "Pero' s'issa, għallinqas safejn naf jien, ma tħabbrux iżjed dettalji, ngħidu aħna", "dwar jekk il-qasam ta' l-agrikoltura u s-sajd u l-qasam tas-servizz hux se jkunu inklużi f'din iz-zona.", "M'hemmx indikazzjoni b'mod ġenerali ta' liema kategorija ta' prodotti se jiġu inklużi f'dan il-perijodu ta' ħames snin u liema huma dawk il-prodotti li jirrikjedu seba' snin biex titneħħa l- protezzjoni minn fuqhom.", "Ma nafux lanqas liema huma dawk il-prodotti li fil- fatt se jitħallew barra.", "Minn dak li ġara fil-bidu ta' din il-ġimgħa waqt id-diskussjonijiet tal-Joint Parliamentary Committee, ma jidhirx li l- Kummissjoni Ewropea għad għandha xi tip ta' dettalji f'dan ir-rigward.", "Li nafu hu li l-kummissjoni għandha ċerti riżervi fuq il-proposta ġenerali dwar iz-zona ta' kummerċ ħieles fuq perijodu ta' bejn ħames snin u sebgħa.", "Fil-fatt kien hemm ukoll oġġezzjoni min-naħa tal-kummissjoni, li qalet li fis-sistema ta' taxxa li daħħal il-Gvern hemm element qawwi ta' diskriminazzjoni kontra prodotti importati mill-Unjoni Ewropea għax fuq prodotti importati mill-Unjoni Ewropea hemm taxxa ta' 15% taħt forma ta' excise tax on imports u ETP ta' 5%, u fuq prodotti maħduma Malta hemm biss 15% ETI fuq il-materja prima importata - jekk ikun hemm, għaliex jista' jkun hemm refund - u 5% ETP fuq il-prodott lest.", "Jiġifieri joħroġ ċar li m'hemmx 15% taxxa fuq ix-xogħol li jsir hawn Malta u fuq il-komponent Malti ta' dawn il-prodotti.", "Ta' min isemmi li l-kummissjoni għandha riżervi dwar dan, apparti mill-kwestjoni tal-levies.", "Għalhekk jidher li l-aħħar pożizzjoni tal-Gvern kienet li jagħmel proposta lill-Unjoni Ewropea li fi żmien bejn ħames snin u sebgħa mhux biss ineħħi l-levies, iżda jdaħħal sistema ta' tassazzjoni li timponi taxxa anke fuq il-komponent lokali.", "B'hekk ineħħi d-diskriminazzjoni kontra l-prodotti importati.", "Jien m'iniex se nidħol fl-impatt li dan ovvjament ikollu fuq l-industrija lokali imma se ngħaddi biex nikkummenta fuq it-tieni aspett li qed jiġi propost.", "Sur President, qed nitkellmu wkoll fuq koperazzjoni finanzjarja.", "Pero' x'ġara s'issa u x'inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea?", "Sirna nafu li l-kummissjoni ssospendiet l-użu tal-fondi taħt ir-raba' protokoll finanzjarju għaliex qalet li l-għan ta' dan il-protokoll kien li jwassal lil Malta għal sħubija.", "Il-kummissjoni sostniet ukoll li hemm ċerti proġetti li ġew ippreżentati li kienu jimmiraw lejn is-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea u allura dawn il-proġetti ma jistgħux jitkomplew.", "Fost dawn, l-iżjed importanti kienu li l-istudenti Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programm Socrates u li l-ħaddiema Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programm Leonardo.", "Hemm proġetti oħrajn li l-kummissjoni ddeċidiet li jistgħu jitkomplew.", "L-indikazzjoni hi li s-sena d-dieħla, jiġifieri wara telf ta' żmien ta' sena, il-proġetti ta' komputerizzazzjoni fl-iskejjel primarji jkunu jistgħu jitkomplew.", "Biex inkun għamiltha ċara, dan ma jfissirx li l-flus li kien hemm ivvotati se jintilfu.", "Hemm il-possibbilta' li dment li nippreżentaw proġetti ġodda matul il-bidu tas-sena d-dieħla, dawk il-flus jiġu kommessi għal proġetti oħrajn.", "Pero' dan kollu jirrigwarda l-protokoll eżistenti.", "Xtaqt nistaqsi x'se jiġri dwar il- koperazzjoni finanzjarja li hija msemmija bħala waħda mill-objettivi ta' dawn ir-relazzjonijiet mill-eqreb bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Hemm xi ħjiel dwar jekk l-Unjoni Ewropea hijiex disposta li talloka fondi lil Malta mhux biss f'forma ta' loans iżda anke f'forma ta' grants?", "Dan jiddependi mil-livell tal-prodott gross domestiku ta' Malta, għax normalment l-Unjoni Ewropea ma toffrix fondi lil pajjiżi li jkunu laħqu ċertu livell.", "L-Unjoni Ewropea tat xi ħjiel dwar x'għajnuna tista' tingħata lil Malta?", "(Interruzzjonijiet) M'għandniex nistħu li aħna Maltin!", "(Interruzzjonijiet) Jien sempliċement qed nagħti indikazzjoni tat-telf li qed issofri u li tista' ssofri Malta minħabba f'din il-politika li ddeċidejtu li ddaħħlu intom, fejn ma bqajniex mexjin fit-triq mistħoqqa għal Malta.", "X'inhi s-sitwazzjoni fir-rigward ta' parteċipazzjoni fi programmi ta' l- Unjoni Ewropea?", "Li ġara hu li l-proċess li bis-saħħa tiegħu aħna konna nistgħu nipparteċipaw fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea, bħalma huma Socrates, Leonardo, Youth for Europe u oħrajn, li mhumiex aċċessibbli għal pajjiżi terzi, issa ġie sospiż.", "Issa rridu nibdew diskussjonijiet mill-ġdid biex jinstab qafas ġdid li fih inkunu nistgħu ningħataw id-dritt li b'xi mod nibdew nipparteċipaw f'dawn il-programmi.", "Hemm programmi oħrajn li Malta tista' tipparteċipa fihom pero' dawn huma programmi li l-Unjoni Ewropea tniedi għall-pajjiżi kollha u fihom japplika u jipparteċipa min irid.", "Pero' hemm programmi li huma riżervati għall-pajjiżi membri biss u issa ġew estiżi wkoll għall-pajjiżi applikanti.", "B'hekk pajjiżi bħalma huma r-Rumanija, l-Ungerija u oħrajn minn din is-sena bdew jibagħtu lill- istudenti tagħhom biex jipparteċipaw f'dawn il-programmi.", "Hemm ukoll il- pajjiżi ta' l-hekk imsejħa l-European economic area bħall-Iżlanda, Liechtenstein u l-Isvizzera li, bis-saħħa ta' ftehim li għandhom ma' l- Unjoni Ewropea, għandhom dritt li jipparteċipaw f'dawn il-programmi.", "Min- naħa tagħna, aħna għad irridu nsibu qafas ġdid li permezz tiegħu inkunu nistgħu nibdew nipparteċipaw fihom ukoll.", "Anke hawnhekk imbagħad irridu naraw jekk aħna nkunux intitolati li nużaw il-fondi taħt kwalunkwe għajnuna finanzjarja li tista' tagħtina l-Unjoni Ewropea għax nistgħu ningħataw biss id-dritt u biex nipparteċipaw inkunu rridu nħallsu minn butna.", "Qed nitkellmu wkoll, Sur President, fuq koperazzjoni politika u koperazzjoni fil-qasam tas-sigurta'.", "Pero' x'qed ngħidu eżattament?", "Jidher - għallinqas minn dak li ntqal s'issa - li qed nitolbu li r-relazzjonijiet eżistenti bejn il-Parlament Malti u l-Parlament Ewropew jitħallew.", "Kien hemm ir-riskju li anke dawn jibdew jintilfu jew jiġu ridimensjonati.", "Qed nitolbu wkoll li nkomplu mexjin abbażi tal-ftehim ta' assoċjazzjoni billi nżommu regolarment laqgħat tal-kunsill ta' l-assoċjazzjoni u kumitati oħra li fil-fatt diġa' jeżistu taħt il-ftehim ta' assoċjazzjoni.", "Barra minn hekk, qed nitolbu li nerġgħu nibdew niġu mitluba nassoċjaw ruħna mad- dikjarazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurta' u affarijiet barranin, bħalma konna niġu mitluba sakemm konna għaddejjin bid-djalogu strutturat.", "Mela, Sur President, fir-realta' ma qed nitolbu xejn ġdid imma qed nitolbu li jħallulna għallinqas dak li kellna biex almenu nibqgħu fejn qegħdin u mhux nibdew mexjin lura.", "Fl-aħħar qed nitkellmu wkoll fuq koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u affarijiet interni.", "Hawnhekk jidher li aħna qed nitolbu biex nerġgħu nibdew nikkoperaw ma' l-Unjoni Ewropea f'oqsma bħalma huma l-ġlieda kontra d-droga, il-kriminalita' organizzata, it-terroriżmu u affarijiet simili.", "Ta' min isemmi li din il-koperazzjoni kienet diġa' bdiet taħt id-djalogu strutturat pero' naturalment twaqqfet malli aħna ffriżajna l-applikazzjoni għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Issa qed nitolbu lill-Unjoni Ewropea biex għallinqas nerġgħu nibdew nikkoperaw f'dawn l-oqsma.", "Meta tara dawn l- affarijiet tinduna li l-Gvern ma qiegħed jagħmel xejn ġdid; imma qiegħed biss mill-mitluf jipprova jakkwista lura dak li jista'.", "Il-Gvern qed jirrealizza li iżjed ma javvanzaw it-taħdidiet mal-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant, iżjed hemm ir-riskju li aħna nibqgħu barra.", "L-istess jista' jingħad għall-parteċipazzjoni tagħna fil-programmi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Biex il-Gvern isalva li jista' u biex iżomm għallinqas l- apparenza ma' l-Unjoni Ewropea li l-affarijiet għadhom mexjin 'il quddiem, qed jipproponi relazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, bħal dik li l- Unjoni Ewropea diġa' għandha jew qed tinnegozja ma' għadd ta' pajjiżi terzi mediterranji, bħalma huma Tuneż, l-Arġerija, il-Marokk u oħrajn.", "Ta' min isemmi li ma' dawn il-pajjiżi diġa' ntlaħaq ftehim jew inkella qed isiru negozjati dwar zona ta' kummerċ ħieles - bħalma qed jipproponi l-Gvern Malti għal Malta - dwar koperazzjoni finanzjarja u teknika, dwar parteċipazzjoni f'numru ta' programmi ta' l-Unjoni Ewropea u koperazzjoni politika u fil-qasam tas-sigurta'.", "Issa sirna nafu li matul l-ewwel parti tas-sena d-dieħla, jiġifieri taħt il-presidenza Ingliża, aħna se nibdew niddiskutu xi ftehim li jixbaħ lil ta' dawn il-pajjjiżi.", "Jekk m'iniex żbaljat dawn id-diskussjonijiet għandhom isiru għal madwar April tas-sena d- dieħla.", "Huwa ċar daqs il-kristall li dawn l-affarijiet ġraw minħabba fl-għajta tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni li jirtira l-applikazzjoni tas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Minħabba f'din l-għajta l- applikazzjoni ġiet sospiża malli l-Partit Laburista tela' fil-gvern u issa qiegħed jara kif jista' jraqqa' 'l hawn u 'l hemm sabiex jipprova jżomm ir- relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea mexjin, għallinqas fl-istess livell li mexjin mal-pajjiżi Mediterranji li m'humiex membri u li ma jistgħu qatt ikunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid li dawn il-pajjiżi sa ftit ilu kellhom relazzjonijiet ferm ifqar minn dawk eżistenti bejn Malta u l- Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern ma kellux il-kuraġġ jgħid li ċ-ċirkostanzi tbiddlu b'riżultat tal-konklużjonijiet tal-Konferenza Intergovernattiva u bl-Aġenda 2000 tal-Kummissjoni Ewropea.", "Dan minkejja l-appelli kollha li sarulu mill- Oppożizzjoni u mill-korpi kostitwiti biex ibiddel ir-rotta.", "Kieku dawn l- appelli saru mill-Oppożizzjoni biss nifhimha imma dawn sarulu wkoll tista' tgħid mill-korpi kostitwiti kollha u minn setturi u gruppi differenti, inkluż saħansitra minn moviment li hemm fi ħdan il-Partit Laburista stess.", "Nikkonkludi billi ngħid li Malta u l-Unjoni Ewropea li sa llum kienu fil- viċin, qegħdin jimxu pass pass biex jitbiegħdu minn xulxin iżjed u iżjed.", "Din hija ħasra għal Malta.", "B'dan il-mod m'aħniex se ngawdu mill-vantaġġi li toffri l-Unjoni Ewropea bi sħubija, bħalma huma l-vantaġġi għall- industrija, għall-agrikoltura, għas-settur tas-servizzi, għall-ħaddiema, għaż-żgħażagħ, għall-istudenti, għall-konsumatur u, tista' tgħid, għas- setturi kollha differenti tal-ħajja.", "Kulma se nagħmlu hu li se nikkuntentaw bi ftehim fqir li ma' jista' joffri xejn ġdid ħlief l-isperanza li bi tbatija kbira nżommu dak li akkwistajna sal-lum minflok ma nibdew mexjin lura pass wara pass.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, illejla qegħdin nitkellmu dwar il- budget li għandu x'jaqsam mal-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Dan il- ministeru forsi huwa l-aktar wieħed li f'ċertu kontest ifassal il-futur tal- pajjiż.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex it-triqat li jieħu pajjiżna f'kontest internazzjonali huma dawk it-triqat li jiddeterminaw x'se jiġri minn pajjiżna.", "Poeta Ingliż kien kiteb illi \"no man is an island\", u kiteb tajjeb, but not even any island is an island.", "Il-politika internazzjonali llum għandha effett tali illi dak li jiġri f'aġenzija ta' stockbrokers fil- Ġappun ma jkollux effett fil-Ġappun jew fid-dinja Asjatika biss imma jkollu effett fl-Amerka, fl-Ewropa u kullimkien.", "Pajjiż, ikun fejn ikun, għandu d- destin tiegħu qisu marbut ma' dawk l-affarijiet li jseħħu madwaru.", "Dan jaffettwa pajjiżi b'ekonomija ikbar minn tagħna, pajjiżi b'popolazzjoni ħafna ikbar minn tagħna, pajjiżi b'saħħithom iktar minna u pajjiżi li l- allokazzjoni tagħhom hija ħafna iktar debboli minn tagħna.", "B'debboli rrid infisser li ma jkollhomx pożizzjoni strateġika.", "Hemm pajjiżi li l- pożizzjoni ġeografika tagħhom jew il-bżonn ta' l-eżistenza tagħhom hija tali li l-avvenimenti kbar li jiġru fil-ħajja internazzjonali ftit jmissuhom.", "Pero' fil-każ ta' pajjiżi bħal Malta, li qiegħda f'pożizzjoni strateġika fiċ-ċentru tal-Mediterran, neċessarjament il-politika nternazzjonali hija waħda li tinċidi fuq il-ħajja ta' kuljum ta' kull bniedem jew bniedma li jgħixu f'dak il-pajjiż.", "Qed nagħmel din l-enfasi għaliex niftakar li meta kont ministru ta' l-affarijiet barranin ħafna drabi n-nies kienu jieħdu l-affarijiet for granted.", "Il-ministeru ta' l- affarijiet barranin għandu jfisser ħafna għal kull individwu fil-pajjiż għaliex dak li jiġri madwaru u dawk l-għażliet li jagħmel huma fundamentali għall-mod kif kull wieħed u waħda minna fi gżiritna nistgħu nkomplu nkampaw.", "Ftit jiem ilu f'dan il-Parlament sar appell biex f'Malta jkollna politika barranija komuni, ħalli fil-kontest tar-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu dan il-pajjiż jippreżenta ruħu mhux bħala pajjiż maqsum fil-politika tiegħu.", "Kif jista' l-kambjament ta' partit fil-gvern ikun tali li filwaqt li kull partit ikollu programm xi jwettaq, il-kambjamenti fil-gvern jinħassu l-inqas fil-kamp internazzjonali?", "Kif jista' gvern iħares lejn il- politika internazzjonali tiegħu mhux f'kontest ta' partit politiku imma bħala politika li tgħaqqad lin-nazzjon u li turi l-kontinwita' tal-pajjiż f'kontest tad-dinamiċita' ta' l-istorja tiegħu?", "Il-politika internazzjonali ma' tistax tieqaf.", "Ma tistax taħseb li l-politika internazzjonali ta' Helsinki, per eżempju, hija politika permanenti, għax il-politika hija l- istorja tal-bniedem, bis-sens dinamiku li għandu fih.", "L-istorja ma tfissirx x'ġara l-bieraħ l-istorja tfisser serje ta' avvenimenti li jkun hemm fil-ħajja ta' kulħadd illi flimkien ifasslu l-istorja tal-pajjiżi u l- istorja tad-dinja.", "Fdan il-kontest, filwaqt li wieħed iħares il-fatt li jkun hemm ċerti pilastri fil-politika barranija ta' pajjiż, irid jara kif dawn il-pilastri għandhom ikomplu jsaħħu, jevolvu u jakkwistaw dik il- konkretezza li ġejja mill-mod kif il-ħajja ta' kuljum ta' pajjiż qed tinbidel.", "U hawnhekk wieħed għandu jistaqsi: Fiż-żmien li l-pajjiż ilu indipendenti, irnexxielu jfassal politika li tirrifletti l-bżonnijiet nazzjonali tagħna?", "Għaraf ifassal politika fejn kambjamenti tal-partiti fil- gvern ma jġibux skossi li jkollhom riflessi fil-politika ta' Malta, anke fil-konfront ta' pajjiżi oħrajn madwarna u lil hinn minna?", "F'dan l- intervent tiegħi fuq dan li xtaqt nitkellem.", "X'ħareġ għal Malta mill-indipedenza 'l hawn?", "Ħarġet il-preżenza ta' Malta fin-Nazzjonijiet Uniti.", "Aħna veru li aħna pajjiż ta' daqs żgħir imma m'aħniex xi Stat minuskolu, m'aħniex mini State.", "Dawn huma deskrizzjonijiet li jirritawni.", "Aħna la aħna xi Liechtenstein, la aħna xi Monaco u lanqas xi San Marino!", "Aħna pajjiż żgħir bħalma huwa l-Lussemburgu u pajjiżi oħrajn tad-dimensjoni tagħna li taw ħafna kontribut għall- istorja, pajjiżi li għandhom id-dritt jgħixu f'livell ta' ħajja tajba.", "Aħna pajjiż illi huwa parti integrali mill-ħajja Ewropea u mill-ħajja Mediterranja.", "Jien naħseb illi meta wieħed iħares lejn ir-record ta' Malta fin-Nazzjonijiet Uniti jirrealizza li dan il-pajjiż ta kontribut f'dan il- forum daqs pajjiżi ħafna ikbar minna u li għandhom ħafna iktar mezzi finanzjarji u diplomatiċi milli għandu dan il-pajjiż.", "Wieħed jista' jgħid li Malta, f'kontinwita' ta' storja, tat kontribut u meta wieħed jattendi dawn il-laqgħat internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti jinduna kemm jafu b'Malta u kemm jafu li Malta tat kontribut.", "Dan l-aħħar ġie hawn Malta Arvid Pardo, u ħadt pjaċir li ngħata ġieħ anke mill-Gvern attwali għal dak li dan il-bniedem fisser għall-ħajja internazzjonali ta' pajjiżna.", "Arvid Pardo qiegħed l-intelliġenza u l- inizjattiva sħiħa tiegħu wara l-proposta ta' Malta dwar il-Liġi tal-Baħar, fis-sens illi r-rikkezzi li hemm f'qiegħ il-baħar għandhom ikunu wirt komuni ta' l-umanita', għandhom jiġu wżati u sfruttati biss fl-interess ta' l-umanita' kollha u mhumiex approprjabbli minn xi pajjiż partikolari.", "Jien naħseb illi dan huwa mument storiku għal dan il-pajjiż u għar- relazzjonijiet internazzjonali.", "Din hija idea seminali, idea li tefgħet żerriegħa qawwija.", "Għalkemm s'issa ma rnexxietx għal kollox, hija idea li qed taħkem l-imħuħ tan-nies.", "Illum, għada jew pitgħada din l-idea se titwettaq.", "Malta, kemm ilha li ħadet l-independenza, ħalliet impronta diġitali fil-politika internazzjonali fl-iktar element importanti, li huwa l-baħar.", "Xi drabi meta titkellem fuq il-baħar ċerti nies jinsew illi 70% tad-dinja tikkonsisti f'baħar!", "Ninsew kemm il-baħar huwa fattur determinanti fil-ħajja tal-popolazzjoni tad-dinja.", "Pero' aħna mhux fil- qasam ta' l-ibħra biss ħallejna l-impronta tagħna, fil-kontest ta' politika barranija komuni għal dan il-pajjiż, imma anke fil-mod kif ħarisna lejn in- Nazzjoniijiet Uniti.", "Aħna għidna li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jkollha aktar saħħa.", "Dan huwa l-uniku organu fin-Nazzjonijiet Uniti fejn kull wieħed minna huwa membru permanenti.", "Ara fis-Security Council hemm problema sħiħa.", "Kemm hemm membri permanenti hemmhekk?", "Kemm se jkun hemm?", "Se jiżdiedu l-membri permanenti jew le?", "L-Assemblea Ġenerali hija l-unika istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fejn kull membru huwa membru permanenti.", "Għalhekk aħna rridu nsaħħuha u meta konna fil-gvern għamilna minn kollox għal dan il- għan u jien konvint li n-naħa l-oħra qed tipprova ssostni dawn l-ideat.", "Konna aħna li salvajna t-Trusteeship Council milli jiġi llikwidat.", "Jien ħadt pjaċir li Kofi Annan fl-aħħar rapport tiegħu ta' kif jixtieq jara li tiżviluppa n-Nazzjonijiet Uniti jgħid li hu jemmen - għad-differenza tal- predeċessur tiegħu - li t-Trusteeship Council huwa kunsill li għandu jkollu l-għan to hold in trust the common concerns and the common heritage of mankind.", "GĦandu jkun dan il-kunsill li jżomm fi ħdanu l-problemi dwar il- klima u l-ambjent, il-problemi dwar ir-rikkezzi ta' qiegħ il-baħar u il- problemi dwar l-iżvilupp.", "Jien naħseb li anke minn dan il-lat hemm bżonn ta' aktar dinamiżmu min-naħa tal-Gvern Malti biex inħallu impronta bħal dik li ħalla Arvid Pardo.", "Aħna rridu nkomplu nagħtu appoġġ sħiħ għal ideat tajbin, serji u innovattivi għax huma dawn l-ideat li jqiegħdu lil Malta verament fuq quddiem nett fil-parteċipazzjoni fin-Nazzjonijiet Uniti u fl- organi tagħha.", "Jekk din l-amministrazzjoni trid, tista' tkompli bis- serjeta' l-inizjattivi li konna ħadna aħna biex inkomplu nipperpetwaw l- isem ta' Malta b'dak l-għaqal, b'dik l-intelliġenza u b'dik ir-rilevanza li tant huma importanti għalina.", "Mr Chairman, Malta veru li hija pajjiż żgħir u veru li aħna pajjiż ta' storja kbira.", "Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum ħafna nies iħobbu jinsew l- istorja, jinsew x'ġara matul is-sekli u jinsew il-kontribut li tat Malta fl- aħħar Gwerra Dinjija.", "Aħna għandna nkunu rilevanti llum u għandna nkunu rilevanti għada għaliex jekk inkunu rilevanti llum u għada nkunu qed ngħixuha l-istorja, altrimenti niġu relegati għal mużewijiet.", "Malta m'hijiex pajjiż għall-mużew.", "Malta hija pajjiż li r-rilevanza politika tagħha trid tgħixha llum, għada, pitgħada u anke wara.", "Huwa fuq din ir- rilevanza politika ta' Malta li aħna rridu nitkellmu.", "Ħafna nies jitkellmu fuq l-OSCE, li qabel kienet is-CSCE.", "Anke hawn irridu ngħidu li f'Helsinki I, il-Gvern Malti ta' dakinhar kien introduċa, b'ħafna diffikultajiet u reżistenzi, il-konċett tal-Mediterranean basket, il-konċett tar-rabta li hemm bejn is-sigurta' fl-Ewropa u s-sigurta' fil-Mediterran.", "Kienet il- kontinwita' ta' din il-politika li ġiegħlet lis-CSCE tfassal politika Mediterranja.", "Barra minn hekk, f'relazzjonijiet ma' pajjiżi Mediterranji neħħejna dik id-diċitura stupida ta' non-participating Mediterranean States u bdejna nsejħulhom Mediterranean partners.", "Kien il-gvern li fih kont ministru ta' l-affarijiet barranin jien li rnexxielu jibgħat messaġġ differenti fil-konċett li ridna nagħtu lil dawn il-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-OSCE imma li huma pajjiżi Mediterranji billi ma bqajniex insejħulhom non-participating Mediterranean States imma sejjaħnielhom Mediterranean partners.", "Naħseb li dan ukoll kien fattur determinanti li juri kontinwita' fil-ħajja politika barranija ta' artna.", "Mr Chairman, inħossni kburi li kien il-Gvern Malti li fih kont ministru ta' l-affarijiet barranin jien li kien determinanti biex l-OSCE ssir organizzazzjoni rilevantissima fil-ħajja ta' llum, u dan meta Malta kienet ipproponiet arranġament reġjonali għaż-żamma tal-paċi fil-konċett ta' Kap. 8 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Xi jfisser dan?", "Dan ifisser li kienet proposta ta' Malta, li l-ewwel saret qabel fi Praga imbagħad f'Helsinki ll, li effettivament għamlet lill-OSCE, flimkien man-Nazzjonijiet Uniti, responsabbli għaż-żamma tal-paċi.", "Fl-avvenimenti li seħħew fil-Balkani, per eżempju, il-gwerra li kien hemm fil-Bosnia u l-avvenimenti oħra, kienet l-OSCE, in virtu' ta' din il-mozzjoni ta' Malta, li għamlet ir-regional arrangement for peace-keeping skond il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Għalhekk we look back with pride, mhux biex niftaħru kemm konna bravi imma kburin għax dan il-pajjiż tagħna, allavolja pajjiż żgħir, għaraf jagħti kontribut li niftakar li l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ġermaniż Genscher ipprova jagħmlu tiegħu.", "Hawn hija r-rilevanza tal- politika barranija.", "Mr Chairman, fejn nistgħu nagħrfu ninterpretaw id- dinamiżmu ta' l-istorja f'kontest sħiħ għal pajjiżna?", "Ħalli ngħid fejn.", "Fil-konċett tal-ħajja Mediterranja - u hawn norbot ma' dak li għidt qabel - Malta irnexxielha tmexxi 'l quddiem ideat ta' valur u ta' kontribut li fis-snin li ġejjin jistgħu jkunu anke determinanti għall-futur ta' l-istess Mediterran.", "Qed ngħid għal dak li jirrigwarda l-politika Mediterranja tagħna.", "F'għeluq il-50 anniversarju mit-twaqqif tan-Nazzjonijiet Uniti il- foreign ministry kien ippubblika ktieb li kien fih diversi diskorsi determinanti li saru mill-amministrazzjonijiet kollha Maltin.", "L-ewwel diskors tal-Prim Ministru Dr Borg Olivier kien dwar ir-rilevanza ta' Malta fil-Mediterran.", "Din ir-rilevanza ġiet sostnuta mill-Gvern li ġie wara dak ta' George Borg Olivier u komplejnieha aħna kemm domna fil-gvern, meta tajna l-messaġġ li r-reġjun tal-Mediterran m'għandux jitqiegħed lura fl- aġenda internazzjonali u dak li jiġri fih qisu xi ħaġa li ma tiġrix.", "Aħna b'għaqal ipprovajna nagħtu spinta lil diversi ideat u prinċipji biex jattwaw ruħhom ċerti affarijiet fil-Mediterran.", "Jien naħseb li qed jimmatura ż-żmien biex ħafna minn dawn l-affarijiet iseħħu.", "Mr Chairman, meta konna qed nagħmlu laqgħa tal-Moviment Non-Allinjat fl- Algerija, f'Ġunju ta' l-1990, għan-nom tal-Gvern Malti formalment ħriġt bl- idea ta' kunsill għall-Mediterran.", "Din kienet l-ewwel darba li l-Gvern Malti ħareġ bi proposta li jkun hemm kunsill għall-Mediterran.", "Imbagħad meta saret hawn Malta stess il-Konferenza għas-Sigurta' u Koperazzjoni fil- Mediterran, iż-żewġ partiti rappreżentati fl-IPU minni, mill-Onor.", "Perit Mintoff, u kollegi oħra tagħna wassalna għall-aċċettazzjoni ta' dan il- prinċipju li jkun hemm assoċjazzjoni għal Stati Mediterranji.", "Mhux hekk biss imma kellna l-inkarigu mis-CSCM, il-Konferenza għas-Sigurta' u Koperazzjoni fil-Mediterran fi ħdan l-Unjoni Inter-Parlamentari, li nwasslu din il-proposta fil-Konferenza Euro-Mediterranja ta' Barcelona.", "Din hija xi ħaġa li kulħadd imissu jaqbel li hija tajba.", "Aħna għarafna nagħmlu kontinwita' ta' politika Mediterranja.", "Konna aħna li għamilna din il- proposta fi ħdan il-Euro-Med u nispera li l-Gvern attwali qiegħed ikompliha.", "Il-Euro-Med għandha l-ħajja tagħha, l-importanza tagħha u anke saħħa politika partikolari pero' fl-aħħar mill-aħħar huma l-pajjiżi Mediterranji li għandhom jagħrfu jaħdmu flimkien għal dan il-baħar.", "Huwa tajjeb li jkun hemm relazzjoni intima bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi l- oħra tal-Mediterran li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea pero' din hija dejjem relazzjoni fil-vertikali.", "Aħna dejjem emminna li għandu jkun hemm ukoll relazzjoni fl-orizzontali bejn il-pajjiżi Mediterranji.", "Qabel ma jkun hemm din il-forma ta' assoċjazzjoni għall-Istati tal-Mediterran, dan ir- reġjun tagħna ma jistax jimxi f'dak is-sens ta' għaqda tant neċessarja.", "Filwaqt li kulħadd jibqa' membru ta' l-Unjoni Ewropea, membru tal-Lega Għarbija jew membru tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani, għandu jkun hemm din l- assoċjazzjoni biex dan ir-reġjun jieħu l-importanza li jistħoqqlu politikament u internazzjonalment.", "Din l-idea pproponietha Malta.", "Jien minn dan jimpurtani u mhux li nieħdu l-midalji.", "X'importanza għandu fil-ħajja l- individwu?", "L-importanza vera hija l-ħsieb politiku li jgħaġen lin-nazzjon.", "Jien dwar dan qiegħed nitkellem.", "Mr Chairman, kienet Malta wkoll li pproponiet patt ta' stabilita' fil- Mediterran meta konna f'Pariġi għall-patt ta' stabilita' dwar l-Ewropa.", "Aħna dehrilna li l-patt ta' stabilita' fil-Mediterran huwa aktar importanti.", "Meta aħna pproponejna dan il-patt ta' stabilita' fil-Mediterran fil-Euro-Med Conference ta' Barcelona, magħna kienet ingħaqdet ukoll Franza f'aspetti essenzjali ta' din il-proposta Maltija.", "Forsi din hi l-aħjar proposta politika li hemm quddiem il-Euro-Med.", "Jien naħseb li dan juri sens ta' kontinwita'.", "Jien nispera li dawn l-inizjattivi għadhom għaddejjin, għax dawn huma inizjattivi tajbin li jgħinu lil Malta.", "Huma inizjattivi li jagħtuha aktar rilevanza.", "Kif intqal f'din il-Kamra ftit tal-ġranet ilu, l- affarijiet li jiġru fil-Mediterran għandhom impatt fuq il-ħajja tagħna ta' kuljum u fuq l-istabilita' tagħna.", "Jekk aħna jkollna l-paċi fil-Mediterran, it-turiżmu tagħna jiffjorixxi imma jekk ikollna l-inkwiet fil-Mediterran it- turiżmu tagħna jispiċċa fix-xejn.", "M'aħniex nitkellmu sempliċement għall- glorja ta' proposta tajba imma qegħdin nitkellmu għall-effikaċja ta' proposta b'saħħitha u li Malta għandha bżonn.", "Dan qed ngħiduh għaliex jinħtieġ li nibnu kontinwita' fil-politika barranija.", "IIlum m'huwiex il- bieraħ u għada m'huwiex illum.", "Hawn hu d-dinamiżmu u għalhekk il-ħtieġa ta' konsultazzjoni kostanti li għandu jkollhom il-forzi politiċi tal-pajjiż, speċjalment permezz ta' dan il-Parlament.", "Meta jien nitkellem, ma nitkellimx biss bħala viċi kap ta' l-Oppożizzjoni jew għax għal xi snin kont ministru ta' l-affarijiet barranin imma nitkellem għax jien Malti.", "Nitkellem għax jien inħares lejn il-politika ta' x'jaqbel għal pajjiżi.", "Jien inħares - u nixtieq li kulħadd iħares hekk - lejn il-partiti politiċi kollha bħala strumenti li jgħinuna u mhux bħala finalita' fihom infushom.", "Il-finalita' huwa pajjiżna.", "Il-partit jagħtina strument politiku biex inwettqu dik il-finalita'.", "Il-finalita' huwa l-ġid ta' Malta.", "Fejn nistgħu m'għandniex nitkellmu b'mod diviżiv fuq politika barranijia.", "Irridu nipprovaw nibnu politika barranija komuni kemm nistgħu preċiżament għax aħna nemmnu li poplu bħal tagħna ma jistax ikollu politika barranijia li taqsam.", "Dan jgħodd anke għal poplu kbir imma hu aktar importanti għalina li aħna poplu żgħir f'pożizzjoni strateġika, kważi unika, fil-Mediterran.", "Dan il-pajjiż jeħtieġ li jkollu politika Mediterranja li tħares il-ġid ta' pajjiżna u tħares anke l-mod kif din l-istabilita' ta' madwarna tinfluwenza lilna u lil ħaddieħor.", "Mr Chairman, qed ngħid dan anke fi sfond aktar importanti.", "Issemmiet ħafna n-newtralita' u jien ngħid li anke fil-konċett tan- newtralita' hemm żviluppi.", "Il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li Malta hija pajjiż newtrali mogħti biex iservi għall-paċi bejn il-pajjiżi u ispirat fuq il-prinċipji tan-non-allinjament.", "Min jaqra l-ktieb ta' Dr Edgar Mizzi jsib li l-kelma non-allinjament kienet f'kontest ta' dinja bipolari, dinja maqsuma bl-Unjoni Sovjetika u l-Warsaw Pact fuq naħa u l-Istati Uniti u l- pajjiżi tan-NATO fuq in-naħa l-oħra.", "Dan inbidel.", "Dan m'għadux realta'.", "In- non- allinjament illum huwa biss storja u m'għadux realta'.", "Dan kien realta' fi żmien il-gwerra bierda.", "Għadni kemm qrajt il-ktieb ta' Gorbachev, fejn waqt li jitkellem dwar il-memorji tiegħu, isemmi kemm kien determinanti l-mod kif intemmet il-gwerra bierda bil-laqgħa li kellu ma' Bush f'Malta.", "Jekk wieħed jaqra l-memoirs ta' Mikhail Gorbachev u anke l- memoirs ta' Shevardnadze, jinduna kemm il-laqgħa f'Malta bejn il-kap tas- super-potenza Sovjetika u l-kap tas-super-potenza Amerikana tabilħaqq fissret it-tmiem tal-gwerra bierda.", "Jiġifieri anke dan il-konċett inbidel.", "Pero' dan ma jfissirx li n-newtralita' bħala tali m'għadhiex teżisti u m'għandhiex tiġi osservata minna lkoll.", "L-affarijiet inbidlu pero' xorta waħda wieħed jista' jitkellem dwar in-newtralita'.", "Aħna dejjem sostnejna n- newtralita'.", "Qatt ma għidna li Malta m'hijiex Stat newtrali.", "Fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li saret fi Brussels f'Ġunju ta' l-1995, - qabel ma sar l-istructured dialogue - u fuq dan se nitkellem aktar tard - jiena kont għidt:", "\"Today Malta, a neutral state actively pursuing peace, security and social progress among nations and not participating in military alliance, can like other neutral states forming part of the European Union itself conform to the obligations and commitments assumed by such neutral states.\".", "Voldieri jien mhux biss ma ħbejtx in-newtralita' taħt it-tapit imma preċiżament f'Ġunju ta' l-1995 fissirt x'inhi Malta, x'inhuma l-linji politiċi tagħha sanċiti mill-Kostituzzjoni u għidt kif Malta newtrali tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha fi ħdan l-Unjoni Ewropea l-istess bħall- pajjiżi newtrali l-oħra, fosthom l-Irlanda, il-Fillandja, l-Isvezja u l- Awstrija.", "Malta, bħala pajjiż newtrali, għandha r-rwol tagħha wkoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Jien ma ħbejtx ir-realta' kostituzzjonali ta' Malta, anzi affermajt dik ir-realta' kostituzzjonali li hija tant essenzjali fl-osservanza u fir-rispett ta' dak li tgħid il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Mr Chairman, tkellimt fuq dawn il-konċetti għax issa huwa bżonjuż li naraw ftit fejn sejrin.", "Qalulna li n-newtralita' ta' Malta hija waħda mir-raġunijiet għaliex Malta m'għandhiex tkompli fit-triq tagħha biex tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Jien semmejt x'għidt fi ħdan il-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni li kien is- seba' wieħed li kienet diġa' għamlet Malta abbażi ta' l-Association agreement.", "Jekk xi ħadd jiġi jgħidilna li se jagħmlu l-Council of Association taħt presidenza Ingliża, jien nidħak.", "Hawn morna pass lura!", "Il-Presidenza tal-Lussemburgu, proprju tlett ijiem ilu meta aħna konna fi Brussels, qalet li malli l-Gvern Malti waqqaf il-mixja ta' Malta għad-dħul fl-Unjoni Ewropea ġie sospiż immedjatament id-djalogu strutturat bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Ġiet sospiża wkoll il-pre-accession strategy.", "Kif qalu huma stess, erġajna lura għat-trattat li kien sar minn Dr Borg Olivier f'Diċembru ta' l-1970.", "Din hija r-realta'.", "Morna lura lejn trattat li se jagħlaq 27 sena proprju fil-5 ta' Diċembru li ġej!", "Qegħdin niftaħru dwar kunsill ta' assoċjazzjoni li qiegħed jibgħatna lura għal trattat li sar 27 sena ilu.", "Dan huwa d-dinamiżmu ta' din l-amministrazzjoni li llum għandu pajjiżna.", "U b'dan qed jiftaħru!", "Ma jgħidux li għażlu din it-triq u minħabba f'hekk jeħtiġilna nerġgħu mmorru għas-sistema ta' qabel.", "Din m'hijiex xi ħaġa li wieħed għandu jiftaħar biha qisu se jagħmel xi skoperta ġdida.", "Int trid tgħid li f'dawn ċ-ċirkostanzi m'hemm xejn x'tagħmel ħlief li tmur lura għal trattat li kien iffirma l-George Borg Olivier - Alla jagħtih il- glorja tal-ġenna - 27 sena ilu l-ġimgħa d-dieħla u li kien jikkontempla l- Council of Association.", "Ħadd m'għandu għalfejn jiftaħar li taħt il- presidenza Ingliża aħna se jkollna l-Council of Association.", "Meta tisma' dan il-ftaħir tgħid li veru morna lura u morna lura ħafna.", "Sur President, ħalli nħarsu ftit lejn is-sitwazzjoni li qiegħda tevolvi.", "Dan il-Gvern qal li Malta se tieqaf mit-triq tagħha għad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Qed jgħid li dan il-Gvern tela' b'żewġ għajtiet, waħda hija t- tneħħija tal-VAT u l-oħra li Malta tfittex triqat kemm jista' jkun viċini lejn l-Unjoni Ewropea pero' mingħajr sħubija.", "Se niċċita mid-diskors li għamel l-Onor.", "George Vella fl-24 ta' Novembru fejn qal:", "\"In Malta we do have differing and strongly held views on whether or not we should be a full member of the Union ...\".", "Skużi, xi tfisser \"a full member of the Union\"?", "Din ma teżistix, għax jew inti membru jew inkella m'intix.", "Ma tistax tgħid li inti tliet kwarti membru jew nofs membru.", "M'hemmx full member u non-full member.", "Jew tkun membru jew ma tkunx.", "Wieħed mir-rappreżentanti tal-kummissjoni - li naħseb tan-naħa l-oħra jafuh - qal li m'hemmx full member or non-full member, you're either in or you're out.", "Din il-klassifika ta' biċċa membru u membru sħiħ ma teżistix.", "Jien naħseb li ħadd ma jrid jinganna imma jekk aħna nippersistu f'dan mingħajr ma rridu nkunu qed ningannaw.", "Lill-pajjiż ma tistax tgħidlu li aħna qegħdin viċin imma ma rridux inkunu full members ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din il-ħaġa ma teżistix.", "Jew inti membru bir- responsabbiltajiet u bil-vantaġġi kbar li għandek ta' membru, jew m'intix membru u allura toqgħod barra l-bieb u tirranġa x'tista' tibgħat, x'jistgħu jibagħtulek u kif tista' ssib soluzzjoni għal ħafna affarijiet oħra.", "Il-Gvern attwali dejjem jirrepeti li aħna konna ngħidu li konna wasalna biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Qalu li aħna għidna li għall-aħħar tas-seklu nkunu fl-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) M'għandux jeċita ruħu l-Onor.", "George Vella!", "Meta Jacques Chirac u Helmut Kohl marru Varsavja qalulhom li l-Polonja se tkun membru fis-sena 2000.", "Il-Polonja huwa pajjiż li ilu ftit snin biss li ħareġ minn reġim komunista.", "Sadattant skond Chirac u Kohl, il- Polonja għandha ssir membru fl-Unjoni Ewropea fis-sena 2000.", "Anzi jiena nista' nikkwota x'qal Jacques Delors f'dan il-kontest fl-intervista li ta lill-gazzetta \"Liberation\" fl-1992.", "Delors kien qal hekk:", "\"Let us not forget that in the year 2000 we shall be more than 12, maybe a little more than 20.", "There is a country one forgets but which is very important as a symbol, Malta.", "We must not displace Europe too much towards the north while forgetting the south.", "We would risk losing our sensitivity to the Mediterranean world, which is our world but with present imminent dangers for the future of all of us.\".", "Dan hu dak li qal Jacques Delors fl-1992, li sas-sena 2000 jista' jkun hemm iktar minn 20 membru fl-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nuri lill-Onor.", "Vella kemm hu jew ma kienx jaf x'qed jgħidu dawn in-nies jew ma ħax pjaċir jisma' dak li qalu.", "Semmejt rapport dwar 3,000 ruħ li se jitilfu xogħolhom.", "Issa ngħidlek kif se jitilfu xogħolhom dawk.", "(Interruzzjonijiet).", "Sur President, minkejja li kont nisma' lil Delors, lil Chirac u lil Kohl jitkellmu hekk, jien xorta kont ngħid lil kulħadd li t-triq għal Malta li tkun fl-Unjoni Ewropea m'hijiex għall-wita.", "Jien se niċċita verbatim mid- diskors li għamilt fil-konferenza ta' l-ambaxxaturi hawn Malta f'Awissu ta' l-1995 - huwa dnub li din il-konferenza ma reġgħetx saret din is-sena imma dik hija responsabbilta' tal-Ministru - ħalli ħadd ma jaħseb li jien fl- 1995 għidt l-affarijiet li l-Onor.", "Vella, li suppost għamel ir-research work tiegħu, qed jgħid li għidt.", "Jien dakinhar għidt hekk:", "\"The fact is that the ultimate objective is still to be achieved.", "It is now clearly in sight and the path towards this achievement, though still uphill, is well demarcated.", "Nevertheless we are not yet there and it would be unwise for anyone of us in the sometimes natural euphoria which accompanies the successful fulfilment of intermediate steps in the process, ever to lose sight of the fact.\"", "Jien dejjem kelli saqajja ma' l-art.", "Jien għadni sal-lum insegwi l- iżviluppi interni li għaddejjin hemmhekk u nitkellem mal-kummissarji Ewropej regolarment.", "Għadni kemm ġejt minn hemmhekk fejn tkellimt ma' Sir Leon Brittan, mal-kummissarju l-ieħor Marcelino Oreja u naturalment ma' nies oħra involuti f'dak li jiġri hemmhekk.", "Wara kollox huwa dover tagħna li bħala politiċi Maltin insegwu x'inhu jiġri.", "It-triq ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hija t-triq li konna naslu għaliha li ma kienx għal dan il-Gvern li, sfortunatament għal Malta, ħa pass li huwa kontra l-interessi tal-poplu Malti.", "L-Onor.", "Vella għandu responsabbilta' quddiem il-poplu Malti u quddiem il-posterita', li kien hu li waqqaf it- triq biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Vella se jibqa' jġorr fuq spallejh din ir-responsabbilta' li qiegħed iċaħħad lil ġenerazzjonijiet ta' Maltin milli jkunu jistgħu jgħidu: Jien Malti u jien ukoll ċittadin ta' l- Ewropa.", "L-Onor.", "Vella se jibqa' jerfa' r-responsabbilta' politika għal dan l-aġir li politikament huwa irresponsabbli fil-konfront tal-poplu Malti kollu kemm hu u fil-konfront taż-żgħażagħ Maltin.", "Din hija irresponsabbilta' kbira ta' dan il-Gvern.", "Ħalli ngħidilkom x'qegħdin jipproponu dawn in-nies.", "Dawn qed jgħidu li jekk Malta jkollha tidħol fl-Unjoni Ewropea, minħabba fil-kummerċ bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, jistgħu jintilfu xi impjiegi.", "Fuq dan is-suġġett kien hemm diversi rapporti bħar-Ramboll Report, ir- rapport ta' Coopers & Lybrand u l-PACMAN li hu rapport tagħna stess u li għadna nistudjawh biex naraw liema industriji jistgħu jiġu affettwati.", "Imma ejja issa naraw x'qiegħed jipproponi dan il-Gvern.", "Dan il-Gvern għadu kemm mar Brussels, permezz ta' l-Onor.", "Vella, fejn ippropona - għax tajjeb li l-poplu Malti jkun jaf x'qed jipproponi dan il-Gvern - li jkun hemm a free trade zone.", "Issa anke hawn lanqas jafu xi jridu!", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex fil-misson statement ta' dan il-ministeru jissemma a free industrial zone.", "Mela l-Gvern mhux qed jitkellem fuq free trade zone, kif jifhem u jaf kulħadd, imma qed jitkellem dwar free industrial zone, jiġifieri għall- prodotti industrijali biss.", "Hekk kienu qed jgħidu sa ftit ilu.", "Imbagħad donnu meta marru l-Unjoni Ewropea staqsewhom xi tfisser \"free industrial zone\" u ladarba m'hemmx ikkontemplat a free industrial zone, il-Gvern reġa' lura minn dak li kiteb fl-estimi bħala l-mission statement ta' l-European Directorate u l-free industrial zone issa saret free trade zone.", "Li jkollna a free trade zone ifisser li l-oġġetti kollha mill-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiġu hawn Malta u l-oġġetti kollha Maltin ikunu jistgħu jidħlu fl-Ewropa.", "Dan fi żmien ħames snin u xi wħud fi żmien seba' snin.", "X'se jkun l-impatt fuq l-industrija tagħna?", "L-industriji li huma ppreparati se jkollhom il-vantaġġ li minn suq ta' 400,000 ruħ se jkollhom suq ta' 400 miljun ruħ li altru li għandhom bżonnhom.", "Xi industriji oħrajn għandhom bżonn l-għajnuna biex jagħrfu l-isfidi tal-free trade zone u xi industriji oħrajn jistgħu jibqgħu ħajjin għal ftit, pero' m'għandhomx futur.", "Għalhekk jeħtieġ li dawn wieħed iħares lejhom b'mod differenti.", "Din hija r-realta'.", "L-Onor.", "Vella, bħala ministru ta' l-affarijiet barranin u bħala individwu, mar l-Unjoni Ewropea u qed jitlobhom biex jagħmlu a free trade zone ma' Malta.", "L-ewwel ipproponew a free industrial zone imbagħad saret a free trade zone.", "Nirrepeti, a free trade zone tfisser li Malta tkun miftuħa għall-importazzjoni ta' l-oġġetti kollha mill-Unjoni Ewropea bla protezzjoni.", "Dan hu li se jgħid fir-rapport dwar kif nirristrutturizzaw l- industrija tagħna għaċ-challenge ta' l-Unjoni Ewropea.", "Lili pprova jnassassni mal-pajjiż li bagħtuli rapport li jgħid li se jintilfu 3,000 job.", "X'qalulhom ukoll?", "Qalulhom li free trade tfisser ukoll free service.", "U dan il-gvern x'għamel?", "Għamel il-customs tariff, is-CET.", "Staqsewh ukoll fuq id-dwana.", "Għax jekk inti trid tagħmel free trade, kif tista' tagħmel id-dwana.", "Din x'razza ta' politika qegħdin titkellmu fuqha intom?", "Jekk inti tagħmel id-dwana ma tridx free trade.", "U hekk qalulu ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma mhux hekk biss qalulu.", "Biex iġibu kollox on par se jagħmlu taxxa - sejħilha excise biex ma jsejħilhiex customs - għall-imports mill- Unjoni Ewropea u fuq l-affarijiet li jsiru hawn Malta, nagħmlu l-istess taxxa u allura hekk jiġu draw.", "Allura din mhux VAT?", "X'se jagħmel biex jipproteġi lill-industrija lokali?", "Biex jagħmel din il-free trade zone il- Gvern se jerġa' jagħmel turn around kbira ħafna u jerġa' jdaħħal il-VAT.", "Għaliex?", "Għaliex se jagħmel taxxa fuq l-imports u taxxa fuq il-prodott li jsir hawn Malta.", "Dan il-Gvern trasparenti u modern neħħa l-VAT għaliex qal li ma riedx li jintaxxa l-prodott Malti u issa se jagħmel taxxa fuq il- prodott Malti, l-istess bħat-taxxa fuq l-importazzjoni minn barra, u dan se jagħmlu biex jiġu draw.", "Dan huwa ingann fil-konfront tal-pajjiż.", "Se ssir taxxa fuq il-prodotti li jsiru hawn Malta ugwali għal-taxxa fuq il-prodott li jiġi importat.", "Allura din mhux VAT tissejjaħ?", "Minflok VAT sejjaħtlu CET.", "Issa din x'se tgħidilha, CET internal product?", "Din lill-poplu Malti ma qaluhielux.", "Veru li pproponejtu li tagħmlu taxxa ta' 15% - daqs it- taxxa fuq l-importazzjoni mill-Unjoni Ewropea - fuq il-prodott lokali?", "Veru jew mhux veru?", "Dawn iridu a free trade zone u mhux iktar a free industrial zone.", "Free trade tfisser free services ukoll.", "Allura x'se jiġri?", "Huwa faċli ħafna li tinduna x'se jiġri.", "L-Onor.", "Vella għandu r-responsabbilta' quddiem il-poplu Malti għad-dħul tal-free trade, li hija forma ta' customs union taħt isem ieħor.", "Pero' din m'hijiex customs union, hija agħar minn hekk.", "Din hija sistema li timponi taxxa fuq il-prodott domestiku.", "Jekk issir libsa hawn Malta, se jkollha fuqha l-istess ammont ta' taxxa daqs libsa li tiġi importata.", "Dan hu li se jipprovaw jagħmlu.", "Mhux hekk biss, anzi komplew jgħidu li se jneħħu l- levies kollha.", "Dawn li pprovaw jagħmlu kapital minn miżura limitata ta' tneħħija tal-levies, issa qegħdin jgħidu li se jneħħu l-levies kollha u jagħmlu taxxa fuq il-prodott Malti.", "Dan huwa l-aġir ta' l-Onor.", "Vella.", "Qed nirriferi għall-Onor.", "Vella fil-kwalita' tiegħu ta' ministru ta' dan il- gvern u mhux fil-kwalita' tiegħu personali, għax l-Onor.", "Vella huwa bniedem korrett u għandu l-merti tiegħu.", "L-Onor.", "Vella x'qed jgħid?", "Qed jgħid li mhux biss irridu l-free trade imma se nagħmlu taxxa fuq il-prodotti li jsiru f'Malta li tkun daqs it-taxxa li se ssir fuq dawk il-prodotti li jidħlu minn barra.", "Pero' aħna se se nagħmlu iktar minn daqshekk.", "Dan huwa pass limitat, pero' barra minn hekk qed niċħdu s-saħħa politika u s-saħħa ekonomika li Malta jkollha bi dħul fl-Unjoni Ewropea.", "X'qiegħed jgħid verament dan il-Gvern?", "Ħalli nipprovaw nifhmu l-loġika - dejjem nassumu li hemm loġika - fl-aġir ta' dan il-Gvern.", "Dan ma qalx biss li jrid joqgħod barra mill-Unjoni Ewropea.", "Kieku kien hekk, l-Unjoni Ewropea kienet tagħtina sistema ta' kwoti pjuttost ġenerużi.", "Per eżempju għall-birra l-Gvern ta' qabel kien innegozja kwota qawwija, allavolja mbagħad kien sab xi diffikulta'.", "Imma issa għal affarijiet bħalma huma l- gallettini u affarijiet oħra, se jkollna nneħħu l-protezzjoni kollha.", "(Interruzzjonijiet) Intom għaxxaqtuha!", "Inti mort tgħidilhom li se tneħħu wkoll il-levies u li waqt li huma jonoraw l-obbligi fi żmien sentejn jew tliet snin, aħna nieħdu xi ħames snin jew iżjed.", "Din il-proposta lil ta' l-Unjoni Ewropea m'għoġbithomx.", "Imma ħalli ninsew dan.", "Jiena naf x'qalulkom, u qed ngħidilkom x'qalulkom.", "Qalulkom iżjed minn hekk imma s'issa qed ngħidlek dan biss.", "(Interruzzjonijiet) Aħna m'għandniex għalfejn nippompjaw.", "Aħna ma morniex nippompjaw imma morna ngħinuk.", "Aħna għinnikom mhux biex ngħinu lilkom, imma biex ngħinu lill-poplu Malti.", "Il-miljuni aħna ġibniehom għal poplu Malti permezz tal-protokoll.", "Aħna morna ngħidulhom biex dawk il-flus jingħataw xorta waħda, allavolja kienu intiżi biex Malta tiġi megħjuna tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Inti suppost li tafu dan għax kont preżenti.", "Jiena għidtilhom - u dan għidtu f'isem l-Oppożizzjoni u fl-apert, biex jużaw il-metodi kollha li hemm bżonn biex dawk il-fondi jingħataw xorta waħda lill-istudenti u lill-industrija tagħna.", "Hekk għidnielhom aħna u dan m'għamilniehx b'rispett lejkom li qed tiċħdu l-futur lil uliedna imma b'rispett lejn uliedna.", "Aħna Oppożizzjoni leali mhux lejk imma lejn il-poplu Malti kollu kemm hu, u għalhekk lill-Unjoni Ewropea għidnielha dawn l-affarijiet kollha.", "Sur President, dawn se jbigħu lilhom infushom lill-Unjoni Ewropea fil-forma ta' free trade mingħajr ma jieħdu l- vantaġġ tas-saħħa politika, ta' l-għajnuna ekonomika u ta' miljuni kbar ta' liri li Malta tkun intitolata għalihom minn meta jibda l-proċess ta' l- adeżjoni.", "Dan li qed jagħmlu tan-naħa l-oħra u hawn hu n-nuqqas ta' ħsieb u n-nuqqas ta' loġika.", "Hawn huwa n-nuqqas ta' korrettezza lejn pajjiżna.", "Inti trid il-free trade, fuq il-prodotti li jsiru hawn Malta se tagħmel taxxa daqs it-taxxa fuq il-prodotti li jidħlu minn barra, imbagħad tiċħad il-poter politiku li jkollok li kieku tkun membru.", "Inti qed tiċħad għajnuna ekonomika ta' ħafna iżjed minn Lm45 miljun fis-sena mis-sena 2000.", "Dan qed ngħiduh, Sur President, mhux biex nimpikaw magħhom imma biex forsi nsibu t-triq ta' politika barranija komuni.", "Komplu b'din it-triq pero' tagħlqux il-bieb l-ieħor tas-sħubija.", "Jekk din it-triq twasslek sa stazzjon u jkun fadal biċċa triq oħra, forsi 'l quddiem naslu għaliha.", "Jidher li n-negozjati ta' l-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi oħrajn se jieħdu fit-tul.", "Jekk in-negozjati ta' Malta huma marbuta man- negozjati ta' l-oħrajn, se jgħaddi ċertu ammont ta' żmien.", "Mela dan hu li nistgħu nagħmlu.", "Dan li tridu tagħmlu intom, free trade zone, m'huwiex inkompatibbli mat-triq finali li aħna nemmnu fiha.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħidlek li qed tagħmel ħażin illi ma torbotx dan kollu mas-saħħa politika u s-saħħa ekonomika.", "Dak li qed tagħmel s'issa jkun tajjeb jekk 'il quddiem torbtu mas-saħħa politika u ekonomika li jkollok jekk tkun membru.", "Qed nipprova nfiehem lill-kollega tiegħi li aħna qed ngħidu li rridu aktar minn daqshekk.", "Aħna għandna dritt nieħdu parti fin-negozjati għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dan id-dritt huwa tagħna u intom qed ittellfuh lill-poplu Malti.", "Aħna qegħdin ngħidu lin-naħa l-oħra biex inkomplu bin- negozjati, jekk imbagħad dawn ma jkunux jaqblu għalina, ma nqabblux.", "I am on record li għidt li l-Unjoni Ewropea mhijiex l-unika alternattiva.", "Hija l-aħjar alternattiva pero' mhijiex l-unika alternattiva.", "Imma hemm in- negozjati u allura għaliex għandna nitilfu dritt li huwa tagħna?", "Taħsbu li kien faċli li niksbu d-dritt li jibdew in-negozjati sitt xhur wara li tintemm il-Konferenza Inter-Governattiva?", "Dak ksibnieh għal Malta kollha u mhux għalina.", "Isiru n-negozjati, jekk jaqbel inqabblu u jekk ma jaqbilx ma nqabblux.", "Min-negozjati joħroġ pakkett li nissottomettuh lill-poplu Malti f'referendum.", "F'xi artiklu li ktibt għidt li Harold Macmillan u warajh il- Gvern Laburista, meta riedu jidħlu fl-Unjoni Ewropea kienu jinsistu dejjem għan-negozjati għax meta tinnegozja tkun taf jaqbillekx jew le.", "Meta jkollok it-terms, jekk jaqbillek ħudhom, u jekk ma jaqbillekx irrifjutahom u għidilhom li se ssib triq oħra.", "Hekk għandna nagħmlu aħna f'dan il- pajjiż.", "Dawn l-affarijiet għandhom isiru mingħajr piki u mingħajr ma noqogħdu nuru li aħna għandna raġun u intom għandkom tort.", "Jien nirrispetta l-opinjoni tiegħek bħalma jien nispera li anke inti tirrispetta l-opinjoni tiegħi imma dak li qed ngħidlek jien huwa loġika u mhux kwestjoni ta' opinjoni.", "Jien nemmen, Sur President, li l-politika barranija għandha tkun waħda komuni.", "Jien nemmen li hu fl-interess ta' Malta li nitkellmu b'vuċi waħda.", "Hemm bżonn nitgħallmu nifhmu lil xulxin iżjed u naraw flimkien x'inhu l- aħjar għal artna.", "Jeħtieġ li għal dak li jirrigwarda l-Ewropa nagħmlu bħalma għamilna fin-Nazzjonijiet Uniti, fis-CSCE - illum l-OSCE - u fil- kontest tal-Mediterran.", "Dan huwa importanti aktar u aktar meta l-Ewropa tifforma iktar minn 80% ta' l-importazzjoni tagħna, madwar 80% ta' l- esportazzjoni tagħna u madwar 90% tat-turiżmu tagħna.", "Id-dipendenza tal- lira Maltija qiegħda f'basket imsaħħaħ ħafna minn currencies Ewropej.", "Dan hu l-għaqal u l-appell tiegħi mhuwiex għall-firda imma għall-għaqda.", "L- appell tiegħi huwa biex flimkien insibu soluzzjoni li biha jgawdi l-poplu Malti.", "Dan hu li rridu nagħmlu jekk irridu li Malta tkun verament f'qalbna u f'għemilna.", "Hekk nemmen jien, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Speaker, jien se nieħu ftit taż-żmien illejla għax tajjeb li niċċaraw il-pożizzjoni taż-żewġ naħat u naraw ukoll liema triq nistgħu nieħdu għall-vantaġġ ta' kulħadd.", "Għandna nibdew mhux minn kemm hemm flus jew jekk hux se jkollna ċans ngħixu 'l quddiem jew le.", "L-ewwel interess għandu jkun li nkomplu ngħixu fis-sliem.", "Dan l-interess jiġi qabel il-flus kollha.", "Meta aħna ġġelidna biex neħilsu mill-forzi armati u minn kulħadd, dak hu li ġibna.", "Ma qgħadniex nagħmlu kontijiet.", "Il- kontijiet għamilniehom meta ġejna biex ningħaqdu magħhom u meta ma qabilx għidna li mhux se naslu.", "Ħalli nibdew minn dan l-ewwel interess.", "Meta tgħid \"Ewropa\", tkun qed tirriferi għall-Ewropa ta' fuq.", "Il-pajjiżi fl-Ewropa t'isfel qegħdin fil-Mediterran u meta nitkellmu dwar il- Mediterran, dawn jiġu magħna.", "Dan rajnieh fis-CSCE u qed narawh illum ukoll.", "Jekk nieħdu lil Prodi, insibu li dan diġa' qed jitkellem b'mod differenti minn kif kien jitkellem żmien ilu.", "Aħna rridu naraw x'jaqbel għall-interessi tagħna.", "Irridu naraw il-passat u naraw illum.", "Kien hemm żmenijiet meta l-Mediterran kien imfarrak, il-pajjiżi Għarab kienu kollha jagħtu ma' xulxin u l-Mediterran kien b'żewġ potenzi kbar jiddominawh u ma stajtx tiċċaqlaq għax kulħadd kien jibża' minnhom.", "Fil-fatt min kien mar naħa u min mar oħra, imma aħna ma morna ma' l-ebda naħa u ma ġralna xejn.", "Tinduna kemm dan hu veru jekk tara kif kienu ttrattawna r-Russi, u għamlulna hekk għax dak iż-żmien ma kienx fl-interess tagħhom li l- Mediterran ikun ħieles.", "Kienu ħasbu li biż-żmien il-Mediterran kien se jkun tagħhom, kif kienu u għadhom jaħsbu anke l-Amerikani.", "Dan huwa ħażin, u hemm sezzjoni kbira ta' nies fl-Amerka li ma taqbilx ma' dawn l-affarijiet.", "Aħna bilfors irridu nagħmlu ħbieb ma' dawk li ma jaqblux ma' politika li trid tiddomina u allura hemmhekk għandna ħbieb ukoll.", "Inkunu ħmir jekk ma nurux il-pożizzjoni tagħna.", "L-Amerikani ma tantx iħobbu jiġġieldu u mhumiex feroċi bħalma kienu Hitler u Mussolini meta riedu jiddominaw id-dinja.", "U dan jidher minn dak li ġara fil-Vietnam u fl-Iraq.", "Fl-Iraq kaxkru magħhom lid-dinja kollha biex marru hemmhekk.", "Jiġifieri hemm differenza mill- imperjaliżmu ta' l-imgħoddi.", "Dan huwa imperjaliżmu ġdid li aktar jafda fuq l-affarijiet ta' kummerċ u l-affarijiet ekonomiċi milli jafda fuq l- aggressjoni, li jmur joqtol lin-nies.", "Dawn mhumiex bħal Hitler li kien jibgħat lit-tfal ta' sittax-il sena biex imutu fuq il-front.", "Illum għandna annimal ieħor differenti, u allaħares kien bħall-ieħor.", "Jiġifieri minn dan il-lat hemm kambjament immens.", "Kambjament ieħor huwa l-fatt li l-pajjiżi Għarab qatt ma kienu magħqudin daqskemm huma magħqudin issa.", "Għad mhumiex magħqudin biżżejjed, imma għallinqas mexjin.", "Jiġifieri llum il-Mediterran miexi fid-direzzjoni li nixtiequh aħna.", "Imbagħad min-naħa l-oħra għandek żviluppi ġodda fuq in- naħa l-oħra tal-Mediterran fejn hemm pajjiżi li bil-mod il-mod qed jiġu ddominati mill-qawmien Islamiku.", "Dan il-qawmien ma jistax ikompli għaddej qisu m'għaddewx 300 sena minn żmien it-Torok.", "Nafu li għada pitgħada dawn mhux se jibqgħu moħħhom magħluq daqskemm huwa llum u se jibdew jirraġunaw, bħalma diġa' qed jirraġunaw f'Iżrael.", "U tajjeb li nkunu nafuhom dawn l- affarijiet.", "F'Iżrael hemm forza sħiħa li qed tieqaf lil Netanhayu u l-Gvern Amerikan qed juża din il-forza biex jagħmel pressjoni.", "Dawn huma kollha żviluppi ġodda li jqawwulna qalbna politikament.", "Ekonomikament, sfortunatament, għad m'hemmx dak l-iżvilupp li wieħed jixtieq.", "Is-south qatt ma kien żviluppat u industrijalizzat daqshekk, u din il-ħaġa lilna tagħtina vantaġġ ekonomiku.", "Għax kieku dawn kienu żviluppati, fuqxiex se tagħmel sħab magħhom?", "Id-diżgrazzja li għandna ma' l-Italja x'inhi?", "It- Taljani tgħidx kemm jixtiequ li Sqallija tinqata' minn ma' l-Italja u ma jeħdux pjaċir li qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "Meta jkellmuni, l-Isqallin jgħiduli li n-nies ta' l-Italja ta' fuq jgħajruhom li qed jiġu jiżviluppaw Sqallija huma bil-flus li jġemmgħu l-Isqallin.", "L-Isqallin ma jiżviluppawx pajjiżhom għax għadhom imwerwrin bil-Mafja.", "Dan hu li rridu naraw aħna.", "Jien mhux qed ngħid li għandna ninsew li hemm l-Ewropa.", "Dażgur li ma ninsewx.", "Imma rridu naraw l-affarijiet kif inhuma.", "Jekk inkunu membri, il- flus li jagħtuna jkunu marbutin b'ħafna kondizzjonijiet, bħalma rajna fil- każ tad-drenaġġ.", "L-għajnuna ngħatat imma bil-kondizzjoni li ssir taxxa fuq id-drenaġġ.", "Ħadd m'għamlilna kondizzjonijiet minn dawn fl-imgħoddi u ħadd ma jista' jagħmilhomlok jekk ikun f'sensieh, għax iktar jagħmillek deni milli jagħmillek ġid.", "Imma ejjew ngħidu li hemm vantaġġi ekonomiċi jekk nidħlu membri fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk l-affarijiet ikunu qed isiru bis- serjeta', dawn fl-aħħar ma jagħmlux il-kontijiet?", "Dawn se jistaqsu x'se trodd lura Malta għal dawn il-flus.", "U x'se trodd lura Malta?", "Xejn!", "Għaliex?", "Dawn ma jistgħux jaħsbu li Malta se jużawha għall-gwerra.", "Mela x'setgħu ħasbu?", "Setgħu ħasbu li jekk ma nissieħbux, se nassoċjaw ruħna ma' Gaddafi jew mal-fundamentalisti biex nattakkawhom, jew inkella ħasbu li jużaw lilna biex jattakkaw lilhom?", "Irridu naraw huma x'jaqblilhom.", "Tajjeb li narawh dan il-konċett, għax inkella ma naslu mkien.", "U mbagħad lanqas lilhom ma nikkonvinċu.", "Aħna rridu ngħidulhom li rridu nkunu nafu l- kondizzjonijiet.", "Biex tagħmel il-kondizzjonijiet, lill-ieħor trid tgħidlu: Jien se nagħtik \"hekk\", inti x'se tagħtini?", "Inkella x'kondizzjonijiet se tagħmel?", "Se tgħidilhom li aħna għandna kultura Ewropea?", "Jgħidulek li anke l-Amerikani għandhom il-kultura Ewropea.", "Jekk tieħu r-Russi, per eżempju, tara li meta dawn ifformaw ir-Russja kellhom kultura Franċiża u bilkemm kienu jafu jitkellmu sewwa bir-Russu.", "Kienu qishom in-nies tagħna, jafu jiktbu bit-Taljan, imbagħad ħadd ma jaf jikteb tajjeb bil-Malti.", "Jien tajt l-isfond kollu tas-sitwazzjoni li kien hawn fil-Mediterran.", "Ma setax kien sfond iktar diffiċli milli kellna aħna, u ma stajniex ikollna pożizzjoni ekonomika dgħajfa daqskemm kellna dak iż-żmien, meta kollox kien jiddependi mill-Gvern Ingliż.", "Jien ma nafx kif kellna l-kuraġġ li niffaċċjaw dak kollu u naslu.", "Tan-naħa l-oħra dak iż-żmien kienu żammew kontra tagħna, għax min kien jirraġuna kif qed tirraġuna int issa, kien jibża'.", "Imma aħna għamilna l-kuraġġ u ħriġna minnha.", "L-ebda ekonomista ma kien qalilna biex nagħmlu hekk.", "U min jaf kemm-il darba Tommy Balogh lili qalli biex neħodha bil-mod.", "Madankollu morna aħjar.", "Aħna għidna lill-Ewropa li ma jistax ikollna din l-għaġġla kollha biex tingħaqad l-Ewropa ta' fuq u mbagħad ma jimpurtaniex min-naħa t'isfel.", "Aħna għamilna din il-ġlieda, u ma bżajniex nagħmluha.", "Naċċertakom ukoll li meta bdejnieha kulħadd kien kontra tagħna.", "Ma kellniex pajjiż wieħed favur tagħna.", "Imma mbagħad f'Helsinki stess inqalbet il-folja.", "U tiskanta min qaleb l-ewwel.", "Ma kenux it-Taljani, imma kienu l-Franċiżi.", "Mela inti tilgħab il-parti tiegħek, tagħmel ħiltek u mbagħad meta jiġu l-opportunitajiet taħtaf 'il hawn u 'l hemm u kullimkien.", "Aħna mxejna bil-policy tan-newtralita'.", "Miġnun min jaħseb - u hekk kienu jgħajruna - li Gaddafi kien iddominana.", "Fiex iddominana?", "Għidu fiex u ngħidilkom għandkomx raġun.", "Aħna ggwadanjajna minnu u hu ggwadanja wkoll.", "Ma ħax flus mingħandna imma ħa l-fatt li lil Malta ħadd ma seta' jużaha kontra tiegħu, kif użaw lill-Italja.", "Dan għalih kien vantaġġ kbir.", "Mhux hekk biss.", "L-ewwel ftehim li kellna mal-Gvern Ingliż kien jgħid ċar u tond li bl-ebda mod u għall-ebda raġuni - anke jekk jattakkaw l-Għarab u ma jattakkawx huma - ma jistgħu jużaw lil Malta kontra l-pajjiżi Għarab.", "Dakinhar ingħatat l-impressjoni li aħna favur l-Għarab imma aħna aġixxejna favur tagħna nnifisna.", "Għaliex?", "Għax imbagħad irnexxielna nġibu l-għajnuna mingħand it-tnejn.", "U ta' fuq ma kenux jgħinuna iktar għax kienu jafu li kienu qed jgħinuna l-oħrajn.", "Jien niftakar lil wieħed mill-ħbieb kbar nett tiegħi fil-Banco d'Italia li kien igħidli: Kemm se ġġemma', Dom!", "Għax ma tonfoqhomx issa?", "U mn'Alla ma nfaqnihomx, għax kieku ma kienx ikollhom x'jonfqu u jberbqu tan-naħa l-oħra!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mur ara fiex wasalna llum kieku!", "Daqskemm iddum iġġemma' tista' tberbaq malajr.", "Jien mhux qed ngħid dan biex niskorjaw xi punt.", "Dan issa għadda, u forsi aħna konna reqdin u jmissna żammejniekom.", "Jien ma kontx nemmen li għandna nkunu f'pożizzjoni tant rieqda dakinhar.", "Imma issa dan ħallih, għax inkella ma naslu mkien.", "Il-fatt hu li aħna għadna fl-istess pożizzjoni li sigurta' ta' Malta m'hemmx, ħlief minn dawn it-tnejn u xi ftit il-United Nations.", "Aħna nafu li l-Italja qiegħda fin-NATO u mhux waħedha.", "Meta ftehemna magħha m'għidnilhiex biex titlaq min-NATO biex tagħmlilna garanzija.", "Ilum nafu li hemm pajjiż żgħir Għarbi, li għadu jibda, li kien kapaċi jieqaf lill-Amerikani u kien kapaċi jżomm poplu jsofri għax ħaseb li għandu raġun.", "Intkom tafu li aħna ma qgħadniex nagħmlu ftehim ma' Gaddafi biss, imma l- għajnuna ġibnieha mingħand l-Iraq, mingħand il-Kuwajt u mingħand kull min kien jemmen li jrid il-paċi.", "Fl-imgħoddi, il-politika tagħna ta' paċi u ta' newtralita' swiet biex mhux biss ngħaqqdu, kif inhu l-ideal tagħna ...", "Aħna nazzjon li ma jridx jagħmel imperu.", "Kieku ridna forsi konna naslu wkoll, għax m'hawnx roqgħa fil-Mediterran li qatt ma kellha imperu.", "Ċipru waħdu wkoll kellu imperu bħalma kellha Venezja u bħalma kellna Ġenova.", "M'hemmx roqgħa li ma kellhiex imperu, aħna biss ma kellniex.", "Aħna biss konna s- sefturi f'dawk iż-żmenijiet.", "U konna sefturi ta' min jippretendi li hu nisrani.", "(Interruzzjonijiet) Jidher li qed neħodlu ħafna żmien lil seħibna.", "Imma x'qed nipprova ngħid?", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini, imma issa jew se nirranġaw din l-istorja jew m'aħniex.", "X'qed nipprova ngħid?", "Jien naqbel miegħek li għandna nagħmlu l-kondizzjonijiet.", "M'għandniex ngħidu li għandna l-intenzjoni li nidħlu qabel ma nkunu nafu l- kondizzjonijiet.", "U hawn ma naqblux aħna, mill-bqija naqblu.", "Aħna naqblu li għandu jkun hemm il-bieb miftuħ u nkomplu niddiskutu magħhom dwar il- pożizzjoni strateġika tajba li għandna.", "U għandna ngħajruhom jekk ma jifhmuniex.", "Aħna rridu mmorru b'wiċċna minn quddiem u mhux nibżgħu ngħidu l- affarijiet u nitkellmu qisna minn taħt l-ilsien!", "M'għandna nibżgħu minn ħadd!", "Aħna naraw 'il bogħod aktar minn ħaddieħor u allura għandna vantaġġ fuqhom.", "Irridu ngħidulhom li aħna ħbieb tagħhom imma ma rridux nidħlu f'xi ħaġa meta ma nafux x'inhi u meta nafu li l-aktar ħaġa għażiża li għandna hija n-newtralita'.", "Din tan-newtralita' nerġa' nsemmiha għax jaqbel magħha kulħadd.", "Għandna ngħidulhom biex jaċċettaw li aħna newtrali.", "Aħna ma nafux x'annimal se jkollhom huma, u lanqas huma stess ma jistgħu jkunu jafu.", "Dan l-aħħar jien fhimt li lanqas foreign policy komuni ma jista' jkollhom dawn.", "Dawn għandhom erba' ministri li jieħdu ħsieb l-affarijiet materjali biss u mhux l-affarijiet barranin.", "Il-foreign policy għadha kollha f'idejn kull nazzjon.", "L-Italja għandha foreign policy differenti minn ta' Franza.", "Franza għandha foreign policy differenti minn ta' Spanja u tal-Ġermanja, u dawn qed jaraw x'jistgħu jagħmlu biex jekk jista' jkun jaslu flimkien.", "Per eżempju, issa l-Ġermanja trid titħabbeb ma' l-Iran u Franza at all costs trid titħabbeb ma' l-Iraq, għax wieħed għandu ċans għal kuntratt taż-żejt u l-ieħor għandu ċans għal kuntratti oħrajn.", "Dawn l- affarijiet tarahom u tmisshom b'idejk.", "Ma rridx noqgħod nintilef fuq dawn l- affarijiet, għax inkella nieħu fit-tul.", "Il-fatt hu li m'hemmx common foreign policy għax għad m'hemmx għaqda politika b'saħħitha biżżejjed.", "L- għaqda ekonomika hija b'saħħitha aktar mill-għaqda politika.", "Għalhekk int trid tgħid li mhux se tagħlaq il-bieb għal kollox imma rridu nkunu ċerti li jkun hemm foreign policy oħra.", "Jien għaliex kull darba nsemmi lil Abel u lil Kajin?", "Jien ma nafx kif interpretawha fl-imgħoddi imma din għadni ngħidha llum għax dawn l-affarijiet jitwieldu; jista' jitwelidlek Kajin u jista' jitwelidlek Abel.", "Dawn kienu żewġt aħwa, mill-istess omm u mill-istess missier li lanqas kienu qishom aħwa, għax kienu l-iktar nies ġellieda u spiċċaw biex wieħed qatel lil ieħor.", "Issa nafu li 50 sena ilu qatlu l- miljuni fl-Ewropa.", "U llum f'Malta x'inhuma d-differenzi bejnietna?", "Għalhekk l-aħħar darba jien għamiltilkom dak l-appell, għax id-differenzi bejnietna huma ftit, jekk nitilqu l-antikalja ta' l-imgħoddi.", "Għaliex?", "Għax jien konvintissimu li dawk il-fondi kollha li qed issemmi inti, nġibuhom mingħandhom jekk ikollna bżonn, pero' jekk ma jkollniex bżonn m'għandniex għalfejn.", "Fil-każ ta' l-Italja, il-flus ġibniehom mhux għax kellna bżonn imma minħabba l-fatt li aħna nixtru mingħandhom b'miljuni ta' liri fis-sena u huma ma jixtru xejn mingħandna.", "Dan kien il-każ.", "Craxi kien u għadu ħabib kbir tiegħi u jien nirrispettah għal dak li għamel ma' Malta.", "M'iniex se nidħol fl-affarijiet l-oħrajn għax f'dawk iż-żmenijiet kulħadd kien imbażwar, mhux hu biss.", "Dan kien jgħidli: Imma Dom, x'tista' tagħmlilna int li ma nagħmluhx aħna?", "Ma kienx jgħidli biex jagħtina l- ispazju tagħhom fil-kummerċ.", "Aħna dan li għandna bżonn, l-ispazju fil- kummerċ.", "Jien naħseb li għidt biżżejjed biex nikkonvinċi lil kulħadd li l-gap bejn iż-żewġ naħat huwa żgħir ħafna u m'għandniex nibqgħu nimpikaw ma' xulxin għalxejn.", "Aħna rridu nibqgħu ħbieb ma' l-Ewropa u rridu li jkollna rabta speċjali magħhom, pero' rridu nagħmluha ċara li l-bieb tagħna jibqa' miftuħ kummerċjalment għall-pajjiżi Għarab ukoll.", "Dawn ma jistgħux iżommuna milli nagħmlu hekk jekk verament se jkun hemm dan il-Euro-Arab dialogue.", "U jekk ma jistgħux iżommuna allura x'se nirbħu aħna billi nintrabtu li nkunu membri?", "Il-biża' tagħna hi li n-newtralita' tagħna tispiċċa u l-funzjoni li għandna li ngħaqqdu lil dan il-Mediterran tispiċċa.", "Allura x'se nirbħu aħna?", "X'se jirbħu huma?", "Xejn.", "Aħna jrid ikollna l-kuraġġ li dan nagħmluh ċar.", "Irid ikollna l-kuraġġ li ninsew l-inferiority complex li kellna fl- imgħoddi.", "Historically aħna għandna kontribuzzjoni kbira x'nagħtu.", "Din ġiet b'kumbinazzjoni, għax l-istorja tad-dinja m'għamilnihiex aħna, imma ejja naħtfuha din l-opportunita'.", "Ejja ma nibżgħux, għax min huwa kapaċi jaħtaf l-opportunitajiet huwa dak li jikber.", "M'ilux ġiet waħda Griega Malta tkellem lin-nisa u qaltilna li se nitilfu l-flus.", "Aħna m'ahna se nitilfu xejn.", "Aħna nafu li jew minn hawn jew minn hemm il-flus se neħduhom.", "Irridu mmorru b'determinazzjoni u b'konvinzjoni biex naslu, inkella ma naslux.", "Din qed ngħidha lil sieħbi, għax dan f'dawn l-aħħar sena u tliet xhur il- politika li għamel fuq il-Mediterran kienet agħar minn dik li għamel il- Gvern l-ieħor.", "Il-Gvern l-ieħor kellu daqsxejn raġun, għax billi kien iffissat fuq l-Ewropa ma setax jorħoġ all out fuq il-Mediterran.", "Taħsibx li ma nagħdrux lill-ex-ministru ta' l-affarijiet barranin, u għalhekk konna naħdmu flimkien.", "Almenu l-ex-ministru ta' l-affarijiet barranin wera li aħna għandna kompassjoni mal-Palestinjani u li nieħdu ħsieb l-affarijiet tal-Mediterran mingħajr ma telaq mill-politika l-oħra.", "Imma tilef ukoll.", "Jien konvintissimu li x-xogħol li għamlet Norway biex tressaq flimkien lill-Iżrael u 'l Palestina jmissha għamlitu Malta li kienet tagħmlu b'inqas sforz u b'aktar kredibilita', kemm ma' naħa u kemm ma' oħra.", "Bħalma jmissna qed nagħmlu llum b'wiċċna minn-quddiem u ngħidu lill-Amerikani li qed jimxu politikament ħażin mal-Libja.", "Le, ma jiġux ikissruna.", "Spiċċa dak iż-żmien li jaqbdu u jiġu jkissruna.", "Ma jistax ikun li dawn jibqgħu sejrin b'din l-istorja, singling out xi erba' nazzjonijiet u jipprovaw jibagħtu lill-United Nations kontra tagħhom.", "Ara issa, f'daqqa waħda spiċċaw id- dnubiet tan-naħa ta' l-Asja u se jagħmlu paċi għax hekk jaqbel lil pajjiżhom.", "Jien ma nagħtihomx tort imma mbagħad jaqbel lil pajjiżna li ngħidulhom li anke għal pajjiżhom qed jimxu ħażin.", "Dawn x'jgħidu fuq il- Mediterran?", "Jgħidu li jridu jkunu ċerti li ż-żejt se jkomplu jeħduh.", "Ejja ngħinuhom biex ikomplu jeħduh dan iż-żejt.", "Min se jżommulhom?", "Kien hemm bżonn li f'dan il-Mediterran nidħlu f'dawn il-basal żejda?", "Dawn huma kollha basal żejda, u tant huma żejda li issa l-Amerikani spiċċaw jitilfu lill-pajjiżi Għarab li kienu ħbieb tagħhom.", "Lill-Eġittu u 'l Ġordan, li kienu fuq in-naħa tagħhom, virtually tilfuhom.", "Fir-rigward tas-Sirja, li qabel kellha d-dnubiet tagħha kollha maħfura, issa bdejna nisimgħu bit- terroriżmu.", "Jiġifieri dawn għandhom politika ħażina u aħna rridu ngħidulhom b'wiċċna minn quddiem.", "Niġi issa għal dak li sar mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin.", "X'għamilna aħna fis-sena u tliet xhur li ilna fil-gvern?", "M'għamilna xejn ħlief nittitubaw, ma nafux fejn aħna u m'aħniex u nħallu f'idejn is-civil servants.", "Dawn mhumiex affarijiet tas-civil servants.", "Ix xogħol tas-civil servant hu li tgħidlu jagħmel xi ħaġa u jagħmilha.", "Is-civil servant ma jistax jagħmel xogħol politiku.", "Huwa inutli li nsegwu din il-ħrafa fuq affarijiet politiċi.", "Dawn huma nies li huma maħruqin kontra dawk l- affarijiet li qed nagħmlu llum, u inti toqgħod fuqhom iktar milli toqgħod fuq in-nies tagħna.", "Kemm ostakolajt lil sieħbek milli jaħdem fuq il- Mediterran!", "Kemm ostakolajt lili milli nifhem x'qed tagħmel u ma tagħmilx.", "Issa inti x'chances qed titlef illum?", "Illum għandek iċ-chances tac-Ċina.", "Sur President, għada se nitkellem fuq il-kamp tas-saħħa u fuq il-kamp fundamentalista Islamiku.", "X'qegħdin nagħmlu biex aħna nkunu l-link ħalli dawn ikunu forza moderata?", "L-affarijiet irridu nagħmluhom u mhux nistudjaw biss u kollox jibqa' staġnat.", "Meta se naslu, ilna sena u tliet xhur fil- gvern?", "Fuq il-foreign policy int lanqas għandek inizjattiva waħda.", "Dak li qed tagħmel huma kollha affarijiet li kienu diġa' nbdew.", "Issa x'hemm ċarissimu u li jafu min ħadem miegħi fuq il-front l-ieħor tal-Mediterran?", "Inutli noqogħdu ngħidu li aħna ferħana bl-Euro-Arab dialogue.", "Inti tagħmel Euro-Arab dialogue meta l-Għarab lanqas huma magħqudin?", "Dan mhux biex niċċajtaw?", "Inti l-ewwel trid tgħaqqad.", "L-istess fil-Mediterran.", "Kif tista' titkellem fuq il-Mediterran u tħalli lil ta' Barcellona jagħmlu l- exercise akkademiku, u kulħadd jistudja x'jista' jsir?", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin bi studju fuq studju.", "Fl-IPU jkun hemm basket fuq basket.", "U x'ikun fih il-basket?", "Ħafna nies akkademiċi, kulħadd ibassar, idur u jistudja u sadanittant ma jsir xejn.", "Fil-foreign affairs irid ikollok il-konvinzjonijiet tiegħek u dawn trid taħdem għalihom.", "Ikun hemm drabi fejn toħroġ ta' bravu u drabi oħra fejn mhux toħroġ ta' ħmar imma ma jirnexxilekx.", "Mela min jipprova u ma jirnexxilux, joħroġ ta' ħmar?", "Mela jekk atleta qed jipprova l-high jump u minflok tmien piedi jaqbeż anqas dak ħareġ ta' ħmar?", "Ma ħareġ xejn ta' ħmar imma qed jipprova.", "Irridu naraw x'chances għandna aħna jekk nitilfu l- fama li aħna newtrali u nsiru ħaġa waħda ma' l-Ewropa!", "Għax anke l-image tagħna ssir kerha mbagħad.", "Aħna għandna ħafna chances li ħaddieħor m'għandux.", "Aħna mac-Ċina tgħidx kemm kellna isem tajjeb.", "Dak il-poplu tgħidx kemm jirrispettana lilna.", "U x'tajnieh lil dan il-poplu?", "Tajnieh is- support morali li jimxi fuq linji newtrali.", "Ma tajnieh xejn aktar, anzi nistgħu ngħidu li dan il-pajjiż tana biss.", "Allura jekk għamilna dan, għaliex se nitilfuhom dawn?", "Għaliex tlifna l-inizjattivi kollha?", "Għaliex qed nibżgħu minn dawn l-affarijiet?", "Għaliex lill-Amerikani ma ngħidulhomx b'wiċċna minn quddiem li ma Gaddafi qed jittrattaw ħażin?", "Aħna ma rridux distinzjoni bejn dan u l-ieħor u għalhekk dawn l-affarijiet għandna nagħmluhom b'wiċċna minn quddiem.", "Aħna x'nirbħu għandna u mhux x'nitilfu.", "Nafu li kellna Malta lill-Ambaxxatur Paolino li tgħidx kemm qal affarijiet.", "U kif spiċċa dan?", "Ġie biex għamel il-business hawnhekk permezz ta' spekulazzjoni ta' l-art.", "Din hija ħaġa li ma rriduhiex aktar.", "L-art tagħna tant hi prezzjuża li m'għandniex inbigħuha għal kollox lill-barranin imma nikruhielhom għal erba' jew ħames snin.", "B'hekk nagħmlu aktar flus għax jekk il-barranin jikru, ma jkunx hemm għalfejn dak il-kapital kollu u aħna nkunu nistgħu ngħidu li r-rabta tkun ta' erbat ijiem u spiċċa.", "Aħna m'għandniex bżonn noqogħdu nilagħqu, la 'l hawn u lanqas 'l hemm.", "Hemm bżonn li nkunu rġiel u jkollna linja ċara li jifhimha kulħadd.", "Jekk verament inħobbu lil Malta, din il-linja għandna nieħdu ż-żewġ naħat.", "M'aħna nabbandunaw xejn.", "Lill-Ewropa qed ngħidulhom biex nagħmlu l- affarijiet daqslikieku dħalna mingħajr ma ngħidu li se nidħlu.", "Jien ngħid lin-naħa l-oħra li jekk ma tridx timpika, tista' timxi fuq din il-linja, għall-ġid tagħha u għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Għall-ġid tagħha biex turi li hija fil-prinċipju taqbel u trid li naslu hemmhekk, u għall-ġid tal- poplu tagħna biex il-bieb tagħna jkun miftuħ għal naħa u għal oħra.", "Il-free trade area hija xi ħaġa li nagħmluha llum u nistgħu nabbandunawha għada filgħodu.", "Jiġifieri ma noqogħdux inġibu d-dinja fit-tarf.", "Jekk toqgħod tgħid free trade area waħedha, qisu diġa' dħalna ....", "Meta mort indagajt, lili qaluli - mhux il-Ministru tal-Foreign Affairs, għax dak qatt ma ndenja ruħu jkellimni - li hemm seba' snin u hemm ħafna kondizzjonijiet x'isiru sakemm titwettaq din il-free trade area.", "U meta rajt hekk, jien waqaft.", "Issa se nagħmel dikjarazzjoni.", "Jien se nivvota favur il-Gvern pero' kulħadd jaf li se nagħmel hekk mhux għax naqbel mal-politika li miexi biha.", "Jien irrid politika aktar serja u aktar bżonjuża għal pajjiżna.", "Jien irrid politika li tfejjaqna.", "Meta jsir hekk imbagħad inkun nista' nivvota mal-Gvern mhux biex ma nwaqqgħux imma b'qalbi kollha għax ikun miexi f'linja li naħseb li hija tajba.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Anġlu Farrugia): Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, ħadt gost nisma' ż-żewġ interventi interessanti li kien hawn illejla.", "Irrid nagħmel distinzjoni netta bejn l- aħħar intervent, li jien konvint li kien ħiereġ mill-qalb u li elenka s- sovranita' u l-opportunitajiet li għandu pajjiżna, u l-intervent l-ieħor, li filwaqt li fil-bidu jistqarr politika Mediterranja, ma jitkellimx ħlief fuq il-fissazzjoni fuq l-Ewropa.", "Mhux hekk biss.", "Min-naħa l-oħra llejla assistejt għal lezzjoni ta' kitba mill-ġdid ta' l-istorja u għal lezzjoni sħiħa fil-miżinformazzjoni.", "In-naħa l-oħra qiegħda tinterpreta r- relazzjonijiet tagħna ma' l-Ewropa b'par blinkers bħal dawk li jagħmlu liż- żwiemel.", "In-naħa l-oħra tistqarr li aħna Mediterranji u tgħid li għandna ngħożżu n-newtralita' imma bil-fatti ma qed tagħmel xejn ħlief titfa' kollox f'qoffa waħda.", "Kienu saru dikjarazzjonijiet, kondizzjonijiet u introduzzjoni f'pajjiżna ta' miżuri biex nogħġbu lil din l-imbierka Ewropa.", "Issa jien irrid nistqarr mill-ewwel li l-Gvern għeleb mill-bidu nett il- propaganda li pprovaw jagħmlu ċerti oqsma li dan il-Gvern se jerġa' jmur lejn il-Libja.", "Dik kienet it-thrust tal-propaganda li kien hemm minn min kien interessat li jħammeġ lill-Partit Laburista.", "Għadna kemm smajna l- isfond tal-commitments u tar-rabtiet ta' kif żviluppat il-politika Mediterranja.", "Din żviluppat bl-ebda serviliżmu lejn ħadd.", "Meta kien hemm bżonn niddefendu l-interessi tagħna, iddefendejniehom imma mbagħad min stqarr u tmasħan fuq politika Mediterranja qal affarijiet oħra biex joskura lill-Partit Laburista.", "Fil-25 ta' Settembru, 1995, f'laqgħa ma' Tarja Halonen, foreign minister tal-Fillandja, meta xeba' jgħidilha li aħna newtrali, fl-aħħar ikkonkluda li:", "\" The previous Maltese government had had strong ties with Libya\"", "Dawn mhumiex noti li għamilthom jien, Mr Chairman, imma noti li kienu miżmumin fil-ministeru.", "B'dan il-kliem ried iwissiha biex joqogħdu attenti minna.", "Dawn l-affarijiet mhux hu biss kien jagħmilhom.", "Fl-okkażjoni taż-żjara tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien fl-Amerika, fil- \"Washington Times\" deher artiklu ta' Andrew Borowiec li kien jgħid hekk:", "\"When the Socialists flirted with Libya before the rise to power of Mr Fenech Adami's Nationalist Party, Libyan gunboats were repaired in the shipyard.\".", "Dan sar biex iħammġuna u biex mingħalihom iħammrulna wiċċna.", "Dan huwa l- commitment għall-politika Mediterranja.", "Bħalma qal l-Onor.", "Mintoff, skond in-naħa l-oħra rridu ngħaqqdu billi nifirdu!", "Issa ħalli nibda nirrispondi għal dak li qal l-Onor. de Marco.", "Intqalu ħafna affarijiet imma l-ewwel nixtieq nitkellem dwar il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea u l-mod kif qegħdin inħarsu lejha.", "Huwa importanti li wieħed ikun jaf fejn qegħdin u x'inhu jiġri.", "L-Onor. de Marco tkellem dwar politika komuni.", "Jien niskanta kif f'daqqa waħda mal-bidla tal-gvern bdew jinstemgħu l-kliem \"consensus\" u \"politika komuni\".", "Jien b'consensus nifhem qbil u ftehim, qbil fuq dak li hu komuni.", "Jiġifieri dak li hu kontenzjuż jitpoġġa fil-ġenb.", "Dan mhux bilfors jirrifletti qbil ma' dak li esprima l-poplu fl-elezzjoni, fejn l-issues kienu ċari.", "F'demokrazija r-rieda tal-maġġoranza hija imposta fuq il- minoranza.", "Tan-naħa l-oħra kienu jiftaħru - anzi reġa' rrepetieha l-kollega tiegħi fi Brussels jumejn jew tlett ijiem ilu - li kellhom mandat elettorali rinovat għal tliet darbiet.", "Dak iż-żmien ma kienx hemm diskors fuq consensus u lanqas kien hemm diskors dwar politika barranija komuni.", "Kienu jiftaħru bil-mandat elettorali u kienu lesti jmorru t-triq kollha, sa l-aħħar stage.", "Ma kenux jistaqsu jekk kienx hawn consensus dwar jekk għandniex immorru sa l-aħħar, qatt ma avviċinawna.", "Jiġifieri ma kien hemm l-ebda rispett lejn il-fehma tal-minoranza.", "Fid-disa' snin u nofs li damu fil-gvern ma kienx hemm konsultazzjonijiet.", "Issa qed jgħidu li jridu jgħinuna biex nidħlu fin-negozjati.", "Jien ma naħsibx li hemm bżonn ikollna min jgħinna.", "Min ifixkilna għandna biżżejjed u dawn minn dejjem fixklu.", "Kif jista' jkun hemm politika barranija komuni?", "Dawn dejjem kienu jkunu fuq in- naħa l-oħra u jgħinu lill-barrani.", "Din hija l-istorja.", "Dan id-diskors jista' ma jogħġobx lin-naħa l-oħra imma huwa fatt li huma dejjem kienu jkunu fuq in-naħa l-oħra, iżidu mal-piż li fuqu jrid jiġġieled il-Partit Laburista meta kellu l-ġlidiet tiegħu mal-barrani.", "Fatt ieħor hu li fi żmienhom kont trid tibki biex ikollok diskussjoni parlamentari fuq il-kwestjoni ta' l-Ewropa u fuq affarijiet oħra.", "Nesa l- kollega tiegħi meta ġieli anke ġew membri barranin u ċaħdulhom li jkellmuna.", "Lanqas informazzjoni lill-pubbliku ma kienet tingħata.", "Dan ammettewh huma stess; qalu li parti mit-telfa li ġarrbu fl-elezzjoni li għaddiet kienet dovuta għall-fatt li lill-pubbliku ma żammewhx informat.", "Jien ngħid li mhux talli ma ngħatatx informazzjoni, talli kien hemm il-ħabi ta' l-informazzjoni u s-sena l-oħra meta tkellimt hawnhekk fid-diskussjoni dwar il-budget urejt kemm kien hemm informazzjoni miġbura li ma ħarġitx pubblika.", "Issa qed jieħu għalih l-Onor. de Marco?", "Fil-ministeru sibt rapport, li f'daqqa waħda dan qajjem interess fih, li jitkellem fuq l- effetti negattivi tad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Issa qed jiġi jgħidilna li dak huwa studju soġġettiv.", "X'jiġifieri soġġettiv?", "Dak huwa studju li kien sar fl-1994 u, minkejja dan l-istudju, fl-1995 kont tgħid li se nidħlu ma' l-ewwel grupp ta' pajjiżi.", "Kont tgħid hekk knowing full well li ma kienx se jkun hemm azzjoni korrettiva biex tirranġaw dawn l-effetti qabel ma nidħlu.", "Int kont xbajt ittambar li se nkunu membri ma' l-ewwel grupp - u jekk tinnega din, ma nafx x'ma tinnegax fid-dinja! - meta", "kont taf li sena qabel kienu saru rapporti li jgħidulek x'inhuma l-effetti negattivi fuq il-pajjiż.", "Dawn huma fatti li ma naħsibx li l-poplu Malti huwa daqshekk iblah u daqshekk mingħajr memorja li jinsihom.", "Dan biex ma nsemmux il-kwestjoni tal-wegħdiet mhux imwettqa.", "Nerġa' ngħidlek għall- miljun darba li int kont sgwidat.", "Jien mhux qed nattribwilek intenzjonijiet ħżiena imma lill-poplu kont qed tgħaddilu d-diżgwid li kellek.", "Jekk irrid inkun kattiv miegħek ngħidlek li kont taf u gdibt lill-poplu.", "Issa se nsemmilek xi ħaġa li merejtha proprju inti.", "Dan semmejtu inti stess fil- laqgħa li kellek mal-Foreign Minister tas-Slovakkja, Schenk, f'Settembru 1995.", "Lil dan kont għidtlu biss \"we are hoping that the IGC would conclude by March 1997 which would create the possibility of our accession by 1998\".", "Dan hu li qal l-Onor Guido de Marco, l-ex-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tas-Slovakkja.", "U ma qalx hekk lilu biss.", "Lil ta' l-Indonesia qallu li aħna mexjin lejn membership u li \"this process would probably last for another three years\".", "Jiġifieri fl-1998 kellna inkunu dħalna.", "Issa qed jgħid li dawn l-affarijiet ma kienx jarahom.", "Jien kont qomt nitkellem f'aġġornament u għidt li lanqas hemm ħjiel ta' sħubija qabel is-sena 2000.", "Intom għidtuli li jien ma nifhimx u li jien xewwiex.", "Mhux talli hekk, talli kont ktibt artiklu, Mr Chairman, u għidt li sas-sena 2000 m'hu se jsir assolutament xejn dwar is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Qed jiftaħar ukoll li għabbewna bi strutturi li normalment jagħmilhom min ikun se jieħu xi benefiċċju mill-membership.", "Bdejna bil-VAT, tefgħuha fuq dan il-pajjiż u nafu x'ġara.", "Malli daħħalna l-VAT fl-1995, il-finanzi bdew sejrin 'l isfel.", "Tan-naħa l-oħra ma tawniex spjegazzjoni u qegħdin jgħidu li aħna għamilnieha l-ħofra.", "Taf x'naf ngħid, Mr Chairman - u jien konvint li anke n-naħa l-oħra jafuha din - li llum fl-Ewropa qegħdin jgħidu li minħabba l-qgħad aħjar jagħtu ċ-ċans li ċerti pajjiżi jneħħu l-VAT minn fuq ċerti servizzi li għandhom ħafna labour fihom.", "B'hekk ikunu qed jaġevolaw il-ħolqien ta' l-impjiegi.", "Il-VAT se jnaqqsu, fost miżuri oħra.", "Imbagħad dawn jiġu jiftaħru hawnhekk li jekk jerġgħu jitilgħu jerġgħu jdaħħlu l-VAT!", "Taħt l-amministrazzjoni l-oħra kollox kien pinġut tajjeb dwar l-Ewropa u meta konna nitkellmu aħna, kienu jgħidulna xewwiexa.", "Bdew ipinġuna kontra l- Ewropa u jgħidulna li ma nifhmux.", "It-tajba hi li dak li bassar l-injorant seħħ u dak li ntqal mill-professur baqa' fuq l-ixkaffa!", "U se jdum fuq l- ixkaffa u jaf li se jdum fuq l-ixkaffa!", "Pajjiżi oħra li qegħdin lined up għall-accession għandhom ir-raġunijiet validi tagħhom biex ikunu hemmhekk.", "Hemm minnhom li jridu jkunu ċerti li mhux se jerġa' jkollhom it-theddida tar-Russja.", "Hemm minnhom li jridu jidħlu biex ikunu ċerti li d-demokrazija tkun stabilita u hemm oħrajn li tant għandhom ekonomija mormija li jridu xi ħaġa biex jagħtuha boost.", "Aħna, għall-grazzja ta' Alla minn dawn it-tliet affarijiet m'għandna xejn.", "Aħna nistgħu nagħżlu ż-żmien u l-proċess tagħna u m'għandniex għalfejn niġru u nagħmlu commitments bil-quddiem.", "M'għandniex għalfejn ngħidulhom biex idaħħluna anke mingħajr commissioner imbagħad wara l-IGC nitkellmu.", "Dawn huma l-commitments li kien hemm min-naħa l-oħra u dawn qegħdin imniżżlin u mhux ivvintati.", "L-Onor. de Marco qal li jien qed nerfa' fuq spallejja l-fatt li qed inbiegħed lil Malta mill-Unjoni Ewropea.", "Jien ma qed nerfa' xejn fuq spallejja.", "Jiena qed nagħmel dak li tat bħala mandat elettorali l- maġġoranza assoluta tal-poplu Malti fl-elezzjoni li għaddiet.", "Lill-poplu Malti ma rnexxilkomx tikkonvinċuh.", "Il-poplu nduna li m'hemm xejn.", "Jekk il- poplu Malti jerġa' jbiddel l-opinjoni tiegħu, imbagħad mexxi.", "Dik hi d- demokrazija.", "Imma mhux tiġi tgħidli biex nagħmel consensus fuq il-politika tiegħek li falliet.", "Intom dejjem tgħidu li ta' l-Unjoni Ewropea kollox tajjeb.", "Aħna qatt m'għidna li l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- Unjoni Ewropea huma kollha ħżiena.", "Aħna pprovajna ngħidu li rridu nibbilanċjaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi.", "U meta konna ngħidu hekk kienu jgħidulna li aħna ma nifhmux.", "Tgħidx kemm bdew jitfaċċaw professuri fuq dawn l-affarijiet u issa erġajna għaddejjin mill-istess ħaġa.", "Ma qalux li l- poplu għażel.", "Issa bdejna bl-għajta tar-referendum.", "Fi Brussels jumejn ilu, persuna - imbagħad ngħidlek min hi - qaltli: Dan x'inhu jgħid?", "Qalli li ma nistgħux niddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea imbagħad wara niddeċiedu jekk nidħlux jew le.", "Trid tagħmel commitment u mhux tgħaddi ż-żmien bihom.", "Intom kontu lesti u bdejtu terfgħu l-piż snin qabel, u hemmhekk għaxxaqtu kollox.", "Lill-poplu Malti tajtuh impressjoni ħażina ta' l-Ewropa għaliex bdejtu ddewquh l-iebes tagħha u mhux it-tajjeb.", "Intom ħatjin ta' din il- biċċa xogħol.", "Issa ħalli naraw x'inhu jiġri bħalissa, Mr Chairman.", "F'daqqa waħda tfaċċaw ruxxmata front organisations b'din l-għajta tal- kunsens u tar-referendum.", "Għandna, per eżempju, lil David Casa, li kien fis-segretarjat tal-kollega tiegħi, l-Onor. de Marco.", "F'disa' snin u nofs ta' gvern iħambaq u jgħid il-ħmerijiet fuq l-Ewropa, l-ebda moviment referendarju ma kien nibet.", "Kemm daħlu ideat ġodda f'moħħna, meta ftit xhur ilu ħadd ma kien qed jitkellem fuq dan ir-referendum!", "Jiena konvint li l-poplu Malti lil dawn in-nies ma jistax jagħtihom kredibilita'.", "Qabel, għax kellhom is-saħħa u tliet mandati elettorali, kienu jiġu jaqgħu u jqumu mill-minoranza u minn min ma jaqbilx magħhom u kieku l-Ewropa tathom membership kienu jidħlu.", "Issa, f'daqqa waħda, irridu ngħaddu kollox mill- għarbiel.", "Kien hemm movimenti oħra li ttieħdu over minn min irid ikollu pjattaforma politika.", "Qed nirreferi għall-European Movement.", "Dan kien moviment rispettat li kien iħares lejn l-Ewropa b'mod spassjonat u apolitku.", "F'daqqa waħda ġie taken over, daħlu fih nies li kulħadd jaf il-commitment tagħhom fejn hu u llum il-ġurnata dan il-moviment sar front organisation oħra.", "Dawn bdew jagħmlu ħafna seminars u lanqas ikollhom id-diċenza li jistaqsuk jekk tkunx liberu fit-tali data.", "Jiddeċiedu data, iniżżlulek ismek, imbagħad jekk inti diġa' jkollok commitments oħra li tkun ilek li għamilthom ġimgħat u ma tmurx għas-seminar, jgħidu li dan naqas li jiġi.", "Imbagħad ikun hemm xi ħadd li japprofitta ruħu u jgħid li hi għarukaża li l-ministru lanqas jiġi meta tkun qed tiġi diskussa l-Ewropa.", "Il-kollega tiegħi jaf il-commitments li kien ikollu meta kien f'dan il-ministeru.", "Jien kif nista' narmi kollox għaliex ġie xi ħadd u qalli li l-għada se jkolli seminar u rrid nitkellem?", "Dan apparti l-fatt illi ma jkunx xi seminar bilanċjat ħalli jkun hemm il- pjaċir tad-dibattitu u l-gost ta' l-opinjonijiet ħerġin.", "Dan ikollok 20 ruħ kollha bl-istess standard u mbagħad idaħħlu lil xi ħadd biex waħdu jiddefendi dak kollu li jgħidu l-oħrajn.", "X'sar iktar, Mr Chairman, bil-consensus li qegħdin jitolbu?", "GĦamlu kampanja sħiħa u qed jagħtu l-impressjoni - bilkemm ma bdejniex insemmu l- ismijiet ukoll - li l-Gvern se jagħmel U-turn għaliex għandu xi membri li qed jaqblu mal-membership fl-Unjoni Ewropea.", "Din daħlet ukoll fil-gazzetti kollha.", "Dan hu pajjiż demokratiku, għandna a free press u jkollok taqra u tisma' kollox.", "X'għamlu aktar dawn?", "Dawn marru jbeżżgħu lill-Ewropej li aħna m'aħniex Ewropej u m'aħniex favur l-Ewropa.", "L-Onor. de Marco semma lil Jacques Delors.", "Jien se nsemmi Franċiż ieħor, lil Jack Lang. li kulħadd jafu.", "Dan li kien ministru tal-kultura u llum qiegħed il-President tal-Kumitat ta' l- Affarijiet Barranin ta' l-Assemblea Nazzjonali Franċiża, ma jaqbilx ma' l- Onor. Borg u ma' l-Onor. de Marco li qalu li ġie s-summit ta' Amsterdam u saret l-Agenda 2000 u xorta ma rrealizzajniex il-bidliet li saru.", "Ħalli ngħid x'qal Jack Lang.", "Apparti affarijiet oħra, dan qal:", "\"The path chosen in Amsterdam is not the right one, neither in its vision nor in its method.", "By patching up and adding a coat of glossy paint, we have merely plugged the leaks of a ship without a skipper, a course or an engine.\".", "Jiena ngħid li dan huwa negattiv ħafna u ma naqbilx miegħu kollu imma jekk irridu nsemmu x'qalu ċerti nies, għandna ngħidu wkoll x'qalu nies oħra.", "Irridu niżnu l-opinjonijiet ta' kulħadd, mhux ta' dawk li huma ffissati fuq l-Ewropa biss.", "Dan bħal meta l-Moviment Ewropew kiteb lill-membri tal-Parlament Ewropew u qalilhom li jħallsilhom kollox biex jiġu jitkellmu f'xi seminar hawnhekk.", "Jekk tridu, nurikom l-ittri li dawn kitbu lill-membri tal-Parlament Ewropew u membri ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa fejn qalulhom biex jiġu jieħdu parti fil-kampanja favur l-Ewropa f'Malta.", "J'Alla jiġu, u jiġu kemm iridu minnhom, pero' jekk irridu li jkollna sens ta' bilanċ, irridu nisimgħu opinjonijiet differenti!", "Ma nistgħux nisimgħu biss lil dawk li huma committed.", "Jekk dan qiegħed fi club, mhux bilfors li jitkellem biss favur dan il-club!", "Żmien ilu kellna lil Gunther, membru tal-Kumitat Konġunt bejn Malta u l- Parlament Ewropew.", "Din għamel riferenza għaliha b'mod sottili l-Onor.", "Joe Borg meta qal illi f'xi żmien anke kien hemm diffikultajiet dwar il-Kumitat Konġunt bejn Malta u l-Parlament Ewropew.", "Għalfejn noqogħdu nirrepetu l- gideb?", "Din ġiet hawnhekk u bellgħathielkom!", "Aħna rrispondejnieha bi press release u għidnielha li l-Kumitat Konġunt bejn Malta u l-Parlament Ewropew m'huwiex marbut ma' l-għan tas-sħubija.", "Imma intom tibqgħu tgħiduha din il- ħaġa!", "Il-kumitat bejn il-Parlament Malti u l- Parlament Ewropew qatt ma kien ipperikolat u mhux se jkun ipperikolat.", "Minkejja dak li tgħidu, jiena xorta ma nemminx li l-intenzjonijiet tagħkom huma tajbin.", "Intom dejjem ħdimtu minn wara.", "Imissu jistħi l-Onor.", "Borg jagħmel diskors bħal dak.", "Dan qed jitfa ħafna dubbji meta jaf li l-affarijiet m'humiex hekk.", "Qal dawn l- affarijiet biex ibeżża' lill-poplu.", "Imbagħad tgħidu li hawn l-inċertezza u l-instabilita'!", "Intom l-hena tagħkom tinjettawhom!", "Jien naħseb li inti bħali smajt lir-rappreżentant tal-commission, Van der Linden jitkellem fuq Malta; u bl-Ingliż tkellem, lanqas tkellem bil- Franċiż!", "Dan qal - kontra dak li għidt inti li għidt li aħna ninsabu mwaħħlin - li l-Maltin qed ikollhom \"very constructive and cooperative relations\".", "Qal ukoll illi għandna \"the road mapped to further deepening of relations\".", "Barra minn hekk qal ukoll li:", "\"Given the speed by which the authorities of Malta react to all areas of co-operation, I am one hundred per cent ...\".", "- tiftakarha din l-espressjoni, anzi one thousand per cent qal, jekk hu possibbli -", "\"... one thousand per cent if it is possible, convinced that we will easily succeed.\".", "Din l-opinjoni jaqsamha miegħu wkoll Van den Broek.", "(Interruzzjonijiet)", "Fir-relazzjonijiet kollha qegħdin niddiskutu bl-aktar mod miftuħ, bl-ebda mod servili u bla ebda commitment ma' l-Unjoni Ewropea!", "Qegħdin ngħidu x'nippreferu u x'naħsbu li hu l-aħjar għal pajjiżna.", "Dan aħna ddeċidejnieh, u mhux qalilna ħaddieħor.", "Il-kalkoli għamilniehom aħna, għaliex ridna nissalvagwardaw ħafna affarijiet, fosthom in-newtralita', li aħna dejjem stqarrejna u nkomplu nistqarruha, għax dik hija ċ-ċavetta tar- relazzjonijiet tagħna!", "Qabel kienu jigdbu li aħna se nagħmlu U-turn u se nagħtu daharna lill-Ewropa, imma llum dawn konvinti li we mean business u huma jafu li aħna nafu li Malta għandha valur għalihom.", "Mhux qed inpoġġu prezz fuqha imma at the back of the mind taż-żewġ naħat hemm il-fatt illi l- importanza u r-rwol ta' Malta fl-interess ta' l-Ewropa qiegħed hemm u lesti li ċerti affarijiet naslu fuqhom.", "Jiġifieri l-affarijiet mhux qegħdin bħalma qal kemm-il darba l-kollega tiegħi, li jew barra jew ġewwa!", "Min qalha din?", "(Interruzzjonijiet) Dik qed tirrepetiha inti!", "(Interruzzjonijiet) Kieku kienu jgħid: No membership, no relations!", "Kieku kienu jgħidulna biex indawru denbna!", "Aħna qed nagħmlu breakthrough.", "Aħna konna nafu li fl-Ewropa hemm ħafna kwalitajiet ta' assoċjazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Mediterran.", "Hemm ukoll l-European agreements ma' l-Iżrael u konvenzjonijiet oħra ma' pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea.", "Min qalu dan li trid tkun membru bilfors?", "Dan huwa serviliżmu, li għax l-oħrajn jagħmlu hekk irridu nagħmlu hekk aħna wkoll.", "Aħna għidna li dan lilna ma jaqblilniex, u l-poplu Malti fehem u tana maġġoranza assoluta fuq din il- kwestjoni.", "Jiġifieri aħna għandna mandat li nagħmlu dan.", "Jiena m'għandi l- ebda dritt illi nasal f'consensus mal-partit tiegħek.", "Aħna mmorru l-Ewropa, mela ma mmorrux!", "U safejn naf jien aħna rrispettati fl-Ewropa.", "Issa x'jgħidu minn warajna ma nafx imma jiena nemmen li aħna rrispettati, għax kieku ma konniex nibdew mexjin lejn programm ta' kif se naħdmu flimkien.", "Issa ħalli ngħid kemm in-naħa l-oħra qed tgħid ħmerijiet rigward il-free trade area!", "Qed igħidu li se nbeżżgħu lill-industrija u li se nerġgħu ndaħħlu t- taxxi.", "Issa ngħidlek fuq dan!", "Qalu li aħna tlifna l-importanza ta' Amsterdam u ta' l-Agenda 2000.", "Jiena ngħidlu: X'ġara f'Amsterdam?", "Jien minn qabel kont għidt illi l-laqgħa ta' Amsterdam m'hi se ssolvi xejn u li l-kwestjoni tat-tibdil fl-istituzzjonijiet - dan huwa miktub f'artiklu ta' l-1995 - trid tistenna, kif fil-fatt ġara.", "X'ġara f'Amsterdam?", "F'Amsterdam qalu li kellhom jinsew il-kwestjoni tat-tkabbir minħabba problemi kbar interni.", "F'Amstedam intqal li hemm bżonn iduru dawra magħhom infushom ħalli jaraw kif se jissodaw l-impjiegi, is-single market u l- għaqda bejniethom.", "L-affarijiet l-oħra jistennew.", "U mhux l-Onor.", "Borg jiġi jgħidilna u jimplika li ma nistgħux nitkellmu ma' l-Ewropa biex nieħdu xi ħaġa mill-Ewropa għax issa l-livell ta' żvilupp tagħna tela' aktar mill- medja ta' 75% li hemm fil-komunita' Ewropea!", "Dan qishom qed jgħidulhom biex ma jinnegozjawx magħna xi protokoll ieħor!", "Se jkun hemm protokoll ieħor, Onor. Borg, u se nitkellmu biex ikun hemm mezz ieħor kif inġibu l- flus.", "Il-flus li baqa' fir-raba' protokoll finanzjarju - li intom għidtu li tlifniehom - se neħduhom biex nirristrutturizzaw l-industrija u l-SMEs, ħaġa li intom m'għamiltu xejn dwarha.", "Il-kollega tiegħi semma r-Ramboll report.", "X'ġara mir-rapport?", "Baqa' fuq l-ixkaffa!", "Intom x'għamiltu fir-ristrutturizzazzjoni ta' l-industrja?", "Staqsu lill-industrija, lill-FOI u liċ-Chamber of Commerce x'għamiltu intom fir-restructuring.", "Hawnhekk nidħlu għall-kwestjoni tal-free trade area u tat-tixwix min-naħa l-oħra.", "Dan it-tixwix ilu minn mindu daħlet ċerta persuna f'dan il-Parlament.", "Dan qed jgħid li b'din il-free trade area se ndaħħlu d-dazju fuq il-prodotti lokali u m'huwiex qed jgħid li meta huma għamlu l-VAT, il-15% waħħluha fuq kollox!", "U x'ħadtu mill-Ewropa?", "Ma ħadtu xejn!", "Kien għad hemm il-calendar barriers.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek x'se nieħdu aħna.", "Agħtuna ċans!", "M'ilniex disa' snin u nofs induru ċirku!", "Dan hu l-iżball ta' l-argument li kien qed jagħmel l-Onor. de Marco meta qal li se nerġgħu niġu għas-sistema tal-VAT.", "Id-differenza hi illi l-ewwelnett diġa' hemm ftehim dwar perijodu ta' żmien.", "Aħna ma rridux ngħaġġlu, l-ewwel irridu nagħmlu l-kalkoli tagħna, irridu naraw l- industrija tagħna - li hi l-bażi ta' l-ekonomija Maltija - x'tiflaħ u jridu jsiru studji bis-serjeta'.", "Dawn l-istudji mhux se jsiru biex nitfgħuhom fil-kexxun u ngħidu li huma soġġettivi imma se nistudjawhom u se nagħmlu l- kwantifikazzjoni fuqhom.", "Se nagħmlu economic impact assessment fuq l- industrija ħalli naraw kif nistgħu nħallu l-liberalizzazzjoni tidħol bil- mod il-mod.", "F'dan il-perijodu qegħdin inwiegħdu lill-Ewropa li se noħorġu ta' rġiel.", "Din hija kwestjoni oħra li għandna, Mr Chairman.", "Fl-Ewropa aħna qed niffaċċjaw kwestjoni dwar il-kredibilita'.", "Għaliex?", "Għax ta' qabilna ma kenux kredibbli meta wiegħdu illi fil-bidu ta' l-1996 kienu se jneħħu 400 levy minn 850, u dan m'għamluhx.", "Allura dawn qegħdin jgħidulna: Ara ma jfettlilkomx tagħmlu bħal ta' qabilkom, għax din m'hijiex serjeta'!", "U aħna qed ikollna ngħidulhom: X'għamlu dawk ma jimpurtaniex, aħna qed nagħtu kelma u se nżommuha.", "Se nżommuha għax se nagħmlu l-affarijiet biż-żmien u kif jaqbel lill-industrija Maltija u lill- poplu Malti.", "Aħna m'aħniex se nagħmlu skond kif timbottawna intom għax se nitilfu t-train ta' Lussemburgu.", "(Interruzzjonijiet) Ara meta kontu qegħdin ilkoll kemm intom fi Brussels, ħadd minnkom ma semmieha t-train ta' Lussemburgu!", "Kif ma semmejtuhiex?", "Kien hemm il-presidenza tal-Lussemburgu u ħadd minnkom ma' qal li fi ftit ġimgħat il-poplu Malti se jitlef it- train.", "Xi train hi?", "M'hemm l-ebda train.", "Jien nemmen li Malta għandha l- kredenzjali li tkun fuq quddiem, nemmen li lil Malta jħarsu lejha b'mod favorevoli u għalhekk nagħżel iż-żmien meta jaqbel lill-poplu Malti.", "Mela nidħlu fil-queue qisna n-ngħaġ ta' Bendu, rasna 'l isfel u noqogħdu hemmhekk ma' l-oħrajn!", "Sfortunatament, minħabba kif żviluppaw l-affarijiet fl-Ewropa, bil-qgħad u bil-problemi li hemm, qegħdin igħidu li fis-sena 2000 se terġa' tiltaqa' l-IGC biex jerġgħu jibdew jiddiskutu fil-forma u l-istruttura ta' kif se jidħlu dawn il-pajjiżi ż-żgħar.", "Illum ma naħsibx li se jiġi Jacques Delors u jgħid li lill-Polonja se jdaħħluha fis-sena 2000.", "Ħadd m'hu qed jitkellem fuq dan għax dan se jitħalla għal wara s-sena 2003.", "Sa dak iż- żmien, jekk dak li qegħdin ngħidu ma nkunux wettaqnieh kollu, inkunu wettaqna tliet kwarti minnu.", "(Interruzzjonijiet) \"Bye-bye\" qed tgħid inti.", "Bħal meta kontu tgħidu li deħlin fl-1995 u ma dħalniex.", "Fl-1996 ma dħalniex lanqas.", "L-ex-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin huwa on record li fl-1990, meta ppreżenta l-applikazzjoni, qal li jekk ma nidħlux membri f'sentejn jew tlieta dan ikun ta' dannu kbir għal Malta.", "Ara kemm ma kellux viżjoni u kemm ma kienx jaf x'inhu jgħid fuq il-politika barranija!", "Dan huwa kollu rrekordjat.", "Aħna qegħdin ngħidu li rridu nagħmlu a free trade area.", "Aħna m'għidniex li din hija l-unika possibbilta'.", "Jekk kemm-il darba l-finanzi ma jkunux fid-diżastru li ħallejtuhom intom, nistgħu nibdew inżarmaw id-dazji minn fuq il-prodotti ta' barra.", "L-Unjoni Ewropea fehmuna fuq din il-ħaġa, allavolja int qed tgħidilhom li a free trade area bil-customs duties ma tagħmilx sens.", "Dawn fehmu li l-customs duties qegħdin hemm għal skopijiet ta' revenue u mhux biex nagħmlu l-barriers.", "Jiġifieri aħna qegħdin konformi ma' l-Association Agreement u intom qed tibqgħu tgħidu u xxewxu minn taħt li m'aħniex konformi u li aħna se mmorru kontra l-WTO.", "Issa naraw, iż- żmien jagħtina parir!", "Jien nista' ngħidilkom li dak li ħsibtu intom li se jkun imblokk, lanqas sleeping policeman m'hu, għax se ngħaddu minn fuqu proprju għaliex hemm ir-raġuni u hemm il-ġenwinita'.", "Dawn illum aktar u aktar qegħdin jifhmuna meta nispjegawlhom id-diżastru finanzjarju li sibna warajkom.", "Intom kontu tigdbulhom li aħna nistgħu naslu anke għall- parameters ta' Maastricht għax għandna deficit ta' 3.2%.", "Imma dan id- deficit spiċċa 10% u aktar.", "(Interruzzjonijiet) X'ma jiġux illum jitkellmu fuq il-kredibilita' u li you let them down!", "Issa ħalli nkompli fuq dak li inti qed tbeżża' bih lill-industrija Maltija.", "Aħna qegħdin ngħidu li għandna l-options.", "Jiena naf li int informat, imma inti semmejt option waħda.", "Jekk inkunu f'sitwazzjoni tajba nkunu nistgħu niżmantellaw il-customs.", "U jekk ikun hemm bżonn x'nagħmlu aktar?", "Intellgħu r-revenue li jkun dieħel minn fuq locally produced goods sabiex inġibu a level playing-field.", "Id-differenza tkun li aħna ma nkunux għadna bit-tariff barriers u bit-time barriers tal-prodotti li għandek illum, imma jkollna l-free trade area u s-suq kollu miftuħ.", "Imma inti ridt tgħabbi lill-pajjiż - kif fil-fatt għabbejtu - bil-VAT snin qabel, biex xi darba, meta nsiru membri sħaħ, ikollna a free trade area.", "Jiġifieri tkun għamilt tmien snin iġorr il-piż tal-VAT fuq spallejk biex imbagħad tieħu benefiċċju.", "Aħna qegħdin ngħidu li rridu naslu flimkien, jibdew jiżdiedu l- benefiċċji u jibdew jitnaqqsu l-piżijiet.", "Din hi d-differenza, u inti tafu dan li qed ngħidlek imma ma jaqbillekx tgħidu.", "Tan-naħa l-oħra qed jgħidu wkoll li din hija agħar minn customs union.", "Il- Gvern tagħkom ukoll ma riedx customs union.", "Dażgur li ma rridhiex!", "Jien irrid li jkolli a free trade area ma' pajjiżi oħra bħalma huma dawk ta' l- EFTA.", "Jien irrid inkun liberu li, jekk irrid, nagħmel taxxi u customs fuq prodotti ta' pajjiżi oħra.", "Jien ma rridx inkun marbut ma' l-Unjoni.", "Ma rridx inkun marbut li nixtri ċerti prodotti bilfors bil-prezz ta' l-Unjoni.", "Inti għidt li se jogħla l-qamħ għax dan irridu nixtruh minn hemm, u għidt li se jkun hawn diżastru.", "(Interruzzjonijiet) Mela nsejt xi ktibt inti!", "Ikkwotajtulek.", "Int stess għidtu dan.", "Inti għidt li l-hard wheat se jkollu effett diżastruż fuq il-prezzijiet tal-ħajja u semmejt it-turiżmu wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Jekk qed tinsa, ngħidlek biex tiġi l-ministeru u nagħtik id-dokument ħalli tarah.", "Mr Chairman, jien jiddispjaċini li mhux se jkolli ċans nitkellem fuq affarijiet oħra li semma l-Onor. de Marco u li jien naqbel fuqhom.", "Qed nirriferi għall-OSCE, l-IPU, il-Council of Europe u l-Ġnus Magħquda.", "Dażgur li hemm politika komuni fuq dawn, imma fuq din ta' l-Ewropa titolbux consensus.", "Il-kollega tiegħi qalilna li għamilna ħażin rigward it-trade concessions.", "Qed jgħidilna li għaxxaqnieha għax neħħejna l-levy minn fuq xi wafers.", "Fil- fatt x'ġara, Mr Chairman?", "Kien hemm żewġ tipi ta' wafers miksijin biċ- ċikkulata.", "Dawn, ma nafx għaliex, qabdu u għamlu levy fuq waħda minnhom.", "(Interruzzjonijiet) Qed nirriferi għall-każ taċ-Choco Prince u l-Kit Kat.", "L- Ewropa xebgħet tgħidilhom biex ineħħu d-diskriminazzjoni li għamlu.", "Jien nixtieq inkun naf għal wiċċ min għamluha din id-diskriminazzjoni, għax minħabba f'hekk, għal snin twal żammew it-trade concessions li kellna fuq il-ħut tal-fish farms, fuq staġun aktar wiesa' tal-patata u fuq aktar esportazzjoni tad-dulliegħ.", "GĦalkemm isemmi l-każ tal-birra, fil-fatt id- diskussjonijiet kienu in parti marbutin ma' din il-kwestjoni tad- diskriminazzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta' wafers.", "Dik hija s-sitwazzjoni li sibt u aħna ridna nirranġaw din id-diskriminazzjoni li saret minn ta' qabilna.", "L-Unjoni Ewropea hemmhekk rat id-disrkiminazzjoni, rat li ma kenux onesti u li ma kenux qed jitkellmu magħha bis-serjeta'.", "Aħna għidnielhom li mhux se nżidu l-levies.", "Kieku kont nistħi ngħid li żidna l-levies meta qed nipproponu a free trade area.", "Taħsibx li meta ġew l-esperti hawnhekk oġġezzjonaw fuq il-customs.", "Kien fuq il-levies li oġġezzjonaw u qalulna li rridu nneħħu.", "Aħna għidnielhom li dawn ma nistgħux inneħħuhom għalissa imma nneħħuhom bi ftehim u bil-mod.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li nneħħuhom kollha!", "Jekk il-Bambin irid, gradatament inneħħuhom kollha imma rridu niżguraw li l-industrija tqum fuq saqajha u tkun kapaċi tisfrutta l- vantaġġi li nġibu meta nneħħu l-levies minn fuqha.", "Aħna m'għamilniex kif għamiltu intom meta mortu hemmhekk u biex tirbħu l-points għidtulhom li se tneħħu 400 levy u ma neħħejtux waħda minnhom.", "Issa fuq din il-kwestjoni tal- Kit Kat u ċ-Choco Prince aħna għidna li se jkollna nissagrifikaw prodott ħalli pajjiżna jibbenefika minn dak il-pakkett ta' trade concessions li ilu nnegozjat u staġnat minħabba fl-interess ta' xi ħadd.", "Jiddispjaċini li f'din il-pożizzjoni trid tagħżel jekk tagħtix daqqa ta' ponn lil oħtok jew lil ħuk, imma jkollok tagħmilha.", "Aħna qegħdin ngħidulhom biex jekk dawn għadhom marbutin li jagħtuna dak it-trade package, il-15% dazju fl- esportazzjoni tal-ħut tal-fish farms tinżel għal 7%.", "Ara intom, żammejtu l- istaġun tal-patata magħluq, mhux estiż, għax ridtu żżommu l-levy fuq il-Kit Kat jew fuq iċ-Choco Prince.", "Dan imissu jafu l-Onor. de Marco, u mhux jiġi jgħid li aħna qed nagħmlu l-ħmerijiet.", "Jien jiddispjaċini li ma kellix ċans nitkellem fuq affarijiet oħra imma dawn qed joqogħdu jgħidu l-istess affarijiet minkejja l-provi għall-kuntrarju.", "In-naħa l-oħra għandhom ħabta jirrepetu l-istess affarijiet minkejja li jinġiebu provi għall-kuntrarju.", "Issa jien xtaqt li fil-ftit minuti li fadal intenni l-commitment ta' dan il-Gvern għan-newtralita' u fuq in-non-allineament.", "Il-verżjoni tan-naħa l- oħra hija li dawn m'għadhomx jeżistu.", "Meta jitkellmu ma' ċertu settur jgħidu li aħna newtrali, imbagħad jiġu hawn u jgħidu li n-newtralita' m'aħniex moralment marbutin li nosservawha.", "Qalu li aħna n-newtralita' bellajnihielhom at gunpoint.", "Dawn veru jemmnu fin-newtralita', jew qed nidħku b'xulxin?", "Dawn jużaw stazzjonijiet differenti u lingwi differenti, skond ma' min jitkellmu.", "Jien naħseb li m'hemmx għalfejn wieħed joqgħod jagħmel eloġji fit-tul.", "Nispera li jkollna okkażjonijiet oħrajn fejn niddiskutu l-politika barranija.", "Nispera li meta nkunu fil-Kumitat ta' l- Affarijiet Barranin ma ngħidux li dan ma jiswiex għax ma jkollniex il- media!", "Hekk ġara meta ddiskutejna Agenda 2000 u s-summit ta' Amsterdam.", "Għamilna żewġ sessjonijiet, xi ħadd ilmenta li ma kienx hemm il-media u spiċċajna b'mozzjoni biex isir referendum u biex inwaqqfu kummissjoni.", "Mr Chairman, jien nista' ngħidlek li dan il-partit lest li jkollu politika barranija komuni.", "Diġa' għandu f'ħafna setturi, u aħna nieħdu gost naraw li l-Oppożizzjoni, minkejja kulma kienet tgħid qabel, segwiet ċerta politika barranija li kellu l-Gvern ta' qabilha bħall-politika Mediterranja u r-relazzjonijiet maċ-Ċina.", "Jien nieħu gost ngħid li l-bieraħ kelli talba biex jiġi hawnhekk il- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ċiniż Qian Qichen u fil-fatt se jiġi bejn it-12 u l-14 ta' Jannar.", "Dawn huma r-relazzjonijiet li jinbnew mhux bil-paroli.", "(Interruzzjonijiet).", "Mela jien qed ngħid xi ħaġa ħażina?", "Allura issa lanqas jista' jerġa' jiġi?", "(Agħjat) Mela għalfejn qed tgħid hekk", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "(Interruzzjonijiet).", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, dan il-Gvern huwa committed illi jibqa' miexi fuq il-linji ta' politika barranija li ilhom stabiliti.", "Hija politika li tiċċentra fuq in-newtralita' ta' pajjiżna f'dan il-baħar Mediterran.", "Aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex insaħħu s-sistema ta' koperazzjoni u confidence building measures u nagħmlu wkoll laqgħat u diskussjonijiet għax irrealizzajna u tgħallimna li tagħmel kemm tagħmel miżuri f'dan il- pajjiż u għandek kemm għandek ġid u progress, jekk ma jkunux assigurati l- paċi u s-sigurta' madwarek, ma jkollok xejn.", "Din hija l-bażi tal-politika tagħna.", "Filwaqt li tagħmel minn kollox biex issaħħaħ u tipprova tisfrutta mill-aħjar li tista', f'sens pożittiv, is-sitwazzjoni ċentrali fil- Mediterran, trid iżżomm l-aħjar relazzjonijiet kemm ma' dawk li qegħdin in- naħa t'isfel u kemm ma' dawk li qegħdin in-naħa ta' fuq.", "Dan irridu nagħmluh mingħajr ma nkunu servili u mingħajr ma nkunu kommessi.", "Trid tipprova tieħu dak li hu l-aħjar għal pajjiżek u għaċ-ċittadini ta' Malta u Għawdex b'politika prammatika u flessibbli.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Se npoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda li tressqet fis-Seduta Nru 155.", "Il- mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 13, kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-Mozzjoni Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru 1997.", "Fid-9.30 p.m. billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 13 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "114", "FAVUR : 34", "L-Onor", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Voti kollha tal- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 13 - MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm5,301,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali tan-Nefqa għas-Sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess skond il- Mozzjoni Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru 1997.", "VOTAZZJONI NRU.", "115", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 13 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 14 - AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,183,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Ambjent kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali tan-Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 14 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT II - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm557,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent kif dettaljat fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "No. Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot II għaddiet.", "Fid-9.40 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 13, 14 u II tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1998", "L-Erbatax-il Jum Stabbilit", "Voti ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 98 ta' l- 10 ta' Novembru, 1997 il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.41 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DISKORS TAL-BUDGET - DENUNZJA TA' L-ASSI KAPITALI", "9748.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għad-diskors tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma ġiet deċiża l-introduzzjoni mill-ġdid tad-Denunzja ta' l-Assi Kapitali tteħditx in konsiderazzjoni l-possibbilta' li ħafna flus ta' Maltin li kienu ġew lura Malta wara snin investiti barra minn Malta (ħafna drabi bil- moħbi) jistgħux jerġgħu jsibu ruħhom barra minn Malta?", "Jista' jgħid jekk ġietx kkonsidrata għaliex ġiet skartata?", "Jekk ma ġietx kkonsidrata ma jaqbilx il-Ministru li dan hu perikolu reali li se jagħmel deni kbir lill- ekonomija Maltija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Invista ta' dak li spjegajt fir-risposta tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 9746, ma għandu jkun hemm l-ebda raġuni valida għaliex flus ta' Maltin li kienu ġew lura jistgħu jerġgħu joħorġu. kelli konferma tal-Bank Ċentrali li wara li tħabbret il-miżura mhux veru li kien hemm xi flight of capital'.", "PULIZIJA - LIĊENZJA GĦALL-COACHES", "9749.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Pulizija qed tinvestiga allegazzjoni li tħallsu xi flus biex persuna ngħatat liċenzja għall-coach jew xi tip ta' vejikolu ieħor mill-Awtorita' dwar it-Trasport?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid min qed jiġi nvestigat, kemm hu allegat li tħallas, lil min inħareġ il-permess u għal xiex u meta hu allegat li ġara l-każ?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi konkluża l-investigazzjoni biex ipoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MILLENIUM BUG - PROJECT MANAGER", "10031.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid min hu l-Project Manager li nħatar għall-proġett hekk imsejjaħ Millenium Bug?", "Min huma l-persuni l-oħra (ismijiet u grad ta' mpjieg) li jifformaw parti mill-istess Project Co-Ordinating Team għall- istess proġett?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'hijiex in-norma li jixxandru d-dettalji ta' dawn it- tip ta' Project Teams li jkunu qed jaħdmu fuq proġetti varji.", "AVVIŻ LEGALI NRU.", "183", "10032.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9679 rigward Avviż Legali Nru. 183 ta' l-1994?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall- mistoqsija numru 9679 ingħatat fis-seduta numru 148, nhar il-Ħamis 20 ta' Novembru 1997.", "FLIEXKEN TAL-PLASTIC", "10033.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9680 rigward il-policy tal-gvern dwar l-użu ta' fliexken tal-plastic tal-luminata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tweġiba għal din il-mistoqsija 9680 ġiet mgħotija fis-Seduta Numru 148 li saret nhar il-Ħamis 20 ta' Novembru 1997.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IMPJEGAT", "10034.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9681 rigward l-impjegat li jaħdem fis-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Kultura u Arti Nazzjonali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - RIŻENJI", "10035.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9788, jista' l-Ministru jgħid min hija l-persuna li rriżenjat minn membru tal-MCST u meta rriżenjat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-membru li rriżenja kien Gunther Merten.", "EXPO' 98", "10082.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għadux bil-ħsieb li pajjiżna jkun wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fl-Expo'98 li se ssir f'Lisbona - Portugal is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Gvern Malti mhux fi ħsiebu jieħu sehem fl-Expo 98 li se ssir f'Lisbona, l-Portugall, is-sena d-dieħla.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "10099.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa lill-gvern: (i) Amoxycillin 125,mg/5ml syrup għal ħamest ijiem; u (ii) Atenolol 100mg daily għal xahar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GAINFULLY OCCUPIED POPULATION", "10100.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9943 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilek ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm mill-gainfully occupied population huma żgħażagħ taħt it-30 sena; kemm minnhom huma mpjegati: (1). mas-Settur Pubbliku; (2). ma' korpi parastatali; u (3). mas- settur privat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "Nixtieq ninfurmah ukoll illi mid-database tal-ETC tista' toħroġ biss l- informazzjoni fir-rigward tal-Korpi Parastatali u tas-Settur Privat.", "Fir- rigward ta' informazzjoni mitluba dwar is-Settur Pubbliku din tista' tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - ŻIEDA TA' LM1.50C FIL-ĠIMGĦA", "10147.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fir-rigward taż-żieda massima ta' Lm1.50c fil-ġimgħa mħabbra fl-aħħar Budget, jista' l-Ministru jgħid: 1) jekk din iż-żieda hijiex se tingħata full lil dawk kollha taħt l-għajnuna soċjali; 2) x'se jkun il-valur ġdid full kull ġimgħa mill-1/1/98 'il quddiem f'każ ta':- a) koppji jew familji taħt l-għajnuna soċjali; u b) individwu li jgħix waħdu fuq l-għajnuna soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Iż-żieda massima ta' Lm1.50 fil-ġimgħa mħabbra fl- aħħar Budget qatt ma ngħatat full lil dawk kollha li jkunu fuq l-Għajnuna Soċjali.", "Iż-żidiet fl-Għajnuna Soċjali kif ukoll f'benefiċċji oħra huma determinati mill-provedimenti li joħorġu mill-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Ir-rati l-ġodda fil-ġimgħa għall-Għajnuna Soċjali applikabbli mit-3 ta' Jannar 1998 huma kif ġej:", "Numru ta' Persuni Lm 1 25.96 2 29.46 3 32.96 4 36.46 5 39.96 6 43.46 7 46.96 8 50.46 9 53.96 10 57.46", "Ir-rati msemmija ma jinkludux il-Bonus Addizzjonali ta' Lm1.34 fil-ġimgħa u lanqas il-Bonus ta' Ġunju u Diċembru li jkunu ta' Lm58 kull darba.", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SOĊJALI", "10148.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, separatament għal każ ta' koppji u għal każ ta' persuni li jgħixu waħedhom, sena b'sena bejn l-1994 u l-1996:- 1) kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-għajnuna soċjali; 2) kemm minnhom ġew approvati; 3) x'inhu l-perjodu li normalment jgħaddi minn meta ssir applikazzjoni sa meta tiġi pproċessata?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ma tinżammx statistika separata li turi jekk dawk li japplikaw għall-Għajnuna Soċjali humiex koppji jew persuni li jgħixu waħedhom.", "Matul is-sena 1994 ma nżammetx statistika ta' kemm persuni applikaw għall- Għajnuna Soċjali.", "Din bdiet tinżamm fl-1995.", "Matul is-sena 1995 u 1996 kien hemm 1872 u 2058 rispettivament, persuni li applikaw għall-Għajnuna Soċjali.", "Ma nżammetx statistika ta' kemm minn dawk li applikaw fis-snin imsemmija ġew approvati.", "Kull applikazzjoni normalment tinħadem fi żmien ġimgħa iżda f'ċerti każi l- applikazzjoni tieħu numru ta' ġimgħat peress li jkunu jridu jsiru il- verifiki meħtieġa fuq dak li jkun ġie dikjarat mill-applikant.", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SOĊJALI", "10149.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent:- 1) kemm hawn familji/households li jirċievu l-għajnuna soċjali ta':- a) Lm35.30,0 għal żewġ persuni fil- ġimgħa; b) Lm26.60,0 għal persuna waħda fil-ġimgħa; 2) jekk hawnx familji (households) li jirċievu benefiċċju ta' mard u jekk fl-affermattiv,:- a) kemm huwa n-numru ta':- 1) single person household; 2) households b'iżjed minn persuna waħda; u 3) kemm (numru) minn dawn jirċievu għajnuna oħra taħt l-umbrella tas-sigurta' soċjali u x'inhuma l-valuri ta' dawn l-għajnuniet kull ġimgħa?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: 1.", "Ma hemm l-ebda familja/households li jirċievu l- Għajnuna Soċjali bir-rata ta' Lm35.30 għal żewġ persuni fil-ġimgħa jew Lm26.60 għal persuna waħda fil-ġimgħa.", "Li hemm huma rati tal-pensjoni ta' l-eta'.", "(a) 78 koppja (b) 2507 persuni li jgħixu waħedhom", "Dawn il-figuri jkopru biss dawk il-persuni li jirċievu strettament ir-rati msemmija qabel.", "Hemm ħafna oħrajn li bejn il-pensjoni kontributorja u dik mhux kontributorja jilħqu l-istess rati msemmija.", "2.", "In-numru ta' benefiċċjarji li fil-preżent jirċievu l-Għajnuna għall- Mard huwa kif ġej:", "(a) 2293 koppji jew familji (b) 11589 persuni li jgħixu waħedhom", "3.", "Minn dawn il-persuni hemm numru minnhom li jirċievu wkoll benefiċċji mhux kontributorji mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Il- valur ta' dawn il-benefiċċji jvarja skond il-mezzi tal-persuna/familja kif ukoll skond liema benefiċċju jkun qed jiġi mħallas.", "Dan huwa kif ġej:", "1089 jirċievu l-Għajnuna Soċjali 11799 jirċievu l-Allowance Supplimentari 638 jirċievu l-Allowance tat-Tfal 2135 jirċievu Pensjoni ta' l-Eta' 215 jirċievu Pensjoni ta' Diżabilita' 28 jirċievu Pensjoni ta' l-Għomja.", "DIPARTIMENT TAL-BIEDJA U SAJD - XOGĦOL TAL-KUNSILLI LOKALI", "10150.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex għas-sena d-dieħla qed jiġi stmat li d-dipartiment idaħħal inqas flus mix-xogħol tal-kunsilli lokali?", "Liema flus se jikkontribwixxi għal dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fl-1995 ma tħallsitx is-somma ta' Lm 7370.79 u fil- 1996 ma tħallsitx is-somma ta' Lm 13234.19 mill-Kunsilli Lokali għal xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tal-Agrikoltura.", "Din is-sena sa Settembru hemm dejn ta' Lm 38975.48 għax-xogħol ta' manteniment ta' ġonna u servizzi oħra.", "Barra minn dan kien hemm xi kunsilli li f'dawn l-aħħar xhur temmew il-kuntratt tagħhom mad-dipartiment.", "Bħal ma jaf l-Onor.", "Interpellant il-kuntratti mal-Kunsilli Lokali jgħalqu f'Marzu 1998 u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jkollu jikkompeti mal-Privat għal dan ix-xoghol.", "Il-Gvern waqqaf kumitat inter-Ministerjali sabiex jipproponi strutturi li jgħinu lid-Dipartimenti tal-Gvern jirbħu aktar kuntratti mall-Kunsilli Lokali.", "SERER - SURVEY", "10151.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar fiex wasal is-survey tas-serer f'Malta u f'Għawdex li kien inbeda f'Awissu, 1996?", "Kemm hu n-numru ta' serer li s'issa ġew spezzjonati, f'liema nħawi u x'area fihom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-Survey tas-serer f'Malta li nbeda f'Awwissu 1996, tlesta sa l-aħħar ta' Marzu 1997, pero għadna kontinwament naġġornaw u nżidu dawk is-serer li jkunu nbdew ġodda.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "TAL-KMAND - MICROPROPAGATION CENTRE", "10152.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-investiment ġdid li sar mill- Ministeru tal-Biedja u Sajd fil-Micropropagation Centre, f'Tal-Kmand, matul il-perjodu 1/11/96 - 31/10/97?", "X'kienet in-nefqa u fiex saret?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-investimenti l-ġodda li saru matul il-perjodu 01.11.96 sa 31.10.97 jinkludu:", "1.Sistema ta' Shelving fil-Growth Rooms biex jiġu mkabbra l-pjanti Lm 6,177.63", "2.Climatic Chambers biex jintużaw għal xogħol ta' riċerka Lm79,430.99", "3.Bini ta' serra li fiha jiġu miżmuma l-pjanti wara li jiġu maħruġa mir- reċipjenti tagħhom u trasferiti fil-kompost Lm13,731.80", "4.Tindif tal-Ġibjuni Lm 3,400.00", "Bħalissa qiegħed isir ukoll investiment iffinanzjat mill-flus ipprovduti mill-protokol finanzjarju bejn Malta u l-Italja li jikkonsisti f'bini ta' laboratorju biex jikkumplimenta dak ezistenti, u numru ta' serer li ser ikunu mgħammra bl-aktar teknoloġija moderna.", "Investimenti li diġa saru fi ħdan il-protokol jinkludu:", "1.Upgrading tad-distribuzzjoni tad-dawl - hlas ta' 50% Lm10,715.00", "2.Estensjoni tas-sistema ta' dawl fiċ-Ċentru Lm 500.00", "3.PABX ġdida fiċ-Ċentru Lm 929.78", "4.Xogħol ta' Surveying biex jinbena l-laboratorju l-ġdid Lm 690.00", "BIĊĊERIJA - LABORATORJI", "10153.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien stmat l-investiment tal- gvern jew kemm hu mistenni li jkun fuq il-laboratorji tal-Biċċerija matul is-sena 1998?", "X'xogħol se jsir f'dan il-post?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 1998 huwa maħsub li jitlesta il-bini tal-laboratorju bis-servizzi kollha.", "Ser jinxtara equipment biex isaħħaħ is-servizz diagnostiku u ta' kontrolli tar-residwi fil-laħam.", "L-ispiża hija ta' madwar Lm 50,000 li tkopri wkoll l-għajnuna li ġejja minn proġetti mal-FAO u mal-Unjoni Ewropeja.", "MARSAXLOKK - SLIP", "10154.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq is-slip il-kbir ta' Marsaxlokk?", "Meta saret l-applikazzjoni lill- Planning Authority?", "Meta ħareġ il-permess?", "Meta ntalab ir-renewal ta' dan il-permess?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol attwali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: a) 'Kif għidt f'risposta oħra x-xogħol fuq is- slipway il-kbira ta'Marsaxlokk isir meta l-pożizzjoni finanzjarja tal- pajjiż tkun tippermetti.", "b) L-applikazzjoni lill-Planning Authority saret fl-ewwel ta' Frar 1996 wara 9 snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "c) Il-permess ħareġ fl-24 ta' Settembru 1996, xahar biss qabel l-elezzjoni u meta ma' kienx hemm flus ivvutati għal dan il-għan. d) Jiena nfurmat mill-marine section tad-dipartiment tax-xogħlijiet li l- permess jagħlaq fl-24 ta' Settembru 1999 u għalhekk m'hemmx kas ta' talba ta' renewal ghalissa.", "e) Kif għidt fuq, ix-xogħol isir meta l-pożizzjoni finanzjarja tal-pajjiż tippermetti.'", "PITKALIJA - ĦLAS MIX-XERREJJA", "10155.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu llum in-numru ta' xerrejja li qed iħallsu għand l-iskrivani tal-gvern?", "Kif jitqabbel dan in-numru man- numru ta' xerrejja li kienu jħallsu fl-istess post, qabel ma' daħal fil- Pitkalija l-APS Bank (f'termini ta' flus)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mill-ewwel ta' Mejju 1997 bl-introduzzjoni tal-APS Bank il-ħlas kollu jsir għand il-Bank u ħadd ma għadu jħallas lill- iskrivani tal-Gvern.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li wara eżerċizzju ntensiv li sar din is-sena mid-Dipartiment, in-numru ta' xerrejja tnaqqas minn madwar 1160 għal madwar 860 billi tneħħew dawk ix-xerrejja li kienu inattivi u kienu qed iservu biss għall-abbuzi.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SANTA VENERA: TWAQQIGĦ TA' BINI LLEGALI", "W1,047.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jekk l-informazzjoni mitluba f'domanda numru 9469 inġabret, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħarrafni b'dan it-tagħrif?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9469 ingħatat fis-Seduta Numru 142.", "PA - APPLIKAZZJONI GĦAL PERMESS TA' GARAXX", "W1,053.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-applikant ingħatax permess mill-Planning Authority biex l- okkupant ta' 30, Abela Street, Santa Venera jagħmel użu minn dan il-fond bħala garaxx b'detriment għall-ġirien?", "Meta inħareġ il-permess?", "Kien hemm oġġezzjoni?", "Jista' jiġi ttraċċjat l-iter tal-proċess li seta' wassal għall- approvazzjoni?", "Min kien il-case officer?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-permess maħruġ fuq il-fond imsemmi jawtoriżża modifikazzjoni strutturali sabiex il-post jiġi mibdul f' garaxx għall- karozzi privati.", "Il-permess inħareġ fis-6 ta' Ottubru 1997 fuq applikazzjoni li kienet ġiet sottomessa fis-26 ta' Settembru 1996.", "Irid jiġi rrimarkat illi l-permess inħareġ wara talba ta' rikonsiderazzjoni li kienet ġiet magħmula wara rifjut illi kien intbagħat fil-5 ta' Marzu 1997.", "Jirriżulta wkoll illi kienet saret oġġezzjoni minn ġara illi tabita' fir- residenza sopraposta.", "Peress illi jeżistu iżjed garaxxijiet simili fil-viċinanza u fl-istess triq, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħasset illi l-proposta kellha tiġi milqgħuha posittivament.", "Is-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ser tassigura illi l-permess jiġi rispettat fl-ispirtu tal-kondizzjonijiet li nħareġ bihom.", "Ma narawx li hemm raġuni li jingħata isem il-\"case officer\" li ħadem fuq din l-applikazzjoni.", "PA - APPLIKAZZJONI 3634/97", "W1,061.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-Planning Authority bin-numru 3634/97 tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: PA 3634/97 jirrelata għall-applikazzjoni ta' change of use from garage used previously as carpenter's workshop to Hi-Fi Outlet.", "Biex din l-applikazzjoni tiġi pproċessata l-Awtorita', b'ittra datata 30 ta' Ottubru 1997, informat lill-applikant u lill-perit li għandha bżonn kopja ta' liċenzja tal-pulizija li tindika li dan il-garage kien jintuża bħala workshop.", "L-applikant informa lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ma setax jikseb din l-informazzjoni għax il-liċenzja ma kienitx f'ismu.", "L- Awtorita', b'ittra datata 14 ta' Novembru 1997, informat lit-Trading Licences Office biex jibagħtu l-kummenti tagħhom.", "-----------------------------------"]} {"filename": "19980217_187d_par.doc", "date": "1998-02-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 187 It-Tlieta, 17 ta' Frar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 187", "It-Tlieta, 17 ta' Frar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "187", "It-Tlieta, 17 ta' Frar, 1998", "WERREJ MINUTI 346", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 346", "TQEGĦID TA' KARTI 352", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMERĊ TA' L-ASSIGURAZZJONI INSURANCE BUSINESS BILL (IT-TIENI QARI) 353 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI OĦRA INSURANCE BROKERS AND OTHER INTERMEDIARIES BILL (IT-TIENI QARI) 362", "AĠĠORNAMENT 376", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 381", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 186 li saret fis-17 ta' Frar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "SAN VINĊENZ DE PAULE - RESIDENTI", "10936.", "L-ONOR.CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu fir-residenza San Vinċenz de Paule fl-1997?", "Kemm kien hemm persuni f'din ir-residenza fil-31 ta' Diċembru, 1997?", "Minn dawn kemm kien hemm irġiel u kemm kien hemm nisa?", "X'kienu l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): In-numru ta' persuni li daħlu fl-Isptar San Vinċenz de Paule fl-1997 huwa 383, li minnhom 207 huma nisa u l-irġiel huma 176.", "Fil-31 ta' Diċembru, 1997 ir-residenti kienu b'kollox 1060, li minnhom 718 kienu nisa u l-irġiel kienu 342.", "L-etajiet huma dawn:", "15 sa 40 sena 11 41 sa 45 sena 7 46 sa 50 sena 20 51 sa 55 sena 9 56 sa 60 sena 29 61 sa 65 sena 52 66 sa 70 sena 116 71 sa 75 sena 121 76 sa 80 sena 212 81 sa 85 sena 219 86 sa 90 sena 200 91 sa 99 sena 60 100+ 4", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, peress li biex wieħed jidħol San Viċenz irid jieħu post anzjan ieħor li jkun ħalla din id-dinja, nassumi li t-380 persuna li daħlu ġodda jirrappreżentaw in-numru ta' mwiet li kien hemm fl-isptar.", "Pero' apparti dan, nixtieq nistaqsi lill-Ministru kemm hu n-numru ta' persuni li qegħdin fuq il-waiting list biex jidħlu San Vinċenz de Paule jew f'xi istituzzjoni oħra ta' l-anzjani.", "Nixtieq nistaqsi wkoll lill-Ministru jekk inbidlitx il-proċedura li kienet tintuża biex wieħed jidħol residenti f'San Vinċenz de Paule.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi.", "Naf biss li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-proċedura li tintuża biex wieħed jidħol residenti f'San Vinċenz de Paule.", "Pero' nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsijiet li għamilli bil-miktub ħalli jkun jista' jingħata risposta iktar dettaljata.", "IMWIET - 1997", "10937.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-causes of death u kemm mietu persuni f'kull każ fis-sena 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ta' min jgħid li l-figuri li hemm imniżżla f'dan id-dokument huma proviżorji u s-sors tat-tagħrif huwa l-health information systems division.", "IMPORTAZZJONI - CONSUMER GOODS", "10938.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati consumer goods fl-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Novembru 1997 ġew importati b'kemm jiswew Lm222,617,081 f'consumer goods.", "Il-figura hija proviżorja.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "10939.", "L-ONOR.CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tat-tip knee replacement u hip replacement fl-1997 u kemm hemm persuni fuq il-waiting list għal dawn l- operazzjonijiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Ninsab informat li fl-Isptar San Luqa minn Jannar sa Settembru ta' l-1997 saru 100 total knee replacement u 31 total hip replacement.", "L-istatistika għall-aħħar tliet xhur tas-sena għadha qed tinħadem.", "In-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list li għandhom bżonn hip replacement huwa ta' 93 filwaqt li n-numru ta' pazjenti li għandhom bżonn knee replacement huwa ta' 536.", "DWANA - DAZJU TAS-SISA", "10940.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il- gvern minn taxxi fuq bejgħ ta' xorb alkoħoliku u sigaretti fl-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-dipartiment tad-dwana ġabar l-ammont ta' Lm4,188,759 f'sisa fuq spirti u Lm11,772,713 f'sisa fuq sigaretti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien l-ammont li daħħal il-gvern fl-1996 f'taxxi fuq il-bejgħ ta' xorb alkoħoliku u sigaretti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fatt fl-1996 il-gvern daħħal Lm3,475,085 f'xorb alkoħoliku u Lm9,232,556 f'sigaretti.", "ĦWIENET - PERMESSI", "10941.", "L-ONOR.CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal permessi ġodda ta' ħwienet fl-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li fl-1997 kien hemm 503 applikazzjoni għal permessi ġodda ta' ħwienet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l- policy dwar il-ftuħ ta' ħwienet?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, naturalment jeżistu diversi policies ġenerali għar-rigward ta' ftuħ ta' ħwienet, fosthom dawk settorjali, bħal meta wieħed jiġi biex jiftaħ farmaċija u ħwienet ta' dan it-tip.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Cassar qed jistaqsi dwar il-policies li hemm għar-rigward ta' ftuħ ta' ħwienet fl-Imdina.", "Jien nimmaġina li anke biex jinfetaħ ħanut fl- Imdina hemm ċerti policies li wieħed irid jimxi fuqhom u dawn it-tip ta' policies joħorġu mill-pjan ta' struttura, fir-rigward ta' dak il-lokal.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant għandu f'moħħu xi każ partikolari jista' jew jgħiduli issa jew inkella jagħmilli mistoqsija bil-miktub dwaru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jien m'għandix xi każ partikolari f'moħħi imma qed nagħmel din il-mistoqsija għax naħseb li l-ambjent ta' l- Imdina qed jitgħarraq bil-ftuħ ta' ħafna ħwienet.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, ma ġejtx ippreparat biex nitkellem dwar l-ambjent ta' l-Imdina.", "Naħseb li tista' titqajjem l-istess tip ta' konsiderazzjoni għar-rigward taċ-Ċittadella, tal-Birgu u ta' postijiet storiċi bħal dawn.", "Pero' naħseb li fil-pjan ta' struttura dwar dawn il- lokalitajiet hemm provdut xi ħaġa f'dan is-sens.", "Madanakollu xorta qed nieħu nota tal-l-concern ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intlaqgħu minn dawk il-503 applikazzjoni?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk dawn l- applikazzjonijiet jinkludux dawk ta' GĦawdex?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: GĦar-rigward ta' l-ewwel mistoqsija li għamel l-Onor.", "Interpellant m'għandix l-informazzjoni rikjesta hawnhekk, u għalhekk nitolbu biex jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "Għat-tieni mistoqsija nista' ngħidlu li l-applikazzjonijiet li saru għal ftuħ ta' ħwienet f'GĦawdex huma inklużi fiċ-ċifra li tajt l-ewwel.", "FURJANA - KAŻIN LABURISTA - BDIL TA' MADUM", "11459.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li nbidel il-madum tal-bitħa tal-Każin Laburista tal-Furjana?", "Kemm sewa dan ix-xogħol u taħt liema policy sar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - MANUTENZJONI", "11460.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li d-dawl pubbliku li hemm quddiem il-knejjes ta' Ta' Ġieżu, ta' San Franġisk u tal-Madonna tad-Damixxena ġewwa l-Belt Valletta ssirlu l-manutenzjoni meħtieġa peress li ilu maqtugħ għal iktar minn sitt xhur?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta se jissewwew il- floodlights tal-Kon-Kattidral ta' San Ġwann?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-manutenzjoni tad-dawl pubbliku li kien jenħtieġ li ssir fil-knejjes ta' Ta' Ġieżu u tal-Madonna tad-Damixxena issa saret.", "Ma jirriżultax li kien hemm bżonn xi manutenzjoni fil-każ tad-dawl pubbliku ta' quddiem il-knisja ta' San Franġisk.", "Nista' ngħid ukoll li parti mir-rifletturi ta' quddiem il-Kon-Kattidral ta' San Ġwann diġa' saritilhom il-manutenzjoni meħtieġa imma l-kumplament tar-rifletturi ma setgħux jiġu rranġati minħabba l-armar tal-festa ta' San Pawl.", "Madanakollu ninsab mgħarraf li l-armar tal-festa se jitneħħa din il- ġimgħa u għalhekk il-manutenzjoni meħtieġa se tkun tista' titlesta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt illum din il-manutenzjoni diġa' tlestiet.", "Pero' hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nappella ħalli jsir maintenance regolarment u b'hekk ma jkollniex għalfejn noqogħdu nagħmlu dawn it-tip ta' mistoqsijiet biex jittieħdu l-passi neċessarji.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fatt jien dejjem ninsisti li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tkompli ssaħħaħ is-servizzi li tagħti, kemm is-servizzi li tagħti lill-individwi, kif ukoll dawk li tagħti lill-kunsilli lokali.", "MALTACOM - PROĠETT TA' PACEVILLE", "11609.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min ġie kkummissjonat biex jipproduċi l-video tal-Maltacom p.l.c. dwar il-proġett ta' Paceville u kemm tħallas?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Għandi ninformak li l- ispejjeż kollha għal dan il-proġett saru mill-promoturi tiegħu li, kif diġa' ntqal, se jinkludu terzi persuni.", "Ma jidhirlix li hu prudenti jew korrett li f'dan l-istadju jingħata tagħrif dwar affarijiet kummerċjali ta' kumpannija li għad trid titwaqqaf.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jispjegali liema kumpannija trid titwaqqaf għal video li diġa' ġie prodott u mxandar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ir-risposta kienet qed tirriferi għall-kumpannija li se tieħu l-proġett ta' Paceville f'idejha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Wisq nibża' li m'aħniex qed niftiehmu.", "Hawnhekk jien qed nirriferi għall-video li kien ġie kkummissjonat mill-Korporazzjoni Telemalta, illum Maltacom p.l.c., biex tippromwovi l-proġett ta' Paceville.", "Issa dan il-video diġa' deher fuq it-television u fil-fatt dehru anke n- nies li kien hemm preżenti waqt il-launching ta' dan il-proġett.", "Jiġifieri dan il-video sar u, jekk m'iniex sejjer żball, intbagħat bil-posta lil diversi nies biex jarawh.", "Jien kulma staqsejt fid-domanda tiegħi huwa min ġie kkummissjonat biex jipproduċi dan il-video u kemm tħallas.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ir-risposta li ngħatat hija li f'dan l-istadju m'huwiex prudenti li jingħata dan it-tagħrif għax il-kumpannija li hija responsabbli minn dan il-proġett, liema kumpannija hija responsabbli wkoll mill-ispejjeż ta' dan il-video, għadha m'hijiex ifformata uffiċjalment.", "GĦalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex, jekk jogħġbu, jistenna daqsxejn sakemm inkun nista' nagħtih l-informazzjoni meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu lejn dak li qed jgħid il-Ministru, ġaladarba dan il-promotional video diġa' sar u ntwera bilfors li t- Telemalta qabbdet lil xi ħadd biex jipproduċih, għax din id-deċiżjoni żgur li ma tteħditx minn kumpannija li għad trid tiġi fformata.", "Allura jista' l- Ministru jgħidilna lil min qabbdet it-Telemalta biex jipproduċi dan il- video?", "Jien naħseb li ma tistax issir domanda iktar sempliċi minn hekk.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix iktar xi ngħid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, almenu l-Ministru jista' jikkonferma li dan il-video ġie kkummissjonat mit-Telemalta u mhux minn xi kumpannija li għad trid titwaqqaf fil-ġimgħat jew fis-snin li ġejjin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-fatt hemm sezzjoni li qed tmexxi dan il-proġett ta' Paceville, f'isem il-kumpannija li għad trid tiġi fformata uffiċjalment.", "Iktar 'il quddiem jien lest li nagħti iktar informazzjoni f'dan ir-rigward pero', kif għidt diġa', f'dan l-istadju ma nistax ngħid iktar minn hekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Almenu jista' l-Ministru jgħidilna jekk jafx x'sar s'issa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sar promotional video!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-Ministru li kkonferma li sar dan il-promotional video għaliex s'issa konna għadna fid- dlam.", "Il-Ministru kkonferma wkoll li l-promotional video sar fuq struzzjonijiet ta' sezzjoni partikolari.", "Issa jista' l-Ministru jgħidilna jekk din hijiex sezzjoni tat-Telemalta u minn min hija mmexxija?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, m'hijiex tat-Telemalta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Allura jekk m'hijiex sezzjoni tat-Telemalta, ta' min hi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tal-Maltacom plc!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi jidher li għandna aptit noqogħdu naħlu ż-żmien, se jkolli nerġa' nistaqsi lill-Ministru minn min hija mmexxija din is- sezzjoni tal-Maltacom plc.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub biex nilħaq niġbor l-informazzjoni meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, peress li l-Ministru Mizzi, li huwa responsabbli mill-Maltacom plc direttament, ma jafx min qiegħed imexxi din is-sezzjoni li qed tħejji proġett li jiswa miljuni kbar ta' liri, ma jidhirlux li din hija indikazzjoni li m'hijiex qed tingħatalu informazzjoni biżżejjed?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi għax id-domanda li qed tagħmilli issa m'għandha x'taqsam xejn mad-domanda oriġinali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ġaladarba l-video li għamilt aċċenn għalih fil- mistoqsija parlamentari oriġinali ġie kkummissjonat minn din is-sezzjoni, jien naħseb li d-domanda li qed nagħmel issa għandha x'taqsam direttament mal-mistoqsija oriġinali.", "Pero' d-domanda li qed nagħmel issa hija din: Kif il-Ministru, li huwa responsabbli mill-Korporazzjoni Telemalta, li se ssir Maltacom plc, liema korporazzjoni għandha sezzjoni li qed taħdem fuq proġett li jiswa miljuni kbar ta' liri, ma jafx min qiegħed imexxi din is- sezzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk irrid nista' nitlob din l-informazzjoni u jagħtuhieli faċilment pero', kif għidt diġa', peress li fil-mistoqsija oriġinali ma ntalbitx din l-informazzjoni jien ma ġejtx mgħarraf dwar dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma nistax nifhem għalfejn qegħdin noqogħdu nilagħbu b'dan it-tip ta' risposti.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirtira l-kliem li għadu kif qal.", "Dan xi kliem hu!", "Madam Speaker, nixtieq li jingħata ruling fuq dan.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru diġa' qalilkom li at this stage m'għandux l-informazzjoni meħtieġa.", "Allura kif qed tgħidulna li qed nilagħbu bid-diskors!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membru qed jagħmel ħafna allegazzjonijiet.", "Jien nixtieq li hawnhekk nitkellmu b'mod korrett.", "(Interruzzjonijiet) Tkellem jekk għandek xi tgħid!", "Dawn x'affarijiet huma!", "GĦaliex qed inħallu dawn l-affarijiet jibqgħu għaddejjin?", "Madam Speaker, l-Onor.", "Interpellant għadu kemm qal li qed nilagħbu bid-diskors.", "MADAM SPEAKER: Onor. Galea, nitolbok tirtira dak li għidt u tiġi għall- mistoqsija.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk il-Prim Ministru ħassu offiż bil-kelma \"nilagħbu\" jien lest li nirtiraha.", "Pero' r-risposti li qed ningħataw mill- Onor. Mizzi ma jistgħu jissejħu xejn jekk mhux logħob.", "MADAM SPEAKER: Onor. Galea, ejja għall-mistoqsija.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jwieġeb is-sensiela ta' domandi li sarulu, peress li s'issa għadu ma wieġeb l-ebda waħda minnhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nerġa' ntenni li l-informazzjoni tingħata meta jkun il-waqt.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar membri tal-Korp tal-Pulizija li spiċċaw mis-servizz bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-11 ta' Frar 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12005;", "Tagħrif dwar priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fil-11 ta' Frar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12006; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' diplomatiċi li jieħdu ħsieb ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Polonja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11761 li dehret fis-seduta numru 182.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' mwiet matul is-sena 1997 u l-kawża tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10937;", "Lista li turi l-għadd ta' dikjarazzjonijiet causa mortis dwar trasferiment ta' proprjeta' bejn l-1994 u l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11840; u", "Kopja tal-kuntratt iffirmat bejn is-Sur Joseph Muscat u l-Malta External Trade Corporation Limited li sar fit-2 ta' Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11844.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ċirkolari Nru 9 ta' l-1998 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fil-21 ta' Jannar 1998, dwar il-kuntratti tal-kunsilli lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12162.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMERĊ TA' L-ASSIGURAZZJONI", "INSURANCE BUSINESS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-2 ta' Frar, 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ huwa in possession.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, kif kelli l-okkażjoni li nispjega xi ħmistax ilu meta ftaħna d-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi, għandna quddiem dan il-Parlament żewġ abbozzi ta' liġi li huma intiżi biex jikkomplimentaw lil xulxin u biex joffru inkoraġġiment għat-tkabbir tal- qasam ta' l-assigurazzjoni bis-saħħa ta' regolamentazzjoni aħjar fl- attivitajiet ta' l-insurance brokers u ta' intermedjarji oħra.", "Kif għidt dakinhar, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, bla ebda ħsara għad- dispożizzjonijiet ta' l-Ewwel Skeda, japplika għall-underwriters tal- Lloyd's bl-istess mod u sa l-istess limitu li japplika għal kumpannija awtorizzata.", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li filwaqt li t-Tieni Skeda qed tiddeskrivi l-klassijiet ta' kummerċ fit-tul, li b'kollox jammontaw għal disgħa, min-naħa l-oħra t-Tielet Skeda, li għandha żewġ taqsimiet prinċipali, tispeċifika l-klassijiet ta' kummerċ ġenerali.", "Fil-fatt l- ewwel taqsima tat-Tielet Skeda tispeċifika u tagħti deskrizzjoni tat-18-il klassi tal-kummerċ ġenerali u t-tieni taqsima ta' l-istess skeda, li tiddeskrivi l-gruppi u l-kompożizzjoni tal-klassijiet konċernati, taqsam dawn it-18-il klassi fi tmien gruppi.", "Kif spjegajt meta kkummentajt dwar it-Tielet Skeda ta' dan l-abbozz ta' liġi, il-klassifika ta' kummerċ ta' l- assigurazzjoni li qed tingħata f'dan l-abbozz ta' liġi hija dik użata fil- pajjiżi avvanzati ta' l-Ewropa.", "Ir-Raba' Skeda mbagħad tagħmel dispożizzjonijiet dwar aġenti u anke managers ta' l-assigurazzjoni.", "Kif diġa' għidt, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan l-abbozz ta' liġi, minbarra dawk ta' klawsola 13, jirregolaw il-kummerċ ta' l-assigurazzjoni, it-tmexxija ta' dan il-kummerċ, kif ukoll il-kumpanniji li jmexxu dan il- kummerċ bħala assiguraturi.", "Wieħed jista' jgħid b'mod ġenerali li klawsola 13 tagħmel ċerti dispożizzjonijiet dwar dawk il-kumpanniji li jmexxu l- kummerċ ta' l-assigurazzjoni bħala aġenti jew managers ta' l- assigurazzjoni, imma d-dettalji ta' dawn id-dispożizzjonijiet imbagħad jinsabu fir-Raba' Skeda ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Madam Speaker, minħabba li l-kultura Maltija, li għandha għeruq fondi, kważi tqis lill-aġent ta' l-assigurazzjoni li jmexxi l-kummerċ f'isem kumpannija barranija bħala l-assiguratur innifsu - kultura li hi dovuta għall-fatt li sa l-1981 f'Malta qatt ma kellna kumpannija indiġena ta' l- assigurazzjoni u tista' tgħid li wara l-1981 is-suq ta' l-assigurazzjoni baqa' ddominat minn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni barranin - l-aġent ta' l-assigurazzjoni ma ġiex meqjus bħala intermedjarju u rregolat taħt l- Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra imma ġie meqjus kważi bħala assiguratur u għalhekk ġie rregolat taħt dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum.", "F'dan l-abbozz ta' liġi l-manager ta' l-assigurazzjoni qed jidher għall- ewwel darba fis-suq lokali ta' l-assigurazzjoni u, fil-bixra tagħhom, l- attivitajiet ta' kumpannija li taġixxi bħala manager ta' l-assigurazzjoni huma differenti mill-attivitajiet ta' kumpannija li taġixxi bħala intermedjarju.", "Għalhekk kumpannija li taġixxi bħala manager ta' l- assigurazzjoni hija rregolata taħt dan l-abbozz ta' liġi u mhux taħt l- Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra.", "Huwa interessanti li wieħed jgħid ukoll li minkejja l-kultura tagħna, dan l-abbozz ta' liġi jaqta' linja ċara u preċiża bejn kumpannija li tmexxi l- kummerċ bħala assiguratur u kumpannija li taġixxi bħala aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni.", "Din il-linja toħroġ ċara u preċiża mill-fatt li filwaqt li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw kumpannija li tmexxi l-kummerċ bħala assiguratur jinsabu kollha fil-klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi, min-naħa l-oħra dawk li jirregolaw kumpannija li taġixxi bħala aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni jinsabu elenkati fi skeda.", "Madanakollu ta' min jgħid li f'dan l-abbozz ta' liġi hemm għadd ġmielu ta' dispożizzjonijiet li japplikaw għall-kumpannija li taġixxi bħala aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni bl-istess mod u sa l-istess limitu li japplikaw għall-kumpannija li tmexxi l-kummerċ bħala assiguratur.", "Fil- fehma tagħna, din hija raġuni oħra għaliex l-aġent u l-manager ta' l- assigurazzjoni qed jiġu rregolati taħt l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni u mhux taħt l-Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl- Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra.", "Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn l-ewwel taqsima tar-Raba' Skeda jsib li din tagħmel diversi dispożizzjonijiet dwar il-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni biex kumpannija taġixxi ta' aġent jew ta' manager ta' l- assigurazzjoni, filwaqt li t-tieni taqsima ta' l-istess skeda tagħmel ċerti dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' ċerti klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi għal kumpannija li tingħata din ix-xorta ta' awtorizzazzjoni.", "Ta' min jgħid li hemm ċerti dispożizzjonijiet li, kif inhuma magħmula, ma jistgħux japplikaw għal aġent jew għal manager ta' l-assigurazzjoni, bħal fil-każ ta' Lloyd's, u jistgħu japplikaw għal dan l-għan biss jekk ikunu modifikati jew sostitwiti.", "Pero' mbagħad hemm dispożizzjonijiet oħrajn li qatt ma jistgħu japplikaw għal dan ir-rigward.", "Fil-fatt it-tieni taqsima tar-Raba' Skeda tiddetermina li filwaqt li ċerti dispożizzjonijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, kif magħmula, modifikati jew sostitwiti, jkunu japplikaw fil-każ ta' kumpannija li taġixxi bħala aġent jew manager ta' l- assigurazzjoni, hemm dispożizzjonijiet oħra li ma jkunux japplikaw fil-każ ta' kumpannija li taġixxi bħala aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni.", "It-tielet taqsima tar-Raba' Skeda tagħmel ċerti dispożizzjonijiet għall- ħteġijiet supplimentari ta' aġent jew ta' manager ta' l-assigurazzjoni, liema dispożizzjonijiet huma maħsuba biex iħarsu l-interessi ta' l- assiguratur u ta' l-assigurat.", "Wieħed m'għandux jinsa li, minkejja l- kultura Maltija, li semmejt iktar kmieni, skond dan l-abbozz ta' liġi filwaqt li aġent ta' l-assigurazzjoni jista' jmexxi l-kummerċ ta' l- assigurazzjoni f'isem prinċipal wieħed jew iktar, manager ta' l- assigurazzjoni jista' jmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni f'isem prinċipal wieħed jew iktar kif ukoll jagħmel xogħlijiet oħra li min-natura tagħhom m'humiex meqjusa bħala kummerċ ta' l-assigurazzjoni kif imfissra f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Ta' min jgħid ukoll li peress li meta kuntratt ta' assigurazzjoni jkun miktub minn aġent jew minn manager ta' l- assigurazzjoni f'isem assiguratur, iż-żewġ partijiet tal-kuntratt iridu jkunu l-assiguratur min-naħa waħda u l-assigurat min-naħa l-oħra, għalkemm dan l-abbozz ta' liġi jrid iħares l-interessi taż-żewġ partijiet, fil- fatt għandu jfittex li jħares iktar l-interessi ta' l-assigurat milli dawk ta' l-assiguratur.", "Fil-fehma tagħna, dan huwa ġust għax filwaqt li assiguratur jagħraf iħares l-interessi tiegħu meta jidħol f'xi kuntratt ma' kumpannija biex din taġixxi ta' aġent jew ta' manager ta' l-assigurazzjoni f'ismu, assigurat ma jistax jagħmel dan.", "GĦaldaqstant huwa fl-interess ta' l- assigurat li kull aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni jżomm il-flejjes kollha li jkollu f'idu f'kapaċita' fiduċjarja separati mill-flejjes tiegħu stess.", "Din id-dispożizzjoni tiżgura li l-flus ta' l-assiguratur u ta' l- assigurat qatt ma jkunu jagħmlu parti mill-flus ta' l-aġent jew tal-manager u fil-fatt taħt dan l-abbozz ta' liġi dawk il-flejjes li jkunu miżmuma f'kapaċita' fiduċjarja huma privileġġjati.", "Madanakollu minflok ma ssir din is-separazzjoni tal-flejjes, aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni jista' jagħżel li jagħmel garanzija ta' fedelta' skond xi direttiva dwar l- assigurazzjoni sabiex f'każ li aġent jew manager ma jkunx jista' jew jonqos milli jissodisfa, l-obbligazzjonijiet finanzjarji tiegħu dwar xi somom ta' flus riċevuti minnu mingħand jew f'isem il-klijenti tiegħu, titqiegħed somma ta' flus għad-dispożizzjoni ta' persuna nominata jew anke approvata mill-awtorita' kompetenti.", "Dan għandu jsir sabiex din is-somma tkun tista' tintuża għall-benefiċċju ta' xi klijent li jkun sofra telf jew dannu minħabba li l-aġent jew manager ma jkunx jista' jissodisfa, jew inkella jonqos milli jissodisfa, dawk l-obbligazzjonijiet finanzjarji.", "Madam Speaker, il-Ħames Skeda tagħmel ċerti dispożizzjonijiet sabiex il- liġijiet speċifikati fl-ewwel kolonna tagħha jkollhom effett skond l-emendi murija fit-tieni kolonna.", "Effettivament il-liġijiet li se jiġu emendati huma l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, l-Att ta' l-1994 dwar is-Segretezza Professjonali u l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji.", "Ta' min jgħid li l- emendi proposti għall-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income huma relatati mat- taxxa fuq id-dħul ta' kumpanniji li jmexxu l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni.", "Fatt interessanti huwa li meta fl-1994 saru xi proposti leġislattivi dwar servizzi finanzjarji ma kienet ġiet proposta l-ebda emenda dwar taxxa fuq kumpanniji li jmexxu l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni.", "Dan ġara għaliex sa minn qabel ma saru dawk il-proposti, kien hemm il-ħsieb li l-emendi meħtieġa dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jmexxu din ix-xorta ta' kummerċ isiru fid-dawl tal-leġislazzjoni l-ġdida dwar il-kummerċ ta' l- assigurazzjoni, dik li qed issir illum.", "Fl-istess waqt li kienet qed titħejja l-leġislazzjoni l-ġdida dwar il- kummerċ ta' l-assigurazzjoni tħejjew ukoll l-emendi meħtieġa għall-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income bl-għan ewlieni li jinħoloq l-ambjent meħtieġ għal dawk il-kumpanniji li jridu jmexxu l-kummerċ internazzjonali ta' l- assigurazzjoni tagħhom minn pajjiżna stess.", "B'dawk l-emendi se jsir ukoll tibdil fil-mod kif jiġi ddeterminat id-dħul taxxabbli tal-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni bl-għan li jistimula iżjed dan is-settur.", "Dan jolqot l- iżjed lil dawk il-kumpanniji li jmexxu l-kummerċ fit-tul.", "B'mod ġenerali l-emendi proposti, liema emendi jagħmlu diversi dispożizzjonijiet dwar it- taxxa fuq id-dħul ta' kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, huma mmirati lejn dawk il-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li jmexxu kummerċ fit-tul jew kummerċ ġenerali, lejn dawk li joperaw għas-suq lokali u li se jibdew joperaw għas-suq internazzjonali, lejn dawk il-fergħat ta' kumpanniji ta' l- assigurazzjoni barranin f'Malta li minnhom jitmexxa l-kummerċ ta' l- assigurazzjoni, u lejn kumpanniji barranin li jmexxu l-kummerċ ta' l- assigurazzjoni f'Malta permezz ta' aġenti jew ta' managers fl- assigurazzjoni.", "Ta' min jgħid li permezz ta' dawn l-emendi t-taxxi fuq il- poloz ta' assigurazzjoni li jkunu linked on a long term basis se jiġu ttrattati bl-istess mod li huma ttrattati l-collective investment schemes.", "Irrid inżid ukoll li b'dawn l-emendi mhux qed isir tibdil fit-taxxi ta' dawk l-individwi li għandhom poloz ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja.", "L-Att ta' l-1994 dwar is-Segretezza Professjonali se jiġi emendat biex il-managers u s-sotto-aġenti ta' l-assigurazzjoni jiżdiedu mal-persuni msemmija fis-subartiklu (1) ta' l-artiklu 3 ta' dak l-Att ħalli b'hekk dawn il-persuni wkoll jidħlu fl-ambitu ta' l-artiklu 257 tal-Kodiċi Kriminali li jittratta l-kxif ta' sigrieti professjonali.", "Madam Speaker, għall-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji hemm proposti żewġ emendi.", "L-ewwel emenda għandha l-iskop li ddaħħal artiklu ġdid rigward is- setgħa ta' regolamenti dwar kumpanniji ċellulari.", "Il-konċett ta' kumpannija ċellulari huwa ġdid għal kollox anzi, biex ngħid hekk, huwa wieħed rivoluzzjonarju f'dan il-qasam.", "Pero' jidher li fil-ġejjieni qarib dan il-konċett se jkun importanti għall-kumpanniji li jmexxu l-kummerċ ta' assigurazzjoni affiljata.", "Fil-fatt l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji qed jiġi emendat biex jipprovdi l-awtorizzazzjoni u r-regolamentazzjoni ta' kumpanniji ċellulari.", "It-tieni emenda hi maħsuba sabiex f'dak li huwa l- kontenut tal-kontijiet annwali tagħhom il-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni ma jħarsux id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji iżda jħarsu r-regolamenti li se jsiru taħt l-Att dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni u jekk ma jkunx hemm regolamenti dwar dan, jimxu skond kull direttiva mogħtija mill-awtorita' kompetenti dwarhom.", "Madam Speaker, s'issa dan hu li kelli xi ngħid.", "Nistieden il-kummenti ta' l-Onor.", "Membri f'dan ir-rigward.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, irrid ngħid mill-bidu li l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum huwa ħolqa oħra fil-katina ta' liġijiet li kienu saru sabiex f'pajjiżna jinbena ċentru finanzjarju.", "Meta konna qed namministraw lil pajjiżna aħna konna għamilna xhur sħaħ nistudjaw u niżviluppaw dan l-abbozz ta' liġi u għalhekk illum qed nieħu gost li l- Gvern preżenti kompla bil-proċess li konna bdejna aħna u, ħlief għal xi affarijiet żgħar ta' natura kosmetika, m'hemmx dubju li naqblu ma' dan l- abbozz.", "Għalhekk din se tkun liġi oħra f'pakkett kbir ta' liġijiet li ġew approvati minn dan il-Parlament bil-kunsens taż-żewġ naħat.", "Jien niftakar li meta konna qed niddiskutu l-liġijiet li jirrigwardaw is- servizzi finanzjarji konna nsistejna li billi dawn huma l-bażi ta' kolonna ekonomika oħra f'pajjiżna dawn għandhom ikollhom is-support ta' kulħadd.", "Fil-fatt fl-1994 dawn il-liġijiet kienu għaddew mill-Parlament b'vot unanimu.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra ħadmu ħafna fuq dan it-tip ta' liġijiet u llum nistgħu ngħidu li pajjiżna qiegħed fil-cutting edge ta' servizzi simili fid-dinja.", "Illum nistgħu ngħidu li l-feedback li qed ikollna huwa wieħed pożittiv ħafna.", "Iċ-ċentru finanzjarju qed jikber kif kien ippjanat u l-viżjoni tagħna li ċ-ċentru finanzjarju jkun jipprovdi numru sostanzjali ta' impjiegi f'pajjiżna rrealizzat ruħha.", "Wara kollox ir-raġuni li għaliha twaqqaf dan iċ-ċentru hija purament raġuni ekonomika għax peress li taħt l- amministrazzjoni preċedenti pajjiżna beda miexi 'l quddiem u n-numru ta' studenti fl-Universita' baqa' dejjem jikber, aħna ridna li dawn isibu mpjieg adattat permezz ta' servizzi li jkunu ta' ġid għalihom, kif ukoll għall-pajjiż.", "GĦalhekk huwa importanti li nibqgħu nipproteġu ċ-ċentru finanzjarju ta' pajjiżna.", "Naturalment dan m'għandux isir billi nagħmlu xi affarijiet b'mod li jgerrxu lil min ikun irid jagħmel użu minnu imma billi naraw li bl-ebda mod ma jaqa' into disrepute.", "Per eżempju, għandna nipproteġu lil dan iċ-ċentru biex fih ma jkollux polemiċi għax dawn jagħmlu ħafna ħsara u, kif nafu, jekk kemm-il darba f'dan it-tip ta' setturi ssir il-ħsara jkun diffiċli ħafna biex issewwiha.", "Servizz ieħor li jista' jagħti pajjiżna huwa dak ta' l-insurance għax ġaladarba aħna ttrasformajna lil pajjiżna f'ċentru fejn jistgħu joperaw banek fil-qasam internazzjonali u kumpanniji ta' investiment, kemm f'dawk li huma funds kif ukoll f'dawk li huma sicavs, aħna ħassejna li kienet ħaġa xierqa li n-negozju internazzjonali ta' l-insurance isir minn pajjiżna.", "Naturalment l-idea tal-proposti ta' dan l-abbozz ta' liġi kienet li noħolqu servizz li nkunu nistgħu nesportawh.", "L-aċċent prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi u ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra huwa li filwaqt li nassiguraw irwieħna li l-qasam ta' l- insurance f'pajjiżna jkun irregolat tajjeb, anke għall-policy holders lokali, fl-istess ħin indaħħlu fil-liġi l-elementi kollha meħtieġa biex noħolqu servizz ieħor li jkun jista' jiġi esportat minn Malta.", "Fid-diskors li għamel il-Ministru fuq dan l-abbozz ta' liġi daħal fit-teknika tal- klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi u għalhekk jien m'iniex se nerġa' noqgħod nidħol f'dan it-tip ta' dettal imma minflok se nispjega x'inhuma l- għanijiet ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna biex inpoġġu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Madam Speaker, l-ewwelnett l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li fil- qasam ta' l-insurances tinħoloq l-istess superviżjoni serja li ħloqna għar- rigward tal-Malta Financial Services Centre.", "U ġaladarba dan iċ-ċentru se jkun is-supervisor fil-qasam ta' l-insurance, permezz ta' din il-liġi qed nagħtuh il-fakultajiet, l-awtorita' u d-dmirijiet meħtieġa biex ikun jista' jżomm livell għoli ta' serjeta' fil-pajjiż.", "Wara kollox, aħna x'nifhmu bil- kelma \"serjeta'\" f'dan il-każ?", "Bil-kelma ''serjeta'\" nifhmu li filwaqt li min jiġi hawn Malta biex jopera u jinvesti f'dan is-settur ikun jaf li se jkun marbut b'ċerti regoli li bla ebda dubju jiltaqa' magħhom kull fejn ikun hemm is-serjeta', fl-istess ħin ikun hemm ċerta flessibbilta' li minħabba fiha jagħżel li jopera u jinvesti f'pajjiżna u mhux f'pajjiż ieħor.", "Naturalment meta dak li jkun qed iwettaq il-funzjoni ta' supervisor jipprova jżomm bilanċ bejn il-flessibbilta' u s-serjeta' jiltaqa' ma' diffikultajiet kbar.", "Għaliex qed ngħid dan?", "GĦax, kif jaf kulħadd, fid- dinja l-iktar ħaġa faċli hija li tgħid \"le\" għal kollox.", "Jekk kemm-il darba fil-pajjiż ma jkollok lil ħadd jopera ma jkollokx il-biża' li xi ħaġa se tmurlek ħażin u għalhekk żgur li ma tidneb qatt.", "Pero' aħna mhux dak li rridu imma li kemm jista' jkun ikollna numru sostanzjali ta' intrapriżi li joperaw f'dan is-settur.", "Naturalment is-serjeta' f'dan is-settur hija a marketable value.", "Li jkollna ċentru serju jgħin biex nattiraw iktar azjendi joperaw u jinvestu f'pajjiżna.", "Pero' min-naħa l-oħra ma rridux inkunu riġidi żżejjed b'tali mod li nibżgħu nieħdu ċerti riskji għax mingħajr riskji ma nkunux nistgħu nespandu settur bħal dan.", "Għan ieħor li għandu dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum huwa li jneħħi l-ostakli li forsi jeżistu taħt il-liġi eżistenti ta' l-insurance biex investituri jkunu jistgħu joperaw u jinvestu f'dan is-settur.", "Illum is-settur finanzjarju qed jiżviluppa kontinwament u fejn qabel il-prodott finanzjarju kien sempliċement kont il-bank u xejn iktar, illum il-prodotti tas-servizzi finanzjarji huma varji ħafna u wieħed jisma' kontinwament bi prodotti ġodda li qed jiġu offruti f'dan il-qasam.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-qasam ta' l-insurances.", "Illum ladarba n-negozju ġie globalizzat u t-teknoloġija fil-qasam tat-telekomunikazzjoni qed tagħti tifsiriet u metodoloġiji ġodda fil-mod kif isir in-negozju, il-qasam ta' l- insurances qed jadatta ruħu għal dan kollu permezz ta' policies ġodda, ta' kondizzjonijiet li jvarjaw u ta' coverages li qabel qatt ma konna ħlomna bihom, bir-riżultat li llum qed jinħolqu diversi kumpanniji li qed jagħtu servizzi speċjalizzati kemm fin-natura tas-servizzi li jagħtu kif ukoll fil- klijenti li jaqdu.", "Biżżejjed insemmu l-captive insurance companies, li huma dawk il-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li prattikament iservu klijent wieħed għaliex ħafna drabi l-kumpanniji kbar li jonfqu miljuni ta' liri fl- assigurazzjoni jibdew jagħrfu u jifhmu li jistgħu jagħmlu self-insurance, jiġifieri minflok ma jagħtu l-flus lil ħaddieħor iżommuhom huma.", "Naturalment ladarba ma jinxurjaw xejn, jekk kemm-il darba tinqala' xi katastrofi ma jistgħux joħorġu jgħidu li għandhom problema.", "GĦalhekk l- aħjar ħaġa li jistgħu jagħmlu dawn il-kumpanniji hija li jamministraw il- flus b'mod li jifformaw kumpannija ta' l-insurance għalihom biex filwaqt li xorta waħda jkunu qed jagħmlu insurance, fl-istess ħin din il-kumpannija ta' l-insurance tkun tista' tassorbi hi stess ir-riskji tal-captive insurance companies b'mod professjonali.", "Fiċ-ċirkostanzi tal-liġi li għandna sal-lum huwa diffiċli biex dawn it- tip ta' kumpanniji jibdew joperaw minn Malta u għalhekk dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jieħu ħsieb iħaffef il-proċess ta' reġistrazzjoni u jagħmel kondizzjonijiet li permezz tagħhom ikun iktar faċli li l-kumpanniji li joperaw f'pajjiżna joffru iktar servizzi varji milli hemm kontemplat illum.", "Kif diġa' għidt dan l-abbozz ta' liġi qed jagħmilha iktar faċli wkoll li kumpannija topera f'pajjiżna u qed idaħħal il-konċett li daħħalna fil-liġijiet li jirrigwardaw is-servizzi finanzjarji, jiġifieri li minn żmien għal żmien il-Malta Financial Services Centre ikun jista' jagħti direttivi differenti lill-industrija dwar il-mod kif topera.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jsib li dan mhux jispeċifika kif għandha topera l-industrija imma jagħti l-poteri lill-ministru u lill-awtorita' biex joħorġu direttivi huma.", "Fil-fehma tiegħi dan il-konċett huwa tajjeb u huwa l-iktar metodu modern għat-tmexxija ta' dan it-tip ta' setturi.", "B'dan il-mod l-abbozz ta' liġi ma jkunx qed jirrestrinġi jew ipoġġi lill-awtorita' fi strait- jacket tant li ma tkunx tista' tiċċaqlaq imma jagħti d-direzzjoni ta' kif għandhom jitmexxew l-affarijiet u mbagħad iħalli f'idejn l-awtorita' kompetenti biex tibdel fejn ikun meħtieġ.", "Din min-naħa tagħha, tkun tista' tassigura li l-kondizzjonijiet li tkun qed tagħmel biex is-settur jitmexxa bl-aħjar mod possibbli jkunu qed jiġu aġġornati kontinwament u mhux toqgħod tistenna li jsiru l-emendi li jkun hemm bżonn biex tingħata l- flessibbilta' meħtieġa lil dan is-settur.", "Ta' min jgħid li dan il-konċett jitħaddem ukoll mill-banek.", "Huwa proprju għalhekk li jien ma naqbilx li nkunu ristrettivi żżejjed.", "Per eżempju, fl-opinjoni tiegħi, waħda mill-emendi kosmetiċi li saru fl- 1996, dik fejn ġie stabilit l-ammont ta' kapital li hemm bżonn li jkun hemm fil-kumpanniji ta' l-insurance, ma kienx hemm bżonn li ssir għax fil- liġi se jkun hemm direttivi speċifiċi għal dawk li huma \"own funds\", jiġifieri dawk il-fondi li jkunu meħtieġa li jinżammu minn kull kumpannija ta' l-assigurazzjoni - naturalment l-ammont ta' fondi li jkun hemm bżonn jiddependi mit-tip ta' negozju li jkun qed isir - biex ikunu protetti l- policy holders tagħha.", "Hawn irridu nżommu quddiem għajnejna li parti mill- own funds se jkunu l-kapital tal-kumpannija u għalhekk ġaladarba jeżisti dan il-konċett ma naħsibx li għandna noqogħdu niffissaw l-ammont ta' kapital li jkollhom bżonn dawn il-kumpanniji.", "Forsi wieħed jista' jgħidli li meta konna waqqafna l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju konna għamilna l- istess għax konna ffissajna l-kapital.", "Pero' minn dak iż-żmien 'l hawn għaddew erba' snin u jeħtieġ li nibqgħu nimmodernizzaw u nħallu din il- flessibbilta' fil-leġislazzjoni tagħna għax isservi ta' ġid.", "Element importanti ieħor li jissalvagwarda dan l-abbozz ta' liġi huwa li min f'pajjiżna jopera b'mod tajjeb jaqla' profitt f'pajjiżna stess.", "Fil- fatt il-leġislazzjoni li qed tiġi proposta tipprovdi ċerti inċentivi lill- operaturi fis-settur ta' l-insurance ħalli dawn ikunu jistgħu jaċċentwaw il- profitt tagħhom, speċjalment meta jkunu qed jaħdmu biex jesportaw il- prodotti tagħhom minn pajjiżna.", "F'pajjiżna jidher li hawn consensus dwar il-bżonn li l-ekonomija tagħna tkun kemm jista' jkun ingranata lejn l- esportazzjoni u dan huwa sinjal li kulħadd qed jifhem li għandna nagħmlu l- efforts tagħna biex nipproduċu prodott jew nagħtu servizz li jiġi msarraf f'munita barranija għax permezz ta' dik il-munita barranija f'pajjiżna jibda ċ-ċirku ta' ċirkolazzjoni u jitkattar il-ġid.", "Madanakollu biex dan isir hemm bżonn li nassiguraw irwieħna li l-prodott li nipproduċu jiġi aċċettat fil-pajjiżi li lejhom nesportaw u mhux nesportaw prodotti li ma jkunux adattati għal dak il-pajjiż.", "Per eżempju, ma naħsibx li huwa f'loku li nipprovaw nesportaw is-sandlijiet lejn l-Alaska, jew inkella l- kowtijiet għal xi safari fl-Afrika!", "Bl-istess mod irridu nadattaw il-qasam ta' l-insurance f'pajjiżna u għalhekk huwa tajjeb li l-policies li konna għamilna aħna huma konformi mar-regolamentazzjoni Ewropea.", "U dan mhux għax aħna servili għall-Ewropa, bħalma kienu jgħidulna xi wħud; din m'hijiex kwestjoni ta' serviliżmu imma kwestjoni ta' prattiċita'.", "GĦaliex qed ngħid hekk?", "Kif għidt diġa', jekk jien irrid nesporta prodott internazzjonali rrid inkun ċert li dan il-prodott ikun aċċettat internazzjonalment għax inkella ma jaċċettah ħadd.", "Hawnhekk wieħed irid jistaqsi: Illum kumpannija li tiġi topera minn pajjiżna tista' tbigħ il-prodotti tagħha lis- suq Ewropew?", "Sfortunatament biex inwieġeb din il-mistoqsija jkolli bilfors nidħol fil- polemika - minkejja li fuq dan l-abbozz ta' liġi m'hemmx polemiċi - ta' kif se nisfruttaw dan l-abbozz ta' liġi biex ikun jista' jagħti l-ikbar ġid possibbli lil pajjiżna.", "Għax aħna m'aħniex qed infasslu dan l-abbozz ta' liġi biex ġaladarba jsir liġi nitfgħuha fil-librerija u noqogħdu niftaħru li llum għandna liġi ta' l-insurance tajba, li ħdimna ħafna fuqha u li sa fl-aħħar għaddiet minn dan il-Parlament, imma biex permezz tagħha fil- pajjiż jinħoloq ix-xogħol u jitkattar il-ġid.", "Allura huwa importanti li wieħed jistaqsi: Illum għandna dak is-suq li fih jiġu mibjugħin il- prodotti u servizzi li jistgħu jiġu maħluqa permezz ta' investituri li jiġu jinvestu f'Malta taħt dan l-abbozz ta' liġi?", "Il-poloz ta' l-insurances li se jinkitbu f'Malta - nispera li dawn ikunu jammontaw għal eluf - se jkollhom passaport għall-Ewropa jew le?", "Jien nixtieq li l-Ministru jilluminana ftit u jgħidilna x'inhi l-politika tal-Gvern fuq dan l-aspett għax, bir-rispett kollu, jien sa llum għadni ma nistax nifhem x'inhi l- politika tiegħu f'dan ir-rigward.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax għalkemm meta nitkellmu fuq l-Ewropa sikwit nisimgħu bi free industrial trade zone u meta naqraw xi rapport dwar Malta maħruġ mill-Unjoni Ewropea naraw li dawn jgħidu li hemm bżonn li jkun hemm free trade area bejn iż-żewġ pajjiżi u li jridu jiġu evitati l- ostakli kollha li jeżistu biex ikun jista' jsir negozju bejn Malta u l- pajjiżi Ewropej, fir-realta' bqajna ma nafux x'inhi l-politika tal-Gvern f'dan ir-rigward.", "Allura filwaqt li llum qed inressqu dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-Parlament sabiex noħolqu settur li jesporta s-servizz ta' l- insurance minn Malta, jiddispjaċini ngħid li l-politika tal-Gvern qed tagħlaq il-bibien għall-prodotti li jistgħu jiġu maħluqa permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Għalhekk nixtieq li meta jweġibni, il-Ministru jwieġeb b'mod ċar.", "Wara kollox issa spiċċa ż-żmien ta' l-ekwivoki u tad-double talk għax illum għandna proposti konkreti mill-Unjoni Ewropea u għalhekk hemm bżonn li jkollna risposti ċari.", "Ma nistgħux inkomplu nħallu lil kulħadd imħawwad u ma jafx x'direzzjoni se naqbdu.", "Hawn nerġa' nistaqsi: Jekk ġej xi ħadd jinvesti f'pajjiżna, għal liema suq jista' jesporta?", "Dan is-suq se jifforma parti mill-free trade area li se ninnegozjaw ma' l- Unjoni Ewropea jew le?", "Se jkun hemm il-possibbilta' li l-poloz ta' l- insurance li jinkitbu f'Malta, anke minn kumpanniji internazzjonali, jiġu mibjugħa barra minn Malta jew le?", "Madam Speaker, jien niftakar li meta kont responsabbli minn dan is-settur u kellna l-politika ċara li nidħlu fl-Unjoni Ewropa, konna diġa' qed nitkellmu mal-Kummissjoni Ewropea biex nibdew nagħmlu arranġamenti bilaterali bejn Malta u l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni ħalli nkunu nistgħu nbigħu l-prodotti ta' insurances Maltin f'dawn il-pajjiżi sa minn qabel ma nsiru membri.", "B'hekk kieku, ngħidu aħna, sar arranġament bilaterali ma' l- Ingilterra, l-insurance policy Maltija u l-funds tagħha setgħu jinbiegħu fl-Ingilterra wkoll.", "Naturalment dawn it-tip ta' arranġamenti ma kenux jibqgħu japplikaw wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea għax imbagħad pajjiżna kien ikun jista' jbigħ insurance policies u l-funds tagħhom bi dritt lill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Madanakollu llum jidher li m'għandniex politika ċara f'dan ir-rigward u għalhekk hemm bżonn li naqbdu direzzjoni mill-iktar fis possibbli għax naħseb li issa huwa about time li nagħmlu dan il-pass.", "Ħaġa oħra li se ssir permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi hija li se jinbidel il-mod kif tiġi trattata t-tassazzjoni ta' ċerti insurances u tal- policy holder.", "Jien hawnhekk m'iniex se noqgħod nidħol f'ħafna dettall għax fl-istadju ta' Kumitat ikollna ċans nelaboraw iktar fuq dan il-punt pero' b'mod ġenerali nista' ngħid li permezz ta' dawn it-tip ta' emendi se nibdew niffaċilitaw it-triq għal pensjonijiet privati għax it-taxxa fuqhom se tkun aġevolata aktar milli hi llum.", "Aħna minn dejjem emminna li dan il- pass irid isir biex inkunu nistgħu nadottaw struttura differenti għas- sistema ta' pensjonijiet li għandna f'pajjiżna.", "Ċertament din is-sistema mhijiex se tinbidel mil-lejl għan-nhar imma jekk nibdew nippreparaw minn issa għal dan, forsi għexieren ta' snin oħra nkunu nistgħu ngħidu li addottajna struttura differenti milli għandna llum.", "Madam Speaker, kif għidt diġa', l-Oppożizzjoni taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi pero' jekk irridu nkunu verament realistiċi ma nistax ma nsemmix il-problema li se toħloq il-politika tal-Gvern f'dan is-settur, kif ukoll il-ħtieġa li jkollna direzzjoni ċara f'dan ir-rigward, kif nittama li se jagħtina l-Ministru.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Brincat biex jgħaddi għall- winding-up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li ħadt gost nisma' l-kummenti tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni għax, kif kien mistenni, din uriet il-kunsens tagħha għal abbozz ta' liġi bħal dan.", "Ovvjament aħna nilqgħu dan il-kunsens bil-ferħ għax apparti li abbozz ta' liġi bħal dan joffri kontinwita' f'dan il-qasam importanti, joffri wkoll sens ta' sigurta' u ta' stabbilta'.", "Kif għidt meta kont qed nintroduċi dan l-abbozz ta' liġi, il-fatt li minkejja li bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista m'hemmx qbil fuq diversi issues fundamentali, meta niġu biex nitkellmu fuq is-servizzi finanzjarji irrispettivament minn min ikun fil-gvern ikun hemm kunsens, juri s-sens ta' maturita' li għandu dan il- Parlament.", "Meta kien hemm Gvern Nazzjonalista, l-Oppożizzjoni Laburista dejjem imxiet b'dan il-mod u llum jidher li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed timxi bl-istess mod.", "Dan huwa importanti għax kif qal tajjeb l-Onor.", "Dalli, huwa essenzjali li nagħtu ċertu momentum liċ-ċentru finanzjarju ta' pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi, apparti mill-qasam turistiku dan huwa l-iktar qasam li għandu growth potential u dan mhux biss fuq livell kwantitattiv imma anke fuq livell kwalitattiv, li naħseb li huwa l-iktar livell importanti.", "Għalhekk l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum mhux biss qed juri s-serjeta', l-impenn, id-dedikazzjoni, is-sens ta' bilanċ kif ukoll is-sens ta' regolamentazzjoni ta' pajjiżna - hawnhekk ma nitkellimx biss fuq il-Gvern imma fuq il-pajjiż kollu - imma jħalli wkoll ċertu spazju u flessibbilta' ħalli l-kompetittivita' ta' pajjiżna ma tiġi mxekkla bl-ebda mod.", "Dan juri li minkejja ċ-ċokon ta' pajjiżna aħna kapaċi nieħdu l-opportunita' li nkunu immaġinattivi u kreattivi sabiex nagħtu boost lil dan il-qasam tant importanti ħalli b'hekk, ikunu xi jkunu d-diffikultajiet li jkollna, inkluż diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji, aħna bħala poplu Malti nkunu f'pożizzjoni li nilqgħu għall-isfidi u għall-opportunitajiet tal- ġejjieni.", "Madam Speaker, jien naħseb li kulħadd jiftakar il-famuż slogan li kien jintuża ħafna fl-imgħoddi ''export or die''.", "Dan għandu jkun id-dictum tagħna meta nitkellmu dwar il-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Bla ebda dubju ta' xejn, illum hemm bżonn li nneħħu l-idea mmuffata li kellna fl- imgħoddi meta konna naħsbu li esportazzjoni tfisser bilfors export of goods.", "Illum is-servizz finanzjarju huwa qasam vitali ħafna u għaldaqstant huwa importanti li nintensifikaw l-isforzi tagħna biex filwaqt li nkomplu nikkonsolidaw is-swieq stabiliti li għandna, fl-istess ħin inkunu nistgħu nippenetraw swieq ġodda.", "Madam Speaker, fis-seduta tat-2 ta' Frar, jiġifieri meta bdejna d- diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi, aħna tajna prova ċara li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu li l-qasam tas-servizzi finanzjarji jkompli jkabbar ir-rwol tiegħu fl-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna u li iktar insurers indiġeni jitwaqqfu spalla ma' spalla ma' sħab barranin serji u ta' l-affari tagħhom għax l-industrija lokali ma tistax taddotta approach insulari.", "Aħna għad għandna quddiemna diversi opportunitajiet ġodda li għad irridu nidħlu għalihom, kemm fir-risk management, kemm fir-reinsurance activities, kemm fil-captive insurance company formation, kif ukoll fil- management tagħhom, u jien persważ li jekk inkomplu naħdmu b'moħħna u mhux b'qalbna biss inkunu kapaċi nsaħħu d-distribution networks ġodda li għandna u anke noħolqu alleanzi strateġiċi ġodda.", "Ta' min jgħid ukoll li l-għan ta' l-emendi li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi għall-Att dwar it-Taxxi Interni huwa li jinħoloq ambjent iktar kompetittiv u effettiv fil-qasam tat-tassazzjoni għax aħna rridu nkunu b'saħħitna biżżejjed biex nilqgħu l-isfidi ta' ċentri finanzjarji oħra billi nippermettu li kumpanniji li joperaw lokalment jibnu riservi adegwati għall-benefiċċju tagħhom u tal-policy holders tagħhom.", "Jien qed nara li dan l-abbozz ta' liġi jqarribna lejn sitwazzjoni fejn il-kumpanniji l-kbar ta' l-assigurazzjoni u tar-reinsurance jikkonsolidaw l-operazzjonijiet tagħhom kemm fis-suq primarju kif ukoll f'dak tar-reinsurance.", "Issa nixtieq insemmi aspett li s'issa għadu ma ġie ttrattat mill-ebda naħa u li jkun tajjeb li wieħed jaċċenna għalih, iktar u iktar meta naraw li fix-xhur li għaddew saru diversi riferenzi għalih fl-istampa lokali.", "Qed nirreferi għas-sehem li l-banek jista' jkollhom f'dan il-qasam.", "L-ewwelnett irrid ngħid li fl-opinjoni tiegħi huwa żbaljat min jgħid li l- gvern għandu kontroll fuq dak li qed jagħmlu l-banek għax illum il-banek ewlenin li għandna f'pajjiżna jew għandhom a public majority ownership jew inkella l-gvern għandu biss kwart jew ftit inqas mix-shareholding tagħhom.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' li nassigura lil din il-Kamra li l- banek se jibqgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom purament fuq bażi kummerċjali mingħajr l-ebda indħil mill-gvern tal-ġurnata.", "Madanakollu aħna xorta waħda se nagħmlu minn kollox biex nilqgħu kontra xi prattiċi inġusti li b'xi mod jew ieħor jistgħu jkunu neqsin mill-etika.", "Madam Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għal xi ħaġa li forsi m'hijiex marbuta direttament ma' dan l-abbozz ta' liġi imma li wieħed irid jaħseb fiha anke bħala konċett.", "F'okkażjoni pubblika l-predeċessur tiegħi, l- Onor. Lino Spiteri, kien semma l-possibbilta' li jitwaqqaf ombudsman għall- qasam ta' l-insurance.", "Jien inħoss li din il-proposta m'għandhiex tiġi skartata għax din tista' sservi biex forsi jibdew jitressqu inqas każi quddiem il-qrati Maltin.", "Huwa importanti ħafna li mhux biss ninkoraġġixxu l-formazzjoni ta' kumpanniji lokali imma li jkollna strutturi tax effective li jħajru iktar insurers barranin iħarsu lejn pajjiżna bħala bażi għall- operazzjoni tagħhom.", "Dan l-aħħar xi ħadd qalli li l-proporzjon ta' ħaddiema Maltin ikkwalifikati fl-insurance huwa proporzjonalment ogħla mir-Renju Unit.", "Dwar dan I stand to be corrected, pero' jekk dan huwa minnu huwa awgurju tajjeb għal-livell kwalitattiv tal-ħaddiema li joperaw f'dan il-qasam.", "Aħna nemmnu li t-timing ta' dan l-abbozz ta' liġi kien opportun ħafna għax spiss kien qed jaslilna l-messaġġ li d-dewmien żejjed li kien hemm biex jitlesta dan l-abbozz ta' liġi seta' kien qed jolqot is-sens ta' direzzjoni ta' l-industrija nnifisha.", "Jien ngħid li quddiemna għandna potenzjal kbir li għad irid jiġi sfruttat u naħseb li jkun tajjeb jekk meta wieħed jiġi biex jikkalkola l-growth potential iżomm f'moħħu li s'issa l-per capita expenditure fuq il-qasam ta' l-insurance f'pajjiżna għadu fost l-iktar wieħed baxx ta' l-Ewropa, anke meta pparagunat ma' dak tal-Greċja, ta' Ċipru u tal-Portugall.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li nkomplu ninkoraġġixxu l-espansjoni ta' dan is-settur.", "Ħafna jargumentaw - u jien naqbel ma' dan l-argument - li l-livelli tal-life insurance u tal-general insurance business premiums huma l-benchmarks tas-saħħa ta' l-industrija ta' l-assigurazzjoni kif ukoll ta' l-iżvilupp tal-pajjiż u aħna, bħala gvern, irridu nagħtu l-ossiġnu lil dan il-qasam ħalli jkun kapaċi jikber dejjem iktar u jilqa' għall-kompetizzjoni internazzjonali.", "Għar-rigward tal-punti li qanqal l-Onor.", "Dalli lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu rrid ngħid li l-insurances lokali setgħu jiġu marketed qabel ma dan l-abbozz ta' liġi tressaq quddiem il-Parlament, liema abbozz ta' liġi qed iġibna iktar in line ma' new directives u qed jiffaċilita l-penetrazzjoni tagħna fi swieq barranin.", "Ikun tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li għalkemm dan l-abbozz ta' liġi għadu m'għaddiex minn dan il-Parlament, illum diġa' għandna waħda mill-kumpanniji sussidjarji tal-Middle Sea Insurance, li hija nvoluta fil-qasam tar-reinsurance u qed topera f'Londra bil-liċenzja neċessarja mingħajr l-ebda xkiel ta' xejn.", "Min-naħa l-oħra, kumpanniji Ewropej jistgħu jistabilixxu sussidjarji biex jikkonduċu l- business tagħhom f'Malta, anke lejn pajjiżi li m'humiex Ewropej.", "Għalkemm il-punt li semma l-Onor.", "Dalli rigward il-private pensions m'huwiex marbut direttament ma' dan l-abbozz ta' liġi, rrid ngħid li fil- budget aħna konna għamilna riferenza għall-fatt li l-issue ta' private pensions għandha tiġi studjata iktar fil-fond.", "GĦalkemm aħna m'għamilniex commitment kategoriku li se naqbdu u ndaħħlu l-private pensions f'daqqa għaliex din hija xi ħaġa rivoluzzjonarja li għandha ħafna implikazzjonijiet, naħseb li wasal iż-żmien li pajjiżna jħares lejn dan is- suġġett b'mod tekniku u xjentifiku.", "Fil-ġejjieni qarib aħna se nagħmlu studju fuq dan is-suġġett pero' jien inħoss li qabel ma ninforma lill-Kamra dwar dan għandi nżomm il-wegħda li kont għamilt fil-konsultazzjonijiet li kellna qabel il-budget mas-social partners, jiġifieri li l-ewwel nikkonsulta magħhom u anke ninformahom dwar il-pjanijiet li għandu l-Gvern, billi nattendi laqgħa tal-Malta Council for Economic Development, li forsi jkollu dan l-item speċifiku fuq l-aġenda tiegħu.", "Madanakollu, kif għidt diġa', fil-ġejjieni qarib il-Gvern beħsiebu jagħmel dan l-istudju u jien persważ li dwar dan se jkollna input qawwi mill-qasam ta' l-assigurazzjoni f'Malta.", "Madam Speaker, ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-kwestjoni tal-free trade area ma' l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett irrid ngħid li m'għandniex inħarsu lejn dan is-suġġett bħala profeti tad-dlam, kif għamlet l-Oppożizzjoni f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat.", "Jien persważ li fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna okkażjoni li nittrattaw dan is-suġġett fil-fond f'dan il-Parlament u hawnhekk irrid infakkar li l-Prim Ministru għamilha ċara diversi drabi, kemm fil-Parlament stess kif ukoll barra, li l-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea ma se jxekkel lill-ebda gvern milli jagħżel it-tip ta' relazzjoni li jrid ikollu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għaldaqstant jien ngħid li d-dokument li ġie ppubblikat min-naħa ta' l- Unjoni Ewropea mhux biss joffri flessibbilta' lil pajjiżna imma wkoll bażi serja għan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni\" jiġi moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skond il-Mozzjoni Nru 22 tad-9 ta' Diċembru 1997.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skond il-Mozzjoni Nru 22 tad-9 ta' Diċembru 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI OĦRA", "INSURANCE BROKERS AND OTHER INTERMEDIARIES BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola r-reġistrazzjoni ta' brokers fl- assigurazzjoni u intermedjarji oħra u attivitajiet ta' intermedjarji fl- assigurazzjoni\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, qed nieħu pjaċir li wara li ddiskutejna flimkien l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni qed ikollna l-opportunita' li ngħaddu biex niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax dan fih innifsu jirrifletti l-kontinwita' li hemm bejn dawn iż-żewġ liġijiet.", "Meta pproponejt it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni jien kont għarraft lill-Kamra li t-team li fassal dak l-abbozz ta' liġi kien tal-fehma li minflok l-Att dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni għandu jkun hemm żewġ liġijiet, waħda biex tirregola l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni u l-oħra biex tirregola r- reġistrazzjoni ta' brokers fl-assigurazzjoni u intermedjarji oħra, u anke attivitajiet ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni.", "Dak inhar kont spjegajt ukoll kif is-servizzi ta' l-assigurazzjoni u s-servizzi ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni mxew 'il quddiem u kont għidt li f'pajjiżna għandna 25 broker u 479 bejjiegħ ta' assigurazzjoni.", "Madam Speaker, is-servizzi ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni, b'mod partikolari dawk tal-brokers, huma ta' ħtieġa għall-pajjiż, l-iktar fejn tidħol l-industrija u l-azjendi ta' ċertu kobor.", "Għal dawk li huma servizzi ta' brokers ta' min jgħid li peress li l-broker huwa l-aġent tal- klijenti tiegħu, dan għandu r-responsabbilta' li jinnegozja kuntratti ta' assigurazzjoni jew ta' ri-assigurazzjoni u jikseb l-aħjar kondizzjonijiet, vantaġġi u prezzijiet biex imbagħad meta jkun xieraq il-broker, f'isem l- assigurat, jassisti fl-amministrazzjoni u fit-twettiq ta' dawk il- kuntratti, b'mod partikolari f'każ ta' claim.", "Is-sotto-aġenti ta' l-assigurazzjoni, jiġifieri dawk il-persuni li taħt il-liġi ta' llum jissejħu bejjiegħa ta' assigurazzjoni, ukoll għandhom sehem x'jagħtu fis-suq ta' l-assigurazzjoni u għalhekk għandhom jistinkaw bis-sħiħ biex ikunu kompetenti u joffru l-aħjar servizz lill-konsumatur.", "Illum wasal iż-żmien li nwessgħu l-interpretazzjoni ta' intermedjarji fl- assigurazzjoni biex ninkludu persuni oħra li jipprovdu servizzi anċillari għal attivitajiet oħra ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni.", "Bħalissa qed jiġuni f'moħħi l-loss adjusters, li huma persuni indipendenti mqabbda mill- assiguraturi biex jagħtu stima tad-dannu jew tat-telf li l-assigurati jkunu rrapportawlhom li ġarrbu.", "Iktar 'il quddiem, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, dawk il-persuni li jaġixxu ta' loss adjusters u oħrajn se jiġu rregolati b'regolamenti li jsiru għal dan l-iskop.", "Madam Speaker, wieħed irid jassigura ruħu li kull persuna li taġixxi ta' intermedjarju fl-assigurazzjoni tkun persuna xierqa u idonea u kull attivita' ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni għandha tkun irregolata biex titmexxa b'mod tajjeb u prudenti ħalli tkun ta' servizz lill-konsumatur innifsu.", "Hawnhekk ta' min jikkwota l-GĦanijiet u Raġunijiet ta' dan l- abbozz ta' liġi li jgħidu hekk:", "\"L-għan ta' dan l-Abbozz huwa li jagħmel dispożizzjonijiet ġodda li jirregolaw ir-reġistrazzjoni u l-iskrizzjoni ta' brokers fl- assigurazzjoni u intermedjarji oħra u attivitajiet ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni kif ukoll attivitajiet ta' brokers fl-assigurazzjoni f'Malta jew minn Malta, jew f'pajjiż jew minn pajjiż barra minn Malta, minflok dawk li jinsabu fl-Att dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni (Kap. 290) u l-Att dwar iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Kap. 330), u sabiex jagħmel dispożizzjonijiet għal ħwejjeġ anċillari għalihom jew konnessi magħhom.\".", "Fil-fatt sabiex jintlaħaq dan l-għan aħna qed naraw li ssir distinzjoni bejn dan l-abbozz ta' liġi u l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni billi filwaqt li jirregola r-reġistrazzjoni ta' brokers fl- assigurazzjoni u intermedjarji oħra, dan l-abbozz ta' liġi jaħseb biex fil- qasam ta' l-assigurazzjoni jkun hemm awtorita' regolatorja waħda li tirregola s-servizzi finanzjarji u l-leġislazzjoni li tirregola l- intermedjarji fl-assigurazzjoni togħla għal livell internazzjonali.", "Dan l- abbozz jieħu ħsieb jassigura wkoll li kull persuna li tirreġistra bħala intermedjarju fl-assigurazzjoni tkun xierqa u idonea ħalli t-tmexxija ssir b'mod tajjeb u prudenti; li ebda persuna ma jkollha iktar minn awtorizzazzjoni waħda biex tmexxi xi kummerċ jew xi attivita' fl- assigurazzjoni, u li jinħoloq l-ambjent meħtieġ sabiex dawk il-kumpanniji li jmexxu l-kummerċ ta' broking fl-assigurazzjoni jkunu jistgħu jagħmlu dan minn pajjiżna.", "Dan l-abbozz ta' liġi, bħall-abbozz l-ieħor dwar il-kummerċ ta' l- assigurazzjoni, jifforma qafas ta' konċetti li fuqhom iridu jiġu rregolati r-reġistrazzjoni u l-iskrizzjoni ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni kif ukoll l-attivitajiet tagħhom.", "Nistgħu naraw li din se tkun enabling law għax id-dettalji ta' kif jiġu rregolati r-reġistrazzjoni, l-iskrizzjoni u l- attivitajiet ta' l-intermedjarji fl-assigurazzjoni joħorġu jew bis-saħħa ta' regolamenti jew inkella bis-saħħa ta' direttivi dwar intermedjarji fl- assigurazzjoni magħmula għal dan l-iskop mill-awtorita' kompetenti.", "Ta' min jgħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa maqsum f'seba' taqsimiet u għandu skeda waħda.", "Bħas-soltu, taħt l-ewwel taqsima, li tissejjaħ \"preliminari\", hemm it-tifsir tal-kliem.", "Irrid ngħid li minħabba li dan l- abbozz jikkomplimenta l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni, taħt din it-taqsima hemm xi termini li diġa' ġew imfissra f'dak l-abbozz ta' liġi.", "Bħal fil-każ ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il- Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni u għall-istess raġunijiet, jekk kemm-il darba f'din il-liġi jkun hemm konflitt bejn it-test Malti u dak Ingliż għandu jipprevali t-test Ingliż.", "It-tieni taqsima, li hija msejħa \"Setgħat Regolatorji\", tittratta s- setgħat u d-dmirijiet tal-ministru responsabbli u fost oħrajn issemmi li dan għandu s-setgħa u d-dmir li jaħtar l-awtorita' kompetenti u li jagħmel regolamenti dwar ħwejjeġ speċifikati f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Din it- taqsima tittratta wkoll is-setgħat u d-dmirijiet ta' l-awtorita' kompetenti u fost l-oħrajn issemmi li din għandha tagħti direttivi dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni kif ukoll dwar ħwejjeġ oħra li huma speċifikati f'dan l- abbozz ta' liġi.", "It-tielet taqsima, li hija msejħa \"Reġistrazzjoni jew Iskrizzjoni għat- Tmexxija ta' Kummerċ bħala Brokers fl-Assigurazzjoni\", tagħmel ċerti dispożizzjonijiet sabiex l-awtorita' kompetenti tistabilixxi u żżomm diversi records kif se nsemmi.", "L-ewwelnett din l-awtorita' trid tara li jinżamm reġistru ta' dawk il-persuni li jmexxu kummerċ ta' broking fl- assigurazzjoni, dak li jissejjaħ \"ir-reġistru tal-brokers\", kif ukoll lista ta' kumpanniji li jkunu qed imexxu l-kummerċ bħala brokers fl- assigurazzjoni, li f'dan l-abbozz tissejjaħ \"il-lista tal-brokers\".", "L-ebda persuna ma jkollha l-jedd li tmexxi kummerċ ta' broking fl-assigurazzjoni jekk isimħa ma jkunx jidher fir-reġistru tal-brokers, u l-ebda kumpannija ma jkollha l-jedd li tmexxi kummerċ bħala broker fl-assigurazzjoni jekk kemm-il darba ma tkunx imniżżla fil-lista tal-brokers.", "Ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jmexxu kummerċ ta' broking u l-iskrizzjoni ta' kumpanniji li jkunu qed imexxu kummerċ bħala brokers fl-assigurazzjoni huma konċetti ġodda għal kollox u huma maħsuba sabiex jipprovdu, fost affarijiet oħra, li kull persuna li tkun imniżżla fir-reġistru tal-brokers tkun xierqa u idonea, li kull kumpannija iskritta fil-lista tal-brokers tiżgura tmexxija b'mod tajjeb u prudenti, li persuna tkun tista' tirreġistra fir-reġistru tal-brokers u li kumpannija, kemm jekk tkun lokali kif ukoll jekk tkun barranija, tkun tista' tiġi iskritta fil-lista tal-brokers.", "Ta' min jgħid ukoll li l-awtorita' kompetenti hija marbuta li tiddeċiedi jekk tilqax applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew iskrizzjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu meħtieġ.", "Jekk għal xi raġuni jew oħra l-awtorita' kompetenti tirrifjuta dik l-applikazzjoni din għandha tgħarraf lill-applikant bil-miktub, u min-naħa l-oħra, jekk kemm-il darba taċċetta l-applikazzjoni din għandha toħroġ lill-applikant konċernat ċertifikat ta' reġistrazzjoni jew iskrizzjoni.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hemm speċifikati wkoll iċ-ċirkostanzi li fihom l-awtorita' kompetenti tkun tista' tħassar isem ta' persuna mir-reġistru tal-brokers jew isem ta' kumpannija mil-lista tal-brokers.", "Meta l-awtorita' kompetenti tkun se tħassar xi isem ta' persuna mir-reġistru tal-brokers jew inkella xi isem ta' kumpannija iskritta fil-lista tal-brokers, din għandha tagħti avviż bil- miktub lill-persuna jew lill-kumpannija konċernata fejn tagħtiha r- raġunijiet li għalihom tkun se tieħu dak il-pass.", "Fl-aħħarnett taħt din it- taqsima hemm xi dispożizzjonijiet dwar ir-restituzzjoni ta' isem li jkun tħassar mir-reġistru jew mil-lista tal-brokers.", "Dan jista' jsir biss fuq ordni tat-tribunal dwar servizzi finanzjarji jew inkella wara li tkun saret talba għal dan mill-persuna jew mill-kumpannija konċernata.", "Bħal fil-każ ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew iskrizzjoni ta' isem ta' persuna fir-reġistru tal-brokers jew ta' kumpannija fil-lista tal-brokers, l- awtorita' kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tilqax applikazzjoni għal restituzzjoni ta' isem li jkun tħassar mir-reġistru jew mil-lista tal- brokers fi żmien tliet xhur.", "Jekk kemm-il darba l-awtorita' tirrifjuta li tirrestitwixxi isem ta' persuna mir-reġistru tal-brokers jew ta' kumpannija mil-lista tal-brokers din għandha tgħarraf lill-applikant bil-miktub u tagħtih ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut.", "Madam Speaker, taħt ir-raba' taqsima, \"Obbligazzjonijiet ta' Kumpanniji Iskritti'', hemm dispożizzjonijiet dwar l-obbligi li għandha tosserva kull kumpannija iskritta.", "Hawnhekk nixtieq infakkar lill-Kamra li meta kont qed nitkellem dwar id-dispożizzjonijiet ta' Taqsima III tar-Raba' Skeda ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni, kont spjegajt li kumpannija li tmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni bħala aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni jeħtiġilha li, fl-interess ta' l-assiguratur u iktar u iktar ta' l-assigurat, jew iżżomm il-flejjes kollha li jkollha f'idejha f'kapaċita' fiduċjarja separati mill-flejjes tagħha stess, jew inkella tagħmel garanzija ta' fedelta' li ssir skond direttiva dwar l- assigurazzjoni magħmula għal dak l-iskop.", "Fil-fatt f'Taqsima III tar-Raba' Skeda jingħad li din il-garanzija:", "\"... għandha tipprovdi li aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni jew manager ta' l-assigurazzjoni ma jkunx jista' jew jonqos milli jissodisfa l-obbligazzjonijiet finanzjarji tiegħu dwar xi somom ta' flus riċevut minnu mingħand, jew f'isem, il-klijenti tiegħu, somma ta' flus titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' persuna nominata jew approvata mill-Awtorita' Kompetenti, sabiex tintuża għall-benefiċċju ta' xi klijent ta' l-aġent jew tal-manager li jkun sofra telf jew dannu minħabba li l-aġent jew il-manager ma jkunx jista' jissodisfa jew jonqos li jissodisfa dawk l-obbligazzjonijiet finanzjarji.\".", "Issa minħabba li l-broker huwa l-aġent tal-klijent tiegħu, id- dispożizzjonijiet ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni dwar flejjes miżmuma f'kapaċita' fiduċjarja u garanzija ta' fedelta' huma wkoll id-dispożizzjonijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi fil-każ ta' kumpannija iskritta.", "Minħabba li fil-każ ta' kumpannija iskritta m'hemmx ftehim ta' aġenzija bħal fil-każ ta' aġent jew ta' manager ta' l- assigurazzjoni, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi dwar flejjes miżmuma f'kapaċita' fiduċjarja u garanzija ta' fedelta' fil-każ ta' broker huma obbligatorji u wieħed jista' jgħid b'mod ġenerali li kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju sitwat f'Malta, innegozjat, irranġat jew miksub minn kumpannija iskritta f'isem persuna assigurata jew persuna li se tiġi assigurata għandu jsir biss ma' kumpannija awtorizzata.", "Din id- dispożizzjoni ma tapplikax għall-kummerċ tar-ri-assigurazzjoni, għall- assigurazzjoni affiljata, kif ukoll għall-kummerċ ta' l-assigurazzjoni fil- qasam marittimu, fil-qasam tat-trasport u fil-qasam ta' l-avjazzjoni ħlief għal xi limitazzjonijiet li huma mfissra f'Taqsima II tat-Tielet Skeda ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni u fejn ikun hemm xi eżenzjoni li tkun ġiet mogħtija b'mod ġenerali bl-approvazzjoni tal- Ministru b'ordni fil-Gazzetta tal-Gvern jew bil-miktub bl-approvazzjoni ta' l-awtorita' kompetenti.", "Huwa importanti li l-broker ikollu dan l-obbligu, kemm fl-interess ta' l-ekonomija tal-pajjiż kif ukoll fl-interess tal- klijent, sabiex meta jkun hemm xi claim, dan il-claim jiġi negozjat f'Malta direttament ma' l-assiguratur u f'każ ta' tilwima, dan jiġi kkontestat fil- qrati Maltin.", "Madam Speaker, din it-taqsima, jiġifieri r-raba' taqsima, għandha diversi dispożizzjonijiet oħra li jirrigwardaw persuni reġistrati fir-reġistru tal- brokers.", "Ta' min jgħid ukoll li kull kumpannija iskritta għandha l-obbligu li darba fis-sena tgħarraf lill-awtorita' kompetenti bil-partikolaritajiet ta' kull direttur u mpjegat tal-kumpannija u jekk minn żmien għal żmien ikun hemm xi tibdil l-awtorita' trid tiġi notifikata b'dan bil-miktub.", "Darba fis-sena kull kumpannija iskritta għandha tibgħat lill-awtorita' kompetenti kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati dwar il- kummerċ ta' broking fl-assigurazzjoni mmexxi minnha, liema dikjarazzjonijiet ikunu saru skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l- 1995 dwar il-Kumpanniji.", "L-aħħar dispożizzjoni taħt din it-taqsima tgħid li kumpannija iskritta m'għandhiex tieqaf milli tmexxi kummerċ bħala broker fl-assigurazzjoni ħlief bil-permess bil-miktub ta' l-awtorita' kompetenti, u skond il-kondizzjonijiet imposti fuqha, mill-istess awtorita'.", "Madam Speaker, wieħed jista' jgħid li bejn wieħed u ieħor id- dispożizzjonijiet tal-ħames taqsima, imsejħa \"Sena Finanzjarja u Udituri\", huma l-istess bħad-dispożizzjonijiet li nsibu taħt il-ħames taqsima ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni, speċjalment fejn tidħol is-sena finanzjarja ta' kumpannija iskritta, il-ħatra, id-dmirijiet u t-terminazzjoni tal-ħatra ta' l-udituri minn kumpannija u l- komunikazzjoni bejn l-udituri u l-awtorita' kompetenti.", "Peress li l- kummerċ ta' broking fl-assigurazzjoni hu marbut mal-kummerċ ta' l- assigurazzjoni, huwa importanti ħafna li l-udituri li jivverifikaw il- kummerċ ta' l-assigurazzjoni jivverifikaw ukoll il-kummerċ ta' broking fl- assigurazzjoni imma biex jagħmlu dan jeħtieġ li dawn jiġu approvati skond id-dispożizzjonijiet proposti fl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni.", "Is-sitt taqsima ta' dan l-abbozz ta' liġi, li hija msejħa \"Reġistrazzjoni u Iskrizzjoni ta' Sotto-Aġenti fl-Assigurazzjoni\", tagħmel ċerti dispożizzjonijiet.", "Peress li s-sotto-aġent għandu ċerta importanza fis-suq tal-kummerċ ta' l-assigurazzjoni, minħabba li jmexxi waħdu l-attivitajiet ta' sotto-aġenzija u jittratta mal-klijenti barra mill-uffiċini ta' l- assiguratur, jeħtieġ li dan it-tip ta' intermedjarju jkun regolat taħt dan l-abbozz ta' liġi biex b'hekk ikun żgurat li kull persuna li tmexxi attivitajiet ta' sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni tkun xierqa, idonea u jkollha l-kwalifiki neċessarji biex taġixxi bħala sotto-aġent.", "Il-konċetti tar-reġistrazzjoni u ta' l-iskrizzjoni ta' sotto-aġenti fl-assigurazzjoni huma ġodda għal kollox u huma maħsuba biex jgħollu l-livell ta' tmexxija ta' din l-attivita'.", "Kull kumpannija awtorizzata li tmexxi l-kummerċ ta' l- assigurazzjoni u li tkun tixtieq taħtar persuna biex taġixxi f'isimha bħala sotto-aġent fl-assigurazzjoni għandha tistabilixxi u żżomm reġistru ta' persuni li jaġixxu f'isimha bħala sotto-aġenti fl-assigurazzjoni, li f'dan l-abbozz qed jissejjaħ \"ir-Reġistru ta' Kumpannija għal Sotto-aġenti\".", "Din it-taqsima tgħid ukoll li kull kumpannija għandha tistabilixxi l- proċeduri tagħha stess dwar il-ħatra u r-reġistrazzjoni ta' persuna li taġixxi f'isimha bħala sotto-aġent fl-assigurazzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li l-kwalifiki neċessarji biex persuna tkun tista' tirreġistra bħala sotto- aġent f'xi reġistru ta' kumpannija għal sotto-aġenti jiġu determinati mill- awtorita' kompetenti ħalli din tkun tista' tiżgura ruħha li kull persuna li tirreġistra bħala sotto-aġent tkun xierqa u idonea.", "Madam Speaker, hawnhekk ikun interessanti li wieħed jirrimarka li kull persuna li tiġi rreġistrata fir-reġistru ta' kumpannija għal sotto-aġenti hija soġġetta għall-iskrizzjoni fil-lista ta' sotto-aġenti, il-lista ta' persuni li jmexxu attivitajiet ta' sotto-aġenziji fl-assigurazzjoni li l- awtorita' kompetenti għandha tistabilixxi u żżomm kif kontemplat f'dan l- abbozz ta' liġi.", "Il-kumpannija li tirreġistra persuna fir-reġistru tagħha għandha d-dmir li tirreġistraha f'din il-lista ta' sotto-aġenti.", "L- awtorita' kompetenti għandha toħroġ ukoll ċertifikat ta' iskrizzjoni għal dik il-persuna li l-kumpannija tkun applikat biex tiġi rreġistrata fil- lista ta' sotto-aġenti.", "Biex wieħed ikun kompatibbli ma' prinċipju bażiku li fuqu tfasslet il-leġislazzjoni dwar l-assigurazzjoni u biex ikun żgurat li ebda persuna li tmexxi xi kummerċ jew xi attivita' fl-assigurazzjoni ma jkollha iktar minn awtorizzazzjoni waħda fl-istess perijodu biex tmexxi dak il-kummerċ jew dik l-attivita', dan l-abbozz ta' liġi jgħid li l-ebda persuna ma tista' taġixxi ta' sotto-aġent fl-assigurazzjoni jekk kemm-il darba ma tkunx reġistrata fir-reġistru tal-brokers, ma tkunx tifforma parti minn kumpannija iskritta fil-lista tal-brokers, jew inkella ma tkunx tifforma parti minn kumpannija awtorizzata bħala assiguratur, aġent jew manager fil-qasam ta' l-assigurazzjoni taħt l-Abbozz ta' Liġi dwar il- Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni.", "Min-naħa l-oħra biex persuna rreġistrata u iskritta bħala sotto-aġent fl-assigurazzjoni ma tabbużax billi tmexxi l- kummerċ ta' l-assigurazzjoni bħala aġent jew manager fl-assigurazzjoni jew inkella billi tmexxi l-kummerċ ta' broking fl-assigurazzjoni, dik il- persuna tista' tikseb ħatra u reġistrazzjoni bħala sotto-aġent fir-reġistru ta' kumpannija għal żewġ kumpanniji biss li jmexxu l-kummerċ fit-tul jew li jmexxu l-kummerċ ġenerali.", "Fil-fatt meta l-kummerċ fit-tul li jitmexxa miż- żewġ kumpanniji konċernati jkun ta' l-istess xorta, dik il-persuna tista' tmexxi attivitajiet ta' sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni dwar dik ix-xorta ta' kummerċ għal waħda biss miż-żewġ kumpanniji konċernati.", "Hekk ukoll meta xi grupp ta' klassijiet ta' kummerċ ġenerali li jitmexxa minn żewġ kumpanniji jkun ta' l-istess xorta, dik il-persuna tista' tmexxi attivitajiet ta' sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni dwar dak il-grupp ta' klassijiet ta' kummerċ għal kumpannija waħda biss miż-żewġ kumpanniji konċernati.", "Jien naħseb li dawn id-dispożizzjonijiet huma importanti ħafna għax permezz tagħhom kull persuna li tkun qed tmexxi xi kummerċ ta' l- assigurazzjoni jkollha r-rwol li tiżgura lill-klijent li qed tmexxi b'mod tajjeb u distint.", "Biex żgur jitneħħa kull dubju dwar min hu responsabbli għal kull għemil jew nuqqas ta' għemil tas-sotto-aġenti fl-assigurazzjoni, waħda mid-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima tagħmilha ċara li kumpannija awtorizzata biex tmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni f'kull żmien tkun responsabbli għal kull għemil jew nuqqas ta' għemil tas-sotto-aġenti reġistrati li jkollha jekk kemm-il darba dak l-għemil jew nuqqas ta' għemil ikollu x'jaqsam ma' kuntratt ta' assigurazzjoni maħruġ mill-kumpannija jew offrut f'isimha permezz tas-servizz ta' dawk is-sotto-aġenti li jkunu joperaw fl-assigurazzjoni.", "Madam Speaker, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi u għall-kondizzjonijiet ta' ħatra ta' sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni, dan l-abbozz jipprovdi li kumpannija tista' ttemm ħatra u tħassar xi isem ta' persuna mir-reġistru ta' kumpannija għal sotto-aġenti.", "Min-naħa l-oħra persuna li tkun irreġistrata f'xi reġistru ta' kumpannija għal sotto-aġenti tista' titlob lill-kumpannija konċernata biex ittemm il-ħatra tagħha u tħassar isimha mir-reġistru ta' kumpannija għal sotto-aġenti.", "Fil-fatt dan l-abbozz jipprovdi d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar tħassir ta' ismijiet mir-reġistru ta' kumpannija għal sotto-aġenti u mil-lista ta' sotto-aġenti.", "Madam Speaker, waħda mid-dispożizzjonijiet tas-seba' taqsima ta' dan l- abbozz ta' liġi, li fil-fatt hija msejħa \"Dispożizzjonijiet Ġenerali\", tagħmilha ċara li r-reġistru tal-brokers, il-lista tal-brokers, ir-reġistru ta' kumpannija għal sotto-aġenti ta' kull kumpannija u l-lista ta' sotto- aġenti għandhom jinżammu miftuħin ħalli jkunu jistgħu jiġu spezzjonati mill- pubbliku mingħajr l-ebda ħlas.", "Dan huwa maħsub sabiex dak kollu li għandu x'jaqsam ma' reġistrazzjoni u iskrizzjoni jkun trasparenti kemm jista' jkun.", "Dispożizzjoni importanti oħra li tipprovdi din it-taqsima tirrigwarda l-użu tal-kelma \"assigurazzjoni\".", "Fil-fatt, fost affarijiet oħra, subklawsola (1) ta' klawsola 41 tgħid li l-ebda persuna, sakemm din ma tkunx persuna reġistrata fir-reġistru tal-brokers, ma tkunx tifforma parti minn kumpannija iskritta fil-lista tal-brokers, ma tkunx tifforma parti minn kumpannija awtorizzata taħt l-Att ta' l-1996 dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni jew inkella ma jkollhiex il-kwalifiki ta' l-assigurazzjoni minn istitut ta' reputazzjoni magħruf għal dak l-għan mill-awtorita' kompetenti:", "\"ma għandha tuża l-kelma \"assigurazzjoni\" bħala parti minn isimha jew bħala deskrizzjoni jew titlu tagħha jew tagħmel xi użu bħal dak fuq xi ittra, karta, f'xi avviż jew reklam, jew b'xi mod ieħor ikun li jkun.\".", "Dan huwa maħsub biex jinqata' l-abbuż li jista' jsir minn xi persuni li bdew isejħu lilhom infushom konsulenti fl-assigurazzjoni meta fil-fatt il- kwalifiki tagħhom ma jkunu ġew eżaminati minn ħadd.", "Abbuż bħal dan joħloq ħafna diżgwid u għalhekk wieħed irid jara li kemm jista' jkun jinqata' darba għal dejjem.", "B'hekk il-poplu biss jista' jserraħ moħħu li dawk li jagħmlu użu mill-kelma \"assigurazzjoni\" jkollhom l-approvazzjoni ta' l- awtorita' kompetenti.", "Dispożizzjoni oħra li nsibu f'din it-taqsima, liema dispożizzjoni hija maħsuba biex tħaffef ix-xogħol tal-brokers u tgħinhom fil-qadi ta' dmirijiethom lejn il-klijenti tagħhom, hija dik li tittratta \"underwriting agreements\".", "L-ewwelnett ta' min jispjega li fil-qasam tal-kummerċ ta' l- assigurazzjoni l-underwriting agreement isir bejn kumpannija awtorizzata u kumpannija iskritta biex filwaqt li kumpannija awtorizzata tkun tista' tmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni, kumpannija iskritta tkun tista' tmexxi l-kummerċ bħala broker fl-assigurazzjoni u tkun tista' taċċetta riskji sitwati f'Malta f'isem il-kumpannija awtorizzata.", "Kull ftehim ta' din ix-xorta għandu jiġi rreġistrat ma' l-awtorita' kompetenti biex ikun validu.", "Fil-fatt l-awtorita' kompetenti trid tiżgura li kull underwriting agreement huwa biss għodda tan-negozju u bl-ebda mod ma jxaqleb lejn xi ftehim ta' aġenzija li jirrendi lill-broker aġent ta' l-assiguratur minflok aġent tal-klijent.", "Minħabba l-fatt li kumpannija iskritta fil-lista ta' brokers biex tmexxi l-kummerċ bħala broker fl-assigurazzjoni għandha l- istess importanza li għandha kumpannija awtorizzata biex tmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni bħala aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni, klawsoli 29, 30, 31 u 38 ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni, li jittrattaw is-setgħa ta' l-awtorita' kompetenti li teħtieġ tagħrif, is- setgħa ta' l-awtorita' kompetenti li teżamina l-affarijiet ta' kumpanniji awtorizzati, is-setgħa għal dħul biex jinkisbu tagħrif u dokumenti, u parteċipazzjoni f'kumpannija awtorizzata rispettivament, japplikaw għal kumpannija iskritta fil-lista tal-brokers daqskemm japplikaw għal kumpannija awtorizzata bħala aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni.", "Madam Speaker, dispożizzjoni importanti taħt din it-taqsima tirrigwarda l- appelli.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 45 tgħid li kull persuna jew kumpannija li tħossha aggravata b'deċiżjoni ta' l-awtorita' kompetenti:", "\"(a) li tirrifjuta li tirreġistra jew tiskrivi applikant taħt l- artiklu 13 jew 36 ta' dan l-Att;", "(b) li timponi xi kondizzjoni fuq, jew sussegwenti għal, reġistrazzjoni u iskrizzjoni taħt l-artiklu 13 ta' dan l-Att;", "(ċ) li tħassar l-isem ta' persuna mir-Reġistru tal-Brokers jew l-isem ta' kumpannija mil-Lista tal-Brokers taħt l-artiklu 16 ta' dan l-Att;", "(d) li tirrifjuta li tirrestitwixxi l-isem ta' persuna fir-Reġistru tal-Brokers jew l-isem ta' kumpannija fil-Lista tal-Brokers taħt is- subartiklu (2) ta' l-artiklu 18 ta' dan l-Att;", "(e) li tħassar l-isem ta' persuna mil-Lista ta' Sotto-aġenti taħt l- artiklu 35 ta' dan l-Att;", "(f) li teħtieġ kumpannija awtorizzata li tħassar l-isem ta' persuna mir-Reġistru ta' Kumpannija għal Sotto-aġenti ta' xi kumpannija taħt l- artiklu 36 ta' dan l-Att;", "(ġ) li tirrifjuta li tirreġistra xi underwriting agreement taħt l- artiklu 43 ta' dan l-Att;\",", "jew", "\"(ħ) li timponi penali amministrattiva dwar infrazzjonijiet kif jista' jiġi preskritt taħt l-artiklu 3 ta' dan l-Att;", "tista' tappella kontra d-deċiżjoni lit-tribunal għal servizzi finanzjarji li jkollu l-kompetenza esklużiva li jisma' appelli fuq il- ħwejjeġ imniżżlin f'dan is-subartikolu.\".", "It-tribunal għal servizzi finanzjarji ġie mwaqqaf taħt l-artiklu 10 ta' l- Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju.", "F'subklawsola (2) ta' klawsola 45 ta' dan l-abbozz jingħad li għall-finijiet ta' proċeduri li joħorġu minn dan l-abbozz ta' liġi għandu japplika l-proviso li hemm għas-subartiklu (1) ta' l-artikolu 57 ta' l-Att dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni; liema proviso jgħid li l-persuni maħtura bħala membri tat-tribunal għal servizzi finanzjarji għandhom ikunu persuni li fil-fehma tal-ministru responsabbli mill-finanzi jkollhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa fil-kummerċ ta' l- assigurazzjoni.", "Id-dispożizzjonijiet l-oħra li nsibu f'din it-taqsima jirrigwardaw koperazzjoni fi dmirijiet ta' sorveljanza u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtorita' kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi barranin, komunikazzjoni ta' informazzjoni konfidenzjali, notifika ta' avviż jew dokument ieħor li għandu jingħata taħt din il-liġi, tibdil materjali fid- dokumentazzjoni provduta jew meħtieġa b'din il-liġi, reati u pieni, kif ukoll esklużjoni ta' responsabbilta' fir-rigward ta' l-awtorita' kompetenti u l-membri, l-uffiċjali u l-impjegati tagħha.", "L-aħħar dispożizzjoni li hemm taħt din it-taqsima tirrigwarda r-riżervi applikabbli meta jitħassar l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l- Assigurazzjoni bl-Att dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni.", "Barra minn hekk jingħad ukoll li kull persuna jew kumpannija liċenzjata taħt l-Att ta' l- 1981 dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni biex taġixxi bħala sensal jew bejjiegħ ta' assigurazzjoni qed tingħata sitt xhur żmien mid-data tal-bidu fis-seħħ ta' din il-liġi biex tikkonforma ma' din il-liġi ħalli b'hekk din il-persuna jew kumpannija tkun tista' tkompli taġixxi bħala sensal jew bejjiegħ ta' assigurazzjoni.", "Jekk kemm-il darba persuna ma tikkonformax ma' din il-liġi fiż-żmien stipulat, dik il-persuna titlef l-awtorita' li kellha taħt l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni u titqies li waqfet milli taġixxi bħala sensal jew bejjiegħ ta' assigurazzjoni.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, f'dan l-abbozz ta' liġi hemm skeda waħda biss imsejħa \"Intermedjarji fl-Assigurazzjoni u Attivitajiet ta' Intermedjarji fl-Assigurazzjoni\".", "Ta' min jgħid li fl-ewwel kolonna ta' din l-iskeda hemm speċifikati dawk l-intermedjarji fl-assigurazzjoni li huma indipendenti, fit-tieni kolonna hemm speċifikati dawk l-intermedjarji fl-assigurazzjoni li huma dipendenti u fl-aħħar kolonna hemm speċifikati dawk l-attivitajiet ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, kif qal il-Ministru, dan l-abbozz ta' liġi huwa komplimentari għall-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni bil-ħsieb li flimkien ifasslu l-qafas tas-settur ta' l- insurance.", "Filwaqt li qabel konna nittrattaw mal-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni nfushom, fis-sens li jekk kemm-il darba tirriżulta xi ħsara fil-claims li jsiru mill-policy holders ta' kumpannija ta' l-assigurazzjoni din tieħu r-riskji kollha hi, illum qed niddiskutu settur ieħor tan- negozju, jiġifieri l-brokers, li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jagħtu parir lill-klijent dwar it-tip ta' insurance li għandu jfittex, it-tip ta' coverage li għandu jkollu fil-polza ta' l-assigurazzjoni, liema kumpannija hija l-iktar adattata biex tagħtih servizz, u kif għandha tiġi miktuba l- polza ta' l-assigurazzjoni sabiex il-klijent ikun jista' jserraħ rasu kompletament.", "Kif qed naraw, il-brokers u intermedjarji oħra għandhom importanza kbira fis-suq ta' l-insurance u tista' tgħid li huma catalysts, speċjalment fejn ikun hemm bżonn ċerta speċjalizzazzjoni biex jinkitbu ċerti poloz ta' l-insurance.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn in-nies se jkollhom kuntatt dirett kemm mal-policy holders kif ukoll ma' l-insurance companies u għalhekk huwa importanti li, permezz ta' dawn iż-żewġ abbozzi ta' liġi, nassiguraw li dawn l-intermedjarji jaħdmu bl-istess serjeta' li tkellimna fuqha fil-każ tal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni.", "Dan huwa importanti għax wieħed ma jistax jgħid li se jaġixxi bl-iktar mod serju mal-kumpannija li tkun se tieħu r-riskju u mbagħad joqgħod fuq wieħed li jgħid li jifhem f'dan is-suġġett bl-għan li jiġbdek lejn xi polza partikolari.", "Ovvjament qatt ma se nkunu nistgħu ngħidu li lħaqna l-livell ta' perfezzjoni f'dan il- qasam pero' għandna nkunu kemm jista' jkun żguri li dawn l-intermedjari jagħtu l-aħjar servizz possibbli lill-klijenti tagħhom.", "Sur President, meta wieħed iħares lejn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jsib li hemm ħafna enabling clauses, kif hemm fl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni, li permezz tagħhom l-awtorita' kompetenti tkun tista' minn żmien għal żmien taġġorna u taġġusta x-xenarju li jridu joperaw fih il-brokers u intermedjarji oħra.", "Il-Ministru semma l- aspetti tekniċi ta' dan l-abbozz ta' liġi b'mod dettaljat u għalhekk, kif għidt meta konna qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni, f'dan l-istadju jien m'iniex se noqgħod nerġa' nidħol f'dawn it-teknikalitajiet ħalli mbagħad niddiskutuhom meta naslu fl-istadju ta' Kumitat.", "F'dak l-istadju nkunu nistgħu nidħlu fihom aktar fid-dettall ħalli b'hekk inkunu ċerti li dak li qed nilleġislaw jirrifletti b'mod preċiż dak li fil-fatt irridu nagħmlu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u nagħmel riflessjoni politika.", "Sur President, l-ewwel kumment li rrid nagħmel huwa li sinċerament ma tantx ħadt gost meta wara li staqsejt x'inhi d-direzzjoni preċiża tal-Gvern dwar il-poloz ta' l-insurance li jkunu miktubin f'Malta u kemm minnhom jistgħu jinbiegħu fl-Ewropa, minflok ma l-Ministru qalilna x'inhi d- direzzjoni tal-Gvern ir-risposta tiegħu kienet li fuq dan is-suġġett se jkollna ċans nitkellmu matul il-ġimgħat li ġejjin.", "Bir-rispett kollu, jien ma nħossx li din tista' tissejjaħ risposta u għalhekk issa ġaladarba qed niddiskutu abbozz ta' liġi li għandu ċerta importanza, minħabba li se joħloq struttura ta' servizzi li jistgħu jingħataw minn pajjiżna stess, qed nerġa' nappella lill-Ministru li l-poplu tagħna għandu jkun jaf x'direzzjoni se jieħu l-Gvern f'dan ir-rigward.", "Għax ma nistgħux nibqgħu nitfgħu l-affarijiet għal saqajhom u mbagħad naraw x'nistgħu nagħmlu wara.", "Ma jistax ikun li nibqgħu mexjin b'dan il-mod.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li bħalissa hekk qed nagħmlu.", "Biżżejjed ngħid li jekk wieħed jaqbad ir- rapport li għamlet il-Kummissjoni Ewropea jitkexkex meta jara x'inhi l- portata tiegħu għall-industrija Maltija u għas-servizzi Maltin.", "Wara kollox, l-uniku interess li għandha din il-kummissjoni huwa li toħloq struttura li permezz tagħha jgawdu l-manifatturi u s-service providers Ewropej.", "Nappella lill-Ministru Brincat li wasal iż-żmien li l-Gvern jibda jagħti dan it-tip ta' risposti.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq nota inqas importanti.", "Kif qal il-Ministru, dan l-abbozz ta' liġi, bħall-Abbozz ta' Liġi dwar il- Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni, jipprovdi biex f'każ ta' konflitt bejn it- test Malti u dak Ingliż jipprevali t-test Ingliż.", "Jien naqbel ma' dan il- konċett għax f'dan il-każ aħna qed nipproġettaw liġi internazzjonali li se tiġi utilizzata minn investituri barranin, kif konna għamilna fl-1994 meta għaddejna minn dan il-Parlament pakkett ta' liġijiet li jittrattaw is- servizzi finanzjarji.", "Pero' kemm kienet differenti s-sitwazzjoni dak iż- żmien!", "Biżżejjed ngħid li dak iż-żmien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien ressaq emenda biex dan l-artiklu jitneħħa minn waħda mil-liġijiet u fil- fatt fis-seduta numru 270 tal-31 ta' Mejju, 1994 kien qal hekk:", "\"Jiena personalment - ħalli nitkellem fuqi personali at this stage - għandi oġġezzjoni fundamentali għal din it-tip ta' klawsola għaliex qiegħda tgħid li fit-territorju Malti, taħt leġislazzjoni mgħoddija minn Parlament Malti, meta jkun hemm test Ingliż u test Malti ta' liġi, ipso facto qegħdin inċedu li t-test Malti ma jipprevalix ...\".", "Meta aħna konna għidna li ma naqblux li għandu jitneħħa artiklu bħal dan - fil-fatt dan l-artiklu tant kien bżonjuż li llum dan il-Gvern qed idaħħlu f'żewġ abbozzi ta' liġi li qed iressaq f'dan il-Parlament - konna qlajna ħafna akkużi fejn, fost affarijiet oħra, kważi kienu qalulna li aħna m'aħniex patrijotti.", "Imma issa ħalli nkompli nikkwota lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Huwa kien kompla jgħid:", "\"Barra minn hekk - ħalli nkun straight f'dak li qed naħseb - ħaġa bħal din ...\"", "- għax l-Oppożizzjoni Laburista kellha din il-fissazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea -", "\"... qed tiftaħ preċedent coach and horses għal kwalunkwe intenzjoni li jista' jkollu dan il-Gvern vis-a-vis leġislazzjoni tal-Komunita' Ewropea, b'mod li nistgħu nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn diġa' jkunu jeżistu preċedenti fil-leġislazzjoni Maltija fejn jipprevali t-test Ingliż.\".", "Ta min jgħid li dak iż-żmien konna qattajna xi seduta u nofs niddibattu dan l-artiklu u dan il-Parlament konna ttrasformajnieh f'teatrin.", "Imma llum l-affarijiet inbidlu għax fl-aħħar qed nitgħallmu nagħmlu l-affarijiet kif suppost.", "GĦalkemm għad hemm bżonn li nbiddlu ħafna affarijiet oħra li ma jagħmlux sens għal pajjiżna qed nieħu gost nara li l-mentalita' meschina li kienet tipprevali qabel issa spiċċat, u jien nawgura li nibqgħu nieħdu d- deċiżjonijiet tagħna fl-interess tal-pajjiż u mhux fl-interess ta' xi image li jkun irid jibni xi ħadd.", "Madam Speaker, kif għidt, din kienet biss parentesi għax aħna nemmnu li dan l-abbozz ta' liġi se jkompli jsaħħaħ il-fiduċja u s-serjeta' fil-mod li bih jitħaddem is-settur ta' l-insurance f'pajjiżna.", "Jien persważ li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se jkollna a level playing-field fejn kulħadd se jkun jaf fejn qiegħed, x'qed jagħmel u safejn jista' jasal.", "Pero', iktar importanti minn hekk, dan l-abbozz ta' liġi jipprovdi li min ma jħossx li qed jingħata s-servizz li għandu jingħata jkun jista' jitlob li jsir rikors kontra min kien negliġenti jew fraudulent fil-pariri tiegħu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, naħseb li jkun xieraq jekk infakkru ftit il-kontest storiku li wassalna biex illum qed niddiskutu żewġ abbozzi ta' liġi li jittrattaw in-negozju ta' l-assigurazzjoni.", "Pero' qabel xejn ma nistgħux ma nosservawx li dawn iż-żewġ abbozzi ta' liġi jolqtu servizz finanzjarju li huwa importanti ħafna għal pajjiżna.", "Meta l- Ministru kien qed jagħmel id-diskors ta' introduzzjoni, kemm fuq dan l- abbozz ta' liġi kif ukoll fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni - fil-fatt wieħed jista' jistaqsi jekk dawn setgħux jinġabru f'abbozz ta' liġi wieħed - huwa ġustament għamel enfasi fuq in-numru kbir ta' persuni li jaħdmu fil-qasam ta' l-assigurazzjoni kif ukoll il-qligħ li ġġib din l-attivita'.", "Ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq l-aspett storiku tal- qasam ta' l-assigurazzjoni f'pajjiżna.", "Madam Speaker, nibda biex ngħid li qabel - mhux biss f'Malta imma anke f' pajjiżi oħra kienu jaħsbu li dan il-qasam jista' jiġi rregolat billi sempliċement il-ministru responsabbli minn dan is-settur jingħata l-poteri kollha immaġinabbli, fosthom li jiddeċiedi min għandu jingħata liċenzja biex jaħdem f'dan il-qasam, x'tip ta' garanziji għandhom jintalbu minn min jaħdem fil-qasam ta' l-insurance, l-ammont ta' flus garantiti li għandu jkollhom il-kumpanniji barranin f'Malta, jekk il-kumpanniji barranin għandhomx jiġu obbligati jagħmlu xi forma ta' reinsurance ma' kumpanniji Maltin u jekk għandhomx jinħolqu ċerti monopolji favur enti jew oħra fejn il-gvern ikollu ċerti interessi.", "Kif nistgħu naraw mill-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni, kollox kien jiddependi b'mod assolut mill- ministru tal-finanzi tal-ġurnata.", "Issa ħalli nispjega x'ġara mill-1981 'l hawn biex wasalna għall-proċess ta' llum.", "Fil-fatt dak li ġara mill-1981 'l hawn hu li l-Gvern Nazzjonalista kien identifika l-qasam tas-servizzi finanzjarji bħala wieħed mill-ikbar growth areas ta' pajjiżna, u dan għamlu għal żewġ raġunijiet, kemm minħabba li Malta, peress li qiegħda f'nofs il-Mediterran u għandha rabtiet tajba sew ma' l-Ewropa kif ukoll ma' l-Afrika ta' Fuq, hija ċentru ta' attivita', kif ukoll għaliex aħna nemmnu li l-futur ta' pajjiżna ma jistax ma jkunx marbut mas-settur tas-servizzi.", "Illum fhimna li meta wieħed jitkellem fuq Malta ma jistax jagħmel enfasi fuq il-qasam agrikolu biss jew fuq il-qasam industrijali biss għax, bla ebda dubju, l-iżvilupp ta' pajjiżna ma jiddependix biss mill-fabbriki li joperaw f'pajjiżna, allavolja dawn f'daqqa jistgħu jimpjegaw xi 1,000 ruħ.", "Kif diġa' għidt dak li wassal għal- liġijiet li saru bejn l-1987 u l-1996 kien li fl-aħħar fhimna li Malta trid bilfors tagħti importanza partikolari lis-settur tas-servizzi.", "L-ewwel ma għandna naraw meta ngħidu li Malta għandha tkun ċentru tas- servizzi finanzjarji huwa li dan iċ-ċentru jkollu reputazzjoni għolja u jkollu l-fiduċja ta' kull min huwa involut f'dan il-qasam.", "Ċertament m'huwiex biżżejjed li pajjiżna għandu persuni li huma kompetenti ħafna fil- qasam tas-servizzi, għax irridu nassiguraw li min jiġi biex jaħdem f'pajjiżna jkollu moħħu mistrieħ li qed jaħdem f'pajjiż li għandu reputazzjoni tajba u li qed jimxi mar-regoli rikonoxxuti.", "Il-ħsieb prinċipali tal-Gvern Nazzjonalista għall-qasam tas-servizzi finanzjarji kien li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk ta' min jgħid li meta dan l- aħħar kont qed naqra xi rivisti li jittrattaw is-settur ta' l-offshore internazzjonali, sibt li qed jingħad li għalkemm il-Gvern Malti preżenti ma jridx sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea huwa xorta waħda jħoss li f'dan il- qasam għandu jaħdem fil-parametri li tirrakkmanda l-Unjoni.", "Naturalment dan fih innifsu huwa pożittiv għax juri li għalkemm il-Gvern Laburista, għal raġunijiet li għadu ma jridx jesprimi, ma jridx li pajjiżna jkun membru fl-Unjoni Ewropea, xorta waħda jgħid bla tlaqliq - dan ma ntqalx biss mill-uffiċjali tal-Malta Financial Services Centre imma wkoll minn politiċi li kienu intervistati f'dawn ir-rivisti - li Malta għandha tibqa' ssegwi l-parametri li tirrakkmanda l-Unjoni Ewropea jekk kemm-il darba rridu nassiguraw li s-suċċess ta' pajjiżna bħala ċentru ta' attivita' fil- qasam tas-servizzi finanzjarji ma jitkejjilx biss minn kemm-il kumpannija tiġi f'pajjiżna biex taħdem f'dan il-qasam imma wkoll minn kemm ikollna kredibbilta' għolja.", "Għalhekk f'dibattitu bħal dan ma nistax ma nerġax nistaqsi: Ġaladarba l-Gvern qed jiftaħar li jrid jieħu din it-triq, għaliex ma bqajniex bil- fehma li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea minflok ma nersqu lejn sitwazzjoni fejn nassumu l-obbligi tagħna mingħajr ma ningħataw l-ebda drittijiet?", "Sa ftit taż-żmien ilu l-poplu Malti kellu gvern li ried jinnegozja għalih il- vantaġġi ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea imma mbagħad fl-istess ħin kellu partit politiku ewlieni li kien qed jgħidlu li jekk kemm-il darba jagħtih il-poter, Malta jkollha pakkett aħjar.", "Pero' meta l-poplu afdalu dan il-poter f'idejh ġara li filwaqt li dan il-Gvern ġdid iffirma għall- obbligi kollha li jassumi kull pajjiż li jkun irid jidħol membru ta' l- Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra meta l-poplu staqsieh fuq il-vantaġġi, fuq id-drittijiet u fuq l-għajnuna li suppost ikollu ġaladarba assuma l-obbligi tiegħu, il-Gvern qallu li issa dawn għandu jinsihom kollha għax, skond hu, filwaqt li pajjiżna huwa kbir biżżejjed biex jassumi l-obbligi huwa żgħir wisq biex jingħata d-drittijiet!", "Jien naħseb li r-reazzjoni ovvja ta' kull bniedem normali f'ċirkostanzi bħal dawn hija li jdur fuq il-Gvern preżenti u jgħidlu: Inti dħakt bija.", "Inti ngannajtni.", "Inti m'għidtx il-verita' għax ipprovajt turi ħaġa li tfisser ħaġa oħra.", "Inti qed turini bil-fatti li t-triq li konna qed nieħdu qabel kienet aħjar minn dik li qed nieħdu issa, fejn qed niftaħru kemm qed nassumu obbligi mingħajr m'aħna qed nifhmu li għandu jkollna d-dinjita' tagħna.", "Madam Speaker, illum l-Unjoni Ewropea qed tiddiskuti l-kondizzjonijiet tad-dħul ta' pajjiżi li applikaw biex jissieħbu magħha warajna, liema pajjiżi kienu jħarsu lejn Malta bħala l-punt ta' aspirazzjoni tagħhom.", "Biex nagħti eżempju, jekk wieħed isegwi d-diskussjonijiet li qed isiru bejn Ċipru u l-Unjoni Ewropea jsib li dan il-pajjiż, li qiegħed 'il quddiem ħafna fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, qed jiddiskuti mhux biss l- obbligi li se jkollu ġaladarba jissieħeb fl-Unjoni imma wkoll id-drittijiet li se jkollu.", "Meta pajjiż jirrikonoxxi l-fatt li bħala pajjiż Ewropew għandu d-dritt li jifforma parti mill-Unjoni Ewropea jkun qed juri li jemmen fih innifsu, li huwa kapaċi jkun ugwali għal pajjiżi oħra, anke jekk dawn ikunu ikbar minnu, u fejn ma jkunx ugwali għandu juża l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea biex jikseb l-għajnuna finanzjarja, l-għajnuna teknika u l- għajnuna konsultattiva.", "Jien illum ma stajtx ma nqanqalx dan il-punt għax mill-istqarrijiet li qed jagħmel il-Gvern qed jidher ċar li filwaqt li qed jirrikonoxxi l-fatt li Malta għandha timxi ma' l-obbligi Ewropej, fl-istess ħin m'għandux fiduċja biżżejjed fih innifsu u fil-poplu Malti.", "Issa ħalli nkompli nispjega l-aspett storiku ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Fl-1994 Gvern Nazzjonalista fassal qafas legali sħiħ ta' servizzi finanzjarji għaliex kellu f'moħħu numru ta' ħsibijiet, fosthom li f'pajjiżna jinħoloq a one-stop shop għal kull min joffri servizzi finanzjarji differenti.", "Sfortunatament illum għadna 'l bogħod milli nikkordinaw dawn is-servizzi kollha f'post wieħed għax għadna f'sitwazzjoni fejn għal ċerti tipi ta' servizzi finanzjarji wieħed irid jirrikorri għand il-Malta Financial Services Centre, għal ċerti tipi ta' servizzi finanzjarji jrid jirrikorri għand il-Bank Ċentrali u għal ċerti tipi ta' servizzi finanzjarji oħrajn irid jirrikorri għand il-ministru konċernat.", "GĦalhekk naħseb li wieħed għandu jappella lill-Gvern biex iħares lejn l- aspetti kollha tas-servizzi finanzjarji b'mod globali ħalli forsi naslu biex il-konċett ta' a one-stop shop ma ndaħħluhx biss f'dan il-qasam imma wkoll f'oqsma oħra ta' investiment, bħall-banking, minflok ma nisparpaljaw l-enerġiji u r-riżorsi tagħna bla bżonn.", "Jien naħseb li llum ikun xieraq jekk nevalwaw dan il-punt bis-serjeta'.", "Fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tissemma l-famuża awtorita' kompetenti, jiġifieri issa l- Ministru, permezz ta' avviż legali, jista' jiddikjara liema se tkun l- awtorita' kompetenti li taqdi ħafna mill-funzjonijiet li hawn imsemmija kemm f'dan l-abbozz ta' liġi, kif ukoll fl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni.", "Jien nassumi li l-Ministru se jaħtar lill-Malta Financial Services Centre bħala l-awtorita' kompetenti għax għalkemm f'pajjiżna dan is-settur għadu jiġi rregolat b'liġi li, kif għidt, jekk taqraha waħedha taħseb li l-poteri kollha qegħdin f'idejn il-ministru tal- finanzi, meta l-Gvern preċedenti kien ġab quddiem dan il-Parlament 16-il liġi differenti biex kemm jista' jkun jolqot l-oqsma kollha tas-servizzi finanzjarji ...", "Issa hawnhekk qed ngħid \"kemm jista' jkun\" għax wieħed għandu japprezza li dan is-settur huwa wieħed dinamiku u qiegħed jevolvi kontinwament.", "Għalhekk minn żmien għal żmien ikun hemm bżonn li jsiru ċerti emendi skond il-ħteġijiet tal-ġurnata, kif għamel il-Gvern preżenti stess meta ftit tal-ġranet ressaq għad-diskussjoni f'dan il-Parlament xi emendi għal-liġi li tirrigwarda l-amministrazzjoni tat-taxxa, li hija waħda mil-liġijiet jolqtu lill-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Ftit ilu l-kollega tiegħi, l-Onor.", "John Dalli, semma l-mod drammatiku li bih kien tkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-1994 kontra l-provvediment li f'każ ta' konflitt bejn it-test Malti u t-test Ingliż, it-test Ingliż ta' abbozz ta' liġi għandu jipprevali fuq dak Malti għal raġunijiet evidenti li llum il-Gvern stess qed japprezza.", "Pero' apparti dak li ntqal dakinhar f'dan ir-rigward, wieħed irid jenfasizza wkoll li l-leġislazzjoni għall- qasam tas-servizzi finanzjarji fit-totalita' tagħha saret in a bipartisan approach.", "Dan kien kruċjali fl-1988, meta konna fassalna liġi li permezz tagħha waqqafna l-Malta International Business Authority, liema istituzzjoni, bl-emendi ta' l-1994, saret il-Malta Financial Services Centre.", "Dan huwa kruċjali llum ukoll u jibqa' kruċjali fil-futur għax lil min jiġi biex jinvesti f'pajjiżna rridu nserrħulu moħħu li din il- leġislazzjoni m'hijiex waħda kontroversjali li tinbidel minn ġurnata għall- oħra skond il-partit politiku li jkun hemm fil-gvern.", "Ta' min ifakkar li fl-1994 il-kollega tiegħi l-Onor.", "John Dalli kien ippilota dawn il-liġijiet b'mod informali billi ħoloq speċi ta' talking shop bil-parteċipazzjoni ta' diversi Membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra li kienu jmorru d-dar tiegħu stess - fil-fatt jien kont attendejt diversi laqgħat minn dawn - biex jiddiskutu d-dettalji kollha tal-leġislazzjoni li tittratta s-servizzi finanzjarji, jagħmlu l-mistoqsijiet li jħossu li għandhom jagħmlu lill- uffiċjali - xi ħaġa li fil-proċeduri parlamentari m'hijiex daqstant faċli li ssir - u biex isiru xi suġġerimenti prattiċi.", "Dan kien the tip of a positive iceberg għax permezz ta' din l-inizjattiva l-abbozzi ta' liġi li dak iż-żmien kienu għadhom fi stadju preliminari setgħu jiġu diskussi iktar fil-fond u b'mod dettaljat.", "Jien ma nara xejn ħażin jekk il-Gvern preżenti wkoll jimxi fuq dan il-pass għax, kif għidt, jekk irridu verament li pajjiżna jkollu l-kapaċita', ir-riżorsi u l-missjoni li jkun ċentru ta' servizzi finanzjarji ta' reputazzjoni għolja għandna nikkollaboraw flimkien fit-tfassil ta' kull riforma li jista' jkun hemm bżonn.", "Wieħed mill-ħsibijiet li ridt nesprimi llejla hu li għandna naraw nistgħux inħarsu lejn il-liġijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan is- settur u nsibu mod kif awtorita' regolatorja waħda tkun tista' tikkordina kollox hi għax, kif għidt, illum għadna ma daħħalniex il-konċett ta' a one- stop shop.", "Ħalli nagħmlu dan il-ħsieb ċar anke mill-aspett ekonomiku u mhux minn dak politiku biss.", "Għaliex illum diversi pajjiżi qed iħossu l- ħtieġa - għax din mhijiex xi ħaġa li qed tħoss il-ħtieġa tagħha Malta biss - li jdaħħlu l-konċett ta' a one-stop shop?", "Għax id-distinzjonijiet tant ċari li sa ftit snin ilu kienu jsiru bejn service providers differenti illum saru blurred.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Illum wieħed m'għadux imur il-bank biss biex jagħmel depożitu ta' flus ħalli jieħu l-imgħax fuqu jew inkella biex jieħu xi loan imma wkoll biex jinvesti f'shares, f'securities u f'participating plans.", "Hekk ukoll fil-qasam ta' l-insurance, għax dan m'huwiex biss settur li jassigurak għal xi riskju partikolari, jew li jipproteġi lill-familjari tiegħek jekk kemm-il darba inti tiġi nieqes, imma dan is-settur jista' wkoll jippromwovi policies li wieħed jista' jipparteċipa fihom - din hija xi ħaġa li rridu nagħmluha bilfors fil-futur - u li jirrendu introjtu regolari.", "Illum wieħed m'għadux ikollu jirrikorri bilfors għand il-Bank Ċentrali għal kwalunkwe ħaġa konnessa mal- banek għax għandna sitwazzjoni fejn filwaqt li bank lokali huwa rregolat mill-Bank Ċentrali, bank offshore huwa rregolat mill-Malta Financial Services Centre.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-liġijiet tagħna jsib diversi affarijiet li jindikaw - il-white paper li kienet ħarġet fl-1993 tindika dan b'mod ċar ħafna - li l-Gvern Nazzjonalista ma riedx li nibqgħu f'sitwazzjoni fejn wieħed irid joqgħod jiġri minn post għall-ieħor biex jinqeda.", "Madam Speaker, jekk wieħed jaqbad il-gazzetti ta' llum isib reklam mill- Bank of Valletta Ltd. li jinkoraġġixxi lin-nies immorru għandu ħalli jipparteċipaw fi skema ta' investiment li tikkonsisti f'shares marbuta ma' equities internazzjonali.", "Mela llum qed nifhmu li d-distinzjonijiet li fil- passat kienu jiġġustifikaw approach frammentat, m'għadhomx japplikaw fid- dinja ta' llum.", "Jien semmejt lill-Bank of Valletta Ltd. imma wieħed irid jgħid li l-Mid-Med Bank Ltd. u banek oħra ħadu l-istess inizjattiva, u l- kompetizzjoni li hemm bejn il-providers differenti f'dan il-qasam wasslet biex ikkreat il-ħtieġa li narmonizzaw dak li rridu nagħmlu f'din id- direzzjoni.", "GĦalhekk jien napprezza jekk meta l-Ministru jkun qed jagħmel il-winding-up fuq dan l-abbozz ta' liġi jagħtina ħjiel ta' x'direzzjoni għandu l-Gvern f'dan ir-rigward.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni, li għadna kif approvajna t-Tieni Qari tiegħu, għax wisq nibża' li fih klawsola li se toħloq anomalija partikolari fil-qasam ta' l- insurance.", "Jekk wieħed iħares lejn klawsola 35 ta' dan l-abbozz ta' liġi jsib li biex kumpannija li jkollha l-head office tagħha f'Malta tkun tista' tittrasferixxi dak in-negozju f'Malta, jew anke barra minn Malta, tkun trid tagħmel applikazzjoni quddiem it-tribunal dwar servizzi finanzjarji.", "Jien naħseb li din bħala prinċipju hija anomalija u dan għal diversi raġunijiet.", "L-ewwelnett jekk aħna rridu verament li f'pajjiżna noħolqu l-konċett ta' a one-stop shop, dan il-konċett għandna nħalluh jaħdem għal kollox.", "Huwa veru li hawnhekk qed nitkellmu fuq negozju sensittiv u għalhekk wieħed irid jirregolah b'mod riġidu.", "Pero' hemm bżonn li biex kumpannija tittrasferixxi n-negozju tagħha toqgħod tmur quddiem it-tribunal dwar servizzi finanzjarji - ta' min ifakkar li dan it-tribunal għadu ma twaqqafx - minflok ma tirrikorri għand il-Malta Financial Services Centre?", "Fl- opinjoni tiegħi, din il-klawsola qed toħloq anomalija għal żewġ raġunijiet, kemm għax qed tfarrak il-konċett ta' a one-stop shop għal kull ħaġa li jkollhom bżonn il-kumpanniji li jaħdmu fi kwalunkwe qasam ta' servizzi finanzjarji, kif ukoll għax ġaladarba dan it-tribunal meta twaqqaf se jservi biex jagħti d-dritt ta' appell għal min ma jaqbilx ma' deċiżjoni jew oħra tal-Malta Financial Services Centre, jekk imbagħad dak li jkun ma jaqbilx mad-deċiżjoni li jkun ħa t-tribunal ma jkollux fejn imur.", "Naturalment jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn wieħed ikun jista' jirrikorri għand il-qrati ordinarji u wieħed jista' jgħid, b'mod ristrett ħafna, li ċerti deċiżjonijiet li jieħu t-tribunal jistgħu jkunu appellabbli quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "Pero' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni m'hu ċar xejn f'dan ir-rigward.", "Madanakollu l-punt tiegħi hu li ladarba f'oqsma oħra wieħed għandu dritt jagħmel żewġ appelli, hawnhekk għandna nużaw l-istess proċedura għax ma nistgħux naqilgħu attivita' partikolari barra mill-awtorita' kompetenti jekk verament irridu li noħolqu fiduċja sħiħa f'din l-awtorita' u nħalluha tirregola dan il- qasam hi.", "Jekk ma nemendawx din il-klawsola jkollna ngħidu li fil-qasam tas-servizzi hemm żewġ kategoriji ta' attivita', hemm attivita' fejn iċ- ċentru huwa fdat biex jikkoordina l-ħidma kollha hu u mbagħad hemm attivita' oħra li jrid jikkoordina l-ħidma tagħha t-tribunal jew il- ministru.", "Għalhekk nappella lill-Ministru biex ineħħi dawn l-anomaliji mill-iktar fis possibbli.", "Issa ħalli nerġa' ndur għall-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Madam Speaker, wieħed jista' jgħid bla tlaqliq li l-Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra fih aspett innovattiv importanti għax jipprovdi s-sistema li fejn jidħlu s-sub-agents ikunu l- kumpanniji stess involuti fil-qasam ta' l-assigurazzjoni li jagħmlu parti mix-xogħol regolatorju tagħhom.", "Dan l-aspett huwa pożittiv u għandu jservi ta' nkoraġġiment għal dawk li huma involuti direttament fl-oqsma li qed nitkellmu dwarhom u li se nirregolaw.", "Kunċett ieħor li jsemmi dan l-abbozz ta' liġi, li semmieh l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni u li nsibuh anke fil-liġijiet li jittrattaw is-servizzi finanzjarji, huwa li l-awtorita' kompetenti tista' toħroġ xi direttivi biex tirregola dan il-qasam.", "B'hekk l-awtorita' kompetenti tkun f'pożizzjoni li toffri kordinazzjoni aħjar bejn is-servizzi finanzjarji.", "Pero' dan ma jfissirx li d-direttivi li tagħti din l- awtorita' se jkunu dejjem identiċi għal kull ħaġa li taqa' taħt dan il- qasam.", "Per eżempju, dan ma jfissirx li d-direttivi li se tagħti l- awtorita' kompetenti għall-collective investment schemes se jkunu japplikaw ukoll għall-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, jew li d-direttivi li din l- awtorita' se tagħti lill-banek se jkunu japplikaw ukoll għal servizzi finanzjarji oħrajn.", "F'pajjiżna għandna diversi liġijiet finanzjarji li jittrattaw l-importanza tad-direttivi u jagħtu titlu differenti lid-diversi tipi ta' direttivi.", "B'hekk ikun hemm opportunita' għal diversifikazzjoni ta' dawn id-direttivi mingħajr ma jkun hemm bżonn li jinħolqu ħafna awtoritajiet differenti f'dan il-qasam .", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, niġbidlek l-attenzjoni li qed joqrob il-ħin għall-Aġġornament.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirringrazzjak, Madam Speaker, imma fil- fatt kont se nagħlaq id-diskors tiegħi.", "F'dawn iż-żewġ liġijiet li ttrattajna llejla hawn il-qafas leġislattiv neċessarju biex il-gvern jassigura kordinazzjoni aħjar, jibqa' miexi fuq gwida Ewropea u jkompli jagħti lil dan is-settur il-fiduċja kollha meħtieġa fuq bażi bipartisan, għax b'hekk biss nistgħu nassiguraw li Malta, kemm fil-qasam ta' l- assigurazzjoni, kemm fil-qasam bankarju, kemm fil-qasam ta' servizzi finanzjarji oħrajn kif ukoll fil-qasam ta' investiment ma tkunx biss ċentru li fih jiġu ħafna kumpanniji li joħolqu l-impjiegi, li ċertament ikomplu jkattru l-ġid ekonomiku ta' dan il-pajjiż, imma wkoll ċentru li jgawdi l- fiduċja sħiħa ta' kull min huwa involut f'dan il-qasam.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 18 ta' Frar, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sena 1997/98", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti): Madam Speaker, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari tas-seduta ta' dalgħodu tqajmu diversi mistoqsijiet l-iktar mill-Onor.", "Austin Gatt u mill-Onor.", "George Pullicino, rigward il-kwestjoni ta' l-impjiegi fil- pixxina nazzjonali.", "Fil-fatt f'dan ir-rigward qed isiru akkużi left, right and centre u f'din il-Kamra kien hemm min saħansitra pprova jpinġi lilu nnifsu bħala verġni u li m'għandu xejn minn xiex jistħi.", "Min-naħa tiegħi, jien għamilt xi ftit homework, studjajt dawn l-akkużi li saru u llejla nixtieq nitfa' ftit iktar dawl fuq l-affarijiet li ntqalu dalgħodu, kif għamel ukoll il- Ministru Bartolo meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet li sarulu.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li wara li saru dawn l-akkużi l-ewwel ħaġa li għamilt kienet li rajt kemm kien hemm impjegati jaħdmu fil-pixxina nazzjonali, eżattament qabel ma nbidel il-gvern, u sibt li kien hemm tmienja min-nies jaħdmu fil-plant room, kien hemm tliet maintenance workers, li wieħed minnhom kien casual cleaner, u kien hemm security officer.", "Dawn il-ħaddiema, li huma mpjegati tal-gvern, kienu qed jiġu mħaddma fuq bażi full-time.", "Minbarra dawn l-impjegati full-time imbagħad kien hemm seba' mpjegati fuq bażi casual u part-time li, ħaġa ta' l-għaġeb - min jitkaża bil-koinċidenzi! - kollha kemm huma kienu ġejjin mid-distrett tal-ministri li kienu responsabbli mill-isport taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jiġifieri l-Onor.", "Michael Refalo u l-Onor.", "Michael Frendo.", "Fil- fatt sibna li l-impjiegi ta' dawn in-nies kienu kkonfermati mill-kumitat il- ġdid għat-tmexxija tal-pixxina u li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien ġie ngaġġat fuq bażi full-time ċertu Silvio Zammit minn Tas-Sliema bħala operations manager.", "Dan kien intbagħat hemmhekk direttament mill-ministeru ta' l-isport, kif jirriżulta mir-rapport ta' l-acting management committee tal-pixxina li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni din is-sena, u mill-minuti tal-kumitat tat-tmexxija li kien hemm fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti.", "Wieħed irid jgħid ukoll li ma kienet saret l- ebda sejħa għal applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi, lanqas sempliċement b'avviż fuq xi gazzetta jew fuq xi noticeboard.", "Madam Speaker, x'ġara mal-bidla fil-gvern?", "Twaqqaf kumitat ta' tmexxija ġdid fi ħdan il-Malta University Sports Complex Ltd. - fil-fatt il-pixxina nazzjonali tappartjeni lil din il-kumpannija - u ddaħħlu numru ta' ħaddiema oħra.", "Dalgħodu l-Onor.", "Austin Gatt għaddielna lista ta' l-impjegati li hemm mal-pixxina nazzjonali biex, skond hu, \"jiffrankalna x-xogħol\".", "Meta rajna din il-lista sibna li qabel ma nbidlet l-amministrazzjoni minflok 11- il persuna kien hemm jaħdmu fil-pixxina nazzjonali 15-il persuna.", "Dalgħodu l-Onor.", "Gatt qal li llum hemm jaħdmu tmienja min-nies li minnhom wieħed biss m'huwiex mid-distrett tiegħi.", "Għalhekk aħna rajna minn fejn huma dawn il-persuni u sibna li dawn ġejjin minn Ħal Balzan, Birkirkara, Fgura, Marsa, Mosta, Msida, Raħal Ġdid, San Ġwann, San Ġiljan u Ħal Tarxien.", "Ta' min jgħid ukoll li meta rajt għaliex it-tliet persuni li semma dalgħodu l- Onor. Gatt ma baqgħux jaħdmu hemmhekk - min semgħu jitkellem żgur li ħaseb li sar xi skandlu! - sibt li dawn kienu summer workers.", "Imbagħad ma' dawn kien hemm tnejn li rriżenjaw minn jeddhom u wieħed li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrih.", "Issa bil-permess tal-Kamra nixtieq inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li hemm fil-pixxina nazzjonali, kif ukoll mil-liema lokalita' ġejjin.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE CILIA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni ngaġġati fuq bażi part-time mal-Pixxina Nazzjonali mis-26 ta' Ottubru 1996.", "Waqt il-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista jien għamilt diversi mistoqsijiet lill-Onor.", "Austin Gatt u, fost affarijiet oħra, tlabtu jispjegali kif fil-famuża lista tiegħu ħalla erbgħa min-nies barra.", "Sal- lum għadni qed nistennih jagħtini tweġiba għal din il-mistoqsija.", "Pero' jien naħseb li l-Onor.", "Membru irid iqarraq u jimmislidja mhux biss lil din il-Kamra imma anke lill-mezzi tal-media ta' pajjiżna.", "Komplejt nindaga għax jien dħalt fid-dettal ta' dan il-każ allavolja bħala segretarju parlamentari ma nħossx li għandi nidħol f'dan it-tip ta' xogħol - fuq il- proċedura li ntużat għall-impjieg ta' dawn in-nies u l-ewwelnett sibt li fil-fatt illum il-pixxina ma tappartjenix lis-segretarjat ta' l-isport imma lill-Malta University Sports Complex Ltd.", "Issa 51% ta' l-ishma f'dan il- kumpless jappartjenu lill-Universita' ta' Malta u d-49% l-oħra jappartjenu lill-gvern.", "Kif jaf kulħadd, l-Universita' hija awtonoma u fil-fatt hemm struzzjonijiet speċifiċi li ngħataw fi żmien il-Gvern preċedenti stess, fis- sens li m'hemmx bżonn il-permess ta' l-ETC biex jiddaħħlu mpjegati f'din l- istituzzjoni, kemm jekk l-impjieg ikun ta' natura akkademika kif ukoll jekk ma jkunx.", "GĦalhekk l-akkuża ta' l-Onor.", "Gatt li l-ingaġġ ta' nies fil- pixxina nazzjonali ma sarx bil-permess ta' l-ETC hija totalment infondata.", "U jien nixlih li dawn l-affarijiet jafhom imma qed jitkellem b'dan il-mod biex jitfa' t-tajn.", "Madam Speaker, wieħed irid jgħid ukoll li l-impjiegi kollha li nħolqu fil- pixxina nazzjonali, kemm dawk li nħolqu taħt il-Gvern preċedenti kif ukoll dawk li nħolqu taħt l-amministrazzjoni preżenti, jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-famuż operations manager Silvio Zammit li, kif diġa' għidt, kien tqabbad jaħdem hemmhekk mill-ministeru responsabbli għall- isport, u anke ngħata kuntratt sabiħ.", "Fil-fatt meta ndagajna sibna li mill- kumpless kollu dan l-individwu huwa l-uniku mpjegat li għandu kuntratt indefinit fuq bażi full-time, għandu salarju ta' Lm540 fix-xahar apparti ż- żidiet ta' l-għoli tal-ħajja, bonuses u l-allowances li għandu dritt għalihom skond il-liġi.", "Huwa interessanti l-fatt li fil-kuntratt ta' dan l- individwu teżisti klawsola speċifika li tgħid li f'każ li l-impjieg ta' dan l-individwu jiġi mitmum minħabba raġunijiet mhux konnessi mat-twettiq tad- doveri tiegħu għandu jingħata s-somma ta' Lm15,000.", "Meta nbidel il-gvern instab li dan l-individwu kien qed igawdi diversi benefiċċji oħra li m'humiex indikati fil-kuntratt tiegħu, fosthom l-użu esklussiv ta' karozza tal-gvern u s-servizzi ta' segretarja.", "Ta' min jgħid li din il-persuna għal xi żmien kienet canvasser prim kemm ta' l-Onor.", "Michael Frendo kif ukoll ta' l-Onor.", "Michael Refalo.", "U tafu kif ġie ngaġġat mal-gvern dan l- individwu fl-1990?", "Permezz ta' kuntratt mal-ministeru responsabbli mill- isport bħala security driver.", "Imbagħad, Alla jbierek, fl-1991 ħa promotion u permezz ta' kuntratt ieħor sar l-assistent personali tal-ministru ta' dak iż-żmien.", "Wara ftit taż-żmien imbagħad spiċċa l-operations manager tal- pixxina nazzjonali!", "GĦidulna meta saru s-sejħiet għal dan il-post u fejn huma l-irregolaritajiet f'dan il-każ!", "Kunu rġiel meta titkellmu fuq l- affarijiet u mhux titfgħu t-tajn bl-addoċċ!", "Madam Speaker, punt ieħor li tqajjem dalgħodu u li xtaqt nikkjarifika kien jirrigwarda lill-Imħallef Farrugia Sacco, bniedem rispettat ħafna, li ġie maħtur chairman tal-kumitat tat-tmexxija tal-pixxina.", "Tan-naħa l-oħra ħarġu jgħidu li l-Imħallef Farrugia Sacco rriżenja minn din il-kariga - qishom għamlu xi skoperta kbira!", "Apparti mill-fatt li llejla diġa' kien hemm risposta għall-mistoqsija parlamentari li saret f'dan ir-rigward, irrid ngħid li l-Imħallef Farrugia Sacco kien ilu jgħidli li qed iħoss li għandu pressjoni qawwija ta' xogħol peress li ġie maħtur ukoll imħallef fuq it-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji, huwa l-president tal- federazzjoni tat-tennis, huwa ċ-chairman tal-Kumitat Olimpiku Malti, huwa ċ- chairman tal-kumitat tat-tmexxija tal-pixxina u huwa wkoll membru fil- Kunsill Malti għall-Isport.", "Fil-fatt huwa qal pubblikament li qed jirriżenja mill-kariga ta' chairman tal-kumitat tat-tmexxija tal-pixxina minħabba pressjoni qawwija ta' xogħol.", "Jien nixtieq nieħu l-opportunita' li minn hawnhekk nirringrazzjah tas-servizz tajjeb li ta biex il-pixxina nazzjonali, li kienet biċċa wġiegħ ta' ras oħra li writna mingħand l- amministrazzjoni preċedenti, tkun tista' titmexxa bl-aħjar mod.", "Pero' meta kien se jerġa' jiġi kkonfermat il-kumitat tat-tmexxija tal-pixxina, li jinħatar għal żmien ta' sena, jien ilqajt ix-xewqa ta' l-Imħallef Farrugia Sacco li ma jibqax jokkupa l-kariga ta' chairman ta' dak il-kumitat.", "Irrid nagħmilha ċara li l-Imħallef Farrugia Sacco ma rriżenja għall-ebda raġuni oħra ħlief dik ta' pressjoni ta' xogħol u fil-fatt hu stess stqarr pubblikament, stqarrija li dehret anke fil-ġurnali, li r-relazzjonijiet tiegħu miegħi mhux talli huma tajbin, talli huma eċċellenti.", "Madam Speaker, naħseb li permezz ta' din l-ispjegazzjoni, kif jgħid il-qawl Malti, iż-żejt tela' f'wiċċ l-ilma.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet kampanja sħiħa kontrija u saret saħansitra kritika fuq l-apparenza tiegħi.", "Jien ma se nagħmel xejn għajr li nkompli bix-xogħol tiegħi, forsi anke b'rata iktar mgħaġġla, għax inħoss li b'hekk inkun qed naqdi d-dmirijiet tiegħi bl-aħjar mod possibbli fl- interess ta' pajjiżna.", "Wara kollox huwa l-gost tiegħi li nħalli lill- Oppożizzjoni tgħid dak kollu li għandha xi tgħid u mbagħad wara nweġibha għax b'dan il-mod il-character assassination li tipprova tagħmel l- Oppożizzjoni jisfa' fix-xejn.", "Għalija u għal sħabi ta' din in-naħa, l- Oppożizzjoni tista' tagħmel li trid għax l-importanti hu li l-qasam ta' l- isport u l-oqsma l-oħra kollha tal-pajjiż jibqgħu mexjin 'il quddiem.", "Għal-lum nieqaf hawnhekk pero' jien persważ li 'l quddiem se jkolli ħafna okkażjonijiet oħra fejn inkun nista' nagħti spjegazzjoni lill-poplu, kif għamilt illum, fuq diversi aspetti, fosthom dawk li dwarhom l- Oppożizzjoni f'dawn l-aħħar ġimgħat ipprovat titfa' t-tajn.", "Jien lill- Oppożizzjoni ngħidilha ħaġa waħda: Ejjew inkomplu naħdmu flimkien għall- ġid tal-pajjiż għax wara kollox il-poplu għalhekk tellagħna biex nirrappreżentawh f'dan il-Parlament.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sinjura President, l-ewwelnett nirringrazzjak talli llum erġajt tajtni l-opportunita' li nkompli nitkellem dwar il-bżonn li nistudjaw mill-ġdid il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna li, kif jgħid artiklu 6 tagħha stess, hija l-liġi suprema ta' pajjiżna.", "Jien nenfasizza din il-ħtieġa mhux għax nemmen li l-leġislatur għamel ċerti żbalji apposta imma għax wisq nibża' li jista' jkun hemm artikli li fihom double interpretation.", "Ħalli nagħti ħarsa lejn Kapitlu V tal-Kostituzzjoni u nitkellem ftit off the cuff fuq ċerti punti li jistgħu joħorġu minnu.", "Nibda biex ngħid li għalkemm aħna għandna sistema ta' kostituzzjoni parlamentari, għandna l-Parlament, għandna l-eżekuttiv u għandna wkoll il- ġudikatura, is-sistema tagħna hija waħda parlamentari, mhux bħal dik ta' l- Amerka u ta' pajjiżi oħra.", "Fil-fatt subartiklu (1) ta' artiklu 48 ta' Kapitlu V tal-Kostituzzjoni jgħid li:", "\"There shall be a President of Malta who shall be appointed by resolution of the House of Representatives.\",", "u iktar 'il quddiem il-Kostituzzjoni tgħid ukoll li l-president għandu jkollu poter eżekuttiv.", "Imma fir-realta' hekk isir?", "Aħna sikwit nitkellmu fuq the prerogative of the president, u fil-fatt din teżisti fil- Kostituzzjoni.", "Pero' jien ngħid li din hija a very pale reflection ta' dak li għandu jkollu l-president.", "Il-Prof.", "Edwin Busuttil kien iħobb isemmilna the residue of the powers of the president.", "Il-Kostituzzjoni stess tgħid li l-president għandu funzjonijiet kważi ġudizzjarji u fil-fatt artiklu 98 tal-Kostituzzjoni jgħid li dan jista' jeżerċita kważi a judicial function fil-prerogattiva tal-maħfra.", "Ta' min jgħid li din il-funzjoni ġieli ġiet eżerċitata u lkoll niftakru l-mod li bih ġiet eżerċitata fl- amministrazzjonijiet preċedenti.", "Naturalment irridu niftakru wkoll li l- president għandu funzjoni kważi leġislattiva u għalhekk huwa parti minn dan il-Parlament għax il-Parlament m'huwiex ifformat biss mill-iSpeaker u l- membri, imma wkoll mill-president li jrid jagħti l-kunsens tiegħu mingħajr dewmien għall-abbozzi ta' liġi li jkunu għaddew minn dan il-Parlament.", "GĦalhekk jien naħseb li għandna nivvalorizzaw il-funzjoni tal-president fil- kontest ta' a Westminster model of a parliamentary democracy.", "Madam Speaker, meta persuna ma tkunx tista' tiġi appuntata bħala president?", "Fost raġunijiet oħra persuna ma tkunx tista' tiġi appuntata bħala president meta tkun okkupat il-kariga ta' prim imħallef jew ta' mħallef għal xi żmien.", "Dan ifisser li maġistrat jista' jsir president, imma min-naħa l-oħra minn ikun okkupa l-kariga ta' prim imħallef ma jistax isir president.", "Jekk imbagħad wieħed iħares lejn artiklu 49 isib li dan il- konċett ikompli jitħawwad għax hawnhekk insibu li jekk il-president ma jkunx jista' jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu minħabba mard jew għal raġunijiet oħra, din il-kariga jista' jokkupaha l-prim imħallef.", "GĦalhekk filwaqt li l-Kostituzzjoni tgħid li wieħed li xi darba kien jokkupa l-kariga ta' mħallef ma jistax jokkupa l-kariga ta' president, min- naħa l-oħra, minkejja l-problemi l-kbar li jeżistu fil-qrati, tgħid ukoll li jekk il-president ma jkunx jista' jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu minħabba r-raġunijiet imsemmija f'artiklu 49, jista' jokkupa din il- kariga l-prim imħallef.", "Jien inħoss li huwa importanti li aħna, bħala l- forza politika sovrana ta' pajjiżna, nikkonċentraw iktar fuq dan il-punt.", "Madam Speaker, nixtieq nissolleva punt ieħor.", "Il-Parlament tagħna huwa sovran, bħalma hu dak ta' l-Ingilterra, pero' mbagħad filwaqt li l- Parlament ta' l-Ingilterra m'għandux parametri minkejja li r-realta' politika tgħidlu li ma jaqbilx li one turns man into woman and night into day, il-Parlament ta' Malta jrid jaġixxi skond dak li tgħid il- Kostituzzjoni.", "Il-punt li rrid nagħmel hawnhekk huwa li jekk wara li dan il-Parlament jgħaddi xi liġi jinħass li din hija anti-kostituzzjonali, il- Qorti Kostituzzjonali għandha l-fakulta' li tannulla dik il-liġi.", "Huwa interessanti li wieħed jinnota li fi Franza għandhom sistema fejn abbozz ta' liġi jgħaddi minn test qabel ma jitressaq fil-Parlament.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed ngħid li l-Uffiċċju ta' l-Attorney General m'huwiex qiegħed jidħol f'dawn it-teknikalitajiet - m'għandi l-ebda dubju dwar dan - pero' huwa fatt li jkollna pożizzjoni iktar pro-attiva kieku jkollna naderixxu għas-sistema li titħaddem fi Franza, eżattament fil- Conseil d'État - wieħed jista' jgħid li qiegħed fuq l-istess binarju tal- Qorti Kostituzzjonali ta' pajjiżna - li għandu dritt jara li qabel ma abbozz ta' liġi jgħaddi mill-Parlament, jiġi ċċekkjat għall- kostituzzjonalita' tiegħu.", "Jien persważ li jekk f'dan il-Parlament tiġi integrata din is-sistema ikollna inqas ġlied, allavolja dawn il-każijiet m'humiex daqstant komuni.", "Dan huwa importanti għax il-Kostituzzjoni ta' Malta lill-president ma tagħtihx rimedju ieħor għajr li jiffirma mingħajr dewmien u ġaladarba l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna m'għadhiex fl-infanzja tagħha imma hija repubblikana, kważi prodott ta' parlament mibni fuq a Westminster model, ikun tajjeb li wieħed jistudja kif din is-sistema tista' tiġi mħaddma f'pajjiżna wkoll.", "Madam Speaker, fil-Parlament ta' pajjiżna għandna żewġ partiti, il-Partit Laburista, li llum qiegħed fil-gvern, u l-Partit Nazzjonalista, li llum qiegħed fl-oppożizzjoni, u bl-alternanza tal-poter il-Partit Nazzjonalista għad ikun fil-gvern u l-Partit Laburista għad jerġa' jmur fl-oppożizzjoni.", "Il-punt tiegħi huwa li l-Kostituzzjoni tagħmel unita' f'diversita' u titkellem fuq il-prinċipju tal-leġġittimita' tad-dissens organizzat.", "Per eżempju, meta titwaqqaf kummissjoni bħalma hija l-Public Service Commission, żewġ membri jiġu appuntati minn naħa, tnejn min-naħa l-oħra u jinħatar ukoll il-president, li huwa s-simbolu ta' unita' nazzjonali.", "Hawn tajjeb li wieħed jara x'jgħid artiklu 120 tal-Kostituzzjoni ta' Malta li jispjega kif għandhom jinħatru l-membri ta' l-Employment Commission:", "\"The members of the Employment Commission shall be appointed by the President who, in appointing the chairman shall act in accordance with the advice of the Prime Minister given after he has consulted the Leader of the Opposition, in appointing two of the four other members shall act in accordance with the advice of the Prime Minister, and in appointing the other two members shall act in accordance with the advice of the Leader of the Opposition\".", "U hawn nistaqsi: Xi tfisser \"konsultazzjoni\"?", "Illum il-Gvern Laburista huwa l-protagonist fid-difużjoni ta' l-idea ta' konsultazzjoni mal-partiti kollha konċernati, pero' hawnhekk jingħad ukoll li l-president għandu jieħu l-parir tal-kap ta' l-oppożizzjoni biex jaħtar żewġ membri fl-employment commission.", "Jiġifieri f'dan il-każ anke l-oppożizzjoni għandha sehem x'tagħti.", "Madam Speaker, nagħlaq b'dan il-punt.", "Min hu l-guarantor tal- Kostituzzjoni?", "Sa ċertu punt tista' tkun il-ġudikatura.", "Jekk wieħed iħares lejn subartiklu (2) ta' artiklu 95 tal-Kostituzzjoni jsib spjegazzjoni fid-dettall tal-funzjonijiet tal-ġudikatura.", "Ta' min isemmi wkoll li Kapitlu II tal-Kostituzzjoni jgħid li l-Istat għandu jirrikonoxxi d-dritt li kull ċittadin jaħdem, għandu jġib 'il quddiem l-iżvilupp tal- kultura u tat-tfittix xjentifiku u tekniku, għandu jissalvagwarda l-pajsaġġ u l-patrimonju storiku u artistiku ta' pajjiżna u għandu jagħmel l- edukazzjoni primarja obbligatorja.", "Pero' minkejja li dawn id-drittijiet huma fundamentali m'humiex sindakabbli quddiem qorti.", "GĦalhekk għalkemm il- ġudikatura tipproteġi ċerti liġijiet, il-qrati ma jidħlux fid-drittijiet soċjo-ekonomiċi li huma bażilari u fundamentali għall-gvern ta' dan il- pajjiż.", "Jien dawn id-drittijiet kemm huma fundamentali fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, li ngħidu li hi suprema?", "Min hu l-guarantor tal- Kostituzzjoni, il-president?", "Jien ma nafx imma huwa fatt li jekk il- president ma jimxix fuq il-parir tal-prim ministru jew jekk il-prim ministru ma jikkonsultax mal-kap ta' l-oppożizzjoni, il-qorti ma tistax tikkontesta dan l-aġir.", "GĦalhekk jien naħseb li għandna nħarsu lejn il- Kostituzzjoni f'iktar dettall.", "Wara kollox, kif diġa' għidt, il- Kostituzzjoni hija suprema u tiddistingwi lil Malta minn pajjiżi oħra.", "Allura jekk verament nemmnu li l-Kostituzzjoni għandha tkun suprema fi kwalunkwe ċirkostanza għandna nerġgħu nistudjawha b'ċerta reqqa.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 18 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VALLETTA - SUQ", "11610.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbidlu l-bozoz kemm ta' ġewwa kif ukoll ta' barra tas-suq tal-Belt wara li saru diversi rapporti mill-Kunsill Lokali tal-Belt?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-manutenzjoni meħtieġa ma taqax taħt ir- responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta u, għalhekk, ġiet mgħoddija lid- dipartiment ikkonċernat.", "PBS - IMPJEGATI", "11611.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li huma mpjegati fuq bażi full time mal-PBS, il-karigi li jokkupaw u d-data ta' meta ġew impjegati mal-PBS, Xandir Malta jew Telemalta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlix li kumpannija kummerċjali bħalma hi l- PBS Ltd għandha tippubblika lista ta' l-impjegati tagħha.", "Fl-ambjent pluralistiku tax-xandir f'pajjiżna mhux rakkomandabbli li d-dettalji mitluba għandhom jingħataw.", "PBS - IMPJEGATI", "11612.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li huma mpjegati fuq bażi part-time mal-PBS, jgħid x'inhu x-xogħol tagħhom u x'remunerazzjoni għandhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemm żewġ persuni mpjegati fuq bażi part time mal- PBS.", "Dawn huma żewġ skrivani.", "Ir-remunerazzjoni tagħhom hija ta' Lm1.91c5 u Lm1.78c7 fis-siegħa rispettivament.", "Ma jidhirlix li għandhom jixxandru l- ismijiet ta' dawn iż-żewġ impjegati.", "TAXXI INTERNI - AVVIŻI", "11840.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: a) kemm saru avviżi mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni fl-uffiċini ta' 46, Merchants Str, Valletta, Malta u Victoria, Għawdex ta': a) avviżi ta' trasferiment ta' proprjeta' b'kawża ta' mewt; b) avviżi ta' trasferiment ta' proprjeta' bejn il-Housing Authority u terzi; c) avviżi ta' trasferimenti ta' proprjeta' bejn persuni/kumpanniji privati; u d) avviżi ta' trasferimenti ta' proprjeta' bejn il-Lands Department u persuni/kumpanniji privati matul l-1997, xahar b'xahar, u kif dan jikkompara ma' l-1994, l-1995 u l-1996?", "Nitlob illi tingħata lista separata għal Malta u għal Għawdex.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAL-FINANZI - JOSEPH MUSCAT", "11844.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk is-Sur Joseph Muscat (li hu wkoll Ġurnalista) ingħatax xi kuntratt ta' konsulenza jew forma ta' kuntratt ieħor ma' xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema bażi ngħata u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-Sur Joseph Muscat ingħata kuntratt bħala Executive mal-METCO fuq bażi indefinita wara sejħa pubblika.", "Kopja tal-kuntratt tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "SEDQA - CHAIRMAN", "11939.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema terms of reference qed jintgħażel/intgħażel iċ-chairman tas-Sedqa?", "Jista' l-Ministru jikkonferma illi dan jintgħażel għal żmien indefinit?", "Kemm hu l-onorarju/paga ta' l- istess persuna u jekk għandux ukoll free use of car?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11,939 tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - MEMBRI", "12005.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telqu membri tal-Korp tal-Pulizija mis-servizz mill- 1.11.96?", "F'liema ranks kienu l-Pulizija li telqu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-11 ta' Frar 1998 spiċċaw 77 membru mill-Korp tal-Pulizija.", "Dawn kienu mqassma kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "12006.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Ħabs ta' Kordin?", "Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija?", "Kemm minnhom huma taħt arrest preventiv u kemm taħt sentenza?", "Kemm minnhom illum qed jaħdmu fil-ħabs?", "Hu minnu li minħabba nuqqas ta' xogħol hemm min kien jaħdem, ma baqax, u baqa' jirċievi Lm2.00 fil-ġimgħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "KMAMAR TAN-NAR", "12007.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-kmamar tan-nar ta' Ħal Lija, Ta' Santa Liena f'Birkirkara u ta' Ħal Luqa ingħataw ordni biex fi żmien sitt xhur jagħlqu u jsibu post ieħor?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi s-sidien ta' erba' kmamar tan- nar, fosthom dawk indikati mill-Onor.", "Interpellant, ġew mitluba sabiex fi żmien sitt xhur jidentifikaw post alternattiv fejn tista' tinbena kamra tan- nar li tkun konformi mal-liġi eżistenti.", "Is-sidien ġew informati wkoll li meta jiġi identifikat sit alternattiv kienet se tintalab l-għajnuna tal- Kummissarju ta' l-Artijiet f'każ li l-proprjeta' tkun tal-gvern.", "Għalhekk ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant hu korrett meta qed jgħid li s-sidien ġew ordnati li jagħlqu.", "Għal kuntrarju l-gvern qed joffri l-għajnuna kollha tiegħu biex is-sidien jiġu konformi mal-liġi u l-pubbliku jiġi protett.", "MUŻEW TA' L-ISTORJA POLITIKA", "12008.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jinfetaħ - anke jekk f'post u b'sura differenti - il-mużew ta' l-istorja politika?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦABS ĊIVILI - SRT", "12009.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-1997 kemm kien hemm persuni li fformaw parti mill- SRT fil-ħabs?", "Kemm irċevew overtime u allowances l-istess membri ta' l-SRT matul l- 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li matul l-1997 in-numru ta' persuni li fformaw parti mill-SRT fil-ħabs kien kif ġej : -", "Jannar - Lulju 27", "Awissu - Novembru 26", "Dicembru 25", "Matul l-istess sena, l-ammonti mħallsa lil dawn il-persuni bħala overtime u allowances kienu ta' Lm75,961 u Lm41,346 rispettivament.", "SPTAR SAN LUQA - SALA SAN MIKIEL", "12010.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex veru li nstabet id-droga fis-St.", "Michael's Ward, fl-Isptar San Luqa fejn jinżammu l-priġunieri li jkollhom bżonn kura medika?", "X'inhuma l-miżuri tas-sigurta' fis-seħħ fl-istess ward kemm bħala personnel u kemm bħala equipment?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ma nstabet l-ebda droga f''St. Michael's Ward.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li mhux prudenti li wieħed jippubblika x'inhuma l-miżuri ta' sigurta' li jkun hemm f'każ bħal dan.", "LONDRA - KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA", "12122.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru: a) jgħid jekk jafx li uffiċjal Malti fil-High Commission Maltija f'Londra taħt l-amministrazzjoni l-oħra qiegħed jiġi mfittex għad-danni mis-sid ta' fejn kien joqgħod għal ħsarat li għamlulu l-qtates li kien iżomm fl- appartament fit-twapet tal-post; b) jgħid xi kemm jammontaw dawn id-danni u jekk tħallsux mill-impjegat Malti nvolut; c) jgħid meta kienet l-aħħar talba għad-danni; u d) jgħid x'beħsiebu jagħmel il-ministeru biex jara li dan il-każ jiġi ssetiljat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Kollega li naf li uffiċjal Malti fil-High Commission Maltija f'Londra taħt l-amministrazzjoni l-oħra, is-Sur David Casa, li anke serva bħala l-Assistent Personali tad-Deputat Prim Ministru ta' dak iż-żmien, kien qed jintalab mis-sid ta' fejn kien joqgħod biex jagħmel tajjeb għad-danni li għamlulu l-qtates li kien iżomm fl- appartament fit-twapet tal-post.", "Dan nafu għaliex ġiet ittra ndirizzata fil-ministeru, u wara li għamilna l-kuntatt mitlub, ġiet mogħtija lilna din l-informazzjoni.", "Id-danni jammontaw għal 550 lira sterlina u huma maħruġa f'invoice maħruġa lil sid il-post bħala to replace carpet soiled by cats urine.", "Peress li dan huwa każ privat, ma nafx jekk dawn id-danni tħallsux mis-Sur Casa għalkemm ninsab informat li sa Mejju tas-sena l-oħra, meta l-ministeru rċieva talba għall-ħlas tad-danni, ovvjament kienu għadhom ma tħallsux.", "Kif għidt, dan huwa każ privat, u l-Onor.", "Membru jifhem li għalkemm dawn l- affarijiet jimbarazzaw lill-gvern malti dan ma jarax x'jista' jagħmel aktar il-ministeru.", "SPINOLA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "12154.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux investigazzjonijiet fuq il-ħruġ ta' drenaġġ fil-bajja ta' Spinola kif evidenzjat minn bosta residenti u operaturi ta' stabbilimenti turistiċi kif ukoll kif rapportat f'The Times fil-ħarġa tad-9 ta' Frar 1998?", "F'każ li saru dawn l-investigazzjonijiet, x'kienu l-konklużjonijiet?", "Ġie identifikat is-sors ta' din il-kontaminazzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien informat li fil-bajja ta' Spinola hemm sistema żgħira ta' drenaġġ privata li biha jinġabar ġo fossa id-drenaġġ ta' xi stabbilimenti.", "F'din il-fossa hemm pompa, li hi wkoll privata, li tippompja għal ġos-sistema tal-gvern.", "L-ispettorat tas-Sanita' hu nformat b'dan u għandhom jinvestigaw jekk hemmx xi leakage minn din is-sistema.", "Ma jidher li hemm l-ebda leakages mill-main tal-gvern.", "UNIVERSITA' - KONTIJIET", "12155.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset f'kontijiet ta' ilma u dawl l-Universita' ta' Malta fil-perjodu 1/1/97 - 31/12/97?", "Kemm hu kkalkolat li tħallas l-Universita' bir-rati l-ġodda kif kontemplati fil- budget għas-sena 1998, dejjem jekk il-konsum fl-1998 jibqa' l-istess bħal dak li kien hemm fl-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-perjodu msemmi, jiġifieri mill-1.1.97 sal- 31.12.97 l-Universita' ħallset total ta' Lm231,552 (inkluż il-Junior College) f'kontijiet ta' dawl u ilma.", "Fl-Estimi ta' din is-sena l-Universita' għamlet il-kalkoli neċessarji u pprovdiet is-somma ta' Lm280,158 (inkluż il-Junior College) għall-kontijiet ta' l-ilma u d-dawl għas-sena 1998.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "12156.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Imħallef Lino Farrugia Sacco rriżenja minn President tal-Kumitat li jmexxi l-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?", "Jekk iva, x'kienet ir-raġuni għar-riżenja tiegħu u min se jinħatar minfloku?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mhuwiex minnu li l-Imħallef Farrugia Sacco rriżenja minn Chairman tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali.", "Madankollu, huwa kien ilu jesprimi d-diffikulta' li jkompli jeżerċita l- kariga msemmija minħabba pressjoni kbira ta' xogħol fosthom bil-ħatra bħala Imħallef tat-Tribunal ta' l-Inġustizzji.", "Għaldaqstant, meta għalaq it-terminu tal-ħatra tal-Kumitat tat-Tmexxija, il- ħatra tiegħu ma ġietx imġedda bi ftehim miegħu.", "Dan il-fatt l-istess Imħallef Farrugia Sacco esprimih diġa' pubblikament.", "SPTAR SAN LUQA - VANNIJIET", "12157.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il- Ministeru jew id-Dipartiment tas-Saħħa keriex żewġ vannijiet (tail lifters) għall-użu ta' l-Isptar San Luqa?", "Jikkonferma li dawn inkrew mingħand il- Garden of Eden Garage?", "Jista' jikkonferma li dawn ingħataw b'direct order?", "F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid: 1) meta nkrew dawn il-vannijiet; 2) kemm huma mikrijin kuljum; 3) minn min hu mħallas ix-xufier u kemm jitħallas kuljum?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dawn għandhomx permess joperaw bħala mini-buses normali?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: 1.", "Fil-preżent, id-Dipartiment tas-Saħħa għandu tlett (3) tail lifters mikrija għall-użu ta' l-Isptar San Luqa.", "2.", "Nikkonferma li dawn inkrew mingħand il-Garden of Eden Garage.", "3.", "Dawn ingħataw b'direct order.", "4.", "L-ewwel van inkera mill-25 ta' April, 1997.", "Iż-żewġ vannijiet l-oħra bdew jinkrew mill-1 ta' Novembru, 1997.", "5.", "It-tlett vannijiet huma mikrija bir-rata ta' Lm 22 kuljum kull wieħed.", "6.", "Ix-xufiera tat-tlett vannijiet huma kollha impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "7.", "It-tlett vannijiet huma liċenzjati biex iġorru nies bi bżonnijiet speċjali u mhux joperaw bħala mini-buses normali.", "BIEDJA - MAJJALI", "12161.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' majjal li nqatel matul il-perjodu 1/11/97 sat-13/2/97 kull ġimgħa u li kien ta' piż aktar minn 80 kilo?", "Kemm hemm majjal ta' 'l fuq minn 80 kilo fuq il-farms?", "Meta sar l-aħħar survey dwar il-majjal fuq il-farms?", "X'kien ir-riżultat ta' dan is-survey?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-majjal li nqatel 'il fuq minn 80 kilo huwa skond it-tabella hawn taħt:", "|Ġimgħa |Total ta'|Irjus | |Numru |l-irjus |maqtula ta'| | |maqtula |aktar minn | | | |80 kilo | |1997 | | | | 45 |2512 |1859 | | 46 |2552 |1965 | | 47 |2620 |1624 | | 48 |2662 |1597 | | 49 |3006 |1353 | | 50 |2302 |1611 | | 51 |3697 |2107 | | 52 |1087 | 554 | | | | | |1998 | | | | 1 | 508 | 320 | | 2 |2368 |1587 | | 3 |2431 |1726 | | 4 |2400 |1488 | | 5 |2379 |1570 | | 6 |2409 |1566 | | 7 |2311 |1502 |", "Minn meta l-booking tal-qatla tal-majjal għadda f'idejn il-Koperattiva (KIM) is-survey isir mill-istess koperattiva kull tlett xhur.", "L-aħħar survey sar f'Diċembru 1997 u s'issa d-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju għadu ma rċeviex l-analiżi ta' dan is-survey.", "KUNSILLI LOKALI - KUNTRATTI", "12162.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'arranġamenti ġodda se jsiru mal-kunsilli lokali dwar id-diversi kuntratti ma' dipartimenti tal- gvern li se jagħlqu matul ix-xahar ta' Marzu?", "Meta se jinħarġu t-tenders il-ġodda għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ċirkolari li ħareġ id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li tirrigwarda l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "KENNEDY GROVE", "12163.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-triq ta' ħdejn il-Kennedy Grove (Kennedy Drive) fil-parti li tgħaddi ħdejn il- passaġġ ta' l-ilma għall-baħar (fejn hemm il-crash barriers) jittieħdu l- passi neċessarji biex dawk l-iskossi kbar li hemm fit-triq (tlieta f'kull direzzjoni) jitneħħew, billi mhux l-ewwel darba li kien hemm inċidenti stradali koroh?", "Jista' l-Ministru jara wkoll li l-pilastri li fuqhom hemm it-triq jiġu msaħħa qabel jinqala' xi inċident traġiku?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex isiru t-tiswijiet li hemm bżonn u se jittieħdu passi wkoll biex jiġu spezzjonati l-pilastri msemmija.", "MELLIEĦA - MAINS TA' L-ILMA", "12164.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-passaġġ li minnu għaddiet il-mains (jew xogħol ieħor) il-Water Services Corporation fl-inħawi tar-Ramla Bay Hotel, l/o Mellieħa, fil-fatt jiġu rranġat biex almenu jerġa' jiġi għall-istat li kien qabel sar ix-xogħol tal-Water Services Corporation u dan għaliex issa ħadd ma jista' juża dan il-passaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol li qiegħed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant tlesta għal kollox ġimgħa ilu w il-passaġġ ta' trab li qatt ma kien miksi bl-asphalt reġa' nfetaħ bħalma kien qabel sar ix-xogħol.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN PAWL", "12165.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi diversi domandi parlamentari mifruxa fuq perijodu ta' iktar minn sena wasslu għal diversi risposti differenti dwar meta s'issa x- xogħol meħtieġ fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar b'mod speċjali fil-parti tat-triq li twassal minn ħdejn il-Pescatore sal-West End, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'arranġamenti saru sal-lum: (a) mal-kuntrattur li ħadem ix-xogħol konness mal-mains ta' l-ilma; (b) ma' min suppost ta wiċċ ġdid lit-triq (f'dan il-każ il-Water Services Corporation, li skond risposti parlamentari oħra dejjem tirranġa t-triq billi tagħti tarmac wiesa' ta' paver); u (ċ) ma' min jista' jkun ikkonċernat biex it-triq titranġa malajr?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed tinġabar l-informazzjoni meħtieġa ħalli t- triq tingħata kollha.", "WSC - ĦLAS TA' TARMAK", "12166.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet kien hemm insistenza li l-Water Services Corporation tħallas għat-tarmak wiesa' ta' paver (madwar 3 metri) fil-perijodu 1/1/97 - 31/1/98, wara li l-istess korporazzjoni tkun wettqet xogħol konness mat- tqegħid ta mains ta' l-ilma?", "X'kienet l-ispiża li daħlet għaliha l-korporazzjoni għal resurfacing ta' dawn it-toroq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MALTACOM - INTERNET FL-ISKEJJEL PUBBLIĊI", "12175.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom għandhiex f'idejha proġett pilota sabiex jiddaħħal l-Internet fl-iskejjel pubbliċi?", "Fiex wasal dan il-proġett?", "F'liema skejjel qed isir?", "Meta se jkun terminat?", "X'tip ta' connection u servizz ta' Internet qed ikun jew se jkun ittestjat?", "X'sehem se jkollha l-Maltacom fit-twettiq tal-proġett kollu ta' l- Internet fl-iskejjel pubbliċi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "12176.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11845 li għaliha għad ma waslitx it-tweġiba, jista' l-Ministru jispjega lill- Parlament id-diskrepanza evidenti fin-numru ta' guests li pparteċipaw fl- ikla skond id-dokumenti A u B annessi ma' dik l-istess mistoqsija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11845 li ġiet mogħtija f'seduta 186.", "QORTI - PERMANENT LAW REFORM COMMISSION", "12177.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu: (i) l-pariri; (ii) rapporti (bil-miktub għal kull każ) li l-Permanent Law Reform Commission tat lil gvern dwar ir- riforma fil-liġijiet viġenti tul is-snin 1994 sa 1998, sena b'sena, u dawn il-pariri u rapport dwar liema istitut fid-dritt tagħna kienu jirrigwardaw?", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-assoċjazzjonijiet u individwi li din il-kummissjoni kellha magħhom tul l-istess snin, sena b'sena, diskussjoni jew konsultazzjoni biex setgħu jingħataw pariri jew rapporti?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Permanent Law Reform Commission lestiet dawn ir-rapporti matul is-snin indikati :", "1994 - Liġi dwar is-Suċċessjoni", "1995 - Telf ta` Bearer Passbook", "1996 - Kondominju u Kommunita` ta` Proprjeta`", "1997 - Preskrizzjoni kontra l-Gvern - Fondazzjonijiet", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ġejt informat li l-Kummissjoni kellha ħafna kuntatti, anke jekk mhux dejjem formali ma` diversi individwi u ma` diversi entijiet fosthom Reform Commissions ta` pajjiżi esteri, id- Directorate of Legal Affairs tal-Council of Europe, il-Kurja, il-Kamra ta` l-Avukati, il-Kunsill tan-Nutara, il-Kamra tal-Kummerċ, in-Nisa Laburisti u l-Legal Advisors tal-banek.", "OPERATURI TAL-LANEĊ", "12178.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għaliex operaturi ta' laneċ li jġorru t-turisti ma jitħallewx jorbtu l-laneċ tagħhom ġewwa l-Menqa, f'Marsalforn biex iniżżlu lit-turisti sabiex iduru l-ħwienet kif ukoll biex jieklu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10136", "TA' LAMBERT - PJAN TA' RIABILITAZZJONI", "12179.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-pjan ta' riabilitazzjoni Ta' Lambert?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura u t- tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - VILLA RUNDLE", "12180.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqisja parlamentari numru 4694, peress li parti mix- xogħol ta' riabilitazzjoni fil-ġnien Villa Rundle tlesta u x-xogħol fl- istess ġnien waqaf għal kollox, jista' l-Prim Ministru jgħid għadx hemm il- ħsieb li jitkompla u meta hemm il-ħsieb li jitlesta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura, u t- tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - SERVIZZI", "12181.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista tat- talbiet għal servizzi mill-Korporazzjoni Enemalta bid-data ta' kull talba u meta sar ix-xogħol mitlub mill-korporazzjoni u x'fadal xogħol pendenti mill- 1 ta' Jannar, 1997 sal-31 ta' Jannar, 1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta toffri ħafna tipi ta' servizzi lill-konsumaturi tagħha.", "Għaldaqstant, nitlob lill-Onor.", "Membru ikun aktar preċiż fil-mistoqsija tiegħu biex inkun nista' nagħtih it- tagħrif li jixtieq.", "DJAR - BEJGĦ", "12182.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10622 fuq bini ta' maisonettes u garaxxijiet f'Kerċem, Qala, Xagħra u Victoria, jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta ġew sottomessi it-talbiet għall- bini msemmi lill-Planning Authority?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: It-talbiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il- maisonettes taħt Avviż Nru: 60 ta' l-Awtorita' tad-Djar saru hekk:", "Kercem 01/04/96 2 maisonettes u 2 garaxxijiet Qala 28/02/96 2 maisonettes u 2 garaxxijiet Xaghra 22/01/96 2 maisonettes u 2 garaxxijiet Victoria 14/02/96 2 maisonettes u 2 garaxxijiet", "It-talba għal 18-il maisonette u 18-il garage, fil-Qala li ħarġu taħt Avviż Nru: 62 saret fid-29 ta'April 1997 u l-permess mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar ħareġ fil-21 ta'Awissu 1997.", "GĦAWDEX - QASAM INDUSTRIJALI", "12183.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-għadd ta' ħaddiema impjegati fil-fabbriki tal- Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' ħaddiema mpjegati fil-fabbriki tal-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex fl-aħħar ta' Jannar 1998 kienu:", "Irġiel ------ Full time 327 Part-time 30", "Nisa ---- Full time 511 Part-time 39", "Total ----- Full time 838 Part-time 69", "GĦAWDEX - KOPPLA TAL-KNISJA", "12184.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-interpellanzi preċedenti, jaf il-Ministru li l-koppla tal-Knisja tax-Xewkija, f'Għawdex baqgħet nieqsa mill-flood lighting li ilha hekk għal dawn l-aħħar disa' xhur?", "Jista' jieħu l-passi effettivi biex il-koppla terġa' tinxtegħel?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-materjal neċessarju ġie pprovdut lill-Awtoritajiet tal-Knisja fl-14 ta' Ottubru, 1997, u skond proċedura stabbilita jmiss lilhom li jaraw li x-xogħol li għandu jsir jitkompla.", "WSC - NEFQA GĦAL GĦAWDEX", "12185.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'diffikultajiet qiegħed isib biex iwieġeb interpellanzi preċedenti li jitolbu r-raġuni għaliex il-Water Services Corporation nefqet f'Għawdex, f'tiġdid u distrubuzzjonijiet, is- somma ta' Lm89,745 bejn Ottubru 1996 u Settembru 1997 meta għall-istess perijodu l-vot disponibbli kien ta' Lm233,000?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PA - APPLIKAZZJONIJIET", "12186.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni kien hemm għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ġew deemed approved skond l-emendi li saru lill-istess liġi ta' l-awtorita' s-sena l-oħra?", "Fejn kienu dawn il-lokalitajiet u x'kien ix-xogħol rikjest?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar; risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - SURVEY", "12187.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'survey tekniku sar mid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura fid-djar tar-residenti ta' Misraħ l-Isptar Ħaż-Żebbuġ sabiex tiġi identifikata l-ħsara li qegħda tiġi kkaġunata mis-siġar tal-Kaswarina li hemm f'dan il-misraħ?", "Minn min sar dan l-istħarriġ u min kien il-perit inkarigat?", "Saret xi talba għal rikompens tal-ħsara (jekk dan kien ir-riżultat) u mil- liema household/s ġiet magħmula?", "X'survey sar mill-periti jew persuni oħra tekniċi dawar il-ġibjun li hemm taħt dan il-Misraħ b'konnessjoni mal-qlugħ ta' dawn is-siġar?", "Hemm xi rapporti tekniċi li jirriżultaw x'konsegwenzi jista' jkun hemm kemm-il darba dawn is-siġar jinqalgħu u waqt ix-xogħol jinġibdu l-arkati u x-xorok li jiffurmaw is-saqaf ta' dan il-ġibjun minħabba li l-għeruq jista' jkun li nfiltraw dan is-saqaf?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11219.", "GĦAWDXIN - PROBLEMI PARTIKOLARI", "12188.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12084 u ċioe' b'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru lill-Onor.", "Giovanna Debono għall-mistoqsija parlamentari numu 11478, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jattendu studenti (maqsuma f'irġiel u f'nisa miżżewġin jew single) għall-kors għall-instructors li jwassal għal Certificate in Education (April 1997 - Ġunju 1998) li qed isir f'Għawdex bejn il-Ġimgħa u s-Sibt?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJIEGI - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "12189.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12085 u ċioe' jista' jagħti informazzjoni rigward kemm inqatgħu nies mir-reġistrar minħabba li fil-jum tar-reġistrazzjoni kienu morda minkejja li ppreżentaw ċertifikat mediku matul ix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 1997 u Jannar 1998?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dawn iċ-ċertifikati ta' mard mhux qed ikunu aċċettati mill-uffiċjal tar-reġistrar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li reġgħu bdew jirreġistraw wara li pproduċew ċertifikat mediku kien hekk:", "Ottubru 1997 26 Novembru 1997 21 Dicembru 1997 14 Jannar 1998 151", "Fil-proċeduri l-ġodda kull ċertifikat ta' mard irid jiġi preżentat lill- Uffiċjal tar-Reġistrar f'Ħal Far fi żmien jumejn minn meta jagħlaq iċ- ċertifikat biex ikun jista' jieħu l-priorita`.", "SKEJJEL - MARD INFETTIV", "12190.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12086 u ċioe' jgħid kemm kien hemm każijiet ta' mard infettiv mill- bidu tas-sena skolastika s'issa fi skejjel primarji, skejjel sekondarji u skejjel terzjarji?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'mard kien f'dawn il-każijiet?", "Il-ministeru jkollu informazzjoni dwar każijiet simili fis-settur privat?", "Jekk iva, kemm kien hemm każijiet u x'mard kien?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li t-tobba mhumiex obbligati jiktbu d- dijanjosi fiċ-ċertifikati tal-mard tat-tfal, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma jistax ikollha statistika valida rigward il-mard infettiv fit-tfal ta' l- iskola.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma jżommx din l-istatistika.", "Mid- Dipartiment tas-Saħħa Pubblika inġabret statistika dwar mard infettiv li suppost jiġi notifikat (eskluża l-influwenza li fil-prattika ma tiġix notifikata).", "Din l-istatistika tirriferi għall-gruppi ta' eta' bejn l-4 u l-11-il sena u bejn it-12 u s-16-il sena, jiġifieri l-etajiet li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor, mas-settur primarju u sekondarju rispettivament (ta' l-iskejjel statali u privati flimkien).", "Mard infettiv li m'għandux jiġi notifikat mhux inkluż.", "(Ara t-tabella hawn taħt).", "Peress li s-settur terzjarju jaqbeż l-eta' obbligatorja tas-16-il sena, l- istatistika li tirriferi għal din l-eta' ma tikkorispondix ma' l-inċidenza tal-mard f'dan is-settur.", "It-tabella hawn taħt turi n-numru ta' każi ta' mard infettiv fi tfal li suppost imorru l-iskola.", "Fil-każ tan-numru ta' każi li l-eta' tagħhom mhix identifikata jista' jkun li dawn m'humiex bejn l-4 u s-16-il sena.", "Tip ta' Marda Eta' bejn 4 u Eta' bejn it- Eta' mhux 11-il sena 12 u 16 ilsena identifikata", "Leishmaniasis, Visceral 1 1 - Measles 1 - 1 Meningitis 1 5 - Mumps 2 2 - Rubella - 3 1 Chickenpox 164 19 64 Whooping Cough 2 - -", "Dawn il-każi kollha ġew notifikati mit-23 ta' Settembru 1997 sal-lum.", "L-Universita' m'għandiex informazzjoni dwar każi ta' mard infettiv.", "SKEJJEL - STUDENTI", "12191.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12088 u ċioe' jista' jgħid kemm mit-tfal li spiċċaw mill-iskola f'Ġunju 1997 għax għalqu s-16-il sena jew inkella għax spiċċaw il-kors kollu skolastiku bħala edukazzjoni obbligatorja, kemm minnhom (bniet u subien separatament): (a) qegħdin jadħmu; (b) kemm qegħdin ikomplu bl- istudji ogħla; (ċ) kemm qegħdin f'apprendistat; (d) kemm qegħdin jirreġistraw għax-xogħol; u (e) kemm mhumiex f'xi waħda minn dawn il- kategoriji msemmija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-għadd ta' żgħażagħ li spiċċaw l-iskola għax għalqu 16-il sena (i.e. komplew il-ħames klassi sekondarja jew klassijiet ekwivalenti) hu kif se nsemmi:", "(a) Skejjel ta' l-Istat (Junior Lyceums, Skejjel Sekondarji, Skejjel Sekondarji oħra):", "Subien: 1019 Bniet: 1904 TOTAL: 2923", "(b) Skejjel tal-Istat (Skejjel tas-Snajja (Technology Education):", "Subien: 827 Bniet: 55 TOTAL: 882", "(c) Skejjel tal-Knisja:", "Subien: 745 Bniet: 554 TOTAL: 1299", "(d) Skejjel Indipendenti:", "Subien u Bniet: 227", "F'Novembru 1997 in-numru totali ta' studenti li kienu rreġistrati fl-ewwel sena ta' kors ta' studju jew apprentistat kienu 4,431.", "Numru ta' studenti rreġistrati biex jibdew kors ta' studji ogħla f'Novembru 1997 (Inkluż il-Junior College u fis-Sixth Forms privati esklużi skemi ta' apprendistat)", "Nisa Irgiel Totali 1835 1537 3372", "Numru ta' studenti fi skema ta' Apprendistat (TAS, ESTS, ITS & Nautiacal Trainees)", "Nisa Irgiel Totali 225 834 1059", "L-informazzjoni taħt (a), (d) u (e) ma teżistix f'dan id-dipartiment.", "L- Onor. Interpellant mitluba tagħmel din il-mistoqsija lill-ministeru konċernat.", "SKEJJEL - TFAL ISSENTENZJATI MILL-QORTI TAL-MINORENNI", "12192.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12089 u ċioe' jista' jgħid x'inhi l-politika tiegħu dwar jekk għandux ikun hawn xi forma ta' skola jew ċentru speċifiku għal dawk it-tfal li jkunu diġa' ġew issentenzjati mill-Qorti tal-Minorenni jew xi qorti oħra jew li inkella jkunu urew sinjali ċari li se jinxteħtu fil-ħajja tal- kriminalita'?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hu abbandunax il-ħidma li kienet saret mill- amministrazzjoni preċedenti dwar it-twaqqif ta' ċentru ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BICAL - KONTROLLUR", "12193.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid minn liema fondi qiegħed jitħallas il- kontrollur tal-BICAL?", "Kemm huwa s-salarju tiegħu fis-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Kontrollur tal-BICAL jitħallas mill-fondi tal- BICAL u l-kumpanniji assoċjati.", "Huwa jitħallas dritt professjonali ta' Lm7,000 fis-sena.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "12194.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' pazjenti fl-Isptar San Luqa f'Novembru u Diċembru 1997 u f'Jannar u fil-15 ta' Frar 1998?", "Kemm kienu l-pazjenti li damu 24 siegħa (day patients) jew anqas fl-istess perijodu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INTERPELLANZI PARLAMENTARI", "12197.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-risposti għall-interpellanzi parlamentari li jikkonċernaw lill- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin humiex qed jiġu ċirkolati lill- impjegati kollha tal-ministeru kemm fil-Head Office kif ukoll fl-ambaxxati barra minn Malta, kif kien isir fil-passat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN", "12198.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li ta l- Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2819, fejn inkluda l-Curriculum Vitae tat-tlett membri tas-Segretarjat tiegħu dak iż- żmien u għar-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 6785 magħmula mill-Onor.", "Michael Frendo, jista' l-Viċi Prim Ministru issa jagħti l-Curriculum Vitae ta' kull wieħed mill-Ambaxxaturi ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MADRID - AMBAXXATA MALTIJA", "12199.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-ambaxxata ta' Malta f'Madrid, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: 1) kemm kien hemm Locally Engaged Personnel fl-1 ta' Jannar, 1997 u x'karigi kienu jokkupaw; 2) kemm minnhom: a) irriżenjaw jew b) tkeċċew matul is-sena 1997; u 3) kemm kien hemm Locally Engaged Personnel fl-1 ta' Jannar, 1998 u x'karigi kienu jokkupaw?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UE - OSSERVATORJU PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "12200.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li ta l- Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2347, jista' jgħid x'inhu r-riżultat tal-konsiderazzjoni li pprometta li l-gvern se jagħti lis-suġġeriment tiegħi li l-Maltin jingħataw aċċess għas-servizz ta' informazzjoni on line dwar l-ambjent fl-Ewropa?", "Jista' jgħid jekk saritx xi ħaġa f'dan ir-rigward miż-żmien meta ngħatat ir-risposta għall- mistoqsija parlamentari fuq imsemmija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TFAL TAĦT L-ETA' ABBUŻATI", "12201.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hawn każi ta' tfal taħt is-16-il sena li ġew abbużati matul dawn l-aħħar tliet snin?", "X'tip ta' abbuż (sesswali jew fiżiku) sofrew?", "Ta liema sess kienu u minn liema rħula oriġinaw?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din id- domanda lill-ministru konċernat.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - PAZJENTI", "12202.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Matul l-1996 u l-1997, jista' l- Ministru jgħid kemm ġew admitted pazjenti differenti fl-Isptar Zammit Clapp?", "Kemm kien hemm pazjenti li ġew admitted aktar minn darba fl-istess sena?", "Kemm kien hemm pazjenti li damu għal perjodu ta' aktar minn tlett xhur f'kull sena msemmija?", "Kemm kien hemm pazjenti riferuti minn: 1) tobba tal-familja; u 2) speċjalisti f'kull sena msemmija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għal din il-mistoqsija għada qed tinġabar; għalhekk risposta tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - TILQIM GĦAL HEPATITIS B", "12203.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-tfal intitolati għat-tilqim b'xejn għal Hepatitis B?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tfal li huma ntitolati għat-tilqim tal- Hepatitis B b'xejn huma: Tfal li jattendu l-ħames klassi ta' l-iskejjel primarji kollha.", "Tfal ta' kwalunkwe eta' li għandhom xi ħadd fil-familja tagħhom ibati mill- marda tal-Hepatitis B. Din it-tilqima tingħata b'xejn biss jekk tkun rakkomandata mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.", "Trabi tat-twelid li jitwieldu lill-ommijiet li jkunu carriers tal- Hepatitis B.", "SERVIZZ ĊIVILI - SKRIVANI", "12204.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jiddaħlu skrivani mas-Settur Pubbliku wara l- eżami li sar is-sena l-oħra?", "Meta se jsir dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9864, 10813, 11424 u 11592.", "ARENA TA' L-INDIPENDENZA - PARKEĠĠ", "12205.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn beħsiebu jsir parking area fl-inħawi ta' l-Arena ta' l-Indipendenza: 1) fl-inħawi li diġa' jintużaw għal dan l-iskop; 2) fejn hemm it-taraġ; 3) jew taħt l-art?", "Kien hemm studju dwar possibbiltajiet oħra ta' parking space f'inħawi oħra f'Beltissebħ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-ħsieb hu li jsir parkeġġ taħt l-art fil-parti taħt it-taraġ tal-konkos u taħt il-parkeġġ miftuħ eżistenti.", "Dwar parkeġġ fl-area ta' l-uffiċini f'Beltissebħ, dan fi ftit ġranet oħra se jsir għal użu esklussiv ta' l-impjegati ta' l-imsemmi post u għal dan il- għan se jingħalaq b'mezzi kkontrollati.", "SAĦĦA - KAŻIJIET TA' MENINGITES", "12206.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'ċirkolari maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa għat-tobba dwar każijiet ta' suspett ta' meningites sar emfasi fuq tfal taħt is-sena, meta jirriżulta li f'dawn l-aħħar ġimgħat mietu żewġt itfal ta' eta' ferm akbar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-għan taċ-ċirkolari li ħarġet fit-2 ta' Frar 1998 kien biex it-tobba jsiru aktar konxji tas-sitwazzjoni rigward il- meningite u s-sintomi tagħha f'kull eta'.", "F'każi ta' trabi taħt is-sena, is-sintomu ta' bulging fontanelle ġie msemmi għax f'din l-eta' dan jista jkun sintomu importanti.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - ĦADDIEMA", "12207.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġunijiet ġew trasferiti ħaddiema Group B mill-Isptar Sir Paul Boffa meta dawn joqogħdu fil-viċinanzi u huma jew b'mard kroniku serju jew saħansitra b'diżabilita'?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-trasferimenti tal-ħaddiema fl-Isptar Boffa saru wara studju intensiv li sar dwar il-performance u r-riżorsi umani f'dan l-Isptar mid-Dipartiment tal-Policy u Ppjanar tas-Saħħa.", "ŻEJTUN - KUNSILL LOKALI", "12208.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10997 fejn ġie ndikat li deċiżjoni finali dwar il-każ hija mminenti, jista' l- Ministru, issa li reġa' għadda xahar ieħor, jispjega x'qed iżomm li ma ssirx elezzjoni każwali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalissa għad- m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10997.", "Sadanittant, infakkar lill-Onor.", "Membru li skond il-provedimenti ta' l- Artiklu 8 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, it-tmexxija ta' l- elezzjoniijiet tal-Kunsilli Lokali, inkluż id-deċiżjoni jekk issirx elezzjoni każwali jew le, hija biss ir-responsabilita' tal-Kummissjoni Elettorali.", "SAĦĦA - VETTURA NRU.", "ADB 996", "12213.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex jiġi stabilit min kien responsabbli għall-kolliżjoni li ġrat nhar il- Ħadd 14 ta' Novembru, 1997 li fiha kienet involuta l-vettura Nru. ADB 996 reġistrata fuq it-Tabib Prinċipali tal-Gvern, misjuqa minn uffiċjal pubbliku ID No. 18654(M) li llum qed jokkupa l-kariga ta' Agent Chief Security Officer?", "Kemm kienu l-ispejjeż tal-ħsarat li ġarrbu l-vetturi in kwestjoni?", "Għaliex il-vettura sal-lum għadha ma ġietx irranġata u qegħda mitluqa ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma ttieħdu l-ebda passi f'dan il-każ minħabba li għadhom għaddejjin proċeduri legali fil-qorti.", "L-estimu totali tal-ħsarat li ġarrbu ż-żewġ vetturi huwa kif ġej:", "Isuzu Numru tar-Reġistrazzjoni ABD-996 = Lm 161.43 (tad-Dipartiment)", "Renault Numru tar-Reġistrazzjoni IAG-414 = Lm 40.00(privata)", "Il-vettura ABD 996 tinsab wieqfa fl-Isptar Monte Carmeli minħabba li għandha ħsara fil-korburatur u spare parts għalih għad m'hawnx fis-suq.", "Dawn ġew ordnati mingħand l-aġent lokali.", "Din il-ħsara ma ġietx ikkaġunata mill-kolliżjoni msemmija.", "SAĦĦA - VETTURA NRU.", "FAV 665", "12214.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju u awtorita' l-vettura numru FAV 665 Mitsubishi Lancer reġistrata fuq uffiċjal pubbliku bl-I.D. No. 18654(m) li llum qed jokkupa l-kariga ta' Agent Chief Security Officer, ipparkjat nhar is-Sibt 7 ta' Frar, 1998 bejn is-7.00 a.m. u 9.00 a.m. quddiem l-Out-Patients Department f'wieħed mill- postijiet riservati għal persuni b'diżabilita' fl-Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li din il-persuna suppost qegħda mpjegata biex tassigura dawn l-affarijiet?", "Jaf il-Ministru li Security Guard b'ID No. 893948(M) qed jittieħdu passi dixxiplinarji kontra tiegħu għaliex instab li fit-13 ta' Diċembru, 1997, wara rapport minn uffiċjal tal- Ministeru, għall-ħabta tal-11.00 p.m. ipparkja l-karozza privata tiegħu fil- post riżervat għall-persuni b'diżabilita' li huwa l-istess post fejn il- vettura fuq imsemmija FAV 665 ġiet ipparkjata nhar is-Sibt 7 ta' Frar, 1998 f'ħin aktar ċert li persuni b'diżabilita' jkollhom bżonn jokkupaw dan il- post hekk riżervat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mill-istħarriġ li għamlet is-sezzjoni tas- servizzi tas-sigurta' ma jirriżultax li l-vettura Numru FAV 665 Mitsubishi Lancer ġiet ipparkjata fil-post indikat fil-mistoqsija parlamentari iżda din kienet ipparkjata bejn is-6.00 a.m u t-3.00 p.m fuq it-Top Floor Multi Storey Car Park.", "SAĦĦA - SECURITY GUARDS", "12215.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9022 tal-14 ta' Ottubru, 1997, il-Ministru kien qal li s- security guards issa qed iduru fuq bażi ta' roster kull perijodu ta' żmien, liema perijodu huwa komunikat verbalment li huwa ta' tliet xhur, jista' l- Ministru issa jagħti xi indikazzjoni preċiża ta' kif qed taħdem din is- sistema ta' rotazzjoni kull tliet xhur?", "Jaf il-Ministru li diversi security guards issa ilhom ferm 'il fuq minn sitt xhur fl-istess post?", "Jaf il-Ministru li diversi security guards ġew trasferiti lura minn fejn ġew trasferiti (eż. minn Boffa Hospital għal SVPR u lura) wara biss ftit tal- ġranet għalkemm l-istess individwi kienu ilhom aktar minn sena ġo l-istess post?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor Membru għandu jkun jaf li qabel ma ntroduċejna s-sistema ta' rotazzjoni numru kbir ta' security guards kien ilhom ippustjati ġo xi dar ta' l-anzjani jew clinic snin sħaħ.", "Is-sistema ta' rotazzjoni qed tiġi nċampata minn numru konsiderevoli ta' security guards li qed jirrapurtaw sick, speċjalment wara li dawn imisshom jiġu ppustjati fl-Isptar San Luqa.", "Uħud minnhom ilhom sick għal aktar minn sitt xhur u hemm min bħala aggregate f'sena waħda ħa aktar mill-ġranet li suppost jaħdem bħala sick leave.", "Għaldaqstant, wieħed japprezza li meta jkollok numru ta' security guards bis-sick fit-tul issir sostituzzjoni biex il-postijiet hekk vakanti jiġu mimlija u ma noqogħdux nagħmlu sostituzzjoni kontinwa.", "SAĦĦA - SECURITY GUARDS", "12216.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li xi guards qed iduru biss minn clinic jew dar ta' l-anzjani għall-oħra mingħajr ma jersqu lejn l-Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jispjega kif żewġ security guards nisa ġor-Residenza ta' l-anzjani ta' San Vinċenz de Paule u oħra fl-Isptar Monte Carmeli ilhom ma jiċċaqilqu għaliex issa ilhom aktar minn sitt xhur f'dawn il-postijiet?", "Dawn ma jiffurmawx parti mis-sistema ta' rotazzjoni ta' kull tliet xhur?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li għalkemm is- sistema hija li s-security guards iduru kważi kull tlett xhur, wieħed irid japprezza li speċjalment fejn jidħlu s-security guards nisa, mhux kulħadd huwa addattat għal kull sptar, u għalhekk kultant dan iċ-ċaqliq minn post għal ieħor irid isir skond l-esiġenzi tas-servizz.", "SAĦĦA - AGENT CHIEF SECURITY OFFICER", "12217.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-uffiċjal b'ID No. 18654(m) li llum huwa Agent Chief Security Officer u l-uffiċjal b'ID No. 539144(m) li llum ukoll huwa Agent Chief Security Officer, liema uffiċjali qegħdin ippustjati fuq day, night, rest, off roster, qegħdin jaħdmu sigħat flessibbli, iżda xorta waħda jirċievu s- salarju bl-allowances kollha applikabbli daqslikieku qed jaħdmu r-roster bħal ħaddieħor u jitħallsu tal-Ħdud u l-festi kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl meta dawn il-ġranet u l-iljieli mhux qed jaħdmuhom jew mhux qed jaħdmuhom kollha?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li l-uffiċjal b'I.D No. 18654 M u I.D No. 539144 M li llum qegħdin jagħmlu x-xogħol ta' Agent Chief Security Officers qegħdin jaħdmu sigħat ferm aktar minn l- erbgħin siegħa li suppost jaħdmu.", "L-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li dawn mhux l-ewwel darba li daħlu jaħdmu kemm fil-Ħdud u anke fil-festi pubbliċi meta suppost li kienu off duty, kemm bi nhar kif ukoll bil-lejl mingħajr qatt ma rċievew xi kumpens extra għal dan ix-xogħol.", "L-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li wieħed minnhom ilu jagħmel użu mill- karozza privata tiegħu għal ħafna żmien biex jaqdi d-dipartiment mingħajr qatt ma rċieva l-ebda kumpens, anzi sa vendikazzjonijiet fil-vettura privata tiegħu għamlulu.", "SAĦĦA - SECURITY GUARDS", "12218.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju s-security guards b'ID.", "No. 766548 (m) u b'ID No. 601459(m) li huma ppustjati l-Head Office tad-Dipartiment tas-Saħħa, huma ppustjati fuq id-Day Off Day Off roster u għalkemm qed jiffirmaw din ir-roster is- Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi ma jaħdmuhomx u jirċievu l-benefiċċji kollha li ġejjin mill-ippustjar ta' dawn is-security guards fuq ir-roster imsemmija tad-Day Off Day off?", "Jista' l-Ministru jirrispondi għall-każ tas- security guard b'ID No. 704758(m) li għadu jidher ippustjat fuq id-Day Night Rest Off roster minkejja li qed jaħdem bħala watchman fil-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja b'ħinijiet ferm 'il bogħod mir-roster imsemmija iżda xorta waħda jirċievi l-benefiċċju tar- roster imsemmija tad-Day Night Rest Off?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li s-security guards b'I.D No. 766548 M u b'I.D No 601459 M vera huma ppustjati fuq Day Off Day Off roster, pero' meta xi wieħed minn dawn is-security guards jew ikunu bil-vacation leave jew bis-sick leave is-security guard l-ieħor qiegħed jidħol jagħmel il-ġurnata tax-xogħol ta' sieħbu, u ċioe tnax-il siegħa mingħajr ebda kumpens, ikun twil kemm ikun iż-żmien li sieħbu jagħmel ġranet assenti mill-post.", "Matul il-ġimgħa dawn iż-żewġ security guards ġieli baqgħu xogħol fuq il- ħin normali tagħhom mingħajr kumpens addizzjonali.", "B'riferenza għas-security guard b'I.D No. 704758 M, l-Onor Membru għandu jkun jaf li dan qiegħed jaħdem fuq id-Day Night Rest Off roster.", "L-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li kultant is-security guards li qed jaħdmu f'xi lokalita' partikolari bħalma huwa l-Head Office jew il- ministeru, ikun fl-interess tas-servizz li s-sostituzzjoni ssir bejn l- istess individwi biex jiġi assigurat il-kontinwita' tax-xogħol involut."]} {"filename": "19940511_263d_par.doc", "date": "1994-05-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 263 L-Erbgħa, 11 ta' Mejju, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 263", "L-Erbgħa, 11 ta' Mejju, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 263", "L-Erbgħa, 11 ta' Mejju, 1994", "WERREJ", "MINUTI 122", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 122", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KUMMISSJONI GĦALL- AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA", "COMMISSION FOR THE ADMINISTRATION OF JUSTICE BILL", "Kumitat 128", "AĠĠORNAMENT 158", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 164", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 262 li saret fl-10 ta' Mejju, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, qabel ma ngħaddi għall-mistoqsija nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja u ta' kulħadd li Ministru wieħed biss hawn fil-Kamra biex jirrispondi l-mistoqsijiet.", "KALKARA - PRODUZZJONI TA' L-ILMA", "17783.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Hemm xi spjegazzjoni għaliex wara seba' snin ta' nfiq għall-produzzjoni ta' l- ilma, areas sħaħ fil-Kalkara bħal triqat il-Luqqata, is-Sibi, it-Turretta u oħrajn diġa' ilhom xhur mingħajr provvista ta' ilma adegwata?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Jien informat li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma bħalissa qed twettaq il-proġett tat-tieni fażi tal- Qrendi Pipeline South li mistenni jkun lest sa qabel is-sajf li ġej.", "Permezz ta' dan il-Pipeline is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fil- Kalkara se tiġi rafforzata.", "Barra minn hekk il-Korporazzjoni se twettaq ukoll xi tibdiliet neċessarji fejn il-provvista tkun provduta minn ġibjun ieħor minn dak eżistenti.", "Għaldaqstant sas-sajf li ġej ir-residenti tal-Kalkara se jkollhom titjib konsiderevoli fil-provvista ta' l-ilma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Slavu Sant, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jaf il-Ministru jew il-Prim Ministru li dan il- pipeline ilu mwiegħed 'il fuq minn sentejn u s-sitwazzjoni għadha l-istess?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Veru li dan il-pipeline ilu mwiegħed 'il fuq minn sentejn u suppost li diġa' qiegħed jiffunzjona għax meta kont Ministru tal-Finanzi kont jien li approvajt il-flus għalih, iżda sfortunatament minħabba l-ammont ta' xogħol involut biex tiżdied il- produzzjoni ta' l-ilma mill-impjant ta' Pembroke, isiru trinek san-Naxxar u ħafna xogħlijiet oħra, dan ma setax isir.", "Jien qed niġi aċċertat mill- kollega tiegħi li sa dan is-sajf għandu jkun in funzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru, u anke l-iSpeaker, li bir- risposta li ta l-Ministru qed jimmiżlijdja lill-Kamra.", "Infakkar lill- Ministru li għal mistoqsija parlamentari numru 8351, fejn staqsejtu dwar l- istess problema, kien weġibni li:", "\"Triq it-Turretta, il-Kalkara tieħu l-ilma mill-ġibjun ta' San Klement, Bormla.", "Meta l-livell ta' l-ilma f'dan il-ġibjun ikun baxx il-provvista ta' l-ilma f'din l-area jista' jkollha nuqqas ta' pressa.", "Meta jintalab is-servizz tal-bowser, il-bowser jintbagħat mill-aktar fis possibbli.", "Meta jitlesta l-proġett tal-pipeline tas-south, is- sitwazzjoni f'dawn l-inħawi wkoll mistennija titjieb.\".", "Din kienet ir-risposta li tani l-Ministru għal mistoqsija numru 8351.", "Għal mistoqsija numru 8882, li kienet tittratta dwar l-istess problema, il- Ministru għall-Ambjent kien irrispondieni:", "\"Jien informat li biex tiġi rranġata b'mod permanenti s-sitwazzjoni tal-provvista ta' l-ilma fi Triq it-Turretta, il-Kalkara, irid jitlesta x-xogħol fuq l-main il-ġdid għan-nofsinhar ta' Malta.", "Il- ġibjun ta' San Klement qed jinżamm kemm jista' jkun mimli biex jgħin is-sitwazzjoni.\".", "Meta f'Ottubru 1993 l-Ministru rrisponda għall-mistoqsija tiegħi numru 13185 li kienet ukoll fuq l-istess problema, il-Ministru qalli hekk:", "\"Jien informat li Triq it-Turretta, Kalkara tinsab qrib livell tal- ġibjun li jissupplixxi l-provvista ta' l-ilma lir-residenti ta' din it- triq u l-akwati ta' madwarha.", "B'hekk jista' jiġri li ma jitlax ilma u jkun hemm waqtiet ta' pressa baxxa.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tħejji programm biex issir alternattiva oħra fid- distribuzzjoni lejn din it-triq.\".", "Ma jidhirlux il-Ministru li qed jidħak bin-nies ta' dawn l-akwati meta din hija l-unika area fil-Kalkara kollha li ma jkollhomx ilma u meta l-Ministru preċedenti ammetta li dawn ma jkollhomx ilma għaliex qegħdin fil-livell u mhux għaliex qed jistennew li jitlesta l-pipeline li se jitwassal sas-South ta' Malta?", "Parti mill-pipeline huwa lest, pero' meta l-Kalkara kollha jkollha l-ilma, f'dik l-area ma jkollhomx.", "Imbagħad fl-aħħar mistoqsija li għamilt, irrispondewni li dawn mhux qed ikollhom ilma għaliex qegħdin fil- livell tal-ġibjun.", "Allura għalfejn il-Ministru jiġi jgħid li jrid ikun lest il-pipeline li se jitwassal sas-South ta' Malta biex ikunu jistgħu jieħdu l-ilma?", "F'Aġġornament li kont ħadt kont tlabt lill-Ministru biex jieħu passi għaliex in-nies ta' dawn l-akwati ddejqu jiġu mgħoddija biż- żmien għaliex l-ilmenti li jagħmlu qed jaqgħu f'widnejn torox.", "Jista' l- Ministru wara li wrejtu bil-provi - u se nħallilu kollox għaliex donnu li biex jemmen jrid jara l-mistoqsijiet - ...", "Il-bieraħ il-Kamra ġiet immiżlijdjata u iktar tard ngħaddilek il-mistoqsijiet fuq dak li għidt il- bieraħ.", "MR SPEAKER: On a point of order, il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jekk qed jgħid li kien hemm min immiżlijdja lill-Kamra, jissostanzjaha ħalli naraw u jittieħdu l-passi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fuq ix-xogħol tad-drenaġġ, il-bieraħ il-Ministru qal li ma kienx inkluż fil-programm ta' xogħlijiet għal din is-sena.", "F'mistoqsija parlamentari numru 12982 li għamilt is-sena li għaddiet irrispondieni li:", "\"Ix-xogħol tad-drenaġġ li għad fadal isir fi Triq Patri Mattew Sultana, Kalkara mistenni jsir is-sena d-dieħla..\".", "Jiġifieri x-xogħol kien mistenni li jsir din is-sena u issa l-Ministru qed jgħidli li ma kienx inkluż fil-programm.", "X'inhu jiġri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): L-ewwelnett b'referenza għall-mistoqsija tal-bieraħ, jidhirli li ddiskutejna bl-iktar mod kordjali u oġġettiv il-problema li semmejt u billi kien hemm xi Onor. Interpellant ieħor li talab li tingħata data preċiża, għidtlek li skond l- informazzjoni li kelli available dak il-ħin, dak ix-xogħol ma kienx inkluż fix-xogħlijiet ta' din is-sena.", "Imbagħad saret ir-rimarka li qed nitkellmu fuq parti żgħira ta' xogħol u fil-fatt wegħidt li ninvestiga biex nara nistgħux ngħaġġlu dak ix-xogħol.", "Issa li toqgħod tgħidli li s-sena li għaddiet konna għidna li x-xogħol kien mistenni jsir din is-sena u jien għidtlek li x-xogħol m'hux inkluż fil-vot partikolari ta' din is-sena, bir- rispett kollu, ngħidlek li meta jsir pjan, isir għall-areas kollha ta' Malta u mbagħad tgħaddi minn proċess ta' prioritisation, fejn mhux biss tissottometti x'għandu jsir, imma minn dak kollu li għandu jsir kemm tista' tlaħħaq anke fil-parametri finanzjarji tal-voti partikolari li jkollok u hemmhekk imbagħad joħroġ il-vot attwali.", "Bir-rispett kollu, ma naħsibx li jkun atteġġjament korrett bejnietna li nipprovaw insibu kontradizzjoni f'kull ħaġa immaġinabbli, speċjalment meta lill-Onor.", "Salvu Sant li ħa interess f'din il-kwestjoni għidtlu li jekk tista' ssir xi ħaġa malajr, din issir.", "Pero' l-bieraħ ma ħassejtx li dak il-ħin stajt nikkommetti ruħi fuq domanda supplimentari u ngħid li din żgur se ssir din is-sena.", "Jiġifieri din il-kontradizzjoni li l-Onor.", "Membru qed jgħid li qed jara naħseb li hija esaġerata u skorretta.", "Mr Speaker, rigward il-kwestjoni l-oħra nixtieq ngħid li huwa evidenti li jeżistu fatturi diversi u differenti li qed jikkaġunaw il-problema ta' l- ilma.", "Fit-tweġiba li l-Ministru qara kien hemm li se jkun hemm pipeline ferm aħjar fl-inħawi tas-south u li d-distribuzzjoni ta' l-ilma fil- Kalkara se tiġi rafforzata.", "Mhux naturali!", "Jekk se jkun hemm sistema ta' distribuzzjoni aħjar għal dik l-area kollha, mhux bilfors se tirrafforza s- sistema tad-distribuzzjoni hemmhekk!", "Issa jekk se tibqa' l-problema fi Triq it-Turretta, kif diġa' għidt, inwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li beħsiebni nara d-domandi kollha li saru b'referenza għal dik it-triq partikolari u nara kif il-programm se jolqot preċiżament lill-inħawi li qed nitkellmu dwarhom.", "Pero' huwa ovvju li l-impenn huwa li permezz ta' investiment qawwi li sar is-sena li għaddiet u li se jsir din is-sena mil- lat kapitali, li waħdu jammonta għal Lm12 miljun, ikollna produzzjoni adegwata ta' ilma u sistema li tiggarantixxi distribuzzjoni ta' ilma aħjar, b'mod li sal-bidu ta' dan is-sajf, prattikament fl-areas kollha ta' Malta ....", "Issa jekk se toqgħod tgħidli li t-tali area se tibqa' l-istess għaliex għandha l-kanna mmermra u antika u li fit-tali area hemm bżonn ta' pompi, wieħed jibqa' jara l-problema.", "Mr Speaker, nista' ngħid li żgur li qatt f'dan il-pajjiż ma kien hawn impenn ikbar u iktar estensiv u ċar min-naħa tal-Gvern preżenti biex din il-problema li wiret fil-kamp ta' l- ilma għal Malta nsolvuha kemm jista' jkun darba għal dejjem biex anke jkollna sistema ta' riserva ħalli mhux kull darba li jkollok diffikulta' għax ikun mar id-dawl, jieqaf xi reverse osmosis jew ikun hemm problema ta' pollution f'bajja partikolari, awtomatikament trid twaqqaf il- produzzjoni ta' l-ilma u tolqot ħafna areas ta' Malta.", "Qed nagħmlu ħafna xogħol, konxji li għad fadal ħafna x'irridu nagħmlu, pero' jien żgur li l- Kamra kollha tirrikonoxxi x'qiegħed isir f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, fejn il-Ministru qal li issa jaf li hemm 30 pied xi jsiru u allura x-xogħol jista' jsir, nixtieq nirreferi għal mistoqsija 10,396 li ilha li saret mis-sena l-oħra, fejn għidt li 30 pied kien hemm s'isir, għaliex issa ...", "Nerġa' ngħidlek għalhekk timmiżlijdjaw lill-Kamra għax jien anke dak inhar għidtlek li kien għad baqa' biss 30 pied x'isiru (Interruzzjonijiet) U żgur, għaliex int għamiltu dan it-taħwid.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġobkom, tindirizzawx lil xulxin.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed nirreferi għal dik il-parti tal-mistoqsija fejn il- Ministru preċedenti kien qal li l-problema fi Triq it-Turretta hija għaliex hemm il-kanen żgħar u l-livell minħabba l-ġibjun ...", "Dan wara li jien xbajt ngħid bil- pajpijiet li qalu li kienu lesti, imbagħad ġab din l-iskuża u qal li issa jsir ix-xogħol meħtieġ.", "Mela issa ma noqogħdux inġibu l-iskuża li rridu nistennew sakemm ikun lest il-pipeline tan-naħa tas-south.", "Jien nitlob lill-Ministru biex jekk, kif qal hu dak inhar, il-pajpijiet li qed jiffijdjaw l-ilma ta' hemmhekk huma żgħar u qegħdin diżlivellati, jieħu passi u jirranġa dawn l-affarijiet u mhux jgħaddina biż-żmien u jgħidilna li l-pipeline tas-south se jkun lest sas-sajf li ġej.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Mr Speaker, din l-akkuża li nimmiżlijdjaw lill-Kamra hija serja u ma jistax jaqbad u jagħmilha.", "Il-Ministru jagħti l-informazzjoni li jagħtuh u ħafna drabi fit-tweġibiet jien nikteb \"jien informat\" biex żgur ma nkunx qed nimmiżlijdja lill-Kamra.", "Jekk il-Ministru ma jkunx jaf, ma jistax ikun qed jimmiżlijdja lill-Kamra; jimmiżlijdja lill-Kamra meta b'malizja jagħti informazzjoni ħażina.", "Ma jistax ikun li nagħmlu dawn l-akkużi b'dan il-mod hekk frivolu.", "MR SPEAKER: Jiena fil-passat diġa' tajt rulings fuq dan il-punt.", "Ma tisgħux tagħmlu dawn it-tip ta' akkużi; jekk jista' jkun poġġu d-diskors mod ieħor.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli li hu m'hu responsabbli għal xejn minn dak li jagħmlu ta' taħtu?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onorevoli, mhux hekk.", "Dawn il-kummenti jridu jinqatgħu għaliex inkella jkolli nibda napplika r-regolamenti serjament u jkollna aktar diffikultajiet.", "Isiru l-mistoqsijiet u t-tweġibiet.", "Point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: On a point of order, Mr Speaker.", "Għadha kif issemmiet il-kelma \"stupidu\" vis-a-vis l-Onor.", "Mizzi; din qed neħduha li hija normali jew ...", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, jiddispjaċini li rreaġixxejt, imma huwa dawwar dak kollu li ntqal.", "Issa jew ma fehemx xi ntqal jew inkella dawwarha b'malizja.", "Mela allura mhux stupidu.", "MR SPEAKER: Dik il-kelma li ġiet użata ġiet irtirata.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET LIS-SEWWIEQA TAT-TRAILERS", "17830.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari numru 17121?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Ġejt informat li, għalkemm il-Pulizija ma teżaminax trailers, issir viġilanza mill-Pulizija tat-Traffiku rigward dawn il-vetturi.", "Ingħataw ċitazzjonijiet dwar tyres, dawl u oġġetti oħra li kienu bi ksur tar- regolamenti, iżda l-ebda vettura (trailer) ma ġiet miżmuma milli tintuża fit-triq.", "Ma tinżammx statistika separata ta' dawn iċ-ċitazzjonijiet.", "PULIZIJA - REGOLAMENTI DWAR IT-TRAILERS", "17831.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz- joni u Teknologija: Tista' l-Pulizija toħroġ ordni jew tobbliga lis- sidien ta' trailers li dawn ikunu mmarkati b'mod li jingħarfu ta' min huma u t-telephone number tas-sid fuqhom?", "Kemm-il trailer ġie eżaminat mill-Awtoritajiet dan l-aħħar biex jiżguraw li huma safe għal ġarr ta' containers u kemm ġew imwaqqfa milli jintużaw għaliex m'humiex f'kondizzjoni tajba, bħal dwal, tyres, brakes u security clamps?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Jiena nformat li ebda trailer, jekk ikun propjeta ta', jew imħaddem minn, persuna li normalment tirrisjedi f'Malta, m'għandu jintuża fit-triq kemm-il darba ma jkunx reġistrat mad-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet.", "Bħala identifikazzjoni t-trailer meta jkun reġistrat jingħata pjanċa bin-numri.", "Sakemm ma jkunux introdotti testijiet fuq livelli Ewropej, il-vetturi kummerċjali mhux qed ikunu eżaminati, iżda l-Pulizija xorta waħda qed tagħmel il-vigilanza neċessarja u sikwit jittieħdu l-passi neċessarji meta jinkisru r-regolamenti.", "ISLA - LANĊA MGĦARRQA FIX-XATT", "17832.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Nirreferi għal mistoqsija parlamentari numru 17444 dwar lanċa mgħarrqa fix- Xatt ta' l-Isla.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta maġisterjali?", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Peress li l-esperti nominati mill-Magistrat Inkwerenti, Is-Sur William Cassar Torreggiani u P.C. 1510 Michael Pace għadhom ma lestewx ir-rapport, l-inkjesta magisterjali ma setgħetx tigi konkluża.", "ATTI VANDALI FUQ SHOWROOMS", "17833.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Dan l-aħħar saru atti ta' vandali ta' sparar ta' bullets u ħruq ta' tyres ma' showrooms ta' diversi aġenti.", "Qed jingħad li dawn huma konnessi mat-tender li hemm tal-Freeport li tammonta bejn Lm30 u Lm40 miljun.", "Din l-informazzjoni waslet għand il-Prim Ministru, u jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu dwar dan it-theddid?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li kien hemm rapportati inċidenti ta' sparaturi fil-lejl bejn id-19 u l-20 ta' April kif ukoll ta' ħruq fi sbieħ il-21 ta' April.", "Il-Pulizija rċeviet rapporti dwar dan u qed tinvestiga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jien nitlob lill-Prim Ministru biex jirrispondini aktar dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija.", "Qed ngħid dan għax lili avviċinawni xi erbgħa min-nies u qaluli li ġew mhedda.", "Suppost li l-Prim Ministru huwa informat dwar dan.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fir-risposta tiegħi jien għidt li jien informat, jiġifieri kelli informazzjoni.", "Fost affarijiet oħra nista' ngħid li kellimt lill-Kummissarju tal-Pulizija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista', jekk jogħġbu, il-Prim Ministru jgħidilna jekk għandux xi informazzjoni dwar dak l-ex-pulizija li qed jintqal li qed iħuf madwar l-uffiċċji b'konnessjoni mat-tender tal-Freeport, skond l- artiklu ta' Carmel Cacopardo f' \"In-Nazzjoni\" tal-lum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, m'għandix informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Lill-Prim Ministru ndikawlu min huwa l-individwu li qed imur jheddidhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, jien kellimt lill-Kummissarju tal- Pulizija u qalli li kien hemm rapport, qal li s-supritendent qed jinvestiga u qalli li kellu jkompli jinvestiga.", "Issa dan kollu sar qabel ma rċevejt il-mistoqsija.", "ONOR.", "SALVU SANT: Fid-dawl ta' dan it-theddid li qed isir - li m'huwiex theddid bil-kliem biss għax jidher li sar b'affarijiet oħra - x'passi oħra se jieħu l-Prim Ministru sabiex l-affarijiet ma jibqgħux għaddejjin b'dan il-mod?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma nafx għal xiex qed jirreferi l-Onor.", "Sant bil-kliem \"għaddejjin b'dan il-mod\".", "L-inċidenti li ġraw ġew rapportati lill-pulizija mill-persuni li sofrew dawn l-inċidenti u l- pulizija qed tinvestiga, kif tinvestiga f'kull każ fejn ikun hemm allegat ksur tal-liġi.", "ONOR.", "SALVU SANT: L-informazzjoni li waslet lili hija li hemm min qed imur biex jirtira jew ma jkomplix jitfa' t-tender għax qed jiġi mhedded anke b'revolvers.", "Jien naħseb li wisq probabbli l-Prim Ministru jaf b'dan ukoll.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Sant għandu jgħaddi l-informazzjoni li jaf biha lill-Kummissarju tal-Pulizija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jekk il-Prim Ministru jaf - għax qed ngħidlu - huwa fir-responsabilita' li jgħaddi l-informazzjoni, Mr Speaker.", "Ħadd ma għandu għalfejn jibqa' jesponi ruħu...", "MR SPEAKER: Onor. Sant, tagħmilx statements imma agħmel biss mistoqsijiet.", "ONOR.", "SALVU SANT: Iva, imma jien inħoss li l-Prim Ministru għandu jgħaddi l-informazzjoni lill-Kummissarju tal-Pulizija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nerġa' ngħid li min għandu informazzjoni - mhux qed nirreferi għal dan il-każ biss, imma f'kull każ - dwar ksur tal- liġi jew fatti li jistgħu jwasslu għall-prosekuzzjoni, dan għandu d-dover li jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija.", "GĦalhekk se nerġa' nistieden lill-Onor.", "Sant jagħmel dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, x'interess għandu l-Prim Ministru li lil din il-persuna ma jindikahiex b'isimha lill-Kummissarju tal-Pulizija?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma għandi l-ebda persuna x'nindika.", "Din hi insinwazzjoni u nitlob lill-Onor.", "Sant jirtira din l-allegazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Il-Prim Ministru stess qalli li jaf bil-każ, allura jekk jaf bil-każ kollu, sinjal li jaf lill-individwu wkoll.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, l-Onor.", "Sant ma jistax jgħid li jien naf b'xi ħaġa u jagħmel allegazzjoni bħal din.", "Ir-risposta tiegħi hi dik li tajt.", "Jien informat li kien hemm rapporti ta' inċidenti ta' sparaturi bejn il- lejl tad-19 u l-20 t'April kif ukoll fi sbieħ il-21 t'April.", "Jien għidt li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.", "Meta saru s-supplementary questions, żidt ngħid li jien stess kellimt lill-Kummissarju biex nara jekk il-każ hux qed jiġi nvestigat bis-serjeta'.", "Jien ġejt assigurat li l-każ qed jiġi nvestigat.", "MR SPEAKER: Nappellalkom biex meta tagħmlu l-mistoqsijiet, dawn ikunu mistoqsijiet u mhux statements.", "Il-problemi għalhekk iqumu.", "Jekk dak li tgħidu tagħmluh fil-forma ta' mistoqsijiet, inkunu qed nimxu skond ir- regoli.", "Pero' jekk dawn ikunu statements inkunu qed niksru r-regoli.", "Ir- regolamenti huma sempliċi.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL - KAŻ B'ID NO.", "725644", "17834.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' Mrs.Y. Grima ID 725644 NI D093122 li ilha tirreġistra għax-xogħol għal dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-każ tal-persuna indikata kien investigat.", "Jirriżulta li hija ntbagħtet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal diversi intervisti, fosthom ta' ward clerical assistant, ta' security officer u ta' prison warden u kienet anke offruta xogħol fis-settur privat ma' Salamander Janitor Services bħala cleaner, iżda hi ħasset li dan ix- xogħol ma kienx jgħodd għaliha għax xtaqet xogħol ta' supervisor bix-shift.", "Il-persuna in kwestjoni għandha problema li minħabba fiha tista' taħdem biss xogħol bix-shift wara l-5.00 p.m., u xogħol bix-shift biss ma jkunx hawn ħafna.", "B'danakollu, kull meta l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ikollha xogħol adattat, dan xorta jkun offrut lilha.", "GWARDAMANGIA - TINDIF TAL-HOUSING ESTATE", "17853.", "L-ONOR.", "SALVU SANT (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jinkinsu aħjar l- akwati tal-Housing Estate, Ġwardamangia, limiti tal-Ħamrun?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li d-Dipartiment ta' l- Indafa Pubblika qed jieħu ħsieb li l-lokalita' indikata mill-Onor.", "Interpellant tinkines darbtejn fil-ġimgħa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KUMMISSJONI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA", "COMMISSION FOR THE ADMINISTRATION OF JUSTICE BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "Ikompli mill-10 ta' Mejju, 1994.", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 9 - Bord Mediku.", "(Kont.)", "Clause 9 - Medical Board (Cont.)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-bieraħ kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru tal-Ġustizzja assiguraw lill-Kamra li dak li l-Gvern qiegħed jipproponi huwa bbażat fuq il-preċedent ta' l-Indja u ladarba fl-Indja dak li sar ma ġiex kontestat, allura wieħed għandu jassumi illi m'hux meqjus li huwa kontra l-Kostituzzjoni.", "Dan japplika wkoll għar-rigward ta' subartiklu 97 (3) tal-Kostituzzjoni ta' Malta li huwa eżatt bħal subartiklu 124 (4) tal-Kostituzzjoni ta' l-Indja.", "Intqal ukoll illi l-pariri legali li għandu l-Gvern huma f'dak is-sens u allura m'hemmx raġuni għaliex il- Gvern, wara li jikkonsidra dak li qalet l-Oppożizzjoni, ibiddel il- pożizzjoni tiegħu dwar dan il-punt.", "Jiddispjaċini ninforma lill-Kamra illi dak li qal il-Gvern dwar il-pożizzjoni ta' l-Indja m'huwiex eżatt.", "Jiena kelli l-okkażjoni li nfittex fil-Kostituzzjoni ta' l-Indja u aktar 'il quddiem se naqra lill-Kamra x'inhi l-pożizzjoni f'dak il-pajjiż mhux biss kif ġiet kkwotata kemm mill-Prim Ministru kif ukoll mill-Ministru tal- Ġustizzja, imma wkoll kif ġiet kkwotata minn awtur riċentement.", "L-ewwelnett nagħmilha ċara illi huwa minnu illi subartiklu 97 (3) tal- Kostituzzjoni tagħna huwa identiku għal subartiklu relevanti tal- Kostituzzjoni ta' l-Indja.", "Imma l-leġislazzjoni li saret hemmhekk abbażi ta' dak l-artiklu hija differenti ħafna minn dak li qed jipproponi l-Gvern.", "Qabel ma naqra eżatt kelma b'kelma x'jgħidu l-awturi f'dan il-kontest - se nagħti wkoll l-edizzjoni u l-paġna minn fejn qed nikkwota ħalli wieħed ikun jista' jivverifika - irrid ngħid illi fl-Indja, meta titressaq mozzjoni fil-Parlament, l-iSpeaker tal-Kamra jaħtar kumitat ta' tlieta min- nies għorrief biex jinvestigaw l-ilment.", "It-tieni punt huwa li meta l-kumitat jinvestiga, f'kull każ jagħmel rapport lill-iSpeaker u jekk ir-rapport jgħid illi dawk it-tlieta min-nies isibu li m'hemmx ħtija wara l-investigazzjoni, allura skond il- leġislazzjoni Indjana l-Kamra ma tgħaddix il-mozzjoni.", "Imma hija l-Kamra li tiddeċiedi u mhux it-tlieta min-nies li jinħatru mill-iSpeaker biex jinvestigaw.", "Wara li għidt dan kollu, li huwa l-ġist tal-pożizzjoni ta' l-Indja u li minnu wieħed jara kemm hija differenti l-pożizzjoni fl-Indja mill- pożizzjoni li l-Gvern qiegħed jipproponi hawn Malta, se naqra mill-ktieb ta' Basu, l-edizzjoni ta' l-1983, fejn hawn kummentarju fuq il- Kostituzzjoni ta' l-Indja.", "Se naqra minn paġna 231 'il quddiem ta' Volume J. Qed nittrattaw fuq \"Removal of Supreme Court Judges\".", "Dan jgħid hekk:", "\"Legislation by Parliament", "In exercise of the power conferred by Cl.", "(5) ...\"", "- ta' clause 124 -", "\"Parliament has enacted the Judges (Inquiry) Act 1968 ...\"", "- li l-Gvern għamel referenza għaliha -", "\"... to \"regulate the procedure for the investigation and proof of the misbehaviour or incapacity of a Judge of the Supreme Court or of a High Court and for the presentation of an address by Parliament to the President and for matters connected therewith\".\".", "Hawnhekk wieħed irid josserva illi l-leġislazzjoni stess tikkwota kważi verbatim il-kliem tal-klawsola relevanti tal-Kostituzzjoni rigward proċedura dwar l-investigazzjoni u l-proof of misbehaviour or incapacity.", "Dan il-paragrafu jkompli jgħid hekk:", "\"Its provisions, in brief, are as follows:", "I. The Act does not define what is 'misbehaviour'.", "Naturally, it will depend upon the opinion of the investigating Committee and Parliament itself as what would be deemed to be 'misbehaviour' in the light of what has been stated above.", "II.", "As to 'incapacity'...\"", "- u mbagħad insibu r-rimarki tiegħu dwar dan -", "\"III.", "A proceeding for removal of a Judge is to be initiated by a notice of motion for presenting an address to the President, praying for such removal, which, if given in the House of the People must be signed by not less than 100 members of that House; or, if given in the Council of States, by not less than 50 members thereof.", "(a) The Speaker or the Chairman has the discretion to refuse to admit or to admit the motion, after consulting such persons as he thinks fit, and the materials available to him.", "(b) If the motion is admitted, the Speaker or the Chairman shall constitute an investigating Committee of three members - from the Judges of the Supreme Court, of the High Court, and a distinguished jurist. (c) The Committee shall frame definite charges and offer to the Judge concerned a reasonable opportunity of presenting a written defence.", "(d) In the case of physical or mental incapacity, the Committee may appoint a Medical Board and obtain its report. e) On the completion of investigation, the Committee shall submit its report to the Speaker or the Chairman ...\"", "- \"on completion of investigation\", jiġifieri jekk il-kumitat jassolvi lill-imħallef, il-proċedura ma tiqafx hemm -", "\"... (as the case may be), whose duty shall be to cause that report to the House or Houses of Parliament .\"", "- hawnhekk hawn xi kelma nieqsa imma jiena qed naqra testwalment u fedelment il-kliem li hawn f'dan il-ktieb; allura l-findings ta' dan il- kumitat - f'dan il-każ partikolari jissejjaħ kumitat - dejjem jiġu rrapportati lill-Kamra -", "\"f) The proceedings shall be dropped if the finding of the Committee is that the Judge is not guilty.\".", "Jiġifieri l-Kamra twaqqaf il-proceedings; il-kumitat jagħti r-rapport lill- iSpeaker u ma jindaħalx iktar.", "Minn hemm 'il quddiem il-Kumitat ma jeżistix iktar għall-fini tal-każ.", "Dan il-kummentarju jkompli hekk:", "\"g) If the report be that a Judge is guilty, the report of the Committee shall, together with the initial motion, be taken up for consideration by the House where such motion was initiated.", "If the motion is adopted in each House of Parliament by the special majority specified in Art.", "124(4) (or 218, as the case may be), then the charge of misbehaviour of incapacity against the Judge shall be deemed to have been proved, and it shall be followed by the address of each House of Parliament to the President for his removal, to be followed by an order of the President, accordingly.\".", "Mela allura hawn ċar dak li rrilevajt fil-bidu ta' l-intervent tiegħi llum, illi fl-Indja, il-kumitat huwa emanazzjoni tal-Kamra jew tal-House of People, jew tal-Parlament ta' l-Istati ta' l-Indja għax jinħatar mill- iSpeaker ad hoc.", "U dan f'kull każ jirrapporta lill-iSpeaker u lill-Kamra.", "Il-liġi tagħna m'hix hekk imma qiegħda ...", "(Interruzzjonijiet) Klawsola 9 kif qed tiġi emendata tagħmel referenza għal klawsoli 10 u 11 ta' dan l- Abbozz.", "Subklawsola 10 (4) kif qed tiġi emendata tgħid li:", "\"Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-investigazzjoni neċessarja u tagħmel rapport fuq l-istess lill-iSpeaker.", "Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni jkun igħid li m'hemmx imġieba ħażina jew li l-imħallef jew maġistrat ma jkollu ebda inkapaċita', ma għandha tittieħed ebda azzjoni oħra fil- Kamra dwar dak ir-rapport u ma għandhom isiru ebda proċeduri oħra dwar il-mozzjoni pendenti quddiem il-Kamra.\".", "B'daqshekk ma jfissirx li l-Kamra ma tistax tagħmel hekk.", "Jien qed ngħid li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni istitwita bl-Abbozz ta' Liġi li tassolvi, ma tistax definittivament tostakola lill-Kamra milli tipproċedi.", "Il-Kamra, minkejja dak li tgħid il-Kummissjoni, xorta waħda tista' timxi fuq ir- rapport u jkollha eżistu differenti minn dak li tkun waslet għalih il- Kummissjoni, jiġifieri ssib ħtija fejn il-Kummissjoni ma tkunx sabet.", "GĦalhekk qed issir oġġezzjoni minn din in-naħa, fis-sens li l-Kummissjoni ma tistax titqies bħall-kumitat fl-Indja, li huwa kumitat li jemani mill- Kamra, għax il-Kummissjoni tagħna m'hix se tkun maħtura mill-iSpeaker, imma se tkun Kummissjoni assolutament indipendenti mill-Kamra.", "Huwa veru li se jkollha membru li jinħatar mill-Prim Ministru u ieħor mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni, imma dik il-Kummissjoni hija totalment barra l-kontroll ta' din il-Kamra, mentri fl-Indja m'hix hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Taħt l-Att ta' l-1968 li għadda l-Parlament Indjan huwa veru li l-iSpeaker jinnomina lil dak il-kumitat li jinvestiga, pero' l- membri huma magħmulin minn imħallef mis-Supreme Court, imħallef mill-High Court u ġurista ta' distinzjoni.", "Il-kumitat ta' l-Indja m'hux magħmul minn membri tal-Parlament, imma minn membri maħturin mill-iSpeaker.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-pożizzjoni hi xi ftit differenti milli qed jgħid il- ħabib tiegħi.", "L-iSpeaker hu awtorizzat jagħmel il-kumitat mhux in forza tal-Kostituzzjoni u tar-regolamenti tal-Kamra, imma in forza ta' din il- liġi partikolari, the Judges (Inquiry) Act of 1968.", "U biex nikkjarifika dan l-artiklu lill-ħabib tiegħi li qed jitkellem, se nikkwotalu x'jgħid article 6 ta' din il-liġi, li jittratta dwar dan il-punt.", "Dan jgħid hekk:", "\"If the report of the Committee contains a finding that the judge is not guilty of any misbehaviour or does not suffer from any incapacity, then no further steps shall be taken in either the House of Parliament in relation to the report and the motion pending in the Houses of Parliament shall not be proceeded with.\".", "Jiġifieri din hi kkopjata kelma b'kelma mil-Liġi Indjana.", "Ma jistax ikun iktar ċar minn hekk.", "Subklawsola 10 (4) kif qed tiġi emendata tgħid eżatt l-istess kliem, jiġifieri:", "\"The Commission shall carry out the necessary investigation and make a report thereon to the Speaker.", "If the report of the Commission contains a finding that there is no misbehaviour or that the judge or magistrate does not suffer from any inability, then, no further steps shall be taken in the House in relation to the report and the motion pending in the House shall not be proceeded with.\".", "Għalhekk għidt li hija kkopjata kelma b'kelma mil-Liġi Indjana.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'hijiex hekk.", "ONOR.", "JOE FENECH: X'jiġifieri m'hix hekk?", "Jien qed nikkwota mil-Liġi u mhux x'qed jgħid l-awtur fuqha.", "Jekk irid l-Onor.", "Mifsud Bonnici nista' nagħtih kopja tagħha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa qed nikkwota minn awtur ieħor li huwa Dott. Mc Jain Kagzi, li kiteb dwar il-Constitution of India.", "Il- pubblikazzjoni hija tal-Metropolitan Book Company Private Ltd u l-edizzjoni hi ta' l-1984.", "Qed nikkwota minn Volume 1, page 273 fejn jgħid:", "\"After the conclusion of the proceedings, the Committee should submit its report to the Speaker who should cause it to be laid before the House.\".", "Allura r-rapport tal-Kummissjoni bilfors irid jiġi quddiem il-Kamra.", "Hemmhekk il-Kamra m'għandhiex tipproċedi għax il-Liġi hekk tgħid, imma jekk ir-rapport ma jiġix quddiem il-Kamra, u f'Malta m'aħniex nagħmlu li r- rapport jiġi quddiem il-Kamra ...", "Nerġa' nfakkar li l-oġġezzjoni minn din in-naħa qamet għax jekk il-Kummissjoni tista' tassolvi mħallef u l- proċeduri jieqfu hemm, allura s-setgħa tal-Kamra se tkun kondizzjonata għal dan il-fatt.", "Issa jekk ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, allura l-Kamra tista', jekk trid, tkompli bil-mozzjoni.", "M'għandhiex tagħmel hekk, imma jekk trid tista'.", "F'Malta l-proposta tal-Gvern m'hijiex fis-sens li r-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GĦaliex?", "GĦax f'Malta kollox jibqa' in camera sakemm il-Kummissjoni ma tgħidx li hemm prima facie case.", "Issa qed nikkontemplaw l-ipotesi fejn mill-findings tal-kummissjoni jidher li m'hemmx prima facie case.", "Mela l-proceedings jibqgħu konfidenzjali, jibqgħu in camera u allura r-rapport ma jitqegħidx fuq il-Mejda tal-Kamra, għax aħna minn hemm tlaqna.", "Fil-Liġi ta' Malta hemm li meta l-iSpeaker ikollu mozzjoni għandu jżommha bħala ħaġa konfidenzjali, imma fl-Indja jsir bil-maqlub; ir-rapport dejjem jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mela anke meta jkun hemm l-assoluzzjoni mill-kumitat, din ma tibqax iktar materja konfidenzjali.", "Id-differenza sostanzjali hi li meta r-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, minkejja li l-leġislazzjoni ta' l-Indja tgħid li għandu jieqaf hemm, xorta waħda ma jfissirx li l-Kamra m'għandhiex is-setgħa timxi fuq dak ir-rapport.", "Ma jistax ikun li l-leġislazzjoni li m'hijiex ta' l-istess status tal-Kostituzzjoni tinnewtralizza jew tannulla provvediment jew setgħa kostituzzjonali u għalhekk nibqgħu nsostnu li m'għandniex nispeċifikaw li meta l-Kummissjoni tassolvi mħallef, allura that's that u l-Kamra m'għandhiex iktar setgħat.", "Il-Kamra xorta jrid jibqgħalha l-poter residwali li minkejja dak kollu li tgħid il-Kummissjoni, xorta waħda tkun tista' tipproċedi bil-mozzjoni.", "Issa jidhirli li wara li wieħed ippreċiża eżatt x'inhi l-pożizzjoni ta' l- Indja, hemm lok li l-Gvern jagħti kas tal-fatt li l-provvedimenti kumulattivi li qed jipproponi huma li jibdew il-proċeduri in camera u jibqgħu in camera sakemm ikun hemm prima facie case.", "Ergo meta m'hemmx prima facie case jibqgħu in camera u r-rapport ma jistax jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Din il-proċedura tmur kontra ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Int qed iżżid ħafna affarijiet li ma jeżistux.", "La hemm li l-proċedura ssir in camera, la li ma ssirx in camera u lanqas li r- rapport ma jitpoġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kulma hemm hu li l-iSpeaker iżommu konfidenzjali u hu jrid jiddeċiedi sa meta għandu jżommu konfidenzjali.", "X'affarijiet dawn!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-iSpeaker għandu jżommu konfidenzjali.", "ONOR.", "JOE FENECH: U l-iskop huwa naturali wkoll, biex ma jiġix pależat xi ħadd li wara jirriżulta li m'għandux ħtija.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Naqblu li dan il-provvediment ma jeżistix għar-rigward tal-proċeduri ġewwa l-Indja?", "ONOR.", "JOE FENECH: Li jrid iżommu konfidenzjali le.", "Il-Liġi ta' l-Indja, li tajtek kopja tagħha, f'subsection (2) tgħid:", "\"If the motion referred to in sub-section (1) is admitted, the Speaker or, as the case may be, the Chairman, shall keep the motion pending, and constitute, as soon as may be, for the purpose of making an investigation into the grounds on wich the removal of a Judge is prayed for, a Committee consisting of three members of whom ...\".", "Imbagħad jgħidlek li ma jsir xejn jekk ma jinstabx ħati.", "Issa s-sens komun jiddettalek li l-iskop ta' din huwa wkoll protettiv għall-istituzzjoni tal- qrati ħalli jekk hemm xi ħadd li fil-fatt jirriżulta li m'għandux ħtija, ma jiġix pależat.", "Dak kollu, mill-bqija m'hemmx sinifikat ieħor.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela qed nammettu li fl-Indja m'hemmx l- obbliġu li l-mozzjoni tinżamm konfidenzjali.", "Subklawsola 10 (1) kif qed tiġi emendata tgħid li:", "\"... l-iSpeaker għandu, mingħajr ma jippermetti li din tingħata xi pubbliċita', iżomm il-mozzjoni pendenti ...\".", "Din m'hix il-pożizzjoni fl-Indja.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk tissodisfak li ngħidu li r-rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, ikun xi jkun, jien m'iniex se noġġezzjona għaliha.", "Naħseb li jkun fl-interess tal-Kamra li ma jagħmilhiex, jekk irridu nibżgħu għall-istituzzjonijiet tagħna.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien mhux qed ngħid li għandi xi interess li f'kull każ ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-argument hu li jekk hemm każi meta r-rapport ma jitqegħidx fuq il-Mejda tal-Kamra, allura dak li tagħmel il-Kummissjoni u dak li jiddeċiedi l-iSpeaker ikunu qed jostakolaw is-setgħa tal-Kamra li tipproċedi f'dak il-każ.", "Din is- setgħa ma tista' tiġi derogata lil ħadd; hija l-Kamra li fil-fatt tiddeċiedi li ma tipproċedix.", "Meta r-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra mill-iSpeaker, il-leġiżlazzjoni Indjana tgħid li m'għandhomx ikomplu jipproċedu.", "B'daqshekk ma jfissirx li l-Kamra ma tistax tipproċedi.", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-Liġi Indjana tgħid \"shall not be proceeded with\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jfissirx li dak li tgħid il-Liġi Indjana jipprevali fuq dak li tgħid il-Kostituzzjoni.", "Mela la ma jipprevalix, jien qed ngħid li s-setgħa li l-Kamra, minkejja dak li tgħid il-liġi, tipproċedi fuq il-mozzjoni tibqa' mhux mittiefsa.", "F'Malta jiġri bil-maqlub, ladarba r-rapport jibqa' ma jitqegħidx fuq il-Mejda tal-Kamra u l-iSpeaker ma jistax jippermetti li tingħata xi pubbliċita' lil dik il- mozzjoni, allura fil-fatt ikun każ fejn dik il-mozzjoni ma tistax titressaq, mhux għax il-Kamra ma tridx li titressaq imma għax ħaddieħor, per eżempju l-Kummissjoni, ikun iddeċieda mod ieħor.", "Mhux qed ngħid li tkun għamlet żball li waslet għall-findings tagħha, imma dawk ma jistgħux isarrfu bħala ostaklu għas-setgħa tal-Kamra li jekk trid, anke kapriċċjożament, tiddeċiedi li tipproċedi bid-dibattitu d-diskussjoni tal- mozzjoni.", "U minn hemm bdiet il-kwestjoni jekk dak li qed nagħmlu huwiex kostituzzjonali jew le, tant li l-bieraħ ġie sottomess u suġġerit minn din in-naħa li kieku l-Kummissjoni tagħmel rapport dwar il-findings tagħha biss u ma tiddeċidix - bħalma jagħmel il-bord tal-PSC - allura f'dak il-każ ma jkunx hemm leżjoni tad-dritt tal-Kamra li tipproċedi, imma l-Kamra definittivament irid ikollha s-setgħa li ma tipproċedix, għax skond il- Kummissjoni kemm jekk hemm findings ta' prima facie każ u kemm jekk ma jinstabx ħati, hi trid tiddeċiedi jekk il-Kamra tipproċedix jew le bil- mozzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Ma naħsibx li hemm iktar x'wieħed jgħid għaliex iż-żewġ naħat eżawrejna l-pożizzjonijiet.", "Aħna qed ngħidu li l-liġi tagħna hija identika għal-liġi ta' l-Indja u fil-fatt fi klawsola l0 li jmiss żidna l- kliem:", "\"... the Speaker shall, without allowing any publicity ...\"", "- għaliex lanqas din ma tgħid li jrid iżommha konfidenzjali -", "\"... keep the motion pending... .\".", "Jiġifieri din m'hijiex qed tostakola lill-iSpeaker li meta jkollu r-rapport ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien ngħid li anke jekk ipoġġih fuq il- Mejda tal-Kamra, il-Kamra ma tistax tkompli tiddibatti l-mozzjoni għaliex kemm il-liġi Indjana, kif ukoll il-liġi tagħna jgħidu:", "\"The House shall not be proceeded with ...\".", "Għandna vantaġġ fuq is-sitwazzjoni ta' l-Indja għaliex aħna għandna Kummissjoni kostituzzjonali li għandha dan il-poter, mentri fl-Indja la huwa Kumitat tal-Parlament u lanqas Kummissjoni kostituzzjonali, imma għandhom Kumitat nominat mill-iSpeaker u kkreat b'liġi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq li r-referenza għall-Kummissjoni kostituzzjonali ma tibqax issir, għaliex aħna m'għandniex Kummissjoni kostituzzjonali; fil-Kostituzzjoni għandna biss l-artiklu li jwaqqaf il- Kummissjoni li ma poġġejnihx f'din il-liġi li qed nagħmlu.", "X'differenza kien ikun hemm kieku l-kostituzzjoni tal-Kummissjoni minflok għamilnieha b'artiklu 101A tal-Kostituzzjoni, saret permezz ta' klawsola 3 ta' dan l- Abbozz ta' Liġi?", "Ma kien ikun hemm l-ebda differenza għaliex assolutament m'hemm saħħa ta' xejn.", "L-artiklu tal-Kostituzzjoni jista' jinbidel b'mod sempliċi kif tista' tinbidel din il-liġi li qed niddiskutu.", "Allura għalfejn qed ngħidu li aħna qegħdin f'pożizzjoni aħjar mill-Indja għaliex il-Kummissjoni tagħna hija kostituzzjonali?", "Assolutament m'hemm xejn minn dan, anzi l-liġi Indjana tgħid li ladarba jaħtarhom l-iSpeaker - u l- iSpeaker ikun qed jagħmel dan f'isem il-Parlament - dak il-kumitat għandu jitqies li huwa kumitat tal-Parlament, imma mhux magħmul mill-Membri tal- Parlament għaliex l-iSpeaker jaħtru għan-nom tal-Parlament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"H\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 9, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 9, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Kumitat għall-Qrati Superjuri.", "Clause 10 - The Superior Courts Committee.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nipproponi din l-emenda:", "\"I\" Minflok il-klawżola 10 għandu jidħol li ġej:-", "\"Proċedura li għandha tiġi addotta taħt l-artikolu 97 tal- Kostituzzjoni.", "10.", "(1) Meta jingħata avviż fil-Kamra tad-Deputati dwar mozzjoni għall-għemil ta' indirizz lill-President kif imsemmi fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni, l-iSpeaker għandu, mingħajr ma jippermetti li din tingħata xi pubbliċita', iżomm il-mozzjoni pendenti, u għandu jirreferi din l-istess lill-Kummissjoni.", "(2) Il-mozzjoni għandu jkun fiha akkużi ċari kontra l-imħallef jew il-maġistrat, skond il-każ, li fuq il-bażi tagħhom ikunu ser isiru l- investigazzjonijiet.", "Flimkien mal-mozzjoni għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni li tkun turi r-raġunijiet li kull waħda minn dawk l-akkużi tkun ibbażata.", "(3) Dawk l-akkużi flimkien ma' dik id-dikjarazzjoni għandhom jiġu notifikati lill-imħallef jew il-maġistrat skond il-każ, u l-istess jingħata opportunita' raġonevoli li jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub fiż-żmien li jista' jiġi speċifikat mill-Kummissjoni.", "(4) Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-investigazzjoni neċessarja u tagħmel rapport fuq l-istess lill-iSpeaker.", "Jekk ir-rapport tal- Kummissjoni jkun jgħid li m'hemmx imġieba ħażina jew li l-imħallef jew maġistrat ma jkollu ebda inkapaċita', ma għandha tittieħed ebda azzjoni oħra fil-Kamra dwar dak ir-rapport u ma għandhom isiru ebda proċeduri oħra dwar il-mozzjoni pendenti quddiem il-Kamra.", "(5) Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni jkun sab prima facie li l- imġieba ħażina jew l-inkapaċita' tkun pruvata, il-mozzjoni msemmija fis- subartikolu (2) ta' l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni għandha, flimkien mar-rapport tal-Kummissjoni tiġi kkunsidrata mill-Kamra.", "(6) Jekk wara konsiderazzjoni mill-Kamra, din tkun sodisfatta li l- imġieba ħażina jew l-inkapaċita' huma ppruvati, u jekk il-mozzjoni tiġi mgħoddija mill-Kamra skond id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni, allura l-imġieba ħażina jew l- inkapaċita' ta' l-imħallef jew maġistrat titqies li tkun ġiet ippruvata u għandu jiġi ppreżentat mill-Kamra indirizz lill-President li fih tintalab it-tneħħija ta' l-imħallef jew maġistrat fl-istess sessjoni li fiha tkun għaddiet il-mozzjoni.", "(7) Il-proċeduri tal-Kummissjoni taħt dan l-artikolu għandhom jinżammu in camera.", "Il-membru tal-Kamra li jkun ippreżenta l-mozzjoni, u l-imħallef jew il-maġistrat li l-imġieba tiegħu tkun qed tiġi investigata, ikollhom id-dritt li jkunu preżenti matul il-proċess kollu, li jipproduċu xhieda in sostenn ta' l-akkużi jew tad-difiża, u li jkunu assistiti minn avukat jew prokuratur legali.\".", "\"I\" For clause 10 there shall be substituted the following:-", "\"Procedure to be followed under section 97 of the Constitution.", "10.", "(1) Where notice is given in the House of Representatives of a motion for presenting an address to the President as is referred to in subsection (2) of section 97 of the Constitution, the Speaker shall, without allowing any publicity keep the motion pending, and shall refer the same for investigation to the Commission.", "(2) The motion shall contain definite charges against the judge or the magistrate, as the case may be, on the basis of which the investigations are to be held.", "Together with the motion there shall be filed a statement showing the grounds on which each of such charges is based.", "(3) Such charges together with such statement shall be communicated to the judge or magistrate as the case may be, and he shall be given a reasonable opportunity to present a written statement of defence within such time as may be specified by the Commission.", "(4) The Commission shall carry out the necessary investigation and make a report thereon to the Speaker.", "If the report of the Commission contains a finding that there is no misbehaviour or that the judge or magistrate does not suffer from any inability, then, no further steps shall be taken in the House in relation to the report and the motion pending in the House shall not be proceeded with.", "(5) If the report of the Commission contains a finding prima facie that the misbehaviour or incapacity has been proved then, the motion referred to in subsection (2) of section 97 of the Constitution shall, together with the report of the Commission, be taken up for consideration by the House.", "(6) If upon consideration by the House, it is satisfied that the misbehaviour or incapacity has been proved and if the motion is adopted by the House in accordance with the provisions of subsection (2) of section 97 of the Constitution then the misbehaviour or inability of the judge or magistrate, as the case may be, to perform the functions of his office shall be deemed to have been proved and an address praying for the removal of the judge or magistrate as the case may be, shall be presented to the President by the House in the same session in which the motion has been adopted.", "(7) Proceedings by the Commission under this section shall be held in camera.", "The member of the House presenting the motion and the judge or magistrate whose conduct is being investigated shall have a right to be present during the whole process, to produce witnesses in support of the charges set in the motion or in defence, and to be assisted by any advocate or legal procurator.\".", "Din il-klawsola tistabbilixxi in realta' kif iridu jsiru l-proċeduri.", "Dan ġie trattat f'seduta sħiħa l-bieraħ u ħadna anke nofs siegħa minn din is- seduta.", "Għalhekk ma naħsibx li hemm iktar x'wieħed jgħid.", "Dawn huma riprodotti kważi verbatim minn The Judges (Inquiry) Act ta' l-1968 ta' l- Indja.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subklawsola 10 (4) tgħid li:", "\"Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni jkun jgħid li m'hemmx imġieba ħażina jew li l-imħallef jew maġistrat ma jkollu ebda inkapaċita', ma għandha tittieħed ebda azzjoni oħra fil-Kamra dwar dak ir-rapport u ma għandhom isiru ebda proċeduri oħra dwar il-mozzjoni pendenti quddiem il-Kamra.\".", "Hawnhekk għandna msammar x'għandu jsir f'żewġ espressjonijiet li jgħid li m'għandha tittieħed ebda azzjoni oħra fil-Kamra u m'għandhom isiru ebda proċeduri oħra dwar il-mozzjoni pendenti quddiem il-Kamra.", "M'hemm l-ebda dubju li dan il-kliem jeskludi li r-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra u ma jistax jiġi interpretat b'mod differenti minn hekk.", "Jiġifieri l- iSpeaker ma jistax iqiegħed ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra għaliex qed ngħidu li m'għandha tittieħed ebda azzjoni oħra fil-Kamra - inkluż li l- iSpeaker iqiegħed ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra - u m'għandhom isiru ebda proċeduri oħra dwar il-mozzjoni pendenti quddiem il-Kamra.", "Jidhirli li dan id-diskors imur kontra dak li għidna fl-emendi għall-Kostituzzjoni u għalhekk għandu jitħalla barra għaliex jimpedixxi lill-Kamra milli tagħmel dak li jidhrilha jekk hi tħoss li, minkejja dak li għamlet il-Kummissjoni, għandha tipproċedi.", "Jidhirli wkoll li f'każ bħal dan meta l-provi jkunu nġabru quddiem il-Kummisjsoni u in vista tad-diffikulta' li minn dejjem kienet prospettata f'każijiet bħal dawn dwar kif il-Kamra tista' tisma' l- provi u x'faċilita' tista' tagħti lil min ikun akkużat, għandu jkun hemm li l-provi miġbura jkunu dawk miġbura għall-Kamra u mhux li l-Kamra terġa' tibda l-proċeduri li bil-liġi għamilna li għandhom jirregolaw l- investigazzjoni u l-ġbir tal-provi għaliex inkella ma nkunu solvejna xejn ħlief il-każ fejn il-Kummissjoni tgħid illi m'hemmx każ kontra l-ġudikant u ma solvejniex l-iktar każ diffiċli, jiġifieri fejn fil-fatt il-ġudikant se jitressaq quddiem il-Kamra.", "Id-diffikulta' kienet dejjem dwar il- proċedura li l-Kamra se tuża f'każijiet bħal dawn, pero' m'hawn xejn x'isolvi dik id-diffikulta'.", "Jien jidhirli li l-liġi mhux biss trid tipprovdi għall-proċedura li trid tintuża barra mill-Kamra, imma trid tipprovdi wkoll għall-proċedura ta' l-investigazzjoni u tal-prova fil- Kamra.", "Li kieku jingħad li l-proċedura li l-liġi qed tipprovdi għall- investigazzjoni u għall-ġbir tal-provi barra mill-Kamra jiswew ukoll għall- Kamra - jiġifieri l-Kamra tieħu li l-fatti huma dawk miġbura mill- Kummissjoni waqt l-investigazzjoni - allura nkunu pprovdejna għal dak li hemm f'subartiklu 97 (3) tal-Kostituzzjoni.", "Imma ladarba m'aħniex nipprovdu għall-proċedura li trid tintuża fil-Kamra, qed nonqsu li nagħmlu dak li rridu nagħmlu.", "Għidna li rridu nipprovdu dak li jitlob subartiklu 97 (3) tal-Kostituzzjoni u m'għamilniex dak li konna ppreparati li nagħmlu, għaliex il-proċedura li qed nipprovdu hija għall-proċedura barra mill-Kamra u mhux fil-Kamra.", "Għalhekk jien jidhirli li mhux biss għandna ċar u tond li r-rapport mhux se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta l-Kummissjoni tħoss li m'hemmx prima facie case imma għandna l-lakuna li m'aħniex nipprovdu għall-proċedura li għandha tintuża fil-Kamra, għaliex m'aħniex nipprovdu li dak li jsir mill-Kummissjoni jsir f'isem il-Kamra u allura l- Kamra tieħdu qisha għamlitu hi.", "Barra minn hekk, jidhirli wkoll li subklawsola 7 tispeċifika li l-ġudikant ikollu dritt li jkun preżenti, li jipproduċi xhieda in sostenn u li jkun assistit minn avukat.", "Pero' m'hawnx li jagħmel difiża bil-miktub jew bil-fomm u jien jidhirli li anke jekk inħarsu lejn dak li tipprovdi l-leġislazzjoni Indjana insibu li din tispeċifika dan id-dritt lill-ġudikant li jista' jiddefendi ruħu mhux billi jkun preżenti, mhux billi jassisti, mhux billi jġib xhieda imma anke billi jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu.", "Jidhirli li subklawsola (7) għandha tinkludi wkoll din il-fakulta'.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien naħseb li dan id-dritt huwa implikat u nkunu qegħdin \"gilding the lily\" meta ngħidu li għandu dritt li jiddefendi lilu nnifsu għaliex huwa dritt kostituzzjonali ta' kulħadd li jagħmel difiża.", "Jekk ma tħallihx jagħmel difiża tkun qed timxi b'mod anti-kostituzzjonali.", "Jien m'iniex se noġġezzjona li nżidu \"li l-ġudikant għandu dritt li jagħmel difiża\".", "Għalhekk nistgħu nagħmlu emenda fis-sens li nżidu dan il-kliem qabel l-aħħar linja: \"li jipproduċu xhieda in sostenn ta' l-akkużi jew tad- difiża, jippreżenta d-difiża u li jkun assistit mill-avukat u prokuratur legali.\"", "Fl-Ingliż il-kliem li jintuża jiġi: \"support of the charges set in the motion or in defence, presents his defence and to be assisted by an advocate or a procurator.\"", "Mr Chairman, għalhekk l-emenda trid tiġi taqra hekk:", "\"I\" Minflok il-klawżola 10 għandu jidħol li ġej:-", "\"Proċedura li għandha tiġi addotta taħt l-artikolu 97 tal- Kostituzzjoni.", "10.", "(1) Meta jingħata avviż fil-Kamra tad-Deputati dwar mozzjoni għall-għemil ta' indirizz lill-President kif imsemmi fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni, l-iSpeaker għandu, mingħajr ma jippermetti li din tingħata xi pubbliċita', iżomm il-mozzjoni pendenti, u għandu jirreferi din l-istess lill-Kummissjoni.", "(2) Il-mozzjoni għandu jkun fiha akkużi ċari kontra l-imħallef jew il-maġistrat, skond il-każ, li fuq il-bażi tagħhom ikunu ser isiru l- investigazzjonijiet.", "Flimkien mal-mozzjoni għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni li tkun turi r-raġunijiet li kull waħda minn dawk l-akkużi tkun ibażżata.", "(3) Dawk l-akkużi flimkien ma' dik id-dikjarazzjoni għandhom jiġu notifikati lill-imħallef jew il-maġistrat skond il-każ, u l-istess jingħata opportunita' raġonevoli li jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub fiż-żmien li jista' jiġi speċifikat mill-Kummissjoni.", "(4) Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-investigazzjoni neċessarja u tagħmel rapport fuq l-istess lill-iSpeaker.", "Jekk ir-rapport tal- Kummissjoni jkun igħid li m'hemmx imġieba ħażina jew li l-imħallef jew maġistrat ma jkollu ebda inkapaċita', ma għandha tittieħed ebda azzjoni oħra fil-Kamra dwar dak ir-rapport u ma għandhom isiru ebda proċeduri oħra dwar il-mozzjoni pendenti quddiem il-Kamra.", "(5) Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni jkun sab prima facie li l- imġieba ħażina jew l-inkapaċita' tkun pruvata, il-mozzjoni msemmija fis- subartikolu (2) ta' l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni għandha, flimkien mar-rapport tal-Kummissjoni tiġi kkunsidrata mill-Kamra.", "(6) Jekk wara konsiderazzjoni mill-Kamra, din tkun sodisfatta li l- imġieba ħażina jew l-inkapaċita' huma ppruvati, u jekk il-mozzjoni tiġi mgħoddija mill-Kamra skond id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni, allura l-imġieba ħażina jew l- inkapaċita' ta' l-imħallef jew maġistrat titqies li tkun ġiet ippruvata u għandu jiġi ppreżentat mill-Kamra indirizz lill-President li fih tintalab it-tneħħija ta' l-imħallef jew maġistrat fl-istess sessjoni li fiha tkun għaddiet il-mozzjoni.", "(7) Il-proċeduri tal-Kummissjoni taħt dan l-artikolu għandhom jinżammu in camera.", "Il-membru tal-kamra li jkun ippreżenta l-mozzjoni, u l-imħallef jew il-maġistrat li l-imġieba tiegħu tkun qed tiġi investigata, ikollhom id-dritt li jkunu preżenti matul il-proċess kollu, li jipproduċu xhieda in sostenn ta' l-akkużi jew tad-difiża, jippreżenta d-difiża u li jkunu assistiti minn avukat jew prokuratur legali.\".", "\"I\" For clause 10 there shall be substituted the following:-", "\"Procedure to be followed under section 97 of the Constitution.", "10.", "(1) Where notice is given in the House of Representatives of a motion for presenting an address to the President as is referred to in subsection (2) of section 97 of the Constitution, the Speaker shall, without allowing any publicity keep the motion pending, and shall refer the same for investigation to the Commission.", "(2) The motion shall contain definite charges against the judge or the magistrate, as the case may be, on the basis of which the investigations are to be held.", "Together with the motion there shall be filed a statement showing the grounds on which each of such charges is based.", "(3) Such charges together with such statement shall be communicated to the judge or magistrate as the case may be, and he shall be given a reasonable opportunity to present a written statement of defence within such time as may be specified by the Commission.", "(4) The Commission shall carry out the necessary investigation and make a report thereon to the Speaker.", "If the report of the Commission contains a finding that there is no misbehaviour or that the judge or magistrate does not suffer from any inability, then, no further steps shall be taken in the House in relation to the report and the motion pending in the House shall not be proceeded with.", "(5) If the report of the Commission contains a finding prima facie that the misbehaviour or incapacity has been proved then, the motion referred to in subsection (2) of section 97 of the Constitution shall, together with the report of the Commission, be taken up for consideration by the House.", "(6) If upon consideration by the House, it is satisfied that the misbehaviour or incapacity has been proved and if the motion is adopted by the House in accordance with the provisions of subsection (2) of section 97 of the Constitution then the misbehaviour or inability of the judge or magistrate, as the case may be, to perform the functions of his office shall be deemed to have been proved and an address praying for the removal of the judge or magistrate as the case may be, shall be presented to the President by the House in the same session in which the motion has been adopted.", "(7) Proceedings by the Commission under this section shall be held in camera.", "The member of the House presenting the motion and the judge or magistrate whose conduct is being investigated shall have a right to be present during the whole process, to produce witnesses in support of the charges set in the motion or in defence, presents his defence and to be assisted by any advocate or legal procurator.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, din in-naħa tal-Kamra tapprezza li s-suġġeriment tagħha ġie milqugħ pero' għadha qed tistenna tweġiba dwar l-ewwel argument li tqajjem, li subartiklu 97 (3) tal-Kostituzzjoni qed tistipula - u għandha tistipula - l-proċedura li għandha tintuża meta jkun hemm il-proċess quddiem il-Kamra.", "Fil-fatt l-argument ta' din in-naħa kien li din hija lakuna serja u hekk jiġri meta tibbaża liġi fuq liġi oħra u fuq dak li jgħid Basu.", "Għaliex meta int qiegħed tieħu l-liġi ta' pajjiż ieħor u tipprova tittrasportah f'pajjiżek, mingħajr ma tagħti kas ta' ħwejjeġ oħra - f'dan il-każ il-Kostituzzjoni tagħna - jiġrilek li ma tkunx qed tara possibilitajiet oħrajn.", "F'dan il-każ il-problema m'hijiex il- possibilita' imma qed nagħmlu liġi proprju biex nemanaw dak li jgħid subartiklu 97 (3) u m'hijiex qed tagħmel dak li proprju kien l-intenzjoni tal-leġislazzjoni li tagħmel.", "Aħna nixtiequ nisimgħu għaliex din il-liġi m'hijiex qed tistabbilixxi l-proċedura f'każ li l-ġudikant jinstab mill- Kummissjoni li għandu jitressaq quddiem il-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jiddispjaċini li qed nirrepetu l-istess ħaġa.", "Din il- kwestjoni ttrattajnieha fit-tul.", "Aħna qed ngħidu - u l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici aċċetta - li l-artiklu tal-Kostituzzjoni tagħna huwa identiku għall-artiklu tal-Kostituzzjoni Indjana.", "Għalhekk dan huwa kliem vojt li qed jgħid il-ħabib tiegħi, li aħna qed nikkwotaw minn kostituzzjonijiet oħra li ma japplikawx għal tagħna.", "La l-liġi tagħna u lanqas tagħhom ma jgħidu li trid tirregola l-proċeduri fil-Parlament.", "Il- liġi tgħid: \"Parliament may by law regulate the procedure for the presentation of an address.\", jista' jkun qabel jew wara u jista' jkun minn organu differenti mill-Parlament għaliex din qed tistabbilixxi l- proċedura \"for the presentation of an address.\"", "S'issa, il-Parlament mozzjoni jkun għad għandu quddiemu.", "Dik il-mozzjoni li ssir irid jirreferiha lill-Kummissjoni; l-Indjani jirreferuha lill-Kumitat.", "Il- konsegwenza ta' din hija li wara li jsir ir-rapport ikun wasal l-istadju li jekk tinstab ħtija issir il-proċedura għal mozzjoni ta' indirizz fil-Kamra.", "Hawn qed nitkellmu fuq il-proċedura anteċedenti biex ikun jista' jsir dak l- indirizz.", "Hekk tgħid il-liġi Indjana u hekk ukoll tgħid il-liġi Maltija.", "Nerġa' ngħid, hawn addottajna - u kkwotajt verbatim - l-proċedura stabbilita taħt il-liġi Indjana kif trid tiġi operata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjanċini ngħid li milli jidher m'aħniex qed niftiehmu.", "Aħna qed ngħidu li b'subartiklu 97(3) trid issolvi problema li kulħadd kien jitkellem dwarha.", "Meta jkun hawn każ li ġudikant jitressaq quddiem il-Parlament, kif issir l-investigazzjoni biex tkun ġusta, ma tilledix id-drittijiet fundamentali tal-ġudikant, tkun demokratika u tidher li hija ġusta, apparti d-diffikulta' fundamentali li min qed jakkuża - min ressaq il-mozzjoni - se jiġġudika?", "Apparti dik id- diffikulta' fundamentali, m'aħniex qed nipprovdu għal dik il-proċedura li hija nieqsa.", "Jekk ma nagħmlux hekk, dak li tkun għamlet il-Kummissjoni tkun għamlitu għall-Kamra u allura l-Kamra m'għandhiex għalfejn tiġbor il- provi hi.", "GĦalhekk jien għidt li r-rapport li tagħmel il-Kummissjoni jrid ikun ġbir tal-provi ħalli hemmhekk il-provi jkunu nġabru b'manjiera li jkun preżenti l-imputat, ikun seta' jagħmel il-kontro-eżami, kien assistit minn avukat u kien jaf b'dak kollu li għandu jagħmel.", "Jekk dik il-proċedura għadna ma speċifikajnihiex, inutli li l-parti l-oħra tgħid li fl-Indja hekk għamlu, għax id-diffikulta' xorta ma solvewhiex; solvewha in parti biss.", "Il-proċeduri li jsiru qabel huma solvuti biss, il-proċedura ta' hawn ġew, li hija d-diffikulta' li kienet tipprospetta f'subartiklu 97 (3) ma solvejnihiex.", "Dak li qed ngħid jien huwa li dak li jinġab mill- Kummissjoni, bil-kawteli kollha tad-drittijiet ta' l-akkużat, ikun fatt għal dan il-Parlament u mhux il-Parlament irid joqgħod itella' x-xhieda hawn, kulħadd jista' jagħmlilhom il-mistoqsijiet bid-diffikultajiet li proċedura bħal din tista' tippreżenta.", "Dan hu li qed ngħidu.", "Allura kif jiġi l-Ministru u jgħid li għax l-Indja għamlet hekk, allura aħna għandna nagħmlu hekk ukoll?", "Jekk l-Indja għamlet hekk biss, xorta jkuna għad fadlilna diffikulta'.", "Solvejnieha d-diffikulta' tal-proċedura li trid tintuża hawn ġew, wara li l-Kummissjoni tkun qalet li hemm prima faice każ u l-mozzjoni titressaq hawn ġew u l-ġudikant jitressaq quddiem il-bar tal- Kamra?", "Ma solvejnihiex.", "Ma utilizzajniex il-fakulta' ta' subartiklu 97(3) tal-Kostituzzjoni - għalkemm huwa entrenched - li jgħid li l-proċedura tista' tintuża fil-Kamra; ma jsemmix il-Kamra speċifikament, imma ladarba jgħid \"il-proċedura ta' investigazzjoni u prova\" u l-Kamra se tagħmel l- investigazzjoni u l-prova, huwa impliċitu li qed jgħid li l-proċedura li tuża l-Kamra fil-Kamra stess tista' ssir b'leġislazzjoni.", "GĦalhekk huwa importanti li wieħed jagħmel hekk u mhux jagħmel xi ħaġa differenti mill- iskop oriġinali ta' subartiklu 97(3) tal-Kostituzzjoni.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, il-Ministru jissorprendini li n-nuqqas ta' understanding min-naħa tiegħu jesplikah billi jindika l- vojtaġni ta' din in-naħa.", "Aħna kemm-il darba ġbidna l-attenzjoni tiegħu li ċertu kliem mhux idejjaqna - għax lilna ma jweġġaniex bih - imma jitfa' dell u riflessjoni kerha fuq min jgħidu.", "Jiddispjaċini li niġu akkużati li qed inkunu vojta meta nagħmlu l-argumenti tagħna.", "L-iżjed li jagħmel ħoss huwa dak ir-riċettatur li jkun vojt u billi wieħed jgħajjat ma jfissirx li għandu iżjed raġun.", "Meta tieħu din l-attitudni fil-konfront tagħna, jiena aktar nara kemm aħna għandna raġun.", "Ir-raġuni ma fihiex forza.", "Aħna qed ngħidu - u dan huwa argument importanti - kif għidna wkoll il-bieraħ u llum reġa' ġie sostenn - li mhux billi niġu fil-Kamra u nikkwotaw awturi li fi żmienhom kienu tajba - għax tajjeb li wieħed jgħid li fi żmienu Basu kien tajjeb - ...", "Il-bieraħ qalulna biex nagħmlu l-homework u ħafna affarijiet oħra.", "L-aqwa żmien ta' Basu kien kwart ta' seklu ilu meta hawnhekk inqara fuqu jew meta ntqal li mar ikellmu l-Onor.", "Fenech Adami qabel is-snin sittin.", "Aħna mhux qed ngħidu li oġġett ta' madwar 40 sena ilu, illum m'għandux sinifikat imma l-bieraħ għidna li huwa ħażin li wieħed jikkwota awtur - anke l-ogħla awtur - jew liġi - anke l-ogħla liġi ta' pajjiż - u jibbaża kull argument dwar dak li jkun qed isir fuq dak li jkun sar f'dak il-pajjiż.", "Huwa tajjeb li tagħmel dan biex issostni l-argument, imma huwa ħażin li tibbaża lilek innifsek fuq dak li qal Basu u tgħid li għaliex dak qal hekk jew għax fl-Indja ġara hekk, allura din hija l-iżjed ħaġa li toqrob lejn il-perfezzjoni.", "Illum qed nuru li minkejja dak li qal Basu, minkejja l-Kostituzzjoni Indjana u minkejja l-Judges (Inquiry) Act ta' l- 1968, hemm lakuna u l-lakuna hija dak li inti tterminajt bħala vojtaġni min- naħa tagħna.", "Aħna qed ngħidu ċar u tond li subartiklu 97(3) tal- Kostituzzjoni jagħmilha ċara li l-Parlament għandu jgħaddi liġi biex jirregola l-proċedura dwar it-tneħħija ta' imħallef.", "Hawnhekk għandek ikkontemplat diversi affarijiet u iżjed 'il quddiem nikkontemplaw anke każ ta' mard mentali.", "Peress li hawnhekk qed jiġi kontemplat x'jiġri meta jinstab li m'hemmx każ u aħna qed nitkellmu fuq proċedura bħala proċedura meta jinstab li hemm każ, x'se jiġri f'din il-Kamra?", "Issa ħaġa li ssemmiet hija li dak iż-żmien Basu ma kkontemplax din il-ħaġa.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn pajjiżna espanda l-każijiet tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Fost il-każijiet li kien hemm żvilupp fihom f'dan l-aħħar kwart ta' seklu - li l-Basu żgur ma kienx ikkontempla - hemm il- proċedura, li hija proprju l-bażi ta' dak li qed niddiskutu, meta l- Parlament ikun judge and jury.", "Issa aħna nafu li ksur ta' privileġġ huwa differenti u distint.", "Il-każ li kien hemm - kif jaf il-kollega tiegħi l- Onor. Borg għax kien il-prima donna fih u hawnhekk irrid nikkumplimentah għas-suċċess li għamel fih - juri li jkun hemm ċirkostanzi li ma jkunux kontemplati meta jinkitbu mill-awtur.", "Issa jien ġibt eżempju u mhux qed ngħid li din hija analoġija għat-tneħħija ta' mħallef.", "Kieku qed ngħid li din hija analoġija kont nargumenta favur jew kontra, imma jien qed ngħid li l-liġi kostituzzjonali tant hija liġi ħajja li huwa ħażin li tibbaża argumenti fuq affarijiet li jistgħu jkunu konsidrati outdated.", "Għaldaqstant aħna qed ngħidu li meta saret il-liġi ta' l-Indja, 25 sena ilu, dik kienet liġi li f'dak iż-żmien u f'dak il-perjodu probabbilment ġiet imfassla mill-aqwa kostituzzjonalisti ta' dak il-pajjiż.", "Issa aħna nafu li l-Indja tipprovdi u pprovdiet ħafna mill-aqwa ġuristi, avukati u professuri f'dan il-qasam.", "Wieħed m'għandux jipprova b'xi mod ixellef il- kapaċita' jew dak li pproduċew ġuristi ta' fama mondjali.", "Aħna qed ngħidu li llum, il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li għandha tiġi mfassla proċedura u regola fil-Kamra meta jkun hemm ir-rimozzjoni ta' mħallef.", "Issa aħna qed ngħidu li din hija nieqsa hawnhekk.", "X'se tkun il-proċedura bħala proċedura?", "X'inhu l-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura parlamentari fil-każ ta' rimozzsjoni?", "Jien ma jidhirlix li b'daqshekk qed inkunu vojti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Aħna ma naqblux.", "No more comments.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa mhux biss għandna nerġgħu nirribadixxu l-punti kollha li ssottomettejna, imma nixtieq inqanqal kwestjoni għax kuxjenzjożament inħoss li wieħed għandu jikkonsidraha.", "Jekk ġudikant li sfortunatament jinstab li jkun qed ibati minn inkapaċita' mentali jew fiżika, jiġi konstatat minn esperti jew konsagrat mid- deċiżjoni tal-Kummissjoni , f'dak il-każ ma tkunx kefrija miegħu u mal- familjari tiegħu li ġġibu quddiem il-Kamra?", "ONOR.", "JOE FENECH: Donnok qed tgħid li huwa anti-kostituzzjonali li jsir hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux anti-kostituzzjonali ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Int qed tgħid li l-Kamra għandha dritt li tagħmel dan!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din m'hijiex kwestjoni ta' dritt.", "Qabel id-drittijiet hemm konsiderazzjonijiet oħra, fosthom il-konsiderazzjoni tal- kompassjoni u tal-ħniena.", "Jekk, per eżempju, ġudikant ikun telaq minn moħħu ...", "Jista' jkun hemm il-periklu li xi ħadd jabbuża u jgħid li ġudikant mar minn moħħu biex ineħħih.", "Imma din hija s-soluzzjoni ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Is-soluzzjoni hija li jekk mir-rapport tal- Kummissjoni jirriżulta li qed ibati minn din il-ħaġa, naħseb li huwa sta għall-Kamra li taddotta mod kif jew tneħħih mingħajr ma tagħmel iktar investigazzjonijiet ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed nirreferi għall-pubbliċita' tal- mozzjoni.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mhux bilfors b'address lill-President tneħħih!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, mhux bilfors.", "ONOR.", "JOE FENECH: Bilfors!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kieku l-Gvern jittratta dawn il- kwestjonijiet b'mod iktar serju, kieku fuq dan il-punt żgur li kien isib l- appoġġ ta' l-Oppożizzjoni għall-emendi kostituzzjonali.", "Mela meta ġudikant ikun marid ġenwinament għandek tippależah hawnhekk?", "ONOR.", "JOE FENECH: Imma din għalxejn niddiskutuha issa, meta l- Kostituzzjoni hija differenti.", "Meta nibdlu l-Kostituzzjoni, niddiskutu jekk għandniex nibdlu din il-parti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Gvern għamel attentat biex ibiddel ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nistgħux niddiskutu liġi ordinarja u nemendawha kontra l-Kostituzzjoni stess.", "Kif jista' jkun?", "Inti trid tippreżumi li l- Kostituzzjoni hija dik u l-liġijiet tagħmilhom skond il-Kostituzzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dawn qed jinsew il-fatt li bdejna dan l- eżerċizzju b'attentat għal emenda kostituzzjonali.", "Allura fuq dan ir- rigward il-Gvern ma wera ebda inizjattiva.", "GĦal darb'oħra fil- leġislazzjoni qed niribadixxu li meta mħallef ikun mentalment jew fiżikament inkapaċi, trid iġġibu quddiem il-Kamra biex tkun tista' tneħħih.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mhux bilfors li jsir hekk.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' ma jinġiebx hawnhekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma għax jirreżenja hu!", "Inkella kif tneħħih?", "GĦaliex għandu jkun hekk?", "ONOR.", "JOE FENECH: Nibdlu l-Kostituzzjoni u ndaħħlu dan il-provvediment.", "Imma issa għalxejn niddiskutuha hawnhekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk niddiskutuha forsi xi ħadd jieħu l- inizjattiva li jġib emenda kostituzzjonali, imma jekk ma niddiskutuhiex nibqgħu sejrin kif sejrin.", "Jien qed ngħid li jekk din tirrikjedi emenda kostituzzjonali - u jien ngħid li tirrikjedi - allura wieħed għandu jsib il- kontra-miżura biex jissalvagwarda li ma jkunx hemm abbuż.", "F'każ ta' inkapaċita' mentali jew fiżika qed nikkontemplaw li dan irid ikun ċertifikat minn bord mediku - għalkemm il-kostituzzjoni jew il-kwalifiki tal-bord mediku m'humiex speċifikati, imma wieħed irid jissoponi li l- membri ta' dan il-bord ikunu esperti - imbagħad ir-rapport mediku jrid jiġi aċċettat mill-Kummissjoni.", "Dawn huma diġa' two steps removed minn min se jiddeċiedi u jekk hemm bżonn, nagħmlu pass ieħor biex l-Eżekuttiv ma jkunx jista' jabbuża għal skopijiet ta' rimozzjoni ta' ġudikant.", "Jien jidhirli li jkun biżżejjed li f'każ ta' inkapaċita' tal-moħħ jew fiżika, ir- rimozzjoni nħalluha f'idejn il-President.", "Issa mhux qed nitkellmu fuq misbehaviour imma fuq mard.", "Jidhirli li wieħed għandu jikkonsidra li għandha ssir emenda f'dak is-sens; naturalment dejjem irridu nkunu ċerti li hemm safeguards biżżejjed biex rimozzjoni f'każijiet bħal dawn ma jiġux abbużati mill-Eżekuttiv.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq rimozzjoni ta' ġudikant u qed nipprovdu għal dak li tipprovdi l-Kostituzzjoni, jiġifieri li jitneħħa mill-Kamra.", "Imma huwa interessanti li l-Kamra tiġi informata jekk din il-miżura provduta fil-Kostituzzjoni hix meqjusa defiċjenti mill-Kummissjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali.", "Għaliex jekk hija meqjusa defiċjenti, allura dan li qed nagħmlu huwa inutli u m'għandniex nagħmluh fid-dawl ta' l-iżvilupp f'każijiet analogi.", "Jiena nistenna li l-Gvern jassumi r- responsabilita' u jgħid li minkejja dak kollu li ntqal fil-każ ta' Demicoli l-proċedura li ġġib bniedem quddiem il-Kamra u tiġġudikah ma tilledix dritt fundamentali.", "Imma l-Gvern irid jiddikjara dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-differenza bejn il-każ ta' Demicoli u l-każ ta' impeachment ta' mħallef quddiem il-Parlament huwa li fil-kawża ta' Demicoli d-dritt tal-Parlament li jtella' lil xi ħadd quddiemu kien joħroġ mhux mill- Kostituzzjoni stess imma mil-liġi ordinarja - kienet dik il-liġi ordinajra li tat dak id-dritt - mentri f'dan il-każ qed jingħata poter speċifiku mill- Kostituzzjoni stess.", "L-istess Kostituzzjoni li titkellem dwar id- drittijiet tal-bniedem tagħti wkoll id-dritt lill-Parlament biex jagħmel impeachment trial.", "It-tieni punt huwa li f'impeachment trial l-akkuża m'hix dwar reat kriminali.", "Jekk imħallef jikkommetti reat kriminali jkun passibbli għal żewġ azzjonijiet; għal azzjoni mill-Pulizija fil-Qrati Kriminali, fejn hemmhekk japplika d-dritt ta' smiegħ xieraq li joħroġ minn artiklu 39 tal- Kostituzzjoni, u jista' jitressaq hawnhekk ukoll jekk dak ir-reat kriminali jkun tali li jiġġustifika li jitneħħa mill-kariga tiegħu ta' mħallef permezz tal-Parlament.", "F'dan il-każ li qed niddiskutu m'hawnx kontemplat trial ta' xi ħadd li qed jiġi akkużat b'reat kriminali, imma l-proċess li l-Parlament jiddiskuti biss jekk għandux jitneħħa jew le mill-kariga tiegħu .", "Mela allura hemm id-drittijiet kostituzzjonali li jiggarantixxu li fi proċess kulħadd ikollu dritt għall-qorti f'każ ta' akkuża kriminali, li f'dan il-każ ma japplikawx, u fi kwalunkwe każ hija l-Kostituzzjoni stess li by entrenched provision tagħti d-dritt lill-Parlament li jipproċessa mħallef għar-rimozzjoni u jistabbilixxi li dan jista' jsir.", "L-istess Kostituzzjoni għandha kaptilu ieħor li jgħid li dan jista' jsir.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini, pero' l-intervent ta' l- Onor. Borg huwa sodisfaċenti biss in parte.", "Aħna hawnhekk m'aħniex nittrattaw unikament każijiet jew reati, imma qed nittrattaw ukoll każijiet fejn m'hemmx reati kriminali u dak li jagħmel il-Parlament se jaffettwa d-drittijiet ċivili ta' l-individwu.", "ONOR.", "TONIO BORG: F'dak il-każ m'għandekx dritt għall-Qorti imma għandek dritt għall-adjudicating authority li m'huwiex independent and impartial.", "Pero' r-rimozzjoni ta' mħallef la taqa' taħt akkuża kriminali u lanqas taħt id-determination of civil rights and obligations.", "Imma anke li kieku taqa' taħt waħda minn dawn it-tnejn, ħaġa li jiena ma nikkondividix miegħek ...", "(Interruzzjonijiet) Imma l-Kositituzzjoni stess tgħidlek li l- Parlament jista' jagħmilha.", "Il-Kostituzzjoni tgħidlek li jitneħħa mill- President fuq indirizz mill-Kamra tad-Deputati wara li din tipprova l- misbehaviour tiegħu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux dik hija l-kwestjoni kollha.", "Il- kwestjoni hija jekk il-provvedimenti kostituzzjonali li jipprovdu dan humiex ukoll soġġetti għad-drittijiet fundamentali.", "Jien qed ngħid jekk il- provvedimenti kostituzzjonali li jipprovdu dan għandhomx jinqraw li huma soġġetti għall-esiġenzi tad-drittijiet fundamentali.", "Din hija l-kwestjoni kollha.", "Jiġifieri t-tneħħija ta' mħallef mill-Parlament żgur li se taffettwalu d-drittijiet ċivili tiegħu.", "Għandu jkollu fair hearing jew le?", "Il-proċedura li tistipula l-Kostituzzjoni stess - u din hija entrenched - tammonta għal fair hearing jew le?", "Din hija l-kwestjoni u inutli noqogħdu nsibu refuġju", "ONOR.", "TONIO BORG: Ejja nassumu li għall-grazzja ta' l-argument, dak li qed tgħid li meta jitneħħa mħallef japplika d-dritt kostituzzjonali tal- fair hearing li hemm f'article 39.", "Pero' meta għandek parti oħra ta' l- istess Kostituzzjoni, entrenched ukoll li b'mod speċifiku, tirregola u tgħid li l-Parlament għandu dritt jagħmel dan, liema tapplika, il-parti ġenerali jew il-parti speċjali?", "Tapplika l-parti speċjali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jgħid kontradizzjoni għaliex f'nifs wieħed qed jgħidilna li rridu nassiguraw li nimxu mal- Kostituzzjoni li tgħid li dan il-Parlament għandu dritt jinvestiga u jiddeċiedi hu, u f'nifs ieħor qed jgħidilna biex noqogħdu attenti għaliex dan id-dritt huwa anit-kostituzzjonali u lanqas nistgħu nagħmluh.", "Jista' jiddeċiedi liema triq hija korretta u nipprovaw nilleġislaw dwarha?", "Għaliex hemm kontradizzjoni fiż-żewġ ipotesi li għamel, waħda qed tikkontradixxi kompletament lill-oħra.", "Aħna hawnhekk qegħdin ngħidu li din bl-ebda mod ma tmur kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem għar- raġuni sempliċi li hawn mhux inti li qed takkuża u tkun ġudikant tiegħu, imma hemm iż-żewġ terzi li tirrikjedi l-Kostituzzjoni.", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn hemm maġġoranza speċjali kwalifikata li titlob il- Kostituzzjoni minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ; ġudikant se jkun investigat minn xi ħadd li diġa' huwa indipendenti mill-Parlament u li jkun stabbilixxa li hemm provi biżżejjed biex dan jinġieb quddiem il-Parlament - għaliex inkella l-mozzjoni jew l-indirizz ta' l-impeachment ma jibqax miexi - u li t-tobba iddikjarawh - kif se jingħad fil-klawsola li ġejja - mentalment mhux kapaċi.", "Jiġifieri l-fatti ma jikkombaċċjawx ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Barra minn dak li għidt jien, hawn stat ta' kontradizzjoni tal-pożizzjoni; jew wieħed irid jibqa' jinsisti u jgħid li d-dritt huwa tal-Parlament li jagħmel dan l-indirizz u l-ebda kummissjoni u l-ebda qorti ma tindaħal biex il-mozzjoni ma tiġix diskussa jew inkella għall-kuntrarju, jgħid li jekk isir hekk - kif qed jinsisti l-Onor.", "Mifsud Bonnici - dik il-proċedura tkun anti-kostituzzjoniali u allura ma tistax issir.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dak li l-Ministru qed jgħid li huwa kontradizzjoni huwa biss argument loġiku.", "Jista' jagħti l-każ li argument loġiku jġib kontradizzjoni bil-mod ta' argumentazzjoni.", "Imma x'inhu dan l- argument loġiku?", "Aħna qegħdin ngħidu li skond il-Kostituzzjoni stess, il- Parlament ma jistax jidderoga mid-drittijiet tiegħu.", "Dik kienet il- premessa tagħna.", "Issa aħna qed ngħidu li dak li huwa kostituzzjonalment dritt tal-Parlament, m'għandux jitnaqqas u jitneħħa minn dan id-dritt imma qed ngħidu li minkejja dak li tgħid il-Kostituzzjoni, li l-Parlament għandu jikkonsidra r-rimozzjoni ta' mħallef, jeżisti stat ta' fatt li l-imħallef se jinġieb quddiem il-Parlament u se jiġi akkużat u ġudikat mill- Parlament.", "Aħna qed ngħidu li l-Kostitizzjoni veru tgħid hekk u għaldaqstant aħna m'għandniex inneħħu mid-drittijiet tal-Parlament.", "Imma fl-istess ħin jekk il-Kostituzzjoni tgħid hekk, il-Kostituzzjoni qiegħda tagħti lill-imħallef partikolari dawk id-drittijiet li wkoll huma fundamentali u protetti mill-istess Kostituzzjoni f'ambitu ieħor, f'section 39 li tittratta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem?", "Fost id-drittijiet fundamentali tal-bniedem hemm dak tal-fair trial, u l-eżempju li ġab il- kollega tiegħi l-Onor.", "Borg kien li fil-Kamra l-imħallef mhux se jgħaddi proċeduri kriminali, eċċ. Imma aħna qegħdin ngħidu li dan m'huwiex biss argument akkademiku, li mħallef li jinġieb quddiem il-Parlament għar- rimozzjoni jkun qed jiġi akkużat mill-Parlament, qed jiġi investigat mill- Parlament u qed jiġi ġudikat mill-Parlament.", "Ma tarax li dan jikkombatti speċjalment ma' teoriji u deċiżjonijiet riċenti li wieħed jista' jagħmel analoġija minnhom?", "Riċentement kien hemm persuna li kombattiet din il- proċedura b'mod favorevoli għal ksur ta' privileġġ.", "L-unika ħaġa li qal il- Gvern biex jiġġustifika li f'dan il-każ il-persuna qed tiġi ġudikata, akkużata u investigata mill-istess organu, hija li dan huwa sanzjonat mill- istess Kostituzzjoni.", "Dak huwa l-argument tal-Gvern.", "Aħna qed nipprovaw nieħdu l-argument pass 'il quddiem u dan l-argument mhux qed inġibuh biex nipprovaw noħolqu konflitt ma' dak li għidna qabel.", "Jekk fir-realta' wieħed jieqaf u jirrifletti - mhux sempliċement jipprova jħaffef biex ngħaddu dan l-Abbozz malajr kemm jista' jkun - x'isib?", "Huwa veru dak li qed ngħidu u dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici?", "Minkejja l-fatt li l-Kostituzzjoni stess tgħid li din hija l-proċedura, dan imur kontra parti oħra tal-Kostituzzjoni?", "Daqskemm kien hemm atikli fil-Kostituzzjoni li ħadd ma kkontempla kif setgħu jiżvolġu!", "Anzi intom tafu x'ġara fit- tibdil kostituzzjonali meta l-Kostituzzjoni saret repubblika.", "Min qatt stenna li dak is-subartiklu ma kienx entrenched u allura seta' jbiddel il- klawsola entrenched innifsha?", "Aħna qegħdin ngħidu: Qatt qam l-argument?", "Wieħed jista' jġib analoġija ma' dak li ġara fil-ksur ta' privileġġ.", "GĦandna nikkonsidraw din il-possibilita' jew għandna nagħlqu għajnejna għal dak li jinqala' fil-kamp Ewropew mil-lat ta' drittijiet tal-bniedem?", "Jew inkella l-Ewropa nużawha bħala paraventu konvenjenti meta jkun hemm qbil u trumbetta meta jkun hemm ix-xewqa ta' marketing, filwaqt li meta niġu għal affarijiet oħra ninsew li ċerti proċeduri jkunu ttieħdu?", "Illum il-Gvern ftaħar li bl-ewwel liġi li għadda, Malta issa għandna dik il- ġurisprudenza vasta u importanti permezz tal-Konvenzjoni Ewropa.", "Minħabba dik il-Konvenzjoni, abbinata mad-drittijiet tal-bniedem, hemm l- opportunita' li illi jkollna ġurisprudenza kostituzzjonali li hija ta' natura ħafna iżjed wiesgħa milli kienet qabel.", "Minħabba deċiżjonijiet riċenti fil-Qorti ta' l-Appell, il-Qorti Kostituzzjonali tagħna, nafu l- applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni.", "Għaldaqstant kien possibbli li jkun hemm ċerti proċeduri dwar il-ksur ta' privileġġ u aħna qed nantiċipaw il-possibilita' li jkun hemm proċeduri simili jekk qatt ikun hemm mozzjoni għat-tneħħija ta' imħallef.", "Għandna niskartawh dan l-argument la aħna, wara kollox, dħalna f'baħar li huwa ta' importanza?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni għandha ħafna iktar kummenti x'tagħmel.", "L-ewwelnett insemmi r-rimarka li saret, li dak li qed jiġi sottomess mill-Oppożizzjoni huwa kontradittorju.", "Jien ngħid ċar u tond li huwa kontradittorju, imma jekk il-liġi, anke l-Kostituzzjoni, għandha provvedimenti kontradittorji, meta inti tinvoka l-provvedimenti kostituzzjonali separatament, bilfors trid tasal fil-kontradizzjoni li hemm fil-Kostituzzjoni.", "Li qed jinsa l-Gvern huwa li barra l-Kostituzzjoni issa għandna dak li semma l-Onor.", "Attard Montalto, il-Konvenzjoni.", "Anke jekk xi ħadd jipprova jiġġustifika proċeduri f'din il-Kamra bl-argument li l-istess Kostituzzjoni li tagħti ċerti drittijiiet fundamentali tipprovdi għal dawn il-proċeduri fil-Kamra, jekk min jinvoka d-drittijiet fundamentali jistrieħ fuq il-provvedimenti tal-Konvenzjoni u mhux fuq il- provvedimenti tal-Kostituzzjoni, xorta waħda ma nistgħux ngħidu li d-dritt kostituzzjonali li nġibu ...", "ONOR.", "JOE FENECH: L-istess drittijiet tal-Konvenzjoni qegħdin fil- Kostituzzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, m'humiex l-istess.", "Dak huwa l- iżball fundamentali li - nibqa' nirrepeti - għamel dan il-Gvern biex jissodisfa raġunijiet politiċi, l-iżball li mhux aderejna għall-Konvenzjoni imma għamilna l-Konvenzjoni parti mil-liġi tagħna.", "Id-drittijiet tal- Konvenzjoni m'humiex identiċi għad-drittijiet tal-Kostituzzjoni.", "ONOR.", "JOE FENECH: Hawn qed naqblu.", "Identika mil-lat tad-dritt għall- fair hearing.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, m'għandux x'jaqsam.", "Jien qed ngħidlek li l-argument illi l-proċedura provduta mill-Kostituzzjoni li bniedem jinġab biex jiġi ġġudikat minn din il-Kamra, jista' jingħad li ma jista' qatt ikun in kontradizzjoni għal provvediment ieħor li hemm fil- Kostituzzjoni - jiġifieri l-artikli dwar id-drittijiet fundamentali - għaliex l-istess Kostituzzjoni tipprovdi għalihom.", "Imma meta dak id-dritt jemana wkoll mill-Konvenzjoni, allavolja l-istess dritt, l-argument tal- kontradizzjoni ma jiswiex iktar għax hija f'liġi differenti.", "Allura trid tiġġudika liema hu l-aqwa dritt, jekk huwiex tal-Kamra jew inkella d-dritt fundamentali ta' l-individwu.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jew inkella l-Kostituzzjoni tagħna.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Kostituzzjoni tagħna ma tidħolx hawnhekk.", "Id-dritt li ġġib persuna quddiem il-Kamra joħroġ mill- Kostituzzjoni.", "Id-drittijiet fundamentali, apparti li joħorġu mill- Kostituzzjoni, joħorġu wkoll mill-Konvenzjoni.", "Issa jista' xi ħadd jgħid li dawk id-drittijiet fundamentali tal-Konvenzjoni huma inferjuri għad- drittijiet li joħorġu mill-Kostituzzjoni tagħna, meta l-appelli li jiġu deċiżi mill-Qrati Kostituzzjonali tagħna huma soġġetti wkoll għall- provvedimenti tal-Konvenzjoni u jistgħu jinqalbu abbażi tal-Konvenzjoni?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ma' dan li qed tgħid naqblu, ħlief f'ħaġa fundamentalissima, illi l-Konvenzjoni tapplika għad-drittijiet tal-bniedem fejn fil-Kostituzzjoni tagħna m'hemm l-ebda referenza.", "Imma fejn huma identiċi, il-Kostituzzjoni tagħna għandha tipprevali.", "Issa jekk għandna sitwazzjoni fejn hemm dak id-dritt li qed issemmi int, li jemana mill- Konvenzjoni u anke mill-Kostituzzjoni, u l-Kostituzzjoni tagħna stess għandha provvediment li m'huwiex kuntrarju għas-salvagwardar imma jipprovdi ċerta proċedura fil-każ tat-tneħħija ta' l-imħallfin, allura dak irid jopera.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Tkellimna biss fuq meta jkun hemm kontradizzjoni apparenti, imma fil-fatt ma jkunx hemm kontradizzjoni.", "Għaliex?", "Għax dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni huwa li d-dritt li għandha l- Kamra li f'kull mozzjoni trid tiddeċiedi hi, ma jistax jiġi mittiefes mid- deċiżjoni tal-Kummissjoni li tgħid li m'hemmx prima facie każ.", "Dak huwa dritt kostituzzjonali.", "Issa d-diffikulta' li qed titqanqal hija fuq jekk dak id-dritt kostituzzjonali li l-Kamra tiġġudika jilledix dritt ieħor kostituzzjonali tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "U jekk jilledi, liema jipprevali?", "L-opinjoni ta' l-Onor.", "Borg kienet li ladarba l-istess Kostituzzjoni tipprovdi għaż-żewġ affarijiet, allura l-proċeduri quddiem il- Kamra m'għandhomx jiġu dikjarati li jmorru kontra d-drittijiet fundamentali għax qegħdin fl-istess Kostituzzjoni.", "Dik timplika illi li kieku m'humiex fl-istess Kostituzzjoni, dawk il-proċeduri jilledu d-dritt fundamentali.", "Għax kieku ma jilledux ma nistrieħx fuq dak l-argument, imma ngħid li l- proċeduri quddiem il-Kamra ma jilledux id-dritt fundamentali.", "Kif, meta għandek żewġ drittijiet fundamentali, xi ħadd jagħżel li d-dritt tal-Kamra huwa superjuri għad-drittijiet fundamentali ta' l-invididwu?", "Jien ma nafx kif tista' tagħżlu.", "Għalhekk jien għidt li l-argument ta' l-Onor.", "Borg ma jikkonvinċinix għall-aħħar, għaliex ma tistax taqbad u tagħmel din l- għażla.", "Anzi l-feeling tiegħi huwa li d-drittijiet fundamentali ta' l- individwi huma supremi fuq kollox, fuq kull dritt ta' ħaddieħor - barra d- dritt tas-soċjeta', jiġifieri tal-kollettivita' - imma mhux id-dritt tal- Kamra, għax din hija xi ħaġa differenti.", "Ladarba issa qed nilleġislaw u ladarba l-ħanin Alla tana moħħ biex naħsbu f'dawn l-affarijiet, ma nistgħux ninjorawhom u nibqgħu mexjin hekk.", "Allura la qed jitqanqlu dawn l- affarijiet, irridu niddibattuhom u nipprovaw insolvuhom.", "Nerġa' ngħid li jekk hemm bżonn li l-Kostituzzjoni tagħna tiġi rtokkjata biex tieħu in konsiderazzjoni dawn il-ħwejjeġ li qed jingħadu u li qed jiġu dibattuti, irridu nagħmlu dan l-isforz għax inkella nkunu qed nonqsu mid-doveri tagħna f'din il-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Issa dan kollu li qed ngħidu dwar il-ġudikanti japplika iktar dwar dak li għamilna għall-avukati għax hemmhekk huwa l-Kumitat li jiddeċiedi d-destin ta' bniedem, jiġifieri jekk jibqax bil-warrant jew le.", "Jien nixtieq naf kemm huwa an adjudicating authority imparzjali u indipendenti dak il- Kumitat li għamilna.", "Lill-Ministru nerġa' ngħidlu li filwaqt li lill- Kummissjoni tajnieha l-immunita' biex ma tiġix sindikata mill-qorti, fil- każ tal-Kumitat m'hemmx din l-immunita' u allura wieħed żgur jista' jipprova jikkontesta l-kostituzzjonalita' tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali għax m'hux an independent and impartial adjudicating authority, li żgur għandu x'jaqsam mad-drittijiet ċivili ta' l-avukati u tal-prokuraturi legali għax se jiddetermina d-destin ta' avukat, fis-sens jekk jibqax jaħdem ta' avukat jew le.", "Dan japplika wkoll għall-prokuratur legali.", "Imma meta aħna nafu li hawn dawn id-diffikultajiet kollha, kif nistgħu ninjorawhom, qishom ma jeżistux jew qishom huma fantasiji biss u mhux verament jeżistu?", "Allura nħalluhom jinqalgħu u meta jinqalgħu mbagħad insolvuhom?", "Mela meta nilleġislaw u nafu b'dawn l-affarijiet nistgħu nagħmlu hekk?", "ONOR.", "JOE FENECH: Għall-ewwel parti ngħidlek \"no comment\" għax din diġa' eżawrejnieha.", "Fil-fatt iddiskutejnieha l-bieraħ u anke llum; ħadna seduta u nofs biex iddiskutejna l-istess punt.", "Għalkemm ġie diskuss b'mod interressanti u studjat, għamilna repetizzjoni ta' l-istess ideat.", "Għat-tieni parti li semmejt, m'inix se ngħid \"no comment\".", "Huwa qal li dan japplika wkoll għall-Kumitat ta' l-Avukati.", "Huwa staqsa kif jista' xi ħadd jgħid li dan huwa \"an independent and impartial adjudicating authority\".", "U għaliex independent and impartial?", "Min jista' jkollok iktar indipendenti jekk mhux l-Avukat Ġenerali li qiegħed jirrappreżenta l- kompożizzjoni ta' l-adjudicating body fejn hemm rappreżentant, li jkun avukat ukoll, nominat mill-Kummissjoni u tliet avukati nominati mill-Kamra ta' l-Avukati, li qed jiġu salvagwardati wkoll u nominati għal erba' snin biex wieħed żgur jassigura li ma jkunx hemm abbużi?!", "Kulħadd jista' jabbuża, anke mħallef, imma biex wieħed jassigura kemm jista' jkun umanament possibbli, dawn iridu jiġu deċiżi indipendentement mill-volonta' ta' ħaddieħor u skond il-volonta' tagħhom kif hi imposta fuqhom mil-liġi.", "Issa barra minn dan, din tmur pass ieħor 'il bogħod.", "Għax jekk dan se teħodlu l-warrant, għandu dritt għal appell u se jmur quddiem il- Kummissjoni li se tkun magħmula minn ħames ġudikanti.", "Allura ma nistax naf xi jrid jgħid il-ħabib tiegħi għax f'dan il-każ m'hemmx iktar impartial and independent adjudicating bodies minn dawn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Li kieku ma ngħatatx deċiżjoni ftit taż- żmien ilu dwar jekk l-imħallfin temporanji jissodisfawx il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni, kien ikollok raġun, imma wara dik id-deċiżjoni ma jidhirlix li l-kwestjoni hija paċifika, kif qed jgħid il-Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri wara dik id-deċiżjoni wieħed irid joqgħod attent x'inhu an independent and impartial adjudicating authority.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt il-LPrima stanza qalet li m'hemmx ksur tad- drittijiet tal-bniedem u fl-Appell qalu li seta' kien hemm ksur tad- drittijiet tal-bniedem.", "Il-kwestjoni ma kenitx fuq l-indipendenza jew l- imparzjalita', imma għar-rigward tad-drittijiet tal-bniedem.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa niġu għall-punt fundamentali.", "Hemm xi dubju li subartiklu 97 (3), bla ma jiddistingwi l-proċeduri qabel ma jiġu f'din il-Kamra u barra din il-Kamra, qed jipprospetta li l-proċeduri dwar l-investigazzjoni u l-prova jistgħu jiġu provduti f'liġi?", "Imma ladarba aħna qed nipprovdu għall-proċeduri anterjuri, għax-xogħol f'din il- Kamra, mhux bilfors li rridu nipprovdu għall-proċeduri f'din il-Kamra?", "Allura kif nistgħu nagħmlu liġi bbażata fuq it-talba li hemm f'subartiklu 97 (3) li nipprovdu għall-proċedura li trid tintuża fl-investigazzjoni u l- ġbir tal-provi u dik ma tapplikax għall-proċeduri f'din il-Kamra?", "Kif nistgħu nagħmlu dan?", "Li qed ngħid hu li rrid nestendu l-proċeduri li tuża l-Kummissjoni għall-proċeduri f'din il-Kamra, inkella ma nkunux ipprovdejna għall-proċeduri f'din il-Kamra, u dan żgur li hu l-għan ewlieni ta' klawsola 3.", "Issa l-Gvern se jerġa' jgħid li fl-Indja hekk jagħmlu pero' fl- Indja lanqas ipprovdew għall-proċeduri fil-Kamra u jien qed ngħid li aħna għandna nipprovdu għal dan għaliex subartiklu 97 (3) hekk jitlob.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Qed nerġgħu nirrepetu l-istess ħaġa u se nibqgħu nirrepetu till kingdom come, meta l-konsegwenza hi li m'aħniex naqblu.", "Il- loġika ta' kull bniedem li għandu loġika ssegwi tgħidlu li jekk il-liġi qed tistabbilixxi proċedura kif issir l-investigazzjoni u l-prova, irid ikollok Kamra li hija kważi irresponsabbli jew semi-irresponsabbli biex una volta - u l-liġi qed tgħid x'inhu l-iskop li dawn isiru, għax ma trid tippależa lil ħadd - l-provi jkunu nġabru mill-Kummissjoni hi ma taċċettahomx, ħalli l- imputat jew l-akkużat jgħid li hu jrid li jinstema' kollox mill-ġdid hawnhekk.", "U jien għalhekk aċċettajt il-konċett tal-prima facie, aċċettajtha fl-interess tal-persuna li tkun qed issir mozzjoni kontriha għax trid tħallilha l-possibilitajiet kollha miftuħa.", "Imma jrid ikun xi ħadd arċi-iblah biex wara li għandek liġi li tistabbilixxi l-proċedura, għandek kummissjoni responsabilissima li qed tagħmel l-investigazzjonijet u tiġbor il-provi u tagħtik ukoll ir-rapport, jgħid li mhux se jagħti kashom u jrid li l-Kamra tisma' kollox għaliex hu għandu d-dritt li jagħmel hekk.", "Kollox jista' jkollok dritt li tagħmel imma b'dan il-mod id-drittijiet tkun qed tabbużahom u mhux tużahom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"I\" kif imressqa u moqrija t-tieni darba mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"I\" għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11- Kompetenza tal-Kumitat għall-Qrati Superjuri.", "Clause 11 - Competence of the Superior Courts Committee.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 11:", "\"J\" Minflok il-klawsola 11 għandu jidħol dan li ġej:", "\"Bord mediku.", "11.", "(1) Meta jkun allegat li mħallef jew maġistrat ma jkunx jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu minħabba xi inkapaċita' fiżika jew tal-moħħ, u din l-allegazzjoni tiġi kontestata, il-Kummissjoni tista' tordna li jsir eżami mediku ta' l-imħallef jew maġistrat minn bord mediku li jinħatar għal dan il-għan mill-President, u l-imħallef jew maġistrat, skond il-każ għandu jattendi għal dak l-eżami mediku speċifikat mill- Kummissjoni.", "(2) Il-bord mediku għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni fejn jiddikjara jekk l-inkapaċita' fiżika jew tal-moħħ teżistix, u jekk teżisti hijiex waħda tali li tirrendi lill-imħallef jew maġistrat inkapaċi li jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu.", "(3) Jekk l-imħallef jew maġistrat jirrifjuta li joqgħod għal xi eżami mediku li l-bord mediku jqis meħtieġ, il-bord għandu jagħmel rapport lill-Kummissjoni fejn isemmi li l-imħallef jew maġistrat ikun irrifjuta li joqgħod għal dak l-eżami, u l-Kummissjoni tista' meta tirċievi dak ir-rapport, tippreżumi li l-imħallef jew maġistrat ikollu dik l-inkapaċita' fiżika jew tal-moħħ li tkun qegħda tiġi allegata fil- mozzjoni msemmija fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 10 ta' dan l-Att.", "(4) Id-dispożizzjonijiet tas-subartikoli ta' qabel ta' dan l-artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis meta jiġi allegat li avukat jew prokuratur legali ma jkunx jista' jeżerċita l-professjoni tiegħu minħabba inkapaċita' tal-moħħ.\".", "\"J\" For clause 10 there shall be substituted the following:", "\"Medical Board.", "11.", "(1) Where it is alleged that the judge or magistrate is unable to perform the functions of his office because of infirmity of body or mind and the allegation is denied, the Commission may order the medical examination of the judge or magistrate by such medical board as may be appointed for the purpose by the President and the judge or magistrate, as the case may be, shall submit himself to such medical examination within the time specified by the Commission.", "(2) The medical board shall submit a report to the Commission stating therein whether there exists any infirmity of body or mind, as the case may be, and in case such infirmity exists, whether it renders the judge or magistrate unable to perform the functions of his office.", "(3) If the judge or magistrate refuses to undergo any medical examination considered necessary by the medical board, the Board shall submit a report to the Commission stating therein the examination which the judge or magistrate has refused to undergo, and the Commission may, on receipt of such report, presume that the judge or magistrate suffers from such infirmity of body or mind as is alleged in the relative motion referred to in subsection (1) of section 10 of this Act.", "(4) The provisions of the foregoing subsections of this section shall apply mutatis mutandis where it is alleged that an advocate or a legal procurator is unable to exercise his profession because of infirmity of mind.\".", "Klawsola 11 hija konsegwenzjali għall-klawosla li għadna kif għaddejna.", "Hawnhekk qed jingħad x'irid isir f'każ ta' inkapaċita' mentali jew fiżika tal-ġudikant u qed nistabbilixxu li l-ġudikant irid jissottometti ruħu għal eżami mediku.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-bord mediku tappuntah il- Kummissjoni.", "Hawhekk kważi qed jiġu invertiti l-provi, fis-sens li qed tiġi preżunta l-prova tad-defiċjenza mentali fil-każ li wieħed jirrifjuta li joqgħod għall-eżami mediku.", "Jiġifieri għad-differenza ta' affarijiet oħrajn mhux irid jipprova hu li hu mentalment m'għandux difett imma l-fatt li jirrifjuta li joqgħod għal eżemi mediku l-Kummissjoni jistgħu jikkonsidrawha bħala preżunzjoni tal-prova ta' dak l-istat ta' defiċjenza mentali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nixtieq nagħmel kumment li m'għandux x'jaqsam direttament ma' din il-klawsola imma jinkwadra ruħu fiha wkoll.", "Irrid ngħid li ħafna mill-kostituzzjonijiet li ġew ikkwotati f'din il-Kamra huma ta' pajjiżi fejn m'hemmx kamra waħda tal-Parlament imma tnejn u meta jkun hemm allegazzjoni ta' mard fiżiku jew mentali, il-proċeduri kontemplati huma li jgħaddu miż-żewġt ikmamar tal-Parlament.", "Fil-fatt anke l-Basu jirreferi għall-proċedura kontemplata fl-Amerika, fl-Ingilterra, fil- Kanada, fl-Awstralja, fl-Irlanda u fil-Ġappun fejn f'kull pajjiż hemm żewġ kmamar tal-Parlament u f'kull waħda hemm proċedura.", "Jien ma rridx li niġi interpretat li qed ngħid li dan irid jgħaddi l-eżami mediku minn kumitat ta' kamra u minn kumitat ta' kamra oħra imma in ġenerali, anke għal dak li għIdna qabel dwar il-misbehaviour u l-bella compania, meta għandek proċedura li trid tgħaddi min żewġ oqsma, hija iżjed u iżjed salvagwardja li l-ġudikant jitressaq quddiem iż-żewġt ikmamar.", "Fl-indja, per eżempju, jitressaq quddiem iż-żewġt ikmamar billi jkun hemm ....", "(Interruzzjonijiet) Le, hekk qegħda.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Amerika żgur mhux hekk qegħda u lanqas l-Ingilterra.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-Ingilterra jgħidlek li it originates in the House of Commons imma ma jieqafx hemm.", "ONOR.", "JOE FENECH: Bir-rispett kollu, dan x'għandu x'jaqsam mal-kwestjoni tagħna?", "Ma nitilfux żmien fuq din.", "Aħna kamra waħda għandna u ma nistgħux nissottomettu għal żewġt ikmamar.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Aħan qed ngħidulek li meta jkollok dan - li hu salvagwarda aktar - aħna rridu noqogħdu aktar attenti.", "Meta qed inqajmu kwestjonijet dwar proċedura, qed inqajmuhom għaliex fil-każ tagħna hija aktar sempliċi biex tneħħi imħallef milli hu fil-pajjiżi li kkwotajna.", "F'Malta kif inhi s-sistema se tkun iżjed faċli minn dak li bbażajna fuqu ta' l-Indja, u dan huwa fatt. L-ewwelentt, anke fl-Indja, biex tneħħi imħallef trid 100 firma minn kamra u 50 minn oħra u mhux minn sempliċi membru.", "Fejn għandu x'jaqsam il-qasam mentali u l-qasam fiżiku rridu noqogħdu attenti li wieħed ma jipprovax jilleġiżla - mhux qed ngħid li qed isir hekk - xi ħaġa li fejn parlament ieħor għandu żewġ safeguards .....", "ONOR.", "JOE FENECH: Hawnhekk għandna s-safeguard taż-żewġ terzi li hija ħafna aktar kontra kull abbuż li jista' jsir.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Qed niġi informat mill-kollega tiegħi li l- maġġoranza kwalifikata hija applikabbli anke f'dak il-pajjiż.", "ONOR.", "JOE FENECH: X'għandu x'jaqsam?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Inti għadek kemm għidt li aħna għandna s- safeguard taż-żewġ terzi.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien għadni kemm għidtlek li dik hi l-unika safeguard li għandna fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Issa billi ħaddieħor għandu żewġ kmamar jew tliet kmamar jew erbgħa ma tagħmilx differenza u l-istess trid tgħaddi b'żewġ terzi mill-Parlament.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Aħna qed ngħidu li rridu noqogħdu iżjed attenti minn dawn il-pajjiżi u mhux inqas.", "U l-fatt li nibbażaw il-liġi tagħna fuqha biss anzi għandna nagħmluha iżjed diffiċli u iżjed restrinġenti.", "GĦaliex?", "GĦaliex dak il-pajjiż li aħna qed nieħdu l-liġi verbatim mingħandu kif qalilna l-Prim Ministru jrid jgħaddi minn żewġ għeriebel waqt li hawnhekk irid jgħaddi minn għarbiel wieħed.", "ONOR.", "JOE FENECH: Ta' l-Indja jgħaddi minn wieħed għaliex ir-rapport isir jew lill-iSpeaker jew liċ-Chairman tal-Kumitat u dak jgħaddih lill- kamra tiegħu.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma r-rimozzjoni mhux hekk issir.", "ONOR.", "JOE FENECH: Iva, għaliex hemm issir.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dwar ir-rimossjoni jgħidlek ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Din ma tagħmilx differenza.", "Ejja ma nitilfux ħin.", "Hawnhekk qed nissalvagwardaw il-pożizzjoni ħafna aktar milli hi llum.", "Ilum jiġi quddiem il-Parlament għaliex iġibu xi ħadd u jagħmel mozzjoni hawn anke b'mod abbużiv u tajjeb u ħażin trid titratta l-kwestjoni tiegħu hawnhekk u tneħħiħ bżżewġ terzi u llum qed noħolqu għarbiel ieħor li flok tiġi quddiem il-Parlament trid tmur l-ewwel quddiem din il-Kummissjoni.", "Allura se tgħid li b'dan se nagħmluha aktar faċli!?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Le, mhux qed tagħmilha aktar diffiċli.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan li qed jingħad jikkontradixxi ftit l-argument ta' qabel min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li l-Parlament għandu jżomm id-dritt li għandu; anke meta mħallef ma jinstabx ħati mill-Kummissjoni anzi se mai dik hi garanzija addizzjonali li ma teżistix illum u trid tiġi introdotta bil- liġi.", "L-Oppożizzjoni qalet li qed tgħid dan - to be fair - għax tista' tmur kontra l-Kostituzzjoni, imma aħna qed inżidu l-garanzija u mhux innaqqsuha.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Aħna ssottomettejna li ladarba l- Kostituzzjoni kkontemplat dan u waqt li qed niddeliberaw qed joriġina mill- ħsieb tagħna li jista' jagħti l-każ li jekk il-Parlament se jkun judge and jury, allura aħna ħadna dak l-argument in extensio waqt li qed nilleġislaw.", "Mela fejn trid titkellem fuq dan.", "Wara l-leġislazzjoni jew fil-qorti?", "Mhux hawnhekk trid titkellem fuq dan!", "ONOR.", "JOE FENECH: Imma tgħidx li qed nagħmluha iktar faċli - għax hawn huwa l-ħażin - għid li qed nagħmluha iktar diffiċli.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mhux hawnhekk trid tesprimi l-ħsieb li jinqala'?", "Dan huwa l-post fejn għandu jsir dan kollu.", "Aħna dak li qed ngħidu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 11 kif emendata għaddiet u qed tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "Klawsola 12 - Setgħat tal-Kumitat għall-Qrati Superjuri f'ċerti każi.", "Clause 12 - Powers of the Superior Courts Committee in certain cases.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 12:", "\"K\" Minflok il-klawsola 12 għandha tidħol il-klawsola li ġejja:-", "\"Rapporti minn Imħallfin u Maġistrati lill-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "12.", "Kull imħallef u maġistrat li jippresjedi fuq xi qorti għandu sal- ħmistax ta' Jannar ta' kull sena, jagħmel rapport lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li fih jagħti lista tal-kawżi kollha pendenti quddiem il-qorti li fuqha jippresjedi u liema jkunu ilhom hekk pendenti għal ħames snin jew aktar, u jindika f'dak ir- rapport ir-raġuni l-għala kull każ ikun għadu hekk pendenti u ż-żmien li fih l-imħallef jew il-maġistrat, skond il-każ, jistenna li l-istess qorti tkun iddisponiet mill-każ.\".", "\"K\" For clause 12 there shall be substituted the following:-", "\"Reports by Judges and Magistrates to the Commission for the Administration of Justice.", "12.", "Every judge and magistrate presiding over any court shall not later than the fifteenth day of January of every year, make a report to the Commission for the Administration of Justice giving a list of all cases pending before the court over which he presides and which have been so pending for a period of five years or more, indicating in the report the reasons why each case is still pending and the time within which the judge or magistrate, as the case may be, expects the case to be disposed of by the said court.\".", "Kif għidna fis-Second Reading ta' dan il-Bill, din hi l-unika klawsola li hemm fil-liġi li b'xi mod tirrendi lill-ġudikant accountable.", "L-iskop hu li tissensibilizzah għal dewmien ta' kawżi, partikolarment dawk li jkollhom iktar minn ħames snin u jkunu għadhom ma ġewx deċiżi.", "Kif tgħid din l- emenda, il-ġudikant irid jagħmel rapport lill-Kummissjoni u jagħti r- raġunijiet għalfejn il-kawża għadha ma nqatgħetx kif ukoll f'liema żmien jaħseb li din il-kawża se tinqata'.", "Fil-fatt nafu per esperienza li ħafna kawżi li qegħdin quddiem periti, qegħdin fil-bir tas-skieken.", "Forsi kultant isiru żewġ seduti f'sena u sadanittant l-imħallfin joqogħdu sempliċement fuq dak li jgħidilhom il-perit jew l-avukat, jiġifieri li s- seduti mexjin, mingħajr ma jsir monitoring sew dwar jekk is-seduti humiex mexjin kif suppost jew jekk humiex isiru seduti fejn jinstemgħu x-xhieda.", "Lanqas m'hu qed isir monitoring fuq it-taparsi seduti li jieħdu nofs siegħa, tliet kwarti jew il-massimu siegħa u mbagħad jieqfu u dwar dan nirċievi diversi ittri ta' lmenti minn nies li jkollhom iħallsu għall- ispejjeż tas-seduta.", "Naħseb li wieħed anke hawn irid jistabbilixxi ċerti affarijiet.", "Ma naħsibx li dan hu mod korrett kif nikkonduċu l-kawżi.", "Naħseb ukoll li fl-emendi li se jsiru għall-Kodiċi ta' Proċedura, dawn l- affarijiet qed jiġu kkonsidrati u nispera li din il-problema partikolarment tal-periti tiġi eliminata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-intenzjoni tal-klawsola żgur li hi tajba.", "Min qed jiġġudika almenu għandu jagħti spjegazzjoni għaliex ċerti kawżi ikunu ilhom pendenti għal ċertu żmien.", "Imma fuq liema bażi wasaltu għal perjodu ta' ħames snin?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ħames snin huwa perjodu twil biżżejjed biex tinqata' kawża.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naqbel miegħek.", "Fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna fejn qed nikkontemplaw li bniedem jesegwixxi sentenza, it- terminu minn tliet snin se jsir ta' erba' snin jew ħamsa?", "Se nispjegalek għaliex qed nistaqsi dan.", "Jekk aħna qed nikkontemplaw li biex tesegwixxi sentenza, tliet snin jew erbgħa għandhom ikunu biżżejjed, jien jidhirli li biex tinstema' l-kawża, tliet snin għandhom ikunu biżżejjed.", "Jien napprezza li aħna qed nagħmlu perjodu ta' ħames snin bħala arbitri boni viris imma naħseb li minn mindu tibda u tispiċċa kull kawża, fil-maġġoranza tal-każijiet il-massimu għandu jkun ta' tliet snin.", "Jekk il-perjodu jkun oltre tliet snin jiġri li jkun hemm it-tentazzjoni li min qed jiġġudika jibda jikkalkola li l-perjodu biex tispiċċa kawża huwa ta' ħames snin.", "ONOR.", "JOE FENECH: Allaħares!", "Illum mhux qegħdin iħarsu lejn xi perjodu u għalhekk il-kawża tibqa' sejra.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Meta bniedem imur għand it-tabib għax ikun marid serjament, it-tabib jitkellem f'termini ta' ħames snin u jagħtik prognosis sa ħames snin.", "Jien naħseb li l-perjodu ta' żmien li se nespiċifikaw hawnhekk ikun indikattiv bħala l-massimu li wieħed għandu jistenna taħt ċirkostanzi normali.", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, mhux dak hu l-każ.", "Il-każ hu li hemm ħafna kawżi pendenti u hemm minnhom li ilhom iktar minn ħames snin.", "Dan it-terminu irridu ndaħħluh bl-iskop li wieħed jiġi sensibilizzat biex jekk jista' jkun il-kawżi jipprova jaqtagħhom u ma jħallihomx pendenti.", "Jiġifieri aħna qed nagħmlu dan mhux biex nistabbilixxu mod kif jiġu kondotti għal tul ta' żmien.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dak li qed tgħid hu veru.", "Jien qed nirreferi għall-intenzjoni indiretta li tista' tiġi ffokata.", "Jien qed nissuġġerixxi li l-perjodu jkun ta' tliet snin għax jidhirli li minn mindu bniedem imur il-qorti u jippreżenta dak li jaħseb li hu...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-ħsieb huwa li jkun hemm rendikont milll-imħallfin.", "Meta mbagħad niġu biex niddiskutu l-emendi għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, inkunu nistgħu niddiskutu din il-kwestjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini, imma r-riżervi li għamilt fuq din il-klawsola m'humiex dwar l-intenzjoni tal-Gvern li qed iressaq din l-emenda, imma dwar il-prattiċita' tagħha, u dawn se jkolli nerġa' ntennihom.", "Nimmaġinaw li l-proposta titwettaq, il-ġudikanti jagħmlu r-rapporti tagħhom dwar il-kawżi li ilhom iktar minn ħames snin u dawn ir-rapporti jmorru quddiem id-disa' min-nies tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja.", "Dawn x'se jagħmlu bir-rapporti?", "Jista' jkun li disa' min-nies joqogħdu jaqraw ir-rapporti tal-kawżi?", "Imbagħad x'se jagħmlu bil-kawżi?", "Jekk kawża tkun ilha ħames snin awtomatikamet tkun diġa' damet wisq?", "GĦalfejn se joqogħdu jaqraw ir-rapport?", "Il-membri tal-Kummissjoni x'se jagħmlu b'dawn ir-rapporti?", "Kieku dawn jingħataw lill-Ministru tal- Ġustizzja, kollox sew.", "(Interruzzjonijiet) B'kollox kemm hemm kawżi pendenti?", "Nagħtu każ li hemm 1,000 li ilhom iktar minn ħames snin - u naħseb li hemm iktar minn hekk - immaġinaw lill-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja b'elf rapport!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien nassumi li ġudikant jagħti biss lista tal-kawżi bl-annotamenti li titlob il-liġi dwar ir-raġuni għaliex damu daqshekk.", "Jien nimmaġina li mhux se jsiru rapport eżawrjenti fuq kull waħda.", "Kull imħallef iniżżel in-numru ta' kawżi li jkollu pendenti, iqis ukoll li dawn il-kawżi fadlilhom provi ta' l-attur jew tal-konvenut u meta jantiċipa li l- kawża se tinqata'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'dak ir-rapport, l-imħallef għandu \"jindika r-raġuni li kull każ ikun għadu pendenti\", apparti meta jantiċipa li se jinqata'.", "Jindika għaliex għadu pendenti.", "Imma jekk isir rapport ta' kawża minn ġudikant u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja ma tikkonfrontax dak ir-rapport mal-proċess, x'jiswa?", "GĦax allura l-ġudikant jgħid ...", "ONOR.", "JOE FENECH: X'jagħmel, jigdeb?!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jigdibx, imma x'se tagħmel il- Kummissjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kummissjoni tista', per eżempju, tagħti parir lill-Gvern biex iżid għaxar imħallfin oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'hemmx għalfejn?", "Jekk wieħed jagħmel statistika tal-kawżi, jista' jara jekk hemmx din il-ħtieġa jew le.", "Anzi ħaġa bħal din jekk nippretendu li b'din il-proposta se ninċentivaw jew inġiegħlu - li hu agħar - lill-ġudikanti jaqbdu u jiddeċiedu dawn il-kawżi li ilhom pendenti, żgur li n-numru ta' deċiżjonijiet se jonqos u mhux jiżdied.", "Għax dawn huma kawżi li għandhom diffikultajiet partikolari u għalhekk ħafna minnhom ikunu baqgħu pendenti għal numru ta' snin, quindi dawn jirrikjedu iktar ħin, mentri llum kull ġudikant jipprova jiddedika l- ħin għal kawżi ta' facile espedizione biex inaqqas l-istat ta' kawżi li jkollu quddiemu.", "Jekk dak il-ħin l-imħallfin illum qed jiddedikawh għal dawk il-kawżi ta' facile espedizione u b'hekk in-numru ta' kawżi pendenti qed jonqos, meta ma jkomplux jiddedikawh għal dawk il-kważi imma jiddedikawh għall-kawżi li ilhom ħafna, l-istat tal-kawżi se jiżdied u mhux jonqos.", "Fl-imgħoddi s-soluzzjoni li ġiet addottata ma kenitx din; u dan semmejnieh l-aħħar darba.", "Fi żmien l-Imħallef Gauci Maistre kien ġie assenjat imħallef apposta għal dawn il-kawżi.", "L-aħħar darba l-Ministru għamel rimarka li l-kawżi antiki ta' mħallef li jispiċċa milli jieħu konjizzjoni tagħhom, jitferrxu bejn l-imħallfin u mhux imorru għand l- imħallef il-ġdid li jilħaq minfloku jew li jieħu postu.", "ONOR.", "JOE FENECH: Skond il-ftehim li għamlu l-imħallfin bejniethom, meta mħallef mhux jirtira jew imut - għax hemmhekk bilfors trid tqassamhom - imma jitla' fl-Appell, dan iġorr miegħu l-kawżi kollha li jkollu.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Illum il-kawżi ta' ċerta anzjanita' ħadhom l-Imħallef Noel Arrigo li għadu kemm laħaq.", "ONOR.", "JOE FENECH: Dan mhux korrett.", "L-imħallfin iqassmu dawn il-kawżi bejniethom.", "L-Imħallef Noel Arrigo ġie assenjat madwar 50 kawża mill- imħallfin stess.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-iżjed kawżi li huma diffiċli biex jinqatgħu.", "ONOR.", "JOE FENECH: Minbarra dan ix-xogħol għandu xogħol ieħor fil-Qorti ta' l-Appell u diversi impenji oħra.", "Imma l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici mhux għal dan kien qed jirreferi.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Iva, għal dik kien qed jgħid.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien qed jitkellem fuq il-fatt li jien asserejt li l-imħallfin ftiehmu bejnithom li jekk xi ħadd jiġi assenjat xogħol fl-Appell, allura jġorr miegħu l-kawżi li jkollu.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dik hija kwestjoni oħra.", "Li qed jgħid l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici huwa li fi żmien l-Imħallef Gauci Maistre kien hemm imħallef li ġie assenjat dawk il-kawżi antiki li kellhom problemi partikolari.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Imħallef Gauci Maistre kien ġie assenjat il-kawżi li kien hemm quddiem il-periti.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Illum il-parti l-kbira tal-kawżi li huma antipatiċi u li qatt ma jaslu biex jinqatgħu ġew assenjati lill-Imħallef Noel Arrigo.", "Fil-fatt biex l-Imħallef Arrigo jlaħħaq magħhom qed jagħmel is-seduti wara nofsinhar.", "L-Imħallef ġibed l-attenzjoni għall-fatt li wieħed m'għandux joqgħod biss fuq l-istatistika għax, per eżempju, fis- Sekond'Awla ma jaqtax sentenzi, imma jagħti digrieti, fl-Appell hemm numru limitat ta' sentenzi li jista' jaqta' minħabba li l-kawżi jkunu jirrikjedu iżjed studju, apparti li l-kawżi li ġew assenjati lilu jinvolvu studju kbir u diffikultajiet kbar.", "Per eżempju, jien u l-Onor.", "Borg għada jew pitgħada għandna diversi kawżi quddiem l-Imħallef Noel Arrigo li ilhom 20, 25 u 30 sena.", "Għalhekk għalkemm jien ngħid li huwa pass pożittiv li nesiġu li l- ġudikanti jagħtu rendikont ta' l-istat tal-kawżi, dan irid jiġi abbinat mat- tip ta' amministrazzjoni tax-xogħol ġudizzjarju.", "Kieku ssir din il-lista u wieħed jara li l-Imħallef Arrigo għandu, ngħidu aħna, 70 kawża ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Mhux il-Kummissjoni stess se tistabbilixxi dan?", "Anke hi tista' tagħmel suġġerimenti, anzi dan huwa wieħed mill-mansjonijiet tagħha.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Iva, imma wieħed irid jinkwadra x'qed jiġri fil-qorti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna qegħdin nimponu obbligu ta' kull sena u mhux ta' darba biex il-Kummissjoni mbagħad tiddeċiedi kif għandu jitqassam ix-xogħol jew xi proposti għandha tagħmel lill-Gvern dwar in- numru ta' mħallfin.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li kull sena kull ġudikant irid jagħmel il-lista tal-kawżi li għandu quddiemu u li għandhom iktar minn ħames snin, jagħti r-raġunijiet għaliex ilhom daqshekk u jgħid meta jipprrospetta li jinqatgħu.", "X'inhu mistenni li tagħmel il-Kummissjoni wara li jkollha dawn ir-rapporti mingħand il-ġudikanti?", "Hija mistennija tivverifika ma' kull proċess, jew toqgħod fuq dak li jkunu qalu l- ġudikanti?", "GĦiduli x'inhu l-follow-up li l-Kummissjoni mistennija li tagħmel ħalli naraw jekk hemmx utilita' għal dan il-provvediment li qed nagħmlu.", "Jiena għidt li kull l-aħħar tax-xahar kull imħallef ikun jaf l- istat tiegħu u dawk l-imħallfin li almenu għandhom l-amor proprju li ma jħallux l-istat tal-kawżi tagħhom jikber, jipprovaw jaqtgħu kwantita' ta' kawżi kull xahar ħalli l-istat tal-kawżi ma jikbirx.", "Kif diġa' għidt, biex jagħmlu dan jaqtgħu dawk il-kawżi ta' facile espedizione ħalli n-numru jonqos u mhux jiżdied.", "Għalhekk bilfors ikollhom iħallu lura dawk il-kawżi li jippreżentaw diffikulta'.", "Per eżempju flok kawża li tista' teħodlok tliet darbiet iż-żmien ta' kawża oħra, taqta' tlieta ta' facile espedizione.", "Mhux bilfors l-imħallef jagħżel li jaqta' tlieta ta' facile espedizione biex jonqoslu l-istat?", "Naf li l-partijiet tal-kawżi diffiċli jiġu preġudikati, imma kif qed nistennew li l-imħallef inaqqas l-istat li għandu jekk ma jaddottax din is-sistema?", "Irridu nsibu alternativa għal din is-sistema, fejn ċerti kawżi li għandhom ċerti diffikultajiet ma nħalluhomx ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Dan jidħol meta nkunu qed niddiskutu l-emendi għall- Kodiċi ta' Proċedura u mhux hawnhekk.", "Fil-Kodiċi ta' Proċedura huwa kontemplat ukoll li l-ġudikanti jridu jittrattaw il-kawżi f'ordni kronoloġika, jiġifieri kif jidħlu.", "Imma dik il-kwestjoni mhux hawnhekk tidħol.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kif jidħlu?", "X'għandu x'jaqsam?", "ONOR.", "JOE FENECH: L-imħallef ma jkunx jista' jagħżel kawża ta' facile espedizione minflok oħra, għax ikun stipulat li kawża trid tibda u tispiċċa.", "Dik hija materja ta' proċedura u żgur li m'għandhiex x'taqsam mal-kwestjoni li qed niddiskutu llum.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONICI: Dak li qed jgħid il-Ministru huwa veru fit- teorija, imma fil-prattika jiġri dak li qed ngħid jien.", "Naħseb li l- Ministru jaf x'jiġri wkoll għax għandu esperjenza iktar minni tal-qorti.", "Fil-prattika għaliex ma jsirx hekk?", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-verita' hi li qed nipprovaw nibdlu din il- prattika.", "L-iskop kollu ta' l-emendi għall-Kodiċi ta' Proċedura huwa biex indaħħlu kultura ġdida ta' kif isiru l-affarijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma tistax meta llum l-affarijiet huma kif inhuma u l-imħallfin għandhom mijiet, jekk mhux eluf ta' kawżi quddiemhom.", "U ma jagħmlux kif qed jissuġġerixxi l-Ministru biex ma jħallux l-istat jikber.", "Ma jistgħux jagħmlu mod ieħor, għax inkellha l-istat tal-kawżi li jkollhom quddiemhom jikber.", "Jekk kawża teħodlok erba' darbiet il-ħin li teħodlok kawża oħra, tagħżel li taqta t-tieni kawża u tlieta oħra bħalha minflok ma taħli l-ħin biex taqta' dik il-kawża li teħodlok ħafna ħin.", "Issa wara li l-ġudikanti jagħmlu r-rapport, x'se tagħmel il-Kummissjoni biex tgħin lill-imħallfin?", "Il-Kummissjoni x'se tivverifika?", "Se jkollha l- proċessi quddiemha?", "Se joqgħodu fuq ir-rapporti tal-ġudikanti, imma wara x'se jagħmlu b'dawn ir-rapporti?", "Dawn se jservu biss bħala statistika?", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena ma kellix il-ħsieb li nintervjeni, pero' nixtieq nikkummenta fuq dan il-punt.", "Jidher li qed naqblu fuq ħaġa tajba li qegħdin nagħmlu.", "L-oġġezzjoni ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici hija fis-sens li qed jistaqsi x'jagħmlu b'dan ir-rapport?", "L-ewwelnett huwa tajjeb li jkun hemm l-obbligu li jsir rapport kull sena?", "Jista' jgħidli li diġa' hemm statistika u veru li hemm statisika.", "Imma s'issa l- istatistika ma timponix li trid tingħata spjegazzjoni dwar għaliex kawża baqgħet pendenti għal ċertu żmien.", "Aħna qegħdin ngħidu li fost id-doveri li se jkollha din il-Kummissjoni, għandha l-funzjoni li tara li l-andament u l-amminsitrazzjoni tal-qrati jkunu aħjar.", "M'hux pass tajjeb li ngħidu li fost affarijiet oħra, din irid ikollha rendikont minn kull awla tal-qorti dwar x'inhu l-istat tal-kawżi u għaliex hemm dak l-istat?", "Din m'hix ħaġa tajba?", "Imbagħad x'jagħmlu?", "Il-Kummissjoni se jkollha l-obbligu li tara li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tkun dejjem aħjar milli hi, u l-kliem tal- liġi huwa l-funzjonijiet tal-Kummissjoni huma:", "\"... to supervise the workings of all the Superior and Inferior Courts and to make recommendations to the Minister responsible for Justice as to the remedies which appear to it conducive to or more efficient functioning of such Courts.\".", "Allura hija ħaġa tajba li qed ngħidu li jrid ikun hemm din l-informazzjoni miġbura.", "Imbagħad il-Kummissjoni jew, kif qed tgħid int, tagħmilha fil- kexxun u ma tagħmel xejn biha - u jekk tagħmel hekk tkun irresponsabbli, fl-opinjoni tiegħi - jew inkella trid teskoġita u tgħid - il-Kummissjoni u mhux aktar il-Ministru - lill-Gvern li fil-fehma tagħha hemm bżonn li jsir \"hekk\" għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "X'hemm ħażin jekk nagħmlu hekk?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici jrid ikun jaf minn issa x'se tiddeċiedi l- Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni tiddeċiedi hi imma żgur li hija ħaġa tajba li darba fis-sena jkun hemm rendikont tal-kawżi pendenti.", "Meta għandha dan id- dover speċifiku li trid tara li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja ssir b'mod iktar effiċjenti ...", "Issa jekk jidhrilha li għandha tara l-files ukoll, allura tista' tibda tarahom ukoll.", "Fejn naf x'se tagħmel?", "Imma din x'fiha ħażin?", "GĦalfejn noqogħdu naħlu l-ħin?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici mhux qed jgħid li din hija xi ħaġa ħażina fiha nnifisha u m'għandhiex issir, imma mhux qed jara l-utilita' tagħha.", "Ladarba fiha nnifisha m'hix negattiva, allura let us give it a chance, biex nieħu l-line of least resistance għall- argument tiegħu.", "M'intix qed tgħid li din hija ħaġa ħażina imma qed tgħid li m'hijiex utili.", "Jien ma naqbilx.", "Kemm tkun utili jiddependi minn kif se taħdem din il-Kummissjoni.", "Allura għalfejn dawn l-argumenti kollha?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li l-Prim Ministru ma segwiex id-dibattitu kollu, imma malli ġiet introdotta din l-emenda, jien għidt li m'hijiex tajba.", "M'għidtx li huwa utili jew tajjeb li nesiġu li l-ġudikant għandu jiddedika ħin biex jagħmel dawn ir-rapporti.", "Jien ngħid li l- ġudikant aħjar jiddedika il-ħin tiegħu biex jaqta' s-sentenzi, milli biex jagħmel dawn ir-rapporti.", "(Interruzzjonijiet) Mela dan se joqgħod jagħmel ir-rapporti bil-computer?", "(Interruzzjonijet) Mhux kollha f'daqqa, imma jagħti r-raġunijiet każ każ.", "Dik hija d-diffikulta'.", "Aħna għidna li wara li l-ġudikant irid joħorġ l-istat tal-kawżi li jkollu quddiemu kull xahar, issa qed nimponulu wkoll li jagħmel kumment fuq kull kawża.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bir-rispett kollu, jekk m'aħniex se nkunu innovattivi, m'aħniex se nimxu.", "Jien illum maqtugħ mill-qorti pero' jgħiduli li hemm sistema ta' computerisation.", "Hemm anke imħallfin li jużaw personal computer u naħseb li wasal iż-żmien li jkunu aġġornati, fis-sens li l-imħallef bin-nies li għandu - naf li m'hemmx nies biżżejjed - ikun f'pożizzjoni li jagħmel dan ir-rapport.", "Din x'fiha ħażin?", "Inti l-qorti mdorri kif imdorri jien u nafu li l-imħallef jagħmel kollox waħdu, per eżempju jkun irid jara x'xhieda eċċ. Dan kollu jrid jinqata'.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li għandna nibdew b'dan il-pass żgħir fejn almenu kull qorti jkollha l-obbligu li fl-aħħar tas-sena tispjega għaliex hemm ċertu ammont ta' kawżi li jkun ilhom pendenti ħames snin.", "Mhux veru li se jkun hemm komplikazzjoni.", "Biex is-sistema tkun effiċjenti, il-ġudikant għandu as he goes along, matul is-sena, jipprepara x'inhi s-sitwazzjoni tal-kawżi li jkollu, imbagħad tibda toħroġ l-informazzjoni.", "Jien nerġa' ngħid li din m'hijiex xi ħaġa perfetta.", "Pero' rridu li din il-Kummissjoni ma tkunx sempliċement ornament fil-Kostituzzjoni imma nippretendu li din verament se tagħmel lil-qrati iktar effiċjenti.", "Din hija ħaġa li qed nindikawha aħna l-leġislaturi stess billi nesiġu li l-ġudikanti take stock formalment wara kull sena biex naraw x'inhu l-istat - kif konna nsejħulu - tal-kawżi ta' kull imħallef.", "Din x'fiha ħażin?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-imħallfin jagħmlu l-istat tal-kawżi kull xahar.", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri ħadd ma jaf bih l-istat tal-kawżi kull xahar?", "(Interruzzjonijiet) Kulma qed ngħid huwa li aħna qed nagħmlu obbligu statutorju lill-Kummissjoni li hija mgħobbija bid-dover li teskoġita hi l-metodi biex tista' tiffaċilita u tagħmel iktar espedjenti x- xogħol fil-qorti.", "GĦax inkella għalfejn qed nimponu dan l-obbligu meta huwa dibattibbli kemm hu prattiku u utli obbligu bħal dan?", "Mingħajr din l- emenda hemm xi ħadd li jista' jżomm lill-Kummissjoni li timponi li din l- istatistika jew informazzjoni tingħatalha?", "Allura għalfejn nagħmluh obbligu legali meta ma nafux jekk il-konsegwenzi humiex se jkunu ta' benefiċċju jew le?", "Il-Kummissjoni, mingħajr din l-emenda fil-liġi, għandha dritt li titlob din l-informazzjoni mill-ġudikant?", "GĦandha s- seta' li tagħmel dan, allura għalfejn qed nagħmluha bil-liġi?", "Mela l- Kummissjoni, biex ma toħloqx problemi ma' l-imħallef, tagħmel biss dak li hemm fil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Din il-pożizzjoni tant hija ovvja li biex tagħmel supervision trid ikollha l-materjal għax jew taqbad u tmur tara hi stess il-kawżi u tara fiex waslu .....", "Fil-liġi qed tgħidilhom li jridu jagħtu dan ir-rendikont lill-Kummissjoni biex hi tagħmel l-analiżi tagħha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-obbligu u l-poter tas-superviżjoni qegħdin fil-funzjonijiet tal-Kummissjoni, mela la għandha dak id-dritt għandha wkoll id-dritt li tiddomanda t-tgħarif meħtieġ biex tagħmel is- sorveljanza fuq kull ġudikant.", "ONOR.", "JOE FENECH: U din qed tagħmlu.", "(Interruzzjonijiet) Issa għalfejn u mhux għalfejn, jekk inhi neċessarja qed issir.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'hijiex.", "ONOR.", "JOE FENECH: Aħna jidhrilna li hi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħallieha f'idejn il-Kummissjoni biex tiddeċiedi x'inhu utli u x'inhuwa neċessarju.", "Kieku ngħataw xi raġunijiet għaliex huwa utli u neċessarju li tispeċifika din il-miżura kollox sew imma ma ngħatat l-ebda raġuni għax la mbagħad ma tikkontemplax il-follow up allura ma tafx fejn trid tasal ħlief għal finijiet li jkollok dan it- tgħarif.", "Jien qed ngħidlek li dan it-tgħarif il-Kummissjoni tista' takkwistah mhux għar-rigward ta' kawżi fejn ilhom iktar minn ħames snin imma tista' tgħid li kull ġudikant irid jgħid kemm għandu kawżi li ilhom sejrin sena, sentejn, tlieta u iktar.", "Wara kollox ħamsa jew ma nafx kemm- il ġudikant mill-Kummissjoni jridu jagħtu t-tgħarif fuq tagħhom stess.", "Din hekk se tkun.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad jiddiskutu r-rapporti ...", "U mhux aħjar iħalluhom għall-Kummissjoni biex jeskoġitaw il-mezzi kif jistgħu jiffaċilitaw u jirrendu x-xogħol tal-qorti iktar mgħaġġel u mhux nipprovaw nagħmluha aħna b'din il-manjiera!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"K\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 12, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Kompetenza tal-Kumitat għall-Qrati Inferjuri.", "Clause 13 - Competence of the Inferior Courts Committee.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Nipproponi din l-emenda għal klawsola 13.", "\"L\" Il-klawsola 13 għandha tiġi mħassra.", "\"L\" Clause 13 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"L\" għaddiet.", "Klawsola 14 - Kompetenza tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.", "Clause 14 - Competence of the Committee on Advocates and Legal Procurators.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 14:", "\"M\" Il-klawżola 14 għandha tiġi mħassra.", "\"M\" Clause 14 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"M\" għaddiet.", "Klawsola 15 - Setgħat tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.", "Clause 15 - Powers of the Committee on Advocates and Legal Procurators.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 15:", "\"N\" Il-klawżola 15 għandha tiġi mħassra.", "\"N\" Clause 15 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"N\" għaddiet.", "Klawsola 16 - Setgħat tal-Kummissjoni meta jsir appell.", "Clause 16 - Powers of the Commission upon an appeal.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 16:", "\"O\" Il-klawsola 16 għandha tiġi mħassra.", "\"O\" Clause 16 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"O\" għaddiet.", "Klawsola 17 - Emendi konsegwenzjali.", "Kap. 12.", "Clause 17 - Consequential amendment.", "Cap.", "12.", "ONOR.", "JOE FENECH: F'din il-klawsola qed nabolixxu l-Workings of the Law Courts Commission għax issa qed tiġi sostitwita bil-Kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Gvern għandu jirrealizza kemm għandna x'ngħidu fuq din il-kwestjoni!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk għandek xi tgħid, għandek il-liberta' li titkellem imma naħseb li m'hemm xejn xi tgħid!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 17 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Kif japplika is-subartikolu (16) ta' l-artikolu 101 tal- Kostituzzjoni.", "Clause 18 - Applicability of subsection (16) of section 101 of the Constitution.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 18:", "\"P\" Il-klawżola 18 għandha tiġi mħassra.", "\"P\" Clause 18 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"P\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. l-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Jekk jogħġbu, il-Prim Ministru jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Mejju fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal- Posta, Kap. 254; u", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għall-annullament ta' Avviż Legali Nru 49 ta' l-1994 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jirrikonoxxi Trusts - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' Investiment - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ Bankarju - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi kontra Money Laundering - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda t-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi kontra Insider Dealing - Kumitat; Abbozz ta' Liġi dwar Segretezza Professjonali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għal Talbiet Żgħar - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Mr Speaker, il-Kamra taf li nhar il-Ħamis li għadda l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ressaq mozzjoni għall-annullament ta' Avviż Legali Numru 49 ta' din is-sena.", "Fil-fatt il-bieraħ irranġajt biex il-Whip tan-naħa l-oħra jkun informat bl-intenzjoni tal-Gvern li jressaq din il-mozzjoni għad- debate nhar it-Tnejn fil-għodu.", "Min-naħa tal-Gvern xtaqna li jkun hawn ftehim minn qabel dwar il-ħin ta' l-aġġornament tas-seduta ta' nhar it- Tnejn fil-għodu.", "Għalkemm m'hemm xejn fl-iStanding Orders, hija l-prassi ta' din il-Kamra li li meta l-Kamra tiltaqa' fid-9.00 a.m. taġġorna f'12.00 p.m., u mbagħad ikun hemm nofs siegħa għall-Aġġornament.", "Mid-dehra n-naħa ta' l-Oppożizzjoni trid iktar ħin minn sagħtejn u nofs għad- dibattitu, li naturalment wieħed jistenna li jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat.", "Naturalment jekk ma jkunx hemm ftehim dwar il-ħin ta' l- Aġġornament, il-Kamra tibqa' sejra sad-9.00 p.m.", "Peress li għal raġunijiet tekniċi din il-mozzjoni trid issir nhar it- Tnejn - għax dak inhar se ssir l-elezzjoni, jiġifieri d-dibattitu jrid jiġi konkluż nhar it-Tnejn stess - nistgħu jew ma niftiehmux ...", "Jiena nissuġġerixxi li niftiehmu u pproponejt li l-Kamra tiltaqa' fid-9.00 a.m. u naġġornaw f'12.00 p.m. jew fin-12.30 p.m., jew anke fis-1.00 p.m. Pero' naħseb li huwa għaqli li niftiehmu.", "Jekk l-Oppożizzjoni ma tridx li niftiehmu, allura ma jkunx hemm ftehim.", "F'dak il-każ l-għażla li jkollu l- Gvern hi li jew jagħmel mozzjoni ta' proċedura, li nixtieq ma nagħmilhiex, jew inkella nirregolaw ruħna skond kif ikun sejjer id-debate.", "Naħseb li kif għamilna f'okkażjonijiet bħal dawn, huwa għaqli li nilħqu ftehim.", "Jiena nerġa' ngħid lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni li jekk iridu debate itwal minn seduta normali, jiena lest li naqbel li l-Kamra tiltaqa' fid-9.00 a.m., il-question time ikun sad-9.30 a.m. u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol ikun fis-1.00 p.m., jiġifieri jekk ikun hemm bżonn il-vot jittieħed dak il-ħin.", "Jiena naħseb li jekk ngħidu li l-Kamra taġġorna f'12.00 p.m. jew anke fin-12.30 p.m. jkun biżżejjed.", "Pero' jekk l-Oppożizzjoni tinsisti, jiena lest li naqbel li anke nibqgħu niddiskutu sas-1.00 p.m., naturalment il-ħin jinqasam u l-Aġġornament ma jitteħidx, jew jekk iridu l- Aġġornament nieħduh ukoll u nibqgħu sas-1.30 p.m. Pero' naħseb li jkun għaqli li niftiehmu u nixtieq li l-Oppożizzjoni tinformani hux se jkun hemm ftehim jew le.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, fuq din il-kwestjoni min-naħa ta' l- Oppożizzjoni staqsejna lid-deputati tagħna bl-aktar mod ċar u trasparenti dwar min jixtieq jagħti kontribut għal dan id-dibattitu, li huwa dibattitu ta' ċerta importanza.", "Meta rajna min kien interessat u għamilna l-kalkoli tagħna sibna li għandna bżonn ta' bejn sagħtejn u sagħtejn u nofs biex id- deputati kollha li jixtiequ jitkellmu, mingħajr ma jtawlu u mingħajr ma jirrepetu ruħhom, jgħidu dak li għandhom jgħidu.", "Ma nafx għaliex m'għandniex insegwu l-proċedura li la qbilna li din il-mozzjoni għandha titla' għad-diskussjoni u la qed ngħidu li għandha tispiċċa f'seduta waħda, nibdew id-diskussjoni fid-9.30 a.m. jiġifieri nagħmlu l-question time regolari, u naqsmu l-ħin tas-seduta ndaqs b'sagħtejn u nofs għal kull naħa.", "X'inhi l-problema?", "Jiġifieri bażikament nagħmlu l-question time regolari għaliex il-question time huwa parti funzjonali u organika minn dan il-Parlament, din in-naħa aktar minn sagħtejn u nofs żgur mhux se ddum għax għamilna l-kalkoli tagħna, il-ħin jinqasam bin-nofs u nibqgħu sejrin mid- 9.30 a.m. 'il quddiem u nieqfu meta nispiċċaw id-diskussjoni.", "X'inhi l- problema?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiġifieri rridu debating time ta' ħames sigħat fuq din il-mozzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien qed nassumi li tridu li l-ħin jinqasam bin-nofs bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Mhux hekk?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Inti qed tgħid li għandna bżonn debating time ta' ħames sigħat u peress li jien jidhirli li m'għandniex bżonn debating time ta' ħames sigħat, nirregola ruħi skond iċ-ċirkostanzi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, din li l-Prim Ministru jiġġudika kemm għandna bżonn ma nistgħux naċċettawha.", "Min-naħa tagħna rajna x'inhuma l- ħteġijiet tad-deputati biex jesprimu dak li għandhom jesprimu u narawha trasparenti li jekk ma jridux li nkomplu wara s-1.00 p.m. fil-każ inkomplu bid-debate fil-għaxija.", "Il-punt huwa li l-ħin irid jinqasam bin-nofs bejn iż-żewġ naħat, sagħtejn u nofs kull naħa.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien jidhirli li l-Kamra m'għandhiex bżonn ħames sigħat biex tiddibatti l-mertu ta' din il-mozzjoni u allura m'aħniex qegħdin naqblu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk il-Prim Ministru jħoss li m'għandux bżonn sagħtejn u nofs min-naħa tiegħu aħna lesti li nżommu sagħtejn u nofs min- naħa tagħha u huma min-naħa tagħhom iżommu siegħa, per eżempju.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din hija impożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk in-naħa tal-Gvern qed tgħid li m'hemmx bżonn ta' sagħtejn u nofs u sagħtejn u nofs; hi tista' tgħid x'għandha bżonn min-naħa tagħha.", "Aħna nistgħu ngħidu x'għandna bżonn min-naħa tagħha, u qed ngħidu li għandna bżonn sagħtejn u nofs.", "Jekk huma jħossu li sagħtejn u nofs mhux biżżejjed jew iħossu li huma wisq għan-naħa tagħhom, jieħdu siegħa, m'hemmx problema.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien m'għandix x'ngħid iżjed.", "Qed ngħid li fl- opinjoni tiegħi m'hemmx għalfejn dibattitu ta' ħames sigħat, b'sagħtejn u nofs kull naħa fuq din il-mozzjoni - mhux se nidħol fil-mertu tal-mozzjoni għax naturalment dan nniddibattuh meta tiġi l-mozzjoni - u allura m'hemmx ftehim għall-ħin ta' l-aġġornament.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Biex ikun kulħadd ċar u ma jsirux akkużi ta' żealta', jekk b'dan qegħdin nifhmu li l-Gvern min-naħa tiegħu se jiddeċiedi kemm l- Oppożizzjoni għandha tingħata fuq din id-debate - inqas milli qed tgħid li għandha bżonn - u naslu għall-vot tad-division, ngħiduha ċara li m'hemmx pairing fuqha.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jien mhux qed ngħid li l-ħin se jkun inqas.", "Anzi jien qed ngħid li m'hemmx ftehim dwar il-ħin ta' l- aġġornament.", "Teknikament skond l-iStanding Orders il-Kamra tibqa' sejra sad-9.00 p.m., inkella xi ħadd minn xi naħa tal-Kamra jagħmel closure jew nimxu skond il-proċedura.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-pożizzjoni hi li jekk in-naħa ta' l- Opożżizzjoni ma tingħatax iż-żmien li tixtieq li jkollha - u qed tgħid li mhux se ddum aktar min sagħtejn u nofs u tista' ddum anke anqas minn sagħtejn - imbagħad dak li għidt jien jiġi fis-seħħ.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nista' niggarantilu li min-naħa tiegħi - u naħseb li nista' nintrabat għall-persuni ta' din in-naħa - nagħtu lill- Oppożizzjoni ż-żmien kollu li trid, anke sitt sigħat, jekk tkun trid.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, fl-Aġġornament tal-lejla nixtieq nitkellem ftit dwar Ħal Tarxien, wieħed mill-irħula li jifforma parti mir-Raba' Distrett Elettorali.", "Dan huwa wieħed mill-eqdem lokalitajiet ta' pajjiżna, pero' wieħed mill- iktar lokalitajiet abbandunati u minsijin.", "Fil-fatt nixtieq immur mill- ewwel għall-iktar parti tar-raħal li bħalissa qed tissemma fejn hemm il- famuż proġett ta' wara l-knisja.", "Hemmhekk se jittellgħu 24 unit ta' abitazzjoni li 8 minnhom huma fuq stil antik.", "Jien immur lil hinn minn hekk u ngħid li l-istil antik għandu jinżamm predominanti fl-area kollha ta' madwar il-knisja f'dak li għandu x'jaqsam mal-village core.", "Pero' l-ġimgħa l-oħra qamet kwestjoni in konnessjoni ma' dan il-proġett meta l-Onor.", "Ċensu Galea, Segretarju Parlamentari responsabbli mid-djar, għoġbu jsemmi ismi.", "L-Onor.", "Membru akkużani li qisni mort nippriedka li hu qabad u qatel xi anzjan - wieħed mir-residenti tal-lokal - li għadda minn inkwiet minħabba dan il-proġett.", "Bħalma nagħmel kull ħmistax ktibt artiklu f'\"L-Orizzont\" u semmejt li wara l-knisja ta' Ħal Tarxien kien hemm anzjan li llum m'għadux magħna għax miet u fost affarijiet oħra li miet bihom fuq moħħu kien hemm il-kawża ta' nkwiet minħabba dan il-proġett għax ħadulu d-dar.", "(Interruzzjonijiet) Veru li kien qed imut pero' jekk taqra kliem is-Segretarju Parlamentari ssib li qal: \"Mhux kulħadd irid imut!\".", "Hekk jirraġunaw hawn ġew li kulħadd irid imut?", "Imma jien naf kemm dan l-anzjan kien ilu jinkwieta minħabba dan il-proġett, ferm qabel ma daħal l-Onor.", "Galea fix-xena.", "Kienu se jeħdulu daru, post fejn kien ilu jgħix għal numru ta' snin u ma kienx jaf x'se jiġri minnu.", "Lili l-Onor Ċensu Galea qalli li messni kkoperajt miegħu u bil-kelma t-tajba kkonvinċejtahom biex joħoġru minn hemm.", "Jien ipprovajt nitkellem mas-Segretarju Parlamentari, anke ras imb'ras.", "Din il-familja partikolari ssuġġeriet anke postijiet battala ġewwa Ħal Tarxien u kienet lesta li jekk tiġi allokata post minn dawn tirranġah a spejjeż tagħha, basta tibqa' f'Ħal Tarxien.", "Din hija familja parrokkjali, kollha jgħixu ġewwa Ħal Tarxien u ma jridu jmorru imkien iktar.", "Ladarba se jeħdulhom post f'Ħal Tarxien, din il-familja talbet li għallinqas tiġi allokata wieħed mill-24 units li telgħin, imma l-Gvern lanqas dwar dan ma ried jintrabat.", "Imbagħad semmejnielu xi postijiet oħra rekwiżizzjonati battala li l-familja kienet lesta li taċċetta anke jekk tidħol għall-ispejjeż li jridu jsiru minn butha stess.", "Il-Gvern lanqas din il-proposta m'aċċetta u dan l-anzjan, kap ta' familja, miet b'moħħu iberren sa l-aħħar mumenti dwar x'se jiġri mill-mara tiegħu li hija anzjana wkoll, fejn se tgħix u kif se tiġi solvuta l-problema.", "U hawnhekk L-Onor.", "Ċensu Galea ġie jakkużani li b'daqshekk jien qed ngħid li għamel xi qtil hu personali!", "Xejn minn dan, pero' nerġa' nsostni li waħda mill-fatturi li dan ir-raġel miet bihom fuq moħħu kienet l-inkwiet li kienet qed tiġi kkawżata lill-familja tiegħu min-nuqqas ta' attenzjoni xierqa u adegwata mill-Onor.", "Galea u l-Awtorita' tad-Djar konċernata fil-każ.", "Mhux talli hekk, talli se ngħid ħaġa oħra ħalli naraw min hu raġel f'din il-Kamra.", "Meta ġejna ras imb'ras jien u l-Onor.", "Galea - din ma nistax nippruvaha pero' jien lest li nieħu ġurament fuq dan u nippreżentah lill- Kamra u nirrinunzja għal kwalunkwe privileġġi li jista' jkolli - qalli li se jispiċċa jkaxkar lil din l-anzjana minn xagħarha 'l barra mill-post!", "Din hija l-atitudini tas-Segretarju Parlamentari tad-Djar f'wieħed mill- oqsma li suppost huma l-aktar umanitarji fil-pajjiż!", "Imbagħad niġu hawnhekk u nagħmluha tal-qaddisin u nipprovaw inħammġu lil ħaddieħor għaliex jagħmel dmiru f'din il-Kamra.", "Jiena meta għidt dan id-diskors għidtulu f'wiċċu mill-inqas f'żewġ okkażjonijiet hawn ġew u anke ktibtu f'artiklu u hu min-naħa tiegħu meta tkellem f'dan l-aġġornament lanqas kellu d-dehen li jgħidli li se jsemmini forsi nkun interessat li nisma' imma kelli nara rapport fin-\"Nazzjon\".", "Pero' ma rridx naħli ħin aktar fuq din il-kwestjoni.", "Mr Speaker, il-bżonmnijiet ta' Ħal Tarxien huma diversi, pero' fuq dan il- proġett qegħdin jgħidu li minflok dak il-bini antik li hemm li jmur lura ħafna snin, jitilgħu dawn l-24 unit ġdid u l-faċċata tal-bini l-antik li kien hemm wara li dan iġġarraf jibqa' hemmhekk; dan sejħulu esperiment.", "Jekk l-Onor.", "Galea jrid jesperimenta, ngħidlu biex imur sad-distrett tiegħu u jesperimenta kemm irid imma ġo Ħal Tarxien m'għandux għalfejn jesperimenta mhux billi jiġi jiftaħ il-pjanti hemmhekk u jieħu propaganda rħisa talli se jagħmel qasam li ilu tiela s-snin.", "Fil-fatt dan mhux qed ngħidu jien imma hemm ukoll ir-residenti li huwa inkwetati u li qed joġġezzjonaw għal dan.", "Jien għandi ittra mibgħuta mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien fejn qegħdin jgħidulu li wara diskussjoni twila l-Kunsill Lokali ddeċieda li dik il-faċċata għandha taqa' u l-bini l-ġdid jitla' eżatt minflokha fuq l-istess stil antik.", "Jien mill-informazzjoni li għandi, b'maġġoranza kważi assoluta, il-Kunsilli Lokali ta' Ħal Tarxien ivvuta b'dan il-mod.", "Ħalli nżommu fuq stil antik imma ma noqogħdux inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar għaliex inkella nkunu qegħdun nidħku bin- nies.", "Minkejja dan, l-ironija kollha hija li wirt storiku veru f'Ħal Tarxien, erba' passi 'l bogħod, qed jitħalla jitmermer u jitkisser.", "Dan huwa wirt storiku, mhux affarijiet li saru mill-Gvern preċedenti, iżda bini li għandu mijiet ta' snin.", "Per eżempju, kemm-il darba inġibdet l-attenzjoni li hemm bżonn li jieħdu ħsieb id-Dar ta' Kejka, f'Xintill Street - kunvent antik tal-patrijiet tas-seklu tmintax - għax qed taqa' biċċa biċċa, hija perikoluża għat-tfal li jilagħbu hemmhekk u saret qisha miżbla.", "Din id-dar spiċċa biex kważi kkrollat għal kollox u kien hemm salib antik saħansitra ġie misruq biċċa biċċa.", "Minkejja li fl-ewwel faċċatta ta' \"The Times\" deher ritratt li juri dan is-salib qed jisparixxi u l-istat ħażin ta' din id-dar, baqa' ma sar xejn.", "Imbagħad niġu nitkellmu fuq wirt storiku!", "Hemm diversi postijiet oħra li huma ta' wirt storiku f'Ħal Tarxien u li m'hu qed isir xejn dwarhom, imma llum ma rridx nitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Fuq il-proġett li kont qed insemmi, apparti l-kwestjoni tal-ħajt antik li s-Segretarju Parlamentari responsabbli jixtieq iħallih hemm b'esperiment, nixtieq nitkellem dwar punti oħra.", "Fl-istess blokk ta' bini fejn qed isir il-proġett hemm bini ieħor, li huwa ta' l-istess qedem, li se jitħalla hemm.", "Minkejja li s-sidien ta' dan il-post ilhom is-snin li applikaw għal akkommodazzjoni alternattiva, s'issa għadu ma sar xejn u bix-xogħol li qed isir fuq dan il-proġett tista' tiġri xi diżgrazzja minħabba l-ħsara li qed issir lil dan il-post fit-twaqqiegħ ta' bini li jmiss miegħu.", "Forsi dan il- bini qed jitħalla hemm għax jappartjeni għal uffiċjal tal-Kumitat Laburista ta' Ħal Tarxien?", "Qed issir ħsara wkoll lill-proprjetajiet oħra li jmissu ma' dan il-proġett, u għalkemm il-ħsara m'hix daqstant serja, qed tiġi kkaġunata inkonvenjenza kbira; bjar jitkissru bl-ilma jispiċċa jitħallat mad-drenaġġ, ħitan bil-konsenturi, eċċ. Dejjem jiġi l-perit iħażżeż xi ħaġa, jibqa' ma jsir xejn u x-xogħol jibqa' għaddej.", "Fl-istess inħawi fejn qed isir dan il-proġett hemm bini ieħor li qed jitħalla battal, nofsu mkisser u bla valur ta' xejn, u Alla biss jaf in-numru ta' abbużi li qed jiġru f'dan il-bini mwaqqa', skond ma jgħidulna l-kostitwenti tagħna.", "Kwestjoni oħra li nqalgħet dwar Ħal Tarxien kienet tirrigwarda l-pjazza tar-raħal.", "Jien naħseb li meta niġu biex nagħmlu xi ħaġa bis-serjeta' għandna nieħdu in konsiderazzjoni l-akwati kollha u mhux area partikolari.", "Kif ilha ssir insistenza għal snin sħaħ, Ħal Tarxien ukoll għandu jkollu pjazza diċenti.", "Eżattament quddiem il-parroċċa hemm triq li baqgħet ma nfetħitx kollha jew aħjar biċċa ma ġietx magħquda ma' oħra.", "Din it-triq, Triq il-Knisja, baqa' ħadd ma jaf jekk din hijiex se titkompla sal-Knisja tal-Parroċċa jew jekk il-pjazza hux se ssir jew le.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li jiġu sottomessi pjanti lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien biex nipprovaw inżommu l-karatteristika ta' din il-village core tagħna imma fl- istess ħin ma rridux inżommu l-iżvilupp tar-raħal meta l-wirt storiku veru fl-istess raħal qed jitmermer u jiġġarraf.", "Jien naħseb li tkun ħaġa utli li jsir referendum fost il-poplu ta' Ħal Tarxien ħalli naraw x'wieħed jaħseb dwar id-destin ta' Triq il-Knisja u l-pjazza tar-raħal.", "Sfortunatament għalkemm mid-distrett tagħna jiġi s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ambjent, dan ir-raħal huwa wieħed mill- irħula l-aktar maħmuġin li għandna.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares madwaru dan ikun jista' jarah.", "Per eżempju, Joanne Gardens huwa l-akbar ġnien li hemm f'Ħal Tarxien għax fih daqs ir-roundabout kbira li hemm fil-pjazza ta' Raħal Ġdid.", "F'dan il-ġnien il-ħaxix ħażin ħiereġ saħansitra mill-konkos ta' l-art.", "Meta darba kont staqsejt fil-Parlament jekk jistax ikun hemm ġardinar jew watchman li jkun hemmhekk kontinwament, kienu qaluli li dan il-ġnien huwa żgħir wisq.", "Dawn huma affarijiet bla sens, affarijiet li r- residenti ta' l-inħawi ma jistgħux jaċċettawhom.", "Barra minn hekk, f'dan il- ġnien hemm nuqqasijiet oħra bħal dawl baxx.", "Dawn l-affarijiet kollha jħajru lil dawk li għandhom il-vizzju tad-droga biex imorru hemmhekk.", "Jien li noqgħod hemmhekk nara żgħażagħ jiddrogaw ruħhom apertament hemmhekk.", "Rarissimu biex jsiru rondi mill-pulizija u meta ċċempel lill-pulizija, l- Bambin biss jaf x'ħin jaslu!", "Barra minn Joanne Gardens, nistgħu nibqgħu sejrin b'lista twila ta' nuqqasijiet li jeżistu fid-distrett kollu.", "Veru li ħdejn l-iskola primarja qed tinfetaħ area ġdida tar-raħal imma ma jistax ikun li t-tfal jibqgħu jgħaddu mill-għadajjar u mit-tajn wara li tagħmel ftit xita lanqas passaġġi temporanji sura ta' niex m'hemm.", "Issa li ġej is-sajf għandna nieħdu vantaġġ ħalli meta toqrob ix-xitwa t-tfal jsibu passaġġ xieraq minn fejn jgħaddu għall-iskola u t-toroq ta' l-inħawi jkunu ffurmati.", "Ħaġa oħra li ilna nilmentaw biha f'Ħal Tarxien hija li qatt ma kien hemm bus terminus.", "Ir-residenti ta' dan il-lokal dejjem jinqdew bit-trasport li jkun għaddej mil-lokal, li normalment ikun ġej min-naħa ta' Ħal Għaxaq jew min-naħa taż-Żejtun.", "Naturalment ir-residenti jirkbu fil-karozzi tal-linja jekk ikun hemm spazju.", "Dan il-fatt ilna nsemmuh imma kull darba jgħidulna li r-residenti huma moqdijin biżżejjed.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li f'Ħal Tarxien votanti hemm 'l fuq minn 5,000 ruħ u l-popolazzjoni hija ta' madwar 8,000 ruħ.", "Servizzi oħrajn bħal servizzi postali u berġa dejjem ninqdew b'Raħal Ġdid.", "Issa Raħal Ġdid huwa raħal kbir biżżejjed li s-servizzi soċjali tiegħu jaqdu lill-poplu ta' Raħal Ġdid u mhux jiġu burdened bin-nies ta' Ħal Tarxien ukoll.", "Jien naħseb li Ħal Tarxien għandu l-identita' tiegħu u għandu dritt daqs kwalunkwe lokal ieħor li jkollu l-amenitajiet neċessarji kollha li jmorru ma' villaġġ modern ta' żmenijietna.", "Hemm nuqqas tas-servizzi ġenerali madwar Ħal Tarxien kollu.", "Diġa' bdejna naraw l-assigurazzjonijiet fil-gazzetti li din is-sena mhux talli se jkollna ilma biżżejjed għal ġol-viti tagħna imma talli se jkollna bil-ħela.", "Din smajniha kemm-il darba imma issa donnhom qed jilqgħulha minn qabel li se nkunu mfawrin bl-ilma.", "Ħal Tarxien huwa wieħed mill-iktar postijiet fejn batejna s-sena l-oħra.", "Kien hemm inħawi fejn morna anke mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni f'Ħal Tarxien, għamilna protesti spontanji u ħarġu n-nies jiftħu l-viti biex juru li m'hu ħiereġ xejn minnhom.", "Imbagħad dejjem jiġi jgħidilna li l-problemi qegħdin taħt kontroll.", "Jien ir-risposta li nirċievi kontinwament mir-residenti hi li mhux talli għadhom f'sitwazzjoni ħażin ferm, imma talli marri għall-agħar.", "Issa hawnhekk qatt ma ngħatat spjegazzjoni.", "Meta niġu għall-fatti qatt ma kellna ħila niddiskutu mozzjoni li issa ilha li tressqet kontra s-Segretarju Parlamentari responsabbli f'dan il-Parlament u mbagħad tibqa' għaddejja.", "Jien nitlob li almenu din is-sena jkollna provvista adegwata għar-residenti ta' dawn l- inħawi.", "Finalment nixtieq nitkellem dwar it-Tarxien Rainbows.", "Dan huwa t-team tal-footbal tal-lokal u nafu li l-isport huwa mezz biex jgħaqqadna flimkien.", "Dawn ilhom ħafna jitolbu lill-Ministru u lill-awtoritajiet konċernati biex ikollhom amenitajiet aktar adegwati u premises ġodda għax kif konna qed ngħidu llum il-lokal kiber.", "Hemm nursery li huma lesti biex jirranġawh bl-għajnuna tal-Gvern u b'hekk ikunu jistgħu jagħmlu shifting tal-premises tagħhom għal hemmhekk.", "Pero' mbagħad dejjem jgħidulna li t- talba qegħda hemmhekk ma' l-oħrajn - issa drajniha t-tattika - u meta xi darba titla' forsi naqdukom.", "Din hija attitudni li daparti tiegħi, bħala deputat li nirrappreżenta lil dan id-distrett partikolarment Ħal Tarxien proprju fejn ngħix, ikolli ngħid li ma tistax tibqa' tiġi aċċetta mill- poplu ta' Ħal Tarxien.", "Naħseb li dawn l-ilmenti li semmejt m'għandhomx xi kulur partiġġjan imma hija xi ħaġa għar-residenti kollha tad-distrett, hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom.", "Naf li l-Kunsill Lokali qed jaħdem bis- sħiħ, f'ħafna każijiet qed jerfa' ruħu 'l fuq mill-politika partiġġjana, bħal fil-każ klassiku li semmejt tal-proġett ta' Ħal Tarxien, fejn sitta kontra wieħed - u għalhekk qed ngħid ukoll għall-membri tal-Partit Nazzjonalista - mhux qed jaqblu dwar kif isiru l-affarijiet.", "Jien nispera li dawn l-ilmenti ġeneralizzati tagħna ma jaqgħux fuq widnejn torox u nawgura li kull min għandu ftit piż jerfgħu u mhux jipprova jattakka lil xi Deputat talli jkun qed jagħmel dmiru u jfittex l- interessi tar-residenti tal-lokal tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Mejju, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĠWARDAMANGIA - QTUGĦ TAL-PROVVISTA TA' L-ILMA FIL-HOUSING ESTATE", "17854.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li ma jibqax jinqata' l-ilma regolari fl-akwati tal- Housing Estate, Ġwardamangia, limiti tal-Ħamrun?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bejn it-18 u s-26 ta' April, kif tħabbar fil-mezzi tax-xandir kollha kien hemm sensiela ta' waqfien fil-produzzjoni ta' l-impjanti tar-reverse osmosis ta' Pembroke u Tigne' minħabba xogħlijiet ta' manutenzjoni, ħsarat u prekawzjoni kontra periklu ta' tinġiż mill-baħar.", "Minħabba dan, il-provvista ta' l-ilma fl-akwati tal-Housing Estate, Gwardamanga u inħawi oħra kienet sospiża jew bi pressa baxxa.", "ĠWARDAMANGIA - MANUTENZJONI FIL-BLOCKS TAL-GVERN", "17855.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kif se naraw li jsir il-maintenance fl-\"common part areas\" fil-blocks tal- Gverm ta' Gwardamangia, Ħamrun?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qiegħed f'ħidma kontinwa biex jagħmel tiswijiet f'partijiet komuni ta' blokki ta' appartamenti tal-Gvern.", "Prijorita' tingħata l-aktar lil dawk il-ħsarat urġenti bħal bdil ta' soqfa, katusi u kanen ta' l-ilma.", "Talbiet jiġu reġistrati f'Database apposta u x-xogħlijiet isiru skond programm.", "GWARDAMANGIA - POSTIJIET FIL-HOUSING ESTATE", "17856.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Rigward il-postijiet t'isfel fil-Housing Estate li m'għandhomx btieħi (HE - Gwardamangia, limiti tal-Ħamrun), jista' l-Ministru jara li fil-partijiet vojta fuq wara jiġi konċess lill-inkwilini d-dritt li jkollhom bitħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-persuni konċernati huma mitluba li jagħmlu talba formali lid-Dipartiment ta' l-Artijiet ħalli din tiġi kkonsidrata.", "AWORITA' TAD-DJAR - LIFTS FIL-BLOCKS TAL-GVERN", "17857.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fil-blokkijiet tal-Gvern li ilhom mikrijin sa mis-snin 1970?", "X'inhi l-policy tal-Gvern dwar il-\"lifts\"?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandi ninforma lill-Onor.", "Membru li fil- bini ġdid li tela' mill-1986 'l hawn dawk l-appartamenti li ġew mibnija b' erba' jew ħames sulari ġie maħsub għalihom spazju u nbnew lift shafts biex eventwalment jiġu stallati l-lifts.", "Fil-fatt il-programm ta' stallar ta' dawn il-lifts jinsab fi stadju avanzat u jitlesta din is-sena.", "Sfortunatament qabel l-1986 bejn li saru diversi blokki tliet sulari biss għoljin u bejn li ma kienx hemm ħsieb li jsiru lifts tista' tgħid li f'ebda blokk ma hemm maħsub lift shaft.", "F'ħafna każijiet lanqas fejn tagħmilhom m'hemm waqt li fejn hemm l-ispazju jidħlu problemi oħra bħal ċaqlieq ta' servizzi ta' dawl u ilma biex dan jista' jsir.", "Għalhekk il-politika ta' dan il-Gvern f'dan il-qasam hu li jsiru lifts biss fejn kien maħsub għalihom, jiġifieri f'dawk il-blokki mibnija wara l- 1986.", "Eċċezzjoni saret biss fil-każ tal-binja ta' bejn Triq il-Mediterran u Triq San Kristofru, l-Belt fejn wara li nbena sular ieħor fuq il-blokk ta' seba' sulari, ġie deċiż li l-proġett ikun jinkludi l-istallar ta' għaxar lifts għall-benefiċċju mhux biss tar-residenti tal-flats li nbnew wara l- 1988 iżda anki ta' dawk li kienu joqogħdu fil-bini eżistenti.", "PIETA' - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ FI BLOCK B TAL-HOUSING ESTATE", "17858.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'passi ħa d-dipartiment biex jassigura li mmedjatament tieqaf ir-riħa tad- drenaġġ mill-akwata ta' Blokk B, tal-Housing Estate, Tal-Pieta'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - APPARAT GĦAL INTERVENTI KIRURĠIĊI", "17919.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tas-Saħħa beħsiebu joħroġ l-offerta (tender) għal apparat u tagħmir li hemm bżonn biex jerġgħu jibdew isiru interventi kirurġiċi ta' \"Laparoscopy\" jew Key hole Surgery fl- isptar San Luqa?", "Kemm huwa kkalkolat li jqum dan l-apparat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Diviżjoni tas-Saħħa diġa' ħadet il-passi meħtieġa u ħarġet sejħa għall-offerti li qed jiġu studjati.", "Dan l-apparat - 'Video Endoscopy Equipment' - hu stmat li jqum madwar Lm22,000.", "SPTARIJIET - ĊESARJI", "17920.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' ċesarji għal 1993 fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex u fid-Dipartiment tal-Maternita' fl-Isptar Karen Grech?", "X'kienet ir-rata fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "17921.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi fuq dawk il- konsulenti li kienu mpjegati mad-Dipartiment tas-Saħħa li kienu mpjegati fuq bażi ta' kuntratt ta' għaxar snin?", "Jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu dawn l-iżviluppi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - PNO'S", "17922.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm PNO's fid-Dipartiment tas- Saħħa u min huma li qed jagħmlu xogħol ta' teaching fl-Institute of Health Care fl-Universita'?", "Dan ix-xogħol jagħmluh fil-ħin tax-xogħol tagħhom fl- Isptarijiet?", "Jieħdu xi kumpens finanzjarju ta' dan ix-xogħol extra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm għaxar PNO's fid-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Billi l-'Institute of Health Care' jaqa' taħt il-Ministeru għall- Edukazzjoni u Riżorsi Umani, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi t- tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - PEST CONTROL UNIT", "17923.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom il-ħaddiema tal-Pest Control Unit, issa li dan ix-xogħol ingħata lill-kumpannija privata?", "Veru li wieħed mill-ħaddiema li normalment ix-xogħol tiegħu hu dak ta' mechanical fitter issa ġie trasferit għall-kamra mortwarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wieħed mill-ħaddiema tal-'Pest Control Unit' għadu jagħmel l-istess xogħol ġo l-Isptar Boffa u xi 'disinfection' li jkun hemm bżonn fl-Isptar San Luqa.", "Il-ħaddiem l-ieħor, li għalkemm huwa 'fitter', ilu ċċertifikat fuq 'light duties' għal ħafna snin, ġie trasferit biex jagħmel xogħol fil-Kamra Mortwarja, fuq talba tiegħu stess.", "SPTAR SAN LUQA - PROVVISTA TA' L-ILMA", "17924.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li minn informazzjoni li għandi jidher li fl-isptar San Luqa qiegħed ikun hemm nuqqas ta' ilma kemm kisaħ u kemm sħun li qiegħed ikun ta' nkonvenjent kbir għas-swali, jekk fl-affermattiv, jista' l- Ministru jara x'jista' jsir biex din il-problema tiġi rranġata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemm l-ebda nuqqas ta' ilma kiesaħ jew sħun fis- swali, kemm ta' l-Isptar San Luqa u Karen Grech.", "Mhux eskluż li tinqala' xi ħsara u f'dan il-każ in-nuqqas ikun wieħed temporanju.", "MTARFA - TANKIJIET TA' L-ILMA FIL-CLUSTER HOUSES", "17935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li residenti sidien ta' cluster houses fl- Imtarfa ma għandhomx spazju fejn ipoġġu t-tankijiet ta' l-ilma fuq il-bjut ta' djarhom?", "X'soluzzjoni tirrikmanda l-Awtorita' f'dawn iċ-ċirkostanzi li qed jiffaċċjaw dawn ir-residenti?", "Jikkonferma l-Ministru li r-residenti tal-cluster houses kellhom jidħlu fi spejjeż żejda ta' pompi sabiex iwasslu l-ilma fit-tankijiet tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fil-cluster block 'Binja Qlejgha' diga' hemm tankijiet ta' l-ilma ghall kull appartament.", "Dan kien inkluz mal-bejgh ta' l-appartamenti.", "F'dan il-blokk gie mahsub spazju fejn ir-residenti, f'kaz li jkun hemm pressa baxxa fis-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-ilma, jkunu jistghu jaghmlu tank bil-pompa biex jinqdew ahjar.", "Hu mahsub li s-sistema ta'distribuzzjoni ta' l-ilma fl-Imtarfa tigi mibdula f'wahda gdida.", "MTARFA - STAT TA' TRIQ LI ĠIET ŻVILUPPATA", "17936.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Għaliex mhux ir-residenti kollha ġew trattati l-istess fl-Imtarfa ċioe', għaliex ir-residenti ta' Block \"Q\" li ressqu l-ilment tagħhom minħabba l- istat ta' kif ġiet żviluppata t-triq ta' quddiem l-appartament tagħhom ġew injorati kompletament?", "Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' dawn il-familji u jinforma lill- Kamra kif se jiġi evitat l-inkonvenjent li żviluppa wara nuqqas ta' attenzjoni fl-ippjanar ta' dawn l-inħawi?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-periti responsabbli minn dan il-progett iltaqghu u semghu s-suggerimenti tar-residenti f'dan il-block.", "FORZI ARMATI - NUMRU TA' BUMBARDIERA", "17937.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Kemm huwa n- numru ta' bumbardiera fl-armata li ilhom fis-servizz sa minn żmien l-ex- servizzi Ingliżi f'Malta u kemm minnhom ġew promossi fi grad ieħor?", "Kemm huwa n-numru fost dawn il-bumbardiera li ma ngħatawx promozzjoni fl- armata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li għadd ta' individwi li kienu jservu fl-Ex-Servizzi Ingliżi f'Malta bħala Bumbardiera, li gew ingaġġati fl-istess rank ta' Bumbarier b'effett mill-1 ta' Ottubru, 1970 fil-Forzi Armati ta' Malta, u li għadhom fis-servizz, huwa 38.", "Minn dawn, 35 gew promossi fi grad ieħor, waqt li tlieta (3) għadhom bir- rank ta' Bumbardier.", "Ta' min jgħid li wieħed mill-aħħar tlieta msemmija kien fil-fatt ġie promoss iżda reġa' ġie mniżżel għal rank ta' Bumbardier wara proċess ta' Qorti Marzjali.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - PROGRAMM TA' SISTEMA KOMPUTERIZZATA", "17938.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'referenza għall-mistoqsija parlamen-tari numru 16647, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm tħallsu f'overtime il-ħaddiema/skrivani li qed jaħdmulu fuq il-programm tas-sistema tal-komputerizzazzjoni fil- Pitkalija Ċentrali?", "Jista' wkoll jinforma lill-Kamra kemm hija kkalkolata f'ċifra fi flus ta' l-għajnuna li estendiet l-MSU lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għal din is- sistema?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Is-sena l-ohra il-haddiema/skrivani li qed jahdmu fuq il- komputerizzazzjoni fil-Pitkalija thallsu b'kollox Lm10633.", "L- overtime din is-sena sa l-ahhar ta' Gunju mistenni jilhaq Lm7500.", "Dwar l-MSU l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jaghmel id-Domanda tieghu lill-Ministru koncernat.", "RABAT/MTARFA - TRASPORT PUBBLIKU", "17939.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jikkonsidra l-Ministru li jintervjeni sabiex jerġa' jkun hemm is-servizz tal-karozza tal-linja bejn ir-Rabat u l- Imtarfa għall-ħinijiet tas-1.00 p.m. peress li bejn l-12.00 a.m. u 2.00 p.m. ma jkun hemm ebda aċċess f'dawn l-inħawi li kulma jmur qed jiżdiedu r- residenti ġodda?", "Jaħseb li wasal iż-żmien biex ikun hemm karozza diretta darba kuljum mill- Imtarfa għall-Belt?", "X'inhija eżatt ir-rotta tal-karozza 84?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-vjaġġ fis-12.45 p.m. mir- Rabat u dak tas-1.00 p.m. mill-Imtarfa diġa' kien isir bejn l-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru.", "Dan issa kien estiż għas-sena kollha.", "Ir-Rotta tal-karrozza 84 topera bejn il-venda tar-Rabat u l-Imtarfa (l- aħħar stage viċin Ħaż Żmien).", "Peress li n-numru ta' passiġġieri li jużaw dan is-servizz hu wieħed baxx, għadha ma nħassitx il-ħtieġa li jkun hemm servizz dirett bejn l-Imtarfa u l- Belt.", "MTARFA - DIFETTI FIL-GARAXXIJIET", "17940.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Għaliex l-Awtorita' tad-Djar meta taf b'xi difetti li għandhom xi wħud mill-garaxxijiet il-ġodda li nbnew fl-Imtarfa qed timponi biex ir-residenti jixtru tale quale u bid-difetti li għandhom dawn il-garaxxijiet?", "Jikkonferma li wħud minn dawn il-garaxxijiet huma umdużi u jirċievu fihom ħafna ilma tax-xita?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ghalkemm dahal xi ilma f'xi garage, dan l-ilma dahal minhabba li \"gutter\" ta' l-ilma kien mimli trab.", "Ittiehdet l-azzjoni mehtiega biex dan il-\"gutter\" jitnaddaf.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - WHITE ROCKS COMPLEX", "17984.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-White Rocks Complex?", "Kemm hemm minnhom:-", "1) full-time; 2) part-time; u 3) każwali?", "F'kull każ meta bdew jaħdmu dawn l-impjegati?", "F'liema kategorija qed jaħdmu?", "X'se jiġri mill-ħaddiema ta' dan il-kumpless turistiku meta jieħdu sid ġdid?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Fil-White Rocks Holiday Complex b'kollox hemm 50 impjegat li huma mqassma hekk:", "|Full-time |34 | |Part-time/Kazwali|16 |", "Il-lista ta' full-timers tinkludi Administration Manager, Group D u Labourers/Charwomen.", "Dawn gew impjegati bejn 1986 u 1989 u 1993.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, d-decizjoni tittieħed meta jasal il- waqt.", "Pero' nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-Gvern dejjem għamel kull ma seta biex jissalvagwardja l-impiegi.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - IRMIĠĠ TAD-DGĦAJJES", "17985.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: L-Avviż Legali Nru. 20 tas-17 ta' Awissu, 1993 dwar id-dgħajjes u l-irmiġġ tagħhom f'San Pawl il-Baħar kemm qed jiġi obdut?", "X'passi qed jittieħdu biex jara li jiġi obdut?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Avviż Legali Nru. 20 tas-17 ta' Awissu, 1993 għadu fis-seħħ u l-Awtorita' Marittima qiegħda f'kuntatti kontinwi mal- Pulizija biex dawn jieħdu passi kontra min jikser dan l-Avviż.", "Jiena nformat li diġa' kien hemm każi fejn xi nies tressqu l-Qorti.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - IRMIĠĠ TAD-DGĦAJJES", "17986.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'passi ħadet s'issa l-Pulizija biex tara li jitħares l- Avviż Legali Nru. 20 tas-17 ta' Awissu, 1993 dwar l-irmiġġ tad-dgħajjes f'San Pawl il-Baħar?", "Kemm-il darba nkiser dan l-avviż legali u x'għamlet il-pulizija dwar dan il-ksur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li matul l-1993, seba' persuni tressqu l-Qorti filwaqt li erba' oħra se jiġu akkużati fi żmien qasir.", "ISLA - BLOCK A NO.", "5 FI TRIQ IT-TARZNA,BALAVOSTRI", "17993.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistgħu jissewwew il-balavostri perikolużi li hemm fid-dar tal-Gvern Block A No. 5, Triq it-Tarzna, l-Isla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "MELLIEĦA - TOROQ ĠODDA", "18048.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' jekk jogħġbok tagħtini lista tat-toroq ġodda li saru fil-Mellieħa u fil-limiti tagħha bejn Mejju 1987 u Mejju 1994?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minħabba li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAJN TUFFIEĦA - KIOSKS", "18049.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'permessi jeżistu u f'isem min għal kiosks, stabbilimenti ta' catering u beach concessions biex joperaw fil-bajjiet tal- Golden Sands u taħt ir-Riviera martinique f'Għajn Tuffieħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FGURA - BDIL TA' TABELLA BL-ISEM TA' TRIQ NIGEM", "18089.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tinbidel it-tabella fejn jidher l-isem tat-Triq Nigem, il-Fgura, għax toħloq diffikultajiet għal min ma jafx fejn tiġi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tajt istruzzjonijiet biex it-tabella bl- isem tat-Triq Nigem, tinbidel kemm jista' jkun malajr.", "FGURA - BANKINA FI TRIQ NIGEM", "18090.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Hu possibbli li ssir bankina fi Triq Nigem, il-Fgura, minħabba li f'naħa minnhom m'hemmx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar is-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant.", "BENGĦAJSA - TFIGĦ TA' FAĦAM U SKART", "18101.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kif baqgħet il-kwestjoni li qamet fuq il-faħam mormi f'Bengħajsa?", "Jista' l-Ministru jikkonferma dak li qal il-Prim Ministru waqt taħdida li kellu mas-sindki tas-Sud fuq it-Television li sa l-aħħar tas-sena l-boilers li jaħdmu bil-faħam se jibdew jaħdmu biż-żejt?", "Jista' jikkonferma li allura minn Jannar tas-sena d-dieħla mhux se jibqa' jintefa' trab tal-faħam f'Bengħajsa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Wara diskussjonijiet ġie miftiehem li l- Korporazzjoni Enemalta titfa' l-irmied tal-faħam f'Bengħisa wara li tieħu ħsieb li jinbena retaining wall u li jitbixx l-irmied bl-ilma.", "Rigward it-tieni parti nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16413 (Seduta 240).", "BENGĦAJSA - TFIGĦ TA' FAĦAM U SKART", "18102.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jordna li l-muntanja ta' trab tal-faħam li nġabret f'Bengħajsa tixxarrab regolarment fis-sajf biex dan it-trab ma jtirx u jkompli jagħmel ħsara lir-residenti ta' Birzebbugia?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-barriera f'Bengħisa se tiġi maniġġata aħjar mill-Enemalta, sakemm din tingħalaq definittivament meta jieqaf l-użu tal-faħam fil-Power Station tal-Marsa.", "Dan jinkludi kemm kontrolli ġodda biex jillimitaw l-aċċess għal dan il-post għal min mhux awtorizzat kif ukoll il-bexx regolari ta' l-irmied biex ma jtirx ma' l-arja.", "BENGĦAJSA - XOGĦOL TA' RESTAWR", "18103.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsir pjan mil-lum biex meta kif inhu mistenni t-trab tal- faħam ma jibqax jintefa' f'Bengħajsa, din l-area li tant kienet sabiħa u pittoreska, titwitta b'mod imtarraġ, jintefa' terrapien fuqha u mbagħad ħamrija biex jitħawwlu siġar ħalli dik il-kruha kbira maħluqa mill-barriera tat-trab tal-faħam tispiċċa darba għal dejjem?", "Jista' jwiegħed li d- Dipartiment għall-Ambjent jimpenja ruħu biex ilesti pjan ħalli malli jieqaf ir-rimi tat-trab tal-faħam jibda x-xogħol ta' restawr u rranġar f'din l- area?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment għall-ħarsien ta' l- Ambjent diġa' beda diskussjonijiet ma' l-Korporazzjoni Enemalta biex jitħejja pjan għar-riabilitazzjoni tal-barriera f'Bengħisa fejn bħalissa qed jintrema' l-irmied tal-faħam mill-Power Station.", "BIRZEBBUGIA - IMPJANT TAL-CONCRETE", "18104.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Wara diversi interpellanzi minn għandi u mingħand l-Onor.", "Salvu Sant dwar l- impjant tal-concrete li qed jaħdem bla permess fl-area storika u pittoreska ta' Għar Dalam, f'Birzebbugia, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu biex dan l-impjant jieqaf?", "X'qed jistenna li l-Kunsill ta' Birzebbugia jorganizza xi protesta oħra kontra dan l-impjant illegali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li passi legali u ordni ta' injunzjoni nħarġu fil-31 ta' Lulju, 1987.", "L-akkużat deher il-Qorti u l-Qorti ħatret perit legali fil-31 ta' Lulju, 1987.", "L-aħħar seduta tal-Qorti saret fil-15 ta' Marzu, 1994 u s-seduta li jmiss se ssir fid-9 ta' Ġunju, 1994.", "Għandi ngħid ukoll li issa nħarġet Stop u Enforcement Notice mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex dan l-impjant jieqaf u jitneħħa.", "FGURA - LATRINA FI ĠNIEN REGGIE MILLER", "18163.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tinbena latrina fil-Ġnien Reggie Miller, il-Fgura li jinstab viċin il-Knisja parrokkjali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika sal- lum m'għandu ebda proġett għall-bini ta' Latrina fil-Fgura.", "Biss din it- talba tista' tkun ikkonsidrata.", "FGURA - ĦOFOR FI TRIQ IL-KULVERT", "18164.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li ż-żewġ ħofor li hemm fi Triq il-Kulvert, il-Fgura, jimtlew għax qed joħolqu nkonvenjenza kbira?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li x-xogħol imsemmi se jsir mid-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi żmien qasir.", "FGURA - MANUTENZJONI TA' TRIQ RUZZELL", "18165.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jordna li Triq Ruzzell, il-Fgura, tiġi livellata u asfaltata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor Membru ġiet innotata.", "Tlabt lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet tara x'jista' jsir.", "FGURA - MANUTENZJONI TA' TRIQ ĠDIDA FI TRIQ IS-SUR", "18166.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li Triq Ġdida fi Triq is-Sur, il-Fgura (li tiġi wara l-Knisja parrokkjali) għadha fi stat verġni u għalhekk imħarbta, jista' l-Ministru jordna li tiġi livellata u asfaltata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet innotata.", "Tlabt lid-diviżjoni tax-Xogħlijiet tara x'jista' jsir.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - GRAZIELLA BUTTIGIEG", "18185.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta se tiġi re-instated Graziella Buttigieg li kienet taħdem bħala Health Nursing Assistant u llum tinsab paralizzata mill-qadd l-isfel wara li ħadet virus?", "Ma jidhirlux l-Ministru li meta l-Gvern stess għandu liġi li jobbliga lill-industrija privata biex jsib xogħol għal nies bi bżonnijiet speċjali, id-Dipartiment tas-Saħħa għandu jagħti eżempju u jsib impieg addattat għal din it-tfajla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-persuna msemmija fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant bdiet kors ta' 'Health Assistant' f'Novembru 1989 u ħarġet b''sick leave' fit-tul mill-5 ta' Jannar, 1991.", "Hi ma komplitx il- kors, li mbagħad ġie terminat b'effet mill-20 ta' Mejju, 1992.", "Għalhekk dan mhux il-każ ta' 're-instatment' ta' mpieg bħala 'Health Assistant'.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - GRAZIELLA BUTTIGIEG", "18186.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħmel rappreżentazzjonijiet mal- Ministeru tas-Saħħa biex Graziella Buttigieg li llum tinsab paralizzata mill-qadd l-isfel, tiġi re-instated mad-Dipartiment f'xogħol addattat għaliha?", "Meta l-Ministeru tiegħek jinsisti mas-settur privat biex jipprovdi xogħol għal nies bi bżonnijiet speċjali, jista' l-Ministru jara li l-Gvern jagħti eżempju?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li s-Sinjorina Graziella Buttigieg talbet biex tirreġistra bħala persuna b'diżabilita' f'Jannar ta' l-1993 u bdiet effettivament tirreġistra fl-1 ta' April ta' l-istess sena għal xogħol bħala Data Entry Operator jew ieħor simili.", "Ir-\"reinstatement\" tagħha mal-Gvern mhux fil-kompetenza ta' dan il-Ministeru.", "Il-Gvern diġa' għandu impjegati miegħu aktar nies b'diżabilita' mill- kwota li l-liġi tippreskrivi għall-privat u għalhekk jidhirli li f'dan ir- rigward, il-Gvern diġa' qed jagħti eżempju tajjeb.", "NTOM - TIFSILA ĠDIDA", "18201.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar it-tifsila ġdida u aktar mifruxa tar-rwol ta' l-NTOM u r-rabta aktar ko-ordinata bejn l-NTOM u d- Dipartiment tat-Turiżmu li l-Ministru Refalo irrefera għalihom dan l-aħħar?", "Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li saret referenza għalih fil-Press Conference riċenti dwar Turiżmu li kellu fih ir- rakkommandazzjonijiet li fuqhom suppost li se tiġi imsejħa il-politika futura ta' din l-industrija?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Hu normali li organizzazzjonijiet hajja u attivi bhal ma huma l-industrija tat-turizmu u l-NTOM jiggeddu minn zmien għal iehor.", "Biex ikun hemm iktar koordinazzjoni bejn dawn l- organizzazzjonijiet u dipartimenti oħra fil-ħajja ekonomika Maltija, biex johrog prodott aħjar u biex ikun hemm aktar \"enforcement\" tal-ligijiet, qiegħda ssir revizjoni tad-doveri ta' dawn l-organizzazzjonijiet.", "Meta wiehed jasal biex johrog dokument aktar specifiku, dan jigi pprezentat lill- Kamra.", "Xi rapporti li għalihom saret referenza, għadhom fi stadju preliminarji.", "TA' L-IBRAĠĠ - VICTORIA GARDENS", "18229.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi l-completion date ta' l-għoti tad-tender għad-drenaġġ f'Vivtoria gardens ta' l-Ibraġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-completion period tal-kuntratt mogħti għad-drenaġġ ta' Victoria Gardens huwa 170 ġurnata mill-ordni biex jinbeda x-xogħol.", "Dan ingħata fit-13 ta' Mejju, 1994, għaldaqstant il-completion date hija d-29 ta' Ottubru, 1994.", "SERVIZZ ĊIVILI - RIFORMA", "18230.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Meta se jiġi ffirmat il-ftehim tal-ħaddiema industrijali u tekniċi bħala parti mir- riforma taċ-Ċivil?", "Kemm hemm nies involuti?", "L-arrettrati se jkun back- dated mill-1991?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif weġibt riċentement b'risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 17978, id-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal- gradi tekniċi u industrijali waslu fl-aħħar stadji u huwa mistenni li jiġi ffirmat ftehim fil-futur qarib.", "Dan il-ftehim se jkopri 12,315 impjegat industrijali u 1,150 impjegat fil- gradi tekniċi.", "Bħal fil-każi l-oħrajn kollha tar-riforma, l-istruttura l-ġdida hija b'effett mill-1 ta' Jannar, 1991 u allura l-arretrati jitħallsu minn dak inhar.", "XTUT - STUDJU DWAR IX-XTUT", "18231.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar mis- Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu flimkien mal-Moviment għall-Ambjent dwar ix-xtut?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Fis-sajf tas-sena l-oħra sar studju bejn is- Segretarjat għat-Turizmu u l-Moviment għall-Ambjent fejn giet migbura informazzjoni dwar ix-xtut principali u suggerimenti għat-titjieb.", "F'parti oħra ta' dan l-istudju, Maltin, kif ukoll barranin, intalbu jagħtu l- fehmiet taghhom dwar il-livelli milhuqa.", "Ir-rapport dwar dan l-istudju għadu qed jigi finalizzat.", "KORSA TAL-GOLF", "18232.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Min qed jagħmel l-istudju tas-Segretarjat għat-Turiżmu dwar il- possibilita' ta' bini ta' korsa tal-golf?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-istudju preliminari dwar il-possibbilita' li tinbena korsa ta' golf li d-Dipartiment tat-Turizmu qed jagħmel flimkien ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed isir minn ditta ta' \"consultants\" wara li saret sejha għall-applikazzjonijiet.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - STATEMENT TAS-SUR V. BORG", "18233.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: X'inhi r- raġuni li V. Borg ta' 14, Pjazza H. Scicluna, Gżira ilu mas-sitta/seba' snin ma jirċievi statement ta' l-Income Tax dovut minnu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Kaz tas-Sur V Borg li qed issir referenza ghalih fil-mistoqsija parlamentari, nhadem sas-sena ta' stima 1992 izda l- kontijiet relattivi ma setghux jinghargu s'issa minhabba diffikulta teknika.", "Huwa ttamat li dan l-intopp jigi solvut fi zmien qasir u b'hekk il-kontijiet ikunu jistghu jinhargu."]} {"filename": "19971212_166d_par.doc", "date": "1997-12-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 166 Il-Ġimgħa, 12 ta' Diċembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 166", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Diċembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "166", "Il-Ġimgħa, 12 ta' Diċembru, 1997", "WERREJ MINUTI 268", "KOMUNIKAZZJONI TA' MADAM SPEAKER 268", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 268", "TQEGĦID TA' KARTI 274", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-CONDOMINIA CONDOMINIUM BILL (IT-TIELET QARI) 275 ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIRREGOLA T-TELEKOMUNIKAZZJONI TELECOMMUNICATIONS (REGULATION) BILL (IT-TIENI QARI) 276", "AĠĠORNAMENT 300", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 306", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 323", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru.165 li saret fl-10 ta' Diċembru, 1997 ġew konfermati.", "KOMUNIKAZZJONI TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Onor.", "Membri li rċevejt ir-rapport ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 1996, liema rapport se nqiegħdu issa fuq il-Mejda tal-Kamra skond Artiklu 7 ta' l-Ewwel Skeda ta' l-Att Nru. XVI ta' l-1997:", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "RABAT - PERMESS GĦALL-BINI", "9674.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari Nru 7911 u t- tweġiba relattiva, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-istudju tal-possibbilta' li jkun hemm rilaxx mill-akkwist tal-proprjeta'?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Id- dipartiment ta' l-artijiet qed jikkonsulta mad-dipartiment tax-xogħlijiet biex jara għandhomx jitkomplew il-proċeduri ta' l-akkwist.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, meta għamilt il-mistoqsija parlamentari Nru 7911, kont ingħatajt ir-risposta li wara li ġie rtirat il-permess tal- bini lil din il-persuna li kienet qed tibni r-Rabat, wara li kważi lestiet ix-xogħlijiet kollha, kienet se tiġi kkonsidrata l-possibbilta' li jew il- gvern jakkwista dik l-art, jew inkella jerġa' jagħti lura l-permess tal- bini lill-persuna konċernata.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk hijiex se tittieħed deċiżjoni għaliex fir-risposta li għadni kemm ingħatajt issemma biss l-akkwist tal-proprjeta' mill-gvern mentri qabel issemmew żewġ alternattivi.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-fatt ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7911 kienet tgħid li d-dipartiment ta' l-artijiet kien beda jaħdem ħalli jistabilixxi l-provenjenza tal-proprjeta' in kwestjoni, biex tkun tista' tinbeda l-proċedura għall-ħlas tal-kumpens.", "Barra minn hekk, kienet qed tiġi ukoll studjata l-possibbilta' li jkun hemm rilaxx mill-akkwist tal- proprjeta'.", "Fil-fatt minn informazzjoni li għandi jidher li għad hemm xi korrispondenza għaddejja dwar il-post indikat li kien mixtri fl-1988 u allura m'iniex f'pożizzjoni li nirrispondi għal dak li tlabtni int. Pero' jien se ngħaddi din l-informazzjoni lill-Ministru konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' għallinqas il-Ministru jimpenja ruħu li tittieħed deċiżjoni dwar dan il-każ, peress li l-kwestjoni ilha għaddejja ħafna snin?", "Milli jidher dan il-permess tal-bini nħareġ bi żball u meta ġie rtirat din il-persuna kienet diġa' laħqet bniet.", "Għalhekk jidhirli li din il-persuna jew għandha titħallas ta' l-ispejjeż li laħqet għamlet jew inkella tingħata l-permess.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mill-korrispondenza li hawn jidher li l-permess kien inħareġ fl-1988 u li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet.", "Pero' jien se ngħaddi l-informazzjoni li qed jagħtini l-Onor.", "Borg lill-ministru konċernat.", "LUKANDI ĠODDA - PROĠETTI", "10219.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Angelo Refalo) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Peress li bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi Nru 10125, il-Ministru tat-Turiżmu stieden lis-sottofirmat biex jagħmel l- istess mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru, jista' għalhekk il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma l-proġetti għal lukandi ġodda li hemm pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Meta saret l-applikazzjoni f'kull każ?", "Minn min?", "F'liema kategorija?", "F'liema lokalita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Il-proġetti ta' lukandi ġodda li hemm pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma dawn:-", "i) Proġett ta' lukanda ġdida f'Marsascala - l-applikazzjoni saret fis-27 ta' Diċembru, 1995 mis-Sur A. Cutajar għal żvilupp ta' lukanda 4-Star ;", "ii) Sans Souci Hotel - l-applikazzjoni saret fl-4 ta' Mejju 1995 mis-Sur P. Galea għal żvilupp ta' lukanda 4-Star f'Marsaxlokk;", "iii) Ferries Hotel - l-applikazzjoni saret fit-2 ta' Ġunju, 1994 mis-Sur G. Fenech għal żvilupp 4-Star f'Tas-Sliema;", "iv) Proġett ta' lukanda ġdida f'High Street, Tas-Sliema (ex-Alexandra Gardens) - l-applikazzjoni daħlet fis-27 ta' Ottubru 1997 mis-Sur A. Xuereb;", "v) Regina Hotel - l-applikazzjoni saret fis-6 ta' April 1994 mis-Sur A. Fenech għal żvilupp ta' lukanda 4-Star f'Tas-Sliema.", "PA - DĦUL MINN ĦLASIJIET", "10323.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari Nru 10,023 għar-rigward tad-dħul għall-ħlasijiet ta' DPF u ISC għall-applikazzjonijiet ġodda f'Ottubru, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għax-xahar t'Ottubru, 1997 l-Awtortita' ta' l- Ippjanar irċeviet Lm105,835 f'development permit fees u Lm159,016 f'infrastructure contributions.", "PBS - FTEHIM KOLLETTIV", "10278.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv bejn il-PBS u l-GWU, peress illi dan suppost daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena?", "B'mod speċifiku, jista' jgħid għaliex id-diskussjonijiet twalu daqshekk?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): L-Onor.", "Membru għandu japprezza l-fatt li bejn Settembru u Diċembru 1996 ma kien sar l-ebda tentattiv biex jibdew id-diskussjonijiet dwar dan il-ftehim.", "Dan ġara minħabba l-elezzjonijiet ġenerali u l-bdil fil-bord tad-diretturi.", "Dawn iċ-ċirkostanzi tefgħu lura l-bidu tan-negozjati.", "Fil-fatt in- negozjati uffiċjali bdew fil-11 ta' Ġunju, 1997.", "Bħalissa n-negozjati bejn PBS Ltd u l-GWU fuq il-ftehim kollettiv ġdid jinsabu fi stadju avvanżat.", "PBS - KONTRIBUTURI", "10279.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi Nru 9167, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li huma meqjusa bħala kontributuri mal-PBS, kif ukoll il-qasam li fih jikkontribwixxu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Il-lista ta' kontributuri mal- PBS hija magħmula minn dawk il-persuni li joffru s-servizzi tagħhom għall-programmi kemm tar-radju kif ukoll tat-televiżjoni.", "Dawn is-servizzi jinkludu qari, preżentazzjoni, produzzjoni, kitba, ideazzjoni, opinjoni professjonali u oħrajn.", "Naturalment, kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 9167, fl-ambjent pluralistiku tal-qasam tax-xandir f'pajjiżna żgur li mhux fl-interess ta' kumpannija bħall-PBS li tagħti listi ta' ismijiet li jistgħu jkunu ta' utilita' għall-kompetituri tagħha.", "PBS - KAMRA TA' L-AĦBARIJIET", "10280.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi Nru 9168, fejn il-Prim Ministru nforma lill-Kamra li fin-newsroom tal-PBS mill-1 ta' Novembru 1996 ma sar l-ebda tibdil, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li persuni li qabel kienu responsabbli mit-taqsima sport, illum qed jagħmlu xogħol ieħor?", "Jista' jikkonferma li wieħed mid-desk officers ingħata xogħol speċifiku fir-radju li m'għandux x'jaqsam mal-kariga tiegħu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Dwar iż-żewġ senior reporters li qabel kienu esklussivament jaħdmu fuq l-isport - li jagħmel parti miċ- ċentru ta' l-aħbarijiet - nikkonferma li dawn issa qed jaħdmu wkoll flimkien mal-membri l-oħra ta' l-aħbarijiet, waqt li jieħdu ħsieb wkoll il- kordinazzjoni ta' l-isport.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nista' ngħid li d-desk officer in kwestjoni qed jagħmel xogħol ċertament kompatibbli mal-grad tiegħu, kemm għar-radju, kif ukoll għaċ-ċentru ta' l-aħbarijiet.", "PBS - REPORTERS", "10281.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki huma rikjesti mill-PBS biex persuna tkun tista' tiġi mpjegata bħala reporter?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): M'hemm l-ebda ħsieb li fil- futur qarib tiġi mpjegata xi persuna bħala reporter mal-PBS.", "Meta, u jekk jinqala' l-każ, ir-rekwiżiti ta' dan il-grad jiġu deċiżi skond artiklu 20A tal-ftehim kollettiv.", "PBS - CHANNEL 12", "10282.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jiġri dwar Channel 12?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab mgħarraf li l- Awtorita tax-Xandir daħlet f'arranġamenti mal-Melita Cable TV Plc. biex din tkompli l-operat ta' Channel 12.", "L-awtorita' informatni wkoll li skond l-arranġamenti li saru, l-impjegati ta' Channel 12 se jibqgħu jaħdmu ma' l-istazzjon iżda mħallsa mill-kumpannija u li l-ftehim jinkludi arranġamenti finanzjarji li huma ta' vantaġġ għas-settur tax-xandir u li bihom, fl-1998 biss, se jiġu ffrankati mat-Lm350,000.", "PBS - SPIŻA", "10283.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kienet l-ispiża tal-PBS għal pagi, overtime u allowances mill-1992 sal-lum?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra tabella li turi l-ispiża tal-Public Broadcasting Services Ltd fuq salarji, allowances u overtime bejn Awissu 1992 u Diċembru 1997.", "Il- figuri mogħtija jibdew minn Awissu 1992, jiġifieri minn mindu bdiet topera il-Public Broadcasting Services Ltd.", "Sa l-1995 il-PBS Ltd kienet tagħmel użu mis-sistema komputeriżżata tas-Swatar u għalhekk m'hijiex f'pożizzjoni li tagħmel l-eżerċizzju b'mod prattiku biex tiddistingwi s-salarji mill-allowances għall-perijodu indikat.", "NTOM - KAMPANJA TA' PUBBLIĊITA'", "10369.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'differenzi kien hemm fil-kampanja ta' pubbliċita' ta' l-NTOM matul l-1997 meta mqabbla mas-snin preċedenti?", "X'kienet id-differenza fin-nefqa ta' din il-kampanja f'dan il-perijodu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Il-kampanja publiċitarja ta' l-NTOM tvarja minn sena għall-oħra skond l-għanijiet stabiliti.", "L-aktar għanijiet importanti għall-1997 kienu li nissodaw is-suq Ingliż, fejn kien hemm telf sostanzjali, kif ukoll li jitkabbru s-swieq kontinentali partikolarment dawk tal-Ġermanja u l-Italja.", "Fl-istess waqt kellha tingħata attenzjoni lill swieq ġodda li kienu qed jikbru, bħal dak Russu, ta' l-Ewropa tal-Lvant, l-Iskandinavja u l-Amerka.", "Il-pjan ta' pubbliċita' kien jirrifletti dawn l-iskopijiet u kien jinkludi fost affarijiet oħra, aktar promozzjoni fis-suq tal-konferenzi.", "It-tieni parti tal-mistoqsija hija waħda ta' natura kummerċjali, u għalhekk mhux opportun li tingħata minħabba termini kompetittivi fis-swieq turistiċi.", "IMPJIEGI - REDUNDANCIES", "10370.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm kien in-numru ta' persuni li tilfu x-xogħol fil-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' Novembru, 1997 mil-lokalitajiet kollha tas-seba', tmien, ħdax u tnax-il distrett elettorali?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): In-numru ta' redundancies jew persuni li tilfu x-xogħol fil-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' Novembru, 1997 mil-lokalitajiet kollha tas-seba', tmien, ħdax u tnax-il distrett elettorali hu kif ġej:", "|Is-Seba' Distrett| | |Zebbug | 61 | |Siggiewi | 37 | |Attard | 27 | |Dingli | 13 | |Qrendi | 12 | |Total |150 |", "|It-Tmien | | |Distrett | | |Balzan | 14 | |Birkirkara |128 | |Lija | 4 | |Total |146 |", "|Il-Hdax | | |il-Distrett | | |Għargħur | 9 | |Iklin | 10 | |Mosta |103 | |Naxxar | 47 | |Total |169 |", "|It-Tnax | | |il-Distrett | | |Mdina |- | |Mellieħa |13 | |Manikata |- | |Mgarr | 5 | |Rabat | 92 | |Baħrija | 2 | |Tal-Virtu' |- | |San Pawl il-Baħar | 30 | |Burmarrad |- | |Total |142 | | | | |TOTAL |607 |", "KUNSILLI LOKALI - COLD ASPHALT", "10371.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta ħarġet l- aħħar tender għal provvista ta' cold asphalt għad-diversi ħteġijiet tal- kunsilli lokali?", "Meta hu mistenni li terġa' toħroġ tender oħra?", "Għal kemm ammont/żmien mistennija li tkun din il-provvista ta' asphalt?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - COLD ASPHALT", "10372.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-kunsilli lokali ma jkollhomx għalfejn jixtru l-cold asphalt huma meta dawn ikunu jridu jagħmlu patching fit-toroq tal-lokal tagħhom?", "Kif qed jiġri li dan il-cold asphalt irid jinxtara wkoll meta l-kuntratt qiegħed ma' dipartimenti tal-gvern?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Jien informat li l-ħtieġa ta' xi kunsilli lokali li jixtru l-cold asphalt biex jagħmlu xogħlijiet urġenti ta' patching fit-toroq hija waħda temporanja sakemm toħroġ it-tender biex id-dipartiment responsabbli jkun jista' jixtri il-cold asphalt hu stess fuq bażi ta' period contract u mhux kif kien isir sal-lum, jigifieri fuq bażi ta' tliet xhur biss, arranġament li ħoloq il-problema li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Membru.", "Il-kunsilli lokali qed jixtru l-cold asphalt bl-istess prezz li jixtrih il-gvern u għal din ir-raġuni d-dipartiment responsabbli għall-patching bħala kuntrattur tal-kunsilli qed jiċċarġjahom biss l-ispiża tal-labour.", "Din is-sitwazzjoni għandha tiġi riżoluta immedjatament wara li tingħata it- tender.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, xtaqt nistaqsi x'qed jagħmel il- ministeru tal-ġustizzja u kunsilli lokali biex din id-diffikulta', li ilha għaddejja numru ta' xhur, ma tipperpetwax ruħha.", "Xtaqt nistaqsi wkoll għaliex il-kunsilli lokali qed jiġu mġiegħla jħallsu tax-xogħol u tal- materjal, anke jekk xi darba se jieħdu flushom lura għal dak li huwa materjal.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, l-indikazzjoni hija li l-kunsilli lokali ma jħallsux tax-xogħol.", "Pero' nieħu nota ta' dak li qed jgħid l- Onor. Interpellant u ngħaddiha lill-ministru konċernat ħalli jittieħdu passi mill-iktar fis possibbli.", "PIETA' - CRASH BARRIERS", "10373.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitwaħħlu Cat's- eyes mal-crash barriers li hemm fis-central strip f'Tal- Pieta'.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nixtieq nagħmel domanda li forsi m'hijiex marbuta direttament mad-domanda oriġinali.", "Il-lights li hemm ħdejn il-każin tal-Labour ta' l-Imsida, li jikkontrollaw it-traffiku li jkun nieżel minn Regional Road, tant jaqilbu malajr li prattikament qegħdin itellfu u mhux jgħinu t-traffic flow.", "Jista' l-Ministru jara li l- affarijiet jitranġaw?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex wara l-ħin tal- mistoqsijiet jgħaddili l-informazzjoni eżatta ħalli jien stess nara li din il-problema tiġi solvuta.", "LIFE SAVING - TAĦRIĠ", "10406.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet għal taħriġ ta' life saving ta' livell internazzjonali?", "Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Intepellant jispeċifika ż-żmien li għalih qed jitlob dan it-tagħrif.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jien ħsibt li d-domanda hija ċara għaliex il-Prim Ministru kien irrispondieni li l-kors ta' taħriġ ta' life- saving fuq livell internazzjonali se jsir għall-ewwel darba.", "Peress li qatt ma kien sar qabel assumejt li japplika għal din is-sena.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien intiż ħafna f'din il-ħaġa u nista' ngħidlek li saru diversi korsijiet.", "Għalhekk ridna nkunu nafu l-perijodu eżatt biex inkunu nistgħu nagħtu d-dettalji eżatti.", "GĦAQDIET VOLONTARJI - LIFEGUARDS", "10407.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jingħataw dettalji dwar kif tqassmu l-Lm1,986 lill-għaqdiet volontarji, imsemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 10213?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li s-somma ta' Lm1,986 ma tħallsitx direttament lil għaqdiet volontarji, iżda kienet ħlas ta' spejjeż ta' ikel u xorb li l-membri ta' dawn l-għaqdiet għamlu waqt il-ġranet li fihom taw is-servizz ta' lifeguards.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Breakdown tan-nefqa taħt il-Vot Kapitali tal-Pulizija sat-12 ta' Novembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10409;", "Tabella li turi l-akkużi ta' membri fil-Korp tal-Pulizija li għaddejjin proċeduri quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10410; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-każ Nru. 66 - Rapport Nru. 106.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-infiq mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' bejn Jannar u Novembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10482; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni jaħdmu bi qliegħ bejn Diċembru 1983 u Settembru 1997, kif riveduta fl-eżerċizzju tal-korrezzjoni fl- istatistika, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10522.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont u l-valur ta' esportazzjoni ta' patata bejn l- 1994 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10443; u", "Tabella li turi l-ammont u l-valur ta' xi prodotti agrikoli mdaħħla fil-Pitkalija bejn l-1 ta' Novembru 1991 u t-30 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10445.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-CONDOMINIA", "CONDOMINIUM BILL", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1997 biex jirregola Condominia\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIRREGOLA T-TELEKOMUNIKAZZJONI", "TELECOMMUNICATIONS (REGULATION) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Diċembru 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg huwa in possession.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, fl-aħħar seduta kont qiegħed nikkwota minn diskors li kien għamel l-Onor.", "Leo Brincat fil-leġislatura l-oħra u kont qed ngħid kif dan jikkuntrastja b'mod partikolari mad-diskors li għamel il-Ministru tal-Finanzi fil-budget speech.", "Fil-fatt, erba ġimgħat ilu, kważi kellna daqq ta' innu ta' tifħir għal privatizzazzjoni, meta fl- aħħar leġislatura d-diska kienet pjuttost bil-kontra.", "U jekk tippermettili, Madam Speaker, se nkompli nikkwota għaliex l-aħħar darba ma lħaqtx spiċċajt il-kwotazzjonijiet kollha.", "Dak inhar l-Onor.", "Brincat kien qal hekk:", "\"Hemmhekk ...\"", "- kien qed jirriferi għall-Ingilterra -", "\"... il-kritika ma ssirx biss għaliex isiru dawn it-tip ta' transazzjonijiet imma ssir għaliex qed joħorġu ħafna każi fejn qed jirriżulta li ministri, nies qribhom u anke chairmen ta' ċerti korporazzjonijiet u membri ta' korporazzjonijiet ta' l-Istat, ħafna drabi mhux biss ibigħu l-interessi tal-poplu lill-ħbieb tagħhom stess imma anke lill-kumpanniji li fihom dawn l-istess ex-ministri Ingliżi u top people ta' azjendi parastatali jew governattivi kellhom ishma u interessi personali. \".", "Jiġifieri sa sena ilu biss kien jingħad diskors kontra l-privatizzazzjoni nnifisha.", "Nammetti li mhux il-Membri kollha ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż- żmien kienu jitkellmu b'dan il-mod, pero' ħafna min-nies li llum qegħdin fil-front bench tan-naħa l-oħra kienu jitkellmu kontra l-privatizzazzjoni.", "Meta sieħbi, l-Onor.", "Michael Frendo, għamel l-intervent tiegħu dwar din il-liġi semma kemm kien isir tfixkil, anke mill-General Workers Union, kull darba li kienet tissemma l-kelma \"privatizzazzjoni\", u lanqas biss kienu jħalluna nispjegaw il-forma ta' privatizzazzjoni.", "Huwa interessanti li ngħid li fit-tiftix tiegħi sibt kumment li kien għamel l-Onor.", "Michael Frendo meta kien ministru, fejn qal li saħansitra darba minnhom il-General Workers Union kienet oġġezzjonat għaliex il-Gvern Nazzjonalista ried jippjana biex idaħħal radar service ġdid fl-ajruport u kien se jagħti a turnkey project għall-bini ta' dan ir-radar lil kuntrattur privat.", "Il-General Workers Union saħansitra kienet ikkritikat lill-Gvern li din kienet forma ta' privatizzazzjoni.", "U nikkwota, Madam Speaker, mid- diskors li kien għamel l-ex-Ministru Frendo fid-diskussjoni ta' l-aħħar budget imressaq minn Gvern Nazzjonalista, fejn kien qal hekk:", "\"Waħda mill-affarijiet li dan il-Gvern qed jippjana biex jagħmel, għaliex hemm bżonn li ssir, hija li ntejbu l-kondizzjonijiet tax- xogħol ta' l-air traffic controllers billi ndaħħlu radar service ġdid.", "Naturalment dan irid ħafna żmien biex nagħmluh ...\"", "- u hawn issa l-importanti -", "\"... u qed insibu tfixkil għaliex il-General Workers Union qed tgħid li aħna ħriġna kuntratt turnkey u li għaliha dan jammonta għal privatisation.\".", "Jien inħalli f'idejn il-poplu Malti li qed jisma' biex jara jekk l-għoti ta' kuntratt turnkey ifissirx privatisation.", "Għalhekk, b'ċertu indenjazzjoni, l-Onor.", "Michael Frendo qal li dawk kollha li qabel kienu joġġezzjonaw għal kull pass fid-direzzjoni tal-privatizzazzjoni issa mhux talli qagħdu kwieti u ma tkellmux, talli saħansitra ddikjaraw li qablu li parti mill-Korporazzjoni Telemalta tiġi pprivatizzata.", "U allura d-domanda hija: X'kienet ir-raġuni li sa sena ilu l-General Workers Union kienet toġġezzjona għal kull forma ta' privatizzazzjoni, anke jekk din kienet se ssir b'mod parzjali?", "Naħseb li t-tweġiba m'hijiex waħda diffiċli u kulħadd jista' jasal għaliha, cioe' l-iskop kien biss li wieħed ifixkel lill-Gvern Nazzjonalista.", "Madam Speaker, dan ġara wkoll fit-Tarzna, fejn l-ewwel kienu jitkellmu favur il-parteċipazzjoni tal-ħaddiem fil-Kunsill tat-Tarzna u kienu jgħidu li din m'hijiex se tintmiss u jekk hemm bżonn tinqala' anke gwerra qaddisa, u issa l-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill tat-Tarzna huma persuni nominati mill-Gvern.", "Dan ġara forsi għaliex aġġornaw ukoll il-politika tagħhom, bħalma kienet taġġorna l-politika tagħha l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien, u minflok jgħidu li qegħdin jagħmlu kuntrumbajsa jgħidu li qed isir aġġornament tal-politika.", "Madam Speaker, diskors ieħor interessanti kontra l-privatizzazzjoni kien sar mill-Onor.", "Charles Mangion - illum ministru responsabbli mill-ġustizzja - li kien jolqot ukoll lill-korporazzjoni Telemalta.", "Fl-argument tiegħu l- Onor. Mangion qal li kien qed jissemma ħafna diskors fuq il- privatizzazzjoni tat-Telemalta u allura bħal speċi xtaq iwissina li jekk se ssir dik il-forma ta' privatizzazzjoni - u issa nafu li l-forma ta' privatizzazzjoni li kellu f'moħħu l-Partit Nazzjonalista meta kien fil- gvern kienet proprju dik li qed tiġi proposta f'din il-liġi, bl-isem tal- kumpannija b'kollox - kienet se tibda ssir pressjoni biex il-VAT li titħallas mill-korporazzjoni tibda tiġi assorbita mill-abbonat tat- telefon innifsu, li kien għadu ma jħallasx VAT fuq it-telephone ordinarju tar-residenza tiegħu.", "Ħalli", "nikkwota eżatt dak li kien qal l-Onor.", "Mangion fis-Seduta parlamentari Nru. 292 ta' l-aħħar leġislatura:", "\"Pero' jekk fil-każ tal-Korporazzjoni Telemalta l-Gvern jibqa' sejjer bil-proċess tiegħu ta' privatizzazzjoni, dan li qiegħed jgħid illum il-Gvern rigward il-VAT fuq il-kontijiet tat-telefon ma jibqax ireġi.", "Jekk it-Telemalta tiġi pprivatizzata, apparti l-konsegwenzi l-oħra, l- korporazzjoni ma tkunx tista' tibqa' tassorbi dawn il-15% VAT biex il- prezz ta' dan is-servizz lill-konsumatur jibqa' kif inhu llum u kif qed jgħid il-Gvern li se jibqa'.\".", "Jiġifieri mhux biss kienu jbeżżgħu lin-nies li jekk jidħol il-privat, anke jekk ma jkollux il-kontroll assolut tal-korporazzjoni, se jkun hemm pressjoni biex issir aktar effiċjenza u allura jistgħu jintilfu l-postijiet tax-xogħol fit-Telemalta stess, jew jitnaqqsu l-benefiċċji u l- kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema stess, imma kienu jbeżżgħuhom li jekk ikun hemm xi forma ta' privatizzazzjoni - u hawnhekk it-Telemalta ssemmiet bħala eżempju - allura dak il-benefiċċju li llum jeżisti, cioe' li l-VAT fuq il-kont tiġi assorbita mill-korporazzjoni, jispiċċa u l-VAT tibda titħallas mill-konsumatur.", "Madam Speaker, bix-xieraq li l-aħħar kwotazzjoni tkun ta' l-Onor.", "Mizzi nnifsu - dulcis in fundo! - meta kien fuq din in-naħa tal-Kamra u kien jistaqsi ħafna dwar il-privatizzazzjoni tat-Telemalta u minkejja li l- Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien jgħid li l-forma ta' privatizzazzjoni kienet se ssir billi nisseparaw il-parti operattiva mill-parti regolatorja, l-Onor.", "Membru kien jibqa' jinsisti li se nitilqu l-kontroll komplet minn idejna.", "Hawn ġew l-Onor.", "Mizzi kien qal li l-Gvern kien għadda l- kumpannija Telecell lil kumpannija privata, fejn il-maġġoranza tax-shares tagħha ma kenux tat-Telemalta.", "Semma wkoll il-package switching - u naħseb li hawnhekk kien qiegħed jirreferi għall-internet - u qal li f'dan il-każ il-Gvern kien ta wkoll il-maġġoranza ta' l-ishma lil kumpannija privata u mhux lit-Telemalta u ma baqax il-majority shareholder.", "Imma issa hawnhekk għandna wkoll kontradizzjoni għaliex din il-liġi tiftaħ il- bibien kemm għal privatizzazzjoni parzjali u kif ukoll għal privatizzazzjoni sħiħa għaliex imkien ma nsibu li, per eżempju, se jkun hemm biss 40% privatisation.", "Kieku ried il-Gvern seta' qal fil-liġi stess li, biex jinbiegħu iktar minn 40% ta' l-ishma lill-privat, irid ikun hemm l-approvazzjoni tal-Parlament.", "Fil-fatt meta twaqqfet l-Airmalta ma twaqqfitx bħala korporazzjoni pubblika imma kienet twaqqfet bħala kumpannija tal-gvern, a private commercial company.", "Pero' minkejja li kienet a private commercial company, dan il-Parlament kien għadda riżoluzzjoni li kull tibdil fil-memorandum, inkluż kif inhuma maqsuma x- shares ta' Airmalta, irid isir bl-approvazzjoni ta' dan il-Parlament.", "Tant hu veru li għandna riżoluzzjoni li rridu ngħadduha qabel l-aħħar tas-sena biex inbiddlu l-memorandum u l-articles of association ta' l-Airmalta.", "Pero' hawnhekk għandna liġi li biha qed tinfetaħ it-triq mhux biss għall- privatizzazzjoni parzjali imma wkoll għall-privatizzazzjoni totali tat- Telemalta.", "Madam Speaker, qed ngħid dan mhux b'sens ta' kritika għall- privatizzazzjoni, anzi aħna nieħdu gost li f'din it-triq twila ta' Damasku waqgħu diversi nies minn fuq iż-żiemel u issa minn persekuturi tal-konċett tal-privatizzazzjoni saru predikaturi ta' dan il-konċett u qed idoqqu l- innu ta' tifħir għal privatizzazzjoni.", "Il-Ministru Mizzi stess qal li din il-forma ta' privatizzazzjoni mhux qed issir biex tagħmel tajjeb għad- deficit imma għaliex din il-privatizzazzjoni parzjali se żżid l- effiċjenza.", "Aħseb u ara l-privatizzazzjoni totali kemm se ġġib effiċjenza akbar!", "Il-Ministru Mizzi ma qalx li ġew daharhom mal-ħajt u kellhom ibigħu l-ishma tat-Telemalta imma qal li din hija parti mill-filosofija tagħhom u beda jispjega x'inhuma l-vantaġġi tal-privatisation.", "Fl-aħħar xi ħadd ikkonverta dwar l-idea tal-privatizzazzjoni pero' ma nafux x'ġara f'din is-sena, bejn dan id-diskors u din il-konverżjoni.", "Bilfors li ġrat xi ħaġa straordinarja!", "Madam Speaker, intqal ħafna wkoll fuq il-proġett tal-millenju tat- Telemalta, u tajjeb li jiġi diskuss hawnhekk fil-Parlament peress li b'din il-liġi qed nawtorizzaw li l-proprjeta' kollha tat-Telemalta se tiġi ttrasferita lil designated company - s'issa għadna ma nafux x'jisimha, tista' tkun Telecom u tista' tkun xi isem ieħor.", "Kien hawn min ikkritika lill-Partit Nazzjonalista li ħareġ all out kontra dan il-proġett meta ħadd għadu ma jaf jekk hux se jiġi approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Naħseb li n-naħa l-oħra nsiet x'kienet tagħmel meta kienet fl- oppożizzjoni fejn malli kienet tintefa' xi applikazzjoni għal xi proġett mill-privat kienet tasal għall-konklużjoni li dak il-proġett hemm il-gvern warajh u li diġa' jkun ġie approvat meta lanqas kien ikun għadu tressaq quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar!", "Dak iż-żmien intesa!", "Jien ngħid li kulħadd għandu dritt jagħti l-veduti tiegħu u jagħmel il-pressjoni u l- lobbying li hemm bżonn, jekk dan il-proġett se jkun ta' ħsara f'dak il- post partikolari fejn se jsir.", "M'hemm xejn ħażin f'dan u ħadd m'għandu jitkaża għaliex aħna qed ngħidu li kif inhu propost illum - issa kif se jiġi proprost għada ma nafux - fil-post u bl-għoli li qed jiġi propost se jkun mhux felula - meta saret il-qanpiena fuq is-Sur tal-Belt kien hemm min qal li din hija felula fil-wiċċ tal-belt! - imma gundalla enormi fuq Paceville u San Ġiljan!", "Jien lanqas ridt nemmen meta smajt li dan il-proġett bit-torri ta' l- aerial tat-telekomunikazzjoni se jkun 'l fuq minn 60 sular.", "Ir-residenti ta' dawk l-akwati għandhom kull dritt li, meta jsiru ċerti statements min- naħa tal-Gvern, jagħmlu pressjoni sabiex dan il-proġett jew ma jsirx jew inkella jsir f'dimensjoni iżgħar.", "Ħadd ma jista' jakkużana li aħna kontra l-progress, pero' l-progress irid jimxi id f'id b'mod sostenibbli ma' l- ambjent.", "Aħna mhux qed nikkritikaw il-fatt li se jsir xi torri imma qed nikkritikaw l-għoli tat-torri.", "Mela f'Malta se jkollna skyscraper bħala l- proġett tal-millennju, imbagħad it-toroq ta' quddiem ir-residenzi tagħna u t-toroq prinċipali se jibqgħu fl-istat diżastruż li huma illum.", "Jiena nifhem li l-istat tat-toroq dejjem kien problema f'pajjiżna imma għallinqas għandna nipprovaw nagħmlu xi ħaġa dwar dan.", "Lil ħafna nies l- iktar li jinteressahom hija l-ħofra li għandhom quddiem il-bieb jew il- garaxx tagħhom u mhux il-ħofra strutturali tad-deficit.", "Jiġifieri mhijiex xi ħaġa straordinarja li n-nies igergru fuq dawn it-tip ta' affarijiet.", "Jien mhux qed ngħid li l-Gvern m'għandu jagħmel l-ebda proġett kapitali qabel ma jsewwi t-toroq, imma fil-lista tal-prioritajiet tiegħu m'għandux jagħmel enfasi żejda fuq dan il-proġett tal-millennju, meta affarijiet iktar essenzjali mhumiex qed jiġu ndirizzati.", "Illum kien hemm ittra f' \"The Times\", fejn xi ħadd staqsa jekk għandniex nibqgħu għaddejjin bil- proġett tal-millennju, meta mbagħad tkun għadek kemm xtrajt xi telecard u meta tużaha ma taħdimx, imbagħad terġa' tipprova xi darbtejn oħra u taħdem.", "Issa forsi din hija kritika xi ftit esaġerata imma hija kritika li turi kif iħossuhom in-nies dwar dan il-proġett.", "(Interruzzjonijiet) Hemm diversi nies oħra li esprimew din il-fehma.", "Veru li dan il-proġett mhux se jiġi ffinanzjat kollu mill-gvern għaliex l-Gvern se jagħti l-art u nimmaġina li se jinvesti fih tramite Telemalta, li in parte se tiġi pprivatizzata - jiġifieri se tibqa' kumpannija tal-gvern - imma hemm affarijiet iktar essenzjali u problemi oħra, anke jekk jidhru iżgħar, li ċ- ċittadin - se nuża l-kelma \"ċittadin\" li tħobb tuża n-naħa l-oħra - iħoss li għandhom jiġu ndirizzati.", "Meta għidt li l-kelma \"ċittadin\" hija komuni għan-naħa l-oħra, ma kontx qed nirriferi għal kulħadd għaliex min- naħa l-oħra nsibu lil min ma jaqbilx magħha.", "Meta l-Onor.", "Zammit Dimech tkellem dwar din il-liġi għamel kritika oġġettiva dwar jekk ir-regolatur li hemm imsemmi fil-liġi nnifisha għandux ikun innominat mill-Prim Ministru biss għaliex, skond dan l-abbozz, dan ir-regolatur se jagħmilha ftit ta' imħallef u se jiddeċiedi hu dwar applikazzjonijiet li jsirulu.", "Fil-fatt clause 4 tgħid li l-funzjoni tar- regolatur se tkun:", "\"... to regulate, supervise and monitor telecommunications ...\".", "- jiġifieri l-parti regolatorja fil-qasam tat-tekomunikazzjonijiet se tkun kompletament f'idejh.", "Funzjoni oħra tar-regolatur se tkun:", "\"... to ensure that telecommunications infrastructure are installed and operated for the benefit of the users of telecommunications, due consideration being given to the commercial viability of authorised providers...\".", "Barra minn dawn il-poteri vasti ħafna li se jingħataw lil dan ir-regolatur, huwa se jkollu wkoll ir-responsabbilta' li jara li l-provvedimenti kollha ta' din il-liġi u ta' kull liġi oħra dwar it-telekomunikazzjonijiet jiġu osservati minn dawk il-kumpanniji li se tingħatalhom il-liċenzja; jista' joħroġ kwalunkwe direttiva li jidhirlu li hija neċessarja għal dan l-iskop; u fl-aħħarnett jistgħu jingħatawlu wkoll responsabilitajiet, poteri u funzjonijiet oħra kemm b'din il-liġi kif ukoll b'liġi oħra.", "Huwa veru - hawnhekk se nantiċipa ftit ir-risposta min-naħa tal-Gvern - li skond klawsola 29 jista' jsir appell minn kwalunkwe deċiżjoni tar-regolatur f'dan il-qasam lill-bord ta' l-appell li se jkun maħtur mill-ministru u se jkun magħmul minn tlieta min-nies li wieħed minnhom irid ikun avukat li jkun ilu mill-inqas seba' snin jeżerċita l-professjoni tiegħu, pero' mbagħad jeżisti wkoll dritt ta' appell kemm mir-regolatur kif ukoll mill-individwu fil-Qorti ta' l-Appell.", "Jien naħseb li meta niġu fl-istadju ta' Kumitat għandna nieħdu in konsiderazzjoni jekk aħniex qed nagħtu wisq poter lil bniedem wieħed biss fiż-żmenijiet tal-lum, bil-mezzi moderni tat-telekomunikazzjoni li dejjem qed jiżdiedu, kemm fil-kwantita' kif ukoll fil-kwalita', u allura forsi jkunx aħjar li flok regolatur wieħed ikun hemm bord magħmul minn iktar minn persuna waħda.", "Jiena naf li l-uffiċċju tar-regolatur jista' jinkludi persuni oħra, imma jien qed ngħid li d-deċiżjoni dwar jekk jiċħadx jew jakkordax permess se tkun f'idejn ir-regolatur u allura naħseb li fl- istadju ta' Kumitat għandna niddiskutu jekk id-deċiżjoni għandhiex tittieħed minn grupp ta' persuni u jekk jistax ikun hemm titijib f'dik li hija n-nomina tar-regolatur.", "Madam Speaker, nispera li ma ninftehimx ħażin fuq l-aħħar punt tiegħi, pero' deherli li għandi nsemmih għaliex qed nara ċerta reazzjoni esaġerata għal xi ħaġa li m'hijiex neċessarjament gravi.", "Fi klawsola 43 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qegħdin jiġu proposti emendi għall-Ordinanza dwar it-Telegrafija mingħajr Fili u f'dawn l-emendi hemm żewġ affarijiet li lili ma jogħġbuni xejn.", "L-ewwelnett f'sub-paragrafu 3 (d) ta' klawsola 43 se jiġi ntrodott dritt ġdid li ma kienx jeżisti qabel, fejn qed ngħidu li l-ministru responsabbli mit- telekomunikazzjoni:", "\"... jkollu l-jedd li jitlob minn kull persuna li tikkummerċja jew li kienet tikkumerċja f'apparat tat-telegrafija mingħajr fili, tagħrif dwar il-magazzinar, xiri u bejgħ ta' dak l-apparat u tal-persuna jew persuni li lilhom dak l-apparat ikun ġie mibjugħ minn dik il-persuna; ...\".", "Issa kieku qed nitkellmu fuq armi tan-nar nifhem li biex joħnoq l-abbuż il-ministru jgħid li, per eżempju, min idaħħal airgun ...", "(Interruzzjonijiet) Kieku dawn kienu armi tan-nar nifhem li l-ministru għandu jkollu dritt jitlob informazzjoni mingħand kull min ibigħ arma tan- nar, f'isem min qiegħda dik l-arma u, jekk tinbiegħ, lil min tkun inbiegħet, imma li jitlob mingħand kull persuna li tikkummerċja f'apparat tat-telekomunikazzjoni dettalji b'indirizzi tal-persuni li lilhom ikun ġie mibjugħ l-apparat, fi żmien meta dan l-apparat tista' tixtrih kemm minn Malta kif ukoll minn barra .....", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Borg ikompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li naħseb li nkunu qed nesaġeraw xi ftit meta nekwiparaw l-apparat tat-telekomunikazzjoni ma' l-armi tan-nar.", "Issa jien m'għandix dubju li min ippropona din il-klawsola ma pproponihiex bi skop ħażin, imma xi kultant jista' jkun li n-nies taċ-ċivil jipproponu xi ħaġa to kill a fly with a sledgehammer.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk sal- lum mingħajr din l-emenda kienx hemm xi problema partikolari f'dan il- qasam li ma setgħetx tissolva mod ieħor.", "Ħalli nassumu li din is- subklawsola hijia meħtieġa u l-ministru jista' jitlob l-informazzjoni mingħand in-negozji kollha li jbigħu kull forma ta' apparat tat- telekomunikazzjoni regolat minn din il-liġi, allura meta l-ministru jitlob dik l-informazzjoni u n-negozjant li jikkumerċja f'dan l-apparat ma jkunx f'pożizzjoni li jagħti rendikont xieraq tal-kummerċ u t-transazzjonijiet kollha li jkunu saru, f'dak il-każ jiġi preżunt li dak l-apparat ikun ġie mibjugħ minnu in kontravvenzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-liġi?", "Issa, biex inkomplu nżidu d-doża, qegħdin ngħidu li r-responsabbilta' li tinġieb prova mod ieħor f'kull proċediment ċivili jew kriminali taqa' fuq dik il-persuna, jiġifieri l-oneru ta' prova li s-soltu dejjem ikun fuq in- naħa tal-prosekuzzjoni issa se nitfgħuha f'idejn il-persuna konċernata.", "Imma hemm bżonn ta' din it-tip ta' leġislazzjoni?", "Jien naħseb li din it- tip ta' klawsola għandek tintroduċiha, per eżempju, f'każijiet ta' drogi, fejn jekk min daħħal id-droga jgħidlek li dawn ma kenux drogi imma perlini u allura l-preżunzjoni hija li dik il-persuna aġixxiet f'ambitu illegali u allura l-oġġetti li kienet qed iġġorr kienu illegali wkoll.", "Dan l-aħħar ingħataw sentenzi dwar serq ta' elettriku fejn, anke l-qorti stess, ikkritikat il-leġislazzjoni li għandna dwar l-elettriku li tgħid li jekk jinstab li l-meter tad-dawl ġie tampered with, awtomatikament hemm preżunzjoni li l-elettriku ġie misruq mis-sid jew inkella mill-occupier tar- residenza.", "Għalhekk jien qed ngħid li rridu noqogħdu ftit attenti qabel ma nintroduċu dawn it-tip ta' preżunzjonijiet legali għax jistgħu jkunu tajbin f'ambiti oħra pero' mhux f'dan il-qasam.", "Madam Speaker, fl-aħħar ta' l-abbozz insibu klawsola oħra li tgħid li jekk, per eżempju, xi ħadd ikollu xi transceiver biex joqgħod jirreġistra jew jikkomunika ma' ħaddieħor u għall-ewwel darba jinqabad li m'għandux liċenzja - m'iniex qed ngħid li ma tkunx tħallset id-dwana - jista' jeħel multa ta' Lm1,000.", "Issa f'Malta minn dawn it-transceivers hawn ħafna u naħseb li mhux żgur hawn nofshom bil-permess!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi qed jgħidli li se ssir emenda għaliha.", "Jien nieħu gost li se titressaq din l-emenda.", "Il-Ministru Mangion jaf li jien naqbel miegħu li għandna nikkontrollaw l-illegalita', imma m'għandniex nużaw ċerti mezzi esaġerati għal problemi relattivament żgħar.", "(Interruzzjonijiet) Kif inhi l-liġi llum jekk tinqabad l-ewwel darba b'transceiver mingħajr liċenzja, il-multa hija ta' Lm50, u f'dan l-abbozz ta' liġi issa qed jiġi propost li din titla' għal Lm1,000.", "Imbagħad jekk tinqabad it-tieni darba l-multa minn Lm100 se titla' għal Lm2,000 u minn tliet xhur ħabs se titla' għal sena priġunerija.", "Jien nieħu gost li milli jidher se titressaq xi emenda f'dan is-sens.", "Nittama li jipprevali s-sens komun u jekk jidhrilna li Lm50 huma ftit għaż-żmenijiet tal-lum, ngħolluha bi proporzjon.", "Jien nemmen li hemm ċertu għoli tal-ħajja - ċertament li taħt il-Gvern il-ħajja kompliet togħla! - imma ma naħsibx li l-ħajja għoliet b'tali mod li l-multa minn Lm50 għandha titla' b'20 darba għal Lm1,000!", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq l-intervent tiegħi billi nitkellem dwar il- konfiska ta' l-apparat.", "Jien naqbel li jekk l-apparat ikun iddaħħal f'Malta illegalment għandu jiġi kkonfiskat, imma jekk ikun daħal b'mod legali f'Malta u l-persuna ma jkollhiex il-permess, għandha teħel multa talli m'għandhiex il-permess, jekk tagħmilha ripetutament tista' teħel il- ħabs, imma sakemm ma jiġix pprovat li dak l-apparat intuża f'attivita' kriminali m'għandux neċessarjament jiġi kkonfiskat.", "Jekk imbagħad jinstab li dak l-apparat intuża għal skop illegali allura għandu jiġi kkonfiskat.", "Safejn naf jien il-konfiska ta' l-apparat qed tiddaħħal għall- ewwel darba f'din il-liġi.", "Dawn kienu l-punti li xtaqt nagħmel dwar din il-liġi u nieħu gost li saret il-konverżjoni li semmejt qabel u li se jitressqu xi emendi għal tibdil fil-pieni stabiliti f'din il-liġi.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed joffri okkażjoni għal diskussjoni interessanti ħafna għaliex għandu x'jaqsam mal-qasam tat-telekomunikazzjoni li, kif qalu diversi kelliema, mhux biss huwa l-qasam tal-preżent imma huwa l-qasam tal-futur.", "Bit-telekomunikazzjonijiet se jkomplu jsiru ħafna affarijiet, inklużi affarijiet li mhux bilfors jistgħu jkunu mixtieqa mill-popli ta' din id- dinja.", "Il-fatt li l-bniedem jikkomunika ma' bniedem ieħor, qiegħed fejn qiegħed fid-dinja, forsi huwa l-akbar pass li jista' jsir u li qed isir minn mindu ġiet ivvintata r-rota.", "Ir-rota tmexxina 'l quddiem u l- komunikazzjoni tagħtina direzzjoni 'l fejn se mmorru u, iżjed ma jkun hemm mezzi ta' komunikazzjoni, iżjed jaqbel għas-soċjeta' dinjija u ċertament iżjed jaqbel għas-soċjeta' żgħira tagħna.", "Iktar ma jkun hemm super highways u iktar ma jkun hemm affarijiet li jġibu poplu ma' ieħor, ċittadin ma' ieħor - il-kelma \"ċittadin\" għadha tajba mhux billi l-Oppożizzjoni qed tipprova tirredikolaha - iżjed tista' tikber l-awareness u jikber il- ftehim fuq bażi dinjija u allura iżjed jikber iċ-ċans li aħna bħala poplu Malti nħarsu lejn il-bqija tad-dinja biex nitgħallmu minn dak li jkun qiegħed isir, nikkontribwixxu għalih u anke nidentifikaw opportunitajiet, niċeċ kbar u żgħar, li aħna nistgħu nipprovaw nisfruttaw.", "Id-dibattitu offrut minn dan l-abbozz ta' liġi huwa interessanti wkoll għaliex juri l- mod kif qiegħda tiżviluppa l-Oppożizzjoni Nazzjonalista b'taħlita ta' attitudinijiet meta tersaq lejn suġġetti bħal dawn.", "L-ewwel attitudini tagħhom - din ma jistgħux jirreżistuha - hija li qegħdin jgħidu li l-Gvern qiegħed jipproponi xi ħaġa li fl-essenza tagħha kienu diġa' qegħdin ifassluha huma.", "U dan l-argument se jibqa' jintuża meta titressaq quddiemna il-leġislazzjoni dwar id-drogi.", "Il-kelliemi preċedenti llum stess ġie rrapportat li qiegħed jenfasizza li l-abbozz ta' liġi li għandu jersaq dalwaqt f'din il-Kamra huwa meħud kelma b'kelma mill- abbozz li kien fassal huwa stess.", "Jien ngħidlu, Madam Speaker, li dan għandu jieħdu bħala kumpliment u mhux jeħodha bħala li l-Gvern tal-ġurnata qiegħed jixximjotta.", "Anzi jien naħseb li huwa wieħed mill-ftit sinjali rari ta' maturita' f'dan il-pajjiż li naħa tkun għamlet xi ħaġa li n-naħa opposta - fis-sens li gvern u oppożizzjoni huma opposti għal xulxin - taddottaha u tagħmilha tagħha, fis-sens li tippreżentaha f'din il-Kamra.", "Huwa evidenti li meta tippreżenta xi ħaġa f'din il-Kamra se jqum xi ħadd u jgħid li dik il-ħaġa tkun ġiet abbozzata minnu, imbagħad min-naħa l-oħra jista' jqum xi ħadd u jgħid li jekk saret xi ħaġa tajba m'hemmx għalfejn tinbidel.", "Jien irrid nifhem li f'dan l-abbozz ta' liġi li qed nirriferi għalih kien hemm l-id ta' l-Onor.", "Tonio Borg stess, li applika kemm it- taħriġ professjonali tiegħu bħala avukat kif ukoll l-għerf tiegħu bħala bniedem li jipprattika l-professjoni tiegħu b'sens - u mhux b'mod mekkaniku biss - biex bil-ħżuż tiegħu bħala ċittadin bħalna jara li l-offensiva kontra d-droga tikber.", "Dan ifisser li hemm xi ħaġa li ġiet imsajra tajjeb u se jagħmel tajjeb il-Gvern tal-lum jekk kemm-il darba jippreżentaha mingħajr ma nibqgħu għaddejjin bil-logħba antika daqs Adam u Eva li għax xi ħaġa tersaq mit-tribu l-ieħor li m'għandux l-istess fiżjonomija tagħna - lanqas l-aħwa m'huma kollha l-istess - allura trid bilfors tbiddilha.", "Għar-rigward ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandna l-istess reazzjoni, cioe' li l-Gvern qiegħed iressaq xi ħaġa li fl-essenza tagħha ġiet ippreparata mill-Gvern Nazzjonalista.", "Jien ngħid: Anke jekk inhu hekk - forsi mhux daqskemm qegħdin jgħidu - x'fiha ħażin?", "It-tieni reazzjoni ta' l-Oppożizzjoni hija li tibda tfittex li tagħmel kritika li frankament - waqt li l-logħba politika lkoll nafuha u xi ftit jew wisq ilkoll nilagħbuha - għalija tkun barra mill-barmil, biex ma ngħidx minn x'imkien ieħor.", "Saret riferenza għall-fatt li dan il-Gvern qiegħed jipprova jagħmel xi ħaġa u l-unions, speċifikament il-General Workers Union, m'hijiex qiegħda topponi għaliha jew tieħu l-attitudini fil- konfront tagħha kif kienet tagħmel fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Jien ngħid li rimarki bħal dawn jagħmilhom min għadu jħossu meraviljat u skantat li ħareġ tellief meta ppretenda li joħroġ rebbieħ, għaliex il-verita' hija li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista l-General Workers Union kienet tikkopera mal-Gvern ta' dak iż-żmien b'mod responsabbli u b'mod li kultant anke ġibdet fuqha kritika mill-qasam tal-ħaddiema stess, li kienu fost il- membri tal-union stess, u anke ġieli minn fost il-Partit Laburista li, għalkemm m'għadux jorqod mal-General Workers Union, ċertament għadu jżommilha idha u għadu ħabib tagħha, bħalma jrid ikun ħabib ta' l-oqsma kollha tas-soċjeta' tagħna, dejjem skond il-prijoritajiet tal-ħteġijiet li tiggverna u tat-twemmin tal-partit li jkun.", "U dan il-partit huwa l-Partit Laburista li, huwa partit soċjalista demokratiku, u dik hija xi ħaġa li qatt m'aħna se ninsewha u qatt m'aħna sejrin nidfnuha.", "Jien ngħid li anke jekk kemm-il darba s-siġra tinżabar, xorta waħda jibqgħu l-għeruq u mill- għeruq tibqa' tiġbed in-natura tas-siġra.", "Imma fuq dan l-abbozz ta' liġi n- naħa l-oħra daħlet l-argument, li bl-Ingliż ngħidulu carping criticism - bil-Malti lanqas nistgħu ngħidu tfittex ix-xagħra fl-għaġina, għaliex jekk fl-għaġin ikun hemm ix-xagħra ħaġa naturali li tfittixha - għaliex qiegħda tfittex xi ħaġa li lanqas biss teżisti ħlief fil-perception ta' dawk li qegħdin jagħmlu din it-tip ta' kritika.", "Iżda għal darba oħra ntenni li din hija parti mil-logħba politika li kulħadd jilgħabha.", "It-tielet aspett tal-kritika tal-kelliema ta' l-Oppożizzjoni huwa l-iktar aspett interessanti u rilevanti - għaliex qed issir fil-kontest li għandha ssir - liema tip ta' kritika għandha ssir miż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex b'dan il-mod l-affarijiet jimxu 'il quddiem.", "U l-Oppożizzjoni qed tagħmel dan billi turi li ma taqbilx ma' ċerti aspetti fil-qalba tagħhom - kultant għax ma tifhimhomx, bħalma tkellem l-Onor.", "Borg ftit ilu meta rrifera għal ċerti emendi li se jsiru, fejn trid tingħata raġuni mill- ministru konċernat, l-Onor.", "Mizzi, għaliex qed tintalab dik l-informazzjoni - waqt li dejjem jibqa' mixtieq li r-regolazzjoni min-naħa ta' l-istat u min-naħa ta' l-eżekuttiv tkun miżmuma għall-minimu meħtieġ u qatt m'għandha teċċedi dak il-minimu.", "Imbagħad hemm tip ta' kritika oħra li tkun maħsuba biex, barra li tabilħaqq tindika defiċjenzi li jista' jkun hemm f'abbozz ta' liġi, tagħmel proposti u suġġerimenti li jkunu maħsuba biex itejbu dak li jkun qiegħed jiġi ppreżentat.", "U jien naħseb li din it-tip ta' kritika smajniha ġejja wkoll mill-Onor.", "Zammit Dimech u oħrajn.", "L-abbozz ta' liġi ġie diskuss fid-dettall imma xtaqt nagħmel riferenza partikolari għal punt li diġa' tqajjem.", "Fil-qalba ta' dan l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni\", għandna l-bniedem li se jiġi maħtur biex jirregola - r-regolatur.", "Issa ġie ssuġġerit biex ir-regolatur ma tkunx persuna waħda.", "Il-Gvern iddeċieda li jimxi fuq il- mudell prattikat fl-Ingilterra u li jaħdem tajjeb ħafna.", "Għalkemm jien nara ċerti merti fil-fatt li ma jkollokx il-body tar-regolatur f'persuna waħda, daqstant ieħor tista' targumenta favur li r-regolatur ikun tabilħaqq persuna waħda - f'dan l-abbozz hawn provdut li hu jista' jiddelega ċerti poteri lil xi ħadd li jkun qiegħed iħaddimhom qisu hu r-regolatur - u m'iniex se nidħol fil-merti dwar jekk ir-regolatur għandhiex tkun persuna waħda jew iktar għaliex din hija deċiżjoni tal-Gvern u naħseb li hija valida daqskemm tista' tkun valida li jkollok unit ta' tlieta min-nies bħala regolaturi.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi ppreżentat mill-Onor. ħabib tiegħi, il- Ministru Mizzi, li tajjeb ngħidu li għalkemm huwa ministru bla portafoll huwa evidenti u magħruf ħafna li fost affarijiet oħra t- telekomunikazzjonijiet huma responsabbilta' diretta tiegħu.", "Huwa veru li l- Ministru Mizzi jaqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, imma dan il-qasam huwa responsabbilta' diretta tiegħu u nagħmlu sewwa jekk nagħrfu li definittivament it-telekomunikazzjonijiet jistgħu jimlew parti sostanzjali mill-portafoll ta' kull ministru.", "L-Onor.", "Mizzi qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi fil-kapaċita' tiegħu bħala l-bniedem li huwa responsabbli mit- telekomunikazzjonijiet - dejjem fil-kontest li mbagħad taħtu taqa' l- Korporazzjoni Telemalta li, barra li għandha r-responsabbilta' ġuridika tagħha għandu jkollha wkoll l-ispazju għall-ħidma tagħha - imma naturalment qiegħed iressqu wkoll f'isem il-Kabinett.", "Ma rridux ninsew li meta jitressqu l-affarijiet hawnhekk ikunu qed jitressqu f'isem il-Gvern u allura jien nindirizza dan il-kumment lilu u lill-Kabinett kollu kemm hu.", "Subklawsola 3 (1) ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tispeċifika li r-regolatur għandu jkun a public officer, jiġifieri għandu jkun impjegat tal-gvern.", "Jien nirrikkmanda li jkun hemm rethinking dwar dan u personalment nippreferi addirittura li ma jkunx impjegat tal-gvern.", "Għalkemm nagħraf li għandek tħalli din il-possibbilta', għallinqas m'għandhiex issir tassattiva li bilfors irid ikun a public officer.", "Qed ngħid dan fil-kontest tan-natura tax-xogħol li jrid jagħmel dan ir- regolatur fejn, barra li jrid jirregola l-qasam tat- telekomunikazzjonijiet, irid jirregola anke l-qasam privat tat- telekomunikazzjonijiet.", "Irridu nifhmu u napprezzaw li fil-qasam tat- telekomunikazzjonijiet, it-Telemalta Corporation se tibqa' preżenza qawwija ħafna.", "Ma rridx ngħidilha preżenza dominanti għaliex nittama li matul is- snin id-dominanza tonqos u dan l-abbozz ta' liġi jipprovdi biex over a period of years id-dominanza tkompli tonqos iżjed.", "Din id-dominanza se tonqos anke bl-oġġettiv tal-privatizzazzjoni ta' 40% mill-kumpannija li se topera anke t-telekomunikazzjonijiet statali u li se tkun separata mill- aspett ta' regolazzjoni li se jkun f'idejn ir-regolatur.", "Imma tonqos kemm tonqos id-dominanza u tingħata spazju kemm tingħata, il-prevalenza li se jkollha t-Telemalta Corporation - bl-isem li se nibdew insejħulha iżjed 'il quddiem - se tkun sostanzjali ħafna.", "Anke meta jitwettqu l-pjani li qed jagħmel il-Gvern bħalissa, dik l-entita' xorta waħda se jkollha 60% ta' l- ishma tagħha li s-sid tagħhom se jkun il-Gvern f'isem il-poplu, u għalhekk ikun ħafna aħjar, fl-opinjoni tiegħi, jekk for the foreseeable future ir- regolatur ma jkunx hu stess impjegat tal-Gvern, hu liema hu l-gvern, mhux il-Gvern Laburista jew il-Gvern Nazzjonalista, imma l-gvern tal-ġurnata.", "S'issa ħadd m'hu qed jissuġġerixxi li għandu jkun hemm privatizzazzjoni totali, fis-sens li l-gvern jitlef il-maġġoranza ta' ishma li għandu f'din l-entita' - lanqas l-Oppożizzjoni ma rrakkmandat li jsir dan, għalkemm forsi hija kommessa għal iktar privatizzazzjoni milli ġiet estiża s'issa - u allura l-gvern se jibqa' hu l-controlling shareholder f'din l-entita' - mhux il-majority shareholder - li se tidħol minflok il-korporazzjoni.", "Għal din ir-raġuni waħedha, li hija qawwija biżżejjed u lanqas hemm għalfejn inżid argumenti magħha.", "Naħseb li jkun mixtieq ħafna u jkun tajjeb għal kulħadd, għas-soċjeta' u għall-Gvern innifsu - iżjed għas- soċjeta' milli għall-apparat amministrattiv jew politiku tal-pajjiż - jekk kemm-il darba tidħol l-idea li r-regolatur, il-bniedem li jrid ikun imparzjali f'dawn l-affarijiet u li jrid jiġġudika - għalkemm hemm id-dritt ta' l-appell mid-deċiżjonijiet tiegħu, favur jew kontra tiegħu - ikun hu stess maqtugħ mill-public sector u ma jkunx a public officer.", "Naħseb li mbagħad tqum il-mistoqsija dwar jekk kemm-il darba tagħżel li r- regolatur ma jkunx a public officer - forsi hawn min jgħid li public officer irid joqgħod iżjed attent f'dak li jagħmel - tistax issib bniedem li tafdah biex ikun regolatur.", "Jien ngħid li nistgħu nsibu bniedem ta' fiduċja.", "Huwa veru li m'hijiex ħaġa faċli għaliex Malta żgħira u ngħixu wisq fuq xuxlin, id f'id ma' xulxin, kultant fuq ħoġor u fuq dahar xulxin, imma mill-banda l-oħra Malta żgħira u n-nies magħrufa u jekk kemm-il darba jkun hemm xi ħadd li għandu kariga li tgħabbih b'responsabbilta' oneruża u ma jwettaqx dik ir-responsabbilta' kif jixraq, għar-raġunijiet li aħna żgħir u qegħdin wisq f'ħoġor xulxin, jien naħseb li dik fiha nnfisha għandha tkun dinamika li lil dak li jkun iġġiegħlu joqgħod iżjed attent.", "Ma rridux ninsew li imħallfin għandna u dawn huma r-regolaturi tal-liġi.", "Barra minn hekk, għandna diversi mekkaniżmi fejn nistgħu nsibu persuna li jkollha t-trust tas-soċjeta' sħiħa u mhux ta' xi parti mis-soċjeta'.", "Għandna l-Ombudsman li rnexxielna naqblu fuqu u għandna proċess għaddej li qed iwassalna biex niżviluppaw kultura li nistgħu nsibu lil xi ħadd li jkun kompletament - fil-kontest tad-djufija umana - maqtugħ u jkun jista' jikkontribwixxi b'mod indipendenti kemm jista' jkun għaliex dak huwa li jrid ikollu kull regolatur.", "Jiena nixtieq nenfasizza dan il-punt ħalli l- Ministru jkun jista' jiddelibera fuqu.", "Madam Speaker, se nagħmel punt ieħor li ma rridx intawwal wisq fuqu.", "Id-diskussjoni li kien hawn s'issa kienet konnessa mal-pjan tal-Gvern li jipprivatizza parti mit-Telemalta Corporation billi jbigħ 40% ta' l- ishma tagħha.", "Pero' jrid jiġi spjegat ukoll l-enfasi li qed jagħmel il- Gvern li nofs il-proceeds li jiġu minn dik il-privatizzazzjoni jitwarrbu ħalli jkunu mitfugħa u utilizzati biex ikun hawn ristrutturar ta' l- industrija Maltija għaliex, ikun xi jkun il-futur li nfittxu in terms of foreign relations u in terms tal-politika barranija tal-pajjiż, m'hemm l- ebda dubju li r-ristrutturar irid isir.", "Issa dik id-diskussjoni bilfors torbot ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Ġie enfasizzat minn diversi kelliema, mhux l-inqas mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, li l- privatizzazzjoni se ssir mhux sempliċement biex il-Gvern jiġbor il-flus ħalli temporanjament jagħlaq parti mill-iżbilanċ strutturali li għandu dan il-pajjiż, imma wkoll biex wieħed imur għall-vantaġġi li tagħti l- privatizzazzjoni parzjali.", "Jien m'hemmx għalfejn nenfasizza wisq, imma tajjeb li nerġa' ntenni - għalkemm nista' ngħidha u niktibha barra wkoll - li jekk wieħed iħares lejn il-programm tal-privatizzazzjoni bħala mezz biex jagħlaq parti mid- deficit, ikun qiegħed jagħmel żball.", "Din hija xi ħaġa li rridu nkunu ċari fuqha.", "Din qegħdin jagħmluha, b'mod żbaljat, pajjiżi ħafna ikbar minna, bħalma hi l-Italja, li qed tagħmel din il-ġirja biex tilħaq il-Maastricht criteria biex tkun tista' tidħol fil-European Monetary Union.", "Din l-idea faqqset fil-Ġermanija, il-pajjiż li huwa diġa' dominanti fl-Unjoni Ewropea, imma se jkun iżjed dominanti meta ssir l-unjoni monetarja u jkollhom il- common currency, il-Euro, fl-1 ta' Jannar ta' l-1999.", "L-istess ħaġa qed issir fi Franza fejn, biex iniżżlu l-iżbilanċ għat-3%, li huwa rekwiżit biex jidħlu f'din l-unjoni monetarja, qed jagħmlu affarijiet, inkluż il- privatizzazzjoni, li joffru l-illużjoni li qegħdin jaslu għal dak il- kriterju.", "Jien ngħid li huma boloh dawk il-pajjiżi li jagħmlu hekk u nkunu boloh jekk aħna nagħmlu bħalhom.", "Meta ngħid li pajjiżi bħall-Ġermanija u l- Italja huma boloh, forsi xi ħadd jgħid li jien prużintuż jew naħseb li sirt xi ħaġa.", "Ma naħseb li sirt xejn għaliex il-bluha, jagħmilha min jagħmilha, bluha tibqa'.", "Meta tkun qiegħed tattakka deficit trid tattakkah b'mod li jagħti riżultat permanenti u, jekk għandek deficit strutturali, għandek problema permanenti u allura s-soluzzjoni trid tkun gradatament - l-ebda soluzzjoni ma tista' tiġi f'daqqa - li tagħti riżultat permanenti, fis-sens li tassigura żieda fid-dħul tiegħek fuq bażi permanenti.", "Huwa ta' sodisfazzjon għalina li jkun hemm din l-enfasi minn kelliema ewlenin tan- naħa tal-Gvern u anke mill-istess Ministru li qed jippilota din il-liġi li, fil-kontest ta' dak li qed jiġi ppjanat hemm il-mira li tinkiseb iżjed effiċjenza mill-operat ta' dik l-entita' li parti minnha se tinbiegħ lis- settur privat.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel tliet osservazzjonijiet.", "Filwaqt illi qed issir enfasi fuq il-mira ta' titjib fl-effiċjenza, ma rridux ninsew li biex ikun hemm l-effiċjenza jrid ikun hemm żewġ xpruni; irid ikun hemm l-ixprun mis-sidien infushom u jrid ikun hemm l-ixprun mis- suq.", "Jekk kemm-il darba ma jkunx hemm dawn l-ixpruni, l-effiċjenza ma tiksibhiex sal-livell mixtieq u sal-livell li tista' tiksibha.", "L-ixprun mis-sidien infushom irid jiġi minn dawk li se jkunu l-owners ta' din l- entita' tat-telekommunikazzjoni - issa naraw x'se nsejħulha għaliex jista' jkun li nerġgħu nħarsu lejn l-isem li se tingħata l-kumpannija - li 60% ta' l-ishma tagħha se jkunu f'idejn l-Istat.", "Jiġifieri l-Gvern innifsu jrid ikun xprun għall-effiċjenza u għalhekk qed jenfasizza - u jagħmel sewwa li jenfasizza - li fis-settur pubbliku trid tikber l- effiċjenza u għal kull lira li nonfqu rridu nieħdu valur ta' lira.", "Ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni ta' kif kienu jgħidu \"join the navy and see the world\" u f'dan il-każ \"join the public sector and have a restful time\" - tidħol mal-gvern biex tistrieħ.", "In-nies fil-public sector iridu jħarsu lejn dawk tas-settur privat li qegħdin jaħdmu b'ilsinhom barra biex ilaħħqu mal-productivity levels ħalli jkunu jistgħu jikkompetu fis-suq internazzjonali.", "Allura mhux tajjeb li jkun hemm element ta' nies ieħor fil-public sector li jabbużaw mill-fatt li qegħdin fil-public sector u addirittura ma jaħdmux u jiskartaw, jew inkella jkunu half-way house u ma jagħtux il-ġurnata sħiħa li jistgħu jagħtu skond l-abilita' u s-saħħa tagħhom.", "Il-Gvern stess, li se jibqa' hu s-sid ewlieni f'din l-intrapriża, qed jisħaq u se jkompli jisħaq li għandu jkun hemm value for money u se jdaħħal lis-settur privat mhux bl-iskop biss to raise revenue imma, kif qalulna l-ministri stess - u kellna membri oħra li wrew din ix-xewqa - il- Gvern se jagħmel dan biex ikun hemm xprun ieħor, jiġifieri li għaliex ikun ġej mis-settur privat ikollu iżjed inklinazzjoni li jiddomanda riżultati tajbin.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel osservazzjoni oħra.", "Intqal li l-parteċipazzjoni minn xi entita' privata ma tistax teċċedi l- 5%.", "Jiena nifhem għaliex saret din il-kondizzjoni u din tirrifletti l- leġislazzjoni fis-settur bankarju, fejn il-parteċipazzjoni tibda bit-3%.", "Imma filwaqt li nifhimha ngħid li, jekk stess mhux issa - nixtieq li tkun issa - 'il quddiem żgur li għandu jkun hemm ukoll iżjed ħsieb dwar dan għaliex jekk kemm-il darba se jkollok massimu ta' 5% ta' parteċipazzjoni minn xi entita' privata, dan ifisser li l-element ta' nies li se jkollok hemm ġew bilfors se jkun imferrex fuq ħafna nies żgħar.", "Issa jien żgur inkun wieħed minn ta' l-ewwel li ngħid li f'intrapriża li toffri potenzjal - u jien wieħed minn dawk li nemmen li t-Telemalta toffri ħafna potenzjal - għandna nferrxu kemm jista' jkun l-ownership fost sidien żgħar, jiġifieri jkollok ix-share-owning democracy riflessa f'din l-intrapiża.", "Imma jekk wieħed irid jimmira lejn iżjed effiċjenza, kif qiegħed jimmira l-Gvern u kif għandu jimmira, jien naħseb li ma tkunx ħaġa barra minn lokha kieku wieħed iħares li hemmhekk anke jkollok sidien shareholders - jekk kemm-il darba jersqu biex jipparteċipaw - b'parteċipazzjoni ta' iktar minn 5% għax jista' jkollok, jekk mhux illum għada, lil xi ħadd li huwa interessat li jkollu ċertu livell ta' parteċipazzjoni li tabilħaqq ikun meaningful.", "Ħafna minna li jsegwu xi jkun qed jiġri fl-istock markets ewlenin jafu li a significant shareholding li jista' jeżerċita ċerta influwenza jkun wieħed ta' 10%.", "Fl-Ingilterra, per eżempju, jekk kemm-il darba shareholding ta' xi ħadd ikun se jersaq lejn il-marka ta' 10%, dak li jkun huwa obbligat jiżvela l- fatt li qorob lejn dak il-livell ta' shareholding, ħalli kulħadd ikun jaf li dak li jkun għandu 10% fost il-firxa ta' ishma.", "U jien ngħid li jekk ikun hemm xi ħadd li jista' jeżerċita ċerta influwenza u dak ix-xi ħadd ikun korp, bniedem, kumpannija, grupp ta' kumpanniji lokali u anke barranin - u nenfasizza li jistgħu jkunu kumpanniji barranin, għalkemm forsi ma kienx mistenni li tingħad - li jista' joffri lil din l-entita' kontribut, xprun ieħor, imbuttatura, teknoloġija u finanzi, li lill-intrapriża verament ċċaqalquha u saħansitra jheżżuha biex b'mod pro-attiv tkun tista' tavvanza, naħseb li din tkun ħaġa tajba u xorta waħda ma tipperikolax l-aspett li jrid jipproteġi l-Gvern, liema aspett ilkoll kemm aħna rridu narawh protett.", "Dan huwa settur sensittiv u strateġiku u huwa importanti li b'mod miftuħ u kontabbli għall-aħħar - jiġifieri fejn kulħadd irid jagħti kontabilita' ta' dak li qiegħed jagħmel - il-preżenza statali tkun kbira, pero' jien ngħid li anke jekk ikun hemm parteċipanti mis- settur privat li għandhom iżjed minn 5% shareholding, xorta waħda jkunu jistgħu jibbilanċjaw ċerti aspetti ta' dak l-element ta' parteċipazzjoni.", "Madam Speaker, jien diġa' għidt li jrid ikun hemm żewġ xpruni biex l- effiċjenza tiżdied.", "Għandek l-ixprun li jiġi mis-sidien - kif wieħed jista' jinnota dan qsamtu f'diversi partijiet - u għandek ukoll - u dan huwa importanti għall-aħħar - l-ixprun li jrid jiġi mis-suq innifsu, jiġifieri mill-kompetizzjoni.", "Hawnhekk dan l-ixprun mhux se jkun daqstant evidenti - fil-kontest ta' Malta u fil-kontest ta' entita' li qiegħda f'qasam sensittiv u strateġiku, tifhem li jrid ikun hemm ċerti restrizzjonijiet - pero' jien ngħid li xorta waħda trid iżżomm il-mira quddiem għajnejk li kemm jista' jkun nersqu lejn sitwazzjoni fejn mis-suq tinħass l-imbuttatura tal-kompetizzjoni, għaliex jekk ma jkunx hemm din l- imbuttatura ma jkollokx il-ksib ta' dawk l-effiċjenzi u ta' dawk l- iżviluppi pożittivi li wieħed jistenna fl-ekonomija.", "U ngħid dan bir- responsabbilta' kollha bħala bniedem li kont u għadni soċjalista, għaliex soċjalista huwa dak li jemmen fid-demokrazija u fis-saħħa tas-suq, pero' jemmen ukoll li fl-ebda qasam m'għandu jkollok saħħa li m'għandhiex il- kontroll soċjali, il-kontroll tas-sens tar-responsabbilta' u tal- kontabilita' fuqha.", "Allura aħna anke bħala soċjalisti demokratiċi rridu nagħrfu l-funzjoni tas-suq.", "Dawk li jitkellmu kif għandhom jitkellmu, bilfors iridu jagħrfu li mis-suq trid toħroġ dik l-imbuttatura tal- kompetizzjoni li tagħtik the economic gain.", "Naraw kemm hu importanti li jkun hemm dan meta naqilbu l-argument rasu 'l isfel, fis-sens li noħorġu 'l barra mis-settur pubbliku, u mmorru fis-settur privat, fejn insibu li għandek sitwazzjoni ta' monopolju prattikament sħiħ u allura hemmhekk wieħed jibda jara l-iżvantaġġi.", "Jien m'iniex se noqgħod insemmi kumpanniji, pero' se nsemmi waħda li hija relatata mat-Telemalta Corporation, li hija t-Telecell Co. Ltd., li fiha t- Telemalta Corporation għandha 20% ta' l-ishma, filwaqt li t-80% l-oħra huma ta' investituri barranin.", "Jien ngħid merħba bihom dawn l-investituri barranin imma, għax dik il-kumpannija ngħatat monopolju attwali mill-Gvern preċedenti - li, kif nifhem jien, il-Gvern preżenti huwa marbut li jrid iżommu għal għadd ieħor ta' snin, għax inkella jista' jiftaħ sidru għat- tfittxija tad-danni - għandna sitwazzjoni fejn il-poplu Malti m'huwiex qiegħed jieħu dak li jista' jieħu minn dak is-settur.", "Is-cellular telephones - \"mobile telephones\" hija slang - daħlu f'dan il-pajjiż u fl- aħħar ġiet liberalizzata l-parti tas-sets tat-telefon li jistgħu jidħlu fil-pajjiż.", "Kulħadd jirrealizza li l-prezz tas-set ta' cellular telephone niżel għax ma baqax monopolju tal-kumpannija Telecell, imma s-servizz innifsu għadu monopolju ta' dik il-kumpannija u għadu f'livell għoli ħafna iżjed milli jista' jkun.", "Jien naħseb li l-Ministru żgur li jafhom dawn l- affarijiet, għalkemm forsi ma jistax joqgħod jagħti dettalji hawnhekk.", "Kieku m'aħniex marbutin bħala pajjiż bid-deċiżjoni li ħa l-Gvern Nazzjonalista - li forsi kellu r-raġunijiet tiegħu, għax dak iż-żmien kien qiegħed f'territorju verġni; forsi ma stenniex u ma ħasibx biżżejjed, imma jien ma noqgħodx nikkundanna; kien hemm deċiżjonijiet li ried jeħodhom dak iż-żmien, ma qbiltx miegħu dak iż-żmien u ma naqbilx miegħu llum - kieku qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-Gvern tal-lum jista' jiftaħ dak is-suq għal investituri mill-Italja, minn Franza u mill-Ingilterra stess, li lesti li jiġu fil-pajjiż u jġibulna dak is-suq - li huwa lukrattiv ħafna għal min qiegħed jisfruttah b'mod monopolistiku - b'mod li jkun profitabbli għal min jisfruttah f'kontest kompetittiv u anke għall-konsumatur.", "Illum il-ġurnata l-għadd ta' nies li għandhom cellular telephone f'pajjiżna, proporzjonalment imqabbel ma' pajjiżi oħra, huwa qawwi ħafna, pero' dawn għandhom is-cellular telephone għaliex jifilħu jġorruh.", "Jien, bħal ħafna Membri ta' din il-Kamra, għandi cellular telephone; ħafna kumpanniji u ħafna dipartimenti għandhom ukoll; imma l-għadd ta' individwi li għandhom cellular telephone huwa relattivament żgħir għaliex il-prezz għas-cellular service għadu konsiderevolment 'il bogħod minn dak li jiflaħ iħallas il-bniedem li ma jiddependix fuq xi kumpannija, ma jiddependix fuq ċerta income jew fuq xi dipartiment tal-gvern.", "Jien ngħid li bil- kompetizzjoni, dak is-servizz jista' jasal within reach ta' ħafna iżjed nies.", "Qed nuża dan l-argument għax nemmen li 'l quddiem għandna niftħu iżjed il-kompetizzjoni, anke f'dan il-qasam, mingħajr qatt ma nneħħu minn quddiem għajnejna l-fatt li dan huwa qasam sensittiv u strateġiku, fejn l- Istat dejjem irid ikun fih bħala regolatur u anke bħala preżenza ekonomika.", "Wieħed irid jenfasizza l-fatt li, bħalma nagħmlu l-argument għas- settur privat, irridu nagħmlu l-argument, safejn ikun applikabbli, għas- settur pubbliku wkoll, u anke f'dan il-kontest irrid insemmi punt li narah xi ftit kontradittorju.", "Meta issa qegħdin nersqu iżjed lejn il-forzi tas-suq bil-mod il-mod, jidhirli li proprju f'dawn il-ġranet il-Korporazzjoni Telemalta ħadet deċiżjoni li jien insibha daqsxejn waħda questionable.", "Din il- korporazzjoni kellha parteċipazzjoni f'kumpannija li tipprovdi server facilities fil-qasam ta' l-internet - ma niftakarx x'jisimha l-kumpannija u, lanqas kieku niftakar, m'iniex se noqgħod insemmi l-isem għaliex f'dan il-każ m'huwiex rilevanti - u jirriżultali li proprju dan l-aħħar t- Telemalta xtrat l-ishma tas-settur privat minn din il-kumpannija u allura din se tiġi kollha kemm hi tat-Telemalta.", "Issa jien ngħid li l-management u d-diretturi li ddeċidew li jieħdu dan il-pass kellhom ir-raġuni tagħhom, imma frankament jien li nħares lejn l-affarijiet minn barra.", "L-ewwelnett ngħid li r-raġunijiet ma nifhimhomx u, t-tieni nett, safejn nifhem u safejn nista' nara, ma nistax naqbel magħhom.", "Jekk kemm-il darba se nerġgħu niġu fis-sitwazzjoni fejn inkunu għamilna pass lejn direzzjoni mbagħad is-sieq l-oħra tagħmel pass lejn direzzjoni oħra, irridu noqogħdu attenti għax nispiċċaw biex ninfetqu u ħafna nies politikament, ekonomikament u anke kummerċjalment jinfetqu b'dan il-mod.", "Jien naħseb li m'huwiex mixtieq li entita' li hija ta' l-Istat u li qed tersaq biex tipprivatizza parti minnha, biex jintlaħaq l-għan ta' l- effiċjenza u mhux biss l-għan li tkun qiegħda tagħti revenue ta' darba lill-gvern, tieħu miżuri bħal dawn li mbagħad iġibuha f'sitwazzjoni dominanti f'qasam fejn huwa meħtieġ ukoll li jkun hemm il-kompetizzjoni.", "Iktar ma jkun hemm kompetizzjoni fil-qasam ta' l-internet, fit- telecommunications highway, aktar dik il-faċilita' tkun tista' tkun disponibbli għan-nies fil-pajjiż.", "Illum il-ġurnata, biex tissottoskrivi għal server m'intix se titbażwar jekk ikollok ċertu income, imma jekk tkun qed tħallas xi Lm15 fix-xahar għas-servizz, barra r-running costs that you have to incur jekk kemm-il darba tidħol matul il-ġurnata - għalkemm għandek tidħol wara l-ħin biex tieħu ċ-cheap rate - hija xi ħaġa li trid tqisha.", "Naturalment m'iniex qed ngħid għal xi entita' kummerċjali jew għal dak l-individwu li tħallaslu l-entita' kummerċjali.", "Allura iktar ma jkun hemm kompetizzjoni bejn ditti lokali - ma jistgħux ikunu ħafna - il-cost aktar jitbaxxa, bil-konsegwenza li jgawdi s- subscriber, għax il-kumpanniji jkunu kuntenti bil-profitt li jħallihom vijabbli imma ma jkollhomx xi vantaġġi iżjed milli għandu jkollhom.", "Dan jorbot ma' dak li għidt fil-bidu, cioe' li huwa mixtieq li kemm jista' jkun ikollna parteċipazzjoni fil-qasam ta' l-informatika u li Malta kemm jista' jkun tiftaħ ir-rabtiet tagħha mad-dinja globali u mas-suq globali ħalli nkunu nistgħu nimxu aħjar 'il quddiem.", "Meta għandek sitwazzjoni fejn is-servers lokali għal ħruġ minn Malta jridu jiddependu fuq linji li tagħtihom it-Telemalta Corporation, iktar u iktar għandu jkun ċar u rridu noqogħdu aktar attenti li ma tkunx din il-korporazzjoni stess li jkollha pożizzjoni dominanti meta tiġi fuq in-naħa tas-servers f'dan il- qasam - għax hi qed tieħu l-linji mingħandha stess u żgur li hija obbligata li teħodhom at commercial rates - għaliex jekk kemm-il darba s- subsidiary tagħha se tkun wholly owned minnha jew inkella kontrollata minnha, f'dan il-qasam żgur li se jkun hemm il-perception - anke jekk ma tkunx l-attwalita' - li qiegħda f'pożizzjoni relattivament vantaġġuża għal ma' oħrajn li jkunu disponibbli li jikkompetu f'dan il-qasam.", "Sur President, dawn huma r-rimarki li xtaqt nagħmel.", "Tawwalt iżjed milli kien meħtieġ u nispera li, għalkemm tawwalt, m'għidtx affarijiet li ma kienx hemm għalfejn ngħidhom u li kkontribwejt pożittivament għad- dibattitu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, il-kelliema li tkellmu qabli minn din in-naħa tal-Kamra staqsew x'inhi l-urġenza li qed niddiskutu din il- liġi llum, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li din il-Kamra għadha lanqas iddiskuttiet l-estimi ta' l-istess Korporazzjoni Telemalta.", "Fil- fatt jien informat li jekk din il-liġi tgħaddi mit-Tieni Qari, se ngħaddu mill-ewwel għall-istadju ta' Kumitat u dan kollu jixhed li l-Gvern għandu ċerta urġenza biex jgħaddi din il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Wieħed irid jara wkoll jekk hemmx xi skopijiet ulterjuri għalfejn il-Gvern irid jgħaddi din il-liġi b'daqshekk għaġġla.", "Forsi, kif qal l-Onor.", "Zammit Dimech, il- Gvern irid jagħti ċertu nifs lilu nnifsu sakemm jipprepara affarijiet oħra jew inkella se jiżviluppaw ċerti affarijiet.", "L-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa t-twaqqif ta' awtorita' regolatorja għall-finijiet ta' telekomunikazzjoni.", "Għalfejn għandu jkollna awtorita' regolatorja?", "Illum l-esperjenza għallmitna - u għallmet lid- dinja kollha - li meta l-funzjonijiet ta' service provider u regolatur ikunu vestiti f'entita' waħda, inkunu qed nikkonsolidaw il-monopolju, u l- monopolju huwa l-għadu tal-konsumatur.", "Dawn iż-żewġ funzjonijiet m'għandhomx ikunu vestiti f'entita' waħda jekk lill-konsumatur irridu nagħtuh l-aħjar servizz.", "Għalhekk il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ried jibda jkisser dawn il-monopolji u ried jissepara dawk il-funzjonijiet li ma kenux kompatibbli u li kienu vestiti f'entita' waħda.", "Altru li huwa sinjal pożittiv li l-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant jibda jsir sensittiv għal dawn l-affarijiet, pero' hija ħasra li issa f'daqqa waħda ra d-dawl għax, meta aħna pprovajna nintroduċu dawn il-konċetti, konna nsibu oppożizzjoni kbira mill-istess Partit Laburista u min-naħa tal- General Workers Union.", "Il-Partit Laburista beda jimbotta lill-GWU biex tiġġieled il-battalja ideoloġika tiegħu - forsi anke politika - favur il- monopolju u kontra l-privatizzazzjoni.", "Din il-ġlieda ta' dawk il-forzi li ma riedux it-tibdil issarfet f'dannu għall-konsumatur għax, nerġa' ngħid, li meta s-service provider u r-regolatur ikunu l-istess entita' jmur minn taħt il-konsumatur.", "Nieħdu l-każ tal-voice telephony u tat-Telemalta.", "Dan kien ħażin.", "Għaliex?", "Għax ma kien hemmx dik il-kompetizzjoni li setgħet iżżomm it-tariffi baxxi, u ma kienx hemm sensittivita' biżżejjed għad-drittijiet tal-konsumatur.", "Nieħdu l-każijiet ta' faults li jirraportaw l-utenti.", "Nistaqsi jien: X'għaġġla jista' jkollha dik il- korporazzjoni, jew dik l-organizzazzjoni, li tirranġa fault li jirrapporta subscriber meta m'hemmx ir-regolatur li jistabilixxi minn qabel kemm għandu jittieħed żmien biex dak it-tip ta' fault jitranġa?", "Jista' jkollok ukoll sitwazzjonijiet fejn għalkemm ikollok regolatur u service provider li jkunu l-istess entita', għal dak it-tip ta' servizz ikollok service providers oħra.", "Dan ġara fil-każ ta' l-internet service providers, fejn il-Korporazzjoni Telemalta kienet se tkun ir-regolatur, imma meta Gvern Nazzjonalista ra li din kienet se toħloq inkompatibilita', ma damx wisq biex iddeċieda li l-funzjoni ta' regolatur fl-internet service tgħaddi f'idejn l-Uffiċċju tal-Wireless Telegraphy, li jaqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "B'dan il-mod neħħejna kull konflitt ta' interess li seta' kien hemm u lit-Telemalta bdejna nħarsu lejha bħala service provider f'kompetizzjoni ma' service providers oħra.", "Sur President, parti sostanzjali minn din il-liġi titkellem dwar il- funzjonijiet tar-regolatur u huwa tajjeb li nħarsu lejn is-servizzi li jista' jagħti dan ir-regolatur.", "Irridu nistaqsu jekk huwiex biżżejjed li nħarsu biss lejn is-servizzi li għandna mniżżla fil-liġi jew inkella rridux nelaboraw aktar.", "Hemm il-ħsieb li nilliberalizzaw iktar is-suq tat- telekomunikazzjoni?", "Jew se ndejqu l-viżjoni tagħna għal dak li hawn imniżżel biss fil-liġi?", "Dawn l-affarijiet ta' min wieħed jistaqsihom għaliex jien naħseb li, meta tħares lejn abbozz ta' liġi li jitkellem dwar it-telekomunikazzjoni, trid tħares ukoll b'mod wiesa' lejn is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż u tistaqsi jekk il-konsumatur huwiex qiegħed jieħu s- servizzi li jistħoqqlu mill-kumpanniji li ġew ikkreati.", "Bħalissa għandna l- internet, b'numru ta' providers, b'regolatur indipendenti; għandna l- voice telephony, fejn għandna provider wieħed; għandna l-mobile telephony, bi provider wieħed, fejn it-Telemalta għandha parti mill-ishma; u għandna l-paging, fejn għandna provider wieħed, u t-Telemalta qed taħdem miegħu bi sħab.", "Jien ngħid li għadna lura ħafna f'dik li hija kompetizzjoni fil- qasam tat-telekomunikazzjoni u għalhekk m'għandniex inħarsu biss lejn dak li qiegħed jiġi ppreżentat hawnhekk.", "Jien naħseb li jekk il-Gvern verament irid li jdaħħal il-konċett ta' privatizzazzjoni kif suppost, irid iwessa' l- konċett ta' liberalizzazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Waqt li kont qed naqra dan l-abbozz, daqqli stramb il-fatt li l- funzjonijiet tar-regolatur se jkunu vestiti f'persuna waħda.", "Qed ngħid dan għax meta wieħed iħares lejn x'hawn imniżżel fil-liġi jsib li l-funzjoni tar-regolatur hija delikata u wiesgħa.", "Infatti subklawsola (1) ta' klawsola 4 tgħid li:", "\"Tkun il-funzjoni tar-Regolatur li jirregola, jissorvelja u josserva t- telekomunikazzjonijiet u li jiżgura li l-infrastruttura tat- telekomunikazzjonijiet tiġi installata u mħaddma u li jiġu provduti servizzi ta' telekomunikazzjonijiet għall-benefiċċju ta' l-utenti wara li tiġi kkonsidrata sew il-vijabilita' kummerċjali ta' provdituri awtorizzati ...\".", "Dan ifisser li r-regolatur se joqgħod jidħol fil-feasibility studies ta' ċerti proposti kummerċjali tat-telekomunikazzjonijiet jew se joqgħod jidħol fid-dettall ta' kemm suppost ikun hawn internet service providers?", "Jien naħseb li jekk hu hekk, b'dan il-mod inkunu qed nirristrinġu l-aspett tal- kummerċjalizzazzjoni f'dan il-qasam.", "Ir-regolatur se jkollu wkoll ir-responsabbilta' li jagħti jew jiċħad il- kunsens tiegħu meta ssir talba għal trasferiment ta' liċenzja, li jagħmel kull investigazzjoni fuq applikazzjoni ta' liċenzja wara li tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, u li jikteb ir-rapport bir- rakkmandazzjonijiet tiegħu u jippreżentah lill-ministru.", "Barra minn hekk, ir-regolatur se jkollu r-responsabbilta' li jistabilixxi pjan numeriku għas- servizzi tat-telekomunikazzjoni, li jirriżolvi t-tilwim bejn il- provdituri u jeżamina l-ilmenti ta' l-abbonati tas-servizzi tat- telekomunikazzjoni.", "Sinċerament inħoss li jekk dawn il-funzjonijiet se jkunu vestiti f'persuna waħda m'aħniex se naslu biex ikollna regolamentazzjoni kif suppost.", "(Interruzzjonijiet) Il-liġi li konna ħejjejna aħna kienet għadha f'forma ta' draft u ma jfissirx li bilfors kienet se tasal f'dan il-Parlament b'dawk it-termini preċiżi.", "Jien naħseb li meta liġi tasal quddiem il-Parlament għandna nagħmlu ħilitna kollha biex intejbuha, u dan fi kwalunkwe stadju.", "Is-separazzjoni tar-regolamentazzjoni mis-service providers huwa konċett modern, pero' jien nixtieq inkun naf jekk b'din il-liġi aħniex qegħdin inħarsu lejn konċetti moderni li qed iħaddnu pajjiżi oħra.", "Per eżempju, pajjiżi oħra jitkellmu fuq open network provision, fejn l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni tkun miftuħa għal service providers differenti u anke għal sistemi differenti ta' telekomunikazzjoni.", "Jien ngħid li biex indaħħlu dawn it-tip ta' konċetti rridu ndaħħlu prinċipji oħra li għandu jħares lejhom ir-regolatur, bħalma huma l-prinċipji ta' trasparenza fin- network, li jara li ma ssirx diskriminazzjoni fil-mod kif issir l- infrastruttura bejn is-service providers, li jdaħħal il-prinċipju tas- sigurta' fit-tħaddim tan-network, il-protezzjoni tad-data, u li jara li jkun hemm sistemi differenti ta' telekomunikazzjoni li jistgħu jikkomunikaw bejniethom.", "Illum il-ġurnata l-qasam tat-telekomunikazzjonijiet tant qed jinbidel b'mod mgħaġġel li, jekk mhux se jkollna leġislazzjoni li tkun aġġornata mas-sistemi preżenti, se nibqgħu dejjem lura.", "Sur President, l-aħħar taqsima ta' l-abbozz titkellem fuq il- privatizzazzjoni tat-Telemalta.", "Aħna favur il-privatizzazzjoni pero' nixtiequ nkunu nafu għalfejn il-Gvern qiegħed jipprivatizzaha llum meta l- Partit Laburista fl-oppożizzjoni tant kien kontra l-privatizzazzjoni li saħansitra kien iħeġġeġ lill-GWU biex toħroġ thedded li se tagħmel l- istrikes.", "Issa donnu - kif qal tajjeb l-Onor.", "Tonio Borg - li f'daqqa waħda dawn raw id-dawl, bħal San Pawl fi triqtu lejn Damasku, u kkonvertew.", "(Interruzzjonijiet) Qabel ma tibda tipprepara biex tipprivatizza xi entita', trid tkun verament temmen f'dak il-konċett u jekk trid tkompli f'dik it-triq trid tibda tkisser il-monopolji eżistenti.", "Jekk se nipprivatizzaw parti mit-Telemalta billi nbigħu 40% ta' l-ishma tagħha lis- settur privat,imma xorta nibqgħu ngħidu li fis-settur tal-voice telephony m'għandu jidħol ħadd, naħseb li at the end of the day il-konsumatur mhux se jingħata l-aħjar servizzi li jistħoqqlu.", "Irridu ndaħħluha f'moħħna li mal-konċett tal-privatizzazzjoni rridu nibdew indaħħlu iktar il-konċetti ta' tkissir tal-monopolji u tal-liberalizzazzjoni.", "B'dan il-mod il- korporazzjoni Telemalta verament tkun tista' tikkompeti ma' entitajiet kummerċjali fil-qasam tat-telefonija u taħdem fuq bażi kummerċjali.", "Pero', kif għidt, f'dan l-abbozz ta' liġi ftit insibu riferenza għal dan il- konċett ta' liberalizzazzjoni fis-suq tat-telefonija, ħlief għall-proviso ta' subklawsola (2) ta' klawsola 11 li tgħid:", "\"Iżda ebda jedd esklussiv ma jista' jingħata, jew ikollu seħħ, wara s- sena 2010.\".", "Sinċerament ma nafx jekk dan il-proviso hux qed tirriferi għad-drittijiet esklussivi tal-monopolji li għandna bħalissa.", "Jien naħseb li l-Gvern iktar għandu f'moħħu l-flus li se jdaħħal minn din il-privatizzazzjoni milli prinċipji oħrajn ta' tneħħija ta' monopolji jew ta' politika ta' liberalizzazzjoni.", "U dan jidher minn diversi affarijiet.", "Per eżempju, kif tista' tħeġġeġ kultura ta' privatizzazzjoni ta' ċerti entitajiet tal-gvern, bħat-Telemalta u l-MIA, imbagħad timponi taxxa fuq il-banek, bħalma sar fil-budget li għadda?", "Kif tista' tħeġġeġ kultura ta' privatizzazzjoni meta qed timponi chairman għall-Bank of Valletta, fejn is-sehem pubbliku huwa inqas minn 50%?", "Dawn huma sinjali li juru li dan il-Gvern jemmen fil- privatizzazzjoni għall-konvenjenza u mhux veru jemmen li dak huwa l-aħjar mod kif wieħed jista' jiġġestixxi entita' li darba kienet pubblika.", "Ħaġa oħra stramba li forsi tista' tintrabat ma' din l-għaġġla kollha biex ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi hija t-tnedija tal-proġett tal-millennju u fil-fatt ikun interessanti li wieħed jistudja kif dawn iż-żewġ affarijiet jorbtu flimkien.", "Kulħadd jaf li l-proġett tal-millennju ma tnediex biex jiġġenera xi housing soċjali għaliex, kif diġa' ntqal, il-flats li se jinbnew se jipprovaw ibigħuhom madwar Lm65,000 il-wieħed.", "Jew forsi wieħed mill-għanijiet ta' dan il-proġett huwa li jipprovaw iqajmu l-industrija tal-bini fuq saqajha?", "Jien staqsejt lill-ministru responsabbli mit- Telemalta jekk hemmx xi ħtieġa teknika li jkollna proġett li bl-antenna tat- telekomunikazzjoni se jkun għoli 65 sular.", "(Interruzzjonijiet) Jekk hemm xi ħtieġa teknika l-Ministru Mizzi għandu jilluminana u mhux jagħtina risposti vagi.", "THE DEPUTY SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet.", "Onor. Mizzi, issa tkun tista' tirrispondi waqt il-winding-up.", "L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, forsi qed joħolmu li jkollna wieħed mill-ogħla torrijiet fl-Ewropa, pero' żgur li mhux se jkun il- proġett tal-millennju għaliex mhux se jkun lest sa l-aħħar ta' dan il- millennju.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex nitlobkom biex tqabbdu lili bħala perit, pero' nixtieq li tagħmlu l-istudji tagħkom bis-serjeta' u mhux timponu fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tibqa' tbiddel id- development brief tagħha sakemm jiġi jaqbel mal-ħsebijiet li għandkom f'moħħkom.", "Sur President, forsi qed jaħsbu li b'dan it-tip ta' żvilupp l-assi tat- Telemalta f'daqqa waħda se jikbru b'tali mod li l-40% ta' l-ishma li se jinbiegħu se jġibu valur ikbar.", "Pero' meta qed tkabbar l-assi tat-Telemalta bi proġett spekulattiv tkun qed tirriskja u jekk l-ispekulazzjoni ma tirnexxix se nispiċċaw biex ikollna sfiduċja totali fil-proċess ta' privatizzazzjoni u l-Gvern la jkun jista' jdaħħal il-flus mill-privatizzazzjoni biex isodd id-deficit tal- budget u lanqas ikun jista' jkompli jipprivatizza biex jagħti servizz aħjar lill-konsumatur.", "Mhux sew li ndaħħlu lit-taxpayer Malti fit-tħaddim ta' biċċa infrastruttura li għandha użu dubious.", "L-arblu tat-telekomunikazzjoni li se jinbena f'dan il-proġett tal-millennju se jkun jifforma parti mill- infrastruttura futura li se jkollna u se jsir qabel m'aħna se ndaħħlu l- konċett tar-regolatur li se jkollu l-funzjoni li jara l-vijabilita' ta' dik l-infrastruttura.", "Ġejna f'sitwazzjoni fejn qed inpoġġu l-karru qabel iż- żiemel u mhux sew li, biex it-Telemalta tgħolli l-valur ta' l-assi tagħha, tgħaddi minn fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħal bulldozer u timponilha li tinsa l-impatt fuq l-infrastruttura, fuq l-aspett residenzjali, fuq it- traffiku u anke timponilha li tinsa tagħmel environment impact assessment meta tiġi biex tapprova dan il-proġett!", "(Interruzzjonijiet) Jien nispera li ż-żmien jagħtik raġun, pero' trid tagħmel l-affarijiet kif suppost għaliex minn dak li qed naraw jidher li kollox qed isir bil-kontra.", "Sur President, kelliema qabli qalu li bħalissa l-Gvern Laburista qiegħed jimbotta ħafna 'l quddiem il-konċett ta' privatizzazzjoni, mentri meta kien fl-oppożizzjoni kien jaġixxi bil-kontra.", "Fil-fatt l-Onor.", "Frendo qal li dan huwa monument għall-ipokresija Laburista u jien ngħid li tista' tuża ħafna aġġettivi negattivi u ssejjaħlu monument tal-konvenjenza jew monument għall-opportuniżmu tal-Partit Laburista.", "Filwaqt li qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li se jdaħħal il-konċett ta' separazzjoni bejn ir-regolatur u s-service provider, għandna proġett b'regolatur li se jkun awtorita' per se u t-Telemalta qiegħda tiġi taqa' u tqum mir-regolaturi li jeżistu f'oqsma oħra.", "(Interruzzjonijiet) Iva, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar teżisti biex tirregola l-ippjanar u t-Telemalta qiegħda tiġi taqa' u tqum minn dan.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki nitlob lill-Ministru Mizzi biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, l-Onor.", "Mugliett għalaq id-diskors tiegħu billi wera l-inkonsistenza ta' l-Oppożizzjoni, għaliex kien hemm uħud li qalu li aħna kkopjajna l-liġi u li issa qed naqblu mal-privatisation, u kien hemm oħrajn li qalu bil-kontra.", "Jien naċċetta mija fil-mija li l- Gvern qabad rankatura fuq dak li kien ippjanat li jsir għaliex it- Telemalta ilha tikkonsidra s-separazzjoni tax-xogħol regolatorju minn dak ta' operatur sa minn April ta' l-1993.", "Pero' jiddispjaċini ngħid ukoll li fl-aħħar tliet snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista ftit li xejn saret ħidma f'dan is-sens, u dan meta pajjiżi oħra, inkluż dawk sotto- żviluppati, kienu diġa' għamlu dan il-pass.", "U kien hawn min joħlom li se nkunu r-role model tal-pajjiżi l-oħra fid-WTDC!", "Imbagħad kellha tkun l- International Telecommunications Union u l-konsulenti barranin li tħallsu l- belli liri biex ġabuna f'sensina li pajjiżna kien waqa' ferm lura vis-a- vis pajjiżi oħra.", "Konna waqajna sew lura fil-preparazzjoni tal-liġi u f'aspetti oħra, bħalma hija l-formazzjoni ta' kumpannija u eventwalment il- privatizzazzjoni tal-korporazzjoni.", "Il-Gvern Laburista huwa iktar serju u dak li hemm bżonn isir jagħmlu bi ħsieb mingħajr ma jitlef ħin.", "M'huwiex minnu li aħna kkopjajna l-ideat tan-naħa l-oħra għaliex dawn huma ideat universali.", "Il-liġi kif kienet ippjanata ġiet evalwata u emendata fejn kien hemm bżonn u dan biex tirrifletti l-bżonnijiet tas-suq lokali u ta' l-operaturi kollha f'dan is-settur.", "L-Onor.", "Mugliett għamel riferenza għall-monopolji u tajjeb li hawnhekk infakkar li meta n-naħa l-oħra kienet fil-gvern kienet tiftaħar li riedet tilliberalizza s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, imbagħad fir-rigward tal- mobile telephones, il-cable television u l-paging kien l-istess Gvern Nazzjonalista li ta l-monopolju lil kumpanniji barranin li kienu u għadhom joperaw f'Malta.", "Issa l-Gvern Laburista huwa kostrett li sakemm is- servizz tal-mobile telephone jibqa' protett bil-monopolju sas-sena 2010, is-servizz tat-telephone jrid jibqa' protett ukoll.", "Il-Gvern Nazzjonalista ta l-monopolju lill-kumpannija Telecell b'kuntratt sas-sena 2010 u issa qed jipprova jitfa' t-tort fuqna.", "Li kieku l-kuntratt ingħata sas-sena 2005, il-monopolju kien jispiċċa f'dik is-sena.", "Dik hi l-istorja kollha.", "Issa ngħaddi sabiex nitkellem dwar il-kontenut tal-liġi.", "L-Oppożizzjoni ssuġġeriet xi tibdiliet għal dan l-abbozz fosthom li, f'każ li talba għal liċenzja tiġi rrifjutata, ir-regolatur tat- telekomunikazzjoni għandu javża bil-miktub lill-applikant.", "L-ewwel ħaġa hija etika professjonali li tingħata risposta lil min ikun applika u jien naċċerta lill-Oppożizzjoni li etika bħal din mhux se tonqos milli tiġi osservata.", "Barra minn hekk, f'subklawsola (3) ta' klawsola 8 ta' dan l- abbozz għandna li:", "\"Jekk ir-Regolatur ikun tal-fehma li l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda għal xi waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-artikolu 9 ta' dan l-Att, huwa għandu jgħarraf lill-Ministru b'dan u jiċħad l- awtorizzazzjoni.\".", "(Interruzzjonijiet) Il-kliem \"jiċħad l-awtorizzazzjoni\" jindikaw li bilfors irid ikun hemm komunikazzjoni bejn ir-regolatur u l-applikant.", "Nista' anke nirriferik għal subklawsola (4) ta' klawsola 8 li tgħid li:", "\"Jekk ir-Regolatur jirrikmanda li l-applikazzjoni għandha tkun approvata iżda l-Ministru ma jkunx jaqbel ma' dik ir-rakkomandazzjoni għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-artikolu 9 ta' dan l-Att, l- applikazzjoni għandha tiġi miċħuda iżda l-Ministru għandu jgħarraf bil- miftuħ ir-raġunijiet għaliex ikun ħa dik id-deċiżjoni.\".", "L-Oppożizzjoni ssuġġeriet ukoll li għandha tingħata għajnuna permezz ta' servizzi speċjali u servizzi ta' emerġenza lil dak il-provditur li jkun qed ibati telf.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jaħseb sabiex ir- regolatur tat-telekomunikazzjoni jagħmel regolamenti li jidentifikaw dawk is-servizzi li jaqgħu taħt il-kategorija ta' l-obbligu ta' servizz universali.", "Fil-fatt fi klawsola 2 insibu li:", "\"\"obbligu ta' servizz universali\" tfisser obbligu biex tipprovdi servizzi ta' telekomunikazzjonijiet li jissemmew mir-Regolatur bħala servizzi bażiċi għal għanijiet soċjali bi prezz baxx jew għal kollox b'xejn.\".", "Mela fil-każ ta' iktar minn provditur awtorizzat, ir-regolatur jista' jagħmel regolamenti sabiex jinħoloq fond li fih jikkontribwixxu l- provdituri awtorizzati u l-kontribuzzjonijiet f'dan il-fond jinqasmu b'mod ġust.", "Issemma wkoll min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li l-mekkaniżmu tar-rati għandu jkun l-istess għal kull min jipprovdi l-istess servizz biex ma ssirx diskriminazzjoni.", "Fil-fatt klawsola 15 tipprovdi mekkaniżmu għar- rati u tgħid li l-provdituri awtorizzati għandhom japplikaw għall- approvazzjoni tar-regolatur qabel ma jimplimentaw xi rati ġodda u jekk ir- regolatur ma japprovax dawn ir-rati ġodda, il-provditur awtorizzat dejjem jista' jappella quddiem bord ta' appell.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li r- regolatur jista' jikkonsulta ruħu mal-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust dwar il-miżuri li jkollhom jiġu adottati fiċ-ċirkostanzi.", "Għal dawn ir- raġunijiet ma jidhirlix li għandna għalfejn naħlu ħin wisq fuq dawn is- suġġerimenti.", "L-Onor.", "Mugliett ssemma l-fatt li f'din il-liġi daħal l-Uffiċċju tal- Wireless Telegraphy u hawnhekk wieħed malajr jinduna li r-Regolatur se jkun l-Uffiċċju tal-Wireless Telegraphy.", "Saret kritika wkoll għall-fatt li l-multa ta' Lm1,000 għal min jinqabad b'xi apparat mhux awtorizzat hija waħda sostanzjali.", "Fuq dan il-punt diġa' għidt li se titressaq emenda li tgħid li l-multa ma tkunx inqas minn Lm100.", "Sur President, ħaġa oħra li ħarġet minn dan id-dibattitu u li lili tiskantani hija kif l-Oppożizzjoni tgħid li nkunu qed nesaġeraw meta jintalbu ċerti dettalji, bħalma huma indirizzi ta' min ikun xtara xi transmitter.", "Possibbli ma nafux li hawn kwantitajiet kbar ta' transmitters li qegħdin jintużaw b'mod irresponsabbli!", "Dawn it-trasmitters qed jiddaħħlu minn dealers li meta tistaqsihom minn fejn xtrawhom jgħidulek li kisbuhom mingħand dealers oħra u lanqas biss ikollhom irċevuti.", "L-unika raġuni għaliex iddaħħlu dawn l-affarijiet fl-abbozz hija biex jitnaqqsu l-abbużi li qed iseħħu ta' kuljum.", "Anzi aħna qed nipprovaw insolvu dawn il-problemi qabel ma wieħed ikollu għalfejn jirrikorri għall- qorti u r-rimedju huwa li jeħlu l-multa jew jiġi kkonfiskat l-apparat mingħajr ma jmorru l-qorti.", "Imma dan kollu jista' jiġi diskuss iktar fid- dettall fl-istadju ta' Kumitat.", "Intqal ukoll li l-uffiċċju tar-regolatur għandu jkun separat mill- ministeru responsabbli mit-telekomunikazzjonijiet.", "Hawnhekk irid jingħad li fil-fatt dan l-abbozz joffri diversi checks and balances u se jibda billi jgħid li r-regolatur jinħatar mill-Prim Ministru u mhux mill-ministru responsabbli mit-telekomunikazzjonijiet.", "Fil-fatt ir-regolatur se jkollu l- funzjoni li jilqa' applikazzjonijiet għal liċenzja, jinvestiga jekk jistgħux jintlaqgħu u jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "Fil-fatt din il-funzjoni regolatorja hija eżerċitata mingħajr indħil mill-ministru u s- sehem tal-ministru jkun li japprova r-rakkmandazzjonijiet tar-regolatur favur l-għoti jew ir-rifjutar tal-liċenzja.", "Jiġifieri r-regolatur ma jistax jiċħad applikazzjoni ħlief għar-raġunijiet li huma stabiliti fi klawsola 9, fosthom li l-applikazzjoni tkun:", "\"tmur kontra l-interess pubbliku, jew ma tkunx konsistenti mal- politika tal-Gvern u l-Ministru jkun jaqbel ma' dan;\".", "Jekk l-applikant jidhirlu li d-deċiżjoni fil-konfront tiegħu ma kenitx ġusta jista' jappella quddiem il-Bord ta' l-Appelli tat- Telekomunikazzjonijiet.", "Tqanqlet ukoll il-problema dwar jekk ir-regolatur għandux ikun uffiċjal pubbliku jew inkella xi ħadd mill-privat.", "L-ewwelnett kulħadd jaf li ħafna mix-xogħol li se jkollu r-regolatur kien diġa' qed jagħmlu l-Uffiċċju tal- Wireless Telegraphy u għalhekk dehrilna li r-regolatur għandu jkun uffiċjal pubbliku.", "Wara kollox dan ix-xogħol mhux se jagħmlu individwu waħdu imma se jsir b'kordinazzjoni mad-dipartiment.", "Sur President, parti kbira mill-ħin allokat għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni nħela fi kritika inġusta u infondata fir-rigward tat-Telemalta.", "Jien iktar xtaqt nitkellem fuq il-liġi għaliex għandi ħafna xi ngħid dwarha pero', għalkemm irrispondejt għal xi punti li tqanqlu, bilfors li jkolli nagħmel riferenza għal ċerti kummenti li saru min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni issa qed tammetti li sar progress f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżultati finanzjarji li kellna fl-ewwel sena ta' Gvern Laburista.", "Jien naqbel li ma sarux mirakli anzi nista' ngħid li dak li sar kien frott is-sens komun u l-insistenza min-naħa tal-Gvern biex it- Telemalta tieħu miżuri li kemm jista' jkun jagħmlu sens kummerċjali.", "Hawnhekk irrid nafferma l-fatt li l-management għamel il-parti tiegħu billi nsista mal-Gvern li tiġi rranġata s-sitwazzjoni dwar dak li għandu x'jaqsam mal-VAT u l-inter-connection rates mat-Telecell, għaliex konna wasalna f'sitwazzjoni fejn il-VAT dovuta mit-Telecell kienet qed titħallas mit- Telemalta.", "Intqal ukoll li l-ġbir ta' l-arretrati kellu impatt pożittiv fuq ir- riżultat finanzjarju tal-korporazzjoni.", "L-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra għandhom ikunu jafu li l-affarijiet ma sarux waħedhom imma kienu frott ta' miżura meħuda mill-management, fejn ġew miżjuda riżorsi fuq il-ħruġ ta' kontijiet biex l-arretrati mingħand il-kategoriji kollha ta' klijenti jiġu updated u sar ukoll monitoring kontinwu fuq ir-riżultati li kienu qed jinkisbu.", "Dan ix-xogħol kollu ma sarx biss mill-management imma sar ukoll mill-istaff tal-korporazzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li hemm fatturi importanti oħra li għenu biex żdied il-profitt, fosthom l-accounting rates, li diġa' semmejthom, u l-kontroll fuq spejjeż rikorrenti, bħalma huwa trasport u safar.", "Iż-żieda fid-dħul ta' Lm3.6 miljun ma kenitx dovuta biss għall-VAT imma kien hemm żieda qawwija fl-għoti ta' servizzi ġodda fejn mhux biss qdejna d-domanda li kellna imma tajjarna wkoll il-backlog ta' waiting list li kien hemm għas-servizz bażiku u għad-data lines.", "Aħna rnexxielna niksru r-record f'dak li huwa għoti ta' servizzi ġodda u f'dak li huwa tiswijiet ta' ħsarat kemm ilha teżisti t-Telemalta.", "Dawn l- affarijiet kollha saru bil-provi u mhux bil-paroli biss u n-naħa l-oħra qatt ma talbet id-dettalji għaliex rat ir-riżultati.", "Pero' tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-użu tas-servizzi mill-abbonati ras għal ras kiber u dan kellu effett fuq iż-żieda fid-dħul tat-traffiku lokali.", "Kien hemm ukoll żieda fid-dħul mis-servizzi l-oħra tas-cellular, tal-paging u tal-package switching, pero' kien hemm nuqqas fid-dħul mis-servizz tat-telex għaliex, kif jaf kulħadd, dan is-servizz qed jispiċċa għaliex qed jintużaw servizzi oħra minfloku.", "Ma nixtieqx ninsa ngħid li kieku f'Ġunju ta' l-1996 ir- roħs fuq it-tariffi internazzjonali sar b'aktar sens u ma kienx hemm min abbuża minn użu ta' telecards foloz, kieku kien ikollna iktar dħul.", "Sur President, saret ukoll riferenza għall-ispiża kapitali u ntqal li għalkemm kien ipproġettat li din is-sena l-ispiża tilħaq l-Lm10 miljun, fil-fatt intnefqu madwar Lm5 miljun biss.", "Ma nafx għalfejn ġie ssollevat dan il-punt għax fil-fatt din il-problema tinqala' kull sena u dan nista' nissostanzjah.", "Per eżempju, fis-sena finanzjarja 1995/96, l-estimi għall- ispiża kapitali kienu ta' Lm14 miljun u fil-fatt intnefqu Lm7 miljun biss; fis-sena 1994/95, l-estimi kienu ta' Lm14 miljun u l-ispiża attwali kienet ta' Lm5 miljun biss;. fis-sena 1993/94, l-estimi kienu ta' Lm6 miljun u ntnefqu Lm4 miljun biss; u fis-sena 1992/93, kien ipproġettat li jintnefqu kważi Lm5 miljun u minflok intnefqu Lm2 miljun biss.", "Għalkemm din m'hijiex xi sitwazzjoni ideali pero' ġeneralment dan jirriżulta minn bottlenecks li jeżistu fis-sistema tal-procurement.", "Jien kemm-il darba għidt li n-nefqa kapitali ma kenitx se tkun kif prevista u għalhekk ma nistax nifhem kif in-naħa l-oħra qed tipprova twaddab il-ħtija fuq din l- amministrazzjoni.", "Nista' nassigura lill-Oppożizzjoni li aħna ħadna ħsieb bis-serjeta' ta' din il-problema u saret evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fejn ġiet identifikata l-prijorita' tal-proġetti kapitali sabiex ma jsirx infiq bl-addoċċ.", "Dan qed nagħmluh u se nkomplu nagħmluh bit-twaqqif tal- kumpannija l-ġdida fejn, filwaqt li m'hu se jinqata' xejn mill- accountability, il-proċeduri se jitħaffu sabiex dawn il-proġetti jitwettqu.", "Saret kritika wkoll dwar il-manifest tal-klijent, liema kritika turi biċ- ċar kemm in-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma kellhiex xi tgħid fuq din il-liġi u, biex jipprovaw joskuraw lit-Telemalta u lill-Gvern, bdew jivvintaw l- affarijiet.", "Dawn qalu li l-amministrazzjoni preżenti ma onoratx id-data tad- dħul fis-seħħ tal-manifest tal-klijent li skond huma kellha tkun fl-1 ta' Novembru, 1996.", "Hawnhekk jien irrid ninforma lill-Oppożizzjoni li d-data tad-dħul fis-seħħ ma ġietx onorata meta l-Bord tat-Telemalta kien presedut minn John Camilleri, li llum qiegħed jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista f'din il-korporazzjoni.", "Fil-laqgħa tal-bord tad-diretturi li saret fl-24 ta' Settembru, 1996 kienet bdiet tiġi kkonsidrata proposta li d- data tintefa' lura u fil-laqgħa tat-12 ta' Novembru, 1996 - meta kien għadu chairman John Camilleri - kien ġie deċiż li d-data għandha tkun l-1 ta' Jannar, 1997.", "Mil-laqgħa tal-bord tad-diretturi li saret fil-5 ta' Diċembru, 1996, preseduta minn John Camilleri, ħareġ illi kieku l-manifest tal-klijent daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru, 1996 it-Telemalta fl-ewwel erba' ġimgħat kien ikollha toħroġ is-somma ta' Lm16,000.", "Imbagħad l-istess bord intebaħ li t-Telemalta ma kenitx ippreparata biex tonora l-manifest tal-klijent u ppropona żewġ dati, l-1 ta' Frar u l-1 ta' Marzu, 1997.", "Fil- laqgħa tal-bord tad-diretturi tat-23 ta' Diċembru, 1996 - meta ċ-chairman kien għadu John Camilleri - kien ġie deċiż li d-data tad-dħul fis-seħħ tal- manifest tal-klijent kellha tkun il-15 ta' Marzu, 1997.", "Meta saret il- bidla fil-bord tad-diretturi mill-ewwel ittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sakemm is-sitwazzjoni ġiet taħt kontroll.", "Dan ifisser li, għall-kuntrarju ta' dak li qalet in-naħa l-oħra, kien il-bord tad-diretturi maħtur mill- Gvern Nazzjonalista li bidel id-data tal-bidu fis-seħħ tal-manifest tal- klijent għal erba' darbiet.", "Issa sħabna tan-naħa l-oħra qed jipprovaw ibellgħuha lill-poplu li konna aħna li ħbejna dan il-manifest tal-klijent!", "Dan huwa kollu gideb għaliex jien kemm-il darba semmejt il-manifest tal- klijent u għidt ukoll li r-regolatur u l-operatur m'għandhomx ikunu l- istess entita'.", "Sur President, 'il quddiem nitlob il-permess sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-minuti biex nissostanzja dan li għadni kemm għidt u sabiex nikkonferma li dak li ingħad mill-Oppożizzjoni huwa paroli fil-vojt.", "In-naħa l-oħra semmiet ukoll il-manutenzjoni preventiva u jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Pullicino Orlando kull darba jikkwota informazzjoni li kważi dejjem tirriżulta infondata u ma jiddejjaqx li mbagħad jien noqgħod nikkoreġih.", "Fil-fatt fl-aħħar seduta ntqal li l-amministrazzjoni l-ġdida tat-Telemalta waqqfet għal kollox ix-xogħol ta' manutenzjoni preventiva fuq il-linji.", "L-Onor.", "Membru ta' x'wieħed jifhem li fi żmien l- amministrazzjoni Nazzjonalista, it-Telemalta kienet titfa' l-enerġija kollha tagħha fuq din il-manutenzjoni preventiva u issa aħna tlaqna kollox għal riħu.", "Hawnhekk jien irrid ngħidlu li filwaqt li fl-1996 saru 6,000 operazzjoni ta' manutenzjoni preventiva fuq il-linji, fi 11-il xahar ta' amministrazzjoni Laburista saru 9,900 operazzjoni ta' manutenzjoni preventiva.", "Barra minn hekk aħna daħħalna r-riorganizzazzjoni fejn kien hemm bżonn, iddedikajna r-riżorsi neċessarji fuq bażi permanenti u kkontrollajna l-produttivita'.", "Dik hi s-serjeta' u mhux niġu hawnhekk b'informazzjoni skorretta u nipprovaw nimplikaw li fit-Telemalta hemm ħafna nuqqasijiet u ħafna affarijiet oħra li m'humiex veru Jien nixtieq inkun naf għaliex qed tiġi adottata din it-tip ta' kritika min-naħa ta' l- Oppożizzjoni fejn, filli jgħidu li aħna qed naqblu fuq il-konċett ta' privatizzazzjoni u li qed nagħmlu l-istess bħalma kienu se jagħmlu huma, u filli jgħidu bil-maqlub.", "Sur President, ġejna kkritikati wkoll għall-mod kif il-Korporazzjoni Telemalta qed tmexxi l-kampanja ta' l-isponsorships għad-WTDC.", "Wara inizjattiva diretta taċ-Chairman il-ġdid tat-Telemalta, is-Sur Mejlaq, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni ta' din il-konferenza - ir-riżultati ta' din l- analisi tajthom kemm-il darba - u dehrilna li kellna nieħdu azzjonijiet kollettivi.", "Jien insostni li la s-suppliers qed juru interess fl- isponsorships, sinjal li jemmnu li se jkollhom return minn din il- promozzjoni.", "Din hija l-liġi tas-suq fejn ħadd ma jagħtik xejn għax jarak ħelu iżda għax ikun jaf li se jieħu pubbliċita' mill-ħaġa.", "Ir-raġuni li qed ikollna dawn l-isponsorships hija għaliex is-suppliers jafu li fil- Korporazzjoni Telemalta hemm is-serjeta' u jafu li din il-promozzjoni se tħalli riżultati pożittivi.", "In-naħa l-oħra tkażat bina u qalet li aħna tlifna opportunita' tad-deheb li nitkellmu mal-barranin fil-world policy forum biex ninnegozjaw accounting rates aktar baxxi.", "Kieku qgħadna idejna marbuta nistennew il- world policy forum u ma ħadniex l-inizjattiva biex isiru n-negozjati f'dan is-sens, kieku ma ffrankajniex madwar Lm400,000 u ta' dan jien nirringrazzja lill-management u l-Bord ta' Telemalta.", "L-Oppożizzjoni pprovat timplika wkoll li jekk it-Telemalta ma teħux sehem f'dawn il-policy fora, is-suppliers ma jinvestux fil-korporazzjoni.", "Jien naħseb li l- investituri jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq is-saħħa ta' l-entita' u l-prospetti li tkompli tikber u iktar jinteressahom xi profitti tagħmel u kemm se tirreġistra qligħ fil-futur l-istess entita'.", "L-investituri ma jeħdux pjaċir jaraw flus minfuqa għall-unur u l-prestiġju biss u għalhekk tajjeb li qabel nitkellmu naraw l-affarijiet sewwa.", "Issemma wkoll it-tele-medicine.", "Irrid nagħmilha ċara li l-korporazzjoni taħt dan il-Gvern qatt ma waqfet li tieħu sehem attiv fil-qasam tat-tele- medicine, pero' ma rridux inkunu prużuntużi u nagħmluha ta' esperti għax esperti m'aħniex.", "Jien nesiġi li t-Telemalta tipparteċipa skond l-esiġenzi tagħha.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għat-terranet li tista' tgħid issemmiet kważi minn kull kelliem ta' l-Oppożizzjoni.", "Jekk l-Oppożizzjoni verament temmen fil-liberalizzazzjoni tas-suq u fil-kompetizzjoni, m'għandhiex għalfejn tikkritika lit- Telemalta li beħsiebha tixtri l-ishma tat-terranet għaliex il-korporazzjoni għandu jkollha d-dritt li tikkompeti fis-servizz ta' l-internet, bħal kull service provider ieħor.", "Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-korporazzjoni huwa li tipprovdi servizz fil-qasam edukattiv u b'dan il-mod tkun qed tinċentiva għat-tieni linja li hija importanti għaliha.", "Jien ngħid li l-preżenza tal-korporazzjoni fis-servizz ta' l- internet ittaffi l-effett negattiv li dan is-servizz jista' jkollu fuq servizzi eżistenti li diġa' toffri t-Telemalta.", "Barra minn hekk, it- Telemalta qed tkun pro-attiva biex tistimula l-użu tal-multi-media fl- industrija lokali.", "Jien nemmen li d-dħul tal-korporazzjoni f'dan il-qasam jista' jwassal biex l-internet service providers l-oħra jgawdu minn tnaqqis fir-rati tas-circuits.", "Hawnhekk irrid nagħmel riferenza għal dak li nkiteb minn wieħed mill-internet service providers f'gazzetta lokali tat-22 ta' Ottubru dwar dawn l-ishma li beħsiebha tixtri t-Telemalta, fejn intqal hekk:", "\"Telemalta will not be able to compete in the private sector because they have no idea how to compete there.\".", "Għalhekk jien ma nistax nifhem għalfejn l-Oppożizzjoni qed tinkwieta meta dawn l-istess service providers qed jgħidu li t-Telemalta m'hijiex kapaċi tikkompeti!", "Sur President, issemma wkoll il-fatt li delegazzjoni mit-Telemalta telgħet Franza u kienet akkumpanjata minn konsulent li jaħdem ma' ditta lokali biex imorru jaraw il-billing system magħrufa bħala girafe.", "Jien nikkonferma li dan kien espert li tela' biex jara l-affarijiet u l- Oppożizzjoni jmissha tistħi ssemmi dawn l-affarijiet meta kienu huma stess li xtraw din is-sistema difettuża, li kważi qamet Lm2 miljun, ħarbtet is- sistema tal-kontijiet tat-telephones u tista' tgħid li ħarbtet is-sistema ta' kif wieħed japplika għas-servizz tat-telephone, kif jagħmel il- kuntratt u anke kif jingħata s-servizz.", "Għaliex ma ngħiduhomx dawn l- affarijiet!", "Jien ngħid li sħabna tan-naħa l-oħra ma jistgħux jniżżluha li t-Telemalta qed timxi b'mod serju u b'mod għaqli fl-interess tagħha stess u fl-interess ta' pajjiżna u qegħdin jipprovaw jitfgħu dellijiet koroh fuq il- korporazzjoni.", "Per eżempju, issemmiet it-tender ta' l-earth station.", "L-ewwelnett irrid ngħid li t-tenders kienu nfetħu f'Lulju ta' l-1996 u ma kien jidher li kien hemm xejn ħażin la min-naħa tat-Telemalta u lanqas min-naħa ta' l-uffiċċju tal-kuntratti tal-gvern.", "Wara li saret l- adjudication, il-każ tela' quddiem il-bord tad-diretturi f'Marzu ta' din is- sena għaliex it-tender li kienet intgħażlet ma baqgħetx l-irħas offerta minħabba tibdil fir-rati tal-kambju u rriżulta li t-tieni offerta li ntefgħet kienet irħas.", "Għalhekk il-bord tad-diretturi talab il-pariri ta' l-awditur tal-gvern u tad-direttur ta' l-uffiċċju tal-kuntratti tal-gvern dwar jekk għandux jagħti l-kuntratt lil min tefa' l-irħas offerta.", "Madanakollu l-parir li ngħata kien li f'isem il-fiduċja fil-proċess tat- tendering kellu jibqa' favorit dak li kien tefa' l-irħas offerta meta nfetħu l-offerti fil-bidu u għalhekk il-bord mexa fuq dan il-parir.", "Imbagħad saret protesta bil-miktub minn dak li baqa' barra fejn allega li ma ġietx rispettata l-proċedura tat-tender għaliex il-bid bond ma kenitx inkluża fit-tender oriġinali.", "Għalhekk wara li saru l-investigazzjonijiet kollha, bl-approvazzjoni tad-dipartiment tal-kuntratti u ta' l-Attorney General, l-offerta li kienet intgħażlet ġiet eskluża.", "Dan juri b'mod ċar li t-Telemalta ħadet il-pariri ta' min kellha tieħu u mxiet kif suppost.", "Allura hemm xi ħaġa ħażina f'din?", "Jien ma nistax nifhem kif in-naħa l-oħra tipprova titfa' dubji fuq it-Telemalta meta m'għandhiex għalfejn.", "Saret kritika qawwija fuq il-proġett li se jsir f'Paceville.", "Nerġa' ntenni li m'huwiex sewwa li f'dan il-Parlament jingħadu affarijiet li m'humiex veri u li la jkunu ntqalu mit-Telemalta u lanqas minni bħala l- ministru responsabbli għat-telekomunikazzjonijiet.", "L-ewwelnett it-Telemalta qed tagħmel użu massimu mir-riżorsi li għandha u hija ħaġa sewwa li ma tħallix rieqda medda ta' art bħal dik li fis-suq lokali llum hija imprezzabbli.", "Barra minn hekk, dan il-proġett se jittrasforma l-qalba ta' Paceville f'ċentru bi stabilimenti moderni ta' negozji u ristoranti, ikkaraterizzati b'faċilitajiet ta' parking, divertiment u sport.", "B'dan il-proġett Paceville se jiġi modernizzat bi żvilupp urban ippjanat b'disinn ta' l-aqwa kwalita' u nista' naċċerta lill-Kamra li dan se jiġbed espansjoni ekonomika ġdida lejn dan il-lokal.", "Imma l-Oppożizzjoni ppreferiet toħroġ all out kontra dan il-proġett, mingħajr ma qagħdet tistenna kif se jiżviluppaw l-affarijiet.", "Irrid ngħid ukoll li l-ħsieb ta' dan il-proġett huwa li jippromwovi l-użu tat-teknoloġija avvanzata fl- industrija tal-bini u biex jiġu solvuti problemi eżistenti fil-lokalita' billi jinbena ambjent iktar modern.", "(Interruzzjonijiet) Iva, kellna feedback min-naħa tar-rappreżentanti ta' dawk l-akkwati.", "II-ħsieb tagħna hu li nittrasformaw din il-lokalita' f'attrazzjoni unika kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti.", "Issemma wkoll il-fatt jekk hemmx bżonn li jsir il-communications tower.", "Jien ma naħsibx li hawn xi ħadd daqshekk miġnun li jagħmel xi ħaġa jekk ma jkollux bżonn jagħmilha.", "Forsi hawn xi ħadd li qed jipprova jimmiżinterpreta dan il-proġett għal xi raġuni ulterjuri.", "(Interruzzjonijiet) It-Telemalta kellha diversi diskussjonijiet ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, liema diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "Irrid nagħmilha ċara li t-Telemalta trid il-permess uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-proġett isir, u dan fl-interess tal-pajjiż kollu.", "Għalhekk nappella biex il-paroli żejjed jinqata' għaliex m'hu veru xejn li l-affarijiet qed isiru b'tali mod li qisna għaddejjin b'xi bulldozer minn fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "In-naħa l-oħra waslet biex takkużani wkoll li bħala ministru responsabbli għat-telekomunikazzjonijiet ipprovajt inkun partiġjan meta nfetaħ il-branch office tat- Telemalta f'Bormla.", "Jien kuntent li nfetaħ dan il-branch office għaliex nemmen li mill-branches jingħata servizz tajjeb lill-klijent, pero' nixtieq ngħid li t-Telemalta bdiet tfittex uffiċċju ġewwa Bormla f'Jannar ta' l-1996.", "U hawnhekk se nagħmel riferenza għal ittra datata 17 ta' Ottubru, 1996 - li 'l quddiem beħsiebni nitlob il- permess biex inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - li s-Sur John Camilleri, ex-chairman tat-Telemalta kien kiteb lis-Sindku ta' Bormla fejn qallu hekk:", "\"Żmien ilu tkellimna dwar il-possibbilta' li f'Bormla jinfetaħ uffiċċju tal- Korporazzjoni ...\".", "Hawn qiegħda d-diżonesta ta' l-Oppożizzjoni għaliex mhux talli mhumiex jgħidu l-verita' imma qegħdin jipprovaw joskuraw lil min qed jaqdi d-dover tiegħu.", "Din l-ittra turi li jien ma kellix x'naqsam mal-ftuħ tal-branch office f'Bormla u mhux veru li jien approfittajt ruħi mill-ftuħ ta' dan il- branch biex, kif qed jakkużawni tan-naħa l-oħra, inkun nista' ngħid li għamilt xi ħaġa fid-distrett tiegħi.", "Din hija akkuża ddisprata mill- Oppożizzjoni għaliex m'għandhomx x'jgħidu.", "Sar attakk dirett ieħor fuqi meta min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ġie kkwotat artiklu minn gazzetta, liema artiklu jgħid hekk:", "\"Meta tagħmel ħafna xita, lir-residenti tar-Rinella u l-Kalkara qed tmurilhom il-linja u kulma jisimgħu huwa ħoss ta' morse code.", "Min ikun qed jipprova jaqbdek jgħidlek li jkun qed jisimgħek iżda inti ma tisma' xejn.", "Din il-ħsara ilha sejra għal żmien twil u r-raġuni li taw hija li l-cable qiegħed taħt l-art u jinfaqa' bl-ilma.\".", "Naturalment jien ma qgħadtx nistenna li jikkwotaw dan l-artiklu fil- Parlament biex ninvestiga, għaliex meta nara xi ħaġa bħal din mill-ewwel nieħu passi.", "Pero' wisq nibża' li seta' kien hemm xi skop ulterjuri wara din l-ittra għaliex eventwalment irriżulta li l-ħsara fit-telefon li kellha din il-persuna li kitbet l-ittra kienet irrapportata fl-24 ta' Ġunju, 1997 u dakinhar stess saru t-testijiet u rriżulta li fil-fatt ma kien hemm l- ebda ħsara.", "Fil-15 ta' Ottubru, 1997 din l-istess persuna reġgħet irrapportat li kellha ħsara fit-telefon u jumejn wara għal darba oħra reġa' ġie kkonfermat li ma kien l-ebda fault.", "Tajjeb li ngħid ukoll li din il- persuna tkun f'din id-dar nofs ta' nhar kull 15-il ġurnata.", "Dan juri wkoll in-nuqqas ta' esperjenza u n-nuqqas ta' serjeta' min-naħa tal- kelliem ta' l-Oppożizzjoni għaliex, jekk il-fault ikun ġej minn taħt l- art, huwa aktar diffiċli li taqbad il-morse u safejn naf jien l-inner wire station, li kien jittrasmetti l-morse, ilu li spiċċa għexieren ta' snin.", "Barra minn hekk, il-ħsara li kien hemm fil-cable tal-Kalkara ma kellha x'taqsam xejn mal-linja tat-telefon ta' din il-persuna għaliex b'kumbinazzjoni din il-persuna qiegħda fuq l-istess cable tal-linja tat- telefon tiegħi.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Hawn qiegħda d- diżonesta' min-naħa ta' l-Oppożizzjoni!", "Kif diġa' għidt, il-pass li qed tagħmel it-Telemalta qed tagħmlu fl- interess tagħha u ta' pajjiżna u l-poplu qed jirrikonoxxi l-mod serju li bih miexja din il-korporazzjoni f'dan il-qasam, pero' l-Oppożizzjoni donnha li ma tridx tniżżel dan il-fatt jew qed tipprova tieħu l-preġju hi billi tgħid li dawn l-affarijiet bdew fi żmienha.", "Hija ħaġa ta' l-iskantament kif meta jkun hemm xi ħaġa ħażina jipprovaw jitfgħu t-tort fuqna.", "Jien ma nistax nifhem din it-tip ta' kritika min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Meta ġejna biex inressqu din il-liġi li permezz tagħha t-Telemalta se ssir kumpannija, aħna ħadna in konsiderazzjoni kemm il-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna, bħalma jagħmlu pajjiżi oħra, kif ukoll il-vantaġġ li tista' tieħu meta jkollok privatizzazzjoni parzjali.", "Jien persważ li se jkun hemm investituri barranin li se jagħmlu użu mill-infrastruttura eżistenti tat- Telemalta u b'dan il-mod pajjiżna jkollu iktar introjtu.", "Madam Speaker, fl-istess ħin aħna ħsibna wkoll fil-ħaddiema u fil-fatt kellna diskussjonijiet mal-union li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema tat- Telemalta u wasalna fi ftehim.", "Jien għidt li l-ħaddiema se jingħataw l-opportunita' li jkollhom 3% ishma fil-kumpannija u se jingħataw 10% discount fuqhom.", "Aħna ma ħallejna lil ebda rappreżentant tal-ħaddiema barra u fil-fatt kellna anke laqgħat mar-rappreżentanti ta' l-inġiniera, u mal-UĦM, fejn spjegajnilhom l- affarijiet, allavolja kien hemm min ipprova jwerwer lill-ħaddiema li se jispiċċaw bla xogħol jew li se jbatu xi konsegwenzi. llum il-ħaddiema jafu li dan mhux minnu, anzi jien persważ li l-ħaddiema se jagħtu sehemhom iktar minn qatt qabel għaliex issa se jkollhom sehem fil-kumpannija u allura se jaħdmu b'iktar ħerqa u b'iktar effiċjenza għaliex jafu li jistgħu jieħdu xi ħaġa lura.", "Barra minn hekk, se jkunu iktar konxji mir- responsabilitajiet tagħhom u konxji wkoll minn dawk il-ħaddiema li jiskartaw.", "L-ebda ħaddiem m'hu se jkun jaqbillu li jiskarta għaliex issa jaf li jekk jiskarta se jtellef mid-dħul tal-kumpannija u sħabu iktar jistgħu jieħdu passi kontra tiegħu.", "Jien ninsab kuntent li l-ħaddiema għarfu l-importanza ta' dan il-pass li se nieħdu u nemmen ukoll li b'din il-liġi fejn se nisseparaw lir-regolatur mill-operatur se nuru lil pajjiżna u lill-pajjiżi ġirien tagħna kemm il-Gvern Laburista jrid jimxi 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Madam Speaker, qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Siltiet minn minuti tal-board meetings tal-Korporazzjoni Telemalta li saru fl-1996 in konnessjoni ma' Update on Customer Charter; u", "Kopja ta' ittra datata 17 ta' Ottubru 1996 mibgħuta miċ-Chairman tal- Korporazzjoni Telemalta lis-Sinku tal-Kunsill Lokali ta' Bormla u kopja ta' ittra datata 6 ta' Jannar 1996 lis-Segretarju Permanenti fil- Ministeru ta' l-Ikel, Agrikoltura u Sajd dwar uffiċċju tat-Telemalta f'Bormla.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi biex Jirregola t- Telekomunikazzjoni jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi biex iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Diċembru fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu magħha - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jirregola t-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru. 2) - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, nixtieq nibda dan l- intervent tiegħi billi nkompli nelabora fuq xi punti li tqajmu waqt id- diskussjoni ta' l-Estimi ta' l-Employment and Training Corporation.", "Wieħed minn dawn il-punti kien jirrigwarda x-xogħol tal-priġunieri wara li dawn jiskontaw is-sentenza tagħhom u jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjeta'.", "X'qed tagħmel l-ETC b'mod effettiv biex wara li l-Istat ikun ta opportunita' lill-ħabsin biex jissaffew u jirredimu ruħhom favur is- soċjeta' dawn ikunu jistgħu jintegraw ruħhom mill-ġdid fis-soċjeta' u jkollhom l-impjieg tagħhom?", "Jien naħseb li huwa desiderabbli ħafna li fil- ħabs jibda jingħata training lill-priġunieri.", "L-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs li jinsab fuq l-aġenda tal-Parlament jitkellem dwar ċerti regolamenti li l-Gvern beħsiebu jagħmel fir-rigward tal-pensjonijiet ta' ċerti uffiċjali.", "Pero' jien naħseb li hemm bżonn li nitkellmu iktar dwar x'wieħed jistenna minn ħabs f'dinja moderna.", "Issa, Madam Speaker, xtaqt nissolleva punt ieħor fuq il-vittmi tar-reati.", "Fil-programm elettorali tagħna aħna għidna ċar u tond li nemmnu li mhux biss għandha ssir ġustizzja u min ikun wettaq ir-reat jiġi kkastigat, imma huwa importanti wkoll li naraw li min ikun għamel ir-reat jagħti kumpens lill-vittma, jew lil werrieta, jekk il-vittma jkun tilef ħajtu.", "U hawnhekk nistgħu nsemmu lill-pulizija li jistgħu jispiċċaw vittmi ta' reati kommessi fuqhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom u naħseb li kulħadd jiftakar il-każ li ġara Tas-Sliema.", "F'każijiet bħal dawn is-soċjeta' trid turi sens ta' kompassjoni mal-familjari tal-vittmi billi tara li jkollhom għamla ta' difiża tajba, sħiħa u bla mittiefsa.", "Fir-rigward tal-pulizija għandna naraw li l-polza ta' assigurazzjoni ma tkunx tkopri biss lill-pulizija u lill-familjari tagħhom imma tiġi estiża wkoll għall-proprjeta'.", "Xtaqt ngħaddi issa għal xi ħaġa differenti, Madam Speaker.", "Ftit taż-żmien ilu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni pprova jisfrutta sitwazzjoni li ġrat hawnhekk stess.", "Qed nirriferi għal meta ried jitkellem l-Onor.", "Mintoff fil-budget debate.", "Fil-fatt il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed on record li qal li, peress li l-Onor.", "Mintoff ilu membru parlamentari għal iktar minn 25 sena, dan il-Parlament kien obbligat li jisimgħu.", "Jien ma nafx jekk kliem bħal dan lill-Onor.", "Fenech Adami jirrendihx Mintoffjan!", "Ma rridux ninsew li fit-2 ta' April, 1978 l-Onor.", "Fenech Adami kien qal li kien wasal iż-żmien li l-Onor.", "Mintoff jitlaq.", "Jekk fl-1978 ħass li l- Onor. Mintoff kellu jitlaq, issa fl-1997 x'ġiegħlu jħoss li jitlob lil dan il-Parlament biex jisimgħu?", "Madam Speaker, kien l-Onor.", "Fenech Adami li fl-1982 kien qal li l-Onor.", "Perit Mintoff imissu jistħi jidher quddiem il-poplu Malti.", "U issa qed jgħidilna li lill-Onor.", "Mintoff għandna nagħtuh iċ-ċans li jitkellem!", "Imma l-ikbar waħda kienet meta fil-11 ta' Awissu, 1982 l-Onor.", "Fenech Adami kien għajjar lill-Onor.", "Mintoff ipokrita - seta' kien Dr Karmenu Mifsud Bonnici jew l-Onor.", "Alfred Sant jew xi ħaddieħor min-naħa tal-Partit Laburista - għaliex qal li kien immanipula lil kulħadd.", "Il-verita' hi li kien l-Onor.", "Fenech Adami li fl-10 ta' Novembru, 1997 kien qed jipprova jimmanipula lil dan il-Parlament meta ried li l-Onor.", "Mintoff jitħalla jitkellem.", "Dan għamlu biex mingħalih jieħu xi vantaġġ politiku.", "Jien ma nafx jekk huwiex il-każ li wieħed jiftakar li din hija l-istess persuna li qalet biex ma niġġudikawhiex fuq dak li tgħid imma niġġudikawha fuq dak li tagħmel.", "Fit-8 ta' Frar, 1982 l-Onor.", "Fenech Adami kien qal li l-Onor.", "Mintoff qered id-demokrazija.", "Allura għaliex ried joqgħod jisma' lil xi ħadd li skond huwa stess kien qered id-demokrazija?", "Forsi għaliex kien demokratiku aktar mis-soltu!", "Dawn huma domandi li wieħed bilfors irid jistaqsihom għaliex qegħdin f'sitwazzjoni fejn, għalkemm il-Partit Laburista ġab numru ta' voti ikbar mill-Partit Nazzjonalista, qed igawdi biss maġġoranza ta' siġġu wieħed.", "Huwa fair li nibqgħu f'din is-sitwazzjoni?", "Jien naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna naqblu li hemm bżonn niddiskutu jekk ir- rappreżentanza proporzjonali tirriflettix il-verdett u r-rieda tal-poplu.", "Barra minn hekk, irridu naraw jekk wasalx iż-żmien li nibdew niddiskutu ċerti issues, bħalma huwa d-divorzju, liema issue se jiġi diskuss llejla fil-programm \"Xarabank\"Forsi ta' min hawnhekk wieħed jistaqsi jekk għandux jingħata free vote fuq issues li mhumiex politiċi.", "Aħna qegħdin f'dan il- Parlament għall-politika, pero' wieħed jista' jkollu l-konvinzjonijiet reliġjużi tiegħu u jħoss li, per eżempju, m'għandux jivvota favur id- divorzju jew fuq il-kwestjoni ta' konkubinaġġ jew il-kwestjoni ta' tfal illeġittimi.", "Jien ħadt gost ħafna bil-mod kif tkellem il-Prim Ministru meta konna ltqajna fis-Sala ta' l-Arazzi fl-okkażjoni fejn b'mod ċar u li jinftiehem kien qal illi rridu noħolqu dibattitu bl-iktar mod miftuħ fuq dan l-issue.", "M'għidniex jekk aħniex se nagħtu free vote jew le fuq il- kwestjoni tad-divorzju, imma żgur illi b'mod liberali u miftuħ il-Prim Ministru ta eżempju lil kulħadd, mentri l-Onor.", "Fenech Adami għamel sarima ma' ħalq il-partit tiegħu biex ħadd ma jesprimi l-pożizzjoni tiegħu.", "Aħna rridu noħolqu diskussjoni fil-pajjiż, pero' fil-kontest ta' rappreżentanza tal-poplu rridu naraw jekk individwu għandux jivvota skond il-kuxjenza tiegħu.", "Hawn min jgħid li ma nistgħux nivvotaw skond il- kuxjenza tagħna għaliex aħna nirrappreżentaw nies li jista' jkollhom twemmin differenti.", "Pero' jien naħseb li wieħed irid janalizza wkoll il- lokalitajiet li jirrappreżenta fejn jista' jkun hemm numru ta' nies li jkunu favur xi issue partikolari u allura tkun tista' tiġi stabilita l- pożizzjoni tal-partit.", "Il-verita' hija li d-deputat għandu leħen f'dan il- Parlament u huwa importanti li aħna l-back-benchers inwasslu l-messaġġ tal- kostitwenti tagħna u jkollna rapport tajjeb mal-ministri.", "Pero' xi drabi jiġri li mmorru f'ċerti dipartimenti tal-gvern li għadhom immexxijin minn nies li m'għandhomx interess li la jagħmlu ġid lill-klassi tal-ħaddiema u lanqas lill-Partit Soċjalista fil-gvern, u dawn mhux talli jonqsu mid- dmirijiet tagħhom, talli jagħmlu l-ħajja ta' dawk in-nies li nkunu qegħdin inressqu l-każijiet tagħhom infern.", "Gvern Laburista huwa Gvern tal-Maltin u ta' l-Għawdxin kollha u jrid jara li din il-ħaġa ma tkomplix tirrepeti ruħha.", "Hawnhekk se nsemmi d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fejn, għalkemm hemm min jagħmel ħafna sagrifiċċji u huwa kommess għal xogħlu, għad hemm min jonqos minn dmirijietu.", "Jien nappella lill-Ministru Alfred Portelli sabiex jassigura li jekk, per eżempju, bniedem jingħata appuntament mas-Sur Esposito, min-naħa tiegħu dan għandu jkun hemm fil-ħin biex jiltaqa' man-nies.", "Huwa veru li forsi tant ikollu load ta' xogħol illi ma jkunx jista' jżomm il-ħinijiet ta' l-appuntamenti tiegħu, pero' konsegwenza ta' dawn l-affarijiet qed ibati ċ-ċittadin.", "Ċertament li aħna rridu nkunu mmexxijin mill-konvinzjoni li tgħaqqadna u se tkompli tgħaqqadna fit-twemmin tagħna u li mexxietna u rebbħitna l-aħħar elezzjoni, cioe' li ċ-ċittadin għandu jiġi l-ewwel.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, għadni ġej minn laqgħa tal- Kunsill ta' l-Ewropa li saret ġewwa Pariġi, il-political affairs committee, li għaliha kien mistieden ukoll id-deputy defence minister ta' Iżrael.", "Jien ħadt l-opportunita' biex inwassallu personalment il-komunikat finali tad-djalogu parlamentari Ewro-Għarbi li seħħ f'dan il-Parlament bejn is-7 u d-9 ta' Novembru u għamiltlu ċerti mistoqsijiet.", "L-ewwel mistoqsija tiegħi kienet dwar x'kienu, fil-fehma tiegħu, ir- raġunijiet għaliex ċerti parlamenti Ewropej kienu qed jimblokkaw milli ċerti fondi taħt protokolli finanzjarji ma' l-Unjoni Ewropea jaslu għand l- Iżraeliti.", "Nista' ngħid li ma ħadt ebda risposta.", "Staqsejtu: Imma almenu se tagħtu kas il-pariri Ewropej illi huma annessi ma' dan l-imblokk ta' fondi?", "U reġa' ma weġibnix.", "It-tielet mistoqsija li għamiltu mbagħad kienet rilevanti kemm għax-xogħol li għamilna f'dan il-Parlament, kif ukoll għall-pożizzjoni ġeo-politika Maltija f'nofs il-Mediterran.", "Fil-fatt staqsejtu għaliex kienu għadhom qed jirrifjutaw li jagħtu lura l- artijiet Għarab li kienu okkupaw bil-gwerer - skond id-dritt internazzjonali, meta tokkupa art fi żmien ta' gwerra tkun qed tokkupaha illegalment - mill-1967 'il hawn.", "Staqsejtu wkoll x'kienu qed jagħmlu fuq l-artijiet Palestinjani.", "Pero' fuq din il-mistoqsija baqa' jittituba.", "Meta staqsejtu għaliex mhux se jerġgħu jiftħu taħdidiet mas-Sirja u mal-Libanu, huwa wieġeb li ngħataw il-parir li ma jirtirawx mill-artijiet okkupati tal- Libanu qabel ma jintlaħaq ftehim, għaliex dawn l-artijiet kienu importanti għalihom.", "Imbagħad ovvjament erġajt staqsejtu: Kif qegħdin tgħidu li m'intomx se tirtiraw qabel ma jintlaħaq ftehim, meta fl-istess ħin waqqaftu n-negozjati?", "Huwa qalli li għalkemm in-negozjati kienu weqfin kienu għarrfu bis-sitwazzjoni lil Madeleine Albright, is-Segretarju ta' l- Istat Amerikan, meta marret fir-reġjun, pero' ma rnexxilhiex tasal għal xi negozjati u, għalkemm l-Amerikani kienu pprovaw jintervjenu diversi drabi, xorta ma rnexxilhomx.", "Imbagħad qalli li tmint ijiem ilu kellhom imorru Madeleine Albright u l-Prim Ministru Iżraeljan Netanyahu biex jipprovaw jerġgħu jiftħu t-taħdidiet, imma l-għada s-Sibt fil-gazzetti ntqal illi milli jidher il-proċess illi jibdew it-taħdidiet kien se jittardja.", "Jien hawnhekk nappellalhom sabiex jersqu lejn il-paċi għax din il-lublieba biex ikomplu joħonqu lill-Palestinjani u lil-Lebaniżi f'arthom m'hijiex qiegħda tgħin għaż-żamma tal-paċi f'dik iz-zona u qed ikollha effetti fuq iz-zoni taċ-ċentru tal-Mediterran, fejn ilkoll kemm aħna rridu ngħixu fil-paċi u fil-prosperita'.", "Madam Speaker, qed ngħid dan mhux biss biex nirrapporta lil din il-Kamra x'ġara waqt dan il-kumitat ta' l-affarijiet politiċi tal-Kunsill ta' l- Ewropa ġewwa Parigi imma għaliex qed nara ċerti żviluppi jseħħu madwarna.", "Il-President Palestinjan, Yasser Arafat, għadu kif iddikjara li fl-1999 se jipproklama l-Istat Palestinjan fuq l-artijiet li jkunu qegħdin jokkupaw il-Palestinjani.", "B'konsegwenza ta' dan il-Palestinjani għadhom kif bdew ċensiment fil-Lvant ta' Ġerusalem billi qed iduru bieb bieb biex jaraw kemm hi l-popolazzjoni Palestinjana f'dan ir-reġjun.", "Imma l-Iżraeliti tant huma kontra li jibda dan iċ-ċensiment illi f'dan il-mument ressqu liġi fil- Parlament biex iċ-ċensiment dwar il-popolazzjoni Palestinjana fil-Lvant ta' Ġerusalem jieqaf.", "Saħansitra hemm min qiegħed jgħid li se jerġa' jkun hemm xi tip ta' revival tal-ġenn fuq Ġerusalem, bħalma kien hemm 1,000 sena ilu fi żmien il-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Ġwann.", "L-istorja tgħidilna li l- kruċjati kienu bdew meta l-Papa Urbanus kien kellem lil ħafna kbarat u staqsihom x'se jagħmlu fuq il-fatt li l-Insara kienu tilfu Ġerusalem għal dawk is-snin kollha u li l-art kienet waqgħet f'idejn l-infidili.", "L- istoriċi jkomplu jgħidulna li l-kbarat qamu b'akklamazzjoni u qalu li kienu lesti biex imorru għall-ewwel kruċjata.", "Infatti bdew jokkupaw l- artijiet imqaddsa waħda wara l-oħra wara ħafna mwiet u tixrid ta' demm u l- istorja tal-kruċjati kompliet dwar kif dawn rebħu u tilfu diversi postijiet u spiċċaw ġew imkeċċija mill-Ottomani minn Ġerusalem, ġew mkeċċija wkoll minn Rhodi u fl-aħħar waslu Malta.", "Issa f'pajjiżna għandna kwestjoni dwar jekk l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann għandhiex issir stat sovran hawn Malta wkoll.", "Dan se jkun ifisser li se jkollna żewġ pajjiżi sovrani jistennew biex jidħlu membri fl- Unjoni Ewropea?", "Se jkollna żewġ pajjiżi fil-Ġnus Magħquda?", "Dawn it-tip ta' affarijiet jibdew iwerrċuk bid-doppju li se joħolqu!", "Imma apparti minn dawn l-affarijiet, hemm il-kwestjoni iktar serja tas-sovranita'.Kif jista' jkollna stat sovran ieħor f'pajjiż żgħir bħal Malta meta nafu li, skond il-Kostituzzjoni tagħna, biex nagħtu s-sovranita' jrid ikun hemm il- kunsens ta' żewġ terzi tal-membri ta' dan il-Parlament?", "Huwa tajjeb li dan ġie acknowledged mill-Prim Ministru fil-budget debate pero' xorta waħda jqumu diversi mistoqsijiet.", "X'se tkun din it-tip ta' sovranita'?", "L-Ordni ta' San Ġwann se jkollha l-ispazju ta' l-ajru tagħha fuq il-Forti ta' Sant'Anġlu u se jkunu jistgħu jniżżlu helicopters u inġenji oħra ta' l- ajru?", "Se jkollhom it-territorial waters tagħhom 'il barra minn Malta u l- fishing limits li jibqgħu ħerġin sa 25 mil?", "Se jkunu jistgħu jiddikjaraw exclusive economic zone lejn il-Libja, l-Eġittu, il-Greċja, l-Italja, l- ex-Yugoslavia jew l-Albanija mill-Istat sovran ċkejken ta' Malta?", "Kif se jiġi maħdum dan il-kordinament man-newtralita' ta' Malta, li qiegħda wkoll fil-Kostituzzjoni tagħna?", "Jista' f'pajjiżna jkollna stat ieħor li fih innifsu għandu ħajra u vokazzjoni xivalrika li jiddikjara gwerra biex jerġa' jieħu l-pussess ta' Ġerusalem li kienet f'idejh 900 sena ilu?", "Dawn huma mistoqsijiet li forsi jinstemgħu fanciful u eċċentriċi, imma x'inhu l-għan min-naħa ta' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann li jkollhom stat sovran ġewwa Malta?", "F'idejja għandi l-ftehim li kien ġie iffirmat minn Dr. Ugo Mifsud Bonnici fil-21 ta' Ġunju, 1991 għall-Gvern ta' Malta u minn Condojanni f'isem l-Ordni Sovrana Militari Ospitaliera ta' San Gwann ta' Gerusalem, Rhodi u Malta u li kien ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-26 ta' Ottubru, 1992.", "Hawnhekk tajjeb li naraw jekk dan il-ftehim fuq iċ- ċessjoni ta' Sant'Anġlu mill-Gvern ta' Malta lill-Ordni ta' San Ġwann ġiex rispettat jew le.", "L-ewwel artiklu ta' dan il-ftehim jgħid li l-Ordni Sovrana ta' San Ġwann għandha tirrestawra a spiża esklussiva tagħha l- kappella ta' Sant'Anna u d-dar tal-Granmastru magħrufa bħala The Captain's House u dawn kellhom jiġu ppreżentati bħala proġetti lid-direttur tal- mużewijiet ta' Malta.", "Jista' jkollna rapport sħiħ dwar jekk dawn il- proġetti sarux bil-mod kif inhu deskritt f'dan il-ftehim?", "It-tieni artiklu ta' l-istess ftehim jgħid li l-Gvern ta' Malta se jgħaddi lill-Ordni, għal perijodu ta' 50 sena, l-użu esklussiv tal-kappella ta' Sant'Anna għall-attivitajiet spiritwali u d-dar tal-Granmastru biex tiġi wżata okkażjonalment bħala r-residenza tal-Granmastru.", "Barra minn hekk, irrid nissottolinea l-fatt li fil-ftehim hemm ukoll li dawn jistgħu jintużaw għal attivitajiet oħra li jaqgħu taħt \"the institutional purposes of the Sovereign Order.\"", "Issa s-Sovereign Order, apparti mill- ispirtual activities, għandha wkoll chivalric and military activities u infatti tissejjaħ Sovereign Military Hospitaller Order.", "Nixtieq li jiġi ċċarat jekk dawn l-attivitajiet humiex inklużi - la m'humiex espressament esklużi mill-ftehim - għaliex f'dan l-artiklu nsibu li:", "\"The High Contracting Parties, ....\"", "- qed jirriferi għall-Gvern Malti u għall-Ordni ta' San Gwann -", "\"in a separate agreement ...\"", "- ma jidhirlix li dan il-ftehim tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u għalhekk nitlob li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra -", "\"shall define the legal status of the area mentioned in this article, subject to the sovereignty of the Republic of Malta over it.\".", "Jien ngħid li l-Kamra u l-poplu Malti kollu għandhom ikunu jafu eżattament x'inhuma dawn l-\"institutional purposes\" u jekk dawn is-siti humiex qed jingħataw b'għotja, b'ċens jew b'kirja għall-użu personali tal-Granmastru u ta' xi nies oħra.", "Mistoqsijiet oħra li jenħtiġilhom tweġiba huma dawn: X'inhuma l-kondizzjonijiet?", "Jistgħu dawn jiġu ttrasferiti?", "Jekk 'il quddiem isseħħ is-sovranita' - għax hawnhekk riservata favur Malta - jistgħu jerġgħu jiġu ttrasferiti lil ħaddieħor?", "L-elementi ta' trasferibilita' ta' l-ultimate agreement, qegħdin jiġu milqugħa għalihom?", "Madam Speaker, pajjiżna diġa' ggwadanja ħafna ma' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann u biżżejjed wieħed iħares madwaru biex jara li pajjiżna, għalkemm żgħir, huwa miżgħud b'palazzi rikki ħafna, li ma bnihomx il- poplu Malti fis-sekli li għaddew.", "Dak huwa wirt storiku Malti u ta' l- istess l-Ordni, imma issa għandna bżonn ta' ħafna finanzjament għar-restawr ta' dawn il-palazzi u anke tas-swar.", "Il-President Ugo Mifsud Bonnici għamel tajjeb li fil-ftehim ħaseb biex jgħid li:", "\"The High Contracting Parties agree to cooperate, with direct contributions or the collecting of funds from other sources, in the restoration of the bastions damaged during the Second World War by improper use or by inappropriate restoration.\"", "Il-mistoqsija tiegħi hi: Kemm ġab flus il-Gvern Malti mingħand l-Ordni mill-1991 'il hawn?.", "Ma rridux ninsew li l-Ordni għandha membri li huma sinjuri kbar u miljunarji Amerikani.", "Għaliex minflok ma joqogħdu jhewdnu biex ikollhom bażi militari hawn Malta, ma jgħinux biex il-wirt storiku tagħhom hawn Malta jiġi restawrat kif inhu xieraq u mbagħad iġibu kemm iridu ħbieb tagħhom Amerikani biex iżuru dawn is-siti ta' wirt storiku u arkitettoniku li jirrakkontaw l-istorja tal-Mediterran?", "Jien nispera li m'hawnx xi kavallier li mingħalih se jagħfas lill-poplu Malti biex issir bażi militari hawn Malta.", "Għax qisu hawn min irid jipprova jidħol bejn il- Palestinjani u l-Iżraeliti mhux biex iġib il-paċi imma biex ikollu ċertu poter.", "Dan kollu ma jaqbilix mas-sinsla Maltija.", "Madam Speaker, jien ngħid li x-chivalric activities għandhom jibqgħu biss fil-kotba ta' l-istorja passata u mhux fil-kotba ta' l-istorja futura ta' Malta u tal-Mediterran.", "L-għan tagħna għandu jkun li naħdmu għall-paċi u jekk il-Kavallieri verament iridu joħorġu ta' kavallieri għandhom joħorġu flushom u flus is-soċji tagħhom biex il-postijiet kollha u s-swar imsemmija fil-ftehim jiġu restawrati, fosthom l-ambaxxata stess li hawn il-Belt, bis- sur ta' St James Cavalier b'kollox, li huwa mimli ħaxix ħażin.", "Jien ċert li l-Gvern Malti lest jagħti kull għajnuna u jekk l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann taqdi dmirha tkun tista' tiġi iktar aċċettata mill-Maltin.", "Jien naħseb li ma jkunx xieraq li dawn ikollhom xi għan ulterjuri li jagħlqu l-Forti ta' Sant'Anġlu kollu kemm hu u jiftħuh għall-pubbliku - kif hemm kontemplat f'artiklu 6 tal-ftehim - darba fis-sena biex jagħmlu xi son et lumière jew, kif hemm f'artiklu 3, fit-8 ta' Settembru.", "Madam Speaker, jien nissuġġerixxi li sa l-aħħar ta' din is-sena jsir rapport mid-dipartiment tax-xogħlijiet fejn jintbagħtu perit u inġinier fuq il-post biex jaraw kemm sar restawr skond dan il-ftehim ta' l-1991.", "Jien għandi nassumi li f'sitt snin u nofs ir-restawr tlesta kollu.", "Ir-restawr tas-swar kollha ta' Malta u Għawdex hija kwestjoni oħra u għalhekk is- sena d-dieħla għandu jsir eżerċizzju ta' l-ispiża tar-restawr ta' l-iswar ta' żmien il-granmastri u jintbagħat lill-Ordni sabiex dawn jappellaw lill- membri l-iktar sinjuri tagħhom biex jagħtuhom il-flus ħalli jkun jista' jsir ir-restawr u jħaddmu nies apposta fuq dan ix-xogħol.", "Niftakar li fl- 1972 , wara negozjati li l-Onor.", "Mintoff kellu ma' Carrington, irnexxilu jġib Lm1 miljun għar-restawr, li ovvjament issa ntnefqu u diġa' hemm bżonn ta' iktar restawr.", "Il-Gvern Malti jrid jitlob l-għajnuna finanzjarja ta' min għandu l-paternita' ta' dawn l-oġġetti ta' arti u oġġetti ta' wirt storiku u arkittetoniku biex ikun jista' jirrestawrahom u jtellagħhom għal- livell internazzjonali, ħalli l-Maltin u l-Għawdxin ikunu jistgħu japprezzaw kemm l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann tassew tħobb lil Malta.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Diċembru, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - NEIGHBOURHOOD WATCHES", "10408.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Novembru, 1996 kemm-il neighbourhood watch ġew imnedija f'areas ġodda u meta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9779 f'Seduta Numru 143.", "PULIZIJA - VOT KAPITALI", "10409.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 9761, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intnefqu it-Lm343,517 taħt Spiża Kapitali tal-Pulizija fl-1997?", "Jista' jagħti breakdown ta' dan l-ammont?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella bit-tagħrif mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - KAŻIJIET QUDDIEM IL-PSC", "10410.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' pulizija li għaddejjin proċeduri quddiem il-PSC?", "X'karigi għandhom?", "X'inhuma l-akkużi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella bit-tagħrif mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊJALI", "10411.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 9307, jista' l-Prim Ministru jagħti l- informazzajoni mill-1.1.97 'il quddiem?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li mill-1 ta' Jannar, 1997, ma kien hemm l-ebda uffiċjal li ngħata trasferiment dixxiplinarju, nżammlu l- increment jew li ngħata twiddiba serja.", "Kien hemm 2 uffiċjali li weħlu multa, 11-il uffiċjal li nżammulhom ġranet ta' mistrieħ u 37 uffiċjal li ngħataw twissija.", "BIEDJA - IRZIEZET REĠISTRATI", "10440.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn farms tat-tiġieġ reġistrati fil-pajjiż fil-preżent u kemm kien l-istess numru fil-31.10.96?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll estimu tan-numru totali ta' tjur fl-istess irziezet fil-preżent?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: In-numru ta' farms tat-tiġieġ reġistrati fil-pajjiż fil-preżent huwa hekk:", "Malta - 312 Għawdex - 95", "In-numru ta' farms reġistrati skond ir-reġistrazzjoni ta' l-1988 kien:", "Malta - 345 Ghawdex - 71 Rigward in-numru ta' tjur fuq l-istess irziezet, il-capacity tagħhom qed tiġi maħduma skond is-survey li ntemm fl-aħħar ta' Ottubru.", "Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SIĠAR U XTIELI - IMPORTAZZJONI", "10441.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna teżistix xi tip ta' kwarantina fejn tidħol l-importazzjoni ta' siġar u xtieli u jekk fl-affermattiv, fuq liema prodotti tiġi applikata l-kwarantina u għal kemm tul ta' żmien?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: F'Malta teżisti kwarantina tal-pjanti u prodotti mnisslin mill-pjanti.", "L-ebda pjanta jew prodott tal-pjanti mhux manufatturat ma jitħalla jidħol f'Malta jekk ma' jkollux miegħu ċertifikat fitopatoloġiku.", "F'ċertu każi, jiddependi mill-pjanta u mil-liema pajjiż tkun ġejja l-konsenja, ikun hemm bżonn ukoll li fuq iċ-ċertifikat fitopatoloġiku titniżżel dikjarazzjoni addizzjonali.", "Minkejja ċ-ċertifikat, kull konsenja tiġi eżeminata mill-ispetturi tas- sezzjoni tal-kwarantina u jekk ikun hemm xi suspett li jista' ikun hemm xi organiżmu ta' kwarantina, kampjun tal-prodott jittieħed fil-laboratorju għal aktar stħarriġ.", "Jekk ikun hemm xi dubju li xi organiżmi jistgħu jiżviluppaw aktar 'il quddiem, din il-konsenja tiġi miżmuma għal aktar stħarriġ sakemm dan jiġi determinat.", "Jekk mal-prodott ikun hemm xi organiżmu li jista' jiġi meqrud bi trattament, dan isir għas-spejjeż ta' l- importatur qabel ma l-konsenja tiġi rilaxxata.", "PRODOTTI AGRIKOLI - ESPORTAZZJONI", "10442.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' prodotti agrikoli li jiġu esportati minn Malta lejn l-Unjoni Ewropea u li fuqhom jitħallsu dazji u levies skond il-Common External Tariff ta' l-Unjoni Ewropea jew skond id-diversi Protokoll Addizjonali ta' Assoċjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jew skond il-GSP (Generalised System of Preferences) għal Malta mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissuġerixxi l-Onor.", "Interpellant jikkonsulta ruħu mad-dokumenti indikati.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "10443.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10344 dwar esportazzjoni ta' patata kull sena fis-snin 1994 sa l-1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦALIB - MARD", "10444.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iżjed tipi komuni ta' mard assoċjati mal- ħalib nej li ġie pprovdut mir-raħħala f'pajjiżna mill-1.11.96 sat-30.11.97?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9474.", "PITKALIJA - PRODOTTI", "10445.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9659 u ċioe' jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' ċerti prodotti agrikoli li ġew imdaħħla fil-Pitkalija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "DRENAĠĠ - SERVICE CHARGE", "10466.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex dawk il-persuni li għandhom il-karta r-roża u li jgħixu ma' xi qraba jew xi ħaddieħor fl- istess dar fejn il-meter mhux reġistrat f'isem min għandu l-karta r-roża jkun jista' jibbenefika mill-eżenzjoni tal-ħlas ta' service charge tad- drenaġġ u tar-rati l-ġodda ta' l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GŻIRA - TARMAK", "10467.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni s'issa rigward il-possibbilta' li t-toroq Taljana Lane u Triq ġdida f'Luqa Briffa, fil-Gżira se jingħataw it-tarmak?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SELF EMPLOYED - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "10468.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji soċjali għadhom ma tħallsux u għaliex?", "X'deċiżjoni għad hemm pendenti dwar benefiċċji soċjali lis-self employed li jikklassifikaw bħala diretturi ta' kumpanniji?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ewwel parti tad- domanda tiegħu m'hix ċara, fis-sens li l-benefiċċji soċjali jitħallas perjodikament matul is-sena fil-perjodu dovut.", "Dan jinkludi reviżjonijiet ta' pensjonijiet.", "F'xi każijiet tkun meħtieġa informazzjoni li tmur lura s- snin, u dan joħloq dewmien fi ħruġ ta' dawn ir-reviżjonijiet.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi każ ta' individwu partikolari, nistiednu jgħaddili d- dettalji biex ninvestiga l-każ.", "Għat-tieni parti tad-domanda, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma hemm l-ebda deċiżjoni pendenti dwar benefiċċju soċjali lis-self employed li jikklassifikaw bħala diretturi ta' kumpanniji.", "GŻIRA - KUNSILL LOKALI", "10469.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' survey li sar mal-Kunsill Lokali tal-Gżira li hemm riferenza għalih fl-ittra li qed tintbagħat separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet r-raġuni li għaliha kellhom jitħallsu Lm50 bħala overtime għall-ħaddiem tal-Korporazzjoni Enemalta li kien qed iwettaq dmir il-Korporazzjoni Enemalta stess?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-proċedura stabbilita tal-Korporazzjoni Enemalta għal xogħlijiet li jiġu mitluba li jsiru wara l-ħin normali tax-xogħol hija li titħallas standard fee ta' Lm50 lill-Korporazzjoni.", "Fir-rigward tal-mistoqsija, nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-Kunsill Lokali tal-Gzira talab li ssir spezzjoni minn uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta wara l-ħin tax-xogħol, cioe' fil-għaxija fuq xogħlijiet ġodda ta' street lighting.", "Għal dan ix-xogħol il-korporazzjoni talbet l-istandard fee.", "Jirriżultalna li għalkemm il-kunsill lokali qabel li għandu jsir dan il- ħlas, fil-fatt is-survey sar, iżda la l-Korporazzjoni Enemalta ma tħallset għas-servizz li ngħata u l-anqas ma tħallas il-ħaddiem tal-korporazzjoni li għamel dan ix-xogħol fuq għażla tiegħu stess.", "Ir-riżultati tas-survey li saru qed jiġu kkonsidrati flimkien ma xogħlijiet oħra ta' l-istess natura.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10481.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid x'sar miċ-Ċentru ta' l-Informatika għall-persuni b'diżabilita' li kien twaqqaf mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u dak iż-żmien l-MSU - illum MITTS?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: F'Mejju ta' din is-sena kien ġie identifikat kordinatur għaċ-ċentru msemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Dan kien is-Sur Tony Micallef mill-MITTS.", "Minn Awissu, saru laqgħat tal-bord tat-tmexxija kull xahar li fihom ġew identifikati l-bżonnijiet taċ-ċentru.", "Bħala riżultat, ġew ikkumissjonati 4 rapporti fuq il-bżonnijiet ta' l-informatika ta' riżorsi differenti ta' min hu b'diżabilita'.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għamlet upgrading ta' kompjuter u xtrat ieħor ġdid.", "Fis-26 ta' Novembru, 1997 il-kordinatur ta' dan iċ-ċentru rriżenja minħabba pressjoni ta' xogħol.", "Iżda wara li ntervenejt jien bħala Ministru fil-każ, ġie miftiehem mas-Sur Tony Micallef li jkompli jagħti s-servizz tiegħu għal ftit xhur oħra sa ma jinstab kordinatur ieħor.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10482.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' nefqet bejn Jannar u Novembru 1997 u fiex intnefqet?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ta' kif intnefqet is-somma ta' Lm84,551.26c mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' bejn Jannar u Novembru, 1997 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10483.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messagg tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid x'ġara minnha l-policy nazzjonali li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienet qed tfassal fir-rigward ta' servizzi residenzjali għall-persuni b'diżabilita' fil-komunita'?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għadha ma spiċċatx mix-xogħol tagħha fuq it-tfassil ta' l-abbozz fir-rigward ta' din il-materja.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10484.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid x'ġara minnha l-policy nazzjonali li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienet qed tfassal fir-rigward ta' l- Informatika u l-Persuni b'Diżabilita' u li għal dan il-għan saħansitra kienet ġiet Malta esperta Amerikana biex tgħinna nfasslu din il-policy?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Kif diġa' għidt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 10,480 magħmula mill-istess Onor. Interpellant, ir- riżenja ħabta u sabta tad-Direttur Eżekuttiv kmieni din is-sena bla ma tani ċ-ċans li nsib persuna addatata għal floku tefgħet ħafna xogħol fuq iċ- chairman tal-kummissjoni bla ma kien mistenni.", "Dan tefa' lura ħafna mix- xogħol li kien qed jieħu ħsiebu direttament iċ-chairman tal-kummissjoni, fosthom l-abbozz ta' din il-Policy Nazzjonali, li hu kien beda madwar sentejn u nofs ilu.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10485.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' timpjegax xi avukat/a magħha?", "Jekk iva, kif intgħażlet, x'inhu x-xogħol tagħha u x'inhi r-remunerazzjoni li qed tieħu għax-xogħol li qed tagħmel?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tikkumissjona avukatessa skond il-ħtiġijiet tal-kummissjoni.", "Din ingħażlet mill-kummissjoni minn fost 3 li applikaw għal dan ix-xogħol.", "Ir- remunerazzjoni li rċeviet minn kemm ilha tagħmel dan ix-xogħol kien ta' Lm735.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10486.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid jekk għadiex il-policy tal-Ministeru li jinsisti mal-Ministru tat-Trasport illi l-karozzi tal-linja, meta jinbidlu ikunu aċċessibli għal kulħadd inkluż persuni li jsuqu lilhom infushom fuq is- siġġu tar-roti kif jitlob il-Pjan ta' Struttura?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-trattattivi u d-diskussjonijiet meħtieġa mal- Ministeru għat-Trasport u Portijiet u ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dwar char-a-bancs ġodda jew ri-adattati dejjem saru minn naħa tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u mhux mill-Ministeru per se.", "Fil-fatt il-kummissjoni għadha qed tinsisti kemm mal-Ministeru għat- Trasport uPortijiet u kemm ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku illi dawn ix-char-a-bancs ikunu aċċessibli għal persuni b'diżabilita' kif jitlob il Pjan ta' Struttura.", "RAĦAL ĠDID - PROVVISTA TA' DAWL", "10512.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba inqatgħet il-provvista tad-dawl fi Triq 28 ta' April 1958, f'Raħal il-Ġdid f'dawn l-aħħar ġimgħat u għaliex?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li sa llum il- Korporazzjoni Enemalta m' għandha l-ebda rapporti dwar qtugħ ta' dawl mill- bidu ta' Ottubru sal lum fit-triq imsemmija minnu.", "KONVENZJONI DWAR IL-BEJGĦ TA' MOBBLI", "10515.", "L-ONOR.", "MICHAEL FRENDO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta hijiex firmatarja tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bejgħ ta' Mobbli, li saret fi Vjenna fl-1980?", "Hemm ħsieb li tiffirma din il-Konvenzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- Konvenzjoni United Nations Conventions on Contracts for the International Sale of Goods li saret fi Vjenna fil-11 ta' April 1980.", "Jekk dan hu l-każ, nixtieq ninforma li Malta m'hijiex Stat Membru ta' din il-Konvenzjoni.", "Tingħata konsiderazzjoni lil ħsieb li Malta ssir Membru ta' din il- Konvenzjoni.", "SAĦĦA - DENTAL TECHNOLOGY", "10516.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ma nfetaħx il-course li jwassal għal diploma fid-Dental Technology fi ħdan l-Institute of Health Care f'Ottubru li għadda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "TELEMALTA - TECHNICIANS", "10517.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Minkejja l-fatt li diġa' kien deċiż mill-Bord tal-Korporazzjoni Telemalta li ssir call for applications oħra għal technicians f'Novembru 1996 u dan għadu ma seħħx, jista' l-Prim Ministru jgħidilna għalfejn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "P.A. - TEMPJI/FDALIJIET STORIĊI", "10518.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9928 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tad-9 ta' Diċembru dwar studji u surveys li saru mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma s-siti li l-awtorita' taf li ġew meqruda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "P.A. - TEMPJI/FDALIJIET STORIĊI", "10519.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9928 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tad-9 ta' Diċembru dwar studji u surverys li saru mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi stħarriġ sar dwar il-Port il-Kbir?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RABAT - DOKUMENTI TAL-CASTELLANIA", "10520.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-ikkatalogar tad-dokumenti tal-Castellania li qegħdin f'Santo Spirito, fir-Rabat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-Tribunal tal-Magna Curia Castellaneae, li fi żmien l-Ingliżi beda jissejjaħ Gran Corte della Valletta sakemm ġie soppress fl-1814, għandu l-indiċi oriġinali tiegħu u għalhekk jinħtieġ biss li dan l-indiċi jiġi komputerizzat għal aktar ħeffa fir-riċerka.", "Fl-1992 l-Arkivju Nazzjonali ġabar bosta dokumenti mill-Qorti l-Belt, li fosthom kien hemm il-proċessi ta' l-Awla Kriminali ta' dan it-Tribunal.", "Dawn ġew irranġati skond id-data tagħhom, u merfuha sakemm isir l-indiċjar tagħhom u jkunu jiffurmaw is-sezzjoni kriminali tal-Castellania.", "Dawn l-aħħar snin inġabar numru kbir ta' dokumenti mid-dipartimenti tal- gvern u għalhekk il-priorita' bħalissa hi l-irranġar ta' dawn ta' l-aħħar.", "DIPARTIMENT TAL-LIBRERIJI U ARKIVJI", "10521.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal- Libreriji u Arkivji huwiex beħsiebu jieħu f'idejh l-ambjenti biswit il- Bibljoteka Nazzjonali x'ħin tispiċċa l-konċessjoni mogħtija mill-Gvern?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni tal-Libreriji u l-Arkivji ma tinsabx f'pożizzjoni li tieħu f'idejha l-ambjenti biswit il-Bibljoteka Nazzjonali għax dan ingħata biex isir multi media show fuq il-Kavallieri.", "GAINFULLY OCCUPIED - RAPPORT", "10522.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10436 u d-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tad-9 ta' Diċembru, jista' l- Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kienu l-ħaddiema mpjegati: a) mal-Gvern; u b) mal-privat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Onor.", "Interpellant jista' jsib l-informazzjoni mitluba fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta li biha tinbena l-informazzjoni fuq in-nies li jaħdmu bi qliegħ minn Diċembru 1983 sa Settembru 1997, hekk kif ġiet riveduta fl-eżerċizzju tal-korrezzjoni fl-Istatistika.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni kollha li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta, speċjalment dik li tirriferi għas-snin qabel l-1994, se tibqa' tiġi riveduta kontinwament sakemm l-eżerċizzju tal-korrezzjoni fl-istatistika jispiċċa kollu.", "DJAR - TAXXA TAL-VAT/CET", "10523.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk fis-sistema għar-rifużjoni tat-taxxa tal-VAT u CET, persuni li jkunu separati jew li sseparaw waqt il-proċess tal-kostruzzjoni u finishes jistgħux igawdu minn din l-iskema?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Persuni separati li jkollhom tfal mhux miżżewġa joqogħdu magħhom jistgħu japplikaw, jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet l- oħra ta' l-iskemi.", "VALLETTA - BUS TERMINUS", "10524.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet għat-titjib tal- bus terminus fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-kuntratt ingħata lit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "BUĠIBBA - BUS TERMINUS", "10525.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-proposta u disinji tat-terminus f'Buġibba?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li dawn għadhom ma ġewx konklużi.", "WSC - ILMA TAX-XORB", "10526.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema testijiet isiru perijodikament mill-WSC sabiex ikun żgurat li l-ilma tax-xorb ikun ta' kwalita' aċċettabli u skond kriterji aċċettati mill-WHO?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRATTAMENT TA' L-ISKART", "10527.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi proġetti jew kumpanniji li jagħmlu trattament ta' l-iskart li kkwalifikaw mill-għajnuna taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap 325?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mill-1 ta` Lulju li għadda meta r-riċiklaġġ u t-trattament ta` l-iskart ġew inklużi fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Kap. 325) bħala attivitajiet kwalifikanti għal għajnuna taħt dan l-Att, l- MDC approvat żewg proġetti ta` dan it-tip.", "Dawn il-proġetti jittrattaw rispettivament skart mill-industrija tal-kostruzzjoni u skart mill- industrija li taħdem il-plastic.", "Fil-preżent l-MDC qed tikkonsidra numru ta` proġetti oħra għal trattament ta` skart industrijali ieħor.", "ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "10528.", "L-ONOR JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l- industriji li jikkwalifikaw għall-għajnuna taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap 325?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: It-tip ta` industriji li jikkwalifikaw għal għajnuna taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Kap 325) huma dawk elenkati f`artikolu 3(1)(a) ta` l-istess Att.", "It-tip ta` servizzi li jikkwalifikaw għal għajnuna taħt l-istess Att huma dawk deskritti fl-Avviż Legali 38 ta' l-1994 kif sussegwentament emendat u fl-Avviż Legali 138 ta` l-1995.", "L-intrapriżi żgħar li jikkwalifikaw għal assistenza taħt Kap. 325 tal-Liġijiet ta` Malta huma dawk elenkati f`artikolu 24 ta` l-istess Att.", "Barra minhekk kumpaniji li huma sidien jew li joperaw lukandi jikkwalifikaw għall-għajnuna deskritta f`artikoli 24A u 24B ta` l-istess Att.", "Għall- informazzjoni ta` l-Onor.", "Interpellant qed ngħaddilu kopja tal-Kap.", "325 kif emendat u ta` l-Avviżi Legali relattivi.", "ENEMALTA - TENDER", "10538.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-tender tal-Korporazzjoni Enemalta (Ref.", "No. T/G/1/96), liema tender ġiet estiża kemm-il darba?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tender nru.", "T/G/1/96 ġiet estiża minħabba l-bżonn li jsiru testijiet f'laboratorji barra minn Malta fuq iċ-ċilindri sottomessi, b'riżultat illi f'dan il-perjodu bdiet sena finanzjarja ġdida.", "Fil-fatt din it-tender se terġa' toħroġ, din id-darba sabiex tkopri l- bżonnijiet antiċipati għas-sena finanzjarja kurrenti.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "10539.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti l-istocks preżenti taċ-ċilindri tal-gass fil- Korporazzjoni Enemalta?", "X'hemm ipproġettat fil-futur qarib f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hu stmat li b'kollox il-Korporazzjoni Enemalta fil- preżent għandha mal-446,000 ċilindru.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub ikun iżjed ċar fit-tieni parti tal- mistoqsija sabiex inkun nista' nagħtih it-tagħrif meħtieġ.", "ENEMALTA - REGOLATURI TAL-GASS", "10540.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għar-regolaturi tal-gass jeżistu żewġ prezzijiet differenti?", "Jista' jgħid kemm-il complaint saru mill-konsumatur fuq il-kwalita' ta' regolaturi preżenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-raġuni hija għaliex hemm żewġ prezzijiet għal regolaturi tat-tip switch-on minħabba li dawn inxtraw f'żewġ kunsinji differenti u l-prezz ta' l-ewwel kunsinja kien irħas minn dak tat-tieni waħda.", "Iż-żewġ tipi ta' regolaturi għandhom fuqhom l-emblema tal-korporazzjoni.", "S'issa kien hemm mas-70 każ ta' ilmenti minn konsumaturi li rriżultaw minn mechanical fault fir-regolatur.", "F'kull każ ir-regolatur ġie mibdul.", "Wieħed għandu jinnota li s'issa nxtraw mad-90,000 regolatur ta' din ix- xorta mill-konsumturi.", "SAĦĦA - CASUAL PHARMACISTS", "10541.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'inhu l-ħsieb li jsir mill-kumplament tal-Casual Pharmacists meta numru minnhom saru riċentement tal-post?", "Jekk hemm il-ħsieb li dawn isiru wkoll, jista' l-Ministru jgħid kemm se jsiru hekk fin-numru u meta hemm il-ħsieb li jsir dan?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' Casual Pharmacists li se jsiru tal- post huwa dak skond il-complement approvat mill-MPO.", "ENEMALTA - ĊILINDRI", "10542.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandix garanziji (f'forma ta' insurance) fuq il-prodotti li tixtri bħal ċilindri, regolaturi, rubber piping u valves mingħand il-manifattur?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-prodotti in kwestjoni huma kollha koperti b'garanziji mingħand il-manifatturi u f'ċerti każi ċċertifikati minn Aġenziji Internazzjonali ta' Spettorat Indipendenti.", "Il-Korporazzjoni Enemalta hija koperta wkoll b'polza t'Assigurazzjoni biex tkopri l- konsumaturi tal-gass.", "ENEMALTA - REGOLATURI TAL-GASS", "10543.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jikkonsidra l-Ministru li wara r-reklami li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta fuq ir-regolaturi tal-gass, issir kampanja edukattiva sabiex il- poplu ikun mgħarraf aħjar dwar l-użu ta' l-enerġija u biex tiżdied is- sigurta' jsir tagħlim fuq il-kura taċ-ċilindri li jkun awtorizzat (fejn għandu jitpoġġa) li wieħed jara l-expiry date tal-piping kif tinnota leakages eċċ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-Korporazzjoni Enemalta diġa' qed tieħu passi biex tniedi kampanja fuq il-Media dwar sigurta' u l-vantaġġi ta' l-użu tal-gass.", "WSC - QARI TA' METERS", "10545.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li qed tiswa l- kampanja fuq il-media kollha li qed ssir mill-Water Services Corporation rigward il-qari tal-meters ma' Malta kollha?", "Min hi l-kumpannija ta' l-advertising li hija responsabbli?", "Din ħadet dan ix-xogħol b'kuntratt dirett jew b'tender?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MARIO AZZOPARDI - CHIEF INTERNAL AUDITOR", "10546.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mil-liema data ġie jaħdem il- kuntratt ta' żmien li bih is-Sur Mario Azzopardi nħatar Chief Inernal Auditor?", "Jista' dan il-kuntratt li ngħata s-Sur Azzopardi jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - NAXXAR", "10547.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li fl-iskola Primarja tan-Naxxar tfal ma jibqgħux jiġu mogħtija lezzjonijiet fil- basement li hu żdingat għall-aħħar?", "Għaliex f'din l-istess skola qed jattendu aktar studenti milli tiflaħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-basement imsemmi, fl-iskola tan-Naxxar huwa fil-livell tat-triq ta' wara.", "Dan il-basement jintuża għal diversi attivitajiet organizzati mill-Kunsill ta' l-iskola.", "It-tfal jinżlu biss isfel biex jaraw xi video billi l-video tinsab hemm.", "Qatt ma jintuża għal xi lezzjoni.", "Bħalissa fl-iskola qed jattendu 493 fil-Primarja u 129 fil-Kindergarten; b'kollox 622.", "L-iskola Primarja tan-Naxxar qatt ma kienet intenzjonata li tilqa' fiha qrib is-700 student.", "Il-bini ta' annexe biex iservi bħala ċentru tal-kindergarten huwa essenzjali.", "B'dan il-mod tmien klassijiet jiġu liberati.", "Ninsab informat li l-amministrazzjoni ta' l-iskola ilha għal dawn l-aħħar ħames snin tiġbed l-attenzjoni dwar dan u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni ta' qabli, l-Onor.", "M. Falzon, kien ħejja pjani għal seba' klassijiet ġodda flimkien ma' utility hall/gym biex jieħdu post il-basement imsemmi fil- mistoqsija.", "Dawn il-pjani baqgħu fuq il-karta.", "MARSA - KUMPLESS SPORTIV", "10548.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji nħatar iċ-Chairman tal-Kumpless Sportiv fil-Marsa?", "Għal-liema raġuni sports officer fl-istess kumpless ikun assenti mix- xogħol b'mod regolari?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - DJAR", "10549.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' djar tal-Joint Office li minn kera qed jiġu offruti għall-bejgħ lill-inkwilini, għaliex ġie rivedut il-prezz ta' xi djar wara li jkun diġa' intlaħaq ftehim bejn il-Joint Office u l- inkwilini?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-Uffiċċju Konġunt ma jirrizultax li rriveda l-prezz tal-bejgħ ta' xi djar wara li dan ikun diġa ntlaħaq fteħim bejnu u l-inkwilin.", "NURSING SCHOOLS - INFERMIERA", "10550.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk jilħqux infermiera b'kors ta' korrispondenza ma' Nursing Schools barra minn Malta?", "Jekk fl-affermattiv, ma' liema nursing schools barranin?", "Meta jsiru l-eżamijiet fil-kors tal-B.Sc Nursing, minn liema nursing schools barranin jattendu eżaminaturi barranin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant għandu jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "DJAR - FURJANA", "10551.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu Block 4 u 5 fil-Housing Estate Tal-Kapuċċini, il-Furjana sabiex isir il-proġett ta' sulari żejda u stallar ta' lifts?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-kriterji li ntużaw huma bħal dawk li ntużaw fil-kunplament tal-housing estates f'Malta, jiġifieri li t-tromba tat-taraġ tkun tista takkomoda lift mingħajr m'għandu għalfejn isir intervent strutturali qawwi (ħlief li jinqala' is-saqaf u tinbena l-'lift room').", "F'dan l-istadju, il-proġett tal-bini ta' sulari addizzjonali qed ikun limitat għal dawk il-blokki li fihom jista' jsir lift mingħajr diffikulta'.", "VALLETTA - BEREĠ - INSULINA", "10552.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux jitqassmu forom ta' insulina mill-bereġ fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tqassim ta' l-insulina mill-bereġ ta' Malta kollha m'hux qed isir minħabba li hemm rakkommandazzjoni mill- Pharmaceutical Services li dan m'għandux jibqa' jsir minħabba li l- insulina hija fridge item li trid tinżamm f'temperatura ta' bejn 2 degree sa 8 degree C u jekk iddum xi sigħat esposta għall-temperatura ogħla, l- insulina tista' tiddeterjora u titlef mill-potenza tagħha.", "Minħabba li m'hux possibbli li dawn il-kondizzjonijiet jitwettqu, l-anqas fix-xitwa, fil-proċess ta' l-ippakjar u t-trasport ta' l-insulina sal-bereġ, bil- possibilita' li jkun hemm deterjorazzjoni fil-prodott, ikun fl-aħjar interess tal-pazjent li l-insulina ma titqassamx bis-servizz postali u mill- bereġ iżda mill-ispiżeriji biss sabiex tkun garantita li tinżamm fil- kondizzjoni ambjentali meħtieġa li ma ssirx ħsara fil-prodott.", "LUQA - ASFALTAR TA' TOROQ", "10554.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq se jingħataw it- tarmak f'Ħal Luqa u kemm se tkun l-ispiża tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat kienu dawn it-toroq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NATIONAL CO-ORDINATING UNIT", "10555.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk minn dak inhar li wieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8969 l-NCU għal 4th Framework Programme għadux jiffunzjona?", "Jekk fl-affermattiv, għadhom l-istess membri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva.", "SPECIAL SAVINGS SCHEME", "10556.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm: (1) hemm kontijiet fl- iSpecial Savings Scheme għal minorenni fil-banek; u (2) x'inhu l-ammont totali ta' depożiti fl-istess skema?", "Jidhirlu l-Ministru li wasal iż-żmien li dawn il-kontijiet jattiraw rata ta' imgħax aħjar minn 4% tax free li jgawdu fil-preżent?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "10557.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10325, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kumpannija Maltija kienet l-aġenta lokali għall-kumpannija Olandiża GRONTMIJ li ssemmiet fit-tweġiba?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BANEK - BILANĊ MINN GĦAWDXIN", "10558.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bilanċ f'banek mill- Għawdxin, xahar b'xahar minn Jannar 1995 sa Ottubru 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:-", "|l-1 ta' Jannar 1995|Lm80,163,000 | |Il-31 t'Ottubru, |Lm92,649,000 | |1995 | | |Il-31 ta' Diċembru |Lm89,985,000 | |1995 | | |It-30 ta' Settembru|Lm99,002,000 | |1996 | | |Il-31 ta' Diċembru |Lm109,161,000| |1996 | | |Il-31 t'Ottubru |Lm116,492,000| |1997 | |", "Dan it-tagħrif mhux qed jingħata xahar b'xahar kif mitlub għax jinvolvi ħafna xogħol iżda xorta juri biċ-ċar ix-xejra ta' kif żviluppaw id-depożiti f'Għawdex mill-bidu ta' l-1995 u nispera li tissodisfa l-bżonnijiet ta' l- interpellant.", "GĦAWDEX - TRIQ LAMPUKA", "10559.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t- tarmak Triq Lampuka, fiż-Żebbuġ, Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOSTA/MĠARR - TISWIJA TA' TOROQ", "10560.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu dawk il-miżuri urġenti biex isiru t-tiswijiet meħtieġa sabiex tissewwa t-triq li tagħti mill-Mosta għall- Imġarr peress li tinsab fi stat diżastruż u perikoluż?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - TRASFERIMENT TA' FOND", "10561.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jara meta se jsir it-trasferiment tal-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u l-li l-konvenju ilu li sar minn Frar 1997?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li tirċievi l-irjiħat tal-post mingħand il-Kummissarju ta' l- Artijiet biex tkun tista titlob il-President's Order u wara jkun jista jsir il-kuntratt.", "NAXXAR - STREET LIGHTING", "10562.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li jitwaħħal street lighting fl-area ta' bejn Triq Castro u Triq San Pawl, in-Naxxar u dan ukoll minħabba raġunijiet ta' abbuż ta' drogi kif indikat fid-dokument li qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal dawl fl-area ta' bejn Triq Castro u Triq San Pawl, in-Naxxar qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' IKEL U ILMA", "10563.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-introduzzjoni ta' Lm5 bħala liċenzja għall-għoti tas-servizz mid-Dipartiment tas-Saħħa u għal analisi ta' ikel u ilma, jista' l-Ministru jgħid jekk dan jgħoddx għal ċittadin jew għal kumpanniji li jissuplixxu kampjuni ta din ix-xorta?", "Jikkonsidra l-Ministru li b'din l-introduzzjoni iċ-ċittadin jista' jsib ruħu f'pożizzjoni li ma jkunx jista' jaffordja din it-taxxa b'detriment għas-saħħa pubblika jekk każ bħal dan tinġibed l-attenzjoni għalih miċ- ċittadin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħala rutina id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed u se jkompli jeżamina mingħajr ħlas kemm ikel u ilma biex jassigura s-saħħa pubblika.", "DIPARTIMENT GĦALL-KURA PRIMARJA - TILQIM", "10564.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Apparti t-tilqim li hu mitlub b'liġi, jista' l-Ministru jgħid liema tilqim ieħor qiegħed joffri d-dipartiment għall-Kura Primarja b'xejn?", "Fuq liema kriterji ġiet imnedija l-kampanja għat-tilqim kontra l- Hepatitis B fi tfal ta' bejn l-eta' ta' disa' u għaxar snin?", "Għaliex din ingħatat prijorita' fuq kampanji oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tilqim b'xejn li joffri d-Dipartiment tal- kura Primarja, apparti minn dak li hu mitlub bil-liġi, hu dan li ġej:", "1 MMR Measels, Mumps (Gattone) u Rubella (Ġermaniża)", "2 Pertussis (Solgħa Konvulsiva)", "3 HIB (Haemophilius Influenza Type B)", "4 Hepatitis B", "5 B C G u Toberculin Testing", "6 Tetanus", "7 Diphteria għall-adulti - li qegħda tingħata kombinata mat-tetanus", "8 Polio għall-adulti", "9 Min ikun se jsiefer fuq ix-xogħol missjunarju jingħata t-tilqim li hu rakkomandat għal dak il-pajjiż b'xejn skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-WHO", "Il-kriterji li l-Advisory Committee on Immunisation segwa sabiex ġiet imnedija l-kampanja għat-tilqim kontra l-Hepatitis B fi tfal ta din l-eta' u tingħata prijorita fuq kampanji oħra huma:", "1 Il-modus vivendi tas-soċjeta' moderna li bih ir-riskji li wieħed jieħu din il-marda li tittieħed permezz ta' kuntatti sesswali u kuntatti ma' demm infettati , kulma jmur qiegħed jiżdied u jsir aktar problematiku.", "2 Ir-rakkomandazzjonijiet tal-WHO dwar l-introduzzjoni ta' tilqim kontra l-Hepatitis B.", "3 Studji li juru t-tilqim kontra l-Hepatitis B huma cost-effective l- aktar f'din l-eta'", "4 Il-fatt li tfal ta' din l-eta huma diġa aċċessibli fil-programm ta' routine checking li jsir mill-iSchool Medical Service qabel ma jispiċċaw l- iskola primarja, u dan jipprovdi l-infrastruttura neċessarja, diġa' lesta biex jitwettaq dan il-programm.", "TNIĠĠIS TA' L-ARJA - PROGRAMM", "10565.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika fejn wasal il-programm għall-policy għall-kontroll tat-tniġġis ta' l-arja?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-draft document għal dan?", "Meta hi l-mira tad-Dipartiment għall-Ambjent biex dan il-programm jibda jiġi mplimentat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Gvern hu konxju ta' l-importanza u ta' l-urġenza tal-monitoraġġ tal-kwalita' ta' l-arja.", "Għal dan il-għan diġa' qed jitħaddem programm ta' monitoraġġ ta' background air quality.", "Dan il- monitoraġġ isir bħala parti mill-obbligi nternazzjonali ta' Malta.", "Qed isir ukoll monitoraġġ ta' zona partikolari u traffikuża fi triq Sant'Anna, fil-Furjana.", "Dan il-monitoraġġ se jissaħħaħ bix-xiri ta' aktar monitoring units; u dan ikun jippermetti l-monitoraġġ ta' l-arja fuq skala akbar.", "Il-gvern qed iħejji programm aktar estensiv u long-term tal-monitoraġġ ta' l-arja.", "Għat-tfassil ta' dan il-programm hemm il-kontribut kemm ta' uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent kif ukoll ta' esperti lokali u jekk ikun hemm bżonn anke dawk barranin.", "GĦAWDEX - TIFTIX TAŻ-ŻEJT", "10566.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-testijiet li hemm il-ħsieb li jsiru għat-tfittix taż-żejt f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni dwar dan lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jekk le, jista' l-Prim Ministru jindika x'time frame hemm għal dan u għax-xogħol ta' wara - dejjem jekk din l- applikazzjoni tiġi milqugħa - li qed jiġi propost?", "X'xogħol hu mistenni jinħoloq għal dawn it-testijiet?", "Kemm u x'tip?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, saret applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex jitħaffer il-bir f'Għawdex.", "Ix-xogħol fuq dan il-bir mistenni jieħu madwar xahar għall-armar, sitt xhur għat-tħaffir u xahar ieħor biex jiżżarma kollox.", "In-natura u l-kwantita' ta' testijiet li huma mistennija jsiru huma dawk li normalment isiru f'dan it-tip ta' bir, jiġifieri bir ta' cores u stħarriġ bi strumenti speċjali li jitniżżlu fil-bir.", "SETTURI KUMMERĊJALI - SKART", "10567.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-ħsebijiet tad-Dipartiment ta' l-Ambjent għal dak li hu skart mis-setturi kummerċjali?", "Kif se titħaddem il-policy ta' separazzjoni ta' dan l-iskart f'dawn il-każijiet?", "X'monitoring se jsir?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Gvern hu deċiż li juża s-separazzjoni ta' l- iskart at source.", "Il-Gvern hu konxju li din hi materja li teħtieġ bidla fil-mentalita' u fil-kultura u għalhekk ma tistax tiġi attwata mil-lum għal għada.", "Is-separazzjoni ta' l-iskart se ssir l-ewwel fuq bażi esperimentali f'żewġ lokalitajiet: dik ta' Marsaskala u dik ta' Pembroke, u dan bi qbil sħiħ mal-kunsill lokali rispettiv.", "F'dawn il-lokalitajiet is-setturi kummerċjali se jintalbu jikkonformaw.", "B'setturi kummerċjali qed nifhem ħwienet, ristoranti, take-aways, uffiċini u industriji żgħar li jkunu f'zoni residenzjali.", "Is-separazzjoni ta' l-iskart inizjalment tkun fuq bażi volontarja.", "'Il quddiem, anke bl-esperjenza li nieħdu minn dan it-trial, is-separazzjoni tiġi estiża u nfurzata gradwalment skond il-ħtieġa.", "SKART DOMESTIKU", "10568.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti aktar dettalji fuq is-separazzjoni ta' l-iskart domestiku mis-sors tiegħu, jew ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kif se titħaddem din il- policy?", "X'inhuma l-punti kif din tvarja minn kif kienet qed titħaddem qabel din il-policy?", "Nifhem li wara s-separazzjoni ta' dan l-iskart dak li jista' jkun riċiklat qed jittieħed fl-impjant tar-riċiklaġġ?", "B'kemm tnaqqas it-tfigħ ta' l-iskart domestiku fil-Magħtab?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MSU/MITTS - IMPJEGATI", "10570.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ddeċidew li jitilqu l-impjieg tagħhom minn mal-MSU u l-MITTS minn Novembru 1996 sal-lum u f'liema gradi kienu dawn il-persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Minn Novembru ta' l-1996 sa llum, in-numru ta' persuni li telqu l-impjieg tagħhom minn mal-MITTS kien ta' 58.", "Dawn kienu jokkupaw dawn il-gradi:", "Analyst/Administrator IT Support Officer Analyst Programmer Operations Officer Security Officer IT Facilitator Programme Support Officer Group Secretary DAS Clerk Purchasing Officer Project Manager Admin.", "Support Clerk Systems Implementor Senior Systems Analyst Consultant Systems Analyst Divisional Manager Project Leader Account Executive Business Planning Manager Executive Assistant to Chairman Application Developer Executive Secretary Training Officer Manager Management Assistant Coordinator Undergraduate Trainee Project Leader Part-time cleaner System Architect Seconded from Government", "WORLD CLIMATE - KONFERENZA INTERNAZZJONALI", "10571.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kien/u d-delegati ta' pajjiżna għal konferenza internazzjonali dwar World Climate li saret dan l-aħħar fi Kyoto fil-Ġappun?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-delegat ta' Malta għall-konferenza dwar Climate Change f'Tokyo kien l-Ambaxxatur is-Sur Saviour Borg - Direttur tar- Relazzjonijiet Multilaterali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "ENEMALTA - METERS", "10572.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid sal-ġurnata tar-risposta kemm huma dawk li talbu t-tneħħija tal-meter: (a) tad-dawl; (b) ta' l-ilma, kemm dawk li kienu stabilimenti, kemm jekk kienet dar u kif ukoll jekk garaxxijiet eċċ u kemm qed jitħallas id-dipartiment biex ineħħi l-meter tad- dawl u ta' l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKART INDUSTRIJALI", "10590.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jitqies li hu l-ammont ta' skart industrijali li qed jintefa' f'barrieri imqabbel ma' dak li qed jintefa' l-Magħtab?", "Liema huma l- barrieri li qed jilqgħu dan l-iskart?", "Hemm xi barrieri li jridu li jilqgħu skart u t-talba tagħhom mhijiex qed tiġi milqugħa?", "Għaliex?", "X'inhuma l- kondizzjonijiet għal dan il-ftehim?", "Dan l-iskart qed jiġi riċiklat?", "Kemm minnu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "FIS - KONFERENZA", "10591.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li huwa għamel waqt konferenza fl-FIS nhar it-Tnejn 8 ta' Diċembru, liema konferenza kienet tittratta is-suġġett ta' Integrated Water Resourses Management?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Seduta 166 12/12/97", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR -APPLIKAZZJONI H 14170", "W1,065.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid applikazzjoni numru H 14170 li tinsab quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn waslet peress li l-applikanti baqgħu mingħajr risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni tirriferi għall-persuna waħedha li trid tmur toqgħod Ħal Balzan jew Tal-Pieta' biss u għalhekk hu diffiċli li tingħata akkomodazjoni malajr.", "DJAR - APPLIKAZZJONI H 14438", "W1,066.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid l-applikazzjoni numru H 14438 li tinsab quddiem id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn waslet peress li l-applikanti baqgħu mingħajr risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: GĦaddejt il-mistoqsija lid-Direttur għall- Akkomodazzjoni Soċjali biex issir spezzjoni tal-fond minn fejn qed issir l- applikazzjoni.", "DJAR - APPLIKAZZJONI H 13398", "W1,067.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid l-applikazzjoni numru H 13398 li tinsab quddiem id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn waslet peress li l-applikanti baqgħu mingħajr risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-każ qed ikun ikkonsidrat, pero billi l-applikanti, li joqogħdu ma ħaddiehor, iridu akkomodazzjoni biss f'Birkirkara, ma tantx jistgħu jinqdew malajr.", "DJAR - APPLIKAZZJONI H 14118", "W1,068.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid l-applikazzjoni numru H 14118 li tinsab quddiem id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn waslet peress li l-applikanti baqgħu mingħajr risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-każ qed jiġi nvestigat peress li jirriżulta li l-applikanti fil-fatt joqogħdu f'post iehor u mħux fl- indirizz li taw fl-applikazzjoni.", "DJAR - APPLIKAZZJONI NRU.", "H 10286", "W1,069.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid l-applikazzjoni numru H 10286 li tinsab quddiem id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn waslet peress li l-applikanti baqgħu mingħajr risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-każ qed jieħu l-kors tiegħu u dalwaqt issir spezzjoni.", "DJAR - APPLIKAZZJONI NRU.", "H 14697", "W1,070.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid l-applikazzjoni numru H 14697 li tinsab quddiem id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn waslet peress li l-applikanti baqgħu mingħajr risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infOrmat li l-każ qed ikun ikkonsidrat, iżda tajjeb wieħed jiftakar illi l-applikazzjoni ndikata daħlet f'Awissu 1997.", "DJAR - APPLIKAZZJONI NRU.", "H 14701", "W1,071.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid l-applikazzjoni numru H 14701 li tinsab quddiem id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn waslet peress li l-applikanti baqgħu mingħajr risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-każ qed ikun ikkonsidrat, iżda l-applikanti li qegħdin jgħixu ma ħaddiehor iridu jmorru joqogħdu biss Birkirkara u għalhekk ma tantx jistgħu jinqdew malajr.", "DJAR - APPLIKAZZJONI NRU.", "H 14012", "W1,072.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid l-applikazzjoni numru H 14012 li tinsab quddiem id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn waslet peress li l-applikanti baqgħu mingħajr risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infrmat illi skond il-liġi, l-applikant qed jiġi allokat post ta' missieru skond ix-xewqa tiegħu.", "DJAR - BDIL TA' FOND", "W1,080.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid fiex wasal l-ipproċessar tat-talba għal bdil tal-fond bejn tliet inkwilini li jgħixu fi tliet appartamenti differenti tal-Gvern u li għandhom il-files H 14793, H 14792 u H 10911?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali kien approva din it- talba u ffirma t-talbiet relattivi?", "Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll li persuni fis-segretarjat tiegħu kkonfermaw verbalment lil wieħed mill- applikanti li ma kienx hemm diffikulta' li l-bdil isir?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-ipproċessar tat-talbiet waqaf peress li l- applikant H 10911, li hu guvni waħdu, għalkemm gie offrut appartament b'żewġt ikmamar tas-sodda minflok dak li qed jitlob, li fih tlieta, irrifjuta.", "Id-Dipartiment jidhirlu li post bi tlett ikmamar tas-sodda għandu jiġi mogħti lil familja.", "Id-Direttur kien biss jikkonsidra t-talbiet għax meta darba hu japprova każ, issir l-allokazzjoni.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-impjegati fis-segretarjat jistgħu jgħidu biss li l-każ jiġi kkonsidrat u li normalment każi ta' bdil ma jkunx hemm diffikultajiet dwarhom.", "VALLETTA - BUS SHELTER", "W1,082.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li l-awtoritajiet jagħmlu stage/kmajra żgħira fuq is-Sur ta' fejn hemm id-Duwiballi fejn Fountain Str, Valletta għall-aħjar interess ta' l-anzjani?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant se tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra li qed isiru tista' tgħid kuljum lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku."]} {"filename": "19970214_029d_par.doc", "date": "1997-02-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 29 Il-Ġimgħa, 14 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 29 Il-Ġimgħa, 14 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "29", "Il-Ġimgħa, 14 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 489", "RULING TA' MADAM SPEAKER 489", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 489", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 496", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IL-ĦDAX IL-JUM STABBILIT", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD 498", "AĠĠORNAMENT 522", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 523", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 548", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 28 li saret fit-12 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "RULING TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): B'riferenza għall-avviż ta' Ksur ta' Privileġġ imqajjem mill-Onor.", "Joe Cassar fis-Seduta Nru. 27 tal-11 ta' Frar, 1997 ninforma lill-Kamra li ntlaħaq qbil bejn l-Onor.", "Membru u d- direzzjoni tal-ġurnal \"Kull Ħadd\" li fil-ħarġa li jmiss tal-Ħadd, 16 ta' Frar, 1997 tiġi ppubblikata mill-istess ġurnal dikjarazzjoni ta' dispjaċir għal kull inkonvenjent li seta' nħoloq lill-Onor.", "Membru.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "AMBAXXATURI MALTIN", "605.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jelenka l-ambaxxaturi Maltin li fil-preżent huma akkreditati għal Stati barranin?", "Liema minnhom huma permanentement residenti fl-Istat barrani?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall- istqarrija għall-Istampa ppubblikata mill-ministeru fil-31 ta' Jannar, 1997.", "WSC - KONSUM TA' ILMA", "2256.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu bħalissa l- livell tal-konsum ta' l-ilma?", "Minn liema sorsi qed jiġi l-ilma kkonsmat lokalment?", "Kemm hu n-numru ta' reverse osmosis plants bħalissa?", "Liema minnhom qed jaħdmu fil-preżent?", "Kemm-il train ta' produzzjoni hemm bħalissa f'kull każ?", "X'tip ta' testijiet isiru fuq l-ilma li qed jiġi kkonsmat?", "Kull kemm isiru?", "X'inhuma r-riżultati li qed jinkisbu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-medja tal-konsum ta' l-ilma, bbażata fuq l-1996, kienet 114,200 metru kubu kuljum f'Malta u 7,140 metru kubu kuljum f'Għawdex, b'total ta' 121,345 metru kubu kuljum.", "Is-sorsi tal-provvista ta' l-ilma huma mqassma hekk: 63% mill-impjanti tar-reverse osmosis u 37% mill-ilma ta' taħt l-art.", "B'kollox hawn ħames impjanti tar-reverse osmosis li qed jitħaddmu mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma b'dan il-mod:-", "|Impjant |Trains |Trains | | |Install|Imħaddma | | |ati | | |Lapsi |12 |9(+1 matul | | | |il-lejl) | |Tigne |5 |0 | |Marsa |2 |1 | |Ċirkewwa |5 |3 | |Pembroke |12 |8 |", "Il-korporazzjoni twettaq programm ta' analisi ta' kampjuni ta' l-ilma minn diversi lokalitajiet fuq skeda stabilita.", "Dan l-eżerċizzju jkopri l- provvista ta' l-ilma mis-sors sal-vit fid-djar.", "Dan il-programm qed jiġi rivedut biex jiġi intensifikat il-ħarsien tal-kwalita' u s-saħħa.", "Id-dettalji tal-parametri u frekwenza li fuqhom isiru t-testijiet ta' l- ilma bil-vit qegħdin murija hawn taħt:-", "Parametri Frekwenza Xahar Hmistax Odour \" Colour \" Taste \" Turbidity (NTU) \" Conductivity (uS/cm) \" Free Chlorine mg/1 \" Combined Chlorine mg/1 \" Total Residual Chlorine mg/1 \" Total Coliforms cfu/100 ml \" Faecal Coliforms cfu/100ml \" E. Coli cfu/100ml \" Faecal Streptococci cfu/100 ml \" Sulphite reducing Clostridia cfu/100 ml \" Dissolved oxygen \" Chloridesmg/1 \" Nitratesmg/1 \"", "Minbarra l-ittestjar regolari fil-provvista ta' l-ilma l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tieħu ħsieb li kuljum isiru testijiet fis-sorsi tal-produzzjoni u fil-ġibjuni biex tassikura li t-taħlit tal-chlorine ikun ikkontrollat skond livelli tal-ħarsien għas-saħħa tal-konsumatur.", "Skond analisi ta' dawn it-testijiet jidher li kien hemm titjib konsiderevoli f'inħawi fejn il-provvista hija diretta minn fuq l-impjanti tar-reverse osmosis jew fejn hemm taħlit bejn is-sorsi ta' l-impjant u mill-produzzjoni minn taħt l-art.", "Iżda għad hemm lokalitajiet fejn il-provvista hija dipendenti direttament minn produzzjoni ta' l-ilma minn taħt l-art u l- kwalita ta' din il-provvista għadha medjokri.", "It-titjib fil-kwalita ta' l-ilma qed ikompli jissaħħaħ bil-proġetti ta' bdil ta' mains fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk fhimt ir-risposta tal-Ministru sewwa jidher illi hemm numru ta' trains li matul il-lejl ma jkunux qed jaħdmu u wieħed mill-impjanti li hemm riferenza għalih m'hu qed jaħdem xejn.", "Jista' l-Ministru jgħidli x'inhi r-raġuni għaliex dan l-impjant partikolari mhux qed jaħdem?", "Jista' jikkonferma li ċerti trains m'humiex qed jitħaddmu bil- lejl għax f'dawk il-ħinijiet ikun hemm inqas konsum ta' ilma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, rigward l-ewwel parti tad-domanda lill-Onor.", "Interpellant nista' nserraħlu rasu li l-impjant ta' Tigne' mhux qed jaħdem għax bejn l-impjanti kollha hemm biżżejjed produzzjoni biex tlaħħaq mad-domanda.", "GĦat-tieni parti tad-domanda nista' nikkonferma li r-raġuni li t-trains ma jaħdmux fil-għaxija hija għax f'dawk il-ħinijiet tonqos id-domanda għall- ilma.", "Forsi l-Onor.", "Ċensu Galea jixtieq ikun jaf ukoll li l-impjant ta' Pembroke iferra' fil-ġibjun ta' Misraħ Lewża, liema ġibjun huwa żgħir wisq u m'għandux il-capacity biex jesa' l-ilma kollu li jipproduċi dan l- impjant.", "Għal din ir-raġuni l-WSC għamlet applikazzjoni sabiex tibni ġibjun akbar ġewwa Misraħ Lewża sabiex ikun jista' jlaħħaq mal-ħteġijiet tar-reverse osmosis ta' Pembroke.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: X'inhija l-full capacity tal-ġibjuni, in terms ta' ġranet ta' konsum, li fihom iferrgħu d-diversi mpjanti tar-reverse osmosis ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, bħalissa m'għandix informazzjoni f'idejja, pero' jekk l-Onor.", "Membru jagħmilli mistoqsija speċifika nkun nista' nwieġbu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jinformana x'inhi l-intenzjoni tal- Gvern fir-rigward tal-kuntratt tal-maintenance ta' l-impjanti tar-reverse osmosis?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalma ntqal fl-Estimi ta' din is-sena, l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet studju ta' kemm jistgħu jiġu ffrankati flus jekk kemm-il darba x-xogħol tal-manutenzjoni tar-reverse osmosis jaqa' f'idejn il-korporazzjoni u ma jibqax isir min-nies tal- kuntrattur.", "L-ammont imsemmi huwa ta' 'l fuq minn Lm1 miljun.", "Pero' wieħed għad irid jara kif dan irid isir u r-raġuni hija waħda sempliċi għax qed nitkellmu fuq prodott li huwa importanti ħafna fil-ħajja tagħna u kwalunkwe takeover ta' l-impjanti tar-reverse osmosis trid issir b'mod li ma nikkaġunaw l-ebda inkonvenjent lill-konsumatur.", "Nista' ngħid li bħalissa bdew diskussjonijiet preliminari mal-kuntrattur dwar id-diversi options u alternattivi ta' kif il-kuntrattur u l-korporazzjoni jistgħu jaħdmu flimkien u jaraw x'jista' jsir bil-kuntratt ta' manutenzjoni tar- reverse osmosis plants.", "OPM - SPECIAL EXPENDITURE - APPARAT", "2311.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'apparat hemm il-ħsieb li jiġi stallat jew jinxtara fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru bħala special expenditure?", "ONOR.", "ALFRED SANT(Prim Ministru): Is-somma msemmija mill-Onor.", "Interpellant se tintuża għax-xiri ta' tagħmir, apparat u makkinarju skond it-talbiet li saru għas-sena kurrenti fil-business plan tad-disa' dipartimenti li jaqgħu taħt il-Vot Numru 4 tar-Rikorrent - Uffiċċju tal- Prim Ministru, taħt il-cost centres 05 sa 14.", "It-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-infiq attwali f'dak li hu special expenditure taħt l-istess Vot matul dawn l-aħħar sitt snin.", "Turi wkoll li s-somma minfuqa fl-1994 għall-istess ħaġa kienet kważi d-doppju ta' dak li ġie vvotat għal din is-sena.", "għall-istess ħaġa kienet kważi d-doppju ta' dak li ġie vvotat għal din is- sena.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Il-Prim Ministru qed jgħid li għas-sena 1994 intnefaq id-doppju ta' l-ammont li hemm illum.", "F'hiex kienet tikkonsisti din l-ispiża?", "F'equipment, f'għamara jew f'affarijiet oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nista' ngħid għal dak li għandu x'jaqsam mas-Lm60,000 li huma maħsuba għal din is-sena.", "GĦas-snin ta' qabel kien hemm equipment bl-istess mod u improvements to property, l-iktar xiri ta' equipment.", "GĦal din is-sena hemm Lm2,000 midalji għal ħatriet fl-Ordni Nazzjonali, hemm apparat ġenerali għal diversi uffiċċji, hemm għamara u tagħmir ieħor simili, hemm xiri ta' vettura, hemm apparat speċjalizzat għall-Wireless Telegraphy Department, kif ukoll tiswija u ri-kalibrazzjoni ta' apparat eżistenti.", "WSC - PROVVISTA TA' L-ILMA", "2332.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' l-ilma fil-gżejjer Maltin f'dawn l-aħħar tliet xhur?", "Kemm-il darba nqata' l-ilma fl-istess perijodu ta' żmien sena ilu?", "Il-qtugħ fil-provvista ta' l-ilma hu marbut biss mal-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tippreżenta tabelli b'dettalji ta' informazzjoni ta' kemm il-darba nqata' l- ilma fil-gżejjer Maltin matul ix-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar tas- snin 1995 u 1996 rispettivament.", "Dawn it-tabelli qegħdin jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Minnhom tista' tinħareġ analisi fil-qtugħ tal-provvista ta' l-ilma.", "Il-persentaġġ ta' inċidenza fil-qtugħ tal-provvista ta' l-elettriku bħala konsegwenza fis-sospensjoni fid-distribuzzjoni ta' l-ilma huwa baxx.", "Jidher ukoll ċar l-effett ta' l-eżerċizzju fil-kontroll tat-telf ta' l- ilma li beda jiġi intensifikat minn Settembru li għadda.", "Dan l-eżerċizzju jikkonsisti f'programm ta' xogħlijiet ta' tfittxija u tiswija ta' ħsarat fis-sistema tad-distribuzzjoni f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex.", "Ix-xogħlijiet tat-tiswijiet fil-mains issa qed jitħaffef minħabba li l- impjanti tekniċi allokati fid-distretti u s-sezzjonijiet tal-manutenzjoni qegħdin jikkonċentraw fuq din il-ħidma.", "Ġie wkoll ingaġġat kuntrattur biex jieħu ħsieb it-tħaffir u r-reinstatement tat-tarmak.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li f'kull distrett hemm persuna responsabbli li tieħu ħsieb dawn ix-xogħlijiet jew hemm xi ħadd li jieħu ħsieb Malta kollha jew xi partijiet kbar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, hemm xi ħadd li hu responsabbli għal dan l- eżerċizzju li qiegħed isir area b'area - naturalment mhux qed isir f'Malta kollha f'daqqa.", "Per eżempju, fost oħrajn, bħalissa qed isir fl-area ta' Raħal Ġdid u minħabba f'hekk in-nies ta' dik in-naħa sfortunatament jistgħu jbatu minn ċertu qtugħ.", "Madam Speaker, hawnhekk irrid nirrimarka li bħala Gvern nixtiequ li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tagħti iktar informazzjoni meta tkun se tissospendi l-provvista ta' l-ilma f'każ li jkunu se jsiru dawn it-tip ta' testijiet għax ħafna drabi, fl-opinjoni tiegħi, m'hijiex qed tingħata biżżejjed informazzjoni liċ-ċittadini meta jkunu se jsiru t-tiswijiet meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol hux qiegħed isir mill-privat jew inkella mill-impjegati tal-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol ta' leakage detection isir minn impjegat tal-korporazzjoni.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "2374.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin; kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin; kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa; kemm hemm priġunieri taħt l-24 sena; il-Maltin mill-liema postijiet huma ġejjin, u l-barranin mil-liema pajjiż huma ġejjin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informzzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET FUQ OVERSPEEDING", "2519.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet fl-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar u lokalita' b'lokalita', minħabba overspeeding?", "Hemm xi ħsieb li jibdew jintużaw speed cameras?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "Il-possibilita' li jibdew jintużaw speed cameras qed tiġi kkonsidrata.", "PULIZIJA - MOBILE KIOSKS", "2536.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm liċenzji tal-pulizija għal mobile kiosks f'Malta u Għawdex?", "X'inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward ta' għoti ta' liċenzji għal mobile kiosks?", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'Malta u Għawdex hemm 62 liċenzji jew permessi għal mobile kiosks.", "Jinħarġu wkoll, permessi temporanji għal jiem tal-festi reliġjużi u okkażjonijiet oħrajn, u dawn it-tipi ta' permessi jkunu validi minn ġurnata sa tlett ijiem biss.", "Ma tinżammx statistika dwar dawn il-permessi.", "Iċ-ċirkulari GĦQ 60/83 maħruġa mill-Kummisarju tal-Pulizija tirregola il- ħruġ ta' dawn il-liċenzji jew permessi.", "Kull liċenzja hi suġġetta għal numru ta' kondizzjonijiet li jkunu stabbiliti fl-istess liċenzja.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-estratt miċ-ċirkulari msemmija rigward is-suġġett.", "PULIZIJA - MOBILE KIOSKS", "2537.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm permessi għall-mobile kiosks f'Malta u Għawdex?", "X'inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward ta' għoti ta' permessi għall-mobile kiosks?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li għadni kemm tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2536.", "WSC - UFFIĊINI AMMINISTRATTIVI - TIBDIL", "2953.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Francis Zammit Dimech) staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk iċ-Chairman il-ġdid tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma ordnax tibdil konsiderevoli fl-uffiċċju tiegħu u jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsisti preċiżament dan it-tibdil, min se jagħmel ix-xogħol fuqu jew jipprovdi s-servizzi meħtieġa u kemm se tkun l-ispiża totali li se tintnefaq għal dan l-iskop?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalissa qiegħed jiġi studjat kif jista' jsir titjib ġenerali fl-uffiċini amministrattivi tal-Korporazjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma inkluż dak taċ-Chairman.", "Ix-xogħol għadu qiegħed jiġi ddisinjat u l-istimi qegħdin jinġabru.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "612.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem L-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu u se jkomplu jittieħdu biex b'mod serju u effettiv, kif jemmen u jiddikjara l- Gvern Malti, niġġieldu biex il-Ħabs Ċivili ta' Kordin ma jibqax l- universita' tad-droga!?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-awtoritajiet tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin dejjem jieħdu l-miżuri neċessarji biex id-droga ma tidħolx il-ħabs.", "Testijiet mediċi, bla ebda ordni jew kriterju iżda b'mod regolari, isiru fuq il-priġunieri għal traċċi ta' droga.", "Bejn it-30 ta' Settembru 1996 u t-18 ta' Diċembru 1996 saru 550 test.", "Minn dawn 542 irriżultaw negattivi u 8 pożittivi.", "Minħabba raġunijiet ovvji mhux opportun li jingħad x'tip ta' miżuri qegħdin jew ser jittieħdu f'dan ir-rigward.", "WIRELESS TELEGRAPHY - RADIO SAFETY CERTIFICATES", "613.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem L-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt tinsisti t-Taqsima tal-Wireless Telegraphy fuq ħtiġijiet ta' radio safety certificates u din it-taqsima x'pariri tagħti lir-Registratur Ġenerali ta' Bastimenti u Baħrin biex iżomm ma' dawn l-esiġenzi?", "X'tip ta' enforcement measures jeżistu f'dan is-sens?", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll, f'isem il-Prim Ministru): Jien informat li l-ħtiega tar-radio safety certificate toħrog mill-Att Numru XI ta' l-1973 liema Att huwa amministrat mill-Awtorita Marittima ta' Malta.", "Id-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy jagħti lir-Registratur Ġenerali ta' Bastimenti u Baħrin dawk il-pariri li l-imsemmi registratur ikun jenħtieg fuq regoli u ċertifikati tar- radju dwar bastimenti.", "Jien informat ukoll li enforcement measures jittieħdu mill-Awtorita Marittima skond l-Att imsemmi hawn fuq.", "Dawn jittieħdu meta l- istallazzjoni tar-radju li bastiment partikolari għandu jkollu jinstab li ma tkunx konformi mal-ħtiġijiet; meta s-servizz tar-radju ma jkunx miżmum fi stat tajjeb ta manutenzjoni; meta dokumenti u ċertifikati ma jkunux validi; meta n-numru tuffiċjali jew operaturi tar-radju ma jkunux skond il-ħtieġa jew ma jkollhomx il-kwalifiki preskritti; u meta l- ħtiġijiet għal dak l-apparat tar-radju li jista jinġarr - li d-dgħajjes jew life-rafts huma meħtiega jġorru - ma jkunux konformi mar-regoli dwar tagħmir ta salvataġġ.", "Irrid inżid li l-Att XI ta l-1973 jipprovdi ukoll għal multi u tiżmim ta bastiment għal reati kontra dan l-Att.", "WIRELESS TELEGRAPHY - SIGURTA' TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR", "614.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ħidma kostanti twettqet u trid tissokta twettaq it-Taqsima tal-Wireless Telegraphy biex jiġi assigurat li l-livell tat-teknika ta' l-apparat użat fuq il-vapuri jkun konformi mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurta' tal-Ħajja fuq il- Baħar?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Jien informat li l-ħidma li d-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy iwettaq biex jassigura li l-apparat użat fuq bastimenti jkun jaqbel mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is- Sigurta tal-Ħajja fuq il-Baħar billi jżomm ruħu aġġornat ma' l-iżvilupp teknoloġiku li jsir minn żmien għal żmien fir-Regolamenti Internazzjonali tar-Radju ta' l-Unjoni Internazzjonali bħal m'huma: l-European Telecommunications Standards Institute (ETSI), l-International Maritime Organisation (IMO) u l-International Mobile Satellite Organisation (INMARSAT).", "Jien informat ukoll li bħala parti minn din il-ħidma d-Dipartiment tal- Wireless Telegraphy jattendi għall-konferenzi, seminars u laqgħat ta' l- organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq.", "REĠISTRU ELETTORALI - KOMPUTERIZZAZZJONI", "615.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Xi ħames, sitt snin ilu, il-Kummissjoni Elettorali kienet għamlet studju dwar il-komputerizzazzjoni tar-reġistru elettorali u d-dokument tal-votazzjoni, u jidhirli li ħarġet tender għax-xiri ta' l- apparat meħtieġ.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ħarġet din it-tender u min tefagħha?", "Kemm kienu l-offerti?", "Liema ntgħażlet u għaliex?", "Meta fil- fatt ġie installat l-apparat u fiex jikkonsisti sewwa sew u kif jaħdem biex il-proċess elettorali jkun tassew trasparenti u nadif?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tender għax-xiri ta' l-apparat ġiet ppublikata fil-21 ta' Awissu 1990.", "Kien hemm ħdax l-offerta kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Kummissjoni Elettorali ta' dak iż-żmien għażlet offerta 9 option (d) ta Megabyte Ltd fuq bażi tal-kwalita' tar-ritratt, l-iżvilupp ta' software, il-kwalita' ta' hardware, iż-żmien li fih jingħata l-apparat, u l-prezz.", "Il-parti l-kbira ta' l-apparat li jikkonsisti f'hardware u software ġie stallat f'Awissu ta' l-1991, u fis-snin successivi ġie miżjud b'hardware u software addizzjonali biex ilaħħaq ma l-ħtiġijiet ta' l-Uffiċċju u tal- Kummissjoni Elettorali.", "Fl-operat ta' l-apparat hemm kontrolli u audit trails biex jassiguraw li l- proċessi jsiru b'mod korrett.", "Ma dana kollu l-Kummissjoni Elettorali preżenti kienet ħasset il-ħtieġa ta' apparat aktar modern b'kontrolli adekwati u li jgawdi l-fiduċja tal-partijiet kollha u għalhekk ħarġet tender biex jinxtara dan l-apparat.", "Din it-tender qegħda tiġi pproċessata u dalwaqt isiru r-rakkmandazzjonijiet finali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "616.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna bl-I.D. No. 252573 (M) li d- dettalji tagħha qed nibgħathom separatament se jingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "F'liema stadju waslet l-applikazzjoni tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Jien informat illi l- applikazzjoni indikata tirrigwarda familja ta' raġel, mara u tarbija li qed jgħixu ma' persuna oħra.", "Bħal dan il-każ hemm 'il fuq minn 1000 ieħor fil-waqt li n-numru ta' postijiet vojta hu limitat.", "Għal din ir-raġuni ma nistax ngħid meta se jingħataw akkomodazzjoni.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "617.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif safejn hu possibbli, kull priġunier fil-Ħabs Ċivili ta' Kordin ikun imħolli jissodisfa l-bżonnijiet tal-ħajja reliġjuża, spiritwali u morali tiegħu billi jattendi servizzi reliġjużi u laqgħat forsi anke ta' talb fl-istituzzjoni stess u li jkollu aċċess għall-letteratura reliġjuża?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif jipprovdu r-regolamenti tal-ħabs, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin il-priġunieri huma liberi li jipprattikaw ir- reliġjon tagħhom.", "Infatti, diversi għaqdiet reliġjużi jagħtu s-servizz tagħhom permezz ta' laqgħat ta' talb, pariri u anke support morali.", "Skond l-imsemmija regolamenti, l-letteratura reliġjuża li titqassam trid tiġi approvata mill-awtoritajiet tal-ħabs.", "MADAM SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti fuq il-Mejda.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tat-telefon fil-5 ta' Frar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3097.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ċertifikat dwar l-importazzjoni ta' għasafar mill- Ingilterra, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3085;", "Statistika dwar applikazzjonijiet għal żvilupp approvati jew miċħuda mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul Diċembru 1996 u Jannar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3094;", "Avviż Legali Nru 23 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; u", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari numru 2887.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-kuntratt ta' impieg tas-Sur Martin Debono fil-kariga ta' senior secretarial official bħala assistent personali fil- Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni b'effett mid-29 ta' Novembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija palamentari numru 2782; u", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru tat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 22 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar in-Nollijiet għal Servizz tal- Valiġġa u tal-Passiġġieri għal Għawdex.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, għandi żewġ dokumenti oħra quddiemi li, bil-permess, nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 23 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ.", "u f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 24 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Pulizija (Emenda Nru 2).", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IL-ĦDAX IL-JUM STABBILIT", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat għandu quddiemu għad-diskussjoni l-Voti tal- Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "Skond il-Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Nistieden lill-Ministru tal-Biedja u Sajd biex iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 51 - MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,517,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 51 - Ministeru tal-Biedja u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1997.", "VOT XIV - MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,685,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV - Ministeru tal-Biedja u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1997.", "THE CHAIRMAN: Rimarki.", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Chairman inressaq din l-emenda:", "VOT 51- MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,297\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,296\".", "Delete the figure \"Lm 10,297\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,296\".", "Mr Chairman, għalija dan huwa qasam ġdid għax kif taf il-Kamra s-soltu nitkellem fuq affarijiet ta' natura totalment differenti.", "Is-soltu kont nitkellem fuq l-ilma u l-enerġija u din hija l-ewwel darba li qiegħed nitkellem bħala shadow minister għall-Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "Sur President, kulħadd jaf li l-biedja u s-sajd huma żewġ industriji li għalkemm jikkontribwixxu bejn 2% u 3% tal-GDP nazzjonali, f'pajjiżna xorta waħda għandhom importanzjoni jew rilevanza kemm mil-lat soċjali kif ukoll mil-lat ekonomiku.", "Il-biedja u sajd huma żewġ industriji li joperaw f'parametri komplessi.", "L-ewwel għan tal-biedja u s-sajd għandu jkun - u hekk hu - li jforni provvista adegwata u kontinwa ta' varjeta' ta' prodotti ta' l-ikel u għaldaqstant l-istess industriji tal-biedja u sajd għandhom ikunu mibnija fuq sisien sodi u moderni.", "It-tieni għan ta' dawn l- oqsma għandu jkun li dawn iridu jimmiraw għal target ta' self sufficiency kemm jista' jkun għoli.", "It-tielet għan għandu jkun li dawn l-industriji jkunu attrezzati b'mod li l-provvista tad-diversi prodotti isiru bl-iżjed mod effiċjenti ħalli b'hekk il-konsumatur ikun moqdi adegwatament bl-inqas prezzijiet possibbli u fl-istess ħin min-naħa l-oħra l-bidwi, is-sajjied u r-raħħal ikollhom qligħ tajjeb u xieraq.", "Dan il-qligħ għandu jkun tali li minbarra li jipprovdi għajxien diċenti lill-operaturi f'dawn l-oqsma, l- istess operaturi għandu jibqagħlhom id-dħul neċessarju biex ikunu jistgħu jkomplu jkabbru u jinvestu fin-negozju tagħhom.", "Il-biedja u s-sajd huma wkoll żewġ oqsma li, minbarra li joperaw fis-sistema tas-suq, jiddependu wkoll ħafna mill-ambjent naturali u l-klima ta' madwarna.", "Kulħadd jaf li ħafna xita, speċjalment dik barra minn żmienha, kif ukoll in-nixfa u l-mard fl-uċuh tar-rabaż, huma l-ikbar uġiegħ ta' ras tal-bidwi u tar-raħħal.", "Mr Chairman, fil-każ tas-sajd kulħadd jaf li l-maltemp hu l-ikbar inkonvenjenza, biex hawn ma nsemmux ukoll il-ħsara kbira li ssir bit- tkarkir irresponsabbli f'żoni ristretti, kif ukoll mis-sajd sfaċċat meta jkun hemm xi ħadd bravu li jmur jitfa' l-bombi fil-baħar biex joqtol il- ħut.", "Dan huwa uġiegħ ta' ras għas-sajjied.", "Madanakollu wieħed bilfors irid iżid fattur ieħor, ċioe' l-ambjent kollu ta' madwarna.", "Bħalma jaf kulħadd pajjiżna huwa ċkejken u l-bidwi jew ir-raħħal irid joqgħod attent ferm sabiex bl-operat tiegħu ma jħallix impatt negattiv fuq l-istess ambjent.", "Per eżempju, hawnhekk qed nirriferi għall-ħsara li tista' ssir lill-ħażna ta' l-ilma tal-pjan bl-użu li ma jkunx kontrollat ta' pestiċidi, kif ukoll il-ħsara li tista' tiġri lill-ilma tal-pjan meta jkollok farms li ma jkollhomx drenaġġ adegwat kif suppost.", "L-użu ta' metodi illegali tas- sajd li għadni kif semmejt, jiġifieri t-tkarkir f'żoni ristretti, kif ukoll overfishing ġenerali - kulħadd jaf li fil-Mediterran għandna overfishing - jistgħu wkoll iħallu impatt negattiv fuq l-industrija tas-sajd.", "GĦalhekk dan kollu jġibni għall-punt prinċipali tal-ħsieb tiegħi.", "Mr Chairman, fl-ambjent li ngħixu, żgur li dawn iż-żewġ oqsma għandhom jiġu kkurati u mkabbra kontinwament b'sistemi effiċjenti fuq sisien sodi u b'mod sostenibbli.", "Il-mission statement taż-żewġ oqsma għandu jkun \"provvista ta' prodott bnin bl-inqas spiża għall-konsumatur iżda bi qligħ xieraq u ġust għall-bidwi, għar-raħħal u għas-sajjied, bi proċess sostenibbli u bl-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent ta' madwarna\".", "L- effiċjenza għandha tkun il-mutur ta' dawn iż-żewġ oqsma.", "Il-bdiewa, is- sajjieda u r-raħħala li jaħdmu b'tant ħeġġa, bżulija u tbatija f'dawn l- oqsma jafu ferm tajjeb li fiż-żmenijiet ta' llum it-teknoloġija u l- effiċjenza huma kollox u nafu wkoll li biex wieħed jimxi u jikber f'dawn l- oqsma jrid bilfors jimxi maż-żmenijiet u jsir effiċjenti bħal u daqs sħabu li jaħdmu f'pajjiżi oħra, b'mod partikolari f'pajjiżi Ewropej.", "Illum kull bidwi, kull raħħal u kull sajjied jaf u huwa konxju tal-fatt li llum wasalna fi żmien li jew tarma jew iżżarma.", "Spiċċa ż-żmien tad- dilettantiżmu.", "Sur President, hawnhekk irrid nagħti ħarsa lura fuq fuq - għax naf li sħabi se jitkellmu fuq dawn l-affarijiet ukoll - lejn x'sar f'dawn l-oqsma tal-biedja u s-sajd matul l-aħħar disa' snin u nofs meta fil-pajjiż kellna Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Jekk wieħed ikollu jħares lejn il-Programm Elettorali tal-Malta Labour Party jinduna li dan l-istess programm jagħti stampa negattiva għall-aħħar dwar ix-xogħol kollu li sar f'dawn l-oqsma matul id-disa' snin u nofs ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "GĦall- kuntrarju l-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala jafu li kellhom esperjenza ta' xita ta' ġid u għajnuniet fl-istess perijodu.", "L-investiment f'dawn l-oqsma kien sostanzjali.", "Ħalli nibdew b'fergħa importanti tal-biedja, jiġifieri l-edukazzjoni u t-taħriġ", "Sur President, sa qabel l-1987 fl-GĦammieri taparsi kien hemm skola tal- biedja.", "Studenti bla skola u bla sengħa partikolari kienu jiddaħħlu f'din l-iskola li kienet isservi bħala ventilatur biex dawn l-istess żgħażagħ, mingħajr ma jingħataw it-taħriġ adegwat, ikollhom iċ-ċans jibqgħu deħlin u jsiru impjegati mal-gvern.", "Wara l-1987 dawn l-affarijiet spiċċaw.", "Din l- iskola għaddiet f'idejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u l-ingaġġ ta' l- istudenti f'din l-istess skola beda jsir skond kwalifiki adatti.", "Ta' min jgħid li din l-iskola bdiet tipproduċi żgħażagħ imħarrġa sew u wħud minnhom saħansitra komplew jispeċjalizzaw f'diplomas barra minn Malta wkoll.", "Fl- istess perijodu, jiġifieri mill-1987 sa l-1996, twaqqaf ukoll l-Institute of Agriculture fl-Universita' bl-għan li dan il-qasam ukoll ikompli jikber fuq linji professjonali.", "Mr Chairman, din in-naħa tal-Kamra dejjem emmnet u tibqa' temmen li l- bdiewa għandhom jiġu mħarrġa fuq linji moderni u xjentifiċi għax aħna nemmnu li b'hekk biss din l-industrija tista' tkompli tikber b'mod effiċjenti u sostenibbli.", "Marbut ma' dan it-taħriġ edukattiv ġie mwaqqaf ukoll laboratorju ġdid mgħammar b'apparat modern fejn, per eżempju, bdiet issir analisi ta' ħamrija, ta' l-ilma tat-tisqija, kif ukoll ta' l-għalf tal-bhejjem.", "Dan il-laboratorju flimkien mal-librerija li kienet ġiet imwaqqfa għadhom jagħtu servizz utli lill-bdiewa u lir-raħħala sal-ġurnata ta' llum.", "Mr Chairman, żvilupp ieħor li seħħ b'rata qawwija kien l-iżvilupp fil- bini ta' serer.", "Il-bini tas-serer kien inkoraġġit u ssussidjat matul l- istess perijodu.", "Kienu ġew introdotti serer li huma managed elettronikament b'sistemi state of the art.", "Dan l-investiment issarraf fi produzzjoni ta' prodotti ġodda, bħaċ-cherry tomatoes u frawli matul is- sena kollha li minnhom iggwadanja kemm il-bidwi kif ukoll il-poplu Malti.", "Fir-raba fejn hemm l-experimental farm ta' l-GĦammieri kienu ġew introdotti wkoll fuq mod gradwali xtieli u żrieragħ ta' prodotti ġodda għal pajjiżna.", "Wara li kienu saru l-esperimenti neċessarji wħud minn dawn ix- xtieli u żrieragħ bdew jiġu mkabbra lokalment bir-riżultat li llum il- pajjiż għandu provvista ta' ċerti prodotti matul is-sena kollha, meta kulħadd jaf u jiftakar li sa ftit snin ilu dawn il-prodotti kienu pprovduti fix-xhur ta' l-istaġun tagħhom biss.", "Per eżempju, nistgħu nsemmu t-tadam, il-ħjar, il-brunġiel, il-frawli u prodotti oħra.", "Fir-rigward taċ-ċereali, ta' min ifakkar li kienet ġiet introdotta silla ġdida, liema silla kienet magħrufa bħala silla \"Tuneżina\", li hija ta' kwalita' aħjar minn dik is- silla li kien ikollna qabel fil-pajjiż.", "Rigward il-pitkalija, ta' min wieħed jgħid li saret pitkalija ġdida u x- xogħol li sar kien jikkonsisti f'bini ta' stores ġodda; saret l- introduzzjoni ta' crates ġodda għall-frott u l-ħxejjex; ġie stallat apparat għall-ħasil ta' l-istess crates; kien hemm bini ta' uffiċini ġodda; u access road ġdida biex jiġu eliminati inkonvenjenzi għall-bdiewa, pitkala, vendituri u għall-pubbliku in ġenerali.", "F'din il-pitkalija l-ġdida ġiet ukoll stallata sistema ġdida komputerizzata li bis-saħħa tagħha l-bejgħ u x- xiri tal-prodotti jsir b'mod aktar trasparenti u fl-istess ħin il-bidwi jirċievi l-ħlas tiegħu f'iqsar żmien.", "Ta' min ifakkar ukoll li l- Amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ħallset lura nofs l-ammont tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali li bħalma jaf kulħadd dawn jammontaw għal mijiet ta' eluf ta' liri fis-sena.", "Fl-istess perjodu ġie mwaqqaf il-Micro Propagation Centre.", "Dan iċ-ċentru l-ġdid jagħti l-fakulta' li b'sistemi ġodda xjentifiċi jkunu jistgħu jitnisslu xtieli u siġar.", "Din hija sistema moderna li timxi fuq linji xjentifiċi u permezz tagħha ċertu siġar li kellna fil-pajjiż, li llum kważi spiċċaw, bdew jerġgħu jiġu mkabbra.", "Din is-sistema ta' tnissil tagħti l- lok lill-bdiewa tagħna li jkunu jistgħu jkabbru xtieli, pjanti u siġar oħra u dawn ikunu jistgħu jiġu esportati.", "Fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kellna wkoll l-introduzzjoni tad-drip irrigation.", "Id-drip irrigation hija innovazzjoni li ġiet introdotta bejn l-1986 u l-1996 u daħlet f'pajjiżna bis-saħħa ta' sussidju qawwi min-naħa tal-Gvern lejn il-bdiewa tagħna.", "Din is-sistema għamlet rivoluzzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma kwantita' u kwalita' ta' prodotti.", "B'din is-sistema daħħalna wkoll l-effiċjenza fejn jidħol l-ammont ta' ilma meħtieġ għat-tisqija u ovvjament naqqset bil-bosta t-tbatija lill-bdiewa.", "Biex ngħid hekk, spiċċa dak iż-żmien ta' meta l-bidwi kien joqgħod imur idur mas-siġar u jagħmel il-konok jew inkella meta l-bidwi kien imur joqgħod idur bejn ix-xtieli tal-brunġiel, tat-tadam u tal-bżar aħdar u jogħod jagħmel il-kanali biex isaqqi.", "Dak iż-żmien spiċċa u miegħu spiċċat dik it-tbatija li l-bidwi kien ibati biex joqgħod jonqox ir-raba' u jaqla' l-ħaxix ħażin.", "Dawk huma affarijiet tal-passat u bis-saħħa tad-drip irrigation daħlet l-effiċjenza anke fit-tisqija tar-raba'.", "Ta' min wieħed jgħid li s-sistema tad-drip irrigation ma daħletx sempliċement għax ġew intordotti pipes, nozzles u valves - magħrufa mill-bdiewa bħala beżżuli - iżda din is-sistema daħlet ukoll f'pajjiżna peress illi fil-pajjiż kien hawn provvista ta' ilma tat-tisqija.", "Prinċipalment din il-provvista ta' ilma tat-tisqija ġiet mill-impjant tat-tisfija ta' l-ilma tad-drenaġġ li hemm f'Sant'Antnin - liema impjant kien ġie imsaħħaħ u mkabbar - u anke mill-aquifer, mill-ilma tal-pjan.", "Kien hawn ħafna nies - din m'hijiex xi ħaġa sigrieta għax kulħadd jaf biha - u bdiewa li abbużaw billi ħaffru ħofor fil-blat u bdew itellgħu l-ilma mill-aquifer, kif ukoll kien hemm bdiewa li bdew itellgħu ilma mill-aquifer b'mod partikolari f'areas fejn hemm l-ilma salmastru.", "Dan kollu ta r-riżultat li bis-saħħa tad-drip irrigation prattikament il-biejda f'pajjiżna ġiet rivoluzzjonata.", "Mr Chairman, hawnhekk nitolbok tippermettili nagħmel mistoqsija lill- Ministru għar-rigward ta' l-irrigation għax nixtieq inkun naf mingħand l- Onor. Noel Farrugia x'beħsiebu jagħmel il-Gvern tiegħu għar-rigward ta' provvista ta' ilma għat-tisqija.", "X'se jagħmel fejn tidħol it-tisfija ta' l- ilma fis-sewage treatment plants u xi ħsieb għandu l-ministeru tiegħu biex jiġbor ir-run-off water li tant konna nisimgħu bih?", "Issa huma qegħdin fil- gvern u l-honeymoon għadda u allura suppost li llum il-Ministru diġa' għandu l-pjan għal dawn l-affarijiet.", "GĦalhekk jien nerġa' nistaqsi lill- Ministru li peress li issa kulħadd jaf li sa ftit snin oħra l-ilma kollu tad-drenaġġ irid jiġi msaffi fi treatment plants, xi ħsieb għandu l-Gvern li jutilizza dan l-ilma kollu li jiġi msaffi mill-ilma tad-drenaġġ?", "Kulħadd jaf li se jkun hawn available għat-tisqija għexieren ta' miljuni ta' glanen ta' ilma kuljum li jiġu msaffija mid-drenaġġ, dak li nsejħulu second class water.", "X'se jagħmel bih dan l-ilma l-Gvern u min se jieħu ħsiebu?", "Mr Chairman, ma tistax titħadded fuq is-settur tal-biedja mingħajr ma ssemmi esportazzjoni tal-patata.", "Irrid ngħid li mill-1987 sa l-1996 hawnhekk ukoll ix-xogħol ġie ristrutturat kompletament ta' min jgħid li mill-bidu nett ta' l-Amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1987 kienet iddaħħlet is-sistema ta' grading tal-patata.", "Illum kulħadd jaf li biex tesporta trid tipprovdi prodott ta' kwalita' mingħajr ħsara.", "Illum spiċċa dak iż-żmien meta l-patata kienet tiġi esportata fl-ixkejjer u fl-istess xkejjer kien ikun hemm ukoll affarijiet oħra bħal ħamrija u laqx u mbarazz ieħor.", "Hemmhekk kienet saret ħsara konsiderevoli għall-esportazzjoni tal- patata minn Malta.", "Dawk iż-żmenijiet spiċċaw.", "Irrid infakkar ukoll li fi żmienna l-patata kienet bdiet tiġi esportata jew fi freezers bl-iskop li l- prodott jitwassal barra fl-aħjar kondizzjoni possibbli.", "F'dan ir-rigward ukoll kienet inbidlet il-proċedura u s-sistema kollha ta' kif kien isir it-tendering ta' l-esportazzjoni għax qabel l-1987 il- proċedura tal-ħruġ u l-adjudication tat-tender kien isir bil-magħluq fejn ħafna mistoqsijiet u allegazzjonijiet kienu joħorġu minn sistema ta' dak it- tip.", "Kien il-Gvern Nazzjonalista li fetaħ il-proċess kollu u waqqaf l- export marketing board, ifformat fost l-oħrajn minn uffiċjali tad- dipartiment u minn membri tal-Koperativa Ċentrali tal-Bdiewa, llum il- ġurnata jiftaħ it-tenders tal-bidders quddiem l-istess bidders; kollox bil- miftuħ u kollox mingħajr ħabi.", "Ir-riżultat ta' din il-ħidma għaqlija tal- Gvern Nazzjonalista f'dan il-qasam kif ukoll il-bdil radikali fil-proċedura tat-tender ta riżultat eċċellenti.", "Kulħadd jaf li fejn fl-1986 il-bidwi kien jitħallas mas-Lm6 għal kull qantar patata li kien jesporta, fl-1996 il-prezz għal kull qantar tela' għal madwar Lm14 kull qantar; jiġifieri l-prezz li bih tħallas il-bidwi tela' iżjed mid-doppju, minn Lm6 għal Lm14 kull qantar.", "Dan ġara bejn l- 1986 u l-1996.", "Dan seta' jseħħ peress li l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż- żmien b'politika għaqlija rnexxielu jelimina d-dazju - dan id-dazju kien jitħallas fil-pajjiż li jirċievi l-patata - li kien jitħallas fuq patata esportata minn Malta lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qabel kien ikun hemm dazju ta' 21% fuq il-patata li tasal sa l-aħħar ta' April u dazju ieħor ta' 21% fuq il-patata li kienet tasal fix-xahar ta' Mejju.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien neħħa dawn iż-żewġ dazji u għalhekk illum il-bidwi Malti jista' jkun kompetittiv fil-bejgħ tal-patata barra minn Malta.", "Dan ifisser li wara l-1987 il-patata kollha esportata lejn l-Unjoni Ewropea tneħħielha d-dazju minn fuqha u b'hekk il-bidwi beda jiggwadanja u jitħallas iżjed tal- patata li jesporta.", "Ovvjament, mal-bidwi gawda wkoll pajjiżna.", "Fil-qasam tar-raħħala rrid nitkellem daqsxejn fuq fuq għax hawn sħabi li jridu jitkellmu warajja.", "Irrid ngħid li anke f'dan il-qasam saru avvanzi kbar bis-saħħa ta' l-għajnuna u s-sussidji li kien jagħti l-Gvern Nazzjonalista.", "Wieħed jista' jagħti ħarsa lejn l-industrija taċ-ċanga u lejn il-produzzjoni tal-ħalib.", "Rigward l-industrija taċ-ċanga wieħed irid jgħid illi l-politika ta' kompetizzjoni aktar ħielsa ġabet magħha aktar effiċjenza min-naħa ta' l-industrija u min-naħa tiegħu l-Gvern ħass li kellu jagħti aktar għajnuna finanzjarja.", "Ċertament li dawn il-fatturi kollha flimkien għenu biex din l-industrija setgħet tkompli tikber bejn l- 1987 u l-1996.", "Irrid infakkar li fl-1987 il-merħliet li kellna fil-pajjiż, b'mod partikolari l-merħliet tal-baqar u l-mogħoż, kienu jinstabu fi stat ta' kriżi għax kien hawn il-mard tat-tubercolosis u brucellosis u biex jelimina dan il-mard il-Gvern Nazzjonalista kellu jieħu azzjoni drastika.", "Per eżempju, fl-industrija taċ-ċanga l-Gvern kellu jagħmel skema ta' eradication u qatel il-bhejjem morda kollha.", "Id-Dipartiment ta' l- Agrikoltura kellu jħallas allowance għal sitt xhur sħaħ lil kull raħħal li kellu l-farm tiegħu milqut mill-mard.", "Fl-istess perjodu kienet saret disinfection ta' kull farm li kien milqut mill-mard u r-raħħala kienu ngħataw kull għajnuna neċessarja kemm finanzjarja u kemm teknika biex setgħu jerġgħu jkabbru u jimmodernizzaw il-farms tagħhom.", "Wara li l-baqar morda ġew maqtula d-dipartiment kien ipprovda, mingħajr ħlas, lill-istess raħħala baqar ġodda tad-demm Olandiż.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-istess perjodu kienet ġiet introdotta l-levy fuq ta' ċanga li kienet tiġi importata f'forma ta' catering cuts.", "L-ammont ta' levy li nġabar, li jammonta għal madwar Lm100,000 fis-sena, beda jingħata lura f'sussidju lill- koperativa tar-raħħal.", "Ir-riżultat ta' dan kollu allura, Mr Chairman, huwa li f'dan il-qasam fil-perijodu ta' l-1987 sa l-1996 il-produzzjoni tal-ħalib ġiet imkabbra madwar 32% filwaqt li l-produzzjoni taċ-ċanga, jiġifieri tal-laħam maqtul, ġiet imkabbar b'madwar 15%.", "Mr Chairman, nixtieq li għandi ċans nidħol fid-dettall, per eżempju, x'għamel id-dipartiment u x'għamel il-gvern ta' qabel f'dak li jirrigwardja l-kriżi l-oħra li kien hawn fil-pajjiż u kulħadd jaf li l- mogħoż fil-pajjiż kienu milqugħtin bil-marda tad-deni irqiq u kulħadd jaf il-mezzi kollha li ħa l-Gvern preċedenti biex neħħa din il-marda tad-deni irqiq.", "F'pajjiżna kulħadd jaf li r-raħħala ġew mgħotija mogħoż ġodda jew inkella ngħataw kumpens.", "Din il-marda kienet ġiet imneħħija kważi mija fil- mija.", "Fir-rigward il-fniek u tjur nista' ngħid li speċjalment fil-farm li hemm fl-Għammieri ġew introdotti rati ġodda kemm ta' fniek u kemm ta' tjur kif ukoll bdiet issir trobbija ta' dawn l-ispeċi, bħas-summien, bħal- farawni u faġani u mbagħad, wara li kienu saru esperimenti fil-farm, ir- raħħala ta' pajjiżna ngħataw iċ-ċans, ingħataw l-għajnuna u kull faċilita' biex bdew irabbu l-istess annimali fuq sistema kummerċjali.", "Rigward l-industrija tal-majjal, Mr Chairman, ta' min jgħid li wara l- 1987 l-industrija tal-majjal kienet ġiet mibdula minn waħda bbażata fuq kwota ta' majjaliet għal waħda bbażata fuq kwantita' ta' majjal għall- qatla.", "Il-kwota' tal-qatla kienet ġiet gradwalment miżjuda.", "Inbnew ukoll coldstores kbar apposta biex jiġu wżati għal skop ta' ħażna tal-majjal maqtul.", "Infakkar li kienu ġew introdotti rażeż ġodda ta' majjal u r- riżultat kien produzzjoni aktar effiċjenti u laħam aktar bnien.", "Ġew introdotti wkoll, bl-għajnuna finanzjarja tal-gvern, makkinarju modern bħal refrigerated vans għal ġarr tal-majjal maqtul bl-iskop ta' iġene aħjar.", "Dawn il-miżuri kollha, Mr Chairman, waslu biex ir-raħħal sar iżjed effiċjenti u allura l-livell ta' għajxien tiegħu tjieb sostanzjalment.", "Fil-perijodu ta' 1987 sa l-1996, l-ammont ta' majjal maqtul fil-biċċerija żdid madwar 20%.", "U ta' min jgħid li sas-sena l- oħra ċ-ċifra tal-majjal maqtul fis-sena li għaddiet laħaq kważi ċ-ċifra ta' 9 miljun kilo.", "Nitkellmu ftit, Mr Chairman, rigward is-sussidju u l-għajnuna finanzjarja.", "Ta' min jgħid li sa qabel l-1994 l-għajnuna jew sussidju kien ikun dirett lill-għajnuna jew sussidju lill-oqsma tal-biedja u sajd kien ikun dirett, kien isir forma diretta mid-Dipartiment tal-Biedja u Sajd.", "Dan normalment , Mr Charman, kien jissarraf f'bini ta' ġwiebi, irzizet u serer, xiri ta' makkinarju agrikolu u xiri ta' opri tal-baħar.", "Fl-1994 mr Chairman, ġiet introdotta skema ta' sussidju ta' għajnuna finanzjarja għall-agrikoltura li permezz tagħha bdiewa u raħħala kienu taw sussidju ta' madwar 4.5% għal perijodu ta' ħames snin fuq self minn barra kummerċjali għall-proġetti fl-argikoltura.", "B'hekk il-bdiewa u r-raħħala ngħataw għajnuna oħra biex ikunu jistgħu jirranġaw u jkabbru n-negozju tagħhom.", "Mr Chairman, rigward l-għajnuna infrastrutturali ta' min isemmi li anke l- Enemalta kienet tagħti s-sehem fil-qasam ta' l-agrikoltura għax fejn qabel biex wieħed jingħata provvista tad-dawl elettriku kien ried ikun f'distanza ta' mhux iżjed minn 100 pied mis-sistema tad-distribuzzjoni, l-Enemalta kienet bidlet ir-regolamenti tas-supply u tawlet din id-distanza minn 100 għal 500 pied.", "B'hekk ħafna bdiewa li kienu joqogħdu f'areas daqsxejn il- bogħod mill-eqreb parti tas-sistema tad-distribuzzjoni ngħataw iċ-ċans - sakemm ma kenux iżjed minn 500 pied - li jdaħħlu s-supply ta' l-enerġija elettrika b'spiża żgħira.", "Irrid ngħid ukoll li fejn kien hemm bdiewa li jgħixu fl-irziezet li kienu f'distanza ta' iżjed minn 500 pied mill-eqreb parti tad-distribuzzjoni ta' l-enerġija elettrika bħal, per eżempju, f'Wied Ħażrum f'Ħad-Dingli u l-Kunċizzjoni fir-Rabat, f'dawn il-każi l-Enemalta ukoll kienet waslet il-provvista ta' l-enerġija elettrika bl-ispiża normali.", "Mr Chairman, fil-biċċerija sar investiment kbir ta' madwar Lm1.5 miljun u nistgħu ngħidu li llum għandna biċċerija li hija kapaċi tipproċessa prodotti ta' standard meħtieġ biex jiġu esportati fis-swieq internazzjonali.", "Mr Chairman rigward is-sajd irrid ngħid li fejn qabel l-1987 kien hawn industrija li kienet disorganizzat, fid-disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista din bdiet tiġi organizzata fuq linji aħjar.", "Ta' min ifakkar li qabel l- 1987 kien hawn kumpanija tas-sajd, l-Maltese Libyan Fishing Company Limited, li kienet spiċċat falluta b'dejn ta' madwar Lm1 miljun.", "Dik il- kumpanija kienet ġiet xolta li wara l-1987 u minflokha bdew jaħdmu l- koperattivi tas-sajjieda.", "Il-Gvern mill-ewwel kien bena u għadda cold stores lis-sajjieda biex dawn ikunu jistgħu jaħżnu l-ħut kif ukoll beda jagħti sussidju fuq x-xiri ta' makni li jipproduċu s-silġ, liema makni jitpoġġew fuq it-trawlers u l-laneċ tas-sajjieda ħalli b'hekk il-prodott jiġi mwassla għand ix-xerrej f'kundizzjoni aħajr .", "Mr Chairman, irrid infakkar ukoll li fil-qasam tas-sajd il-Gvern ta għajnuna finanzjarja diretta li kienet tikkonsisti - hawnhekk nixtieq li l- Ministru jiċċekkja fuq din għax staqsejtu mistoqsija u mid-dehra kien hemm xi misunderstanding jew inkella l-Ministru huwa nformat ħażin - fl-għoti lura ta' parti mill-commission li huma jkunu ħallsu lill-pitkala.", "Meta s- sajjied jieħu l-ħut għall-bejgħ fil-pixkerija huwa jħallas commission ta' madwar 6c3 fil-lira lill-pitkal u mbagħad il-Gvern jgħaddi lura lill- koperattiva tas-sajd parti minn din il-commission, madwar 4c4 fil-lira, li mbagħad l-istess koperattiva tgħaddi parti minnha lis-sajjieda.", "Barra minn hekk, bħal fil-każ tal-bdiewa, is-sajjieda wkoll ġew rifonduti bi ħlas ta' nofs il-bolla tal-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali li kienet tħallset mill-1987 sa l-1996.", "Il-frott ta' din il-ħidma kollha kien li din l-industrija verament ġiet fuq sisien sodi filwaqt li nagħtat kull opportunita' biex tkompli tiżviluppa u tissaħħaħ.", "Biżżejjed ngħidu li fl-1995 il-qabda tal-ħut telgħet għal madwar kważi miljun kilogramma, eżattament għal 925,000 kilogramma, u dan ifisser li kien hemm dħul aktar għas-sajjieda.", "Peress li s-sajjieda jużaw ħafna diesel biex joħorġu għas-sajd, nixtieq nistaqsi lill-Ministru: ladarba l-prezz tad-diesel u tal-petrol żdiedu fil- budget, il-Ministru għandu l-ħsieb li jagħti xi forma ta' għajnuna jew sussidju biex biha jgħin lis-sajjieda?", "Irrid infakkar ukoll illi fl-aħħar snin is-sajjieda tagħna ddiversifikaw is-sajd tagħhom.", "Fil-fatt, is-sajjieda tagħna bdew imorru għas-sajd tat- tonn fejn kellhom suċċess sodisfaċenti u dan juri biċ-ċar li jekk ikun attrezzat b'apparat u tagħmir adattat, is-sajjied Malti kapaċi jisfrutta kull tip ta' sajd.", "Barra minn hekk, ta' min isemmi l-kuntratt illi sar bejn iż-żewġ koperattivi tas-sajd u l-esportatur tat-tonn, li juri li s- sajjied Malti hu kapaċi jipprovdi prodott fil-ħin u f'kundizzjoni u fi kwalita' adegwati biex b'hekk ikompli jtejjeb il-livell ta' l-għajxien tiegħu.", "Rigward l-akwakultura irrid ngħid li dan ġie żviluppat mill-1988 'l hawn wara li kien twaqqaf iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura.", "Il-lum hawn ħames fish farms li twaqqfu bis-saħħa ta' investiment kemm lokali kif ukoll barrani.", "Is-sena l-oħra, il-produzzjoni minn dawn il-fish farms laħqet iċ- ċifra sabiħa ta' madwar 1,500 tunnella fis-sena li 97% minnha jiġi esportat li jfisser qliegħ qawwi f'munita barranija.", "Mr Chairman, irrid ngħid li permezz tal-politika għaqlija tiegħu l-Gvern ta' qabel kien diġa' wasal f'diskussjonijiet avanzati ħafna biex il-levy ta' 15%, li titħallas fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fuq il-ħut kollu esportat mis-sajjieda Maltin, tiġi mneħħija għal kollox fuq perjodu ta' numru ta' snin.", "Il-Gvern preżenti, wara l-elezzjoni ta' Ottubru ta' l-1996, irtira l- applikazzjoni tiegħu ta' sħubija fil-Unjoni Ewropea u allura dawn it- taħdidiet twaqqfu ħesrem.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru: Fiex kienu waslu eżattament dawk it-taħdidiet u x'għandu f'moħħu li jagħmel biex kemm jista' jkun ikomplu d-diskussjonijiet mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ħalli titneħħa dik il-levy ta' 15% fuq ħut esportat minn Malta ħalli b'hekk is- sajjied Malti jtejjeb il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu?", "Mr Chairman, dawn huma żewġ oqsma li x'ħin taqbadhom taħseb li m'għandekx x'tikteb dwarhom, pero' ladarba wieħed jidħol fihom isib li hemm ħafna fuq xiex wieħed jista' jitkellem.", "Peress li ma baqax ħafna ħin, ta' min jgħid u jfakkar daqsxejn x'kienu l-objectives tal-Gvern Nazzjonalista f'dawn iż-żewġ oqsma.", "Infakkar li l-għan tal-Gvern Nazzjonalista kien li tikber l-effiċjenza f'dawn iż-żewġ oqsma ħalli b'hekk il-bidwi, is-sajjied u r-raħħal ikabbru l-produzzjoni u l-qliegħ tagħhom, kif fil-fatt għamlu.", "Fl-istess ħin, Mr Chairman, il-mara tad-dar setgħet issib varjeta' ta' prodotti ta' l-ikel bl-inqas prezz possibbli.", "Fi ftit kliem, l- għanijiet tal-Gvern Nazzjonalista kienu li jsir investiment u li jkun hemm susssidju ħalli f'dawn l-oqsma jkun hemm aktar modernizzar, aktar prodottivita' u aktar effiċjenza bil-konsegwenza li mbagħad ikun hemm provvista ta' varjeta' ta' prodotti ta' l-ikel matul is-sena kollha u bl- inqas prezzijiet possibbli.", "Għan kien li l-iżvilupp ta' l-oqsma tal- biedja u sajd iseħħ b'mod sostenibbli u possibbilment b'impatt mhux negattiv iżda pożittiv fuq l-ambjent.", "Mira oħra tal-Gvern preċedenti kienet id-diversifikazzjoni fi prodotti oħra tal-biedja u sajd bil-għan li dawn il-prodotti mhux biss jaqbdu fis-suq lokali iżda li jiġu esportati bi prezzijiet kompetittivi, bħal fil-każ tal-ħut tal-fish farms, tat-ton, tad-dulliegħ u prodotti oħra.", "Dawn l-għanijiet dejjem kienu imsejsa f'ambjent Ewropew u bil-għan li l-oqsma tal-biedja u sajd ikunu jistgħu jiggwadanjaw bis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Chairman, kulħadd jaf li l-effiċjenza li dejjem ħdimna għaliha setgħet ġiet milħuqa fi żmien aqsar permezz ta' l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea, .", "It-target ta' l-industrija tal-biedja u sajd għandu jkun prinċipalment is- suq kbir Ewropew.", "Jekk wieħed jifli sewwa l-artikli 38 sa 47 tal-Common Agricultural Policy kif ukoll l-agreements speċjali li saru ma' diversi membri, bħall-Greċja u l-Portugal dwar il-gżejjer iż-żgħar rispettivi tagħhom, wieħed mill-ewwel isir konxju tal-fatt li pajjiżna jikklassifika taħt less favoured area mill-lat ta' topografija, ġeoloġija tal-blat, kompożizzjoni ta' ħamrija, nuqqas ta' ilma tat-tisqija u minħabba l-fatt li pajjiżna għandu spiża extra fejn tidħol l-importazzjoni u l- esportazzjoni, barra fatturi oħra.", "Mr Chairman, peress li pajjiżna jaqa' fil-klassifikazzjoni ta' less favoured area, allura pajjiżna kien se jkun intitolat għall-għajnuna finanzjarja kbira li permezz tagħha l-qabża fl- effiċjenza, fl-kwalita' u fil- produttivita' kienet se tintlaħaq f' iqsar żmien.", "Mr Chairman, qabel ma ngħaddu għal x'beħsiebu jagħmel il-Gvern Soċjalista f'dawn iż-żewġ oqsma, ta' min ifakkar, Mr Chairman, li għalkemm għadhom għaddew mitt ġurnata mill-ħajja ta' dan il-Gvern nistgħu ngħidu li l-oqsma tal-biedja u sajd ma tantx marru tajjeb għax kulħadd jaf, per eżempju, li fil-pitkalija l-prezzijiet tal-prodotti waqgħu f'ħofra anzi, f'barriera.", "Hawnhekk se nagħti ftit dettalji u nibda biex ngħid li fejn din ix-xitwa l-patata ta' l-ikel kienet qiegħda tinbiegħ bejn 6ċ u 8ċ kull kilo, sena ilu l-istess kilo patata kien jinbiegħ bejn 18ċ u 20ċ; kaxxa kaboċċi llum qiegħda tinbiegħ 20ċ meta sena ilu kienet tinbiegħ Lm1 u l- istess fil-każ tal-basal fejn illum kilo qed jinbiegħ għal 20ċ meta sena ilu kien jinbiegħ bejn 40ċ u 50ċ.", "Mr Chairman, fir-rigward tal-pixkerija nista' ngħid li hawnhekk il- prezzijiet tal-ħut marru l-baħar ukoll.", "Dawn l-indikazzjonijiet juru bl- iswed fuq l-abjad kif fl-ewwel mitt ġurnata - nispera li ma jibqgħux hekk - ta' Amministrazzjoni Soċjalista l-oqsma tal-biedja u sajd nistgħu ngħidu li marru l-baħar mil-lat ta' bejgħ ta' prodotti.", "Dan m'huwa xejn ħlief indikazzjoni ta' l-inċertezza kbira li hawn fil-pajjiż f'kull qasam.", "Mr Chairman, x'inhuma l-pjanijiet tal-Malta Labour Party għall-oqsma tal-biedja u sajd?", "Bħalma kont qed ngħid qabel, fil-ktejjeb maħruġ mil- Malta Labour Party bl-isem \"Ħarsien, tiġdid u żvilupp\" f'paġna 21 u fil- Programm Elettorali tagħhom, f'paġna 40, kif ukoll fil-press release dwar id-diskors li l-Prim Ministru kien għamel fil-World Food Summit, fis-16 ta' Novembru 1996, paġni 3 u 4, insibu li l-politika ta' l-Amministrazzjoni Soċjalista hija bbażata, kif isejħulha huma, fuq ħames pedamenti.", "L-ewwel pedament huwa dak li jkun hemm dħul xieraq għall-bdiewa u għas- sajjieda effiċjenti tagħna - kif qegħdin isejħulhom.", "Mr Chairman, hawnhekk jien ngħid li l-waqa' fil-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja u sajd huma indikazzjoni li l-bdiewa u s-sajjieda mhux qed ikollhom dħul xieraq.", "It-tieni pedament li jsemmu huwa dak ta' għażla ta' prodotti ta' l-ikel ta' kwalita' tajba bi prezz kompetittiv għaċ-ċittadini kollha.", "Mr Chairman, hawnhekk jien nistaqsi: Il-Gvern preżenti x'għandu f'moħħu għal dik li hija l-injection neċessarja għal dawn l-oqsma kemm f'dak li hu sussidju u għajnuna finanzjarja kf ukoll f'pariri tekniċi biex dawn l-oqsma jkunu f'pożizzjoni li jipprovdu diversi prodotti bi prezz ġust għall-mara ta d- dar?", "It-tielet pedament li jsemmu huwa l-ħarsien ta' l-ambjent naturali.", "Mr Chairman, il-Gvern x'se jagħmel fejn jidħol l-ambjent, b'mod partikolari fejn tidħol il-prevenzjoni ta' kontaminazzjoni ta' l-ilma minn irziezet mingħajr servizzi essenzjali tad-drenaġġ kif ukoll f'dak li huwa irranġar ta' toroq rurali?", "Mr Chairman, fil-vot għas-sena 1997 m'hemm l-ebda indikazzjoni f'dan ir-rigward u kulma hemm hija riferenza għad-development of land and water resources u allura hawnhekk nixtieq li l-Ministru jgħidilna jekk dan jinkludix it-tip ta' x-xogħol li għadni kif semmejt.", "Il-Gven qed jgħid ukoll li jrid l-oqsma tal-biedja u sajd ikollhom titjib fl-opportunitajiet għal esportazzjoni ta' prodotti tal-biedja u sajd.", "Hawnhekk nerġa' ngħid dak li diġa' aċċennajt għalih, jiġifieri li bl-irtirar ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea diġa' tar mar-riħ ċ-ċans li titneħħa l-levy ta' 15% fuq ħut esportat lejn l-Ewropa.", "Mr Chairman, minħabba l-politika żbaljata tal-Gvern Soċjalista se jispiċċa jbati s-sajjied.", "Il-ħames pedament huwa r-rieda sħiħa tal-Gvern biex b'mod pożittiv jagħti għajnuna diretta u indiretta.", "Mr Chairman, fuq il-punt ngħid - u nagħlaq b'dan il-ħsieb ukoll - li bħalma diġa' aċċennajt kien il-Gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1996 li pprovda xita ta' għajnuniet u sussidji fuq l-oqsma tal-biedja u s-sajd.", "Skond kif hemm indikat fl- Estimi, f'paġna 334, l-ammont ta' sussidju għas-sena 1997 ser jonqos b'30% minn dak li kien fl-1996.", "Barra minn hekk, bl-għoli fil-prezzijiet tad- diesel u l-petrol, il-bdiewa, r-raħħala u b'mod partikolari s-sajjieda se jiġu milquta ħażin ħafna.", "Mr Chairman, għalhekk jiena nistaqsi lill- Ministru: Fhiex ser tikkonsisti l-għajnuna diretta u indiretta biex permezz tagħhom la jbatu s-sajjieda, ir-raħħala u l-bdiewa u b'mod partikolari lanqas tbati l-mara tad-dar?", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mr Chairman, ikolli nistqarr li ħassejtni ferm sodisfatt għall-fatt li ġejt magħżul biex nikkummenta fuq dan is-settur ta' l-ekonomija Maltija għall-fatt li għandi numru sostanzjali ta' bdiewa kemm bħala kostitwenti kif ukoll bħalha ħbieb personali.", "Il-bidwi Malti ilu żmien jisma' lil min jgħidlu kemm huwa bżonnjuż xogħol tiegħu, mhux biss għal produzzjoni ta' l-ikel iżda wkoll għax permezz ta' l-attivita' tiegħu jgħin biex jiġi salvagwardat l-ambjent ta' madwarna.", "Għalkemm il-bidwi huwa kburi li b'ħidmitu jista' jagħti kontribut daqstant qawwi lis-soċjeta', dan bl-ebda mod mhu qed inaqqas mill- frustrazzjoni tagħhom meta jaraw li aktar ma jgħaddi ż-żmien l-uliedhom aktar qed jitilqu r-raba' u jagħżlu xogħol ieħor.", "Ir-raġuni għal dan hija li llum l-ġurnata ħafna mit-tfal tal-bdiewa qed jaraw li t-tbatija tal- bidwi mhux biss m'hijiex qed jiġi apprezzat biżżejjed talli li l-attivita' lanqas qed tirrendi b'mod xieraq għax-xogħol iebes li tinvolvi.", "Nafu li taħt is-sistema tant imkażbra tal-VAT, il-bidwi kien qed jingħata refund tal-VAT mħallsa fuq prodotti li huwa kien jixtri.", "Nafu li ħafna mill-affarijiet relatati max-xogħol tar-raba' jiswew mhux ftit u għalhekk il-bdiewa kienu qed jieħdu ammont sostanzjaliit ta' tax refunds mill-VAT.", "Il-bidwi ser jigwadanja bis-sistema l-ġdida tat-tassazzjoni?", "Nafu wkoll li fix-xogħol tal-bidwi llum jintużaw ħafna inġenji li jaħdmu b'xi forma ta' fuel.", "Kif se jintlaqat il-bidwi tagħna biż-żidiet imħabbra fil-budget?", "X'effett se jkollhom dawn iż-żidiet sostanzjali fil-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda kif ukoll ta' liċenzja annwali?", "Hawnehkk inħolqot ħofra ġdida f'but il-bidwi.", "Il-kliem sabiħ li hemm fil-ktejjeb intitolat \"Iċ- Ċittadin l-Ewwel\" mhux se jgħajjex lill-familja tal-bidwi jew se jikkorraġġixxi biex iż-żgħażagħ tagħna jżommu s-settur tal-biedja ħaj għax il-bidwi bħall-bqija tal-poplu fatti jrid u mhux paroli fil-vojt.", "Huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li kien Gvern Nazzjonalista li ta għajnuna konkreta lill-bidwi tagħna billi tah lura 50% tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali u għenu jinvesti f'xogħlu permezz ta' għajnuna finanzjarja f'soft loans u grants.", "Għalkemm dawn kienu passi fid-direzzjoni t-tajba, jien inħoss li dawn xorta ma kenux biżżejjed.", "Għalfejn għandu ikun li l-bejjiegħ tal-prodott agrikolu li jgawdi minn profitti sostanzjali biex imbagħad dak li jipproduċi l-prodotti ħafna drabi jkollu jaċċetta qligħ miżeru għall-frott l-għaraq ta' ġbinu filwaqt li minn sena għal sena min-naħa jara l-ispejjeż tiegħu dejjem telgħin u min-naħa l- oħra jara l-qligħ dejjem jonqos.", "M'għandux ikollok Gvern lest jiffissa l- ogħla prezz li bih jista' jinbiegħ prodott agrikolu biex jipproteġi lill- konsumatur u mbagħad ma jipprovax jipproteġi lill-bidwi billi jiffissa l- inqas prezz vijabbli għall-prodott.", "Hemm ħtieġa li r-raba' limitat li għandna jiġi protett mill- ispekulazzjoni bla rażan u hawnhekk il-Gvern għandu jara kif jagħmel l- aħjar użu minn din l-art limitata għall-fini ta' housing.", "M'hemmx dubju li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għenet sew f'dan ir-rigward iżda mill-banda l- oħra ħafna bdiewa qed jilmentaw għall-mod burokratiku li bih Awtorita' trattat applikazzjonijiet min-naħa tagħhom li jionvolvu żvilupp essenzjali.", "Hemm bżonn li l-Awtorita' tilħaq bilanċ bejn il-viġilanza, li hija tant meħtieġa, u l-prattiċita'.", "Il-bidwi fis-snin li għaddew kellu inkoraġġiment indirett għal aktar produzzjoni minħabba l-klima ekonomika favorevoli li l-Amministrazzjoni Nazzjonalista nisslet f'dan il-pajjiż .", "Din mhux biss inkoraġġiet aktar investiment iżda wkoll aktar infiq min-naħa tal-konsumatur biex issa, b'dan il-ħafna paroli żejjed fuq il-ħofor, jidher li qed naqtgħu qalb kulħadd .", "Ir-ritmu ekonomiku tal-pajjiż majna sew u dan qed jinħass minn kulħadd.", "Billi s-suq lokali waħdu m'huwiex biżżejjed biex f'kull ħin jikkonsma dak kollu li nipproduċu, il-bidwi jenħtieġ li jingħata għajnuna sabiex dak li ma jassorbix is-suq lokali jiġi jew ipproċessat jew esportat.", "Il-biża' li pprova jqanqal il-Partit Laburista Malti fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea kienet tattika diżonesta għal kollox għax bħala bħala membri fl- Unjoni Ewropea, il-bdiewa tagħna kien ikollhom aċċess għal suq vast u jien fiduċjuż li l-bidwi kien kapaċi jaffronta b'wiċċu minn quddiem l-isfidi ġodda li kienet iġġib magħha s-sħubija sħiħa.", "Rigward l-Unjoni Ewropea, il- Partit Laburista jew ried iqarraq permezz tal-kampanja tiegħu jew inkella ma kellux fuduċja fl-abbilta' tal-poplu.", "Biex il-prezzijiet tal-prodott agrikolu jinżammu stabbli kemm jista' jkun hemm ħtieġa ta' cold stores kbar biex fihom tiġi maħżuna l-produzjoni żejda.", "Il-Gvern għandu jimpenja ruħu bis-serjeta' biex jara liema huma dawk il-prodotti l-aktar adattati biex jiġu esportati kif ukoll għandu jinvesti fi grading and packing stations u fil-marketing ħalli l-bdiewa jippreżentaw prodott ta' kwalita' għas-suq barrani.", "Għandhom jinħolqu skemi biex bdiewa żgħażagħ jitħarrġu f'sistemi moderni u effiċjenti fis- sengħa tal-biedja kif ukoll tingħata għajnuna biex il-bdiewa jkunu jistgħu jinvestu f'xiri ta' makkinarju, fertilizzant u żrieragħ.", "Milli jidher li se titkompla l-kompjuteriżżazjoni tal-pitkalija li kienet inbdiet mill-Gvern preċedenti biex tiżdied l-effiċjenza u biex ikun jista' jiġi kkontrollat il-prodott li jkun twassal fil-pitkalija.", "Miżura oħra li għandha titkompla biex jitnaqqas l-abbuż hija l-introduzzjoni ta' mwieżen diġitali .", "Illim irridu nistħarrġu l-kunċett jekk ma' idea ta' bidwi produttur għandniex inżiedu l-idea ta' bidwi prottetur ta' l-ambjent naturali għax jien naħseb li wasal iż-żmien li l-kontribut ambjentali li jagħmlu l-bdiewa jiġi kompensat.", "Il-Gvern għandu jiżgura li kull biċċa raba' li tista' tinħadem u li hemm min hu lest jaħdimha fil-fatt tinħadem u għal dan il- għan għandha titkompla l-ħidma siewja tal-Gvern Nazzjonalista, jiġifieri li jissewwew it-toroq tal-kampanja ħalli aktar u aktar raba' jssir aċċessibbli.", "Jien jidhirli li fejn hu possibbli flok bexx għandu jiġi nkorraġit l-użu ta' metodi naturali għall-protezzjoni għall-prodotti agrikoli għax b'hekk mhux biss nissalvagwardjaw saħħet il-konsumatur u r-riżervi ta' l-ilma ta' taħt l-art iżda jevitaw lill-bidwi l-perikli assoċjati ma' l-użu tal- kimiċi tossiċi.", "GĦandu jiġi nkorraġit is-sehem ta' kumpanniji ta' l- assigurazzjoni fix-xogħol tal-bidwi biex b'hekk il-bidwi jkun jista' jingħata xi forma ta' assigurazzjoni fuq l l-uċuħ tar-raba'.", "Minn press release maħruġ mill-DOI fis-6 ta' Frar, jidher li d-Dipartiment tal-Biedja, b'kolaborazzjoni ma' l-Istitut għall-Iżvilupp ta' l-Agrikoltura fil-Mediterran, se jagħti s-sehm tiegħu fir-riabilitazzjoni ta' xi widien.", "Dan huwa xogħol meħtieġ u pass ta' min wieħed ifaħħru.", "Billi fil-press release ngħataw prominenza żewġ widien partikolari, jiġifieri Wied il- GĦasel u Wied l-Isqof, wieħed jittama li dawn il-widien mhux se jingħataw preferenza fuq widien oħra għal raġunijiet soġġettivi .", "Per eżempju, hawnehkk nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-fatt li programm ta' ħidmagħal Wied Qirda ilu mfasal sa mill-1994.", "Dan il-wied pittoresk, li jifred lil Ħaż-Żebbuġ mis-Siġġiewi, qiegħed fi stat ħażin ħafna minħabba l-abbuż li saru minn ċerti individwi u aktar u aktar minħabba l- mod dilettantesk li bih ġie riabilitat dan il-wied fis-snin sebgħin u tmenin.", "Wieħed jittama li r-riabilitazzjoni tal-widien tagħna ma terġax tieħu s-sura tal-proġett \"Risq il-Widien\" li tant kien għamel ħsara minħabba l-fatt li l-metodi li kienu ntużaw ma kenux sensittivi għall- ambjent naturali.", "Rigward is-sajd hemm bżonn li l-ewwelnett, il-konsumatur jiġi mgħejjun jifhem il-vantaġġi assoċjati mal-konsum tal-ħut.", "Illum nafu li l-laħam tal- ħut huwa tajjeb ħafna għas-saħħa tal-bniedem u dan għandu jkollu rilevanza partikolarment għax-xena lokali meta wieħed iqis ir-rata għolja ta' imwiet assoċjata ma' mard tal-qalb u tas-sistema taċ-ċirkolazzjoni.", "Għaldaqstant żieda fil-konsum tal-ħut lokali jkun ta' vantaġġ kemm għas- sajjied kif ukoll għall-konsumatur.", "Hemm bżonn ll l-għajnuna li l-Gvern preċedenti kien jagħti lil dan is- settur tkompli tingħata bħal, per eżempju, il-bidliet radikali li bdew jiġu mwettqa fil-pixkerija u l-bdil fil-metodu ta' kif jiġi trasportat il- ħut biex tiġi evitata l-ħsara, Hemm il-bżonn li l-faċilitajiet għas- sajjieda fil-portijiet ikomplu jitjiebu - għax diġa' sar ħafna xogħol hawnhekk - kemm f' dawk li huma slipsways u winches kif ukoll f'faċilitajiet ta' irmiġġ minħabba li l-bastimenti tas-sajjieda qed ikunu dejjem akbar fid-daqs.", "F'dan il-qasam il-Gvern għandu joffri diversi għajnuniet bħal, per eżempju, biex is-sajjied jinvesti f'makkinarju aktar avvanzat; biex ibiddlu l-kaxxi tal-ħut biex il-ħut jiġi preżentat lill-konsumatur b'mod aħjar; biex iż-żgħażagħ interessati f'dan il-mestjier jingħataw taħriġ modern u professjonali fuq is-sengħa tas-sajd u billi jkun hemm imħażen tal-friża adattati għal ħteġijiet tal-lum.", "Peress li ħut esportat lejn l-Unjoni Ewropea bħalissa huwa soġġett għal levies li jvarjaw minn 4% sa 20%, id-dħul ta' Malta fl-Unjoni kien se jkun ta' vantaġġ għal dan is-settur.", "L-akwakoltura, industrija introdotta b'suċċess minn Gvern Nazzjonalista fl-1989 li qed tgħin biex tkompli tiżdied l-esportanzzjoni u jikber il- prodott gross domestiku, għandha tiġi inkorraġita billi titpoġġa fuq l- istess livell ta' industriji oħra.", "Mr Chairman, nagħlaq billi ngħid li l-biedja u s-sajd mhux biss jikkontribwixxu għal prodott gross domestiku, mhux biss jipprovdu l-għixien għal ħafna familji, mhux biss jipprovdulna l-ikel minn sorsi lokali iżda huma wkoll parti essenzjali mill-karattru tal-gżejjer tagħna.", "Għaldaqstant, ikun ħasra jekk ma nagħmlux dak kollu possibbli biex ninkorraġuhom b'mod prattiku u effettiv.", "Grazzi.", "Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistieden lill-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Chairman, jien se nkompli ma' dak li għandhom kif qalu ż-żewġ kelliema ta' qabli dwar id-diversi setturi tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd.", "Jiena konvint li meta jiġi biex jitkellem dwar dan is-settur, il-Ministru se jsemmi problemi u diffikultajiet li, fl-opinjoni tiegħu, m'humiex kif jixtieqhom kif ukoll se jitkellem fuq diżastri li, fl-opinjoni tiegħu, jgħid li sab f'dan is- settur.", "Madankolu, l-iktar nies li jafu fiex jinsab dan is-settur minn Ottubru li għadda u li jafu l-bidliet li seħħew fid-disa' snin li għaddew f'dan is-ettur m'humiex jien jew il-Ministru tal-lum imma dawk in-nies li huma direttament involuti fis-setturi ta' biedja u tas-sajd.", "Kull bidwi, kull sajjied u kull raħħal jiftakar kif kienet il-pożizzjoni tiegħu 1987 kif jaf ukoll il-pożizzjoni li ħalla l-Gven preċedenti f'Ottubru li għadda.", "Ċertament li s-snin li għaddew kienu snin ta' ħidma kontinwa fejn sar investiment kontinwu b'mod partikolari mill-bdiewa, mir- raħħala u s-sajjieda infushom kif wkoll permezz ta' inizjativi li ħa l- istess Gvern kemm direttament fis-setturi ta' l-agrikoltura, s-sajd u t- trobbija tal-bhejjem u kemm b'inizjattivi f'oqsma oħra li xorta waħda influwenzaw b'mod pożitiv lil dan is-settur u lill-ekonomija in ġenerali.", "Jekk wieħed jitkellem mal-bdiewa, mar-raħħala u mas-sajjieda żgur li kull wieħed minnhom jiftakar, forsi anke b'ċerta nostalġija, x'kienet il- pożizzjoni tiegħu f'Ottubru li għadda, għax, kif diġa' qalu ż-żewġ kelliema ta' qabli, dawn is-setturi, b'mod partikolari s-settur tal-biedja, fil-preżent għaddejjin minn perijodu diffiċli.", "Fil-fatt, il-bdiewa kollha qed jgħidu li qatt ma kellna suq ħażin daqs kemm għandna llum u lanqas jafu x'qed jiġri fil-pitkalija għar-rigward tal-prezzijiet li qegħdin iġibu l- prodotti tagħhom.", "Waħda mid-domandi li qed nisimgħu spiss mill-bdiewa hija: x'sar minn dik il-wegħda li saritilna mill-Partit Laburista qabel l- elezzjoni li għaddiet fejn kien ingħad li Amministrazzjoni Laburista tagħti dik il-famuża protezzjoni assoluta lil dan is-settur?", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn is-settur tar-raħħala jsib li sfortunatament hemm indikazzjoni li fix-xhur li ġejjin se niġu f'sitwazzjoni xejn feliċi fejn jidħlu ċerti prodotti bħaċ-ċanga u l-majjal.", "Mr Chairman, xi ngħidu mbagħad għas-sitwazzjoni li jinsab fiha s-sajjied Malti?", "Illum kif qed jiġi importat il-ħut f'pajjiżna u allura x'sar minnha s-suppost protezzjoni li kien jingħad li se tingħata lis-sajjieda Maltin bil-bidla fil-gvern?", "Jien naf li minn dejjem kienet issir ċerta pressjoni minn dawk li għandhom interessi oħra, bħal ngħidu aħna sidien ta' restaurants u stabbilimenti ta' l-ikel, biex kemm jista' jkun il-prezz tal- ħut jinżamm irħis b'detriment għas-sajjied lokali billi jiġi mportat iktar ħut għax aktar ma nimportaw ħut iktar se jinżel il-prezz tal-ħut li jinqabad mis-sajjieda tagħna.", "Sur President, il-bidwi Malti jaf illi d-disa' snin li għaddew kienu snin ta' bidliet radikali kontinwi fil-mod ta' kif ikabbar il-prodott tiegħu.", "Mr Chairman, dan ġara għaliex jekk wieħed jara x'kienet il-qagħda tal-biedja fl-1987 - diġa' saret referenza mill-kelliema ta' qabli dwar dan - naħseb li kemm il-mara tad-dar kif ukoll il-bdiewa għadhom jiftakru meta fuq it-television, qabel jew wara l-aħbarijiet, kienu jġibu l-lista ta' prezzijiet illi bihom kellhom jinbiegħu l-prodotti lill-mara tad-dar.", "Dik kienet waħda mill-ewwel affarijiet li tneħħew mal-bidla fil-gvern, u dan sar mhux biex ikun hemm żieda fil-prezz tal-prodott agrikolu imma biex fiż-żmien meta l-prodott agrikolu ma jkunx f'abbundanza, allura l-bidwi jieħu dak li kien tiegħu bi dritt.", "Il-bidwi kien jaf li f'ċertu żmien tas- sena jekk hu jippjana sewwa x'se jkabbar, jekk hu jinvesti fil-metodi differenti ta' produzzjoni, mhux biss id-drip irrigation - din forsi hija l-aktar waħda li nitkellmu fuqha - pero' f'metodi oħrajn li ma kenux jeżistu sa l-1987, wasslu biex il-bidwi llum prattikament iwassal il- prodotti kollha kważi matul is-sena kollha, daqqa f'abbundanza u daqqa fi kwantitajiet iżgħar, lill-mara tad-dar.", "Dan l-iżvilupp serva ta' benefiċċju kemm għall-mara tad-dar li kienet qegħda ssib prodotti s-sena kollha u kemm għall-bidwi għax dan jaf li meta l-prodott ikun inqas abbundanti jkun jista' jdaħħal xi ftit tal-flus aktar mis-soltu.", "Mr Chairman, irrid ngħid illi forsi l-Ministru tal-Finanzi ma kellux triq oħra x'jagħmel meta ġie biex jitkellem u jippreżenta d-diskors tal-budget għal din is-sena għax f'paġna 27 tad-diskors b'mod korrett qal:", "\"Is-settur tal-biedja u s-sajd jikkontribwixxi 2.9% tal-prodott gross domestiku.", "Il-bejgħ ta' ħxejjex u frott fis-suq huwa stmat li kiber bi 17.7% fil-mija filwaqt li kien hemm żieda fin-numru ta' bhejjem li ġew maqtula fil-biċċerija.\"", "Mr Chairman, 17.7% huwa persentaġġ għoli ħafna li jindika b'liema ritmu qawwi kien qed jinvesti l-bidwi f'dan is-settur.", "Sur President, meta issa nafu li fl-1996 il-bidwi Malti żied id-dħul tiegħu b'mod sostanzjali żgur li jiġi fix-xejn il-kliem li kienu jgħidu tan- naħa l-oħra - u oħrajn li kienu jiktbu f'ċerti gazzetti - li lill-bidwi għollejnielu l-prezz tal-mediċina, tal-bexx u ta' l-għodda.", "Allura hawn jien nistaqsi: Fit-tliet xhur li għaddew il-prezz tal-mediċina, tal-bexx u ta' l-għodda kompla jogħla jew raħas?", "Ir-risposta għal din id-domanda jagħtihielna l-istess bidwi li jaf li l-prezz ta' l-oġġetti u ta' kull prodott li jiġi minn barra kompla jogħla u se jkompli jogħla fis-snin li ġejjin.", "Sur President, iktar kmieni saret riferenza dwar x'se jiġri mil-liġi ġdida ta' tassazzjoni kif proposta mill-Gvern preżenti, jekk kemm-il darba huwa veru li se titneħħa l-VAT kif qed jgħid il-Gvern ta' llum.", "Illum il- bdiewa qed jistaqsu x'se tkun il-pożizzjoni tagħhom b'din is-sistema l- ġdida ta' tassazzjoni u dan qed igħiduh għax fi żmien il-Gvern preċedenti dawn kienu jħallsu l-VAT li mbagħad kienu jeħduha lura, allavolja kien hemm min ilmenta li jdum ftit iżżejjed biex jeħodha lura.", "Illum kull min huwa marbut mas-setturi tal-biedja u tas-sajd qed jistaqsi x'se tkun il- pożizzjoni tiegħu wara li tidħol sistema ġdida ta' tassazzjoni u jekk din hux se jeħodha lura.", "S'issa l-White Paper li ġiet ippubblikata l- indikazzjonijiet li tat juru bil-maqlub.", "Jiena nispera li f'dawn il-ġranet li ġejjin ikollna indikazzjoni ċara ta' x'se tkun il-pożizzjoni tal-bidwi għar-rigward ta' din it-taxxa l-ġdida.", "Sur President, wieħed jista' jistaqsi, per eżempju, x'għamel il-Gvern biex jgħin lis-settur globali tal-biedja b'mod dirett?", "Ikun tajjeb jekk wieħed ifakkar li fis-snin li għaddew dan il-Parlament għadda liġi li permezz tagħha fulltime farmer li jkun membru ta' koperativa kien jista' jieħu lura nofs il-ħlas tal-bolla tal-kontribuzzjoni nazzjonali.", "Forsi hawn wieħed jista' jistaqsi: Imma din xi tfisser?", "Forsi l-bdiewa jispiċċaw jingħataw lura biss xi erba' soldi?", "Fil-fatt, dan m'huwiex il- każ għax matul is-snin li għaddew il-bidwi ħa rifużjoni ta' iktar minn Lm200,000 kull sena għall-bolla li ħallas biex b'hekk il-bidwi kellu kull inċentiva li jkompli jagħmel investiment ieħor.", "Sur President, nixtieq infakkar ukoll li s-sena li għaddiet il-Gvern kellu claim min-naħa tal-pitkala għal żieda fil-kummissjoni.", "Fil-fatt, wara li rajna l-kotba u saru wkoll il-verifiki meħtieġa rriżulta li l- pitkala kellhom raġun jitolbu żieda, imma mbagħad min-naħa l-oħra, għalkemm il-bidwi ma kienx kontra li l-pitkal jingħata żieda, dan ġustament ma kienx lest li jbatiha hu.", "Il-Gvern dan il-punt fehmu u minkejja li din iż-żieda fil-kummissjoni kienet tinvolvi eluf ta' liri f'benefiċċji xorta waħda ddeċieda li jerfa' dan il-piż għax din is-sistema qiegħda tħalli effett pożittiv fuq is-settur agrikolu.", "Jiena ċert li kieku dawn l-eluf ta' liri f'żieda fil-kummissjoni kellu jbatihom il-bidwi, il-konsegwenza kienet tkun nuqqas ta' produzzjoni u għalhekk aħna kellna kull interess li dan ma jseħħx.", "Ċertament li l-fatti - mhux il-paroli tiegħi u lanqas ta' ħaddieħor - juru li l-bidwi kapaċi jitgħallem tant li bejn l-1987 u l-1996 żied il- produzzjoni b'aktar minn 30%.", "Forsi jkun hemm min jistaqsi: Billi kien hemm żieda fil-produzzjoni, il-bidwi naqqas jew żied id-dħul tiegħu?", "Hawnhekk ir-riżultati jitkellmu waħdehom ukoll għaliex bejn l-1987 u l-1996 minn ftit inqas minn ¥5 miljun fis-sena tlajna għal ftit aktar minn ¥7 miljun fis-sena, żieda ta' 40% f'bejgħ ta' prodotti mill-pitkalija.", "Jiena m'iniex qed ngħid li dan ifisser li l-bidwi baqagħlu fil-but 40% aktar - dan qatt ma għidtu u m'iniex se ngħidu llum li qiegħed fl-Oppożizzjoni - pero' huwa fatt li bil-ħidma tiegħu u bl-għajnuna tal-Gvern Nazzjonalista l- bidwi kompla jkabbar il-produzzjoni tiegħu.", "Irrid ngħid li dak li jgħodd għax-xogħol tal-pitkalija, jgħodd ukoll għal diversi setturi oħrajn.", "Meta niġi għas-settur tat-trobbija ta' l-annimali, partikolarment għas- settur tal-majjal, infakkar li fl-1987 dan is-settur kien għadu ħiereġ mid- diffikultajiet ta' mard u l-Gvern ta' qabel kien għamel sew li għin biex dan is-settur jimxi 'l quddiem u jqum fuq saqajh.", "Fis-snin li għaddew il- Gvern Nazzjonalista kompla jinvesti f'dan is-settur u ra li s-suq lokali jkollu kwalita' tajba ta' majjal.", "Matul is-snin li għaddew kien hemm żieda fil-qatla tal-majjal li kienetn ta' aktar minn 30%.", "Nispera li minkejja xi diffikultajiet li jinqalgħu minn ħin għall-ieħor, dan ir-ritmu jitkompla fis-snin li ġejjin ħalli meta niġu biex nitkellmu mhux bħal daż-żmien sena imma bħal daż-żmien ħames snin oħra nkunu nistgħu ngħidu: iva, dan is- settur kompla jżid fil-produzzjoni u kompla jikkontribwixxi lejn l- ekonomija u lejn il-poplu kollu kemm hu.", "Mr Chairman, fir-rigward tal-ħalib li pproduċejna lokalment naraw li fit- tmien snin li għaddew il-konsum tela' minn ftit inqas minn sitt miljun gallun fl-1987 għal madwar tmien miljun gallun fis-sena.", "Dan naturalment jinkludi fih il-konsum ta' prodotti oħra li ġejjin mill-ħalib.", "Jekk illum għandna l-yoghurt dan huwa riżultat ta' l-investiment li sar fis-snin li għaddew.", "Hawnhekk jien mhux qed insemmi xi mitt sena ilu għax kien proprju inqas minn sentejn ilu meta l-Malta Dairy Products, l-unika kumpannija li għandna li tipproċessa l-ħalib, bdiet tassigura li fuq kull prodott tagħha jkun hemm l-expiry date.", "Sforz iż-żieda fil-produzzjoni tal-ħabib li kien qed ikun hawn, fis-snin li għaddew kien beda jinħass il-bżonn pressanti li l-Malta Dairy Products tfittex sit ieħor għall-fabbrika tal-ħalib peress li l-post li tokkupa preżentement m'għadux adattat u allura għażlet sit ieħor faċċata ta' l-GĦammieri, ħdejn Wied il-Kbir.", "Jidhirli li hawnhekk kien għad baqa' xi permessi x'joħorġu min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u nispera li l-Amministrazzjoni preżenti tibqa' għaddejja b'dawn il- pjanijiet.", "Mr Chairman, wieħed jista' jitkellem ukoll fuq il-possibbilta' jew inkella n-nuqqas ta' possibbilta' għall-esportazzjoni tal-prodott lokali.", "Fl-Estimi ta' din is-sena wkoll insibu programm tajjeb dwar x'għandha tkun il-pożizzjoni tal-bidwiu u f'liema direzzjoni għandu jimxi l-Gvern fir- rigward ta' kif se nbigħu l-prodotti agrikoli.", "Kif diġa' intqal illejla, kieku Malta saret membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea kien se jkollna vantaġġi pjuttost kbar fl-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli.", "Aħna minn dejjem emminna li l-prodott Malti huwa wieħed tajjeb u li għal dik li hija kwalita' faċilment jista' jikkompeti ma' prodotti oħrajn li jkunu ġejjin minn postijiet oħra.", "Fil-fatt il-problema tagħna m'hijiex fil-kwalita' tal- prodott iżda fit-tariffi u d-dazji li ħaddieħor jimponi fuq il-prodott tagħna.Hawnhekk għandna l-eċċezzjoni ta' l-esportazzjoni tal-patata fejn wara ħafna ħidma wasalna biex ikollna l-faċilita' li sa l-aħħar ta' Mejju ma nħallsux dazji, pero' wara dak il-perijodu għad għandna d-diffikultajiet meta niġu biex nesportaw.", "Anke hawnhekk irrid ngħid li sa Ottubru li għadda kienu għadhom għaddejjin diskussjonijiet - dawn kienu nbdew wara l- ewwel laqgħa ta' djalogu strutturat li saret f'Malta f'Marzu tas-sena l- oħra - biex jiġi estiż il-perijodu ta' żmien li fih ma nħallsux dazju u fil- fatt kien hemm żieda ta' 15-il ġurnata f'dan ir-rigward - mill-aħħar ta' Mejju sal-15 ta' Ġunju - li għalkemm wieħed jista' jqisu li huma perjodu qasir, fil-fatt din hija estensjoni ta' kważi 50% tal-perijodu ta' żmien li kellna qabel bħala duty free.", "Wieħed jawgura li anke f'dan ir-rigward inkomplu mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Mr Chairman, saret ukoll riferenza għall-ftehim li kien għadu mhux ratifikat mill-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea li jitkellem dwar il-perijodi li fuqhom il-ħut esportat minn Malta lejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewopea ikun duty free.", "Din is-sena saru proposti għal tnaqqis radikali fid- dazju li konna qegħdin inħallsu sas-sena li għaddiet u fil-fatt is-sena li ġejja d-dazju kien se jkompli jonqos biex imbagħad, iktar 'il quddiem, konna se nipiċċaw f'sitwazzjoni fejn ma kien se jkun l-ebda dazju fuq l- esportazzjoni.", "Hawnhekk ukoll irrid ngħid li minħabba l-fatt li konna qegħdin naraw żieda fil-produzzjoni agrikola, b'mod partikolari dik tad- dulliegħ, fuq talba li konna għamilna kienu tawna ndikazzjonijiet li kien se jkun hemm konċessjoni sa 400 tunellata ta' dulliegħ li jiġi esportat mingħajr ma jkun hemm ħlas ta' dazju.", "Jien nispera li l-Gvern preżenti jkompli jaħdem u jimxi f'din it-triq.", "Jiena nispera li ma jkun hemm ħadd li jipprova jirredikola l-isforzi li jkun qed jagħmel il-gvern biex jesporta l-prodotti tagħna, bħalma kienet tagħmel l-Oppożizzjoni li kellna sa Ottubru li għadda, meta kienu qalu lill- bdiewa li d-dulliegħ li esportajna kien intrema' għaliex ma kienx wasal fi stat tajjeb.", "Jien naf li meta niġu biex nesportaw irridu nagħmlu sforzi kbar u fi-fatt, fil-ġimgħat li għaddew ħadt pjaċir nara li wieħed li kien ilu x-xhur jitħabat biex jibda jesporta xi ftit prodotti għall-Ingilterra effettivament irnexxielu.", "Jiena nifraħ lil din il-persuna ta' l-isforzi li għamlet, tar-riżultati li kisbet fix-xhur li għaddew biex waslet li tistabbilixxi kuntatti tajbin għall-esportazzjoni u j'Alla li dan l- esperiment ikun ta' indikazzjoni pożittiva anke għar-rigward ta' esportazzjoni ta' prodotti oħrajn tal-biedja lokali.", "Hemm bżonn li ikollna iktar esportazzjoni għall-prodott agrikolu tagħna li l-bidwi tagħna tant ikun bata biex jipproduċih.", "Tajjeb wieħed jgħid li s-sena li għaddiet kellna esportazzjoni ta' iktar minn elf tunnellata fi prodotti ta' l-akwakultura u dan meta din l- esportazzjoni bdiet ftit tas-snin biss ilu bi ftit tunnellati.", "Kienet il- ħidma intensiva tal-Gvern ta' dak inhar u tan-nies kollha li huma nvoluti f'dan is-settur li wasslet biex tkompli tiżdied il-produzzjoni u magħha l- esportazzjoni.", "Kienet ukoll il-ħidma intensiva tas-sajjieda u tad- Dipartiment tas-Sajd - li nforza regoli stretti u bżonnjużi fuq is- sajjieda - li wasslu biex l-esportazzjoni tat-tonn matul is-snin li għaddew ġiet komparabbli ma' l-esportazzjoni ta' tonn ta' diversi pajjiżi oħrajn.", "Mr Chairman, ċertament wieħed jista' jgħid li l-Gvern tal-ġurnata sab quddiemu settur b'saħħtu li jista' jkompli jibni fuqu.", "Bil-ħidma bla waqfien u l-investiment tul is-snin li għaddew il-Gvern kien wasal biex kiseb il-fiduċja li tant kienet nieqsa f'dawn is-setturi qabel l-1987.", "Minkejja li l-elementi tan-natura kultant jaħdmu kontra dan is-settur, jibqa' l-fatt li dan il-qasam għamel l-investiment kbir li fl-aħħar mill- aħħar wassal biex mhux biss ikollna żieda fid-dħul għall-bidwi, imma wkoll żieda fl-esportazzjoni.", "Għalkemm is-sehem ta' dan il-qasam ilaħħaq biss 3% tal-prodott gross domestiku, għas-soċjeta' tagħna dan il-qasam għandu valur ferm iktar minn hekk, Mr Chairman.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin allokat għall-Oppożizzjoni issa spiċċa u l- ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, kif wieħed seta' jinnota, il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni donnhom m'humiex jirrealizzaw kemm matul dawn l-aħħar tliet xhur ikkummentajna u tkellimna dwar id-diffikultajiet kbar li din l- Amministrazzjoni wirtet mill-Gvern preċedenti.", "Jien kont nistenna minn sħabi l-kollegi li għadhom kemm tkellmu dwar is-setturi tal-biedja u sajd li ġaladarba l-poplu issa ta mandat lill-Partit Laburista sabiex imexxi lil pajjiżna għandhom iħallu spazju għal din in-naħa sabiex twettaq dawk il- ħidmiet li tant huma mportanti sabiex is-settur tal-biedja u sajd jimxi 'l quddiem fiċ-ċirkostanzi ta' dawn iż-żmenijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn iċ- ċirkostanzi ma nħolqux biss sforz il-politika ħażina li mexxiet bihom l- Amministrazzjoni preċedenti imma anke sforz in-nuqqas ta' rieda li kellhom il-ministri ta' qabli li kienu responsabbli minn dan il-qasam.", "Biex ma noqgħodx nitkellem b'ħafna retorika u ma noqgħodx nirrepeti dak li kien jgħid il-Partit Laburista meta kien għadu fl-Oppożizzjoni, jiġifieri li lil dan is-settur tal-biedja u sajd għandna bżonn nagħtuh is- saħħa u nindirizzawh bl-iktar mod serju u trasparenti, se nagħmel riferenza għal dak li l-Management Systems Unit kienet qalet lill-ex-Ministru ta' l- Agrikoltura u Sajd.", "F'wieħed minn dawn ir-rapporti kien hemm li l-Ministru ma jagħtix kas tat-talbiet li jsirulu biex jiġu mtejba l-faċilitajiet fil- pitkalija.", "Dan m'huwiex qed ngħidu jiena bħala Ministru, jew inkella x'konna ngħidu aħna mill-banek ta' l-Oppożizzjoni - jiena flimkien ma' l- Onor. Debono Grech u s-Sur Freddie Micallef - imma dan x'qalet l-MSU f'rapport li kienet tat lill-Ministru ta' qabli fl-1993.", "F'dan ir-rapport ikompli jingħad li s-sistema l-ġdida tal-komputerizzazzjoni qed tikkomplikah ix-xogħol minflok tiffaċilitah.", "Dwar l-Għammieri l-istess rapport jgħid li l-bdiewa qatt ma jiġu nformati bir-riżultati miksuba mill-provi li jsiru fuq varjetajiet ta' żerriegħa.", "Kien hemm esperimenti b'varjetajiet partikolari ta' żriegħ tal-patata li kienu suċċess iżda mbagħad lill-bdiewa ma tawhomx permess biex jimpurtaw din it-tip ta' żerriegħa.", "Rigward il-biċċerija dan ir-rapport jgħid li hemm makkinarju li ftit li xejn jintuża, jekk jintuża, li lanqas hemm inġinier u li ma jsirx preventive maintenance tal-makkinarju bir-riżultat li jkun hemm ħafna ħsarat li qed jikkawżaw dewmien fil-qatla.", "Punti oħra li wkoll joħorġu mir-rapport li kien ġie kkummissjonat mill- MSU huma li jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea l-industrija tal-biedja f'pajjiżna tispiċċa; li l-Ministru għandu jiġbor u jippubblika statistika fuq kull aspett tas-setturi tal-biedja għaliex dawn m'humiex daqstant konsistenti mar-realtajiet ta' pajjiżna u li n-nuqqas ta' impenn politiku jirriżulta f'nuqqas ta' ħidma fil-ministeru u fid-dipartimenti konċernati.", "Mr Chairman, biex inkompli nsostni dak li qed ngħid nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għadni kif semmejt flimkien ma' xi ritratti li juru l-istat ta' abbandun li jien sibt d-dipartimenti fih meta ħadt ir-responsabilta' bħala Ministru nkarigat minn dan is-settur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (L-Onor.", "Anġlu Farrugia): Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport mill-MSU dwar is-sitwazzjoni fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd flimkien ma' ritratti li juru l- istat ħażin ta' diversi nħawi.", "Qed inqiegħed dawn ir-ritratti fuq il-Mejda sabiex il-Kamra ma tismax biss kliem imma jkollha għad-dispożizzjoni tagħha fatti li juru t-traskuraġni u l-abbandun li kienet titkellem dwaru din in-naħa tal-Kamra sa minn meta kienet għadha fl-Oppożizzjoni.", "Mr Chairman, issa tajjeb li nħalli r-retorika fil-ġenb u nibda nitkellem dwar l-impenn tal-Gvern Laburista sabiex ikun jista' jġib 'il quddiem dawn is-setturi li, fl-opinjoni tagħna, m'humiex biss importanti għaliex huma parti mill-makkinarju ekonomiku imma għaliex fil-ħajja moderna tal-lum għandhom jassiguraw produzzjoni ta' kwalita' li tkun tajba għal saħħet il- konsumatur kif ukoll għat-tħaris ta' l-ambjent.", "Jien niskanta kif min-naħa l-oħra tal-Kamra ħadd ma faħħar lill-Gvern Laburista talli mill-ewwel irtira il-pjan li kellu l-Gvern preċedenti għall-airstrip ġewwa Ta' Lambert f'Għawdex li b'kollox kienet se teqred 281 tomna raba'.", "Sur President, jien kont nistenna li l-kollegi tiegħi, li tant semmew kemm hu importanti li llum il-Gvern joqgħod aktar attent u li jimpenja ruħu biex jissalvagwardja l-ambjent, għallinqas jgħidu li hawnhekk sar pass tajjeb f'din id-direzzjoni.", "Eżempji oħra dwar il-ħarsien ta' l-ambjent u tar- raba' huma dik tar-raba' li fuqha kellu jitla' l-housing estate f'Ħaż- Żabbar li llum għadha titgawda mill-bdiewa, u l-ħidma li kien għamel il- Partit Laburista biex jassigura li jiġu salvagwardjati l-44 tomna li fuqhom kien se jsir il-proġett ta' l-estensjoni tal-fabbrika tal-General Soft Drinks Co. Ltd. fl-Industrial Estate tal-Marsa.", "Fil-fatt, il-poplu jaf li l-Gvern preżenti se jkompli jimpenja ruħu biex dak li wiegħed mill- bankijiet ta' l-Oppożizzjoni jwettqu għall-benefiċċju tas-settur tal- biedja.", "Sur President, meta wieħed jara dawn il-kisbiet ikompli jimtela' bil- fiduċja li l-politika Laburista qed tagħti nifs ġdid lil dawn is-setturi.", "GĦalhekk huwa inutli li lill-poplu jipprovaw ippoġġulu stampa oħra jew jipprovaw jgħawġulu l-fatti għax illum il-poplu jaf jisma', jaf jivvalorizza u jifhem min hu dak il-politiku u min huwa dak il-partit li tabilħaqq huwa mpenjat biex mill-kliem jgħaddi għall-fatti.", "Il-poplu jaf ukoll li dan il-ministeru, b'koordinazzjoni ma' ministeri oħra, beda jaħdem fuq numru ta' proġetti li huma maħsuba biex il-bidwi jkun jista' jegħleb mill-iktar fis il-problemi li wiret mill-Amministrazzjoni preċedenti.", "Sur President, hawnhekk ta' min jgħid ukoll li aħna mpenjajna ruħna biex nassiguraw li jsir l-upgrading ta' l-impjant ta' l-ilma ta' Wied il-GĦajn ħalli dan jilħaq 17,000 metru kubu ta' ilma u b'hekk ikun possibbli li n- naħa taż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra, Tas-Silġ kif ukoll l-inħawi fil- madwar, ma jibqgħux sena wara l-oħra jsofru l-problemi li l-kelliema tan-naħa l-oħra kienu ilhom jafu bihom għal disa' snin sħaħ.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li fil-parti ta' Ħal Tmiem kien hemm bdiewa li kienu ilhom żmien jilmentaw mil-fatt li minkejja li dawn jaħdmu 'l fuq minn 300 tomna raba', għal xi raġuni jew oħra dan is-servizz qatt ma kien ġie estiż biex huma jkollhom aċċess għal dan l-ilma.", "Filwaqt li l- Gvern preċedenti ma ħassx il-bżonn jew ir-responsabbilta' li jagħmel xi ħaġa għal dawn l-ilmenti, il-Gvern Laburista preżenti fehem is-serjeta' u l- ġenwinita' ta' dawn il-bdiewa, iddiskuta mar-rappreżentanti tal-kunsilli lokali tagħhom, ma' l-extension services, kif ukoll mad-dipartimenti kollha konċernati u b'sodisfazzjon illum nista' ngħid li sar ix-xogħol meħtieġ biex dawn il-bdiewa qed igawdu minn dak l-ilma li għandhom bżonn.", "B'hekk, dawn il-bdiewa qed jifhmu kemm dan il-Gvern tabilħaqq huwa konsistenti ma' dak li jwiegħed.", "Sur President, wieħed irid juri wkoll kemm kien imur żmerċ fil-kejl tiegħu l-Gvern Nazzjonalista f'dak li huwa r-rwol ta' tmexxija f'dan is- settur.", "Per eżempju, jien niskanta kif meta minn sena għall-oħra kien isir dak l-iżvilupp kollu fir-raba' u fil-bini, ma kienx hemm perit fid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex jassigura li dan l-iżvilupp iseħħ b'mod li ma jkomplix jikkawża dannu lill-bdiewa u lir-raħħala, kif fil-fatt sar matul dawn l-aħħar snin.", "F'dan il-kuntest wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll il-fatt li dak iż-żmien ma kienx hemm Noel Farrugia bħala ministru għal dan is-settur imma kien hemm żewġ periti u għalhekk suppost li dawn japprezzaw iktar minn kull bidwi jew raħħal jew ċittadin l- importanza li jkun hemm ħidma organizzata f'dawn ix-xogħlijiet.", "Aħna niftaħru meta wara xi maltempata jkollna biss numru żgħir ta' bdiewa li jirrapportawlna ħsarat li jkunu ġarrbu fl-uċuh tar-raba tagħhom għax dan ikun ifisser li ppreparajna tajjeb biex nevitaw il-ħsara u mhux b'kemm ġarrejna ħamrija.", "Sfortunatament il-Gvern preċedenti naqas f'dawn l- affarijiet u allura wieħed bilfors ikollu jagħmel din il-kritika ħalli b'mod trasparenti ċ-ċittadini, l-bdiewa u r-raħħala jkunu nformati dwar il- mod kif il-Gvern Laburista qed jaħdem sabiex jinvestiga u janalizza dawn id- diffikultajiet ħalli fil-futur dawn l-affarijiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom b'detriment għall-bidwi.", "Dawn il-ħwejjeġ faċilment jistgħu inaffru lill-bidwi milli jkompli jew milli jespandi ħidmietu.", "Sur President, problema oħra kienet li ma kienx hemm legal officer.", "Nafu kemm regolamenti u anke liġijiet kellhom jersqu f'dan il-Parlament biex nassiguraw aktar kontroll - dwar dan se nitkellem aktar tard - imma minħabba li kien hemm nuqqas ta' commitment dawn fil-fatt baqgħu ma tressqux.", "Jekk l-Oppożizzjoni taħseb li Gvern Laburista jagħmel il-mirakli qiegħda tiżbalja u qed tippretendi xi ħaġa mhix realistika għaliex bħalma jaf kulħadd il-ħidma trid issir b'mod kordinat u trasparenti biex tagħti riżultati tajbin.", "Meta min-naħa l-Gvern kien qed jinkoraġġixxi lill-bdiewa biex jinvestu aktar u meta kien qed jappella lill-banek sabiex jestendu s- servizzi tagħhom ħalli jkun hawn aktar inċentiv li jgħin fit-tkattir u fl- iżvilupp ta' dawn is-setturi, l-istess Gvern imbagħad ma għamilx dik il- ħidma ta' preparazzjoni biex ninxurjaw lill-istess bdiewa.", "Dan qed ngħidu għax il-loġika tgħidlek - mhux qed ngħid affarijiet straordinarji imma affarijiet loġiċi - li filwaqt li tkun qed tkattar ċertu investiment trid tara li l-bidwi, r-raħħal u s-sajjied ikunu nxurjati.", "Dan in-nuqqas serju lilna jweġġgħana.", "Aħna ma ġejniex eletti mill-poplu biex nabbużaw mill- finanzjament li japprovalna dan il-Parlament imma qegħdin hawnhekk biex, bħala politiċi serji li għandna f'idejna r-responsabbilta' tat-tmexxija, niddiskutu kemm f'dan il-Parlament kif ukoll mal-bdiewa biex naslu ħalli nfasslu miżuri li jkunu ta' fejda u progress għal dawn is-setturi.", "Nerġa' ngħid li dwar dawn il-punti nkun nista' nitkellem aktar tard.", "Minbarra li għandna popolazzjoni ta' 350,000 ruħ, aħna ngawdu l-vantaġġ li jiġu jżuruna aktar minn miljun turist fis-sena u għalhekk jien niskanta kif sibna nuqqas ta' kordinament bejn il-Ministeru tagħna u l-Ministeru tat- Turiżmu meta nafu kemm huwa importanti li l-iżvilupp li jsir għandu jinkwadra l-bżonnijiet ta' l-akbar industrija li għandna, it-turiżmu.", "Illum nafu li ħafna pajjiżi fl-Ewropa, partikolarment dawk tar-reġjun tal- Mediterran, investew bis-sħiħ fl-agrituriżmu.", "Madankollu f'pajjiżna nsibu nuqqas ta' investiment u ta' riċerka dwar kif nistgħu ngħinu lill-bdiewa, lis-sajjieda u lir-raħħala tagħna sabiex ikunu aktar organizzati biex jilqgħu għall-isfidi ta' dawn it-turisti li jkunu ġejjin minn pajjiżi industrijalizzati li l-ambjent soċjali tagħhom jħajjarhom iduqu l-ikel tradizzjonali tal-pajjiżi li jżuru.", "Għalkemm niskanta kif ma kien hemm l- ebda impenn serju biex jipprepara lil pajjiżna għal dawn it-tip ta' sfidi, jien nemmen li fil-ġejjieni dan il-potenzjal irid ikun studjat u nkoraġġit ħalli l-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala jiġu mħajra jipproduċu prodotti aħjar għas-suq lokali, .", "Mr Chairman, punt ieħor li wieħed bilfors irid jikkummenta dwaru huwa l- ħażna ta' l-ilma u l-ħarsien tal-widien.", "Jiena ma nistax nifhem kif l- irranġar tat-trejqiet tal-bdiewa jista' jkun aktar importanti milli ninvestu sabiex nassiguraw li l-bdiewa jkollhom ħażna adegwata ta' l-ilma naturali.", "Mr Chairman, il-Gvern Nazzjonalista żgur li kien informat b'dawn il-każi ħafna iktar milli konna nformati aħna meta konna fl- Oppożizzjoni.", "Minħabba dan in-nuqqas ta' ilma żviluppat sitwazzjoni fejn beda jsir tħaffir illegali għall-ilma u dan għaliex ma kienx hemm politika serja mill-Gvern preċedenti li tgħin lill-bdiewa biex jinvestu ħalli jassiguraw ħażna adegwata ta' ilma.", "Mr Chairman, minkejja li aħna writna problemi finanzjajri kbar, kif intqal matul dawn l-aħħar xhur minn kelliema oħra ta' din in-naħa tal- Kamra, aħna rajna kif bil-finanzjament li għandna ntejbu l-affarijiet sabiex jibda jsir xogħol fil-widien u xogħol ieħor ta' fejda għall-bdiewa.", "GĦalkemm fil-prinċipju aħna m'għandna xejn kontra l-proposta tal-Ministru preċedenti, jiġifieri li jonfoq il-flus mill-Protocol Taljan sabiex jagħmel coastal green belt, aħna tlabna biex flok dawn il-flus jintnefqu fuq dan il- coastal green belt nużawhom biex isir xogħol fil-widien li kulħadd jaf kemm preżentement jinsabu fi stat ta' abbandun.", "GĦalhekk jien fil-bidu tad- diskors tiegħi għidt kemm hu importanti li n-naħa l-oħra tal-Kamra titkellem b'mod iktar ċar fuq ir-realtajiet ta' dan is-settur, għaliex b'dan il-mod inkunu nistgħu nsolvu l-problemi gravi li fl-opinjoni tiegħi writna minħabba nuqqas ta' serjeta' u ta' impenn kordinattiv fil-livelli kollha tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd.", "Mr Chairman, minkejja d- diffikultajiet finanzjarji li sab ma' wiċċu, dan il-Gvern se joħloq inċentivi f'forma ta' self sussidjat fuq xogħlijiet għal ħażna ta' l-ilma naturali sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jiżviluppaw ir-raba' tagħhom u jkabbru uċuh bi kwantita' u b'varjeta' akbar.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-ħażna ta' l-ilma naturali hija ħaġa importanti sabiex nassiguraw li l-prodott lokali jkun ta' kwalita' aħjar u ta' palat itjeb u allura bilfors irridu nimpenjaw ruħna aktar sabiex il-ħidma fuq il-ħażna ta' l-ilma naturali tkompli ssir b'mod organizzat.", "Biex nagħti eżempju ċkejken dwar il-benna ta' l-ilma naturali biżżejjed wieħed jara x'differenza hemm bejn tazza kafe' mill-ilma tal-vit għal tazza kafe' mill-ilma ta' l-ispiera.", "Meta niġi għall-pitkalija, apparti r-rapporti li dehru u apparti dak li qalet l-MSU u apparti dak li juru r-ritratti li għadni kemm poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra, Gvern Laburista wiret pitkalija li kienet titnaddaf biss bi ftit xkupi, b'gaffa u b'żewġ trakkijiet.", "Mr Chairman, meta llum m'hawnx familja li m'għandhiex vacuum cleaner fid-dar, Gvern Labursita kellu jsib pitkalija li titnaddaf bi ftit xkupi!", "Hawnehkk jiena nistaqsi: Aħna kellna Gvern li kien qed jinnegozja sabiex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea jew kellna Gvern li litteralment ittraskura għal kollox is-settur tal-biedja?", "Jien nasal għall-konklużjoni li l-Gvern li kellna kien ħalla dan is-settur, li tant huwa importanti għal pajjiżna, għal riħu.", "Gvernijiet Laburisti dejjem investew biex is-setturi tal-biedja u tas-sajd jimxu 'l quddiem bħal, per eżempju, meta kien bena l-Cold Rooms li wara ġew mitluqa tant li spiċċaw bħala stores għal ftit kartun.Il-preparamenti li kien għamel il-Ministru ta' qabli sabiex jinbidlu t-tined li hemm msadda u fi stat perikoluż kienu finta għax dawn kienu qed isiru sempliċement biex iservu ta' propaganda għaliex kienet waslet l-elezzjoni.", "Jiena nformat min- nies tekniċi li għalkemm dawn it-tined kienu se jsiru tal-konkos, il- pedamenti ma kenux tajbin biex isir dan it-tip ta' xogħol GĦalhekk, jien kelli naħtar persuni tekniċi biex jagħmlu l-verifiki li hemm bżonn dwar l- aħjar mod biex ntejbu l-faċilitajiet tal-pitkalija.", "Problema oħra li writna minħabba nuqqas ta' tmexxija serja mill-Ministri tal-Gvern preċedenti, tikkonċerna l-makna tal-ħasil tal-kaxxi peress li din ma kenitx qiegħda tissodisfa l-bżonnijiet tal-bdiewa.", "GĦalhekk, filwaqt li għaddejjin ix-xogħlijiet qiegħed jingħata wkoll support finanzjarju biex nassiguraw li l-ħasil tal-kaxxi fil-pitkalija jiġi organizzat kif meħtieġ.", "Sabiex jassigura ħlas immedjat u bħala miżura ta' aktar kontroll, il- Gvern Laburista ħa d-deċiżjoni li jinbeda mmedjatament il-proġett fuq il- bini tal-fergħa ta' l-APS Bank fil-pitkalija.", "Il-Gvern Laburista fehem li dan kien nuqqas ieħor ta' mpenn mill-Ministru preċedenti f'dan ir-rigward, għax biżżejjed ngħid li dan il-proġett kien beda jiġi diskuss sa mill-1988.", "Hawnhekk nistaqsi: Huwa sewwa li din il-Kamra ma kenitx tkun informata minn tan-naħa l-oħra b'din it-traskuraġni kollha?", "Minkejja li sibna problema ta' finanzjament, dan il-Gvern qed iwettaq dak kollu li hemm bżonn isir sabiex fil-pitkalija jkun hemm aktar indafa u din tkun attrezzata kif jixraq kemm għas-servizz tal-konsumatur kif ukoll għas- servizz tal-bdiewa u tal-pitkala li jqattgħu sigħat twal ibigħu l-prodotti tal-bdiewa.", "Mr Chairman, miżura oħra li ħadt fir-rigward tal-pitkalija u li dwarha ġejt ikkritikat anke b'mod personali, kienet meta waqqaft l-overtime għall- ħaddiema.", "Jien ma kelli l-ebda interess li nagħmel azzjoni ħażina lill- iskrivani tal-pitkalija, anzi fil-preparazzjonijiet tagħna f'dak li huwa masterplan se nassiguraw futur aktar ċert għall-impjieg ta' dawn il- ħaddiema u se noħolqu opportunitajiet għal karigi oħra fil-pitkalija.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li, kif kienu rrakmandaw lill-Ministru ta' qabli, jiena kelli rakkmandazzjonijiet li l-overtime ma kienx hemm bżonnu u għalhekk ħassejta responsabbilta' tiegħi li mingħajr ma nkun partiġġjan nieħu dik id-deċiżjoni kif titlob tmexxija serja u trasparenti.", "Minn hawnhekk jiena nassigura lill-iskrivani li din id-deċiżjoni żgur ma kenitx waħda personali pero' hawn nżid li mingħand dawk l-iskrivani li kkritikawni talli waqqaft l-overtime jien kont nistenna li jgħiduli għaliex skrivani oħra bħalhom fil-pitkalija ma kienu mdaħħla qatt fir-roster ta' l-overtime.", "Dan kien jiġri forsi għaliex bħali u bħall-maġġoranza tal-poplu dawn il- ħaddiema kienu jappoġġjaw u jħaddnu ideali Laburisti!", "Mr Chairman, aħna m'għamilniex hekk għax dan il-Gvern ta kelma lil kulħadd li se jirrispetta kemm id-drittijiet tal-ħaddiema u anke d-dritt ta' l-opinjoni ta' l- individwu u jien nassigura li dan qed inwettqu u se nkompli nwettqu fid- dipartimenti kollha li jaqgħu taħti.", "Il-Gvern Laburista jrid jara li kulħadd jingħata l-istess drittijiet biex b'hekk tinħoloq aktar fiduċja fiċ- ċittadini kollha, huma min huma.", "Meta jien smajt x'kien qed jiġri fil- pitkalija għidt: Mela mhux fid-Dockyard biss kienu jsiru ċerti abbużi li tant kien jiġi mħammeġ bihom il-Partit Laburista.", "Dan ifisser li l- inġustizzji bħal dawn kienu jsiru wkoll minn Gvern li tant kien jiftaħar favur id-dritt tal-ħaddiem li jaħdem mingħajr ħadd ma jivvendika ruħu minnu għaliex iħaddan ideali politiċi li ma jaqblux ma' dawk tal-gvern tal- ġurnata.", "Jien persważ li bl-impenn tagħna, bħala Gvern Laburista, se nkomplu bi tmexxija trasparenti li tispira iktar unjoni u koperazzjoni bejn kulħadd minflok il-vendikazzjonijiet politiċi li kif spjegajt kienu jeżistu wkoll taħt it-tmexxija tal-Ministru preċedenti.", "Issa se nitkellem ftit dwar l-apikultura.", "Mr Chairman, niskanta kif l-ex- Ministru tal-Biedja u Sajd ma spjegax għaliex ma għamilx rapport dettaljat dwar x'ikkawża d-diżastru li tinsab fih l-apikultura.", "L-4,000 kolonja tan- naħal li kellna sa ftit snin ilu naqsu għal 400 kolonja f'Malta u, għalkemm stramba imma vera, 600 kolonja f'GĦawdex.", "Dan qed ngħidu għax kulħadd jaf li minn ġenerazzjoni għall-oħra aħna dejjem kellna produzzjoni ta' għasel adegwata u ta' kwalita' bnina.", "Barra minn hekk aħna dejjem kellna naħla bieżla li mhux biss kienet tagħtina għasel tajjeb imma kienet iddakkar il- prodott agrikolu sabiex dan jitla' aktar b'saħħtu biex jikkumbatti l- elementi tan-natura.", "Sur President, matul dawn it-tliet xhur aħna mhux biss fhimna x'miżuri rridu nirrikmandaw lill-bee keepers imma ninsabu mpenjati bis-sħiħ sabiex insaħħu lil din is-sezzjoni b'żgħażagħ ħalli għada pitgħada nerġgħu jġibu dan is-settur fuq saqajh għall-ġid kemm tal-konsumatur kif ukoll tal-biedja nnifisha.", "Huwa ta' diżappunt għalija li l-iktar bniedem li huwa imħarreġ f'dan is-settur fi ħdan id-dipartiment għad baqagħlu biss sena u nofs servizz.", "GĦalhekk minn hawn jien nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lejn dan l-impjegat għax minkejja li hu seta' għamel bħalma għamlu ħafna uffiċjali fl-imgħoddi taħt Gvernijiet Laburisti, jiġifieri li għax kienu jħaddnu kulur politiku ieħor kienu jirtiraw bil-pensjoni jew jgħaddu board, dan assigurani li se jibqa' jagħti sehmu biex negħlbu dik li fl-opinjoni tiegħi hija l-agħar kriżi li qatt eżistiet f' dan is-settur.", "Sur President, rigward il-vinikultura, jien ma nistax nifhem kif wara disa' snin u nofs ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista ma ġiex appuntat uffiċjal imlaħħaq f'dan il-qasam meta llum nafu kemm sar investiment mill- privat u kemm qed nimportaw għeneb.", "M'hemmx dubju li bi ftit iktar attenzjoni dan l-għeneb jista' jkun imkabbar lokalment b'tali mod li waqt li tiżdied il-varjeta' ta' għeneb li nipproduċu l-bdiewa tinħolqilhom opportunita' oħra ta' qligħ.", "Filwaqt li kull gvern dejjem żamm il-winery tiegħu sabiex internament ikollu set-up għar-riċerka dwar proċeduri u sistemi ġodda jiddispjaċini ngħid li l-winery tagħna mhux biss hija mitluqa imma hija magħluqa.", "Hawnhekk irrid ngħid li għal ftit propaganda il-gvern ta' qabel kienu għamlu din il-winery mużew ta' l-inbid.", "Mr Chairman, dawn l-affarijiet jinkwetawna bis-serjeta' għax jidher li m'hemmx preparamenti serji biex jiġi mħares l-Att dwar l-Inbid.", "Din il- liġi tmur lura sa l-1969 u meta wieħed janalizza ftit x'sar matul dawn is- snin wieħed isib li ma sar xejn, anzi saru ċerti affarijiet li jmorru kontra r-regoli u allura hemm bżonn nassiguraw li l-konsumatur ikollu prodott tajjeb kif titlob il-liġi.", "Minkejja li matul is-snin din il-liġi tilfet ħafna mill-importanza tagħha, nsibu li ma saret l-ebda riċerka serja dwar kif għandna nemendawha permezz ta' dan il-Parlament biex nassiguraw kemm lill-produttur li jkun investa fl-attivita' ekonomika tiegħu kif ukoll lill-konsumatur in ġenerali.", "Nista' ngħid li l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd diġa' huwa mpenjat biex jagħmel dak kollu li hu possibbli ħalli jindirizza dawn il-problemi li jolqtu kemm lill-konsumatur kif wkoll lill- bidwi li huwa konness ma' l-industrija ta' l-inbid.", "Mr Chairman, smajt lin-naħa l-oħra tgħid li ma tistax tifhem kif aħna nistgħu nesportaw prodotti lejn l-Unjoni Ewropea meta issa dan il-Gvern iddikjara li l-politika ta' Malta vis-a-vis l-Unjoni se tkun dik ta' membru assoċjat u mhux ta' sħubija sħiħa.", "Aħna nifhmu dak li qed tesprimi l- Oppożizzjoni pero' aħna konvinti li t-triq li għażilna hija l-aħjar triq għall-bidwi, ir-raħħal u s-sajjied tagħna.", "Minkejja dak kollu li ntqal jien infakkar li matul dawn id-disa' snin u nofs il-bdiewa ftit - biex ma ngħidx xejn - kellhom opportunitajiet ta' esportazzjoni, apparti l- esportazzjoni tal-patata, filwaqt li fi żmien Amministrazzjoni Laburista kien hemm impenn qawwi biex ma' l-esportazzjoni tal-patata jiżdiedu prodotti oħra, bħalma huwa l-basal.", "Jien mhux se noqgħod nitkellem fuq ir- riċerki li l-Membri ta' l-Oppożizzjoni jgħidu li kienu jsiru fuq varjetajiet differenti tal-basal, pero' jien se niddikjara li bil- koperazzjoni, bil-kuntatti li żviluppajnielhom u bl-appoġġ li tajnihom, il- bdiewa diġa' bdew jesportaw prodotti oħra bħal spinaċi, kosbor, qaqoċċ u karfus u dan minkejja li l-Amministrazzjonijiet preċedenti qatt ma rakkmandat dawn il-prodotti għall-esportazzjoni.", "Għandi l-pjaċir ngħid li s'issa bgħatna tliet tunnellati u li f'ittra uffiċjali li bagħtitli l- kumpannija konċernata kkonfermatli li l-prodott huwa ta' kwalita' li jissodisfa lill-konsumatur Ingliż - skond kif kont irrakkmandajt jiena - u nformatni li hija għaddejja bit-tħejjijiet sabiex sa April ta' din is-sena, jekk il-Bambin irid, tesporta lejn l-Ingilterra 70 tunnellata oħra ta' ħaxix.", "Mr Chairman, il-bdiewa tagħna jeħtieġu aktar għajnuna teknika sabiex ikunu jafu kif jistgħu jwasslu l-prodott aktar bikri, jeħtieġu sussidju fuq iż-żrieragħ u għandhom bżonn għajnuna professjonali ħalli l- prodott ikollu grading li jissodisfa s-suq ta' l-esportazzjoni.", "Nixtieq inħabbar ukoll li fi tliet ġimgħat oħra din il-kumpannija se tibgħat uffiċjal iżur lil numru ta' bdiewa li diġa' esportaw u beħsiebhom ikomplu jesportaw lejn is-suq Ingliż biex flimkien jaraw kif il-prodotti tagħna jkunu ta' kwalita' aħjar biex inżommu u niżviluppaw dan fis-suq Ingliż.", "X'inhi r-raġuni ta' din il-biża' kollha min-naħa l-oħra tal-Kamra, meta issa qed jaraw bil-fatti l-impenn tagħna sabiex noħolqu l-iżvilupp sostenibbli billi nassitu lill-bdiewa tagħna u nżommuhom informati b'affarijiet li jolqtu l-qasam tagħhom?", "Mr Chairman, nixtieq ninforma lill-Kamra li din il-produzzjoni m'hijiex issir permezz tas-serer imma qed issir direttament mill-art naturali.", "Qed nagħmlu dan mhux għax aħna kontra l-iżvilupp tas-serer imma għaliex nifhmu li għandna ngħinu lill-bdiewa tagħna jesportaw il-prodotti tagħhom li jitkabbru b'dan il-mod ħalli - kif ikkritika Membru ta' l-Oppożizzjoni stess - nipprovaw nattakkaw il-problema li teżisti fir-rigward ta' prezzijiet baxxi li kultant ikun hemm fil-pitkalija minħabba produzzjoni żejda.", "Aħna qegħdin ninkoraġġixxu l-esportazzjoni ta' prodotti li jiġu mkabbra bil-metodu naturali u mhux fis-serer ħalli l-bidwi jkun jista' jassigura l-qligħ tiegħu mingħajr ma jeqred il-karatteristika tradizzjonali tal-kampanja tagħna.", "Aħna ninsabu fiduċjużi li bl-għajnuna tal-koperattivi tal-bdiewa, tal-ħaddiema u ta' l-uffiċjali kollha tad-dipartimenti nkunu nistgħu ngħinu lill-bdiewa ħalli nassiguraw li fil-ġejjieni l-esportazzjoni tkompli tikber għall-benefiċċju tal-bdiewa u ta' l- ekonomija.", "Dwar l-esportazzjoni rrid ngħid ukoll li l-kuntratt li kien approva l-ex- Ministru tal-Biedja u Sajd kien jorbot lill-bdiewa li ma jistgħux jesportaw patata lejn ebda pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jekk mhux permezz ta' din il- kumpannija privata li magħha għamel dan il-kuntratt.", "Quddiem din is- sitwazzjoni, aħna tajna sehemna biex negħelbu parti mill-problema li kien se jibda jiffaċċja l-bidwi billi rnexxielna nikkonvinċu lil din il- kumpanija biex iżżid 1,200 tunnellata patata għall-esportazzjoni fuq il- 5,000 li kienu diġa' garantiti fil-kuntratt.", "Dan għamilnih għax illum kulħadd jaf li minħabba t-temp tajjeb li għamel il-produzzjoni tal-patata se tkun, ikbar minn qatt qabel u għalhekk tajna prova li aħna Gvern li ma jitlef l-ebda okkażjoni sabiex jiddefendi l-interessi tal-bdiewa, tar- raħħala u tas-sajjieda tagħna.", "B'dan il-każ erġajna tajna ċertifikat tas- serjeta' li mxejna biha matul dawn it-tliet xhur biex inwettqu l-ewwel prinċipju tal-politika Laburista, jiġifieri dak li nassiguraw dħul aktar xieraq lill-bdiewa.", "(Interruzzjonijiet) Sieħbi qed jgħidli li baqa' l- ġlata ta' Marzu.", "Aħna nawguraw li ma jkunx hemm ħsara u problemi f'dan ir- rigward, pero' l-verita' tibqa' li meta sirna nafu x'innegozja l-Gvern ta' qabilna u meta rajna li se jkun hawn kwantita' akbar ta' patata għall- esportazzjoni, ħadna miżuri mmedjati u s'issa - għaliex fil-futur l- affarijiet forsi jkomplu jitjiebu - konna kapaċi nżidu 1,200 tunnellata patata għall-esportazzjoni.", "Mr Chairman, dawn l-affarijiet m'iniex inħabbarhom biex nieħu xi vantaġġ matul dan id-diskors tal-budget imma qed ngħidu sabiex niżgura lil din il- Kamra, lill-Oppożizzjoni u lill-bdiewa, li minkejja d-diffikultajiet kbar finanzjarji, amministrattivi u tekniċi li wiret, dan il-Gvern se jimpenja ruħu sabiex jassigura li matul perijodu ta' sentejn inkunu bdejna noħorġu minn dawn il-kriżijiet kbar.", "Rigward l-esportazzjoni fis-settur tas-sajd nixtieq nagħmel riferenza għall-għajnuna li tajna lis-sajjieda għall-esportazzjoni tat-tonn.", "Jiddispjaċini ngħid li aħna konna sibna żewġ koperattivi tas-sajd li ma kenux qed jikkordinaw xogħlhom flimkien u dan ġara għar-raġuni li matul l- Amministrazzjoni preċedenti koperattiva minnhom marret 'il quddiem permezz ta' l-appoġġ li kellha mill-Gvern preċedenti filwaqt li l-koperattiva l- oħra, għaliex kienet meqjusa li tħaddan sentimenti laburisti, tħalliet tbati flimkien mas-sajjieda membri tagħha.", "F'dan il-każ il-Gvern Laburista biddel dik l-atmosfera li kienet teżisti bejn dawn ż-żewġ koperativi u minn hawn irrid nifraħ lis-sajjieda għall-appoġġ u għar-rispett li wrew għal xulxin speċjalment fil-konfront ta' dik il-koperattiva li minkejja t- tbatija li ffaċċjat matul id-disa' u nofs li għaddew kienet serja biżżejjed li laqgħet ir-rakkmandazzjonijiet tiegħi sabiex nibdew paġna ġdida ħalli flok ikollna żewġ koperattivi tas-sajd mifruda jkollna ż-żewġ koperativi tas-sajd li fil-veru sens tal-kelma jikkoperaw flimkien.", "B'hekk biss nistgħu nassiguraw li l-isforzi kollha li jsiru jwasslu biex is-settur tas- sajd jissaħħaħ u jimxi 'l quddiem b'mod iktar koordinat u trasparenti.", "Wieħed irid iżid li bil-mod kif mexxejna l-proċess għall-esportazzjoni tat- tonn din is-sena rnexxielna nġibu 20ċ aktar għal kull kilo tonn li esportajna.", "Naturalment, dan kien riżultat ta' l-effort li għamel il- Ministeru sabiex id-diskussjonijiet u n-negozjati li saru mat-tenderer ħadu forma aktar trankwilla u fl-istess ħin aktar qawwija u organizzati.", "Sur President, aħna rnexxielna nġibu dan l-iżvilupp kollu u se nkomplu nġibu aktar żvilupp għas-sajjieda tagħna għaliex hemm l-għaqda bejn is- sajjieda u allura m'hemmx dubju li f'din il-klima jistgħu jiżviluppaw ħafna attivitajiet oħra.", "Per eżempju, aħna qed naħsbu biex lill-industrija tal- fish farming ma nħalluhiex tinfirex biss fil-baħar imma rridu naraw kif 'il quddiem din l-industrija tiżviluppa iktar f'dak li huwa ipproċessar tal-ħut u biex ikollna varjeta' akbar ta' ħut, partikolarment dawk imkabbra fl-ilma ħelu.", "Minkejja dak kollu li qed jintqal, aħna għad għandna swieq kbar fejn nistgħu noperaw u għalhekk b'aktar riċerka u b'aktar investiment nistgħu nifirxu u nsaħħu aktar l-iżvilupp f'dan il-qasam.", "Fil-fatt aħna qed naraw x'għajnuna nistgħu noffru biex is-settur ta' l-akwakultura nsaħħuħ u biex l- investituri jegħlbu l-problemi li qed jiffaċċjaw preżentement bħal, per eżempju, il-problemi kbar li qed jiltaqgħu magħhom dawk l-industrijalisti li jridu jagħmlu estensjonijiet tal-fish farms tagħhom minħabba l-permessi li għandhom bżonn mill-Planning Authority.", "Aħna qegħdin fil-proċess biex nevalvaw l-arranġamenti li jeżistu bejn in- National Aquaculture Centre u l-Malta University Services biex nassiguraw li dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet ikunu jistgħu joffru tmexxija ta' fejda u b'ċerta effiċjenza ħalli jilqgħu għall-isfidi kemm tal-preżent u tal- ġejjieni.", "Jiena nappella biex f'din l-evalwazzjoni li qed issir ikun hemm l-għajnuna u l-koperazzjoni kemm tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd kif ukoll ta' l-Universita' sabiex din l-istruttura tkompli tiffinanzja lilha nnifisha għaliex aktar 'il quddiem se jkun diffiċli ħafna għall-Gvern li jkompli jagħti l-fondi f'dan is-settur.", "Rigward il-Micropropagation Centre, li tant ilna nisimgħu bih matul dawn l- aħħar snin, qed naħdmu biex fl-aħħar il-bidwi jibda jgawdi minnu tabilħaqq billi matul din is-sena se jibdew jingħataw għajnuna oħra permezz ta' pjanti ħielsa mill-mard.", "Dwar dawk li huma għotjiet ta' loans u grants, jiena sibt problema fis- sens li kien hemm infiq eċċessiv ta' flus minbarra li kien hemm ukoll ammont ta' Lm237,000 x'jitħallsu f'pagamenti ta' konkos li, naturalment, saru l-aktar fid-distrett fejn jikkontesta l-ex-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd.", "Dan ifisser li filwaqt li f'dan il-budget għandi Vot ta' Lm100,000 li suppost qegħdin hemm biex inkun nista' nagħmel ċertu xogħol, fiċ-ċirkostranzi se jkolli nħallas aktar mid-doppju ta' li għandi f'kontijiet pendenti li writt mingħand il-Gvern preċedenti.", "Jien ma naħsibx li sitwazzjoni bħal din hija ġusta u, fl-opinjoni tiegħi, meta bniedem jabbuża mill-poteri li għandu biex jaqdi l-kostitwenti tiegħu għal finijiet politiċi ikun qed idgħajjef il-kwalitajiet tiegħu stess.", "GĦalhekk, filwaqt li nuri d-diżappunt tiegħi għal dan l-aġir ta' l-ex- Ministru, irrid ngħid lill-bdiewa li minkejja dawn id-diffikultajiet kollha se nagħmel dak kollu possibbli biex matul din is-sena mhux biss nlaħħaq mad- domanda li diġa' hemm imma li nintroduċi servizzi oħra bħal, per eżempju, il-bini ta' ħitan tas-sejjiegħ - fejn diġa' bdejna nagħmlu xi xogħlijiet - u t-tħaddim mill-ġdid ta' l-irdejjen ta' l-ilma li tħallew jaqgħu fi stat ħażin ħafna.", "Flimkien mal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni waqqafna kumitat sabiex jistabbilixxi l-prijoritajiet u biex jara li x- xogħol isir bl-iktar mod effiċjenti ħalli l-bidwi jirċievi servizz tajjeb u f'waqtu.", "Qegħdin naħsbu wkoll fuq l-introduzzjoni ta' sistema dwar kif se nibdew inwettqu xogħlijiet fil-ġonna pubbliċi biex noħolqu l-faċilitajiet u l-ambjent xieraq fejn il-pubbliku jkun jista' jirrikreja ruħu peress li ċerti ġonna bħal, per eżempju, dawk tal-Buskett u ta' San Anton tħallew jaqgħu fi stat miżerabbli.", "Permezz ta' l-extension service se nniedu aktar għajnuna lill-bdiewa dwar kif jagħmlu użu inqas mill-bexx, mill-mediċini u minn sustanzi artifiċjali oħra li mhux biss qegħdin jiswewlhom ħafna flus imma qegħdin ikunu ta' dannu għall-ambjent naturali.", "Għalkemm fil-ġejjieni qarib se nibdew inżuru lill-bdiewa individwalment, bħalissa ninsabu għaddejjin bl-aħħar preparamenti sabiex lill-bdiewa nqassmulhom informazzjoni dwar kif għandu jipproteġi ruħu waqt xogħlu kif ukoll dwar kif irid jikkontrolla l-użu tal- bexx billi jagħmel taħlita li għalkemm ikun fiha anqas bexx xorta waħda tagħtih riżultati tajbin.", "F'dan ir-rigward ukoll stabbilejna kuntatt dirett mal-Ministru tal-Kummerċ biex jinvestigaw rapporti li jkollna mill- bdiewa dwar prodotti li għalihom qed ikollhom iħallsu prezzijiet esaġerati u fil-fatt, permezz ta' din il-ħidma, ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm roħs f'iktar minn 12-il prodott agrikolu.", "Mr Chairman, minkejja dak kollu li tgħid in-naħa l-oħra tal-Kamra qed nagħtu provi ċari li qegħdin inwettqu dak kollu li konna wegħedna b'riżq il-bidwi.", "Sur President, issa se nitkellem ftit dwar id-diffikultajiet li sibna fl- industrija tat-tiġieġ tas-simna kif ukoll fl-industrija tal-bajd.", "Jien nixtieq ninforma lill-Kamra li għalkemm matul is-snin li għaddew kellhom jinħarġu avviżi legali sabiex ikun hemm aktar kontroll u aktar serjeta' f'din l-industrija dawn l-avviżi qatt ma ħarġu.", "Fil-ftit żmien li ilna fil- gvern aħna diġa' bgħatna lill-Kunsill Mediku r-rapporti u l-legal notices dwar dan is-settur u fi żmien qasir, jekk il-Bambin irid, inkunu nistgħu nippubblikawhom.", "Mr Chairman, nixtieq nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra draft ta' dawn ir-regolamenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Regolamenti ta' l-1997 dwar Reġistrazzjoni ta' Rżiezet għaż-żamma ta' Tjur għall-produzzjoni tal-Bajd u tas-Simna.", "Dawn ir-regolamenti saru sabiex din l-industrija tingħata l-inċentiv li għandha bżonn biex b'mod legali toħroġ mid-diffikultajiet kbar li għandha u tilqa' għall-isfidi tal-ġejjieni.", "Mr Chairman, fost il-problemi li sibna kien hemm in-nuqqas ta' nvolviment f' dan il-qasam min-naħa taż-żgħażagħ u allura hemm bżonn li fis-snin li ġejjin inħarrġu aktar żgħażagħ sabiex intejbu l-istandard ta' l-uffiċjali tekniċi tad-dipartimenti biex b'hekk fill-futur nassiguraw servizzi ta' kwalita' għal dan il-qasam.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Infakkrek li fadallek erba' minuti.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Irrid nitkellem ukoll dwar in-nuqqas ta' kordinament li jeżisti fl-inizjattivi ġodda bħal, per eżempju, kif għandna nintegraw f'dan il-qasam aktar persuni b'diżabilita' biex mhux biss ikollhom l-għajxien tagħhom minn dan il-mestier imma biex f'dan il-qasam noħolqu spazju biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jgħaddu l-ħin ħieles tagħhom.", "Bħalissa għadna għaddejjin bl-ewwel fażi ta' proġett fejn waqqafna kummissjoni biex tintroduċi l-hands on farming għat-tfal ta' l- iskejjel biex b'hekk it-tfal flok ma' jiġu jagħmlu sempliċi żjara fill-farm esperimentali ta' l-Għammieri jiġu biex iqattgħu ġurnata xogħol fil-biedja.", "Aħna se nipprovaw nestendu din l-opportunita' għal persuni b'diżabilita' wkoll.", "Mr Chairman, fil-ġimgħat li ġejjin se ngħaddi aktar informazzjoni dwar il- ħidma tal-Gvern biex ikompli jassigura politika indirizzata lejn il- bżonnijiet tal-bdiewa, tas-sajjieda u tar-raħħala li issa saru urġenti peress l-Amministrazzjoni preċedenti kienet skartathom u tefgħathom taħt it- tapit.", "Aħna għandna l-kuraġġ li nerfgħu r-responsabbilta' kbira li dħalna għaliha u f'dan il-kuntest se nwettqu ħidma kordinata u se noħolqu aktar inċentivi biex il-bidwi, ir-raħħal u s-sajjied tagħna jiddefendi d-dritt ta' l-għajxien tiegħu filwaqt li jkompli jgħin fl-iżvilupp ta' l-ekonomija tagħna.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 51 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Ninu Zammit.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 din id-Division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 51 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Ninu Zammit.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "17", "FAVUR : 31", "L-Onor", "|Abela Tony |Gonzi Lawrence | |Agius |Hyzler George | |Francis | | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Josef | | |Bonnici |Mugliett Jesmond | |Michael | | |Borg Joe |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara |Refalo Michael | |Louis | | |Farrugia |Tabone Anton | |Jean Pierre | | |Fenech Adami|Vassallo Edwin | |Eddie | | |Galea Censu |Vella John | |Galea Louis |Zammit Ninu | |Galea Pace |Zammit Dimech Francis | |Victor | | |Gatt Austin | |", "KONTRA : 34", "L-Onor", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mintoff Dom | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar |Pace Bertu | |Louis | | |Camilleri |Portelli Alfred | |Maria | | |Cardona Chris|Refalo Anton | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cilia Joe |Sceberras Trigona Alex | |Dalli Helena |Schembri Adami Sandro | |Debono Grech |Spiteri Lino | |Joe | | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella George | |Farrugia |Vella Karmenu | |Michael | |", "L-Emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru tal-Biedja u Sajd:", "VOT 51 - MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,517,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 51 - Ministeru tal-Biedja u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 51 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XIV - MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,685,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV - Ministeru tal-Biedja u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot XIV għaddiet.", "Fid-9.37 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 51 u XIV taħt il-Ministeru tal-Biedja u Sajd ġew approvati mill- Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħoġu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 17 ta' Frar, 1997 fis-6.00 b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997", "It-Tnax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 17 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN ĠORĠ - TISWIJA", "2514.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar nefaq ammont sostanzjali ta' flus biex ikun jista' jirranġa parti minn Triq San Ġorġ b'mod tajjeb, iżda l-istess kunsill jidher li m'għandux flus biżżejjed biex ikun jista' jkompli l-istess triq b'mod tajjeb, jista' l-ministeru jieħu l- passi neċessarji biex il-parti tat-triq li fadal tiġi rranġata, is-servizzi jiġu mibdula fejn meħtieġ u jiġi mogħti wiċċ ġdid simili għal dak li ta l- kunsill?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tat-Toroq innota s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant, iżda minħabba mpenji oħra li diġa' għandu ma jistax jinkariga ruħu li jagħmel dan ix-xogħol għalissa.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - PAZJENTI", "2528.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm pazjenti żaru l-polikliniċi tas-saħħa fid-diversi lokalitajiet matul it-12-il xahar li għaddew?", "Hu possibbli li minn dawn iż-żjarat wieħed ikun jaf kemm huma l-persuni li jidħlu fil-polikliniċi minħabba inċidenti tat-traffiku?", "Jekk iva, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu fil-polikliniċi minħabba din ir-raġuni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` nies li attendew fil-polikliniċi fid- diversi lokalitajiet matul l-1996 kien hekk:", "|Mosta |67,659 | |Gzira |50,184 | |Rabat |35,634 | |Floriana |53,644 | |Qormi |49,097 | |Raħal Gdid|109,366 | |Bormla |37,333 |", "L-istatistika mitluba mill-Onor.", "Interpellant fit-tieni parti tal- mistoqsiija ma tinġabarx.", "NTOM - KAMPANJA TA' REKLAMAR", "2529.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' promotion ġdid se jsir mill-NTOM matul l-1997 biex jattira turiżmu ġdid lejn Malta?", "F'liema pajjiżi se tkun din il-promotion?", "Fuq kemm tul ta' żmien hu mistenni li tinfirex din il- kampanja?", "X'effett hu mistenni li jkollha din il-kampanja fuq in-numru ta' turisti?", "Liema mill-pajjiżi li fihom se ssir il-kampanja huma ġodda għat- turiżmu Malti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-marketing plan ta' l-NTOM tinkludi kampanja ta' reklamar, kampanja ta' relazzjonijiet pubbliċi, parteċipazzjoni fil-fieri, għajnuna lit-tour operators u attivatijiet oħra mrawma mill-uffiċċji ta' l- NTOM, dejjem bil-kollaborazzjoni ta' l-Air Malta.", "Fost ir-reklamar li qed issir hemm dak immirat lejn suq ta' l-ivvjaġġar specjalizzat u conference and incentive travel.", "Il-kampanja promozzjonali mill-NTOM ssir matul is-sena kollha izda tilħaq il-quċċata tagħha bejn Jannar u April.", "Din tkun ripetuta ftit qabel is- sajf għall-bookings ta' l-aħħar kif ukoll fir-rebbiegħa għat-traffiku tax- xitwa.", "L-NTOM beħsiebha tikkoncentra l-marketing plan fis-swieq il-kbar tagħha bħall-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Germanja.", "F'dawn is-swieq li huma diġa' stabbiliti se jsiru sforzi sabiex jintlaħqu partijiet ġodda.", "Fl-istess waqt se ssir ħidma sabiex tissaħħaħ il-preżenza fil-Belgju, l- Olanda, l-Awstrija, l-Isvizzera u l-Iskandinavja biex b'hekk tkompli tikber id-diversifikazzjoni tas-swieq.", "Hemm il-ħsieb ukoll li titkompla l-ħidma fl-Ewropa tal-Lvant.", "Wieħed ma jistax iħalli barra il-possibbilta' ta' swieq ġodda fl-Amerika ta' Fuq, il-Ġappun u r-Russja.", "Wieħed jispera li dan il-programm ta' ħidma jkollu l-effett mixtieq fuq l- industrija tat-turiżmu f'Malta.", "TA' QALI - CRAFTS VILLAGE", "2589.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' craft huts li hemm fil-Crafts Village f'Ta' Qali?", "Kemm hu n-numru ta' persuni li hemm impjegati?", "Meta hu mistenni li jiżdied in-numru ta' ħwienet li hemm fl-inħawi?", "X'inhi l- pożizzjoni ta' l-MDC dwar dawn il-villaġġi?", "X'dikussjonijiet saru bejn l- MDC u l-Planning Authority dwar ippjanar aħjar ta' dan il-villaġġ?", "Meta hu mistenni li jinbeda xi xogħol infrastrutturali meħtieġ biex dawn l-inħawi jinbidlu?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Skond ir-rekords ta` l-MDC, fil-Crafts Village ta` Ta` Qali hemm 141 craft hut.", "Craft huts li huma magħqudin flimkien u okkupati mill-istess kumpannija huma meqjusa bħala hut waħda.", "Skond l-aħħar informazzjoni miġbura mill-ETC, hemm 196 ħaddiem fulltime u 26 part-time jaħdmu f`dan il-Crafts Village.", "16-il enterprisa ma bagħtux l- informazzjoni mitluba dwar in-numru ta` mpjegati.", "Rigward proposti ta` l-MDC dwar żvilupp għal dan il-villaġġ, nixtieq nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 918.", "ħ SPTARIJIET - IMPJEGATI", "2590.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' mpjegati fl-isptarijiet tal-gvern li huma mpjegati bħala:- principal nursing officer - PNO; senior nursing officer - SNO; nursing officers - N.O; staff nurses - S.N.; enrolled nurses - E.N.; hospital auxiliaries - H. Aux.; u health assistants - H.Ass. f'kull sptar tal-gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-gradi ta` principal nursing officer u senior nursing officer m`għadhomx jeżistu.", "L-informazzjoni mitluba dwar il-gradi l-oħra tal-infermiera, hospital auxiliaries u health assistants hija kif ġej:", "| |SLH|MCH |BOFFA|S.V.P|GOZO| | | | | |.R. | | |N. O. |57 |20 |7 |33 |11 | |D.N.O |57 |9 |6 |16 | | |S.N. |284|25 |13 |22 |41 | |E.N. |306|171 |51 |128 |78 | |H.Aux |204|57 |37 |108 |66 | |H. Ass|371|119 |38 |258 |167 |", "SAN PAWL TAT-TARĠA - TRAFFIKU", "2591.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex f'San Pawl tat-Tarġa, f'dik il-parti fejn jiltaqgħu ħames toroq f'salt, jiġi disinjat mod ta' kontroll tat-traffiku biex jiġi evitat iċ-ċans ta' inċidenti fatali, aktar u aktar meta wieħed iqis li f'dan il-post jiltaqa' wkoll it- traffiku li jkun nieżel u tiela' min-Naxxar għas-Salina?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Wara li ttieħdu l-livelli u sar studju taz-zona f'San Pawl tat-Tarġa fil-parti fejn jiltaqgħu il-ħames toroq, tlestiet il- pjanta ta' traffic channelization wara konsultazzjoni mat-Traffic Control Board, id-dipartiment fil-preżent qiegħed fil-proċess li jissottometti dan il-proġett għal approvazzjoni finali tat-TCB.", "IMPJIEGI - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "2694.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies reġistrati f'Malta u Għawdex bħala disabled?", "Kemm minn dawn jaħdmu fulltime?", "Kemm hawn nies disabled jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta` nies reġistrati f`Malta u Għawdex bħala disabled huwa ta` 2,136.", "Minn dawn hemm 1,613 li jaħdmu fulltime.", "In-numru ta` nies disabled jirreġistraw għax-xogħol għal-Novembru 1996 huwa ta` 262.", "QRATI - KAĊĊA - KSUR TA' REGOLAMENTI", "2695.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kaċċatur jew nassab instab ħati fil-qorti fuq ksur ta' regolamenti ta' kaċċa u nsib sena b'sena mill-1988 'il hawn?", "Kemm-il kaċċatur jew nassab ma nstabux ħatja ta' l- akkużi miġjuba kontra tagħhom sena b'sena mill-1988 'il hawn?", "Kemm-il senter ġie kkonfiskat mill-qorti sena b'sena mill-1988 'il hawn?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba ma tinżammx mill-Qorti.", "VETTURI - MOT", "2696.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li minn statistika mħabbra dan l-aħħar irriżulta li ftit ferm kienu dawk l-inċidenti tat-traffiku minħabba ħsarat jew nuqqas ta' manutenzjoni fil-vetturi, id-Dipartiment tat-Trasport għad għandu l- ħsieb li jdaħħal l-MOT għall-vetturi kollha?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien nformat li s-sena l-oħra l-Gvern qabbad konsulent mid-Dipartiment tat-Trasport Ingliż sabiex jagħmel rapport dwar l- intoduzzjoni ta' testijiet tal-vetturi fuq standards Ewropej.", "Ir-rapport tlesta u qed jiġi kkonsidrat x'inhu applikabbli għax-xena lokali.", "Meta dan jiġi stabbilit, r-riformi li jkun hemm bżonn jiġu ntrodotti gradwalment.", "SAĦĦA - BAJJIET PROJBITI", "2697.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu sena b'sena mill-1988 'il hawn dawk il-postijiet li fihom ma setax isir għawm għax kien ta' periklu għas-saħħa?", "Liema kienu dawk il-lokalitajiet, xtut jew bajjiet illi ma setax isir għawm fihom is-sena l-oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-lokalitajiet fejn ma setax issir għawm minn 1988 sa 1995 kienu:", "|SENA |NUMRU | |1988 |0 | |1989 |2 | |1990 |1 | |1991 |3 | |1992 |8 | |1993 |4 | |1994 |7 | |1995 |4 |", "Minbarra dawn, postijiet li huma dejjem magħluqa għall-għawm jinkludu l- portijiet kollha u dawk il-bajjiet fil-viċinanza ta` l-isbokk tad-drenaġġ.", "Dawn jinkludu Wied Għammieq, Ras Prajjet, iċ-Ċumnija f`Malta Ras il-Ħobż, Wied il-Mielaħ, San Blas f`Għawdex, l-Imnieri f`Kemmuna.", "Fil-1996, il-bajjiet li ġew magħluqa għall-għawm jinkludu l-Bajja tax- Xgħajra, l-Għadira, San Pawl il-Baħar (ix-xtajta tal-Veċċja), Paceville (Triq Wilġa), il-Bajja tax-Xemxija u l-Bajja tax-Xlendi f`Għawdex", "ĊIMITERJI - OQBRA", "2698.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx oqbra għall-bejgħ f'ċimiterji tal-gvern?", "Jekk iva, kemm hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament m`hemmx oqbra għall-bejgħ f`ċimiterji tal-gvern", "TOROQ - RESURFACING", "2699.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq id- dipartiment sena b'sena mill-1988 'il hawn f'resurfacing ta' major arterial roads?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-definizzjoni ta' toroq f'arterial, distributory u local access\" hija relattivament riċenti u ma tmurx lura sa l-1988.", "Għalhekk mhuwiex possibbli li tingħata l-informazzjoni mqassma kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Għalhekk qiegħed nippreżenta f'tabella il-figuri li huma ppublikati fil- kotba ta' l-estimi bejn is-snin 1988-1995 taħt il-Vot tal-hot asphalt programme.", "|1988 |Lm 850,956| |1989 | | | |987,213 | |1990 | | | |1,254,224 | |1991 | | | |949,999 | |1992 | | | |1,319,793 | |1993 | | | |845,129 | |1994 | | | |223,885 | |1995 | | | |624,985 |", "Il-figuri ta' l-1996 għadhom qegħdin jiġu stabbiliti.", "GOZO CHANNEL - OPERATURI PRIVATI", "2754.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex l-intenzjoni tal-gvern illi jagħti liċenzji lill-operaturi privati biex iħaddmu servizz ta' ġarr ta' passiġġieri u karozzi bejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-irbit kbir li l-Gvern ta' qabel rabat bih lill- Gozo Channel Co. Ltd., irbit ta' miljuni ta' liri, ma jippermettix li jsir dak li qiegħed isaqsi l-Onor.", "Interpellant.", "GOZO CHANNEL - RIŻENJI", "2755.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li kemm iċ-chairman kif ukoll il-membri tal-Bord tad-Diretturi tal- Gozo Channel ilhom iktar minn tliet xhur li offrew r-riżenji tagħhom u peress li ħadd minnhom ma jaf hux se jiġu aċċettati jew le minkejja li għaddew tliet xhur, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern u meta hu mistenni li jiġi maħtur il-Bord tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ir-riżenja taċ-chairman u d-diretturi ġiet aċċetta.", "Il-ħatra tal-bord il-ġdid se tkun kompluta dalwaqt.", "GOZO CHANNEL - TRIPS", "2756.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonferma li mhix il-politika tal-Gvern illi tnaqqas il-frekwenza tat-trips tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Le, ma nikkonfermax.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li meta l-bord il-ġdid ilesti l-istudji meħtieġa jittieħdu d-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn jittieħdu fl-interess tal-kumpannija, tal-ħaddiema u taċ-ċittadin li juża s-servizzi li tipprovdi l-kumpannija.", "GOZO CHANNEL - PASSES", "2757.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li għandhom pass tal-Gozo Channel li jindika li ma għandhomx iħallsu meta jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel?", "Jista' l-Ministru jindika wkoll l- indirizz ta' kull persuna u r-raġuni għaliex ingħatalhu l-pass?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-persuni li nħarġilhom il- pass għas-sena 1997 huma dawn:", "(i) Il-Membri Parlamentari kollha;", "(ii) Il-membri tal-bord tal-MIMCOL, kif ukoll iċ-chief executive u żewġ senior managers;", "(iii) Is-segretarju permanenti, żewġ diretturi, żewġ uffiċjali fis- Segretarjat ta' Għawdex;", "(iv) Is-segretarju privat u s-segretarju permanenti fil-Ministeru tat- Trasport;", "(v) Iċ-chairman ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku; u", "(vi) Il-konsulent tal-Prim Ministru.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "2769.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt definit mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Diċembru mis-servizz pubbliku minn enti statutorji, minn enti jew kumpannija li huma kontrollati mill-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas 50% ta' l-ishma u mill-kunsilli lokali?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tweġiba tiegħu xahar b'xahar u maqsuma skond dipartiment jew enti relattivi u jindika x-xogħol li għalih ġiet kuntrattata l-persuna?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' dan l-uffiċċju qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Nistieden lill-Onor Membru jiġbor il-bqija ta' l-informazzjoni mill- ministri konċernati.", "AIR MALTA - FREE AIR TICKETS", "2770.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jindika x'inhi l-policy rigward l-għoti ta' air tickets b'xejn mill-Air Malta lil persuni li mhux impjegati tal-kumpannija?", "Min għandu l-poter li jawtorizzahom u kemm ingħataw mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum lil min u għaliex?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-policy dwar l-ghoti ta' biljetti b'xejn mill-Air Malta.", "Ma jidhirlix li jkun xieraq li nagħti d-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant fl-aħħar parti tad-domanda.", "FINANZI - TRANSFERS", "2881.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mid-data msemmija mill-Onor Interpellant saru tlett transfers fid-dipartimenti li jaqgħu fil-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzi.", "Tnejn kienu riallokazzjoni ta' nies mis-segretajat privat tal-ministru preċedenti; ieħor kien ta' persuna li talbet transfer għal ministeru ieħor iżda mbagħad xtaqet tiġi lura.", "AFFARIJIET BARRANIN - TRANSFERS", "2882.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm seħħew transfers fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu mis-17 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-ebda uffiċjal pubbliku ma ġie trasferit mill- ministeru tiegħi għal xi dipartiment jew ministeru ieħor mis-17 ta' Jannar, 1997 'il hawn.", "Sadanittant żewġ uffiċjali pubbliċi ġew trasferiti bi qbil min-naħa tagħhom għal mal-ministeru tiegħi fl-istess perijodu.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jinnota d-differenza kbira li teżisti bejn dawn il-figuri u dak li ġara fl-istess dipartiment fl-1987, meta daħal fil- gvern il-Partit Nazzjonalista.", "ŻGĦAŻAGĦ - PROBLEMI AMBJENTALI", "2885.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Filwaqt li t-tweġiba tikkonferma b'mod ċar dak li sostnejt jien fil-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2494 - jiġifieri li l-Planning Authority tara li jiġi rranġat l-ambjent imdallam tal-parking barra mill-precincts ta' St. Francis Ravelin; u li peress li l-Planning Authority qed timmira biex tieħu wkoll il-premises tal-KNZ, tkun l-istess awtorita' li tieħu l-inizjattiva biex jinstab post alternattiv għall-KNZ bl- appoġġ sħiħ tiegħi - x'beħsiebu jagħmel is-Segretarju Parlamentari fir- rigward taċ-ċentru alternattiv għall-KNZ b'mod li jitkompla u anzi jiġi msaħħaħ dak li diġa' kien mibdi a favur l-għaqdiet taż-żgħażagħ rappreżentati fil-KNZ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nikkonferma t-tweġiba li tajt lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 2494 u nżid ngħid illi da parti tagħha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, sal-lum għadha qatt ma ndikat sit lis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u l-Arti biex jintuża bħala ċentru alternattiv għall-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.", "Madankollu s-Segretarju Parlamentari Dr Joe Cilia qiegħed fil-preżent attivament jikkonsidra xi siti alternattivi.", "Hija xewqa tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u l-Arti illi dan is-sit jiġi ddentifikat u jsir funzjonabbli kemm jista' jkun malajr, wara tant snin moħlija mill-gvern preċedenti fuq din il-kwestjoni.", "FESTIVAL \"KANZUNETTA GĦALL-EWROPA\"", "2886.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2503, f'paragrafu 4, jista' l-Ministru jikkonferma dak li stqarr iċ- chairman, is-Sur Norman Hamilton, f'diversi intervisti li kellu fuq il- mezzi tax-Xandir wara l-festival li r-ripetizzjoni tal-kanzunetti finalisti fiż-żewġ serati kienet tgħodd biss għal din l-edizzjoni tal-festival bħala forma ta' esperiment u mhux awtomatikament se ssir bħala sistema fil-futur?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iċ-chairman tal-Kumitat Organaizzattiv kien stqarr illi format li ma jkunx hemm fażi eliminatorja kif ġara din is-sena, ma jfissirx li bilfors ser jibqa' jsir hekk.", "Fil-fatt il-kumitat ftiehem mal-UKAM sabiex flimkien jirrevedu r- regolamenti attwali biex iwassal għal tibdil li jkompli jtejjeb il- festival.", "FESTIVAL \"KANZUNETTA GĦALL-EWROPA\"", "2887.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2503 f'paragrafu 2, jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-membri tal- ġurija fil-Festival Kanzunetta għall-Ewropa kenux jafu kif se ssir il- votazzjoni inkluż il-fatt li jiġu ppubblikati l-voti li kellhom jagħtu f'kull kanzunetta, fil-ħin li dawn aċċettaw l-istedina li saritilhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mal-wasla tagħhom f'Malta il-membri tal-ġurija internazzjonali fil-Festival Kanzunetta għall-Ewropa kellhom briefing miċ- chairman tal-ġurija, is-Sur Gino Cauchi fejn ġiet spjegata lilhom is- sistema tal-votazzjoni nkluż il-fatt li se jigu ppublikati l-voti kif ukoll min tahom.", "Meta ġie spjegat lilhom x'kien jiġri fl-imgħoddi fejn ma kienx isir pubbliku l-vot ta' kull membru tal-ġurija u l-insistenza tal-kumitat il- ġdid għat-trasparenza assoluta li ma tħalli ebda dubju f'moħħ il- parteċipanti, dawn kollha aċċettaw din is-sistema.", "Din it-trasparenza kif jitmexxew l-affarijiet kienet konformi max-xewqa tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti l-Onor Joe Cilia meta nħatar il-kumitat ġdid tat-tmexxija tal-Festival Internazzjonali tal- Kanzunetta Maltija.", "Poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta, kopja ta' ittra mis-Sur Barry Mason li kien l-ispokesman tal-ġurija internazzjonali li fiha qiegħed juri s-sodisfazzjon kif imxew l-affarijiet u fejn jgħid li l-festival tagħna kien \"the best organised and the fairest I have ever experienced\".", "GĦAQDIET KULTURALI", "2888.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jaħdem fuq l-inizjattiva li kien ħa l-Gvern preċedenti biex jipprovdi faċilita' lill-għaqdiet kulturali li m'għandhomx sede proprja li jkunu jistgħu jagħmlu l-laqgħat tagħhom f'post ċentrali fil-Belt Valletta?", "Jaf il- Ministru li l-Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura kien identifika post għal dan il-għan u kien ukoll fittex kwotazzjonijiet biex seta' jsir ix-xogħol fih?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Dipartiment tal-Kultura m'għandux tagħrif dokumentat dwar il-ħsieb tal-gvern preċedenti li jipprovdi faċilita' lill- għaqdiet kulturali.", "Qed jiġi kkonsidrat li s-servizz indikat jista' jiġi offrut meta jkun lest iċ-Ċentru ta' l-Arti fil-Belt.", "BIBLIJOTEKA NAZZJONALI", "2889.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' promozzjoni ssir fl-iskejjel biex it-tfal jitħajru jużaw dejjem iżjed il-Bibljoteka Nazzjonali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Biblijoteka Nazzjonali tal-Belt hija monument storiku u post ta' riċerka għal studjużi Maltin u barranin.", "Meta t-tfal ta' l-iskola jagħmlu żjarat kulturali fil-Belt xi drabi jinkludu l- Biblijoteka Nazzjonali.", "Meta dan isir jintwerew l-aspetti prinċipali ta' dan il-post mingħajr ma jtellfu lil min ikun qed jagħmel riċerka.", "Fl-iskejjel issir aktar promozzjoni biex it-tfal jużaw il-librerija nazzjonali ta' Beltissebħ; dan peress li f'din il-librerija hemm l-akbar kollezzjoni ta' kotba u materjali oħra għat-tfal ta' l-iskejjel ta' kull eta'.", "ARKIVJI NAZZJONALI - DOKUMENTI", "2890.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' dokumenti hemm miżmuma fl-Arkivji Nazzjonali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-preżent, id-dokumenti li hemm miżmuma fl- Arkivji Nazzjonali jinqasmu f'żewġ kategoriji dawk legali u dawk amministrattivi.", "L-ewwel kategorija tinkludi l-proċessi tat-tribunali ta' żmien l-Ordni sa mill-1531, kif ukoll dawk tas-sistema ġudizzjarja Ingliża bejn l-1814 - 1899.", "1.", "Id-dokumenti amministrattivi jinkludu l-korrispondenza bejn l-Uffiċċju Kolonjali u l-Gvernaturi 1800-1964;", "2.", "Petizzjonijiet lill-Gvernaturi;", "3.", "Korrispondenza bejn is-segreterija tal-gvern u xi dipartimenti sa mill- 1814;", "4.", "Files tad-dipartimenti li qabżu 30 sena mill-għeluq tagħhom u għalhekk m'għadhomx ta' użu amministrattiv;", "5.", "Files personali tas-suldati Maltin li servew fil-Gwerra tal-1939-1945;", "6.", "Reġistri tad-Dwana li juru d-dħul u ħruġ ta' passiġġieri u vapuri fil- Port ta' Malta 1814-1965;", "7.", "Rapporti, Gazzetta tal-Gvern, Blue Books, Estimi Finanzjarji, eċċ.; u", "8.", "Pjanti u disinni ta' bini li kien jaqa' taħt is-servizzi", "MALTA UNIVERSITY SERVICES LTD - MEMBRI", "2908.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Malta University Services Ltd. u l-membri tal-management board tal-project management office?", "Jista' l-Ministru jagħti d-dati li fihom saru laqgħat taż-żewġ boards bejn l-1 ta' Jannar ta' l-1992 u l-aħħar ta' Novembru ta' l-1996?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Membri taż-żewġ boards offrewx ir-riżenja tagħhom mal-bidla tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-minuti tal- laqgħat tal-management board tal-project management office li saru tul iż- żmien imsemmi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-membri tal-bord tad-diretturi tal-Malta University Services Ltd, li ġew appuntati fl-1 ta' Ottubru 1996, huma l- Professur Roger Ellul Micallef, il-Professur Daniel Darmanin, il-Professur Robert Ghirlando, is-Sur Anthony Diacono, il-Professur Albert Leone Ganado u Dr Andrew Muscat.", "Il-membri tal-management board tal-project management office, li ġew appuntati fit-12 ta' Novembru 1996, huma l-Perit Vincent Cassar, il- Professur Robert Ghirlando, il-Professur Albert Leone Ganado u Dr Andrew Muscat.", "Il-bord tad-diretturi tal-Malta University Services Ltd iltaqa' f'dawn id- dati: fl-4 ta' Frar, 1992, fil-25 ta' Marzu, 1992, fis-27 ta' Awissu, 1992, fis-27 ta' Frar, 1993, fis-26 ta' Ġunju, 1993, fid-29 ta' Jannar, 1994, fit- 18 ta' Awissu, 1994, fl-24 ta' Novembru, 1994, fl-14 ta' Ġunju, 1995, fl-4 ta' Marzu, 1996, fl-24 ta' Ġunju, 1996 u fit-12 ta' Novembru 1996.", "Il-management board tal-project management office iltaqa' f'dawn id-dati: fis-16 ta' Diċembru, 1993, fl-20 ta' Jannar, 1994, fis-16 ta' Settembru, 1994, fis-27 ta' Diċembru, 1994 u fit-22 ta' Novembru, 1995.", "Jien informat li peress li d-diretturi tal-MUS huma appuntati mill- Kunsill ta' l-Universita' ma kienx hemm għalfejn jagħtu r-riżenja tagħhom mal-bidla tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Informat ukoll li l-minuti tal-management board tal-project management office huma meqjusa minnha bħala dokumenti interni tal-kumpannija.", "IMPJIEGI B'KUNTRATTI", "2909.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibagħathom separatament, qattx kellha xi tip ta' kuntratt ma' xi ministeru tal-gvern jew ma' xi enti pubblika oħra fil-perjodu bejn Mejju ta' l-1987 u Novembru ta' l-1996?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena, x'kien jitħallas dan il-bniedem u x'benefiċċji oħra kellu barra s-salarju?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-persuna li għaliha qed issir riferenza mill-Onor.", "Interpellant, is-Sur Norman Bezzina, kienet, b'effett mit-2 ta' Lulju 1989, impjegata b'kuntratt mal-Ministeru tal-Politika Soċjali bħala konsulent fuq il-computerisation b'salarju ta' Lm4,200 fis-sena minbarra l-bonuses u żidiet oħra statutorji.", "Dan il-kuntratt, li kien għal sena, kien ġie mġedded minn sena għall-oħra sa Diċembru ta' l-1994.", "B'effett mill-1 ta' Lulju ta' l-1992, l-imsemmi salarju kien ġie rivedut għal Lm4,987 fis-sena.", "Jien informat ukoll li minn Mejju ta' l-1995 sa Ottubru ta' l-1996, il- Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi kienet tixtri professional support and advisory services mingħand il-persuna in kwestjoni.", "Dawn is- servizzi swew lill-fondazzjoni Lm8,400.26 fl-1995 u Lm9,811.90c fl-1996.", "SPTAR SAN LUQA - ST.", "MICHAEL'S WARD", "2910.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid xi swiet lill- Gvern is-St.", "Michael's ward fl-iSptar San Luqa biex fiha jitqiegħdu priġunieri li jkollhom bżonn xi kura fl-isptar?", "Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-kuntratturi li ħadmu f'din is-sala u xi tħallas kull kuntrattur rispettivament?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-biċċa l-kbira tax-xogħol f`St Michael`s ward, sar mill-ħaddiema ta' l-Isptar San Luqa.", "Pero' kien hemm xi xogħlijiet li saru minn kuntratturi jiġifieri:", "Closed Circuit Television - Lm4,987.50 - Dedicated Micros Ltd Steel Security Gates - Lm 966.00 - B&B Construction Ltd.", "POLITIKA SOĊJALI - PROF.", "DUN CHARLES VELLA", "2911.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Prof.", "Dun Charles Vella qattx irċieva xi tip ta' remunerazzjoni bħala konsulent tal-Ministeru tal-Politika Soċjali bejn Mejju ta' l-1987 u Novembru ta' l-1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Minn riċerka li saret fir-Registry u fl-accounts section tal-ministeru ma nstab l-ebda dokument li jindika li Dun Charles Vella kien appuntat uffiċjalment bħala konsulent jew li qatt irċeva xi remunerazzjoni bħala konsulent tal-ministeru.", "DON LUIGI MARIA VERZE' - ŻJARAT", "2912.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba Don Luigi Maria Verze ta' San Raffaele ta' Milan żar is-sit fejn qed jinbena l-iSptar San Raffaele f'Malta u minn min kien akkumpanjat f'dawn iż- żjarat?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi ritratti li ttieħdu tul dawn iż-żjarat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Don Luigi Maria Verze` żar is-sit ta` l-isptar il- ġdid tliet darbiet, f`Ottubru 1995, f'Mejju 1996 u f'Settembru 1996.", "Kien akkumpanjat minn rappreżentanti ta` San Raffaele, Milan, u tal-Ministru tal- Politika Soċjali.", "Ma jidhirx li ttieħdu xi ritratti partikolari waqt dawn iż-żjarat.", "SKEJJEL - FGURA/MTARFA", "2913.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni rigward il-preżenza ta' żwiemel fil-presinti rispettivi ta' l-iskejjel fil-Fgura u l-Imtarfa?", "Jista' l-Ministru jgħid min kien li ta l-permessi meħtieġa biex jitpoġġew dawn iż-żwiemel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-presinti ta' l-Iskola ta' l-Imtarfa ma jinżammu l-ebda żwiemel.", "Fil-każ ta' l-iskejjel tal-Fgura qed jittieħdu passi bil-Qorti kontra s- sid li qed iżomm żiemel fuq art fl-iskejjel tal-Fgura li d-diviżjoni ssostni li mhix ta' dan l-individwu.", "ĠIO PIETRO FRANCESCO AGIUS DE SOLDANIS - WIRJA", "2930.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ġejjieni qarib hijiex se ssir il-wirja mid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji, u jekk iva, dwar xiex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Soċjeta' Storika, bil-għajnuna tal-biblijoteka, se ttella' wirja dwar Ġio Pietro Francesco Agius de Soldanis ibbażata fuq il-ktejjeb li ħejja Ġuże' Cassar Pulliċino.", "Id-dati tal-wirja għadhom ma ġewx iffissati.", "Il-bibiljoteka mbagħad, kull sena ttella' wirja bħala attivita' kulturali fil-Fiera tal-Ktieb li ssir fix-xahar ta' Ottubru.", "Is-suġġett tal-wirja għal din is-sena għad-irid jiġi deċiż mill-kumitat li jorganizza l-fiera.", "LIĊENZJI TAL-ĦWIENET", "2931.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsijiet parlamentari numri 2444, 2282 u 2602 dwar liċenzji ta' ħwienet fl-Imdina, ma jidhirlux l-Prim Ministru li l-wirt tal-poplu jiġi qabel il- bejgħ minn ħwienet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qabel ma tiġi pproċessata applikazzjoni għall-ħanut, l- applikant jiġi mitlub jipproduċi l-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li jindika l-post bħala konformi mall-permess li jkun qiegħed jintalab.", "Għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jirrIferi din id-domanda lill-Ministru konċernat.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ TAL-BORĠ - ILMA", "2932.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tagħmel dak kollu li hu meħtieġ biex ma jibqax jinqata' s-servizz ta' provvista ta' ilma fi Triq Tal-Borġ, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il-każ u rriżulta li s-sospensjonijiet fil-provvista ta' l-ilma f'Raħal Ġdid kienu qosra konnessi mall-proġett tal-kontroll tat-telf ta' l- ilma.", "ARKIVJI NAZZJONALI - DOKUMENTI", "2933.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jissokta jiġbor dokumenti minn dipartimenti tal-Gvern għall-arkivji skond is-sejbiet mogħtija lilu bl- Att IV ta' l-1990?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ġbir ta' dokumenti li qiegħed isir bħalissa hu ristrett biss għal dawk id-dokumenti ta' interess storiku primarju, u għal dokumenti li ma jistgħux jibqgħu miżmuma f'kondizzjonijiet deterjoranti.", "Qiegħed isir sforz biex jinstab bini spazjuż u addattat biex jilqa' fih dokumenti mid-dipartimenti, ministeri u korpi parastatali biex wara li dawn jiġu rranġati fl-ordni oriġinali tagħhom u mnaddfa, jintagħżlu minnhom dawk is-sezzjonijiet ta' valur riċerkattiv biex jiġu mpoġġija fl-arkivji ċentrali.", "Il-massa ta' dokumenti pubbliċi li għad trid tinġabar hija kbira wisq għaż-żewġ repositorji tal-Arkivju Nazzjonali: Santo Spirito u l-Banca Giuratale fl-Imdina.", "Għalhekk, dawn iż-żewġ postijiet, fejn issir ir- riċerka mill-pubbliku, għandhom jinżammu għal dokumenti li spiss jiġu riċerkati, fil-waqt li l-post l-ieħor jintuża għall-volum kbir ta' dokumenti li jridu jinġabru u li ma jistgħux jiġu distrutti.", "Kif jinstab dan il-post u jiġi attrezzat, jitkompla x-xogħol ta' trasferimenti biex ħafna dokumenti jiġu salvati u merfugħa f'kondizzjonijiet xierqa.", "IMPJIEGI - PERSUNI SELF-EMPLOYED", "2934.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li jaħdmu għal rashom matul ix-xahar ta' Jannar 1997 billi l-Ministru dejjem jgħid li n- numru qiegħed jonqos?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta` persuni li jaħdmu għal rashom matul ix- xahar ta` Novembru 1996 kien ta` 15,758.", "Iċ-ċifra mitluba għax-xahar ta` Jannar 1997 ma tistax tingħata peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "KOPERATTIVA TABELLI U SINJALI", "2935.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-profitti li għamlet il-Koperattiva tat- Tabelli u Sinjali tqassmux bejn l-isħab tal-koperattiva?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Bħalma jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant li kien responsabbli mill-koperattivi taħt l-amministrazzjoni l-oħra, it-tqassim tal-profitti f`koperattiva mhux kompitu u mhux fil-kontroll tal-Ministru iżda ta` l-imsieħba fil-koperattiva waqt il-laqgħa ġenerali annwali tagħha.", "Il-Koperattiva Tabelli u Sinjali sejra żżomm il-laqgħa ġenerali annwali tagħha nhar l-Erbgħa 26 ta` Frar fuq il-post tax-xogħol u fost affarijiet oħra l-imseħbin fil-koperattiva jiddeċiedu huma stess dakinhar kif iridu li jiġu allokati l-profitti li għamlu bil-ħidma tagħhom.", "VALLETTA - DAWL F'LATRINA", "2948.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex tinbidel is- sistema tad-dawl tal-latrina pubblika f'Marsamxett, il-Belt?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol meħtieġ u li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Membru ilu li tlesta mill-4 ta` Frar, 1997.", "SAĦĦA - MAMMOGRAMS", "2949.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru mammograms, sena b'sena, mill-1986 'il hawn?", "Peress li n-numru ta' mwiet fl-1995 minħabba breast cancer kien ta' 95 - il-ħames l-aktar kawża komuni tal-mewt f'pajjiżna - possibbli l-mammograph fl-isptarijiet tal-gvern ikun jista' jsir anke fuq każijiet mingħajr sintomi jew sinjali tal-marda u mingħajr storja ta' din il-marda fil-familja?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` mammograms li saru fl-Isptar San Luqa mill-1986, sena b`sena, kien kif ġej:-", "|1986 |96 | |1987 |102 | |1988 |95 | |1989 |113 | |1990 |268 | |1991 |345 | |1992 |582 | |1993 |707 | |1994 |821 | |1995 |988 | |1996 |1265 |", "Ir-rakkomandazzjoni mill-esperti tad-dipartiment hija li screening tat- tip li qed jitkellem dwaru l-Onor Interpellant jenħtieġ unit speċjalizzata u speċifika li jkollha r-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji biex tipprovdi servizz ta` screening komprensiv.", "Il-parir huwa li sakemm il- pajjiż ikollu r-riżorsi kollha neċessarji biex jipprovdi dan, ikun ta` detriment li tintroduċi programm ta` screening fuq bażi nazzjonali.", "Sadanittant se nkomplu noffru s-servizz ta` mammografija fuq il-bażi ta` symptomatic screening fuq pazjenti referuti mill-ispeċjalisti.", "Dan ifisser ukoll li bil-faċilitajiet eżistenti jista jiġi assigurat servizz mingħajr dewmien għall- investigazzjoni ta` għoqod fis-sider.", "Qed ikompli wkoll it-taħriġ ta` radjoloġisti u radiographers fil-proċeduri magħrufa bħala stereotactic localization li jkunu meħtieġa fil-futur meta nkunu nistgħu mmorru għal programm iżjed wiesa` ta` screening, fil-futur kif qed jippjana d-dipartiment.", "SAĦĦA - CORONARY ARTERY BYPASS GRAFTS/ANGIOPLASTY", "2950.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta bdew isiru l-coronary artery bypass grafts u Angioplasty f'pajjiżna b'mod regolari matul is-sena kollha?", "Kemm saru xahar b'xahar, matul l-1996?", "Kemm saru sena b'sena, mill-1986 'il hawn f'pajjiżna u lill-pazjenti Maltin barra minn Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għat-tweġiba qed tiġi miġbura u nagħti tweġiba f`seduta oħra.", "SKEJJEL - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "2951.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema mill-private fee paying school u mill-iskejjel tal-Knisja m'għandhomx faċilitajiet sportivi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iskejjel privati fee paying li m'għandhomx faċilitajiet sportivi huma': L-iskola Bimbi li, għalkemm għandha bitħa, id- daqs tagħha mhux adegwat għall-faċilitajiet sportivi.", "L-erba' klassijiet primarji (years 1 and 2) li hemm temporanjament f'din l-iskola imorru fl-iskola Anthony Lawrence Bartolo School ta' Don Bosco Street, Sliema għal-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika.", "Fl-iskola Accelerated Christian Academy m'hemmx bitħa, pero' l-istudenti huma ftit (15 ħmistax) u l-istess teaching area tiġi ttrasformata fi playing area fil-break.", "Barra minn hekk l-istudenti jittieħdu f'post ieħor għal nofs ta' nhar fil- ġimgħa għall-eżerċizzju fiżiku.", "L-iskola tal-Komunita' Ewropeja fis-Swieqi għandha Patio wiesgħa għar- rikreazzjoni ta' l-istudenti, pero' għall-edukazzjoni fiżika ta' l- istudenti dawn jużaw il-Luxol gmnasium u grounds u national pool f'Tal- Qroqq.", "L-iskola Primarja Little Angels, ta' Ħal-Balzan m'għandhiex bitħa adegwata. pero' għall-edukazzjoni fiżika jużaw regolarment il-playground ta' San Alwiġi.", "L-unika skola tal-Knisja li m'għandhiex faċilitajiet sportivi hi l- iskola tal-Pillar fil-Belt Valletta.", "Pero' hemm spap magħluq b'xatba tal- ħadid li jinfeda ma' l-iskola u li qiegħed bejn Marsamxett u West Street fejn il-klassijiet individwali jagħmlu l-lezzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Fiżika.", "P.A. - SLIEMA - BDIL TA' GALLARIJI", "2966.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2572, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jaħsibx li l- iskema għal bdil ta' gallarijiet għandha tiġi estiża wkoll b'mod immedjat għal Tas-Sliema ġaladarba parti kbira minn Tas-Sliema ġiet inkluża f'area ta' konservazzjoni urbana u applikazzjonijiet minn residenti biex gallarijiet ta' l-injam li jenħtieġ jinbidlu jsiru ta' l-aluminium fuq l- istess stil ta' dawk ta' l-injam mhux qed jiġu aċċettati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Diversi villaġġi f'Malta u Għawdex ġew iddikjarati bħala arei ta' konservazzjoni urbana u f'kull waħda minnhom, l- applikazzjonijiet minn residenti biex gallarijiet ta' l-injam li jenħtieġ jinbidlu jsiru ta' l-aluminium fuq l-istess stil ta' dawk ta' l-injam mhux qed jiġu aċċettati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-awtorita' ħasset li l-prijorita' għandha tingħata għall-Kottonera bħala parti minn skema aktar ġenerali ta' riabilitazzjoni tal-lokal.", "Hu possibbli li fil-futur l-iskema tiġi estiża għal aktar arei ta' konservazzjoni urbani dejjem skond il-prijoritajiet imfassla mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "YACHTING", "2967.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparazzjonijiet ta' l- Awtorita' Marittima fir-rigward ta' identifikazzjoni ta' siti għal yacht marina oħra?", "Liema siti qed jiġu kkonsidrati?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-Awtorita' Marittima u l- Awtorita' ta' l-Ippjanar qegħdin jagħmlu studju sabiex isir subject plan fuq yachting f'Malta.", "Dan l-istudju għadu għaddej.", "Għaldaqstant, jiena mhux f'pożizzjoni li nagħti dettalji qabel ma' dan l-istudju jkun finaliżżat.", "EDUKAZZJONI - SOFTWARE DEVELOPMENT UNIT", "2968.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm riżenji f'dawn l-aħħar tlett xhur mis-software development unit tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Intbagħat xi ħadd minflokhom sal-lum?", "Xi programmi edukattivi kienu laħqu twettqu minn din il-unit?", "Xi programmi kienu previsti li jinħadmu fil-ġejjieni qarib?", "Mill-programmi li twettqu, hemm xi programmi li jinsabu għall-bejgħ kummerċjalment?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'dawn l-aħħar tlett xhur irriżenjaw tlett membri mis-software development unit tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Le.", "Qed isiru taħdidiet ma' l-Universita' biex jitwaqqaf Unit li suppost twaqqaf fl- 1992.", "Il-programm għat-tagħlim tal-Malti fl-ewwel snin ta' l-iskejjel Primarji - \"Rokkit\".", "Il-membri tal-unit irriżenjaw meta suppost kienu fl- istadju li jippjanifikaw xogħol ta' żvilupp ta' programmi matul l-1997.", "Le.", "SLIEMA - PEDESTRIAN CROSSING", "2969.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li t-Traffic Control Board jinstalla pedestrian crossing ġo Triq Sir Adrian Dingli, f'Tas-Sliema, fil-parti fejn tispiċċa Triq Norfolk u tibda Triq San Gwann Bosco minħabba li bosta jaqsmu din it-triq biex imorru lejn il-Knisja ta' San Girgor jew lejn il-Knisja ta' St. Patrick's?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SKEJJEL - STUDENTI TAL-PGCE", "2970.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fl-għoti ta' l-istipendju lill-istudenti tal-PGCE fl- 1997/98, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitnaqqsu jew jiżdiedu s-suġġetti ta' speċjalizzazzjoni li jintitolaw lill-istudenti għall-istipendju?", "Jekk fl-affermattiv, liema huma s-suġġetti li se jiżdiedu jew jitnaqqsu?", "U għaliex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'hemm l-ebda ħsieb li l-ispeċjalizzazzjonijiet li jintitolaw lill-istudenti tal-PGCE għall-istipendju jinbidlu għas-sena skolastika 1997-8.", "TELEMALTA - PROĠETT TAL-GSM", "2971.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal il-proġett tal-GSM għal Malta li fuqu kienet qed taħdem it-Telecell, liema kumpannija l-Korporazzjoni Telemalta għandha ishma ta' 20%?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li Telecell Ltd., ġiet mogħtija liċenzja esklussiva għal 20 sena fl-1989.", "Permezz ta' din il-liċenzja, Telecell tista tħaddem is-sistema tat-telefon ċellulari f'Malta.", "Jien informat ukoll li fil-liċenzja msemmija hemm speċifikat li jekk tara li hija kummerċjalment vijabbli, Telecell tista' tintegra s-sistema GSM mas-sistema eżistenti.", "Inżid ingħid li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn Telecell Ltd. u l-Korporazzjoni Telemalta bil-għan li tiġi ntrodotta s-sistema GSM aktar tard din is-sena.", "PENSJONI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "3034.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Mnistru jekk jogħġbu jgħid kemm huwa l-ammont li qiegħed jiġi vvotat biex ikopri l-ewwel fażi tal-miżura mħabbar mill-gvern fil-konfront ta' pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-Servizzi Ingliżi u jekk inhu possibbli, jista' jagħti ukoll indikazzjoni tan-numru tal-persuni li huwa maħsub li se jibbenefikaw minn din il-miżura?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, sew fid-diskors tal- Budget, kif ukoll fid-diskors tiegħi waqt id-dibattitu dwar ir-rati li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi, il-Gvern preżenti stqarr id- determinazzjoni tiegħu li b`seħħ minn Ottubru ta` din is-sena tiġi mplimentata l-ewwel fażi tal-miżura li biha dawk li qed jirċievu pensjoni tas-Servizz imħallsa mill-Gvern Ingliż, ma jkollhomx din il-pensjoni mnaqqsa fil-kalkolazzjoni tal-Pensjoni tas-Sigurta` Soċjali.", "Jiena spjegajt kif iż-żieda li hi stmata għal din is-sena ta` Lm12-il miljun aktar fuq in-nefqa tas-sena l-oħra, tkopri fost miżuri oħra, l-miżura li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li matul it-tmien xhur li baqa`, qabel ma tiġi mplimentata l-ewwel fażi ta` din il-miżura, qed isir studju sabiex jiġi assigurat li din il-miżura tkun tinkwadra tajjeb mal-provvedimenti eżistenti tal-liġi, kif ukoll ma` oħrajn li għad iridu jsiru, bl-iskop li jitneħħew l-anomaliji b`eżerċizzju ta`reviżjoni kif qed twiegħed l-amministrazjoni preżenti.", "Għaldaqstant, l-Onor.", "Interpellant jifhem li mhux indikat f`dan l-istadju li jsiru statements mgħaġġla, u li kawża tagħhom jinħoloq diżgwid f`dan il- mument.", "SEDQA - PREVENTION PROGRAMME", "3035.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk is-Sedqa hijiex se tkompli bil- programm mniedi minnha magħrufa bħala prevention programme fl-iskejjel, b'kooperazzjoni mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u jekk iva, jinforma l- Kamra dwar l-inizjattivi programmati għas-sena kurrenti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninformak li s-Sedqa se tkompli bil-programmi ta` prevenzjoni fl-iskejjel b`koperazzjoni mal-Ministeru ta` l-Edukazzjoni.", "Nagħrfek li dawn il-programmi huma magħrufa bħala TFAL (Tfal Favur Ambjent Liberu) u JEANS.", "L-inizjattivi pprogrammati għas-sena kurrenti huma kif indikati hawn taħt:-", "1.", "Skejjel Primarji - Mit-3 sena sas-6 sena -Programm TFAL li hu maqsum kif ġej:", "It-tielet sena: Programm BABES (l-ewwel fażi tal-programm TFAL); ir-raba` sena (Programmi ta` Prevenzjoni li jitrattaw:* Relazzjonijiet Soċjali il- ħames sena:* użu tajjeb tal-mediċina; s-sitt sena * saħħa mentali", "2.", "Skejjel Sekondarji: Form 1 sa Form 5 - Programm JEANS; Form I Programm ta` Prevenzjoni li jitratta: it-Tabakk; Form II: l-Alkoħol; Form III : Drogi oħra; Form IV: leadership skills; Form V: Proġetti ta' Prevenzjoni fl-iskola.", "3.", "Matul is-sena kurrenti, l-Aġenzija Sedqa flimkien mal-Ministeru ta` l- Edukazzjoni, se jiżviluppaw programmi ta` prevenzjoni mmirati għal skejjel tas-Snajja', skejjel għat-Tfal bi Bżonnijiet Speċjali; l-Junior College; u skejjel tas-6th Form.", "SOCIAL WORKERS", "3036.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti indikazzjonijiet dwar il-pożizzjoni tal-Gvern fil-konfront tal-professjoni tas-social workers u jekk huwiex beħsiebu jiffinalizza l-abbozz ta' liġi li kien qiegħed jitħejja biex is- social work jingħata status ta' professjoni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Is-social workers jaqgħu taħt id-Dipartiment taċ- Children and Family Services, u allura nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "CHILD DEVELOPMENT ADVISORY UNIT", "3037.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti indikazzjonijiet dwar il-pożizzjoni tal-Gvern fil-konfront taċ-child development advisory unit - CDAU- partikolarment dwar l-irwol ta' dan il- unit mhux biss mill-aspett mediku iżda ukoll b'mod speċjali mill-aspett ta' servizz fil-komunita' u ta' support għall-familji b'ulied b'diżabilita'; u l-kompożizzjoni tal-unit u lejn min jirrapporta jew iwieġeb?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-CDAU toffri servizzi għat-tfal bi problemi ta` żvilupp ta` natura fiżika, mentali jew it-tnejn.", "Dawn is-servizzi jinkludu servizzi mediċi, servizzi ta` riabilitazzjoni u ta` support.", "Is-servizzi huma kordinati ma' servizzi fil-komunita`, fiċ-ċentri tas-saħħa u fl- iskejjel kif ukoll bħala support kontinwu għal ġenituri, joffri pariri meħtieġa f`oqsma differenti ta` terapija, kif ukoll jara li l-ġenituri jieħdu l-benefiċċji kollha neċessarji.", "It-team multidixxiplinarju hu bbażat taħt saqaf wieħed fic-CDAU.", "Għalhekk it-tfal u l-ġenituri m'għandhomx ħafna skariġġ 'l hemm u 'l hawn għax għandhom is-servizzi kollha ċentraliżżati għall-benefiċċju tagħhom.", "Barra minn hekk l-appuntamenti ma' membri tat-team differenti jiġu kordinati kemm jista' jkun f`ġurnata waħda għall- benefiċċju tat-tfal u tal- ġenituri.", "Fost il-membri tat-team hemm konsulent tat-tfal speċjaliżżata fl-iżvilupp tat-tfal, psikoloġista kliniku, fiżjoterapisti, occupational therapists, speech therapists, awdjoloġista, ortopista infermiera.", "Hemm ukoll il- parteċipazzjoni ta' l-early intervention teachers imħarrġa fil-portage teaching kif ukoll il-Kap tal-Edukazzjoni Speċjali.", "Il-unit huwa parti mid-Diviżjoni tas-Saħħa u jirrapporta konġuntament liċ- chairman Kliniku fid-Dipartiment tal-Pedjatrija u d-Direttur tal-Kura Primarja.", "UE - PROGRAMM LEONARDO", "3050.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jiġu ppreżentati da parti ta' Malta applikazzjonijiet għall- parteċipazzjoni fil-programm Leonardo da Vinci għal din is-sena, ġaladarba s-sejħa għall-applikazzjonijiet relattivi tagħlaq fl-1 ta' April, 1997 (ara Ġurnal uffiċjal Nru C/381 tas-17 ta' Diċembru, 1996)?", "Jekk jistgħu isiru applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx xi applikazzjoni jew applikazzjonijiet s'issa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li kont tajt fuq il-mistoqsija parlamentari numru 2329.", "Rigward it-tieni parti nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "AMBAXXATUR GEORGE SALIBA", "3051.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li ta l- Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2661 magħmula minni, jista' jekk jogħġbu jirrispondi speċifikament għall-mistoqsijiet li għamiltlu minflok ma joqgħod jgħid ħafna kliem sabiħ iżda ta' natura ġenerika dwar il-mod kif qed timxi din l-Amministrazzjoni fuq il-postings?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija tiegħu numru 2661.", "UE - PROGRAMM TA' RIĊERKA", "3052.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2658 magħmula minni, ġaladarba l-Viċi Prim Ministru rrispondieni li m'għandu xejn x'iżid mar- risposta li tani għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 860 u 2349, huwa ried jikkonferma li l-ministeru tiegħu ma rċieva l-ebda komunikazzjoni jew informazzjoni dwar il-programm ta' riċerki li rriferejt għalih fil- mistoqsija parlamentari numru 860 magħmula minni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Inħoss li r-risposta li tajt lil-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija oriġinali tiegħu numru 860 hija ċara biżżejjed.", "SPTAR SAN LUQA - BREATHYLISER", "3082.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt xi darba ntuża il-breathyliser fl-iSptar San Luqa wara xi inċidenti tat- traffiku fejn pazjenti ġew riferuti fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza?", "F'liema okkażjonijiet oħra ġie wżat il-breathyliser\" u kemm kienu l-każi pożittivi u x'persentaġġ kellhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M' hijiex il-proċedura tad-Dipartiment ta` l- Emerġenza li jintuża analisi tan-nifs biex jistima il-livell ta` l-alkoħol fid-demm.", "Meta jkun indikat klinikament, jiġifieri għall-kura tal-pazjent isir analisi tad-demm li hu iktar preċiż.", "ŻEBBUĠ - TRIQ LUCAS GARNIER - BOLLARDS", "3083.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jikkonsidra l-Ministru li jsiru kaptelli fuq id- dorga għall-ilma tax-xita li hemm fi Triq Lucas Garnier, f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ikun aktar għaqli li flok ma jsiru kaptelli fuq l- imsemmija dorga jitpoġġew bollards tal-konkos jew tube railings biex anke jevitaw kull problema li tista' tinħoloq għat-traffiku u l-pubbliku ġenerali.", "Din il-problema qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "SAĦĦA - SKART TOSSIKU", "3084.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Il-Gvern għandu xi informazzjoni dwar jekk fil-pajjiż hawnx toxic waste maħżun minn xi manifatturi lokali?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi qegħdin jittieħdu dwar leakages u proper storage?", "Qiegħed isir xi survey mill-occupational health inspectors f'azjendi f'Malta biex jaraw jekk hemmx minn dan l-industrial toxic waste u x'qegħdin jagħmlu bih?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-ministru kkonċernat.", "GĦASAFAR - IMPORTAZZJONI", "3085.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għal xi kitba f'gazzetti barranin dwar l-importazzjoni ta' għasafar f'Malta mill- Ingilterra, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikati li ġew ma' dawn l-għasafar?", "Dawn l-għasafar kienu mportati wara li nasbu għalihom fir-Renju Unit jew inkella kienu mrobbija domestikament?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kopja taċ-ċertifikat tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-oħrajn kollha bħalu, ħlief għall-isem ta' l- importatur u n-numru ta' l-għasafar.", "L-importazzjoni hija permessa biss, jekk ikunu mrobbija fil-magħluq.", "Skond il-prattika fl-Ingilterra, il- veterinarju ma jistax jirrilaxxa ċertifikati ta' esportazzjoni jekk l- għasafar ma jkunux imrobbija fil-magħluq u b'ċurkett magħluq.", "Dawn iċ- ċrieket jiġu spezzjonati minn spetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent hekk kif jaslu Malta.", "L-eżami jsir skond il-kriterji mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fejn id-dipartiment ħass li kien hemm xi rregolaritajiet, ħa l-passi neċessarji fil-qorti.", "TOROQ - MERKANZIJA DOMESTIKA", "3086.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-mezzi ta' trasport ta' merkanzija domestika ta' ġarr ta' materjal għal bini u affarijiet simili jiġi ndikat lilhom l-ammont ta' piż li jistgħu jġorru minħabba li ċertu toqol mhux rakkomandabbli għat-toroq tagħna?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Billi d-Dipartiment tat-Toroq m'għadux inkluż fil-Ministeru għat-Trasport u Portijiet, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jagħmel din id-domanda lill-ministru konċernat.", "PITKALIJA - BEJGĦ TA' PRODOTTI", "3087.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jiswa l-prodott agrikolu li ma jinbiegħx fil-Pitkalija xahar b'xahar fl-aħħar sentejn, jiġifieri fl-1995 u fl-1996?", "X'isir minnu dan il-prodott żejjed?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tinżammx mid-dipartiment.", "P.A. - APPLIKAZZJONIJIET", "3094.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti statistika dwar kemm approvat jew ċaħdet applikazzjonijiet għal żvilupp, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, xahar b'xahar, fix-xhur ta' Diċembru 1996 u Jannar 1997, b'riferenza għal kull belt jew raħal f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Statistika kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PEMBROKE - PJAN TA' AZZJONI", "3095.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'konsultazzjonijiet saru mill-Gvern preżenti mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke għar-rigward ta' kull tibdil propost fil- Pjan ta' Azzjoni għal Pembroke?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa ma saret l-ebda konsultazzjoni, mal-kunsill lokali rigward xi tibdil li jista' jkun hemm.", "WIED IL-GĦAJN - ŻONQOR/XGĦAJRA - AREA", "3096.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li l-area bejn iż-Żonqor u x-Xgħajra f'Wied il-Għajn titneħħa minn green area?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond il- pjan ta' struttura ma jista' jsir l-ebda tibdil sostanzjali fl-iskemi ta' żvilupp jekk mhux permezz ta' reviżjoni tal-pjan ta' struttura a bażi ta' proposti nkluża fil-pjan lokali.", "Il-pjan lokali għan-Nofsinhar ta' Malta li jkopri l-inħawi ndikati fil-mistoqsija għad ma nbediex.", "TELEPHONES - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "3097.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta' applikazzjonijiet pendenti għas- servizz tat-telefon, b'riferenza għal kull belt u raħal f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-għadd ta' applikazzjonijiet li għadhom ma ġewx ipproċessati f'Malta u Għawdex, skond l-istatistika miġbura fil-5 ta' Frar 1997, hija ta' 1,634.", "Dawn ġejjin minn 1,172 klijent.", "Tabella li turi n-numru ta' applikazzjonijiet li għadhom mhux ipproċessati f'kull belt u raħal f'Malta u Għawdex tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "3098.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qrati Maltin u dawk ta' Għawdex, u jistax jagħti l-istatistika tiegħu b'riferenza għall-Qrati differenti f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li l-kawzi pendenti fil-Qrati Superjuri u Inferjuri huma kif gej:", "|MALTA | | |Appelli Civili | | |Kostituzzjonali | | | |23 | |Civili Superjuri |1098 | |Civili Inferjuri | 105| |Kriminal | | |Gurijiet | | | |90 | |Appelli minn | | |Gurijiet |28 | |Appelli Inferjuri| 393| |Civili Prim Awla |8282 | |Qorti | | |tal-Magistrati | | |Civili |1440 | |Kriminal |9458 |", "|GĦAWDEX | | |Appelli | 19 | |Civili | | |Gurisdizzjon|871 | |i Superjuri | | |Gurisdizzjon|175 | |i Inferjuri | | |Kriminal | | |Sommarji |748 |", "MUŻEWIJIET - DĦUL MILL-MALTIN", "3099.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jsir il-ħlas tad- dħul mill-Maltin nhar ta' Ħadd fil-mużewijiet u jekk jistax jikkonsidra li dawn isiru bla ħlas għal nhar ta' Ħadd biss kif kienu qabel jew ta' lanqas isir bi prezz aktar baxx għal nhar ta' Ħadd, b'hekk aktar familji jkunu jistgħu jżuru dawn il-mużewijiet u jsiru konxji mill-istorja ta' pajjiżna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ħlas għad-dħul mill-Maltin nhar ta' Ħadd fil- mużewijiet, ilu jsir mill-1 t'Ottubru 1994.", "Mill-istess data wkoll, persuni taħt id-19-il sena w anzjani 'l fuq mill-65 sena kienu ġew eżentati minn kull ħlas għad-dħul matul il-ġranet kollha tal-ġimgħa, inkluż il-Ħadd.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-suġġerimenti li għamel fil- mistoqsija tiegħu dwar dħul b'xejn għall-Maltin nhar ta' Ħadd fil- mużewijiet ser jiġu kkonsidrati.", "MUŻEWIJIET - ARKEOLOĠISTI", "3100.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent fid- Dipartiment tal-Mużewijiet hemmx arkeoloġisti bi kwalifiki professjonali?", "Kemm minn dawn qed jagħmlu xogħol amministrattiv biss?", "Fil-preżent x'xogħol ta' skavi qiegħed isir mill-arkeoloġisti l-oħrajn?", "F'dawn l-aħħar ħames snin, kemm gradwaw studenti mill-Fakulta' ta' l-Arti fil-Kors ta' l- Arkeoloġija?", "Kemm minn dawn ġew impjegati mid-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, li minn żmien Sir Temi Żammit 'il hawn id-Dipartiment tal-Mużewijiet dejjem kellu arkeoloġi bi kwalifiki professjonali.", "Fil-preżent hemm ħames arkeoloġi jaħdmu mad-dipartiment.", "Dawn ħadu l-kwalifika professjonali tagħhom mill- Universitajiet ta' Malta, Ruma, Cambridge, York u Reading.", "Tlieta minn dawn il-ħamsa ġew impjegati f'dawn l-aħħar ħames snin, wara li ggradwaw mill-Universita'.", "Wieħed minn dawn, illum qed jaqdi l-funzjoni ta' Direttur tal-Mużewijiet.", "L-erbgħa l-oħra jaħdmu fi ħdan is-sezzjoni ta' l-arkeoloġija fejn huma responsasbbli għall-iskavi, il-ħarsien u l-preservazzjoni ta' siti arkeoloġiċi, kif ukoll għat-tlett mużewijiet ta' l-arkeoloġija li d- dipartiment għandu f'Malta u Għawdex.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem, u jaqbel, li dan in-numru għadu żgħir wisq biex jaqdi bi sħiħ id-dmirijiet imsemmija.", "Għalhekk, għandi pjaċir ninformah li fil-futur qarib se jiġu mpjegati mad-dipartiment aktar gradwati fl-arkeoloġija.", "Rigward in-numru ta' studenti li ggradwaw fil-kors ta' l-arkeoloġija fl- aħħar ħames snin, it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX :MARSALFORN - TAS-SALVATUR", "3101.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li jiġi floodlit is-Salvatur, fil-limiti ta' Marsalforn, Għawdex?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ġejt avżat mill-Korporazzjoni Enemalta li l-inħawi tas- Salvatur huwa madwar 750 metru `l bogħod minn fejn jista` jittieħed id- dawl.", "Minbarra dan, il-post qiegħed fuq art wieqfa u mħarbta u, minħabba f`hekk, jagħmel ix-xogħol aktar diffiċli u mhux prattiku.", "WIRJA ARTI PREISTORIKA MALTIJA", "3102.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-poplu Malti l-wirja Arti Pre-Istorika Maltija li ttellgħet f'Firenza f'Ġunju tas- sena l-oħra?", "Din is-somma x'persentaġġ tagħmel mis-somma vvotata lid- Dipartiment tal-Mużewijiet is-sena l-oħra?", "Kemm kien in-numru ta' viżitaturi għal din il-wirja meta ttellgħet Għawdex mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti u kemm kien meta ttellgħet f'Firenze?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ispejjeż biex ittellgħet il-wirja Arti Preistorika Maltija ġewwa Firenze f'Ġunju tas-sena l-oħra, laħqu b'kollox (insurance, trasport, arranġamenti għas-sigurta' stampar u pubblikazzjoni tal-katalogu, eċċ.)", "Lm28,000.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-ispejjeż ma tħallsux mid- Dipartiment tal-Mużewijiet, iżda minn fondi amministrati mill-Ministeru għall-Ġustizzja u Kultura għall-avvenimenti kulturali internazzjonali u sport.", "Meta l-wirja ttellgħet Għawdex, f'April ta' l-istess sena, żaruha bi ħlas 'il fuq minn 11,000 persuna.", "Tfal, u persuni diżabilitati, kellhom id-dħul b'xejn.", "Peress li ġewwa Firenze ma kienx hemm ħlas għad-dħul, ma nżammitx statistika ta' kemm nies żaru l-wirja kemm damet hemmhekk.", "SCRAPYARDS", "3103.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il scrapyard li hemm fit-Triq tal-Barranin, bejn Bir id-Deheb u Triq San Leonardu, huma koperti bil-permessi neċessarji?", "Jekk hemm scrapyards bla permess, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet ordni ta' twettiq kontra min qiegħed bla permess?", "Meta ħarġet din l-ordni?", "X'inhuma r-raġunijiet li dawk illegali, jekk hemm, għadhom hemm?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "P.A. - APPLIKAZZJONIJIET", "3104.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma tistax tipproċessahom minħabba li qed tistenna risposta għall- konsultazzjoni li saret mad-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 19- il applikazzjoni li qed jistennew risposta għall-konsultazzjoni li saret mad-Dipartiment tal-Mużewijiet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "ATTARD JOE - AMBAXXATUR BARRA MINN MALTA", "3110.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li s-Sur Joe Attard, is-Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, ġie offrut kariga ta' Ambaxxatur residenti barra minn Malta u li hu rrifjuta din il-kariga?", "Jekk il-Viċi Prim Ministru jikkonferma dan, jista' jgħidilna ta' liema pajjiżi jew organizzazzjoni ġie offrut li jkun Ambaxxatur s-Sur Joe Attard?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, ma nikkonfermax.", "GRECH LOUIS - AMBAXXATUR F'WASHINGTON", "3111.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk hux veru li s-Sur Louis Grech li qed jagħmilha ta' chief executive ta' l-Air Malta, se jinħatar bħala l-Ambaxxatur Malti f'Washington?", "U jekk huwa veru, meta se jinħatar Ambaxxatur u fiex jikkonsisti l-pakkett finanzjarju miftiehem miegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, mhux veru.", "KONFERENZA \"EURO TRANSIT '97\"", "3112.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk Malta ġietx mistiedna u jekk ġiet, ħadet sehem fil-Konferenza ntitolata Euro Transit '97 li nżammet bejn is-6 u t-8 ta' Frar, 1997 fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, liema konferenza kellha bħala skop prinċipali li jintlaħaq ftehim, jekk possibbli għar- riforma tal-commuting customs transit system?", "Jekk Malta ħadet sehem, jista' jgħidilna x'kienet l-pożizzjoni li ħadet Malta fuq is-suġġetti diskussi f'din il-konferenza?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Dan il-ministeru ma kienx involut fit-tħejjijiet tal- konferenza msemmija.", "METALFOND", "3116.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-proċess ta' investigazzjonijiet li qegħdin jitħabbru mill-ministri dwar il-fallimenti ta' xi korporazzjonijiet jew nuqqas ta' responsabbilta' minn xi membri ta' bordijiet, għandux il-Gvern preżenti jinvestiga wkoll ir-raġuni għat-telf ta' Lm3 miljun mill- Metalfond?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħaġa bħal din kienet il-kompitu tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni preżenti meta kien Prim Ministru.", "Nissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lilu.", "MOSTA - SANTA MARGERITA - DRENAĠĠ", "3117.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara xi ħsara hemm fid- drenaġġ li għaddej minn Triq in-Naħal, f'żona ta' Santa Margerita, l-Mosta u kif tista' tiġi rranġata?", "Jidher li fil-preżent il-katusa hija mkisra u għalhekk id-drenaġġ qiegħed joħroġ f'plots vojta No. 8 u 9 fl-istess triq.", "Fid-dawl ta' dan, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara jekk dak l-ilma li ħiereġ f'dawn il-plots vojta u fil-basements ta' djar f'din it-triq, huwiex drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li jidher li m'hemm l-ebda ħsara fil-main tad-drenaġġ fi Triq in-Naħal, Mosta, se jittieħed sample ta' l-ilma li hemm fil-plots vojta biex jiġi stabbilit x'inhu l-ilma li hemm fihom.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "3118.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi l-Viċi Prim Ministru indika li hemm bżonn urġenti li jsir xogħol fuq il-miżbla tal-Magħtab, imma fl-istess ħin qal li dan ikollu jistenna sa ma jitlesta l-pjan lokali ta' l- inħawi, jista' jgħid jekk itteħdux il-passi mmedjati biex dan jingħata l- prijorita' li jixraq?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma jidhirlix li għidt li biex isir xogħol fuq il- miżbla tal-Magħtab, dan għandu jistenna sa ma jitlesta l-pjan lokali ta' l- inħawi.", "Għalhekk il-problema tal-miżbla se tingħata prijorita'.", "DIVORZJU", "3119.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk l-istatement pubbliku li għamel fuq id-divorzju \"Għad jidħol u għandu jidħol\" huwiex profezija jew statement personali tiegħu, jew inkella hux item fuq l-aġenda tal-Gvern attwali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-profeżiji nħallihom għal Iżaija, Eżekjel u Danjel. statements personali nagħmilhom skond kif inħoss li jkun id-dover tiegħi li nagħmilhom.", "L-aġenda tal-Gvern attwali jiddeterminaha l-Kabinett.", "Għalhekk meta għidt li d-divorzju għad jidħol u għandu jidħol f'pajjiżna kont qed nagħti xhieda kif inhu d-dover tiegħi li nagħmel, ta' problema soċjali importanti f'pajjiżna li tajjeb li tkun riżolta skond mudelli li huma prattikati f'pajjiżi Ewropej kollha.", "AIR MALTA", "3120 L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Il- Ministru kif jispjega l-fatt li filwaqt li allega li f'dawn l-aħħar snin l- Air Malta għamlet telf regolarment meta din il-kumpannija ġiet biex tissellef minn banek ta' isem, dawn ma qagħdux lura milli jagħtuha kredtu u dan għamluh, jien m'għandiex dubbju, wara li għamlu l-istudji tagħhom?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa żbaljat hafna f'dak li qed jgħid.", "Il-fatti huma kontra u jien nerġa' nsostni li fil-core business taghha l-Air Malta tilfet il-miljuni f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Meta l-kumpannija giet biex tissellef mill-banek ta' isem u wara li l- istess banek għamlu l-istudju tagħhom, dawn l-istess banek ma riedux jisilfu lill-kumpannija jekk ma jieħdux garanzija mingħand il-Gvern.", "Għalhekk, għall-kuntrarju ta' dik li kienet tagħmel il-kumpannija fil- passat meta kienet tissellef bla garanzija ta' ħadd, din id-darba setgħet tissellef biss bl-appoġġ kondizzjonali tal-Gvern Malti.", "PULIZIJA - KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "3123.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid: kemm ingħataw tickets mill-Pulizija Maltija minħabba kontravenzjoni tat-traffiku bejn l-1987 u l-1996?", "Tista' tingħata lista mogħtija speċifika ta' kemm ingħataw minħabba pparkjar ħażin, sewqan negliġenti, sewqan eċċessiv, eċċ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma tinżammx statistika dwar id-diversi tipi ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku separatament.", "Pero' ninsab informat li bejn is-snin 1987 u 1996 ingħataw traffic offence tickets kif ġej:-", "|1987 |27,158 | |1988 |49,832 | |1989 |49,220 | |1990 |72,252 | |1991 |77,055 | |1992 |85,615 | |1993 |120,030| |1994 |125,114| |1995 |131,411| |1996 |105,580|", "BANDA TAL-PULIZIJA", "3126.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il servizz tat il-banda tal-pulizija mit-28.10.96?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, mit-28 ta' Ottubru 1996, l-banda tal-pulizija kellha tesegwixxi programm nhar is-7 ta' Frar, 1997 ġewwa Bormla.", "Dan, pero', ġie mħassar minħabba l-maltemp.", "PULIZIJA - SPIŻA KAPITALI", "3127.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża kapitali attwalment minfuqa għar-rigward il-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal-liema perijodu qed jirriferi.", "PTA - BILJETTI", "3133.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ordnati biljetti bin- nollijiet riveduti tat-3 ta' Frar?", "Minn fejn ġew ordnati u stampati?", "Kemm swew?", "Kemm fadal minn dawn il-biljetti?", "Kemm ġew ordnati biljetti bin- nollijiet riveduti tal-11 ta' Frar?", "Minn fejn ġew ordnati u stampati?", "Kemm swew?", "Għaliex sa l-10 ta' Frar ma ngħatawx il-biljetti skond kemm-il passiġġier jew/u vettura ħallsu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li biljetti bin-nollijiet riveduti tat-3 ta' Frar ġew ordnati 18-il kategorija li huma:", "|Tip ta' Biljett |Lm |Kwantit| | | |a | |Passenger Standard |1.75|80,000 | |Fare | | | |Gozo Res.", "Passenger|0.75|48,000 | |Subsidized Fare | | | |Senior Citizen |0.50|104,000| |Subsidized Fare | | | |Frequent Passenger |2.50|10,200 | |Fare | | | |Car & Driver |5.75|17,600 | |Standard Fare | | | |Car & Driver (Gozo |4.75|20,000 | |Res.", "Subsidized | | | |Fare) | | | |Car & Driver |4.50|1,600 | |(Senior Citizen | | | |Subsidized) | | | |Car & Driver |15.0|5,100 | |(Frequent Traveller|0 | | |Fare) | | | |Motorcycle & Driver|3.00|1,600 | |Fare | | | |Motorcycle & Driver|2.00|1,600 | |(Gozo Res.", "Fare) | | | |Towed Trailer |5.00|1,600 | |Bicycle |0.50|1,600 | |Commercial & Other |7.00|10,400 | |Vehicle Cat.", "1 | | | |Commercial & Other |10.0|1,600 | |Vehicle Cat.", "2 |0 | | |Commercial & Other |15.0|1,600 | |Vehicle Cat.", "3 |0 | | |Commercial & Other |23.0|1,600 | |Vehicle Cat.", "4 |0 | | |Commercial & Other |29.0|1,600 | |Vehicle Cat.", "5 |0 | | |Commercial & Other |38.0|1,600 | |Vehicle Cat.", "6 |0 | |", "Dawn il-biljetti ġew ordnati u stampati l-Printex fuq security paper u swew Lm2,047 VAT inkluża.", "Issa, l-istess biljetti sejrin jiġu ttimbrati u wżati għaldaqstant ma ġewx stampati biljetti oħra sakemm jintuża l-istock stampat fit-3 ta' Frar.", "GĦAWDEX - TRIQ LAMPUKA - ASFALTAR", "3134.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Lampuka, Żebbuġ, Għawdex, tingħata kisja tarmak meta llum il-ġurnata għadha fl-istat oriġinali tagħha u kważi mpossibbli li tidħol vettura?", "Jekk iva, meta se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol ta' asfaltar fi Triq Lampuka, Żebbuġ Għawdex għandu jsir mill-aktar fis possibbli.", "KUNSILLI LOKALI - LAMPI", "3135.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lista li turi t- talbiet għal-lampi mil-kunsilli lokali, bid-data ta' kull talba u jindika dawk li għadhom pendenti?", "Meta sar ix-xogħol mitlub mil-Korporazzjoni Enemalta għal dawn it-talbiet?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhuwiex prattiku li nagħtu lista li tibqa` sejra lura sew għal żmien l-Amministrazzjoni l-oħra.", "Il-Korporazzjoni qed tagħti l- attenzjoni tagħha lil dawk it-talbiet l-aktar vijabbli u urġenti.", "GĦAWDEX - SANNAT - TISWIJA TA' TOROQ", "3136.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-press release Nru.165 bid-data 31/1/97, maħruġa mid-DOI, jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema data sar il-ftehim bejn is-Segretarju Parlamentari għal Għawdex u l-Kunsill Lokali ta' Sannat, sabiex ix-xogħol ta' bażi fuq Triq Gerxija issir mid-Dipartiment tat-Toroq u l-kisi tat- tarmac ta' l-istess triq, isir mill-Kunsill Lokali?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min iffirma l-ftehim għan-naħa tas-segretarjat għal Għawdex?", "Jista' l-Prim Ministru jipprovdi kopja ta' dan il-ftehim?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-arrangamenti dwar ix-xogholijiet mehtiega fi Triq Gherxija Sannat saru f-laqgha bejn is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u l-Kunsill Lokali ta Sannat li saret nhar l-Erbgha 14 ta Jannar 1997.", "GĦAWDEX - BINI TA' \"MAISONETTES\"", "3137.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbnew \"maisonettes\" ġewwa Għawdex?", "Jekk iva, kemm-il post se jinbena u fejn?", "Huwa possibbli li jkun hemm bini bħal dan f'kull lokal?", "11/02/97", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Fil-preżent l-Awtorita' tad-Djar għaddejja b'xogħol ta' bini ta' \"maisonettes\" f'Għawdex kif ġej:", "LOKAL NUMRU TA' MAISONETTES", "Kercem 2 Qala (Ta'Kassia) 20 Xaghra (Dun Anton) 2 Victoria (Tal-Far) 2", "26", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "GOZO CHANNEL - NOLLIJIET", "W1.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT: staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa fejn il-Gvern preċedenti kien iddeċieda li jgħolli n-noll tal-Gozo Channel wara l-elezzjoni ġenerali?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li bejn Diċembru ta' l-1995 u Jannar ta' l-1996 saru preżentazzjonijiet fuq il-proġett u fuq l- iffinanzjar tiegħu mill-Bord tal-Gozo Channel.", "Għal dawn il-laqgħat kienu preżenti sew il-Ministru tal-Finanzi kif ukoll il-Ministru ta' Għawdex.", "Dan joħroġ mill-minuti tal-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel fejn ma hemm l-ebda ndikazzjoni li l-Ministri msemmija xi darba oġġezzjonaw għall-mod kif il-financial projections kienu ppremjati fuq żieda fin-nollijiet.", "GOZO CHANNEL - NOLLIJIET", "W2.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel qatt ma ltaqa' biex jiddiskuti n-nollijiet il-ġodda tal-Gozo Channel qabel ma tħabbru ż-żidiet?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Le, ma nikkonfermax.", "GOZO CHANNEL - NOLLIJIET", "W3.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tbassar li se ddaħħal aktar il-Gozo Channel wara ż-żidiet fin-nollijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm il- Gvern mistenni li jħallas iktar f'sussidju lil setturi differenti u kif maqsumin?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Kif jaf sewwa l-Onor.", "Interpellant, it-tariffi ġew riveduti wara diskussjonijiet li saru mal-partijiet konċernati.", "L- informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar.", "ENEMALTA - PREZZIJIET", "W4.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Peress li l- Korporazzjoni Enemalta minn dejjem awtorizzat il-bejgħ ta' \"petrol\" u \"diesel\" bi prezz ftit ogħla f'Għawdex milli f'Malta sabiex l-ispejjeż addizzjonali tal-ġarr mid-distributuri jiġu koperti, jista' l-Ministru jgħid jekk wara ż-żieda fin-nolijiet tal-Gozo Channel hijiex se tawtorizza żieda fil-prezzijiet ta' bejgħ tal-\"petrol\" u \"diesel\" f'Għawdex biex il- piż jerfgħu l-konsumatur jew huwiex se jitlob li l-piż addizzjonali jinżamm mid-distributuri?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li t-tagħrif li għandu huwa ħażin, għax il-petrol, id-diesel u l-pitrolju u kull prodott tal- pitrolju ieħor li tbigħ l-Enemalta għandu l-istess prezz kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex għax jaqgħu taħt l-istess price order.", "Għalhekk l-assunzjoni li qiegħed jagħmel l-Onor.", "Membru ma treġix.", "BIEDJA - SUSSIDJU", "W5.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li l-prodott agrikolu tal-bdiewa Għawdxin igawdu mis-sussidju fuq l- ispejjeż tat-trasport li l-bdiewa jkollhom biex iġibu lejn Malta, jista' l- Ministru jgħid jekk din hijiex l-intenzjoni tiegħu li jżid is-sussidju wara ż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan is-sussidju ma' jaqax taħt il-Vot tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "MDC - SUSSIDJU", "W6.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: In vista li ż-żidiet fin-nol tal-Gozo Channel laqtu wkoll merkanzija ta' fabbriki tal-manifattura f'Għawdex li għandhom sussidju mill-MDC għall- ispejjeż ta' trasport, jista' l-Ministru jgħid jekk l-MDC huwiex se jżid is- sussidju lil dawn il-fabbriki?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Is-sussidju mogħti mill-MDC għall-ispejjeż ta' trasport ta' merkanzija ta' fabbriki tal-manifattura f'Għawdex se jiżdied skond iż-żidiet tal-Gozo Channel.", "GOZO CHANNEL - NOLLIJIET", "W7.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel tfissirx wkoll żieda fiċ-\"chartering\" tal-vapuri tagħha u b'mod partikolari fil-ġarr ta' \"fuels\" lejn Għawdex?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li għadu kmieni biex tiġi kkonsidrata rata taċ-Chartering tal-vapuri, partikolarment fil-ġarr tal- fuels.", "GOZO CHANNEL - NOLLIJIET", "W9.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u kemm huma n-nollijiet tal-Gozo Channel għall-vetturi kummerċjali wara li seħħew żidiet ta' dan l-aħħar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-avviż legali numru 30 ta' l-1981, 13 ta' l-1997 u 22 ta' l-1997?", "BIEDJA - SUSSIDJU", "W10.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju lill-bdiewa Għawdxin fl-1996 għat-trasport bejn Malta u Għawdex tal-prodott agrikolu tagħhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan is-sussidju ma jaqax taħt il-Vot tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "INTRAPRIŻI - SUSSIDJU", "W11.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fl-intrapriżi stabbiliti f'Għawdex fl-1996 għat-trasport bejn Malta u Għawdex ta' merkanzija manifatturata minnhom?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fl-1996 l-ammont ta' sussidju fl-intrapriżi stabbiliti f'Għawdex għat-trasport bejn Malta u Għawdex ta' merkanzija manifatturata minnhom kien ta' Lm56,626.27.", "ĦADDIEMA/STUDENTI - SUSSIDJU", "W12.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas sussidju lill-ħaddiema tal-Gvern u lill- istudenti Għawdxin fl-1996 għat-trasport tagħhom bejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-sussidju li thallas lill-haddiema tal-Gvern u lill- istudenti Ghawdxin fl-1996 ghat-trasport taghhom bejn Malta u Ghawdex jammonta ghal Lm 39,132.640.", "GOZO CHANNEL - SHAREHOLDINGS", "W13.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex l-intenzjoni tal-Gvern li jixtri l- ishma tax-Shareholders privati fil-Gozo Channel? 05/02/97 ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2756.", "Nista' nikkonferma żgur li l-Gvern preċedenti ntrabat, lejliet l- elezzjoni ġenerali li jidħol f'kuntratt ta' xiri ta' l-ishma tal-privat bi prezz li ma kienx jirrifletti f'pożizzjoni finanzjarja kerha tal- Kumpannija.", "Inħalli f'idejn il-poplu jiġġudika jekk kienx hemm etika fl-azzjoni li ħa l-Gvern ta' qabel proprjament lejliet l-elezzjoni.", "GĦAWDEX - GRTU", "W14.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għaliex la hu u lanqas rappreżentant tiegħu ma attendew laqgħa tal-GRTU għall-operaturi kummerċjali Għawdxin milquta miż- żidiet fin-nolijiet tal-Gozo Channel u li nżammet il-Ġimgħa, 31 ta' Jannar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta kien iż- żmien opportun il-Gvern ma qagħadx lura milli jiltaqa' mal-G.R.T.U. u l- operaturi kummerċjali Għawdxin fi ħdan il-G.R.T.U..", "Ir-riżultati pożittivi ta' dawn il-laqgħat illum jafhom il-poplu kollu.", "GĦAWDEX - GRTU", "W15.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Rigward il-laqgħa li l-\"Gozo University Group\" u l-GRTU għamlu nhar il-Ħadd 2 ta' Frar għall- Għawdxin milquta biż-żidiet fin-noll tal-vapuri, ma jidhirlux l-Prim Ministru li kellu jkun preżenti l-Onor.", "Segretarju Parlamentari għal Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fl-istess ħin tal-bidu tal-laqgħa, Dr Anton Refalo kien impenjat bi programm fuq ir-Radio Calypso.", "Floku kien hemm il- Ministru tal-Kummerċ.", "Malli spiċċa l-programm fuq ir-radio, Dr Refalo attenda għall-kumplament tal-laqgħa.", "PATRIJOTTI MALTIN - QIMA", "W16.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2727 u t- tweġiba mogħtija dwar li għandha ssir tifkira tal-patrijotti Maltin li taw ħajjithom għall-pajjiżhom (fis-snin 1798-1800), ma jidhirlux il-Ministru li Malta u Għawdex għandhom biżżejjed riżorsi biex jagħtu qima lil dawk li mietu għalihom u li drabi jintnesew fid-daħna ta' petrol u diesel tal- karozzi li jipparkjaw quddiem il-Palazz tal-Belt, proprju fil-post fejn għadd ta' Maltin ġew iffaċilitati u minkejja t-tortura ma biegħux lil ħuthom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministeru jkun grat jekk l-Onor.", "Interpellant jgħaddi s-suġġerimenti tiegħu dwar kif għandhom jingħataw il-qima mistħoqqa l-patrijotti Maltin fis-snin 1798-1800.", "PULIZIJA - SERQ TA' ILMA", "W17.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa l-Kummissarju tal-Pulizija fuq serq ta' ilma mxandar f'paġna 9 tal-ġurnal \"KullĦadd\" tat-18.09.94 u rapportat lid-Duty Officer l-ispettur Ronald Cilia fl-istess ġurnata?", "Għaliex ma saritx inkjesta maġisterjali kif suppost li jsir f'dawn il-każijiet?", "Għaliex għadhom ma ttieħdux passi kriminali meta dan ir-reat hemm piena ta' tliet snin priġunerija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi, f'dan il-każ ittieħdu proċeduri Kriminali li ġew deċiżi fis-6 ta' Frar 1997, fejn l-akkużat ma nstabx ħati.", "PEMBROKE - KWALITA' TA' ILMA", "W18.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kwalita' ta' l- ilma, għallinqas fit-togħma ħżienet ħafna f'dawn l-aħħar xhur fin-naħat ta' Pembroke?", "Jaf il-Ministru li tant hu ħażin, li salesmen tar-Reverse Osmosis għad-djar għandhom business tajjeb?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li l-provvista ta' l-ilma li titqassam f'Pembroke hija diretta mill-impjant tar-\"Reverse Osmosis\" li jinstab f'din l-istess lokalita' u għalhekk ma hemmx raġuni għala t-togħma ta' l-ilma għandha teħżien.", "Il- kwalita' ta' l-ilma hija ta' livell għoli u m'hemm l-ebda raġuni li l- konsumatur jkun imħajjar li jinstalla \"Reverse Osmosis\" domestiku fid-dar.", "Il-bejgħ ta' impjanti ta' \"Reverse Osmosis\" imur kontra l-liġi kif jidher fl-att ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (Att XXIII/1991).", "Il-Korporazzjoni qed tagħmel kull sforz biex tassigura li l- kwalita' ta' l-ilma tkun bilanċjata fis-sistema tad-distribuzzjoni f'Malta u Għawdex.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każ fejn il-kwalita' ta' l-ilma ħżienet hu mitlub jagħti l-informazzjoni dettaljata ħalli l-każ jiġi nvestigat.", "WSC - BDIL TA' METERS", "W19.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il meter biddlet il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul l-1995 u l-1996, sena b'sena?", "Kemm hu ppjanat li jinbidlu matul din is-sena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul is-snin 1995 u 1996 biddlet 65,685 meters.", "Dawn huma maqsuma kif ġejjin:- 1995 53,419 1996 12,266 L-iskop ta' dan ix-xogħol kien li jinbidlu l-meters li kellhom 'il fuq minn 20 sena.", "Fil-fatt dawn it-tip ta' meters inbidlu kollha u bħalissa qed tiġi studjata policy ġdida tal-bdil tal-meters.", "BANEK - LOHOMBUS - AVUKATI", "W20.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar tbidlu sebgħa avukati li kienu jidhru għal Lohombus Corporation fuq kuntratti ta' self?", "Jista' jikkonferma wkoll li dawn tbidlu b'avukati oħra li wħud minnhom qabel kienu diġa' avukati tal-Lohombus?", "Jista' jikkonferma wkoll li fost l-avukati l-ġodda hemm id- Deputy Leader tal-Partit Laburista, u kif ukoll Dr. Pawlu Lia li diġa' ġie nominat f'diversi bordijiet, kummissjonijiet u nħatar ukoll legal advisor ta' diversi kumpanniji?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kriterji li ntużaw kienu ta' first in, first out u ġie għal kollox injorat il-kriterju ta' effiċjenza u kapaċita'?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nikkonferma li saru tibdiliet fil-lista ta' l- avukati tal-Lohombus Corporation.", "Biex ikun hemm id-dettalji kollha ta' min kien hemm, kemm ilu, u min daħal qed nehmeż il-lista sħiħa ma' din it- tweġiba.", "Irrid inżid fil-każ ta' l-avukat H. Vassallo, huwa għandu jkun offrut li jkun konsulent tal-Korporazzjoni.", "Ma sarx dan sa ma tajt it-tweġiba għax kien imsiefer.", "Dwar ir-riferenzi personali li għażel li jagħmel l-Onor.", "Sinjur dwar tnejn mill-avukati, naħseb li aħjar ma nweġibx bit-ton tiegħu u b'eżempji simili.", "|Lawyer |Date of|Date of| | |Appoint|Termina| | |ment |tion | |Woods Dr Edward |29/06/8|10/02/9| |LLD |4 |7 | |Vassallo Dr Harry|15/05/8|10/02/9| |LLD |7 |7 | |(Consultant | | | |Co-ordinator | | | |Lawyer) | | | |Debono Dr Edward |17/06/8|10/02/9| |LLD |7 |7 | |Fenech Adami Dr |17/06/8|10/02/9| |Ethelbert LLD |7 |7 | |Mifsud Dr Melvyn |17/06/8|10/02/9| |LLD |7 |7 | |Sammut Dr Austin |17/06/8|10/02/9| |LLD |7 |7 | |Tortell Dr Simon |17/06/8|10/02/9| |LLD |7 |7 | |Fenech Adami Dr |02/02/8| | |Raphael LLD |8 | | |Galea Debono Dr |02/02/8| | |Richard LLD |8 | | |Micallef Stafrace|02/02/8| | |Dr Simon LLD |8 | | |Meilak Dr Stefan |01/02/8| | |LLD |9 | | |Bonello Dr Rachel|10/04/8| | |LLD |9 | | |Galea Salomone Dr|28/01/9| | |Arthur LLD |2 | | |Schembri Orland |30/06/9| | |Dr Lorraine LLD |2 | | |Sladden Dr |02/05/9| | |Richard LLD |6 | | |Abela Dr George |11/02/9| | |LLD |7 | | |Abela Dr Thomas |11/02/9| | |LLD |7 | | |Azzopardi Dr |11/02/9| | |Joseph LLD |7 | | |Borg Dr Reno LLD |11/02/9| | | |7 | | |Cilia Dr |11/02/9| | |Christopher LLD |7 | | |Lia Dr Pawlu LLD |11/02/9| | | |7 | | |Sammut Dr Joseph |11/02/9| | |LLD |7 | |", "Gozo Lawyer |Grech Dr Alfred |17/09/87 | |LLD | | |Scerri Dr Mario |01/08/96 | |LLD | |", "ŻEJTUN - PLAYING FIELD", "W21.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi ż-zona ta' madwar il-Ġibjun ta' Ġebel San Martin, fiż-Żejtun u l-ġnien biswit kienu identifikati bħala sit għall- playing field, x'għajnuna hemm ipproġettata li tingħata mis-Segretarjat taż- Żgħażagħ u Sport biex jintlaħaq dan il-għan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarjat taż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti m'għandu quddiemu l-ebda talba għall-għajnuna dwar is-sit indikat mill- Onor. Interpellant.", "ŻEJTUN - TRIQ BORMLA - XOGĦLIJIET", "W22.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi Triq Bormla, fiż-Żejtun kienet inbniet fuq barriera u niżlet b'inkonvenjent enormi kull meta tagħmel daqsxejn xita, jista' l-Ministru jara li tingħata l-attenzjoni meħtieġa biex dan ix-xogħol isir?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Diġa' tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat- Toroq sabiex isewwi l-ħsara f'din it-triq.", "ŻEJTUN - XOGĦLIJIET", "W23.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Il-village core tar-raħal taż-Żejtun għandu ħafna problemi ta' traffiku li jistgħu jiġu riżolti billi titkompla r-ring road ta' madwar it-toroq ċentrali.", "Din ir-ring road, li tieqaf fi Triq Falkunier fuq naħa waħda u Triq E. Attard Bezzina fuq in-naħa l-oħra, jonqosha xi 700 metru ta' wied u allura tippreżenta xi diffikultajiet tekniċi.", "Billi nifhem li llum il-ġurnata hemm tali diffikultajiet fuq medda ta' 700 metru, ma jidhirlux il-Ministru li għallinqas ix-xogħol fuq 130 metru minnha għandhom jitkomplew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-parti tar-ring road bejn Triq il-Falkunier u Triq E. Attard Bezzina ma għadiex tifforma parti miż-zona ta' żvilupp ta' dan il-lokal u għalhekk mingħajr approvazzjoni mill-Awtorita' l-Iżvilupp din ma tistax tinbena.", "Min-naħa tat-Triq E. Attard Bezzina id-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu passi biex tittieħed art mingħand il-Joint Office sabiex tkun tista' tinfetaħ din il-parti tat-triq li tagħti għal żvilupp li sar wara l-knisja ta' San Klement.", "SKEJJEL - CARLO DIACONO", "W24.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għaż-zoni arkeoloġiċi fil-grounds ta' l- iSkola Carlo Diacono, fiż-Żejtun, jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti qed isiru mad-Dipartiment tal-Mużewijiet biex dawn il-fdalijiet jiġu organizzati?", "Mill-banda l-oħra, jista' l-Ministru jikkonsidra li dik il- parti fejn m'hemmx fdalijiet tiġi żviluppata għall-ħteġijiet tal-Liceo kif qed titlob il-Kap ta' l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall- mistoqsija parlamentari numru 2372.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proposta tal-Kap ta' l-iSkola qed tiġi kkonsidrata."]} {"filename": "19980602_223d_par.doc", "date": "1998-06-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 223 It-Tlieta, 2 ta' Ġunju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 223", "It-Tlieta, 2 ta' Ġunju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "223", "It-Tlieta, 2 ta' Ġunju, 1998", "WERREJ MINUTI 108", "KUNSENS GĦAL ATTI 108", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 108", "TQEGĦID TA' KARTI 115", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JITWAQQAF KUNSILL REĠJONALI GĦAL GĦAWDEX", "(L-EWWEL QARI) 117", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-QORTI TAL-FAMILJA (L-EWWEL QARI) 117", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS PERSUNI B'DIŻABILITA`", "(L-EWWEL QARI) 118", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA'", "RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LILL-PORT COTTONERA LIMITED 118", "AĠĠORNAMENT 141", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 148", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 174", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 222 li saret fit-27 ta' Mejju, 1998 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XIII ta' l-1998 - Att ta' l-1998 dwar Self Lokali.", "Nixtieq ninforma lill-Kamra wkoll li s-Sedja rċeviet rapport dwar id- deċiżjonijiet tal-President tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, u skond artiklu 10 ta' l-Att dwar it-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Nru 2 ta' l-Uffiċċju tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għas-sitt xhur bejn it-2 ta' Diċembru 1997 u l-1 ta' Ġunju 1998.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ŻEBBUĠ - KWALITA' TA' ILMA", "14306.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dwar l-istqarrija li ħareġ il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ rigward il-kwalita' ta' l-ilma li qed tiġi kkonsmata f'dan il-lokal?", "X'kienet id-data li fiha l-kunsill lokali ġibed l-attenzjoni tal- korporazzjoni għall-ewwel darba dwar il-kwalita' ta' l-ilma f'Ħaż-Żebbuġ?", "X'passi ħadet il-korporazzjoni minn dik id-data?", "Minn kemm-il lokalita' residenzjali qegħdin jittieħdu l-kampjuni ta' l- ilma għal testijiet fil-korporazzjoni?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tal-kampjun ta' l-ilma minn Ħaż-Żebbuġ f'dawn l-aħħar disa' xhur?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant", "PROĠETTI ĠODDA", "14357.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11314, 12628 u 13387 kollha magħmula minni bħala reminders, jista' l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll) (f'isem il-Ministru ta' l- Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ZONA TA' KUMMERĊ ĦIELES MA L-UNJONI EWROPEA", "14687.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli biex jara jaqbilx għall-ministeru tiegħu, għall-korporazzjoni jew għall-entita' pubblika konċernata li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles biss ma' l-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Fl-implimentazzjoni tal-politika tiegħu għal ħolqien ta' relazzjoni speċjali bejn Malta u l-Unjoni Ewropea bbażata fuq zona ta' kummerċ industrijali ħieles u kooperazzjoni fl-oqsma tal-politika, tas-sigurta' u oqsma oħra, il-Gvern miexi fuq l-għarfien li din il-politika tpoġġi quddiem pajjiżna sfidi li jgħoddu għaċ-ċirkostanzi tagħna b'bilanċ pożittiv bejn benefiċċji u żvantaġġi li toroq oħra, bħal sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea, ma jipprovdux.", "Dan l-għarfien jgħodd għaċ-ċirkostanzi attwali tagħna u fuq futur prevedibbli.", "F'kull qasam ta' ħidma, il-ministeri, id-dipartimenti u l-korpi parastatali tal-gvern huma mistennija li jibqgħu japprofondixxu d- direzzjoni tagħhom skond din il-politika u skond bidliet li jistgħu jiġru fiċ-ċirkostanzi kemm f'Malta u kemm fl-Unjoni Ewropea.", "F'dan is-sens l- evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika li miexi biha l-Gvern huma proċess kontinwu li ma jistax u m'għandux jiġi marbut ċoff f'xi studju partikolari settorali li wara jitqies bħala xi Bibbja.", "Jidher li bl-aħjar interpretazzjoni ta' x'kien jagħmel il-Gvern Nazzjonalista preċedenti fi żmienu, din kienet ukoll il-metodoloġija addottata minnu fir-rigward tal- politika li dak il-Gvern kien qed isegwi lejn l-Unjoni Ewropea, jiġifieri sħubija sħiħa.", "Ma nstabu l-ebda studji dipartimentali jew settorali tat- tip li qed jindika l-Onor.", "Membru ta' l-effetti ta' sħubija sħiħa ħlief wieħed proviżorju fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin li sempliċement elenka l-bidliet li riedu jsiru u ħabbar problemi kbar għall-biedja u l- industrija bit-triq ta' sħubija sħiħa.", "Ta' min jgħid li l-bidliet u l- isfidi li rridu niffaċċjaw bl-għażla ta' zona ta' kummerċ ħieles huma ħafna aktar iffokati u ristretti mill-bidliet u problemi mifruxa u wiesgħa li jirriżultaw mill-għażla ta' sħubija sħiħa.", "B'hekk inqas dipartimenti u korpi governattivi huma affettwati b'mod sinifikattiv bit-triq preżenti milli kien jiġri b'politika differenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE BORG: Jiġifieri l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li s'issa ma sar l-ebda studju dwar l-effett taz-zona ta' kummerċ ħieles fuq il- ministeru tiegħu in partikolari?", "Qed nirriferi għall-ministeru tiegħu partikolarment minħabba li d-domanda kienet immirata direttament lejn il- ministeru tiegħu, għalkemm meta għamilt l-istess mistoqsija lil ministeri oħrajn kien hemm għadd minnhom li għamlu riferenza għar-risposta tiegħu wkoll.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien fl-ebda ħin m'għedt li ma sar l- ebda studju imma għedt biss li l-ebda studju mill-ħafna studji li jsiru m'għandu jitqies bħala xi Bibbja u li wieħed għandu jieħu l-input kollu ta' l-istudji u l-konsultazzjonijiet li jsiru biex imbagħad iħaddimhom fil- politika li jkun qed jipprova jiżviluppa.", "Jiġifieri jien m'għedtx li ma sarux studji, anzi għedt li jsiru ħafna studji u konsultazzjonijiet, pero' mbagħad wieħed għandu jieħu dak li jidhirlu l-aħjar biex jimplimentah.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: GĦandi nifhem li fost affarijiet oħrajn, il-Viċi Prim Ministru qed jagħmel riferenza għall-istudju li kien sar fi żmien l- Amministrazzjoni Nazzjonalista, jiġifieri l-PACMAN, li kien jagħmel analiżi ta' l-effett tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea fuq is-settur ta' l-ekonomija u fuq is-setturi l-oħra ta' pajjiżna.", "Jista' għallinqas il-Viċi Prim Ministru jikkonfermali jekk sarx xi studju li huwa kompilat daqskemm kien il-PACMAN f'dak li għandu x'jaqsam maz-zona ta' kummerċ ħieles?", "Għax fl- aħħar mill-aħħar dan l-istudju, il-PACMAN kien tlesta meta aħna konna għadna lanqas biss bdejna n-negozjati.", "Allura llum, li wasalna biex nibdew niddiskutu z-zona ta' kummerċ ħieles, saret xi forma ta' pjan studjat, bħalma kien il-PACMAN, f'dak li għandu x'jaqsam ma' zona ta' kummerċ ħieles?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien ma kellix f'moħħi l-istudju PACMAN, pero' ġaladarba l-Onor.", "Interpellant qed isemmih ta' min jgħid li mill-istudju PACMAN ħadna in konsiderazzjoni ċerti aspetti negattivi li joħorġu minnu.", "Fil-fatt jien kont qed nirriferi għall-istudji li saru mid- Direttorat ta' l-EU, li wieħed mill-membri tiegħu kien l-istess Onor. Joe Borg.", "Ikun interessanti li wieħed jgħid li dawn l-istudji kienu ntbagħtu lill-ministru ta' dak iż-żmien taħt cover konfidenzjali ħafna għax dawn l- istudji tant kellhom riżultati negattivi li l-Onor.", "Joe Borg ħass li m'għandhomx joħorġu fil-pubbliku.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Billi l-Viċi Prim Ministru qed jagħmel din ir-riferenza, jista', jekk jogħġbu, meta jkollu ċ-ċans, iqiegħed kopja ta' dawn l-istudji kollha li qed jagħmel riferenza għalihom, inkluż l-istudju PACMAN, fuq il- Mejda tal-Kamra ġaladarba dan jinsab fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien kont nistenna li ġaladarba l- istudju PACMAN sar fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kellu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta kienu fil-gvern huma.", "Fil-fatt l- istudju PACMAN huwa dokument li għandu r-rilevanza tiegħu u huwa tajjeb li xi kultant wieħed jittawwallu ftit ħalli jkun jaf kif kien jaħdem il-moħħ ta' l-Amministrazzjoni preċedenti.", "Pero' ma nħossx li dan id-dokument għandi nqiegħdu jien fuq il-Mejda tal-Kamra la ma qiegħdux il-Gvern preċedenti u m'huwiex xogħol ikkummissjonat minna.", "Imma jekk min-naħa l- oħra l-Onor.", "Borg jixtieq li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawk in-noti li hu kien jibgħat lill-ministru ta' qabli, jien inqegħedhom bil-qalb kollha ħalli filwaqt li l-press tkun taf eżattament għal xiex kont qed nirriferi waqt id-diskorsi tal-budget, fl-istess ħin il-Membri ta' l- Oppożizzjoni ma jkunux jistgħu jmeruni iktar f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Jekk il-Viċi Prim Ministru jrid ikun silettiv u jagħżel xi jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, affari tiegħu, pero' jien qed nistiednu biex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha, inkluż id-dokument PACMAN, li sar fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, għall-Gvern l-interessi tal-pajjiż jiġu l-ewwel u qabel kollox u għalhekk ma nħossx li huwa għaqli li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra għall-kurżita' ta' kull min ikun irid jarahom dokumenti li għadu qed isir xogħol fuqhom u li għadhom il-bażi ta' diversi diskussjonijiet.", "Meta mbagħad jitlesta x-xogħol kollu fuqhom u dawn id-dokumenti, biex ngħid hekk, ikollhom valur purament storiku, ikunu jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra għal record purposes.", "Pero', kif jaf il-kollega tiegħi, xejn m'hu għaqli li wieħed iqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra dokumenti li jkunu qed isiru negozjati fuqhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Qed nifhem sew li l- Viċi Prim Ministru qed jgħid li n-negozjati tal-Gvern preżenti qed isiru abbażi tad-dokumenti li kienu ġew ippreparati mill-Amministrazzjoni preċedenti?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, ir-risposta għal din il-mistoqsija hija qasira ħafna: Allaħares!", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Imma allura x'diffikulta' qed isib il-Viċi Prim Ministru biex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li ġew ippreparati mill-Gvern preċedenti rigward il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?", "Qed ngħid dan għax, jekk fhimtu sew, il- Viċi Prim Ministru qal li huwa ma jħossx li għandu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li jkunu qed isiru negozjati fuqhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jekk jogħġbok ippermettili nistaqsi lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni x'żammu milli jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d- dokument dwar il-PACMAN u għaliex issa qed jistenna lil dan il-Gvern iqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra hu.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, ġaladarba l-Viċi Prim Ministru għoġbu jagħmilli domanda jien lest li nirrispondih.", "Aħna ma konniex qegħidna dak id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra għax fi żmienna dan kien għadu qed iservi bħala l-bażi tad-diskussjonijiet, tal-preparazzjoni u tan- negozjati li kienu għad iridu jibdew.", "Pero' l-Gvern preżenti għażel politika differenti; il-politika ta' kummerċ ħieles, u minn dak li qal il- Viċi Prim Ministru jidher li dan il-Gvern m'għamel ebda studji li fuqhom ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Point of order!", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, mhux sew li nkomplu nibnu fuq il- premessa żbaljata li jrid jinterpreta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien diġa' għedt lill-Onor.", "Joe Borg li qatt m'għedt li ma sar l-ebda studju, imma l- Kap ta' l-Oppożizzjoni, bl-istil tiegħu tas-soltu, qed jerġa' jqum u jirripeti xi ħaġa li jien, min-naħa tiegħi, diġa' ċħadt.", "MADAM SPEAKER: Onor. Fenech Adami, tista' tkompli tagħmel il-mistoqsija tiegħek.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jien li qed ngħid hu li kien hemm studji, partikolarment il-PACMAN, li meta kont prim ministru kemm-il darba kont laqqajt lill-ministri u lid-dipartimenti biex jiddiskutu l- kontenut tagħhom.", "Anzi nibda biex ngħid li l-PACMAN huwa analiżi dettaljata tal-policies kollha li hemm fl-Unjoni Ewropea u permezz tiegħu wieħed seta' jipprepara ruħu għan-negozjati li kienu se jsiru.", "Allura hawn lill-Viċi Prim Ministru nerġa' nistaqsih: Saru xi eżerċizzji simili minn dan il-Gvern bi preparazzjoni għad-diskussjonijiet li għad iridu jibdew dwar zona ta' kummerċ ħieles?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax dan it- tagħrif huwa ta' interess għal din il-Kamra li għadha ma spiċċatx dibattitu dwar il-politika tal-Gvern, li jrid konferma tal-politika dwar kummerċ ħieles u n-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed tgħid li bla preġudizzju l-gvern għandu jeżamina ż-żewġ alternattivi biex jara x'jaqbel.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, għadni kemm irrispondejt l-istess mistoqsija mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Borg.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qiegħed hawnhekk u naħseb li semagħni.", "M'għandix x'inżid ma' dak li diġa` għedt.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Proprju għaliex smajtu u ma fhimtx ir-risposta qiegħed ninsisti li ning]ata risposta.", "Jien se nerġa' nirripeti d- domanda.", "Saru studji bi preparazzjoni għan-negozjati jew le?", "U jekk saru, il-Viċi Prim Ministru jsib diffikulta` li jpoġġihom fuq il-Mejda tal- Kamra?", "Huwa utili li jkunu fuq il-Mejda tal-Kamra għax il-Kamra għad għandha quddiemha item ta' l-aġenda fuq dan il-punt.", "U l-Kamra għad trid tiddeċiedi jekk taqbilx ma' l-emenda proposta mill-Prim Ministru dwar politika ta' kummerċ ħieles, inkella l-proposta magħmula min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, li bla preġudizzju, tenendo conto il-mandat li għandu dan il- gvern stess, il-Prim Ministru jkun jista' jiddikjara lill-Kamra r-riżultat ta' approfondiment tal-kwestjoni kollha.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, m'għandix x'inżid ma' dak li għedt.", "Nitlob biss ftit paċenzja min-naħa l-oħra biex jistennew ir-riżultati.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma naħsibx li din hi materja żgħira din.", "Nixtieq inkun naf għal liema riżultati qed jirriferi, jekk hux ir-riżultati tad-dibattitu li jidher fuq l-aġenda u se jiġi konkluż?", "Jekk inhu hekk, nistennew.", "Imma jekk mhux hekk, jgħidli xi jrid ifisser biha.", "Għandna item fuq l-aġenda fejn qed ngħidu li hemm żewġ mozzjonijiet quddiem din il- Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa rilevanti.", "MADAM SPEAKER: Onor. Fenech Adami, jekk għandek mistoqsija ejja għaliha.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-risposta tal-Viċi Prim Ministru tfisser li rridu nistennew ir-riżultat tal-vot fuq dawk il-mozzjonijiet li l-Kamra għandha quddiemha?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inkun ċar.", "Nistennew ir-riżultati tad- diskussjonijiet li qed isiru ma' l-Unjoni Ewropea, liema diskussjonijiet nispera li jagħtu frott ħafna iktar malajr mill-attentati bla riżultati li kien qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta kien fil-gvern.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fid-dokumenti ppubblikati, partikolarment wara l-laqgħa tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni, jidher ċar li min-naħa ta' l- Unjoni Ewropea qed jgħidu li l-ewwel diskussjonijiet iridu jsiru dwar ir- riforma fis-sistema tat-taxxa, b'mod partikolari t-taxxa introdotta fl-1 ta' Lulju tas-sena l-oħra li l-Kummissjoni jidher li qiegħda tpoġġiha bħala kondizzjoni biex jinfetħu n-negozjati dwar zona ta' kummerċ ħieles.", "Il- kliem użat fid-dokumenti tal-Kunsill huma ċari, li jrid ikun hemm terminu preċiż u qbil minn qabel dwar riforma tas-sistema tat-taxxa li ddaħħlet is- sena l-oħra f'pajjiżna.", "Il-Viċi Prim Ministru qed jgħid li bdew in- negozjati dwar reviżjoni tat-taxxa tas-sisa?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu kull dritt għall-interpretazzjoni tiegħu ta' kwalunkwe dokument li jiġi f'idejh.", "Li qed ngħid jiena huwa li d-diskussjonijiet se jibdew uffiċjalment meta tiġi Malta delegazzjoni mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju.", "Pero' nista' ngħid li d-diskussjonijiet, it-taħdidiet, l-intendimenti u x'nifhmu bid-dokument, saru qabel ma sar id-dokument u għadu jinżamm bħala bażi għad-diskussjonijiet li għad iridu jsiru.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjaċini ninsisti, pero' l-materja hija gravi u importanti ħafna.", "Meta l-Viċi Prim Ministru qed jirriferi għall- ftuħ tad-diskussjonijiet, jiena nifhem li l-pożizzjoni hija li d- diskussjonijiet jinfetħu wara li l-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tibda d-diskussjonijiet.", "Dan il-mandat għadu ma ngħatax u allura ma nafux meta se jibdew dawn in- negozjati.", "Il-fatt li jkun hawn delegazzjoni ta' tekniċi ma jfissirx li nfetħu n-negozjati.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid li nkunu simpliċisti u nispjegaw eżatt.", "Iva, sar ftehim fil-Kunsill ta' l- Assoċjazzjoni u jrid ikun hemm diskussjonijiet ħalli dan jiġi ċċarat iktar u anke jiġi maqbul it-timeframe li fih iridu jsiru n-negozjati.", "Diġa' għidt u nerġa' nirripeti biex ninforma lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li huwa previst li sa Settembru jkunu saru l-aħħar rakkmandazzjonijiet lill- Kunsill li mbagħad ikun jrid jagħti mandat lill-Kummissjoni biex jinfetħu n- negozjati proprja ħalli mbagħad nimxu biex naslu għal free trade area.", "Din il-verżjoni m'għandix għalfejn noqgħod nispjegaha għax ċert li jafha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, smajna diversi drabi li wħud mis- setturi ta' l-ekonomija Maltija se jiġu esklużi mill-ftehim ta' free trade area.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna liema setturi se jiġu speċifikament esklużi u minn fejn jirriżulta li dawn is-setturi, b'mod partikolari l-biedja u s-sajd, se jiġu esklużi?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, diġa` għedt li qegħdin fi proċess li nagħmlu l-istudji li hemm bżonn; li nifformolaw il-policies tagħna u fil- mument opportun nagħmlu dawk in-negozjati li jidhrilna li għandna nagħmlu fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Meta jasal iż-żmien u meta jkun il-mument opportun nispjegaw eżatt x'akkwistajna u x'qed nipprovaw nakkwistaw.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiġifieri d-dikjarazzjonijiet kollha li saru sal-lum li l-biedja u s-sajd huma esklużi minn dan il-ftehim ta' free trade area mhumiex minnhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, dawn huma allegazzjonijiet li l-Onor. kollega għandu dritt jassumi.", "Jiena nerġa' nirripeti li qegħdin f'fażi li deħlin f'negozjati u mhux fl-interess tan-negozjati tan-naħa tal-Gvern li wieħed joqgħod jitkellem fuq x'se jinnegozja bil-quddiem.", "Ħadd ma jagħmel hekk, lanqas il-gvern l-ieħor m'għamel hekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien mhux qed nitlob lill-Ministru jgħidli liema dettalji se jiddiskuti fid-diskussjonijiet li se jkollu dwar il-free trade area.", "Pero' inkun naf preċiżament jekk mid-diskussjonijiet li bdew isiru, l-agrikoltura u s-sajd humiex se jkunu parti integrali mid- diskussjonijiet totali.", "Imbagħad ir-riżultati li nakkwistaw jew nitilfu nkunu nafuhom biss wara d-diskussjonijiet.", "Sal-lum dawn huma parti mid- diskussjonijiet totali.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Li l-agrikoltura u s-sajd ikunu parti mid- diskussjonijiet hija xi ħaġa naturali.", "(Interruzzjonijiet) X'qed iċċapċap?!", "X'fhimt?", "Mhux bilfors iridu jiġu diskussi!", "Madam Speaker, l- agrikoltura u s-sajd huma setturi li se jkunu parti mid-diskussjonijiet.", "Li nista' ngħid huwa li l-gvern se jittratta kull settur, wieħed wieħed, fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.ĊENSU GALEA: Madam Speaker, mhux biex nirripeti d-domanda, imma dan ifisser li għalissa l-agrikoltura u s-sajd huma parti mid-diskussjonijiet globali li għad iridu jibdew u li m'għandna l-ebda ħjiel li se jiġu esklużi fid-diskussjonijiet tal-bidu?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena naf li l-Prim Ministru qal ripetutament, għal min irid jisma', li l-biedja u s-sajd se jkunu esklużi miz-zona ta' kummerċ ħieles.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, il-Viċi Prim Ministru ma jafx li fid-dikjarazzjonijiet kollha li saru mill-Unjoni Ewropea, inkluż id- dokument iffirmat fil-konklużjoni tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni u inkluż id-diskors espliċitu li sar mill-President Robin Cook, il-Foreign Minister ta' l-Ingilterra, intqal bl-iktar mod espliċitu li z-zona ta' kummerċ ħieles trid tinkludi wkoll l-agrikoltura?", "Naturalment jista' jkun hemm arranġamenti dwar kif japplika dan il-ftehim għall-agrikoltura.", "Imma żgur li l-agrikoltura trid tkun parti miz-zona ta' kummerċ ħieles.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhuwiex eżatt.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk jgħidli li m'iniex eżatt jgħidli fiex m'iniex eżatt.", "Jiena qed ngħidlu li kategorikament u ripetutament lill- Ministru Vella kkomunikawlu li ma jistgħux jeskludu l-biedja miz-zona ta' kummerċ ħieles.", "Dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm xi ftehim partikolari għal xi prodotti tal-biedja.", "U żgur li jkun hemm.", "Imma l- biedja se tkun inkluża u tkun parti mill-ftehim dwar zona ta' kummerċ ħieles.", "Hekk hi l-pożizzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, fil-qosor għax sar il-ħin.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nerġa' nirripeti li jien għedt li l- agrikoltura u s-sajd se jiġu diskussi, pero' għidt ukoll li l-agrikoltura u s-sajd se jkunu esklużi miż-żona ta' kummerċ ħieles.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT(Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "General Public Survey tal-Forzi tal-Pulizija ta' Malta li sar mill- Management Efficiency Unit maħruġ f'Mejju 1998;", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14054;", "Tabella li turi l-għadd ta' reati ta' serq minn vetturi u bċejjeċ tal- baħar, serq ta' vetturi u ta' bċejjeċ tal-baħar u serq rurali rapportati lill-Pulizija bejn Ottubru 1997 u April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14859;", "Tabella li turi l-għadd ta' każijiet ta' serq minn karozzi, pick- pocketing u snatch and grab rapportati lill-Pulizija bejn Awissu ta' l- 1997 u April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14861;", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li mietu jew korrew kawża ta' inċidenti tat-traffiku bejn Lulju 1997 u April 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14862;", "Tabella li turi l-għadd ta' press statements maħruġa mill-Pulizija dwar twettiq ta' reati serji bejn Ottubru 1997 u April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14864;", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali ta' l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman għas-sena 1997 skond artiklu 29 subartiklu (1) ta' l-Att ta' l-1995 dwar l-Ombudsman;", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14053;", "Kopja tad-diskors li r-Rappreżentant Permanenti għal Malta fil-Ġnus Magħquda, l-Ambaxxatur Saviour Borg għamel fil-konferenza dwar climate change li saret fi Kyoto fil-Ġappun f'Diċembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14742;", "Kopja tad-diskors magħmul mill-Ambaxxatur Vincent Camilleri waqt il- laqgħa plenarja tal-Bord Eżekuttiv tal-UNESCO li saret fit-28 ta' April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14744; u", "Kopja tal-pjanta b'konnessjoni mat-twaħħil ta' traffic lights fir- Rabat, GĦawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14857.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali għall- perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14052.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi f'isem il-Ministru tal- Finanzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Emendi għall-Bye-Laws tal-Borża ta' Malta maħruġa mill-Kunsill ta' l- iStock Exchange ta' Malta skond l-artikolu 8(2) ta' l-Att dwar il- Borża ta' Malta, Kap. 345;", "Tabella li turi n-numru ta' mandati ta' qbid kontra bastimenti maħruġa mill-Qorti bejn l-1995 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14893; u", "Tabella li turi n-numru u l-valur ta' skrataċ għal kaċċa importati bejn l-1996 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14934; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar fabbriki jew siti mogħtija mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp bejn Novembru 1996 u Mejju 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14508.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14055; u", "Tabelli li juru l-klassifika ta' l-eta' ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-Reġistru matul Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14057.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 139 ta' l-1998 – Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 9); u", "Tagħrif dwar units mibnija mill-Gvern bejn l-1987 u l-1998 u mogħtija għall-kiri jew bejgħ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1443.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Jekk jogħġbu, il-Prim Ministru jressaq il-Mozzjoni Nru. 139.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JITWAQQAF KUNSILL REĠJONALI GĦAL GĦAWDEX", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nipproponi L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jitwaqqaf Kunsill Reġjonali għal GĦawdex\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jitwaqqaf Kunsill Reġjonali għal Għawdex\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja, jekk jogħġbu, iressaq il-Mozzjoni Nru. 141.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-QORTI TAL-FAMILJA", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 dwar il-Qorti tal-Familja\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1998 dwar il-Qorti tal-Familja\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, jekk jogħġbu, iressaq il-Mozzjoni Nru. 142.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS PERSUNI B'DIŻABILITA`", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 dwar Oppportunitajiet Indaqs Persuni B'diżabilita`\"", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1998 dwar Opportunitajiet Indaqs Persuni B'diżabilita`\" ikun moqri L-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, jekk jogħġbu, iressaq il-Mozzjoni Nru. 140.", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LILL-PORT COTTONERA LIMITED", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nipproponi din ir-riżoluzzjoni:", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jikkonċedi b'titolu ta' enfitewsi temporanja lill-Port Cottonera Limited il-mollijiet, bini u dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla kif deskritt aħjar fl-abbozz ta' kuntratt imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, għaż-żmien, bil-korrispettiv u taħt il- kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, Kap. 268, li art li tkun proprjeta' tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita 'skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil- ħin tat-trasferiment';", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-mollijiet, il-bini u d-dritt ta' rmiġġ fil- Birgu u l-Isla kif deskritt aħjar fl-abbozz ta' kuntratt li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jiġi mogħti lill-Port Cottonera Limited għall-iskop, il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, meta tela' l-Gvern Laburista ġdid, waħda mill-affarijiet li kont tkellimt fuqhom kienet il-bżonn li l- gvern jagħraf juża b'mod aħjar il-proprjeta` li għandu.", "Il-gvern għandu, bejn wieħed u ieħor, terz tal-proprjeta` li hawn f'pajjiżna, u dan jagħtih potenzjal kbir ta' dħul.", "Allura waħda mill-ewwel affarijiet li għamilna kienet li naraw kif nistgħu, bħala gvern, nutilizzaw il-proprjeta` li għandna biex trendilna l-aħjar possibbli.", "Naturalment dan kollu jrid ikun marbut ma' xogħlijiet li jridu jsiru, li mhux biss iħallu l-aħjar returns finanzjarji lill-gvern, imma fl-istess ħin jagħtu spinta ekonomika u, f'dan il-każ partikolari, jiġġeneraw l-ekonomija ta' parti tal-pajjiż li ħafna jqisuha li hija depressed.", "Kien għalhekk li d-Dipartiment ta' l-Artijiet ħejja diversi policies biex dan ikun jista' jiġi fis-seħħ, u ftit tal-jiem ilu ħabbarna policy li permezz tagħha art tista' tgħaddi lill-intrapriżi kummerċjali, kemm-il darba din l-art ikunu jeħtiġuha għall-espansjoni tagħhom.", "Aħna nħossu li r-rwol tal-gvern f'din l-attivita`għandu jkun rwol ta' facilitator, li permezz ta' inizjattivi li jieħu jħeġġeġ sabiex il- privat ikun jista' jagħmel l-investiment neċessarju u jikkontribwixxi għall- iżvilupp f'pajjiżna.", "Madam Speaker, jidhirli li din hija t-tieni darba f'dan il-Parlament li qegħdin inressqu riżoluzzjoni fuq żvilupp propost f'parti minn pajjiżna.", "Fil-fatt konna ressaqna riżoluzzjonijiet li permezz tagħhom ingħataw proprjeta` u siti lill-clubs sportivi.", "Din id-darba qegħdin nitkellmu fuq riżoluzzjoni maħsbua biex tingħata area ta' art kif ukoll parti mill-baħar ħalli jsir żvilupp fil-Kottonera.", "Ta' min jara wkoll kif beda dan il- proġett.", "F'April tas-sena li għaddiet il-Kabinett tal-Gvern Laburista ġdid kien approva policy li permezz tagħha kien jagħti lok għall-iżvilupp tal- yachting f'pajjiżna.", "Din il-policy kienet ibbażata fuq studju li sar mill- Awtorita` ta' l-Ippjanar flimkien mal-konsulenti Deloitte & Touche li kienu raw li hemm diversi siti f'Malta żviluppati f'marinas u kien ġie indikat li l-iktar sit li kellu potenzjal għall-iżvilupp ta' marina kien proprju Dockyard Creek, jiġifieri x-xatt tal-Birgu u l-Isla.", "GĦaldaqstant il- Kabinett tal-Gvern Laburista fil-5 ta' Mejju kien approva li għandu jitwaqqaf sotto-kumitat li kellu jara kif f'time-frame preċiż isir l- iżvilupp ta' marina fin-naħat tal-Kottonera.", "Fit-12 ta' Mejju l-Kabinett tal-Gvern Laburista kien approva development brief għall-iżvilupp ta' dan il-yachting centre u kien stieden proposti mill-pubbliku biex jara x'interess jiġġenera żvilupp bħal dan.", "Fil-fatt f'Ġunju tas-sena li għaddiet il-Viċi Prim Ministru kien għamel statement f'dan il-Parlament fejn ta informazzjoni dwar il-pjanijiet li għandu l- gvern għall-iżvilup ta' proġett ta' yachting.", "Imbagħad matul l-istess xahar kien twaqqaf steering committee tal-Kabinett biex jikkoordina dan il- proġett u l-Kabinett kien approva li bħala l-ewwel proġett ta' yachting f'Malta kellha ssir il-marina fil-Kottonera.", "Hawnhekk irrid infakkar li sadanittant l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet qed taħdem fuq il-Grand Harbour Local Plan u kienet identifikat l-iżvilupp ta' yacht marina bħala waħda mill-aħjar attivitajiet ekonomiċi għal din l-area.", "Fis-16 ta' Lulju tas-sena li għaddiet il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin flimkien mal- Ministru tat-Turiżmu taw konferenza stampa fejn ħabbru l-iżvilupp ta' dan il-yacht marina u they launched a white paper.", "Wara li kien sar dan l- eżerċizzju u ġiet imnedija l-white paper, kienu ntalbu l-proposti minn dawk kollha nteressati u dawn kellhom sal-15 ta' Settembru ta' l-1997 biex jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom.", "Ta' min jgħid li ntwera interess kbir, mhux biss minn diversi nies u kumpanniji minn pajjiżna imma anke minn żviluppaturi u esperti fil-management ta' marinas barranin li wrew ix-xewqa li jkunu jafu iktar fuq dan il-proġett.", "L-isteering committee li kien qed jieħu ħsieb dan il-proġett kien chaired mis-Sur Norman Mifsud u fuqu kien hemm nies li jirrappreżentaw lill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, lill-Malta Maritime Authority u lill-Works Department, kif ukoll kien hemm is-Sur Conrad Thake u Dr Edward Woods.", "Dawn in-nies kellhom l-inkarigu li jaraw il-15-il sottomissjoni li kienu saru minn dawk kollha li kienu interessati u they had to short-list numru ta' proposals li dehru li kienu l-iktar serji.", "Dan il-proċess ta' short- listing kien sar f'Ottubru u l-isteering committee indika b'mod unanimu erba' proposti li saru minn nies differenti li dehru li setgħu jiġu żviluppati u li kellhom ċertu potenzjal.", "Dawn l-erba' sottomissjonijiet kienu saru minn Raniolo and Bencini, oħra minn Arie De Boom, oħra minn Campers and Nicholsons, u r-raba' waħda mill-Port Cottonera Consortium.", "Meta saru dawn is-sottomissjonijiet, l-erba' li huma ġew mistiedna mill- isteering committee biex jiddiskutu magħhom il-proposti li kienu għamlu u li sa dak inhar kienu pjuttost preliminari.", "Sakemm ġew biex jiddiskutu l- proposti, tnejn mill-erba' consortia, jiġifieri dak ta' Raniolo and Bencini u Arie De Boom Associates ingħaqdu flimkien f'consortium li jismu Cottonera Waterfront Group u b'hekk spiċċajna bi tliet consortia, jiġifieri Raniolo, Bencini, Arie De Boom u Port Cottonera Waterfront Group.", "Kien hemm il- consortium ta' Campers and Nicholsons u l-consortium l-ieħor magħruf bħala l-Port Cottonera Consortium.", "Wara li sar ix-short-listing ta' dawn it- tliet consortia nħarġu l-kondizzjonijiet li fuqhom kellhom jiġu żvilupati l- proposti mill-consortia differenti, fejn ġew indikati ċerti affarijiet li huwa importanti li wieħed jikkonsidrahom.", "Fil-fatt fl-1 ta' Frar ta' din is-sena ġew stabbiliti kondizzjonijiet dwar ir-relazzjoni li kellu jkun hemm bejn id-developers u l-Malta Drydocks.", "Madam Speaker, hawnhekk irrid nispjega li l-mozzjoni li qegħdin nitkellmu fuqha llum tittratta l-area li testendi min-naħa ta' fejn il-mina għal Sant'Anġlu, tieqaf sa quddiem il-monument, dik il-biċċa tinqabeż, u mbagħad taqbad il-biċċa l-oħra sad-Dockyard.", "Fuq in-naħa l-oħra hemm in-naħa tal- baħar biss li testendi min-naħa tal-Maċina sal-ponta ta' l-Isla, jiġifieri l-parti tad-Dock No. 1 mhijiex inkluża.", "Din ma setgħetx tiġi inkluża minħabba li Dock No. 1 għalkemm huwa proprjeta' tal-gvern, qiegħed b'ċens għand id-Dockyard u allura l-gvern ma setax jinnegozja fuq din il-parti tas- sit.", "Fil-fatt bħalissa d-Dockyard għaddejja b'diskussjonijiet separati, għalkemm l-ewwel kondizzjoni kienet tgħid li għandu jkun hemm affjatament bejn id-Dockyard u d-developers ħalli l-iżvilupp ikunu jistgħu jagħmluh flimkien.", "It-tieni kondizzjoni li saret lil dawk li kienu interessati kienet dwar il-mod kif kellha ssir il-kumpannija li tirrappreżenta lid-developers.", "Din il-kumpannija kellu jkollha kapital imħallas ta' Lm1 miljun, 40% minn dan il-kapital irid ikun miżmum minn interessi barranin u x-shares ikunu jistgħu jiġu floated fuq l-istock exchange imma mhux qabel ħames snin minn meta jsir ix-xogħol.", "It-tielet kondizzjoni kienet tirrigwarda l-kwestjoni ta' funding.", "Aħna ridna nkunu ċerti li m'aħniex qed ninnegozjaw ma' kumpannija fantażma u allura għidna li mhux biss il-kumpannija jrid ikollha paid up capital ta' Lm1 miljun imma rridu nkunu ċerti li dan isir kif fil-fatt sar, kif se nispjega 'l quddiem.", "Ir-raba' kondizzjoni li saret lil dawn it-tliet consortia li kienu short-listed kienet dwar x'tip ta' submission riedet issir lill-Planning Authority u l-mod kif kellha ssir is-submission.", "Il- ħames kondizzjoni kienet it-tip ta' phasing li kellu jsir mal-proġett.", "Din kienet importanti għax ridna nkunu ċerti li l-proġett jinbeda u jispiċċa u mhux nagħtu biċċa proprjeta` lil xi ħadd, bħalma ġieli ġara, u mbagħad jgħaddu s-snin qabel ma jibda jsir l-iżvilupp.", "GĦalhekk il-gvern b'mod tassattiv qal lil dawk li kienu interessati li l-proġett irid ikun phased b'tali mod u manjiera li fi żmien xahar minn meta jingħataw il-letter of intent trid issir l-applikazzjoni, fi żmien 12-il xahar trid tibda tinbena l-marina u fi żmien 24 xahar irid jitlesta l-proġett kollu.", "Kondizzjoni oħra li saret lid-developers li kienu short-listed kienet fuq l-ammont ta' ċens u kienet tgħid ukoll li kellu jitħalla aċċess liberu lill- pubbliku matul il-waterfront.", "Saret ukoll kondizzjoni dwar il-utilities, jiġifieri s-servizzi infrastrutturali, fejn il-gvern, bħalma jsir fi kwalunkwe proġett ieħor, daħal responsabbli li jipprovdi d-dawl, l-ilma u d- drenaġġ lil dan il-proġett sat-tarf tas-sit.", "Imbagħad saru wkoll żewġ kondizzjonijiet oħra, waħda fuq il-faċilitajiet ta' parking u l-oħra dwar il-garanzija, il-performance bond.", "Madam Speaker, it-tliet consortia li ġew short-listed ingħataw sett ta' kondizzjonijiet li fuqhom riedu jibbażaw il-proġett.", "Wara li ngħataw il- kondizzjonijiet u ġew bir-risposta, saru d-diskussjonijiet ma' l-isteering committee.", "Fir-rakkmandazzjonijiet unanimi li għamel l-isteering committee lill-Cabinet committee ntqal li tnejn mit-tliet consortia, il-Cottonera Port Development u l-Cottonera Waterfront Group, kienu prattikament fuq l- istess livell filwaqt li l-kumpannija Campers and Nicholsons ma ssodisfatx dak kollu li kienet mitluba li tissodisfa.", "Iżda meta mbagħad iż-żewġ consortia ġew ranked, irriżulta li nistgħu nibdew nitkellmu mal-Cottonera Waterfront Group.", "Fil-fatt fis-6 ta' April ta' din is-sena l-Kabinett approva rakkmandazzjonijiet li kienu sarulu mill-isteering committee u ħatar technical committee biex jibda d-diskussjonijiet.", "Fis-7 ta' April bdew id-diskussjonijiet mal-Cottonera Waterfront Group fejn dan il- consortium ġie mitlub li fi żmien ġimgħa jwaqqaf kumpannija li jkollha 40% shareholding barrani.", "Nerġa' ntenni li din kienet waħda mill- kondizzjonijiet li saru lill-iżviluppaturi fl-1 ta' Frar ta' din is-sena.", "Jiġifieri ma kenitx xi kondizzjoni li ġiet imposta wara, imma kienet kondizzjoni minn tal-bidu u kienu jafu biha.", "Mela l-Cottonera Waterfront Group intalab biex jagħmel kumpannija li jkollha 40% foreign shareholding, u minimum capital ta' Lm0.25 miljun li fi żmien xahar kellu jittella' għal Lm1 miljun.", "Sa dak inhar il-kumpannija kellha tagħmel ukoll sottomissjoni lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Min-naħa tiegħu, il-gvern kien qalilhom li malli jġibu l-foreign shareholding 40% u l-kapital itellgħuh minn Lm250,000 għal Lm1 miljun, il-gvern ikun jista' joħroġ il- letter of intent.", "Fil-fatt ġiet iffissata d-data tas-17 ta' April ta' l- 1998 biex tiġi ffirmata l-letter of intent mal-Cottonera Waterfront Group.", "Il-meetings u d-diskussjonijiet bejn l-isteering committee, ir- rappreżentanti tal-gvern u l-Cottonera Waterfront Group baqgħu għaddejjin biex jiġi assigurat li dawn josservaw il-kondizzjonijiet li kienu mitluba.", "Fl-aħħar meeting li sar fl-20 ta' April ta' l-1998 ġie miftiehem li kemm-il darba jissodisfaw il-kondizzjonjiet, fil-21 ta' April kellha tiġi ffirmata l-letter of intent, l-għada tiġi fformata kumpannija u sal-25 ta' April il- kapital tal-kumpannija kellu jittella' għal Lm1 miljun.", "Fil-fatt ma ġarax hekk ma' dan il-group għax minkejja li l-gvern kien ilu jgħid minn Frar li 40% ta' l-equity tagħhom irid ikun barrani, dan il-consortium, għal raġunijiet li jafhom hu biss, baqa' ma ġabx l-investiment barrani meħtieġ.", "Allura spiċċajna f'sitwazzjoni fejn wara li saru diskussjonijiet ma' dan il- grupp, deher ċar li min-naħa tiegħu l-grupp kellu diffikultajiet biex jinteressa bis-serjeta` lill-investituri barranin li kienu jifformaw parti mill-consortium.", "Meta sibna ruħna f'din is-sitwazzjoni, rajna li ma jistax ikun li nibqgħu nitkellmu u ma naslux.", "Allura tkellimna ma' l-adjudication committee u dan kien tal-parir li ġaladarba kien hemm żewġ consortia li kienu fuq l-istess livell u t-tnejn kienu kapaċi jagħmlu l-iżvilupp, stajna nibdew id-diskussjonijiet mat-tieni consortium li kien il-Port Cottonera Consortium.", "Fil-fatt fl-24 ta' April ta' din is-sena infetħu d- diskussjonijiet u tkellimna preċiżament fuq l-istess kondizzjonijiet li konna tkellimna fuqhom mal-consortium ta' qabel, jiġifieri mal-Cottonera Waterfront Group.", "Aħna għidnielhom liema huma l-kondizzjonijiet li rridu ftehim fuqhom biex niffirmaw il-letter of intent.", "In-negozjati mal-Port Cottonera Consortium bdew bis-serjeta` u fis-6 ta' Mejju ta' din is-sena dan il-consortium wasal biex issodisfa l-kondizzjonijiet kollha, jiġifieri rreġistra kumpannija b'shareholding ta' Lm250,000 li 40% minnu kien ta' investiment barrani.", "Ladarba sibna li dan il-consortium kien serju u kien lest li jiffirma magħna fuq kondizzjonijiet li dehrilna li kienu l-aħjar, ħarġet il-letter of intent li ġiet iffirmata fit-8 ta' Mejju.", "Sadanittant dawn ġew mitluba biex itellgħu l-investiment li kellhom fil-kummpanija għal Lm1 miljun, u dan għamluh ukoll.", "GĦalhekk ladarba l-kumpannija ssodisfat ir-rikjesti kollha li sarulha min-naħa tal-gvern, aħna issa, konna ftehemna magħhom, qegħdin inressqu riżoluzzjoni fil-Parlament ħalli dan il-proġett ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Meta għandna din ir-riżoluzzjoni quddiemna, tajjeb li wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn it-tip ta' kondizzjonijiet li qegħdin isiru lil din il- kumpannija.", "L-ewwelnett il-proġett propost jikkonsisti f'marina ta' ċertu daqs li tkun fuq in-naħa tal-Birgu u fuq in-naħa ta' l-Isla.", "Pero' filwaqt li fuq in-naħa tal-Birgu l-promenade se jingħata b'ċens, fuq in-naħa ta' l- Isla mhux se tingħata art imma se jingħataw biss il-mooring rights, jiġifieri d-dritt li jitpoġġew il-pontoons li magħhom jintrabtu l-yachts.", "Biex inkun fair, fuq in-naħa ta' l-Isla se jingħata strip wiesa' madwar żewġ metri biex ikunu jistgħu jgħaddu ħalli jagħmlu s-servicing tal- pontoons.", "Apparti minn hekk, il-consortium se jingħata l-proprjetajiet li hemm fuq il-waterfront tal-Birgu li ħafna minnhom huma ta' valur storiku imma huma fi stat ħażin u hemm bżonn li jiġu restawrati.", "Fil-fatt il- consortium se jkun marbut li jirrestawra dawn il-proprjetajiet.", "Il-kuntratt li għandna quddiemna bħala parti minn din ir-riżoluzzjoni jikkontempla li s- sit jingħata lill-Port Cottonera Consortium b'titolu ta' ċens temporanju għal 99 sena u l-gvern jieħu lura s-somma ta' Lm370,000 fis-sena għal dan is-sit.", "Irrid infakkar li qegħdin nitkellmu fuq sit li l-area tiegħu hija ta' madwar 18,600 metru kwadru u li l-footprint tal-bini, jiġifieri l-parti tas-sit li fuqha jista' jsir il-bini, hija ta' 5,500 metru kwadru, jiġifieri bejn terz u kwart ta' l-area kollha.", "Dawn it-Lm370,000 jinkludu kontribuzzjoni ta' Lm50,000 li se tiġ split bejn il-Malta Maritime Authority u l-NTOM.", "Qed jiġi propost ukoll li ċ-ċens ikun rivedut kull għaxar snin bir-rata ta' 10%.", "Il-consortium, min-naħa tiegħu huwa marbut li jagħmel investiment minimu ta' Lm6 miljun bħala permanent improvements u li dan l-investiment irid isir f'time-frame li huwa miftiehem.", "Il- faċilitajiet tal-marina jridu jkunu fil-post fi żmien 12-il xahar minn meta jinħareġ il-permess ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u marbut ma' dan hemm li l-applikazzjoni lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar għall-outline permit tal- proġett kollu u għall-full development permit tal-marina trid issir sat-12 ta' Ġunju.", "Jiġifieri fi żmien għaxart ijiem trid issir l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Imbagħad fi 18-il xahar isiru l-faċilitajiet tal-marina.", "Fi żmien 24 xahar irid isir il-bini u jitlesta x-xogħol kollu fuq il- proġett.", "Irrid ngħid ukoll li din hija marbuta mal-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u aħna qed ngħidu li hekk kif jinħareġ l-outline development permit għall-proġett kollu, imbagħad trid issir applikazzjoni għal full development permit fuq dan is-sit fi żmien 12-il ġimgħa.", "Allura x-schedule hija kif se ngħid.", "Sat-12 ta' Ġunju trid issir l-outline application għall- proġett kollu u fl-istess ħin issir l-applikazzjoni għal full development għall-marina.", "Sat-12 ta' Ġunju jrid jitlesta wkoll l-istudju tal-baħar, il- marine wave analysis.", "Dan isir sabiex wieħed jiddetermina jekk hemmx bżonn li l-marina jkollha breakwater.", "Malli jinħareġ il-permess, fi żmien sena tinbena l-marina.", "Kif jinħareġ il-permess issir ukoll l-applikazzjoni għal full development tal-proġett kollu u fi żmien sentejn ikun sar il-proġett kollu.", "Bħalma għidt qabel, il-consortium qiegħed jintrabat li jagħti aċċess lill- pubbliku tal-promenade kollu tan-naħa tal-Birgu.", "Apparti minn hekk, peress li f'din l-area hemm l-irmiġġ ta' numru ta' dgħajjes tas-sajjieda u tad- dilettanti.", "Minn studju li sar ġie indikat li hemm madwar 130 dgħajsa irmiġġjati, u allura l-consortium huwa marbut li jipprovdi rmiġġ - naturalment bla ħlas - għal 130 dgħajsa tan-nies tal-lokal.", "Kondizzjoni interessanti li ddaħħlet ukoll f'dan l-agreement u li diġa' saret fuq il-proġett tal-millennju hija li l-iżviluppaturi huma marbutin li jonfqu 0.5% - li f'dan il-każ jammontaw għal Lm120,000 - tal-project cost sabiex jikkummissjonaw xogħlijiet ta' arti minn artisti lokali biex jintużaw fuq dan il-proġett.", "Waħda mill-aktar kondizzjonijiet importanti li saru wkoll f'dan il-kuntratt hija li l-consortium ma jistax ibigħ ix- shares tiegħu qabel ma jitlesta l-proġett kollu.", "Fil-passat taħt Gvern Nazzjonalista kellna ħafna esperjenzi meta proprjeta' pubblika kienet tingħata għall-iżvilupp ta' proġetti u mbagħad isir negozju bil-proprjeta' tal-gvern qabel ma l-proġett jibda.", "Nafu b'ħafna każi bħal dawn, u aktar 'il quddiem se nirriferi għal ftit minnhom.", "Din m'hijiex serjeta' fil-mod kif isiru l-affarijiet u aħna konna kkritikajnieha ħafna meta konna fl- Oppożizzjoni.", "Għalhekk illum qegħdin nieħdu ħsieb li ndaħħlu kundizzjoni li l-ebda share minn din il-kumpannija ma tiġi trasferita qabel ma l- proġett jitlesta.", "Madam Speaker, għedt ukoll li l-kumpannija se tkun marbuta li jkollha share capital ta' Lm1 miljun.", "L-ammont ta' ċens li se jitħallas se jkun rivedibbli kull għaxar snin bir-rata ta' 10%.", "Bħalma jsir dejjem meta jkollna kuntratti għal dan it-tip ta' proġetti, il-kumpannija ngħatat rebates fuq il-ħlas taċ-ċens li trid tagħti lill-gvern.", "Fil-fatt minn ċens ta' Lm370,000 fis-sena, fl-ewwel sena l-kumpannija tħallas Lm120,000, fit- tieni sena tħallas Lm170,000 u fit-tielet sena tħallas Lm270,000.", "Imbagħad fir-raba' sena tibda tħallas it-Lm370,000 li huma miftehmin.", "Il-gvern min-naħa tiegħu ntrabat li apparti li jipprovdi s-servizzi infrastrutturali jrid ukoll jieħu ħsieb ineħħi l-isquatters li hemm f'partijiet minn dan il-bini.", "Sfortunatament dan il-bini storiku tħalla fi stat tal-biki.", "Pero' agħar minn hekk, partijiet minnu huma perikolużi u oħrajn inbnew anke b'mod abbużiv.", "Apparti li jneħħi lill-isquatters il- Gvern intrabat ukoll li jwaqqa' partijiet minn dan il-bini li m'għandhom l- ebda valur storiku.", "Fil-kuntratt li għandna quddiemna u li huwa ppreżentat bħala parti minn din ir-riżoluzzjoni, hemm ukoll diversi tipi ta' penali f'każ li l- consortium ma jimxix skond il-kondizzjonijiet, li mhux se noqgħod nidħol fihom.", "Waħda mill-affarijiet interessanti li hemm hija li jekk il- consortium ma jissottomettix lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar id- dokumentazzjoni kollha neċessarja sabiex ikun jista' jagħmel applikazzjoni serja sat-12 ta' Ġunju, dan jeħel penali ta' Lm200,000.", "Jiena jidhirli li din turi biċ-ċar li l-Gvern huwa serju fil-mod kif qed jinnegozja ma' dan il-consortium u turi biċ-ċar l-impenn li għandu l-Gvern sabiex imexxi 'l quddiem dan il-proġett.", "Bħala parti mill-kuntratt, il-consortium irid jagħmel performance bond ta' Lm700,000 favur il-Gvern.", "Dan ifisser li jekk il-consortium ma jimxix skond il-programm miftiehem mal-gvern, dan jitlef il-performance bond ta' Lm700,000.", "Naħseb li fi ftit kliem semmejt b'mod ġenerali l- kondizzjoniijet l-aktar saljenti li hemm f'dan il-kuntratt li hawn quddiemna.", "Pero' xtaqt nieħu l-opportunita' li nispjega ftit kemm aħna serji f'dak li qed nagħmlu bħala gvern.", "Dan se nagħmlu billi nikkompara ħafif ħafif il-kondizzjonijiet l-aktar importanti li nsibu f'dan il- kuntratt mal-kondizzjonijiet li kien jagħmel Gvern Nazzjonalista meta kien jagħti siti lill-privat sabiex jiġu żviluppati fi proġetti.", "Jiena qbadt tliet proġetti li kienu għaddew b'riżoluzzjoni ta' dan il- Parlament fuq siti li huma primesite - bħalma huwa prime site dan is-sit - u rajt il-kondizzjonijiet li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fil- gvern.", "Irrid infakkar li fil-każ tal-Cottonera waterfront development qegħdin nitkellmu fuq sit li għandu area ta' 18,600 metru kwadru u li għalih intalab ċens ta' Lm370,000 kull sena.", "Nieħdu l-każ tal-Forti Chambrai.", "Kulħadd jiftakar id-diskussjoni eżawrjenti li kellna f'dan il- Parlament dwar il-mod kif is-sit tal-Forti Chambrai ngħata lill-kumpannija ta' l-Avukat Memmo mill-Gvern Nazzjonalista.", "Dan is-sit kellu kejl mhux ta' 18,600 metru kwadru imma ta' 97,000 metru kwadru.", "MADAM SPEAKER: Onor. Buhagiar, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar ikompli jinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-Kamra kollha talli estendietli l-ħin.", "Tafu kemm kien iċ-ċens li kien intalab għas-sit tal-Forti Chambrai?", "Iċ-ċens ta' Lm10,000 meta mqabbel mat-Lm370,000 li jridu jitħallsu għas-sit li qed nitkellem fuqu llum.", "MADAM SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, il-Ministru qed jimmislidja lill-Kamra.", "Iċ-ċens ta' Chambrai kien Lm10,000 u nofs il-profitti li jsiru fuq il- proġett.", "Li jibqgħu jsemmu Lm10,000 biss hija misleading.", "Issa li jgħiduha fil-gazzetta \"KullĦadd\", ma jkun ġara xejn, imma ħaġa bħal din m'għandhiex tingħad hawn.", "Iċ-ċens ta' Chambrai kien Lm10,000 u 50% tal-profitti kollha li joħorġu mill-proġett.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Buhagiar, tista' tkompli.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, iċ-ċens ta' Chambrai kien ta' Lm10,000 fuq is-sit kollu.", "Jien għandi l-kuntratt quddiemi u jekk irid jista' jikkonsultah; ma nsibx diffikulta' li jagħmel dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Tista' tpoġġi dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan diġa' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u m'hemmx għalfejn nerġgħu npoġġuh.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, għandhom ċans jgħidu dan aktar 'il quddiem.", "(Interruzzjonijiet) Forti Chambrai kellha area ta' 97,000 metru kwadru u ngħatat b'ċens ta' Lm10,000 fis-sena.", "U ngħatat għal perjodu ta' 99 sena wkoll.", "Is-sit tal- Il-Bay Point Hotel - illum ir-Radisson - kienet ta' madwar 35,600 metru kwadru - jiġifieri bejn wieħed u ieħor id-doppju tal-Cottonera waterfront - u għalih intalab ċens ta' Lm30,990.", "Mela għal prime site id-doppju tal-Kottonera ntalab inqas minn one-twelfth taċ-ċens li qed jintalab għall-Kottonera.", "Fil-każ tar-riżoluzzjoni li tirrigwarda l-five star hotel Corinthia San Ġorġ, is-sit kien ta' 34,686 metru kwadru u f'dan il-każ intalab ċens ta' Lm50,000 fis-sena.", "Dan huwa l-mod kif tan-naħa l-oħra kienu jagħmlu n- negozju bil-proprjeta' tal-Gvern.", "Għalhekk jien fil-bidu għedt li l-gvern għandu one-third tal-proprjeta' kollha f'pajjiżna u rridu naraw li din il- proprjeta' tintuża fl-aħjar interessi, bl-aktar mod cost effective għall- gvern u għall-poplu Malti.", "U l-prime sites ta' Chambrai u tal-lukandi ma tistax tgħid li ngħataw bl-aktar mod cost effective.", "(Interruzzjonijiet) Mela jekk intom kontu daqstant tajbin għax ħadtu daqshekk flus, aħseb u ara Gvern Laburista li ta site li hu n-nofs li tajtu għal-lukandi u se jieħu Lm370,000!", "Jidher ċar li l-affarijiet ma kenux isiru bis-serjeta', Madam Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Iva, bl-addoċċ kontu tagħmluhom.", "Jekk mhux bl-addoċċ, żgur li ma sarux b'mod li kien jaqbel l-aktar lill-poplu Malti.", "Wara li kienu jgħaddu riżoluzzjoni minn din il-Kamra kienu jbigħu x-shares lil kumpanniji oħrajn.", "U fit-tliet każi li semmejt ix-shares inbiegħu qabel ma sar il-proġett, kemm fil-każ tar-Radisson, kemm fil-każ tal- Corinthia San Ġorġ kif ukoll fil-każ ta' Chambrai.", "Bil-permess tal-Kamra nixtieq inpoġġi l-comparative estimates li qrajt minnhom fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar siti mogħtija mill-Gvern għal żvilupp.", "Hemm ħafna x'wieħed igħid fuq il-kuntratt ta' Chambrai.", "Per eżempju teżisti l-kondizzjoni - u teżisti f'dan il-kuntratt biss - li jekk għal xi raġuni jew oħra l-consortium li ngħata Chambrai - jiġifieri l-kumpannija ta' l-Avukat Memmo - jsib li l-proġett m'huwiex profitabbli, dan ikollu dritt jitlob lill-gvern jirrifondih l-ispejjeż kollha li jkun għamel.", "Jiena ma nistax nifhem kif tista' tagħmel biċċa negozju u mbagħad tippretendi li jekk ma tirnexxix il-gvern iħallaslek l-ispejjeż li tkun għamilt.", "Din hija waħda mill-kondizzjonijiet li hemm fil-kuntratt ta' Chambrai.", "U bħal din hawn ħafna oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Dalli jrid, nitkellmu wkoll fuq il-phasing li kellu l-proġett ta' Chambrai.", "Ma kontx se nitkellem fuqhom imma jekk tistaqsu ngħidilkom.", "Aħna qed ngħidu li l-proġett tal-Kottonera għandu jieħu sentejn.", "Fil-każ ta' Chambrai dan kellu jieħu għaxar snin.", "U, dan qiegħed fil-kuntratt.", "(Interruzzjonijiet) Hemm ħafna affarijiet x'nistgħu ngħidu fuq l-iżvilupp ta' Chambrai, u m'għandix diffikulta' li ngħiduhom, Onor. Dalli.", "Pero' naħseb li aħjar ma nitkellmux ħafna fuq Chambrai.", "Il-gvern qed iressaq riżoluzzjoni f'din il-Kamra sabiex isir proġett fil- Kottonera, post fejn hemm potenzjal enormi.", "Il-Kottonera hija mżejna b'ħafna fdalijiet arkitettoniċi u storiċi.", "Hija ħasra li t-turisti tagħna jmorru hemmhekk u ma jonfqux lira waħda għax m'hemmx fejn tonfoq.", "Hija vera ħasra li post li għandu potenzjal bħal dan qatt ma ġie żviluppat b'mod li n- nies li joqogħdu hemmhekk u l-ekonomija ta' dawk il-postijiet jingħataw spinta 'l quddiem. ****Aħna qed nimpenjaw ħafna ruħna biex nagħmlu dan il-proġett għan-nies tal-Kottonera għax nemmnu li n-nies t'hemmhekk għandhom igawdu mill-potenzjal kbir li għandu l-post li joqogħdu fih.", "Hemm ħafna proġetti oħrajn li l-Gvern għandu maħsubin għall-Kottonera u dan huwa biss wieħed minnhom.", "Jien nista' ngħid, per eżempju, li bħala ministeru aħna mpenjati li nagħmlu proġett ieħor li permezz tiegħu nieħdu l- benefiċċju tal-potenzjal tal-fortifications li jdawru l-Kottonera.", "Il- Kottonera huwa magħluq, min-naħa ta' barra hemm il-fortifikazzjonijiet u min-naħa ta' ġewwa hemm il-baħar u l-ħajt tad-Dockyard.", "Id-Dockyard fl- imgħoddi kienet l-industrija li tat spinta lill-iżvilupp ta' l-ekonomija tal-Kottonera imma llum is-sitwazzjoni nbidlet.", "Sfortunatament iż-żmenijiet inbidlu u dak li qabel kien jgħin sabiex tingħata tant spinta 'l quddiem lill-ekonomija u lix-xogħol għan-nies li joqogħdu fil-Kottonera.", "Illum-il ġurnata qed iservi bil-kontra.", "Il-ħitan tad-Dockyard qegħdin jagħlqu lin- nies tal-Kottonera u jifgawhom.", "Naħseb li huwa importanti li dan mhux biss nagħrfuh imma nagħmlu xi ħaġa dwaru.", "Dan il-proġett huwa parti minn pjan sħiħ li għandu l-gvern għall-iżvilupp ta' dawk in-naħat.", "Għaldaqstant jien nagħlaq billi nappella lill-Kamra li tivvota mal-gvern fuq din ir-riżoluzzjoni jekk verament lin-nies tal- Kottonera nixtiqulhom il-ġid u rridu nġibuhom 'il quddiem.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, quddiemna llum għandna mozzjoni importanti rigward l-iżvilupp tal-Kottonera.", "Jien se nitkellem dwar din il-mozzjoni, imbagħad aktar tard se nirriferi għar-rimarki li għamel il-Ministru u nispjega li dak li qed jitkaża bih li ġara f'kuntratti preċedenti - apparti li ma kienx korrett fid-deskrizzjoni tagħhom - diġa' qed jiġri lilu bħalissa.", "Biex inkun speċifiku, diġa' qed isiru trasferimenti ta' ishma minn din il-kumpannija.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti kif nitkellmu!", "Jiena nista' nipprova dan b'dokumenti pubbliċi.", "Pero' niġi għal dan aktar tard.", "Meta nitkellmu dwar l-iżvilupp tal-Kottonera, naħseb li biex nagħmlu ġustizzja magħna nfusna lkoll f'din il-Kamra wieħed irid jenfasizza l- impenn totali u assolut tal-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern - u anke llum mill-Oppożizzjoni - favur l-iżvilupp reali ta' l-area tal- Kottonera.", "Meta qed nitkellmu fuq il-Kottonera qed nitkellmu fuq inħawi li għal bosta snin kienu tħallew fi stat ta' abbandun mhux biss mil-lat ta' żvilupp ekonomiku imma anke mil-lat soċjali u mil-lat tal-ħarsien tal- komunita' tal-Kottonera.", "Il-Gvern ifformat mill-Partit Nazzjonalista ffaċċja bis-serjeta' din is-sitwazzjoni u kien ħa numru ta' inizjattivi - inkluż inizjattivi soċjali importanti - preċiżament biex isir l-iżvilupp li nixtiequ fil-Kottonera u anke biex il-proġett ta' l-iżvilupp tal-Cottonera waterfront ikun ħolma li ssir realta'.", "Tant hu hekk li biex iwettaq dan il- proġett, il-gvern qiegħed jibbaża ħafna fuq rapporti li kienu saru fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Kieku dawn ma sabhomx hemm ma kienx ikollu biex jibni anke għal dan il-proġett.", "Ħalli nagħti aktar dettalji.", "Il-gvern qiegħed juża r-rapport għar-rigward ta' yachting sites fil-pajjiż; il- Ministru rrifera għalih en passant u kulma qal fl-introduzzjoni tiegħu kien li dak huwa rapport li sar mill-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "Dak ir- rapport sar fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, li kienet diġa' ħabbret li l-aqwa sit għall-yacht marina li jmiss għal pajjiżna hi l-area tal-Kottonera.", "Dan kien tħabbar b'mod partikolari mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami bħala Prim Ministru fil-ftuħ ta' l-uffiċċji ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta f'Ta' Xbiex.", "Ir-rapport l-ieħor, li minnu joħroġ id-development brief tal-Planning Authority, huwa r-rapport magħruf bħala l-Grand Harbour Plan.", "Huma dawn iż-żewġ rapporti, xogħol l-amministrazzjoni preċedenti, li wasslu lill-gvern tal-lum biex jagħmel il-pjan li qed jitkellem dwaru llum il-Ministru.", "Jiena ma naħsibx li l-gvern miexi fuq pjan li hu fl-aħjar interess ta' pajjżna, fl-aħjar interess tal-Kottonera u fl-aħjar interess tan-nies li jgħixu fil-Kottonera, pero' żgur li telaq minn żewġ rapporti ppreparati bl-aktar mod xjentifiku, bl-aktar mod dettaljat u bl-aktar mod komprensiv.", "Il-Gvern kellu dak il-homework diġa' lest li fuqu seta' jibbaża.", "Pero' mbagħad x'għamel wara jkolli l-opportunita' nispjega wkoll.", "Se nitkellem fuq inizjattivi oħra ta' l-amministrazzjoni preċedenti, b'mod partikolari l-inizjattiva li fil-Kottonera jkun hemm dar ta' l- anzjani bl-aqwa faċilitajiet.", "Dan kien ifisser li wieħed idawwar il-post li kien magħruf bħala l-Conservatorio f'bini adattat għall-anzjani.", "Dan kien proġett li l-gvern preżenti sab fi stat avvanzat ħafna u li baqa' miexi fuqu, allavolja b'ritmu inqas mgħaġġel.", "Dan kien proġett li kien jorbot mal- politika soċjali ta' l-amministrazzjoni preċedenti, li riedet tagħti djar għall-anzjani mgħammra tajjeb bl-aqwa faċilitajiet fid-diversi bliet u rħula ta' Malta.", "Aħna ma xxaħħejniex fl-infiq li kien hemm bżonn isir, għax il-politika soċjali nemmnu fiha.", "Nirriferi wkoll għall-berġa fl-istess area.", "Kellna għaddej programm estensiv biex isiru proġetti varji ta' restawr fl-inħawi tal-Kottonera.", "Dan il-programm kien jikkonsisti f'restawr tas-swar, permezz tal-Cottonera Rehabilitation Project, u proġetti li jħarsu dawn id-dimensjonijiet kollha.", "Forsi tajjeb li wieħed ifakkar li kien hemm ukoll l-impatt qawwi tal-Pjan Strutturali li l-amministrazzjoni preċedenti ppreżentat f'dan il-Parlament u li tant qala' kritika mill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien allavolja mbagħad kien rikonoxxut f'artiklu f'\"Il-Ħelsien\" tal-25 ta' Ottubru, 1991.", "F'dan l-artiklu nsibu dawn il-kliem:", "\"Il-Pjan Strutturali għal Malta ppubblikat f'Novembru 1990 jipprovdi dwar il-Birgu ...\".", "Imbagħad hawn riferenza għal suġġerimenti speċifiċi li kienu qed isiru għall-area tal-Kottonera fil-Pjan ta' Struttura.", "Dan l-artiklu jirriferi wkoll għal:", "\"... xogħol ta' restawr li qed jagħmel il-Gvern u li qed jinkoraġġixxi oħrajn biex jagħmlu l-istess.\".", "Min kiteb l-artiklu qal:", "\"Nittama li aktar individwi jieħdu inizjattivi simili.", "Il-Kottonera qed tkun restawrata mhux biss bl-arti biex tkun ippreservata l-ġebla imma wkoll fil-kuntest soċjali.", "Il-Gvern qed juri li l-Kottonera huwa post ta' min jgħix fih.\".", "Dan huwa ċertifikat li jfaħħar ukoll b'mod partikolari l-impenn tal- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Intern ta' dak iż-żmien - illum il-President ta' Malta - għar-rigward il-Kottonera.", "Dan ir-rikonoxximent ġie minn organu uffiċjali tal-Partit Laburista.", "Semmejt ukoll it-twaqqif tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera.", "Miegħu wkoll fi ħdan il-Partit Nazzjonalista kien hemm kumitat biex iħares l-iżvilupp kontinwu tal-Kottonera.", "Niftakar li bħala Ministru tax- Xogħlijiet kont għamilt diversi żjarat personalment u anke mal-prim ministru ta' dak iż-żmien, fejn rajna x-xogħol fuq l-inħawi magħrufa bħala l-Purtiera ta' Santa Liena, fis-swar tal-Kottonera.", "Insemmi wkoll ix-xogħol li sar biex il-post jitnaddaf minn dak il-materjal kollu li kien inġabar fi snin sħaħ ta' abbandun, il-pjan għal proġett għall-Pjazza Gavino Gulia, u l- pjan li kien hemm għan-naħa tax-Xagħra.", "Rigward l-aħħar pjan li semmejt, il- gvern preżenti ilu jiġi mitlub mill-Kunsill Lokali ta' Bormla biex ikompli l-proġett li kien mibdi mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Illum dan il- kunsill lokali qed isib li ħafna mit-talbiet li hu jindirizza lill-gvern qed jaqgħu fuq widnejn torox.", "Il-pjan lokali għall-Port il-Kbir huwa d-dokument li minnu joħroġ id- development brief li jingħata lid-developers biex isiru proposti ta' żvilupp għall-inħawi tal-Kottonera.", "Milli jidher dan id-development brief għadu first draft, għax ma nafux li wara kien hemm xi final draft tiegħu.", "Qabel kien sar ukoll proċess ta' konsultazzjoni pubblika bis-serjeta' mar- residenti kollha ta' l-area tal-Kottonera.", "Illum il-Gvern jispikka fin- nuqqas ta' dan il-proċess.", "Tajjeb li nitkellem ukoll dwar ir-restawr tas-swar li għalih konna kkalkolajna li hemm bżonn investiment ta' Lm13-il miljun.", "Kienet l- amministrazzjoni preċedenti li qalet bi kliem preċiż li biex isir l- iżvilupp ta' l-inħawi tal-Kottonera bilfors irid jitneħħa l-Baċir numru 1, apparti proġetti oħrajn bħal ta' Forti Ricasoli li kellu jinbidel f'attrazzjoni turistika, u nafu x'xogħol sar f'dak ir-rigward.", "Ridna wkoll li x-xogħol kollu jkollu aċċenn qawwi fuq il-komunita' tan- nies li jgħixu fil-Kottonera.", "Dan jispjega l-laqgħat regolari li kienu jsiru bejn il-gvern preċedenti u l-Kunsill Lokali ta' Bormla, il-Kunsill Lokali tal-Birgu, ill-Kunsill Lokali ta' l-Isla u l-Kunsill Lokali tal- Kalkara.", "Ma' dawn il-kunsilli kollha konna niddiskutu bl-aktar mod regolari l-ħtiġijiet tagħhom u konna nqisu lil dawk il-kunsilli lokali bħala sħab tal-gvern fil-proġetti kollha li aħna konna nagħmlu u nitkellmu dwarhom għal dawk l-inħawi.", "Konna tkellimna wkoll dwar il-problemi soċjali li jeżistu bħall-esodu ta' żgħażagħ mit-Tlett Ibliet għal inħawi oħra ta' Malta u lejn is-sistema ta' toroq li twassal għall-area tal-Kottonera.", "Infakkar ukoll fis-symposium li sar fil-5 ta' Marzu, 1996 u li jiena kelli l-pjaċir nindirizza bis- suġġett ''Cottonera Waterfront''.", "Dan is-symposium kien preċiżament dwar kif jista' jkun hemm proġett għall-iżvilupp ta' l-istess waterfront tal- Kottonera.", "Dan kien seminar organizzat bil-kollaborazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-Kummissjoni Għolja Ingliża f'Malta, li kienu bagħtu esperti kompetenti f'dan il-qasam.", "Naturalment wieħed ma jistax ma jirriferix ukoll għax-xogħol li kien sar fuq il-Mużew Marittimu, fil- Birgu.", "Dan hu eżempju ħaj u konkret tar-riabilitazzjoni ta' bini li kien mitluq.", "Fi żmien l-Ingliżi dan il-bini kien jintuża bħala forn u mbagħad ġie mibdul f'post li seta' jintuża mhux biss bħala mużew marittimu imma wkoll bħala ċentru ta' attivitajiet oħrajn.", "Il-gvern preżenti stess jgħid li l-Mużew Marittimu jrid jaqtgħu mill-iżvilupp għax naturalment dan huwa żvilupp li huwa sab kompletament lest mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Dan huwa xempju tal-mod serju li bih konna nieħdu l-affarijiet f'dan ir- rigward.", "F'dak is-symposium tkellimna wkoll dwar il-ħtieġa tal-konservazzjoni urbana tat-Tlett Ibliet, u jiena se nagħmel mistoqsijiet preċiżament f'dan ir-rigward.", "X'hemm ippjanat dwar dan?", "Wara kollox x'inhu dak li qed niddiskutu bħala Parlament?", "Jiena qrajt il-mozzjoni, qrajt il-kuntratt, qrajt id-dokumenti li l-Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, qrajt id- dokumenti kollha li kien qiegħed preċedentement il-Ministru George Vella u ma stajtx nikkonkludi preċiżament x'suppost qegħdin niddiskutu f'dan il- Parlament.", "Madam Speaker, infakkar ukoll fl-inizjattiva li konna ħadna sabiex jiġi rranġat il-moll tal-Birgu u sabiex hemmhekk tibda ssir l-boat show b'mod regolari.", "Dan kien l-ewwel sinjal importanti favur li dik l-area tkun żviluppata f'ċentru għall-irmiġġ ta' yachts kbar.", "L-organizzazzjoni tal- boat show hija żvilupp li aħna konna qegħdin ninkoraġġixxu, u wieħed jiddispjaċih jinnota li l-amministrazzjoni preżenti, għal raġunijiet li jiena ma nistax nifhem, tidher li m'hijiex qiegħda tinkoraġġixxi iżjed.", "Nirriferi wkoll għal inizjattiva fil-qasam turistiku.", "Nafu li kien jiġi organizzat il-Birgufest bl-iskop li jattira lit-turisti u eluf ta' Maltin lejn dawn l-inħawi.", "L-iżvilupp u r-rijabilitazzjoni tal-Kottonera ma jistax iseħħ jekk il-kumplament tal-poplu Malti li ma jgħix fil-Kottonera, ma jkollux l-opportunita' ġenwina li jara b'għajnejh u japprezza l-ġawhriet storiċi u arkitettoniċi li jeżistu f'dawn l-inħawi ta' pajjiżna.", "Għalhekk aħna ridna li regolarment jiġu organizzati attivitajiet kulturali fl-inħawi tal-Kottonera biex ikun hemm dik il-kalamita addizzjonali li tattira lin- nies.", "Ladarba aktar nies iżuru l-inħawi tal-Kottonera, dawn jibdew jaraw u japprezzaw aħjar dak li hu verament ġojjell storiku, arkitettoniku u artistiku f'pajjiżna.", "Madam Speaker, fil-bidu ta' l-intervent tiegħi semmejt l-aspett soċjali u dan għalina kien ifisser li nħarsu wkoll lejn l-aspett tal-bini ta' appartamenti għal min jgħix fl-inħawi.", "Dan għamilnieh f'Bormla u fl-Isla, minkejja li dakinhar kien hemm min ipprova jagħti l-impressjoni li aħna se nwaqqgħu bini antikwat li m'hu tajjeb għal xejn u ma nagħmlu xejn minfloku.", "Naħseb li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Ċensu Galea jiftakar kemm kellu jiffaċċja diffikultajiet; mhux biss id-diffikultajiet normali li inti tiffaċċja meta tkun trid tagħmel proġett bis-serjeta' imma anke diffikultajiet addizzjonali minħabba Oppożizzjoni li tipprova timplika affarijiet li jkunu biss fil-fantasija u fl-immaġinazzjoni tagħha.", "Pero' dak ix-xogħol sar, u sar bis-serjeta'.", "Aħna konna tkellimna wkoll dwar l-impenn u l-ħtieġa li jitneħħa l-Baċir Numru 1 sabiex l-inħawi tal-faċċata tal-knisja ta' Bormla li jinbidlu kollha kemm huma f'ċentru ta' attivita' kulturali, ċentru ta' attivita' rikreattiva u fi promenade ta' 2.5 kilometri.", "Aħna ridna li dan il- promenade ikun wieħed sħiħ u mhux maqsum b'dan il-baċir f'nofsu.", "Ridna li jkun hemm ukoll servizzi tal-livell li jixraq lil dawn l-inħawi.", "Madam Speaker, ma jistax ikollok impenn favur il-Kottonera jekk dan ma jkunx impenn marbut ma' konsiderazzjoni sħiħa u ġenwina għall-bżonnijiet tan-nies ta' l-inħawi.", "Jien għalhekk m'għamiltx biss riferenza għall- attivita' ekonomika imma għamilt riferenza wkoll għall-aspett soċjali, il- ħtieġa ta' djar ta' l-anzjani bil-faċilitajiet kollha meħtieġa, berġa bil- faċilitajiet kollha meħtieġa, appartamenti flok is-substandard housing li kien tħalla fl-area tal-Kottonera għal dawk is-snin kollha taħt l- amministrazzjoni preċedenti Laburista.", "Dan huwa ċertifikat ta' mistħija għall-amministrazzjoni preċedenti Laburista, li kienet ħalliet lin-nies jgħixu f'dawk il-kondizzjonijiet.", "Meta nitkellmu dwar dawn l-aspetti, wieħed irid iżomm f'moħħu l-impenn favur in-nies li jgħixu hemmhekk.", "Din hi konsiderazzjoni importanti ħafna li kienet nieqsa għal kollox mill-introduzzjoni pjuttost elaborata li għamel il-Ministru fuq is-suġġett tal-Kottonera.", "Minn fejn telaq il- Ministru?", "Hu telaq minn sentenza bażika li tirrifletti l-mentalita' tal- gvern preżenti.", "X'kienet l-ewwel sentenza tiegħu?", "Qal li huma riedu jaraw dawk l-artijiet xi jħallu għall-gvern.", "Din mhijiex mentalita' moderna.", "Ara kemm tgħidu li intom moderni, trasparenti u effiċjenti!", "Din hi mentalita' fewdali, ta' min ikollu l-art u jimpurtah biss minn kemm idaħħal flus minnha.", "Ma jimpurtahx min-nies li jgħixu fiha, ma jimpurtahx mill-impatt soċjali u ma jimpurtahx minn dak li jkun qed jiġġenera għall-pajjiż fit- totalita' tiegħu.", "Din hija mentalita' fewdali li intom tippruvaw tlibbsuha l-mantell tal-modernita' u tat-trasparenza.", "U issa niġi għat-trasparenza, għax taf kemm kien hemm trasparenza fil-mod kif kien innegozjat dan il- kuntratt!", "Tara kollox minnha din it-trasparenza!", "Naturalment huwa l-Gvern li jgħid hekk, imma aħna għandna mistoqsijiet serji ħafna li rridu nagħmlu.", "Jekk il-Gvern preżenti jibqa' jħares lejn ir-rwol tiegħu sempliċement mill- angolu ta' x'idaħħal hu mingħajr ma jħares lejn l-effetti soċjali, ekonomiċi u kulturali b'mod integrat għal pajjiżna se jibqa' gvern li ma jħarisx bis-serjeta' lejn l-aspetti l-aktar importanti tal-politika nazzjonali f'pajjiżna u allura jibqa' gvern li juri li m'huwiex kapaċi jmexxi tajjeb.", "Id-diskors tal-Ministru kien rakkont fil-qosor biex jiġġustifika għaliex illum il-gvern qed jiġi quddiem dan il-Parlament u jirrakkmandalna li napprovaw li l-gvern jidħol f'kuntratt mal-consortium li ntgħażel.", "Huwa qal li twaqqaf steering committee li għadda d-development brief lil min kien interessat biex jagħmel proposti u l-proposti kellhom isiru sal-15 ta' Settembru.", "Fil-fatt erbgħa mill-proposti li saru ġew short-listed.", "Semma wkoll is-sett ta' disa' kondizzjonijiet - jekk niżżilthom kollha - li dawk l-erbgħa li kienu short-listed, li tnejn minnhom imbagħad ingħaqdu u allura saru tlieta, kellhom jimxu magħhom biex jiddiskutu b'mod aktar dettajlat mal-gvern dak li huma jridu jipproponu.", "Kien hemm kondizzjonijiet dwar il- funding għall-proġett, biex wieħed jassigura li għandu kumpannija serja u mhux fantażma; dwar il-phasing tal-proġett; l-ammont taċ-ċens; l-utilities, il-parking, u performance bonus.", "Dawn kollha huma affarijiet importanti.", "F'dawn il-kondizzjonijiet il-Ministru kien beda bil-konsiderazzjoni li l- Baċir numru 1 mhuwiex inkluż f'dan l-iżvilupp għax dak huwa mogħti b'ċens lid-Drydocks.", "Jiġifieri l-gvern li laqqa' l-Parlament f'jum San Pawl biex jiddiskuti r-riforma li għandha ssir fid-Drydocks, qisu ma jistax jitkellem ....", "(Interruzzjonijiet) Meta wieħed iħares lejn dan is-sett ta' disa' kondizzjonijiet wieħed jistaqsi: Allura l-gvern lil dawk li riedu jagħmlu l- proposti ma qalilhomx x'tip ta' żvilupp irid?", "Jekk imur developer għand il- gvern u jgħidlu li l-mix li jrid jagħmel hija ta' għaxar restaurants, casino, lukanda u żewġ banek u jmur ieħor u jgħidlu li l-mix li jrid jagħmel hija ta' żewġ restaurants, ħafna sports facilities, ċentru kulturali u esibizzjoni fuq it-tali suġġett - dawn huma biss eżempji; naf li mad-diversi developers dawn l-eżempji huma realistiċi - il-gvern jibqa' newtrali?", "Allura x'se jkun l-iżvilupp għall-area tal-Kottonera ma jagħmilx differenza għall-gvern?", "Aħna hawnhekk qed niddiskutu biss jekk il-gvern idaħħalx Lm320,000 ċens li miegħu mbagħad iżżid il-miżati tal-Maritime Authority u ta' l-NTOM li jtellgħu d-dħul għal Lm370,000 ċens fis-sena għal 99 sena?", "Dan biss jinteressana?", "Bħala ċertezza nafu li l-punt tat-tluq ta' l-iżvilupp huwa l-yachting.", "Imma x'inhu l-kumplament ta' l-iżvilupp m'għandniex inkunu nafu?", "M'għandux ikun hemm preżentazzjoni tal-proġett tal-Kottonera lill-pubbliku fejn jingħad x'se jkunu l-artistic impressions, l-elevations u s-site plans b'mod dettaljat biex inkunu nafu fuq hiex qed nitkellmu?", "Tan-naħa l-oħra qed isemmu l-proġett ta' Chambrai.", "Dwar Chambrai nista' ngħid li meta ġejna biex niddiskutu dan il-proġett f'dan il- Parlament kienet diġa' saret konsultazzjoni pubblika u jekk in-naħa l-oħra tista' tikkritikana fuq kollox żgur li ma tistax tgħid li ma kenitx taf, metru kwadru b'metru kwadru, x'kien qed jiġi propost bħala żvilupp għal hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Issa n-naħa l-oħra li qiegħda fil-gvern kompliet b'dak l-iżvilupp u jekk għandha xi problemi jmissha waqfet mill- ewwel ġurnata.", "Imma dawn mhux hekk għamlu.", "Dawn mill-ewwel ġurnata li telgħu fil-gvern għaġġlu biex imorru jirtiraw mill-partnership for peace u ma kellhom ebda għaġġla oħra.", "Ma kellhom ebda homework lest u lanqas issa li qegħdin fil-gvern, m'għandhom ebda studju lest għax mhux kapaċi kienu, mhux kapaċi għadhom u mhux kapaċi se jibqgħu.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħid almenu fejn naqblu.", "Id-developers kollha ngħataw development brief ippreparat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-gvern.", "Qed ngħid hekk għax ħafna minnu huwa bbażat fuq il-Grand Harbour Master Plan li sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Lid-developers qalulhom x'inhuma the stage 1 and stage 2 requirements.", "Fid- development brief jingħad li:", "''Stage 1 requirements are compulsory from all development groups/consortia responding to the development brief.", "This preliminary phase represents the preparation of concept design proposals for the redevelopment which will enable Government to select the preferred groups.''.", "Jiena qed nifhem li jekk ikun hemm xi developer li ma jimxix ma' xi rekwiżiti ta' stage 1, dan jinqata' barra.", "''Stage 2 requirements are also compulsory and should be achieved, to the satisfaction of the Planning Authority, prior to the completion of any legal agreements relating to the development.''.", "Xi tfisser ''prior to the completion of any legal agreements relating to the development''?", "Tista' tifhem li jridu jsiru qabel ma jsir il- konvenju, għax il-konvenju huwa wegħda li inti se tidħol f'kuntratt, il- konvenju jorbot u allura huwa legal agreement.", "Min-naħal-oħra tista' targumenta li dawn ir-requirements iridu jsiru qabel il-kuntratt attwali.", "Imma l-Gvern kellu dawn l-affarijiet qabel il-konvenju?", "Jew jekk inkella b'''legal agreements'' qed jifhem kuntratt u allura se jintrabat li jkollu dawn l-affarijiet qabel il-kuntratt?", "Madam Speaker, stage 1 requirements jinkludu block elevations of the whole redevelopment.", "Dawn kienu sottomessi mid-developers kollha?", "Huma available ħalli narawhom?", "Fost l-istage 1 requirements hemm ukoll ''summary brochure of the proposals for public consultation purposes, including the overall scheme plans (full size and colour) and material for 3 exhibition panels (2 x 1.5 metres each)''.", "Fejn saret din l-esibizzjoni?", "Xi trasparenza hi din?", "Veru trasparenti għax donnu li l-panel hija see- through, ma tara xejn fiha, u lanqas biss twaqqfet.", "Fil-kors ta' dan id- dibattitu, li mhux se nispiċċawh illejla, il-Gvern imissu jistedinna biex f'xi ġurnata mmorru naraw dawn l-''overall scheme plans (full size and colour) and material for 3 exhibition panels (2 x 1.5 metres each)''.", "Hekk titlob s-serjeta'.", "Barra minn hekk l-istage 1 requirements jinkludu wkoll ''photomontages along segments of the Cottonera waterfront of the proposed scheme, including perspectives and/or axonometric drawings design concepts and relationships of buildings and spaces''.", "Dan kollu suppost li ġie kkonsidrat mill-gvern biex ħa d-deċiżjoni.", "Issa l-gvern ġie hawn biex aħna nikkonfermawlu d-deċiżjoni.", "Jiena, bħala deputat tal-Parlament, qiegħed nitlob li nara dawn l-istage 1 requirements li kienu compulsory up to the stage of adjudication.", "Qed nitlob xi ħaġa esaġerata?", "Id-deputati kollha għandhom dritt li jarawhom jekk irridu li nagħmlu l-affarijiet bis- serjeta'.", "Ngħaddi issa għall-istage 2 requirements.", "Skond id-development brief, dawn jinkludu: '' Plans, elevations and sections of each retained building.", "Plans, elevations and sections of proposed additions/alterations/new building.", "Long sectional elevations from an agreed number of viewing points, including vantage points in in Dockyard Creek and from the open sea.", "Detailed proposals for landscaping of promenade and open spaces, new planting (with species and numbers), hard landscaping (roads, footpath and other areas), street furniture, lighting and soft ground cover (Scale 1:200).", "Schedule of materials for buildings, structures, walls and hard landscaping.", "Proposed site utilities layout, including connections to public network, any proposed power generation plants or substations, location of all pumping facilities, water tank/reservoir or RO plant (Scale 1:1000)''.", "Dawn qed insemmihom biex inkun tajt xi eżempji ta' stage 2 requirements.", "Imma naħseb li ladarba ma wasalniex għall-istage 1 requirements mur ara kemm se naslu għal dawk ta' stage 2!", "Madam Speaker, issa nixtieq nitkellem dwar kif saru d-diskussjonijiet mad- developers.", "Jiena nista' nassigura lill-membri kollha ta' din il-Kamra li n-naħa ta' l-oppożizzjoni ma jimportaha assolutament xejn jekk il-proġett isirx minn ''Tizju'' jew minn ''Peppu''.", "Inzertajna li nistgħu ngħidu bl- ikbar liberta' dwar il-finalisti kollha li wħud minnhom nafuhom u wħud minnhom ma nafuhomx bl-istess dettall; naħseb li kollha nafuhom ftit u kollha ma nafuhomx ftit.", "Imma bħala parlamentari l-interess li għandna hu li l-affarijiet isiru bis-serjeta'.", "F'okkażjoni preċedenti l-Onor.", "Alfred Sant, meta kien Kap ta' l-Oppożizzjoni, kien qalilna li kull meta niddiskutu trasferiment ta' art aħna nkunu qisna shareholders.", "Dak iż- żmien kien diġa' qed jaħseb f'kumpanniji, management u moderniżmu.", "Mela aħna bħala shareholders għandna dritt nistaqsu lid-diretturi - jiena nassumi li d-diretturi huma l-Kabinett - x'kien l-metodi tan-negozjati.", "Għaliex qed nistaqsi dan?", "Għaliex jirriżultali li l-Gvern stess kien qed jindika lid-developers kollha li r-requirement ta' Lm1 miljun paid up capital kien qed jistennih mingħand dik il-kumpannija li tilħaq il-livell wara li tkun ħarġet il-letter of intent.", "Dan huwa normal business practice.", "Inti ma timpenjax lil developer, ikun min ikun, bit-tqegħid ta' kapital ta' Lm1 miljun jekk dan ma jkollux f'idejh il-letter of intent, għax normalment huwa iktar faċli għal developer li jagħmel dak it-tip ta' impenn jekk ikollu l-letter of intent f'idejh.", "Il-gvern kien ġie quddiem dan il- Parlament - u jiena stennejt li llejla l-Ministru jispjega iktar fuq dan - u permezz ta' stqarrija ministerjali tal-Viċi Prim Ministru fis-seduta parlamentari tas-6 ta' April kien qal li:", "''Il-Cottonera Waterfront Steering Committee wara li għamel proċess ta' evalwazzjoni unanimament iddeċieda li jagħmel short-listing ta' erbgħa mis-sottomissjonijiet.''.", "Imbagħad kompla jgħid li:-", "''Ir-rakkmandazzjoni ta' dan l-isteering committee hija li tnejn mit- tliet consortia ...''", "- din il-parti rrifera għaliha wkoll il-Ministru Buhagiar fl-introduzzjoni tiegħu -", "''... short-listed kienu qrib ħafna ta' xulxin imma l-għażla finali tal-kumitat marret favur il-Cottonera Waterfront Group.", "Dan ir-rapport jirrakkmanda li l-Gvern għandu jibda negozjati ma' dan il-grupp biex wara li jiġu esplorati diversi fatturi u tinġabar aktar informazzjoni dettaljata tinħareġ letter of intent.''.", "Hekk qalilna l-Onor.", "George Vella fis-seduta tas-6 ta' April, 1998.", "X'ġara minn dakinhar sal-lum?", "Kif il-gvern jinforma lill-Kamra li għandu rakkmandazzjoni unanima favur grupp u mbagħad f'daqqa waħda jgħidilna li dak il-grupp ma kienx qiegħed jintrabat li jkollu l-foreign investment rikjest- almenu jiena hekk fhimt mill-mod kif tkellem il-Ministru - u allura l-gvern mar mill-ewwel fuq it-tieni għażla li kienet indikata mill- isteering committee.", "Bir-rispsett kollu, jiena ngħid li l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod għax jekk int tkun indikajt l-ewwel għażla li għandek rakkmandazzjoni biex timxi magħha, dak li normalment isir biex l-affarijiet ikunu verament trasparenti huwa li tiġbor il-punti kollha li tkun qed tippretendi minn dawk il-consortia, tibagħtilhom ittra b'dawk il- kondizzjonijiet preċiżi u tagħti dak li jissejjaħ ir-right of first refusal, jekk inti tkun ntrabatt quddiem il-Parlament, intrabatt bil- proċess kollu ta' l-adjudication li tagħmel għażla favur ''Tizju'' u mhux favur ''Peppu''.", "Jekk ir-right of first refusal, f'terminu preċiż u b'kondizzjonijiet preċiżi, li inti tkun tajt lill-ewwel consortium ma jkunx osservat, allura hemmhekk tmur fuq it-tieni consortium.", "Imma jien informat li mhux hekk ġara.", "(Interruzzjonijiet) Le,mhux hekk ġara u issa ngħidlek x'ġara.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Madam Speaker, jekk forsi l-Onor.", "Membru ma jafx x'ġara, jgħid li ma jafx x'ġara u joqgħod bil-qiegħda.", "Jekk jaf x'ġara u qed joqgħod jgħawweġ il-fatti qed jagħmel hekk biex jimmislidja lill-Kamra għax fil-fatt ma sar xejn minn dan li qed jgħid.", "Għaliex qed joqgħod iħallat il-letter of intent mal-Lm1 miljun u jsemmi r-right of first refusal li kellu jingħata taħt l-ewwel kondizzjonijiet?", "Jekk ma jafx imissu ġie hawnhekk mill-bidu biex jisma' lill-sieħbi jispjegalu jew inkella jgħid: Jiena din ma nafhiex u nixtieq li xi ħadd jispjegahieli.", "Għax minn dak li qed jgħid hu ma sar xejn.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Zammit Dimech, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Zammit Dimech ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Zammit Dimech ikompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, nirringrazzja lill- proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.", "Jien nassigura lill-Onor.", "Karmenu Vella li naf ħafna, imma issa qed nitlob lill-Gvern biex jagħti l- ispjegazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Ma qed ngħid xejn ħażin u issa nkompli nispjega.", "Madam Speaker, fis-7 ta' April in-nies li kellhom jiltaqgħu fuq dan il-proġett kellhom laqgħa mal-Prim Ministru fejn ġie mqassam lilhom dokument intitolat ''Points for Negotiations'', liema punti jinkludu li fi żmien xahar mil-letter of intent id-developers iridu jifformaw holding company reġistrata lokalment with a paid up share capital of Lm1 million.", "Wara dik il-laqgħa ħarġu draft minutes mill-Ministeru ta' l- Onor. Karmenu Vella li jgħidu li ''within one month of the letter of intent the developers must form a holding company locally registered with a paid up minimum share capital of Lm1 million''.", "(Interruzzjonijiet) Qed nikkwota mid-draft minutes.", "Jekk trid, nagħtik kopja tagħhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Madam Speaker, l-Onor.", "Zammit Dimech qed jimmislidja lill-Kamra.", "Hemmhekk għamilna punti li ridna niddiskutu.", "Wara li ddiskutejna dawk il-punti ħriġna l-minuti tal-laqgħat.", "L-Onor.", "Membru qed jikkwota mill-punti li rajna li nistgħu niddiskutu.", "Dan qisu meta jiena niltaqa' ma' xi ħadd u ngħidlu: Ejja ħalli niddiskutu dawn is-sitt punti.", "B'daqshekk ma jfissirx li aħna nkunu qbilna fuq dawk is-sitt punti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dawn huma draft minutes li jelenkaw dawk li jissejħu agreed points u mhux iżjed negotiation points.", "Dawn huma stampati mill-Ministeru ta' l-Onor.", "Karmenu Vella u hu jaf għalxiex qiegħed nirreferi.", "Pero' ħalli niġi għall-mistoqsijiet.", "Meta inti se tidħol għal żvilupp ma' developers differenti, kif l-ewwel tgħidilhom li l-iżvilupp se jinkludi l-parti ta' quddiem ta' Sant'Anġlu u parti mill-area tal-Maċina u mbagħad waqt in-negozjati you move the goal- posts?", "U wara li you move the goal-posts waqt in-negozjati toħroġ dokument li jagħti time limits ġurnata b'ġurnata x'suppost li għandu jsir.", "Meta l- gvern minn fuq l-ewwel developer mar għal fuq it-tieni wieħed ta l-istess time limits li kien ta lill-ewwel wieħed?", "Qed nistaqsi dan peress li l- gvern kien qed jibdel it-termini tal-kondizzjonijiet kif kienu diskussi oriġinarjament ma' l-ewwel developer, liema developer xtaq perijodu biex ikollu l-konferma tal-foreign investor.", "Li ma qalx il-Ministru huwa li jumejn qabel ma hu ħareġ il-letter of intent lid-developer attwali, irċieva fax mingħand l-ewwel developer fejn informah li l-foreign investment li l- gvern kien qiegħed jitlob kien kollu garantit u li hu se jifforma l- kumpannija fiż-żmien meħtieġ mill-ħruġ tal-letter of intent.", "L- informazzjoni li kien hemm f'dik il-fax il-gvern injoraha, baqa' għaddej mad-developer l-ieħor u tah 18-il jum ċans biex itella' l-paid up share capital tal-kumpannija għal Lm1 mijun.", "Mela l-Gvern moved the goal-post u ttratta b'mod differenti mad-developers.", "Dan mhux korrett u tafu li dan ġara għax huwa pprovat minn dokumenti ....", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, jiena għandi d-draft agreement li ngħata lill-ewwel developers fejn qalulhom biex it-Tnejn, 22 ta' April, jirreġistraw il-kumpannija b'Lm250,000 - u dan għamluh - il-Ġimgħa, 24 ta' April, iffinalizzaw l- agreement għal man-nutar; il-Ħadd, 25 ta' April, qabel ma ħarġet il-letter of intent ....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Madam Speaker, dawn qatt m'għamlu l-kumpannija kif kienu ftiehmu u aċċettaw li jagħmlu.", "Qed jiżbalja.", "Il-kumpannija qatt ma saret b'Lm250,000 jiġifieri b'40% - anzi kienu qalulna b'60% - foreign investment.", "Dan ma sar qatt.", "Għalfejn qed jitkellem fuq affarijiet li qatt ma saru?", "OROR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, il-kumpannija kif saret inizjalment għal ftit ġranet ma kellhiex 40% foreign investment imma mbagħad il-gvern kellu dokumentazzjoni quddiemu bil-garanzija li l-foreign investment se jiġi.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mhux veru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mela issa nippubblikaw id-dokumenti kollha u naraw jekk hux veru.", "(Interruzzjonijiet) Imma dawn id-dokumenti li għandi nzertaw huma kollha dokumenti tal-gvern.", "Jiena nieħu gost nara lil tan- naħa l-oħra jitbaqbqu għax għandhom ħafna fuqhiex.", "Madam Speaker, hawnhekk qed nisimgħu li fil-kuntratt il-gvern se jimponi obbligu li sakemm isir l-iżvilupp il-consortium magħżul - nispera li ma jmerunix fuq din ukoll - la jista' jittrasferixxi shares u lanqas ibigħ partijiet miċ-ċens, jiġifieri ma jistax jispekula.", "Jiena llum lill-gvern ngħidlu li mar-rakkmandazzjonijiet ta' l-isteering committee li l-Ministru George Vella kien poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fost annexes oħrajn, kien hemm indikazzjoni ta' min hu l-consortium magħżul.", "Jekk illum immorru l- Malta Financial Services Centre u naraw min hi dik il-kumpannija nsibu li diġa' kien hemm bejgħ ta' ishma u diġa' kien hemm reġistrazzjoni ta' shareholders ġodda.", "Mela mil-letter of intent 'il quddiem il-kumpannija l- ġdida tellgħet ix-share capital tagħha minn Lm250,000 għal Lm1 miljun.", "Oriġinarjament Abonmarche Investments Incorporated, skond il-proposal li għamlu lill-isteering committee, kellu jkollhom 500,000 share u investitur barrani ieħor magħhom.", "Imbagħad l-investitur barrani sparixxa u x- shareholding niżel għal 300,000 share.", "Ma ġara xejn għax baqgħu within the limit, minn 50% niżlu għal 40%.", "Il-proposal oriġinali ta' Mr Jost Merten kienet ta' shareholding ta' 16.67%.", "Skond l-aħħar dokumenti pubbliċi ta' l- MFSC dan issa niżel għal 10%, jiġifieri minn 166,666 share niżel għal 100,000 share.", "John Ripard and Company Limited li fil-proposta oriġinali lill-gvern qal li se jkollu 166,667 share, jiġifieri 16.67%, issa niżel għal 25,000 shares, jiġifieri 2.5%.", "Trader Marine Cottonera Limited li kellu jkollha 166,667 share, jiġifieri 16.67%, issa niżżlet ix-shareholding għal 75,000, jiġifieri 7.5%.", "Għaliex, Madam Speaker?", "Għax mil-letter of intent sad-data tal-kuntratt daħal 25% shareholding ġdid u dan meta l- Ministru jiġi hawn u jiftaħar kemm il-gvern preżenti jikkontrolla biex ma ssirx spekulazzjoni, ma jitqassmux shares u ma jidħol ħadd ġdid.", "Imma għandkom il-wiċċ tiġu titkellmu b'dan it-ton?!", "Hemm 25% shareholding ġdid mil-letter of intent sal-lum bid-data tas-26 ta' Mejju!", "Dan huwa dokumentat f'dokumenti pubbliċi.", "Morru arawhom.", "(Interruzzjonijiet) Kemm aħna bravi!", "Jiġifieri mill-kuntratt sakemm ilesti l-iżvilupp ma jistax jispekula imma mil-letter of intent sa meta jiffirma l-kuntratt jista' joqgħod jispekula kemm irid!", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, nerġa' ngħid li hemm 25% shareholding ġdid u ninsabu informati li dawn diġa' kienu qed jitolbu premium fuq ix-shares.", "Niġi issa għall-kuntratt għax naturalment, fl-aħħar mill-aħħar, wieħed imbagħad irid jistaqsi fuq il-kuntratt.", "Jien se nagħmel riferenza għal xi partijiet minnu.", "L-ewwelnett il-kuntratt li għandna quddiemna jitkellem prattikament dwar l-għoti tax-xatt kollu tal-Kottonera.", "Mill-mod kif tkellem il-Ministru bil-kemm ma riedx jgħid li l-gvern qisu qed jagħti ċens fuq xi żewġt ikmamar fid-deżert.", "Il-gvern qagħad attent li jeskludi l- knisja - dik ma tahiex b'ċens - il-mużew marittimu u mina tal-Korporazzjoni Enemalta, eskluż l-airspace fuqha għax dan huwa inkluż ukoll.", "Jiġifieri l- kuntratt jinkludi ix-xatt kollu tal-Birgu u x-xatt ta' Bormla eskluża l- area tal-baċir.", "Imbagħad fil-każ ta' l-Isla l-kuntratt huwa limitat għall- pontoons u għat-tqegħid tas-servizzi għal dawk il-pontoons.", "Jiġifieri qed nitkellmu dwar 19,000 metru kwadru.", "Pero' l-iżvilupp li se jsir f'dawn l- inħawi kollha - u din torbot ma' dak li staqsejt dwaru qabel - x'inhu preċiżament?", "Il-Ministru ħa l-ħin kollu li kellu jieħu biex jispjega diversi aspetti ta' dan il-kuntratt imma jiena u d-deputati ta' din il- Kamra, anke għaliex ma sarx il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika li suppost sar, ma nafux jekk hemmx għaxar ristoranti, erba' siti ta' attivita' kulturali, casino, hotel, eċċ. Jekk hemm dawn kollha ma nafux x'inhi l-mix.", "Issa, bir-rispett kollu, jekk dwar l-iżvilupp tas-sit tat- teatru rjal il-gvern iħoss li wara li jidħlu l-offerti - issa spiċċa b'offerta waħda - għandu jagħmel esibizzjoni pubblika - ħalliha li mhux qed naraw wisq, qed naraw biss il-faċċati għax mhux qed jgħidilna eżatt x'se jkun hemm ġewwa - u ssir konsultazzjoni, il-gvern m'għandux jagħmel l- istess fuq l-iżvilupp tal-istess?", "Mela l-Kottonera għandha xi ħaġa inqas mill-Belt jew mill-kumplament ta' Malta?", "Għaliex qed titrattawhom b'dan il- mod lin-nies tal-Kottonera?", "In-nies tal-Kottonera m'għandhomx dritt ikunu jafu x'inhu l-iżvilupp li l-gvern qed jipproponi?", "Nafu li l-gvern kien iffissat li jkollu foreign investment.", "Issa nafu li l-foreign investment huwa 40% Amerikan.", "Fin-negozjati kien intqal li se jkun hemm ċens ta' 65 sena li issa tela' għal 99 sena - dan wieħed mill-misteri li hawn - u allura għal 99 sena dan il-consortium dominat minn interessi Amerikani se jkollu l-Kottonera kollha f'idejh.", "Wara li jlestu l-iżvilupp dawn jistgħu jibdew jaqsmu ċ-ċens u jqassmuh.", "Il-Ministru ġie jiftaħar li l-Gvern qed jikkontrolla l-ispekulazzjoni.", "Dan m'hu veru xejn.", "Dan qed jorbothom li minn issa sakemm isir il-kuntratt jagħmlu li jridu - diġa' żiedu x- shareholding bi 25% - mill-kuntratt sa meta jlestu ma jistgħux jittrasferixxu - naħseb li huwa ovvju x'jistgħu jagħmlu jekk xorta jkunu jridu jispekulaw, imma ma naħsibx li għandi nidħol f'dak id-dettall - pero' wara li jlestu jistgħu jaqbdu dan il-kuntratt u bil-barka kollha uffiċjali tal-gvern il-yacht marina jagħtuh lit-tali consortium, Scamp Palace jagħtuh lil consortium ieħor, il-bini tat-torri bl-arloġġ jagħtuh lil xi ħadd ieħor u l-bini tat-Teżorerija jagħtuh lil xi ħadd ieħor u jagħmlu li jridu.", "Hekk jista' jiġri.", "Kif qed tiġu hawn u tgħidu li dan ma jistax isir!?", "Qed tagħtu perijodu żgħir li fih tridu tassiguraw li jsir l-iżvilupp u qed tgħidu li f'dak il-perijodu ma jsirx trasferiment, imma qabel, bħalissa jew wara sentejn, jistgħu jagħmlu li jridu.", "Barra minn hekk, Madam Speaker, dan il-kuntratt m'hu soġġett għal ebda kondizzjoni rigward il-mix ta' żvilupp li hawn.", "Hemm x'imkien fil-kuntratt jekk il-mix hiex se tkun marbuta mat-tali linji ta' żvilupp?", "Le, ma tarax!", "Dawk jagħmlu li jridu.", "Naturalment il-kelliema tal-gvern se jgħiduli li dawn iridu jmorru għand il-Planning Authority li trid tapprovalhom il- permess.", "Probabbilment il-Planning Authority - almenu wieħed jispera - timxi mad-development brief.", "Imma huma jridu jmorru għand il-Planning Authority u jinnegozjaw magħha.", "L-unika ħaġa li hawn fuq it-tip ta' żvilupp li se jsir hija li l-Gvern se jintrabat li jinnominalhom persuna biex jekk tal-Planning Authority joqogħdu mqarbin u ma jittrattawhomx tajjeb ikunu jistgħu jmorru jirrapportaw għand din il-persuna nominata mill- Gvern.", "Hekk hemm miktub f'dan il-kuntratt.", "Jiġifieri l-awtonomija ta' l- awtoritajiet - tista' tkun l-Awtorita' tax-Xandir, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar jew xi awtorita' oħra - issa trid iċċedi quddiem il-poter assolut ta' dawk il-ministri li jaħsbu li huma l-allat ġodda - jiddispjaċini għall- frażi li qed nuża - ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, ħalli ngħid x'konsiderazzjonijiet oħra hawn f'dan il- kuntratt.", "Fost oħrajn insibu li hemm li fl-inħawi ta' l-iżvilupp irid jinżamm dritt ta' aċċess favur il-pubbliku, pero' l-kumpannija jkollha dritt li tirristrenġi dak id-dritt ta' aċċess u l-gvern irid jagħtiha l- approvazzjoni tiegħu sakemm ma jkunx hemm hemm raġunijiet validi biex il- permess ma jingħatax.", "Imbagħad f'dan il-kuntratt insibu eċċezzjoni interessanti.", "Il-gvern jista' jirrifjuta li l-kumpannija jkollha aċċess għall-inħawi tal-Forti Sant'Anġlu.", "Għaliex?", "Ovvjament għax il-gvern għandu pjanijiet oħra għall-Forti Sant'Anġlu.", "Kif smajna mingħand il-Prim Ministru diversi drabi, fuq Sant'Anġlu l-gvern ftiehem mal-Kavallieri li jgħaddihulhom u qalilna li jrid il-kunsens tal-Parlament kollu biex ikun jista' jgħaddih.", "Pero' minn mindu tkellem, ġimgħatejn jew tliet ġimgħat ilu, sal-ġurnata tal-lum għadu ma tkellem qatt magħna.", "Naħseb li mal- Kavallieri qed jitkellem ħafna - ma nafx hux qed imur ikellimhom fuq iż- żiemel - imma magħna l-parlamentari m'hu qed jitkellem xejn.", "Kulma nafu - u dan kien wieħed mill-punti diffiċli fin-negozjati - hu li min kien se jiżviluppa kellu jiżviluppa wkoll is-sit ta' quddiem il-Forti Sant'Anġlu, imbagħad f'daqqa waħda l-area ta' quddiem il-Forti Sant'Anġlu ġiet maqtugħa u f'dan il-kuntratt hawn li l-gvern għandu d-dritt li jirrestrinġi dik l-area.", "Barra minn hekk, hemm kondizzjonijiet oħra bħalma huma li l-aċċess tal- pubbliku ma jinkludix id-dritt li wieħed imur jistad hemmhekk u li ma jistax isir għawm fil-marina area.", "Jiena nixtieq inkun naf kif qed niddefinixxu l-marina area għax jekk qed niddefinuha bħala l-area ta' madwar ix-xatt kollu, meta se jkun hemm yacht marina n-naħa tal-BIrgu u n- naħa ta' l-Isla, se nispiċċaw li fil-Kottonera ma tkun tista' tgħum imkien.", "Imbagħad hemm kondizzjoni oħra li hija li l-iżviluppatur irid jimxi mal- linji ġenerali tad-development brief pero' dettalji preċiżi ta' kif irid jimxi ma' dak id-development brief m'hemmx u ma nafux eżatt x'irid jagħmel.", "Madam Speaker, hawnhekk irrid ngħid li ltqajt ma' misteru ieħor.", "L-ewwel misteru kien li ma nafx kif faqqsu x-shareholders - u dan sar ma' Gvern li jiftaħar li ma jħallix dan jiġri - u t-tieni misteru huwa klawsola 4.4 tal- kuntratt.", "Għaliex hija misteru?", "Għax din il-klawsola - u l-Ministru ftaħar biha llejla - tgħid li:", "''The grantee is bound to incur a minimum expenditure of six million Malta Liri (Lm6,000,000) ....''.", "Mela min jiżviluppa jrid jonfoq minimu ta' Lm6 miljun.", "Issa jiena wieħed minn dawk li nindenja ruħi u naqra d-dokumenti li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u nafu li mad-dokumenti li kien qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- Ministru George Vella kien hemm l-annexes ta' x'ipproponew id-developers.", "Id-developer li kellu jkun il-first choice kien qed jgħid li l-iżvilupp li jrid jagħmel huwa ta' Lm13 miljun; id-developer li l-gvern qal li se jagħżel intrabat mal-gvern li jagħmel żvilupp ta' Lm12 miljun - fil- pubbliku ftaħartu li dan huwa proġett ta' bejn Lm20 miljun u Lm25 miljun, imma wieħed irid jinsa x'għedtu fil-pubbliku għax wieħed ma jistax jieħu iktar bis-serjeta' dak li tgħidu fil-pubbliku meta tgħidu ħaġa u mbagħad tagħmlu bil-maqlub - imbagħad f'dan il-Parlament ġibtu dokument li jgħid li l-gvern irid jorbot lid-developer bi żvilupp ta' Lm6 miljun.", "Dan ifisser li hemm xi write-off ta' Lm6 miljun minn dak li l-istess developer ippropona lill-gvern u li allura suppost kellu jkun ikkonsidrat for adjudication purposes?", "Ta' min jgħid li dan sar fil-proċess tan-negozjati għax ma tridx tinsa li l-ewwel kellna developer imbagħad sar moving of goal-posts u daħal developer ieħor.", "Madam Speaker, irridu niftakru wkoll li meta d-developers kollha għamlu l-quantification ta' l-iżvilupp li jridu jagħmlu taw breakdown ta' kemm iridu jonfqu fuq restawr ta' bini antik, fuq mollijiet u fuq il-ħolqien ta' faċiljiet komunitarji.", "Imma liema Gvern serju, modern, trasparenti u ma nafx kemm-il aġġettiv nużaw, ikollu garanzija ta' żvilupp ta' Lm12 miljun u mbagħad fil-kuntratt jagħmillu minimu ta' Lm6 miljun?!", "Din xi trasparenza hi?!", "Meta wieħed iħares lejn aspetti oħrajn ta' dan l-iżvilupp irid isemmi wkoll in-nuqqas ta' rabta fuq id-developer li jimxi b'konsiderazzjonijiet definiti b'mod preċiż għar-rigward ta' dak li jrid ikun l-iżvilupp fl- inħawi tal-Kottonera.", "F'dan il-kuntratt hemm riferenza wkoll għall-130 frejgatina li jiena nifhem li jridu jingħataw lin-nies li diġa' għandhom din il-faċilita', pero' mbagħad m'hawnx miktub x'tariffi għandu jżomm il- grantee.", "Ma jistax ikun li nġibu developer minn barra, nagħtuh il-faċilita' li jagħmel żvilupp u norbtuh li jrid joffri l-irmiġġ għal dawk il-130 frejgatina u mbagħad ma norbtuh b'ebda konsiderazzjoni soċjali oħra.", "Meta qed nitkellmu dwar sit ta' din l-importanza storika, soċjali u anke ekonomika, il-minimu li kont nistenna mill-gvern illejla f'din il-Kamra - u dan qed ngħidu onestament u mhux għal dan il-proġett biss imma anke għal proġetti oħrajn - huwa li jkollna preżentazzjoni dwar x'se jfisser dak l- iżvilupp fuq diversi sferi.", "X'għandi f'moħħi meta qed ngħid diversi sferi?", "L-ewwel ħaġa hija - u din diġa' rriferejt biżżejjed għaliha - li wieħed ma jistax ma jkollux preżentazzjoni dettaljata ta' fiex jikkonsisti l- iżvilupp.", "Qed nitkellmu dwar inħawi li huma ġawhra strorika, arkitettonika u artitstika u allura jinteressa lil dan il-Parlament, lin-nies tal- Kottonera u lin-nies in ġenerali, per eżempju, x'se jsir mill-bini tat- Teżorerija, mill-knisja tal-Karmelitani, mill-wide building, kif jissemma fid-development brief, mill-palazzi l-oħrajn f'dawk l-inħawi u mill-imħażen ta' Caraffa.", "Naħseb li huwa importanti li wieħed ikun jaf x'se jsir minnhom u x'inhu l-iżvilupp propost li jsir.", "Minn kulma smajna llejla dak kollu huwa conspicuous by its absence.", "Jiena nippretendi li meta qed nitkellmu dwar żvilupp ta' din l-importanza, dwar żvilupp li aħna min-naħa tagħna nistgħu nkunu disposti li nagħtu l-appoġġ u l-kooperazzjoni tagħna dwar kieku naraw l-affarijiet isiru bis-serjeta', għandna nkunu nafu x'inhu pproġettat għal dawn il-binjiet differenti.", "Madam Speaker, meta għadna fil-bidu ta' dan id-dibattitu, mill-qalb nagħmel dan l-appell.", "Ngħidu ħafna kliem lil xulxin; il-Ministru joqgħod jakkużana fejn jidhirlu li għandu jakkużana fuq il-passat u jiena ma nħobbx noqgħod lura milli nagħmel l-akkużi li nħossni fid-dover li għandi nagħmel.", "Imma ilkoll kemm aħna nistgħu mmorru 'l hinn minn dan, anke minn dawk l- akkużi jekk hemm bżonn, u ngħidu: Għandna dritt li fil-kors ta' dan id- dibattitu nkunu nafu x'inhu pproġettat għal dawn il-binjiet?", "Għandna dritt li naraw il-pjanti u l-elevations preċiżi u l-projections tan-naħa tal- gvern?", "Illejla, meta l-gvern jaġġorna dan id-dibattitu għal xi seduta oħra, fil-mument ta' l-aġġornament ta' din il-Kamra għandu jagħti impenn u jgħid: Parlamentari, poplu tal-Kottonera, poplu Malti, sakemm id-dibattitu jasal fit-tmiem tiegħu se nispjega kollox bl-iktar mod apert, bl-iktar mod modern u bl-iktar mod trasparenti.", "Dan huwa appell li ma nistax ma nagħmlux u nispera li ma jaqax fuq widnejn torox.", "It-tieni konsiderazzjoni li jrid ikun hemm meta wieħed ikun qed jagħmel adjudication bħal din hija li jsir xi studju dwar l-impatt ekonomiku tal- proġett, x'se jiġġenera għas-sit in kwestjoni.", "Dan huwa kriterju fundamentali.", "Għaliex?", "Għax huwa żball kbir għall-Gvern, ikun min ikun fil-gvern, li jħares biss lejn l-introjtu li bħala gvern se jdaħħal kull sena.", "Il-gvern irid jgħid: Dan il-proġett x'tip ta' attivita' ekonomika, kulturali u soċjali se jiġġenera?", "Kultant jista' jkollok proġett li fi flus jirrendi iktar lill-gvern, pero' ekonomikament ikun jagħmel ħsara lill- pajjiż.", "Ħalli nagħti eżempju forsi fuq skala iżgħar, għalkemm lin-nies li jolqot naħseb li jolqothom bis-serjeta'.", "Meta darba f'dan il-Parlament - forsi b'ton mhux kalm għal kollox - konna qed niddiskutu l-kwestjoni tal- vapuri tal-Gozo Channel, jiena kont għidt lill-gvern: X'inhu l-iktar importanti fl-interess nazzjonali, kemm indaħħal fis-sena minn dik il- kumpannija u kemm niftaħar li qlajt minn fuq il-vapuri fis-sena, jew li nagħmel studju u nara jekk dawk li għandhom restaurant, guest-house, lukanda, bar jew kafeterija f'Għawdex hux qegħdin bħali in the black?", "Għax mhux sewwa li l-aqwa li jiena in the black u ma jimportanix li ħaddieħor huwa in the red.", "Jien kont nippretendi li bħala parti mill-kors ta' dan id- dibattitu kellna ningħataw indikazzjoni ta' l-impatt ekonomiku tal-proġett, li normalment jirriżulta milli jkollok ukoll preżentazzjoni serja ta' x'inhu pproġettat, għax ma' l-impatt ekonomiku l-gvern verament seta' jikkonsidra option li donnu għażel mill-ewwel li ma jridx jikkonsidraha, l- option li l-iżvilupp ta' l-inħawi kollha tal-Kottonera jsir b'mod integrat u b'mod ippjanifikat billi ħaġa torbot ma' l-oħra.", "Naf li l-Gvern kellu din l-option ukoll, pero' dan mhux bilfors ifisser li bl-iktar mod assolut immorru għal proċess fejn nagħżlu developer wieħed u nagħtuh il-Kottonera kollha f'idejh.", "Mhux bilfors li tagħmel hekk.", "Tista' tlaħħam iżjed id-development brief li jkollok f'idejk billi tagħtih iktar dettalji preċiżi u tipproponi xi ħaġa li l-iktar tkun faċli għall- gvern, bħal per eżempju, twaqqaf yacht marina u mbagħad tagħmel xi proposti għad-diversi partijiet tax-xatt tal-Kottonera.", "Naturalment ma tistax tagħmel dan mingħajr ma tassigura, kemm mil-lat ta' planning kif ukoll mil- lat tal-Gvern bħala catalyst ta' l-iżvilupp, li d-developers li jkunu qed jaħdmu f'dan il-proġett ikunu qed jagħmlu dan b'mod unifikat.", "Forsi hawnhekk wieħed jistaqsi: Dan li qed insemmi jien x'impatt ekonomiku se jħalli?", "Madam Speaker, jekk stess il-gvern beħsiebu jimxi skond x'irendi l-iktar għall-but tiegħu, jekk ikollu jimxi bil-mod li qed nissuġġerixxi jien, se jispiċċa f'sitwazzjoni li ekonomikament tiġġenera attivita' f'firxa ferm iktar wiesgħa milli jekk jimxi b'din l-għaġġla li qed jimxi biha biex jagħżel developer wieħed, minkejja li jaf li għal dak il-wieħed si rischia tutto u li jekk dan ifettillu jaqbiżlu xi deadline ikun irid isib developer ieħor.", "Jien lill-Gvern ngħidlu li min ikun moħħu fl-għaġġla ma jkunx qed jimxi bl-iktar mod għaqli u naħseb li llum ...", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, għandek bżonn leave of House biex tkompli titkellem.", "Hawn leave of house?", "(Onor. Membri: No.)", "Il-permess ma ngħatax.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, nagħlaq b'dan il-ħsieb.", "Il- konklużjoni tiegħi hi li l-Gvern miexi b'inkompetenza assoluta, b'ingann mal-poplu u b'suppervja kbira tant li lanqas biss irid li din id- diskussjoni tkompli miexja bis-serjeta' ...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, hija ħasra li llum, meta qed nitkellmu fuq żvilupp li tant ilna nistennew, qed nirriduċu d-dibattitu għal mod li la jirrispetta lil din il-Kamra u lanqas lill-istess żvilupp li qed nipproponu li jsir.", "Aħna ilna nitkellmu fuq il-potenzjal tal-Kottonera s-snin, kif indika fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Francis Zammit Dimech li ta rendikont ta' x'wassal biex illum qed jiġi propost żvilupp bħal dan.", "Wieħed jista' jgħid mill-ewwel li r-rankatura biex isir żvilupp fil- Kottonera qabdet tul dawn l-aħħar għaxar snin.", "Biżżejjed ngħidu li hekk kif fl-1992 tela' għat-tieni darba l-Gvern Nazzjonalista dan waqqaf il- Cottonera Rehabilitation Committee bl-iskop speċifiku li wieħed jikkonċentra iktar fuq l-iżvilupp ta' din l-area.", "Jekk wieħed jara d- development brief li hawn ma' dan ir-rapport jinduna li l-popolazzjoni tal- Kottonera ilha żmien sejra lura.", "Anzi llum il-Kottonera tinsab f'sitwazzjoni ħafna aħjar minn kif kienet wara l-gwerra.", "Pero' huwa fatt li wara li twaqqaf il-Cottonera Rehabilitation Committee sar ħafna xogħol f'dawn it-tlett ibliet.", "Biżżejjed insemmu l-postijiet tal-gvern li nbnew f'Bormla, id-dar ta' l-anzjani li qed tinbena fi Triq l-Ajkla f'Bormla wkoll - fil-fatt sal-ġimgħa l-oħra stess din id-dar ta' l-anzjani ssemmiet fl-aħbarijiet minħabba li x-xogħol fuqha jinsab fi stadju avvanzat - u r- restawr li sar fuq l-ex-naval bakery biex illum dan il-post ġie rrestawrat f'mużew marittimu.", "Hawn irrid ngħid ukoll li mhux veru dak li qal il- Ministru, li t-turisti m'humiex qed iħallu lira fil-Kottonera, u dan grazzi għall-investimenti li saru fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Ta' min isemmi wkoll li minn mindu twaqqaf il-Cottonera Rehabilitation Committee sar il- paviment tal-moll tal-Birgu u l-Isla, sar xi restawr fil-forti Sant Anġlu, fejn fost affarijiet oħra tneħħa l-proġett meskin u żgwidat ta' żvilupp turistiku li kien sar hemmhekk, u sar ukoll tindif tas-swar.", "Dawn l- affarijiet bil-mod il-mod bdew jagħtu spinta 'l quddiem lill-Kottonera.", "Madam Speaker, wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll l-attivitajiet li bdew isiru fil-Kottonera biex il-popolazzjoni tibda tersaq iktar 'l hemmhekk għax jien stess ġieli niltaqa' ma' nies li jgħiduli li kważi qatt ma marru l-Kottonera.", "Biżżejjed insemmi l-Birgufest - kull darba li ssir din l- attivita' niltaqa' ma' nies li jgħiduli li ma kenux jafu li l-Birgu għandu daqstant potenzjal - u l-boat fair, li għaliha jiġu nies minn Malta kollha.", "B'kumbinazzjoni, hekk kif bdew isiru dawn l-inizjattivi twaqqfu l-kunsilli lokali li min-naħa tagħhom taw lill-Kottonera spinta oħra 'l quddiem għax minbarra li forsi ngħataw iktar funds milli ngħataw kunsilli lokali oħra peress li l-lokalitajiet tagħhom huma żgħar u fihom diversi siti storiċi, dawn bdew jikkonċentraw ukoll fuq il-ħtieġa li jsiru iktar attivitajiet f'din l-area.", "Pero' din il-ħidma ma kenitx xi mediċina mirakoluża u llum il-Kottonera għad għandha l-istess problemi li kellha qabel.", "Forsi wieħed jistaqsi: Xi problemi għandha l-Kottonera ?", "Madam Speaker, l-ewwel problema li għandha l-Kottonera hija l- popolazzjoni tagħha qed tonqos b'mod drammatiku u bħala konsegwenza llum fiz-zona tal-Kottonera hemm l-ikbar konċentrazzjoni ta' proprjeta' vojta.", "Wieħed irid jammetti wkoll li f'dawn it-tlett ibliet hemm diversi problemi soċjali ta' broken families u ta' delinkwenza.", "Per eżempju, kulħadd jaf li l-inqas li jidħlu studenti fl-Universita' huwa mill-Kottonera.", "Sfortunatament, minkejja d-diversi ħidmiet li saru f'dawn l-inħawi sal-lum il-problemi fil-Kottonera għadhom ma naqsux.", "Madam Speaker, sa minn snin ilu bdiet tinħass il-ħtieġa li fil-Kottonera jsiru proġetti fuq skala akbar.", "Fil-fatt meta kien qed isir il-yacht marina study u nstab li l-iktar post ideali għal yacht marina huwa l- Kottonera, bdiet tissemma għall-ewwel darba l-idea li l-Baċir numru 1 jispiċċa u b'hekk - hawnhekk se nuża l-istess kliem li uża l-Ministru meta kien qed jintroduċi din ir-riżoluzzjoni - il-pulmuni tal-Kottonera as a whole ikunu jistgħu jinfetħu .", "Madanakollu dak iż-żmien din l-idea kienet sabet oppożizzjoni sħiħa, partikolarment min-naħa tal-General Workers' Union minħabba l-interessi politiċi tagħha, tant li jien niftakar li meta kien qam dibattitu fuq din l-idea, jekk m'iniex sejjer żball Sammy Meilaq kien ħareġ jgħid li biex id-Dockyard taċċetta li l-Baċir numru 1 jispiċċa, il-Gvern irid jibnilha baċir x'imkien ieħor.", "Minkejja li l- Kunsill Lokali ta' Bormla li, kif jaf kulħadd, il-Gvern Nazzjonalista ma kellux maġġoranza fih, kien qabel ma' din l-idea, sfortunatament l- Amministrazzjoni Nazzjonalista ma sabitx biżżejjed appoġġ biex tkun tista' twettaq din l-idea.", "U peress li s-soluzzjoni ta' Baċir numru 1 hija l- pern tar-riġenerazzjoni tal-Kottonera, din l-idea ma setgħetx tavvera ruħha.", "Madanakollu din l-idea baqgħet hemm u, tajjeb jew ħażin, mal-bidla fil-gvern din ġiet addottata.", "U x'ġara?", "Ġara li dak li qabel l-elezzjoni l-General Workers' Union kienet topponih hekk kif tela' l-Gvern Laburista dan sar aċċettabbli.", "Hekk ukoll ġara fil-każ ta' Baċir numru 1.", "B'hekk beda jiġi drafted development brief f'dan ir-rigward, liema development brief beda jiġi żviluppat f'ċerti fora li kienu saru taħt Gvern Nazzjonalista u li huma marbuta wkoll mal-grand harbour local plan li ġie żviluppat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Madam Speaker, hawnhekk, bħala kelliem ta' l-Oppożizzjoni dwar l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "Waqt dan id- dibattitu nħoss li ta' min jirrikonoxxi x-xogħol siewi li għamlet l- Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq il-grand harbour local plan għaliex dan huwa l- bażi ta' dak kollu li qed niddiskutu f'din il-Kamra llum u kważi huwa l- viżjoni kollha li għandna aħna għall-Kottonera.", "Bla ebda dubju dan juri li meta l-Gvern jimxi id f'id ma' l-Awtorita' toħroġ xi ħaġa tajba kif fil- fatt ġara fl-iżvilupp li għandna propost għall-Kottonera.", "Wieħed jista' jgħid b'mod ġenerali li l-iżvilupp li ġie propost għall-Kottonera huwa tajjeb u aħna qed nopponu, u nistaqsu dwar, il-mod li bih il-gvern għamel il-kuntratti u għall-fatt li din il-viżjoni ma ġietx żviluppata fi pjanti dettaljati.", "Kif għidt diġa', meta l-gvern jimxi id f'id ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dejjem joħroġ b'xi ħaġa tajba, pero' meta l-Gvern jimponi fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, bħal fil-każ tad-development brief ta' Paceville, jew meta jinjoraha, bħal fil-każ tad-development brief tas-sit tat-Teatru Rjal, joħroġ b'riżultati zopop.", "Madam Speaker, il-Parlament għandu quddiemu din ir-riżoluzzjoni sabiex jgħaddi l-art skond il-kuntratt li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u aħna, bħala rappreżentanti tal-poplu, għandna d-dover li niflu dan il- kuntratt sabiex neżaminaw tliet affarijiet; l-ewwelnett jekk dak li qed jiġi propost hux se jħalli negozju tajjeb lill-poplu Malti, it-tieni nett jekk l-iżvilupp li hemm marbut miegħu huwiex fl-aħjar interess tan-nies ta' l-inħawi u tal-poplu Malti in ġenerali u t-tielet nett jekk l-iżvilupp propost jistax iservi ta' dannu għall-patrimonju naturali u storiku - aħna nafu li fil-Kottonera hemm ħafna minnu - bil-konsegwenza li dan ma jkunx jista' jibqa' jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri.", "Ta' min jgħid li dan il-kuntratt qed jikkonċedi biċċa art, ta' kważi 21 tomna, għall-prezz ta' Lm370,000, jiġifieri roughly Lm18 ...", "(Interruzzjonijiet) Le, f'paragrafu (i) tal-kuntratt hawn:", "\"The immovables including the quays and the buildings thereon situated in Birgu having an area of circa thirteen thousand nine hundred square metres ...\",", "f'paragrafu (ii) tal-kuntratt hawn:", "\"(ii) The quay situated in Birgu/Bormla having an area of circa five thousand one hundred and thirty two square metres (5,132 sq. metres) ...\",", "u mbagħad iktar 'l isfel fl-istess paragrafu tissemma a a two-metre wide strip of land li għandha:", "\"... an area of circa one thousand six hundred and twenty seven square metres.\".", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jikkorreġini li l-konċessjoni ta' l-art fiha xi 19,000 metru kwadru.", "Madanakollu jien xorta waħda naħseb li jekk irridu nkunu verament realistiċi għandna naraw x'inhi l-area tal-baħar li qiegħda tkun konċessa u ndaħħluha fl-equation għax il-baħar m'huwiex xi aspett mejjet, anzi se jkun żviluppat bl-iktar mod dense u kważi se jagħti titolu assolut lill-iżviluppaturi.", "Fil-fatt skond il-kuntratt lanqas se tkun tista' tgħaddi mill-inħawi tal-marina ħlief biex mill-biċċa freeway li hemm fin-nofs tal-baħar li hija wiesgħa 30 metru.", "Jiġifieri l-baħar se jkun żviluppat b'mod intens.", "GĦalhekk għalxejn noqogħdu niġu hawn biex naraw kemm hi kbira l-art li se tiġi konċessa, kemm għandu jingħata ċens xi żvilupp għandu jsir fuq din l-art jekk fl-equation ma ninkludux ukoll il- baħar, li bla ebda dubju f'dan il-proġett qed iservi bħala l-ikbar potenzjal għax kulħadd jaf kemm illum hemm returns kbar mill-marinas.", "Jien ukoll, bħall-Onor.Zammit Dimech nixtieq nagħmel numru ta' mistoqsijiet.", "Nibda biex nistaqsi lill-Ministru fuq liema kriterju ġie kkalkolat iċ-ċens ta' Lm370,000.", "Naħseb li kulħadd jiftakar il- kontroversja li qamet fil-każ tal-Hilton wara li Dr. Edgar Mizzi kien għamel diversi mistoqsijiet dwar jekk il-konċessjoni ta' din il-lukanda kenitx ingħatat bi prezz baxx.", "Jien inħoss li hemm bżonn li xi darba f'dan il-Parlament nibdew nitkellmu b'mod xjentifiku fuq kif aħna, bħala shareholders, għandna nagħtu l-konċessjonijiet ta' l-art.", "Kieku jien kelli nistabbilixxi ċerti kriterji li bihom tkun tista' tingħata konċessjoni ta' art kont nieħu in konsiderazzjoni numru ta' affarijiet, fosthom jekk l- iżviluppaturi qabel kellhomx xi titolu fuq l-art.", "Per eżempju, il-każ tal- Hilton ma tistax tqabblu ma' dak tal-Kottonera għax fil-każ tal-Hilton, l- art kienet diġa' għand l-iżviluppaturi b'titolu għal 150 sena oħra, u allura wieħed ma setax jaqbad u jimponilhom ċertu ċens mingħajr ma jieħu in konsiderazzjoni dan il-fattur.", "F'dawn il-każijiet wieħed għandu jqis ukoll it-tul tal-konċessjoni.", "Il-Ministru qed jgħid li l-valur taċ-ċens huwa ta' Lm370,000, pero' f'daqqa waħda donna qed ninsew li meta kien hemm stqarrija ministerjali f'dan ir-rigward kien intqal li t-tul tal-konċessjoni kien ta' 20 sena għall-iżviluppi fuq il-baħar ...", "Fil-fatt meta jien kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Onor.", "George Vella fejn staqsejtu x'tip ta' titolu qed jagħti lill-iżviluppaturi, dan weġibni li huwa qed jingħata titolu ta' 65 sena għal dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-art u titlu ta' 20 sena għal dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-baħar, imma issa f'daqqa waħda qed jiġi propost lio jingħata titolu wieħed għal 99 sena kemm għal dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-art kif ukoll għal dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-baħar.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni qabel ma jistabbilixxi l-valur taċ-ċens hija kemm se jiġi jqum l-iżvilupp li jkun se jsir.", "Normalment meta l-gvern ikun se jippromwovi investiment kbir għall- pajjiż joqgħod lura milli jimponi xi ammont kbir ta' ċens għax ikun jaf li minkejja li mhux se jdaħħal returns immedjati f'forma ta' ċens, 'il quddiem se jdawwar lira tajba minn dak l-iżvilupp.", "Kif diġa' għidt, kulħadd jaf li marina tħalli profitti kbar, liema profitti huma regolari u kważi nistgħu ngħidu li fil-Mediterran huma assigurati.", "GĦaliex qed ngħid dan?", "GĦax filwaqt li min ikun se jibni xi lukanda jkun jaf li qed jieħu riskju minħabba li l-industrija tat-turiżmu to a certain extent hija fraġli għax jista' jiġri li filli tkun sejra tajjeb u filli tmur ħażin, għal dak li għandu x'jaqsam ma' marinas ir-riskju huwa minimu.", "Għalhekk meta wieħed jikkonsidra li fil-każ tal-Kottonera filli konna qed nitkellmu fuq ċens għal 20 sena u filli issa qed nitkellmu fuq ċens għal 99 sena meta r-riskju ta' l-iżvilupp se jkun minimu, wieħed mill-ewwel jirrealizza li dawk l- affarijiet li l-Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra m'humiex qed iqabblu like with like.", "Ċertament jekk il-Gvern irid li l-kritika li kien jagħmel qabel fuq Chambrai, fuq il-Hilton u fuq żviluppi oħra li kienu saru taħt l-Amministrazzjoni preċedenti tittieħed bis-serjeta', nippretendi li meta jagħmel il-winding-up jgħidilna x'parametri uża f'dan il-każ.", "Huwa importanti li nkunu nafu dan mhux biss għal din id-diskussjoni, imma għax, skond kif intqal xi ġimgħat ilu, 'il quddiem dan il-Parlament aktarx li se jiddiskuti xi konċessjonijiet oħrajn, fosthom il-konċessjoni fuq il-proġett tal-millennju, fuq is-sit tat-Teatru Rjal u fuq il-Hilton.", "Jekk kemm-il darba nkunu nafu x'parametri uża l-Gvern fit-tali proġett u x'parametri uża f'xi tip ta' proġett ieħor, meta jkun il-waqt inkunu nistgħu naraw jekk il- Gvern ikunx mexa mat-tali żviluppatur bl-istess riga li jkun mexa ma' xi żviluppatur ieħor kif ukoll il-mod li bih ikkalkola ċ-ċens.", "Nixtieq nagħmel mistoqsija oħra rigward it-tibdil li sar minn mindu saret stqarrija ministerjali fuq dan il-każ.", "Kif għidt diġa', dakinhar il- Ministru Vella kien qal li se jkun hemm titolu ta' 65 sena għal dak li huwa bini u mollijiet u titolu ta' 20 sena għal dak li huwa baħar, pero' issa f'daqqa waħda qed tingħata konċessjoni ta' ċens għal 99 sena.", "Ta' min iżid jgħid li f'dik l-istqarrija ministerjali l-Ministru kien qal ukoll li n- numru ta' konsorzji li wrew interess huwa ċertifikat ta' fiduċja fil- politika ekonomika u t-tmexxija għaqlija ta' dan il-gvern.", "Issa f'daqqa waħda l-gvern mhux qed juri li għandu dik is-saħħa u qed iċedi ċerti kondizzjonijiet, fosthom proprju din li tirrigwarda t-tul taċ-ċens.", "Kondizzjoni oħra li ċeda l-gvern f'dan il-każ - din semmieha wkoll l- Onor. Zammit Dimech - tirrigwarda l-ammont li l-iżviluppatur huwa marbut li jonfoq.", "GĦaliex qed ngħid dan?", "GĦax filwaqt li meta għamel l-istqarrija l- Onor. George Vella kien qal li l-iżviluppatur huwa marbut li jonfoq Lm12-il miljun, issa f'daqqa waħda qed ngħidu li huwa marbut li jonfoq biss Lm6 miljun, u dan biex ma ngħidx ukoll li l-iżviluppatur mhux se jkun marbut kif għandu jonfoq dawn is-Lm6 miljun.", "Jien nixtieq li l-Ministru jispjegalna għaliex il-gvern aċċetta li jonqos il-valur ta' l-investiment.", "Żgur li ma naqasx minħabba għax tneħħiet il-parti tad-dockyard, għax meta l- Ministru għamel l-istqarrija ministerjali kienet diġa' tneħħiet.", "Tant hu hekk li meta jien dakinhar kont staqsejtu jekk l-iżvilupp propost ikoprix ukoll il-parti tad-dockyard, hu weġibni li l-Gvern ma jistax jagħti lill- iżviluppaturi l-parti tad-dockyard ukoll, pero' jippretendi li dawn jitkellmu ma' l-uffiċjali tad-Dockyard ħalli jagħmlu l-iżvilupp flimkien.", "Il-Ministru jista' jgħidli wkoll li l-figura naqset minn Lm12-il miljun għal Lm6 miljuni minħabba li tnaqqsu xi partijiet oħra, bħall-moll ta' Sant'Anġlu u l-marina.", "Pero' x'aktarx li l-moll ta' Sant'Anġlu tneħħa mill- proġett minħabba xi ħaġa li impona l-Gvern fuqu stess għax peress li kellu f'moħħu li jkompli għaddej fuq il-pjan li kien hemm, jiġifieri li jagħti l- moll ta' Sant'Anġlu lill-Kavallieri, ma riedx jikkomprometti ruħu.", "Fil-fatt intqal li kien proprjament dan li dejjaq lill-ewwel konsorzju u li forsi naqqaslu l-entużjażmu li jkompli bil-proġett, għax peress li n-naħa fejn hemm il-moll ta' Sant'Anġlu hija l-iktar parti fonda u wiesgħa, dan il- konsorzju kien qed jippjana li din l-area sservi għall-berthing tas-super yachts, liema yachts bla dubju ta' xejn iħallu l-ikbar ammont ta' dħul.", "GĦalhekk kif diġa' għidt, din hija xi ħaġa li l-gvern imponieha fuq il- proġett hu stess, imbagħad l-iżviluppaturi ġiehom dubju kemm huwa feasible il-proġett.", "Pero' ma naħsibx li l-gvern, għax ried hu, naqqas xi ħaġa mill- proġett u mbagħad aċċetta li jnaqqas l-investiment tiegħu minn Lm12-il miljun għal Lm6 miljun.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mugliett, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Onor.", "Joe Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ġunju fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - Kumitat (Kont.);", "Riżoluzzjoni dwar enfitewsi temporanja lill-Port Cottonera Limited tal- mollijiet, bini u dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi ligijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "--------------------- Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, illum, għat-tieni jew għat-tielet darba se jkolli nerġa' nfakkar lil din il-Kamra li pajjiżna għadu ma rratifikax ċerti konvenzjonijiet internazzjonali.", "Fil-fatt l-Amministrazzjoni preċedenti kienet diġa' għamlet ħafna xogħol fuqhom u saħansitra kienet ippubblikat abbozz ta' liġi għal dan il-għan, pero' sfortunatament, minkejja li issa l-Gvern Laburista ilu fil-poter għal dawn l-aħħar sena u tmien xhur, kollox baqa' staġnat u statiku f'dan ir-rigward.", "Madanakollu, minkejja li naf li ġieli tkellimt fuq dan is-suġġett f'din il-Kamra, illum nixtieq nitkellem partikolarment fuq dawk il-konvenzjonijiet internazzjonali li jirrigwardaw il-kidnapping tat-tfal.", "Madam Speaker, l-ewwelnett ta' min jgħid li llum diversi pajjiżi Ewropej iffirmaw il-konvenzjoni ta' The Hague li permezz tagħha obbligaw ruħhom li meta l-kidnapping tat-tfal isir minn xi wieħed mill-ġenituri, ġaladarba jinstabu dawn it-tfal ikunu jridu jintbagħtu lura fil-pajjiż domiċilju sakemm il-qorti ta' dak il-pajjiż tiddeċiedi min għandu jieħu l-kura kustodja.", "Din hija ħaġa raġunata ħafna għax b'hekk ħadd mill-ġenituri ma jkun jista' jieħu l-liġi b'idejh.", "Aħna diġa' ffirmajna din il-konvenzjoni, pero' din għadha ma ġietx irratifikata minħabba li kien għadu ma ġiex ippubblikat abbozz ta' liġi għal dan il-għan.", "L-Amministrazzjoni preċedenti kienet ħadet ħsieb li tippubblika dan l-abbozz ta' liġi ħalli b'hekk fil-liġi tagħna jsiru l-emendi neċessarji u mbagħad inkunu nistgħu nirratifikaw din il-konvenzjoni u konvenzjonijiet oħrajn li għadhom ma ġewx irratifikati.", "Issa dan l-abbozz ta' liġi ilu iktar minn sentejn li kien ġie ppubblikat, imma, kif għidt diġa', din il-konvenzjoni għadha ma ġietx irratifikata bil-konsegwenza li qed nistennew li taħrab xi mara Ingliża bit- tarbija ta' xi Malti minn hawn Malta u meta mmorru l-qorti ta' l-Ingilterra l-imħallef jgħidilna: Qabel ma titolbu lura dik it-tarbija għaliex ma tmorrux tirratifikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar iċ-child abduction?", "Huwa veru li s'issa l-ebda mħallef Ingliż għadu ma qalilna hekk, anzi kien hemm diversi kawżi li spiċċaw b'eżitu pożittiv għall- ġenitur Malti u minkejja li l-omm u t-tarbija jkunu jaqgħu taħt il- ġurisdizzjoni Ingliża, il-qorti Ingliża xorta tordna biex it-tarbija tintbagħat lura Malta ħalli tkun il-qorti Maltija li tiddeċiedi min għandu jieħu l-kustodja tagħha.", "Naturalment imbagħad il-qorti Maltija tista' tiddeċiedi li tagħti l-kustodja tat-tarbija lill-omm Ingliża, pero' xorta jibqa' l-fatt li dan għandha tiddeċiedih il-qorti ta' dak il-pajjiż fejn il- ġenituri jkunu stabbilixxew id-dar konjugali tagħhom.", "Madam Speaker, l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għal abbozz ta' liġi li tlesta diġa' u li fih diversi emendi għall-Kodiċi Ċivili sabiex titneħħa d- diskriminazzjoni li teżisti bejn tfal leġittimi u tfal illeġittimi fil-liġi tas-suċċessjoni.", "Wieħed iktar għandu jqis din is-sitwazzjoni bħala waħda urġenti meta jikkonsidra li f'Jannar tas-sena li għaddiet daħlet sentenza kostituzzjonali li tgħid li d-diskriminazzjoni li teżisti fil-Kodiċi Ċivili tagħna bejn tfal leġittimi u tfal illeġittimi għar-rigward tal-liġi tas- suċċessjoni tmur kontra l-Konvenzjoni Ewropea, u l-gvern ma appellax minn dik is-sentenza.", "Jiġifieri kif ngħidu aħna l-avukati, dik is-sentenza għaddiet in ġudikat.", "Madam Speaker, fil-fatt kienet saħansitra ntbagħtet kopja ta' din is-sentenza lis-Sinjorija Tiegħek minħabba li l- Amministrazzjoni preċedenti kienet għamlet liġi li tgħid li meta jkun hemm sentenza tal-qorti li tiddikjara liġi ta' dan il-Parlament kontra l- Kostituzzjoni jew kontra xi konvenzjoni aħna l-Membri Parlamentari għandna niġu notifikati ħalli nkunu f'pożizzjoni li nemendaw il-liġijiet.", "Issa din is-sentenza, li ddikjarat li parti mill-Kodiċi Ċivili tagħna tmur kontra l- Konvenzjoni Ewropea u għalhekk hija nulla u bla effett, ġiet notifikata lilna f'Jannar ta' l-1997, u għalhekk illum, meta qegħdin f'Ġunju ta' l- 1998, naħseb li wasal iż-żmien li l-Ministru tal-Ġustizzja jara li jressaq quddiem dan il-Parlament emenda għall-Kodiċi Ċivili għax illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn minkejja li l-qrati tagħna jgħidu li t-tali artiklu m'għadux jgħodd, dan xorta waħda jkun għadu fuq l-istatute book tagħna.", "Ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar il-kostitwenza li ġejt elett minnha, jiġifieri l-kostitwenza ta' Ħ'Attard, Ħal-Lija, Ħal Balzan u Birkirkara.", "Madam Speaker, sfortunatament qed nirċievi diversi lmenti dwar toroq li ilhom żmien twil fi stat ħażin jew li lanqas biss għadhom ġew ifformati u f'dan il-każ allura r-responsabbilta' taqa' f'idejn il-gvern ċentrali.", "(Interruzzjonijiet) Nista' nsemmilek triq fir-Rabat li għadkom ma rranġajtuhiex; Triq Rudolph Saliba!", "Imma ħalli nkompli.", "Jien issa qed nistħi mill-kostitwenti tiegħi għax meta nagħmel mistoqsijiet parlamentari dwar dawn it-toroq, il-Ministru, jew biex jagħlaqli ħalqi jew inkella biex jaqtagħli qalbi, iweġibni li dawn it-toroq se jsiru, imbagħad fil-fatt ma jsiru qatt.", "Issa kieku dawn it-toroq li kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru għalihom huma twal u wesgħin, jiġifieri jridu xi spiża kbira biex jiġu rranġati, ma kont inlum lil ħadd jekk idumu ma jissewwew, pero' fost l-oħrajn jien qed nirriferi għal Triq l-Aħwa Hyzler, li tinsab in-naħa ta' Tal-Qattus f'Birkirkara u Triq Carmel Brincat f'Birkirkara wkoll, liema toroq huma verament żgħar u għadhom lanqas biss ġew ifformati minkejja li ilna niġu mwiegħda li se jsiru għal żmien twil.", "Meta jien staqsejt xi prijorita' qed jingħataw dawn it-toroq, ġejt informat li dawn qegħdin fuq quddiem, pero' minn rapporti li għandi jidher li dawn it-toroq għadhom jinsabu fi stat diżastruż ħafna.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li naħseb li l-Gvern għandu jagħti kas hija t- talba tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara sabiex jitlesta dak l-imbierek ċentru ċiviku li ilu li nbeda x-xogħol fuqu għal iktar minn tliet snin.", "Huwa veru li dan l-aħħar tkomplew xi xogħlijiet fuq dan iċ-ċentru, fosthom xogħol ta' tibjid, pero' għad fadal ħafna iktar xogħlijiet x'isiru, speċjalment f'dawk li huma servizzi tad-dawl u l-ilma.", "Jien naħseb li Birkirkara, bħala l-ikbar post f'Malta, jixraqlu li jkollu ċentru ċiviku diċenti li fih ikunu miġbura diversi servizzi, fosthom branch tas-sanita', berġa, fergħa tal-posta u uffiċċju tal-kunsill lokali, iktar u iktar meta wieħed jikkonsidra li f'pajjiżna hawn diversi bliet u rħula li għalkemm huma iżgħar minn Birkirkara għandhom postijiet ferm iktar diċenti li minnhom jingħataw dawn is-servizzi.", "Kif jaf kulħadd, illum Birkirkara kibret ħafna u għalhekk huwa importanti li ċerti servizzi jiġu ċċentralizzati f'post wieħed.", "Kieku dan il-proġett għad irid jinbeda kont nifhem li forsi għad iridu jsiru xi pjanijiet oħra u jinħarġu permessi fuqu, pero' dan il-proġett tista' tgħid li huwa lest u kulħadd qed jistenna l-jum meta jinfetaħ.", "Jien naf li kulħadd jista' jkollu xi tort għall-fatt li dan iċ-ċentru sal-lum għadu ma nfetaħx, pero' kieku jkun hemm xi ħadd responsabbli li jieħu dan il-proġett f'idejh u jara li jinfetaħ fl-iqsar żmien possibbli jkun qed jagħti servizz kbir lill-Karkariżi kollha.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Madam Speaker, ftit inqas minn xahar ilu kull Membru ta' din il-Kamra kien irċieva appell mingħand is-Sur Andrew Azzopardi, li huwa social worker, biex dan il-Parlament jiddiskuti l- problema li għandhom il-ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali fir- rigward ta' respite care u servizzi residenzjali.", "Jiena persważa li s-Sur Azzopardi xtaq li jkun hemm iktar minn persuna waħda li tiddedika ftit ħin mill-Aġġornament tal-Kamra għad-diskussjoni ta' din il-materja u għalhekk ħassejt li ma' l-ewwel ċans li jkolli għandi nitkellem fuq dan is-suġġett ħalli nkomplu nqajmu kuxjenza dwar l-uġiegħ ta' qalb tal-ġenituri li għandhom uliedhom bi bżonnijiet speċjali, b'mod partikolari dawk li għandhom diżabbilta' intellettwali.", "Ta' min jgħid li l-ikbar inkwiet għal dawn il-familji m'huwiex is-sagrifiċċji li jridu jagħmlu matul ħajjithom kollha imma huwa l-fatt li ma jafux x'se jiġri minn uliedhom ladarba huma ma jkunux jifilħu jieħdu ħsiebhom iktar jew inkella jiġu nieqsa.", "Madam Speaker, f'dawn l-aħħar snin bdiet titqajjem kuxjenza ikbar dwar il- ħteġijiet ta' dawn in-nies li fuq kollox jagħmlu parti integrali mis- soċjeta' tagħna, liema soċjeta' għandha dmir x'taqdi lejhom jekk trid verament li turi solidarjeta' ma' ħaddieħor biex żgur li ħadd ma jibqa' lura.", "Matul l-għaxar snin li għaddew ittieħdu diversi miżuri f'dan ir- rigward u fil-fatt imxejna 'l quddiem ħafna f'dan il-qasam, pero' jekk irridu nkunu realistiċi għandna nammettu li dak li sar s'issa huwa biss qatra fl-oċean u li għad baqa' bosta x'isir.", "L-ewwel pass konkret kien li twaqqfet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbilta' li l-għan ewlieni tagħha huwa li tgħin lill-gvern jaddotta policies u jieħu miżuri li jgħinu bil-fatti lil dawn il-persuni u lill-familji tagħhom.", "Pero' kif għidt diġa', f'dan il-qasam ħadd qatt ma jista' jgħid li għamel biżżejjed, anzi iktar ma wieħed jagħmel iktar jirrealizza kemm għad irid iterraq.", "Fil- ħarġa ta' \"The Malta Independent\" ta' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Mejju, deher artiklu ta' Danielle Vella li kien jittratta dan is-suġġett, imma sfortunatament meta ġiet irrapportata l-intervista li għamlet din il- ġurnalista mal-Ministru Edwin Grech, li huwa l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, ftit rajna viżjoni f'dak li qal.", "Anzi jekk dik hi verament il- viżjoni li għandu għal dan il-qasam - jien naħseb li aħjar insejħulha \"nuqqas ta' viżjoni\" - allura għandna tabilħaqq għaliex ninkwetaw bil-kbir u bla ebda dubju, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbilta' għandha turi lill-Ministru li jeħtieġ juri ħafna aktar sensittivita' f'dan il- qasam.", "GĦaliex qed ngħid dan?", "GĦax, per eżempju, fost affarijiet oħra l- Ministru ġie rrapportat li qal li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbilta' qatt ma ġibditlu l-attenzjoni li teżisti problema ta' respite care u ta' residenzi għal persuni b'diżabbilta'.", "Possibbli li l-Ministru nesa li meta kien għadu kif laħaq Ministru, fis-6 ta' Diċembru ta' l-1996, kien attenda għal seminar bit-titlu \"X'se jsir mit-tfal tagħna meta aħna ma nkunux hawn?\".", "Hawn nixtieq nagħmel parentesi żgħira u ngħid li dan is- seminar kien ġie organizzat fl-okkażjoni tal-ġimgħa nazzjonali ddedikata lill-persuni b'diżabbilta' mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbilta' u minn diversi għaqdiet oħra li wkoll huma responsabbli minn dan il-qasam.", "Possibbli li dakinhar il-Ministru ma wera l-ebda sensittivita' għal dak li ntqal dwar il-ħtieġa ta' iktar respite care u ta' iktar residenzi?", "Dan ifisser li wara li l-Ministru ħela iktar minn 18-il xahar, issa qed jitlob lill-kummissjoni biex terġa' tispjegalu xi problemi qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-ġenituri ta' persuni b'diżabbilta'?!", "Jien niskanta kif il-Ministru, li huwa responsabbli minn dan il-qasam, qal ukoll li ma jafx kemm hi kbira din il-problema.", "Żgur li dan huwa sinjal ħażin.", "Kif għidt diġa', jeħtieġ li l-Ministru juri iktar sensittivita', anke jekk persuna waħda tinsab għaddejja minn din il-problema, aħseb u ara meta nafu kemm hawn mijiet ta' ġenituri Maltin li għandhom dan it-tip ta' problema!", "M'hijiex skuża li wieħed jgħid li ma jafx kemm hi kbira din il-problema f'pajjiżna għax kieku l-Ministru f'dawn l-aħħar xhur indenja ruħu jitkellem mal-membri tal-kummissjoni u ma' xi għaqdiet oħra jew inkella dar dawra ma' l-iskejjel speċjali ħalli jara kemm jeżistu tfal u żgħażagħ li għandhom bżonn din l-għajnuna, malajr kienu jispjegawlu l-problemi li l-familjari tagħhom qed iħabbtu wiċċhom magħhom ta' kuljum.", "Fil-ħarġa ta' \"The Malta Independent\" il-Ministru ġie rrapportat li qal ukoll li jekk ikun hemm 500 persuna li għandhom problema taħt il-gallarija tiegħu, allura mbagħad jara x'jagħmel.", "Din hija l-viżjoni tal-Ministru, Madam Speaker?!", "U fil-każ x'se jagħmel il-Ministru?!", "Ifaqqa' subgħajh u jsibilhom post fejn joqogħdu jew forsi jikrilhom xi kamra f'lukanda?", "Jiddispjaċini ngħid li din hija insensittivita' grassa u b'dan it-tip ta' diskors li qed jagħmel il-Ministru qed juri kemm huwa tassew maqtugħ mill- ikbar preokkupazzjoni tal-ġenituri li għandhom tfal b'diżabbilta', speċjalment dawk li għandhom tfal b'diżabbilta' intellettwali.", "Ta' min isemmi wkoll il-fatt li meta xi sena ilu wħud mill-ġenituri kienu kitbu lill-Prim Ministru fejn spjegawlu l-problemi li għaddejjin minnhom, il- Ministru Grech tgħidx kemm ħadha bi kbira u minflok ma appoġġja lil dawn il- ġenituri spiċċa biex saħansitra ħadha kontra tagħhom.", "Madam Speaker, il-ġenituri ta' dawn it-tfal b'diżabbilta' llum jinsabu rrabjati ħafna għax huma mweġġgħin.", "Dawn lesti li jagħmlu sagrifiċċji kbar, forsi iktar minni u minn nies bħali li m'għandniex din il-problema.", "Pero' min-naħa l-oħra dawn il-ġenituri m'humiex tal-ġebel.", "Huma diversi dawk il-ġenituri li jħossuhom li qed jittraskuraw xi ftit lil uliedhom l- oħra għax qed ikollhom jagħtu ħafna ħin u enerġija lil dak it-tifel jew it- tifla b'diżabbilta' u li allura jkollhom bżonn ftit iktar għajnuna.", "Madam Speaker, f'\"The Malta Independent\" il-Ministru Grech ġie rrapportat li qal ukoll li ħadd għadu ma qies jekk għandhiex tinbena istituzzjoni għal dawn in-nies.", "Dażgur li ġiet ikkonsidrata din l-idea!", "Il-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx li għandha tinbena istituzzjoni għal dawn in-nies, pero' meta kien fil-gvern mar oltre dan kollu għax bena u għen fit-twaqqif ta' djar żgħar fil-komunita'.", "Bħala eżempji nistgħu nsemmu dik tas- Siġġiewi, li hija parti mid-Dar tal-Provvidenza iżda qegħda fir-raħal, Dar il-Wens u Dar Nazzaret fiż-Żejtun.", "Dawn id-djar saru permezz ta' għajnuna li ta l-gvern, flimkien ma' l-NGO's u l-Knisja, u llum qegħdin jitmexxew b'mod tajjeb ħafna.", "Jiena naqbel mal-Ministru li m'għandhiex tinbena residenza tat-tip ta' Dar il-Providenza imma l-gvern għandu jibqa' jinvesti f'dawn id-djar żgħar fil-komunita' bħalma kien għamel il-Partit Nazzjonalista.", "Madam Speaker, tajjeb ukoll li nistaqsu x'sar minn dak l-proġett ta' Birkirkara li kien in the pipeline biex isir flimkien mal-Knisja.", "Nistgħu nsemmu ċ-ċentri ta' taħriġ.", "Għalkemm dawn twaqqfu mill-Partit Laburista ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1987, min kien midħla tagħhom jaf f'liema sitwazzjoni kienu jinstabu.", "Nistgħu ngħidu li dak ta' Ħal Far bażikament inbena mill-ġdid, ta' Santa Venera u ta' Għawdex tista' tgħid li saru kompletament mill-ġdid, filwaqt li ta' l-Imtarfa sarulu tibdiliet strutturali.", "Dan kien kollu investiment fi djar ta' taħriġ.", "Naturalment it- tibdil ma kienx biss fl-istruttura imma kien ukoll fit-taħriġ.", "Nistgħu nsemmu t-twaqqif tal-workshops mill-ETC u anki l-għajnuna li ngħatat lill- Eden Foundation biex iwaqqfu servizz ta' taħriġ għall-impjieg.", "Minkejja dan kollu, nerġa' ngħid, Madam Speaker, għadna lura ħafna u għad baqgħalna ħafna x'nagħmlu.", "Għad għandna bżonn numru akbar ta' ċentri ta' respite u anki ta' residenzi.", "Il-ġimgħa l-oħra, jumejn biss wara li deher dak l-ewwel artiklu li semmejt, fuq l-istess gazzetta u anki fuq il-mezzi tax-xandir rajna lill- Ministru Grech iżur iċ-ċentru ta' Wied il-Għajn.", "Tajjeb ngħidu li l- konvenju għal dan iċ-ċentru kien sar mill-Partit Nazzjonalista.", "Iżda mbagħad anki minn mistoqsija parlamentari li għamilt jien stess lill- Ministru dwar dan iċ-ċentru, ħareġ illi t-tender dam għaxar xhur biex inħareġ.", "Skond din il-mistoqsija parlamentari dan iċ-ċentru kellu jinfetaħ fil-bidu ta' din is-sena, illum qegħdin f'nofs is-sena u ċ-ċentru għadu ma nfetaħx.", "Wara li l-Ministru ilu għal bosta xhur jgħaddi ż-żmien bil- ġenituri, issa qalilna li se jinfetaħ f'Lulju.", "Jiena nieħu gost li dan iċ- ċentru se jiftaħ f'Lulju, Madam Speaker, u kieku ntweriet l-istess ħeġġa li ntweriet biex titlesta Buġibba - għalkemm nispera li x-xogħol sar ħafna aħjar milli sar f'Buġibba - kieku dawn in-nies diġa' qed igawdu dan iċ- ċentru.", "Il-Ministru qal ukoll li bil-ftuħ ta' dan iċ-ċentru se jsolvi problema ta' għaxar snin.", "M'hu veru xejn li l-problema ilha għaxar snin.", "Veru li hemm waiting-list u veru li b'dan iċ-ċentru se jsolvi l-problema tan-nies li hemm fuq il-waiting-list, imma jekk il-Ministru jaħseb li b'dan iċ-ċentru se jsolvi l-problemi u jista' jieqaf hawn, ngħidlu biex jerġa' jibda jaħseb, għaliex din hija biss qatra oħra fl-oċean mal-qtar l-oħra li diġa' saru qabel.", "Madam Speaker, jeħtieġ li kull wieħed u waħda minna jirrealizza li l-investiment f'dan il-qasam huwa investiment għaqli u huwa kontribut għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Jeħtieġ li f'dan il-Parlament issir diskussjoni kontinwa dwar x'għandu jsir f'dan il-qasam u mhux sempliċiment biċċa aġġornament jekk verament irridu li inkunu solidali ma' dawn in-nies.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien ta bidu lill-ħidma f'dan il-qasam, pero' issa jeħtieġ li nkomplu għax għad fadal ħafna xi jsir.", "Jiena nixtieq insellem lil dawk il-ġenituri li qed jagħmlu sagrifiċċji kbar għal uliedhom.", "Il-pajjiż ma jistax ma jirrikonoxxix is-servizz li qed jagħtu iżda dawn il-ġenituri mhux kliem sabiħ u retorika jridu mingħandna, imma jridu fatti konkreti.", "Dan huwa li għandhom bżonn biex forsi jibdew iserrħu rashom dwar x'se jiġri minn uliedhom.", "Madam Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħi l-Ministru kien hawn u għalkemm issa m'għadux, jiena persważa li qed jisma' minn x'imkien ieħor.", "Irrid infakkru li dawk l-istudenti ta' l-Universita' li kienu ħadmu fis-sajf fil- kamp tas-social workers għadhom ma tħallsux.", "Naħseb li għadda aktar minn biżżejjed żmien biex dawn jitħallsu.", "Dawn naħseb li waslu biex jerġgħu jagħmlu work phase oħra u nispera li dawn l-istudenti jitħallsu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, qed terġa' tiġi diskussa fil-pajjiż il- liġi dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol, Kap 135 tal-liġijiet ta' Malta.", "Din il-liġi kienet saret fl-1952, jiġifieri 46 sena ilu, u għal dak iż- żmien kienet liġi tajba ħafna u kienet tassew avvanz fuq dawk il-ftit klawsoli li kien hemm fil-Kodiċi Ċivili f'dan ir-rigward.", "Jiena ħarist ftit lejn id-dibattitu li kien sar meta kienet qed tiġi diskussa dik il- liġi.", "Kienet is-seduta tat-28 ta' Frar 1952, u l-liġi li kienet ippilotata mill-Ministru John Cole li kien jagħmel parti mill-gvern ta' koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista.", "L-għan prinċipali ta' dik il-liġi kien il-prinċipju tal-collective bargain, jiġifieri li l- impjiegi tal-ħaddiema għandhom ikunu regolati mhux minn min iħaddem biss imma flimkien bejn min iħaddem u min jaħdem.", "F'nuqqas ta' qbil, il-liġi tistabbilixxi - kif għadha sal-lum - li jiddaħħal l-arbitraġġ.", "Mid- dibattitu jirriżulta wkoll li f'dawk iż-żminijiet il-ħaddiema tal-Gvern diġa' kellhom makkinarju li bih setgħu jressqu l-ilmenti tagħhom, iżda għal ħaddiema oħra dan ma tantx kien jeżisti.", "Meta saret dik il-liġi kienet tajba għal żmienha għax fost affarijiet oħra kienet tħares lill-ħaddiema ta' l-industrija privata li dak iż-żmien ma kellhom leħen ta' xejn, ma tantx kienu jieħdu żidiet minħabba l-għoli tal-ħajja u ma kellhomx xogħol stabbilit.", "Issa għaddew sitta u erbgħin sena, id-dinja tax-xogħol f'dan il-pajjiż tbiddlet u reġgħet qamet il-ħtieġa fil-pajjiż li ssir liġi ġdida dwar il- kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Jeħtieġ li jkollna liġi li ma tħarisx aktar lejn id-dinja tax-xogħol bħala waħda ta' konflitt bejn min jaħdem u min iħaddem.", "Illum hemm il-ħtieġa ta' liġi li ddaħħal il-konċett ta' parteċipazzjoni u ta' sħubija li fl-aħħar mill-aħħar huma ħtieġa ekonomika.", "Il-liġi trid tħares ukoll lejn it-tagħlim, dik li ngħidulha life-long education.", "Nafu li llum l-ebda ħaddiem m'hu garantit li f'ħajtu jibqa' fl- istess xogħol.", "Il-ħaddiem irid jibqa' jitgħallem minn jum għall-ieħor għax teżisti l-mobilita' li bilfors irridu nagħtu kasha.", "Irrid ikollna liġi li tħares aħjar ukoll id-dinjita' tal-ħaddiem aktar milli tagħmel il-liġi preżenti.", "Per eżempju, s'issa għandna biss maternal leave, imma jeħtieġ li nibdew naħsbu f'paternal leave, adoption leave u fostering leave.", "Jeħtieġ li nħarsu wkoll lejn il-konċett tal-flexy time.", "B'dan ma nifhimx li min iħaddem jaqbad u jdaħħal lil min irid x'ħin irid għax-xogħol, imma li, per eżempju, nisa anzjani jkunu jistgħu jidħlu wkoll fid-dinja tax-xogħol.", "Il-liġi l-ġdida żgur trid taffronta problemi tax-xogħol ta' bil-lejl, tas- sigħat tas-sahra u xogħol li jsir bix-shift.", "Jeħtieġ ukoll li l-liġi tistabbilixxi b'mod ċar ġimgħa ta' 40 siegħa xogħol u ġurnata mistrieħ ta' darba fil-ġimgħa, u dan jintrabat ukoll ma' l-overtime.", "Hemm bżonn ukoll li jiżdied l-ammont fejn jidħlu mandati ta' sekwestru fuq il-paga tal- ħaddiema, bħalma għandu jiżdied il-privileġġ dwar ħlas ta' pagi.", "Illum il- paga protetta hija biss ta' Lm200 li huwa ammont tad-daħk.", "Dan l-ammont almenu jrid jitla' sa Lm1000.", "Irridu nieħdu ħsieb ukoll il-kuntratti ta' xogħol għal żmien stipulat.", "Qed jiġri li ħaddiema jiġu impjegati, per eżempju, għal numru ta' xhur, imbagħad wara li jiġi terminat l-impjieg tagħhom jerġgħu jiġu impjegati fl- istess xogħol.", "Dan huwa abbuż mill-possibbilita' ta' kuntratt għal żmien definit u jeħtieġ li l-liġi tipprovdi kontra dan l-abbuż billi meta jsiru ċertu kuntratti għal darbtejn, dak il-kuntratt jinqaleb awtomatikament għal impjieg għal żmien indefinit.", "Illum irridu nħarsu wkoll lejn x'jiġri meta jsir trasferiment bejn xogħol u ieħor u trasferiment ta' negozju.", "Per eżempju, meta impjegat jiġi trasferit minn stabbiliment ieħor li fih min kien qed jimpjegah qabel għandu interess, dan jibqa' fl-istess qagħda u allura x-xogħol tiegħu għandu jibqa' jitqies bħala kontinwu.", "Meta negozju jgħaddi minn kumpanija għal kumpanija oħra, l-impjegati għandhom jitqiesu li baqgħu f'impjieg kontinwu u ma jitilfu xejn mid-drittijiet tagħhom.", "Irid jidħol ukoll il- prinċipju li dawk involuti fi trasferiment ta' negozju jridu jitkellmu ma' l-għaqdiet tal-ħaddiema qabel ma jsir it-trasferiment, għaliex it-telf ta' mpjiegi ma jagħmel ġid lil ħadd.", "L-istess japplika għal sensji kollettivi, jiġifieri redundancies.", "Fil-liġi għandu jidħol il-prinċipju li min iħaddem irid jibda jinnegozja ma' l-għaqdiet tal-ħaddiema.", "Nerġa' ngħid, irridu noqogħdu attenti dwar trasferimenti tan-negozju għax jista' jkun li fil- pajjiż dawn qegħdin iġibu l-qgħad meta l-pajjiż diġa' huwa msallab bil- qgħad.", "Jeħtieġ ukoll li l-Employers Liability Act li tħares lill-ħaddiema u li għaddiet ma nafx kemm-il sena ilu, mingħalija fl-1974, tidħol fis-seħħ darba għal dejjem.", "Irridu naraw eżattament - u din isemmiha kulħadd fil- ħajja ta' kuljum - x'inhi l-pożizzjoni tat-tabib fil-fabbrika.", "Tabib qiegħed hemm biex iħares is-saħħa ta' min qiegħed jaħdem u m'għandux ikun hemm qasma bejn id-dmirijiet ta' tabib.", "Tabib mhux qiegħed hemmhekk biex ikun pulizija, imur jara lill-ħaddiem id-dar ħalli ġara jekk huwiex qiegħed hemmhekk jew inkella ħareġ.", "Forsi ta' min jara jekk ikunx aħjar illi flok il-labour board li hemm illum, ikollna speċi ta' employment relations board, li jkun bord konsultattiv, li jagħti pariri lill-Ministru dwar rakkmandazzjonijiet li jsiru rigward il-kondizzjoniet ta' l-impjieg, il-parteċipazzjoni tal- ħaddiema u affarijiet bħal dawn.", "Madam Speaker, għandna abbozz ta' liġi li l-gvern tal-lum sabu lest tant li l-aħħar konferenza nazzjonali li saret kien intuża bħala dokument ta' bażi.", "L-abbozz ta' liġi kien tħejja mill-gvern l-ieħor u kien għad baqa' biss li jsiru aktar konsultazzjonijiet mal-unions biex jiġi finalizzat l-aħħar draft.", "Issa naħseb li wasal iż-żmien li din il-liġi tersaq quddiem dan il-Parlament ħalli tiġi diskussa.", "Hija liġi importantissima fil-pajjiż għax id-dinja tax-xogħol hija d-dinja ta' kuljum.", "Fiha tinkludi lill-bniedem li jaħdem, li jaqla' l-għajxien tiegħu u li jilħaq il-milja tiegħu bix-xogħol.", "F'dan il-pajjiż għandna bżonn liġi ġdida u j'Alla din ma ddumx ma tersaq quddiem dan il-Parlament biex lill- ħaddiema tagħna nassigurawlkom kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol u biex fil- qasam tax-xogħol ikollna ambjent aktar uman.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l- Erbgħa 3 ta' Ġunju 1998, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QAWRA - FAWRAN TAD-DRENAĠĠ", "14806.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi solvuta l-problema tad-drenaġġ li qed inixxi għal fuq il-blat tal-Qawra, bejn is-Sunny Coast Resort Club u l-Coral?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Se jsir survey bil-CCTV camera tal-parti l- qadima tal-main biex jiġi identifikat minn fejn qiegħed inixxi d-drenaġġ.", "Se jsir studju dwar il-main il-ġdid biex jiġi stabbilit jekk jistax jitħaddem u meta.", "SALINA - XOGĦOL TA' DRENAĠĠ", "14830.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol fuq il-main tad-drenaġġ ħdejn Kennedy Grove, fis-Salina fil-fatt huwiex lest minn kollox?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux xi inspections fuq il-mini baxxi li hemm fit-triq fl-istess area, liema xogħol kellu jsir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħlijiet f'Kennedy Grove waslu biex jitlestew u l-main hu mistenni li jibda jaħdem fil-ġimgħat li ġejjin.", "VALLETTA - POSTIJIET VOJTA", "13741.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,463 u ċioe' jista' jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet vojta li huma abitabbli fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,463.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13742.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,410, u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Belt, li d- dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-twegiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,410.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13743.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,409 u ċioe' għar-rigward tal-każ ta' persuna li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d- dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,409.", "VALLETTA - TRIQ PAPA PIJU V", "13744.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,311 u ċioe' jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi riżervata parti mit-triq għar-residenti ta' Triq Papa Piju V, fil-Belt Valletta biex din tintuża bħala parking area?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,311.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - BEJGĦ TA' PROPRJETA'", "13745.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,308 u ċioe' jista' jgħid kemm hu n-numru ta' proprjeta' li nbiegħet mill-Joint Office mill-1996 sa l-1998, sena b'sena?", "Kemm inqalgħu flus bejn l-istess snin 1996 - 1998, sena b'sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,308.", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "13746.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,298 u ċioe' fid-dawl ta' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998 partikolarment f'paġna 319, jista' l-Ministru jispjega, f'miżura ta' dettall u b'mod kronoloġiku, liema huma l-iskemi mhux updated fl-1997 li din is-sena, b'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar, id-dipartiment se jara li jitjiebu u sekondarjament, jista' jispjega min se jibbenefika minnhom u meta se jidħlu fis-seħħ?", "X'inċentivi, oltre dawn, se jiġu ntrodotti f'din is-sena 1998 li jistgħu jkunu aktar relevanti għad- direzzjoni ta' policy fis-Settur tal-Housing?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,298.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - DELEGAZZJONIJIET", "14052.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefu delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d- delegazzjonijiet għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenzija ta' l-ivjaġġar ttieħdu l- biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Matul il-perjodu ndikat mill-Onor.", "Interpellant siefru delegazzjonijiet kif jidher fil-listi li poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta kif se nsemmi:", "Dok.", "'A' - Ministeru tal-Edukazzjoni (f'kull każ il-biljetti tal-ajru ttieħdu minn għand l-Air Malta.", "Din in-nefqa, li hija wkoll inkluża fin- nefqa totali ta' ull delegazzjoni kienet tammonta għal Lm1084.26);", "Dok.", "'B' - Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni;", "Dok.", "'C' - Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti;", "Dok.", "'D' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija;", "Dok.", "'E' - Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Ninsab informat ukoll li fl-istess firxa ta' żmien ma kien hemm ebda safar fuq delegazzjonijiet mid-Dipartimenti tal-Eżamijiet, tal-Bibljoteki w Arkivji, mill-Fondazzjoni għall-iStudji Internazzjonali u mill-Universita' ta' Malta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - DELEGAZZJONIJIET", "14053.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Żewġ skedi li jagħtu dettalji dwar safar ta' delegazzjonijiet uffiċjali mill-Ministeru tiegħi bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Skeda \"A\" telenka s-safar mid-Diviżjoni ta' l-Affarijiet Barranin, inkluż safar Ministerjali, filwaqt li Skeda \"B\" tagħti tagħrif dwar safar ta' l-uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent.", "Ma kienx hemm safar uffiċjali tul il-perijodu ndikat mill-Onor.", "Membru minn naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "OPM - DELEGAZZJONIJIET", "14054.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l- iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - DELEGAZZJONIJIET", "14055.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' ll-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14,055 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PROPRJETA' - KUNTRATTI TA' TRASFERIMENTI", "14056.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta': (a) inter vivos; u (b) causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Marzu 1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' kuntratti li ġew irreġistrati mad- Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Marzu, 1998 jammontaw għal 104 inter vivos u 107 causa mortis.", "ETC - INTERNAL WORKINGS", "14057.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-internal workings ta' l- ETC dwar l-istatistika dwar ix-xogħol relattiv għal Marzu 1998?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabelli li juru l-klassifika ta' l-eta' tan-nies li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru, maqsumin f'nisa w irġiel, għax-xahar ta' Jannar 1998 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14506.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal-ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fis-27 ta' Marzu, 1998 ġie ffirmat fteħim kollettiv bejn il-Union Ħaddiema Magħqudin u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għan-nom ta' l-impjeġati tal-kunsilli lokali.", "Dan il-fteħim ikopri l- perjodu bejn l-1 ta' Lulju 1996 u t-30 ta' Gunju 1999.", "Fis-26 ta' Mejju, 1998 ġie ffirmat fteħim kollettiv ġdid bejn il-Union Ħaddiem Magħqudin u l-Awtorita' tad-Djar.", "Dan ikopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-31 ta' Diċembru, 2000.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14507.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal-ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma kien hemm ebda ftehim kollettiv għall-agenziji governattivi, awtoritajiet statali jew korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Minstru tal-Biedja u Sajd.", "MDC - FABBRIKI/SITI", "14508.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid x'fabbriki jew siti ngħataw mill-MDC minn Novembru 1996 'l hawn?", "F'kull każ x'kien id- daqs ta' l-art?", "Lil liema kumpannija ngħatat il-fabbrika jew l-art?", "Jista' l-Ministru jgħid, f'kull każ, x'kienet id-data ta' l-allokazzjoni u għal-liema użu ngħatat il-fabbrika jew is-sit?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PAJJIŻI TAL-GOLF - GĦAJNUNA LILL-MALTA", "14741.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm Malta rċeviet għajnuna: (a) minn kull wieħed mill-pajjiżi tal-Golf separatament; (b) sena sena mill-1988 sal-1997; u (c) distinti fi grants, loans u għajnuna oħra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "CLIMATE CHANGE - KONFERENZA INTERNAZZJONALI", "14742.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-ici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li l-Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 10571 magħmula mill- Onor. George Pullicino, fejn qal li l-ambaxxatur Saviour Borg irrappreżenta lil Malta fil-konferenza dwar Climate Change f'Kyoto fil-Ġappun, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid: (a) min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni; (b) jagħti kopja tad-diskorsi kollha li saru f'isem Malta; u (c) jagħti kopja tar-rapport ppreżentat dwar il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija fil-konferenza?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil- Konferenza dwar Climate Change li saret f'Kyoto, fil-Ġappun, Malta kienet irrappreżentata mill-Ambaxxatur Saviour F. Borg biss.", "Kopja tad-diskors li l-Ambaxxatur Borg għamel f'isem Malta f'Kyoto tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar ir-rapport li l-Ambaxxatur Borg ippreżenta rigward il-parteċipazzjoni tiegħu fil-Konferenza, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif kienet u kif inhi n-norma, rapporti ta' din in-natura huma għall-użu ntern u għalhekk ma nħossx li għandi npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.", "GOVERNMENT EXPERTS ON THE EURO MEDITERRANEAN ECONOMIC AREA - DELEGAZZJONI", "14743.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għal-laqgħa ta' Government Experts on the Euro Mediterranean Economic Area, li saret fi Brussels fis-27 u t-28 ta' April 1998, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) minn min kienet komposta d-delegazzjoni ta' Malta; (b) jagħti kopja tad-diskorsi kollha li saru f'isem Malta u (c) jagħti kopja tar-rapport li ġie ppreżentat dwar il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija f'dik il- laqgħa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-delegazzjoni Maltija għal-laqgħa tal-Government Experts on the Euro Mediterranean Economic Area kienet komposta kif ġej:", "Is-Sur Joseph Portelli Direttur Ġenerali Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ", "Is-Sur Paul Zahra Head Economic Planning Division", "Is-Sinjorina Marlene Bonniċi First Secretary Ambaxxata ta' Malta, Brussell", "Il-laqgħa hawn fuq imsemmija ma kenitx tipprevedi diskorsi mid- delegazzjonijiet iżda nterventi fejn xieraq.", "Peress illi dawn huma laqgħat tekniċi ma jidhirlix li għandi npoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra r-rapport dwar il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija.", "UNESCO - LAQGĦA", "14744.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għal-laqgħa ta' l- Executive Board ta' l-UNESCO li saret f'April/Mejju 1998, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) minn min kienet komposta d-delegazzjoni ta' Malta; (b) jagħti kopja tad-diskorsi kollha li saru f'isem Malta; u (c) jagħti kopja tar-rapporti li ġew ppreżentati dwar il-parteċipazzjoni tad- delegazzjoni Maltija f'dik il-laqgħa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li :", "(a) Id-Delegazzjoni Maltija għall-154 Sessjoni tal-Bord Eżekuttiv tal- UNESCO li saret bejn is-27 ta' April u s-7 ta' Mejju, 1998, kienet magħmula mis-Sur Vincent Camilleri, Ambaxxatur ta' Malta għal Franza u Delegat Permanenti ta' Malta għall-UNESCO.", "Is-Sur Camilleri huwa r-rappreżentant ta' Malta fuq il-Bord Eżekuttiv ta' l-UNESCO.", "Is-Sur Pierre Clive Agius, First Secretary fl-Ambaxxata ta' Malta f'Pariġi u Deputat Delegat ta' Malta għall-UNESCO kien il-membru l-ieħor tad-delegazzjoni Maltija għall-154 Sessjoni tal-Bord Eżekuttiv.", "(b) Kopja tad-diskors li s-Sur Camilleri għamel waqt il-laqgħa Plenarja tal-Bord Eżekuttiv nhar it-28 ta' April, 1998 tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "(c) Il-154 sessjoni tal-Bord Eżekuttiv saret bejn is-27 ta' April u s-7 ta' Mejju 1998.", "Ir-rapport dwar il-perteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija waqt din is-sessjoni jiġi nkluż fir-rapport ta' ħidma għax-xahar ta' Mejju li għandu jiġi ppreżentat mill-Ambaxxata Maltija f'Pariġi wara tmiem dan ix-xahar.", "CIVIL SOCIETY - LAQGĦA F'PALERMO", "14812.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li fl-istess ġranet tal-laqgħa ministerjali tal-Euro Mediterranean Partnership f'Palermo fit-3 u l-4 ta' Ġunju, 1998 jew fi ġranet qribhom se ssir laqgħa tas-civil society taħt l-istess partnership?", "Jekk iva, x'inhuma l-aġenda, il-programm, l-objettivi u l-metodi ta' finanzjar tal-laqgħa tas-civil society?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux beħsiebu jibgħat delegazzjoni għal-laqgħa tas-civil society u x'mandat se jagħti lil din id-delegazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninsab infurmat illi m'hux ser issir laqgħa tas- Civil Society ġewwa Palermo.", "YACHT MARINAS - YACHTS BARRANIN", "14813.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm ġew yachts barranin jirmiġġjaw fil-yacht marinas ta' Malta u Għawdex mis-27 ta' Ottubru, 1996 'il hawn esklużi dawk li ġew biex jieħdu sehem f'xi regatta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' yachts barranin li rmiġġjaw fil-yacht marinas ta' Malta u Għawdex mis-27 ta' Ottubru 1996 'il hawn huwa ta' 1,607.", "WSC - ĦLAS TA' KONTIJIET", "14838.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-ammont ta' ħlasijiet dovuti lill-WSC għall-kontijiet tal-konsum qabel il-budget li għadda?", "Kif jinqasmu dawn l-ammonti bejn: a) ħlas dovut mill- gvern/korporazzjonijiet tal-gvern; b) ħlas dovut mid-djar/residenzi?; u c) ħlas dovut mill-azjendi kummerċjali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PA - APPLIKAZZJONIJIET", "14839.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet għall-bini quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar: a) ta' lukandi 5-Star; b) ta' lukandi 4-Star; u c) ta' lukandi 3-Star?", "Fejn huma t-talbiet u kemm ilhom pendenti?", "Kemm u fejn hemm talbiet fl-istess kategorija ta' lukandi għal tibdil/estensjonijiet?", "Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħalissa quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm:", "Sitt (6) applikazzjonijiet għall-lukandi ġodda 4 star u dawn jinsabu f'dawn il-lokalitajiet:", "2 - Mellieħa 1 - San Pawl il-Baħar 1 - M'Scala 1 - Sliema 1 - M'Xlokk", "Applikazzjoni waħda kienet saret fl-1994, tnejn fl-1995 u tlett applikazzjonijiet saru fl-1998.", "Fil-każ ta' l-applikazzjoni li ilha pendenti mill-1994 ir-raġuni prinċipali kienet illi l-applikant naqas milli jissottometti pjanti emendati wara diskussjonijiet ma' uffiċjali ta' l-Awtorita' biex il-proġett propost ikun aktar aċċettabbli u ta' impatt inqas.", "Fil-każ ta' l-applikazzjonijiet li ilhom pendenti mill-1995, ir-raġuni għal dan id-dewmien jirriżulta mill- fatt illi fil-każ ta' applikazzjoni waħda l-Environmental Impact Assessment rikjest għadu ma' ġiex ippreżentat għal konsiderazzjoni ta' l-Awtorita'.", "Fir-rigward tal-proġett l-ieħor, wara diskussjonijiet ma' uffiċjali ta' l- Awtorita', il-pjanti sottomessi baqgħu ma kienux aċċettabli biex l-impatt tal-proġett ikun ikkontrollat.", "Applikazzjoni waħda (1) għal-lukandi 3-star u din tinsab f'Marsascala.", "Din l-applikazzjoni saret fl-1997.", "In oltre hemm erba' (4) applikazzjonijiet għal tibdil/estensjonijiet f'lukandi 4-star.", "Dawn jinsabu f'dawn il-lokalitajiet:", "1 - Rabat 1 - Mellieħa 2 - Sliema", "Żewġ (2) applikazzjonijiet saru fl-1994 u applikazzjoni waħda ilha mill- 1997 waqt li l-oħra ilha mill-1998.", "Fil-każ ta' l-applikazzjonijiet li ilhom pendenti mill-1994, ir-raġuni prinċipali kienet illi l-applikanti naqsu milli jissottomettu pjanti emendati, wara diskussjonijiet ma' uffiċjali ta' l-Awtorita', biex il- proġetti proposti jirriflettu r-rikjesti ta' l-Awtorita' biex b'hekk il- proġett ikun aktar aċċettabli u ta' impatt inqas.", "Applikazzjoni waħda saret fir-rigward ta' tibdil/estensjoni f'lukandi 3- star.", "Din tinsab Tas-Sliema u l-applikazzjoni saret fl-1997.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "14840.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew impjegati ħaddiema ma' l-Air Malta fil-perjodu 1/1/97 - 15/5/98?", "Kemm applikaw persuni għal dawn il-jobs?", "X'tip ta' impjieg ingħataw dawk li ġew impjegati?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "MIA - ĦADDIEMA", "14841.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew impjegati ħaddiema ma' l-MIA fil-perjodu 1/1/98 - 25/5/98?", "F'liema kariga ġew impjegati dawn il-ħaddiema u x'tip ta' xogħol qed jaqdu?", "Meta ħarġu, f'kull każ, l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li dettalji fuq impjieg mal- Malta International Airport plc sat-8 ta' Jannar, 1998 diġa' ingħataw fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11099.", "Minn dakinhar sal-25 ta' Mejju 1998 jien informat li ġiet impjegata, wara talba mill-ETC, Customer Service Hostess għal perjodu temporanju.", "Din l-informazzjoni ma tinkludix il-ħaddiema ta' l-Avjazzjoni Ċivili li għażlu li jaqilbu mal-kumpannija u li dwarhom ingħatat tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14717.", "MPO - ĦADDIEMA", "14842.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ħaddiema li l-MPO approva li jiġu mpjegati fil-perjodu 1/11/96 - 15/5/98 mad-diversi dipartimenti jew awtoritajiet governattivi, xahar b'xahar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTAPOST - ĦADDIEMA", "14843.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema tal-posta li s'issa aċċettaw li jaqilbu mal-Maltapost?", "Kemm minn dawn il-ħaddiema ddeċidew li ma jibqgħux jaħdmu fis-servizz postali?", "Meta hu mistenni li jidħlu ħaddiema ġodda mal-Maltapost?", "F'liema gradi se jiġu mpjegati dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfirmat li mill-1 ta' Mejju 1998, il- kumpannija Maltapost plc ħadet l-impjegati li kienu jaħdmu fl-Uffiċċju tal- Postmaster General.", "Skond il-ftehim kollettiv, il-ħaddiema governattivi għandhom 15-il xahar biex jiddeċiedu l-għażla definittiva tagħhom jekk iridux jibqgħu iżjed impjegati mal-kumpannija jew jirritornaw lura lejn is- servizz pubbliku.", "Jiena nformat ukoll li sas-26 ta' Mejju, 1998 tmien ħaddiema tal-Gvern talbu li jirritornaw lejn is-servizz pubbliku.", "Rigward il-parti tad- domanda li tirrigwarda direttament il-ħaddiema li se jkunu mal-Maltapost plc, ma nħossx li għandha tingħata informazzjoni issa li l-Gvern għandu anqas minn 50% ta' l-ishma f'din il-kumpannija.", "VALLETTA - SUBSTATION", "14848.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-ħaddiema tal- Korporazzjoni Enemalta li għamlu substation tad-dawl f'166, Triq ir- Repubblika, Valletta jieħdu ħsieb li tiġi rranġata l-bankina li ġiet maqlugħa sabiex sar dan ix-xogħol ftit ġimgħat ilu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-bankina li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru se tiġi rranġata temporanjament.", "Meta jitlestew ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq ir-Repubblika din il-bankina tiġi rranġata b'mod permanenti.", "VALLETTA - PROĠETT MALTA 2000", "14849.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru dokumenti tat-tenders għall-bini tal-Proġett Malta 2000 fuq is-sit tat-Teatru Rjal?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din id- domanda lill-Ministru kkonċernat.", "VALLETTA - PROĠETT MALTA 2000", "14850.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet li qiegħed jitlob wieħed mill-konsorzja li ssottometta tender għall- iżvilupp tal-Proġett Malta 2000 fuq is-sit tat-Teatru Rjal?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalma jaf l-Onor.", "Membru, id-dokumenti qegħdin f'idejn il-Professional Panel li ġie mwaqqaf mill-Gvern biex jaġġudikaw it- tender.", "Meta dawn jispiċċaw ix-xogħol tagħhom jagħmlu rapport ta' dak li sabu u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom lill-Bord ieħor hekk imsejjaħ Adjudication Board li dan ta' l-aħħar jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Gvern.", "Qabel mal-Gvern jirċievi dan ir-rapport ma jkunx possibbli li wieħed jagħti l-informazzjoni mitluba.", "VALLETTA - TRIQ IR-REPUBBLIKA", "14851.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li fit-tender għall-pavimentazzjoni ta' Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta kien hemm kondizzjoni li l-materjal għal pavimentazzjoni jkun Malta f'ċertu perjodu wara li tingħata t-tender?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien twil dan il- perjodu?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li din il-kondizzjoni ma ġietx segwita?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu passi fuq dan il- ksur ta' kondizzjonijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-kuntratt tal-porfido nixtieq navżah li dan qed jasal fiż-żmien stipulat, anzi qed jasal qabel iż-żmien stipulat fil-kuntratt.", "Ma kien hemm l-ebda ksur tal- kondizzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Għar-rigward tal-qawwi ta' Għawdex il- kuntratt għadu kemm ingħata u għalhekk għadu ma daħalx fil-perjodu li jrid jasal.", "HOMPESCH STEEL CO.", "LTD.", "14852.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12264, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk issa ġiex iffinalizzat l-istudju li kellu jsir flimkien mad-Dipartiment tal-Kimika ta' l-Universita' ta' Malta?", "X'inhu r-riżultat ta' dan?", "Ġew iffinalizzati l-investigazzjonijiet taż-żewġ esperti maħtura mill-Qorti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-istudju li kien sar minn dan id-dipartiment flimkien mad-Dipartiment tal-Kimika ta' l-Universita' ta' Malta jindika li l-ilmenti huma ġġustifikati.", "Sadanittant, dan id-dipartiment qiegħed jistenna li jiġu ffinalizzati l- investigazzjonijiet mill-esperti tal-Qorti.", "SAĦĦA - REGISTERED NURSES", "14853.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta saret l- aħħar call for applications għal Registered Nurses barranin?", "Għandu jsirilhom eżami lokali qabel ma jiġu mpjegati?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li għalkemm xi wħud minn dawn sarilhom dan l-eżami u allura suppost issa dawn qed igawdu pagi u kondizzjonijiet xierqa, dawn tħallew bil-pagi ta' studenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma jsirux sejħiet għall-applikazzjonijiet għal Registered Nurses barranin.", "Is-sejħiet li joħorġu mill-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku jkunu miftuħa għaċ-ċittadini Maltin iżda nurses barranin jistgħu japplikaw ukoll sakemm ikun hemm postijiet vakanti u sakemm l- applikanti jkunu reġistrati mal-Bord taż l-Infermiera u l-Qwiebel lokali.", "KOMPOSTAĠĠ TA' L-ISKART", "14854.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi issa waslu biex igħaddu s-sitt xhur li kellha tieħu s-sistema ta' kompostaġġ ta' l-iskart bl-Ecopod, jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti rendikont ta' l- osservazzjonijiet li saru s'issa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jgħaddi din il- mistoqsija lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "GĦAWDEX - TRIQ IR-REPUBBLIKA", "14855.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għal bankina quddiem is- Segreterija fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat, Għawdex?", "Jekk fl- affermattiv, meta ħareġ il-permess?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi l-pjanta ta' din il-bankina fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Min għamel l-applikazzjoni?", "Kien hemm konsultazzjoni mal-kunsill lokali u mat-Traffic Control Board?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Saret applikazzjoni għall-bankina quddiem is- Segreterija fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat, Għawdex bħala parti mill- applikazzjoni għall-istallazzjoni ta' traffic lights fl-istess post. Il-permess ta' dan ix-xogħol ħareġ fit-13 ta' Frar, 1998.", "Pjanta ta' din il-bankina tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "L-applikazzjoni saret mid-Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq.", "Saret konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u mat-Traffic Control Board rigward dan ix-xogħol.", "PULIZIJA - INĊIDENTI F'GĦAWDEX", "14856.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Mir-records li għandha l-pulizija li jmorru lura 30 sena, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħbit ta' vetturi, kemm kien hemm korrimenti ħfief u kemm gravi minn dawn l-inċidenti li ssuċċedew f'salib it-toroq, fi Triq ir- Repubblika, fir-Rabat, Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-istatistika, hekk kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant, mhijiex disponibbli.", "GĦAWDEX - TRAFFIC LIGHTS", "14857.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għat-twaħħil ta' traffic lights fir-Rabat, Għawdex, jekk il-permess inħariġx, kienx hemm u ma' min kien hemm konsultazzjonijiet dwar din l-applikazzjoni u jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din l-applikazzjoni fejn tinkludi wkoll il- pedestrian crossings?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ħareġ permess fuq applikazzjoni PA 6920/97 għat- twaħħil ta' traffic lights fir-Rabat, Għawdex.", "Konsultazzjoni dwar dan it- tip ta' applikazzjonijiet issir mad-Dipartiment tat-Toroq u mat-Traffic Control Board (TCB).", "It-\"TCB\" ma sabx oġġezzjoni dwar l-applikazzjoni, u għalhekk ma kienx jinħtieġu aktar konsultazzjonijiet minħabba li l- applikant huwa d-Dipartiment tat-Toroq stess.", "Kopja tal-pjanta ta' din l-applikazzjoni fejn tinkludi wkoll il-pedestrian crossings tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "GĦAWDEX - TRIQ IR-REPUBBLIKA", "14858.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Billi l- festa ta' San Ġorg, fir-Rabat, Għawdex taħbat fit-tielet ġimgħa ta' Lulju u billi kif tinsab il-kondizzjoni ta' Triq ir-Repubblika tista' tkun ta' periklu għat-tiġrija taż-żwiemel, jista' l-Prim Ministru jassigura li din it-triq tingħata l-kisja tal-wiċċ bit-tarmak?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa ppjanat li Triq ir-Repubblika fir-Rabat, Għawdex tingħata l-kisja tal-wiċċ bit-tarmak qabel il-Festa ta' San Ġorġ.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "14859.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1.10.97, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati, xahar b'xahar, lill- Pulizija reati ta': a) serq minn vetturi; b) serq ta' vetturi; c) serq ta' bċejjeċ tal-baħar; d) serq minn bċejjeċ tal-baħar; u e) serq rurali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "14860.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad- droga wara li saru testijiet, xahar b'xahar, mill-1.10.97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "14861.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1.8.97, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill-Pulizija, xahar b'xahar, każi ta': a) serq minn karozzi; b) pick-pocketing; u c) snatch and grab?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "14862.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1.7.97 sal- lum, xahar b'xahar, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li fihom a) miet xi ħadd; b) xi ħadd weġġa' gravi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦABS ĠDID - UNITS", "14863.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Peress li bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8354 il-Prim Ministru kien informa lill-Kamra li sa nofs l-1998 tkun lesta l-Female Division fil- Ħabs, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju ta' progress wasal il- bini ta' l-istess Division?", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'referenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14609.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li bħalissa qed jinbena t-tieni sular ta' din id-Division.", "PULIZIJA - REATI", "14864.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Xahar b'xahar mill- 1.10.97, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu press statements mill- Pulizija dwar twettiq ta' reati serji?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "14875.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' deċiżjonijiet ta' separazzjoni ta' żwieġ deċiżi fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, sena b'sena, mill-1988 - l-1997?", "Ta' liema sena kull deċiżjoni tappartjeni?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "QRATI - ANNULLAMENTI", "14876.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kawżi ta' annullamenti ta' żwieġ deċiżi mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili mill-1988 - 1997?", "Ta' liema sena kull deċiżjoni tappartjeni?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "QRATI - RIKORSI", "14877.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rikorsi aċċettati mis- Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili fejn ingħatat l-awtorizzazzjoni ta' separazzjoni fis-snin 1988 - 1997?", "Ta' liema sena kull deċiżjoni tappartjeni?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "14878.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għal separazzjonijiet taż- żwieġ fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mill-1988 - 1997?", "Kemm minn dawn jirrigwardjaw l-istess koppja?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "QRATI - ANNULLAMENTI", "14879.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kawżi ta' annullamenti ta' żwieġ introdotti fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili mill-1988 - 1997?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "QRATI - RIKORSI", "14880.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rikorsi li ġew ippreżentati fis- Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili fejn qed tintalab l-awtorizzazzjoni għas- separazzjoni mill-1988 - 1997?", "Kemm minn dawn jirrigwardjaw l-istess koppja?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORTI - KTIEB \"ROBERTO MEMMO\"", "14891.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jikkonferma illi f'dawn il-ġranet ġie mqassam, minn impjegat tal-Qorti, kopja tal-ktieb \"Roberto Memmo\" lill-imħallfin u maġistrati kollha individwalment?", "Jista' jikkonferma li dan il-ktieb, li hu pubblikazzjoni tal-Partit Laburista, huwa suġġett ta' xi kawżi ta' libell; u jekk dan sarx bħala parti minn xi kampanja ta' informazzjoni tal-Partit tal-Gvern?", "Jikkonferma li dan jista' jiġi nterpretat li sar għal skop ta' ndħil fl-operat tal- ġudikatura?", "Jista' jgħid jekk kienx hu li awtorizza t-tqassim tal-ktieb?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ġie mqassam l- ebda ktieb `Roberto Memmo` mill-impjegati tal-Qorti lill-Imħallfin u lill- Maġistrati kollha ndividwalment.", "Madanakolu, id-Direttur Ġenerali tal- Qrati hija nformata li tali ktieb intbagħat bil-posta lill-Imħallfin u lill- Maġistrati.", "Naturalment, id-Direttur Ġenerali tal-Qrati qatt ma tiftaħ il- korrisondenza li tkun indirizzata lill-Membri tal-Ġudikatura.", "In vista ta' dak li ngħad hawn fuq il-kumplament ta' l-interpellanza, m'għandiex għalfejn tiġi mwieġba stante li hi bbażata fuq premessi żbaljati.", "QRATI - MANDATI TA' QBID FUQ BASTIMENTI", "14892.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru mandati ta' qbid fuq bastimenti fil-Qrati (superjuri u inferjuri) f'dawn l-aħħar tliet snin, xahar b'xahar, fejn ġie notifikat il-Kontrollur tad-Dwana u/jew l-Awtorita' Marittima u b'hekk inżamm il-bastiment milli jiċċaqlaq minn fuq l-irmiġġ?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx u qatt ma nżammet statistika dwar in-numru ta` mandati ta` qbid fuq bastimenti li ġew ippreżentati fil-Qorti.", "KONTROLLUR TAD-DWANA - BASTIMENTI MIŻMUMA", "14893.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bastiment ġie miżmum mill-Kontrollur tad- Dwana bis-saħħa ta' mandat ta' qbid maħruġ mill-Qorti f'dawn l-aħħar tliet snin, xahar b'xahar, u dan sabiex il-bastiment ma jitlaqx minn fuq l- irmiġġ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "GĦAWDEX - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "14894.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk itteħdux prekawzjonijiet fil-forma ta' xi lining biex jiġi protett l-aquifer biex fit-tħaffir għaż-żejt f'Għawdex ma jintilifx ilma u lanqas jiġi kkontaminat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-proġett tat-tħaffir taż-żejt f'Għawdex, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet ħadet ħsieb li torbot lill- Oil Division b'kondizzjoni li jsir casing fl-ewwel 200 metru sabiex jiġi protett l-aquifer.", "Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-Oil Division.", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET/ ANNULLAMENTI", "14895.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi ta' separazzjoni u annullamenti fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u kemm ġew introdotti rikorsi ta' separazzjoni personali fis-Sekond'Awla kull sena mill-1987 sal-lum u kemm minn dawn ġew deċiżi, ikkanċellati jew deċiżi fl-istess perijodu u kemm jinsabu differiti sine die?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PORT ĦIELES - ELECTRICAL/ELECTRONIC TECHNICIAN", "14896.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 14277, jista' l- Prim Ministru jivverifika mal-korporazzjoni li tmexxi l-Freeport jekk apparti ħaddiema li se jkunu ngaġġati mill-Kumpannija Kalaxlokk, għal mal- Freeport, l-istess korporazzjoni li tmexxi l-Freeport kienet b'ittri speċifiċi u/jew telefonati indikat lil nies oħra li kienu selected for the vacancy subject to a pre-employment medical examination, u li dan l-eżami sar ukoll b'eżitu pożittiv?", "Jekk il-korporazzjoni tikkonferna dan kollu, il-Prim Ministru jaqbel illi l-Kumitat tal-Kabinett għandu japprova dan l-ingaġġ ta' dawn il-ħaddiema wkoll mingħajr limitazzjoni għal dawk li ġejjin mill-Kumpannija Kalaxlokk?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Freeport kienet identifikat numru ta' Electrical/Mechanical Technicians li kienu qed jirreġistraw ma' l-ETC, iżda sabet li l-vaganzi ta' Electrical/Mechanical Technicians li kien hemm fil-Freeport setgħu jimtlew minn ħaddiema żejda minn Kalaxlokk Co. Ltd; kif fil-fatt ġie approvat mill-Kumitat tal-Kabinet.", "ŻEJTUN - MISRAĦ MIKIEL ANTON VASSALLI", "14897.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għal żewġ scammels għall-ġbir ta' l-iskart li ta' kuljum qed jiġu pparkjati għal żmien twil f'Misraħ Mikiel Anton Vassalli, Żejtun ħdejn l-iskola primarja, jista' l-Ministru jieħu passi dwar dan peress li mhux iġeniku kemm għar- residenti u aktar u aktar għal mijiet ta' tfal li jattendu din l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Billi l-iscammels imsemmija mhumiex tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, ikun aħjar jekk l-Onor.", "Membru jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru li taħtu jaqgħu l-kunsilli lokali.", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - SCAMMELS", "14898.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kondizzjonijiet jimponi d-Dipartiment ta' l-Ambjent lill- kuntratturi tal-ġbir ta' l-iskart biex dawn ma jħallux l-iscammels tagħhom ipparkjati f'zoni residenzjali?", "Jista' d-dipartiment jieħu l-passi neċessarji biex dawk l-iscammels li qed idejqu lil kull min joqgħod jew jgħaddi minn Misraħ Mikiel Anton Vassallo, Żejtun li hu misraħ faċċata ta' skola ta' tfal żgħar, ma jibqgħux jitħallew hemm?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-Direttur għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jidhirlu li din il-mistoqsija ma tikkonċernax id-dipartiment tiegħu, u għaldaqstant jissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, li f'dan il-każ hu l-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "MARITIME COAST STATIONS - TECHNICAL OFFICERS", "14899.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjegalna għalfejn hemm ħames Technical Officers biss fil-Maritime Coast Stations meta huwa ċar li jenħtieġu sitt Technical Officers, li l-ħaddiema kkonċernati qed isibuha iebsa ħafna biex jieħdu l- leave li huma ntitolati għalih?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li kull fejn hemm rosters li jkopru sebat ijiem fil-ġimgħa, 24 siegħa kuljum, dawn jitħaddmu tajjeb b'ħamsa minn nies.", "Il-Maritime Coast Station ukoll jista' jitħaddem bl-istess numru ta' nies.", "Il-Management diġa' ressaq proposti biex tiġi mħaddma roster ġdida li biha l-leave (li diġa' qiegħed jittieħed) ikun jista' jittieħed b'aktar kumdita.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWEĠIJIET", "14900.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati żweġijiet matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm minnhom ġew annullati?", "Kemm minnhom għaddew għal separazzjoni bonaria jew bil-qorti?", "X'etajiet kellhom il-miżżewġin li ż-żwieġ tagħhom ġie annullat jew ta' dawk illi sseparaw?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "14901.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-armla R. Sammut, li l-indirizz tagħha qed jintbagħat separatament, li żewġha miet fl-1974 wara li għamel 24 sena straight fix-xatt taħt il-Port Workers Scheme, ġiet imċaħħda mill-għoti ta' Lm500 somma li kienu ngħataw lir-romol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Billi l-mistoqsija ta' l-Onor Interpellant hija dwar gratuity mħallsa taħt il-Port Work Scheme, nitlob li jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet.", "PENSJONIJIET", "14902.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu qed iżomm li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħatu separatament, tingħata l-pensjoni kollha inkluż il- pensjoni dovuta lilha tas-servizzi Ingliżi meta dan għamel mill-1960 - l- 1979 u li finalment spiċċa mill-Korporazzjoni Enemalta fl-aħħar ta' Diċembru, 1997?", "Jikkonferma l-Ministru li dan hu każ li jimmerita eżerċizzju biex wieħed jara li din il-pensjoni tiġi hekk riveduta?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu għandha tirċievi tweġiba mid-dipartiment dwar il-każ tagħha.", "Minn informazzjoni li ġejt mogħti mid-dipartiment, ir-rata tal-pensjoni tagħha hija korretta u skond il-provedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) kif emendata bl-Att XXII ta' l-1997.", "Infakkar lilll-Onor.", "Membru, li dwar l-emendi li ressaqna b'effett mill-4 ta' Ottubru 1997 rigward il-pensjoni tas-servizz, kemm-il darba sostnejt, kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra, li kienu l-ewwel pass fit-twettiq tal- wegħda elettorali tal-Partit Laburista lil pensjonant.", "F'dan l-ewwel pass daħħalna tlett emendi fit-tifsira tal-kelma pensjoni tas-Servizz fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318).", "B'dawn l-emendi:-", "1.", "Pensjoni ta' anqas minn Lm200 fis-sena m'għadhiex tiġi kkalkolata bħala pensjoni tas-servizz għal skopijiet ta' kalkolu tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali.", "2.", "Pensjoni kkommutata kollha wkoll mhix se titqies aktar bħala pensjoni tas-servizz.", "3.", "Kull żieda fil-pensjoni tas-servizz mid-data oriġinali tal-ħlas tagħha mhux se titqies aktar.", "Għalhekk tiġi kkonsidrata biss pensjoni bir-rata oriġinali biss.", "B'dan l-ewwel pass ibbenefikaw eluf ta' pensjonanti.", "PRODUTTURI TAL-MAJJAL", "14903.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li waqt il-laqgħa li hu kellu mar-raħħala (17.5.98) żvela ma' l-istess operaturi li hu kien qal lill-produtturi tal-majjal biex iżidu l-produzzjoni b'madwar 5% fiż-żmien meta kien hawn xaqq ta' dawl ta' esportazzjoni tal-majjal u jekk fl-affermattiv: 1) kemm kienet id-domanda medja kull ġimgħa fl-aħħar erba' ġimgħat; 2) kemm kienet l-istess ċifra f'(1) fl-istess perjodu sena ilu; 3) għaliex ma sarx l-export tal-majjal fl- ammont kif kien ġie mħabbar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nformat li l-Koperattiva ta' Min Irabbi l- Majjal (K.I.M.), is-sena l-oħra għamlet kuntratt għall-esportazzjoni ta' 10,000 majjal.", "Dan il-kuntratt sar meta l-Koperattiva kienet preokkupata li seta' kien hawn kwantita żejda ta' majjal fis-suq lokali u għalhekk il-K.I.M. ħadet il- passi neċessarji biex tesporta l-majjal jekk jkun hemm il-ħtieġa.", "Bil-ħidma li saret mill-Gvern, flimkien mar-rappreżentanti tal-produtturi, il-majjal kollu li nqatel (tneħħi għal madwar 4000 kilo) ġie kkonsmat lokalment u fil-fatt il-qatla fl-1997 kienet 16.8% (1,477,734 kilo) aktar mill-1996 jew żieda ta' 12324 majjal.", "Għadhom għaddejjin diksussjonijiet biex jiġi żviluppat suq għall- esportazzjoni minkejja d-diffikultajiet li jeżistu, l-aktar minħabba l-fatt li l-prezz tal-majjal f'Malta huwa wieħed fiss, waqt li fil-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea, il-prezz jitla' u jinżel skond is-suq.", "Il-qatla medja fl-aħħar erbgħa ġimgħat (Gimgħa 18-21) kienet :", "1997 2500 1998 2300", "QORMI - FABBRIKA TAL-ĦALIB", "14904.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess għall-bini tal-fabbrika tal-ħalib ħdejn il- Castellana f'Ħal Qormi waqafx u jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-raġuni tat- twaqqif ta' l-istess proċess?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 12767.", "INDUSTRIJA TAR-RAĦĦALA - TARIFFI TA' L-ILMA", "14905.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li hu ħabbar waqt laqgħa mar-raħħala (17.5.98) li kellu jagħmel studju bil-għan li jissussidja dan il-qasam minħabba l-impatt negattiv fuq l-istess industrija kkaġunat mit-tariffi sproporzjonati ta' l- ilma mħabbra fl-aħħar budget u jekk fl-affermattiv: 1) meta hu maħsub li jkun lest dan l-istudju; u 2) kemm huwa stmat li jkun l-ammont totali ta' dan is-sussidju?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "BEJGĦ TA' ĊANGA", "14906.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li matul il-laqgħa mar-raħħala li saret nhar is- 17.5.96 f'Ħaż-Żebbuġ (Malta) huwa żvela li l-pjan tal-gvern biex tinbigħ ċanga lill-Arġentina kien falla u jekk fl-affermattiv, jgħid ir-raġuni għaliex falla l-istess tentattiv?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li fil-laqgħa mar-raħħala li saret fis-17 ta' Mejju 1998, għamilt riferenza għall-pjanijiet biex tiġi esportata ċanġa lejn il-Libja (u mhux l-Arġentina).", "Dawn il-pjanijiet għadhom ma' ġewx konklużi minħabba problemi li nqalgħu dwar il-prezz taċ-ċanġa lokali kif ukoll problemi ta' trasport adegwat li għadhom mhux solvuti.", "PORT IL-KBIR - SKEJJEN ĠAPPUNIŻI", "14907.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li fil-Port il-Kbir (maġenb il-pixkerija) fil-preżent hemm sorġuti numru konsiderevoli ta' skejjen Ġappuniżi, jista' l-Ministru jgħid: 1) għaliex dawn l-iskejjen jinsabu fil-Port il-Kbir; 2) jekk dawn l-iskejjen għandhomx permess jistadu fl-ibħra territorjali Maltin?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma' hemm u ma' kien hemm l-ebda skuna Ġappuniża sorġuta fil-Port il-Kbir f'dawn il-ġranet.", "Li kien hemm kienu xi skejjen Taljani li daħlu fil-Port il-kbir għal kenn.", "L-ebda skuna barranija m' għandha permess tistad fl-ibħra territorjali Maltin.", "VALLETTA - CUSTOMER CARE OFFICE ĠDID", "14908.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-uffiċċju ġdid tal-Customer Care fil-Belt, nhar it-Tlieta, 26 ta' Mejju?", "Jista' jagħti rendikont ta' l-ispejjeż u kemm ivarjaw minn dak ipproġettat mit- tender ta' Lm130,000?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Billi għad fadal xi xogħol żgħir xi jsir u hemm ħlasijiet li għadhom pendenti, din l-informazzjoni tkun tista' tingħata wara li jitlesta x-xogħol imsemmi.", "KALKARA - ĊENTRU DAWRADURELLA", "14909.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien id-designer taċ-ċentru Dawradurella fil-Kalkara?", "X'kienu l-kriterji ta' l-għażla?", "Xi kwalifiki u esperjena għandu fil-qasam ta' l-ippjanar ta' Child Care Centres?", "Kemm tħallas għas-servizz li ta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Kumpannija li ħadet ħsieb tiddisinja d-Dawradurella Ċentru ta' Ħarsien it-Tfal kienet it- 3 YOU Design Ltd.", "Id-designer għandu 18-il sena esperjenza fi pjanar u disinn ta' stabilimenti kummerċjali u uffiċini.", "Matul l-aħħar tliet snin huwa ħadem fuq diversi ċentri ta' matul il-jum.", "Il-Kumpannija 3 YOU Design Ltd. kienet responsabbli li tiddisinja ċ- ċentru, tikkoordina u tagħmel superviżjoni tax-xogħol għall-ħlas ta' Lm1,250 (eskluża l-E.T.S.).", "KALKARA - ĊENTRU DAWRADURELLA", "14910.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: In vista tal- fatt li issa fadal biss ħamest ijiem biex jiftaħ iċ-Ċentru Dawradurella, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ġenituri li tefgħu l- applikazzjoni tagħhom biex jinqdew minn dan is-servizz?", "Kemm minnhom kienu single parents (nisa/irġiel) u kemm minnhom huma ntitolati għas- sussidju?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-talbiet għall-użu tas-servizz taċ-Ċentru ta' Ħarsien it-Tfal kienu l-iżjed mingħand ommijiet kemm miżżewġin kif ukoll single li jixtiequ jaħdmu imma minħabba li ma kellhomx ma min iħallu t-tfal dan ma setgħux jagħmluh.", "Kienu diversi l-ġenituri li ġabru formola ta' applikazzjoni kemm mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara kif ukoll miċ-Ċentru.", "Għaldaqstant, dan iċ-ċentru nfetaħ fl-1 ta' Ġunju biex il-ġenituri issa jkunu jistgħu jagħmlu l-arranġamenti tagħhom.", "KALKARA - ĊENTRU DAWRDURELLA", "14911.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kif ġiet magħrufa s-sejħa għall-applikazzjonijiet għal chief carer u carers fiċ-Ċentru Dawradurella fil-Kalkara?", "X'kienu l- kwalifiki mitluba?", "Minn fejn intgħażlu l-carers, miċ-ċivil jew barra ċ- ċivil?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li s-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' Head Carer u Carers għad-Dawradurella Ċentru ta' Ħarsien it-Tfal kienet ġiet ippubblikata fil-gazzetti nhar il-Ħadd 29 ta' Marzu 1998 wara li ngħataw il-permessi meħtieġa mill-E.T.C.", "Il-kwalifiki mitluba kienu dawn:", "HEAD CARER", "Ħames O levels li jridu jinkludu l-Malti, l-Ingliż u l-Matematika, kwalifika u/jew esperjenza fl-accounts, kwalifika f'taħriġ fil-ħarsien tat-tfal (childcare) minn entita` rikonoxxuta u esperjenza ta' xogħol fil-qasam tal-ħarsien tat-tfal ta' mill-anqas tlett snin, jew esperjenza ta' xogħol fit-tmexxija ta' ċentru ta' ħarsien it-tfal ta' mhux anqas minn seba' snin.", "CARERS", "Tliet O levels li jridu jinkludu l-Malti u l- Ingliż, kwalifika f'taħriġ fil-ħarsien tat-tfal minn entita` rikonoxxuta.", "KALKARA - CHILD CARE CENTRE", "14912.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu u min huma l-carers li ngħażlu biex jaħdmu fiċ- Child Care Centre tal-Kalkara?", "Min hi ċ-chief carer?", "Xi kwalifiki għandhom dawk magħżula?", "F'liema skala se jaqgħu dawk impjegati?", "X'se jkun is-salarju tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-head carer magħżula għandha dawn il-kwalifiki:", "8 O Levels", "11-il sena esperjenza fit-tmexxija ta' nursery (inkluża l-amministrazzjoni finanzjarja)", "17-il sena esperjenza ta' childrens animator", "Is-salarju tagħha huwa ekwivalenti għal dak ta' skala 14 fis-Settur Pubbliku, li jibda bi Lm3,319 fis-sena u jiżdied b'increments annwali ta' Lm98 sa massimu ta' Lm3,907.", "Is-salarju tal-carers l-oħra li ġew magħżula u li jiġu mgħajjta skond il-ħtieġa taċ-ċentru huwa ekwivalenti għal dak ta' skala 16 fis- Settur Pubbliku.", "Dan jibda bi Lm3,025 fis-sena u jiżdied b'increments annwali ta' Lm70 sa massimu ta' Lm3,515.", "Ma naħsibx li hija etika li nagħti l-ismijiet ta' dawk li ġew magħżula.", "SEGRETARJAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA - UFFIĊĊJU", "14913.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'tip ta' konsulenza qed tagħti l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fl-Uffiċċju tas-Segretarjat għad-Drittijiet tan-Nisa?", "Kemm-il siegħa qed taħdem fi ħdan dan l-istess uffiċċju?", "Meta beda l-kuntratt u meta jiskadi?", "Kemm qed titħallas ta' din il-konsulenza?", "Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?", "X'inhu l-irwol tal-persuna fuq imsemmija fi ħdan il-Kummissjoni ta' l- Avvanz tal-Mara?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-persuna msemmija qed tagħti servizz ta' konsulenza legali a bażi ta' estensjoni tal-kuntratt li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3723 li kienet saret fis-Seduta Numru 46 ta' l-24 ta' Marzu, 1997.", "Din l-estensjoni tagħlaq fl-10 ta' Novembru, 1998.", "L-istess persuna ġiet maħtura bħala membru tal-Kummissjoni għall- Avvanz tal-Mara fit-8 ta' April, 1998.", "SPIŻERIJA TAL-GVERN - PILLOLI VALIUM", "14932.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-aħħar kienx hemm xi skarsezza ta' valium 5mg jew 2mg mill-ispiżerija tal-gvern?", "Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jispjega għaliex dan seħħ u x'passi ttieħdu biex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata mmedjatament?", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-pazjenti li għandhom il-valium miktubin fuq il-karta s-safra, dan mhux qiegħed jitniżżel meta din il-karta tiġi mġedda fil-polyclinics u minflok il-pazjent qiegħed jintbagħat jara speċjalista l-Isptar San Luqa, anke fil-każ ta' dawk li ilhom jeħduhom għal snin twal?", "Jaf il-Ministru li l-pazjenti li jieħdu pilloli mill-bereġ tal-gvern qed jilmentaw li ta' spiss qed isibu mediċini neqsin bir-riżultat li jew jibqgħu mingħajr il-mediċini jew inkella jkollhom jidħlu għal piż finanzjarju li ma jifilħux għalih?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-Ispiżerija tal-Gvern dejjem kellna pilloli ta' Diazepan 2mg u 5mg.", "Hija l-policy tad-dipartiment li l-mediċini psikotropiċi użati għall-kura ta' mard mentali li jingħataw taħt l-iskeda V jiġu awtorizzati minn konsulent psikjatra.", "L-iskop li kartuna safra toħroġ għall-perjodu ta' żmien huwa proprju li tinħoloq opportunita' biex jiġi evalwat jekk għadx hemm ħtieġa għall-mediċini preskritti.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li f'każ ta' mediċina psikotropika f'dan il-qasam ta' mard, din l-evalwazzjoni hija aktar importanti.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-informazzjoni li għandu l-Onor.", "Interpellant dwar skarsezza ta' mediċini hija żbaljata.", "VALLETTA - TRIQ IR-REPUBBLIKA", "14933.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa l- pavimentar ta' Triq ir-Repubblika, fil-Belt?", "X'inhi r-raġuni li ma ġietx ikkonsidrata l-għażla li ssir mina għas-servizzi kollha li għaddejjin mill- imsemmija triq biex jiġi evitat li l-ispejjeż kollha li saru jisfaxxaw fix- xejn jekk u meta jkun hemm bżonn ta' xi manutenzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proġett tar-ristruzzjoni u pavimentar ta' Triq ir-Repubblika, Valletta, huwa mistenni li jiswa Lm0.5 miljun.", "Dan jinkludi l-paviment li se jintuża kif ukoll ix-xogħol kollu konness ma' dan il-proġett bħalma huwa l-bażi tat-triq eċċ.", "Meta kien se jinbeda x-xogħol tas-servizzi ġiet ikkonsidrata l-għażla li ssir mina komuni iżda din ma setgħetx issir.", "Dan minħabba li hemm mina oħra tad-drenaġġ kif ukoll diversi kantini w għalhekk post biex tgħaddi din il-mina ma hemmx.", "SKRATAĊ - IMPORTAZZJONI", "14934.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati skrataċ għal kaċċa matul l-1996, l-1997 u sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena?", "Jista' l- Ministru jgħid kif kien il-breakdown tal-karga ta' dawn l-iskrataċ, jiġifieri dak taċ-ċomb u dak tal-porvli u minn liema pajjiż ġew importati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "14935.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14624, jista' l-Ministru jgħid f'liema aspetti l- orħos offerta ma laħqitx it-tender specifications?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "P.A. - BINI TA' ĦAJT TAS-SEJJIEGĦ", "14936.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta jkun mitlub permess għall-bini ta' ħajt tas-sejjiegħ mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-permess ikun mogħti f'kejl ta' filati, f'qies ta' piedi jew metri ta' għoli?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - EX-UFFIĊĊJU TAR-REĠISTRU PUBBLIKU", "14937.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min se jokkupa l-bini li kien jintuża bħala uffiċċju tar- Reġistru Pubbliku fir-Rabat, Għawdex?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħlasijiet involuti għall-użu tiegħu, kemm huwa l-ħlas fis-sena, kienx hemm offerta għall-użu tiegħu, kemm kien hemm offerti u kemm kienet l-ogħla waħda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "QRATI - KAŻI TA' PROSTITUZZJONI", "14942.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti f'dawn l-aħħar għaxar (10) snin fuq tlajjar bi skop ta' prostituzzjoni?", "Kemm minnhom kienu rġiel u nisa?", "X'kienu l-etajiet ta' dawk li tressqu?", "Minn liema lokalitajiet kienu?", "Kemm minnhom instabu ħatja u jekk huwa possibbli, x'kienet is- sentenza nflitta fuqhom?", "Kemm minnhom kienu riċedivi b'sentenzi oħrajn tal- qorti?", "Kemm ittellgħu persuni l-qorti akkużati li ħajjru persuni għal prostituzzjoni f'dawn l-aħħar għaxar (10) snin?", "Kemm minnhom kienu rġiel u nisa?", "X'kienu l-etajiet tagħhom u minn fejn ġejjin?", "Dawn kienu riċedivi b'sentenzi oħrajn tal-qorti?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx u qatt ma nżammet statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "14943.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14730, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' junctions qegħdin ikunu ppjanati għall-junctions għal Wied il-Għajn bypass minn Triq Hompesch u d-daħla għal Marsaxlokk minn Triq Birżebbuġia f'Bir id-Deheb?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża prevista għal dawn il-proġetti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: F'tarf il-Bypass ta' Wied il-Għajn in-naħa ta' Triq Hompesh ix-xogħol se jikkonsisti f'ri-alinjament tat-triq u l-bini ta' roudabout.", "Fi Triq Birzebbugia, Bir-id-Deheb qed isir stallazzjoni ta' traffic lights.", "PA - BORDIJIET TA' L-APPELL", "14944.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm appelli minn riferti għal bini ta' garaxxijiet jew stores barra l-limiti ta' l-iżvilupp quddiem il-Bordijiet ta' l-Appell ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' l-Vici Prim Ministru jgħid x'inhi l-area koperta minn kull applikazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena nformat mill-Bord ta' l-Appell illi l- informazzjoni mitluba ma tinżammx.", "PULIZIJA - TNEĦĦIJA TA' KAROZZA", "14949.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu passi biex titneħħa karozza fiat ħadra li tinsab fi Triq is- Sagħjtar salib it-toroq ma' Triq l-Aħwa Galea fil-Mosta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi din il-karozza tneħħiet.", "CATAMARAN VICTORIA EXPRESS", "14950.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11192, jista' l-Ministru jgħid iż-żmien stabilit tal- kirja tal-Catamaran Victoria Express u jekk dan iż-żmien għalaqx?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid jekk il-catamaran hux se jerġa' jiġi mikri għall- perijodu ieħor ta' żmien jew hux se jintuża biex jagħti servizz bejn Malta u Għawdex u lura kif kien maħsub mill-bidu nett?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Peress li l-Gozo Channel Co. Ltd. hija amministrata mill-Ministru għat-Trasport u Portijiet, l-Onor.Interpellant huwa mitlub jindirizza d-domanda lilu.", "KUMITAT TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA - LAQGĦAT", "14951.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14714 u għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista' l-Prim Ministru jgħid meta kienet l-aħħar laqgħa tal-Kumitat tat-Trasport tal-Merkanzija Sa Maison/Mġarr u jekk ir- rapport kienx iffirmat miċ-Chairman u l-membri qabel ma tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ISTATISTIKA", "14952.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Istatistika jżommx statistika dwar in-nefqa globali ta' dawk li jżuru Malta fuq cruise liners?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti ċ-ċifri għas-snin 1996 u 1997?", "Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment jaħdimx fuq xi assunzjonijiet jew mod ieħor biex jasal għal kalkoli tiegħu?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri u l-informazzjoni relattiva?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14952 nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul globali mit-turiżmu hu bbażat fuq ċifri mill-Bank Ċentrali.", "Issir stima ta' kemm jonfqu l- passiġġieri li jżuru Malta fuq cruise liners kif ukoll dawk li jonfqu l- passiġġieri li huma in transit.", "Dawn imbagħad jiġu magħduda flimkien.", "Dan il-metodu ilu jiġi wżat.", "Ta' min isemmi li din l-istima ma taffettwax id- dħul globali għax din titqies bħala parti miċ-ċifra mogħtija mill-Bank Ċentrali.", "Iċ-ċifri għal dawn l-aħħar snin huma:", "| |1993|1994|1995|1996|1997*| |Lm'000|1818|2017|2842|2934|5261 |", "*Proviżorji", "ENEMALTA - SERQ FL-ISTORES", "14953.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri ta' sigurta' qed jittieħdu biex jitnaqqas is-serq fl-istores tal-Korporazzjoni Enemalta?", "Jista' l-Ministru jagħti pilferage rate fl-istess stores?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Skond il-proċeduri finanzjarji tal-korporazzjoni, ħadd ma jista' jieħu affarijiet mill-istores tal-korporazzjoni jekk ma jħallux id-dokumenti neċessarji.", "Hemm diversi stores fi proprjeta' tal-Korporazzjoni Enemalta li huma mmanjati bis-Security Guards 24 siegħa kuljum, inklużi s-Sibtijiet u Ħdud.", "Dawn il-postijiet huma l-Power Stations ta' Delimara u l-Marsa, id- Diviżjoni tal-Gass fil-Qajjenza, id-Diviżjoni tal-Petroleum f'Birżebbuġia, Ħas-Saptan, Ras Ħanżir, Wied Dalam u l-iStores tal-cables u transformers f'Kordin.", "Il-korporazzjoni ma taċċetta l-ebda pilferage mill-iStores tagħha u jekk ukoll ikun hemm suspetti dawn jgħadduhom lill-Pulizija, bħalma dejjem sar.", "POWER STATION - DELIMARA", "14954.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' l-ispejjeż li saru fl-okkażjoni tal- kxif uffiċjali tal-Monument f'Ġieħ il-Ħaddiem fil-Power Station ta' Delimara?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iċ-ċerimonja tal-kxif tal-Monument f'Ġieħ il- Ħaddiema saret flimkien ma' dik ta' l-għoti ta' l-awards għall-Ħaddiem u l- Apprentist tas-Sena.", "Is-somma telgħet għal madwar Lm4,268.", "Il-kontribut tal-Welfare Committee huwa stmat li jitla' madwar Lm1,951.", "Il-bqija se jitħallsu mill- Korporazzjoni Enemalta.", "ŻEJTUN - TISWIJA TA' TRIQ", "14955.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux talba biex tiġi rranġata t-triq li tagħti għar-raba' ta' Lambordi limiti taż-Żejtun?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx talba mid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura sabiex tiġi rranġata din it-triq?", "Jekk ma saritx talba, jista' l-Ministru jagħmel talba sabiex tiġi rranġata din it-triq ħalli jonqos l-inkonvenjent għal bdiewa tal-lokal?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jippreżenta pjanta speċifika fejn jindika għal liema triq qiegħed jirriferi.", "ŻEJTUN - TRIQ XROB L-GĦAĠIN", "14956.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol sabiex ir- residenti ta' Triq Xrob l-Għaġin jingħataw is-servizz ta' drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-parti li tista' taqbad mad-drenaġġ eżistenti hi maħsuba li ssir is-sena li ġejja.", "ŻEJTUN - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "14957.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw is-servizz ta' drenaġġ ir-residenti mill-parti ta' fuq ta' Triq il-President Anton Buttigieg in-naħa tal-Ġnien Luqa Briffa fiż-Żejtun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dawn il-mehded huma maħsuba għas-sena li ġejja.", "ŻEJTUN - TISWIJA TA' TRIQ", "14958.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritlux talba mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex tiġi rranġata u livellata Triq Ħajt il- Wied, Żejtun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ŻEJTUN - TISWIJA TA' TRIQ", "14959.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq Ħajt il-Wied peress li din qegħda tkun inaċċessibbli għall-bdiewa Żwieten ta' din in-naħa meta tagħmel ħalba xita?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 14958.", "XGĦAJRA - TRIQ IL-WIESA' - TORRI", "14960.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarulux talbiet minn għaqdiet volontarji sabiex jiġi restawrat it-torri ta' Triq il-Wiesa', fix- Xgħajra?", "Il-Ministru hu nformat li dan it-torri jinsab fi stat avvanzat ta' deterjorazzjoni u li għandu bżonn intervent imminenti peress li qiegħed fil- periklu li jaqa'?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan it-torri ġiex inkluż fil-programm ta' restawr tad-dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-restawr ta' dan it-torri jistax jiġi nkluż fil-proġett ta' embellishment għan-Nofsinhar ta' Malta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: S'issa ma hemm l-ebda pjan dwar restawr ta' dan it-torri.", "PERSUNI NEQSIN MID-DAWL", "14965.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn f'Malta persuni neqsin mid-dawl jew parzjalment neqsin mid-dawl?", "X'eta' għandhom dawn il-persuni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Membru biex jirriferi d- domanda lill-Ministru kkonċernat.", "WSC - APPLIKAZZJONI GĦAS-SERVIZZ TA' L-ILMA", "14966.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r- residenti li għandhom applikazzjoni għas-servizz ta' l-ilma għadhom ma ngħatalhomx dan is-servizz?", "Jista' jgħid meta hu maħsub li jingħata dan is- servizz?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.", "VAT - REFUNDS", "14970.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema tar-refunds kif kienet titħaddem taħt is-sistema tal-VAT, hijiex se tkun parti mit-tibdil fis-sistema ta' tassazzjoni li trid terġa' ssir bħala bidla meħtieġa kif qed titlob l- Unjoni Ewropea minħabba \"zona ta' kummerċ ħieles\"?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'hemmx il-ħsieb li l-istess sistema ta' rifużjonijiet li kienet titħaddem taħt is-sistema tal-VAT tkun tagħmel parti mit-tibdil fis-sistema ta' tassazzjoni tas-CET li jinħtieġ isir fid- dawl tal-ftehim li qed jipproponi l-Gvern dwar Zona ta' Kummerċ Ħieles ma' l-Unjoni Ewropea.", "SISTEMA TA' TASSAZZJONI", "14971.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk ladarba jrid jerġa' jsir tibdil fis-sistema ta' tassazzjoni biex titneħħa kull forma ta' diskriminazzjoni bejn prodotti mportati mill-Unjoni Ewropea u dawk maħduma lokalament, dan se jkun ifisser żieda fuq l-income tax jew introduzzjoni ta' taxxi oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhux maħsub li t-tibdil li jeħtieġ isir fis-sistema ta' tassazzjoni tas-CET biex prodotti importati mill-Unjoni Ewropea u dawk maħduma lokalment ikunu trattati l-istess ikun ifisser żieda fl-income tax jew l-introduzzjoni ta' taxxi oħra barra mit-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.", "INDUSTRIJI LI JAĦDMU GĦAS-SUQ LOKALI", "14977.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid: a) x'se tkun tfisser ir- ristrutturazzjoni għall-industriji li llum għadhom jaħdmu għas-suq lokali?", "Ladarba jkollna zona ta' kummerċ ħieles, dawn l-industirji jkunu mhedda minħabba li l-prodotti mportati jkunu aktar kompetittivi komparati mal- prodotti maħduma lokalment? b) Billi l-industriji f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea se jkollhom il-vantaġġi ta' skemi ta' għajnuna li toffri l-Unjoni Ewropea, f'pajjiżna s-self-employed u n-negozji żgħar f'zona ta' kummerċ ħieles xi skemi ta' għajnuna se jkunu offruti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara:", "i) liema huma l-industriji f'pajjiżi tal-EU li qed jirriferi għalihom? ii) għal-liema skemi ta' għajnuna qed jirreferi? iii)b'liema mod qed iħallat l-industrija tal-EU mas-Self Employed ta' Malta?", "SKEJJEL - TFAL TA' ĠENITURI BARRANIN", "14982.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-policy fir-rigward ta' tfal ta' ġenituri barranin (li huma residenti Malta u li jaħdmu f'Malta b'working permit regolari) liema tfal jattendu l-kindergarten, għal dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet jew miżati pagabbli lid-dipartiment?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-policy fir-rigward ta' tfal ta' ġenituri barranin (li huma residenti Malta u li jaħdmu f'Malta bil-permess tax- xogħol regolari) iridu jkunu għalqu t-tlett snin biex ikunu jistgħu jattendu fil-Kindergarten.", "Is-somma li trid titħallas għal sena hija ta' Lm200 pagabbli fi tlett ammonti ta' Lm67 kull term.", "GĦAWDEX - MUŻEWIJIET", "14988.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb jekk il-ħinijiet li fihom il-mużewijiet f'Għawdex ikunu miftuħin għall-pubbliku ġewx imnaqqsin?", "Jekk fl-affermattiv, b'kemm ħin ġew imnaqqsin; minn meta; x'kienet ir- raġuni u x'passi ħa l-Ministru biex jirrimedja s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - DĦUL ANNWALI MIT-TURIŻMU", "14989.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti billi jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dik il-parti tar-rapport li turi stima ta' Lm30 miljun dħul annwali mit-turiżmu f'Għawdex?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - KUNSILLI LOKALI", "14990.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti billi jagħti l-allokazzjoni finanzjarja li ngħatat lil kull kunsill lokali f'Għawdex għas-sena 1998/99?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 14472 meta tpoġġiet fuq il-Mejda ta' din il-Kamra l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsilli Lokali kollha.", "GĦAWDEX - NIES JAĦDMU", "14991.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti billi jagħti n-numru ta' nisa u ta' irġel f'impjieg f'Għawdex f'tarf is- sena 1997 fil-Private Direct Production; fil-Private Market Service; fil- Public Sector u fit-Temporary Employment?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra, minħabba l-istudju li qiegħed isir u l-bżonn li l-ETC ikollha l-informazzjoni meħtieġa biex tingħata tweġiba xierqa.", "SWATAR - PRICE CLUB DISCOUNT STORE", "14992.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Billi r- residenti ta' ħdejn il-Price Club Discount Store, is-Swatar ilmentaw miegħi u mad-dipartimenti li jagħmlu mal-ministeru tiegħek fuq l-inkonvenjent li qed iġarrbu, jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jinformani x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kien hemm ilmenti mal-Pulizija fir-rigward ta' ipparkjar bla kont ta' karozzi, skip li kien qed jitħalla jimtela' żżejjed u shopping carriers li jitħallew fit-triq fl-inħawi li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Il-Pulizija ħadet passi sabiex ikun hemm Pulizija dettaljat extra duty sabiex jikkontrolla t-traffiku fl- inħawi.", "Dwar l-iskip u shopping carriers il-management ġie mitlub biex jieħu ħsieb li dan l-inkonvenjent jinqata'.", "Ninsab informat ukoll li l- Pulizija qed tagħmel ukoll ronda fl-inħawi sabiex ma jkunx hemm abbużi.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - PETIZZJONIJIET", "W1,219.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' petizzjonijiet li saru mill-kunsilli lokali kollha, kunsill b'kunsill, f'Malta u Għawdex minn meta saret l-elezzjoni ta' l-ewwel kunsiilli sal-lum u, sekondarjament, għall-istess perjodu għall-kunsilli kollha wieħed wieħed, kull petizzjoni: 1) x'kien is-suġġett tagħha; 2) x'kien jitratta sewwa sew; 3) lil min saret il-petizzjoni; 4) x'ġie riżolt fl-aħjar interess ta' kull kunsill, f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Onor.", "Interpellant japprezza li l-informazzjoni mitluba hija voluminuża, estensiva u se tagħti ħafna xogħol u tieħu ħafna żmien utili kemm għas-67 kunsill lokali kif ukoll għad-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali.", "GĦaldaqstant mhux possibbli tingħata tweġiba f'dan il-waqt.", "Sadanittant, nitlob lill-Onor.", "Membru jgħid x'jifhem eżatt b'petizzjonijiet.", "DJAR - FILE NO.", "H 03951", "W1,224.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna mill-Gżira, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, b'file no. HO3951, li jgħix f'post żgħir b'żewġt itfal se jingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "Lil min ingħata l-fond f'San Gwann li għarraf bih lid-dipartiment fuq parir ta' l-istess dipartiment biex ngħata lil persuni oħra bi bżonn anqas?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-policy tad- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali hi li fl-allokazzjonijiet jingħata preferenza lil min għandu dħul ta' anqas minn Lm4,000.", "Il-persuna ndikata għandha dħul ta' Lm4,555.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W1,225.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi speranza għandha l-koppja mill- Belt, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li dan l-aħħar waqagħlhom is-saqaf fil-Belt u nifhem li bħal każijiet oħra, il-Ministru nieżel biex isabbarhom u li jingħataw post alternattiv xieraq għan-nies anzjani?", "Il-fatt tal-każ li wassalhom biex jingħataw post mhux diċenti għandu jservi biex din id-darba jingħataw post diċenti?", "Il-ħeffa li biha ngħataw post, ukoll jekk mhux deċenti, kif se tiġi murija issa biex jingħataw post xieraq?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien informat illi dakinhar stess li ġara l-inċident id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali offra żewġ postijiet diċenti lill-familja ndikata, saħansitra wieħed ġdid fil-pjan terran, iżda dawn ġew irrifjutati.", "Il-post ġdid lanqas biss riedu jmorru jarawh.", "KUNSILLI LOKALI - EMENDI GĦAL ATT VIĠENTI", "W1,226.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jressaq emendi għall-atti viġenti tal-kunsilli biex iż-żewġ ilsna li bihom huma miktuba l-artikli ma jibqgħux joħolqu ċans ta' interpretazzjoni differenti, nuqqas ta' qbil u diżgwid bla bżonn?", "X'emendi oħra hu ttamat li jitressqu għall-att viġenti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-reviżjoni ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, bħal kull reviżjoni oħra, issir bil-għan li l-provvedimenti rispettivi jkunu aġġornati u jirriflettu s- sitwazzjoni attwali u l-ħtiġijiet tal-mument kif ukoll dawk tal-futur.", "Kif qal l-Onor.", "Membru, ir-reviżjoni trid tinkludi wkoll emendi biex jiġu evitati nterpretazzjonijiet differenti kawżati biż-żewġ lingwi li bihom tiġi ppubblikata l-liġi.", "Il-proposti u suġġerimenti kollha qed jinġabru b'abbozz wieħed u jitressqu quddiem il-Parlament meta jkun il-waqt.", "DJAR - SPEZZJONIJIET", "W1,227.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tintbagħat l-inspection fi Blokk B, Housing Estate, Barbara Street, Ħamrun kif ġie approvat fir- rigward ta' tibjid ta' partijiet komuni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: GĦandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- ispezzjoni għandha ssir fil-ġimgħat li ġejjin.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W1,228.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li persuna mill-Fgura, li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "Konxju l-Ministru illi din is-single parent b'żewġt itfal wieħed minnhom ibati mill-ashma qed torqod għand in-nies u li minkejja li wegħeduha ripetutament u li hi min-naħa tagħha offriet postijiet vojta li qalulha li kienu se jgħaddulha wieħed minnhom baqgħet bla tweġiba fit-triq tiġri barra?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir id-domanda mhux qed tapplika mill- indirizz indikat iżda minn post Marsaskala, fejn hi rreġistrata waħedha", "DJAR - KAŻ WD 2910/57/1", "W1,240.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-WD 2910/57/1, lid-Direttur għall- Akkomodazzjoni Soċjali rigward fond fil-Belt, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jafferma li meta uffiċjal tal-personnel tat- Taqsima tax-Xogħlijiet marru fil-post, dawn weġġgħu u ttieħdu l-isptar u li s'issa d-Direttur għad m'allokax post lil dawn l-anzjani fid-dawl ta' \"I consider these premises to constitute great danger to tenants\" kif intqal mill-Perit Grech, u li b'riżultat ta' dan qed tiġi pperikolata l-ħajja ta' l-anzjani.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jara r-risposta li tajtu għall-mistoqsija parlamentari numru W1225.", "VALLETTA -TISWIJA TA' BIEB TAL-BEJT", "W1,334.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat il-bieb tal- bejt tal-koppja mill-Belt, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, mill-Joint Office?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li:", "a) qatt ma saret talba mill-inkwilin tal-post, li dwaru saret il- mistoqsija lill-Uffiċċju konġunt, għalhekk qatt ma kien possibbli li jsiru tiswijiet li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Membru, u", "b) minn spezzjoni li saret jirriżulta li l-bieb tal-bejt ma saritlux il- manutenzjoni meħtieġa matul is-snin mill-inkwilin u għalhekk id-dipartiment bir-raġun kollu ma jidhirlux li issa għandu jagħmel it-tiswijiet tal-ħsara li saret minħabba traskuraġni min-naħa ta' l-inkwilin.", "DJAR - FILE NO.", "H 02279", "W1,337.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Minisru jgħid: 1) fiex wasal il-każ tal- persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 02279 mal-Housing Department; 2) intbagħat inspector u jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx u meta hu ttamat li jintbagħat; 3) kemm żdiedet il-possibbilta' li dan jingħata akkommodazzjoni alternattiva fid-dawl tal-każ tiegħu li jkompli jiggrava ruħu u ċioe' li għandha post żgħir u fi stat perikoluż?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ li għalih tirriferi l- mistoqsija qed jiġi kkonsidrat u saret spezzjoni fis-26 ta' Jannar 1998.", "Iżda l-possibbilta' li l-każ ikun solvut malajr baqgħet naqra 'il bogħod peress li l-applikanti jridu jmorru n-Naxxar biss u d-dipartiment rari jidħollu post f'dan il-lokal.", "DJAR - FILE NO.", "H 03951", "W1,338.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) fiex wasal il-każ tal- persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 03951 mal-Housing Department; 2) intbagħat inspector u jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx u meta hu ttamat li jintbagħat; 3) kemm żdiedet il-possibbilta' li dan jingħata akkommodazzjoni alternattiva fid-dawl tal-każ tiegħu li jkompli jiggrava ruħu u ċioe' li għandu post żgħir u fi stat perikoluż u b'żewġt itfal?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-policy tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Socjali hi li jagħti preferenza lil dawk l-applikanti li għandhom dħul ta' anqas minn Lm4,000.", "Il-persuna ndikata għandha dħul ta' izjed minn hekk.", "Barra minn hekk qed japplika għax għandu żgħir u mhux għax bil-periklu.", "Jien informat li spezzjoni saret f'Gunju, 1997.", "DJAR - FILE NO.", "H 11322", "W1,339.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) fiex wasal il-każ tal- persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 11322 mal-Housing Department; 2) intbagħat inspector u jekk fl-affermtativ, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx u meta hu ttamat li jintbagħat; 3) kemm żdiedet il-possibbilta' li dan jingħata akkommodazzjoni alternattiva fid-dawl tal-każ tiegħu li jkompli jiggrava ruħu u ċioe' li għandu ċertifikat tal-mara li din għandha ħafna taraġ - madwar 80 tarġa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jara r- risposti li tajtu fil-mistoqsijiet parlamentari numri W1225 u W1240 li kienu dwar l-istess persuna li għaliha qed jirriferixxi llum.", "DJAR - FILE NO.", "H /05152", "W1,343.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna minn Ħaż-Żabbar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-file no. H/05152, li jgħix ma' tliet persuni oħra f'żewġt ikmamar biss u li ilu japplika il- Housing għal madwar għaxar snin, se jinqeda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ bin-numru H 5152 ma jirreferix għall-persuna indikata, iżda għal mara b'tifel wieħed li qed tapplika minħabba taraġ u ma tgħidx li toqgħod ma' ħaddieħor.", "DJAR - KAŻ B'REF.", "NO.", "HO/99882", "W1,344.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif is-social case tal-Housing tal-persuna minn Santa Luċija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, b'file no. HO/99882 ġie trattat s'issa u kif hu ttamat li jiġi solvut u meta?", "Min hu s-social worker li daħal fil-każ li huwa ta' persuna tassew fil- bżonn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ indikat hu ta' familja b'tifel wieħed li qed joqogħodu ma omm u missier ir-raġel.", "Każi simili ta' sharing id-dipartiment għandu 1,273 oħra u mhux possibbli li jinqdew kollha fil-pront.", "DJAR - TISWIJIET", "W1,345.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja mill-Birgu, li d- dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, li għadhom tliet gallarijiet tal-ħadid li jinstabu fi stat ħażin u li jridu jiġu rranġati; s'issa għadu ma ġiex riżolt?", "Dawn huma persuni anzjani fil-bżonn.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: GĦaddejt il-każ ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "Jidher li ma kien hemm ebda talba għal tiswijiet pendenti kif indikat mill-Onor.", "Interpellant u għalhekk għadha qed issir spezzjoni fil-ġranet li ġejjin.", "MARSA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W1,348.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif il-każ ta' persuna mill- Marsa, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha erbat itfal u m'għandhiex fejn traqqadhom, għandha post bl-umdita', riħa ta' moffa kullimkien, l-ilma nieżel mal-ħitan u b'salvavita li lanqas biss iżżommilha u għadu ma ġiex solvut?", "Kemm damet biex irċeviet data għal appuntament mal-Ministru?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ li għalih tirriferi l- mistoqsija qed jiġi kkonsidrat u dalwaqt issir spezzjoni.", "MARSA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W1,349.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna mill-Marsa, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 08799 se tingħata post alternattiv meta għal dawn l-aħħar disgħa snin ilha toqgħod m'ommha?", "Dan il-każ qed jiġi ttrattat bħala social case?", "Kemm hu fil- preżent in-numru ta' każijiet identiċi bħal ta' din il-persuna u kemm hu n- numru ta' każijiet simili li nqdew fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi każi li joqogħdu ma ħaddieħor quddiem id-dipartiment, bħal dak il-persuna ndikata, hemm 1,274.", "Il-każi quddiem id-dipartiment huma kollha soċjali.", "Fl-1995 id-dipartiment alloka 41 każ simili, fl-1996 - 39 u fl-1997 - 40 każ.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,410.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Belt, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal- każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġiet allokata post riċentement.", "MINISTERU TAD-DJAR - IMPJEGATI", "W1,422.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm irrapportaw sick, persuni fil-Ministeru fl-20 ta' Frar, 1998?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li fid-data msemmija tlett (3) persuni kienu rrapportati sick.", "DJAR - BINI TA' APPARTAMENTI", "W1,443.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti għall- poplu minn meta nbidel il-Gvern fl-1987?", "Kemm sewa għall-Gvern kull blokk ta' appartamenti li nbena?", "Fejn inbnew dawn il-blokkijiet?", "Min seta' jibbenefika minnhom?", "Kemm minn dawn il-blokkijiet kienu bħala kiri u kemm kienu bħala xiri?", "Kull appartament kemm kien il-prezz tal-bejgħ/kirja u wara li ngħata sussidju, b'kemm inbiegħ/inkera kull appartament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "Fir-rigward ta' min setgħa jibbenifika kif ukoll il-prezz/kera u sussidju mogħti fuqhom, tvarja minn ħarġa għall-oħra.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal xi ħaġa partikolari, hu mitlub jgħid dan u jingħata l- informazzjoni speċifika.", "FURJANA - POSTIJIET VOJTA", "W1,462.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet vojta li huma abitabbli fil-Furjana?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Skond stħarriġ li għamel is-sena l-oħra id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, fil-Furjana kien hemm 103 post vojt li kienu abitabbli, 40 minnhom f'kondizzjoni tajba u 63 jridu xogħol ta' manutenzjoni qabel ikunu jistgħu jintużaw.", "VALLETTA - POSTIJIET VOJTA", "W1,463..", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet vojta li huma abitabbli fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jara r- risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari tiegħu numru W1425 li hi fuq l-istess suġġett.", "VALLETTA - OLD MINT STREET", "W1,578.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Billi l-bankina ta' Old Mint Street, Valletta, partikolarment il-parti ta' quddiem Nru. 38, tenħtieġ manutenzjoni, jista' l-Ministru jara li din issir?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Madankollu ninsab informat li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sat-8 ta' April 1998 ma kienx daħallu ilment dwar l-istat tal-bankina quddiem Nru. 38 Old Mint Street.", "Il-Kunsill Lokali għandu jagħmel spezzjoni fuq il- post u wara jaġixxi skond il-każ.", "DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "W1,610.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna mill-Belt Valletta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se jkun jista' jixtri l-post okkupat minnu u diġa' imħallas mill-Housing Authority (File .", "HA 618/91)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-Dipartiment ta' l-Art għadu ma għaddix it- titolu legali fuq l-art li fuqha hemm mibni dan il-fond.", "TARXIEN: SQAQ BRITTANIKU - BINI", "W1,614.", "L-ONOR SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir għar-rigward tal-bini f'qagħda ħażina li jinstab fi Sqaq Brittaniku, Tarxien fejn l-iskola tat- tfal ta' Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qed ihejji pjanti sabiex issir applikazzjoni lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar għat-twaqqiegħ tal-bini dilapidat imsemmi biex minfloku jinbnew seba' appartamenti u seba' garaxxijiet.", "KUNSILL LOKALI - MARSA", "W1,623.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara jekk l-inkjesta fuq il-finanzi tal- Kunsill Lokali tal-Marsa hijiex lesta?", "Meta se tiġi ppubblikata din l- inkjesta?", "Kemm swiet lill-Gvern u min se jagħmel tajjeb għal ħlas?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-inkjesta fuq il-finanzi tal-Kunsill Lokali Marsa tlestiet u r-rapport intbagħat lill- Awditur Ġenerali u qed jiġi eżaminat.", "L-ispiża tammonta għal Lm625 u din titħallas minn fondi pubbliċi.", "Meta nirċievi r-rapport inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "DJAR - AKKWIST TA' FONDI", "W1,624.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt ta' l- akkwist (xiri) tal-post ta' 19, Triq Mons. Mikiel Azzopardi, Siġġiewi mill- Housing Authority?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fid-29 ta' April 1998, il-persuna ndikata ntbagħatitlu l-formola neċessarja biex jimliha u jirritornaha lura flimkien mad-dokumenti ndikata fl-istess formola.", "Sal-lum dawn id-dokumenti ma ġewx irritornati lill-Awtorita' tad-Djar.", "PIETA' - TRIQ ID-DULURI", "W1,625.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq id- Duluri, Pieta' in-naħa ta' quddiem il-Każin tal-football tal-Pieta' Hotspurs titranġa bil-flus li l-gvern jagħti lill-kunsilli?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "GĦaldaqstant nissuġġerixxi li l-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha fil- fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-kunsilli.", "DJAR - SKEMI ĠODDA", "W2,000.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-iskemi ġodda li l-Gvern qed jikkonsidra li jidħlu fil-kamp tal-Housing u kif se jifirxu aktar biex jilħqu lil dawk l-aktar fil-bżonn?", "Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata u xejn aktar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar bħalissa tikkonsidra li ddaħħal dawn l-iskemi:-", "(a) Fidi ta' ċnus fuq HOS plots fejn l-awtorita' għad ma għandhiex titolu legali fuq l-art; (b) L-akkwist tal-proprjeta' tal-Gvern okkupati minn sidien mibnija fuq l- art li l-Awtorita' tad-Djar għad m'għandhiex titolu legali fuqha; (c) Sussidju fuq kera ta' postijiet privati; (d) għajnuna finanzjarja għal xogħlijiet ta' titjib fuq residenzi okkupati minn persuni b'diżabilita'; (e) Sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar fi djar privati li huma vojta biex jinkrew lill-Maltin (f) Sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar fi djar okkupati, proprjeta' tal- Gvern jew ta' l-Uffiċċju Konġunt; (g) Xiri mill-Awtorita' ta' djar privati li s-sidien tagħhom jitolbu li jbigħu din il-propjeta' lill-Awtorita' tad-Djar."]} {"filename": "19971015_122d_par.doc", "date": "1997-10-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 122 L-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 122", "L-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "122", "L-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, 1997", "WERREJ MINUTI 53", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 53", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 60", "MOZZJONI TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI DWAR MALTA U L-UNJONI EWROPEA 61", "AĠĠORNAMENT 92", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 96", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 121 li saret fil-15 ta' Ottubru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - ŻURRIEQ", "7992.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 7342 li titratta dwar bini ta' area secondary school, jidhirlu l-Ministru li minħabba raġunijiet ovvji ta' viċinanza, aċċess u raġunijiet oħra ambjentali, l-area secondary school għandha tinbena fiċ-ċentru ta' l-area li tinkludi l-irħula taż-Żurrieq, Safi, Kirkop, Qrendi, Mqabba, Luqa, Gudja, Għaxaq u Birżebbuġa?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll għat-tfal ta' liema rħula hija ntiża l- imsemmija skola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'seduta 121 għall- mistoqsija parlamentari Nru 7993, filwaqt li nsostni li f'dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid preċiż għal liema rħula se tkun intiża l-iskola li se tinbena.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru hu f'pożizzjoni li jgħidilna jekk hux se jsir ix-xogħol li kien hemm ippjanat li jsir fl- iskola ta' San Pawl il-Baħar u xi alterazzjoni oħra li kien hemm ippjanata għall-iskola tal-Mellieħa?", "Fil-każ meta se jsir dan?", "X'hemm ipproġettat fil-każ ta' l-iskola ta' l-Intern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħlijiet se jsiru fit-tliet skejjel imsemmija.", "Fl-iskola tal-Mellieħa x-xogħol diġa' beda jsir, jew jekk għadu ma bediex se jibda għada.", "Rigward l-iskola ta' l-Imġarr hemm proġett estensiv biex titkabbar l- iskola u allura se jieħu aktar żmien, pero' l-ippjannar qiegħed fi stadju avvanzat ħafna.", "GĦall-iskola ta' San Pawl il-Baħar nista' ngħid l-istess ħaġa pero' m'iniex sodisfatt li dak li se nagħmlu huwa biżżejjed.", "Qed ngħid hekk mhux għall-fatt li se nkabbru l-faċilita' imma minħabba l-problema tal-pumping station tad-drenaġġ li jmiss ma' l-iskola.", "Min iżur dik l-iskola jaf li r- riħa ta' drenaġġ li hemm m'hijiex aċċettabbli u jekk m'aħniex se nsolvu dik il-problema nista' ngħid li dak kollu li qed nagħmlu m'hu se jiswa għal xejn.", "Jien nittama li flimkien mat-taqsima tad-drenaġġ u mal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi din il-problema tkun tista' tiġi tackled .", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ladarba l-Ministru rrifera għad- diffikulta' li hemm f'din l-iskola partikolari, xtaqt nistaqsi jekk minkejja li diġa' saru diversi tentattivi fix-xhur u fis-snin li għaddew biex din id-diffikulta' tiġi megħluba, il-Ministru jinsabx f'pożizzjoni li jgħid jekk kienx hemm xi konklużjoni f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Matul is-sena li għaddiet jien kont qabbadt lill- Perit Philip Grech, li jifhem f'dan il-qasam, biex jagħmel rapport tekniku dwar x'għandu jsir biex insolvu din il-problema.", "Fil-fatt nista' ngħaddi kopja ta' dan ir-rapport lill-Onor.", "Interpellant.", "Jekk m'iniex sejjer żball - jien ma nifhimx f'dan il-qasam - il-perit irrakkmanda li jsiru xi scrubbers fil-pumping station pero' ma nafx jekk dan huwiex se jkun biżżejjed biex neliminaw din il-problema għal kollox.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Billi jidhirli li l-art ta' wara l-iskola ta' l- Imġarr ittieħdet mill-ministeru ta' l-edukazzjoni biex jagħmel użu minnha aktar 'il quddiem, jista' l-Ministru jinformana jekk hemmx xi pjanijiet biex din l-art ma titħallhiex fil-mod kif inhi llum, imma għallinqas tingħalq u titnaddaf, imqar temporanjament?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li din l-art ittieħdet u jekk m'iniex sejjer żball saru trasferimenti ta' fondi mill-ministeru ta' l-edukazzjoni biex ikunu jistgħu jiġu kkompensati dawk il-familji li tteħditilhom l-art.", "Jien naċċetta s-suġġeriment li għamel il-kollega tiegħi sabiex nieħdu ħsieb il-problema msemmija.", "TARZNA TA' MALTA - ĦADDIEMA", "8077.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mpjegati mit-Tarzna ta' Malta u mill-Marsa Shipbuilding Yard sena b'sena, f'dawn l-aħħar 10 snin?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi Ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub.", "PULIZIJA - PERSUNI F'MALTA LLEGALMENT", "8078.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jgħixu f'Malta llegalment mill-bidu ta' din is-sena sal-lum?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li mill-bidu ta' din is-sena sat-30 ta' Settembru nqabdu 312-il persuna jgħixu f'Malta llegalment.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma nafx jekk il-Ministru għandux id- dettallji ta' liema nazzjonalita' huma dawn il-persuni li nqabdu f'pajjiżna llegalment, pero' mill-esperjenza ta' kull wieħed minna naħseb li nafu ta' liema pajjiżi huma.", "F'dan il-każ, jidhirlu l-Ministru li l-Gvern għandu jieħu passi sabiex f'areas fejn huwa magħruf li jkun hemm residenti ta' dawn in-nazzjonalitajiet, ikun hemm sorveljanza akbar biex inkunu nafu min huma dawk il-persuni li jibqgħu hawn Malta llegalment u f'dak il-każ jitkeċċew minn pajjiżna?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dwar in-nazzjonalita' ta dawn il-persuni, inkun nista' nagħti risposta jekk il-mistoqsija ssir bil-miktub.", "Nista' nassigura lill- Onor. Galea li qegħdin jittieħdu passi pero' m'huwiex opportun li ngħid x'passi se jjittieħdu għaliex inkella wieħed jibda jaħseb kif se jaħrab mill-Pulizija!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, kien hemm żmien fejn dawk il-persuni li jkunu hawn Malta bla permess kienu jiġu arrestati pero' maż-żmien ma baqgħux jinżammu l-ħabs u bdew jinżammu d-depot.", "Xtaqt nistaqsi fejn qed jinżammu dawn il-persuni llum, jekk humiex qed jinżammu d-depot biss jew f'Ta' Kandja wkoll.", "Qed nagħmel din id-domanda għaliex jidhirli li kien hemm rakkmandazzjoni minn kumitat tal-Kunsill ta' l-Ewropea sabiex ma jibqgħux jinżammu f'Ta' Kandja peress li l-post huwa żgħir.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub sabiex niġbor l-informazzjoni neċessarja u nkun nista ngħaddihielu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jaf il-Ministru li sentenza riċenti tal-qrati Maltin iddefiniet, forsi għall-ewwel darba, b'mod preċiż id- drittijiet tan-nies li jinqabdu f'Malta llegalment?", "Bażikament din is- sentenza tgħid li dawn il-persuni, minkejja li teknikament huma arrestati, waqt il-perijodu ta' l-arrest ma jistgħux jiġu meqjusa bħala arrestati minħabba reati kriminali u għalhekk għandhom igawdu ħafna aktar drittijiet fosthom, per eżempju, li jċemplu lill-qraba tagħhom kemm iridu, li jistgħu jdaħħlu affarijiet fuq ħwejjiġhom kemm iridu, eċċ. In vista ta' dawn is- sentenzi, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux xi miżuri partikolari mill- Gvern sabiex niżguraw li pajjiżna ma jiksirx drittijiet li jistgħu jeżistu anke fuq livelli Ewropej u allura niftħu lil pajjiżna għall-possibbilta' li ssir kawża quddiem il-European Court of Human Rights?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub u nkun nista' nagħtih id-dettalji preċiżi ta' dak li talab.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Safejn naf jien kien ġie identifikat post f'Ta' Kandja li huwa ikbar mill-post attwali sabiex isir detention centre għall- immigranti.", "Qed ngħid dan anke abbażi ta' dak li qal l-Onor.", "Gatt, jiġifieri li llum dawn in-nies, għalkemm ikunu kisru l-liġijiet ta' l- imigrazzjoni ta' Malta, m'għadhomx jitqiesu kriminali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena naf li qegħdin jittieħdu passi pero' m'iniex f'pożizzjoni li ngħid eżatt x'inhuma u fejn waslu.", "PULIZIJA - PERSUNI F'DISKOTEKI", "8079.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni taħt is-16-il sena ġo discos f'Malta u f'Għawdex din is-sena?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li din is- sena, sat-23 ta' Lulju, il-Pulizija qabdet erba' żgħażagħ taħt is-16-il sena ġewwa d-discos.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sorveljanza ssir sabiex il-pulizija jkunu jistgħu jaqbdu lil dawn it-tfal li jkunu qegħdin fid-discos?", "Din ir-responsabbilta' taqa' fuq il-pulizija jew inkella fuq l-istaff imqabbad mid-diskoteki nnifishom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li qed jittieħdu passi bis-serjeta', pero' nerġa' ngħid li m'huwiex opportun li ngħid x'inhuma għaliex inkella dak li jkun ikun jista' jara kif jaħrab mil- liġi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, kienu saru regolamenti li taħthom mhux biss jitqies li jkun qed jagħmel reat dak l-individwu taħt is-16-il sena li jkun daħal id-disco imma anke s-sid tad-disco.", "Għalhekk aħna konna daħħalna l-obbligu legali li s-sid huwa responsabbli li jara li fid-disco ma jidħlux tfal taħt is-16-il sena, u dan jista' jsir billi tiġi mitluba l- identity card.", "Pero' madankollu, jekk ma jsirux raids biex wieħed ikun jista' jara jekk dawn ir-regolamenti humiex qegħdin jiġu osservati, nispiċċaw biex f'għaxar xhur jinqabdu biss erba' persuni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, la nqabdu dawn il-persuni, sinjal li saru raids.", "Kieku kellna nikkomparaw kemm inqabdu fil-perijodu imsemmi ma' l-istess perijodu s-sena ta' qabel, mal-ewwel naraw li l-affarijiet qed isiru b'aktar serjeta'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien naħseb li l-fatt li f'dan il- perijodu nqabdu biss erba' persuni, bl-ebda mod m'hu xi indikazzjoni ta' iktar serjeta'.", "Jiena m'iniex qed nistenna li l-Ministru jagħtina d- dettalji jew xi miżuri sigrieti li jistgħu jittieħdu, imma jista' jgħidilna x'tip ta' sorveljanza jew x'tip ta' raids qegħdin isiru biex jinqabdu dawn in-nies li jkunu qegħdin f'dawn il-postijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li qed issir is- sorveljanza neċessarja u naċċertah ukoll li meta jsiru rapporti, il- pulizija jmorru jinvestigaw u jekk ikun il-każ jittieħdu passi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li l-fatt li tfal taħt 16-il sena jidħlu fid-discos, la huwa tort tal-Gvern Nazzjonalista, la huwa tort tal-Gvern Laburista u lanqas huwa tort tal-Korp tal-Pulizija u għalhekk ma naħsibx li għandna għalfejn noqogħdu nagħmlu ħafna comparisons ma' dak li kien jiġri qabel.", "Pero' jekk qegħdin ngħidu li f'dan il-perijodu li qegħdin insemmu nqabdu biss erbat itfal taħt is-16-il sena, ma naħsibx li qed ikollna sorveljanza serja.", "Naħseb ukoll li ż-żewġ naħat għandna nammettu li għadna ma wasalniex u baqgħalna ħafna x'nagħmlu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jiena m'għidtx li aħna perfetti.", "Nafu li għad fadal x'nagħmlu pero' ninsabu mexjin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Madam Speaker, bħala risposta għal din id- domanda u d-domanda ta' qabilha, il-Ministru qal li m'huwiex opportun li jgħidilna x'tip ta' sorveljanza qiegħda ssir għaliex inkella ikun letting the cat out of the bag.", "Filwaqt li din ir-risposta kienet aċċettabbli għall-mistoqsija ta' qabel, ma naħsibx li fil-każ ta' din id-domanda hawn xi sigriet statali.", "Ikun hemm pulizija ħdejn il-bieb tad-diskoteki jew ma jkunx hemm?", "Dawn huma t-tip ta' dettalji li xtaqt inkun naf jiena.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naċċerta lill-Onor.", "Psaila Savona li t-tip ta' sorveljanza li hemm illum hija ħafna aktar effiċjenti minn dik li kienet issir fi żmienu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ladarba l-Ministru huwa daqshekk ċert li s-sorveljanza llum hija ferm aħjar, jista' jgħidilna xi żviluppi saru bejn is-sorveljanza ta' qabel u dik tal-lum?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-iżviluppi li saru huma pożittivi.", "Fil-fatt dan jidher anke fl-ammont ta' persuni li nqabdu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, ma jidhirlux il-Ministru li hija kontradizzjoni li l-ewwel jgħid li hemm sorveljanza sodisfaċenti ħafna u ħafna aħjar minn dik ta' qabel u mbagħad jgħid li f'10 xhur, jiġifieri sat- 23 ta' Lulju, inqabdu erba' min-nies biss?", "Ma jaħsibx li dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, ma naħsibx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Filwaqt li naqbel ma' dak li qal ħaddieħor li fil-każ ta' nies li qegħdin Malta llegalment huwa tajjeb li ma ngħidux x'passi jittieħdu, naħseb li fil-każ ta' tfal taħt is-16-il sena li jidħlu fid- discos il-Ministru mhux biss għandu jgħid x'passi qegħdin jittieħdu iżda għandu jagħmel pubbliċita' dwarhom sabiex min jabbuża jkun jaf li se jinqabad u jekk hemm bżonn tidħol ċertu responsabbilta' fuq il-ġenituri wkoll.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, m'għandi xejn iktar x'inżid ma' dak li diġa' għidt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Minflok li l-Kamra toqgħod tintilef tiġġebbed 'l hemm u 'l hawn fuq bażi politika fuq dan is-suġġett, jista' l-Ministru jassigura li apparti s-sorveljanza li aċċertana li qiegħda ssir - naħseb li nagħmlu żball jekk niddubitaw li qiegħda ssir is-sorveljanza, għaliex l- ebda gvern m'għandu xi interess li ma jagħmilx sorveljanza fejn għandha ssir - hemmx xi programm li jista' jkun intensifikat biex minbarra li jittieħdu passi kontra minorenni li jkunu f'post fejn mhux suppost qegħdin, jittieħdu passi iżjed severi - jekk hemm bżonn anke jsir bdil tal-penali kontemplati fil-liġi ladarba l-Kamra unanimament qiegħda turi concern fuq dan is-suġġett - biex is-sidien ta' dawn il-postijiet ikollhom deterrent qawwi x'jiffaċċjaw jekk kemm-il darba jiksru l-liġi?", "Il-liġi s-sidien qegħdin jiksruha.", "Jista' dan il-punt jiġi trattat fuq il-bażi ta' l- interess ta' wliedna?", "Għax wara kollox dwar dan qegħdin nitkellmu.", "Min- naħa ta' l-Oppożizzjoni sar ħjiel ta' dan l-appell imma qegħdin isiru wkoll interventi partiġġjani.", "Nistgħu ma nkunux patiġġjani, għallinqas fuq dan is-suġġett, la naħa u lanqas oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nieħu nota ta' dak li qal l-Onor.", "Spiteri.", "IMPJIEGI - PERSUNI JAĦDMU LLEGALMENT", "8080.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jaħdmu llegalment din is-sena?", "Kemm kienu nisa, kemm irġiel u kemm kellhom inqas minn 16-il sena?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Din is-sena l- ispetturi tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ qabdu jaħdmu bla permess 120 barrani, 322 persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u 900 li ma kenux irreġistrati li qed jaħdmu, jiġifieri kienu qed jaħdmu mingħajr ktieb tax-xogħol.", "Dan il-fenomenu ilna nosservawh għal ftit xhur u qegħdin nipprovaw nistudjawh ħalli naraw xi jfisser sewwa.", "Kien hemm 333 persuna oħra li kienu qed jagħmlu part-time job li ma kenux reġistrati mal-korporazzjoni u kien hemm 39 persuna li kellhom anqas minn 16-il sena.", "Il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ma żżommx statistika ta' kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, mingħajr ma jgħidli x'inhu s-sigriet kif żgħażagħ ta' inqas minn 16-il sena jinqabdu jaħdmu, jista' l-Ministru jgħidilna x'miżuri qed jittieħdu mill-ETC sabiex tfal li mhux suppost ikunu qegħdin jaħdmu tassew ma jaħdmux?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: L-ETC qed tagħmel żjarat fil-postijiet fejn jistgħu jkunu qed jaħdmu nies illegalment u fejn issib tfal taħt is-16-il sena tapplika l-liġi kif għandha tapplikaha kontra min iħaddimhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li jinqabdu tfal jaħdmu taħt is-16-il sena ssirx xi komunikazzjoni mad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex jieħu l-particulars ħalli jkunu jistgħu javżaw b'dan lill-ġenituri tagħhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jien qed neħodha for granted li jsir hekk, imma jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel din id-domanda bil-miktub inkun nista' nagħtih risposta eżatta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan l-aħħar in-numru ta' inspectors fl-ETC żdiedx jew naqasx?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: In-numru ta' inspectors baqa' l-istess, bħal fiż- żmien meta kien responsabbli mill-ETC l-Onor.", "Interpellant.", "Pero' nista' ngħid li qegħdin isiru arranġamenti sabiex dan id-dipartiment jissaħħaħ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna x'arranġamenti saru biex id-dipartiment ikun jista' jissaħħaħ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jien se ninforma lill-Onor.", "Interpellant bir- riformi li se jsiru meta dawn ikunu lesti.", "IMPJIEGI - PERSUNI BOARDED OUT", "8081.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni sena b'sena, mill- 1987 'l hawn?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-parti l- kbira ta' l-informazzjoni mitluba diġa' ġiet mogħtija fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru W42 li ġġib id-data ta' l-14 ta' Frar, 1997.", "Nixtieq inżid mal-figuri f'din it-tweġiba dawn li ġejjin:", "Sena Persuni mogħtija Pensjoni ta' l-Invalidita' ------------------------------------------------------ 1987 742 1997 (sa Ġunju) 400", "IMPJIEG LLEGALI", "8082.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-ETC din is-sena talli mpjegaw persuni mingħajr il-permessi meħtieġ?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Din is-sena l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ressqet 19-il prinċipal il-qorti talli mpjegaw persuni ta' nazzjonalita' barranija, filwaqt li hemm 242 każ ieħor li ġew mgħoddija lill-Pulizija sabiex jieħdu l-passi meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-mistoqsija ma kenitx titratta dwar persuni barranin biss imma anke dwar Maltin.", "GĦalhekk jista' issa l- Ministru jgħidilna kemm tressqu persuni l-qorti mill-ETC din is-sena talli mpjegaw Maltin mingħajr il-permessi meħtieġa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Bħalissa m'għandix din l-informazzjoni u għalhekk nagħti risposta f'seduta oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk il- 242 każ li ġew mgħoddija lill-Pulizija tressqux il-qorti jew jekk għadhomx pendenti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Dawn il-każijiet ġew mgħoddija lill-pulizija sabiex dawn jieħdu azzjoni kontra tagħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dawn il-każijiet huma ta' barranin jew ta' Maltin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Fil-fatt dawn huma każijiet ta' barranin.", "TAXXI INTERNI - DIKJARAZZJONIJIET SPONTANJI", "8356.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm baqa' jinħadmu mill- ispontaneous declarations li saru minn taxpayers fuq id-dħul tagħhom sas- sena bażi 1994?", "Meta hu maħsub li joħorġu tali assessments?", "Jidhirlu l- Ministru li l-istess taxpayers files għandhom jiġu earmarked biex jinħadmu l-ewwel u ma joħorġux assessments oħra fuq dawn il-files qabel jiġu likwidati sa l-1994 tax year (basis)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Għad baqa' madwar 500 applikazzjoni x'jinħadmu u qed jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn jinħadmu kemm jista' jkun malajr.", "Is-suġġeriment magħmul mill-Onor.", "Interpellant ġie nnotat iżda mhux dejjem ikun possibbli li każ jiġi llikwidat sa l-1994 qabel ma joħorġu assessments oħrajn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, allura kif nhar it-Tnejn, waqt il- Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, il-bniedem responsabbli minn dawn l-affarijiet fid-dipartiment qalilna li baqa' 1,100 applikazzjoni x'jinħadmu?", "Jiġifieri mill-bieraħt lura sa llum inħadmu 550 applikazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Interpellant għandu japprezza li din id-data tawhieli n-nies tekniċi tad-dipartiment.", "TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "8357.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Billi wara l-mewt ta' persuna, proprjeta' tista' tiġi trasferita lil terzi wisq qabel sitt snin, jidhirlu l-Ministru li sabiex kull eredi jkun jaf x'taxxi huma dovuti eċċ., illi klawsola 52 u eżattament sezzjoni (5) u l- parti \"Iżda fil-każ ta' Avviż dwar dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis din l-istima għandha ssir sa żmien sitt snin minn meta dak l-avviż jiġi riċevut\", għandha tiġi emendata fis-sens illi l-perijodu jonqos għal sitt xhur?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għandi nifhem li l-Onor.", "Membru jaf tajjeb kemm ġew studjati sewwa u bir-reqqa t-tliet punti mqajma minnu f'mistoqsija parlamentari numru 8357 meta kien qed isir l-abbozz ta' l-eventwali Att Nru XVII ta' l-1993 u mhux ta' l-1997.", "Kif fil-prattika jaf ukoll l-Onor.", "Membru, il-frott ta' dan l-istudju jitkellem waħdu mill-fatt li l-provvedimenti ta' l-istess Att ħadmu tajjeb għal matul l-erba' snin li għaddew u allura wieħed jistagħġeb kif din il- mistoqsija qed issir proprju issa wara dan iż-żmien kollu.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li fiċ-ċirkostanzi ma jinħass ebda bżonn għall-emendi proposti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, l-ewwelnett nixtieq ninforma lill- Ministru li fid-domanda tiegħi ma tissemmiex sena; u t-tieni nett ngħidlu li jien ma kontx hawnhekk tliet snin ilu biex inkun nista' nagħmel id- domanda.", "Meta tgħaddi liġi jkun hemm perijodu ta' żmien li fih wieħed ikun jista' jara jekk il-liġi tkunx qed taħdem eżatt jew le u jien naħseb li l- fatt li llum id-dipartiment qed jibgħat periti jispezzjonaw proprjeta' wara erba' snin li tkun saret il-mewt ta' persuna, liema proprjeta' tkun ġiet trasferita lil terzi, juri li hemm bżonn li jsir tibdil għal din il-liġi.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nieħu nota tal-kumment li qed jagħmel l- Onor. Interpellant.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 155 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien ta' Mammiferi tal-Baħar.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt mir-regoli tad-dixxiplina għall-iskejjel, inklużi fil-policy tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8645; u", "Lista ta' l-iskejjel fejn saru xogħlijiet ta' manutenzjoni matul is- sajf 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8651.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja taċ-ċirkolarijiet li nħarġu mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali bejn Settembru 1996 u Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8720.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 154 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Tariffa ta' Nollijiet); u", "Informazzjoni dwar ir-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill -Mosta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8717.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-internal workings ta' l-ETC dwar l-istatistika tax-xogħol relattiva għal Awissu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8525.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Perit Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li dawn l-aħħar ġranet jien għarraft lill-Whip ta' din in-naħa tal-Kamra fejn għidtlu li peress li jien naqbel li m'għandhiex issir din il-kummissjoni, pero' ma naqbilx mal-politika li miexi biha l-Gvern illum, inħoss li jkun fl-interess nazzjonali li nagħmel sforz, għalkemm saħħti ma tantx għadha tagħtini, u nitkellem fuq din il-mozzjoni.", "Jien ma narax kif għandi niġi miċħud milli nsemma leħni fuq mozzjoni bħal din u niġbidlek l-attenzjoni, Madam Speaker, li jekk sar xi arranġament mod ieħor, jien ma qbiltx miegħu u għalhekk nistenna li jkolli l-protezzjoni biżżejjed min-naħa tas- Sinjorija Tiegħek sabiex jien inkun nista' nsemmi leħni.", "MADAM SPEAKER: Jiena m'għandi l-ebda informazzjoni dwar xi ftehim jew arranġament għar-rigward tas-seduta tal-lum u għaldaqstant se nimxi mar- regolamenti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MOZZJONI TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI DWAR MALTA U L-UNJONI EWROPEA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, jiena nixtieq nikkonferma li m'hawn l-ebda arranġament jew ftehim.", "Din hija seduta bħall-oħrajn kollha, regolata mill-iStanding Orders tal-Kamra u mill- mozzjonijiet ta' proċedura kif approvati mill-Kamra.", "Madam Speaker, nipproponi li:", "Din il-Kamra tinnota:", "Illi bil-konklużjoni tal-Konferenza Intergovernattiva ta' l-Unjoni Ewropea f'Ġunju li għadda, bil-firma tat-Trattat ġdid ta' Amsterdam, u bil-pubblikazzjoni ta' Agenda 2000 mill-Kummissjoni Ewropea fis-16 ta' Lulju, qam dibattitu ġdid dwar kif u meta se jsir it-tkabbir ta' l- Unjoni Ewropea;", "Illi sad-data li fiha l-Gvern Malti avża lill-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea li Malta ma kinetx interessata aktar li tmexxi 'l quddiem it-talba tagħha, Malta kienet meqjusa l-iktar ippreparata għas- sħubija;", "Illi anke fost il-membri ta' din il-Kamra jirriżulta li hemm apprezzament ġdid dwar l-effetti għal Malta bi dħul fl-Unjoni Ewropea u dan anke fil-kuntest ekonomiku u finanzjarju ta' Malta llum;", "Illi l-opinjoni pubblika wkoll tidher li qed tapprezza aktar il- vantaġġi tat-triq tas-sħubija u korpi kostitwiti fil-maġġoranza tagħhom baqgħu jisħqu favur it-triq tas-sħubija;", "Illi fis-summit tal-Lussemburgu f'Diċembru li ġej se tiġi deċiża d- data fil-qrib għall-bidu ta' negozjati ma' pajjiżi applikanti, negozjati li għalihom Malta hija diġa' intitolata skond deċiżjonijiet diġa' meħuda mill-Kunsill Ewropew ta' Cannes f'Ġunju, 1995;", "Illi din il-Kamra għalhekk tirriżolvi li l-Gvern għandu jwaqqaf immedjatament Kummissjoni biex tirrapporta fi żmien xahar jekk huwiex fl-interess nazzjonali li, f'dawn iċ-ċirkostanzi ġodda, Malta terġa' tinsisti fuq it-talba tagħha għal sħubija.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Opożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, qegħdin nibdew seduta li hi xi ftit straordinarja.", "M'iniex qed ngħid li hija straordinarja fis-sens tal- kontenut tal-mozzjoni imma hija straordinarja għaliex fi kważi 30 sena li jien ili Membru ta' dan il-Parlament, din hija l-ewwel darba li l-Parlament żamm seduta li tibda fis-2.00 p.m. Kellna seduti li bdew filgħodu u spiċċaw filgħaxija, pero' illum bdejna użanza ġdida skond mozzjoni ta' proċedura li ddiskutejna hawnhekk stess nhar it-Tnejn li għadda.", "Naturalment il-Gvern għandu r-raġunijiet profondi u serji għaliex għamel seduta fis-2.00 p.m. pero' jiena ottimist u fl-ottimiżmu tiegħi ħsibt li l- Gvern ried li niddibattu s-suġġett ta' l-Ewropa b'mod mill-aktar kalm.", "U x'hemm aħjar mis-2.00 p.m. meta kulħadd ikun imħeddel - għaliex bħala pajjiż tan-naħa ta' isfel ta' l-Ewropa aħna mdorrijin bis-siesta - biex niltaqtgħu fl-akbar kalma bejnietna u nitkellmu fuq suġġett illi jistħoqqlu diskussjoni, suġġett li żgur huwa ta' interess nazzjonali!", "Żgur li fil-mument li ninsabu fih, għandna nitkellmu bis-serjeta', mingħajr passjoni u mingħajr ma naraw il-pożizzjoni li diġa' ħadna.", "Il- pożizzjonijiet politiċi taż-żewġ naħat fuq din il-kwestjoni huma magħrufa, il-poplu tagħna jaf li hemm diverġenzi mhux żgħar bejn iż-żewġ naħat, l- elezzjonijiet saru, intrebħu u ntilfu, għaddiet sena, baqgħalna erba' snin oħra għall-elezzjoni u għandna Gvern li kulħadd jistenna li se jiggverna sa dak iż-żmien.", "Jiena m'iniex qed inressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern biex ngħid li l-Gvern ħaqqu ma jkomplix jiggverna.", "Dak assolutament m'huwiex l-iskop ta' din il-mozzjoni.", "L-iskop tal-mozzjoni li qed inressaq illum huwa verament fi spirtu nazzjonali.", "Meta l-Gvern kellu u għad għandu l-pożizzjoni tiegħu u meta l- Oppożizzjoni għandha l-pożizzjoni tagħha, naħseb li huwa tajjeb li meta hawn avvenimenti ta' ċerta sustanza li jistgħu jinfluwenzaw il-pożizzjoni - jien ngħid reċiproka - ta' kulħadd fuq x'relazzjonijiet għandu jkun hemm bejn Malta u l-Ewropa, meta hemm ċirkostanzi li ma kenux jeżistu qabel u meta anke hemm skadenzi ta' żmien, huwa importanti u utli li f'isem il- pajjiż kollu ngħidu li għandna nieqfu u nagħmlu pawsa ta' ħsieb approfondit.", "Madam Speaker, kif tgħid il-mozzjoni, aħna m'aħniex qegħdin nipproponu li l-Gvern illum jagħmel għażla permezz ta' riżoluzzjoni.", "Lill-Gvern qed nitolbuh sabiex jieħu l-parir ta' nies li jidhirlu li huma kapaċi u li għandhom il-kwalitajiet meħtieġa sabiex spassjonatament jaraw x'inhu l- aħjar interess ta' Malta fiċ-ċirkostanzi tal-lum u l-Gvern imbagħad jiddeċiedi xi jrid jagħmel, jekk jibqax miexi fit-triq li hu miexi, jekk ibiddilx ftit jew ħafna, jew jekk jimxix fi triq oħra.", "Dan huwa l-ispirtu tal-mozzjoni li qed nipproponi llum u m'iniex se noqgħod nitkellem dwar il- vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' membership fl-Unjoni Ewropea.", "Il-mozzjoni ġiet ippreżentata abbażi ta' ċirkostanzi ġodda, jiġifieri ċirkostanzi li ma kenux jeżistu qabel, almenu fil-forma li qegħdin jeżistu issa.", "U li nipproponi lili nnifsi huwa li b'mod kemm jista' jkun oġġettiv naraw jekk huwiex veru li hemm ċirkostanzi li tbiddlu minn Ottubru tas-sena li għaddiet sal-lum.", "Aħna nafu li sas-26 ta' Ottubru l-pożizzjoni kienet li l-partit fil-gvern deherlu - wieħed jassumi b'responsabbilta' versu n-nazzjon u m'għandix raġuni għaliex naħseb li m'huwiex hekk - li kellu jieħu d-deċiżjoni, kif kien wiegħed, li jinforma lill-Unjoni Ewropea li l-Gvern Malti ma kienx beħsiebu jkompli bil-proċess ta' sħubija.", "U hekk għamel, jidhirli jien, immedjatament wara l-elezzjoni.", "U allura issa rridu naraw jekk hemmx raġunijiet li għandna neżaminaw u anke naraw jekk hemmx xi elementi ġodda li l-Gvern ta' pajjiżna - jien ma ngħidx il-Gvern Laburista għax uffiċjalment la hawn Gvern Laburista u lanqas Gvern Nazzjonalista; huwa l- Gvern tiegħi ukoll għaliex qed jirrappreżenta mhux biss lil dawk li vvotawlu imma lill-poplu Malti kollu - f'dan il-mument għandu janalizza b'mod oġġettiv fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "U jien hawnhekk se nipprova nelenka dawn l-elementi ġodda.", "L-ewwelnett, f'Ottubru tas-sena l-oħra s-sitwazzjoni kienet li l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni, il-pajjiżi applikanti u kull min kien interessat, kien qed jistenna jekk hux se jkun hemm il-konklużjoni tal-konferenza inter- governattiva.", "Ħafna affarijiet fl-Unjoni Ewropea kienu qed jintrabtu mad- deċiżjonijiet li tasal għalihom dik il-konferenza li kienet mistennija tispiċċa din is-sena u li effettivament spiċċat qabel Ġunju ta' din is- sena.", "Il-kumment uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea stess huwa li dik il- konferenza kkonkludiet b'suċċess, tant li waslet għal proposti konkreti li ġew inkorporati fit-Trattat ta' Amsterdam, li proprju ftit ġranet ilu, jekk m'iniex sejjer żball fit-2 ta' Ottubru, il-15-il pajjiż membru ffirmaw bħala t-trattat il-ġdid ta' bejniethom.", "U allura hawnhekk ikun tajjeb li ngħidu li l-ewwel fatt ġdid huwa li kien hemm il-konklużjoni ta' din il-konferenza.", "Dan qed ngħidu għaliex kien hawn ħafna dubju f'moħħ kulħadd jekk effettivament il-konferenza tikkonkludix peress li kien hemm ħafna affarijiet marbuta mal-fatt biss tal-konklużjoni, fosthom li Malta kellha l- promessa li t-taħdidiet u n-negozjati għas-sħubija kellhom jibdew sitt xhur wara li tintemm dik il-konferenza.", "Mela hawnhekk diġa' għandna element ġdid li jinteressa lil pajjiżna għaliex għandna data, li hija sitt xhur minn Ġunju li għadda, li fiha l-Unjoni Ewopea intrabtet ma' Malta, ma' Ċipru u ma' pajjiżi oħra, li sejra tibda negozjati magħhom.", "Dan il-fatt, li sas-26 ta' Ottubru tas-sena l-oħra kien inċert, issa m'għadux inċert imma sar fatt determinat għax il-konferenza kkonkludiet.", "Hawnhekk huwa importanti wkoll li ngħidu x'ikkonkludiet.", "Madam Speaker, din il-konferenza kkonkludiet billi rrikkmandat diversi emendi fit-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea - li effettivament diġa' sar u issa minflok nitkellmu fuq it-Trattat ta' Maastricht nitkellmu fuq it-Trattat ta' Amsterdam.", "Fit-Trattat ta' Amsterdam hemm diversi elementi li jinteressawna oġġettivament bħala possibbli membri futuri jew b'xi mod ieħor bħal, per eżempju, kif il-Parlament Ewropew se jkollu sehem iktar importanti u qawwi fid-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din tinteressana, pero' forsi element li jinteressana kien id-domanda dwar kif se jitbiddlu l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, il-kompożizzjoni tal- Kummissjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni Ewropea li hija l-eżekuttiv ta' l- Unjoni Ewropea, il-gvern ta' l-Unjoni Ewropea, illum hija magħmula minn 15-il membru b'rappreżentanza differenti bejn il-pajjiżi l-kbar, li għandhom żewġ rappreżentanti kull wieħed u l-pajjiżi l-oħra, inqas kbar jew iżgħar jew żgħar, li għandhom rappreżentant wieħed.", "Kemm-il darba intqal fostna li jekk Malta tidħol fl-Unjoni, tkun pajjiż tat-tieni klassi għaliex ma jkollhiex rappreżentanza fil-kummissjoni.", "Effettivament - u dan għalhekk huwa partikolarment ta' interess għalina - ġie deċiż li fl- istituzzjoni tal-kummissjoni m'hemmx għalfejn issir emenda fin-numru ta' kummissarji li llum huwa 20 imma bil-kondizzjoni li fl-Unjoni Ewropea ma jkunx hemm aktar minn 20 pajjiż membru.", "Jiġifieri jekk fit-tkabbir li jmiss in-numru ta' membri ġodda mhux se jkun ta' aktar minn ħamsa u allura l-Unjoni Ewropea jkollha 20 membru, hemm qbil li dawn il-pajjiżi jkollhom kummissarju kull wieħed.", "U s-soluzzjoni hija li n-numru jibqa' xorta u l- pajjiżi l-kbar jitilfu wieħed min-nomini li sal-lum għandhom.", "Hemm ukoll il-kondizzjoni li, sakemm isir it-tkabbir, isir ftehim intern dwar il-weighting tal-voti fil-kunsill.", "Dan huwa element li lilna jinteressana għaliex jinteressa lil dawk li se jkunu l-ewwel ħames pajjiżi li jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk aħna, li konna quddiem nett tal-queue, irridu naraw jekk irridux - jew jaqblilniex; aħjar nitkellmu dwar x'jaqblilna - nerġgħu mmorru fil-queue biex nikkonservaw dik il- pożizzjoni.", "U aħna nafu li effettivament dawn l-ewwel ħames pajjiżi - li 'l quddiem ngħid ukoll min huma - plus Ċipru, se jkollhom f'dan is-sens pożizzjoni privileġġata vis-a-vis il-pajjiżi l-oħra applikanti, li s'issa huma 11 u b'Malta, 12.", "Madam Speaker, dan huwa element li ma kienx jeżisti quddiemna lkoll li ridna niddeċiedu f'isem il-poplu tagħna - illum din id- deċiżjoni tispetta lill-Gvern ta' Malta - imma li llum m'hemmx dubju dwaru.", "Għalhekk hawnhekk bilfors li jkollna nistaqsu lilna nfusna jekk b'dawn iċ- ċirkostanzi mibdula, bħala effett tal-konklużjoni tal-konferenza inter- governattiva, huwiex għaqli li wieħed jeżamina b'mod approfondit x'inhuma l- interessi ta' Malta llum.", "Mela diġa' għandna l-konklużjoni ta' l-IGC u d- deċiżjonijiet ta' l-IGC, li t-tnejn huma elementi ġodda.", "Madam Speaker, it-tielet element ġdid huwa li kien hemm il-Kunsill Ewropew - jew kif insejħulu komunament is-summit - tal-Presidenza Irlandiża li kellu quddiemu l-konkużjonijiet ta' l-IGC, liema konklużjonijiet adottahom u fformola uffiċjalment it-Tattat ta' Amsterdam li, kif diġa' għidt, ġie ffirmat fit-2 ta' Ottubru mill-pajjiżi membri kollha.", "Huwa importanti wkoll li s-Summit ta' Dublin ħa deċiżjonijiet li, forsi iktar milli jbiddlu, jenfasizzaw iktar dimensjoni importanti ħafna ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri d-dimensjoni soċjali.", "Kien hawn u għad hawn ħafna diskors, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra, dwar kemm huwa meħtieġ li l-istess Unjoni tagħmel aċċent ħafna iktar qawwi fuq l-iktar ħaġa li tolqot fil-laħam il-ħaj, b'mod partikolari lill-ħaddiema, minħabba l-fatt li huwa magħruf li fl-Unjoni Ewropea, b'mod ġenerali kważi fil- pajjiżi kollha membri, hemm rata ta' qgħad li hija għolja ħafna.", "Is- Summit ta' l-Irlanda enfasizza li fiż-żmien li ġej l-Unjoni Ewropa għandha tikkonċentra u tindirizza b'qawwa iktar minn qatt qabel l-aktar żewġ elementi importanti; l-element tad-dimensjoni soċjali, jiġifieri li trid tara kif se taffronta l-problemi attwali tal-qgħad f'dawn il-pajjiżi u l-element tal-fenomenu l-ġdid tas-soċjeta' tagħna fejn għandek tkabbir ta' l-ekonomija mingħajr tkabbir fil-postijiet tax-xogħol.", "GĦal min forsi kien xettiku fuq l-Unjoni Ewropea u kien jgħid li din hi unjoni li titkellem fuq il-free market u li tagħmel enfasi fuq \"hekk\" u fuq \"hekk\" imma m'hijiex tagħti kas biżżejjed dan l-element soċjali, naħseb li l-Kunsill ta' Dublin wera l-kuxjenza soċjali tal-pajjiżi membri, forsi - jew anke mingħajr il-forsi - anke minħabba key players importanti li kull tant żmien jitbiddlu fl-Unjoni stess.", "Insemmi tipikament lil Tony Blair ta' l-Ingilterra u lil Lionel Jospin ta' Franza, it-tnejn rappreżentanti ta' partiti soċjalisti li ċertament il-preżenza tagħhom, kif inhi l- preżenza ta' Prodi mill-Italja ....(Interruzzjonijiet) M'hemmx għalfejn noqgħod insemmi nies oħra.", "Jien ngħid li dan il-fatt li l-Unjoni Ewropea tkun konxja mhux biss ta' l-ideali ta' free market u ta' dak li hu l-ħobż u l-ġobon tagħna lkoll imma tal-poplu kif jiġi milqut direttament, għandna ninnotawh bħala fatt ġdid għaliex għandu l-konsegwenzi.", "U l-konsegwenzi huma marbuta wkoll mar-riżultati tas-Summit ta' Dublin fl-aspett ta' kif l- Unjoni qed tħares lejn it-tkabbir tagħha stess.", "Infatti huwa ċar mill- konklużjonijiet ta' Dublin li d-diskors dwar jekk hux se jkun hemm tkabbir, kemm se jkun hemm tkabbir u meta se jsir it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea ħa spinta 'l quddiem ħafna u ħadd ma jista' jiddubita li l-Unjoni Ewropea wara Dublin hija deċiża li t-tkabbir huwa neċessita' li se taħdem għalih.", "Għalhekk ħadu ċerti deċiżjonijiet - li niġi għalihom aktar 'il quddiem - u raw kif l-aħjar għandhom jamministraw il-flus ta' l-Unjoni Ewropea, cioe' cohesion fund u l-istructural fund.", "U proprju biex l-Unjoni Ewropea jkollha aġenda fuqhiex timxi, is-Summit ta' Dublin inkariga lill- Kummissjoni Ewropea li tlesti kemm jista' jkun malajr aġenda għas-snin 2000.", "Nafu li effettivament il-kummissjoni ippreparat - dawn huma summaries - aġenda ta' l-Unjoni Ewropea mis-sena 2000 'il quddiem li titratta l-problemi interni ta' l-Unjoni Ewropea bħal, per eżempju, il- problemi fil-qasam ta' l-agrikoltura u l-problemi dwar kif l-Unjoni Ewropea tista' tittraduċi aktar din il-kuxjenza soċjali f'realta' kemm għall-membri attwali kif ukoll għall-membri applikanti li se jkunu membri ġodda.", "Madam Speaker, ħalli issa niġi għal element ieħor ġdid.", "Diġa' ittrattajt l-IGC u l-kunsill fih innifsu.", "Naturalment wieħed jista' jieħu sigħat twal biex joqgħod jgħid il-kontenut kollu ta' dawn id-dokumenti li qed insemmi pero' ma naħsibx li dan huwa l-mument; l-ewwelnett għaliex nistqarr li biex wieħed janalizzahom b'mod veru approfondit u sinifikanti, irid ikun espert fil-materja u għandna wisq hawn Malta lesti jippontifikaw u jgħidulna bl-iktar mod superfiċjali l-iżvantaġġi jew il-vantaġġi x'inhuma.", "Pero' jien qed ngħid x'inhuma l-prinċipji tad-deċiżjonijiet għaliex naħseb li jkun tajjeb li almenu nkunu nafuhom.", "Kif diġa' għidt, fuq l-unemployment għandhom riżoluzzjoni, li hija parti mid-deċiżjonijiet tas-Summit ta' Dublin, fuq growth and employment.", "Effettivament il-kummissjoni, fis-16 ta' Lulju ppubblikat l-Agenda 2000, li hija ħarsa 'l quddiem billi l-ewwelnett tgħid kif se tipprova tamministra l- flus li għandha u anke billi tara kif se jsir it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li ħaġa li tinteressana żgur hija li l-Agenda 2000 u d-deċiżjoni tal-kummissjoni hija li hi eżaminat l-istat attwali ta' l-10 pajjiżi applikanti - Ċipru diġa' għadda mill-eżami bħalna - u waslet għall- konklużjoni li minn dawn l-applikanti ħamsa huma maturi biex jinfetħu negozjati magħhom filwaqt li ħamsa oħra għad iridu jistennew.", "U l- Kummissjoni qed tirrikmanda li meta jasal il-bidu tas-sena d-dieħla, li huwa magħna, il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jiftaħ negozjati ma' ħames pajjiżi li huma r-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u l- Estonia flimkien ma' Ċipru.", "Meta aħna applikajna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea ħadd ma kien joħlom li dawn il-ħames pajjiżi se jkunu kandidati maturi biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fiż-żmien preżenti.", "U effettivament ma' l-Agenda 2000 insibu l-avis fuq kull wieħed minn dawn il- pajjiżi, liema avis ikun fih analisi, kummenti fuq is-sitwazzjoni ekonomika u anke prospetti dwar kif kull pajjiż jista' jiġi mgħejjun biex itejjeb il- pożizzjoni tiegħu.", "U qrajna hawn Malta fil-gazzetti analisi u kummenti dwar, per eżempju, is-Slovenja li huwa pajjiż ta' żewġ miljun ruħ u l- ammont li l-Kummissjoni Ewropea tikkalkola li jkunu ntitolati għalih mill- Fond Strutturali u mill-Cohesion Fund, fl-istat ta' żvilupp tiegħu.", "Anke fl-avis fuq Malta fl-1993, il-Kummissjoni kienet għamlet dan il- kalkolu u qalet li bejn wieħed u ieħor fil-kondizzjoni ekonomika tagħha fl- 1993, Malta kienet tirċievi mingħand l-Unjoni Ewropea tant miljuni ta' liri fis-sena.", "Dawn m'humiex miljuni ta' liri bil-kalkolu preċiż imma dwar kemm tkun ir-rata ta' l-iżvilupp fil-pajjiż, jiġifieri kif jipparaguna l-GDP tal- pajjiż ma' dak tal-kumplament ta' l-Ewropa jew ma' l-average ta' l-Ewropa, u b'hekk joħroġ l-ammont li nkunu intitolati għalih bħala għajnuna.", "Din m'hijiex għajnuna biex inneħħu d-deficit li għandna fil-budget u jien nispera li ħadd ma mar jistaqsi lil Prodi jekk l-Unjoni Ewropea tagħtix għajnuna biex wieħed inaqqas l-iżbilanċ fil-budget!", "Ħadd ma jagħtik l- għajnuna biex tnaqqas l-iżbilanċ fil-budget; jagħtuk l-għajnuna biex inti tirristruttura u tmexxi l-ekonomija tiegħek u biex tibni l-infrastruttura tiegħek, dejjem flimkien ma' għajnuna minnek innifsek.", "Dan ifisser li jekk, per eżempju, tkun trid tagħmel sistema ta' trasport aħjar u jkollok bżonn Lm30 miljun u tkun trid tara mnejn iġġibhom, l-Unjoni Ewropea tara jekk dak ikunx proġett ta' infrastruttura tajjeb u jekk ikun hekk allura toħroġ ċertu ammont mill-Fondi Strutturali tagħha.", "Din m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn, tant li jekk wieħed imur sa l-Irlanda jew sal- Portugall jara li kull fejn imur isib proġetti iffinanzjati in parte mill- fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' nerġa' ngħid - ma rridx nidħol f'dan l- argument għalkemm dawn l-avis jitkellmu fuq ammonti ta' flus, eċċ. - li l- Agenda 2000 tħares ukoll lejn il-finanzi ta' l-Unjoni Ewropea stess u tara kif se tużahom.", "S'issa dawn kienu jiġu wżati biex il-pajjiżi li huma diġa' membri jiġu mgħejjuna biex min għadu lura fosthom, bil-mod il-mod jilħaq lil dawk li huma quddiem.", "U dak li hu ġdid u ta' importanza kbira huwa li l-Unjoni Ewropea qed tgħid li issa trid li dawk il-fondi jservu għall-pajjiżi applikanti għal meta jidħlu - ovvjament li dak kien diġa' dritt - u qed tgħid ukoll li se tagħmel programm, li se jibda mis-sena 2000, ta' għajnuna qabel ma pajjiż isir membru ta' l-Unjoni Ewropea sabiex b'hekk ikun jista' aktar malajr jipprepara ruħu biex jidħol fl-istess Unjoni.", "Dan huwa fatt ġdid, fatt li b'responsabbilta' aħna - u b'mod partikolari l-Gvern li r- responsabbilta' ultima taqa' fuqu - ma nistgħux ninjorawh.", "Il-Gvern ma jistax jgħid li ma ġara xejn f'din is-sena li ilu jiggverna għaliex mhux veru li ma ġara xejn; ġraw affarijiet li biddlu ċ-ċirkostanzi li jistgħu jinfluwenzawna, tajjeb jew ħażin - jien naħseb aktar tajjeb milli ħażin - biex naslu għad-deċiżjonijiet tagħna.", "U la qed nitkellem fuq għajnuna għall-ekonomija, xtaqt insemmi paragrafu ieħor li hemm fil-mozzjoni li qed nipproponi li jgħid hekk:", "\"l-opinjoni pubblika wkoll tidher li qed tapprezza aktar il-vantaġġi tat-triq tas-sħubija u korpi kostitwiti fil-maġġoranza tagħhom baqgħu jisħqu favur it-triq tas-sħubija;\".", "U hawnhekk jiena nistaqsi lili nnifsi jekk iniex qed nivvinta meta qed ngħid li l-opinjoni pubblika Maltija qed tapprezza aktar x'inhuma l- affarijiet.", "Jien naħseb li m'iniex, u naħseb hekk mill-esperjenza personali tiegħi minn dak li nisma' meta nitkellem man-nies.", "Jien naħseb li f'Malta qatt ma rnexxielna li jkun hawn daqstant interess fuq l-Unjoni Ewropea daqskemm hawn issa.", "Naħseb li f'Malta lħaqna l-peak fl-interess tal-poplu in ġenerali fuq l-Ewropa.", "Madam Speaker, semmejt il-korpi kostitwiti u m'hemmx dubju li dan l-aħħar rajna intensita' fir-rakkmandazzjoni tagħhom - tista' tgħid li dawn kollha dejjem kienu favur l-Unjoni Ewropea - li hemm bżonn li Malta teżamina sew din il-kwestjoni li tissejjaħ Unjoni Ewropea.", "Dan għaliex ħadd ma jista' jiċħad li fil-pajjiż bħalissa hawn slow-down u l-ekonomija tal-pajjiż bħalissa m'hijiex għaddejja b'dik ir-rankatura li konna mdorrijin biha.", "Jien ma rridx noqgħod ngħid li huwa tort ta' dan il-Gvern jew tort tal- Gvern ta' qabel, imma l-fatt huwa li r-rankatura ekonomika f'pajjiżna m'għadhiex għaddejja bl-istess ritmu.", "Jien naħseb li min irid ikun sinċier u objettiv fl-assessment tiegħu jgħid li huwa veru li l-ekonomija bħalissa m'hijiex għaddejja bir-ritmu li lkoll nixtiequ.", "U dan għaliex l-ekonomija għaddejja minn żmien ta' inċertezza.", "Issa mhux xahar, xahrejn jew tlieta għaddew minn wara l-elezzjoni imma għaddiet sena.", "U x'għandna wara li għaddiet sena mill-elezzjoni?", "Qabel kellna triq li tajjeb jew ħażin konna mexjin fiha, pero' konna nafu fejn mexjin, imbagħad tela' gvern ġdid li qalilna li se nbiddlu r-rotta u se nfittxu rotta oħra, dik ta' l-eqreb relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma nidħlu membri fiha għaliex kif qalulna għandna 99% - ma nafx minn fejn ġew dawn id-99% - imma jonqosna dak il-1%.", "Imma dan veru?", "Sena wara l-elezzjoni hawn xi ħadd li onestament jista' jgħid li l-pajjiż jaf x'se tkun din ir-relazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?", "Jien ma nafx.", "U meta ngħid li ma nafx, ngħid hekk għaliex staqsejt u ħadd ma tani risposta li fehem x'se tkun din ir-relazzjoni.", "Jien tkellimt ma' kummissarji, prim ministri u ministri attwali fl-Unjoni Ewropea u għad- domanda tiegħi ta' jekk humiex mexjin mal-Gvern Malti u jekk bdewx id- diskussjonijiet ħalli jsibu dan l-approach ġdid, u x'inhi t-tielet triq li m'hijiex bħal association agreement, m'hijiex bħal full membership, imma hija kważi membership, ir-risposta kienet: \"Le, aħna ma nafux.\"", "Naturalment kulħadd lest jiddiskuti.", "Mela fid-dinja tal-lum teżisti sitwazzjoni fejn xi ħadd imur għand, unjoni bħalma hi l-Unjoni Ewropea, u jsabbtulu l-bieb f'wiċċu u jgħidulu biex jitlaq 'il barra!", "Dawn jistednuk biex titkellem bis-serjeta' u jistaqsuk xi trid.", "Pero' s'issa ħadd ma jaf il-Gvern Malti xi jrid.", "Imbagħad kultant noħorġu bl-ereżijiet kif ħareġ l- Onor. Bartolo fuq il-kwestjoni ta' l-istipendji, u nħawdu iktar l-imħuħ.", "Madam Speaker, hemm bżonn nifhmu li din hija kwestjoni nazzjonali u jien l-ewwel wieħed inbaxxi rasi quddiem l-Onor.", "Evarist Bartolo u nispera li hu jbaxxi tiegħu wkoll u jgħid: Ejja b'umilta' nistqarru li hemm bżonn naraw x'inhu l-interess veru ta' dan il-pajjiż f'dan il-mument.", "Dan huwa dak li qed ngħidu aħna.", "L-element importantissimu biex l-ekonomija tagħna terġa' taqbad ir-ritmu żgur li huwa li nneħħu l-inċertezza u jkollna ċ-ċertezza almenu tat-triq.", "Issa hawnhekk jien nistaqsi: Imma din hija ħolma tiegħi?", "Jien ċertament ma naħsibx li hu hekk.", "U hawnhekk ikolli nikkwota mill-artiklu li kiteb l-Onor.", "Lino Spiteri - li ma naħsibx li kiteb għall- gost li jkollu essay ippubblikat fil-gazzetta imma kiteb għaliex qal: Jien naħseb, jien għandi moħħ - li deher fil-ħarġa ta' \"The Times\" tad-19 ta' Settembru fejn qal hekk:", "\"The prospect of EU membership could be a positive psychological factor, especially given the state we are in.\".", "GĦandna bżonn a psychological factor, jiġifieri xi ħaġa li tinfluwenza l- moħħ ta' kull wieħed minna, ta' l-intraprendituri u tal-ħaddiema tagħna biex tkun tista' tgħidilhom li nafu fejn irridu naslu?", "Hemm bżonn din l- injection ta' fiduċja psikoloġika biex il-pajjiż jieħu jew almenu nipprovaw nagħtuh ir-ruħ?", "L-Onor.", "Lino Spiteri for a fact hawnhekk qed jgħid - għaliex hawnhekk lanqas domanda m'hawn għalkemm hemm il-kelma \"could\" - li", "\"The prospect of EU membership could be a positive psychological factor especially given the state we are in.\".", "Madam Speaker, irrid ngħid li jiena fl-għaxar snin li għaddew dejjem emmint li fattur importanti ħafna biex irnexxielna jkollna l-iżvilupp li kellna kien is-sens ta' direzzjoni u ċ-ċertezza li aħna tajna lill-poplu Malti li xi darba se naslu biex inkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "U jiena m'iniex qed nitkellem fl-ajru kulħadd jaf li l-ekonomija kibret.", "Il- ministri tal-lum u anke dawk ta' qabel żgur li jitkellmu ma' l- industrijalisti u jafu li dawn kienu qed jippreparaw u jibnu r-riżorsi tagħhom, umani u m'humiex, sabiex jaslu għal dan iċ-challenge.", "Kien hemm għaddej proċess ta' rinnovament u ristrutturazzjoni li kien mutur qawwi ta' fiduċja fil-pajjiż.", "Jekk dan il-mutur qawwi ħadem tul l-għaxar snin li għaddew, jekk fis-sena ta' prova li kellna, meta pprovajna nabbandunaw dan l-ideal u tlaqna l-mutur mitfi għal kollox, ma rnexxilniex insibu xi ħaġa oħra li tinċentivana, bħala deputati responsabbli tal-poplu tagħna m'għandniex id-dmir li ngħidu li din il-kwestjoni nazzjonali urġenti tal- lum timmerita li nagħtuha ħarsa spassjonata u oġġettiva biex naraw x'jaqbel lill-poplu tagħna meta għamilna tant kummissjonijiet, ġibna tant esperti u konsulenti?", "Jiena kkwotajt lill-Onor.", "Lino Spiteri imma m'iniex se noqgħod nuża aġġettivi u ngħid kemm kien kuraġġuz jew ħaġa jew oħra; la se niġġudika lilu u lanqas lil ħadd.", "Pero' huwa fatt ta' realiżmu li dan il- mument jitlob li nagħtu ħarsa aktar serja lejn x'jaqbel lil pajjiżna.", "Naturalment minbarra l-ekonomija hemm imbagħad il-kwestjoni tal-finanzi tal-gvern.", "L-ewwelnett jiena diversi drabi għidt - u nirrepeti għal elf darba - li l- finanzi tal-gvern fl-istat li huma u fl-istat kif kienu fl-aħħar tas-sena l- oħra kif magħluqin minn dan il-Gvern, m'humiex sostenibbli, aħseb u ara kemm huma desiderabbli.", "Ma jistax ikun li dan il-pajjiż sena wara l-oħra jkollu żbilanc ta' ¥100 miljun.", "U jekk ma nirrimedjawx din is-sitwazzjoni, dan il-pajjiż se jegħreq.", "Issa ilna għal dawn l-aħħar 11-il xahar bil- Gvern iwaħħal fina u aħna nagħtu l-ispjegazzjonijiet u l-Gvern ma jemminniex.", "Aħna ma jinteressaniex jekk il-Gvern jemminniex jew fejn qiegħda l-verita' - għalkemm jiena naturalment għandi l-opinjoniiet preċiżi tiegħi - pero' żgur li huwa fatt li l-iżbilanċ tal-gvern m'huwiex sostenibbli.", "U allura ħafna qegħdin jgħidu li jekk ikollna għajnuna - nerġa' ngħid mhux għajnuna biex inneħħu l-iżbilanċ imma għajnuna biex inkunu nistgħu nużaw flus li jiġu mill-cohesion fund u mill-istructural fund ta' Unjoni Ewropea, sabiex inkunu nistgħu nagħmlu ċertu xogħol ta' ristruturazzjoni ...", "Per eżempju, dan l-aħħar qrajna artikli dwar l- għajnuna li l-Unjoni Ewropea qed tagħti lit-tarznari sabiex dawn jiġu mmodernizzati u ristrutturati.", "Dan mhux qed isir b'karita' biex ma jmurx ikun hawn xi ħadd li jaħseb li l-Unjoni Ewropea hija xi istitut tal-karita' li tmur tħabbtilha l-bieb u tagħtik xi ħaġa.", "M'hu hekk xejn.", "L-ewwelnett dawn jaraw min int, x'kapaċi tagħmel, jiġifieri jekk għandekx ir-rieda li timxi 'l quddiem u jekk għandekx ir-riżorsi tiegħek li bihom tkun tista' tgħin lilek innifsek u fejn hemm bżonn tingħata l- għajnuna biex tkun tista' tkompli.", "Dan huwa l-metodu u fil-kwadru ta' gvern li għadda diġa' sena minn ħamsa ...", "Jien nistaqsi lil dan il-Gvern li għandu din is-sitwazzjoni finanzjarja u għandu opportunita' bħal din - li m'hijiex immedjata u lanqas se ssolvilu l-problemi, ħalli ma noqogħdux niffantastikaw, imma li żgur tgħinu, jekk mhux is-sena d-dieħla ta' wara jew ta' wara ta' wara - u li qed jgħid li ma jinteressahx minn din l- opportunita' għaliex għandu soluzzjonijiet oħra, proprju x'inhuma dawn is- soluzzjonijiet.", "Kif diġa' għidt, għaddiet sena ta' dan il-Gvern u għalhekk naħseb li issa għandu jgħidilna fejn wasal fid-diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "S'issa l-Gvern qalilhom li m'huwiex interessat ikompli bit-talba għal sħubija u huma qalulu: O.K. grazzi ħafna, nnotajniha, issa nitkellmu.", "Imma tkellimna?", "Iva, tkellimna.", "Ġew hawnhekk u meta raw il-liġi li daħlet minflok il-VAT qalulu li din ma tgħoddx u mhux talli m'hijiex aċċettabbli, talli hija ksur tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u rridu naraw x'se nagħmlu.", "Safejn naf jien din hija l-pożizzjoni li teżisti bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Għandna problema li ġiet maħluqa mill-Gvern bit-tibdil li għamel fis-sistema ta' tassazzjoni fil-pajjiż li minħabba f'hekk ma onorax l- obbligi tiegħu skond it-Trattat ta' Assoċjazzjoni.", "J'Alla l-problema tiġi riżolta, imma anke jekk tiġi riżolta, jista' xi ħadd jispjega x'inhuma r- relazzjonijiet li jeżistu bħalissa bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?", "Madam Speaker, qed jgħidulna li jkollna a free trade zone 20 sena oħra.", "Imma xi jfisser dan?", "Dan jiġifieri kif se jkollhom il-kumplament tal- pajjiżi tal-Mediterran u allura rridu noqogħdu nistennew?", "Jiġifieri aħna issa nżilna biex xi darba nibdew telgħin?", "Jiġifieri f'dan il-kwadru, nerġa' nistaqsi: Huwa veru li, kif kiteb l-Onor.", "Lino Spiteri, għandna bżonn spinta 'l quddiem biex dan il-pajjiż jerġa' jaqbad ir-ritmu ta' l- ekonomija?", "Jien nerġa' ngħid li aħna ma ġejniex hawnhekk biex inwaqqgħu lill-Gvern, ma ġejniex hawn biex lill-Prim Ministru ngħidulu li għandu vot ta' sfiduċja u għalhekk għandu jitlaq minn hemm.", "Dan m'hu veru xejn.", "U huwa għalhekk li jkolli nirritorna għall-Onor.", "Lino Spiteri u nsemmi l- artiklu li fih ħareġ jikkritika lilna għaliex għamilna din il-mozzjoni u assigurana li hu se jivvota mal-Gvern.", "Ara ma jmurx l-Onor.", "Spiteri jaħseb li aħna xi darba pprovajna ngħidulu biex jivvota kontra l-Gvern; hu ġie elett ma' dak il-partit u għandu jkun leali lejn l-elettorat li tellgħu.", "MADAM SPEAKER: Onor. Fenech Adami, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Nipproponi li jkompli jinstema'", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Fenech Adami jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "DOM MINTOF: Madam Speaker, nixtieq inqajjem point of order.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mela l-Kap ta' l-Oppożizzjoni se jieħu s-seduta kollha u mhux se nitkellmu aħna?", "Kif m'hemm arranġamenti ta' xejn!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nassigurak li mhux se ndum, wasalt biex nikkonkludi, pero' llum bdejna d-dibattitu ...", "(Interruzzjonijiet) Anke jien nieħu gost nisimgħek.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, qed nużaw il-proċedura tas-soltu.", "Onor. Fenech Adami tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma nafx, imma jekk se nimxu bil-proċedura tas-soltu nafu li d-dibattitu beda iżda b'daqshekk ma jfissirx li d- dibattitu se jagħlaq fil-5.00 p.m. Issa naraw fiex inkunu fil-5.00 p.m. u mbagħad sta għall- Gvern meta naġġornaw.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li bla dubju ta' xejn huwa dmir tagħna lkoll li nirrispondu.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Lino Spiteri kien żbaljat meta fl-artiklu tiegħu hu qal li aħna qed nistennew li hu jivvota magħna.", "Jien mhux lill-Onor.", "Spiteri nistenna li jivvota magħna imma lil kull min f'dan il-Parlament jaħseb li huwa tajjeb li fil-politika li miexi biha l- Gvern ikollna pawsa sabiex ikollna parir tekniku u tajjeb ta' x'jaqbel lill- pajjiż minn issa 'l quddiem.", "Din m'hijiex xi ħaġa ta' din in-naħa u ta' dik in-naħa imma dan huwa l-ispirtu li bih aħna ressaqna hawnhekk din il- mozzjoni.", "Madam Speaker, ma rridx intawwal, pero' irrid ngħid li din il-mozzjoni tipproponi li l-Gvern jinnomina kummissjoni, liema kummissjoni tirrapporta lura lill-Gvern fi żmien xahar.", "U għaliex qed ngħidu xahar?", "Qed nieħdu dan it-terminu għaliex fit-12 ta' Diċembru se jsir is-summit ta' Luxembourg u dakinhar se jiddeċiedu ma' min definittivament se jiftħu n-negozjati.", "Bħalissa fl-Unjoni stess u fil-pajjiżi applikanti hemm ħafna rope pulling.", "Jien għadni ġej minn laqgħa f'Berlin fejn mort għal seminar proprju fuq it- tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u rajt li hemm pożizzjonijiet pjuttost ċari.", "Hemm il-kummissjoni li qed tgħid li għandhom jiftħu n-negozjati ma' ħames pajjiżi u Ċipru biss għaliex dawk huma ppreparati, hemm il-Parlament Ewropew li, fil-kumitat ta' l-external relations, iddeċieda li n-negozjati għandhom jiftħu mal-pajjiżi kollha; hemm il-Kunsill ppresedut mill-Prim Ministru ta' Luxembourg, li naturalment qed jara kif se tevolvi s- sitwazzjoni; imbagħad hemm l-għaxar pajjiżi applikanti li qegħdin f'tug of war enormi bejniethom u qegħdin jgħidu li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni.", "F'din it-tug of war hemm l-Estonja li ġiet magħżula u li naturalment trid li jibdew in-negozjati magħha; hemm il-Lithuania u l- Latvia li qed jistaqsu għaliex magħhom le u ma' l-Estonja iva, imbagħad hemm ir-Rumania li qiegħda għaddejja bi speed enormi timbotta kemm tiflaħ u tistaqsi għaliex ma' Poland iva u magħha le.", "Fl-opinjoni tiegħi it's anybody's guess x'se jiddeċiedi l-Kunsill Ewropew f'Diċembru jiġifieri jekk jiftaħx negozjati mal-pajjiżi applikanti kollha jew inkella jiftaħx in- negozjati mal-ħamsa biss, kif irrikkmandat il-kummissjoni.", "Li huwa importanti għalina huwa li jekk sat-12 ta' Diċembru ma nkunux iddeċidejna, aħna nkunu out of the game kompletament.", "Dan ma jfissirx li xi darba Malta m'hijiex se tidħol fl-Unjoni Ewropea imma jkollna nistennew, mhux biss li jispiċċa dan il-Gvern, imma anke wara, ikun min ikun fil-gvern se jkollu biċċa xogħol diffiċli li jerġa' jpoġġi lil Malta fuq it-triq ta' l-Unjoni Ewropea.", "Madam Speaker, għalhekk aħna qed nagħmlu dan l-eżerċizzju - jien ipprovajt inżomm il-kalma u forsi żammejtha ftit iktar mis-soltu - sabiex nistaqsu oġġettivament x'jaqbillu dan il-pajjiż.", "Naturalment jien ma nafx x'se jgħid il-Prim Ministru.", "Jista' jqum u jgħidli: Dan x'eżerċizzju hu?", "Diġa' għamiltu jien u kkonkludejt li m'hemmx x'tagħmel.", "Jekk jgħid hekk, affari tiegħu.", "Jinżel fl-istorja ta' pajjiżna bħala l-Prim Ministru li jkun ċaħħad il-possibbilta' lil pajjiżna li xi darba jkun membru ta' din l- Unjoni Ewropea.", "Jien ma rridx inkun personali pero' naf li hemm dubji - ħalli almenu ngħid \"dubji\" - fost diversi deputati hawnhekk u kulħadd qed jitħasseb dwar jekk it-triq għandhiex tinbidel.", "Il-Prim Ministru jista' jqum u jgħid li se jwaqqaf din il-kummissjoni li qed nipproponu aħna u jien nieħu pjaċir jekk jgħid hekk.", "Jien m'għidtlux biex jagħmilha b'konsultazzjoni miegħi pero' nieħu pjaċir kieku għal darba - jew kważi għal darba - f'dan il-pajjiż nagħmlu konsultazzjoni u nkunu nistgħu ngħidu li gvern u oppożizzjoni raw l-interess nazzjonali u flimkien waqqfu kummissjoni.", "Jekk il-Prim Ministru jrid jikkonsultana, jikkonsultana imma jekk irid jagħmilha hu waħdu, jagħmilha basta jagħmilha.", "Jien lanqas qed ngħidlu biex jagħmilha ħalli ngħidlu li għandu żball jew li għandu raġun.", "Ngħidlu biss biex ma joqgħodx jidħol fil-pożizzjonijiet passati tiegħu jew tiegħi jew ta' dan il-partit jew ta' dak il-partit.", "Jien nistieden lill-Prim Ministru sabiex jara x'jaqbel lil dan il-pajjiż, illum li ninsabu f'Ottubru 1997.", "Madam Speaker, din lanqas ma hi mozzjoni li ngħidu li issa se nivvotaw u bilfors ġejjin 35 kontra u 34 favur u l-mozzjoni ma tgħaddix jew forsi jagħmel emenda l-Prim Ministru u tgħaddi l-mozzjoni kif emendata.", "Assolutament m'huwiex dan l-iskop, u dwar dan jien nista' nassigura lill- Kamra.", "Dan huwa mument irripetibbli li mhux se jerġa' jkollna bħalu.", "Meta jgħaddi Diċembru, niddeċiedu x'niddeċiedu, inkunu rbatna jdejna għal numru ta' snin u l-appell sinċier tiegħi lill-Prim Ministru huwa li anke jekk nassumu li kellu mitt raġun fid-deċiżjoni li ħa u li mar biha quddiem l- elettorat u l-elettorat tah il-mandat biex jiggverna, f'dan il-mument f'ċirkostanzi ġodda - u huma ġodda, Madam Speaker, għaliex meta biss wieħed jiftakar kif din l-Ewropa biddlet l-istorja mhux tagħha biss imma tad-dinja - ...", "Madam Speaker, nagħlaq billi ngħid li jiena u sħabi tal-Partit Nazzjonalista dejjem ħarisna lejn l-Unjoni Ewropea b'dimensjoni politika li tfisser x'inhi l-funzjoni ta' l-Ewropa fid-dinja bħala l-grupp ta' pajjiżi li veru jridu - kultant bi żbalji kbar - jagħtu d-dinjita' lil kull bniedem.", "Din l-Ewropa rnexxielha tneħħi l-ikbar diviżjoni li qatt kien hawn fl-Ewropa stess u anke mhux fl-Ewropa u dawk il-pajjiżi li qabel, b'nomenklatura daqsxejn stramba u straordinarja, konna nsejħulhom \"ta' Abel\" u \"ta' Kajin\" illum saru ta' Ewropa waħda u tista' tgħid li kollha kemm huma - tneħħi ftit il-Balkani fejn għad għandhom il-problemi - qegħdin jitolbu li jsiru parti minn din l-Ewropa li d-dimensjoni politika tagħha hija waħda ta' paċi.", "Din l-Ewropa tfisser li hi trid li tikkontribwixxi għall-paċi fil-Mediterran u fl-Ewropa stess, u aħna għandna dik il-parti żgħira, jew mhux daqstant żgħira, x'nikkontribwixxu bħala Ewropa fil-Mediterran.", "Din hija l-pożizzjoni tiegħi u tal-partit tiegħi fuq din l-Ewropa pero' f'dan il-mument mhux tant qed nitkellem fuq dan.", "F'dan il-mument qed nitkellem fl-interess veru ta' pajjiżna llum.", "Madam Speaker, l-appell tiegħi lill-Onor.", "Membri kollha huwa li jekk se niġu għall-vot, ma jikkonsidrawx dan bħala vot favur jew kontra l-Gvern imma jikkonsidrawh bħala vot fl-interess ta' pajjiżna.", "Jien nappella lill- Kamra sabiex ma tħarisx lejn din il-mozzjoni bħala mozzjoni ta' l- Oppożizzjoni kontra l-Gvern, imma tħares lejha bħala mozzjoni favur il- poplu Malti, liema poplu jistenna li kull wieħed minna, bl-intelliġenza, bl- analisi u bir-riżoluzzjoni tiegħu jfittex tabilħaqq l-interessi ta pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Hawn iktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, ma xtaqtx nibda dan l-intervent tiegħi billi nirriferi għal mistoqsijiet proċedurali imma se jkolli nagħmel hekk.", "Proċedurali fis-sens li safejn naf jien kien hemm ftehim bejn il-Gvern u l- Oppożizzjoni, fejn kien hemm min-naħa jien u min-naħa l-oħra l-Kap ta' l- Oppożizzjoni u l-Onor. de Marco fejn konna qbilna fuq pakkett ta' miżuri għal kondotta ta' dan il-Parlament.", "Dawn il-miżuri kienu qbil fuq Speaker u Deputy Speaker, kienu fuq il-fatt li l-Gvern ikompli joħroġ is-sovvenzjoni tiegħu ta' Lm50,000 lill-partiti biex jibagħtu lil xi ħadd barra jew inkella jħaddmu l-partit, it-tielet parti fil-pakkett kienet il-pairing, ir- raba' parti mill-pakkett kienet li meta jkun hemm private member's motion imressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni titressaq quddiem il-Parlament skond il-proċedura segwita fl-aħħar amministrazzjoni.", "Taħt l-amministrazzjoni ta' l-Onor.", "Fenech Adami kull meta jien ressaqt private member's motion f'isem l-Oppożizzjoni kien ikollna seduta waħda biex niddiskutuha.", "L-ewwel darba li ressaqna mozzjoni bħal din, kienet preċiżament tittratta il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea u konna għidna li għandna bżonn aktar minn seduta waħda, pero' r-risposta assoluta u arroganti tal-Gvern kienet li se jagħtuna seduta waħda, xejn aktar u xejn anqas.", "U aħna aċċettajna.", "Dan kien il-pakkett li fuqu ftehimt mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ma' l-Onor.", "Guido de Marco.", "Dan kien pakkett ta' erba' punti u minnhom sal-lum diġa' ġew vjolati tnejn; il-pairing tneħħa u meta mbagħad għidna li se mmexxu fuq l-istess proċeduri bħal fl-aħħar amministrazzjoni, jiġifieri li l-mozzjoni tal-lum niddiskutuha f'seduta waħda u naqsmu l-ħin, kien hemm rifjut min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiena rrid nagħmilha ċara li din in-naħa issa qed tirriserva l-pożizzjoni tagħha fuq il-pakkett kollu, inkluż il-Lm50,000 allokati lill-partit fi Brussels, u se nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna skond kif għandna neħduhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa, Sinjura President, tajjeb li mmorru pass lura mill-mozzjoni li għandna quddiemna u nħarsu ftit aktar 'il bogħod u nifhmu x'inhi l-viżjoni li għandna jkollna ta' pajjiżna.", "Meta jiena qgħadt nisma' u nirrifletti fuq dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni f'din l-aħħar siegħa għidt: X'viżjoni miskina ta' Malta għandu dan il-bniedem.", "Għax l-interess u l-viżjoni ta' Malta assolutament ġew submerged, ġew mgħottija u moħbija f'diskussjoni akkademika, li ħafna drabi hija żbaljata, dwar l-Unjoni Ewropea u dwar id-dinamika ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Jien l-ewwel wieħed li jiena favur l-Unjoni Ewropea u nappoġġaha, imma meta niġi biex nitkellem dwar ir-relazzjoni bejn Malta u l- Unjoni Ewropea taħt kwalunkwe ċirkostanza, l-ewwel nitlaq mill-viżjoni ta' pajjiżi, x'għandu bżonn pajjiżi u fejn irridu li pajjiżna jmur u mhux nitlaq mid-dinamika qisna parlamentari talLussemburgu jew tal-Ġermanja, li t-tnejn qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-Parlament ċertament li għandna nitilqu mill-punt li nistaqsu x'inhu l-interess ta' Malta u x'inhi l-viżjoni għal Malta.", "Il-viżjoni ta' Malta trid titlaq mill- argument li aħna pajjiż Mediterranju u pajjiż Ewropew bil-karatteristiċi partikolari tiegħu, bir-rabtiet partikolari tiegħu, bil-bżonnijiet partikolari tiegħu u bil-viżjoni li għandha tkun partikolarment għalih.", "Dan mhux sempliċement hemm ice-cream kbir Ewropew u tajjeb li mmorru ngħumu fih, bla ebda analisi serja ta' x'tabilħaqq għandu bżonn dan il-pajjiż u b'dawn il-ħafna suppożizzjonijiet maħsuba, minkejja l-ipokrezija li jiġu mgeżwra fiha, biex iżidu l-inċertezza fil-pajjiż.", "Il-pajjiż għandu bżonn affermazzjoni ta' viżjoni li toħroġ mill-karatteristiċi tiegħu, minn x'inhu u x'jista' jkun dan il-pajjiż fiz-zona fejn qiegħed - fiċ-ċentru tal- Mediterran - biċ-ċokon tiegħu, imma ċertament anke bil-potenzjal tiegħu.", "Quddiemna għandna Kap ta' l-Oppożizzjoni li kull meta jitkellem dwar dan il- pajjiż jitkellem fuqu qisu m'għandux futur jekk ma jkunx parti mill-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid, u dejjem għidt, li ma nistgħux neskludu li l-futur jista' jkun dak, imma l-ewwel irridu naraw x'inhi l-viżjoni ta' pajjiżna u x'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kull ħaġa li għandna quddiemna.", "Din hija ħaġa li ċertament u bil-provi - u llum se nerġa' noħroġhom il- provi - il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qatt ma għamel lanqas meta kien fil- gvern.", "Bl-ossessjoni tiegħu, li akkost ta' kollox irid idaħħal lill-Malta fl-Unjoni Ewropea, għal sena wara l-oħra, injora l-interess vitali u fundamentali ta' Malta.", "U din il-ħaġa nakkużah biha illum ukoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "X'inhuma l-elementi li għandhom jiggwidawna f'dan il-pajjiż?", "L-elementi li għandhom jiggwidawna f'dan il-pajjiż huma ċertament li f'dan il- Mediterran u f'din l-Ewropa rridu nagħtu s-sehem tagħna għal aktar għaqda, għal aktar paċi u għal aktar prosperita' u dawn nagħtuhom skond il- karatteristiċi tagħna.", "M'għandniex nipprovaw nikkoppjaw lil Kohl, għaliex dak huwa persunaġġ fil-personalita' tiegħu, fil-pajjiż tiegħu, fil- partit tiegħu u fid-dimensjoni tiegħu.", "M'għandniex nipprovaw nikkoppjaw lil Tony Blair, għaliex dak huwa persunaġġ ieħor fil-pajjiż tiegħu, fil-partit tiegħu u fil-vokazzjoni tiegħu.", "Lanqas m'għandna fiċ-ċokon tagħna nipprovaw nikkoppjaw lil Prodi, għaliex dak ukoll huwa persunaġġ ieħor, bil- ħajja tiegħu, bil-personalita' tiegħu, bil-viżjoni tiegħu u bl- istrateġija tiegħu.", "Kull meta nirrifletti fuq kull ħaġa li tgħid l- Oppożizzjoni ngħid li dawn m'għandhomx personalita' li hija tagħhom; imma huma sempliċement dell, tad-dell, tad-dell ta' xi persunaġġ Ewropew li jridu jikkoppjaw.", "Jikkoppjawh kemm iridu imma ċertament li dawn ma jagħtuniex viżjoni għal kif dan il-pajjiż għandu jimxi 'l quddiem.", "Ċertament ma jagħtuniex il-ħsieb, l-għarfien u l-istrateġija ta' x'għandna nagħmlu llum u għada u pitgħada.", "Sinjura President, jiena nissottometti li huwa l-Partit Laburista li matul is-snin, fl-imgħoddi, illum u għada, b'kuraġġ u b'ħila baqa' jenfasizza u jinsisti fuq il-ħtieġa li nitilqu mill-ispirtu u mill- karattru ta' pajjiżna sabiex nibnu futur għalina, liema futur ikun jaqbel għalina u jkun jaqbel għaċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom fil-Mediterran u fl-Ewropa.", "Jiena rrid nagħmilha ċara u ngħid li aħna rridu li jkollna ftehim ma' l-Unjoni Ewropea għaliex aħna nqisuha bħala mutur ta' l- integrazzjoni, tal-prosperita' u ta' l-għaqda fl-Ewropa.", "Dawn huma għanijiet li aħna naqblu magħhom għaliex aħna parti mill-Ewropa u rridu li nagħtu s-sehem tagħna għall-futur, għall-integrazzjoni, għall-prosperita' u għall-unjoni ta' l-Ewropa.", "Imma bl-istess mod imbagħad, aħna nagħtu ħafna aktar importanza lid-dimensjoni tal-Mediterran milli qatt ipprova jagħtiha l-Onor.", "Fenech Adami meta kien Prim Ministru u issa meta hu Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Meta wieħed janalizza kull ħaġa li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal f'din l- aħħar siegħa li dam jitkellem, jinduna li l-Mediterran kellu biss biċċa riferenza, partiċella żgħira.", "Il-piż huwa mitluf, moħbi, sfumat.", "Jien ngħid li aħna ma nistgħux tabilħaqq naħdmu għall-viżjoni ta' dan il-pajjiż jekk ma jkollniex viżjoni ċara wkoll ta' x'irridu nikkontribwixxu għall- Mediterran.", "U jien nissottometti, Sinjura President, li f'dan il-pajjiż ma jistax ikun hawn politika Ewropea vijabbli jekk fl-istess waqt ma jkunx hawn politika Mediterranja valida, qawwija u sħiħa daqsha, u nissottometti wkoll li wieħed mill-vizzji kbar tal-mozzjoni li għandna quddiemna huwa li sempliċement tkaħħalna f'ċerta perspettiva teknokratika ta' min irid isegwi x'inhu għaddej fl-Unjoni Ewropea li, għalkemm bħala sfumatura tista' tinħass sabiħa, hija kompletament irreali għall-bżonnijiet vitali ta' dan il-pajjiż.", "Jien ngħid li waħda mill-affarijiet li rridu nkejlu f'kull miżura li nidħlu għaliha hija preċiżament li naraw x'se jkun dak li se jgħinna sabiex tassew nikkontribwixxu għall-integrazzjoni, għall-għaqda u għall-prosperita' kemm fl-Ewropa u anke fil-Mediterran.", "Dan li għandna quddiemna assolutament ma jwassalna bl-ebda mod biex nagħtu reazzjoni pożittiva għal din il-mozzjoni għaliex din hija mozzjoni ta' ċirkostanza li hija maħsuba min-naħa ta' l-Oppożizzjoni biex sempliċement tipprova tgħid li l-affarijiet inbiddlu ħalli b'hekk tipprova tirritorna lill-pajjiż lejn politika li ġiet sfiduċjata mill-elettorat bl-aktar mod ċar.", "L-Onor.", "Fenech Adami qal li l-opinjoni fil-pajjiż tbiddlet u jiena ngħidu li qed jaqrah ħażin lill-pajjiż, kif qrah ħażin f'Ottubru tas-sena l- oħra meta sa l-aħħar minuta qal li r-rebħa għall-elezzjoni kienet photo- finish.", "Anke f'din il-ħaġa l-istess żball qed jagħmel għax qiegħed ikejjel bil-kejl tiegħu, qiegħed jara l-affarijiet li għaddew u ma rnexxilux jikkontrollahom u mhux qed jifhem li l-affarijiet ħarbulu minn idejh, mhux għax hu ma kienx attent biżżejjed imma għaliex kien qed jistad b'mod ħażin, għaliex kien qed jaħdem b'mod ħażin u għaliex il-viżjoni tiegħu ma tgħoddx għal pajjiżna.", "U dik hija l-akbar traġedja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Quddiem il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea u quddiem il-kwestjoni tal- Mediterran, il-viżjoni tiegħu hija ħażina.", "Anzi wieħed jista' jgħid li m'għandux viżjoni u allura meta jiġi mbagħad biex jifhem ir-realta' m'huwiex qed jifhimha tajjeb, anzi qed iħawwadha u qed jipprova bl-istess mod iħawwad il-mentalita' tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Jien nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni sabiex jirrifletti ftit fuq x'ġara f'dawn l-aħħar snin mill-1992 'l hawn.", "Meta fl-1992 jiena kont ilħaqt Kap ta' l-Oppożizzjoni, kont l-ewwel wieħed lest li naċċetta li l-Partit Nazzjonalista kellu mandat biex jinnegozja ħalli Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea għaliex il- fatti hekk urew u wrew fuq il-bażi tal-manifest elettorali li ħareġ bih dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista u r-riżultat elettorali.", "Fl-1992 x'kien jgħid il- Partit Nazzjonalista?", "Kien jgħid li Malta se tkun fl-ewwel pakkett ta' pajjiżi li se jidħlu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dak iż-żmien kienu l-Fillandja, in-Norveġja, l-Iżvezja, l-Awstrija u nsejt xi ieħor għax għandu jkun ħamsa kienu.", "Dan ma kien minnu xejn, Sinjura President, u f'temp ta' sitt xhur irriżulta li dak iż-żmien ukoll il-Partit Nazzjonalista, kkappeġġjat mill-Onor.", "Fenech Adami, kien daħak bil-poplu.", "Dan kien qal lill-poplu li l-binarju kien miftuħ u li konna wasalna - skond hu - biex nidħlu u li fuq il-bażi ta' dak li wasalna l-poplu emmen.", "Minn hemm bdiet tinbidel il-folja imbagħad għax in-nies fehmu li kienet kollox kwestjoni ta' illużjonijiet, kienet kollox kwestjoni li bdew jipprovaw joħorġu b'verżjoni u jimbottaw bil-propaganda tagħhom ħalli jġiegħlu lin- nies jemmnu verżjoni żbaljata.", "Sinjura President, jien nissottometti li anke l-premessi li ħareġ bihom illejla l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huma żbaljati - u dawn nasal għalihom iktar tard.", "Dawn huma kollha żbaljati u għalhekk anke l-bażi ta' din il- mozzjoni hija żbaljata.", "Imma ħalli nkompli nitkellem fuq dak li ġara bejn l-1992 u l-1996 għaliex ikun tajjeb li nispjegaw lill-poplu u anke nfakkruh li ċ-ċirkostanzi li mxew matul is-snin kienu determinati ħafna drabi minn din il-mania li akkost ta' kollox bilfors li d-destin tagħna jkun li nkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din l-idea kienet injettata mill-Onor.", "Fenech Adami u sħabu u mbottata 'l quddiem mill-media tal-pajjiż.", "L-ewwelnett irriżulta żbaljat dak li bdew jgħidu n-Nazzjonalisti fl- elezzjoni ta' l-1992, jiġifieri li kellhom mandat sħiħ li se jaslu ma' l- Unjoni Ewropea fl-ewwel batch.", "Imbagħad kien hemm il-preżentazzjoni ta' l- avis mill-Kummissjoni Ewropea fl-1993 u li fuqu suppost li kellhom jimxu n- negozjati mmexxija mill-Gvern preċedenti sabiex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Frankament dak l-avis xxokkja lil bosta, kemm għaliex attakka l- konċett tan-newtralita' u qal li b'Malta newtrali jkun hemm problemi fid- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif ukoll bil-mod kif wera l-fażijiet differenti ta' l-ekonomija ta' Malta u kif qal li jridu jinbidlu radikalment ċerti strutturi mil-lum għal għada.", "Imbagħad x'ġara?", "Jien hawnhekk għandi dokument li jagħmilha ċara u juri li effettivament il-mexxejja Nazzjonalisti, li dak iż-żmien kienu fil-gvern, kienu jafu li dak l-avis kien daqqa ta' ħarta kbira u dan intqal ċar u tond f'analisi li saret mill-Unjoni Ewropea.", "Se naqra briefing li ngħata lill-president tal- kummissjoni fi Strasbourg fit-13 ta' Lulju, 1993, qabel laqgħa li dan il- president kellu ma' l-Onor.", "Fenech Adami.", "Dan id-dokument jgħid hekk:", "\"Apart from the public stand taken, the Government of Malta is disappointed in that the Commission has not proposed the opening of the negotiations, nor has it fixed the date when this can take place.", "Mr Fenech Adami, who's undertaking the tour of the European capitals, will try to obtain a more open stand from the Council than that of the Commission.\".", "Din kienet il-pożizzjoni, Sinjura President.", "Minn barra jgħidu kemm huma sbieħ l-affarijiet u minn ġewwa jafu li qegħdin jikkozzaw, jikkozzaw u jikkozzaw.", "Il-poplu Malti nduna b'din il-ħaġa u għalhekk li x-xettiċiżmu żdied f'dan il-pajjiż.", "Jien naf għaliex flimkien ma' sħabi kont indur ma' l-irkejjen kollha ta' Malta u GĦawdex sabiex nisma' x'kienu qed jgħidu n- nies.", "U n-nies bdew jirrealizzaw li minn barra din ir-retorika li għadna kemm erġajna tajna kampjun tagħha hija sabiħa, imma mbagħad meta tiġi tmiss mar-realta' issib li din kienet kompletament differenti u minkejja kull ħaġa li jġibu l-media, li hija dominata minn nies li jaqblu mar-retorika li għadna kemm smajna, ir-realta' għadha differenti.", "Ir-realta' hija li n-nies issa trid tara, tisma' u tiżen.", "Anke llum ma ngħatajna ebda element li juri li tassew hemm xi raġuni għaliex Malta għandha ssegwi l-proġett li l- Onor. Fenech Adami u sħabu ilhom jisħqu fuqu.", "L-Onor.", "Fenech Adami qal li f'dawn l-aħħar xhur ra sseħħ bidla fl-opinjoni pubblika.", "Jien nistaqsi lill-Onor.", "Fenech Adami minn fejn ġab dan il-kejl, apparti mill-fatt li iltaqa' ma' ħafna nies.", "Qabel l-aħħar elezzjoni ukoll iltaqa' ma' ħafna nies u rajna mbagħad fejn wassal!", "(Interruzzjonijiet) Iva, issa niġi għas- survey.", "Sinjura President, il-membri ta' l-Oppożizzjoni qed jirriferu għall- opinion survey li għamel il-Partit Laburista, liema survey xi ħadd serqu u għaddieh lill-Kap Nazzjonalista.", "Skond huma, hemmhekk raw li hemm ċaqliqa kontra l-pożizzjoni li Malta ma tkunx membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħidilhom li dan it-tip ta' amateurism, anke fl-analisi ta' l-opinion polls, turi għaliex m'humiex kapaċi jmexxu pajjiż u jifhmu s-sitwazzjoni politika.", "L-analisi li għamilna aħna hija preċiżament bil-maqlub ta' dak li qed tagħmel l-Oppożizzjoni.", "Huma rnexxielhom jisirqu parti mill- informazzjoni, pero' aħna għandna wkoll mod ieħor kif nassessjaw l-istess informazzjoni, liema metodu ma jsirx fuq ġurnata waħda imma jsir fuq xhur u jibqa' għaddej u jagħmel tracking ta' x'inhu għaddej.", "U bir-rispett kollu, l-informazzjoni li għandna tikkontradixxi dak li qed tgħid l- Oppożizzjoni.", "Jiġifieri jekk l-idea li l-opinjoni ċċaqilqet hija bbażata sempliċement fuq dik l-opinion poll li rnexxielhom jisirqu, l-ewwelnett ngħidilhom li għandhom bżonn il-kopja l-oħra li ma serqux.", "Qed ngħid dan biex nagħmilha ċara.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imma aktar minn hekk lill-membri ta' l-Oppożizzjoni ngħidilhom sabiex jitgħallmu jużaw l-informazzjoni għaliex aħna ma nużawx l-opinion polls u l- opinion surveys biex niddeċiedu, imma nużawhom biex inkunu nafu kif għandna naħdmu ħalli nwasslu l-messaġġ u l-viżjoni tagħna.", "Aħna ma ngħidux: Ara hemm 70% jaħsbu \"hekk\", mela ejja mmorru mas-70%.", "Aħna l- ewwel naraw x'inhuma l-prinċipji u l-viżjoni tagħna, imbagħad naraw x'għandna nagħmlu sabiex nikkonvinċu lin-nies.", "Jekk ma jirnexxilniex nikkonvinċu, meno male.", "Din hija demokrazija u aħna lesti mmorru fl- oppożizzjoni, imma li taħsbu li għaliex għandkom dak is-survey misruq diġa' issa qegħdin tgħidu li wasaltu biex tagħmlu detecting ta' ċaqliq fl- opinjoni pubblika, jiddispjaċini ngħid illi jekk dak huwa l-fattur kollu anke din hija premessa oħra li mhix tajba fil-mozzjoni li għandna quddiemna.", "Bir-rispett kollu - se jkolli ngħidha wara kollox - hemm aktar informazzjoni li huma għandhom f'dak is-survey misruq li tirrigwarda l- istess Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Forsi jista' joħroġha wkoll dik.", "Oħroġha ħalli nkunu nafu, la int daqshekk determinat li turi li ċċaqalqet l- opinjoni pubblika!", "Madam Speaker, il-punt m'huwiex dan.", "Il-punt essenzjali huwa li bħala pajjiż irridu nkunu ċari li l-viżjoni li għandu jkollna għalina u għal uliedna m'għandhiex tkun xi ħaġa li tiċċaqlaq ġimgħa b'ġimgħa, xahar b'xahar, sena b'sena, imma trid tkun viżjoni għat-tul.", "Jien nerġa' nissottometti li huwa dan il-partit u dan il-Gvern li qed jara viżjoni fit-tul għal pajjiżna u dan qed nagħmluh b'ċerta, ħsieb u għaqal.", "Ħalli nerġa' mmur lura, Sinjura President, u nagħti raġuni oħra għaliex effettivament l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu mhux talli għaġġlu ż-żejjed talli assolutament ma kellhom l-ebda sens ta' kif għandhom jiddiskutu u jinnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk qed nirriferi għad-dħul tal-VAT fil-pajjiż.", "B'mod mekkaniku huma jgħidu li għax daħħlu l-VAT kien hemm skoss kontra tagħhom, sempliċement għax in-nies moħħhom fil-but.", "Anke dan huwa mod meskin ta' kif tanalizza r-realta' politika u soċjali f'pajjiżna għaliex biex tagħmel dan trid tmur aktar 'il bogħod minn hekk u trid tistaqsi lilek innifsek għaliex daħlet il-VAT, kif daħlet u b'liema viżjoni ddaħħlet.", "M'hemmx dubju - anke d-dokumenti li rajt internament jikkonfermaw dan - li l-VAT daħlet sempliċement għaliex il-Gvern preċedenti qies li jekk idaħħal il-VAT kif daħħalha, malajr kemm jista' jkun, ikun jista' jikkonvinċi lill-Unjoni Ewropea mill-kredenzjali Ewropej tiegħu. xejn aktar u xejn anqas.", "Effettivament, wara li kienu wegħduhom li se jdaħħluha fl-1994 u mbagħad daħħluha fl-1995, kellhom pressjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea għaliex dawn bdew jistaqsuhom għalfejn wegħduhom li se jdaħħlu l-VAT fl-1994 imbagħad daħħluha fl-1995.", "Apparti li ma sarux il- mistoqsijiet fundamentali jekk din it-taxxa tgħoddx għal pajjiżna, l- għaġġla li biha ddaħħlet tindika ċar u tond li kienet imnebbħa mill-fatt li riedu jidħlu fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox - \"ossessjoni\" hija l- kelma - tant li ma saret l-ebda analisi serja.", "U jien nista' nikkonferma billi naqra dokument ieħor li jikkonferma li mhux aħna biss konna qed inħarsu lejha b'dan il-mod imma kienu qed iħarsu lejha b'dan il-mod u janalizzawha b'dan il-mod l-istess funzjonarji Ewropej li kienu qed jitkellmu magħhom.", "Madam Speaker, il-poplu fehem li l-Partit Nazzjonalista ma kienx u għadu m'huwiex koerenti fil-viżjoni tiegħu tagħha.", "Nerġa' ngħid li l- Oppożizzjoni mhux viżjoni għandha imma ossessjoni.", "Aħna min-naħa tagħna spjegajna li dak li kien qed jgħid il-Gvern ma kienx jorbot għal pajjiżna.", "Dan spjegajnih b'mod li forsi kien ftit differenti minn kif konna nispjegawh qabel, u hekk se nibqgħu nagħmlu; se nispjegawh b'mod li huwa differenti minn kif kien isir qabel.", "U qed nagħmlu dan għaliex, nerġa' ngħid u nikkonferma, aħna m'għandna l-ebda veduta negattiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna nqisu lil din l-Unjoni bħala xi ħaġa pożittiva li qed tagħmel ġid kbir, pero' ngħidu wkoll li Malta għandha tevalwa x'inhuma l- aħjar rabtiet li għandu jkollha ma' l-Unjoni Ewropea.", "U mhux veru li meta tikkalkola dan f'termini politiċi u ekonomiċi llum u fil-futur prevedibbli l-għażla awtomatika hija sħubija sħiħa.", "Dan m'huwiex veru anzi matul is- snin, mill-1992 sal-lum, kull meta tkellimna man-nies biex inkunu nafu eżattament x'iridu, x'inhuma l-aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet tagħhom, il- konklużjoni ħarġet li dak li qed nipproponu aħna huwa aktar qrib il- bżonnijiet, l-aspettattivi u l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Madam Speaker, jiena ngħid li l-Gvern Nazzjonalista mhux biss ma mexiex bil-galbu, talli kien ukoll żleali fil-mod kif matul is-snin mexxa r- relazzjonijiet ta' pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea bil-mod li, skond hu, ipprova joħloq fatti rriversibbli li bihom, jiġi min jiġi warajh, ma jkunx jista' jiċċaqlaq mill-pożizzjoni li jkun ħa.", "Allura meta aħna konna nagħmlu, per eżempju, stand fuq li n-newtralita' għandha tibqa' valur essenzjali f'dan il-pajjiż, il-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ipprova jdaħħal lil pajjiżna għal fatti li jorbtu lill-gvernijiet ta' warajh, fatti rriversibbli.", "Issa kieku f'dan il-pajjiż kien hawn consensus f'dak li għandu x'jaqsam ma' politika barranija, ħaġa bħal din ma kenitx tkun daqshekk problematika.", "Imma jekk ċertament hawn xi ħaġa li tista' tintqal hija li f'pajjiżna m'hawnx consensus fuq il-politika barranija.", "Allura tkun xi ħaġa li m'hijiex aċċettabbli u m'għandhiex tkun aċċettabbli li gvern joħloq fatti rriversibbli għal gvern ta' warajh.", "U anke, per eżempju, bid-deċiżjoni li ħa l-Gvern Nazzjonalista li jdaħħal lil Malta membru fil-Partnership for Peace - din ukoll hija marbuta mar-relazzjonijiet tagħna ma' l-Ewropea u aktar 'il quddiem nispjega għaliex - mingħalih li b'hekk se jdaħħalna f'xi ħaġa li ma nistgħux niċċaqilqu minnha.", "U aħna urejnih li ma kienx hekk.", "Aħna ma naċċettaw xejn li jkun irriversibbli jekk verament ma jkunx hemm qbil serju fil- pajjiż.", "Kellna mbagħad il-mod kif - dejjem biex joħloq dan il-fatt irriversibbli - ċaqlaq l-ekonomija, jew mingħalih ċaqlaq ċerti fatturi mill-ekonomija, mhux lanqas il-VAT.", "Issa hawnhekk tajjeb li wieħed jistaqsi jekk t-triq li ħa l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien biex kemm jista' jkun ikun qed joħloq fatti rriversibbli li jorbtuna ma' l-Unjoni Ewropea kenux fl- interess ta' pajjiżna jew le.", "Madam Speaker, aħna konna ngħidu li ma kenux u huma kienu jgħidulna li mhux veru għaliex l-Unjoni Ewropea kienet qed tgħid li l-ekonomija Maltija ma tippreżentalhom l-ebda problema.", "Aħna konna nirrispondu li veru li l-ekonomija Maltija għall-Unjoni Ewropea ma tippreżenta l-ebda problema, imma mbagħad trid tistaqsi jekk l- integrazzjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea taħt ir-regoli u l-politika ta' l- Unjoni Ewropea hijiex se tkun tajba u adattata għal Malta.", "Huma kienu jgħidu li żgur li se tkun tajba u adattata għal Malta.", "Madam Speaker, ippermettili nerġa' nikkwota mid-dokument li, nerġa' ngħid, kien ippreparat għal-laqgħa li kien se jkollu l-Onor.", "Fenech Adami mal-president tal-kummissjoni f'Lulju ta' l-1993 fejn fih kienu qed jagħtu briefing lill-president tal-Kummissjoni Ewropea dwar x'għandhom jgħidu lill- Onor. Fenech Adami, dak iż-żmien Prim Ministru.", "Hemmhekk meta kienu qed jitkellmu dwar x'għandu jirrispondi l-president tal-kummissjoni lill-Onor.", "Fenech Adami fuq l-ekonomija Maltija u xi bdil kellu jkun hemm, qalu hekk:", "\"The President of the Commission should therefore take up for the benefit of the Prime Minister ...\"", "- dak iż-żmien l-Onor.", "Fenech Adami -", "\"..... the economic reasoning contained in the avis.", "The Maltese economy ....\"", "- issa qegħdin jikkummentaw -", "\"... has indeed registered satisfactory performances but these performances are in their majority attributable to the fact that Malta does not apply the rules of a free economy open to international competition.\".", "Dawn komplew jgħidu li:", "\"If Community rules were to be applied to Malta, a great part of the industrial make-up could disappear.", "Besides, the expansion of tourism which today allows for the balance of external payments is encountering physical limitations.\".", "Jiġifieri hawnhekk qed jgħidu ċar u tond li bl-applikazzjoni tar-regoli ta' l-Unjoni għall-Malta, parti sostanzjali mill-industrija tisparixxi.", "Din mhux il-Partit Laburista qed jgħidha, Sinjura President, imma qed jgħiduha l-uffiċjali tal-kummissjoni f'dawn id-dokumenti li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kif nistgħu nieħdu dak li għadna kemm smajna mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni at face value meta nafu li matul is-snin mexa b'dan il-mod insensittiv u bil-mod li ma jagħtix kas tal-fatti kif inhuma, tar-realta' kif inhi?", "Allura kif jista' jkun li naċċettaw il-fatti rriversibbli li pprova joħloq hu, qisu ma ġara xejn?", "Ma tarax!", "Aħna mill-ewwel għidna li fejn naraw li saru affarijiet tajbin se nżommuhom, insostnuhom u nibnu fuqhom imma fejn naraw li saru affarijiet ħżiena, se nibdluhom.", "GĦalhekk neħħejna l-VAT għaliex il-mod kif daħlet u anke l-impatt tagħha fuq il-pajjiż kien wieħed negattiv.", "U għalkemm ħasbu li kienu qed idaħħlu xi ħaġa rriversibbli, ngħidilhom li din ma kenitx irriversibbli u d-deċiżjoni tal-poplu Malti fl- aħħar elezzjoni kienet li nneħħuha min-nofs u aħna neħħejniha min-nofs.", "Minflok sitt xhur ħadna tmienja, imma neħħejniha.", "Issa ħalli ngħid x'inhuma l-fatti rriversibbli li pprovaw joħolqu u li lanqas ġew żvelati lill-poplu Malti u GĦawdxi.", "Fil-pajjiż kien hemm - u għad hemm - sistema ta' levies li japplikaw fuq madwar 860 prodott.", "Mingħajr ma qal lil ħadd - lanqas lill-Federazzjoni ta' l-Industrija - il-Gvern preċedenti qabad u wiegħed li sa l-aħħar ta' l- 1996 se jkun neħħa 400 levy.", "Din ġiet miċħuda kemm-il darba.", "Dan assolutament m'huwiex il-każ.", "'Il quddiem se nqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra ittra mibgħuta mill-Ambaxxatur Vassallo lill-Kummissjoni ta' l- Unjoni Ewropea fejn għamel il-wegħdiet meħtieġa.", "Din l-ittra datata 27 ta' Jannar, 1995 u ndirizzata lil Mr Nerge Abou tgħid hekk:", "Mr Nerge Abou Head of Unit Commission of the European Communities Rue de la Loi 200 1049 Brussels.", "\"Dear Mr Abou,", "Subject: Industrial Protection Levies.", "Please find attached two lists relating to the items which are subject to levies as on 1st January 1995.", "List 1 contains those items whose levy is planned to be reduced until abolished within a brief period of time in line with the Government's policy to remove protection.", "There are around 400 items in this list.", "It is envisaged that these items will not enjoy any further protection beyond the end of 1996 unless particular problems arise in the planned restructuring programmes which will necessitate the extension of levies on specific items.", "List 2 comprises mainly those items whose importation is no longer prohibited.", "It contains another 450 items of which 380 are in the agricultural and agro-industrial sectors.", "Reduction and eventual removal of the levy on these products can only take place following the opening up on EU markets upon accession or earlier.", "It is also planned to review downwards periodically the levy on the other 70 or so items.", "However, complete removal thereof will extend beyond 1996 unless the restructuring and organisation of these sectors involved can be effected at an earlier date.", "John Vassallo.", "Il-lista tal-prodotti tinsab ukoll f'dan id-dokument, Sinjura President.", "Il-Federazzjoni ta' l-Industrija tgħid li mhux veru, imma il-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea ġiet tgħid u tinsisti dawn l-aħħar xhur - issa nispjegaw għaliex anke hawn ipprovaw idaħħlu l-bsaten fir-roti - li għandhom dak l-impenn.", "U bir-rispett kollu, imbagħad meta nara l-karti diplomatiċi li baqagħlna mill-mess li ħallew ta' qabilna jkolli nikkonkludi li, iva, dak l-impenn kien ingħata.", "Imma nerġa' nagħmilha ċara li dan il- Gvern ma jaċċettax bħala irriversibbli fatti li l-Gvern l-ieħor daħħal sempliċement biex mingħalih ikun rabatna b'xi ħaġa.", "Fatti irriversibbli m'humiex aċċettabbli f'demokrazija parlamentari bħal din, aktar u aktar fuq suġġett li jorbot mas-sovranita' ta' Malta, mal-futur ta' Malta u mal- viżjoni ta' Malta.", "Anzi jien ngħid - u din għandha tkun waħda mir-regoli li għandna nipprattikaw bejnietna - li f'oqsma ewlenin bħal dawn, li jirrigwardaw ir-ruħ u l-viżjoni ta' pajjiżna, fejn m'hemmx consensus, ir- regola elementari li għandha tiġi mħaddma hija dik li ma nagħmlu xejn li jista' ikun irriversibbli għal ħaddieħor.", "Anzi dak li nagħmlu għandu jippermetti għal maġġoranza oħra aktar 'il quddiem illi tmexxi l-viżjoni tagħha, jekk jirriżulta li hemm dik il-maġġoranza.", "Sinjura President, tajjeb li din il-ħaġa nerġa' nagħmilha ċara.", "Għadni kemm semmejt fatti u fatturi li ma jagħtux stampa panoramika ta' kif il- pajjiż ħass matul is-snin il-proġett li kellu l-Partit Nazzjonalista fil- gvern u issa biex Malta tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea, imma jagħtu indikazzjonijiet sew li l-proġett ta' l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu fl-aħħar mill-aħħar kien li akkost ta' kollox, illum qabel għada, jdaħħlu lill-poplu Malti u GĦawdxi fl-Unjoni Ewropea anke jekk ma jridx, anke jekk ma jixtieqx u anke jekk ma jkunx fl-interess tiegħu.", "Jiena ngħid li jekk ikun fl- interess tiegħu, l-poplu Malti u GĦawdxi għandu l-ewwel jagħraf li dak hu l- interess tiegħu u mbagħad nimxu 'l quddiem naħa jew oħra.", "U allura fuq dan il-qasam jiena nistaqsi: Tassew ġrat xi ħaġa li minn Ottubru ta' l-1996 biddlet is-sitwazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif nagħrfu r-realta' ta' madwarna?", "F'Ottubru ta' l-1996 il-poplu ddeċieda, id-deċiżjoni tiegħu kienet ċara u kienet fuq bażi ta' programmi li kienu miktuba, definiti u mpoġġija quddiemu b'mod ċar.", "L-aħħar elezzjoni kienet waħda mill- elezzjonijiet fejn l-aktar li kien hemm dibattitu fuq l-Unjoni Ewropea, ma kenitx xi ħaġa li waddabna taħt it-tapit.", "Fil-Parlament ma kenux iħalluna niddibattu kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea imma matul il-kampanja elettorali u qabel, il-Partit Laburista kien jitkellem b'mod ċar fuq l-Unjoni Ewropea u l-Gvern min-naħa tiegħu kien jitkellem ukoll.", "Jiġifieri l-għażla saret, kif jgħidu l-Franċiżi, en connaissance de cause fuq punti li l-poplu kien jaf u kienu waslulu.", "Allura jien nistaqsi: Xi nbidel minn dak iż-żmien 'il hawn?", "Anke jekk inħarsu lejn il-kwestjoni bil-mod kif ipprovat tpoġġiha l- Oppożizzjoni, kien hemm bidla fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mat-trattat ta' Amsterdam, f'dak li għandu x'jaqsam ma' Agenda 2000?", "U jekk kien hemm dik il-bidla, x'bidla kienet?", "Jien ma nafx.", "Nemmen li l- front-benchers ta' l-Oppożizzjoni jsegwu dak li jkun għaddej fl-Unjoni Ewropea - forsi ħafna iktar milli jagħmlu ċerti front-benchers Laburisti - imma jiena, li nsegwi l-affarijiet, ukoll nista' ngħid b'idejja fuq qalbi li r-riżultati li kien hemm f'Amsterdam, jiġifieri d-dokument Agenda 2000 tal-Kummissjoni Ewropea - u mhux 27 - jikkostitwixxi affarijiet li konna nafu li se jiġru minn qabel Ottubru ta' l-1996.", "Konna nafu li sa l-aħħar ta' din is-sena l-konferenza inter-governattiva ta' l-Ewropej kienet se tasal għal tmiemha u konna nafu mbagħad li kien hemm il-wegħda li wara jridu jippreparaw programm ta' kif se jimxu fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "U fil-fatt jien wieħed min-nies li kont qed nistenna li se jittieħdu aktar deċiżjonijiet milli ttieħdu.", "Issa jien dejjem qed nitkellem mill-perspettiva Ewropea mhux mill-perspettiva Maltija u qed nara ftit kif imxiet u nnegozjat il-konferenza inter-governattiva.", "Konna qed nagħrfu li se jaslu u konna nafu wkoll li se jippreparaw programm ta' kif għandu jsir ix-xogħol wara li jaslu, pero' nafu wkoll li effettivament waslu ħafna inqas milli kellhom jaslu għaliex ma ħadux deċiżjonijietli għandhom x'jaqsmu dwar kif se jiddeċiedu wara.", "Jien niskanta kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem dwar kif jekk issa Malta tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea jkollha dritt għall-kummissjonant u kollox u mid-dehra ma jafx l-istalemate totali li jeżisti fuq dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet istituzzjonali.", "Jekk kien hemm xi ħaġa li ma ddeċidewx verament fuqha, anzi għattewha - u kulħadd jaf li għattewha u kulħadd jaf li mhux se jkun hemm ħamsa jew tnejn jew tlieta jew erbgħa qabel ma jittieħdu ċerti deċiżjonijiet - hija l-kwestjoni dwar kif se jiddeċiedu bejniethom meta jiżdiedu l-membri.", "Tant hu hekk li wara s-sena 2000 se jkollhom konferenza oħra sabiex bejniethom jerġgħu jbiddlu jew jirranġaw id-deċiżjonijiet interni qabel ma jdaħħlu aktar membri.", "Dan tant hu minnu li tliet pajjiżi minn dawk li ffirmaw it-Trattat ta' Amsterdam kitbu ittra li trid tingħaqad mal-protokolli tat-Trattat ta' Amsterdam biex fiha jgħidu hekk:", "\"Belgium, France and Italy note that on the basis of the results of the Inter-Governmental Conference, the Amsterdam Treaty does not respond to the need re-affirmed by the European Council of Madrid for substantial progress on the path to re-enforcement of the institutions.\".", "Dan huwa għal kif se jiddeċiedu bejniethom, jiġifieri kif meta jkun hemm deċiżjonijiet fil-livell tal-kunsill u f'livelli oħrajn jaqsmu l-voti bejniethom.", "Din l-ittra tkompli tgħid hekk:", "\"These countries consider that such a re-enforcement is indispensable for the conclusion of the first accession negotiations\".", "Allura kif jista' jiġi jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jekk jidħlu tliet pajjiżi qabel, allura jkun hemm ċans li dawn il-pajjiżi jkollhom ir- regoli li għandhom illum?", "Imma b'min irridu nidħku?", "L-ittra imbagħad tkompli tgħid hekk:", "\"These countries are determined to provide all the necessary follow- ups to Protocol Number 11 of the composition of the Commission in the weighting of votes and consider that considerable resources to qualify majority voting is part of the relevant elements of which account has to be taken.\".", "U llum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed jipprova jikkonvinċi lill-poplu Malti u Għawdxi li kieku Malta kompliet fit-triq li qabbadha hu u kieku dħalna ma' l-ewwel tlieta kien ikollna l-istess drittijiet bħalma jeżistu issa!", "Imma skużi, kif nistgħu nibqgħu nippretendu li nwaqqgħu lill-poplu għaċ-ċajt b'dan il-mod?", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sinjura President, issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li hu qal l- istess ħaġa bħalma għidt jien.", "Jien naħseb li jekk qbilna fuq xi ħaġa qed naqblu b'mod qisna Alice in the looking glass - hu jħares min-naħa u jien inħares min-naħa l-oħra.", "Imma l-poplu jiġġudika fuq din il-ħaġa.", "Din hi ħaġa ċara issa.", "Qed inħarsu lejn il-mera min-naħa Ewropea u huwa ċar li hemm ingropp kbir.", "L-ingropp kbir huwa li qabel ma jerġgħu jdaħħlu lil xi ħadd se jerġgħu jitkellmu biex jiddeċiedu kif se jibdlu d-deċiżjonijiet istituzzjonali, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea.", "Ħalli nkompli nħares lejn il-mera min-naħa Ewropea biex imbagħad nerġa' naqleb biex inħares lejha min-naħa Maltija u niġi għall-argumenti li ssemmew dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u l-flus ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sinjura President, dawn kienu qed jirriferu dejjem għall-Agenda 2000, fejn il-Kummissjoni Ewropea bdiet tiddiskuti kif sejra tħaddem id- deċiżjonijiet ta' Amsterdam għat-tkabbir tal-membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa erġajna smajna mingħand il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u minn dawn il- lobbies li faqqsu f'dawn l-aħħar xhur illi kieku Malta kellha tkun fl- Unjoni Ewropea dawn jibdew igelglu l-miljuni ta' liri lejna.", "Kien hemm xi ħadd li semma Lm86 miljun.", "Kieku tajjeb għax il-Ministru Bartolo jkollu muntanja ta' flus xi jqassam fi stipendji lill-istudenti!", "Imma mbagħad tibda tgħid: Imma x'qed jiġri?", "Fil-fatt taqra dan id-dokument u tifhem x'inhi l-isfida quddiem l-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin meta tiġi biex tikber.", "Hija l-isfida ta' kif se tintegra magħha bil-mod il-mod, pass wara pass, kif jgħidu, l-ekonomiji taċ-Ċentru u tal-Lvant ta' l-Ewropa.", "Dawn huma pajjiżi bħall-Polonja, l-Ungerija, is-Slovenja u r-Repubblika Ċeka li sa ftit ta' żmien ilu kienu jgħidulhom PECOs.", "Imma x'se jfisser dan it-tkabbir għalihom?", "Fl-Agenda 2000 jitkellmu dwar dan għaliex effettivament Agenda 2000 qed titkellem dwar it-tkabbir lejn il- Lvant u lejn iċ-Ċentru ta' l-Ewropa.", "Meta mbagħad jitkellmu fuq Ċipru u fuq it-Turkija hemm page u nofs b'kollox.", "Id-dokument jitkellem l-aktar fuq iċ-Ċentru u l-Lvant ta' l-Ewropa, dwar x'inhuma l-problemi li jridu jħollu.", "Meta jidħlu dawn il-pajjiżi l-ġodda, t-territorju ta' l-Unjoni Ewropea se jiżdied b'34%, il-popolazzjoni se tiżdied bi kważi 30% u l-GDP totali ta' l-Unjoni Ewropea se jiżdied biss b'9%.", "Mela żieda ta' 29% tal- poplu u ta' 34% tat-territorju se tfisser biss żieda ta' 9% tal-GDP ta' l- Unjoni Ewropea.", "Issa jekk tħares lejn iċ-ċittadini f'dawn il-pajjiżi l- ġodda ssib li hemm 22% tal-popolazzjoni taħdem fil-biedja meta fil-bqija tal-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea dan il-persentaġġ huwa ta' 5%.", "Jiġifieri għandek 22% taċ-ċittadini lil b'xi mod jew ieħor iridu jersqu biex isiru 5%.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Sant jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Sinjura President, kont qed ngħid li jekk inħarsu lejn l-art tal-biedja fl-Unjoni Ewropea nsibu li b'dawn il-pajjiżi l-ġodda din se tiżdied b'55%.", "Jekk inħarsu lejn il-prezzijiet tal-biedja li jeżistu f'dawn il-pajjiżi mqabbla ma' l-Unjoni Ewropea insibu li dawn qegħdin fir-range ta' bejn 40% u 80% taħt il-livelli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura x'se jiġri f'dawn il- pajjiżi?", "Se jkun hemm shift massiva ta' ħaddiema mill-biedja għal xi ħaġa oħra, jekk isibu fejn jaħdmu.", "Se jkun hemm, relattivament, nuqqas qawwi fil- GDP per capita u allura wieħed irid jara x'se jagħmel għax din toħloq disturbi u tensjonijiet kbar.", "Se jkun hemm ukoll żieda sostanzjali fil- prezzijiet għaliex dawn se jkollhom jiżdiedu biex ilaħħqu mal-prezzijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sinjura President, se naqra biċċa minn x'tgħid Agenda 2000, liema dokument, bħall-Onor.", "Fenech Adami, iħares lejn it- tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea mill-perspettiva ta' l-Unjoni Ewropea u jgħid hekk:", "\"For a long period following enlargement, substantial adjustment pressure at the sectoral and regional level will be unavoidable.", "This could cause economic, social and political tensions.\".", "Ċerti nies semmew il-PHARE programme.", "Dan il-programm huwa definit li huwa applikabbli għall-pajjiżi tal-Lvant u taċ-Ċentru ta' l-Ewropa.", "Meta l- ġimgħa li għaddiet kont fi Strasbourg u staqsejt lid-decision makers Ewropej jekk hemmx xi ħsieb li dan il-programm jiġi allokat għal pajjiżi oħra, ir-risposta li tawni kienet \"le\".", "U the proof of the pudding is in the eating.", "Fuqxiex argumentaw dawk li qalu li kieku Malta qiegħda fil- binarju ta' l-Unjoni Ewropea ddaħħal Lm86 miljun?", "Qalu li jekk napplikaw il-kriterji - u ċerti kriterji ma applikawhomx - kollha tal-PHARE programme, Malta jkollha dritt għal Lm86 miljun fis-sena.", "Trovata!", "Jien għidt jekk ħaġa bħal din tapplika għal Malta tapplika wkoll għal Ċipru, għax Ċipru m'huwiex pajjiż li ħareġ minn dan il-binarju u ċertament li f'Agenda 2000 l-Unjoni Ewropea se jsemmu li lil Ċipru se jagħtuh Lm120 miljun.", "Sinjura President, jien għandi f'idea d-dokument li fih hemm miktub dak li ntqal dwar Ċipru u 'l quddiem inpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Kulma hemm fuq Ċipru f'dan id-dokument ta' daqstant paġni, jinsab f'paġni 54 u 55.", "Hemm sezzjoni fuq il-prospetti għal settlement politiku f'Ċipru u tliet paragrafi fuq l-appoġġ li għandu jingħata lil Ċipru.", "Jidher ċar li jekk neħduh kif qed jiġi ppreżentat, għal Ċipru se jibqgħu għaddejjin bil-protokolli li għandhom, xejn aktar u xejn anqas.", "U l-Lm86 miljun x'sar minnhom?", "Anzi hemm xi ħaġa li jien ngħid li hija aktar preokkupanti għaliex waħda mill-affarijiet li jissemmew hija li f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi finanzjarji ta' Ċipru, se jkun mistenni li jaġġustahom u jneħħihom biex jiġu żbrixx ma' ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura jiena nistaqsi: Nistgħu nibqgħu sejrin f'dan l-eżerċizzju massiv ta' mistifikazzjoni mal-poplu Malti u Għawdxi?", "Jixraqlu l-poplu Malti li naħdmu b'dan il-mod?", "Ċertament li ma naqbilx li għandna nkomplu b'dan il- mod u għandna effettivament nagħmlu ċar u tond x'għandha tkun eżattament il-pożizzjoni ta' Malta, dejjem fl-ambitu li rridu nagħtu s-sehem sħiħ tagħna lill-għaqda u l-prosperita' ta' l-Ewropa daqskemm lill-għaqda u l-prosperita' tal-Mediterran, skond iċ-ċirkostanzi u l-qagħda ġeo-strateġika tagħna.", "U kien f'dan is-sens li minn meta l-Gvern Laburista daħal fil-pożizzjoni tiegħu għamilna kuntatti u diskussjonijiet sħaħ mal-membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea sabiex naraw kif nistgħu nipproċedu 'l quddiem.", "Sinjura President, kien hemm żewġ affarijiet li qamu f'dawn l-aħħar xhur; l-ewwelnett ir-reazzjoni futura li se nimxu fuqha u t-tieni nett ċerti komplikazzjonijiet, li nispjega iktar 'il quddiem, għal dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa li daħħalna minflok il-VAT.", "Issa jien nista' ngħid li aħna qed nipproponu li jkun hemm zona ta' kummerċ industrijali ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u mhux minnu li m'għaddejniex l-ideat tagħna lill- kummissjoni u lill-pajjiżi membri u mhux minnu li m'hemmx ftehim diġa' ma' Mr van den Broeck, li huwa l-kummissarju tal-Kummissjoni Ewropea u li huwa responsabbli għal Malta fuq framework li se nsegwu.", "U x'inhu l-framework li se nsegwu, Sinjura President?", "Il-framework li se nsegwu se jkun li nersqu lejn ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u li dan naslu għalih fuq bejn ħames u seba' snin.", "Ċertament mhux se jkun hemm l-20 sena li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Aħna, min-naħa tagħna, se nipproponu tliet settijiet ta' prodotti; prodotti li fuqhom il-protezzjoni titneħħa fi żmien ħames snin, prodotti li fuqhom il-protezzjoni titneħħa fuq bażi ta' seba' snin u prodotti oħra li jitqiesu bħala każi speċjali li għandhom bżonn skadenzi differenti.", "Dan se nagħmluh billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni eżistenti jiġi adattat ħalli jkun jista' jkopri dan il- programm.", "Din hija xi ħaġa li tista' ssir faċilment permezz ta' kunsill ta' assoċjazzjoni li se nipprovaw naraw li jiltaqa' malajr kemm jista' jkun u dan il-kunsill ta' assoċjazzjoni allura jipprovdi t-toroq li fuqhom inkunu nistgħu ninnegozjaw l-iskadenzi li fuqhom naslu għal zona ta' kummerċ ħieles.", "Fl-istess waqt nistgħu nużaw - u se nagħmlu hekk - id- dokument eżistenti biex fil-partijiet tiegħu li huma rilevanti ndaħħlu wkoll protokolli li jittrattaw koperazzjoni ekonomika, teknika, soċjali u finanzjarja.", "Anke dawn jiġu diskussi fi ħdan il-kunsill ta' assoċjazzjoni li se jitlaqqa' malajr kemm jista' jkun, u dwar dan se ngħid xi ħaġa malajr.", "Rigward il-koperazzjoni politika u l-koperazzjoni fil-qasam tas-sigurta' kien diġa' jeżisti djalogu politiku sa minn qabel l-1987.", "Li se nagħmlu issa huwa li permezz ta' protokoll li jkun adattat fil-qafas tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, ndaħħlu wkoll din il-koperazzjoni b'dan l-arranġament.", "Meta l-Onor.", "George Vella u jien tkellimna ma' van den Broeck qbilna li sa nofs is-sena d-dieħla nipprovaw naraw kif nagħmlu biex inlaħħqu l-kunsill ta' assoċjazzjoni, u meta qed ngħid hekk qed nitkellem b'kawtela kbira.", "Jien wieħed minn dawk li ili nsegwi għal snin twal ix-xogħol ma' l-Unjoni Ewropea u dejjem kienet iddejjaqni l-forma ta' trijonfaliżmu li kienet qed tintuża anke min-naħa l-oħra fejn kienu joqogħdu jgħidu li se jkollhom laqgħa ma' \"dak\" u laqgħa ma' l-\"ieħor\" u ftehim ma' \"dak\" u ftehim ma' l- \"ieħor\" għaliex b'dan il-mod l-affarijiet jimxu ħafna iktar bil-mod.", "GĦalhekk il-framework li qed insemmi huwa wieħed tentattiv li se nkunu qed naħdmu fuqu u li mhux bilfors jintlaħaq, għaliex l-Unjoni Ewropea hija sistema kumplessa ħafna li tiddependi minn kif jimxu pajjiżi differenti, mill-proċessi interni tagħhom, mill-proċessi li jkunu għaddejjin Brussels u ma tistax tipprevedi time-table eżatta ta' dak li jkun għaddej.", "Jien nista' ngħid li matul dawn l-aħħar 11 jew 12-il xahar ċerti gvernijiet qalulna li kienu jippreferu li kieku aħna bqajna nsegwu t-triq ta' sħubija sħiħa, u aħna għidnilhom li hija ħaġa ċara li dan huwa fl- interess ta' min qed jaħseb hekk dwar Malta, u għidnilhom ukoll li aħna qed niddeċiedu skond dak li hu l-interess ta' Malta kif narawh aħna, jiġifieri skond l-interess tal-poplu Malti u GĦawdxi.", "Meta mbagħad għadda ż-żmien li kien hemm bżonn huma bdew jifhmu dak li qed ngħidu - u jidher li fehmuh - u mxew 'il quddiem.", "Jien ma rridx insemmi l- gvernijiet b'mod invidwali imma ċertament nixtieq li minn hawnhekk nirringrazzja lill-Gvern Taljan u lill-Gvern Ingliż ta' l-għajnuna li tawna u li qed jagħtuna fil-mod kif nimxu 'l quddiem biex naslu għal dan il-qafas ta' ftehim li fl-opinjoni tiegħi jwassal imbagħad biex b'mod raġonevoli u b'mod li jipproteġi l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha nkunu nistgħu nirristrutturaw l-ekonomija u l-industrija tagħna.", "Madanakollu xorta kien hemm komplikazzjoni f'dan kollu.", "Jien ngħid li l-komplikazzjoni daħlet minn ċerti osservazzjonijiet li saru minn Brussels wara li kien hemm kommunikazzjoni min-naħa tar- rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista dwar jekk it-taxxa ta' dazju u sisa li daħħalna minflok il-VAT hijiex kompatibbli mal-ftehim ta' assoċjazzjoni.", "Aħna sa mill-bidunett konna konfortati minn pariri legali mogħtija minn esperti Maltin kif ukoll minn esperti barranin, li t-taxxi li konna qegħdin nipproponu huma kompatibbli kemm mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li jeżisti bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, kif ukoll taħt ir-regoli tal-World Trade Organisation.", "Imma fi spirtu li nisimgħu lil kulħadd, meta mbagħad ġew għas-\"si\" u n-\"no\", l-uffiċjali tal-kummissjoni xtaqu li jiddiskutu magħna fuq din is-sitwazzjoni.", "U aħna bl-aktar mod apert għidnilhom: Mela le, ejjew ħalli niddiskutu.", "U f'Mejju li għadda ġew hawn Malta is-Sur Abou, li semmejt ftit ilu - din m'għadux fuq id-desk ta' Malta - u s-Sinjura Day, li t-tnejn kienu qed jirrapreżentaw lill-Kummissarju van den Broeck u magħhom iddiskutejna d-diffikultajiet li qalu li qed jinqalgħu.", "Huma qalu li l-liġi l-ġdida tat-taxxa setgħet ma kenitx kompatibbli ma' kif huma jaraw il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejna u bejn l-Unjoni Ewropea u aħna, wara li avvanzajnilhom l-argumenti legali kollha, imbagħad smajna mingħandhom proposta politika.", "Huma qalu li l-akbar problema li għandhom quddiemhom hija li l-Gvern ta' qabel kien wegħedhom li sa l-aħħar ta' l- 1996 se jneħħi l-levies minn fuq 400 prodott.", "Din aħna ma konniex nafuha, smajniha l-ewwel darba minn għandhom u meta mbagħad bdejna niċċekjaw internament, fl-aħħar ikkonfermajna li dan kien minnu.", "Aktar tard ukoll se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-deċiżjoni li l-Gvern Nazzjonalista kien ta lill-Unjoni Ewropea, jiġifieri li sa l-aħħar tas-sena li għaddiet kellhom ineħħu l-levy minn fuq 400 prodott.", "Dan kien sar bil-ħabi u b'mod inaċċettabbli u quddiem din il-pożizzjoni aħna kellna nammettu li jdejna mbagħad kienu ddgħajfu.", "Jiġifieri min-naħa għandna l-kritika - li tista' ssir fuq bażi legali u li ma naċċettawx u allura tiġi kkontestata - tat- taxxi l-ġodda u min-naħa l-oħra l-fatt, li ma tistax tmerih, li kien hemm dak l-impenn.", "L-uffiċjali tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea ħarġu l- punt li għandna naslu għal ftehim billi ma niċċarġjawx is-sisa fuq l- importazzjoni ta' dawk il-prodotti li għandhom il-levies u l-levies jibqgħu hemm u huma jgħidu li m'għandniex problemi aktar.", "Dak kien pakkett politiku li kkonsultajna u ddiskutejna fil-Kabinett u l-Kabinett qabel li għandna nimxu fuq dik il-bażi.", "M'hemmx għalfejn ngħid li ġejna kkritikati għal din il-ħaġa, anke mill-Federazzjoni ta' l-Industrija, li għalkemm tgħid li trid tkun fl-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra mbagħad malli, skond hi, sabet li neħħejna xi ftit protezzjoni jew ħasbet li neħħejna ftit protezzjoni mbagħad iġġennet u xegħlet.", "Jiġifieri anke hawn tara kif ifaqqsu l-affarijiet minn naħa u minn oħra.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Meta ddiskutejna b'dan il-mod ma' l-uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea wrejniehom il-liġijiet tat-taxxa kif kienu se jkunu proposti u l-unika bidla li daħlet minn dak iż-żmien 'il hawn kienet il-proposta li għamlulna huma.", "Jiġifieri aħna kkonkludejna minn dak li ntqal li konna mexjin 'il quddiem u li kien hemm ftehim sħiħ.", "Fil-fatt qalulna li la issa hemm qbil fuq din il-ħaġa se jiġi l-Kummissarju van den Broeck hawn Malta biex nitkellmu fuq dak li se nwettqu aktar 'il quddiem.", "Fil-fatt il-Kummissarju van den Broeck ġie - fl-opinjoni tiegħi kellu żjara suċċess - u qbilna li sa nofs is-sena d-dieħla se nkunu qed inwaqqfu kunsill ta' assoċjazzjoni ħalli nwessgħu l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "U kulħadd fehem li konna mexjin 'il quddiem.", "L-ambaxxaturi ta' l-Ingilterra, ta' Franza, ta' l-Italja, tal-Ġermanja u r-rappreżentant stess ta' l-Unjoni Ewropea hawn Malta, kollha qalulna li konna mxejna 'l quddiem u se navvanzaw.", "Imma mbagħad beda jiżviluppa ċertu għajdut - ħalli nsejjaħlu hekk - li kien ġej mill-kummissjoni ta' Brussels - jista' jkun li dan kien għajdut imbottat - li effettivament reġa' kien hemm riżervi fuq il- pożizzjoni tagħna, fuq dak li konna ddeċidejna mal-kummissjoni.", "Dan kien wara li kienet għaddiet il-liġi u konna resqin lejn Settembru.", "Jien l-ewwel wieħed li ma stajtx nifhem u l-Onor.", "George Vella, il- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, ukoll ma setax jifhem u bdejna nistaqsu lill-ambaxxaturi residenti hawn - u l-ambaxxatur tagħna fi Brussels beda jistaqsi wkoll - u dawn bdew jgħidulna li l-affarijiet huma settled u li m'hemmx problemi.", "Ġiet hawn Malta stess il-Kummissarju Bonino u staqsejniha wkoll jekk hemmx xi problema.", "Din qaltilna li m'hawn l-ebda problema pero' l-għajdut tant baqa' jiżdied li effettivament kien hemm partijiet mill-kummissjoni li kienu qishom qed jinjoraw il-ftehim kollu li konna wasalna għalih mas-Sinjura Day u mas-Sur Abou u ġejna qisna ma bdilna xejn mil-liġi u qed jerġgħu jirritornaw għal ċerti problemi legalistiċi li aħna ma nistgħux naqblu magħhom u m'aħniex se naċċettawhom.", "Effettivament anke meta daqs tliet ġimgħat ilu fl-Istati Uniti kont tkellimt mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, Lamberto Dini, dan ukoll kien mingħalih li kollox miexi 'l quddiem mingħajr problemi ta' xejn.", "U qed nagħti blow- by-blow account apposta ħalli ħadd ma jaħseb li għandna xi ħaġa x'naħbu u għall-mistoqsijiet li jsiru biex iqanqlu suspett, nerġa' ngħid, li aħna ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "(Interruzzjonijiet) Jistgħu jagħmlu telefonati kemm iridu.", "Aħna qed ngħidu l-affarijiet kif inhuma u nerġa' ngħid li lanqas il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Tajlan ma kien jaf li hemm xi problema.", "Allura aħna ddeċidejna li l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tagħna l-Onor.", "George Vella kellu jikteb lil van den Broeck sabiex jistaqsih x'ġara.", "U effettivament il-ġimgħa li għaddiet irċevejna risposta mingħand van den Broeck fejn qalilna li hemm servizzi tal- kummissjoni li qed iqanqlu ċerti problemi legalistiċi dwar it-taxxi l-ġodda li jixtiequ jiddiskutu.", "Fl-istess ittra tkellem dwar il-ħtieġa li nkomplu għaddejjin bil-proċess li niftħu l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ħalli ndaħħlu l- qafas ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Il-ġimgħa li għaddiet l-Onor.", "George Vella u jien konna Strasbourg u anke hemmhekk kellna diskussjonijiet fuq dan is-suġġett u effettivament l-Onor.", "Vella reġa' kellu abbokkament - frażi li jħobb juża l-Onor. de Marco - mal- Kummissarju van den Broeck fejn reġgħet tqajmet din il-kwestjoni.", "U l- Kummissarju van den Broeck reġa' insista li għalkemm is-servizzi tiegħu qed iqanqlu ċerti riżervi, as far as he is concerned f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummissjoni t-triq hija miftuħa biex inkomplu għaddejjin issa wkoll anke għan-negozjati li rridu nagħmlu ħalli nagħmlu zona ta' kummerċ ħieles.", "Il-bieraħ irċevejna ittra mill-kummissjoni fejn stednuna għal diskussjonijiet tekniċi fi Brussels, min-naħa fuq dak li huma qed jgħidu li huma l-problemi tekniċi u min-naħa l-oħra imma wkoll fuq l-iżvilupp tal- ftehim tat-Trattat ta' Assoċjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea biex ikopri l-punti li jinteressaw lilna, jiġifieri t-triq li rridu naqbdu, u se naqbdu, ħalli jkollna zona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa l-istat ta' fatt li jeżisti bħalissa.", "Huwa stat ta' fatt li juri li din in-naħa għandha viżjoni ċara u preċiża, liema viżjoni, minkejja ċerti problemi legali li setgħu nqalgħu, se twassal.", "Imma beyond that, aħna ninsabu nkoraġġiti ħafna mill-espressjonijiet ta' simpatija u appoġġ li qed ikollna, nerġa' ngħid, mill-Istati membri f'dak li qed nagħmlu.", "Dawn qed jifhmu x'qed nipprovaw nagħmlu u qed jaqblu li bil-mod li qed nissuġġerixxu aħna, nistgħu fuq il-livell tagħna nimxu 'l quddiem", "ħalli nwettqu zona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea waqt li nkunu qed nipparteċipaw sew u b'mod serju fl-iżvilupp, kemm ta' l- Ewropa u aktar minn hekk, anke tal-Mediterran.", "Il-qafas għal ftehim ġdid qiegħed hemm u huwa qafas li ċertament ma jistax jiġi attakkat - kif ġie attakkat il-proġett tal-Gvern preċedenti - bħala li se jkun proġett li jwassal għall-ħerba ta' l-ekonomija Maltija.", "Huwa proġett li fuqu, bi sħubija mal-forzi soċjali li huma ta' rieda tajba f'pajjiżna, se nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem għaliex se nagħtuhom iċ-ċans u n-nifs li tabilħaqq jirristrutturaw ruħhom għall-kummerċ ħieles skond skadenzi li huma raġonevoli fi żmien speċifiku u b'mod li se jkun negozjat u miftuħ u b'mod li mhux se jkun hemm agendas moħbija.", "Jien naħseb li dan huwa importanti; dak li qed nagħmlu bl-ebda mod m'hu se joħloq fatti irriversibbli għal ħaddieħor.", "Jekk ikun hemm maġġoranza oħra fil-pajjiż li jkollha spostament ieħor ma jistgħux iduru fuqna u jgħidu li aħna llum b'xi mod jew ieħor qegħdin norbtulhom idejhom.", "Il-poplu Malti se jibqa' ħieles kif irriduh jibqa' ħieles, kif in-naħa l-oħra fl-opinjoni tiegħi ma tridux jibqa' ħieles għax trid torbotlu jdejh.", "Lill-poplu Malti u Għawdxi aħna ngħidulu li la ma hawnx consensus fuq din il-ħaġa, għandna nimxu b'mod kawt filwaqt li nosservaw il-prinċipji li nemmnu fihom, prinċipji Mediterranji u Ewropej tagħna, liema prinċipji tabilħaqq jibnu l-paċi u l-prosperita' tal- pajjiż b'mod li nkunu nistgħu verament nikkontribwixxu għall-futur taċ- ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.", "Sinjura President, għalhekk jien nixtieq inressaq emenda għall-mozzjoni li qralna l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Din hija emenda ftit twila għaliex aħna ridniha tkun emenda programmatika li turi dak li qed nimmiraw għalih u rather milli noqogħdu nwaddbu t-trab f'għajnejn il-poplu qed ngħidu eżattament fejn irridu naslu, kif irridu naslu u għaliex irridu naslu b'dan il-mod.", "Se naqra l-mozzjoni kollha kif tiġi bl-emenda li se nressaq:", "\"Din il-Kamra tinnota:", "Illi bil-konklużjoni tal-Konferenza Intergovernattiva ta' l-Unjoni Ewropea f'Ġunju li għadda, bil-firma tat-Trattat ġdid ta' Amsterdam u bil-pubblikazzjoni ta' Agenda 2000 mill-Kummissjoni Ewropea fis-16 ta'Lulju, qed jitwettqu uħud mill-linji għal tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea li kienu diġa' magħrufa sa minn qabel l-elezzjoni Maltija ta' Ottubru 1996 u għalhekk waqt li:", "TAWGURA kull suċċess fit-twettiq tat-Trattat ta' Amsterdam u ta' Aġenda 2000: TAGĦRAF kif dawn id-dokumenti bl-ebda mod ma jaffettwaw il-linji tal-ftehim li l-Gvern Malti għandu jfittex li jkollu ma' l- Unjoni Ewropea.", "GĦALHEKK:", "Dil-Kamra tar-Rappreżentanti,", "KONXJA mill-vokazzjoni Ewropea u Mediterranea ta' Malta u fl-impenn biex tiżgura li l-ġens Malti jagħti l-aqwa kontribut lejn l-għaqda bejn il-popli ta' l-Ewropa u l-popli tal-Mediterran;", "SĦIĦA fil-fehma li l-Unjoni Ewropea hi fattur ewlieni għall-iżvilupp, l-integrazzjoni u l-progress ta' l-Ewropa, għanijiet li jistħoqqilhom kull appoġġ;", "UGWALMENT SĦIĦA fil-viżjoni li l-għaqda bejn il-popli u l-pajjiżi tal- Mediterran hi ideal meħtieġ fir-reġjun, li jrawwem l-paċi u l- prosperita';", "B'RIEDA SODA li tħares in-newtralita ta' Malta għax tara fiha mezz essenzjali li bih pajjiżna jikkontribwixxi għall-iżvilupp u għall-paċi fl-Ewropa u fil-Mediterran;", "L-emenda tagħna tgħid hekk:", "Neħħi l-kliem li jiġu wara \"fis-16 ta' Lulju \" u daħħal flokhom dan li ġej:", "B'RIEDA UGWALMENT SODA li titwettaq kull miżura meħtieġa biex Malta timmodernizza l-ekonomija mingħajr ma timmina l-istrutturi soċjali tagħha:", "TIRRIAFFERMA d-deċiżjoni meħuda mill-poplu Malti u Għawdxi fl- elezzjonijiet ħielsa li saru fis-26 ta' Ottubru 1996 biex Malta jkollha l-aħjar relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea skond iċ-ċirkostanzi politiċi, ekonomiċi u soċjali li jorbtu liż-żewġ naħat; TISĦAQ li fl-ewwel fażi u għal futur prevedibbli, din l-aħajr relazzjoni għandha tieħu l-forma ta' ftehim speċjali bejn Malta u l- Unjoni Ewropea li jkun jinkludi dawn il-protokolli;", "L-ewwel: dwar kooperazzjoni politika u fil-qasam tas-sigurta'; It-tieni: dwar il-ħolqien ta' żona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l- Unjoni Ewropea li fi żmien ta' bejn ħamsa għal seba' snin tkopri, tista' tgħid, il-prodotti industrijali kollha bit-tneħħija minn Malta u mill-Unjoni Ewropea tal-miżuri protettivi li għadhom japplikaw fil- kummerċ bejn iż-żewġ naħat; u", "It-Tielet: dwar koperazzjoni teknika, finanzjarja u soċjali;", "TISTENNA li l-Gvern jagħmel mill-aħjar tiegħu biex jikkonkludi malajr kemm jista' jkun taħdidiet ma' l-Unjoni Ewropea għat-twaqqif ta' l- arranġamenti msemmija li jieħdu l-forma tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni eżistenti msaħħaħ u mwessgħa kif xieraq;", "TIDDIKJARA LI:", "In-negozjati għal ftehim bħal dan għandhom isiru f'rispett sħiħ għar- rieda murija mill-poplu Malti fl-elezzjoni ta' l-1996 u m'għandhomx jiġu mfixkla minn konsiderazzjonijiet tekniċi u burokratiċi żejda;", "TIDDIKJARA WKOLL LI:", "It-triq li qed isegwi l-Gvern Malti - bil-maqlub ta' kif mexa ta' qablu - tirrispetta l-mandat elettorali mogħti lill-Gvern mingħajr ma toħloq fatti rriversibbli li jxekklu fil-futur xi għażla differenti li demokratikament jista' jagħmel il-poplu Malti.", "Din it-triq għandha tiġi segwita f'konsultazzjoni kontinwa mal-forzi soċjali kollha konċernati li juru rieda tajba.", "FL-AĦĦAR, DIL-KAMRA TIKKONFERMA li fi spirtu ta' ħbiberija mal-ġirien kollha tagħna, Malta tibqa' lesta li tagħmel dak kollu meħtieġ minna biex taħdem skond il-mezzi u ċ-ċirkostanzi partikolari tagħha favur il- paċi u favur l-għaqda fl-Ewropea u fil-Mediterran.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekonda.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jien nammetti li l-emenda hija ftit twila u programmatika għal tapposta, anke f'sens li jekk it-tniggiż ta' l-Oppożizzjoni jwassal biex ċerti nies jaħsbu li m'aħniex mexjin b'mod preċiż - dan fis-sens kif qegħdin nindirizzaw l-affarijiet u anke f'dak li qed nipprovaw nagħmlu u f'dak li jista' jsir ekonomikament, soċjalment u politikament - hawnhekk isibu r-risposta tagħhom.", "Dan qed nagħmluh dejjem fl-għaqda sħiħa li naraw bejn il-ħtieġa li Malta tagħti s-sehem tagħha lill- Mediterran u lill-Ewropa skond iċ-ċirkostanzi, il-potenzjal u l-ħidma tagħna.", "Jiena l-aktar li nixtieq ninnota f'dan li qed ngħidu huwa l-impatt u l-impenn politiku li qed nuru, kemm dak Ewropew, kif ukoll dak Mediterranju.", "Aħna rridu nuru li lesti u disposti li nagħtu s-sehem tagħna f'kull qasam ugwalment u rridu nuru wkoll li l-ebda perspettiva ma tista' tingħalaq għal dejjem.", "Din għidtha kemm-il darba u nerġa' ngħidha.", "Perspettiva li tidher li hi tajba għal-lum u għall-futur prevedibbli ma jfissirx li qatt m'hi se tinbidel.", "Dan huwa importanti wkoll imma tan-naħa l-oħra baqgħu marbutin, qishom daħlu fi sqaq u lanqas għandhom konċett ta' kif joħorġu minn hemm, waqt li aħna flessibbli wkoll f'din il-ħaġa.", "Illum u għall-futur prevedibbli dak li qed ngħidu jidher li hija l-aħjar triq għal pajjiżna, l-aktar triq li tiftaħ avenues u toroq għal titjib li huwa sostenibbli.", "Min-naħa l-oħra nibqgħu ngħidu wkoll li l-affarijiet ma jistgħux jsiru \"ċumpaqq\", ma jistgħux isiru billi ddaħħal is-sikkina tal- VAT jew tgħid li se taqta' il-levies, taqta' ras in-nies u tmexxi.", "Aħna konxji li l-ħsieb ta' modernizzazzjoni ta' l-ekonomija tas-soċjeta' tagħna jrid isir bil-galbu u b'impenn u mhux bl-addoċċ.", "Ċertament li jekk taqra ċerti dokumenti magħmula mill-Unjoni Ewropea - kif qrajt dan l-aħħar - u li kienu għand il-Gvern Malti, issib li dawn jindikaw kemm l-Ewropej stess kienu qed iqisu l-proċess li bih kien miexi l- Gvern Malti ta' dak iż-żmien bħala wieħed li jgħaġġel biex ikun qed jgħaġġel, qed jaċċellera biex ikun qed jaċċellera, mingħajr ma jagħti kas tal-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi f'dak li qed jagħmel.", "Aħna qegħdin ngħidu li għal li ġej irridu nuru kawtela.", "M'aħniex se nkunu mpressjonati mill-elementi li jipprovaw jiddettawlna li nimxu b'mod u mhux b'ieħor, mill- elementi li jipprovaw ibeżżgħuna li t-triq tagħna se twassal għad-diżastru.", "Mhux veru.", "Nerġa' ngħid li t-triq tagħna se tiftaħ avenues ġodda u ż- żmien jagħtina parir.", "Diġa' hemm interessi ġodda li qed jersqu lejn Malta, preċiżament għax qed jifhmu li l-element li daħħalna fil-politika u t- tmexxija ta' Malta, l-element flessibbli imma dirett f'dak li qed nagħmlu, l-element li huwa ndirizzat ħalli tassew nikkontribwixxu għall- integrazzjoni Ewropea fl-istess waqt li nikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-Mediterran, huma proġetti mibnija fuq viżjoni imma huma proġetti prattiċi li jistgħu jitwettqu fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Sinjura President, nagħlaq l-intervent tiegħi fuq din il-bażi.", "Nagħlaq fuq il-prospett li dak li qed ngħidu u nagħmlu effettivament jirrifletti, kif konna ngħidu waqt il-kampanja elettorali tagħna, viżjoni li hija tal- Maltin u l-GĦawdxin kollha.", "U għalhekk m'huwiex diffiċli għalija li ma naqbilx mal-mozzjoni li ressaq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Din hija mozzjoni li tipprova tinħeba wara paraventu biex tipprova tbeżżagħna milli nieħdu r-responsabbiltajiet politiċi tagħna.", "Aħna m'aħniex se nibżgħu nieħdu r-responsabbiltajiet politiċi tagħna - qatt ma bżajna u lanqas se nibżgħu - u neħduhom bl-akbar responsabbilta' u min jazzarda jgħid li qed neħduhom f'xi spirtu ta' pika jkun qed jimpika hu.", "Aħna qed neħdu r- responsabilitjiet tagħna fi spirtu ta' koerenza, fi spirtu naturali li dak li għidna fl-imgħoddi jirrifletti dak li qed ngħidu llum u għadu koerenti kemm ma' dak li konna ngħidu fl-imgħoddi kif ukoll ma' dak li qed ngħidu llum.", "Meta aħna niltaqgħu ma' mexxejja Ewropej - u niltaqgħu ma' dawn in-nies ħafna aktar mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu - ma noqogħdux niffanfarunaw u nagħmlu shows imma ngħidulhom eżattament kif naħsbuha u huma jgħidulna eżattament kif jaħsbuha.", "Billi l-ġurnali ta' l-Oppożizzjoni jipprovaw mingħalihom juru kemm qegħdin żbaljati billi jġibu x'qal xi mexxej Ewropew - għaliex jistaqsuh mistoqsija li tkun loaded, dak ma jifhimx li tkun loaded u jirripeti biċċa minnha fir-risposta tiegħu - lilna m'humiex se jaffettwawna u lanqas m'huma se jaffettwaw lill-poplu Malti u GĦawdxi, li fehem li biex nimxu 'l quddiem bħala pajjiż irid ikollna linja dritta u ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Lill-Ewropej għidnilhom ċar u tond li ma naqblux mal-pożizzjoni ta' dawk il-burokratiċi fosthom li qed jgħidu li t-taxxa l-ġdida jista' jkollha problemi legali.", "Dan m'huwiex veru; aħna ma naqblux u nibqgħu ngħidu li ma naqblux.", "Min- naħa l-oħra meta naraw li għandhom raġun fuq ċerti punti, allura hemmhekk b'mod flessibbli naraw kif naslu għall-kompromess li jkun xieraq fl- interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Sinjura President, dak se jibqa' l-ispirtu tagħna.", "Għandna viżjoni imma biex inwettquha se nkunu prammatiċi u flessibbli, kemm ma' l-Ewropej kif ukoll mal-popli ġirien kollha l-oħra tagħna.", "Nemmnu li b'dan il-mod se nkunu qed nassiguraw kemm il-paċi fl-Ewropa u anke fil-Mediterran, kemm l- iżvilupp Ewropew u anke dak Mediterranju u nkunu qed nikkontribwixxu kemm għall-integrazzjoni ta' l-Ewropa u anke għall-integrazzjoni tal-Mediterran.", "Nerġa' ngħid li waqt li nagħmlu hekk, hemmhekk ikollna ċ-ċans li verament inkabbru r-rispett li għandu jkollhom u nistennew li jkollna minn pajjiżi oħra.", "Jien nemmen li fit-triq li qbadna mhux biss ikollna dan ir-rispett imma jkollna wkoll il-ħbiberija kollha u l-prospetti kollha ta' paċi u ta' prosperita' u koperazzjoni sħiħa kemm ma' l-Ewropa, kif ukoll mal- Mediterran.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Onor. de Marco, lil Madam Speaker, ilni li għidtilha ħafna qablek.", "Anzi lili qaluli li wieħed minn naħa u ieħor mill-oħra biss se jitkellmu.", "Kieku ma ġġelidtx jien, lanqas inti ma kont se titkellem.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, kif iddikjarajt fil-bidu tas-seduta, fl- assenza ta' arranġamenti oħra jien nimxi mar-regolamenti.", "U sakemm ir- regolamenti ma jindikawlix mod ieħor nimxi bl-alternanza taż-żewġ naħat.", "L-Onor. de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Grazzi, Madam Speaker.", "Ċertament jiddispjaċini li b'xi mod qed nokkupa post tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Mintoff, pero' naċċertah li da parti tagħna żgur ikollu kull ħin biex jitkellem kif inhuwa dritt ta' kwalunkwe Deputat ġo dan il-Parlament.", "GĦal dak li jirrigwarda xi ftehim, irrid ngħid li qatt ma sar xi ftehim li jgħid li l-private members motions jieħdu biss seduta waħda.", "Qatt ma sar, qatt ma seta' jsir u qatt m'huwa konċepibbli li jsir.", "Li nipprogrammaw id-dibattitu huwa tajjeb, pero' li ngħidu li sar xi ftehim minn qabel sabiex din il-mozzjoni tieħu seduta waħda m'huwiex minnu bħala fatt u mhux korrett li wieħed jgħid dan.", "Jien ma naħsibx li huwa għaqli f'dawn iċ-ċirkostanzi ....", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Point of order, Madam Speaker.", "Fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ntqal ċar - din anke hija mniżżla fil- Minuti ta' l-istess kumitat - li din in-naħa m'hijiex se ċċedi li jkun hemm iktar minn seduta waħda.", "Biex inkun onest ngħid li l-Onor. de Marco qal li għandna nirriflettu dwar dan, jiġifieri ma qalx li huma jaċċettaw, pero' fl-ebda ħin ma qal li ma jaċċettax.", "Huwa qal li when we come to the bridge naqsmuh.", "(Interruzzjonijiet) Meta aħna għidna li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni se nagħmluha fil-futur qarib, ħadd ma avviċinana biex jgħidilna li għandna niddeċiedu fuq dak li għidna, jiġifieri li m'għandux ikun hemm aktar minn seduta waħda.", "U meta jien ressaqt il-mozzjoni ta' proċedura u għidtilhom li llum kellu jkun hawn seduta fuq din il-mozzjoni, ħadd ma ġie qalilna li ma jaċċettax.", "Li ma jaċċettawx qaluh illum x'ħin bdiet is-seduta.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor. de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sinjura President, jien ma ridtx nidħol f'polemiki għal xejn b'xejn imma ridt sempliċement nikkoreġi ħaġa li setgħet tagħti xi impressjoni żbaljata.", "Dak kien l-iskop tiegħi u f'dan il-kontest jien naħseb li mhux għaqli li noqogħdu nsemmu l-Lm50,000 t'hemm u tan-naħa l- oħra.", "Dan m'huwiex id-diskors serju li wieħed jixtieq jara f'dan il- Parlament.", "It-tieni nett irrid ngħid li din id-darba l-Prim Ministru daħal f'retorika u daħal f'retorika kbira.", "U jekk imbagħad hemm monument tar- retorika, dan huwa l-emenda li qiegħed jipproponi lill-Kamra biex tiddibatti.", "Apparti mill-kwestjoni ta' kemm verament din hija emenda - dik hija ħaġa li wieħed irid jaraha u naħseb li kif qiegħda verbalizzata wieħed bilfors li jkollu d-dubji dwar kemm hija emenda - jien naħseb li anke l-Onor.", "Sant illum se jaqbel miegħi li din id-darba waqa' għat- tentazzjoni tar-retorika f'din l-emenda li qed jipproponi.", "Bil-ħafna kliem li hemm fl-emenda bħal \"b'rieda soda\",\" b'rieda ugwalment soda\", \"ugwalment sħiħa\", \"tisħaq\" naħseb li l-Onor.", "Alfred Sant illum veru waqa' ftit fit-tentazzjoni tal-bombastiċita'.", "Fil-ħajja dawn l-affarijiet ġieli jiġrulna lkoll kemm aħna u l-Onor.", "Sant li kien dejjem jikkritika dan il- kliem retoriku, illum xtaqu u waqa' għalih.", "Naturalment kulħadd għandu l- mumenti tiegħu tar-retorika fil-ħajja u jien m'iniex se noqgħod nikkritika dan.", "Sinjura President, ħalli issa mmorru għal aspett ieħor differenti - is- sustanza.", "U forsi nibda minn aspett li m'huwiex għal kollox rilevanti għal din id-diskussjoni - il-kritika li aħna konna qlajna hawnhekk għaliex għidna li konna se nneħħu numru ta' levies, purche' l-aspett tar- ristrutturazzjoni industrijali jkun viġenti.", "Jekk wieħed jara d-dokument \"Iċ-Ċittadin L-Ewwel\", isib dan il-kliem:", "\"Hemm ħafna każi fejn il-prezz ta' l-oġġetti qiegħed jogħla minħabba l- levies li l-Gvern tefa' fuq il-prodotti.", "Dawn il-levies issa spiċċaw biss bħala taxxa li qed ibatiha l-konsumatur u għandhom jitneħħew.\".", "Jiġifieri hawnhekk m'humiex qed jirriferu għal xi wħud mill-400 levy li aħna għidna li se nneħħu jekk ir-ristrutturazzjoni industrijali tkun applikabbli, imma qed jirriferu għal-levies kollha li hemm!", "U dan kollu dejjem qed jingħad f'\"Iċ-Ċittadin L-Ewwel\", id-dokument tal-Partit Laburista li għamlu bħala d-dokument bażiku, liema dokument ried imexxi lill-Partit Laburista fil-gvern.", "Sinjura President, dan qed ngħiduh għaliex naħsbu li wieħed għandu joqgħod attent għad-differenza li tgħaddi bejn il-kliem u l-fatti.", "Il-Prim Ministru tkellem ukoll b'ħafna retorika dwar il-votazzjoni ta' Malta, bir-rabtiet partikolari tagħha u s-sehem tagħha għal iktar għaqda u paċi fl-Ewropa u fil-Mediterran.", "Jien naħseb li jekk hemm xi ħadd li jħobb lill-Ewropa u lill-Mediterran, dan huwa jien.", "Tgħallimt minn ta' qabli u naħseb li ħallejt xi ħaġa wkoll f'dan il-kontest.", "Għalhekk naħseb li m'għandniex noqogħdu ngħidu kliem bħal li se nġibu l-paċi fl-Ewropa u fil- Mediterran.", "Irridu nkunu daqsxejn iktar modesti u naħseb li l-umilta', f'ċirkostanzi bħal dawn tgħin xi ftit.", "Li ngħidu li aħna se nġibu l-paċi fl-Ewropa u fil-Mediterran turi li r-retorika qabżet anke l-loġika.", "Sakemm ir-retorika u l-loġika jimxu id f'id tkun ħaġa sabiħa, pero' meta r- retorika taqbeż anke s-sens tal-loġika, is-sens ta' moderazzjoni għandu jirbaħ fina lkoll.", "Pero', Sinjura President, apparti dawn il-battuti li jkunu interessanti 'l hawn u 'l hinn, hemm il-problema li l-Prim Ministru qed ipinġi sitwazzjoni fejn qisu aħna ma nistgħux inkunu fl-Ewropa bħala parti mill- Unjoni Ewropea minħabba li aħna għandna rwol fil-Mediterran.", "Jiena pprovajt insegwi l-ħsieb tal-Prim Ministru u t-teżi tiegħu m'hijiex li se jkun hemm xi ħsara jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Jien immaġinajtu se jgħid li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, se tiġrilna t-tali ħsara, jew se jkun hemm ċerta responsabbilta' li m'aħniex kapaċi nerfgħu, jew li għal ċerti prodotti se jkollna bżonn ta' iktar protezzjoni għal ċertu żmien, jew li se jkollna bżonn nibbilanċjaw il-freedom of movement b'ċertu għaqal.", "Kieku l-Prim Ministru ġie hawnhekk u qalilna li hu jemmen li hemm xi diffikultajiet biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea - għaliex jekk aħna nagħmlu l-mod tal-freedom of movement mingħajr ma nagħrfu nieħdu ċerti kawteli, fin-negozjati jista' jkun negattiv għall-interess ta' Malta - jew li l-financial services, kif kien konċepit qabel ma saru l-emendi miftiehma ġo din il-Kamra, setgħu jiġu attakkati b'xi mod u aħna allura naraw dak iktar importanti minn hekk, konna nifhmu, imma minn dan kollu ma ntqal xejn.", "Il-Prim Ministru, fis-siegħa li dam jitkellem, ma ġab lanqas argument ekonomiku wieħed biss li għalih Malta m'għandhiex tidħol fl-Unjoni Ewropea, anzi qed jgħidilna li huwa jemmen fil-free trade ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt anke hawnhekk, hawn ftit kliem li għadu mhux preċiż.", "Aħna x'qed ngħidu?", "Free industrial zone jew free trade?", "GĦaliex dawn huma differenti.", "Daqqa nitkellmu dwar free industrial zone u daqqa nitkellmu dwar free trade, qisu li waħda tissostitwixxi lill-oħra meta effettivament m'huwiex hekk; waħda tista' tikkomprendi lill-oħra.", "Free industrial zone tagħmel parti mill-free trade, imma free trade għandha wisa' ħafna ikbar minn free industrial zone.", "Sinjura President, jien qed ngħid dan għall-preċiżjoni.", "Issa meta hawnhekk qed nitkellmu dwar bżonn ta' preċiżjoni u dwar bżonn ta' kif il- pajjiż għandu jimxi 'l quddiem mill-aspett ekonomiku jien ngħid: Ejja naraw x'inhuma dawn il-prodotti u jekk hemm bżonn nieħdu ċerti pariri u nieħdu anke iktar żmien.", "Fil-fatt in-negozjati għalhekk isiru, imma altru titkellem dwar free trade u altru titkellem dwar free industrial zone.", "Li wieħed hemm bżonn li jara wkoll b'mod ċar huma r-rabtiet li Malta għandha li jżommuha milli tidħol fl-Unjoni Ewropea u tiżvolġi kompitu Mediterranju.", "U dwar dan nixtieq li nelabora ftit, Sinjura President, u nallaċċja ruħi mal-kliem li qal il-Prim Ministru meta ndirizza l-Assemblea Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti, fejn qal that Malta is committed for European integration u semma anke l-Mediterran.", "Xi tfisser li Malta hija kommessa għall-integrazzjoni Ewropea?", "Dan ifisser li aħna qed ngħidu iva, l- integrazzjoni Ewropea hija tajba, sabiħa u essenzjali.", "U l-Prim Ministru qal li l-integrazzjoni Ewropea hija essenzjali, pero' donnu li meta qal hekkk kien qed jagħmel bħal dawk in-nies li dari kienu jgħidu Yes, but not for Malta.", "Jiġifieri l-integrazzjoni Ewropea hija tajba għall-Bulgarija, għall-Ungerija, għall-Estonja, għall-Ċipru u għal-Latvia, imma mhux għal Malta.", "Voldieri aħna kommessi għal din l-integrazzjoni, pero' għandna nitħabtu biex jingħaqdu l-oħrajn mhux biex ningħaqdu aħna.", "Dan huwa monument kważi Pirandelljan.", "Pirandello biss jista' jidħol f'din il-loġika li Malta temmen fl-integrazzjoni Ewropea pero' ma tridx li hi tintegra ruħha fl-Ewropa.", "Dawn huma affarijiet kontradittorji li fil-fatt jaħbu xi raġuni li huwa tajjeb li tersaq iktar 'il fuq.", "U huwa dwar dan li xtaqt li nitkellem ftit, Sinjura President.", "X'inhuma r-rabtiet li Malta għandha li jżommuha milli tkun fl-Unjoni Ewropea u tiżvolġi utilita' Mediterranja?", "X'inhu dak li jista' jżomm lil Malta milli tidħol fl-Unjoni Ewropea u jkollha wkoll vokazzjoni Mediterranja?", "U hawnhekk nixtieq nara ftit x'inhi l-loġika tan-naħa l-oħra u anke fiex naħsbu li tinsab is-sitwazzjoni.", "Il-Prim Ministru donnu ried jgħid li Malta fl-Unjoni Ewropea ma tistax taqdi din il-missjoni Ewro-Mediterranja.", "Issa ħalli naraw ftit x'inhi r- realta' tas-sitwazzjoni.", "Illum aħna għandna bidu ta' djalogu Euro- Mediterranju fejn Malta qed tipproponi żewġ affarijiet importanti ħafna, cioe' li għandu jkun hemm kunsill tal-Mediterran għall-istati Mediterranji - din kienet il-proposta ta' Malta wara li żammejna f'Malta l-IPU preċiżament fuq il-Mediterran - u li għandu jkun hemm patt ta' stabilita' fil-Mediterran.", "Mela aħna meta morna ġo Barċelona mhux biss ma tkellimniex qisna succubi ta' xi pajjiż ieħor, kemm jekk hu tan-naħa t'isfel kemm jekk hu tan-naħa ta' fuq, talli ħriġna b'żewġ ideat; waħda minnhom, riżultat taż- żewġ naħat tal-Kamra fil-preżenza tagħhom fl-IPU, dak li jkun hemm assoċjazzjoni tal-pajjiżi Mediterranji; u t-tieni li jkun hemm patt ta' stabilta' għall-Mediterran għaliex għalina l-paċi u l-istabilta' fil- Mediterran huma essenzjali għall-paċi u l-istabilta' f'Malta.", "Pero' fil- kontest ta' relazzjoni ta' Malta mal-pajjiżi oħrajn tan-North Africa u tal- Middle East, fejn qiegħda s-saħħa tagħna?", "Jekk aħna ma nkunux fl-Unjoni Ewropea, x'inhija s-saħħa tagħna?", "Mela apparti l-problema mal-Libja, hemm xi konflitt bejn xi pajjiż, bħall-Marokk, u xi pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jekk il-Marokk stess talab biex jidħol membru ta' l-Unjoni Ewropea, jista' wieħed jimmaġina li hemm xi pożizzjoni konflittwali bejn l-Ewropa ta' l- Unjoni u l-pajjiżi tas-Sud tal-Mediterran?", "U kif jista' wieħed jimmaġina li dan il-pajjiż li jissejjaħ Malta, permezz tan-newtralita' tiegħu, se jkun hu li jwassal x'imkien il-paċi lil din iz-zona?", "Jew inkella jista' wieħed jimmaġina li l-Alġerija, fir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Unjoni Ewropea, qed tħares lejn in-newtralita' ta' Malta bħala l-fattur li jista' jressaqha 'l quddiem fis-soluzzjoni tal-problemi li għandha?", "Hemm xi ħadd li jimmaġina li t-Tuneżija, li kulħadd jaf x'inhu l-orjentament tal- President tagħha u tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tagħha, qed jistennew lil Malta biex huma jkun jista' jkollhom relazzjonijiet ma' l- Unjoni Ewropea?", "Dan japplika wkoll għall-Eġittu, għas-Sirja, għal-Libanu, għall-Iżrael u għall-Palestina.", "Pero' dawn il-pajjiżi x'qed jaraw?", "Jekk jaraw li aħna sempliċement inkunu bħalhom, fil-fehma tagħhom inkunu qegħdin nikkompetu b'xi mod għal dawk l-affarijiet li jistgħu jingħataw mill-Unjoni Ewropea, mentri r-realta' hi li dawn il-pajjiżi jistmawna iżjed u għandhom bżonn iżjed - u hawnhekk tiġi l-kwestjoni tar-rilevanza politka ta' Malta - jekk aħna nkunu membri fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq u tal-Medjorjent ikunu jafu li Malta qiegħda fl-Unjoni Ewropea bis-saħħa ta' vot fil-kumitat tal-ministri, bis-saħħa tal-preżenza tal-Prim Ministru tagħha fis-summits li jkun hemm kull sitt xhur u bil-mod kif il-ministri tal-finanzi għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea, is-saħħa tagħna biex ngħinu lill-Mediterran toħroġ.", "Barra mill-Unjoni Ewropea din ir-rilevanza politika tagħna tiċkien, tiċkien u tiċkien, mentri bi sħubija fl-Unjoni Ewropea ir-rilevanza politika tagħna fil-Mediterran tissaħħaħ.", "Bil-politika u vokazzjoni Mediterranja tagħha fl-Unjoni Ewropea Malta għandha saħħa u rilevanza politika ħafna aktar milli kieku Malta tkun barra mill-Unjoni Ewropea.", "Jekk il-Prim Ministru qed jirriferi għal dawn ir-rabtiet, jien ngħid li dawn nistgħu nissodawhom u nagħtuhom iktar impenn, preċiżament għax Malta, bħala pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea pajjiż fl-iktar aspett estrem tal-Mediterran għall-Unjoni Ewropea u l-iktar pajjiż viċin in-North Africa jkollha s- saħħa għal dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet mad-dinja GĦarbija u anke mad-dinja tal-Lvant Nofsani.", "Sinjura President, dan qed ngħiduh għaliex ir-rilevanza politika li Malta jkollha bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea hija kbira.", "Immaġina xi jfisser li din il-gżira ta' 400,000 ruħ ikollha s-saħħa politika li ġejja għax hija membru ta' l-Unjoni Ewropea, is-saħħa politika li hi tivvalutaha b'għaqal fil-kummissjonijiet, fil-kumitati u fi kwalunkwe post fejn ikollha vuċi.", "Din hija l-veru triq għal Malta.", "Imma din ir-rilevanza politika għaliex irriduha?", "Irriduha biex noqogħdu ngħidu kemm hija importanti Malta?", "Din ir-rilevanza politika rriduha għax minnha toħroġ ir-rilevanza ekonomika.", "Meta aħna ngħidu li rridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea ma jfissirx li aħna rridu nidħlu għall-poeżija ta' l-Unjoni Ewropea imma għaliex jaqblilna.", "Kif spjega tant tajjeb l-Onor.", "Fenech Adami, il-bidliet li saru mill- elezzjoni 'l hawn, liema bidliet ħarġu mill-Inter-Governmental Conference u mit-Trattat ta' Amsterdam, l-Unjoni Ewropea issa aktar qed titkellem dwar pre-accession aid milli dwar accession aid.", "Dan qed isir bl-iskop preċiż li l-Unjoni Ewropea qed tgħid: Din l-Ewropa li minn 15-il pajjiż se tiżdied għal 20 u minn 20 tista' ssir 26 u forsi anke ftit iktar, kif se tikber verament?", "U hawnhekk fejn wieħed ikun għaqli li jħares lejn is- sitwazzjonijiet li qegħdin jemerġu.", "Il-kollega tiegħi l-Prim Ministru kkwota minn Agenda 2000, fejn jingħad li l-kambjamenti li se jkun hemm b'riżultat tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea - minn 360 miljun ruħ għal madwar 500 miljun ruħ - se jħallu benefiċċji kbar.", "Jingħad ukoll f'dan id-dokument li dawn il-benefiċċji m'humiex se jkunu istantanji jew evenly spread, pero' - u din hija l-parti li l-Prim Ministru ħalla barra - qed jgħidu li:", "\"Common rules of the game and eventually a common currency will allow for a better allocation of resources and for exploiting economies of scale.", "This could trigger a higher growth, lower inflation scenario for the whole area and improve the EU's competitive position in the world.\".", "Il-Prim Ministru għamel tajjeb meta kkwota l-parti li tgħid li biex tasal għal dan trid tgħaddi minn perijodu li għal ċerti pajjiżi jista' jkun diffiċli - dan kien qed jirriferi prinċipalment għall-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant.", "Għal Malta ma tantx huwa applikabbli għal raġunijiet li se nkomplu nelaboraw f'dan id-dibattitu - pero' imbagħad ma kkwotax l-iktar ħaġa essenzjali li qed tingħad, jiġifieri s-saħħa ekonomika li se jkollha l- Unjoni Ewropea jekk f'daqqa waħda f'dan is-suq se jkun hemm tkabbir minn 370 miljun konsumatur għal 500 miljun konsumatur.", "Sinjura President, nerġa' ngħid li aħna rridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea mhux għall-poeżija ta' l-Ewropa imma għal dik is-saħħa politika li Malta jista' jkollha, li mbagħad tagħraf tittraduċiha f'rilevenza ekonomika, billi nressqu l-industriji lejn Malta, inressqu iktar xogħol lejn Malta, nagħtu lill-industriji tagħna iktar saħħa biex jespandu u nassiguraw li s- small and medium enterprises ikollhom futur u ma jkunux destinati għal suq lokali magħluq, kif jista' jkun illum.", "Aħna dan qed nipprovaw ngħidu meta nitkellmu favur li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Għaliex qed nagħmlu dan l- appell lill-Gvern?", "Dan l-appell qegħdin nagħmluh għaliex, kif qal tajjeb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, filwaqt li għalina t-triq hija ċara, l- avvenimenti li ġraw f'din is-sena li ilna fl-oppożizzjoni qed ikomplu jgħinu biex il-pajjiż jara fejn qiegħda t-triq tiegħu.", "U jien hawnhekk fejn nippreokkupa ruħi.", "Il-Prim Ministru verament jemmen li Malta għandha xi rabtiet li jżommuha milli tidħol fl-Unjoni Ewropea?", "U jekk hemm xi rabtiet politiċi li jżommu lil Malta milli tidħol fl-Unjoni Ewropea, x'inhuma dawn ir-rabtiet?", "Ċertament li n-newtralita' m'hijiex waħda minnhom għaliex wieħed jista' jara li fl-Unjoni Ewropea hemm l-Awstrija li l-ġurnata tan-newtralita' hija l-festa nazzjonali tagħha; hemm il-Fillandja, li għandha r-raġunijiet tagħha għaliex trid tittutela politika ta' newtralita'; hemm l-Iżvezja, li wieħed jifhem għaliex għandha politika ta' newtralita', u anke hemm l- Irlanda, li minkejja l-viċinanza tagħha ma l-Ingilterra u mal-pajjiżi l- oħrajn tan-North Sea, llum xorta waħda qed tinsisti għal politika ta' newtralita'.", "Sinjura President, jien għadni kemm rajt l-aħħar dokument li ħareġ il-Foreign Office Irlandiz fejn reġa' sostna l-politika newtrali ta' l-Irlanda f'dan il-kontest.", "Mela x'qed nipprova ngħid jien?", "Jien qed nipprova ngħid li n-newtralita' żgur m'hijiex dak il-fattur li qed iżommna milli nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Li pajjiżna huwa newtrali qiegħda mniżżla fil-Kostituzzjoni tagħna u għalkemm illum m'hijiex daqstant rilevanti, għada jista' jkollha r-rilevanza tagħha.", "Voldieri aħna m'aħniex qed niddiskutu dak li hemm illum fil-Kostituzzjoni għax dawn huma rilevanzi li jistgħu jinbidlu skond iċ-ċirkostanzi tal-politika internazzjonali.", "Pero', nerġa' nirrepeti li l-Awstrija, l-Fillandja, l-Iżvezja u l-Irlanda, bl-ebda mod ma jħossu li l-fatt li huma pajjiż newtrali qed inaqqas mill-effiċjenza tagħhom li jkunu fl-Unjoni Ewropea.", "Mela allura x'inhuma dawn ir-rabtiet politiċi l-oħrajn?", "Jekk jeżistu xi rabtiet politiċi oħrajn aħna ma nafux bihom.", "Jekk huma rabtiet politiċi kostituzzjonali aħna nirrispettawhom imma jekk hemm rabtiet politiċi oħrajn jien sinċerament ma nafx x'inhuma u nixtieq inkun naf x'inhuma.", "Meta l-Prim Ministru tkellem fil-laqgħa tan-Nazzjonijiet Uniti ssemma wkoll in-non-allinjament.", "Jien nifhem li l-Prim Ministru tkellem dwar politika ta' globalizzazzjoni u dan huwa tajjeb meta aħna fil-Mediterran u fl-Unjoni Ewropea qed nitkellmu li Malta hija kommessa għall-Unjoni Ewropea - anzi l-kliem testwali tal-Prim Ministru hu li Malta hija \"committed towards European integration\" - u anke għall-koperazzjoni fil-Mediterran.", "Mela allura jekk Malta llum għandha politika reġjonalizzata iktar razzjonali minħabba li llum m'hemmx iktar il-gwerra bierda, allura tista' tiżvolġi funzjoni fl-ambitu ta' politika reġjonalizzata, kemm fl-Unjoni Ewropea bħala membru tagħha u kemm bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea fil- Mediterran u tagħti kontribut ikbar.", "Meta nieħu dan kollu in konsiderazzjoni, jien sinċerament bir-rispett kollu ma narax l-argument, la politiku u wisq inqas ekonomiku għaliex, fil-fehma tal-Prim Ministru, Malta m'għandhiex tipparteċipa u m'għandhiex tkun membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Sinjura President, anke ż-żgħażagħ tagħna jaru għaliex iridu jidħlu fl- Ewropa.", "Għalihom li tidħol fl-Unjoni Ewropea m'hijiex iktar issue partiġjana bejn in-Nazzjonalisti u l-Laburisti imma hija issue nazzjonali li magħha jorbtu l-futur tagħhom.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterromplik għaliex sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Perit Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jien qgħadt attent ħafna għal dak kollu li qalu t-tliet kelliema ta' qabli u se nibda mill-aħħar wieħed.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, sar il-ħin għall-Aġġornament u llum waqafna bl- Onor. de Marco in possession.", "Nistieden lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "Fil-5.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lum, l-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1997/1998.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni dwar l-Industrija tal-Bini f'Malta - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari.", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, xi żmien ilu, mhux tant 'il bogħod, f'Malta kien hawn Emma Bonino li għamlet riferenza għall- possibbilta' li jitwaqqaf qorti internazzjonali kriminali.", "Din l-idea konna diġa' smajna l-eku tagħha qabel iżda reġgħet ġegħlitna naraw li din l- idea tista' titwettaq.", "Meta nitkellmu dwar possibbilta' ta' qorti internazzjonali kriminali hawnhekk rridu nħarsu lejn in-normi, il-konvenzjonijiet u lejn id-dritt internazzjonali nnifsu, li jġib miegħu l-bżonn ta' apprezzament ta' kif jaħdem id-dritt internazzjonali.", "Allura jekk wieħed se javvanza l-idea ta' qorti internazzjonali kriminali hawnhekk irid japprezza d-dinamika tad- dritt internazzjonali, il-fatt li bosta drabi dan aktar jixref bħala moralita' milli dritt fih innifsu li għandu l-bażi ta' sovranita' parlamentari.", "Hawnhekk għandek tip ta' dritt differenti minn drittijiet oħra, allura meta qegħdin nitkellmu dwar it-twaqqif ta' din il-qorti rridu nieħdu konjizzjoni tan-normi tad-dritt internazzjonali.", "Iżda peress li għandna l-ugwaljanza ta' Stati indipendenti fid-dritt internazzjonali u kull Stat għandu l-possibbilta' li jagħmel il-leġislazzjoni għat-territorju tiegħu, indubjament anke fil-konsiderazzjoni tat-twaqqif ta' qorti kriminali internazzjonali l-prinċipju tat- territorjalita' jrid isib l- espressjoni tiegħu u rridu napprezzawh għaliex ma nkunux nistgħu nifhmu kif il-mekkanika ta' din il-qorti tista' taħdem.", "Għalhekk waqt li nipprovaw naraw dan, tajjeb li aħna bħala pajjiż nifhmu li l-konċett tat- territorjalita', f'dik li hi ġurisdizzjoni, għalkemm tista' tkun fin-natura tagħha strettament territorjali, fir-realta' fl-applikabbilta' tagħha diġa' hija kemm xejn lil hinn minn dan.", "Dan il-fatt fih innifsu jawgura biex meta titwaqqaf din il-qorti internazzjonali kriminali nkunu nistgħu anke fuq il-bażi tal-pajjiż tagħna naċċettaw konvenzjonijiet oħra.", "Għaliex jekk wieħed jara d- dispożizzjonijiet preliminari tal-kodiċi penali tagħna, f'artikolu 5 isib li l-azzjoni kriminali titmexxa f'pajjiżna fuq it-teorija tat- territorjalita', infatti kontra kull min jagħmel reat f'Malta jew fuq il- baħar - u l-konċett ta' baħar jestendi għal 12-il mil nawtiku ' l hinn mill- art Maltija.", "Jekk naraw is-sections l-oħrajn, li l-abbli Onor. Prof de Marco kien jgħallimna meta konna nitgħallmu id-dritt penali, fosthom it- tieni artikolu, insibu li jekk wieħed jagħmel reat fuq il-baħar 'il hinn minn dawn il-limiti, hawnhekk qed ngħidu li m'għadx hawn aktar il-prinċipju tat-territorjalita'.", "Qed ngħidu li anke jekk isir reat 'il hinn minn pajjiżna abbord bastiment li ma jkunx fit-territorju tagħna, il-pajjiż tagħna, għallinqas diment li jiddependi minnu, għandu jkollu d-dritt li jmexxi azzjoni kriminali kontrih.", "Allura hawn mhux the territorial principle jidħol imma the principle tal- personal theory of jurisdiction, inkwantu dik il-persuna hija Maltija jew taqa' taħt l-Att ta' l-Immigrazzjoni.", "Jekk ċittadin Malti jagħmel xi reat kontra ċittadin ieħor - u hemm sett ta' reati, fosthom ta' forgery u ta' economic crime li, in forza tas-sovranita' ta' pajjiżna, in forza tal- Parlament pajjiżna jgħid li allavolja ma twettqitx f'pajjiżna, hemm id- dritt li titmexxa azzjoni kriminali fil-qrati tal-ġurisdizzjoni penali kontra min qed jiġi akkużat.", "Jiġifieri jeżistu l-prinċipju tat- territorjalita', il-prinċipju ta' extra-territoriality u l-prinċipju tal- personal theory of jurisdiction, li tapplika għall-persuna kemm jekk huwa Malti jew huwa immigrant f'pajjiżna.", "Issa b'din l-idea ta' qorti internazzjonali qegħdin niftħu dejjem iktar.", "Jien naħseb li l-leġislatur Malti jrid jibqa' konxju ta' dan il-fatt u jgħid li quddiem din is-sitwazzjoni, fejn aħna se nagħtu l-appoġġ tagħna għal din l-inizjattiva, kif tkellem tant tajjeb l-abbli Prim Ministru tagħna, naħseb li rridu naraw il-konvenzjonijiet, il-hijacking, il-piracy, it-terroriżmu, id-drug trafficking u l-mod kif konvenzjoni tiġi ratifikata biex aħna ninkorporawha.", "Qed nirriferi mhux biss għall-konvenzjonijiet li se jkunu l-bażi jekk titwaqqaf din il-qorti internazzjonali kriminali - u ngħidha minn hawnhekk mhux għax serviet il-bażi tat-teżi tiegħi tal-post graduate u li kopja tagħha għandu l-Prim Ministru - imma x'qed iżommna milli nirratifikaw konvenzjoni li ssaħħaħ dak li diġa' qbilna fuqu?", "Għaliex m'għandniex nitkellmu dwar ir-ratifikazzjoni tal-convention for the suppression of unlawful acts against the safety of maritime navigation?", "Il- Convention ta' Ruma hija waħda mill-konvenzjonijiet li żgur, mhux forsi, irridu nirratifikaw jekk aħna qegħdin naqblu mat-twaqqif tal-qorti internazzjonali kriminali u qegħdin ngħidu li l-ibħra huma parti mit- territorju.", "Madam Speaker, nagħlaq billi ngħid li huwa importanti li l-leġislatur jara li l-liġi mhux biss ittendi lejn il-valur tal-ġustizzja u lejn l- effettivita' imma ttendi lejn il-kompletezza wkoll.", "Il-ħsieb tiegħi huwa li rridu naraw kif kull liġi, kull konvenzjoni f'dan il-qasam ittendi lejn il-valur tal-kompletezza, inkella l-idea ta' qorti internazzjonali ma tkunx tista' ssir ir-realta' li l-Prim Ministru u aħna n-naħa tal-gvern nixtiequ.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Grazzi Sur President.", "Illum xtaqt nitkellem fuq ħaġa ġenerali, li ħadt spunt dwarha waqt id-diskors elokwenti ħafna li għamel il-bieraħ il-kollega tiegħi l-Onor.", "Lino Spiteri.", "Xtaqt nitkellem ftit fuq is-serjeta' li qed juri l-Gvern fit-tmexxija tiegħu u nħoss li huwa floku li nitkellem fuq dan is-suġġett bħalissa għaliex l-Oppożizzjoni qisha qed tipprova tagħti indizji, tipprova tagħmel ħoss u turi li qisu hawn xi tensjoni fil-pajjiż, li l-affarijiet m'humiex se jintesew u li hemm xi inkonsistenza f'dik li hija tmexxija tal-Gvern.", "Fil-fatt, l-Onor.", "Spiteri semma punt fis-sens li l-politiċi jieħdu gost li min josserva dak li qed jagħmlu jċapċpilhom.", "Jiġifieri huwa inerenti li kull politiku jieħu pjaċir li min jisimgħu dejjem iċapċaplu.", "Ħadd ma jieħu gost jieħu xi deċiżjoni jew jgħaddi leġislazzjoni li ma jpapċpulux għaliha pero' kultant is-serjeta' tirrikjedi li jsir hekk u huwa importanti li l-Gvern, sabiex ikun leali lejn il-pajjiż li qed imexxi, ikollu l-kuraġġ li jieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Jekk ma wera xejn, il-Gvern preżenti żgur li wera li għandu d- determinazzjoni u l-kuraġġ li jimplimenta l-ideali tiegħu, li jimplimenta leġislazzjoni u li jieħu deċiżjonijiet li huma fl-interess u għall-ġid tal- poplu Malti.", "L-eżerċizzju li qed jagħmel il-Gvern preżenti m'huwiex xi eżerċizzju fieragħ jew taċ-ċapċip biss imma qed jagħmlu għall-ġid ta' kulħadd.", "Issa wasalna biex nieħdu ċerti deċiżjonijiet importanti li jrid ikollok il-kuraġġ biex teħodhom u li jekk ma teħodhomx ibati l-pajjiż.", "Pero' l-Oppożizzjoni minflok li tinkoraġġixxi serjeta' u konsistenza fl- amministrazzjoni, qiegħda tieħu kull opportunita' biex tikkritika lill- Gvern u tikkrea tensjoni fil-pajjiż.", "Fil-fatt qegħdin nosservaw li l- Oppożizzjoni mhijiex tiġġieled għal xi ideali imma qed tieħu l-atittudni li kull fejn ikun hemm xi ħoss jew xi karru li jagħmel daqsxejn moviment - jista' jkun ġej minn settur tradizzjonalment Nazzjonalista, jista' jkun ġej min settur tradizzjonalment Laburista, ġej mid-Drydocks jew mill-studenti - timxi warajh biex tikkritika.", "Din m'hijiex serjeta' u jien ngħid ukoll li hija propaganda artifiċjali, Sur President.", "Din hija d-differenza bejn il- Gvern u l-Oppożizzjoni.", "Il-Gvern miexi b'ċertu direzzjoni, jimplimenta dak li hu fl-interess tal-poplu u mhux qed jibża' jieħu ċerti deċiżjonijiet iebsa u ċerti deċiżjonijiet serja, mentri l-Oppożizzjoni qiegħda tapprofitta ruħha min kull okkażjoni li tinħoloq biex tagħmel kjass fuq stejjer antiki li diġa' kellha okkażjoni tespandi fuqhom waqt l-elezzjoni u fuq issues li ġew sfiduċjati mill-maġġoranza tal-poplu Malti.", "Dawn huma l- issues ta' l-Oppożizzjoni.", "Kif qed ngħid, il-Gvern qed juri konsistenza u qed jimplimenta bil-mod il-mod il-wegħdiet elettorali tiegħu ta' qabel l- elezzjoni.", "Irrid ngħid li jiena ma naqbilx li manifest elettorali huwa xi strument legali, xi kuntratt bejn il-poplu u l-Gvern li jrid jimplimentah punto e virgola.", "Il-politika hija ħaġa ħajja li tiżviluppa maż-żmenijiet li matulu l-esiġenzi u l-bżonnijiet jinbidlu.", "Allura jekk moralment u attwalment trid tvarja ruħek minn ċerti deċiżjonijiet li ħadt qabel l- elezzjoni u li semmejt fil-manifest elletorali, m'intix projbit milli timxi mod ieħor.", "Pero' bħala linja ġenerali, meta jkollok manifest elettorali trid timplimenta dak li hemm fih għaliex int tlajt bl-għajta ta' dak li jinstab fl-istess manifest elettorali.", "Hawnhekk ukoll l-Oppożizzjoni qiegħda turi element ta' ipokresija għaliex fejn jaqblilha biss qiegħda tgħajjarna li m'aħniex qegħdin insegwu l-wegħdiet li għamilna fil-manifest elettorali.", "Jiena għalhekk għidt li din hija nuqqas ta' serjeta' u propaganda artifiċjali.", "Per eżempju, hemm il-kwestjoni ta' l-istipendji.", "Qalulna li r-riformi li qegħdin jiġu proposti min-naħa tal-Gvern rigward l- istipendju ta' l-istudenti huma kuntrarju għal dak li hemm fil-manifest elettorali.", "Jiena m'iniex beħsiebni nidħol f'dibattitu fuq dan is-suġġett pero' min segwa d-diskors li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Bartolo malajr jifhem li dan m'hu veru xejn.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li l- istipendju rridu nneħħuh imma li rridu nbiddluh.", "U qed ngħid li l- Oppożizzjoni qiegħda tkun ipokrita għaliex aħna niftakru li sa l-1994 l- istess Nazzjonalisti fil-gvern kienu qalu li jridu jagħmlu xi riformi u niftakru wkoll li l-KSU kien lest jaderixxi għal dawn ir-riformi.", "Ara mbagħad fil-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea, fejn il-poplu ħa deċiżjoni ċara u tonda, qed jgħidulna - kif ġara proprju llum - li m'għandniex nagħtu kas dak li għidna fil-manifest elettorali.", "Jiena llum qiegħed hawnhekk biex nikkritika lil min qiegħed jikkritika.", "Hemm bżonn li jkollok oppożizzjoni u Alla ħares ma jkollokx oppożizzjoni għax kieku ma jkollokx demokrazija imma l-funzjoni ta' l-Oppożizzjoni m'hijiex xi logħba jew xi eżerċizzju fieragħ biex tipprova tintgħoġob kemm jista' jkun ma' l-elettorat akkost ta' kollox sabiex tirbaħ il-voti u biex għada pitgħada terġa' tikkappara l-poter.", "Dak mhuwiex l-iskop ta' l- oppożizzjoni, u din m'hijiex xi tellieqa.", "L-iskop ta' l-oppożizzjoni huwa li tikkontrolla dak li jkun qed jagħmel il-gvern tal-ġurnata u tikkritika b'mod kostruttiv.", "Jekk il-gvern jagħmel xi foul, allura trid tgħidlu li għamel foul pero' bil-mod kif qed taġixxi l-Oppożizzjoni Nazzjonalista' qed turi bl-iktar mod ċar li m'humiex il-prinċipji li jgħoddu imma basta tikkrea ħoss, toħloq issues meta m'hemmx issues u timxi wara kull karru fejn għandek xaqq ta' dawl biex mingħaliha li qed tikkappara s-support.", "Iżda llum il-poplu Malti huwa aktar matur milli kien fis-snin sebgħin u fis- snin tmenin u jaf janalizza.", "Meta inti tesaġera f'dan l-aġir tiegħek, the peope can see through it u hekk qed jiġrulhom l-Oppożizzjoni.", "U jgħidu x'jgħidu, il-popolarita' tagħhom qiegħda dejjem tonqsilhom.", "Garr ikun hawn pero' dan huwa frott ta' ċerti deċiżjonijiet iebsa u serji li qed jieħu l- Gvern.", "L-akbar wegħda tagħna qabel l-elezzjoni li kien għamel l-Onor.", "Alfred Sant hija li se nkunu gvern serju u gvern trasparenti.", "Meta int titkellem fuq serjeta' allura qed tintrabat ma' l-elettorat u qed twiegħdu li una volta jkollok il-poter f'idejk m'intix se tibża' tmexxi.", "Dan hu li wiegħed l- Onor. Alfred Sant, li huwa m'huwiex se jibża' jmexxi kif għandu jmexxi għall-ġid tal-pajjiż.", "U jekk hemm bżonn wieħed juri l-qagħda finanzjarja prekarja kif tabilħaq hi biex imbagħad tkun tista' tiġġelidha, allura trid turiha.", "Ma jistax ikollok ekonomija kosmetika kif kellna għal dawn l-aħħar snin, basta jidher is-sabiħ.", "Hekk kienet timxi l-Oppożizzjoni meta kienet fil-gvern.", "Kienet tirranġa fuq kull issue u tittransiġi kollox mingħajr ma tikkrea daqsxejn ħoss.", "Il-wegħda elettorali tagħna kienet li mmexxu b'serjeta' u allura meta tmexxi b'serjeta' bilfors ikollok daqsxejn garr.", "Il-garr li hawn m'huwiex għax il-Gvern miexi ħażin, jew għax hawn il- korruzzjoni, jew għax hawn amministrazzjoni ħażina, jew għax qegħdin inħawdu, anzi għax qegħdin inkunu serji wisq.", "Meta jkun hawn dan it-tip ta' garr, tgorr illum pero' għada ma tgorrx iżjed għax jekk timxi b'serjeta' u ma tibżax timplimenta dak li hemm bżonn timplimenta, għada pitgħada se ssib il-frott.", "Timxi fejn timxi tħossha din.", "Għaliex qed jikkritikawna?", "X'qed nagħmlu ħażin?", "M'hemmx issues.", "Fil-liġijiet li għaddejna qed nimplimentaw dak li wegħedna.", "Il-kritika minn fejn ġejja?", "Il- kritika ġejja għax l-Oppożizzjoni qed tivvantaġġa ruħha u minflok ma żżomm postha biex ċerti affarijiet li huma ta' ġid għal pajjiż tħallihom isiru, qed tikkrea issues bla bżonn.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lum l-Erbgħa 15 ta' Ottubru, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fil-5.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PROPRJETA' - ATTI TA' TRASFERIMENTI", "8358.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Billi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandu d-dritt li sa żmien sena minn notifika ta' Atti ta' trasferimenti, illi jintbagħat perit sabiex jispezzjona proprjeta' u dan qed joħloq inkonvenjent stante li jkunu saru xogħlijiet bejn l-att u d-data ta' l-ispezzjoni, jidhirlu l-Ministru illi dan il-perjodu għandu jiġi ridott għal 40 jum meta periti hawn ħafna u ma tkunx problema li jitqabbdu oħrajn jekk dawk preżentement maħtura mid- dipartiment ma jlaħħqux?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għandi nifhem li l-Onor.", "Membru jaf tajjeb kemm gew studjati sewwa u bir-reqqa t-tliet punti mqajma minnu fl-interpellanza 8358 meta jien qed isir l-abbozz ta' l-eventwali Att Nru XVII ta' l-1993 (u mhux ta' l-1997).", "Kif, fil-prattika, jaf ukoll l-Onor.", "Membru, il-frott ta' dan l-istudju jitkellem waħdu mill-fatt li l-provvedimenti ta' l-istess Att ħadmu tajjeb għal matul l-erba' snin li għaddew u, allura, wieħed jistagħġeb kif din il- mistoqsija qiegħda ssir proprju issa, wara dan iż-żmien kollu.", "Niżgura lill-Onor.", "Membru li fiċ-ċirkostanzi ma jinħass ebda bżonn għall- emendi proposti.", "PROPRJETA' - TRASFERIMENTI", "8359.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jidhirlu l-Ministru li l-ATt XVII/1997 għandu jsirlu l-emendi meħtieġa sabiex fil-kas ta' trasferiment b'causa mortis ta' dar ta' residenza, il- valur eżenti mit-taxxa għandu jogħla għal Lm40,000 jew l-istess proprjeta' tiġi eżenti mit-taxxa tad-dokumenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għandi nifhem li l-Onor.", "Membru jaf tajjeb kemm ġew studjati sewwa u bir-reqqa t-tliet punti mqajjma minnu fl-interpellanza 8359 meta kien qed isir l-abbozz ta' l-eventwali Att Nru. XVII ta' l-1993 (u mhux ta' l-1997).", "Kif, fil-prattika jaf ukoll l-Onor.", "Membru, il-frott ta' dan l-istudju jitkellem waħdu mill-fatt li l-provvedimenti ta' l-istess att ħadmu tajjeb għal matul l-erba' snin li għaddew u, allura, wieħed jistagħġeb kif din il- mistoqsija qiegħda ssir proprju issa, wara dan iż-żmien kollu.", "Niżgura lill-Onor.", "Membru li fiċ-ċirkostanzi ma jinħass ebda bżonn għall- emendi proposti.", "FILLANDJA - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "8360.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Fillandja; kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rapprżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l- paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t-terminu ta' l-appointment u ta' l-istess rappreżentant; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għalkemm jeżistu relazzjonijiet diplomatiċi mal- Fillandja, għad m'hemmx Ambaxxatur Malti akkreditat għaliha.", "EĠITTU - AMBAXXATA MALTIJA", "8361.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm tiswa lil Malta l-ambaxxata li hija għandha fl- Eġittu; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess ambaxxata; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi l-ambaxxatur u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' użata bħalha ambaxxata hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t- terminu ta' l-appointment ta' l-istess ambaxxatur; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess ambaxxata lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Vot għall-1997 biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż biex titmexxa l-Ambaxxata Maltija ġewwa l-Eġittu huwa ta' Lm 85,491.", "F'din l-Ambaxxata hemm jaħdmu:", "* 1 Ambaxxatur * 1 First Secretary * 3 Segretarji, li waħda minnhom hija fuq bażi part-time * 1 Messaġġier/sewwieq * 3 Sefturi, li tnejn minnhom huma fuq bażi part-time", "Kif għidt fir-risposti li tajt għall-mistoqsijiet simili li saruli mill- Onor. Membru, ma jidhirlix li għandi nispeċifika r-rimunerazzjoni li jirċievu kull wieħed minn dawn l-impjegati.", "Nista' ngħid, iżda, illi, dejjem skond il-figuri fl-Estimi Ġenerali għal din is-sena, huwa stmat li n- nefqa totali f'dawk li jissejjħu Personal Emoluments fl-Ambaxxata Maltija ġewwa l-Eġittu tkun ta' Lm 45,218.", "L-Ambaxxatur Malti fl-Eġittu huwa uffiċjal pubbliku, u bħala diplomatiku tal-karriera m'għandux terminu fil-kariga li għandu bħala ambaxxatur.", "L-uffiċju okkupat mill-Ambaxxata Maltija ġewwa l-Kajr huwa mikri.", "Rigward id-domanda f'(f), infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi jiena diġa tajt tweġiba ġenerika għal mistoqsijiet simili li għamilli dwar l- ambaxxati Maltin f'pajjiżi oħra.", "Dik ir-risposta ġenerika (ara mistoqsija parlamentari numru 5787) tapplika wkoll għal din il-mistoqsija.", "ETC - STATISTIKA DWAR IX-XOGĦOL", "8525.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-internal workings tal-ETC dwar l-istatistika dwar ix-xogħol relattiva għal Awissu 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella bl-informazzjoni mitluba għax-xahar ta' Lulju 1997 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Lulju 1997.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8526.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għax-xahar ta' Awissu 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u jindika għaliex l-ETC ddeċidiet li taqtagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li għax-xahar ta' Awissu 1997 ma komplewx jirreġistraw minn jeddhom kien ta' 487.", "In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Awissu kien ta' 86.", "Ir-raġuni li wassal għal qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "|M'aċċettawx taħriġ |32 | |Jirreġistraw u |30 | |jaħdmu | | |M'aċċettawx xogħol |4 | |M'attendewx |20 | |intervisti | |", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8527.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol mal-ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom fil-perijodu f'Awissu 1997 u jindika wkoll x-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol f'Awissu 1997, wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom kien ta' 150.", "Ix-xogħol preċedenti tagħhom hu mqassam kif ġej:", "|Tourism/Hotels/Caterin|13 | |g | | |Manufacturing |45 | |Mechanical/Metal/Build|50 | |ing | | |Woodwork |4 | |Retail/Wholesale |16 | |Others |22 | |Total |150 |", "BORD NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI", "8528.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem il-Bord Nazzjonali tax- Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol f'Awissu 1997 kif ukoll jgħid kemm inqatgħu appelli fl-istess perijodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni tal-ETC u kemm le?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: F'Awissu 1997 kien hemm 67 appelli li minnhom 41 kienu maqtugħa mir-reġistrazzjoni.", "F'Awissu 1997 ġew deċiżi 96 appell li minnhom 17 huma konferma u 20 mhux konferma tal-ETC, 11 abbandunati, tnejn irtirati u tlieta preskritti.", "ETC - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "8529.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Awissu 1997 u jagħti l-informazzjoni skond ir-raġuni li wassal għall- qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax- xogħol f'Awissu 1997 kien ta' 86.", "Ir-raġuni li wassal għal qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "|M'aċċettawx taħriġ|32 | |Jirreġistraw u |30 | |jaħdmu | | |M'aċċettawx xogħol|4 | |M'attendewx |20 | |intervisti | |", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8530.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol mal-ETC f'Awissu 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Awissu 1997 kien ta' 816.", "SKEJJEL - IMĠIBA TAT-TFAL", "8645.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni rigward l-imġiba tat-tfal ta' l-iskola?", "Min jiddeċiedi jkollhomx uniformi jew le, iżommux xagħarhom twil, jilbsux imsielet eċċ, eċċ?", "X'direttivi għandhom il-kapijiet ta' l-iskola f'każijiet fejn xi ġenituri ma jkunux iridu jikkoperaw ma' l-ordnijiet maħruġin fuq dawn il-kwestjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-iskola, meta jkun hemm każ ta' mġiba li tagħti lil wieħed x'jaħseb, il-kap tal-iskola tiddiskuti mal-guidance teachers biex jaraw hemmx xi kawża għal din l-imġiba.", "Il-koperazzjoni tal-ġenituri tkun mitluba jekk ikun il-każ.", "Il-policy tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni hija preżentament fuq linji ġenerali irregolati mir-'Regoli tad-Dixxiplina għall-Iskejjel' li kien ġie ppubblikat f'Novembru 1980 u li kopja tal-paġni relevanti tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "Qed naħdmu fuq kodiċi ġodda li jirregolaw id-dixxiplina fl-iskejjel u li se jkunu diskussi mal-kapijiet tal-iskola.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-istudenti kollha fil-primarja u s-sekondarja għandhom uniformi.", "Il-kapijiet huma mħeġġa li jappellaw lill- ġenituri li ċerti regoli bħal, tul ta' xahar, użu ta' msielet, ċrieket eċċ., huma biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurta' tal-istess tfal.", "Deċiżjonijiet dwarhom jittieħdu mill-kap tal-iskola u l-amministrazzjoni.", "Il-guidance teachers u l-counsellors għandhom rwol importanti ta' tagħlim u persważjoni f'dan ir-rigward pero' l-kapijiet tal-Iskola huma finalment responsabbli biex jaraw li l-imġieba tat-tfal tal-iskola tagħhom hija xierqa.", "M'hemmx policy ċara f'każijiet li xi ġenituri ma jkunux iridu jikkoperaw ma' l-ordnijiet tal-iskola.", "Il-perswazjoni kienet u għadha l-mod li bih l- iskejjel jippruvaw jirrisolvu l-kwestjonijiet.", "L-istudenti li jattendu l-iskejjel post-sekondarji statali m'humiex obbligati jilbsu uniformi.", "Kull deċiżjoni dwar l-ilbies jew imġieba tal- istudenti tittieħed mill-kap tal-iskola.", "Minħabba li l-istudenti f'dan is- settur huma adulti, kull problema ta' dixxiplina x'aktarx li tkun ittrattata ma' l-istudenti nnifishom.", "Fis-settur privat (i.e.", "Skejjel tal-Knisja u Indipendenti) huwa l-kompitu tal-kap ta' l-iskola li jistabbilixxi l-kwalita' ta' dixxiplina fl-iskola tiegħu.", "Id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ma' tidħolx fid-dixxiplina ta' dawn l- iskejjel.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz tal-Guidance and Counselling Section u għaqdiet non-governattivi jsiru għadd ta' programmi edukattivi għall- ġenituri magħrufa bħala Parenting Skills Programme.", "F'dawn il-programmi tiġi emfasizzata l-ħtieġa assoluta ta' koperazzjoni bejn il-ġenituri u l- iskola.", "KLIMA - TIBDIL", "8646.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kontribut qatt ta pajjiżna fil-ġlieda internazzjonali kontra l- emissjonijiet industrijali li jwasslu għal tibdil fil-klima?", "X'ħidma diplomatika saret tul l-aħħar sena biex issir pressjoni fuq pajjiżi industrijalizzati biex dawn l-emissjonijiet jonqsu?", "Billi l-gżejjer żgħar bħal Malta jafu jkunu minn ta' l-ewwel li jbatu mill-konsegwenzi ta' klima aktar sħuna, x'komunikazzjoni żżomm Malta ma' gżejjer jew għaqdiet oħra fil- ħidma kontra dan il-fenomenu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-Dipartiment ta' l-Ambjent mhejjun mid-Direttorat ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent segwa mill-qrib proposti ġodda biex jissaħħu miżuri li diġa jeżistu taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Tibdil fil-Klima, għal tnaqqis ta' fossil fuels fil-pajjiżi industrijalizzati.", "Bħala membru tal-Konvenzjoni, Malta kienet dejjem qegħda ssaħħaħ l-attivita' tagħha bħala membru fil-Grupp tal-Gżejjer Zgħar, (l-Alliance of Small Island States - AOSIS) sabiex jkunu jistgħu jittieħdu miżuri konkreti bil-għan li jonqsu dawn l-emissjonijiet ta' fossil fuels.", "L- AOSIS għandha s-sede tagħha fi New York u għalhekk qed tiġi segwita mill- Missjoni Permanenti ta' Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York.", "Fil-ħidma tal-Gvern biex ikompli jsaħħaħ id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, ta' min isemmi wkoll li d-dipartiment għadu kif ingaġġa Environment Officer bil-għan li fost affarijiet oħra issegwi aktar mill- qrib kull żvilupp taħt l-imsemmija konvenzjoni u sabiex tikko-ordina kull azzjoni li jeħtieġ tittieħed minn pajjiżna sabiex ikun hawn aktar konservazzjoni ta' l-enerġija.", "ŻEJTUN - XROBB L-GĦAĠIN - XOGĦOL", "8647.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qiegħed isir fi Triq Xrobb l- Għaġin, Żejtun li għandu x'jaqsam mat-tisfija ta' l-ilma tad-drenaġġ?", "Din hi tiswija ta' ħsara qadima jew xi xogħol ġdid?", "A spejjeż ta' min qed isir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qegħdin jinbidlu pajpijiet qodma li jwasslu l-ilma mill-ġibjun ta' Ħabel Abjad fiż-Żejtun għal Tas-Silġ fl-arja magħrufa Tal- Wiċċ.", "Dan ix-xogħol qiegħed isir għad-Dipartiment tad-Drenaġġ wara li ħareġ tender.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "8650.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi l-policy tal-gvern hi li formazzjoni ta' toroq issir mill-gvern ċentrali filwaqt li resurfacing isir mill-kunsill lokali, imma jeżistu każijiet fejn tant ikun dam ma sar resurfacing jew xogħlijiet oħra fl-inħawi li jħarbtu toroq b'tali mod li kważi jkun jenħtieġ formazzjoni mill-ġdid bi spejjeż li l-kunsill lokali allura ma jkunx jiflaħ għalihom, jista' l-Ministru jgħid x'atteġġjament jieħu d- Dipartiment tat-Toroq f'dawn il-każijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'hijiex il-prassi li d-Dipartiment tat-Toroq bħala aġenzija tal-Gvern Ċentrali tagħmel formazzjoni ta' toroq, peress li dan ix-xogħol huwa responsabbilta' ta' min jibni żvilupp għal fuq it-triq.", "Normalment id-Dipartiment tat-Toroq ma jagħmilx xogħol f'toroq li jkun responsabbli għalihom il-kunsill peress li dan ikollu aċċess għal fondi speċjali għal dan it-tip ta' xogħol.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "8651.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jelenka liema xogħlijiet u f'liema skejjel, li kellhom ikunu lesti fi żmien tal-vaganzi tas-sajf, baqgħu ma tlestewx fiż-żmien determinat?", "Għaliex sar dan?", "U meta hu issa mistenni li jkun lest il-programm sħiħ ta' xogħlijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet li kellhom jitwettqu fix-xhur tas-sajf kienu dawk iddentifikati bħala ta' Prijorita' \"A\" jew \"A+\" fis-survey li kien sar mill-individwi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet f'Novembru li għadda.", "Inżid ngħid ukoll li f'xi skejjel peress li kien ikun hemm overlap bejn ix-xogħlijiet ta' dawn il- prijoritajiet u xogħlijiet ta' prijoritajiet b'anqas importanza dawn saru wkoll u għaldaqstant dawn f'kull każ tlestew kif meħtieġ u fil-preżent għaddejjin xogħlijiet oħra ta' anqas prijorita' bħala parti mill-pjan tal- Gvern li jagħmel l-iskejjel tiegħu anke f'dak li hu ambjent fiżiku fost l- aqwa fil-pajjiż u hekk ikun possibbli li l-manutenzjoni tal-iskejjel issir xi ħaġa ta' kuljum u mhux biss ta' ftit ġimgħat fis-sajf.", "Lista ta' l-iskejjel fejn kellhom isiru - u saru - xogħlijiet li kellhom ikunu lesti fi żmien tal-vaganzi tas-sajf tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Hemm programm ieħor sħiħ ta' xogħlijiet li qed isir bi sħab mal-kunsilli lokali u li żgur ma jistax jitlesta fi ftit xhur.", "Ngħid li kont iddiżappuntat li f'ċerti skejjel primarji bħal dawk tal-Fgura u Birkirkara li t-toilets ma tlestewx minn kollox fis-sajf.", "ŻEJTUN - XROB IL-GĦAĠIN - XOGĦLIJIET", "8652.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi ilhom jingħataw tweġibiet li jfissru li xogħliijet għas-servizz tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Xrob il-Għaġin, Żejtun huma imminenti u billi qed isir xi trinkar għall-mogħdija tas-servizz ta' l- għoti ta' l-ilma tat-tisfija tad-drenaġġ lill-bdiewa fl-istess inħawi, jista' l-Ministru jara li jiġi mistħarreġ jekk dawn iż-żewġ servizzi jistgħu jiġu ko-ordinati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - SKEJJEL PRIMARJI", "8715.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fl-iskejjel Primarji tal- Mosta A u B u dawk tal-Kindergarten kemm hemm klassijiet u studenti għal kull klassi, kemm hemm teachers f'dawn l-iskejjel, x'inhu l-ispazju tal- bitħa ta' kull skola, u l-ispazju ta' kull klassi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jibni skola ġdida tal- primarja fil-Mosta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-Iskola Primarja A tal-Mosta fil-bidu ta'din is- sena qed jattendu dawn it-tfal:", "|Klassi|Subie|Bniet|Tot|Klass|Ghalli| | |n | |al |ijiet|ema | |Kinder|47 |64 |111|5 |5 | |1 | | | | | | |Kinder|114 |109 |223|8 |8 | |2 | | | | | | |Sena 1|105 |115 |220|9 |9 | |Sena 2|94 |86 |180|7 |7 | |Sena 3|108 |99 |207|7 |7 | |TOTAL |468 |473 |941|36 |36 |", "Fl-iskola Primarja B tal-Mosta fil-budu ta' din is-sena qed jattendu dawn it-tfal:", "|Klass|Subie|Bniet|Tota|Klass|Ghalli| |i |n | |l |ijiet|ema | |Sena |89 |100 |189 |7 |7 | |4 | | | | | | |Sena |94 |86 |180 |7 |7 | |5 | | | | | | |Sena |84 |89 |173 |7 |7 | |6 | | | | | | |TOTAL|267 |275 |542 |21 |21 |", "L-ispazju medju tal-klassijiet hu: 47 metru kwadru", "L-ispazju approssimattiv tal-btieħi hu: 833 metru kwadru", "Għal din is-sena tal-iskola nbnew żewġ klassijiet biex jagħtu ftit aktar spazju lill-iskejjel primarji, mingħajr ma tnaqqas l-ispazu tal-btieħi.", "Hemm il-ħsieb li tinbena skola primara ġdida fil-Mosta bil-għan li, flimkien ma' l-iskejjel eżistenti, takkomoda aħjar l-għadd ta' tfal li jattendu l-iskejjel primarji tal-lokal.", "Wieħed irid josserva li kien inbena Kindergarten Centre ħdejn l-iskola sekondarja tal-bniet Lily of the Valley biex jakkomoda t-tfal tan-naħa ta' Santa Margerita.", "Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali hu konxju ħafna tal- fatt li għadd ta' skejjel primarji, fosthom tal-Mosta, jenħtieġu aktar spazji mhux biss għat-tagħlim iżda wkoll għar-rikreazzjoni, faċilitajiet u servizzi adegwati biex tingħata edukazzjoni ta' kwalita' ogħla.", "B'dan il- għan, il-Ministru ħejja pjani estensivi li jixtieq li jitwettqu fl-aqsar żmien possibbli skond il-prijoritajiet, bi spiża kapitali qawwija skond il- fondi disponibbli.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "8716.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fejn saru xogħlijiet fl- iskejjel, min kien responsabbli mix-xogħol li sar u kif ingħataw l- kuntratti tax-xogħlijiet jew id-direct orders skond il-każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - TRASPORT", "8717.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'servizz ta' trasport pubbliku qiegħed jgħaddi mill-Mosta u b'liema frekwenza u kemm ilhom jgħaddu bl- iskeda preżenti mill-pjazza tal-Mosta biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas tal- venda mill-Mosta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan is-servizz hux ikopri d-domanda tal- Mostien (mill-post tal-venda)?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 8717 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - LIĊENZJI TA' NEGOZJU", "8719.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kull kunsill lokali li għandna f'Malta u Għawdex kemm-il liċenzja ta' negozji kellu x'jiġbor?", "Kemm kien l-ammont ta' flus li kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex kellu jiġbor?", "Kemm kien id-dħul għal kull kunsill lokali min dan l-eżerċizzju?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dettalji ta' l- ewwel parti tal-mistoqsija tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fl-20 ta' Jannar, 1997 fir-Rapport tal-Kumitati -Ħlasijiet għal Ħteġijiet Speċjali tal- Lokalitajiet.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Membru li l- eżerċizzju għadu mhux lest.", "KUNSILLI LOKALI - KORRISPONDENZA", "8720.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- korrispondenza ġenerali jiġifieri Memo's li ntbagħtu lil kunsilli lokali mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali min Ottubru 1996 sa data ta' tweġiba ta' din il-mistoqsija?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kopji taċ-ċirkolarijiet (Memos) li ħareġ id- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali mill-1 ta' Settembru sa l-10 ta' Ottubru, 1997 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Kopji taċ-ċirkolarijiet tax-xhur ta' qabel diġa tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra.", "U.E. - FONDI LILL-KUNSILLI LOKALI", "8721.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar erba' snin kemm kienu jammontaw il-fondi li tħallsu lil kunsilli lokali mill-Unjoni Ewropea u lil liema kunsill lokali tħallsu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Peress li l-informazzjoni trid tinġabar, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "8875.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Xahar b'xahar mill- 1.1.97, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati lill-pulizija każi ta' serq minn vetturi; serq ta' vetturi; serq ta' bċejjeċ tal-baħar; serq minn bċejjeċ tal-baħar; u rural theft?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - REATI RAPPORTATI", "8876.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet iċ-ċifra tan-numru globali ta' reati rapportati lill-Pulizija f'Settembru, 1997?", "Kemm minnhom kienu urban theft (xahar b'xahar)?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fix-xahar ta' Settembru ta' din is- sena n-numru ta' reati rrapportati lill-Pulizija kien ta' 1290.", "Peress li fl-ewwel parti qed tingħata nformazzjoni fuq ix-xahar ta' Settembru, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara t-tieni parti tal- mistoqsija."]} {"filename": "19980323_203d_par.doc", "date": "1998-03-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 203 It-Tnejn, 23 ta' Marzu, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 203", "It-Tnejn, 23 ta' Marzu, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.14 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "203", "It-Tnejn, 23 ta' Marzu, 1998", "WERREJ MINUTI 108", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 108", "TQEGĦID TA' KARTI 112", "RULING 116", "MOZZJONIJIET ESTIMI TA' NFIQ TA' L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1998 117", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA (IT-TIENI QARI) 118 MALTA TOURISM SERVICES BILL (SECOND READING) 118", "AĠĠORNAMENT 127", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 132", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 164", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 202 li saret nhar l-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "TELEMALTA - NEFQA KAPITALI", "10379.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet is-somma kapitali li kellha tonfoq il-Korporazzjoni Telemalta għas-sena 1997?", "Kemm ntnefqu s'issa?", "X'kien l- apparat li nxtara?", "F'liema stadju wasal kull proġett?", "X'inhi l-qagħda tal- proġetti l-oħra li ġew approvati minn din il-Kamra għas-sena 1997 u li għadu ma sarx infiq fuqhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li s-somma kapitali approvata mill-Korporazzjoni Telemalta għas-sena 1997 kienet ta' Lm10.747 miljun.", "Madankollu din ġiet riveduta għal Lm6.751 miljun.", "Is- somma ta' Lm2.427 miljun tħallset sa l-aħħar ta' l-1997 filwaqt li l- bqija, jiġifieri Lm4.323 miljun, huma pagamenti li se jitħallsu matul din is-sena.", "Kien hemm 18-il proġett u fuq kollha sar xi nfiq:", "Proġett 1 - switching & transmission", "Xi partijiet minn dan il-proġett qiegħdin jiġu stallati.", "Għall-partijiet oħra l-offerti qed jiġu studjati filwaqt li oħrajn qegħdin jiġu ppjanati.", "Proġett 2 - external plant", "Il-materjal inkluż inxtara jew ġie ordnat.", "Proġett 3 - civil engineering works", "Ix-xogħol mexa kif programmat.", "Proġett 4 - remote subscriber line test system", "Kważi komplut, il-pagamenti jsiru wara li jitlesta l-proġett.", "Proġett 5 - subscribers terminal equipment", "Xi offerti għall-apparat, inkluż f'dan il-proġett, qegħdin jiġu evalwati filwaqt li għal xi apparat ieħor qegħdin jiġu ppreparati l- ispecifications.", "Proġetti 6 u 7 - mechanical aids u transport", "L-offerti għax-xiri ta' vannijiet ġodda u xi apparat ieħor qed jiġu evalwati.", "Proġett 8 - international exchange", "L-exchange internazzjonali l-ġdid beda jaħdem u l-pagament dovut ser isir dalwaqt.", "Proġetti 9 u 10 - computerisation hardware & software", "Xi proġetti qed jiġu ppreparati filwaqt li l-offerti għal xi oħrajn qed jiġu evalwati.", "Proġett 11 - bini u servizzi", "L-estensjoni tal-bini tal-Magħtab earth station kważi lest u r- refurbishment tal-bini tan-Naxxar radio link se jinbeda dalwaqt.", "L- offerti għall-bini ta' l-administration block tal-Marsa u r- restorazzjoni tat-Torri ta' Kenuna f'Għawdex qed jiġu evalwati.", "Proġett 12 - air-conditioning", "Xi proġetti ta' l-arja kondizzjonata diġa lesti filwaqt li oħrajn qed jiġu ppjanati.", "Proġett 13 - għodda", "L-Għodda li d-diversi sezzjonijiet tal-korporazzjoni kellhom bżonn matul l-1997 inxtraw.", "Proġett 14 - għamara għall-uffiċini", "L-għamara approvata inxtrat jew ġiet ordnata.", "Proġett 15 - office equipment", "It-tagħmir għall-uffiċini approvat inxtara jew ġie ordnat.", "Proġetti 16 u 17 - international transmission & non-voice services", "L-offerti għal diversi tipi ta' apparat qed jiġu evalwati.", "Proġett 18 - direct labour", "Il-pagamenti dovuti kollha ġew imħallsa.", "TELEMALTA - ĦSARA", "10821.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO (f'isem l-Onor.", "Francis Zammit Dimech) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra rapport li jispjega b'mod dettaljat x'wassal għal failure fis-sistema nazzjonali tat-telekomunikazzjoni lejliet il-Milied ta' l-1997?", "Jista' l-Prim Ministru, f'kull każ, jinforma lill-Kamra kif żviluppat preċiżament din il-ħsara u kemm laqtet exchanges tat-telefon?", "Jista' jgħid jekk hemmx kalkolu ta' kemm seta' ntilef traffiku lokali u internazzjonali?", "Kemm damet biex tissewwa din l-istess ħsara?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li s-sistema SDH, synchronous digital hierarchy, bdiet taħdem fi Frar ta' l-1996.", "Dan l-apparat għandu l-funzjoni li jgħaqqad it-traffiku internazzjonali u jqassmu għas-submarine cable u għat-trasmissjoni bis-satellita mill- Magħtab earth station.", "Għalhekk din is-sistema hi mqabbda ma' bosta exchanges sabiex ikollhom faċilita' internazzjonali.", "L-SDH tinkorpora sistema ta' duplikazzjoni fejn għal kull parti elettronika hemm oħra identika li sservi ta' stand-by.", "Ta' min jgħid li s-sistema għandha wkoll rotta alternattiva bejn l-exchanges fejn it-traffiku jista' jew jgħaddi mill-exchange f'Tas-Sliema jew inkella mir-radio link fin-Naxxar.", "Il-ħsara seħħet eżatt fl-10.23 a.m. nhar l-24 ta' Diċembru, 1997.", "Din ġrat wara li f'perijodu relattivament żgħir ta' ħin, żewġ partijiet tal-memorja fis-sistema tal-control and timing subrack ma ħadmux.", "L- apparat stand-by ta' din il-parti kien fuq l-alarm ukoll pero' ma bediex jikkawża problemi lis-central processing units, is-CPUs.", "Meta l-parti li bdiet tikkawża l-problema ġiet mibdula ma' oħra ġdida, l-informazzjoni ma ġietx trasferita mill-istand-by awtomatikament, kif kellu jiġri, u għalhekk is-sistema waqgħet u ma bdietx tiffunzjona sew.", "Wara li saru konsultazzjonijiet ma' Marconi spa. ta' Ruma - li mmanifatturaw u stallaw din is-sistema - ġie deċiż li s-sistema tiġi pprogrammata mill-ġdid.", "Għaldaqstant is-servizzi kollha marbuta ma' l-exchange ta' Birkirkara ġew interrotti.", "Saret ħidma kontinwa sabiex is-servizzi kollha jiġu għan- normal u t-traffiku bejn Birkirkara u l-exchange ta' San Ġorġ ġie għan- normal fi ftit aktar minn sagħtejn.", "Din il-lista turi l-ħinijiet li fihom is-servizz ġie għan-normal fid- diversi exchanges:-", "|Exchange |Ħin | |intenational links |12.33 | |(B'Kara u San Gorġ) | | |Marsa |14.55 | |Sliema |18.06 | |Rabat |18.47 | |St.Paul's Bay |19.00 | |Żejtun |19.12 | |Żurrieq |19.21 | |Żebbuġ |19.27 | |Mosta |20.30 | |Mellieħa |21.48 |", "Ċerti ċirkwiti bdew jiġu maqluba għas-sistema PDH, pleasiochronous digital hierarchy.", "Din hi sistema oħra ta' transmissjoni li kienu jużaw l-exchanges qabel ma bdiet taħdem l-SDH.", "Ċerti exchanges għadhom jużaw is-sistema PDH, li hi sistema moderna, iżda l-SDH hi aktar avvanzata.", "Aktar 'il quddiem l-exchanges kollha se jiġu jaħdmu taħt il-kontroll ta' l-SDH, minħabba l-vantaġġi tekniċi li din iġġorr magħha.", "Fis-6.47 p.m., eżatt kif tqabbad l-exchange tar-Rabat, l-SDH reġa' beda jiffunzjona sew u wara l-exchanges kollha bdew ġejjin għan-normal.", "It-tabella segwenti turi kif ġew affettwati l-links ta' kull exchange hekk kif seħħ dan l-inċident.", "Rotta Links Links bil- Links Jaħdmu Ħsara Totali", "MAT-SLT 17 0 17 MAT-SL1 4 7 11 MAT-ZN1 11 12 23 MAT-SPT 2 12 14 MAT-ZNT 10 11 21 MA1-ZNT 9 4 13 ZN2-SLT 4 5 9 ZN2-ZRQ 9 9 18 ZN2-BBG 12 0 12 ZN2-MSK 8 0 8 ZNT-SLT 14 2 16 ZNT-SPT 4 7 11 SLT-ZN2 4 5 9 SPT-RB 5 2 7 SPT-GO 7 4 11 SPT-MO 4 10 14 MO-ZBG 1 1 2 MO-RB 2 1 3 SG-SLT 18 0 18 ZBG-RB 2 0 2 BK-GO 9 0 9 TOTAL 156 92 248", "Kull exchange individwali baqa' jaħdem kif suppost u kull min ried iċempel lil xi ħadd fuq l-istess exchange seta' jagħmel dan, bl-eċċezzjoni ta' l-exchange taż-Żurrieq.", "Il-partijiet elettroniċi li kkawżaw il-ħsara ġew irritornati lil Marconi spa għat-testijiet.", "F'Jannar ġew żewġ esperti minn Marconi sabiex jistudjaw x'seta' kkawża dan kollu u biex jagħtu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom ħalli jiġu evitati problemi simili.", "Rigward il-parti tal-mistoqsija fejn l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi kemm seta' ntilef traffiku lokali u internazzjonali, dan għandu jirriferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10829 fis- Seduta Nru.171.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru semma li kellhom jingħataw xi rakkmandazzjonijiet, jista' jgħidilna jekk dawn ingħatawx?", "Jista' jgħidilna wkoll x'sar dwarhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Li nista' ngħid huwa li dak li kien jingħad qabel, jiġifieri li n-nies tat-Telemalta kienu mħarrġin fuq dan l-apparat, ma kien veru xejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri minn dak kollu li qralna l-Ministru dan biss irriżulta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, l-iktar ħaġa importanti kienet li dawn in-nies ma kenux imħarrġa kif suppost fuq dan l-apparat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li kulma ġara kien ħtija tal-ħaddiema tal-korporazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, imma kieku l-ħaddiema kienu trained kif suppost fuq dan l-apparat il-ħsara ma kenitx iddum daqshekk u ma kienx jiġri dak li ġara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jgħidilna xi training ġdid ingħataw dawn il-ħaddiema fuq it-tip ta' apparat li qed jitkellem dwaru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, it-training hu li meta tiġri xi ħaġa bħal din il- memorja għandha tinżamm u mhux tintilef, kif ġara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, dan hu xi tip ta' training speċjalizzat ġdid li sar matul dawn l-aħħar sena u nofs?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, wara li ġrat dik il-ħsara l-ħaddiema ngħataw dan it-training għax għalkemm qalulna li kienu ngħataw it-taħriġ meħtieġ, minn din l-inkjesta rriżulta li dak it-taħriġ ma kienx ingħata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk m'iniex sejjer żball id-domanda tirriferi għal Diċembru ta' l-1997.", "Allura jekk bejn Novembru ta' l-1996 u Diċembru ta' l-1997 hemm sena u xahrejn, il-Ministru ma kellux ċans jinduna b'dan in-nuqqas ta' training qabel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, ma setax jinduna għaliex kienu spjegawlu li l- ħaddiema ngħataw it-taħriġ, imbagħad minn din l-inkjesta rriżulta li dan ma kienx minnu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jista' l-Ministru jindika jekk ir-responsabbilta' sabiex isir it-training kenitx ta' min ipprovda dan l-apparat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nista' ngħid li r-responsabbilta' hija taż-żewġ naħat, għaliex min jixtri l-apparat għandu jara li jiġi mħarreġ sew.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna kull kemm żmien suppost ikollhom refresher courses il-ħaddiema li joperaw dan it-tip ta' makkinarju partikolari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk nimxu fuq is-sistema tal-Gvern preċedenti, darba f'għomorhom!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk nimxu fuq is-sistema tal-Gvern preżenti, kull kemm?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ta' spiss!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru għadu kif qal li dawn il- korsijiet isiru \"ta' spiss\", imma kellu jinqala' inċident biex jinduna li kien hemm bżonn isir dan it-training.", "Jista' jgħidilna x'tip ta' refresher courses qed ikollhom dawn il-ħaddiema u kull meta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naċċertak li din il-proċedura nbdiet minn qabel ma sar l-inċident.", "GĦalkemm kien hemm miktub speċifikament li każ bħal dan qatt ma seta' jseħħ, irriżulta li dak li kien jidher fl-informazzjoni, jiġifieri li l-ħaddiema ġew imħarrġa kif suppost u li għandhom in-know-how ta' kif iħaddmu dan l-equipment, ma kienx minnu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Madam Speaker, nitlob lill-Ministru sabiex jieħu nota tal-fatt li dak li ġara kien xi ħaġa eċċezzjonali li għamel ħafna deni lil Malta u li tellef ħafna dħul ekonomiku.", "Naħseb li għandu jsir assessment ta' kemm intilef xogħol dak inhar meta Malta kienet iżolata mill- bqija tad-dinja.", "Jista' l-Ministru jara wkoll jekk min ipprovda dan l- equipment kienx responsabbli li jagħti t-training lill-ħaddiema u fil-każ jieħu l-passi neċessarji?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett m'huwiex minnu li Malta kienet maqtugħa mill-bqija tad-dinja.", "Din il-ħaġa għamilniha ċara kemm-il darba.", "Barra minn hekk, jiddispjaċini ngħid li ma nafx jekk kienx l-Onor.", "Interpellant stess li kien responsabbli mill-approval ta' dan it-training.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 82 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir- Regolamenti dwar id-Drittijiet (Telegrafija mingħajr Fili).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 83 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall- Grad ta' Master of Psychology in Clinical Psychology – M.Psy.", "(Clin.) – or in Counselling Psychology – M. Psy.", "(Couns.) – or in Educational Psychology – M.Psy.", "(Ed.).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bini u allokazzjoni ta' djar mill-Awtorita' tad-Djar qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13193.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, skond l-Ordni Permanenti Nru. 13 ta' din il-Kamra, nitlob l-aġġornament tal-Kamra fuq xi ħaġa definita u ta' importanza pubblika urġenti.", "Madam Speaker, kif taf is-Sinjorija Tiegħek u din il-Kamra, nhar l- Erbgħa dan il-Parlament iddibatta l-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern li pproponejt jien.", "Il-Gvern, min-naħa tiegħu, ippropona emenda li kienet titlob il-fiduċja tal-Kamra u nafu li kemm il-mozzjoni prinċipali u kif ukoll l-emenda sostantiva tal-Gvern ġew defeated.", "Is-sitwazzjoni hija kritika kemm għal raġunijiet politiċi u anke għal raġunijiet kostituzzjonali u bla dubju t-tnejn huma ta' importanza nazzjonali.", "Ir- raġuni politika toħroġ mill-fatt li ż-żewġ mozzjonijiet li fuqhom ivvotat il-Kamra ġew miċħuda bl-appoġġ ta' din il-Kamra.", "Rigward il-mozzjoni li ressaqt jien, il-motivazzjoni kienet li filwaqt li jidher li fil-pajjiż hawn qbil li t-triq għal free trade area m'hijiex ħażina għal Malta, waħedha hi ħażina.", "Għalhekk il-motivazzjoni ta' l-isfiduċja kienet għaliex tlabna lill-Gvern biex simultanjament ikompli bin-negozjati għall- eventwali sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u sal-lum għadu m'aċċettax.", "Il-motivazzjoni ta' l-emenda ta' fiduċja li ressaq il-Gvern kienet tittratta dwar ir-raġunijiet speċifiċi għaliex il-Gvern irid li jkollu l- fiduċja tal-Parlament fil-politika li qed jimxi biha rigward ir- relazzjonijiet bejn Malta u l-Ewropa.", "Dik il-mozzjoni, għalkemm saret f'forma ta' emenda, ġiet miċħuda.", "Dik l-emenda kienet tispiċċa bil-kliem: \"Għaldaqstant din il-Kamra tagħti l-fiduċja sħiħa tagħha lill-Gvern ...\"", "Imma ladarba m'għaddietx, kif jirriżulta mill-Minuti tas-Seduta ta' nhar l- Erbgħa li ġew approvati llum, ifisser li l-Kamra ma tatx il-fiduċja tagħha lill-politika tal-Gvern.", "Hawn tiġi l-urġenza politika li għandu quddiemu l- pajjiż.", "Il-Gvern miexi b'politika li jfittex relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea u llum jirriżulta li dan il-Parlament ċaħad il-fiduċja tiegħu lill-Gvern fuq dik il-politika.", "Huwa veru li ċaħad ukoll il-mozzjoni tiegħi, riferibbli għall-politika tal-Gvern kif mitluba mill-Partit Nazzjonalista, jiġifieri dik li twassal għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Allura, kif kiteb tajjeb ħafna Onor. Membru min-naħa l-oħra tal-Kamra, illum il-pajjiż jinsab fil-limbu.", "Qed ngħid hekk għax dan il-Parlament jinsab f'sitwazzjoni fejn m'aċċettax il-politika tal-Gvern kif immexxija mill-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, u ċaħadlu l-fiduċja.", "Huwa veru li l-mozzjoni li ressaqt jien ġiet miċħuda wkoll u għalhekk qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-politika tal- Gvern qiegħda fil-limbu - qed nuża din l-espressjoni għax ma nafux aħniex sejrin il-ġenna jew x'imkien ieħor! - għax ma ġietx approvata minn dan il- Parlament.", "L-ewwelnett din hija kriżi politika għall-Gvern pero' hija kriżi politika gravi anke għal pajjiżna.", "Qed ngħid li hi gravi għall-fatt li din il-politika tant importanti ma tirrigwardax biss il-qasam tar- relazzjonijiet esteri imma timpinġi fuq l-andament ta' l-ekonomija tal- pajjiż kollu, biex ma ngħidx li timpinġi bl-iktar mod qawwi fuq il-fiduċja li l-pajjiż tant għandu bżonn u li bħalissa m'għandux.", "Madam Speaker, ma nħossx li hemm għalfejn inżid iktar dwar il-kriżi politika li rriżultat wara l-vot ta' nhar l-Erbgħa li għadda, pero' rrid ngħid li teżisti wkoll kriżi kostituzzjonali.", "Il-Kostituzzjoni tagħna tiddistingwi bejn il-Gvern, li huwa l-lat eżekuttiv, u dan il-Parlament.", "Kif nafu, il-ħajja ta' l-eżekuttiv tiddependi minn dan il-Parlament u, jekk dan ma jsostnix lill-Gvern fl-azzjonijiet tiegħu, skond il-Kostituzzjoni tagħna dak il-Gvern ma jistax ikompli jiggverna.", "Il-Kostituzzjoni tipprevedi li jekk ikun hemm vot ta' sfiduċja fil-Gvern, il-Prim Ministru għandu l-obbligu li fi żmien tlett ijiem jiddeċiedi li jagħti parir lill- President sabiex ixolji l-Parlament.", "Ladarba ma jagħmilx hekk, il- President jingħata ċerti poteri.", "Il-Kostituzzjoni tagħti tliet possibbiltajiet ta' azzjoni lill-President, dejjem fl-interess nazzjonali.", "Dan jista' jagħżel jew li jxolji l-Parlament mingħajr il-parir tal-Prim Ministru; jew li jbiddel il-Prim Ministru u jinkariga lil xi ħadd ieħor biex jifforma gvern; jew inkella jekk jara li huwa fl-interess nazzjonali jista' jiddeċiedi li ma jagħżel l-ebda waħda minn dawn il-possibbiltajiet.", "Hawn irrid ngħid li bħalissa l-pajjiż jinsab fi kriżi u għalhekk jidhirli li din il-Kamra għandha tiddibatti din is- sitwazzjoni sabiex fl-interess nazzjonali tinstab soluzzjoni għal din il- kriżi politika u kostituzzjonali.", "Il-mozzjoni li qed nitlob lill-Kamra sabiex tiddiskuti hija urġenti minħabba li fiha interpretazzjonijiet politiċi u kostituzzjonali.", "Din hija urġenti wkoll għax inżerta li l-ġimgħa d-dieħla, fl-1 u fit-2 ta' April, se jiltaqa' l-Kumitat Konġunt bejn il-Parlament Ewropew u l- Parlament Malti, u fil-5 ta' Frar se jitkomplew id-diskussjonijiet mal- Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-komunikazzjoni.", "Jekk m'iniex sejjer żball għada fil-għodu se jiltaqa' l-General Affairs Council ta' l- Unjoni Ewropea biex jiddelibera fuq il-komunikazzjoni li bagħtitlu l- Kummissjoni Ewropea.", "Il-pożizzjoni hi urġenti ħafna għax meta d-delegati ta' dan il-Parlament nhar l-Erbgħa u l-Ħamis tal-ġimgħa d-dieħla jmorru biex jiddiskutu dwar ir-relazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea jrid ikollhom idea ċara dwar x'mandat għandu l-Gvern preżenti.", "Il-mandat, li jirriżulta mill-vot li ttieħed fil-Kamra nhar l-Erbgħa li għaddew, huwa wieħed negattiv kemm għall-Gvern u kif ukoll għall-pożizzjoni li ħadet l- Oppożizzjoni sal-lum.", "Allura hemm bżonn li din il-materja tiġi ċċarata kemm jista' jkun malajr.", "Madam Speaker, għalhekk se ngħaddilek din id-dikjarazzjoni biex insostni l-argument tiegħi li l-Kamra għandha taġġorna biex tiddiskuti din il- materja urġenti u ta' natura nazzjonali.", "Din id-dikjarazzjoni tgħid hekk:", "\"Illi fis-Seduta ta' nhar l-Erbgħa 18 ta' Marzu, 1998 (Seduta Nru. 202), waqt id-diskussjoni ta' mozzjoni ta' sfiduċja mressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-Viċi Prim Ministru ressaq emenda li biddlet il- mozzjoni ta' sfiduċja f'waħda fejn il-Kamra ntalbet \"tagħti l-fiduċja sħiħa tagħha lill-Gvern\".", "Illi din l-emenda ġiet issekondata mill-Prim Ministru.", "Illi kif jirriżulta mill-minuti ta' l-istess seduta, din l-emenda m'għaddietx għaliex ma sabitx l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri tal- Kamra.", "Illi konsegwentement ġie stabbilit li l-Kamra ċaħdet li tagħti l- fiduċja sħiħa lill-Gvern, kif ġiet mitluba li tagħmel mill-istess Gvern, u dan dwar materja ta' politika ewlenija li fuqha jiddependi l- interess nazzjonali.", "Illi b'riżultat ta' dan kollu nħolqot kriżi kostituzzjonali li kabbret l-inċertezza fil-pajjiż.", "Illi barra minn dan illum hu stabbilit li l-Gvern m'għandux l- awtorita' leġittima li jkompli jiddiskuti r-relazzjoni ta' Malta ma' l- Unjoni Ewropea fl-għażla tiegħu għal żona ta' kummerċ ħieles minflok sħubija sħiħa u dan għaliex il-Parlament ċaħad din il-politika bil-vot li ngħata fis-Seduta ta' nhar l-Erbgħa 18 ta' Marzu, 1998.", "Illi fi ftit ġranet oħra (fl-1 u fit-2 ta' April 1998) għandu jiltaqa' l-Kumitat Konġunt bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament Malti, kif ukoll għandhom jitkomplew id-diskussjonijiet mal-Kummissjoni ta' l- Unjoni Ewropea dwar il-komunikazzjoni tal-5 ta' Frar, 1998.", "Illi għalhekk din hi materja definita ta' importanza pubblika u hi urġenti u għandha tiġi diskussa minn dan il-Parlament minnufih.\".", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, f'isem din in-naħa tal-Kamra nixtieq nissottometti li din it-talba għal sospensjoni tar-regolamenti għandha tiġi respinta għax assolutament ma tinkwadrax ruħha fil-kontest attwali, politiku u kostituzzjonali tal-pajjiż.", "Din il-mozzjoni qed tassumi li hawn xi kriżi kostituzzjonali imma din ma teżistix ħlief f'moħħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jekk wieħed jara sew x'tgħid il-Kostituzzjoni jsib li dan il-Gvern qed imexxi skond il- Kostituzzjoni, mija fil-mija, u nista' nagħmilha ċara li fit-tlett ijiem ta' wara li ttieħed il-vot ta' nhar l-Erbgħa li għaddew, jien bl-ebda mod ma kkuntattjajt lill-Eċċellenza Tiegħu, il-President tar-Repubblika, għax inħoss li qegħdin fil-linja t-tajba.", "Nifhem li hawn min jixtieq li jkun hawn kriżi kostituzzjonali fil-pajjiż imma, kif jgħid Marcel Proust, dawn huma rememberings of things past.", "GĦalhekk meta ntalab li jsir l-aġġornament tal-Kamra dan ma kienx ibbażat fuq ir-realta' imma kien ibbażat fuq chimera politika.", "Għax anke f'dak li għandu x'jaqsam mas-sitwazzjoni politika, min jitkellem dwar il- leġittimita' ta' dak li qed isir għandu jiftakar li din toħroġ mir-rieda u mill-volonta' tal-poplu, kif espressa f'elezzjonijiet li jsiru kull ħames snin.", "Effettivament il-leġittimita' ta' dan il-Gvern toħroġ mir-riżultat elettorali ta' Ottubru ta' l-1996, li l-Oppożizzjoni sal-lum ipprovat tagħmel minn kollox biex tiċħad.", "Allura, Sinjura President, fuq din il-bażi din in-naħa tissottometti li din it-talba għandha tiġi respinta.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Forsi wieħed dejjem jibqa' jittama!", "(Interruzzjonijiet) Mela ma nkomplix nittama!", "Dik hi l-irġulija.", "Jien smajt, analizzajt u ġibt traskrizzjoni tad-diskors li għamel il-Prim Ministru l-bieraħ f'Santa Venera, fejn qal:", "\"Aħna naqblu li jekk hemm rieda tajba jsiru diskussjonijiet li jkunu ta' ċertu kalibru u li jirriflettu l-ħsebijiet tal-Gvern Laburista, u ovvjament ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, imma li jsiru fir-rispett sħiħ tal-mandat elettorali li ksibna fl-aħħar elezzjoni.\".", "Jien xtaqt li jekk is-Sinjorija Tiegħek tippermetti li d-diskussjoni ssir skond ir-regolamenti tal-Kamra, din tkun indirizzata proprju fuq id- dibattitu li kien hawn f'dan il-Parlament nhar l-Erbgħa li għaddew, fejn din in-naħa, permezz tiegħi, uriet id-disponibilita' tagħha li jkun hawn xi kwalita' ta' diskussjoni.", "Wara li l-Prim Ministru l-bieraħ f'każin Laburista - jew f'xi post ieħor fejn kien qed jindirizza lin-nies tal- partit - għamel din id-dikjarazzjoni, jien deherli li dan seta' jfisser li jekk il-mozzjoni tiġi dibattuta llum tkun tista' toħroġ lill-pajjiż mill- kriżi li jinsab fiha.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, sempliċement nixtieq nerġa' nistqarr li ma teżistix kriżi ħlief f'moħħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, dan m'huwiex il-mument li wieħed joqgħod jidħol f'polemiċi u għalhekk m'iniex se nidħol f'polemiċi.", "Pero', bħala co-chairman tal-Joint Parliamentary Committee bejn Malta u l-Unjoni Ewropea nixtieq nattira l-attenzjoni tiegħek li, safejn għandu x'jaqsam dan il-kumitat, żgur li m'hemm l-ebda kriżi għax ir-regolamenti li jipprovdu għat-twaqqif ta' dan il-kumitat jagħmluha ċara x'għandu jagħmel, u se nikkwota:", "Rule 2: \"The task of the EC-Malta Joint Parliamentary Committee shall be to consider all aspects of relations between the EC and Malta and, in particular, the implementation of the Association Treaty and the application of Malta for membership of the EC and/or other future relations between the two sides.\".", "Mela dan il-kumitat li jiltaqa' wara l-ġimgħa d-dieħla m'hu se jkollu l- ebda diffikulta' u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'għandux joħloq kriżi fejn m'hemmx kriżi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-Kamra hija sospiża.", "Fis-6.50 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet fis-7.55 p.m.", "RULING", "Is-Sedja kkonsidrat bir-reqqa t-talba tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex il- Kamra tissospendi x-xogħol tagħha ħalli tiddiskuti l-materja msemmija fid- dikjarazzjoni ppreżentata minnu.", "Qabel xejn is-Sedja tirrileva li kull talba li titressaq taħt l-Ordni Permanenti Nru. 13 jeħtieġ li tissodisfa tliet rekwiżiti, cioe' li tkun materja definita, ta' importanza pubblika, u urġenti.", "Il-materja mressqa li tittratta r-relazzjonijiet li Malta għandu jkollha ma' l-Unjoni Ewropea hija materja definita u hija wkoll ta' importanza pubblika li kienet is- suġġett ta' diskussjoni diretta u indiretta f'dan il-Parlament ħafna drabi.", "L-element ta' urġenza huwa neċessarjament l-aktar element importanti li għandu jittieħed in konsiderazzjoni meta jinqala' każ taħt dan l-Ordni Permanenti.", "Fid-dikjarazzjoni tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsostni li nħolqot kriżi kostituzzjonali.", "Is-Sedja rriferiet ruħha għal dak li ġara fis-Seduta ta' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 1998 u għalkemm huwa fatt illi meta fuq l- emenda għall-mozzjoni prinċipali li kienet qed tiġi dibattuta, peress li l- voti ġew indaqs, kien meħtieġ il-vot tas-Sedja - li skond il-proċeduri parlamentari vvotat favur iż-żamma tal-mozzjoni fil-forma oriġinali tagħha - meta l-Kamra sussegwentement ġiet biex tivvota fuq il-mozzjoni ta' sfiduċja kif oriġinarjament ippreżentata din il-mozzjoni ġiet miċħuda mill- Kamra.", "GĦaldaqstant ma jistax jingħad li fil-Kamra seħħet xi sitwazzjoni li ġġib fuq quddiem l-artiklu 76 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, b'mod partikolarli s-subartiklu (5), paragrafu (a) li jgħid:", "\"jekk il-Kamra tad-Deputati tgħaddi riżoluzzjoni, li jkollha voti favur tagħha ta' maġġoranza tal-membri kollha tagħha, li m'għandhiex fiduċja fil-Gvern, u l-Prim Ministru fi żmien tlett ijiem la ma jirriżenja mill-kariga tiegħu u lanqas jagħti parir għal xoljiment, il- President jista' jxolji l-Parlament.\".", "GĦaldaqstant ma teżisti l-ebda kriżi kostituzzjonali.", "U f'dan il-kontest irid jingħad li din il-Kamra ma tista' bl-ebda mod tvesti ruħha bi prerogattivi li l-Kostituzzjoni tagħti lil ħaddieħor.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsostni wkoll illi llum \"hu stabbilit li l-Gvern m'għandux l-awtorita' leġittima\".", "Din hija osservazzjoni suġġettiva u hija wkoll osservazzjoni suġġettiva dik li għamel l-istess Kap ta' l- Oppożizzjoni meta qal verbalment li hawn kriżi politika.", "Il-Kamra ma tistax timxi b'dawn il-kriterji.", "Il-Kamra trid neċessarjament timxi bir- regoli ta' l-Ordnijiet Permanenti u dawk kostituzzjonali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma bħala raġuni ta' urġenza l-laqgħa li jmiss ta' l-1 u t-2 ta' April tal-Kumitat Konġunt bejn il-Parlament Ewropew u dak Malti.", "Is-Sedja eżaminat ukoll l-agenda ta' dawn il-laqgħat u ma jirriżultalhiex li dawn il-laqgħat se jwasslu għat-teħid ta' xi deċiżjonijiet li jorbtu iżda huma biss tkomplija ta' diskussjonijiet esplorattivi.", "GĦaldaqstant sal-lum dan l-element ta' urġenza m'hux ġustifikat għall- finijiet ta' l-Ordni Permanenti Nru. 13 u t-talba tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni hija respinta.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naturalment noqogħdu għar-ruling tas-Sinjorija Tiegħek pero' nixtieq nagħti avviż ta' żewġ mozzjonijiet.", "Jien smajt b'attenzjoni dak li qal il-Prim Ministru, fost affarijiet oħra, li hu ma kellimx lill-President wara s-seduta ta' nhar l-Erbgħa, u għalhekk se nressaq din il-mozzjoni li hija forma ta' indirizz lill-President:", "\"Aħna, l-Membri tal-Kamra tad-Deputati, bir-rispett ninformawk li fis- Seduta li nżammet nhar l-Erbgħa 18 ta' Marzu, 1998 .... \"", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, huwa in order li jingħata dan l- avviż ta' mozzjoni in faciem curiae?", "MADAM SPEAKER: Onor. Fenech Adami, jekk għandek xi mozzjoni, jekk jogħġbok, għaddiha lill-Iskrivan tal-Kamra.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, fiċ-ċirkostanzi tad-dibattitu li żvolġa s'issa jien għandi dritt nagħti notice lill-Kamra.", "Per eżempju, meta jkollna d-diskors tal-President fil-ftuħ tal-leġislatura, immedjatament iqum xi ħadd u jagħti avviż ta' mozzjoni.", "Safejn naf jien notice tal-mozzjoni tista' tingħata any time waqt is-seduta tal-Kamra, pero' ma nsib l-ebda diffikulta' li nagħmilha issa u ngħaddiha lill- Iskrivan tal-Kamra immedjatament.", "Jien se nippreżenta żewġ mozzjonijiet.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jien nibqa' nsostni li nsegwu l- proċeduri tas-soltu.", "MADAM SPEAKER: Insegwu l-proċeduri normali.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nsib l-ebda diffikulta' li ngħaddi ż-żewġ mozzjonijiet lill-Iskrivan tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' NFIQ TA' L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1998", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati): Madam Speaker, nipproponi illi:", "Wara li l-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika ra l-Estimi ta' Nfiq ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena finanzjarja 1998, li kopja tagħhom ġiet ċirkolata lill-Onor Membri, u li kopja oħra qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra;", "Wara li sema' l-ispjegazzjoni mogħtija mill-Awditur Ġenerali personalment fuq il-kummenti kollha li sarulu fil-laqgħa ta' l-istess Kumitat li saret fis-16 ta' Marzu, 1998;", "Wara r-rakkmandazzjoni li saret mill-Kumitat,", "Il-Kamra tad-Deputati tapprova l-Estimi ta' Nfiq ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena finanzjarja 1998 kif preżentati.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, qed inressaq din il-mozzjoni biex naderixxu għal dak li jitlob minna l-Att Nru XVI ta' l-1997 dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li jitkellem fuq Kumitat tal- Kontijiet dwar l-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika, li xogħlu jkun li jeżamina l-istima tas-somma li l-Awditur Ġenerali jqis li hija meħtieġa, f'dan il-każ għas-sena 1998.", "Madam Speaker, dan il-kumitat hu kompost mill-Onor.", "John Dalli, l-Onor.", "Pierre Muscat, l-Onor.", "Carmelo Abela, l-Onor.", "Chris Agius u minni.", "Fis-16 ta' Marzu eżaminajna l-estimi ta' spiża għas-sena finanzjarja 1998 u għamilna l-mistoqsijiet li dehrilna li kellna nagħmlu.", "Ninsabu sodisfatti li ngħatajna raġunijiet plawsibbli kemm għall-projections li qed jagħmel l- Awditur Ġenerali, rigward l-ispejjeż, u anke għall-għanijiet dwar kif għandu jimxi dan l-uffiċju.", "Għalhekk waqt li nirrikkmanda lill-Kamra li taċċetta dawn l-estimi ta' nfiq, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Estimi ta' Nfiq ta' l- Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur għas-sena finanzjarja 1998.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TOURISM SERVICES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet Ikompli mis-17 ta' Marzu, 1998", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru Karmenu Vella huwa in possession.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Madam Speaker, fl-aħħar seduta kont qed inwieġeb għall-punti li tqajmu minn diversi kelliema, fosthom l-Onor.", "Michael Refalo u l-Onor.", "Sandro Schembri Adami, u kont anke bdejt nikkummenta dwar xi punti li qajjem l-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "L- Onor. Membru qal li għadu m'huwiex konvint li aħna għandna nimmiraw għal mixed tourism.", "Kif stajt nifhem jien donnu għadu jemmen li Malta għandha tmur għal dak li n-naħa l-oħra kienet issejjaħ up-market tourism, jew il-5- Star tourism, meta fl-opinjoni tiegħi dan it-tip ta' turist lanqas biss jeżisti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Jien li għidt eżattament kien li għad irrid nikkonvinċi ruħi li għandna mmorru għal up-market tourism, bħalma kien hemm xi ideat li hekk għandu jsir.", "Jiġifieri la jien konvint fuq il-fatt li jrid ikollna up-market tourism biss u lanqas jien konvint mod ieħor.", "Jiġifieri jekk fid-diskors tiegħu l-Ministru jikkonvinċini nkun obbligat.", "Imma daqshekk biss għidt!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, fil-fatt jien għidt li l-Onor.", "Psaila Savona mhuwiex konvint li għandna mmorru għal mixed tourism.", "Jekk mhux konvint li għandna mmorru għal mixed tourism, jien kont qed nifhem - u naħseb li sewwa kont qed nifhem - li hu jippreferi li nkomplu bil-policy tal-Gvern ta' qabilna li jmur għal up-market tourism u 5-Star tourism.", "Jien niftakar li kont staqsejt: Imma mid-destinazzjonijiet turistiċi kollha li hemm fl-Ewropa u barra mill-Ewropa, min se jgħidlek li huwa miftuħ għal xi kwalita` ta' turist biss?", "Jien ma nistax nifhem din il-pożizzjoni għaliex naf il-prodott li għandna aħna.", "Aħna m'għandniex prodott ta' kwalita` waħda ta' turist imma għandna prodott imħallat - jekk nitkellmu fuq hotels, f'Malta għandna hotels li jibdew minn 1-Star u jibqgħu telgħin għal 5-Star - u allura rridu nipprovaw inġibu x-xogħol għall-hotels kollha.", "Jekk nitkellmu dwar restaurants, nistgħu nibdew mill-kiosks u mill- ħwienet tat-take-away, ngħaddu għal restaurants iktar elevati u nibqgħu sejrin għal ristoranti tajbin ħafna, ristoranti 4-Star u 5-Star fil- lukandi.", "Mela meta int għandek prodott varjat bilfors li trid tmur għal taħlita ta' turisti jekk int trid timla u tutilizza l-prodott kollu tiegħek.", "Jien qed ngħid hekk wara osservazzjonijiet li wieħed bilfors ikollu jinnota.", "Ngħidu x'ngħidu, f'dan il-pajjiż - mhux f'dan il-pajjiż biss imma kważi l- moviment kollu ta' turisti minn pajjiż għall-ieħor - il-persentaġġ kbir tat-turisti ġej kollu fuq package holidays.", "Meta nitkellmu fuq package holidays ma jfissirx li huma ta' ċertu kalibru baxx.", "Illum ġo package holiday tista' ssib pakkett li jagħtik servizz ta' 2-Star hotel, jew ma' 2- Star hotel jagħtik trasport b'irħis, jew pakkett li l-kwalita` u s-servizz li għandek fih huwa servizz 2-Star.", "Imma għandek ukoll package holidays li huma mmirati għal turist ta' kwalita` tajba ħafna.", "Fir-rigward ta' cruise holidays li għal xi żmien kellhom il-perception li huma mmirati għal ċertu livell ta' turist, illum jista' jilħaqhom kulħadd għax illum issib cruise holidays b'Lm200, b'Lm2,000 jew b'Lm10,000 pero' kollha qed jinbiegħu bħala pakkett.", "Issa meta wieħed iħares lejn it-turist li qed nirċievu aħna, jien nerġa' nirriferi għall-istatistika li għadha kemm ippubblikat l-MIA tal- breakdown tat-turisti jew tal-viżitaturi li deħlin f'pajjiżna.", "Minn din l- istatistika, naturalment dejjem minn sample surveys eċċ., joħroġ ċar li 80% tat-turisti li jiġu hawn Malta ġejjin fuq package holidays.", "Issa nerġa' ngħid li ma jfissirx li dawn qed jimlew biss t-2-Star u 3- Star, għax l-istess package holidays qed joffru wkoll l-opportunita` lit- turist li jagħżel kwalita` għolja ta' hotels.", "Jekk tara brochure issib li l-ebda wieħed m'hu qed joħroġ bil-hotels tat-2-Star biss jew 3-Star biss imma kull operatur għal kull destinazzjoni jkollu taħlita sħiħa ta' hotels, skond għal liema spectrum ta' turisti jkun qiegħed jimmira.", "Skond dik li ħareġ mis-survey f'Malta għandna 80% li ġejjin fuq package holidays, 10% li ġejjin fuq other holidays, 5% li ġejjin fuq business travel, 1% li ġejjin fuq conference travel, 2% visiting friends and relatives, u għandek il- kumplament li jkunu naqra minn kollox.", "Jiġifieri 90% jiġu għal holiday u 80% minnhom jiġu fuq package holidays.", "Meta għandna numru daqshekk għoli ta' package holidays, kif nistgħu ngħidu li m'aħniex konvinti li għandna mmorru għal mixed tourism?", "L-Onor.", "Psaila Savona qal ukoll li aħna kważi qed nagħtu ħafna importanza lis-settur privat - allavolja ftit qabel kien għadu kemm qal li f'din il- liġi qed jara l-id tqila tal-ministru - u jien nista' ngħid li dan huwa veru u dan huwa wieħed mill-iskopijiet ewlenin ta' din il-liġi.", "Aħna rridu nagħtu rwol importanti lis-settur privat mhux biss biex jippjana policies u jissettja guidelines fi framework maħdum għas-settur tat- turiżmu, imma anke biex jimplimenta dak li jkun qed jippjana.", "(Interruzzjonijiet) Ma nistax nifhem għalfejn qed jgħid hekk l-Onor.", "Psaila Savona.", "Jien mhux se nipprova nieħu l-kredtu li ħafna mill-ideat noħorġuhom aħna u mbagħad jikkopjana l-privat - ġieli joħroġ bl-ideat il- privat u nikkopjawh aħna - pero' fuq din ir-rimarka nħalli lill-istess privat jiġġudika.", "L-Onor.", "Membru aċċertana li fi żmienhom dejjem kien hemm kuntatti eċċellenti bejn il-gvern u l-privat.", "Ngħid għalija ma ħadtx din l- impressjoni mill-mod kif jitkellmu miegħi, u anke mill-korrispondenza li sibt, speċjalment rigward kif kienet se titwaqqaf din l-awtorita`.", "Qalilna wkoll l-Onor.", "Membru li m'għandniex nagħtu rwol importanti daqshekk lis-settur privat għaliex il-privat għandu interessi individwali.", "Allura noħolqu awtorita` tat-turiżmu u nħalluha f'idejn nies li m'għandhom l-ebda interess fis-settur tat-turiżmu?", "Jien nifhem li l-Onor.", "Membru ried jgħid li jekk aħna se npoġġu nies li ġejjin mis-settur, bħal lukandier jew operatur, dan se jkollu conflict of interests.", "Naturalment dak li se jkun fl-awtorita` tat-turiżmu tkun bagħtitu l-association tiegħu għax għandha fiduċja fih li se jaħdem għall-interess ta' l-association u mhux għall- interessi personali.", "Jien naħseb li kull association taf sew lin-nies li tkun qed tipproponi biex joqogħdu fuq it-tourism authority.", "Jien nemmen li għad baqa' ħafna sectoral interest u jien ngħid li bil-mod il-mod irridu nneħħu l-mentalita` li kull min ġej minn xi settur - mhux qed nirriferi għall-interess individwali, li lukandier jiġbed ix-xogħol lejn il-lukanda tiegħu - jinqeda bil-pożizzjoni li jkollu biex dejjem jiġbed lejn is-settur tiegħu.", "Dan veru jeżisti imma mhux se jibda jeżisti issa għax hemm it- tourism authority.", "Anzi jien nemmen li bit-tourism authority dan jista' jonqos għax fiha se jkun hemm iktar setturi rappreżentati.", "Jekk illum l- NTOM għandha predominanza tas-settur tal-lukandiera - biex nagħti eżempju, mhux qed ngħid li huwa hekk - 'l quddiem din il-predominanza tal-lukandier fit-tourism authority inċekknuha ftit billi hemm indaħħlu iktar operaturi, iktar aġenti u nies minn setturi oħra biex dak li qed jibża' minnu l-Onor.", "Membru ma jiġrix.", "Nerġa' naċċenna għad-differenza bejn l-interess individwali u l-interess settorjali, imma jien għidt kemm-il darba li l- interess settorjali dejjem hemm qiegħed u wasal iż-żmien li npoġġu l- interessi globali tas-settur tat-turiżmu qabel.", "L-interess settorjali joħroġ ċar meta, per eżempju, jiġu jkellmuni nies mis-settur tat-trasport.", "Dawn jgħiduli biex inżid is-sodod u nżid il-gwidi ħalli jiġu iktar turisti biex ikollhom ix-xogħol - għax ġo l-għalqa ta' ħaddieħor kulħadd irid iżid - imma mbagħad meta tidħol fl-għalqa tagħhom, fuq it-trasport, u tistaqsihom jekk inġibux iktar coaches, jgħidulek: Le, ara ma tmisshomx għax taqla' pandemonju!", "Jekk titkellem mas-sidien tar- restaurants jew tal-lukandi u tistaqsihom jekk jaqblux li nżidu iktar coaches u iktar gwidi, dawn jgħidulek biex tiftaħ u tilliberalizza.", "Imma meta tistaqsihom jekk għandniex inżidu lukandi, jgħidulek: Le, għax għandna biżżejjed sodod.", "Jiġifieri tinduna mill-ewwel li iktar joħroġ l-interess settorjali milli l-interess globali tat-turiżmu - imma dan ma jiġrix minħabba xi għaqda partikolari - u nerġa' ngħid li kif se tkun magħmula t- tourism authority tista' tgħin ħafna biex dawn l-interessi jitnaqqsu.", "Fl- aħħar mill-aħħar hemm nies minn diversi setturi - lukandiera, aġenti, operaturi, tat-trasport, gwidi u oħrajn - li jien għandi fiduċja li huma kapaċi jibdlu l-kappell tagħhom, jiġifieri li meta jkunu fuq għaqda nazzjonali jaħdmu għall-interess globali tas-settur tat-turiżmu u mhux għas- settur tagħhom.", "Dak li qal l-Onor.", "Membru kien se jkun rifless ħafna fit-tourism authority kif proposta fl-1994, meta l-awtorita` kienet se tkun magħmula minn seba' membri li kellhom id-dritt tal-vot u dawn kienu se jkunu nnominati kollha mill-ministeru, u mill-inqas tlieta suppost li kellu jkollhom background mis-settur tat-turiżmu.", "Il-fatt li minn sebgħa, allavolja jagħżilhom il-ministru, tlieta kellhom jiġu minn background turistiku, jidher li veru donnu ma kienx hemm biżżejjed fiduċja fis-settur privat.", "Jien ngħid li kienet tkun għażla ħażina mill-bidu kieku kellu jagħżilhom il-ministru minflok li l-associations jagħżlu r-rappreżentant tagħhom huma.", "Fil-fatt ħafna mill-associations ma qablux magħha u oġġezzjonaw totalment għal dak li kien qed jiġi ssuġġerit.", "Hawn nista' nikkwota minn ittra li l-MHRA kienet bagħtet f'Mejju, fejn fost affarijiet oħrajn qed tgħid hekk:", "''From the very outset the association wishes strongly to oppose the proposals in respect of the persons to be appointed on the authority.", "The association feels that it is certainly not in the interest of the industry that the highest body constituted by law and entrusted with the functions mentioned in the proposals should fail to be represented directly.''", "Mela l-MHRA qed toġġezzjona bil-qawwa li hi ma kenitx se tkun rappreżentata fit-tourism authority.", "L-MHRA kompliet tgħid:", "''The association must insist that the nominees of the authority should include members nominated by the various branches of the industry, one of whom should be chosen by the Malta Hotels and Restaurants Association.", "The association wishes to make it very clear that it considers the draft as proposed in so far as concerns section 3 thereof...''", "- fejn qed jgħid min u kif se jiġi nnominat -", "''... as totally unacceptable.''", "Mela hawnhekk l-MHRA qed tgħid li l-abbozz ta' liġi kif ġie mgħoddi lilha kien \"totally unacceptable\" għaliha.", "(Interruzzjonijiet) Dan kien fis-26 ta' Mejju, 1995.", "Nista' ngħaddilek kopja!", "(Interruzzjonijiet) Infatti jien għidt li kien hemm.", "Int għidtli li ma kienx hemm.", "(Interruzzjonijiet) Eżatt, ġej miegħi!", "Meta jien għidt li kien hemm draft fl-1994 u sa l-1996 ma ġara xejn, int kont għidtli li ma kien hemm xejn fuq xiex jinħadem.", "U jien kont għidtlek li jien għandi d-draft tal-liġi li kienet ħarġet fl-1994.", "Jien qed ngħid li probabbli ma sar xejn bejn l-1994 u l-1996 għax kien hemm dik l-oppożizzjoni kollha mill-associations u mis- setturi nvoluti.", "Hawnhekk qed insemmi lill-MHRA biss imma għandi wkoll il- veduti ta' l-Air Malta li nista' nikkwota minnhom.", "Ċertament li l-MHRA oġġezzjonat li ma kien se jgħaddi xejn mill-gvern lill-privat imma mill-gvern lill-awtorita`.", "L-MHRA qalet li kif kienet proposta d-draft law kien se jkun sempliċement eżerċizzju biex tgħaddi awtorita` mingħand il-gvern għal għand il-gvern u mhux kif riedet l-MHRA li l-awtorita' mingħand il-gvern tgħaddi għal għand il-privat.", "L-MHRA dak iż- żmien qalet hekk:", "''The proposals do not appear to affect the shift in approach but merely to shift the onus from one or several bodies appointed by government as existing today to one body again appointed by government as proposed.", "It is evident that the only real effect of the proposals will be to convert the NTOM from a mere marketing body into an all- encompassing authority, while contemporaneously weakening, indeed possibly nullifying, the private sector's representation and consequent involvement in the bodies that formally fulfilled the authority's role.''", "Din kienet il-preokkupazzjoni kbira li kellu s-settur privat fuq din il- liġi.", "L-MHRA qalet ukoll li l-effett kien se jkun wieħed taparsi u kien se jneħħħi lill-privat mir-rwol li diġa` kellu.", "Dan huwa differenti mill- kliem li nisimgħu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni llum.", "Il-conclusion ta' l-MHRA kienet li:", "''The association's views are encompassed in the paragraphs afore mentioned.", "In substance the draft appears to propose a very cosmetic effect.", "The only material effect of the proposed draft would be to remove the private sector from the advisory role it today occupies''.", "U dan meta l-Oppożizzjoni qed tgħid li l-kuntatti li kien hemm bejn is- settur privat u l-Gvern Nazzjonalista kienu eċċellenti!", "Jien għandi wkoll l-ittri li ntbagħtu mill-Air Malta fuq l-istess proposta tal-Gvern Nazzjonalista.", "Skond l-ittra li għandi jirriżulta li l- Air Malta għamlet 18-il xahar titlob id-draft ta' l-1994 u qatt ma ngħatalha.", "Jidher ukoll li l-NTOM stess għamlet żmien meta lanqas taf x'kien qiegħed għaddej.", "Mela ejjew naraw x'qalet l-Air Malta.", "(Interruzzjonijiet) Imma jien ma kontx hemm dak iż-żmien, qed naqra l- ittri li sibt:", "''We, the undersigned, as official representatives of Air Malta on the executive board of the NTOM ...''", "- għaliex l-Air Malta dak iż-żmien kienet fuq l-NTOM, jiġifieri lanqas minn fuq il-bord ta' l-NTOM ma kienu jafu x'kien għaddej -", "''... want to put on record that the first time that we saw a draft of the above Act was on 27th April, 1995 when it was forwarded to us.", "This in spite of our various requests made in the course of a number of board meetings held over the past 18 months to see the drafts being prepared.", "We find this strange, to say the least, that the executive board of the NTOM was not consulted in drafting this legislation.", "It is our view however and that of our executive chairman that Air Malta, as the national airline carrying 54% of all traffic into and out of Malta, should have a statutory right to have a voting member on the authority as well as on the various directorates.''", "L-Air Malta qed tgħid hekk għaliex dak iż-żmien kien se jitneħħielha d- dritt li tpoġġi membru min-naħa tagħha fuq din l-awtorita`, kif proposta dak iż-żmien, u oġġezzjonat bil-qawwa li kienet se titħalla barra.", "Ħalli nkompli naqra mill-ittra ta' l-Air Malta:", "''It should therefore be inconceivable to set up a tourist authority without the full participation of Air Malta, both on the board of the authority as well as within the individual directorates, when by definition such bodies should incorporate representatives from the major components of the industry.", "It is unacceptable to us that Air Malta has been deprived of such representation.", "Air Malta is the national airline and like the NTOM is part of the tourism infrastructure.''", "Jiġifieri rajna kif il-MHRA u l-Air Malta oġġezzjonaw bil-qawwa kollha għal dak li kien qed jiġri.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Ministru, ippermettili daqsxejn nikkummenta fuq dan li qed tgħid dwar l-MHRA u l-Air Malta.", "Tinsiex li l-idea tal-Gvern ta' qabel kienet li t-tourism authority tkun imfassla differenti minn kif se tkun issa.", "Kien se jkollna sezzjoni li kienet se tieħu ħsieb setturi - li issa jidher li mhumiex se jkunu rappreżentati fuq il-bord - bħalma hu l- ambjent, il-wirt kulturali, u l-ħajja soċjali tal-poplu tagħna.", "Imbagħad kien hemm sezzjoni oħra fejn kienu se jiġu rappreżentati l-MHRA, l-Air Malta u s-setturi privati kollha.", "Is-settur tat-turiżmu m'huwiex tal- lukandiera biss jew ta' l-Air Malta biss, kif huma jippretendu, għalkemm ma nagħtihomx tort li jagħmlu hekk.", "L-amministrazzjoni trid tieħu ħsieb dak kollu li jiġri fit-turiżmu, cioe' dak li jagħmel il-lukandier u dak li tagħmel l-Air Malta, imma mbagħad hemm fatturi oħrajn li int bħala ministru trid taqbeż għall-poplu in ġenerali.", "Qabel l-1994 kulma kellna kienet liġi għall-extended role ta' l-NTOM u iktar tard inħoloq il-konċett tat-tourism authority.", "Bħala amministrazzjoni aħna ħassejna li kienet tkun importanti ħafna li fit-tourism authority jkunu rappreżentati setturi bħalma huma dawk ambjentali u ta' wirt kulturali, u jkun hemm il-ministru qed jaqbeż għalihom.", "Forsi l-kritika ta' l-MHRA kienet li m'humiex se jkunu rappreżentati fuq dan is-settur, għax il-bqija kienu se jkunu rappreżentati bħal kwalunkwe settur ieħor.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fil-fatt ma jirriżultax hekk għaliex skond l-abbozz ta' qabel dawn la kienu se jkunu rappreżentati fuq naħa u lanqas fuq oħra.", "Jien ma ġejtx naqra l-ittri hawnhekk qabel ma kkonfermajt li dak li qalu huma jaqbel ma' dak li kien hemm fil-liġi.", "Fil-fatt dawn ma kienu jidhru mkien fil-liġi ta' qabel.", "Issa jien naqbel miegħek meta tgħidli li t- turiżmu m'huwiex biss tal-lukandiera, ta' l-Air Malta, tal-gwidi, tas- sidien tar-restaurants, jew ta' min għandu t-trasport.", "Imma jien ma nistax ngħid li t-turiżmu ta' dak m'hux, ta' dak m'hux u ta' dak m'hux.", "Allura ta' min hu?", "Tiegħi, li ma nvestejt xejn!", "Jekk nara x'investew il-hoteliers nixba' ngħodd il-miljuni.", "Jekk nara x'investew il-catering establishments nixba' ngħodd il-miljuni.", "Jekk nara l-investiment li għandha l-Air Malta l- istess.", "Allura jien kif nista' nagħmel pjan għas-settur tat-turiżmu mingħajr ma ndaħħal lil dawn in-nies!", "(Interruzzjonijiet) Le, ma kontux se ddaħħluhom.", "Qed naqralek dawn l-affarijiet.", "Int trid tgħidli min kienu se jkunu s-seba' rappreżentanti.", "Nerġa' naqrahielek biex inkunu ċerti?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Mhux billi taqra dik l-ittra ta' l-MHRA!", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mhux mill-ittra biss imma ċert milli qaluli huma.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Ministru, illum jgħidu lilek ħafna affarijiet u qabel kienu jgħidu lili ħafna affarijiet, jiġifieri rridu naraw l- affarijiet fil-perspettiva tagħhom.", "Impossibbli li tgħid li aħna konna se nagħmlu awtorita` fejn l-MHRA ma kenitx rappreżentata għax l-MHRA kienet se tkun rappreżentata fejn għandha tkun rappreżentata.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Imma din toħroġ mid-draft tal-liġi?", "Ma toħroġx.", "Nista' nagħtik il-liġi kif kienet.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Mela ma toħroġx!.", "Meta nkunu bi kwietna jien u int naraw kif kienet proposta u tara li l-MHRA u s-setturi kollha kienu se jkunu rappreżentati.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma toħroġx.", "Qrajtha tnejn, tliet darbiet għax ma ridtx niġi hawn naqra dawn l-ittri qabel ma nkun konvint li dak li qed jgħidu m'huwiex fil-liġi.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Allura b'min konna se nagħmluha?", "B'nies li m'għandhom x'jaqsmu xejn mat-turiżmu!", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għadek kemm qed tgħidli int stess li lanqas għandhom jippretendu li t-turiżmu huwa tagħhom!", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Is-setturi tal-privat flimkien kienu se jkun rappreżentati, m'hemm dubju ta' xejn.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ibqa' ċert li la fehmuha huma dak inhar u lanqas qed nifhimha jien illum.", "Jien rajtu d-draft u dan ma joħroġ minn imkien.", "Anke l-ittri rajt, u ma ridtx niġi naqrahom qabel ma nkun konvint li dak li qed jgħidu lili llum veru kien qiegħed hekk fil-liġi.", "Imma ħalli ma ntawwalx fuq dak l-aspett - naħseb li l-punt għamiltu - u nirrispondi għal punt ieħor li għamel l-Onor.", "Psaila Savona.", "Fir-rapport ta' l-ewwel sena ta' ħidma - u dan ir-rapport ma nafx x'għandu x'jaqsam mal-liġi li qegħdin niddiskutu - jien ħriġt l-istatistika tat-turisti, tal-cruise passengers, tal-bednights, ta' l-earnings, il-per capita income, l-employment u l-figuri ta' Għawdex.", "Jien ħadt is-sena 1994, is-sena 1996 u s-sena 1997.", "Issa l-Onor.", "Membru qalilna li ma jistax jifhem għalfejn kont qed inqabbel dak li ġara bejn l-1994 u l-1996 ma' dak li ġara bejn l-1996 u l-1997.", "Jien għamilt hekk biex nuri x'ġara bejn l-1996 u l-1997 u, peress li l-1994 kulħadd iħares lejha bħala l-aqwa sena, qabbilt l-1997 ma' l-1994.", "Fl-1994 kien hawn 939,000 turist u sa l- 1996 dawn niżlu għal 846,000.", "Mela bejn l-1995 u l-1996 it-turiżmu kien qabad downward trend għax kellna minus 10% bejn l-1994 u l-1996.", "Bejn l- 1996 u l-1997 in-numru ta' turisti tela' b'5%.", "(Interruzzjonijiet) Jien ridt nuri biss li d-downward trend f'sentejn dawwarnieha għal upward trend.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda ħsieb warajha imma sempliċement ridt niġbed comparison bejn dak li ġara fis-sentejn ta' qabel ma' l-aħħar sena.", "L-Onor.", "Psaila Savona qal ukoll li l-kejl tas-suċċess tat-turiżmu m'għandux ikun fin-numru tat-turisti biss.", "Jien naqbel miegħu mija fil- mija u dan mhux illum biss qed ngħidu imma kont ngħidu meta kont fl- oppożizzjoni.", "Jien l-iktar li nħossni sodisfatt kieku minn sena għal sena nkunu żviluppajna prodott aħjar.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tista' tkejjilha imma hi xi ħaġa li tista' taraha.", "Per eżempju, kieku bejn l-1993 u l-1994 f'Buġibba żdied it-turiżmu imma l-infrastruttura marret lura, mela min ikun qed ikejjel in-numri jgħid li għamilna suċċess imma min ikun qed iħares lejn il-prodott turistiku jgħid li morna lura.", "Jien nixtieq li naħdmu mhux biex inżidu n-numri imma biex intejbu l-prodott għaliex jekk aħna se noqogħdu ninħlew fuq in-numri biss u ma nagħtux kas il-prodott, allura dak ix-xogħol se jkun short-term wisq u sena wara l-oħra nerġgħu nibdew innaqqsu.", "Aħna għandna naħdmu biex intejbu l-prodott li diġa` għandna, għax anke fejn hu tajjeb għad hemm lok għal titjib, u mhux nintilfu fuq in-numri biss.", "X'jiswa li nkunu qed inkejlu kemm ġew turisti jekk imbagħad ma nikkonsidrawx anke l-ammont ta' ljieli li dawn jorqdu Malta.", "Ilna ngħidu li għandna ninsew in-numru ta' turisti u nibdew nitkellmu fuq bednights.", "Allura x'qegħdin ngħidu?", "Bħalissa l-average stay ta' kull turist li jiġi Malta hija ta' għaxart ijiem.", "Mela jekk jiġu miljun turist għandek ten million bednights, imma jekk ikollok two million tourists li jiġu għal ħamest ijiem xorta ten million bednights għandek.", "Jiġifieri min iħares lejn in-numri biss jgħidlek li n-numru ta' turisti tela' minn miljun għal żewġ miljuni, u jgħid: Eh, tajjeb, it-turisti li ġejjin Malta rdoppjaw!", "Imbagħad jara li l-miljun turist joqogħdu għaxart ijem u ż-żewġ miljuni joqogħdu ħamest ijiem u malajr jinduna li t-total number of bednights baqa' l-istess.", "Issa kieku tistaqsini x'nippreferi ngħidlek li nippreferi ż-żewġ miljuni li joqogħdu ħamest ijiem u se ngħid għaliex.", "Għax jekk aħna kapaċi nimlew ten million bednights b'żewġ miljun passiġġier ikun ifisser li l-Air Malta se taħdem żewġ miljun passiġġier.", "L-istess, jekk kull turist imur ġurnata Għawdex, mela se jmorru żewġ miljuni u mhux miljun lejn Għawdex.", "Jiġifieri nippreferi li kieku nistgħu nnaqqsu l-bednights u nżidu t- turisti.", "Kull sena rridu nħarsu wkoll lejn l-occupancy li jkun hemm fil-hotels, il- bejgħ, ir-rates li jagħtu dawn il-hotels, il-qligħ li jibqgħalhom il- hoteliers u jekk hemmx minn fejn tagħmel investiment ġdid.", "Il-ġimgħa l- oħra kont qed nitkellem ma' xi ħadd minn Ċipru li qalli li fl-aħħar sentejn marru ħażin filwaqt li din is-sena tant qed iżidu - fil-fatt għandhom żieda ta' 40% fuq it-turisti mill-Ingilterra u għandhom żieda anke mill-Ġermanja - li issa se jkollhom problema ta' overbookings daqskemm se jmorru turisti hemmhekk.", "Naturalment jien għidtlu: Mela sejrin tajjeb!", "Qalli: Nippreferi kif konna qabel għax kulħadd kien qed ibaxxi l-prezzijiet.", "Mela inutli li nħarsu biss lejn in-numri u ma narawx it-total revenue, l- ispending power ta' kull turist, l-occupancy, il-bejgħ, il-profitti u l- investimenti li jridu jsiru.", "Meta nkejlu s-suċċess tat-turiżmu in a particular year ħaġa oħra importanti li rridu naraw hija l-customer-satisfaction index.", "Tela' jew niżel minn sena għall- oħra?", "Jista' jkun li jkollok żieda fin-numri u s- sodisfazzjon tal-customer tonqos.", "Jista' jkollok tnaqqis fin-numru jew in- numru jibqa' l-istess, imma għax toffri servizz aħjar u għax tagħti value for money il-customer-satisfaction index jitla'.", "Wara l-1994 - nerġa' nsemmi l-1994 għax bħala numri dik kienet l-aqwa sena - ħafna operaturi, speċjalment l-operaturi Ġermaniżi, għamlu żmien ma jridux jersqu lejn Malta minħabba l-esperjenza ħażina li kellhom il-klijenti tagħhom, jiġifieri dawk it-turisti li ġew Malta proprju fl-1994.", "Allura x'jiswa li aħna noqogħdu nżidu?", "Mela hawnhekk naqbel ma' l-Onor. kollega li ma rridux inħarsu lejn in-numri biss imma fost l-affarijiet li semmejt qabel irridu nħarsu anke lejn kemm ħareġ sodisfatt it-turist.", "Aspett ieħor li rridu nħarsu lejh huwa l-effett tat-turiżmu fuq il- komunita` tagħna mil-lat soċjali, mil-lat kulturali u mil-lat ambjentali.", "X'jiswa li jiġu erba' miljun turist jekk iħallu effetti negattivi drastiċi fuq il-komunita` tagħna.", "Iż-żieda tat-turiżmu trid tibqa' tkejjilha dejjem ma' l-effetti li għandha.", "Jekk aħna kapaċi li nibqgħu nżidu mingħajr ma jkollna effett negattiv fuq il-wirt kulturali, soċjali u ambjentali tagħna, mela nibqgħu nżidu.", "Kif naraw li jekk se nżidu iktar se nibdew inbatu, allura noqogħdu attenti u naraw safejn se nibqgħu telgħin.", "Għalhek aħna qed nagħmlu dawk l-istudji tal-carrying capacity.", "(Interruzzjonijiet) Għandna sections sħaħ illum.", "Anzi l-istudju tal- carrying capacity irridu nlestuh qabel titwaqqaf l-awtorita' nazzjonali tat- turiżmu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA : Qed issemmi li ma tkunx kuntent jekk jiġu erba' miljun turist għax inkella jirrovinaw il-pajjiż mil-lat ambjentali u soċjali.", "Minn fost dawk li se jkun hemm fuq l-awtorita' nazzjonali tat- turiżmu, hemm xi ħadd li se jara li dawn l-affarijiet ma jiġrux?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Illum min qed jagħmilhom dawn l-affarijiet?", "Taħseb li s-settur privat mhux qed jarahom dawn l-effetti?", "Jien nista' ngħidlek li iktar minn nofs il-membri li qed jagħmlu l-istudju dwar il-carrying capacity ġejjin mis-settur privat.", "Is-settur privat jaf li ma nistgħux naffordjaw li jkollna dak l-impatt negattiv fuq il-kultura u fuq l-ambjent soċjali tagħna, għax għandek ċertu limitu li ma tistax taqbżu, għax inkella t-turist ma jibqax jiġi 'l hawn.", "Fejn irridu we underestimate il- privat.", "Ara ma taħsibx li l-privat mhux konxju ta' dawn l-affarijiet!", "Il- carrying capacity study qed nagħmluh mal-privat.", "Jiġifieri m'hijiex kwestjoni li l-privat irid jibqa' jżid u allura l-kompitu tiegħi huwa li nżommu għax jien biss konxju mill-possibbilta` ta' impatt negattiv.", "Sakemm jibqgħu ġejjin turisti li lilna qed iqumulna ftit flus biex inġibuhom u qed iħallu relattivament ħafna flus fi profitti, ħallihom jibqgħu jiġu.", "Imma jekk naraw li t-turisti li qed inġibu qed iqumulna ħafna - qed iqumulna ħafna mhux in terms of money imma in terms ta' dawn l-affarijiet li qed insemmu - x'se nagħmlu?", "Se nibqgħu nħarsu lejn l-introjtu tal-flus u ma niżnux dak li qed nitilfu soċjalment, ambjentalment u kulturalment?", "Jiġifieri dan l-aspett irridu nħarsu lejh ukoll.", "Din il-ġimgħa kellna seminar ta' l-AMITEX - l-Onor.", "Membru kien hemmhekk u pparteċipa wkoll - fejn aħna stess ipprovajna nqajmu diskussjoni billi wrejna films biex noħorġu l-affarijiet negattivi.", "Hemmhekk ħareġ il-fatt li diġa` hemm xi wieħed minn kull għaxra li qed jibżgħu mit-turiżmu, fis- sens li kienu jkunu iktar ferħanin li kieku kellna ngħaddu mingħajr turiżmu.", "Imma kif tista' tgħaddi mingħajr turiżmu?", "GĦandna alternattiva għat-turiżmu?", "Dak li jien għidt fis-seminar nerġa' ngħidu hawnhekk.", "Kull pajjiż jixtieq li ma joqgħod jiddependi minn ħadd u minn xejn.", "Kieku pajjiżna ma kellux għalfejn jiddependi mit-turiżmu, mill-exports u mis- servizzi ta' l-offshore kieku qegħdin il-ġenna!", "Nista' ngħid li pajjiżna, bħal kull pajjiż, għadda minn ċerti żviluppi.", "Beda mill-agrikoltura, baqa' miexi għal-light industry, heavy industry, electronics, imbagħad mill- industrija għadda għas-servizzi u għat-turiżmu.", "Issa wara t-turiżmu fejn se mmorru?", "M'għandna l-ebda servizz ieħor li jista' jissostitwixxi t-turiżmu u għalhekk huwa importanti li dan is-settur nibqgħu nieħdu ħsiebu.", "L-Onor.", "Psaila Savona u l-Onor.", "Michael Refalo tkellmu fuq l-ITS, suġġett importanti ħafna għax fuqu jiddependi l-livell ta' servizz li nagħtu fis- settur tat-turiżmu.", "Hawnhekk nitlaq mill-premessa li t-turiżmu m'huwiex biss hotels u catering.", "Din hija waħda mill-problemi li kellna nittrattaw fl-ITS - u issa nispjega kif - pero' qabel ma nibda rrid inserraħ moħħ l- Onor. Psaila Savona rigward dak li qal li ma jixtieqx jara l-ITS jaqa' taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Ċertament għalissa m'hemm l-ebda ħsieb li dan isir, biss nista' ngħidlu li qed isir ħafna xogħol bejn il-ministeru tat-turiżmu u l-ministeru ta' l-edukazzjoni, mhux sempliċement fuq dik li hija edukazzjoni, bħalma huwa l-ITS, imma anke fil-kamp tal-kultura.", "Fil- fatt nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Evarist Bartolo li għadu kemm għadda l-premises ta' Martin Luther College f'idejn il-ministeru tat-turiżmu, għax għidnielu li nixtiequ nżidu l-attivitajiet ta' l-ITS u għandna bżonn iktar spazju.", "L-Onor.", "Michael Refalo qal li għandna noqogħdu attenti li ma jkollniex a hotel school.", "Jien ma naqbilx miegħu għax il-bżonn li jkollna a hotel school mhux qed ngħidu jien imma qaluhulna ħafna nies li ġew iżuru l-ITS.", "L-idea tiegħi hija li jkollna a hotel school fejn l-istudenti jitgħallmu hotel-related subjects u mbagħad ikollna l-kulleġġ fejn jitgħallmu suġġetti oħrajn li m'għandhomx x'jaqsmu ma' hotels u catering.", "Illum l-istudenti qed ikollhom il-prattika mill-ewwel sena, mhux kif kien isir qabel, jiġifieri jattendu għal-lezzjonijiet l-ITS u jieħdu l-prattika ġewwa l- hotels.", "X'inhu l-vantaġġ li jkollok a hotel school?", "Min ikun qed iħaddem student f'hotel , jgħinu kemm jgħinu, ma jistax jissostitwixxi lit-tutor tiegħu, iżda meta student jagħmel il-prattika fil-hotel school ikun qed jagħmilha taħt għajnejn u taħt id-driezzjoni tat-tutor tiegħu.", "Nerġa' ngħid li ma naqbilx li m'hemmx bżonn ta' hotel school.", "L-Onor.", "Psaila Savona qal li l-ITS m'għadux l-istess.", "Veru m'għadux l- istess pero' mhux għax tfajnieh lura imma għax ridna ntejbuh.", "L-Onor.", "Membru huwa żbaljat ħafna li jaħseb li aħna qed nimmiraw għall-kwantita` u mhux għall-kwalita` fl-ITS.", "Fl-aħħar snin kellna programm attiv u intensiv - u hawnhekk nixtieq nirringrazzja kemm lill-istaff akkademiku, kemm lill- interim management committee u kemm lill-istudenti li kkoperaw biex kollox baqa' miexi sew - biex jirrifletti aħjar il-bżonnijiet ta' l-industrija tat- turiżmu.", "Jekk l-industrija tat-turiżmu kien jeħtiġilha iktar impjegati mħarrġa għax l-ammont li kien joħroġ qabel mill-ITS ma kienx ikun biżżejjed, aħna ridna ntellgħu l-kwantita` pero' not at the expense tal- kwalita`.", "Ridna ntellgħu kemm il-kwantita` kif ukoll il-kwalita`.", "Fil-bidu kienu qaluli li kull sena joħorġu 200 jew 220 student mill-ITS imma mbagħad sibt li t-turnout ta' l-istudenti kien qed ikun bejn 60 u 70 fis-sena.", "Fl- opinjoni tiegħi dan l-ammont ma kienx biżżejjed għall-bżonnijiet ta' l- industrija.", "Barra minn hekk il-courses kienu qed jinkludu hotel-related subjects biss u hawnhekk ħassejna l-bżonn li jkun hemm iktar suġġetti ġodda.", "Imma aħna ma qgħadniex biss fuq ix-xogħol ta' l-ITS biex insaħħu l- edukazzjoni fit-turiżmu.", "Jien tkellimt ma' l-Onor.", "Evarist Bartolo dwar il-bżonn li nibdew indaħħlu s-suġġett tat-turiżmu fl-iskejjel mil-livell tal-primarja, għas- sekondarja u sal-livell terzjarju.", "Fil-fatt diġa` beda jaħdem dan il- programm u qed indaħħlu awareness subjects fil-livell primarju, bdejna ndaħħlu hospitality subjects fil-livell sekondarju u għall-ewwel darba fl- Universita` bdejna nagħtu first degree courses fit-turiżmu.", "Qabel kien hemm min seta' jieħu a first degree course in a tourism-related subject, jiġifieri wieħed kien jieħu degree fil-management u mbagħad jispeċjalizza fit-turiżmu.", "Aħna ridna nagħtu first degree courses fit-turiżmu, imbagħad wieħed jispeċjalizza fil-branches differenti bħal management jew marketing.", "Imma mhux l-oppost, jiġifieri jieħu first degree fil-management jew fil- marketing u mbagħad jispeċjalzza fit-turiżmu.", "In-nuqqas ta' trained personnel li kien qed joħroġ mill-ITS ma kienx qiegħed f'kategorija waħda u allura ridna ndaħħlu courses fil-kategoriji kollha.", "Illum qed nagħtu courses li jibdew mil-livell ta' manager u jibqgħu neżlin sal-livell ta' waiter jew kok, u d-diplomas minn hemmhekk jistgħu jwassluk għal degree universitarja.", "Dan stajna nagħmluh bl-introduzzjoni tal-modular credit system li nista' ngħid li diġa` bdiet tagħti r-riżultati mixtieqa.", "B'din is-sistema għandna kwalita` aħjar fil-livell edukattiv u stajna nieħdu intake ikbar.", "Fil-fatt, fejn qabel kien ikun hemm intake ta' 60 jew 70, is- sena l-oħra kellna intake ta' 370 u jekk m'iniex sejjer żball kien hemm intake ieħor fi Frar.", "GĦandna l-part-timers u għandna wkoll l-in-house courses .", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Ministru Vella, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta 24 ta' Marzu fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea – Kontinwazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, kif jaf kulħadd illum infetħet is-2nd WTDC 1998.", "Din il-konferenza hija organizzata mill-ITU u għaliha se jattendu 1,000 delegat mid-dinja kollha, fosthom ministri ta' pajjiżi barranin li huma responsabbli mill-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Dawn id-delegati se jiddiskutu l-iżviluppi li għandhom jieħdu t-teknoloġiji f'dan il-qasam għall-futur.", "Illum ma xtaqtx niffoka fuq xi riżervi li tkellimt dwarhom f'dan il-Parlament f'okkażjonijiet oħra, fosthom kif tlifna l-opportunita` li nospitaw il-world policy forum immedjatament wara din il-konferenza, jew fuq ir-riżervi tiegħi dwar kif inġabru l- isponsorships għal din il-konferenza imma xtaqt niffoka fuq l-aspetti pożittivi ta' dan l-avveniment.", "Fil-1st WTDC 1994 li saret f'Buenos Aires, il-parti l-kbira tad-delegati aċċettaw l-istedina kemm tal-Gvern Malti kif ukoll tat-Telemalta biex is- 2nd WTDC tiġi ospitata f'pajjiżna.", "Dan kien unur kbir għal pajjiżna meta wieħed iqis li kien hemm pajjiżi oħrajn li kienu qed jikkompetu magħna għal dan l-unur, u speċjalment fid-dawl ta' dak li ntqal fuq Malta fl-ITU world telecommunications development report, fejn qalu hekk:", "\"Malta has gradually graduated into the ranks of the telecommunications developed economies.", "In the past it was a recipient of technical assistance but today it is in a position to be itself a provider of help.\"", "Kwotazzjoni oħra mil-ITU world telecommunications development report tgħid hekk:", "\"Other factors behind Malta's success include government commitment, a commercially sound operator and international co-operation.", "Government has been supportive, recognising that telecommunications are important for Malta's service-oriented economy\".", "Dan huwa ċertifikat għall-impenn li wera l-Gvern Malti biex iġib lil pajjiżna 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Kif qed jgħid tajjeb dan ir-rapport, il-Gvern Malti kkonċentra b'mod qawwi fuq dan il-qasam għax għaraf li l- futur ekonomiku ta' pajjiżna kien jiddependi b'mod sostanzjali mill- iżvilupp fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Ħadt gost naqra dak li qal Pekka Tarjanne, Segretarju Ġenerali ta' l-ITU, għax qal li t-tir ewlieni ta' din il-konferenza huwa li naraw kif nagħmlu biex is-servizz tat- telephone isir aċċessibbli għall-akbar persentaġġ possibbli tal- popolazzjoni mondjali.", "Tarjanne qal ukoll li l-aim hija li t-telephone density f'pajjiżi li qed jiżviluppaw tirdoppja u hemm it-tir li l-household telephone penetration titripplika fis-snin li ġejjin.", "Dan huwa sinjal ta' l-impenn ta' l-ITU biex kemm jista' jkun jagħtu spinta għall-iżvilupp tat- telekomunikazzjoni, speċjalment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.", "M'hemmx għalfejn ngħid li hemm diversi benefiċċji assoċjati ma' l- iżvilupp fil-qasam tat-telekomunikazzjon, fosthom benefiċċji ekonomiċi.", "Ta' min jgħid li llum il-ġurnata ma jistax ikollok żvilupp ekonomiku sostenibbli fil-pajjiż jekk ma jkollokx qasam ta' telekomunikazzjoni żviluppat kif suppost.", "Illum it-telekomunikazzjoni hija essenzjali mhux biss biex wieħed ikun jista' jikkomunika ma' pajjiżi barranin imma anke minħabba r-rata mgħaġġla ħafna ta' żvilupp f'dan il-qasam mill-aspett industrijali.", "Benefiċċju ieħor huwa fil-qasam ta' l-edukazzjoni u għalhekk tajjeb li wieħed ifaħħar l-impenn li l-ITU qed juru biex dan il-qasam jitjieb fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.", "Illum nafu kemm il-qasam ta' l- edukazzjoni huwa kompletament dipendenti fuq li jkollok settur tat- telekomunikazzjoni b'saħħtu.", "Ta' min isemmi sistemi bħall-internet, li hija għodda tant essenzjali għall-edukazzjoni, għax illum fuq l-internet wieħed isib informazzjoni fuq kwalunkwe materja li jixtieq jinvestiga.", "Xtaqt insemmi wkoll kif il-qasam tat-telekomunikazzjoni huwa tant marbut mas-settur tal-mediċina, speċjalment permezz tas-sistema tat-telemedicine.", "Nieħu gost nara li l-Maltacom qed tkompli fuq l-inizjattivi tat-Telemalta, li jekk Alla jrid se jżommu lil dan il-pajjiż abreast ma' l-iżviluppi kollha li jseħħu f'dan il-qasam.", "It-telekomunikazzjoni twassal biex kull rokna tad-dinja, anke l-iktar rokna remota, tista' tqis ruħha bħala parti mill-global village.", "GĦalkemm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment fl-ibliet kapitali, jidher li l- iżvilupp sar b'mod relattivament mgħaġġel u qed iżomm ruħu abreast ma' l- iżvilupp li wieħed isib f'pajjiżi żviluppati, wieħed isib li f'areas iktar remoti, li ħafna drabi jospitaw madwar 75% u 80% tal-popolazzjoni ta' dawn il-pajjiżi, il-qasam tat-telekomunikazzjoni qed isib diffikultajiet kbar biex jagħmel headway.", "Ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jinvestigaw kif permezz ta' sistemi moderni jistgħu jegħlbu ċerti diffikultajiet li wieħed jiffaċċja meta jiġi biex jifrex is-sistema eżistenti tat-telekomunikazzjoni tal-pajjiż minħabba l-areas kbar involuti.", "Fil-fatt ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jinvestigaw is-sistema tal-mobile telephony bħala alternattiva għal fixed telephony għal areas remoti.", "Ta' min ifaħħar ukoll l-inizjattiva li ssuġġerixxa Ahmed Laouyane, id-direttur tat- telecommunications development bureau, fejn qed jgħid li l-ITU qed timmira biex tnaqqas id-distakk enormi bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw, u qed jittama li dan isir sal-bidu tal-millennju l-ġdid.", "Ta' min isemmi wkoll li wieħed mill-ko-awturi tal-world telecommunications development report, is-Sur Michael Minges, fakkar kif Malta kienet saret mudell għat-teledensity.", "Dan huwa ċertifikat ieħor ta' l-eċċellenza li laħaq dan il-pajjiż f'dan is-settur daqstant importanti.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Sur President, nhar l-Erbgħa li ġej il-Prim Ministru se jkollu laqgħa mas-settur privat u ma' dawk kollha interessati fil-proġett tal-millennju.", "Naf li sar ħafna diskors fuq dan il-proġett imma tant hu importanti li m'għandna nagħmlu xejn li jżomm milli jkollna proġett li jixraq lil pajjiżna.", "L-ewwel darba li smajt b'dan il-proġett bejni u bejn ruħi għidt li fl- aħħar wara 50 sena se jerġa' jkollna dak li missierijietna kienu kburin bih, jiġifieri teatru li jħabbatha ma' l-aqwa, sit ta' kultura li tagħmilna poplu komplet u post ta' rikreazzjoni li jaljenana xi ftit mix-xogħol u l- iskariġġ tal-ġurnata.", "Veru li x-xogħol tagħna huwa li nikkritikaw lill- Gvern imma nħoss li jekk dan il-Gvern se jirnexxilu jagħti dan kollu lill- poplu Malti allura rridu naqlgħulu l-kappell.", "Jekk se jsib il-flus biex jibni t-teatru u jsib il-formola kif jikkombina l-ħteġijiet kulturali tal- lum mal-grandjosita` tal-passat, allura trid verament tifraħlu.", "Tista' timmaġina x'tisbita ħadt u kemm iddiżappuntajt ruħi meta realizzajt li minn dan kollu ma kien se jiġri xejn.", "Il-kliem bombastiku tal-Prim Ministru - meta kien qal: Se nagħmlu dak li ma kenux kapaċi jagħmlu gvernijiet ta' qabilna u se jkollna l-kuraġġ nieħdu deċiżjoni - kien ġera bija.", "Daħak bija bħalma kien tant kapaċi jidħak b'ħafna nies oħrajn.", "Fil-verita` ma sab ebda soluzzjoni, m'hu se jagħtina ebda teatru, ma sabx finanzjament u se joħloq iktar problemi u se jirrovina prime site, bħalma kienet ġiet irrovinata prime site oħra bil-housing estate ta' Bieb il-Belt.", "X'inhuma l-problemi tal-bini ta' din l-art?", "GĦaliex gvernijiet oħra qatt ma kienu sabu tarf u tul 50 sena qatt ma ttieħdet deċiżjoni?", "Apparti l-fatt li kien hemm prijoritajiet oħra biex Malta tqum fuq saqajha ekonomikament u biex il-poplu Malti jibda jakkwista livell ogħla ta' għixien, il-problemi tal-bini tat-Teatru Rjal kienu essenzjalment tnejn, ċioe' kif se tikkombina proġett adattat għall-ħteġijiet tal-lum u kif se tiffinanzjah.", "Pero' dejjem ried ikun hemm il-mira li jkun post kulturali li jikkompara mat-Teatru Rjal li kellna qabel.", "M'għandniex xi ngħidu din kienet somma diffiċli biex taħdimha u mhux ta' b'xejn li gvern wara l-ieħor m'għarafx jaħdimha.", "U naħseb li kellna għorrief fil- gvernijiet ta' qabel, li kellhom il-materia grigia f'rashom, li jaslu għal deċiżjoni bħalma qal li wasal il-Gvern tal-lum.", "Il-Gvern qed jgħid li għandu l-kuraġġ, iddeċieda, wasal fejn oħrajn ma waslux u sab is-soluzzjoni bla ma ħadem il-problema.", "X'finanzjament sab?", "X'kultura se joħloq?", "X'iddeċieda?", "Tefa' l-problema f'ħoġor ħaddieħor!", "Hu m'hu se jagħmel xejn, ħaddieħor se jagħmel kollox.", "Forsi m'hemm xejn ħażin li tħalli lil ħaddieħor jaħdem u inti toqgħod gallerija.", "Imma ħaddieħor mhux baħnan għax ta' xogħlu u tal-flus li se jinvesti se jieħu żewġ terzi tal-lokal, mhux biex iservi ta' żvog kulturali u rikreattiv għall-poplu - issa dak m'għadux jiġi l-ewwel! - imma biex jagħmel business minnu.", "Kulħadd jaf li jrid ikollok eluf kbar ta' liri biex ikollok ħanut il-Belt.", "Dan il-Gvern ma jridx jidħol hu għal dan ix-xogħol għax m'għandux ideat u irid jitgħażżen u allura se jbigħ żewġ terzi ta' art prima biex ħaddieħor jagħmel il-belli liri.", "Dan il-Gvern, Sur President, se jbigħ ruħ il-poplu biex ikollu terz ta' dak li kellu, biex ikollu auditorium, sala għal teatrin.", "Il-poplu qed jiġi misruq għax din kollha proprjeta` tal-poplu u mhux sew li l-poplu jinsteraq minn patrimonju bħal dan biex gvern jiddandan li solva xi problema u taparsi jagħmel proġett.", "Kulħadd kien jaf jagħmel hekk.", "Mhux ta' b'xejn li ebda gvern ieħor ma daħal għal soluzzjoni bħal din għax gvernijiet ta' qabel kellhom kuxjenza u ma ridux jisirqu lill-poplu.", "Is-sit tat-Teatru Rjal huwa kollu tal-poplu u għandu jibqa' kollu tal-poplu.", "Dan kien ir-ruħ kulturali tiegħu u hekk għandu jibqa'.", "Ħadd m'għandu d-dritt li jisraqlu biċċa minnu, żgħira kemm hi żgħira, aħseb u ara żewġ terzi minnu!", "X'seta' jsir?", "Bi ftit sagrifiċċju, daqsxejn ħsieb u ħafna għaqal seta' jsir dak li jixirqilna, jiġifieri teatru li jħabbatha ma' l-aqwa fil-Mediterran u fl- Ewropa, li jiġbed l-aqwa artisti tad-dinja, artisti li jkunu kburin jgħidu li taw esebizzjoni f'teatru ewlieni.", "Imma biex dan ikun possibbli ma jridx ikun teatru tas-Sależjani li jkun tajjeb biss għat-teatrin - u qed ngħid dan bl-ebda dispett lejn is-Sależjani - imma jrid ikun teatru li jkollu seating capaċity sostanzjali u jrid ikollu spazju għal backstage daqskemm ikollu għal pultruni fuq quddiem.", "Jekk trid tiġbed artisti kbar trid tagħtihom dressing-rooms prestiġjużi u servizzi anċillari mill-aqwa.", "Naħseb li nistgħu niġbdu artisti bħal Pavarotti, Celine Dion, Ricciarelli u Streisand lejn Malta jekk noffrulhom post prestiġjuż li jikkumplimenta l- image tagħhom.", "Jekk niġbdu artisti ta' din il-kwalita` jkollna teatru ta' kwalita` li jkun dehen bħala proġett tal-millennju, proġett li jista' jiffinanzja lilu nnifsu għax jaf joħloq industrija oħra f'dan il-kamp.", "Teatru serju u ta' prestiġju jkun irid xogħlijiet oħra biex jinħolqu l- props tant meħtieġa għal musicals moderni li naraw fi Broadway jew fil-West End ta' Londra.", "Tinħoloq il-ħtieġa ta' xogħol ta' mastrudaxxa u tapezzar, il-ħtieġa ta' skola tad-drama u tal-mużika li tikkumplimenta dak li jkun qed isir fuq l-istage u jinħolqu affarijiet li jibdew jgħollu l-livell tar- radju u tat-televiżjoni.", "Ħaġa tibda tiġbed lill-oħra.", "Dan għandu jkun il- proġett tal-millennju, mela supermarket!", "M'għandniex għalfejn naqtgħu qalbna għax illum l-introjtu li għandha l- Ingilterra mit-teatru hija ħaġa li ftit ta' snin ilu l-ebda Ingliż ma kien joħlom biha.", "L-Ingilterra kienet saħħa ewlenija f'dak li għandu x'jaqsam ma' banek, f'dak li huwa azzar u servizzi finanzjarji imma qatt ma kien hemm xi Ingliż li kien jippretendi li huwa se jkun xi awtorita` fil-qasam kulturali jew dak mużikali.", "Madankollu, bl-inizjattiva li ħadet, l- Ingilterra llum saret ċentru ewlieni ta' kultura, ta' mużika u ta' teatru bi dħul finanzjajru fenomenali.", "Mhux hekk biss imma llum l-Ingilterra qed tesporta l-mużika tagħha.", "Fil-fatt kien hemm żmien meta fi Broadway stess u fi bliet ewlenien mad-dinja kollha, li qabel kellhom il-primat tal-mużika u l-kultura, kienu qed jintwerew musicals Ingliżi bħal \"The Fanthom of the Opera\", \"Les Miserables\", \"Miss Saigon\" u \"Cats\".", "X'għandha tkun l- ambizzjoni tagħna hawn Malta?", "Aħna ma nippretendux li nibdew nesportaw il-prodott mużikali lokali tagħna imma jrid ikollna l-post fejn nistgħu ntellgħu esibizzjonijiet, opri, musicals importati jew lokali.", "Tul iż-żmenijiet rajna kemm aħna l- Maltin konna kapaċi noħolqu musicals ta' ċertu livell.", "Il-Maltin huma għatxana għal dawn l-affarijiet.", "Fid-dibattitu fuq it-turiżmu llum għidna li qed nibbażaw fuq miljun turist fis-sena.", "Jekk wieħed minn kull għaxra minn dawn it-turisti jattendi t-teatru li se nagħmlu jfisser li jkollna 100,000 turist fis-sena li jattendi f'dan it-teatru u allura jista' jkollna 100 rappreżentazzjoni b'seating ta' 1,000 turist kull darba.", "It-Teatru Manoel huwa żgħir għal dawn l-affarijiet waqt li Dar il-Mediterran mhijiex adattata għal ċertu xogħol li jirrikjedu ċerti musicals..", "Għalhekk naħseb li dan il-proġett m'għandux ikun replika ta' xi ħaġa li għandna.", "M'għandux ikun tip ta' auditorium li jkollu seating capacity ta' ftit nies u ma jkollux post għal backstage.", "Illum il-ġurnata l-backstage huwa importanti daqs, jekk mhux iktar, mis-seating capacity, għax mill-backstage tkun tista' toħloq il-props li jkollhom bżonn il-musicals ta' eċċellenza li naraw illum u l-backstage jagħti dak il-prestiġju li l-artisti l-kbar jippretendu.", "Allura ebda area minn dan il-lokal ma tista' tinħela biex tingħata għall-ħwienet.", "F'dan il-proġett tal-millennju għandna ndaħħlu iktar lill-għaqdiet artistiċi, għaqdiet volontarji u s-settur privat li jistgħu jagħtu xi kontribut.", "Hawnhekk nixtiequ li s-settur privat juri kemm hu kapaċi mil- lat kummerċjali, u m'hemm l-ebda raġuni għaliex is-settur privat m'għandux jidħol għal-lat kummerċjali ta' proġett bħal dan.", "Ma jistax jittella' proġett kulturali mingħajr ma jkun hemm il-mutur li jmexxih 'il quddiem, imma biex ikollna prodott kulturali mill-bidu sa l-aħħar ma jistax ikun li fit-teatru jkollna biċċa li tkun kulturali u biċċa li tkun kummerċjali.", "Fit-totalita` tiegħu l-proġett irid ikun kollu kulturali, imbagħad ħalli jkollu background kummerċjali.", "Illum qegħdin naraw li mhux veru li l- kultura ma tirrendix flus għax, kif għidt qabel, l-Ingilterra wrietna li taf tittraduċi l-kultura fi qligħ kbir.", "Il-proġett tal-millennju m'għandu jkun xejn għajr teatru mill-aqwa bil-ħteġijiet kollha li titlob l-arti, bl- aqwa teknika li teżisti llum, biex ir-riżultat awdjoviżiv jikkumplimenta dak li jkun għaddej fuq l-istage u jikkumplimenta l-wirja u l-isforz li jkun qed jagħmel l-artist.", "Jekk ikollna fiduċja fi proġett bħal dan allura jirnexxi imma jekk ma jkollniex fiduċja fih nistgħu ma nimbarkawx fuqu għax ma jirnexxix.", "Fl-amministrazzjoni ta' qabel ma qanċaċniex biex proġetti oħra jirnexxu u jkunu mill-aqwa, kif irnexxiet it-Telemalta - li llum bħala l-Maltacom qed tirrendi flus kbar lill-pajjiż - bħalma rnexxew il-freeport u l-airport.", "Jekk nieħdu l-inizjattiva bħalma ħadna f'dawn il-proġetti nemmen li għandu jkollna revenue kbir għal pajjiżna.", "Dan kollu jaf ikun proġett li jagħtina statura oħra kulturali li jikkumplimenta dak li Malta diġa` għandha x'toffri.", "Aħna għandna infrastruttura kulturali qawwija ħafna u outlet bħal dan jista' jkun proġett li joħloq ħafna impjiegi, li jerġa' jagħti lill-Belt Valletta dik il-ħajja li tant hija nieqsa minnha, isaħħaħ il- media, it-television u r-radju tagħna, u jsaħħaħ il-prodott turistiku tagħna.", "Nappella lill-Gvern biex nhar l-Erbgħa, meta jkun qed jikkonsidra d- dettalji differenti ta' dan il-proġett, jieħu in konsiderazjoni dak li ntqal illum.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, illum ngħatajt tweġiba għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u fl-opinjoni tiegħi din ir-risposta tista' tkun misleading.", "Fit-2 ta' Marzu jien kont staqsejt lill-Ministru jekk jistax jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet fi flus matul l-1997 mis-segretarjat parlamentari għaż- żgħażagħ, sport, kultura u arti; lil liema għaqdiet sportivi u filantropiċi; u mil-liema vot ingħatat kull donazzjoni.", "Fil-11 ta' Marzu l- Ministru wieġeb hekk:", "\"Jien informat li ma ngħatat l-ebda għajnuna finanzjarja mis- segretarjat matul il-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant\".", "Erġajt għamilt mistoqsija lill-Ministru u tlabtu jgħidli jekk \"b'għajnuna finanzjarja\" huwiex qed jinkludi wkoll sponsorships.", "Fil-fatt il-Ministru Bartolo llum wieġeb li \"b'għajnuna finanzjarja\" hu qed jinkludi wkoll sponsorships.", "Mela qed jgħid li matul l-1997 ma ngħatat ebda għajnuna finanzjajra u ma ngħataw ebda sponsorships lill-għaqdiet sportivi u filantropiċi f'pajjiżna mis-segretarjat parlamentari għaż-zgħażagħ sport, kultura u arti.", "Dan jikkuntrasta ħafna ma' tweġiba oħra li ngħatat lill-kollega tiegħi, l- Onor. George Pullicino, fis-Seduta Nru. 82 li saret fl-1 ta' Lulju, meta kien staqsa lill-Ministru jekk ingħatawx kontribuzzjonijiet finanzjarji lil għaqdiet sportivi bejn Novembru ta' l-1996 u Mejju ta' l-1997.", "Dak inhar il-Ministru kien poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista twila ta' għaqdiet sportivi li ngħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji.", "Fl-Aġġornament tat-8 ta' Lulju jien kont qajjimt il-punt li mit-tmien għaqdiet lokali li ngħataw kontribuzzjoni finanzjarja, sitta kienu ġejjin mid-distretti ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo kif ukoll ta' l-Onor.", "Joe Cilia.", "Dawn l-għaqdiet kienu Sliema Area Pigeon Club, il-Kumitat Festi San Ġiljan, Neptunes Waterpolo Club, Paola Hibernians Football Nursery, Kordin Tennis Club u Marsa Regatta Club.", "Sur President, f'dan l-Aġġornament qed nieħu l-ewwel opportunita` li kelli biex nitlob lill-Ministru sabiex jagħti l-informazzjoni korretta għax nerġa' nsostni, kif sostnejt fil-question time ftit ta' ġranet ilu, li għandi informazzjoni li ngħatat preferenza kbira lill-għaqdiet sportivi tar- raba' distrett elettorali, f'kontribuzzjonijiet finanzjarji li jingħataw lil għaqdiet sportivi b'mod ġenerali mis-segretarjat parlamentari matul l- 1997.", "Grazzi.", "Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta 24 ta' Marzu, 1998, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "11905.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għas-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Kultura u Sports u d-dipartimenti, kumpanniji u enti oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika: 1) il-kariga jew xogħol li għandha; 2) taħdimx full time, part- time, casual, b'kuntratt jew xi mod ieħor; 3) il-lokal fejn tirrisjedi; 4) in-numru ta' karta ta' identita' tal-persuna; 5) id-data meta ġiet impjegata u, jekk ikun il-każ, id-data ta' terminazzjoni; 6) jekk intalabx permess ta' l-ETC u jekk iva, meta ntalab u meta ngħata; 7) jekk saritx sejħa pubblika u jekk iva, meta saret u fejn ġiet pubbliċizzata; 8) jekk ma saritx sejħa pubblika, kif sar ir-reklutaġġ?", "Kemm-il darba saru xi interviews għal xi wieħed mill-persuni fuq indikati, jista' l-Ministru jgħid ukoll: 1) għal liema xogħlijiet kienu jirreferu l-interviews; 2) min għamel l-interviews; 3) kemm applikaw għall-post u minn fejn kien kull applikant; u 4) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l- interviewing board?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12252 inkwantu jikkonċerna s- Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "INTERNET FL-ISKEJJEL PUBBLIĊI", "12175.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom għandhiex f'idejha proġett pilota sabiex jiddaħħal l-Internet fl-iskejjel pubbliċi?", "Fiex wasal dan il-proġett?", "F'liema skejjel qed isir?", "Meta se jkun terminat?", "X'tip ta' connection u servizz ta' Internet qed ikun jew se jkun ittestjat?", "X'sehem se jkollha l-Maltacom fit-twettiq tal-proġett kollu ta' l- Internet fl-iskejjel pubbliċi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għad-diskors li għamilt f'għeluq tad-dibattitu dwar l-estimi tad-dħul u nfiq tal- Korporazzjoni Telemalta nhar il-Ġimgħa 20 ta' Frar 1998.", "Minħabba n- natura kummerċjali ta' dan il-proġett ma jidhirlix li għandha tingħata l-informazzjoni mitluba f'dan l-stadju.", "L-informazzjoni tingħata fiż-żmien opportun.", "VILLAĠĠ TAL-KARNIVAL", "12437.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il- ħsieb li f'pajjiżna jsir villaġġ tal-Karnival?", "Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jinbeda dan ix-xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva - iżda l-ħsieb huwa aktar fis-sens ta' workshops/post ta' esibizzjoni.", "Fl-aħħar tlett snin tal-Gvern preċedenti kienu ġew ivvotati aktar minn Lm160,000 vot kapitali għal tali konċett, iżda huwa ta' dispjaċir li wieħed jinnota illi dawn il-flejjes ma ntnefqux kif propost għaliex kieku forsi llum il-parteċipanti tal-karnival kien ikollhom dan il-post tant bżonnjuż.", "Agħar minn hekk, jien informat li dawn il-flejjes intnefqu mill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari responsabbli mill-Kultura fi żmien il-Gvern preċedenti fuq affarijiet oħrajn minnflok fuq dan il-proġett.", "Il-Gvern preżenti diġa' beda bil-ħidma tiegħu billi qiegħed fil-fażi ta' identifikazzjoni ta' sit u formular ta' pjanti u applikazzjonijiet għall- permessi relevanti.", "PA - SITI ARKEOLOĠIĊI", "12852.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhiex tagħrif dwar siti ta' importanza arkeoloġika fl-inħawi tal-lukanda Verdala, ir-Rabat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-eqreb fdalijiet arkeoloġiċi fil-viċinanza tal- Lukanda Verdala jinsabu madwar 120m 'il bogħod fuq in-naħa tar-Rabat.", "Dan jirriżulta minn informazzjoni li għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl- inventarju tas-siti arkeoloġiċi oħra fil-viċinanzi.", "L-informazzjoni tinkiseb permezz ta' riċerka f'dokumenti u surveys fuq il-post.", "SKEJJEL - GĦAWDEX", "12912.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5890 u oħrajn, jista' issa l-Ministru jgħid jekk itteħditx id- deċiżjoni favur jew kontra l-estensjoni ta' l-Iskola Primarja ta' Sannat u jekk fl-affermattiv, x'kienet id-deċiżjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot fl-Estimi għal dan l-iskop?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13118 mogħtija f'seduta 202.", "SKEJJEL - MARIA GORETTI", "12955.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-Iskola Santa Marija Goretti, f'Sta.", "Luċija qegħda mingħajr Head?", "Minn meta?", "Meta se jkollha Head regolari?", "Japprezza l-Ministru li kemm ilha mingħajr Head din l-iskola qed ikun hemm nuqqasijiet f'dik li hija organizzazzjoni u speċjalment dixxiplina?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Iskola Sekondarja tal-Bniet Santa Marija Goretti ta' Ħal Tarxien ilha mingħajr Head mis-16 ta' Frar 1998.", "Ta' min jgħid li bħalissa l-iskola hija mmexxija minn tliet assistenti kapijiet.", "Id-diviżjoni ma kellha l-ebda rapporti li hemm nuqqasijiet ta' organizzazzjoni jew dixxiplina.", "Il-vakanza nħolqot billi l-Kap ta' l-Iskola, inħatret bħala Assistent Direttur għal Għawdex.", "Is-sejħa għall-applikazzjonijiet ilha li għalqet xi żmien u l-interview mistenni jsir ma jdumx.", "PA - PERMESSI", "13036.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li dawk li rebħu talbiet għal reconsideration ta' l-applikazzjoni tal-permessi jew appell jingħataw lura l-ħlas li ħallsu lill-Planning Authority?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-ħlas ta' talbiet għal reconsideration ta' applikazzjoni tal-permess jew appell jingħataw lura individwalment hekk kif il-Bord ta' l-Appell jew il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp jordna li s-somma jew parti mis-somma mħallsa għandha tingħata lura.", "GĦAQDIET SPORTIVI/FILANTROPIĊI", "13069.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12825, jista' l-Ministru jgħid jekk għajnuna finanzjarja tinkludix sponsorships?", "Jekk fin-negattiv, tista' tingħata din l-informazzjoni għal dak li jirrigwarda sponsorships fl-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva.", "UNIVERSITA' - INSTRUCTORS", "13070.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l- istudenti li qed isegwu l-kors ta' l-instructors bħalissa humiex se jiġu kkonsidrati bħala f'livell ta' Scale 13 meta jiggradwaw?", "Huwa minnu li dawn se jitilgħu skala waħda kull ħames snin sussegwenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ftehim bejn il-gvern, il-Malta Union of Teachers u l-General Workers Union dwar ir-riorganizzazzjoni tal-Gradi ta' l-Instructor fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni paġna 3 paragrafu 2,1.8 jgħid hekk: \"On a once-only basis, a call for applications will be issued for the filling of vacancies of Instructors in trade and academic subjects, which will be opened to persons who have successfully completed a course in pedagogy organized by the Education Division and who have at least one scholastic year of teaching experience in an accredited school\".", "Min jikkwalifika minn dan il-kors ikun eliġibbli li japplika għall-ħatra ta' Instructor bl-iskala ta' paga rilevanti għal din il-ħatra.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "12589.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Peress illi b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8544, il- Ministru kien qal illi sar studju dwar in-numru ta' nies li qed jieqfu jirreġistraw min jeddhom billi ġie sampled xahar partikolari li l-Ministru ma kienx jaf liema hu, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-istudju fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xahar li ġie sampled għall-mistoqsija parlamentari numru 8544 kien Lulju, 1997.", "Kopja ta' l-istudju li kien sar hu kif ġej:", "Malta", "In-numru ta' nies li waqfu jirreġistraw minn jeddhom kien ta' 510.", "Sa l-aħħar ta' Novembru 1997:", "325 qabdu jaħdmu 18 self employed 43 reġgħu bdew jirreġistraw 1 irtira bil-pensjoni 123 pożizzjoni tagħhom għadha mhijiex magħrufa.", "VALLETTA - PROĠETT", "12595.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li wara li jitlesta l-proġett ta' Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta l-karrijiet tal- Karnival mhux se jitħallew jgħaddu mill-istess triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-risposta għal din id-domanda hija fl- affermattiv.", "VALLETTA - SUQ - BOZOZ", "12596.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitbiddlu l-bozoz tas-suq tal-Belt li ilhom maqtugħin żmien twil u li dwarhom saru diversi rapporti mill-Kunsill Lokali tal-Belt?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-bozoz li jistgħu jintlaħqu se jinbiddlu mmedjatament.", "L-oħrajn li huma ta' periklu, se nisibu alternattiva oħra għalihom.", "PBS - IMPJEGATI", "12597.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11612, jista' l-Prim Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmlu ż-żewġ ħaddiema mpjegati part-time mal-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ż-żewġ ħaddiema part-time mal-PBS qed jagħmlu xogħol klerikali u segretarjali.", "PBS - BORD TAD-DIRETTURI", "12598.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk żewġ membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS humiex qed jagħmlu xogħol għall-kumpannija bħala kontributuri?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid x'xogħol jagħmlu u kemm jitħallsu?", "Jista' jgħid jekk dan imurx kontra l-Kodiċi ta' Etika li jorbot diretturi ta' kumpanniji tal-Gvern?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li membru wieħed biss tal-Bord tal-PBS qed jagħmel xogħol għall-kumpanija bħala kontributur.", "Il-ħidma ta' dan id-direttur tal-PBS ma tmurx kontra l-Kodiċi ta' Etika għal diretturi ta' kumpanniji tal-Gvern.", "Bħalma diġa' għidt drabi oħra f'dan il-Parlament, fl-ambjent pluralistiku tal-qasam tax-xandir f'pajjiżna żgur li mhux fl-interess ta kumpannija kummerċjali bħall-PBS li tagħti l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor.", "Membru.", "PBS - PROMOZZJONIJIET", "12599.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu dak li ġie rrapportat fil-Media u ċioe' li l-GWU interveniet mal-PBS biex twaqqaf numru ta' promozzjonijiet li kienu se jingħataw?", "Jekk fl-affermattiv, x'raġuni ngħatat mill-GWU u x'kienet ir-reazzjoni tal-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA ĠODDA", "13049.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil- preżent hemm talbiet mid-Dipartiment tas-Saħħa lill-MPO għal ingaġġ ta' ħaddiema ġodda mad-dipartiment?", "Għal liema karigi saru dawn it-talbiet u meta saret it-talba?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-talbiet għall-ingaġġ ta' ħaddiema tas-Saħħa jsiru permezz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u mhux lill-MPO.", "L-imsemmija Kummissjoni tapprova li joħroġu s- sejħiet għall-applikazzjonijiet wara li tirċievi l-verifika mill-MPO.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦATRA TA' CGMO", "13050.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess għal ħatra ta' CGMO?", "Meta ħarġet il-call for application biex jimtela' dan il-post?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sejħa ġdida għall-applikazzjonijiet biex jimtela l- post ta' Direttur Ġenerali fid-Diviżjoni tas-Saħħa se terġa' toħroġ fil- jiem li ġejjin.", "L-aħħar sejħa kienet ħarġet fit-8 ta' April 1997.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "13051.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm matul is- sena 1997 kien hemm pazjenti ġewwa l-Isptar San Luqa li ġew discharged at their own request?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li minn tagħrif mogħti s'issa mill-Isptar San Luqa, permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis, jirriżulta li fil-perjodu bejn Jannar 1997 u Novembru 1997 minn 37,349 pazjenti li ddaħlu fl-Isptar San Luqa kien hemm 832 pazjenti li ġew discharged at request.", "MEDIĊINI - ENALAPRIL 20MG", "13052.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li l-Ministru rrisponda li kellha tinxtara konsenja ġdida b'direct order ta' pilloli Enalapril 20mg wara li dik imqassma lill-pazjenti instabet li ma kellix l-istess bioavaibility ta' l-oriġinal, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-konsenja difettuza ġiet aċċettata fl-ewwel post?", "Min kien responsabbli għax-xiri ta' din il- konsenja?", "Kemm qamet flus id-direct order?", "Min kien l-aġent tal-konsenja difettuża, jekk din ġietx irritornata u jekk l-aġent ġiex immultat penali?", "Liema tip ta' kontroll jeżisti biex mediċini ta' kwalita' inferjuri ma jispiċċawx għand il-pazjenti Maltin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Qatt ma ntqal li l-problemi ta' l-Enalapril 20mg tablets kienu ta' bioavailability kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "Kif intqal ukoll fl-istess risposta, \"dawn il-pilloli kienu skond l-istandard farmaċewtiku stipulat u għal daqstant baqgħu jiġu mqassma\".", "Din il-mediċina nxtrat bil-proċess regolari ta' tender u għaddiet ukoll mid- Dipartiment tal-Kuntratti.", "Ma saret l-ebda direct order iżda Selective Call for Quotations li qamet Lm91,000.", "L-aġent tal-konsenja tat-tender kien Michele Peresso Ltd.", "Taħt iċ-ċirkostanza tal-każ, il-konsenja ma ġietx ritornata u l-aġent ma ġiex immultat penali.", "Il-kriterji li jiggvernaw l-istandards tal-mediċini f'dan il-pajjiż jinkludi:", "(a) iċ-ċertifikat meħtieġ biex tiġi mportata mediċina fil-pajjiż li huwa msejjaħ ċ-'Ċertifikat ta' Prodott Farmaċewtiku' maħruġ mill-awtorita' rikonoxxuta u jrid jobdi l-format stipulat mill-\"W.H.O.\".", "Dan iċ- ċertifikat juri li l-prodott huwa liċenzjat fil-pajjiż li jiġi mmanufatturat u huwa wkoll ta' livell aċettat ta' \"G.M.P.\".", "(B) Kull batch f'kull konsenja irid ikun akkompanjat minn ċertifikat ta' kwalita' maħruġ mill-kumpannija tal-manifattura u wkoll jiġi ttestjat f'laboratorju indipendenti li jkun jobdi standards Ingliżi (BP), Ewropej (E.P.) jew Amerikani (USP).", "Minn informazzjoni li għandu s'issa d-dipartiment fil-każ ta' l-Enalapril 20mg tablets\", il-prodott jidher li l-kriterji msemmija kollha ġew sodifikati dak inhar li nxtara.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - PAZJENTI", "13053.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlitx l- admission policy jew il-kriterji biex pazjent jidħol Zammit Clapp?", "Jekk inbidlet, għaliex it-tobba fil-privat, li sallum kellhom il-faċilita' jirriferu pazjenti direttament, ma ġewx informati b'din il-bidla permess ta' ċirkolari?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-admission policy jew il-kriterji biex pazjent jidħol Zammit Clapp inbidlet riċentement.", "Dawn il-kriterji qed jiddaħlu fis-seħħ proprju issa u t-tobba privati u oħrajn se jiġu avżati fil-ġranet li ġejjin.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - RESPITE CASES", "13054.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlitx il- policy fejn pazjenti jiġu rikoverati ġewwa Zammit Clapp bħala respite cases?", "Jekk fl-affermattiv għaliex it-tobba privati li sallum kellhom din il-faċilita' ma ġewx informati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-admission policy jew il-kriterji biex pazjent jidħol Zammit Clapp inbidlet riċenti.", "Dawn il-kriterji qed jiddaħlu fis- seħħ proprju issa u t-tobba privati u oħrajn se jiġu avżati fil-ġranet li ġejjin.", "KUNSILLI LOKALI - KONFINI ELETTORALI", "13079.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jonqos sabiex jiġi attwat ir-rapport ppreparat mill- Kumitat presjedut mill-Imħallef M. Caruana Curran dwar bdil fil-konfini elettorali tal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Kummissjoni Elettorali se tagħmel it-tibdil fil-konfini elettorali tal-kunsilli lokali permezz ta' avviż legali li se tippubblika fi żmien qasir.", "FRANZA - DELEGAZZJONI", "13080.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li fformaw parti mid-delegazzjoni mmexxija minnu fi Franza?", "Min kienu l-persuni residenti f'Malta jew barra li ħadu sehem fid-diskussjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-delegazzjoni kienet magħmula minni u minn Dr Adrian Vassallo u s-sur Joe Borg, Assistent Personali tiegħi.", "F'laqgħat uffiċjali kien hemm preżenti wkoll għan-naħa Maltija:", "Il-Ministru John Attard Montalto Dr Mario Vella L-Ambaxxatur Vince Camilleri", "RABAT - PERMESS GĦAL BINI", "13081.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7911, jista' l-Ministru jagħti tweġiba jekk il-proprjeta' tistax tiġi rilaxxata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-dipartiment qiegħed jiċċara l-pożizzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar jekk dan il-bini għandux jitwaqqa' biex tiġi rrispettata l-ischeme fil-lokal qabel ma tista' tittieħed deċiżjoni dwar xi rilaxx.", "ĦABS ĊIVILI - ŻJAJJAR", "13082.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn qed isiru ż-żjajjar tal-familjari lill-priġunieri fil- Ħabs ta' Kordin?", "X'użu qed isir mill-Main Gate il-ġdida u kmamar annessi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li rigward dawk il-priġunieri li jinsabu fid-Diviżjonijiet I, II, III u IV, iż-żjajjar tal-familjari qegħdin isiru fil-post magħruf bħala d-Debituri.", "Iż-żjajjar lill-priġunieri li qegħdin fid-Diviżjonijiet V, VI, VII u VIII isiru fil-viċinanzi ta' dawn id- diviżjonijiet.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-Main Gate tintuża biex jiġi regolat id-dħul u l-ħruġ kollu għal u mill-ħabs filwaqt li l- kmamar annessi qegħdin jintużaw mis-sezzjonijiet ta' l-accounts, tar- riabilitazzjoni, mid-Detail Officer u bħala Control Room.", "Parti mill- kmamar qed jintużaw ukoll bħala stores.", "PULIZIJA - SERQ", "13083.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi rrapportati lill-Pulizija ta' serq ta' oġġetti ta' valur artistiku u/jew storiku matul l-1997 u l-1998?", "Kemm minn dawn ġew misjuba?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-istatistika dwar l-informazzjoni mitluba qabel Settembru 1997 mhix disponibbli.", "Ninsab informat ukoll li l-informazzjoni mitluba għall-perijodu 1 ta' Settembru 1997 sat-13 ta' Marzu 1998 hi kif jidher hawn taħt :", "Rapportati Misruqa Misjuba", "Affarijiet ta' antikita 20 kaz xejn Pitturi 6 kazi xejn Xoghol ta' arti 11-il kaz xejn", "PULIZIJA - PATROL", "13084.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġi organizzat il-foot patrol beat fid-diversi distretti mill-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-foot patrol fid-diversi Distretti tal-Pulizija jiġi organizzat skond in-neċessitajiet tad-distrett konċernat mill-Assistenti Kummissarji u Supretendenti responsabbli mid- Distretti.", "CIVIL AVIATION - ĦADDIEMA", "13141.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kategorija ta' ħaddiema tas-Civil Aviation hu mistenni li jiġu trasferiti ma' l-MIA?", "F'liema grad huma fil-preżent impjegati dawk li se jiġu hekk trasferiti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Għadu kmieni biex jingħataw dettalji li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant aktar u aktar meta għadu fi stadju ta' diskussjonijiet mal-unions konċernati.", "Li nista' nikkonferma f'dan l- istadju huwa l-informazzjoni li diġa' tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12940.", "WSC - SWIMMING POOLS", "13142.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' swimming pools li ġew reġistrati mal-Water Services Corporation?", "F'liema lokalita' jinsabu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' swimming pools irreġistrati mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma huwa ta' 2,161.", "Din il-figura ma tinkludix madwar 400 applikazzjoni oħra li qed jiġu proċessati.", "Dawn il-lokalitajiet huma kif ġej:", "LOKALITA' NUMRU -------- -----", "Attard 118 B'Bugia 10 B'Kara 40 Bahar ic-Cagħaq 55 Bahrija 4 Balzan 42 Birguma 6 Bugibba 19 Burmarrad 5 Buskett 1 Cirkewwa 1 Dingli 5 Fawwara 1 Fgura 4 Floriana 1 G'Mangia 3 Ghajn Tuffieha 3 Gharghur 37 Ghaxaq 3 Gudja 14 Hal-Far 2 Hamrun 1 L-Ibragg 17 Kalkara 6 Kappara 43 Kirkop 1 L-Iklin 21 Lija 58 Luqa 1 Madliena 145 Maghtab 2 Manikata 3 Marfa 2 Marsa 1 Marsascala 83 Marsaxlokk 34 Mdina 3 Mellieha 321 Mensija 5 Mgarr 10 Mosta 64 Mqabba 4 Mriehel 1 Msida 10 Msierah 2 Mtahleb 1 Mtarfa 2 Naxxar 109 Paceville 4 Paola 1 Pembroke 5 Pieta' 1 Qawra 45 Qormi 2 Qrendi 9 Rabat 35 St. Pauls Bay 62 San Pawl tat-Targa 131 Safi 4 Salina 4 San Gwann 64 Selmun 2 Siggiewi 20 Sliema 33 St. Andrews 165 St. Georġe's Bay 1 St. Julians 89 St. Thomas 1 Santa Venera 8 Swieqi 23 Ta' Xbiex 16 Tal-Balal 3 Tarxien 7 Wardija 24 Xghajra 1 Xemxija 3 Zabbar 15 Zebbug 34 Zejtun 16 Zurrieq 9 TOTAL 2161", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "13143.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti minn kull lokalita' tal-11 u 12-il distrett elettorali individwalment li bħalissa qed jattendu xi kors universitarju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant jinsab fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12443 mogħtija f'seduta 191.", "VETERINARJI", "13144.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar in-numru ta' veterinarji li huma mpjegati mal-Ministeru tal-Biedja u Sajd?", "Kemm hu n-numru ta' vacancies ta' veterinarji fil-ministeru?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' veterinarji li bħalissa qegħdin jaħdmu mas-Servizz Veterinarju huma 9 Maltin u 2 barranin.", "Il-proċedura preżenti ma tidentifikax jekk f'xi grad ikunx hemm postijiet vakanti.", "Jekk ikun hemm ħtieġa ta' aktar veterinarji ssir talba lill- Cabinet Committee for Recruitment fejn it-talba tiġi kkonsidrata.", "TAĊ-ĊUMNIJA - IMPJANT GĦAT-TISFIJA TAD-DRENAĠĠ", "13145.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji dwar l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fl-inħawi taċ-Ċumnija l/o Mellieħa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 13062.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN PAWL", "13146.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji dwar l-istat ta' Triq San Pawl, f'San Pawl il-Baħar?", "Meta hu mistenni li jitwettaq dak propost f'dan l-istudju?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-rapport ġeoloġiku tlesta u r- rakomandazzjonijiet tiegħu qed jiġu evalwati biex it-triq terġa' tiġi restawrata.", "PA - UNION CLUB - APPLIKAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP", "13166.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'deċiżjoni beħsiebha tieħu l-Planning Authority rigward il-listing tal-Union Club issa li saret applikazzjoni għall-iżvilupp tal-lokal?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "SKIPS - KUNTRATTURI", "13167.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi ta' skips li jħallsu Lm500 deposit bħala garanzija?", "Jista' jgħid kemm hemm li ma ħallsux?", "Jaqbel il-Ministru li l-ftit li ħallsu għandhom jiġu meħlusa mill- garanzija peress li jidher li qed issir diskriminazzjoni?", "Jaf il-Ministru li allavolja ż-żibel suppost li jitbattal il-Magħtab, hemm numru ta' kuntratturi li għadhom qed jitfgħu iż-żibel f'Wied Fulija, fiż-Żurrieq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' sidien ta' skip loaders huwa ta' 31.", "Minn dawn tlieta (3) ħallsu l-garanzija u se joħroġilhom il-permess skond l-Att Legali 128 ta' l-1997.", "Min ma ħallasx il-garanzija mhux se jitħalla jbattal fil-Miżbla tal-Magħtab qabel ma jkollu l-permess meħtieġ, li joħroġ biss meta jsir id-depositu tal-garanzija.", "Minn kemm ilha magħluqa l-Miżbla ta' Wied Fulija l-ebda kuntrattur ma tħalla jarmi skart f'dan is-sit.", "QORMI - TAL-ĦLAS ROAD - TISWIJA", "13168.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq it-triq quddiem Hompesch Farm, f'Tal-Ħlas Road, Qormi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Din it-triq hija waħda asfaltata u l- manutenzjoni tagħha hija responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "PULIZIJA - KUMMISSARJU", "13169.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Kummissarju tal- Pulizija, fil-konfront ta' l-Ispettur, li ismu qed jintbagħat separatament, liema investigazzjonijiet kienu ġew suġġeriti mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni fir-rapport tagħha numru 103 datata 23 ta' Lulju, 1987?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll x'kien ir-riżultat ta' din l- investigazzjoni jekk darba din ġiet konkluża?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi wara li saru l- investigazzjonijiet u ġie kkonsultat l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali ma rriżultax li hemm lok għall-proċeduri ulterjuri kontra l-Uffiċjal tal- Pulizija li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija.", "ŻEJTUN - FORTI SAN LEONARDU", "13170.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 12729 u 12876, jista' l-Ministru jgħid fuq liema parti ta' Forti San Leonardu saret it-talba mill-Maltacom bħala waħda mill-azzjonisti Datatrak Sec.", "(Malta) Ltd: a) fuq il-parti li hemm ċens; b) jew fuq il- parti li hemm b'kera; u ċ) kemm hija s-somma li se tintalab lill-Maltacom jew Datatrak Security (Malta) Ltd?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-art mitluba mill-Maltacom bħala waħda mill- azzjonisti Datarak Sec.", "(Malta) Limited la hi suġġetta għal ċens u lanqas għall-kera.", "Id-dipartiment għadu mhux fi stadju li jgħid kemm se tkun is-somma li se tintalab.", "DINGLI - TRIQ DON BOSCO", "13171.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jaf il-Ministru li x-xogħol li qed isir fi Triq Don Bosco, f'Ħad Dingli se jfisser li l-ilma tax-xita ta' parti sostanzjali tar- raħal jista' jkun devjat lejn l-għelieqi b'dannu potenzjali għall-uċuħ tar- raba', peress li nbidlet ir-rotta tant naturali ta' l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DINGLI - TRIQ DON BOSCO", "13172.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jaf il-Ministru li x-xogħol tal-livellar fi Triq Don Bosco, f'Ħad Dingli jista' jwassal għal devjazzjoni ta' l-ilma tax-xita b'dannu għal uċuħ tar- raba' viċin Savio College?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nformat li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura nvestiga l-każ kemm mas-Sindku ta' Ħad-Dingli kif ukoll mad-Dipartiment tat- Toroq u huwa nformat li l-ilma tax-xita minn din it-trejqa se jiġi devjat għal ġo Triq il-Buskett, u għalhekk mhux se jkun ta' dannu għall-uċuħ tar- raba' viċin Savio College.", "DINGLI - TRIQ DON BOSCO", "13173.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet tniżżel il- livell ta' Triq Don Bosco, f'Ħad Dingli, tant li r-residenti sabu inkonvenjent kbir fil-bieb tad-dar u anke tal-garaxxijiet tagħhom?", "Jaħseb il-Ministru li se jsiru spejjeż żejda billi anke s-servizzi bħal drenaġġ u ilma se jkollhom jiġu mibdula?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILLI LOKALI - SINDKU", "13174.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar is-Sindku konċernat wara rapport li sar mill-kunsillier konċernat fit-12 ta' Novembru, 1997?", "Kopja tan-nies konċernati u tar-rapport qed jintbagħtu separatament.", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'irriżulta wara tali rapport?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li r- rapport tal-Kunsillier konċernat ġie eżaminat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, instab li mit-8 allegazzjonijiet li saru fil-konfront tas-Sindku ta' Ħal-Kirkop kien hemm irregolaritajiet f'għoti ta' donazzjonijiet lil organizazzjonijiet mhux elenkati fit-8 skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "Fejn dawn l-allegazzjonijiet jidhru li huma sostanzjati, ir-responsabbilta' ta' dan l-aġir kien wieħed kollettiv, u mhux tas-Sindku waħdu, peress li mill-minuti ta' l-istess kunsill jirriżulta li l-qbil dwar tali donazzjonijiet kien unanimu.", "Id-dipartiment talab il-parir ta' l-Avukat Ġenerali dwar x'passi jistgħu jittieħdu kemm f'dan il-każ kif ukoll f'każijiet oħra simili.", "EUROPEAN ECONOMIC AREA - MEMBRI", "13175.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: In vista tal-fatt li l-pajjiżi ta' l- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, Ċipru u l-pajjiżi ta' l-EFTA li huma membri tal-European Economic Area addottaw il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal- Ministri ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-4 ta' Marzu, dwar il-konklużjoni tal- protokoll vinkolanti li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispett għall- Konvenzjoni dwar Armi bijoloġiċi u tossiċi, u saħansitra iddikjaraw li se jieħdu ħsieb li l-politika nazzjonali tagħhom f'dan ir-rigward tkun konformi ma' din il-pożizzjoni komuni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li Malta tagħmel l-istess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern Malti diġa' ħa pożizzjoni favur li din il-konvenzjoni, permezz ta' protokoll, tissaħħaħ f'dak li jirrigwarda r-reġim ġdid mibni fil-protokoll dwar verifikazzjoni u osservazzjoni ta' l-obbligi.", "F'dan il-kuntest, Malta rriaffermat f'Novembru 1996 l-appoġġ tagħha għall- pożizzjoni meħuda f'Mejju 1996 u Awwissu 1996 mill-Unjoni Ewropea, fejn awgurat suċċess fin-negozjati dwar il-protokoll u wkoll it-tisħiħ tal- konvenzjoni b'sistema ta' verifikazzjoni legali u effettiva.", "Tajjeb li jingħad ukoll li matul dawn l-aħħar sena u nofs, il-Gvern Malti ddikjara mingħajr tlaqliq, f'diversi fora internazzjonali, l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-inizjattivi u miżuri kontra l-użu u l-proliferazzjoni ta' armi nukleari, kimiċi u bioloġiċi.", "Ta' min iżid li fl-Assemblea Ġenerali tal- Ġnus Magħquda, Malta vvotat favur riżoluzzjonijiet fuq l-istess suġġett.", "Nixtieq fl-aħħar nett nassigura lill-Onor.", "Interpellant li Malta se tkompli timxi fuq din il-politika u għaldaqstant il-Gvern se jieħu l-miżuri meħtieġa biex jaderixxi għall-mekkaniżmu fejn il-ħajja tal-bniedem tkun protetta u għall-ġid ta' l-umanita' kollha.", "SKEJJEL - ŻEJTUN - TUCK SHOP", "13176.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min hu jew min huma nkarigati mit-tuck shop fil-Junior Lyceum taż-Żejtun?", "Huwa veru li dan l-aħħar hemm żewġ għalliema jew aktar li jieħdu ħsieb huma dan it-tuck shop f'kull ħin tal-ġurnata u dan b'detriment għall- istudenti li jitilfu mil-lezzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Kunsill tal-Iskola huwa nkarigat mit-tmexxija tat-tuck shop tal-Junior Lyceum, Carlo Diacono taż-Żejtun.", "Jien favur li jkunu dawn il-kunsilli skolastiċi li jmexxu t-tuck shops.", "Jien informat li mhux veru li żewġ għalliema jkunu fit-tuck shop f'kull ħin tal-ġurnata u dan b'detriment għall-istudenti li jitilfu mil- lezzjonijiet.", "Jista' jkun li jmorru fit-tuck shop flok fl-istaffroom, meta jkollhom Free Lesson.", "Il-load tagħhom hi normali bħal ta' ħaddieħor, u jekk l-Onor.", "Carmelo Abela jaf b'xi każ fejn intilfet xi lezzjoni, nitolbu jagħtini aktar dettalji ħalli nkun nista' nindaga u niċċara l-affarijiet. staffroom", "VETTURI", "13177.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid u jara x'possibbilta' hemm li vetturi li jinġiebu Malta speċifikament u unikament għall-użu ta' exhibition, ma jkunux suġġetti għall-ETI?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-policy eżistenti hi li, taħt il-liġi tad-Dwana u tas-Sisa, jingħataw biss eżenzjonijiet li tipprovdi għalihom il-liġi.", "Bħalissa l-liġi tipprovdi li, jekk vettura tinġieb Malta għal żmien definit bil-għan li tiġi esportata wara li tintemm l-exhibition, tkun tista' ssir importazzjoni temporanja.", "F'dan il-każ ikunu jridu jsiru l-arranġamenti meħtieġa mal-Kontrollur tad- Dwana.", "MANOEL ISLAND - PROĠETT", "13178.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fir-rigward tal-proġett ta' Manoel Island, jista' l- Ministru jgħid: kemm hija l-area totali ta' din il-proprjeta'; kemm hija l- area diġa' mibnija ta' l-istess proprjeta'; u kemm huwa stmat li se jirċievi l-Gvern għal bejgħ ta' din il-proprjeta' jew id-dħul fis-sena minn din il-proprjeta' mill-Gvern kull sena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MARSAXLOKK - \"MAGĦLUQ\"", "13179.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'area fil-Magħluq ta' Marsaxlokk se tiġi riservata bħala post fejn is-sajjieda Xlukkajra jkunu jistgħu jonxru x-xbieki u jagħmlu xogħol ieħor relatat mat-tiswija tax-xbieki dejjem kif propost fil-proġett ta' irranġar tax-Xatt ta' Marsaxlokk?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proposti fil-proġett ta' l-irranġar tax-Xatt ta' Marsaxlokk, jaħseb biex is-sajjieda Xlukkajri jkollhom żona adegwata, u fejn jistgħu jagħmlu xogħol relatat mall-ħidma tagħhom.", "FISH FARMS - ESPORTAZZJONI", "13180.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13011 dwar esportazzjoni tal-ħut mill-fish farms fil-perijodu 01.09.95 sa 28.02.96, fil-perijodu 01.09.96 sa 28.02.97 u fil-perijodu 01.09.97 sa 28.02.98 li mill-ewwel perijodu msemmi hawn fuq sa l-aħħar perijodu msemmi il-prezz tal- ħut kull kilogram esportat naqas b'iżjed minn 5% kull sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jiċċara l- mistoqsija tiegħu li kif inhi worded ma tantx tagħmel sens.", "ĦUT - IMPORTAZZJONI", "13181.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' importazzjoni ta' ħut f'pajjiżna fil-perijodu bejn 01.10.97 u t-28.02.98, jista' l-Ministru jgħid jekk tħallsitx levy fuq l-istess importazzjoni u jekk fl-affermattiv: kemm kien l-ammont; u kemm kien l- istess ammont fl-istess perijodu fis-sentejn preċedenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li ma kienx hemm levy fuq l- importazzjoni tal-ħut fil-perijodi msemmija, jiġifieri mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-28 ta' Frar, 1998.", "Lanqas ma kien hemm levy fuq il-ħut fl-istess perijodu tas-sentejn ta' qabel.", "UE - APPLIKAZZJONI GĦAL SĦUBIJA", "13182.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12808, jista' l-Ministru jikkonferma li d-dazju mħallas fuq patata importata minn Malta fl-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Mejju se jibqa' zero rated?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nikkonferma u nerġa' nappella lill-Onor.", "Interpellant sabiex ikun aktar konformi mar-realta' tal-fatti ħalli jevita li jagħmel mistoqsijiet bħal dawn li ma jagħmlu xejn ħlief li joħolqu konfużjoni.", "PRODOTTI AGRIKOLI - ESPORTAZZJONI", "13183.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu minn 01.11.96 sal-lum, kemm kien l- ammont ta' prodott agrikolu (barra patata) li ġie esportat kif ukoll il- valur ta' l-istess prodott?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "LOGĦOB TAN-NAR - REGOLAMENTI", "13190.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Peress li fl-abbozz ta' regolamenti dwar il-logħob tan-nar hemm li ma jistax jinħaraq nar fil- viċinanzi ta' bini storiku, jista' l-Prim Ministru jgħidilna x'jinkludu fihom il-kliem \"bini storiku\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kull meta ssir applikazzjoni għall-sit ta' sparar ta' logħob tan-nar kemm id-Dipartiment tal-Mużewijiet kif ukoll l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jiġu kkonsultati dwar jekk is-sit hux fil-viċinanzi ta' bini storiku.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - MEZZI TA' TRASPORT", "13191.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Peress li l- van bit-tail lift li kienet tintuża għat-trasport ta' persuni b'diżabilita' li jattendu l-Adult Training Centre f'Għajnsielem, Għawdex, ilha ħafna ma tintuża minħabba ħsarat estensivi tant li kellha tiġi skrapjata, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra: x'mezzi qegħdin jintużaw għat-trasport ta' persuni b'diżabilita' li jużaw il-wheelchair biex jittieħdu minn u lejn dan iċ-ċentru; ħarġitx offerta għal fornitura ta' van bit-tail lift, u jekk fl- affermattiv, min kien ħa l-offerta u b'kemm ġiet meħuda; u jekk ma ħarġitx offerta, ta' min hu l-van bit-tail lift li qiegħed jintuża u kemm qed jitħallas kuljum għas-servizz ta' l-istess van?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni ghall-mistoqsijiet mitluba mill-Onor.", "Interpallant huma kif gej:", "Vann bit-tail lift;", "Le, ma ħarget l-ebda offerta;", "Fil-preżent qed tintuza l-vann bit-tail lift tal-Għaqda Għawdxija Persuni b'Diżabilita' mingħajr ebda ħlas.", "WSC - DĦUL", "13192.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet il-kalkoli oriġinali tad- dħul tagħha kif għandu jkun rivedut a bażi tat-tariffi l-ġodda ta' l-ilma minn sale of water jkun ta' Lm15,859,972 u sussegwentement għamlet kalkoli li dan l-istess dħul minn sale of water se jkun Lm14,500,000 u ċioe' differenza ta' kważi miljun u nofs lira?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kalkoli oriġinali tad-dħul tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma minn sale of water kienu bbażati fuq dħul mit- tariffi għal-sena sħiħa.", "Peress illi l-eżerċizzju strordinarju ta' qari ta' arloġġi domestiċi, il-bulk meter reading dam aktar minn xahrejn sabiex jitlesta kollu, il-korporazzjoni kellha tirrevedi l-estimi oriġinali tagħha biex tieħu konsiderazzjoni ta' dan u għalhekk iż-żieda fid-dħul mit-tariffi l-ġodda riveduti saru fuq kalkolu ta' għaxar xhur.", "DJAR - ALLOKAZZJONIJIET", "13193.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' maisonettes; flats; u terraced houses li ġew mibnija mill-Awtorita' tad-Djar qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 u li kienu għadhom mhux kompluti?", "Kemm kienu n-numru ta' maisonettes, flats u terraced houses li ġew awarded iżda ma sarx il-konvenju/kuntratt tagħhom?", "Kemm kienu n-numru ta' maisonettes, flats u terraced houses li ma laħqux tlestew mill-kostruzzjoni u lanqas awarded?", "F'liema lokalitajiet kienu rispettivament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Intepellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "UE - PARLIAMENTS REPRESENTING THE YOUTHS OF EUROPE", "13195.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk pajjiżna jistax u hux se jipparteċipa fil-programm ta' l-Unjoni Ewropea Parliaments representing the Youth of Europe permezz ta' pilot projects mill-iskejjel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-programm Parliaments Representing the Youth of Europe imniedi mid-DG XXII, Action in the Area of Education, and Implementation of Socrates, Unit 3 huwa miftuħ għall-15-il membru ta' l- Istat tal-Unjoni Ewropea u għall-pajjiżi membri tal-European Economic Area.", "Malta hija pijuniera f'dan il-qasam u ilha sa minn 1989 attiva kemm lokalment kif ukoll fil-livell Ewropew permezz tal-Mini European Assembly organizzata b'impenn kbir mill-NSTF u bis-support tal-Ministeru u dan fil- livell post sekondarju kif ukoll universitarju.", "Fil-każ ta' Malta ikun għaqli li nsegwu kif se jiżviluppaw l-ewwewl pilot projects fil-livell sekondarju fil-pajjiżi l-oħra qabel ma tittieħed deċiżjoni jekk pajjiżna għandux jipparteċipa.", "HAMRUN - KAXXA TA' L-ITTRI", "13196.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li terġa' ssir kaxxa ta' l-ittri fi Triq Anton Buttigieg kantuniera ma' Triq San Gaetano jew Triq San Franġisk, il-Ħamrun?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-kaxxa ta' l-ittri li kien hemm fi Triq Anton Buttiġieg kantuniera ma' Triq San Franġisk, il-Ħamrun kienet tneħħiet minħabba li kien qed isir xogħol ta' bini, u kienet tmexxiet 60 metru 'l fuq u tqiegħdet fi Triq Ġdida fi Triq Barbara, kantuniera ma' Triq Barbara.", "Fl-istess waqt, kien ġie deċiż li kaxxa ta' l- ittri oħra li kienet madwar 100 metru 'il bogħod setgħet faċilment titneħħa.", "Ta' min jgħid li n-numru ta' ittri li kienu jinġabru minn din il- kaxxa kien tassew żgħir.", "Jiena nformat ukoll li dan iċ-ċaqlieq kien sar fi żmien Posta Ltd wara li ttieħdet konsiderazzjoni serja taċ-ċirkostanzi kollha, u wara li ġie żgurat li ma kien se jinħoloq ebda inkonvenjent serju għar-residenti tal-lokal minħabba d-distanzi qosra nvoluti.", "SPTAR SAN LUQA - SENIOR HEALTH INSPECTOR", "13197.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn is- Senior Health Inspector li kien imexxi l-kċina ta' l-isptar għadu jidħol overtime is-Sibt u l-Ħadd sabiex jieħu samples li faċilment u liberalment jistgħu isiru mill ATO's fil-ġurnata tax-xogħol tagħhom li tinkludi is-Sibt u l-Ħadd u festi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant għandu jippreċiża għal- liema sptar qiegħed jirriferi biex ikun jista' jingħata t-tweġiba mitluba minnu.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li għandu jispeċifika n-natura tas-samples li qiegħed jirriferi għalihom f'din id-domanda.", "SPTAR SAN LUQA - SENIOR HEALTH INSPECTOR", "13198.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12652, jista' l-Ministru jgħid kemm effettivament ħa flus is-Senior Health Inspector għal 478 siegħa overtime li għamel fl-1997?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn is-sigħat kollha ta' overtime kenux ġustifikati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-somma li tħallset lis-Sur Paul Pace ta' Lm1803.41.", "Fil-kariga li kellu dak iż-żmien bħala l-Catering Manager tal- kċina ta' l-Isptar San Luqa, is-Sur Pace kien jidħol nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd biex jissorvelja l-proċess ta' preparazzjoni ta' l-ikel.", "Dak ix- xogħol issa qed isir miċ-charge hand/supervisor inkarigat mix-shift li jinzerta xogħol fil-kċina.", "SPTAR SAN LUQA - KOKIJIET", "13199.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għadhom ma ġewx sostitwiti l-kokijiet li spiċċaw fi Frar li għadda meta diġa' saret talba għalihom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qed tipproċessa sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-vakanzi ta' kokijiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Malli jiġu appuntati, il-koki jitqassmu skond il-ħtieġa.", "GĦAWDEX - CLERICAL WARDENS", "13200.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex il-clerical wardens għadhom ma ġewx ingaġġati ġewwa Għawdex meta f'Malta dawn ilhom li bdew jaħdmu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal Ward Clerical Assistants.", "Ninsab informat li l-ingaġġ f'dan il-grad għadu qed jiġi kkonsidrat.", "GĦAWDEX: GĦARB - BARRIERA", "13201.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 12363, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta nħareġ il-permess biex tintuża l-barriera għar-radam fl-Għarb?", "X'kienu l- 25 kondizzjoni konnessi ma' dan il-permess, kif kien involut il-Kunsill Lokali ta' l-Għarb?", "X'sorveljanza qiegħda ssir biex ma jintefax skart li jagħmel il-ħsara u kif qed issir il-kordinazzjoni għal ħruġ ta' liċenzji oħra biex jintużaw barrieri oħra għal użu ta' radam?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "ŻABBAR - BDIL TA' LAMPI", "13203.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jissewwew/jinbidlu sebgħa lampi fuq double arm poles f'Girdle Road, Ħaż-Żabbar li kienu rrapportati fl-1/12/97?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-manutenzjoni meħtieġa kienet diġa' saret fis-27 ta' Frar, 1998, iżda minn dakinhar żviluppat ħsara f'lampi oħra.", "Il- manutenzjoni fuq dawn il-lampi qiegħda ssir flimikien ma' xogħlijiet oħra.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POST", "13204.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbiltajiet hemm, fil-qarib, biex tiġi akkomodata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Jaf il-Ministru li din il-persuna hija homeless u għandha tarbija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata, iżda peress li l-persuna trid post biss il-Belt Valletta jew il-Floriana, fejn hemm 580 applikant ieħor jistennew, hu ftit diffiċli li tingħata akkomodazzjoni malajr.", "DJAR - INSPECTION", "13205.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jibgħat l- inspector sabiex issir inspection fil-fond indikat mill-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Jaf il-Ministru li d- dipartiment konċernat ilu li wiegħed li jsir dan xhur sħaħ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-ispezzjoni tal-fond indikat saret.", "VALLETTA - CAMERATA - MANUTENZJONI", "13207.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti hemm għat-titjib u manutenzjoni fil-Camerata, fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Hu maħsub li jsiru diversi xogħlijiet fil-Camerata inkluż tibjid u upgrading tal-common parts kif sar il-Marsa.", "Biss billi ċertu xogħol, speċjalment dak li jinvolvi l-btieħi interni jirrikjedi l-użu ta' tower cranes, aktarx li dan ikollu jsir bil-kuntrattur flok bil- ħaddiema tad-dipartiment.", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "13208.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nominazzjonijiet minn kandidati għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali bejn l-1993 - 1998?", "Kemm kien hemm nominazzjonijiet ta' kandidati taħt l-20 sena; taħt it-30 sena; taħt it-30 u s-60 sena u pensjonanti?", "Kemm minnhom kienu nisa u rġiel f'dawn il-kategoriji ta' eta'?", "X'kien in-numru ta' nominazzjonijiet minn kull lokalita' f'kull elezzjoni rispettiva u kemm kien hemm minnhom ġejjin minn partiti politiċi, indipendenti u għaqdiet?", "Kemm minnhom ġew eletti, f'liema kategoriji ta' eta', kemm kien hemm nisa u rġiel u kemm kien hemm ġejjin minn partiti politiċi, indipendenti u għaqdiet?", "Kemm minnhom irriżenjaw jew mietu, minn liema lokalitajiet, taħt liema kategorija ta' eta' jaqgħu u jekk kenux nisa jew irġiel?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Peress li din l-informazzjoni hija waħda li tikkonċerna lill-Kummissjoni Elettorali nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "QRENDI - FTUĦ TA' TRIQ", "13209.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu passi biex jinfetaħ l-aċċess tat-triq minn Sqaq Nru. 3 fi Triq Gwarena għal ġo Triq Gutenberg, Qrendi?", "Milli jidher dan l-aċċess ġie miċħud lin-nies tal- Qrendi minn xi ħadd li abbużivament waħħal xatba biex jagħlaq is-sqaq u l- ingombru tħalla minkejja l-protesti tal-pubbliku matul is-snin.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li l-parti mill-isqaq li hija magħluqa hi privata, iridu jsiru l-proċeduri neċessarji biex din l-art tinxtara għal skop pubbliku.", "MIA - ĦANUT TA' L-AIR SUPPLIES", "13210.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-ħanut ta' l-Air Supplies fid-duty free ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, nhar is-17 ta' Marzu, 1998 ġie mżejjen bi bnadar u kuluri Irlandiżi?", "Jekk iva, minn ta din l-ordni u min ħa ħsieb dan it-tiżjin?", "Hija policy li l-Air Supplies tagħmel hekk anke f'okkażjonijiet oħra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: It-tweġiba hija fl-affermattiv.", "Il-management ta' l- Air Supplies għandu programm ta' relazzjonijiet pubbliċi għal numru ta' ġranet u festi internazzjonali matul is-sena.", "NEGOZJATI - FTEHIM TA' TASSAZZJONI DOPPJA", "13211.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid wara l-elezzjoni ta' l-1996, kemm ġew negozjati ftehim ta' tassazzjoni doppja?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minn wara l-elezzjoni ta' l-1996 sal-lum, saru negozjati ma' disa' pajjiżi differenti rigward ftehim dwar tassazzjoni doppja.", "In-negozjati ġew konklużi f'livell tekniku f'seba' każi, waqt li f'żewġ każi oħra fadal xi punti li għad iridu jiġu diskussi qabel in- negozjati jiġ konklużi.", "DJAR - XIRI", "13212.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallew pendenti għal żmien twil, applikazzjonijiet għax-xiri ta' djar minn inkwilini ta' postijiet tal-Gvern f'Pembroke?", "Jekk lil dawn l-inkwilini, b'applikazzjoni kompletament konformi mal- kondizzjonijiet anke li kienu wkoll ħallsu d-depożitu, hux se jkollhom stmat l-istess valur ta' djarhom li kien prevalenti fi żmien li fih huma tefgħu l-applikazzjoni tagħhom?", "Se jittieħed in konsiderazzjoni ż-żmien mitluf min-naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar, għal iffissar tal-perijodu li jkun irid igħaddi sa ma' dawn l- applikanti jkunu jistgħu jbigħu djarhom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Biex l-Awtorita' tad-Djar tkun tista' tkompli tipproċessa applikazzjonijiet taħt l-iskema tagħha biex inkwilini f'postijiet tal-Gvern isiru sid ta' darhom titlob l-awtorizzazzjoni tal- Kummissarju ta' l-Art.", "Din l-awtorizazzjoni ġiet fis-26 ta' Frar, 1998.", "Fil-fatt dawn l-applikanti diġa' ġew informati b'dan u ġew mitluba jimlew l-formola relattiva u jirritornawha lill-Awtorita' tad-Djar.", "Il-valur tal-fondi jkun dak kif valutat minn perit nominat mill-Awtorita' tad-Djar fid-data ta' l-ispezzjoni.", "Ma jirriżultax li sar xi depożitu ma' l- applikazzjoni.", "Skond l-iskema l-perjiodu li jrid jgħaddi sabiex dawn l-applikanti jkunu jistgħu jbigħu djarhom jibda mid-data tal-kuntratt tat-trasferiment tal- fond.", "AIR MALTA - SPONSORS", "13220.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' liri fi sponsors li tat l-Air Malta bejn l-24 ta' Jannar 1997 u t-28 ta' Frar 1998; lil min ġew mogħtija u l-għan għaliex ingħataw?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u konfidenzjali.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA FUQ XOGĦOL ON LOAN", "13221.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern fuq ħaddiema li jmorru jagħmlu xogħol on loan?", "Hemm xi gradi fis-settur pubbliku li ma jistgħux jiġu transferred on loan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għad li ma teżisti l-ebda policy speċifika dwar trasferimenti on loan ta' ħaddiema tal-Gvern bejn dipartiment u ieħor, jista' jkun hemm il-bżonn li ħaddiema tal-gvern jiġu mislufa minn dipartiment għal dipartiment ieħor f'każi speċjali, bħal meta jinqala' xi xogħol mhux mistenni li jrid jitlesta f'qasir żmien.", "Dwar trasferimenti on loan ta' ħaddiema fis-settur pubbliku għal ma' entitajiet parastatali, kif ukoll trasferimenti on loan ta' ħaddiema ta' dawn l-entitajiet għal dipartimenti tal-Gvern jien informat li mhijiex il-policy tal-gvern li dawn jiġu approvati ħlief għal trasferimenti għal segretarjati privati ta' ministri u segretarji parlamentari.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, r-risposta hija fin-negattiv.", "TOROQ - XOGĦOL FUQ BANKINI", "13222.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika jekk hijiex jew saritx il-policy tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet li f'kantuniera ta' toroq il-bankina toħroġ għal xi raġuni jew oħra aktar mill-wiesgħa regolari tal-bankina?", "Jekk le, għaliex sar hekk fil-kantuniera bejn Triq l-Iskola u Triq Felice, f'Ħaż-Żabbar?", "Jekk iva, x'inhi r-raġuni u meta se jibda jsir l-istess f'kull kantuniera oħra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għad m'hemmx policies tad-Dipartiment tat-Toroq biex jirregolarizzaw dan it-tip ta' intervent.", "Veru li hemm il-ħtieġa li dawn l-affarijiet jiġu rregolarizzati biex isiru sew u bi skop u għal dan il-għan, il-Gvern qabbad konsulenti Ġermaniżi mad-Dipartiment tat-Toroq sabiex isir titjib fid-disinn, kostruzzjoni, u definizzjoni ta' standards.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "13223.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid jekk bejn l-24 ta' Jannar 1997 u t-28 ta' Frar 1998 ingħatax xi leave speċjali lil xi ħaddiema fl-Air Malta apparti dak regolat bil-liġijiet ta' Malta jew ftehim kollettiv inkella minħabba studju?", "F'każ li fl-affermattiv: kemm kien l-ammont ta' ġranet ta' xogħol; għal-liema raġunijiet ingħata; kemm kien in-numru ta' ħaddiema li bbenefikaw; d) x'kienet il-kariga ta' dawn il-ħaddiema; u kien involut xi overtime minħabba replacement/s?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - FINANCIAL CONTROLLER", "13224.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika u fejn kienet ippubblikata, għal mili ta' post ta' Financial Controller mal- Water Services Corporation?", "Kemm kien in-numru ta' applikanti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-sejħa għall-mili tal-post - Head Finance kienet l-ewwel ippubblikata internament fis-27 ta' Marzu, 1997.", "Wara li ħadd mill-ħaddiema ma applika, intalbet lista mill-ETC li kienu qed jirreġistraw fuq Part 1 u li kellhom il-kwalifiki neċessarji kif ukoll permess biex l-korporazzjoni tagħmel is-sejħa pubblika.", "L-ETC bagħtet żewġ ismijiet, wieħed ġie intervistat u l-ieħor ma marx.", "L-avviżi fil-gazztti dehru kif ġej:", "2 ta' Mejju 1997 - Il-Gens 3, 4, 7 ta' Mejju 1997 - Allied Newspapers 3, 4, 7 ta' Mejju 1997 - In-Nazzjon 3, 4, 7 ta' Mejju 1997 - Union Press 4 ta' Mejju 1997 - Il-KullHadd 4 ta' Mejju 1997 - The Malta Independent", "Kien hemm disgħa applikanti għal dan il-post.", "L-avviżi l-oħra dehru:", "10 ta' Mejju 1997 - In-Nazzjon 11 ta' Mejju 1997 - Il-Mument - Il-KullHadd - The Malta Independent 13 ta' Mejju 1997 - L-Orizzont 14 ta' Mejju 1997 - The Times", "Kien hemm 12-il applikant għal dan il-post.", "WSC - AWDITURI ESTERNI", "13225.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data ħarġet sejħa għall- offerti għal awdituri esterni fl-1997 għall-Water Services Corporation; meta għalqet din is-sejħa u meta ġiet awarded; u kemm kien hemm offerti u kemm kienet kull waħda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-sejħa għall-offerti għall-awdituri esterni ħarġet fit-2 ta' Mejju, 1997.", "Is-sejħa għalqet fid-9 ta' Mejju, 1997 u din ġiet awarded fid-29 ta' Settembru, 1997.", "Kien hemm għaxar offerti b'dawn l-ammonti:", "i) Lm 7,500 ii) Lm 8,500 iii) Lm 9,000 iv) Lm 4,300 v) Lm10,000 vi) Lm 6,900 vii) Lm 6,900 viii) Lm 6,500 ix) Lm 9,200 x) Lm 8,000", "WSC - CHIEF INTERNAL AUDITOR", "13226.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika u fejn kienet ippubblikata, għall-mili ta' post ta' Chief Internal Auditor mal-Water Services Corporation?", "Kemm kien in-numru ta' applikanti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li l-kariga ta' Chief Internal Auditor ingħatat fuq bażi ta' kuntratt ta' servizz għall-perijodu ta' tliet snin li jiġġedded kull sena u mhux fuq bażi ta' mpjieg permanenti, ma ħarġitx sejħa pubblika sabiex jimtela' l-post.", "Fil-kariga ta' Chief Internal Auditor inħatret l-istess persuna li l- korporazzjoni kienet qiegħda tħallas lill-kumpannija privata.", "B'hekk il- korporazzjoni ffrankat flejjes kbar billi għamlet kuntratt direttament mal- individwu u temmet il-kuntratt mal-kumpannija li kienet tħaddmu.", "WSC - CREDIT CONTROL MANAGER", "13227.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika u fejn kienet ippubblikata, għall-mili ta' post ta' Credit Control Manager mal-Water Services Corporation?", "Kemm kien in-numru ta' applikanti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-sejħa għall-mili tal-post ta' Manager - Revenue & Credit Control, l-ewwel ma ħarġet kien internament fis-16 ta' April, 1997 u meta ma kien hemm ħadd kwalifikat, intalbet lista ta' nies ikkwalifikati li kienu jirreġistraw fuq Part 1.", "L-ETC tat isem kandidat wieħed u tat ukoll il-permess sabiex tkun tista' tippubblika fil-gazzetti lokali.", "Il-kandidat li bagħtet l-ETC ma marx għall-interview meta kien imsejjaħ.", "L-avviżi deheru kif ġej:", "10 ta' Mejju 1997 - In-Nazzjon 11 ta' Mejju 1997 - Il-Mument - Il-KullHadd - The Malta Independent 13 ta' Mejju 1997 - L-Orizzont 14 ta' Mejju 1997 - The Times", "Kien hemm 12-il applikant għal dan il-post.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - BIR", "13228.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Wara r-rapport tal-Case 680 li l-Ombudsman bagħat lill- Kummissarju ta' l-Artijiet dwar bir f'Baħar iċ-Ċagħaq, dan ordna lil persuna konċernata li l-bir imsemmi jerġa' jagħmlu kif kien sabiex ikun aċċessibbli għar-residenti l-oħra tal-lokal.", "Billi issa għadda aktar minn xahar u nofs u għadu ma sar xejn, jista' l-Ministru jgħid x'passi ulterjuri se jieħu l-Kummissarju ta' l-Artijiet biex din id-deċiżjoni tiġi nforzata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Minkejja li l-ittra ntbagħtet b'posta reġistrata, din qatt ma ġiet servuta, issa d-dipartiment qed jieħu passi biex l-ittra tintbgħat bl-idejn lil Mifsud.", "SKEJJEL - STUDENTI", "13229.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm studenti:- talbu exemption; u kemm ingħataw din l-exemption mill-iskola qabel għalqu s-16-il sena matul l-1997 f'dawn il-lokalitajiet: Zabbar; Żejtun; u Marsascala?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas- snin 1990-1996, sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - BEJJIEGĦA TAL-PITROLJU", "13230.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jidhirlu l-Ministru li l-hawkers tal-pitrolju għandhom ħobżhom mhedded serjament u x'passi se jittieħdu mill-Gvern sabiex issir il-ġustizzja mistħoqqa magħhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Enemalta bdiet diskussjonijiet mal-GRTU dwar reviżjoni tas-sistema kollha ta' distribuzzjoni tal-prodotti tal-pitrolju, li fosthom hemm il-hawkers.", "Huwa l-ħsieb li l-interessi ta' kull parti involuta f'dawn id-diskussjonijiet jiġu salvagwardati.", "MĠARR - FTUĦ TA' TRIQ", "13232.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-inġustizzja li saret wara t-Temporary Provisional Schemes li ħarġu fl-1989 u dan fl-Iskorba, fl-Imġarr, Malta fejn hemm każ partikolari li biex tinfetaħ triq trid titwaqqa' nofs dar ta' abitazzjoni, din tiġi malajr riveduta fil-ħruġ ta' TPS (Temporary Provisional Schemes) jew il-local plan?", "(Kopja tas-site plan tal-post qed tintbagħat separatament).", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant kienet ġiet proġettata li titwessa' fil-1985.", "It-twessigħ kellu jagħti lok ta' mmaniġġjar tat-traffiku aħjar, speċjalment għal dawk li sejrin lejn il- bajja tal-Ġnejna.", "Madankollu, dan it-twessigħ ipproġettat tneħħa mill- Ministru tax-Xogħlijiet fil-25 ta' Novembru, 1981.", "Meta tfasslu it-Temporary Provision Schemes, fl-1989, dan it-twessigħ reġa' ġie pproġettat minħabba r-raġuni msemmija.", "Dan it-twessigħ għadu proġettat sal-lum, u jenħtieġ li t-twessigħ isir mill-aktar fis, sabiex itaffi l-problemi tat-traffiku ġewwa l-Imġarr, speċjalment fis-sajf, meta l- bajja tal-Ġnejna tkun l-aktar popolari.", "PA - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT BLA PERMESS", "13233.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara kif persuna li għandha bitħa ta' garaxx f'Alexandra Str, Qormi fejn hemm il-bieb prinċipali, tiftaħ u twaqqa' bla permess ħajt li jagħti għall- bitħa privata fejn hemm il-garaxxijiet u tpoġġi bieb ta' garaxx fejn ċarrat il-ħajt mingħajr il-permessi u wkoll fejn hemm is-servizzi tad-drenaġġ miftuħin u dan kollu kontra l-liġijiet sanitarji?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "SIĠĠIEWI - QASAM TAD-DJAR - LAMPI", "13234.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb li jinbidlu l-lampi qodma kif ukoll jiżdiedu xi lampi fl-inħawi tal-flats (Ramija Street area) tal-Govt.", "Hse.", "Estate fis-Siġġiewi - dan fid-dawl tal- petizzjoni mressqa mill-istess residenti?", "Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li din it-talba tiġi attwata fi żmien qasir?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-area msemmija mill-Onor.", "Membru diġa' hemm dawl adegwat.", "Il-lanterni l-qodma se jinbidlu mill-aktar fis possibbli.", "SAĦĦA - PHARMACY TECHNICIANS", "13235.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux se jingħataw impjieg definit il-gradwati tal-Pharmacy Technicians ladarba d-dipartiment għandu bżonnhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalissa qiegħed jiġi mfassal Manpower Plan ġdid.", "Dan il-grad ta' Pharmacy Technician jifforma parti mill-pjan globali li jkun skond il-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-ministeru.", "KUNSILL TA' L-EWROPA - DOTT.", "JOSEMARIA BALLESTER", "13236.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Dott. JoseMaria Ballester il-Kap tad-Dipartiment tal-Kultura tal-Kunsill ta' l-Ewropa żarx Għawdex meta kien Malta fil-bidu ta' Frar?", "Jekk fl-affermattiv, fejn mar u ma' min iltaqa'?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-tliet workshops li saru fil-ġranet li kien Malta Dott. Ballester, kienx hemm rappreżentanza minn Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, min kienu r-rappreżentanti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJIEGI - ĊIFRI", "13237.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri tal-labour supply, tal-gainfully occupied u tas-self-employed f'nisa u rġiel f'Għawdex f'Diċembru 1997?", "Jista' jagħti wkoll l-għadd ta' nies jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex (nisa u rġiel) fl-istess xahar u x'kien il-perċentwali tal-labour supply?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Iċ-ċifri mitluba għax-xahar ta' Diċembru 1997 huma kif ġej:", "Dicembru 1997 Irgiel Nisa Total", "Gainfully Occupied 7,409 2,931 10,340 Nies jirregistraw fuq l-Ewwel Parti 497 138 635 Labour Supply 7,906 3,069 10,975 Self Employed 2,172 505 2,677", "Il-perċentwali tal-labour supply f'Għawdex f'Diċembru 1997 kienet ta' 5.78% (din teskludi dawk il-persuni li jirreġistraw fuq it-Tieni Parti tar- Reġistru).", "DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR - PRODOTTI", "13240.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li d-DOI dan l-aħħar ippubblika lista tal-prezzijiet ta' diversi prodotti li ġabar id-Dipartiment tal-Konsumatur, jista' l-Ministru jagħti l- prezzijiet ta' l-istess lista ta' prodotti li nxtraw minn supermarkets u discount stores f'Ottubru 1996, biex b'hekk wieħed ikun jista' jqabbel like with like u mhux kif sar fl-istqarrija tad-DOI fir-rigward tal-prezzijiet minn supermarkets?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, b'riżultat tal- kompetizzjoni li teżisti, il-prezzijiet ivarjaw minn store għall-ieħor minħabba tibdil li jsir minn żmien għal żmien fl-ammont ta' skont li jingħata.", "Għalhekk, mhux possibbli li tqabbel like with like billi x-xirja globali tal-prodotti kollha msemmija fil-lista tvarja minn store għall- ieħor.", "CET - DĦUL", "13241.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti d-dħul mis-CET fix-xhur ta' Jannar u Frar ta' din is-sena kif ukoll l-ammont ta' rifużjoni, xahar b'xahar minn mindu daħlet is-CET?", "Kif jitqabblu dawn mar-rifużjoni taħt il-VAT għall-istess xhur tas- sena ta' qabel?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul mis-CET fix- xhur ta' Jannar u Frar ta' din is-sena kien ta' Lm6,970,988 u Lm4,999,923 rispettivament.", "Ma kien hemm ebda rifużjonijiet minn Lulju 1997 (meta ddaħħlet is-CET) sa Jannar, 1998, u dan minħabba li s-sistema ta' l-ETP kienet għadha kemm bdiet tiffunzjona f'Settembru 1997.", "L-ewwel rifużjoni bis-sistema tas-CET kien fi Frar 1998 u kien ta' Lm203,447.", "Ir-rifużjonijiet taħt il-VAT bejn Lulju 1997 u Frar 1998 kienu kif ġej:-", "|Lulju 1997 |Lm2,250,040 | |Awissu 1997 |Lm 940,540 | |Settembru 1997|Lm1,948,029 | |Ottubru 1997 |Lm1,843,926 | |Novembru 1997 |Lm1,652,245 | |Diċembru 1997 |Lm5,631,921 | |Jannar 1998 |Lm 427,207 | |Frar 1998 |Lm2,378,706 |", "Bis-sistema tas-CET, prodotti importati u mibjugħa lokalment u li jidhru fl-ewwel u fit-tieni skeda tal-liġi huma eżenti mill-ETI u l-ETP u, għaldaqstant, ma jkunx hemm ħtieġa ta' rifużjonijiet fuq ix-xiri ta' dawn il-prodotti.", "PIXXINA NAZZJONALI - KUMITAT", "13242.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13129, filwaqt li nirriferi għall-Kumitat immexxi mis-Sur Maurice Gruppetta, jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant tmexxi żewġ Kumitati dwar il-Pixxina Nazzjonali.", "Nitlob għaldaqstant, lill-Onor.", "Membru jispeċifika għal-liema kumitat qiegħed jirriferi.", "GĦAWDEX - TFITTXIJA GĦAŻ-ŻEJT", "13243.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13115 dwar l-operazzjoni għat-tfittxija għaż-żejt f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm kien jammonta l-kumpens mogħti lill-bdiewa ta' l-inħawi milquta mix- xogħlijiet imsemmija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "13244.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13112, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-kompożizzjoni tal-Kumitat għall-Akkwist ta' Apparat Mediku ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex minn meta twaqqaf fid-29 ta' Mejju, 1997?", "Jekk fl-affermattiv, kif inhi l- pożizzjoni attwali tiegħu?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll kemm-il darba ltaqa' dan il-Kumitat mit-twaqqif tiegħu sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tibdil fil-kompożizzjoni għall-akkwist ta' apparat mediku ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex:", "i) Fis-seba' laqgħa (18 ta' Settembru, 1997) il-Kumitat ħass il-bżonn li l- uffiċjal inkarigat mill-General Stores ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ikun preżenti fil-kumitat.", "Għalhekk iċ-Chairman kiteb lid-Direttur, is-Sur A.F Attard dwar dan.", "Id-direttur approva li Ms Jane Attard, a/Principal fil-General Stores, tibda tattendi l-laqgħat tal-kumitat bħala membru.", "Fil-laqgħa tat-12 ta' Dicembru, 1997 il-Kumitat kiteb lid-Direttur A F Attard billi s-Sur J B Pace kien spiċċa minn Medical Superintendent u floku kien appuntat Dr A Livori.", "Id-deċiżjoni kienet li Dr A Livori ikun maħtur bħala Chairman tal-kumitat u s-Sur J B Pace ma jitqiesx iżjed bħal membru", "Il-kumitat iltaqa' 18-il darba", "GĦAWDEX - KONSUM TA' L-ILMA", "13245.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum totali u l-medja tal-konsum ta' l-ilma f'Għawdex għal kull sena mill-1985 sa l-1996?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-figuri ta' konsum ta' l-ilma f'Għawdex kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant huma:", "SENA KONSUM TOTALI F'SENA MEDJA KULUM (GALLUNI) (GALLUNI)", "1985 381,832,162 1,046,116 1986 401,672,473 1,100,473 1987 447,672,595 1,212,802 1988 485,343,092 1,326,074 1989 517,823,724 1,418,695 1990 561,185,630 1,537,494 1991 652,285,920 1,787,085 1992 659,521,420 1,801,971 1993 684,434,000 1,875,161 1994 705,861,400 1,933,867 1995 699,035,200 1,915,165 1996 625,909,400 1,710,135", "GĦAWDEX - SEZZJONI TA' L-INDAFA - SUPERVISORS", "13246.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12496 fuq ħtieġa ta' supervisors fis-Sezzjoni ta' l-Indafa f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jindika l-pass li jmiss, issa li r-rapport juri l-ħtieġa tal-mili ta' post ta' supervisors f'dik is-sezzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rigward il-mili ta' postijiet ta' supervisor fis- Sezzjoni tal-Indafa Pubblika għandhom jinbdew l-proċeduri stabiliti miċ- ċirkolari OPM 43/97 dwar il-Cabinet Committee on Recruitment.", "INTERNET SERVICE PROVIDERS", "13247.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet tal-liċenzji ta' l- Internet Service Providers Maltin?", "B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 10818 Seduta Nru. 178, hemm kumpanniji li qed jirreklamaw li huma Internet Service Providers imma li ma ġewx imsemmija fil-lista mogħtija fit-tweġiba msemmija.", "Għalfejn Orbit u Fastnet ma ssemmewx fil-lista?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - INTENSIVE THERAPY UNIT", "13255.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n- nurse: patient ratio attwali fl-Intensive Therapy Unit?", "Kemm tvarja minn żmien għal ieħor?", "X'għandu jkun dak mixtieq?", "Xi pjanijiet ta' kontinġenza hemm għal okkażjonijiet ta' emerġenzi?", "Qatt kellhom jitħassru xi operazzjonijiet skedati minħabba iffullar f'dan il-unit?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "XANDIR - LEĠISLAZZJONI FUQ REKLAMAR", "13256.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12886, jista' l-Prim Ministru jirrispondi u forsi wkoll jagħti xi dettalji fuq l-aħħar parti tal- mistoqsija tiegħi ċioe' kif jikkomparaw dawn l-istandards li għandu issa u dak propost mill-Awtorita' tax-Xandir ma' standards Ewropej?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-istandards tar-reklamar li għandna issa fil-qasam tax-xandir kienu ġew implimentati fl-1991 meta kienet saret il-liġi tax- xandir.", "Minn dak iż-żmien sar progress f'dan il-qasam u jiena nformat li l-Kodiċi li kien propost mill-awtorita' jirrifletti dan partikolarment fejn għandu x'jaqsam ir-reklamar u t-tfal, ir-reklamar komparattiv u regolamenti aktar ċari fejn għandhom x'jaqsmu programmi sponsorjati.", "SPTAR SAN VINCENZ - IKEL LILL-PAZJENTI", "13260.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li pazjenti li ma jistgħux jieklu ikel solidu f'Ward 22 f'San Vinċenz ilhom xhur sħaħ jingħataw Maltova biss, u dan għaliex hemm liquidiser bil-ħsara?", "Veru li huwa maħsub, jekk dan hu hekk, li jerġa' jiġi kollox għan-normal?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-liquidiser f'Ward 22 f'San Vinċenz kien bil- ħsara għal xi ġimgħat imħabba nuqqas ta' spare parts.", "Fil-preżent qed tiffunzjona.", "Id-dipartiment ordna għaxar liquidisers heavy duty ġodda li se jkunu pprovduti ma jdumux, għal użu fis-swali.", "AMBAXXATA F'LONDRA - ĦRUQ", "13264.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Nirriferi għar-rapporti li kien hemm fil-ġurnali lokali dwar ħruq fil-Malta House ta' Londra.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma din l-informazzjoni u jispjega sewwasew x'kien ġara f'din l-Ambaxxata ewlenija Maltija?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li ritratti tal-ħruq li kienu f'files tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin sfaw meqruda qabel l- elezzjoni ta' Ottubru, 1996?", "Jista' jikkonferma li f'Malta House għad hemm kopji ta' dawn ir-ritratti u jekk jirriżulta li għadhom hemm, jista' l-Ministru jqegħedhom fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tard il-Ħamis 22 ta' Frar, 1996 pompieri Ingliżi tat- tifi tan-nar kellhom jintervjenu wara li daqqet il-fire alarm li hemm installata fl-uffiċċji tal-Kummisjoni Għolja Maltija ġewwa Londra.", "Il- Pulizija Ingliża mill-ewwel osservat li l-kawża tal-ħruq kienu xi files, karti uffiċjali u bandieri Maltin li kienu miġbura fl-art f'nofs l-uffiċċju ta' l-accounts u kienu jidhru li ngħataw in-nar apposta.", "In-nar ma setax jinfirex ħafna peress li t-twapet ta' l-uffiċini huma magħmula minn materjal li huwa fire resistant, u għalhekk il-ħsara ewlenija li laħqet saret kienet dik kawżata mid-duħħan sfiq, sħana qawwija u nugrufun fin li daħal fi stallazzjonijiet interni ta' l-uffiċċji.", "Spettur tal-Pulizija u inġinier professjonali ta' l-elettronika Maltin, li ntbagħtu minnufih minn Malta biex jinvestigaw il-ħruq, kienu irrapoirtaw li mill-indikazzjonijiet li kellhom, in-nar kien tqabbad minn wieħed mid- diplomatiċi Maltin li kien hemm jaħdmu dak iż-żmien fil-Kummissjoni Għolja Maltija.", "Sussegwentement, inħarġu charges kontra dan id-diplomatiku.", "Il- każ għadu qed jinstema' quddiem Bord tad-Dixxiplina, imwaqqfa mill- Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.", "Mill-informazzjoni li għandi, ma jirriżultax li r-ritratti li juru l- ħsara li saret fl-uffiċċji tal-kummissjoni, li kienu ttieħdu mill-fotografu uffiċjali tal-Pulizija Ingliża, inqerdu qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996.", "Tant hu hekk li dawn ir-ritratti bħalissa jinsabu fil-files tal-ministeru hawn Malta.", "Jista' jkun li jeżistru kopji wkoll fil-Kummissjoni Għolja Maltija ġewwa Londra.", "Peress li r-ritratti qed jintużaw biex jgħinu lill- membri tal-Bord tad-Dixxiplina fl-andament tal-proċeduri kontra d- diplomatiku Malti, kif diġa' għidt, ma naħsibx li jkun għaqli li nqegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra għalissa.", "MALTACOM - PROJECTS TAL-COST", "13265.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Telemalta (jew issa Maltacom) baqgħetx tipparteċipa f'wieħed mill-projects tal-COST?", "Jekk iva, jista' jispjega x'kienet din l-attivita' u x'safar sar in konnessjoni ma' din il-ħidma?", "Kemm sewa dan is-safar minn Novembru 1996 'l hawn?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILL TAL-EWROPA - KONVENZJONI EWROPEA", "13266.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Gvern jgħid jekk għandux intenzjoni li jiffirma l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani u l- Bio Mediċina (OVIEDO) li għaddiet mill-Kunsill ta' l-Ewropa fl-1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Gvern Malti għandu kull intenzjoni li jiffirma din il-konvenzjoni.", "Bħalissa qiegħed jistenna l-pariri legali mill-Avukat Ġenerali sabiex wara tkun tista' issir ir-ratifika.", "PBS - RAPPORT TA' ABBUŻI", "13267.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-avukat li ismu qed jintbagħat separatament tqabbadx mill-PBS sabiex jagħmel rapport dwar bosta allegazzjonijiet ta' abbużi li saru fil-passat minn diriġenti u impjegati tal-kumpannija?", "Jekk jikkonferma, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tlestiex dan ir-rapport u x'kienu l-konklużjonijiet tiegħu?", "X'passi ittieħdu jew huma kontemplati li jittieħdu mill-PBS fuq dawn il-konklużjonijiet?", "Jista' jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport jekk dan tlesta, fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapport dwar xi allegazzjonijiet riferibbli għall- imgħoddi għadu ma tlestiex minħabba pressjoni ta' xogħol ta' l-avukat konċernat imsemmi fil-mistoqsija.", "Huwa ttamat li ma jdumx ma jitlesta.", "Konsegwentament, mhux lok ta' tweġiba għall-mistoqsijiet l-oħra.", "KOPERATTIVI - KOPERATTIVA X'PRESS", "13268.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar meta twaqqfet il-koperattiva X'Press?", "X'inhu x-xogħol ta' din il-koperattiva u minn min hija ffirmata?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li:", "1.", "Il-Koperattiva X-Press ġiet reġistrata mal-Bord tal-Koperattivi fit-28 ta' Novembru, 1997.", "2.", "Il-Koperattiva tipprovdi servizzi bħalma huma:", "Produzzjonijiet awdjo, viżivi jew awdjo-viżivi, pubblikazzjonijiet, servizzi ta' taħriġ u edukazzjoni, servizzi ta' relazzjonijiet pubbliċi u marketing, konsulenza marbuta ma' dawn is-servizzi, produzzjoni ta' scripts, produzzjonijiet fotografiċi.", "3.", "Il-Koperattiva hija fformata mis-sinjuri:", "Kenneth Scicluna John C. Sare Therese Ellul Nicholas Bilocca Joe Azzopardi Paul J. Vassallo James Debono", "PBS - FTEHIM KOLLETTIV", "13269.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-ftehim kolletiv tal-ħaddiema tal- PBS li kellu jidħol fis-seħħ f'Jannar 1997?", "X'qiegħed iżomm biex jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ix-xogħol fuq il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal- PBS daħal fil-fażi finali.", "Jidher li hemm qbil bejn il-union u l-management fuq il-punti kollha li ġew negozjati.", "Il-ftehim għaldaqstant mistenni jiġi ffirmat malli jitlesta l-aħħar xogħol li baqa' xi jsir fuqu.", "PBS - NEWS GUIDELINES", "13270.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li bħalissa l-PBS qed iħejji news guidelines għall- ġurnalisti tal-PBS?", "Min qed iħejji dawn il-guidelines?", "Fiex wasal ix- xogħol u meta mistennija li jiddaħlu fis-seħħ?", "Kif se jiġi żgurat li l- ġurnalisti jsegwu dawn il-guidelines?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-news guidelines għall-ġurnalisti tal-PBS qed jiġu mħejjija mill-General Manager tal-PBS, bl-għajnuna ta esperti fil-qasam.", "Ix-xogħol jinsab avvanzat ħafna u l-ewwel abbozz mistenni jitressaq għall- attenzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati fil-ġejjieni qarib.", "Kull ġurnalist u producer tal-PBS eventwalment jingħata kopja biex tgħinu jimxi strettament mal-policy tal-kumpannija.", "AIR MALTA - TRAINEE TECHNICIAN", "13271.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir min dawk kollha li għamlu interview għal trainee technician ma' l-Air Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-proċess ta' reklutaġġ ta' Trainee Technicians ma' l-Air Malta wasal biex ikun iffinalizzat fi żmien qasir.", "MOSTA - TARMAK", "13272.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għal offerti ħarġet għal għoti ta' tarmak li tikkonċerna toroq fil-Mosta?", "Jista' jsemmi liema huma dawn it-toroq?", "Meta se jibda l-għoti ta' tarmak?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq l-Alwetta hijiex waħda min dawn it-toroq li se tkun mogħtija t-tarmak?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Din is-sena se tiġi preparata sejħa għall-offerti biex ikun jistgħu jiġu asfaltati toroq l-Alwetta, iċ-Ċinju u Barjol.", "MOSTA - DAWL", "13273.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fi Triq il-Ħaġar u fi Triq ta' Mliet il-Mosta jkun hemm żieda f'dawl ta' triq ladarba issa hemm iżjed bini ġdid u f'dawn it-toroq hemm nuqqas ta' dawl?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar bozoz fiż-żewġ toroq imsemmija qegħdin jiġu kkonsidrati flimkien ma' talbiet oħra.", "SKEJJEL - NAXXAR - SKOLA SEKONDARJA", "13274.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun jiswa il- \"Belvedere\" li se jkun mibni fl-iskola sekondarja tan-Naxxar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĊENTRU DETOX - PAZJENTI", "13275.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew iċ- Ċentru Detox fl-1997?", "Kemm minnhom kienu ġodda, kemm nisa u kemm irġiel, x'kienu l-etajiet tagħhom, kemm minn dawn attendew fuq bażi regolari, kemm kien hemm persuni matul l-1997 li attendew rehabilitation programme kontra l-abbuż tad-droga, kemm spiċċaw, kemm kellhom eta' dawk li bdew u kemm hemm persuni jattendu rehabilitation programme bħalissa f'Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Billi l-informazzjoni mitluba tikkonċerna ċ-Ċentru Detox f'Għawdex, nitlob l-Onor.", "Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SIGURTA' SOĊJALI - FLUS TAL-MARD", "13276.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12303, jista' l- Ministru jagħti l-breakdown fuq Għawdex waħdu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "Ghajnuna ghall-Mard Ghawdex", "Frar 1997 1,528 Marzu 1997 1,530 April 1997 1,537 Mejju 1997 1,545 Gunju 1997 1,556 Lulju 1997 1,565 Awwissu 1997 1,564 Settembru 1997 1,566 Ottubru 1997 1,567 Novembru 1997 1,567 Dicembru 1997 1,571 Jannar 1998 1,563", "AUTOMATIC FINGERPRINT IDENTIFICATION SYSTEM", "13277.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex veru li l-automatic fingerprint identification system (AFIS) hijiex se tiġi introdotta fid-dipartimenti u jekk iva, meta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li Automatic Fingerprint Identification System (AFIS) diġa' tintuża mill-Pulizija għal skop ta' investigazzjonijiet.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal-liema dipartimenti oħra qed jirriferi.", "PULIZIJA - KAĊĊATURI MTELLA' L-QORTI", "13278.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10952 rigward kaċċaturi li tressqu l- Qorti.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm armi ġew ikkonfiskati, kemm ingħataw lura u hemmx il-ħsieb li l-policy tal-konfiska tinbidel?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi n-numru ta' każijiet li l-Qorti ordnat il-konfiska tas-senter kienu ħamsa, filwaqt li dawk li dwarhom il- konfiska ma ngħatatx kienu 48.", "Għalissa m'hemmx il-ħsieb li tinbidel il- liġi dwar il-konfiska ta' l-armi.", "TAL-QROQQ - SPTAR", "13284.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk ntgħażlux id-designers/periti għat-tkomplija tax-xogħol fl-isptar f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MARSA RACING CLUB", "13294.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Marsa Racing Club talabx sabiex Triq it-Tiġrija tal-Marsa tiġi resurfaced peress li tinsab fi stat ħażin ħafna sew għall-vetturi u l-pedestrians kif ukoll għaż-żwiemel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva.", "KUMPLESS SPORTIV TAL-MARSA - GRADA", "13295.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-gate li tpoġġiet għal ftit żmien u mbagħad tneħħiet fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa fuq in-naħa li tagħti għal Ħal Qormi?", "Min kien ta parir lis-Segretarjat biex issir din il-gate u għaliex ma kienx antiċipat li jkun kaġun ta' diffikultajiet meta jkun hemm għargħar minħabba l-maltemp?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - TOBBA BARRANIN", "13307.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Prof.", "Tadhiahi Goino u l-Prof.", "Rafik Melik Ohanjamien għandhom id-dritt japplikaw ta' tobba f'Malta?", "Qatt applikaw quddiem il-Kunsill Mediku ta' Malta sabiex jingħataw liċenzja ħalli jipprattikaw ta' tobba f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-persuni msemmija m'humiex tobba li kkwalifikaw mill-Universita' ta' Malta f'liema każ kienu jistgħu japplikaw bħal tobba oħrajn li jikkwalifikaw mill-istess Universita'.", "Jekk huma għandhom kwalifika ta' tobba minn Universita' jew Skola Medika barranija jistgħu japplikaw, iżda biex japplikaw iridu jipproduċu ċ-ċertifikati li huma ikkwalifikaw bħala tobba f'pajjiż ieħor u skond il-liġijiet ta' dak il- pajjiż.", "Jekk ma jissodisfawx dan ir-rekwiżit ma jkunux jistgħu japplikaw.", "Il-liċenzja għall-prattika tingħata mill-Eċċellenza Tiegħu, il-President ta' Malta, fuq il-parir tal-Kunsill Mediku u dan naturalment ikun irid jissodisfa ruħu permezz ta' test prattiku u orali mill-kapaċitajiet tagħhom u jsirilhom anke test lingwistiku.", "Iż-żewġ persuni msemmija, qatt m'applikaw għal-liċenzja.", "UFFIĊINI TAS-SERVIZZI SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "13308.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu benefiċċji differenti mill-uffiċini distrettwali tas-Servizzi Soċjali għas-sena 1997, distrett b'distrett, servizz servizz?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali titħallas biss l-Għajnuna għal Diżimpjieg.", "In-numru ta' benefiċċjarji ta' din l-għajnuna u mil-liema distretti ġew imħallsa fl-aħħar tas-sena 1997 huwa kif ġej:", "Malta", "Balzan 67 Birkirkara 208 Bormla 317 Hamrun 228 Luqa 140 Marsa 144 Mosta 96 Msida 163 Naxxar 76 Paola 213 Qormi 214 Rabat 101 Sliema 149 San Pawl il-Bahar 86 San Gwann 94 Valletta 221 Zabbar 313 Zebbug 165 Zejtun 267 Zurrieq 140", "Ghawdex", "Victoria 197 Nadur 81 Total 3,680", "MĠARR - DAWL FIT-TOROQ", "13315.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fi Triq San Pietru u Triq l-Istaġuni fl-Imġarr (Malta) jiżdied id-dawl tat-triq fejn għad m'hemmx, ladarba żdied il-bini ġdid?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar bozoz fiż-żewġ toroq imsemmija qegħdin jiġu kkonsidrati flimkien ma' talbiet oħra.", "DJAR - SUSSIDJI", "13316.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jogħla l-valur massimu ta' Lm26,000 għal proprjeta' sabiex applikanti jkunu jistgħu jgawdu mis-sussidju fuq l-interess mogħti mil-Lohombus?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-iskemi kollha li kien iħaddem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, issa qed ikunu pproċessati mill-Awtorita' tad- Djar.", "Żewġ skemi minnhom, dik ta' sussidju fuq il-kera u dik ta' xogħlijiet fir-residenzi ta' persuni b'diżabilita' diġa' ġew imtejba.", "Qed isir studju dwar kif l-iskema ta' sussidju fuq l-imgħax għal xiri ta' djar tista' tiġi aġġornata biex tkun aktar tolqot il-ħtiġijiet tal-lum.", "Nixtieq infakkrek ukoll illi fuq inizjattiva tiegħi kont ftaht diskussjonijiet mal-Lohombus Bank u wasalna għal dan il-ftehim li d- dettalji tiegħu qed nagħtihomlok hawn taħt u liema dettalji diġa' ġew ppubblikati anke fil-Parlament.", "Dan jgħodd għal dawk li jixtru mingħand l- Awtorita' tad-Djar.", "1.", "Is-self se jitħallas lura fuq medda ta' 30 sena u mhux fuq 25 sena kif kien isir qabel.", "B'hekk l-pagament ta' kull xahar għal ħlas lura ta' self se jonqos.", "2.", "Fil-każ ta' maisonette benefiċjarju jista' jissellef 90% tal-prezz sussidjat biex jixtri il-fond fi stat ta' ġebel u saqaf, filwaqt li fil- ħarġiet ta' qabel il-benefiċjarju seta' jissellef sa 90% tal-prezz tal-fond kif ukoll biex jitkompla il-fond.", "Bħala riżultat il-front finance li jkollu jagħmel il-benefiċjarju naqas.", "3.", "Fejn qabel il-benefiċjarju kien iħallas il-Lohombus Bank Limited 0.3% ta' l-ammont tas-self bħala spejjez għall-ipproċessar ta' l-applikazzjoni tas-self issa se jħallas biss Lm15.", "4.", "Bħala legal expenses tal-Lohombus Bank Limited, fejn qabel benefiċjarju kien iħallas skond il-valur tal-loan issa se jħallas biss Lm10.", "5.", "Jekk is-self jeċċedi il-Lm 15,000, ir-rata ta' l-imgħax għall-ħames snin tkun ta' 7.5% u mhux 8.5%.", "Min-naħa tagħha, l-Awtorita' tad-Djar, biex tgħin aktar lill- benefiċjarji, se tissussidja is-self sa 90% sussidjat tal-maisonette u mhux sa Lm6,000 kif sar fil-ħarġiet preċedenti.", "TARXIEN - TRIQ JOSEPH BURLO' - TISWIJA", "13317.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jinbeda x-xogħol fi Triq Joseph Burlo' f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-asfalt fi Triq Burlo', Tarxien hu maħsub li jsir flimkien ma' dawk ta' toroq oħra fil-viċinanzi skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-dipartiment.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "GŻIRA - ST.", "ALBERT STREET - IPPARKJAR", "W1,561.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonsidra l-gvern illi jbiddel id-deċiżjoni li biha karozzi fi Triq St. Albert, fil-Gżira quddiem il-kumpannija, li isimha qed jintbagħat separatament, ma jitħallewx jipparkjaw hemmhekk u dan b'telf ta' flus, bi drop ta' 50% income għall-istess kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - OQBRA ĠODDA", "W1,566.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: In vista tar-risposta li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru W1150 magħmula minni, jista' l-Ministru: jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru oqbra ġodda fiċ-Ċimiterju ta' l- Addolorata fil-futur qarib; u f'każ affermattiv, jgħid kemm se jsiru oqbra ġodda; jgħid jekk, apparti li jsiru oqbra ġodda, jeżistux mezzi oħra kif persuna tista' tiġi assenjata jew takkwista qabar, u f'każ affermattiv, x'inhuma; u jindika, jekk possibbli, x'inhu t-tul ta' żmien li wieħed jkun mistenni li jistenna jekk ikun in-numru 236 fuq il-waiting list qabel ma jiġi allokat qabar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-possibbilita' li ssir estensjoni taċ- Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata qed tigi studjata.", "Sid ta' qabar jista' jittrasferixxi l-qabar b'Att testimonjali jew b'donazzjoni.", "F'dawn iż-żewġ każi l-approvazzjoni tat-Tabib Ewlieni tal-Gvern hija meħtieġa.", "Risposta għad-domanda Ċ ma tistax tingħata għaliex għadhom ma ġew konklużi l-ebda proċeduri biex issir din l-estensjoni."]} {"filename": "19980313_199d_par.doc", "date": "1998-03-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 199 Il-Ġimgħa, 13 ta' Marzu, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 199", "Il-Ġimgħa, 13 ta' Marzu, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "199", "Il-Ġimgħa, 13 ta' Marzu, 1998", "WERREJ MINUTI 1015", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1015", "TQEGĦID TA' KARTI 1021", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998 1022", "AĠĠORNAMENT 1049", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1054", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 198 li saret fit-13 ta' Marzu, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "11567.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Fil-breakdown li jagħti, jista' l-Ministru għal kull waħda minn dawn separatament jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Minn liema lokalita huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull enti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "11568.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament, jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Minn liema lokalita' huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull enti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - IMPJEGATI", "11569.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid: mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Fil- breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament, jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull enti?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja): Nassumi li l-Onor. interpellant qed jirriferi għal impjegati li ġew ingaġġati b`direct employment u mhux għal dawk li għaddew mill-proċessi regolari ta` eżamijiet, selection boards, eċċ.", "Fil-ministeru tal-ġustizzja kienet ġiet ingaġġata persuna waħda bħala part-time translator għat-traduzzjoni ta' abbozzi tal-liġi.", "Din kellha kuntratt definit u kienet mill-Imsida", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U TA' L-INDUSTRIJA - IMPJEGATI", "11570.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l- Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament, jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex impjegati b'mod permamenti jew għal żmien definit?", "Minn liema lokalita' huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull enti?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekomomiċi u ta' l- Industrija): Ir-risposta tingħata meta tinġabar l-informazzjoni kollha.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU U S-SELF EMPLOYED - REKLUTAĠĠ", "12254.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi full-time, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir- reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - REKLUTAĠĠ", "12255.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl- oqsma differenti tad-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi full-time, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir-reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u KOstruzzjoni) : Qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MINISTERU TAD-DJAR U KUNSILLI LOKALI - REKLUTAĠĠ", "12256.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi full-time, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir- reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - REKLUTAĠĠ", "12257.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi full-time, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir-reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Qed inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - REKLUTAĠĠ", "12258.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi full-time, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir-reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - REKLUTAĠĠ", "12259.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi full-time, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir- reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jidhirli li l-informazzjoni li talab l-Onor. interpellant għall-perijodu mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-8 ta' Jannar, 1998 diġa' ngħatat fit-tweġibiet għall- mistoqsijiet numru 11099 u 11630.", "Rigward l-informazzjoni mid-9 ta' Jannar, 1998 sa llum jiena nformat li l- Gozo Channel Co. Ltd. impjegat accountant fit-2 ta' Frar, 1998 fuq kuntratt indefinit wara approvazzjoni ta' l-ETC għal sejħa għal applikazzjonijiet.", "Il-persuna magħżula tirrisjedi is-Swieqi.", "SPTARIJIET - PAZJENTI", "12708.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiswa pazjent kull ġurnata li jokkupa sodda ġewwa l-Isptar San Luqa, l-Isptar Monte Carmeli, Ħas-Serħ, l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar Sir Paul Boffa, l-Isptar Zammit Clapp u ġod- day surgery?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): L-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif ġejja hawn taħt:", "|Sptar San Luqa |Lm 85.00 | | |kuljum | |Sptar Monte | 24.22| |Carmeli | | |Sptar Ġenerali | 94.56| |ta' Għawdex | | |Sptar Sir Paul | 39.00| |Boffa | |", "Dwar id-day surgery mhux possibli li nagħti figura għaliex is-sistema ta' ġbir ta' informazzjoni dettaljata f'livell ta' ward ta' l-Isptar San Luqa għadha ma teżistix.", "DJAR TA' L-ANZJANI - PAZJENTI", "12709.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pazjenti rikoverati ġewwa d-djar tal- gvern?", "Jista' jagħti breakdown skond il-ħlas li preżentement qegħdin iħallsu individwalment?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): In-numru ta' anzjani rikoverati ġewwa djar tal- gvern huwa 337, li 19 minnhom huma koppji.", "Is-somma li jħallsu hija 60% tad-dħul kollu tagħhom imma ma taqbiżx l-Lm1,460 fis-sena.", "Breakdown tar-rati li l-anzjani qegħdin iħallsu fil-preżent qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SPTAR MONTE CARMELI - LAUNDRY", "12710.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-laundry ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "Jista' jagħti organigramma skond il-grad?", "Kemm tħallsu overtime tul l-1997?", "B'liema roster qegħdin jaħdmu dawn il- ħaddiema?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Ġewwa l-laundry ta' l-Isptar Monte Carmeli hemm 60 ruħ ingaġġati, maqsumin kif jidher hawn taħt.", "|operations manager |1 | |foreman |1 | |senior tradesman |7 | |health assistant |19 | |supervisor |3 | |tradesman |3 | |seamstress |4 | |messenger |1 | |general hand |4 | |hospital auxiliary |17 |", "Matul l-1997 tħallsu Lm74,216 f'overtime.", "Bħalissa l-ħaddiema għadhom qegħdin jaħdmu fuq roster ta' ġurnata ġewwa u ġurnata barra, jiġifieri shift ta' tnax-il siegħa.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - ILMENTI", "12711.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru complaints dwar is-servizz mogħti minn kull health centre individwalment matul is-sena 1997?", "Kemm instab li kien hemm complaints ġustifikati u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja) Matul l-1997 fid-diversi ċentri tas-saħħa kien hemm dawn il-complaints:", "|Ċentri|TOT|Mhux |Ġustifi|ĠĠusti| |tas-Sa|AL |Ġustif|kati - |fikati| |ħħa | |ikati |Passi |- | | | | |Amminis|Passi | | | | |trattiv|Dixxip| | | | |i |linarj| | | | | |i | |Floria|10 |6 |4 |- | |na | | | | | |Gzira |9 |3 |6 |- | |Qormi |7 |3 |4 |- | |Paola |25 |13 |11 |1 | |Cospic|- |- |- |- | |ua | | | | | |Mosta |17 |6 |10 |1 | |Rabat |2 |1 |2 |- |", "|Spizer|Tot|Mhux |Gustifi|Gustif| |ija |al |Gustif|kati - |ikati | | | |ikati |Passi |- | | | | |Amminis|Passi | | | | |trattiv|Dixxip| | | | |i |linarj| | | | | |i | |Floria|4 |2 |2 |- | |na | | | | | |Gzira |3 |1 |2 |- | |Qormi |1 |- |1 |- | |Paola |9 |1 |8 |- | |Luqa |- |- |- |- | |Mosta |8 |- |8 |- | |Serviz|10 |- |10 |- | |zi | | | | |", "SAĦĦA - INKJESTI DIPARTIMENTALI", "12712.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru inkjesti dipartimentali matul is-sena 1997?", "Jista' jagħti lista ta' dawn l-inkjesti?", "Kemm minnhom ġew konklużi?", "Kemm hu n-numru ta' inkjesti pendenti ta' qabel l-1997?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - MULTI", "12713.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' mpjegati fid-dipartiment li ġew immultati flus jew multi oħra minħabba nuqqasijiet li wettqu matul is-sena 1997?", "Kemm kien l-ammont globali ta' dawn il-multi u kemm minnhom tħallsu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): In-numru ta' impjegati fid-dipartiment tas-saħħa li ġew immultati flus jew multi oħra matul 1997 kienu 38.", "L-informazzjoni mitluba tidher hawn taħt.", "|impjegati |26 | |mmultati flus | | |twissija |10 | |bil-miktub | | |twissija verbali | 2 | |ammont globali |Lm 484.80 | |ammont mħallas | | | |460.00 |", "WIED IL-GĦAJN: KUNSILL LOKALI - KUNSILLIER", "12924.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għar-rapport tal-bord ta' inkjesta li sar fuq allegazzjonijiet magħmula minn kunsillier tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn - fil-fatt kienet saret talba sabiex dan ir- rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra - jaqbel il-Ministru li dan ir- rapport kellu jitpoġġa kif mitlub qabel ma tqiegħed għad-dispożizzjoni tal- Kunsill ta' Wied il-Għajn?", "Jista' issa, jekk jogħġbu, l-Ministru jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. interpellant li r-rapport tal- bord ta' inkjesta ngħata lill-kunsill konċernat skond id-disposizzjoni ta' regolament numru 5(4) tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), Avviz Legali numru 155 ta' l-1993 li jgħid hekk:", "\"......il-Bord maħtur taħt l-Att dwar l-Inkjesti għandhom, fi żmien gimgħatejn minn meta jtemmu l-investigazzjoni tagħhom, jagħtu lill- Ministru u lill-Kunsill rapport bil-miktub tar-riżultanzi ta' l- istħarrig......\"", "Hi fid-deskrizzjoni tal-ministru jekk ipoġġix dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Madanakollu jiena dan xorta waħda qed nagħmlu.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhuma l- konklużjonijiet prinċipali ta' dan ir-rapport?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, dan ir-rapport issa qiegħed għad- dispożizzjoni tal-Kamra u kulħadd jista' jara l-konklużjonijiet x'inhuma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, ir-rapport huwa wieħed voluminuż u naħseb li l-Ministru ġie briefed dwar il-konklużjonijiet tiegħu.", "Naħseb li jkun xieraq li jgħidilna x'kienu l-konklużjonijiet prinċipali u jekk ir- rapport jirrakkomandax li jittieħdu xi azzjonijiet partikolari.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, peress li m'għandix ħin biżżejjed se naqralu l-general recommendations.", "\"During the course of this investigation a ġeneral shortcoming, albeit one not referred to in the set of allegations investigated by this board, has come to light with regard to the procedure for amending minutes.", "Minutes used to be amended via computer such that it would be impossible to tell whether any amendment had in fact been carried out, thus providing obvious room for abuse.", "It seems that the procedure has now been altered and made more foolproof.", "However, the board wishes to make a suggestion to the effect that the original minutes of all local council meetings should be signed on every page by the secretary and at least two other councillors including the mayor.", "Finally, due to the significant dissipation of resources entailed by the utilisation of the services of a board of inquiry or of the director of audit, and also in view of the understandable reluctance of mayors of local councils to undertake investigations themselves, it is suggested that some other more efficient mechanism be found to deal with complanits regarding breaches committed by local councils.\"", "Dawn huma r-rakkomandazzonijiet ġenerali li saru minn dan il-bord.", "NI CONTRIBUTIONS", "12925.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonsidra li persuni li ġew qegħda qabel l-1996 iħallsu l-bolla mill-1996 biex ikunu ntitolati jieħdu l-credits mill-1996 'il hemm, dejjem jekk kienu qed jirreġistraw?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Persuna tkun intitolata għal kontribuzzjonijiet akkreditati jekk tkun ħallset jew kellha akkreditat mhux anqas minn għoxrin kontribuzzjoni għall-aħħar sentejn ta' kontribuzzjoni rilevanti jew inkella tkun ħallset għoxrin mill-aħħar sitta u għoxrin ġimgħa qabel il-ġurnata tat-talba.", "Il-Ħdax-il Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap.318) tispeċifika li l-persuna konċernata trid tkun ħallset, kif indikat aktar kmieni, qabel il-bidu tas-sena ta' benefiċċju tagħha, li tinkludi l-ġurnata li fiha l- kondizzjonijiet jinħtieġu li jkunu sodisfaċenti.", "Persuna trid tkun ħallset ukoll mhux anqas minn ħamsin kontibuzzjoni jekk tkun fuq it-tmintax-il sena.", "Fir-rigward ta' dawk li jaħdmu għal rashom, kontribuzzjonijiet akkreditati bdew jingħataw lilhom b'effett mill-1996 u setgħu jkunu ntitolati għal kontribuzzjonijet akkreditati jekk kienu ta' l-anqas ħallsu kontribuzzjoni jew kellhom akkreditati għoxrin kontribuzzjoni fl-1993 jew fl-1994.", "Setgħu wkoll jikkwalifikaw għal kontribuzzjonijiet akkreditati jekk kellhom imħallsa għoxrin kontribuzzjoni mill-aħħar sitta u għoxrin ġimgħa qabel Jannar ta' l-1996.", "M'hemmx il-ħsieb li l-liġi tiġi emendata b'effett retroattiv qabel id- data msemmija.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' rapport mibgħut mill-Avukat Edgar Mizzi lill-Prim Ministru fl-4 ta' Frar 1998 b'konnessjoni ma' l-għoti ta' maħfriet presidenzjali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Rapport dwar l-impjiegi fil-Pixxina Nazzjonali u dwar l-istrutturi li jmexxu l-Pixxina maħruġ fit-12 ta' Frar 1998.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd fil-11 ta' Marzu 1998, rigward azzjoni mħabbra mill-Meatsellers' Association dwar il-bejgħ ta' ċanga friska, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12930.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998", "Ikompli mit-13 ta' Marzu, 1998", "MADAM SPEAKER: Rimarki.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, waqt li kont qed nipprepara għal dan id-dibattitu tajt ħarsa lejn id-dibattitu dwar l-estimi tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li kellna s-sena l-oħra u skoprejt li t-tema ġenerali kienet il-preokkupazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja.", "Dak iż-żmien kien għadu kif tela' l-Gvern Laburista, li kulħadd jiftakar kemm kien jisħaq fuq il-ħofor li skond hu wiret mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Il-WSC kienet waħda minn dawk l-entijiet prinċipali li skond il-Gvern Laburista kkontribwiet biex saret din il-ħofra.", "Jekk illum wieħed jagħti daqqa' t'għajn lejn id-diskorsi li qed jingħadu mill-kelliema tan-naħa tal-Gvern isib li bħas-sena l-oħra, id-diskors reġa' waqa' fuq l-aspett finanzjarju għax kulħadd qed jitkellem dwar it-tariffi l- ġodda, dwar il-ġustifikazzjoni u dwar l-effetti tagħhom.", "Iż-żieda f'dawn it-tariffi hija xi ħaġa li kulħadd se jħossha u kien ovvju li kien se jkun hemm din l-enfasi kollha fuq l-aspett finanzjarju.", "Pero' din il- preokkupazzjoni kollha qed iġġegħilna nħarsu wisq lejn aspett wieħed tax- xogħol li tagħmel il-WSC.", "Meta wieħed iżomm f'moħħu li l-korporazzjoni hija enti li x-xogħol tagħha huwa pjuttost tekniku, b'implikazzjonijiet oħrajn fuq is-saħħa u fuq il-kwalita' tal-ħajja, huwa tajjeb li waqt li qed nitkellmu fuq l-aspett finanzjarju - u altru li huwa tajjeb li nagħmlu hekk - ma nistgħux ninsew l-affarijiet l-oħrajn, għax dan jista' jaffettwa l-mod ta' kif kull wieħed u waħda minna ngħixu.", "Madam Speaker, għal ħafna pajjiżi tal-Mediterran l-ilma huwa riżors importantissimu li jiddetermina l-mod ta' kif jgħixu u, fil-każ ta' ċerti pajjiżi, saħansitra jiddetermina anke l-politika barranija tagħhom.", "F'dak li hu riżors ta' ilma Malta mhijiex fost l-agħar pajjiżi fil-Mediterran.", "Għamilna ħafna żmien niddependu biss fuq ir-riżors ta' l-ilma ta' taħt l- art, dak ta' l-aquifer, pero' minn xi 15-il sena 'l hawn bdejna ndawru l- ilma tal-baħar f'ilma tax-xorb u għamilnih riżors ukoll.", "Veru li dan qamilna ħafna flus imma peress li l-produzzjoni kienet baxxa ħafna bilfors kellna nirrikorru għal dan il-mezz biex inkunu nistgħu nlaħħqu mad-domanda.", "Pero' naħseb li kien żball li matul dawn is-snin kollha ħarisna biss lejn dawn iż-żewġ oqsma bħala s-sors ta' l-ilma għax jeżistu sorsi oħra ta' ilma.", "Għandna l-ilma tax-xita u minn kemm ilu jaħdem l-impjant tal- purifikazzjoni tad-drenaġġ f'Sant'Antnin għandna wkoll s-second class water, li jiġi minn treated sewage effluent, li huwa sors li nistgħu nużawh ukoll.", "Jekk inħarsu lejn il-figuri li għandna fir-rapport annwali tal- korporazzjoni u naraw kif jiġi prodott l-ilma li tissupplixxi l- korporazzjoni, insibu li 47.3% inġibuh minn taħt l-art u 52.7% inġibuh mid- desalination plants.", "Niftakar li meta rajt dawn il-figuri bqajt sorpriż għax fil-fehma tiegħi l-persentaġġ ta' ilma li nipproduċu minn taħt l-art huwa għoli ħafna.", "Meta kont student kienu jgħidulna li l-aquifer ma tistax tagħmel over-exploitation tiegħu, għax jekk tagħmel dan nispiċċaw li ntellgħu ilma ta' kwalita' agħar għax ikun fih ħafna iktar minerali.", "Barra minn hekk peress li inti tkun qed tippompja ħafna iktar ilma milli fil-fatt ikun qed jinżel fl-aquifer, fil-vojt li jibqagħlek jidħol l-ilma baħar li jkun fih salinita' kbira u ovvjament il-kwalita' ta' l-ilma fl-aquifer tiddeterjora.", "Minkejja dan il-periklu u minkejja li l-domanda għall-ilma mill-1994 'il hawn naqset b'5%, kull sena ma naqqasniex il-volum li ntellgħu mill-boreholes anzi komplejna nippompjaw iktar.", "Għalija dan ifisser li l-Gvern donnu riesaq lejn dik il-politika tal-Gvern Laburista preċedenti u se jkompli jesplojtja l-ilma tal-boreholes.", "Fil-fatt fl- 1995/96 ittellgħu b'20 miljun metru kubu ilma mill-boreholes u fis-sena ta' wara ttellgħu 22 miljun metru kubu.", "Ir-rapport annwali jgħid li din iż-żieda hija attributable to minimal rejection due to pollution.", "Jiena ngħid li din hija parti żgħira mir- raġuni l-għala kien hemm dik iż-żieda fil-produzzjoni ta' l-ilma mill- boreholes.", "Għax jekk naraw ir-rapport annwali tas-sena ta' qabel u naraw x'kien l-ammont ta' ilma mormi minħabba t-tniġġiż, insibu li kien hemm 0.97 miljun gallun ilma.", "Jiġifieri jekk wieħed iżid dawn ma' dak li kien prodott dik is-sena, isib li dik is-sena kien prodott ħafna inqas ilma mill- boreholes.", "Jiġifieri t-tendenza li l-esplojtazzjoni tal-boreholes qiegħda tiżdied hija minnha u qed tħassibna għax din għandha konsegwenzi serji, kemm fuq il-kwalita' kif ukoll fuq is-supply li jibqa' f'dawn is-riżorsi.", "Il-limitu ta' estrazzjoni sostenibbli - din qrajtha f'rapport li ħarġu l- moviment ta' l-ambjent - huwa ta' 18-il miljun metru kubu.", "Jiġifieri bħalissa l-korporazzjoni qed tipproduċi 25% aktar milli suppost u dan meta wieħed mhux qiegħed iqis dak li qed itella' l-privat.", "Jekk innaqqsu l-ammont ta' dak li nippompjaw u nżidu l-ammont prodott mill-ROs inkunu qed inżidu l-ispiża ta' l-enerġija elettrika u hawnhekk tiżdied l-ispiża ta' l-ilma prodott.", "Id-dilemma li għandu l-pajjiż hija kif se nagħmlu biex inżidu l-produzzjoni ta' l-ilma mingħajr ma jkollna deterjorazzjoni tar-riżorsi li għandna taħt l-art u fl-istess ħin mingħajr ma nżidu l-produzzjoni ta' l-ilma mir-reverse osmosis.", "Għax irridu nipprovaw inżommu l-ispiża ta' l-elettriku baxxa u kemm jista' jkun ma nkunux niddependu fuq ħruġ ta' fossil fuels minħabba li 19% tal-konsum tal- power station fil-fatt imur għal dawn ir-reverse osmosis plants.", "Jiena naħseb li biex aħna nibdew nipproduċu l-ilma b'mod sostenibbli irridu nibdew inwessgħu l-viżjoni tagħna dwar x'jistgħu jkunu r-riżorsi ta' l-ilma għall-pajjiż.", "Ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn l-ilma li nipproduċu mill-impjant ta' Sant'Antnin qisu xi by-product irħis li tista' tarmih jew ma tużahx.", "Irridu nibdew naraw kif dan il-prodott nagħmlu użu tajjeb minnu.", "Ma nistgħux nibqgħu nħallu l-ilma tax-xita jaqa' fit-toroq u ma nagħmlu xejn dwaru.", "Hemm bżonn li ninforzaw il-liġi tal-bini li titkellem dwar il-bjar fid-djar - jiddispjaċini ngħid li lanqas il-gvern mhu qed jipprovdi bjar fil-flats u maisonettes li qed jibni u dan meta qed ngħidu li rridu nibdew inħarsu b'mod integrat lejn is-riżorsi kollha ta' l-ilma.", "Bil-paroli biss ma naslu mkien u jekk il-Gvern Laburista verament irid jasal x'imkien, ma jagħmilx ħażin jekk jimita l-isforzi li kienu qegħdin isiru fi żmienna.", "Madam Speaker, mir-rapport annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma għas-sena 1995 wieħed jista' jara x-xogħol li kien inbeda u jista jara wkoll il-viżjoni li kellu Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Per eżempju, il-proġett ta' Wied il-Qlejgħa u l-master plan ta' l-integrazzjoni ta' l-ilma bdew fi żmienna.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien ukoll ħa ħsieb il- bdil tal-mains ta' l-ilma, il-manutenzjoni tal-ġibjuni u l-leakage detection.", "Barra minn hekk konna bdejna wkoll naħsbu kif id-dipartiment tad- drenaġġ ikun inkorporat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Fil- fatt in-nuqqas fl-accounted for water huwa frott tax-xogħol li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista meta fl-1994 kien beda jfassal il-viżjoni ta' mmaniġġjar integrat tar-riżorsi ta' l-ilma.", "Ħaġa importanti ħafna f'dan is-settur hija l-bdil tal-mains u l- extensions ta' l-ilma għax b'dan inkunu nistgħu ntejbu d-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn l-aħħar żewġ rapporti annwali tal-korporazzjoni u jagħmel paragun bejn kemm kien hemm bdil ta' mains u extensions fl-1995/96 ma' kemm kien hemm fl-1996/97, malajr jinduna kemm dan il-Gvern ma baqax miexi bl-istess ritmu li kien għaddej bih il-Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt fl-1995/96 insibu li nbidlu 42,000 metru f'mains u extensions u fl-1996/97 inbidlu 14,000 metru.", "Jiġifieri il-Gvern qed għid li jrid jagħmel immaniġġjar integrat tar-riżorsi ta' l-ilma u fl-istess ħin qed jibża' wisq għall-flus u mhux qed jagħmel dak li hu tant neċessarju.", "Il-Ministru stess aċċenna għall-importanza tal-bdil tal-house service connections pero' jekk nagħmlu l-istess paragun li għamilna qabel insibu li fl-1995/96 inbidlu 6,000 u fl-1996/97 inbidlu 3,600.", "Dan juri li mhux qed isir investiment biex ma jintilifx ħafna ilma u nħarsuh b'mod integrat.", "(Interruzzjonijiet) Qed naraw ħafna rapporti imma fil-fatt kważi mhu qed isir xejn.", "Madam Speaker, dan narawh iżjed u iżjed f'dak li għandu x'jaqsam mad-drenaġġ.", "Jekk naraw xi tqassam ilma mill-impjant ta' Sant'Antnin insibu li fl- 1996/97 tqassam 1.3 miljun metru kubu ta' ilma.", "Pero' dan l-impjant għandu kapaċita' li jqassam 4 miljun metru kubu u dan juri kemm m'a]niex qed nisfruttaw b'mod tajjeb il-kapaċita' ta' dan l-impjant.", "Nafu wkoll li d- distribuzzjoni ta' l-ilma minn dan l-impjant hija primittiva u fuq dan għadu ma sar xejn u għadna niddependu minn dawk l-open channels li huma soġġetti għall-vandaliżmu u għall-evaporazzjoni.", "Peress li l-ilma li jiġi prodott minn dan l-impjant jiġi wżat għas-saqwi, nistgħu ngħidu li ħafna minnu jiġi wżat fis-sajf u ftit minnu jiġi wżat fix-xitwa.", "Allura hemm bżonn naħsbu għal xi tip ta' soluzzjoni biex inkunu nisgħu nużawh ukoll fix- xitwa.", "Is-soluzzjoni hija li jkollok sistema ta' distribuzzjoni b'pajipijiet u mains għal dan is-second class water pero' hawn irid investiment qawwi.", "S'issa dan il-Gvern għadu ma tkellimx fuq dan it-tip ta' investiment.", "Nafu wkoll li huwa persentaġġ żgħir li qed jiġi ttrattat mis-sewage.", "Suppost konna qed naħsbu li se jkollna tliet sewage purification plants imma waqajna lura.", "Malta suppost tilħaq l-istandards stabiliti mill- Konvenzjoni ta' Barcelona, fejn jingħad li s-sewage kollu li jintefa' l- baħar għandu jiġi ttrattat.", "Pero' naħseb li qegħdin erba' snin lura f'dak li għandu x'jaqsam ma' sewage treatment.", "L-immaniġġjar integrat tar- riżorsi ta' l-ilma huwa tajjeb għax b'hekk il-benefiċċji ma jkunux biss fuq l-ilma.", "Per eżempju, l-agrikoltura tmur ferm aħjar għax ma tibqax tiddependi mill-estrazzjoni privata mill-aquifer.", "Ovvjament jekk imbagħad inkunu rridu nużaw is-sewage effluent b'mod aħjar inkunu rridu nidħlu f'ħafna affarijiet aktar importanti, bħalma hija d-disinfettazzjoni u bħalma huwa l-monitoring.", "Madam Speaker, ħaġa li ma tantx smajt fuqha f'dan id-dibattitu hija l- kwalita' ta' l-ilma.", "Kien hawn żmien li f'pajjiżna kien hawn diskussjoni sħiħa fuq il-kwalita' ta' l-ilma imma f'daqqa waħda meta bdejna ntellgħu ħafna ilma mill-boreholes dik id-diskussjoni kważi kienet saret superfluwa.", "Pero' illum li qed nerġgħu niddependu daqstant mill-boreholes m'aħniex nitkellmu daqshekk fuq il-kwalita' ta' l-ilma u, fl-opinjoni tiegħi u ta' ħafna oħrajn, il-kwalita' ta' l-ilma reġgħet marret lura ħafna u hemm bżonn li meta nitkellmu fuq riżorsi ta' ilma nitkellmu fuq l-aspetti kollha, inkluż dak li jirrigwarda l-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "L-aħħar kumment li rrid nagħmel huwa fuq l-istorm water master plan.", "Il- Ministru qal li għal dan il-master plan jrid jonfoq 'il fuq minn Lm1 miljun.", "Il-mod kif qalha qisu ried jgħid li din hija xi spiża kbira.", "Jiena naħseb li l-pajjiż għandu bżonn ta' dan l-investiment għax li ma jkollokx kontroll tajjeb ta' l-istorm water jista' jġib konsegwenzi koroh, bħalma huma mwiet ta' persuni, kif ġieli ġara, u ma jistax ikun li dan il- pajjiż jibqa' qisu xi pajjiż tat-tielet dinja f'dak li jirrigwarda l- kontroll ta' l-istorm water.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Madam Speaker, illum qed niddiskutu l-estimi tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u ma rridux ninsew li din il- korporazzjoni fil-fatt twaqqfet sabiex tiggarantielna l-użu ta' l-ilma b'mod aktar ekonomiku u razzjonalizzat u billi tilħaq bilanċ aħjar bejn domanda u provvista.", "Din il-korporazzjoni għandha importanza kbira, kif anke qalu l-kelliema tan-naħa l-oħra, fil-ħajja ta' kuljum ta' pajjiżna.", "Dan il-fatt joħroġ ċar kemm mill-istorja kif ukoll mill-pożizzjoni ġeografika tagħna.", "Hawn Malta minn dejjem kellna l-problema ta' nuqqas ta' xita jew inkella staġuni kemm xejn erratiċi, fejn il-ftit xita li tagħmel tista' tagħmel bil-qilla u spiss tikkaġunalek għargħar, b'konsegwenzi koroh għal kulħadd.", "Apparti minn hekk, meta wieħed jikkonsidra d-dimensjoni soċjali, fejn għandek l-iktar popolazzjoni densa fid-dinja maqbuda fuq biċċa art f'nofs il-Mediterran, mill-ewwel japprezza l-importanza ta' provvista ta' ilma adegwata, kemm mill-aspett kwalitattiv kif ukoll mill- aspett kwantitattiv.", "Apparti dan, hawn Malta għandna ekonomija li tiddependi ħafna iktar minn dik ta' pajjiżi oħra fuq l-industrija tat- turiżmu, u biex din ikollha suċċess bilfors tirrikjedi infrastruttura effiċjenti, u allura anke hawn għandna nenfażizzaw l-importanza tal- funzjoni tal-WSC.", "Il-provvista adegwata ta' l-ilma, kemm fi kwantita' kif ukoll fi kwalita', hija waħda mill-aktar affarijiet kruċjali ta' dan is-suġġett.", "Fil- fatt kienu ħafna dawk l-impjanti tar-reverse osmosis li nbnew matul dawn l- aħħar 20 sena.", "Il-kelliema tan-naħa l-oħra jiftaħru li nvestew ħafna f'dan il-qasam - hawn ta min jgħid li l-ROs ma bdewx jinbnew wara l-1987 imma bdew jinbnew qabel - imma billi tipproduċi iktar ilma ma jfissirx li se jkollok korporazzjoni iktar effiċjenti.", "Fil-fatt għalkemm tan-naħa l-oħra ħasbu biex jibnu reverse osmosis plants, xorta waħda ħallew x'wieħed jixtieq.", "B'dan irrid infisser li inutli li jkollok sistema adegwata ta' produzzjoni ta' ilma meta mbagħad is-sistema tad-distribuzzjoni ma tiġix upgraded up to par.", "Fil-fatt il-persentaġġ ta' madwar 68% f'unaccounted for water li writna meta tlajna fil-gvern ma kenitx xi ħaġa aċċettabbli.", "Naħseb li l-ebda pajjiż li jsejjaħ lilu nnifsu ċivili ma jista' qatt jaċċetta sitwazzjoni fejn ikollu tnejn minn kull tliet galluni ilma li jkun qed jipproduċi moħlija jew inkella misruqa.", "Sfortunatament jirriżulta li nofs dak l-ammont ta' unaccounted for water kien attribwibbli għall-fattur li kien hemm - u għad hemm - meters li jimmarkaw ħażin.", "Imbagħad kellek 20% li kien ġej minn leakages u 10% kien ġej minn telf ta' ilma.", "Il- probabbilta' hi li l-kumplament huwa dak l-ilma li x'aktarx kien qed jiġi misruq.", "Mela x'kienet ir-realta'?", "Ir-realta' kienet li 80% ta' l-unaccounted for water kien qed jintilef għas-sempliċi raġuni li s-sistema ta' distribuzzjoni tħalliet teqdiem u ma baqgħetx tlaħħaq mal-pressa ta' dak l-ilma li kien qed jiġi ppompjat mir- reverse osmosis plants li nbnew kemm fi żmienna kif ukoll fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Fortunatament il-lum il-ġurnata nistgħu niftaħru li l- figura ta' 68% unaccounted for water, li kienet figura tal-mistħija, irnexxielna nniżżluha għall-figura iktar aċċettabbli ta' 50%.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li aħna kuntenti b'din il-figura imma din tista' tittieħed bħala prova oħra ċara li dan il-Gvern qabad it-triq tal-progress għal pajjiżna sabiex inrażżnu xi ftit mill-ħela esaġerata li kienu jemmnu fiha ta' qabilna.", "Kulħadd irid jifhem li din il-qabża fil-cost-effectiveness fil-produzzjoni ta' l-ilma ma ġietx waħedha.", "Anzi din tindika impenn serju u kontinwu min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u min-naħa tal-Ministru Buhagiar sabiex il-problema tal-water leakages tiġi miġġielda kuljum u bla waqfien.", "Fl-aħħar sena ta' tmexxija tal-Partit Nazzjonalista kien stmat li l- produzzjoni ta' l-ilma kienet se tiswihom madwar Lm10 miljun iżda fil- fatt, bħas-soltu, marru żmerċ u swiethom Lm12 miljun.", "Biex jagħmlu tajjeb għal din id-diskrepanza li nħolqot naqqsu Lm2 miljun mill-ispiża li kien hemm ivvotata għall-bdil tal-mains il-qodma.", "Din hija s-soltu attitudni tal- Partit Nazzjonalista li fejn jista' jitfa' taħt it-tapit jitfa' taħt it- tapit, imbagħad jagħmlu tajjeb għalih uliedna.", "Kien għalhekk li l-programm tal-water leakage detection tajnih iktar importanza.", "Ir-riżultati pożittivi li ksibna f'dan iż-żmien qasir li ilna mmexxu l-pajjiż jixhed dan.", "Din il- problema ġiet mgħoddija f'idejn konsulenti barranin għax aħna nemmnu li jekk innaqqsu din il-ħela se nkunu qed ngħinu l-finanzi tal-korporazzjoni.", "Madam Speaker, ikollna nammettu li dawn il-passi waħedhom m'humiex biżżejjed u jiena nemmen ukoll li sabiex innaqqsu dan il-fenomenu ta' ħela aktar milli naqqasnih diġa', għandna bżonn nimbarkaw fuq linji aktar wesgħin ta' prevenzjoni.", "Per eżempju, għandna bżonn nagħmlu programm biex ngħallmu lill-poplu juża l-ilma b'mod aktar għaqli u effiċjenti.", "Għandna wkoll ninkoraġġixxu aktar l-aspett ta' water conservation, anke fuq bażi privata.", "Pass ieħor li ħadna hekk kif tlajna fil-gvern kien proprju li għaddejna r- reponsabbiltajiet ta' l-operations u anke tal-maintenance services minn idejn il-privat għal idejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Fil- fatt fit-13 ta' Mejju, 1997 il-korporazzjoni waqqfet kumpannija oħra fi ħdanha li jisimha Malta Desalination Services Ltd, li xogħolha hu li topera u tagħmel il-maitenance ta' l-ROs f'Malta.", "It-takeover mill-Polymetrics Seawater Systems Inc., li kienet kumpannija privata, ġiet kompletata f'Settembru 1997.", "Dan kien pass għaqli għax lill-korporazzjoni ffrankalha s- somma sabiħa ta' madwar Lm1.4 miljun.", "Madam Speaker, l-amministrazzjoni l-ġdida tat ukoll importanza aktar għall-problema tas-second class water.", "Fil-fatt ħdimna fuq master plan sabiex niżguraw li l-ilma tax-xita, kemm jista' jkun, ma jibqax sejjer il- baħar u jinħela, kif sfortunatament kien qed jiġri u għadu qed jiġri, u biex id-drainage ta' l-ilma tax-xita jiġi dirett u storjat aħjar, speċjalment meta jkun hawn xi għargħar.", "Kien għalhekk li twaqqaf l-istorm water master plan, li qed jiġi mħaddem minn konsulent bħala project manager u minn espert fid-drainage section tad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Dan il-pjan qed jieħu ħsieb diversi aspetti bħal, per eżempju, il- flood control u r-relief ta' l-istorm water u l-ambjent, għax jekk ma tħallix l-għargħar jiddistruġġi diversi għelieqi u wieden awtomatikament tkun qed tibża' għall-ambjent.", "Fil-passat konnu niddepedu ż-żejjed fuq l- aquifer u b'hekk dan ġie disdurbat b'mod allarmanti u huwa importanti li naħsbu biex nerġgħu niċċarġjawh u nerġgħu nistorjaw l-ilma fih ħalli b'hekk ikollna storage ta' ilma naturali b'mod aktar ekwu.", "Importanti wkoll li nużaw l-ilma ta' l-għargħar għall-bżonnijiet tagħna personali.", "Qabel ma jibda x-xogħol, wieħed irid jeżamina l-cost-effectiveness ta' dan il- proċess.", "Per eżempju, wieħed irid jara jekk jaqblilniex li nżidu l- produzzjoni ta' l-ilma mir-reverse osmosis plants, jew huwiex aħjar li nużaw l-ilma tax-xita b'persentaġġ iktar għoli milli qed nużawh bħalissa.", "Għal dan il-għan diġa' ġew identifikati ċerti water catchment areas fejn l- ilma tax-xita jista' jinġabar biex imbagħad ikun jista' jintuża għal skopijiet ta' tisqija u rrigazzjoni.", "Madam Speaker, il-problema finanzjarja li l-korporazzjoni qed tiffaċċja llum hija dovuta għall-irresponsabbilta' finanzjarja ta' l-amministraturi ta' qabilna.", "Kif tista' korporazzjoni li t-turnover tagħha jaqbeż il-Lm21 miljun ma jkollhiex financial controller tagħha!", "Aħna mill-ewwel indirizzajna din il-problema u mhux biss poġġejna nies kompetenti fil-qasam tat-tmexxija tal-WSC imma ħsiebna wkoll biex il-billing system nagħmluha intrinsika u b'hekk il-kontijiet ma jibqgħux joħorġu mis-Swatar.", "Sabiex anke nikkonsolidaw aktar il-funzjonjiet eżistenti tal-WSC, rajna kif għamilna biex nirregolarizzaw areas ta' ground water management.", "Per eżempju, kien hemm ħafna bjar privati - dawn lanqas kienu reġistrati - li kienu qed jippompjaw ilma mill-aquifer.", "Jiena ninsab informat li fl-għaxar snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm reġistrati madwar 4000 bir.", "Ovvjament uħud minnhom kienu qed jippompjaw b'mod legali u oħrajn le.", "Qegħdin nagħmlu kontroll fuq id-diversi bowsers li jqassmu l-ilma u ġegħelna lil dawk in-nies li għandhom swimming pool biex jirreġistrawha biex b'hekk ikollna aktar idea ċara ta' fejn qiegħed jiġi distribwit u utilizzat l-ilma.", "Biex anke inkomplu nsaħħu s-sistema ta' distribuzzjoni, kif diġa' għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, investejna bil-qawwi f'diversi proġetti li ma jitkejlux, kif qed jgħidu tan-naħa l-oħra, bil-metri imma jiddependi mid- delikatezza ta' kif ikun qed isir ix-xogħol.", "Per eżempju, investejna fi proġett bħalma huwa dak ta' Raħal Ġdid, in-naħa tal-Hypogeum - l-Onor.", "Mugliett, li jikkontesta fuq id-distrett tiegħi japprezza li dan il- proġett, li kien ilu li nbeda, issa ġie kkompletat - u dak ta' Żabbar Road u bdilna wkoll il-feeder main tas-Siġġiewi.", "Barra minn hekk għamilna diversi mains ġodda ġewwa Bormla.", "Madam Speaker, dawn l-eżempji li tajt kollha jindikaw li l-WSC qed nerġgħu npoġġuha fuq saqajha sabiex din tkun tista' tipprovdi servizz aħjar liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, meta teżamina d-diskorsi tal-kelliema tal-Gvern tara li l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti min-naħa ġiet ikkritikata li x-xogħol li għamlet fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-ilma kien kollu sparpaljar ta' flus u li ma kienx hemm accountability f'dak li sar, u min-naħa l-oħra ġiet ikkritikata li ċerti affarijiet li ma laħqux saru messhom saru.", "Għandhom dan il-konflitt etern li l-investiment jsejħulu sparpaljar u dak li m'għamilniex għax ma lħaqniex għamilnih, jgħidu li messu sar.", "Jiena ngħid li dawn għandhom jiddeċiedu darba għal dejjem billi jaslu għall-konklużjoni loġika li wieħed bilfors irid jinvesti biex ikun kapaċi jipprovdi s-servizzi.", "Tan-naħa l-oħra konvenjentement jinsew jew jaħbu dak il-perijodu ta' żmien meta f'Malta u f'Għawdex kien hawn nuqqas kbir ta' provvista ta' ilma.", "Kellu jkun Gvern Nazzjonalista wara l-elezzjoni ta' l-1978 li rrimedja għal dik il-problema li kienet ilha tkarkar snin kbar.", "Illum l-ġurnata l-Ministru Buhagiar jista' jħoss ruħu privileġġat li fl-ewwel sajf tiegħu fil-gvern ma kellux problemi ta' provvista ta' ilma proprju grazzi għall-investiment kbir li sar mill- amministrazzjoni preċedenti biex tipprovdi lill-poplu Malti u Għawdxi bl- affarijiet l-aktar essenzjali, kif inhu l-ilma.", "Madam Speaker, wara din l- introduzzjoni qasira nixtieq mill-ewwel ngħaddi biex nitkellem dwar l- operazzjoni għat-tiftix taż-żejt f'Għawdex, fil-post magħruf bħala \"Tal- Vapur\", limiti ta' Kerċem.", "Qiegħed jingħad li meta jibda it-tħaffir ta' dan il-bir se jkun hemm bżonn kwantita' kbira ta' ilma biex ix-xogħol ikun jista' jsir kif għandu jsir.", "Jiena smajt - nitkellem taħt korrezzjoni - li meta x-xogħol jinbeda jkun hemm bżonn ta' miljun gallun ilma kuljum biex jintuża fix-xogħol ta' drilling li se jsir f'dan il-post.", "Jiena nħossni fid-dover li nqum u nistaqsi lill-Ministru dwar l-istrateġija li se tuża l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma biex tassigura li waqt li jkun għaddej dan ix-xogħol il- pubbliku f'Għawdex ikollu l-provvista' ta' l-ilma neċessarja li għandu bżonn għall-industrija, għall-biedja u għat-turiżmu.", "Qed ngħid dan għax dan ix-xogħol se jinbeda meta jkun dieħel l-istaġun tas-sajf u l-konsum ta' l-ilma jkun beda jikber.", "Allura jekk verament se jkun hemm miljun gallun ilma kuljum li se jmur fil-bir li jkun qed jitħaffer, aħna rridu nassiguraw ruħna li ma nkunux neqsin mill-ilma fil-kumplament tal-gżira.", "Jiena naf li l-Ministru jista' jgħidli li r-reverse osmosis taċ-Ċirkewwa tkun available biex tibgħat l-ilma lejn Għawdex, imma peress li aħna m'għandniex iċ- ċavetta ta' l-impjant taċ-Ċirkewwa ma jistax ikollna l-garanzija li jekk jkollna bżonn l-ilma se ndaħħlu ċ-ċavetta u nieħdu l-ilma li għandna bżonn.", "Jiena nifhem li jista' jkun hemm bżonn ta' ilma f'postijiet oħra u allura jista' jkun hemm il-problema ta' fejn l-iżjed hemm bżonn li għandu jmur l- ilma.", "Għalhekk jiena nistenna li l-Ministru jagħtini risposta u jgħidli kif se jikkompensa għal dak l-ilma li se jmur għax-xogħlijiet li se jsiru għat-tiftix taż-żejt.", "Madam Speaker, irrid ukoll nagħmel riferenza għall-kumitat li dan l-aħħar twaqqaf bejn il-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni u s- segretarjat parlamentari għal Għawdex u nixtieq inkun naf x'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat.", "Jiddispjaċini ngħid li għamilt domanda fuq dan is-suġġett iżda ftit ħadt sodisfazzjon għax kulma qalulna hu li l- membri tal-kumitat se jiflu l-operat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "Kieku dan il-kumitat twaqqaf proprju issa meta se jkun hemm l- operazzjoni għat-tiftix taż-żejt, kont nifhem li għandu jkun hemm xi ħadd jagħmel il-monitoring ta' dan ix-xogħol sabiex jagħtik is-sodisfazzjon ta' dak li qed jiġri, pero' ma jirriżulta minn imkien li dan il-kumitat twaqqaf biex ikun jista' jagħmel il-monitoring tax-xogħol li semmejt.", "Ingħatat ħafna pubbliċita' meta twaqqaf dan il-kumitat pero' ma nafx preċiż l-iskop veru tiegħu x'inhu.", "Jiena naħseb li r-riżultati li l-Korporazzjoni għas-Servizz ta' l-Ilma tat over the years f'Għawdex kienu riżultati sodisfaċenti ħafna.", "Ovvjament wieħed dejjem isib x'jirranġa imma meta tgħid li twaqqaf kumitat biex jissorvelja l-operat tal-korporazzjoni f'Għawdex wieħed jaħseb li l- affarijiet ma kenux mexjin tajjeb.", "Fil-programm elettorali tal-partit fil-gvern jingħad li għandu jkun hemm provvista biżżejjed ta' ilma u riżorsi ta' enerġija f'Għawdex innifsu kull meta jkun teknikament fattibbli.", "Allura nistaqsi: Dan il-kumitat twaqqaf biex jara li dan isir?", "Dan li kellu f'moħħu l-Gvern meta waqqaf dan il-kumitat?", "Irrid ngħid ukoll li huwa importanti li wieħed jinnota li x-xogħlijiet tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'dawn l-aħħar żmenijiet imxew bil- mod għax jekk wieħed jara daqsxejn dak li kien hemm ivvotat għas-sena li għaddiet isib li għalkemm kien hemm ivvotati Lm233,000 għal xogħlijiet ta' tiġdid u xogħol ieħor konness mal-provvista ta' l-ilma, intnefqu biss Lm89,000.", "Allura wieħed irid jara kif jagħmel biex imexxi l-affarijiet ħalli x-xogħol ma jaqax lura.", "Madam Speaker, irrid nagħlaq bl-osservazzjoni li għamilt ftit ilu fuq l- effiċjenza tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġewwa Għawdex.", "F'domanda parlamentari lill-Ministru kont staqsejtu:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm hu f'Għawdex il-persentaġġ ta' unaccounted for water?\"", "Għalkemm ma setax jirrispondi direttament għad-domanda, xorta waħda ngħatajt risposta li tagħti ċertifikat lis-servizz li jingħata mill- korporazzjoni f'Għawdex għax il-Ministru rrisponda hekk:", "\"Bħalissa kull ġimgħa tinħadem water balance li tkopri l-ilma kollu li jiġi prodott u dak kollu li jiġi maħżun fil-ġibjuni kif ukoll dak li jiġi distribwit.", "Sa ġimgħa numru 6 il-figuri tal-water balance ta' Għawdex kien kif ġej:", "Total demand kien ta' 214 metru kubu kull siegħa.", "Konsum imkejjel minn kull meter ta' kull żona f'Għawdex kien ta' 205.69 metru kubu kull siegħa, li jiġi 96.12% ta' dak l-ilma li ġie prodott.", "Id- differenza ta' 3.88% hija aċċettabli ħafna u tista' tkun kawża ta' tolleranza taż-zone meter stess, li normalment tkun bejn -5% u +5%.", "Il-livell ta' telf ta' ilma minn ħsarat qiegħed 12.75%.", "Rigward figura eżatta ta' unaccounted for water, din bħalissa ma tistax tingħata għax informazzjoni fuq volum ta' ilma billed mhijiex up to date minħabba l-metodu preżenti tal-qari ta' consumer meters.\"", "Dan juri li fiż-żona ta' Għawdex il-korporazzjoni kienet qed tagħti servizz tajjeb għax dan ir-riżultat ma nkisibx minnħabba l-bidla fil-gvern f'Ottubru 1996.", "Dan huwa riżultat li seta' jinkiseb għaliex sena wara l- oħra, taħt l-amministrazzjoni preċedenti, kontinwament kienu qed jittieħdu miżuri korrettivi biex f'Għawdex ikun hemm servizz mill-aħjar.", "Naturalment naqbel li dejjem ikun hemm x'tirranġa pero' tajjeb ukoll li ngħidu l-affarijiet kif inhuma u l-lejla nistenna li l-Ministru jserraħ ras kulħadd fuq il-kwestjoni tal-bir taż-żejt biex aħna nkunu assigurati li jkollna provvista ta' ilma meħtieġa fil-mument li jkollna bżonnha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, smajt b'attenzjoni lill-kelliema tal- Gvern u anke tbissimt meta smajt lill-Onor.", "Chircop jgħid li l-unaccounted for water fi żmienna kien ta' 68%.", "Din hija ċajta u mhux veru li aħna ħallejna sitwazzjoni fejn l-unaccounted for water kien ta' 68%.", "Lanqas m'huwa veru dak li qal l-Onor.", "Membru li l-billing system saret minn kemm ilu li tela' l-Partit Laburista fil-gvern.", "Fil-verita' wara ħafna taħbit kien irnexxielna li nneħħu l-billing system mis-Swatar u bis-saħħa ta' l- impjegati kollha tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma konna kapaċi li nagħmlu in-house billing system.", "Din li niġu hawnhekk, bħalma ġie l- Ministru Buhagiar dalgħodu, u ngħawġu l-fatti biex mingħalina nimpresjonaw lin-nies hemm bżonn li naqtgħuha.", "Dalgħodu l-Ministru beda jikkwota mill-ktejjeb \"A Fresh Start\" tas-Sur Alfred Mifsud.", "Dak li qal l-awtur f'dan il-ktejjeb iwaqqa' kulma qal il- Ministru dalgħodu għaliex is-Sur Mifsud kiteb hekk:", "\"This is not a case of a corporation which is manifestly wasting taxpayers money.", "On the contrary one has to give credit to the efforts made by the board, the executive and the employees for building an organisation which is sensitive to the value-for-money concept.\"", "Jiġifieri s-Sur Mifsud qed jgħidilna li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma, kif ħallejniha aħna fl-1996, kienet korporazzjoni li timxi bil- għaqal, attenta u mingħajr ħela.", "Halli ngħidilkom x'qal aktar is-Sur Mifsud.", "Kiteb hekk:", "\"This is a corporation which made great strides in meeting the objective of ensuring adequate water supply but which corporation is unfairly burdened with debt and financial obligations which rightfully belong elsewhere.\"", "Issa ħalli ngħid lill-Ministru għaliex kien hemm dawn id-difetti u minn fejn kienu ġejjin.", "Dawn id-difetti kienu ġejjin minn żewġ fatturi prinċipali.", "L-ewwel fattur kien li fl-1987 aħna tlaqna minn pożizzjoni fejn il-water works department kien mgħobbi b'dawk il-mijiet ta' nies żejda li kienu ddaħħlu qabel l- elezzjoni ta' Mejju ta' l-1997, bl-iskop li l-Gvern Laburista ta' dak iż- żmien jisirqilhom il-vot.", "Lil dawk in-nies aħna ma keċċejnihomx u naturalment dawn baqgħu jerdgħu l-pagi mill-fondi tal-water works department.", "Il-fattur l-ieħor kien li f'Mejju 1987 sibna kriżi fil-qasam ta' l-ilma.", "Il-produzzjoni dak iż-żmien kienet ta' 17-il miljun gallun kuljum u s-sospensjoni tal-provvista kienet tkun sistematika u rħula sħaħ kienu jisfaw mingħajr ilma għal ġimgħat sħaħ.", "Konna wasalna fis-sitwazzjoni fejn kellu jiġi importat ilma kontaminat u kien hemm il-ħsieb li l-ilma jitqassam ġol-jerrycans taż-żewġ galluni.", "Dik kienet is-sitwazzjoni fil- qasam ta' l-ilma fl-1987.", "Bilfors li l-Gvern Nazzjonalista kellu jagħmel investiment qawwi u fil- fatt investejna miljuni ta' liri fir-reverse osmosis plants ta' Tigne', taċ-Ċirkewwa u ta' Pembroke.", "Grazzi għal dan l-investiment il-produzzjoni ta' l-ilma rdoppjat u tellajniha għal 34 miljun gallun.", "Għall-ewwel darba ħloqna spare capacity.", "X'jiġifieri spare capacity?", "Dan ifisser li jkollok makkinarju li jkun kapaċi jipproduċi 34 miljun gallun ilma kuljum u jekk, per eżempju, id-domanda tkun għal 28 miljun gallun, is-6 miljun gallun l-oħra jkunu spare capacity.", "Waqt li għamilna dan l-investiment kollu biex stajna nirdoppjaw il-produzzjoni ta' l-ilma, fl-istess ħin tejjibna l-kwalita'.", "Aħna ħallejna sitwazzjoni fejn 60% tal-produzzjoni ta' l-ilma kienet ġejja mir-reverse osmosis u 40% mill-ipppompjar mill- aquifer.", "Illum, wara 15-il xahar ta' Gvern Laburista, se nerġgħu mmorru għat-triq l-antika, liema triq se terġa' twassalna biex il-kwalita' ta' l- ilma teħżien.", "Dan qed ngħidu għax kemm ilu li tela' fil-gvern il-Partit Laburista, 50% ta' l-ilma qed jiġi prodott mir-reverse osmosis u 50% mill- aquifer, bil-konsegwenza li l-kwalita' ta' l-ilma diġa' bdiet sejra għall- agħar.", "Sur President, jekk inħarsu lejn l-investiment qawwi li sar fil-qasam ta' l-ilma fi żmien Gvern Nazzjonalista wieħed bilfors irid isemmi x-xogħol kbir li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Fost il-ħafna xogħol li sar, ta' min wieħed isemmi dawk il-mains kbar li saru li permezz tagħhom jiġi ddistribwit l-ilma mir-reverse osmosis għad-diversi rħula, l-ammont ta' bdil ta' pajpijiet qodma u l-extensions li permezz tagħhom kabbarna n- network.", "Ma rridx ninsa nsemmi l-proġett tal-Qrendi South - dan tan-naħa l-oħra qatt ma setgħu joħolmu bih - fejn ħriġna żewġ mains kbar mill-ġibjun tal-Qrendi, li permezz tagħhom bdielna 30% tan-network ta' l-ilma tal- pajjiż.", "Sa l-1987 kellek irħula sħaħ - u l-Onor.", "Charles Buhagiar jiftakru dan - bħalma kienu Bulebel, Żejtun, Żabbar, Fgura, Xgħajra, Marsascala, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Tarxien, Santa Luċija u Raħal Ġdid li, ħlief fejn kien joqgħod xi ministru, ma kienx ikollhom qatra ilma.", "Bis-saħħa ta' l-investiment li għamilna, konna kapaċi li sa l-1994 li lil dawn l-irħula nagħtuhom provvista adegwata ta' ilma.", "Sur President, qalulna li 68% tal-produzzjoni ta' l-ilma kienet unaccounted for.", "Nerġa' ngħid li din hija ċajta u mhux verita' u nfakkar ukoll li sakemm kien għad hemm il-Gvern Laburista ta' l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, din il-problema kienet għadha qatt ma ġiet analizzata.", "Hawnhekk irrid infaħħar lill-inġiniera tal-water works department, illum il- WSC, li mill-bidunett qabdu u għamlu analisi dwar il-problema ta' l- unaccounted for water.", "Altru li mhux veru li dan ix-xogħol inbeda fl- 1994.", "Dan inbeda ħafna qabel.", "Jista' jkun li l-physical work beda fl-1994 imma l-preparazzjoni kienet ilha ġejja mill-inqas sentejn jew tlieta qabel.", "Jekk l-unaccounted for water niżżluh għal 50%, imisshom ikunu rġiel u jgħidulna grazzi għax-xogħol li għamilna u għall-proġett li nidejna.", "Dan seta' jseħħ għax bdilna l-mains il-qodma u bdilna s-service pipes ta' bejn il-main u l-meter fid-djar u minn pajpijiet galvanizzati għamilnihom pajpijiet tal-polyethylene, għax konna sibna li 80% tal-leaks kienu jsiru minn dik il-biċċa tas-service pipe.", "Barra minn hekk bdilna il-meters biex inkunu nafu eżatt kemm ilma fil-fatt qed jasal għand il-konsumatur.", "Meta konna għamilna l-analisi tal-problema ta' l-unaccounted for water, li dak iż-żmien kienet tlaħħaq mas-60%, konna sibna li kellna madwar 31% li kienu due to meter under-registration, peress li ma kellniex meters sensittivi biżżejjed, 9% dovuti għal ċerti żbalji mill-meter readers u 20% li kienu leakages.", "Issa sistema li fiha jkollok 20% leakages tista' ssejħilha sistema effiċjenti.", "L-investiment li għamilna f'dan il-qasam kien il-mediċina biex aħna stajna nirranġaw il-qasam ta' l-ilma u nħalluh fis- sitwazzjoni li ħallejnih fl-1996.", "Dan l-investiment ġie jiswa b'madwar Lm24.5 miljun.", "Din kienet ir-rieda li kellu l-Gvern Nazzjonalista biex bil- fatti jirranġa dan il-qasam tant essenzjali.", "Sur President, iva r-rieda tagħna kienet qawwija quddiem il-problemi kbar li sibna ma wiċċna fl-1987, fosthom dik ta' manpower żejjed, għax kien hemm numru sostanzjali ta' ħaddiema li ddaħħlu qabel l-elezzjoni biex, kif għidt diġa', jisirqulhom il-vot.", "Hawn ta' min ifakkar ukoll x'qal is-Sur Mifsud fil-ktejjeb tiegħu u jekk immorru f'paġna 12 insibu dan li ġej:", "\"The Water Services Corporation has gradually replaced these....\"", "- jiġifieri l-ħaddiema żejda li kien hemm -", "\"... by direct recruitment and these have now reached over 300.", "Overall the number of employees taken over by the Water Services Corporation has gone down by nearly 400 and the number of unskilled, semi-skilled and apprentices now totals 241 against the original figure of 800, an impressive reduction of 70%.\"", "Is-Sur Mifsud hawn qed jagħtina ċertifkat ieħor għax qed jgħidilna li għalkemm fl-1987 konna bdejna b'1,900 ħaddiem, kemm bit-training li tajna u kif ukoll bit-tluq naturali ta' ċerti ħaddiema minn mal-WSC, dan l-ammont ta' ħaddiema tniżżel gradwalment, mingħajr ma keċċejna lil ħadd, minn 1900 għal 1400 ħaddiem.", "Hawn, Sur President, nieħu l-okkażjoni biex nawgura li t-training centre li kien twaqqaf fi żmieni jkompli javvanza għall-ġid tal-ħaddiema kollha.", "Issemmiet ukoll it-takeover tar-running ta' l-operation and maintenance tar-reverse osmosis plants.", "Irrid infakkar li l-agreement mal-Polymetrics Seawater Systems Inc. kien jgħid li sa l-aħħar ta' l-1996 l-operation and maintenance kellha tgħaddi f'idejn il-WSC.", "Dak iż-żmien kien hawn union tal- ħaddiema li akkost ta' kollox kienet tiġġieled mal-Gvern Nazzjonalista u nfakkar ukoll li meta aħna ridna nibdew nibagħtu ħaddiema biex jitħarrġu fuq l-impjanti tar-reverse osmosis il-GWU ħarġet direttiva lill-ħaddiema tal-WSC biex ma jagħmlux dak it-taħriġ.", "Kien għalhekk li l-WSC ma laħqitx ħadet over sa l-1996.", "Pero' jiena xorta waħda nawgura lill-WSC u ngħidilha prosit talli ħadet il-passi li konna se nieħdu aħna u nispera li tkompli miexja u tipperfezzjona l-operation and maintenance ta' l-istess impjanti tar-reverse osmosis.", "Issa, Sur President, nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet u nispera li l-Ministru jagħtini tweġiba għalihom u jekk kemm-il darba l- Ministru ma jirrispondinix nippretendi li l-PAC - jew inkella l-Awditur Ġenerali - għandu jidħol u jiċċekkja dawn l-affarijiet li se nsemmi.", "Per eżempju, nixtieq inkun naf kemm inxtraw spares minn mindu l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet over l-operation and maintenace tar-reverse osmosis plants u jekk dawn l-ispares inxtrawx b'direct order.", "Nixtieq nistaqsi wkoll għaliex ċerti affarijiet inxtraw b'direct order u affarijiet oħra se jinxtraw by tender.", "Per eżempju, waqt li kont qed nara l-Gazzetta tal-Gvern sibt li x-xiri ta' cartridge filters se jsir by tender.", "Ma nistax nifhem kif f'risposta għal mistoqsija parlamentari ntqal li wħud mill-ispares li nxtraw għall-operation and maintenance tar-reverse osmosis plants kellhom jinxtraw b'direct order, meta hemm affarijiet oħra bħalma huma cartridge filters li se jinxtraw by tender.", "Nistaqsi wkoll jekk sarx xi exercise fuq il-cost-effectiveness biex il- korporazzjoni tara li għar-reverse osmosis plants jinxtara l-aħjar makkinarju bl-inqas spiża possibbli.", "Nixtieq inkun naf jekk sarx dan l- exercise meta l-korporazzjoni xtrat l-ispares tal-pompi biex tara jekk kienx jaqbel li tixtri l-ispares jew inkella tibdilx il-pompi ma' oħrjan li huma iktar effiċjenti u jagħmlu inqas ħoss minn-oħrajn.", "Rigward il-finanzi nixtieq ngħid li minkejja li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma kellha tissellef il-flus mill-bank biex issolvi ċerti problemi li kellha, xorta waħda rnexxielha toħloq cash flow adegwat, u hawn se nerġa' nikkwota mill-ktejjeb tas-Sur Mifsud fejn jg]id hekk:", "\"The bad financial result should not be allowed to hide the progress made by the Water Services Corporation in improving its cash flow as seen in the following table.\"", "Issa jien m'iniex se noqgħod nidħol fuq x'għamel iċ-chairman fl-uffiċċju tiegħu pero' irrid infakkru li qabel l-1987 ma kienx hemm headquarters għall-qasam ta' l-ilma.", "Kulma kien hemm kienet biċċa cook-house fid- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi u lanqas kien hemm uffiċċju diċenti.", "Kien bis-saħħa tagħna li c-chairman sab headquarters adegwat.", "Hawnhekk irrid infaħħar lis-Sur Riolo li bis-saħħa tiegħu konna ħadna l-bini tal- Country Hotel u konna attrezzajnih bil-bżonnijiet kollha u j'Alla tkomplu tattrezzawh biex il-WSC jkollha dak il-headquarters li verament jixirqilha.", "Sur President, dalgħodu l-Ministru qal li l-WSC għandha isem tajjeb għas- servizzi li qiegħda tagħti.", "Jiena nieħu pjaċir li l-WSC għandha isem tajjeb u naf li meta d-diriġenti tal-korporazzjoni jmorru barra minn Malta dejjem jiġu mfaħħra minn nies barranin li għandhom esperjenza kbira fil- qasam ta' l-ilma u jgħidulhom li minkejja ċ-ċokon ta' pajjiżna u minkejja l- limitazzjonijiet finanzjarji li għandna xorta konna kapaċi nindirizzaw il- problema tal-leakages u, bis-saħħa ta' l-inġiniera Maltin, mingħajr ma ġibna konsulenti minn barra, konna kapaċi li nsaħħu u ntejbu l-qasam ta' l- ilma għall-ġid tal-poplu Malti.", "Qabel ma ngħaddi biex nitkellem fuq it-tariffi nixtieq nerġa' nikkwota xi ħaġa oħra mill-ktejjeb tas-Sur Mifsud - hawnhekk nagħmel appell lill- Ministru biex meta jikkwota jikkwota kollox - fejn qal hekk:", "\"It is a credit to the Water Services Corporation that it has achieved this level of operations without raising its tariffs to unsocial rates.\"", "Barra minn hekk is-Sur Mifsud qal ukoll li bil-finanzi limitati li kellha l- korporazzjoni xorta waħda kienet kapaċi toħloq provvista ta' ilma li mhux biss kienet tlaħħaq mad-domanda tal-pajjiż, talli fiha innfisha kien hemm build-up ta' spare capacity li tagħmel tajjeb għal meta jinqalgħu xi ħsarat fid-diversi reverse osmosis plants.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem daqsxejn fuq it-tariffi ta' l-ilma li ġew ippreżentati fl-aħħar budget.", "Minkejja d-diskors kollu li smajna hawn ġew, irrid ngħid li t-tariffi li konna daħħalna aħna fl-1994 ma kenux ddaħħlu bl-iskuża li kien hawn xi kriżi finazjarja.", "Meta fl-1987 ħadna t-tmexxija tal-pajjiż f'idejna kien hawn nuqqas kbir ta' ilma.", "Biex stajna nirrimedjaw għal dan kellna nagħmlu investiment kbir f'dan il-qasam u wara li għamilna dan l-investiment kollu konna għollejna ftit it-tariffi ta' l-ilma - mhux b'mod unsocial kif sar issa - prinċipalment biex neliminaw il-ħela ta' l-ilma.", "Il-Ministru Buhagiar il-bieraħ qal li l-ministru tal-finanzi ta' żmienna ried jagħmel tariffa ta' Lm30.", "Dan mhux minnu.", "Din hija ħrafa għax jekk wieħed jaqra l- memorandum li kien bagħat l-Onor.", "John Dalli fil-11 ta' Awissu, 1992 isib li kien biss qed jgħid \"I propose\" u \"I suggest\".", "Jekk jiena nipproponi li rrid nagħmel l-ilma b'xejn ma jfissirx li l-Gvern se jaċċetta din il- proposta!", "Tariff structures tista' tagħmel kemm trid - ħu point li trid tal-graph u għandek tant fixed u tant variable - u tista' tagħmel kwantitajiet ta' tariffi.", "Jiġifieri din tat-tariffa ta' Lm30 hija verament ħrafa.", "Irrid ngħid ukoll li dak li ntqal minn kollega ieħor tan-naħa l-oħra li aħna konna għollejna t-tariffi ta' l-ilma b'erba' darbiet jew sitta huwa kollu gideb (Interruzzjonijiet).", "Aħna la għollejnieh b'erba' darbiet u lanqas b'sitt darbiet!", "Jekk wieħed isib il-memoranda li kont nikteb jiena lill-Kabinett isib li, per eżempju, persuna li kienet tgħix waħedha kienet tħallas Lm1.20 u aħna dan tellajnieh għal Lm2.64, jiġifieri rdoppjajnieh.", "Illum persuna li tgħix waħedha wara li tikkonsma l-20 gallun ilma kuljum u tħallas tad-drainage, se tibda tħallas Lm19.68 kull erba' xhur u dan meta taħtna kienet tħallas Lm2.64 kull erba' xhur.", "Dan biex nuri li dak li ntqal dalgħodu dwar kif aħna għollejna t-tariffi kien kollu gideb.", "Issa meta aħna konna qed nippreparaw biex nagħmlu t-tariffi l-ġodda, konna għidna li l-ammont ta' ilma li persuna għandna bżonn kuljum huwa ta' 20 gallun.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar, illum il-ministru responsabbli minn dan il-qasam, kien qal - hekk kien ġie kkwotat li qal fil-5 ta' Mejju, 1993 - li għall-ħteġijiet reali tal-poplu tagħna kull persuna f'Malta jkollha bżonn bejn 28 u 30 gallun ilma kuljum.", "Mela fl-1993 kien jgħid li kull persuna għandha bżonn bejn 28 u 30 gallun ilma kuljum u llum qed jgħid li għandha bżonn 16-il gallun!", "Dan biex nurikhom li n-nies li qed imexxu dan il-qasam meta kienu fl-oppożizzjoni kienu jitkellmu mod u llum qed jitkellmu mod ieħor.", "Dik konsistenza !", "Sur President, meta wieħed jieħu l-kontijiet domestiċi ta' l-ilma u tad- dawl isib li ras għal ras dawn se jirdoppjaw.", "Dan ifisser li jekk konsumatur kien jirċievi kont ta' Lm40 kull erba' xhur, issa bit-tariffi l- ġodda se jibda jirċievi kont ta' Lm80.", "Il-Ministru kien qalilna li hawn madwar 62,000 konsumatur li jistgħu jiġu kkonsidrati għall-eżenzjoni.", "Jiena ngħidlu li seta' semma lil Malta kollha għax kulħadd jista' jiġi kkonsidrat biex jiġi eżentat!", "Pero' jekk ma rridux ningannaw lin-nies, tajjeb li ngħidu li sa l-1996 kien hawn madwar 5,000 ruħ li bbenefikaw mill- għajnuna soċjali u li kienu eżentati milli jħallsu tal-meter; u minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari joħroġ li sa Jannar 1998 kien hawn madwar 6,000 ruħ li bbenefikaw mill-għajnuna soċjali u li allura se jkunu eżentati milli jħallsu l-service charge.", "Jiġifieri ċ-ċifra ta' 62,000 hija ħrafa.", "Meta wieħed jaqra l-Avviż Legali Nru 65 ta' l-1998, li jitkellem dwar kif wieħed jista' jiġi eżantat, isib li bil-mod ta' kif inhu ifformolat dan l-avviż legali prattikament ħadd m'hu se jiġi eżentat milli jħallas is-service charge.", "Jiena nista' ngħid li dawn huma tariffi nġusti u sproporzjonati u saru mingħajr ma ttieħed in konsiderazzjoni l-aspett soċjali.", "Meta wieħed iħares lejn kif inhi magħmula t-tariff structure - qed nitkellem fuq tariffi domestiċi biss - isib li l-meter charge minn Lm3.60 fis-sena telgħet għal Lm24.", "L-ammont ta' ilma ssussidjat tnaqqas ukoll.", "Qabel kull persuna kien ikollha 11-il metru kubu ta' ilma ssussidjat kull erba' xhur u issa għandha 9 metru kubu ta' ilma ssussidjat.", "Dan huwa tnaqqis ta' 18% waqt li l-prezz ta' l-ilma ssussidjat għola b'25%.", "Mela naqqasna l-ammont bi 18% u għollejna l-prezz b'25%.", "L-ilma mhux issussidjat għola b'46% u minn 75c kull metru kubu tela' għal Lm1.10 kull metru kubu.", "Sur President, biex nagħti idea kif se jintlaqtu l-konsumaturi bit-tariffi l-ġodda se nagħti xi ftit eżempji.", "Per eżempju, anzjan li jgħix waħdu, li qabel kien iħallas Lm32 kull erba' xhur għall-konsum tad-dawl u l-ilma, issa se jibda jħallas Lm64.", "Familja ta' erba' min-nies li qabel kienet tħallas madwar Lm52 kull erba' xhur issa se tibda tħallas Lm107.", "Familja ta' sitta li qabel kienet tħallas madwar Lm64 issa se tibda tħallas madwar Lm136.", "Irrid ngħid ukoll li minn mindu tħabbru dawn it-tariffi l-konsum ta' l-ilma naqas bi 15% u dan jirriżulta minn risposta li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari.", "Qabel konna niftaħru li iżjed ma jogħla l-konsum tad-dawl u ta' l-ilma iżjed jogħla l- istandard of living.", "Illum dan ma nistgħux ngħiduh aktar għax mill-15 ta' Novembru, 1997 sat-28 ta' Jannar, 1998 il-konsum ta' l-ilma naqas bi 15%.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija għall-Gvern preżenti.", "Ngħaddi issa, Sur President biex nitkellem daqsxejn dwar l-impatt li dawn it-tariffi se jħallu fuq l-industrija.", "Qabel l-elezzjoni kienu jgħidulna li m'għandu jsir xejn li b'xi mod jista' jservi ħalli l-importanza li għandu jkollha l-industrija tisfa mċekkna jew imdgħajfa.", "Issa qed naraw li bit-tariffi l-ġodda li ħarġu għall-industrija, speċjalment ta' l-ilma, il-Gvern preżenti rabat mazzra m'għonq l-industrija.", "Meta ħdimt it-tariffi l-ġodda għall-qasam industrijali, kont ikkalkolajt li l-heavy consumers kienu dawk li jikkomsmaw 'il fuq minn 2270 metru kubu ta' ilma fis-sena.", "Jiena naħseb li l-Gvern qed jiġġennen jew inkella qiegħed f'paniku u ma jafx x'se jaqbad jagħmel.", "Dan qed ngħidu għax kif ikkalkolajt jiena l-kontijiet ta' l-ilma fil-qasam industrijali se jinbidlu b'mod li lil dawn se jħallihom bla nifs.", "Per eżempju, konsumatur li qabel kien iħallas madwar Lm92 fis-sena għall- konsum ta' l-ilma, bit-tariffi l-ġodda se jibda jħallas Lm2,282.", "Konsumatur li kien iħallas madwar Lm310 fis-sena - hawn qed nirriferi b'mod partikolari għar-raħħala - issa se jibda jħallas Lm7,355.", "Pero', Sur President, minħabba l-avviż legali li semmejt ftit ilu, fejn jingħad li kull konsumatur li jikkonsma iżjed minn 1,000 metru kubu ilma fis-sena huwa meqjus bħala heavy consumer, bilfors ikolli nagħmel daqsxejn aġġustamenti fil-figuri li għadni kemm tajt u, per eżempju, nsibu li, raħħal li qabel kien iħallas Lm16 kull erba' xhur issa, bid-drenaġġ b'kollox se jibda jħallas Lm864, jiġifieri l-kont se jiżdiedlu b'54 darba.", "Jekk nieħdu każ ieħor ta' raħħal li sa qabel il-budget kien iħallas Lm30 kull erba' xhur, issa bid-drenaġġ b'kollox se jibda jħallas Lm1,207 jew 40 darba iżjed.", "Dawn affarijiet li lanqas biss jitwemmnu.", "Din hija l-ħniena ta' dan il-Gvern li tela' bl-għajta ta' \"Iċ-Ċittadin L-Ewwel\"!", "Dawn it- tabelli, Sur President, jien lest li npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabelli li juru ż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal konsum domestiku u industrijali b'effett tat-tariffi l-ġodda.", "Sur President, nerġa' ngħid li s-Sur Mifsud fil-ktejjeb \"A Fresh Start\" qal li minkejja li kellna l-problema tan-nuqqas ta' finanzi xorta waħda konna kapaċi li nibnu korporazzjoni li tipproduċi provvista adegwata ta' ilma bi spare capacity.", "Konna kapaċi wkoll li ma nagħmlux tariffi għoljin iż-żejjed.", "Allura jiena bilfors ikolli ngħid li dawn it-tariffi ħarġu għax għandna gvern li huwa bla direzzjoni u inkompetenti.", "Għaliex huwa inkompetenti?", "Għax dan huwa gvern li tilef miljuni kbar ta' liri minħabba t-tneħħija tal-VAT u minħabba li ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa gvern li ħareġ bil-ħrafa tal- ħofor u ħoloq inċertezza kbira u spiċċa biex staġna l-ekonomija.", "Dawn il- fatturi ġabu staġnar u l-Gvern preżenti mhux ħofra għamel imma barriera li parti minnha jrid jimliha bit-tariffi inumani li daħħal fil-qasam tad-dawl u l-ilma.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, jekk wieħed iħares lejn ir- rata ta' imwiet f'pajjiżna minħabba infectious diseases - u issa nispjega għaliex ġej biha din - isib li mill-1945 sa l-1995 din ir-rata naqset b'erba' darbiet u fl-istess żmien wieħed isib li l-average daily consumption rate ta' l-ilma żdiedet b'xejn inqas minn tmien darbiet.", "Ovvjament jiena m'iniex se ngħid li r-rata ta' imwiet minħabba infectious diseases naqset biss minħabba ż-żieda fil-konsum ta' l-ilma, imma nista niggarantixxi li hija waħda mir-raġunijiet li kkontribwiet ħafna sabiex ikollna inqas tifrix ta' infezzjonijiet li anke jistgħu jwasslu għall-mewt.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru donnu qed jeħodha b'mod ftit leġġer din.", "F'nofs Frar 1998 kien hawn scare kbira għax kien hawn diversi nies li mietu bil-meningococcus septicaemia.", "Fl-istess żmien kien hawn ħafna influenza, bħal ma jkun hawn s-soltu fi Frar, imma fejn is-soltu dak li jkun jistenna li d-deni jinżillu waħdu jew b'daqsxejn mediċina, minħabba dik l-iscare kien hawn min malli beda jkollu ftit uġiegħ ta' ras mill-ewwel beda jirrikorri għat-tabib.", "Bejn it-13 u l-14 ta' Frar, 1998 min jaf kemm dħalt fi djar u wara li nkun rajt xi tlieta min-nies nitlob biex naħsel idejja u jgħiduli li m'għandhomx servizz ta' l-ilma!", "Jiena m'iniex qed nirriferi għall-inħawi ta' l-ewwel distrett biss għax minn mistoqsija parlamentari ħareġ li dak iż-żmien kien hawn biċċa sew minn pajjiżna li kienet mingħajr provvista ta' l-ilma.", "L-argument tiegħi lanqas hu ffokat proprju fuq il-kwestjoni tal-qtugħ ta' l-ilma, għax naf li bil-ħidma tal- Gvern preċedenti f'dak li jirrigwarda reverse osmosis plants il-qtugħ ta' l- ilma naqas ħafna.", "Naf ukoll li li qed ikollna ħafna inqas qtugħ fil- provvista ta' l-ilma u dan grazzi għall-power station ġdida li bena Gvern Nazzjonalista.", "Il-punt tiegħu hu li ma jistax ikun li biex ikollna domanda inqas għall-ilma nibqgħu ninsistu li l-poplu jikkonsma inqas.", "Jiena nemmen li l-WSC għandha tkompli tfittex il-leakages sabiex tkompli tonqos id- domanda għall-ilma u mhux nibqgħu nissikkaw lin-nies biex jużaw inqas ilma.", "Fir-rapport annwali tal-WSC ta' din is-sena jingħad hekk:", "\"There are clear indications that consumers reduced their demand when the new tariffs were introduced in 1994.\"", "Mela jekk bit-tariffi ta' l-1994 il-poplu Malti kien diġa' dara ma jaħlix ilma, allura għalfejn qegħdin inkomplu nżidu t-tariffi meta nafu li l- poplu Malti diġa' qed jikkonsma l-ilma b'ċerta attenzjoni ?", "Jiena nista' ngħid li mill-budget 'il hawn dħalt fi djar, speċjalment djar ta' anzjani, u rajt li l-ilma li jużaw fil-kċina jew biex jaħslu l- ħwejjeġ jerġgħu jużawh biex jifflaxxjaw it-toilets.", "Dan huwa ta' detriment għax dak li jkun irid joqgħod iqandel ħafna containers b'volumi ta' ilma u meta wieħed ikun anzjan dan huwa strapazz żejjed.", "Barra minn hekk dan it- tip ta' re-use of dirty water jista' jwassal għal ċertu mard.", "M'hemmx għalfejn tkun bravu ħafna biex tkun taf dawn l-affarijiet.", "Jekk wieħed jiftaħ daqsxejn ktieb tal-mediċina u jfittex iċ-chapter dwar l-infections isib kif jekk wieħed ma joqgħodx attent f'dak li jirrigwarda l-ilma hemm diversi infezzjonijiet li jistgħu jinfirxu faċilment.", "Jiena qed nirriferi b'mod partikolari għall-infections faecal oral-spread.", "Din tfisser li jekk bniedem ma jaħsilx idejh qabel ma jiekol wara li jkun mar fil-kamra tal- banju biex jagħmel il-bżonnijiet naturali tiegħu, jista' faċilment ikollok iktar każijiet ta' salmonella, dysentery, cholera, hepatitis, gastro- enteritis b'entero viruses u worms infestation.", "Irridu noqgħodu attenti anke f'dak li jirrigwarda tifrix ta' infections b'mod dirett.", "Per eżempju, f'pajjiżna qed ikun hawn ħafna każijiet ta' chicken-pox u waħda mill-affarijiet li wieħed irid jagħmel biex jevita l-ispread ta' din il-marda hija li l-lożor, ix-xugamani u dawn it-tip ta' affarijiet intimi jinħaslu ripetutament u għalihom.", "Jiġfieri wieħed irid bilfors juża l-ilma biex jevita dawn it-tip ta' spread ta' infections.", "Meta fl-Ingilterra kienu għollew it-tariffi ta' l-ilma - u dan joħroġ minn studju li hu dokumentat - is-sena ta' wara l-Gvern Ingliż kellu joħroġ ħafna aktar flus taħt in-national health scheme fuq antibiotics u fuq calls ta' tobba fid- djar.", "Kienu anke waslu għall-konklużjoni xjentifika li t-tixrid ta' infezzjonijiet kien parzjalment dovut għall-għoli tat-tariffi ta' l-ilma li kien wassal biex naqas il-konsum domestiku.", "Sur President, jiena rrid ukoll nagħmel riferenza għall-kwalita' ta' l-ilma.", "Jiena sorpriż kif, per eżempju, filwaqt li fir-rapport annwali 1995/96 tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kien hemm kapitlu sħiħ dwar il- kwestjoni tal-kwalita' ta' l-ilma u kien hemm impenn biex il-korporazzjoni tibda tipprova tlaħħaq ma' l-ispecifications ta' l-Unjoni Ewropea, fir- rapport annwali ta' din is-sena tal-korporazzjoni kważi kważi m'hemm l-ebda riferenza għall-kwalita' ta' l-ilma u dalgħodu smajt lill-Ministru jilmenta li ma sar xejn f'dak li jirrigwarda l-kwalita' ta' l-ilma.", "Jiena nippretendi li la wieħed issa qiegħed iħallas iktar għall-ilma għandha titjieb il-kwalita' u mhux wara kull qtugħ li jkun hemm ikollok tgħaddi ġranet sħaħ b'ilma ta' lewn kannella.", "Barra minn hekk lanqas nippretendi li għandu jkun hemm ilmenti, bħalma hemm fil-Ħamrun stess, li s-salinita' ta' l-ilma hija għolja ħafna.", "Sur President, bħala spokesman ta' l-Oppożizzjoni għall-isport irrid ngħid li minn mindu tħabbru t-tariffi l-ġodda ta' l-ilma jirriżulta li diversi kumplessi sportivi immedjatament għollew l-annual membership fee.", "Jiena ma nagħtihomx tort għax fost ħwejjeġ oħra dawn jipprovdu faċilitajiet ta' showers u biex jagħmlu tajjeb għal dan kellhom bilfors jgħollu l- membership fee.", "Forsi jkun hawn min jgħid: Mhux min jaffordja jidħol membru f'dawn il-kumplessi sportivi!", "Jista' jkun li veru imma hemm ħafna clubs tal-football fid-diviżjonijiet iż-żgħar li għandhom problemi finanzjarji u dawn se jkollhom ħafna diffikultajiet sabiex ilaħħqu mal- kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.", "Barra minn hekk hemm ċerti dixxipplini sportivi li huma inqas b'saħħithom finanzjarjament u peress li l-atleti jridu jużaw ix-showers regolarment, żgur li se jkollhom żieda qawwija f'dak li jirrigwarda l-ħruġ finanzjarju tagħhom.", "Allura jiena nappella lill-Gvern li jekk verament japprezza l-ħtieġa ta' l-isport f'pajjiżna jara kif jagħmel sabiex, f'dak li jirrigwarda l-kontijiet ta' l-ilma, jissussidja kemm lill-clubs ta' diversi dixxiplini sportivi kif ukoll lill-kumplessi sportivi fejn in-nies iħallsu sabiex jipparteċipaw.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, huwa evidenti li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħalissa qiegħda fuq fomm kulħadd.", "Fl-1987 id-dipartiment tal-gvern responsabbli mill-ilma - dak inhar il- water works department - kien fuq fomm kulħadd għax fil-pajjiż kien hawn kriżi serja ta' nuqqas ta' ilma, u llum il-korporazzjoni hi fuq fomm kulħadd minħabba t-tariffi nġusti u anti-soċjali li dan il-Gvern waħħal f'rasu li jimponi fuq il-poplu.", "Allura meta nisma' lill-kelliema tan-naħa l-oħra jgħidu li dan il-Gvern sab korporazzjoni fi stat diżastruż, naħseb li għandi dritt inħares lejn ir-report and accounts tal-Water Services Corporation, kif preparati mill-awdituri tagħha.", "Issa meta wieħed janalizza kumpannija b'mod oġġettiv iħares lejn dik li ngħidulha l-balance sheet u jien hekk se nagħmel.", "Fir-report and accounts imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Gvern preżenti nsib balance sheet tal-korporazzjoni li ġġib id-data tat-30 ta' Settembru, 1996, jiġifieri erba' ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali.", "Dan hu dak li wiret il-Gvern Laburista mill-Gvern preċedenti f'Ottubru 1996.", "Din il-balance sheet mhi xejn ħlief ritratt tal-WSC ftit ġranet qabel ħadha f'idejh il-Gvern Laburista.", "Skond din il-balance sheet insibu li ħallejna korporazzjoni li kellha fixed assets li jaqbżu Lm95 miljun, current assets li jitilgħu għal kważi Lm11 miljun oħra, u meta tnaqqas il-current liabilities mill-assi totali ssib korporazzjoni b'valur ta' kważi Lm57 miljun.", "Meta mbagħad tara n-noti ta' kif dawn iċ-ċifri nħadmu ssib li kien anke kkalkulat id-deprezzament.", "X'jiġifieri dan?", "Jiġifieri jekk inti għandek impjant tar-reverse osmosis li jkun ilu jaħdem numru ta' snin, naturalment kull sena trid taqta' parti minn kemm sewa biex ġie stallat, u b'hekk tkun qed tkopri dak li jissejjaħ id-deprezzament ta' l-impjant, anke jekk tkun għadek tużah bl-iktar mod assolut.", "Jiġifieri l-valur li qed nitkellem dwaru huwa l-valur minimu.", "Dan huwa li l-Gvern irid jirrikonoxxi jekk irid jagħmel analisi serja, għaliex huwa dan il-valur li warajh hemm l-istorja ta' gvern preċedenti li ma xxaħħaħx mal-poplu, li kien konxju mid-doveri soċjali u mir- responsabbiltajiet politiċi tiegħu u ma qagħadx lura milli jagħti lil pajjiżna sistema ta' ilma adegwata, ħalli meta wieħed jiftaħ il-vit isib l- ilma li għandu bżonn, u biex ikollna sistema ta' distribuzzjoni adegwata biex tlaħħaq mal-ħteġijiet tal-pajjiż.", "Fuq dan tkellmu diversi kelliema qabel imma naħseb, li anke jekk inħarsu lejn ir-rapporti li din il-Kamra ħafna drabi tapprova forsi mingħajr analisi profonda biżżejjed, wieħed ma jistax ma jħarisx lejn ir-rapport imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill- istess Ministru li permezz tal-balance sheet, b'mod oġġettiv, jagħtina il- valur tal-korporazzjoni.", "Jekk dan il-Gvern li kien jippriedka tant affarijiet fil-passat imma llum qed jagħmel bil-maqlub ta' dak li ppriedka, jiġi f'budget ieħor u jgħidilna li minħabba l-ħofra li kompla kabbar - u hekk qed jagħmel fil-budget nazzjonali, qed jagħmlilna projection ta' deficit ta' Lm135 miljun - se jkompli jbiegħ mill-assi nazzjonali u jgħid li jrid jipprivatizza wkoll parti mill-WSC, fuq dawn iċ-ċifri se jimxi u fuq dawn irid jagħmel il-kalkoli tiegħu.", "La qed insemmi r-rapporti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra ma rridx ninsa nagħmel għadd ta' mistoqsijiet fuq l-estimi riveduti - uħud minnhom kienu hemm qabel ma kienu riveduti - li għandna quddiemna.", "L-ewwel aspett li wieħed tajjeb li jerġa' jenfasizza - m'hemmx għalfejn nistaqsu dwaru - hu li meta tħares lejn l-estimi riveduti u tara l-estimi oriġinali li kienu tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru, mill-ewwel jolqtok il-fatt lampanti li minn fuq il-poplu Malti u minn fuq l-industrija Maltija fis- sena finanzjarja li bdiet f'Ottubru li għadda, il-Gvern irid idaħħal Lm8.5 miljun iktar.", "Dak hu l-istess ammont li l-Gvern irid jiffranka bħala sussidju, li oriġinarjament kien qed jipproġetta huwa stess biex jagħti lill-korporazzjoni.", "Naturalment jekk inħarsu lejn ċifri oħra li hemm fil- budget nafu li ma' dan l-ammont il-Gvern irid idaħħal kważi Lm4 miljun oħra mit-taxxa l-ġdida fuq id-drenaġġ.", "Mistoqsija li nixtieq nagħmel rigward l-estimi li għandna quddiemna hija fuq il-prezz tal-produzzjoni ta' l-ilma u l-prezz tad-distribuzjoni.", "Meta inti tara dak li ntnefaq is-sena l-oħra bħala production cost fuq l- impjanti li għandha l-korporazzjoni u tipparagunah ma' dak li hu stmat li se jintnefaq fis-sena finanzjarja li bdiet f'Ottubru 1997, jidher li hawn tnaqqis ta' kważi Lm2 miljun.", "Ikun tajjeb jekk fil-winding-up il-Ministru jispjega b'liema mod sar dan il-kalkolu.", "L-iktar waħda miċ-ċifri li tolqotni, li mhijiex neċessarjament realistika, hi li s-sena li għaddiet il-korporazzjoni nefqet is-somma ta' Lm1.5 miljun f'salarji - għalkemm dawn għadhom mhux audited - u issa qed tivvota s-somma ta' kważi Lm1 miljun.", "Meta mbagħad tara d-distribution cost issib li sar bil-maqlub.", "X'qed jiġri eżattament?", "Qed ngħidu li parti mis-salarji li qabel kienu jitqiesu bħala cost ta' produzzjoni issa se jingħelbu u jinqalbu bħala cost ta' distribuzzjoni?", "Dan qed ngħidu għax meta tħares lejn id-distribution cost tara li għandek differenza fejn il- korporazzjoni se tonfoq Lm2 miljun aktar u jekk tagħmel analisi taċ-ċifri kollha li hawn issib li l-ikbar qabza li għandek hija ta' Lm1 miljun fis- salarji.", "Jiġifieri hawn qed nispustaw nies min-naħa għal oħra?", "Jekk inħares lejn ċifri oħra fl-estimi li għandna quddiemna nsib li l- ikbar qabża li se ssir is-sena d-dieħla fi spejjeż amministrattivi hija fl- ispiża relatata ma' reklami u ma' materjal ta' promozzjoni fil-pubbliku.", "Naħseb li hawn wieħed għandu jistaqsi għaliex il-korporazzjoni qed tippjana li tagħmel nefqa ta' Lm120,000 meta s-sena li għaddiet nefqet Lm54,000 u nispera li l-Ministru jagħti spjega ta' dan.", "Domanda oħra li rrid nagħmel hija dwar il-proġetti kapitali.", "Il-proġetti kapitali jinkludi wkoll - dejjem skond dan ir-rapport - item li jissejjaħ \"buildings\" u taħt din l-intestatura nsibu \"new customer care centre at Valletta - refurbishment of head office\" u qed jgħidulna li se jkun hemm nefqa ta' Lm200,000 fuq dawn.", "Naturalment din il-parti torbot ma' l-istess rapport tal-korporazzjoni li inċidentalment, fejn hemm miktub x'inhu l- futur immedjat, ma ssib l-ebda riferenza għall-idea ta' branch ġdida ġewwa City Gate pero' mbagħad hemm ritratt jew artistic impression.", "Jekk jien informat tajjeb jidhirli li l-Perit Martin Debono, tant viċin tal-Ministru, ingħata l-inkarigu f'dan ir-rigward għax mid-dehra dan għandu l-ħin li jlaħħaq ma' ħafna proġetti!", "Nifhem ukoll li dan huwa l-proġett li se jieħu l-post ta' fejn qabel kien hemm il-Wimpy - naturalment dan mhuwiex dibattitu biex nagħmlu l-analisi ta' suġġett ieħor kontroversjali - jiġifieri l-parti tal-ħwienet fid-daħla ta' Bieb il-Belt li suppost illum huma milquta mill-proġett li l-Gvern qed isejjaħlu l-proġett tal-millennju u li aħna nirriferu għalih b'mod aktar korrett bħala x-shopping arcades tal- millennju.", "Mela x'se jsir eżatt?", "Dan jinkwadra jew ma jinkwadrax mal- kumplament tal-proġett?", "In-nefqa ta' Lm200,000 biex ikun hemm branch ġdida ġewwa City Gate hija ġustifikata minn korporazzjoni li qed tiftaħar li trid tant tiffranka flus?", "Naħseb li tajjeb li jkollna tweġiba anke f'dan ir- rigward.", "Naħseb li huwa korrett ukoll li wieħed iħares lejn diversi aspetti li ssemmew mill-Ministru jew li hemm fir-rapport qabel ma nagħmel l- analisi tiegħi tat-tariffi, bħalma għamel il-Ministru.", "L-ewwelnett nifraħ lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li għandha l-ISO 9002 programme, li hemm riferenza għalih f'paġna 37 tar- rapport annwali.", "Din hija konferma oħra li l-Gvern mhux biss wiret korporazzjoni b'fixed assets, li wieħed tassew għandu jiftaħar bihom u li għandhom l-aqwa prova ta' dak li l-korporazzjoni trid tagħti lill-pajjiż, imma konferma wkoll li l-korporazzjoni kienet immexxija b'mod effiċjenti għax iċ-ċertifikazzjoni ta' l-ISO 9002 huwa biss ir-riżultat ta' snin ta' ħidma mill-korporazzjoni f'dan il-qasam.", "Allura hawnhekk, Onor. Ministru, għandek ċertifikat internazzjonali ta' dak li inti writt - għalkemm forsi ssibha politikament konvenjenti li xi kultant tirriferi għal xi stat diżastruż - u dan ma tistax taħrab minnu.", "Naħseb li hemm ukoll numru ta' mistoqsijiet li għandhom isiru.", "Per eżempju, il-Ministru fil-winding- up tiegħu għandu jindikalna l-pożizzjoni preċiża tad-dipartiment tad-drenaġġ.", "Issa nafu li hemm avviż legali biex dan id-dipartiment ikun inkorporat taħt il-korporazzjoni pero' jiena m'iniex konvint li nħolqot l-istruttura neċessarja kif id-dipartiment jirrapporta lill-korporazzjoni u jekk verament hux jitqies li jifforma parti minnha jew le.", "Naħseb ukoll li l-Ministru għandu jagħtina wkoll kjarifika rigward il- famuż storm water master plan.", "Dażgur li naqblu ma' storm water master plan!", "Inċidentalment f'kitba riċenti fil-gazzetta \"The Times\", kien hemm artiklu miktub mill-Perit Amadeo Mifsud, direttur tal-WSC - lil dan nafuh kemm jien u kemm il-Ministru b'mod personali; wieħed mill-iktar periti li għamel parti sew minn ħajtu jaħdem favur kampanja li l-ilma jkun managed aħjar - fejn jagħmel l-argument li l-korporazzjoni ma tkunx ġustifikata li tagħmel tariffi ġodda u ogħla għall-ilma qabel ma tkun f'pożizzjoni li tagħti garanzija lill-pubbliku li kapaċi tnaqqas mill-unaccounted for water bl-istess ammont li hi qiegħda żżid it-tariffi lill-pubbliku.", "Forsi l- Ministru issa jgħidilna jekk dan is-suġġeriment minn direttur validu li għandu fil-korporazzjoni huwiex dispost jagħtihulna hu fid-diskors tiegħu ta' l-għeluq.", "L-istess artiklu jirriferi wkoll preċiżament għall-kwestjoni ta' kemm f'pajjiżna jinħela ilma tax-xita u kemm għandna noqogħdu iktar attenti biex dan nużawh bil-għaqal.", "Issa meta jiena nħares lejn x'hemm fir-rapport annwali li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nifhem li ntefqu madwar Lm350,000 u nifhem ukoll, minn dak li qal il-Ministru fil- bidu, li sar survey mal-kunsilli lokali.", "Imma jekk hu veru li rridu naħdmu b'impenn f'dan il-qasam u jekk hu veru li rridu nimxu 'l quddiem, mhux biżżejjed li naraw kemm il-kunsilli lokali qegħdin iwieġbu għall- kwestjonarju li bgħatna u mhux biżżejjed li nippreparaw specifications tekniċi biex inkunu nafu xi draining equipment hawn għall-ilma tax-xita.", "Fid-diskors tiegħu ta' l-għeluq il-Ministru għandu jirrikonoxxi li dak li sar s'issa huwa mill-iktar negliġibbli u żgur li ma jiġġustifikax il- propaganda li saret għar-rigward ta' dan is-suġġett.", "Naħseb li fid-diskors tiegħu ta' l-għeluq il-Ministru huwa obbligat li jilluminana dwar l-hekk imsejjaħ impenn tal-Gvern Laburista li jara li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma titmexxa verament b'mod cost- effective.", "Għax jiena ma nistax nifhem kif mill-elezzjoni sal-lum il- korporazzjoni spiċċat biex impjegat madwar 25 clerk ġdid, u dan apparti l- aspett li rriferew għalih il-kollegi tiegħi rigward lil min ingaggaw bħala security u kif saru ngaġġi oħrajn.", "Illum li nafu li l-korporazzjoni hija marbuta wkoll biċ-ċirkolari tal-Prim Ministru li ħadd ma jista' jingaġġa lil ħadd jekk ma jkollux l-approvazzjoni b'mod assolut minn fuq, bilfors ikolli nikkonkludi li dan kien mezz ta' ċensura fuq il-korporazzjoni u forsi fuq enti pubbliċi oħrajn.", "Min-naħa waħda jippriedkaw l-għaks u kemm m'għandhomx flus, u mbagħad la jsibu diffikulta' biex jagħmlu l-lussu fil- boardrooms, la biex jimpjegaw nies ġodda u lanqas biex jonfqu fuq l- uffiċini ġodda, li huma qed jgħidu li jridu jkollhom fil-Belt.", "X'jimporta!", "Issa dik il-korporazzjoni - jew aħjar il-Gvern - tara kif tkoprih minn fuq dahar il-poplu, permezz tat-tariffi l-ġodda!", "Hawnhekk niġi biex nirrispondi lill-Ministru dwar dak li qal fuq il-kwesjtoni tat-tariffi l- ġodda.", "L-ewwelnett il-Ministru kkwotani li s-sena li għaddiet għidt li aħna bħala gvern qatt ma kkonsidrajna li ngħollu t-tariffi għas-settur domestiku mill-ġdid.", "Jien nista' ngħidlu bl-iktar mod faċli - tkellem diġa' l-Onor.", "Ninu Zammit f'dan is-sens - li aħna bħala gvern preċedenti konna mpenjati li fis-settur domestiku ta' l-ilma ma nerġgħux ngħollu t-tariffi.", "Dan ma jfissirx li ma jkollokx lil xi ħadd li jagħtik pariri biex tgħolli t- tariffi.", "Il-fatt li joqogħdu jikkwotawlna x'pariri jkun ta xi uffiċjal f'xi ministeru - u din hija tattika li issa saret rikorrenti - jew pariri oħrajn li jkunu ngħataw forsi anke mill-istess Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, iżid mal-krettu favur l-amministrazzjoni preċedenti fformata mill-Partit Nazzjonalista.", "Għaliex dak li hu l-qofol m'huwiex x'rakkmandazzjonijiet, x'scenarios u x'options differenti jkollok imma x'deċiżjonijiet politiċi inti tieħu b'mod responsabbli fl-interess nazzjonali.", "Din hi s-serjeta'.", "Jekk aħna kull proposta li ssirilna nibdew ngħidu li dik se nwettquha mill-ewwel allura l-Gvern se jispiċċa f'sitwazzjoni fejn dejjem jgħolli t-tariffi, skond ma jirrikkmandawlu l- korporazzjonijiet pubbliċi u skond ma jirrikmandawlu d-dipartimenti, mingħajr ma jħares qatt lejn il-politika soċjali bil-mod kif konna nħarsu qabel, u bħala Gvern Nazzjonalista aħna kburin minn dan.", "L- amministrazzjoni preċedenti kienet ippreżentata b'diversi memoranda fuq reviżjoni tat-tariffi u kull darba konna ninsistu biex naraw x'inhu l- impatt reali fuq il-familji Maltin, x'inhu l-impatt reali fuq min jgħix waħdu, x'inhu l-impatt reali fuq ir-romol u x'inhu l-impatt reali fuq min għandu bżonn l-għajnuna soċjali.", "Meta konna naraw l-impatt konna nagħmlu dawk l-aġġustamenti meħtieġa biex il-poplu tagħna ngħinuh jimxi 'l quddiem.", "Din hi s-serjeta' li biha konna nimxu.", "Mhux nagħmlu l-miżuri fil-budget u mbagħad naraw wara!", "Illum kellna l-aħbar li suppost il-Gvern u l-unions huma iktar viċin ftehim u j'Alla li jintlaħaq dak il-ftehim.", "Imma jekk ikollu ftehim ma' l- unions il-Gvern irid jagħmel emendi għall-avviżi legali li ħareġ u li l- bieraħ insista li ma jneħħix.", "Kieku l-Gvern kien serju fin-negozjati tiegħu mal-unions kien jgħid li bħalissa l-Gvern qiegħed f'diskussjonijiet u allura dawk l-avviżi legali li laħqu ħarġu se jirtirahom sakemm joħorġu avviżi legali li jkopru l-miżuri soċjali.", "Din m'għamilhiex il-Gvern u la m'għamilhiex jien nistaqsih lill-Ministru jekk huwiex dispost almenu jagħtina dan l-impenn wieħed fid-diskors ta' l-għeluq tiegħu.", "Dispost il- Gvern jagħti garanzija lil dan il-Parlament li ma joħroġx kont wieħed li hu wieħed qabel ma jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fl-avviżi legali li huwa ħareġ?", "Dispost li jagħti dan l-impenn?", "Il-Gvern qal li aħna għaġġilna ż-żejjed.", "Aħna għamilna mozzjoni biex niddiskutu avviż legali li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Gvern.", "Kieku dik ma ddiskutejnihiex il-bieraħ lanqas kien ikollna dritt nitkellmu hawn ġew għax kienu jgħidulna li skadew it-28 ġurnata minn meta ħareġ l-avviż legali u ma nistgħux nitkellmu fuqu jekk mhux f'xi aġġornament u b'hekk ma konniex nistgħu nġibu diskussjoni biex dak l-avviż legali jkun emendat.", "Il- Gvern insista li l-avviż legali mhux biss iqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra imma l-bieraħ insista bil-maġġoranza parlamentari tiegħu li l-Parlament ma jħassrux.", "Dispost il-Ministru li fl-għeluq tiegħu jagħti impenn assolut li qabel ma jagħmel sistema ta' rebates, kif qed jipprova jwiegħed u jagħti tamiet lil kulħadd li se jagħmel, ma joħroġx kont wieħed bit-tariffi l- ġodda.", "Jien nistenna u nara x'għandu xi jgħid fil-winding-up.", "Il-Ministru qalilna li t-tariffi hemm bżonn inħarsu lejhom sewwa u nagħmlu analisi tajba għaliex forsi ma ġewx spjegati tajjeb biżżejjed.", "Jien smajt lill-Ministru jispjega b'mod intelliġenti u ta' dan nagħtih il- kongratulazzjonijiet tiegħi pero' bir-rispett kollu ejja nagħtu l-fatti kollu.", "Meta jiena kont qed nieħu n-noti ta' x'kien qed jgħid il-Ministru, ħin minnhom kelli nagħmel daqsxejn kalkoli għaliex bdejt ngħid li bil-mod kif kien qed jispjega, kważi kważi kont se niblagħha li dan il-Gvern se jagħti sussidju ikbar u n-nies jirċievu kontijiet orħos u mhux ogħla!", "Ħalli nagħti eżempju ħelu ta' parti mill-ispjega li għamel il-Ministru dalgħodu.", "Il-Ministru dalgħodu qal li dak li ma ntqalx fuq it-tariffi huwa li t-tieni blokk qabel kellu sussidju ta' 75% u issa għandu sussidju ta' 80%.", "Mela sussidju ta' 80% huwa ogħla minn sussidju ta' 75%.", "Imma dak l- argument kien ireġi if we were comparing apples with apples.", "Nispjega malajr il-kalkolu ħalli ma noqogħdux nidħku bil-poplu.", "Bis-sistema ta' qabel, fuq it-tieni blokk il-konsumatur kien iħallas 20% fuq 75c, li jiġu 19c kull metru kubu.", "Bis-sistema l-ġdida l-Gvern qed jgħid kemm huwa ġeneruż għax qed jagħti sussidju ta' 80% u allura l-konsumatur irid iħallas ir-rimanenti 20%.", "Li ma qalx il-Ministru huwa li l-20% irid iħallashom fuq ir-rata l-ġdida ta' l-ilma, li hija Lm1.10c, u 20% ta' Lm1.10c jiġu 22c?", "Mela x'jippreferi jħallas il-konsumatur, 19c jew 22c?", "Mela allura ejjew nitkellmu verament bis-serjeta' f'dan il-Parlament.", "Pero' l-ingann m'huwiex biss li r-rata ta' l-ilma minn 75c għoliet għal Lm1.10c imma li qed nitkellmu fuq blocks differenti u dan huwa ingann ikbar.", "Il-Ministru dalgħodu qalilna li huma ħadmu fuq il-workings tagħna u qal li huma sabu workings li kienu jgħidu li l-konsum huwa 15-il gallun ilma kuljum u biex ikunu iktar ġenerużi huma għamluh 16-il gallun.", "X'ġenerożita'!", "Meta aħna tajna s-sussidju konna tajnieh fuq 20 gallun ilma kuljum u l-Ministru kien ġie fil-Parlament u qalilna li 20 gallun mhux biżżejjed u issa hu niżżilhom għal 16-il gallun!", "X'ifisser dan?", "Ħalli nagħmel dan l-eżerċizzju malajr.", "Mela fuq l-ewwel 16-il gallun kull persuna issa se teħel id-differenza bejn it-10% fuq Lm1.10c u t-10% fuq 75c, jiġifieri kull persuna se tibda teħel 15c 4m iktar kull ċiklu.", "Pero' bejn 16-il gallun u 20 gallun inti għandek 4 galluni b'rata ogħla.", "Imma l- agħar li se jmorru - u l-Ministru dan għandu japprezzah - huma dawk li jaħlu bejn 32 u 40 gallun għaliex hemmhekk għandek 8 galluni sħaħ li huma bir-rata sħiħa meta qabel kienu b'rata sussidjata.", "U dan naturalment il- Gvern jaf bih u jaf b'affarijiet oħra, jekk irridu nispjegaw it-tariffi sew.", "Il-Gvern jaf li issa malli tirċievi l-kont ikollok data indikata fuq dak il-kont u jekk tmur tħallas f'dik id-data indikata jagħtuk discount ta' 3%, jekk tħallas sa 15-il ġurnata minn dik id-data ma teħux discount u jekk taqbeż il-15-il ġurnata jwaħħluk 6% mill-ewwel u mhux 6% per year imma 6% mill-ewwel.", "Jien f'dawn iċ-ċirkostanzi, Madam Speaker, nagħlaq billi nipproponi emenda għall-estimi: \"Minnufih wara l-kliem \"dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma\" li jidhru fil-Mozzjoni Nru 86 ippreżentata fl-20 ta' Ottubru, 1997 għandhom jidħlu l-kliem \"b'dan iżda li l-Kamra tinsisti li l- Gvern għandu mill-aktar fis jieħu l-miżuri meħtieġa biex itaffi l- effetti ħżiena li se jġibu t-tariffi l-ġodda kemm fuq dawk li jifilħu l-anqas kif ukoll dwar għoli tal-ħajja b'effetti ħżiena fuq l- industrija, l-ekonomija nazzjonali, u fuq il-qagħda ta' l-impiegi f'pajjiżna\".\"", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar jekk jogħġbu jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jien smajt bil-galbu l-kritika kollha li saret fuq dawn l-estimi min-naħa tal-kelliema ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, u jekk tneħħi x'intqal dwar xiri ta' karozzi ġodda u dwar xiri ta' għamara għall-uffiċċju taċ-chairman u għall-boardroom, u jekk telimina l-ftaħir fuq dak kollu li sar fi żmienhom, ftit li xejn issib li saret kritika kostruttiva.", "L-uniċi punti li wieħed jista' jikkonsidrahom bħala kritika kostruttiva huma xi żewġ affarijiet li semma l-Onor.", "Zammit Dimech lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu.", "Meta tara dan l-atteġġament bilfors tgħid li ġaladarba dawn waqgħu biex jagħmlu kritika - jien ngħidilha banali - fuq xi karozza u fuq xi biċċa għamara, allura verament m'hemmx x'tikkritika fuq l-operat tal-korporazzjoni.", "Madam Speaker, jien se nipprova naqbad xi punti li huma ta' ċerta relevanza u nipprova nirrispondihom.", "L-Onor.", "Zammit Dimech kkritika t-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni.", "Ir- raġuni hija sempliċi.", "It-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni ġrat għall-fatt li issa hemm l-MBS, li ħadet ix-xogħol tal-Polymetrics Seawater Systems Inc., u permezz ta' dan iffrankajna 'l fuq minn Lm1miljun.", "Pero' min-naħa l-oħra din trid tibbilanċjha man-nefqa akbar li għandha l-korporazzjoni f'dik li hija tariffa tad-dawl għax peress li l-elettriku għola - u għola għal kulħadd, inkluż għall-korporazzjoni - din is-sena l-korporazzjoni se tonfoq madwar Lm900,000 aktar f'elettriku milli nefqet is-sena li għaddiet.", "Din hija r-raġuni għalfejn ma kienx hemm gap daqskemm ħaseb li kellu jkun hemm l-Onor.", "Membru.", "L-Onor.", "Zammit Dimech staqsa wkoll dwar il-cost tal-produzzjoni u tad- distribuzzjoni ta' l-ilma u qal li hemm differenza kbira bejn il-figuri ta' din is-sena meta mqabbla ma' tas-sena li għaddiet.", "Madam Speaker, jiena dalgħodu spjegajt li saret restructuring fil-korporazzjoni u din ir- restructuring kienet tfisser li ċerti cost centres li qabel kienu jagħmlu mal-production site issa ġew mad-distribution site jew vice-versa.", "Jiġifieri r-raġuni għaliex hemm ċerta varjazzjoni hija appuntu minħabba r- restructuring li saret.", "L-Onor.", "Zammit Dimech kkritika wkoll l-ispiża li se ssir fir-reklamar u fil-public relations u staqsa għaliex din is-sena se jkun hemm spiża daqshekk kbira.", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "Peress li aħna nafu li t-tariffi li ġew introdotti xi ftit jew wisq se jaffettwaw il-kontijiet ta' kulħadd, bħala korporazzjoni ħassejna d-dover li għandna nagħmlu xi ħaġa dwar dan.", "Waħda mill-affarijiet li ridna nagħmlu hija li nagħmlu lin-nies aware aktar ta' kif iridu jikkonservaw l-ilma u biex isir dan trid issir kampanja sabiex ikun hemm kuxjenza akbar favur il-konservazzjoni ta' l-ilma.", "Apparti minn hekk, peress li fil-kontijiet il-ġodda issa se jkun hemm inkluż ukoll it-tariffa fuq id-drenaġġ, ħassejna l-ħtieġa li għandna nagħmlu kampanja sabiex nispjegaw lin-nies kif inhuwa l-format tal-kont u xi jfisser il-kont.", "Il-kont tal-utilities reġa' ġie ddisinjat - fil-fatt huwa differenti minn dak li konna qegħdin nirċievu sal-lum - u fil-format il-ġdid wieħed isib spjegazzjoni ċara ta' kif qiegħed jiġi ċċarġjat u kif qed jingħata s-sussidju fuq il-konsum, u allura persuna tkun tista' tagħmel ukoll ċerti kalkoli.", "Aħna ħassejna li b'dan il-format il-kont se jkun, biex ngħidu hekk, iktar user-friendly minn dak li kellna qabel.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Zammit Dimech tkellem ukoll fuq il-customer care office ġdid li se jsir ġewwa Bieb il-Belt.", "Kif kulħadd jaf, l-uffiċċju li għandhom bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħed f'Auberge d'Italie.", "Naħseb li huwa fatt magħruf li Auberge d'Italie huwa post li ma jixraqx li jkun użat bħala uffiċċju tal-posta jew uffiċċju tal- WSC u l-Gvern ħaseb biex din l-auberge jikkonvertih għall-użu ministerjali - fil-fatt hawnhekk se jkun housed il-ministeru tat-turiżmu - u allura hemm il-ħtieġa li jinstabu postijiet alternattivi għal dawk li preżentement qegħdin f'Auberge d'Italie.", "Fost l-uffiċini li hemm l-auberge - apparti l-uffiċċju ta' l-istatistika, li diġa' telaq minn hemmhekk, u l- uffiċċju tal-posta, li parti minnu telaq ukoll - hemm il-customer care offices tal-WSC.", "Apparti dan ta' min wieħed jgħid li l-uffiċini tal-WSC li hemm fil-Belt m'humiex mill-aħjar u allura ħassejna li jekk aħna rridu nagħtu servizz aħjar lill-klijenti hemm bżonn li jkun hemm customer care office adegwat.", "Għalhekk il-korporazzjoni ħasbet sabiex talloka uffiċċju ġewwa Bieb il-Belt u għal dan il-għan għażlet il-post fejn qabel kien hemm il-Wimpy u dan se tikkonvertih għall-użu tagħha.", "Hawnhekk l-Onor.", "Zammit Dimech ma naqasx li jagħmel ftit kritika fuq il- proġett Malta 2000.", "Issa ta' ħabib ngħidlu: Tibqgħux tikkritikaw dan il- proġett b'dan il-mod għax bħala partit intom l-uniċi nies li ma taqblux mal- konċett tiegħu.", "Hemm ħafna li m'humiex qed jaqblu ma' ċerti affarijiet li ġew proposti u l-aktar li m'humiex qed jaqblu huwa mat-time frames li hemm proposti imma mal-konċett kulħadd qed jaqbel.", "Il-leħen tagħkom huwa leħen fid-deżert għax lilkom biss tismagħkom tgħidu li ma taqblux miegħu dan il- proġett u ngħidilkom biex ma tibqgħux tikkritikawh b'dan il-mod għaliex m'hemmx x'tikkritika.", "Meta jkun lest nassigura lil kulħadd li intom stess se taraw kemm kontu żbaljati fil-kritika li qegħdin tagħmlu bħalissa.", "L-Onor.", "Zammit Dimech tkellem ukoll dwar il-pożizzjoni tad-dipartiment tad-drenaġġ.", "Il-kollega tiegħi jaf li hemm commitment - dan kien daħal għalih ukoll il-Gvern Nazzjonalista - li d-dipartiment tad-drenaġġ jiġi nkorporat fil-WSC.", "Aħna dan il-commitment se nkomplu bih.", "Effettivament naqblu li għandu jsir hekk u qed ngħidu li fuq perijodu ta' ftit snin din l-incorporation trid issir.", "Fil-fatt diġa' beda l-proċess ta' l- incorporation.", "Tant hu hekk li l-kont tal-utilities se jinkludi t-tariffa tas-servizz tad-drenaġġ u allura din se tinġabar mill-WSC.", "Bħalissa diġa' hemm ċerta koperazzjoni bejn id-dipartiment tad-drenaġġ u l-WSC, bħalma hemm koperazzjoni wkoll fuq il-kwestjoni tat-treated effluent, jiġfieri dak l-ilma li nipproduċu permezz tat-trattament tad-drenaġġ.", "Bil-mod il-mod trid issir struttura li permezz tagħha d-dipartiment tad-drenaġġ jittieħed over mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Aħna nixtiequ li dan isir b'ċertu mod regolat u nittama li fil-ftit tas-snin li ġejjin dan isir u jsir sewwa.", "Il-kollega tiegħi tkellem ukoll fuq Il-kwestjoni ta' l-istorm water master plan u semma lill-Perit Amadeo Mifsud, li huwa ħabib tiegħi - bħalma huwa ħabib tiegħu wkoll - u qal li hu bniedem ta' l-affari tiegħu, u hawn naqbel miegħu perfettament.", "L-Onor.", "Zammit Dimech għandu jkun jaf li l- Perit Mifsud, bħala direttur fuq il-bord tal-WSC - għamiltu jien direttur għax nemmen li huwa kapaċi - u l-Perit Joe De Gaetano qegħdin f'kumitat ċkejken tal-korporazzjoni li qiegħed jagħmel l-almu tiegħu sabiex l-istorm water master plan jidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.", "Fil-fatt lill- Onor. Zammit Dimech nista' ngħidlu li l-bieraħ saret diskussjoni bejn il- Perit Mifsud u l-Perit Philip Grech, li hu l-persuna inkarigata bħala project manager ta' l-istorm water master plan, u dawn ftehmu fuq time frame ta' kif għandu jsir ix-xogħol ta' l-istorm water master plan u abbażi ta' dan it-time frame nittamaw li sa l-aħħar ta' din is-sena jitlestew ċerti studji ħalli s-sena d-dieħla jkun jista' jibda ċertu xogħol.", "L-Onor.", "Zammit Dimech staqsa wkoll jekk it-tmexxija tal-korporazzjoni hijiex cost-effective.", "Jekk wieħed iħares lejn il-figuri li għandna hawnhekk u lejn il-mod ta' kif qed nipproponu li għandhom isiru l- affarijiet, wieħed għandu jinduna li l-iskop kollu ta' l-eżerċizzju li qed nagħmlu huwa sabiex kemm jista' jkun il-korporazzjoni taħdem b'mod aktar cost-effective.", "Madam Speaker, huwa ovvju li mill-kritika li saret min- naħa l-oħra jidher li ma fehmux il-mod kif qed nipproponu li għandha taħdem il-korporazzjoni.", "Qed ngħid dan għax ħadd mill-kelliema tan-naħa l-oħra ma ħares lejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħala dik il- korporazzjoni li skond il-liġi hija responsabbli mill-ilma kollu f'pajjiżna.", "Ħadd minnhom ma ta kas ta' dak li qed nipproponu aħna f'dak li jirrigwarda kif għandha taħdem il-korporazzjoni, ħalli b'mod preċiż tintegra diversi sorsi ta' ilma biex b'hekk ikollna xogħol aktar cost- effective.", "Madam Speaker, xtaqt ukoll li nsemmi punt li rrileva wieħed mill-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra meta rrifera għall-collective agreement li hemm mal- union u qal li l-ħaddiema tal-korporazzjoni suppost li għandhom medical and health insurance.", "Jiena naħseb li l-kollega li qal dan ma qarax l-estimi tajjeb għax kieku kien ikun jaf li l-ħlas li l-korporazzjoni se tagħmel għall-insurances din is-sena tela' ħafna u fil-fatt qiegħed xi Lm70,000.", "Ir- raġuni għal dan hija twofold għax l-ewwelnett il-korporazzjoni effettivament se ddaħħal l-insurance fuq il-ħaddiema tagħha, ħalli jekk jinqala' xi inċident dawn ikunu inxurjati.", "Apparti minn hekk - u din xi ħaġa li ma ssemmietx hawnhekk - il-korporazzjoni għall-ewwel darba din is- sena se tagħmel insurance kontra t-tniġġis ta' l-aquifer.", "Din hija xi ħaġa li qatt ma saret qabel u naħseb li hija xi ħaġa importanti li ssir għax permezz t'hekk, jekk Allaħares qatt ikollna diżastru, għallinqas ikollna biżżejjed mezzi finanzjarji biex dan id-diżastru nkunu nistgħu nirkupraw minnu.", "Irrid ngħid ukoll li dan sar aktar importanti llum għall- fatt li l-Gvern issa qed jikkonsidra li jagħti permessi għall-irdim ta' l- iskart tal-bini fil-barrieri u allura rrid ngħid li kiber ukoll aktar ir- riskju li jista' jkun hemm xi tniġġis minħabba f'hekk.", "Allura l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, ta' korporazzjoni serja li hi, irraġunat li ladarba taf li hemm dan ir-riskju ikun aħjar li tagħmel insurance fuq l-aquifer u fil-fatt din l-insurance se ssir.", "Ngħaddi issa, Madam Speaker, biex nitkellem fuq in-nefqa kapitali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Fin-nefqa kapitali tal-korporazzjoni, fost affarijiet oħra nsibu li hemm nefqa mhux żgħira għall-bdil tal-mains.", "Fil-fatt il-korporazzjoni qed tipproġetta li din is-sena jsir tibdil ta' 60 kilometru ta' mains.", "Dalgħodu jiena ammettejt li din is-sena ma lħaqniex mat-targets li kellna għall-bdil ta' mains.", "Ir-raġuni għal dan kienet li t-trenching contractors scheme li kien hemm qabel riedna nirriveduha.", "Issa dan ix-sogħol sar, il-kuntratturi bdew - u rrid ngħid li bdew bis-saħħa għax bdew fuq ħafna postijiet ta' Malta - u x-xogħol beda miexi 'l quddiem.", "Aħna nħossu li dan huwa importanti li jsir għax jekk irridu nkomplu bil-ħidma fuq leakage control hemm bżonn li mains li huma qodma jiġu mibdula.", "Hawnhekk irrid insemmi żewġ mains partikolari u kbar ħafna li jridu jinbidlu.", "Dawn huma l-main magħruf bħala l-main ta' Psaila Street, dak li jgħaqqad il-ġibjun ta' Ta' Qali ma' Santa Venera - u li miegħu wkoll hija marbuta r-rehabilitation ta' Psaila Street innifisha - u l-main li jgħaddi minn Ta' Qali għal Ħaż-Żebbuġ.", "Dawn huma żewġ mains prinċipali.", "Il-main ta' Psaila Street, wieħed mill-aktar mains li jagħtina trouble - dan żgur li japprezzah l-Onor.", "Ninu Zammit - huwa main li tan-naħa l-oħra sena wara l-oħra dejjem qalulna li se jbiddluh u qatt ma biddluh.", "Issa x-xogħol fuq dan il-main beda u sar aktar minn nofs kilometru xogħol fuqu u nittama li fi ftit tal-ġimgħat oħra jitlesta.", "Xogħol ieħor kapitali li se jsir huwa l-bini ta' pilot polishing plant għall-istorm water ġewwa Torri Cumbo, fil-limiti tal-Mosta.", "Dan huwa importanti għaliex aħna ma nistgħux naqbdu l-ilma tax-xita u nirriċarġjaw l- aquifer bih.", "Ħafna drabi l-ilma tax-xita, bħalma spjegajt anke dalgħodu, ikun hemm bżonn li tippolixxjah għax meta dan jgħaddi minn ġot-toroq iġorr ħafna żjut u affarijiet oħrajn miegħu.", "Allura għandek bżonn tagħmel ċertu polishing tiegħu.", "Nittamaw li permezz ta' dan il-proġett inkunu kapaċi nagħmlu ċerti testijiet ħalli naraw eżattament xi jrid isir.", "Qed nipproġettaw ukoll din li s-sena jinbena l-ġibjun tax-Xwieki.", "Jekk aħna rridu ntejbu s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma huwa importanti li dan il-ġibjun jinbena.", "Qed jiġi ppjanat ukoll li matul din is-sena jinbena asset storage plant ġdid.", "Bħalissa l-asset storage plant huwa importanti għall-impjanti tar- reverse osmosis, għax dan huwa materjal li jintuża minnhom, u huwa importanti li dan l-impjant jinbena għaliex l-impjant li hemm - impjant qadim li ilu mibni aktar minn għoxrin sena - qiegħed għand l-Enemalta u mhux qed iservi għall-bżonnijiet tagħna u jeħtieġ li jinbena ieħor.", "Proġett ieħor li se jsir is-sena d-dieħla huwa dak tat-telemetrija li permezz tiegħu jista' jsir kontroll aħjar fuq il-pumping stations u fuq il- ġibjuni.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn l- estimi li għandna quddiemna u jara daqsxejn x'ħarġet il-korporazzjoni, jara li wieħed mill-items li l-aktar għolew f'dak li huwa valur huwa l-materials consumed.", "Ir-raġuni għal dan hija li peress li se jsir ħafna xogħol ta' bdil ta' mains, se jkun hemm il-bżonn li nagħmlu ċertu ammont ta' re- instatement u allura bilfors irid ikollok il-materjal biex tagħmel dan ir- re-instatement u dan il-vot huwa relatat ma' dan il-materjal.", "Madam Speaker, fuq it-treated effluent irrid ngħid li bħalissa hemm kumitat li qiegħed jistudja kif l-aħjar li jintuża dak l-ilma li nipproduċu permezz tat-trattament tad-drenaġġ u nittamaw li malli nispiċċaw dan l- istudju, li suppost għandu jkun lest fi ftit ġimgħat oħra, inkunu nistgħu nħarsu lejn is-sistema tad-distribuzzjoni li għandu bżonn ikollu dan l-ilma second class.", "Jiena xejn ma jiena kuntent bis-sistema ta' distribuzzjoni li għandna bħalissa għax din hija sistema li tiġi abbużata ħafna u fil-fatt saret kritika dwar dan illum stess u hemm bżonn li aħna nħarsu lejha wkoll.", "Madam Speaker, ngħaddi issa biex nirrispondi ftit għal dak li qal l-Onor.", "Tabone.", "L-Onor.", "Membru qal li twaqqaf kumitat ġewwa Għawdex sabiex iħares lejn l-operat tal-korporazzjoni u staqsa x'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat.", "Jien se naqralu testwalment x'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat, li fih rappreżentanza tas-segretarjat parlamentari għal Għawdex u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, u huwa chaired minn persuna li ġiet maħtura mill-ministeru tiegħi.", "L-għan ewlieni ta' dan il- kumitat huwa li jifli l-operat tal-korporazzjoni sabiex jintlaħqu dawn l- għanijiet, u se naqrahom:", "\" i) l-ewwelnett irid jifli l-istrutturi organizzattivi preżenti, sew tat- taqsima amministrattiva tad-dipartiment tal-customer care kif ukoll tat-taqsima teknika;", "ii) irid jirrivedi dawk l-istrutturi u jipproponi jekk hemmx bżonn kif dawn jistgħu jiġu mtejba u msaħħa; u", "iii) irid jirrikkmanda kif l-aħjar li jkunu stabiliti r-relazzjonijiet formali bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u s-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex u dan irid isir biex b'hekk tkun tista' tiżdied il-kontabilita' u d-dixxiplina fost l-impjegati u jkun hemm kontribut xieraq u meħtieġ min-naħa tas-segretarjat ħalli jiġi żgurat il-programm tax-xogħol u pjanijiet strateġiċi u koperattivi tal- korporazzjoni indirizzati għall-ħtieġijiet ta' Għawdex, b'mod partikolari għall-użu ta' l-ilma tat-tieni klassi.", "Qed jingħad hekk b'mod partikolari għall-fatt li ġewwa Għawdex qed jinbena impjant ta' trattament tad-drenaġġ u allura rridu naraw kif se jintuża dak l-ilma.", "Jien nixtieq ngħid li dan il-kumitat beda jaħdem u nittamaw ukoll li ftit ġimgħat oħra jkollna r-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "L-Onor.", "Tabone staqsa wkoll fuq it-tħaffir għaż-żejt u qal li meta jibda dan it-tħaffir dan se jikkonsma volum kbir ta' ilma.", "Dan huwa veru għax dan ix-xogħol se jikkonsma madwar miljun gallun ilma kuljum imma diġa' ħadna ħsieb għal dan għax se jintuża ilma li jittella' mill-aquifer ġewwa Għawdex u n-nies ta' Għawdex jiġu mogħtija ilma mill-impjant taċ-Ċirkewwa.", "Dan ikun biżżejjed ħalli jlaħħaq mad-domanda li hemm f'Għawdex.", "Fil-fatt bħalissa nista' ngħid li ġewwa ċ-Ċirkewwa jidhirli li hemm madwar tliet trains li huma mitfija u allura se jkun faċli li dan isir.", "L-Onor.", "Ninu Zammit fil-kritika tiegħu qal li qegħdin intellgħu aktar ilma mill-aquifer u se mmorru lura għaż-żmenijiet ta' qabel.", "Ir-risposta tiegħi għal din il-kritika hija waħda sempliċi.", "Jiena ngħidlu li dak kollu li qegħdin nagħmlu qegħdin nagħmluh - u għalhekk jiena għidt li tan-naħa l- oħra ma fehmu xejn minn dak li qed nipproponu li se nagħmlu - biex innaqqsu l-ispiża.", "Issa l-uniku mezz kif inti tista' tnaqqas l-ispiża tal- korporazzjoni hija billi inti ssib sorsi oħrajn ta' ilma u l-uniku sors li għandna huwa l-ilma li nistorjaw ġewwa l-blat.", "L-argument ta' l- overpumping li kien isir qabel m'għadux jgħodd.", "Tan-naħa l-oħra qed jiġu hawnhekk u jgħidu li l-kwalita' ta' l-ilma f'dan il-pajjiż qed teħżien.", "Min qalilhom u fejn jafu dawn?", "Xi ħadd minnhom mar jittestja l-kwalita' ta' l-ilma?", "Jekk fil-każ għamlu hekk, igħidulna u jpoġġu r-riżultati fuq il-Mejda tal-Kamra, ħalli naraw kemm marret għall-agħar il-kwalita' ta' l- ilma.", "Madam Speaker, jien nista' ngħid li l-ilma jiġi ttestjat regolarment mil-laboratorju ta' l-istitut tat-teknoloġija għall-ilma u ħadd għadu ma sab dak li ġie allegat min-naħa ta' l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni, li l- kwalita' ta' l-ilma marret għall-agħar.", "Mhux veru dan.", "Din hija gidba li qaluha diversi kelliema min-naħa l-oħra.", "L-Onor Zammit qal ukoll li huma bdew ibiddlu l-pipes tal-house connections minn pajpijiet galvanizzati għal pajpijiet tal-polyethylene sabiex ikunu jistgħu jikkontrollow il-leakages.", "Naħseb li l-Onor.", "Zammit nesa - imma jiena se nfakkru - li fil-bidu ta' l-1996 kienet ittieħdet deċiżjoni mill-bord tal-korporazzjoni u l-ħaddiema kienu ngħataw struzzjonijiet biex ma jibqgħux jagħmlu xogħol ta' pajpijiet bil- polyethylene u ordnawlhom biex jerġgħu jibdew jużaw pajipijiet galvanizzati.", "Dan kien sar minħabba l-pożizzjoni finanzjarja xejn tajba ta' dik inhar.", "Veru li kieku sar dak li qal l-Onor.", "Membru kien ikun tajjeb imma fil-fatt dan ma sarx minħabba li l-korporazzjoni ma kellhiex il- finanzi meħtieġa.", "(Interruzzjonijiet) Jekk irid l-Onor.", "Zammit nista' naqralu mill-minuti tal-bord.", "Madam Speaker, l-Onor.", "John Vella staqsa fuq il-karozzi, fuq l-għamara u fuq kif intgħażlu l-bażużli għall-management, eċċ. Jien ma nistax nifhimhom dawn l-affarijiet.", "Safejn naf jien, kulmin daħal mal-korporazzjoni daħal wara li saret call for applications, wara li saru l-eżamijiet meħtieġa u wara li l-affarijiet saru bl-iktar serjeta' u bl-aktar reqqa.", "L-Onor.", "Membru qal li għandu ħafna suspetti u talab li dawn l-affarijiet jersqu quddiem il-PAC.", "Jiena ngħid li jew l-Onor.", "Vella ma jafx kif isiru l- affarijiet jew inkella verament irid iqarraq.", "Għaliex?", "Għax il-PAC huwa mmexxi mill-Onor.", "John Dalli, kollega minn tan-naħa l-oħra, u jekk l-Onor.", "Vella irid iressaq xi ħaġa quddiem il-PAC kulma għandu jagħmel huwa li jgħid lil sieħbu u jiġbidlu l-attenzjoni u mhux joqgħod jgħid lili b'dawn l-affarijiet.", "M'għandi ebda diffikulta' li jagħmel hekk jekk irid jagħmel hekk.", "Jekk niftakar tajjeb l-Onor.", "Zammit ukoll tkellem b'dan il-mod meta tkellem fuq ix-xiri ta' l-ispares għall-impjanti tar-reverse osmosis u staqsa kif inxtraw dawn il-spares.", "Ħalli ngħidlu kif inxtraw dawn l- ispares.", "L-affarijiet li huma proprietary items inxtraw mingħand id-ditta għax bilfors minn hemm trid tixtrihom u l-affarijiet l-oħra li m'humiex, bħalma huma l-cartridge filters, inxtraw b'call for tenders, kif soltu isiru l-affarijiet.", "Dan jafu tajjeb l-Onor.", "Membru u ma nafx għalfejn għamel din id-domanda.", "Ġejna kkritikati wkoll rigward in-nies li ġew reklutati u semmew skrivan b'ismu u qalululna li dan għandu rekord kriminali.", "Jiena naf li waħda mill- affarijiet li l-korporazzjoni nsistiet fuqha meta ħarġet il-call for applications għal skrivani kienet li min japplika jrid iġib il-kondotta tal- pulizija.", "Meta ġabu l-kondotta ta' dan l-individwu partikolari ma kellu xejn fil-kondotta.", "Jiena ma nafux lil dan l-individwu imma jekk iridu nista' npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kondotta tiegħu - qegħdin iċappsuh għal xejn b'xejn - ħalli jaraw li mhux veru li għandu rekord kriminali.", "Madam Speaker, issemmew wkoll żewġ każi ta' kontaminazzjoni ta' l-ilma, wieħed fil-Fgura u wieħed f'Ta' Ċenċ, Għawdex.", "Jien ma kontx naf id- dettalji preċiżi tal-każ ta' Għawdex pero' iċċekkjajt mal-korporazzjoni dwar dak kollu li ġara.", "Hawnhekk għandi r-rapporti kemm fuq il-każ ta' Għawdex u kemm fuq dak tal-Fgura u jien lest - aħna m'għandna xejn x'naħbu - li npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra biex l-affarijiet ikunu ċċarati.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok ikkonkludi Onorevoli.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inpoġġi xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Buhagiar ipoġġi dawn id- dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Sample ta' utilities invoice maħruġa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma;", "Tagħrif konness ma' każ ta' kontaminazzjoni ta' l-ilma fil-Fgura fl-14 ta' Jannar 1998; u", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-head technical operations tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fit-13 ta' Marzu, 1998 liċ- chief executive ta' l-istess korporazzjoni dwar suspett ta' kontaminazzjoni f'reservoir III f'Ta' Ċenċ, Għawdex.", "Madam Speaker, biex nagħlaq irrid ngħid li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma miexja b'pass li permezz tiegħu rridu naslu għal sitwazzjoni fejn is-sorsi tagħna ta' l-ilma verament jintużaw b'mod li jkun cost- effective.", "Biex nagħmlu dan hemm bżonn li nagħmlu pjan kif se nintegraw dawn is-sorsi kollha flimkien u nagħmlu strateġija għall-użu ta' l-ilma u jien ċert li dan huwa fattibbli.", "Fl-aħħarnett nixtieq nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja liċ- chairman, lill-bord tad-diretturi, liċ-chief executive u lill-ħaddiema tax- xogħol li għamlu u nawguralhom ħidma t-tajba għas-sena li ġejja.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda mressqa mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda għaddiet.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda kif imressqa mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda kif imressqa mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "139 FAVUR : 32", "L-Onor. | | | |Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Deguara Louis|Pullicino Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean|Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Tabone Anton | |Eddie | | |Frendo |Vassallo Edwin | |Michael | | |Galea Censu |Vella John | |Galea Louis |Zammit Ninu | |Galea Pace |Zammit Dimech Francis | |Victor | | | | |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: Se nagħmel issa l-mistoqsija fuq l-estimi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif emendata bl-emenda tal-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, naħseb li skond il-proċeduri li adottajna f'dan il-Parlament ma nistgħux ngħaddu għall-vot issa fuq din il- mozzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: : : : Jiġifieri intom qed tgħidu li l-vot jittieħed fis-seduta li jmiss?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jidhirli li l-proċeduri ta' dan il- Parlament huma regolati minn mozzjonijiet li għaddew minn dan il-Parlament u allura nimxu skond il-proċedura stabilita.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jidhirli li jekk ikun hawn qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra, fuq proċedura teknika bħal din nistgħu nipproċedu bil-votazzjoni llejla stess.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, qbil dejjem jista' jkun hawn pero' il-Kamra trid tkun taf kif se timxi.", "Ma nistgħux niddeċiedu hekk arbitrarjament kif se nimxu.", "Il-Kamra hija regolata minn mozzjoni mressqa mill-Gvern li tgħid li ma jitteħedx vot meta d-division tissejjaħ wara d- 9.00 p.m. Dik hi l-pożizzjoni.", "Jekk il-Prim Ministru jrid jibdel dik il- mozzjoni - u jiena jidhirli li about time li nibdluha għax ma tagħmilx sens - aħna naqblu li nibdluha pero' ma nistgħux naħdmu piecemeal, għax kulħadd irid jipprogramma.", "Anke l-Oppożizzjoni trid tipprogramma u trid tkun taf meta l-voti jittieħdu.", "Proċeduralment l-membri ta' din in-naħa, bħal tan-naħa l-oħra, jafu li skond il-mozzjonijiet ta' proċedura, approvati fuq talba tal-Gvern, ma nistgħux nieħdu votazzjoni issa.", "Jekk il-Gvern irid ibiddilha dik il- pożizzjoni aħna ma nsibux diffikulta' imma rridu nkunu nafu kif se nimxu u mhux niġu hawn u forsi neħdu l-vot u forsi ma neħduhx.", "Ir-regolamenti qegħdin hemm biex jiġu osservati.", "Dan regolament li m'huwiex fir- regolamenti permamenti.", "Din mozzjoni speċifika tal-Gvern biex tirregola x- xogħol ta' dan il-Parlament.", "Jekk irid ibiddilha naqblu li jbiddilha imma mhux ma nafux x'se jiġri!", "Jekk nhar it-Tnejn ikollna l-istess proċeduri x'nagħmlu?", "Neħduh il-vot jew ma neħduhx?", "Jiġifieri lanqas għandna l-lussu li l-Gvern għandu xi maġġoranza ma nafx ta' kemm u l-Oppożizzjoni ...", "Vot huwa importanti.", "Jiġifieri jiena rrid inkun naf dan il-Parlament kif se jimxi.", "Jekk il-Gvern jidhirlu li din il-proċedura m'hijiex tajba - jiena naqbel miegħu li m'hijiex tajba - niftehemu u nbiddluha imma ma nistgħux nibqgħu b'mażżra m'għonqna illi suppost marbutin biha u mbagħad skond il- konvenjenza tal-Gvern nagħmlu li jaqbel lill-Gvern.", "Dak ma nistgħux naċċettawh.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, il-proċedura hija tajba għax ġiet definita anke b'deċiżjoni tas-Sedja.", "Li ġara hu li waqt li s-soltu meta jkollna mozzjoni bħal din tal-lum tittieħed votazzjoni waħda, din id-darba l-Oppożizzjoni dehrilha li trid tagħmel emenda għall-accounts tal-Water Services Corporation u allura għoġobhom jikkomplikaw il-proċedura, xejn aktar u xejn anqas.", "Jekk l-Oppożizzjoni trid tibqa' tinsisti li mmexxu b'vot darb'oħra, m'għandniex oġġezzjoni min-naħa tagħna.", "Qegħdin inżommu nota ta' l- attitudni li qed toħloq l-Oppożizzjoni biex aħna nieħdu attitudni mbagħad li tirrifletti din l-intransiġenza ta' l-Oppożizzjoni, xejn aktar u xejn anqas.", "(Interruzzjonijiet )", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma naħsibx li għandna noqogħdu nidħlu f'battibekki.", "Jien kont oġġettiv kemm jista' jkun.", "Jekk il-Prim Ministru jidhirlu li din il-proċedura m'għandhiex tibqa' tiġi osservata ma ġara xejn, niftehemu li m'għandhiex tibqa' tiġi osservata.", "Imma mhux jiġi jgħidilna li dan sar għax għamilna emenda!", "Għandna dritt nagħmlu emenda u għamilniha.", "Għandna navżawh minn qabel li se nagħmlu emenda?", "Jiena naf kif jimxi dan il-Gvern.", "Jiena ppreżentajt mozzjoni ta' sfiduċja u ilha xahar pendenti.", "Nistennew, ma ġara xejn!", "Jiena ma nistax nġiegħlu jġibha l-mozzjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, tajjeb li qam l-argument tal-mozzjoni ta' sfiduċja għax din il-mozzjoni setgħet ġiet dibattuta anke l-ġimgħa li għaddiet.", "Tajjeb li jkun jaf il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li din kellha tiġi dibattuta skond ir-regoli li stabilixxa hu stess meta kien prim ministru.", "Meta kien prim ministru hu kien stabilixxa proċedura li biha meta jkun hemm private member's motion min-naħa ta' l-oppożizzjoni - u għaddejna minnha aħna din il-biċċa xogħol - id-diskussjoni ma teħux aktar minn seduta waħda.", "Aħna min-naħa tagħna qed nadottaw l-istess proċedura.", "Min-naħa tiegħu issa, għax issa qiegħed fl-oppożizzjoni, l-affarijiet inbiddlu u l-ftehim inbidel!", "Jiena suppost kelli ftehim wiċċ imb'wiċċ miegħu li assolutament imbagħad, bħas-soltu, ma żammux.", "Aħna qed ngħidu - la qajjem il-punt il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li l- mozzjoni ta' sfiduċja nagħmluha any time sakemm inżommu r-regoli li hu stess kien jinsisti fuqhom meta kien prim ministru, jiġifieri seduta waħda fil-ħinijiet regolari.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, toħorġux barra mis-suġġett.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq dan li għandna quddiemna bħalissa, jekk l- Oppożizzjoni tinsisti li ssegwi l-proċedura stabilita bir-ruling tas-Sedja insegwuha.", "Qed ninnotaw li biex jikkomplikaw l-affarijiet daħħlu emenda - ħaġa li ma kenitx issir qabel - għall-accounts tal-Water Services Corporation.", "Qed ninnotaw ukoll l-intransiġenza tagħhom, imma ara ma jiġux wara u joqogħdu jitbikkmu, xejn aktar u xejn anqas.", "Il-proċedura tapplika għal kulħadd.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jiddispjaċini li l-Prim Ministru m'huwiex jirrealizza kif qed jikkomplika l-affarijiet.", "Kulħadd jaf għaliex saret l-emenda għall-estimi tal-Water Services Corporation.", "Din saret għax il-Gvern wiegħed li se jieħu miżuri biex itaffi t-tbatija li tirriżulta minn dawk l-estimi u sal-lum għadu m'għamel xejn.", "Allura aħna qegħdin ngħidu li din il-Kamra qed tinsisti li dawk tapprovahom pero' l- Gvern irid iżomm il-wegħda li għamel erba' xhur u nofs ilu u ċioe' li se jieħu miżuri biex itaffi dik it-tbatija.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il- bieraħ jiena stedint lill-Prim Ministru biex jagħmel dikjarazzjoni lil din il-Kamra li kelmtu se jżommha u m'għamel xejn.", "Allura mhux naturali li aħna nagħmlu dik l-emenda!", "Pero' dan m'għandu x'jaqsam xejn.", "Fuq il-kwestjoni ta' mozzjoni ta' sfiduċja ma nafx liema gvern fid-dinja jkollu mozzjoni ta' sfiduċja mill-kap ta' l-oppożizzjoni u ma jġibhiex għad- dibattitu.", "Kull meta kelli mozzjonijiet ta' sfiduċja jiena dejjem ġibthom għad-dibattitu.", "Hu li ilu xahar u ma ġibhiex.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom m'huwiex is-suġġett tal-lejla l-mozzjoni ta' sfiduċja.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Imma nerġa' ngħid li fuq dan il-punt mhux veru li qed nostakolaw.", "Dalgħodu stess fil-bidu tas-seduta jiena ġbidt l- attenzjoni tal-Ministru Buhagiar illi l-mozzjoni li kellu ma kenitx regolari - għax il-Parlament kellu quddiemu żewġ sets ta' estimi u jiena għidtlu biex jagħmel emenda - u aħna ma oġġezzjonajniex u l-Gvern għamel emenda u vvotajniha.", "Jiġifieri mhux veru li qed nostakolaw.", "Imma li l- Prim Ministru jippretendi li aħna ma nagħmlux emenda u jġegħilna nivvotaw fuq estimi li huma kkritikati mill-poplu kollu, mill-unions, mill-FOI u mill-GRTU m'hijiex serjeta'.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, id-diskussjoni spiċċat.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, se ngħid xi ħaġa fuq il-mozzjoni ta' sfiduċja u fuq is-serjeta'.", "MADAM SPEAKER: Il-mozzjoni ta' sfiduċja m'hijiex is-suġġett tal-lejla.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma la qed iqajjimha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandi kull dritt nirrispondi, bir-rispett kollu lejk, Madam Speaker.", "Aħna konna lesti li l-mozzjoni ta' sfiduċja nġibuha għad-diskussjoni f'din il- Kamra taħt l-istess regoli li kien jimponi hu meta kien prim ministru, xejn aktar u xejn anqas, u dik tibqa' l-pożizzjoni tagħna.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Naħseb li ż-żewġ naħat ġew informati x'intqal il-lejla fil-ouseHHouse Business Committee dwar il-mozzjoni ta' sfiduċja.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-hekk imsejħa emenda ta' l-Oppożizzjoni, nagħmilha ċara li aħna meta nagħtu l-kelma tagħna nagħtuha u m'għandniex għalfejn nerġgħu nagħmlu stqarrijiet ta' irġulija u mhux ta' irġulija.", "(Interruzzjonijiet) Aħna għidna li se napplikaw miżuri korrettivi skond il-bżonn u skond kif intlaqtu l-aktar saffi tal- popolazzjoni li l-aktar ikunu milquta u ma jifilħux għal ċerti piżijiet.", "Dik hija stqarrija li għamilna u m'għandniex bżonn ta' emenda finta min- naħa ta' l-Oppożizzjoni biex immexxuha 'l quddiem.", "L-affarijiet mexjin u jibqgħu mexjin kif wegħidna lill-poplu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Hemm qbil dwar meta se jittieħed il-vot?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Trid tiddeċiedi s-Sedja skond il-mozzjonijiet ta' proċedura approvati minn din il-Kamra meta jittieħed il-vot.", "Madam Speaker, għidilna inti, skond ir-regoli ta' proċedura, meta jittieħed il- vot.", "Il-point of order li qajjimna huwa li ma jistax jittieħed issa.", "MADAM SPEAKER: Jekk taqblu nistgħu neħduh issa l-vot imma skond il- mozzjoni ta' proċedura strettament ma jistax jittieħed illum, jiġifieri neħduh nhar it-Tnejn, fis-seduta li jmiss.", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas- sena finanzjarja 1997/98 – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari (Kont.);", "bbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea – Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, illum xtaqt nagħmel riferenza għall- white paper li ġiet ippubblikata proprju biex tiftaħ diskussjoni dwar x'għandhom ikunu r-regoli dwar il-produzzjoni tan-nar, il-ħruq tan-nar, il- kmamar tan-nar, eċċ. Proprju fis-seduta ta' dalgħodu kien hemm domanda fejn il-Prim Ministru rrisponda fuq kemm korrew jew mietu nies bin-nar tal- festi mill-1994 'l hawn.", "Hija verament xi ħaġa li tinkwetak illi l-produzzjoni tal-piroteknika toħloq dawn il-problemi imma huwa fatt li meta tkun qed taħdem in-nar tista' tweġġa' għax tkun qed tilgħab mal-kimika u tkun qed tagħmel produzzjoni ta' xi ħaġa li twassal għal splużjoni, għax fuq kollox il- produzzjoni hi biex dawn il-fireworks jerġgħu jiġu sploduti fl-arja.", "Din tinkwetani bis-serjeta' għax anke kelli min jiġi minni li spiċċa vittma tan-nar.", "Jiena niftakar li meta kont għadni fil-pulizija u kienet saret dik l-isplużjoni kbira f'Ħaż-Żebbuġ, kien twaqqaf kumitat ad hoc miż-żewġ naħat tal-Kamra - flimkien mad-deputat kummissarju tal-pulizija, dak iż- żmien is-Sur Mifsud Tommasi - u dan il-kumitat kien fassal ir-regolamenti ta' l-1981.", "Nifhem li r-regolamenti jridu jiġu enforzati u forsi anke updated imma m'għandniex inħallu l-emozzjoni tiġri bina għax ċerti affarijiet li hemm fil-white paper ċertament għandhom jiġu riveduti.", "Jiena m'iniex qed ngħid illi m'għandux isir dak kollu possibbli fir-regolamenti imma wieħed irid jagħti konsiderazzjoni għal aspetti oħra wkoll.", "Il-manifattura u allura l-isplużjonijiet fil-firing size tan-nar huma konsiderazzjonijiet ta' interess nazzjonali.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss li għandek kamra tan-nar li tipproduċi l-esplussiv, il-mortali, in-nar tal-festa, il-giuoco di fuoco, eċċ. imma għandek interessi anċillari importanti, bħalma huwa l-interess tan-nies in ġenerali u l-importanza ta' dan in-nar meta jinħaraq u jinħaraq bil-galbu, fil-firing size approvati, illi jġib attrazzjoni qawwija turistika.", "Dan ma ngħiduhx bi ftaħir.", "F'dan il-kamp Malta qiegħda fuq il-mappa dinjija u qiegħda fuq il-mappa dinjija mhux għax illum jien qed nagħmel stqarrija jien fil-Parlament imma għaliex huwa ppruvat li f'diversi funzjonijiet internazzjonali pajjiżna ġie nnotat u nnotat sew.", "Li Malta għandna min jipproduċi n-nar b'mod professjonali, ġie nnotat anke min-nies professjonali, bħalma huma ċ-Ċiniżi, li huma l-aqwa fil-produzzjoni tan- nar, it-Taljani u l-Ispanjoli.", "Imma meta taqra l-white paper u tara dawn ir-regolamenati wieħed jistaqsi jekk aħniex ċerti milli qegħdin ngħidu.", "Aħna qegħdin ngħidu li rridu nnaqqsu l-konsum, per eżempju, ta' l- oxidizing agents li tħallat biex tipproduċi l-manifattura piroteknika u nniżluh għal 25%?", "Jekk il-kmamar tan-nar li għandhom liċenzja se nippermettulhom produzzjoni daqshekk baxxa, bil-garanzija li tliet kwarti tal-festi mhux se jkollhom nar x'jaħarqu fil-ġurnata tal-festa.", "Għaliex?", "Għax il-kmamar tan-nar liċenzjati jipproduċu wkoll għal festi f'diversi rħula u allura meta inti tnaqqas is-supply ta' dawn il-chemical products, awtomatikament dawn se jkollhom nar inqas għall-festa tagħhom u assolutament mhux se jkollhom nar x'jgħaddu għal festi oħra.", "Per eżempju, il-Mosta għandna żewġ kmamar tan-nar li huma liċenzjati, fully equipped u magħmulin b'mod professjonali, imma n-Naxxar m'għandhomx kamra tan-nar waħda u dawn iridu jixtru n-nar minn x'imkien ieħor.", "Allura x'se jagħmlu n- Naxxarin?", "Se nagħtu lok issa għal xi ħaġa klandestina?", "Se nagħtu lok għall-kuntrabandu?", "Se nagħtu lok għas-serq?", "Għax meta inti qed tirrestrinġi ħafna - u mhux qed innaqsu ftit, għax skond l-white paper lil dak li kien jieħu 100 se tagħtih 25 - tkun qed toħloq problema kbira u rridu noqogħdu attenti hawn.", "Madam Speaker, problema oħra hija l-problema tad-distanza li wieħed irid iżomm biex jaħraq in-nar.", "Din minn dejjem kienet problema, kemm fl-antik u aktar u akar illum għax illum għandna l-problema tal-conurbation bil-bini tiela' ma' kullimkien u b'belt tmiss ma' oħra.", "Hawn wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn il-post fejn jiġi mmanifatturat in-nar u l-post fejn jinħaraq in-nar, dak li fil-liġi jisssejjaħ l-firing site.", "Ftit tax-xhur ilu jiena u sieħbi, l-Onor.", "John Vella, konna qed nattendu għal konferenza f'Monaco, pajjiż li fih daqs Tas-Sliema, mhux akbar, fih 1.5 square kilometres.", "Il-kompetizzjonijiet internazzjonali dwar in-nar isiru f'Monaco u pajjiżna kemm-il darba pparteċipa u ġie onorat hemmhekk.", "Tafu minn fejn jaħarquh in-nar dawn?", "Minn pontoon li n-nies ikunu viċin ħafna tiegħu imma jieħdu miżuri importanti.", "Allura f'Malta m'hawnx experts illi jafu u jaslu biex jgħidu u jagħtu pariri li biex jinħaraq in-nar tal-festa m'hemmx għalfejn li bilfors tinżamm distanza ta' 200 metres?", "Allura jekk, per eżempju, firing site iżżomm distanza ta' 195 metres minflok ta' 200 meters, ma tkunx tajba biex minnha jinħaraq in-nar?", "Ma nafux kif għandna nieħdu konsiderazzjonijiet biex nipproteġu l-interess nazzjonali u l-interess pubbliku?", "Forsi mhuwiex ġustifikat għal kollox li tgħid li la l-kamra tan- nar kienet fit-tali sit qabel ma tela' l-bini din għandha tibqa' hemm - għalkemm din ukoll trid teħodha in konsiderazzjoni - iżda li xi ħadd ikun bena bla permess u resaq lejn il-kamra tan-nar, li kienet hemm b'mod legali, m'għandniex neħduha in konsiderazzjoni?", "Dawn huma punti importanti għax minħabba r-regoli tad-distanza diġa' għandna erba' kmamar tan-nar li huma agunija.", "Jiena naf ħafna nies mill-Mosta, mill-Għargħur u anke min-Naxxar li jaħdmu s-sena kollha b'dedikazzjoni u dan jagħmluh biss b'interess għal pajjiżhom.", "Issa hemm il-problemi konnessi ma' dan.", "L-akbar problema hija li qed tipproduċi n-nar, jiġifieri għandek problema ta' riskju l-ħin kollu.", "Imma dawn huma konsiderazzjonijiet li wieħed għandu jarahom u m'għandniex naqbdu u nieħdu linja meta nafu illi ħafna mit-turisti li jkun hawn fis- sajf jiġu hawn għall-festi.", "Immaġina festa kif tkun mejta bla nar!", "Jiena ma nafx, forsi qed nitkellem b'mod daqsxejn ippassjonat għax ġej minn raħal - illum m'hu raħal xejn għax fih jgħixu 17,000 ruħ - li jiċċelebra l-festa bil-kbir.", "Nista' ngħidilkom li xi tliet snin jew erba' kont qiegħed Londra u nzerta li kienu qed jiċċelebraw l-anniversarju tal-London Bridge u taw kaxxa infernali sabiħa immens - bdejt naraha mil-lukanda - u kelli nkun naf li din kienet maħduma Malta.", "Jiġifieri anke f'pajjiżi oħra aħna nnotati sew.", "Dan qed insemmih għax irridu naraw li nikkonsultaw ma' nies serji - u ħafna minn dawk li qegħdin fil-produzzjoni tan-nar huma nies kapaċissimi, nies serji u nies responsabbli - biex jekk hemm problema ta' distanza din insolvuha fl-interess ta' kulħadd imma mhux b'mod drakonjan.", "Ħafna mill-affarijiet illi wieħed għandu jagħti kas huma aktar dawk fil- produzzjoni tan-nar milli fil-ħruq tan-nar għax m'huwiex veru li hemm riskju kbir ħafna meta jkun qed jinħaraq in-nar.", "L-importanti hu li n-nar jinħaraq b'mod professjonali.", "Madam Speaker, fuq in-nar nieqaf hawnekk u ngħaddi biex nitkellem dwar il-Libja u l-każ ta' Lockerbie.", "Jiena bħala ċittadin Malti dejjem emmint - dan mhux qed ngħidu llum għax qiegħed fil-Parlament - u nħoss li dawk in-nies li qed isofru, forsi anke innoċentement, a skapitu ta' interess ....", "Sakemm wieħed ma jaf xejn ma jissuspettax imma meta jkollok deċiżjoni mill-international court of justice - l-imħallfin li hemm żgur m'għandhomx interessi ta' parti jew oħra - ma tridx tibqa' qisek ma taf xejn.", "Meta kont nistudja l-liġi internazzjonali u kont nara l-ismijiet ta' l-imħallfin kont ninduna li dawn m'humiex ġejjin minn xi lista ta' mħallfin li għandhom xi ammirazzjoni, xi simpatija għall-pajjiżi Għarab u għall-pajjiżi ta' l-Afrika.", "Issa l-qorti ppronunzjat ruħha u qalet li dak li ilhom jgħidu fuq il-każ ta' Lockerbie....", "Aħna nifhmu li jista' jkun hemm raġunijiet li wieħed jgħid li hemm suspett li nies ta' nazzjonalita' Libjana għandhom jiffaċċjaw ġuri, imma l-world court għandha ġurisdizzjoni u lil din irridu nirrispettawha.", "La l-Amerka, la l-Ingilterra u l-ebda pajjiż ieħor li huwa b'saħħtu għax kellu sehem qawwi fl-aħħar gwerra dinjija - din se jibqgħu sejrin biha tul dawn is-snin kollha - m'għandu dritt li jinfluwenza b'tant saħħa li jwassal biex jipparalizza pajjiż sħiħ u jikkawża tbatija lil pajjiżi viċini.", "Bil-vuċi żgħira li għandi hawn jiena nistieden bis-serjeta' lis-Security Council tal-Gnus Magħquda biex jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-Libja.", "Min għandu raġun fiha din l-affari Alla biss jaf!", "Jiena nzertajt li qrajt xi żewġ kotba fuq il-każ ta' Lockerbie u l-ebda wieħed ma jaqbel eżatt ma' l-ieħor.", "S'issa għadna fil-kamp investigattiv u spekulattiv imma meta tiġi fil-kamp kriminali hija kwestjoni ta' ħtija u wisq nissuspetta illi dan il-manuvrar kollu fuq il-Libja ilu ġej għal ħafna raġunijiet.", "Mhux sew illi l-poplu Libjan u l-ekonomija Libjana tgħaddi minn dawn it-tbatijiet - ic-charter tal-Ġnus Magħquda jitkellem ċar li fejn qed titkellem fuq il-paċi qed titkellem fuq progress ta' pajjiż - u l- pajjiż nipparalizzawh minħabba l-pożizzjoni iebsa ta' ċerti pajjiżi li jħossu li huma b'saħħithom.", "Madam Speaker, it-teżi li ħarġet biha l-ICJ hija korretta u hija teżi magħmula minn imħallfin li qegħdin hemmhekk għax igawdu l-fiduċja ta' kulħadd, anke ta' dawn il-pajjiżi kbar.", "Aħna, bħala pajjiż li jrid jaħdem ma' dawn il-pajjiżi viċini u bħala pajjiż li dejjem kellna l-aqwa relazzjonijiet ma' dawn il-pajjiżi, fosthom il-Libja, għandna nagħtu sehemna ħalli din is-soluzzjoni tersaq malajr biex verament dan il-pajjiż jerġa' jibda jieħu r-ruħ, kif tassew jixraqlu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, illum nixtieq nitkellem dwar iċ- ċivil u s-settur pubbliku, b'aċċenn kif narah jien bħala ċittadin u bħala persuna li hija nvoluta fil-politika.", "Naħseb li kull partit politiku matul iż-żmenijiet ipprova jara kif jorganizza aħjar liċ-ċivil u lis-settur pubbliku.", "Għaliex?", "Għax kull gvern jaf li parti mis-suċċess jew parti mit- telf politiku tiegħu huwa attribwibbli għaċ-ċivil.", "Kull ministru u kull segretarju parlamentari jaf li jekk ma jkunx megħjun mill-uffiċjali tal- gvern, li huma uffiċjali ta' esperjenza u ta' livell professjonali tajjeb jew eċċellenti, ftit għandu ċans jara li dak li ħaseb fuqu fuq livell politiku jista' jasal għalih fil-prattika bl-aktar mod effiċjenti.", "Tajjeb li niftakru li l-Partit Laburista fis-sebgħinijiet ipprova jara kif jorganizza aħjar liċ-ċivil billi pprova jdaħħal aktar flessibbilta' biex jilqa' għall-iżvilupp li kien għaddej ġo pajjiżna.", "Min-naħa l-oħra, il- Partit Nazzjonalista fl-1987 sab sitwazzjoni kompletament differenti u tefa' l-isforz kollu tiegħu biex jara kif jikkomputerizza l-mod kif jaħdmu d-dipartimenti tal-gvern.", "Sur President, m'hijex l-intenzjoni tiegħi li llum nipprova nidħol fil-mertu ta' liema partit irnexxielu jasal biex jorganizza aħjar is-settur pubbliku iżda iktar hija l-intenzjoni tiegħi li fil-ftit ħin li għandi nanalizza malajr kif inhi s-sitwazzjoni preżentament illum.", "Dan qed nagħmlu għax jekk mhux se naraw kif is-settur pubbliku jsir aktar effiċjenti, l-ispiża rikorrenti tal-gvern issir ħafna aktar diffiċli biex tikkontrollaha.", "Fil-fatt meta tkellimna fil-budget li għadda kulħadd qabel li hemm bżonn illi naraw kif innaqsu l-ispiża rikorrenti tal-gvern mingħajr ma nipprovaw innaqsu s-servizzi li jiġu offruti llum mis-settur pubbliku liċ-ċittadin.", "Il-Gvern Laburista ffriża l-impjiegi mal-gvern, neħħi xi ftit eċċezzjonijiet, bħala l-ewwel pass biex jilħaq dan l-għan tiegħu.", "Jidher ukoll li hemm bżonn nagħmlu re-assessment ta' fiex veru jikkonsisti s-settur pubbliku, x'inhuma l-bżonnijiet tiegħu llum u x'se jkunu l-bżonnijiet fil-futur u dan għax meta jkollok massa kbira ta' nies li kollha jagħmlu xogħol differenti ma jistax wieħed jiġġeneraliżża u jasal għal ċerti konklużjonijiet bla ma jagħmel ir-riċerka neċessarja.", "Bla dubju ta' xejn Il-Partit Nazzjonalista daħħal fiċ-ċivil mentalita' ta' money no problem u din żgur li ma għenietx biex uffiċjali governattivi jaraw li meta jmexxu d-dipartiment tagħhom ikunu forsi aktar konxji biex jużaw aħjar ir- riżorsi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom bl-inqas spiża possibbli.", "Wieħed ukoll bilfors irid jgħid li ħafna dipartimenti oriġinarjament kienu amministrati bil-mod li kien jaħdem bih il-gvern kolonjali.", "Matul iż- żmenijiet il-ħteġijiet lokali tbiddlu, kif ukoll ċerti dipartimenti ingħaqdu jew inkella spiċċaw għal kollox.", "Dan bla dubju ġab tibdil radikali matul iż-żmien u l-ħteġijiet ta' kull dipartiment inbiddlu.", "Allura hemm bżonn li nistudjaw kif joperaw dawn id-dipartimenti, kemm f'dik li hija sistema amministrattiva kif ukoll finanzjarja.", "Jiena persważ li jekk isir studju bħal dan wieħed isib li hemm nuqqas ta' kontrolli f'kull qasam u dan jgħin biex inaqqas l-effiċjenza, u dan il-mod kif jitmexxew dawn id-dipartimenti llum jgħin biex ovvjament jiżdiedu l-ispejjeż.", "Issa kull tmexxija għandha tkun marbuta mas-sistema finanzjarja li biha jopera l- gvern.", "Il-Partit Nazzjonalista kien beda biex jikkomputerizza, permezz tad- departmental accounting system, il-ħlasijiet kollha li jgħaddu mit-Teżor.", "Din is-sistema kienet magħrufa wkoll bħala d-DAS.", "Din hija ħaġa tajba, għalkemm il-Gvern Nazzjonalista ma rnexxielux ilesti l-proġett, u jiena personalment nemmen li kull min għandu xi attivita' ekonomika jew inkella soċjali kollox idur mas-sistema finanzjarja tiegħu u allura ma nistax nifhem għaliex l-MSU ma tatx aktar importanza lil dan il-proġett.", "Minn informazzjoni li ksibna jidher li l-Gvern Laburista, permezz tal-MITTS, jidher li se jagħti u qed jagħti spinta lil dan il-proġett u aktar dipartimenti se jikkomputerizzaw l-accounting system tagħhom.", "Dan għandu jgħin biex wieħed jikkontrolla aħjar il-finanzi tal-gvern, speċjalment fuq proġetti kbar jew inkella fuq proġetti fil-qasam soċjali.", "Hemm bżonn li wieħed imur aktar 'il bogħod milli jistudja.", "Hemm bżonn li nameljoraw il-metodi tal-kontroll u jiena narah li kien pass għaqli li ħloqna l-inspectorate unit biex jikkontrolla l-użu tal-materjal fuq proġetti tal-gvern u biex ikun hemm management u kontroll aħjar tar-riżorsi umani.", "Dan għandu jgħin biex b'mod prattiku u dirett inaqqas l-iskartar minn fuq ix-xogħol u jżid il-produttivita'.", "Dan juri l-mod serju li bih miexi dan il-gvern.", "Gvern Laburista qiegħed juri li biex il-pajjiż jimxi lejn direzzjoni tajba hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet ebsin u neċessarji għall-ġid ta' kulħadd.", "Gvern Nazzjonalista ma kienx kapaċi jieħu deċiżjonijiet u spiċċa bla direzzjoni.", "Din wasslet għal bosta deċiżjonijiet illi ma kenux jagħmlu sens ekonomiku bħal, per eżempju, ix- xiri tal-catamaran mill-Gozo Channel, id-deċiżjoni li jkollna żewġ sptarijiet kbar, meta nafu li m'għandniex biżżejjed tobba u nurses, u d- deċiżjoni tax-xiri ta' L-RJ70's mill-Air Malta.", "Imbagħad il-Kap ta' l- Oppożizzjoni fil-pubbliku jgħid li l-Gvern Laburista qiegħed jimxi bil- politika tal-calculator u dan meta jaf li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, il-politika tiegħu kienet indirizzata għall-infiq bla sens u mingħajr pjan ta' kif se jinġabar lura dak l-infiq.", "Jiena nemmen li hemm bżonn illi s-settur pubbliku jagħmel aktar b'inqas flus.", "Jiena persważ li bil-politika tal-Gvern Laburista se nwasslu biex l- ekonomija Maltija fil-futur qarib tikber b'mod reali u dan mhux għax il- Gvern ikun qed jissellef u jitma' l-flus fl-ekonomija.", "B'hekk nemmen u ninsab ċert li se noħolqu aktar spazju għas-settur privat u se nerġgħu nsaħħu lill-pajjiż u b'riżultat ta' dan nipproteġu lill-batut u ma naslux fl-istat li jkollna nnaqqsu s-servizzi soċjali kif għamlu bosta pajjiżi, b'mod partikolari pajjiż ġar tagħna li huwa l-Italja.", "Aħna persważi li llum il-poplu Malti jaf li l-Gvern Laburista sab sitwazzjoni finanzjarja ħażina u fil-fond ta' qalbu jaf li l-Gvern preżenti miexi b'politika ġusta għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GOZO CHANNEL - VJAĠĠI", "12926.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru totali ta' vjaġġi bejn Malta u Għawdex fl-1997?", "Kemm kien in-numru ta' vjaġġi matul l-1996?", "Kemm inġarru vetturi u passiġġieri f'kull waħda minn dawn is-snin rispettivament?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, jiena nformat li n-numru ta' vjaġġi bejn Malta u Għawdex fl-1997 kienu ta' 18,030.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 741.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11239.", "AIR MALTA - TITJIRIET", "12927.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' arranġamenti saru biex ikunu jistgħu jsiru titjiriet bejn Malta u Johannesburg, fl- Afrika t'Isfel?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibdew dawn it- titjiriet?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta se jibda jintuża agreement ieħor simili ma' l-Awstralja?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diffikultajiet partikolari biex jiġi garantit li agreement ieħor simili ma' l-Amerika jkun jista' jiġi utilizzat kollu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ir-responsabbilta' ta' dan il-ministeru, b'permess tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili, hija li jinnegozja biex jottjeni l-aħjar ftehim dwar servizzi bl-ajru bejn Malta u pajjiżi oħra.", "Jiena nformat li l-ftehim li ġie inizjalat fil-5 ta' Marzu 1998 bejn Malta u l-Afrika t'Isfel jagħtu dritt lill-kumpanniji ta' l-ajru taż-żewġ pajjiżi biex joperaw servizzi bl-ajru bi skeda bejn Malta u Johannesburg u Cape Town fl-Afrika t'Isfel.", "Jiena nformat li hija r-responsabbilta' ta' l-Air Malta li topera kummerċjalment dawn ir-rotot u għaldaqstant ma nistax nagħti tagħrif dwar u meta l-Air Malta tibda xi servizzi bl-ajru bejn Malta u l-Afrika t'Isfel.", "Ukoll u għall-istess raġuni jien m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l- informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim li sar bejn Malta u l- Awstralja.", "Jiena nformat ukoll li għad ma sarux taħdidiet dwar ftehim bilaterali dwar servizzi bl-ajru bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerika u għaldaqstant m'hemmx tweġiba x'tingħata għall-aħħar parti tal-mistoqsija.", "MILAN - FIERA S.I.T.", "12928.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Minisru jagħti ndikazzjoni dwar jekk Malta kenitx rappreżentata fil-fiera S.I.T. li saret f'Milan riċentement?", "Jekk iva, minn min kienet magħmula d-delegazzjoni Maltija?", "Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar jekk kienx hemm xi kuntatti diretti ġodda ma' pajjiżi oħra bħala riżultat tas-sehem ta' Malta f'din il-fiera?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- fiera B.I.T. ta' Milan.", "Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.", "Id-delegazzjoni Maltija mmexxija minni kienet tinkludi lil Dr. Joe Galea Debono, lis-Sur Paul Galea u lis-Sur Robert Zammit mill-NTOM, lill Ms. Marika Cachia mis-Segretarjat tat-Turiżmu, rappreżentanza mill-Air Malta, kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari għal Għawdex u żewġ membri tas- segretarjat tiegħu.", "Matul il-fiera saru kuntatti ma' għadd ta' Tour Operators, ġurnalisti u organizzaturi ta' nċentivi u konferenzi.", "Saru wkoll kuntatti mar-reġjun ta' Sqallija.", "CHADWICK LAKES - BEJGĦ TA' SNACKS", "12929.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar dak li ġie ppubblikat fil-gazzetti lokali dwar il-bejgħ ta' snacks tradizzjonali fl-inħawi taċ-Chadwick Lakes?", "Fejn mistenni li jintuża għal dan il-għan?", "Saru l-applikazzjonijiet meħtieġa lill-Planning Authority?", "Min hu mistenni li jmexxi dan ir- restaurant?", "Meta se jinfetaħ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru rċieva talba mingħand l-Għaqda Bdiewa Progresssivi sabiex tiġi organizzata attivita' agro-turistika fiċ-Chadwick Lakes li tinkludi promozzjoni ta' prodotti tradizzjonali u tipiċi Maltin.", "Din il-proposta qed tiġi diskussa qabel jittieħdu l-passi neċessarji biex tiġi mplimentata.", "ĊANGA FRISKA - DIRETTIVI", "12930.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar x'inhuma d-diffikultajiet li wasslu biex il-meat sellers association tagħti direttivi lill-membri tagħha biex ma jixtrux ċanga friska?", "Kemm kien il-bejgħ taċ-ċanga friska f'kull xahar fil-perijodu 1/1/97 - 28/2/98?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija għall-Media numru 439 li ħarġet mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni nhar il- 11 ta' Marżu 1998 dwar l-azzjoni tal-Meatsellers' Association.", "Kopja ta' din l-istqarrija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "Kif żgur jaf l-Onor.Membru, d-diffikultajiet li qed jirriferu għalihom il- Meatsellers' Association ilhom jeżistu għal fuq minn 11 il-sena u fil- passat l-istess Assocjazzjoni irrikorriet għal azzjonijiet simili.", "Il-bejgħ taċ-ċanġa friska (f'kilos) fis-snin 1996-1998 huwa kif muri fit- tabella t'hawn taħt:", "1996 1997 1998 Jannar 179,818 155,870 143,745 Frar 148,707 133,049 131,706 Marzu 151,820 139,261 April 137,595 163,686 Mejju 117,412 123,716 Gunju 78,735 144,081 Lulju 146,384 124,614 Awissu 121,711 120,821 Settembru 169,907 165,200 Ottubru 122,492 138,319 Novembru 131,902 141,311 Dicembru 158,327 161,586 Totali 1,664,810 1,711,514 275,451", "Dawn il-figuri juru li fl-1997 kien hemm żieda ta' 46,704 kilo jew żieda ta' 2.8% fuq il-qatla taċ-ċanga friska fl-1996.", "MIA - VAKANZI", "12931.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-istruttura li tmexxi l-MIA?", "Kemm hemm vakanzi f'kull sezzjoni tal-MIA?", "Kemm ilhom pendenti?", "Meta ħarġet l-aħħar sejħa biex jimtlew dawn il-vakanzi?", "Kemm ġew impjegati persuni wara dawn is-sejħiet?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li:", "a. L-istruttura li tmexxi l-MIA hija magħmula miċ-Chairman u l-Bord tad- Diretturi, iċ-Chief Executive u sitt Managers li jmexxu d-dipartimenti tal- Finanzi, Human Resources and Administration, Marketing and Communications, Operations, Security u Technical Services.", "b. Il-vakanzi li hemm fl-MIA bħalissa huma", "i. Business Development Manager fid-Dipartiment tal-Marketing and Communications, li għalih saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet fl- 10 ta' Settembru 1997.", "Il-post għadu vakanti.", "ii.", "Shift Leader fl-Operations Department, li għalih saret sejħa interna għall-applikazzjonijiet fis-16 ta' Frar 1998.", "Il-post sar vakanti fil-11 ta' Frar 1998, u għadu vakanti.", "iii.", "Officer fis-Security Department, minħabba l-irtirar f'Ġunju li ġej tal-persuna li qed tokkupa dan il-post.", "Sejħa interna għall- applikazzjonijiet saret fl-10 ta' Marzu 1998.", "Jiena nformat ukoll li l-MIA ħarġet sejħiet interni għall- applikazzjonijiet għall-postijiet ġodda ta'", "i. 4 Senior Officers fl-Operations Department fis-6 ta' Marzu 1998;", "ii.", "Assistant Officer fil-Finance Department (Information Management Centre) fl-4 ta' Marzu 1998; u", "iii.", "2 Officers fil-Finance Department (Information Management Centre) fl-4 ta' Marzu 1998.", "DJAR - XIRI", "12936.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lid-dipartiment milli jagħti lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, il-possibbilta' li tkun tista' tixtri l-post tagħha allokat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninsab informat li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha l-ebda applikazzjoni għall-xiri mill-persuna ndikata.", "Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment kif indikat minnu m'għandu l-ebda applikazzjoni mingħand il-persuna ndikata għall- akkomodazzjoni u m'għandu x'jaqsam xejn mal-bejgħ ta' postijiet.", "PA - PROPRJETAJIET TURISTIĊI", "12937.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11858, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm min meta ngħatat forma ta' tweġiba fid-09.02.98?", "Ġew formulati regoli ta' enforcement?", "Jista' jkun hemm reazzjoni għas- suġġeriment tiegħi li hu distint mit-tweġiba li l-każijiet li semmejt jien jiġu kkonsidrati f'dak l-isfond, billi jien għamilt suġġerimenti speċifiċi fl-interess prattiku ta' l-industrija tat-turiżmu u ta' l-ekonomija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - WARRANT", "12938.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l- warrant ta' mechanical engineer lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Engineering Profession Act tgħid li biex persuna tkun eliġibbli għall-warrant jrid ikun ċittadin Malti.", "F'kas ta' persuna barranija, tista tinħareġ liċenzja speċjali wara li l-applikazzjoni tagħha tkun proċessata mill-Engineering Board.", "L-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tkun proċessata w tiġi finalizzata f'qasir żmien."]} {"filename": "19970730_115d_par.doc", "date": "1997-07-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 115 L-Erbgħa, 30 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 115", "L-Erbgħa, 30 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.34 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "115", "L-Erbgħa, 30 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 756", "KUMITATI PERMANENTI 756", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL (IT-TIELET QARI) 756 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL (KUMITAT) 757 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (KUMITAT) 766 ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL (IT-TIELET QARI - VOTAZZJONI) 808 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (KUMITAT- VOTAZZJONIJIET) 809", "AĠĠORNAMENT 814", "MINUTI", "Il-Kamra qablet li l-Minuti tas-Seduta Nru 114 li saret fit-30 ta' Lulju, 1997 kellhom jiġu kkonfermati aktar tard matul is-seduta.", "Skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra li saret fid-29 ta' Lulju, 1997 għal din is-seduta ma kellhomx jidhru mistoqsijiet fuq l-order paper.", "KUMITATI PERMANENTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI (President tal-Kumitat Permanenti dwar l- Affarijiet Barranin): Madam Speaker, nippreżenta l-Minuti konfermati ta' l- ewwel ħames laqgħat tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin li saru fit-30 ta' April, fit-13 ta' Mejju, fis-16 u fis-17 ta' Ġunju u fl-1 ta' Lulju rispettivament.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att Dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobjkom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar l-Att ta' l-1996 dwar Nomini mill-Oppożizzjoni\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tad-29 ta' Lulju, 1997 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Anglu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mid-29 ta' Lulju, 1997", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 33 ta' l-Att prinċipali (Kont.)", "Clause 3 - Amendment of section 33 of the principal Act.", "(Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Sur President, fis- seduta ta' qabel konna bdejna nitrattaw din il-klawsola li qed temenda artiklu 33 ta' l-Att prinċipali.", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li mill- pensjoni li l-armla tirċievi mingħand il-prinċipal li kellu żewġha, jitnaqqsulha ż-żidiet kollha ta' l-għoli tal-ħajja li kien ħa żewġha fil- pensjoni tas-servizz.", "Dan għaliex jista' jagħti l-każ li l-armla li żewġha kien diġa' pensjonant, kellu fil-pensjoni tas-servizz żidiet għall-għoli tal-ħajja li sussegwentement ġew riflessi fil-pensjoni tar-romol.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 2 of the principal Act.", "(Posposta fis-seduta tad-29 ta' Lulju, 1997)", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, għal klawsola 2 nipproponi din l- emenda:", "\"A\" Fit-test Malti tat-tifsira ta' \"Pensjoni tas-Servizz\" fil-klawsola 2:", "(a) minflok is-subparagrafu (i) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(i) b'seħħ mill-1 ta' April, 1978, pensjoni jew allowance oħra mogħtija lil persuna f'kull żmien qabel jew wara d-data qabel imsemmija li titħallas minn jew f'isem il-prinċipal tagħha dwar servizzi li jkunu qabel ingħataw f'Malta jew barra minn Malta u għandha f'kull każ singolu titqies fuq bażi mhux kommutata, u\"; u", "(b) fl-ewwel proviso tas-subparagrafu (iii) tagħha, minflok il-kliem \"mill-Gvern tar-Renju Unit jew għan-nom tiegħu, ikollha tagħżel\" għandhom jidħlu l-kliem \"mill-Gvern tar-Renju Unit jew għan-nom tiegħu, ikollha d-dritt tagħżel\".", "\"A\" In the Maltese text of the definition of \"Service Pension\" in clause 2:", "(a) for subparagraph (i) thereof, there shall be substituted the following:", "\"(i) b'seħħ mill-1 ta' April, 1978, pensjoni jew allowance oħra mogħtija lil persuna f'kull żmien qabel jew wara d-data qabel imsemmija li titħallas minn jew f'isem il-prinċipal tagħha dwar servizzi li jkunu qabel ingħataw f'Malta jew barra minn Malta u għandha f'kull każ singolu titqies fuq bażi mhux kommutata, u\"; and", "(b) in the first proviso of subparagraph (iii) thereof, for the words \"mill-Gvern tar-Renju Unit jew għan-nom tiegħu, ikollha tagħżel\" there shall be substituted the words \"mill-Gvern tar-Renju Unit jew għan-nom tiegħu, ikollha d-dritt tagħżel\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jekk qed nifhem tajjeb, sub- paragrafu (i) ta' din il-klawsola b'din l-emenda ġie prattikament l-istess bħalma kien fil-liġi prinċipali.", "U ladarba qed niddiskutu dan il-punt xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk il-kliem \"dwar servizzi li jkunu qabel ingħataw f'Malta\" ifissrux li dawn huma servizzi li jkunu ngħataw qabel l-1 ta' April, 1978 jew jekk il-kelma \"qabel\" hijiex qiegħda tirriferi għal qabel ma tkun ingħatat il-pensjoni.", "Huwa veru li fil-liġi qiegħda hekk pero' qed nitlob kjarifika sabiex inkunu ċari.", "It-test Ingliż tal-liġi kif inhi llum jgħid hekk:", "\"Service Pension\" with effect from the 1st day of April 1978, means a pension or other allowance awarded to a person at any time before or after the aforesaid date that is payable by or on behalf of his employer in respect of past services in Malta or abroad and shall in each and every case be considered on an uncommuted basis\".", "Issa \"past services\" jien ma nifhimhiex li qed tirriferi għal servizzi qabel l-1 ta' April, 1978 imma għal servizzi qabel ma dak li jkun ikun ħa l- pensjoni.", "Allura meta hawnhekk qed ngħidu \"dwar servizzi li jkunu qabel ingħataw f'Malta\", nibża' li din tista' tiġi interpretata bħala li qed tirriferi għal servizzi qabel l-1 ta' April, 1978 u għalhekk tinħoloq konfużjoni sħiħa.", "It-tieni punt li xtaqt inqajjem huwa li l-emenda li għadu kif ressaq il- Ministru qiegħda temenda t-test Malti ta' l-abbozz ta' liġi pero' safejn naf jien - I stand corrected - it-test Ingliż lanqas m'huwa korrett għaliex dan jgħid hekk:", "\"With effect from the 1st day of April, 1978 a pension or other allowance awarded to a person ...\"", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sur President, jekk m'iniex sejjer żball l-aħħar darba li konna qed niddiskutu din il-klawsola, l-Onor.", "Gonzi kien qabel li t-test Ingliż kien korrett u fil-fatt aħna wkoll jidhrilna li huwa korrett.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħat-test Malti, it-test Ingliż ta' l-abbozz ta' liġi jħalli barra il-kliem \"at any time before or after\".", "Jiġifieri dan l- iżball jidher li jinsab kemm fit-test Ingliż kif ukoll fit-test Malti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, il-Ministru ressaq emenda għal din il- parti ta' klawsola 2, liema emenda qed tikkoreġi biss it-test Malti.", "Kif inhi l-konswetudni, din l-emenda trid tiġi tradotta għall-Ingliż għaliex inkella jiġri li t-test Malti jkun korrett filwaqt li t-test Ingliż jibqa' l-istess.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, ħalli niċċara l-ewwel punt li tqajjem rigward l-interpretazzjoni tal-kelma \"qabel\".", "Jien u l-esperti mill- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali qed neħduha li tfisser mhux qabel l-1 ta' April, 1978.", "Dwar it-tieni punt li tqajjem li jirrigwarda l-emenda li ressaqt għat- test Malti ta' din il-klawsola il-parir li għandi huwa li trid issir emenda għat-test Ingliż ukoll.", "Għalhekk nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex din il-klawsola tiġi posposta sakemm tiġi drafted l-emenda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-artikolu 33A ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of section 33A of the principal Act.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sur President, din il-klawsola hija konsegwenzjali għal klawsola 3 u hawn ukoll qed tiġi aġġustata l-pensjoni li armla tirċievi mingħand il-prinċipal li kellu żewġha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l-artikolu 36 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 5 - Amendment of section 36 of the principal Act.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, din il-klawsola, l-istess bħal dik ta' qabilha, hija konsegwenzjali għat-tibdil li spjegajt fi klawsola 3.", "Hawnhekk qegħdin nirriferu għall-pensjoni tas-superstiti u għas-service pension li qed tirċievi l-armla.", "Hawnhekk qed inżidu l-kliem \"kif aġġustata skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att\", jiġifieri bl-emendi li qed nagħmlu, sabiex hawn ukoll ma jitteħdux iż-żidiet għall-għoli tal-ħajja fil-pensjoni tas-servizz li l-armla tkun qed tirċievi mingħand il- prinċipal li kellu żewġha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-artikolu 56 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 6 - Amendment of section 56 of the principal Act.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sur President, din il-klawsola qed temenda artiklu 56 tal-liġi prinċipali u qed timplimenta dak li spjegajt fit- tifsira ta' \"Pensjoni tas-Servizz\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Sostituzzjoni tat-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 7 - Substitution of the Third Schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, klawsola 7 qed temenda t-Tielet Skeda tal-liġi prinċipali li titkellem dwar rati ta' benefiċċji għal mard, għal diżimpjieg u għal korriment.", "Peress li fid-drafting ta' dan l-abbozz ta' liġi ġew imħollija barra xi kliem, se nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"B\" Fit-Tielet Skeda li tinsab fil-klawsola 7, fit-titolu ġenerali tagħha, minnufih wara l-kliem \"Benefiċċji għal Mard,\" għandhom jidħlu l-kliem \"għad-Disimpieg Speċjali,\".", "\"B\" In the Third Schedule in clause 7, in the general title thereof, immediately after the words \"Unemployment,\" there shall be inserted the words \"Special Unemployment,\".", "Dawn ir-rati qed jiżdiedu bil-proporzjon li bih żdiedet il-paga minima nazzjonali għall-għoli tal-ħajja kif inhi l-konswetudni li jiżdiedu dawn il- benefiċċji.", "Fil-każ ta' l-allowance supplimentari ta' l-iltim, li hi daqs pensjoni, din żdiedet b'żewġ terzi ta' l-għoli tal-ħajja, kif titlob il- liġi.", "Sur President, hawnhekk irrid infakkar - għalkemm l-Onor.", "Membru ta' l- Oppożizzjoni żgur li jiftakru - li f'Lulju ta' l-1996 il-Parlament għadda liġi fejn ġie emendat artiklu 84 ta' l-Att prinċipali u permezz ta' din l- emenda l-Ministru ngħata s-setgħa li meta jiġi biex jagħti żieda fil- pensjoni joħroġ legal notice minflok ma jressaq abbozz ta' liġi.", "Pero' il- parir legali li ngħatajna aħna mill-Uffiċċju ta' l-Attorney General hu, li kieku għal dawn iż-żidiet ħriġna legal notice, xorta waħda kien ikollna nressqu abbozz ta' liġi sabiex inkunu nistgħu nibdlu l-iskedi li hemm fil- liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, xtaqt nagħti ftit ta' spjegazzjoni dwar l-ewwel kumment li għadda l-Ministru, għalkemm teknikament dan m'għandux x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi.", "Jekk qed nifhem tajjeb, bl- artikolu 84 kif kien ġie emendat fl-1996, il-ministru kien ingħata l-poter li jkun jista' jbiddel l-iskedi u allura jżid ir-rati ta' benefiċċji, għotjiet, pensjonijiet, għajnuna u allowances li jitħallsu taħt l-Att billi joħroġ regolamenti.", "Il-Ministru spjega li rċeva parir jew interpretazzjoni li fil-każ li għandna quddiemna llum dan ma setax jagħmlu bi ħruġ ta' regolamenti u kien se jkollu xorta waħda jressaq l-abbozz, kif fil-fatt għamel.", "Filwaqt li nifhem li l-abbozz ta' liġi kien neċessarju biex jolqot il-klawsoli dwar il-pensjoni tas-servizz, ma nifhimx għaliex dan huwa neċessarju biex jiġu emendati dawn l-iskedi meta artiklu 84 jitkellem ċar daqs il-kristall u jagħti d-dritt lill-ministru li joħroġ regolamenti.", "Jien nixtieq inkun naf għaliex fl-ispjegazzjoni tiegħu l-Ministru qal li issa din ma tistax issir.", "Għaliex allura dan ifisser li paragrafu (a) ta' artiklu 84 qiegħed hemm għalxejn.", "Jekk hemm xi ħaġa żbaljata f'artiklu 84 irridu nirranġawha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, kif diġa' għidt, il-parir li kelli mill-Uffiċċju ta' l-Attorney General kien li biex inċaqilqu l-iskedi ridna nressqu abbozz ta' liġi.", "Aħna konna qbilna mal-prinċipju ta' l-emenda li kienet tressqet is-sena l-oħra pero' dehrilna li meta r-rati tal- benefiċċji jkunu se jiżdiedu, għandna nġibu abbozz ta' liġi għall- approvazzjoni tal-Parlament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, il-Gvern għad għandu l-istess avukati li kellha l-amministrazzjoni preċedenti.", "Dan kien punt li jien iddiskutejtu fit-tul anke mad-dipartimenti għaliex dawn kienu jinsistu li m'għandniex noqogħdu kull darba niġu l-Parlament biex inċaqilqu l-iskedi.", "Ġieli kellna okkażjonijiet fejn it-tibdil kien ikun jikkonsisti biss f'aġġustament tal-benefiċċji soċjali u l-pensjonijiet a proporzjon tal-cost of living increase li tkun ingħatat.", "Bit-tibdil li għamilna fil-liġi konna adottajna sistema kif għandhom jingħataw l-increases.", "Konna għidna li l- pensjonijiet kollha jiżdiedu by two-thirds of the cost of living increase.", "Taħt amministrazzjonijiet differenti l-pensjonijiet kienu jiżdiedu b'mod differenti - tar-romol bi proporzjon mod, tal-pensjonanti bi proporzjon ieħor, eċċ - u kienu ġew stabiliti persentaġġi.", "Mela allura hemm formola uniformi stabilita fil-liġi u hemm provvediment li jgħid b'mod ċar li l- ministru jista', minn żmien għal żmien, u bil-ftehim mal-ministru responsabbli għall-finanzi, jagħmel regolamenti sabiex jiżdiedu dawn ir- rati, eċċ.", "Jiġifieri biex nifhmu aħjar il-pożizzjoni li qed jieħu l-Avukat Ġenerali jkun utli li din in-naħa tiġi mogħtija spjega bil-miktub - m'hemmx għalfejn illum imma għall-futur - li tkun tgħid għaliex verament dak li hemm f'artiklu 84 ma jistax isir f'dan il-każ.", "Jien naħseb li huwa utli għal kwalunkwe amministrazzjoni li ż-żidiet li jingħataw bl-iktar mod normali bħala riżultat ta' l-għoli tal-ħajja jibdew isiru b'regolamenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, jien qed nieħu nota ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Galea pero' nerġa' ngħid li l-parir li kellna mill-Attorney General's Office huwa li, kif inhu fil-preżent il-wording, jista' jiġi miżinterpretat u għalhekk dehrilna li xorta waħda kellna nressqu dan l- abbozz ta' liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR (Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani): Mr Chairman, ma nistax nifhem x'inhi l-oġġezzjoni min-naħa ta' l- Oppożizzjoni dwar il-fatt li sar abbozz ta' liġi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, aħna m'għandna l-ebda oġġezzjoni dwar dan il-punt pero' jien naħseb li aħna qegħdin hawn biex nagħmlu l- affarijiet bis-serjeta' u f'dan il-każ għandna liġi - u din ġiet emendata s- sena li għaddiet u, kif qal il-Ministru, kienu qablu fuq il-prinċipju tagħha ż-żewġ naħat tal-Kamra - li fiha artiklu li jagħti ċerti drittijiiet lill-ministru.", "Issa jekk qed nifhem tajjeb il-Ministru qed jgħid li l-avukati tal-gvern qed jgħidulu li dak l-artiklu fih difett tekniku.", "Aħna qegħdin hawnhekk fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż sabiex naqdu funzjoni fl-interess tal-pajjiż u sabiex nagħmlu liġijiet tajbin li jistgħu jitħaddmu u għalhekk, jekk xi ħadd espert qed jgħidilna li hawn difett tekniku f'artiklu, id-dmir tagħna hawnhekk huwa li nirranġawh.", "Qed naqblu fl-iskop, għandna intenzjoni komuni u għandna din l-okkażjoni - okkażjoni oħra l-Bambin biss jaf meta tiġi! - allura ejjew nirranġawh.", "Din hija l-kwestjoni kollha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, jien fhimt kemm lill-Onor.", "Galea kif ukoll lill-Onor.", "Gonzi, imma min-naħa tagħna jidhrilna li għandna nieqfu hawn fuq din il-ħaġa.", "Il-parir kien li l-wording kif inhu jista' jiġi miżinterpretat u jien m'iniex qiegħed f'pożizzjoni li nbiddlu here and now.", "Għalhekk biex inkun żgur ġibt dawn l-emendi f'forma ta' abbozz ta' liġi għall-approvazzjoni tal-Parlament.", "THEE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Sostituzzjoni tas-Sitt Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 8 - Substitution of the Sixth Schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, din il-klawsola qed temenda s-Sitt Skeda ta' l-Att prinċipali li titkellem dwar żidiet fir-rati ta' għajnuna soċjali, pensjoni ta' l-eta', pensjoni ta' diżabilita', pensjoni għall- għomja u pensjoni għall-wens.", "Dawn ir-rati qegħdin jiżdiedu bil-proporzjon ta' erbgħa minn ħamsa taż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-każ ta' persna miżżewġa u ta' żewġ terzi fil-każ ta' persuni waħedhom, skond kif titlob il- liġi.", "Fil-każ ta' l-allowances dawn sintendi jiżdiedu b'20% ta' l-għoli tal-ħajja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Sostituzzjoni tas-Seba' Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 9 - Substitution of the Seventh Schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, din il-klawsola qed temenda s-Seba' Skeda ta' l-Att prinċipali li titkellem dwar l-iskala tal-mezzi li jirregolaw l-għajnuna għall-mard.", "Din l-iskeda qed tiġi riprodotta kif tidher fl-istampar tal-liġi sabiex tibqa' żżomm il-post konsekuttiv tagħha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Sostituzzjoni tat-Tmien Skeda li tinstab ma' l-Att prinċipali Clause 10 - Substitution of the Eight Schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, din il-klawsola qed temenda t-Tmien Skeda ta' l-Att prinċipali.", "Fl-ewwel taqsima tagħha qed naġġustaw ir-rata fl-iskala ta' l-għajnuna medika biż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "L-għajnuna medika hawnhekk qed tirriferi għal mediċini b'xejn, dawk li huma magħrufin tal-karta r-roża.", "Qed nibdlu biss l-ewwel tabella.", "It-tieni waħda m'hemmx bżonn nibdluha għaliex din hija riflessa fiż-żieda fil-pensjoni minima nazzjonali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Sostituzzjoni tad-Disa' Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali Clause 11 - Substitution of the Ninth Schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S.GRECH: Mr Chairman, din il-klawsola qed temenda d-Disa' Skeda tal-liġi prinċipali u għaliha se nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"C\" Fit-test Ingliż tad-Disa' Skeda fil-kolonna \"Type of Assistance\" minflok is-subinċiż (ii) tal-paragrafu 1 tagħha, għandhom jidħlu l- kliem \"(ii) in respect of any other member of the same household\".", "\"C\" In the English text, in the Ninth Schedule in the column \"Type of Assistance\" for sub-paragraph (ii) of paragraph 1 thereof, there shall be substituted the words \"(ii) in respect of any other member of the same household\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif mressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Kawsola 12 - Sostituzzjoni ta' l-Għaxar Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 12 - Substitiution of the Tenth Schedule to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, din il-klawsola qed temenda l-Għaxar Skeda ta' l-Att prinċipali li tirregola r-rati ta' kontribuzzjonijiet, sew dawk ta' l-ewwel klassi kif ukoll dawk tat-tieni klassi.", "Kif inhi l- konswetudini, dawn il-kontribuzzjonijiet jiżdiedu skond iż-żieda applikabbli marbuta maż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Sostituzzjoni tat-Tnax-il Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 13 - Substitution of the Twelfth Schedule to the principal Act.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sur President, din il-klawsola qed temenda it-Tnax- il Skeda ta' l-Att prinċipali, liema skeda żżid ir-rati ta' diversi pensjonijiet marbuta maż-żieda għall-għoli tal-ħajja bil-proporzjon ta' erbgħa minn ħamsa jew żewġ terzi skond il-każ.", "Għal din l-istess klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"D\" Fit-Tnax-il Skeda li tinsab fil-klawsola 13, fil-paragrafu D, minnufih wara l-kliem \"Pensjoni għal Invalidita',\" għandhom jidħlu l- kliem \"Pensjoni Miżjuda għal Invalidita',\".", "\"D\" In the Twelfth Schedule in clause 13, in paragraph D, immediately after the words \"Invalidity Pension,\" there shall be inserted the words \"Increased Invalidity Pension,\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 13 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Sostituzzjoni ta' l-Erbatax-il Skeda li tinsab ma' l-Att prinpipali.", "Clause 14 - Substitution of the Fourteenth Schedule to the principal Act.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sur President, din il-klawsola qed temenda l- Erbatax-il Skeda ta' l-Att prinċipali u permezz tagħha qed jiżdiedu diversi allowances, fosthom il-benefiċċju għall-maternita' u l-għotja taż-żwieġ, biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja kif provdut fil-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 2 of the principal Act.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nirtira l-Emenda \"A\" għal klawsola 2 li ressaqt aktar kmieni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-Emenda \"A\" ġiet irtirata.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, minflok l-emenda li għadha kemm ġiet irtirata nipproponi dan li ġej:", "\"E\" It-tifsira ta' \"Pensjoni tas-Servizz\" fil-klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok is-subparagrafu (i) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(i) b'seħħ mill-1 ta' April, 1978, pensjoni jew allowance oħra mogħtija lil persuna f'kull żmien qabel jew wara d-data qabel imsemmija li titħallas minn jew f'isem il-prinċipal tagħha dwar servizzi li jkunu qabel ingħataw f'Malta jew barra minn Malta u għandha f'kull każ singolu titqies fuq bażi mhux kommutata, u\"; u", "(b) fl-ewwel proviso tat-test Malti tas-subparagrafu (iii) tagħha, minflok il-kliem \"mill-Gvern tar-Renju Unit, jew għan-nom tiegħu, ikollha tagħżel\" għandu jidħol il-kliem \"mill-Gvern tar-Renju Unit jew għan-nom tiegħu, ikollha d-dritt tagħżel\".", "\"E\" The definition of \"Service Pension\" in clause 2 shall be amended as follows:", "(a) for subparagraph (i) thereof there shall be substituted the following:", "\"(i) with effect from the first day of April, 1978, a pension or other allowance awarded to a person at any time before or after the aforesaid date that is payable by or on behalf of his employer in respect of past services in Malta or abroad and shall in each and every case be considered on an uncommuted basis, and\"; and", "(b) in the first proviso of the Maltese text of subparagraph (iii) thereof, for the words \"mill-Gvern tar-Renju Unit jew għan-nom tiegħu, ikollha tagħżel\" there shall be substituted the words \"mill-Gvern tar- Renju Unit jew għan-nom tiegħu, ikollha d-dritt tagħżel\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sur President, din il-klawsola ġġib fis-seħħ l- emendi tal-liġi fit-tliet dati li se nagħmel riferenza għalihom.", "L-ewwel data hi l-4 ta' Jannar, 1997 - li huwa l-ewwel Sibt ta' Jannar - u din hija d-data li fiha skond il-liġi jibdew iseħħu ż-żidiet fir-rati tal- benefiċċji, għajnuniet, assistenzi u pensjonijiet.", "Id-data l-oħra hija s-6 ta' Jannar, 1997 - li huwa l-ewwel Tnejn ta' Jannar - u minn dak inhar tibda tgħodd iż-żieda fir-rata tal- kontribuzzjonijiet.", "It-tielet data hija l-4 ta' Ottubru - li huwa l-ewwel Sibt ta' Ottubru ta' din is-sena - u, kif ġie ddikjarat fid-diskors tal-budget, minn dak inhar għandha tibda sseħħ l-emenda dwar il-pensjoni tas-servizz.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u jagħmel ir-renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u jagħmel ir-renumbering meħtieġ.", "Fit-8.36 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MADAM SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tad-29 ta' Lulju, 1997 ngħaddu issa għat-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li għadu kif għadda mill-istadju ta' Kumitat.", "Il-Ministru Grech jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sinjura President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-30 ta' Lulju, 1997", "Klawsola 10 - Emenda ta' l-artikolu 18 ta' l-Att prinċipali.", "(Kont.)", "Clause 10 - Amendment of section 18 of the principal Act.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, f'din il-klawsola qed tiġi proposta emenda għal subartiklu (3) ta' artiklu 18 tal-liġi prinċipali, fejn bażikament il-Gvern qed jipproponi li l-pjan ta' struttura jkun jista' jinbidel għal kemm-il darba jkun irid il-Gvern.", "Dan ifisser li l-Gvern qed jipproponi li jibdel partijiet mill-pjan ta' struttura.", "Jien irrid ngħid li din in-naħa ma taqbilx ma' dan għax b'hekk se nġibu fix-xejn l-idea li fuqha huwa mibni l-pjan ta' struttura nnifsu.", "Il-pjan ta' struttura jitlob li jkollok policy li tkun tħares lejn pjanifikazzjoni integrata.", "Dan ifisser li ma tistax, għax għandek ċerti esiġenzi, taqbad u tbiddel partijiet mill-pjan ta' struttura u dan minħabba li kull parti minnu hija interrelatata u għandha effetti fuq partijiet oħra.", "Il-pjan ta' struttura huwa maħsub sabiex il-partijiet li għandhom x'jaqsmu ma' pjanifikazzjoni ta' l-art, ma' pjanifikazzjoni ekonomika, ma' pjanifikazzjoni soċjali jew pjanifikazzjoni rigward it-trasport - qed insemmi biss erba' oqsma - ma jkunux separati minn xulxin, jiġifieri ma taqbadx waħda minnhom u taraha separatament mill-policies l-oħrajn kollha li hemm fil-pjan ta' struttura.", "Aħna ma nifhmux għalfejn il-Gvern qed jgħid li dan il-pjan m'għandux jinbidel f'inqas minn ħames snin u, meta jinbidel, jinbidel biss f'partijiet.", "Aħna jidhrilna li jkun aħjar li meta dan jinbidel, jinbidel b'mod sħiħ għax pjan ta' struttura hekk jitlob li jiġi żviluppat.", "U qed nuża l-kelma \"żviluppat\" għaliex pjan ta' struttura m'huwiex xi ħaġa riġida, m'huwiex comprehensive planning imma huwa pjan li fih innifsu jitlob ammont ta' proċess kontinwu fuq l-aspetti kollha f'daqqa għaliex b'hekk tkun tista' tara l-overspill li jista' jkun hemm f'oqsma differenti minħabba t-tibdiliet li jkunu qed isiru f'ċertu qasam.", "Huwa impossibbli li nibqgħu ngħidu li għandna pjan ta' struttura jekk aħna se naċċettaw li nibdew nikkonsidraw dan l-istess pjan biċċa biċċa.", "Jekk il-Gvern irid hekk jista' jagħmel hekk, imma imbagħad ma nistgħux nibqgħu insejħulu \"pjan ta' struttura\" imma nsejħulu b'isem ieħor; \"pjan X\", \"pjan Y\", \"pjan ejja ħa mmorru\" jew \"pjan għall-konvenjenza\"!", "Għalhekk jiena nappella lill-Gvern sabiex dawn it-tip ta' argumenti li qed jagħmel li, ippermettuli ngħid, m'huwiex normali li jiġu minn partit li jgħid li jispira ruħu minn aspetti soċjali ....", "THE CHAIRMAN: Onor. Pullicino, jekk jogħġbok nibqgħu fuq il-klawsola li qegħdin niddiskutu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Chairman, jien naħseb li l-Gvern għandu, anke fl-ispirtu ta' dak li l-Partit Laburista twieled fih - u nemmen li ħafna min-nies fi ħdanu għadhom jemmnu fil-prinċipju tal-Laburiżmu ...", "Storikament fl-Ewropa l-iktar nies li għamlu attakki ta' dan it-tip sabiex ikissru pjan ta' struttura ma kenux nies li ġejjin minn Partit Laburista imma kienu nies bħal Margaret Thatcher.", "Jekk il-Partit Laburista qed iħossu daqstant komdu jersaq lejn il-lemin allura għandu jkun konxju minn dak li qed jagħmel, pero' ma nistgħux niġu hawnhekk ngħidu li se nbiddlu l- pjan ta' struttura biċċa biċċa u fl-istess ħin nibqgħu nsejħulu pjan ta' struttura.", "Jekk il-Gvern se jibqa' miexi b'dan it-tibdil, liema tibdil huwa importanti ħafna, wisq nibża' li se jwassalna għal proċess ta' ippjanar ta' ejja ħa mmorru u jibda jiżdied is-suspett li l-intenzjoni vera ta' dan il-Gvern hija li mhux daqstant jara li jkun hemm pjan sħiħ imma li t-tibdil li hemm bżonn isir isir malajr fi pjan li se jkun kollox minbarra dak ta' struttura.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Infakkar lill-Onor.", "Membri li qegħdin fi stadju ta' Kumitat.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, jien ma naħsibx li hemm bżonn nelabora ħafna fuq l-argumenti li diġa' saru ħlief li ridt nenfasizza jiena wkoll fuq l-aspett interrelatat ta' suġġett ma' ieħor.", "Meta jkollok l-esperjenza tal-gvern - ħaġa li din in-naħa tal-Kamra wkoll għandha - tifhem li jkun hemm ċirkostanzi partikolari fejn il-gvern ikun irid jikkonċentra fuq ċerti policies bħal, per eżempju, dik dwar is-social housing.", "U t-tentazzjoni tkun dik - naturalment issa misset lill- Ministru Vella - li tgħid li jekk ikollok sitwazzjoni bħal dik li żżid is- social housing fil-pajjiż, tiġi u tbiddel il-partijiet tal-pjan ta' struttura li jitkellmu fuq dan l-aspett.", "Jien ma nistax ngħid li meta tkun fil-gvern dan ma tgħaddix minnu pero' tirrealizza wkoll, almenu maż- żmien, li ma tistax taħseb f'settur wieħed li mhux b'xi mod marbut ma' l- oħrajn.", "Ħalli nagħti eżempju ta' dan li qed ngħid mingħajr ma nieħu fit- tul.", "Jekk inti tgħid li hemm bżonn vitali li fil-pajjiż jiżdied is-social housing, ma tistax min-naħa l-oħra ma tasalx għall-konklużjonijiet loġiċi, cioe' li tagħmel domandi, bħal jekk dan hux se jfisser li t-taħlita f'numru ta' ibliet bejn bini u open spaces se tonqos - jekk inhu hekk allura trid tmur fuq il-policy ta' open spaces - jew jekk l-arterji tat-traffiku jridux reviżjoni b'xi mod, jew jekk hemmx bżonn ta' upgrading ta' infrastruttura - jekk inhu hekk trid tħares lejn dawk il-policies u tara xi jfissru - jew jekk hemmx xi policy partikolari fuq ambjent li se tolqotha - jekk hu hekk trid tħares lejha u taffettwaha - jew inkella jekk humiex se jitwessgħu il-belts of development.", "Jiġifieri kbira kemm hi kbira t-tentazzjoni ta' gvern li jkollu pressure partikolari f'mument - tkun fuq liema qasam tkun - ikun żball jekk huwa ma jifhimx kif dak il- qasam partikolari huwa interrelatat mal-policies l-oħra.", "Għaliex għalkemm ikun se jibdel policy fuq houhousing - m'iniex qed ngħidlu biex ma jibdilhiex, anzi ħafna drabi jkollu bżonn jibdilha - irid jifhem, anke f'dak il-mument ta' attenzjoni partikolarissima, li l-issues li huma interrelatati magħha se jkunu affettwati.", "U allura l-għaqal hemmhekk jirrikjedi - dan tgħallimulek anke l-esperjenza - li anke jekk tkun se tikkonċentra fuq suġġett partikolari, tħares lejn l-aspetti l-oħrajn ħalli tara r-ripple effects u l-inter-related aspects.", "Jekk naraw il-pjan ta' struttura biċċa biċċa, nispiċċaw biex jiġrilna bħalma jiġri fil-ħajja ta' ħafna nies; inkunu biddilna biċċa li wara nirrealizzaw li tkun laqtet biċċa oħra, imbagħad niġu bil-biċċa l-oħra u nispiċċaw bi pjan ta' struttura tal- biċċiet!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien nirringrazzja lill-kollegi ta' l-Oppożizzjoni għal-lecture sabiħ li tawni dwar structure planning pero' rrid ngħid li jien m'iniex daqshekk prużuntuż li niddeċiedi jien.", "Jien konvint li meta jkun hemm bżonn ta' ċertu planning biex jakkomoda ċerti policies, il-Gvern jitlob lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex tipprovdi għalihom u jien ċert li fl-istess awtorita' hemm nies li huma kompetenti biżżejjed sabiex jagħmlu dak ix-xogħol li l-kollegi tagħna tant huma eruditi fih.", "Aħna nafu li hemm l-inter-relation tal-policies differenti u nafu wkoll li wieħed irid jagħmel integrated planning, pero' jien m'iniex se nilgħabha tal-bravu daqshekk li nkun jien li ngħid x'għandu jsir.", "Il- kollegi tagħna tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni issa f'daqqa waħda saru jafu kollox u għalhekk niskanta kif ħallew lill-Planning Authority fl-istat li ħallewha!", "Mr Chairman, il-Gvern qed jipproponi din l-emenda bl-intenzjoni li l- pjan ta' struttura jkun applikat b'mod flessibbli u bir-regoli li jitlob il- planning modern u x-xjenza tal-planning għaċ-ċirkostanzi u għall-bżonnijiet tal-pajjiż u għalhekk ma narax il-bżonn ta' dawn is-suspetti u dellijiet kollha.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) emmHeIl- mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU : Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tad-29 ta' Lulju, 1997 din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Klawsola 11 - Emenda ta' l-artikolu 31 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 11 - Amendment of section 31 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, din il-klawsola qed temenda artiklu 31 tal-liġi prinċipali u qed tikkwalifika ċerti provvedimenti li hemm fl- istess artiklu f'rabta ma' dawk ix-xogħlijiet li jistgħu jsiru mingħajr ma jkun hemm bżonn jgħaddu mill-proċedura normali ta' l-applikazzjonijiet.", "Artiklu 31 tal-liġi prinċipali jitkellem fuq development orders u fuq id- dritt li għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tagħmel regolamenti għall- iżvilupp u anke ċirkostanzi li fihom dan jista' jiġi speċifikat.", "F'din il- klawsola qegħdin nipproponu li:", "\"L-artikolu 31 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "\"(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, minflok il-kliem \"l-Awtorita'\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Awtorita' f'konsultazzjoni u bi ftehim mal- Kamra ta' l-Arkitetti\"; (b) fis-subartiklu (2) tiegħu, minflok il-kliem \"fil-ġurnata msemmija fih.\" għandhom jidħlu l-kliem \"fil-ġurnata imsemmija fih.", "L- iżvilupp jew kull aspett tiegħu regolat b'ordni bħal dak għandu jissejjaħ 'xogħol eżenti'\";\".", "Qegħdin imbagħad indaħħlu subartikli (4), (5), (6) u (7) ġodda, liema subartikli jgħidu hekk: \"(4) Ordni dwar l-iżvilupp għandu jinkludi kull xogħol ta' xorta relattivament minuri bħalma huma xogħlijiet interni, addizzjonijiet żgħar ma' bini eżistenti, varjazzjonijiet minuri waqt il-kostruzzjoni, tiswijiet fuq strutturi perikolużi, u r-rikostruzzjoni ta' bini bil- ħsara meta dawk it-tiswsijiet u u r-rikostruzzjoni jkollhom isiru fl- istil eżistenti jew skond il-policies jew il-kondizzjonijiet permessi.", "(5) Kopji ta' l-ordnijiet dwar l-iżvilupp għandhom ikunu aċċessibbli bla ebda diffikulta' għall-pubbliku mill-Awtorita' wara li jitħallas id-dritt preskritt.", "(6) L-Awtorita' f'konsultazzjonijiet mal-Kamra ta' l-Artiketti għandha perjodikament tirrevedi l-ordinijiet dwar l-iżvilupp sabiex jitnaqqas dak l-iżvilupp li jkun jenħtieġ il-permess ta' l-Awtorita'.", "(7) Xogħlijiet li jsiru skond l-ordnijiet dwar l-iżvilupp għandhom jitwettqu taħt is-sorveljanza ta' persuna li jkollha l-warrant ta' arkitett u inġinier ċivili u dawn għandhom jiġu notifikati bil-miktub lill-Awtorita'.\".", "Mr Chairman, il-ħsieb wara l-aħħar subartiklu huwa li l-exempt work, jiġifieri dak ix-xogħol li ma jirrikjedix applikazzjoni u ipproċessar normali għaliex ikun xogħol minuri, xorta waħda jrid ikun issorveljat minn bniedem li jkun kwalifikat fix-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, l-Oppożizzjoni taqbel ma' l-emendi li hawn proposti f'din il-klawsola.", "Fil-fatt huwa tajjeb li għall-ewwel darba qed issir riferenza diretta għall-Kamra tal-Periti u nispera li b'hekk nibdew fażi ġdida fir-relazzjonijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mal-Kamra tal-Periti, ħaġa li għal ċertu żmien ma kenitx qed tidher li qed issir, b'riżultat li x-xogħol u l-monitoring ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma kienx qed isir kif suppost.", "Fis-Second Reading, l-Onor.", "Tonio Borg kien irrifera għal ċerti żbalji li hemm fil-general development order u jien xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk dawn humiex se jiġu kkoreġuti aktar 'il quddiem.", "Xtaqt nirriferi wkoll għal nuqqas partikolari fil-general development order li jirrigwarda t-tlugħ ta' washrooms.", "Fil-permitted development, il- prattika llum hija li bini ta' washroom huwa permissibbli sakemm din tkun kbira 14-il metru kwadru b'disa' filati għoli.", "Il-general development order, kif ippubblikat, ma jagħmel l-ebda riferenza għad-daqs jew għall- għoli u għalhekk jien naħseb li huwa importanti li nieħdu dan il-punt in konsiderazzjoni għaliex dan huwa dokument ippubblikat - ma nafx jekk teknikament huwiex mgħoddi - u jista' jkollok xi ħadd li jtella' sular sħiħ meta mhux suppost li jagħmel hekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Chairman, xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk jikkonsidrax li jkun hemm xi awtorita' oħra minbarra l-Kamra ta' l- Arkitetti li tkun tista' tikkonsulta ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, ħalli b'hekk verament ikun hemm diskussjoni aktar wiesgħa dwar il-pjan ta' struttura.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, se nagħmel riferenza għal punt li fih innifsu wieħed jista' jgħid li huwa żgħir pero' li naħseb li jkun aħjar jekk jiġi emendat.", "Qed nirriferi għall-parti tal-klawsola fejn tissemma l- Kamra ta' l-Artiketti.", "Jien naħseb li hemmhekk għandu jidħol il-kliem \"Kamra tal-Periti\" għaliex bit-tibdil li kellna fil-liġi tal-periti - li għadu ma daħalx fis-seħħ - il-Kamra ta' l-Arkitetti inbidlet għal Kamra tal-Periti u architect and civil engineer sar jissejjaħ perit.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, għall-mistoqsija dwar jekk l-iżbalji li hemm fit-translation tal-general development order li ġie ppubblikat humiex se jkunu kkorreġuti, ngħid li dawn ovvjament se jiġu riveduti u anke fejn hemm żbalji ta' l-ortografija se jiġu kkorreġuti.", "Rigward is-suġġeriment dwar jekk huwiex possibbli li l-Planning Authority ikollha konsultazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet oħra ngħid li l-Planning Authority, kemm permezz tal-users committee, kemm permezz tal-consultative council, kif ukoll permezz ta' mezzi diretti ...", "Jiena ma nafx jekk kemm- il darba kienx hemm xi għaqda li talbet laqgħat maċ-chairman jew mad- direttur ta' l-ippjanar u dawn qalulhom li ma jridux jitkellmu magħhom.", "Jien naħseb li dawn huma nies ċivili biżżejjed biex jilqgħu t-talbiet u jitkellmu ma' kull ma' min għandhom jitkellmu.", "Jiġifieri f'dak is-sens ma nara li hemm l-ebda diffikulta'.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li qed jiġi indikat lili li subartiklu (7) ġdid ta' artiklu 31 kif qed jiġi propost f'din il-klawsola u li jgħid:", "\"Xogħlijiet li jsiru skond l-ordnijiet dwar l-iżvilupp għandhom jitwettqu taħt is-sorveljanza ta' persuna li jkollha l-warrant ta' arkitett u inġinier ċivili u dawn għandhom jiġu notifikati bil-mikub lill-Awtorita'.\",", "għandu bżonn xi ftit fine-tuning, fis-sens li ċerti xogħlijiet li huma elenkati fil-GDO bħala xogħlijiet li jistgħu jsiru mingħajr il-bżonn li jgħaddu mis-sistema kollha bħal, per eżempju, t-twaħħil ta' satellite dish, mhux bilfors li jkollhom bżonn is-sorveljanza ta' arkitett.", "Għalhekk korrettament qed jindikawli li ma' dan wieħed jista' jżid \"fejn ikun hekk speċifikat fl-ordnijiet dwar żvilupp\" ħalli b'hekk neliminaw dawk ix- xogħlijiet li jistgħu jsiru mingħajr is-sorveljanza ta' perit.", "Għal dan il-għan nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"K\" Fis-subartikolu (7) ta' l-artikolu 31 ta' l-Att prinċipali wara l- kliem \"l-ordnijiet dwar żvilupp\" għandhom jiżdiedu l-kliem \", fejn ikun hekk speċifikat fl- ordnijiet dwar l-iżvilupp,\".", "\"K\" In subsection (7) of section 31 of the principal Act, after the words \"development orders\" there shall be inserted the words \", where so specified in the development orders,\".", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, xtaqt nerġa' niġbed l-attenzjoni tal- Ministru għal dak li għidt aktar kmieni rigward il-fatt li l-liġi dwar il- periti - safejn naf jien anke l-Ministru Buhagiar li huwa responsabbli minn dan il-qasam iddikjara li din trid tiġi fis-seħħ at some stage - tgħid li \"arkitett u inġinier ċivili\" fit-terminoloġija tal-liġi għandu jissejjaħ \"perit\".", "(Interruzzjonijiet) Jekk hemm xi deċiżjoni li din il- liġi m'hijiex se tidħol fis-seħħ, allura aħna ma nitolbux ....", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dwar din ma nafx nirrispondik.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, il-Ministru jista' jikkonsulta mal-kollega tiegħu stess pero' l-impressjoni tiegħi hija li l-liġi msemmija se tidħol in vigore dalwaqt.", "F'dik il-liġi hemm provvedimenti biex issir elezzjoni tal-periti għall-bord tal-warrants u r-reklami mill-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni diġa' qegħdin joħorġu bil-kliem \"Kamra tal-Periti\".", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-parir legali li qed jagħtuni huwa li sakemm din il- liġi għada m'hijiex in vigore ma nistgħux nużaw it-terminoloġija \"warrant ta' perit\".", "Inżommu t-terminoloġija \"warrant ta' arkitett u inġiner ċivili\" imbagħad tiġi mibdula meta l-liġi tidħol in vigore.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHIARMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Emenda ta' l-artikolu 32 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 12 - Amendment of section 32 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, din il-klawsola qiegħda temenda artiklu 32 u tgħid hekk:", "\"Minnufih wara s-subartikolu (4) ta' l-artikolu 32 ta' l-Att prinċipali għandu jiżdied dan is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(5) Għar-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam ma' l-ippjanar, kull persuna tista' tilmenta u toggezzjona kontra xi żvilupp.", "Dik l- oġġezzjoni għandha tasal għand l-Awtorita' fi żmien ħmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta' l-avviż imsemmi fis-subartikolu (4) ta' dan l- artikolu, liema żmien jista' jitqassar għal sebat ijiem f'każijiet urġenti kif jiġi indikat fil-pubblikazzjoni.", "Flimkien ma' dik l- oġġezzjoni għandu jsir il-ħlas tad-dritt dovut u l-Awtorita' jkollha d- diskrezzjoni assoluta li tiddeċiedi dwar l-oggezzjoni.\".\".", "Rigward dak li hemm f'dan il-paragrafu fejn qed jgħid li ma' l-oġġezzjoni \"għandu jsir il-ħlas tad-dritt dovut\" kien hemm outcry sħiħa għaliex beda jingħad li dan qed isir biex nirrestrinġu d-dritt ta' l-individwu li jagħmel l-oġġezzjonijiet.", "Dan m'hu veru xejn għax l-idea wara din kienet li jkun hemm xi ħlas amministrattiv.", "Ma nafx għalfejn ġiet minfuħa daqshekk min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien ngħid li eventwalment l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha anke dritt titlob xi ħaġa tal-flus għall- ispejjeż amministrattivi, pero' dan ma jaqax taħt din il-liġi.", "Biex nuri li l-ħsieb wara dan is-subartiklu ġdid ma kienx dak li nirrestrinġu lill-individwi milli jagħmlu l-oġġezzjonijiet tagħhom, se nressaq emenda li tgħid hekk:", "\"L\" Minflok is-subartikolu (5) li hemm fil-klawsola 12 għandu jidħol dan li ġej:", "\"(5) Għar-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam ma' l-ippjanar, kull persuna tista' tilmenta u toġġezzjona kontra xi żvilupp.", "Dik l- oġġezzjoni għandha ssir bil-miktub u jkun fiha r-raġunijiet dettaljati għaliha, u għandha tasal għand l-Awtorita' fi żmien ħmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta' l-avviż imsemmi fis-subartikolu (4) ta' dan l- artikolu.", "Dak iż-żmien jista' jitqassar għal sebat ijiem f'każijiet urġenti kif jista' jiġi indikat fil-pubblikazzjoni.", "L-Awtorita' għandha tikkonsidra u tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni.\".", "\"L\" For subsection (5) in clause 12, there shall be substituted the following:", "\"(5) Any person may on the basis of issues relevant to planning make representations objecting against the development.", "Such objection is to be in writing and shall contain detailed reasons therefor, and is to be received by the Authority within a period of fifteen days from the publication of the notice referred to in subsection (4) of this section.", "Such period may be shortened to seven days in urgent cases as may be indicated in the publication.", "The Authority shall consider and decide on the objection.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-kwestjoni tal-15-il ġurnata fiha nnifisha ma tagħmilx daqshekk differenza pero' naħseb li l-Ministru għandu jirrikonsidra l-possibbilta' li qed tingħata b'din il-klawsola li ż-żmien jitqassar għal sebat ijiem.", "Jien naħseb li fl-aħħar mill-aħħar m'għandu jkun hawn l-ebda proġett daqshekk ta' urġenza li jimmerita li ż-żmien li fih wieħed jista' jagħmel oġġezzjoni jitqassar b'aktar min-nofs, cioe' minn 15-il ġurnata għal sebat ijiem.", "Jien naħseb li 15-il ġurnata diġa' huwa perijodu pjuttost qasir u ma nistax nifhem liema jistgħu jkunu dawk il- każijiet urġenti li jimmeritaw li ż-żmien għall-objection jiqsar għal sebat ijiem.", "Forsi dan qed isir minħabba proġetti li jkunu se jsiru mill-gvern, pero' hawnhekk ukoll jien nemmen li l-ebda proġett tal-gvern m'għandu jkun urġenti daqshekk .....", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jaħasra ma noqogħdux indaħħlu lill-ministru fin- nofs.", "Zeffennih fin-nofs biżżejjed!", "Hawnhekk żgur li ma jidħolx il- ministru għaliex hija l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tiddeċiedi.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kieku l-Ministru ħallieni nispiċċa s-sentenza kien jinduna li jien ma kontx qed nitkellem fuq il-ministru responsabbli mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar imma fuq dak il-ministru li jkun responsabbli mill- applikazzjoni ta' xi proġett partikolari.", "Ma naħsibx li għandna nkunu daqshekk over sensitive!", "Forsi veru li l-kelb il-mismut kull ilma jaħsbu misħun!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, li kont qed ngħid huwa li jien ma narax ir-raġuni għaliex għandna f'xi każi partikolari nnaqqsu l-perijodu li fih persuna tista' tagħmel l-ilment tagħha kontra xi żvilupp minn 15-il ġurnata għal sebat ijiem u nemmen li m'għandu jkun hemm l-ebda proġett tal-gvern daqshekk urġenti li jimmerita dan it-tnaqqis.", "Hawnhekk nerġa' nagħmel riferenza għall-każi li diġa' għaddejna minnhom fix-xhur li għaddew.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Pace, jekk ix-xogħol jieqaf x'imkien imbagħad ikun hemm il-kwestjoni ta' l-emerġenza u hemm liġijiet apposta li jaħsbu għal dan u m'għandniex nipprovaw nagħmlu dawn it-tip ta' provvedimenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, l-ewwelnett naħseb li jkun tajjeb li napprezzaw li qed nitkellmu fuq aspett sensittiv ħafna fil- proċess kollu ta' l-ippjanar.", "Qed ngħid hekk għaliex qed nitkellmu fuq id- dritt ta' terzi li jagħmlu l-oġġezzjonijiet tagħhom għal żvilupp.", "Fid- dinja ta' l-iżvilupp, m'hijiex l-iktar ħaġa faċli għal povru bniedem li jkun joqgħod f'post u li f'daqqa waħda jara żvilupp ta' entita' żgħira jew kbira quddiemu.", "Min jagħmel l-iżvilupp quddiemu ħafna drabi jkunu nies li qed jispekulaw - għalkemm jista' jkun hemm ukoll każijiet fejn ikunu koppji li jkunu qed jibnu d-dar tagħhom - li għandhom interessi finanzjarji kbar u li se jkollhom żvilupp ta' entita' sakemm l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tikkonċedilhom - naħseb kieku jistgħu anke iżjed - u allura huwa vitali li jkun hemm xi forma ta' level playing field bejn min qed jagħmel żvilupp u ċ- ċittadini, biex nuża l-frażi tant popolari għall-kollegi tan-naħa tal- Gvern.", "L-emendi li kien hawn proposti oriġinarjament fl-opinjoni tiegħi kienu qed jagħmlu żewġ limitazzjonijiet kbar; waħda hija l-limitazzjoni taż-żmien u l-oħra l-limitazzjoni - li setgħet tkun abbużata anke jekk l- intenzjoni ma kenitx tkun dik - tal-ħlas.", "Wara d-diskorsi li saru fl-istadju tat-Tieni Qari, il-limitazzjoni li jkun hemm ħlas dwar oġġezzjoni tneħħiet u jien nappella li tkun anke policy min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li fil-fatt ma żżommx ħlas hi għaliex nifhem li kien hemm każijiet - jien personalment niftakar wieħed minnhom - fejn persuna li rrapportat li kien qed isir żvilupp kontra l- provvedimenti ta' dan l-Att intalbet tħallas minħabba fi proċeduri ta' enforcement.", "Jekk isir hekk ikun żbaljat għaliex il-provvedimenti ta' l-Att li għandna quddiemna għandna nqisuhum ukoll mill-perspettiva li qegħdin hemm mhux sempliċement biex jipproteġu lil min irid jagħmel żvilupp imma sabiex jiggwidaw u jirregolaw kif isir l-iżvilupp u anke sabiex jagħtu l- protezzjoni liċ-ċittadin, li fil-ħajja ordinarja tiegħu ma jagħmilx dan l- iżvilupp ta' bini u ta' skepulazzjoni imma jista' jkun affettwat minn min jagħmlu u allura jkun hemm il-bżonn li tipproteġilu l-mod kif hu jagħmel l- oġġezzjoni tiegħu.", "Issa la aħna qegħdin nelimaw il-kwestjoni tal-flus u nikkonċentraw biss fuq il-kwestjoni tat-terminu, naħseb li rridu noqogħdu attenti li l-miżura tkun effettiva u reali.", "Jiena nibda biex ngħid li naturalment nikkondividi l-argument li sar li ma jagħmilx sens li nipprovdu wkoll għal terminu ta' sebat ijiem u dan għaliex aħna nifhmu li huwa wieħed qasir ħafna.", "Jien inħobb nifli dejjem xi jkun hemm fil-liġi oriġinali, xi jkun qed jiġi propost fl-abbozz ta' liġi li jkun qed jiġi ppreżentat u anke l-emendi proposti għall-istess abbozz ta' liġi.", "U huwa interessanti li fl-emendi għal dan l-abbozz ta' liġi, filwaqt li tneħħa l-aspett li jrid isir ħlas, żdiedet il-frażi \"u jkun fiha\" - jiġifieri l-ittra ta' oġġezzjoni - \"ir-raġunijiet dettaljati għaliha\".", "Kieku kelli nagħmel proposta malajr ngħid li għandna nneħħu l- kelma \"dettaljati\" għaliex inkella nispiċċaw nargumentaw dwar jekk min għamel l-oġġezzjoni għamilx ftit jew ħafna dettall.", "F'leġislazzjoni b'mod ġenerali, aktar ma tagħmel aġġettivi żejda aktar tkun qed tistieden inkwiet.", "Jiġifieri l-ewwel suġġeriment tiegħi għall-emenda li għadu kemm ressaq il-Ministru huwa li nneħħu l-kelma \"dettaljati\".", "Imbagħad għandi suġġeriment ieħor għax jekk se nirristrinġu t-terminu li fih qed issir l-oġġezzjoni, irridu noqogħdu attenti li t-terminu jkun applikabbli minn data li għal min qed jagħmel l-oġġezzjoni hija reali.", "Ħalli nispjega x'irrid infisser b'dan li għadni kemm għidt.", "F'subartiklu (4) ta' artiklu 32 hemm imsemmi l-obbligu tal-pubblikazzjoni f'żewġ gazzetti fil-ġimgħa u jien jidhirli li ma nistgħux nimponu xi obbligu li għaliex din il-pubblikazzjoni tkun dehret f'żewġ gazzetti - setgħu kienu liema kienu l-gazzetti - bilfors li dan l-avviż ikun qrah kulħadd.", "Ma nistgħux nimponu dan l-obbligu li bilfors kulħadd irid jaqra dawn il- gazzetti partikolari - setgħu anke kienu l-gazzetti kollha - u kulħadd irid jaqra kull avviż li joħroġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dawn il- gazzetti u kulħadd irid jaqra anke l-ismall print kollu mmaġinabbli.", "Għalhekk jien naħseb li ladarba subartiklu (4) ta' artiklu 32 jistabilixxi żewġ obbligi, cioe' l-obbligu tal-pubblikazzjoni f'gazzetta u l-obbligu wkoll li xxandar il-fatt li se jsir żvilupp permezz ta' avviż li jeħel fuq is-sit, għandna ngħidu li t-terminu ta' 15-il ġurnata għandu japplika min minn dawn it-tnejn jiġi l-aħħar.", "Għal dan il-għan nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"N\" Minflok il-kliem minn \"fi żmien ħmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta' l-avviż imsemmi fis-subartikolu (4) ta' dan l-artikolu\" sa \"indikat fil-pubblikazzjoni\" fi klawsola 12, għandhom jidħlu l-kliem \"fi żmien ħmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta' l-avviż jew mix- xandir b'avviż fuq il-post, skond liema jiġi l-aħħar, imsemmija fis- subartikolu (4) ta' dan l-artikolu\".", "\"N\" For the words from \"within a period of fifteen days from the publication of the notice referred to in subsection (4) of this section\" up till \"in the publication\" in clause 12, there shall be substituted the words \"within a period of fifteen days from the publication of the notice or advertisement of notice on the site, whichever is the later, referred to in subsection (4) of this section\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Chairman, jien naħseb li din tas-sebat ijiem nistgħu faċilment ngħaddu mingħajrha.", "L-ewwelnett għaliex ma nista' nara l- ebda proġett li jista' jkun daqstant urġenti - u għandi daqsxejn il-biża' wkoll li dak kollu li jkun konsiderevoli f'daqqa waħda nibdew ngħidulu urġenti ħalli nniżlulu t-terminu għal sebat ijiem; il-Ministru jippermettili nindirizzah bħala perit li nipprattika - u t-tieni nett għaliex ħafna drabi l-oġġezzjonijiet li jagħmel iċ-ċittadin ma jiktibhomx hu imma jiktibhom il-perit u għalhekk irridu nifhmu li perit ikollu wkoll xogħol ieħor f'idejh u ħafna drabi sakemm jiġi biex jagħmel oġġezzjoni serja u meqjusa jkunu għaddew is-sebat ijiem.", "Għalhekk fl-interess li kemm jista' jkun ikun hemm oġġezzjonijiet serji u meqjusa nipproponi li l-Gvern jibdel dan it-terminu ta' sebat ijiem.", "Jien nifhem li kemm jista' jkun għandna nnaqqsu t-terminu ta' żmien ħalli l-ipproċessar ta' l- applikazzjonijiet isir kemm jista' jkun malajr, pero' rridu noqogħdu attenti u ma naħsbux li dan it-tnaqqis minn 15-il ġurnata għal sebat ijiem b'xi mod se jnaqqas is-slowdown li hawn fl-industrija tal-bini.", "Saru kummenti min-naħa tal-Gvern - jekk m'iniex sejjer żball mill- Ministru Buhagiar - fis-sens li dawn l-emendi huma importanti sabiex ma tibqax is-slowdown fl-industrija tal-bini, pero' jien naħseb li meta naslu għal dawn it-tip ta' konklużjonijiet inkunu qed naqgħu fl-assurd.", "Huwa biżżejjed li minn 21 ġurnata t-terminu niżel għal 15, imma issa li f'ċerti każijiet minn 15-il ġurnata ninżlu għal sebat ijiem naħseb li qed inġebbduha ż-żejjed.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, ħalli nibda mill-oġġezzjoni għall-fatt li qed jingħad li l-oġġezzonijiet iridu jsiru b'mod dettaljat, fis-sens li jrid ikun hemm raġunijiet dettaljati għalihom.", "Aħna b'\"dettaljati\" qed nifhmu li wieħed ma jistax jgħid li joġġezzjona għal xi żvilupp għaliex il- bini se jgħattih, jew għaliex huwa ikrah, jew għaliex ma jaqbilx ma' l- ambjent.", "Dik m'hijiex oġġezzjoni.", "Irid ikun hemm ftit raġunijiet li jindikaw il-linji maġġuri għaliex wieħed ikun qed joġġezzjona għal żvilupp.", "Meta qed ngħidu \"dettaljat\" m'aħniex qed ngħidu li wieħed irid jikteb xi teżi!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jien normalment ma tantx nindaħal f'dawn l- affarijiet pero' l-kelma tfisser dik li hi.", "Aħna ma nistgħux ngħidu li għaliex il-kelma qed nifhmuha b'ċertu mod, allura nbiddlu d-definizzjoni tagħha minn kif inhi fid-dizzjunarju.", "Kulma qed ngħid huwa li fil-liġi għandna nużaw il-kliem li rridu nfissru.", "Jekk fil-liġi se ngħidu \"dettaljat\", allura għandna naqbdu d-dizzjunarju u naraw id-definizzjoni tagħha x'inhi, imma ma nistgħux ngħidu li għaliex qed nifhmuha b'ċertu mod allura għal din il-liġi nagħtuha definizzjoni differenti!", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, ta' min wieħed jinnota li anke fil- proċedura li kien hemm maqbula, qed ikun hemm shift lejn li l-affarijiet u l-komunikazzjonijet jaslu iktar bil-kitba għand il-Planning Authority milli by word of mouth u dan sabiex jitħaffef ix-xogħol.", "Issa jien qed nassumi li 90% ta' dawk li se jagħmlu xi oġġezzjoni se jagħmlu dan tramite xi perit jew bniedem tekniku li jkun jaf x'dettalji għandu jagħti sabiex jiġġustifika l-oġġezzjoni.", "Jiġifieri aħna qed ngħidu \"dettaljat\" fis-sens li dak li jkun jagħti raġunijiet dettaljati fuq liema linja qed joġġezzjona u mhux li jagħmel xi impact assessment u jibagħtu lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naqbel pero' il-Ministru jrid joqgħod attent li jara li jsir dak li qed jgħid li jrid jagħmel għaliex naħseb li l-kelma \"dettaljata\" tista' toħloq ċerti problemi.", "Normalment aħna nużaw il-kelma \"motivated\".", "Ma nafx il-kelma legali għaliha x'inhi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk insibu xi kelma aħjar jien lest li naċċettaha.", "Li ma rridux li jsir aħna huwa li jkun hemm xi ħadd li jgħid li qed joġġezzjona għal ċertu żvilupp għaliex huwa ikrah jew għal xi ħaġa oħra simili.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, jien nissuġġerixxi li nneħħu l- kelma \"dettaljati\" u nħallu biss \"raġunijiet\" jew inkella ngħidu \"motivazzjoni\".", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Lili qed jissuġġeruli li minflok il-kliem \"detailed reasons\" indaħħlu l-kliem \"reasoned justification\" imbagħad nagħmlu l-ekwivalenti tagħha fit-test Malti.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew sakemm qed naqblu.", "Għalhekk Sur President, nitlob il-permess biex nirtira l-Emenda \"L\" u minflokha inressaq l-Emenda \"M\".", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, qed inressaq din l-Emenda \"M\":-", "Minflok is-subartikolu (5) li hemm fil-klawsola 12 għandu jidħol dan li ġej:", "\"M\"\"(5) Kull persuna tista', għal raġunijiet imsejsa fuq kwistjonijiet rilevanti ta' ppjanar, tilmenta u toġġezzjona kontra xi żvilupp.", "Dik l-oġġezzjoni għandha ssir bil-miktub u jkun fiha espożizzjoni motivata għaliha, u għandha tasal għand l-Awtorita' fi żmien ħmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta' l-avviż imsemmi fis-subartikolu (4) ta' dan l- artikolu.", "Dak iż-żmien jista' jitqassar għal sebat ijiem f'każijiet urġenti kif jista' jiġi indikat fil-pubblikazzjoni.", "L-Awtorita' għandha tikkonsidra u tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni.\".", "For subsection (5) in clause 12, there shall be substituted the following:", "\"M\"\"(5) Any person may on the basis of issues relevant to planning make representations objecting against the development.", "Such objection is to be in writing and shall contain a reasoned justification therefor, and is to be received by the Authority within a period of fifteen days from the publication of the notice referred to in subsection (4) of this section.", "Such period may be shortened to seven days in urgent cases as may be indicated in the publication.", "The Authority shall consider and decide on the objection.\".", "Mr Chairman, kien hemm ukoll l-argument tas-sebat ijiem.", "Irrid ngħid li fuq dawn l-abbozzi ta' liġi kien hemm qbil mal-Planning Authority, ma' l- FOI u mal-Kamra tal-Periti, jiġifieri dawn qablu li jista' jkun hemm każijiet fejn ikun hemm bżonn li jidħol it-terminu ta' sebat ijiem.", "Din hija xi ħaġa li se tħaddem il-Planning Authority stess biex jekk ikun hemm każ urġenti jkollha ċerta leeway.", "GĦalhekk jew se nagħtuha dan id-dritt u nirrispettaw il-kapaċitajiet professjonali tagħha li tiddeċiedi x'għandha tagħmel, jew inkella se noqogħdu niddibutaw jekk hijiex qiegħda tabbuża.", "(Interruzzjonijiet)", "Barra minn hekk, kien hemm ukoll il-kwestjoni ta' fejn jiġi ppubblikat l-avviż.", "Dan l-argument wieħed irid jidħol fih u jipprova jara fejn hi l- ġustifikazzjoni għaliex jiena nħoss li anke kif inhi llum hemm ċertu trampling fuq id-drittijiet tal-bniedem.", "Illum il-prassi hija - u din ilha hekk - li dawn l-avviżi jiġu ppubblikati biss f'gazzetta partikolari, hi liema hi.", "Jiġifieri biex iċ-ċittadin jara dawn l-avviżi tal-Planning Authority irid bilfors jixtri din il-gazzetta, hi liema hi.", "Jien nħoss li din tmur kontra d-drittijiet taċ-ċittadin għaliex biex tkun taf dak li għandek dritt tkun taf qed tiġi mġiegħel tixtri gazzetta partikolari, anke jekk m'għandekx pjaċir taqraha.", "Din l-informazzjoni spiċċat tiġi ppubblikata f'din il-gazzetta partikolari għaliex, kif ġejt informat, hija l-orħos waħda li tagħmel dan it-tendering.", "Jien napprezza l- konsiderazzjonijiet ta' l-ekonomija u l-finanzi tal-Planning Authority pero' fl-istess ħin qed inkunu diskriminatorji u, kif jista' jgħid iċ- chairman tal-lum u anke ċ-chairman ta' qablu, il-ħabib tiegħi Joe Kennely, jiena minn dejjem sostnejt li jkun fl-interess tal-finanzi tal-Planning Authority .......", "Barra minn hekk, jiena nistaqsi: GĦaliex din l- informazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'gazzetta privata u mhux fil- Gazzetta tal-Gvern?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iċ-ċittadin ma jaqrax il-Gazzetta tal-Gvern!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma huwa preżunt li jaqraha.", "(Interruzzjonijiet) L-ordnijiet tal-gvern u l-liġijiet jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern għall-konsiderazzjoni tal-pubbliku in ġenerali.", "Jiena naf li din kważi ħadd ma jaqraha imma l-pajjiż u l-qorti jippreżumu li, ladarba ppubblikaw xi avviż hemmhekk, se jsir jaf bih il-pubbliku kollu.", "Il-liġijiet ma nippublikawhomx f'xi magazine jew inkella f'xi gazzetta partikolari imma fil-Gazzetta tal-Gvern, li hija l-gazzetta uffiċjali, u ladarba jiġu ppublikati hemmhekk l-qorti tippreżumi li kull ċittadin jaf x'ikunu jgħidu l-liġijiet.", "Issa jekk m'iniex korrett l-avukati jistgħu jikkorreġuni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, aħna x'irridu nagħmlu?", "Aħna rridu nagħtu d-dritt liċ-ċittadin li jekk issir xi ħaġa li se taffettwa d-drittijiet tiegħu jkun jaf biha u jkun jista' joġġezzjona għaliha?", "Jew inkella qed nimponu obbliġu legali u qed insibu mezz kif neżonorawh bl-aħjar mod?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dan m'huwiex l-argument tiegħi u kont se niġi għall- kwestjoni tal-pubblikazzjoni.", "Jiena qed ngħid dan biex neliminaw ħafna argumenti.", "Jekk iċ-ċittadin ma jafx jaqra bl-Ingliż, għalfejn għandek iġġiegħlu jaqra din il-gazzetta bilfors biex ikun jaf din l-informazzjoni?", "Issa jien qed ngħid dan mingħajr l-ebda riflessjoni għall-gazzetta li fuqha qed tiġi ppubblikata din l-informazzjoni li rriżulta li hi l-orħos waħda.", "Imma anke hemmhekk, jekk irridu nfettqu se nsibu d-diffikultajiet u għalhekk se niġi għall-kwestjoni tal-pubblikazzjoni għaliex qed jiġi ssuġġerit li meta tkun se ssir il-pubblikazzjoni, tibda titwaħħal nota li xxandar dan l-avviż.", "Jien ġejt informat li din in-notice se titwaħħal qabel ma tiġi ppubblikata l-informazzjoni fil-gazzetta u allura lill- pubbliku qegħdin nagħtuh il-benefiċċju li jkollu 15-il ġurnata mill-aħħar data tan-notice sabiex .....", "(Interruzzjonijiet) Jien ġejt informat li s- site notice se titwaħħal qabel ma tidher in-notifika fil-gazzetta uffiċjali.", "Forsi jkun hemm min jgħidlek li s-site notice ma kenitx hemm.", "Tista' ssib min jgħidlek: Jien kif se nkun naf jekk waħħluhiex jew le jew jekk qalgħuhiex ħames minuti wara li waħħluha?", "Mela l-aktar ħaġa stabli hija l-pubblikazzjoni fil-gazzetta.", "Issa l-argument jekk għandhiex tkun fil- Gazzetta tal-Gvern jew f'xi gazzetta oħra nidħlu fiha darb'oħra jekk ikun hemm bżonn.", "Qegħdin ngħidu wkoll li dawn għandhom ikunu available fil-local councils for publication.", "Dan kien isir anke mill-amministrazzjoni preċedenti u naħseb li għalissa ma nistgħux nagħmlu aktar minn hekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien nista' nitkellem fl-interess tal-kunsilli lokali u nista' nikkonferma li tkellimt magħhom rigward dawn l-emendi u l- proposti li ressquli kienu li ntawlu l-15-il ġurnata.", "Forsi din il- proposta mhijiex aċċettabbli għall-Gvern imma jekk m'aħniex se ntawlu dan it-terminu żgur li m'għandniex innaqqsuh.", "Biex nagħrfu kemm dan huwa importanti se nikkwota sentenza li hemm fil-liġi.", "Din tgħid hekk:", "\"Il-kunsilli lokali huma mitluba mil-liġi li jagħmlu rakkmandazzjonijiet lil kull awtorita' kompetenti għal jew dwar xi skema ta' ppjanar jew bini.\".", "Il-punt li rrid nagħmel huwa li l-15-il ġurnata m'għandniex innaqqsuhom għal sebat ijiem.", "Kif inhi diġa' mhijiex prattikabbli għall-kunsilli lokali, aħseb u ara sebat ijiem!", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, b'din l-istess argumentazzjoni noqogħdu naraw min se jkun imsiefer biex dawk it-tliet ġimgħat naqtgħuhomlu għax ma jkunx ra l-pubblikazzjoni!", "(Interruzzjonijiet) Jiena bis-serjeta' qed nitkellem.", "Jekk il-kunsill lokali jiltaqa' darba kull 15-il ġurnata, is- segretarju qiegħed hemm minn fil-għodu sa fil-għaxija u l-persuna eżekuttiva tal-kunsill lokali hija s-segretarju.", "Dan m'għandux skuża li ma jkunx hemm għal 15-il ġurnata sħaħ.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Id-deċiżjonijiet jittieħdu meta jiltaqa' l-kunsill u jekk irridu li dak li ngħidu hawnhekk ikun ipprattikat, kemm jista' jkun irridu nkunu prattiċi u ma nnaqqsux il-ġranet.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Safejn naf jien sal-lum qatt ma kien hemm xi każ - għallinqas sakemm jiena kont fuq il-Planning Authority - li xi kunsill ilmenta li ma kellux ċans jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu għax 15-il ġurnata ma kenux biżżejjed.", "Mr Chairman, jiena ma narax li għandi għalfejn inbiddel din l-emenda u se nitlob biss li l-kliem \"any person may on the basis of issues relevant to planning make representations\" bil-Malti jkunu jaqraw \"kull persuna tista' għal raġunijiet imsejsa fuq kwestjonijiet rilevanti ta' ppjanar tilmenta u toġġezzjona\".", "Din sempliċement ġiet indikata bħala verbal amendment.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jiena ma rridx ninftiehem li qed ninsisti fuq xi affarijiet ta' barra minn hawn imma fl-istess ħin diġa' sar il-punt - u b'ċertu enfasi - li sebat ijiem huwa perijodu qasir iż-żejjed.", "GĦall-ebda proġett, kemm jekk ġej mill-privat u kemm jekk hu tal-gvern, m'hu ġustifikat li jkun hemm sebat ijiem biss.", "Nerġa' ngħid, l-ebda developer, l-ebda ministeru, l-ebda dipartiment u l-ebda awtorita' tal- gvern ma tista' tipproġetta għall-quddiem b'mod daqshekk haphazard u jgħid li l-kummenti tal-pubbliku jsiru fi żmien sebat ijiem!", "Infakkar li ftit xhur ilu kien inqala' pandemonju enormi fuq il-proġett tas-substation ta' Birzebbuġa għaliex ma kienx hemm 21 ġurnata sabiex isiru dawn il-kummenti.", "Issa jiena naħseb li dak li kien jgħodd sena ilu għadu jgħodd għal-lum ukoll.", "Dan kien proġett verament żgħir pero' nafu li nqala' pandemonju sħiħ.", "GĦalhekk m'għandniex għalfejn nagħtu lok għal pandemonji oħra meta nafu li l-ebda dipartiment ma jipproġetta b'dan il- mod.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Chairman, kif qal l-Onor.", "Galea, aħna ma rridux inkunu polemikużi fuq din il-ħaġa u m'għandna l-ebda intenzjoni li nagħmlu dan, biss din tas-sebat ijiem ma tagħmilx sens.", "GĦal min irid jagħmel oġġezzjoni serja u ta' sostenn, sebat ijiem ma jagħmlux sens.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mela l-Kamra tal-Periti m'hijiex serja!", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fil-Kamra tal-Periti hemm periti u hemm periti u kulħadd jaf iħarbex xi ħaġa!", "(Interruzzjonijiet) Din qablet magħha l- Kamra tal-Periti?", "Jien membru tal-Kamra tal-Periti u naf x'naħsbu aħna l- periti.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Naħseb li lil min qed jismagħna se ndaħħlulu d-dubju jekk dak li għidna aħna, jiġifieri li kellna konsultazzjoni magħhom, huwiex minnu.", "Issa jekk irridu niddubitaw jeżistix il-Bambin nistgħu nidħlu fid- dubju wkoll!", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bir-rispett kollu lejn min hu preżenti, jiena qed ngħid ...", "(Interruzzjonijiet).", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Kamra tal-Periti għandha għal qalbha l-interess tal- periti u aħna għandna għal qalbna l-oġġezzjonijiet taċ-ċittadin.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Preċiżament dan l-argument li kont se nagħmel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Aħna għandna għal qalbna l-interessi tal-periti u l-interessi tan-nies komuni.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk jiena qed nitkellem fuq id-drittijiet ta' l-arrestat ma nagħmilx konsultazzjoni biss ma' l-ispetturi li jridu jżommu lil dan il-bniedem imsakkar ġewwa!", "Ma naqgħux f'dawn l-ereżijiet, bir-rispett kollu lejn il-periti u l-professjoni tagħhom li hija professjoni li nammira ħafna.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia qiegħed jifhimni għaliex qed narah jitbissem!", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq id-dritt taċ-ċittadin.", "Jiena ssuġġerejt li jkun hemm iż-żewġ termini u tapplika dejjem l-aħħar data u, jekk is-site notice tkun twaħħlet qabel, tiġi tapplika d-data mill-pubblikazzjoni fil- gazzetta.", "Issa min irid jagħmel oġġezzjoni motivata jew raġunata probabbli jrid jikkonsulta ruħu.", "Jiena ma naħsibx li hawn ħafna nies li jafu jagħmlu oġġezzjoni b'mod spjegat waħedhom, jiġifieri dawn probabbli se jmorru għand xi perit.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti x'qed ngħidu.", "Hawnhekk m'għandekx l-istess proċedura bħall-qorti fejn tista' tagħmel rikors għall- urġenza.", "Hawnhekk għadna biss fl-istadju ta' l-applikazzjoni u qisu li huwa l-perit li jrid jiddikjara jekk applikazzjoni tkunx urġenti u għaliex jagħmel hekk se nnaqqsu d-dritt għall-oġġezzjoni għal sebat ijiem.", "Din m'hijiex raġonevoli u għalhekk nappella lill-Ministru biex ma jorbotx il- ħsieb tiegħu biss mad-developers u mal-periti u jinsa l-interessi ta' ħafna nies oħrajn li m'għandhomx il-protezzjoni ta' dawn il-korpi kostitwiti.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien qed nieħu gost nisma' lin-naħa l-oħra jipprovaw jimputaw li aħna għandna l-interessi tad-developers għal qalbna.", "Hemm proverbju Malti li jispjega dawn l-affarijiet pero' jiena m'iniex se nikkwotah hawnhekk.", "Issa qegħdin ukoll niddubitaw mill-integrita' tal- Planning Authority!", "Bħal dak li qallu jekk perit jgħidilhom li hemm urġenza, bħal qabda ħrief il-Planning Authority jaqbdu u joħorġulu l- permess!", "Ejjew inkunu konsistenti.", "Erba' minuti ilu konna qegħdin infaħħru, niddefendu u ngħidu kemm iċ-chief executive huwa integru u issa qegħdin ngħidu li jekk perit bil-mustaċċi jgħid li l-applikazzjoni hija urġenti, dawn ibaxxu rashom u joħorġuhielu bħala urġenti.", "Jeħtieġ li nkunu konsistenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bir-rispett kollu, nitlob lill-Ministru jispjegali kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tiddetermina - sakemm mhux qed nippretendu l-mirakli minnha - li applikazzjoni hija urġenti.", "Hawnhekk għadna fl-istadju ta' applikazzjoni, imma qabel ma tippublikahom l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tistenna l-oġġezzjonijiet.", "Jista' l-Ministru jispjegali min fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar se jgħid jekk applikazzjoni hijiex urġenti jew le?", "F'dan l-istadju niddubita jekk l-applikazzjoni tkunx waslet għand il-case officer.", "Forsi tkun waslet għand xi ħadd li jkun qed jagħmel il-validation.", "Allura l-Minsitru qed jgħid li xi ħadd minn hemmhekk se jieħu r-responsabbilta' fuq spallejh li jgħid li l- applikazzjoni m'hijiex urġenti għalkemm il-perit kitiblu li hija urġenti?", "Il-Ministru jrid japprezza li f'dan l-istadju l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun għadha ma kkonsidratx il-każ, jiġifieri ma setgħatx tagħti l-ġudizzju ta' l-urġenza.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jiena naħseb li dan il-punt ġie eżawrit minn din in- naħa, Mr Chairman.", "Jiena assolutament ma nistax nifhem x'jistgħu jkunu l- każijiet ta' urġenza.", "Nixtieq li l-Ministru jsemmi almenu każ wieħed kif proġett jista' jiġi identifikat bħala wieħed ta' urġenza.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-Onor.", "Ċensu Galea għamel punt korrett meta qal li l-punt ġie eżawrit.", "Fil-fatt ħafna mid-diskussjoni hija out of order.", "Aħna qegħdin niddiskutu fl-istadju ta' Kumitat fejn jiġu diskussi d- dettalji tal-liġi u mhux eżempji tad-dettalji tal-liġi.", "Dawk huma affarijiet li diġa' ssemmew ad nauseam - imma b'ġustifikazzjoni - fis- Second Reading.", "Jekk l-Oppożizzjoni qiegħda tagħmel hekk bħala tattika ta' filibustering huwa mod imma jekk qed tagħmel hekk għax taħseb li fil- Committee stage tista' tagħmel dan, jien ngħidilha li ma tistax.", "Is- Sinjorija Tiegħek għandha tara li, jdum kemm idum id-dibattitu, għandna nibqgħu fuq id-dettal tal-liġi u fid-dettall tal-liġi ma jistgħux iqumu dawn il-punti li qed iqumu bħalissa b'mod eżawrenti.", "THE CHAIRMAN: Jiena wkoll jidhirli li din il-kwestjoni eżawrejniha.", "Biss irridu nżommu quddiem għajnejna li hawn żewġ emendi, waħda mressqa mill-Viċi Prim Ministru u l-oħra mressqa mill-Oppożizzjoni, u kull naħa qiegħda tinsisti fuq il-pożizzjoni tagħha.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "L-Onor.", "Pullicino, fil-qosor kemm jista' jkun.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Chairman, jiena jidhirli li huwa assolutament inġust li membru jidħol f'din il-Kamra u jgħid li aħna qed nagħmlu filibustering.", "Jiena ma niġix hawnhekk biex nagħmel filibustering u lanqas kont hawnhekk fil-leġislatura l-oħra pero' naf li sar filibustering.", "Jien nixtieq niddikjara, għalija u għal sħabi, li aħna m'aħniex qegħdin hawn biex nagħmlu filibustering.", "Jien qiegħed hawn għall-interess ta' din il-liġi u niddejjaq li jidħol Onor. Membru - li ma nafx fejn kien - u jgħid li qed nagħmlu filibustering.", "Jiena u sħabi għamilna l-homework kollu fuq din il-liġi u qegħdin hawnhekk biex nagħtu l-kontribut tagħna u mhux biex nagħmlu filibustering.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, l-Onor.", "Pullicino għandu dritt jagħmel il-kummenti tiegħu imma m'għandux dritt li jagħmel kummenti banali u b'nuqqas ta' rispett personali.", "(Interruzzjonijiet) Kien imissek waqqaft lilhom fl-interruzzjoni u mhux lili!", "Kumment banali jfisser kumment bla sens.", "L-Onor.", "Pullicino qal li ma jafx jiena fejn kont.", "Jien ilni erba' sigħat nisma' dan id-dibattitu f'kamra 20 pied 'il bogħod minn hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Issa nafu li tħobbu l-faxxiżmu imma mhux li tipprattikawh.", "Jien ma dħaltx hawnhekk biex ma nipparteċipax meta l-Onor.", "George Vella qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi b'mod tant abbli.", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx iżjed interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Il-punt tiegħi huwa wieħed tekniku.", "Jekk l- Oppożizzjoni trid tagħmel filibustering għandha kull dritt għax dik hija parti mit-tattika parlamentari, imma jekk kemm-il darba qegħdin nipprovaw naħdmu fil-Committee stage għandna naħdmu kif suppost.", "Irridu niftakru li kienet l-Oppożizzjoni li pproponiet li l-Committee stage bħal jittieħed into a sub-committee.", "Meta kellna seduti speċifiċi kellha dak li talbet; għax flok f'sub-committee kellna mmorru into a committee of the whole House u kellha s-seduti li riedet.", "L-Oppożizzjoni għandha kull dritt li tagħmel il-punti tekniċi tagħha.", "THE CHAIRMAN: Onorevoli fil-qosor, jekk jogħġbok, għax qed naħlu l-ħin.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, jien qed nappella lilek, tappellax lili!", "Għandna noqogħdu skond it-termini parlamentari ta' dan il-Parlament.", "L- Onor. Pullicino għandu raġun jgħid li ma tantx ilu hawnhekk!", "THE CHAIRMAN: Is-Sedja jidhrilha li din il-klawsola ġiet eżawrita.", "L- Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena naħseb li jekk nimxi bl-apprezzament ta' l-Onor.", "Spiteri, nasal għal konklużjoni opposta għal tiegħu.", "Id- diskussjoni li qed nagħmlu hija preċiżament kwestjoni teknika u ta' dettall fuq frażi li hija wżata hawnhekk.", "Din id-diskussjoni ma saritx fit-Tieni Qari u allura qegħdin naraw x'ifisser preċiż dan il-kliem, cioe' minn meta jibdew jgħoddu dawn is-sebat ijiem.", "Aħna qegħdin naraw ukoll x'inhi l- ġustifikazzjoni li dan il-perijodu għandu jitqassar.", "Qed naraw ukoll xi tfisser il-frażi \"in urgent cases\" u jiena qed nindika lill-Ministru li wara dawn il-kliem hemm miktubin il-kliem \"as indicated in the publication\".", "Issa din il-frażi ma tfissirx \"as determined by the Authority\".", "Dettal u teknika iktar minn hekk ma naħsibx li nistgħu nagħmlu u l-Oppożizzjoni dan studjatu u ġiet anke b'emendi.", "Irrid ngħid li jiena napprezza li l-Onor.", "Spiteri, forsi b'mod kreattiv, qed jesprimi l- apprezzament tiegħu wkoll.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-Emenda \"M\" kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"N\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Francis Zammit Dimech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor.Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Dawn il-votazzjonijiet jittieħdu fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol skond il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Klawsola 13 - Emenda ta' l-Artikolu 33 ta' l-Att prinċipali Clause 13 - Amendment of section 33 of the prinċipal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din il-klawsola qiegħda temenda artiklu 33 tal-liġi prinċipali u titratta dwar kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tiddetermina applikazzjoni.", "Subklawsola (1) hija miftuħa biex turi iktar biċ-ċar x'inhuma l- affarijiet li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni.", "Hemm il-konċett li l- policies u l-konsiderazzjonijiet li jsiru b'liġi m'għandhomx ikunu applikati retroattivament, jiġifieri għall-applikazzjonijiet li jkunu daħlu qabel.", "Imbagħad f'subklawsola (2) hemm il-konċett li meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew id-DCC jirrifjutaw permess, m'hemmx għalfejn ikun hemm talba biex tingħata spjegazzjoni imma din tkun ħaġa awtomatika.", "Issa se nressaq emenda għal din l-emenda, fis-sens li mar-rifjut ikunu jridu joħorġu r- raġunijiet tar-refusal.", "Subklawsola (3) żżid il-perijodu ta' validita' tal-permess.", "Se nagħmluh li jkun validu għal tliet snin, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet.", "Fil-parti (b) ta' klawsola 13 qegħdin ngħidu li hemm il-konċett li l- permess għandu awtomatikament jgħaddi għal għand is-sidien ġodda malli ssir in-notifika tat-trasferiment tal-proprjeta' b'ittra sempliċi li tintbagħat lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dan huwa l-ġist ta' klawsola 13 u issa se nressaq emenda għal din l-istess klawsola.", "\"O\" Minflok il-proviso għas-subartikolu (2) li hemm fil-paragrafu (a) tal- klawsola 13 għandu jidħol dan li ġej:", "\"Iżda mar-rifjut jew ma' l-impożizzjoni ta' kondizzjoni partikolari, l-Awtorita', jew il-Kummissjoni għandhom jagħtu raġunijiet dettaljati bażati fuq il-policies eżistenti għal dak ir-rifjut jew għal xi kondizzjonijiet partikolari li jkunu ġew imposti.\".", "\"O\" For the proviso to subsection (2) in paragraph (a) of clause 13 there shall be substituted the following:", "\"Provided that upon a refusal or the imposition of particular conditions, the Authority, or the Commission shall give detailed reasons based on existing policies for such refusal or for any particular conditions that may have been imposed.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien nixtieq nikkummenta dwar policies li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar trid timxi magħhom wara li ssirilha applikazzjoni.", "Skond klawsola 13 l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tqis :", "\"policies li joħorġu mill-pjan ta' struttura eżistenti u minn kull pjan sussidjarju, jekk ikun hemm.\"", "Din fil-fatt naħseb li waslet minħabba li ħafna drabi kien qiegħed jiġri li xi ħadd jitfa' applikazzjoni f'tali data, l-aġġudikazzjoni tal-permess titwal u jilħqu jinbidlu l-policies.", "B'hekk tispiċċa li deċiżjoni jew tkun miżmuma sakemm jiġi żviluppat pjan ġdid jew inkella tittieħed skond l-aħħar policies.", "Kien hemm ħafna nies li pprotestaw kontra dan.", "Minn informazzjoni li għandi nifhem li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar pjuttost kienet kontra din l-emenda.", "Qalu li dan itellef il-possibbilta' ta' forward planning minħabba li ċerti permessi jippreġudikawha.", "Aħna nixtiequ li forsi nikkwalifikaw daqsxejn din is-sentenza u ngħidu:", "\"policies li l-Awtorita' sejra tiddeċiedi fuqhom, policies li joħorġu mill-pjan ta' struttura eżistenti u minn kull pjan sussidjarju pubblikat fid-data ta' l-applikazzjoni.\"", "Qegħdin ngħidu hekk ħalli ma jkunx hemm ekwivoku dwar f'liema stadju jkun pjan sussidjarju.", "Jista' jkollok pjan sussidjarju li jkun għadu fl-istadju li ma jkunx ġie ppubblikat imma jkun għadu qed jiġi drafted u ma jkunx aċċessibbli għall-pubbliku.", "Jista' jkollok pjan sussidjarju li waqt li jkun qed jiġi drafted ikun aċċessibbli għall-pubbliku.", "Jista' wkoll ikollok pjan sussidjarju ppubblikat wara li jkun ġie approvat mill- formalitajiet kollha tiegħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett nappella biex meta nitkellmu dwar policies u subsidiary plans għandna ndaħħlu xi element ta' publication.", "Kieku kelli b'mod verbali nipproponi emenda kont ngħid li fejn hemm \"policies emanating from the existing structure plan\" - naturalment dak huwa ppubblikat - ma jkun hemm xejn ħażin jekk ngħidu \"from any published subsidiary plans and policies\" għax l-Awtorita' ta' l-Ippjanar timxi fuq policies ukoll apparti fuq subsidiary plans.", "Huwa vitali li dawn ikunu ppubblikati.", "Punt ieħor hu li wara l-paragrafu (d) hawn proviso.", "Jiena nifhem li dan huwa proviso tas-subsection kollha u mhux ta' paragrafu (d) biss.", "Qed ngħid hekk għaliex kif inhuwa stampat wieħed jista' jifhem li huwa proviso tal-paragrafu (d) għax l-alignment mhuwiex qiegħed sew.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dak il-proviso japplika għas-subsection kollha.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Apparti dak id-dettall, il-proviso idaħħal ukoll konċett ieħor.", "\"Provided that legislated policies and conditions shall not be applied retroactively so as to adversely affect acquired rights\"", "L-ewwelnett naħseb li d-diċitura ta' \"legislated policies\" tista' tkun ferm aħjar għax ma nafx xi tfisser.", "Imma l-qofol hawn qiegħed fuq \"acquired rights\", dettall importantissimu u vitali.", "Il-Gvern irid jikkjarifika x'għandu f'moħħu jew inkella niddiskutuha ftit anke bħala l-Kamra sħiħa.", "B'\"acquired rights\" nistgħu nifhmu li jekk ħareġ pjan ta' struttura, pjan lokali jew policy u fihom għidna li t-tali zona hija għal bini, awtomatikament min għandu proprjeta' hemmhekk għandu acquired right.", "Din tkun perikoluża ħafna - jekk din hija t-tifsira - għax jekk għada pitgħada tkun trid tagħmel pjan għal area fejn fl-antik kien jinbena, dan ma tkunx tista' tagħmlu għax ma jkollokx id-dritt li tgħid li ma jistax jinbena.", "Mela huwa importanti li nispeċifikaw li \"acquired rights\" ma tfissirx hekk.", "Jien se nressaq emenda, fis-sens li jekk acquired rights għall-Gvern tfisser bniedem li diġa' għandu l-permess - u jekk bniedem laħaq inħariġlu permess, nifhem li ma tagħmilx policy u tneħħilu l-permess wara li ħariġlu - dan għandu jgħodd anke għal persuna li tkun applikat għal permess.", "Jekk applikajt għal permess f'żona li nista' nibni, ma tistax taqbad u tibdilli l-planning field wara li l-applikazzjoni tkun diġa' ġiet irreġistrata ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jekk dak huwa l-iskop, nipproponi din l-emenda:", "\"P\" Minnufih wara l-kliem \"jeddijiet akkwiżiti\" fil-proviso għall- paragrafu (d) tas-subartikolu (1) imsemmi fil-paragrafu (a) tal- klawsola 13, għandhom jidħlu l-kliem \"ta' min ikun diġa' għamel applikazzjoni ta' żvilupp fid-data tal-ħruġ ta' l-istess policies jew kondizzjonijiet\".", "\"P\" Immediately after the words \"acquired rights\" in the proviso to paragraph (d) of subsection (1) indicated in paragraph (a) of clause 13, there shall be added the words \"of whoever would have already filed a development application on the date of issue of the said policies or conditions\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-idea li l-permess ikun validu għal tliet snin naħseb li hija waħda pożittiva għax se tiffranka ħafna diffikultajiet.", "Jekk immur għal paragrafu (c) ta' subartiklu (3) ta' artiklu 33 - kif jidher fi klawsola 13 ta' dan l-abbozz ta' liġi - hemm il-punt li fil-każ li jkun għadda l-perijodu ta' tliet snin, ikun hemm il-ħtieġa ta' applikazzjoni.", "Irridu u ma rridux, nammettu u ma namettux, hemm problemi li niffaċċawhom fil-ħajja ta' kuljum.", "In-numru ta' l-applikazzjoni li jingħata fil-każ ta' renewal għandu jibqa' n-numru oriġinali u dan għal diversi raġunijiet, inkluż il-kwestjoni ta' change of architects.", "Hemm ukoll il- fatt li meta tissottometti applikazzjoni ġdida u tingħata numru ġdid, jinħolqu numru ta' diffikultajiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, naħseb li taqbel miegħi li meta kienu fil-gvern tan-naħa l-oħra m'għamlux il-kwart tax-xogħol li għamlu fuq dan l-abbozz ta' liġi biex jivvanzaw l-affarijiet fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar!", "(Interruzzjonijiet) Ċaqlaqnihom biex jistudjaw u jaraw x'hemm bżonn isir.", "GĦallinqas għamlu ftit sigħat jistudjaw in-nuqqasijiet li riedu jiġu rranġati!", "Din hija xi ħaġa pożittiva.", "(Interruzzjonijiet) Allaħares il-Bambin ħalaqna u telaqna għal riħna għaliex kieku aqta' fejn spiċċajna!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, waħda mill-affarijiet li tkellem fuqha l-kollega tiegħi kienet l-idea ta' l-acquired rights.", "Kif diġa' għidt, wieħed mill-provisos ta' klawsola 13 jgħid hekk:", "\"Iżda l-policies u l-kondizzjonijiet li jsiru b'liġi m'għandhomx ikunu applikati retroattivament b'mod li jkunu jolqtu b'mod kuntrarju jeddijiet akkwiżiti.\".", "Pero' I do not acquire any particular right jekk ma jkollix il-permess maħruġ.", "Meta jiena nitfa' applikazzjoni għad m'għandi l-ebda dritt akkwiżit u qed napplika proprju biex jingħatali dak id-dritt.", "Issa meta aħna qegħdin nillimitaw u nagħmlu time frame li jkun stringent, jiġifieri li l-applikazzjonijiet ikunu deċiżi f'terminu ta' żmien, bl-ebda mod m'aħna qegħdin nipprevedu li nżommu xi żvilupp għaliex qegħdin nippjanaw il-local plans, għalkemm hemm każijiet fejn qegħdin ngħidulu biex iżomm dak l- iżvilupp.", "Għandek żewġ options.", "L-ewwel option hi li tibni fuq il- footprint li għandek u l-iżvilupp li qed tipproponi tinsih.", "It-tieni option hi li biex tkabbar trid tistenna sakemm nagħmlu l-local plan.", "Imma din la hija ġusta fuq l-investitur u lanqas fuq ħadd.", "Dawn il-policies ma jistgħux jiġu applikati retroattivament.", "Lil dak li jkun ma tistax tgħidlu: Issa lestejt il-local plan, insa l-permess li tajtek.", "Hija arroganza li tagħti permess lil xi ħadd u retroattivament teħodulu.", "Mela min qiegħed jippjana - jista' jkun individwu, investitur eċċ - m'għandux id-dritt li jkun jaf jekk il-permess hux se jibqa' tiegħu?", "(Interruzzjonijiet).", "Acquired right huwa meta għandek permess mogħti lilek.", "Sakemm m'għandekx permess m'għandek l-ebda acquired right.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jekk hu kif qed jgħid il-Ministru, qed naqblu u m'għandniex għalfejn noqogħdu nfettqu fuqha.", "Pero' nerġa' ngħidlu biex fil-liġi nagħmlu l-kliem li jiddefinixxi preċiż dak li qed ngħidu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, dwar dan diġa' saret riferenza.", "Id- drittijiet u l-jeddijiet akkwiżiti ma joħorġux biss meta l-permess ikun f'idejk.", "Il-pjan ta' struttura, il-pjani temporanji u l-ischemes temporanji diġa' jagħtuk ċertu tip ta' jeddijiet.", "Jekk għandek biċċa art li qiegħda fl-ischeme, inti għandek id-dritt li dik l-art tista' tibniha.", "Għalkemm trid tissottometti applikazzjoni, xorta għandek drittijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, safejn nifhem jien dritt akkwiżit huwa acquired, ottenut.", "Dan id-dritt qiegħed għandek.", "Local plan jew scheme turik l-intenzjoni jekk għandhiex tkun a built-up area jew le.", "Biex nibni xorta rrid nagħmel applikazzjoni u trid tiġi aċċettata.", "Meta proprjeta' taqa' taħt ċerta kategorija, hemmhekk għandek a potential right.", "Għad trid tapplika biex jiġi lilek mogħti dak id-dritt għaliex l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha d-dritt illi tbiddel dawk l-affarijiet li hemm hemmhekk għal raġunijiet li jaqgħu skond il-policies tagħha.", "Sakemm inti m'għandekx dritt li ħadtu, dan se jbiddluhulek b'mod retroattiv.", "Dan sempliċement jgħidlek li nbidlet il-policy u dak li qabel kien indikat li seta' jkun dritt tiegħek issa m'għadux.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Fuq il-kwestjoni tad- dritt akkwiżit hemm volumi sħaħ miktuba fil-liġi u dawn ma jaqblux ma' xulxin.", "Jiġifieri biex tiddefinixxi x'inhu acquired right m'hijiex xi ħaġa faċli anzi hija diffiċli ħafna.", "Fl-Universita' jingħataw lectures sħaħ dwar x'inhuma drittijiet akkwiżiti.", "Ara ma naħsbux li dawn huma affarijiet sempliċi.", "Jien nassigura lill-Onor.", "Membru li din diġa' ddiskutejniha fil- parliamentary group.", "Għaliex qed jgħid li acquired right tfisser li l- permess ikun ħareġ?", "Jekk jiena għandi biċċa art li qiegħda fl-ischeme pero' ma applikajtx għal permess u nbigħha bi prezz li naturalment jirrifletti prezz ta' art li qegħda fi scheme, u mbagħad wara li nkun għamilt il-konvenju dak id-dritt jitneħħa, f'dak il-każ kelli acquired right jew le?", "Iva, kelli acquired right skond il-liġi.", "L-acquired right li qed jitkellem fuqu l-Ministru huwa l-permess li ħareġ.", "Mela jekk iż-żewġ naħat qegħdin naqblu li hu hekk, għaliex ma nneħħux id-diffikultajiet legali u ngħidu x'irridu nfissru?", "Aħna dan li qed ngħidu.", "Sur President, jien smajt l-intervent ta' l-Onor.", "Spiteri li akkużana b'filibustering.", "Dan m'hu veru xejn.", "Il-filibustering jagħmlu min minflok ma jgħid: Ħa nieħu parir u nbiddluha biex ma jkunx hawn diffikulta', ma jagħtix kas u jgħid li hekk irid jagħmel.", "Jien ħsibt li klawsola bħal din ma kenitx se tieħu fit-tul għax se naqblu imma mhux if we dig our heels u ngħidu: Le.", "(Interruzzjonijiet) Issa nġibu l-professuri tal-liġi u jagħmlulna l-lectures dwar xi jfisser \"dritt akkwiżit\"!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri", "ONOR.", "LINO SPITERI: Li kont se ngħid qabel ma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni daħħalni fil-kredtu b'mod li juri li ma semagħnix sewwa - u m'hux se nagħti kas ta' dak li qal għax m'hux dejjem għandek tagħti kas ta' dak li jintqal - huwa li ladarba qegħdin fil-Committee stage u ladarba saret il-qagħda minn naħa ta' l-Oppożizzjoni u saret it-tweġiba ċara minn naħa tal-Ministru dwar l-interpretazzjoni ta dak li hemm fl-abbozz ta' liġi - u l-avukati ta' dik in-naħa tal-Kamra kollha u l-membri parlamentari kollha, sew ġodda kif ukoll qodma, persważ li jgħallmuni li l-interpretazzjoni tal-liġi tiġi jekk ikun hemm dubju u f'każ ta' neċessita' il-qorti tmur għal dak li jkun intqal fil-Committee stage u mhux għal dak li jun qal xi lecturer - tabilħaqq, kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, m'hemmx għalfejn noqogħdu ntawlu għalxejn fuq dan il-punt.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Spiteri donnu ma jafx li hemm sentenzi tal-qrati li jgħidu li dak li jgħidu d-deputati f'din il-Kamra, il-qorti tista' tinjorah kompletament.", "Veru li jkun hemm ġudikanti li jaraw x'qalu d-deputati pero' l-qorti dejjem irriteniet li l-interpretazzjoni tagħmilha hi u mhux id-deputati.", "Il-liġi hi liġi.", "Issa jekk qed nużaw il-kliem \"acquired right\", li fil-liġi għandhom kliem li jfissru xi ħaġa definita, nistgħu nkomplu ngħidu kemm irridu aħna għax il-qorti tinterpreta dak il- kliem f'jargon legali.", "U inutli li l-Onor.", "Lino Spiteri u jien noqogħdu ngħidu li jfisser mod ieħor.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jiena nixtieq ngħid illi fuq dan il-punt mhux talli m'aħniex nagħmlu filibustering talli qed nipprovaw ngħinu lin-naħa tal-Gvern.", "Aħna qed nagħmlu dawn l-interventi sabiex niddefinixxu dan l-abbozz ta' liġi.", "Fil-fatt jekk il-Viċi Prim Ministru se jħalli dan l-abbozz ta' liġi kif inhu, l-Gvern se jinqalgħulu ħafna problemi u komplikazzjonijiet, vis-a- vis dak li jista' jagħmel għar-rigward tad-dmirijiet soċjali.", "Issa jekk il- Ministru ma jridx jisma', jagħmel li jrid u aħna npoġġu bil-qiegħda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, aħna ħadna l-briga li nfasslu emenda sabiex intejbu l-interpretazzjoni ta' l-iskop tal-Gvern.", "Jien naħseb li fl-Emenda \"P\" minflok il-kliem \"of whoever would have already filed a development application on the date of issue\" għandhom jintużaw il-kliem \"of whoever has had a permit issued\" u kif issuġġerixxa l- Onor. Tonio Borg jien naħseb li wara l-kliem \"acquired rights\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"arising from approved development permits\".", "(Interruzzjonijiet) Jien semmejt il-filing of an application bħala one of two options, skond x'inhi l-intenzjoni tal-Gvern.", "Jekk l-intenzjoni tal- Gvern hija an approved permit jien nippreferi l-approved permit.", "L-emenda proposta f'dan l-istadju hija arising from approved development permits.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, bla ma noqogħdu nidħlu f'polemiċi - għax jidher li qed nitħawdu f'dak li qed ngħidu - b'\"jeddijiet akkwiżiti\" nifhem meta għandek permess maħruġ.", "Din diġa' għamiltha ċara u tajt ir- raġunijiet tiegħi għal dan.", "Fejn hu n-nuqqas ta' qbil?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Niżżilha!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, se nniżżilha.", "Min qalilkom li m'iniex se nniżżilha?", "(Interruzzjonijiet) Lanqas tafu x'intom tgħidu!", "Sakra għandkom!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalfejn qed iċċapċpu?", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, nitlob il-permess sabiex din il-klawsola għalissa nipposponuha.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba għall-posponiment ta' klawsola 13.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 13 ġiet posposta.", "Klawsola 14 - Emenda ta' l-artikolu 34 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 14 - Amendment of section 34 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, f'din il-klawsola qed indaħħlu l- konċett tal-bond u fost affarijiet oħra qed ngħidu li:", "\"Minnufih wara s-subartikolu (4) ta' l-artikolu 34 ta' l-Att prinċipali għandu jiżdied dan is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(5) Meta, wara li jinħareġ permess għall-iżvilupp, l-iżvilupp ma jkunx qed isir skond ma jkun hemm fil-permess, jew ikun qiegħed xort'oħra jikkaġuna dannu lill-ambjent jew lill-infrastruttura, l- Awtorita' tista' titlob, bħala kondizzjoni għat-tkomplija tal-permess, li l-persuna li jkun inħareġ il-permess favur tagħha għandha tipprovdi garanzija favur l-Awtorita' sabiex tiggarantixxi t-tħaris tagħha mal- kondizzjonijiet tal-permess jew sabiex tiggarantixxi l-ħlas dwar id- danni li jistgħu jiġu kaġunati lill-ambjent jew lill-infrastruttura:\".", "Sur President, aħna fassalna din il-klawsola għax qed niltaqgħu ma' każi fejn waqt li jkun qed isir l-iżvilupp ma jkunux qed jiġu mħarsa r- regolamenti jew il-kondizzjonijiet li jkunu marbuta mal-ħruġ tal-permess, bil-konsegwenza li tkun qed issir xi forma ta' ħsara.", "Sfortunatament ġieli x-xogħol lanqas ikun jista' jiġi mwaqqaf għax il-permess ikun ħareġ u fl- istess ħin l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tkunx tista' tfittex lis-sid għad- danni.", "GĦalhekk hawn qed nagħtu l-fakulta' lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li jekk stess l-iżvilupp ikun diġa' beda u jkun wasal fi stadju intermedju ...", "Fi kliem ieħor, aħna qed ngħidu li issa jekk kemm-il darba jkun hemm rapporti mill-enforcement officers li xi ħadd ma jkunx qed jobdi r- regolamenti u l-kondizzjonijiet li jkollu mal-permess, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tkun tista' torbtu b'bank bond.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 35 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 15 - Substitution of section 35 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, klawsola 15 hija sostituzzjoni ta' artiklu 35 ta' l-Att prinċipali, liema artiklu jitratta dwar ir- reġistrazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-iżvilupp, kif ukoll dwar id- deċiżjonijiet li jittieħdu fuqhom.", "Fil-fatt din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Minflok l-artikolu 35 ta' l-Att prinċipali għandu jidħol dan li ġej:", "35.", "L-Awtorita' għandha żżomm, u tara li jkunu jistgħu jiġu spezzjonati mill-pubbliku f'dak iż-żmien raġonevoli li hi tistabbilixxi, reġistru jew reġistri:", "(a) ta' kull applikazzjoni għal permess għall-iżvilupp li tkun saritilha, li jkun fiha l-isem ta' min applika u dettalji tal-proposta inklużi dokumenti u pjanijiet; u", "(b) tad-deċiżjonijiet kollha inklużi dokumenti u pjanijiet li jkunu ttieħdu dwar dawk l-applikazzjonijiet:", "Iżda d-dokumenti u l-pjanijiet imsemmija qabel għandhom ikunu biss aċċessibbli lil dawk il-persuni li jkunu detenturi tal-warrant ta' arkitett u inġinier ċivili li jkunu jissodisfaw lill-Awtorita' bħala li għandhom interess bona fide li jarawhom.\".", "Sur President, sfortunatament din l-emenda ġiet miżinterpretata, ġiet imkabbra u ġiet spjegata kif deherlu kulħadd hu.", "L-iskop tagħna oriġinali kien li kull ċittadin ikollu d-dritt ikun jaf min applika għal żvilupp, xi żvilupp se jagħmel u anke x'inhuma l-kondizzjonijiet marbutin ma' dan l- iżvilupp, pero' mbagħad dehrilna li rridu nissalvagwardaw id-dritt tal- privatezza, fis-sens illi d-dettalji ta' dak li jkun qiegħed jiżviluppa m'għandhomx ikunu proprjeta' pubblika, ta' kull min hu kurjuż jew ta' kull min ikun għadu ħiereġ minn xi sitt xhur ħabs fuq akkuża ta' droga biex jara l-pjanta tad-dar li qed nibni lit-tifla tiegħi.", "Jien ma nħossx li hu sew li kull min ma jkollux x'jagħmel joqgħod imur jifli dawn il-pjanti minflok ma joqgħod bil-qiegħda fil-pjazza.", "(Interruzzjonijiet) Tiskanta kemm hawn min għandu gosti strambi, pero' din hi d-dinja!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, għal min jogħġbu jisma' jien qed nispjega x'kien il-motiv ta' din il-klawsola.", "Aħna qed ngħidu li filwaqt li d-dettalji ġenerali għandhom ikunu ppubblikati fil-gazzetti, imwaħħlin man-notice board u mniżżlin fir- reġistru ta' l-applikazzjonijiet ħalli jkunu aċċessibbli għal kulħadd, ċerti dettalji li jkollhom il-pjanti għandhom ikunu aċċessibbli biss għal min għandu raġuni valida li jarahom.", "Fil-fatt kien għalhekk li aħna pproponejna li l-professjonist jispezzjona ċerti pjanti hu, sabiex dawn il- pjanti jiġu mgħarbla minn nies li aħna nemmnu li huma responsabbli.", "Jekk wieħed ikollu verament l-interess li jara d-dettalji ta' dik il-pjanta minħabba li, per eżempju, jibża' li ssirlu xi ħsara fil-proprjeta' tiegħu, dan għandu jingħata d-dettalji neċessarja minn perit u għalhekk se nressaq din l-emenda :-", "\"Q\" L-artikolu 35 li hemm fil-klawsola 15 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) minflok il-kliem \"dokumenti u pjanijiet\" tal-paragrafi (a) u (b) tiegħu għandhom jidħlu l-kliem \"dokumenti u pjanti dettaljati\"; u", "(b) minflok il-proviso li hemm għandu jidħol il-proviso li ġej:", "\"Iżda l-pjanti dettaljati għandhom ikunu biss aċċessibbli lil dawk il-persuni li jkunu detenturi tal-warrant ta' arkitett u inġinier ċivili wara li jiddikjaraw bil-miktub l-interess tagħhom li jarawhom.\".", "\"Q\" Section 35 in clause 15 shall be amended as follows:", "(a) for the words \"documents and plans\" in paragraphs (a) and (b) thereof, there shall be substituted the words \"documents and detailed plans\"; and", "(b) for the proviso thereto there shall be substituted the following proviso:", "\"Provided that the detailed plans shall only be accessible to persons holding the warrant of architect and civil engineer upon a declaration in writing their interest to see the same.\".", "Sur President, jien nassumi li kull detentur ta' warrant għandu r- responsabbiltajiet tiegħu u għandu jkun immotivat sew meta jitlob biex jara ċerti pjanti.", "Peress li anke min ikun qed jagħmel żvilupp għandu d- drittijiet tiegħu, bħalma wieħed għandu dritt imur jara l-pjanti tiegħi, hekk ukoll jien għandi dritt inkun naf min mar jara l-pjanti li qed nagħmel jien.", "GĦalhekk aħna qed nipproponu emenda sabiex detentur ta' warrant jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub li hu qed jara t-tali pjanti għax, per eżempju, il-klijent tiegħu qed jibża' li bit-tali żvilupp se ssirlu xi forma ta' ħsara fl-appoġġ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, hawn qed jgħidlek li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha żżomm reġistru ta' kull applikazzjoni għal permess ta' żvilupp.", "Illum il-ġurnata sirna anke nippubblikaw l-appelli u l- applikazzjonijiet għal bdil ta' skemi li jsiru lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Jien qed nistaqsi jekk għandniex ninkludu li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar żżomm reġistru ta' applikazzjonijiet għal bdil ta' skemi u anke appelli minn rifjut ta' permessi.", "Nistaqsi wkoll jekk għandniex indaħħlu wkoll il-ħsieb li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iżżomm ukoll reġistru tad- deċiżjonijiet li jittieħdu fejn jidħlu bdil ta' skemi u rifjuti ta' permessi.", "Dan għalfejn qed ngħidu?", "Bdil ta' skema llum il-ġurnata hija xi ħaġa li jista' jkollha impatt pjuttost konsiderevoli.", "Bniedem jista' jkollu proprjeta' u jkun irid jara kif it-tali proprjeta' ġiet affetwata minn bdil ta' skema.", "Preżentement dan m'għandux fejn jagħmel hekk.", "Fil-każ ta' rifjut ta' permess, ħafna drabi jien ikolli appell u nkun nixtieq nara l-case law.", "F'każijiet simili min ikun irid jagħmel din it-tali riċerka m'għandu mkien fejn jista' jagħmilha.", "Din hija importanti.", "Jekk aħna verament nirrikonoxxu l-validita' tal-bord ta' l-appell għandna wkoll nibdew inżommu reġistru ta' l-appelli li jsiru u anke tad-deċiżjonijiet tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) M'huma ppubblikati xejn.", "Suppost li huma ppubblikati sa l-1993 iżda ħafna drabi ma ssibhom imkien.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, jekk jiġi perit għandi nista' nurih volumi ta' deċiżjonijiet.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Staqsi lir-rappreżentant tal-Kamra tal-Periti u jgħidlek hu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien għandi żewġ volumi legati.", "Jekk jiġu legati qed nassumi li jkunu ppubblikati.", "Jien għandi żewġ volumi tad-deċiżjonijiet kollha tal-bord ta' l-appell.", "Dawk li huma wara ċerta data għadhom m'humiex legati imma huma available.", "(Interruzzjonijiet) Il-periti ma jaqblu qatt bejniethom!", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sa ftit ilu jien kellimt lir-rappreżentant tal- Kamra tal-Periti fuq dan u qalli li bilkemm huma available.", "Sa l-1994 biss huma available.", "Jiġifieri li dawn ir-reġistri ma jkunux aġġornati tmur kontra kull ħsieb li jkollna dawn ir-reġistri.", "Pero' jien semmejt anke l- applikazzjonijiet għal bdil ta' skemi.", "Minn xi żmien ilu 'l hawn, l- applikazzjonijiet għal bdil ta' skemi saru jiġu ppubblikati fuq il- gazzetta.", "La qed nirrikonoxxu l-importanza ta' dawn l-applikazzjonijiet, naħseb huwa importanti li nibdew inżommu reġistru tagħhom.", "Nixtieq ngħid ħaġa fuq il-proviso għal subartiklu (b) fejn qed nirrestrinġu d-dritt tan-nies li jmorru jaraw il-pjanti.", "Jien naħseb li meta aħna se nillimitaw il-persuni li jistgħu jmorru jaraw il-pjanti qed nagħmlu inġustizzja ma' għaqdiet jew korpi oħrajn li jista' jkollhom interess li jaraw il-permessi.", "Per eżempju, ssemmew l-għaqdiet ambjentali.", "Dawn iħossu li huma kompetenti u awtorevoli biżżejjed li jiddeterminaw impatt ta' żvilupp fuq l-ambjent u xieraq li jinżamm id-dritt li dawn jaraw il-pjanti.", "Anke l-kunsilli lokali għandu jkollhom aċċess.", "Meta l- kunsilli lokali jirċievu notifika ta' xi żvilupp partikolari, dawk kulma jirċievu hija d-deskrizzjoni ta' l-applikazzjoni u s-site plan.", "Ma jirċevux pjanti.", "Dawn ma jistgħux jagħmlu sottomissjoni valida mingħajr ma jaraw il- pjanti.", "Jiġifieri dawn il-kunsill lokali bilfors se jkollhom jinkarigaw perit biex imur jaralhom il-pjanta.", "Qed nagħmlu proċedura pedantika fi struttura li suppost hija trasparenti għall-pubbliku.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Illum l-kunsilli lokali qed jagħtu flejjes kbar lill- periti.", "Hawn erba' periti li għandhom iktar minn erba', ħamsa jew sitt kunsilli lokali taħthom.", "Ma naħsibx li l-kunsilli se jitbesbsu billi jgħidu lill-perit biex imur jaralhom pjanta.", "Qed iġġibu d-dinja fit-tarf.", "Il- kunsilli lokali kollha għandhom perit magħhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: M'għandna l-ebda ħsieb noqogħdu nġibu d-dinja fit- tarf imma qegħdin nipprovaw inżommu l-partijiet li huma ta' importanza.", "Biex daħlet sistema ta' ċerta trasparenza kien hemm diffikultajiet pjuttost kbar.", "Hawnhekk hawn il-punt li bilfors trid tkun perit biex tmur tara l- pjanti.", "Fl-emenda kif proposta mill-Ministru, hemm ukoll li l-perit irid jiddikjara bil-miktub l-interess tiegħu li jara l-pjanti partikolari.", "L- ewwelnett naħseb li kull individwu għandu jkollu dritt imur jara dawn l- applikazzjonijiet, irrispettivament minn min qed jagħmel il-proġett.", "Żgur li għandna nħallu d-dritt li ċ-ċittadini kollha jistgħu jaraw kif jistgħu jintlaqtu mill-applikazzjonijiet li jipproponi l-gvern, sakemm m'aħniex se nerġgħu ndaħħlu lura s-sistema fejn il-gvern ma japplikax.", "Irridu nagħtu d-dritt lil kull individwu li jressaq il-messaġġ tiegħu.", "Kif nistgħu nippretendu li ċ-ċittadin joqgħod imur għand il-perit biex jagħmillu l-oġġezzjoni?", "Dan jgħodd iktar u iktar għax jien konvint - u dan ngħidu b'ċerta enfasi - li l-emenda li għaddejna iktar kmieni, tas-sebat ijiem, se tkun użata l-ħin kollu mill-gvern minħabba proġetti ta' urġenza.", "Kull individwu għandu jkollu dritt li jara kull applikazzjoni, kull pjanta u kull sottomissjoni, b'mod partikolari fejn jidħlu proġetti tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, inti dejjem tassumi rieda tajba assoluta li l-gvern ikollu r-rigi tiegħu ta' kejl.", "Jekk il-Gvern ikejjel bir-riga tat-trasparenza, din l-emenda ma tgħaddix.", "Dak li llum huwa aċċessibbli għal kulħadd mhux se jibqa' aċċessibbli għal kulħadd.", "Jekk se nkejlu bir-riga ta' l-effiċjenza, biex niffaċilitaw ukoll id-dritt taċ- ċittadin li jkollu aċċess għal dawn id-dokumenti, anke b'dik ir-riga din l- emenda tfalli kompletament.", "Jien naħseb li rridu nħarsu wkoll lejn l- emenda fid-dawl ta' emendi oħra li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Aktar kmieni kien limitat id-dritt taċ-ċittadin li jagħmel oġġezzjoni - għax illimitajna t-terminu li fih persuna tista' tagħmel oġġezzjoni - u issa qed ngħidu wkoll li biex tagħmel l-oġġezzjoni trid tmur għand perit;. imbagħad il-perit irid imur l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jiffirma dikjarazzjoni u xi ħadd irid jaċċetta dik id-dikjarazzjoni bħala valida; imbagħad il-perit jara l-pjanti u nassumi li jkollu wkoll l-inkarigu biex jagħmel l-oġġezzjoni.", "Mela li aħna nistultifikaw b'mod assolut id-dritt tal-persuna ordinarja li tara l-proċess ta' l-ippjanar kif qed jolqotha u li jkollha l-faċilita' li mingħajr l-għajnuna ta' perit tagħmel l- oġġezzjoni, dan id-dritt qed jiġi limitat.", "Bħala prinċipju din l-emenda hija oġġezzjonabbli ħafna min-naħa tagħna.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien nixtieq li l-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra iqum hawnhekk u jaċċerta lill-Kamra li kull ċittadin li fi żmienu ried imur l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jara pjanta u biex jara development plans ta' kull min ried, ħallewh jidħol.", "(Interruzzjonijiet) Mhux il-paroli biss imma rridu ngħidu l-fatti.", "Mhux drittijiet fuq il-karta.", "(Interruzzjonijiet) Qum u agħmel dikjarazzjoni li daħħlu lil kull ċittadin.", "Qum u agħmel din id-dikjarazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Mr Chairman, jien niskanta meta nisma' kollegi periti jitkellmu hekk fuq kif kienet taħdem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Qishom dawn il-periti qatt ma resqu lejn l-uffiċċji ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar!", "Jien kont nibgħat ħafna klijenti biex jiċċekkjaw permess.", "Lil dawn qatt ma daħħluhom u dejjem bagħtuhom lura.", "Kienu jgħidulhom li jekk mhux se jiġi l-perit, lanqas biss se jkellmuhom jew se juruhom il-pjanti.", "Għiduli min kien jidħol għand l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Lanqas aħna l-periti ma konna nidħlu.", "Kont tmur, jilqgħuk tal- Group 4, trid tiffirmalhom u jagħtuk il-badge.", "Tkun għadek kemm iffirmajtlu u wara kwarta jerġa' jistaqsik min int. Ġieli dħalt tliet darbiet u tajtu tliet ismijiet differenti!", "Lanqas il-periti ma kienu jidħlu hemmhekk, aħseb u ara kemm kien jidħol il-pubbliku!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kontra dak li qal il-Ministru George Vella f'diversi stadji, ma kelli l-ebda idejn twal fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-garanzija li jiena nista' nagħti lil din il-Kamra hi x'tgħid il-liġi.", "Il- liġi, kif inhi sal-lum, tipprovdi għal aċċess totali għal kull min irid imur jara kulma jixtieq.", "Biss jiddispjaċini li hawn membri min-naħa tal- Gvern li qed jikkontradixxu lilhom infushom.", "L-Onor.", "Karmenu Vella, biex jispjegalna kemm ma kenux jitħallew jidħlu nies, qalilna li hu ġieli daħal taħt tliet ismijiet differenti.", "Jekk l- Onor. Vella għex dik il-kontradizzjoni, qed jikkontradixxi lilu nnifsu.", "Jiena ma naħsibx li mar daqshekk ħażin ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar l- Onor. Karmenu Vella!", "Qed jgħidu li kien ħażin li ma tħalliex aċċess għaċ-ċittadin li jara l- pjanti u issa jiġu hawn b'emenda fil-liġi biex dan l-aċċess jinqata' kompletament!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Debono Grech.", "Jekk jogħġbok, kun to the point.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Mr Chairman, fuq l-emenda se nitkellem għalkemm ħaddieħor ma tkellimx fuq l- emenda.", "Lili jdejjaqni l-kliem fil-vojt u se ngħid għaliex.", "Issa kulħadd qed jiġi jilgħabha tal-qaddis.", "In-naħa l-oħra min jaf kemm qalu kontra l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u issa f'daqqa waħda kulħadd irid jiġi jagħmilha tal-qaddis, jipproteġi liċ-ċittadin.", "Kemm ilha teżisti l- Awtorita' ta' l-Ippjanar ħadd ma pproteġih liċ-ċittadin.", "Staqsi lil dawk in-nies u l-għarajjes li ilhom jistennew il-permessi.", "Issa jiġi l-Onor.", "Zammit Dimech u jrid jara li ċ-ċittadin jitħalla jmur jara l-permessi!", "Lanqas ħadd ma kien jidħol hemm ġew.", "U kien hemm min-naħa l-oħra min garr u qalilna li din kissrithom fl-elezzjoni u qalilna wkoll biex noqogħdu attenti għax għad tkisser lilna.", "Lilna mhux se tkissirna l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "THE CHAIRMAN: Jidhirli li klawsola 15 ġiet eżawrita.", "Se npoġġi l- mistoqsija fuq l-emenda kif imressqa mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"Q\" għaddiet.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Billi ntalbet votazzjoni din tittieħed fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol skond il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, nitlob li mmorru lura għal klawsola 13 għax għandi l-emenda lesta.", "Klawsola 13 - Emenda ta' l-artikolu 33 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 13 - Amendment of section 33 of the principal Act.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, għal klawsola 13 nipproponi din l- emenda:", "\"R\" Fil-proviso tas-subartikolu (1) fil-paragrafu (a) tal-klawsola 13, minflok il-kliem \"jeddijiet akkwiżiti.\" għandhom jidħlu l-kliem \"jeddijiet akkwiżiti li jirriżultaw minn permess ta' żvilupp validu.\".", "\"R\" In the proviso of subsection (1) in paragraph (a) of clause 13, for the words \"acquired rights.\" there shall be substituted the words \"acquired rights arising from a valid development permit.\".", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, nitlob il-permess sabiex nirtira l- Emenda \"P\".", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex l-Emenda \"P\" li ressaq aktar kmieni l-Onor.", "Zammit Dimech tiġi rtirata?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-Emenda \"P\" ġiet irtirata.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- ewwel emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"O\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija t-tieni emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"R\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 13, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Emenda ta' l-artikolu 36 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 16 - Amendment of section 36 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, klawsola 16 temenda artiklu 36 ta' l- Att prinċipali.", "Hawnhekk hawn il-konċett taż-żieda fiż-żmien li fih l- Awtorita' ta' l-Ippjanar hija mistennija tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni.", "GĦandna anke l-konċett il-ġdid illi jekk kemm-il darba l- awtorita' ma tikkomunikax ma' l-individwu fi żmien stipulat jiġi meqjus illi l-permess huwa approvat.", "Sur President, għandi emenda oħra ħalli nikkwalifikaw eżatt x'inhu l- ħsieb wara dan li qegħdin nagħmlu.", "\"S\" Is-subartikoli (1) u (2) ta' l-artikolu 36 ta' l-Att prinċipali għandhom jiġu sostitwiti bis-subartikoli li ġejjin:", "\"(1) L-Awtorita' għandha tieħu deċiżjoni dwar kull applikazzjoni għal żvilupp proposta f'konfini ta' skema dwar provvedimenti temporanji jew żvilupp dwar konfini hekk kif indikat fi pjan lokali approvat, mhux aktar tard minn tnax-il ġimgħa wara li tkun validat l-applikazzjoni u, jekk tonqos milli tagħmel hekk, għandu jitqies li jkun ingħata permess dejjem jekk l-applikazzjoni tikkonforma mal-policies approvati:", "Iżda l-Awtorita' tista' ttawwal dak iż-żmien bi żmien addizzjonali ta' sitta u għoxrin ġimgħa billi timposta ittra reġistrata lill-applikant fejn tagħti r-raġunijiet, imsejsa fuq konsiderazzjonijiet ta' pjanar, għal dik l-estensjoni.", "(2) L-Awtorita' għandha tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni li ma taqax taħt is-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu mhux aktar tard minn sitta u għoxrin ġimgħa wara li tkun validat l-applikazzjoni:", "Iżda l-Awtorita' tista' ttawwal iż-żmien imsemmi bi żmien addizzjonali ta' sitta u għoxrin ġimgħa billi timposta ittra reġistrata lill- applikant fejn tagħti r-raġunijiet, imsejsa fuq konsiderazzjonijiet ta' pjanar, għal dik l-estensjoni.", "(3) Minkejja d-dispożizzjonijiet fuq imsemmija ta' dan l-artikolu, fejn l-Awtorita', fiż-żmien imsemmi ta' tnax-il ġimgħa jew ta' sitta u għoxrin ġimgħa, skond kif ikun il-każ, tkun għarrfet lill-applikant li l-applikazzjoni teħtieġ jew titlob studju dwar l-impatt ambjentali jew dikjarazzjoni ta' l-ippjanar ambjentali, kemm taħt l-Att dwar il- Ħarsien ta' l-Ambjent, 1991, jew minħabba xi konsiderazzjoni oħra, jew fejn dikjarazzjoni dwar l-impatt fuq it-traffiku jew fejn studju dwar l-impatt fuq it-traffiku hu meħtieġ, jew fejn l-Awtorita' teħtieġ konsultazzjoni ma' dipartimenti jew aġenziji governattivi, il-perijodu meħud biex jiġi sottomess studju jew dikjarazzjoni aċċettabbli mill- applikant jew risposta mid-dipartimenti jew aġenziji governattivi, skond il-każ, m'għandux jitqies bħala parti mill-perijodu imsemmi ta' tnax jew sitta u għoxrin ġimgħa imsemmija fis-subartikolu (1) jew (2) ta' dan l-artikolu.", "(4) Dipartimenti jew aġenziji governattivi għandhom jirrispondu bil- miktub lill-Awtorita' mhux aktar tard minn erba' ġimgħat mid-data li jirċievu t-talba mill-Awtorita'.", "Jekk jonqsu milli jagħmlu dan, id- dipartimenti jew aġenziji governattivi għandhom jitqiesu li ma joġġezzjonawx għal tali applikazzjoni.", "(5) Iżda wkoll fil-każijiet kollha ż-żmien meħtieġ biex l-applikant jissottometti pjanti emendati, tagħrif ġdid jew raġunijiet għalfejn l- applikazzjoni ma għandhiex tiġi miċħuda, m'għandhomx jiġu miftiehma bħala li jagħmlu parti miż-żmien fuq imsemmi ta' tnax-il ġimgħa jew ta' sitta u għoxrin ġimgħa.\".", "\"S\" For subsections (1) and (2) of section 36 of the principal Act, there shall be substituted the following subsections:", "\"(1) The Authority shall take a decision on any application for development proposed within a temporary provisions scheme boundary or a development boundary as indicated in an approved local plan not later than twelve weeks after it has validated the application and, in default, permission shall be deemed to have been granted provided that the application conforms with approved policies:", "Provided that the Authority may extend the said period by an additional period of twenty-six weeks by posting a registered letter to the applicant giving the reasons, based on planning issues, for such an extension.", "(2) The Authority shall take a decision on an application not falling under subsection (1) of this section not later than twenty-six weeks after it has validated the application:", "Provided that the Authority may extend the said period by an additional period of twenty-six weeks by posting a registered letter to the applicant giving the reasons, based on planning issues, for such an extension.", "(3) Notwithstanding the foregoing provisions of this section, where the Authority, within the said period of twelve weeks or of twenty-six weeks, as the case may be, has informed the applicant that the application requires or calls for a full environmental impact assessment or an environment planning statement, whether under the Environment Protection Act 1991, or because of any other consideration, or where a traffic impact statement is required, or where the Authority requires consultation with government departments or agencies, the period taken for the submission of an acceptable assessment or statement by applicant or response by government departments or agencies, as the case may be, shall not be taken into consideration for the purpose of the twelve weeks or twenty-six weeks mentioned in subsection (1) or (2) of this section.", "(4) Government departments or agencies shall respond in writing to the Authority not later than four weeks from date of receipt of request by the Authority.", "In default, such government departments or agencies shall be deemed not to object to such application.", "(5) In all cases moreover, the period required for the applicant to submit amended plans, new information or reasons why the application should not be refused, shall not be construed as forming part of the said periods of twelve weeks or of twenty-six weeks aforesaid.\".", "Sur President, nista' nikkonferma li din li għadni kemm qrajt hija l- aħħar verzjoni ta' l-emenda ta' artiklu 36 li għaddielna ic-chief executive ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Din saret biex inkunu ċari ħalli żgur ma jkunx hemm lok għall-ebda misinterpretazzjoni.", "Mr Chairman, jiena hawnhekk qed nara spjegazzjoni ċara tal-konċetti li tkellimna fuqhom li anke ġew amplifikati fit-Tieni Qari.", "Qed inkunu fair ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u aktar u aktar maċ-ċittadin.", "Aħna nemmnu li ċ-ċittadin għandu jkollu time frame li fih ikun jaf bid- deċiżjoni.", "Iċ-ċittadin irid ikun jaf fejn qiegħed biex ma jibqgħux isiru l- akkużi li applikazzjoni tintefa' fil-bir tas-skieken u wara li jgħaddu tmien ġimgħat tirċievi karta stencilled biex tagħtihom approval ħalli jkomplu jtawlu aktar għax f'ċirkostanzi bħal dawn l-applikant jew jispiċċa jmur fl-appell biex jikkontesta dik id-deċiżjoni jew inkella jekk jaċċetta jkun at the mercy ta' min se jiddeċiedi, li jiddeċiedi meta jidhirlu hu.", "Qed inpoġġu l-onus fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u fuq id-dipartimenti tal- gvern ukoll.", "Kienet tajba li anke lid-dipartimenti tal-gvern nagħtuhom perijodu limitat biex jirrispondu.", "Ħafna drabi nwaħħlu fid-dipartimenti tal- gvern li ma jirrispondux.", "Hawn qegħdin indaħħlu wkoll il-konċett li hemm bżonn li jkun hemm effiċjenza u accountability.", "L-individwu jkun jaf jekk l- applikazzjoni tiegħu tkunx marret u waħlet f'xi dipartiment parikolari tal- gvern.", "Dan huwa l-iskop ta' din l-emenda, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Ministru japprezza li bejn l- ewwel verzjoni ta' klawsola 16, kif tidher fl-abbozz ta' liġi, u din l- emenda li għadu kemm ressaq hawn baħar jaqsam.", "Dan li għandna issa jirrifletti ħafna mill-kritika li l-Oppożizzjoni għamlet b'mod speċifiku fuq il-perikli kbar li kienu se jdaħħluna fihom.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, jekk tridu l-kredtu ħuduh!", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Niftakar li l-Oppożizzjoni fakkret kemm huwa perikoluż li jkollok terminu limitat li wara li tippreżumi l-ħruġ ta' permess - mhux ir-rifjut ta' permess - jekk f'dak it-terminu inti għandek riferenza għal xi dipartiment tal-gvern - u allura għandek mhux biss case officers li jistgħu jorqdu fuq file imma anke uffiċjali f'dipartimenti ....", "Tkellimna dwar id-diffikulta' biex tirregola ż-żmien li applikazzjoni tista' ddum minħabba riferenza lil xi dipartiment tal-gvern u issa permezz ta' din l-emenda dan il-periklu qed jitwarrab.", "Naturalment jista' jkun hemm konsiderazzjonijiet oħra li jdewmuk biex tieħu deċiżjoni fuq applikazzjoni partikolari u għalhekk jagħmel sens li ġie introdott dak li in planning terms jissejjaħ iċ-chess clock.", "Jiġifieri naturalment wieħed bilfors iħares lejn klawsola 16, kif issa ppreżentata mill-ġdida - mhux biss hija differenti b'mod radikali mill- abbozz ta' liġi oriġinali imma anke differenti ħafna mill-ewwel emenda li l- Gvern kien beħsiebu jressaq u li tagħha kien avvanzalna kopja - fejn qegħdin niddefinixxu parametri preċiżi ta' meta jkun hemm il-preżunzjoni li permess ikun ingħata.", "Biex dawn il-parametri u allura l-aspett pożittiv tal-klawsola kif miktuba issa jkun enfasizzat iktar, naħseb li huwa tajjeb li nkopru żewġ aspetti oħrajn u se nressaq emenda għalihom, fis-sens li l-applikazzjoni mhux biss trid tkun għar-rigward ta' art li qiegħda fl-iskema jew fil- konfini ta' żvilupp fejn inti tista' tibni skond il-policies relevanti - jiġifieri l-għadd ta' sulari jew it-tip ta' żvilupp li għandu jsir f'dik l- area - imma naħseb li għandna nkopru wkoll il-fatt li inti għandek bini li jkun ġie skedat.", "Issa tista' targumenta li dak teknikament ħareġ mill- iskema imma ħafna drabi din id-distinzjoni ma tkunx ċara għax jista' jkun ġie skedat u l-konfini jibqgħu dawk li kienu u allura naħseb li rridu nkopru dak l-aspett ukoll.", "Naħseb li rridu nkopru wkoll il-konċett ta' urban conservation areas għaliex jekk tagħti l-permess preżunt li ħareġ anke f'urban conservation areas, naħseb li l-periklu ma nkunux eliminajnih għal kollox.", "Mr Chairman, għalhekk b'addizzjoni għall-emenda għal klawsola 16, kif ippreżentata mill-ġdid mill-Viċi Prim Ministru, nipproponi din l-emenda:", "\"T\" Minnufih wara l-kliem \"tikkonforma mal-policies approvati\" fis- subartikolu (1) ta' l-artikolu 36 kif se jiġi emendat, għandu jidħol dan il-kliem \"u ma tkunx tirriferi għal proprjeta' skedata jew żvilupp ġewwa area ta' konservazzjoni urbana\".", "\"T\" Immediately after the words \"conforms with approved policies\" in subsection (1) of section 36 as is being amended, there shall be inserted \"and does not refer to a scheduled property, or to a development within an urban conservation area\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-punti li ssemmew huma l-istess bħalma ridt nagħmel jien pero' hemm punt li fl-opinjoni tiegħi huwa ferm importanti, anke fil-linja ma' dak li ntqal diversi drabi min-naħa tal- Gvern, kemm illum u anke drabi oħra.", "Il-punti kollha li ssemmew dwar il- perijodu ta' żmien jistgħu jiġu mxejna jekk kemm-il darba l-kelma \"validat\" li hemm fl-abbozz ta' liġi tibqa' kif inhi.", "It-12 jew is-26 ġimgħa, skond kif ikun il-każ, jibdew jgħoddu mill-ġurnata tal-validation.", "Kien hemm diversi kontroversji dwar il-perijodu ta' kemm iddum biex tiġi validata applikazzjoni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk tippermettili ngħidlek li, fil-proċess tad- diskussjonijiet li kien hemm, sar qbil ukoll dwar meta u f'liema stadju tiġi validata kull applikazzjoni.", "Il-proċedura li ġejna kkritikati li ġiet ippubblikata mal-GDO hija l-proċedura li trid tiġi segwita u kien hemm qbil li meta perit imur biex jiddepożita applikazzjoni, hemm iċ-check list u jekk kemm-il darba r-receiving officer ikun sodisfatt li applikazzjoni għandha r-rekwiżiti kollha skond dik iċ-check list, dik l-applikazzjoni tiġi aċċettata u validita' as from then.", "Jekk ma jkollux kollox, jibagħtu lura biex iġibhom.", "Fil-każ ta' proġetti iktar kbar, bħal mixed developments u affarijiet simili, ovvjament iħalli l-karti hemmhekk u mbagħad within a week irid ikollu validazzjoni għaliex ikunu ċċekjawlu d- dokumenti kollha li jkollu bżonn għal biex jiddepożita dik l-applikazzjoni u tibda tgħodd il-validazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dik m'hijiex problema.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dwar dik diġa' kien hemm qbil.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, bħal sħabi hawnhekk nixtieq nesprimi li aħna in grosso modo qegħdin naqblu ma' din l-emenda, partikolarment jekk l-emenda li ressaq l-Onor.", "Francis Zammit Dimech tiġi aċċettata.", "Jien nixtieq niġbed l-attenzjoni għal subklawsola (5) ta' klawsola 16 kif qed tiġi emendata, fejn daħal iċ-chess clock principle għal meta applikant ikun mitklub jissottometti pjanti emendati.", "Il-perijodu meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun qed tistenna sabiex pjanti emendati jaslu għandha ma jkunx jgħodd bħala parti mill-perijodu ta' 12-il ġimgħa.", "Mr Chairman, nispera li din is-subklawsola ma tiġix abbużata għax fil-fehma tiegħi - naħseb li l-periti li hawn fil-Kamra jaqblu miegħi - din tista' tiġi abbużata u se nispejga kif.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid li dan il- prinċipju jista' jiġi abbużat meta perit jintalab jissottometti pjanti emendati piecemeal.", "Jiġifieri l-ewwel jgħidulu biex jirrivedi l-pjanti għax għandu għoli mhux kif suppost, imbagħad wara xi ġimgħa jgħidulu biex jibgħat il-pjanti u jidentifika l-colour scheme u nispiċċaw biex kull darba ntawlu ż-żmien.", "Jien naħseb li l-intenzjoni oriġinali ta' l-istreamlining tista' tiġi abbużata għax minflok ma nitolbu sottomissjoni darba ta' pjanti emendati noqogħdu nitolbuhom piecemeal.", "Jien ma naħsibx li din hija l- intenzjoni tagħna hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Napprezza li huwa diffiċli biex nemendawha imma qed niġbidlek l-attenzjoni biex toqgħod attent ħalli dan il-prinċipju ma jkunx abbużat.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, jien nappella lill-kollega tiegħi biex ikun hemm daqsxejn konsistenza għaliex filli qegħdin ngħidu li ma nħallux 12-il ġimgħa blokk imma ż-żmien li jkun hemm bżonn biex isiru ċerti aġġustamenti...", "(Interruzzjonijiet) Jekk kemm-il darba fid- diskussjonijiet mal-perit jirriżulta li għandu bżonn imur back to the drawing board biex jagħmel xi emendi, naħseb li it's only fair li l-arloġġ jieqaf sakemm il-perit jerġa' lura.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk in-naħa l-oħra trid li l-arloġġ jibqa' għaddej, dik ħaġa oħra!", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien għandi każi fejn joqogħdu jitolbuk sottomissjonijiet ġodda piecemeal.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Onor. Mugliett, jien naqbel miegħek u hawnhekk qed tkompli tikkonferma dak li ntqal min-naħa l-oħra dwar abbużi li jistgħu jsiru.", "Imma għalfejn qed nitkellmu dwar li jkollna xi ħadd direttament responsabbli għall-amministrazzjoni?", "Malli inti jew direttament jew through ir-rappreżentant tiegħek twassal għand il-users committee l-ilment li qed isir dan l-abbuż, se mmorru dirett għand id-direttur ta' l- amministrazzjoni u t-twettiq tal-proċedura u ngħidulu: Isma', sieħeb taf x'qed isir hemmhekk!", "Dan huwa l-makkinarju li rridu nibdew inħaddmu.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed ngħid bl-ebda mod li f'daqqa waħda dan se jrabbi l-ġwienaħ, jagħmel ir-raġġiera u jsir anġlu.", "Dażgur li le!", "Tagħmel x'tagħmel fil-liġi dejjem se jibqa' l-lok ta' abbuż.", "Aħna qed nipprovaw kemm jista' jkun nikkontjenu l-possibbiltajiet, naqtgħu ċ-ċans ta' l-abbuż u nisperaw li kulħadd jifhem li qiegħed hemmhekk biex jaqdi liċ- ċittadin u lill-poplu.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, fuq l-emenda ta' l-Onor.", "Zammit Dimech jien mort nikkonsulta ma' l-esperti u m'humiex jifhmu l-bżonn that we point out scheduled property jew inkella l-iżvilupp li qiegħed f'urban conservation area.", "Jien nifhem li qegħdin ngħidu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija obbligata li tirrispondi within 12 weeks, hu x'inhu l-każ, għax il-mument li nibdew nispeċifikaw nibdew sensiela li ma tispiċċa qatt.", "Jiġifieri jien ma nistax neskludi dak li huwa scheduled u dak li huwa f'urban conservation area għax jista' jkun hemm affarijiet li la huma f'scheduled area, la huma scheduled u lanqas huma f'urban conservation area imma jkunu sensittivi daqshom jew inkella iktar minnhom.", "Jien kont inħalliha miftuħa biex lill- Planning Authority, li qegħdin ngħidu li rridu nagħmluha effiċjenti ngħidulha: Isma', inti m'għandekx isserraħ rasek għaliex dak huwa f'scheduled area jew urban conservation area.", "Int għandek applikazzjoni u tajjeb jew ħażin fi żmien 12 jew 26 ġimgħa, skond il-każ, trid tikkommetti ruħek u tikkomunika ma' l-individwu fejn jew tgħidlu li se tagħtih permess, jew tgħidlu li se tirrifjuta l-permess, jew inkella tgħidlu li għal raġunijiet ta' ippjanar irid itawwal iż-żmien tal-permess.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, il-Ministru jifhem li ladarba qed nintroduċu konċett radikali ħafna fl-ippjanar - jien insostni li f'liġijiet oħra dan il-konċett li daħħalna fi klawsola 16 m'hemmx bħalu, imma jekk stess hemm nixtieq li naraw dan il-konċett imdaħħal f'liġijiet oħra kif qegħdin fl-istadju ta' Kumitat - din trid tkun limitata f'parametri stretti.", "Fil-fatt il-Ministru stess qal li jekk l- applikazzjoni qiegħda fi ħdan skema ta' żvilupp, skond policies approvati, il-permess ikun mogħti wara 12-il ġimgħa, liema perijodu mbagħad jista' jiġi estiż għal 26 ġimgħa.", "Jiġifieri hawnhekk il-Ministru fehem li dan il- konċett tant huwa radikali li fejn japplika trid tirristrinġi b'mod raġonevoli.", "L-Oppożizzjoni li studjat dan l-abbozz ta' liġi fid-dettall, identifikat żewġ konċetti li huma sensittivi oġġettivament u by definition; wieħed minnhom jirrigwarda bini skedat li suppost għandu l-ogħla livell ta' protezzjoni.", "Jekk dan ikun jaqa' taħt category A tista' lanqas tmissu.", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk xi ħadd japplika biex jiżviluppa bini skedat, wara 12-il ġimgħa ...", "(Interruzzjonijiet) Ministru, aħna qed nitkellmu fuq il-konċett ta' permess preżunt maħruġ.", "Issa aħna rridu li din il-preżunzjoni tkun teżisti jekk xi ħadd japplika fuq bini skedat?", "Lili l-loġika tgħidli biex nippreżumi l-maqlub.", "Onor. Vella, s'issa f'Malta ppreżumejna l-maqlub għal kollox pero' llum inti qed tgħid li għandna nillimitaw il-preżunzjoni tal-permess approvat within scheme u within approved policies.", "Jien ngħidlek li bil-loġika taż-żewġ konċetti li int identifikajt korrettement, la tista' żżid il-każ ta' bini skedat multo magis u wisq inqas il-każijiet ta' applikazzjoni within urban conservation areas.", "B'hekk il-parametri tal-preżunzjoni ta' permess mogħti jaqa' awtomatikament.", "Jiġifieri jien jekk irrid nista' nagħmel applikazzjoni fuq urban conservation area u din taqa' awtomatikament taħt subparagrafu (2) ta' artiklu 36, kif propost fi klawsola 16.", "Min-naħa l-oħra f'subparagrafu (1) ta' artiklu 36, dejjem kif propost fi klawsola 16, li jitratta permess preżunt mogħti, ma jistax ikollok preżunzjoni bħal din fuq bini skedat imma se mai jrid ikollok preżunzjoni bil-maqlub.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien naħseb li l-klawsoli u l-emendi li pproponejt japplikaw għal kull tip ta' applikazzjoni, għal kull tip ta' bini u għal kull tip ta' żvilupp.", "Li nista' ngħid jien huwa li bil- liġijiet kollha, bl-emendi kollha u bis-suppost salvagwardji kollha, min ried iwaqqa' bini skedat ġo Birżebbuġa f'sagħtejn biex itella' blokk appartamenti waqqgħu u malajr instabu r-raġunijiet għal dan l-għemil!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"S\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Billi ntalbet votazzjoni din għandha tittieħed fil- ħin ta' l-interruzzjonijiet tax-xogħol skond il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Klawsola 17 - Emenda ta' l-artikolu 37 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 17 - Amendment of section 37 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, klawsola 17 qed temenda artiklu 37 ta' l- Att prinċipali.", "Permezz ta' din il-klawsola, iż-żmien li fih jista' jsir appell se jitwal b'jumejn, jiġifieri fejn qabel il-perijodu kien ta' 28 days from the receipt of the decision issa dan qed intawwluh bi 30 ġurnata.", "Pero' mbagħad qed ngħidu wkoll - dan qed nagħmluh biex lill-Planning Authority nagħtuha ċerta mbottatura - li:", "\"... meta l-Awtorita' tkun mitluba terġa' tqis id-deċiżjoni tagħha, u dik it-talba ssir fi żmien erbatax-il jum wara li l-applikant tkun waslitlu dik id-deċiżjoni, l-Awtorita' għandha tagħti risposta ddettaljata bil-posta reġistrata għal dik it-talba fi żmien tletin jum minn meta taslilha t-talba, u ż-żmien ta' tletin jum li fih jista' jsir appell għandu jibda għaddej mid-data minn meta tkun ġiet riċevuta r-risposta ta' l-Awtorita' għal dik it-talba.\".", "Kif qed taraw aħna dejjem qed nipprovaw nagħmlu time limits ħalli ma jkunx hemm open-ended provisions.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-proċedura sa llum hija li meta jkun hemm refusal wieħed jirċievi ittra biex jew jagħmel reconsideration jew inkella appell.", "Hawn ta' min jgħid li filwaqt li jekk wieħed jiddeċiedi li jagħmel reconsideration din irid jagħmilha fi żmien 14-il ġurnata, jekk wieħed ikun irid jagħmel appell dan irid jagħmlu fi żmien 30 ġurnata.", "Madanakollu subartiklu (2) ta' artiklu 37 kif propost fi klawsola 17, donnu qed jgħid li filwaqt li wieħed għandu dritt jagħmel appell fi żmien 30 ġurnata, jekk dak l-appell jagħmlu fl-ewwel 14-il ġurnata ta' dak il-perijodu jitqies li dan qed jagħmel rikonsiderazzjoni tal-proġett.", "Dan ifisser li b'xi mod qed innaqqsu l-possibbilta' li wieħed jagħmel rikonsiderazzjoni u iktar tard appell.", "Jien ma nafx jekk kienx hemm qbil dwar dan mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar jew inkella mill-Kamra tal-Periti ONOR.", "GEORGE VELLA: Fuq dan kien hemm il-qbil ta' kulħadd.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Pero' din il-klawsola ġiet tinftiehem li jekk kemm-il darba wieħed jagħmel l-appell fl-ewwel 14-il ġurnata, dak jitqies bħala rikonsiderazzjoni u mbagħad irid jirċievi r-risposta għar-rikonsiderazzjoni fi żmien 30 ġurnata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imbagħad għandek dritt tagħmel l-appell fi żmien 30 ġurnata.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Kollox sew.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, hawn ta' min ifakkar li l-bord ta' l- appell għandu jappunta l-ewwel smigħ ta' l-appell fi żmien tliet xhur, jiġifieri din m'hijiex open-ended imma qed nerġgħu npoġġu time limit.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Ministru fakkarni f'kumment ieħor li nixtieq nagħmel.", "Filwaqt li jien nifhem l-ispirtu tal-mod kif qed titpoġġa din l- emenda, fl-istess ħin naħseb li lkoll naqblu li billi tappunta l-ewwel seduta fi żmien tliet xhur ma jfisser xejn għaliex jekk tappunta l-ewwel seduta għal żmien tliet xhur u mbagħad tiddiferixxiha għas-sena ta' wara ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma ma nistgħux nilleġislaw biex tittieħed deċiżjoni f'temp ta' siegħa!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk din ir-risposta ddettaljata li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid tagħti fi żmien 30 ġurnata wara li jkun sottomess request għal reconsideration, jibqgħux 30 ġurnata jekk min jissottometti dak ir-request ikun għamel request to be present.", "Lill-Ministru nixtieq nistaqsih ukoll jekk il-frażi \"detailed reply\" fil- proviso ta' subartiklu (2) ta' artiklu 37, kif propost fi klawsola 17, tfissirx deċiżjoni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għamilna minn kollox biex kemm jista' jkun dawk il-każi fejn ikun hemm request to be present jibdew jonqsu għax awtomatikament dawn itawlu l-proċeduri.", "Jekk is-sottomissjonijiet jistgħu jingħataw bil-miktub ikun aħjar għax b'hekk il-ġudikant diġa' jkollu kopja tagħhom u jkun jista' jaħseb u saħansitra jiddeċiedi kważi qabel ma tiġi appuntata l-kawża.", "Pero' ovvjament jekk kemm-il darba xi ħadd ikun irid jagħmel request to be present dan ikollu jidħol fil-queue tal-każi tar- requests to be present għar-raġuni li dawk jieħdu ħafna iktar ħin.", "Pero' hawnhekk m'aħna qed nagħmlu l-ebda distinzjoni bejn appell normali u appeal to be present sabiex l-appell ikun jista' jimxi iktar malajr.", "Kif qal l-Onor.", "Galea jista' jiġri li tiġi appuntata l-ewwel seduta għal żmien tliet xhur u mbagħad din tiġi differita għas-sena ta' wara, pero' min hu nkarigat mill-amministrazzjoni għandu jara x'jista' jagħmel ħalli dawn it-tip ta' abbużi - għax jien dawn abbużi nsejħilhom - ma jsirux.", "Għat-tieni mistoqsija, evidentement \"reply\" tfisser risposta u mhux deċiżjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien naħseb li l-frażi \"a detailed reply\" qed tirriferi għal deċiżjoni dwar ir-rikonsiderazzjoni għax hawnhekk qed ngħidu li jekk inti titlob reconsideration ta' deċiżjoni minflok ma tappella, it- 30 ġurnata jibdew jgħoddu minn meta tkun irċevejt ir-risposta ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dik it-talba.", "Issa jien nifhem li r-risposta ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija deċiżjoni f'dak is-sens.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma din tkun għadha suġġetta għall-appell.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien naħseb li minflok ma ngħidu \"l-Awtorita' għandha tagħti risposta ddettaljata bil-posta reġistrata\", aħjar ngħidu \"għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha\" għax inkella dan ma jkunx jagħmel sens.", "Meta qed ngħidu li f'każ ta' reconsideration it-30 ġurnata jibdew jgħoddu minn meta tirċievi risposta ddettaljata, ir-risposta ddettaljata tfisser deċiżjoni dwar ir-reconsideration.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tinsiex li f'dik li hi proċedura aħna ftehimna li l- perit - ovvjament f'isem il-klijent - dejjem se jkollu risposta ddettaljata li tagħtih ir-raġunijiet għaliex ittieħdet dik id-deċiżjoni, speċjalment jekk kemm-il darba din tkun deċiżjoni ta' refusal.", "GĦalhekk imbagħad il- perit jagħmel rikonsiderazzjoni biex jipprova jirribatti dawk l-argumenti u mbagħad jekk kemm-il darba din terġa' ma tiġix aċċettata jkollu dritt li jappella.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Tħassir ta' l-artikolu 40 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 18 - Repeal of section 40 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, permezz ta' din il-klawsola artiklu 40 qed jiġi mħassar.", "Ir-raġuni għal dan hija li jekk kemm-il darba bniedem ikun diġa' nħariġlu l-permess, artiklu 40 ma jkunx jagħmel sens.", "Pero' fl- istess ħin m'għandniex ninsew artiklu 45 li jgħid:", "\"(1) L-Awtorita' tista', meta' tqis il-pjanijiet ta' żvilupp u konsiderazzjonijiet oħra ta' sustanza, b'avviż notifikat lis-sid ta' xi art jew lil min jokkupa dik l-art, jeħtieġ li xi użu jew attivita', jew xogħolijiet jieqfu jew li xi bini, impjant, attrezzi jew ħaġa oħra hi x'inhi tiġi mneħħija minn art, jew jeħtieġ sew dak it-twaqqif kemm dik it-tneħħija.\".", "Jien nemmen li dawn għandhom ikunu każi eċċezzjonali u għalhekk hawn qed nitkellmu fuq l-acquired rights ta' ċittadin li tneħħielu xi permess.", "Din tista' tiġi wżata wkoll meta, per eżempju, xi ħadd jappella kontra xi permess li jkun ingħata lil xi ħadd - din irridu neħduha in konsiderazzjoni minħabba l-mod li bih ġiet interpretata l-liġi - u eventwalment dan jirbaħ l-appell.", "Imbagħad ġaladarba l-appell jintrebaħ u jiġi deċiż li dak il- permess m'huwiex validu jew għandu jiġi revokat, permezz ta' artiklu 45 il- Planning Authority jibqgħalha d-dritt li tagħmel dak li jkun mistenni minnha li tagħmel wara li jkun intrebaħ dak l-appell.", "Sur President, artiklu 40, li kien daqsxejn iebes, tneħħa minħabba li fl- opinjoni tiegħi seta' jagħti lok għal ċertu abbuż, biex ma ngħidx arroganza, għax għalkemm wieħed jingħata kumpens meta jitteħidlu l-permess ħafna drabi b'dan il-kumpens ma tkunx qed issir ġustizzja ma' wieħed li jkun itteħidlu dritt.", "La permess ikun diġa' nħareġ, dan għandu jibqa' validu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Emenda ta' l-artikolu 46 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 19 - Amendment of section 46 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għal klawsola 19 għandi din l-emenda:", "\"U\" Il-klawsola 19 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok il-paragrafu (a) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, minflok il-kliem \"biex tirregola l- konservazzjoni tagħhom.\" għandhom jidħlu l-kliem \"biex tirregola l- konservazzjoni tagħhom:\" u minnufih wara s-subartikolu msemmi għandu jiżdied il-proviso li ġej:", "\"Iżda mal-ħruġ ta' ordni ta' konservazzjoni s-sid ikollu l-jedd ta' aċċess minnufih f'kull ħin raġonevoli għal kull dokumentazzjoni ta' l- Awtorita' li tkun tirrigwarda dak l-ordni bil-għan li jiġu miflija r- riżultanzi u l-konsiderazzjonijiet relattivi u s-sid jista' jikkontesta dik id-deċiżjoni bil-miktub ma' l-Awtorita' fi żmien tletin jum mid-data meta l-ordni jiġi lilu notifikat jew jiġi pubblikat fil-Gazzetta.\";\";u", "(b) minflok il-paragrafu (c) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(c) minnufih wara s-subartikolu (7) tiegħu għandu jiżdied is- subartikolu (8) li ġej:", "\"(8) Sid ta' proprjeta' skedata għandu dritt jitlob rikonsiderazzjoni dwar kull skedar tal-proprjeta' tiegħu.", "Dik it- talba għandha ssir bil-miktub quddiem l-Awtorita' fi żmien tletin jum min-notifika jew mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta, liema jiġi l-aħħar, ta' l-iskedar, u l-Awtorita' għandha tiddeċiedi fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet it-talba għal rikonsiderazzjoni.\".\".", "\"U\" Clause 19 shall be amended as follows:", "(a) for paragraph (a) thereof there shall be substituted the following:", "\"(a) in subsection (1) thereof, for the words \"to regulate their conservation.\" there shall be substituted the words \"to regulate their conservation:\" and immediately thereafter there shall be added the following proviso:", "\"Provided that upon the issue of a conservation order the owner shall have the right to immediate access at reasonable times to all documentation of the Authority concerning the said order for the purpose of studying the relative findings and considerations and the owner may contest the said decision in writing with the Authority within thirty days from the date when the order is notified to him or is published in the Gazette.\";\"; and", "(b) for paragraph (c) thereof there shall be substituted the following:", "\"(c) immediately after subsection (7) thereof, there shall be added the following new subsection:", "\"(8) An owner of scheduled property has a right to demand the reconsideration of any scheduling of his property.", "Such demand shall be entered in writing with the Authority within thirty days of notification or publication in the Gazette, whichever is the later, of the scheduling and the Authority shall decide within three months of receipt by it of the demand for reconsideration.\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri:No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"U\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 19 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Emenda ta' l-artikolu 52 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 20 - Amendment of section 52 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sur President, klawsola 20, li qed temenda artiklu 52 ta' l-Att prinċipali, titratta dwar enforcement procedure.", "Kif għidt diġa', ma kienx hemm il-ħsieb li nitrattaw l-enforcement għalissa, pero' waqt li konna qed naħdmu fuq dan l-abbozz ta' liġi ħassejna li jkun utli li mmissu xi ftit dan is-suġġett f'dan l-istadju wkoll.", "Fil-fatt aħna emendajna artiklu 52 ta' l-Att prinċipali sabiex f'subartiklu (1) tiegħu minflok il-kliem \"għandha tinnotifika avviż\" jidħlu l-kliem \"għandha tinnotifika avviż ta' waqfien\" u minflok il-kliem \"li x-xogħol jieqaf minnufih\" jidħlu l-kliem \"li x-xogħol jieqaf minnufih.", "Jekk sid l-art ma jkunx magħruf mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-avviż ta' waqfien għandu jiġi notifikat lill-inkwilin.\"", "GĦalhekk hawn m'aħniex qed nitkellmu biss fuq enforcement notice imma fuq stop and enforcement notice.", "Sur President, imbagħad paragrafu (b) ta' klawsola 20 jgħid hekk:", "\"fit-test Ingliż tas-subartikolu (2) tiegħu, minflok il-kliem \"may also be served\" għandhom jidħlu l-kliem \"shall also be served\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 21 - Emenda ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 21 - Amendment of the First Schedule to the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, klawsola 21 qed temenda l-Ewwel Skeda li tittratta dwar il-provisions li għandhom x'jaqsmu ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Fil-fatt għal din il-klawsola għandi l-emenda li se naqra:", "\"V\" Minflok il-kliem \"Is-seduti ta' l-Awtorita' għandhom isiru bil-miftuħ u d-dispożizzjonijiet\" fil-paragrafu (a) tal-klawsola 21, għandhom jidħlu l-kliem \"Id-dispożizzjonijiet\".", "\"V\" For the words \"The hearings of the Authority shall be held in public and the provisions\" in paragraph (a) of clause 21, there shall be substituted the words \"The provisions\".", "Sur President, aħna qed nagħmlu din l-emenda sabiex dawk il-provvedimenti li japplikaw għall-proċeduri tad-DCC, liema proviżjonijiet jitrattaw dwar id-dritt tad-deliberazzjoni fil-magħluq, meta jkun hekk mitlub minn membru waqt l-ipproċessar tal-permessi, japplikaw ukoll fil-proċeduri ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fil-fatt ta' min jgħid li filwaqt li artiklu 3 ta' l-Ewwel Skeda jgħid:", "\"The meetings of the Authority shall be called either on his own initiative or at the request of any two members of the Authority; and the Authority shall also meet at such times as it may itself decide.\",", "artiklu 8 ta' l-istess skeda jgħid:", "\"Where the Authority performs functions normally delegated to the Development Control Commission, subsection (5) of section 13 of the Act shall apply to it as it applies to the Commission.\"", "GĦalhekk f'dan il-każ il-provvedimenti li għamilna f'Taqsima 13 qed napplikawhom ukoll għall-proċedura tal-Planning Authority.", "Sur President, barra minn hekk ta' min jgħid li dan l-abbozz ta' liġi qed jemenda wkoll artiklu 4 li jgħid hekk:", "\"The chairman, or the deputy chairman acting in his place, shall have an original vote, and where the votes are equally divided, a second or casting vote.\",", "billi minflok il-kliem \"vot ieħor jew casting vote.\" jidħlu l-kliem \"vot ieħor jew casting vote.", "Il-membri kollha ta' l-Awtorita' li jkunu preżenti fil-laqgħat tagħha għandhom jitfgħu l-vot tagħhom favur jew kontra mozzjoni li titressaq għall-votazzjoni.\".", "Sur President, aħna qed nagħmlu dan anke frott ta' l-esperjenza li għandna fil-Planning Authority, fis-sens li meta wieħed iqis li l- pożizzjoni tal-membri ta' l-Awtorita' hija kważi a judicial function minħabba li qegħdin hemmhekk biex jiddeċiedu għax m'huwiex aċċettat li jkollok astensjonijiet.", "M'huwiex fair li l-bord ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ma jeħux id-deċiżjoni tiegħu rigward xi applikazzjoni minħabba li xi membru jastjeni.", "Forsi hawn min jistaqsini: M'għandux dritt jastjeni membru?", "Membru għandu dritt jastjeni pero' jien naħseb li jekk dan il- membru jħossu tant indeċiż ikun jaqbel jekk ma jmurx għal-laqgħa milli jmur u ma jitfax il-vot.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax meta membru ma jitfax il- vot tiegħu, statistikament iktar tikber il-possibbilta' li l-voti jiġu ndaqs u mbagħad iċ-chairman ikollu jidentifika l-vot tiegħu billi jitfa' l- casting vote.", "GĦalhekk permezz ta' din l-emenda aħna qed ngħidu lill- membri ta' dan il-bord biex ikunu iktar responsabbli billi ġaladarba jisimgħu l-każ jivvotaw kontra jew favur u mhux jibqgħu in suspended animation.", "Dan bħal meta tmur quddiem qorti li jkollha tliet imħallfin u tnejn minnhom jastjenu u allura wieħed jispiċċa ma jkunx jaf fejn qiegħed.", "GĦalhekk l-iskop ta' din l-emenda huwa li l-membri tal-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jiddeċiedu one way or the other.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, jien naħseb li din l-emenda kienet meħtieġa għax qabel paragrafu (a) ta' l-Ewwel Skeda, kif proposta fi klawsola 21, kien jgħid li s-seduti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kollha se jkunu miftuħa għall-pubbliku, mentri jekk fhimt sew issa, permezz ta' din l-emenda, l-bord bħala regola se jibqa' jiltaqa' fil-magħluq ħlief meta jkun qed jiddiskuti kwestjonijiet ta' permessi għall-iżvilupp.", "Sur President, bħalma din in-naħa sostniet l-oppożizzjoni tagħha li d- deliberazzjonijiet tad-DCC isiru fil-magħluq fuq talba ta' persuna waħda mingħajr ma tagħti raġuni għal dan, hekk ukoll issostni l-oppożizzjoni tagħha għall-fatt li issa dan se jiġi applikat għall-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Aħna ma naqblux ma' din is-sistema għax id-deċiżjonijiet dwar permessi għall-bini jew għal żvilupp ieħor ikunu kontroversjali ħafna u ħafna drabi peress li ma jkunx hemm qbil totali mad-DCC din il-kwestjoni tiġi riferuta lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "GĦalhekk jekk stess wieħed jista' jiġġustifika l-fatt li fid-DCC id-deliberazzjonjiet isiru bil- magħluq, żgur li ma tistax issir l-istess ġustifikazzjoni għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment l-oġġezzjoni hija identika għal dik li semmejna meta konna qegħdin nitkellmu fuq id-DCC.", "L-oġġezzjoni hija n-natura trasparenti li għandu jkollha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Din kienet ukoll riflessa fil-fatt li l-laqgħat kollha tad-DCC u ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, fl-istadji kollha tagħhom, kienu aċċessibbli għall-pubbliku, inkluża l-fażi ta' deliberazzjonijiet.", "Jiena ngħid li l- fatt li waqt il-laqgħa taqbad u tgħid li l-membri ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għandhom jidħlu jiddeliberaw behind closed doors, huwa konċett oppost għal kull regola tat-trasparenza.", "Personalment fhimt ukoll li qiegħda ssir emenda għall-emenda sabiex jiġi enfasizzat dan il-punt mhux sabiex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tiltaqax fil-miftuħ - kif qal tajjeb l-Onor.", "Borg - imma biex żgur ma jkunx hemm kontradizzjoni bejn dak il-prinċipju u li d-deliberazzjonijiet jistgħu jsiru biss b'mod sigriet.", "GĦalhekk din l-emenda qiegħda tagħti d-dritt aktar riġidu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tingħalaq wara l-bibien magħluqa.", "Ngħid ukoll li dak li huwa oġġezzjonabbli għad-DCC huwa oġġezzjonabbli aktar u aktar għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex issa qegħdin nitkellmu dwar proġetti ta' entita' kbira.", "Anke jekk nimxu bil- guidelines kif ingħataw, aħna nifhmu li huma biss l-akbar proġetti li jmorru għall-konsiderazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Allura l- bżonn ta' trasparenza assoluta f'kull mument tal-proċedura quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar huwa wieħed assolut, u hija ħasra li ngħidu - għax ikun hemm pressjoni, theddid eċċ. - li se ndaħħlu l-konċett li l-laqgħat, jew parti minnhom, isiru wara bibien magħluqa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-insistenza li saret min-naħa tagħna dwar il-laqgħat tad-DCC tgħodd ukoll f'dan il-każ għall-istess raġunijiet li semmejna aktar kmieni.", "Fil-paragrafu (b) ta' din il-klawsola qiegħed jingħad li kull membru għandu d-dover li jivvota.", "Safejn naf jien, anke quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm il-possibbilta' li jittieħed vot sigriet.", "Allura kif se jiġi assigurat li ħadd mill-membri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jitfa' blank vote?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, ħadd ma jista' jġiegħel u lanqas ikun jaf min qed ifarfar mir-responsabilita' li jkollu li jkun ġentlom ma' sħabu u jagħmel dak li hu mistenni minnu fuq il-bord ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Kif konna qegħdin ngħidu aktar kmieni, hemmhekk tappunta nies li jkollok fiduċja fihom għax tkun taf li huma serji u integri.", "Aħna qegħdin nesprimu l-frott ta' l-esperjenza ta' x'kien jiġri meta ġieli kien hemm sitwazzjonijiet imbarazzanti minħabba li jkollok astensjonijiet.", "Il- kollega tiegħi, l-Onor.", "Tonio Borg, qed ibaxxi rasu għaliex qed jifhem x'qed ngħid pero' jiena ma rridx inkun xagħra f'ġisem iċ-chairman f'okkażjonijiet bħal dawn minħabba s-sitwazzjoni li ġibnih fiha, sempliċement għaliex jittieħdu ċerti stands.", "Aħna qegħdin ngħidu li jista' jiġri kollox.", "Meta membru jrid ikun malinn jista' jitolbok vot sigriet għax ikun miftiehem ma' xi tlieta oħra minn sħabu li jħalluh vojt, imma din imbagħad tirrifletti fuq il-membri tal-bord.", "Allaħares noqogħdu naħsbu li dawn in-nies huma daqshekk irresponsabbli li jagħmlu dawn l-affarijiet, pero' min-naħa l-oħra dan m'huwiex xi ksur tal-liġi li għandu xi piena, xi multa jew xi priġunerija.", "Hawnhekk qegħdin nappellaw biex it-tmexxija ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tkun aktar smooth u jien nippretendi li meta qegħdin nuru x-xewqa li l-affarijiet jimxu b'dan il-mod, dan għandu jiġi osservat.", "Issa, jekk kemm-il darba dan ma jiġix osservat, wieħed ikollu jaħseb f'miżuri jew f'sistemi oħrajn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"V\" kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol skond il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Klawsola 22 - Dispożizzjonijiet transitorji.", "Clause 22 - Transitory provisions.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, għall-klawsola 22 għandi żewġ emendi :", "\"W\" Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 22, minflok il-kliem \"kif emendat b'dan l-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"kif emendat b'dan l-Att u fejn dawn l-appelli ġew appuntati għas-smigħ jew differiti għal xi data partikolari mill-istess Bord kif imwaqqaf qabel huma għandhom jibqgħu hekk appuntati jew differiti mill-Bord kif issa mwaqqaf\".", "\"W\" In subclause (1) of clause 22, for the words \"as amended by this Act\" there shall be substituted the words \"as amended by this Act and where such appeals have been appointed or put off for any particular date by the said Board as previously constituted they shall remain so appointed or put off by the Board as now constituted.\"; u", "\"X\" Minnufih wara s-subklawsola (2) tal-klawsola 22 għandha tidħol din is- subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(3) Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l- artikolu, dawk il-persuni li minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta' dan l- Att ikunu membri tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar għandhom jibqgħu fil-kariga għal żmien tliet xhur mill-bidu fis-seħħ ta' dan l- Att u wara li jgħaddi dak iż-żmien in-nomina tagħhom ma tibqax fis- seħħ iżda jkunu jistgħu jerġgħu jiġu nominati mill-ġdid skond u għal dak iż-żmien provdut bid-dispożizzjonijiet ta' l-Att prinċipali kif emendat b'dan l-Att.\".", "\"X\" Immediately after subclause (2) of clause 22 there shall be added the following new subclause:", "\"(3) Without prejudice to the provisions of subsection (1) of this section, those persons who immediately before the coming into force of this Act and members of the Planning Appeals Board shall continue to hold office for a period of three months from the coming into force of this Act after which period their appointment shall lapse but they may be reappointed in accordance with and for such period as provided by the provisions of the principal Act as amended by this Act.\".", "Din għamilniha biex ikun hemm provvediment ħalli nagħtu ż-żmien lin-nies li qegħdin fuq il-bord li jaqtgħu s-sentenzi li għandhom, kif qed jgħid l- Onor. Borg.", "Din għamilniha wkoll minħabba l-kontinwita' għaliex ġibduli l- attenzjoni li sakemm tiġi fis-seħħ din il-liġi se jkun spiċċalhom it- terminu tagħhom u allura rridu se jibqgħu hemmhekk tliet xhur oħra biex sa dak iż-żmien jew jgħidulhom li spiċċaw jew jerġgħu jiġu appuntati.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, jien nifhem li r-rimarka li għamilna qabel, cioe' li ma jistax ma jkunx hemm provvediment transitorju għall-istess bord ta' appell, ġie apprezzat.", "Napprezza dan il-fatt għaliex konna qegħdin naħsbu li meta inti għandek terminu ta' tliet snin u dan jiskadi, se jkollok diffikulta' dwar minn min ikun kompost il-bord wara li din il-liġi tidħol fis-seħħ.", "L-emenda f'dan is-sens hija pożittiva għaliex fejn għandek appell li huwa appuntat, jew differit għas-smiegħ, jew differit għas-sentenza, donnu m'hemmx il-limitu ta' tliet xhur imma l-bord kif inhu kompost illum jibqa' jsegwi kull każ li jkun laħaq beda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, nixtieq nagħmel kumment dwar il- prattiċita' ta' subklawsola (2) ta' klawsola 22.", "Ġieli jkun hemm każijiet fejn individwu jkollu permess validu għal sena pero' f'dik is-sena ma jkun inbeda l-ebda xogħol.", "Dan l-individwu għandu d-dritt jagħmel talba biex ikun hemm konsiderazzjoni mill-ġdid, jiġifieri jitlob renewal, u allura naħseb li ladarba qegħdin nagħtu din il-possibbilta' ta' estensjoni għal tliet snin, anke fil-każ ta' dawn l-applikazzjonijiet għandna nagħtu din l- estensjoni għal tliet snin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, dawn huma dettalji tekniċi li jien konvint li l-Planning Authority se japplikawhom fl-ispirtu li qegħdin nitkellmu fuqu, pero' jekk kemm-il darba wara li tiġi fis-seħħ il-liġi jintalab renewal, jien għandi nifhem li jiġu applikati n-normi l-ġodda li joħorġu minn din il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Jekk kemm-il darba l-liġi tkun ġiet fis-seħħ u jkun hemm min jitlob renewal għaliex jiskadielu t- terminu ...", "Dalgħodu kelli każ fejn bniedem qalli li l-ewwel sena se tiskadielu f'Awissu biex ikun beda l-ewwel xogħol u mbagħad jkollu extension għal sena oħra.", "Jien għidtlu li skond il-liġi l-antika jekk fl-aħħar ġurnata jkun beda x-xogħol ifisser li qed jimxi mal-permess u jista' jkompli bix-xogħol.", "Pero' jekk jitlob extension mhux se jagħtuh extension ta' sentejn għax il- liġi l-ġdida hekk tgħid.", "Imma jekk kemm-il darba tiskadi s-sena u ma jkun beda l-ebda xogħol ikun irid japplika għal renewal għax il-permess ikun skada u allura jaqa'.", "Bil-liġi kif inhi llum fi żmien sena jrid ikun beda x-xogħol u spiċċah f'sentejn u jekk ikun hemm raġuni għaliex jitlob estensjoni.", "F'dan il-każ partikolari, dan l-individwu staqsieni jekk jingħalaqlux il-permess jekk ma jkunx beda x-xogħol sa Awissu meta l-permess jiskadi.", "Jiena għidtlu li jekk teknikament fl-aħħar ġurnata ta' l-ewwel sena jkun beda x-xogħol, m'għandux għalfejn jerġa' japplika.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien qed nipprova mmur oltre minn hekk.", "Jekk il- permess - se nuża l-istess eżempju li ta l-Ministru - jagħlaq f'nofs Awissu u l-liġi tidħol fis-seħħ ġurnata qabel ma tagħlaq l-ewwel sena tal- permess ta' dan l-individwu, se nestendulu jew le l-permess għal tliet snin mingħajr il-ħtieġa li jerġa' japplika?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif nifhem jien - issa nħalli l-interpretazzjoni għan-nies tekniċi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - jekk kemm-il darba dak l- individwu qiegħed igawdi l-permess taħt il-liġi l-antika, japplikaw in- normi tal-liġi li fuqhom ħareġ il-permess.", "Jekk ikun hemm renewal, imbagħad ħalli jużufruwixxi mid-drittijiet u l-provvedimenti tan-renewal tal-liġi l-ġdida, imma hu marbut mal-kondizzjonijiet ta' meta ħareġ il-permess.", "Ejjew nieħdu dan il-każ li qed insemmi li jiskadi fl- aħħar ta' Awissu.", "Jekk kemm-il darba dan l-individwu ma jagħmel l-ebda xogħol il-permess ma jiġġeddidx, pero' jekk ikun beda x-xogħol ikollu permess għal sena oħra.", "(Interruzzjonijiet) Teknikament anke jekk iċaqlaq ġebla jkun beda x-xogħol.", "Issa jekk kemm-il darba dan ma jagħmel xejn, ma jistax jgħid: Isma' dan il-permess għadu jgħodd għax il-liġi l-ġdida tgħid li nista' ndum sentejn.", "Din ma tapplikax għax hu jrid jimxi mal- kondizzjonijiet speċifikati fil-permess tiegħu.", "Meta mbagħad jiġi għat- tiġdid, imbagħad jiġġedded skond in-normi tal-liġi tal-lum.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda \"W\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"W\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"X\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"X\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 23", "NEW CLAUSE 23", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 23 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 23, li hija emenda ta' artikolu 47 ta' l-Att prinċipali:", "\"Y\" \"Minnufih wara l-klawsola 22 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Emenda ta' l-artikolu 47 ta' l-Att prinċipali.", "23.", "Fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 47 ta' l-Att prinċipali, minflok il-kliem \"li jidhrilha meħtieġa\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jidhrilha meħtieġa u d-dispożizzjonijiet tal-proviso tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 46 ta' dan l-Att għandhom japplikaw:", "Iżda f'każ ta' urġenza ċ-Chairman ta' l-Awtorita' jista' jagħmel ordni ta' emerġenza għal konservazzjoni mingħajr il-ħtieġa li jikkonsulta lill-membri l-oħra ta' l-Awtorita'.\".", "\"Y\" Immediately after clause 22 there shall be added the following new clause:", "\"Amendment of section 47 of the principal Act.", "23.", "In subsection (1) of section 47, for the words \"as it may deem necessary.\" there shall be substituted the words \"as it may deem necessary and the provisions of the proviso to subsection (1) of section 46 of this Act shall apply:", "Provided that in case of urgency the Chairman of the Authority may make an emergency conservation order without the need of consulting the other members of the Authority.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawola Ġdida 23 tiġi moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 23 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 23 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, din l-emenda titkellem fuq id-dritt taċ-chairman li f'każ ta' emerġenza jkun irid jagħmel scheduling jew inkella joħroġ emergency order jiġi eżentat mill-ħtieġa li jikkonsulta mal-membri tal-bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u jkun jista' jaġixxi immedjatament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawola Ġdida 23 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola Ġdida 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 24", "NEW CLAUSE 24", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 24 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 23:", "\"Z\" Minnufih wara l-klawsola ġdida 23 għandha tidħol il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Emenda tat-TIELET SKEDA li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "24.", "Minnufih f'tarf il-paragrafu 2 tat-TIELET SKEDA li tinsab ma' l- Att prinċipali, għandhom jiżdiedu l-kliem \"L-Awtorita' għandha tippreżenta r-risposta tagħha fi żmien 30 jum minn meta l- applikazzjoni tkun ġiet notifikata lilha.", "Ir-risposta trid tiġi notifikata lill-appellant.\".\".", "\"Z\" Immediately after new clause 23 there shall be added the following new clause:", "\"Amendment of the THIRD SCHEDULE to the principal Act.", "24.", "Immediately at the end of paragraph 2 of the THIRD SCHEDULE to the principal Act, there shall be added the words \"The Authority shall file its reply within 30 days from service upon it of the application.", "The reply shall be served on the appellant.\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawola Ġdida 24 tiġi moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 24 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 24 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Hawnhekk, Sur President, qed nitkellmu fuq il-proċeduri quddiem il- planning appeals board.", "Din l-emenda qed nagħmluha ħalli anke hawnhekk norbtu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar b'terminu ta' żmien biex tirrispondi fil-każi qabel ma jkun hemm l-appell.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi li Klawola Ġdida 24 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola Ġdida 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 25", "NEW CLAUSE 25", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 25 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 25, li hija sostituzzjoni ta' artiklu 30 ta' l-Att prinċipali:", "\"AA\" Minnufih wara l-klawsola ġdida 24 għandha tidħol il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Sostituzzjoni ta' l-artikolu 30 ta' l-Att prinċipali.", "25.", "L-artikolu 30 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"L-iżvilupp jeħtieġ permess", "30.", "(1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu, u tad- dispożizzjonijiet li ġejjin ta' din it-Taqsima ta' dan l-Att, ebda żvilupp ma jista' jsir wara li jibda jseħħ dan l-Att ħlief bil-permess ta' l-Awtorita', f'dan l-Att imsejjaħ permess għal żvilupp.", "(2) Għall-għanijiet ta' dan l-artikolu, u, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort'oħra, \"żvilupp\" tfisser l-għemil ta' xogħol ta' bini, inġinerija, xogħol ta' barrieri, tħaffir u xogħol ieħor għal kostruzzjoni, demolizzjoni jew tibdil f'art jew fil-baħar, jew fuqhom, jew 'il fuq minnhom jew taħthom, jew kull bidla sostanzjali fl-użu ta' l-art jew bini, minbarra:", "(a) xogħol ta' manutenzjoni li jolqot biss ġewwa l-bini u ma jolqotx materjalment id-dehra ta' barra tal-bini;", "(b) tibdil intern f'bini li ma jolqotx il-konfigurazzjoni u d-dehra ta' barra tal-bini u li jsir skond ir-regolamenti magħmula taħt l- artikolu 60 ta' dan l-Att;", "(c) l-użu ta' l-art għal agrikoltura, trobbija ta' annimali u misġar (inkluż l-afforestament) ħlief meta dak l-użu jkun jikkonsisti:", "(i) f'erezzjoni ta' bini jew jilħaq it-trobbija intensiva ta' annimali jew frott ta' l-art; jew", "(ii) fir-riklamazzjoni ta' l-art għall-agrikoltura permezz tad- depożitu ta' materjal fuq tali art; jew", "(iii) fit-tibdil għall-użu agrikolu ta' art li ma tkunx qed tintuża għall-għanijiet ta' agrikoltura; u", "(d) f'każ ta' bini jew art oħra li huma wżati għal skop ta' xi klassi msemmija f'ordni maħruġ mill-Awtorita' taħt dan l-Att, l-użu tagħhom għal kull skop ieħor ta' l-istess klassi.", "(3) Għall-għanijiet ta' dan l-artikolu:", "(a) l-użu ta' bini li jirriżulta f'żieda jew tnaqqis fin-numru ta' unitajiet ta' abitazzjoni li fih il-bini kien użat qabel; jew", "(b) id-depożitu ta' żibel jew ta' materjal skartat fuq art; jew", "(c) l-użu għall-wiri ta' reklami ta' xi parti ta' barra ta' bini li ma jkunx normalment użat għal dak l-iskop,", "ifisser tibdil sostanzjali fl-użu ta' dak il-bini jew parti minnu, mingħajr preġudizzju, fil-każ ta' reklami, għal regolamenti magħmula taħt dan l-Att dwar il-kontroll tagħhom.", "(4) Għall-għanijiet ta' dan l-artikolu, żvilupp li għandu x'jaqsam mal-baħar jinkludi riklamazzjoni ta' l-art mill-baħar, akwakultura u żvilupp ta' xtut u użu relatat ma' tali żvilupp.\".\".", "\"AA\" Immediately after new clause 24 there shall be added the following new clause:", "\"Substitution of section 30 of the principal Act.", "25.", "Section 30 of the principal Act shall be substituted by the following new section:", "\"Developments to require permission.", "30.", "(1) Subject to the provisions of this section and to the following provisions of this Part of the Act, no development shall be carried out after the coming into force of this Act except with the permission of the Authority, in this Act referred to as devlopment permission.", "(2) For the purposes of this section, and, unless the context otherwise requires, for all other purposes in this Act, \"development\" means the carrying out of building, engineering, quarrying, mining or other operations for the construction, demolition or alterations in, on, over, or under any land or the sea or the making of any material change in use of land or building other than:", "(a) maintenance operations, which affect only the interior of a building or do not materially affect the external appearance of the building;", "(b) internal alterations to a building which do not affect the external configuration or appearance thereof and comply with any regulations made under section 60 of this Act;", "(c) the use of land for agriculture, animal husbandry and forestry (including afforestation), except where such use consists of:", "(i) the erection of buildings or amounts to intensive raising of crops or animals; or", "(ii) the reclamation of land for agriculture by the deposit of material on such land; or", "(iii) the conversion to agicultural use of land which is not currently used for agricultural purposes; and", "(d) in the case of buildings or other land that are used for a purpose of any class specified in an order made by the Authority under this Act, the use thereof for any other purpose of the same Class.", "(3) For the purpose of this section:", "(a) the use of a building resulting in an increase or a reduction in the number of dwelling units in which the building was previously used; or", "(b) the deposit of refuse or waste materials on land; or", "(c) the use for the display of advertisements of any external part of a building that is not normally used for that purpose,", "involves a material change in the use of that building, or part thereof, without prejudice, in the case of advertisements, to any regulations made under this Act with respect to their control.", "(4) For the purpose of this section, development in relation to the sea includes to land reclamation from the sea, aquaculture and beach developments and their related uses.\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawola Ġdida 25 tiġi moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 25 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 25 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola Ġdida 25 qed temenda artiklu 30 ta' l-Att prinċipali.", "Dan qed isir għaliex stranament jekk wieħed jara xi jfisser \"żvilupp\" bil-liġi l- antika jsib li dan ikopri biss żvilupp fuq l-art.", "Din hija xi ħaġa li ma kenitx koperta bil-liġi l-antika u teknikament sal-lum kull min kien ried jagħmel xi żvilupp fil-baħar seta' jagħmlu mingħajr ma japplika lill- Planning Authority għax din ma kenitx koperata fid-definizzjoni ta' żvilupp.", "Għalhekk dehrilna li kif konna għaddejjin b'dawn l-emendi għandna nagħmlu din l-emenda ħalli nkopru dan in-nuqqas.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 25 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 25 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "F'12.01 a.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Aktar kmieni fis-seduta ftehimna li l-konferma tal-Minuti nħalluha għal ħin ieħor.", "Il-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 114 li saret fit-30 ta' Lulju, 1997 ġew kkonfermati.", "MADAM SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-kwestjoni li tqajmet mill-Viċi Prim Ministru l-bieraħ fil-għodu ġiet riżolta.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL", "MADAM SPEAKER: Billi ntalbet votazzjoni fuq it-Tielet Qari ta' dan l- abbozz ta' liġi se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar l-Att ta' l-1996 dwar Nomini mill- Oppożizzjoni\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, din id-division se tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU: 62", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Anġlu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Infakkar lill-Kumitat li skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tal-29 ta' Lulju, 1997 id-divisions kollha li se jerġgħu jissejħu jittieħdu minnufih.", "Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija fuq klawsola 10.", "Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 63", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "Klawsola 10 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija fuq l-Emenda \"M\" ta' klawsola 12.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 64", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "L-Emenda \"M\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija fuq l-Emenda \"N\" ta' klawsola 12.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 65", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-Emenda \"N\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 66", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "Klawsola 12, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija fuq l-emenda ta' klawsola 15.", "Il-mistoqsija hi l-Emenda \"Q\" kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 67", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "L-emenda \"Q\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 15 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 15, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija fuq l-Emenda \"T\" ta' klawsola 16.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Onor. Francis Zammit Dimech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 68", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela |Farrugia Noel | |Carmelo | | |Abela Joseph|Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto | | |John | | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu|Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona |Sant Alfred | |Chris | | |Chircop Karl|Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena|Spiteri Lino | |Debono Grech|Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe|Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda \"T\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 16 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija fuq l-emenda \"V\" ta' klawsola 21.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 69", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "L-emenda \"V\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 21 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 21, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jekk il-Kumitat jaqbel nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l- ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u jagħmel ir-renumbering meħtieġ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u jagħmel ir-renumbering meħtieġ.", "F'12.16 a.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MADAM SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra, issa l-Kamra se tgħaddi għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "GĦalhekk nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp\" jiġi moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp\" inqara t-Tielet Darba u għadda.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, peress li l-Parlament se jagħlaq għall-vaganzi tas-sajf nixtieq li, qabel ma nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra u nagħmel żewġ kelmiet ta' l-aħħar, nesprimi s-sentimenti tal-Kamra kollha għal dak li ġara llum ġewwa Ġerusalem fejn sar inċident li ġab ħafna korrimenti, ħafna tbatija u ħafna mwiet.", "Dan l-inċident nissel fina dieqa kbira għal żewġ raġunijiet; l-ewwelnett minħabba li f'dawn l-atti terroristiċi kienu involuti l-imwiet ta' nies innoċenti - fil-fatt jien naħseb li nkun qed nirrifletti s-sentimenti tal-Kamra kollha meta nikkundanna bl-aktar mod espliċitu kull att terroristiku, jiġi minn fejn jiġi u magħmul għal liema att huwa magħmul - u t-tieni nett minħabba li dan seħħ f'mument delikat fejn il-proċess tal-paċi tal- Lvant Nofsani kien qed jidher li se jerġa' jieħu rankatura 'l quddiem.", "Qed ngħid dan għax issa dan l-inċident jista' jservi ta' detriment għal dan il-proċess.", "Naturalment hawnhekk qed nitkellem f'isem il-Membri tal-Kamra kollha u f'isem kulħadd għax persważ li kulħadd jixtieq li xi darba dan il-proċess jaqbad it-triq bis-serjeta' u jwassal għal veru paċi f'din l-art li tant ilha ittormentata bl-inkwiet.", "GĦalhekk inċidenti bħal dawn lilna jġibulna dieqa u dispjaċir kbir.", "Madam Speaker, ġaladarba għidt dan kollu issa naħseb li jkun opportun jekk f'din l-aħħar seduta maratona li qed nagħmlu - fil-fatt bħalissa l-ħin huwa l-12.15 a.m. - nagħti l-awguri tiegħi lill-Membri kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Matul dawn l-aħħar disa' xhur kellna diversi battibekki u fil-fatt xi kultant anke t-temperatura telgħet xi ftit u għalhekk jien se nkun l-ewwel wieħed li niskuża ruħi jekk forsi kultant l-emozzjoni tiegħi jew aħjar il-mod kif nesprimi ruħi jidher xi ftit akkanit, pero' nista' nassigura lil kulħadd li hawnhekk qed nagħmel id-dover tiegħi - bħalma konvint li qed jagħmlu l-maġġoranza tal-Membri ta' din il-Kamra - għall-ġid tal-pajjiż.", "Madam Speaker, nixtieq nieħu wkoll din l-opportunita' sabiex nirringrazzja lill-Membri kollha, kemm tan-naħa tal-Gvern kif ukoll tan- naħa ta' l-Oppożizzjoni, għall-appoġġ u għall-ħidma li għamilna flimkien.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li matul dawn l-aħħar disa' xhur kien hawn 115- il seduta, kellna nirrispondu għal 8,343 mistoqsija orali u 851 mistoqsija bil-miktub - ma tantx ħallewna b'idejna fuq żaqqna! - u għaddejna xejn inqas minn 22 liġi.", "B'hekk kellna record fin-numru ta' liġijiet u attivitajiet relatati mix-xogħol tal-Kamra u ċertament dan juri l-impenn ta' dan il-Parlament.", "Jekk inħallu barra l-affarijiet iż-żgħar, bħad-differenzi li hemm bejnietna u li forsi kultant jispuntaw xi ftit, jien naħseb li dan il- Parlament qed jaħdem ħafna aħjar milli kien qed jaħdem fil-passat.", "Fil- fatt jien nawgura li dan il-Parlament jaħdem aħjar anke fil-futur u nittama li l-perijodu li fih dan il-Parlament jagħlaq għax-xhur tas-sajf iservi biex kulħadd jieħu l-mistrieħ li jistħoqqlu, igawdi l-familja u jirritorna hawnhekk iktar frisk ħalli nkomplu naħdmu għall-pajjiż.", "Madam Speaker, inħoss li nkun qed nonqos jekk ma nirringrazzjax lilek għall-mod għaqli li bih mexxejt is-seduti ta' din il-Kamra, lill-istaff kollu tiegħek, inkluż l-impjegati li huma responsabbli mit-traskrizzjoni u r-recording tas-seduti li jsiru kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra, lill-Pulizija u lill-impjegati ta' l-armata li jkunu ħdejn il- bieb tal-Palazz, xemx u xita, biex jilqgħuna u jagħmlu l-gwardja meħtieġa aħna u deħlin f'din il-Kamra.", "Nirringrazzja lil kulħadd u nispera li fis-6 ta' Ottubru, jiġifieri meta jerġa' jiltaqa' dan il-Parlament, kulħadd jiġi f'din il-Kamra xi ftit iktar ismar milli hu llum.", "Madam Speaker, fl-aħħar nett nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Ottubru 1997 fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sinjura President, jien nixtieq nassoċja ruħi ma' dak li qal il-Viċi Prim Ministru in konnessjoni mat-traġedja ta' Ġerusalemm li ġrat illum.", "L-iktar ħaġa li turi kemm il-proċess tal-paċi fil-Medju Orjent huwa meħtieġ huwa proprju l-fatt li kull darba li dan il-proċess ikun miexi 'l quddiem jipprovaw jinċampawh il-forzi tad-dlam u tat- terroriżmu.", "Fil-fatt ħafna drabi n-nies ta' rieda tajba li ġejjin minn dawn il-pajjiżi qed jaqbadhom disprament meta jaraw b'għajnejhom li kull darba li l-proċess tal-paċi jkun miexi 'l quddiem jiġri xi ħaġa li b'xi mod jew ieħor jipprova jistradikah.", "Pero' nonostante dan kollu jien konvint li l-forza tal-bniedem li jixtieq il-paċi, li jixtieq li jinstabu s- soluzzjonijiet kif ukoll it-toroq li jwasslu għal soluzzjoni ġusta tegħleb dawn il-forzi tant negattivi.", "Jien nassoċja ruħi wkoll ma' dak kollu li qal il-Viċi Prim Ministru rigward is-seduti tal-Kamra ta' dan il-Parlament.", "Sinjura President, aħna kellna wkoll tmexxija għaqlija mis-Sinjorija Tiegħek - (Onor. Membri: Hear, hear) - u meta tiżen l-affarijiet kollha ssib li kien hawn koperazzjoni sħiħa f'din il-Kamra.", "Dan mhux dejjem kien ikun faċli li jsir imma l-fatt li ħafna mill-problemi ġew riżolti fil- Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra juri li t-triq li nbdiet qed tagħti l-frott tagħha.", "Sinjura President, filwaqt li nirringrazzja lis-Sinjorija Tiegħek nixtieq nawguralek minn qalbi għall-vaganzi li jistħoqqlok.", "Jien nixtieq ngħaddi dawn l-awguri lill-Membri kollha ta' din il-Kamra kif ukoll lil dawk li b'xi mod jew ieħor qegħdin jgħinuna ħafna, fosthom l-iSkrivan tal-Kamra, l- istaff kollu ta' dan il-Parlament, inkluż dawk li jieħdu ħsieb it- traskrizzjonijiet, u l-istampa li hija mezz tant importanti biex dak li ngħidu aħna hawn ġew jiġi rrapportat u mwassal lill-poplu Malti u GĦawdxi.", "Grazzi minn qalbi lil kulħadd u jekk Alla jrid nerġgħu niltaqgħu fis-6 ta' Ottubru.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "F'ismi u f'isem l-istaff ta' dan il-Parlament nixtieq nirringrazzjakom għall-koperazzjoni sħiħa li sibna mingħandkom u nawgura li dan ir-recess iservi ta' opportunita' għalina lkoll biex ingawdu ftit iktar il-familja.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Ottubru, 1997 fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "F'12.19 a.m. il-Kamra aġġornat skond il-ftehim milħuq."]} {"filename": "19980504_212d_par.doc", "date": "1998-05-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 212 It-Tnejn, 4 ta' Mejju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 212", "It-Tnejn, 4 ta' Mejju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "212", "It-Tnejn, 4 ta' Mejju, 1998", "WERREJ MINUTI 619", "KUNSENS GĦAL ATTI 619", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 619", "TQEGĦID TA' KARTI 623", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (L-EWWEL QARI) 624 ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAT-TRASFERIMENT TA' SERVIZZI MILL-AIR TRAFFIC CONTROL CORPS U MILL-AIRPORT COMPANY TAL-FORZI ARMATI TA' MALTA GĦAL MALTA INTERNATIONAL AIRPORT PLC.(L-EWWEL QARI) 624", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA' FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI ĊIVILI (IT-TIENI QARI) 625 AIRPORTS AND CIVIL AVIATION (SECURITY) BILL (SECOND READING) 625", "AĠĠORNAMENT 647", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 653 MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 683", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 211 li saret fid-29 ta' April, 1998 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "Madam Speaker (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XI ta' l-1998 - Att biex jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal- Posta, Kap. 254.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MAĦFRA PRESIDENZJALI - REATI TA' DROGA", "13557.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Francis Agius) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm-il każ ta' maħfra fuq reati konnessi ma' droga ġew riferuti lill-Kabinett mindu ġew fis-seħħ dawn ir-regolamenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Għalkemm l-Onor.", "Membru ma speċifikax għal liema regolamenti qed jirriferi fil-każ ta' droga riferuta lill- Kabinett, naħseb li għandu f'rasu d-deċizjoni li kien ħa l-Kabinett Nazzjonalista fis-17 ta' Ottubru 1994 li talbiet għall-maħfra presidenzjali f'każi konnessi ma' reati ta' droga għandhom l-ewwel ikunu approvati mill- Kabinett.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li din id-deċizjoni kienet ittieħdet 22 jum wara li kien inħeles Francisco de Assis Queiroz fis-26 ta' Settembru 1994 meta bbenefika minn amnestija individwali ta' 1,645 jum ħabs u ¥50,000 multi, u mit-tieni amnestija taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Wara dan kollu l-Kabinett Nazzjonalista kien ikkonsidra talbiet għal amnestija f'każi konnessi ma' droga mill-inqas tliet darbiet; l-ewwel darba fit-8 ta' Mejju, 1995 meta kkonsidra l-każ ta' Anthony Mallia; it-tieni darba fid-9 ta' Ottubru, 1995 meta l-Kabinett Nazzjonalista approva tnaqqis ta' madwar 3 snin ħabs ta' Anthony Mallia; u t-tielet darba fil-15 ta' Mejju, 1996 meta l-Kabinett Nazzjonalista approva b'urgenza l-amnestija ta' Joseph Fenech, magħruf bħala Żeppi l-Ħafi.", "Għall-kuntrarju, Gvern ġdid Laburista, sensittiv għall-problema tad-droga fost uliedna, ma ħalliex persuni konnessi ma' reati ta' drogi jibbenefikaw mill-amnestija ġenerali li ta f'Jum ir-Repubblika ta' l-1996 u, b'eċċeżżjoni waħda li rriżultat minn żball ġenwin u ma marritx quddiem il- Kabinett, ma rrakmanda l-ebda talba għal amnestija f'każi ta' droga.", "Ma ġiet riferuta l-ebda talba għal amnestija lill-Kabinett tal-gvern preżenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu l- miżuri li l-Gvern poġġa fil-prattika wara l-aħħar amnestija li ngħatat mingħar riferenza lill-Kabinett, kif fakkar il-Prim Ministru, u li dwarhom kien intalab il-parir ta' l-Avukat Edgar Mizzi, li kien irrelata dwar liema proċeduri għandhom jiġu segwiti biex jiġu evitati t-tip ta' malintiżi u żbalji amministrattivi li kien hemm f'dan il-każ partikolari?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Prinċipalment, Sinjura President, ir- rakkmandazzjonijiet ta' l-ex-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, Dr Edgar Mizzi, ġew aċċettati kollha bil-proviso li wieħed għadu qed jiddelibera jekk hux ta' min, barra milli jistrieħ biss fuq il-parir ta' l-Avukat Ġenerali ......", "Fil-fatt, waħda mill-key recommendations li għamel Dr Mizzi hija li kollox jiċċentralizza madwar l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika, fis-sens li l-pariri għadhom jingħataw b'sens maħsub - jiġifieri mhux sempliċement iva jew le - kemm min-naħa tal-pulizija, kemm min-naħa tal-ħabs u kemm min-naħa ta' awtoritajiet oħra; u jkunu pariri li jagħtu anke l-isfond tat-talba li tkun saret fuq il-persuna li tkun qed tintalab l-amnestija għaliha; u li dawn ikunu b'xi mod jew ieħor kanalizzati permess ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, li mbagħad jagħmel ir-rakkmandazzjoni tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja.", "F'każi ta' droga, il-Ministru tal-Ġustizzja dejjem jibqa' impenjat u marbut li jirriferi dawn it-tip ta' każijiet quddiem il-Kabinett.", "Aktar minn hekk, waħda mill-affarijiet li rridu nikkonsidraw hija jekk hux ta' min li, barra milli wieħed jistrieħ sempliċement fuq il-parir ta' l- Avukat Ġenerali tar-Repubblika, għandux jinħatar bord ta' tnejn jew tlieta min-nies magħmul minn, ngħidu aħna, ex-imħallfin - fil-fatt għandi suġġeriment quddiemi f'dan is-sens - li jkunu huma rather milli jkun l- Avukat Ġenerali tar-Repubblika li jagħti l-parir finali.", "Dan sabiex il- pariri li jingħataw, speċjalment f'każi sensittivi, ikunu kemm jista' jkun ħielsa minn kwalunkwe għafsa potenzjali jew reali ta' l-eżekuttiv.", "Jiġifieri, Madam Speaker, bħalissa qegħdin nimxu fuq il-pariri li ta fir-rapport tiegħu Dr Edgar Mizzi imma hemm ukoll il-proposta li aktar 'il quddiem nagħmlu raffinament fuq dawk il-proposti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Refalo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Madam Speaker, jiena nifhem x'qed jgħid il-Gvern pero' peress li x-xogħol u r-responsabbilta' tal-Ministru tal-Ġustizzja għal dak li għandu x'jaqsam ma' rakkmandazzjonijiet għall-maħfra jew amnestija m'humiex ekwiparati għal dawk ta' qorti - voldieri mhux qed jagħmel judicial review għaliex mhux qed jara jekk l-imħallef qatax is- sentenza tajjeb jew inkella kienx hemm miscarriage of justice, naturalment għaliex dawn m'humiex affarijiet li għandu jagħmilhom il-ministru - ma jidhirlux il-Prim Ministru li billi f'xi bord tpoġġi biss nies li għandhom kompetenza legali m'huwiex biżżejjed?", "Apparti minn hekk, irrid ngħid li jiena personalment naqbel li m'għandek tqiegħed lil ħadd għaliex ladarba inti ministru trid tassumi r-responsabbilta' tiegħek.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa ċar, Sinjura President, li kwalunkwe metodu li jiġi adottat, ir-responsabbilta' finali tibqa' fuq il-ministru konċernat, tibqa' fuq il-Kabinett u tibqa' fuq il-gvern tal-ġurnata.", "Dan m'huwiex xi proċess ġudizzjarju imma huwa proċess amministrattiv, proċess uman u proċess soċjali li bih wieħed jikkonsidra każ li jitpoġġa quddiem l- amministrazzjoni tal-pajjiż, f'sens ta' jekk għandux ikun hemm tnaqqis tal- piena.", "Jiġifieri fuq dan il-punt qegħdin naqblu.", "Ir-responsabbilta' politika tibqa' dejjem tal-gvern tal-ġurnata, tal- ministru tal-ġurnata.", "Pero' nifhem il-mistoqsija li saret jekk minflok li jkun hemm bord li jkun magħmul minn ex-imħallfin għandux ikun hemm bord li jkun magħmul minn imħallfin u persuni ta' kompetenzi differenti.", "Naħseb li dan huwa punt validu li ta' min jikkonsidrah.", "QRATI - MULTI", "14151.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Hyzler) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-introjtu tal- gvern mill-qorti għal ħlasijiet ta' drittijiet ta' reġistru u multi fis- snin 1988 - 1998, sena b'sena?", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:", "|SENA |MULTI |DRITT | | | |TAR-REGIS| | | |TRU | | |Lm |Lm | |1988 |132,877|157,473 | |1989 |128,514|189,766 | |1990 |129,366|198,585 | |1991 |142,459|258,996 | |1992 |183,863|234,601 | |1993 |278,885|286,613 | |1994 |301,823|208,309 | |1995 |302,293|345,677 | |1996 |242,548|438,836 | |1997 |669,017|695,473 | |1998*|109,141|146,643 |", "*(sa Marzu)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Meta jkun hemm talbiet għal separazzjoni quddiem is- Sekond'Awla, f'diversi każijiet wara l-proċedura preliminari fejn l-istess qorti tisma' l-partijiet, imbagħad tgħaddi għad-digriet li ħafna drabi jkun proviżorju.", "F'dan id-digriet hija tordna li jiġu nnominati esperti psikoloġi jew inkella social workers biex jirrelataw fuq aspetti diversi tal-każ li jkun.", "Wara li tagħti din l-ordni, tordna wkoll il-komunika ta' dan id-digriet lit-taqsimiet ta' social work jew ta' servizzi psikoloġiċi partikolari.", "Qed jirriżulta pero' li din l-ordni m'hijiex qiegħda tiġi komunikata lil dawn it-taqsimiet bl-inizjattiva tal-qorti imma r-reġistru jistenna li tittieħed l-inizjattiva mill-parti rikorrenti.", "Issa peress li ħafna drabi r-rikorrent jista' jkollu interess li dik il-komunika ma ssirx ħalli jkun hemm dewmien fil-proċeduri, jikkonsidra l-gvern li għandhom jittieħdu miżuri amministrattivi jew jekk hemm bżonn isir xi tibdil - speċjalment fid-dawl tat-tibdil li huwa maħsub għar-rigward tal-qorti tal- familja - ħalli dawn id-digrieti jiġu komunikati b'inizjattiva tal-qorti mmedjatament u għas-spejjeż tagħha?", "Qed ngħid dan, Madam Speaker, għaliex qed jiġri li digrieti li jkunu ngħataw fil-bidu ta' Marzu biex ikun hemm assessment psikoloġiku tal- partijiet fil-kawża jew tat-tfal tagħhom, jew inkella biex jiġu vverifikati fatturi li jkunu qegħdin fil-bażi ta' dik it-talba għas-separazzjoni, jew biex l-aċċess ta' xi parti jew oħra għat-tfal isir taħt is-superviżjoni tas- social workers, sa xahar u nofs jew xahrejn wara jkun għadhom ma ġewx komunikati għar-raġuni li n-notifika ma tkunx ġiet imħallsa.", "Jista' għalhekk il-gvern isib rimedju biex f'dawn il-każijiet, fejn l-ispeditezza hija importanti, wieħed ma joqgħodx jistenna l-ħlas tan-notifika imma se mai l-ispejjeż jiġu awtomatikament charged lir-rikorrenti sakemm finalment jiġu deċiżi l-affarijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jiena naħseb li l-problema tan-notifika ta' l-atti ġudizzjarji m'hijiex limitata biss għall-kawżi ta' separazzjoni, annullament eċċ. imma anke għal notifiki ta' ċitazzjoni normali quddiem il- Prim'Awla tal-Qorti Civili u huwa l-ħsieb tal-ministeru li dawn narawhom naqra mill-viċin.", "Fil-fatt, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il- ministeru, il-ġudikatura u l-Kamra ta' l-Avukati biex naraw jekk in- notifika taċ-ċittazzjoni għandhiex issir qabel il-kawża tiġi appuntata l- ewwel darba għas-smigħ, għaliex wara qegħdin niskopru li n-notifika la tkun saret lill-kontro-parti u lanqas lill-attur li jkun ppreżenta l-kawża, u allura noqogħdu niddiferixxu minn seduta għall-oħra sakemm il-partijiet jiġu nnotifikati.", "Dak li semma' l-Onor.", "Louis Galea huwa minnu.", "Niftakar li meta kont nipprattika bħala avukat, kont nieħu l-briga jien stess biex ninforma lill- partijiet konċernati.", "GĦalhekk ċertament li s-suġġeriment li qed jagħmel l- Onor. kollega huwa ta' min jixtarru, anke in vista tat-twaqqif tal-qorti tal-familja aktar tard din is-sena.", "Forsi jkun opportun ukoll li f'dan l- abbozz ta' liġi ninkludu emendi ta' dan il-ġeneru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħalli nerġa' mmur lura ftit għall-fees li qegħdin jitħallsu fir-reġistru.", "Xi snin ilu kienu ġew riveduti l-ammonti ta' ħlasijiet li jsiru fir-reġistru tal-qorti, kemm fil-Qorti Superjui kif ukoll fil-Qorti Inferjuri, kemm biex isiru iktar konsonanti maż-żmenijiet tal-lum u wkoll sabiex ikun hemm ħlas realistiku ta' kemm tqum lill-gvern l- amministrazzjoni tal-qorti.", "Jirriżulta pero' - jiena naf li l-Ministru huwa konxju ta' dan - li waqt li hemm ċerti fees li għadhom relattivament baxxi, hemm oħrajn, speċjalment fejn jidħlu d-depożiti fl-Appell, li saru kważi eżorbitanti.", "Fil-fatt jiena naħseb li ċerti nies jaqtgħu qalbhom li jappellaw minn ċerti sentenzi - anke jekk jingħataw parir f'dan is-sens mill-avukati - in vista tad-depożiti li jridu jsiru.", "Jiena nirrikonoxxi li ma jistax ikun li s-servizz li jingħata fil-qrati għandu jiġi kkonsidrat kollu kemm hu bħala servizz soċjali u għaldaqstant għadu jiġi sussidjat.", "Pero' naħseb li l-gvern għandu jikkonsidra b'mod serju taqliba mill-fond tas-sistema ta' l-għajnuna legali li tingħata biex, fejn ikun hemm spejjeż li ma jistgħux jintrefgħu minn nies li m'għandhomx ċertu income, ikunu jistgħu jidħlu fis-sistema ta' l-għajnuna legali ħafna aktar faċilment.", "Barra minn hekk, l-għajnuna legali ssir attraenti għall-avukati li jservu fiha għaliex kif inhi llum naħseb li qiegħda tgerrex ħafna minnhom għaliex ma naħsibx li min iservi f'din is-sistema għandu remunerazzjoni ġusta.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Filwaqt li napprezza l-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Gatt, su due piedi ma nistax nagħtih risposta.", "Kif diġa' għidt, dawn ir- registry fees qegħdin narawhom mill-viċin u wieħed irid japprezza wkoll li barra dawn hemm fees oħrajn.", "Li nista' ngħid huwa li bħalissa hemm proċedura li jekk il-parti tagħmel rikors quddiem il-Qorti ta' l-Appell, fejn taħlef li ma tistax taffettwa d- depożitu, allura l-qorti teżoneraha milli tagħmel dak id-depożiti fuq garanzija personali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 112 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar il-Forzi Armati ta' Malta (L-Isem, il-Kmand u l-Istabbiliment) (Xoljiment ta' l- Air Traffic Control Corps u ta' l-Airport Company);", "Kopja ta' ittra ta' riżenzja mibgħuta lill-Prim Ministru minn Dr George Abela fil-15 ta' April 1998, u kopja tar-risposta tal-Prim Ministru datata 29 ta' April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14233; u", "Tabella li turi n-nefqa b'konnessjoni mat-twaqqif taċ-Ċentru ta' Ħarsien it-Tfal fil-Kalkara, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14212.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 113 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Ħtiġijiet u Attivitajiet ta' Uffiċċji Rappreżentattivi; u", "Avviż Legali Nru 115 ta' 1998 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' diversi artikoli ta' l-Att dwar il-Logħob.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 111 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Post Graduate Diploma in Educational Planning and Management in Small States;", "Tagħrif dwar skrivani part-time fl-Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14244;", "Kopja tal-programm ta' attivitajiet għax-xahar ta' Ġunju b'konnessjoni ma' l-għażla tal-Belt Valletta bħala l-belt kapitali ta' l-Ewropa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14249; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport u Portijiet inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 114 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar it- Tariffi għat-Trasport ta' Tfal ta' l-Iskola.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-istqarrija għall-istampa dwar in-nomina ta' Health Planning Consultants għall-Isptar il-Ġdid, Tal-Qroqq, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14222.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar talbiet għall-impjieg matul Frar 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12985.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Brincat.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nippropona l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 dwar Self Lokali\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 dwar Self Lokali\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAT- TRASFERIMENT TA' SERVIZZI MILL-AIR TRAFFIC CONTROL CORPS U MILL-AIRPORT COMPANY TAL-FORZI ARMATI TA' MALTA GĦAL MALTA INTERNATIONAL AIRPORT PLC.", "ONOR.", "JOE MIZZI : Madam Speaker, nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex nipproponi l-Ewwel Qari ta' abbozz ta' liġi.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Prim Ministru nressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasferiment ta' servizzi mill-Air Traffic Control Corps u mill-Airport Company tal-Forzi Armati ta' Malta għal Malta International Airport plc.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasferiment ta' servizzi mill-Air Traffic Control Corps u mill-Airport Company tal-Forzi Armati ta' Malta għal Malta International Airport plc\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MADAM SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Il-Ministru Mizzi.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA' FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI ĊIVILI", "AIRPORTS AND CIVIL AVIATION (SECURITY) BILL", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kif jafu l-Onor.", "Membri ta' din il- Kamra, fl-1989 kien twaqqaf kumitat dwar is-sigurta' fl-ajruport biex jikkordina l-politika, l-objettivi u l-ħidmiet f'dak li jirrigwardja s- sigurta' tad-diversi entitajiet li huma nvoluti fl-operat ta' l-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Sa mit-twaqqif tiegħu dan il-kumitat beda jiltaqa' taħt il-presidenza tal-ministru responsabbli mis-sigurta', il- ministru ta' l-intern, u wara l-elezzjoni ta' Ottubru ta' l-1996 il-Prim Ministru ddelega lili din ir-responsabbilta'.", "Dan il-kumitat huwa fformat mis-Segretarju Permamenti fil-Ministeru ta' l-Intern, li huwa wkoll il-vice-chairman tal-kumitat, il-Kummissarju tal- Pulizija, il-Kmandant ta' l-Armata, il-Kontrollur tad-Dwana, id-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili, iċ-Chairman ta' l-Air Malta u ċ-Chairman ta' l-MIA.", "Kemm ilu maħtur dan il-kumitat iltaqa' regolarment u nista' ngħid ukoll li minn Marzu ta' l-1997 'l hawn, kemm ili nippresjedih jien, iltqajna 22 darba - tajjeb li wieħed ifakkar li l-kumitat qabel kien jiltaqa' medja ta' darba kull erba' xhur - u m'hemmx dubju li din il- frekwenza ta' laqgħat aktar regolari turi s-serjeta' li biha qed tiġi ttrattata l-kwestjoni kollha taħt din l-amministrazzjoni.", "Nista' ngħid ukoll li l-kumitat ħatar diversi sotto-kumitati biex jistudjaw u jagħmlu r- rakkmandazzjonijiet tagħhom rigward problemi speċifiċi - fil-fatt minn Marzu ta' l-1997 'l hawn inħatru mill-inqas 19-il sotto-kumitat - u attenzjoni speċjali qed tingħata wkoll għall-kwestjoni ta' kordinament bejn l-entitajiet biex ma joħolqux konflitti bejniethom u b'hekk is- sigurta' ma tiġix preġudikata.", "Tajjeb ngħid li waħda mill-affarijiet strambi li rriżultawli hekk kif jiena ħadt il-presidenza ta' dan il-kumitat, kien il-fatt li ma kienx hemm rappreżentanza tad-dwana fih.", "Fil-fatt, Madam Speaker, fl-ewwel laqgħa li ppresedejt għidt ċar u tond li din l-assenza kienet qiegħda toħloq konflitti fl-ajruport billi deċiżjonijiet meħuda mill-kumitat li kienu japplikaw għall-entitajiet kollha fl-ajruport -inkluż id-dwana - kienu qegħdin jiġu applikati mingħajr ma ssir il-konsultazzjoni neċessarja.", "GĦalhekk ġbidt l-attenzjoni tal-Prim Ministru għal dan id-difett serju u wara li kkonsultajt miegħu deherilna li dan kellu jiġi rranġat mill-aktar fis possibbli kif fil-fatt għamilna.", "Wara xi żmien li kien ilu mwaqqaf dan il-kumitat, jiġifieri fl-1989, inħasset il-ħtieġa li jiġi maħtur manager airport security li jkun responsabbli direttament lejn il-kumitat u li jkun parti mill-istaff tal-ministeru ta' l-intern iżda jkun stazzjonat fl- ajruport sabiex ikun jista' jara li d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill- kumitat jiġu attwati.", "Dan il-manager ġie maħtur fl-1995 u barra l- funzjonijiet formali tiegħu jaġixxi wkoll bħala segretarju tal-kumitat.", "Tajjeb li ngħid ukoll li saru arranġamenti biex dan l-uffiċċju jiġi msaħħaħ bil-ħatra ta' żewġ assistant managers - li għadhom kemm inħatru - u aktar 'il quddiem se jinħatru wkoll numru żgħir ta' security officers li wkoll ikunu jirrispondu direttament għal dan il-manager.", "Dan qed nagħmluh biex nuru li l-kwestjoni tas-sigurta' fl-ajruport qegħdin nittrattawha b'mod serju u kif jixraq.", "Minħabba dawn il-miżuri ġie rivedut ukoll l-aviation security programme u ġiet ifformolata standard operating procedure għal kull emerġenza li jistgħu jiltaqgħu magħha l-forzi tas-sigurta' fl-ajruport.", "Fost dawn il- proċeduri hemm il-hijack plan li jiġi rivedut skond l-eżiġenzi taż- żmenijiet u skond l-esperjenzi ġodda miksuba minn mock exercises li jsiru, kemm sabiex il-provvedimenti tal-pjan jiġu ttestjati, u wkoll sabiex il- persuni responsabbli jżommu ruħhom aġġornati mal-ħtiġijiet u d-dmirijiet mitluba minnhom f'każ ta' hijacking.", "Fil-fatt ftit tax-xhur ilu sar eżerċizzju f'dan ir-rigward u wara li sar dan l-exercise sar assessment serju u l-pjan ġie rivedut skond kif kien meħtieġ.", "Minkejja li meta għamilna dan il-mock exercise mill-ewwel deher ċar li kien hemm diversi nuqqasijiet, li kien hemm inesperjenza f'ċerti oqsma u li ma kienx hemm taħriġ kif suppost - ngħid għalija ma stennejtx li se nsib dawn id-difetti kollha - ħadna passi mmedjati biex nirranġaw is-sitwazzjoni.", "Jiddispjaċini ngħid li jiena qatt ma bsart li min kien responsabbli mill-amministrazzjoni qabel ma kienx jaf b'dawn l-affarijiet.", "Tajjeb ngħid ukoll li għall-ewwel darba fl-1997 l-uffiċju tal-manager beda jorganizza korsijiet u seminars dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni ċivili għall-impjegati tal-forzi armati, tal- pulizija, ta' l-MIA u ta' l-Air Malta u tad-dwana.", "Madwar 281 ħaddiem minn dawn l-entitajiet attendaw għal xi kors jew seminar.", "Maż-żmien, Madam Speaker, inħass il-bżonn li kellha tittieħed deċiżjoni biex il-pożizzjoni u l-uffiċċju ta' l-airport security manager tingħata saħħa legali minbarra dik amministrattiva li, kif diġa' għidt, kienet qiegħda tiġi indirizzata bl-aktar mod serju, bil-ħatra ta' diversi persuni u l-formolazzjoni ta' direttivi u operating procedures.", "GĦal dan l-iskop, kienu qegħdin jiġu studjati r-regolamenti eżistenti u punti legali oħrajn bejn l-uffiċċju tal-manager airport security u d-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili sabiex wieħed jara fejn hemm il-bżonn li jsiru l-emendi neċessarji.", "Kif jaf kulħadd, il-kwestjoni kollha ġiet preċipitata bl- avveniment tal-hijacking ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta fid-9 ta' Ġunju tas-sena l-oħra u nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li s-sistemi u l- proċeduri stabiliti dwar is-sigurta' fl-ajruport ħadmu tajjeb u kien hemm kordinament komplet bejn id-diversi entitajiet rappreżentati fl-ajruport u fl-airport security committee.", "Fil-fatt, ftit wara li nħataf l-ajruplan tal-linja nazzjonali Maltija li kien fi triqtu lejn Istanbul, ġew stabiliti żewġ operation centres.", "L-ewwel wieħed kien immexxi mill-Air Malta u kellu l-għan li jieħu ħsieb il-proċeduri rigward għajnuna lill-passiġġieri u l- familji tagħhom, kif ukoll il-parti loġistika; u l-ieħor kellu l-għan li jara li tiġi segwita l-proċedura tas-sigurta' f'każ li l-ajruplan ibiddel triqtu lura lejn pajjiżna.", "Immedjatament kif seħħ il-każ tal-hijacking, il-Prim Ministru ordna li ssir inkjesta skond l-Att ta' l-Inkjesti biex jiġi stabilit jekk il- proċeduri tas-sigurta' fl-ajruport ġewx segwiti u wkoll jekk kienx hemm lok fejn dawn jistgħu jiġu mtejba.", "Il-bord ta' nkjesta kien sodisfatt li l- proċeduri dwar is-sigurta' fl-ajruport kienu aċċettabbli internazzjonalment u ta' livell għoli pero' kien għamel xi suġġerimenti.", "Fost l-iktar suġġerimenti importanti li saru kien hemm is-suġġeriment sabiex jitħaffef ix-xogħol tat-tħejjija ħalli pajjiżna jkollu leġislazzjoni komprensiva u moderna li tipprovdi għall-ħarsien tas-sigurta' fl-ajruport u li jkun aċċertat li din il-leġislazzjoni tingħata l-prijorita' li jistħoqqilha u allura titħejja mmedjatament.", "Suġġeriment ieħor li kien għamel dan il-bord kien li għandha tkun iċċarata b'mod uffiċjali l-kariga tal-manager airport security.", "Fuq dan il-punt, il-bord ta' nkjesta kien qal:", "\"Filwaqt li teżisti bażi neċessarja biex l-affarijiet jimxu b'mod regolari, ilu żmien sew jinħass li hemm ħtieġa ta' sistema ta' sigurta' strutturata u li jkun hemm provvediment speċiku għal dan il- għan permezz ta' leġislazzjoni apposta.", "Jirriżulta li filwaqt li ilu xi snin ikun hemm konsiderazzjoni għal Att dwar is-Sigurta' fl- Avjazzjoni, din il-miżura baqgħet ma tteħdietx.", "Din il-liġi twassal ukoll biex tingħata bażi legali lill-pożizzjoni tal-manager airport security bir-riżultati pożittivi kollha li din il-kariga ġġib magħha.\".", "Tajjeb ngħid pero' li bħala airport security committee konna diġa' bdejna nippreparaw abbozz ta' liġi dwar is-sigurta' fl-ajruportijiet u fl- avjazzjoni ċivili u konna qeħdin avvanzati fuqu.", "Barra minn hekk, konna diġa' qbilna li l-kariga ta' airport security manager għandha tkun iċċarata b'mod uffiċjali.", "Minn hawnhekk jidher kemm il-viżjoni ta' l-airport security committee dwar is-sigurta' fl-ajruport kienet ċara u serja.", "Madam Speaker, l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum huwa maqsum f'ħames partijiet.", "F'Taqsima I nsibu d-definition clause, u fost id- definizzjonijiet l-aktar importanti nsibu proprju d-definizzjoni ta' \"manager airport security\".", "Dan qed jiġi definit bħala:", "\"... dak l-uffiċjal pubbliku li jinħatar mill-ministru biex ikun responsabbli għat-tmexxija b'mod ġenerali u għall-kontroll tas- sigurta' fl-avjazzjoni f'ajruporti speċifiċi u tinkludi kull uffiċjal pubbliku fid-dipartiment tiegħu li hekk jinħatar minnu għall-għanijiet ta' dan l-Att.\".", "S'intendi dan l-uffiċjal pubbliku jinħatar mill-manager airport security wara li jieħu parir mill-Kummissarju tal-Pulizija, mill-Kmandant ta' l- Armata, mid-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili jew miċ-Chairman ta' l-MIA.", "Meta nirriferu għal \"żona ristretta\", din qiegħda tiġi definita bħala:", "\"... area li d-dħul għaliha jista' biss isir jekk ikun hemm l- awtorizzazzjoni tal-manager tas-sigurta' fl-ajruport, kif jista' jiġi hekk preskritt b'regolamenti li jsiru bis-saħħa ta' dan l-Att.\".", "Taqsima II ta' dan l-abbozz ta' liġi tagħti lill-ministru responsabbli mis-sigurta' fl-ajruport il-poter li jagħmel regolamenti jew ordnijiet dwar kull ħaġa li tolqot is-sigurta' fl-avjazzjoni, biex jiżgura l-ħarsien ta' l- ajruplani u l-proprjeta' li jinġarru fihom, u wkoll għad-detenzjoni ta' l- ajruplani.", "Fil-fatt il-ministru jista' jaħtar manager dwar is-sigurta' fl- ajruport li l-funzjoni tiegħu tkun dik ta' responsabbilta' sħiħa għat- tmexxija u l-kontroll tas-sigurta' fl-avjazzjoni u għall-kmand, kordinament u sorveljar tar-riżorsi kollha ta' sigurta' li jkunu provduti fl-ajruport ta' Ħal Luqa jew ta' kull ajruport ieħor stabilit f'pajjiżna.", "Il-ministru se jkollu wkoll il-poter li jaħtar kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni b'responsabbilta' li jagħtih pariri dwar kull ħaġa li tolqot is-sigurta' fl- avjazzjoni u li jimplimenta miżuri ta' sigurta' xierqa.", "Skond klawsola 4, għall-finijiet tas-sigurta' fl-ajruportijiet u fl- avjazzjoni ċivili, il-ministru se jkollu s-setgħa li jitlob b'avviż bil- miktub informazzjoni minn operaturi ta' l-ajruplani li jitħaddmu f'Malta, jew minn aġenti ta' tagħbija li tinġarr bl-ajru, jew minn xi manager ta' ajruport li jinsab f'Malta dwar xi miżuri fuq ajruplani reġistrati jew li jitħaddmu f'Malta, jew dwar ajruport li jinsab f'pajjiżna.", "Subklawsola 5 ta' klawsola 4 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid li min jagħti xjentement informazzjoni falza jew jirrifjuta li jagħti informazzjoni mitluba taħt avviż, jista' jeħel multa ta' mhux iżjed minn ¥1,000 jew priġunerija ta' mhux iżjed minn sentejn jew inkella l-multa u l-priġunerija flimkien.", "Subklawsola (6) ta' l-istess klawsola mbagħad tipprovdi biex il-ministru jagħmel regolamenti dwar detenzjoni ta' ajruplani sabiex jiżgura t-tħaris ta' xi dispożizzjoni tal-liġi.", "Taqsima III ta' dan l-abbozz ta' liġi tkopri l-ħarsien ta' l-ajruplani, ajruporti u stallazzjonijiet ta' navigazzjoni fl-ajru minn atti ta' vjolenza.", "Meta ngħid \"att ta' vjolenza\", tajjeb ngħid li dawn l-atti se jiġu kkonsidrati bħala reati taħt il-Kodiċi Kriminali.", "Qegħdin ngħidu wkoll li s-sigurta' fl-ajruport tkun ipperikolata jekk l-att ta' vjolenza jikkaġuna jew x'aktarx jikkaġuna l-mewt jew il-feriment ta' persuna, jew jekk jipperikola jew x'aktarx jipperikola t-tħaddim b'sigurezza ta' l- ajruport jew il-ħarsien ta' persuni fl-ajruport.", "Ikun reat ukoll jekk il- persuna permezz ta' strument, sustanza jew arma kontra l-liġi, xjentement teqred jew tikkaġuna danni gravi fi proprjeta' wżata f'ajruport jew f'xi ajruplan li jkun qiegħed f'ajruport jew li tfixkel is-servizz mogħti f'ajruport b'tali mod li tipperikola jew x'aktarx tipperikola t-tħaddim b'sigurezza ta' l-ajruport jew il-ħarsien ta' persuni li jkunu jinsabu fl- ajruport.", "Min jagħmel reat taħt dawn iċ-ċirkostanzi jista' jeħel priġunerija għal għomru.", "Klawsola 9 titkellem dwar id-dikjarazzjonijiet foloz dwar xi valiġġi, tagħbija jew ħażniet li jkun jew ikunu maħsuba li jinġarru minn ajruplan li jkun reġistrat f'pajjiżna.", "Qegħdin ngħidu wkoll li persuna li tagħmel dikjarazzjoni li tkun taf li tkun sostanzjalment falza, jew bi traskuraġni tagħmel dikjarazzjoni li tkun sostanzjalment falza, teħel multa ta' mhux iżjed minn ¥2,000 jew priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn sentejn, jew inkella l-multa u priġunerija flimkien.", "Imbagħad klawsola 10 tipprovdi għall-istess pieni f'każi ta' dikjarazzjonijiet foloz fuq dokumenti ta' identita' li jkunu nħarġu mill-awtoritajiet responsabbli għall-ajruport.", "Klawsoli 11 u 12 jitkellmu dwar iż-żoni ristretti fl-ajruport.", "Fil-fatt ħadd ma jista' jidħol f'żoni ristretti ħlief bil-permess tal-manager tas- sigurta' fl-ajruport jew inkella ta' l-awtorita' responsabbli għall- istallazzjonijiet tan-navigazzjoni fl-ajru.", "Id-dħul ġewwa żoni ristretti jsir permezz ta' security pass jew awtorizzazzjoni temporanja maħruġa mill- manager tas-sigurta' fl-ajruport.", "Din ma tapplikax pero' għall-membri tal- korp tal-pulizija jew tal-forzi armati meta dawn ikunu fil-qadi ta' dmirijiethom.", "Klawsola 13 u 14 jipprojbixxu li vettura tidħol jew inkella tiġi misjuqa f'żona ristretta mingħajr l-awtorita' bil-miktub tal-manager airport security u li l-ebda arma jew materjal esplussiv ma jista' jinżamm f'żona ristretta mingħajr l-awtorita' bil-miktub ta' l-istess manager.", "Klawsola 16 tagħti setgħat speċjali lill-manager dwar is-sigurta' fl-ajruport billi b'avviz fil-Gazzetta tal-Gvern jiddikjara parti ta' żoni ristretti bħala eżenti mid-dispożizzjonijiet tal-liġi.", "Imbagħad klawsola 17 titkellem dwar ir-reati u l-pieni relatati mad-dħul f'żoni ristretti minn persuni jew vetturi mhux awtorizzati.", "Klawsoli 18 u 19 jipprovdu għal reati li jsiru minn persuni li mingħajr skuża raġonevoli jidħlu ġewwa ajruplan mingħajr permess, u klawsola 20 tagħti s-setgħa lill-ministru biex permezz ta' regolamenti jżomm lista ta' aġenti ta' tagħbija li jkollhom x'jaqsmu mas-sigurta' fl-ajruport.", "Il- ministru jista' wkoll jagħti ordni bil-miktub lill-manager tas-sigurta' fl- ajruport biex dan iġiegħel lil xi operatur ta' xi ajruplan reġistrat li jitħaddem Malta biex jagħmel restrizzjonijiet fuq persuni jew proprjeta' li jitilgħu jew jitgħabbew abbord l-ajruplan, u dan s'intendi kemm-il darba ma jkunx saru dawk it-tfixxijiet fuq il-persuni jew proprjeta' li jkunu speċifikati.", "Klawsoli 22 u 23 jitkellmu dwar kif il-ministru jista' jagħti ordni bil- miktub lill-manager dwar is-sigurta' fl-ajruport biex jitwettqu tfixxijiet fl-ajruporti.", "Biex jiġu salvagwardati l-interessi u d-drittijiet ta' dawk involuti, dawn l-ispezzjonijiet fuq l-ajruplani u fl-ajruport jistgħu jsiru biss minn uffiċjal awtorizzat bil-miktub mill-ministru u kull min xjentement jostakola, jirrifjuta jew jagħti informazzjoni falza waqt dawn l- ispezzjonijiet, jekk jinstab ħati jista' jeħel multa ta' mhux iżjed minn Lm1,000, priġunerija ta' mhux iżjed minn sentejn jew il-multa u l- priġunerija flimkien.", "Madam Speaker, Taqsima IV ta' dan l-abbozz ta' liġi tittratta dwar reati kontra s-sigurta' ta' ajruplani u klawsola 25 tgħid li jekk persuna jkollha fil-pussess tagħha xi oġġetti mhux awtorizzati fuq xi ajruplan reġistrat f'Malta, fuq xi ajruplan li jkun f'Malta jew ikun qed itir fuq Malta, f'xi parti ta' l-ajruport jew inkella f'xi stallazzjoni ta' navigazzjoni fl-ajru f'Malta li ma tagħmilx parti minn ajruport, din tkun ħatja ta' reat.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 25 tgħid ukoll li l-oġġetti li m'humiex awtorizzati huma:", "\"(a) kull arma tan-nar, jew kull oġett li jkollu x-xeħta ta' arma tan- nar, sew jekk din tkun tista' tiġi sparata sew jekk le;", "(b) kull esplożiv, kull oġġett manifatturat jew adattat (sew fl- għamla ta' xi bomba, granata jew xort'oħra) b'mod li jkollha x-xeħta ta' esplożiv, sew jekk dan ikun jista' jipproduċi effett prattiku bi splużjoni sew jekk le, jew kull oġġett li jkollu marka jew tikketta li tindika li jkun, jew li jkun fih, esplożiv; u", "(ċ) kull oġġett (li mhuwiex inkluż f'xi wieħed mill-paragrafi ta' qabel) li jkun magħmul jew adattat bil-għan li jintuża biex jikkaġuna ħsara jew inkapaċita' fil-persuna jew biex jeqred jew jagħmel ħsara fil-proprjeta', jew li jkun maħsub minn min ikollu l-pussess tiegħu biex jużah għal dak l-għan, sew jekk jużah għal dak l-għan, sew jekk jużah hu nnifsu jew persuna oħra.\"", "Hawn ta' min jgħid li min jinstab ħati ta' dan ir-reat jeħel multa ta' Lm2,000 jew priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn ħames snin jew inkella l-multa u l-priġunerija flimkien.", "Madam Speaker, imbagħad Taqsima V ta' dan l-abbozz ta' liġi tittratta dwar sorveljar ta' ajruporti u klawsola 28 tipprovdi li b'ordni l-ministru jista' jsemmi ajruport li għandu jiġi ssorveljat minn membri tal-korp tal- pulizija jew minn membri tal-forzi armati taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-Kummissarju tal-Pulizija jew inkella tal-Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta, pero' hawn ikun tajjeb jekk ngħid li qabel ma tinħareġ ordni bħal din, il-ministru għandu jikkonsulta lill-manager tas-sigurta' fl-ajruport.", "Fil-fatt subklawsola (1) ta' klawsola 29 tipprovdi sabiex:", "\"Kull uffiċjal awtorizzat jista', f'ajruport li jkun ajruport imsemmi:", "(a) iwaqqaf, u mingħajr warrant ifittex, impjegat fl-ajruport sabiex jaċċerta li dak l-impjegat ma jkollux fil-pussess tiegħu jew li ma jkunx qed iġorr b'kull mod li jkun xi oġġett misruq jew miksub kontra l-liġi fl-ajruport; ...\"", "Fil-fatt l-uffiċjal awtorizzat għandu l-istess poteri f'każ li jkun hemm bżonn li titwaqqaf xi vettura jew ajruplan li jkunu fl-ajruport biex jiġu spezzjonati għal xi oġġetti mhux awtorizzati.", "Madam Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed juri b'mod ċar li l-Gvern qed iżomm il-wegħda tiegħu li jimplimenta fl-iqsar żmien possibbli r- rakkmandazzjoni tal-kumitat ta' l-inkjesta li kien inħatar wara l-każ tal- hijacking li sar f'pajjiżna, ċioe' li għandna nieħdu bħala prijorita' l- bżonn li titħejja liġi komprensiva u moderna li tipprovdi b'mod organiku għas-sigurta' fl-ajruportijiet.", "Fil-fatt mal-pubblikazzjoni tar-rapport ta' inkjesta dwar il-każ tal-hijacking, iltaqa' l-airport security committee u mill-ewwel ħa l-passi neċessarji biex ifittex jitlesta dan l- abbozz ta' liġi - minkejja li ma kienx għad fadal wisq biex jitlesta - u nista' ngħid li l-ewwel draft tiegħu tlesta fl-1 ta' Settembru tas-sena l- oħra u wara li saru diversi laqgħat ma' l-Avukat Ġenerali, l-abbozz ġie ppubblikat fil-15 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Madam Speaker, kif naħseb li l-Onor.", "Membri diġa' nnotaw, f'dan l-abbozz ta' liġi tħallew barra dawk l-aspetti li jikkonċernaw il-Konvenzjoni ta' Tokyo ta' l-1963, il-Konvenzjoni ta' The Hague ta' l-1970, il-Konvenzjoni ta' Montreal ta' l-1971 u l-Protokoll ta' Montreal ta' l-1988, li jittratta dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni, u dan minħabba li dawn il-provvedimenti daħlu fl-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili.", "Issa dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jistabilixxi linji ċari ta' responsabbiltajiet biex jiġu eliminati elementi ta' konfużjoni bejn l- entitajiet li jaħdmu fl-ajruportijiet u permezz tiegħu qed tiġi rikonoxxuta l-funzjoni ta' l-uffiċċju tal-manager u ta' l-airport security committee.", "Hawnhekk nista' ngħid li dan l-abbozz ta' liġi se jagħti saħħa legali lill-manager biex jiġi assigurat li d-deċiżjonijiet tal-kumitat jiġu segwiti bl-iktar mod qawwi u effettiv.", "Jien naħseb li dawn ir- rakkmandazzjonijiet messhom ġew attwati żmien ilu u fil-fatt min-naħa tagħha din l-amministrazzjoni qed tagħmel minn kollox biex tassigura ruħha li s-sigurta' fl-ajruport tkun ta' l-ogħla livell skond kategoriji li huma aċċettabbli internazzjonalment.", "Madam Speaker, minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta' pajjiżna, is-sigurta' fl-ajruport bilfors trid tkun mill-aqwa u għalhekk aħna mhux biss qed insostnu li s-sigurta' għandha tilħaq livelli internazzjonali imma li s- sigurta' fl-ajruport tagħna tkun ta' eżempju għall-ajruportijiet ta' madwarna.", "Aħna nemmnu li bl-għajnuna ta' kulħadd se jirnexxielna nwettqu miżuri ta' sigurta' eċċellenti fl-ajruport tagħna, pero' s'intendi biex nagħmlu dan l-ewwelnett għandna nieħdu ħsieb inħarrġu l-ħaddiema kollha ta' l-ajruport.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li aħna qed nieħdu diversi għajnuniet minn entitajiet barranin dwar is-sigurta' fl-ajruport u hawnhekk nixtieq nieħu din l-opportunita' sabiex nirringrazzja lil kull min qed jagħtina xi tip ta' għajnuna.", "Fil-fatt nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li waħda mill- għajnuniet li ngħatajna permezz ta' l-intervent tal-Kummissarju Għoli Ingliż swiet biex meta kellna dak l-inċident tal-hijacking ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta, aħna pprattikajna t-taħriġ li ngħatajna u ħriġna with flying colours.", "Aħna qed nagħmlu l-almu tagħna kollu biex inħarrġu l- ħaddiema li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' b'mod professjonali, fosthom billi nitolbu lill-barranin jagħtuna l-għajnuna f'dan ir-rigward ħalli s- sigurta' ta' l-ajruport tagħna mhux biss tkun ta' livell internazzjonali imma nkunu ta' eżempju għall-ajruportijiet ta' madwarna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, ix-xejra ġenerali ta' dan l-abbozz ta' liġi m'hijiex ħażina u fil-fatt iktar 'il quddiem beħsiebni nsemmi l- aspetti pożittivi li fih pero' fih hemm ċerti difetti serji - jien se ngħin lill-Gvern biex isib dawn it-tip ta' difetti - li nispera li jiġu irranġati.", "Biss ħaġa li dejqitni, Sur President, f'din id-diskussjoni kienet dik il-litanija sħiħa biex nuru kemm hu tajjeb dan il-Gvern u kemm kien ħażin il-Gvern preċedenti f'dik li hija aviation security.", "Issa jien m'iniex se naqa' fit-tentazzjoni li nsemmi lista ta' affarijiet dwar dak li għamel fil-qasam tas-sigurta' Gvern Nazzjonalista imma rrid ngħid li fil-fehma tiegħi l-isbaħ ċertifikat li kisbet l-amministrazzjoni preċedenti huwa r-riżultat ta' l-inkjesta li saret wara li fid-9 ta' Ġunju, 1997 kien sar dak il-hijacking li semma l-Ministru.", "Fil-fatt, minn dik l- inkjesta ħareġ li ma kien hemm l-ebda difett fis-sistema ta' sigurta' eżistenti.", "Huwa minnu li f'dan l-abbozz ta' liġi qed jiġu proposti xi rakkmandazzjonijiet pero' kif għidt diġa' r-riżultat ta' dik l-inkjesta tatna ċertifikat ta' kemm kienet tajba s-sistema ta' sigurta' li kellu l- ajruport ta' pajjiżna fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Issa hawn ta' min jgħid ukoll li l-Gvern Nazzjonalista, li skond xi Membri tan-naħa l- oħra m'għamel xejn f'dan il-qasam, irratifika l-Konvenzjoni ta' Tokyo ta' l- 1963, irratifika l-Konvenzjoni ta' The Hague ta' l-1970, irratifika l- Konvenzjoni ta' Montreal ta' l-1988 u kif qalilna l-Ministru fl-aħħar tad- diskors tiegħu, għadda l-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili.", "La semmejt l-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili hawnhekk nixtieq nistaqsi: GĦaliex f'pajjiż żgħir bħal tagħna għandu jkollna żewġ liġijiet dwar is-sigurta' fl-ajruport, l-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili u l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum, l-Att ta' l-1998 dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili?", "GĦaliex dan it-taħwid kollu?", "Allura għaliex ma nemendawx il-liġi ta' l-1991 u l-abbozz ta' liġi li qed nipproponu llum jidħol bħala parti minn dik il-liġi jew inkella nħassru l-liġi ta' l-1991 u ninkorporawha f'dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu?", "GĦalfejn qed indaħħlu żewġ liġijiet li mhux talli se jkun hemm overlapping bejniethom imma kif se nuri iktar 'il quddiem, lanqas biss jaqblu?", "Kieku l-Ministru ġie jgħidilna li l- liġi ta' l-1991 hija ħażina konna nħassru dik il-liġi u nagħmlu oħra ġdida, imma hawnhekk il-Ministru qed jgħid li kemm il-liġi ta' l-1991 kif ukoll dik li qed nagħmlu llum se tibqa'.", "Jien għandi l-impressjoni wkoll li l- abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum sar xi ftit bl-għaġġla għax min fassal dan l-abbozz ta' liġi ma eżaminax dak li hemm provdut fl-Att ta' l- 1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili bir-reqqa.", "Ħalli nibda biex nagħti xi ftit eżempji dwar dan li qed ngħid billi nibda biex insemmi xi ħaġa fuq is-sigurta' fl-ajruport kontra atti terroristiċi.", "Madam Speaker, it-tliet konvenzjonijiet internazzjonali li semmejt iktar kmieni fid-diskors tiegħi, jiġifieri l-Konvenzjoni ta' Tokyo ta' l-1963, ta' The Hague ta' l-1970 u ta' Montreal ta' l-1971, tista' tgħid li rratifikathom id-dinja kollha u meta fl-1991 dawn ġew inkorporati fl-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili ġie introdott għall-ewwel darba r-reat tal-hijacking.", "Forsi hawn wieħed jista' jistaqsi: GĦaliex qed ngħid li dan ir-reat ġie introdott għall-ewwel darba?", "GĦax sa l-1991, jiġifieri qabel ma rratifikajna dawn il-konvenzjonijiet u daħħalnihom jifformaw parti mil-liġi tagħna, għalkemm il-hijacking kien reat, dan ma kienx xi reat speċifiku speċjali imma kien l-istess reat bħal meta wieħed jaħtaf lil xi persuna f'Malta u għalhekk li taħtaf ajruplan sħiħ u li taħtaf persuna f'Malta kienu jfissru l-istess ħaġa.", "Madanakollu permezz ta' l-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili ġie introdott reat speċifikat għal każi ta' hijacking u l-piena ta' reat bħal dan kienet ta' għomrok il-ħabs, jiġifieri jekk stess il-hijackers ma joqtlu lil ħadd, dawn xorta jeħlu piena ta' għomorhom il-ħabs.", "Madam Speaker, hawn ta' min jgħid ukoll li fl-Att ta' l-1991 dwar is- Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili ġew introdotti reati li mhux biss isiru fuq l- ajruplani imma wkoll fl-ajruporti.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn subartiklu (2) ta' artiklu 19 insibu li:", "\"Whoever unlawfully and intentionally using any device, substance or weapon:", "(a) performs an act of violence against a person at an airport serving international civil aviation which causes or is likely to cause serious injury or death;\",", "jeħel piena ta' għomru l-ħabs jew inkella, kif jgħid subartiklu (2) stess, mhux inqas minn tliet snin ħabs.", "Min-naħa l-oħra jekk inħarsu lejn klawsola 8 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna - fil-fatt din il- klawsola fiha l-istess wording tal-liġi ta' l-1991, jiġifieri m'hi qed tagħmel xejn ġdid ħlief tikkomplika l-affarijiet - insibu li kulmin \"by means of any device, substance or weapon\" jikkommetti att ta' vjolenza li tipperikola l-ħajja tan-nies ġewwa ajruport, bħal meta, per eżempju, wieħed ipoġġi bomba f'ajruport, jeħel għomru l-ħabs.", "GĦalhekk illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn għall-istess reat filwaqt li l-liġi ta' l-1991 qed tgħid li dan għandu jeħel piena massima ta' bejn tliet snin u għomru l-ħabs, dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li kull min jikkommetti dan ir-reat jeħel għomru l-ħabs.", "Issa hawnhekk irridu nġibu quddiem għajnejna l-fatt li dawn il-liġijiet se jkunu jeżistu t-tnejn; jiġifieri dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu, ladarba jsir liġi, mhux se jħassar il-liġi ta' l-1991 imma se jimxi pari passu mal-liġi l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Mela issa għal kull ħaġa li ngħid, se tibdew tgħiduli li hemm emenda għaliha?", "J'Alla jkun hemm l-emendi neċessarji għad-difetti li qed niġbed l-attenzjoni għalihom!", "Wara kollox ix-xogħol ta' l-Oppożizzjoni huwa li niġbdu l-attenzjoni għall- iżbalji - u hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi għal żbalji żgħar - li jkunu saru minn min ikun għamel l-affarijiet bil-għaġġla.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx fejn huma d-difetti li semmejt inti meta kont qed titkellem fuq il-mock hijacking exercise għax kemm meta kont responsabbli minn dan il-qasam jien, kif ukoll meta kien responsabbli l- ministru ta' qabli, kien sar pjan intensiv f'każ li jsir xi hijacking, twaqqaf il-kumitat ta' l-airport security u ġie nnominat ukoll il-manager ta' l-airport security.", "Jien naħseb li l-Ministru ried jipprova jieħu kapital politiku meta qal li sab xi difetti - naturalment hu ma qalilniex x'inhuma dawn id-difetti għax dawn għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' - fil-mod li bih jaħdem il-mock exercise u ma nistax nifhem kif imbagħad il-Ministru ma rax toqba li hija ikbar mit-toqba li hemm fil-fence ta' l-ajruport li skond il-gazzetta \"The Times\" jgħaddu minnha kemm nies, kemm qtates kif ukoll klieb ...", "(Interruzzjonijiet) Inti issa ilek sena u nofs fil-gvern, jiġifieri matul dan il-perijodu laħqu għaddew ħafna nies, qtates u klieb!", "Kont qed ngħid li jien ma nistax nifhem kif imbagħad il-Ministru ma rax toqba li hija ikbar minn dik li hemm fil-fence ta' l-ajruport għax hija toqba ta' żewġ liġijiet li jagħtu pieni differenti għall-istess reat.", "Ministru, ma taħsibx li kien ikun iktar faċli li kieku għamilna liġi waħda minflok tnejn?", "GĦax issa spiċċajna f'sitwazzjoni fejn għandna żewġ pieni differenti għall-istess reat.", "Issa ħalli nġib iktar eżempji biex insostni dan li qed ngħid għax dan m'huwiex l-uniku eżempju tat-taħwid li ġibna meta pproponejna liġi oħra fuq l-istess suġġett.", "Madam Speaker, il-qorti ta' pajjiżna għandha ġurisdizzjoni fuq dawk l- atti ta' vjolenza li jsiru fl-ajruport ta' Malta, fuq xi ajruplan li jkun telaq minn Malta jew fuq xi ajruplan li jkun reġistrat f'Malta.", "Issa hawn ta' min jgħid li ma teżisti l-ebda kontradizzjoni bejn l-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili u dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna f'każ li jsir att ta' vjolenza fl-ajruport ta' Malta.", "Pero' mhux l-istess nistgħu ngħidu għal meta dan l-att ta' vjolenza jsir ġewwa xi ajruport barra minn Malta, bħal ngħidu aħna meta xi ħadd ipoġġi bomba ġewwa l-ajruport ta' Heathrow.", "Skond l-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl- Avjazzjoni Ċivili l-qrati Maltin għandhom ġurisdizzjoni biss meta jsir xi att ta' vjolenza f'ajruport barra minn Malta fuq ajruplan li jkun reġistrat f'Malta, meta jsir xi att ta' vjolenza fuq ajruplan li jkun mikri lil xi ħadd li għandu n-negozju f'Malta u meta l-ħati jkun ċittadin Malti.", "Madanakollu subklawsola (3) ta' klawsola 8, li tittratta dwar dawk l-atti ta' vjolenza li jsiru f'ajruport, tgħid li:", "\"... subsections (1) and (2) above apply whether any such act as is referred to in those subsections is committed in Malta or elsewhere and whatever the nationality of the person committing the act.\".", "Mela qegħdin ngħidu li l-qorti Maltija għandha ġurisdizzjoni fuq kwalunkwe reat fi kwalunkwe ajruport u minn kwalunkwe persuna, jiġifieri kemm jekk din tkun Maltija kif ukoll jekk tkun Ġappuniża, mingħajr m'aħna qegħdin inħassru l-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili.", "Jien nispera li l-Ministru jispjegalna għaliex donnu li se nħallu din il- kontradizzjoni u għaliex qed jinħass il-bżonn li l-qorti Maltija jkollha ġurisdizzjoni fuq kull att ta' vjolenza li ssir minn kwalunkwe persuna fi kwalunkwe ajruport tad-dinja.", "Lill-Ministru qed nagħmillu din il- mistoqsija għax x'interess jista' jkollha l-qorti tagħna jekk Ġappuniż jagħmel bomba f'ajruport ġewwa l-Ġappun u, jekk ikun għaddej minn fuq Malta, minflok ma nibagħtuh lura l-Ġappun biex tiddeċiedi qorti Ġappuniża fuq il-każ tiegħu, niddeċiedu dan il-każ aħna?", "X'ġustifikazzjoni ġuridika legali hemm għal din il-ħaġa?", "Imissna niddeċiedu jekk għandhiex tibqa' tipprevali l-liġi ta' l-1991 jew il-liġi li qed nipproponu llum, imma bla ebda dubju ma jistgħux jibqgħu jipprevalu ż-żewġ liġijiet u huwa importanti li nkunu iktar ċari dwar x'piena għandha tiġi applikata fuq min jinstab ħati ta' reat u f'liema ċirkostanza għandna napplikaw dik il-piena ħalli ma nħallu l-ebda dubju f'dan ir-rigward.", "Issa nixtieq ngħaddi biex insemmi xi kontradizzjonijiet oħra li jistgħu jitfaċċaw - forsi fil-winding-up il- Ministru jgħidli jekk għandix raġun jew le f'dan il-każ imma jien naħseb li għandi raġun - bejn dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u l-Kodiċi Kriminali.", "Madam Speaker, fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħu l-Ministru qal li f'dan l-abbozz ta' liġi hemm klawsola li qed tintroduċi reat ġdid ta' xi ħadd li jġorr miegħu jew jipprova jġorr miegħu xi esplożiv jew xi ħaġa li tixbah lil esplożiv fuq ajruplan.", "Jien naqbel mal-Gvern ukoll li permezz ta' klawsola 25, dan ir-reat mhux se japplikah biss f'każ li xi ħadd iġorr esplożiv imma anke f'każ li xi ħadd iġorr xi ħaġa li tixbah lill-esplożiv - kif ġara fil-każ tal-hijacking f'Ġunju li għadda - bħal, per eżempju, bottijiet tad-deodorant, biex issir theddida ta' vjolenza.", "Fil-fatt din il- klawsola tgħid ukoll li filwaqt li kull min iġorr esplożiv - jiġifieri mhux xi ħaġa li tixbah lil esplożiv - jeħel multa ta' Lm2,000 u priġunerija ta' mhux iktar minn ħames snin, jekk dan juża l-esplożiv li jkun qed iġorr u bih joqtol lin-nies jeħel għomru l-ħabs.", "Din il-klawsola tgħid ukoll li jekk jinqabad xi ħadd fl-ajruport jew fuq ajruplan iġorr firearm, weapon jew kwalunkwe esplożiv u dan ma jkunx laħaq użah jeħel ħames snin ħabs.", "Imma mbagħad jekk inħarsu lejn artiklu 313 tal-Kodiċi Kriminali, li jirregola l-pussess ta' l-esplożivi, isib li min ikun f'pussess ta' esplożivi bl-intenzjoni li jwettaq reat jeħel minn 18-il xahar sa disa' snin ħabs u f'dan il-każ ma tistax tapplika l-liġi li tirrigwarda l- probation fil-konfront tiegħu.", "Issa hawnhekk se jinħoloq konflitt jekk kemm-il darba ma nirranġawhx għax hawn qed ngħidu li jekk ninqabad inġorr bomba fuq ajruplan neħel ħames snin ħabs u jekk ikolli bomba d-dar tiegħi neħel disa' snin ħabs.", "Jien naħseb li iktar għandu jiġri bil-maqlub jew almenu jkun hemm l-istess piena għal dawn iż-żewġ reati għax ma naħsibx li wieħed għandu jieħu bonus ta' erba' snin ħabs talli minflok ma jkun żamm bomba d-dar tiegħu jkun ġarrha fuq ajruplan, bil-ksur ta' dawk il- konvenzjonijiet internazzjonali li semmejt iktar kmieni fid-diskors tiegħi u bir-riskju ta' dak in-numru kbir ta' passiġġieri li jkun hemm fuq l- ajruplan.", "Bla ebda dubju, meta wieħed jiġi biex ifassal dawn it-tip ta' liġijiet b'pieni daqstant ħorox ma jistax jaqbad u jiddeċiedi l-pieni hu biex finalment jispiċċa joħloq konflitti ġodda li qabel ma kenux jeżistu imma għandu jeżamina l-liġijiet tagħna sew u jinkwadra dik il-liġi fis- sistema legali tagħna.", "GĦalhekk nappella lill-Ministru biex qabel ma naslu fl-istadju tal-Kumitat juża pettne biex isolvi l-konflitti li qed joħloq dan l-abbozz ta' liġi għax inkella se jiġrilna li minflok li the line of command ikun iktar ċar ikun iktar imċajpar.", "Madam Speaker, waqt dan id-dibattitu ssemma ħafna l-bżonn li jkun hemm a line of command ċar f'dik li hija sigurta' ta' l-ajruport, jiġifieri bejn wieħed u ieħor inkunu nafu min qed jikkmanda.", "Issa din kienet, għadha u wisq nibża' li se tibqa problema għax il-qasam tas-sigurta' ta' l-ajruport tagħna minn dejjem kien immexxi minn diversi kaptani, u din il-ħaġa hija illustrata tajjeb mil-liġi nnifisha.", "Fil-fatt, kif qal il-Ministru stess fid-diskors tiegħu, klawsola 2 tagħti din id-definizzjoni ta' \"authorised officer\" u tgħid li : \"\"authorised officer\" means any person authorised by the Manager Airport Security, or authorised by the Manager Airport Security on the advice of the Commissioner of Police, or the Commander Armed Forces of Malta, or the Director General Civil Aviation, or the Chairman, Malta International Airport, ...\".", "Issa din id-definizzjoni m'hijiex qed tagħmel riferenza għan-nies kollha li huma involuti fis-sigurta' ta' l-ajruport għax ma' dawn wieħed jista' jżid ukoll - fil-fatt il-Ministru semma xi wħud minnhom - dipartimenti oħrajn bħal, per eżempju, id-dwana, għax minkejja li d-dwana m'għandhiex sehem fis- sigurta' ta' l-ajruport daqs il-persuni u l-awtoritajiet l-oħrajn, żgur li hija ġeluża ħafna tas-sehem li tagħti.", "Fil-fatt meta jidħlu l-pulizija ta' l-iskwadra kontra d-droga f'dan il-kamp kultant jinqalgħu ċerti konflitti, għalkemm dawn ikunu konflitti naturali li jinqalgħu dejjem meta jkun hemm min ikollu ġurisdizzjonijiet differenti għax bir-raġun id-Dwana tkun trid tafferma d-drittijiet tagħha ħalli ma tmurx iċċedi xi ħaġa u darb'oħra jġibuhielha bħala preċedent, jiġifieri jgħidulha li jekk ċediet darba trid tibqa' ċċedieha għal dejjem.", "Madam Speaker, l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-Air Malta.", "Per eżempju, jien niftakar li meta kien hemm l-airport security committee, l- uffiċjali inkarigati mis-sigurta' ta' l-Air Malta - għax din il-kumpannija għandha uffiċjali tas-sigurta' hi stess - kienu membri fil-kumitat tas- sigurta' ta' l-ajruport.", "GĦalhekk hawn qed ngħidu li hemm diversi entitajiet li huma responsabbli mis-sigurta' ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Id- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili jieħu ħsieb joħroġ il-passes biex dak li jkun jidħol f'żona ristretta, il-pulizija tieħu ħsieb l-immigrazzjoni u l-funzjoni tal-ġlieda kontra d-droga fl-ajruport, id-dwana tieħu ħsieb tittrenja l-klieb li għandha fil-ġlieda kontra d-droga, l-MIA hija responsabbli mill-bibien tas-sigurta' u l-Air Malta hija dik li tmexxi l- ajruplani.", "Meta wieħed iqis dan kollu, iktar iħoss il-ħtieġa li wieħed jikkordina dawn l-awtoritajiet differenti bl-istess mod ħalli jkollna kmand iktar b'saħħtu fl-ajruport u, fil-fatt kien għalhekk li l-Gvern preċedenti ma waqqafx biss l-airport security committee imma wkoll il-manager airport security.", "Madam Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed jipprova jsaħħaħ il-poter li għandu l-management airport security billi jagħti ċerta saħħa u pożizzjoni legali lill-manager ta' l-airport security.", "Naturalment the proof of the pudding is in the eating, jiġifieri s'issa għadna ma nafux jekk din is- saħħa legali hijiex se tkun biżżejjed biex tirbaħ lill-armata, lid-dwana u lill-pulizija, anke għaliex dan l-abbozz ta' liġi ma jagħmilx riferenza għal din is-saħħa legali ħlief f'enabling provision li tgħid li l-ministru jista' b'regolament jagħti din is-saħħa legali lill-manager ta' l-airport security.", "Hawn ta' min jgħid li fil-gazzetti saret ċerta kritika kostruttiva dwar jekk din is-saħħa hijiex se tkun biżżejjed għax għalkemm il-manager ta' l-airport security għandu l-impjegati miegħu, dawn l- impjegati m'humiex tiegħu.", "Issa hawnhekk nistgħu niftħu diskussjoni twila - naturalment jien m'iniex se nagħmel dan allavolja kien hemm min għamel dan is-suġġeriment - dwar jekk il-manager ta' l-airport security għandux ikollu l-impjegati tiegħu biex dawn jieħdu s-sigurta' f'idejhom u l-armata tkun tieħu ħsieb biss id-difiża, għax naturalment meta wieħed ikollu l- impjegati tiegħu iktar ikun jista' joħroġ ordnijiet u jimxi mingħajr inkwiet.", "Jien intiż f'dan ir-rigward minħabba li kont responsabbli mis- sigurta' tal-ħabs, li għalkemm m'hijiex komplikata daqs dik ta' ajruport, fil-ħabs kienu ġew impjegati gwardjani u kienu ġew assenjati diversi pulizija biex jagħmlu xogħol ġewwa l-ħabs.", "Fil-fatt din is-sistema għadha tintuża sa llum, tant li d-direttur tal-ħabs preżenti huwa pulizija għax, minkejja li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista konna naqilgħu ħafna kritika minħabba li fil-ħabs kien ġie mpjegat supretendent, illum din is-sistema ġiet aċċettata minn kulħadd għax kulħadd irrealizza kemm huwa diffiċli li ssib nies tajbin biex imexxu oqsma speċjalizzati bħal dawn.", "Hawn ma rridx ninsa nsemmi wkoll il-fatt li anke l-armata kienet taħdem ġewwa l-ħabs imma, peress li dawn bħala members of a disciplined force kienu mħarrġin biex jieħdu l-ordnijiet minn ta' fuqhom biss - u Allaħares ma kienx hekk! - dawn kienu jieħdu d-direttivi mingħand il-Kmandant ta' l-Armata, il- pulizija kienu jieħdu d-direttivi mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija u l- gwardjani tal-ħabs kienu jieħdu d-direttivi mingħand id-Direttur tal-Ħabs!", "Jien lil dawn l-impjegati kemm-il darba għidtilhom li ġaladarba fil-ħabs hemm id-direttur dawn għandhom jieħdu l-ordnijiet mingħandu, imma hemm differenza bejn dak li tgħid, bejn dak li tikteb fil-liġijiet u bejn kif tiffunzjona l-ħaġa nnifisha.", "GĦalhekk jien nappella biex meta wieħed jiġi biex ifassal ir-regolamenti jikkonsidra l-possibbilta' li minflok ma jagħti din is-saħħa kollha lil persuna waħda, jiġi assenjat ma' din il-persuna xi ħadd min-naħa tal-pulizija u xi ħaddieħor min-naħa ta' l-armata ħalli dawn il-konflitti ta' ġurisdizzjonijiet u ta' poteri, li se jibqgħu hemm, ngħidu x'ngħidu u nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet, għax wara kollox aħna bnedmin tad-demm u l-laħam, b'uniformijiet u b'kuluri differenti ...", "Għalhekk jekk stess jiġi mwettaq is-suġġeriment li qed nagħmel jien, se jkun ferm diffiċli biex dawn l-impjegati jibdew jobdu ordni tal-manager ta' l-airport security, li se jkun public officer designated mill-ministru li huwa responsabbli mis-sigurta'.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li nixtieq li dan l-abbozz ta' liġi jidħol fiha f'iktar dettall huwa l-kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni għax hawnhekk dan ma jissemma mkien ħlief f'paragrafu wieħed.", "Fil-fatt jien ma nistax nifhem kif f'dan l-abbozz ta' liġi, li fih madwar 30 klawsola u li jidħlu fid-dettall dwar x'jista' jagħmel il-ministru u x'jista' jagħmel il-manager ta' l-airport security, l-unika darba li jissemma dan il-kumitat huwa f'paragrafu (g) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 3 fejn hemm li l-ministru jista':", "\"... jaħtar Kumitat dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni b'responsabbilta' li jagħtih pariri dwar kull ħaġa li tolqot is-sigurta' fl-avjazzjoni ...\".", "Hawnhekk jien ngħid: Fejn dħalna f'tant dettalji, għandna nħallu f'idejn il-ministru li jagħmel jagħmel ir-regolamenti tal-kumitat u jagħtih pariri dwar kull ħaġa li tolqot il-qasam tas-sigurta' fl-avjazzjoni?", "Jien m'iniex qed ngħid li l-kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni mhux se jkollu s- saħħa ta' liġi, għax ġaladarba jsir regolament dan ikollu s-saħħa ta' liġi, imma jekk se nagħmlu liġi dwar is-sigurta' ta' l-avjazzjoni għandna nħallu l-qafas tal-kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni fid-diskrezzjoni totali tal-ministru - jiġifieri nħalluh jagħmel regolamenti dwar x'għamla għandu jkollu dan il-kumitat, kemm ikollu nies, lil min ikollu nies u x'poteri jkollu - jew dan għandu jiġi rregolat bil-liġi nnifisha?", "Jien naħseb li almenu għandna niddedikaw klawsola waħda lill-Kumitat dwar is-Sigurta' fl- Avjazzjoni.", "Jien smajt minn x'imkien li l-Ministru għat-Trasport u Portijiet qal li se jaħtar awtorita' dwar l-airport.", "Allura rajna li dan l- abbozz ta' liġi mhux biss ikun jaqbel mal-liġi ta' l-1991 u mal-Kodiċi Kriminali imma li jkun jaqbel ukoll ma' l-awtorita' dwar l-ajruport?", "Illum, li ġejna mwegħda li d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili se jieħu d- doveri ta' regolatur u li l-MIA, li se tiġi ppivatizzata, se tieħu l- funzjoni ta' operatur, rajna li din id-distinzjoni, li qabel kienet ftit imċajpra, tiġi riflessa f'din il-liġi?", "Jien naħseb li l-Oppożizzjoni u kull Membru ta' dan il-Parlament għandhom dritt jagħmlu dawn it-tip ta' mistoqsijiet u għalhekk nispera li meta l-Ministru jagħmel il-winding-up jagħtina risposta għad-domandi li qed nagħmlu.", "Madam Speaker, fl-ajruport dejjem kienet teżisti l-problema ta' ġurisdizzjonijiet differenti.", "Per eżempju, peress li l-fence ta' l- ajruport, li tant smajna dwaru dan l-aħħar, għandu x'jaqsam mas-sigurta', id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili m'għandux ġurisdizzjoni fuqu minkejja li dan id-dipartiment għandu l-uffiċċju tiegħu fl-ajruport, imexxi l-ajruport u jagħti l-permessi biex jinżlu l-ajruplani, għax dan jaqa' taħt il-qasam ta' l-intern, li huwa responsabbli minnu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Min-naħa l-oħra l-armata, li tagħmel il-patrolling tal-perimeter ta' l-airport imma li ma tistax tkun kullimkien f'kull ħin, tippretendi li l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu max-xiri ta' jeeps jew ta' vetturi ġodda għandhom jitħallsu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li huwa responsabbli mill-intern, għalkemm dawn huma responsabbilta' ta' l-armata, għax fl-aħħar mill-aħħar f'affarijiet bħal dawn dejjem ikun hemm xi kwestjoni ta' pounds, shillings and pence.", "GĦalhekk hawn wieħed għandu jassigura ruħu li ma jibqax ikun hemm dawn il-konflitti ta' ġurisdizzjonijiet.", "Madam Speaker, f'dan id-dibattitu ssemma ħafna l-fence ta' l-airport.", "Fil-fatt ta' min jgħid li jien informat li f'partijiet minn dan il-fence hemm diversi toqob li jistgħu jgħaddu anke nies minnhom.", "Naturalment billi jkollok fence bla toqob ma jfissirx li ma jistax jaqbeż xi ħadd minn fuqu, imma għallinqas għandna nagħmluha diffiċli kemm jista' jkun biex in-nies ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Hawn ta' min jgħid li meta sitt xhur ilu nġibdet l-attenzjoni tal-Gvern dwar dan il-fence, is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li se tittieħed azzjoni immedjata f'dan ir-rigward billi se jiġi studjat kemm se jqum dan il-fence biex jiġi rranġat ħalli fil-budget ta' l-1998 jiġu pprovduti l-flus neċessarji għal dan l-għan.", "Meta jien fittixt l-estimi sibt li għal din is-sena hemm ivvotati Lm55,000 bħala spiża kapitali għall-kumitat dwar is-sigurta' fl- avjazzjoni - issa jien ma nafx jekk din l-ispiża hijiex se tmur kollha għall-fence ta' l-ajruport - u meta fittixt l-estimi tas-sena li għaddiet ma sibt l-ebda vot kapitali għall-airport security committee, jew għallinqas m'huwiex qiegħed taħt dan il-kumitat.", "GĦalhekk jekk kien hemm vot kapitali jien nixtieq li l-Ministru jgħidilna kemm intnefqu flus mill- vot kapitali ta' l-airport security committee s-sena li għaddiet u kemm mill-Lm55,000 ġew minfuqa biex jiġi rranġat dan il-fence.", "Jien nispera li tittieħed azzjoni immedjata f'dan ir-rigward u li mhux biss jissewwew it- toqob li hemm fil-fence ta' l-ajruport imma li jiġu ntrodotti sistemi moderni ta' sorveljanza f'dan il-perimeter fence ta' l-ajruport.", "Illum is-sigurta' tal-ħabs tjiebet minħabba li ttieħdu ċerti miżuri mill- amministrazzjoni preċedenti, liema miżuri ġew ikkonfermati mill- amministrazzjoni preżenti, biex apparti li l-impjegati li huma responsabbli mis-sigurta' jiġu utilizzati aħjar jinħolqu mezzi moderni li jgħinu lill- għajnejn tal-bniedem fil-qasam tas-sigurta' għax għalkemm huwa minnu li bl- equipment biss ma tagħmel xejn, min-naħa l-oħra bin-natura tal-bniedem, li hija dgħajfa, ma tagħmel xejn lanqas.", "Jiġifieri f'dan il-qasam hemm bżonn kemm ir-riżors uman kif ukoll riżorsi oħra.", "Fil-fatt minn mindu ġew introdotti ċerti mezzi moderni fil-ħabs - issa nispjega għaliex dan japplika għall-ajruport ukoll - liema mezzi, anke jekk twaħħalhom u ma tħaddimhomx, jistgħu jservu ta' deterrent ...", "GĦax dan bħal meta twaħħal burglar alarm.", "Naturalment kull min ikun se jisraq lil xi dar ma jmurx jisraq minn dar li jkollha l-burglar alarm għax ovvjament ħadd ma jieħu gost jisraq għall-pjaċir li jinqabad, anke jekk fir-realta' dik il-burglar alarm ma tkunx qed taħdem, u l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-qasam tas- sigurta'.", "Jien nispera li wara li tiġi mwettqa l-famuża azzjoni immedjata li semmielna s-Segretarju Permanenti billi jissewwa l-fence ta' l-ajruport jintużaw mezzi elettroniċi, bħal video cameras u sensors li jagħtu alarm f'każ li xi ħadd jaqbeż minn fuq il-fence sabiex is- sigurta' ta' l-ajruport titjieb.", "F'dawn l-affarijiet ma rridux ngħidu: Għamilna dan kollu u issa spiċċajna.", "GĦax se jiġi xi ħaddieħor u jgħid: Intom għamiltu hekk, l-oħrajn għamlu hekk u jien se nagħmel hekk.", "Jiġifieri ħadd m'għandu jiftaħar u jgħid: Jien għamilt din, int m'għamilthiex, kien imissek għamiltha qabel.", "Qed ngħid hekk għaliex kien il-Gvern preċedenti li bena l-pedament tas- sigurta' fl-ajruport.", "Imma ejjew ma nidħlux f'dan l-argument għax wieħed dejjem se jsib x'jista' jżid.", "Jien ma nistax nirrivela sigrieti dwar difetti li kienu jeżistu fil-qasam tas-sigurta' fl-ajruport, għax min-naħa tiegħi inkun irresponsabbli, bħalma nkunu rresponsabbli jekk ngħidu x'miżuri speċifiċi jittieħdu f'każijiet ta' sigurta'.", "Jien naf kemm ittieħdu miżuri ġodda li qabel, jew b'nuqqas ta' attenzjoni jew inkella għax ma kienx hemm preparazzjoni biżżejjed, ma kenux jittieħdu.", "Qabel kien hemm difetti serji fis-sistema tas-sigurta' fl-ajruport li għalkemm mhux f'affarijiet kbar xorta waħda kienu jipperikolaw is-sigurta' fl-ajruport.", "Huwa mportanti li wieħed jissorvelja mhux biss lin-nies li jitilgħu fuq l- ajruplan, imma dak kollu li jidħol fil-hold ta' l-ajruplan u dan jinkludi mhux biss il-bagalji imma anke l-cargo.", "Per eżempju, kienu ttieħdu diversi miżuri f'dan il-qasam minn gvernijiet preċedenti sabiex dejjem nipprovaw ngħalqu l-loopholes li jista' jkun hemm fil-qasam tas-sigurta' fl-ajruport.", "L-istess ħaġa jiġri rigward il-posta.", "Huwa mportanti li l-posta kollha li tkun se tiġi trasportata bl-ajruplan isirulha l-verifiki neċessarji sabiex qatt ma tiġi pperikolata s-sigurta' tal-passiġġieri.", "Dan l-aħħar saret domanda parlamentari, jidhirli mill-Onor.", "Adrian Vassallo, dwar dawn in-nies li m'għandhomx x'jagħmlu u joqogħdu jċemplu l- ajruport biex jgħidu li hemm bomba fuq l-ajruplan jew fl-ajruport, u xi kultant dawn it-telefonati jsiru anke f'affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-ajruport.", "Dawn l-affarijiet joħolqu diżgwid u taħwid u barra minn hekk iqumu lill-gvern ammonti kbar ta' flus.", "Naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li fil-qasam tas-sigurta' ma tistax tieħu riskju u tgħid li dak li ċempel illum huwa l-istess wieħed li ċempel il-ġimgħa li għaddiet, għax dak inhar li tagħmel hekk tista' tkun qed tiżbalja u allura kull darba li jkun hemm telefonata simili bilfors trid tinvestiga.", "Dan ifisser delays fid- departures ta' l-ajruplani, inkonvenjenza lill-passiġġieri, ħela ta' riżorsi umani u ħela ta' flus.", "Din il-ħaġa ma tiġrix hawn Malta biss imma tiġri anke f'pajjiżi oħrajn.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jirregola ħafna affarijiet oħrajn serji li, in parti, diġa' huma rregolati permezz tal-liġi ta' l-1991, pero' kontra l-bomb hoax m'hemm xejn x'tagħmel.", "Kif jaf il-Ministru l-użu tat-telephone għal skopijiet illegali huwa projbit bir-regolamenti tat-Telemalta, imma ladarba se nagħmlu liġi li se tkompli tibni fuq il-liġi ta' qabel dwar is-sigurta' fl-ajruport, ma jidhirlux il-Ministru li r-reat ta' min għall-gost u l-pjaċir li joħloq konfużjoni jċempel l-ajruport u jgħid li hemm bomba fuq l-ajruplan jew fl- ajruport innifsu m'għandux jibqa' jaqa' iktar taħt ir-regolamenti tat- Telemalta u għandu jsir reat kontra s-sigurta' ta' l-ajruport?", "Naturalment dak li jkun m'huwiex se jiġi kkastigat b'għomru l-ħabs imma għandu jiġi kkastigat iktar minn wieħed li sempliċement juża telephone għal skop illegali.", "Għaliex altru li tuża t-telephone biex toqgħod tinki lil xi ħadd u altru li tuża t-telephone b'mod illegali sal-punt li tħarbat l-iskeda u l- programm sħiħ ta' ġurnata fl-airport innifsu bi spiża għall-gvern.", "Jidhirli wkoll li meta dak li jkun jinqbad li jkun għamel dan ir-reat - huwa diffiċli li taqbad min ikun imma llum hemm ħafna metodi - għandu jeħel id-danni ċivili li jikkaġuna lill-komunita' u lill-gvern f'dan it- tħarbit tas-sistema tas-sigurta'.", "Din il-ħaġa qed issir komuni żżejjed u jidhirli li bħalma jeżistu diversi reati oħrajn, għandu jiżdied dan ir-reat speċifiku kontra min juża t-telephone bi skop illegali sabiex joħloq konfużjoni sħiħa.", "Illum is-sistema fl-ajruport dejjem qed tiżviluppa u jien naħseb li dan ir-reat speċifiku għandu jaqa' taħt il-liġi li qegħdin niddiskutu llum.", "Sur President, nixtieq li meta l-Ministru jiġi għall-winding-up jilluminani dwar xi ħaġa li qed tiġi ntrodotta f'dan l-abbozz ta' liġi li tirrigwarda l-pieni u lili ma togħġobnix.", "Skond subklawsola (2) ta' klawsola 26 ta' dan l-abbozz ta' liġi, min ma jobdix ordni leġittima ta' persuna awtorizzata fl-ajruport - għallinqas fit-test Ingliż, għax fit-test Malti ma sibthiex - u jimpedixxiha milli tagħmel id-dmir tagħha, jista' jeħel:", "\"(a) on summary conviction, a fine not exceeding Lm1,500;\"", "- dan ifisser li toħroġ ir-reat b'ċitazzjoni -", "\"(b) on conviction on indictment, ...\"", "- jiġifieri fil-każ li toħroġ l-akkuża u allura jkun se jsir il-ġuri -", "\"... a fine or imprisonment for a term not exceeding two years, or both.\".", "Issa l-Ministru jista' jgħidli li din diġa' teżisti f'liġijiet oħrajn u dan huwa veru, partikolarment fejn tidħol id-droga.", "Fil-fatt insibu li fil-każ ta' traffikar jew pussess tad-droga, jekk l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi li l- każ tiegħek jiġi deċiż mill-Qroti tal-Maġistrati, tista' teħel piena sa massimu ta' għaxar snin, pero' jekk għal dan għall-istess każ l-Avukat Ġenerali jidhirlu li għandu jibagħtek quddiem ġuri allura l-piena awtomatikament titla' għal għomor il-ħabs.", "F'dan il-Parlament saret kritika għall-poter ta' l-Avukat Ġenerali li b'deċiżjoni tiegħu jista' jibgħat il- każ tiegħek quddiem il-Qorti t'Isfel u teħel massimu ta' għaxar snin, jew jista' jibgħat il-każ tiegħek quddiem il-Qorti ta' Fuq u teħel massimu ta' għomor il-ħabs.", "Issa din għal ħafna nies m'hijiex aċċettabli, lanqas fil- qasam tad-droga.", "Nista' nifhem xi problema jkollhom il-pulizija meta jaqbdu lil xi ħadd li jkunu ilhom jiġru warajh għax min jaf kemm ikun għamel reati mingħajr ma jinqabad, imbagħad jaqbduh fuq it-traffikar tad- droga u allura they throw the book at him u jibagħtuh quddiem ġuri ħalli jieħu l-piena massima.", "Fil-qasam tad-droga, minkejja l-kritika li saret, forsi wieħed jista' jgħid li din hija gwerra u fil-każ ta' gwerra ma tistax tiġġieled bl-ingwanti.", "Imma fil-qasam ta' min ma jobdix lil xi membru tas- sigurta' fl-ajruport, kien hemm bżonn li nagħtu d-diskrezzjoni lill-Avukat Ġenerali li jwaħħlu multa ta' Lm1,500 jew inkella ħabs għal sentejn?", "Jien naħseb li ħafna nies jgħidu li dan il-poter qatt m'għandu jingħata u għandu jiġi limitat biss għal każijiet serjissimi, mhux għal min ma jobdix uffiċjal li jkollu żewġ penzijiet fl-ajruport.", "Jien naqbel li dak li jkun għandu jiġi kkastigat imma mhux skond id-diskrezzjoni ta' jekk l-Avukat Ġenerali jibagħtux quddiem ġuri, jew fi proċedura sommarja jew inkella joħroġlux l-att ta' l-akkuża.", "Forsi din nistgħu narawha fl-istadju ta' Kumitat għax hawnhekk hawn xi taħwida fit-test Ingliż.", "Nixtieq li xi ħadd jieħu nota li paragrafi (a) u (b) ta' subklawsola (2) tal-klawsola 26 jeżistu biss fit-test Ingliż u fit-test Malti ma jidhrux.", "Imbagħad f'subklawsola (4) ta' klawsola 25 fit-test Ingliż hemm paragrafu li ma jagħmilx sens.", "Naf li se ssir xi emenda imma nispera li din tkopri ż-żewġ affarijiet.", "Nixtieq ningħata spjegazzjoni mingħand il-Ministru dwar it-taqsima li tagħti poter lill-ministru responsabbli mis-sigurta' ta' l-ajruport li joħroġ direttivi.", "Jekk inħarsu lejn subklawsola (1) ta' klawsola 21 insibu li:", "\"il-Ministru jista' jagħti ordni bil-miktub lill-operatur ta' xi ajruplan wieħed jew iktar minn ajruplan wieħed reġistrat jew li jitħaddem f'Malta, lill-Manager tas-Sigurta' fl-Ajruport, jew lill- manager ta' ajruport li jinsab Malta ...\".", "Mela il-ministru jista' joħroġ direttivi bil-miktub jew lill-manager tas- sigurta' ta' l-ajruport, jew lill-manager ta' l-ajruport jew inkella lill- operatur ta' ajruplan li jkun jinsab f'Malta u jordnalu:", "\"(a) biex ma jġiegħelx jew jippermetti persuni jew proprjeta' li jitlgħu jew jitgħabbew abbord ajruplan li dwaru toħroġ l-ordni, jew li jersqu jew jinġiebu viċin ta' dak l-ajruplan, kemm-il darba ma jkunux saru dawk it-tfittxijiet fuq il-persuni jew proprjeta' li jkunu ġew speċifikati li jsiru fl-ordni ...\".", "Dan huwa l-kliem tal-liġi, issa ħalli nieħdu l-każ speċifiku.", "Il-ministru jista' jordna li fit-tlett ijiem li ġejjin fl-ajruplani kollha ta' l-Air Malta li jtiru lejn Londra ssir tfittxija fil-bagalji, mhux biss bil-mod kif issir illum, imma dawn iridu jinżlu minn fuq l-ajruplan u kulħadd jidentifika l-bagalja tiegħu.", "Allura biex issir ħaġa bħal din hemm bżonn li joħroġ ordni l-ministru?", "Ladarba diġa' għandna kaptani fl-ajruport hemm bżonn li jkollna kaptan ieħor, li huwa l-ministru - dan diġa' għandu responsabbilta' politika lejn dan il-Parlament - sabiex jiddefendi s- sigurta' fl-ajruport?", "Dik hija responsabbilta' tal-ministru politikament, imma l-Ministru qalilna li l-iskop ta' din il-liġi huwa li the line of command ikun ċar sal-punt li naqbdu wieħed minn dawk il-ħafna nies li semmejt, is-security manager ta' l-ajruport, u ngħidulu: Int tikkmanda hawnhekk f'materja ta' sigurta'.", "Allura huwa għaqli li apparti dan se ngħidu li l-ministru jista' - il-ministru mhux is-security manager ta' l- ajruport - jagħti odnijiet bil-miktub lill-operaturi ta' l-ajruport, lill- operaturi ta' l-ajruplani u lill-manager tas-security committee fuq affarijiet ta' dettalji?", "X'inhuma dawn l-ordinijiet?", "Skond paragrafu (a) ta' klawsola 21 ta' dan l-abbozz ta' liġi trid tagħtih dettalji:", "\"(a) biex ma jġiegħelx jew jippermetti persuni jew proprjeta' li jitilgħu jew jitgħabbew abbord ajruplan li dwaru toħroġ l-ordni, jew li jersqu jew jinġiebu viċin ta' dak l-ajruplan...\".", "Jew inkella:", "\"(b) biex ma jġiegħelx jew jippermetti ajruplan bħal dak itir kemm-il darba ma jkunux saru dawk it-tfittxijiet li jkunu ġew speċifikati li jsiru fl-ordni...\".", "M'iniex ngħid li dawn m'għandhomx isiru imma naħseb li ħadd ma jista' jiddeċiedi dawn l-affarijiet iktar mill-manager ta' l-airport security.", "Issa jekk imbagħad il-ministru, fil-vesti tiegħu li għandu x'jaqsam ma' l- intern, ikollu informazzjoni li tindikalu li hemm bżonn li jittieħdu miżuri ta' sigurta' speċjali fl-ajruport, allura jgħid lill-security manager ta' l- ajruport u naħseb li dan irid ikun iblah biex ma jagħmel xejn jekk il- ministru jgħidlu li hemm ċerta sitwazzjoni.", "Imma permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se nagħtu poter lill-ministru sabiex joħroġ ordni bil-miktub li ajruplan ma jtirx jew li n-nies u l-cargo ma jitilgħux fuqu jekk ma jsirux ċerti searches.", "Imbagħad klawsola 21 tkompli tagħti iktar poteri ta' dan it-tip lill-ministru.", "Per eżempju, f'subklawsola (2) insibu li l-ministru jista' joħroġ ordni lis-security manager jew lill-manager ta' l-airport, li tkun limitata għal ajruplan speċifiku, jew ajruplan ta' destinazzjoni speċifika, jew inkella għal persuna jew proprjeta' partikolari.", "Nixtieq li l-Ministru fil-winding-up jagħtina ġustifikazzjoni għaliex kien hemm bżonn li nagħmlu liġi sabiex nagħtu l-poter lilu minflok lis-security manager ta' l-ajruport li joħroġ ordnijiet dwar dettalji ta' sigurta'.", "L-istess, f'subklawsola (1) ta' klawsola 22 insibu li l-Ministru jista' jordna li jsiru searches fl-ajruport.", "Din tgħid hekk:", "''il-Ministru jista' jordna bil-miktub lill-Manager tas-Sigurta' fl- Ajruport jew lill-manager ta' xi ajruport li jinsab Malta u jeħtieġ minnu li jiżgura li dawk it-tfittxijiet li għalihom japplika dan l- artikolu kif ikun hemm speċifikati fl-ordni jitwettqu minn persuni oħra hekk deskritti kif jistgħu jiġu speċifikati fl-ordni.''.", "Naturalment il-ministru li jagħmel l-ordni jiddeċiedi min huma dawn il- \"persuni oħra hekk deskritti fl-ordni\".", "Dawn is-searches jistgħu jsiru wkoll fuq l-ajruplani jew fl-ajruporti.", "Imma għaliex il-ministru se jitgħabba b'dawn id-dettalji ta' sigurta' dwar l-ajruport?", "Il-funzjoni tal- ministru għandha tkun li jkollu responsabbilta' politka f'dan il-Parlament u mhux li jidderieġi s-sigurta' ta' l-ajruport.", "Jiggwidahom iva, għax għalhekk huwa chairman ta' l-airport security committee, imma li jordna hu stess bil-miktub li jsiru ċertu tip ta' searches fuq persuni, proprjeta' jew ajruplani għad irrid nisma' l-ġustifikazzjoni tagħha.", "Din teżisti wkoll f'Taqsima V ta' dan l-abbozz ta' liġi li titkellem dwar \"sorveljar ta' ajruporti\", fejn f'subklawsola (1) ta' klawsola 28 insibu li:", "\"Il-Ministru jista' b'ordni jsemmi ajruport li jkun użat għall- għanijiet ta' l-avjazzjoni ċivili għall-għanijiet ta' din it-Taqsima ta' dan l-Att jekk huwa jqis li s-sorveljar ta' dak l-ajruport għandu jkun f'idejn il-membri tal-Korp tal-Pulizija jew il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta ...''.", "Hawn ukoll, għalkemm għandu l-obbligu li jikkonsulta lis-security manager ta' l-ajruport ...", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, imma anke f'dak il-każ forsi wieħed jista' jispjega għaliex il-Ministru għat-Trasport u Portijiet se jkollu dan il-poter.", "Xtaqt insemmi wkoll xi punti pożittivi li nsibu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien naħseb li apparti d-difetti li semmejt, it-tħaddim tas-sigurta' fl- ajruport qed jiġi rregolat b'mod iktar dettaljat.", "Naturalment wieħed għad irid jara x'effett se jkollha din il-liġi għax dan huwa kamp li diffiċli tiddiskutih fil-Parlament ħlief b'mod ġenerali, għaliex ħafna drabi jekk tiddiskutih b'mod speċifiku tkun qed tikxef affarijiet li forsi ma jkunx fl- interess pubbliku li jinkixfu.", "Pero' naħseb li f'dan l-abbozz ta' liġi hawn tentattiv li għallinqas nagħtu saħħa legali lil ċerti karigi amministrattivi li rnexxew.", "Ninsab ċert li kieku ma rnexxewx il-karigi amministrattivi li twaqqfu matul l-amministrazzjoni preċedenti ma konniex niġu hawnhekk biex nagħtuhom is-saħħa legali sabiex ikomplu x-xogħol tagħhom.", "Huwa importanti wkoll li dan l-abbozz ta' liġi jsemmi l-air cargo agencies għax skond dak li nisma' dawn għandhom responsabbiltajiet kbar.", "Per eżempju, tista' tieħu pakkett għand l-air cargo agent u biex dan jitwassal mill-post fejn tiddepożitah sa l-ajruport ikun hemm bżonn li jsir ċertu kontroll.", "Huwa importanti li dan il-kontroll qatt ma jiġi llaxkat għaliex qatt m'għandhom jitħallew loopholes fis-sistema tas-sigurta' fl- ajruport.", "Dawn il-kontrolli se jkomplu jissaħħew permezz ta' din il-liġi għaliex il-Ministru jista' jitlob lista tal-miżuri tas-sigurta' li jieħdu dawn l-air cargo agents.", "Meta qed ngħidu \"cargo\" qed nirriferu għall-posta kollha u mhux biss għal affarijiet kbar, għax anke affarijiet żgħar jistgħu jkunu ta' periklu għall-ajruport u għall-ajruplani.", "Allura huwa tajjeb li qed jittieħdu dawn il-miżuri sabiex dan il-kamp, li qabel kien jiġi regolat amministrattivament, jibda jiġi regolat permezz ta' din il-liġi.", "Jien m'iniex se ngħid, bħalma qal xi ħadd, li dan l-abbozz ta' liġi m'għandux direzzjoni u m'huwiex prattiku għaliex minkejja l-punti ta' kritika li għamilt inkun prużuntuż jekk nasal għal konklużjonijiet qabel ma naraw is-sistema titħaddem.", "Ninsab żgur li dan l-abbozz ta' liġi jrid jiġi eżaminat iktar bir-reqqa f'dawk li huma dettalji għaliex hemm toqob serji fih.", "Għadni ma nistax nifhem għalfejn għandu jkollna żewġ liġijiet u mhux waħda li jitrattaw fuq is-sigurta' fl-avjazzjoni, kemm għal skop ta' konvenjenza u anke għal skop ta' nuqqas ta' burokrazija.", "Niktbu x'niktbu u ngħidu x'ngħidu fil-Parlament, jekk ma jkollniex il-mezzi sabiex inwettqu dak li ngħidu se jkollna ħafna liġijiet sbieħ li ma jkunux jistgħu jitwettqu.", "Din hija xi ħaġa li tinterressana lkoll u ma tinteressax biss lil partit politiku wieħed għax din hija xi ħaġa ta' mportanza anke għall- isem ta' Malta.", "Fil-każ ta' l-inċident tal-hijacking li ġara sitt xhur ilu, minn inkjesta rriżulta li dan ma kienx tort ta' l-impjegati ta' l-ajruport u li ma kien hemm l-ebda difett serju fis-sistema tas-security.", "Pero', minkejja li ma kienx tort ta' l-awtoritajiet Maltin, dawn l-affarijiet xorta waħda jagħtu image ħażin lil pajjiżna.", "Huwa mportanti li f'dawn l-affarijiet inkunu moħħ wieħed f'dan il-Parlament, pero' dan ma jfissirx li m'għandniex nagħmlu l- kritika tagħna sabiex l-affarijiet isiru dejjem aħjar.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, ħadt gost nisma' lill-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra jitkellem fuq is-sigurta' fl-ajruport.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Borg li din m'hijiex xi liġi politika, għax meta tiġri xi ħaġa fl-ajruport minħabba nuqqas ta' sigurta' m'huwiex se jeħel il- Parit Laburista jew il-Partit Nazzjonalista jew min ikun fl- amministrazzjoni, imma jitħammeġ l-image ta' Malta.", "Ħsara bħal din ma tissewwiex f'jumejn jew tlieta u dan nistgħu narawh minn esperjenzi simili.", "Per eżempju, jeżistu ċerti ajruporti u linji ta' l-ajru li kif issemmihom jaqbdek il-bard.", "Min hu mdorri jsiefer jaf x'nuqqas ta' serjeta' u nuqqas ta' sigurta' teżisti f'dawk l-ajruportijiet mniżżlin bħala high risk.", "Nies li jħobbu jivvjaġġaw, bħalma huma l-Amerikani, jgħidulek li t- tali ajruport huwa high risk u trid toqgħod attent għaliex m'hemmx is- sigurta' li wieħed jixtieq.", "Nista' ngħid li kwalunkwe amministrazzjoni li kien hawn f'pajjiżna dejjem ħadet in konsiderazzjoni li s-sigurta' ta' l- ajruport tkun waħda li ġġib l-għira lil ħaddieħor.", "Kif qal il-kollega tiegħi, dan nistgħu ngħiduh b'wiċċna minn quddiem u ma noqogħdux ngħidu għax dan il-gvern għamel hekk u l-gvern l-ieħor għamel hekk.", "Kemm fl-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum u kif ukoll fil- liġijiet li saru qabel dejjem tgħallimna mill-esperjenza.", "Jien niftakar tliet hijackings li ġraw f'Malta u kull darba titgħallem xi ħaġa ġdida, u naturalment toqgħod attent biex ma jerġax jiġrilek dak li jkun ġralek id- darba ta' qabel.", "Fl-aħħar hijacking kellna xortina tajba - dan jirriżulta anke mir-rapport li ħareġ - għax in-nies li għandhom x'jaqsmu ma' l- ajruport, kemm il-ħaddiema ta' l-MIA, kemm dawk li għandhom x'jaqsmu mas- sigurta' u kif ukoll il-pulizija, la kienu nvoluti u lanqas kellhom ħtija f'dak li ġara.", "Ngħid għalija m'għandix l-iċken dubju li l-maġġoranza tan- nies li hemm fl-ajruport ta' Malta huma serjissimi u jaraw li l-affarijiet isiru bis-serjeta'.", "Biss il-Gvern ħass li minflok ma jkollna ħafna fergħat bħalma huma d-DCA, l-MIA, il-pulizija, il-forzi armati u taqsimiet oħrajn, is-sigurta' ta' l-ajruport għandha tkun ibbażata f'organiżżazzjoni waħda fejn ikun hemm kordinazzjoni sħiħa, għaliex jekk ma naħdmux f'kollaborazzjoni ma naslux.", "Huwa veru li dawn l-affarijiet iqumu ħafna flus, speċjalment meta jkollok telefonata anonima fejn tisma' xi leħen jgħidlek li hemm bomba.", "Ġieli ssib min jgħidlek: U iva, dik ċajta!", "Pero' kif qal sieħbi jekk tieħu 99 telefonata bis-serjeta' u tieħu waħda biċ- ċajt, dak inhar tista' tinzerta tkun serja.", "Ġieli ajruplan ikun wasal nofs triq u jkollok terġa' ddawru lura jew tniżżlu f'xi ajurport ieħor u dawn l- affarijiet iqumu ħafna flus lil dik il-linja ta' l-ajru.", "Illum hawn mezzi moderni biex jitnaqqsu affarijiet bħal dawn u li jgħinuk aktar sabiex issir taf minn min qed isiru.", "Meta kien se jitressaq dan l-abbozz ta' liġi saret konsultazzjoni miegħi u mal-kollega tiegħi rigward is-sigurta' fl-ajruport.", "Jien m'iniex ngħid li ma kontx kuntent bis-sigurta' li kien hemm qabel għax jekk ngħid hekk inkun qed ngħid ġennata imma aħna ridna li jkollna sigurta' ikbar.", "Issa jekk hemm liġi li fiha double standards jew hemm żewġ liġijiet li jistgħu jiġu waħda m'huwiex kompitu tiegħi, pero' jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat din is-sitwazzjoni tista' tiġi rranġata.", "Bis-sitwazzjoni li għandna bħalissa jista' jinqala' każ u ma tkunx taf fuq liema liġi trid tmur u allura naħseb li meta niġu għall-istadju ta' Kumitat għandhom isiru laqgħat bejn il- Ministru u x-shadow minister ħalli jaraw kif nistgħu namalgamaw dawn iż- żewġ liġijiet f'waħda.", "Rigward il-kwestjoni tal-posta, f'dak li jirrigwarda lili nista' ngħid li hemm sigurta' stretta meta niġu għal dawn l-affarijiet.", "Allaħares ma jkunx hekk imma kif qal sieħbi din hija liġi li ma tistax titkellem fuqha bil- miftuħ.", "Meta jiġu biex jitgħabbew il-bagalji tittieħed sigurta' stretta u naħseb li sieħbi dan jafu.", "Din hija xi ħaġa li ż-żewġ amministrazzjonijiet kienu ġenerużi fiha u hekk għandu jkun.", "Is-sigurta' fl-ajruport għandha tkun xi ħaġa tal-poplu Malti kollu għaliex ħadd ma jieħu pjaċir isiefer jekk ikun jaf li m'hemmx sigurta'.", "Kif għidt fil-bidu, jien ma tantx nieħu pjaċir intir minn ċerti ajruporti.", "Darba kont f'ajruport fejn tista' tmur sa ħdejn l-ajruplan, tidħol u toħroġ u qisu ma ġara xejn.", "X'ma jsirux hijackings, bombi u affarijiet bħal dawn!", "Ma nixtieqx li nsemmih f'dan il-Parlament, imma naħseb li kulħadd jaf għal liema ajruport qed nirriferi.", "Meta tmur f'dan l- ajruport li qiegħed fl-Ewropa u tiġi biex titla' fuq l-ajruplan tistħajlek se tirkeb xi karozza tal-linja u dan m'huwiex fair għall-passiġġieri li jkunu jridu jużaw l-ajruplani li jitilqu minn hemm.", "Madam Speaker, il-fence ta' madwar l-ajruport irid jinbidel għax ġratlu ħsara kbira u biex nirranġawh mhux Lm55,000 irridu imma ħafna iktar.", "Dan ipprovdejna għalih billi żidna l-patrols tal-membri ta' l-armata u x-xogħol fuqu se jibda f'qasir żmien.", "Dan bilfors irid isir u huwa inutli li noqogħdu ngħidu li l-ħsara li ġrat m'hijiex tort tagħna.", "GĦalija dawn huma kollha ħmerijiet u f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta' m'għandna nwaħħlu f'ħadd.", "Per eżempju, meta l-MIA u d-DCA ġew taħt idejja kelli responsabbilta' anke tad-dwal li juru lill-ajruplan fejn irid jinżel, li ħafna minnhom kienu maqtugħin.", "Dik il-ħaġa wkoll għandha x'taqsam mas- sigurta' ta' l-ajruport u fil-fatt kellna trouble ma' ċerti linji ta' l- ajru li kienu jgħidulna li jekk ma jkollniex dawn id-dwal tajbin m'humiex se jaċċettaw li jiġu hawnhekk.", "Dan ma kien tort ta' ħadd, ħlief ta' min kien ħa l-kuntratt, li ġie jaqa' u jqum u għamel xogħol ħażin.", "Illum is- sistema tar-radar ġiet immodernizzata u għandha wieħed mill-aqwa radars li hawn fl-Ewropa fejn kollox ġie kkumputerizzat.", "Illum għandna air traffic controllers li huma kapaċissimi għax ġew mgħallmin b'ċerta dixxiplina u dawn qed ikomplu jmexxu s-sigurta' ta' l-ajruport 'il quddiem.", "Fl-ajruport ta' kuljum isiru spot checks għall-għarrieda għax jekk kollox isir bir-rutina ma jistax ikun hemm sigurta' serja fl-ajruport u dan aħna qegħdin neħduh bis-serjeta'.", "Illum nistgħu ngħidu li għandna nies serji - m'iniex ngħid li dawn ġew illum imma dawn ġew matul iż-żmenijiet - u kif diġa' qal sieħbi, id-DCA se jkun ir-regolatur u se jkollu x'jaqsam mat- tmexxija ta' l-ajruport.", "Imbagħad it-tmexxija fiżika ta' l-ajruport se taqa' f'idejn l-MIA u bħalma jiġri barra minn Malta din se ssir kumpannija u se tiġi pprivatizzata, fejn 40% mill-ishma se jingħataw f'idejn il- privat, 3% se jingħataw f'idejn il-ħaddiema u l-kumplament se jingħataw f'idejn il-gvern, għaliex għalissa ma nistgħux nitilqu l-ajruport f'idejn Ċikku u Peppi.", "Rigward il-kwestjoni tal-cargo irrid ngħid li f'dan il-każ isir checking regolari u Allaħares ma jsirx hekk.", "Anke fuq il-catering isir checking regolari.", "F'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-ajruport bilfors irid isir checking għall-għarrieda għax inkella ma jistax ikollna sigurta'.", "Huwa inutli li nagħmlu security manager jekk imbagħad f'daqqa' waħda titlaq dawn l-affarijiet jiġru mar-riħ.", "Illum anke fuq in-nies li jaħdmu fl-ajruport isir checking għax kemm id-DCA, bħala regolatur, u kif ukoll il-manager ta' l-MIA li jieħu ħsieb is-sigurta' għandhom id-dritt imorru fuq persuni u jiċċekkjawhom għall-għarrieda.", "Il-ħwienet li hemm fl-ajruport ukoll niċċekkjawhom għall-għarrieda.", "Allaħares ma jkollokx dritt tiċċekkja dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-ajruport għax inkella ma tasal imkien.", "Ħaġa oħra li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi hija li ċ-chairman se jkollu l- poter - ma ninsewx li dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li ċ-chairman se jkun il-ministru ta' l-intern, li bħalissa huwa l-Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru - li jgħid x'għandu jsir u ma jsirx.", "Il- kollega tiegħi qal li dawn l-affarijiet għandna nħalluhom f'idejn l-airport security manager u mhux ngħabbu lill-ministru bihom.", "Per eżempju, jekk jiġi ajruplan li jkollu suspett fih - dawn ikollna minnhom, tafux - l- airport security manager għandu d-dritt li jiċċekkja kollox, inkluż il- personnel li jkun ġie miegħu u dawk li jkunu se jitilgħu fuqu.", "Imma ma ninsewx li l-ministru jkollu ċerti dettalji u informazzjoni u jagħmel ħażin jekk ma jużahomx Issa l-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra staqsa: Minflok ma toħroġ ordni bil-miktub mill-ministru, din għaliex m'għandhiex tkun designated f'idejn is-security manager?", "Jien ma naħsibx li għandu jkun hekk.", "Fil-fehma tiegħi l-ministru għandu joħroġ id-direttivi għax il-liġi tgħid li l-ministru huwa ċ-chairman ta' dan il-kumitat, li se jkun kompost minn dawk kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-ajruport.", "Qabel kien hemm ħafna sezzjonijiet, kellna d-DCA, l-airport manager, iċ-chairman ta' l-MIA, il-forzi armati, il-fire section, li kollha kellhom ċerti drittijiet.", "Meta tela' l-Partit Laburista fil-gvern deherlu li għandu jkun hemm kumitat li jkun chaired mill-ministru ta' l-intern, li f'dan il-każ huwa l-Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, pero' jekk ikollna l-isparpaljar li kien hemm qabel din il-ħaġa ma tistax issir.", "Il-Ministru se jkun responsabbli mill-ajruport kollu, inkluż id-DCA, allura bilfors irid ikun hemm konsultazzjoni bejn iż-żewġ ministeri.", "Ma nistgħux naċċettaw li ministru jiddeċiedi mod u ministru ieħor jiddeċiedi mod ieħor, għax inkella ma naħdmux.", "Meta niġu għas-sigurta' ta' l-ajruport irid ikun hemm konsultazzjoni u qbil bejn iż-żewġ ministri, għax il-Ministru għat- Trasport u Portijiet għandu taħt idejh il-maġġoranza tal-personnel u l- affarijiet li hemm fl-ajruport, filwaqt li l-Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu r-responsabbilta' tas-sigurta' kollha ta' l-ajruport, inkluż l-armata.", "Kien hemm min staqsa jekk il-manager huwiex se jkollu n-nies tiegħu.", "Iva, dan se jkollu nies tiegħu għaliex mingħajrhom ma jistax imexxi.", "Din is-sigurta' bilfors trid issir u jrid ikollok persuna waħda u mhux kif konna qabel fejn kien hemm xi mitt persuna u kulħadd irid jikkmanda hu.", "Naqbel ukoll li jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, dawn iż- żewġ liġijiet għandhom jiġu nkorporati biex ma jkollniex ħafna overlapping u taħwid.", "Meta niġu għall-istadju ta' Kumitat ċerti affarijiet għandhom jiġu diskussi ħalli jkollna liġi kif jixtiequ ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Aħna l-Membri Parlamentari nixtiequ li jkollna liġi li permezz tagħha jkollna sigurta' stretta fl-ajruport.", "Fil-fatt illum din diġa' teżisti u aħna ħadna ċ-ċertifikat bħala wieħed mill-aqwa airports li hawn fl-Ewropa.", "GĦalhekk jien nixtieq li l-poplu Malti jibqa' jżomm din is-sigurta' u s- serjeta' għax dawn jagħmlu unur mhux biss lill-Partit Laburista jew lill- Partit Nazzjonalista, imma lill-poplu Malti kollu.", "Barra minn hekk, kull min jiġi jżurna jkun moħħu mistrieħ li se jtir ma' linja ta' l-ajru li magħha se jasal qawwi u sħiħ.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Madam Speaker, fil-fehma tiegħi s-suġġett li għandha quddiemha din il-Kamra huwa ta' importanza kbira.", "Hija ħaġa tajba li l- Gvern qed jagħti din l-attenzjoni lis-sigurta' fl-ajruport u fl-avjazzjoni ċivili u huwa minn ewl id-dinja li fuq suġġett daqshekk importanti ż-żewġ naħat tal-Kamra jsibu linja ta' kunsens.", "Qed ngħid hekk għaliex huwa fl- interess nazzjonali li fil-Parlament inkunu qegħdin nagħmlu titjib fil- qasam tas-sigurta', għaliex mingħajr sigurta' effettiva se jbati l-qasam ta' l-ekonomija tagħna u t-tkattir ta' ġid tal-pajjiż.", "Allura iktar kemm minn pajjiżna nagħmlu xempju ta' pajjiż li fih tista' tgħix b'sens ta' sigurta' u meħlus minn ċertu theddid li sfortunatament jikkaratterizza l- aħbarijiet fuq diversi pajjiżi oħrajn, lil pajjiżna iktar nagħtuh l-image li tistħoqqlu ta' pajjiż li jagħti garanziji f'kull qasam, garanziji fil- qasam tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, garanziji politiċi fil-qasam tad-demokrazija, garanziji ta' liberta' u garanziji ta' sigurta' għal kull min ikollu x'jaqsam magħna, għal kull min iżurna u għal kull min ikun irid juża s-servizzi tagħna.", "Allura f'dan il-kontest it-tema tas-sigurta' hija waħda ta' importanza fundamentali għal pajjiżna.", "Meta mbagħad wieħed jiffoka fuq l-ajruport ikun qed jiffoka fuq wieħed mill-aqwa assets li għandu l-pajjiż.", "L-ajruport huwa arterja vitali għall-ħajja ta' pajjiżna minn kull angolu li wieħed iħares lejh, naturalment mhux l-inqas mill- angolu ekonomiku.", "Allura s-sigurta' ta' l-ajruport tagħna fih innifsu huwa suġġett speċjalizzat u ta' importanza kbira.", "Madam Speaker, jien naf li meta l-Partit Nazzjonalista kien qed ifassal il-manifest elettorali tiegħu ftit aktar minn għaxar snin ilu, kien fisser li wieħed mill-iskopijiet prinċipali tal-Forzi Armati ta' Malta għandu jkun proprju s-sigurta' ta' l-ajruport.", "Kieku pajjiżna, allaħares qatt, xi darba jiġi mhedded minn xi forzi barranin, il-forzi attwali tagħna ftit li xejn iwassluna mingħajr l-għajnuna ta' ħaddieħor.", "Rajna x'ġara f'pajjiżi oħrajn li kienu sinjuri ħafna iktar minna u li meta ġew attakkati minn forzi barranin ma kellhomx il-kapaċita' li jrażżnu u jżommu 'l bogħod dik it-theddida, għall-inqas sakemm jiġu forzi barranin alleati, għax mitluba jew inkella għax inkarigati jista' jagħti l-każ li jkunu nkarigati minn xi għaqda internazzjonali, bħalma huma n-Nazzjonijiet Uniti.", "GĦalhekk aħna konna fissirna li l-iskop prinċipali tal-forzi armati kellu jkun il-ħarsien u s-sigurta' ta' l-ajruport.", "M'hemmx dubju li l-Partit Nazzjonalista fil- gvern ta lil dan is-suġġett l-importanza li jistħoqqlu, mhux biss għaliex żammu fil-lista tal-prijoritajiet tiegħu bħala suġġett ta' sigurta imma wkoll għaliex wettaq investimenti massivi.", "L-ajruport tagħna huwa l-punt li minnu jitilqu u jinżlu eluf ta' titjiriet u li jgħaddu minnu miljuni ta' passiġġieri.", "Nafu li wieħed mill-kontributi l-kbar li ta l-Gvern Nazzjonalista għas-sigurta' ta' l-ajruport kien li nvesta miljuni kbar ta' liri biex bena air terminal ġdid li minnu nnifsu għamel il-ħarsien tas- sigurta' ta' l-ajruport tagħna iktar fattibbli u effettiv.", "Madam Speaker, rajna wkoll l-investiment massiv ta' tagħmir ta' radar u instrument landing systems, li l-Ministru stess qalilna li jirrikonoxxih bħala wieħed mill-aktar radars avvanzati u sofistikati li hawn fir-reġjun tagħna.", "Dan kien l-investiment li għamel Gvern Nazzjonalista, permezz ta' għajnuna mill-Protokoll Taljan, kif ukoll b'self mill-Bank ta' l- Investiment Ewropew.", "Naturalment aħna ħadna ħsieb ukoll li nikkoperaw fil- qasam tas-sigurta', għaliex is-sigurta' qatt ma tista' taħseb għaliha waħdek.", "Wara kollox fid-dinja l-ebda pajjiż ma jista' jopera mingħajr ma jaħdem id f'id ma' pajjiżi oħra u ma' organizzazzjonijiet oħra u l-pajjiż tagħna, bil-gvern li kien immexxi mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami, daħal għall-impenji tal-konvenzjonijiet internazzjonali li rrifera għalihom l- Onor. Tonio Borg.", "Madam Speaker, rajna wkoll li aħna ridna li nsiru aktar effikaċi u effettivi fl-organizzazzjoni tal-kontroll ta' l-ispazju ta' l-ajru billi sseħibna fil-Eurocontrol.", "Wieħed mis-side benefits ta' din is-sħubija kien li d-dħul għall-gvern minn ftit eluf ta' liri tela' għal kważi Lm3 miljun fis-sena.", "Illum il-ġurnata rajna lill-kumitat tas-sigurta' ta' l-ajruport - li jien ukoll kelli l-esperjenza li nippresjedi għal xi snin - ikompli jiżviluppa.", "Rajna wkoll, kif qal l-Onor.", "Tonio Borg, l-konsolidazzjoni tal- kariga ta' l-airport security manager.", "Illum mhux talli qed naraw li l- kariga qegħda tingħata wkoll rikonoxximent legali, talli qed naraw li dan is-suġġett tas-sigurta' ta' l-ajruport qed jiġi diskuss ukoll fil-Parlament biex inkunu nistgħu nkomplu ntejbu l-qafas li għandna ħalli nżommu u nsaħħu l-fama li diġa' ngawdu li l-ajruport tagħna huwa wieħed mill-iktar secure li hawn fir-reġjun tagħna.", "Meta wieħed jiġi biex oġġettivament jikkontribwixxi għat-titjib f'dan il-kamp, naħseb li wieħed irid jagħmel hekk b'lenti kritika.", "Jien smajt liż-żewġ ministri jitkellmu u nistqarr li xtaqt li jkun hawn ftit iktar informazzjoni li ma tkunx ta' natura dettaljata u delikata.", "Jien naf b'esperjenza personali li dik hija xi ħaġa li wieħed m'għandux jiddiskutiha fil-pubbliku minħabba ċerti items ta' natura konfidenzjali u importanti, imma għallinqas messhom tkellmu f'livell ta' konċetti, ideat u strateġija.", "Il-kumment li għamel l-Onor Tonio Borg li ma kienx hemm bżonn li ssir liġi kompletament ġdida, kien validu.", "Faċilment stajna emendajna l-Att dwar is- Sigurta' ta' l-Avjazzjoni Ċivili ta' l-1991.", "L-introduzzjoni ta' dan l- abbozz tgħid:", "\"An Act to give effect to certain enactments relating to aviation security.\"", "Bil-Malti qegħda:", "\"Att biex jagħti seħħ lil ċerti liġijiet li għandhom x'jaqsmu mas- sigurta' fl-avjazzjoni.\"", "Din ma tantx naraha tagħmel sens jew inkella jien mhux qed nifhimha.", "Fil- liġi mkien ma nsibu li din hija liġi li qiegħda ġġib fis-seħħ ċerti liġijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' fl-avjazzjoni.", "Liema huma dawn il-liġijiet li dan l-abbozz qed iġib fis-seħħ u li għandhom x'jaqsmu mas- sigurta' fl-avjazzjoni?", "Proprju ma' l-ewwel vers nibdew b'xi ħaġa li ma tantx tinftiehem, u jkun tajjeb jekk ikollna risposta għal dan.", "Apparti minn dan l-argument, insib ukoll li kien ikun utli kieku l-kelliemi tal- Gvern li ntroduċa l-abbozz ta' liġi fisser ftit aħjar x'għandu jsir biex is- sigurta' fl-avjazzjoni ċivili nħarsuha dejjem aktar.", "Veru li hemm affarijiet li ma tistax tgħidhom imma ma naħsibx li minħabba f'hekk ma setgħetx tingħata aktar informazzjoni dwar x'inhi l-istruttura vera li qegħda tieħu ħsieb is-sigurta' ta' l-ajruport.", "Apparti l-kwestjoni ta' l-airport security manager, kif qegħdin inġibu dak il-kordinament li dwaru tkellem anke l-Ministru?", "Il-Ministru qalilna li jidher ċar li s-sigurta' qed tittieħed b'aktar serjeta'.", "Jien naħseb li dan l-istatement ried isostnih b'xi eżempji oħrajn, sew ta' ħidma li qed issir kif ukoll ta' strutturi li qed noħolqu fil-liġi.", "Għaliex qiegħed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax il-Ministru Mizzi qal li permezz ta' din il- liġi qegħdin inġibu aktar kordinament.", "Jekk wieħed jaqra l-liġi, dan assolutament ma joħroġx ċar.", "Per eżempju, il-liġi tgħidilna li l-ministru jrid jaħtar kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni b'responsabbilta' li jagħtih parir dwar kull ħaġa li tolqot is-sigurta' fl-avjazzjoni u li jimplimenta miżuri ta' sigurta' xierqa.", "Ħlief għal din il-parti ma sibt l- ebda riferenza oħra għal dan il-kumitat.", "Jien kont nistenna li waħda mill- intenzjonijiet tal-Gvern tkun li jiddelinja b'mod aktar ċar ir- responsabbiltajiet tad-diversi entitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' ta' l-ajruport.", "Fil-liġi ngħidu biss li dan il-kumitat jaħtru l-ministru.", "Ma jidhirlux il-Gvern li fil-liġi kellna ngħidu kif għandha tkun il- kompożizzjoni ta' dan il-kumitat?", "Fil-liġi ma kellniex niġbru fil-qasir x'inhuma l-funzjonijiet ta' dan il-kumitat ta' l-avjazzjoni ċivili?", "Kif qal l-Onor.", "Tonio Borg, il-poteri huma kollha kemm huma vestiti bl- aktar mod dettaljat f'idejn il-ministru.", "Naħseb li dan konċettwalment huwa żbaljat, aktar u aktar meta qed nitkellmu dwar sigurta'.", "Il-ministru m'għandux ikollu r-responsabbilta' ta' l-ordnijiet dettaljati u tar- regolamentazzjoni dettaljata fil-kamp hekk delikat u speċjalizzat tas- security ta' l-ajruport.", "Kellhom jingħataw mansjonijiet aktar wiesa' lill- uffiċjali li huma responsabbli.", "L-airport security manager kellu jingħata mansjonijiet aktar konkreti u aktar wesgħin.", "Jiġifieri fil-każ ta' l- airport security committee m'għandux sempliċement ikollna punt fil-liġi li jgħidilna li l-ministru jaħtar l-airport security committee.", "Minn min se jkun magħmul dan l-airport security committee?", "X'inhuma t-terms of references tiegħu?", "X'inhuma l-obbligi tiegħu?", "Lil min jirrispondi?", "Jien kont nippretendi li nsib dawn il-materji meta naqra l-abbozz u għalhekk ma nistax nifhem kif il-Ministru qalilna li b'din il-liġi se jirnexxielna nikkordinaw u niddelinjaw aħjar ir-responsabbiltajiet tad-diversi entitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' ta' l-ajruport.", "Diġa' ntqal f'din il-Kamra li fejn jidħol l-ajruport għandek diversi dipartimenti.", "Għandek l-armata, għandek il-pulizija, għandek l-Air Malta, għandek l-MIA, għandek id-dwana u għandek is-civil aviation.", "Imma minn fejn joħroġ f'din il-liġi li dawn id-diversi entitajiet se jikkordinaw aħjar?", "Minn fejn jirriżulta dan?", "(Interruzzjonijiet) Le, skużi!", "Meta inti tara l-airport security manager u teżaminalu l-funzjonijiet tiegħu, m'intix qed tassigura delinjazzjoni ċara u aktar kordinament bejn l- entitajiet differenti imma qed toħloq entita' oħra.", "Anzi qed iżżid il- kompetizzjoni bejn l-entitajiet li huma kkonċernati biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu flimkien.", "Jien ħsibtek li se tgħidli li dan il-kordinament l-aktar li se jseħħ huwa permezz ta' l-airport security committee.", "(Interruzzjonijiet) Inti għandek esperjenza diretta, kif kelli jien u kif kellu l-Onor.", "Tonio Borg, u taf li bejn li tikteb fil-liġijiet u dak li mbagħad iridu jwettqu l-kapijiet differenti ta' entitajiet differenti hemm baħar jaqsam.", "Għalhekk jien kont naħseb li wieħed kellu jagħti status aktar ċar u mansjoni aktar konkreta u preċiża lill-airport security committee.", "Dan is-settur kien diġa' beda jiġi dettaljatament regolat bl- Att dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni ta' l-1991 u għalhekk jiena ħsibt li dan kien se jkun punt li wieħed ikun jista' jiċċarah.", "Imbagħad il-Ministru semma l-manager.", "Anke hawnhekk jien nixtieq niġbed ftit l-attenzjoni.", "Jekk inħarsu lejn id-definizzjonijiet wieħed isib li għandna definizzjoni ta' manager u definizzjoni ta' manager tas-sigurta' fl- ajruport.", "Issa taħt id-definizzjoni ta' manager insibu:", "\"manager\" b'riferenza għal ajruport, tfisser id-Direttur ta' l- Avjazzjoni Ċivili dwar kull operazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-ajru u dawk il-persuni li jkunu legalment responsabbli għal dawn l- organizzazzjonijiet li jkunu qed imexxu l-operazzjonijiet ta' passiġġieri fl-ajruport u terminal tat-tagħbiija.\".", "Wara mbagħad insibu d-definizzjoni ta' manager tas-sigurta' fl-ajruport li tgħid hekk:", "\"manager tas-sigurta' fl-ajruport\" tfisser dak l-uffiċjal pubbliku li jinħatar mill-Ministru biex ikun responsabbli għat-tmexxija b'mod ġenerali u għall-kontroll tas-sigurta' fl-avjazzjoni f'ajruporti speċifiċi u tinkludi kull uffiċjal pubbliku fid-dipartiment tiegħu li hekk jinħatar minnu għall-għanijiet ta' dan l-Att;\".", "Mela din il-liġi titkellem fuq żewġ uffiċjali, wieħed manager u l-ieħor manager tas-sigurta' fl-ajruport.", "Il-manager huwa d-direttur ta' l- avjazzjoni ċivili u l-manager l-ieħor huwa l-manager tas-sigurta' fl- ajruport.", "Issa jiena naħseb li din trid tiġi spjegata aħjar.", "Xi ħadd irid jagħti raġuni valida għaliex f'din il-liġi d-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili flok komplejna nsejħulu d-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili issa qed insejħulu manager?", "Jien ippruvajt insib raġuni għaliex sar hekk, imma rrid nistqarr li ma fhimtix.", "Jista' jkun li hemm xi spjega sempliċi u teknika li lili mhux qegħda tokkorrili.", "Irrid niġbed l-attenzjoni, Madam Speaker, li l- kariga u t-titolu ta' direttur ta' l-avjazzjoni ċivili hija diġa' stabilita' fil-liġi proprja tagħha u għalhekk ma nifhimx għaliex id- direttur ta' l-avjazzjoni ċivili qed insejħulu manager.", "Immaġina li fil- liġijiet lit-tabib ewlieni tal-gvern insibuh bħala ċ-chief government medical officer imbagħad nagħmlu liġi oħra li per eżempju għandha x'taqsam mal-klieb, u flok insejħulu ċ-Chief Government Medical Officer, insejħulu b'xi titolu ieħor.", "Mela l-ewwelnett jien mhux qed nifhem għaliex hawnhekk sempliċement m'għidniex id-direttur flok noqogħdu ndaħħlu definizzjoni ta' manager.", "Stajna daħħalna l-kelma \"direttur\" u ngħidu li din tfisser id- direttur ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Madam Speaker, hawn punt ieħor li nixtieq ukoll spjega fuqu.", "Safejn naf jien ir-responsabbilta' għal diversi dokumenti internazzjonali u trattati internazzjonali li aħna parti minnhom hija vestita fid-direttur ta' l- avjazzjoni ċivili.", "Minn informazzjoni li kelli meta kont għadni ministru - jista' jkun li llum is-sitwazzjoni nbidlet - id-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili kellu wkoll ċerta responsabbilta' ta' accountability ġo fora internazzjonali li jittrattaw il-materja ta' organizzazzjoni u ta' sigurta' ta' ajruporti.", "Illum din il-liġi qegħda tisvesti għal kollox lid-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili minn qualsiasi responsabbilta' ta' sigurta' għall- ajruport u għall-operazzjoni ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Jien inbaxxi rasi għall-opinjoni esperta ta' ħafna nies li huma ħafna aktar esperti minni f'dan il-kamp imma rrid nistqarr li din qed naraha ftit stramba.", "Madam Speaker, issa jidher ċar li huwa biss l-airport security manager li jiddeċiedi x'inhuma ż-żoni ristretti u min jista' jidħol u min ma jistax jidħol fihom.", "Fil-kors tad-diskussjoni ta' din il-liġi, jien naħseb li huwa importanti li xi ħadd jispjegalna dwar dan.", "(Interruzzjonijiet) Skużi, mhux bilfors li kulma kkonkludiet dik l-inkjesta naqbel miegħu!", "Jien personalment naħseb li trid tingħata raġuni aktar valida minn daqshekk.", "Jien qed ngħid li aħna fil-pajjiż għandna d-direttur ta' l- avjazzjoni ċivili li huwa maħluq u mwaqqaf b'liġi u għandu l-funzjonijiet tiegħu stabiliti b'liġi.", "Id-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili, għan-nom ta' pajjiżna, għandu responsabbilta' ta' ċertu accountability f'fora u trattati internazzjonali.", "Issa din il-liġi tfisser li d-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili qed jiġi żvestit għal kollox mis-sigurta' ta' l-ajruport tagħna.", "Jien nixtieq li l-Gvern jirrassikurana aktar dwar ir-raġunament tiegħu f'din il-ħaġa.", "Madam Speaker, punt ieħor li xtaqt nikkummenta fuqu huwa dwar il- konċett b'mod ġenerali ta' sigurta'.", "Il-kwestjoni tas-sigurta' ta' l- ajruport huwa wieħed mill-aspetti tas-sigurta' ta' pajjiżna.", "Naħseb li f'dan ir-rigward kien ikun utli kieku l-Gvern jagħti lil din il-Kamra ftit aktar informazzjoni dwar il-policy tiegħu tas-sigurta' in ġenerali u anke b'enfasi fuq kif din qegħdin nattwawha fir-rigward ta' l-ajruport.", "Il- biċċa l-kbira mis-sigurta' ta' l-ajruport - din li naħseb li nibqgħu nimplimentaw għal ħafna żmien, u nispera li hekk jibqa' jkun - hija sigurta' li għandha x'taqsam ma' sigurta' fuq l-ajruplani, fuq il-persuni u fuq l-istallazzjonijiet.", "Is-sigurta' hija xi ħaġa li trid twettaqha kull sekonda u kull minuta ta' kull ġurnata li tgħaddi.", "Issa llum il-Prim Ministru għadu kif poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-avviż legali Nru. 112 li bih qiegħed jimplimenta dak li kien stqarr f'waħda mill-istqarrijiet li kien hemm f'Diċembru li għadda meta kien qiegħed jagħti informazzjoni lill- Parlament dwar ir-riforma ta' l-armata.", "B'dan l-avviż legali qed jiġi ddikjarat li l-Air Traffic Control Corps u l-Airport Company tal-Forzi Armati ta' Malta qegħdin jiġu xolti.", "Jien m'għandix diffikulta' li l-Air Traffic Control Corps ma jibqax parti mill-armata la l-Gvern irid jieħu din il-linja, pero' wieħed għad irid jara f'liema parametri qed jagħmel din il- linja u f'liema qafas ta' regolamentazzjoni se jpoġġi l-Air Traffic Control Corps.", "Jien nista' nifhem għaliex wieħed jieħu dik il-linja, għalkemm hemm raġunijiet favur u kontra dwar x'inhu l-aħjar li jsir.", "Jien m'inix daqshekk ċert fuq il-fatt li l-Airport Company titneħħa minn taħt il-Forzi Armati ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Onor. Galea, tibqa' in possession?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Madam Speaker, bil-permess tal-Kamra nipproponi li l- Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta, liema abbozz jinsab quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, jiġi riferut lura lill-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat- Turiżmu għal Malta jiġi ttrattat mill-Kumitat tal-Kamra kollha.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'idejja għandi l-messaġġ mingħand il- President tar-Repubblika.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għall-promozzjoni tat-turiżmu, biex jirregola s- servizzi u attivitajiet turistiċi, biex titwaqqaf awtorita' b'setgħat għal dak il-għan, u għal ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu magħhom jew li huma inċidentali għalihom\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal- Kamra tad-Deputati.", "4 ta' Mejju 1998", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 5 ta' Mejju, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat;", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Joe Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Madam Speaker, f'dan l-aġġornament xtaqt nitkellem ftit dwar settur li kull gvern jagħtih importanza kbira.", "Dan huwa s-settur ta' l-impjiegi.", "Il-qgħad iġib ħafna problemi soċjali.", "Ekonomikament kulħadd jaf li l-kejl tal-qgħad fil-pajjiż huwa mod ta' kif wieħed jiġġudika l-andament ta' l-ekonomija.", "Fiż-żmenijiet moderni, bl- introduzzjoni dejjem tikber tat-teknoloġija moderna u bid-dħul ta' makkinarju dejjem aktar sofistikat u b'kompetizzjoni dejjem aktar ħarxa fuq skala mondjali, bosta pajjiżi qed jaffaċċjaw problemi kbar fil-qasam ta' l- impjiegi.", "Dawn jinkludu pajjiżi Ewropej kbar, bħal Franza u l-Ġermanija, bosta pajjiżi Asjatiċi u b'mod speċjali l-pajjiżi Afrikani.", "Dan jitlob li kull pajjiż irid ikollu policies biex jinħolqu opportunijiet ġodda ta' xogħol u biex speċjalment jgħinu lil dawk li qegħdin jirreġistraw għax- xogħol.", "Madam Speaker, din m'hijiex xi ħaġa faċli, u wieħed irid jistudja l-ambjent lokali, janalizza ċ-ċirkostanzi u jippjana fit-tul.", "Dan is-settur ta' l-impjiegi jiddependi minn bosta fatturi, fosthom dawk esterni, li l-pajjiż m'għandux kontroll fuqhom.", "L-impjiegi jistgħu jiġu affettwati minn nuqqas ta' esportazzjoni, mill-introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida, minn dħul ta' tariffi ġodda, dazji u bosta fatturi oħra.", "Jekk irridu nirrikreaw opportunijiet ġodda ta' xogħol hawn Malta, għandna bżonn nippjanaw aktar bis-serjeta' u fit-tul.", "Dan jitlob li jkun hemm koperazzjoni minn kulħadd.", "Fost dawn hemm bżonn il-koperazzjoni ta' l- edukaturi, l-industrijalisti, il-kummerċjanti u anke l-unions.", "Din il-ħaġa għandha ssir għax l-ammont ta' gradwati f'Malta qiegħed dejjem jikber.", "Barra minn hekk, bil-ftuħ ta' l-ex-pajjiżi komunisti għas-sistema demokratika nħolqu ċirkostanzi ekonomiċi ġodda fl-Ewropa.", "Ċirkostanza minn dawn hi li hemm abbundanza ta' ħaddiema b'pagi orħos minn dawk ta' Malta.", "Dan jesiġi li rridu naraw kif inħarrġu aħjar il-ħaddiema Maltin għall- futur.", "Barra minn hekk irridu naraw fejn irid imur il-pajjiż fis-seklu li ġej.", "Jekk irridu nkabbru s-settur tas-servizzi jew noħolqu industriji ġodda, allura t-taħriġ tal-ħaddiema jsir kruċjali għal kull suċċess.", "Wieħed irid janalizza wkoll is-sitwazzjoni preżenti, fejn għandek ċerti industriji li jinsabu f'ċerta diffikulta'.", "Eżempju ta' dan huwa s-settur tat-tarznari u anke dak tat-tessuti.", "Għandna wkoll settur pubbliku kbir li jirrappreżenta bosta problemi lil kull gvern.", "Għandek setturi governattivi b'nuqqas ta' ħaddiema, bħas-settur tas-saħħa, u setturi oħrajn b'ħaddiema żejda.", "L- avvanz fit-teknoloġija u fit-telekomunikazzjoni jitolbu wkoll li l-ħaddiema għandhom ikunu aktar flessibbli u abbli minn dawk ta' qabel.", "Wieħed irid janalizza wkoll l-effett li ħalla l-Gvern preċedenti fuq is- settur ta' l-impjiegi.", "Dan kien jaħdem b'policy ta' deficit kontinwu fl- infiq tiegħu sena wara l-oħra.", "Kulħadd jaf li bosta azjendi kummerċjali kabbru l-ammont ta' ħaddiema għaliex kienu jirċievu xogħol b'mod dirett jew indirett mill-gvern.", "Dawn l-impjiegi għalhekk m'humiex permanenti.", "Barra minn hekk il-Gvern Nazzjonalista ma kienx jikkontrolla l-finanzi tiegħu bis- serjeta' u b'konsegwenza ta' dan intefgħu ħafna flus fl-ekonomija lokali u din ġabet domanda artifiċjali għas-servizzi u prodotti lokali u mportati.", "Wieħed ukoll irid jgħid li għalkemm il-Gvern Nazzjonalista kien applika biex insiru membri tal-Komunita' Ewropea, ma ħaseb xejn biex iħarreġ lill- ħaddiema, speċjalment fejn tidħol ir-ristrutturazzjoni ta' l-industrija.", "Dan qed ngħidu għaliex hemm bżonn li jsir aktar ippjanar biex noħolqu opportunitajiet ta' xogħol u biex ikollna aktar ħaddiema mħarrġa.", "B'hekk biss inkunu f'pożizzjoni li nattiraw investiment barrani, għaliex illum kulħadd jagħti l-inċentivi u l-kompetizzjoni ħraxet minn kullimkien.", "Biżżejjed jekk wieħed iħares lejn pajjiżi bħat-Tuneżija u l-Ungerija.", "Aħna ma nistgħux noqogħdu lura għaliex inkella pajjiżi oħra li għandhom riżorsi aktar minna u suq lokali akbar minn tagħna jispiċċaw biex jgħadduna.", "Biex ma noqogħdux lura rridu ntejbu ħafna affarijiet.", "Nixtieq għalhekk li nibda mill-iskejjel tas-snajja'.", "Nafu li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ħalla dawn l-iskejjel tas- snajja' jmorru l-baħar u għalhekk hemm bżonn li dawn jiġu mmodernizzati u attrezzati aħjar.", "Irridu wkoll naraw li min imur fihom jilħaq livell akkademiku tajjeb u hemm bżonn li naraw li nibdew ngħallmu snajja' aktar moderni u bżonjużi.", "Hemm bżonn li tikber il-koperazzjoni bejn l-industrija u d-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Jien nissuġġerixxi li permezz tal- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ isir kumitat bejn dawk konċernati biex ir- riżorsi tal-pajjiż jitħaddmu aħjar.", "Jien ma nistax nifhem kif għadna ngħallmu lix-xebbiet fl-iskejjel tas-snajja' bil-makni tal-ħjata industrijali meta nafu li Malta ma tantx għandna futur f'dan il-qasam.", "Ma nistgħux inħallu l-image ħażina li għandhom dawn l-iskejjel mal-ġenituri.", "Ma nistgħux nibqgħu bil-mentalita' li f'dawn l-iskejjel nibagħtu żgħażagħ li ma jridux jistudjaw jew li l-iskola ma tinteressahomx.", "Hija ħasra li waqt li nagħtu attenzjoni kbira lill-iskejjel sekondarji, dawn l-iskejjel ġew kważi abbandunati.", "Irridu naraw kif se nifirxu aktar it-tagħlim tas- snajja' moderni.", "Irridu naraw ukoll kif nibdew ngħallmu s-snajja' in konnessjoni mat-tiswija ta' affarijiet elettroniċi, minn computer sa apparat ta' telekomunikazzjoni.", "Irridu ngħallmu wkoll ir-restawr ta' l- għamara u r-restawr ta' postijiet antiki, ngħallmu d-diversi snajja' marbuta mal-karozzi u mas-settur marittimu u nintroduċu t-tagħlim ta' snajja' marbuta ma' l-ambjent u ma' l-agrikoltura.", "L-industrija għandha tgħin lil kull gvern għaliex finalment, jekk tinvesti, din żgur li tkun f'pożizzjoni aħjar biex issib ħaddiema lesti u mħarrġa.", "Kulħadd jgħid x'irid jagħmel il-gvern iżda ftit huma l-individwi jew id-ditti li finalment idaħħlu jdejhom fil-but.", "Minħabba f'hekk jiġri li ħafna ditti kbar lokali jew ikollhom jagħmlu skemi ta' taħriġ apposta għalihom jew jispiċċa biex ikollhom iħallsu biz-zalza għal ċerti ħaddiema kwalifikati.", "Jekk isir kumitat immexxi mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ u tikber il-koperazzjoni bejn dawk kollha nteressati, allura forsi naslu biex isir użu aħjar tar-riżorsi lokali għal ġid ta' kulħadd.", "Hawn jidħlu l-iskemi ta' l-apprendistat.", "Dawn l-iskemi spiċċaw għaliex iż-żgħażagħ m'għandhomx paċenzja biżżejjed jistennew.", "Dawn iridu jaqbdu l-paga mill-ewwel.", "Fir-realta' l-ebda industrijalist jew kummerċjant m'huwa lest li joqgħod iħallas il-paga lil xi ħadd biex joqgħod jgħallmu.", "B'hekk f'Malta għandna ċirkostanzi partikolari, fejn ftit huma ż-żgħażagħ li lesti jissagrifikaw erba' snin minn ħajjithom bi stipendji baxxi biex jispeċjalizzaw f'xi sena partikolari.", "Inkunu qegħdin nonqsu jekk mhux se nfiehmu liż-żgħażagħ tagħna li jekk mhux se nkunu mħarrġa sew, dawn se jbatu fil-futur.", "L- apprendistat iservi biex wieħed ikollu workforce dejjem aktar ippreparata u għalhekk l-ETC, flimkien mal-privat, trid tara li jidħlu skemi ta' apprendistat ta' ċertu livell u li min jattendi għalihom u jilħaq livell għoli u xieraq fis-sengħa tiegħu jingħata ċertifikat.", "Irridu naraw li dawn l-iskemi jiġu aċċettati mill-industrija u li dawk li jattendu għalihom ikunu konvinti li se jkollhom futur aħjar.", "Dawn l-iskemi ta' apprendistat ikollhom suċċess jekk jiġu aċċettati minn kulħadd.", "Jekk hemm bżonn, għandna naraw kif nistgħu nikkollaboraw f'dan il-qasam ma' pajjiżi oħra speċjalment fejn tidħol it-teknoloġija u r-riċerka.", "Madam Speaker, hawnhekk inħoss li bil-liġi li għaddejna ġo dan il-Parlament, fejn għidna li l-industrija ma tistax timpjega lil xi ħadd bejn is-16 u t-18-il sena, komplejna għarraqna s-sitwazzjoni.", "Fl-istess ħin din il-liġi tippermetti lil min ikollu bejn is-16 u t-18-il sena li jaħdem fil-catering jew fl-industrija tal-bini.", "Jekk l-apprendistat irridu nkabbruh, jiena nissuġġerixxi li din il-liġi tinbidel.", "Nies ta' dik l-eta' huma fl-aħjar żmien biex jitħarrġu fl- industrija.", "Li jmissna għamilna wkoll kien li rajna li min iħaddem lil dawn iż-żgħażagħ, permezz ta' l-ETC jew permezz tal-labour office, iħaddimhom f'ambjent nadif u bl-inqas periklu possibbli.", "B'din il-liġi kkreajna problema soċjali kbira u bosta minn dawn iż-żgħażagħ xorta qegħdin jaħdmu b'mod illegali meta jispiċċaw mill-iskola.", "Probabbilment dawn iż- żgħażagħ ikunu mħaddma b'kondizzjonijiet agħar milli tippermetti l-liġi.", "Settur ieħor li bih nistgħu noħolqu opportunitajiet ta' xogħol ġdid huwa fl-informatika.", "Hemm bżonn li naraw kif isir pjan immedjat biex inħajru aktar żgħażagħ sabiex jistudjaw suġġetti marbuta ma' l-informatika u biex isiru programmers, software developers jew systems analysts.", "F'dan il- qasam Malta tista' toffri ħafna.", "Hemm bżonn li l-MDC tagħmel pjan immedjat biex tipprova tħajjar kumpanniji barranin ta' l-informatika jiftħu f'Malta.", "Wieħed irid jgħid li dawn il-kumpanniji, speċjalment dawk li jiżviluppaw is-software, jispiċċaw biex ibiegħu prodotti li għandhom a high added value.", "Ma jistax ikun li nħallu s-snin igerrbu u mbagħad inqumu wara li pajjiżi oħra jkunu bdew qabilna għal bosta snin.", "Hemm bżonn li naraw kif nagħtu inċentivi lil kumpanniji Maltin u barranin biex jinvestu f'dan il- qasam u li noħolqu leġislazzjoni komplessiva għal dan is-settur.", "Wieħed ma jridx jinsa li l-ammont ta' gradwati dejjem qiegħed jikber u ma nistgħux ma nibdewx naħdmu minn issa, għaliex inkella fil-futur se jkollna ħafna gradwati bla xogħol kif hemm fl-Ewropa.", "Anke hawn, forsi l-MDC, l- ETC, id-dipartiment ta' l-edukazzjoni, l-Universita' u s-settur privat, jistgħu jikkoperaw flimkien għal dan il-ħolqien ta' industrija ġdida.", "Dan żgur għandu jwassal għall-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol fil- futur f'dan il-qasam.", "Forsi nistgħu noħolqu wkoll skejjel sekondarji li jkunu jispeċjalizzaw f'suġġetti ta' l-informatika.", "Qasam ieħor fejn jistgħu jinħolqu opportunitajiet ta' xogħlijiet ġodda huma fejn jidħol l-ambjent.", "Illum il-bniedem qed jirrealizza li jekk mhux se jgħix f'ambjent nadif se jispiċċa biex ibati ekonomikament.", "Dan huwa qasam fejn wieħed jista' joħloq opportunitajiet ta' xogħlijiet ġodda jekk jiġu mgħallma xjenzi moderni jew snajja' li jużaw teknoloġija moderna.", "Dan il-qasam huwa ferm importanti għal Malta speċjalment minħabba l-industrija turistika.", "Opportunitajiet ta' xogħlijiet ġodda jistgħu jinħolqu bit-tkabbir ta' ħxejjex u frott ġdid, bl-introduzzjoni ta' aktar ġonna u landscaping, bl- istudju ta' suġġetti agro-ambjentali u bil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalita' għolja jew organiċi.", "Madam Speaker, dan hu qasam fejn hemm bżonn li nsiru aktar professjonali u jien naf li l-ministru responsabbli, l-Onor.", "Noel Farrugia, qiegħed jaħdem bla heda f'dan il-qasam u hemm bżonn li naraw kif insaħħu l-iskola tal-biedja għal futur aħjar f'dan is-settur.", "Fl-aħħarnett nixtieq nissuġġerixxi li parti mir-ristrutturazzjoni ta' l- industrija jkun it-taħriġ lill-ħaddiema.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l- gvern ftit qed joffri taħriġ lill-ħaddiema tiegħu.", "Ma nafx li jeżisti xi dipartiment governattiv apposta u ma nafx lanqas jekk l-ETC hijiex qed tagħmel din il-funzjoni jew parti minnha.", "Madam Speaker, dan huwa ħażin.", "Jekk il-ħaddiema tal-gvern jiġu mħarrġa jkunu jistgħu jagħtu servizz aħjar, ikunu aktar motivati u flessibbli u tikber il-possibbilta` li ftit minnhom imorru mal-privat.", "Naf li skemi bħal dawn iqumu l-flus, iżda jekk m'aħna se nagħmlu xejn fiċ-ċivil se nkomplu mmorru l-baħar.", "Madam Speaker, pajjiżna m'għandu l-ebda riżorsi ħlief in-nies tiegħu, allura rridu naraw kif nagħmlu l-aħjar użu minn dan ir-riżors uman għax in- nuqqas ta' nies speċjalizzati qiegħed jinħass f'kull qasam.", "Hemm bżonn li nindirizzaw is-sistema edukattiva biex tipprepara liż-żgħażagħ tagħna għall- futur.", "Il-Partit Laburista dan jafu, tant li fil-fatt żied il-vot fl- edukazzjoni.", "Il-Gvern Laburista qed jaħdem bis-sħiħ biex jikkrea opportunitajiet ta' xogħol ġodda u sostenibbli, fosthom fit-turiżmu u fil- manifattura.", "Veru li l-qgħad kiber xi ftit imma dan juri li l-policies tal- gvern preċedenti kienu temporanji u marbuta ma' l-infiq bla rażan ta' dak iż-żmien.", "Jien konvint li bil-proġetti li beħsiebu jwettaq dan il-gvern permezz tas-settur privat, bl-importanza li qed nagħtu lill-edukazzjoni u bir-ristrutturazzjoni ta' l-industrija, l-opportunitajiet tax-xogħol jiżdiedu fil-futur qarib għall-ġid ta' kulħadd.", "Iżda l-kollaborazzjoni ta' kull min hu nvolut fl-ekonomija lokali u fl-edukazzjoni jsiru kruċjali jekk irridu noħolqu pajjiż dejjem aktar attrezzat u modern.", "Peress li aħna pajjiż żgħir u b'riżorsi ferm limitati, jekk nagħmlu sforz fuq skala nazzjonali, żgur għandna ċans li nagħmlu aktar suċċess milli meta kulħadd jaħdem għal rasu.", "Madam Speaker, jien konvint li jekk il-gvern joħloq struttura biex tikkordina dan ix-xogħol fuq skala nazzjonali nistgħu naslu aktar malajr biex noħolqu policies nazzjonali f'dan ir-rigward.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Madam Speaker, nista' liberament ngħid li ma tgħaddix ġurnata waħda li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tkunx fl-aħbarijiet.", "Pero' żgur li ma kontx nistenna li b'ipokrezija kbira l-kelliema ta' l- Oppożizzjoni dwar l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, l-Onor.", "Jesmond Mugliett u l- Onor. Francis Zammit Dimech, jipprovaw iqarrqu bin-nies billi jqajmu kjass dwar żewġ deċiżjonijiet li ttieħdu dan l-aħħar.", "Qed nirriferi għall- approvazzjoni min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar żewġ applikazzjonijiet, dik tal-Maltacom u dik tal-Garden of Eden, b'mod speċjali dwar din ta' l-aħħar, għax l-Oppożizzjoni qalet li s-sid kien issupplixxa ċ-ċittadin mobil lill-Partit Laburista fl-aħħar kampanja elettorali.", "Bħallikieku kull min għandu xi konnessjoni mal-Partit Laburista m'għandux dritt daqs ħaddieħor!", "Il-Viċi Prim Ministru, li kulħadd jafu għas-serjeta`, integrita` u onesta` tiegħu, mal-ewwel laqa' t-talba ta' l-Oppożizzjoni biex issir investigazzjoni għax hekk jagħmel min ikun serju.", "Għalkemm għalissa m'iniex se nitkellem direttament fuq il-każ pero' se nwieġeb, kif inhu dmiri li nagħmel, għal dak li ntqal fil-gazzetti ta' l-Oppożizzjoni, fejn ġie rrapportat li jien tkellimt favur il-każ waqt il-laqgħa ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar li saret fil-pubbliku.", "Hawn jidħol il-qerq u tidher evidenti l-ipokrezija tal-kelliema ta' l-Oppożizzjoni, għax meta dan il-każ kien qiegħed jiġi ttrattat fil-pubbliku, la l-Onor.", "Mugliett u lanqas il- gazzetti Nazzjonalisti ma semmew il-fatt li qabel dan il-każ kien hemm każ ieħor simili, anzi nista' ngħid eżatt u identiku, għall-każ tal-Garden of Eden.", "Il-kelliema Nazzjonalisti kien jaqblilhom li ma jsemmu xejn fuqu, forsi għax il-każ l-ieħor kien ta' xi ħadd b'għajnejh blu skur!", "Qed nirriferi għall-każ ta' ditta oħra tal-coaches, li kienet topera mill- Gżira, li fl-1993 kienet għamlet applikazzjoni biex tibni garaxxijiet u coach depot f'Tal Balal, limiti ta' Birkirkara.", "Sena wara li saret, dik l- applikazzjoni telgħet quddiem il-bord u fil-31 ta' Jannar, 1994 ġiet rifjutata.", "Kif kulħadd għandu dritt li jagħmel, intalbet rikonsiderazzjoni tal-każ u hawn bdew jiġru ħafna kumbinazzjonijiet.", "L-ewwelnett dan il-każ kien dam jistenna sentejn sħaħ biex tela' għar-rikonsiderazzjoni quddiem il- bord ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u b'kumbinazzjoni kbira mbagħad tela' quddiem il-bord tad-DCC fil-25 t'Ottubru, 1996 lejlet l-elezzjoni.", "X'kumbinazzjoni!", "U minkejja li r-rakkmandazzjoni tad-direttorat kienet kontra l-approvazzjoni tat-talba, minkejja li din it-talba kienet barra z- zona ta' l-iżvilupp, minkejja li fuq il-każ kienu għaddejjin proċeduri legali, minkejja d-diversi enforcement notices, fil-25 t'Ottubru, 1996 eżatt lejlet l-elezzjoni, il-bord tad-DCC - li fuqu kien hemm iż-żewġ rappreżentanti diretti ta' l-Onor.", "Zammit Dimech u naturalment kien hemm ukoll ir-rappreżentant tas-segretarju parlamentari ta' l-ambjent - għadda din l-applikazzjoni baxx baxx u ħadd ma fetaħ ħalqu.", "L-ebda għaqda ma tkellmet jew sejħet għar-riżenji tal-membri tal-bord.", "Għalhekk jekk hawn xi ħadd li kien involut direttament li jmissu talab għar-riżenja huwa proprju l-Onor.", "Zammit Dimech.", "L-unika differenza bejn iż-żewġ każi hi li f'każ minnhom id-deċiżjoni ttieħdet fil-beraħ u fil-pubbliku u d-deċiżjoni l-oħra ttieħdet bi stil Nazzjonalista, baxx baxx lejlet l-elezzjoni.", "Jekk irid li l-poplu jieħdu bis-serjeta` wara l-istqarrijiet li għamel l-Onor.", "Mugliett imissu jiġi fil-Parlament u jkollu l-kuraġġ jitlob inkjesta oħra dwar dan il-każ u fuq ħafna affarijiet oħra.", "Jien se nsemmi ftit mill-ħafna affarijiet li naf li saru fiż-żmien ta' trasparenza kbira mill-każin Nazzjonalista li kien hemm fl-awtorita`, għax hekk kienu għamluha.", "Ma kontx issib xi Laburist fuq xi bord ta' l- awtorita`, jew xi uffiċjal għoli ta' tendenzi Laburisti li jokkupa xi kariga strateġika fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Pero' kif jgħidu, kull deni ħudu b'ġid, għaliex bl-arroganza tagħhom u bit-trattament tagħhom kemm maċ-ċittadini kif ukoll ma' l-istess periti sħabhom, dawn l-istess uffiċjali Nazzjonalisti spiċċaw rabtu mażżra m'għonq l-istess Partit Nazzjonalista.", "Madam Speaker, se nkompli nurihom lill-Onor.", "Jesmond Mugliett u lill-Onor.", "Zammit Dimech fuq xiex għandhom jitolbu inkjesti.", "Kieku jien nissuġerixxi li xi wieħed minn dawn l-Onor.", "Membri jipprova jitkixxef kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet il-permessi tal-bini fuq biċċa art f'Ħal Luqa, li kienet immarkata bħala blue zone - u għalhekk kienet tirrikjedi l-kunsens tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili - u, wara li l-artijiet inbiegħu bil-permessi fuqhom, f'daqqa waħda l-permessi nżammu u ħadd mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma ħa r-responsabbilta' ta' dan.", "Possibbli ħadd mill-awtorita` ma nduna!", "Naħseb kull min ġie bżonn l- Awtorita' ta' l-Ippjanar jaf li fuq sempliċi ftuħ ta' tieqa jdumu sitt xhur jiflulu l-applikazzjoni.", "L-Onor.", "Mugliett jista' wkoll jitlob inkjesta dwar kif inħarġu l-permessi fuq madwar 42 tomna raba' f'Ħaż-Żebbuġ ħalli naraw min kien responsabbli.", "Jista' anke jitlob inkjesta dwar kif inħarġu permessi f'xifer l-irdum fir-raħal tan-Nadur, Għawdex u t-triq bilkemm għamluha 20 pied wiesgħa biex jakkomodaw sew lill-applikant.", "Anzi biex il-pjaċir żgur ikun komplut, peress li fejn kien se jinbena kien cul- de-sac, l-aħħar parti ta' fejn idawru l-karozzi ntefgħet fi proprjeta` ta' terzi persuni.", "Ma nafx, forsi l-Onor.", "Mugliett jitħajjar jitlob investigazzjoni dwar kif fil-limiti ta' Ħal Safi nħareġ permess għal garaxxijiet, madwar 180 metru tul bi 18-il metru wisgħa, f'zona li kienet barra z-zona ta' l-iżvilupp u li kienet ta' konservazzjoni rurali.", "Hawnhekk ukoll minkejja li d-direttorat irrakkmanda refusal, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar xorta ħarġet permess għal industrial garages.", "Fi Triq Għajn Qamar fix-Xagħra, Għawdex hemm każ ieħor li tista' ssir inkjesta fuqu, fejn inħareġ permess tal-bini u l-alignment ingħata fuq 25 pied, pero' mbagħad meta persuna oħra applikat għal permess l-alignment tat-triq ingħata fuq 34 pied, bil-konsegwenza li għandek triq wiesgħa 34 pied u f'nofsha hemm bini sporġut għaxar piedi 'l barra ħiereġ għal nofs it-triq u dan għax riedu jakkomodaw lil xi ħadd.", "L-Onor.", "Membru jekk irid jista' jitlob investigazzjoni dwar x'konnessjonijiet hemm f'Għawdex bejn l-uffiċjali għolja ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l-Partit Nazzjonalista.", "Madam Speaker, hemm ħafna x'nixtieq ngħid fuq l-operat ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għax inħoss li ħafna mill-problemi qed toħloqhom hi stess bl- atteġġament li jieħdu ċerti uffiċjali b'nuqqas ta' prattiċita`, għax minflok awtorita` progressiva li lesta li taġġorna ruħha għaċ-ċirkostanzi tal-lum, spiċċajna b'awtorita` għaddejja minn kriżi għal oħra u titmexxa b'management by crisis.", "Fl-awtorita` trid tiddaħħal ir-ruħ, il-prattiċita` u t-trattament diċenti tal-pubbliku.", "Jiena bħala membru tal-bord li nirrappreżenta lill-Partit Laburista se nibqa' ninsisti biex dan it- trattament iseħħ għax ma jistax ikun li jkollok, per eżempju, ċittadin ħandikappat ta' 16-il sena li japplika biex jagħmel rampa għal wheelchair - għax hemm xi għaxar tarġiet għal-livell tat-triq - u dan inkredibbilment jingħata refusal.", "Ma jistax ikun li żewġ anzjani, li fl-unika għalqa li għandhom kien hemm kamra antika li għandha 'l fuq minn 100 sena, u għax waqgħet bil-maltemp, wara li l-awtorita` ġegħlithom jagħmlu applikazzjoni ħarġitilhom refusal bi skuża li m'humiex full-time farmers.", "Jew inkella l- farsa li qed tiġri rigward dik l-hekk imsejħa tegola, dak il-famuż madum taċ-ċaqquf aħmar li wieħed jara fuq mijiet ta' djar imxerrda madwar Malta kollha, fejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tagħti refusals bl-addoċċ minħabba li l-materjal m'huwiex lokali.", "Qegħdin fis-sitwazzjoni redikola li qed jiġi mportat materjal li ma jista' jeħel imkien f'pajjiżna.", "Problema komuni ħafna hija dwar il-galleriji li minkejja l-ordni jew is- suġġeriment ta' l-Ombudsman, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha sal-lum tkarkar saqajha biex tiddeċiedi x'se tagħmel.", "L-istess dwar il-problema tal-parking, x'qed tistenna l-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex testendi l-commuted parking scheme ma' l-inħawi kollha tal- pajjiż?", "Fuq il-kwestjoni ta' l-għoli tal-garaxxijiet daqqa jagħtuk permess u daqqa ma jagħtukx.", "Jien inkwetat ukoll fuq l-operat tal-heritage advisory committee.", "X'inhuma t-terms of reference tiegħu u fuq liema kriterji ċerta proprjeta` qed tiġi skedata u oħra ma tiġix?", "Spiċċajna niskedaw proprjeta` sempliċement għax ikun hemm xorok tal-qasba u qegħdin nispiċċaw li fil-qalba ta' l-irħula hemm ħafna djar qodma vojta għax permess biex jitwaqqgħu ma jingħatax.", "Jien personalment inħoss li għad baqa' lok għal titjib kbir dwar kif jagħmlu l-affarijiet ċerti managers fl- awtorita` u kif titmexxa d-development control unit.", "Meta nara x'jiġri minn talbiet żgħar taċ-ċittadin nitħasseb u ngħid: Aħseb u ara x'jiġri fuq proġetti kbar fejn id-dewmien jissarraf f'telf ta' eluf ta' liri u potenzjalment telf ta' investiment f'pajjiżna!", "Madam Speaker, jiena nemmen li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm bżonnha u naf li l-Gvern Laburista permezz tal-Viċi Prim Ministru qed jagħmel ħiltu kollha biex itejjeb l-operat tagħha.", "Ir-riżultati qed jidhru, u min-naħa tiegħi bħala rappreżentant tal-Partit Laburista fuq il-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se nkompli naħdem u nistinka biex iċ-ċittadini Maltin, huma min huma, jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin. il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 5 ta' Mejju, 1998 fis-6.00 p.m. kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "LIĠIJIET TA' MALTA - CD", "12983.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Peress illi l-Ministru qal pubblikament li se tinħareġ CD bil-liġijiet ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid sa meta se jkunu aġġornati l-liġijiet ippubblikati?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk kontemporanjament humiex se jsiru arranġamenti għall-emendar regolari u immedjat ta' l-istess għaliex mingħajr tali arranġament is-CD issir outdated l-għada li tiġi ppubblikata?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk din il-pubblikazzjoni hijiex se tkun pubblikazzjoni uffiċjali in vista tal-possibbilta' ta' manipulazzjoni?", "Fl- aħħarnett, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jiġi ppubblikat kemm it- test Ingliż kif ukoll dak Malti?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif għidt f`diversi stqarrijiet pubbliċi kif ukoll f`risposti għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, l-edizzjoni f`format CD se tkun aġġornata kemm jista` jkun regolarment, iżda naturalment mhux mill-għada.", "Aktar tard beħsiebni nressaq fil-Parlament emenda għal-liġi ta' l-1980 dwar ir-Revisjoni tal-Liġijiet Statutorji ta` Malta biex din tagħti saħħa lill- edizzjoni CD bħala versjoni uffiċjali tal-liġijiet.", "Għall-aħħar mistoqsija nerġa` nirrispondi li l-pubblikazzjoni se tikkomprendi sew it-test Malti kemm it-test Ingliż.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "12984.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba fi Frar 1998?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba fi Frar 1998 kien ta' 316.", "IMPJIEGI", "12985.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul Frar 1998: (a) mis-servizz pubbliku; (b) minn enti statutorji; (ċ) minn enti u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament għandu mill-anqas nofs l-ishma tagħhom; u (d) mis-settur privati u jindika d-dipartimenti, enti jew kumpannija fil-każ ta' (a), (b) u (ċ) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12,985 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ETC - JOB PLACEMENTS", "12986.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC matul Frar 1998, kemm placements kienu mas-settur privat u kemm placements saru mill-Job Centre, minn Ħal Far u minn Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-placements li saru matul Frar 1998 huma hekk:", "Parastatali 7", "Privat Hal Far 69 Job Centre (Malta) 41 Ghawdex 3 Job Centre (Ghawdex) 1", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "12987.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC fi Frar 1998?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Frar 1998 kien ta' 975.", "ETC - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "12988.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol fi Frar, 1998 u jagħti l-informazzjoni skond ir-raġuni li wassal għall-qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax- xogħol fi Frar 1998 kien ta' 55.", "Ir-raġuni li wasslet għall-qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "M'aċċettawx taħriġ 14 Jirreġistraw u jaħdmu 14 M'aċċetawx xogħol 1 M'attendewx intervisti 26 ------------------------------- Total 55", "TWELID - STILL BIRTHS", "13479.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' still births is-sena l-oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fl-1997 ġew irreġistrati 29 tarbija bħala stillbirth.", "Minn dawn it-trabi, 14 biss kellhom piż ta' 1,000 gramma jew iżjed (ekwivalenti għal 28 ġimgħa ta' tqala jew iżjed).", "Ħamsa mid-29 trabi reġistrati kellhom piż ta' inqas minn 500 gramma: każijiet bħal dawn jistgħu jitqiesu bħala korrimenti.", "MALTACOM - IMPJEGATI NISA", "13480.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa impjegati mal-Maltacom illum?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm hemm nisa f'kull grad?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien informat li n-numru ta' nisa mpjegati mal-Maltacom sas-27 ta' Marzu 1998 huwa ta' 201 maqsuma fi gradi kif indikat hawn taħt.", "Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-ħaddiema nisa jagħmlu xogħol relatat mal- grad tagħhom.", "Grad Nru Assistant Principal 10 Clerk 67 Customer Service Assistant 23 Customer Service Officer 5 Executive Officer 38 General Hand 10 Graduate Professional Officer(accounts) 4 Graduate Professional Officer(administration) 6 Graduate Professional Officer(elec. eng.) 4 Head Internal Audit 1 Head +of Stores 1 Messenger 2 Part-Time Clerk 3 Principal Grad.", "Prof. Officer (accounts) 1 Principal 16 Senior Executive (on loan) 1 Senior Grad.", "Prof. Officer (accounts) 2 Senior Grad.", "Prof. Officer (administration) 1 T.A.S. 1 Technician 1 Telephone Operator 4 Total 201", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "13481.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt it-18-il sena fil-ħabs illum?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel u ta' xiex weħlu l-ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri taħt it-18 -il sena fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fil-25 ta' Marzu, 1998, kien ta' 6, li minnhom, 5 huma rġiel.", "Dawn il-persuni kollha qegħdin jinżammu l-Ħabs taħt arrest preventiv.", "PULIZIJA - CHILD ABUSE", "13482.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti fuq każi relatati ma' child abuse sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'tip ta' abbuż kien u kemm-il persuna ġiet convicted, x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Pulizija ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Ninsab informat ukoll li statistika dwar rapporti lill-Pulizija relatati ma' child abuse bdiet tinżamm minn Awissu 1997.", "Minn Awissu 1997 sa l- aħħar ta' Marzu 1998, ġew rapportati sitt każijiet ta' vjolenza u 14-il każ ta' abbuż sesswali fuq minorenni, kif ukoll rapport wieħed ta' abbandun ta' tarbija.", "PULIZIJA - VJOLENZA DOMESTIKA", "13483.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti s-sena l-oħra fuq każi konnessi ma' domestic violence?", "Kemm ġew convicted u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi n-numru ta' persuni li matul l- 1997 tressqu l-Qorti fuq każi konnessi ma' vjolenza domestika kien ta' 244, li minnhom, 51 ġew misjuba ħatja.", "Il-pieni mogħtija kienu jvarjaw bejn priġunerija, detenzjoni, ċanfira jew twiddiba, multi u amendi.", "Kien hemm ukoll każi fejn l-imputati ġew mogħtija l-artikolu 9 ta' Kap. 152 u artikolu 383 Kap. 9.", "SAĦĦA - ASTHMA CLINIC", "13484.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jattendu l-asthma clinic illum?", "Kemm kien in-numru ta' persuni ġodda li attendew is-sena l-oħra?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar is-sena l-oħra minħabba asthma u/jew asthmatic bronchitis?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' pazjenti li attendew l-Asthma Clinic bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Marzu 1998 kien 574.", "Minn dawn 148 kienu każi ġodda waqt li 426 kienu follow-up.", "In-numru ta' pazjenti ġodda li attendew fl-1997 kien ta' 465.", "Matul l-1997 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 528 persuna ibatu minn ażma u/jew bronkite asmatika.", "L-eta' tal-persuni kienet imqassma hekk:", "Eta' Numru", "0-9 249 10-19 88 20-29 30 30-39 29 40-49 27 50-59 33 60-69 32 70-79 22 80+ 14 Mhux speċifikat 4", "TOTAL 528", "BURMARRAD/SAN PAWL TAT-TARĠA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "13572.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar x'passi qed jittieħdu biex ma jibqax joħroġ drenaġġ fit-triq ta' bejn Burmarrad u San Pawl tat-Tarġa?", "Meta hu mistenni jiġi ffinalizzat ix-xogħol neċessarju?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji biex il- ħsarat li hemm jiġu solvuti u meta jiġi identifikat il-kuntrattur ix-xogħol ikun jista' jinbeda.", "POSTA LTD. - LIKWIDATUR", "13573.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar fiex wasal ix-xogħol li qed iwettaq il-likwidatur ta' Posta Ltd.?", "X'tip ta' ħlas ingħata jew għadu jingħata l-likwidatur għax-xogħol li għamel jew li fadallu jwettaq?", "Meta hu mistenni jintemm dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mhux possibbli f'dan l- istadju tingħata indikazzjoni meta se tintemm il-likwidazzjoni ta' Posta Ltd.", "Il-proċess għaddej u s'issa diġa' tħallsu ħafna mill-likwidaturi tal- kumpannija.", "Il-ħlas li jingħata l-istralċjarju huwa skond id-dispożizzjoni ta' l-Artiklu 293 ta' l-Att ta' l-1995 dwar il-kumpanniji.", "POSTA LTD. - ĦADDIEMA", "13574.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ħaddiema fis-servizz tal-Posta li ilhom impjegati f'dan is-servizz minn qabel l- 1979?", "Kemm hu fil-preżent in-numru ta' ħaddiema full time fil-Posta?", "F'liema gradi huma mpjegati dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta` ħaddiema mpjegati tal-Gvern qabel il-15 ta` Jannar, 1979, huwa 258.", "Jiena nformat ukoll li sat-28 ta` Marzu, 1998, in-numru ta` ħaddiema full time fil-Posta huwa 908 li huma mpjegati f'dawn il-gradi:", "1 Human Resources Executive.", "1 Design and Philately Executive.", "1 P.R. / Marketing Executive.", "1 Junior Finance Executive.", "6 Secretaries.", "3 Senior Managers.", "7 Managers.", "1 Senior Principal Officer.", "11 Principal Officers.", "8 Assistant Principal Officers.", "28 Executive Officers.", "5 Clerks.", "1 Graphic Designer.", "9 Messengers.", "1 Asst Director Mail Operations.", "1 Chief Mail Officer.", "7 Principal Mail Officers.", "7 Senior Mail Officers.", "56 Mail Inspectors.", "165 Mail Officers.", "487 Senior Postpersons / Postpersons.", "4 Supervisors ( Postal Auxiliaries).", "71 Postal Auxiliaries.", "1 Technical Officer.", "1 Asst.", "Technical Officer.", "4 Senior Tradesmen.", "4 Tradesmen (Fitter).", "8 General Tradesmen.", "1 Garage Attendent.", "4 Charwomen 3 Watchmen.", "POSTA LTD. - ĦADDIEMA", "13575.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitħallsu l-arretrati dovuti lilhom il-ħaddiema ta' Posta Ltd.?", "Kemm hemm persuni ntitolati għal dawn l-arretrati?", "Kemm hi mistennija li tkun l- ispiża nvoluta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li skond ftehim li sar mal-Unions se titħallas somma ta' Lm260 lil kull impjegat li kien fuq il-kotba ta' l- Uffiċċju tal-Postmaster General fil-5 ta' Lulju 1997, bi ħlas finali għal xi ammonti li setgħu kienu dovuti lill-ħaddiema li kienu ma' Posta Limited jew l-istess Uffiċċju tal-Postmaster General li kienu madwar 950.", "Is-somma mistennija tqarrab spiża ta' Lm250,000 u l-ammont dovut lil kull ħaddiem se jitħallas kemm jista' jkun malajr wara li tibda topera l-Maltapost p.l.c.", "PITKALIJA - MIŻIEN", "13576.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li fid-daħla tal- Pitkalija f'Ta' Qali jitwaħħal miżien biex jikkontrolla l-piż tal-prodott li jidħol fil-Pitkalija?", "Jekk iva, meta hu mistenni li jsir dan?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: M' hemm l-ebda ħsieb u qatt ma' kien hemm xi ħsieb li fil-pitkalija xi darba jitwaħħal miżien biex jikkontrolla l-piż li jidħol fil-pitkalija.", "Meta kien hemm miżien għad-dispożizzjoni tal-bidwi jew tax-xerrej, ftit li xejn sar użu minnu.", "Jekk ikun hemm xi dubju dwar xi piż, l-uffiċjali tad-Dipartiment lesti jgħinu ħalli tinstab soluzzjoni għas- sodisfazzjon ta' kulħadd.", "ĦAL QORMI - FABBRIKA TAL-ĦALIB", "13577.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru tal-Biedja qabilx mal-proposta tal-Planning Authority li l-fabbrika tal-ħalib tinbena fl- inħawi fejn hemm il-Castellana f'Ħal Qormi?", "Kemm art hu mistenni li tiġi wżata għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12767.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13667.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,423 u ċioe' jista' jgħid fiex wasal il-każ tal-persuna, li isimha diġa' intbagħat separatament, biex tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W1,423.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13668.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,421 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Ħamrun, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Intbagħat inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "X'ġie konkluż?", "Fejn se jwassal il- każ tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M' għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W,1421.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13669.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,420 u ċioe' jista' jara li l-persuna mill-Belt, li d- dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,420.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13670.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,436 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal- każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "(HO 9222)", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,436.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "13671.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,435 u ċioe' jista' jgħid meta se jingħataw post alternattiv ir-residenti ta' 29, Strait Str, Valletta?", "Jaf il-Ministru li dan il-post huwa kkundannat u ma jixraqx li joqogħdu fih in-nies?", "Kemm aktar se jdumu joqogħdu hemm in-nies ta' l-imsemmi fond?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,435.", "AWTORITA' TAD-DJAR - PERITI", "13672.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,433 u ċioe' jista' jgħid min huma l-periti tal-Housing Authority?", "Dawn full time jew part-time?", "X'inhi l-funzjoni tagħhom?", "Jekk huma full time, x'salarju għandhom?", "Jekk part-time x'salarju għandhom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,433.", "BORDIJIET - ĦATRIET", "13910.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s- Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward ta' kull dipartiment, entitajiet u korpi oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, ingħataw ħatriet kemm f'bordijiet kif ukoll f'karigi oħra lill-persuni li isimhom qed jintbagħat separatament?", "X'remunerazzjoni qed jirċievu f'kull każ?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma ngħataw l-ebda ħatriet lil persuni ndikati.", "MIZZI, DOUBLET, SCERRI & CO.", "13911.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid, għar-rigward tal-perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Marzu 1998, għar-rigward ta' kull dipartiment, entita' jew korp li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħek: (i) kemm-il rapport sar mid-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co.; x'kien is-suġġett ta' kull rapport; xi ħlas sar jew għad irid isir għal kull rapport imsemmi u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet mingħand ditti oħra; u (ii) f'liema minn dawn id- dipartiment, entitajiet jew korpi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, id- ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. intgħażlet bħala awdituri; jekk l-għażla saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew sejħa għal offerti; u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm ditti oħra li kkwotaw jew offrew u x'kien l-ammont ta' kull offerta?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għall-perjodu bejn l-1 ta` Novembru, 1996 u Marzu 1998 ma sar ebda rapport mid-ditta ta` awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co. Ltd. għall-Ministeru tiegħi u għad- Dipartimenti\\Kummissjonijiet li jaqgħu taħtu.", "BORDIJIET - ĦATRIET", "13912.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward ta' kull dipartiment, entitajiet u korpi oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu, ingħataw ħatriet kemm f'bordijiet kif ukoll f'karigi oħra lill-persuni li isimhom qed jintbagħat separatament?", "X'remunerazzjoni qed jirċievu f'kull każ?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li miż-żewġ persuni, li isimhom intbagħat separatament mill-Mistoqsija, wieħed biss ingħata xi ħatra\\inkarigu fil-Ministeru tal-Ġustizzja.", "Dan l-avukat huwa :-", "(1) Kummissarju tal-Ġustizzja (li tagħha jirċievi Lm15 kull seduta) (2) Avukat għall-assistenza legali fuq bażi temporanja għal sena (Lm 210 fis-sena)", "(3) jippatroċinja lill-Gvern f`każi quddiem it-Tribunal għall- Investigazzjoni ta` Inġustizzji (Lm 22.50 għal kull każ)", "MIZZI, DOUBLET, SCERRI & CO.", "13913.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Marzu 1998 għar-rigward ta' kull dipartiment, entita' jew korp li jaqa' taħt id- dikasteru tiegħek: (i) kemm-il rapport sar mid-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co.; x'kien is-suġġett ta' kull rapport; xi ħlas sar jew għad irid isir għal kull rapport imsemmi u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet mingħand ditti oħra; u (ii) f'liema minn dawn id- dipartimenti, entitajiet jew korpi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, id- ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. intgħażlet bħala awdituri; jekk l-għażla saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew sejħa għal offerti; u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm ditti oħra li kkwotaw jew offrew u x'kien l-ammont ta' kull offerta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej:-", "1.", "Id-ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co, tqabbdet tagħmel dawn ir-rapporti jew tagħti dawn is-servizzi għall-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku:-", "Rapport: Hlas", "Rapport dwar l-operat tal-karozzi tal-linja Lm1,724 Rapport dwar dhul minn reklamar fuq `bus shelters' Lm1,495 Servizzi dwar SAGE Accounting Lm 96 Servizzi dwar Estimi Finanzjarji Lm1,612 Servizzi dwar Financial Statements Lm 920 Servizzi ta' Awditjar Lm 350 Servizzi dwar Accounting Layout Lm 600 Thejijja ta' tender dwar `bus shelters' Lm 450", "Servizzi b'konessjoni mar-reklamar fuq il-karozzi tal-linja u l-ghoti ta' sussidju lis-sidien tal-karozzi tal-linja.", "(Dan ix-xoghol ghadu ghaddej).", "Għal dawn is-servizzi ma ntalbux kwotazzjonijiet.", "2.", "F'Gunju ta' l-1997, id-ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co, nħatret mill- istess Awtorita' bħala Awdituri ta' l-Awtorita' wara sejħa għal kwotazzjonijiet.", "Kien hemm 12-il ditta ta' Awdituri li għamlu kwotazzjoni.", "Id-ditti u l-offerti tagħhom kienu dawn:", "Ditta Offerta", "Parnell Kerr Forster - Malta Lm 500 (esklużi t-taxxa) Mizzi Scerri Said & Co Lm1,000 (esklużi t-taxxa) Ray Vella Lm 850 (eskluzi t-taxxi) Joseph Tabone & Co Lm 350 (eskluża l-VAT u spejjeż oħra) Anthony J.Cassar Lm2,500 Mizzi Doublet Scerri & Co Lm 350 Falzon & Falzon Lm3,000 Horwarth (Malta) Lm 250 Vincent Curmi Lm 425 (eskluzi t-taxxi) Renald Micallef Lm 750 Grant Thorten (Malta) Lm 250 (esklużi t-taxxi) Farrugia, Farrugia & Co Lm 550", "BORDIJIET - ĦATRIET", "13914.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid, għar-rigward ta' kull dipartiment, entitajiet u korpi oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu, ingħataw ħatriet kemm f'bordijiet kif ukoll f'kariġi oħra lill-persuni li isimhom qed jintbagħat under separate cover?", "X'remunerazzjoni qed jirċievu f'kull każ?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat illi l-persuni msemmija mill- Onor. Interpellant u li isimhom ntbaghat taħt separate cover għandhom ħatriet biss fl-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u huma mħallsa kif gej:-", "L-ewwel persuna hija l-konsulent legali ta' l-Awtorita' u hija mħallsa Lm2,746 fis-sena, filwaqt illi t-tieni persuna hija d-Deputat Chairman ta' l-Awtorita' u b'remunerazzjoni ta' Lm1,200 fis-sena u fuel allowance ta' Lm10 fix-xahar.", "MIZZI, DOUBLET, SCERRI & CO.", "13915.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Marzu 1998 għar-rigward ta' kull dipartiment, entita' jew korp li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħu: (i) kemm-il rapport sar mid-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co.; x'kien is-suġġett ta' kull rapport; xi ħlas sar jew għad irid isir għal kull rapport imsemmi u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet mingħand ditti oħra; u (ii) f'liema minn dawn id- dipartimenti, entitajiet jew korpi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, id- ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. intgħażlet bħala awdituri; jekk l-għażla saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew sejħa għal offerti; u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm ditti oħra li kkwotaw jew offrew u x'kien l-ammont ta' kull offerta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: F'dan il-perijodu din id-ditta ma ġiet ikkummissjonata biex tagħmel ebda rapport.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 13285.", "PULIZIJA - BANDA TAL-PULIZIJA", "14031.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 12942, jista' l-Prim Ministru jgħid taħt liema waħda mit-tliet kategoriji kien jaqa' il-kunċert li l-Banda tal- Pulizija tat fuq Super 1 TV, fil-25.1.98?", "Is-servizz ingħata b'xejn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif jien informat, il-programm imxandar fid-data msemmija mill-Onor.", "Interpellant kien jikkonċerna lill-Korp tal-Pulizija in ġenerali, u minbarra l-banda kien hemm diversi taqsimiet oħra tal-Korp li ħadu sehem.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li dawn l-attivitajiet u programmi fuq mezzi tax-xandir, barra li jedukaw lill-pubbliku, iservu wkoll bħala public relations għall-Korp.", "Bħalma jsir f'kull programm fejn membri tal-Korp tal-Pulizija jieħdu sehem, ma kienx hemm ħlas għas-sehem li ta l-Korp tal-Pulizija f'dan il-programm.", "VERDALA - GOLF COURSE", "14032.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-laqgħa li saret bejn il- bdiewa milqutin mill-proġett tal-Golf Course fil-Verdala, u l-Ministeru?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kull meta l-bdiewa konċernati talbu li jiltaqgħu miegħi u ma' l-uffiċjal tad-dipartiment, it-talbiet tagħhom dejjem ġew milqugħa u ttieħdet nota ta' l-ilmenti mressqa.", "KUNSILLI LOKALI", "14163.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Ladarba nbidlu l-konfini tal-kunsilli lokali b'effett mill-1 ta' April 1998 u l-kunsilli lokali sal-lum għadhom ma rċevew l-ebda avviż dwar l-allokazzjonijiet tagħhom li jirrispetta l-bdil tal-konfini tagħhom, jista' l-Ministru jgħid meta l-kunsilli lokali se jiġu mgħarfa bit-tibdil fl-allokazzjonijiet tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 13720.", "KUNSILLI LOKALI - XOGĦLIJIET", "14164.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom iħallsu lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet iżjed minn Lm30,000 għal xogħlijiet ordnati u maħduma lill-istess kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kunsilli lokali li għandhom iħallsu lill- Gvern Ċentrali aktar minn Lm30,000 huma dawn li ġejjin:", "1.", "Bormla 2.", "Żabbar 3.", "Żejtun 4.", "B'Buġia 5.", "Mosta 6.", "Naxxar 7.", "Paola 8.", "Qrendi 9.", "Rabat 10.", "Sliema 11.", "Żurrieq", "NAXXAR - TRIQ G.B. MORTON", "14165.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-Triq G.B. Morton, fin-Naxxar tidjieq tant li bilkemm baqa' passaġġ minn fejn wieħed jista' jgħaddi?", "Kopja tal-pjanta li turi din it-triq qed tintbagħat separatament.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-konfigurazzjoni tat-Triq G B Morton fin- Naxxar hija regolarizzata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "CET", "14166.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk dwar id-deċiżjoni li għall-fini tal-liġi tas- CET 300 negozju jintagħżel b'lotterija ġietx konsultata l-Kummissjoni Favur il-Moralita' Fiskali biex il-Ministru jkun jista' jiggarantixxi li din id- deċiżjoni m'hijiex immorali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax din il-lotterija ġusta ladarba biex tkun rispettata l-liġi tas-CET l-investigazzjonijiet minflok li qed isiru fuq minn kemm suspetti, qed isiru fuq kulħadd u b'hekk kulħadd huwa suspettat li qed jonqos mil-liġi tas-CET?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-mod kif jintgħażlu l-persuni rreġistrati għal skop ta' awditjar hu skond kif mitlub minn Sezzjoni 6 (1) ta' l-Att Numru XII ta' l-1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.", "Dan il-mod huwa wieħed oġġettiv li japplika l-istess għall- persuni kollha rreġistrati u ma jiddependix fuq l-ebda interferenza jew opinjoni suġġettiva tad-Dipartiment.", "KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERA", "14167.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jagħmel id-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali f'każ li imgħallem ta' kunsillier ma jippermettilux jitlaq minn fuq ix-xogħol kemm-il darba dan ma jieħux vacation leave biex jattendi għal-laqgħat tal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jgħid x'policy għandu rigward l-interpretazzjoni tal- liġi tal-kunsilli lokali li titlob minn kull employer li ma jimpedix lill- ħaddiem elett kunsillier jattendi għal-laqgħat tal-kunsilli lokali tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-faċlitajiet li jingħataw lill-Kunsilliera li huma mpjegati u ma' korpi parastatali biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom bħala Kunsilliera huma regolati mill-Istqarrija għall-Istampa maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (Nru. 290) fl-10 ta' Marzu 1994, miċ-Ċirkolari \"OPM Circular No. 17/1996\" tas-27 ta' Ġunju 1996 u miċ-Ċirkolari maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali \"Memo 59/1996\" tal-25 ta' Ġunju 1996, kif ukoll mis-subartiklu (2) ta' l-Artikolu 32 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Att Nru. XV ta' l-1993) fejn hu stipulat li:-", "\"...... l-kunsillieri kollha jservu fuq bażi onorarja iżda jingħataw dik l- għajnuna kollha mill-prinċipali tagħhom li tkun xierqa biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom\".", "Kopji ta' dawn it-tlett ċirkolarijiet tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta għall-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru.", "Fejn jirrigwarda l-impjieg mal-privat hija wkoll fid-diskrezzjoni ta' min jimpjega jekk l-applikant jingħatax ħin adegwat meta l-impenji tal-Kunsill jkunu meħtieġa waqt il-ħin tax-xogħol.", "VALLETTA - ATTIVITAJIET KULTURALI", "14185.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Issa li ġie mħabbar u ppubblikat il-programm ta' l-attivitajiet kulturali li se jittellgħu in konnessjoni ma' l-għażla tal-Belt Valletta bħala belt kulturali għax-xahar ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid x'pubbliċita' saret barra minn Malta fix-xahar ta' April, 1998?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob lill-Onor Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "WIED IL-GĦAJN/MARSAXLOKK/ BIRŻEBBUGIA - PROĠETT", "14186.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-Ministru semma li fil-proġett ta' Wied il- Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġia hemm xogħlijiet li m'għandhomx bżonn permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' l-Ministru jelenkahom u jgħid liema minnhom bdew diġa' u liema se jibdew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Xogħlijiet li m'għandhomx bżonn permess li bdew isiru jew se jinbdew huma dawn:", "i) Xogħol ta' embellishment ta' bankini fuq in-naħa tal-Bini - Xatt is- Sajjieda - Marsaxlokk.", "ii) Xogħol ta' embellishment ta' l-art ta' Ġnien San Ġorġ - Birżebbugia.", "ENEMALTA - PROĠETT", "14187.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta hijiex se tkun involuta fil-proġett tas-\"South\" u jekk iva, f'liema aspetti, peress li fadal ħafna toroq bla dawl f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fejn ikun meħtieġ il-Korporazzjoni Enemalta tkun imsejħa biex tagħti l-kontribut tagħha fil-proġett tas-South.", "P.A. - XOGĦLIJIET", "14188.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fix-xogħol li qiegħed isir f'Wied il-Għajn, Birżebbugia u Marsaxlokk, jista' l-Ministru jgħid liema partijiet tal-proġett qegħdin jew iridu jistennew il-permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħlijiet li qegħdin jistennew il-permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma dawn:", "* Playing field u toilet ġodda fi Ġnien San Ġorġ - Birżebbugia.", "* Twessigħ ta' Triq San Ġorġ - Birżebbugia.", "* Żvilupp tal-Promenade, bini ta' toilets u tibdil fit-triq lejn il- Kavallerezza - Marsaxlokk.", "Għal dawn ix-xogħlijiet l-applikazzjoniet ġew ikkonsidrati b'mod favorevoli u għaddew mill-bord tad-DCC:", "* Żvilupp tal-Bajja is-Sabiħa u twessigħ tat-Triq (Pretty Bay) - Birżebbuġa.", "* Żvilupp ta' Triq San Ġorġ lejn iż-zona tal-Qajjenza - Birżebbugia.", "* Triq is-Salini - Marsascala.", "* Triq il-Wilġa - Marsaxlokk.", "* Junction fi Triq iż-Żejtun - dħul għal Marsaxlokk.", "* Pjazza ta' quddiem il-knisja - Marsaxlokk.", "WIED IL-GĦAJN/MARSAXLOKK/BIRŻEBBUGIA - XOGĦLIJIET", "14189.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fix-xogħol li qiegħed isir f'Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbugia, jista' l-Ministru jagħti l-iskeda taż-żmien li hu ppjanat li jsir ix-xogħol, u jekk dan huwiex miexi skond kif ippjanat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol prinċipali li qed isir bħalissa f'dawn l-inħawi mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju.", "L-asfaltar tat-toroq mistenni li jitkompla anke fix-xhur tas-sajf.", "NATIONAL CRIME VICTIM SURVEY", "14190.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar min-National Crime Victim Survey li kien ġie kkumissjonat f'Jannar 1997 bl-għajnuna tal-UNICRI?", "Ir-rapport hu lest?", "Jekk le, għaliex?", "Jekk iva, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li r-rapport dwar in-National Crime Victim Survey għadu qed jiġi kompilat.", "SKEJJEL - TAL-KNISJA", "14191.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena bejn l-1987 sa l- 1997, kemm ingħatat għajnuna mill-gvern lill-iskejjel tal-Knisja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nformat li l-għajnuna li ngħatat mill-Gvern lill-iskejjel tal-Knisja bejn l-1987 u l-1997 hija kif se nsemmi:", "1987 Lm 301,667.00 1988 Lm 600,000.00 1989 Lm 75,961.00 1990 Lm1,704,667.00 1991 Lm1,719,000.00 1992 Lm3,273,961.00 1993 Lm4,604,000.00 1994 Lm4,702,000.00 1995 Lm 97,000.00 1996 Lm4,293,595.00 1997 Lm5,521,797.00", "SOĊJETA' TA' L-ARTI, MANIFATTURA U KUMMERĊ", "14192.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12943 u ċioe' jista' jgħid fiex tikkonsisti l-għajnuna li l-gvern jagħti lis-Soċjeta' ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ?", "X'għajnuna ngħatat matul l- 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali jgħin lis-Soċjeta' ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ permezz ta' sussidju.", "Fl-1997 tħallsu Lm22,000 li kienu vvotati bħala sussidju.", "Tħallsu wkoll żewġ pagamenti oħra ta' Lm3,415 u Lm5,202.16 biex ikopru spejjeż oħra.", "Is-Soċjeta' ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ diġa' ġiet informata li għal din is-sena m'huwiex previst ħlas addizzjonali 'l fuq mit-Lm23,000 allokati bħala sussidju.", "Mas-Soċjeta' ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ hemm tlett persuni li huma on secondment.", "Fl-1997 id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħallset is-somma ta' Lm15,065.37 f'salarji u bħala kontribuzzjoni ta' Sigurta' Soċjali.", "Id-Dipartiment tal-Kultura fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti wkoll jassisti lis-Soċjeta' fil-premjijiet tal-kompetizzjoni għall-Mużiċisti żgħażagħ b'għotja ta' Lm500 fis-sena.", "AIRPORT SECURITY COMMITTEE", "14193.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba u meta ltaqa' l-Airport Security Committee mill-1.1.97 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14030.", "ŻURRIEQ - TRIQ ĦAL MILLIERI", "14205.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi d-djar kollha fi Triq Ħal Millieri, Żurrieq jegħrqu ma' l-iċken bexxa xita, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-diffikultajiet li qed jinqalgħu biex il-culvert li kien inbeda, jkun jista' jitkompla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan ix-xogħol ikun jista' jsir wara li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tlesti l-istudju li qed tagħmel dwar l-effett li jista' jkollu l-ilma tat-toroq li se jiġi mitfuħ ġo barriera li tinsab qrib borehole.", "ŻURRIEQ - ĊENTRU TA' RIKREAZZJONI", "14206.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetaħ ċentru ta' rikreazzjoni f'Bubaqra, Żurrieq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'hemm l-ebda pjanijiet biex jinfetaħ ċentru ta' rikreazzjoni f'Bubaqra, Żurrieq.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-QAWSALLA", "14207.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mingħand min hu mikri l-container mikri mid-Dipartiment tat-Toroq u li qiegħed fi Triq il-Qawsalla, Santa Venera?", "Jista' jgħid minn meta beda jinkera u r-rata li qed titħallas għalih kuljum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SOĊJALI", "14208.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jgħixu waħedhom u jieħdu r- relief?", "Jista' l-Ministru jagħti figuri ta' l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor Interpellant li ma tinħassx il- ħtieġa li tinżamm statistika separata li turi jekk dawk li japplikaw għall- Għajnuna Soċjali humiex koppji jew persuni li jgħixu waħedhom, dan għaliex il-kriterju għad-dritt tal-għajnuna hu marbut mal-mezzi finanzjarji.", "In- numru ta' persuni fil-familja meta d-dritt jiġi stabbilit, jiġi rifless fir- rata applikabbli skond kif tidher f'Taqsima I tas-VI Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "KALKARA - WIED GĦAMMIEQ", "14209.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li fl-area magħrufa bħala Wied Għammieq, Kalkara qed ikun hemm żbroff ta' drenaġġ fil-baħar viċin l-art, u peress li fl-istess area hemm kemm kumpless ġdid ta' divertiment kif ukoll il-Film Facilities, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fl-inħawi magħrufa bħala Wied Għammieq bħalissa qed isir xogħol estensiv biex jitkabbar l-impjant li jippompja d-drenaġġ 'il barra mill-kosta.", "Għaldaqstant sakemm dan ix-xogħol jitlesta, id- drenaġġ li jasal fis-sit ta' l-impjant ma jistax jiġi ppumpjat kif kien isir qabel.", "SERVIZZ ĊIVILI - PARENTAL LEAVE", "14210.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ġenituri li applikaw u ngħataw il- parental leave minn mindu daħlet fis-seħħ f'April, 1996?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel u minn liema dipartimenti jew ministeri kienu ġejjin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KALKARA - ĊENTRU TA' ĦARSIEN IT-TFAL", "14211.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kif se jkun imqassam is-sussidju għal dawk il-ġenituri li japplikaw biex jagħmlu użu miċ-Ċentru ta' Ħarsien it-Tfal, Kalkara u li d-dħul totali tagħhom ma jaqbiżx il-Lm5,000?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Proġett Pilota Ċentru għall-Ħarsien it-Tfal", "Id-Dawradurella ċentru pilota ta' Ħarsien it-Tfal ġie mwaqqaf biex jgħin lil dawk il-familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu bi qligħ u għandhom tfal ta' bejn sena u tlett snin, ħalli jsibu bilanċ bejn ir-responsabbiltajiet tal-familja u tax-xogħol.", "Huwa maħsub li ċ-ċentru jkun miftuħ bejn is-7.00 a.m. u s-6.00 p.m. kuljum bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa u se jilqa' fih 25 tfal.", "Se jkun hemm carer għal kull ħamest itfal u għalhekk qed jiġi assigurat li tingħata kura ndividwali f'ambjent mill-aktar kreattiv u familjari.", "Tfal b'ġenitur waħda/wieħed li taħdem/jaħdem u dawk li ġejjin minn familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu se jkollhom l-opportunita` li jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru fuq bażi ta' first come first served, iżda se jkun assigurat li mill-anqas 20% tal-postijiet jintużaw minn familji ta' ġenitur waħda/wieħed.", "Is-sussidji għal dawk il-ġenituri li japplikaw biex jagħmlu użu mis-servizz se jkunu bbażati fuq l-istess Test tal-Mezzi li jintuża għall-allowance tat- tfal, liema test kien ġie ntrodott f'Lulju 1996.", "L-ogħla rata ta' sussidju se tkun ta' Lm8.00c fil-ġimgħa meta s-servizz jintuża minn wild waħda/wieħed u ta' Lm19.53c meta jintuża minn żewġ ulied.", "L-inqas rata ta' sussidju se tkun ta' Lm1.50c u Lm3.64 kull ġimgħa rispettivament.", "KALKARA - ĊENTRU TA' ĦARSIEN IT-TFAL", "14212.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid fid-dettall fiex intnefqu it-Lm32,000 li ntqal li ntnefqu biex jiġi mwaqqaf iċ-Ċentru ta' Ħarsien it-Tfal fil-Kalkara?", "X'tagħmir ingħata mill-Ambaxxata Ingliża, xi ambaxxata oħra jew sorsi oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta .", "ŻURRIEQ - BOZZA", "14213.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex bozza li ilha maqtugħa x-xhur (u rrapportata kemm-il darba mill-Kunsill Lokali, Żurrieq) li tinsab f'Curved Alley f'Main Street, Żurrieq għadha ma ġietx irranġata?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-bozza msemmija saritilha l-manutenzjoni neċessarja.", "ZURRIEQ - BEBBUX I - CULVERT", "14214.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla l- proġett ta' culvert li kien qed isir minħabba għargħar ta' ilma li jsofru residenti fiż-zona magħrufa Tal-Bebbux I, fiż-Żurrieq, speċjalment dawk ta' Triq Ħal Millieri?", "X'inhi r-raġuni li x-xogħol ma tkomplix meta suppost reġgħu nħarġu t-tenders fis-Sajf ta' l-1997 u kellu jitkompla x-xogħol f'dak iż-żmien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 14205.", "ŻURRIEQ - TRIQ SAN PAWL", "14215.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari oħra li saru matul l-1997 b'numri 4794, 5428, 5579 u 6831, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda l-proġett li tiegħu kienu diġa' saru l-pjanti, fi Triq San Pawl iż-Żurrieq?", "Jidhirlu l-Ministru li issa għadda biżżejjed żmien li dan il-proġett jiġi kkonsidrat bħala prijorita' għall-gvern b'mod speċjali minħabba li dan il-proġett ta' public open space qiegħed fil-qalba ta' zona residenzjali u qed jinħoloq inkonvenjent kbir għar-residenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 6831.", "PA - PERMESSI GĦAL ŻVILUPP", "14220.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Wara li dan l-aħħar ingħataw permessi għal żvilupp barra mill-iskemi tal-bini, jiġifieri il- permess għat-training centre f'Tas-Swatar, Ħad-Dingli u l-bini ta' garaxxijiet f'Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi ħsieb li jagħti xi direttiva lill-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar kif għandha taġixxi fil-każ ta' applikazzjonijiet simili?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata risposta.", "FORZI ARMATI - MEMBRI", "14221.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati li kienu mdaħħla f'każi ta' permess jew/u traffikar tad-droga?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema żmien qed jirriferi u jgħid x'qed jifhem eżatt bil-kliem każi ta' permess.", "SPTAR TAL-QROQQ - MEDICAL PLANNERS", "14222.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13847, jista' l-Ministru jgħid għalfejn it-tender tal-medical planners ma kenitx awarded?", "Jista' l-Ministru jirrispondi għal parti tal- mistoqsija fejn tistaqsi kif se jsir ix-xogħol ta' ippjanar u auditing li kellhom jagħmlu dawn il-health planners?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal stqarrija lill-istampa f'dan ir-rigward.", "Din l-istqarrija tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "EDUKAZZJONI - PROGRAMM KONTRA L-ILLITERIŻMU", "14223.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13841, jista' l-Ministru jikkonferma li m'hu qed isir l-ebda tagħlim dirett lil nies ikkonsidrati illiterati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li qiegħed isir kemm tagħlim dirett u kif ukoll indirett lil dawk li għandhom bżonn itejbu l-livelli ta' litteriżmu tagħhom.", "Madankollu dan qiegħed isir b'mod li hu allaċjat ma' l- aħħar żviluppi fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u l-psikolingwistika u li jirrispetta d-dinjita' ta' l-individwu.", "Mhux se jsiru programmi bħalma kien hemm qabel fejn adulti ġew mgħallma fuq il-kotba tat-tfal iż-żgħar (id- Denfil u l-Ladybird) u ħassewhom umiljati.", "Strateġija li tmur kontra l- prinċipji ta' l-edukazzjoni ta' l-adulti.", "L-istrateġija hija waħda bbażata fuq l-aħħar żviluppi f'dan il-qasam u fuq bażi xjentifika.", "L-Universita' u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħolqu strumenti djagnostiċi u ta' riċerka għall-kompetenza bikrija fil-Malti u l-Ingliż (Literacy Baseline Assessment).", "It-taqsimiet ta' l-assessment huma bbażati fuq dawn l-areas:", "1) Phonological awareness (initial sounds) 2) Phonological awareness (rhyme) 3) Literacy Concepts 4) Letters: names 5) Letters: sounds 6) Reading: picture to word 7) Reading: word to picture 8) Reading: sentence to picture 9) Spelling", "L-iskejjel u l-għalliema Maltin se jkollhom f'idejhom strumenti xjentifiċi sabiex ikejlu l-livelli ta' litteriżmu fil-Malti u fl-Ingliż.", "Dan se jġib miegħu taħriġ u tiġdid professjonali ta' l-għalliema f'dan il-qasam.", "Se jwassal ukoll sabiex il-programmi rimedjali u ta' intervention ikunu msejsa fuq bażi xjentifika u b'hekk ikunu jistgħu jiġu evalwati b'mod xjentifiku.", "Dan se jwassal biex fis-snin li ġejjin inkunu nistgħu nidentifikaw b'mod xjentifiku 'standardised scores' biex inkunu nistgħu nqabblu l- 'performance' ma' dak li għandu jkun u kif ukoll mal-livelli ta' pajjiżi oħra.", "Qegħda ssir ħidma wkoll fil-qasam tal-Family Literacy u qegħdin jitfasslu programmi u materjal sabiex jgħin il-familji u dawk li jixtiequ jgħinuhom jgħollu l-livelli ta' litteriżmu tagħhom b'mod integrat.", "WIN CARGO LTD", "14224.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni professjonali ta' l-assi tal-Win Cargo Ltd u x'kienu l- konklużjonijiet ta' din il-valutazzjoni (dejjem jekk saret)?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Valutazzjoni professjonali ta' l-assi tal-Win Cargo Ltd għadha ma saritx peress illi din il-kumpannija se tgħaddi mill- proċess tal-likwidazzjoni u għaldaqstant il-valutazzjoni tista' ssir f'dak l-istadju.", "TORRI TAL-MILLENJU", "14225.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-consortia li esprimew interess fil-bini tat-Torri tal-Millenju fis-siti tal-Maltacom, hemmx xi uħud li jew biddlu l-interess, jiġifieri ma baqgħux interessanti, ma kellhomx il-backing finanzjarju meħtieġa jew ma sabux il-backing finanzjarju meħtieġ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kumpannija Maltacom hi sodisfatta li l-proġett tagħha f'Paceville attira interess minn konsorzja li fosthom hemm ismijiet ta' fama mondjali fl-oqsma ta' l-arkitettura, kostruzzjoni, marketing u finanzjament ta' proġetti ta' dan it-tip.", "Dan jawgura tajjeb għal proġett u anke jixhed is-serjeta' tal-pjanijiet li tfasslu.", "Wara l-fażi ta' reġistrazzjoni ta' interess saru sensiela ta' laqgħat mal-konsorzja sabiex ikun assigurat li dawn fehmu l-konċett ippreżentat mill-Maltacom u għandhom il-kapaċita' li jwettqu l-proġett.", "Fil-preżent l-erba' konsorzja ġew mitluba jippreparaw proposti li jinkludu disinji u marketing, financing u business plans.", "Id-data ta' l- għeluq tas-sottomissjonijiet hi l-aħħar ta' Ġunju 1998.", "S'issa ma jirriżultax li kien hemm xi nuqqas ta' nteress jew żviluppi negattivi oħra u għaldaqstant ir-risposta għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant hi fin-negattiv.", "ĦAL FAR - CONTAINER DEPOT", "14226.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid bis-saħħa ta' liema regolament huma obbligati l-burdnara jaħżnu containers fil-Container Depot ta' Ħal Far u b'liema regolamenti kienu obbligati qabel dawn jaħżnuhom f'Belt il-Ħażna?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi din id- domanda lill-Ministeru kkonċernat.", "MALTACOM - ĦATRA TA' NIES", "14228.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar inħatru xi individwi fi grad għoli ġdid fil-Maltacom?", "Min huma?", "Kemm fosthom kienu diġa' jaħdmu mal-Maltacom?", "X'inhuma l- kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien informat li riċentement ġew appuntati dawn il- persuni fi gradi għolja ġodda :-", "Is-Sur Edgar Borġ ġie appuntat bħala Finance Director b'responsabbiltajiet għall-accounting, management and statutory reporting u l-finanzi fil-Maltacom.", "Is-Sur Borg se jgħin lill- Management f'dak li għandhom x'jaqsmu finanzi u żviluppi kummerċjali u strateġiċi.", "Is-Sur Alex Grech ġie appuntat bħala Business Strategy and Development Director.", "Dan se jkun responsabbli fl-identifikar ta' opportunitajiet ġodda ta' kummerċ, re-engineering u core business processes.", "Dan se jkun responsabbli wkoll mill-attivitajiet internazzjonali kummerċjali u l-imaniġjar tax-shareholdings.", "Dr. Ing. Saviour Zammit ġie maħtur bħala Technical Director b'responsabbilta' għan-Networking u għad-Dipartiment tal-Information Systems u tat-Teknoloġija.", "Dan se jkollu r-responsabbilta għall- amministrazzjoni u l-organizzazzjoni ta' l-impjegati ta' dawn id- Dipartimenti li jinkludi dawk li qegħdin b'performance contacts fuq proġetti tekniċi.", "Dawn l-Executive Directors se jkollhom direttament f'idejhom kull materja amministrattiva tad-Dipartimenti li jaqgħu taħthom.", "TA' QALI - KORSA GĦAT-TIĠRIJA TAŻ-ŻWIEMEL", "14229.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li ngħatat art f'Ta' Qali biex tinbena korsa għat-tiġrijiet taż-żwiemel?", "Ingħatat xi għajnuna finanzjarja lill-għaqda kkonċernata?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SECOND ANNUAL HEALTCARE CONFERENCE", "14230.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jidhirlu l-Ministru li Malta għandha tkun rappreżentata fis-Second Annual Healthcare Conference li se ssir f'Londra bejn it-30 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju, 1998?", "Jikkonsidra l-Ministru li din il-konferenza tista' tkun ta' l-akbar esperjenza fil-kontest ta' Health & Safety fuq il-postijiet tax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Dwar is-suġġeriment li qed jaħmel l-Onor.", "Membru f'din il-mistoqsija, ikkonsultajt ma' l-organizzazzjoni konċernata jiġifieri l-Occupational Health and Safety Unit tad-Dipartiment tax-Xogħol, u għalhekk nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.", "WIDIEN - WIED QIRDA", "14231.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqisja parlamentari numru 13107 imwieġba fis-Seduta Nru. 205 tal-25/3/98, kif jista' l-Ministru jgħid li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni ma jaf xejn dwar ix-xogħol meta għall-istess mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru (PQ 13109 imwieġba fis-Seduta Nru. 208 tas-7.4.98) jingħad b'mod ekwivoku li dan l-istess xogħol sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?", "Jaf il-Ministru li x-xogħol li sar huwa każ ieħor ta' leġislazzjoni għal enforcement order maħruġa mill-Planning Authority għal xogħol li sar fuq wara ta' horse riding school?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li x-xogħol li sar mid- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni kien jikkonsisti biss f'bini ta' ħajt li twaqqa kawża ta' l-ilmijiet tax-xita.", "Ma sar l-ebda xogħol ta' landscaping kif imsemmi fil-mistoqsija.", "M'hemm bżonn ta' l-ebda permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax-xogħol li sar s'issa.", "KAMPANJA - PASSAĠĠI PUBBLIĊI", "14232.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13851, jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex kull kirja fl-inħawi msemmija fil-mistoqsija jkollha nota li din hija awtorizzata li tkun RTO u li din in- nota tkun imwaħħla fid-daħla ta' l-istess kirja?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ABELA DR GEORGE - RIŻENJA", "14233.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hu rċeviex ittra ta' riżenja mingħand Dr George Abela minn konsulent tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid meta rċieva din l-ittra?", "Jista' f'dan il-każ ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-ittra?", "Jista' jekk it-tweġiba hija fin-negattiv jgħid meta ġie ngħarraf verbalment b'din id-deċiżjoni minn Dr George Abela jew xi persuna/i oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopja ta' ittra ta' Dr G Abela, mibgħuta lili fil-15 ta' April 1998 u r-risposta tiegħi tad-29 ta' April 1998, li t-tnejn diġa' ġew ippubblikati tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI", "14234.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm persuni sal-lum għamlu talba quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji?", "Kemm minn dawn it-talbiet bdew jiġu analizzati u mismugħa l-partijiet konċernati?", "Kemm persuni ngħataw kumpens?", "U kemm il-każ ġie deċiż sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li 1,337 persuna għamlu talba quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzja.", "200 bdew jiġu analizzati waqt li bħalissa hemm 164 rikors li qegħdin fuq il-lista u qegħdin jinstemgħu mill-President tat-Tribunal.", "Minn dawn 27 ġew deċizi.", "17 ħadu rimedju kompensattiv u/jew ħlas ta kumpens, waqt li l-10 l-oħra t- talba tagħhom ġiet miċħuda.", "18 ir-rikors ieħor ġew ċeduti u 2 ġew kanċellati.", "MINISTERU TAL-FINANZI - DELEGAZZJONIJIET", "14235.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid- dikasteru li għalih hu responsabbli (inkluż safar ministerjali) mill-1 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "X'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefqu flus għal kull safra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - DELEGAZZJONIJIET", "14236.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli (inkluż safar ministerjali) mill-1 ta' Jannar, 1997 'l hawn?", "X'kien l- iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm ntefqu flus għal kull safra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Infakkar l-Onor.", "Interpellant li parti mill- informazzjoni li qed jitlobni diġa' tajtha lil din il-Kamra meta weġibt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 5148 u 9586.", "Il-kumplament ta' l- informazzjoni se nagħtiha fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14053, li hi skedata għas-Seduta Nru. 223.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET - DELEGAZZJONIJIET", "14237.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli (inkluż safar ministerjali) mill-1 ta' Jannar, 1997 'l hawn?", "X'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefqu flus għal kull safra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - KONTIJIET", "14238.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, korporazzjonijiet pubbliċi u awtoritajiet statali għandhom kontijiet pendenti mal-korporazzjoni Enemalta għall-provvista ta' elettriku?", "Kemm hu l-ammont dovut f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhix il-proċedura tal-Korporazzjoni Enemalta li tiżvela l-ammonti dovuti minn klijenti speċifiċi, għax dettalji bħal dawn huma ta' natura kummerċjali.", "Dan it-tagħrif qatt ma ngħata fil-passat u ma nħossx li għandi nikser din il-proċedura.", "ISLA - PARKEĠĠ", "14242.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir rigward il- problema kbira ta' nuqqas ta' parkeġġ ġewwa l-Isla?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "WSC - SERVIZZI", "14243.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' servizzi li toffri l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħalissa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 12335.", "UNIVERSITA' - SKRIVANI", "14244.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' skrivani li jaħdmu fuq bażi part-time u temporary full-time ġewwa l-Universita' ta' Malta?", "Min huma?", "X'inhi d-data tal-ħatra ta' kull wieħed jew waħda minnhom u f'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 17-il skrivan jaħdmu fuq bażi part-time ġewwa l- Universita', iżda l-ebda skrivan m'hu mpjegat fuq bażi ta' temporary full time.", "Lista bit-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "POSTA - ĦADDIEMA", "14245.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 13023, jista' l-Prim Ministru jgħid meta l- ħaddiema li kienu mad-Dipartiment tal-Posta qabel ma twaqqfet Posta Ltd, li għażlu li jibqgħu maċ-Ċivil minflok imorru ma' Posta Ltd se jkunu assimilati kompletament maċ-Civil?", "Peress li llum dawn jinsabu f'pożizzjoni li għadhom imniżżla bil-gradi li kellhom meta kienu jaħdmu fid-Dipartiment tal-Posta bħal postman, mail officer, senior postman, eċċ, meta se jinbidlulhom il-gradi għal dawk normali u viġenti bħalissa bis-Servizz Ċivili?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diġa' għidt fir-risposta tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 13023, dawk il-ħaddiema tal-Posta li kienu fid-Dipartiment tal-Posta u għażlu li jibqgħu jaħdmu fid- dipartimenti tal-Gvern flok marru mal-Posta Ltd baqgħu igawdu l- kondizzjonijiet li ħadu taħt il-ftehim dwar re-grading u assimilazzjoni tal-gradi postali li ġie ffirmat fl-4 ta' Marzu 1994.", "Dawn il-ħaddiema huma parti mis-Servizz Pubbliku daqs kull impjegat ieħor f'dan is-servizz.", "In-nomenklatura ta' dawn il-ħaddiema u ta' xi oħrajn li jistgħu jiddeċiedu li jiġu lura fis-Servizz Pubbliku skond arranġamenti stabbiliti, tista' tinbidel għal oħra aktar addattata wara ftehim mal-Unions rispettivi tagħhom.", "FGURA - RESIDENTI TAL-MITĦNA", "14246.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol mir-Roads Department biex jittaffew il-perikli li għandhom ir-residenti tal-Mitħna fir-roundabout fi Triq id-Dejma, Fgura?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment biex jitwaħħlu l-crash barriers neċessarji.", "MALTACOM - ĊIRKOLARI 4/98", "14247.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: B'riferenza għaċ-Ċirkolari 4/98 mibgħuta fl-24 ta' Frar, 1998 lill-kapijiet tat-taqsimiet fil-Maltacom dwar l-\"assenza minn fuq il-post tax-xogħol minn kunsilliera\", jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-Maltacom qed tagħmel distinzjoni fil-ħidma tal- ħaddiema eletti kunsilliera f'kunsilli lokali; u jgħid x'differenza teżisti bejn korsijiet organizzati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li għalihom il-kunsilliera ħaddiema tal-Maltacom jistgħu jattendu u l-assenza tagħhom tkun meqjusa bħala leave speċjali bi ħlas, filwaqt li skond l-istess ċirkolari kull ħaddiem kunsillier jassenti ruħu mix-xogħol ieħor tal- kunsill tiegħu, ikun jista' jagħmel hekk, kemm-il darba japplika għal vacation leave u jekk dan jiġi approvat?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MDINA - SEWWIEQA TAL-KAROZZINI", "14248.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx xi regolamenti ġodda għal min jaqla' l-ħobża tiegħu billi jdawwar lit-turisti bil-karozzini illi ma jistax jieqaf fuq is-sur ta' l-Imdina sabiex it-turisti jkunu jistgħu jieħdu xi ritratti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma jirriżultax li hemm xi regolamenti ġodda kif qed tindika l-Onor Interpellant li jżommu karozzini milli jwaqqfu lit-turisti biex jieħdu xi ritratti sakemm dan il-waqfien ma jikkostitwix ksur tar- regolamenti tat-traffiku.", "VALLETTA - ATTIVITAJIET KULTURALI", "14249.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li ġie mħabbar il-programm ta' attivitajiet kulturali li se jittellgħu in konnessjoni ma' l-għażla tal-Belt Valletta bħala l-Belt kapitali ta' l-Ewropa għax-xahar ta' Ġunju, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programmi?", "Jista' l-MInistru jgħid jekk hemmx ħsieb jew jekk ġewx ippjanati attivitajiet fuq bażi reċiproka mal-Belt ta' Linz fl-Awstrija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kopja tal-programm ta' attivitajiet b'konnessjoni mal-Valletta bħala l-Belt Kulturali Ewropea tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Rigward il-Belt ta' Linz, ir-risposta hi fin-negattiv.", "BORMLA - PJAZZA GAVINO GULIA", "14250.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li ssir xi tip ta' pedestrian crossing (zebra crossing jew lights) fl-area ta' Pjazza Gavino Gulia, Bormla, peress li qed ikun perikoluż ħafna li taqsam din it-triq?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Irriferejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "14261.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, se jintbagħtulha l-arretrati dovuti lilha fis-somma ta' Lm163?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - SURVEYS", "14263.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l- 1992 u l-1996?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "SANT ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "14273.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġie jiswa lill-Gvern il-materjal inorganiku li daħal fl-impjant ta' Sant'Antnin u mar fil-miżbla tal-Magħtab mill-15 ta' Jannar 1998 sas-6 ta' April 1998?", "Kemm-il tunnellata ta' materjal organiku u inorganiku daħal fl-impjant ta' Sant'Antnin mis-7 ta' April sa l-20 ta' April 1998?", "Wara diversi ilmenti li saru dwar ħsejjes li ħarġu mill-impjant, saret xi indaġini rigward minn fejn kienu ħerġin il-ħsejjes u jekk ġewx irranġati?", "Jekk fl-affermattiv, il-ħsejjes ġew imnaqqsa jew eliminati u allura llum m'hemmx inkonvenjent?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-materjal inorganiku li daħal fl-impjant ta' Sant Antnin bejn il-15 ta' Jannar u s- 6 ta' April 1998 sewa lill-Gvern Lm4,852.", "Il-materjal organiku w inorganiku li daħal fl-impjant ta' Sant Antnin mis-7 sa l-20 ta' April 1998 kien jiżen 134 tunnellata.", "Il-ħsejjes kienu ġew ikkawżati minn pajpijiet ta' diametru żgħir li ġew installati temporanjament fl-impjant.", "Meta wasal l-ilment dawn ġew mibdula w illum m'hemmx inkonvenjent.", "SANT ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "14274.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l- prezz ta' borża li tintuża għas-sistema Ecopod fl-impjant ta' Sant'Antnin?", "Wara li tintuża l-borża terġa' tintuża?", "Jekk fin-negattiv, tistax tintuża għal xi skop ieħor?", "Jekk fl-affermattiv, sarux l-arranġamenti meħtieġa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-prezz ta' borża li tintuża għas-sistema Ecopod fl-impjant ta' Sant Antnin huwa ta' 375 Lira Sterlina (madwar Lm245).", "Il-boroż użati qegħdin jintużaw mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "SANT ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "14275.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk il- kompost fl-impjant ta' Sant'Antnin bediex jiġi ppakkjat f'boroż tal-40 kg u tal-5 lits.?", "Jekk fl-affermattiv, kemm-il borża ħarġu minn dan il-kompost li kien riċiklat minn din is-sistema l-ġdida?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kompost qed jiġi ppakkjat f'boroż tal-40kg u tal-5 litri fl-impjant ta' Sant Antnin.", "Il-kompost li kien riċiklat minn din is-sistema l-ġdida għadu qiegħed jiġi pproċessat.", "SANT ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "14276.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il tunnellata ta' materjal organiku u inorganiku daħal fl-impjant ta' Sant'Antnin mill-15 ta' Jannar 1998 sas-6 ta' April 1998?", "Kemm-il tunnelata minn dan il-materjal kien inorganiku (wara li ġie magħżul) u mar fil-miżbla tal-Magħtab?", "Kemm-il tunnellata minn dan il-materjal organiku ġie proċessat fil-boroż (tas-sistema Ecopod) sas-6 ta' April, 1998?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-materjal organiku w inorganiku li daħal fl- impjant ta' Sant'Antnin bejn il-15 ta' Jannar u s-6 ta' April 1998 kien jiżen 7,160 tunnellata.", "Il-materjal inorganiku wara li ġie magħżul kien jiżen 3,235.", "Matul l-istess perjodu madwar 3,800 tunnellata ta' materjal organiku ġie pproċessat fil-boroż tas-sistema Ecopod.", "MALTA FREEPORT CORPORATION", "14277.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Prim Ministru: Peress illi ninsab informat illi għar-rigward ta' numru ta' persuni li diġa' ntgħażlu mill-Malta Freeport Corporation għall-kariga ta' Electrical/Electronic Technician, l-istess Korporazzjoni qed tistenna li jkollha l-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex tipproċedi bl-ingaġġ in kwestjoni, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra x'inhi l- pożizzjoni fuq dan il-każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Kumitat tal-Kabinett approva l-ingaġġ mal- Malta Freeport Corporation fil-kariga ta' Mechanics/Electricians.", "Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn il-ħaddiema jkunu ngaġġati mill-kumpannija Kalaxlokk għal mal-Freeport.", "P.A. - BINI TA' GARAXXIJIET", "14278.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Wara l-wegħda li għamel il-Viċi Prim Ministru fil-Parlament fis-Seduta tas-27 ta' April, 1998, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra lil min ħatar biex imexxi l-inkjesta rigward l-għoti ta' permess fuq green area għall-bini ta' garaxxijiet mill-Garden of Eden, x'terminu ta biex din l-inkjesta tkun konkluża u huwiex beħsiebu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l- istess inkjesta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT ACT", "14279.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13836 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tas-27 ta' April, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw minn training grants fl- 1996 u liema xogħol (jew grad) kellhom?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: In-numru ta' nies li bbenefikaw minn training grants fl-1996 kien ta' 3,479.", "Ix-xogħol li kellhom jidher imniżżel hawn taħt:", "|Operator |2,679 | |Semi skilled | 74 | |Skilled | 387 | |Highly skilled | 169 | |Office Staff | 128 | |Managerial | 42 | |Level | | |Total: |3,479 |", "UNIVERSITA' - XIRI TA' KOTBA", "14280.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Universita' ta' Malta f'kotba matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, kemm inxtraw kotba, fuqhiex, b'mod ġenerali, kienu jittrattaw dawn il-kotba?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena ġew imħallsa b'madwar kemm jiswew Lm60,000 (sittin elf Liri Maltin) kontijiet f'xiri ta' kotba għall-Bibljoteka Ewlenija ta' l-Universita' u l-Bibljoteki ta' l-Iskola Medika, l-Istitut għall-Kura tas-Saħħa, ċ-Ċentru f'Għawdex u l- Kulleġġ Gian Franġisk Abela.", "In-numru ta' volumi li ġew inventarjati tul dan il-perjodu huwa ta' madwar 3,500.", "Dan l-infiq jista' jiġi kklassifikat b'mod ġenerali kif ġej:", "* TEOLOGIJA LM4,500 * LIGI LM5,200 * MEDICINA LM5,800 * DENTISTRIJA LM 400 * ARKITETTURA LM4,800 * INGINERIJA LM5,400 * FEMA LM5,300 * EDUKAZZJONI LM5,000 * ARTI LM5,300 * XJENZA LM5,100 * XOGHLIJIET TA' RIFERENZA LM5,800 * ISTITUTI U CENTRI VARJI LM7,400", "BIBLJOTEKA TA' MALTA - XOGĦOL TA' AGIUS DE SOLDANIS", "14281.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu, kif irrapportaw ċerti gazzetti, li mill-Bibljoteka ta' Malta naqsu xi partijiet mix-xogħol ta' Agius De Soldanis?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il- Gvern ta' Malta għandux kopji ta' l-istess xogħol?", "Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li dan ix-xogħol jiġi ppubblikat kif xi żmien ilu ġew ippubblikati mis-Sur Gużi Cassar Pullicino d-Djalogi ta' l-istess Agius de Soldanis?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-manuskritt dwar l-istorja ta' Għawdex miktub minn Agius de Soldanis.", "Diġa' tajt risposta fl-affermattiv dwar il-mappa li kien hemm f'dan il- manuskritt.", "Ma' l-aħħar risposta nista' nżid li bħalissa għaddejja nvestigazzjoni mill-pulizija.", "Diġa' ttieħdu ċerti miżuri li jagħtu aktar sigurta' fil-Bibljoteka u oħrajn se jibdew joperaw dalwaqt.", "(Per eżempju dan l-aħħar instab li mis-sitt CCTV cameras imwaħħla fl-1992 waħda biss kienet taħdem.", "Dawn qed jiġu serviced u l-monitors se jitpoġġew fejn jistgħu jkunu sorveljati.", "Fl-1999 is-sistema trid tiddaħħal f'partijiet oħra tal-bini bħala prekawzjoni kontra n-nar ukoll.)", "Fil-futur qrib se tkun introdotta sistema fuq il-kompjuter li biha l-Bibljoteka żżomm rekord ta' kull min ikun uża kull dokument.", "Niskanta kif sistema bħal din ma ġietx introdotta mill-bidu nett li ddaħħlu l-kompjuters fil-libreriji flok ma dawn il-kompjuters tpoġġew fil-libreriji żgħar ta' l-irħula skond pjani fformulati mill-amministrazzjoni ta' qabel.", "Il-Bibljoteka għandha żewġ kopji tal-manuskritt imsemmi.", "Mappa f'wieħed minnhom biss kien hemm.", "Il-Ministeru ma jsib l-ebda diffikulta' li jagħti permess lil xi pubblikatur biex joħroġ dan il-ktieb.", "ENEMALTA - SULPHUR CONTENT", "14303.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sulphur content tal-fuels li qed timporta u tuża l-Korporazzjoni Enemalta?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn qed isiru t-testijiet fuq dawn il-fuels?", "X'inhuma l-livelli preżenti rakkmandati mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "REVENUE SECURITY CORPS", "14304.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni rigward x'se jsir mir-Revenue Security Corps?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Deċiżjoni dwar ir-Revenue Security Corps se tiġi mħabbra fi żmien qarib.", "KON-KATIDRAL TA' SAN GWANN - ĠIBJUN", "14305.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx impact assessment dwar l-użu ta' l-ex-ġibjun storiku ta' taħt il-Kon-katidral ta' San Ġwann bħala bir għall-ilma tax-xita?", "Jekk iva, jista' jgħid x'inhu r-riżultat u/jew x'pariri jagħti r-rapport?", "Jista' l-Ministru jintervjeni malajr biex l- umdita' li teżisti minn taħt il-Kon-katidral ma' tkomplix tinfirex għad- dannu ta' patrimonju enormi f'din il-parti tal-Belt Kapitali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'hemmx bżonn li jsir l-ebda permess ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u għaldaqsatant l-ebda impact assessment f'każ ta' użu ta' ġibjun għall-ilma tax-xita għax din l-attivita' ma tfissirx bdil ta' użu.", "Madankollu wara t-tbattil, ir-radam li kien tħalla jinġabar fil-ġibjun matul ħafna snin ġie deċiż li dan il-ġibjun ma jintużax għall-ilma tax- xita.", "ŻEBBUĠ - KWALITA' TA' ILMA", "14306.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dwar l-istqarrija li ħareġ il- Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ dwar il-kwalita' ta' l-ilma li qegħda tiġi kkunsmata f'dan il-lokal?", "Meta kienet id-data meta l-ewwel darba l-Kunsill Lokali ġibed l- attenzjoni tal-Korporazzjoni dwar il-kwalita' ta' l-ilma f'Ħaż-Żebbuġ?", "X'passi ħadet il-korporazzjoni minn dik id-data?", "Minn kemm-il lokalita' residenzjali qegħdin jittieħdu l-kampjuni ta' l- ilma għal testijiet fil-korporazzjoni?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tal-kampjun ta' l-ilma minn Ħaż-Żebbuġ f'dawn l-aħħar disa' xhur?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "14307.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqatgħu mir- reġistrazzjoni għax-xogħol f'Għawdex f'kull xahar ta' din is-sena u x'kienet il-kawża tal-qtugħ minn fuq ir-reġistru?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar u l- kawża tal-qtugħ tagħhom, f'Għawdex, għax-xhur ta' din is-sena (1998), kien kif ġej:", "JANNAR - 14 -----------", "3 instabu jaħdmu 9 m'attendewx għal intervista 2 m'attendewx għal training course", "FRAR - 15 ---------", "15 m'attendewx għal intervista", "MARZU - 41 ----------", "11 m'attendewx għal intervista 9 m'attendewx għal training course 19 irrifjutaw impjieg 2 instabu jaħdmu", "APRIL - 19 ----------", "10 m'attendewx għal intervista 2 instabu jaħdmu 6 m'attendewx għal training course 1 irrifjutaw impjieg", "SPTAR ĠENERALI - TAQSIMA TA' TRASFUŻJONI TAD-DEMM", "14308.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- ħinijiet matul il-ġurnata li tkun miftuħa għall-pubbliku it-taqsima ta' trasfużjoni tad-demm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jgħid jekk id- donaturi tad-demm f'Għawdex humiex informati bil-ħinijiet u jikkonsidrax li għandha tingħata iktar pubbliċita' tal-ħinijiet?", "Kemm kien in-numru ta' donaturi li marru f'din it-taqsima f'kull xahar ta' din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-ħinijiet tal-ftuħ fit-taqsima tad-demm għall- pubbliku huma:", "8.00a.m. - 11.30a.m.", "(Mit-Tnejn sal-Ġimgħa) 8.00a.m. - 11.00a.m.", "(Is-Sibt) Id-donaturi huma informati bil-ħinijiet għax dawn jiġu mħabbra ma kull avviż li joħroġ fuq il-media.", "In-numru ta' donaturi li marru jagħtu d-demm huma:", "Jannar '98 131 Frar '98 88 Marzu '98 91 April '98 131", "KUMITAT TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA", "14309.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13816, jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar laqgħa tal-Kumitat tat-Trasport tal- Merkanzija Sa Maison/Mġarr u jekk ir-rapport kienx iffirmat mill-Membri qabel tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PORT - ĦADDIEMA", "14310.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għaliex in-nies li għandhom il- liċenzja għax-xogħol (Port Workers Scheme) qegħdin jiġu mċaħħda mix-xogħol tal-Freeport għax ma għandhomx liċenzja tas-sewqan u dan qed ifisser telf ta' flus kbir fis-salarju tagħhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li sa mill-1990 kien sar forma ta' ftehim bejn il-Freeport Corporation u l-General Workers Union dwar il- mod kif il-ħaddiema tal-port kellhom jiġu allokati għall-Freeport Terminal.", "Dak il-ftehim kien jinkludi li f'gang ta' sebgħa kellu jkun hemm erbgħa \"drivers\" u tliet ħaddiema tal-port għaċ-ċappep.", "Kien ukoll miftiehem li l- ħaddiema tal-port li kellhom jagħmlu xogħol ta' drivers kellhom ikunu drivers approvati mill-Freeport.", "Biż-żmien irriżulta li n-numru ta' ħaddiema identifikati biex isuqu l-impjant ma kienx biżżejjed.", "Illum il- Freeport qed jikkonsidraw li jagħtu taħriġ lil dawk il-ħaddiema tal-port li jistgħu wara eżami jiġu kkunsidrati bħala drivers.", "Fid-dawl ta' dan li qed jiġi kkonfermat hawn fuq ċertament mhux il-każ li wieħed jgħid li l-ħaddiema tal-port qed jitilfu xi flus.", "P.A. - KAŻ 1855", "14311.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm il-Planning Authority milli jimplimentaw r- rakkomandazzjonijiet ta' l-Ombudsman dwar il-każ 1855 fil-konfront ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn ir- rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman fil-konfront ta' l-inġustizzja li sofra dan il-ħaddiem hija ċara u manifesta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MAJOR SERVICES LTD - SERVIZZ TA' KONSULENZA", "14313.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Rigward servizzi ta' konsulenza mal-Korporazzjoni Enemalta mill-1992 sa llum, jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta Major Services Ltd ġietx ingaġġata mill-istess Korporazzjoni biex tagħti servizz ta' konsulenza, u jekk fl-affermattiv: a) meta sar il-ftehim; b) kemm (perjodu) dam jingħata l-istess servizz; c) kemm kien il-valur (flus) imħallas għall-istess servizz; d) jekk l-għażla ta' l-imsemmija ditta biex tagħti s-servizz sarx b'direct order jew b'xi forma oħra ta' rendering procedure; e) fiex kienet tikkonsisti in-natura ta' l-istess servizz?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - SERVIZZI TA' KONSULENZA", "14314.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' servizzi ta' konsulenza fuq information technology li ġew ingaġġati mal-Korporazzjoni Enemalta mill-1992 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid, dejjem fil-każ li d-ditta Major Services ingħatat kuntratt ta' konsulenza: a) jekk il-proposta ta' servizz ta' konsulenza ġietx inizjata mid-ditta Major Services Ltd. stess u jekk fl-affermattiv: i) minn min u meta saret il-proposta lill-Korporazzjoni Enemalta; ii) meta ġiet aċċettata l-istess proposta; iii) meta ġie ffirmat l-istess ftehim; b) min, min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta, informa lid-ditta Major Services Ltd. li l- proposta tagħha kienet ġiet aċċettata?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "14315.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward tal-kuntratt għall-esportazzjoni tal-patata tas-sajf għas-snin 1999, 2000 u 2001, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-ftehim jew kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "14316.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-esportazzjoni tal-patata fl-istaġun preżenti, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm (m.t.) ta' patata ġiet imdaħħla fil-Pitkalija għall- esportazzjoni mill-1 ta' April sal-lum, ġimgħa b'ġimgħa; b) kemm kien l- ammont (m.t.) ta' patata li ġiet esportata fl-istess perjodu, ġimgħa b'ġimgħa; u c) b'liema mod ġiet esportata l-istess patata (eż. refrigerated containers, etc)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - BEJGĦ TA' ELETTRIKU", "14317.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus il-Korporazzjoni Enemalta minn bejgħ ta' elettriku mill-15 ta' Frar, 1998 u sal-lum (ovvjament fuq units ta' l-elettriku mibjugħ qabel l-istess data)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - BEJGĦ TA' ILMA", "14318.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus il-Water Services Corporation fuq bejgħ ta' ilma tax-xorb mill-15 ta' Frar, 1998 sal- lum (ovvjament fuq units/ammonti ta' ilma mibjugħa qabel l-istess data)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "NTOM - SISTEMA TOSS", "14330.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-ammont li ntnefaq mill-NTOM biex ħaddem is-sistema TOSS fl-1997?", "Kemm mill-ammont intnefaq biex jgħin lis-suq Ingliż, dak Taljan, Franċiż, Tedesk, Benelux u swieq oħra separatament?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jkunx opportun li tingħata minħabba termini kompetittivi fis-swieq turistiċi.", "ITS - STUDENTI", "14331.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra n-numru ta' studenti full time li hemm bħalissa fl-ITS, kors, kors u sena b'sena?", "Kemm hemm bħalissa studenti part-time u f'liema korsijiet?", "Kemm huma twal il-korsijiet sew għal dak li għandu x'jaqsam ma' tagħlim kif ukoll dak li għandu x'jaqsam ma' prattika?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej :-", "|ITS |Part-time|Full-time | |Students| | | |1st Year|Octo|Nove|Octo|Novem| | |ber |mber|ber |ber | |Hospital|11 |3 |61 |1 | |ity | | | | | |Studies | | | | | |Accommod|8 |22 |51 |10 | |ation | | | | | |Operatio| | | | | |ns | | | | | |Food | | | | | |Preparat| | | | | |ion and | | | | | |Producti|39 |41 |38 |57 | |on | | | | | |Food and|16 |43 |6 |7 | |Beverage| | | | | |Service | | | | | |Tourism |9 |18 |34 |53 | |Studies | | | | | |Entry |61 |15 | | | |Level | | | | | |Studies | | | | | |ESTS |25 | | | |", "|2nd Year |Full-time| |Hospitality Studies |32 | |Accommodation |24 | |Operations | | |Food Preparation and| | |Production |35 | |Food and Beverage |27 | |Service | | |Tourism Studies |0 |", "|3rd Year |full-time| |Hospitality |35 | |Studies | |", "Kors li jwassal għal-livell ta' ċertifikat jieħu sentejn waqt li għad- diploma l-kors jieħu sena u nofs wara l-livell ta' ċertifikat.", "Il-Kors ELS twil semester wieħed u l-ESTS sentejn.", "INDUSTRIJA TAT-TURIŻMU", "14332.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Billi l-Ministru kien ħabbar li kellu jsir studju biex jiġi stabbilit definittivament x'kontribut tagħti l-industrija tat-turiżmu għall- ekonomija ġenerali ta' pajjiżna, jista' jindika fiex waslet din ir-riċerka?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-riċerka dwar il-kontribut li tagħti l-industrija tat-turiżmu għall-ekonomija ta' Malta miexja sewwa permezz ta' surveys dwar l-infiq tat-turisti fost oħrajn.", "TURIŻMU - HUMAN RESOURCE AUDIT", "14333.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid x'riżultati ħarġu minn riċerka li qed issir fuq ir-riżorsi umani li għandu pajjiżna fejn jidħlu xogħlijiet turistiċi?", "Il-human resource audit li kellu jsir tlesta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ix-xogħol fuq il-human resource audit jinsab fi studju avvanzat ħafna u mistenni jkun preżentat fi żmien qasir.", "TURIŻMU - CARRYING CAPACITY", "14334.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid x'riżultati ħarġu mir-riċerka li qed issir fuq il-carrying capacity ta' pajjiżna vis-a-vis l-industrija tat- turiżmu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għada qed tinġabar.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W1,420.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsili Lokali: Jista' l-Ministru jara li l-persuna mill-Belt, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali kien offra post fil-pjan terran lil persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija, iżda dan irrifjuta u għalhekk ingħata lil ħaddieħor mil-lista twila li għandu d-dipartiment jistennew post bla taraġ.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,421.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Ħamrun, li d- dettalji qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal- każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Intbagħat inspector?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "X'ġie konkluż?", "Fejn se jwassal il-każ tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata m'għandhiex applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W1,423.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, biex tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata m'għandhiex applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "AWTORITA' TAD-DJAR - PERITI", "W1,433.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti tal-Housing Authority?", "Dawn fulltime jew part-time?", "X'inhi l-funzjoni tagħhom?", "Jekk huma fulltime, x'salarju għandhom?", "Jekk part-time x'salarju għandhom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar għandha perit li hu part- time.", "Il-perit hija s-Sinjura Sandra Magro.", "Il-Perit jitħallas erba' liri Maltin (Lm4) fis-siegħa.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "W1,435.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw post alternattiv ir-residenti ta' 29, Strait Street, Valletta?", "Jaf il-Ministru li dan il-post huwa kkundannat u ma jixraqx li joqogħdu fih in-nies?", "Kemm aktar se jdumu joqogħdu hemm in-nies ta' l-imsemmi fond?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment m'għandu l-ebda applikazzjoni pendenti mir-residenti tal-post indikat.", "Kull applikazzjoni li setgħa kien hemm kienet ikkanċellata, jew għax l-applikant iddikjara li m'għadux interessat jew għax ma rrispondewx għad-diversi kwestjonarji li ntbagħtulhom mill-1991 'il hawn.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,436.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ; tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d- dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomnm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "(HO 9222)", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni li dwarha qed issir il-mistoqsija ġiet ikkanċellata peress li ma rrispondietx għall- kwestjonarju li ntbagħtilha, liema kwestjonarju kellu jgħin lid-dipartiment jidentifika aħjar il-bżonnijiet ta' l-applikanti.", "GOZO CHANNEL - TRAWLERS/VAPURI", "W1,590.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għalfejn ix-xogħol fuq il-bini ta' trawlers u l-vapuri tal-Gozo Channel waqa' lura, meta dan l-aħħar ġew ingaġġati madwar 100 ħaddiem mill-Malta Drydocks għal mal-Malta Shipbuilding flok il-barranin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-raġuni prinċipali għalfejn ix-xogħol fuq it- trawlers u l-vapuri tal-Gozo Channel waqa' lura hija illi l-produttivita' mistennija għadha ma ntlaħqetx.", "Dan minħabba diversi fatturi fosthom:-", "sigħat żejda moħlija fuq xogħol li kellu jsir darbtejn għaliex ma sarx tajjeb mill-bidu;", "nuqqas ta' effiċjenza minn sezzjoni ta' impjegati ta' gradi diversi li minħabba nuqqas ta' ħila u/jew esperjenza ma pproduċewx kemm suppost;", "makkinarju/apparat tal-welding, tal-grinding u erection tools li huwa neċessarju biex tiżdied l-effiċjenza beda jasal riċentement.", "Fil-fatt l- ewwel magni tal-welding intużaw għall-ewwel darba fil-15 ta' April 1998 u l- apparat u l-għodod oħra għadhom se jaslu.", "Raġuni oħra hija illi t-Tarzna tal-Marsa kellha bżonn ta' numru ta' welders (10 bejn wieħed u ieħor) b'żieda mal-100 ħaddiem li kienu antiċipaw.", "Dan minħabba peak fix-xogħol tal-welding.", "Dawn il-welders ma nstabux minn sorsi lokali (Malta Drydocks u l-ETC).", "Fil-fatt qegħdin jintużaw ħinijiet itwal biex tittaffa l-problema.", "MALTA SHIPBUILDING - PROĠETT", "W1,591.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti, ġimgħa b'ġimgħa, x'varjazzjoni kien hemm bejn il- produttivita' ppjanata u dik attwali għal kull proġett matul is-sitt ġimgħat li għaddew fil-Malta Shipbuilding?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul is-sitt ġimgħat li għaddew il-varjazzjoni li kien hemm bejn il-produttivita' ppjanat u dik attwali kienet hekk:", "|Ġimgħa |Varjazzjoni | |Nru. |fil-Produttivita| | |' | | |Gozo |Trawler| | |Ferries |s | |10 |31% |42.8% | |11 |52% |12.7% | |12 |33% |12.5% | |13 |34% |36.5% | |14 |35% |29.6% | |15 |51% |36.8% |", "MALTA SHIPBUILDING - XIRI TA' MATERJAL", "W1,593.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex minnu li dan l-aħħar inxtraw b'kemm jiswew Lm70,000 f'makkinarju tal-welding mill-Malta Shipbuilding b'direct order?", "Għaliex inħass il-bżonn li ma tintużax il-proċedura normali tax-xiri tal-kumpannija ċioe' li jiġu kkonsidrati ta' lanqas tliet quotations minn suppliers differenti?", "Min iffinanzja dawn l-ispejjeż?", "Huwa veru li kieku l- proċeduri normali ntużaw il-makkinarju kien jinxtara bi prezz wisq anqas?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aktar kmieni din is-sena l-MIMCOL kellha laqgħat mal- management tal-Malta Shipbuilding biex isir programm ta' azzjoni ħalli x- xogħol fuq il-vapuri ta' Għawdex u t-trawlers Norveġiżi ma jkomplix jaqa' lura b'konsegwenzi finanzjarji serji għat-Tarzna.", "Waħda mid-deċiżjonijiet li ttieħdet kienet li biex titjib il-produttivita' tal-welders tat-Tarzna kellu jinxtara apparat ġdid tal-welding li seta' jħaffef ix-xogħol.", "Madanakollu, billi l-MSCL ma kelliex fondi, l-MIMCOL offriet li tagħti self lit-Tarzna biex jinxtara dan l-apparat.", "Billi dan il-bżonn kien urġenti ma kienx fattibli li tintuża l-proċedura ta' sejħa pubblika għall-offerti, il- MIMCOL talbet li kellhom jinġiebu tliet kwotazzjonijiet li wara kellhom jiġu eżaminati mill-Uffiċjal ewlieni tat-Ulstein u tat-technical manager tat-Tarzna li kellhom ukoll jagħmlu rakkomandazzjoni komuni fuq l-aħjar offerta.", "Qabel saret l-ewwel ordni għal dan l-apparat intalbu tliet kwotazzjonijiet mill-Ulstein għal apparat li kien jiswa Lm51,363, flimkien ma' consumables li kienu jiswew Lm4,400.", "Saret rakkomandazzjoni komuni mill-uffiċjal ewlien tal-Ulstein u mit-technical manager tat-Tarzna biex jinxtara l-irħas apparat.", "Billi din kienet l-ewwel ordni u bi svista (għax il-proċeduri miftiehma kienu għadhom ma indrawx minn kulħadd) il-Purchasing Department tal-Malta Shipbuilding ma kienux involuti f'dan il-proċess.", "Il-Purchasing Department minn naħa tagħhom ġabu tliet kwotazzjonijiet oħra, waħda minnhom mill-uffiċċju ta' kumpannija fl-Isvezja, liema kumpannija kienet ikkwotat ukoll lill-Ulstein iżda mill-uffiċċju tagħha fin-Norveġja minflok fl- Isvezja.", "Il-kwotazzjoni li ngħatat lill-Ulstein mingħand din il-kumpannija kienet fil-fatt differenti minn dik li ngħatat lill-Purchasing Department tal- Malta Shipbuilding mill-istess kumpannija.", "Madanakollu, l-għażla waqgħet fuq kumpannija kompletament differenti li fil-fatt kienet għamlet l-irħas offerta minn dawk kollha li ntalbu.", "Wara li tfaċċa dan l-inċident saru arranġamenti biex kull meta jkun hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet ikun involut il-Purchasing Department tal-Malta Shipbuilding.", "Barra minn hekk, dawn l-arranġamenti speċjali jintemmu malli tintemm l-emerġenza li sabet ruħha fihom it-Tarzna ta' Malta minħabba l- kuntratti li waqgħu lura.", "GŻIRA - TALIANA LANE", "W1,598.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se titranġa Taliana Lane, fil-Gżira li kellha titlesta qabel ix-xitwa u s'issa għadha kollha ħofor?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-sejħa għall-offerti ħarġet u l-offerti li ntefgħu qed jiġu kkonsidrati biex jitqabbad il-kuntrattur.", "IMRIEĦEL - TISWIJA TA' TRIQ", "W1,601.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat biex Triq ġdida li tagħti għal Notabile Road, Imrieħel titranġa sew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jagħti aktar dettalji dwar it-triq imsemmija.", "TA' XBIEX - TELEPHONE BOX", "W1,618.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Jista' l-Ministru jgħid meta r- residenti ta' Ta' Xbiex fl-akwati ta' Abate Rigord Street, se jkollhom telephone box qribhom, għax l-eqreb li għandhom hi ftit 'il bogħod għall- anzjani?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm cardphone installata fi Triq il-Prinċipessa Margerita k/m Triq Abate Rigord.", "Wara diskussjonijiet li saru mal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex ġie deċiż li jitwaħħlu żewġ cardphones oħra fil-lokal: Waħda ħdejn il-Knisja u l-oħra ħdejn il-Water Polo Pitch.", "Din ta' l-aħħar diġa' ġiet istallata."]} {"filename": "19970311_042d_par.doc", "date": "1997-03-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 42 It-Tlieta, 11 ta'Marzu, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 42 It-Tlieta, 11 ta' Marzu, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "42", "It-Tlieta, 11 ta' Marzu, 1997", "WERREJ MINUTI 83", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 83", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 90", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA", "GĦAS-SENA FINANZJARJA 1996/1997 91", "AĠĠORNAMENT 116", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 121", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 137", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 41 li saret fl-10 ta' Marzu, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "WSC - BDIL TA' SERVIZZI", "3540.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' services ta' galvanised metal li ġew mibdula b'oħrajn ta' polyethelene fil-perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-15 ta' Frar, 1997 u kemm kien l-istess ammont fis-sentejn preċedenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bdiet twettaq il-proġett tal-bdil tas-servizzi ta' l-ilma minn kanen tal-ħadid galvanizzat għall-polyethylene f'Ġunju 1995.", "Minn dan il-perijodu sal-31 ta' Ottubru, 1996 inbidlu 6325 servizz għall-polyethylene.", "Mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-15 ta' Frar, 1997 inbidlu 1134 servizz għall-polyethylene.", "TAXXI INTERNI - ID NO.", "348171(M)", "775.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jara li l- persuna b'ID No.348171(M) mill-Marsa tingħata l-flus f'arretrati dovuti lilha mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domanda numru 55.", "PROTEZZJONI ĊIVILI - DIRETTUR", "782.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex, wara li saret sejħa għal applikazzjonijiet xi żmien ilu għal Direttur (Protezzjoni Ċivili), dan il-post għadu ma mteliex?", "Għaliex l-unika applikazzjoni ta' wieħed mit-topmost civil servants għadha ma ntlaqgħetx meta l-karriera tiegħu fis-servizz pubbliku hi waħda mill-aktar eżemplari?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Jien informat li wara li f'April ta' l-1994 kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtela' l- post ta' Direttur (Protezzjoni Ċivili) fil-fatt kienu applikaw disa' kandidati.", "Sussegwentement l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għamel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li dwarha kien hemm xi diffikultajiet ta' interpretazzjoni legali.", "Is-sitwazzjoni bħalissa qed terġa tiġi kkonsidrata.", "BURGER KING - TĦADDIM TA' ĊUMNIJA", "783.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ħariġx xi permess biex il-Burger King iħaddem xi forma ta' ċumnija li qed toħloq inkonvenjent għar- residenti tas-City Gate Project?", "Jekk le, x'passi se jittieħdu?", "X'difiża għandhom iċ-ċittadini quddiem dan?", "Intalbet l-approvazzjoni tar-residenti qabel sar xi xogħol?", "X'tip ta' environmental impact assessment seta' sar?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni tal-Burger King fil-Belt Valletta kienet għal tibdil fit- taraġ u tibdil ieħor fuq ġewwa.", "Peress li qabel ma' dan il-post ittieħed mill-Burger King minfloku kien hemm stabiliment ieħor ta' l-ikel - Galea Sluta - huwa mifhum li ċ-ċumnija kienet diġa eżistenti.", "Jekk hemm ilment dwar iċ-ċuminja dan għandu jsir lill-occupational health fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa.", "Jekk sid l-istabiliment talabx permess lir-residenti, din il-parti tal- mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-ministru responsabbli mill-pulizija.", "Mhux il-każ li jsir environmental impact assessment.", "AWTORITA' NAZZJONALI TAX-XOGĦOL", "784.", "L-ONOR.", "CHRIS AGUIS (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se terġa' tiġi appuntata l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għall-avviż numru 74 fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16,404 tat-28 ta` Jannar, 1997.", "PA - FILE 2519/1996", "785.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex hemm dan id-dewmien fl-ipproċessar ta' file 2519/1996 tal-Planning Authority?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-applikazzjoni Nru. PA 2519/96 ġiet sottomessa nhar l-24 ta' April, 1996.", "Sussegwentement din l-applikazzjoni nħadmet mill-uffiċċjal inkarigat u għaddiet sabiex tiġi deċiża mill-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp fis-27 ta' Mejju, 1996.", "Minħabba li kien hemm talba għall-preżenza meta l-kummissjoni għall- kontroll ta' l-iżvilupp tiddiskuti din l-applikazzjoni - mill-istess Onor. Interpellant, fost oħrajn - dan il-każ ħa aktar fit-tul.", "Dan kollu għaliex il-kummissjoni f'kull seduta tiddiskuti tnax-il applikazzjoni biss li jkollhom talba għal preżenza.", "Il-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp bdiet tiddiskuti l-każ fil- 25 ta' Settembru, 1996 iżda l-każ ġie differit sabiex l-applikant jipprovdi pjanti emendati li jipprovdu parkeġġ aċċettat.", "Il-pjanti emendati waslu fil- 15 ta' Jannar, 1997 u l-applikazzjoni għaddiet mingħand l-uffiċjal inkarigat għal preparazzjoni ta' l-aġenda tal-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp fis-17 ta' Jannar li għadda.", "Bħalissa l-file ta' l-applikazzjoni qiegħed fil-kju jistenna li jkun imissu jidher quddiem il-kummissjoni.", "PTA - CHAIRMAN", "786.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li kontinwament iċ- Chairman ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku joħroġ b'inizjattivi biex forsi jħajjar aktar nies jużaw it-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba dan l-istess chairman juża t-trasport pubbliku b'mod regolari fuq bażi ta' xahar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Le, ma nistax ngħid, speċjalment issa li l-persuna li għaliha qiegħed jirreferi l- Onor. Interpellant ma għadhiex chairman.", "VALLETTA - RESERVED PARKING", "3475.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal- problema kbira tal-parking li jiltaqgħu magħha kuljum ir-residenti tal- Belt, jista' l-Prim Ministru jordna lill-pulizija biex jirrevokaw kull permess għal reserved parking li hemm fil-Belt, ħlief dawk li huma verament neċessarji, bħal \"keep clear\" quddiem il-banek u dawk għal persuni ħandikappati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru responsabbli mill-ippjanar tat-traffiku.", "VALLETTA - RESERVED PARKING", "3476.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ċ-Chamber of Commerce u l- GRTU jikkwalifikaw li jkollhom reserved parking spaces quddiem l-uffiċċju tagħhom fi Triq ir-Repubblika, il-Belt?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Għalkemm m'humiex dipartimenti tal-gvern, il- bord għall-kontroll tat-traffiku ħass li ċ-Chamber of Commerce u l-GRTU għandhom funzjoni fuq skala ta' dipartiment tal-gvern u għaldaqstant approva li dawn iż-żewġ entitajiet ikollhom reserved parking bay waħda quddiem l-uffiċċju tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jerġa' jikkonsidra l-policy ta' għoti ta' reserved parking spaces lid-dipartimenti tal-gvern?", "Qed ngħid dan għax kif jaf il-Ministru, fil-Belt hawn problema kbira ta' parking u jekk tibqa' viġenti din il-policy se tkompli toħloq problema għar- residenti.", "Issa qed jirriżulta li numru ta' assoċjazzjonijiet bħaċ-Chamber of Commerce u l-GRTU għandhom numru ta' parking spaces ukoll.", "Jien ma nafx kemm għadu validu l-kriterju li dawn l-entitajiet u d-dipartimenti tal- gvern għandu jkollhom parking spaces.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nixtieq ngħid lill-Onor.", "Interpellant li wara li jiġi mwaqqaf il-bord għall-kontroll tat-traffiku il-ġdid, dawn il-parking spaces se jerġgħu jiġu kkonsidrati fuq id-domanda u fuq l-esiġenza tar- residenti tal-Belt.", "VALLETTA - RESEREVED PARKING", "3477.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sports fi Triq ir-Repubblika, l-Belt għandu dritt għal numru ta' reserved parking spaces?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Skond il-policy kurrenti tal-bord għall- kontroll tat-traffiku, id-dipartimenti tal-gvern, fejn hu possibli, jingħataw żewġ parking bays għall-użu ta' vetturi uffiċjali tad-dipartiment konċernat.", "Il-bord għall-kontroll tat-traffiku iżda jħoss li l-policy kurrenti tar- reserved parking fil-Belt għandha tiġi riveduta fid-dawl taċ-ċirkostanzi eżistenti u l-ħteġijiet tal-lum.", "Għaldaqstant il-bord qed jieħu passi biex l-entitajiet konċernati ma' l-amministrazzjoni u l-kontroll tat-traffiku fil-Belt, ċioe' l-kunsill lokali u l-pulizija, jeżaminaw is-sitwazzjoni bir- reqqa u jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom biex flimkien mal-bord għall- kontroll tat-traffiku jinħoloq pjan sostenibbli għall-kontroll tat-traffiku fil-Belt.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li indubjament napprezza l-preokkupazzjoni tal- bord, jista' l-Ministru jinformana jekk id-direzzjoni hijiex fis-sens li jitnaqqsu jew jitneħħew dawn ir-reserved parking spaces?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: GĦalissa ma nistax ngħid jekk dawn humiex se jitnaqqsu pero' żgur li m'humiex se jiżdiedu.", "VALLETTA - RESERVED PARKING", "3478.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Mid-Med Bank fi Triq ir-Repubblika għandu reserved parking space barra l-\"keep clear\" li tintuża mill-vetturi li jġorru l-flus?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-Mid-Med Bank fi Triq ir-Repubblika l-Belt għandu reserved parking space barra l-\"keep clear\" li tintuża minn vetturi li jġorru l-flus għaliex il-policy kurrenti tippermetti li head office ta' bank kummerċjali jista' jkollu sa żewġ parking bays għall-użu tiegħu.", "VALLETTA - RESERVED PARKING", "3479.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għaliex prattikament kull dipartiment li għandu uffiċċju fil-Belt għandu reserved parking space u għaliex persuna li taħdem fid-dipartiment għandha tkun preferuta minn ħaddieħor, speċjalment residenti tal-Belt?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-policy kurrenti tal-bord għall-kontroll tat- traffiku tippermetti, fejn hu possibbli, massimu ta' żewġ parking bays għall-vetturi uffiċċjali tad-dipartimenti.", "Il-bord għall-kontroll tat-traffiku ma jidħolx fil-mertu ta' min juża dan l-ispazju, iżda jenfasizza li dan l-ispazju għandhu jiġi użat mill-vetturi uffiċċjali tad-dipartiment.", "TRASPORT - SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "3480.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 779 li saret fid-9 ta' Jannar, 1997 dwar is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Kif l-Onor Interpellant forsi jaf aħjar kien hemm proposta mill-ex-chairman tal- kumpannija Air Malta biex dan is-serviżż jieqaf.", "Madankollu peress li din hija materja ta' natura kummerċjali, f'dan l- istadju ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nifhem li l-Ministru tat-Turiżmu huwa assenti U qed jirrispondi għalih il-Ministru mingħajr Portafoll u jista' jkun li l-Onor.", "Joe Mizzi ma jafx x'inhi l-policy rigward il-helicopter service, pero' l- Gvern għandu policy f'dan ir-rigward?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif intqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari, l- materja bħalissa qed tiġi studjata.", "Meta jkollu risposta u jkun jista' jagħti l-informazzjoni mitluba, il-Ministru mhux se jonqos li jagħtihielek.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jinformana minn fejn irriżulta li l- ex-chairman kien issuġġerixxa li s-servizz tal-helicopter għandu jieqaf?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Onor.", "Gatt naċċertah li dan jirriżulta mid- dokumenti li hemm u din m'hijiex xi ħaġa li vvinta l-Ministru.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-informazzjoni li għandha din in-naħa hija għal kollox kontra dan li qed jingħad, jista' l-Ministru personalment - peress li qed jirrispondi hu u mhux jissopponi - jgħidilna dan minn liema dokument jirriżulta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Stante li huwa l-Onor.", "Membru li qed jassumi li l- Ministru m'huwiex korrett, jiena naċċertah li l-Ministru huwa korrett u meta jkun il-waqt u jkun preżenti jgħidlu din minn fejn ħarġet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru mingħajr Portafoll li qed jirrispondi għall-Ministru tat-Turiżmu rahom dawn id-dokumenti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kieku rajthom kont ngħidlek li rajthom.", "(Interruzzjonijiet) Inti rajthom dawn id-dokumenti?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jikkonsidra l-Ministru li ladarba qegħdin nitkellmu fuq it-trasport ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex u ladarba l-mistoqsija saret lill-Ministru tat-Turiżmu, dan iffisser li l-istess trasport jikkostitwixxi investiment fil-qasam tat-turiżmu għal Għawdex u anke għal Malta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, din hija materja ta' natura kummerċjali u f'dan l-istadju ma tistax tingħata aktar informazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Peress li din hija domanda marbuta ħafna mal-gżira ta' Għawdex, jista' jirrispondi l-Prim Ministru li finalment jassumi r- responsabbilta' ta' l-amministrazzjoni ta' Għawdex?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela le, Sur President.", "Il-problema li hemm fit- trasport t'Għawdex hija minħabba deċiżjoni li ħadu l-ministru għal Għawdex u l-ministru tal-finanzi preċedenti li jwaqqfu s-sistema mħaddma mill-Air Malta, li kien hemm vis-a-vis l-helicopter għal Għawdex, b'effett mis-sajf li ġej.", "Din id-deċiżjoni kienet li l-Air Malta se jkollha tibda tħallas il-fees afferenti mat-tħaddim tal-heliport f'Għawdex.", "Iċ-chairman ta' l- Air Malta li għadu kemm telaq kien irreżista din id-deċiżjoni u qal li jekk l-Air Malta se tkompli tiġi mitluba toffri s-servizz tal-helicopter f'Għawdex kien hemm bżonn li tibqa' s-sistema li biha l-Air Malta ma tħallasx ċerti drittijiet li l-ministru għal Għawdex u l-ministru tal- finanzi ta' dak iż-żmien kienu qed jinsistu li l-Air Malta kellha tibda tħallas.", "Kien hemm l-idea li din is-sistema li biha l-Air Malta ma tħallasx id-drittijiet fuq il-heliport f'Għawdex tibda minn Awissu li għadda iżda peress li kienet ġejja l-elezzjoni dak iż-żmien kienu nsewha din u għamluha għas-sajf ta' din is-sena.", "Iċ-chairman ta' dak iż-żmien kien ipprotesta bil-kbir kontra din id- deċiżjoni imma kellu ittra ffirmata mill-Onor.", "Anton Tabone u mill-Onor.", "John Dalli li biha baqgħu jinsistu li l-Air Malta kellha tibda tħallas id- drittijiet fuq il-heliport t'Għawdex mis-sajf ta' din is-sena.", "Iċ-chairman ta' dak iż-żmien kien ipprotesta li dan kien se jżid bil-kbir it-telf li l- Air Malta qiegħda tagħmel fuq is-servizz tal-heliport għal Għawdex - indipendentement mit-telf li jħallaq xi Lm200,000 fit-turiżmu għal Għawdex u għal Malta li għadu kemm semma l-Onor.", "Interpellant - u kien ipprotesta li dan ma kienx mod kif il-Gvern ta' dak iż-żmien jittratta ma' l-Air Malta u mat-turiżmu bejn Malta u Għawdex u mat-turiżmu lejn Għawdex.", "Xorta waħda l-ministri ta' dak iż-żmien baqgħu jippersistu f'din il- pożizzjoni u l-Gvern preżenti qed jerġa' jħares lejn il-kwestjonijiet kollha fit-terminu u fil-parametri li għadu kemm semma l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri li hemm bżonn li nagħtu appoġġ sħiħ lit-turiżmu bejn Malta u Għawdex.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Sur President, din l-ittra li qed jgħid li ffirmajt jien biex l-Air Malta tibda tħallas dak li ma kenitx qed tħallas sal-lum, nitolbu jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Prim Ministru qed jgħid li jien iffirmajt xi ittra fejn tlabt lil Air Malta li minn Awissu li ġej tibda tħallas pagamenti li ma kenitx qed tħallas qabel.", "Jien naħseb li l- Partit Nazzjonalista fil-gvern kien irnexxielu jintroduċi dan is-servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex u wieħed kien jistenna li l-Gvern Laburista jagħraf il-vantaġġi li din l-operazzjoni kienet qiegħda tagħti fil-qasam tat-turiżmu.", "(Interruzzjonijiet) Allura nistaqsi lill-Prim Ministru jekk f'dan il-qasam jarax il-valur li jkun hemm dan is-servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex li barra li jimbotta 'l quddiem it-turiżmu f'Għawdex jagħti wkoll image aħjar lil Malta.", "Jafx ukoll il-Prim Ministru li l-kontribut kbir, li tajna aħna biex jitwaqqaf dan is-servizz, ċertament konna se nkomplu nagħtuh biex dan is-servizz ikompli jikber kif kompla jikber fi żmienna u jikkonsidrax allura li l-Gvern tiegħu għandu wkoll jieħu l-miżuri biex jissalvagwarda servizz ta' dan it-tip li qed jagħmel ġid lill-pajjiż?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ċertament li nirrikonoxxu l-valur ta' servizz ta' helicopter, b'mod imma li jkun trasparenti.", "Wieħed mill-ikbar servizzi ħżiena li ta l-Onor.", "Interpellant kien meta f'Għawdex stess baqa' jinsisti li minflok heliport ikun hemm airstrip f'Għawdex, liema airstrip kienet maħsuba biex tiekol l-art li kienet saqwija u art ta' ċerta importanza fil- biedja f'Għawdex u kienet maħsuba biex tiskredita s-servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex.", "Għaliex?", "Għax l-insistenza tal-ministru għal Għawdex ta' dak iż-żmien li jinbena dan l-airstrip kienet ovvjament maħsuba mhux tabilħaqq biex issostni is-servizz tat-trasport bejn Malta u Għawdex fl- interess turistiku ta' Għawdex imma kien hemm allegazzjonijiet, li jiena nemmen fihom, li kienet maħsuba l-iktar biex taġevola ċertu żvilupp li hemm ħafna mistoqsijiet dwaru fir-rigward ta' Chambrai.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif il-ministeru għal Għawdex u l- ministeru tal-finanzi żviluppaw il-pożizzjoni tagħhom vis-a-vis id- drittijiet li l-Air Malta kellha tħallas għall-użu tal-heliport f'Għawdex, nerġa' nikkonferma li kien hemm deċiżjoni li mis-sajf ta' din is-sena l-Air Malta tibda tħallas id-drittijiet għall-heliport t'Għawdex li qabel ma kenitx tħallas.", "Dak iż-żmien kien mod kif tinċentiva lill-Air Malta biex iżżomm dak is-servizz.", "Kien hemm din l-insistenza li tibda tħallashom mis- sajf ta' din is-sena u ċ-chairman ta' dak iż-żmien kien għamel insistenza qawwija li mhux sew li l-Air Malta tiġi obbligata tħallas dawn l-affarijiet għax b'dan il-mod it-telf kbir li kienet qed tagħmel il-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru fuq dan is-servizz kien se jkompli jikber.", "Imma xorta waħda kien hemm l-insistenza mill-ministeru tal-finanzi flimkien mal- ministeru għal Għawdex ta' dak iż-żmien illi dawn bi dritt kellhom jitħallsu.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li għal ċertu ammont ta' snin il- ministeru għal Għawdex kien għalaq għajnejh kompletament għall-problema li kien hemm f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta' fil-heliport t'Għawdex.", "Għalkemm kien hemm talbiet qawwija min-naħa tal-ministeru ta' l-avjazzjoni ċivili f'Malta biex il-heliport t'Għawdex jinżamm skond normi ta' sigurta', dawn l-affarijiet ma sarux għal żmien twil u saru in extremis, saru b'mod mgħaġġel u mhux ippjanat.", "Dan juri li l-ministeru għal Għawdex ta' dak iż- żmien għalaq għajnejh għall-problemi li kien qiegħed joħloq bit-tmexxija tiegħu li biex taparsi juri li qed ikun hemm progress ma jippjanax tajjeb, b'mod effettiv u b'mod li jkun tabilħaqq skond l-interess ultimu ta' l- Għawdxin u tal-Maltin.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiġifieri, Sur President, għandna għax nifhmu li l- Gvern huwa kontra li dan is-servizz ikompli jingħata?", "Dan il-ħafna diskors li qal il-Prim Ministru - u nikkontesta ħafna minn dak li qal - se jwassal biex il-Gvern iwaqqaf dan is-servizz li huwa tant utli għal Għawdex kif ukoll għall-pajjiż kollu?", "Nistaqsi jekk dawn humiex kollha skużi biex iwaqqaf dan is-servizz ta' l-ajru li kien beda jingħata fi żmien il-Gvern preċedenti u li aħna konna naħsbu li din kienet xi ħaġa li ġiet aċċettata minn kulħadd u allura konna nistennew li anke l-Gvern ta' wara jagħmel ħiltu kollha biex dan is-servizz jibqa' għaddej.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ikolli nirrimarka li l-Onor.", "Interpellant għandu ħabta interessanti kif jgħawweġ id-diskors, b'mod li jindika tajjeb għaliex m'huwiex qed jifhem l-inizjattivi li qed jittieħdu f'Għawdex u b'mod li naħseb li lilu wasslu biex lanqas jifhem għaliex fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta' nhar is-Sibt li għadda l-partit tiegħu tilef xi 2% tal-voti.", "Imma apparti minn hekk, l-Onor.", "Membru assolutament ma fehem xejn mill- intervent tiegħi; anzi jien għamilt il-punt li kienu l-azzjonijiet u d- deċiżjonijiet tiegħu u ta' l-ex-ministru tal-finanzi tal-Gvern preċedenti li wasslu biex l-Air Malta tagħmel protesta qawwija għax kienet qed tiġi mitluba tħallas id-drittijiet, li qabel ma kenitx tħallas, mis-sajf ta' din is-sena fuq l-użu tal-heliport f'Għawdex, ħaġa li nżammet sigrieta ovvjament sakemm tgħaddi l-elezzjoni.", "Jiena nista' nassigurah li din l-Amministrazzjoni qed tħares lejn is- sitwazzjoni kollha b'determinazzjoni li s-servizz tal-helicopter f'Għawdex jinżamm u jiġi sostnut b'mod li jkun ta' interess long term għal GĦawdex ħafna iktar milli kien jagħmel hu u l-Gvern tiegħu, għax kienu jagħmlu kollox ta' malajr malajr, mingħajr ħsieb u mingħajr għaqal, l-aqwa li jingħoġbu!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur Presidenti, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' telephone boxes fil-11 u t-12-il distrett, kif ukoll in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem il- Korporazzjoni Telemalta għall-istess distretti, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 3677.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Sur President inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' organizzazzjonijiet u individwi li bbenefikaw taħt l-iSport Support Programme mill-1992 sal-lum, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3857;", "Informazzjoni dwar Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3860;", "Lista ta' Education Officers fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3861;", "Mailing list tal-ħarġa \"Foundation Circle\" maħruġa mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3967; u", "Income and expenditure Accounts tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali għall-perjodu bejn l-1987 u l-1995, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W116.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi lista sħiħa ta' talbiet li l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ irċeviet minn kumpanniji parastatali għall-permessi għas- sejħiet pubbliċi għal xogħol mill-1 ta' Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Frar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3998.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1996/1997", "Ikompli mill-5 ta' Marzu 1997.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, illum qegħdin niddiskutu l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u meta wieħed jifli sew il-policy document ta' din il-korporazzjoni jsib li din tinsab f'diffikultajiet kbar, kemm finanzjarji, kemm dawk li għandhom x'jaqsmu ma' ħaddiema, kemm dawk li għandhom x'jaqsmu ma' ġbir ta' kontijiet u affarijiet oħra.", "Hemm diversi fatturi li qed jikkawżaw dawn il-problemi, pero' hemm tliet raġunijiet ewlenin, ċioe' it-tmexxija ħażina ta' din il-kumpannija, in-nuqqas ta' inċentivi u nuqqas ta' flus provduti għar-riċerka u l-battibekki li kien hemm bejn l-Amministrazzjoni ta' qabel u din il-korporazzjoni.", "Wieħed ma jridx jgħid li l-problema ta' l-ilma tfaċċat minn meta nħolqot din il-korporazzjoni għaliex il-problema ta' l-ilma ilha magħna minn żmenijiet ta' l-imgħoddi.", "Jekk wieħed iqalleb fl-istorja jsib li l- kavallieri fir-rapport tagħhom lill-Granmastru kienu ġibdulu l-attenzjoni għall-fatt ta' nuqqas kbir ta' ilma li kellha Malta.", "Pero' wieħed irid isemmi wkoll ix-xogħol kbir li għamlu dawn in-nies biex isolvu l-problemi tagħhom.", "Kienu daħħlu regolamenti biex kull dar ikollha l-ħażna ta' l- ilma, il-bir, liema regolamenti għadhom magħna sal-lum.", "Naraw li dawn bnew ġibjuni, ħażniet kbar għall-ilma, fl-ibliet ewlenin u f'inħawi oħra tal- gżira u vvintaw sistemi ta' akkwidotti u sistemi oħra biex jitrasportaw l- ilma minn post għal ieħor.", "Fl-Italja m'għandhomx il-problemi ta' l-ilma li għandna aħna pero' wieħed sewwa jagħmel li jħares lejn dan il-pajjiż ġar tagħna.", "It-Taljani, biex ħolqu l-funtani u l-ġonna magħrufin tagħhom, ivvintaw sistemi ta' kanali taħt l-art, liema sistemi għadhom il-meravilja ta' żmienna.", "Minkejja li kellhom abbundanza ta' ilma, dawn xorta kellhom problema biex iġorru l-ilma minn post għal ieħor u s-sistemi li ħarġu bihom kienu meravilja għal dak iż-żmien u għadhom meravilja llum għaliex l-ilma jistgħu faċilment idawruh min-naħa għall-oħra biex jagħmlu xogħlijiet fuq funtani fi żmien qasir.", "Forsi tgħiduli: Dan x'għandu x'jaqsam mas-suġġett tagħna?", "Dan qed ngħidu għaliex kull fejn kien hemm is-suċċess warajh dejjem kien hemm ħidma sħiħa, għaqal u perseveranza.", "U dawn it-tliet affarijiet insibuhom kemmxejn neqsin f'din il-korporazzjoni u f'korporazzjonijiet u azjendi oħra Maltin.", "Fil-policy document kien hemm suġġerimenti oħrajn li laqtuni wkoll.", "Per eżempju, kien hemm suġġerimenti għall-użu aħjar ta' l-ilma tax-xita u anke għat-tisfija tad-drenaġġ.", "Dawn huma affarijiet li konna ielna żmien nisħqu fuqhom għaliex huma affarijiet importanti u jmisshom ilhom li saru.", "Għaliex?", "Nieħdu d-drenaġġ.", "Dan qiegħed jikkontamina l-ibħra tagħna u anke l-ħut li hemm fih pero' l-parti l-kbira ta' l-ilma li nikkonsmaw jispiċċa fis-sistema tad-drenaġġ.", "Allura vale la pena li dan l-ilma jerġa' jiġi riċiklat.", "Meta tara l-ħidma ta' din il-korporazzjoni u korporazzjonijiet oħra, anke dawk privati, hemm fatti oħra li huma inkwetanti.", "Minkejja li f'pajjiżna għandna nuqqas ta' materja prima, mhux bħal pajjiżi oħra li għandhom ir- riżorsi naturali tagħhom bħall-pitrolju, iż-żejt, l-ilma u affarijiet oħra, aħna għandna sorsi ta' enerġija madwarna li m'aħniex nagħtu kashom u m'aħniex nagħmlu użu minnhom.", "Ta' min igħid li fl-1995 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nefqet 'il fuq minn Lm5 miljun f'enerġija.", "Per eżempju, f'pajjiżna ftit li xejn qed nagħmlu użu mill-enerġija tax- xemx, tar-riħ u tal-baħar.", "Minkejja li f'Malta jkollna siegħat twal ta' xemx ma tantx nużaw din l-enerġija biex insaħħnu l-ilma fid-djar tagħna.", "L- istess ngħid għall-postijiet pubbliċi u naħseb li ma nkunx qed nesaġera jekk ngħid li l-enerġija tax-xemx ma tintużax biex jitħaddem apparat elettriku jew elettroniku min-naħa tal-Gvern.", "Anke fejn tidħol l- enerġija tar-riħ, fejn qabel għat-tisqija konna nużaw l-imtieħen tar-riħ biex intellgħu l-ilma minn taħt l-art illum qlibna għall-enerġija elettrika, jiġifieri mhux talli ma wżajniex iktar ir-riħ bħala enerġija talli morna lura.", "U għal dik li hija enerġija tal-baħar, minkejja li din hija abbundanti u nsibuha s-sena kollha madwarna m'aħniex qed nagħmlu użu minnha.", "Il-policy document isemmi ċerti miżuri li jmissha tieħu l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex timxi iktar 'il quddiem.", "Xi żmien ilu ġie suġġerit li biex jitnaqqas is-serq ta' l-ilma għandha tidħol sistema ta' meters li jekk m'iniex sejjer żball kienu se jiswew madwar Lm12 miljun.", "Dawn il-meters tant kienu sofistikati li qegħdin joqorsu lil dawk in-nies li jimxu b'kuxjenza retta għaliex dawn jimmarkaw anke l-arja li tgħaddi minnhom meta jingħalaq l-ilma.", "Biex korporazzjoni timxi 'l quddiem trid iżżomm f'moħħha li tipproduċi l-aħjar prodott bl-inqas spejjeż possibbli.", "Biex jinqata' s-serq ta' l-ilma l-kumpannija trid taħdem bil-għaqal u tagħmel użu aħjar mill-enerġija ta' madwarna ħalli tagħti lill-poplu prodott tajjeb bi prezz moderat.", "Din hija l-unika soluzzjoni għall- problema tas-serq.", "Jekk il-korporazzjoni tkompli tgħolli l-prezzijiet u twaħħal meters biex jonqos is-serq tkun qed tagħmel żball għaliex tinħoloq kompetizzjoni qawwija bejn il-poplu u l-korporazzjoni dwar min jisfrutta l- iktar l-ilma ta' taħt l-art.", "Jien nixtieq niċċara iktar dawn l-affarijiet għax il-korporazzjoni trid tifhem li jekk l-ilma ta' taħt l-art se jkompli jiġi sfruttat mill-poplu direttament dan ikun ta' dannu kbir għall-istess poplu u għalhekk nissuġġerixxi li filwaqt li l-korporazzjoni torganizza ruħha aħjar u taqta' l-ħela li hemm b'iktar għaqal, tipproduċi kwalita' aħjar ta' ilma bi prezzijiet moderati.", "Dan huwa l-aħjar suġġeriment li nista' nagħti biex is-serq ta' l-ilma jinqata'.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, bħala kelliem għas-settur ta' l- enerġija nieħu pjaċir ferm li nista' nitkellem fuq is-settur ta' l-ilma wkoll.", "Kif jaf kulħadd madwar dan is-settur kibru ċiviltajiet kbar u, għalkemm aħna dejjem ingergru li ma għandniex ilma, pajjiżna għandu fost l- ogħla densita' ta' popolazzjoni fid-dinja u xorta waħda dejjem irnexxielu jisfrutta dan ir-riżors.", "Meta nitkellmu fuq il-konċett ta' l-ilma ma rridux inqisu biss l-ilma għall-konsum imma wkoll l-ilma tal-baħar ta' madwarna.", "F'Malta spiss nisimgħu l-argument li għax ma għandniex ċerti riżorsi - bħal xmajjar, għadajjar kbar, muntanji u silġ - allura speċi għandna xi ħaġa inqas minn ħaddieħor.", "Jien ma tantx naqbel ma' dan l- argument għax kemm minħabba l-annual rainfall li għandna, kif ukoll minħabba li aħna mdawrin bil-baħar - fil-fatt iktar 'il quddiem se nitkellem dwar il-policies taż-żewġ partiti ewlenin fuq dan l-aspett - inħoss li ma rridux nibdew inħarsu lejn l-ilma f'sens negattiv imma rridu nħarsu lejh bħala wieħed mill-aqwa riżorsi li għandna f'dan il-pajjiż.", "Ġeneralment fuq l-ilma nitkellmu biss meta nħossu n-nuqqas tiegħu għax meta nsibuh neħduh for granted ilkoll kemm aħna u fil-fatt aħna minn dan l- aspett irridu nitilqu biex inneħħu l-idea li f'Malta ma għandniex ilma.", "F'Malta għandna ilma biżżejjed, basta nagħrfu nutilizzawh tajjeb, u ċ- challenge huwa proprju l-management ta' l-ilma li jinżel mis-sema u li għandna bl-abbundanza fil-baħar ta' madwarna.", "Ovvjament imbagħad hemm ukoll l-element ta' l-ispejjeż u l-element ta' kif se tuża l-aħjar teknoloġija.", "Sur President, kif diġa' ssemma mill-kelliema ta' qabli l-antenati tagħna, speċjalment il-kavallieri, kienu bnew akkwidotti u kabbru msaġar - u dan huwa importanti għax ċerti affarijiet li kienu jsiru fl-antik għadhom jiswew sal-lum - biex pajjiżna xi darba seta' jħaddar.", "Li nnaqqsu mill- ħamrija li tittieħed ma' l-ilma tax-xita għal ġol-baħar, li jkollna iktar ħarsien tal-widien u li jkollna l-manutenzjoni tal-ġibjuni kollha huma passi li għalkemm żgħar huma importanti biex dejjem inżommu l-ilma milli jmur fil-baħar jew fid-drenaġġ, kif diġa' ssemma hawnhekk.", "Madanakollu rridu nqisu wkoll li d-domanda tal-poplu għall-ilma dejjem qed tiżdied għax il-Malti qed isir iktar konxju mill-iġjene u meta t-turist jiġi għal vaganza f'pajjiżna ma għandna assolutament inħallulu l-ebda idea f'moħħu li mhux se jsib ilma.", "Fil-fatt anke l-industrija qed iżżid id-domanda għal dan il-prodott tant essenzjali.", "Indur lejn il-policy document u fil-fatt l-ewwel ħaġa li jolqotni f'dan id-dokument huwa t-titlu stess li jġib l-isem ta' \"A Fresh Start - 1997\".", "Jien inħoss li f'dan it-titlu l-kelma \"start\" pjuttost tqarraq, għax kemm se ndumu nibdew!", "Kull darba li tinbidel l-amministrazzjoni se nibdew xi ħaġa ġdida!", "Ejjew nammettu li l-wirt li ħalla l-Gvern Nazzjonalista fuq is- settur ta' l-ilma fih ħafna affarijiet pożittivi għalkemm għad fadal xi problemi li nixtieq li nikkonċentraw fuqhom għall-futur.", "GĦalhekk jien ma nħossx li \"A Fresh Start\" huwa titlu li jagħmel ġustizzja ma' dak li sar u forsi li kieku wżajna \"A Fresh Outlook\" bħala titlu kien ikun iktar xieraq.", "Sur President, il-mission statement tal-korporazzjoni jiffoka fuq tliet affarijiet; l-ewwelnett fuq l-użu razzjonali u għaqli ta' l-ilma li jiddetermina kemm se tkun il-produzzjoni; it-tieni nett fuq il-bilanċ bejn it-talba u l-produzzjoni; u fl-aħħarnett fuq l-ambjent.", "L-ambjent kull darba jidħol - qisu xi footnote - pero' hemm bżonn li meta nitkellmu naraw l-affarijiet globalment u fil-fatt jien għalhekk fil-bidu għidt li nieħu pjaċir nitkellem fuq dan is-suġġett għax is-settur ta' l-ilma huwa suġġett li jirrigwarda l-enerġija wkoll.", "Qed ngħid dan għax meta nisfruttaw l- enerġija b'mod tajjeb biex l-ilma mielaħ nikkonvertuh f'ilma ħelu nkunu qed inġiegħlu lill-gvern, ikun min ikun, iħallas il-flus għax sew biex jiġi ppompjat l-ilma ħalli jiġi desalinat kif ukoll biex jitqassam bilfors irid jidħol il-qasam ta' l-enerġija.", "Il-kelliem ta' qabli rrifera għal ħafna tipi differenti ta' enerġija imma jenħtieġ li nkunu prattiċi u naraw fejn waslet it-teknoloġija tad-desalination, it-teknoloġija tar-riħ u t- teknoloġija li tuża l-enerġija tax-xemx.", "Kif għidt diġa' jkun tajjeb jekk ikollna saqajna ma' l-art u qed ngħid dan għax hawn ġew saħansitra ssemma li nistgħu nużaw l-ocean thermal energy conversion.", "Kulħadd jaf li aħna m'aħniex f'nofs l-oċean u hemm limitu ta' x'tip ta' enerġija nistgħu nużaw fuq skala nazzjonali u kummerċjali.", "Sur President, il-prijorita' ewlenija li ffaċċja l-Gvern Nazzjonalista kienet il-produzzjoni ta' l-ilma.", "Żgur li kulħadd jiftakar iż-żmien meta ma kienx ikollna ilma u l-protesti li kienu jsiru bit-turisti u l-Maltin jiġru bil-jerry cans.", "Dawk il-Maltin li kienu jmorru villeġġatura żgur li ma setgħux jgħaddu l-vaganzi tagħhom bil-kwiet minħabba li ma kellhomx ilma.", "Dak iż-żmien il-problema ta' l-ilma kienet materja għolja ħafna fil- prijorita' tal-poplu Malti u għalhekk hawn tiġi weħidha l-kwestjoni ta' jekk l-ilma għandux ikun materja ta' politika partiġjana.", "Sur President, jien ma naħsibx li l-kwestjoni ta' l-ilma għandha tkun materja ta' politika partiġjana pero' hemm ċerti issues - dawn se nitkellem fuqhom - li jistgħu juru ċerta differenza bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "GĦas-settur ta' l-ilma jrid ikollna l-iktar set-up professjonali possibbli għax għalih huwa importanti li nużaw l-aħjar teknoloġiji, mhux biss mil-lat finanzjarju imma wkoll mil-lat ambjentali.", "In the long run dawn it-teknoloġiji jridu jkunu sostenibbli u ma jikkaġunawx problemi.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għall-kwestjoni ta' l-aquifer, li diġa' ssemmiet, u once li ssir ħsara fih dan jieħu ħafna żmien sakemm jerġa' jiġi għan-normal.", "Meta nitkellmu fuq is-settur ta' l-ilma rridu nżommu l-ħin kollu quddiem għajnejna li qed nitkellmu fuq in-natura u biex waslet għal dik li hija llum in-natura mhux eluf ta' snin ħadet imma miljuni.", "Dan huwa punt importanti għax kull deċiżjoni li nieħdu fuq l-użu ta' l-ilma taffettwa lin-natura.", "L-ilma huwa parti minn ċiklu u allura jenħtieġ li nifhmuh tajjeb u noqogħdu attenti ħafna li ma nikkontaminawhx.", "Sur President, nonostante dak li għadni kemm għidt, ma nistgħux naħarbu l- fatt li fil-prezz ta' l-ilma hemm aspett soċjali u għalhekk li l-ilma huwa ssussidjat.", "Anke l-ikel huwa essenzjali imma dan inħallsu għalih ilkoll, għalkemm hemm xi kwalitajiet ta' ikel li huma ssussidjati, pero' l-użu ta' l-ilma żgur li se jibqa' xi ftit jew wisq issussidjat.", "GĦalhekk imbagħad tidħol il-kwestjoni ta' kemm se nagħtu sussidju u din il-kwestjoni konna ttrattajniha fil-programm elettorali tagħna.", "Il-programm elettorali tal-partit jelenka dak kollu li għamel Gvern Nazzjonalista fuq il-kwestjoni ta' l-ilma, jiġifieri li rdoppja l- produzzjoni u naqqas it-telf.", "Hawnhekk irrid nagħmel distinzjoni bejn telf u ħela, għaliex ċertu telf, biex ngħid hekk, huwa impossibbli li tnaqqsu.", "Tajjeb li wieħed jifhem li meta tasal f'ċertu livell ta' telf, meta tiġi biex tnaqqas dak it-telf, fil-fatt issib li tkun qed tonfoq iżjed.", "Huwa importanti li nifhmu dan il-konċett ta' l-economic leakage level ħalli nagħmlu distinzjoni bejn dak li huwa telf aċċettabbli u dik li hija l-ħela.", "Sintendi l-ħela rridu nikkombattuha b'iktar edukazzjoni fil-livelli kollha.", "X'kien beħsiebu jagħmel il-Partit Nazzjonalista iktar 'il quddiem?", "Il- Partit Nazzjonalista kien beħsiebu jħares iktar lejn il-kwalita' u tajjeb li nitkellmu fuq il-kwalita' u mhux biss fuq il-kwantita'.", "L-ilma huwa prodott li jagħmel parti essenzjali mill-ħajja tal-kreaturi kollha, inkluż il-bniedem, u għalhekk huwa importanti li jkollna titjib fil-kwalita'.", "Nafu li salinita' għolja hija assoċjata ma' pressjoni għolja fil-bniedem u għalhekk tajjeb ukoll li nkomplu nagħfsu fuq kwalita' ogħla ta' ilma.", "Kif diġa' għidt kien hemm - u għad hemm - il-kwestjoni finanzjarja ta' kemm se jkun is-sussidju għall-ilma u x'inhu l-livell aċċettabbli ta' sussidju min- naħa tal-Gvern.", "Kien hemm ippjanat ukoll il-customer charter li fuqha għandha tinbena bażi aħjar bejn il-korporazzjoni u l-konsumatur.", "F'\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" il-Partit Laburista jgħid li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern m'użax tajjeb il-flus li kien ivvota għall-ilma, pero' imkien ma rajt dettalji ta' kif jidhrilhom li dawn il-flus ma ntnefqux tajjeb, lanqas minn dak li qalu l-kelliema tan-naħa l-oħra.", "Dan il-programm elettorali jgħid ukoll li jrid iżid il-produzzjoni fin-naħa t'isfel ta' Malta pero' jiena li ġej min-naħa t'isfel ta' Malta nista' nassigurak, Sur President, li l-problema ta' l-ilma f'dawn l-inħawi ttaffiet mhux ftit mill-1994 'l hawn, speċjalment bil-pipeline l-ġdid tal- Qrendi South.", "Il-Gvern Nazzjonalista għamel pedamenti sodi fir-rigward tal- produzzjoni.", "Veru li daħal fi spejjeż kbar u li dan il-piż finanzjajru se jkollna nġorruh għal ftit żmien ieħor, pero' ħariġina miċ-ċirku vizzjuż ta' nuqqas ta' ilma.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq il-problema ta' nuqqas ta' cash flow fil- Korporazjoni Enemalta.", "Nittamaw li jsir xi ħaġa fis-sistema ta' billing preżenti li tkun b'inqas żbalji, li preferibbilment tkun bil-Malti, tkun ċara, u li tingħata attenzjoni lill-anzjani.", "Il-problema tal-cash flow tista' tiġi solvuta pero' qegħda ssir kritika għaliex il-kontijiet ilhom ma jintbagħtu għadd ġmielu ta' xhur.", "X'se jiġri meta jintbagħtu dawn il-kontijiet u magħhom dawk il-kontijiet li qegħdin jinħadmu bħalissa?", "Il-korporazzjoni se jkollha surplus fuq dawn il- ħlasijiet?", "Nixtieq nitkellem ftit ukoll fuq is-sitwazzjoni tal-ħaddiema.", "Qrajt li l- ħaddiema qegħdin jagħmlu xogħol bil-lejl biex il-konsumatur ikun moqdi aħjar pero' ma nafx jekk huwiex qiegħed jingħata l-overtime u nixtieq li l- ministru responsabbli jgħidilna jekk dan huwiex il-każ.", "Inkella x'kienet dik il-kritika li kienet issir lill-Gvern Nazzjonalista li kien jagħti overtime bl-addoċċ?", "Ħalli niġi għan-numru ta' ħaddiema.", "Meta fl-1987 din il-korporazzjoni kienet għadha dipartiment kellha kważi 2,000 ruħ impjegati magħha u fl-1996 dan l-ammont niżel għal 1,356.", "Jidher ukoll li l-kwalita' tal-ħaddiema qiegħda dejjem titjieb.", "Kif diġa' għidt, huwa importanti ħafna li l-ħaddiema jkomplu jiġu mħarrġa għaliex meta jkollha ħaddiema ta' kwalita' għolja nkunu nistgħu verament nilqgħu għall-problemi kollha li jistgħu jinqalgħu 'il quddiem, li ħafna drabi huma problemi tekniċi.", "Ta' min jgħid li l-prezz ta' l-ilma juri d-differenza bejn gvern li huwa tal-lemin li jara biss l-affarijiet mil-lat kummerċjali u li jipprova jibbilanċja kollox bl-eżatt u gvern b'iktar kuxjenza soċjali li jara li l- poplu jkun jiflaħ għall-prezz ta' l-ilma bħala konsumatur domestiku u jara wkoll li lill-industrija ma jtellifhiex ir-ritmu ta' iżvilupp u espansjoni.", "Jiena naħseb li huwa tajjeb li naraw fejn nistgħu ntejbu l-effiċjenza rigward l-użu ta' l-enerġija biex ikollna iktar ilma.", "Hemm suġġerimenti li l-ilma jkun issussidjat mhux mill-Gvern imma minn dawk li jagħmlu użu mis- servizz, per eżempju, il-qasam ta' l-industrija u l-qasam ta' l- agrikoltura.", "F'dan ir-rapport qed jingħad li jekk il-korporazzjoni tneħħi r- reverse osmosis plants minn taħt idejha, hija tiffranka bejn wieħed u ieħor Lm1.3 miljun.", "Irrid nenfasizza li taħt Gvern Nazzjonalista, minkejja d- diffikultajiet u minkejja li kellu l-prijorita' li jipproduċi aktar ilma, dejjem inżamm livell aċċettabbli fil-prezz ta' l-ilma, f'sens soċjali iktar milli f'sens kummerċjali.", "Waħda mill-akbar uġigħ ta' ras f'dan id- dipartiment hija l-unaccounted for water u l-Gvern Nazzjonalista kien diġa' beda jaħdem biex jieħu ħsieb din il-problema billi sar bdil tal-kanen tal- galvanised metal għal oħrajn tal-polyethylene.", "Dan il-proċess jidher li se jitkompla taħt dan il-Gvern.", "B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3540 li kienet tirrigwarda x'kienet ir-rata ta' dan il-bdil ta' kanen - forsi l-Ministru jista' jagħtina spjegazzjoni li tkun iktar raġunata - jidher li mill-1 ta' Novembru 'l hawn ir-rata kull xahar naqset b'medja ta' 20%.", "Dan huwa punt importanti ħafna għaliex huwa telf sostanzjali ta' ilma mis-sistema tal- main sakemm jasal għall-meter u s'intendi huwa telf għall-korporazzjoni.", "Aħna nafu li bħala prijorita' l-korporazzjoni qed tara kif tista' tnaqqas it-telf minn din il-parti tas-sistema għax peress li llum għandna kapaċita' ta' ilma tajba ħafna jenħtieġ li nkomplu ntejbu s-sistema tad- distribuzzjoni.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa rigward l-Istitut għat- Teknoloġija ta' l-Ilma.", "Sur President, it-twaqqif ta' dan l-istitut kien pass importanti fl- istrateġija tal-Gvern Nazzjonalista biex ikun jista' jilqa' għall-iżvilupp li kellu jseħħ fil-qasam ta' l-ilma u għalhekk wieħed irid jara x'alternattivi qed jiġu offruti.", "Ħafna drabi min-naħa l-oħra tal-Kamra ssemma li ma nistgħux inkomplu nħaffru fl-aquifer u kien hemm min issuġġerixxa li jsiru aktar boreholes, li jkun hemm żieda fil-prezz biex nilqgħu għall-problema finanzjarja li teżisti fil-korporazzjoni u kien hemm saħansitra diversi suġġerimenti fuq l-użu ta' enerġija alternattiva, pero' l-fatt jibqa' li l-ewwel prijorita' li attakka fuqha l-Gvern Nazzjonalista, dik ta' iktar produzzjoni ta' ilma, illum seħħet u l-fatt li llum ma għadekx tisma' fuq il-problema ta' l-ilma jfisser li ċertament dik il- prijorita ntlaħqet għalkemm għad fadal ħafna xi jsir.", "Dan huwa importanti għax il-mission statement stess jisħaq fuq il-bżonn li l-pajjiż ikollu ilma biżżejjed ħalli jkun jista' jservi kemm għall-konsum domestiku kif ukoll għall-industrija.", "Kif diġa' spjegajt, jeħtieġ naraw il-konċett fundamentali ta' l-ilma mill-għeruq tiegħu u għalhekk il-Gvern irid jieħu l- aspett tiegħu kollu, jiġifieri kemm l-aspett finanzjarju kif ukoll dak ambjentali għax anke t-tip ta' enerġija li tintuża teffettwa l-ambjent.", "Jekk il-Gvern se jkompli jara s-settur ta' l-ilma biss mill-aspett finanzjarju ċertament ikun falla qabel ma jkun beda.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, waqt li qed niddiskutu l-estimi ta' din il-korporazzjoni ta' min ifakkar li l-provvediment ta' dan is-servizz huwa neċessita' bażika li l-bniedem ma jistax jgħaddi mingħajrha għax fil- fatt l-ilma huwa neċessita' għall-ħajja.", "Għaldaqstant l-organu responsabbli minn dan is-servizz, jiġifieri l-Water Services Corporation, mhux biss għandha l-obbligu li tipprovdi l-ilma iżda anke li tagħmel dan bl- aktar mod effiċjenti u tara li dan jinbiegħ lill-konsumatur bl-aktar mod soċjalment aċċettabbli.", "Huwa importanti wkoll li jinżamm ekwilibriju bejn id-domanda, li qiegħda dejjem tiżdied u s-supply ta' l-ilma, filwaqt li rridu nżommu quddiem għajnejna l-fatturi ambjentali biex kemm jista' jkun ma niddisturbawhomx kif fil-fatt ġara fil-passat.", "Imma issa ħalli niġu għall-fatti.", "Sur President, ikollna nammettu li sfortunatament is-sitwazzjoni tal- Water Services Corporation hija waħda li kummerċjalment tista' tissejjaħ bħala falluta għax id-dħul tagħha m'huwiex qed ilaħħaq mal-ħruġ rikorrenti.", "Mhux ta' b'xejn din ma setgħetx tiffinanzja n-nefqa kapitali li riedet tagħmel f'dawn l-aħħar snin bħal, per eżempju, t-tibdil ta' mains difettużi li kienu qed jillijkjaw.", "Fuq dan il-proġett kien stmat li se jintnefqu madwar Lm5.3 miljun, imbagħad in-nefqa kellha tiġi ridotta għal Lm3.3 miljun.", "Dan it-tnaqqis ta' madwar Lm2 miljun sar sabiex jipprovaw jagħmlu tajjeb għall-iżbalji li saru fil-production costs, għax filwaqt li dawn kellhom ilaħħqu għal Lm10 miljun fil-fatt telgħu għal Lm12 miljun.", "Il-korporazzjoni għandha problema serja ta' cash flow - jiġifieri flus fil-but - sabiex tkun tista' tattwa l-proġetti tagħha stess.", "Din il- problema tħalliet takkumula matul is-snin minn kemm ilha li ġiet imwaqqfa l- korporazzjoni, iżda fl-aħħar xahar ta' qabel l-elezzjoni il-problema kompliet tikber minħabba li ma ħarġux kontijiet għall-użu ta' l-ilma domestiku għal żmien twil ħafna u kif jgħid ir-rapport stess dan ilaħħaq għal madwar 12-il xahar.", "Fl-opinjoni tiegħi u ta' ħafna nies oħra din hija għarukaża li tista' tiġi spjegata biss minn żewġ aspetti.", "Kien hemm aspett purament politiku fejn, minħabba li kienet riesqa l-elezzjoni biex nidhru sbieħ pprovajna kemm jista' jkun lill-poplu nħallulu l-flus fil-but.", "Sfortunatament dan ma nistax ngħidu għall-istess Water Services Corporation li, kif diġa' tennejt, tinsab fi stat finanzjarju ħażin ħafna, bħalma jinsabu diversi korporazzjonijiet oħra li writna mill-Gvern preċedenti.", "Id- defiċjenza l-oħra kienet mill-aspett amministrattiv u hawn qed nirriferi għal sistema ta' billing imħawda għall-aħħar, ħaġa li verament ma tistħoqqx lil korporazzjoni ta' dimensjonijiet li qegħdin niddiskutu llum bħalma huma l-water services.", "Din fil-fatt għandha gross turnover ta' madwar Lm21 miljun fis-sena u timpjega madwar 1,500 ħaddiem.", "Kif tista' korporazzjoni daqshekk kbira, li wara kollox tipprovdi servizz tant bażiku u neċessarju għal ħajjet il-Maltin u l-GĦawdxin, ma jkollhiex sistema ta' accounts ta' min joqgħod fuqha!", "Fl-opinjoni tiegħi u ta' ħafna nies li titkellem magħhom din jistħoqqilha a fulltime accounts department u m'għandhiex tkun immexxija biss minn part-timers kif fil-fatt hi s-sistema preżenti.", "Sur President, problema oħra li qed tiffaċċja l-Water Services Corporation hija li, proprju minħabba l-loan li tlaħħaq figura astronomika ta' Lm30 miljun, minn sena għal sena qed tisbilanċja ruħha tant li tilfet il-kredtu mal-banek lokali.", "Dan jixhdu l-istatement li ħareġ il-Bank Ċentrali fejn wissa lill-banek kummerċjali sabiex ma jisilfux aktar flus lill-Water Services Corporation, anke jekk ikunu garantiti mill-Gvern stess.", "Ħaġa li tan-naħa l-oħra kienu jattakkaw fuqha lill-amministrazzjonijiet Laburisti preċedenti, fis-snin sebgħin u anke fil-bidu tas-snin tmenin, kienet proprju l-unaccounted for water u fil-fatt, kif jaf l-Onor.", "Francis Agius, din il-problema hemm għadha.", "Hawnhekk huwa tajjeb li wieħed jieqaf u jgħid, u anke nispjegaw lin-nies, li fil-fatt din hija problema reali li ssibha fi kwalunkwe pajjiż u fi kwalunkwe sistema li tintuża biex jiġi prodott l-ilma.", "GĦalhekk wieħed għandu jara x'jagħmel biex din il-ħela ta' l-ilma kemm jista' jkun nipprovaw inrażżnuha b'tali mod li nkunu nistgħu nżidu l-effiċjenza u nnaqqsu mill-ispejjeż żejda.", "Issa jekk kien hemm żelqa li ħadu tan-naħa l-oħra, li kif diġa' għidt fil-passat kienu kienu jattakkaw lilna, hija proprju f'dan ir-rigward.", "Huwa inaċċettabbli u inkonċepibbli li llum il-ġurnata f'Malta, proprju fl-antiporta tat-tielet millennju, tnejn minn kull tliet litri - jew aħjar żewġ terzi - ta' l-ilma li qegħdin nipproduċu huma unaccounted for.", "Bħala spjegazzjoni għal dan fil-passat kien intqal li dan in-nuqqas kien dovut għal diversi fatturi.", "Kien intqal li 50% ta' dan l-unaccounted for water ġej minħabba meters ħżiena, 20% ġejn minħabba leakages, 10% minħabba telf u l-20% l-oħra ma kenux speċifikati pero' wieħed jista' jassumi li dan l-ammont kien dovut għal serq dirett ta' ilma.", "Allura kien aċċettabbli li wieħed jintroduċi water meters ġodda fis-sistema u aħna konna wasalna biex qbilna mal-Gvern ta' qabilna fuq dan il-pass, imma sfortunatament issa qegħdin naraw li l- meters ġodda li ġew istallati huma redikoli.", "Dawn ġew litteralment imbellgħin lill-konsumatur.", "Kif aċċennaw il-kelliema ta' qabli, speċjalment minn din in-naħa tal- Kamra, dawn il-meters iduru bl-ajra biss u meta jkollok il-mains magħluqa dawn il-meters jibqgħu jduru.", "Mhux ta' b'xejn imbagħad li ħafna mill- kostitwenti tad-distrett mill-inħawi ta' Raħal Ġdid jikkomplejnjaw magħna li qed jirċievu kontijiet esaġerati li qatt ma kienu joħolmu li jirċievu!", "Peress li kien hawn din il-problema serja, il-Gvern preċedenti ħass il- bżonn li jrid jilqa' għal dawn il-complaints.", "Fil-fatt ġie mwaqqaf il- customer care department li kien pass pjuttost għaqli imma dan id- dipartiment ma ffunzjonax kif kellu jiffunzjona, għalkemm bħas-soltu ngħata isem sabiħ bl-Ingliż.", "Tant hu hekk, li ħafna kostitwenti kienu qegħdin jerġgħu jiġu lura u jikkomplejnjaw magħna li baqgħu jirċievu kontijiet għoljin u esaġerati,anke meta jkun inbidlilhom il-water meter, u dan għas-sempliċi raġuni li dawn il-water meters għandhom xi difett fihom.", "Jiġifieri inutli li tibdlilhom il-meter u tistallalhom wieħed ġdid għaliex xorta se jibqa' jagħtik l-istess żball fir-reading.", "GĦalhekk hemm bżonn li din il-problema tiġi ndirizzata kemm jista' jkun malajr.", "Sur President, illum kulħadd jaf li ħafna mill-boreholes li għandna m'għadekx tista' tutilizzahom minħabba li l-aquifer ġie disturbat u allura s-sistema ta' l-ilma tagħna bil-mod il-mod ġiet tiddependi ħafna fuq ir- reverse osmosis plants.", "Ladarba l-użu ta' din is-sistema kiber daqshekk u s-sistema in ġenerali għall-provvediment ta' l-ilma f'pajjiżna ġie jiddependi daqstant fuqha, u ladarba l-Water Services Corporation tħaddem daqshekk nies magħha, aħna ma nistgħux nifhmu għaliex il-maintenance tar- reverse osmosis plants għadu qed jiġi fdat f'idejn kuntrattur privat.", "Fil- fatt hemm il-ħsieb li l-Water Services Corporation tuża n-nies tagħha stess biex tilħaq dan il-għan.", "Jekk dan il-pass jirnexxielna nagħmluh, il-poplu Malti jiffranka s-somma sabiħa ta' madwar Lm1.3 miljun.", "Nafu pero' li dan it-takeover ma jistax isir mil-lum għal għada għaliex trid tħarreġ lin-nies u probabbilment se jkollna ngħaddu minn fażi transitorja fejn tista' tiġi mwaqqfa xi kumpannija sussidjarja mill-istess Water Services Corporation biex tilħaq dan il-għan.", "Sur President, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Francis Agius, li jiġi min-naħa ta' isfel ta' Malta - u jien bħalu niġi minn hemm - għadu kemm qalilna kemm iħoss ruħu sodisfatt bit-titjib fil-provvista ta' l-ilma li kellna f'dawk in-naħat, pero' jiddispjaċini li jien ma tantx nista' ntenni dawn l-istess veduti.", "GĦadu kif kellna diversi każi, per eżempju, f'Santa Luċia fejn hemm provvista ta' ilma ta' kwalita' ħażina ħafna, fejn tiftaħ il-vit u l- ilma joħroġ kannella.", "Issib zoni sħaħ minn Raħal Ġdid fejn huma milquta b'nuqqas ta' ilma.", "Hemm iz-zona ta' Lourdes, quddiem il-ħabs u iktar 'l isfel, fejn qed ikollhom ħafna qtugħ tal-provvista ta' l-ilma.", "Dawn huma kollha problemi li sintendi ma kkaġunajnihomx aħna imma ovvjament writnihom mingħand ta' qabilna.", "Dawn il-problemi jindikawlek li fil-fatt il- provvista hija inadegwata għaż-żmien tal-lum u din trid tiġi ndirizzata.", "Sur President, fl-aħħarnett ikolli ngħid ukoll li Gvern Laburista ġdid qiegħed jaħdem fuq pjani sabiex l-ilma tax-xita u tad-drenaġġ imsoffi ma jinħeliex.", "Din hija problema reali u allura dan l-ilma jrid jiġi wżat biex inkunu nistgħu nlaħħqu, jekk jista' jkun to the full, mad-domanda agrikola u industrijali ta' l-ilma.", "Hemm bżonn li nsibu sistema, forsi anke bi prezz irħas minn dik tal-proċess tar-reverse osmosis plants, fejn dan it-tip ta' ilma - nistgħu nsejħulu second class water - inkunu nistgħu nirrenduh f'ilma tajjeb.", "B'hekk xi ftit mill-ilma prodott mir-reverse osmosis plants ikun jista' jiġi replaced b'ilma prodott permezz ta' din is- sistema.", "Din għandha tkun soluzzjoni tajba oħra biex il-Water Services Corporation nerġgħu nwaqqfuha fuq saqajha kif jistħoqqilha u fl-aħħar mill- aħħar sabiex liċ-ċittadin nagħtuh value for money.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi, l-Onor.", "Joe Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Sur President, bħalma jaf kulħadd il-provvista ta' l- ilma dejjem kienet problema għal Malta minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha.", "Ovvjament matul iż-żmenijiet id-domanda għall-ilma kompliet tikber minħabba l-iżvilupp fl-industrija u t-turiżmu.", "Dan is-settur tant importanti llum jaqa' taħt il-Water Services Corporation, iżda din il- korporazzjoni tħalliet fi stat tal-biki għaliex il-Gvern Nazzjonalista, li biex jonfoq il-flus bla ebda ħsieb ħadd ma jirbaħlu, ħalla taħwid sħiħ u minħabba n-nuqqas ta' tmexxija amministrattiva tajba l-produzzjoni ta' l- ilma spiċċat bla ebda kontroll fuq l-infiq.", "Din il-korporazzjoni għandha dejn kbir jew inkella qiegħda f'ħofra kbira minħabba taħwid fit-tmexxija tagħha.", "Dan jirriżulta kemm mill-audited accounts li sena wara l-oħra wrew telf finanzjarju u, biex tkompli tgħaxxaq is-sitwazzjoni, l-awdituri tal- korporazzjoni lanqas biss ikkwalifikaw ir-rapport tagħhom minħabba din is- sitwazzjoni ferm kritika.", "Mhux talli hekk talli lanqas il-banek lokali ma riedu jisilfu flus lil din il-korporazzjoni.", "Il-korporazzjoni lanqas biss għandha internal audit department.", "Dan huwa rifless mill-fatt li ilhom xhur sħaħ ma joħorġu kontijiet għax kienu qalu li qed tiġi introdotta computerised system u minn informazzjoni li ġbart jidher li sal-lum dan il- proċess għadu m'huwiex lest.", "Minħabba dan in-nuqqas il-Korporazzjoni Enemalta spiċċat ma ġabritx il-flus dovuti għall-elettriku u tilfet miljuni ta' liri.", "Għal bosta xhur taħt il-Gvern preċedenti din il-korporazzjoni lanqas biss kellha accounts department organizzat u lanqas kellha financial controller.", "Din il-kriżi tant kienet kbira li l-korporazzjoni kellha tgħaddi t- tmexxija tal-finanzi tagħha lil ditta privata.", "It-tmexxija ta' din il- korporazzjoni kif qatt setgħet tmur 'il quddiem b'dawn in-nuqqasijiet!", "Dażgur li jkollok l-isparpaljar tal-flus!", "Mur ara mela kieku jkollok tistaqsi kemm qamet kull reverse osmosis plant, kemm kien il-capital expenditure fuq kull proġett, x'kontrolli kien hemm fl-użu tal-materjal, x'superviżjoni kien hemm fuq ix-xogħol, x'kontrolli interni jeżistu fuq kull proġett u x'budgeting kien isir.", "Mhux bilfors imbagħad il- korporazzjoni spiċċat ma ħallsitx il-kontribuzzjonijiet soċjali tal- ħaddiema tagħha.", "Kif tista' tmexxi ażjeda ta' dan il-kobor, settur daqshekk importanti, bla ma tkun organizzat fil-qasam finanzjarju?!", "Dan hu l-mod kif kienu jmexxu n-Nazzjonalisti.", "L-infiq kien isir bla kontroll u mhux fejn l-aktar kien meħtieġ.", "Mhux hekk biss, iżda l-management ta' din il-korporazzjoni fi żmien il- Gvern preċedenti kien iddeċieda li l-meters ta' l-ilma l-ġodda li bdew jibdlu fid-djar jitwaħħlu minn kuntratturi privati, għax Alla jbierek fost l-1,400 impjegat donnu ma kien hemm ħadd bieżel u kapaċi sabiex iwaħħal dawn il-meters.", "Insibu wkoll li 400 minn dawn l-impjegati ġew trasferiti lis-settur pubbliku minflok raw kif setgħu jutilizzawhom aħjar.", "Mela l- Gvern Nazzjonalista minflok ma qabad il-barri minn qrunu ħarab minnu.", "Minflok ma organizza l-management b'tali mod li jġib il-ħaddiema tal- korporazzjoni jaħdmu b'mod effiċjenti, warrabhom fil-ġenb u ta x-xogħol lill-privat, bil-konsegwenza li min jaf kemm swietu miljuni aktar din l- operazzjoni.", "Jien persważ li jekk torganizza tajjeb lill-ħaddiema tal- gvern - jien nemmen li min-naħa tagħhom dawn iridu jikkoperaw aktar - billi tagħtihom l-inċentivi neċessarji u tkun kapaċi timmotivahom issib li dawn kapaċi jaħdmu daqs il-ħaddiema tal-privat.", "Is-settur privat għandu jidħol f'areas speċifiċi jew għal xogħol li ma jistgħux jagħmluh il-ħaddiema tal- gvern imma ma għandux jidħol kompletament minflok l-impjegati tal-gvern.", "B'dan l-atteġġament il-korporazzjoni kellha tħallas miljuni kbar ta' liri lis-settur privat filwaqt li fl-istess ħin ħalliet mijiet ta' ħaddiema tal- gvern ma jagħmlu xejn.", "Possibbli li l-Gvern Nazzjonalista ma ġietux f'rasu li jwaqqaf koperativa fost il-ħaddiema tal-korporazzjoni biex jagħmlu dan ix-xogħol jew ried jitfa' l-flus fil-bwiet tal-bażużli tiegħu?!", "Dan li għidt mhux kollox għax wara li ntnefqu dawk il-miljuni kollha issa ninsabu f'sitwazzjoni fejn kważi 60% ta' l-ilma li nipproduċu qed jintilef.", "Mela l- ewwel nonfqu l-flus biex nagħmlu l-proġetti u fuq kollox ħafna mix-xogħol isir ħażin u issa l-Gvern Laburista, għax hu gvern serju, irid jerġa' jonfoq il-miljuni kbar ta' liri biex isolvi din il-problema!", "Sur President, jien ma nistax nifhem kif l-ex-Prim Ministru jiġi hawn jgħidilna li fi żmienhom kollox kien miexi fuq ir-rubini u mbagħad fl- istess waqt kulħadd jgħid, u anke sħabi l-ministri jgħidu, li pajjiżna jinsab mifni bil-problemi mħollija mill-Amministrazzjoni preċedenti!", "Kull fejn taqta' joħroġ id-demm u l-Gvern Nazzjonalista żgur li ma setax isib mod kif jikkontrolla l-finanzi tiegħu meta lanqas biss kien kapaċi jorganizza ruħu b'mod tajjeb għalkemm kien mgħobbi b'esperti barranin.", "Min jaf kemm tħallsu miljuni kbar ta' liri lill-MSU!", "Hawn ta' min jgħid ukoll li f'disa' snin sħaħ il-Gvern preċedenti naqas milli jeduka biżżejjed lill-poplu biex jagħmel użu aħjar mill-ilma tax-xita għax f'dawn is-snin lanqas biss ipprova jara kif jista' jutilizza aħjar dan l-ilma u għalhekk minkejja li għaddew dawn is-snin kollha bqajna ma għamilna xejn f'dan ir- rigward.", "Il-Gvern Nazzjonalista lanqas ipprova jiżviluppa water catchment areas.", "Sur President, għalhekk jien inħeġġeġ lill-Ministru Charles Buhagiar, li naf li qed jagħmel minn kollox biex jirranġa din il-ħofra, sabiex jara kif jista' jsir studju fuq l-użu aħjar mill-ilma tax-xita.", "Nixtieq nissuġġerixxi wkoll li jingħataw inċentivi sabiex il-konsumaturi jkabbru jew jagħmlu bjar ġodda ħalli l-ilma tax-xita jintuża iktar kemm mil-lat domestiku kif ukoll mil-lat industrijali.", "Hemm bżonn li naraw kif nagħmlu biex fejn hu possibbli l-bini ġdid ikollu ħażna minima ta' ilma.", "Kif spjegaw sħabi qabli biex innaqqsu l-użu ta' l-ilma tax-xorb forsi għandna naraw kif nistgħu nagħmlu użu aħjar mill-ilma tad-drenaġġ, speċjalment għall-użu agrikolu.", "Hemm bżonn li wieħed jiftakar li l-produzzjoni ta' l- ilma f'Malta tiswa miljuni ta' liri li jridu jitħallsu mit-taxpayer u għalhekk irid ikun hemm management tajjeb f'dan is-settur.", "Ta' min jgħid li l-korporazzjoni għandha customer care section.", "Jiena ma nafx x'inhuma l-funzjonijiet ta' din is-sezzjoni pero' żgur li dawn m'hijiex taqdihom kif suppost.", "Il-ħinijiet għall-pubbliku huma ristretti u ġieli ċċempel u tagħmel nofs siegħa biex issib lill-persuna konċernat.", "Jekk tipprova tikkuntattja lil xi foreman fid-distrett ma ssibu qatt u biex tagħmel applikazzjoni trid tiġri minn sezzjoni għall-oħra u mitt elf ħaġa oħra.", "GĦalhekk hemm bżonn li ndaħħlu l-kultura li dawn il- korporazzjonijiet qegħdin hemm biex jagħmlu l-ħajja taċ-ċittadin iktar faċli u jagħtuh is-servizz u mhux iċ-ċittadin jimxi skond x'jaqbel lilhom.", "Hemm bżonn li jsir pjan adegwat ta' taħriġ għall-ħaddiema f'din il- korporazzjoni u jekk hemm bżonn jintbagħtu lura fuq il-bankijiet ta' l- iskola.", "Forsi jista' jsir xi ftehim mas-settur privat fejn il-ħaddiema jintbagħtu għal taħriġ għal perijodu ta' żmien.", "Permezz ta' din il-miżura jgawdi l-privat għaliex ikun qiegħed jieħu x-xogħol ta' dawn il-ħaddiema mingħajr ma jagħtihom ħlas u jgawdi anke l-Gvern għaliex ikun qiegħed jagħti t-taħriġ meħtieġ lill-ħaddiema tiegħu.", "Dan ix-xogħol irid isir għaliex hemm bżonn li l-korporazzjoni tuża aktar it-teknoloġija moderna biex tnaqqas it-telf ta' l-ilma u ssir aktar effiċjenti b'workforce imħarrġa.", "B'hekk biss din il-korporazzjoni tista' tiġi 'l quddiem, billi jsir użu aħjar mir-riżorsi eżistenti u billi kull investiment isir bl-iskop li tikber l-effiċjenza.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, id-diskussjoni fuq l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda ssir f'mument importanti ħafna għall-korporazzjoni.", "Qed ngħid hekk għaliex meta nħarsu lejn ir- rapport annwali li tatna din il-korporazzjoni nsibu enfasi korretta miċ- chairman preċedenti ta' din il-korporazzjoni, is-Sur Tancred Tabone, u anke miċ-chief executive attwali, is-Sur Antoine Riolo, dwar il-fatt li d- diskussjoni fuq l-estimi jikkoinċidu ma' għeluq l-ewwel perijodu tal-ħames snin mit-twaqqif tagħha.", "GĦalhekk il-korporazzjoni qiegħda f'mument kruċjali fl-istorja tagħha u naħseb li jkun korrett li nagħtu ħarsa lejn dak li hija għamlet f'dawn il-ħames snin, fid-dawl anke tad-diversi diskorsi li saru hawnhekk.", "Naħseb li huwa tajjeb ukoll li wieħed jagħmel xi mistoqsijiet dwar il-futur tagħha.", "Qabel xejn, fl-ewwel diskors tiegħi fuq l-estimi tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma minn mindu kien hemm bidla fil-gvern, minn qalbi - u mhux biss għaliex huwa doveruż - nagħti kelma qawwija ta' ringrazzjament lid-diversi chairmen li kellha l-korporazzjoni f'dawn il-ħames snin li ilha mwaqqfa u naturalment anke liċ-chairman attwali, lid-diretturi li servew fil-korporazzjoni f'dawk il-ħames snin u lil dawk attwali, lill-management, lit-tekniċi, lill-ħaddiema kollha tagħha u anke lill-kuntratturi li ħadmu magħha.", "Naturalment irrid nirringrazzja wkoll b'mod partikolari liċ-chief executive - dan diġa' rriferejt għalih - li ħadem u stinka sa minn qabel it-twaqqif ta' din il-korporazzjoni u ma għandi l-ebda dubju li hekk se jkompli jagħmel għall-ġid ta' din l-istess korporazzjoni.", "Iktar tard fid-diskors tiegħi se nirriferi għal xi rimarki li saru, pero' rrid nibda b'rimarka ġenerali billi ngħid li fid-diskorsi varji li saru min- naħa tal-kelliema tal-Gvern smajt diversi argumenti dwar il-customer care, dwar il-bżonn ta' strateġija fuq is-second class water, dwar l-użu aħjar tar-riżorsi umani, dwar il-finanzi tal-korporazzjoni - dan smajna ħafna dwaru anke mill-Ministru Buhagiar fl-introduzzjoni tiegħu - kif ukoll dwar il-problema tat-telf ta' l-ilma, pero' ħadd mill-kelliema tal-Gvern, li issa ilu fil-poter għal dawn l-erba' xhur, ma tkellem dwar il-livell tal- produzzjoni ta' l-ilma, dwar kif se jagħmel il-Gvern il-ġdid biex jipproduċi l-ilma li l-pajjiż tant għandu bżonn ħalli jiggarantixxi kwalita' ta' ħajja aħjar, jew kif se jorganizza lil dan is-settur fuq linji li jixirqu lill-pajjiż biex jitmexxa b'mod verament modern u effiċjenti, għax dan ix-xogħol il-Gvern preżenti żgur li sabu lest.", "Sur President, għalhekk parti mis-suċċess tal-korporazzjoni huwa preċiżament li issa wara ħames snin minn kemm ilha mwaqqfa, kif qal iċ- Chairman fir-rapport annwali - fil-fatt l-Amministrazzjoni preżenti ħasset il-bżonn li tagħtina pubblikazzjoni oħra ma' dan ir-rapport li se nirriferi għaliha iktar tard - wasal iż-żmien biex nippjanaw bis-serjeta' għall- futur.", "Iċ-Chairman qal hekk:", "\"Fi kliem ieħor, inħossni kburi ngħid li din is-sena ...\"", "- jiġifieri s-sena 1996 -", "\"... qed naraw li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma rnexxielha twettaq il-pjan kollu tal-ħames snin u issa qiegħda f'pożizzjoni li tippjana bis-serjeta' għall-futur.\".", "Imbagħad iktar 'il quddiem, waqt li qed jirriferi għall-fatt li l- korporazzjoni ilha ħames snin imwaqqfa, insibu li l-kap eżekuttiv qal dan il-kliem:", "\"Dan kien perjodu diffiċli ta' formazzjoni imma llum nista' nħares lura lejn is-snin mgħoddija b'sodisfazzjon.", "Inbnew il-pedamenti għal impriża moderna fil-qasam ta' l-ilma u sar dak ix-xogħol bażiku sabiex jitjieb is-servizz.", "Ir-riżultati miksuba huma mertu għax-xogħol li sar minn numru ta' nies li jaħdmu f'din l-industrija.\".", "Fil-fatt iktar tard il-kap eżekuttiv jitkellem ukoll dwar sfidi ġodda għall- futur.", "Jien nassoċja ruħi ma' dan il-kliem li kkwotajt, jiġifieri mas- sodisfazzjon għal dak li twettaq s'issa, mal-viżjoni li tibqa' tħares lejn il-futur tal-korporazzjoni fuq linja ta' ppjanar serju u ta' strateġija ċara għall-futur ta' pajjiżna u ta' din il-korporazzjoni, li f'ħafna aspetti mix-xejn irnexxielha tagħti lill-pajjiż l-ikbar dover mistenni minnha, jiġifieri d-dover li llum nistgħu ngħidu li f'pajjiżna mhux biss hemm il-kwantita' ta' ilma li għandna bżonn imma anke iżjed.", "U għalhekk, kif nispjega iktar tard, illum il-ġurnata nistgħu anke nħallu ċerti trains ta' xi reverse osmosis plants mitfijin ħalli naħdmu b'oħrajn għaliex huma iktar cost effective jew naħdmu b'oħrajn għaliex inkunu qed nagħmlu manutenzjoni.", "Jekk taqra \"l-orizzont\" tal-lum, per eżempju, issib avviż li l-impjant taċ-Ċirkewwa huwa magħluq għal xogħol ta' manutenzjoni, imma nistgħu naħdmu bl-impjant ta' Pembroke.", "Per eżempju, nistgħu ngħidu li għal raġunijiet ta' cost effectiveness akbar ma nużawx it-trains f'Tigne' imma nużaw l-impjant ta' Pembroke.", "Dan jista' jsir għaliex għandna spare capacity u dan hu l-akbar suċċess imwettaq mill-Gvern preċedenti li ma tqammilx biex jonfoq kulma kien hemm bżonn biex lil pajjiżna jagħtih dan is- suċċess.", "Naturalment jien se nirriferi għal argumenti oħrajn dwar il- korporazzjoni, mhux l-inqas argumenti finanzjarji.", "Iċ-ċifri huma interessanti u nagħti l-interpretazzjoni tagħhom ukoll u nistaqsi anke domandi lill-Gvern preżenti x'beħsieħbu jagħmel.", "L-ewwelnett inħares ftit lejn dawn il-ħames snin tal-korporazzjoni mil-lat finanzjarju u nara x- xogħol li sar.", "Jekk wieħed iħares lejn il-bidu tal-korporazzjoni sa l- aħħar ta' Settembru tas-sena l-oħra u jara x'kien it-total ta' dawk li jissejħu infrastructure renewal costs - li rridu nifhmu wkoll li parti minn din is-somma tinkludi anke spejjeż li jsiru biex iżżomm apparat eżistenti għaddej u jiffunzjona tajjeb - issib li kien hemm infiq ta' Lm16.5 miljun fuq rinnovament ta' l-infrastruttura biss.", "Issa apparti l-infiq li kienet qed tagħmel il-korporazzjoni - u nirriferi għalih ukoll - l-Gvern direttament x'kien qiegħed joħroġ fil-ħames snin li għaddew għall- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "Anke hawn meta tgħodd iċ-ċifri kollha - hemm ir-rapport tas-Sur Mifsud li huwa interessanti u nirriferu għalih ukoll - issib li l-Gvern waħdu ħareġ is-somma ta' Lm47 miljun bħala sussidju dirett fl-aħħar ħames snin mit-twaqqif tal-Korporazzjoni sa l- aħħar ta' Settembru li għadda.", "Jekk trid tagħmel analisi sħiħa trid iżżid ukoll ma' din is-somma Lm2.7 miljun li l-Gvern ħareġ biex ikopri imgħaxijiet fuq ħlas kapitali lilu nnifsu u allura tista' tgħid li fl- aħħar ħames snin il-Gvern ta viċin il-Lm50 miljun f'sussidju lill- korporazzjoni.", "Jekk inħares lejn id-dħul totali minn bejgħ ta' ilma fl- istess perijodu nsib dħul ta' Lm21 miljun.", "Mela hawnhekk hawn l-ewwel equation importanti.", "Forsi l-Gvern preżenti ma jaqbilx ma' din it-tip ta' equation.", "Kieku naħdimha malajr ngħid li għal kull lira li l- korporazzjoni daħħlet mill-bejgħ ta' l-ilma l-Gvern preċedenti ħareġ Lm2.50, apparti ħlasijiet mill-korporazzjoni biex il-poplu jkollu l-ilma kollu li għandu bżonn, biex l-industrija f'pajjiżna jkollha l-ilma kollu li għandha bżonn, biex is-settur turistiku f'pajjiżna - waħda mill-iktar kolonni importanti għall-ekonomija kollha ta' pajjżna - ma jbatix minħabba li jiġu t-turisti hawn u jmorru jirrakkontaw li sabu pajjiż mingħajr qatra ilma, biex dan kollu jirnexxi u jkun garantit.", "Għaliex l-ewwel u qabel kollox il-Gvern ra l-aspett soċjali li għandu jibqa' jissussidja l- ilma almenu fl-iktar livell importanti ta' użu domestiku.", "Il-Gvern preċedenti ra wkoll li kellu jagħmel l-investiment kollu meħtieġ għat- tkattir industrijali, turistiku u terzjarju ta' pajjiżna għaliex kien jemmen li jekk inti ma tagħmilx dawn is-sisien soda l-pajjiż ma jiżviluppax verament bis-serjeta' 'l quddiem u għaliex il-Gvern ried jiggarantixxi l- kwalita' ta' ħajja meħtieġa f'pajjżna.", "Sur President, issa meta tara ċ-ċifri kollha ta' l-aħħar ħames snin issib fattur ieħor.", "Issib li l-korporazzjoni rnexxielha tasal, qabel ħlas ta' imgħaxijiet u diprezzament, anke għall-profitt akkumulattiv ta' kważi Lm3 miljun.", "U naħseb li dan il-mertu rridu nagħtuh lill-korporazzjoni.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Gvern iwaħħal f'rasu ċerti slogans - \"ħofra fil- pajjiż\" u \"ħofra kullimkien\"!", "Naħseb li kien ikollu ħofra kieku tela' fil- gvern u ma sabx impjanti ta' reverse osmosis, kieku ma sabx ilma adegwat għall-poplu u kieku ma sabx l-istess korporazzjoni mwaqqfa.", "Hemm kien ikollu ħofra ħafna ikbar, anke jekk għall-argument kien isib xi kaxxa misterjuża - jew ma nafx b'liema mod simboliku suppost nispjegawha din - mimlija flus għaliex lill-poplu l-Gvern kien jgħidlu: \"Hawn il-flus, oqgħod ixrob il-flus jew oqgħod inħasel bil-flus!\"", "Naħseb li kienet tkun ħofra ferm agħar.", "Fil-fatt, il-korporazzjoni qabel id-diprezzament, li huwa dak li l-accountants jirriferu għalih bħala \"item not involving movement of funds\" ...", "Inti tniżżlu d-diprezzament, mela ma tniżżlux, mela m'huwiex importanti, imma m'huwiex fattur fih innifsu li jaffettwalek il-cashflow u l-operat finanzjarju tal-korporazzjoni!", "Pero' jien ma nistax nifhem l- argumenti min-naħa ta' kelliema tal-Gvern u dan anke fid-dawl tal-kliem li nsibu fir-rapport li għamel il-konsulent imqabbad mill-Gvern.", "U kif kelli okkażjoni nikkwota minnu dan ir-rapport drabi oħra, nikkwota siltiet qosra.", "Is-Sur Alfred Mifsud jgħid:", "\"It is a credit to the Water Services Corporation that it has achieved this level of operations without raising its tariffs to unsocial rates\".", "- jiġifieri anke wara ż-żieda tat-tariffi bqajna b'rati soċjali -", "\"... and concurrently with its success to meet all the demand for water and create a spare capacity for supply as happened in 1996\".", "Dan hu ċertifikat tajjeb ħafna, jgħidu x'jgħidu diversi kelliema tal- Gvern - naturalment b'rispett għalihom ilkoll - b'mod pappagallesk u b'mod, ikolli ngħid ukoll, ippreparat ftit iż-żejjed.", "Għax jien naħseb li rridu nirrispettaw id-dinjita' ta' din il-Kamra daqsxejn iżjed milli jkollna sensiela ta' kelliema li jiġu b'text tad-diskors miktub kelma b'kelma.", "Fil-fatt meta nisma' lil xi kelliem jaqra d-diskors tiegħu jien nibda nistaqsi lili nnifsi jekk hux veru li t-tali kelliem ried jagħti dak il-messaġġ lill-Parlament Malti jew jekk marx għand ir-research writers u qalilhom biex jiktbulu dak id-diskors.", "Dan qed ngħidu bi prudenza għax uħud mill-Onor.", "Membri li jaqraw id-diskors tagħhom għadhom ġodda, pero' dan il-kumment ma nistax ma nagħmlux almenu għall-futur u għad-dinjita' ta' din il-Kamra.", "Is-soltu niktbu diskors meta nkunu se nġibu xi artiklu f' xi gazzetta, imma lill-Kamra għandna nirrispettawha daqsxejn aħjar minn hekk.", "Ħalli nikkwota iktar mill-konsulenza tas-Sur Mifsud:", "\"This is not a case of a corporation which is manifestly wasting the taxpayers, money.", "On the contrary one has to give credit to the effort made by the board, the executive and the employees for building an organisation which is sensitive to the value for money concepts.\".", "GĦalhekk meta jien għandi ċertifikati bħal dawn mingħand konsulent tal- gvern u xorta waħda nibqa' nisma' l-istess litaniji, bilfors li jkolli ngħid li l-Gvern verament ma jafx x'direzzjoni jrid jieħu f'dan ir-rigward.", "Issa ħalli nagħmel analisi oħra.", "Sur President, is-sors prinċipali tal-korporazzjoni huwa l-bejgħ ta' l- ilma.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk nosservaw li mill-ewwel accounting period ta' 20 xahar sa l-aħħar sena finanzjarja, minħabba ż-żieda fit- tariffi, il-bdil tal-meters u l-metodi adottati li huma iktar effiċjenti, minn average ta' Lm268,000 il-bejgħ tela' għal Lm458,000 kull xahar.", "Hawn irridu ngħidu wkoll li llum il-volum ta' l-ilma li huwa billed prattikament wasal f'livell statiku, jiġifieri llum qed nitkellmu fuq volum ta' 18,000,000 metru kubu u dan donnu qed jistabilizza ruħu.", "Issa la tkellimna b'mod daqstant qawwi fuq il-finanzi tal-korporazzjoni ħalli naraw x'inhuma l-operating costs tagħha.", "Sur President, jekk wieħed jara l-ispan ta' dawn l-aħħar ħames snin isib li bejn wieħed u ieħor 31% ta' l-operating costs imorru għas-salarji ta' l- impjegati u hawn irridu ngħidu li dan il-persentaġġ baqa' għoli għax minkejja li l-korporazzjoni naqqset in-numru ta' l-mpjegati, b'madwar 400 ruħ, fis-settur pubbliku kien hemm ir-riforma li affetwat il-pagi tal- ħaddiema b'mod sostanzjali.", "Fil-fatt din is-somma kienet tammonta għal kważi Lm6 miljun fis-sena u jekk ma tinkludix il-parti tal-paga li hija kapitalizzata ssib li din tammonta għal xi Lm5.5 miljun.", "GĦalhekk il-Gvern għandu jgħid x'irid jagħmel f'dan ir-rigward.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li l-ikbar persentaġġ ta' l-operating costs huwa fuq il-konsum ta' l-elettriku li kien ta' 38%, pero' mbagħad dan il-persentaġġ beda jonqos b'mertu kbir ta' din il-korporazzjoni.", "Inċidentalment 96% mill-kontijiet kollha li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tħallas lill-Enemalta jmorru għat-tħaddim tar-reverse osmosis plants.", "Issa jidher li dan il-persentaġġ beda nieżel u għalkemm dam ħames snin b'average ta' 38% insibu li fl-aħħar sena dan niżel għal 27%.", "Għaliex?", "GĦax illum il-korporazzjoni qiegħda f'pożizzjoni li m'għandhiex bżonn tħaddem l-impjanti kollha tar-reverse osmosis bħalma kienet tagħmel qabel.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha spare capacity, għandha impjanti li huma iktar cost effective u għamlet negozjati serji, kif kien jixraq, mal-Korporazzjoni Enemalta fejn qaltilha: Isma, jekk inti għandek rata orħos għall-industrija kollha ta' Malta ma jistax ikun li dik ir-rata ma tagħtihiex lili wkoll.", "Mela l-ispiża totali tal-WSC fuq l- elettriku naqset b'10%.", "Persentaġġi oħra ta' l-operating costs huma 21% għall-manutenzjoni ta' l-impjanti tar-reverse osmosis u 10% għal affarijiet oħra.", "Fattur ieħor li rrid nitkellem dwaru huwa li meta nitkellmu dwar il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma naħseb li rridu nistaqsu lilna nfusna: Illum x'inhu l-valur ta' l-assi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "Hawn qed nirriferi għar-reverse osmosis plants, għall- boreholes, għall-uffiċini tagħha, għas-sistema ta' komputerizzazzjoni li saritilha u għall-apparat kollu li għandha.", "Qed nagħmel din id-domanda għax, kif għidt f'dibattitu ieħor, ma jistax ikun li ndaħħlu f'pajjiżna l- mentalita' li tmur kontra l-esperjenza ta' kull ċittadin - se nuża l- kelma li jħobbu jgħidu tan-naħa l-oħra - li jekk inti tixtri dar, flat, jew garaxx, ikun x'ikun, għandek il-problema tad-dejn tiegħu u qisu l-post li xtrajt ma jeżistix!", "Il-korporazzjoni bħala net asset value għandha aktar minn Lm59 miljun - allura dan ma nsemmuhx! - u dan wara li jsir id- diprezzament.", "Huwiex il-Ministru Buħagiar li jrid jikkalkola d- diprezzament?", "Għax jekk ma nikkalkolax d-depreciation allura rrid inżid Lm11-il miljun oħra.", "Nafu li dan it-total jinkludi madwar Lm12-il miljun għal titjib fis-sistema tad-distribuzzjoni?", "Nafu li dan jinkludi investiment ta' Lm9 miljun fuq impjanti ġodda ta' reverse osmosis li l- korporazzjoni għamlet direttament, apparti dak li kien għamel il-Gvern fis- snin ta' qabel?", "Allura meta qed nisma' dawn iċ-ċifri kollha, lill-Gvern li għandu l-privileġġ jagħlaq id-dibattitu - naturalment kif kien ikolli jien meta kont ministru - se nagħmillu numru ta' mistoqsijiet.", "X'inhuma r- rimedji preċiżi li qed titkellem dwarhom?", "Qed titkellem dwar tariffi ġodda?", "Il-Ministru kkwota lili meta f'memorandum kont issuġġerejt lill- Kabinett li għal skopijiet limitati industrijali kien hemm bżonn ta' aġġustament fit-tariffa, imma qatt għal skop domestiku.", "Meta għamilt din il-kjarifika waqt l-introduzzjoni tiegħu, hu qabel miegħi.", "Il-Gvern preċedenti qatt ma kkonsidra jew ħass il-bżonn li jerġa jgħolli t-tariffi għas-settur domestiku.", "Jien nitlob lill-Ministru Buħagiar jassigura lil din il-Kamra li l-Gvern preżenti m'huwiex qed jikkonsidra li jgħolli t-tariffi għas-settur domestiku f'pajjiżna.", "Issa m'hemmx għalfejn joqgħod iwaħħal fina.", "Din tal-bottling introduċiha fil-budget u diġa qiegħda ssir.", "Tafu kemm se jdaħħal minnha?", "Se jdaħħal xi Lm200,000 oħra.", "Hawn il-Gvern irid jagħmel kalkolu ieħor, għaliex irid jikkalkola li 57% mill-ilma mibjugħ imur għand is-settur domestiku u 63% tad-dħul kollu jiġi mill-kontijiet tas-settur domestiku.", "Jiġifieri dan huwa l-ikbar settur, pero' anke meta aġġusta t- tariffi l-Gvern preċedenti ried li jagħraf l-aspett soċjali ta' pajjiżna u ried jissussidja kemm ikun hemm bżonn.", "Liema rimedju ieħor irid jagħti l- Gvern preżenti?", "Forsi jrid jgħolli l-prezzijiet ta' xi servizzi mogħtija mill-korporazzjoni?", "Iva, hemm servizzi oħra mogħtija mill-korporazzjoni u fil-fatt din qiegħda tissussidjahom ukoll.", "Per eżempju, ir-rata li ddaħħal il-korporazzjoni għall-frontage m'hijiex l-istess rata li hi tħallas biex twassal l-estensjoni ta' l-ilma fi triq li tkun għadha qed tiżviluppa.", "Il- korporazzjoni żżomm bl-Lm4-il metru meta jkunu għad iridu jiġu żviluppati ż- żewġ naħat tat-triq u żżomm bit-Lm8-il metru meta tkun trid tiġi żviluppata naħa waħda tat-triq biss, pero' mbagħad hi tħallas - almenu dan kien l- aħħar ammont li ħallset - bis-Lm37-il metru.", "Allura l-korporazzjoni x'se tagħmel?", "Se titlob lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar tiġbor il-frontage contribution ma' l-infrastructural services għan-nom tagħha u tgħid lin- nies li hemm bżonn jogħla l-frontage li jolqot it-twassil ta' l-estensjoni ta' l-ilma?", "Hemm bżonn li fl-għeluq tad-diskors tiegħu l-Ministru jiċċara din il-ħaġa.", "Sur President, jekk hawn wirt li l-Gvern Laburista rċieva huwa l-wirt ta' a new computerised billing system.", "F'xi dibattitu ieħor jien kont ikkwotajt dak il-famuż proverbju Malti antik li jgħid \"April jagħmel il- fjuri u Mejju jieħu l-unuri\", imma dan il-Gvern mhux talli qed jieħu l- unuri hu imma talli qed idur fuq April u jgħajru li hu ma għamel xejn ħlief kaboċċi u ġdur!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hawn jien ngħid lill-Membri tal-Gvern: Agħmlu eżami tal-kuxjenza u staqsu lilkom infuskom li kieku kontu fil-gvern fis-snin li għaddew kontux tagħmlu a billing computer structure organizzata, ġdida, moderna u effiċjenti li tirriferi għar- realtajiet ġodda, jew jekk kontux tgħidu li intom Gvern Laburista għaqli li ma jaħlix flus żejda u li l-Computer Centre tas-Swatar huwa wieħed mill- monumenti tagħkom!", "U tafu kemm kien monument tajjeb il-Computer Centre tas- Swatar għall-Water Services Corporation!", "Biżżejjed ngħid li hemmhekk kien hemm data irrelevanti, kien hemm żbalji enormi, l-informazzjoni meħtieġa ma kontx issibha hemm u mbagħad kont issib informazzjoni li m'hijiex meħtieġa u biex sistema tiġi ttrasportata minn post għall-ieħor kien jinħela żmien twil.", "Dik kienet ir-realta', pero' aħna ma ridniex nibqgħu fuq il-metodu antikwat tal-Computer Centre tas-Swatar u fil-fatt id-differenza bejn is- servizz li kien jingħata fil-Computer Centre tas-Swatar u s-servizz li hemm illum - hawn nammetti li l-proċess biex dan isir dam ħafna iktar milli xtaqt - hija waħda fenomenali.", "GĦalkemm din is-sistema għandha fejn tista' tiżviluppa iktar - bħal per eżempju tiġi maqluba għall-Malti - jien naħseb li dawn huma diffikultajiet żgħar ħdejn id-diffikultajiet kbar l-oħra li kien hemm qabel ma daħħalna din is-sistema.", "Il-Gvern preżenti messu jiftaħar li għandu dik is-sistema filwaqt li għandu jagħti l-mertu lil min kellu l-viżjoni li jagħmilha.", "Jekk irid il-Gvern Laburista jista' jikkritikana talli domna ma daħħalna din is-sistema, imma dan għandu jgħid li mn'Alla kellu jkun il-Gvern preċedenti li kellu din it-tip ta' viżjoni għax kieku probabbli dan għadu jiftaħar bil-Computer Centre tas-Swatar sal- ġurnata ta' llum!", "Inċidentalment il-Ministru Buhagiar qal li qabbad konsulent fuq il-billing.", "Issa jekk il-Ministru Buhagiar riedx ifisser li qabbad lil dan il-konsulent biex jeżamina l-billing mil-lat komputerizzat jew jekk hux biex jagħmel tariffi ġodda huwa ħallieha daqsxejn vaga u għalhekk forsi l-Ministru jkun jista' jagħtina risposta dwar dan fid- diskors tiegħu.", "Naturalment hemm ukoll aspetti oħra, bħal ngħidu aħna dak tal-ħaddiema.", "Sur President, skond ir-Rapport Annwali filwaqt li bħala average fl-1993 il-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienu jdaħħlu Lm2,927 per capita, fl-1995 din il-figura telgħet għal Lm4,098 per capita.", "Apparti minn hekk l-overtime tela' għal Lm0.5 miljun fis-sena u mbagħad jekk wieħed japplika r-rati ġodda li hemm fil-collective agreement mal-GWU, it-total ta' l-overtime ikompli jogħla.", "Allura x'se jagħmel il-Gvern għal dan?", "Jien nixtieq li fil-winding up tiegħu l-Ministru jgħid jekk hux se jiggarantixxi l-istess livelli ta' overtime għall-ħaddiema tal- korporazzjoni jew hux se jipprova jnaqqas l-overtime.", "Sur President, aspett ieħor marbut mal-billing huwa l-credit period, jiġifieri ż-żmien li n-nies idumu ma' jħallsu.", "Fil-fatt il-billing structure komputerizzata se tagħti faċilitajiet ġodda lill-Gvern għax fost affarijiet oħra - hawn irridu nammettu li dan m'huwiex fattur tajjeb fih innifsu - għandek qabża twila wisq bejn meta tirċievi kont u meta tħallsu.", "Illum jidhirli li l-average qiegħed madwar sena u nofs.", "Allura dan ifisser li hemm bżonn credit control systems aħjar.", "Bis-sistema komputerizzata li dan il-Gvern wiret dan se jkun jista' jagħmlu.", "Jiena nista' nirriferi wkoll għall-fatt li meta niddiskutu l-finanzi tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nsibu li minn mindu twaqqfet din il- korporazzjoni sa Settembru ta' l-1996 kienet għamlet self ta' Lm25 miljun, imbagħad wara dik id-data għamlet self ta' Lm4 miljun oħra.", "Jiġifieri ara ma naħsbux issa li s-self se jispiċċa!", "Apparti r-rimedji li semmejt irridu nitkellmu wkoll dwar problema li ssemmiet ħafna, dik ta' l-unaccounted for water.", "Se nirriferi għal din ukoll għaliex diversi kelliema min-naħa l-oħra kważi riedu jagħtuna l- impressjoni li jekk issolvi din tkun tista' ssolvi kollox.", "L-ewwelnett, irrid infakkar fl-istudju li sar fl-1993.", "X'inhu l-breakdown ta' dawn it- 62% unaccounted for water?", "Għandek 20% meter under- registration, 11% żbalji fil-billing - dwar il-billing diġa' spjegajt x'għamlet l- Amministrazzjoni preċedenti - 9% li kien ikkalkolat bħala serq u 20% leakages.", "Mela meta nitkellmu dwar leakages inkunu qed nitkellmu dwar terz ta' dak li huwa unaccounted for.", "Issa jiena napprezza wkoll li dawn iċ-ċifri mhux bilfors huma kollha preċiżi għaliex - dan mill-ġdid hu mertu tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma - il-korporazzjoni ħasset il- ħtieġa li tagħmel studju għal kull żona f'pajjiżna ħalli tara x'inhi s- sitwazzjoni, għax ma tistax titkellem fuq Malta as a whole, qishom l- problemi f'kull rokna ta' dan il-pajjiż huma kollha identiċi.", "Dan l- istudju se jkun importanti ħafna għall-Gvern preżenti biex safejn jista' jsolvi l-problema u qed ngħid \"safejn jista'\" għaliex sal-lejla f'din il- Kamra bqajna nisimgħu lill-kelliema tal-Gvern jitkellmu fuq l-unaccounted for water qisha hija s-soluzzjoni ta' kollox.", "Il-verita' hi li meta jkollok studju xjentifiku, apparti li tara x'inhi s- sitwazzjoni bejn żona u oħra, tkun tista' tara fejn verament jaqbillek tibdel il-mains ħalli tiffranka dak l-ilma li jkun qed jiskula għal ġod- drains u fejn le, għax jista' ma jaqbillekx.", "Jista' jkollok postijiet fejn jiġik ferm ogħla biex tibdel il-kanen ta' l-ilma mill-prezz ta' l-ilma li jinħela jekk ma tibdilhomx.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss.", "Jekk inħarsu lejn ir-rapport li deher fil-gazzetta \"l-orizzont\" ta' nhar is-Sibt li għadda ssib: \"Tnaqqis tat-telf ta' l-ilma sal-livell ekonomiku\".", "Issa wara l-lezzjoni ċerti nies jibdew jiskopru l-Amerka!", "Dan il-kliem ma konniex nisimgħuh qabel.", "Ħalli naraw x'qal - issa mhux \"l-orizzont\" imma xi kkwotat \"l-orizzont\" bi prominenza u għamlet sew - lill-Inġinier Alex Rizzo li huwa nkarigat mill-water audit fil-fergħa tad- distribuzzjoni tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Dan spjega lil \"l-orizzont\", li kuntrarju għal dak li jista' jikkonkludi min m'huwiex midħla ta' dan is- settur - forsi ried jgħid għall-mod kif tkellmu xi kelliema hawn ġew; mhux qed ngħid għall-inġinier imma forsi qed jgħid għal oħrajn ukoll - il- korporazzjoni ma jaqblilhiex timmira biex tirranġa kull tnixxija li hemm fis-sistema ta' distribuzzjoni.", "Li jaqblilha huwa li l-infiq tal-flus neċessarju biex jitnaqqas it-telf ta' l-ilma, f'termini ta' xogħol magħruf bħala leakage control, ma jkunx akbar mill-valur ta' l-ilma li jkun se jiġi ffrankat.", "GĦalhekk il-korporazzjoni għandha tagħmel studju zona b'zona biex tara fejn jeżistu l-problemi l-kbar u dawk inqas kbar ħalli mbagħad tagħmel sistema studjata u xjentifika - il-korporazzjoni fil-fatt attrezzat ruħha biex tkun tista' tagħti dan is-servizz lill-Gvern - biex fejn tista' ssolvi parti mill-problema ta' l-unaccounted for water li huwa dovut mil-leakages u li f'kalkolu preliminari jammonta għal 20% u mhux għal 60%.", "Sur President, il-meters kienu qed jikkaġunaw parti minn din il-problema u fil-fatt speċjalment meta nbidlu meters li kellhom iktar minn 20 sena diġa' kien hemm titjib.", "Apparti li wieħed irid iħares lejn dan kollu b'mod iktar xjentifiku llum f'dan il-Parlament, jien nista' nerġa' ngħid bl-ikbar serjeta' li tagħmel kemm tagħmel analisi u tqabbad kemm tqabbad esperti r- riżultat se jkun li l-ewwel fattur li jikkaġuna l-leakages fis-sistema ta' l-ilma - għal min huwa perit din hija xi ħaġa elementari - huwa s-suċċess li għamilna fil-produzzjoni ta' l-ilma u ż-żieda adegwata fil-pressa ta' l- ilma fis-sistema tal-kanen tagħna.", "Jekk fil-pajjiż ma jkunx hemm ilma jew jekk ikun hemm sistema ta' pressa baxxa wieħed ma jindunax jekk ikollu leakage.", "GĦalhekk kif għidt diġa' l-ewwel fattur li jikkaġuna l-problema tal-leakages huwa s-suċċess fil-produzzjoni ta' l-ilma li tasal għal-livell adegwat ta' produzzjoni li tixraq lil dan il-pajjiż.", "Issa nixtieq ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar l-impjegati.", "Sur President, apparti li rridu nsemmu s-suċċess tal-korporazzjoni li naqqset in-numru ta' mpjegati b'mod sostanzjali, naħseb li rridu nirriflettu wkoll fuq fattur ieħor.", "L-aħħar kelliem smajtu jgħid li għandna nibagħtu lill-impjegati fuq il-bank ta' l-iskola.", "Fil-fatt din l- idea lili għoġbitni ħafna għax il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li llum bejn wieħed u ieħor għandha 1,300 impjegat, għandha 1,000 minnhom li kienu mpjegati mal-Water Works Department u għandha wkoll parti sew minnhom li daħlu qabel l-elezzjoni ta' l-1987 bil-famuża sistema tal-Gvern Laburista meta ried idaħħal 8,000 impjegat mal-gvern biex forsi jsalva lilu nnifsu f'dik l-elezzjoni u li tilef xorta waħda.", "X'inhu l-livell ta' edukazzjoni ta' dawn il-ħaddiema?", "Fil-fatt 42% ta' dawn l-impjegati waslu biss sal-livell primarju, jiġifieri ħafna minnhom la jafu jiktbu u lanqas jaqraw.", "Il-lejla smajna appell biex nibagħtu lill-ħaddiema lura fuq il- bank ta' l-iskola.", "Jien ngħid lill-Ministru u lil din il-Kamra li fost il- korsijiet li l-Istitut għat-Teknoloġija ta' l-Ilma għamel fi ħdan il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hemm il-korsijiet in Maltese and English literacy.", "Fil-fatt hawn ikun tajjeb jekk ngħidu li, kif insibu fir- rapport, permezz ta' dan l-istitut il-korporazzjoni organizzat 125 kors li jfissru 60,000 manhour lill-1,437 impjegat, jiġifieri altru li t-taħriġ kien jingħata importanza.", "Ma naħsibx li din il-ħaġa qed niskopruha llejla!", "Pero' kellna wkoll il-problema addizzjonali li f'dawn il-korsijiet kien hemm diversi ħaddiema li ma kellhomx livell għoli ta' edukazzjoni u dan ma kienx tort tagħhom.", "Lil dawn il-ħaddiema rridu nħeġġuhom biex jitgħallmu jaqraw u jiktbu bil-Malti u bl-Ingliż għax jekk ma jkollhomx l-iktar għodda elementari ta' l-edukazzjoni ma nkunux nistgħu nagħtuhom training f'suġġetti oħrajn u ma jkunux jistgħu jaqraw il-meters jew iżommu xi notamenti.", "Meta nsemmu l-finanzi tal-korporazzjoni ħafna drabi jkun hawn min jikkwota subartiklu 27(3) tal-Water Services Corporation Act li jgħid li l- korporazzjoni trid timxi b'mod li tkopri l-ispejjeż tagħha.", "Subartiklu 27 (4) jgħid li t-tariffi ġodda kollha jrid japprovahom il-ministru konċernat.", "Għalhekk jien se nerġa' nagħmel dawn il-mistoqsijiet: Issa li l-Ministru għandu X-ray tal-korporazzjoni x'inhuma verament id- direzzjonijiet li l-Gvern preżenti jrid jagħti lill-korporazzjoni?", "Il- Gvern irid iwaqqaf bord regolatur biex jiddeċiedi l-affarijiet hu u ma jkunx jimporta jekk jgħolli t-tariffi anke għas-settur domestiku?", "Jekk il- Gvern jagħmel hekk jagħmel żball kbir għax ikun qed jinsa l-aspett soċjali importanti tal-korporazzjoni.", "Jista' jkun li l-Gvern jirrikorri għall- meters li huma sors ta' dħul għall-Korporazzjoni?", "Fil-fatt il-prezz tal- kera tal-meters huwa Lm3.60 fis-sena għas-settur domestiku; Lm2.40 fis- sena għal-lukandi u industriji u Lm15 għal knejjes, dipartimenti u postijiet oħra.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward il-kera tal-meters?", "Li hu żgur - hawn nista' nerġa' napplika l-proverbju dwar April u Mejju - huwa li issa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, b'riżultat tal- billing systems ġodda komputerizzati - dan huwa wirt tal-Gvern preċedenti - qiegħda tippjana li tiġbor l-arretrati li huma dovuti ħalli l-Gvern ikun jista' jgħid li dawn huma l-flus ta' din is-sena.", "Issa jekk il-Gvern ma joqgħodx attent u ma jiddistingwix bejn arretrati u flus ġodda li jkunu daħlu minn sistema ta' billing aktar adegwata u forsi aktar frekwenti minn dik li kellna s'issa, jista' jaqa' fl-iżball li jaħseb li f'daqqa waħda żied id-dħul meta kulma jkun għamel huwa li għamel sforz biex jiġbor l- arretrati dovuti.", "Semmejna s-sistema tal-leakages u kif din hija marbuta mas-sistema tad- distribuzzjoni.", "Il-Gvern preċedenti, li ma kellux biss il-prijorita' li jipproduċi l-ilma imma kellu l-prijorita' wkoll li dan iwasslu fl-inħawi kollha ta' Malta, ried li jsaħħaħ is-sistema b'mod serju billi jara fiex kienet tikkonsisti s-sistema ta' distribuzzjoni li kien hawn fil-pajjiż.", "Meta nħares lejn dan ir-rapport u nara x'jgħid dwar kif kienet is-sistema tal-kanen f'Buġibba, jiġifieri li kienet xi ħaġa li lanqas titwemmen.", "X'ifisser li tagħmel studju, bħal dak li rrifera għalih l-Onor.", "Francis Agius, tal-proġett tal-Qrendi Phase 2?", "Dan bażikament ifisser li l-Gvern preċedenti biddel is-sistema tal-mains li kienet ibbażata li twassal l-ilma fl-irħula, wieħed wara l-ieħor, minn fuq main wieħed.", "Allura jekk raħal ikun fit-tarf l-ilma jasal meta jasal u jekk ikun fadal!", "Għalhekk f'Ħaż- Zabbar jew f'Wied il-Għajn ħafna drabi kontu tkunu bla ilma għaliex l-ilma ma kienx jasal għaliex jekk jasal jasal!", "Ta' min ifakkar li l-Gvern preċedenti biddel 152 kilometru ta' mains ta' l-ilma.", "Niġi issa għall- kwalita' ta' l-ilma.", "F'din il-kwestjoni l-aktar soluzzjonijiet faċli huma li tagħmel taħlita akbar tas-supply mir-reverse osmosis plants ma' l-ilma li jittella' minn taħt l-art, pero' biex tagħmel hekk trid tonfoq ferm aktar.", "Il- korporazzjoni kienet ippjanat li fl-erba' snin li ġejjin tissostitwixxi madwar terz mill-ilma li jittella' minn taħt l-art b'dak li jiġi prodott mir-reverse osmosis u jiena nawgura li l-Gvern preżenti ma jabbandunax dan il-pjan.", "Issemma' wkoll is-second-class water u l-użu tad-drenaġġ.", "L-ewwelnett nafu li l-impjant ta' Sant'Antnin, li l-Gvern preċedenti tah ħafna attenzjoni, kien diġa' qed jintuża biex jipproduċi l-ilma għal skop agrikolu?", "Nafu li hemm tender biex titkabbar il-kapaċita' tiegħu biex l- użu tas-second class water ikun ferm akbar?", "Naturalment nistgħu nitkellmu wkoll dwar l-istorm water.", "Jekk huwa feasible, jiena nixtieq li l-istorm water li jinżel f'pajjiżna - għalkemm irridu niftakru li dan jinżel biss fi ftit ġranet tas-sena u fil-kumplament tas-sena ma jinżel xejn - naħżnuh u mbagħad nużawh.", "Sakemm l-ispiża m'hijiex ikbar milli tuża r-reverse osmosis, j'Alla nagħmlu hekk!", "Jekk naraw ir-rapport li sar fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti, insibu li konna għamilna tiswija ta' reservoirs fejn anke l-fili kienu spiċċaw.", "Jekk irridu nitkellmu dwar il-kwalita' ta' ilma fid-distribuzzjoni, allura jenħtieġ li f'diversi postijiet nagħmlu lining tal-mains għaliex xi kultant il-kwalita' ta' l-ilma mhux neċessarjament issofri mis-sors tal-produzzjoni imma anke mill-mod kif dan jitwassal.", "Sur President, ma nistax ma nagħlaqx l-intervent tiegħi billi nagħmel domanda fundamentali lill-Ministru li nixtieq li jirrispondiha fid-diskors tiegħu.", "Veru \"fresh start\"?", "Inċidentalment xi ħadd qal: Għaliex il- kelma \"start\"?", "GĦal min huwa daqsxejn dilettant tal-computers il-kelma \"start\" fil-windows tużaha wkoll biex tagħmel ix-shut-down tal-computer.", "Issa inti qed tgħid \"fresh start\" biex tagħlaq il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma?!", "Dan ma jfissirx li jien qiegħed nimmaġina xi affarijiet.", "Dan qed ngħidu għaliex l-Onor.", "Alfred Sant, meta kien għadu Kap ta' l-Oppożizzjoni, f'intervista mal-gazzetta \"In-Nazzjon\" kien semma l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħala waħda fost diversi eżempji ta' aġenziji li jrid jagħmel studji dwarhom biex jara jibqgħux taħt forma ta' korporazzjoni jew le.", "Issa x'inhi l-policy attwali?", "X'se tkun il-policy rigward il-ħaddiema?", "X'se tkun il-policy rigward it-tariffi?", "Fuq kollox, x'inhi l-policy biex il-Gvern preżenti jibqa' jagħmel l-investiment kollu meħtieġ?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena xtaqt kieku kelli l-opportunita' li nispjega kif dan il-Gvern imissu jibqa' fit-triq li Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea u kif dik it-triq tgħina anke f'dan is-settur.", "GĦalhekk l-aħħar mistoqsija li għandi hija dwar x'beħsiebu jagħmel il-Gvern Laburista biex jassigurana li m'aħniex se nitilqu minn dik it-triq li wasslitna biex ingawdu kwalita' ta' ħajja garantita permezz ta' produzzjoni adegwata ta' ilma.", "Fil-fatt il-messaġġ mill-European Environment Agency għal din is-sena huwa li:", "\"Water is a daily touchstone in the life of every citizen sustaining health, economic development and eco-systems.\",", "u dan jista' jseħħ biss jekk ikun hemm l-impenn politiku assolut min-naħa tal-Gvern Laburista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-ħin għad-dispożizzjoni ta' l- Oppożizzjoni skada u l-ħin li fadal huwa kollu għan-naħa tal-Gvern.", "Il- Ministru Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, fid-diskors li se nagħmel se nipprova nirrispondi għall-kritika li saret, kif ukoll nispjega x'inhuma l- pjanijiet tal-Gvern għal din il-korporazzjoni.", "Li wieħed jagħti nifs ġdid lil din il-korporazzjoni żgur ma jfissirx li din se tingħalaq u lill-Onor.", "John Vella, li qal li r-rapport tas-Sur Mifsud wera l-ħrafa tal-ħofra, se nipprova nurih kemm din il-ħofra ma kenitx ħrafa.", "Sur President, kif għidt fl-introduzzjoni tiegħi għal dan id-dibattitu, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha problemi finanzjarji kbar u għalhekk jekk aħna rridu nanalizzaw is-sitwazzjoni tal-korporazzjoni ma nistgħux ma nindirizzawx il-problemi finanzjarji tagħha.", "X'inhuma l- problemi finanzjarji li għandha l-korporazzjoni?", "Jien m'iniex se nirripeti dak li diġa' għidt imma se nikkwota minn xi dokumenti li juru jekk il-ħofra hijiex ħrafa.", "L-ewwelnett, x'wassal lill-korporazzjoni f'dan l-istat finanzjarju?", "F'idejja għandi ittra miktuba mis-Sur Albert Attard, l- permanent secretary fil-ministeru tal-finanzi, indirizzata lill-permanent secretary fil-ministeru għall-ambjent u dan f'din l-ittra, fost affarijiet oħra, qallu hekk:", "\"This level of subvention ...\"", "- hawnhekk qed jirriferi għas-subvention ta' Lm14 miljun li talbet il- korporazzjoni għas-sena kurrenti li qegħdin fiha -", "\"... would increase government's 1997 projected budgetary deficit, which is already standing at unacceptable levels, ...\".", "Din l-ittra, li nkitbet fid-29 t'Awissu, 1996 qed tgħid fejn qiegħda l- ħofra.", "GĦalhekk meta l-ex-ministru tal-finanzi kien qed iħejji l-estimi diġa' kien jaf li fl-1997 il-pajjiż kien se jkollu a budgetary deficit mhux aċċettabbli.", "Din hija l-ħofra li nirriferu għaliha aħna meta nkunu qed nitkellmu fuq is-sitwazzjoni tal-pajjiż, Onor. Membri ta' l-Oppożizzjoni.", "Hawn irrid nenfasizza li fl-1996 il-Gvern preċedenti diġa' kien jaf li din is-sena kien se jkollna ħofra finanzjarja kbira u dan nistgħu nikkonfermawh minn din l-ittra għax kieku kellha tintlaqa t-talba għal sussidju akbar id- deficit, skond din l-ittra tas-Sur Albert Attard, kien se jitla'", "\"... by a further Lm3 million.\"", "Fil-fatt il-korporazzjoni kienet qed titlob Lm14 miljun u l-Gvern ried jagħtiha Lm11 miljun, jiġifieri kien hemm differenza ta' Lm3 miljun.", "Imbagħad il-permanent secretary fil-ministeru tal-finanzi konpla jgħid fl-ittra tiegħu li:", "\"Consequently the Water Services Corporation should undertake, as a matter of priority, an overhaul of its tariff structure and revenue collection\".", "Kif għidt diġa' dan qalu f'Awissu ta' l-1996 is-Sur Albert Attard, permanent secretary tal-finanzi f'parir li ta lill-ministeru għall-ambjent ta' dak iż-żmien.", "Dan qalilhom li jekk riedu jsolvu l-ħofra li waqgħu fiha kellhom jirrevedu t-tariff structure u l-mod kif jinġabru l-flus.", "Issa ma jiġix xi Onor. Membru tal-Gvern jgħidilna li l-ħofra hija ħrafa!", "Hawnhekk għandna l- iswed fuq l-abjad li jikkonferma dak kollu li konna ngħidu aħna fuq il- pożizzjoni tal-korporazzjoni u l-effetti konsegwenzjali fuq il-finanzi tal- Gvern.", "Sur President, nitlob il-permess biex inqiegħed kopja ta' din l-ittra u xi dokumenti oħra fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt minn \"Review of Results and Management Accounts\" datat 30 ta' Settembru 1995;", "Estratt minn ittra mibgħuta mill-MSD Consulting Ltd liċ-Chief Executive tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fit-23 ta' Ottubru 1995; u", "Kopja ta' ittra dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mibgħuta mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi lis- Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent fid-29 ta' Awissu 1996.", "Sur President, dawn kienu jafu minn ħafna qabel x'kienet il-pożizzjoni finanzjarja tal-korporazzjoni u dan joħroġ ċar mir-\"Review of Results and Management Accounts\" ta' Settembru, 1995 - meta kienu qegħdin jippreparaw il-budget ta' l-1996 - li jgħid hekk:", "\"We have been informed that the Corporation is presently negotiating for further bank overdraft facilities to finance due loan repayments and part of recurrent expenditure for the coming year.", "The existing state of affairs is extremely preoccupying.\"", "- hawnhekk qed nitkellmu fuq il-financial affairs tal-korporazzjoni -", "\"The Corporation is continuing to increase its debt levels as it does not have sufficient funds to finance its recurrent expenditure in full and to honour its loan repayments as these fall due.\".", "Mela f'Settembru ta' l-1995 diġa' kienu jafu f'liema ħofra finanzjarja kienet nieżla fiha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Jien se nikkwota minn ittri oħrajn li għandi hawnhekk li kollha jindikaw li minn ħafna qabel - hawnhekk għandi ittra oħra datata 23 ta' Ottubru, 1995 - kienu jafu bil-problemi finanzjarji tal-korporazzjoni.", "L-ex-ministru Francis Zammit Dimech staqsiena x'inhuwa r-rimedju tagħna.", "Issa ngħidulhom ir-rimedji li qegħdin nipproponu aħna x'inhuma.", "Fl-ittra tat-23 ta' Ottubru, 1995 mibgħuta lill-korporazzjoni mill- financial consultants qiegħed jingħad:", "\"During the meeting of the 25th September, 1995, the Minister of Finance ...\"", "- jiġifieri l-ex-Ministru John Dalli -", "\"... made it clear that the Government was reluctant to guarantee additional loans to the Corporation.\".", "Dan ifisser li lanqas il-Gvern ma ried jiggarantixxi l-loans li kellha bżonn il-korporazzjoni sabiex din tkun tista' taħdem.", "Jien se nikkwota minn extracts oħrajn li poġġejthom fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli wieħed ikun jista' jaqrahom.", "X'inhi waħda mir-raġunijiet li wasslitna f'din is- sitwazzjoni?", "Waħda mir-raġunijet li affettwat ħafna t-turnover u l-cashflow tal- korporazzjoni kienet - din diġa' rriferejt għaliha darba oħra pero' se nerġa' nirriferi għaliha - is-sistema ta' billing li riedet iddaħħal l- istess korporazzjoni.", "Peress li l-informazzjoni li kienet miżmuma fil- Computer Centre tas-Swatar ġiet trasferita għand il-korporazzjoni din iddeċidiet li tagħmel is-sistema tagħha.", "S'hawnhekk m'hawn xejn ħażin.", "Pero' jekk wieħed janalizza kif saret din is-sistema jsib li għalkemm din kellha tieħu ftit xhur biex issir għaddew tliet snin u tliet xhur u sal-lum is-sistema għadha m'hijiex sodisfaċenti.", "Għalhekk wieħed bilfors jistaqsi jekk l-affarijiet sarux sewwa meta ġiet biex issir din is-sistema.", "Aħna nafu li l-affarijiet żgur li ma sarux kif suppost kellhom isiru.", "Aħna - meta ngħid aħna nkun qed nirreferi għalija u għall-kollega tiegħi, l-Onor.", "Leo Brincat, li huwa responsabbli mill-Enemalta, għax din is-sistema tal- billing taffettwa d-dħul ta' dik il-korporazzjoni wkoll - ordnajna li jsir rapport fuq is-sistema tal-billing.", "Fil-fatt dan ir-rapport tlesta u qed jiġi studjat miż-żewġ korporazzjonijiet.", "Nista' ngħid li kien hemm ħafna affarijiet li jidhru \"irregolari\" u fost dawn insibu, per eżempju, l-mod kif ġie magħżul il-computer hardware għal din is-sistema ta' billing.", "Hawnhekk jien nistaqsi - din irridu nistudjawha aktar - għaliex intgħażel hardware li jiswa aktar mid-doppju ta' l-orħos offerta, meta din kienet konformi mat-tender?", "Nixtieq inkun naf ukoll kif ġie mqabbad konsulent biex jagħti pariri fuq il-computer hardware li żgur li kellu konflitt ta' interess minħabba konnessjonijiet ma' waħda mid-ditti li kienet tefgħet it-tender.", "Dan il-konsulent kien jaħdem ma' sussidjarja ta' ditta tal-computers li mbagħad spiċċat biex rebħet it-tender.", "Dawn l-affarijiet se ninvestigawhom bis-serjeta' għax jidher ċar li fil-kwestjoni tal-billing mhux biss is-sistema li ntużat ma kenitx l-aħjar waħda u kienet waħda li ħolqot ħafna problemi lill- Korporazzjoni Enemalta u lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, imma anke mill-mod kif din ġiet mibnija u kif saret l-adjudication tat-tender jidher ċar li prima facie saru diversi rregolaritajiet.", "Aħna dawn l- affarijiet se narawhom bis-serjeta' u se nagħmlu inkjesta ħalli nkunu nistgħu naraw x'kien hemm warajhom.", "Nispera li ma ndumux ma nsolvu din il- kwestjoni tal-billing għax qed toħloq problemi kbar lill-korporazzjonijiet.", "Staqsewni x'miżuri se nieħdu sabiex intejbu l-qagħda finanzjarja tal- korporazzjoni.", "Meta jkollok korporazzjoni jew kumpannija li tkun qed tagħmel telf, li trid tagħmel huwa jew tkabbar id-dħul jew tnaqqas l- ispejjeż.", "Ma tantx għandek fejn tmur.", "Fil-fatt dak hu li se nagħmlu.", "L- ewwelnett, se nieħdu miżuri sabiex nipprovaw inżidu d-dħul.", "U x'se nagħmlu biex dan ikun jista' jsir?", "L-ewwel ħaġa li se nattakkaw - ħaġa li ssemmiet ħafna hawnhekk - hija l-kwestjoni ta' l-unaccounted for water.", "L-aħħar figura preċiża li kellna ta' unaccounted for water kienet ta' 67%.", "Diġa' intqal minn x'hiex tirriżulta din il-figura, parti minnha ġejja minħabba leakages, parti minħabba meters li jaqraw ħażin u parti minħabba s-serq ta' l-ilma.", "Dan huwa korrett u fil-fatt aħna se nkomplu bl-iskema ta' leakage detection testing li kienet qed issir qabel mill-korporazzjoni għaliex fejn l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb aħna nkomplu fuqhom.", "Fejn hemm it-tajjeb m'aħniex se nneħħuħ, anzi se nibnu fuqu.", "Aħna l-affarijiet li ma jsirux tajjeb irridu nirranġaw.", "Is-sistema ta' leakage detection tests li kienet qed tagħmel il-korporazzjoni fuq il-mains hija waħda tajba u allura se titkompla għax permezz t'hekk se jkollna aktar informazzjoni dwar fejn qegħdin dawn il-leakages u se nieħdu ħsieb li nirranġawhom.", "Rigward il- meters difettużi li qed jgħidu li qed jirreġistraw inqas għax m'humiex tajbin irrid ngħid li ma naqbilx ma' l-esperti tal-korporazzjoni għax kieku l-meters huma fattur daqshekk importanti ta' l-unaccounted for water, kieku bl-ammont sostanzjali ta' meters li nbiddlu - għax inbidlu terz jew aktar tal-meters li għandna f'Malta - il-persentaġġ ta' unaccounted for water kien jonqos ħafna aktar milli fil-fatt naqas s'issa.", "GĦandna mbagħad il- kwestjoni tas-serq ta' l-ilma u aktar tard ngħid x'se nagħmlu dwar l- enforcement.", "Il-kollegi tiegħi l-Onor.", "Joe Farrugia u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech tkellmu dwar l-effiċjenza tal-ħaddiema tal-korporazzjoni.", "Din il-ħaġa wkoll irridu nindirizzawha ħalli naraw liema hu l-aktar mod cost effective ta' kif għandhom jiġu mpjegati l-ħaddiema tal-korporazzjoni.", "Jien nemmen ħafna fil-kapaċita' tal-ħaddiema tal-korporazzjoni u ma nafx jekk l- unskilled workers li huma mpjegati magħha jafux jaqraw bil-Malti u bl- Ingliż, għaliex biex ngħid il-verita' ma naħsibx li dan huwa daqstant importanti.", "Għaliex?", "Għax jekk fil-korporazzjoni għandna numru ta' ħaddiema li huma unskilled jew semi-skilled, jien naħseb li l-kuntratturi li jagħmlu x-xogħol tagħna għandhom l-istess tip ta' mpjegati.", "Li ma nistax nifhem hu kif kuntrattur b'60 jew 70 ruħ jispiċċa jagħmel xogħol aktar milli tagħmel korporazzjoni b'400 ruħ!", "X'imkien hemm xi ħaġa ħażina u din il-problema rridu nsolvuha.", "Jiena ħadt il-parir li ta l-ħabib tiegħi, l- Onor. Joe Farrugia, meta qal li dawn wieħed jista' jorganizzahom f'koperattivi.", "Meta dan il-konċett ġie introdott fil-postijiet tax-xogħol ta riżultati tajbin u għalhekk, flimkien ma' l-unions, għandna nħarsu lejn il-possibilita' li noħolqu l- kooperattivi tal-ħaddiema.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech tkellem ukoll dwar it-tariffi ta' l-ilma.", "Jien nista' ngħidlu li m'għandniex il-ħsieb li nirrevedu r-rati ta' l-ilma għas-settur domestiku, pero' hemm ċerti rati li wieħed irid iħares lejhom u li diġa' ħarisna lejhom.", "Fil-fatt fil-budget li għadda kellna l-kuraġġ li nirrivedu r-rata tal-bottlers, li nafu li jagħmlu qligħ kbir mill-ilma, pero' hemm affarijiet oħrajn li wieħed irid iħares lejhom.", "L-Onor.", "Zammit Dimech semma wkoll il-kwestjoni tal-frontage contribution u qal li lill- korporazzjoni din tqumilha Lm37-il metru u lill-konsumatur niċċarġjawh Lm4- il metru.", "Din il-kwestjoni tal-frontage contribution qed tqum lill- korporazzjoni Lm0.5 miljun fis-sena u żgur li rridu nistudjawha u naraw x'jista' jsir.", "L-Onor.", "Zammit Dimech tkellem ukoll fuq il-fixed rate tal-meters.", "Inċidentalment il-meter ta' l-Enemalta huwa l-irħas wieħed għaliex is-somma li nħallsu għall-meter tat-Telemalta hija ħafna iktar għolja minn dik li nħallsu għall-meter ta' l-ilma.", "U fiċ-ċirkostanzi li qegħda fihom il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li qiegħda f'xifer ta' rdum finanzjarju, bilfors li irridu nħarsu lejn dawn l-affarijiet.", "Jien mhux qed ngħid li se ngħollu dawn ir-rati imma żgur li se nħarsu lejhom, speċjalment għal ċerti users.", "Irridu nħarsu wkoll lejn id-dħul li l-korporazzjoni għandha minn servizzi oħrajn, naraw kif tista' tkun aktar cost effective u jekk tistax iżżid id- dħul tagħha.", "Per eżempju, il-korporazzjoni għandha laboratorju li huwa equipped tajjeb.", "Jiena ċert li bi ftit ħsieb dan il-laboratorju jista' jintuża fuq skala kummerċjali aktar milli qed jintuża bħalissa u b'hekk inkunu nistgħu niġġeneraw aktar flus b'dan il-mod.", "Il-korporazzjoni għandha in-house expertise u tagħmel ċerti konsulenzi għal ħaddieħor dwar l- ilma u tagħmel ukoll xogħol ta' drilling għal ħaddieħor.", "Dawn kollha huma affarijiet li rridu nħarsu lejhom għaliex meta inti qiegħed f'sitwazzjoni fejn litteralment qiegħed dahrek mal-ħajt kull naqra tgħodd u għalhekk irridu nħarsu lejn kollox.", "Ħalli ngħid kif nistgħu nnaqqsu l-infiq.", "Sur President, kif għidna anke fil-budget, l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li naraw il-management tar-reverse osmosis plants.", "Kieku kellna nneħħulha r-reverse osmosis plants kollha minn taħt idejha u nieħdu ħsieb il-management tagħhom aħna, il-korporazzjoni tiffranka aktar minn Lm1.3 miljun.", "Dan huwa ammont sostanzjali meta qed titkellem fuq korporazzjoni li qiegħda tagħmel telf ta' miljuni u żgur li din, mhux biss irridu nħarsu lejha, imma anke nimplimentawha.", "Issa jekk aħniex se nimplimentawha b'mod phased, għaliex forsi ma jkunx jaqbel li tagħmel kollox f'daqqa, hija xi ħaġa li wieħed irid jistudjaha ħalli nsibu l-aħjar mezz u filwaqt li nkunu qegħdin innaqqsu l-infiq tal-korporazzjoni bl-ebda mod ma nipperikolaw is- supply.", "Kwestjoni oħra li ssemmiet milll-Onor.", "Francis Agius, li għamel diskors tajjeb ħafna, hija l-kwestjoni ta' l-elettriku.", "Aktar minn Lm4.5 miljun mill-infiq tal-korporazzjoni jmur għall-infiq ta' l-elettriku fit-tħaddim tar-reverse osmosis plants.", "Issa r-rati li qed nieħdu mingħand l-Enemalta huma r-rati li jieħu kulħadd u jiena jidhirli li dawn għandna fejn innaqqsuhom.", "Aħna nafu li l-Enemalta tagħti special rates għall-industrija li taħdem bil-lejl.", "Per eżempju, l-SGS Thomson tingħata rata preferenzjali fuq l-elettriku meta taħdem bil-lejl.", "Aħna għaliex ma nistgħux nagħmlu l- istess ħaġa?", "Jidhirli li l-bieraħ stess kien hemm diskussjonijiet għaddejjin mal-Korporazzjoni Enemalta ħalli naraw jekk nistgħux inħaddmu r- reverse osmosis plants bil-lejl u l-Enemalta tapplika r-rati ta' bil-lejl u b'hekk ikollna ċerti vantaġġi.", "Għal min ma jafx, dan ifisser bejn Lm1 miljun u Lm2 miljun fis-sena anqas x'inħallsu għad-dawl.", "Din tista' ssir faċilment għaliex kulma tkun trid tagħmel huwa li tħaddem ir-reverse osmosis plants aktar matul il-lejl milli matul fil-għodu, iżżomm l-ilma fir- reservoirs u mbagħad dan jintuża matul il-ġurnata.", "Dan jagħmel sens ukoll fir-rigward tal-konċett l-ieħor li qed nipprovaw indaħħlu fil-pajjiż bħala gvern ġdid u modern, jiġifieri l-konċett ta' integrated resource management.", "Aħna rridu naraw kif ir-riżorsi tagħna nagħżluhom bl-aħjar mod.", "Jekk l-Enemalta hi kapaċi tuża t-turbini kollha tagħha fl-istess ħin bl-istess ammont, u mhux ikollha l-peaks tagħha fil-għodu u bil-lejl kważi ma tuża xejn minnhom, ifisser li l-Enemalta mhux qed taħdem b'mod effiċjenti.", "Jiġifieri jekk aħna naslu f'sitwazzjoni fejn flimkien ma' l- Enemalta naqblu li fil-għaxija nagħmlu użu mir-reverse osmosis plants, ikun jaqbel lilna, lill-pajjiż u lill-Enemalta stess għax niffrankaw l-ispejjeż.", "Rigward il-medium u l-long terms projects li qegħdin isiru sabiex niffrankaw l-ispejjeż, waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu - u din ssemmiet hawnhekk kemm min-nies ta' din in-naħa u anke tan-naħa l-oħra - hija li nużaw il-provvista ta' l-ilma tas-second class.", "Jekk din aħna kapaċi nagħmluha jkollna sors ta' ilma ħafna irħas minn dak li għandna llum.", "Allura qed ngħidu li jekk aħna kapaċi nużaw is-second class water biex niffrankaw ftit minn dak l-ilma li nipproduċu permezz ta' l-impjanti tar-reverse osmosis se jiswina tajjeb għax f'pajjiżna l-iktar ilma li jqum huwa dak li nġibu mir-reverse osmosis plants.", "Madam Speaker, dan qed naħdmu fuqu bis-serjeta' u diġa' qabbadna konsulent sabiex jibda jistħarreġ dwar il-kwestjoni ta' l-istorm water.", "Ippreparajna brief għall-master plan fuq l-istorm water u qed nipprovaw ninteressaw lill-European Investment Bank - fil-prinċipju dan diġa' aċċetta t-talba tagħna - sabiex jiffinanzja x-xogħol li hemm bżonn isir.", "Il-brief li għamilna diġa' tajnih lir-rappreżentanti ta' l-EIB meta kienu hawn Malta fil-ġranet li għaddew.", "Huma dan aċċettawh u se jagħmlu studju fuqu; u se nagħmlu l-istess ħaġa għar-rigward tas-second class water u tat- treated effluent.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech semma l-Impjant ta' Sant'Antnin u qal li l- Oppożizzjoni jista' jkun li ma tafx li dan l-impjant bħalissa qed jipproduċi 7,000 metru kubu ilma u li l-produzzjoni kellha titla' għal 17,000 metru kubu.", "Għal mument jiena ħsibt li l-Onor.", "Membru seta' nesa li dak l-impjant kien għamlu Gvern Laburista u mhux Gvern Nazzjonalista.", "Aħna kburin li għamilna dan l-impjant u b'dispjaċir kbir ngħid li f'disa snin u nofs Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn biex ikompli jwessa' l- konċett tat-treated effluent.", "Il-gvern preċedenti ma bena l-ebda impjant; nafu li sar ħafna diskors li se jsiru studji u baqa' ma sar xejn.", "Jien naħseb li d-differenza fundamentali bejn Gvern Laburista - ta' issa u anke ta' qabel - u Gvern Nazzjonalista hija li tan-naħa l-oħra dejjem jistudjaw biex jaraw x'se jagħmlu u fir-realta' ma jsir xejn, u aħna nipprovaw immexxu l-affarijiet.", "U naħseb li dan huwa li rridu nagħmlu hawn, Madam Speaker.", "Iva, aħna naqblu li jekk sar studju - sar minn min sar - li jgħid li sas-sena 2000 - inċidentalment din hija xi ħaġa li aħna marbutin biha minħabba li l-Gvern Laburista fil-passat kien irratifika l-Konvenzjoni ta' Barcelona - id-drenaġġ kollu li jintefa' fil-baħar irid ikun trattat, dan se nagħmluh.", "Din hija xi ħaġa tajba u se nagħmluha għax hemm il-funding għaliha u se naħdmu fuqha.", "Se nagħmluha għaliex huwa tajjeb li nipproteġu l-ambjent tal-Baħar Mediterran, imma aktar minn hekk għax dan lilna se jagħtina sors ta' ilma li se jkun ifisser ħafna għall-pajjiż, kemm għall- agrikoltura, kemm għall-industrija, kif ukoll għal kwalunkwe użu ieħor li nkunu nistgħu nagħmlu minn dan l-ilma.", "Huwa veru li qegħdin tight ħafna mat-time frame li għandna imma se nipprovaw nagħmlu ħilitna biex dan isir.", "Madam Speaker, issa ħalli niġi għall-kwalita' ta' l-ilma li nixorbu.", "Dan huwa suġġett li ma tantx tkellmu fuqu, ħlief li ssemma ftit mill-Onor.", "Zammit Dimech.", "Huwa veru li għandna bżonn intejbu l-kwalita' ta' l-ilma, speċjalment dak li ntellgħu mill-boreholes.", "Din m'hijiex xi ħaġa li qed ngħiduha llum, imma f'rapport li kien ġie kkommissjonat mill-Water Works Department - għamluh l-BRGM - ukoll waslu għall-konklużjoni li hemm bżonn innaqqsu l-extraction ta' l-ilma li jiġi mill-aquifer billi jiġi replaced b'xi ħaġa oħra.", "Aħna nistgħu nnaqqsu l-ippumpjar mill-boreholes, imma x'qiegħed isir sabiex jiġi kkontrollat l-ippumpjar ta' l-ilma li jsir mill- boreholes mill-privat?", "Aħna nafu li l-privat itella' kwantita' kbira ta' ilma mill-ispieri, kemm dawk li huma legali u aktar u aktar minn dawk li huma illegali.", "Mhux talli hekk, talli qed isir abbuż kbir billi dan l-ilma ħafna drabi jinbiegħ b'mod kummerċjali biex jibbottiljawh jew biex jużawh fis-swimming pools, eċċ. Dan m'huwiex sew għaliex aħna jidhrilna li l- ilma li hemm fl-aquifer huwa riżors - bħalma ntqal tajjeb f'din il-Kamra minn xi kelliem - u għandna nużawh tajjeb u allura m'aħniex se nħallu li dawn l-affarijiet jibqgħu għaddejjin.", "Huwa inutli li noqogħdu nippriedkaw biex ma tantx intellgħu ilma mill-aquifer jekk imbagħad nippermettu li kulħadd jagħmel li jrid.", "Il-korporazzjoni qiegħda tara x'jista' jsir biex għallinqas inkunu nafu kemm qiegħed jittella' ilma mill-boreholes mill- privat.", "Jien naħseb li għandna naslu f'pożizzjoni fejn dan l-ilma jibda jiġi metered.", "Anke jekk stess ma jħallsux għalih, imma għallinqas inkunu nafu kemm qed jieħdu minnu.", "Irridu nagħmlu studju bis-serjeta' ta' kemm qed jittella' ilma mill-boreholes mill-privat ħalli naraw x'effett qed iħalli fuq l-ilma li jiġi mill-aquifer tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li meta kont fl-Oppożizzjoni kont nitkellem ħafna fuqha, u issa li qiegħed fuq din in-naħa tal-Kamra rrid nisħaq ħafna iktar fuqha, hija l-kwestjoni tal-ġarr ta' l-ilma permezz ta' bowsers.", "Meta konna fl-Oppożizzjoni konna nisħqu li l-bowsers li jġorru l-ilma għandhom ikunu liċenzjati.", "Għaliex?", "L-ewwelnett sabiex tevita l-periklu li jista' jkun hemm għaċ-ċittadin meta xi ħadd irresponsabbli juża bowser kontaminat sabiex iġorr l-ilma fih.", "Barra minn hekk, jekk tilliċenzja l-bowsers ikollok idea minn fejn ikunu qegħdin iġibu l-ilma u fejn ikunu qed jeħduh.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li rridu nħarsu lejha bis-serjeta' - naf li l-korporazzjoni qiegħda tagħmel dan - hija li ssir sistema ta' kif għandna nilliċenzjaw dawn il-bowsers.", "Huwa tajjeb li ndaħħlu ftit regolamentazzjoni f'din il-ħaġa u mhux kulħadd jarma tank fuq it-trakk, qisu Alla jbierek kulħadd sar water carrier!", "Biex tagħmel dan m'hemmx bżonn li tintroduċi xi liġi għax il-Water Services Corporation Act stess tgħidlek li jekk tkun carrier ta' l-ilma għandek bżonn liċenzja, imma din qatt ma ġiet inforzata.", "Huwa tajjeb li nħarsu wkoll lejn il-policies li għandhom jiġu applikati għas-swimming pools.", "Fil-passat minħabba li kien hawn il-problema tan- nuqqas ta' ilma konna ntroduċejna policy li kienet tgħid li s-swimming pools jistgħu jimtlew biss bl-ilma baħar u min ried jimla swimming pool tiegħu bl-ilma ħelu ried iħallas liċenzja ta' madwar Lm150 fis-sena.", "Illum il-ġurnata qed nindunaw li din il-ħaġa qiegħda tkun counter productive.", "Għaliex?", "Għax jekk ikollok leakage minn swimming pool li tkun mimlija bl- ilma baħar se tagħmel il-ħsara fl-aquifer tiegħek.", "Allura issa rridu naraw jekk wasalx iż-żmien li din il-policy tiġi riveduta.", "Dan kollu jiena norbtu ma' kwestjoni oħra, il-bżonn li f'dan il-pajjiż isir aktar inforzar tal-liġijiet.", "Kif diġa' intqal tajjeb, l-ilma huwa riżors mill- aktar importanti f'dan il-pajjiż u l-liġijiet li għandna rridu ninforzawhom bis-serjeta'.", "Huwa inutli li niġu hawnhekk ngħidu kemm irridu nagħmlu affarijiet tajbin għax mingħajr enforcement ma jsir xejn bis-serjeta'.", "Niġi issa għal kwestjoni oħra li qamet fil-passat u li mid-dehra sal-lum għadha għaddejja.", "Qed nirriferi għall-kwestjoni tal-ħsejjes ikkaġunati mir- reverse osmosis plant ta' Pembroke.", "Din il-kwestjoni rridu nħarsu lejha bis- serjeta' u naraw kif se nsolvuha u magħha rridu nsolvu wkoll il-problema ta' l-embellishment madwar l-impjanti tar-reverse osmosis.", "X'irridu nagħmlu biex inwettqu l-għanijiet tagħna?", "Se nħarsu ftit lejn l-istruttura li għandna fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Huwa veru li din il- korporazzjoni saret wara ħafna ħsieb u fl-intervent li għamel l-Onor.", "Ninu Zammit qal li saret operations review mill-Water Works Department biex twaqqfet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Imma lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Ninu Zammit, nixtieq nistaqsih: X'sar min-nies li għamlu din l-operations review?", "Ħafna minnhom m'għadhomx mal-korporazzjoni u forsi xi darba jkun jista' jgħidilna għaliex ġara hekk.", "Aħna qed inħarsu lejn il-korporazzjoni u se nipprovaw naraw xi jrid isir sabiex tibda tiffunzjona b'mod effettiv.", "Fil- fatt sibna li jridu jsiru żewġ affarijiet.", "Hemm bżonn li tidħol kultura ġdida għax ma jistax ikun li nibqgħu nħarsu lejn din il-korporazzjoni bħala dipartiment tal-gvern, imma din trid tibda tittratta l-affarijiet b'mod differenti u b'mod ġdid.", "Ħaġa oħra li rridu nagħmlu hija li nkunu ħafna iktar konxji mill-finanzi tal-korporazzjoni u għandu jkollna sistema fejn il-costs li tkun qed toħroġ il-korporazzjoni jiġu monitored aħjar.", "Fir-restructuring tal-korporazzjoni qed ngħidu li għandna bżonn ta' internal audit department u b'hekk l-internal auditor, flimkien mal- konsulenti tiegħu, jkun jista' jidħol f'kull dipartiment tal-korporazzjoni u jara kif se jdaħħal l-effiċjenza li hemm bżonn u mbagħad dan jibgħat ir- rapport tiegħu lill-bord tal-korporazzjoni.", "Għandna bżonn insaħħu wkoll id-dipartiment li jieħu ħsieb il-finanzi tal- korporazzjoni għaliex qatt ma kellna head tal-financial department.", "GĦalkemm kienu jinqdew b'sistema tajba jien jidhirli li m'hijiex tajba biżżejjed għall- korporazzjoni.", "Kien ikollhom private consultants biex jagħmlu dan ix-xogħol, imma jien jidhirli li korporazzjoni bħal din għandha bżonn financial controller fulltime li jkollu d-dipartiment tiegħu.", "Huwa żgur li fi ħdan dan id-dipartiment hemm bżonn li jkun hemm manager fuq il- credit u anke fuq ir-revenue, għax waħda mill-problemi li għandha l- korporazzjoni hija l-mod kif tikkontrolla l-ħruġ u l-ġbir tal-flus tagħha.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn il-flus li għandha tieħu l- korporazzjoni jsib li għandha bills li jmorru lura għexieren ta' snin u ma jistax ikun li nibqgħu f'din is-sitwazzjoni.", "Hemm bżonn li naraw l- affarijiet bis-serjeta' u li jkollna persuna nkarigata minnhom.", "Fir-restructuring li qed nagħmlu - jidhirli li l-bord tal-korporazzjoni diġa' approvah - se jsir saff ta' management ġdid bejn iċ-chief executive u dawk li nsejħulhom operation managers.", "Dan se jkun jikkonsisti f'senior management li għandna bżonnu biex il-korporazzjoni nnifisha tiġi managed aħjar.", "Dan se jkun jikkonsisti f'head tad-dipartiment tal-finanzi, head ta' l-operations, head ta' l-administration, id-direttur ta' l-Institute for Water Technology - għax dan huwa bniedem importanti ħafna u se ngħid għaliex - u ċ-chairman tar-reverse osmosis plants meta dawn jittieħdu over mill-korporazzjoni nnifisha.", "L-Institute for Water Technology għamel ħafna xogħol tajjeb fil-passat u għalhekk se nwessgħulu r-role tiegħu.", "Waħda mill-affarijiet li kienet nieqsa fil-korporazzjoni kienet li ma kienx isir planning wiesgħa u ħafna drabi konna nimxu b'management by crisis - nistennew li jkun hemm kriżi u mbagħad nipprovaw naraw kif se nsolvuha.", "Hemm bżonn li l-korporazzjoni jkollha sezzjoni biex tagħmel il- forward planning tagħha u, apparti minn hekk, hemm bżonn li nneħħu darba għal dejjem il-parti regolatorja minn idejn il-korporazzjoni.", "Ix-xogħol regolatorju li tagħmel il-korporazzjoni, fejn allura jkollha l-laboratorji tagħha, għandu jibda jsir minn dan l-istitut.", "Dan se nkabbrulu r-role tiegħu u fejn qabel kien marbut biss mad-development of human resources - ħaġa li kien jagħmel u għadu jagħmilha tajjeb ħafna - issa se nagħtuh role aktar wiesgħa li tikkonsisti fil-forward planning tal-korporazzjoni, li se tkun il-parti regolatorja tal-korporazzjoni, u l-aspett ta' l-enforcement.", "Huwa mportanti ħafna li l-enforcement isir barra mill-istruttura ta' l- operations tal-korporazzjoni nnifisha.", "Bħala long term planning irridu li l-korporazzjoni tieħu over id- dipartiment tad-drenaġġ li sal-lum għadu jifforma parti mid-diviżjoni tax- xogħlijiet fi ħdan il-ministeru.", "Dan tgħidu l-istess liġi li permezz tagħha twaqqfet din il-korporazzjoni u għalhekk xi darba jew oħra din trid tkun responsabbli miċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Il- korporazzjoni trid tibda tieu ħsieb it-treated effluent, allura bilfors se jkun hemm konnessjoni bejn id-dipartiment tad-drenaġġ u l-korporazzjoni nnifisha.", "Dawn l-affarijiet m'humiex se jsiru mil-lum għal għada, pero' jekk wieħed jaqra l-policies dwar in-nifs ġdid li rridu nagħtu lill- korporazzjoni jsib li dawn l-affarijiet huma kollha nklużi.", "Dawn se jsiru mhux għax intqal hekk mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti imma għax huma affarijiet tajbin.", "Ħafna drabi jiġu hawn u jgħidulna: Isma', aħna konna qed nagħmlu hekk; issa intom se tagħmlu bħalna?", "Jekk intom kontu qegħdin tagħmlu tajjeb, iva, se nkomplu fuq dak li kontu qed tagħmlu intom.", "M'aħna se nbiddlu xejn mit-tajjeb li kien isir.", "Aħna rridu nagħmlu l-affarijiet aħjar milli kienu jsiru qabel.", "Naħseb li l-politika hekk għandha tkun, li wieħed jipprova jtejjeb l-affarijiet.", "Sur President, x'inhu l-għan tal-korporazzjoni?", "L-għan tal- korporazzjoni huwa li tipprovdi ilma ta' kwalita' tajba bi prezz raġonevoli u li żżomm bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent, għax meta qed tipproduċi l-ilma se taffettwa l-ambjent.", "Dan huwa l-iskop tagħna u jien nawgura li jintlaħaq.", "Fit-tmiem tad-diskors tiegħi nixtieq nieħu l-opportunita' sabiex nirringrazzja lid-diretturi l-ġodda, liċ-chairman il-ġdid, liċ-chief executive, lill-uffiċjali għoljin u lill-ħaddiema kollha tal-korporazzjoni.", "Jiena ċert li bil-kooperazzjoni tagħhom l-għanijiet tagħna jintlaħqu għax aħna spjegajnilhom x'inhi l-pożizzjoni u ninsab ċert li huma fehmuna.", "Jien konvint mill-kollaborazzjoni tagħhom u jekk naħdmu lkoll flimkien l- għanijiet tagħna għandhom jintlaħqu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma għas-sena 1996/1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-estimi ta' Dħul u Infiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1996/97.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Għadni kemm ġejt informat li l-Onor.", "Dom Mintoff, l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Karmenu Vella huma paired ma' l-Onor.", "Helen D'Amato, l-Onor.", "Michael Angelo Refalo u l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "VOTAZZJONI NRU.", "27 FAVUR : 32 L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Joe | |Abela Joseph |Farrugia | | |Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard |Grech Edwin | |Montalto John | | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mangion Charles| |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar Louis|Pace Bertu | |Camilleri |Portelli Alfred| |Maria | | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cilia Joe |Sceberras | | |Trigona Alex | |Dalli Helena |Schembri Adami | | |Sandro | |Debono Grech |Spiteri Lino | |Joe | | |Farrugia Anglu|Vassallo Adrian|", "KONTRA : 31", "L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |De Marco |Psaila Savona | |Guido |Joe | |Debono |Pullicino | |Giovanna |George | |Deguara Louis|Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Dħul u Infiq tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1996 sat-30 ta' Settembru 1997 ġew approvati.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - t-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - t-Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - t-Tieni Qari.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Meta wieħed jiġi biex iqis il-maturita' politika ta' pajjiż, waħda mill-affarijiet li jħares lejha hija jekk il-pajjiż matul iż-żmenijiet irnexxilux isib consensus fuq kif għandu jmexxi l-politika barranija tiegħu.", "GĦalhekk tajjeb li nirriflettu jekk fil-mixja ta' dan il- pajjiż sibniex il-maturita' politika.", "Jekk wieħed jara kif żviluppat il-politika differenti tal-partiti li ddominaw f'pajjiżna matul l-għexieren ta' snin jiskopri li filwaqt li l- Partit Nazzjonalista bħala moviment dejjem fittex li jikseb l-indipendenza għal pajjiżna, forzi politiċi oħra, fosthom il-Malta Labour Party, riedu li pajjiżna jkun integrat ma' pajjiżi oħrajn.", "Minkejja li kien hemm min kien jaħseb li l-Indipendenza ma kienx possibbli li pajjiżna jakkwistaha, il- Partit Nazzjonalista baqa' jsostni l-pożizzjoni tiegħu għal ħafna u ħafna żmien.", "Fil-verita' l-Partit Nazzjonalista ngħata r-raġun għaliex mhux biss ġab l-indipendenza fl-1964 imma l-ħidma kollha li saret biex dan isir ħalliet ħafna frott għaliex minn dik id-data 'l quddiem f'pajjiżna kellna qabża fl-istandard of living.", "Illum kulħadd jirrikonoxxi li l-indipendenza għal pajjiżna kienet suċċess u anke l-politika tal-Partit Nazzjonalista ta' dawk iż-żmenijiet kienet suċċess.", "Din tat frott kbir lil dawk il- ġenerazzjonijiet li kienu fortunati biżżejjed li għexu waqt u anke wara l- perijodu ta' l-indipendenza ta' pajjiżna.", "Sur President, għaddejna wkoll minn żmenijiet fejn kien hemm diverġenzi fil-politika barranija meta kien hemm il-Malta Labour Party fil-gvern u l- Partit Nazzjonalista kien fl-oppożizzjoni.", "F'dawn is-snin kien hemm nuqqas ta' qbil dwar kif għandna nħarsu lejn l-identita' ta' pajjiżna, u filwaqt li kien hemm min kien qed jenfasizza l-identita' Ewropea ta' pajjiżna, kien hemm min qed jenfasizza - forsi ħafna aktar - l-identita' Mediterranja ta' pajjiżna.", "Dawn id-diskussjonijiet, dawn il-kontestazzjonijiet u dawn id- diverġenzi kienu affarijiet li eventwalment wasslu għal konverġenza ta' ideat, fis-sens li dak li l-Partit Nazzjonalista kien ilu jgħid għal ħafna u ħafna snin, li pajjiżna huwa kemm Ewropew kif ukoll Mediterranju, jidher li llum huwa aċċettat ukoll mill-Partit Laburista, li fehem li dan il- pajjiż bl-ebda mod ma tista' tiddivorzjah mill-kultura Ewropea u mill-mod kif jgħixu n-nies fl-Ewropa.", "Naraw li minn wara l-elezzjoni li għaddiet u anke qabel, il-Malta Labour Party fil-gvern qed jagħmel ħafna ħsejjes biex juri li huwa wkoll jemmen li Malta hija Ewropea, li għandha din it- tradizzjoni u din il-kultura, u li m'hijiex biss pajjiż Mediterranju imma wkoll pajjiż Ewropew.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex jekk wieħed jieħu l-affarijiet b'mod daqsxejn distakkat jara li, matul il-medda tas-snin, kienu bil-mod il-mod qed isiru bidliet fil-politika tal-partiti l-kbar ta' dan il-pajjiż u fil-fatt jien naħseb li aħna ersaqna iktar viċin ta' xulxin minn qatt qabel.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa żvilupp pożittiv għax huwa tajjeb li jkun hemm kuxjenza mifruxa fost iż-żewġ partiti l-kbar li pajjiżna għandu missjoni Ewro- Mediterranja.", "Madanakollu bla dubju ta' xejn baqa' diverġenza kbira bejn iż-żewġ partiti għal dik li hi t-triq tagħna fl-Ewropa.", "Sur President, f'dawn l-aħħar snin Malta ħadet ċertu ritmu biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea - issa hemm ċertu tip ta' lull f'dan ir- rigward - u għalhekk dawn is-snin għandhom iservuna għal iktar riflessjoni.", "Din ir-riflessjoni ma għandhiex tagħmilha biss din in-naħa, anzi huwa ferm iktar importanti li n-naħa tal-gvern tirrifletti dwar l- importanza u l-vantaġġi li jkollha Malta jekk tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Min għandu memorja tajba jiftakar x'kien jingħad mill-Partit Laburista qabel l-elezzjoni u jekk m'iniex sejjer żball kien hemm anke okkażjonijiet fejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, illum il- Prim Ministru, kien jgħid li huma lesti li jirtiraw l-applikazzjoni ta' Malta għal studju fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt aħna nafu li dan ma ġarax għax l-applikazzjoni ma ġietx irtirata imma tpoġġiet fil-friża - ma nafux jekk din l-applikazzjoni tpoġġietx in deep freeze, pero' tpoġġiet fil- friża żgur - u biex inkunu thankful for small mercies aħna ngħidu li għallinqas din ma ġietx irtirata.", "Dan qed ngħidu mhux biss għaliex il- politika tal-Partit Nazzjonalista kienet konsistenti għal għexieren ta' snin - fil-fatt il-Partit Nazzjonalista kien għadda riżoluzzjoni fl- eżekuttiv u fil-kunsill ġenerali tiegħu biex Malta tfittex sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea u din id-direzzjoni ngħatat minn qabel ma kien hemm il-bdil tal-gvern fl-elezzjoni li għaddiet - imma wkoll għaliex jagħmel ħafna sens li Malta żżomm din id-direzzjoni.", "Fil-fatt, illum fuq Radio 101 tkellem is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal- Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Lawrence Gonzi, u dan semma punt li niftakar kien issemma ħafna qabel l-elezzjoni mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien u Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "Qal li l-fatt innifsu li Malta applikat biex tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea kien ta impetu kbir mhux biss lill-attivita' politika imma wkoll lil dik ekonomika u li dan kien serva ta' direzzjoni għax anke bniedem imdaħħal fil- business jew operatur ekonomiku seta' jkun jaf x'tip ta' ħidma jrid jagħmel biex jipprepara ruħu għal dik is-sitwazzjoni.", "GĦalhekk il-fatt li Malta ma għadhiex għaddejja f'dik it-triq huwa wkoll wieħed mill-fatturi għaliex l- ekonomija tagħna llum qiegħda fi stat ta' inċertezza u l-operaturi ekonomiċi ma jafux eżattament fejn sejrin.", "U mhux l-operaturi ekonomiċi biss imma naħseb li meta wieħed jara x'inhuma l-alternattivi għall-fatt li ma nkunux membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea u jitkellem fuq relazzjoni speċjali li skond il-Malta Labour Party għandna nfittxu, il-mistoqsija naturali dejjem tkun: Imma x'inhija eżatt din ir-relazzjoni speċjali?", "Din hija mistoqsija li l-poplu Malti għadu ma ngħatax risposta għaliha u għandu d-dritt għar-risposta għaliex irid ikun jaf eżattament x'inhi d- direzzjoni li dan il-pajjiż għandu jieħu, almenu għal dak li qiegħed jaħseb il-Gvern preżenti.", "Għal dawk fostna li għadna nemmnu li din hija triq importanti ħafna għal Malta u li hija l-unika triq li Malta tista' ssegwi f'dawn iż- żmenijiet, naħseb li l-fatt li l-Gvern preżenti ma rtirax l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea hija għallinqas forma ta' tama li għad jista' jkun hemm rikonsiderazzjoni tal-pożizzjoni tal-Malta Labour Party.", "Jien nawgura li f'dan iż-żmien li l-Partit Laburista qiegħed fil-gvern joqgħod attent ħafna li ma jkunx ta' diffikulta' għall-iżvilupp politiku u kostituzzjonali ta' dan il-pajjiż u għal darba oħra jservi biex ifixkel il- mod li bih kien miexi pajjiżna fil-qasam tal-politika barranija, u ċioe' fid-direzzjoni li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nispera li għalkemm din il-politika hija frozen - l-għażla hija ta' xi ħaġa li hija frozen! - ma tkunx il-mewt tad-direzzjoni li għandu bżonn pajjiżna.", "U pajjiżna għandu bżonn ta' din id-direzzjoni mhux biss għaliex ekonomikament għandha effett pożittiv, imma għaliex huwa importanti li pajjiżna jintegra ruħu f'dak kollu li qiegħed jiġri fil-kontinent li minnu niddependu u dan mhux biss għar-rigward ta' investiment imma għaliex aħna rridu li jkollna wkoll il-preżenza politika.", "Jien naħseb li dan il-pajjiż ma jistax jibqa' fi stat ta' limbu li qiegħed fih bħalissa għar-rigward tal-politika barranija tiegħu.", "L-istat ta' limbu li tpoġġa fih dan il-pajjiż ma jagħmlilna l-ebda ġid, anzi jagħmel ħafna deni, mhux biss għall-pożizzjoni internazzjonali tagħna imma anke għall-iżvilupp ekonomiku.", "Hemm bżonn li l-Malta Labour Party fil- gvern joħroġ lil dan il-pajjiż mil-limbu li tefgħu fih għar-rigward tal- pożizzjoni tiegħu fejn la mexjin lejn naħa u lanqas mexjin lejn oħra.", "Il- Gvern irid jiddefinixxi x'inhuma l-miri tiegħu u jagħmel ħafna sens li ma joqtolx il-possibilita' li pajjiżna jkun ukoll membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm ċans kbir li jekk il-Gvern jibqa' ma jieħu l-ebda deċiżjoni f'din id-direzzjoni, jitlef l-okkażjoni storika li għandu pajjiżna għaliex dawn huma windows of opportunity li jekk tħallihom għaddejjin allura ma jkollokx il-possibilita' li terġa' tieħu ċ-ċans qabel ma jgħaddu ħafna u ħafna snin.", "L-appell tiegħi, f'dan l-intervent qasir, huwa illi anke l-Malta Labour Party fil-gvern jirrifletti fuq il-konsegwenzi koroh li jistgħu jinqalgħu jekk huwa ma jsegwix il-politika ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea għax nibża' ħafna li l-poplu Malti jiġrilu bħalma ġralu meta f'dan il-pajjiż bil- mod il-mod kienet tnaqqret id-demokrazija.", "Imbagħad il-poplu skopra li din id-demokrazija kienet tnaqqret ħafna fl-elezzjoni ta' l-1981 kien ivvota biex ibiddel il-Gvern, iżda ġara illi anke dan id-dritt kien tneħħa wkoll permezz tal-gerrymandering li kien sar.", "Għalhekk il-poplu beda japprezza d- demokrazija iktar minn qatt qabel għax kien jaf x'jiġifieri demokrazija meta tilifha.", "Jiena ma naħsibx li għandna niġu fil-pożizzjoni li l-poplu jibda japprezza iktar l-importanza li Malta tkun fl-Unjoni Ewropea meta jintilef iċ-ċans li jsir dan.", "Nispera li l-politika barranija tal-Malta Labour Party tkun politika li ma toqtolx il-possibilitajiet li l- ġenerazzjoni tagħna u dik ta' warajna jkunu jistgħu jgawdu mill-fatt li Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iżjed rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, kif kulħadd jaf, nhar is-Sibt li għadda saru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'diversi rħula f'pajjiżna.", "L-ewwelnett wieħed irid jibda billi jirringrazzja lil kull kandidat li tefa' n-nomina tiegħu biex jikkontesta dawn l-elezzjonijiet għax dawn in- nies, fit-tliet snin li ġejjin, se jkunu minn ta' quddiem biex huma jfasslu l-politika tar-raħal jew belt tagħhom.", "Naturalment, bħalma jiġri f'kull elezzjoni oħra, hemm min tela' - u allura se jkun f'pożizzjoni li jservi lir-raħal jew belt tiegħu fit-tliet snin li ġejjin - u hemm ukoll min ma telgħax, imma xorta waħda lil dawn wieħed għandu jirringrazzjahom għall- fatt illi kkontestaw.", "Lil dawk li telgħu wieħed għandu jfiehemhom illi li tkun membru f'kunsill lokali mhux mod biex wieħed jista' jieħu xi drittijiet imma huwa mod ta' kif wieħed iservi lir-raħal jew belt tiegħu.", "Wieħed li jkun membru ta' kunsill lokali għandu jara kif il-belt jew ir- raħal li jgħix fih imexxih 'il quddiem.", "Għal darba oħra reġa' kien hemm diskussjonijiet, kemm qabel u anke wara r- riżultati ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, dwar il-parteċipazzjoni jew le ta partiti politiċi f'dawn it-tip ta' elezzjonijiet.", "Sal-lum huwa magħruf minn kulħadd x'inhija l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista f'dan ir-rigward u għandna nkomplu nkunu konsistenti magħna nfusna għar-rigward ta' l-elezzjonijiet fihom infushom u għar-rigward", "tar-riżultati li joħorġu minn dawn l-elezzjonijiet.", "Jien ma nistax nifhem kif ikun hawn min jagħti tifsira politika għar-riżultati li nkisbu ġewwa Għawdex u fl-istess nifs jgħid li r-riżultati li nkisbu fl-elezzjonijiet ġewwa Malta m'għandhomx jingħataw importanza iżjed milli wieħed normalment għandu jagħti lil riżultati bħal dawn!", "Jekk wieħed irid jagħti tifsira politika għar-riżultati miksuba nhar is-Sibt li għadda, din it-tifsira għandha tingħata kemm għar-riżultati li nkisbu f'Għawdex u kemm għal dawk li nkisbu f'Malta.", "Sur President, jien naħseb li s-sinifikat li joħroġ mir-riżultati li nkisbu nhar is-Sibt li għadda huwa illi aħna, bħala Maltin, diġa' bdejna nindunaw illi effettivament dak li kien qed jiġri f'pajjiżna fid-disa' snin li għaddew kien aħjar minn dak li ġara f'pajjiżna matul dawn l-aħħar erba' xhur.", "Żgur li aħna bħala Maltin se jkollna ċ-ċans nixtarru u nifhmu iżjed x'inhi l-pożizzjoni politika li għaddej minnha pajjiżna u naħseb illi iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jkollna ċ-ċans nifhmu u nagħrfu jekk dak li kien imwiegħed qabel l-elezzjoni ta' Ottubru hux qed jiġi mwettaq jew le.", "Jekk wieħed jagħti ħarsa u jara x'ġara matul l-erba' xhur li għaddew malajr jinduna li s'issa kien hemm biss konsistenza f'direzzjoni waħda.", "Din hija l- konsistenza li kontinwament nitkellmu dwar problemi u dwar diżastri mingħajr ma nifhmu li iktar ma ssir enfasi fuq id-diffikultajiet u l- problemi - u ħafna drabi dawn fir-realta' lanqas biss jeżistu - iktar inkunu qegħdin nagħmlu ħsara lil pajjiżna, minħabba l-mod ta' kif diskors bħal dan jista' jinftiehem mhux min-nies li jifhmu iżda mill-poplu in ġenerali.", "Kif għidt diversi drabi f'dan il-Parlament, aħna rridu nifhmu li f'pajjiż b'popolazzjoni żgħira, bħalma hija dik ta' pajjiżna, kull persuna għandha sehem ekonomiku u politiku x'tagħti għall-iżvilupp ta' pajjiżna u żgur li jekk ikun hemm persuni, żgħar kemm huma żgħar jew kbar kemm huma kbar, li jifhmu b'mod żbaljat dak li jkun qed jgħid il-Gvern naslu f'pożizzjoni fejn l-ekonomija tal-pajjiż tibda tnaqqas ir-ritmu tagħha u nafu x'konsegwenzi jista' jġib dak it-tip ta' diskors u x'jista' jkun l-effett politiku u ekonomiku fuq kull wieħed u waħda minna.", "Naħseb li din hija sitwazzjoni fejn aħna lkoll irridu nerfgħu r-responsabilita' ta' dak li nkunu qed ngħidu u għandna nifhmu li hemm bżonn il-parteċipazzjoni tagħna lkoll u li kull wieħed minna jkun f'qagħda li jagħti s-sehem ekonomiku tiegħu mhux biss għall-ġid tal-familja tiegħu, mhux biss għall-istituzzjoni li jaħdem fiha jew inkella li fiha jħaddem xi nies, imma anke għall-iżvilupp politiku u ekonomiku ta' pajjiżna.", "Biex nagħmlu dan, kull wieħed minna għandu jkollu fiduċja f'dak li sar sal-lum, f'dak li qed isir għal għada u f'dak li jrid ikompli jsir fil-futur biex dak li tant ħdimna għalih fis-snin li għaddew ma jispiċċax biex jitkisser b'xi deċiżjoni żbaljata.", "Issa xtaqt li nieħu l-opportunita' biex nitkellem dwar setturi oħrajn uħud minnhom jolqtu d-distrett elettorali li fih nikkontesta jien u oħrajn ta' natura ġenerali.", "L-ewwelnett irrid ngħid li, f'dan il-Parlament, waqt il-ħin tal- mistoqsijiet, intqal li fis-snin l-imgħoddija qatt ma kien hemm ħsieb li tinbena dar għall-anzjani ġewwa l-Mellieħa.", "Għall kuntrarju rrid ngħid li dan kemm-il darba kien intqal mill-Gvern preċedenti, speċjalment f'budget speeches tal-passat, u n-northwest local plan juri li diġa' kien hemm sit magħżul speċifikament għall-użu partikolari biex fih issir dar għall- anzjani fil-Mellieħa.", "Dan juri wkoll li diġa' kien sar xogħol sostanzjali li fuqu l-Gvern Laburista seta' jkompli jibni.", "Jekk il-Gvern tal-lum iddeċieda li ma jħallix din id-dar ta' l-anzjani tinbena allura għandu jerfa' r-responsabbilita' hu u jgħid li kien hemm il-pjan u l-intenzjoni li quddiem l-iskola tal-Mellieħa tinbena dar għall-anzjani pero' li għalissa - forsi għal dejjem ukoll! - mhuwiex se jkompli għaddej b'dan il-pjan.", "Mela niġu hawn u ngħidu li qatt ma kien hemm pjan biex tinbena dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa!", "Sur President, xi ħaġa oħra li tolqot l-inħawi tal-11 u t-12-il distrett huwa l-moll ta' Buġibba li jintuża kemm mit-turisti u kemm mill-Maltin biex imorru Għawdex u Kemmuna, u minkejja x-xogħol li sar diversi drabi fil-passat erġajna wasalna għall-bżonn li dan il-moll jingħata wiċċ ġdid.", "Kif kulħadd jaf dan il-moll huwa espost għall-baħar qawwi, speċjalment meta jkun qed jonfoh mill-grigal, u spiss - biex ma ngħidx kull sena - ikun hemm bżonn ta' tibdil tal-wiċċ ta' dan il-moll.", "Għalhekk naħseb li l-Awtorita' Marittima għandha tieħu l-okkażjoni biex tara li dan il-moll jingħata wiċċ ġdid u nispera wkoll li mhux biss jingħata wiċċ ġdid imma li l-moll jinxtegħel - s'issa jiddispjaċini ngħid li dan ma kienx possibbli li jsir - biex wieħed ikun jista' jidentifika mill-bogħod illi hemm moll għall-ilqugħ tal-baħar u għall-protezzjoni tad-dgħajjes.", "Dan huwa importanti minħabba l- fatt li xi żmien ilu waqgħu biċċtejn blokki kbar minn tarf il-moll li jistgħu jkunu ta' periklu għad-dgħajjes li jgħaddu minn dawk l-inħawi.", "Sur President, ħaġa oħra li wieħed jista' jitkellem dwarha hija x'għandha tkun il-funzjoni tat-trasport pubbliku - se nillimita ruħi għal dak is-settur tat-trasport pubbliku li komunament nafuħ bħala dak tal- karozzi tal-linja - u naraw jekk nistgħux nifhmu u nagħrfu bis-serjeta' x'inhi t-trend tat-trasport għar-rigward ta' kif dan jolqot lill-Maltin u lill-barranin li jiġu jżuruna.", "Jiena kemm-il darba għamilt riferenza għall- fatt illi waħda mir-rotot li kellha suċċess matul is-snin li għaddew kienet proprju r-rotta bejn Buġibba u Tas-Sliema li nbdiet fl-1988.", "Ta' min jgħid li meta ġejna biex nintroduċu din ir-rotta kellna diffikultajiet kbar, anke man-nies li kienu se jagħtu dan is-servizz, pero' aktar ma għadda ż-żmien aktar beda jirriżulta illi din kienet u għadha waħda mir- rotot li qed tagħti riżultati pożittivi lil dawk li qed jagħtu dan is- servizz u qed isservi wkoll biex id-dħul ta' dawk li jaħdmu f'dan is-settur ikompli jiżdied.", "Buġibba huwa wieħed miċ-ċentri turistiċi l-aktar imfittxija - jekk mhux l-ikbar ċentru ta' attivita' turistika li għandna f'Malta - u ċertament li din ir-rotta kellha kull ċans li tikber, kif fil- fatt għamlet.", "Jiena naħseb li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku m'għandhiex tibża' illi tesperimenta u tħares lejn il-possibilita' ta' rotot ġodda oħra - mhux bilfors li jitilqu minn Buġibba jew mill-venda ċentrali tal-Belt Valletta - b'destinazzjonijiet oħra bħal, per eżempju, ir-rotta bejn Buġibba u Marsaxlokk.", "B'hekk wieħed miċ-ċentri turistiċi tan-naħa ta' fuq ta' Malta jingħaqad ma' ċentru ieħor ta' ċerta importanza mil-lat turistiku fin-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Jiena konvint li jekk din ir-rotta tkun iżjed spissa żgur li jkollha l-istess suċċess li kellha r-rotta bejn Buġibba u Tas- Sliema.", "Din ir-rotta tkun ta' servizz tajjeb għall-barranin kif ukoll għall-Maltin għax ikunu jistgħu jivjaġġaw dirett minn Buġibba - jekk ikun hemm bżonn tista' ssir anke mill-Għadira, speċjalment fix-xhur tas-sajf - sa Marsaxlokk.", "Jiena konvint ukoll li destinazzjoni bħal din isservi ta' inċentiv għal min jaħdem fis-settur tat-traspost pubbliku.", "Sur President, naħseb li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha tgħidilna b'mod ċar x'se jiġri mill-famużi low floor u super low floor buses li kellhom jiġu Malta biex jibdew jieħdu post il-buses il-qodma.", "Meta kienu ġew inawgurati l-ewwel tliet buses ta' dan it-tip kien intqal li din hija xi ħaġa li l-Amministrazzjoni l-ġdida rnexxielha tagħmel fi ftit żmien.", "Forsi dak inhar kienu nsew li x-xogħol preparattiv kien sar kollu fis-snin ta' qabel!", "B'daqshekk ma jimportax, imma issa dawn il-buses qegħdin hawn u dawk is-sidien li fil-passat għamlu agreement ma' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex jixtru karozza tal-linja ta' dan it-tip iridu jkunu jafu x'inhi l-pożizzjoni tagħhom.", "Anke dawk l- assoċjazzjonijiet kollha li kellhom sehem fit-tfassil ta' liema vettura għandha tintuża fuq ir-rotot ta' pajjiżna jridu jkunu jafu x'se jiġri fir- rigward ta' dawn il-karozzi tal-linja.", "Jiena nemmen li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha tagħmel il- pożizzjoni tagħha ċara mhux biss mal-membri li qed imexxu l-istess awtorita' imma wkoll ma' kull persuna li tista' tiġi milquta.", "Ċertament li wieħed jista' jħares 'il quddiem lejn il-possibilita' ta' servizz aħjar bl-introduzzjoni ta' dawn it-tip ta' karozzi tal-linja u nemmen li x-xogħol kollu li sar fil-passat f'dan ir-rigward għandu jkun il-bażi tal-ħidma għas- snin li ġejjin.", "Nemmen li bil-koperazzjoni ta' kull wieħed u waħda minna dan is-servizz jista' jingħata spinta akbar, u mhux lanqas f'dak li għandu x'jaqsam ma' dħul iktar qawwi għan-nies li joperaw dan is-servizz.", "Kif għidt diversi drabi, din hija kategorija ta' nies li għandha l- problemi partikolari tagħha - u ċertament li dawn il-problemi jħallu l- effett tagħhom fuq il-passiġġieri wkoll - iżda ma rridu ninsew qatt li dawn in-nies qed jagħtu servizz lil pajjiżna u żgur li bħal kull wieħed minna għandhom dritt ta' għajxien diċenti b'riżultat tal-ħidma tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra kienet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TELMALTA - CABLES ĠODDA", "3674.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' xogħol ta' trinek li sar fl-inħawi kollha tal-11 u t-12-il Distrett Elettorali mill-1987 'il hawn sena b'sena, lokal lokal, b'konnessjoni ma' tqegħid ta' cables ġodda tat-telefon?", "Kemm ġew ipprovati servizzi tat-telefon permezz ta' dan ix-xogħol?", "Kemm kien in-numru ta' linji available f'kull exchange f'dawn id-distretti f'Mejju, 1987 u kemm kien f'Ottubru, 1996?", "Meta hu mistenni li jingħataw is-servizzi pendenti li hemm għat-transfers u għal-linji ġodda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MĠARR - PROVVISTA TA' ILMA", "3675.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġimgħat l-inħawi tas-Santi, ta' l-Abatija u ta' l-Iskrivit (l/o Mġarr) kienu diversi drabi mingħajr il-provvista ta' l-ilma?", "X'passi se tieħu l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tassigura li dawn l- inħawi jkollhom ilma matul il-ġimgħa kollha, iktar u iktar meta wieħed iqis li dawn l-inħawi m'għandhom l-ebda sors ieħor ta' ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il-każ u jidher li l-provvista ta' l-ilma fl-inħawi imsemmija hija adekwata.", "Il-Korporazzjoni qed tieħu miżuri biex ittejjeb il- provvista fl-inħawi minħabba li l-mejnijiet huma qodma.", "BUĠIBBA - BREAKWATER", "3676.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji biex il-breakwater ta' Buġibba jiġi miksi b'wiċċ ġdid fuq dak li hemm bħalissa?", "Jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji biex fuq dan il-breakwater jitwaħħlu dwal adegwati?", "Jekk le, jista' almenu jitwaħħal dawl li juri t- tarf tal-breakwater in-naħa tal-baħar?", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Maritime Authority dwar dan il-breakwater?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' Marittima rigward dan il-breakwater hija skond id-dispożizzjoni ta' `Section 21 (2) Part III' ta' l-Att Nru XVII ta' l-1991, iżda l-Awtorita' se tistħarreġ il-possibilita' li jkun hemm dawl bħala għajnuna għan- navigazzjoni.", "Se ngħid lill-Awtorita' Marittima ta' Malta tara l-possibilita' li jsir il-kisi li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "TELEMALTA - TELEPHONE BOXES", "3677.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' telephone boxes li għandha l-Korporazzjoni Telemalta f'kull lokal tal-11 u 12-il Distrett Elettorali?", "Kemm hemm talbiet pendenti quddiem il-Korporazzjoni Telemalta biex jitwaħħlu telephone boxes ġodda?", "F'liema lokalita'?", "Meta hu mistenni li jitwaħħlu dawn it-telephone boxes?", "Il-Korporazzjoni Telemalta stess għandha l-ħsieb li jitwaħħlu xi telephone boxes ġodda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni kollha rigward kemm hemm telephone boxes fil-11 u fit-12-il Distrett, kif ukoll l-applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Korporazzjoni Telemalta tinstab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Rigward l-applikazzjonijiet pendenti, il-Korporazzjoni Telemalta diga' bdiet tinstalla wħud minnhom u l- prijorita qiegħda tingħata lill-postijiet pubbliċi.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma telephone boxes ġodda, il-Korporazzjoni se tinstalla 10 telephone boxes oħra f'Buġibba u dan se jsir fid-dawl tal-proġett li għaddej bħalissa biex tissebbaħ din il-lokalita' turistika.", "Ta min jgħid li l-Korporazzjoni qiegħda tistudja l-possibilitajiet kollha biex tħaffef l-installazzjonijiet pendenti tal-cardphones.", "Dan billi tneħħi burokrazija żejda, iżżid ir-riżorsi, toffri inċentivi interni neċessarji u jekk ikun hemm bżonn anke tikkonsidra xi sub-contracting.", "VAT - REFUNDS", "3678.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għar-refunds tal-VAT, bħall-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala meta l-VAT ma tkunx għadha topera fil-forma li hi llum?", "Dawk il-bdiewa, raħħala u sajjieda li kellhom ir-return tagħhom li tagħlaq darba fis-sena, x'se jagħmlu biex jieħdu lura l-VAT li kienu ntitolati għaliha?", "Dan l-istess arranġament jgħodd ukoll għal kategoriji oħra tal-ħaddiema?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant dwar l-ewwel parti tad-domanda sabiex jara s-Sezzjonijiet relevanti tal-White Paper For a Better Tax System.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, il-bdiewa, s-sajjieda u r-raħħala jibqgħu intitolati għal rifużjoni ta' l-Input VAT dovuta taħt il-Liġi tal- VAT.", "Dan japplika għal kategorija tat-taxpayers l-oħra.", "DJAR - BDIL TA' SOQFA", "3679.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar għar-rigward ta' claims ta' bdil ta' soqfa minn inkwilini tal-bini tal- Gvern?", "Kemm hu n-numru ta' każi fejn inkwilini ta' bini tal-Gvern talbu lill-Awtorita' tad-Djar (mhux lid-Dipartiment tal-\"Maintenance & Construction) biex dawn is-soqfa jinbidlu?", "Kemm minn dawn il-każi jinsabu quddiem il-Qorti?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar ma għandhiex claims għal bdil ta' soqfa minn inkwilini fi proprjeta' tal-Gvern.", "Id-Dipartiment għall- Bini u Tiswija ta' Djar jieħu ħsieb ta' dawn it-tiswijiet skond il-policy tiegħu.", "Il-bini tal-Gvern huwa amministrat mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Għaldaqstant aktar tagħrif jista' jinkiseb minn dan id-Dipartiment.", "SAĦĦA - RECIPROCAL HEALTH AGREEMENT", "3703.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3218 u t-tweġiba mogħtija dwar reciprocal health agreements, jista' l- Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet għal trattivi bilaterali ma' Franza, Iżrael u l-Italja?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta bdew it-taħdidiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-taħditiet rigward it-trattativi bilaterali ma` Franza kif ukoll ma` Iżrael waslu f`livelli avvanzati.", "Dawk li jirrigwardaw l-Italja għadhom fi stat fejn wieħed qiegħed jiddiskuti biex jintlaqgħu l-għanijiet reċiproċi.", "It-taħdidiet ma` Franza bdew fl-1982, filwaqt li dawk ma l-Iżrael inbdew fl- 1994.", "Dwar dak ta` l-Italja kien hemm ftehim fl-1982 li qatt ma ġie rratifikat u għaldaqstant, wieħed jista jgħid li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "FORTI RICASOLI", "3764.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi d-development brief għall-iżvilupp ta' Forti Ricasoli kien fi stat avvanzat sa sitt xhur ilu, f'liema stadji qiegħed dan illum?", "X'inhuma l-proposti tal-Gvern t'issa fuq dan il-proġett tant ambizzjuż?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Wara li saru laqgħat konsultattivi l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għaddiet id-Development Brief tal-Forti Ricasoli lid-Dipartiment tat-Turiżmu fi Frar li għadda.", "Din qiegħda issa tiġi mibgħuta lill- kumpanniji nteressati fl-iżvilupp li sejrin iniedu proposti ta' żvilupp, ibbażati fuq il-kriterji provduti fid-Development Brief.", "Wara konsiderazzjoni tal-proposti sottomessi ssir l-għażla ta' min se jagħmel l- iżvilupp propost.", "L-iżvilupp propost huwa għal theme park fuq tema kulturali u storika b'faċilitajiet rikreattivi, kummerċjali u oħrajn anċillari.", "L-għan ewlieni ta' dan il-proġett hu r-restawrazzjoni u r-riabilitazzjoni ta' din il-Forti billi jiġi nkoraġġit użu adekwat waqt li jiġi mmexxi 'l quddiem żvilupp li jżomm il-karattru storiku tal-post u fl-istess waqt, tkun ta' esperjenza edukattiva u rikreattiva għan-nies li jżuru l-Forti.", "TARXIEN - TRIQ IL-FIERES", "3765.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li Triq il-Fieres, Ħal Tarxien tingħata l-asfaltar kollha kemm hi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Parti minn Triq il-Fieres li għada mhix asfaltata hija mniżżla fil-lista tat-toroq li jridu jiġu asfaltati.", "KOPERATTIVI", "3766.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi l-Ministru beda jwettaq ħidma siewja fil-qasam tal-koperattivi, jista' l- Ministru jibda jesplora l-possibilta' ta' twaqqif ta' koperattivi fil-qasam tal-produzzjoni ta' prodotti tipikament Maltin u Għawdxin u hekk tissaħħah il-Crafts & Cottage Industry?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'laqgħa li kelli mal-Bord tal-Koperattivi jiena sħaqt biex jissaħħaħ il-mekkaniżmu tal- Koperattivi biex ikun possibbli jitwaqqfu għaqdiet minn kull settur ta' l- ekonomija, inkluża l-Crafts and Cottage Industry.", "BARRIERI", "3767.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Wara l-ħafna rapporti fuq il-mass media dwar il-ħsara li qed issir minn xogħol f'barrieri lill-writ ta' dan il-pajjiż, ma jidhirlux il- Ministru li l-Gvern għandu jieħu l-passi deċiżivi biex din il-ħsara ma tkomplix issir, infetħu meta infetħu dawn il-barrieri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern qed jieħu bis-serjeta' l-problemi li xi barrieri qegħdin jikkaġunaw lill-wirt kulturali.", "F'każ reċenti, ittieħdu passi konkreti - permezz t'intervent deċiż mill-Pulizija fuq inizjattiva ta' l-Awtorita' għall-Ippjanar (stop works notice) - biex jitwaqqaf xogħol abbużiv li kien qed isir ġewwa barriera taż-żrar qrib it-tempju megalitiku ta' l-Imnajdra.", "Ta min ifakkar, li s-sit ta' l-Imnajdra u Ħaġar Qim huwa rikonoxxut mill- UNESCO bħala World Heritage Site.", "Dan ir-rikonoxximent jista' jiġi rtirat jekk l-inħawi ta' dawn iż-żewġ tempji preistoriċi jibqgħu jiġu mqabra minn attivitajiet ta' impatt ambjentali daqstant negattivi; bħal ma huma l- barrieri qrib l-Imnajdra.", "Għalhekk il-Gvern huwa deċiż li jkompli fil-ħidma tiegħu għall- konservazzjoni ta' dan is-sit ta' valur kulturali dinji, sabiex viżitaturi barranin u Maltin ikunu jistgħu jkomplu jgawdu dawn il-monumenti straordinarji f'dak li baqa' mill-ambjent oriġinali tagħhom.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦOL - RAPPORT", "3768.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3244 u 3413, jista' l- Ministru jagħti d-dati eżatti tal-proċess ta' kif wasal biex jitlob rapport dwar id-Dipartiment tax-Xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li napprezza ferm meta jkolli mistoqsijiet li tweġiba għalihom tkun ta' għajnuna għaċ- ċittadini.", "Din il-mistoqsija weġibtha meta tajt risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3244.", "Wasalt biex nitlob rapport dwar id-Dipartiment tax-Xogħol mill-ewwel darba li mort inżur dan id-dipartiment u sibtu fil-ħerba u l-abbandun li ħallietu fih l-Amministrazzjoni Nazzjonalista li tilfet il-fiduċja tal-poplu nhar is- 26 ta' Ottubru 1996.", "Xhieda ta' dan l-abbandun hemm impjegati li jaħdmu f'dan id-dipartiment kif ukoll rapport li kienet għamlet l-MSU lill-Gvern Nazzjonalista f'Novembru 1992, liema rapport qatt ma sar xejn dwaru.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "3769.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2870 u t- tweġiba mogħtija fis-seduta tat-3 ta' Marzu, 1997 fejn issemmew 27 trasferiment fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministru, jista' l- Ministru jgħid f'liema dipartimenti saru dawn it-trasferimenti u kemm minnhom intalbu minn nies ikkonċernati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "3779.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'tibdil hu maħsub li jsir fi programm ta' bini ġdid, estensjonijiet jew upgrading ta' skejjel li se ssir fl-1997 minn dak li kien maħsub li jsir mill-amministrazzjoni ta' qabel?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex inħass li għandu jsir?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3778.", "Dettalji tal-proġetti ta' kostruzzjoni u ta' riabilitazzjoni kif ukoll ta' xogħlijiet oħra li se jsiru fl-iskejjel inħadmu wara li periti u uffiċjali sanitarji żaru l- iskejjel u evolvew il-bżonnijiet li hemm fihom.", "SKEJJEL - SANTA LUĊIJA", "3780.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Meta hu maħsub li tkun lesta l-iskola ġdida f'Santa Luċija li se sservi bħala Junior Lyceum tal-Bniet?", "Kemm mill-vot kapitali ta' Lm1.5 miljun dedikat għal Construction and Adaptation Works Secondary Schools se jintuża għat-tkomplija ta' din l- iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-fażijiet kollha ta' l-iskola ġdida li qed tinbena f'Santa Luċija u li se tintuża bħala Junior Lyceum għall-bniet se jkunu lesti fis-sena 2000.", "Madankollu, l-ewwel fażi ta' din l-iskola se tkun lesta din is-sena w użu se jibda jsir mill-iskola minn Settembru 1997.", "L-ammont ta' Lm1,504,000 li hu allokat għas-settur sekondarju fil-Vot Kapitali huwa parti mis-somma totali ta' Lm3,000,000 li ġew ivvotati għall- kostruzzjoni, riabilitazzjoni u manutenzjoni ta' l-iskejjel fl-Estimi ta' l- 1997.", "Minn dan l-ammont huwa stmat li tintnefaq is-somma ta' Lm950,000 fuq l-iskola ta' Santa Luċija.", "MSIDA - STORBJU MINN TFAL", "3781.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara jekk il-pulizija jistgħux jinvestigaw u jirrapportaw dwar ilmenti ta' storbju li gruppi ta' żgħażagħ u tfal qed joħolqu b'inkonvenjent għar-residenti li jgħixu f'Rue D'Argens, Msida, faċċata ta' l-istabbiliment ta' l-għamara FXB?", "Il-Prim Ministru huwa f'pożizzjoni jgħid x'irriżulta u x'passi ħadet il-Pulizija jekk ikun il-każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kull meta saru ilmenti ta' din ix-xorta, il-Pulizija marret fuq il-post u wissiet lit-tfal involuti biex ma jagħmlux storbju.", "PULIZIJA TRAINEES", "3782.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kors ġie mniedi fl-Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali matul l-1996 għal Pulizija Trainees?", "Meta beda u spiċċa kull kors?", "Kemm- il persuna bdiet u spiċċat il-kors u ġiet ingaġġata fil-Korp tal-Pulizija?", "Meta hu l-ħsieb li jingħataw il-ġurament l-aħħar grupp ta' pulizija trainees li għaddew mill-kors organizzat għalihom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul is-sena 1996 saru tlett korsijiet bażiċi għall- pulizija trainees fl-Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali kif se nsemmi:", "a) L-ewwel kors kien mill-11 ta' Settembru 1995 sas-26 ta' Jannar 1996.", "37 rekluta bdew u temmew dan il-kors u ġew ingaġġati fil-Korp tal-Pulizija.", "b) It-tieni kors kien mit-12 ta' Frar 1996 sal-14 ta'Ġunju 1996.", "Bdew dan il-kors 86 rekluta u spiċċaw il-kors u ġew ingaġġati fil-Korp tal-Pulizija 79 rekluta, peress li matul il-kors 5 irreżenjaw u 2 m'għaddewx fl-eżami finali.", "c) It-tielet kors kien mit-12 ta' Frar 1996 sas-27 ta' Frar 1997.", "Bdew il- kors 10 apprendisti, 2 irrIżenjaw u 2 ma ssodisfawx il-livell metħieġ.", "Is- sitta l-oħra ġew ingaġġati fil-Korp tal-Pulizija fis-27 ta' Frar 1997.", "DROGA - PROBLEMI", "3783.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Wara li skond ittra ppubblikata mid-Direttur tad-DOI ta' Diċembru, 1996 qed isiru laqgħat bejn aġenziji governattivi u oħrajn non-governattivi dwar il-problema tad-droga, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar:", "a) għaliex dawn il-laqgħat qed isiru bil-magħluq? b) Għaliex m'hemmx rappreżentanti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, tal-Private Schools Association, Kunsilli Lokali, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il- Federazzjoni ta' l-Industriji u Aġenziji oħrajn li żgur għandhom kontribut x'jagħtu meta tiġi diskussa l-prevenzjoni?", "Għaliex lanqas il-Partit Nazzjonalista ma ġie mistieden meta l-Gvern ta' qabel kien innomina membru tal-Partit Laburista fil-Kummissjoni kontra l-Abbuż ta' l-Alkoħol u d- Droga?", "Jista' l-Prim Ministru jitlob lil dawn l-organizzazzjonijiet jibagħtu r-reazzjonijiet tagħhom ħalli jiġi mistħarrġa mill-aġenzija mistiedna għal dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PENSJONIJIET", "3784.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni għar-rigward tal- pensjoni taħt l-Ordinanza tal-Pensjonijiet ta' dawk l-impjegati tal-Gvern li minn dipartimenti governattivi ġew assorbiti f'korporazzjonijiet jew entijiet parastatali?", "Kemm hemm impjegati li jaqgħu f'din il-kategorija?", "F'liema korporazzjonijiet jinsabu dawn il-ħaddiema?", "Fiex waslu t-taħdidiet li kienu qed isiru fuq din il-materja u jista' issa jagħti tagħrif dettaljat dwar id-deċiżjoni li se tiġi mplimentata?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jiena mgħarraf li meta ħafna ex-impjegati tal-Gvern ġew assorbiti f'korporazzjonijiet jew entijiet parastatali, għalkemm ġie miftiehem illi s-servizz ma' dawn il-korporazzjonijiet jibqa' jgħodd għall- komputazzjoni tal-Pensjoni mit-Teżor taħt l-Ordinanza tal-Pensjonijiet, ma kien sar l-ebda ftehim fuq liema salarju din il-pensjoni għandha tinħadem.", "Billi dawn il-gradi ma' dawn l-entijiet qatt ma' kienu dikjarati pensjonabbli skond kif tirrikjedi l-Ordinanza tal-Pensjonijiet, il-pensjoni ta' dawn l-impjegati qed tinħareġ skond is-salarju li kien ikollhom kieku baqgħu mal-Gvern fl-istess grad.", "B'danakollu qed jitkomplew studji u taħditiet mal-partijiet konċernati biex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal dawn id-diffikultajiet.", "Dawn sibt li jinvolvu aspetti legali u proċedurali li għadhom m'humiex maħlula.", "Mhux possibbli li jingħataw dettalji dwar deċiżjonijiet li għad iridu jittieħdu, u li - kif forsi jaf l-Onor.", "Membru - ilha ssir tfittxija għalihom.", "S'issa l-pensjonanti li huma nvoluti huwa kif ġej:", "|Korporazzjoni jew |Numru ta' | |enti Parastatali |Impjegati | |Water Services |120 | |Corporation | | |Telemalta |79 | |Corporation | | |Enemalta |61 | |Corporation | | |Malta Maritime |5 | |Authority | | |Malta International|13 | |Airport | | |Public Transport |9 | |Authority | | |Posta Ltd |14 | |University of Malta|14 | |Planning Authority |3 | |TOTAL |318 |", "It-Teżor mhux f'pożizzjoni li jkun jaf in-numru ta' l-impjegati li għadhom jaħdmu mad-diversi entijiet u jkunu intitolati għall-pensjoni taħt l- Ordinanza meta jirtiraw.", "SAĦĦA - WARD CLERKS", "3820.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Meta huwa mistenni li jiġi ffinalizzat il-proċess kollu u jiġu ppubblikati r-riżultati ta' l-eżami għall-Ward Clerks?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M`għandhix x`inżid mar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2074.", "SANITA' - DIRETTURI", "3821.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal ħatra tad-diretturi fil-Head Office tas- Sanita'?", "Min hemm preżentement jokkupaw dawn il-postijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-arranġamenti li għandhom jirregolaw il-ħatra ta' Kapijiet ta' Dipartimenti fis-Servizz Pubbliku, inkluż il-ħatriet li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru, għadhom qed jiġu kkonsidrati.", "Dawn il-postijiet preżentement huma okkupati kif jidher hawn taħt:", "Dr John Cachia, Direttur (Institutional Health) li qiegħed ukoll jokkupa l-post ta' Acting CGMO", "Dr Raymond Scerri, Direttur (Policy and Planning)", "Dr Raymond Busuttil, Direttur (Primary Health)", "Mr Saviour Lautier, Direttur (Human Resources)", "Dr Hugo Agius Muscat, Direttur (Health Information)", "SERVIZZ ĊIVILI - CGMO/DIRETTUR ĠENERALI", "3822.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal ħatra ta' CGMO jew Direttur Ġenerali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3821.", "SPTARIJIET - TRASFERIMENTI", "3823.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-transfers li saru ġewwa l-isptarijiet sarux wara li ġew ikkonsultati l-unions, l-Acting CGMO, id-Direttur tan-Nursing Services u d- diretturi kliniċi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iċ-ċaqliq li sar, kien skond l-esiġenzi tas- servizz.", "Il-konsultazzjonijiet saru mal-partijiet ikkonċernati.", "SPTARIJIET - HOSPITAL LINEN SERVICES", "3824.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk id-Dipartiment għadux għaddej bil-ħsieb li ssir koperattiva bejn il- ħaddiema tal-Hospital Linen Services?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Deċiżjoni tittieħed fi żmien adattat.", "SPTAR SAN LUQA - INFECTION CONTROL UNIT", "3825.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-membri ta' l-Infection Control Unit ġewwa l-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Infection Control Unit ta' l-Isptar San Luqa hija mmexxija mill-mikrobijoloġista, t-tabib Michael Borg, li jaqdi l- funzjoni ta' Acting Infection Control Officer u għandha wkoll żewġ Infection Control Nurses bi kwalifika ta' ENB 329 f' Infection Control Nursing li huma Paul Pace u Noel Abela.", "QRATI - PROBATION OF OFFENDERS ACT, 1957", "3840.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati xi emendi għall- Probation of Offenders Act, 1957 bil-għan li tiġi aġġornata għaż-żmenijiet tal-lum?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kap 152 bħal liġijiet l-oħra kollha, hu dejjem miżmum taħt eżami biex jekk ikun hemm bżonn ta' aġġornament jiġi emendat.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi suġġerimenti x'jagħmel, jien lest li nikkonsidrahom.", "QRATI - GĦAJNUNA LEGALI", "3841.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkordata lilhom għajnuna legali fl-1996 u fl-1997?", "X'kien l-ammont globali minfuq fl-1996 għal dan l-iskop?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Ma tinżammx statistika tat-talbiet ta' l- għajnuna legali u ta l-ammonti nvoluti.\"", "KUMMISSJONI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA", "3842.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħet il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fl-1996 u fl-1997?", "Min huma preżentement il-membri li jikkomponuha?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bejn Jannar ta' l-1996 u llum, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ltaqgħet 15-il darba.", "Il-Membri tal- Kummissjoni huma:-", "1.", "President ta' Malta.", "Chairman 2.", "Prim Imħallef.", "1.", "U.T. Dr J. Said Pullicino 3.", "Avukat Ġenerali.", "Dr A. Borg Barthet.", "4.", "Imħallef Lino Agius.", "5.", "Imħallef V. Caruana Colombo 6.", "Maġistrat Dennis Montebello 7.", "Maġistrat Patrick Vella 8.", "Profs.", "Rene Cremona 9.", "Dr J. Micallef Stafrace 10.", "Mrs Dolores Cristina.", "QRATI - PROCESS VERBAL", "3843.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il \"process verbal\" għadu pendenti quddiem il-maġistrati inkwerenti li fihom għadu ma tlestiex ir-rapport?", "Kemm minnhom ilhom pendenti għal iktar minn sena, għal iktar minn sentejn, għal iktar minn tliet snin, għal aktar minn erba' snin u għal iktar minn ħames snin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li peress illi skond id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, b'mod partikolari l- artikolu 518 tiegħu, l-inkjesti li jinżammu mill-Maġistrati Inkwirenti huma minn natura tagħhom stess meqjusa sigrieti, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "SPORT SUPPORT PROGRAMME", "3857.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm organizzazzjonijiet u/jew individwi bbenefikaw kull sena (sena b'sena) taħt l-iSport Support Programme minn meta beda jitħaddem il-programm?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa bl-ismijiet ta' min ibbenefika u bl- ammont li rċieva kull benefiċċjarju?", "Jista' l-Ministru jgħid hemmx il- ħsieb li l-programm jibqa' jitħaddem?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li sena b'sena bbenefikaw dawn l- organizzazzjonijiet u/jew individwi:", "| |Organizzazzjon|Individ| | |ijiet |wi | |1992 |7 |- | |1993 |7 |- | |1994 |18 |1 | |1995 |30 |2 | |1996 |51 |2 | |1997 |2 |- |", "Lista sħiħa bl-ismijiet ta' min ibbenefika u bl-ammont li rċieva kull benefiċjarju tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Ir-risposta għall-aħħar mistoqsija hija fl-affermattiv.", "SKEJJEL - SKOLA TAL-MUŻIKA", "3858.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskola tal-Mużika?", "Jista' l-Ministru jgħid liema strumenti jiġu mgħallma u kemm hemm studenti li jitgħallmu l-istrumenti varji?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża annwali ta' l-iskola, sena b'sena, bejn l-1992 u l-1996 (it- tnejn inklużi)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-iskola tal-Mużika Johann Strauss, il-Belt, din is-sena qed isir tagħlim f'diversi strumenti u teorija.", "L-għadd ta' studenti hu ndikat kif jidher hawn taħt:", "|Strument |Għadd ta' | | |Studenti | |Recorder | 9 | |Flute | 38 | |Oboe | 3 | |Clarinet | 31 | |Saxophone | 5 | |Bassoon | xejn | |French Horn | 5 | |Trumpet | 46 | |Trombone | 8 | |Althorn | 4 | |Euphonium | 2 | |Tuba | xejn | |Percussion | 26 | |Violin | 95 | |Viola | 13 | |Violincello | 19 | |Double Bass | 3 | |Classical | 70 | |Guitar | | |Modern Guitar | 37 | |Bass Guitar | 24 | |Harp | 10 | |Piano | 140 | |Pianoforte | xejn | |Accordion | xejn | |Organ-Electric| xejn | |Organ-Pedal | 8 | |Voice | 41 | |Basic | 140 | |Theory | 380 |", "Numru ta' studenti hu 766.", "L-ispiża annwali għall-Iskola tal-Mużika esklużi salarji kienet approx. hekk:", "|1992 |Lm 3,654 | |1993 |4,530 | |1994 |4,426 | |1995 |2,962 | |1996 |5,789 |", "DRAMA UNIT THEATRE PROGRAMME", "3859.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iSkola tad-Dramma?", "Jista' jgħid liema suġġetti speċifiċi jiġu mgħallma u kemm hemm studenti li jitgħallmu s-suġġetti varji?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża annwali ta' l-iskola, sena b'sena, bejn l-1992 u l-1996 (it- tnejn inklużi)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-għadd ta' studenti li jattendu d-Drama Unit Theatre Programme hu 266.", "|Suggetti mgħallma |Ghadd ta' | | |Studenti | |Junior Course (Age |158 | |11-14) | | |Movement/Improvisati| | |on | | |Intermediate Course | | |(Age 15-17) | | |Movement II |66 | |Improvisation II |66 | |Acting |66 | |Adult Courses (Age | | |18+) | | |Movement III |35 | |Acting Technique |42 | |Fencing |35 | |History of the |35 | |Theatre | | |Make-up |35 | |Stage-Management |35 | |Play Appreciation |35 |", "L-ispiża annwali. esklużi salarji, għad-Drama Unit Programme kienet approx. hekk:", "|1992 |Lm 300 | |1993 | | | |300 | |1994 | | | |500 | |1995 | | | |700 | |1996 | 5,000|", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - DIRETTURI", "3860.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Jista' jgħid meta kull wieħed minnhom ħa l-ħatra u x'inhu l-minimu u l- massimu tas-salarju li jirċievi?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hux maħsub li xi ħadd minn dawn il-persuni jirtira bl-eta' bejn issa u l-aħħar ta' l-1998?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3860 magħmula mill-Onor.", "Richard Muscat, nixtieq ninformah kif ġej:", "|Diretturi Generali | 1 | |Diretturi | 6 | |Assistenti Diretturi |12 |", "Il-lista bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall- qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - EDUCATION OFFICERS", "3861.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Education Officers fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet tagħhom kollha u bis-suġġett li kull wieħed minnhom jikkura?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari.", "UNJONI EWROPEA - PROGRAMM LEONARDO", "3862.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-programm ta' l-Unjoni Ewropea \"Leonardo\" hux qed jitmexxa mill-Ministeru tiegħu jew inkella mill- Ministeru għall-Ħarsien Soċjali?", "Jekk qed jitmexxa mill-Ministeru tiegħu, jista' l-Ministru jgħid min tqabbad jaħdem fuq il-programm?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-flus għal dan il-programm jinsabu fil-vot ta' dan il-Ministeru.", "Ix-xogħol fuqu qed isir b'kordinazzjoni mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "DIJABETE - DIABETES MELITUS", "3889.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Peress li qegħdin isiru studji li wkoll kienu waslu fi stadju avvanzat, biex ġenituri ta' pazjenti li jbatu minn diabete ġuvenili jikkwalifikaw għall-karta r-roża, minbarra li jieħdu l-benefiċċji ta' l-Iskeda V, xi ħaġa li nħasset il-ħtieġa tagħha għaliex l-ispejjeż żejda li jidħlu fit-trobbija ta' dawn it-tfal, kemm f'dik li hi dieta' kif ukoll affarijiet addizzjonali meħtieġa, jafu jkunu konsiderevoli, jista' l-Ministru jgħid fejn waslu dawn l-istudji u meta hemm il-ħsieb li jiġu attwati?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Artiklu 23 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li fejn persuna tkun qed tbati minn Diabetes Melitus din tkun tista' tingħata mediċini b'xejn mingħajr il- ħtieġa li tissodisfa t-test tal-mezzi.", "Dan japplika wkoll f'każ ta' tfal.", "Iżda l-Onor.", "Interpellant jifhem li f'dan il-każ il-karta r-roża toħroġ f'isem dik il-persuna biss u ma tkunx tinkludi l-kap tal-familja, martu jew xi membru ieħor f'dik il-familja li ma jkunx ibati mid-diabete.", "Dwar l-istudju li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, ninformah li r- rapport tal-Kumitat li kien ġie maħtur fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra, qed jingħata konsiderazzjoni mid-Drugs and Therapeutic Committee bil-għan li jiġi ffinalizzat it-tibdil propost fil-Ħames Skeda tal-liġi, li fost kondizzjonijiet u mard ieħor tinkludi d-Diabete.", "SLIEMA - FERGĦA TAL-MEDIĊINI", "3890.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat għaliex fuq preskrizzjoni ta' glibenclamide (euglucon) ġie mogħti metformin għal darba, darbtjen, mill-fergħa tal-Ħruġ tal-Mediċini f'Tas- Sliema?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk l-Onor.", "Interpellant jista b`mod konfidenzjali jgħaddili d-dettalji tal-każ li fuqu hija bbażata l- mistoqsija, dan ikun jista jiġi mistħarreġ bir-reqqa mid-dipartiment.", "PTA - XIRI TA' KAROZZI ĠODDA", "3926.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Ġaladarba l-importazzjoni tax-char-a-bancs ġiet sospiża, hemm il-ħsieb li l-Gvern jirrifondi l-ħlas tad-depożitu li għamlu s-sidien ta' dawk li applikaw biex jimpurtaw char-a-bancs ġodda?", "Kemm huwa l-ammont globali tad-depożitu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li għad trid tittieħed deċiżjoni dwar id-depożitu li kienu għamlu s-sidien ta' 147 karozza tal-linja li kienu wrew l-intenzjoni tagħhom li jixtru karozza ġdida.", "Tajjeb li jingħad li dan id-depożitu kien sar fi żmien (1995) meta tidher li kienet għadha l- intenzjoni tal-awtorita' li tkun hi li ġġib il-karozzi l-ġodda tant li d- dikjarazzjoni li s-sidien iffirmaw meta għamlu d-depożitu tgħid, fost l- oħrajn, qiegħed nobbliga ruħi li nixtri vettura ġdida mingħand l-istess awtorita' skond il-ftehim tas-17 ta' Mejju 1995'.", "L-importazzjoni ġiet sospiża temporanjament ħalli tkun tista' tinstab soluzzjoni għall-problema li nħolqot, kif diġa' spjegajt drabi oħra, wara li kien deċiż li l-karozzi għandhom ikunu super low floor.", "Ta' min josserva li l-prezz ta' dawn il-karozzi hu ferm ogħla minn dawk li kien hemm il-ħsieb li jinġiebu oriġinarjament u nħolqot problema kbira dwar x'għandu jkun l-ammont ta' sussidju.", "L-ammont totali mħallas f'depożitu kien ta' Lm73,500.", "LOCKERBIE - INVESTIGATURI", "3927.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda bejn l-investigaturi tal- każ Lockerbie u l-Gvern in rappreżentanza ta' Air Malta?", "L-investigaturi ta' dan il-każ partikolari kemm-il darba ġew Malta u ma' min saru it-taħdidiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ma kienx hemm żviluppi f'dan il- każ.", "L-investigaturi ta' dan il-każ ġew Malta diversi drabi sabiex jinvestigaw flimkien mal-Pulizija Maltin.", "SKEJJEL - DYSLEXIA", "3928.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u Kultura qiegħed jitratta każijiet ta' Dyslexia fl-iskejjel Governattivi?", "X'inhi s-sitwazzjoni attwali u x'rimedji qiegħed jieħu d-dipartiment f'dan ir-rigward?", "Id-dipartiment għandu persuni mħarrġa għal din il- kwalita' ta' sitwazzjoni?", "Qatt sar xi rapport dipartimentali u x'konklużjonijiet kien fih?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "CHILD SUPPORT AGENCY", "3929.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: F'Malta teżisti xi forma ta' Child Support Agency li taqa' taħt xi ministeru jew tas-Saħħa jew dak tal-Ħarsien soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lid-Dipartiment tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u tal-Familja.", "PRIM MINISTRU - ŻJAJJAR LILL-EMIGRANTI", "3930.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid xi stedin kellu l-Prim Ministru biex iżur komunitajiet Maltin f'diversi pajjiżi fejn hemm dawn l-emigranti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tnejn, stediniet informali, l-Awstralja u l-Kanada.", "FIXED KIOSKS - PERMESSI", "3938.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil fil-policy li ġiet adottata xi sena ilu li fixed kiosks jiġu allokati biss wara li tinħareġ tender mid-Dipartiment ta' l- Artijiet, u fuq sit approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel ma jinħareġ il-permess mill-Kummissarju tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ma kienx hemm tibdil.", "QRATI - KAWŻI KRIMINALI", "3954.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli minn deċiżjonijiet prelimari ta' kawżi kriminali li minħabba tali appelli ma jistgħux jibdew il-ġurijiet?", "Kemm minn dawn l-akkużati jinsabu taħt arrest preventiv?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li hemm għaxar appelli minn deċiżjonijiet preliminari ta' kawżi kriminali li minħabba tali appelli ma jistgħux jibdew il-ġurijiet.", "Minn dawn il-każi hemm akkużat wieħed li jinsab taħt arrest preventiv.", "QRATI - QORTI TAL-MAĠISTRATI", "3955.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet quddiem il- Qorti tal-Maġistrati li ilhom pendenti aktar minn ħames snin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRIQ WIED IL-GĦAJN", "3960.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3636 fejn int għidt li \"id-dipartiment ma kellu l-ebda oġġezzjoni mis- sidien (tal-barrieri) fil-lokal\".", "Qed ngħaddilek separatament kopja ta' ittra ta' oġġezzjoni li dawn is-sidien batu lili u nifhem jien lid- deputati l-oħra tad-distrett, fejn jesprimu l-inkwiet tagħhom.", "Fid-dawl ta' dan jista' l-Ministru jara li tiġi riveduta s-sitwazzjoni biex wieħed ikun ċert milli qed isir?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Wieħed jifhem li l-kopja ta' l-ittra, mingħajr data, mibgħuta lill-Onor.", "Interpellant, nkitbet mis-sidien tal-barriera qabel ma nbeda xogħol fit-toroq pubbliċi.", "Biex l-ilma tax-xita mit-toroq li ġew asfaltati ġodda ma jispiċċax fil- barriera li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant u djar oħra fit- triq, tbaxxew toroq pubbliċi uħud sa tlett piedi, proprju sabiex jieħdu l- ilma tax-xita lejn il-bypass ta' Wied il-Għajn.", "ANZJANI - DAY CENTRE FIL-GŻIRA", "3963.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk it- taħdidiet u l-kuntatti li kienu bdew bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u l- Kunsilli Lokali tal-Gżira taħt l-Amministrazzjoni preċedenti dwar ftuħ ta' Day Centre għall-anzjani fil-Gżira tkomplewx?", "Jekk fl-affermattiv, ġiex akkwistat xi post mill-Kunsill u xi ftehim sar mad-Dipartiment ta' l- Anzjani?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif tħabbar fil-media dan l-aħħar kien hemm kuntatti bejn is-Segretarjat ta' l-Anzjani u l-Kunsill Lokali tal-Gżira dwar Day Centre fil-post.", "Il-post jidher addattat biżżejjed u wara tiswijiet estensivi jista jintuża bħala Day Centre.", "Is-Segretarjat wiegħed kull appoġġ dejjem fl-isfond tal-budget provdut għal dan l-għan.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KONFERENZA", "3966.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi swiet lill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali l-Konferenza Stability in the Mediterranean li saret fil-11 u t-12 ta' Ottubru ta' l-1996 billi jgħid xi tħallas item per item għal kull spiża li saret f'dan ir-rigward u lil min?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-mistoqsija tirrikjedi ħafna riċerka, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - NEWSLETTER", "3967.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fejn tiġi stampata n- Newsletter tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, kemm tiġi tiswa kull ħarġa u jagħti lista ta' nies lil min titqassam kif ukoll igħid x'inhi l-ispiża tal-pustaġġ biex din tiġi ċirkolata?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ħarġitx sejħa għall-offerti biex din in-newsletter tiġi stampata?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Fondazzjoni għandha vokazzjoni nternazzjonali u l-Foundation Circle isservi biex tinforma lill-komunita' nternazzjonali bl-attivita' tagħha passata u futura.", "L-iskop hu li tiġi mħajra l- kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tagħha.", "Hawn Malta n-Newsletter tintbagħat lill-persuni li jista' jkollhom interess fl-attivitajiet tal-Fondazzjoni.", "Il-Foundation Circle ilha tiġi ppubblikata sa mill-1992 u minn dejjem kienet stampata għand il-Union Press.", "Jiġu stampati bejn l-1000 u 1500 kopja.", "Il-mailing list qed tiġi mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra għall- qari.", "Kull ħarġa tiswa mal-LM200.", "Ma jinżammx kont separat ta' l-ispejjeż tal-posta.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - XOGĦOL TA' FOTOGRAFIJA", "3968.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Tufigno Photo & Video Services għandu l-copyright riżervata in kwantu għal dak li hu xogħol ta' fotografija li huwa jagħmel għall-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid kif ġie appuntat dan l-istudio kif ukoll jgħid jekk qattx inħarġitx sejħa għall-offerti għal dan is- servizz?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li l-istudio Tufigno ilu jaħdem mal- Fondazzjoni mit-twaqqif tagħha.", "Inizjalment l-għażla kienet ispirata mill- fatt li Tufigno kienu l-fotografi semi-uffiċjali ta' l-Universita' mill- 1947.", "Skond il-Fondazzjoni il-prossimita' ta' l-istudio għall-Fondazzjoni kien fattur importanti ħafna għaliex ħafna drabi s-servizz tiegħu jkun rikjest b'emerġenza.", "Għalkemm ir-ritratti jġibu l-kliem copy right reserved dan isir biex ma jkunx hemm esplojtazzjoni kummerċjali.", "Fil-fatt il-Fondazzjoni qatt ma kellha l-inqas problema li tuża r-ritratti meħudin minn Tufigno fil- pubblikazzjonijiet tagħha.", "Il-Fondazzjoni, bħala kontro partita, tagħti kreditu lill-istudio.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KONFERENZI", "3969.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħallset il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali sabiex id-Direttur Ġenerali tagħha attenda l- konferenzi u laqgħat li ġejjin billi jagħti dettalji item per item ta' kull spiża li saret u lil min:- Barcelona (8 u 9 ta' Settembru, 1996); Montpellier (21 ta' Settembru, 1996) u Aix-en-Provence (18 ta' Ottubru, 1996)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-mistoqsija tirrikjedi ħafna riċerka, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KONFERENZI", "3970.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm ta' konferenzi ppjanati mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali għall- perjodu bejn l-1 ta' April u l-aħħar ta' Diċembru ta' din is-sena?", "Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' dawn il-konferenzi kif ukoll igħid x'inhu antiċipat li jintnefaq fuq kull konferenza u liema huma l-iskopijiet wara l- organizzazzjoni ta' kull waħda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-mistoqsija tirrikjedi ħafna riċerka, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - PUBLIC LECTURES", "3971.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' Public Lectures li ġew organizzati mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fil- perjodu bejn l-1 ta' Jannar ta' l-1986 u l-aħħar ta' Jannar ta' l-1997 kif ukoll igħid x'kienu l-ispejjeż fl-organizzazzjoni ta' kull lecture u lil min saru l-ħlasijiet relattivi?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll lista ta' Public Lectures li l-Fondazzjoni għandha l-ħsieb li torganizza fil-perjodu bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Diċembru ta' din is-sena kif ukoll igħid x'inhu antiċipat li jintnefaq fuq kull Public Lecture?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-mistoqsija tirrikjedi ħafna riċerka, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "JAZZ FESTIVAL", "3997.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3700, jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitati il-ġdida tal- Maltafest?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus ivvotati għal Jazz Festival 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-membri tal-Kumitat ġdid tal-Maltafest kif mħabbra riċentament huma:", "Lino Farrugia - Chairperson", "Membri", "Cynthia Chircop Marie Therese Vassallo Alfred Spiteri Mallia Karmen Azzopardi Stephen Florian John J. Pace Ninette Micallef Profs.", "J. Friġġieri Mary Lou Coppini Lino Cassar", "L-istess Kumitat jiddeċiedi kemm se juża fondi mmirati għall-Maltafest biex minnhom jittellgħa l-Jazz Festival bħala parti mill-istess Maltafest.", "Qed isir sforz mill-Kumitat il-ġdid biex b'nefqa anqas jittellgħa prodott aħjar.", "ETC - SEJĦIET PUBBLIĊI", "3998.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tat-talbiet li rċeviet l-ETC għall- permess għal sejħiet pubbliċi għal xogħol li l-korporazzjoni kellha mill- 1/11/96 sal-lum?", "Liema azjendi applikaw għal permess, meta saret it-talba u meta ngħata l-permess f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella li turi l-lista sħiħa ta' talbiet mingħand kumpaniji parastatali għall-permessi għas-sejħiet pubbliċi għal-xogħol li l- Korporazzjoni kellha mill-1 ta' Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Frar 1997, meta saret it-talba u meta ngħataw il-permessi f'kull każ, tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MSIDA - SLUM CLEARANCE/FLOOD RELIEF", "3999.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni ta' appartamenti tal-Gvern fl-area ta' l-Imsida fejn diġa' twaqqgħu xi blokki ta' bini (faċċata tal-Kappella tal-Kunċizzjoni)?", "Meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq it-twaqqigħ li jonqos x'isir?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal dik li qed tissejjaħ it-tielet fażi tal-proġett ta' slum clearance fl-Imsida.", "Fil-fatt din l-area se titwaqqa' wkoll b'konnessjoni mal-proġett tal-flood relief u x-xogħol irid isir f'kordinazzjoni bejn id- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Fil-fatt applikazzjoni għall-iżvilupp ta' din l-area għandha titressaq mid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar f'April li ġej.", "SLIEMA - SUB-POST OFFICE", "4000.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3693, il-Ministru qed jikkonferma li twaqqfu l-preparamenti sabiex tinfetaħ sub-post office oħra f'Tas-Sliema fl-inħawi tal-Balluta kif kien ippjanat mill-bord preċedenti?", "X'inhi r-raġuni għal dan, kemm-il darba t-tweġiba hija fl-affermattiv, għall-ewwel mistoqsija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li il-Bord preċedenti ta' Posta Ltd. qatt ma kellu pjan biex jiftaħ Sub Post Office oħra f'tas-Sliema fl- inħawi tal-Balluta.", "EXPO '98", "4001.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm flus hu maħsub li jintnefqu sabiex Malta tieħu sehem fl-Expo '98 ġewwa Lisbona - Portugal?", "Sal-lum ġew iffurmati xi kuntratti mill-gvern Malti b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni mal- organizzaturi tal-Expo '98?", "Jekk fl-affermattiv, meta ġew iffirmati u min iffirma għall-Gvern Malti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Taħt l-Amministrazzjoni ta' qabel kien stmat li l- parteċipazzjoni ta' Malta kienet ser tlaħħaq madwar Lm285,000.", "Qed isir studju biex din il-figura tiġi riveduta.", "Sal-lum ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt mill-Gvern Malti b'konnessjoni mal- parteċipazzjoni ma' l-organizzaturi ta' l-Expo 98.", "TA' KANDJA - TWAQQIGĦ TA' KAMRA", "4002.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3598, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tinħatt din il-kamra?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni u x'inhi r-riferenza ta' din l- applikazzjoni?", "B'riferenza għall-istess tweġiba \"il-ġebel kif ukoll it- travi ġew preservati\" jfisser li ġew inkorporati u integrati mill-ġdida meta ttelgħet din il-kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi fin- negattiv.", "Din il-kamra għadha ma ġietx imtella'.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MULTI-COMM LTD - KUNTATTI", "W100.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatti kellha l-Mult-comm Ltd mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fl-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarjat tal-Ministeru kellu kuntatti ta' natura kummerċjali mal-Multi Comm Ltd li kienu jikkonsistu f'xiri ta' pubblikazzjonijiet f'ġurnali u reklami f'gazzetti.", "Id-Dipartiment tal-Bibljoteki u Arkivji ħallas lill-Multi Comm Ltd f'Diċembru 1996 is-somma ta' Lm404 għal reklami tal-Fiera tal-Ktieb li dehru f'\"il-mument\" u \"in-nazzjon\".", "Fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma kienx hemm kuntatti mal-Multi Comm Ltd fl-aħħar ħames snin.", "Saru kuntatti mad-diversi Dipartimenti tad-Diviżjoni.", "Ħadd minnhom ma jiftakar li qatt kien hemm xi kuntatti mal-Multi Comm Ltd fl-aħħar ħames snin.", "Id-Dipartiment tal-Mużewijiet qatt ma kellu kuntatti mal-Multi Comm Ltd.", "Inkwantu għad-Dipartimenti tal-Kultura u taż-Żgħażagħ u Sport, dawn saru jiffurmaw parti mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali bisss minn Ottubru 1996.", "Il-kuntratti li kellhom id-Dipartimenti in kwestjoni tul l-aħħar ħames snin kienet li din il-kumpannija pprovdiet lid- Dipartiment tal-Kultura permezz tal-Karnival b'apparat ta' amplifikazzjoni fl-1994 u fl-1995 waqt li pprovdiet monitors lill-Kumitat tal-Kanzunetta fl- 1995.", "Inkwantu għad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, din il-kumpannija tqabbdet biex tikordina xi xogħolijiet in konnessjoni mal-Kunċert ta' Zucchero f'Ġunju 1995 u tħallset is-somma ta' Lm4309.34.", "Mill-informazzjoni li għandha l-Universita' ma kellha ebda kuntatti mal- Multi Comm Ltd dawn l-aħħar ħames snin.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI", "W116.", "L-ONOR.", "CHIRS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi flus irċeviet il- Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fil-perjodu l-1 ta' Jannar, 1986 sa l-aħħar ta' Jannar ta' l-1997, xahar b'xahar, għall-perjodu msemmi minn entitajiet Maltin jew barranin inkluż ukoll għotjiet jew ħlasijiet li saru mill-Gvern Malti?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont xahar b'xahar kif intnefqu dawn il-kontribuzzjonijiet kollha xahar b'xahar għal kull sena msemmija?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kien il-bilanċ tal-bank tal- fondazzjoni għal kull xahar tal-perjodu msemmi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dħul li minnu l-fondazzjoni ġemmgħet il-flus?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Rendikont ta' income u expenditure mill-1 ta' Jannar, 1987 sal-31 ta' Diċembru, 1995 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "F'dan ir-rendikont qed jingħata dettalji tal-flus kollha li rċeviet il-fondazzjoni kemm mill-Gvern kif ukoll minn entitajiet oħra lokali u barranin u kif dawn il-flus intnefqu.", "Il-flus li l- fondazzjoni kien baqalha fl-aħħar tas-sena qed jidhru fil-balance sheet bħala cash in bank.", "Qed jidhru wkoll fl-Income & Expenditure Statement l- interessi li l-fondazzjoni daħlet minn flus il-bank.", "Ma sarx audit qabel l-1 ta' Jannar, 1987 minħabba li dak iż-żmien il- kontijiet kollha tal-fondazzjoni kienu jitħallsu kollha direttament mit- Teżor, kif spjegat fin-nota tal-Audituri fl-Audit Accounts ta' l-1987.", "L-accounts ta' l-1996 qed jiġi audited bħalissa u kopja tagħhom jintbagħtu fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.", "BIRGU - MUŻEW MARITTIMU", "W176.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika x'inhu maħsub li jsir bħala żvilupp fil-Mużew Marittimu tal-Birgu u jekk twarrbitx l-idea li jsir aċċess minn band'oħra u li jsir restaurant fis-sular t'isfel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dik il-parti tal-Mużew Marittimu, il-Birgu, li għad mhijiex miftuħa għal pubbliku tenħtieġ xogħol estensiv strutturali u ta' restawr.", "Dan ix-xogħol imbeda s- sena l-oħra, wara li tlestew il-pjanti u d-disinji rilevanti għal dan il- proġett, u għandu jitkompla skond il-fondi disponibbli.", "Id-daħla preżenti għal mużew hija waħda temporanja.", "Meta jitlesta x- xogħol ta' restawr fis-sular t'isfel, tinħoloq intrata ġdida aktar xierqa minn wieħed mill-bibien tan-nofs.", "Huwa ppjanat li eventwalment is-swali kollha tal-mużew jiġu armati bl- eżibiti u miftuħa għal pubbliku.", "Huwa wkoll fi ħsieb id-Dipartiment tal- Mużewijiet li jipprovdi sservizzi kollha meħtieġa.", "Dwar jekk għandux ikun hemm restaurant jew cafeteria fis-sular t'isfel, dan jiġi deċiż meta jkun il-waqt.", "SKEJJEL - TQASSIM TAL-ĦALIB", "W184.", "L-ONOR LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jistax il-Ministru jivverifika li fit-tqassim tal-ħalib lit- tfal ta' l-iskejjel hemm disponibbli d-diversi flavours li soltu kienu jingħataw?", "Jikkonfermax li saru ilmenti lil kapijiet ta' skejjel dwar dan is-suġġett?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħala parti mill-proċess tad-deċentralizzazzjoni id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fdat f'idejn il-Kapijiet ta' l-Iskejjel bix- xiri tal-ħalib għall-iskejjel partikolari tagħhom.", "Kull kap, fis-sistema preżenti, jagħmel l-arranġamenti diretti mal-Malta Dairy Products skond il-bżonn ta' kull skola u jieħu ħsieb l-ilmenti li jistgħu jinqalgħu dwar din il-materja.", "Fejn jidħol kwalita' u kwantita' huma l-Kapijiet li jagħmlu l-kalkoli u jiddeċiedu.", "Dwar dan ma kien hemm l-ebda tibdil u s-sistema għadha kif kienet jiġifieri li flixkun ta' pinta jinqasam bejn tliet itfal.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "W194.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Għaliex skond ċirkolari OPS/55/96 li ħarġet mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lill-kapijiet ta' l-iskejjel primarji dwar Jum il-Ġenituri tgħid li r-riżultati mhux se jintbagħtu minn qabel bil-posta imma jingħataw lill-ġenituri dak inhar stess?", "Jaħsibx il-Ministru li b'hekk il-ġenituri ma jistgħux iħejju lihom infushom tajjeb għad-diskussjoni ma' l-għalliema dwar il-progress ta' wliedhom?", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u jagħti struzzjonijiet lill-kapijiet ta' l-iskejjel biex ir-riżultati jintbagħtu lill-ġenituri qabel Jum il-Ġenituri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Skond id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni r-raġuni għaliex ir-riżultati ma jintbagħtux qabel Jum il-Ġenituri hija biex il- ġenituri jiġu nkoraġġiti jattendu għal Jum il-Ġenituri.", "Il-biċċa l-kbira ta' l-iskejjel iżommu Jum il-Ġenituri ftit jiem wara li jispiċċaw l- eżamijiet.", "Naħseb li għad fadal ħafna xi jsir biex il-ġenituri jkunu nformati aħjar dwar kif sejrin uliedhom fl-iskejjel - u mhux sempliċement bir-riżultati ta' l-eżamijiet", "ŻGĦAŻAGĦ, SPORT, KULTURA U ARTI - TRASPORT", "W195.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet l-aħħar tender għas-servizz taż trasport fis-Segretarjat Parlamentari taż-żgħażagħ, Sport Kultura u Arti?", "Lil min ġiet assenjata u kemm kienu dawk li tefgħu l- offerta'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tender għas-servizz tat-trasport fis- Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti għadha qed tiġi pproċessata biex toħroġ.", "KARNIVAL", "W196.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kull min ħa parti fill-Karnival ta' l-irħula huwiex membru mħallas ta' l-FECC?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kull min ħa parti fil-Karnival tal-irħula huwa membru fil-FECC u l-parteċipazzjoni saret fuq l-istess kriterji li kienu adottati fis-snin preċedenti.", "ETC - FULJETT EDUFORUM", "W197.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jidhirlu l-Ministru li l-Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u Taħriġ għandha tagħti kontribut fil-ħruġ tal-fuljett EDUFORUM?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-EDUFORUM huwa Newsletter tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "Il- Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u Taħriġ taqa' taħt ir-responsabbilita' ta' Ministeru ieħor.", "B'danakollu jkun ikkunsidrat kontribut għall-EDUFORUM mill-Korporazzjoni jekk dan ikun ta' nteress partikulari għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Fil-fatt, fil-ħarġa numru 6 ta' l-EDUFORUM, li dehret fi Frar 1997, hemm tagħrif dwar attivita' mill-korporazzjoni.", "RAĦAL ĠDID - IPOĠEW", "W198.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx jew jistax ikun hemm xi rabta bejn l-Ipoġew ta' Raħal Ġdid u dak li nsab fi Triq il-Lellux f'Santa Luċija?", "Jista l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Mużewijiet għamilx xi studju dwar l-Ipoġew ta' Triq il-Lellux?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, ir-Raħal il-Ġdid, u dak fi Triq il-Lellux, Santa Luċija, huma t-tnejn monumenti tal-perijodu neolitiku u kienu jintużaw bħala oqbra kollettivi; għalkemm hemm differenza kbira fid-daqs ta' dawn iż-żewġ monumenti.", "Waqt li l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni huwa estensiv ħafna u maqtugħ fi tlett livelli separati, dak ta' Santa Luċija huwa ta' daqs ħafna iżgħar u kien fih kamra waħda biss maqtugħa fil-blat.", "Is-sit ta' Santa Luċija kien ġie skavat u studjat mid-Dipartiment tal- Mużewijiet fl-1973.", "Minn dak iż-żmien, l-istess dipartiment ħa ħsieb biex jikkonserva dan is-sit milli jiġi meqrud mill-iżvilupp, u ħa ħsieb jipproteġih ukoll billi jdawru b'reċint protettiv.", "KATAKOMBI PALEO-KRISTJAN F'TAL-BARRANI", "W199.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3246 dwar il- katakombi Paleo-Kristjan f'Tal-Barrani jista' l-Ministru jgħid jekk id- Dipartiment tal-Mużewijiet għamilx stħarriġ - bħalma qed isir qrib Howard Gardens, ir-Rabat - fl-inħawi billi meta saret is-sejba, mad-daqqa t'għajn kien jidher li l-firxa tal-katakombi kienet kbira?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol ta' skavi fl-1993 fuq il-Katakombi Palaeo-Kristjan, f'Tal-Barrani, l-arkeoloġi mid-Dipartiment tal-Mużewijiet kienu stħarrġu wkoll numru ta' fissuri u dagħbien li kienu inkixfu f'dik iż-żona.", "F'dik l- okkażjoni kienu nstabu żewġ oqbra separati, u t-tnejn kienu ġew skavati.", "Il-bqija tal-fissuri nstabu li kienu ta' oriġini naturali.", "SIT TA' GĦAJN ABDUL - FDALIJIET", "W200.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W103 jista' l- Ministru jgħid jekk il-fdalijiet li d-Dipartiment tal-Mużewijiet irnexxielu jsalva fuq is-sit ta' Għajn Abdul humiex esposti għall-pubbliku u jekk dawn il-fdalijiet jixbħux b'xi mod lill-fdalijiet li nstabu f'Għar Dalam, fdalijiet li juru l-ħidma tal-bniedem?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, li l-biċċiet ta' fuħħar preistoriku li d-Dipartiment tal-Mużewijiet irnexxielu jsalva minn fuq is-sit ta' GĦajn Abdul (Kerċem, GĦawdex) fis-snin sittin illum jinsabu esposti għall-pubbliku fil-Mużew Arkeoloġiku fiċ-Ċittadella tar- Rabat, GĦawdex.", "Il-biċċiet tal-fuħħar misjuba GĦajn Abdul huma simili għal dawk misjuba ġewwa GĦar Dalam u jmorru lura għall-istess epoka preistorika - jiġifieri dak iż-żmien fil-preistorja Maltija li jissejjaħ l-\"Fażi ta' GĦar Dalam\" (c.5200 - 4600q.K).", "HFCA - TLIELAQ TAL-KAROZZI", "W202.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li se tingħata għajnuna konkreta lil HFCA (Ħal Far Circuit Association) biex jiġi mibni ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi/muturi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' għajnuna tingħata u fiex waslu t-taħdidiet ma' l-HFCA?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-materja in kwestjoni għadha mhijiex konkluża u qiegħda tiġi studjata fil-kwadru ta' l-iżvilupp tat-tlielaq tal-karozzi f'pajjiżna.", "SKEJJEL - MIŻATI", "W209.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandhiex tħallas fee (miżata) fi skola tal-Knisja tifla mhix Maltija imwielda minn omma Maltija u biċ-ċittadinanza Maltija li tgawdi l-freedom of movement status peress li qed tgħix hawn Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-iskejjel ta' l-Istat tifla mhux Maltija imwielda minn Omm Maltija b'ċittadinanza Maltija u li tgawdi freedom of movement status ma tkunx obbligata li tħallas miżati ta' l-iskola sakemm tagħlaq l-eta' ta' 18-il sena.", "Dan japplika wkoll għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja.", "BIBLIJOTEKA NAZZJONALI", "W220.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Biblijoteka hemmx \"IL- GIURIJIET CAPITALI TAL-MEUT LI SARU F'MALTA MINN ŻMIEN L-INGLIŻI\" li dwarhom inkiteb artiklu fis-\"Sunday Times\" tat-2 ta' Marzu, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-Bibljoteka Nazzjonali tinżamm kopja tal-ktieb imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "Dan il-ktieb ta' 786 paġna kien stampat fl-1927 fit-Tipografija San Paolo, il-Belt.", "SKEJJEL: DUN KARM SANT - TOILETS", "W221.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jsir ix-xogħol meħtieġ biex it-toilets tal-Kindergarten fl-iskola primarja Dun Karm Sant ta' Ħal Tarxien ikunu jistgħu jintużaw mit-tfal li bħalissa qed ikollhom jagħmlu użu minn oħrajn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ittieħdu l-passi meħtieġa biex issir it-tiswija meħtieġa ħalli t-toilets imsemmija jkunu jistgħu jiġu wżati mit-tfal tal- Kindergarten."]} {"filename": "19980128_178d_par.doc", "date": "1998-01-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 178 L-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 178", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "178", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 1998", "WERREJ MINUTI 914", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 914", "TQEGĦID TA' KARTI 918", "STQARRIJA DWAR IR-RIŻENJA TA' L-ONOR.", "CHARLES MANGION MINN MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI 919", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROFESSJONI MEDIKA U L-PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA MEDICAL AND KINDRED PROFESSIONS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 923 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-ASSIGURAZZJONI TA' VETTURI TAL-MUTUR GĦAR-RISKJI TA' TERZI PERSUNI MOTOR VEHICLES INSURANCE (THIRD-PARTY RISKS) (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 924 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.", "3) EXCISE DUTY (AMENDMENT) (No.3) BILL (KUMITAT) 932", "AĠĠORNAMENT 944", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 949", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 959", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 177 li saret fis-27 ta' Jannar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "11102.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1997 sat-8 ta' Jannar, 1998 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "i) Ministeru/Dipartiment: żewġ impjegati b'kuntratt definit, wieħed bħala administration/security officer fil-White Rocks Complex u l-ieħor bħala assistant works manager biex jissorvelja l-beach cleaners; ġejjin mill-Mellieħa u minn Birzebbugia;", "ii) Mediterranean Conference Centre: xejn;", "iii) Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu: 25 impjegat - tnejn minnhom fuq kuntratt definit - tliet lecturers ITS, seba' assistant lectures ITS, erba' instructors ITS, web-site co-ordinator wieħed, żewġ TOSS executives, finance executive wieħed, charwoman waħda, marketing manager wieħed, internal auditor wieħed, office assistant/driver wieħed, clerk info. officer wieħed, hospitality executive wieħed u assistant director wieħed; dawn ġejjin mill-Mosta, Bormla, Bizebbuga, Buġibba, Gżira, Siġġiewi, San Ġiljan, Mellieħa, Wied il-Għajn, Msida, Luqa, Kappara, Fgura, Swieqi, Marsaxlokk, Żurrieq u Qrendi.", "iv) Air Malta: 221 impjegat, 197 minnhom part-timers fil-gradi kif ġej - managerial wieħed, cockpit crew wieħed, officer wieħed, 90 clerks, 70 cabin crew, messenger wieħed u 57 loaders/cleaners; dawn ġejjin minn B'Kara, Bormla, Għargħur, Għaxaq, Gudja, Marsa, Wied il-Għajn, Pembroke, Pieta', Qala, Qrendi, San Ġwann, Siġġiewi, Sliema, Santa Lucija, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Żabbar, Żejtun, Żurrieq, Birzebbuga, Bir-id-Deheb, Buġibba, Dingli, Fgura, Ħamrun, Kirkop, Luqa, Mosta, Mtarfa, Marsaxlokk, Naxxar, Paola, Qormi, Rabat, San Ġiljan, Swieqi, Xgħajra, Xemxija, Żebbug, Attard, Baħar-iċ-Ċagħaq, Balzan, Għajnsielem, Għasri, Mqabba, Msida, Qawra, Senglea, Ta' l-Ibraġ, Tarxien u Valletta.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Minħabba li l-lista li ta l-Ministru ssemmi l- lokalitajiet u ma tgħidx kemm hemm persuni minn kull lokalita', nista' nifhem li kien hemm wieħed minn kull lokalita'?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ir-risposta ingħatat skond dak li ntalab fil- mistoqsija.", "Biex nagħtik it-tagħrif li qed titlob, trid terġa' tagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-White Rocks Complex huwiex qed jintuża biss mill-ministeru tat-turiżmu, jew hux qed jintuża wkoll mill-ministeru ta' l-edukazzjoni u kultura nazzjonali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix din l-informazzjoni.", "TOROQ - DRENAĠĠ", "11247.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar fiex waslu l- preparamenti ħalli ċerti toroq li huma bla drenaġġ, f'diversi nħawi tat-12- il distrett, jitwasslilhom dan is-servizz?", "Meta ħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol?", "Meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti dettalji tat-toroq indikati biex ikun jista' jingħata din l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, din id-domanda ma nafx kemm-il darba għamiltha - żgur li l-Ministru Buħagiar jaf għal liema toroq qed nirriferi - u għaldaqstant nixtieq li ningħata risposta.", "Fil-fatt il-Ministru qalli li se jara meta se joħorġu t-tenders u anke ta r-raġunijiet għaliex ma kenux għadhom ħarġu sa dak iż-żmien.", "GĦalhekk nistenna li r-risposta oriġinali tiġi segwita.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fid-domanda li saret m'hemmx riferenza għall-inħawi indikati u għalhekk naħseb li jkun aħjar li l-Onor.", "Membru jagħti indikazzjoni tat-toroq li qed jirriferi għalihom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll kemm ilhom jistennew is-sistema tad-drenaġġ dawn it-toroq u toroq oħra?", "Għaliex jien mill-1992 'l hawn kemm-il darba tlabt biex toroq f'Għawdex jingħataw is- servizz tad-drenaġġ imma dan ix-xogħol baqa' ma sarx.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Biex tingħata din l-informazzjoni, nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel mistoqsija bil-miktub għax m'għandix informazzjoni addizzjonali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni kien qal li qed titħejja lista tat-toroq fejn għandhom isiru xogħlijiet bi prijorita' fil-qasam tad-drenaġġ, u kien qal ukoll li se jikkonsulta lill-kunsilli lokali, jista' jgħidilna jekk din il-lista tlestietx?", "Jekk din tlestiet, jista' jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, kif kien wiegħed li se jagħmel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien se ngħaddi din it-talba lill-Ministru Buhagiar pero' naħseb li jkun iktar utli jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sa ftit ta' żmien ilu kienet toħroġ tender għal kull area - dak li kien jissejjaħ period contract - u f'risposti għal mistoqsijiet preċedenti l-Ministru kien qal li l-Gvern se jibqa' miexi b'dik is-sistema.", "Jista' xi ħadd jgħidilna jekk dik is-sistema nbidlitx jew le?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il- mistoqsija bil-miktub.", "ADMINISTRATIVE LAW ENFORCEMENT - ĊITAZZJONIJIET", "10882.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mtellgħa l-qorti mill-administrative law enforcement fl-1997?", "X'kienu r-reati li allegatament ikkommettew?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li fl-1997 tressqu l- qorti mill-ALE 627 persuna.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Prim Ministru jgħidilna kemm mill-persuni ndikati fir-risposta tressqu l-qorti minħabba pussess ta' snieter f'postijiet mhux permessi?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nistax nagħti din l-informazzjoni għax ma ġietx provduta lili.", "L-informazzjoni li ngħatajt hija b'mod ġenerali u l-uniku dettall li għandi huwa li 18-il każ minnhom ġew riferuti għas-smigħ tal- kawżi fil-qorti ta' Għawdex - l-Onor.", "Carmelo Borg kien ikun interessat b'din l-informazzjoni - pero' m'għandniex indikazzjoni dwar dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant.", "Nista' nżid biss li r-reati li fuqhom ġew imressqa kienu jikkonsistu fi ksur ta' regolamenti tat-traffiku, cranes mitluqin fit-triq mingħajr permess, użu ta' amusement u gambling machines mingħajr permess, ġarr ta' ħamrija bla permess, ingombrament, bejjiegħa fissi mingħajr permess, ksur tal-liġi li tirregola r-rimi ta' żibel u skart, logħob ta' l-azzard, ħwienet tax-xorb mingħajr permess, ksur ta' l-ordinanza dwar l-armi - naħseb li din tirriferi għal dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant - ksur tar-regolamenti għat-tħaris ta' l-għawwiema u veloċita' fuq il-baħar, importazzjoni jew żamma ta' speċi protetti, dagħa fil-pubbliku, partikolaritajiet foloz, ċaqliq ta' annimali mingħajr permess, theddid ta' uffiċjali pubbliċi, lottu klandestin, evażjoni ta' dazju, insib u kaċċa u serq.", "Madankollu m'għandix il-breakdown eżatt ta' dawn il-każijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-direttiva sabiex il-pulizija jieħdu 14-il ġurnata mill-vacation leave tagħhom nhar ta' Ħadd tapplikax ukoll għall-membri ta' ALE?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nafx din il-ħaġa x'għadha x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali!", "(Interruzzjonijiet) Imma ma jfissirx li tista' tistaqsi kwalunkwe mistoqsija fuq l-ALE!", "Ma jfissirx li tista' tistaqsi meta twaqqfet l-ALE, jew jekk hemmx ħsieb li taħt l-ALE jibdew jaqgħu wkoll il- kaċċa, l-insib u s-sajd tal-fond!", "L-Onor.", "Interpellant għandu lateral thinking interessanti ħafna u jaffaxxinani.", "Dan iwassalni biex ngħidlu: Għaliex m'għandux jiġi kkonsidrat li din tapplika wkoll għall-ALE?", "(Interruzzjonijiet)", ".Jekk aħna qed nitkellmu fuq 14-il ġurnata, li huma over and above il- leave ta' ħaddieħor, m'hemm xejn ħażin li dawn jittieħdu l-Ħadd.", "Aktar u aktar għaliex nhar ta' Ħadd huwa tajjeb li l-pulizija u l-uffiċjali l-oħra jkunu qrib il-familja tagħhom.", "Allura jekk din hi xi ħaġa tajba għall- pulizija, wieħed jista' jikkonsidraha wkoll għall-ALE.", "Għaliex le!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' jkun li din id-direttiva ħarġet għaliex meta l- pulizija jkunu xogħol nhar ta' Ħadd jitħallsu doppju!", "Peress li l-bieraħ il-Prim Ministru rrispondieni li hu desiderabbli li jkun hawn direttivi simili sabiex il-pulizija nhar ta' Ħadd minflok ma jitħallsu doppju jkunu jistgħu joqogħdu mal-familja, jista' jgħid kemm irċieva ittri mingħand membri tal-Korp tal-Pulizija biex jifirħulu u jirringrazzjawh għal miżura bħal din?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nifhem li bil-panache tiegħu għal lateral thinking, l-Onor.", "Interpellant moħħu fil-kongratulazzjonijiet u affarijiet bħal dawn!", "Nixtiequ jifhem li meta jkun hemm ċertu impenn li l-affarijiet jitmexxew bis-serjeta', mhux il-kongratulazzjoni short-term biss hija importanti imma huwa importanti wkoll li l-miżuri li jittieħdu jkunu serji u responsabbli.", "Nifhem li l-Onor.", "Interpellant hu daqshekk liberali fl-overtime biex jaqla' l-kongratulazzjonijiet hu, issa li qiegħed fl-oppożizzjoni!", "Wara kollox hawn qegħdin nitkellmu fuq 14-il ġurnata extra vacation leave fuq dak li jieħu kulħadd.", "Aħna qegħdin nissuġġerixxu - naħseb li dan huwa suġġeriment tajjeb - li dan il-leave jittieħed nhar ta' Ħadd, biex kemm jista' jkun inkunu konformi ma' dak li jiġri f'postijiet oħra.", "Jidhrilna li huwa tajjeb li fil-linja li qed insegwu ta' responsabbilta' pubblika, li fil-pajjiż kemm jista' jkun nikkontrollaw spejjeż li m'humiex meħtieġa, nipprovaw inrażżnu l-ispiża anke minn dan il-lat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Wara li l-Prim Ministru semma l-gambling machines, jista' jgħidilna x'ħidma qed tagħmel il-pulizija kontra tagħhom?", "S'intendi mingħajr lateral thinking u mingħajr ħadd ma jitlob jew jistenna kongratulazzjonijiet, la għax jistaqsi u lanqas għax iwieġeb!", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Napprezza l-interess ta' l-Onor.", "Cassar għar- rigward li ma jkunx hemm kongratulazzjonijiet, la għal ħaġa u lanqas għal oħra!", "Napprezza wkoll l-interess ġdid tiegħu fil-lateral thinking, li semmejna ftit ilu!", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll ta' gambling machines, ikolli nammetti li għandna xi problemi u waħda minnhom hija minħabba d- distinzjoni bejn amusement u gambling machines.", "L-argument li qed jitqanqal minn diversi nies huwa li m'huwiex sew li bl-idea li makna hija gambling machine titneħħa minn ċerti postijiet u tinżamm f'postijiet oħra taħt forom differenti.", "Fil-fatt għalkemm isiru ċerti operazzjonijiet, regolarment qed jinstab li dawn jitneħħew minn post u jinbtu f'post aktar skabruż.", "Per eżempju, ftit taż-żmien ilu kont f'youth centre immexxi minn qassis, li qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna pero' qed jiġi f'diffikulta' dwar jekk għandux iżomm ċerti makni li jinħass li huma gambling machines.", "Effettivament m'humiex imma huma on the border.", "Dan il-qassis jibża li jekk ineħħihom iż-żgħażagħ li qed jiġbed lejn dan il-post se jmorru x'imkien ieħor.", "Allura naħseb li tidħol jew ma tidħolx il-pulizija f'dawn l-affarijiet, dawn se jibqgħu jinfirxu u jeħtieġ li jkollna ftit aktar kontroll fuq l-implikazzjonijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħalli niċċaraw l-affarijiet.", "Jista' l-Prim Ministru jiddeċiedi jekk id-direttiva li l-membri tal-Korp tal-Pulizija, inkluż l- ALE, iridu jieħdu 14-il ġurnata mil-leave tagħhom nhar ta' Ħadd, saritx biex titnaqqas in-nefqa, jew inkella sabiex dawn ikunu jistgħu jgħaddu l- ġurnata mal-familja tagħhom?", "X'konsultazzjonijiet saru ma' l-assoċjazzjoni tal-pulizija qabel ma din id-direttiva daħlet in vigore?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiddispjaċini li l-Onor.", "Interpellant ma jirrealizzax li ż-żewġ raġunijiet jistgħu joqogħdu flimkien.", "Jiddispjaċini wkoll li ma jistax jifhem l-istrateġija li biha ċerti pulizija kienu qegħdin jieħdu l-leave tagħhom matul il-ġimgħa, bir-riżultat li matul il- ġimgħa jkun hemm nuqqas ta' pulizija u nhar ta' Ħadd, meta allura jitħallsu doppju, ikun se jkun hemm aktar pulizija milli hemm bżonn.", "Possibbli li l- Onor. Interpellant ma jirrealizzax li dawn huma żewġ affarijiet kumplimentari!", "GĦax jekk jaħseb li pożizzjoni waħda biss hija tajba, jiddispjaċini ngħidlu li l-mod kif jaħseb m'huwiex laterali imma huwa sempliċement fondat fuq il-prinċipju li jintgħoġob.", "Din għamilha u ċapċpulu.", "Imma din hija serjeta'!", "Hemm dimensjoni soċjali u hemm dimensjoni maniġerjali; it-tnejn huma importanti, it-tnejn huma rilevanti u t-tnejn qegħdin jiġu mbottati 'l quddiem.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistqosijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' testijiet għad-droga u l-għadd ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad-droga bejn l-1 ta' Jannar 1997 u l- 21 ta' Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11410.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar sejħiet għal tenders maħruġa mill-Korporazzjoni Enemalta għal xiri ta' computer and information systems matul l-1996 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11237; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 20 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Servizzi għall-Esportazzjoni għal Kumpanniji Kwalifikanti; u", "Avviż Legali Nru 21 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar Kumpanniji li jipprovdu Servizzi għall-Esportazzjoni Kwalifikanti (L-Ogħla Kera li Jintalab).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Rapport ta' l-Ewwel Sena ta' Ħidma tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJA DWAR IR-RIŻENJA TA' L-ONOR.", "CHARLES MANGION MINN MINISTRU TAL- ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, nhar it-Tnejn li għaddew tressqet quddiemi l-interpellanza numru 11,414 bid-data ta' l-20 ta' Jannar, 1998 li staqsiet hekk:", "\"Mill-1 ta' Jannar, 1996 kemm-il maħfra ngħatat taħt artiklu 93 tal- Kostituzzjoni ta' Malta u lil min?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma x-xnigħat li riċentement ingħatat maħfra lil priġunier li nstab ħati ta' pussess ta' aktar minn 30 gramma kokaina?", "Jikkonferma wkoll li din il-persuna għaddejja bi proċeduri oħra quddiem il-qorti u, jekk iva, x'inhuma dawn il-proċeduri?\".", "Meta ndagajt sirt naf li ċertu John Vella, li kien misjub ħati bil-pussess ta' ftit aktar minn 30 gramma ta' kokaina, b'seħħ minn Diċembru tas-sena l- oħra kien ingħata maħfra fuq il-kumplament tas-sentenza tiegħu, li kellha tlaħħaq sa nofs Jannar ta' din is-sena.", "Il-maħfra ngħatat mill-President ta' Malta wara r-rakkmandazzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, l-Onor.", "Charles Mangion.", "Jien qist li din id-deċiżjoni la hi konsistenti mal-politika li qed isegwi l-Gvern fil-qasam tal-ġlieda kontra d-drogi f'pajjiżna, la hi koerenti mad-deċiżjonijiet li ħadna u se nibqgħu nieħdu dwar persuni implikati fid-droga, fosthom barranin li dan l-aħħar inqabdu bil-pussess tad-droga, u lanqas hi konformi mad-deċiżjoni tal-Kabinett tat-12 ta' Mejju, 1997 - li tiddelega deċiżjonijiet dwar petizzjonijiet għal maħfra taħt sezzjoni 93 tal-Kostituzzjoni lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali - li fejn ikunu involuti reati relatati ma' drogi għandhom jibqgħu l-ewwel jiġu riferuti lill-Kabinett għall-approvazzjoni.", "Bl-ebda mod ma qist li stajt naqbel ma' din id-deċiżjoni, aktar u aktar għaliex din setgħet tikkuntrasta mal-kritika ħarxa u ġustifikata li għamilna bħala partit mill-oppożizzjoni kontra l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, meta ħafer lit-traffikant tad-droga Queiroz.", "Madankollu wieħed irid jgħid li filwaqt li r-reat ta' Vella jikkonċerna biss pussess tad-droga, fil-każ ta' Queiroz ir-reat kien jikkonċerna volum massiv ta' droga għat-traffikar.", "Anke fil-każ taż-żewġ turisti li nqabdu bid-droga fl-aħħar xhur, ir-reat kien jikkonċerna traffikar u mhux pussess.", "Sadanittant, minn informazzjoni li għaddieli l-Kummissarju tal-Pulizija, jirriżulta li John Vella qed ikun investigat mill-pulizija wkoll dwar każ ieħor ta' money laundering.", "Jien tlabt spjega ta' din il-kwestjoni lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, l-Onor.", "Charles Mangion, li l-bieraħ bagħatli statement tal-fatti.", "Dan se naqrah kif ġej u se npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Il-memorandum tal-Ministru Charles Mangion jgħid hekk:", "\"Fis-17 ta' Ottubru, 1997 l-Avukat Martin Fenech għan-nom ta' John Vella minn Birkirkara, missier ta' żewġt itfal, issottometta talba biex titnaqqaslu xahar mis-sentenza ta' ħabs mogħtija lilu fis-16 ta' April, 1997 fuq pussess ta' droga biex dan ikun jista' jingħaqad mal- familja tiegħu fi żmien il-Milied.", "John Vella kien qiegħed jiskonta din is-sentenza mhux fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin imma fiċ-ċentru ta' riabilitazzjoni fl-Imtaħleb, is-SATU, fejn hu qiegħed jirriabilita ruħu mid-dipendenza tad-droga.", "Tlabt il-kummenti, fost l-oħrajn ta' l-awtoritajiet tal-ħabs, fejn ikkonfermaw illi Vella:", "(1) kien ilu jinsab fiċ-ċentru ta' riabilitazzjoni fl-Imtaħleb mid-19 ta' Mejju, 1997;", "(2) kien eliġibbli li joħroġ mill-ħabs f'Jannar 1998, peress li kellu jibbenefika mir-remissjonijiet mogħtija taħt ir-regolamenti tal-ħabs 1995, minħabba li kellu mġieba eżemplari;", "(3) ma kellu l-ebda każ ieħor pendenti quddiem il-Qorti; u", "(4) li l-istorja tiegħu hi ta' abbuż mid-droga.", "Il-pulizija min-naħa tagħha ddikjarat li ma kenitx tikkonsidra li għandha tiġi disturbata s-sentenza tal-qorti.", "Min-naħa ta' l-awtoritajiet tas-SATU, iċ-ċentru ta' riabilitazzjoni fl- Imtaħleb, fejn kien għar-riabilitazzjoni Vella, dawn stqarrew li ma kellhomx oġġezzjoni li l-petition tiġi milqugħa u ċċertifikaw li Vella kien għamel progress sostanzjali fil-proċess ta' riabilitazzjoni.", "Is- SATU ħeġġew bil-qawwa li jekk Vella jinħeles kmieni, dan jibqa' f'kuntatt maċ-ċentru biex ikomplu jgħinuh ħalli jintegra ruħu fis- soċjeta'.", "Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi u tal-fatt li l-qorti kienet sabet lil Vella ħati ta' pussess ta' droga u mhux ta' traffikar, deherli li għandi nirrakkmanda favorevolment din il- petizzjoni lill-President tar-Repubblika biex jilqa' l-petizzjoni ta' Vella ħalli jitnaqqaslu xahar mis-sentenza tal-qorti u dan bil-patt li jħallas il-multa ta' ¥2,000 imposta fuqu mill-qorti.", "Għarraft b'dan ukoll lill-avukat ta' Vella, fejn sostnejt ir-rakkmandazzjoni tas-SATU li l-klijent tiegħu kellu jibqa' f'kuntatt mas-SATU.", "Minkejja dan nerfa' r-responsabbilta' tad-deċiżjoni tiegħi illi qabel nirrakmanda tali maħfra kelli nfittex l-approvazzjoni tal-Kabinett, li skorrettement inqast li nagħmel.\".", "Dan kien il-memorandum ta' spjega li bagħatli l-Onor.", "Charles Mangion.", "Illum kelli laqgħa mal-Ministru Mangion u wara bagħatli ittra li qed inpoġġiha wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din l-ittra tgħid hekk:", "\"28 ta' Jannar, 1998 Għażiż Prim Ministru,", "B'riferenza għall-maħfra li ngħatat mill-President tar-Repubblika fid- 19 ta' Diċembru, 1997 lil John Vella fuq rakkmandazzjoni tiegħi, nixtieq intenni b'żieda mal-memorandum li bgħattlek il-bieraħ, illi dan il-każ, skond id-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Appell tas-16 ta' April, 1997 kien wieħed ta' pussess ta' droga u mhux ta' traffikar.", "Dan kien fattur bażiku li wassalni biex nirrakkmanda li s-sentenza tal- piena tal-ħabs tiġi mnaqqsa b'xahar sabiex Vella jkun jista' jingħaqad mal-familja tiegħu fil-festi tal-Milied.", "Dan kollu sar fil-kontest tal-kummenti li kont tlabt u rċevejt mill- awtoritajiet, kif diġa' spjegajtlek fid-dettall fil-memo tiegħi fuq imsemmi.", "Irrid nisħaq li fl-ebda mument ma ngħatajt xi ħjiel li Vella kellu xi każ ieħor pendenti fil-qorti.", "Il-merti tal-każ u l-fatti kif irriżultaw lili mingħand l-awtoritajiet jiġġustifikaw id-deċiżjoni tiegħi iżda nirrikonoxxi n-nuqqas tiegħi li ma fittixtx minn qabel l-approvazzjoni tal-Kabinett.", "Dan billi interpretajt id-delega tal-Kabinett fir-rigward ta' \"crimes related to drugs\" bħala li tapplika għal każijiet ta' traffikar u mhux għal każ ta' pussess ta' droga, bħal fil-każ in kwestjoni.", "Għalhekk inħoss li għandi nagħtik ir-riżenja tiegħi mill-kariga li qed nokkupa.", "Filwaqt li nirringrazzjak tal-fiduċja li dejjem urejt fiha, naċċertak mil-lealta' kontinwa tiegħi.", "Inselli għalik, Charles Mangion.\".", "Sinjura President, waqt li qiegħed naċċetta r-riżenja tal-Ministru Mangion magħmula neċessarja miċ-ċirkostanzi, nixtieq li nagħti l-aqwa tribut għall-mod kif qiegħed jaġixxi.", "Mhux biss qed ikun xempju uniku ta' l-accountability li jeħtieġ ikollna fil-ħajja pubblika ta' pajjiżna, talli qed juri bil-fatti u mhux bil-kliem li lest iwassal dan il-prinċipju sa l- aħħar.", "Ma nistax ma nsemmix b'kull ġieħ il-kontribut li ta l-Onor.", "Charles Mangion għax-xogħol ta' dan il-Gvern sa mit-twaqqif tal-Kabinett Laburista ġdid, fejn dejjem wera impenn u intelliġenza kbira.", "It-tluq tiegħu mill- Kabinett għalina hija telfa sostanzjali u tabilħaqq nemmen li għal li ġej għad nerġgħu nduru lejh biex nistednuh jipparteċipa aktar mill-qrib fil- ħidma tal-Gvern.", "Sinjura President, lill-Onor.", "Charles Mangion għadni kemm bgħattlu ittra, li wkoll qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din tgħid hekk:", "28 ta' Jannar 1998", "\"L-Onor.", "Charles Mangion Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "Għażiż Charles,", "Nirriferi għall-ittra tiegħek tal-lum fejn irriżenjajt mill-ħatra tiegħek ta' ministru.", "Qiegħed naċċetta r-riżenja tiegħek b'dispjaċir kbir.", "Kemm ilek ministru, inti tajt kontribut kbir lix-xogħol tal-Gvern Laburista u kont wieħed mill-protagonisti fil-ħidma tagħna.", "Nifhem u napprezza r-raġunijiet li wassluk biex tirriżenja; l-ebda waħda minnhom ma tagħmillek xi għajb, anzi naħseb li bil-maqlub, ir- raġunijiet tiegħek se jibqgħu għal li ġej xiehda ta' l-akbar ġieħ għalik fil-mod kif b'mod uniku qed turi kif tista' u għandha tiġi pprattikata l-accountability pubblika u politika f'pajjiżna.", "Nemmen li għad jiġi ż-żmien fejn f'linja mal-kollaborazzjoni tagħna fl- aħħar xhur, nerġgħu naħdmu flimkien għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Inselli għalik.", "Alfred Sant \".", "Prim Ministru", "Sinjura President, inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra parir mogħti llum mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika dwar il-maħfra mogħtija lil John Vella.", "Ngħaddi issa għall-bidliet li r-riżenja ta' l-Onor.", "Charles Mangion minn ministru qed iġibu fil-kompożizzjoni tal-Kabinett.", "B'effett immedjat l-Onor.", "Gavin Gulia qed jinħatar ministru tal- ġustizzja; il-Ministru Alfred Portelli qed jieħu responsabbiltajiet tal- kunsilli lokali f'ministeru li jissejjaħ il-ministeru tal-housing u tal- kunsilli lokali; il-Ministru Karmenu Vella qed jiżdidulu l-funzjonijiet biex jieħu responsabbilta' għas-self-employed fil-ministeru tat-turiżmu u self-employed.", "Bl-aċċettazzjoni tar-riżenja tal-Ministru Mangion, il-Gvern Laburista qed juri kemm se jibqa' jieħu bis-serjeta' l-ġlieda kontra l-pjaga tad-droga fl- oqsma kollha.", "Qed jagħti wkoll xhieda tat-twemmin tiegħu fil-ħtieġa ta' accountability sħiħa fit-tmexxija pubblika.", "Dan lesti li nagħmluh, ikunu xi jkunu s-sagrifiċċji personali u politiċi meħtieġa, biex nassiguraw li l- għanijiet tagħna jintlaħqu fl-interess tal-Maltin u l-Għawdin kollha.", "MADAM SPEAKER: Hemm mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għalkemm forsi dan m'huwiex skond il-proċedura, nitlob il-permess tal-Kamra biex inkun nista' nagħmel żewġ kummenti.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, nirringrazzja lill-Kamra kollha pero' l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru għall-fiduċja li wera fija meta fdali ministeru f'idejja.", "Din il-kariga ħadtha bl-akbar serjeta' u għamilt dak kollu li stajt biex immexxi l-ministeru 'il quddiem.", "Nibqa' nsostni li d-deċiżjoni li ħadt fuq il-mertu tal-każ, skond il- fatti li ġew ippreżentati lili, fl-opinjoni tiegħi kienet ġustifikata - id- dokumenti kollha fil-fatt tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra - pero' xorta jibqa' l-fatt li eċċedejt id-diskrezzjoni tiegħi għax ma osservajtx il- prattika tad-delega ministerjali li kelli nġib l-approvazzjoni jew oltre tal-Kabinett.", "Jien nistqarr li l-interpretazzjoni tad-delega min-naħa tiegħi kienet żbaljata u għaldaqstant nassumi r-responsabbilta' sħiħa personali u politika.", "Irriżenjajt minn ministru għax ħassejt li s-serjeta' titlob li żball, ġenwin kemm hu ġenwin, bħalma kien f'dan il-każ, xorta trid tassumi r- responsabbilta' politika tiegħu.", "Nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru għall-ittra li bagħatli u li għadu kif qara, fejn ikkonferma l-fiduċja tiegħu fija.", "Jien min-naħa tiegħi nwiegħed lealta' mhux biss lejh bħala l- Prim Ministru u lejn il-Gvern kollu imma wkoll lejn il-partit li dejjem ħabbejt u nistqarr li nibqa' nħobb.", "Nirringrazzja lil sħabi tal-Kabinett, lill-Membri tal-Parlament u lil sħabi tan-naħa l-oħra ta' l-appoġġ li tawni.", "Nikkonferma li beħsiebni nibqa' Membru tal-Parlament - biex ma jaħsbux li r-riżenja tiegħi hija minn dan il-Parlament - għax nemmen li l-fiduċja li l-poplu wera fija għandi nkompli nġorrha għat-terminu kollu ta' dan il-Parlament.", "Grazzi lil kulħadd.", "MADAM SPEAKER: Hemm xi mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: Le) Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROFESSJONI MEDIKA U L- PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA", "MEDICAL AND KINDRED PROFESSIONS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA", "INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, peress li aktarx ikollna nerġgħu nikkonsidraw mill-ġdid ċerti klawsoli li ġew approvati mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozz ta' Liġi, qed nitlob il- permess sabiex it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jitħalla għal seduta oħra u l-Kamra tgħaddi għall-item li jmiss.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-ASSIGURAZZJONI TA' VETTURI TAL-MUTUR GĦAR-RISKJI TA' TERZI PERSUNI", "MOTOR VEHICLES INSURANCE (THIRD-PARTY RISKS) (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni Kap. 104 \".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, dawn il-ġranet jipprovdu l-iktar żmien opportun biex nieħdu ċerti inizjattivi sabiex jitnaqqsu l-inċidenti tat- traffiku.", "Diġa' ddiskutejna l-liġi li tittratta l-breathalyser test u nispera li din ma ddumx ma tiġi fis-seħħ.", "Illum qed niddiskutu l- introduzzjoni ta' sistema proċedurali ġdida f'każ meta karozza tidħol f'ta quddiema, dawk li komunament insejħulhom bumper-to-bumper collisions.", "Din il-proċedura li se nadottaw ma tirrikjedix xi liġi ġdida imma tirrikjedi li jsiru xi emendi għall-Ordinanza dwar ir-Regolament tat- Traffiku, fosthom li issa qegħdin inżidu l-obbligu li, f'każ ta' ħsara fuq proprjeta', is-sid tal-vettura għandu jagħti d-dettalji neċessarji dwaru personali u dwar l-assigurazzjoni tal-vettura tiegħu.", "Qegħdin ngħidu wkoll li dawk li jkunu nvoluti f'xi inċident tat-traffiku se jiġu obbligati jagħtu d-dettalji fuq formola li se tingħata apposta lil kull sid tal-karozza mill-assiguratur rispettiv.", "Għalissa dan l-obbligu qed jiġi ristrett biss għal accidents hekk imsejħa front-to-rear.", "Biex niffaċilitaw dan l-eżerċizzju, bi ftehim ma' l-assoċjazzjoni ta' l- assiguraturi, fil-formola qed ninkludu erba' sketches ta' ħabtiet front-to- rear u min ikun involut f'accident simili kulma għandu jagħmel hu li jimmarka waħda mill-pjanti murija fil-formola.", "Skond l-esperjenza miksuba mill-pulizija u anke mill-assoċjazzjoni ta' l-assiguraturi, dawn l-erba' disinni jkopru ħafna mill-każi tipiċi ta' front-to-rear collisions.", "Fil- każ li l-ħabta partikolari ma tkunx koperta b'waħda minn dawn l-erba' disinni, din il-formola tipprovdi wkoll spazju adegwat biex dak li jkun jagħmel sketch tal-collision.", "M'aħniex qed nitolbu lis-sewwieqa li jagħmlu xi disinn professjonali bil- kejl u bil-qisien.", "Kulma qed nitolbu hu li jagħmlu erba' jew ħames linji u bl-aktar mod sempliċi jindikaw in-natura tal-ħabta.", "Kull sewwieq huwa obbligat li jagħti d-dettalji personali tiegħu lil dak li jaħbat miegħu u wara li jimlew il-formoli rispettivi tagħhom, jekk jaqblu, jiffirmaw il- formola ta' xulxin u jibagħtuha għand l-assiguratur tagħhom sa mhux iktar tard minn ġurnata tax-xogħol wara l-jum ta' l-accident.", "X'jiġri f'każ li s- sewwieqa ma jaqblux dwar iċ-ċirkostanzi ta' l-accident?", "Naturalment id-dettalji personali li qed jiġu mitluba fil-formola għandhom jingħataw dejjem, ikun x'ikun l-accident.", "Jekk ma jilħqux ftehim is-sewwieqa xorta huma obbligati li jimlew il-formola rispettiva tagħhom, skond kif jidhirlu kull individwu kkonċernat.", "Barra minn hekk, kull wieħed minnhom għandu jwassal din il-formola għand l-assiguratur tiegħu sa mhux aktar tard minn ġurnata tax-xogħol wara l-jum ta' l-accident.", "Obbligu importanti ieħor fir-regolamenti l-ġodda huwa li wara l-bdil ta' l-informazzjoni u l-mili tal-formoli, is-sewwieqa għandhom jieħdu passi immedjati biex jiżguraw it-tneħħija tal-vetturi li jistgħu jkun ta' ostaklu għall-passaġġ ħieles tat-traffiku.", "B'dan il-mod qed jiġi assigurat li, kontra dak li kien jiġri s'issa, il-free flow of traffic ma jiġix imfixkel għal ħin twil kull meta jkun hemm kolliżjoni.", "Il-fatt li issa dawn ma jkollhomx aktar għalfejn joqogħdu jistennew lill-pulizija biex jagħmlu r- rapport tagħhom għandu jgħin biex jitħaffu l-proċeduri f'dan ir-rigward.", "Ta' min jgħid li b'dawn il-proċeduri ġodda l-pulizija m'huma qed jivvintaw xejn ġdid għax din is-sistema ilha teżisti s-snin fl-Ewropa u f'pajjiżi oħra.", "Meta l-Maltin isiefru u jivvjaġġaw bil-karozza tagħhom, dejjem jingħataw dawn il-formoli mingħand l-assigurazzjoni tagħhom u nista' ngħid li s'issa ma jidhirx li kien hemm problemi min-naħa ta' Maltin biex jimlew dawn il- formoli f'każ ta' xi front-to-rear collision barra minn Malta.", "GĦalhekk jien nistaqsi: Għaliex dejjem għandna nġibu l-iskuża li aħna l-Maltin differenti minn ħaddieħor u kull meta niġu biex nintroduċu xi ħaġa dejjem nivvintaw il-problemi?", "Jien ngħid li jekk nibqgħu kif aħna veru li nkunu speċjali, fis-sens li nkunu wieħed mill-ftit pajjiżi li jopera b'sistema tat-traffiku differenti minn dik tal-kumplament tal-pajjiżi.", "L-istess ġara ma' l-introduzzjoni tal-crash helmets, mad-dħul obbligatorju ta' l-użu tas- seat- belts, bid-dħul tat-traffic lights u anke ma' l-introduzzjoni tas- sistema tal-clamping u t-towing.", "Dawn is-sistemi llum il-ġurnata ġew aċċettati kważi minn kulħadd u saru parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Barra minn hekk dawn is-sistemi għenu mhux ftit biex bdejna nnisslu iktar dixxiplina u serjeta' fis-sewwieqa Maltin.", "Aħna bħala gvern ninsabu ddeterminati li nkomplu ndaħħlu d-dixxiplina biex kemm jista' jkun jonqsu l- inċidenti tat-traffiku.", "Kif aċċennajt aktar kmieni, ir-regolamenti ġodda tat-traffiku li ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fit-23 ta' Diċembru, 1997 huma kumplimentari għall-emendi li qegħdin niddiskutu llum, li prinċipalment huma tlieta.", "L-ewwel emenda hija għal artiklu 8 tal-liġi prinċipali u tittratta l-ħtieġa li wieħed juri ċ-ċertifikat ta' l-assigurazzjoni.", "It- tieni emenda qed iżżid artiklu ġdid fil-liġi prinċipali li jittratta dwar informazzjoni li l-Kummissarju tal-Pulizija huwa obbligat li jagħti lil dik il-persuna li tkun ġratilha l-offiża.", "L-aħħar emenda mbagħad hija żieda ta' artiklu ġdid dwar dikjarazzjonijiet foloz jew tagħrif falz lill- assiguratur.", "Subartiklu (2) ta' artiklu 8 tal-liġi prinċipali jimponi l-obbligu li f'każ ta' accident, is-sewwieq juri ċ-ċertifikat ta' l-assigurazzjoni lill- membru tal-pulizija jew inkella lill-persuna l-oħra li tkun involuta fil- ħabta.", "Fil-liġi prinċipali dan l-obbligu hu ristrett għal meta l-accident jikkaġuna offiża fuq persuna oħra jew jagħmel ħsara lil xi proprjeta'.", "L- emenda li qed nipproponu għal din il-parti tal-liġi hija li minflok il- kliem \"jew ħsara lil proprjeta'\" jidħlu l-kliem \"jew ħsara lil xi vettura, annimal jew proprjeta' oħra\".", "B'hekk din il-parti ta' l-Ordinanza dwar l- Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni se tiġi taqbel ma' l-emendi li saru għall-Ordinanza dwar ir-Regolament tat- Traffiku, fejn jingħad li s-sewwieq involut f'accident se jkun obbligat li, f'każ li jikkaġuna ħsara lil xi persuna, vettura, annimal jew proprjeta', jagħti ismu u l-indirizz tiegħu, id-dettalji ta' l-assiguratur tal-vettura, kif ukoll il-marka u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura.", "It-tieni emenda proposta f'dan l-abbozz ta' liġi hija ż-żieda ta' artiklu ġdid mal-liġi eżistenti li jgħid li l-Kummissarju tal-Pulizija jista' jiġi mitlub jagħti l-informazzjoni li jkollu dwar l-identifikazzjoni tal-vettura involuta fl-accident mill-persuna li tippretendi li għandha l-jedd li titlob lis-sewwieq l-ieħor sabiex iħallas għall-kura li tkun qed tingħata.", "L-artiklu l-ġdid jgħid ukoll li din it-talba għal informazzjoni mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija se tkun tista' ssir anke mill-assiguratur meta jkun hemm offiża fuq xi persuna, jew meta ssir ħsara lil xi vettura, annimal jew proprjeta' oħra.", "B'hekk l-assiguratur tal-persuna li ssofri minn accident tat-traffiku jkun jista' jagħmel il-kuntatti neċessarji mal- persuna l-oħra jew ma' l-assiguratur tiegħu ħalli jiġu salvagwardati d- drittijiet u l-interessi ta' dawk kollha involuti fl-accident.", "L-aħħar emenda li qed nipproponu f'dan l-abbozz ta' liġi hi ż-żieda ta' artiklu ġdid 19A ma' artiklu 19 tal-liġi prinċipali, li jittratta l- falsifikazzjoni ta' ċertifikat ta' assigurazzjoni mis-sewwieqa tal-vetturi u jgħid li:", "\"(1) Kull min bil-ħsieb li jqarraq -", "(a) jiffalsifika jew ibiddel jew juża jew jislef jew iħalli li jiġi wżat minn persuna oħra, ċertifikat ta' l-sigurta' jew ċertifikat ta' garanzija taħt din l-Ordinanza; jew", "(b) jagħmel jew ikollu fil-pussess tiegħu dokument li jixbaħ hekk sewwa lil ċertifikat bħal dak fuq imsemmi li jista' jqarraq,", "hu ħati ta' reat, ...\".", "B'dan il-mod qed jiġi enfasizzat li l-formoli li qed jipprovdu l- assiguraturi għandhom jimtlew bl-aħjar mod mis-sewwieqa involulti fl- accident u li għandha tiġi evitata kwalunkwe falsifikazzjoni.", "Madam Speaker, nistgħu ngħidu li kollox ma' kollox il-pubbliku rreaġixxa b'mod pożittiv għal din il-bidla imma kien hemm xi ftit kritika u naħseb li ta' min jagħti naqra ta' spjegazzjoni.", "Kien hemm min staqsa għaliex din is- sistema l-ġdida mhijiex se tapplika fil-każ li ssir ħsara lil proprjeta' pubblika.", "Nista' ngħid li f'dan ir-rigward m'hemm xejn x'wieħed jgħid għax subartiklu (4) ta' artiklu 3 tal-liġi prinċipali diġa' jeżenta lill-vetturi tal-gvern li jiġu wżati għas-servizz tal-gvern milli jkunu koperti b'polza ta' assigurazzjoni dwar riskji ta' terzi persuni.", "Din l-Ordinanza ilha in vigore mill-1939 u skond l-esperti ma jidhirx li kien hemm xi moviment biex dan il-provvediment tal-liġi jinbidel, minkejja li għaddew kważi 60 sena.", "Fil-fatt il-proċeduri governattivi li jirregolaw kif għandhom isiru r- rapporti u l-investigazzjonijiet u kif għandu jingħata l-kumpens meta vetturi tal-gvern ikunu involuti f'inċidenti tat-traffiku, ilhom jeżistu snin twal.", "Kritika oħra li saret, u li forsi kienet l-iktar persistenti, kienet dwar il-bullying.", "Sfortunatament nista' ngħid li din hija problema reali li qed ngħixuha ta' kuljum.", "Il-bullying fit-triq ilu ħafna jeżisti u jekk irridu nkunu realistiċi nafu li kulma wieħed jista' jagħmel f'dan ir- rigward huwa li jkompli jżid il-kontroll u l-inforzar tal-liġijiet pertinenti kontra l-abbuż.", "Kif jaf kulħadd, anke bis-sistema attwali konna niltaqgħu ma' każi ta' individwi li jirrikorru għall-intimidazzjoni, sakemm jasal il-pulizija fuq is-sit ta' l-accident.", "Mhux talli hekk, talli xi drabi inċidenti bħal dawn iseħħu fil-preżenza tal-pulizija stess.", "Jiġifieri bis-sistema l-ġdida m'hu se jinħoloq xejn ġdid, anzi qegħdin nittamaw li permezz ta' din is-sistema tidħol aktar il-kultura tal-ftehim u d-diskussjoni ċivili.", "Hawnhekk tajjeb li ninnota li kemm ilha li bdiet tiffunzjona din is- sistema ftit li xejn iltqajna ma' każijiet fejn kien hemm xi bullying.", "Dan huwa riżultat pożittiv għax qed jidher ċar li minkejja li l-liġi għadha m'għaddietx, diġa' qed iddaħħal xi ftit sens ta' dixxiplina fuq min kien jirrikorri għall-bullying.", "Aħna bħala gvern nassiguraw li se jittieħdu passi immedjati bil-liġi kontra dawk li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz fil- formoli pprovduti mill-assiguraturi tagħhom.", "Nassiguraw ukoll li se jittieħdu passi kontra dawk li jabbużaw billi jipprovaw jintimidaw lil ħaddieħor.", "Il-Kodiċi Kriminali jipprovdi għal dan billi jistabilixxi pieni kontra min jikser il-paċi pubblika, min jhedded lil ħaddieħor, min jagħmel vjolenza fuq il-persuna ta' ħaddieħor u reati oħrajn.", "Jien nittama li ma jibqgħux iseħħu inċidenti simili u naħseb li bil- miżuri li qed nieħdu qed immorru fil-qalba tal-problema billi qed nindirizzaw lil dawk in-nies li ma jissoġġettawx ruħhom għall-ftehim ċivili.", "F'dan ir-rigward se nużaw is-saħħa kollha li tagħtina l-liġi sabiex nipproteġu lil min hu dgħajjef u lil min isegwi l-liġijiet tal- pajjiż.", "Ladarba l-pubbliku jidra din is-sistema sew u wara li jsir il- monitoring neċessarju ma' l-assoċjazzjoni ta' l-assigurazzjoni, beħsiebna nestendu din is-sistema għal kategorija oħra ta' collisions, minbarra dik magħrufa bħala front-to-rear.", "Il-passi li se jittieħdu kontra dawk li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz u kontra l-bullying għandhom jassiguraw li s-sitwazzjoni titjieb għax, kif diġa' spjegajt, il-pieni relatati m'humiex ħfief u jinkludu priġunerija, multi, jew it-tnejn flimkien u allura dawn għandhom iservu ta' deterrent għal min ikun se jikser il-liġi.", "Issa xtaqt nagħmel riferenza għall-effett li hu mistenni li jkollha din is-sistema l- ġdida fuq ix-xogħol tal-pulizija.", "Kif tafu, fil-bidu tas-sena l-oħra l-Gvern beda l-proċess ta' modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija.", "Ir-rapport dwar dan il-programm kien identifika r-rapportar ta' accidents żgħar tat-traffiku bħala wieħed mis-sorsi kbar ta' ħela ta' pulizija fuq xogħol li m'huwiex tagħhom.", "Wieħed jista' jgħid li bejn l-1987 u l-1997, f'perijodu ta' għaxar snin, l- accidents tat-traffiku żdiedu b'140%.", "Ħafna minn dawn l-accidents kienu ta' natura minuri imma nafu li dawn xorta jikkawżaw sfrattu sħiħ fl-operat tal-pulizija, li ħafna drabi jkollhom jagħlqu l-għassa biex imorru fuq il- post fejn ikun sar isir l-accident.", "Fl-istess ħin dawn l-accidents kienu jikkawżaw konġestjoni sħiħa fl-arterji prinċipali tat-traffiku f'diversi bliet u rħula, bil-konsegwenza li jħallu effett negattiv fuq pajjiżna kemm soċjalment kif ukoll ekonomikament.", "Fil-fatt bħala parti mill-istrateġija ta' modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija se tingħata prijorita' lit- tneħħija tal-preżenza tal-pulizija f'accidents ta' natura li għadni kif semmejt.", "Jien naħseb li kien att ta' kuraġġ min-naħa tal-Gvern li wasal biex jimplimenta din is-sistema wara li kienet ilha li ġiet proposta diversi snin u għal ħafna raġunijiet - jien ma nafhomx imma ħaddieħor jafhom - baqgħet fuq l-ixkaffa.", "Nafu li kultant ikun hemm bżonn li pazjent jingħata mediċina morra sabiex ifiq u naħseb li f'dan il-każ aħna hekk għamilna.", "Huwa veru li kien hemm ċerti affarijiet li ma ntgħoġbux imma, kif għidt, irridu nieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jonqsu l- inċidenti mit-toroq u fl-istess ħin iċ-ċittadini jkunu aktar protetti.", "Aħna ma niddejqux nieħdu miżuri bħal dawn sakemm inkunu nafu li r-riżultat finali se jagħmel ġid lil kulħadd.", "F'pajjiżna l-problema ta' l-inċertezza tidher kull meta nieħdu xi miżuri ġodda.", "Diġa' għidt li fil-bidu li ntroduċejna l-użu tal-crash helmets u tas-seat-belts u s-sistemi tal-clamping u t-towing u tat-traffic lights, konna smajna ħafna tgergir.", "Kienu ħafna dawk li ħasbu li dawn is-sistemi ma kenux se jindraw.", "Illum qed naraw li r-riżultat huwa wieħed pożittiv.", "Ladarba dawn is-sistemi ġew aċċettati, nistgħu faċilment ngħidu li l-istess se jiġri fil-każ ta' din is-sistema li qed nintroduċu.", "Flimkien ma' l- assoċjazzjoni ta' l-assiguraturi, aħna se nibqgħu nosservaw l-operat ta' din is-sistema biex maż-żmien inkunu nistgħu nkomplu ntejbuha u nirranġaw xi żbalji li jista' jkun hemm.", "Wara kollox, kif jaf kulħadd, xejn ma jsir tajjeb mill-ewwel għax xi nuqqasijiet dejjem ikun hemm.", "Meta mbagħad is- sistema tiġi pperfezzjonata, inkunu nistgħu nestenduha għal kategorija oħra ta' aċċidenti.", "Naħseb li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni daqsna trid li l-accidents fit-toroq jonqsu u li jkun hemm iktar dixxiplina fit-toroq tagħna.", "GĦalhekk jien nemmen li l-Oppożizzjoni taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi pero' jekk għandha xi kritika jew suġġerimenti dwar xi tibdil li jista' jsir sabiex ikollna iktar dixxiplina fit-toroq, aħna lesti li naċċettawha bħalma għamilna f'diversi liġijiet oħra.", "Irrid ngħid li aħna kkonsidrajna l- ilmenti li saru mill-pubbliku u minn diversi għaqdiet - għax min kien interessat seta' jibagħtilna r-rimarki tiegħu - u dan l-eżerċizzju se nkomplu nagħmluh sakemm tiġi ppubblikata l-liġi meta mbagħad finalment tkun tista' tiġi attwata.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, qegħdin niddiskutu emenda għal-liġi li fil-parti kbira tagħha kien hemm bżonnha minħabba l-introduzzjoni ta' proċedura ġdida fejn jidħlu bumper-to-bumper collisions, għaliex issa l- pulizija m'humiex se jibqgħu jmorru fuq il-post kull meta jseħħ xi accident żgħir tat-traffiku.", "Is-sistema tal-bumper-to-bumper daħlet in vigore f'dawn il-ġranet wara li l-pulizija kienet ilha toħroġ stqarrijiet u tħabbar id-dħul fis-seħħ ta' din is-sistema b'effett mill-15 ta' Jannar, 1998.", "Dan ifisser li l-ewwel introduċejna s-sistema u issa qed inressqu liġi sabiex tgħin lil din is-sistema sseħħ.", "Forsi dan hu l-istil maniġerjali l-ġdid!", "Madam Speaker, permezz ta' l-emendi proposti qed jingħad li meta jseħħ accident il-persuna li taħbat magħha trid bilfors tagħtik - jew lilek jew lill-assiguratur tal-karozza tiegħek - dettalji dwarha u dwar il-vettura tagħha.", "Għaliex kien hemm bżonnha din l-emenda?", "GĦax filwaqt li sal-lum meta l-pulizija kienu jmorru fuq il-post ta' l-inċident, skond il-liġi kellhom dritt li jitolbu l-particulars mingħand is-sewwieqa, malli se tneħħi l-ħtieġa li l-pulizija jmorru fuq il-post ta' l-inċident is-sewwieqa ma' jkollhom l-ebda obbligu li jagħtu l-particulars lil xulxin.", "Skond il- loġika l-ewwel kellha tgħaddi din il-liġi u mbagħad kellna nintroduċu s- sistema li tirregola l-bumper-to-bumper collisions.", "Illum jekk isir inċident u min jidħol fik ma jagħtikx il-particulars tiegħu ma tista' tagħmillu xejn, għaliex ladarba l-liġi għadha m'għaddietx dan ma jistax jitqies bħala reat.", "Meta qed tintroduċi dan ir-reat ġdid ma tistax tgħid li dan se japplika għal kull min ħabat ġimgħa ilu, għaliex meta liġi tistabilixxi reat dan jibda japplika minn dak inhar 'il quddiem.", "Mela l- ewwel introduċejna s-sistema tal-bumper-to-bumper collisions u issa, wara li diġa' għaddew ġimgħatejn, qed niddiskutu liġi biex f'każ ta' kolliżjoni ta' dan it-tip is-sewwieqa jkunu obbligati li jagħtu l-particulars tagħhom lil xulxin, meta l-loġika tindika li kellu jsir bil-maqlub.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hemm ukoll żewġ emendi oħra li m'humiex daqstant importanti.", "Waħda minnhom hija intiża biex jekk iseħħ inċident tat- traffiku fejn iweġġa' annimal, sidu wkoll ikollu d-dritt li jitlob informazzjoni dwar is-sewwieq tal-vettura li kkaġunat ħsara lill-annimal.", "L- emenda l-oħra tipproponi li kull min jagħmel xi dikjarazzjoni falza jitqies li qed jagħmel reat.", "Illum parti minn dan ir-reat huwa kopert għaliex diġa' jeżisti reat kontra t-tentattiv ta' frodi imma l-Gvern hawnhekk qed jipproponi li jkun hemm reat speċifiku għal min jagħmel dikjarazzjoni falza bi skop ħażin.", "Naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li l-ewwel kellha tgħaddi din il-liġi u mhux bil-maqlub, pero' qed ngħixu fi żmien ta' stil maniġerjali ġdid u allura dawn l-affarijiet irridu nistennewhom!", "Il-Ministru bħal donnu daqq innu ta' tifħir dwar l-introduzzjoni tas- sistema l-ġdida li tirregola bumper-to-bumper collisions.", "Nibda biex ngħid li din m'hijiex xi kwestjoni ta' prinċipju, jekk il-pulizija għandhiex tmur ...", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun li dawk li kkritikaw din is-sistema għandhom raġun u jista' jkun li m'għandhomx.", "Iż-żmien jagħtina parir.", "Wieħed mill-ikbar esperti tat-traffiku li għandna f'Malta, Dr Joseph Micallef Stafrace, li l-Gvern preżenti tant għandu fiduċja fih li pproponih bħala chairman tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni ta' l-Inċidenti, tkellem u kiteb kontra l-introduzzjoni ta' din is-sistema.", "Meta jien kont ministru u kienet ġiet quddiemi t-talba biex tidħol din is-sistema, konna kkonsultajna ma' diversi nies.", "Naturalment il-pulizija jriduha għaliex b'hekk ma jkollhomx għalfejn jibqgħu jmorru jkejlu bir-rotella u jagħmlu sketch ta' l- inċident kull darba li jkun hemm kollizjoni.", "Pero' naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li m'hijiex il-konvenjenza tal-pulizija biss li rridu naraw.", "Prinċipalment kien hemm żewġ argumenti kontra l-introduzzjoni tas-sistema tal-bumper-to-bumper collisions.", "(Interruzzjonijiet) Huwa diffiċli li f'ġimgħatejn wieħed jagħmel analisi dwar jekk irnexxietx jew le, u nappella lill-Ministru biex għalissa jkun iktar prudenti.", "J'Alla tirnexxi għaliex dan ikun ifisser li l-ħin li kienu jqattgħu fuq dawn l-inċidenti jista' jibda jintuża biex il-pulizija jagħmlu xogħol ieħor.", "Wieħed mill- argumenti kontra s-sistema l-ġdida kien li għax issa mhux se jkun hemm il- pulizija fuq il-post ta' l-inċident se jiżdied il-bullying għax, jekk Mini- Minor taħbat ma' trakk li x-xufier tiegħu jinzerta ma jkollux manjieri tajbin, anke mingħajr ma jmiss lil sid il-vettura ż-żgħira, jista' jaqbad jgħajjat u joħloq atmosfera ta' theddid.", "Affarijiet bħal dawn jiġru pero' lili dan l-argument qatt ma pperswadieni ħafna, għalkemm jissemma minn nies ta' l-affari tagħhom.", "Aħna m'għandniex inqisu lilna nfusna bħallikieku l- uniku pajjiż fid-dinja fejn jeżisti l-bullying.", "Nimmaġina li l-bullying jeżisti f'Pariġi, f'Londra, f'Ruma u f'postijiet oħra fejn, minħabba l- kobor tal-lokalita', ma' jistax ikun li l-pulizija jmorru jkejlu bir- rotella fuq il-post ta' l-inċident.", "Jiġifieri dan l-argument lili ma jipperswadinix u, kif qal il-Ministru, jekk ikun hemm xi abbuż f'dan is- sens jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji.", "L-argument li lili jipperswadini li m'għandhiex tindaħal din is-sistema huwa l-mod ikkomplikat li bih ġiet drafted din il-karta ta' skizz.", "Huwa veru li meta tintroduċi xi ħaġa ġdida dejjem ikun hemm oġġezzjonijiet għaliha pero' jien rajt id-dikjarazzjoni li jridu jiffirmaw iż-żewġ sewwieqa - dejjem jekk jaqblu, għaliex jekk ma jaqblux jistgħu jiffirmaw waħda kull wieħed - u naħseb li hija kkomplikata żżejjed meta forsi setgħet saret b'mod ħafna iktar sempliċi.", "Jien naħseb li din is-sistema bl-ebda mod ma tiggarantixxi li l-karozzi li jkunu involuti fl-inċident jitneħħew minn posthom.", "Ħalli nagħti eżempju ta' sitwazzjoni fejn jaħbtu żewġ vetturi fi Triq Sant'Anna, il-Furjana, f'xi d-9.00 a.m. meta kulħadd ikun dieħel il-Belt bil-karozza tiegħu.", "Jekk tkun ħabta żgħira mhux se jiġi l- pulizija għaliex huwa każ ta' bumper-to-bumper u dawn naturalment m'humiex se jaqbdu u jċaqalqu l-vetturi tagħhom mill-ewwel għaliex iridu jpinġu l- pożizzjoni tal-vetturi fuq il-formola.", "Nassumu li dawn jinzertaw tnejn min- nies ċivili li joħorġu mill-karozza u joqogħdu jiddiskutu.", "Naturalment il- fatt li huma ċivili ma jfissirx li se jaqblu imma jfisser li m'humiex se jgħajru jew jheddu lil xulxin.", "Probabbilment ħadd ma jkun irid jammetti t- tort u sadanittant it-traffiku kollu jkollu jieqaf sakemm dawn joħorġu din il-formola u joqogħdu jimlewha.", "Naf li l-Ministru se jgħidli li jekk ma jċaqalqux il-vetturi se jiġu l-pulizija.", "Imma, skużi, jekk jiġu l-pulizija jistgħu jaqbdu jkejlu bir-rotella mill-ewwel u jagħmlu skizz ta' l-inċident huma ħalli jkunu jistgħu joħorġu r-road accident report.", "Jiġifieri b'din is-sistema xorta waħda se jkun hemm l-intervent tal-pulizija jekk is- sewwieqa ma jiftehmux u jħallu l-karozzi kif ikunu.", "Argument ieħor kontra l-introduzzjoni ta' din is-sistema kien li għallinqas is-sistema l-oħra kienet tiggarantixxi l-preżenza tal-pulizija fit-toroq.", "Jien naħseb li jekk il-pulizija jmorru fuq il-post ta' l- inċident u jaraw li qed iseħħ xi reat ieħor imorru jaraw x'inhu jiġri.", "Dr Micallef Stafrace kemm-il darba kiteb dwar dan l-argument u qal li għallinqas is-sistema ta' qabel kienet tiggarantixxi l-preżenza tal- pulizija fit-toroq.", "Issa jien naf li l-Ministru se jgħid li la l-pulizija m'humiex se jibqgħu jmorru fuq il-lok ta' l-inċident se nibdew nużawhom għal skopijiet oħra.", "J'Alla jsir hekk!", "Jien matul dawn il-ġimgħatejn ma jidhirlix li rajt iktar pulizija fit-toroq pero' ħmistax-il ġurnata huwa perijodu qasir u mhux se nagħmel l-iżball li għamel il-Ministru u nasal għal konklużjonijiet dwar jekk din is-sistema rnexxietx jew le.", "Ngħid biss li apparti li din is-sistema daħlet malajr mingħajr ma saret preparazzjoni suret in-nies għas-sewwieqa, se tnaqqas il-preżenza tal-pulizija mit-toroq kif se titnaqqas b'diversi miżuri oħrajn li qed jieħu l-Gvern.", "Illum stess fil-ħin tal-mistoqsijiet semmejt il-fatt li biex inaqqas ¥580,000 mill-overtime u allowance, kif kien wiegħed li se jagħmel fil- budget speech, il-Gvern qiegħed jisforza lill-membri tal-Korp tal-Pulizija biex 14-il ġurnata mil-leave tagħhom jeħduhom bilfors nhar ta' Ħadd.", "Din is-sistema ma ġietx introdotta sabiex il-membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu jistgħu joqogħdu d-dar mal-mara u t-tfal imma l-Prim Ministru stess ammetta li din ġiet introdotta sabiex jiffranka l-ħlas doppju ta' 14-il ġurnata li kien introduċa l-Gvern Nazzjonalista għall-pulizija li jidħlu jaħdmu nhar ta' Ħadd.", "Din hija l-verita' u ma noqogħdux inżidu z-zokkor mal-pillola u ngħidu li din is-sistema ġiet introdotta kemm biex innaqqsu ftit min-nefqa, kif ukoll għaliex tant inħobbu lill-familja li rridu li l-pulizija nhar ta' Ħadd joqogħdu mal-familja, anke jekk dan ma jriduhx.", "Nista' naħseb kemm se jirċievi ittri ta' ringrazzjament il-Prim Ministru talli qed jagħmel dan!", "Tista' tuża ftit tas-sarkażmu u twaqqa' s-sistema għaċ-ċajt pero' din hi sitwazzjoni tal-biki u mhux tad-daħk għax il-preżenza tal- pulizija nhar ta' Ħadd se titnaqqas għal raġunijiet ta' ekonomija.", "Jista' jkun li l-Gvern għandu raġun jieħu dawn il-miżuri ta' ekonomija pero' li tagħmel ekonomija fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalita' u d-droga hija ekonomija falza.", "Qisek qed tgħid li għax hawn ħafna nies li ma jaħdmux nhar ta' Ħadd, il-kriminali, it-traffikanti tad-droga u dawk li jikkommettu reati ta' serq nhar ta' Ħadd se jeħduha off ukoll!", "Ħafna drabi jiġri proprju bil-maqlub għaliex la n-nies toħroġ is-Sibt u l-Ħadd il-ħallelin u l-kriminali se jattakkaw proprju f'dawk il-ġranet.", "Mela fil-ġranet meta l- iktar li għandna bżonn il-preżenza tal-pulizija fit-toroq qed nintroduċu sistema li permezz tagħha se nnaqqsuha billi nisforzawhom biex, fost miżuri oħra, 14-il ġurnata mil-leave tagħhom jeħduhom nhar ta' Ħadd ħalli nevitaw li nħallsuhom doppju.", "Intqal li permezz tas-sistema li qed nintroduċu tal-bumper-to-bumper collisions se tiżdied il-preżenza tal-pulizija fit-toroq.", "Imma fil-verita' hekk se jiġri?", "Jien naħseb li l-effett se jkun proprju l-kuntrarju għax, fejn qabel kien ikollna l-preżenza limitata tal-pulizija f'dawn l- inċidenti, issa dawn se jibqgħu fl-għassa.", "U x'se joqogħdu jagħmlu fl- għassa?", "Jirċievu r-rapporti!", "Mhux aħjar ikollna iktar patrols?", "Per eżempju, ħaġa li ma nistax nifhem hija għaliex għadna ma organizzajniex mod kif meta jseħħ xi inċident, dik l-area tiġi sealed off.", "Naturalment biex dan ikun jista' jsir irid ikollok nies u mezzi biżżejjed.", "Sakemm ma naslux għal din is-sistema l-poplu se jibqa' jinnota nuqqas ta' preżenza tal- pulizija fit-toroq tagħna.", "GĦalhekk nappella lill-Ministru biex għallinqas jekk nibqgħu b'din is-sistema l-ġdida - jista' jkun li għandu raġun u jirriżulta li din il-kritika m'hijiex valida - jassigura li dawk il- pulizija li m'humiex se jibqgħu jiġu rikjesti fuq il-post ta' l-inċident jibdew jintużaw għall-patrols.", "Il-patrol għandu jiġi l-ewwel fil- prijoritajiet tal-Korp tal-Pulizija.", "Jien naf x'jiġifieri għaliex kull darba li kienu jidħlu membri ġodda fil-Korp tal-Pulizija, min kien jeħodhom għall-SAG, min għall-iskwadra kontra d-droga, min għal ħaġa u min għal oħra.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li għallinqas jekk se niffrankaw il- preżenza tal-pulizija fil-każ ta' inċidenti żgħar - nammetti li din is- sistema se tapplika biss għal bumper-to-bumper collisions u mhux għal meta jkun hemm xi inċident serju - nassiguraw li l-pulizija li se niffrankaw ikunu preżenti x'imkien ieħor.", "Inkella kulma nkunu qegħdin nagħmlu jkun li nżidu l-garr li diġa' kien hemm meta introduċejna din is-sistema, bla ma nieħdu l-ebda benefiċċju.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hemmx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Mizzi biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien skantajt kif min-naħa ta' l- Oppożizzjoni tant ma kienx hemm x'jikkritikaw li ħarġu b'ċerta kritika u ntqal diskors li m'għandu x'jaqsam xejn mal-liġi.", "Il-kritika li saret kienet li qed niddiskutu din il-liġi wara li introduċejna s-sistema, li ma saritx biżżejjed preparazzjoni u affarijiet simili.", "Nista' ngħid li s'issa wara xi ħmistax-il ġurnata ma jirriżultax li kien hemm problemi tat-tip li ssemmew.", "Jekk xi ħadd ried jgħid ċertu diskors biex jipprova jinsinwa ċerti affarijiet, ma naħsibx li għamel tajjeb.", "L-Onor.", "Borg qal li huwa veru li l-pulizija se tispiċċalhom l- inkonvenjenza li joqogħdu jidħlu f'każi ta' front-to-rear collisions imma qal li rridu nagħtu kas ukoll ta' l-inkonvenjenza tan-nies.", "Aħna mhux hekk qegħdin nagħmlu?", "Meta qed ngħidu li issa l-Pulizija se tintuża aktar sabiex tipproteġi liċ-ċittadin, mhux għall-konvenjenza tan-nies qed nagħmlu hekk?", "Ma naħsibx li qed nagħmluh b'kapriċċ.", "L-Onor.", "Membru semma l-bullying u, bħalma għidt jien, qal li dan jeżisti kullimkien.", "Dan huwa veru imma aħna ħarraxna l-pieni f'dan ir-rigward.", "Qal ukoll li l-formola li trid timtela hija kkomplikata.", "Għalija din ma kenitx kritika ġustifikata għax min ikun involut kulma għandu jagħmel huwa li jimmarka xi affarijiet u m'għandu għalfejn jikteb xejn.", "Ma noqogħdux nesaġeraw u ngħidu li sakemm is-sewwieqa jimlew il-formola se jżommu t- traffiku, għax kulma għandu jsir dak il-ħin huwa li jersqu fil-ġenb u jimmarkaw is-sample example ta' kif ikun sar l-inċident.", "GĦalfejn noqogħdu nikkomplikaw l-affarijiet u ngħidu li se nħawdu l-imħuħ meta dan m'huwiex minnu?", "GĦax illum nafu li l-affarijiet m'humiex hekk.", "L-isbaħ waħda kienet meta l-Onor.", "Borg qal li jispera li ladarba il- pulizija m'humiex se jibqgħu jagħtu dan is-servizz, jibda jkun hemm iktar pulizija fit-toroq.", "Jien ngħidlu li parti mir-riforma u l-modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija saret biex ikun hemm iktar pulizija fit-toroq.", "U hekk qed isir.", "Irrid ngħid ukoll li fi ftit ġranet oħra fl-immigration section ta' l-airport minflok pulizija se jibda jkun hemm civilians u dan l- eżerċizzju bejn wieħed u ieħor se jirrilaxxa madwar 50 membru tal-korp.", "Dawn il-pulizija issa se jkunu jistgħu jintużaw biex jieħdu ħsieb it- traffiku u sabiex jissaħħu sezzjonijiet oħra li għandhom konnessjoni mal- preżenza tal-pulizija fit-toroq.", "B'hekk tkunu tistgħu taraw li se jibda jkun hemm iktar pulizija għall-protezzjoni u l-konvenjenza taċ-ċittadin.", "Huwa veru li l-pulizija se jonqsilhom dan ix-xogħol, imma dan qed nagħmluh ħalli jkunu jistgħu jipproteġu iktar liċ-ċittadin f'aspetti oħra u fl- istess ħin il-korp isir iktar effiċjenti u jaħdem b'sistema iktar moderna.", "Issemmew affarijiet oħra li m'għandhomx x'jaqsmu mal-liġi, bħalma hija l- kwestjoni tal-leave.", "Qalulna li se neħdulhom nofs il-leave għax issa se jkollhom jibdew jeħduh nhar ta' Ħadd.", "Fil-fatt dawn il-ġranet m'huma xejn ħlief dawk l-14-il ġurnata leave extra li għandhom il-pulizija.", "Il-Prim Ministru qed jgħid sew li meta dawn jieħdu l-leave nhar ta' Ħadd se jkunu jistgħu jgawdu aktar lill-familja.", "Kif jaf kulħadd, aħna ġejna kostretti li nieħdu dawn il-miżuri.", "Jiġifieri dan m'huwiex tort tagħna.", "Allura issa kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu bla ma nnaqqsu l-effiċjenza u bla ma nnaqqsu xejn minn dak li għandhom il-pulizija.", "Jiddispjaċini li kelli noqgħod nidħol f'dawn l-affarijiet imma la ssemmew bilfors li kelli nagħti risposta.", "Qabel ma nagħlaq nixtieq ngħid li minkejja l-kritika li għamlet l- Oppożizzjoni s'issa dwar il-front-to-rear collisions, jidher li din is- sistema se tagħti riżultati pożittivi u minnha se jkun jista' jgawdi wkoll iċ-ċittadin.", "Wara kollox aħna lejn dan inħarsu.", "Nispera li bħalma ġara bl- introduzzjoni ta' sistemi oħra, hekk ukoll din il-liġi tagħti riżultati pożittivi fl-interess ta' min isuq u anke tal-pedestrians.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex dan l- Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru 22 tad-9 ta' Diċembru, 1997.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar- Riskji ta' Terzi Persuni\" jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skond il-Mozzjoni Nru 22 tad-9 ta' Diċembru 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.", "3)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (No.3) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Sostituzzjoni tat-Tieni Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Substitution of Second Schedule to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Klawsola 2 hija sostituzzjoni tat-Tieni Skeda ta' l-Att prinċipali u telenka l-bidliet li kien hemm fid-dazju fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku.", "Meta tkellimt fuq dan l-abbozz fl-istadju tat-Tieni Qari kont għidt li meta jkollok budget bħalma kellna aħna, jiġifieri budget iebes, tkun qed tonqos jekk ma tindirrizzax prodotti bħalma huma x-xorb alkoħoliku u s- sigaretti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fit-Tieni Qari kont semmejt li bil-bidliet li saru fid-dazju u fis-sistema tas-sisa fuq ix-xorb alkoħoliku, kien qed jidher li matul l-aħħar sena d-dazju fuq il-birra mportata naqas.", "Skond it-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari numru 11,189 jidher li l-volum tal- birra mportata żdied b'madwar 8.8%, filwaqt li l-valur żdied b'madwar 29%.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar x'ġara min-negozjati li kienu qed isiru ma' l-Ewropa dwar il-birra?", "Hawn nies li l-għajxien tagħhom jiddependi mill-produzzjoni tal-birra.", "Din hija industrija lokali u llum għandna żewġ birreriji.", "Bil-miżuri li ħa l-Gvern matul din l-aħħar sena għandna surplus capacity qawwija, jidher li l-penetrazzjoni ta' imported beers żdiedet, u kif diġa' qal il-Gvern, il-birra mportata raħset.", "Kif nafu, it-taxxa fuq l-alkoħol tinkludi wkoll taxxa fuq il-birra u allura hawn nixtieq nistaqsi x'qiegħed jagħmel il-Gvern f'dan is-settur importanti, anke fid-dawl tal-fatt li jrid iħares lejn il-livell ta' protezzjoni.", "Skond dokument li s'issa l-Ministru għadu ma poġġiex fuq il- Mejda tal-Kamra, hemm indikazzjoni li qabel ma jniżżel il-protezzjoni għall- industrija lokali, il-Gvern beħsiebu jġib aċċess aħjar għas-suq Ewropew.", "Pero' f'dan il-każ ġara bil-maqlub għax l-Ewropej għandhom aċċess aħjar għas-suq tagħna, filwaqt li aħna għad m'għandniex aċċess iktar liberu għas- suq Ewropew.", "Dan il-punt diġa' qajjimtu fit-Tieni Qari imma fil-fehma tiegħi ma ġiex eżawrit fil-winding-up tal-Ministru u allura naħseb li dan huwa l-ħin propizju biex ikollna indikazzjoni ta' kif il-Gvern qed iħares lejn dawn l- iżviluppi li għadni kif semmejt u jekk dak li għamel is-sena li għaddiet huwiex konsistenti ma' dak li qed jgħid fid-dokument, jiġifieri li l- protezzjoni suppost tinżel wara li jkollna iktar aċċess għas-suq Ewropew.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fatt diġa' tkellimna dwar dan u għidna li s- settur tal-birra huwa settur li l-Gvern lest li jibqa' jagħtih il- protezzjoni neċessarja, biss wieħed irid jibda jilliberalizza l-affarijiet bil-mod il-mod.", "Din qed nagħmluha ċara fid-diskussjonijiet li qed ikollna mal-korpi kostitwiti, għalkemm għad irid ikollna aktar diskussjonijiet formali.", "Il-bieraħ irċevejna t-tweġiba formali tal-korpi kostitwiti għall- proposti oriġinali tagħna, dokument li l-Gvern huwa fl-obbligu li jiflih bir-reqqa u jagħtih l-attenzjoni neċessarja.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li sa dalgħodu stess komplejt naġġorna ruħi u ninsab informat li t-taħdidiet li kienu għaddejjin bejn il-Gvern Nazzjonalista u l-Unjoni Ewropea ma kenux ġew konklużi, kif jista' jikkonferma l-Onor.", "Bonnici.", "GĦalhekk min-naħa ta' l-Ambaxxata Maltija fi Brussels saru rappreżentazzjonijiet mill-ġdid ma' l-Unjoni Ewropea u issa billi hu mistenni li jkun hemm taħdidiet ma' l-Unjoni Ewropea dwar il- kwestjoni tal-free trade, l-affarijiet pendenti kollha, fosthom il- kwestjoni tal-birra, se jiġu diskussi ma' l-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif qal il-Ministru, matul l-amministrazzjoni preċedenti kienu għaddejjin in-negozjati u fil-fatt kont poġġejt dokument fuq il-Mejda tal-Kamra li jindika fejn kienu waslu n-negozjati u li skond dawk in-negozjati suppost li mill-ewwel sena li nidħlu fl-Unjoni Ewropea l- ammont ta' birra duty free kellu jiżdied billi fl-ewwel sena minn 5,000 hectolitres jitla' għal 15,000 hectolitres, fl-1997 jitla' għal 25,000 hectolitres, fl-1998 jitla' għal 35,000 hectolitres u mill-1999 'il quddiem ikun ta' 40,000 hectolitres.", "Huma kienu qaluli wkoll biex innaqqsu l-levy.", "Imma allura meta kien hemm dawn in-negozjati, kemm kien għaqli li l-Gvern qabad u naqqas il-protezzjoni bir-riforma li għamel, b'mod li qbadna u tajna xi ħaġa li konna qed ninnegozjaw fuqha?", "Naħseb li jkun min ikun fil- gvern għandu dejjem jiġbed il-linja li ma jpoġġix ruħu fejn kienu qed isiru n-negozjati u mbagħad idgħajjef il-każ kollu billi jaqbad u jimxi unilaterally.", "Nixtieq inkun konfortat bil-ħsieb li l-Gvern kien jaf x'qed isir.", "Ma nistax nifhem għaliex ma kompliex b'dawn id-diskussjonijiet qabel ma naqqas il-protezzjoni, biex meta din tonqos ikun jista' jiggwadanja xi ħaġa, u mhux ikollna r-riżultat li ħareġ is-sena li għaddiet wara li naqqasna l-protezzjoni, fejn il-volum tal-birra mportata żdied ferm iktar mir-rate of growth ta' l-ekonomija.", "Fil-fatt il-volum żdied b'9% filwaqt li l-valur żdied b'29%, jiġifieri qed nitkellmu fuq valur ta' mijiet ta' eluf ta' liri.", "Jekk inħarsu lejn il-perijodu bejn Jannar u Diċembru ta' l- 1996 naraw li l-birra mportata kienet tlaħħaq Lm1 miljun, filwaqt li matul l-ewwel 11-il xahar ta' l-1997 il-valur ta' birra mportata kien ta' Lm1.3 miljun.", "Dan juri li kien hemm żieda sostanzjali li naturalment taffettwa l-bilanċ tal-pagamenti imma taffettwa iktar il-produzzjoni tagħna.", "L- ammont ta' birra li jikkonsma l-poplu Malti ma jiżdiedx b'mod drammatiku u allura jekk tiżdied l-importazzjoni ta' birra bilfors li jkollha tonqos il- produzzjoni lokali.", "Imma biex nerġa' niġi għall-kwestjoni tan-negozjati, nixtieq li l- Ministru jispjegalna għaliex dawn ma tkomplewx qabel ma ttieħdet id- deċiżjoni li min-naħa tagħna nnaqqsu l-element ta' protezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din kienet an agenda item li ma ġietx konkluża.", "Jien naħseb li it takes two to tango f'dawn l-affarijiet u ma tistax taqbad u tiddetta ...", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma kienu saru negozjati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kienu saru rappreżentazzjonijiet.", "Kienet an agenda item for discussion u l-Ambaxxata Maltija fi Brussels reġgħet qajmet din id- diskussjoni wara l-introduzzjoni tas-CET.", "Pero' l-pożizzjoni li ttieħdet mill-Unjoni Ewropea hija li dawn l-istanding items se jiġu thrashed out fin- negozjati dwar il-free trade area.", "Jiġifieri din se tkun waħda mill-items li se jkun hemm għad-diskussjoni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiġifieri kien hemm demand mill-Unjoni Ewropea biex il-protezzjoni tonqos meta fil-fatt naqset?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, jien qed nitkellem biss fuq il-kwestjoni ta' l- exports.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Pero' l-agreement kien jorbot l-exports mal- protezzjoni li konna nagħtu lill-industrija tal-birra.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jirriżultali li kien hemm l-ebda pressjoni min- naħa ta' l-Unjoni Ewropea fuq dan is-suġġett.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħalli ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Li ġara kien illi ma' l-introduzzjoni tat-taxxi l-ġodda, meta minħabba l-mod kif dawn iddaħħlu mingħajr pjan u mingħajr ma ħadd kien jaf x'qed jiġri, ħbatna ma' l-ewwel skoll, il-Gvern Malti sab li kellu jnaqqas 15% mil-levies across the board, mingħajr ebda diskussjonijiet u negozjati ma' ħadd.", "Dan sempliċement għax webbes rasu u ried ibiddel is-sistema tal-VAT u jdaħħal sistema ta' dazji li l-Unjoni Ewropea mill-ewwel bdew joġġezzjonawlu għaliha u għadhom joġġezzjonaw sal-lum.", "Imbagħad biex mingħalih jaġevola xi ftit lill-Ewropej u jagħlqilhom ħalqhom - fil-fatt dan kollu sar għal xejn - qabad u qata' 15% across the board mil-levies kollha.", "GĦalija dawn l- affarijiet saru bla ħsieb.", "Jiddispjaċini li jkolli nitkellem hekk imma ġieli nagħmlu affarijiet mingħajr ma niżnu x'se jkunu l-konsegwenzi tagħhom.", "Waħda mill-konsegwenzi ta' dan kienet li fil-każ tal-birra, b'mod partikolari, irriżulta li bit-tnaqqis ta' 15% across the board l-element ta' protezzjoni kważi nqered u issa għandna sitwazzjoni fejn il-birra, prodott li qabel kien protett, m'għadx għandha dik il-protezzjoni u, kif qal tajjeb sieħbi, l-Onor.", "Bonnici, il-kompetittivita' tal-birra lokali naqset vis-a-vis il-prezzijiet tal-birer li qegħdin nimportaw.", "Issa l-Ministru qed jgħidilna li din il-kwestjoni qiegħda fil-pakkett li qed nisperaw li niddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' l-pakkett li se tibdew tiddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea huwa l-pakkett li hemm.", "Ma naħsibx li lill-Unjoni Ewropea se tgħidulha li se żżidu xi levies fuq dawk li hemm illum, meta dawn il-levies naqqastuhom intom għalxejn b'xejn.", "Kemm kontu tgħidulna li neħħejna xi ħaġa mingħajr ma nnegozjajna!", "Intom il-VAT neħħejtuha bla ebda raġuni u biex mingħalikom tgħattu u tmewtu l-kritika li kien qed ikollkom mill-Ewropa fuq it-taxxi l-ġodda, naqqastu l-protezzjoni.", "Pero' issa żgur li lill-Ewropa m'intomx se tgħidulha li se żżidu l-levy fuq il-birra jew fuq xi prodott ieħor.", "Ma naħsibx li dik se tkun l- istrateġija jew it-tattika.", "Lill-Ewropa se tgħidulha: Dawn huma l-livelli ta' levies li għandna llum.", "Kif se jitnaqqsu gradwalment, b'kemm u over what period of time?", "Nassumi li dawk se jkunu n-negozjati.", "GĦax il- Ministru donnu qed jgħidilna li jekk hemm xi żball f'din tal-birra ...", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien m'għidtx hekk.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien inħobb inkun lineari għax ma naqbilx li f'pajjiżna għandha tibqa' ssir protezzjoni fuq kollox għal dejjem.", "Il- proċess ta' liberalizzazzjoni bdejtu jien, ħdimt fuqu, mexxejtu 'l quddiem b'negozjati mal-constituted bodies kollha u konna mexjin tajjeb.", "Meta daħħalna l-VAT konna għamilna eżerċizzju enormi li dam għaddej ġimgħat sħaħ mal-constituted bodies kollha, jiġifieri mal-GRTU, mal-Federation of Industry, maċ-Chamber of Commerce, ma' l-Employers' Association u ma' l- unions, proprju fuq il-livell ta' protezzjoni li konna se nħallu mal-VAT.", "Meta daħħalna l-VAT konna ħadna l-okkażjoni li nrażżnu l-għoli tal-ħajja u nnaqqsu l-ħafna levies li kien hemm dak iż-żmien f'eżerċizzju wieħed.", "Fil- fatt jien kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-prodotti kollha, bl-HS number b'kollox, bit-taxxi kollha li kienu jitħallsu fuq kull prodott, inkluż id-dazju - jekk il-prodott kien jiġi mportat minn barra l- Unjoni Ewropea - il-VAT, is-sisa u anke l-levies, where applicable.", "Jiġifieri dawn huma l-affarijiet li kienu jsiru bi ħsieb.", "Nerġa' ngħid li fil-każ tal-birra d-deċiżjonijiet ittieħdu mingħajr ħsieb u, fl-opinjoni tiegħi, ittieħdu qabel il-waqt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien nixtieq li l-Ministru jgħidilna jekk is- sitwazzjoni preżenti wasalniex għaliha fuq xi pjan jew programm li jagħmel sens u li warajh hemm l-iskop li niggwadanjaw xi ħaġa.", "Pero' ma rridx inkun pedantiku fuq dan is-suġġett li huwa importanti ħafna għax jittratta r-riżultat tal-bidla li seħħet is-sena li għaddiet.", "Jekk inħarsu lejn il- ktieb li l-Gvern bagħtilna d-dar bl-isem \"Liema Prezzijiet Roħsu\" nsibu li l-birra mportata raħset bi 12%, il-Budweiser raħset bi 17% u l-Heineken raħset b'9%, filwaqt li jekk tħares lejn il-birra lokali ssib li din baqgħet l-istess.", "Peress li jien qabel kont involut fin-negozjati li kienu qed isiru, meta s-sena l-oħra qamet din il-kwestjoni kont ġbidt l- attenzjoni tal-Ministru u staqsejtu jekk il-Gvern studjax l-implikazzjoni ta' dan ir-roħs u jekk rax x'inhu l-effett tiegħu, pero' bqajt ma ngħatajtx risposta, jew għallinqas ma ġejtx konvint li l-Gvern din il-ħaġa raha għax kulma ġara kien li ħareġ jiftaħar kemm roħsu prodotti bħalma hi l-birra mportata.", "Illum, sitt xhur wara, għandna riżultat li jindika eżattament dak li wieħed kien qed jistenna, jiġifieri li meta l-prezz jorħos il-konsum jiżdied.", "Per eżempju, insibu li filwaqt li fil-konsum tax-xorb kollu kien hemm tnaqqis, fil-każ tal-birra mportata kellna inflow ferm iktar qawwija milli wieħed kien jipprevedi għax il-prezzijiet roħsu u l-importazzjoni tal- birra żdiedet.", "Meta wieħed jinkwadra dan man-negozjati li kienu qed isiru ma' l-Unjoni Ewropea jsib li dawn kienu offrew li jagħtuna aċċess għal duty free entry tal-birra u ta' prodotti oħra, waqt li mingħandna riedu li nnaqqsu l-protezzjoni b'inqas milli fil-fatt naqqasha l-Gvern preżenti.", "Id- dokument li jindika dawn in-negozjati diġa' poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra u ma naħsibx li għandi għalfejn nerġa' npoġġih.", "Jien ma nixtieqx nikkonkludi li l-Gvern ma kienx jaf x'inhu jagħmel meta qabad u naqqas il- protezzjoni, imma qed nipprova nara jekk il-Gvern daħalx f'dawn l- affarijiet għaliex in-negozjati kienu lesti, fis-sens li kien hemm offerta min-naħa tagħhom u kulma riedu kienet ir-reazzjoni tagħna.", "Din is- sitwazzjoni kienet ferm superjuri għal dik li spiċċajna biha s-sena li għaddiet, fejn spiċċajna naqqasna l-protezzjoni mingħajr ma ggwadanjajna xejn f'dak li konna qed ninnegozjaw.", "Huwa importanti li nħarsu lejn dan l-aspett għax meta wieħed iħares lejh fl-ambitu tan-negozjati ma' l-Unjoni Ewopea, isib li dan il-Gvern donnu qed jgħid li huwa kapaċi jinnegozja xi ħaġa aħjar mis-sħubija, la ma jridx sħubija fl-Ewropa u jrid free trade zone.", "Imbagħad f'dan il-każ kulma ried jagħmel biex ikun lest kien li jaqfel iċ-ċoff imma minflok ma qafel iċ-ċoff ħallih hemmhekk u unilaterally qabad u naqqas il-protezzjoni.", "Issa nafu li mhux biss it-teorija tgħid li jekk tnaqqas il-prezz tal-prodott importat l-importazzjoni ta' dak il-prodott se tiżdied, imma għandna wkoll il-prova għax il-volum żdied bi 8.8% filwaqt li l-valur żdied b'mod qawwi wkoll.", "Hawn qed inqabbel 11-il xahar ma' sena, jiġifieri meta ninkludu ċ-ċifri ta' Diċembru ż-żieda se tkompli tikber.", "Jien qed nipprova nifhem jekk il-Gvern hux qed jagħmel l-affarijiet bil- ħsieb u nista' nikkonkludi li mhux qed jagħmilhom bil-ħsieb.", "Pero' rrid niftaħlu għajnejh għax il-fatt li wieħed jista' jgħid li neżżajna settur mingħajr ma konna kapaċi niggwadanjaw xi ħaġa ma fihx xi gwadann politiku.", "Allura jien bir-responsabbilta' kollha quddiem il-poplu jkolli ngħid li dan il-Gvern tefagħna lura fuq dan il-punt u jekk dan huwa eżempju tat-tip ta' negozjati li se jsiru, għandi dubju dwar kemm se mmorru 'l quddiem.", "Hawnhekk nibda nifhem aktar għaliex il-korpi kostitwiti huma concerned dwar is-sitwazzjoni ta' l-impjiegi li qed jintilfu u dwar fejn u kif se jiġu kkreati impjiegi oħra.", "Fl-opinjoni tiegħi dan il-każ huwa prova mhux biss ta' x'għamel il-Gvern ...", "Illum għandna r-riżultat li l-valur u l- volum ta' l-importazzjoni żdiedu.", "Dan meta kellna negozjati għaddejjin u kellna counter-offer li żgur li kienet ferm superjuri għas-sitwazzjoni li spiċċajna fiha.", "Din jien insejħila iresponsabbilta'.", "Jekk il-Gvern ma jistax jispjegali u jikkonvċini għaliex f'dan il-każ ma mexiex f'direzzjoni differenti ...", "Nerġa' ngħid, dak id-dokument li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra jindika li l-aċċess tagħna għas-suq Ewropew kellu jitla' bi tliet darbiet fl-ewwel sena ta' sħubija u aħna min-naħa tagħna kulma ridna nagħmlu kien li nnaqqsu ftit il-protezzjoni.", "Illum il-Gvern bis-sistema li daħħal naqqasha iktar.", "Jien nixtieq niġi assigurat li l-Gvern jaf x'inhu jagħmel u qed inqajjem il-punti biex ikolli spjegazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-Prim Ministru qed jgħidli li nista' niġi kkonfortat, imma meta nistaqsi xi mistoqsijiet qed nibqa' mingħajr risposta, allura ma qed niġi kkonfortat xejn.", "Kien hemm min qal li għandu dubju dwar kemm għandi nkun professur.", "Issa li l-Prim Ministru qiegħed fil-Kamra qed inqanqal dawn il- punti għad-diskussjoni ħalli forsi jkun jista' jikkonforta lili u lill- poplu li f'dan il-każ mexa b'mod li jagħmel sens.", "Jekk il-Gvern jibqa' ma jirrispondix għal dan il-punt, ikolli ngħid li allura m'għandux spjegazzjoni x'jagħti u m'huwiex f'pożizzjoni li jgħid x'iggwadanjajna jew x'irranġajna.", "Fil-preżent m'hemm xejn ħlief silenzju u nuqqas ta' ħsieb assolut.", "Jien ma nixtieqx li hu hekk għax naħseb li kull gvern għandu d- dmir u l-obbligu li jmexxi lill-pajjiż 'il quddiem.", "Pero' f'dan il-każ mill-ktieb li bagħtilna fid-djar tagħna toħroġ prova ċara li bil-bidla li għamel il-Gvern il-prezz tal-birra mportata raħas b'mod sostanzjali, f'ċerti każi anke bi 17%, filwaqt li l-prezz tal-birra lokali baqa' l- istess.", "Fil-ħames xhur tas-sena li għaddiet, wara li ttieħdet din il- miżura, l-iktar birra mportata li kienet qed tinbiegħ raħset b'9% u l-volum tal-birra mportata żdied b'9% .", "Dan huwa riżultat li bilfors jinkwetak.", "Jien l-ewwelnett nixtieq li l-Gvern jirrealizza li għamel żball u jekk għandu xi spjegazzjoni jagħtihielna.", "Ma nistgħux nibqgħu b'dan is- silenzju.", "Fuq dan il-każ kellna n-negozjati għaddejjin u kellna counter- offer li kienet superjuri għas-sitwazzjoni li spiċċajna biha, fejn qisna nneħħejna xi ħaġa u ma ħadna xejn, bqajna nsaffru.", "Fin-negozjati l-aċċess li kienu offrewlna - mhux qed ngħidu xi xtaqna imma x'offerwlna, u għandi d-dokument quddiemi - għas-suq Ewropew fl-ewwel sena kien ta' tliet darbiet aktar għax minflok ma nesportaw 5,000 hectolitres ta' birra duty free nesportaw 15,000 hectolitres, u dan l-arranġament kien jibda qabel ma nnaqqsu l-protezzjoni, propjru kif qed jgħid dan il-Gvern fid-dokument li għadu jkaxkar saqajh sabiex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan id- dokument jgħid li l-Gvern qed jimxi bl-idea li kien qed jimxi fuqha l-Gvern preċedenti, li l-ewwel iġib aċċess aħjar imbagħad inaqqas il-protezzjoni.", "U d-dokument li għandi hawnhekk bin-negozjati li saru taħt Gvern Nazzjonalista jindika li hekk konna se nimxu.", "Imbagħad kien hawn din il- bidla fis-sistema tat-tassazzjoni u dan il-Gvern warrab l-interess tas- settur partikolari li dwaru diġa' kellna n-negozjati għaddejjin, minflok ma għamel eċċezzjoni għal dan is-settur u ħallih kif kien sakemm seta' jikkonkludih.", "Illum mhux biss għandna l-prova tat-teorija li meta tnaqqas il-prezz jiżdied il-volum, imma qed naraw anke r-riżultat.", "Ikolli ngħid li din hija xi ħaġa inkwetanti ħafna għal pajjiżna, għax dan m'huwiex il- mod kif wieħed għandu jimxi biex itejjeb il-ġid nazzjonali.", "Min jista' jgħid li tjieb il-ġid nazzjonali għax qed nixorbu iktar birra mportata, meta kellna l-opportunita' li nagħmlu l-istess u nżidu l- esportazzjoni tal-birra għax kien ikollna aċċess aħjar?", "Din hija s- sitwazzjoni preżenti u m'iniex ikkonfortat biha.", "Nixtieq li ningħata spjegazzjoni għax dan huwa wieħed mill-iktar setturi fundamentali.", "Għandna d-dokumenti kollha quddiemna, għandna r-riżultat u issa the pudding mhux talli ġiet moħmija talli doqnieha u wasalna biex nistaqsu: Din il-pudina hija taħwida jew hemm xi pjan ieħor?", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nistaqsi jekk hemmx xi pjan ieħor, għax s'issa għadni ma smajt xejn.", "Li qed nisma' huwa li wara li naqqasna l-protezzjoni se mmorru ninnegozjaw.", "Dan jagħmel sens?", "Dan huwa fl-interess nazzjonali?", "Jien ma nistax nara l- affarijiet b'dan il-mod u l-Gvern għandu r-responsabbilta' li jirrispondi.", "Jekk hu għamel żball għandu jammetti u jara kif jista' jsewwih.", "U nixtieq inkun naf kif se jsewwih.", "Żgur li mhux b'dan it-tip ta' silenzju u lack of explanation tas-sitwazzjoni.", "Fil-fehma tiegħi tkun irresponsabbilta' jekk nibqgħu f'din is-sitwazzjoni.", "Jien għadni qed nispera li xi ħadd min-naħa l-oħra jqum u jispjega għaliex ġara dak li ġara.", "Kif diġa' għidt, din mhijiex biss teorija imma għandna l-frott tad-deċiżjoni li ttieħdet.", "Jien nixtieq li l-Prim Ministru jispjegali għaliex sar hekk, x'beħsiebu jagħmel biex isewwi dak li sar u x'inhu l-ħsieb tal-Gvern fuq dan kollu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Anġlu Farrugia): Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, naħseb li l-ewwelnett għandna ngħidu x'kien it-tir tagħna meta saret it-transizzjoni mill-VAT għas-CET.", "L- interess prinċipali tagħna kien li l-konsumatur ikollu ċirkostanzi tajbin.", "Minkejja d-diversi xnigħat u alegazzjonijiet li kien hemm min-naħa ta' l- Oppożizzjoni li kien se jkun hemm splużjoni f'ċerti prezzijiet, kif ikkonferma l-Onor.", "Bonnici, kien hemm diversi prodotti li raħsu għall- benefiċċju tal-konsumatur.", "Anzi, l-Onor.", "Dalli kien onest u tkellem fuq il- liberalizzazzjoni u qal li qed tittieħed attitudni kważi protezzjonista żżejjed.", "Dan meta l-partit ta' l-Oppożizzjoni jiftaħar li jemmen fil- proċess tal-liberalizzazzjoni.", "Jien naħseb li lkoll naqblu li filwaqt li hemm diversi setturi li jistgħu jintlaqtu mill-proċess tal- liberalizzazzjoni fil-pajjiż, is-settur tal-birra huwa kkonsidrat to be one of the strongest f'dan is-settur meta pparagunat ma' setturi oħrajn li forsi huma iktar dgħajfa u jridu ħafna iktar għajnuna sabiex jgħaddu minn din it-transizzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan m'huwiex il-punt.", "Il-punt huwa li Malta għandha kwota għall-esportazjoni tal-birra lejn l-Ewropa.", "Fuq prodotti oħrajn protetti, m'hemm l-ebda kwota fuq l-esportazzjoni lejn l-Ewropa imma fil- każ tal-birra, billi hija xi ħaġa relatata ma' l-industrija ta' l-ikel, hemm kwota restrittiva ħafna.", "U din m'hijiex kwestjoni ta' liberalizzazzjoni.", "Jiena sentejn ilu tkellimt fuq il-liberalizzazzjoni u llum se nerġa' ngħid l-istess ħaġa.", "Meta kienu fuq il-bankijiet ta' l- oppożizzjoni, il-Ministru u sħabu tgħidx kemm werwru nies dwar il- liberalizzazzjoni u tgħidx kemm kienu jikkritikawna meta konna niġu biex inneħħu jew immissu xi levies.", "Kienu jibku d-dmugħ tal-kukkudrill kull meta konna nitkellmu fuq il-liberalizzazzjoni!", "Niftakru wkoll li meta waslet l-elezzjoni kienu jbeżżgħu lin-nies li se jitilfu l-impjieg tagħhom għax kienu jgħidulhom li l-Partit Nazzjonalista kien se jilliberalizza.", "Kienu jgħidulhom li l-Ewropa tfisser liberalizzazzjoni.", "Issa jiena bqajt lineari imma l-Ministru Brincat għall-ewwel ma baqax, pero' issa tgħallem u resaq lejn il-linja li naħseb li hija ta' ġid għall-pajjiż.", "Kellu bżonn jagħmel l-istess f'issues oħra li qed jagħmlu ħafna ħsara lill-pajjiż u ma jibqgħux jwebbsu rashom.", "Fil-każ tal-birra, bit-tariffi konna qegħdin nagħmlu ħajt għall-birra ta' barra u l-Ewropa kienet tagħmel ħajt għall-prodotti tagħna bil-kwota.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Bonnici li l-birra identifikajniha bħala settur b'saħħtu li seta' jesporta iktar mill-kwota li kellu.", "Fil-fatt lill-Ewropa konna qegħdin ngħidulha li aħna lesti li nnaqsu l-levies fuq il-birra pero' hi trid tgħolli l-kwoti tagħha u tagħtina l-possibbilta' li nesportaw kemm nistgħu.", "Imma l-membri ta' dan il-Gvern fit-tfixkila tal-bidla tat-taxxa ġew jaqgħu u jqumu minn dan l-issue u qabdu u neħħew il-protezzjoni u ssagrifikaw in-negozjati li għamilna aħna meta konna fil-gvern, u dan għaliex l-Ewropa qaltilhom li la neħħew il-levies allura m'huma se jinnegozjaw xejn.", "Dawn huma l-affarijiet li qegħdin nipprovaw infehmu.", "Aħna għandna mmorru lura lejn l-Ewropa u ngħidulha li kellna negozjati fuq il-birra u konna wasalna, imma ma sar l-ebda sforz biex forsi nerġgħu nċaqalquhom u mmexxu t-tkattir fil-kwota tagħna.", "Għaliex b'saħħitha kemm hi b'saħħitha din l-industrija, tkun iktar b'saħħitha jekk ikollha s-suq fejn tista' tesporta.", "Aħna fuq dan qegħdin nitkellmu u kien unfair li saret kritika lill-Onor.", "Bonnici li kważi qed jibdel il-linja tiegħu fuq il- liberalizzazzjoni.", "Mr Chairman, aħna m'aħniex qed ngħidu li l-Gvern għamel ħażin li naqqas il-levy fuq il-birra imma qegħdin ngħidu li għamel dan mingħajr ma żied il- kwota biex il-fabbriki tal-birra tagħna jkunu jistgħu jesportaw lejn l- Ewropa.", "Jien nixtieq li l-Ministru jifhem x'aħna ngħidu, jirrealizza li qed ngħidu s-sewwa u jibda jagħmel xi ħaġa biex jirranġa din is- sitwazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Xtaqt inwieġeb għal xi punti li semma l-Ministru fl- aħħar intervent tiegħu.", "Kif qal tajjeb il-kollega tiegħi, l-Onor.", "John Dalli, l-argument m'huwiex favur jew kontra l-liberalizzazzjoni.", "Aħna nemmnu fil-liberalizzazzjoni, bdejniha u għamilna passi kbar, imma l- argument tagħna huwa li għandna prova ta' fejn kienu waslu n-negozjati.", "Aħna konna wasalna f'sitwazzjoni fejn konna se nnaqsu l-levy bi ftit wara li jkollna iktar aċċess, kif qed jgħid li jrid jagħmel il-Gvern fid- dokument li bagħat lill-korpi kostitwiti u li l-poplu għadu ma jistax jarah, ħlief għaż-żewġ faċċati li poġġejt jiena fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn juru bl-iktar mod ċar li l-Gvern qed jgħid li se jintilfu xi mpjiegi u jrid li niggwadanjaw impjiegi oħra billi nżidu l-esportazzjoni.", "Issa jiena qed nargumenta fuq dak li kien qed isir, jiġifieri li kif tnaqqas il- protezzjoni se titlef parti mis-suq tiegħek u allura trid toħloq suq ieħor ta' esportazzjoni.", "GĦalhekk konna qed ningħataw iktar aċċess għas-suq Ewropew.", "Dan huwa settur qawwi għax iħaddem ċertu ammont ta' nies, jagħmel profitt, għandu teknoloġija moderna u investa miljuni ta' liri, imma apparti dan kollu għandu problema għax m'għandux aċċess liberu.", "Kulħadd jaf kemm pajjiżi oħra huma ġelużi għall-produtturi tal-birra tagħhom, inkluż dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ma tmurx f'belt li hi membru ta' l- Unjoni Ewropea li ma ssibx li ħafna mill-produtturi lokali tal-birra, minbarra li jbiegħuha f'pajjiżhom, jesportawha f'suq ferm ikbar.", "Mentri lilna, għax m'aħniex fl-Unjoni Ewropea u għax dan ma kienx fl-agreement minn qabel, qalulna li se jillimitawlna l-esportazzjoni minn dan is-settur.", "GĦalhekk din is-sitwazzjoni żbaljata ġiet għaliex meta l-Gvern kien qed jagħmel il-bidla tat-tassazzjoni din ħarbitlu għax spiċċa biex naqqas il- protezzjoni mingħajr ma ggwadanja l-ebda aċċess minkejja li dak iż-żmien konna ftaħnilu għajnejh.", "Dan huwa żball.", "Jien qed nipprova nifhem x'ġara u xtaqt inkun ikkonfortat li kien hemm xi ħsieb, imma għadni ma smajt xejn.", "Il-Prim Ministru qalli li nista' nkun ikkonfortat, pero' issa m'għadux hawn u aktar u aktar ma nistax inkun ikkonfortat għax lanqas kompla l- argument tiegħu.", "Is-sitwazzjoni hija li f'dan il-Parlament kull darba li jitqajmu punti ta' nteress nazzjonali tibqa' ma tingħatax risposta dwarhom.", "Il-Ministru qal li dan huwa settur b'saħħtu pero' rridu noqogħdu attenti x'ngħidu.", "Dan is-settur huwa b'saħħtu għax għandu l-faċilita' tas-suq protett.", "Jekk tneħħilu dik il-protezzjoni u ma tiftaħlux post ieħor fejn ikun jista' jinfirex, dan is-settur ma jibqax b'saħħtu.", "Huwa tajjeb li ngħid li dan is-settur għandu excess production capacity kbira u ż-żewġ birreriji li għandna jistgħu jipproduċu ferm iktar, pero' huma limitati prinċipalment għas-suq lokali, għalkemm jesportaw xi ftit 'l hawn u 'l hemm.", "Il-prodott Malti qiegħed jiġi ntaxxat meta jiġi esportat u l-prodott li jidħol minn barra qed jiġi ntaxxat ukoll.", "Imma mingħajr ma kompla n- negozjati dan il-Gvern qabad u naqqas din il-protezzjoni.", "Dan l-aħħar il-Ministru qal li permezz ta' din il-bidla l-prezzijiet niżlu.", "L-ewwelnett tajjeb ngħidu li fil-ktejjeb li bagħat fid-djar insibu biss il-prodotti li raħsu, imma dawk li għolew ma jidhrux.", "Forsi l- Ministru se jgħidli li dak iż-żmien jiena kont staqsejt biss kemm se jogħlew il-prezzijijet imma llum għandna prova ta' kemm dawn għolew, u dan joħroġ mid-dipartiment li jaqa' taħt l-istess Ministru.", "Il-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru fuq it-television qal li meta qlibna mill-VAT għas-CET il-prodotti raħsu imma dan m'huwiex minnu.", "Huma kienu jgħidu li l- price index huwa difettuż u ma jirriflettix iż-żieda fl-għoli tal-ħajja.", "Skond l-istatistika l-aktar riċenti li ħarġet fid-19 ta' Jannar insibu li fuq average ta' 12-il xahar, il-ħajja kienet qiegħda togħla bi 2.61%.", "Imbagħad skond dan il-ktejjeb f'Lulju, jiġifieri meta tneħħiet il-VAT u minflokha daħlet is-CET, l-inflazzjoni telgħet għal 2.69% u f'Awissu telgħet għal 2.76%.", "Allura fejn naqsu l-prezzijiet?", "Meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni kien jgħid li l-indiċi tal-prezzijiet kien difettuż għax ma kienx juri li l-inflation rate kienet in double figures.", "Mela issa xi ngħidu!", "Kif nistgħu naraw, Mr Chairman, minn Lulju 'l quddiem l-inflazzjoni baqgħet tiżdied xahar wara xahar, tant li sa qabel il-budget it-tariffi ta' l-ilma u d-dawl telgħu għal 2.82%.", "Jiġifieri r-rata ta' l-inflazzjoni kienet nieżla fl-ewwel sitt xhur, reġgħet telgħet fit-tieni sitt xhur wara l-bidla fis-sistema ta' tassazzjoni u mbagħad kompliet togħla bit-tariffi tal-budget b'ammont sinifikanti li jidher li se tibqa' tiżdied.", "GĦalhekk żgur li għalissa ħadd ma jista' jargumenta li meta neħħejna l-VAT u daħħalna s-CET il-prezzijiet naqsu, apparti l-propaganda rħisa meta l-Gvern jagħżel li jibgħatlek ktieb id-dar fejn taparsi jindikalek liema prodotti raħsu mingħajr ma jgħidlek liema huma dawk li għolew.", "Fil-fatt kien hemm diversi prodotti li għolew.", "Allura dan il-Gvern meta se jibda jgħid il- verita'?", "Jekk il-Gvern jibqa' jmeri ċ-ċifri li għandu quddiemu ma nistgħu naslu mkien f'dan il-pajjiż, għax l-eżempji li qed jagħti qed jinterpretahom irrispettivament mill-evidenza li jippublika huwa stess.", "Dan juri bl-aktar mod ċar li l-prodotti li raħsu b'din il-bidla, bħalma huma d-detergents, issa se jerġgħu jogħlew għaliex skond dak li hemm fid- dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra issa se tiġi ntrodotta tax on value added fuq dawn is-setturi u allura l-overall effect huwa li se tiżdied l-inflazzjoni.", "Jien ma nixtieqx li l-Ministru u l-Prim Ministru jaħbu l-verita' għax il-poplu mhux biss għandu l-evidenza imma għandu wkoll iċ-ċifri quddiemu.", "Huwa veru li raħsu ċerti affarijiet għaliex jekk tneħħiet il-protezzjoni minn fuqhom bilfors se jorħsu, imma l-affarijiet li tixtri l-mara tad-dar għolew ħafna u allura wieħed ma jistax jargumenta b'dan il-mod.", "Ħalli nerġa' niġi għall-birra.", "Jiena ma nafx jekk il-Ministru jistax jirrispondini llum dwar din is- sitwazzjoni li hija nkwetanti ħafna.", "Qed ngħid li hija nkwetanti ħafna għaliex in-negozjati kienu prattikament lesti u kellna offerta superjuri li jiena ma kontx iffirmajtha għax deherli li ladarba kienet ġejja l- elezzjoni wieħed għandu jkun prudenti u jistenna.", "Pero' dan il-Gvern din l- offerta warrabha u ta daqqa ta' ħarta lil dan is-settur.", "Jekk il-Gvern għamel żball għandu jkun raġel biżżejjed u jgħid li għamel żball għaliex b'dan il-pass huwa spiċċa biex dgħajjef lil dan is-settur minflok ma saħħu.", "Hawnhekk nistaqsi: Huwa possibbli li dan ġara bi traskuraġni u b'nuqqas ta' ħsieb?", "Possibbli li l-Gvern mexa b'dan il-mod għaliex inqabad f'morsa u kellu jnaqqas il-protezzjoni across the board bla ma jieħu l-ebda konsiderazzjoni?", "Imma aħna xi gwadann għamilna f'dan il-każ?", "Mr Chairman, jiena nkompli nsostni wkoll li fl-ewwel sitt xhur wara li daħħalna s-sistema tas-CET il-Gvern daħħal inqas milli kien idaħħal kieku kien għad hemm il-VAT, u din il-konklużjoni tista' tasal għaliha b'diversi modi.", "Imma ma tasalx għaliha billi tgħaqqad f'daqqa s-CET mal-VAT għax inkella ma tkunx tista' tqabbel ir-riżultati.", "Forsi jista' jkun hawn min jgħidli li għadna fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sistema imma jiena nixtieq inkun ikkonfortat dwar x'se jiġri aktar 'il quddiem b'xi ħaġa tanġibbli, forsi b'xi analiżi xjentifika li għamel il-Gvern biex naraw x'se jiġri.", "Jekk dan it-tagħrif ma jagħtuhx lilna xorta se jitolbuhomlhom il-credit rating agencies li se jiġu jeżaminaw is-sitwazzjoni lokali biex jaraw jekk din is-sistema li ħolom biha l-Gvern effettivament hijiex intiża sabiex ittejjeb id-dħul tat-tassazzjoni, u jekk ma jkunx hekk allura jkollna problema kbira.", "Is-sitwazzjoni hija li llum, tħares kif tħares lejn dawn iċ-ċifri, tinduna li s-CET m'hijiex tirrendi daqskemm kienet tirrendi l-VAT.", "Meta tħares lejn is-sena li għaddiet u tara li l-unika żieda li kien hemm fit- tassazzjoni ndiretta kienet ta' madwar ¥4 miljun jew ¥5 miljun, issib li dan kollu ġej mill-fatt li l-VAT irrendiet aktar fl-ewwel sitt xhur.", "Mela x'iggwadanjajna b'din il-bidla?", "Qed naraw li l-protezzjoni naqset, dak li konna bdejna tħalla fuq l-ixkaffa bi żvantaġġ kbir għall-industrija lokali, l-inflazzjoni żdiedet u d-dħul jidher li naqas.", "Forsi wieħed jgħidli li rridu nistennew li s-sistema timmatura imma wieħed irid jiċċara żewġ punti meta jargumenta b'dan il-mod.", "L-ewwelnett kien responsabbli li l-Gvern idaħħal din is-sistema, li minħabba li għadha fir-running in qiegħda tirrendi inqas u allura se jkollu jżid it-taxxi fuq l-ilma u d-dawl?", "Jien m'iniex qed inqabbel taxxa ma' salarji imma qed inqabbel id-dħul mis-sistema ta' tassazzjoni ndiretta mat-tariffi, li huma sistema ta' tassazzjoni oħra.", "It-tariffi mhux biss għandhom impatt fuq l- għoli tal-ħajja imma wkoll fuq il-kompetittivita' ta' pajjiżna.", "Meta inti żżid it-tariffi ta' l-ilma u tad-dawl, qisek għandek bniedem li qiegħed taffetwalu l-blood flow tiegħu u allura naturalment se żżidlu l-pressjoni.", "Dan ifisser li se żżid il-possibbilta' li jkollok l-inflazzjoni fil-pajjiż u mhux biss tkun qed tnaqqas il-livell ta' l-għajxien billi tgħolli l- prezzijiet imma tibda titlef l-impjiegi għax ma tibqax kompetittiv fl- esportazzjoni.", "Allura x'ħadna b'din il-bidla?", "Mr Chairman, is-sitwazzjoni li qegħdin fiha m'hijiex sitwazzjoni li tindika li l-Gvern jaf fejn hu sejjer, u nixtieq li l-Ministru jiġi hawnhekk u joffrielna studji xjentifiċi biex naraw kif inhi s-sitwazzjoni u ma nibqgħux mexjin b'dan il-mod meta ċ-ċifri bażiċi qed juruna l-kontra ta' dak li jippubblika l-Gvern stess.", "GĦalhekk nixtieq li ningħataw spjegazzjoni li tikkonforta lill-poplu tagħna li dan il-Gvern jaf x'inhu jagħmel, għax l-indikazzjoni li qiegħda tingħata d hija li dan huwa Gvern li miexi bla boxxla.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, naħseb li l-kwestjoni tal-VAT u tas- CET se tispiċċa an endless saga ta' dan il-Parlament fejn naħa tipprova tikkonvinċi lill-oħra li għandha raġun.", "Il-punto di partenza li qed jitlaq minnu b'mod żbaljat il-kollega tiegħi huwa li donnu ma jridx jirrikonoxxi l- fatt li t-taxxa tas-CET għadha m'hijiex fully operational u naħseb li hu x'inhu l-argument miġjub mill-Oppożizzjoni, għandna naqblu bejnietna dwar dan il-punt.", "Barra minn hekk, jekk se nħarsu lejn is-sena li għaddiet wieħed irid jirrikonoxxi l-fatt li għalkemm huwa veru li t-transazzjoni saret fix-xahar ta' Lulju, il-VAT għal raġunijiet ovvji baqgħet tinġabar fix-xhur meta s-CET daħlet in vigore, filwaqt li minħabba l-phasing in tas- CET il-ġbir ma bediex isir f'Lulju imma beda jsir much later in the year.", "Jiġifieri jekk se tipparaguna x'daħħalt mill-VAT u x'daħħalt mis-CET, ovvjament se jkollok l-istampa li qed jipprova jpinġi l-Onor.", "Bonniċi.", "Jien ma naħsibx li se naqblu f'dak li qed ngħidu bejnietna, imma għal min qed jismagħna għandna nkunu fidili biżżejjed li ngħidulu li dawn kienu l- fatti rrispettivament jekk taxxa \"A\" hijiex aħjar minn taxxa \"B\".", "Naħseb li m'għandniex niżgwidaw lil dan il-Parlament fuq dawn iż-żewġ punti bażiċi, irrispettivament mill-merti u l-iżvantaġġi tal-liġi nnifisha.", "Rigward il-kwestjoni tal-birra nnifisha, wieħed irid jirrikonoxxi l-fatt illi dak li sar ma sarx għaliex ridna niżvantaġġjaw l-industrija lokali.", "Barra minn hekk wieħed irid jgħid li l-VAT fuq l-imported beer kienet titħallas wara li tinħadem il-levy u l-excise duty, u s-CET tinħadem fuq is- CIF.", "Allura għalkemm percentagewise l-imported u l-local kienu jiġu affetwati flimkien, in-net effect huwa li l-imported kien qed ikun ivvantaġġjat aktar mil-local beer.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Allura ma setax wieħed ibiddel ir-rata?", "Kieku wieħed ried iżomm l-istess protezzjoni, kulma ried jagħmel huwa li jaġġusta r-rata tal-birra u jagħmilha daqsxejn aktar għolja biex is-settur lokali ma jkollux żvantaġġ.", "Din m'hijiex kwestjoni fejn wieħed qed jgħid li bilfors se tiġi żvantaġġjat.", "Anke fil-każ tas-sistema li ġiet introdotta, kieku l-Gvern studjaha biżżejjed kienu jaġġustaw ir-rata b'mod li jispiċċaw bl-istess protezzjoni li bdew biha u mbagħad ikunu jistgħu jinnegozjaw, u mhux neħħew il-protezzjoni u issa qed jippretendu li jinnegozjaw!", "U qed ngħid dan għaliex aħna nafu kif jirraġunaw għax kellna n-negozjati magħhom.", "Is-sitwazzjoni m'hijiex li wieħed ried idaħħal sistema jew oħra.", "Dan bħal fil-każ tat-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma li qegħdin jiżdiedu biex itejbu r-revenue.", "Imma għaliex ma tiġix aġġustata s- sistema tas-CET jekk il-Gvern ma jridx iddaħħal il-VAT, għalkemm qed jgħid li fuq ċerti prodotti se jdaħħalha?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din intom qed tgħiduha.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-dokument maħruġ mill-ministeru tiegħek stess qed jgħid li fuq il-produzzjoni lokali se jkun hemm a tax on value added, u tħares kif tħares lejh hekk hu.", "U jekk ma tridux taġġustaw ir-rata tas- CET, allura ma tridux tifirxu t-taxxa fuq tliet prodotti jew erba', kif ġara fil-każ ta' l-ilma, id-dawl, il-gass u l-pitrolju, imma tridu tifirxuha fuq ħafna iktar prodotti b'ammont inqas.", "Il-Prim Ministru qalli li m'hemmx bżonn tkun professur biex tifhimha din!", "Mid-dehra ma jaħsibx li jiena professur tajjeb imma kulħadd jaf li jekk hemm bżonn li żżid it-taxxa aħjar iżżidha fuq il-video recorders, fuq it-televisions, fuq il-mobile phones, fuq il-cable television u fuq iċ-ċinema milli b'dan il-mod goff fuq it-tariffi ta' l-ilma u tad-dawl.", "Din tant hija ħaġa loġika li m'iniex se nipprova nirreaġixxi għal dak li qal il-Prim Ministru billi ngħid li m'għandkomx intelliġenza, għax naf li għandkom, imma huwa tajjeb li tużawha għax meta tirreaġixxu b'dan il-mod m'intomx turu li qed tużawha.", "M'għandkomx iddawru l-argument fuqi personali u tgħidu li ma jistħoqqlix inkun professur, għax qed ngħid dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Dan id-diskors il-Prim Ministru qalu.", "(Interruzzjonijiet) Sewwa!", "Mela għaliex noħroġ nikkritika li m'intomx kapaċi tirrispondu, il-Prim Ministru jiġi jgħid li ma jistħoqqlix inkun professur, qisu laħaq rettur ta' l- Universita'!", "Jien nixtieq li d-dibattitu f'dan il-Parlament jilħaq livell aktar għoli u minflok ma ngħidu kliem b'mod personali jibda jkollna diskors bis-sens.", "Il-funzjoni ta' l-Oppożizzjoni hija li bil-kritika tagħha tinfluwenza d- direzzjoni tal-Gvern b'mod li jkun jaqbel għall-pajjiż kollu.", "U l- aġġustament li kien se jsir fil-każ tal-birra kien ikun aktar faċli għaliex kulma trid tagħmel huwa rata ogħla tas-CET, biex meta timporta l- protezzjoni tibqa' l-istess.", "Imma din il-ħaġa ma nafx jekk ikkonsidrawhiex min-naħa tal-Gvern u allura ma nafx għaliex armew in-negotiating cards li kellhom f'idejhom, jew aħjar li kellu f'idejh pajjiżna.", "Allura jien kif nista' ngħid li dan il-Gvern aġixxa b'ċerta responsabbilta' u b'ċertu ħsieb!", "Is-sabiħa hi li issa li għaddew 15-il xahar l-affarijiet minflok ma jitjiebu - u allura dak li jkun jgħid li l-Gvern għamel ir-running-in - qegħdin imorru bil-kontra.", "Fil-fatt issa l-Prim Ministru qed jgħidilna li ma jaqbilx li kellu jsir studju fuq l-impatt tat-tariffi minn qabel.", "Imma dan jagħmel sens?", "Huwa skandlu għal min qed jistudja l-Universita' li tgħidlu biex jipproponi xi ħaġa u meta jippreżentahielek u tistaqsih għamilx il-costing jgħidlek li se jagħmlu wara.", "F'dan il-każ dan ikun qed iħawwad u żgur jeħel mill-eżami.", "U dan il-Gvern qed jeħel mill-eżami kull darba li jirreaġixxi b'dan il-mod.", "Jien nixtieq li jkollna diskussjoni serja u l-istadju ta' Kumitat huwa ideali għal dan ix-xogħol għax inkunu qegħdin inwieġbu lil xulxin u mhux nitkellmu għal rasna.", "F'dan il-każ nixtieq li niċċaraw il-punt li sar żball li seta' ġie evitat.", "Il-Gvern għandu jitgħallem mill-iżbalji li jagħmel u mhux jibqa' jagħmel żball wara l-ieħor bir-riżultat li llum għandna sitwazzjoni ekonomika agħar milli kellna sitt xhur ilu!", "Illum qrajt ittra ta' l-Onor.", "Sceberras Trigona fuq il-gazzetta fejn qed jgħid: Kick-starting the economy.", "Tafu xi tfisser to kick-start?", "Dan ifisser li l-ekonomija tant tkun waqgħet 'l isfel li jkollha bżonn imbottatura 'l quddiem biex forsi timxi ftit.", "Jien ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Scberras Trigona illi l-mod kif tagħmel dan hu billi l-Planning Authority tagħti permess biex kullimkien jinbena sular ieħor.", "Irridu naraw jekk huwiex dan li qed iżomm l-iżvilupp ekonomiku f'pajjiżna.", "Fil-verita', l- iżvilupp ekonomiku qed iżommuh in-nuqqas ta' kjarezza, in-nuqqas ta' ħsieb ċar, in-nuqqas ta' studju, in-nuqqas ta' analisi u n-nuqqas ta' fiduċja.", "Allura l-investituri qegħdin joqogħdu lura ħalli jaraw x'se jiġri għaliex is-sitwazzjoni tidher li hija konfuża u m'hijiex tiċċara.", "Imma ħalli mmur lura għall-każ tal-birra.", "Mr Chairman, jiena m'għandix dubju li anke taħt is-CET is-sistema setgħet tiġi aġġustata biex wieħed jipproċedi fuq in-negozjati li kienu għaddejjin mingħajr ma jitlef il-vantaġġ li kellu.", "U dwar dan nixtieq nisma' risposta li għallinqas tindika xi ħaġa b'mod ċar.", "Il-Ministru qalilna li l-VAT kienet għadha ddaħħal ċertu ammont, u dan huwa veru pero' tajjeb li ngħidu li fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dħul mill-VAT kien 10.6% aktar mill-ewwel sitt xhur tas-sena ta' qabel.", "Allura jien kont nistenna li t-tieni sitt xhur għandhom ikomplu bl-istess rata.", "Imma ġara li fit-taħwida u t-taqliba li saret, ir-revenue ħa daqqa 'l isfel proprju meta kellna splużjoni fil- budget deficit.", "Tajjeb niftakru wkoll li l-budget deficit kien ippjanat li jkun ¥90 miljun u mhux ¥125 miljun, jiġifieri żieda ta' aktar minn 30%.", "Imbagħad il-Gvern irreaġixxa u ħareġ b'dawn it-tariffi.", "Il-problema hi li meta ddaħħal sistema ta' tassazzjoni fil-bidu se tirrendilek inqas imma l-Gvern eżenta ħafna servizzi li m'humiex essenzjali.", "Il-Prim Ministru qed jgħidilna: Qed taraw kif tela' 'l fuq it- turiżmu għax neħħejna l-VAT?", "(Interruzzjonijiet) Skużi, kulħadd jaf li t- turiżmu jiġi affetwat minn agreements li jsiru sena qabel, imma r-realta' hi li l-Gvern tilef ir-revenue għax neħħa t-tassazzjoni minn fuq ħafna servizzi, inkluż dawk tat-turiżmu.", "Issa, jien qed ngħid li ċ-ċifri juru li l-Gvern veru tilef ir-revenue.", "Ir-rata taż-żieda minn dik ta' 10% li kellna fl-ewwel sitt xhur marret lura.", "GĦalhekk nixtieq li kieku l- Ministru jgħidli li sar xi studju li jindika kif se timxi s-CET xahar b'xahar jew tliet xhur bi tliet xhur, imma lanqas dan ma sar.", "Donnu l-Prim Ministru ma jemminx bl-istudji.", "Issa qegħdin f'sitwazzjoni fejn nistgħu nħarsu lejn iċ-ċifri u ngħidu li d-dħul m'huwiex għoli biżżejjed, allura spiċċajna b'dawn il-miżuri goffi speċjalment fil-każ tad-dawl u l-ilma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien nixtieq nirrimarka fuq il-kummenti li saru dwar id-dħul mis-CET u l-fatt li qegħdin ngħidu li s-CET kienet għadha ma bdietx taħdem.", "Ħalli nkunu realistiċi u naraw x'qed ngħidu preċiż.", "Is-CET prattikament hija magħmula minn tliet komponenti, l-ETI, l-ETS u l-ETP.", "Bla dubju, parti kbira mid-dħul tal-gvern ġej mill-ETI, forsi 70% jew 80%.", "Meta tara kif se jkun id-dħul tal-gvern issib li hemm 15% fuq l- importazzjoni, 5% fuq added value, li hija l-ETP, u 5% fuq servizzi ta' dawk li m'għandhomx turnover ta' ¥6,000, li hija l-ETS.", "Jiġifieri kif nista' nara d-dħul prinċipali se jkun mill-ETI u dan id-dħul beda jseħħ fl- 1 ta' Lulju.", "F'dan il-każ ma kien hemm l-ebda running-in.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li huwa argument fallaċi u żbaljat li ngħidu li s-CET irridu nagħtuha ċans taħdem.", "Il-maġġoranza tar-revenue tas- CET ġejja mill-ETI li bdiet taħdem kompletament fl-1 ta' Lulju.", "Jiġifieri issa ma noqogħdux nipprovaw inqarrqu bina nfusha.", "Aħna qed ngħidu li l- Gvern qed jonqoslu r-revenue, jiġifieri l-ħofra qed ikompli jħaffirha u qed jagħmel barriera minħabba li naqqas ir-revenue.", "GĦalhekk jiena minn hawn ngħidlu biex jiftaħ għajnejh għax il-budget management ta' dan il-pajjiż qed ikun insostenibbli minħabba li għarrqu r- revenue sector.", "Dik hi l-problema kbira li għandu l-pajjiż u m'għandniex nipprovaw nikkonvinċu lilna nfusna b'xi ħaġa li ma teżistix u ngħidu li għandna nistennew sakemm tibda taħdem is-CET għaliex din bdiet taħdem mill- 1 ta' Lulju.", "Issa l-Gvern kemm qed jaħseb li se jdaħħal mill-ETS?", "Kemm se jkun hawn nies li mhux se jkollhom turnover ta' aktar minn ¥6,000?", "Kemm se jkun hawn evażjoni ta' dan it-tip?", "Kemm jaħseb li se jdaħħal mill-ETP?", "Kif diġa' għidt, il-maġġoranza tad-dħul tal-gvern mis-CET hija l-ETI u din beda jdaħħalha kollha.", "Ma naħsibx li għad hemm xi element minnha li għadu ma bediex jaħdem tajjeb.", "L-ETI tidħol mill-ewwel mad-dħul tad-dwana bħalma kien jiġri fil-każ tal-VAT.", "Allura kulma għamel dan il-Gvern huwa li għarraq is-sistema, il-bqija ħalla l-istess affarijiet.", "Aħna konna niġbru 15% VAT fid-dwana u dan il-Gvern qed jiġbor 15% VAT fid-dwana.", "Aħna konna niġbru 15% fuq l-added value u l-Gvern qed jiġbor 5% fuq l-added value li hija l-ETP.", "Aħna konna niġbru 15% fuq is-servizzi u l-Gvern qed jiġbor 5% fuq is-servizzi.", "Mr Chairman, dan il-Gvern neħħa r-refunds u għarraq l-audit trail li kien hemm fis-sistema, żied ħafna l-possibbilta' ta' l-evażjoni tat-taxxa u l- black economy u għarraq id-dħul tal-pajjiż.", "GĦalhekk lill-Ministru nerġa' ngħidlu fl-interess ta' pajjiżna: Iftħu għajnejkom u araw x'intom tagħmlu għax id-dħul tal-pajjiż irvinajtuh u din is-sena se jkollkom deficits enormi.", "Jien nikkalkola li din is-sena d-deficit se jkun ħafna aktar milli qed jaħseb il-Gvern u għalkemm f'ħafna affarijiet qegħdin jipprovaw inaqqsu pezzi e bocconi, se jiġu f'sitwazzjoni of no return.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-każ tal-VAT, l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni qegħdin jipparagunaw l-ewwel sitt xhur ta' l-1996 ma' l-ewwel sitt xhur ta' l-1997 u m'humiex qegħdin jirrealizzaw li fit-tieni sitt xhur ta' l-1997 as compared ma' l-ewwel sitt xhur kien hemm żieda effettiva fid-dħul.", "Il- persentaġġ li semma l-Onor.", "Dalli ta' l-ETI ta' 70% jew 80% ma jidhirx li huwa anywhere near ir-realta' tas-sitwazzjoni.", "Fil-fatt jekk tieħu l-ETP u l-ETS flimkien dawn jammontaw għal madwar 27% u refunds on stock hemm madwar 21%, jiġifieri l-ETI a grosso modo, se mai qiegħda fl-akkwati ta' 55% imma mhux il-persentaġġ li semma l-Onor.", "Dalli.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-kalkolu trid tneħħi s-¥7 miljun ta' l-istocks u d- denominator huwa s-CET biss.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ippermettuli.", "Se jkolli nwaqqafhom għax sar il- ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar t-Tnejn, 2 ta' Frar fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni; u xi aġenda li tista' tiġi kommunikata aktar tard.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, illum se nitkellem fuq l- edukazzjoni, suġġett li mhux soltu nitkellem fuqu.", "Dan l-aħħar irriżulta u deher anke fil-gazzetti li sa ftit ġimgħat ilu kellna 73 gradwat universitarju jirreġistraw għax-xogħol.", "GĦalija dan huwa tabilħaqq inkwetanti, aktar u aktar meta dan in-numru huwa mistenni li jkompli jiżdied, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li hemm madwar 8,000 student universitarju u l-ammont mistenni jkompli jikber.", "Fl-opinjoni tiegħi l-iktar li se jirreġistraw għax-xogħol huma dawk li se jiggradwaw f'lawrji u professjonijiet tradizzjonali, bħalma huma l-karigi ta' periti, arkitetti, avukati, nutara, accountants, tobba u nies simili.", "Dan qed jiġri minħabba li diġa' hemm numru enormi ta' membri f'dawk il- professjonijiet.", "Illum għandna mijiet ta' tobba, periti u avukati pero' ħalli nitkellem fuq il-professjoni tiegħi għalissa.", "Niftakar li meta 11-il sena ilu lħaqt avukat, fid-direttorju ta' l- avukati tal-qorti kien hemm 87 avukat mentri llum hemm 'l fuq minn 400, jiġifieri wieħed jista' jara kemm żdiedu l-membri f'dawn il- professjonijiet.", "Wieħed jista' jimmaġina x'sens ta' diżappunt u frustrazzjoni jkollhom dawn il-gradwati li jkunu studjaw, stinkaw u laħqu u jaraw il-ħolma tagħhom tispiċċa fix-xejn.", "Barra minn hekk, wieħed irid japprezza wkoll it-tensjoni kbira u s-sens ta' kompetizzjoni li qiegħda tinħoloq.", "Il-ħajja tan-nies li qed jipprattikaw dawn il-professjonijiet tradizzjonali qiegħda ssir iktar tensa u diffiċli u qed jinħoloq sens kbir ta' kompetizzjoni.", "Il-kompetizzjoni hija tajba imma wieħed irid jiftakar li meta titkellem fuq professjonijiet, bħalma huma dawk ta' avukat, nutar, eċċ, m'intix qed titkellem fuq negozji.", "Il-kompetizzjoni bl-adoċċ u sfrenata li għaddejja hija iktar xi ħaġa tan-negozjanti milli tal- professjonijiet.", "Il-professjoni hija vokazzjoni li ma tilħaqhiex biss biex tagħmel il-flus, u allura din it-tip ta' kompetizzjoni m'hijiex xi ħaġa tajba meta qed titkellem fuq dawn il-professjonijiet tradizzjonali.", "Huwa veru li qabel kien hemm ċerti restrizzjonijiet li kienu jilqgħu għall- influx inkontrollabbli f'ċerti professjonijiet.", "Forsi l-ħsieb wara dawn ir- restrizjonijiet kien wieħed tajjeb imma l-metodu kif kien qed jiġi kkontrollat l-influx ta' studenti u ċ-channelling tagħhom f'ċerti professjonijiet ma kienx wieħed idoneu.", "F'Malta l-ħaġa ssir jew nejja jew misjura.", "Jiena ma nemminx li s-sistema li kellna għadha tgħodd għal żmenijietna imma mill-banda l-oħra wieħed irid jara x'se jagħmel għax ma jistax iħalli din iċ-ċirkostanza tippersisti.", "Nixtieq nenfasizza li fl-opinjoni tiegħi l-problema tal-gradwati diżokkupati ġiet ikkreata bil-politika tal-Gvern preċedenti li bil-politika tiegħu u bil-ħsieb li jiftaħar kemm deħlin studenti fl-Universita', naqqas l-istandards u l-kwalifikazzjonijiet ta' dawk li jidħlu fl-Universita'.", "Ma rridx insemmi każijiet għax jien magħruf li nħobb inkun prudenti u ma nħobbx insemmi ismijiet, imma huwa tajjeb li ngħid li l-kwalifiki neċessarji biex studenti jidħlu fl-Universita' ġieli tbaxxew minħabba nepotiżmu.", "Kien hemm każijiet fejn stajt tidħol l-Universita' għal ċerti korsijiet tradizzjonali b'\"A\" level inqas bħala provisional student, imbagħad kienu jagħtuk ċans terġa' tagħmel l-eżami u jekk tgħaddi tkun tista' tkompli.", "GĦalhekk naraw li l-livell akkademiku biex wieħed jidħol l- Universita' tnaqqas appożitament u f'ċerti każijiet anke in mala fede.", "Jiena ma naqbilx mal-points system li kien introduċa l-Gvern Laburista fl- antik jew ma' l-idea tan-numerus clausus per se pero' lanqas ma nemmen li għandek tbaxxi l-livell, kemm biex wieħed jidħol l-Universita' kif ukoll ta' l-istudji li jsiru hemmhekk għaliex dan huwa ħażin, kif se nispjega aktar 'il quddiem.", "Jien nemmen li biex student ikun kapaċi jidħol l- Universita' jrid ikun laħaq ċertu livell akkademiku u jkollu ċerti kwalifiki.", "Ma jagħmilx sens li biex turi kemm għandek body kbir ta' studenti, tħalli lil kulħadd jidħol bl-addoċċ.", "Minn indaġini li għamilt sibt li anke waqt il-courses, fejn qabel kulħadd kien jistudja u jirsisti b'mod sfrenat għax persentaġġ qawwi ta' studenti kienu jeħlu mill- eżamijiet, illum kważi kulħadd qed jgħaddi.", "M'iniex ngħid li nieħu pjaċir nara l-istudenti jeħlu mill-eżamijiet, xejn affattu, pero' dan huwa indizju li l-livell, il-kwalita' u s-serjeta' ta' l-eżamijiet tbaxxew.", "Ma jistax ikun li kulħadd isir għaref f'daqqa!", "Biex għada pitgħada jkollok avukati, tobba u professjonisti tajbin ma tistax tbaxxi l-livell akkademiku u livell ta' l-eżamijiet.", "Jiġifieri wieħed irid ikun moderat u mhux niftaħru biċ- ċifri biss.", "Fl-Universita' għad hemm inkonsistenzi kbar għax f'ċerti professjonijiet għadhom jippersistu fuq in-numerus clausus imbagħad f'korsijiet oħrajn jidħlu kemm iridu.", "Per eżempju, fil-każ tat-tobba ma jistgħux jidħlu aktar minn 50 student fis-sena u fil-każ tad-dentistrija ma jistgħux jidħlu aktar minn 17-il student kull sentejn.", "Nimmaġina li r-raġuni wara din il-ħaġa hija li għandna numru kbir ta' tobba u dentisti imma mbagħad hemm courses oħrajn fejn minkejja li teżisti l-istess problema n-numerus clausus ma teżistix.", "Jien la nemmen li din il-ħaġa għandha teżisti fil-każ tat-tobba, la fil-każ tad-dentistrija u lanqas f'courses oħra, pero' jew se napplikawha għall-courses kollha jew ma ndaħħluha mkien.", "Nixtieq insemmi wkoll xi affarijiet oħra.", "Per eżempju, il-kors tal-liġi kien isir kull sentejn u għal xi raġuni jew oħra qed isir kull sena, u dan minkejja l-ammont kbir ta' studenti li qed jieħdu dan il-kors u minkejja li madwar 13-il gradwat spiċċaw jirreġistraw għax-xogħol, apparti l- gradwati l-oħra li għalkemm m'humiex qed jirreġistraw għadhom ma qalgħux sold.", "Irrid ngħid ukoll li l-livell biex wieħed jidħol fl-Universita' għal dawn il-courses baxxejnih b'mod redikolu u qed jidħlu studenti li ma setgħux jidħlu fil-kors tal-mediċina minħabba li kellhom xi kwalifiki neqsin u qed nagħtuhom ċans iġibuhom.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Naħseb li din l-idea kienet assolutament żbaljata, għax meta l-kors kien isir kull sentejn diġa' kienet teżisti l-problema ta' l-ispazju - il-lecture rooms kienu diġa' limitati wisq għal numru ta' studenti li kien iwassal sa 120, 140 jew anke 160 - issa l-istess ammont ta' studenti qed jidħlu kull sena.", "Madam Speaker, jiena ngħid li din is-sistema l-ewwelnett se tippreġudika lill-istess studenti għaliex jekk se jkun hemm gap ta' sentejn sakemm jibda kors ieħor dawk ta' l-ewwel kors se jilħqu jiggradwaw u forsi anke jibdew jaħdmu, imma jekk se tibbombardjahom b'ammont ta' studenti kull sena se tkissirhom.", "Dan lanqas lilhom stess ma jagħmel ġid għax se jsiru avukati u ma jsibux fejn jaħdmu.", "Fl-uffiċċju tiegħi stess ġew sitta għall-prattika u lanqas fejn nagħtihom prattika ma kelli.", "Mela llum ġejna f'pożizzjoni fejn għall-ewwel darba fl-istorja nies li jiggradwaw fil-liġi lanqas qegħdin isibu fejn jagħmlu prattika, aħseb u ara fejn jaħdmu!", "Teżisti wkoll il-kwestjoni tal-mature students.", "Hawn wieħed irid jara xi kriterju qed jintuża għax jien inħoss li kultant qed ikun arbitriju wisq.", "L-ewwelnett ma jistax ikun li n-nies meta jkunu żgħar ma jagħtux kas l- istudji tagħhom u mbagħad meta jkollhom 23 sena jkollhom a change of heart u mingħajr sforz ta' xejn u mingħajr kwalifiki akkademiċi jispiċċaw jidħlu fl-istess korsijiet li studenti oħrajn ikunu għaddew minn tant tbatija u sagrifiċċji biex waslu għalihom.", "M'iniex qed nipprova ngħid li m'għandux ikollok sistema ta' mature students, pero' għandha tkun within limits u jrid ikollok kriterji idonei.", "Naħseb li l-kriterji li qed jintużaw m'humiex tajbin u qed ikomplu jżidu l-ammont ta' studenti.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm channelling.", "Diġa' għidt li ma nemminx fin-numerus clausus pero' nemmen li f'ċerti courses għandhom jiżdiedu l- entry qualifications.", "M'huwiex argument li tgħid li jista' jidħol min irid, anke bi kwalifiki baxxi ħafna, imbagħad se mai min ma jkunx tajjeb biżżejjed jeħel matul il-kors.", "Iċ-channelling għandu jsir qabel ma jidħlu fl-Universita'.", "X'sens jagħmel li ddaħħal student fl-Universita' għal sentejn jew tlieta biex imbagħad jeħel mill-eżamijiet!", "Jagħmel ferm aktar sens li ġġiegħlu jipprepara ruħu tajjeb minn qabel milli jispiċċa frustrat.", "Meta qed nitkellem fuq channelling m'iniex qed ngħid biss li fejn hemm bżonn għandek tgħolli l-grades imma qed ngħid ukoll li l-istudenti fl- iskejjel primarji u sekondarji għandhom jiġu murija l-job options li għandhom u x'jistgħu jistudjaw biex jilħqu l-għan tagħhom.", "Wieħed irid jgħid ukoll li llum il-ġurnata hemm ferm iktar courses differenti li wieħed jista' jiffrekwenta milli kienu jeżistu meta ftaħna l- Universita'.", "Qabel konna limitati wisq u forsi l-Universita' kienet aktar marbuta ma' l-ekonomija, fis-sens illi l-gvernijiet preċedenti kienu jneħħu ċerti courses li ma kenux marbutin mal-bżonnijiet tal-pajjiż għal dak il- mument.", "U hawn m'iniex qed ngħid biss għal dawk riċenti imma anke għal dawk tal-passat.", "Illum hemm għażla kbira ta' korsijiet, pero' l-istudenti m'humiex qed jiġu istruwiti dwar x'tip ta' korsijiet jistgħu jsegwu u x'opportunitajiet se jkollhom jekk huma jagħżlu ċerti linji.", "Allura x'qed jiġri?", "GĦalkemm l-Universita' mmodernizzajniha f'dan l-ambitu, it-tip ta' tagħlim li qed jingħataw it-tfal fl-iskejjel baqa' konservattiv għall-aħħar u allura meta jagħmlu l-eżamijiet dawn qed jikkwalifikaw b'mod awtomatiku.", "Jiġifieri ladarba jgħaddu mill-eżamijiet, jekk ikunu qed jistudjaw ix- xjenza jidħlu l-Universita' biex isiru tobba jew dentisti; jekk ikunu ħadu korsijiet kummerċjali jistudjaw biex isiru accountants jew jieħdu l-B.Com. u jekk ikunu ħadu l-arti jistudjaw biex isiru teachers jew avukati.", "Din il-fissazzjoni għandha tispiċċa u l-istudenti għandhom ikunu ppreparati għall-problemi li jistgħu jiltaqgħu magħhom.", "B'hekk min jagħżel ċerta professjoni ma jkunx qed jagħżilha b'mod awtomatiku imma għax verament ikun irid dik il-professjoni.", "Ċerti studenti jsiru tobba mhux għax ikollhom l-ambizzjoni li jsiru tobba imma għax ikunu studjaw ix-xjenza u ma jkunux jafu b'korsijiet oħra speċjalizzati li jeżistu għal dak is- suġġett u allura jkun mingħalihom li jekk ma jsirux tobba m'għandhomx futur.", "Illum peress li l-isptarijiet huma mimlijin ma jfissirx li kull min isir tabib se jiġi assorbit mill-gvern awtomatikament.", "Meta wieħed isir tabib jekk ma jispeċjalizzax f'xi raħal jew f'xi belt irid jibda jipprattika bħala general practitioner u hemmhekk se jsib kompetizzjoni sfrenata.", "Per eżempju, min isir farmaċista jrid ikun jaf x'diffikultajiet jeżistu sabiex wieħed jiftaħ farmaċija u biex jingħata liċenzja, għax ma jistax ikun li f'raħal wieħed ikollok xi 30 farmaċista.", "Jekk jiġri hekk jew imutu kollha bil-ġuħ jew inkella terġa' tiġi kkreata dik il- kompetizzjoni sfrenata li, kif diġa' enfasizzajt fil-bidu, m'hemmx lokha fil-professjonijet klassiċi.", "Min isir avukat irid ikun jaf xi sforz irid jagħmel u kemm irid jaħdem ħinijiet twal u li fl-ewwel ftit snin m'huwiex se jaqla' flus għax ikun għadu qed jitgħallem.", "Jekk l-istudenti ma jkunux jafu dawn l-affarijiet, l-għażliet tagħhom mhux se jkunu ndipendenti u magħmulin bil-ħsieb, imma se jkunu awtomatiċi.", "Insibu wkoll professjonijiet speċjalizzati jew psewdo-speċjalizzati li fihom għandna nuqqas kbir ta' human resources u allura min jagħżilhom se jsib opportunitajiet ferm aħjar.", "Allura l-Gvern imissu jikkrea ċerti inizjattivi u nċentivi sabiex iħajjar iktar studenti jsegwu dawk il- professjonijiet.", "Kulħadd jaf bin-nuqqas assolut ta' human resources li għandna fin-nursing, pero' jiena nistaqsi: X'inċentivi ngħataw f'dawn l- aħħar snin biex aktar studenti jsegwu l-korsijiet tan-nursing?", "Jekk issir tabib għandek il-possibbilta' li taħdem għal rasek, mentri jekk issir nurse għalkemm għandek aktar job security is-salarji huma baxxi, il-ħinijiet huma diffiċli u ħafna nies ma jafux li teżisti pseudo-specialisation fin- nursing.", "Fil-mediċina jeżistu professjonijiet paramediċi li hemm bżonnhom ħafna, bħalma huma speech therapists, physiotherapists u physiotherapists tat-tfal.", "Hemm ħafna korsijiet simili li wieħed jista' jieħu fit-teknoloġija u f'suġġetti oħra.", "Allura jien nemmen li l-Gvern għandu jikkonsidra din il- pożizzjoni mill-aktar fis.", "Jiena nieqaf hawn, Sur President.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sur President, meta nħarsu lejn il- Kostituzzjoni tal-pajjiż insibu li din titkellem dwar id-dmirijiet ta' l- amministrazzjoni u dwar id-drittijiet taċ-ċittadin u kif ukoll dwar kif jista' jinħoloq bilanċ bejn dawn it-tnejn.", "Pero' hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk attwalment f'kostituzzjoni bħalma hi dik ta' pajjiżna għandux ikollna rethinking dwar kif din tirrifletti l-prinċipju li qed insemmi, jiġifieri li d-distribuzzjoni tal-poter finalment tissarraf f'aktar demokratizzazzjoni li twassal biex id-drittijiet fundamentali ta' l- individwu d-drittijiet soċjo-ekonomiċi li għandna f'Kapitolu II ikunu jistgħu jissarfu f'aktar liberta'.", "Jiena nħobb insemmi dan il-punt u nixtieq nenfasizzah fil-ftit ħin li fadalli għad-dispożizzjoni tiegħi.", "F'Kapitolu II tal-Kostituzzjoni nsibu dawk li huma d-drittijiet soċjo- ekonomiċi u kważi kważi dawn huma traduzzjoni ta' x'għandu jagħmel gvern biex jassigura li d-drittijiet taċ-ċittadin ikunu rispettati.", "F'dan il-każ il-Kostituzzjoni qed telenka l-prinċipji li l-Gvern għandu jimxi fuqhom.", "Għaliex?", "Għax l-istess Kostituzzjoni tgħid li dawn huma fundamentali għall- iggvernar tal-pajjiż u allura l-gvern, hu min hu, irid iħares lejhom bħala eżempju fihom infushom dwar kif għandha timxi l-amministrazzjoni.", "Artiklu 7 tal-Kostituzzjoni jgħid li:", "\"L-Istat jirrikonoxxi d-dritt taċ-ċittadini kollha għal xogħol u għandu jġib 'il quddiem dawk il-kondizzjonijiet li jagħmlu dan id- dritt effettiv.\".", "Jiġifieri l-Istat għandu l-obbligu li joħloq ix-xogħol u jara li dan id- dritt ikun gawdut.", "Il-Kostituzzjoni tgħidlek li dan huwa fundamentali għall-iggvernar tal-pajjiż pero' m'humiex enforzabbli f'qorti, għad- differenza ta' drittijiet fundamentali oħra li jeżistu f'Kapitolu IV li huma enforzabbli f'qorti, tant li jekk tħoss li d-drittijiet fundamentali tiegħek qegħdin jiġu mfixkla jew jistgħu jkunu mfixkla, tista' tmur quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili biex tingħata rimedju.", "Jekk inti tħoss li r- rimedju tiegħek hemmhekk m'huwiex biżżejjed, tingħata rimedju quddiem il- Qorti Kostituzzjonali u jekk xorta tħoss li dak ir-rimedju m'huwiex biżżejjed, tista' tmur quddiem il-Qorti Ewropea.", "Allura hemm mekkaniżmu kif id-drittijiet ċivili u politiċi li jeżistu f'Kapitolu IV tal- Kostituzzjoni jistgħu jiġu rispettati u mħarsa.", "Dawn japplikaw mhux biss għal kull Malti imma wkoll għal kull bniedem li jkun qed jgħix f'Malta.", "Jiġifieri anke persuna barranija li tkun qed tgħix f'pajjiżna tista' tgawdi minn dawn id-drittijiet.", "Mela filwaqt li jeżistu d-drittijiet ċivili, legali u politiċi, id-drittijiet li jeżistu f'Kapitolu IV huma pronunzjati b'mod ċar u huma entrenched fil-Kostituzzjoni biex dan il-Parlament, li huwa suprem fil-parametri ta' Kostituzzjoni li hija aktar suprema, ma jbiddilhomx proprju għax huma fundamentali, imma dan għad-differenza ta' l- artikli l-oħra li huma s-social and economic rights.", "Jien naħseb li llum, aktar minn qatt qabel, dawn is-social and economic rights qed jassumu importanza kbira, għaliex x'jiswa li lill-bniedem tgħidlu li għandu d-dritt ċivili tal-ħajja jekk ma tgħidlux li għandu wkoll id-dritt għax-xogħol u jekk ma tgħidlux: Jien, li qed nagħtik id-dritt tal-ħajja, minbarra d-dritt li teżisti, qed nagħtik ukoll id-dritt li tgħix fil-koltivazzjoni ta' edukazzjoni aħjar, fejn l-interessi edukattivi tiegħek jiġu promulgati b'mod aħjar u fejn anke l-ħinijiet tax-xogħol ikunu rregolati.", "Hawn għandna dikjarazzjoni ta' prinċipji biex jiggwidaw lill- Gvern preżenti u magħhom insibu prinċipji oħra li jiggwidaw lill-gvern qua gvern.", "Jien niskanta kif f'soċjeta' ħanina bħal tagħna l-ebda leġislatur qatt ma tkellem dwar kif id-dritt għall-akkomodazzjoni xierqa għandu jiġi nkorporat ma' dawk id-drittijiet li jeżistu f'Kapitolu II tal-Kostituzzjoni.", "B'hekk id-dritt għall-akkomodazzjoni xierqa jsir dritt soċjali u ekonomiku li huwa fundamentali għall-iggvernar tal-pajjiż imma li m'huwiex enforzabbli f'qorti.", "Għaliex id-dritt għall-akkomodazzjoni soċjali m'huwiex qed jingħata dan it-trattament mil-leġislatur, bħalma qed jingħata d-dritt tax- xogħol?", "Għaliex id-dritt għall-akkomodazzjoni soċjali m'huwiex qed jingħata d-dritt ta' dikjarazzjoni ta' prinċipju fundamentali għall- iggvernar tal-pajjiż, bħalma qed jingħata l-protezzjoni tax-xogħol?", "Illum trid tgħix u mhux teżisti biss u biex tgħix trid saqaf fuq rasek.", "Nixtieq li nifhmu li huwa inutli li f'Kapitolu IV tal-Kostituzzjoni jkollok id- dritt għall-ħajja jekk imbagħad id-dritt għall-akkomodazzjoni xierqa ma jkunx inkorporat fil-Kapitolu II.", "Jien ngħid li hawn irridu nagħmlu rethinking.", "Il-gvern, hu min hu, għandu jassigura li d-drittijiet fundamentali jiġu rrispettati u kif ukoll li d-drittijiet soċjo-ekonomiċi jkunu l-pern tal-politika li trid tgħaqqad lill-Maltin fil-fehma li l-gvern qiegħed hemm biex iservi liċ-ċittadin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 2 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BIĊĊERIJA - ANNIMALI MAQTULA", "10883.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali maqtula ġewwa l- biċċerija matul is-sena 1997?", "X'tip ta' annimali kienu?", "Kemm minn dawn inqatlu għax kienu morda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Interpellant li n-numru ta' annimali li nqatlu fil-biċċerija tal-gvern fis-sena 1997 kien skond it-tabella hawn taħt:", "Qatla Normali Qatla ta' l-Emergenza Canga 6,433 363 Majjal 107,990 437 Muntun 604 2 Mogħoż 93 7 Zwiemel 257 50", "PRODOTTI AGRIKOLI", "10884.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' prodotti agrikoli li ġew esportati matul l-1997?", "X'tip ta'prodotti ġew esportati u għal liema pajjiż?", "Kemm huwa maħsub li daħlu flus il-bdiewa minn din l-esportazzjoni?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AKWAKULTURA - PRODUZZJONI", "10885.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-produzzjoni mil-qasam ta' l- akwakultura matul is-sena 1997?", "Kemm minn din marret barra?", "Kemm huwa n- numru ta' ħaddiema li jaħdmu ġo dan is-settur illum?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Huwa stmat li fil-perjodu 01.01.97- 31.12.97, l- Industrija ta' l-Akwakultura f' Malta ipproduċiet madwar 1800 tunnellata t'awrat u spriott.", "Huwa stimat li dawn kellhom valur ta' Lm3.8 miljun.", "Madwar 95% tal-produzzjoni ġiet esportata jiġifieri madwar 1,700 tunnellata.", "Illum il-ġurnata l-industrija tħaddem madwar 180 ruħ.", "Dan in-numru jinkludi wkoll il-part-timers.", "VAT - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "10886.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ttellgħu il-Qorti mid-dipartiment tal-VAT/CET matul l-1997 u għaliex?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "Każijiet dwar nuqqas ta' għoti ta' riċevuti", "VAT 424 CET 68", "Każijiet dwar minaċċji kontra Spetturi tad-Dipartiment", "VAT 1 CET 1", "Każijiet ta' misappropprijazzjoni ta' taxxa", "VAT 2 CET -", "Każijiet konnessi mad-Dwana", "VAT 5 CET -", "Każijiet konnessi mad-Denunzji tat-Taxxa", "VAT 548 CET 1", "DOMESTIC VIOLENCE UNIT - KAŻIJIET", "10887.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew tackled każi mill-Unit of Domestic Violence fis-sena 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul l-1997 it-Taqsima Vjolenza Domestika fi ħdan l- aġenzija Social Welfare Development Programme kellha 342 każijiet riferuti lilha u wettqet intervent ma` 307 minnhom.", "ENEMALTA - HARDWARE/SOFTWARE", "11237.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu s-sejħiet għal tender maħruġa mill-Korporazzjoni Enemalta għar-rigward ta' xiri ta' computer and information systems (hardware u software) fis-snin 1996 u 1997?", "Liema kienu l-kumpanniji li tefgħu tender f'kull sejħa?", "Minn dawn is-sejħiet, kemm ġew iġġudikati u awarded?", "Liema huma dawk li ġew awarded u lil liema kumpannija ġiet awarded?", "Minn dawn is-sejħiet kien hemm xi każijiet li fihom il-Korporazzjoni Enemalta ddeċidiet li tissospendi l-ipproċessar tat- tenders mitfugħa?", "Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn is-sejħiet u għal liema raġuni saret din is-sospensjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Hemm tenders li ħarġu fl-1995 iżda l-ordnijiet ingħataw fl-1996.", "Tender oħra T/53/97 - Computerisation of Financial Functions - iżda li għadha qed tkun aġġudikata ma nħossx li għandi nagħti tagħrif dwarha.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li ma kien hemm l-ebda każ fejn il-Korporazzjoni Enemalta ssospendiet l-ipproċessar tat-tenders mitfugħa.", "VETTURI - IMPORTAZZJONI", "11238.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozza ġodda mill- 1992 sa l-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:-", "Sena Numru ---- ----- 1992 10920 1993 8531 1994 10171 1995 10602 1996 11616 *1997 8036", "*January - November 1997 (figura proviżorja)", "GOZO CHANNEL - SERVIZZI", "11239.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri u karozzi li għamlu użu mis-servizz ta' vapuri tal-Gozo Channel fil-perjodi: a) 1.1.97 sal-31.12.97; u b) mill-1.1.96 sal-31.12.96?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9300 u 11011.", "Jiena nformat li għall-perjodu Ottubru sa Diċembru 1996, l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-", "VETTURI PASSIGGIERI", "Privati Kummercjali Mill-Imgarr Mic-Cirkewwa", "OTTUBRU 46065 1734 105721 116074", "NOVEMBRU 43654 1775 84235 91653", "DICEMBRU 35200 1453 61745 66995", "HUMAN CLONING", "11240.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti rigward l-ewwel trattat internazzjonali li jipprojbixxi l-human cloning li 13-il pajjiż Ewropew iffirmaw nhar it-Tnejn 12 ta' Jannar 1998 ġewwa Parigi?", "Il-Gvern Malti qed jikkonsidra li jkun wieħed mill-firmatarji ta' dan il-ftehim internazzjonali?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu r- rappreżentanti ta' pajjiżna fil-Konferenza Ewropea għal Kumitati Internazzjonali għall-Etika li fetħet ukoll f'Parigi nhar it-Tnejn li għadda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "INTERNET SERVICE PROVIDERS", "11318.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm huma l-kumpanniji reġistrati bħala Internet Service Providers?", "Liema huma dawn il-kumpanniji?", "Il-Gvern preżenti għandu xi ħsieb li jirrivedi l-ammont ta' ħlas għal-liċenzja sabiex dawn jipprovdu dan is-servizz?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-gvern preżenti għandux xi ħsieb li jirrevedi l-kondizzjonijiet marbuta ma' din il-liċenzja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hawn disa' kumpaniji bħala Internet Service Providers f'pajjiżna.", "Dawn huma:-", "Computing Levels - Linknet Ltd.", "Electronic Systems International Ltd.", "(ESI) Kemmunett Ltd.", "Management Systems Unit Ltd.", "(MSU) Mednet Ltd.", "(Video On Line) Melitanet Ltd.", "Tabone Computer Centre (GlobalNet) Terranet Ltd.", "Waldonet Ltd.", "Dwar it-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija fin- negattiv.", "MARINE PARK", "11319.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-analisi ta' dawk li wieġbu għas-sejħa tas- Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu fl-amministrazzjoni preċedenti rigward Marine Park?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar flimkien mad-Dipartiment tat-Turiżmu ħejjew Development Brief li kull ma jonqsu huwa l-approvazzjoni tal-Bord ta' l-Awtorita'.", "JOE N. TABONE - REMUNERAZZJONI", "11335.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-remunerazzjoni li tħallset lis-Sur Joe N. Tabone fil-perijodu li fih kien Chairman u Chief Executive Officer sena b'sena mill-Air Malta direttament u mill-kumpanniji sussidjarji tagħha kif ukoll jelenka l-benefiċċji li kien igawdi minnhom fl-istess perijodu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-kumpanija minn dejjem kienet tal-fehma li mhux fl-interess tagħha li xxandar is-salarji taċ-Chairman tagħha.", "FAKULTA' TA' L-EDUKAZZJONI", "11336.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif tqabbad il-perit biex iħejji l-pjanti għal sular addizzjonali fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni meta l-istess perit huwa mpjegat ta' l-Universita' u wkoll impjegat tal-Malta University Services Ltd.?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn l-Universita' u l-Malta University Services Ltd. biex jingħata dan is-servizz kif ukoll kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-Malta University Services Ltd. u l-istess perit?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET PARLAMENTARI", "11337.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru, bħalha Kap tal-Kamra tar-Rappreżentanti, jgħid kemm kienu d-domandi parlamentari fil-Leġislatura l-oħra mressqa mid-deputati u li ma tlaħħqux jiġu mwieġba peress li xolja l-Parlament?", "Jista' l-Kap tal-Kamra jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull domanda parlamentari li ma ġietx imwieġba minħabba x-xoljiment tal-Parlament?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' domandi parlamentari li ma ġewx imwieġba fil-leġislatura l-oħra minħabba x- xoljiment tal-Parlament kien ta' 487.", "Informazzjoni oħra tista' tinġabar mill-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - KMAMAR/UFFIĊINI", "11338.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kmamar/uffiċini fid-Dipartimenti tal-Gvern li fihom jaħdmu n-nies u li m'għandhomx tieqa la għal fuq xi triq, open space, jew bitħa nterna?", "Jaħseb il-Prim Ministru li wasal iż-żmien li l-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern jingħataw data definittiva, per eżempju, fi żmien xahar biex tali sitwazzjoni li tmur kontra kull regola tas-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol tiġi rimedjata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalkemm ma naħsibx li llum huma ħafna dawk il- każijiet ta' mpjegati tal-Gvern li jaħdmu fil-kondizzjonijiet imsemmija mill-Onor.", "Membru, jidhirli li hija r-responsabbilta' tal-Kapijiet tad- dipartimenti konċernati li jaraw li l-impjegati tagħhom ikunu qed jaħdmu f'ambjent kompatibbli mar-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il- post tax-xogħol.", "Naturalment, dan it-titjib normalment jirrikjedi ċertu spiża u għalhekk ikun diffiċli li tiġi stabbilita data definittiva kif propost mill-Onor.", "Membru.", "L-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru ma teżistix u ma naħsibx li huwa l-każ li għandu jsir xi eżerċizzju sabiex din tinġabar.", "ŻEJTUN - DAR TA' L-ANZJANI", "11339.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l- evalwazzjoni ta' l-offerta li ħarġet għat-tmexxija tad-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu sottomessi offerti u l- prezzijiet ta' l-offerti mitfugħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar, għalhekk tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MOSTA/MĠARR - TISWIJA TA' TRIQ", "11340.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern għat- triq li twassal mill-Mosta għall-Imġarr peress li hija fi stat diżastruż u minnha jgħaddu ħafna ċittadini Maltin kif ukoll turisti li jkunu qegħdin iżuru siti storiċi jew postijiet ta' rikreazzjoni f'dik il-parti ta' Malta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi għall- mistoqsija parlamentari numru 10560 li diġa' ngħatat f'seduta oħra.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11370.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC f'Diċembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Diċembru 1997 kien ta' 710.", "IMPJIEGI - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU", "11371.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Diċembru, 1997 u jagħti informazzjoni skond ir-raġuni li wasslet għal qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax- xogħol f'Diċembru 1997 kien ta' 94.", "Ir-raġuni li wasslet għall-qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "|M'aċċettawx taħriġ |25 | |Jirreġistraw u |21 | |jaħdmu | | |M'aċċettawx xogħol |3 | |M'attendewx |45 | |intervisti | | |Total |94 |", "BORD NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI", "11372.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem il-Bord Nazzjonali tax- Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol f'Diċembru 1997 kif ukoll jgħid kemm inqatgħu appelli fl-istess perijodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: F'Diċembru 1997, l-awtorita' rċeviet 105 appelli li minnhom 61 kienu minħabba fi qtugħ ta' reġistrazzjoni.", "F'Diċembru 1997 ġew deċiżi 20 appelli li minnhom tmienja huma konferma u tmienja mhux konferma tad-deċiżjoni tal-ETC u wieħed kien preskritt.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11373.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom fil-perijodu f'Diċembru 1997 u jindika wkoll ix-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol f'Diċembru 1997 wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom kien ta' 194.", "Tourism/Hotels/Catering 46 Manufacturing 42 Mechanical/Building/Metal 36 Woodwork 4 Retail/Wholesale 22 Others 44 Total 194", "ETC - PERSUNI LI MA KOMPLEWX JIRREĠISTRAW", "11374.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Relattivament għax-xahar ta' Diċembru 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u jindika għaliex l-ETC ddeċidiet li taqtagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li għax-xahar ta' Diċembru 1997 ma komplewx jirreġistraw minn jeddhom kien ta' 474.", "In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Diċembru 1997 kien ta' 94.", "Ir-raġuni li wasslet għall-qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "|M'aċċettawx taħriġ |25 | |Jirreġistraw u |21 | |jaħdmu | | |M'aċċettawx xogħol |3 | |M'attendewx |45 | |intervisti | | |Total |94 |", "ETC - INTERNAL WORKINGS", "11375.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-internal workings ta'l- ETC dwar l-istatistika dwar ix-xogħol relattiv għal Diċembru, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-internal workings għal Diċembru 1997 għadhom ma jistgħux jingħataw peress li l-aħħar figuri ppublikati kienu dawk ta' Settembru 1997.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "11410.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni kemm kien in-numru ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad-droga wara li saru testijiet xahar b'xahar mill-1.1.97?", "Kemm saru b'kollox testijiet?", "Jikkonferma li priġunieri li kienu qed jinżammu f'St. Michael Ward fl-Isptar San Luqa instabu pożittivi għad- droga?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is- seduta.", "DIPARTIMENT SERVIZZI KORRETTIVI - MOBILE TELEPHONES", "11411.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile telephones fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi mikrijin lid-dipartiment?", "Kemm intnefqu flus f'telefonati fuq mobile phone?", "X'kariga għandhom l-uffiċjali li għandhom mobile phone?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi hemm tliet mobile telephones.", "Tnejn minnhom qed jiġu wżati minn żewġ surġenti, filwaqt li l-ieħor mhux jintuża u mhijiex titħallas il-kera tiegħu.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni.", "ĦABS ĊIVILI - MANAGER", "11412.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min qiegħed fil-bord li qed jinvestiga allegazzjonijiet li uffiċjal u priġunier inqabdu jaraw dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-ħatra tal-manager fil-ħabs?", "Se terġa' ssir sejħa għal dawk li huma interessati mill-ġdid għall-manager fil-ħabs?", "Kemm kien in-numru ta' dawk li diġa' applikaw?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sar rapport dwar il-każ mid-Direttur tas-Servizzi Korrettivi, liema rapport wara ġie riferut lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li ddeċidiet li l-Bord ta' Selezzjoni għall-post ta' 'Manager' tal- Ħabs kellu jkompli bil-proċess ta' selezzjoni iżda taħt chairman ġdid.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "11413.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li żewġ priġunieri ikunu dejjem fl-uffiċini ta' l- amministrazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li jkun hemm xi ħinijiet li priġunieri jitħallew fil-blokk fejn hemm l-amministrazzjoni fuq xogħol ta' fattiga jew għal raġunijiet oħra fid-diskrezzjoni ta' l-Awtoritajiet tal-Ħabs.", "KOSTITUZZJONI TA' MALTA - ARTIKLU 93 - MAĦFRA", "11414.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1.1.96 kemm- il maħfra ngħatat taħt artikolu 93 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u lil min?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma xnigħat li riċentement ingħatat maħfra lil priġunier li nstab ħati ta' pussess ta' iktar minn 30 gramma kokaina?", "Jikkonferma wkoll li din il-persuna għaddejja proċeduri oħra quddiem il- Qorti u jekk iva, x'inhuma dawn il-proċeduri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - KLINIKA ĠDIDA", "11415.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex saret il-klinika ġdida fil-ħabs; kemm intnefqu flus f'apparat mediku?", "Jista' jagħti lista ta' l-apparat li nxtara issa biex mhux se jkun hemm il-ħtieġa li jkomplu jittieħdu priġunieri fl-Isptar San Luqa u l-polikliniċi tas-saħħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab informat li l-klinika ġdida ġiet tiswa Lm4886.57.", "Ma ntefqu l-ebda flus fuq apparat mediku ġdid, billi ntuża apparat li kien diġa' eżistenti u ġie miżjud ieħor li kien fornut mid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar San Luqa.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat li fil-klinika l- ġdida tal-ħabs se jiġu trattati każijiet mediċi u dentali ta' natura ġenerali, iżda fejn ikun hemm ħtieġa ta' speċjalizazzjoni, jew fejn ikun hemm kumplikazzjonijiet dawn jibgħqu jiġu riferuti l-isptar.", "SAĦĦA - PAZJENTI RESIDENTI F'HOMES", "11508.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti residenti ġewwa l-homes tal-Gvern u dawk privati huma ukoll obbligati jħallsu l-50c għall-mediċini?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-risposta hija fl-affermattiv.", "SAĦĦA - FLUS MINFUQA FUQ MEDIĊINI", "11509.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għax-xiri ta' mediċini (esklużi disponsables u apparat) xahar b'xahar tul l-1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:Il-pagament xahar b'xahar matul l-1997 fuq xiri ta' mediċini (esklużi disposables u apparat, kienu dawn): | |Lm | |Jannar | 480,724 | |Frar | 394,991 | |Marzu | 403,359 | |April | 682,610 | |Mejju | 503,440 | |Ġunju | 667,981 | |Lulju | 455,831 | |Awissu | 622,433 | |Settembru | 650,472 | |Ottubru | 973,276 | |Novembru | 902,695 | |Diċembru | 367,982 | |Total |7,105,794 |", "SAĦĦA - APPUNTAMENTI LI TĦASSRU", "11510.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il- pazjenti li kellhom appuntament fis-16.1.98 għall-Out-Patient ma' Dr T Galea Debono F.R.C.P. tħassrilhom dan l-appuntament?", "Veru li dan sar għaliex ma kienx hemm tobba biżżejjed biex imexxu l-Out- Patients?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex kien hemm dan in-nuqqas ta' tobba?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - KAŻ TA' PAZJENTA", "11511.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex pazjenti b'ID No. 10328(M) ġiet approvata li tieħu l-LOSEC caps 'il fuq minn tliet xhur ilu u sal-lum għadha ma rċevitx ix-Schedule V card?", "Japprezza l-Ministru li pazjenti pensjonanti ma jistgħux iħallsu madwar 75c kuljum għal pillola msemmija?", "Jista' l-Ministru jara li dan il-proċess isir aktar effiċjenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-pazjenta bin-numru ta' l-identita' 10328(M) hija pink card holder u għalhekk m'għandhiex bżonn li tirċevi x-Schedule V. Id-domanda għal mediċina għal din il-pazjenta ġiet ikkonsidrata u approvata mid-Drugs and Therapeutics Committee (DTC) fil-11 ta' Diċembru, 1997.", "L-approvazzjoni għal mediċina Omeprazole Capsules tinħareġ malli s- Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern tinforma lid-DTC li l-istocks tal-mediċina preskritta fuq isem il-persuna jkunu waslu.", "Din hija sistema li dejjem kienet tintuża.", "SAĦĦA - SAHRA", "11512.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is- somma li tħallset bħala overtime lid-diversi kategoriji ta' professjonisti u mpjegati oħra fid-dipartiment kategorija b'kategorija fis-snin 1996 u 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:", "SAHRA FID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA", "|KATEGORIJA |AMMONT | | | |1996 |1997 | | |Lm |Lm | |Infermiera | 611,867 | | | | |773,093| |Paramediċi | 100,817 | | | | |122,994| |Professjoni| | | |sti |169 |794 | |Amministrat| 56,475 | | |tivi/Kleria| |44,436 | |kali | | | |Spettorat | 4,503| | |Sanitarju | |4,620 | |Industrijal| 396,062 | | |i | |547,817| |Total |1,169,893 |1,493,7| | | |54 |", "SAĦĦA - MEDIĊINI OUT OF STOCK", "11513.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l- mediċini out of stock tul Diċembru 1997 u liema tul l-ewwel ġimgħatejn ta' Jannar 1998?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "MELLIEĦA - SISTEMA TA' DRENAĠĠ", "11515.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li titqiegħed is-sistema ġdida tad-drenaġġ ġewwa l-Kortin, il- Mellieħa?", "Fiex wasal ix-xogħol dwar l-impjant ta' purifikazzjoni tad-drenaġġ fl- inħawi taċ-Ċumnija, il-Mellieħa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KAROZZI TAL-LINJA/MINI BUSES", "11516.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' buses jew mini buses li ġew awtorizzati biex f'Malta jew f'Għawdex iġorru l- persuni b'diżabilita'?", "Ta' liema garage huma l-vetturi awtorizzati biex iġorru dawn il-persuni?", "Meta ngħataw il-liċenzja?", "X'tip ta' sejħiet saru qabel ma kien hemm l-għoti ta' dawn il-liċenzji?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Kif tħabbar pubblikament, is-sena li għaddiet kien liberalizzat il-ħruġ ta' liċenzji biex ikunu jistgħu jiġu akkwistati u operati vetturi li jintużaw għat-trasport ta' persuni bi ħtiġijiet speċjali.", "Jiena nformat li minn dakinhar 'l hawn, l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku irċeviet talbiet biex ikunu akkwistati minn dawn il-vetturi mingħand Garden of Eden, Zarb Garage, Paramount, Supreme Travel, Swallow Garage, Blue Bird u mill-Kooperattiva tal-Minibuses.", "Dawn kienu ipprovduti bl-ispeċifikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet li taħthom qed jinħarġu l- liċenzji.", "Jiena nformat ukoll li s'issa nħarġet liċenzja lill-Garden of Eden biex jopera tnejn minn dawn il-vetturi wara li għamel applikazzjoni formali f'dan is-sens.", "Il-liċenzja harġet f'Lulju 1997.", "Fir-rigward tal- garaxxijiet l-oħra għadha ma saritx applikazzjoni formali, ħlief għal Swallow Garage li applika biex jopera waħda minn dawn il-vetturi.", "L- applikazzjoni tiegħu qed tkun ipproċessata.", "SIĠAR - IMPORTAZZJONI", "11517.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar li ġew importati f'Malta matul l-aħħar xhur, skond il-ftehim tal-Protokol Taljan?", "X'tip ta' siġar kienu dawk importati?", "Kemm minn dawn is-siġar inbigħu?", "Kemm ingħataw lill-Kunsilli Lokali?", "Lil liema kunsilli lokali?", "Kemm mis-siġar importati, fil-fatt tqegħdu fil- imxietel tal-gvern?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: 1.", "In-numru ta' sigar li ġew importati f'Malta matul l-aħħar xhur skond il-ftehim tal-Protokol Taljan kien 8785;", "2.", "Is-sigar kienu ta'dawn it-tip: Ħawħ, Nuċiprisk, Berquq, Għajnbaqar, Żebbuġ;", "3.", "3,569 min dawn is-siġar inbigħu.", "4.", "Il-kunsilli lokali ma' ngħatawx minn dawn is-siġar.", "5.", "3,432 minn dawn is-siġar tqegħdu f'imxietel tal-gvern.", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA", "11518.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' karozzi tal-linja ġodda li bdew jagħtu s-servizz tagħhom f'Għawdex wara l- ftehim li ntlaħaq bejn l-G.B.O.A. u l-P.T.A?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 11047.", "Kif jaf l-0nor.", "Interpellant, f'Għawdex il-buses iservu kemm bħala karozzi tal-linja u kemm bħala coaches dejjem skond il-bżonn.", "DJAR - APPARTAMENTI F'BUĠIBBA", "11519.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-bini tal-flats li ħarġet l- Awtorita' tad-Djar fi Triq Cassarino, Buġibba, liema flats ħarġu bħala advanced shell form meta fil-fatt illum għadhom kemm bdew jinbnew, minkejja li l-applikazzjonijiet għalihom għalqu numru ta' ġimgħat ilu?", "Meta hu mistenni li ssir l-allokazzjoni ta' dawn il-flats?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fil-preżent l-iżvilupp ta' dan il-proġett għadu fil-bidu tiegħu.", "Hu ttamat li l-allokazzjoni ta' dawn il-fondi jsir fi ftit taż-żmien ieħor.", "Pero' il-handing over ta' dawn il-postijiet lill-benefiċjarji se jsir fi żmien 12-il xahar.", "Waqt il-bini, il-benefiċjarji jkunu jistgħu jsegwu l-kostruzzjoni ta` l- appartament allokat lilhom.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - SPEZZJONIJIET", "11520.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11246, u b'mod partikolari għall-parti tar-risposta li tgħid li saru 6,247 spezzjoni ta' frott u ħxejjex, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm mill- inspections kienu dwar prodotti li fuqhom titħallas il-levy u kemm minnhom kienu ta' talbiet dwar prodotti li fuqhom ma titħallasx levy?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma' ssir ebda distinzjoni meta jsiru spezzjonijiet fuq prodotti li fuqhom titħallas il-levy u fuq dawk il-prodotti li ma titħallasx il -levy.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "SVPR - ANZJANA", "W1,163.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- possibbiltajiet li persuna minn Ħal Qormi, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule kif irrakkomanda professjonalment ukoll Dr. Carmelo Brincat, ta' Ħal Qormi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-applikazzjoni tal-persuna minn Ħal Qormi, li d- dettalji tagħha ntbagħtu separatament, qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet oħra biex tiġi deċiża l-prijorita' tagħha biex tidħol fir- Residenza San Vinċenz de Paule."]} {"filename": "19941125_348d_par.doc", "date": "1994-11-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 348 Il-Ġimgħa, 25 ta' Novembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 348", "Il-Ġimgħa, 25 ta' Novembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 348", "Il-Ġimgħa, 25 ta' Novembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 356", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 356", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 360", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1994/95 TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR 361", "AĠĠORNAMENT 385", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 390", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 347 li saret fil-25 ta' Novembru, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - VETTURI MITLUQA", "22314.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fl-ewwel għaxar xhur ta' l-1994 kemm-il vettura mitluqa fit-toroq tneħħiet mill-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?", "Fl-istess żmien kien hemm xi ostakoli oħra li tneħħew mill-pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Informat li bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena ġew miġbura mill-Pulizija 271 vettura mitluqa fit-toroq.", "Dawn kienu mqassmin kif ser ngħid:", "Jannar 57 Frar 23 Marzu 26 April 21 Mejju 20 Ġunju 21 Lulju 23 Awissu 27 Settembru 26 Ottubru 27", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx jekk il-Ministru għandux xi żviluppi x'jirrapporta dwar l-iscrapyard ta' Pembroke.", "Xi xhur ilu ntqal li din l- iscrapyard se titneħħa minn hemmhekk u ma nafx jekk dan sarx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien m'inix informat dwar xi żviluppi seta' kien hemm fuq dan ir-rigward.", "Fil-każ nivverifika u nagħti risposta għal xi domanda li jkolli fuq dan is-suġġett jew billi ninforma lill-Onor.", "Membru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Ministru jista' jgħidilna kemm kien hemm sidien li marru lura biex jiġbru dawn il-vetturi u jekk kemm-il darba kienx hemm xi karozzi misruqa u abbandunati li ġew miġbura mill-Pulizija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien m'inix informat b'dan.", "GĦalhekk nitlob lill- Onor. Membru jagħmilli mistoqsija biex tkun tista' tinġabar din l- informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Il-Ministru jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra l- iscrapyards li hawn mingħajr il-permess tal-Pulizija?", "Aħna konna għamilna diversi mistoqsijiet biex ningħataw din l-informazzjoni imma l-Ministru kull darba beda jgħidilna li ma kienx f'pożizzjoni li jirrispondi.", "GĦalhekk issa l-Ministru jista' jagħtina din l-informazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk niftakar tajjeb, jien ma kontx qed inwieġeb li m'inix f'pożizzjoni li nirrispondi, imma tajt it-tagħrif li kienu tawni d- dipartimenti.", "Niftakar li f'xi okkażjonijiet kont anke tajt risposti dwar il-passi li ttieħdu f'dan ir-rigward fil-Qorti.", "Imma jien inkun irrid nitlob l-informazzjoni meħtieġa mingħand il-Pulizija u l-awtoritajiet l- oħra qabel ma nkun nista' nwieġeb il-mistoqsija li għamiltli rigward l- iscrapyards li m'humiex liċenzjati u dwar postijiet li qed jintużaw għal dan l-iskop mingħajr il-permess meħtieġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xi sentejn ilu, l-Parlament kien ivvota somma ta' flus għax-xiri ta' van-lifter għaċ-Ċentru ta' Diżabilita' fl- Imtarfa.", "Ovvjament minħabba li l-ħtieġa għal dan il-van-lifter dejjem qed tiżdied, jien jidhirli li l-Ministru għandu jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm xi żviluppi għax tajjeb li wieħed ikun jaf għaliex dan il-van-lifter għadu ma nxtarax.", "Ġaladarba kien hemm il-flus ivvotati għal dan il-van- lifter, jien inħoss li dan għandu jinxtara.", "Dan il-van-lifter hu bżonnjuż ħafna għal dan iċ-ċentru għax b'hekk ikun jista' jilqa' t-talbiet pendenti li għandu.", "Jien jidhirli li hemm xi erba' talbiet pendenti minn persuni b'diżabbilita' għax dawn għandhom bżonn dan il-van-lifter biex ikunu jistgħu jattendu ċ-Ċentru ta' Diżabilita' ta' l-Imtarfa.", "Ovvjament minħabba n-natura tal-problema ċ-ċentru ma jistax jilqagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jkollix it-tagħrif hawnhekk biex inkun nista' ninforma lill-Kamra.", "L-Onor.", "Membru japprezza li din il-materja tappartjeni għal suġġett totalment differenti mill-mistoqsija, u allura m'hijiex xi ħaġa li dwarha nkun naf l-aħħar żviluppi.", "SAN ĠILJAN - TRIQ BIRKIRKARA - TNEĦĦIJA TA' VETTURA", "22315.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li titneħħa vettura - van żgħir - li ilha ġimgħat sħaħ mingħajr numru u mimlija skart fi Triq Birkirkara, f'San Ġiljan eżatt ħdejn it-taraġ ta' Triq il-Qalb Imqaddsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li din il-vettura tneħħiet mill- Pulizija mill-lokalita' msemmija.", "ILMA - KONTROLL FUQ ILMA TAX-XORB", "22316.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli qed isiru biex ikun żgurat li l-ilma li jużaw dawk li jipproduċu l-ilma għax-xorb fil-fliexken ma jkunx imniġġeż bħalma ġieli jkun dak ta' l-ispieri?", "Matul dawn l-aħħar għaxar xhur, kemm saru testijiet fuq kampjuni ta' ilma tal-fliexken prodott f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-produtturi ta' l-ilma għax- xorb jiġu kkontrollati billi jsiru spezzjonijiet regolari u jittieħdu kampjuni ta' l-ilma, kemm tal-prodott li jinbiegħ lill-pubbliku kif ukoll mill-postijiet minn fejn jittella dan l-ilma.", "Dawn il-kontrolli jsiru regolarment mill-Ispetturi tas-Saħħa tal-lokalitajiet fejn jinsabu dawn il- produtturi.", "Mill-1 ta' Jannar sad-9 ta' Novembru, 1994 ittieħdu u ġew eżaminati 516- il kampjun.", "SPTAR SAN LUQA : REFURBISHMENT COMMITTEE - CHAIRMAN", "22331.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Iċ-Chairman tar-Refurbishment Committee ta' l-Isptar San Luqa għadu s-Sur Philip Rizzo?", "Philip Rizzo kellu jinħatar Chairman eżekuttiv ta' l-Isptar San Luqa?", "Kemm jitħallas Rizzo u kemm talab li jitħallas bħala Chairman tar- Refurbishment Committee ta' l-Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li r-raġuni għaliex Rizzo ma nħatarx chairman tal-Management Committee ta' l-Isptar San Luqa m'hijiex għax kixef li l-Inġinier Emanuel Farrugia vvjaġġa ma' ta' l-Elbros meta hu kien fil- proġett ta' San Raffaele u li din il-kumpannija kienet interessata titfa' offerta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-Sur Philip Rizzo, li għadu Chairman tal-Kumitat imsemmi, la qatt talab u fil-fatt qatt ma rċieva l-ebda ħlas għal din il- kariga.", "Għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni fuq il-membri tal-Management Committee ta' l-Isptar San Luqa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni eżatt li jokkupa bħalissa s-Sur Philip Rizzo fil-proġett San Raffaele?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-Sur Rizzo huwa Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni għal Servizzi u Xjenzi Mediċi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-kontest tal-proġett San Raffaele, is-Sur Rizzo għandu poteri u funzjonijiet eżekuttivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: GĦandu l-poteri li huma mogħtija taħt l-istatut tal- Fondazzjoni u fil-kariga tiegħu ta' Direttur Ġenerali jinkludu wkoll poteri eżekuttivi fuq diversi aspetti.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fir-rigward ta' l-ideazzjoni tat-tmexxija 'l quddiem tal-proġett San Raffaele, x'inhuma l-funzjonijiet speċifiċi tas-Sur Rizzo?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandux funzjoni partikolari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-Sur Rizzo huwa nvolut f'deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kif se jiġi implimentat il-proġett meta tingħata t-tender?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Fondazzjoni kollha kemm hi, flimkien mad-diversi awtoritajiet oħrajn fil-pajjiż, hija responsabbli dwar kif jiġi implimentat il-proġett.", "Rigward ir-responsabilitajiet tiegħu fil-Fondazzjoni, is-Sur Rizzo jrid jaqdi wkoll id-doveri dwar l-implimentazzjoni tal-proġett.", "Jiddependi wkoll wieħed x'jifhem, fis-sens li l-Fondazzjoni nnifisha qed taġixxi għan-nom tad-Dipartiment tas-Saħħa mingħajr ma dan jitbiegħed mill- interess dirett fil-proġett u naturalment il-Fondazzjoni issegwi l- iżviluppi f'diversi stadji li jrid jgħaddi minnhom proġett bħal dan.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemm xi ħsieb li l-Fondazzjoni msemmija toħroġ xi rapport pubbliku biex tispjega x'kienu s'issa l-fatturi u x'inhu l-progress li għamlet fuq il-proġett ta' l-Isptar San Raffaele?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li ħafna mill-informazzjoni diġa' ġiet magħmula pubblika, fis-sens li l-affarijiet li saru huma magħrufin b'mod ġenerali.", "Il-Kamra taf li dan il-proġett qiegħed fl-istadju ta' evalwazzjoni tat-tenders mitfugħa u naħseb li t-tagħrif pubbliku li jkun irid jingħata, jingħata wara li jiġi finalizzat dan il-proċess.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru huwa fil-pożizzjoni li jagħmel pubbliku xi rapport tal-Fondazzjoni li ħareġ jew li ġie ffinalizzat s'issa dwar il- ħidmiet tagħha fuq bażi annwali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'inix f'din il-pożizzjoni, Mr Speaker.", "Il-Fondazzjoni għandha diversi mansjonijiet u diversi responsabbiltajiet.", "Hija l-Fondazzjoni li hija responsabbli għat-tmexxija ta' l-Isptar Zammit Clapp u hija l-Fondazzjoni li tat kontribut anke permezz ta' ċertu support fix-xogħol li qed isir dwar ir-riforma tas-saħħa mentali.", "L-akbar proġett tagħha kien l-iżvilupp tar-riforma fil-qasam ta' l-isptarijiet pubbliċi tagħna u allura b'mod partikolari l-kontribut tagħha għall-iżvilupp ta' l-isptar il-ġdid.", "Hija wkoll il-Fondazzjoni li tat kontribut dwar it-tiġdid ta' l-Isptar San Luqa permezz ta' ċertu expertise li setgħat iġġib biex jaħdem fuq dan il-proġett u llum il- ġurnata bħala korp li għandu personalita' ġuridika separata ngħatat l- inkariġu li taħtha jitmexxa l-proġett ta' l-aġenzija eżekuttiva SEDQA dejjem bi ftehim li huma dettaljati bejn id-Dipartiment tal-Gvern u l- istess Fondazzjoni.", "Ħsibna wkoll li nbidlu ċertu ideali ta' din il- Fondazzjoni sabiex tkun tista' tidħol għal ċertu xogħol ieħor konness ma' żviluppi ta' strutturi fil-qasam ta' l-assistenza soċjali.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-Fondazzjoni għandha s-sena finanzjarja tagħha?", "Jekk iva, minn meta sa meta hi s-sena finanzjarja?", "Kemm-il sena finanzjarja għaddiet minn fuqha kemm ilha mwaqqfa u kemm ilha topera?", "Ġew pubblikati, anke internament, xi forma ta' rapporti finanzjarji dwar l- operat tagħha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk m'inix sejjer żball is-sena finanzjarja tagħha hija s-sena kalendarja, pero' fuq dan nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jippermettili nivverifika fitt ma' l-Istatut biex inkun ċert jekk f'dan il- każ konniex adottajna s-sistemi li għandhom korpi kostitwiti oħrajn li għandhom sena finanzjarja li tispiċċa f'Settembru.", "Rapporti interni dwar il-fondi ta' din il-Fondazzjoni li mhumiex ta' xi entita' kbira jsiru regolarment, jiġu vverifikati, ppreżentati lill-Bord u jiġu aċċettati.", "Il-proċedura hi normali.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Inkun korrett jekk ngħid li l-Fondazzjoni hi unika fil-kamp tas-settur pubbliku peress li hija mwaqqfa permezz ta' skrittura notarili?", "Din il-Fondazzjoni hi differenti mill-korpi l-oħra għax dawn huma mwaqqfa taħt il-Liġi tal-Kumpanniji.", "X'inhuwa l-vantaġġ li korp bħal dan jitwaqqaf b'att notarili meta b'dan il-mod it-trasparenza tintilef għal kollox, kif qed tintilef fil-każ ta' din il-Fondazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien jidhirli li l-fondazzjonijiet kollha jitwaqqfu b'att notarili u mingħalija hawn fondazzjonijiet oħra li għandhom skopijiet ta' natura pubblika.", "Ma naqbilx mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li x-xogħol ta' din il-Fondazzjoni b'xi mod hu nieqes mit-trasparenza li jgawdu l-korpi l- oħra li huma mwaqqfa b'liġi.", "Il-Gvern jixtieq li fil-Parlament iġib leġislazzjoni li tippermetti l-ħolqien ta' strutturi oħra - ta' aġenziji jew affarijiet oħra simili - li jkunu jistgħu jassumu xogħol pubbliku, speċjalment f'dak li hu għoti ta' servizzi.", "Din il-Fondazzjoni hi korp awtonomu li għandha l-personalita' ġuridika tagħha u b'hekk tista' taġixxi bħalma taġixxi kumpannija jew xi korporazzjoni partikolari.", "Minħabba li din il-Fondazzjoni hi fondata minn fondi pubbliċi li jivvota għalihom il- Parlament, hija soġġetta għall-iskrutinji kollha tal-mistoqsijiet parlamentari, ta' l-Awditur tal-Gvern jew ta' kwalunkwe' awtorita' oħra li teżisti fil-pajjiż.", "L-iskop tal-Fondazzjoni hu li tiffaċilita ċertu proċess ta' bidla li jrid iwassal biex jibda jkun hemm distinzjoni bejn l- irwol regolatorju ta' dipartiment u l-għoti tas-servizzi fil-qasam pubbliku jien inqis li hu essenzjali li ċerti affarijiet għandhom isiru minn dipartiment tal-Gvern.", "Pero' l-esperjenza turi li l-għoti ta' ċerti servizzi fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam ta' l-assistenza soċjali u f'xi oqsma oħra mhux neċessarjament jingħata minn strutturi li huma dipartimenti pubbliċi.", "Jien m'inix ngħid li ma għandhomx japplikaw l-istess kontrolli u metodi ta' verifika li jeżistu f'affarijiet fejn hemm in-nefqa pubblika, pero' l-esperjenza turi biċ-ċar - anke jekk wieħed iħares lejn l-Isptar Zammit Clapp u lejn kif qed tiżviluppa s-SEDQA - li hemm ħafna vantaġġi x'wieħed jikseb favur iċ-ċittadin jekk id-dipartiment governattiv ikollu l- irwol li jirregola, jagħmel monitoring, jikkordina, jagħmel il-policy, jieħu ħsieb il-kontroll tal-finanzjament pubbliku u jistabbilixxi l- prioritajiet f'dak il-qasam filwaqt li s-servizz jingħata direttament minn enti li għandha l-liberta' li taġixxi favur il-pazjent u l-klijent b'mod iktar flessibli, li taħdem b'mod li jkun hemm interphasing ma' għaqdiet voluntarji u ma' korpi oħra b'aktar faċilita' milli hu permess li jista' jagħmel dipartiment tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra - ma' l-ewwel opportunita' li jkollu kopja tal-kontijiet tal-Fondazzjoni, jekk hu possibbli vverifikati, mill-bidu sal-lum kif ukoll kopja tar- rapporti annwali li nimmaġina li jagħmel il-Bord tal-Fondazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nsib l-ebda oġġezzjoni li npoġġi l-kontijiet tal- Fondazzjoni kif ukoll ir-rapport li jiġbor il-ħidma li għamlet il- Fondazzjoni kemm ilha mwaqqfa, jiġifieri minn Diċembru ta' l-1990 'l hawn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 169 ta' l-1994 - Ordni ta' l-1994 dwar Dikjarazzjoni ta' post bħala sptar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena 1994.", "Kopja ta' dan ir-rapport se titqassam lill-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1994/95 TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR", "Ikompli mill-25 ta' Novembru, 1994.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-seduta ta' dalgħodu, il-ħin disponibbli għal din id-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bil-winding up għall-Gvern.", "L- ewwel nofs tas-seduta se jittieħed mill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni u t- tieni nofs se jittieħed mill-kelliema tal-Gvern.", "Nixtieq infakkarkom ukoll illi jekk tissejjaħ division, din tittieħed wara ħames minuti.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, għal darb'oħra qed nitkellmu fuq qasam soċjali li aħna nqisuh li hu importanti ħafna.", "Jien se nieħu din l- opportunita' biex inwessa' ftit id-diskussjoni li kellna s'issa dwar l- Awtorita' tad-Djar, fis-sens li se nidħol ukoll f'dawk l-aspetti li naħseb li jaffettwaw il-ħidma u l-performance tagħha.", "Tajjeb li l-ewwelnett nibda biex inħares lejn dawk li huma l-attivitajiet li l-Awtorita' tad-Djar hija nkarigata li tagħmel.", "Dawn insibuhom pubblikati fl-ewwel paġna ta' l- Accounts fejn insibu li l-attivitajiet prinċipali ta' l-Awtorita' huma:", "\"Li tiżviluppa l-art billi tippermetti jew iġġiegħel li jsir fuqha bini ta' djar u flats jew permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jew billi jingħataw kuntratti għax-xogħlijiet lill- kuntratturi;", "Li tittrasferixxi djar jew appartamenti li jkunu ġew mgħoddija lilha permezz ta' ordni tal-President;", "Li talloka plots lil individwi ħalli dawn ikunu jistgħu jiżviluppawhom bħala djar u tiġbor iċ-ċnus fuqhom;", "Li tissussidja lis-sidien ta' l-artijiet u tal-flats li jixtiequ jibnu fuq art tal-Gvern jew inkella jixtru djar jew artijiet mingħand il-Gvern;", "Li talloka lill-pubbliku appartamenti jew djar skond il-policies tal- Gvern; u", "Li tqassam grants u sussidji lin-nies li jkunu taħt waħda mill-iskemi li għamel il-Gvern għall-home ownership.\".", "Jekk naraw dawn is-sitt attivitajiet li għandha l-Awtorita' - u jien għalhekk qrajthom kollha - wieħed jara li bażikament dawn ikopru l-oqsma kollha li l-Gvern għandu fejn jidħlu policies ta' djar.", "L-uniku ħaġa li l- Awtorita' tad-Djar ma tkoprix hija dawk id-djar jew appartamenti li l- President ma jkunx għadu għadda f'idejha.", "Dawn huma dawk il-proprjetajiet li sal-lum, jekk m'iniex sejjer żball, għadhom amministrati mid-Dipartiment tad-Djar - hu li jieħu ħsieb li jamministra l-appartamenti u djar li għandu l-Gvern - u mid-Dipartiment ta' l-Artijiet li jiġbor il-kera ta' l-istess proprjetajiet.", "L-argument tiegħi huwa li forsi wasal iż-żmien li f'pajjiż bħal tagħna fejn ir-riżorsi huma ftit u fejn ir-riżorsi tajbin huma ħafna inqas, ċertu attivitajiet li jsiru mid-diversi dipartimenti tal-Gvern, jiġu kkonsolidati f'dipartiment wieħed, ossia fl-Awtorita' tad-Djar.", "Jien nifhem għalfejn fil-bidu l-Awtorita' ma kenitx tikkonċerna ruħha minn proprjeta' li tkun ġiet għand il-Gvern b'xi requisition order u minn appartamenti u djar li telgħu ħafna snin ilu, pero' naħseb li huwa importanti li bil-mod il-mod din l-Awtorita' tieħu fuqha l-inkarigu ta' din il-proprjeta' li għandu l-Gvern.", "Dan huwa mportanti għax b'hekk il-housing stock li għandu f'idejh il-Gvern ikun amministrat aħjar.", "Huwa veru li d- Dipartiment tad-Djar għamel diversi xogħlijiet tajbin.", "Fost oħrajn nafu li spezzjona r-requisitions kollha li kienu ħarġu maż-żmenijiet u minn 53,000 requisition jidhirli li niżlu għal 28,000.", "Pero', xorta waħda ngħid li tkun ħafna aktar effiċjenti kieku l-proprjeta' li għandu f'idejh il-Gvern - speċjalment l-appartamenti li nbnew xi ftit tas-snin ilu, kif ukoll id- djar - tirriverti f'idejn l-Awtorita' tad-Djar permezz ta' ordni tal- President.", "Issa nispjega għaliex fl-opinjoni tiegħi għandu jsir hekk.", "Nixtieq nagħti daqqa' t'għajn ukoll lejn dawk l-oqsma li huma intimament konċernati ma' l-attivita' tal-Housing Authority.", "Jekk hemm żewġ oqsma li huma konnessi intimament mal-performance tal- Housing Authority huma l-industrija tal-bini u s-suq tal-proprjeta'.", "Kif rajt fl-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Housing Authority, żgur li l- industrija tal-bini għandha effett mhux żgħir fuq il-performance ta' din l- Awtorita' u hija sfortuna li din l-industrija fis-sena li ġejja se tgħaddi minn taqliba kbira.", "Jien ma nistax nifhem kif f'rapport li ħareġ dan l- aħħar mill-Bank Ċentrali, ir-rapporteur wasal għall-konklużjoni li l- industrija tal-bini f'dan il-pajjiż għandha prospetti sbieħ għall-ġejjieni.", "Skond dan ir-rapport, din il-konlużjoni hija bbażata fuq tliet affarijiet.", "L-ewwelnett minħabba l-fatt li n-nuqqas ta' persuni li jaħdmu fl- industrija tal-bini issa waqaf u stabilizza ruħu, it-tieni raġuni hija l- fatt li nħarġu permessi tal-bini aktar mis-sena ta' qabel u t-tielet minħabba l-fatt li s-sena li ġejja suppost li għandhom jibdew diversi proġetti industrijali.", "Jien se nagħti ħarsa fuq fuq lejn dawn it-tliet fatturi li ssemmew, imbagħad ngħid għaliex ma naqbilx ma' din il- konklużjoni u allura għaliex l-Awtorita' tad-Djar se tgħaddi minn ċerti problemi.", "L-ewwel raġuni li ngħatat kienet li n-numru ta' impiegi fis-settur ta' l- industrija tal-bini stabbilizza ruħu fis-sens li qabel kien qed jonqos ftit ftit u issa m'għadux jonqos.", "Minnu nnifsu dan ma jfisser xejn għax meta l-impiegi f'settur ma jibqgħux jonqsu jista' jfisser jew li se jerġgħu jiżdiedu jew inkella li wara ftit se jerġgħu jibdew neżlin, jiġifieri jekk teħodha on its own merits ma jkunx argument biżżejjed biex jiġġustifika li l-industrija tal-bini b'xi mod qegħda terġa' tiffjorixxi.", "It-tieni argument li sar imbagħad huwa aktar fallaċi.", "Dan jgħid li l- industrija tal-bini għandha potenzjal li aktar 'il quddiem se tiżviluppa għall-fatt li l-permessi tal-bini żdiedu.", "Issa min jaf l-affarijiet tiegħu sewwa jaf għalfejn il-permessi tal-bini f'din l-aħħar sena żdiedu.", "Jiena ma rridx nidħol fil-mertu ta' l-applikazzjonijiet tal-bini għaliex se jkollna debate ieħor fuq dawn l-affarijiet, pero' rrid infakkar li minn mindu saru s-sistemi l-ġodda tal-permessi tal-bini, fejn qabel ċertu affarijiet ma kienx ikollok bżonn permess għalihom bħal biex tagħmel satellite dish fuq il-bejt jew biex tagħmel advertisement jew biex tagħmel renewal tal-permess tal-bini, issa trid permess.", "Mela dawn qegħdin jgħidu li ladarba għandek aktar applikazzjonijiet deħlin bilfors li hemm aktar permessi ħerġin.", "Imma dan ma jfissirx li għaliex hemm aktar permessi ħerġin l-industrija tal-bini b'xi mod għandha aktar xogħol x'tagħmel!", "Anzi darb'oħra jien nidħol aktar fil-fond f'din il-ħaġa u nuri li fil-fatt qed jiġri l-kontra, jiġifieri minkejja li qed joħorġu aktar permessi tal-bini, il-bini li qed jintalab permess għalih huwa ta' valur anqas minn dak li kien isir qabel meta l-applikazzjonijiet kienu anqas - imma dan m'huwiex l- argument tal-lum.", "It-tielet raġuni li ngħatat kienet li s-sena d-dieħla se jingħata bidu għal diversi proġetti infrastrutturali kbar.", "GĦal darb'oħra, din ma naħsibx li hija raġuni valida ħafna għas-sempliċi raġuni li kulħadd jaf li meta tkun riesqa l-elezzjoni t-tentazzjoni tal-Gvern hija li f'daqqa waħda jibda proġetti infrastrutturali biex jippompja l-flus fl-ekonomija, pero' din tkun xi ħaġa li tkun short-term u hekk kif tgħaddi l-elezzjoni normalment jieqaf kollox u ma jibqax ikun hemm l-effett tagħha.", "Fil- verita' l-industrija tal-bini - u din se taffettwa l-Housing Authority - is-sena d-dieħla se tkun mgħobbija b'piż kbir ġid, jiġifieri l-VAT.", "Il-VAT se tolqotha ħażin ħafna lil din l-industrija u b'mod dirett se tolqot ħażin ħafna wkoll ix-xogħol li tagħmel l-Awtorita' tad-Djar.", "GĦaliex?", "Sal-lum il-ġurnata l-Awtorita' tad-Djar kienet tqabbad il-kuntratturi u fuq ix- xogħol li kienu jagħmlu ma kienet titħallas l-ebda VAT.", "Mill-1 ta' Jannar ix-xogħlijiet kollha li se jsiru fi ħdan l-industrija tal-bini se tibda titħallas il-VAT fuqhom, ibda mill-periti u ibqa' sejjer bil-bennejja, il- materjal li jinxtara, il-ħaddiema fil-bini bħal tal-crane, tal-konkos u dak li jġib il-makna biex jgħaddi l-ġebel u kif ukoll is-snajja' l-oħra nvoluti.", "Dawn kollha se jsiru VATable.", "Dan ifisser li fl-aħħar mill- aħħar il-kontijiet ta' dan ix-xogħol kollu se jkollu jiżdied bi 15%.", "Bħala awtorita', l-Awtorita' tad-Djar m'hijiex a VAT registered entity u ma tistax tkun VAT registered l-istess kif property developer ma jistax ikun VAT registered.", "Kif qiegħda s-sistema tal-VAT u kif tħabbar fid-Diskors tal-Budget li se jingħataw il-benefiċċji lil min jixtri dar, din is-sistema ta' benefiċċju li l-individwu jieħu lura l-ħlas tal-VAT m'hux se tapplika għal min hu developer u m'hux se tapplika għall-Awtorita' tad-Djar, għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-Awtorita' hija developer in its own right.", "X'ifisser dan, Mr Speaker?", "Dan ifisser li meta l-Awtorita' tiġi biex tagħmel ix-xogħlijiet tagħha, meta tiġi biex tibni l-appartamenti tagħha, hi se jkollha tħallas il-VAT fuq il-kontijiet tal-bennejja tagħha u ta' dawk in-nies kollha li jaħdmu sabiex isir il-bini.", "Meta mbagħad tiġi biex tagħmel l-istima ta' kemm dawn se jinkrew, ma jistax ikun li ma teħux in konsiderazzjoni l-VAT.", "U jiena nimmaġina li meta jsiru l-istimi tar-rati tal-kiri, dawn isiru abbażi ta' l-ispejjeż li tkun għamlet sabiex tibni dawn l-appartamenti.", "Mela ġaladarba l-Awtorita' ma tistax tieħu l-VAT lura hi nnifisha, dan ifisser li l-kera ta' l-appartamenti tal-Gvern li se jinbnew bilfors trid togħla b'madwar 15% jekk l-Awtorita' mhux se timxi b'sistemi differenti minn dawk li qed timxi bihom bħalissa.", "Dan huwa l- ewwel punt.", "Ukoll meta l-Awtorita' tiġi biex tbiegħ l-appartamenti jew djar li tkun bniet, din ma tistax tgħid li min jixtri l-appartament se jieħu l-VAT lura.", "GĦallinqas skond dak li qal il-Ministru Dalli, se jieħdu l-VAT lura dawk biss li jkunu bnew id-dar huma.", "Il-bqija min jixtri mingħand developer, ma jistax jieħu l-VAT lura għas-sempliċi raġuni li huwa diffiċli ħafna biex taħdem kemm hija l-VAT fuq appartament partikolari, u biex tieħu l-VAT lura l-Awtorita' trid tkun a VAT registered entity, inkella ma tistax teħodha.", "Safejn naf jien - u forsi l-Ministru din jista' jiċċaraha - l- Awtorita' tad-Djar m'hijiex reġistrata għall-fini tal-VAT u allura min jixtri mingħandha ma jistax jikklejmja l-VAT.", "Biex inti tikklejmja l-VAT, trid tixtri mingħand xi ħadd li jkun ħallasha diġa'.", "Din hija xi ħaġa li rridu nagħtuha ħafna attenzjoni għax minkejja dak li qal il-Ministru jien ngħid li dan il-benefiċċju li tieħu l-VAT lura m'hux se japplika għal kulħadd.", "Aktar 'il quddiem nispjega għalfejn dan m'hux se jkun japplika għal kulħadd imma l-fatt li l-industrija tal-bini se tkun affettwata mill- VAT żgur li se jkollu effett mhux żgħir fuq il-performance u fuq ix-xogħol li qegħda tagħmel l-Awtorita' tad-Djar.", "Minkejja li f'dawn l-Estimi nsibu li l-Awtortia' se ddaħħal ammont ta' flus lura li tkun ħarġet għall-VAT, nixtieq li l-Ministru jispjega kif se jsir dan, għax jien ngħid li ma jistax isir jekk għallinqas ma jsirux regolamenti speċjali biex jeżentaw l- Awtorita' tad-Djar.", "F'dak il-każ iva, imma skond kif inhi l-liġi llum u skond dak li qal il-Ministru fil-Budget Speech, dan ma jistax isir.", "Mr Speaker, l-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel ukoll provision biex tagħti sussidju lil dawk l-inkwilini li jixtiequ jirranġaw id-dar tagħhom.", "Sa fejn naf jien, din is-sistema qabel kienet - jekk se jżommu l-istess sistema - li meta bniedem jagħmel request biex jirranġa d-dar tiegħu, dan iqabbad il-perit biex jagħmillu stima, imbagħad wara li tiġi approvata jagħti l-irċevuti lill-Awtorita' tad-Djar biex tapprovohom.", "Jien ninsab ċert li issa fejn tidħol manutenzjoni tad-djar il-VAT se tibda tapplika wkoll, jiġifieri jekk bniedem se jonfoq ċertu ammont ta' flus biex jibdel is-saqaf u qabel dan kien jidħol taħt l-iskema biex wieħed jameljora d-dar li għandu, issa se jkollu jħallas il-VAT.", "GĦalhekk meta dan jippreżenta l- irċevuti lill-Awtorita' tad-Djar għall-ħlas tax-xogħlijiet li jkun għamel, dawn se jinkludu wkoll il-VAT.", "Allura dan ifisser li l-Awtorita' hija marbuta li apparti li trid tħallas lil dak li jkun l-ammont li jkun nefaq sabiex jirranġa d-dar tiegħu, trid tħallsu wkoll tal-VAT li jkun nefaq fuq dik is-somma?", "GĦax jien nifhem li jekk verament trid tissussidja l- affarijiet, trid tissussidjahom fit-totalita' tagħhom u tispiċċa tħallas il- VAT ta' ħaddieħor.", "Jekk dan huwa l-każ jien ngħid li l-budget li għandha l- Awtorita' tad-Djar għal dan ix-xogħol se jitnaqqas b'mod sostanzjali, jiġifieri bi 15%.", "Naħseb li dawn huma żewġ eżempji - kemm fuq il-bini u kemm fuq l-irranġar tad-djar - li kif diġa' għidt se jaffettwaw mhux ftit il-performance u x-xogħol ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena d-dieħla.", "U hawnhekk jien nistaqsi lill-Ministru - forsi fil-winding up jitkellem ftit fuqha - x'konsiderazzjoni ħadet l-Awtorita' tad-Djar fl-ipprogrammar tagħha għas-sena d-dieħla, rigward l-effett li se jkollu l-VAT fuq il-performance tagħha?", "GĦax għalkemm din hija msemmija fl-Estimi li għandna quddiemna, xorta waħda m'hi relatata bl-ebda mod max-xogħlijiet li huma previsti li se tagħmel l-Awtorita'.", "It-tielet punt tiegħi hu li l-performance u x-xogħol ta' l-Awtorita' huma konnessi ħafna mas-suq tal-proprjeta' f'Malta u r-raġuni hija waħda sempliċi.", "Aktar ma s-suq tal-proprjeta' f'Malta jkun tali li l-proprjeta' jogħlielha l-prezz, aktar ikun hemm nies li jaqgħu fuq il-Gvern u fuq l- Awtorita' sabiex jipprovdulhom akkomodazzjoni.", "Issa aħna nafu li mill-bidu tas-sena d-dieħla - biex ma ngħidx minn issa - minħabba l-introduzzjoni tal- VAT f'dan il-pajjiż se jkollna konfużjoni sħiħa fis-suq tal-proprjeta'.", "GĦaliex?", "GĦax mis-sena d-dieħla l-proprjeta' se jkollha tliet prezzijiet - il-prezz ta' proprjeta' li nbniet matul din is-sena jew fis-snin mgħoddija meta ma kienx hemm VAT; il-prezz ta' proprjeta' li bdiet tinbena din is- sena u ma tlestietx, li allura parti minnha se titħallas il-VAT fuqha; u l- prezz tal-proprjeta' li tinbena kollha kemm hi s-sena d-dieħla, li allura se tkun iċċarġjata l-VAT fuq kollox - fil-fatt dan jiġi l-aktar prezz għoli.", "X'se jirriżulta minn dan kollu?", "Jirriżulta li meta jkollok tliet prezzijiet għall-istess oġġett, wara ftit taż-żmien - jien ngħid ftit ħafna - il-prezz ta' l-oġġett se jistabbilixxi ruħu u jiġi prezz wieħed, kemm jekk hemm il-VAT u anke jekk m'hemmx.", "Allura se jiġri li malli tibda s- sena d-dieħla, il-prezz tal-proprjeta' f'dan il-pajjiż se jiżdied b'mod dirett mill-inqas b'15%.", "Qed ngħid mill-inqas għax jien naħseb li apparti l-VAT li titħallas b'mod dirett, ħafna kuntratturi li jagħmlu x-xogħlijiet se japprofittaw ruħhom billi jgħollu l-fees fuq is-servizz li jagħtu biex ikunu jistgħu jkopru l-ispejjeż li għandhom minħabba l-VAT.", "Allura jien ngħid li l-probabbilta' hi li l-għoli fil-prezzijiet mhux se jkun riżultat ta' 15% imma se jkun viċin l-20% jew aktar.", "Mela wieħed jista' jibqa' ċert li s-sena d-dieħla l-valur tal-proprjeta' f'dan il-pajjiż se jogħla b'20%.", "Mr Speaker, nerġa' niġi għall-argument li għamilt qabel.", "Veru li l- Ministru qal li min jibni l-ewwel darba se jieħu l-flus lura ta' dak li jkun nefaq minħabba l-VAT, imma jien nistaqsi min huma n-nies li llum qegħdin jibnu l-proprjeta' tagħhom?", "Min huma n-nies li llum jaffordjaw jixtru biċċa art b'xi Lm17,000 u jibnu l-proprjeta' tagħhom fuqha?", "Dawn huma ftit li xejn.", "Illum jekk tara l-applikazzjonijiet għall-permessi tal- bini ssib li l-uniċi nies li jibnu l-proprjeta' tagħhom huma jew dawk in- nies li jieħdu l-plots tal-HOS - s-sena d-dieħla ma tantx se joħorġu minnhom - jew inkella dawk li jaffordjaw jixtru biċċa art biex jibnu l- villa.", "Mela l-benefiċċju li tħabbar mill-Ministru Dalli fil-Budget Speech, fejn qal li min se jibni proprjeta' se jkun ivvantaġġjat għax se jieħu l- VAT lura, se jkollu effett żgħir ħafna u peress li l-proprjeta' se togħla, id-domanda fuq il-ħidma ta' l-Awtorita' u fuq il-ħidma tal-Gvern sabiex jipprovdi l-akkomodazzjoni aktar se tiżdied.", "Fl-istess ħin din qed timmilita kontra ċerti prinċipji li donnha trid twettaq l-istess Awtorita'.", "Per eżempju, l-Awtorita' tagħti l-flus sabiex isiru xogħlijiet fid-djar tan-nies ħalli jiġu rranġati u b'hekk is-sidien ma jmorrux joqogħdu f'post ieħor.", "Din hi idea tajba għax kemm jista' jkun aħna għandna nirrestrinġu milli jsir żvilupp iktar ġdid u minflok nużaw l-iżvilupp li għandna diġa'.", "Imma jekk ikun hemm xi ħadd li jixtri dar qadima u jkun irid jirranġaha - xogħol ta' maintenance ma jkunx jikkonsisti biss f'tibjid jew f'istallazzjoni ta' dawl u ilma, imma dawn jistgħu jkunu xogħolijiet strutturali kbar - dan jista' ma jagħmilx xogħol żgħir fiha għax ikabbarha, jżid il-kmamar u ħafna affarijiet oħra.", "Ta' min isemmi li dan it-tip ta' xogħol mhux se jkun VAT exempt.", "GĦalhekk meta wieħed jagħmel il-kalkoli, jista' jirraġuna li hu ma jaqbillux jirranġa dar qadima u jkun aħjar jekk jibni post ġdid għax jekk jibni post ġdid għallinqas jieħu l-VAT exemption, mhux bħal meta jirranġa post qadim.", "Jekk wieħed jagħmel il-kalkoli kollha jsib li jkun jaqbillu jekk jibni post ġdid.", "GĦallinqas jien hekk nifhimha.", "Pero' jekk dan huwa l-każ, dan jimmilita ħaġa kontra l-oħra għax minn banda, l-Awtorita' qed tgħid biex nużaw u nirranġaw il-housing stock li għandna u mill-banda l-oħra l-VAT se taħdem kontra dan il-prinċipju.", "Jien naħseb li minħabba din ir-raġuni, anke hawnhekk se tinħoloq ċerta ambigwita' fix-xogħol li se tagħmel l-Awtorita' tad-Djar is-sena d-dieħla.", "Is-suq tal-bini f'pajjiżna huwa tali illi minħabba diversi fatturi, speċjalment minħabba l-Liġi tal-Kera kif inhi bħalissa...", "Smajna ħafna drabi li f'dan il-Parlament se nressqu abbozz ta' liġi biex tinbidel din il- liġi, imma sal-lum għadna bl-istess liġi.", "Minħabba l-Liġi tal-Kera li għandna, minħabba ammont sostanzjali ta' proprjetajiet rekwiżizzjonati u minħabba ċ-ċokon tas-suq tagħna, is-suq tal-proprjeta' f'pajjiżna huwa suq pjuttost artifiċjali.", "Is-suq tal-proprjeta' lanqas għandu kera u minnu nnifsu ma jagħtix lok għal ċerti varjazzjonijiet ta' prezzijiet.", "GĦalhekk minħabba f'hekk ħafna drabi ssib li ftit huma dawk in-nies li jitħajru jbiddlu l-post fejn joqogħdu.", "Fi kliem ieħor, meta familja tkun toqgħod f'post fejn jabitaw ħamsa min-nies u jiżżewġulha t-tfal, dawn jibqgħu joqogħdu fl-istess dar li biss biss ikun fiha tlett ikmamar tas-sodda, meta dawn għandhom bżonn kamra tas-sodda waħda biss.", "Dawn ma jitħajrux ibiddlu l-proprjeta' tagħhom ma' waħda iżgħar minħabba l-mod ta' kif inhu strutturat is-suq tal-proprjeta' fil-pajjiż.", "Mr Speaker, lanqas fejn tidħol proprjeta' tal-Gvern ma hemm mekkaniżmu sempliċi biex min ikun jixtieq ibiddel il-proprjeta' li għandu ma' proprjeta' oħra - tal-Gvern stess - jkun jista' jagħmel dan.", "Illum kulħadd jitkellem fuq is-social housing.", "Din hi ħaġa tajba, imma l-housing għandu jkollu l-aspett soċjali tiegħu skond il-kobor tal-familja.", "Jekk ikun hemm familja ta' tmienja min-nies ma jistax ikun tpoġġiha f'appartament ta' żewġt ikmamar tas-sodda bħalma sar il-Furjana quddiem id-Depot tal- Pulizija.", "F'Conservatory Street hemm familji ta' tmien persuni joqogħdu f'two bedroomed appartment.", "Imbagħad fl-estates il-qodma ssib familji li llum ħafna mit-tfal tagħhom iżżewġu u baqgħu l-missier u l-omm biss - jekk fadal it-tnejn - jokkupaw appartamenti kbar ħafna.", "Jekk irridu nkunu ġusti mas-soċjeta' tagħna bl-assets li għandu l-Gvern, bil-proprjeta' tal-Gvern li għandha valur soċjali - kulħadd jaqbel fuqu dan - rridu nagħmlu monitoring tal-proprjeta' ma' min qed joqgħod fiha.", "Ma jistax ikun nibqgħu f'sitwazzjoni fejn ikollna familji kbar jokkupaw flats żgħar tal-Gvern u familji ta' xi tnejn min-nies jokkupaw flats kbar għax hekk ma nkunux effiċjenti fl-użu tal-proprjeta'.", "Imma s-sitwazzjoni hija ħafna agħar meta jkollok requests mingħand familji li n-numru tagħhom ċkien u jixtiequ jbiddlu minn xi flat ta' three bedrooms biex imorru ġo flat ta' bedroom waħda jew tnejn, basta jkun fis-sular t'isfel.", "Sal-lum għad m'hemmx mekkaniżmu fi ħdan id-dipartimenti tal-Gvern li kapaċi jagħmel dan it-tip ta' tibdil b'mod effiċjenti u malajr; dan għadu ma jeżistix għax għad hemm ħafna burokrazija.", "GĦalhekk jien ngħid illi f'dan is-sens hemm bżonn li l-Awtorita' tad-Djar taħdem b'aktar effiċjenza.", "Hemm bżonn li r-riżorsi li għandu l-Gvern fil- qasam li jikkontrolla d-djar jiġu kkonsolidati.", "Huwa importanti li l-Gvern jara kif se jikkonsolida l-ħidma tiegħu b'mod ġenerali f'dan il-qasam tant importanti.", "Jekk mhux se nagħmlu hekk il-qasam tad-djar se jiffaċċja piżijiet kbar fis-snin li ġejjin minħabba ċirkostanzi li ġejjin fuqna u jekk il-Gvern mhux se jimxi b'mod effiċjenti filwaqt li l-ammont ta' social cases li qed jaqgħu fuq il-Gvern sabiex jipprovdilhom l-akkomodazzjoni aktar se jikber, fl-istess waqt mhux se jkun hemm il-kapaċita' biex dawn insolvuhom.", "L-appell tiegħi llum huwa li l-Awtorita' tad-Djar u min-naħa l- oħra l-Housing Department li jaqa' wkoll taħt l-istess Ministeru jikkonsolidaw aħjar il-ħidma tagħhom fl-interess soċjali tal-pajjiż kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dalgħodu l-Ministru responsabbli mill- Awtorita' tad-Djar ikkummenta dwar il-kritika illi tagħmel l-Oppożizzjoni u qal li kultant ma tkunx kritika kostruttiva u ma tkunx maħsuba biex veru twassal l-ilmenti taċ-ċittadin.", "Imma jekk tiftaħ id-dokument li għandna quddiemna llum ħlief ritratti ta' bini u skemi ma ssibx.", "Allura x'hemm ġdid minn mindu twaqqfet l-Awtorita' tad-Djar, mill-1976 'l hawn?", "Qed ngħid dan għaliex illum l-ilmenti li jagħmel iċ-ċittadin u li kull darba aħna, minn din in-naħa, niġu hawnhekk u npoġġuhom quddiem il-Kamra għall- attenzjoni tal-Ministru, m'hemmx ħjiel li jiġu rimedjati.", "Dawn huma l- problemi tal-permessi tal-bini fejn jieħdu plots jew appartamenti tal- Gvern.", "Dan meta għandna awtorita' suppost immexxija b'mod amministrattivament daqstant accountable iċ-ċittadin jistenna li jsir ċertu kordinament serju.", "Filwaqt li huwa interessanti li taqra u li tisma' kemm se jingħataw plots, kemm se jinbnew djar u kemm se jitneħħew slums, daqstant ieħor wieħed irid jirrifletti kif se jegħleb dawn il-ħafna problemi li llum qed jiffaċċja ċ-ċittadin.", "F'dokument bħal dan ma nafx għaliex, per eżempju, l-Awtorita' ma tagħtix programm jew skeda ta' liema huma dawk il-housing estates li fis-sena d-dieħla se tikkordina mal- Ministeru għal-Ambjent u mal-kunsilli lokali sabiex isir l-upgrading u manutenzjoni li hemm bżonn.", "Se nsemmi każ fil-Mellieħa li jaf bih il- Ministru.", "F'Ta' Braġġ, fejn huwa propost li jsiru ġonna ħalli joħolqu ambjent ta' housing aħjar f'dik l-area, kien hemm anke flus ivvotati sena wara l-oħra u baqgħu ma sarux.", "Ħalli ma nikkritikax dak li diġa' kkritikajna, imma wasal iż-żmien illi awtorita' li veru tħares id-dritt taċ-ċittadin tara kif tipprogramma ruħha biex tegħleb dawn il-problemi.", "Forsi xi ħadd jistaqsi jekk fl-Awtorita' hemmx nies kapaċi u dedikati.", "Ħafna uffiċjali ta' l- Awtorita' nafhom bħala persuni dedikati u ta' kredibilita'.", "Jien ngħid li r- raġuni hija għax m'hemmx direzzjoni serja minn min imexxi lil dawn l- uffiċjali jew minħabba l-politika tal-Gvern li m'hijiex daqstant matura u m'hemmx sens ta' responsabbilta' biżżejjed lejn il-ħteġijiet taċ-ċittadin.", "Mr Speaker, jien niskanta kif ma tiġix kkonsidrata għajnuna lil dawk il- familji li llum il-ġurnata għandhom tlett itfal jew aktar u jgħixu bil- minimum wage, biex dawn ikollhom għajnuna li jagħmlu l-manutenzjoni fid- djarhom.", "Nafu li ħafna minnhom jiktbu lill-Awtorita' tad-Djar biex jinformawha b'ċerti ċirkostanzi u dawn sempliċement jirċievu acknowledgement mingħajr ma ħadd jipprova jikkonsultahom u jifhem iċ- ċirkostanzi veri tagħhom.", "Fiż-żmenijiet tal-lum meta nitkellmu fuq problemi soċjali, kif ħadd ma jħoss ir-responsabbilta' li jara kif isib soluzzjoni għat-tbatijiet li qed jiffaċċjaw uħud mill-familji tagħna inkluż dawk li qegħdin ibatu minħabba accidents jew problemi temporanji ta' xi diżabbilta' għal xi sena jew tnejn!", "Jien naf b'każijiet fejn familji jibku għax sfortunatament it-tifel tagħhom kellu inċident u joqogħdu fit-tielet sular u ma jsibux għajnuna la mill-Awtorita' u mingħand ħadd biex forsi sakemm tgħaddi dik il-burraxka li sabu ruħhom fiha jipprovaw isibu ambjent xieraq u jevitaw ħafna mill-problemi li ġġib magħha dik id-diżabbilta'.", "Jekk għandna Awtorita' li tikkrea ideat sostenibbli, li hija responsabbli biex tara kif bl-aħjar mod flessibbli tkun tista' tilħaq dawn il-problemi, għaliex għandha taħrabhom?", "Jekk wieħed ikollu jivverifika t-talbiet li għandha l-Awtorita' jsib ftit mijiet, ma nimmaġinax li qed nitkellmu fuq eluf ta' familji li jkunu f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Per eżempju, naf anzjani li huma morda li forsi kisru saqajhom u jkollhom problemi kbar biex jitilgħu erba' sulari taraġ.", "Ovvjament dan għaliex f'ċerti housing estates li nbnew fl-imgħoddi ma ħasbux għal dawn il-faċilitajiet ta' lifts li fid-dinja moderna aħna mdorrijin bihom.", "Imma dawn huma affarijiet li l- Awtorita' ma tagħtix kashom!", "Dawn huma affarijiet li qed naħlu ż-żmien taċ- ċittadin u tal-Kamra?!", "Dawn huma ħwejjeġ li aħna bilfors irridu nagħmlu evalwazzjoni tagħhom.", "Veru huma f'minoranza u joħolqu problemi ħafna iktar milli taqbad u twaqqa' post u tibnih, imma dawn id-drittijiet taċ-ċittadin għaliex ma nsibuhomx ukoll f'dawn il-paġni tar-Rapport ta' l-Awtorita' tad- Djar?", "Mr Speaker, imbagħad għandna problemi oħrajn bħalma huma taċ-ċens.", "Nafu b'każi fejn jew mhux jiġi aċċettat il-ħlas taċ-ċens jew min irid jifdi ċ- ċens għal raġunijiet li l-Gvern għadu m'għamilx ċerti arranġamenti minħabba li xtara l-proprjeta' tal-Knisja, dawn ma jistax jagħmlu.", "Per eżempju, meta jmorru biex jissellfu xi flus jew jagħmlu xi garanzija mal-bank dawn il-familji jgħidulhom li sal-lum m'għandhomx titolu legali fuq il- proprjeta' tagħhom.", "Jekk aħna rridu nkunu responsabbli minn dmirijietna għaliex dawn l-affarijiet dejjem jitpoġġew fuq l-ixkaffa?", "Deċiżjonijiet oħra neħduhom mgħaġġla u se nġib eżempju jien: L-Awtorita' malajr iddeċidiet li jekk ikun hemm xi ċittadin li għandu proprjeta' tal-Gvern u japplika għall-permess ta' negozju tiċċarġjah Lm1,000, hux hekk?", "(Interruzzjonijiet) Jien qed insemmi l-flus.", "Jiġifieri l-Awtorita' taf tieħu deċiżjonijiet mgħaġġla u taf tara kif twettaq azzjoni biex tilħaq l- iskop tagħha.", "Allura hekk għandha tagħmel fiċ-ċirkostanzi taċ-ċittadini li issa ilhom sena wara l-oħra jilmentaw.", "Meta għandna gvern li dejjem jitkellem fuq accountability, jekk irridu naraw amministrazzjoni serja ma jistax ikun li f'seba' snin l-Awtorita' għadha qatt ma stabbilixxiet kif tikkordina mqar permezz ta' bini li joħroġ għall-plots li hija stess tagħti liċ-ċittadin.", "Ħafna drabi tistħi tisma' ċerti kummenti.", "Meta ċ-ċittadini huma esposti għal daqstant prezzijiet għoljin, taxxi u żieda fil-permessi tal-bini, għaliex ma jkunx hemm dak l-appoġġ u dik l-inizjattiva mill- istess Awtorita' biex tipprova tameljora dawn l-affarijiet u tagħti l- attenzjoni għall-housing cases li jkollha?", "Mr Speaker, issa niġi għall-proġett ta' l-Imtarfa illi nifhem illi huwa l- iktar wieħed ambizzjuż.", "L-Awtorita' qed tagħmel ħażin li ma tipproġettax target date.", "Hemmhekk il-familji qed jgħixu f' diffiċli ħafna.", "It-tfal ilhom igħixu fit-trab għax ma jeżistux faċilitajiet għal numru ta' snin, mhux għal sena jew tnejn.", "Illum qegħdin fi tmien l-1994 u dan il-proġett beda fl-1988.", "GĦaliex għandek tmur f'belt ġdida u taf meta twaħħlet l- irħama imma meta se jispiċċa l-iżvilupp ta' din il-belt ma tafx.", "Il- Ministru bħali jżur hemmhekk u jara n-nuqqasijiet, jaf li la teżisti għassa tal-pulizija, la jeżistu ħwienet u lanqas faċilitajiet oħra.", "Aħna dawn l- affarijiet veru ma żviluppajnihomx, imma n-numru ta' residenti li kienu joqogħdu fl-Imtarfa matul il-Leġislatura Laburista huwa l-istess numru ta' residenti li hemm illum?", "Imbagħad għaliex għabbejna piżijiet fuq il- familji ġodda li marru joqogħdu hemmhekk?", "Dan apparti piżijiet li qed naħarbu minhom ta' familji li l-bini tagħhom kien tas-Servizzi Ingliżi, pero' dwar il-kwestjoni nitkellem aktar tard, għalkemm l-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi huwa limitat.", "Dawk li ħadu cluster houses ħallsu flus għal ċerti servizzi li suppost kien hemm pero' dawn ma sabuhomx.", "Ħafna residenti lmentaw li, għalkemm fil-kuntratt kellhom imniżżlin ċerti servizzi bħal, per eżempju, l-garbage chutes dawn ma kenux hemm.", "Jien nixtieq li l-Ministru jgħidli jekk hemmx xi garbage chute taħdem.", "Din m'hi xejn ħlief li ndividwu jitfa' l-iskart tiegħu minn fuq għal isfel u suppost li jkun hemm bħal skip li jaqa' fiha.", "Basta imlejnielhom rashom li se jkollhom ħafna servizzi u se jkollhom l-aktar appartamenti lussużi u allura fost l-aktar bini modern li hawn fil-pajjiż, pero' mbagħad meta' ġejna għar-realta' sibna li lanqas pressa fil-vit m'għandhom u kellhom jidħlu f'ruxxmata spejjeż biex jagħmlu l-pompi ħalli l-ilma jasal sa fuq il-bjut.", "Dawn l-affarijiet wieħed irid jikkonsidrahom bis-serjeta' u minflok li l-Ministru joqgħod jgħidli li dan mhux minnu jien ngħidlu biex ikun responsabbli u jmur iżur lil dawn il-familji ħalli jara x'għandhom bżonn.", "Per eżempju, hemm ċirkostanzi fejn tara ħitan u bibien ta' l- aluminium u tgħid....", "Jien missier ta' tlett itfal u naf x'jiġifieri.", "Allura familja li għamlet daqstant sagrifiċċji, ħadmet u applikat ħalli forsi tieħu dar tal-Gvern, l-Awtorita' tad-Djar kif qed tipprovdi appartamenti li m'humiex skond ir-regolamenti?", "Bl-iskuża li għandhom veduta jintalbu jħallsu prezz għoli, imbagħad isibu li lanqas siġra m'hemm quddiemhom għax ħlief bini m'hemmx.", "Per eżempju għandna l-każ tad-dry areas.", "Kollox sew dan kien hemm xi perit u ġietu l-idea li peress li Malta trid tidħol fl-Unjoni Ewropea , iktar 'il quddiem f'dan il-Parlament għad trid tiġi liġi biex ħadd ma jonxor barra; għalhekk qabdu u qalu issa l-ħwejjeġ ta' \"X\" jiġu minxura quddiem il-ħwejjeġ ta' \"Y\", għax inzertaw joqgħodu fl-istess appartament.", "Imma dan x'ġenn hu!", "Din x'loġika hi!", "Imbagħad meta tmur titkellem u ġenwinament tipprova tressaq dawn l-ilmenti jaqbdu jidħku bik.", "Pero' dawn l-affarijiet veru qed jiġru.", "Sfortunatament ikolli ngħid li saru pjanijiet mgħaġġla li ma kenux maħsuba biex veru jilħqu l-ħteġijiet ta' housing modern u sostenibbli għal pajjiżna.", "GĦalhekk wieħed għandu jħares lejn il-ħtieġa li jagħmel target date għal dan il-proġett ta' l-Imtarfa.", "Mr Speaker, il-Whip għadu kemm ġibidli l-attenzjoni biex nikkonkludi minħabba li hawn Membri oħra li jridu jkomplu jitkellmu, pero' qabel ma nagħlaq xtaqt insemmi li nbiegħu garaxxijiet bi Lm3,000 lill-familji li diġa' għandhom il-piż ta' proprjeta' ġdida.", "Veru li l-Awtorita' trid tagħmel qliegħ, pero' meta għandek ċirkostanzi fejn taf li hemm familji li għadhom kemm tgħabbew bi spejjeż kbar peress li jkunu għadhom kemm xtraw appartament u li forsi għadhom qed iħallsuh, imbagħad ma tirrispettax il- fatt li dawn il-familji għandhom b'xi mod jew ieħor ikollhom, mhux prezz sussidjat imma prezz bilanċjat.", "Jien ngħid li d-deċiżjoni li ħadet l- Awtorita' li tbiegħ il-garaxxijiet b'medja ta' Lm3,000 kienet waħda immatura u li mhux veru qed tkun ta' kontribut biex ikollna social housing iktar matur u li jilħaq mal-ħteġijiet tal-poplu tagħna.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nsemmi il-ground li qed jinbena.", "Dalgħodu l- Ministru qal li fl-Imtarfa qed jinbena sports complex.", "Safejn naf jien, l- uniku ground storiku li kellna fl-istorja tal-football ġewwa l-Imtarfa ġie spostjat.", "Veru li kien hemm pjan biex isir sports complex li fih ikun hemm tennis court, basketball court, BMX zone u affarijiet li diġa' kienu jipprattikaw it-tfal kemm ta' l-Imtarfa kif ukoll tal-komunita' Rabtija.", "Pero' għal xi raġuni jew oħra dan il-proġett ġie limitat għal sempliċi ground u żewġ tennis courts meta seta' jsir sports complex, li biex ngħid hekk tabilħaqq kien ikun wieħed mill-uniċi li għandna fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Dan li qed ngħid għandu għaliex jinkwieta lill-Ministru li kellu opportunita', kellu petizzjonijiet, kellu opinjonijiet minn periti bħalu biex f'din il-belt ġdida jiġi żviluppat sports complex xieraq għall-ġid tal-komunita', imma warrab kollox.", "Dan se jibqa' r-rikordju tiegħu għax hu kellu l-opportunita', kellu min kien onest u sinċier u kellu minn ħareġ rasu biex jagħtih l-ideat kif verament għandu jiżviluppa faċilitajiet sportivi f'belt ġdida ħalli b'hekk tkun tista' tinqeda l- komunita' kollha tan-naħa ta' fuq ta' Malta.", "GĦal raġunijiet, biex insejħilhom hekk, banali l-Ministru webbes rasu u evita li jipproċedi favur dak li kienet qed tgħid il-maġġoranza kemm tal-komunita' Rabtija kif ukoll tal-bqija tas-soċjeta'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar l-Awtorita' tad-Djar li jien bħala nutar naħdem qrib tagħha minħabba l- kuntratti li jkolli.", "Jien naf li l-persuni li jaħdmu hemmhekk huma nies li jixirqilhom l-apprezzament għall-ħidma li jwettqu b'għaqal u b'impenn.", "Pero' issa l-Awtorita' rridu nħarsu lejha bħala enti li hija vestita b'poteri li joħorġu mill-istess liġi tat-twaqqif tagħha u niddistingwuhom - ma rridx naqa' fin-nassa ta' min seta' diġa' waqa' fiha - minn dawk li huma l-poteri u l-funzjonijiet tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali.", "GĦalkemm jien nemmen li wasal iż-żmien li jista' jiġi kkonsidrat li jkun hemm fużjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar u tad-Dipartiment - dejjem soġġett għall-kritika u għal min jista' ma jaqbilx ma' dan għax ma nixtieqx naqa' fin-nassa u ngħid dak li wieħed jista' jgħid biex jikkritika l-qasam ta' akkomodazzjoni soċjali - ma rridux ninsew l- iżvilupp li sar matul is-snin l-imgħoddija.", "GĦalhekk kont nistenna li jkollna pjan li jkun iktar komprensiv u li jara, per eżempju, kif f'pajjiżna il-birth rate tiġi kkonsidrata fimkien ma' fatturi tas-single parents u flimkien mal-fatt li s-suq tad-djar illum qed jogħla.", "Dawn huma fatturi komplessi li jimmilitaw biex ilkoll ngħidu li hemm bżonn li nagħmlu pjan tajjeb u naraw li jsir assessment preċiż - l-ewwel ħaġa li temerġi minn Artiklu 4 (1) tal-liġi viġenti huwa proprju dan il-punt - u naraw kif il-funzjonijiet l-oħra ta' l-Awtorita' tad-Djar ikunu jistgħu jiġu verament implimentati.", "Mr Speaker, tqajjem il-punt u nixtieq li nagħmel mistoqsija jekk wasalx il-mument li nibqgħu ngħidu li l-Awtorita' hija waħda kummerċjali.", "Huwa ġust li nibqgħu ngħidu li l-Awtorita' kummerċjali?", "Il-fatti jgħiduli li, forsi fil-qasam soċjali, l-Awtorita' setgħet turi iktar impenn, ħeġġa u għaqal.", "Meta nara li minn Ottubru ta' l-1992 sa Settembru ta' l-1993 inħarġu 51 appartament f'Malta u f'GĦawdex u nħarġu kollha b'sistema ta' xiri u ma nħareġ l-ebda wieħed b'sistema ta' kera, irrid nistaqsi jekk l- Awtorita' hijiex kummerċjali jew le.", "Meta nara każijiet ta' postijiet tal-Gvern li qed jogħlew u li s-sussidju, minħabba ż-żidiet fil-pagi, qed jiġi rivedut b'mod li l-kera qed togħla, nixtieq nistaqsi jekk l- Awtorita' hijiex waħda kummerċjali jew le.", "Jien irrid nissokta nażżarda u ngħid li matul is-sena l-oħra l-Awtorita' tad-Djar għamlet, jidhirli, żbilanċ finanzjarju.", "Biex tibbilanċja d-dħul u l-ħruġ, l- Awtorita' kellha tbiegħ proprjetajiet li d-dħul tagħhom ammonta għal ma nafx kemm-il lira.", "Ta' min isemmi li dawn il-plots li ħarġu bl-offerta kellhom prezzijiet għoljin ħafna.", "Allura to what extent għandna nħarsu lejha bħala awtorita' b'impenn soċjali?", "Prova oħra ta' kummerċjalita' fi ħdan l-Awtorita' hija d-differenza bejn l-ammont ta' dħul minn bejgħ ta' proprjeta' tal-Gvern li kien hemm għas-sena 1992/1993 u dak tas-sena l- oħra fejn il-profitt kien ta' ma nafx kemm-il miljun iktar.", "Allura l- istess din hi awtorita' kummerċjali jew le?", "Jien m'għandi l-ebda dubju li l-Awtorita' għandha poteri li jagħtuha d- dritt li tħares lejn politika ta' housing u drittijiet tal-bniedem.", "Il- bniedem twieled biex jgħix u tgħix billi jkollok saqaf fuq rasek u allura int għandek id-dritt li jkollok mhux a \"house\" imma a \"home\" - kif iħobb jgħid il-Ministru Censu Galea.", "Housing adegwat ifisser privacy adegwata, spazju adegwat, sigurta' adegwata, dawl u ventilazzjoni adegwati u infrastruttura bażika ta' l-area.", "Per eżempju, qabel in-nies kellhom l- idea li kienu jmorru jgħixu f'Bormla sempliċement għax hi qrib ix-xogħol tagħhom - id-Dockyard.", "Jiġifieri l-planning tal-housing għandu jirrifletti s-sitwazzjoni tal-bniedem, id-drittijet tal-ħaddiem u affarijiet bħal dawn.", "Dawn huma fatti li jkun importanti li nitkellmu dwarhom.", "Mr Speaker, punt li ħareġ mid-debate kien dwar il-plots.", "Jien ma nixtieqx li nkun kontenzjuż.", "Il-Partit Laburista għandu pożizzjoni u l- Parti Nazzjonalista għandu pożizzjoni oħra.", "Qed naqblu li l-art ma tistax tibqa' tiżviluppa, allura l-idea tal-plots għadha valida jew le?", "Nistgħu niddiskutu dwarhom?", "Validu li ngħidu li f'Lulju ta' l-1993 inħarġu 244 plot meta kien hemm tant applikanti?", "GĦaliex inħarġu plots?", "Dan sar għaliex kien l-iktar mezz effikaċi biex bniedem jingħata forma ta' akkomodazzjoni.", "Tajjeb jew le, dan hu fatt fih innifsu li meta tieħu plot u bi prezz irħis ....", "Dalgħodu ddiskutejtha ma' ħbiebi li jekk saru abbużi taħt il-Partit Laburista jew taħt il-Gvern Nazzjonalista dejjem kien ħażin jekk eventwalment il-plots innegozjawhom.", "Veru li hemm min ma jaqbilx li jingħataw plots imma l-kwestjoni hi li l-Gvern jagħtik xi ħaġa u eventwalment dik int tista' tibniha, tinvesti fiha u tagħmilha tiegħek.", "Darba l-Ministru Galea ta intervista lill-\"The Times\" u kien qal li billi tagħti plot lill-applikant ma tkunx qed issolvilu l-problemi finanzjari, anzi ħafna drabi iktar iżidhomlu.", "Pero' aħna għandna nkunu realistiċi fis-sitwazzjoni attwali ta' pajjiżna.", "Kulħadd jaf li ż-żgħażagħ ikunu jridu jixtru postijiet biex jiżżewġu u dan huwa wieħed mill-passi li jittieħed fil-ħajja.", "Mr Speaker, x'inhija s-sitwazzjoni attwali ta' pajjiżna?", "(Interruzzjonijiet) Aħna nieħdu gost li l-Awtorita' tinsisti li jingħata sussidju.", "Jien irrid ngħid li jekk għandi bżonn li ningħata l- għajnuna, allura jkolli dritt li napplika.", "Kien hemm diversi skemi li kienu tajbin imma mbagħad waqfu, pero' nixtieq inkun naf liema minnhom reġgħu ġew ntrodotti u kif se jaħdmu.", "Jien naf żgur li kien se jkun hemm rethinking fuq dawn l-iskemi u aktar ma jsir malajr aktar aħjar għaliex ikun fl-aħjar interess ta' kulħadd.", "Isemmew ukoll il-proġetti ta' l-Imtarfa u anke ta' Tigne u ma naħsibx li għandi ċ-ċans li nidħol fihom.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi dwar il-qasam tal-housing huwa dak tas-single parent families u tan-nies b'diżabilita'.", "Fil-fatt ma naħsibx li sar ħafna.", "Kienu saru mistoqsijiet parlamentari fuq is-single parent families u jidher li lanqas kienet inżammet xi statistika ta' dawn is-single parent families biex inkunu nafu fejn qegħdin.", "Għalhekk tajjeb kieku din is-sitwazzjoni tiġi b'xi mod ameljorata.", "Kien hemm postijiet f'Malta, bħal Valletta, Cottonera u Msida fejn kien se jibda l-proċess ta' twaqqiegħ u rranġar ta' kerrejjiet imbagħad nbnew blokki ġodda.", "Fil-fatt dawn il-każijiet spiċċaw fil-Qorti u anke każijiet ta' postijiet battala.", "Per eżempju, ħafna minn dawn il-postijiet huma fil- Belt għaliex għandhom l-kwestjoni tas-suċċessjoni u għadhom miżmuma mill- Qorti.", "Il-Gvern imissu jara kif jagħmel xi tip ta' ftehim bħal per eżempju, jagħmel xi inċentiv u jagħti somma ta' flus lil dak is-sid biex ikun jista' joħroġ mill-post tiegħu, għaliex dan se jkun fl-aħjar interess ta' kulħadd.", "Bażikament, dawn huma l-affarijiet li rridu naraw.", "Aħna, li wasalna għal seklu ġdid, ma rridux inħarsu lejn is-sistema tal- housing kif ħarisna lejha għaxar snin ilu, anzi rridu nieħdu a proactive stand.", "Per eżempju, tajjeb li jinħatar kumitat biex jara kif jingħataw il- kuntratti, kif qed jinxtraw il-postijiet, kif għandha taħdem koperattiva, eċċ. Jiġifieri dawn huma ideat li nistgħu neħduhom minn barra.", "Għandna naraw ukoll li tiġi emendata l-Liġi tal-Kera ħalli wieħed ikun jista' jsir sid ta' l-istess dar fejn joqgħod.", "Jiġifieri ma rridux lil dak li jkun jissallab, imma l-Liġi tal-Kera għandha tkun b'mod li bejn l-interessi tas- sid u ta' l-inkwilin ikun hemm bilanċ.", "Din hija ħaġa fost ħafna affarijiet oħra li nistgħu nagħmlu.", "L-isfidi li għandha l-Awtorita' għas- sena li ġejja għandha tilqagħhom u jien ċert li hija lesta li tagħmel dan b'responsabilita'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li wieħed għandu jara, speċjalment iktar ma jgħaddi ż-żmien u iktar ma qed jieħdlu ċerti vizzjijiet, hija li proġetti ġodda ta' bini tal-Gvern jinkorporaw ċentri ta' rikreazzjoni b'mod speċjali għaż-żgħażagħ u għat-tfal ta' eta' żgħira.", "Hemm ħafna lokalitajiet li qed jintlew b'ħafna bini u ftit li xejn fadal fejn ikun hemm wiesa' għal postijiet ta' rikreazzjoni.", "Wasalna fi stat fejn żgħażagħ qed jispiċċaw fi ħwienet u fejn ħafna drabi wkoll jispiċċaw jaqgħu fil-periklu tal-droga.", "Il-lokalita' li nixtieq insemmi issa - skużawni li se jkun daqsxejn parrokkjali hawn - hija is-Sagħjtar tan-Naxxar.", "Irrid ngħid li l-uniku playing field li hemm ġewwa n-Naxxar se tispiċċa roundabout, fis-sens li issa se ssir kollha mdawra bil-karozzi, u allura skond kif inhuwa ppjanat dan il-post se jispiċċa b'periklu għat-tfal żgħar u għall-ommijiet tagħhom.", "Iktar 'l isfel mis-Sagħjtar hemm areas partikolari fejn wieħed jista' joħloq ċentri ta' rikreazzjoni li allura kemm żgħażagħ - dawn ikunu jistgħu jiġu mbiegħda minn ċerti vizzjijiet - kif ukoll adulti jkunu jistgħu jedhew hemmhekk.", "Imma x'se jiġri, Mr Speaker?", "Se jiġri li fil-fatt hemmhekk se jkun ikkonċentrat għal aktar bini ta' flats.", "Huwa veru li l-artijiet huma limitati u wieħed irid jara x'jagħmel dwar dan.", "Pero', barra minn hekk, i- riżorsi jitolbu wkoll li jkun hemm postijiet ta' rikreazzjoni.", "Fil-fatt naraw li din il-problema teżisti mhux biss fin-Naxxar imma anke postijiet oħra f'Malta.", "Per eżempju, għalkemm il-Mosta espandiet fil-wisa' pero' ftit li xejn insibu postijiet ta' rikreazzjoni, ħlief area żgħira f'Santa Margherita u area oħra fin-naħa ta' wara tal-Knisja tal-Mosta.", "Allura hawn nerġa' niġi għall-istess mistoqsija ta' fejn se jirrikrejaw ruħom iż- żgħażagħ tagħna.", "Din il-problema tinstab ma' Malta kollha u anke Għawdex.", "Għalhekk waħda mill-affarijiet li rridu ninsistu fuqha hija li għal pjanijiet futuri jkun hemm mhux biss postijiet fejn wieħed jgħid li jkollu saqaf fuq rasu imma wkoll li jkun hemm positijiet ta' rikreazzjoni.", "Issa nħarsu ftit lejn dak li qed jagħmel il-Gvern rigward l- applikazzjonijiet li hemm għall-bejgħ ta' bini.", "Insibu li ħafna min-nies li japplikaw mhux qed jieħdu post u allura qed ikollhom bilfors jaqgħu għal dak privat.", "Issa l-privat jaf li teżisti din is-sitwazzjoni u allura qed jgħollu l-prezzijiet tal-bini tagħhom.", "Din hija ħaġa ovvja, anke mil-lat ta' ekonomija, li kull meta jkun hemm nuqqas ta' prodott, awtomatikament dak il-prezz ta' dak il-prodott se jitla' għax ikun hemm iktar domanda għalih.", "U l-istess qed jiġri f'dan il-każ għax fejn hemm in-nuqqas ta' plots u bini għal bejgħ min-naħa tal-Gvern awtomatikament se jkun hemm art u bini tal-privat bi prezzijiet għolja.", "Allura se niġu f'sitwazzjoni fejn ikun impossibli li ċertu strata kbira tas-soċjeta' jkollha dar fejn toqgħod.", "Hemm problemi oħra - fil-fatt rigward dan, għal mistoqsija li kont għamilt tawni risposta llum - li jirrigwardaw il-kuntratti ta' ċerti postijiet f'Malta u Għawdex li għadhom ma ġewx iffinalizzati.", "Il- permessi ta' dawn il-postijiet ingħataw bejn erba' u sittax-il sena ilu.", "Allura hawnhekk wieħed jgħid li ħafna minnhom saru taħt Gvern Laburista, fis-sens li kien hemm xi problema meta dawn l-artijiet kienu ttieħdu biex jingħtataw bħala plots u issa jridu joħorġu l-kuntratti fuqhom.", "Pero' meta pprovajt nifli dawn il-problemi, sibt li anke taħt din l-Amministrazzjoni preżenti hemm il-problema li jiġu ffinalizzati dawn il-kuntratti.", "Insibu li min-naħa tad-Dipartiment kien hemm Lm0.5 miljun ivvotati għas-sena 1993/1994 imma fil-fatt intnefqu biss Lm140,000.", "Għas-sena li ġejja reġgħu ġew ivvotati Lm0.5 miljun ieħor u issa nispera li ma jintużawx biss Lm140,000 imma jutilizzawhom kollha.", "Anzi ngħid li jista' jkun li l- Awtorita' jkollha titlob iktar flus biex jiġu ffinalizzati dawn il- kutratti kollha speċjalment dawk li ilhom 16-il sena ħalli b'hekk dawk in- nies li għalqu għaxar snin f'dar ikun jistgħu jmorru f'dar oħra jekk forsi jkunu fi stadju li jagħmlu dan finanzjarjament.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jara wkoll id-diskrepanza bejn il-ħruġ tal-VAT mill-Awtorita' tad-Djar li skond l-Estimi tlaħħaq mal-Lm1 miljun u l-ammont li se jiġi reimbursed - li huwa stmat li se jkun ta' madwar Lm0.8 miljun.", "Hawn il-Ministru qed jgħid li kien hemm xi delay.", "Nispera li issa ma naqgħux fis-sitwazzjoni fejn il-VAT tolqot ukoll lill-Awtorita' tad-Djar.", "Dan qed ngħidu għaliex jista' jkun li l-Awtorita' jkollha bżonn tagħmel ċertu maintenance u tqabbad nies privati minflok tad-Dipartiment u hemm allura tidħol il-VAT.", "Għalhekk nispera li din id-diskrepanza ma tinvolvix ukoll lill-Awtorita' tad-Djar.", "Ladarba semmejt il-maintenance, tajjeb li ngħid ukoll li hemm diversi difetti fid-djar u fil-flats li qed jinbnew - fil-fatt sieħbi diġa' semma diversi ħsarat ta' konsenturi u affarijiet oħra bħal dawn li hemm fil-bini li tiela' fl-Imtarfa.", "Insibu wkoll li ħafna drabi, meta jitmermru xi aperturi jiġu rranġati mill-istess inkliwini li joqogħdu f'dawn il- postijiet, fis-sens li jeħlu bl-ispejjeż huma stess.", "U dan jagħmluh biex ma joqogħdux itawlu l-problema.", "Irrid infakkar li Gvern Laburista kien daħħal is-sistema tal-Lohombus hawn Malta u kien beda jagħti self għall-kategoriji kollha, inkluż il- privat.", "Jekk wieħed jifli l-kotba min sena għal sena, isib li s-ceiling tar-rati tas-self m'għoliex, anke fi żmien il-Gvern Laburista m'għoliex.", "Pero' r-raġuni kienet sempliċi għaliex ma għoliex dak iż-żmien u din kienet għaliex kien hemm il-wage freeze u s'intendi lanqas is-ceiling ma kien iċċaqlaq.", "Il-Gvern Nazzjonlista ftaħar ħafna biż-żidiet li ta, imma xorta baqa' ma ċaqlaqx is-ceiling u ħallih kif kien.", "Fil-fatt ħafna nies qed jispiċċaw ikollhom iħallsu b'ċertu persentaġġ għas-sempliċi raġuni li dan is-ceiling qatt ma ċċaqlaq.", "(Interruzzjonijiet) Pero' ta' l-income tax iċċaqlaq!", "Allura għaliex f'dan il-każ fejn tidħol ukoll il-kwestjoni tal- Lohombus is-ceiling baqa' ma ċċaqlaqx.", "Mr Speaker, nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nawgura li din il-problema fejn numru ta' nies qed jitolbu biex ikollhom dar fejn joqogħdu tiġi solvuta malajr kemm jista' jkun ħalli ż-żgħażagħ li qed jilħqu llum ma jiġux misruqa meta jmorru biex jixtru plots mingħand il-privat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Il-ħin li fadal huwa għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, smajna diversi kummenti fuq il- ħidma ta' l-Awtorita' tad-Djar, pero' nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi ngħid xi ħaġa pożittiva.", "L-ewwelnett nixtieq nagħti prosit lill-Awtorita' għall-pjanti li qed jiġu esebiti f'dan ir-rapport.", "Milli jidher dawn il- pjanti qed jiġu aċċettati mill-poplu, għax qed juru lill-poplu dak li qed isir mill-Awtorita' tad-Djar fir-rigward tal-housing estates il-ġodda.", "Nittama li dan ix-xogħol jibqa' sejjer hekk, għax żgur li qed iħalli effett tajjeb fost il-poplu.", "Probabbilment 'il quddiem se jkun hemm min jagħti prosit lill-Awtorita' għall-fatt li llum qed taħseb f'dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt wieħed jara kuntrast kbir bejn il-housing estates li qed jiġu ppjanati llum, ma' housing estates oħra li nbnew żmenijiet ilu.", "Ta' min jinkoraġġixxi lil dawk li qed jieħdu l-inzjattiva li jippjanaw dan il-bini b'mod daqstant attraenti.", "Jien dawn il-pjanti rajthom meta ġew esebiti għall-pubbliku u rajt reazzjoni favorevoli ħafna fost il-pubbliku.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nissuġġerixxi li l-Awtorita' tad-Djar għandu jkollha rappreżentant uffiċjali fil-Planning Authority, għax ma jistax ikun li l-Awtorita' tippjana bini ta' djar u flats mingħajr ma jkollha rappreżentant fil-Planning Authority.", "Jien naħseb li din tkun xi ħaġa ta' ġid, anke għall-Awtorita' tad-Djar stess.", "Ħaġa oħra li nixtieq insemmi hija li hemm progress fil-mod kif qed timxi l-Awtorita' tad-Djar flimkien mal-Housing Authority.", "Fil-Programm Elettorali tal-Malta Labour Party li kien ħareġ fl-1992, sibt li kien qal hekk fuq il-qasam tad-djar:", "\"Il-Partit mal-ewwel ireġġa' lura l-applikazzjonijiet u l-każi li kien hemm pendenti qabel ma l-Gvern Nazzjonalista, taħt l-iskuża tal- computers, ħassar kull każ.\".", "Jien ngħid li din ma kenitx kwestjoni ta' tħassir.", "Kienet saret review ta' l-applikazzjonijiet kollha li kien hemm għal post alternattiv.", "Mr Speaker, ma jistax ikun li ma tiġix analizzata kull applikazzjoni għal post alternattiv.", "Jien dort ir-rapport li kien għamel l-Onor.", "Galea, meta kien għadu Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam u sibt li saret analiżi tajba ta' l-applikazzjonijiet li kien hemm pendenti.", "Kien jingħad li kien hemm madwar 6,000 applikazzjoni għal post alternattiv.", "Fil- fatt meta bdew jiġu analizzati bil-computer sabu li kien hemm persuna li, per eżempju, għandha tliet applikazzjonijiet f'isimha u allura għandha tliet numri differenti.", "Kien hemm oħrajn li għalkemm kien ilhom żmien li sabu post, ma kkanċellawx l-applikazzjoni tagħħom.", "Allura billi għamilna hekk, ifisser li qtajna barra dawn il-każijiet, bħalma kien akkużana l- Partit Soċjalista?", "Dażgur li mhux hekk.", "Minn analiżi li għamilt bejn dan ir-Rapport u l-ieħor li ħareġ il-Ministeru dwar It-Tieni Sena ta' Ħidma ta' Gvern - illum bil-computer tista' tieħu ħafna informazzjoni li tkun tista' timxi fuqha - jirriżulta li l-aktar numru ta' applikazzjonijiet għall-postijiet alternattivi ġejjin minn densely populated areas.", "Fil-Belt hemm 314-il persuna li qed ifittxu post alternattiv, f'Bormla hemm 210, f'Birkirkara hemm 161, f'Ħal Qormi hemm 120, fil-Ħamrun hemm 154, fl-Isla hemm 111, fil-Furjana hemm kważi 100, fil-Birgu hemm 70, f'Tas Sliema hemm 114 u fil-Gżira hemm 126.", "Hawnhekk qed naraw li l-akbar domanda ġejja mid- densely populated areas fejn ovvjament m'hemmx fejn tibni jew tikri iktar.", "Dan jista' jkun ġej mill-fatt li jew għax hemm ħafna postijiet antiki jew sub-standard, peress li dawn il-postijiet inbnew qabel irħula oħrajn.", "Mhux hekk biss talli ħareġ ukoll, kontra dak li qal l-Onor.", "Sandro Schembri Adami, x'kategoriji hemm ta' persuni li qed jitolbu post alternattiv.", "Per eżempju, dawk li għandhom sub-standard houses tefgħu 623 applikazzjoni; dawk li qed joqogħdu ma' ħaddieħor u jridu l-indipendenza tal-familja tagħhom huma 707; minħabba raġunijiet mediċi hemm 513-il applikazzjoni - din għandi r-riżervi tiegħi fuqha; veru li għandi fiduċja fit-tobba u għandna tobba li huma verament responsabbli, pero' mhux sewwa li kulħadd ifajjar iċ-ċertifikat kif ġieb u laħaq u għandu jkun hemm aktar attenzjoni u verifika dwar ċerti ċertifikati - dawk li joqogħdu f'bini li qiegħed fi stat perikoluż huma 475; hemm 32 applikazzjoni minn xebbiet li huma ommijiet u minn dawk li ma għarafx ifittex l-Onor.", "Schembri Adami, jiġifieri koppji separati, hemm 72 applikazzjoni.", "Minn hawn wieħed jara għalxiex iridu jippjanaw l-Awtorita' u d-Dipartiment tad-Djar.", "Meta tiġi biex tipproġetta ma tkunx qed tipproġetta biss għall-plots, għax illum il-ġurnata qabel ma wieħed jagħti plot irid jara jekk minnha jkunx jista' joħroġ żewġ postijiet, wieħed fuq u l-ieħor isfel - dan huma possibbli u jista' jsir.", "Allaħares nibqgħu sejrin bl-iżvilupp li konna sejrin bih li nifthu l-irħula u l-ibliet tagħna b'mod li għada pitgħada jingħaqdu ma' xulxin.", "Dan imur kontra l-Pjan ta' Struttura li jgħid:", "\"If urbanisation continues according to the present trends the likely consequence is the progressive linking of the different built-up areas with the loss of the distinct character of existing urban centres.\".", "Hawnhekk wieħed jifhem li ma nistgħux nibqgħu niftħu ħafna imma rridu nutilizzaw dawk il-postijiet vakanti li jista' jkollna fil-villaġġi.", "Per eżempju, wieħed isib li f'Malta summer residences hawn 36.4%.", "Issa dawn id- djar mhux għalkemm taqbad u tagħmilhom abitazzjonijiet normali għaliex id- daqs tagħhom ma jkunx kapaċi jżomm familja ta' xi tnejn jew tlieta min- nies.", "Qed ngħid hekk għax ġeneralment dawn id-djar ikollhom kamra tas- sodda waħda, jew l-aktar tnejn u ma jkollhomx il-kumdita' biex trabbi familja kif suppost.", "Per eżempju, għandna 5.5% tad-djar vojta li qegħdin fi stat ta' tiswija.", "Jien nispera li dan in-numru jiġu nkoraġġit biex jikber aktar ħalli dawn id-djar jiġu utilizzati.", "Għandna wkoll 7.4% tal-housing stock kollu f'Malta li huwa abbandunat.", "Hawnhekk jien nixtieq nitlob li bħalma l-Awtorita' tad-Djar qed twaqqa' s- slum areas fil-Belt, fil-Kottonera u f'postijiet oħra bħal Ħaż-Żebbuġ, il- Ħamrun u l-Imsida għandha wkoll titfa' għajnejha fuq dawk id-djar li ilhom żmien abbandunati.", "Per eżempju, l-Gvern għandu joħroġ requisition orders jew jagħmel expropriation fuq dawk id-djar abbandunati li qed jaqgħu biċċiet u li jeżistu diffikultajiet legali fuqhom biex jiġu utilizzati għal dawk li sfortunatament m'għandhomx il-kumdita' fejn joqogħdu.", "Ma ninsewx li hawn Malta m'għandna lil ħadd li jorqod fuq iz-zuntier tal- knisja jew taħt l-arkati tal-Furjana u m'għandna lil ħadd li jorqod barra kif issib barra minn Malta.", "Ir-Rapport jgħid li 22% tal-vacant dwellings ilhom minn sena sa ħames snin vojta u 6% minnhom ilhom vojta iktar minn ħames snin.", "Dawn qed jispiċċaw u jitmermru u kull min idur daqsxejn fl- irħula, b'mod speċjali, jara ħafna djar kbar abbandunati li ħafna drabi jistgħu jiġu żviluppati.", "Jien nappella biex il-Gvern, mingħajr ma joħloq kontroversji, jilħaq ftehim mas-sidien - dejjem jekk dawn jinstabu għax hawn ħafna djar li s-sid taghom huwa unknown - biex dawn id-djar ikunu jistgħu jiġu utilizzati.", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni tal-kera.", "Jien naf li l-Ministru responsabbli miI-Liġi tal-Kera qiegħed jaħdem bis-sħiħ fuq din il-liġi u nittama li tiġi ppubblikata ma ddumx.", "Għalkemm il-Gvern qiegħed jagħmel il- mezzi tiegħu kollha possibbli fis-sens li qed jagħti dak is-sussidju kollu fuq l-imgħax u qed jibni hu bi spejjeż kbar, naħseb li din il-liġi sserraħ ras kulħadd u ssolvi ħafna mill-problemi li għandna għax mhux kulħadd jiflaħ jixtri d-dar.", "Is-sussidju li qed joħroġ kważi jlaħħaq mal-41%.", "Jien nittama li l-Liġi tal-Kera l-ġdida toħroġ b'ideat ġodda, moderni u prattiċi ħalli wieħed ikun ikollu ċans isib jikri, imqarr b'ċens.", "Jekk wieħed jagħti daqqa ta' għajn ħafifa lejn il-mod ta' kif inhuma mikrijin id-djar tagħna bilfors tiġih ftit ħniena.", "Per eżempju, għandna 41% ta' dawk li għandhom id-dar mikrija għandhom iħallsu anqas minn Lm30 fis-sena, 18% għandhom bejn Lm30 u Lm50 kera fis-sena, 29% għandhom kera jew ċens bejn Lm50 u Lm100, imbagħad il-kumplament għandhom 'il fuq minn Lm100.", "Jien nara li għandu jkun hemm inkoraġġiment sħiħ dwar din il- materja.", "Naf u nerġa' nirrepeti li l-Ministru qed jaħdem bis-sħiħ fuq il- Liġi tal-Kera u huwa determinat li jippubblika abbozz f'qasir żmien ħalli jinstab rimedju.", "Jien nittama li dawk li l-għajxien tagħhom jew parti l- kbira mill-għajxien tagħhom jiddependi minn fuq dawn il-kirjiet, jiġu sollevati mingħajr ma jinħolqu problemi oħra biex huma jkunu jistgħu jgħixu b'mod diċenti u min jgħix f'dawn id-djar ma jkunx qiegħed jiskapriċċa lil dak li jkun imma jkun qed iħallas b'mod xieraq għal dak l-investiment li jkun sar.", "Hemm ħafna affarijiet x'wieħed jgħid dwar is-sussidju.", "Illum il-ġurnata hija l-policy tal-Gvern li kulħadd isir sid ta' daru.", "Per eżempju, mis-640 applikazzjoni għal sussidju ġew approvati 629 talba biex wieħed jixtri daru.", "Dan huwa ta' inkoraġġiment kbir ħafna u wieħed ma jarax kif ifaħħar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li qed tipproċessa dawn il-proġetti b'mod l- aktar effiċjenti.", "Nista' ngħid li m'hemm l-ebda tnikkir anzi l-proċess jibda mill-ewwel.", "Ma rridx ngħid li hemm xi burokrazija żejda imma wieħed jista' jieħu dan is-sussidju fl-inqas żmien possibbli.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija li l-iskema ma tappartjenix għall- Awtorita' tad-Djar imma tappartjeni lill-Housing Department u kienet ġiet introdotta bin-numru ta' 15A biex wieħed jirranġa daru.", "Jista' jkun li wieħed ikollu bżonn kamra tal-banju jew forsi jkun jixtieq isebbaħ id-dar qadima tiegħu u għalhekk għandna ninkoraġġixxu din il-ħaġa.", "Din l-iskema kienet għalqet fl-1992 u jien nagħmel appell lill-Ministru biex jerġa' jiftaħha.", "Għalkemm l-għotja ta' Lm500 mhijiex suffiċjenti biżżejjed lil dak li jkun tagħmillu kuraġġ biex jirranġa d-dar tiegħu; aħna l-Maltin inħobbuhom ħafna d-djar tagħna, nafu ngħixu fihom u nafu nirranġawhom tant li l-barranin jiskantaw bina u wieħed jista' jibqa' ċert li għalkemm aħna nagħtu għotja żgħira dak li jkun jonfoq id-doppju u ġieli anke iżjed - imma għallinqas qed nagħtu inċentivi biex in-nies jirranġaw id-djar qodma tagħhom ħalli jkunu jistgħu jgħixu fihom f'iktar kumdita'.", "Dan ir-Rapport huwa ta' min verament ifaħħru.", "Nirringrazzja lill- Awtorita' tad-Djar li qed tagħmel il-mezzi kollha possibbli biex tipproċessa t-talbiet tal-home owners u ta' l-inkwilini bl-iktar mod skrupluż u onest.", "Illum il-ġurnata ħadd m'għadu jgħid li saru xi preferenzi.", "Fl-imgħoddi kellna każijiet fejn konna nisimgħu b'inċidenti li ġraw fejn anke ġġieldu waqt it-tlugħ jew l-għoti tal-plots.", "Illum il- ġurnata din il-ħaġa ma teżistix għax kulħadd qed jimxi bi trasparenza kbira u l-plots jitilgħu quddiem in-nies bl-aktar fairness possibbli.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid u li se nagħlaq biha hija li nitlob li minbarra li l-Awtorita' tad-Djar tkun rappreżentata fuq il-Planning Authority, għandha tagħmel suġġerimenti, fejn hu possibbli, biex ikollna t- three-storey buildings.", "Qed ngħid dan għax hawn Malta l-area hija żgħira ħafna u ma nistgħux inwessgħu iktar miċ-ċirkonferenza ta' l-irħula u l- ibliet tagħna għax inkella jaħbtu ma' xulxin, kif diġa' għidt.", "L-Awtorita' tad-Djar għandha każ serju ħafna x'tippreżenta lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar u t-three-storey buildings jagħmlu ħafna sens għax ikomplu jżidu l-housing stock li tant għandna bżonn.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Borda.", "ONOR.", "MANUEL BORDA: Mr Speaker, jien nemmen li kieku l-problemi li għandha quddiemha l-Awtorita' tad-Djar huma limitati għal dak li qalu ż- żewġ kelliema ta' l-Oppożizzjoni, jiġifieri dwar il-VAT u dwar l-Imtarfa, kieku ngħid li l-Awtorita' tad-Djar verament m'għandhiex problemi.", "Qed ngħid dan għax il-problema tad-djar hija aktar ikkonċentrata lejn in-naħa ta' isfel ta' Malta speċjlament fl-ibliet antiki.", "Issa tant hawn bini u tant inbnew appartamenti li wasalna fi stadju li l-Awtorita' ma tistax tibni aktar jekk almenu ma titlax 'il fuq.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-Awtorita' tad-Djar tibda tikkonsidra din il-proposta.", "Kif qal tajjeb kelliem ta' l-Oppożizzjoni, filwaqt li nibnu l- appartamenti u d-djar għan-nies tagħna għandu jkollna spazji u postijiet għar-rikreazzjoni.", "Aħna ma nistgħux naqgħu fil-kontradizzjoni li nkomplu nagħtu plots, appartamenti, maisonettes u terraced houses li dejjem qed jieklu mill-art available li għandna u fl-istess ħin ikollna aktar spazju għar-rikreazzjoni.", "Dan ma jistax ikun.", "Wasal iż-żmien li nagħmlu stock ta' l-affarijiet u kemm jista' jkun m'għandniex nibqgħu nferrxu l- postijiet imma għandna nitilgħu 'l fuq.", "Illum għall-grazzja ta' Alla għandna ħafna faċilitajiet u nistgħu nużaw il-lifts biex nevitaw ħafna tbatija.", "Jien nemmen li dawn il-lifts għandhom jintużaw.", "M'għandniex nibqgħu bl-idea li nibnu żewġ sulari jew tlieta imma nistgħu nibnu aktar mingħajr ma nħassru l-landscape.", "B'hekk in-nies nagħtuhom area aħjar.", "Din il-ġimgħa, bħalma taf inti, Mr Speaker, f'Bormla sar il-pellegrinaġġ tal-Kunċizzjoni u b'kumbinazzjoni kelli okkażjoni li nara li ħafna mill- problemi tad-djar li għandha quddiemha l-Awtorita' tad-Djar ġejja min- nuqqas ta' ħsieb li sar fil-passat.", "Wieħed jista' jgħid: X'għandu x'jaqsam il-pellegrinaġġ tal-Kunċizzjoni.", "Ir-raġuni hija li proprju b'riħet dan il- pellegrinaġġ smajna kif id-djar tal-Kottonera waqgħu, speċjalment f'Bormla.", "Sfortunatament il-Kottonera nbniet bla ħsieb ta' ħarsa 'l quddiem, bla immaġinazzjoni, bl-istess stil kif kienet qabel, b'nuqqas ta' faċilitajiet u b'nuqqas ta' ħsieb tal-mod kif l-aspettattivi u l-aspirazzjonijiet tan- nies kellhom ikunu.", "Issa aħna li qed ngħixu llum wara 50 sena qed nindunaw xi problemi kbar għandna b'dawk l-areas ta' sub-standard housing fejn hemm djar li huma neqsin minn ħafna faċilitajiet, djar li għandhom bżonn maintenance kontinwa li kważi kważi aktar jaqbillek twaqqagħhom milli tirranġahom.", "Proprju dan li qed tagħmel l-Awtorita' tad-Djar.", "F'Bormla twaqqgħet area mhux ħażin u fiha qed jinbnew id-djar.", "Jien nawgura li dawn ma tantx idumu ma jkunu lesti biex in-nies ikunu jistgħu jiġu akkomodati f'dak il-post.", "Pero' naħseb li mhux din biss hija l-akbar problema li għandha l-Awtorita' tad-Djar.", "L-Awtorita' tad-Djar qed tipprovdi l-mezzi biex in-nies japplikaw u hawnhekk qegħda l-problema.", "Jien nemmen u nsostni li dawk in-nies li verament għandhom bżonn l-għajnuna m'għandhomx aċċess għall-informazzjoni.", "Jien nemmen li dawk in-nies li jafu kif taħdem is-sistema għandhom vantaġġ kbir li jistgħu jakkwistaw post fejn joqgħodu mill-Awtorita' tad-Djar, mentri l-oħrajn li forsi jkunu illitterati u minsija mis-soċjeta' forsi m'għandhomx wiċċ biżżejjed biex imorru jittalbu jew inkella biex iressqu l- każ tagħhom għax ma jkunux jafu.", "Allura għad għandna nies li għadhom jgħixu fil-kantini, fis-swar u fi kmamar mingħajr il-mezzi neċessarji.", "Għalhekk jien nemmen li l-Awtorita' tad-Djar m'għandhiex tkun biss trasparenti.", "Hemm bżonn li dawn in-nies ikunu f'qagħda aċċessibbli għal faċilitajiet li l-Awtorita' qed tipprovdi.", "Dan qed ngħidu għax jien nemmen li l-housing huwa servizz soċjali li l-Gvern jipprovdi.", "Issa jekk dan huwa servizz soċjali rridu nfittxu lil dawk in-nies li l-aktar li għandhom bżonn mhux l-aktar li jridu dar għax se jiżżewġu.", "Jien nemmen li ż-żgħażagħ għandhom problema, imma jekk il-housing huwa servizz soċjali dan għandu jiġu provdut lil dawk in-nies u l-familji li l-aktar li għandhom bżonn.", "U min huma dawk il-familji li l-aktar li għandhom bżonn?", "Dawn huma dawk in- nies li għandhom l-anqas aċċess għall-informazzjoni, għad-dettalji u għall- attivitajiet li tagħmel l-Awtorita' tad-Djar.", "Għalhekk nemmen li bħala servizz soċjali anke l-kera u x-xiri għandu jkollhom kejl.", "M'għandniex nibqgħu marbutin biss mar-return ta' kemm wieħed jaqla' imma għandna naraw ukoll il-kompożizzjoni tal-familja u l-bidliet li jsiru fil-familja.", "Jista' jkun li llum familja tkun kbira u nieqsa mill-mezzi pero' meta jikbrulha t-tfal l-istampa tinbidel.", "Huwa importanti li naraw li din hija sitwazzjoni dinamika imma bilfors li jkollna nużaw għodda li tirrispondi għat-tibdil kontinwu li jkun hemm fl-istruttura u fil-kompożizzjoni ta' familji.", "Id-diffikulta' hija li meta inti qed talloka post jew dar lil familja fil- bżonn, huwa diffiċli biex din toħroġ minn fejn tkun u m'hemmx dik il- mobbilita' bħalma meta hemm f'każ ta' servizzi soċjali għaliex jeżistu ċerti problemi psikoloġiċi u soċjali.", "Ma tistax taqbad u teħodlu l-post għaliex familja m'għadhiex aktar kbira jew għax il-familja xjieħet jew inkella għax wieħed mar f'dar ta' l-anzjani.", "Għadna ma wasalniex f'dak l- istadju.", "Allura x'qed jiġri?", "Qed jiġri li qed nispiċċaw li dar jew post jingħata għal dejjem u minkejja li tkun saret bidla sħiħa fil-familja - bidla sħiħa mhux biss fin-numru tal-familja imma anke fil-mezzi - dak li jkun jiġi trattat bħal meta jkun ħa l-post l-ewwel darba.", "Hawnhekk qed immorru kontra l-prinċipji tas-servizzi soċjali.", "Għaliex?", "Jekk il-fortuna ta' dik il-familja tbiddlet u tjiebet, għaliex għandha tibqa' tiġi trattata bħal meta kienet batuta?", "Jien nemmen li għandna nsibu mezz biex naraw li l- għajnuna qed tittieħed l-aktar minn dawk il-familji li l-aktar li huma fil- bżonn u mhux dik il-familja li m'għadhiex fil-bżonn tibqa' tibbenifika minn sussidju għal kera baxxa li ħadet meta kellha bżonn l-għajnuna 20 sena qabel.", "Irridu nagħmlu monitoring ta' kif jiżviluppaw dawn il-problemi.", "Din hija sistema dinamika u rridu għodda adegwata biex nirrispondu għaliha.", "Punt ieħor importanti hu li jekk jien dan se nqisu bħala servizz soċjali, kif ħafna drabi nispiċċaw biex familja tingħata d-dar u tiġi mitluqa għal riħħha?", "Jien nemmen li wasal iż-żmien biex l-Awtorita' u d-Dipartiment tad- Djar jingħaqdu, għax id-Dipartiment qed jonqos anke bħala complement u l- Awtorita' tad-Djar qed iżżid fil-funzjoni tagħha u allura dawn imisshom jingħaqdu ħalli jkunu aktar effettivi, effiċjenti u effikaċi.", "Kellna każi ta' nies li intbagħtu f'post u ħadd ma kien jaf bihom, lanqas il-ġirien, għax kienu minsija u miltuqa.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien ukoll biex l- Awtorita' tad-Djar tikkonsidra li jkollha social workers li jieħdu ħsieb dawk il-familji li jieħdu dar u jkunu fil-bżonn.", "Jekk dawn il-persuni ikunu talbu biex jingħataw servizz soċjali, il-bżonn tagħhom ma jkunx biss li jingħataw id-dar imma jkollhom problemi oħra li wieħed irid isegwihom biex jara li jkunu milħuqa u b'hekk dan is-servizz ikun soċjali f'kull rispett.", "Dawn huma problemi li ta' min jidħol fihom.", "Jien nista' ngħid li wasalna fi żmien meta l-pattern tal-familja qed jinbidel u l-familja m'għadhiex titqies biss bħala r-raġel, l-omm u l-ulied maqgħudin flimkien għax ġejna f'sitwazzjoni ta' nies separati, divorzjati, unmarried mothers, single parents u daħlet anke moda oħra ta' żgħażagħ li jitilqu mid-dar tal- ġenituri.", "Dawn kollha jaqgħu f'idejn il-Housing Authority biex jingħataw post fejn joqogħdu, u għalhekk irid ikollha l-għodda adegwata biex tirrispondi għal dawn it-tibdiliet kbar li qed iseħħu fis-soċjeta', inkella se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn nużaw dik l-għodda antikwata li ma tirrispondix biżżejjed għall-ħteġijiet tal-lum.", "Problema l-oħra hi l-kwestjoni tal-kirjiet.", "Ilum il-kirjiet mhux l- Awtorita' tad-Djar tamministrahom imma l-Lands Department.", "Jien naħseb li ma jistax ikun li l-funzjoni ta' Awtorita' jeħodha dipartiment ieħor.", "Hemm każi fejn l-Awtorita' tad-Djar tawtorizza li familja għandha tieħu post, imbagħad tispiċċa li minħabba li jkun hemm xi problemi mal-kerrej li jkun qed joqgħod f'dak il-post, għalkemm il-Housing Department ikun qallu biex joħroġ minnu sabiex tmur toqgħod fih familja oħra, hu ma jkunx jista' joħroġ minn dan il-post għax ikollu xi kera mhux imħallsa u għax id- Dipartiment tal-Lands ma jkunx ġabar dik il-kera.", "GĦalhekk biex jaċċerta ruħu li dan se jħallas il-kera jħallih f'dak il-post bil-konsegwenza li l- familja l-oħra tkun qed tbati.", "Din hija inġustizzja kbira.", "GĦalhekk issa wasal iż-żmien li l-kera u l-allokazzjoni tad-djar ikunu taħt l-istess dipartiment.", "Jien nixtieq immur pass iktar 'il quddiem.", "Naħseb li wasal iż-żmien li jkun hemm dipartiment apposta li jieħu ħsieb il-flus kollha li huma dovuti lill-Gvern.", "Din l-idea diġa' ttieħdet - bil-computers nistgħu nagħmluha faċilment - mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li qed jiġbru l-flus tas- social services.", "GĦalhekk b'dan il-mod meta bniedem iħallas it-taxxa awtomatikament ikun qed iħallas ukoll il-kontribuzzjoni tas-social services.", "GĦaliex ma nipprovawx insibu sistema biex nagħmlu dipartiment wieħed anke għar-rigward tal-kirjiet u permezz tal-computer, dan id- dipartiment ikun jiġbor kollox għal dawk li huma djar tal-Gvern?", "Dan id- dipartiment ikun iservi biex ikun hemm iktar monitoring u b'hekk ma niġu qatt f'sitwazzjoni li għax bniedem ikun irresponsabbli jew għax ma jkunx jista' jħallas il-kera, minħabba n-nuqqas jew il-kapriċċ tiegħu familja oħra tkun qed tbati għax ma jkollhiex opportunita' biex tieħu post jew tagħmel exchange?", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, l-Awtorita' tad-Djar għamlet ħafna xogħol siewi u għamlet effett kbir fuq pajjiżna, pero' issa wasal iż-żmien li nbiddlulha l-għodda.", "Ma rridux nibqgħu nħarsu mill-lenti l-qadima, imma minflok għandna naraw x'inhuma l-bżonnijiet tagħna tal-lum.", "GĦandna nifhmu wkoll li din hi sitwazzjoni dinamika u għalhekk bilfors irid ikollna l-għodda adegwata biex tkun tista' tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-lum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nistieden lill-Onor.", "Ċensu Galea biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, mill-1987 sal-lum, din hija t-tmien darba li qed nisma' dibattitu rigward l-Awtorita' tad-Djar f'dan il- Parlament.", "Jien nistqarr li d-dibattitu tal-lum qed inqisu bħala l-iktar wieħed kwiet għax kif taf is-Sinjorija tiegħek - kif jafu wkoll numru ta' Membri minn din il-Kamra - diversi drabi fil-passat id-dibattitu dwar l- Awtorita' ġieli wasal f'livelli iktar għolja, mhux bħala parteċipazzjoni imma bħala storbju u għajjat!", "GĦalhekk inħoss li din hija indikazzjoni tajba għax-xogħol li għamlet l-Awtorita' u għall-mod ta' kif taħdem fejn mhux biss irnexxielha twassal il-messaġġ tagħha barra minn din il-Kamra, imma wkoll f'din il-Kamra.", "Nispera li kull wieħed minna - mhux qed nirreferi biss għal din in-naħa li qiegħda tamministra l-pajjiż imma wkoll għan-naħa l-oħra - beda japprezza x-xogħlijiet differenti li għamlet, li qiegħda tagħmel u li għandha pproġettati l-Awtorita' għas-snin li ġejjin.", "Dan qed ngħidu għax jekk wieħed jara l-kritika li saret għal din is- sezzjoni, fil-parti l-kbira tagħha din ma kenitx kritika li b'xi mod wasslet għat-tip ta' kritika li kienet tinstema' fil-passat.", "Kif għidt dalgħodu - jiddispjaċini li l-Onor.", "Buhagiar ma kienx hawnhekk waqt il-ħin ta' l-introduzzjoni għax ħafna mid-domandi li għamel hu ġew imwieġba fl-introduzzjoni, li kważi stajt inqisha bħala l-winding-up ta' dan id-debate - issa wasal iż-żmien li ma nibqgħux inħarsu biss lejn l- Awtorita' u lejn id-Dipartiment tad-Djar, imma min-naħa tagħna rridu nieħdu diversi passi biex nintegraw dawn iż-żewġ entitajiet differenti ħalli verament ikollna awtorita' u bord wieħed li jamministra l-proprjeta' kollha li hija amministrata mill-Gvern.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jibda jifhem - kif donnhom fehmu ż-żewġ naħat tal-Kamra - li wasal iż-żmien li dan li għidt nibdew nagħmluh.", "Dan ma rridux nagħmluh biss bil-kliem imma anke bil- fatti.", "Matul is-sena li għaddiet l-Awtorita' tad-Djar ħadmet b'kollaborazzjoni u ħadet over ċerti xogħlijiet li kienu jsiru mid- Dipartiment tad-Djar fis-snin li għaddew.", "Matul is-sena li ġejja, l- Awtorita' se tkompli taħdem u tieħu over responsabbilitajiet li kellu d- Dipartiment tad-Djar sabiex il-proprjeta' li għandu l-Gvern tiġi amministrata b'mod aħjar.", "Dan huwa importanti li nifhmuh għax fl-aħħar mill-aħħar is-sistema preżenti ma wasslitx biss biex ikun hemm xogħol idduplikat, imma wasslet ukoll lil dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet jikkompetu bejniethom b'sistemi differenti bl-għan li jipprovaw jgħinu lill- Maltin.", "Eżempju ta' dan hu s-sussidju fuq l-imgħax li wieħed jieħu meta jissellef mill-Lohombus.", "Hemm sistema li hija amministrata mid-Dipartiment tad-Djar u hemm sistema oħra li hija amministrata mill-Awtorita' tad-Djar.", "Dawn iż-żewġ sistemi t-tnejn li huma għandhom l-intenzjoni li jgħinu lil dak li jixtri jew jibni d-dar tiegħu għax jagħtuh sussidju fuq l-imgħax li għandu jagħti lill-Lohombus.", "Madankollu dawn iż-żewġ skemi ma kenux u m'humiex l-istess.", "GĦalhekk issa wasal iż-żmien li x-xogħol kollu li għandu x'jaqsam ma' dan id-Dipartiment ikun ikkonċernat u amministrat mill- istess Awtorita'.", "Kif għidt fl-introduzzjoni dalgħodu, il-Vot li sas-sena li għaddiet kien amministrat minn dipartiment ieħor, mis-sena d-dieħla dan se jiġi ntegrat fil-parti tal-kostruzzjoni mal-Vot ta' l-Awtorita' tad-Djar bl-iskop ewlieni li minn issa 'l quddiem, l-Awtorita' tkun tista' tamministra l- kostruzzjoni kollha ta' bini ġdid li tkun qed tagħmel.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-iskop soċjali ta' l-Awtorita' mhux biss qed iwassal biex tinħoloq kuxjenza fost in-nies li jridu jibbenifikaw mill-iskemi ta' l-istess Awtorita', imma qed iwassal ukoll biex tinħoloq kuxjenza min-naħa ta' l- Oppożizzjoni dwar dan is-suġġett.", "Minflok ma noqogħdu ngħidu x'qassamna lill-poplu Malti fil-passat ikun aħjar jekk b'mod reali naraw x'diffikultajiet jistgħu jinqalgħu fil-futur ħalli nkunu nistgħu nsibu s- soluzzjonijiet tagħhom minn issa.", "Hemm bżonn li lil dan is-settur naqtgħuh mill-politika partiġġjana biex kull min jipparteċipa fil-politika f'dan il- pajjiż ikollu l-unur jgħid li hu qed jipparteċipa bl-iskop uniku li jgħin verament lil dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Mr Speaker, hi indikazzjoni tajba li qed naraw li l-parti l-kbira tal- kelliema ta' l-Oppożizzjoni jaqblu mad-direzzjoni li qiegħda tingħata lill- Awtorita' tad-Djar.", "Dan jidher ċar għax jekk wieħed jara x' kienet il- kritika tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, b'mod speċjali dik tal-lejla, isib li iktar kien hemm kritika lejn awtoritajiet oħra - bħall-Awtorita' ta' l- Ippjanar - milli kritika ndirizzata lejn l-Awtorita' tad-Djar.", "Din hi indikazzjoni pożittiva għax turi biċ-ċar li l-Oppożizzjoni bdiet tifhem ukoll li x-xogħol ta' l-Awtorita' miexi mhux biss b'mod trasparenti u tajjeb, imma wkoll b'mod li kull min b'xi mod ikollu kuntatt ma' l- Awtorita' tad-Djar jibda japprezzah.", "Sinjal tajjeb ħafna huwa l-fatt li llum ma baqax iktar allegazzjonijiet dwar xi taħwid li jsir mill-Awtorita' tad-Djar - kif kien isir qabel - ma baqax iktar allegazzjonijiet dwar jekk wieħed kellux dritt jew le li jieħu jew li ma jeħux xi ħaġa mingħand l- Awtorita', imma minflok quddiemna għandna sitwazzjoni fejn kulħadd qed jitkellem dwar x'għandu bżonn isir u x'għandha tkun il-funzjoni ta' l- Awtorita' tad-Djar għas-snin li ġejjin.", "Ikun tajjeb jekk dan nifhmuh ilkoll kemm aħna għax flimkien ikollna iżjed kuraġġ li naffrontaw din il- problema li tolqot lil settur tal-poplu Malti.", "Mr Speaker, kull darba li tkellimt f'dan il-Parlament, jien dejjem għidt li żgur li mhux se nkun jien illi ngħid li ma baqagħlniex problemi fil- qasam tad-djar.", "Lanqas m'hu se nkun jien illi ngħid li d-diffikultajiet fil-qasam tad-djar spiċċaw u ma għadx fadal nies Maltin li huma fil-bżonn f'dan ir-rigward.", "Il-qagħda tal-lum hija differenti għal kollox mill- qagħda li konna fiha fis-snin l-imgħoddija, b'mod partikolari fiż-żmien meta l-Oppożizzjoni tal-lum kienet fil-Gvern.", "F'dawn is-snin kollha ħadd ma qal u nispera li ħadd m'hu se jkollu l-ardir li jgħid li l-problema fil- qasam tad-djar spiċċat.", "M'hux se nagħmlu bħalma sar fil-passat meta kien ingħad li d-diffikultajiet fil-qasam tad-djar spiċċaw u ma kellniex bżonn nagħmlu iktar investimenti.", "Ikun tajjeb ukoll jekk wieħed iħares lejn il- figuri li kkwota dalgħodu l-Onor.", "Portelli għall-kumment tiegħi dwar il- paragun fl-infiq ta' din is-sena fil-qasam soċjali ma' dak ta' l-1986/87.", "Dan il-Membru qal li dak li għidt jien hu kollu minnu, jiġifieri li fl-1993 kellna nefqa li kienet 100 darba iktar minn ta' l-1986.", "Imbagħad l-Onor.", "Portelli qagħad jgħid x'ġara bejn l-1971 u l-1981.", "Jien ma rridx nagħmel paraguni b'dan il-mod, madankollu huwa tajjeb li wieħed jagħmel riflessjoni żgħira.", "Dak iż-żmien il-Partit Laburista li kien fil-Gvern kien qal li ma għadx fadal bżonn ta' iktar appartamenti.", "Kien qal ukoll li kien wasal iż-żmien li naqtgħu l-bini ta' appartamenti.", "Filwaqt li huwa veru li sa l-1981/82 kien hemm investiment pjuttost qawwi fil-kostruzzjoni ta' appartamenti, bejn l-1982 u l-1987 prattikament ma kien sar l-ebda bini ieħor ħlief ir- riabilitazzjoni ta' ftit appartamenti li kienu tas-Servizzi.", "Dawn l- appartamenti kienu ġew f'idejn il-Gvern wara l-1979 u għalhekk il-Gvern ta' dak iż-żmien kien ipprova jagħmel użu minnhom bil-mod li deherlu hu.", "Infatti ż-żmien ta' wara wriena li l-Gvern ta' dak iż-żmien kien żbalja meta dawn l-appartamenti qassamhom bil-mod li qassamhom.", "Jien mhux qed ngħid dan mill-lat ta' jekk dawn l-appartamenti ħaduhomx dawk in-nies li verament kien ħaqqhom, imma mil-lat li seta' sar użu aħjar minn dawn l- appartamenti.", "Dan l-iżball uriehulna ż-żmien ta' wara.", "Madankollu huwa fatt li ħadd ma jista' jkun jaf x'se jiġri fil-futur u għalhekk forsi dak iż-żmien l-Oppożizzjoni ta' llum kienet għamlet sewwa li qassmet dawn l- appartamenti għal skopijiet ta' abitazzjoni.", "Naturalment kull Membru ta' din il-Kamra jrid jerfa' r-responsabilita' tiegħu fil-konfront tad-diffikultajiet differenti li jistgħu jinqalgħu.", "Setgħet kienet ħaġa tajba li numru ta' snin ilu kienu ngħataw numru ta' appartamenti bil-mod li ngħataw, għax kif qal sewwa l-Onor.", "Schembri Adami, aħna rridu nifhmu li ċ-ċirkostanzi ta' għaxar snin huma differenti minn dawk tal-lum.", "Jien irrid ngħid ukoll li ċ-ċirkostanzi fil-qasam tad-djar ta' llum se jkunu differenti minn dawk ta' għaxar snin oħra għax aħna mhux qed nitkellmu dwar qasam mejjet li fih se npoġġu l-kadavri, imma qed nitkellmu dwar qasam li fih se jabitaw nies bi problemi u b'aspirazzjonijiet differenti.", "F'din il-Kamra hawn 65 Membru u kull wieħed minna, bħall-bnedmin ta' din id-dinja, għandu d-diffikultajiet tiegħu.", "Kull wieħed minna lill-familja tiegħu jrid jieħu ħsiebha b'mod differenti għax aħna ma nistgħux inqisu lilna nfusna bħala oġġetti li ninġarru min- naħa għall-oħra.", "Bl-istess mod, in-nies li qed nitkellmu fuqhom għandhom ukoll id-drittijiet tagħhom għax dawn huma wkoll persuni ħajjin bid- diffikultajiet tagħhom.", "GĦalhekk irridu nkunu aħna li naġġustaw rwieħna.", "Infatti dan hu li qed tagħmel l-Awtorita' tad-Djar.", "Fis-snin l-imgħoddija l-Awtorita' tad-Djar kienet toqgħod il-ħin kollu attenta għat-tibdiliet differenti li jkunu qed iseħħu fis-soċjeta' tagħna u kien proprju għalhekk li l-Awtorita' issa qed tħares b'mod differenti lejn il-problemi li għandna fil-qasam tal-housing milli kienet tħares lejhom fis- snin l-imgħoddija.", "L-Awtorita' kienet toqgħod attenta għal dawn it- tibdiliet biex tipprepara ruħha li meta jkun hemm bżonn tbiddel il-politika tagħha.", "Anke fil-qasam soċjali tad-djar, aħna rridu politika dinamika li verament twassal biex jiġu solvuti l-problemi li jistgħu jinħolqu minn żmien għall-ieħor.", "Tkun diżgrazzja jekk fil-ħsibijiet tagħha l-Awtorita' tad-Djar tibqa' tħares lejn ix-xogħol li sar fil-passat biex tkun tista' twettaq dawk il-ħsibijiet dinamiċi u tajbin għall-futur.", "Jien mhux se nitkellem dwar il-mod ta' kif tqassmu l-postijiet fil-passat imma se nitkellem dwar kienx hemm xi ħaġa li diversi nies jitkellmu dwarha.", "Madankollu jibqa' l-fatt li l-Awtorita' tad-Djar għandha problemi li huma wirt tal-passat għalkemm, bħalma qalu tajjeb diversi kelliema mill- Oppożizzjoni, għaddew seba' snin minn mindu l-Partit Nazzjonalista tela' fil-Gvern.", "Veru li għaddew seba' snin - u ftit iktar - imma aħna rridu napprezzaw ukoll ix-xogħol u t-tibdiliet li għamlet l-Awtorita' tad-Djar.", "Permezz tat-tibdiliet li għamlet almenu nħolqot kuxjenza tad-diffikultajiet li kien hemm fl-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-istess Awtorita'.", "Mr Speaker, issemmew ukoll ir-requisition orders.", "Anke f'dan il-qasam aħna konna qed ngħixu f'illużjoni u minkejja dan, il-gvernijiet ta' pajjiżna kienu kuntenti li taparsi konna qed nallokaw proprjeta' lin-nies mingħajr ma naraw verament x'kienet il-proprjeta' li konna qed nirrekwiżizzjonaw u nqassmu lil ħaddieħor.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li fost il-proprjetajiet li għandu x'jamministra ta' kuljum id-Dipartiment tad-Djar għandu fabbriki - li żgur m'humiex intenzjonati għal abitazzjoni - u postijiet oħra li huma ddikjarati bħala ħwienet u pig sty fil-Marsa.", "Id- Dipartiment tad-Djar żgur li ma għandux il-funzjoni li jieħu ħsieb stalla tal-majjali imma madankollu dan id-Dipartiment għandu quddiemu rekwiżizzjonat post bl-isem \"pig sty\".", "Dan l-eżempju li għadni kif semmejt jurina kemm verament id-Dipartiment tad-Djar ma kienx jaf x'kienet il- funzjoni tiegħu u x'direzzjoni ried jagħti lilu nnifsu.", "Dan qed ngħidu għaliex biex wieħed japprezza x-xogħol li sar fis-snin l-imgħoddija mid- Dipartiment u mill-Awtorita' tad-Djar irid ikun għexu, mar fih u ra x'inhuma d-diffikultajiet reali li kellhom.", "Illum se nitkellem dwar dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet għaliex wasal iż-żmien li jingħaqdu.", "Huwa permezz tal-ħidma li saret mill-Awtorita' u mid-Dipartiment tad-Djar li issa qed joqrob iż-żmien biex dan ikun possibbli.", "Qed ngħid li qed joqrob iż-żmien għaliex baqagħlna numru sostanzjali ta' problemi fl-amministrazzjoni ta' kuljum, speċjalment fid-Dipartiment tad- Djar, u ma rridux li meta ngħaddu l-proprjeta' kollha f'idejn l-Awtorita' tad-Djar ngħaddulha ruxxmata ta' problemi li Dipartiment tad-Djar ilu jiffaċċja għal 40 sena.", "Irridu li din tkun tista' tamministra verament u tkun taf kemm għandha postijiet li tista' tużahom biex bihom taqdi lid- diversi persuni li jkunu applikaw għalihom.", "Huwa tajjeb li nagħmlu referenzi għad-diversi kategoriji ta' nies u nitkellmu dwar il-bżonn li jkollna applikanti f'kategoriji differenti.", "Dan hu li għamel id- Dipartiment tad-Djar b'mod speċjali fit-tliet snin li għaddew u li pprova jagħmel ukoll fis-snin ta' qabel.", "Hu ried li verament ikun konxju ta' x'inhuma l-problemi billi jpoġġi s-swaba fuq il-ferita.", "U llum wieħed jista' jgħid li l-ferita' ddentifikajniha b'mod ġenerali, allura nistgħu nibdew nitkellmu dwar il-kura tagħha.", "Huwa tajjeb li nitkellmu fuq il- ferita, fuq il-problema u fuq id-diffikulta' mingħajr ma niddejqu, għaliex dak li ma jindunax li huwa marid ma jistax jibda jieħu l-kura tiegħu nnifsu billi jmur għand it-tabib biex jagħmel operazzjoni jew għand l-ispiżjar biex jixtri l-mediċina.", "Id-Dipartiment u l-Awtorita' tad-Djar indunaw li kellhom bżonn il-mediċina, it-tabib u l-operazzjoni.", "L-Awtorita' tad-Djar din l-operazzjoni diġa' għamilha f'ċerta partijiet u qed tagħti l- indikazzjoni li se tkompli tagħmilha fejn hemm bżonn.", "Dan huwa mportanti biex verament inkunu nistgħu nitkellmu dwar l-oqsma soċjali f'dan il-qasam.", "Meta tara l-konfużjoni li kien hemm fl-amministrazzjoni tad-Dipartiment tad-Djar, ma teħodhiex bi kbira li jkun hemm riżultati differenti, diffikultajiet diversi, kif ukoll taħwid fl-istess files individwali bejn proprjeta' u oħra.", "L-Onor.", "Portelli staqsa x'policy qed tintuża biex sid ta' dar jieħu daru lura jekk kemm-il darba jkun iridha.", "Illum il-policy hija waħda ċara.", "Jekk verament persuna li hija sid ta' post rekwiżizzjonat, għandha bżonnu għaliha nfisha, għal uliedha jew inkella għall-familja tagħha u tipprova li m'għandhiex proprjeta' oħra fejn joqgħod, dik il-proprjeta' teħodha.", "Wasalna f'pożizzjoni delikata għaliex kulħadd jippretendi li jieħu lura l- proprjeta' rekwiżizzjonata over the years b'diversi allegazzjonijiet ta' vendikazzjoni.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn kulħadd jippretendi li jieħu din il-proprjeta' lura.", "Illum għad fadal 26,000 proprjeta' f'idejn id- Dipartiment tad-Djar u kulħadd qed jippretendi li għandu jieħodha lura, anke jekk f'dak il-post għad hemm l-inkwilin jew il-persuna residenti.", "Aħna stajna nkunu irresponsabbli billi niddeċiedu li nidderekwiżizzjonaw il- proprjeta' kollha u nagħtuha lil sidha, imma nafu wkoll li kienet tkun kawża ta' konfużjoni kbira u ta' diżastru kbir, għaliex fl-aħħar mill-aħħar in-nies kollha li qegħdin jgħixu fi proprjeta' rekwiżizzjonata, tal-privat jew tal-Gvern, anke jekk daħlu hemm b'mod abbużiv għandhom id-dritt li jkollhom post fejn joqogħdu.", "Kemm jien kif ukoll il-Gvern konna nkunu irresponsabbli kieku ddeċidejna li nneħħu r-rekwiżizzjoniijet kollha u nitfgħu lil dawn in-nies 'il barra, aktar u aktar meta nafu li m'għandniex proprjeta' oħra fejn nistgħu inqiegħdu lil dawn il-famiji.", "F'dan is-settur saret rivoluzzjoni oħra fejn l-affarijiet qed nagħmluhom mhux biss bis-serjeta', imma b'mod li jidhru li huma serji u li huma fl- interess tan-nies kollha li, b'xi mod jew ieħor, qegħdin jibbenifikaw minn dawn l-istess djar.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn irridu li jkollna Awtorita' waħda u Bord wieħed li jaministra kollox.", "U hawnhekk saret referenza għal diversi proprjetajiet li l-istess Awtorita' qassmet fis-snin l-imgħoddija.", "Smajna diversi drabi, kemm dalgħodu u anke llejla, lil min jistaqsi kif l- Awtorita' tad-Djar wara dawn is-snin kollha ma kenitx f'pożizzjoni li tirranġa d-diffikultajiet li kellha fuq il-proprjeta' li ħadet.", "L-Onor.", "Michael Farrugia qal li l-Awtorita' għandha f'idejha proprjeta' li tqassmet lil diversi persuni f'dawn l-aħħar 16-il sena imma li fuqhom ma jistax isir kuntratt.", "GĦidt diversi drabi li dawn il-persuni għandhom il-garanzija ta' l-istess Awtorita' li huma m'għandhom l-ebda nkwiet fuq il-proprjeta' tagħhom, imma fl-istess ħin irrid ngħid mhux biss lil dawn il-persuni imma anke lil din il-Kamra u lill-poplu Malti, li għad baqgħalna problemi li huma marbuta mar-requisition ta' l-art li fuqha huma mqassmin il-plots, mhux biss f'dawk li huma plots imma wkoll - kif diġa' għidt dalgħodu - f'dak li hu bini ta' appartamenti.", "Fil-passat bnew appartamenti fuq proprjeta' li skond il-liġi ma kenitx acquired u għalkemm din kienet meħuda għal skop ta' bini, kienu għadhom ma sarux il-proċeduri legali kollha li permezz tagħhom seta' jsir it-trasferiment.", "Hawn membri ta' l-Awtorita' li ta' kuljum ikunu f'kuntatti mal-persuni li jgħixu fil-proprjeta' u jitolbu biex jixtruha, imma kontra qalbhom ikollhom jgħidulhom li l-proprjeta' tagħhom għall-mument ma tistax tinxtara jew tiġi trasferita għas-sempliċi raġuni li dik l-art għadha m'hijiex f'idejn il-Lands Department.", "Dalgħodu spjegajt - din tkellem dwarha wkoll l-Onor.", "Michael Farrugia - għaliex l-Lm0.5 miljun li kellha vvotati l-Awtorita' tad-Djar is-sena li għaddiet biex tagħti kumpens lil dawn is-sidien ma rnexxilniex nonfquhom kollha.", "Nista' nassigura lil din il-Kamra li, kif jaf is-Segretarju tal- Bord ta' l-Awtorita', kull ġimgħa l-Awtorita' tad-Djar tkun f'kuntatt mad- Dipartiment ta' l-Artijiet, bl-iskop preċiż li jsiru l-proċessi kollha li hemm bżonn ħalli din il-art titħallas u tkun tista' tiġi trasferita lid- diversi nies li bbenifikaw minnha matul is-snin li għaddew.", "Jinħolqu ħafna diffikultajiet u intriċċi legali fi proprjeta' li ilha meħuda numru kbir ta' snin għax illum jidħlu l-werrieta ta' min itteħditlu l-art u n- nies li jiġu mis-sid oriġinali, għalhekk jinħolqu problemi ta' kategoriji differenti bejn is-sidien oriġinali u dawk li huma l-werrieta tagħhom.", "Din hija xi ħaġa li meta tipprova tidħol fid-dettall tagħha taħrab tiġri għax tibża' mid-diffikultajiet kollha li jkun hemm, imma madankollu permezz tal- perseveranza u l-ħidma kontinwa tagħha, l-Awtorita' tad-Djar baqgħet f'kuntatti kontinwi mad-Dipartiment ta' l-Artijiet biex kemm jista' jkun inħarsu l-proprjeta' li ttieħdet numru ta' snin ilu.", "Mr Speaker, jien ukoll bħall-Onor.", "Farrugia nagħmel l-awgurju li mhux biss nonfqu l-Lm0.5 miljun li hemm ivvotati għal din is-sena, imma li b'xi mod jew ieħor ikollna nġibu flus oħrajn ħalli nħallsu dik il-proprjeta' u b'hekk nibdew naqtgħu id-diffikultajiet li kellna u nnaqqsu l-problemi li writna.", "Jien ma nħobbx ngħid li meta l-partit l-ieħor kien fil-Gvern għamel kollox ħażin, qatt ma tkellimt b'dak il-mod u lanqas se nitkellem b'dan il-mod fuq dan il-qasam.", "Madankollu irridu nkunu rġiel u onesti magħna nfusna u fejn minkejja t-tentattivi kollha li saru fis-snin li għaddew kien hemm diffikultajiet u problemi li għadna ma rnexxilniex insolvuhom, irridu ngħidu għad baqgħalna problemi u diffikultajiet f'numru ta' areas f'dan il-qasam li biex insolvuhom għad iridu jgħaddu numru ta' snin oħrajn.", "GĦad baqgħalna problemi li forsi xi darba nkunu nistgħu ngħidu li solvejnihom u mbagħad biss inkunu nistgħu nħarsu lura u ngħidu b'sodisfazzjon li wasalna.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk immorru lura lejn id- diversi rapporti li kienet tagħmel l-Awtorita' tad-Djar fis-snin li ilha mwaqqfa nsibu li ma kenitx titkellem dwarhom.", "Kien is-sena l-oħra li għall- ewwel darba l-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar ħass ir-responsabilita' tiegħu biex hu wkoll jibda jerfa' parti mill-piż ta' l-artijiet li tqassmu matul is-snin.", "Fil-passat kien hemm l-idea li l-Awtorita' tieħu l-proprjeta' mingħand il-Lands Department u jekk irid jieħu ħsiebha hu.", "Din l-idea bil- ħidma ta' l-Awtorita' u tal-Bord preżenti issa spiċċat u llum lanqas għadha teżisti.", "Il-Bord u l-Awtorita' tal-lum iridu verament jaħdmu ħalli jsolvu l-problemi mhux biss fl-akkwist ta' l-art mill-Kurja jew mill-privat, imma wkoll f'diversi kwestjonijiet oħrajn li hemm fuq dik il-proprjeta' li tqassmet snin ilu.", "Dawn iridu jsibu s-soluzzjoni għaliha għaliex fl-aħħar mill-aħħar in-nies li qegħdin ibatu - forsi bl-eċċezzjoni ta' individwi li jista' jkollhom plot u qegħdin f'din is-sitwazzjoni - u li jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet psikoloġiċi li ssemmew hawnhekk, minħabba li ma jistgħux jagħmlu kuntratti, ma jistgħux jissellfu u ma jistgħux jagħmlu negozji fuq l-art li għandhom, fis-sens ta' garanzija mal-banek, m'humiex aħna li qegħdin f'din il-Kamra imma huma l-istess nies li bbenefikaw.", "Mr Speaker nista' nassigura lil din il-Kamra li mhux wieħed jew tnejn ġew ikellmuni dwar din il-problema u marru jkellmu wkoll lill-uffiċjali ta' l- Awtorita' fuq id-diffikulta' li għandhom dwar dak li hu t-trasferiment tal- proprjeta'.", "Minkejja x-xogħol li sar u minkejja l-fatt li mxejna 'l quddiem u naqqasna numru minn dawk il-proprjetajiet b'diffikultajiet pendenti, jibqa' l-fatt li għad għandna xi 2,000 ruħ li għad għandhom diffikulta' għax l-art li għandhom f'idejhom - bil-post tagħhom mibni fuqha - għadna ma nistgħux nittrasferuha fuqhom.", "Din hija sitwazzjoni li jekk ikollok kuxjenza bilfors tinkwetak.", "U lill-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar illum din is-sitwazzjoni qegħda tinkwetah u se jkompli jagħmel ħiltu kollha biex inaqqas id-diffikultajiet eżistenti ta' nies li qegħdin ibatu b'konsegwenza ta' din is-sitwazzjoni.", "Wieħed jista' jħares ukoll lejn is-sitwazzjoni fl-appartamenti li qed jiġu mqassma mill-Awtorita' tad-Djar fejn għandna l-istess tip ta' diffikultajiet.", "Huwa tajjeb illi llum niġu hawnhekk u nisimgħu kritika lill- Awtorita' tad-Djar dwar l-open spaces li hemm fil-housing estates ta' pajjiżna.", "L-ewwelnett irridu nifhmu li kieku għamilna użu tajjeb ta' dawn il-housing estates f'dan il-pajjiż, kieku l-1,700,000 metru kwadru ta' proprjeta' wżajnieha b'mod iktar ekonomiku - lanqas hemm għalfejn nibnu tliet sulari jew erbgħa - kieku llum flok għandna 8,000 familja jgħixu f'din il-proprjeta', konna nkunu nistgħu nakkommodaw darbtejn u nofs iktar.", "Jien niskanta kif il-mexxejja ta' dan il-pajjiż ma rrealizzawx minn żmien ilu li f'dan il-pajjiż żgħir tagħna hemm bżonn nekonomizzaw fl-użu tal- proprjeta'.", "Naħseb li lkoll kemm aħna rridu verament inħarsu lejn din il- problema b'mod onest.", "Mr Speaker, intqal li diversi areas pubbliċi kienu mwegħdin u għadhom ma sarux.", "Ir-realta hija li fil-passat fil-pjanti kienu jiġu indikati spazji intenzjonati għal użu pubbliku, ngħidu aħna biex isiru playing-fields, jew ġonna pubbliċi, imbagħad sempliċement jitħallew fuq il-karta biss u jibqgħu ma jsirux.", "Matul is-sena li għaddiet l-Awtorita' tad-Djar, permezz tad- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar fil-Ministeru ta' l-Ambjent, ħadet passi biex jinbdew numru ta' public areas.", "Jekk inkunu onesti u nitkellmu dwar difett li jeżisti mil-lat ta' ppjanar tal-housing estates f'dan il- pajjiż, ikollna nammettu li l-ikbar difett li kellhom il-housing estates - difett li kien, għadu u jibqa' jeżisti, sfortunatament, għax ma nistgħux inwaqqgħu d-djar tan-nies biex nagħmlu open spaces - kien il-fatt illi ġew ippjanati biss spazji għall-bini tad-djar.", "Ħadd ma kien ħaseb fl-ambjent ta' madwar dawn id-djar.", "Tant hu hekk, li fil-parti l-kbira tal-housing estates - anke dawk li huma pjuttost kbar - m'hemm l-ebda ċentru tal- ħwienet, l-ebda post li wieħed jista' jqisu bħala l-fulcrum ta' l- attivita'.", "Filwaqt li huwa tajjeb illi llum nitkellmu dwar il-bżonnijiet li baqgħalhom dawn il-housing estates, irridu nkunu onesti u ngħidu illi dawn huma problemi li qed jinħassu llum minħabba li għal snin twal ma tajniex kashom u ma ħadniex il-passi neċessarji biex din il-problema tingħeleb.", "Mr Speaker, illum huwa tajjeb ukoll li nitkellmu dwar il-bżonn li nieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-housing estates u l-flats li għandna mibnija f'pajjiżna.", "Jien naqbel li għandna bżonn ninvestu ħalli l-housing estates ikunu fi stat aħjar.", "Fir-realta', minn sentejn ilu 'l hawn il-Vot tal- maintenance fil-housing estates minn Lm30,000 kif kien fis-snin ta' qabel sar Lm0.25 miljun s-sena li għaddiet u għas-sena li ġejja huwa budgeted li jkollna Lm350,000.", "Jien ngħid li jeħtieġ ninvestu iktar flus bl-iskop li nagħmlu maintenance aħjar tal-housing estates.", "Id-deċiżjoni politika ittieħdet biex nagħmlu maintenance sura ta' nies f'dan il-qasam għax minn Lm30,000 għal Lm350,000 hemm differenza ta' 'l fuq minn ħdax-il darba iktar.", "Issa hawn min forsi jgħid li Lm350,000 fis-sena mhux biżżejjed, imma għandna bżonn ħafna aktar, fejn naf, Lm8 miljun f'sena waħda.", "Nistgħu nirraġunaw b'dan il-mod, imma jidhirli li ħadna pass fid-direzzjoni ttajba biex verament ikun hemm maintenance aħjar li jwassal biex kulħadd ikollu dar aħjar milli għandu.", "Mr Speaker, issemmew ukoll il-persuni b'diżabilita'.", "Tajjeb li wieħed jitkellem dwar dan is-settur għaliex l-Awtorita' bdiet taħseb bis-serjeta' - anke jekk fil-limiti ta' bini ġdid għax ma setgħetx tmur lura u titkellem fuq bini li kien diġa' mibni - biex il-bini kollu li jkollha l-Awtorita' tad-Djar ikun skond il-bżonnijiet ta' persuni li jista' jkollhom xi diżabilita'.", "Illum il-bini qed nippjanawh b'mod illi jkun hemm l-aċċessi kollha neċessarji biex ikunu available mhux biss għall-persuni li ħafna drabi jissejħu normali - kultant ma jkunu normali xejn! - imma jkunu aċċessibbli wkoll għal dawk in-nies li jużaw wheelchair.", "Tajjeb nitkellmu wkoll dwar il-bżonnijiet ta' l-anzjani li għadhom jgħixu fi proprjeta' mikrija li għandha f'idejha l-Awtorita' tad-Djar u li jħallsu l-kera lid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Ħafna minn dawn l-anzjani ma jkunux iridu jbiddlu l-flat jew l-appartament tagħhom ma' post illi huwa iżgħar.", "Diversi drabi jkollok il-problema li tipprova tispjega lill-koppja anzjana li huwa tajjeb li jinstabilhom post isfel, madankollu huwa diffiċli biex issib post ieħor tal-Gvern li qiegħed fis-sular t'isfel għax min ikun joqgħod f'post bħal dan ma jkunx irid jitlaq minnu.", "Imbagħad għandek id- diffikulta' l-oħra li jekk issib appartament bil-faċilitajiet kollha li qiegħed fis-sular t'isfel - llum qegħdin jinbnew two-bedroomed u anke one- bedroomed apposta - l-anzjani jibdew joħolqu d-diffikultajiet u jibdew jirreżistu u ħafna drabi jsemmulek dik l-imbierka għamara li jkunu ġabru matul ħajjithom!", "GĦalhekk l-Awtorita' u d-Dipartiment tad-Djar qegħdin kontinwament f'kuntatti biex jaraw x'inhuma d-diffikultajiet ta' l-anzjani.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma jkollokx proprjeta' li hija available u li qegħda fis-sular t'isfel, ma tista' taqdi lil ħadd.", "Safejn naf jien ma nistgħux indaħħlu żewġ familji jew aktar fl-istess appartament!", "Dan kollu huwa importanti fir-rigward tal-politika tagħna dwar il-qasam tal-housing.", "Il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni tkellmu dwar diversi aspetti oħra tal- qasam tal-housing.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-Imtarfa ssemmiet b'mod li ma jagħmilx ġustizzja għax-xogħol li qed isir.", "Ix-xogħol fl-Imtarfa ilu li nbeda ħames snin u m'hux tmien snin kif intqal.", "It-tabella li saret referenza għaliha tikkommemora l-25 anniversarju .....", "Veru li dan il- proġett kien intenzjonat li jitlesta fi żmien ħames snin imma jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna, irridu ngħidu li proprju f'dawn il-ħames snin sar minn kollox biex dan il-proġett ma jinbediex.", "Avolja ma kontx responsabbli minn dan il-qasam, niftakar meta saru xi protesti u meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien tela' l-Imtarfa, qabad xi trakkijiet, imlijhom bil-materjal u niżel bihom quddiem il-bieb ta' l-Awtorita' tad- Djar proprju bl-iskop li ma jkunx jista' jitkompla x-xogħol.", "GĦall- grazzja t'Alla llum in-nies li jgħixu hemmhekk għalkemm veru jgergru mit- trabijiet u minn problemi ta' sites ta' kostruzzjoni, huma kuntenti bix- xogħol u bit-tibdil li qed isir fl-ambjent li hemm madwarhom.", "Jien ukoll ingerger kieku jkolli post qed jinbena u madwar il-post ikun hemm ħafna trab.", "Madankollu dawn in-nies qed japprezzaw ix-xogħol li qed isir għax kontinwament bl-iktar mod ċar - għax wieħed jista' jarah kuljum - iħossu l- bidla li qed issir madwarhom.", "Dawn qed jaraw li permezz ta' din il- kostruzzjoni kontinwa se jgawdu huma, uliedhom u l-komunita' kollha li qiegħda u li għad trid tmur toqgħod hemm.", "F'din il-Kamra issemma wkoll il-fatt li qed isir ground tal-football - mhux sports complex jew affarijiet oħra kif intqal hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Madankollu kultant nieħu l-impressjoni li f'din il- Kamra hawn xi nies li verament għandhom memorja qasira.", "Donnu nsejna li għal numru ta' snin kien hemm insistenza biex f'dan il-ground ma jsir xejn iktar.", "Din id-deċiżjoni la hi kwestjoni ta' ras iebsa u lanqas ta' responsabilita'.", "Qed ngħid dan għax intuża l-kliem \"hemm bżonn li l- Ministru jkun responsabbli\".", "Jien ilni responsabbli għal dan il-qasam mit- 28 ta' Frar, 1992 u minn dakinhar ili responsabbli mill-iżvilupp li seħħ, li qed iseħħ u li se jkompli jseħħ ġewwa l-Imtarfa.", "Jien naf mil-liema tip ta' problemi - speċjalment fl-ewwel xhur - kelli ngħaddi biex verament inkun nista' nara dan il-proġett jitlesta.", "Kollox jindika li fix-xhur li ġejjin mhux talli inkunu mxejna fix-xogħol imma talli verament inkunu qrobna biex inlestu dan il-proġett.", "Meta dan il-proġett jitlesta vera se jkun monument.", "Dan il-monument mhux se jfakkar lill-Onor.", "Ċensu Galea - bħalma qal l-Onor.", "Noel Farrugia - imma se jfakkar l-impenn ta' l-Awtorita' tad-Djar u anke tal-Gvern li jagħmel l-affarijiet bis-serjeta' mingħajr ma jiddejjaq bil-kritika li jista' jkun hemm f'mumenti partikolari.", "L- affarijiet li jkun hemm bżonn isiru dan il-Gvern jibdiehom, ikomplihom u jlestihom.", "F'ħin minnhom hawnhekk issemmew id-dry areas u ssemmew ukoll postijiet oħra simili.", "Jien ma naħsibx li għandi għalfejn inkompli nitkellem dwar il- proġett ta' l-Imtarfa.", "Madankollu jien nemmen li jekk verament irridu nkunu onesti magħna nfusna, ikun tajjeb jekk nitkellmu dwar is-sussidji soċjali li dalgħodu għamel referenza għalihom b'mod tajjeb l-Onor.", "Freddie Portelli.", "Forsi l-Onor.", "Membru seta' jikkompara s-somom ta' x'kienu l- aħħar ċifri - għalkemm naqqasna u żidna in between - pero' l-iktar ċifri importanti li għandna f'dan il-qasam u li huma marbutin man-nefqa soċjali f'sussidji li qed tagħmel l-Awtorita' u li qed jagħmel dan il-Gvern, donnu ma rahomx jew insihom, inkella ma ftakarx fihom apposta.", "Ir-realta' hi li l-Awtorita' tad-Djar, f'dak li hu bini ġdid, tat sussidju ta' 41%; dan ifisser li għal kull Lm10 li tonfoq għall-bini tad-djar qed iddaħħal Lm6 biss.", "Din hi s-sitwazzjoni, imbagħad niġu nitkellmu fuq żbilanċi ta' pagamenti!", "F'dan ir-rigward iridu jiddeċiedu, għax jew se nitkellmu dwar il-bżonn li nagħtu s-sussidju u li nagħtu għajnuna lin-nies li jgħixu f'dawn il-postijiet, inkella se nitkellmu dwar żbilanċi.", "Jekk jogħlew is- sussidji bilfors ikun hemm żbilanċi ikbar.", "L-istess jista' jingħad għal dik li hija proprjeta' okkupata mill- inkwilini.", "Hawnhekk is-sussidju m'huwiex ta' 40% imma ta' 70%.", "Matul is- sena li għaddiet, l-average tas-sussidju li ngħata lill-inkwilini li xtraw post tal-Gvern wassal għal 70% u dan ifisser li għal kull Lm10 dawn ħallsu biss Lm3.", "U jekk dan ma jissejjaħx qasam soċjali u sussidju soċjali ma nafx xi jrid jissejjaħ.", "Din hija sitwazzjoni fejn kull wieħed minna jrid jagħraf ikompli x-xogħlijiet li għandu.", "Kull wieħed minna jrid jerfa' r- responsabilita' ta' dak li jkun qed jagħmel.", "B'wiċċi minn quddiem irrid ngħid li fis-snin li għaddew l-Awtorita' tad-Djar mhux biss refgħet ir- responsabilita' tagħha għal dak inhar, għall-futur immedjat jew għal pjanijiet short-term, imma din illum qed terfa' kontinwament ir- responsabilita' li tħares lura lejn dak li sar b'mod żbaljat, għalkemm mhux b'intenzjoni, bl-iskop uniku li tkun tista' tħares verament l-interessi tan-nies li jgħixu f'dawn il-postijiet.", "Mr Speaker, filwaqt li għal mument ħsibt li l-VAT mhux se tissemma din issemmiet diversi drabi, kemm il-lejla u anke dalgħodu, bħala babaw ġdid fil-qasam soċjali tal-housing.", "Nhar l-Erbgħa li għaddew il-Ministru tal- Finanzi qal li rridu nkunu konsistenti magħna nfusna kif ukoll mal-politika kontinwa tagħna, anke f'dan il-qasam, sabiex dawk il-koppji li se jibnu jew jixtru darhom ...", "Ma rridx ngħid li l-Onor.", "Buhagiar ipprova jimmislidja l- Kamra, imma ma nafx għalfejn ipprova jdaħħal id-dubju li min se jixtri post ġdid mhux se jkun intitolat ukoll għal din l-għajnuna.", "Mr Speaker, anke f'dan ir-rigward konna konsistenti u b'mod iktar qawwi tajna l-għajnuna billi tajna kumpens ikbar fil-VAT lil dawk li se jirranġaw il-proprjeta' qadima tagħhom.", "Aħna qegħdin kontinwament inħarsu lejn politika li m'hijiex iktar maqsuma f'dak li huwa housing, f'dik li hija agrikoltura u f'dawk li huma setturi differenti imma qegħdin inħarsu b'mod totali lejn is- setturi differenti ta' ħajjitna, lejn il-politika ġenerali u lejn il- bżonnijiet ġenerali tagħna lkoll.", "Din hija d-direzzjoni li tat l-Awtorita' u li qed tippjani li tkompli fuqha matul is-sena li ġejja.", "Jiena ċert li r- riżultati li nkisbu matul is-sena li għaddiet se jkunu ripetuti b'suċċess akbar fis-snin li ġejjin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l- Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1994 sat-30 ta' Settembru, 1995, skond l-Att XV ta' l-1976 dwar l-Awtorita' tad-Djar ikunu approvati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRI: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-ftehim milħuq fis-seduta ta' dalgħodu.", "Billi ntalbet votazzjoni, fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.05 p.m.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja mill- 1 ta' Ottubru, 1993 sat-30 ta' Settembru, 1995, skond l-Att XV ta' l-1976 dwar l-Awtorita' tad-Djar ikunu approvati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRI: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "244", "FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Mario | |Bonello du Puis|Gatt Lawrence | |George | | |Bonnici Michael|Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Cuschieri Louis|Psaila Savona | | |Joseph | |Debono Giovanna|Refalo Louis | |Deguara Louis |Refalo Michael | | |Angelo | |Demarco Guido |Spiteri Carm | | |Lino | |Falzon Michael |Tabone Anton | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Ninu | |Frendo Michael |Zammit Stanley | |Galea Ċensu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA : 29", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Micallef Freddie| |Attard |Mifsud Bonnici | |Montalto John |Karmenu | |Bartolo |Mintoff Dom | |Evarist | | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Joseph|Moran Vincent C.| |Buhagiar |Muscat Philip | |Charles | | |Buhagiar Louis|Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech |Sant Alfred | |Joe | | |Farrugia |Sant Salvu | |Michael | | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Vella George | |Grech Edwin S.|Vella Karmenu | |Mangion | | |Charles | |", "Il-mozzjoni għaddieti.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Novembru, fid-9.00 b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kompetizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Likwidazzjoni) - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, fis-17 ta' Frar ta' din is-sena kont ktibt artiklu lil \"The Times\" dwar il-famuża Dar ta' Kejka li hemm f'Ħal Tarxien.", "Dan il-bini storiku kien qed jaqa' biċċiet u jinsteraq ġebla, ġebla.", "Min jaf dik l-arkitettura tant sabiħa fejn spiċċat, forsi f'xi ġnien ta' xi dilettant!", "Pero' sfortunatament, minn dak iż-żmien 'l hawn - ma nafx għal-liema raġuni - dan l-artiklu baqa' ma deher qatt.", "Ma naħsibx li kien xi artiklu politiċizzat, anzi jien jidhirli li bih kont qed nagħti l-kontribut tiegħi għall-ħarsien tal-wirt kulturali tagħna.", "GĦalhekk naħseb li, proprju f'dawn il-jiem meta qed nitkellmu dwar il-Jum Internazzjonali dedikat lill-Wirt Storiku, ikun tajjeb li nitkellem dwar dan is-suġġett.", "Dwar il-wirt kulturali ta' pajjiżna smajna ħafna u kemm-il darba rajna r-responsabilita' tiegħu ddur minn Ministeru għal ieħor, qishom qed jilagħbu l-ping-pong mingħajr ħadd ma jieħu f'idejh din ir- responsabilita' b'ċerta serjeta'.", "Saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwar id-Dar ta' Kejka li llum tinsab fi stat imġarraf.", "Din hija simbolu ta' l-ineffiċjenza tal-Gvern f'dan il-qasam.", "Bħal dan il-każ nista' nsemmi postijiet oħra f'pajjiżna li juru telqa u żdingar totali fil-qasam tal-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Per eżempju, ingħataw kuntratti ta' Lm300,000 sabiex is-swar isirilhom il- floodlighting.", "Veru li jidhru sbieħ imdawlin, pero' hija ħasra li meta jinxtegħlu dawn il-floodlights wieħed ikun jista' jara s-swar mimlijin ħaxix ħażin u konsenturi għax qatt ma jiġu restawrati.", "Minkejja l-ħafna kliem sabiħ li jingħad rigward il-wirt storiku ta' pajjiżna, ma jistax ikun li jibqa' jkun hawn din in-negliġenza u t-telqa kollha.", "Bħalma jgħid il- qawl Ingliż, \"Easy words but more easy to make promises\", għax finalment hu faċli li twiegħed, imma li twettaq dak li tkun wegħedt hija xi ħaġa ferm differenti.", "Postijiet oħra fejn din it-telqa hija evidenti huma d-diversi kappelli żgħar li fortunatament pajjiżna għandu mxerrdin fl-irħula u fil-kampanja.", "Dawn il-kappelli żgħar huma marbutin mal-fidi ta' pajjiżna.", "Meta staqsejt jekk humiex se jiġu restawrati dawn il-kappelli, it-tweġiba li ngħatajt kienet li ġeneralment dawn huma responsabilita' tal-Knisja.", "Imma, fil- fehma tiegħ, il-wirt kulturali huwa tagħna lkoll u għalhekk hija responsabilita' tagħna li naraw kif naslu għal xi forma ta' ftehim ħalli l- pitturi f'dawn il-knejjes - li jiswew eluf ta' liri - ma jiġux ransacked jew jibqgħu mitluqin.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-bini monumentali ta' pajjiżna.", "Dawn minflok li qed jiġu mħarsa biex ikunu wirt storiku għal uliedna u fl-istess ħin jintużaw għal skopijiet turistiċi, qed jiġu abbandunati għal kollox.", "Dan il-bini rridu nieħdu ħsiebu għax infittxuh u ma nsibuhx.", "Hemm tliet fażijiet għall-ħarsien tal-wirt storiku ta' pajjiżna ma jibqax abbandunat.", "L-ewwel fażi hija proprjament l-identifikazzjoni ta' proprjeta' li hija wirt storiku u ta' ċertu valur għall-pajjiż.", "Meta nitkellmu fuq wirt storiku, jista' jkun li l-ewwel ħsieb li jiġina huwa ta' xi ħadd li jħalli xi borża flus bħala wirt, imma f'dan il-kontest mhux qed nitkellmu fuq wirt individwali.", "Il-wirt storiku ta' pajjiżna huwa tal-poplu tagħna kollu, indipendentament mit-twemmin politiku tiegħu.", "Dan huwa wirt ta' ġenerazzjonijiet sħaħ, inkluż ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu warajna u għalhekk iktar għandna r-responsabilita' li nieħdu ħsiebhom.", "Mela l-ewwel fażi u forsi l-iktar waħda sempliċi hi dik li nidentifikaw dawn is-siti.", "F'pajjiżna ħafna drabi lanqas biss isir dan l-eżerċizzju.", "GĦalkemm dan il- Gvern ilu jmexxi lil pajjiżna seba' snin, l-iktar fażi faċli in konnessjoni mal-wirt storiku għadha sejra.", "Kultant il-Planning Authority tippubblika ritratti ta' xi bini antik biex tindika li t-tali area hi preservata u taqa' taħt it-tali parti ta' l-iStructure Plan.", "Pero' għadha ma teżistix identifikazzjoni adegwata tal-proprjetajiet li huma meqjusa bħala l-wirt storiku tagħna.", "Ħafna drabi meta niġu għal din l-identifikazzjoni jista' jkun hemm interessi konfliġġenti.", "Sfortunatament aħna pajjiż żgħir u ċ- ċokon tagħna joħolqilna ċerti limitazzjonijiet.", "Ġieli ma jkunx faċli li żżomm sit milli jiżviluppa għax ikun hemm xi monument jew bini storiku fih.", "Għalhekk huwa importanti li ssir l-identifikazzjoni minn qabel.", "Meta jkollok interessi konfliġġenti rridu naraw li fejn hu possibbli jipprevali l-interess tal-wirt patrimonjali tal-pajjiż u, jekk jista' jkun, jinstabu siti alternattivi fejn jistgħu jitqiegħdu monumenti u affarijiet storiċi li jkollhom jiġu mċaqilqa minħabba xi żvilupp.", "Każ tipiku fejn kien hemm nuqqas ta' ppjanar huwa f'Ħal Tarxien fejn inbena bank - bil-permessi kollha neċessarji - b'mod li l-famuż Salib tad- Dejma ġie eżattament quddiem il-bieb.", "Wara li nbena l-bank indunaw b'din il-problema u għalhekk ċaqilqu s-salib minn hemm.", "Preferibbilment f'każijiet bħal dawn l-ewwel għandu jsir l-ippjanar, u qabel ma joħorġu l- permessi jaraw li ma jkunx hemm xi bini storiku f'dak is-sit partikolari.", "Imbagħad isir feasibility study u jekk ikun hemm bżonn, niżnu l-interessi.", "Pero' għandna naraw li ma nkunux aħna li nagħmlu dawn l-interessi konfliġġenti.", "It-tieni fażi fil-ħarsien tal-wirt storiku hija r-restawr ta' dawn il- postijiet fejn ikun hemm bżonn.", "Illum issib bini storiku li huwa beyond repair għax tant ġie traskurat illi llum huwa impossibbli li tirrestawrah.", "Imbagħad hemm każijiet oħrajn fejn jista' jsir restawr u riabilitazzjoni tas-sit, imma sfortunatament għadna ndawru wiċċna, qishom dawn huma affarijiet li nistgħu ngħaddu mingħajrhom, m'humiex importanti, y nistgħu niddeċiedu li dak li wasal għandna tul il-mijiet u eluf tas-snin jibqa' mingħajr l-attenzjoni li tixraqlu!", "Wara li tkun saret l-identifikazzjoni tas-siti storiċi u anke jkun sar ir- restawr kollu possibbli ta' dawn is-siti, li minnhom għandna diversi f'dan il-pajjiż, għandu jkun hemm it-tielet fażi, li ngħidulha continual vigilance.", "Jiġifieri m'hux biżżejjed li nirranġaw oġġett u mbagħad ma nagħtux kasu biex wara erbat ijiem jerġa' jispiċċa mitluq u traskurat.", "Jekk nirrestawraw xi ħaġa, imbagħad irridu naraw li tingħata attenzjoni u ssir superviżjoni regolari biex dawn il-monumenti u siti tassew jibqgħu restawrati u f'kondizzjoni tajba għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Ovvjament hemm ċirkostanzi naturali li minħabba fihom issir ħsara lil dan il-wirt storiku; per eżempju biż-żmien u bil-weather erosion jistgħu jispiċċaw biex jitmermru jew xi ħadd aċċidentalment jidħol b'karozza f'xi bini storiku.", "Imma proprju għalhekk għandu jkun hemm viġilanza u superviżjoni kontinwa biex il-wirt storiku li għandna jiġi kkurat u ma jerġax jiġi fl-istat ħażin li kien fih qabel ma jkun ġie restawrat.", "Il-vandaliżmu huwa xi ħaġa kundannabbli fil-pajjiż.", "Sfortunatament dan jista' jkun riżultat ta' xi ħadd li jkun irid jiżvoga u ma jsibx mod ieħor.", "Għandna nagħmlu l-almu tagħna kollu biex almenu kull sit storiku jiġi identifikat b'mod li kulħadd ikun jaf li dak huwa bini ta' ċertu valur u mhux sempliċement bini li qed jaqa'.", "Għalhekk għandna naraw li jsiru xi barrikati - jiġifieri mhux qed nitkellmu fuq affarijiet ta' spejjeż fenominali - li jindikaw li t-tali post huwa sit ta' wirt storiku għall- pajjiż.", "Hawnhekk jidħol ukoll l-element tal-kuxjenza pubblika li l-Gvern ftit li xejn qed jagħmel biex isawwar f'uliedna.", "Mhux sewwa li ħafna drabi meta n-nies jaraw bini antik jaħsbu li huwa bini żdingat li jkun aħjar jekk jitwaqqa'.", "B'sempliċement tabella jew billboard li jindikaw id-data ta' meta twaqqaf xi bini storiku partikolari jew li jiddeskrivu għal xiex kien iservi qabel dak il-bini, tkun tista' tikber din il-kuxjenza fost il-poplu.", "Barra minn hekk fuq dawn it-tabelli għandu jitniżżel li dik hija proprjeta' tan-nazzjon Malti.", "Għalkemm pajjiżna huwa żgħir, żgur li huwa għani ħafna fil-kultura.", "Per eżempju, meta ftit ilu kont l-Amerika nnotajt li l-Amerikani jgħiru għal pajjiż ċkejken bħal tagħna, għaliex huma ma jistgħux jiftaħru li għandhom storja li tmur lura bħal ta' pajjiżna.", "Din hija xi ħaġa li tagħtina identita', pero' sfortunatament m'aħniex qed nieħdu ħsiebha.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa dwar is-sehem ta' l-għaqdiet volontarji f'dan il-qasam.", "Veru li kien hemm eċċezzjonijiet fejn intalbet l-għajnuna ta' għaqdiet volontarji li jħobbu l-kultura u li jaħdmu favur il-kultura.", "Per eżempju naf li l-għaqda Din l-Art Ħelwa għamlet ħafna ġid, pero' jien ċert li hemm ħafna għaqdiet oħrajn li lesti li jidħlu għar- responsabilitajiet li jistgħu jiġu fdati lilhom, basta jingħataw il- faċilitajiet, l-għajnuna u l-inkoraġġiment biex ikunu jistgħu jerfgħu parti minn dan il-piż li jġorr il-pajjiż sabiex għada pitgħada lil uliedna ma nġegħluhomx jistħu għaliex illum ħallejna din il-parti mill-kultura ta' pajjiżna tiddeterjora.", "Kif għidt aktar kmieni, jiena ktibt lil ''The Times\" mhux għaliex għandi xi simpatija speċjali lejn dan il-ġurnal, imma għaliex jien il-kelliem tal-Partit Laburista dwar il-kultura, l-isports u ż- żgħażagħ.", "Jidhirli li b'rispett lejn il-kultura ta' pajjiżna - mhux b'rispett lejja personali - il-ġurnali għandhom funzjoni importanti x'jaqdu f'dan ir-rigward; għandhom jgħinu sabiex tikber il-kuxjenza fil-pajjiż u ma jħarsux lejn dawn l-affarijiet skond min jikteb dwarhom.", "Dawn huma affarijiet nazzjonali, huma parti mill-patrimonju tagħna u huma 'l fuq mill-politika.", "Aħna għandna r-responsabilita' li narawhom jiġu mħarsa.", "Illum dan il-wirt storiku jaqa' taħt l-istess Ministeru li huwa responsabbli miż-żgħażagħ u l-kultura u għalhekk m'hemm l-ebda skuża biex jintlagħab il-ping-pong bihom billi r-responsabilita' għalihom tiġi mfarfra minn Ministeru għal ieħor.", "Jeħtieġ li issa ngħaddu biex nieħdu passi xierqa u konkreti li jagħmlu ġieħ lil pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li l-isports f'pajjiżna għandu bżonn jissaħħaħ ferm aktar mill-aspett edukattiv, fiżiku, tkeniku u xjentifiku sabiex quddiem l-isfidi u l- aġġornamenti li jridu jwettqu l-isportivi Maltin u GĦawdxin, jilħqu livelli aħjar ta' preparazzjoni u parteċipazzjoni fid-dixxiplini sportivi tagħhom.", "Sfortunatament il-Gvern m'hux qed ikun daqstant tekniku u aġġornat ma' din ir-realta' li qed jiffaċċja l-kamp sportiv Malti.", "Konferma ta' din ir- realta' huwa l-fatt li matul dawn l-aħħar seba' snin qatt ma ġie mwaqqaf il- Kunsill Nazzjonali għall-Isports, qatt ma tressqet l-ebda liġi li tħares u tirrispetta lill-għaqdiet nazzjonali u lill-clubs individwali li għandhom x'jaqsmu ma' l-isports.", "Kieku ssir liġi bħal din, tkun tista' tiġi regolata aħjar l-ordni sportiva, bil-għan li f'pajjiżna kemm jista' jkun tiġi evitata l-korruzzjoni fl-isport.", "Naħseb li llum għandhom jiġu regolati l-aspetti kummerċjali fl-isport, li sfortunament qed joħolqu żbilanċ u firda bejn klassi u oħra sportiva, kif ukoll għandha tingħata għajnuna ġusta skond il-mertu ta' l-għaqdiet nazzjonali biex jitnaqqsu l- inġustizzji u l-preferenzi li jsiru kemm fil-livell amministrattiv, ta' l- Istat, kif ukoll minn għaqdiet li jkollhom saħħa meta paragunati ma' għaqdiet li jirrappreżentaw dixxiplini sportivi żgħar.", "Liġi bħal din tista' torbot b'responsabilitajiet ferm akbar lill-atleti u lill-uffiċjali ta' l-isport u anke tara li jiġu regolati u upgraded il-kumplessi sportivi li jeżistu, kif ukoll taħseb għal oħrajn ġodda li jistgħu jsiru.", "Permezz ta' liġi bħal din jiġi enfasizzat id-dritt liċ-ċittadini kollha li jipprattikaw dixxiplina sportiva, għaliex sal-lum f'pajjiżna hawn ħafna ċittadini li minħabba n-nuqqas ta' sorveljanza ftit li xejn jistgħu jintegraw fil-kamp sportiv.", "Nixtieq li fi żmien qasir tkun tista' titwettaq inizjattiva bħal din, jiġifieri li tersaq liġi f'dan ir-rigward biex tkun tista' tħares dan il-qasam f'pajjiżna u, kif għidt diġa', tħalli ħafna spazju lis-soċjeta' biex toħloq aktar opportunitajiet f'dan il-qasam, tipproteġi lil min hu involut u tirregola l-aspett mediku fl-isport.", "B'hekk ikun jista' jinbena aktar sens ta' kultura sportiva fil-livell ta' kondizzjoni fiżika, teknika u xjentifika ħalli l-isportivi jħossuhom aktar b'saħħithom minn kull lat.", "Għalkemm nifhem li l-Gvern ma kienx negattiv għal kollox f'dak li għamel, żgur li fl-aspett legali u dak amministrattiv fil-qasam ta' l-isport, il-Gvern kellu falliment, minkejja l-fatt li l- Gvern Nazzjonalista dejjem kellu nies bi professjoni legali bħala ministri jew segretarji parlamentari responsabbli mill-isport.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar it-taxxa tal-VAT.", "Jien inħoss li għandu jsir sforz mill-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru għall-Ambjent sabiex l-inġustizzja li se ssir mad-developers tal-bini tiġi rimedjata, fis- sens li billi minn Jannar tas-sena d-dieħla se tiġi introdotta t-taxxa tal- VAT, id-developers li japplikaw għall-permessi tal-bini matul l-1994 u anke qabel, se jkollhom iħallsu din it-taxxa innoċentement.", "Għaldaqstant tkun deċiżjoni matura li bħalma suppost li kien kompitu ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar li toħroġ il-permess fi żmien tmien ġimgħat - xi ħaġa li ma twettqitx - u f'ċertu sens din ġiet eżentata minn dan l-obbligu, hekk ukoll dawn id-developers għandhom ikunu eżentati minn kull ħlas ta' VAT dovuta għal xogħlijiet li jridu jsiru fuq bini, ngħidu aħna l-fees għall-permessi.", "Jiena nifhem li tkun qed issir inġustizzja mad-developer jekk jeħel din it-taxxa sempliċement għax ma laħaqx inħareġ il-permess fiż-żmien stipulat, minkejja li jkun ilu żmien li applika.", "Aħna nafu li minkejja l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid twettaq ċerti riformi, fiha nnifisha għandha ċerti problemi amministrativi, u għalkemm il-Gvern ilu s-snin jgħid li għamel ħafna preparamenti f'dan il-qasam u minkejja li din l-Awtorita' kellha tkun mudell ta' kif awtorita' moderna għandha tiffunzjona b'mod prattiku u tekniku, għad hemm ċerti problemi u dak li kien ippjanat għadu mhux qed isir.", "Biżżejjed insemmi li meta l-Awtorita' ġiet trasferita minn bini għal ieħor, inħela ħafna żmien, ħafna files ġew spostjati u ħafna drabi ċittadin li kienu jersqu quddiem l-Awtorita' biex jitolbu xi forma ta' informazzjoni, ġew imċaħħda minn dik l-informazzjoni.", "Dalgħodu stess iltqajt ma' nies li għalkemm ma jiġux mid-distrett tiegħi - fil-fatt huma mill-Gżira - wassalthom hawnhekk biex jispjegaw lill-Ministru li għall- aħħar ta' Frar kienu applikaw għal change of use ta' xi proprjeta', u għal xi raġuni jew oħra għadhom qatt ma ngħataw informazzjoni dwar x'ġara mil- file jew x'qed jiġri.", "Issa jekk il-permess mhux se jinħareġ din is-sena, dawn in-nies is-sena d-dieħla se jkollhom jidħlu f'ħafna spejjeż żejda inoċentement.", "GĦaldaqstant jekk aħna verament nemmnu li ċ-ċittadin jiġi l- ewwel u jekk verament irridu nerfgħu r-responsabilitajiet tagħna, ma nistgħux naħslu jdejna minn ċirkostanzi bħal dawn, għax inkella nkunu qed nonqsu mir-responsabilita' tagħna.", "Jien nappella kemm lill-Ministru tal- Finanzi kif ukoll lill-Ministru għall-Ambjent biex jifhmu l-importanza tal- fatt li jekk f'pajjiżna rridu nwettqu ġustizzja u noħolqu kultura ta' ambjent fejn iċ-ċittadin jiġi rispettat, allura m'għandniex noqogħdu lura minn din ir-responsabilita'.", "Nikkonkludi billi ngħid li ġejt informat li jeżistu ċirkostanzi fiċ- Ċentru għal Persuni b'Diżabilita' fl-Imtarfa fejn hemm persuni li huma interessati li jibdew jesperjenzaw attivita' f'dan iċ-Ċentru, imma ċ-Ċentru mhux qed isib għajnuna f'dak li għandu x'jaqsam ma' trasport, bil- konsegwenza li dawn il-persuni qed jiġu mċaħħda milli jesperjenzaw il-ħidma ta' dan iċ-Ċentru.", "Jiena jidhirli li l-flus biex jinxtara van lifter għal dan iċ-Ċentru kienu ġew approvati snin ilu.", "Minkejja li din il-problema ġiet għall-attenzjoni tal-Ministru kemm-il darba u minkejja li waqt il- question time ta' dalgħodu l-Ministru qal li ma jafx biha, inħoss li kien qed jipprova jevitaha.", "Nifhem li dan iċ-Ċentru tassew għandu bżonn ta' van lifter biex jiġi megħjuna mhux biss il-persuni li jiffrekwentaw dan iċ- Ċentru llum, imma anke persuni b'diżabilita' li jixtiequ jibdew jesperjenzaw ħidma f'dan iċ-Ċentru.", "Għalhekk għandha tittieħed l- inizjativa biex f'dawn il-jiem li ġejjin, meta pajjiżna jingħaqad mal-bqija tal-pajjiżi tad-dinja biex jiċċelebra l-Jum Dinji għal Persuni b'Diżabilita', dan iċ-Ċentru jiġi provdut bil-fondi neċessarji ħalli jkun jista' jipprovdi dan is-servizz meħtieġ.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti li aħna f'din il-Kamra nibdew nirriflettu dwar fejn inqasna amministrattivament jew teknikament f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Nixtieq nagħmel referenza wkoll għall-problema li nħolqot meta pajjiżna kien qed jospita mijiet ta' atleti sportivi f'Paceville.", "Jiddispjaċini ngħid li nnotajt li ma saret ebda ħidma biex isiru r-rampi meħtieġa ħalli dawn il-persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jgawdu l-iktar post popolari maż-żgħażagħ f'pajjiżna.", "Jiena ħassejt li kellha ssir ħidma minn ħaddiema tal-Gvern, inkluż mill-Ministru responsabbli, biex dawn l-affarijiet isiru.", "Fl-opinjoni tiegħi, mhux sewwa li lanqas quddiem il-Park Hotel fejn kienu ospitati dawn l-isportivi ma kien hemm rampi għall-bankini.", "Jekk fost il- poplu tagħna rridu nibnu kultura ta' kuxjenza dwar l-importanza ta' l- għajnuna, is-solidarjeta' u l-appoġġ li għandna nagħtu 24 siegħa kuljum lil dawn il-persuni, dawn l-affarijiet għandhom jinġiebu għall-attenzjoni ta' min hu responsabbli.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 28 ta' Ovembru, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.38 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "LADY OLGA MAITLAND", "22351.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Għal-liema raġuni li f'Lulju li għadda l-Gvern Malti ffinanzja lejl fil-Lukanda Phoenicia għal Lady Olga Maitland (Konservattiva mill-kostitwenza ta' Sutton u Cheam) u magħha ffinanzja wkoll lejl għar-raġel tagħha, binha u ħabib ta' l-iskola?", "Kemm ġie jiswa b'kollox dan il-ġest?", "Mill-1992 sal-lum min kienu dawk il-barranin li bħal Lady Olga Maitland u l-entourage tagħha kienu mistiednin tal-Gvern Malti f'Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lady Olga Maitland, il-Vice Chairman ta' l-All party Malta Group tal-House of Commons, ġiet mogħtija ospitalita' in konnessjoni mat-taħdidiet li kellha mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ingilterra.", "Il-Gvern jagħti ospitalita' f'dawk iċ-ċirkostanzi li jidhirlu li huma ta' utilita' u interess għal Malta u dan kif minn dejjem sar anke taħt amministrazzjonijiet preċedenti.", "GĦAWDEX - KUMPLESS MIKELANĠ REFALO", "22352.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid mindu bdiet din is-sena skolastika min kien maħtur Kap tal-Kumpless Mikelanġ Refalo ta' Għawdex?", "Kemm attenda xogħol mindu ħa l-ħatra?", "X'passi se jittieħdu biex dak il-Kumpless post-sekondarju jkollu kap?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is-Sur Michael Cassar kien inħatar Kap tal- Kumpless Mikelanġ Refalo ta' Għawdex fil-bidu tas-sena skolastika, meta l- kap ta' l-iskola ta' qabel kien għadu kemm ħa ħatra fi skola oħra.", "Is-Sur Cassar kien assenti fuq sick leave mid-data tal-ħatra tiegħu sad- data meta ġie assenjat dmirijiet fi skola primarja - trasferiment li jidher li fejqu mill-mard.", "Għalhekk ma attenda qatt bħala Kap tal-Kumpless Mikelanġ Refalo.", "Ittieħdu passi biex ikun assenjat Assistent Kap ieħor fil-Kumpless Mikelanġ Refalo u minnufih ma ħassux tajjeb l-Assistent Kap li kien qed imexxi l-iskola waħdu, tant li dan ħareġ bis-sick leave għal xi żmien.", "Qed jittieħdu passi biex ikunu maħtura kapijiet ta' skejjel biex id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tkun f'pożizzjoni tassenja kap għal din l- iskola.", "Nispera li min jinħatar u jkun assenjat f'din l-iskola ma taqbdux xi marda hu wkoll.", "Inżid ngħid li nispera li l-Onor.", "Interpellant jaqbel li mhux sewwa li min jieħu ħatriet jippretendi li jkun hu li jiddeċiedi fejn ikun assenjat meta d-Diviżjoni u l-Ministeru huma responsabbli biex jaqdu mhux ix-xewqat personali ta' l-impjegati iżda l-bżonnijiet tal-pajjiż.", "Nispera wkoll li għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant ma jimpressjonax ruħu wisq bi pressjonijiet li jsiru, inklużi petizzjonijiet b'talbiet ta' ġenituri kif donnu għamel meta staqsa l-mistoqsija parlamentari numru 22304 li għaliha tajt tweġiba fis-Seduta 346.", "FRANCISCO DE ASSIS QUEIROZ - MAĦFRA PRESIDENZJALI", "22491.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru wara li ra l-kundanna tal-poplu kollu dwar il-maħfra Presidenzjali tal-priġunier Francisco de Assis Queiroz hux beħsiebu jressaq il-każ tiegħu quddiem il-Kummissjoni ta' Kontra l-Korruzzjoni biex jiġi nvestigat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk l-Onor Membru għandu provi li jħoss li għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni jista' jagħmel dan minn jeddu.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - NUQQAS TA' MEDIĊINI U APPARAT MEDIKU", "22667.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li n-nuqqas ta' mediċini u apparat mediku li jeżistu bħalissa huwa dovut minn skarsezza akuta ta' fondi fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "X'inhi r-reazzjoni tal-Ministru għad-dikjarazzjoni magħmula mill- importaturi u ppubblikati fl-ewwel faċċata ta' \"The Malta Independent\" tat- 13/11/94, fejn l-importaturi qalu li n-nuqqas ta' flus fid-Dipartiment tas- Saħħa huwa riżultat ta' \"mismanagement, overspending u lack of funds\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din is-sena 1994, ġew allokati Lm5.6 miljun għax- xiri ta' mediċini u apparat mediku, li hu iktar milli qatt ġew ivvotati s'issa.", "Ix-xiri jsir fuq bażi ta' sentejn 'stock & on order'.", "Xi nuqqas temporanju li jista' jkun hemm ta' mediċini u apparat mediku m'huwiex dovut għal skarsezza ta' fondi fid-Diviżjoni tas-Saħħa, imma għall- fatturi oħra bħalma huma żieda imprevedibbli fil-konsum ta' xi mediċini, domanda għal 'disposables' u apparat ieħor li qed dejjem tikber, kif ukoll ittardjar ta' xi konsenji.", "F'każijiet bħal dawn, id-Diviżjoni tagħmel mill- aħjar biex tixtri l-ammonti meħtieġa ħalli jlaħħaq ma' dan il-konsum.", "M'huwiex dejjem possibbli li tinstab kwantita' biżżejjed mis-suq lokali jew li l-ordnijiet minbarra jaslu malajr.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall- mistoqsija parlamentari numru 22668.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - ĦLAS LILL-IMPORTATURI", "22668.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma l-istorja fl-ewwel faċċata ta' \"The Malta Independent\" tat-13 ta' Novembru, 1994 li d-Dipartiment tas- Saħħa spiċċawlu l-flus biex iħallas l-importaturi tal-mediċini u apparat mediku ieħor?", "Veru li dawn l-importaturi għadhom ma tħallsux għal dawk il- provvedimenti li għamlu mill-ewwel ta' Ġunju ta' din is-sena?", "Veru li dawn l-ispejjeż jridu jitħallsu mill-Budget tas-sena d-dieħla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-artiklu li għalih qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant minkejja dak li ġie ppublikat, id-Diviżjoni kompla jipproċessa kontijiet għall konsenji ta' mediċini u apparat mediku li kienu ordnati u, sa l-aħħar ta' Awissu, il-pagamenti f'dan ir-rigward kienu jammontaw għal madwar Lm600,000 kull xahar.", "Kif normalment jiġri lejn l-aħħar tas-sena finanzjarja, din is-sena wkoll il-pagamenti ma baqgħux sostenuti bl-istess ritmu.", "Mill-bilanċ li fadlilha, id-Diviżjoni baqgħet tuża l-mezzi kollha possibbli biex jiġu mħallsa kontijiet pendenti li numru ferm żgħir minnhom biss kienu għall-konsenji li waslu lid-Diviżjoni f'Novembru tas-sena l- oħra.", "Id-Diviżjoni tikkonferma li l-parti l-kbira tal-kontijiet għall-konsenji li waslu sa Ġunju kif ukoll xi oħrajn li waslu sa Lulju ta' din is-sena u li kienu iċċertifikati li jistgħu jitħallsu, fil-fatt ġew issetiljati.", "Ta' min isemmi li f'ċerti każi kontijiet idumu ma jitħallsu minħabba nuqqasijiet min-naħa ta' l-aġenti fosthom dawk li ma jibgħatux id-dokumenti mitluba jew minħabba dokumenti bl-informazzjoni inkompleta jew żbaljata.", "Kull sena jkun hemm 'spill over' għas-sena ta' wara, jiġifieri li l- konsenji li jkunu ordnati matul is-sena korrenti jew jaslu fl-aħħar xahrejn tas-sena u ma jilħqux isiru l-pagamenti tagħhom jew inkella jaslu fil-bidu tas-sena ta' wara.", "Fiż-żewġ każi, l-pagamenti jitħallsu mill-fondi li jkunu ġew ivvotati għas-sena finanzjarja l-ġdida, f'dan il-każ tkun dik ta' l-1995.", "Dan m'huwiex 'mismanagement' jew 'overspending' imma ħafna drabi konsegwenza ta' dewmien fl-'award' ta' 'tenders' jew proċeduri li jieħdu fit-tul sabiex kollox isir bit-trasparenza, u li għalhekk id-Diviżjoni ma tistax toqgħod lura milli tagħmel ordnijiet għaliex inkella tista' tispiċċa sprovvista minn mediċini u apparat mediku li jeħtieġu l-pazjenti.", "MOSTA - POLIKLINIKA TAL-GVERN", "22669.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex iċ-ċwievet ta' l-istore fil-poliklinika tal-Mosta ma jkunux disponibbli meta n-Nursing Officer tkun off duty?", "Peress li ħafna drabi jkun hemm il-bżonn ta' xi affarijiet li jinżammu fl-istore, imma l-istaff li jkun \"on duty\" ma jkunux jistgħu joħorġu dawn l-affarijiet billi ċ-ċavetta ma tkunx disponibbli għalihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li meta n-'Nursing Officer' fiċ- Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta ma tkunx 'duty', iċ-ċwievet li ma jkunux disponibbli huma dawk li jagħtu għall-'istore' prinċipali fejn hemm maħżuna primarjament strumenti 'spare' u affarijiet bħal 'fans' u 'heaters'.", "Hemm ukoll maħzuna l-'istocks' goffi.", "Minbarra dan l-'istore' hemm 'sub-store' li fih ikun hemm maħżuna provvista ta' affarijiet għal dak li jista' jinqala' u ċ-ċwievet għal dan ikunu disponibbli.", "Dan minn barra l-ammont li jkun hemm maħruġ fit-'Treatment Room'.", "In-'Nursing Officer' ta' kuljum tiżgura li jkun hemm affarijiet disponibbli biex ma jkunx hemm ħtieġa li jinfetħu l-'istores'.", "Din il-proċedura tintuża f'Ċentri tas-Saħħa oħra u rari ħafna jinqalgħu problemi tan-natura li rrefera għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - NUQQAS TA' AFFARIJIET MEDIĊI", "22670.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fil-polikliniċi hemm nuqqas kbir ta' affarijiet li jintużaw ta' sikwit, bħal elastoplast, butterfly sutures u suture packs sterilizzati meta ħafna drabi il-materjal għas-suturi li jkun hemm mhux addattat għax-xogħol li normalment jinqala' f'dawn il-kliniċi?", "Minħabba in-nuqqas ta' suture packs sterilizzati l- istrumenti li jintużaw għas-suturi ikollhom jinżammu fis-Cidex, metodu li mhux suppost għadu jintuża minħabba r-riskju ta' infettivita'?", "Jista' l- Ministru jara li dan in-nuqqas jiġi rimedjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-unika oġġett li bħalissa jinsab 'out of stock' huma l-'butterfly sutures' li ċertament mhumiex xi ħaġa indispensabbli fil-kura tal-pazjenti.", "Dan ċertament ma jissejjaħx nuqqas kbir.", "Għalkemm kien hemm xi żmien fejn kien hemm xi nuqqas ta' 'elastoplast' dan issa ġie regolarizzat.", "Qatt ma kien hemm nuqqas ta' materjal għas-suturi.", "Jista' pero' jagħti l- każ li xi tabib jitlob xi tip ta' materjal li minnu ma jkunx hemm 'stock' fiċ-Ċentru tas-Saħħa.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li kull tabib għandu l- preferenzi individwali tiegħu u mhux possibbli li tissodisfa lil kull tabib.", "Għar-rigward tas-'suture packs', għalkemm kien hemm xi żmien fejn l- ammonti li kienu jintbagħtu mis-(CSSD) 'Central Sterile Supply Department' fl-Isptar kien baxx, ma kien hemm l-ebda problema bil-provvista ta' dawn f'dawn l-aħħar xhur.", "Ic-'Cidex' jintuża biss f'każi fejn minħabba li jkun hemm xogħol iżjed minn normal matul il-lejl u jkun fadal biss 'suture pack' wieħed, l-'istaff' jitfa' l-affarijiet fis-'Cidex' bi prekawzjoni biex jekk jinqala' aktar minn każ wieħed, ikun hemm strumenti biżżejjed.", "Irrid nerġa' ngħid li din hija l-eċċezzjoni u mhux ir-regola.", "Barra minn hekk jekk dan in-nuqqas, minħabba pressjoni qawwija ta' xogħol jinqala filgħaxija, l-istrumenti jiġu sterilizzati fl-'autoclaves' li hemm fid- 'Dental Clinics'.", "MOSTA - POLIKLINIKA TAL-GVERN", "22671.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara hux possibbli li jiġi stallat lift fil- poliklinika tal-Mosta, billi ilu jinħass il-bżonn għal dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Dipartiment għall-Kura Primarja inkluda l- proposta għall-installazzjoni ta' 'lift' fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta fil- 'Business Plan' tiegħu għal 1995/96/97.", "Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni ta' flus għal dan il-proġett trid tittieħed mill-Gvern skond il- prioritajiet tal-Pajjiż.", "SPTAR SAN RAFFAELE", "22710.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li parti mill-Isptar San Raffaele se tkun tikketerja għall-pazjenti privati?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-intenzjoni tal-Gvern hi li jiċċarġja Lm90 kuljum tas-sodda biss għal kull pazjent privat li juża dan l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22240 li tajt f'Seduta numru 343", "KLINIĊI PRIVATI - PAZJENTI KKURATI", "22711.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm kienu l-pazjenti li ġew ikkurati fi kliniċi privati f'dawn l-aħħar ħames snin li spiċċaw l-isptar minħabba kumplikazzjonijiet li nqalgħu wara li għamlu operazzjonijiet jew ġew ikkurati fi kliniċi privati?", "Mil-liema kliniċi ġew dawn il-pazjenti?", "Jista' l-Ministru jagħtini din l- istatistika għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "Meta numru ta' pazjenti qed jispiċċaw l-isptar għax qed jinqalgħulhom kumplikazzjonijiet wara li jiġu operati fi kliniċi privati, ma jidhirlux il- Ministru li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jesiġi livelli aktar għolja minn dawn il-kliniċi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa ma tinżammx statistika fl-Isptar San Luqa dwar każijiet ta' dan it-tip.", "Id-Diviżjoni tas-Saħħa tagħmel spezzjonijiet f'dawn il-kliniċi biex tassigura l-livell u l-kwalita' ta' l-attrezzament li dawn għandhom f'dawn il-kliniċi.", "POLIKLINIĊI PRIVATI", "22712.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta beħsiebu l-Ministru jġib l-emendi għal Liġi li tirregola l- kliniċi privati?", "Meta skond il-liġi l-kliniċi privati mhux suppost li jżommu pazjenti overnight wara operazzjonijiet, jaf li ħafna kliniċi qed jagħmluha din, jiġifieri li jżommu lill-pazjenti fil-kliniċi għal granet sħaħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-Regolamenti preżenti kienu saru f'ċirkostanzi ferm differenti minn dawk li għandna llum.", "F'dawk ir-Regolamenti kien hemm provvedimenti għall-kliniċi li joffru 'day-care' u ma kienx permess illi pazjent jinżamm matul il-lejl.", "Il-Gvern iddikjara pubblikament illi se jkun permess li jinżamm pazjent matul il-lejl fir-Regolamenti l-Ġodda.", "Nispera li nkun f'pożizzjoni li nippubblika dawn ir-Regolamenti fi żmien qasir.", "SPTARIJIET PRIVATI", "22713.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'kontroll se jagħmel il-Gvern fuq l-isptarijiet privati li se jiftħu dalwaqt, fis-sens ta' prezzijiet mitluba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Gvern joffri servizzi b'xejn liċ-ċittadini kollha.", "Huwa dmir tal-Gvern li jiżgura illi s-servizzi li joffri jkunu ta' l-ogħla kwalita' possibbli u skond l-aqwa 'standards' tax-xjenza medika.", "Biex nilħqu dan l-iskop qed isir tiġdied b'investiment qawwi ta' l- Isptarijiet pubbliċi.", "Huwa dmir ukoll tal-Gvern li jiżgura li s-servizzi li joffru l- Isptarijiet Privati jkunu tal-kwalita' li jiżguraw is-sigurta' tal-pazjenti skond l-aħjar 'standards' mediċi.", "Dawk iċ-ċittadini li jridu jħallsu għas-servizzi privati ta' sptar, issa se jerġa' jkollhom l-għażla li jagħmlu dan f'pajjiżhom.", "Għandi nifhem li l- prezzijiet għas-servizzi f'dawn l-Isptarijiet privati se jkunu raġjonevoli u kompetittivi.", "Barra minn dan kollu wieħed irid iħares lejn il-kwestjoni mqanqla fil- kwadru tal-Leġislazzjoni tal-Pajjiż.", "SPTARIJIET - KONSULTI PRIVATI MINN PROFESSURI U KONSULENTI", "22714.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jibda jżomm record ta' kemm konsulti jagħmlu privatament il-professuri u l-konsulenti li jaħdmu fl-isptarijiet tal- Gvern?", "Jista' jitlob bil-liġi li dawn jagħtu rendikont ta' kemm-il operazzjoni jagħmlu privatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhix il-'policy' ta' dan il-Gvern li jagħmel kontrolli ta' dan it-tip.", "QRATI - IMĦALLEF DEPASQUALE", "22734.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Imħallef Depasquale qed iħossu skomdu biex jaċċetta l-emendi li għaddew mill-Parlament li jitolbu lill-Imħallfin biex l-ewwel jeħilsu l-kawżi qodma li hemm quddiemhom?", "Jekk hu hekk, jaħseb il-Ministru li dan qed itellef lil dan l-Imħallef milli jagħmel xogħolu sewwa?", "Il-Ministru jista' jiltaqa' ma' l-Imħallef imsemmi biex tiġi riżolta din il-kwestjoni?", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Onor. nterpellant ma taax indikazjoni għal-liema Imħallef Depasquale qed jirreferi, biex tingħatalu risposta.", "VALLETTA - PROĠETT TA' MATTIA PRETI SQUARE", "22911.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se jitlesta l-proġett ta' Mattia Preti Square, Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan ix-xogħol mistenni li jitlesta sa l- aħħar ta' Jannar 1995.", "PARLAMENT - KOMMEMORAZZ-JONIJIET TA' NIES LI MIETU", "22912.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Kemm saru kommemorazzjonijiet ta' mejtin fis-seduti tal-Parlament tul is-snin 1992-1994 u ta' min kienu dawn il-kommemorazzjonijiet?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Peress li din il-mistoqsija hija bbażata fuq informazzjoni pubblika nahseb li l-Onor.", "Interpellant jezentani milli nirrispondiha.", "PARLAMENT - DIVISIONS", "22913.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Kemm saru divisions tul il-perjodu ta' l-1987-1994, sena b'sena?", "Kemm minnhom issejħu waqt id-diskussjoni ta' l-Estimi Ġenerali, sena b'sena?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Peress li din il-mistoqsija hija bbażata fuq informazzjoni pubblika nahseb li l-Onor.", "Interpellant jezentani milli nirrispondiha.", "HAMRUN - TRIQ DANNY CREMONA - PROĠETT", "22914.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-proġett li qed isir fi Triq Danny Cremona, il-Ħamrun?", "Huwa minnu li se jinbena \"Shopping Centre\"?", "Ix-xogħol li qed isir, għandu l-permessi kollha meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MQABBA - PERMESSI TAL-BINI", "22915.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk iż-żewġ aħwa li bnew Villa f'Wied Costa, limiti ta' Kandja fl-Imqabba, għandhomx il-permessi kollha tal-bini?", "Jekk le, kif u għaliex diġa' ingħataw id-dawl u l-ilma ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar informazzjoni dwar l-isem taż-żewġt aħwa, l-isem tal-Villa kif ukoll l-allokazzjoni iktar preċiża ta' din il-villa.", "PARLAMENT - STQARRIJIET MINISTERJALI", "22916.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Kemm saru stqarrijiet ministerjali tul is-snin 1981 sal-lum sena b'sena?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Peress li din il-mistoqsija hija bbażata fuq informazzjoni pubblika, nahseb li l-Onor.", "Interpellant jeżentani milli nirrispondiha.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - INCOME TAX RETURNS", "22921.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Skond ir-records tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni kemm huma f'numru dawk il- persuni/kumpanniji li għadhom ma bagħtux ir-return ta' l-Income għall- prospetti tas-sena 1990-1994, kemm huma n-numru ta' oġġezzjonijiet li saru fl-istess perjodu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qiegħed isir eżerċizzju biex jinqatgħu mir-records ta' l-Inland Revenue il-kumpanniji u azjendi u persuni li ma kellhomx għalfejn jibgħatu r-return tagħhom.", "Għalhekk mhux possibbli għalissa tingħata risposta għall-ewwel parti tal- mistoqsija.", "L-oġġezzjonijiet li daħlu kienu dawn:", "SENA KUMPANIJI INDIVIDWI 1990 1812 8188 1991 452 6676 1993 449 6259 1994 472 5479 (Sa Ottubru)", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - KONTIJIET TAD-DAWL U ILMA", "22922.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi l-persuna li għandha in-numru tal-kont 925 38991 (tad-dawl u ilma) qed tilmenta li l-kont qed jiġi għoli, jista' d-Dipartiment jara li jirrimedja l-pożizzjoni biex tinstab soluzzjoni?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il-każ imsemmi u rriżulta li f'erba' okkażjonijiet il-meter reader sab ir-residenza magħluqa u għaldaqstant il-kontijiet kellhom jinħadmu fuq stima.", "Sabiex dan il-kont jiġi aġġustat ikun opportun li l-konsumatur jikkomunika mas-sezzjoni tal-qari tal-meters sabiex jittieħdu l-qari attwali tal-meters tad-dawl u ilma.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR -APPLIKAZZJONI NRU.", "1285/94", "22923.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'kienu l-iżviluppi wara l-ittra li ntbgħatet lill-applikant Nru.1285/94 ta' l-4 ta' Ġunju, li għandha r-referenza PA/1985/94/AKM?", "X'qiegħed jikkawża d-dewmien tal-Planning Authority għal dan il-permess ta' \"Butcher Shop\"?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-rapport minn naħa tad-Direttorat ta' l- Ippjanar issa tlesta, u l-applikazzjoni waslet fl-aħħar stadju, ċioe', illi tiġi eżaminata mis-Sanitary Engineer Officer u tiġi approvata jew rifjutata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - NEFQA KAPITALI", "22961.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur tan-nefqa kapitali magħmula mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul is-sena finanzjarja 1993/1994?", "Kif kienet maqsuma din in-nefqa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-audited accounts tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għas-sena finanzjarja 1993/94 qiegħdin jinħadmu.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - KONTIJIET TAD-DAWL U ILMA", "22963.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22784 u ċioe' jista' jgħid għaliex matul dawn l-aħħar sentejn il-koppja residenti f'Ta' Duna Court 3, Triq San Pawl, Sqaq 1, Rabat qatt ma rċevew kont tad-dawl u l- ilma?", "Ma jħossx il-Ministru li dawn huma nkonvenjent bla bżonn għar-residenti?", "Jista' l-Ministru jara li jiġu regolati l-proċeduri meħtieġa sabiex jiġu regolati dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-konsumatur konċernat huwa reġistrat fuq indirizz \"care of\" li hu 67 Doni Street, Rabat.", "F'każ li l-konsumatur jixtieq jibda jirċievi l-kont tad-dawl u ilma fl- indirizz imsemmi, huwa għandu jinforma lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-aktar fis possibli.", "TELEPHONES - TRASFERIMENTI", "22966.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Minkejja l-effiċjenza li l-Korporazzjoni Telemalta tgħid li għandha fl-exchange tal-Mellieħa, it-trasferiment tat- telephone numru 521175 għadu pendenti, meta dan huwa meħtieġ għar- raġunijiet ta' saħħa, tista' l-korporazzjoni tara li tirrimedja bis-servizz immedjatament?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-applikazzjoni għat- trasferiment tat-telefon bin-numru 521175, li ġġib id-data tad-9 ta' Frar 1994, ġiet ipproċessata fl-4 ta' Novembru 1994 wara li saru estensjonijiet ta' cables fl-area ġdida magħrufa bħala Qasam Barrani fejn qiegħed jiġi mitlub it-trasferiment.", "Fit-18 ta' Novembru l-abbonat ġie nformat sabiex imur is-Sales Office tal-Korporazzjoni Telemalta sabiex jiffirma l- kuntratt.", "Is-servizz mistenni jingħata fi żmien qarib.", "DINGLI: TRIQ ĊENSA SPITERI - ESTENSJONI TAD-DRENAĠĠ", "22967.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment jara li jsiru x-xogħlijiet ta' estensjoni tad-drenaġġ fi Triq Ċensa Spiteri, f'Ħad Dingli?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Drenaġġ tat- Taqsima tax-Xogħlijiet biex jispezzjona din it-triq biex tkun tista' toħroġ offerta għal dan ix-xogħol.", "GOZO CHANNEL - VAPURI LI KKAWŻAW KORRIMENT LILL-PASSIĠĠIERI", "22975.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kawżi f'żewġ okkażjonijiet li l-vapuri tal-Gozo Channel ikkawżaw korriment lill- passiġġieri li kien hemm fuqhom?", "Kemm weġġgħu nies u x'kienet il-gravita' ta' dawk li weġġgħu?", "Kien hemm xi każi li ġew irreferiti l-isptar għal kura?", "Jekk fl- affermattiv, x'kien il-perjodu ta' dawn il-passiġġieri fl-isptar?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-Ħamis 3 ta' Novembru, 1994 l-M.V. Ċittadella żviluppawlu ħsarat tekniċi u ħabat mall-moll ta' l-Imġarr, bil- konsegwenza li passiġġier waqa' x'ħin kien nieżel it-taraġ.", "Is-Sibt 19 ta' Novembru, 1994 waqt li l-M.V. Calypso kien ħiereġ miċ- Ċirkewwa, mara li dak il-ħin kienet qed tixrob mal-Bar, waqgħet x'ħin il- vapur irrolja kaġun ta' 'swell' konsiderevoli li kienet qed taħkem l- 'area' taċ-Ċirkewwa.", "L-unika okkazjoni li fiha passiġġier iddaħħal l-isptar kienet dik tat-3 ta' Novembru, fejn il-passiġġier sofra 'slight injuries' u nżamm l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex taħt osservazzjoni għal jumejn.", "Fit-tieni każ, kien irrapportat li l-passiġġiera kienet kissret in- nuċċali.", "POWER STATION - MARSA", "22976.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti din l-informazzjoni:", "i) Meta ġew stallati t-turbini \"second-hand\" li kienu nġiebu għal Enemalta minn Palermo u Little Barford fl-Ingilterra?", "ii) Min għamel ix-xogħol ta' dismantling u \"erection\"?", "iii) Xi ħsarat kellhom dawn it-turbini kemm ilhom jaħdmu fil-Power Station tal-Marsa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "1.It-turbina Nru. 5 (Palermo) - ġiet installata fl-1982", "It-turbina Nru. 6 (Palermo) - ġiet installata fl-1983", "It-turbina Nru. 7 (Palermo) - ġiet installata fl-1984", "It-turbina Nru. 8 (Little Barford) - ġiet installata fl-1982", "2.Ix-xogħol tad-dismantling u erection sar minn ħaddiema tal-Malta Drydocks u l-Enemalta b'superviżjoni minn erectors tal-makers, ħlief fit- turbina Nru 7 fejn l-erection saret mill-kumpannija Ansaldo-Medserv.", "3.Il-ħsarat kienu dawk li wieħed jistenna minn turbini ta' dik l-eta'.", "Ħsarat maġġuri kienu tube leakages fuq il-condensers li wasslu għal retubing fil-condensers Nru. 5 u 8, xogħol estensiv fuq feed pumps u circulating water pumps, inklużi pompi u muturi ġodda, ħsara fil-gearbox Nru. 8, dħul ta' żejt fil-casing tal-generator Nru. 8 eċċ.", "Fl-ispezzjoni tat-turbina Nru 5 fl-1993 kellhom jinbidlu partijiet maġġuri bħal diaphragms.", "Fit-turbina Nru. 7, li qed tiġi spezzjonata issa, instabu wkoll ħsarat estensivi fid-diaphragms u l-isteam casing li għalkemm saru tiswijiet fuqhom, juru li l-magna qed toqrob lejn tmien ħajjitha.", "L-istess jingħad għat-turbina Nru 8, li billi kellha ħsarat fil-partijiet fejn it-temperatura hi għolja, ġie deċiż li jsir kuntratt mal-makers biex isir refurbishment li jinkludi bdil ta' partijiet maġġuri biex il-ħajja tagħha tiġi estiża.", "Dan ix-xogħol se jqum Lm2.9 miljuni.", "It-turbini Nri 5,6 u 7 ukoll qed joqorbu lejn tmiem il-ħajja tagħhom u fi ftit snin iridu jinbidlu jew isiru fuqhom xogħlijiet maġġuri bħalma se jsir fuq in-Nru.", "8.", "ĦOBŻ - ĦOBŻ TAL-MALTI", "22977.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni dwar il-mistoqsija parlamentari numru 22608 u ċioe' kemm suppost li tiżen grammi ħobża magħrufa bħala ħobża ta' ratal u kemm suppost li tinbiegħ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ħobża tal-Malti għandha tiżen mhux anqas minn 600 gramma u mhux iżjed minn 850 gramma u għandha tinbiegħ bil-prezz ta' 11-il ċenteżmu.", "PORT ĦIELES - TENDER TA' TANKIJIET", "22978.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid:", "i) Kif u meta nħarġet it-tender tat-tankijiet ta' ħażna tal-fuel fil- Freeport?", "ii) Min ħa t-tender u kemm kien il-valur ta' dan it-tender?", "iii) Veru dak li qed jingħad li xi tank minnhom diġa' niżel mill-livell li kien fih?", "Hekk hu hekk, x'kienet ir-raġuni ta' dan id-difett?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Fuq l-ewwel u t-tieni parti tad-domanda nirreferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 21804.", "Għar-rigward tat-tielet parti, jien informat li minn mindu gew kommissjonati ma jirrizultax li kien hemm xi tank li niżel mil-livell li kien fih.", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "22982.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' nies jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Ottubru 1994 xahar b'xahar għax- xhur ta' din is-sena?", "Kemm hemm fuq Part I u kemm hemm fuq Part II xahar b'xahar matul l-1994?", "Kemm minn dawk jirreġistraw għax-xogħol f'Ottubru, 1994 kienu rġiel u kemm nisa?", "Kemm hemm ta' eta' 'l fuq minn 55 sena?", "Kemm hemm ta' eta' minn 25 sena 'l isfel?", "Kemm minn dawk ta' Ottubru qed jirreġistraw għal xogħol klerikali u industrijali rispettivament?", "Għal-liema kategorija ta' xogħol hemm nies li l-iktar li qed jirreġistraw għaliha, fil-klerikali u fl-industrijali rispettivament?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-għadd ta' persuni li rreġistraw għax-xogħol minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena kienu hekk:", "Part I Part II", "Jannar 6,202 664 Frar 6,275 725 Marzu 6,181 611 April 5,804 619 Mejju 5,761 731 Gunju 5,562 800 Lulju 5,716 769 Awissu 5,685 694 Settembru 5,502 763", "Minn dawk jirreġistraw għax-xogħol f'Settembru 1994 kien hemm:", "F'Malta: Irġiel - 4,455 F'Għawdex: Irġiel - 407 Nisa - 528 Nisa - 112", "Minn dawn, 'il fuq minn 55 sena kien hemm:", "F'Malta: Irġiel - 234 F'Għawdex: Irġiel - 20 Nisa - 11 Nisa - 5", "Taħt il-25 sena kien hemm:", "F'Malta: Irġiel - 939 F'Għawdex: Irġiel - 73 Nisa - 206 Nisa - 19", "Il-persuni li jirreġistraw għax-xogħol huma klassifikati bħala Manwali u Mhux Manwali:", "Persuni klassifikati bħala Mhux Manwali huma:", "- Clerical and Related Workers - Supervisory - Technological and Professional - Miscellaneous Non-Manual", "F'din il-kategorija, l-għadd ta' nies jirreġistraw f'Settembru 1994 kien ta' 945.", "Persuni klassifikati bħala Manwali huma:", "- Construction - Metal Working - Woodworking - Printing - Textiles - Miscellaneous - Catering - Other Service Workers - Labouring - Agriculture", "F'din il-kategorija, l-għadd ta' nies jirreġistraw f'Settembru 1994 kien ta' 4,557.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - TAX PAYERS", "22983.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 22170, 22339 ċioe' fis-sena bażi 1992 u fis-sena bażi 1993 rispettivament kemm kien hemm tax payers li ddikjaraw dħul ta' aktar minn Lm20,000, Lm10,000, Lm8,000, Lm5,000 u inqas minn Lm5,000 rispettivament?", "Kemm hemm tax payers li jħallsu l-ogħla rata ta' taxxa ċioe' bil-35%, bl- 20% u bl-10% u b'inqas minn 10% rispettivament għas-sena bażi 1992 u s-sena bażi 1993, rispettivament?", "Tista' tagħtini informazzjoni li għandek?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'żieda mar- risposta mogħtija fis-seduta 335, l-informazzjoni mitluba għas-sena 1992 hija din:", "Income Bracket Numru ta' Taxpayers", "0 - 5000 55075 5001 - 8000 4276 8001 - 10000 598 10001 - 20000 371 Aktar minn 20000 211 L-Istatistika mogħtija tirrifletti biss dawk l-individwi li diġa' sarilhom l-assessment għas-sena ta' stima' 1993 (sena bażi 1992).", "Rigward it-tieni parti tad-domanda l-informazzjoni li tista' tingħata hija kif tidher hawn taħt ibbażata fuq it-taxxa totali qabel tnaqqis tar- Rebates tar-rati eżistenti għall-miżżewġin u persuni waħedhom rispettivament.", "Rata tat-Taxxa Numru ta'Taxpayers", "10% 502 18% 9805 20% 8014 25% 24132 30% 10852 35% 7226", "ŻEJTUN: TAL-GARDELL - ASFALTAR", "22984.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jistgħu d-dipartimenti konċernati jieħdu ħsieb jirranġaw u jasfaltaw l-isqaq għall-bdiewa li hemm fl-inħawi magħrufa bħala \"Tal-Gardell\", fiż-Żejtun (in-naħa ta' bejn Triq id-Daħla ta' San Tumas u Triq Xrobb l-Għaġin) għax ġarrab ħafna ħsara bix-xita u l-bdiewa jkissru vann biex jidħlu u jgħaddu għar-raba' tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Se nara x'jista' jsir fil-każ imsemmi.", "ZABBAR: TRIQ IL-MINA TA' HOMPESCH - ZEBRA CROSSING", "22991.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jagħmel zebra crossing fi Triq il-Mina Hompesch qrib il-Qasam tad-Djar f'Ħaż Żabbar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22627 fis-Seduta numru 340.", "ŻABBAR: TRIQ IL-MINA TA' HOMPESCH - ZEBRA CROSSING", "22992.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari li jiena għamilt qabel u dwar suġġerimenti li jien għamilt fil- ħin tal-mistoqsijiet parlamentari fil-Parlament rigward zebra crossing u tqassim ta' traffiku aħjar fi Triq il-Mina ta' Hompesch f'Ħaż Żabbar u dwar id-dħul u l-ħruġ mill-\"main entrance\" tal-Housing Estate dwar it-traffiku (u li saħansitra f'okkażjoni minnhom fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari wara li jien ressaqt dan il-każ tkellmu fuqu l-Onor.", "Louis Galea u l-Onor Ugo Mifsud Bonnici meta kien Ministru li ma dehrux kontra s-suġġerimenti tiegħi f'dan ir-rigward) sarx xi pjan mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u l-Ministeri konċernati?", "F'każ li hemm xi pjan dan x'inhu għax hemm ħtieġa kbira li nnaqqsu l- periklu minn din in-naħa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li fil-laqgħa li kellu l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fl-1 ta' Ottubru, 1992, it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant, rigward tqassim tat-traffiku aħjar fi Triq il-Mina ta' Hompesch f'Ħaż-Żabbar u dwar id-dħul u l-ħruġ mill-\"main entrance\" tal- Housing Estate, l-Bord ma qabilx li jsiru xi arranġamenti oħra għat- traffiku peress li dawn setgħu jfixklu t-traffiku li jkun għaddej minn Cospicua Road.", "Rigward iż-zebra crossing nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġieba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22627 fis-Seduta 340.", "QRATI - FRANCISCO DE ASSIS QUEIROZ", "22995.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Huwa minnu li hemm partijiet tal-file dwar il-każ tat-traffikant tad-drogi Brażiljan Queiroz li huma mmarkati \"Confidential\"?", "Għaliex?", "X'fihom?", "ONOR.", "JOE FENECH: Hi ħaġa normali li f'files tal-Gvern issib ittri mmarkati Confidential, dan għaliex ikunu jirrigwardaw suġġetti li ma jkunx prudenti li jarahom kulħadd.", "Il-file tal-Ministeru fuq Queiroz hemm żewġ ittri biss li huma mmarkati confidential.", "Waħda li ġġib d-data tad-29 ta' Lulju 1994, kienet mibgħuta lill- Ministeru mid-Dipartiment tas-Saħħa u kienet dwar l-infettivita tal-marda li kien dak biha Queiroz u kif din il-marda tista' tinxtered.", "L-ittra l-oħra datata 28 ta' Awissu intbagħtet mill-Ministru tiegħi lis- Segretarju Permanenti, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fejn dan ġie mitlub biex isiru arranġamenti urġenti ma' l-Awtoritajiet Brażiljani biex Queiroz ikun jista' jkompli jservi s-Sentenza fil-Brażil.", "TARZNA TA' MALTA - TIMBER VESSELS RUSSI", "22996.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-każ tat-timber vessels Russi li nbnew mill-Malta Shipbuilding?", "Jista' l-Ministru jagħti lista kronoloġika tat-taħdidiet li saru dwar dan is-suġġett mill-1992 sal-lum u ta' l-eżitu tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li saru taħdidiet il- ġimgħa l-oħra ma'delegazzjoni Russa li ġiet apposta.", "Dawn ma ġewx konklużi b'mod sodisfaċenti u hu ttamat li ssir laqgħa oħra qabel l-aħħar tas-sena li għandha tkun konklussiva.", "Mill-1992 saru ħafna taħdidiet fuq is-suġġett kemm mal-P.M.Russu, mal-Ministeru tal-Finanzi Russu u mal-Ministeru tat- Trasport Russu u mal-Bank Ewropew għall-Iżvilupp u Rikostruzzjoni.", "BEJJIEGĦA - ĦRUĠ TA' RIĊEVUTI", "22997.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Apparti mill-official fiscal receipts dawk il-bejjiegħa li joħorġu riċevuti simili jkunu jridu joħorġu wkoll riċevuta normali ta' l-azjenda tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond il-liġi tal- VAT bejjiegħ li għandu joħrog official fiscal receipt m'għandux joħroġ riċevuti ta' l-azjenda tiegħu.", "FORZI ARMATI - MEMBRI GĦASSA FIL-ĦABS ĊIVILI", "22998.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minn din il-ġimgħa l- membri tal-Banda tal-Forzi Armati qed jintbagħtu għassa fuq ġewwa fil-Ħabs ta' Kordin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Armata kienet tipprovdi għassa fil-Faċilita' Korretiva ta' Kordin sa ftit xhur ilu.", "Din reġgħet inbdiet biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' staff fil-Faċilita'.", "FORZI ARMATI - MEMBRI GĦASSA FIL-ĦABS ĊIVILI", "22999.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minn din il-ġimgħa l-membri tal-Banda fil- Forzi Armati qed jintbagħtu għassa fuq ġewwa fil-Ħabs ta' Kordin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-membri tal-Banda tal-forzi Armati huma primarjament suldati, u għaldaqstant suġġetti li jagħmlu kull xogħol meħtieġ mill-membri tal-Forzi Armati ta' Malta.", "F'dan il-kuntest tajjeb wieħed jinnota l-kondizzjonijiet tas-servizz applikabbli għall-bandisti fis- sejħiet għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetti tal-Gvern Nru 13978 tat-13 ta' April 1982 u Nru 14664 tal-31 ta' Ottubru 1986.", "Fil-fatt din mhux l-ewwel darba li membri tal-Banda gew impjegati fuq dmirijiet konnessi mal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.", "Nirreferi lill-Onor Membru wkoll għar-risposta li taħ il-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali għall-mistoqsija parlamentari numru 22998.", "GŻIRA - FOOTBALL GROUND", "23000.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar in-Nicholls Ground, il-Gżira?", "Jista' l-Ministru jgħid kategorikament jekk dan għadux se jintlaqat jew le mill-proġett ta' Manoel Island?", "X'inhi r-raġuni li bħalissa dan il-ground jinsab fi stat ta' abbandun?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Minħabba l-lokalita` li jinsab fiha, Nicholls Ground jaqa` taħt il-proġett ta` Manoel Island.", "Nassigura lill- Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi qed jaħdem biex jara li l-għaqdiet tal-Gzira li bħalissa qed jużaw dan il-ground ikollhom post alternattiv.", "Dan l-aħħar rappreżentanti tal-Gzira United Football Club informawni li l- ground ma kienx fi stat tajjeb.", "Bagħat lil min jara x`jonqos immedjatament u ġejt informat bil-ħteġijiet.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - BEAUTICIANS", "23024.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll jeżerċita d-Dipartiment tas- Saħħa fuq \"beauticians\"?", "Jaf il-Ministru li ċerti \"beauticians\" jagħtu pariri, anke fuq mezzi tax- Xandir rigward dieta, mediċini, inklużi pilloli u kremi li m'għandhomx jingħataw jekk mhux fuq parir tat-tabib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, id-Diviżjoni tas-Saħħa tagħmel spezzjonijiet ta' rutina biex tassigura li ma tkunx qed issir prattika li tmur kontra l- Ordinanza tal-Professjonijiet Mediċi.", "Dawn l-ispezzjonijiet isiru b'mod regolari flimkien ma' doveri oħra mill- Ispettur tas-Saħħa, skond l-esiġenzi tad-distretti partikolari u skond kif jippermettu ċ-ċirkostanzi.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jekk għandu xi nformazzjoni dwar xi każ partikolari jgħaddiha lili anke' b'mod konfidenzjali, biex ikunu jistgħu jsiru l- investigazzjonijiet neċessarji.", "GZIRA: TRIQ RUE D'ARGENS - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "23025.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jsiru \"traffic lights\" f'Rue D'Argens kanutniera ma' Sliema Rd, Gzira minħabba l-volum kbir ta' traffiku li jkun jrid jidħol minn triq għal oħra u t-tfal li jridu jaqsmu biex jaslu l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru għat- Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - CHIROPRACTORS", "23026.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif isir il-kontroll fuq nies li jsejjħu lilhom infushom \"Chiropractors\" sew jekk huma kwalifikati u sew jekk m'humiex?", "Jaf il-Ministru li kemm minn minnhom isejjaħ lilu nnifsu tabib u jitħallas ta' speċjalista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hu qed isir l-ebda kontroll ta' rutina fuq nies li jsejjħu lilhom infushom Chiropractors.", "Din il-professjoni, bħalma huma masseurs, accupuncturists, osteopaths, u ħafna oħra ta' din ix-xorta, huma regolati biss bil-liġi komuni.", "Mhux eskluż illi wara li dawn jiġu aktar stabbiliti bħala professjoni, jinħolqu dawk l-istrutturi, inkluż dawk legali, biex jiġu regolati b'aktar attenzjoni.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddili l-informazzjoni li għandu dwar dan il-każ partikolari, ħalli jkunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - IMPJEGATI KOPERTI B'POLZA TA' ASSIGURAZZJONI", "23027.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħidli jekk l- impjegati tal-Korporazzjoni Telemalta humiex koperti minn insurance privata?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħidli kif dawn huma koperti?", "Liema hija din l-insurance?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-ħaddiema kollha tal- Korporazzjoni Telemalta huma koperti b'polza ta' Assigurazzjoni kontra inċidenti li jistgħu jsofru waqt il-qadi ta' dmirijiethom u li jistgħu jirriżultaw f'inkapaċita għax-xogħol parzjali jew totali, jew li jirriżultaw f'fatalita' (anke b'mod indirett)", "Ħaddiema li jintbgħatu b'xogħol jew fuq taħriġ barra minn Malta huma koperti b'assigurazzjoni fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.", "Sabiex ikunu protetti l-interessi tal-ħaddiema, il-Welfare Officer tal- Korporazzjoni għal kull każ irrapportat ta' korriment fuq ix-xogħol, imexxi claim mal-kumpannija Assiguratriċi.", "Il-Korporazzjoni qiegħda fil-proċess li tistabilixxi \"a non-contributory comprehensive Local Health Care Scheme\"", "ĦABS ĊIVILI - ĊIMITERJU", "23028.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli jekk iċ-ċimiterju fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin għadux ikun miftuħ għall-pubbliku?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti l-ġranet u l-ħinijiet?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din is-sena ċ-Ċimiterju tal-Ħabs infetaħ għall- tliet ijiem biss mill-1 sat-3 ta' Novembru bejn is-2.00pm u t-3.45pm.", "Normalment dan kien jinfetaħ għax-xahar kollu ta' Novembru, iżda fuq deċiżjoni marbuta mas-sigurta' din is-sena ġiet ristretta għal dawn il- ġranet biss.", "Jien qed niġi mogħti parir mid-diriġenti tal-Ħabs li 'l quddiem il-ftuħ taċ-Ċimiterju għall-viżitaturi għandu jiġi ristrett għall-ġurnata waħda biss, jiġifieri l-1 ta' Novembru.", "QORMI - KAXXA TA' L-ITTRI", "23033.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz-joni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal malajr kemm jista' jkun kaxxa ta' l-ittri qrib \"L-Erbgħa Qaddisin\", Ħal Qormi billi r-residenti ta' hemm qed iħossu ħtieġa għaliha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li peress li fl-inħawi ta' l- Erbgħa Qaddisin, Ħal Qormi jeżistu tlett kaxxi ta' l-ittri li qegħdin rispettivament fi Triq K Debono kantuniera ma' Triq Kanun, Triq Spiteri Fremond kantuniera ma' Triq lil-Ġnien u fi Triq il Kus, u peress li din hija area ndustrijali bi ftit residenti, ma tinħassx il-ħtieġa li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri kif propost mill-Onor.", "Interpellant."]} {"filename": "19980121_175d_par.doc", "date": "1998-01-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 175 L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 175", "L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "175", "L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 1998", "WERREJ MINUTI 743", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 743", "TQEGĦID TA' KARTI 749", "MOZZJONIJIET ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA GĦAS-SENA 1997/98 750", "AĠĠORNAMENT 768", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 773", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 174 li saret fl-20 ta' Jannar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "TELEMALTA - TECHNICIANS", "10517.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Prim Ministru: Minkejja l-fatt li diġa' kien deċiż mill-bord tal-Korporazzjoni Telemalta li ssir call for applications oħra għal technicians f'Novembru 1996, dan għadu ma seħħx.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna għalfejn?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll) (f'isem il-Prim Ministru): Jien informat li fit-23 ta' Settembru, 1996 is-Segretarju Permanenti fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru ħareġ direttivi lill-korpi kollha governattivi fejn avżahom li ma setax isir reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda kif ukoll għoti ta' promozzjonijiet jew ħatriet interni sakemm jinħatar Kabinett ġdid wara l-elezzjoni ta' Ottubru 1996.", "Sakemm saret l-elezzjoni, l-eżami għall-ħatra ta' tekniċi ġodda fi ħdan il-Korporazzjoni Telemalta kien għadu ma sarx.", "Mal-ħatra tal-bord il-ġdid kif ukoll mal-bidla fil-management ġie deċiż mill-General Workers Union li ma kellhomx isiru ħatriet tekniċi u klerikali ġodda qabel ma jintemm l- eżerċizzju tal-job evaluation u jiġi stabilit in-numru ta' nies li għandu jkun hemm f'kull grad kif ukoll f'liema qasam sejrin jaħdmu.", "Nieħu pjaċir ngħarraf lill-Onor.", "Membru li dan l-eżerċizzju wasal biex jintemm.", "TELEPHONES - TALBIET PENDENTI", "10726.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal telephones fi djar fl-irħula li jagħmlu r-raba' distrett elettorali?", "ONOR.", "JOE MIZZI: In-numru ta' applikazzjonijiet li għadhom ma ġewx ipproċessati u għaldaqstant huma meqjusa bħala pendenti fl-irħula li jagħmlu mar-raba' distrett huma dawn:", "Gudja 2 Marsa 3 Paola 1 Sta.", "Luċija - Tarxien 2 Total 8", "GĦalhekk kulma hemm jistennew f'dawn il-ħames lokalitajiet huma tmienja min- nies.", "TELEMALTA - SECURITY OFFICERS", "10728.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'suppost hu l- complement ta' security officers u ta' chief security officers fi ħdan il- Korporazzjoni Telemalta?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Preżentement il-complement ta' chief security officers huwa ta' wieħed, filwaqt li l-complement tas- security officers huwa ta' 20.", "Qabel l-implimentazzjoni tar-riforma, kien hemm 17-il chief security guard u tliet surveillance officers.", "Il-kumpannija Maltacom plc - li ħadet post il-Korporazzjoni Telemalta - tinsab fi stadju avvanzat bil-job evaluation exercise sabiex jiġi stabilit il-complement ideali ta' kull grad, fosthom is-security officers.", "ĠNEJNA - BOATHOUSES", "10994.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'rappreżentanza għamel id-dipartiment ta' l-ambjent quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-inizjattiva tal- ministeru ta' l-agrikoltura biex tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni ta' min għandu boathouse mibnija bla permess fil-Ġnejna?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li m'hijiex il-policy tal-Gvern li bini li ttella' illegalment jiġi mwaqqa'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Ma saret l-ebda rappreżentanza quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-inizjattiva tal-ministeru ta' l-agrikoltura biex tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni ta' min għandu boathouse mibnija bla permess fil-Ġnejna.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija r-risposta hija: Le, ma nikkonfermax.", "TELEMALTA - SEJĦIET GĦAL TENDERS", "10599.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Peress li l-PRO tal-Ministru f'\"The Sunday Times\" tas-7 ta' Diċembru kiteb li \"most of Telemalta's printing is awarded through tenders ...\", jista' l-Ministru jgħid meta ġew ippubblikati sejħiet għal tenders simili mill-1 ta' Novembru, 1996 'l hawn u f'liema gazzetti ġew ippubblikati?", "Jista' jqiegħed kopja tat-tender specifications relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien informat li mill-1 ta' Novembru 1996 'l hawn ġew ippubblikati dawn it-tenders, li kollha dehru fil-Gazzetta tal-Gvern fid- dati msemmija:", "Avviż Nru. TM/T/1/97 - Stampar ta' diversi items (mill-10 ta' Jannar sad-29 ta' Jannar);", "Avviż Nru. TM/T/2/97 - Stampar ta' ftehim kollettiv (mill-10 ta' Jannar sal- 5 ta' Frar);", "Avviż Nru. TM/T/21/97 - Stampar ta' diversi formoli u cards (mill-14 ta' Marzu sad-9 ta' April);", "Avviż Nru. CT/TT/39/97 - Stampar ta' envelopes (mit-18 ta' April sa l-14 ta' Mejju);", "Avviż Nru. TM/T/47/97 - Stampar ta' diversi formoli (mit-2 sat-28 ta' Mejju);", "*Avviż Nru. TM/T/35/97 - Stampar tar-rapport annwali (mis-16 ta' Mejju sat- 18 ta' Ġunju);", "Avviż Nru. TM/T/55/97 - Stampar ta' continuous telephone bills (mit-23 ta' Mejju sat-18 ta' Ġunju);", "Avviż Nru. TM/T/57/97 - Stampar ta' diversi envelopes (mit-23 ta' Mejju sal- 25 ta' Ġunju);", "Avviż Nru. TM/T/65/97 - Stampar ta' computer continuous interfold paper (mis-6 ta' Ġunju sal-25 ta' Ġunju);", "Avviż Nru. TM/T/87/97 - Stampar ta' diversi formoli (mill-1 ta' Awissu sat- 3 ta' Settembru);", "Avviż Nru. TM/T/122/97 - Stampar ta' diversi items (mill-14 ta' Novembru sat-3 ta' Diċembru).", "* Dan l-avviż deher ukoll f'\"l-orizzont\", \"In-Nazzjon \" u \"The Times\".", "Kopja tad-dokumenti ta' l-offerti, inklużi l-ispecifications relattivi qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Sar ukoll xi xogħol ta' stampar li ġie fdat f'idejn l-aġenziji tar- reklamar tal-korporazzjoni - MPS Ltd. u Visual Trends - jew għax kien xogħol urġenti jew għaliex kien xi parti minn kampanja pubbliċitarja.", "Iż- żewġ aġenziji xorta waħda ġabu stimi qabel ma assenjaw ix-xogħol.", "Dawn il-każijiet kienu hekk:", "19,000 WTDC newsletter u 35,000 hotel reservation form (bi tliet lingwi); 10,000 kartolina tal-Milied; 3,000 kalendarju 1998; 3,000 folder għall-fiera ta' l-informatika u teknoloġija; 500 invit għar-reception uffiċjali; 500 visiting card; 200 telecard competition certificate; 150 invit għall-wirja tat-telefonija f'Għawdex", "MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL - PRO", "10600.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Peress li l-PRO tal-Ministru f'\"The Sunday Times\" tas-7 ta' Diċembru kiteb illi \"a call for tenders for the handling of the corporation's advertising budget was therefore issued last May and the board unanimously agreed to award the contract jointly to two agencies ...\", jista' l-Ministru jgħid meta ġie ppubblikat dan it-tender, f'liema gazzetti ġie ppubblikat?", "Jista' l-Ministru jqiegħed ukoll kopja tat-tender specifications fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid min huma l-aġenzji relattivi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-11 ta' Mejju, 1997 il-Korporazzjoni Telemalta ħarġet avviż f'\"The Sunday Times\", \"it-Torċa\", \"Il-Mument\", \"The Malta Independent\" u \"KullĦadd\" fejn stiednet aġenziji ta' reklamar interessati jibagħtu informazzjoni dwarhom infushom ħalli minnhom tagħmel short list biex tappunta waħda jew iżjed ħalli jagħtuha s-servizzi neċessarji f'dan il- qasam.", "Għal din is-sejħa kienu wieġbu 23 aġenzija.", "Dawn kienu Visual Trends & Co., Business Marketing Services Ltd.", "(BMS), Communique Creative Consultancy Ltd., MPS Ltd.", "4Q(d), Zaffarese Visual & Display Ltd., Plus Advertising Co. Ltd., JP Advertising Ltd., Perfecta Marketing Communications, ACT Accent Clear Traders Co. Ltd., Ix-Xiby Advertising, PMS Ltd., EXPO Service Ltd., Universal Publicity Services, BPC International, Generation X, Creative Marketing, Storm Creative Services Ltd., AZ Publicity, Oberon Labs, MAS Communications, Vincent Scerri Communications u Plaza Ltd.", "Il-bord tat-Telemalta ħatar review committee magħmul mis-Sur Tony M Mejlaq (chairman), is-Sur Joe Azzopardi (general manager) u s-Sur George Camenzuli (direttur) biex jagħmel ix-short listing.", "Dan il-kumitat għażel sitt aġenziji, li kienu BPC International, JP Advertising, MPS Ltd., Perfecta Marketing Communications, Plus Advertising u Visual Trends.", "Lil dawn l-aġenziji ntbagħtilhom information package u terms of reference biex jissottomettu l-proposti tagħhom sal-15 ta' Lulju.", "L-istess review committee kien għamel evalwazzjoni ta' l-erba' preżentazzjonijiet li ntbagħtu - għax kien hemm żewġ aġenziji li ma bagħtu xejn - u wasal għall-konklużjoni unanima li kellu jirrakkmanda lill-bord biex jaħtar lill-MPS Ltd. u lill-Visual Trends li kellhom jaħdmu flimkien bħala aġenzija waħda biex tieħu ħsieb l-accounts tal-korporazzjoni.", "Fil-laqgħa tat-28 ta' Lulju l-bord aċċetta r-rakkmandazzjoni tar-review committee li jaħtar liż-żewġ aġenziji għall-perijodu ta' sena, liema kuntratt jiġġedded awtomatikament jekk il-bord tat-Telemalta jkun sodisfatt bix-xogħol li qed jagħtu.", "Qabel ma saret il-ħatra r-rappreżentanti taż-żewġ aġenziji ddikjaraw quddiem l-istess membri tal-bord li ma kellhom l-ebda diffikulta' jaħdmu flimkien għaliex bejniethom diġa' kien hemm kollaborazzjoni.", "Fil-fatt iż- żewġ aġenziji appuntaw account executive komuni li qed jagħmilha ta' liaison officer mat-Telemalta.", "L-Onor.", "Interpellant jista' jserraħ rasu li l-aġenziji nħatru bl-iktar mod trasparenti.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-avviż li rriferejt għalih fl-ewwel paragrafu flimkien ma' l-information package u t-terms of reference.", "PIXXINA NAZZJONALI - CLEANERS", "10604.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu cleaners mill-1 ta' Novembru 1996 fil-pixxina nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dawn iddaħħlux fuq bażi part-time jew full-time, meta saret it- talba relattiva lill-ETC, kemm intbagħtu persuni għall-interview, min għamel l-interviews u meta ġiet ingaġġata kull persuna?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn kienu rreġistrati għall-vot dawn il-persuni meta ġew magħżula l- persuni relattivi?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-pool management committee maħtur mill-Gvern fil-31 ta' Jannar kompla bis-sistema wżata mill-kumitat ta' qabel, jiġifieri li huwa stess joħroġ avviżi għax-xogħol u jimpjega nies part-time fil-kumpless sportiv.", "Għall-ewwel darba minn mindu nfetħet il-pixxina nazzjonali, kuntrarju għal kif ħadem taħt il-kumitat preċedenti li jimpjega direttament lil min iridu huma, il-pool management committee matul ix-xahar ta' Lulju, 1997 kien ħareġ avviż fil-ġurnali lokali fejn irreklama l-bżonn ta' ħaddiema part-time għall-kumpless.", "Il-PMC kien ħatar interviewing board kompost mis-Sinjuri Berti Muscat, Alfred Cachia u l-Perit Satariano.", "B'kollox dan il-bord impjega total ta' seba' pool attendants/cleaners part-time.", "Tnejn ġew ingaġġati f'Lulju, ieħor f'Awissu u l-erbgħa l-oħra ġew impjegati f'Novembru 1997.", "Ħamsa minnhom m'humiex reġistrati għall-vot filwaqt li t-tnejn l-oħra huma reġistrati f'Ħal Balzan u f'Paola.", "Minħabba li jista' jagħti l-każ illi dawn il-ħaddiema jsibu xogħol ieħor full-time reġa' sar avviż speċifiku għall-cleaners part-time bejn il-21 u 28 ta' Novembru, 1997.", "B'kollox applikaw 14-il persuna.", "Il-pool management committee ħatar lis-Sinjuri Alfred Cachia u Joe Cassar biex jagħmlu l-interviews lill-applikanti fejn anke saret short list ta' tliet persuni li sad-data tar-risposta għadhom ma ġewx ingaġġati.", "Il-pool management committee qatt ma talab jew bagħat informazzjoni lill- ETC għar-rigward tal-ħaddiema part-time u l-ETC ġiet biss informata dwar talba għall-impjieg full-time ma' l-istess kumpless.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li safejn naf jien ir-regolamenti tal-gvern jimponu li f'każ ta' enti, bħalma hija l-pixxina, għal kull recruitment part-time jew full-time l-ewwel trid issir riferenza lill-ETC, jista' l- Ministru jgħidilna għaliex f'dan il-każ ma sarx hekk?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bħalissa m'iniex f'pożizzjoni li ngħid għaliex dan ma sarx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Allura jista' l-Ministru jinvestiga għaliex dan ma sarx biex fil-każ jiġbed l-attenzjoni tal-management board u tas-Segretarju Parlamentari konċernat li nkiser wieħed mir-regolamenti tal-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Se nirriferi dan il-każ lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali biex jieħu l-passi neċessarji.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'riferenza għall-ħames persuni li ntqal li m'humiex irreġistrati għall-vot, jista' l-Ministru jgħid jekk kumbinazzjoni dawn jiġux mid-distrett tas-Segretarju Parlamentari konċernat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma jidhirlix li s-Segretarju Parlamentari joħroġ għall-elezzjoni fuq id-distrett ta' Raħal Ġdid u ta' Ħal Balzan!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk fhimt sewwa r-risposta parlamentari, b'kollox ġew ingaġġati seba' pool attendants, wieħed li huwa rreġistrat għall-vot f'Ħal Balzan u l-ieħor f'Raħal Ġdid - li safejn naf jien huma lokalitajiet fid-distrett tas-Segretarju Parlamentari konċernat - u ħamsa oħra li m'humiex irreġistrati għall-vot.", "Issa l-Ministru ma tanix informazzjoni minn fejn huma dawn il-ħames persuni li m'humiex irreġistrati għall-vot u għalhekk qed nitlob lill-Ministru sabiex jagħti lill-Kamra din l- informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli tkun tista' tingħatalu din l-informazzjoni.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "10605.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għax-xahar ta' Novembru, 1997 jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'?", "Kemm ġew allokati djar mid-dipartiment?", "Kemm sar rikonoxximent ta' kera?", "Kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar?", "X'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id- dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar?", "X'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Din l-informazzjoni qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Madam Speaker, hawn ta' min jgħid ukoll li daħlu 48 applikazzjoni skond il-lokalitajiet imsemmija fl-anness, waqt li ġew allokati 12-il post. Saru erba' rikonoxximenti ta' kera u 13-il post ġew lura f'idejn id-dipartiment.", "Fl-aħħar ta' Novembru d-dipartiment kellu 32 proprjeta' li tista' tiġi allokata, filwaqt li kien hemm 5,170 applikazzjoni pendenti.", "Madam Speaker, niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li, peress li kontinwament ikun hemm tibdil fin-numru ta' applikazzjonijiet minħabba allokazzjonijiet ta' postijiet u kanċellamenti, in-numri mogħtija huma validi biss fil-ġurnata partikolari li fiha tkun inġabret l-istatistika mid- database tad-dipartiment, f'dan il każ l-10 ta' Novembru, 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Xi żmien ilu tħabbar li twaqqfet skema għal persuni b'diżabilita'.", "Peress li mhux il-persuni b'diżabilita' kollha huma informati dwar kif taħdem din l-iskema, ma jaħsibx il-Ministru li għandu joħloq organizzazzjoni biex tgħin lil dawn in-nies f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, twaqqfet skema ġdida għal persuni b'diżabilita' li permezz tagħha l-għajnuna mill- gvern f'kull każ titla' għas-somma sabiħa ta' ¥2,300.", "Dan juri kemm il- Gvern Laburista għandu kuxjenza soċjali, speċjalment lejn din il-kategorija ta' nies.", "Ikun interessanti li wieħed jgħid li f'din l-iskema l-ġdida aħna daħħalna klawsola li tgħid li l-Awtorita' tad-Djar għandha tagħti pariri tekniċi lil dawk li japplikaw għal din l-għajnuna għaliex mill-esperjenza li għandna nafu li ħafna mill-applikanti jkunu jeħtieġu affarijiet differenti minn dawk li jkunu qegħdin jitolbu.", "GĦalhekk l-Awtorita' tad-Djar waqqfet kumitat proprju sabiex tagħti pariri tekniċi lil dawn in-nies ħalli b'hekk ikunu jistgħu jinqdew aħjar.", "Wara kollox, il-policy ta' dan il-Gvern hija li l-għajnuna li jkun qed jagħti minn flus il-poplu tiġi allokata fejn ikun verament meħtieġ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: GĦandi l-impressjoni li l-bieraħ għal domanda parlamentari li għamel l-Onor.", "Chris Agius, il-Ministru qal li matul l- aħħar tliet xhur ta' l-1997 l-applikazzjonijiet pendenti kienu jammontaw għal inqas minn 5,000 f'kull xahar, pero' llum qed jgħid li l- applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ta' Novembru kienu jammontaw għal 5,100.", "Allura jista' l-Ministru jispjegalna din id-diskrepanza?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, minkejja li din spjegajthielu kemm- il darba, l-Onor.", "Interpellant qed jibqa' jistaqsini l-istess mistoqsija.", "(Interruzzjonijiet) Anzi jiena kont raġel u spjegajtha mhux bħall-ex- Ministru Galea li qatt ma kien jagħti spjegazzjoni.", "Pero' milli jidher l- Onor. Gatt nesa li d-dinja ddur!", "L-Onor.", "Interpellant għamilli din il-mistoqsija fid-9 ta' Diċembru 1997 u kif qrajt fir-risposta li tajtu - u anke biex żgur ma jkunx hemm diżgwid min-naħa tiegħi - għidtlu li din l-informazzjoni kienet korretta sa l-10 ta' Diċembru 1997.", "Fil-fatt f'paġna 30 tar-rapport li qed inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra fost affarijiet oħrajn insibu li sat-30 ta' Novembru, 1997 kien hemm 4,768 applikazzjoni pendenti u sa l-aħħar ta' Diċembru, 1997 kien hemm 4,798 applikazzjoni pendenti.", "Ir-raġuni għal dan hija li l- istatistika li tidher f'dan ir-rapport hija korretta sas-6 ta' Jannar, 1997 mentri r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari hija korretta sa l-10 ta' Diċembru, 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 5 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Stipendji għal Studenti Universitarji;", "Avviż Legali Nru 9 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti għad-Dħul;", "Avviż Legali Nru 10 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. - fil-Fakulta' ta' l-Inġinerija;", "Avviż Legali Nru 11 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. - fil-Fakulta' ta' l-Inġinerija;", "Avviż Legali Nru 12 ta' l-1998 - Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Engineering (Honours) - B.Eng.", "(Hons), 1998; u", "Avviż Legali Nru 13 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Education - M.Ed.;", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 6 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' l-Importazzjoni;", "Avviż Legali Nru 7 ta' l-1998 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1998 li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Att Nru I ta' l-1998); u", "Avviż Legali Nru 8 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti tad-Dwana; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati ġoddi f'korporazzjonijiet, azjendi, awtoritajiet governattivi u entitajiet oħra li jaqgħu taħt il- Ministeru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija bejn l-1 ta' Jannar 1997 u t-8 ta' Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11100.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-Ewwel Sena ta' Ħidma tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 14 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 ta' dikjarazzjoni ta' Port (Ras Ħanżir); u", "Tagħrif dwar impjegati ġoddi f'korporazzjonijiet, azjendi, awtoritajiet governattivi u entitajiet oħra li jaqgħu taħt il- Ministeru għat-Trasport u Portijiet bejn l-1 ta' Jannar 1997 u t-8 ta' Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11099.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Tagħrif dwar ħlas ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali minn korporazzjonijiet pubbliċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10864.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 4 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 1); u", "Rapport ta' l-Ewwel Sena ta' Ħidma tal-Ministeru għad-Djar għall- perjodu minn Ottubru 1996 sa Diċembru 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Ministru Joe Debono Grech.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA GĦAS-SENA 1997/98", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nipproponi:", "\"Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1997 sat- 30 ta' Settembru 1998 skond l-Att XVII ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta;", "Illi wkoll skond l-istess Att ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta l-Kamra tapprova bħala Estimi Supplimentari dak l-Infiq għas- sena finanzjarja 1996/1997, li hu stmat mill-Awtorita' Marittima ta' Malta li se jeċċedi l-ammont totali ta' nfiq approvat mill-Kamra għall- istess sena, kif jidher dettaljat fl-estimi għas-sena finanzjarja 1997/98 taħt il-kolonni msemmija \"Actual 1996/1997\".\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, kif kulħadd jaf illum qegħdin inressqu għall-approvazzjoni tal-Kamra l-Estimi ta' Dħul u Nfieq ta' l- Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena 1997/1998.", "Kif taf din il-Kamra, ix-xogħol ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta huwa magħmul mill-attivitajiet ta' tliet direttorati ewlenin, il-ports directorate, il-merchant shipping directorate u l-yachting centres directorate.", "Imbagħad l-uffiċċju ewlieni ta' l-Awtorita' Marittima jipprovdi l-kordinament neċessarju u għajnuna oħra meħtieġa jew speċjalizzata, li jinkludu finanzi, marketing, żvilupp tar-riżorsi umani, proġetti kapitali fl-informatika, l-uffiċċju legali u l-awditur intern.", "Kif nafu wkoll, l-Awtorita' Marittima għandha funzjoni kemm regolatorja kif ukoll kummerċjali imma dan nidħlu aktar fid-dettall fih meta niġu biex niddiskutu dawn it-tliet direttorati ewlenin.", "Madam Speaker, l-Awtorita' Marittima qiegħda taħdem ħafna biex toħloq l- infrastruttura meħtieġa sabiex l-operaturi marittimi, kemm dawk fis-settur privat u kif ukoll dawk fis-settur pubbliku, jirnexxu u jiġġeneraw aktar dħul u aktar xogħol.", "Fil-fatt l-Awtorita' Marittima hija awtorita' li tiġġenera munita barranija fl-ekonomija in ġenerali.", "Din is-sena l- Awtorita' Marittima ħadmet ukoll biex tirranġa l-port u se taħdem biex nagħmlu sea passenger terminal ġdid li jkun irregolat mill-Awtorita' Marittima.", "Biex nagħmlu dan, twaqqaf kumitat mill-Prim Ministru li jrid iressaq ir-rapport tiegħu fi żmien qasir.", "Dan il-kumitat fih rappreżentanti mill-ministeru għat-trasport u portijiet, mill-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, mill-ministeru responsabbli mill- ambjent u wkoll mill-ministeru tat-turiżmu biex meta mmorru public ikollna tliet kwarti tax-xogħol lest u mhux ikollna nerġgħu mmorru quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex dan ix-xogħol jiġi approvat.", "Dan irid ikun terminal li jaqbel ma' l-ambjent tal-port u jrid ikun terminal li jilqa' l- vapuri tat-turisti, dak li ngħidulu hub, u x-xogħol f'din il-linja miexi sewwa.", "Kif diġa' għidt, fl-Awtorita' Marittima hemm tliet direttorati ewlenin fejn wieħed jikkollabora ma' l-ieħor u nista' ngħid li s-sena li għaddiet l-attivita' ekonomika żdiedet sostanzjalment f'ħafna oqsma.", "Per eżempju, il-Port il-Kbir kellu żieda qawwija fin-numru ta' passiġġieri kif ukoll fin-numru ta' vapuri meta mqabbel mas-sena li għaddiet.", "Insibu li n-numru ta' passiġġieri żdied b'40% filwaqt li dak tal- vapuri żdied b'20%.", "Dan it-titjib seħħ wara ħidma għaqlija mis-setturi konċernati, fosthom l-aġenti tal-vapuri, il-pulizija - li nixtieq nirringrazzjahom tax-xogħol li jagħmlu fil-port - id-dwana u l- organizzazzjoni nazzjonali tat-turiżmu li flimkien ma' l-Awtorita' Marittima ħadmu sabiex dejjem inkomplu nippromwovu lil Malta bħala destinazzjoni ta' ġiti bil-baħar.", "Din il-kooperazzjoni bejn l-Awtorita' Marittima, il-pulizija u d-dwana kien fattur determinanti biex itejjeb is- servizzi provduti lill-passiġġieri li jiġu fuq dawn il-vapuri.", "Kif diġa' għidt, huwa stmat li n-numru ta' passiġġieri bil-vapur din is-sena żdied b'40% meta mqabbel mas-sena li għaddiet.", "L-akbar żieda ġiet minħabba t- traġitt bejn Malta u l-Libja li jħalli dħul għal pajjiżna.", "GĦalhekk ukoll kellna ntejbu s-sea passeger terminal u nżidu uffiċjali ta' l-immigrazzjoni għal channelling aħjar ta' passiġġieri.", "Ġiet irranġata wkoll il-cafeteria ġdida fis-sala tat-tluq u bl-għajnuna tad-direttorat tal-port u ta' l- Awtorita' tat-Trasport Pubbliku ġiet introdotta sistema ġdida fl-istand tat- taxis bħalma għamilna fl-ajruport.", "Hawnhekk nixtieq nifraħ lis-surġent li hemm responsabbli mix-Xatt li f'temp qasir irranġa din il-kwestjoni u daħħal id-dixxiplina.", "Nixtieq nifraħ ukoll lill-union tat-taxis, il-white taxis amalgamated, għaliex għalkemm nisimgħu ħafna affarijiet kontra dawn in-nies, illum il-maġġoranza tagħhom qegħdin jaħdmu u qegħdin jirnexxu.", "Irrid ngħid li jiena m'iniex sodisfatt għal kollox u naħseb li għad hemm x'nirranġaw fejn jidħlu t-taxis u t-turiżmu, pero' jekk isir sforz minn kull min għandu x'jaqsam mal-Port nemmen li għandna naslu biex inġibu l-port 'l quddiem fi żmien qasir.", "Madam Speaker, matul din is-sena l-Awtorita' Marittima ħadet sehem f'żewġ laqgħat importanti, il-Miami seatrade cruise and ferry convention u l- cruise and ferry conference and exhibition f'Londra li t-tnejn taw ir- riżultati tagħhom.", "Irrid ngħid li jiena m'iniex kuntent li llum il-port huwa mejjet.", "Qed ngħid dan għaliex niftakar li qabel ma kellna l-Freeport, fil-port kien ikun hemm attivita' kbira.", "GĦalhekk għalkemm inħossu li l- port għandu jidħol għax-xogħol domestiku, inħossu wkoll li għandna nirranġawh sabiex jaqdi wkoll it-turiżmu.", "Aħna għandna wieħed mill-isbaħ portijiet li hawn fil-Mediterran, għandna waħda mill-isbaħ bliet li hawn fl- Ewropa u għalhekk kulħadd irid jaħdem u jagħti xogħlu biex insebbħu dan il- patrimonju li ħallewlna l-antenati tagħna mingħajr ma nħassru l-ambjent.", "Nieħu pjaċir ngħid li meta għarrafna li se jsir is-sea passenger terminal, irċevejna ittra mingħand il-President tar-Repubblika fejn talabna sabiex nieħdu ħsieb il-fiżjonomija tal-port u naraw li b'dak li nagħmlu ma nħassrux l-ambjent kif kien se jsir bis-sea passenger terminal li kien se jsir qabel.", "Jiena nista' nassigura lill-President u lil kull min għandu għal qalbu l- wirt storiku li l-mod kif se nfasslu s-sea passenger terminal il-ġdid mhu se jmiss xejn mill-ambjent ta' madwar il-port.", "Jiena dan li kelli xi ngħid għalissa, Madam Speaker.", "Inkompli fil-winding up.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Madam Speaker, kif għadu kemm qal tajjeb il-Ministru, illum qegħdin niddiskutu l-estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' Marittima għas-sena finanzjarja li tagħlaq fit-30 ta' Settembru, 1998.", "Madam Speaker, dan huwa s-sitt rapport annwali ta' din l-istess awtorita' li qed jitpoġġa għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Minn dan ir-rapport jirriżulta li d-dħul totali għall-Awtorita' għal din is-sena żdied b'¥600,000 fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "Dan wassal sabiex l- Awtorita' spiċċat is-sena bi profitt ta' ftit aktar minn ¥2 miljun.", "Fil- każ tat-tliet direttorati fi ħdan l-istess Awtorita', il-ports directorate, il-merchant shipping directorate u l-yachting centres directorate nsibu li dawn kollha ħallew kontribuzzjonijiet aktar mis-sena l-oħra.", "Jekk imbagħad nieħdu l-corporate office li m'għandu l-ebda dħul imma li jipprovdi s- servizzi neċessarji lit-tliet direttorati, insibu li dan naqqas l-ispejjeż fuq dawk tas-sena l-oħra.", "U dan huwa sinjal tajjeb għaliex dan l-uffiċċju naqqas l-ispejjeż fl-istess waqt li l-Awtorita' żiedet il-profitti tagħha.", "Waħda mill-inizjattivi ta' l-Awtorita' Marittima li f'din l-aħħar sena kompliet tikber bla dubbju ta' xejn hija dik tal-cruise liners.", "Din is- sena kellna żieda sostanzjali kemm fin-numru ta' cruise liners li daħlu fil- port tagħna u kif ukoll fin-numru ta' passiġġieri li jqattgħu numru ta' sigħat fuq il-gżira.", "Insibu li n-numru ta' vapuri tal-passiġġieri żdied b'19% fuq tas-sena l-oħra.", "Fil-fatt wasalna għall-figura ta' 190 cruise liner.", "Dan il-progress seta' jidher anke fil-kwalita' dejjem titjieb ta' cruise liners li jżuruna.", "Jekk imbagħad niġu għan-numru ta' turisti marbuta ma' din l-attivita', insibu li l-figura minn 76,000 s-sena l-oħra żdiedet għal 116,000 din is-sena, żieda li għandna tkompli timlina bil- kuraġġ sabiex dan il-qasam li qed iħalli ammont sostanzjali ta' flus lill- ekonomija tagħna nkomplu nsaħħuh.", "GĦalhekk, Madam Speaker, hemm bżonn li s-servizzi li noffru kemm lill- cruise liners kif ukoll lit-turist innifsu jkun mill-aqwa.", "Matul l-aħħar snin, l-Awtorita' Marittima ħasbet sabiex iżżid il-faċilitajiet fil-Port il- Kbir sabiex ikun possibbli għal aktar vapuri li jittrakkaw mal-mollijiet.", "Insibu wkoll li t-tour operators qegħdin ikollhom programm imħejji għat- turisti.", "L-impressjoni li jieħdu dawn it-turisti minn dak li noffrulhom waqt din il-żjara qasira fi gżiritna hija importanti ferm sabiex ikomplu jirreklamaw il-fama tajba li għandhom il-gżejjer tagħna u l-poplu tagħhom.", "Nixtieq nagħmel issa suġġeriment dwar kif nistgħu niddiversifikaw iż-żjarat ta' dawn it-turisti fi gżiritna.", "Qed nirriferi għad-dgħajjes tradizzjonali tal-pass.", "Ilkoll niftakru x'sehem kellha din id-dgħajsa u l-barklori tagħha sabiex il-vapuri ankrati fil-port ikunu moqdija b'servizz lejn l-art.", "Illum numru ta' barklora bid-dgħajsa Maltija mill-Kottonera qegħdin jergġħu jipprovaw iqajmu dan il-mestjier.", "Pero' din id-darba s-servizz li qegħdin jipprovaw joffru huwa fuq linji turistiċi, u jiena naħseb li tkun idea tajba kieku dawra mal-port meraviljuż tagħna abbord dgħajsa tradizzjonali Maltija - dawra li ma teħux aktar minn tliet kwarti - tkun inkluża fil-programm tat- turisti.", "Dawra bħal din żgur li tibqa' ttimbrata f'moħħ min ikun qed jagħmilha għall-ewwel darba.", "Drawwa marittima oħra li mietet mas-snin, allavolja ftit tas-snin ilu pprovajna nerġgħu nagħtuha l-ħajja, hija s-servizz bil-baħar bejn l-ibliet tal-Kottonera u l-Belt Valletta.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li dan is- servizz jiġi studjat sabiex naraw x'vantaġġi nistgħu nieħdu minnu, u nemmen li jekk fil-futur jerġa' jkollna l-lift li mix-xatt tal-Belt ittellagħna l- Barrakka ta' Fuq, u allura fiċ-ċentru tal-Belt, din id-drawwa terġa' tkun popolari kif kienet qabel.", "Jekk imbagħad niġu għall-yachting centres directorate, insibu li din l- attivita' qiegħda tikber b'mod sostanzjali.", "Minkejja l-fatt li n-numru ta' berths baqgħu jiżdiedu, xorta waħda qed ikollna numru ta' talbiet għal berths ġodda li qegħdin jibqgħu jistennew.", "Mir-rapport li għandna quddiemna naraw li hemm 250 talba għal berth permanenti f'Malta, u dan minkejja l-fatt li għandna 899 berth f'Malta u 220 berth oħra f'Għawdex.", "Dawn it-talbiet wasslu lill-Awtorita' Marittima sabiex flimkien ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar jikkummissjonaw studju sabiex jiġu identifikati siti li jservu ta' marinas ġodda.", "F'dan l-istudju jingħad li f'Malta se jkun hawn bżonn 900 berth oħra fl-għaxar snin li ġejjin.", "Dan l-istess rapport identifika Dockyard Creek, ċioe' dik id-daħla bejn l-Isla u l-Birgu li tispiċċa sal-baċir nru.", "1, bħala l-aktar ideali sabiex tinbidel f'marina.", "Din is-site għandha l-kredenzjali kollha sabiex tkun tista' sservi ta' waħda mill-isbaħ marinas fil-Mediterran u l-ħsieb tal-Gvern huwa li fl-ewwel nofs ta' din is-sena x-xogħlijiet fuq din il-marina jkunu nbdew.", "Madam Speaker, din l-istorja ta' marina fil-Kottonera kienet intużat bħala propaganda mill-Gvern preċedenti fl-aħħar elezzjoni.", "Ix-xewqa tan- nies ta' dawn in-naħat, li anke lilhom imiss xi żvilupp bħalma sar f'postijiet oħra f'Malta, ipprovaw jonsbuha meta ftit ġimgħat qabel l- elezzjoni ntbagħat leaflet b'ħafna kuluri u artist impressions ta' l-area mibdula f'marina eċċellenti.", "Dawn il-leaflets intbagħtu fid-djar sabiex in- nies jaraw xi ħsebijiet kellu l-Gvern Nazzjonalista f'dawn in-naħat.", "Imma llum, Madam Speaker, qegħdin naraw bil-fatti li se jkun Gvern Laburista li se jaħseb sabiex din l-area tiġi mtejba.", "Issa wasalna fl-aħħar stadju, fejn iridu jintgħażlu dawk li se jmexxu l-kuntratt dwar ix-xogħol fuq din il-marina.", "Fil-fatt, ftit tal-ġimgħat ilu, waqt li kien qed jagħmel waħda minn dawk it-taħdidiet tal-Ħadd filgħodu fl-Isla, il-Prim Ministru stess qal li dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew f'April.", "Dan huwa wieħed mill- proġetti li n-nies ta' dawn in-naħat ilhom jistennew għal ħafna u ħafna snin.", "Mir-rapport li deher dan l-aħħar, dan il-proġett se jkun l-ikbar biċċa xogħol li qatt sar f'dawn l-ibliet, proġett li mistenni jqum aktar minn ¥20 miljun.", "Madam Speaker, din l-area magħżula bħala l-aħjar post fejn issir marina ġdida serviet għal sekli sħaħ bħala ċentru marittimu.", "Kemm il-Kavallieri kif ukoll l-Ingliżi warajhom użaw Dockyard Creek u l-mollijiet tagħha għall- bżonnijiet tagħhom.", "Wara, Gvernijiet Laburisti użaw dawn in-naħat għall- cruise liners ukoll.", "Fl-aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin niftakar cruise liners marbuta mal-mollijiet ta' Sant'Anġlu u Xatt ir-Risq.", "Ma' l-istess mollijiet, Madam Speaker, kien jorbot ukoll vapur tal- passiġġieri li kien jaħdem tliet darbiet fil-ġimgħa lejn Sqallija.", "Dawn l- inizjattivi minn Gvernijiet Laburisti kienu taw ħajja ġdida lin-naħa tal- Kottonera pero' dawn l-affarijiet kollha spiċċaw mal-bidla fil-gvern fl- 1987 u minflok dawn il-mollijiet bdew jilqgħu magħhom xi vapur antik u kollu sadid.", "Illum qegħdin iħarsu b'fiduċja lejn dan il-proġett ta' marina ġdida li jista' jagħti ħajja ġdida lil din in-naħa ta' gżiritna.", "GĦalhekk din il-ħolma li tant ilhom joħolmu biha n-nies ta' dawn in-naħat jidher li fl-aħħar waslet biex issir realta'.", "Madam Speaker, relatat mal-proġett tal-marina hemm ukoll il-kwestjoni tat- tugboats u n-numru ta' laneċ tas-sajd li qed ikun hemm marbuta f'Dockyard Creek.", "Rigward it-tugboats, l-Awtorita' Marittima ħadet ħsieb li dawn jiġu ttrasferiti għall-Menqa tal-Marsa pero' xorta waħda għad hemm il-problema tal-laneċ tas-sajd.", "GĦalhekk l-Awtorita' għandha taħseb minn issa dwar fejn dawn jistgħu jsibu rmiġġ meta nafu li x-xogħlijiet se jibdew fi żmien qasir.", "Nixtieq insemmi wkoll ir-regatta ta' Jum il-Ħelsien li ssir ta' kull sena fl-aħħar ta' Marzu.", "Issa li qegħdin nistennew li x-xogħol fuq il- marina jibda, hemm bżonn li l-Awtorita' żżomm lill-clubs tar-regatta nformati dwar il-futur ta' din ir-regatta b'mod speċjali dik ta' ta' din is- sena peress li fi ftit ġimgħat oħra jibda t-taħriġ.", "Madam Speaker, il-funzjoni ta' l-Awtorita' Marittima hija ta' importanza kbira sabiex is-settur kollu marbut mal-marittimu jkompli jitjieb.", "Fl- istess waqt, is-settur marittimu jista' jkompli jkun mezz ieħor tad-dħul sabiex l-ekonomija ta' pajjiżna tkompli tikber.", "U dan ix-xogħol tajjeb, l- Awtorita' Marittima tista' tkompli twettqu b'aktar ħidma fis-snin li ġejjin.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jkekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, forsi tiftakar li s-sena li għaddiet kellna nċaqilqu d-diskussjoni dwar l-estimi ta' l-Awtorita' Marittima minħabba l-elezzjoni u fil-fatt konna ddiskutejnihom għal Marzu ta' l- 1997.", "Pero' kont nimmaġina li l-estimi għas-sena 1997/98 - u mhux biss ta' l-Awtorita' Marittima iżda ta' awtoritajiet oħrajn bħalha - konna se niddiskutuhom ferm iktar qrib it-tmiem tas-sena finanzjarja preċedenti, bħalma kien jiġri sa l-1995, meta d-diskussjoni fuq kull waħda mill- awtoritajiet u korporazzjonijiet kienet tkun magħluqa sa Novembru.", "F'dan il-każ, ir-rapport ta' l-Awtorita' Marittima ġie quddiemna ftit ġranet ilu u allura qegħdin niddiskutu l-estimi għas-sena finanzjarja li bdiet fl-1 ta' Ottubru, 1997 erba' xhur bil-lura.", "Imma ħalli nibdew biex naraw x'kien hemm ipproġettat għall-1996/97 u naraw fejn irnexxielha tasal l-Awtorita' Marittima.", "Fil-fatt ninsab ftit sorpriż li kemm fl-introduzzjoni tal-Ministru u kif ukoll fl-estimi li għandna quddiemna ma jirriżulta mkien li din l-awtorita' kienet qiegħda f'fażi ta' \"nkwiet kbir\", bħalma kien qal l-istess Ministru f'Marzu ta' l-1997.", "Huwa veru li l-kwestjonijiet marbuta ma' \"diżastri\" li suppost intirtu ma' l-elezzjoni kienu għadhom iktar fil-qrib, imma jekk verament kien hemm daqshekk \"diżastri\" kont nistenna li f'dan ir-rapport insibu xi ħaġa dwarhom.", "Imma f'dan ir-rapport, paragrafu wara l-ieħor, insibu indikazzjoni li l-Awtorita' Marittima kompliet ittejjeb il- pożizzjoni tagħha fuq is-sena ta' qabel u dan l-argument jirripeti ruħu għal kull waħda mill-funzjonijiet li għandha.", "Allura mhux veru li l- Awtorita' Marittima kienet f'xi diżastru u issa b'xi mod sar il-miraklu, anzi din l-awtorita' baqgħet miexja bil-passi li kienet qabdet fis-snin li għaddew.", "GĦalhekk nifhem il-pożizzjoni li ħa l-Onor.", "Agius iktar kmieni meta fid-diskors tiegħu qal li japprezza x-xogħol li kien sar fis-snin ta' qabel u wkoll il-kontinwazzjoni ta' dan ix-xogħol matul is-sena li qegħdin fiha.", "Naturalment, Madam Speaker, wieħed irid jagħraf li awtorita' bħal din bilfors ikollha xi diffikultajiet.", "GĦalhekk nieħu din l-okkażjoni biex nappella lill-bord tad-diretturi sabiex jifhmu li huma mhux biss għandhom resposabbiltajiet diretti lejn in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu ma' l- awtorita' imma għandhom ukoll responsabbiltajiet marbutin mal-funzjoni u mal-futur ta' din l-awtorita'.", "GĦalhekk jeħtieġ li jsir dak kollu possibbli biex ikun hemm motivazzjoni iktar qawwija u biex ikun hemm iktar parteċipazzjoni ta' l-impjegati mingħajr ma jidħlu konsiderazzjonijiet ta' natura estranea u li m'humiex marbutin mal-mixja 'l quddiem ta' dawk li jkunu qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom fuq il-post tax-xogħol.", "Irrid ngħid li fil-jiem li għaddew inkwetajt meta għal iktar minn darba ntqal li xi mpjegati ta' l-Awtorita' Marittima ntervenew f'mumenti ta' azzjoni industrijali msejħa mill-UĦM u nispera li inċidenti bħal dawn ma jirripetux ruħhom.", "Din m'hijiex responsabbilta' ta' min imexxi l-awtorita' imma hija responsabbilta' ta' l-impjegati li għandhom jagħrfu x'inhuma d-doveri tagħhom fil-funzjoni tagħhom bħala impjegati f'din l-awtorita' partikolari.", "Madam Speaker, jekk inħarsu lejn dik li suppost kellha tkun in-nefqa u d- dħul ta' l-awtorita' matul is-sena finanzjarja 1996/97 insibu li d-dħul kien iżjed minn dak li kien smat u għalhekk dan ikompli jenforza l-argument li d-diskors li kien sar iktar kmieni matul l-1997 ma kienx diskors reali.", "Kieku verament kien hemm dawk id-diffikultajiet u problemi li ssemmew, kieku żgur li llum ma konniex inkunu f'pożizzjoni li ngħidu li s-sena li għaddiet kien hemm il-qabżiet kbar li ssemmew mill-Ministru u mill-Onor.", "Agius.", "Jekk wieħed jara r-riżultati li nkisbu u janalizza d-diskors tal- Ministru fl-introduzzjoni tiegħu llum, jirrealizza li din l-awtorita', għandha tkompli miexja 'l quddiem jekk taqdi d-doveri tagħha bis-serjeta'.", "Madam Speaker, naturalment il-Ministru u n-naħa tal-Gvern se jgħidulna li matul is-sena li għaddiet tant saru passi kbar 'il quddiem li din l- awtorita' qiegħda żżid il-qligħ tagħha u qiegħda tagħti s-sehem tagħha b'mod iktar qawwi u allura l-Ministru, forsi bir-raġun ukoll, jipprova jieħu l-mertu għal dan ix-xogħol biex jipprova jagħti palata lill-Gvern li jagħmel parti minnu.", "Huwa tajjeb li wieħed japprezza l-ħidma li saret matul is-sena li għaddiet pero' tajjeb ukoll li wieħed japprezza l-ħidma qawwija li saret mill-1991 sal-lum, jiġifieri fis-snin kemm ilha mwaqqfa din l-awtorita' sal-lum.", "Huwa faċli li sena wara li tkun għaddiet l- elezzjoni tgħid li l-proġett tal-yacht marina fil-Kottonera kien biss fuq il-karta, kif qal l-Onor.", "Chris Agius, imma aħna nafu li l-Awtorita' Marittima kellha pjanijiet li jwasslu mhux biss sa l-elezzjoni li għaddiet imma anke għas-snin li ġejjin.", "U jekk inħarsu lejn ix-xogħol li sar matul is-sena li għaddiet, b'mod partikolari x-xogħol ta' natura infrastrutturali, insibu li fil-parti l-kbira tiegħu, biex ma ngħidx ix- xogħol kollu kemm hu, huwa xogħol li kien inbeda mill-istess awtorita'.", "Hawn nixtieq nagħmel riferenza b'mod partikolari għall-istudju li kien inbeda dwar id-diversi possibbiltajiet ta' yacht marinas f'pajjiżna u dwar żvilupp ieħor ġewwa ċ-Ċirkewwa.", "Daqqa t'għajn lejn il-paragrafu ta' introduzzjoni li għamel il-Ministru għar-rapport ta' ħidma għas-sena li għadha kif intemmet, turi li din l- awtorita' kompliet miexja fuq il-passi li fasslet fis-snin ta' qabel.", "Żgur li kien hemm bidliet fl-amministrazzjoni ta' kuljum ta' din l-awtorita' u żgur li l-bord tal-lum qed imexxi b'mod differenti minn kif kien imexxi l- bord ta' qabel pero' ma jidhirx li huwa miexi f'xi direzzjoni differenti jew opposta għal dik li konna mexjin fiha qabel.", "M'iniex qed ngħid li dan il-bord qed jaħdem ħażin u li l-bord ta' qabel kien jagħmel kollox tajjeb pero' m'iniex se nasal biex ngħid, bħalma kien qal il-Ministru s-sena li għaddiet, li l-bord li kien jamministra sa Jannar ta' l-1997 seta' jaqdi l- funzjonijiet tiegħu b'mod aħjar.", "Nispera wkoll li l-membri ta' din l- awtorita', ibda miċ-chairman u spiċċa mill-iżgħar ħaddiem - jagħrfu li għandhom ikomplu fil-ħidma tagħhom biex kemm jista' jkun jitnaqqsu d- diffikutaljiet, ikun hemm aktar qligħ għall-ħaddiema u aktar dħul lill- istess awtorita'.", "Madam Speaker, aktar kmieni semmejt id-diversi direttorati fi ħdan l- Awtorita' Marittima, kif kordinati flimkien minn dak li jisejjaħ il- corporate office.", "Dawn huma l-ports directorate, il-merchant shipping directorate u l-yachting centres directorate.", "Hemm bżonn li dawn id- direttorati jkomplu jsaħħu l-funzjoni li għandhom anke għas-snin li ġejjin.", "Hawnhekk se nipprova ngħaqqad ftit l-estimi għas-sena li ġejja man-nefqa matul is-sena li għaddiet.", "Nafu li l-awtorita' kienet ipproġettat li tonfoq ¥76,000 fuq promotion and respresentation imma fil-fatt nefqet ¥47,000 pero' dan m'huwiex il-mod kif jitkejjel ix-xogħol ta' awtorita' bħal din.", "Huwa tajjeb li ma jkunx hemm ħela bħal bżonn pero' huwa tajjeb ukoll li l-Awtorita' Marittima Maltija tkun preżenti f'kull okkażjoni li tista' tieħu xi vantaġġi minnha.", "GĦalhekk għandna naraw li fil-laqgħat internazzjonali li jseħħu kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn pajjiżna jkun hemm ir-rappreżentanza ta' l-Awtorita' Marittima għaliex b'hekk tkun tista' twassal b'mod iktar ċar il-messaġġ tagħha.", "Madam Speaker, nafu li f'dan is-settur irridu niffaċċjaw kompetizzjoni kontinwa partikolarment ma' lokalitajiet oħrajn fil-Mediterran, għaliex ir- reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera tagħna tfisser iktar attivita' ekonomika għal pajjiżna.", "GĦalhekk għandna r-responsabbilta' li naraw li d- dixxiplina li daħħalna matul is-snin li għaddew inkomplu ntejbuha u niżviluppawha.", "Fil-fatt matul is-snin li ilha mwaqqfa l-Awtorita' Marittima kellna żieda sostanzjali f'dawk li huma vapuri reġistrati taħt il- bandiera Maltija, tant li pajjiżna huwa s-sitt pajjiż fid-dinja bl-akbar numru ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera tiegħu, imma dan m'huwiex biżżejjed.", "Skond ir-rapport annwali ta' l-awtorita' nsibu li n-numru ta' vapuri li kien hemm reġistrati sa Settembru li għadda kien ta' 2,966 li bejniethom kellhom gross tonnage ta' 22,276,800.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li kien hemm qtugħ mir-reġistrazzjoni tal-bandiera Maltija ta' 314 vapur li bejniethom kellhom gross tonnage ta' 2,608,387.", "Fih inniffsu dan ukoll huwa indikazzjoni ta' serjeta' u juri r-responsabbilta' kbira tagħna li niddefendu l-isem tajjeb li kisbet il-bandiera Maltija u ma nħallu lil ħadd iċappasielna.", "Madam Speaker, jekk inħarsu lejn dak li huwa smat li jkun id-dħul ta' l- awtorita' mir-reġistrazzjoni u l-fees annwali li jħallsu l-vapuri għas-sena 1997/98, insibu li qegħdin nistmaw tnaqqis ta' ¥30,000 pero' jiena ma nistax nifhem kif dan jista' jkun jekk kull sena qegħdin naraw żieda ta' reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija, u aktar u aktar meta din is-sena kellna aktar dħul minn dak li kien mistenni.", "Forsi dawn iż-żidiet qegħdin jiġu covered taħt l-item \"Other\", fejn qed jingħad li qegħdin nipproġettaw li ndaħħlu bejn wieħed u ieħor id-doppju ta' dak li pproġġettajna għas-sena 1996/97 pero' tajjeb li jkollna indikazzjoni tal-pożizzjoni reali tad-dħul u l-ħruġ.", "Fl-istess ħin qiegħed jingħad li l-ispiża ta' dan id-direttorat għas-sena li ġejja se tiżdied bejn wieħed u ieħor għal ¥180,000 fuq dak li attwalment intnefaq matul l-1996/97, l-aktar f'dawk li huma fees and grants, kif diġa' għidt, u f'dawk li huma salaries and staff costs.", "Funzjoni oħra li dan id-direttorat għandu huwa li jżid is-sigurta' fuq il- vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija għaliex nafu li inċident wieħed jista' jfisser għalina problemi kbar u pjuttost serji.", "GĦalhekk għandna naraw li l-ispezzjonijiet li jsiru kultant żmien - skond ir-rapport, jingħad li din is-sena kien hemm numru sostanzjali ta' spezzjonijiet - għandhom jiżdiedu.", "Jiena nittama li jittieħdu aktar inizjattivi li jiggarantixxu l-kwalita' tal-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija, għaliex fl-aħħar mill-aħħar li jinteressana huwa li l-bandiera ta' pajjiżna tkompli miexa 'l quddiem u ssaħħaħ l-isem tajjeb li għandha, anke jekk biex nagħmlu dan ikun hemm bżonn li naqtgħu mir-reġistru xi vapuri li jistgħu jkunu ta' periklu mhux biss għalihom imma anke għal ħaddieħor.", "Niġi issa biex nitkellem dwar il-yachting centres directorate.", "Matul is- snin li għaddew dan id-direttorat ħa spinta qawwija fil-ħidma tiegħu pero' jeħtieġ li ntejbu s-servizz f'dawk li huma yacht marinas.", "U jiena ninkwieta ftit meta nara r-rapport li għandna quddiemna għaliex, minkejja l- kliem kollu li ntqal f'dan ir-rigward mill-Onor.", "Chris Agius illum, naħseb li sena oħra se niġu hawnhekk biex niddiskutu r-rapport ta' attivita' ta' l- Awtorita' Marittima għas-sena 1997/98 u nsibu li l-berthing facilities li għandu pajjiżna jkunu għadhom dawk li kellna f'Ottubru ta' l-1996, jiġifieri ma nkunu għamilna l-ebda pass 'il quddiem!", "GĦalhekk jeħtieġ li mill-kliem ngħaddu għall-fatti għaliex jekk irridu inkomplu nistabilixxu pajjiżna bħala pajjiż li jipprovdi berthing facilities tajbin, allura hemm bżonn li l-ħidma f'dan ir-rigward tkompli tiżdied u twassal għall- implimentazzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet u rapporti li l-Awtorita' Marittima fasslet fil-passat imma li matul is-sena li għaddiet baqgħu fuq il-karta f'xi kexxun.", "Irridu nifhmu li jekk għandna 252 applikazzjoni għal berths, dawn m'humiex se joqgħodu jistennew li nipprovdulhom dawn il-faċilitajiet imma jmorru x'imkien ieħor.", "U lkoll kemm aħna nafu li għandna kompetizzjoni qawwija li ġejja b'mod partikolari min-naħa t'isfel ta' l-Ewropa, u dan żgur għandu jimbottana biex naħdmu iktar u naraw li dak li għandu jsir isir kemm jista' jkun malajr.", "Huwa importanti wkoll li naraw li l-1,100 berthing facilities li għandna fil-pajjiż ikomplu jitjiebu.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli għax skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha li għoġobha testendili l-ħin.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li dan id-direttorat mhux biss għandu jara li jżid in-numru ta' berthing facilities imma għandu jara li dak li huwa eżistenti jkompli jitjieb.", "Nafu li fost il-persuni li jużaw il-berthing facilities f'pajjiżna hemm ammont sostanzjali ta' barranin u għalhekk għandna naħdmu biex il-livelli li lħaqna ftit tax-xhur ilu jkomplu jitjiebu.", "Dan għaliex ma nistgħux inserrħu moħħna li dak li konna noffru erba' snin jew ħames snin ilu se jibqa' ta' livell aċċettabbli meta mqabbel ma' faċilitajiet li jipprovdu pajjiżi oħrajn.", "GĦalhekk għandu jkun hemm impenn min-naħa tal-Gvern sabiex inkomplu ntejbu dan is-servizz.", "Jekk inħarsu lejn id-dħul li mistenni jkollu dan id-direttorat fis-sena finanzjarja 1997/98, insibu li dan se jonqos bejn wieħed u ieħor bi 15% fuq dak ta' din is-sena.", "Imma huwa diffiċli li wieħed jifhem kif se jkun hemm dan it-tnaqqis meta nieħdu in konsiderazzjoni ż-żidiet li kien hemm fil-ħlasijiet għall-berths.", "Żgur li dan ma jirriflettix l-pressjoni għal talbiet ta' berths li hemm u żgur li ma jirriflettix il-ħidma li hemm bżonn isseħħ u għalhekk nispera li iktar tard il-Ministru jagħtina spjegazzjoni għal dan it-tnaqqis, anke għaliex jidher li hemm diskrepanza bejn ir-rapport amministrattiv u r- rapport finanzjarju.", "Niġi issa biex nitkellem dwar il-ports directorate.", "F'paġna 16 tar- rapport li għandna quddiemna għandna għal darb'oħra konferma ta' kemm dak li ntqal sena ilu kien illużjoni tal-mument għaliex qed jingħad li l-ports directorate matul is-sena li għaddiet kompla jiżviluppa u jibni fuq dak li kien hemm matul is-snin l-imgħoddija.", "U ma naħsibx li l-Ministru jkun qed jagħmel xi ħaġa ħażina jekk jgħid li qegħdin jimxu fuq dak li sabu għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-gvern tal-pajjiż m'huwiex il-gvern ta' xi partit jew ieħor imma huwa l-gvern tal-Maltin kollha u għalhekk għandu jkollna pożizzjoni ċara 'l hinn mix-xena politika partiġjana u għaliex wieħed qiegħed fil-gvern u l-ieħor fl-oppożizzjoni.", "F'dan ir-rapport insibu riferenza b'mod partikolari għall-cruise market li semma l-Onor.", "Agius.", "Jiena nifhem li jkun hemm dan it-tip ta' ftaħir u kummenti pero' kont nistenna li l-istess konklużjonijiet li hemm f'dan ir-rapport iwassluna biex nifhmu li dawn ir-riżultati setgħu jinkisbu għaliex matul is-snin li ilha mwaqqfa l-Awtorita' Marittima l-ħaddiema tagħha dejjem raw li jagħtu s- sehem tagħhom.", "GĦalhekk, nerġa' ngħid, jekk fl-awtorita' hemm nies li huma ta' naħa politika waħda, kif qal il-Ministru Debono Grech is-sena li għaddiet, żgur li dan m'huwiex jirrifletti ruħu fil-ħidma li hija għaddejja.", "Madam Speaker, m'hemmx dubju wkoll li għad baqagħlna x'nagħmlu u m'għandniex nikkuntentaw billi ngħidu li matul is-sena li għaddiet kien hemm żieda sostanzjali kemm ta' passiġġieri kif ukoll ta' vapuri.", "Irridu nsaħħu l-kuntatti man-numru ta' aġenziji li jġibu dawn il-cruise liners hawn Malta.", "Kif diġa' għidt aktar kmieni din is-sena jeħtieġ ukoll li noħolqu faċilitajiet fejn dawn il-cruise liners ikunu jistgħu jidħlu f'portijiet oħrajn minbarra l-Port il-Kbir, possibbilment anke ġewwa Għawdex, u bħalma jsir f'diversi pajjiżi oħrajn nipprovdu faċilitajiet li jwasslu lill-passiġġieri minn fuq il-vapur għall-art.", "Tajjeb ukoll li nħarsu lejn il-possibilita' li jkun hemm cruise liners li jibdew il-vjaġġ tagħhom fil-Mediterran minn Malta għaliex dan ikun ifisser li t-turist ma jieqafx fi gżiritna għal nofs ta' nhar biss imma għal ġurnata jew jumejn u żgur dan ikun ifisser żieda kbira fit-turiżmu ta' dan it-tip.", "Madam Speaker, fost il-proġetti mibdija li din l-awtorita' ħadmet fuqhom matul is-sena li għaddiet hemm il-proġett tat-terminal taċ-Ċirkewwa u naħseb li wasal iż-żmien li dak li hemm fuq il-karta jsir realta'.", "Il- Ministru għamel riferenza wkoll għas-sea passenger terminal u għalkemm jiena favur li jkun hemm titjib fis-sea passenger terminal, nispera li issa li għandna kumitat ieħor mal-ħafna kumitati li twaqqfu mill-Prim Ministru, ma jkunx hemm xi deċiżjonijiet ta' bulldozing għaliex din hija l- indikazzjoni li għandna.", "Qed ngħid dan għaliex għalkemm il-pjanijiet għadhom ma ġewx finalizzati u sottomessi - u allura wieħed m'għandux fuqiex jikkritika u jgħid jekk jaqbel jew ma jaqbilx ma' dawn il-pjanti - fl-istess ħin qegħdin ngħidu li dan ix-xogħol se jibda minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra.", "Huwa veru li għandna ngħaġġlu imma fl-istess ħin għandu jkun hemm ukoll l-osservanza tar-regoli.", "Barra minn hekk, naħseb li kemm il-membri tal-bord tal-lum u kif ukoll il-Ministru jafu li diġa' kien hemm applikazzjonijiet għal dawk l-inħawi u dawn ma kenux ġew aċċettati, mhux għax kien hemm xi ħaġa kontra l-proġett innifsu imma għaliex kien hemm diffikultajiet għal dak li huwa l-wirt f'din l-attrazzjoni prinċipali ta' pajjiżna.", "GĦaliex tajjeb li niftakru li dan ix-xogħol irid isir taħt parti minn swar li għandna f'pajjiżna u għalhekk irridu naraw li l-ħidma li ssir ma tagħmel l-ebda ħsara lill-estetika ta' dan il-wirt storiku ħalli jkompli jitgawda minn dawk li għad jridu jiġu 'l quddiem.", "Madam Speaker, nixtieq nagħmel riferenza qasira għall-Gozo Channel Co. Ltd. li toffri servizz ta' trasport bil-baħar bejn iż-żewġ gżejjer lil bosta Maltin u anke lit-turisti.", "Bħal fil-każ ta' l-Awtorita' Marittima, kien intqal li din il-kumpannija kienet falluta imma issa qegħain nippreżentawha bħala kumpannija li qiegħda taqla' l-flus u li miexja 'l quddiem.", "Jiena naħseb li dan id-diskors kien sar biex wara li nkunu tajna stampa kerha ħafna tas-sitwazzjoni, iktar tard inkunu f'qagħda li nagħtu stampa fejn tkun tidher ħafna aħjar.", "GĦalhekk nispera li din il- kumpannija tkun fil-liberta' li taħdem kif għamlet fis-snin l-imgħoddija.", "Madam Speaker, qabel nagħlaq, l-awgurju tiegħi lill-Awtorita' Marittima u lill-bord attwali huwa li jkomplu jaqdu d-doveri tagħhom fi ħdan din l- awtorita' li kienet waħda mill-ġawhar li wiret dan il-Gvern b'mod li meta jasal iż-żmien li din tgħaddi f'idejn persuni oħrajn, huma jkunu fil- pożizzjoni li jgħidu li għamlu ħilithom kollha u dak li wirtu f'Jannar ta' l-1997 komplew tejbuh u żiduh jew inkella kkorreġewh.", "GĦalhekk nispera li din l-awtorita' matul is-snin li ġejjin tkompli miexja fuq il-passi tal- passat għal aktar ġid għall-pajjiż.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, f'suġġett bħal dan wieħed bilfors iħoss in-neċessita' u d-dover li jdaħħal fid-diskussjoni dak kollu li jirrigwarda t-trasport bil-baħar bejn il-gżejjer Maltin għaliex, għalkemm il-qofol tax-xogħol ta' l-Awtorita' Marittima huwa li tipprovdi dawk is- servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' barra minn Malta, u tagħmel lil gżiritna dejjem iktar eċċellenti fis-servizzi li tagħti - anke biex toħloq dak li l- Ministru sejjaħ hub u sabiex ikun hemm dawk il-komunikazzjonijiet meħtieġa - jidhirli li ħafna drabi nittraskuraw l-aspett domestiku u l-aspett intern li l-Awtorita' Marittima għandu jkollha.", "Dwar is-sea passenger terminal fil-Port il-Kbir, wieħed jawgura li dan jimmaterjalizza u li jgħin biex jagħmel lil Malta dejjem iktar ċentru għal cruise liners fil-Mediterran, pero' ċertament irridu nikkonċentraw ukoll dwar sea passenger terminals u ferry terminals oħrajn li għandna bżonn fil-pajjiż.", "Qed nirriferi partikolarment għas-sea passenger terminal fiċ-Ċirkewwa u ieħor fl-Imġarr għaliex għalkemm it-turisti li jiġu Malta għandhom il-possibbilta' li jaslu fit-territorju kollu tal-pajjiż, Għawdex jippreżenta sitwazzjoni partikolari għaliex trid tasal għalih permezz tal-baħar u allura għandek l- implikazzjonijiet kollha ta' vjaġġ għalkemm fuq skala żgħira.", "Jidhirli li l-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu - smajtu jiena u ġej minn Għawdex; illum il-vapur daħal Sa Maison, jiġifieri kellna trip iktar twil mis-soltu - ma semma xejn fuq ix-xogħol li jrid jitwettaq f'dawn iż-żewġ postijiet, jiġifieri fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, għalkemm fir-rapport ta' l- istess awtorita' nsibu riferenza għalihom.", "GĦalhekk xtaqt li fil-winding- up jaġġornana daqsxejn dwar fejn waslu l-preparattivi biex dan ix-xogħol ikun jista' jibda.", "Effettivament jidhirli li hawn ġew kien intqal - ma nafx kienx il-Ministru jew inkella l-Prim Ministru - li dan ix-xogħol kellu jibda qabel is-sajf li għadda ħalli tilħaq issir xi ħaġa konkreta qabel ma jibda l-maltemp, għaliex naturalment fil-maltemp wieħed ma jkunx jista' jaħdem.", "Pero', għalkemm jista' jkun li saru xi soundings 'l hemm u 'l hawn, żgur li wieħed ma jistax jgħid li x-xogħol beda b'xi mod konkret u allura tlifna staġun li fih stajna naħdmu, għaliex kif tidħol ix-xitwa kollox ikun sospiż u jkollna nistennew xhur sħaħ biex inkunu nistgħu nagħtu bidu jew inkella nkomplu x-xogħlijiet meħtieġa.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni anke tal-bord li jmexxi din l-awtorita' li meta wieħed iqis fejn f'dan il-pajjiż l-iktar li jaqsmu passiġġieri, isib li dawn huma proprju ċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.", "L-ammont ta' nies li jaqsmu minn dawn il-postijiet jissupera bil-bosta in-numru ta' dawk in-nies li jiġu Malta bil-baħar u jissupera wkoll - din qed ngħidha għall-forza ta' l- argument - in-numru li l-Air Malta ġġorr f'sena sħiħa lejn Malta u barra minn Malta.", "F'sena finanzjarja partikolari tal-Gozo Channel Co. Ltd. - bħalissa ma niftakarx eżattament hux l-aħħar waħda jew xi waħda ta' qabel - il-figura li kien ta l-Ministru kienet ta' 2,700,000 passiġġier u 'l fuq minn 600,000 karozza.", "Nafu li t-traffiku f'dawn l-aħħar żmenijiet naqas pero' dan ma jagħmilx differenza għall-punt li rrid nagħmel.", "Imma jekk inħarsu lejn is-sitwazzjoni minn dan l-aspett, inkunu qegħdin indaħħlu dejjem iktar l-aspett Għawdxi fil-pjanijiet nazzjonali, u huwa proprju dan l-iskop li għalih qomt nitkellem illejla.", "Jiena jidhirli li d-direttorat tal-portijiet irid ikun iktar attiv fil-kwestjonijiet interni li għandhom x'jaqsmu ma' Għawdex u jrid jara dan l-aspett fl-isfond ta' l-iżvilupp nazzjonali tal-pajjiż.", "GĦalhekk qed ngħid li d-direttorat tal-portijiet irid ikun iktar viċin u iktar attiv.", "Ejja nħarsu, per eżempju, lejn il- qasam tal-yachting f'Għawdex.", "F'GĦawdex għandna yacht marina li għandha numru ta' berths li għalkemm huma biżżejjed wieħed jixtieq li jikbru.", "F'GĦawdex hemm ukoll l-uffiċċju li jieħu ħsieb din il-marina u li ġie inawgurat ftit tas-snin ilu.", "Dan l- uffiċċju qiegħed viċin tal-yacht marina b'mod li jissorvelja u jara x'inhuma l-problemi u wkoll jipproġetta x'jista' jsir.", "Dan huwa bini li verament jgħaxxqek u li jkompli jsebbaħ il-Port ta' l-Imġarr imma iktar minn hekk, Madam Speaker, bil-preżenza tiegħu huwa fiżikament viċin lejn l- istess marina u allura jiena nattribwixxi l-fatt li l-marina ta' Għawdex hija miżmuma tajjeb ħafna anke għaliex hemm dan l-uffiċċju hemmhekk stess u allura l-komunikazzjoni hija iktar faċli u tagħti iktar riżultati.", "Jiena nipprospetta li d-direttorat tal-portijiet irid ikun iktar viċin b'dan il- mod, iktar u iktar issa li jrid isir dak l-iżvilupp tant mistenni u tant mixtieq biex iċ-Ċirkewwa jsir port li jkun jista' jagħti kenn fi kwalunkwe temp, kif inhu l-port ta' l-Imġarr ġewwa Għawdex, li tista' tgħid li huwa port li jagħti kenn matul is-sena kollha u f'kull kwalita' ta' temp ħlief f'xi eċċezzjonijiet.", "GĦalhekk hemm bżonn li jkun hemm nies on a full-time job biex dan ix-xogħol isir.", "Jidhirli li l-Prim Ministru f'xi konferenza li kellu semma l-possibbilta' li ssir xi yacht marina f'Hondoq ir-Rummien u għalhekk xtaqt nixtieq nistaqsi lill-Ministru Debono Grech jekk għandux xi informazzjoni f'dan ir- rigward u jekk kemm-il darba hemmx xi pjanijiet f'dan is-sens.", "Pero' l- punt li rrid nagħmel jiena huwa li l-Maritime Authority trid tkun iktar viċin lejn il-bżonnijiet tal-pajjiż anke f'dak li għandu x'jaqsam mat- trasport bejn Malta u Għawdex, u nżid ngħid li fil-pjanijiet li għandna nagħmlu rridu ndaħħlu wkoll il-gżira ta' Kemmuna.", "Ta' min jgħid li meta l- lukanda ta' Kemmuna tagħlaq, il-komunikazzjoni ma' Kemmuna tieqaf għal kollox.", "Naturalment min ma jmurx Kemmuna u min ma jinteressahx minn Kemmuna din ma jarahiex xi ħaġa kbira imma fuq din il-gżira jgħixu n-nies u allura wieħed irid jindirizza wkoll din il-problema.", "U huwa d-dover ta' l-Istat u tal-kumpannija li għandha l-monopolju tal-komunikazzjoni bejn Malta u Għawdex li jinkludi xi itinerarju fil-każ ta' Kemmuna meta din tkun abbandunata minħabba li l-Comino Hotel ikun magħluq.", "Dan għaliex, kif qed ngħid, fuq din il-gżira jgħixu xi nies u allura wieħed huwa obbligat isib rimedju għal din il-problema.", "Sur President, kienet ħaġa sewwa li sitt snin ilu Gvern Nazzjonalista waqqaf l-Awtorita' Marittima bil-viżjoni li permezz tagħha seta' jwettaq politika li tkun qiegħda tagħmel dejjem iktar minn Malta ċentru marittimu imma li wkoll tindirizza ċerti problemi interni.", "GĦalhekk l-awgurju tiegħi huwa li din l-awtorita' fil-port taċ-Ċirkewwa tagħmel ħidma paragunabbli u ikbar - għaliex fil-qofol huwa ħafna akbar - għal dak li għamlet fil-yacht marina f'GĦawdex u tħaffef il-proċess biex jinbnew il-mollijiet li jridu jsiru kemm fiċ-Ċirkewwa u wkoll fl-Imġarr.", "Nerġa' ngħid, dan huwa proġett li hemm bżonnu, huwa proġett mixtieq u huwa proġett li l-pajjiż għadu qed jistennih u għalhekk jeħtieġ li mill-iktar fis possibbli jkun proġett li jagħti r-riżultati li lkoll kemm aħna qegħdin nistennew.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Sur President, meta nħarsu lejn ir-rapport annwali tal-Malta Maritime Authority, b'sodisfazzjon ninnotaw li fil-bidu tat-tieni sena tal-Partit Laburista fil-gvern din l-awtorita' rreġistrat profitt iktar mis-sena ta' qabel, fl-ammont ta' madwar ¥350,000.", "U kuntrarjament għal dak li qal il-kollega tan-naħa l-oħra, l-Onor.", "Censu Galea, dan ma ġiex mix-xejn imma ġie għaliex il-bord preżenti mexa aħjar u ta riżultati aħjar.", "Imma mhux dan biss, Sur President.", "L-Awtorita' Marittima mhux biss imxiet aħjar u għamlet aktar profitti - żgur ukoll bil-mod kif qed imexxi sieħbi l-Ministru Debono Grech - imma qiegħda tagħmel proġetti għas-sena li ġejja.", "Per eżempju, qiegħda taħseb biex ikollna aktar cargo handling equipment fil-Laboratory Wharf u minħabba li se jkun hemm terminal ġdid se ssir stallazzjoni ta' sistema ta' sigurta' li kulħadd jaf kemm hija bżonjuża, iktar u iktar fiċ-ċirkostanzi li qegħdin ngħixu fihom.", "Saret kritika min-naħa l-oħra dwar in-nuqqas ta' berthing facilities u moorings.", "Fil-fatt, barra l-iżvilupp li għandu jsir fiċ-Ċirkewwa u l- proġett tal-link road bejn Flagstone Wharf u d-Deep Water Quay, hemm il- ħsieb li jsiru moorings ġewwa Marsaxlokk.", "Dak li ġara fil-passat irridu nirrimedjawh u għalhekk irridu naħsbu fil-possibilita' ta' berthing facilities u moorings f'inħawi oħra fit-Tramuntana, bħal Tas-Sliema.", "Diġa' kellna xi applikazzjonijiet f'dan is-sens u jidher li hemm min għandu l- investiment lest u ma jagħmilx sens li noħolqu barriers lil min irid jinvesti.", "Din hija xi ħaġa li għandha tiġi nnotata mill-Awtorita' Marittima.", "GĦadni kemm smajt issa lill-Onor.", "Anton Tabone.", "L-ewwelnett ma nafx eżattament jekk kienx qed jiddiskuti l-Malta Maritime Authority jew inkella xi ħaġa oħra - naħseb li kellu f'moħħu l-Gozo Channel Co. Ltd., u jekk inhu hekk aħjar ma ddiskutiha xejn kemm għaliex ma konniex qegħdin niddiskutuha u wkoll għaliex il-Gozo Channel Co. Ltd. għal tikka ma tlifnihiex b'kollox! - imma ħalli nkompli fuq il-Malta Maritime Authority.", "Xtaqt nagħmel kritika żgħira, u qed ngħid kritika żgħira għaliex ma fhimtx kif ġew ippreżentati ċerti dettalji dwar il-financial statements kif kienu f'Settembru tas-sena li għaddiet.", "Ma nistax nifhem, per eżempju, kif f'paġna 6 qegħdin ngħidu li saret depreciation ta' 5% fuq il-bini.", "Meta wieħed jitkellem fuq depreciation, jifhem li l-vetturi ta' kull sena jaqa' l-valur tagħhom imma ma nistax nifhem kif daħħalna depreciation ta' 5% fuq il-bini meta dan tah il-Gvern stess biex l-Awtorita' Marittima tkun tista' taħdem fih.", "Forsi l-Ministru jew l-istess awtorita' 'l quddiem dan ikun jista' jispjegah.", "F'paġna 8 imbagħad, għalkemm qegħdin nitkellmu dwar investments held as current assests li huma kompriżi f'fixed deposit accounts fil-banek lokali, m'għandniex figuri tagħhom.", "Anke meta niġu biex nitkellmu dwar contingent liabilities, naħseb li rridu nkunu aktar ċari.", "Hawnhekk qegħdin nagħmlu riferenza għal kawża waħda u qegħdin ngħidu li min qed jagħmel il-kawża kontra l-awtorita' qiegħed jikklejmja ammont ta' ¥21,680.", "Imma jiena naħseb li wieħed irid isemmi anke damages li m'humiex ċari u jipprova jikkwantifikahom biex ir-rapport ikun ippreżentat b'ċertu dettali.", "Il- bqija, fuq dan ma xtaqtx nagħmel iktar kummenti.", "Nixtieq nagħmel riferenza issa għal xi emendi li naf li saru u li hemm bżonn li jidħlu fil-Merchant Shipping Act, biex inġibu l-liġi fl-istess binarju ma' dak li huwa mitlub mill-International Transport Federation.", "Dan huwa importanti għall-iżvilupp tal-leġislatura tagħna u għall-iżvilupp ta' l-istess awtorita' fl-evoluzzjoni kontinwa tagħha.", "Qed nirriferi għad- drittijiet tal-crew members tal-vapuri u għall-emendi dwar ir- reġistrazzjoni tal-vapuri.", "Dawn għandhom jidħlu kemm jista' jkun malajr fil-Merchant Shipping Act, anke minħabba li jista' jkun li maż-żmien dawn l-emendi jiġu outdated.", "Kif diġa' ntqal, f'dak li għandu x'jaqsam mar- reġistrazzjoni tal-vapuri erġajna rreġistrajna żieda, jiġifieri din hija a feather in the cap fil-mod kif qed titmexxa l-awtorita' imma rridu noqgħodu attenti li dan is-servizz li jipprovdi pajjiżna - li huwa minn ta' quddiem nett fid-dinja għal dak li huwa reġistrazzjoni tal-vapuri - inkomplu ntejbuh.", "Sur President, m'hemm l-ebda dubju wkoll li l-awtorita' għandu jkollha dik li hija kuxjenza marittima.", "Dan l-aħħar kelli x-xorti li nattendi workshop fil-Mauritius - taħt l-awspiċi tal-Commonwealth Parliamentary Association - fejn ġew diskussi diversi papers, fosthom l-action for the protection of the marine environment.", "Kif nafu, il-legal notice 128 ta' l- 1997 titkellem dwar id-depożiti tal-waste u rubble, u bis-saħħa ta' din il- legal notice twaqqaf id-direttorat tal-waste management strategy.", "Dan huwa direttorat li jiddetermina fejn għandhom jiġu mitfugħha l-wastes u, fost affarijiet oħra, qed jingħad li dan il-waste jista' jintefa' fil-baħar u għalhekk jiena naħseb li dwar dan wieħed irid jikkonsulta wkoll ma' l- Awtorita' Marittima u mal-ministru konċernat, f'dan il-każ l-Onor.", "Debono Grech.", "Meta naraw x'qiegħed jiġri f'pajjiżi oħrajn, ninnotaw li madwar 80% ta' dak kollu li jista' b'xi mod joħloq pollution fil-baħar jiġi minn deposits minn shores fil-viċin, mis-sewage u minn industrial discharge u minn affarijiet simili.", "Issa, Sur President, il-Malta Maritime Authority mhux biss għandha ċerti regulatory powers imma hija a government agency u allura għandha tara li l- liġijiet tal-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam ma' deposits of waste u pollution of seas jiġu enforzati.", "L-awtorita' trid tidħol ukoll f'dik li hija adherence għall-konvenzjonijiet internazzjonali, li ċertament sieħbi l- Onor. Sandro Schembri Adami se jitkellem fuqhom.", "Fil-fatt, meta wieħed jara l-konvenzjonijiet li s'issa Malta rratifikat, naħseb li qegħdin pass lura.", "Barra minn hekk, l-awtorita' trid tara kif nistgħu nibbenefikaw minn sħubija f'għaqdiet bħall-international maritime satellite organisation u trid tara wkoll x'inhuma l-obbligi internazzjonali tagħna.", "Per eżempju, għandna l-obbligu li naraw li fl-ibħra territorjati tagħna ma jgħaddi xejn li jkun qed iġorr radioactive material.", "F'dan is-sens għandna nieħdu l- eżempju tas-Solomon Islands li huma iżgħar minna bħala ġżejjer - għaliex lanqas daqs Għawdex ma fihom - imma li tant qajmu kuxjenza li kienu huma li ppromulgaw l-IMO Convention dwar radiated nuclear fuel.", "Biex nagħlaq, Mr Speaker, ngħid li l-Awtorita' Marittima qiegħda turi lil dan il-Parlament li miexja fid-direzzjoni t-tajba, li qiegħda tagħmel dak kollu li huwa meħtieġ b'mod effikaċi, li qiegħda tagħti r-riżultati u li qiegħda tagħmel qliegħ aktar mis-snin ta' qabel.", "U dan kollu jindika l- għaqal li miexi bih Gvern Laburista.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sur President, fir-realta' llum qegħdin nikkonformaw ma' l-obbligi tagħna taħt l-Att Nru. XVII ta' l-1991 illi waqqaf l-Awtorita' Marittima u qegħdin għal darb'oħra nitolbu l- approvazzjoni ta' dan il-Parlament għall-ħidma ta' awtorita' li tul is-snin kompliet taħdem b'għaqal u b'impenn biex tikkonsolida l-attivitajiet u l- inizjattivi tagħha, konsonanti mal-funzjonijiet u l-obbligi tagħha li jemerġu mill-istess Att.", "Kif qal tajjeb il-kollega tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia, dan ir-rapport fih innifsu huwa exemplum ta' kif awtorita' għandha taħdem b'mod li tagħti aktar emfasi fuq dik li hija introduzzjoni u implimentazzjoni ta' dawk il- miżuri li huma importanti biex ikollna futur u żvilupp aħjar f'dik li hija attivita' marittima.", "Jekk inħarsu lejn il-qasam tal-cruise lining - li nispera li jkolli ftit ċans nidħol fih ukoll - insibu li din l-awtorita' qiegħda turi mpenn sħiħ.", "Dan il-Gvern qiegħed jaħdem b'għaqal u b'serjeta' anke fejn tidħol is-sigurta' u l-adozzjoni ta' diversi regolamenti, fejn jidħol l-ispezzjonar fil-qasam kontra t-tniġġiż, u wkoll fil-monitoraġġ ta' dawk li huma standards ta' sigurta' fuq il-vapuri u fit-terminals fil- portijiet tagħna.", "Meta nħarsu lejn ir-rapport u l-estimi, insibu wkoll li kien hemm tkomplija b'mod regolari fit-titjib u manutenzjoni ta' diversi lighthouses u dawk li huma navigational aids fl-ibħra u fil-portijiet tagħna.", "Iżda biex ikollna suċċess żgur li jrid ikun hemm dak li huwa l- flag and port state control, xi ħaġa li dwarha l-IMO għandha pjanijiet għas- snin li ġejjin.", "Il-ħidma ta' l-IMO semmiha anke l-Onor.", "Farrugia u huwa unur għalina li nospitaw f'pajjiżna sede bħal din li tagħti lil pajjiżna avukati ta' fama li jkunu jistgħu jaħdmu f'dan il-qasam.", "Sur President, l-Awtorita' Marittima m'hijiex xi gżira li trid taħdem għaliha waħedha imma trid topera fl-isfond wiesa' ta' forum internazzjonali u tara li nżommu paripassu ma' dak li qiegħed jiġri internazzjonalment billi naderixxu għall-konvenzjonijiet u regoli internazzjonali.", "F'dan il- kontest żgur li nieħdu pjaċir nisimgħu lill-Ministru Debono Grech jitkellem dwar l-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex titjieb il-liġi marittima.", "U l-għanijiet prinċipali se jkunu li jinħolqu opportunitajiet ġodda għat- tkabbir ta' dan il-qasam u li l-leġislazzjoni lokali tkun konformi mal- liġijiet internazzjonali bil-għan li s-sigurta', il-kwalita' tal-ħajja fuq il-baħar u l-ħarsien ta' l-ambjent marittimu jiġu żgurati.", "L-Onor.", "Farrugia semma' l-Merchant Shipping Act ta' l-1973.", "Żgur li hemm bżonn isiru xi emendi għal din il-liġi u naf li diġa' għaddejja ħidma dwar dan.", "Hemm il-ħsieb ukoll li nirratifikaw ir-Rome Convention li titkellem fuq the supression of unlawful acts at sea.", "Huwa importanti ħafna li ssir ir-ratifika ta' dawn il-konvenzjonijiet imma jiena nistaqsi: Il- metodoloġija li rridu nadottaw hija metodoloġija li rridu nagħżlu aħna, jew hija metodoloġija li trid tkun konformi ma' dak illi l-IMO qiegħda tgħidilna?", "Imbagħad jekk se nitkellmu dwar legislation developments, irridu naraw hux se jkollna dak li huwa multiple legislation.", "Jiġifieri se nimxu biex nadottaw konvenzjoni b'konvenzjoni, jew se nieħdu blocks of legislation?", "Dan qed ngħidu għaliex inti ma tistax tinkorpora leġislazzjoni li ssibha b'mod sporadiku f'areas oħrajn, jekk din ma tkunx konformi u konsonanti mas-sors minn fejn qiegħed teħodha.", "Dan huwa qasam li jiena nagħmel lectures dwaru u, kif għidt lill-Ministru Debono Grech, lest li nagħti l-appoġġ tiegħi f'din il-ħidma.", "M'iniex qed ngħid li għandu jkollna xi kodiċi tan-navigazzjoni jew li għandna nagħmlu subsidiary legislation imma qed ngħid li rridu nżommu paripassu ma' dak li qed jiġri fid-dinja, għaliex inkella se naqgħu lura.", "Tajjeb li ngħidu, Sur President, li fl-1998 u l-1999 l-IMO se tkompli taħdem fuq żewġ għanjiet prinċipali, li huma t-titjib fis-sigurezza tat- trasport bil-baħar u ż-żamma ta' l-indafa fl-oċeani.", "GĦalhekk qed ngħid li nistgħu naqgħu lura jekk ma nżommux ruħna aġġornati ma' dak li hemm fil- programm ta' l-IMO.", "Fl-aħħar għaxar snin, quddiem l-IMO kien hemm diskussjonijiet anke dwar l-introduzzjoni ta' diversi miżuri preventivi u dwar it-tisħiħ tal-kontrolli, u nafu li wara diversi studji li saru t- tniġġiż miż-żejt naqas bi 80%.", "Dan l-aħħar, studenta li ggradwat fil-liġi għamlet teżi preċiżament fuq il-maritime pollution u ħadet in konsiderazzjoni dak illi l-IMO qiegħda tipproġetta.", "U jekk l-Awtorita' Marittima tagħna - li hija awtorita' li taħdem, għandha chairman li huwa ben vist mill-ħaddiema, li jaf l-affarijiet tiegħu, li għandu r-rieda u nittama l-ħila li jkun jista' jimxi f'din id-direzzjoni - m'hijiex se tagħmel l-istess, allura m'hijiex se tkun tista' tindirizza dawn l-issues ambjentali.", "Il-MARPOL Convention, per eżempju, diversi drabi tiġi diskussa f'fora internazzjonali.", "Allura kif meta niġu hawnhekk, noqogħdu nisimgħu fuq il-Gozo Channel Co. Ltd!", "Dawn xi ħmerijiet huma!", "Dan huwa ħela ta' ħin ta' dan il-Parlament meta qegħdin niddiskutu issue daqshekk importanti.", "Inkella nisimgħu lill-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra jagħmel ħafna ripetizzjoni ad nauseam u mbagħad lilek, Sur President, ma takx il-ħin biex titkellem meta żgur kellek ħafna u ħafna fuqhiex titkellem mill-aspett soċjali!", "Dawn ukoll huma affarijiet li rridu nindirizzawhom imma ħalli nkompli issa fuq is-suġġett tal-lum.", "L-Onor.", "Debono Grech tkellem dwar l-international safety management code li se jkun introdott fuq medda ta' żmien wara Lulju ta' l-1998.", "Huwa tajjeb li pajjiżna huwa konxju ta' dan il-kodiċi imma xi preparazzjonijiet qegħdin isiru?", "Tajjeb ukoll li nissensibilizzaw l-opinjoni pubblika u nkunu nafu fuqhiex qegħdin nitkellmu.", "Nistaqsi wkoll: Il-parteċipazzjoni tagħna fl-IMO qiegħda tkun konformi ma' l-għanijiet u l-objettivi li l- Awtorita' Marittima ġiet imwaqqfa għalihom?", "Dan l-aħħar fuq inizjattiva personali tlajt biex nagħmel riċerka in konnessjoni ma' studji tiegħi u naf li bħalissa l-issue hija l-possibbilta' ta' an international convention of the standards of training, certification and watchkeeping for seafarers.", "Fil-fatt f'Luisiana se jsir seminar fuq dan l-issue.", "Issa aħna pajjiż li mhux biss nispikkaw strateġikament imma għandna wkoll sede li tħejji avukati f'dan il-qasam.", "Imma nafu fejn sejrin f'dan il-qasam?", "L-IMO titkellem ukoll dwar koperazzjoni teknoloġika u sigurta' tan- navigazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li l-Awtorita' Marittima ġustament qiegħda tinsisti dwarha imma jeħtieġ li tiġi żgurata aktar effiċjenza fl- operazzjonijiet ta' tiftix u ta' salvataġġ u dwar sigurta' fit-trasport tal- merkanzija.", "Jeħtieġ li niffokaw fuq l-iżvilupp ta' liġijiet internazzjonali li jitrattaw is-sigurta' finanzjarja, il-kumpens għat- tniġġiż mill-vapuri, it-tneħħija ta' vapuri mgħarrqa minn qiegħ il-baħar u kwestjonijiet fejn nidħlu fil-liability regime ta' dak li huwa marittimu globali.", "Imma jekk se niddeċiedu li nimxu paripassu fuq il-linji ta' l-IMO u ngħidu li rridu aktar tisħiħ taż-żamma ta' l-istandards ta' l-IMO mill- pajjiżi reġistraturi, irridu naraw li jkun hemm aktar implimentazzjoni ta' leġislazzjoni li tkun verament bżonnjuża u effikaċi.", "Irid ikun hemm ukoll ftehim ċar tal-konnessjoni bejn il-kawżi ta' inċidenti u dik li hija d- dimensjoni umana.", "Irridu naraw aktar tisħiħ effettiv fl-implimentazzjoni f'dawk li huma conventions kif ukoll żvilupp ta' strument globali li testendi l-iskop ta' dawn l-istess conventions biex naraw fejn jeżistu sustanzi perikolużi u tossiċi.", "Fil-leġislatura li għaddiet, approvajna l- Law of the Sea u għidna li rridu nitkellmu dwar marine scientific research imma mbagħad ma sar l-ebda enforcement.", "Pero' aktar minn hekk irridu naraw li jkun hemm enforcement ta' din il-konvenzjoni dwar sustanzi perikolużi u tossiċi li qed nagħmel riferenza għaliha.", "Inkella għal xejn nitkellmu fuq kif se nħarsu l-ibħra territorjali tagħna.", "Sur President, jeħtieġ li nitkellmu wkoll dwar dak illi huwa a new marine pollution act u dak li huwa l-marine environment b'ċertu responsabbilta'.", "Jiena nieħu pjaċir nara li l-inċidenti fil-baħar naqsu imma meta llum nitkellmu fuq il-baħar ma nitkellmux fuq il-mare clausum u l-mare liberum.", "Dan il-konċett jispiċċa meta titkellem internazzjonalment u għalhekk irridu niżguraw li fit-12-il mil nawtiku ta' baħar territorjali tagħna jkun hemm innocent passage u li l-Law of the Sea tiġi osservata.", "Sur President, jiena m'iniex se noqgħod nitkellem fil-vojt, kif kien hawn min tkellem fil-vojt, u nixtieq nagħlaq billi nawgura ħidma bil-għaqal lill- Awtorita' Marittima, taħt it-tmexxija ta' Dr. E. Woods, bl-għajnuna tal- ministru, bħalma kellha fil-passat.", "Aħna għandna naraw li nagħtu l- approvazzjoni tagħna għall-ħidma tagħha bit-tama li dawn li l-affarijiet li qegħdin insemmu jkunu jistgħu jiġu mplimentati mhux għall-ġid tagħna imma għall-ġid ta' pajjiżna li anke f'dan il-qasam jagħmlilna unur.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Debono Grech jgħaddi għall- winding-up.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, jiena smajt bl-attenzjoni kollha lill-kollega tiegħi minn din in-naħa u wkoll min-naħa l-oħra, u nista' ngħid li t-teżi li l-Awtorita' Marittima ħadniha verġni u qisu ma ġara xejn huwa ħafna 'l bogħod mill-verita'.", "Biżżejjed ngħid li fl-1996 il-bord tad-diretturi ltaqa' biss tliet darbiet, u din is-sena l-bord il-ġdid ltaqa' 11-il darba.", "Forsi jkun hemm min jistaqsi dan x'għandu x'jaqsam imma dan għandu x'jaqsam ħafna għaliex, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi l- Onor. Schembri Adami, meta tiġi biex tmexxi awtorita' ma tistax tiltaqa' tliet darbiet biss u qisu ma ġara xejn.", "Fil-bord preżenti hemm membri li kienu hemm qabel u li ħadmu ħafna u meta jiena kont għidt li sibt it-taħwid jafu li ma kontx qed ngħid għalihom għax semmejt min ħallieli t-taħwid.", "Jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna rridu nammettu li dak iż-żmien il- parti l-kbira tax-xogħol ma kenitx issir mill-bord imma minn bniedem wieħed li kien jgħaffeġ kollox waħdu.", "Jien qatt ma stħajt l-iswed ngħidlu iswed u l-abjad ngħidlu abjad u jiddispjaċini meta xi ħadd jipprova jimmislijdja lill-Kamra.", "Id-diretturi li kienu in charge mid-direttorati ħadmu ħafna u għadhom jaħdmu ħafna.", "Kieku ma ħadmux, l-Awtorita' Marittima kont insibha aktar imfarrka milli sibtha!", "Sieħbi l-Onor.", "Sandro Schembri Adami qal tajjeb li kien hawn min inħela fuq il-Gozo Channel Co. Ltd.", "Imbagħad l-Onor.", "Tabone ġie jibki - forsi għamillu d-deni l-baħar! - li l-Gvern Laburista m'għamel xejn.", "Għalhekk ħsibt li nagħmel tajjeb li nfakkru f'dak li ħallielna Gvern Nazzjonalista.", "L-unika ħaġa li għamel il-Partit Nazzjonalista fl-Imġarr, GĦawdex, huwa li xtara gabbana, għamel festa għaliex xtara din il-gabbana u waħħal irħama li tgħid li l-port ta' l-Imġarr beda jinbena qabel ma tela' l-Gvern Laburista.", "Imma dan m'hu veru xejn għaliex kulma kien għamel il-mibki Dr George Borg Olivier kien li poġġa ġebla.", "Allura dan kollu gideb.", "Fil-fatt meta tela' Gvern Laburista ma kien għadu beda xejn u tant sibna ħmieġ li lil tas- Socomar konna tfajnihom il-ħabs bil-kuntrattur b'kollox.", "Il-verita' hija li l-moll ta' l-Imġarr beda jinbena fi żmien Gvern Laburista, f'Diċembru ta' l-1971 u tlesta wkoll fi żmien Gvern Laburista.", "Jiġifieri kulma għamel il-Gvern Nazzjonalista f'Għawdex huwa li għamel din il-gabbana u waħħal irħama.", "Allura dan kollu gideb.", "U issa qed jiġi l-Onor.", "Tabone u jgħidilna li hemm bżonn ngħaġġlu!", "Lill-Onor.", "Tabone nerġa' nfakkru li lejliet l-aħħar elezzjoni aħna sibna kuntratt ma' wiċċna għall-bini ta' tliet vapuri imma dwar il-moll ma sibna xejn.", "Dan issa ħaditu f'idejha l-Maritime Authority u għalkemm kien sar studju mill-Gozo Channel Co. Ltd., li kienet ħarġet il-flus għal xejn għaliex dak l-istudju kienet diġa' għamlitu l-Maritime Authority, issa x- xogħol miexu.", "GĦalhekk ma nkomplux nigdbu fuq dawn l-affarijiet.", "Dan kollu gideb.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, jiena ma nterrompejt lil ħadd.", "Jiena daqshekk se ngħid fuq il-Gozo Channel Co. Ltd.", "(Interruzzjonijiet) Oqgħod bil-qiegħda!", "Imbagħad għidli darba oħra!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone, on a personal explanation.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Il-Ministru qed jattribwixxi li jiena kont qed nigdeb meta kont qed nitkellem.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Iva, kont qed tigdeb.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Sur President, jiena nitlob il-protezzjoni tiegħek u nitlob lis-Sedja tordna lill-Ministru sabiex jirtira dan id-diskors.", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri tgħid li qed nigdeb u nħallik tgħid!", "Mhux sew.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Iva, qed tigdeb.", "Oqgħod bil-qiegħda.", "Jekk m'intix tigdeb, allura ma taf xejn fuq il-Gozo Channel Co. Ltd!", "ONOR.", "ANTON TABONE: Sur President, jiena nitlob li l-Ministru jirtira dan id-diskors.", "(Interruzzjonijiet) Huwa li qed jigdeb u qed jattribwixxi dak li qal lili.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena m'jien se nirtira xejn.", "Jekk ma kienx qed jibdeb, sieħbi kompliċi fil-ħmieġ li hemm fil-Gozo Channel Co. Ltd.", "(Interruzzjonijiet) Inti oqgħod bil-qiegħda!", "Imbagħad ngħidlek fejn hemm il-ħmieġ!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inkunu eżatti fid-diskors tagħna.", "Kompli Onor. Debono Grech.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Inti titkellimx fuq il-Gozo Channel Co. Ltd. għaliex ma tifhem xejn!", "THE DEPUTY SPEAKER: Inġibu rispett lejn xulxin għax imbagħad jinqalgħu l- battibekki.", "Kompli Onor. Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jekk irid jieħu aġġornament.", "GĦidlu joqgħod bil- qiegħda, Sur President.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma tantx nagħti kasu.", "Dak li għidt għandi biex nissostanzjah u meta niġu għall-Gozo Channel Co. Ltd. nitkellmu u mbagħad ngħidu xi ħmieġ sibna.", "Sur President, meta l-Awtorita' Marittima ħadet over sibna t-taħwid, u dan huwa veru, jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra.", "U huwa bis-saħħa taċ- chairman il-ġdid u l-bord il-ġdid li pprovajna niddrittaw dak li sibna.", "Kif intqal diġa', kull sena konna nisimgħu li għall-moll il-ġdid, jiġifieri d-deep water quay, kien hemm ivvotati l-flus.", "Ġieli ssemmiet is-somma ta' ¥900,000 u ġieli ssemmiet ukoll is-somma ta' ¥1 miljun u xi ħaġa fuqha biex nixtru crane imma dan il-crane ma nxtara qatt.", "Fil-fatt, meta ġejna biex nagħmlu l-moll, kont nippretendi li dan il-crane nsibu hemm imma minn dan kollu ma sibt xejn.", "L-Awtorita' Marittima għamlet passi ta' ġgant u mhux biss għaliex komplejna nsaħħu u nibnu, kif qalu l-kollegi tan-naħa l-oħra, għaliex kien hemm affarijiet li bilfors ridna nirranġawhom.", "Ħaġa oħra li ħadet taħt idejha l-Awtorita' Marittima flimkien mal- ministeru ta' l-edukazzjoni hija l-iskola marittima.", "Din l-iskola sibniha fi stat tal-biki u kieku ma kienx hemm nies ta' l-affari tagħhom li mexxewha, kienet tispiċċa.", "Imma, kif qed ngħid, l-Awtorita' Marittima flimkien mal-ministeru ta' l-edukazzjoni ħaditha taħt idejha u qegħdin nirriorganizzawha.", "Kif qal sieħbi l-Onor.", "Schembri Adami, id-diretturi u l- membri ta' l-Awtorita' Marittima jattendu seminars u konferenzi u huwa bis- saħħa ta' dawn in-nies li saru tliet konferenzi u anke seminar hawn Malta stess.", "Anke l-barranin li niltaqgħu magħhom ifaħħru x-xogħol li qiegħda tagħmel din l-awtorita' u tajjeb li ngħid ukoll li bis-saħħa tagħha għandna spettorat f'ħafna pajjiżi.", "Kif qal sieħbi l-Onor.", "Censu Galea, huwa tajjeb li żidna t-tunnellaġġ imma aħna ġelużi għall-bandiera Maltija u ma rridux il-kwantita' imma l- kwalita'.", "U għaliex irridu l-kwalita' u mhux il-kwantita'?", "Għaliex jekk xi darba l-bandiera Maltija taqa' f'livelli baxxi, ħadd ma jibda jagħti kasha.", "Aħna ma rridux li l-bandiera Maltija ssir flag of convenience għaliex meta l-bandiera tagħna taqa' f'dawn il-livelli ma nkunux nistgħu niġbruha.", "U huwa proprju għaliex il-bandiera tagħna hija s-sitt waħda fid- dinja li qed ikollna ħafna ħsara minn pajjiżi kbar għaliex tiġihom l-għira li pajjiż żgħir bħal tagħna għandu awtorita' marittima b'direttorat organizzat tajjeb.", "Il-pajjiżi li l-iktar qegħdin jagħmlulna ħsara huma l- pajjiżi Ewropej għaliex ma jistgħux jifhmu kif pajjiż żgħir bħal tagħna għandu flotta daqshekk kbira.", "Dan għaliex dak li bniet l-Awtorita' Marittima ma bnitux fuq iċ-ċajt imma bnietu fuq is-serjeta' għaliex din is- sena kien hemm ħafna vapuri li ġew deregistered.", "Fil-fatt, meta jkollna rapporti aħna nieħdu l-passi u min ma jkunx irid joqgħod għar-regolamenti jiġi deregistered.", "GĦalhekk illum qegħdin niġu rrispettati u għalhekk lin- nies b'esperjenza li nibagħtu f'konvenzjonijiet barranin jagħmlulna unur.", "GĦalhekk aħna ma' l-IMO stmati ħafna għaliex jafu li aħna nies serji u dan huwa unur għalina u għall-Awtorita' Marittima.", "Jekk niġu għall-kwestjoni tal-yachts, aħna għidna li se nibnu yacht marina ġdida n-naħa tat-Tlett Ibliet.", "F'dan il-proġett ħadmet kemm l- Awtorita' Marittima u kif ukoll il-ministeru tat-turiżmu, il-ministeru responsabbli mill-ambjent u l-ministeru responsabbli mill-kunsilli lokali sabiex dak li nagħmlu nagħmluh suret in-nies.", "Fil-fatt il-pjanti diġa' saru u qegħdin fil-fażi finali sabiex jinbeda x-xogħol imma għalkemm l- Awtorita' Marittima se tkun ir-regolatur, din il-yacht marina se tkun f'idejn il-privat għaliex inħossu li b'hekk inkunu qegħdin noħolqu xi ħaġa denja għal pajjiżna.", "Rigward is-sea passenger terminal, irrid ngħid li sibna ħafna affarijiet fuq il-karti imma ma sibna l-ebda fondi.", "U inutli noqogħdu ngħidu li l- Awtorita' Marittima se titlef minn hawn u taqla' minn hemm.", "Aħna nħobbu nkunu raġonevoli u konservattivi u ma ngħidux li se naqilgħu ¥3 miljun u mbagħad ma nsibu xejn!", "Imma x-xogħol li wettqet l-Awtorita' Marittima din is-sena uriena li kien xogħol serju u tajjeb għaliex kellha aktar profitti.", "Sur President, aħna għidna wkoll li m'aħniex se nħallu aktar li jkun hawn opri tal-baħar li la jkunu rreġistrati u lanqas covered b'insurance.", "L- Awtorita' Marittima trid iġġib lil kulħadd għall-ordni għaliex, kif qal sieħbi l-Onor.", "Schembri Adami jekk ma jkollniex regolamenti li jorbtu inutli nattendu konferenzi internazzjonali.", "GĦalhekk qegħdin naħdmu sabiex is-sena li ġejja nressqu emendi għal-liġijiet li għandna, li ħafna minnhom huma antiki u ma jiswew xejn.", "L-Awtorita' Marittima trid tidħol ukoll fil-kwestjoni tal-pollution tal- baħar.", "GĦalhekk ukoll ħadmet ħafna fit-tindif tal-Menqa Basin u Jetties Wharf u mhux se nħallu iktar li hemmhekk jibqgħu jintefgħu dgħajjes, jegħrqu u jħammġu.", "Dan it-tindif naħsbu li jkun lest sa Ġunju li ġej u allura dan ikun jista' jintuża.", "Nerġa' ngħid, aħna m'hu se nħallu lil ħadd iktar iħammeġ il-port tagħna.", "L-Awtorita' Marittima kompliet ukoll bis-civil engineering works għat- tiswija ta' Laboratory Wharf u Ras Ħanżir Wharf.", "Dan il-proġett beda sena ilu u lestejnih fil-bidu ta' din is-sena.", "Sar ukoll xogħol ta' estenzjoni tal-ħajt quddiem Pinto Wharf u general refurbishing ta' l-ex-gas works open storage fil-Marsa.", "Irranġajna wkoll id-disinni tal-mollijiet li għandna lesti għaċ-Ċirkewwa u għall-Imġarr u fil-fatt ix-xogħlijiet se jibdew fil- futur qarib għaliex il-kuntrattur li ħa t-tender ma kienx kapaċi jkompli x- xogħol u għalhekk l-awtorita' ħadet passi mmedjati biex dawn l-affarijiet jiġu rranġati.", "Nixtieq ngħid ukoll, Madam Speaker, li minkejja li min-naħa l-oħra jgħidu li kellhom ħafna proġetti, aħna ma sibna l-ebda flus ivvotati għalihom imma bil-għaqal ta' l-Awtorita' Marittima rnexxielna niġbru dawn il-flus.", "Madam Speaker, nixtieq li kelli aktar ħin ħalli nsemmi aktar xogħlijiet li għamlet l-Awtorita' Marittima pero' qabel nagħlaq nixtieq nirringrazzja liċ-chairman, lill-bord u lill-ħaddiema kollha li lkoll ħadmu u taw sehemhom din is-sena.", "Dan ix-xogħol ta' l-Awtorita' Marittima ta l-frott pero' nawguralha li s-sena li ġejja jkollna aktar suċċessi.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena 1997/1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Il-votazzjoni tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena 1997/1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "131", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 31", "L-Onor. | | | |Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1997 sat-30 ta' Settembru 1998 u l-Estimi Supplimentari għas-sena finanzjarja 1996/1997 skond l-Att XVII ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta ġew approvati.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Jannar fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni għall-approvazzjoni ta' l-Ombudsplan għas-sena 1997/98", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Grazzi, Madam Speaker.", "F'dan l-aġġornament xtaqt ngħid xi ħaġa fuq policy li ħarġet ftit taż-żmien ilu dwar fondi kummerċjali tal-gvern mogħtija b'ċens lill-individwi, liema policy qiegħda taħseb biex din il-konċessjoni enfitewtika tiġi mtawla.", "L-ewwel kumment li xtaqt nagħmel huwa li dawn il-policies għandhom ikollhom il-pubbliċita'.", "M'huwiex sewwa li noħorġu policies li ma jkun jaf bihom ħadd, qishom xi ħaġa sigrieta jew xi ħaġa miżuma bejn erba' min-nies biss, u ssir taf bihom jew għaliex tindaga jew b'kumbinazzjoni, jew għaliex jgħidlek xi ħadd bihom.", "Jiena naf li fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti kienu jeżistu policies bħal dawn u għal diversi raġunijiet - anke minħabba ċerta kritika li attiraw - kienu ġew sospiżi.", "Din il-policy staqsieni parir dwarha klijent imma, kif qed ngħid, anke jiena kont sorpriż bl-eżistenza tagħha.", "Irrid ngħid li qabel ma bdejt dan id-diskors - għaliex din ġiet f'idejja illum stess - kellimt lill-Ministru Buhagiar, li ġentilment qalli li din il-policy ħarġet f'April tas-sena l-oħra, għaliex lanqas id-data ma kien hemm fuq l-istess dokument.", "GĦalhekk qed ngħid li meta jkun hawn dawn it-tip ta' offerti u konċessjonijiet il-pubbliku għandu jkun mgħarraf.", "GĦaliex m'huwiex sewwa li jien immur għand il-Gvern biex inġedded il-konċessjoni enfitewtika fuq il-ħanut li għandi u ta' ħdejja li wkoll għandu ħanut ma jkunx jaf li jista' jagħmel l-istess ħaġa.", "Din il-policy tgħid li l-enfitewta għandu d-dritt jiddeċiedi hu l-ammont ta' goodwill, ta' improvements u ta' furniture and fittings li jkun qed jippretendi kemm-il darba din il-konċessjoni tinħareġ għall-pubbliku, liema ammont għandu jiġi audited b'ċertifikat minn awditur u aċċettat mill-Gvern.", "X'ifisser dan?", "Dan ifisser li min jinteressah joħroġ il-post tiegħu għat- tender, ikollu d-dritt jistabbilixxi s-somma ta' kemm ħaqqu bħala goodwill eċċ. pero' din is-somma ma tistax tkun somma fantastika għaliex trid tiġi audited u aċċettata mill-Gvern.", "U jekk kemm-il darba din il-figura tiġi aċċettata mill-Gvern, l-enfitewta jobbliga ruħu li meta joħroġ it-tender iċedi l-kuntratt li għandu.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi, dan mhux biss jingħata r-right of first refusal imma jista' jagħti jew jittrasferixxi r-right of first refusal lil terz li hu stess jintroduċi fuq il-ftehim mal-Gvern.", "Forsi tistaqsu: Allura x'hemm differenti mill-policies l-antiki ta' żmien il-Gvern Nazzjonalista?", "Jekk m'iniex sejjer żball, fi żmien Gvern Nazzjonalista l-policies kienu tali li meta inti toffri l-post tiegħek lill-Gvern, tobbliga ruħek li tħallas 10% ta' dan il-goodwill lill-Gvern.", "GĦalhekk il-Gvern li għandu din il-proprjeta' - li sa ċertu punt hija mejta, fis-sens li qiegħda b'xi ċens antik ta' ammont żgħir - għandu l-vantaġġ li se jieħu 10% tal-goodwill plus li se jogħla ċ-ċens.", "Issa hawnhekk qegħdin ngħidu li l-minimum li jista' jieħu l-Gvern f'konċessjonijiet li fadlilhom għaxar snin jew iżjed huwa 50%, jekk għandhom bejn ħames snin u għaxar snin jieħu 70% u jekk għandhom inqas minn ħames snin jieħu 90%.", "Imma jiena, bir-rispett kollu, għandi dubji serji kemm din hija prattika u kemm se tħajjar nies li jiżviluppaw il-proprjetajiet tagħhom għaliex l-idea li tmur għand il-Gvern u tagħtih 90% tal-goodwill talli jagħtik ir-right of first refusal m'hi se tħajjar lil ħadd.", "Fil-fatt, jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm żewġ kumpanniji biss li użaw din it-tip ta' proċedura.", "Jidher li hemm il-ħsieb, Madam Speaker, li din tkun marbuta ma' l- intenzjoni li tiżviluppa l-proprjeta'.", "GĦalhekk qegħdin ngħidu li meta jsir ir-renewal, il-konċessjoni għandha tiżdied għal 25 sena jekk l- iżvilupp huwa ta' inqas minn ¥150,000; għal 45 sena jekk l-iżvilupp huwa ta' iktar minn ¥150,000 u inqas minn ¥350,000; u sa 65 sena jekk l- improvements jeċċedu t-¥350,000.", "Jiġifieri għalkemm jidher li l-ħsieb huwa li tinkorraġġixxi l-enfitewti biex jiżviluppaw il-proprjeta', bir-rispett kollu, il-fatt li jistgħu jieħdu extension ta' 25 sena, anke jekk jagħmlu żvilupp ta' ¥1, m'huwiex se jwassal biex nilħqu l-iskop tal-liġi.", "Qegħdin ngħidu wkoll li ċ-ċens jista' jiġi miżjud kull ħames snin b'20%, biżżejjed biex wieħed jaqta' qalbu f'kontest ta' right of first refusal fejn iċ-ċens jista' jkun pjuttost għoli.", "Qed ngħid li wieħed jista' jaqta' qalbu għaliex hawnhekk m'aħniex nirriferu għal persuni li se jkunu ħadu ċ- ċens għall-ewwel darba imma qegħdin nirriferu għal nies li ilhom iħaddmu n- negozju u ilhom irawmu l-post għal żmien twil u għalhekk aħna bħala pajjiż għandna interess li ngħinuhom biex jiżviluppaw din il-proprjeta'.", "Jiena għalhekk qed ngħid li dawn il-kondizzjonijiet kif inhuma ppubblikati m'humiex se jgħinu lil dawn l-individwi biex jiżviluppaw il-proprjeta' tagħhom għaliex huma projbittivi.", "U jekk xi ħadd jiġi għandi, jiena bħala avukat ngħidlu biex jibqa' kif inhu u ma jmiss xejn għaliex ma jaqbillux, kif fil-fatt kont kostrett li ngħid lill-persuna li kellmitni.", "Hawn ukoll il-limitazzjoni li ma tistax tittrasferixxi u tikri x-shares kemm-il darba tkun kumpannija.", "Imma dan jagħmel sens?", "Jekk qegħdin nitkellmu fuq ċens, kumpannija ma tistax tittrasferixxi x-shares?", "Hawn ukoll projbizzjoni tal-kera tax-shares.", "Ta' min jgħid li normalment fiċ- ċens ma ssibx dawn it-tip ta' restrictions iżda aħna qegħdin indaħħluhom hawnhekk biex inżommu kontroll assolut fuq il-proprjeta' meta nafu li aktar jagħmel sens li n-negozju nħalluh liberu li jiżviluppa.", "Hemm ukoll l- obbligu li ma ma jkunx hemm tibdil fin-natura tan-negozju, imma lanqas din m'hi kondizzjoni li normalment issib fi ċnus kummerċjali.", "Punt ieħor huwa li din il-konċessjoni tista' tingħata biss jekk kemm-il darba ċ-ċens oriġinali għadu qed jitgawda mill-utilista oriġinali jew mis-suċċessuri tiegħu.", "Issa jekk induru dawra mal-Belt - biex ma mmorux 'il bogħod ħafna - insibu li probabbilment tliet kwarti tal-ħwienet huma proprjeta' tal- gvern mogħtijin b'kera.", "U din il-kera għaddiet l-idejn xi elf darba, hemm agreements sigrieti u agreements fuq agreements u ħadd ma jaf eżattament x'inhi l-pożizzjoni tiegħu.", "Allura la għandna ċ-ċans li nirregolarizzaw din il-pożizzjoni, għaliex m'hu fl-interess ta' ħadd li jibqa' dan it- taħwid u dawn it-tip ta' ftehim sigrieti ....", "Per eżempju, inti tista' tmur f'ħanut mikri mingħand il-gvern, issib li l-persuna li qiegħda hemm ġew m'għandha x'taqsam xejn mal-gvern imma ladarba l-gvern ma jkeċċi lil ħadd kulħadd jagħmel agreements fuq agreements fuq il-bażi li l-gvern ma jkeċċi lil ħadd!", "Jiena ngħid li m'għandniex għalfejn nibqgħu nibbażaw fuq dawn ir-raġunijiet storiċi imma għandna nagħmlu policies suret in-nies u li jħajru lill-inkwilini - għax apparti l-konċessjonijiet enfitewtiċi hemm skema għall-kirijiet li wkoll ma tħajrek assolutament xejn - jiżviluppaw il-proprjeta' tagħhom.", "Madam Speaker, li qed ngħid jiena huwa li għandna noħolqu skemi li bihom inħajru lill-individwi biex iwellu n-negozju jekk m'humiex kapaċi jmexxuh huma, għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-proprjeta' tal- gvern għandna namministrawha daqs li kieku hija l-proprjeta' tagħna.", "Jekk jiena s-sid, għandi l-interess li l-proprjeta' tiġi żviluppata b'mod tajjeb imma jekk jiena l-gvern għandi interess ikbar għaliex dik il-proprjeta' trid tiġi żviluppata fil-kontest ta' l-ekonomija in ġenerali.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi nappella lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni biex ikompli jwessa' dawn l-iskemi għaliex m'hu fl- interess ta' ħadd li nibqgħu nduru fit-toroq tal-Belt u naraw ħwienet, imħażen u kirijiet antiki magħluqin.", "GĦandna nagħmlu skemi li bihom ninkorraġġixxu li dawn l-areas jiġu żviluppati kemm għall-benefiċċju ta' dawn in-nies u għall-ekonomija in ġenerali.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, dan il-Gvern tela' bl-għajta li jkun Gvern Laburista ġdid, modern u trasparenti.", "Ħafna nies immaġinaw u anke stennew li se jkollna sistema ta' tmexxija ġdida u ħasbu li se jkollna gvern li jfittex u jagħmel studji kif suppost biex imbagħad jibbaża l-ħidma u l-ippjanar tiegħu fuq dawk l-istudji.", "Fil-fatt, għall-ewwel ftit ġimgħat ta' dan il-Gvern Laburista ġdid, ġew ikkummissjonati numru ta' rapporti fid-diversi setturi u korporazzjonijiet u kulħadd kien qed jaħseb li dan il-Gvern se jibda jagħmel xi ħaġa bis- serjeta'.", "Iżda beda jidher ċar li l-intenzjoni wara dawn ir-rapporti ma kenitx li joħorġu l-fatti kif inhuma u li ssir riċerka xjentifika - din hija l-buzz-word li qed nużaw illum - imma li joħorġu konklużjonijiet li jakkomodaw dak li ried jgħid il-Gvern f'dawk il-ġranet.", "Wara li għaddiet din l-ewwel mewġa ta' rapporti, il-Gvern Laburista beda dieħel sew fit- tmexxija tal-pajjiż u ried ikun konformi mal-wegħda prinċipali li għamel fl- elezzjoni li jbiddel is-sistema ta' tassazzjoni tal-pajjiż, jiġifieri jneħħi l-VAT u jbiddilha f'sistema ta' taxxi ta' dazju u sisa.", "Dak iż-żmien ħafna nies stennew li l-Gvern ġdid kien se jagħmel studji u riċerka f'qasam daqshekk kruċjali bħalma huma t-taxxi, li minnhom jiddependi kemm il-Gvern se jkollu flus għad-dispożizzjoni tiegħu biex iwettaq il-ħidma tiegħu u mbagħad jipproġetta kemm se jdaħħal.", "Niftakar li meta konna fl-istadju tal-Kumitat f'din il-Kamra kien hemm ħafna battibekki u kulħadd kien qed jistaqsi lill-Ministru Brincat dwar kemm kienu qegħdin jipprevedu li se jdaħħlu flus minn dawn it-taxxi l-ġodda.", "Niftakar ċar ukoll li l-Ministru kien ta risposta li għalija verament daqqet stramba.", "Kien qal li meta l-Gvern Nazzjonalista kien qed idaħħal il- Liġi tal-VAT kien għamel studji li ma kenux marru għal kollox sew u li l- previżjonijiet ma kenux intlaħqu għal kollox.", "Il-Ministru kien irraġuna li jekk kien sar studju li ma kienx preċiż fil-previżjonijiet tiegħu, allura m'għandekx tibqa' tagħmel studji.", "Imbagħad il-Gvern Laburista beda miexi by trial and error, jiġifieri jipprova jagħmel xi ħaġa u mbagħad jara x'idaħħal wara, u r-riżultati ta' din it-tmexxija rajnihom miċ-ċifri li ħarġu l-ġimgħa l-oħra, fejn rajna li l-Gvern daħħal ¥25 miljun inqas f'ħames xhur.", "Forsi hawn min jgħid li fl-ewwel sitt xhur il-Gvern ma kellux żmien biżżejjed biex jagħmel l-istudji tiegħu, anke għaliex ried ineħħi l-VAT, kif kien wiegħed fl-elezzjoni.", "Imma mbagħad wasalna għal fażi oħra ta' dan il-Gvern; wasalna għat-tieni budget li kien pjuttost serju għaliex għall- ewwel sena kellna deficit li sploda u allura l-budget ried jittekilja dan id-deficit.", "Biex iżomm id-dħul tiegħu, il-Gvern biddel radikalment it- tariffi ta' l-ilma, tad-dawl, tal-gass u tal-pitrolju li kollha huma servizzi importanti fil-ħajja ta' familja normali.", "U partikolarment meta dan huwa Gvern li jgħid li huwa sensittiv għall-ħaddiema, konna nistennew li se jkejjel l-impatt ta' dawn il-bidliet fuq il-familji tal-ħaddiema u fuq il-pensjonanti li xi darba kienu ħaddiema.", "Tajjeb ngħid li minn din in- naħa tal-Kamra mill-ewwel bdejna nħossu li dawn il-bidliet se jkollhom impatt negattiv fuq dawn il-familji, imma aħna għamila l-kalkoli tagħna, huma għamlu l-kalkoli tagħhom, kellna ħafna battibekki u bqajna b'dawn il- battibekki.", "Jiena niftakarni niltaqa' ma' nies u anzjani f'attivitajiet soċjali bil- biża' f'għajnejhom, u jgħidulek: Kif nistgħu nlaħħqu ma' dawn it-tip ta' tariffi?", "Ġara li l-ħaddiema bdew jagħmlu pressjoni ma' l-unions imma, kif nafu, il-UĦM u l-GWU ħadu żewġ linji differenti.", "Il-UĦM ipprovat titkellem mal-Gvern imma ma sabitx il-widen u bdiet azzjoni industrijali.", "Kellek ukoll il-GWU li, wara li l-ħaddiema tagħha x'aktarx ma ħallewhiex tibqa' siekta kif forsi xtaqet, qalet li se tagħmel studju xjentifiku.", "Hemmhekk reġa' kellna stqarrija stramba ta' dan il-Gvern fuq l-istudji li suppost saru.", "Huwa qal li jekk fl-istudju li tagħmel il-GWU jara li jkun hemm impatti realistiċi, allura jieħu l-miżuri tiegħu wara.", "Dan ifisser li minflok il-Gvern kejjel l-impatt tal-miżuri tiegħu hu, qagħad fuq a constituted body li m'għandha x'taqsam xejn mal-Gvern biex jagħmel ix- xogħol li suppost għamel hu.", "Madam Speaker, dan ikompli jurina li dan m'huwiex Gvern serju; għax dan il-Gvern moħħu biss fit-targets li jkollu u ma jkejjilx kif dawn se jolqtu d-diversi setturi.", "U din m'hijiex tmexxija serja, moderna u effiċjenti għaliex tmexxija moderna u effiċjenti tfisser li tkejjel b'mod xjentifiku.", "Jekk wieħed iħares lejn pajjiżi barranin, isib li anke fuq white paper jagħmlu l-costings.", "U Alla jbierek hawn Malta nagħmlu bidliet daqstant radikali u lanqas isiru costings bis-serjeta'!", "Dan huwa każ ċar ta' inkompetenza u allura kellu raġun il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħajjar lill- Gvern b'inkompetenza għaliex ma tistax ma tkejjilx l-impatt ta' miżuri daqshekk importanti.", "Nafu wkoll li ntużaw ħafna aġġettivi għal dan il- budget imma l-aħjar aġġettiv huwa \"inkompetenti\".", "Sfortunatament pero' jidher li dan l-istil ta' tmexxija qiegħed jinfirex f'setturi oħrajn ta' tmexxija Laburista.", "Per eżempju, jiena naf li l-Maltacom ikkummissjonat studju sabiex tibbaża l-iżvilupp propost fuq l-art ta' Pembroke.", "Minn dak li smajt, jiena naħseb li l-intenzjoni ta' dan l-istudju ma kienx biex niġbru l-fatti imma biex noħorġu ċerti konklużjonijiet ħalli nipprovaw niġġustifikaw il-linja ta' azzjoni li rridu nieħdu u forsi anke nimpressjonaw lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar meta niġu biex inressqu l-proġetti quddiemha.", "Jiena kont nistenna li jsir kejl serju ta' kemm hawn domanda għal premises kummerċjali ta' uffiċini f'dan il-pajjiż u mhux niġu ngħidu li se nagħmlu bini għal skop kummerċjali u nafu li kemm il-proġett tal-Hilton u wkoll il-proġett ta' Manoel Island għandhom spazju previst għal uffiċini.", "Allura f'dan il- pajjiż ħadd ma jkejjel kemm hawn bżonn ta' uffiċini?", "Fil-każ tal-Hilton, per eżempju, il-previżjonijiet li jimlew l-ispazju li kellhom allokkat għall-uffiċini m'humiex se jintlaħqu.", "Jiġifieri aħseb u ara x'se jkollna jekk niġu biex nibnu torri ieħor!", "Hemm impatti oħrajn li suppost nistudjawhom b'mod serju, Madam Speaker.", "Per eżempju, qiegħed jingħad li dawn il-units se jbiegħuhom ¥65,000 il- wieħed meta nafu li l-iżvilupp residenzjali li jridu jagħmlu huwa high-rise u b'densita' kbira u allura m'humiex xi ħaġa daqshekk esklussiva li tista' titlob prezzijiet daqstant għoljin għalihom.", "Fil-fatt, jiena nformat li l- estate agents lill-Gvern qegħdin jgħidulu li trid tkun miġnun biex tippretendi dawn it-tip ta' prezzijiet mill-proprjeta' li se jiżviluppa.", "Allura aħna se ndaħħlu korporazzjoni għall-piżijiet ta' investiment daqstant kbir, se nbiegħu l-ishma u se ndaħħlu investituri barranin meta l- istudji li suppost qegħdin nagħmlu biex nuru s-serjeta' tagħna m'aħniex nagħmluhom kif suppost?", "Irridu nħarsu wkoll lejn dak li qed jiġri fil-pajjiż fis-suq tal- proprjeta' in ġenerali.", "Nafu li fil-viċinanza tal-proġett tal-Maltacom hemm il-proġett tal-Hilton, u nafu li l-Gvern għandu l-intenzjoni li jmexxi 'l quddiem il-proġetti ta' Manoel Island u ta' Tigne' fejn hemm ammont estensiv ta' proprjeta' kummerċjali u residenzjali.", "GĦalhekk jiena nipprevedi li f'daqqa waħda se nimlew b'mod esaġerat is-suq tal-proprjeta' bi proprjeta' għall-bejgħ.", "Imma pajjiżna jaffordja daqshekk proprjeta' għall-bejgħ li forsi ddum biex tinqala' minnha għaliex ikollok investituri li jkunu investew fil-proprejta' fl-istess area u għandhom flus mislufin mill-banek?", "In-nuqqas ta' ppjanar u studji li għandhom isiru meta l-Gvern ikun qed jagħmel xi ħaġa, huwa serju għaliex ħafna drabi jolqtu direttament l-affarijiet bażiċi tal-pajjiż.", "Fil-fatt in-nuqqas ta' ppjanar li kien hemm meta nbidlu s-sistemi tat-taxxa, affetwa b'mod dirett id-dħul tal- gvern u n-nuqqas ta' ppjanar jew kejl kif suppost fuq l-impatt tal-bdil tat- tariffi li ġew introdotti fil-budget affetwaw jew se jeffetwaw direttament l-istandard of living tal-ħaddiema.", "Fil-każ ta' l-iżvilupp tal-proprjeta' tal-Maltacom, jekk dan ma jsirx kif suppost allura dan jista' jaffetwa investimenti li se jagħmlu korporazzjonijiet jew entitajiet barranin li forsi jistgħu jaffordjaw li ma jmorrux tajjeb imma aħna ma nistgħux naffordjaw li nitilfu r-reputazzjoni ta' pajjiżna meta niġu biex inħajru barranin jinvestu f'Malta.", "Barra minn hekk, dan jista' jinfluwenza anke investituri żgħar li jkunu investew xi ħaġa żgħira f'korporazzjoni u mbagħad jindunaw li dak l-investiment jisfuma fix-xejn għaliex l-istudji li suppost saru bis-serjeta' ma jkunux saru bis-serjeta'.", "Madam Speaker, pajjiżna m'huwiex dan li jixraqlu.", "Pajjiżna jixraqlu li jkollu gvern serju, u dan ifisser li l-ħsibijiet u l-pjanijiet li jkollna nibdew nagħmlu costings tagħhom bis-serejta'.", "GĦalhekk jiena nitlob li tidħol il-kultura li kull miżura li jkun irid jimplimenta l-Gvern tiġi costed u jsir dibattitu fuqha.", "Hemmhekk imbagħad inkunu nistgħu ngħidu li sirna serji fl-amministrazzjoni ta' dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 26 ta' Jannar fis-6.00 p.m. bl- agenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-FTUĦ TA' ĦWIENET", "10606.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfetħu ħwienet f'Novembru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'Novembru 1997 kien hemm 57 applikazzjoni mal-Pulizija għall-ftuħ ta' ħwienet.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "10607.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom fil-perijodu f'Novembru 1997 u jindika wkoll ix-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol f'Novembru 1997 wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom kien ta' 155 (Malta) u 48 (Għawdex).", "| |Malta|Ghawde| | | |x | |Turizmu/Lukandi/\"Ca|26 |34 | |tering\" | | | |Manifattura |30 |0 | |Mekkanika/Kostruzzj|27 |0 | |oni/Metal | | | |Xoghol ta' Njam |6 |0 | |Bejgh bil-Gross u |19 |7 | |Mnut | | | |Agrikultura |0 |1 | |Trasport |0 |6 | |Oħrajn |47 |0 | |Total |155 |48 |", "INTRAPRIŻI/KORPORAZZJONIJIET PUBBLIĊI", "10864.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-intrapriżi kkontrollati mill-Gvern u l- korporazzjonijiet pubbliċi ħallsux il-kontribuzzjonijiet dovuti minnhom?", "Jekk le, liema huma dawk li m'humiex in regola?", "X'passi ttieħdu biex dawn jirregolarizzaw irwieħhom?", "Dawk li għadhom lura kemm għandhom x'jagħtu f'arretrati?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 10,864 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL PARTIES", "10865.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal parties u discos f'postijiet li jirrikjedu permess mill-pulizija matul is-sena 1997?", "Fi x'ħin bdew dawn l-events u fi x'ħin spiċċaw?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kien hemm 65 applikazzjoni għall- parties/discos matul 1997.", "Il-ħinijiet kienu jvarjaw bejn il-5.00 p.m. u s- 7.00 a.m.", "UFFIĊĊJU TAL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA - MEDIĊINI", "10866.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mediċini li kellhom jorħsu wara intervent mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta matul is-sena 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Matul l-1997, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta raħħas il-prezz ta' 70 mediċina.", "VETTURI BIL-MUTUR - ĊILINDRAĠĠ", "10867.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti breakdown taċ-ċilindraġġi tal- vetturi bil-mutur li nxtraw ġodda matul is-sena 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi li nxtraw ġodda matul l-1997 huwa kif ġej:-", "|Karozzi |sa 1300cc |3,776| |Privati | | | | |minn 1301cc sa|1,619| | |1449cc | | | |minn 1450cc sa|605 | | |1500cc | | | |minn 1501cc sa|1,302| | |1800cc | | | |minn 1801cc sa|1,400| | |2000cc | | | |minn 2001cc il|449 | | |fuq | |", "|Vetturi Kummercjali |1,537| |Vetturi ghall-Kiri |532 | |Buses u Mini-Buses |13 | |Muturi |450 | |TOTAL |11,68| | |3 |", "VAPURI MERKANTILI", "10868.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn vapuri merkantili reġistrati taħt il-bandiera Maltija fl-aħħar tas-sena 1997?", "Kemm minn dawn irreġistraw matul is-sena 1997?", "Kemm huwa l-gross tonnage totali tal- vapuri reġistrati llum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ninsab informat mill-Awtorita' Marittima ta' Malta li, l-istatistika għas-sena 1997 għadha fi stadju ta' verifika.", "PETROL/DIESEL - BEJGĦ", "10869.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu litri ta' petrol (leaded), petrol (unleaded) u diesel fis-sena 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Membru huma kif jidhru hawn taħt:", "|Bejgħ fis sena |Litri | |1997 | | |Petrol (leaded) |77,791,056 | |Petrol (unleaded)|25,523,710 | |Diesel |90,642,537 |", "ISLA - NUQQAS TA' PARKING", "11033.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir rigward il-problema kbira li teżisti minħabba nuqqas ta' parking ġewwa l-Isla?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "11034.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex ħaġa xierqa li pazjenti ta' eta' żgħira ta' 17-il sena jridu jgħixu flimkien ma' pazjenti anzjani ta' 85 sena fil-ward b'mod skizofreniku fl- Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-dipartiment jagħmel minn kollox biex safejn hu possibbli pazjenti żgħażagħ ma jitpoġġewx ma' oħrajn anzjani.", "Iżda f'xi każi iżolati dan ma jkunx dejjem possibbli.", "Fil-preżent m'hemmx pazjenti ta' 17-il sena jew iżgħar jgħixu flimkien ma' pazjenti anzjani.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - IMPJEGATI", "11099.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-informazzjoni għall-istess perijodu għas-sena ta' qabel tpoġġiet ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI - IMPJEGATI", "11100.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat- 8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il- ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - IMPJEGATI", "11101.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba hija kif jidher hawn taħt.", "- Persuna mill-Imqabba b`kuntratt definit b`effett mis-27 ta' Jannar, 1997 - Xufier personali ma` l-Avukat Ġenerali.", "- Persuna mis-Siġġiewi fuq bażi permanenti (wara sejħa pubblika) b`effett mill-10 ta` Marzu, 1997 bħala Nutar tal-Gvern.", "- Persuna minn Ħal Luqa b`kuntratt definit b`effett mis-7 ta` April, 1997 bħala Messaġġier fil-Ministeru.", "- Persuna mill-Ħamrun b`kuntratt definit fuq bażi part-time b`effett mis-7 ta` April, 1997 bħala Konsulent tal-Ministeru dwar il-Pjan ta` Żvilupp għan-Nofsinhar.", "- Persuna mill-Kappara b`kuntratt definit fuq bażi part-time b`effett mis-27 ta` Ottubru, 1997 bħala Konsulent tal-Ministeru dwar il-kunsilli lokali.", "- Persuna minn Tas-Sliema fuq kuntratt definit ta` xahrejn b`effett mit- 12 ta` Diċembru bħala Prokuratur Legali fl-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "11102.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar.", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - IMPJEGATI", "11103.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "11104.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu qed jinġabar.", "Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - FREEPHONE", "11118.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn kemm ilu li twaqqaf il- freephone tal-Korporazzjoni Enemalta biex jilqa' rapporti dwar ħsarat?", "Kemm-il rapport ġew irreġistrati u kemm-il rapport daħħal mingħand il- kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-kunsilli lokali jkollhom l- opportunita' li jirrapportaw immedjatament lil foreman tad-distretti, għaliex permezz tal-freephone jidher li żdiedet il-burokrazija u bozza maqtugħa qed tieħu aktar żmien biex tkun irranġata?", "Jista' l-Ministru jieħu passi biex bozoz maqtugħa fi Triq il-Battaljun u Triq il-Feniċi, fil-Mosta jkunu mibdula?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-freephone twaqqaf biex jiġu rrapportati bozoz maqtugħa.", "Minn Novembru 1997 sad-9 ta' Jannar, 1998 ġew irrapportati dawn il-lampi:", "|Novembru | 874 | |Diċembru |1283 | |Jannar | 532 |", "Minnhom 421 (Novembru), 748 (Diċembru) u 202 (sad-9 ta' Jannar 1998) ġew irrapportati mill-kunsilli lokali.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat in-numru ta' bozoz maħruqa pendenti waqa' ħafna u huwa maħsub li sa l-aħħar tax-xahar il-pożizzjoni tas-servizz titjieb konsiderevolment.", "It-toroq imsemmija ma jirriżultax li kienu rrapportati.", "Dawn sejrin jiġu ċċekkjati flimkien ma' rapporti oħra.", "SKEJJEL - FACILITATORS", "11119.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jintużaw biex jidentifikaw liema tfal għandhom ikollhom il-facilitator?", "Hemm xi lok ta' appell mill-ġenituri mid-deċiżjoni li tittieħed dwar din il- materja?", "Meta tittieħed deċiżjoni li tifel jew tifla għandu jkollhom facilitator, din id-deċiżjoni tkun permanenti, tkun tapplika għall-karriera skolastika kollha jew waħda temporanja li tiġi riveduta kultant żmien?", "Issir xi evalwazzjoni professjonali ta' l-effettivita' tax-xogħol tal- facilitator matul il-kors tad-deċiżjoni biex jaraw jibqax il-ħtieġa ta' facilitator; jew jinbidilx il-programm li jkun ingħata lit-tifel/tifla?", "Jista' għalliem ta' klassi ta' tfal normali jirrifjuta li jżomm tifel/tifla bi bżonnijiet speċjali bil-facilitator?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Facilitator jiġi pprovdut wara rakkomandazzjoni mis-CDAU jew il-parir ta' l-ischool psychologist.", "Din id-deċiżjoni titbiddel, jekk ikun meħtieġ, fuq il-parir tal-psychologist.", "Għalliem ta' tfal normali ma jistax jirrifjuta li jżomm tifel/tifla bi bżonnijiet speċjali bil-facilitator iżda jsir kull sforz biex dawn it-tfal jingħataw lill-għalliema li jkunu iżjed disposti jaħdmu ma dawn it-tfal.", "FONDAZZJONI EDEN", "11120.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru xi taħdidiet jew negozjati ma' l-Eden Foundation biex jiġu estiżi u/jew jiżdiedu l-programmi li qed jinħadmu bejn il-fondazzjoni u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Kemm ħallset s'issa d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lill-Eden Foundation, sena b'sena?", "Kemm hemm tfal li qed jibbenefikaw minn dawn il-programmi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija iva.", "Rigward it-tieni parti ta' l-interpellanza, skond il-ftehim li jeżisti bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Eden Foundation, id-Diviżjoni hija marbuta li tipprovdi 60% tal-pagi li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija ta' ċerti programmi.", "Wara r-rikjesti li waslu mingħand l-Eden Foundation, id- Diviżjoni għaddiet dawn l-ammonti:", "1996 - Lm136,915.14 1997 - Lm141,690.21", "L-għadd ta' tfal li qed jibbenefikaw minn dawn il-programmi huwa 153.", "KUMITAT DWAR IL-BULLYING - MEMBRI", "11121.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal- kumitat li waqqaf hu stess dwar il-bullying?", "X'terms of reference għandu dan il-kumitat?", "Meta beħsiebu jressaq l-ewwel rapport tiegħu?", "Għaliex dan huwa kumitat Ministerjali u mhux tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-proġett ministerjali dwar \"Il-bullying fl- iskejjel\" inbeda fil-15 ta' Diċembru, 1997 u qiegħed jiġi żviluppat u kkordinat minn uffiċjal fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali mgħejjun minn Kumitat Ministerjali li fih rappreżentanti tad-Diviżjoni tal- Edukazzjoni (Ms M. Vella - Guidance & Councelling, Mr L. Muscat - Personal & Social Education, Ms C. Buttigieg - Welfare Section), mid-Dipartiment tal- Psikoloġija tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta (Dr M. Borg), mill-Malta Union of Teachers (Ms C. Zammit), mill-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Skolastiċi (Mr F. Borg), u mis-Social Welfare Development Programme (Mr T. Macelli).", "Minħabba n-natura inter-istituzzjonali u interdixxiplinarja tal-Kumitat dwar \"Il-bullying fl-iskejjel\" inħass il-bżonn li dan il-proġett ikun ikko- ordinat mis-Sur David Caruana, Uffiċjal fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, li hu responsabbli għal Proġetti Edukattivi Innovattivi.", "Il-proġett dwar \"Il-bullying fl-iskejjel\" qiegħed jinbena bi pjan tat-tul li jibda bi proġett pilota fi ftit skejjel u mbagħad jinfirex fl-iskejjel l- oħra.", "SKEJJEL - TRASPORT", "11122.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se ssir reviżjoni tat-trasport ta' l-iskejjel?", "Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni dwar fiex wasal ix-xogħol ta' din ir-reviżjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tat-trasport bla skeda, jista' jkun hemm bdil fis-sistema preżenti għall-kiri ta' faċilitajiet ta' trasport għat-tfal ta' l-iskejjel.", "Kull sistema ġdida trid tiġi esplorata, negozjata u stabbilita.", "Għaldaqstant, għadu kmieni wisq biex wieħed ikun iktar speċifiku rigward din il-materja.", "SAĦĦA - FIŻJOTERAPISTI", "11123.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill- applikazzjoni li għalqet fl-1 ta' Awissu 1997 għal fiżjoterapisti li s'issa ġew impjegati mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq bażi każwali?", "Meta se toħroġ id-data biex l-applikanti jissejħu għall-intervista?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sejħa għall-applikazzjonijiet li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant għadha qed tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "KUNSILLI LOKALI - DRITTIJIET PROFESSJONALI", "11127.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu drittijiet professjonali mill-kunsilli lokali, kunsill b'kunsill tul l-1995, l-1996 u l-1997?", "Lil min/entitajiet tħallsu u għal liema tip ta' servizzi professjonali? (isem tal-persuni jew ta' kumpanniji).", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni trid tinġabar nagħti twegiba f'seduta oħra.", "ENEMALTA - REGOLATURI CLIP-ON", "11146.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolaturi tat-tip clip-on kollha li hawn fis-suq humiex kollha safe u kollha skond l-ispecification li kienet tintuża fil-perijodu 1994 sa Ottubru 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta tassigura li r-regolaturi kollha li ġew impurtati bl-approvazzjoni tagħha huma safe u ta' l-istess speċifikazzjoni li kienet tintuża fil-perijodu msemmi.", "AMBAXXATI - REIMBURSEMENT OF MEDICAL EXPENSES", "11160.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna għal kull mission separatament u individwalment kemm tħallsu b'kollox għal reimbursement of medical expenses fis-sitt xhur bejn il-bidu ta' Lulju u l-aħħar ta' Diċembru, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - ĦADDIEMA", "11161.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li fid-diskors tal-budget il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ qal li hemm numru sproporzjonat ta' mpjegati tal-gvern fuq light duty, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm hemm impjegati fuq light duty fil-Ministeru ta' l-Affarijiert Barranin imqassmin grad grad minn ambaxxatur sa cleaner?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena nformat illi uffiċjalment m'hemm l-ebda mpjegat li qiegħed fuq light duty fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "NTOM - INFIQ", "11162.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru tat-Turiżmu jagħti xahar b'xahar għall-Uffiċċji ta' l-NTOM li hemm Londra, Pariġi, Milan u Frankfurt separatament, kemm kien l-infiq fuq entertainment and hospitality inklużi riċevimenti fl-1996 u separatament fl- 1997?", "ONOR.", "KARMENU VELLA:", "BREAKDOWN OF HOSPITALITY & ENTERTAINMENT EXPENSES", "| |LONDON |MILAN |PARIS |FRANKF| | |OFFICE |OFFICE|OFFICE |URT | | | | | |OFFICE| | |199|199|199|19|199|199|199|19| | |6 |7 |6 |97|6 |7 |6 |97| |Janua|150|455|330|13|0 |0 |93 |41| |ry | | | |4 | | | | | |Febru|637|129|474|43|0 |24 |10 |17| |ary | | | |3 | | | | | |March|766|254|461|20|71 |14 |54 |6 | |April|287|241|314|15|188|966|50 |65| |May |335|41 |552|11|24 |0 |107|18| |June |194|321|354|10|65 |52 |113|14| | | | | | | | | |0 | |July |12 |59 |348|10|43 |51 |14 |10| | | | | |1 | | | |7 | |Augus|351|170|50 |6 |158|0 |75 |52| |t | | | | | | | | | |Septe|149|106|2 |18|51 |21 |88 |13| |mber | | | | | | | |2 | |Octob|456|324|279|64|46 |55 |92 |82| |er | | | | | | | | | |Novem|259|94 |12 |40|0 |177|45 |61| |ber | | | | | | | | | |Decem|5 |37 |76 |10|74 |60 |264|71| |ber | | | |0 | | | | | |Total|3,6|2,2|3,2|95|720|1,4|1,0|79| |s |01 |31 |52 |2 | |20 |05 |2 |", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRNIN - IMPJEGATI", "11163.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi fid-diskors tal-Budget il- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ qal li l-Gvern mhux se jestendi s-servizz ta' mpjegati li jirtiraw, bl-eċċezzjoni ta' infermiera u uffiċjali għolja tal-Forzi Armati u dawn għal perijodu qasir, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm hemm impjegati fil-Ministeru tiegħi li qabżu l-61 sena, imqassmin grad grad minn ambaxxatur sa cleaner?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-persuni li qed jagħtu s-servizz tagħhom fil- ministeru, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, skond il-każ, u li qabżu l-61 sena huma:", "* Ambaxxaturi 6 * Konslu Ġenerali 1 * Konsulent dwar l-Ambjent 1", "NAZZJONIJIET UNITI - DISKORSI", "11164.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna: jekk id-diskorsi li jsiru f'isem Malta fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York jiġux ppreparati fil-Ministeru Malta jew fl-Ambaxxata fi New York; jekk sarx xi tibdil fil-proċedura minn Ġunju 1997 'il; hawn; u jekk iva, it-tibdil huwiex qed jitfa' tagħbija żejda fuq il-Ministeru f'Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nħossx li għandi nirrispondi għal mistoqsijiet bħal dawn.", "L-Onor.", "Kollega pero' jserraħ rasu li r-responsabbilta' aħħarija tal- kontenut ta' dawn id-diskorsi hija tal-Ministru.", "Nassigurah ukoll li ma qiegħed isir l-ebda ħlas mill-Ministeru la biex jinkitbu diskorsi u lanqas biex isiru xi studji dwar il-Ġnus Magħquda.", "ĦABS ĊIVILI - PULIZIJA", "11201.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa minnu li l-Pulizija li jaħdmu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ġie offrut lilhom li jidħlu mad-Dipartiment tas- Servizzi Korrettivi?", "Il-perijodu tas-servizz li għandhom fil-Korp se jiġi magħdud għall-iskopijiet kollha tal-liġi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li sal-lum l-arranġamenti ndikati mill- Onor. Interpellant għadhom ma ġewx offruti lill-Pulizija li qed iservu l- ħabs.", "TELEMALTA - SPONSORSHIP", "11202.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonferma l- Prim Ministru li l-Korporazzjoni Telemalta fl-1997, għall-ewwel darba, tat sponsorship ta' Lm2,000 lill-Iljieli Mediterrjani?", "Għal-liema attivita' kien dirett dan l-isponsorship?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10199 fejn għidt speċifikament li dik li qabel kienet il-Korporazzjoni Telemalta sponsorjat żewġ edizzjonijiet tal-festival Iljieli Mediterranji għal Lm3,300.", "L- isponsorship kien dirett għall-attivitajiet kollha, iżda b'mod speċjali għal dawk li saru fl-Argotti.", "Inqis li r-reazzjoni ta' l-Oppożizzjoni hija sproporzjonata meta wieħed iqis li għall-edizzjoni waħda biss tal-Jazz Festival waħdu, li hu parti mill-Maltafest, it-Telemalta ħallset Lm 3,000.", "Il-Korporazzjoni ħallset is- somma ta' Lm2,000 għall-edizzjoni preċedenti tal-Jazz Festival.", "Il-festival Iljieli Mediterranji llum huwa stabbilit fil-kalendarju kulturali Malti, hu ta livell għoli u jattendu għalih għexieren ta' eluf ta' nies.", "Konvint li qed jilħaq l-iskop tiegħu li jnissel il-kultura fil-poplu Malti, speċjalment f'dik il-klassi ta' nies li qabel qatt ma kellhom l- opportunita jattendu għal rapprezentazzjonijiet kulturali ta' dan il- livell.", "Barra minn hekk, il-korporazzjoni qieset ukoll li edizzjonijiet preċedenti ta' dan il-festival infetħu mill-President ta' Malta.", "Meta festival bħal dan ikollu l-appoġġ tal-President, allura jaqa minn fuqu xi dell politiku, jorganizzah min jorganizzah.", "L-Oppożizzjoni mhijiex tqis, għax qatt ma kellha membri tagħha li ttendew għal xi rappreżentazzjoni, li barra l-pubbliċita' normali li tieħu f'kull sponsorship, fl-Iljieli Mediterranji, it-Telemalta saħansitra tellgħet padiljun minn fejn tat informazzjoni u għamlet bejgħ, tas- servizzi tagħha.", "Dak li tfittex li tagħmel il-kumpannija hu li tieħu value for money għall-flus li tinvesti.", "Dan kien, u għadu l-punt kardinali meta tiddeċiedi jekk tagħtix sponsorships jew le.", "Altru milli l-korporazzjoni ħadet value for money tal-flus li nvestiet fl-isponsorship ta' Iljieli Mediterranji !", "POSTA - IMPJEGATI", "11203.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-impjegati tal-Posta li għażlu li ma jmorrux ma' Posta Ltd. meta din twaqqfet, se jiġu ntegrati fil-General Service?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dawk l-impjegati fil-gradi postali li kienu għażlu li ma jmorrux ma Posta Ltd meta din twaqqfet kienu jafu b'liema kondizzjonijiet se jibqgħu fis-Servizz Pubbliku.", "B'danakollu ma neskludix li din is-sitwazzjoni, aħda minn ħafna sitwazzjonijiet infeliċi li kienu ġew ikkreati bit-twaqqif ta' Posta Ltd, tiġi ndirizzata meta jkun waqtha.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "11204.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn mindu bdiet titħaddem il-proċedura li meta jkun hemm transfers fil-Korp tal-Pulizija tintbagħat kopja tal-letter minute fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew fl-Uffiċċju tal-Ministru Mingħajr Portafoll?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi din il-proċedura bdiet titħaddem minn Mejju 1997.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "11205.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-membri li ġew trasferiti mill-SAG kienu ġew dekorati mill-korp għal atti ta' qlubija?", "X'xogħol qed iwettqu fil-preżent u fejn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, mill-membri li ġew trasferiti mill- SAG, kien hemm seba' li ġew dekorati mill-korp għal atti ta' qlubija.", "Fil- preżent, ħamsa qed iservu fid-distretti, wieħed fis-Security Branch u l- ieħor ma' l-Iskwadra ta' Kontra d-Droga.", "PULIZIJA - SCUBA TEAM", "11206.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn huma stazzjonati l-membri ta' l-iScuba Team ta' l-SAG li ntbagħtu kors fl-Italja fl-1995 u l-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi tnejn huma stazzjonati fid- distretti u l-ieħor għadu l-SAG.", "ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI - KANDIDATURA", "11230.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk bejn is-16 ta' Ġunju, 1997 u l-31 ta' Diċembru, 1997 Malta ppreżentatx il-kandidatura tagħha jew ta' xi persuna ta' nazzjonalita' Maltija għal xi kariga elettiva f'xi waħda mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li tagħha hija membru u jekk iva, għal liema kariga, meta u b'liema riżultat; u jekk huwiex beħsiebu jippreżenta xi kandidatura simili bejn l-1 ta' Jannar, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-perijodu msemmi, Malta ppreżentat dawn il- kandidaturi:", "\"Ġnus Magħquda - Kumitat Kontra t-Tortura\"", "Dr. Joe Brincat.", "Għalkemm Dr. Brincat kiseb it-tmien post minn 23 kandidat, hu ma ġiex elett minħabba li riedu jimtlew ħames postijiet biss.", "\"Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali\"", "Malta ma ġietx eletta fil-Kategorija C tal-kunsill.", "Malta kisbet l-20 post minn 24 pajjiż ieħor u għalhekk ma ġietx eletta minħabba li riedu jimtlew biss 16-il post.", "\"Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu\"", "Malta ġiet eletta unanimament bħala Viċi-Chairman tal-Kummissjoni Reġjonali għall-Ewropa fit-23 Sessjoni ta' l-istess kummissjoni.", "\"Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura\"", "Ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Organizzazzjoni, l-Ambaxxatur F. Montanaro Mifsud, ġie elett unanimament Chairman tal-General Fisheries Council for the Mediterranean.", "L-Ambaxxatur Montanaro Mifsud ġie wkoll elett fuq il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u Legali ta' l-FAO għas-snin 1998 - 1999.", "\"Kunsill ta' l-Ewropa - Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem\"", "Malta ppreżentat tlett kandidati - Dr. Giovanni Bonello; l-Imħallef Carmel Agius; u l-Imħallef Joe Filletti.", "L-elezzjoni biex jimtlew il-postijiet f'dan il-Qorti se jsiru aktar tard dan ix-xahar.", "\"Kunsill ta' l-Ewropa - Social Development Fund\"", "Il-Professur Edward Scicluna ġie magħżul bħala Membru ta' l-Auditing Board tas-Social Development Fund.", "\"UNESCO - Uffiċċju Internazzjonali għall-Edukazzjoni\"", "Malta ma ġietx eletta minn fost disa' kandidaturi għal wieħed mill-erba' postijiet fuq il-bureau.", "Malta kkontestat flimkien mal-Kanada, id- Danimarka, Spanja, l-Olanda, l-Israel, l-Italja, l-Portugal u l-Ingilterra.", "L-ewwel erba' pajjiżi biss ġew eletti.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalissa m'hemmx il-ħsieb li Malta tippreżenta xi kandidatura sa' Ġunju 1998, għalkemm il-possibbilta' li jsir dan tibqa'.", "ŻEBBUĠ - SIĠAR TAL-KAŻWARINA", "11241.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'korrispondenza kien hemm bejn il- Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, id-dipartimenti tal-Gvern u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar id-deċiżjoni li jinħasdu u jinqalgħu s-siġar tal-każwarina f'Misraħ l-Isptar, f'Ħaż-Żebbuġ?", "Tista' titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-deċiżjoni li ħa l-Kunsill Lokali f'din il-materja?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li d-decizjoni biex jinħasdu xi siġar f'Misrah l-Isptar, Żebbuġ ma tteħditx mill-kunsill lokali.", "Nirriferi ukoll lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 11219.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - SPEZZJONIJIET", "11246.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il inspection saret mir- releasing officers tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex jiġu rilaxxati prodotti agrikoli mportati f'Malta?", "X'kienet il-kwantita' u l-kwalita' ta' prodotti li ġew released f'kull wieħed minn dawn il-każi?", "F'liema rħula saru l-inspections?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fl-1997, ir-releasing officers tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamlu 8,269 spezzjoni biex ir-rilaxxjaw prodotti agrikoli f'Malta.", "L-ispezzjonijiet kienu mqassma hekk:-", "|Frott u Ħxejjex |6,247 | |Siġar u Pjanti |1,383 | |Basal u Żrieragħ |187 |", "L-ispezzjonijiet isiru ma' Malta kollha, ma tinżammx statistika ta' fejn isir dan ix-xogħol.", "TOROQ - SERVIZZI TA' DRENAĠĠ", "11247.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar fiex waslu l- preparamenti ħalli numru ta' medded qosra ta' toroq li huma bla drenaġġ, f'diversi nħawi ta' 12-il distrett, ikollhom is-servizz tad-drenaġġ inwassal fihom?", "Meta ħarġu t-tenders għax-xogħol?", "Meta hu mistenni li fil-fatt ix-xogħol meħtieġ isir?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AMBAXXATA TA' SPANJA F'MALTA", "11248.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk huwiex minnu li Spanja se tagħlaq l-Ambaxxata tagħha f'Malta?", "Meta nfetħet din l-ambaxxata f'Malta?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi indikazzjoni dwar x'wassal għad-deċiżjonijiet msemmija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministeru m'għandu ebda dokument formali mill- Gvern Spanjol dwar dan.", "L-Ambaxxata Spanjola f'Malta nfetħet fl-1 ta' Settembru, 1977 meta ppreżenta l-kredenzjali l-ewwel Ambaxxatur residenti f'Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Manuel Garcia Y Garcia.", "ĦXEJJEX - IMPORTAZZJONI", "11249.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għas-sejħa ta' interess li ħarġet fit-12 ta' Jannar, 1998 li għalqet fit-13 ta' Jannar, 1998 biex jiġu mportanti ħxejjex minn barra, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm kien hemm persuni li wrew dan l- interess?", "Kemm kienet il-kwantita' li xtaqu jimportaw?", "Kemm kienet il-kwantita' li ġew awtorizzati jimportaw?", "Kemm tnaqqset il-levy ta' dawn il-prodotti?", "X'diskussjonijiet saru bejn il-ministeru u l-unions tal-bdiewa dwar it- tneħħija ta' dawn il-levies?", "X'kienet il-pożizzjoni li ħadu dawn l-unions?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kien hemm 23 applikazzjoni għall-importazzjoni tal- patata u disgħa għall-kaboċċi u disgħa għall-pastard.", "Ġew awtorizzati li jimportaw ammont totali ta' madwar 1280 tunellata patata, u 144 tunellata kaboċċi u pastard sabiex jaslu Malta sa l-aħħar ta 'Jannar 1998.", "Il-levies fuq dawn il-prodotti tnaqqsu minn 10ċ għall-5ċ rigward il- patata, u minn 35ċ għall-5 u 10ċ għall-kaboċċi u pastard rispettivament fuq il-kwantita' limitata indikata li tasal Malta sa l-aħħar ta' Jannar 1998.", "Wara li uffiċjali tal-ministeru eżeminaw bir-reqqa flimkien mar- rappreżentanti tal-bdiewa dwar in-nuqqas ta' ħaxix frisk u patata fil- Pitkalija, ġie miftiehem li fiċ-cirkostanzi ma kienx hemm xi jsir għajr li jitnaqqsu l-levies fuq dawn il-prodotti mportati, sa l-aħħar ta' dan ix- xahar, għall-kwantita' limitata.", "PEMBROKE - XOGĦLIJIET", "11250.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10340 u r-risposta għaliha, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-21-il applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u li qegħdin hekk pendenti għall-permess, huma tad-dipartimenti tal-Gvern?", "Ta' liema dipartimenti huma dawn l-applikazzjonijiet?", "Meta saru dawn l-applikazzjonijiet f'kull każ?", "Kemm mill-applikazzjonijiet huma tal-privat jew tal-kunsilli lokali u liema huma fuq sit tal-gvern?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "MDC - ESTENSJONIJIET TA' RABA'", "11251.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar f'liema nħawi hu mistenni li l-MDC titlob estensjonijiet ta' raba' għad- diversi industrial estates li hawn f'Malta?", "X'tip ta' diskussjonijiet saru jew se jsiru mad-Dipartiment tal-Biedja dwar dan il-punt?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: M`hemm l-ebda ħsieb li xi industrial estate ta` l-MDC (Ħal Far, Bulebel, Luqa, Marsa, Ricasoli, Kordin, Kirkop, San Gwann, Mrieħel, Mosta, Ta` Qali, Xewkija, Ta` Dbiegi) se jiġi estiż għad- dannu ta` art agrikola."]} {"filename": "19980619_229d_par.doc", "date": "1998-06-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 229 Il-Ġimgħa, 19 ta' Ġunju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 229", "Il-Ġimgħa, 19 ta' Ġunju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "229", "Il-Ġimgħa, 19 ta' Ġunju, 1998", "WERREJ MINUTI 560", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 560", "TQEGĦID TA' KARTI 563", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT", "TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED 564", "AĠĠORNAMENT 583", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 585", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 597", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 228 li saret fis-17 ta' Ġunju 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY - KORS TA' STUDJU", "12136.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11221 u ċioe' peress li diversi studenti li qegħdin isegwu l-kors ta' l-OHS fl-Universita' ta' Malta qegħdin jieħdu l- ħin allokat għal dawn il-lezzjonijiet mil-leave tagħhom, jidhirlu l- Ministru li għandha toħroġ ordni mill-ministeru li f'materja bħal din ta' l- akbar ġid għall-ħaddiem Malti għandu jkun hemm konċessjoni speċjali li l- attendenza għall-kors tkun waħda mingħajr tnaqqis mill-benefiċċji tal- ħaddiema?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): B'riferenza għas- suġġeriment li qed jagħmel l-Onor.", "Membru f'din il-mistoqsija li għaliha kont tajt tweġiba temporanja fis-Seduta Nru. 185, għandi ninforma lill- Onor. Membru li l-Kumitat tal-Kabinett dwar ir-Reklutaġġ fis-Settur Pubbliku approva l-ingaġġ fis-servizz pubbliku bħala trainee inspectors ta' dawk il-persuni li qed isegwu fl-Universita' ta' Malta kors ta' occupational health and safety indikat mill-Onor.", "Membru.", "Għalhekk issa qed jittieħdu l-passi meħtieġa mal-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku sabiex dawk il-persuni li għadhom interessati jkunu jistgħu jingħataw il-ħatra.", "Meta dan isir it-trainee inspectors ikunu jistgħu jkomplu jsegwu l-kors tagħhom bħala parti mid-dmirijet tagħhom.", "Naturalment, rigward dawk il-persuni li jagħżlu li ma jeħdux il-ħatra tagħhom mal-gvern, ma jkunx xieraq li l-gvern joħroġ xi direttiva lil employers privati tagħhom dwar il-kondizzjonijiet ta' l-attendenza tagħhom għall-imsemmi kors ta' taħriġ.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, id-domanda kienet diretta biex tipprova ssolvi lment li jidher li kellu l-Onor.", "Interpellant.", "Hawnhekk m'hijiex kwestjoni ta' meta jew kif dawn il-persuni se jiġu mpjegati jew jekk għandhomx dritt isegwu l-kors.", "Jidher li għandhom dritt isegwu l-kors għax fil-fatt diġa' qegħdin isegwuh; u meta bl-approvazzjoni tal-PSC isiru tal-fiss ikomplu jsegwu dak il-kors.", "Id-diffikulta' ġenwina hija li billi l-lectures isiru fil-ħinijiet tax-xogħol, dawn il-ħaddiema jridu jieħdu l- leave u allura d-domanda hija jekk il-Ministru - probabbilment ukoll mal- Ministru ta' l-Edukazzjoni jew mas-Senat ta' l-Universita' - jistax jintervjenti biex jara tinstabx soluzzjoni prattika għal din id- diffikulta'.", "Ħafna drabi dawn id-diffikultajiet jinqalgħu f'każijiet fejn persuna tkun qed taħdem u tkun qed issegwi kors ukoll, pero' naħseb li jistgħu jissolvew b'daqsxejn buona volonta' mil-lat tas-Senat ta' l- Universita u mil-lat tal-ministeru.", "Jekk verament irridu li jkollna nies kapaċi fis-settur tal-health and safety li hu tant importanti għall-futur ta' pajjiżna, ikun tajjeb li l-Ministru jidħol ftit aktar f'din il-materja biex jara jistax isolvi l-problema ta' dawn in-nies.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, l-ewwelnett jiena kont ħadt interess kbir biex dan il-kors jibda.", "Irrid ngħid li konna ilna nipprovaw nibdew kors simili fl-Universita' għal xi tmien snin u dan ma sarx.", "Sar ħafna paroli li ma wassal imkien.", "Ir-raġuni kienet li biex tieħu diploma mill-Universita' ta' Malta trid tagħmel kors ta' tliet snin; u billi jiena kelli daqsxejn esperjenza universitarja fil-korsijiet, kelli diskussjonijiet mar-rappreżentanti tas-Senat u mar-Rettur u rnexxieli nikkonvinċihom biex dan il-kors ikun ta' sentejn.", "Fl-istess ħin ridna li dan ikun kors serju, u biex seta' sar dan parti mill-kors kellu jsir fin- nofs ta' nhari ta' filgħodu wkoll.", "Il-persuni li qed jattendu għal dan il- kors ġejjin minn ditti privati.", "Jiena nista' nitkellmilhom imma ma nistax inbiddlilhom il-ħin.", "Tajjeb ngħid li meta dan il-kors kien se jsir fuq tliet snin u ħarġu l- applikazzjonijiet ma kien applika ħadd u allura l-kors ma fetaħx.", "Għalhekk aħna għamilnih għal sentejn imma ċerti ħinijiet bilfors iridu jkunu kif qegħdin.", "Jiġifieri jiena ma nistax inbiddel it-timetable.", "Barra minn hekk din irranġajniha wkoll biex ikunu jistgħu jattendu membri parlamentari li billi jkunu free filgħodu jistgħu jattendu għal dan il-kors ukoll!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-pjanifikazzjoni tas-seduti mhux dejjem tħallina free filgħodu, jista' jkun li membru parlamentari jfalli xi lecture 'l hawn u 'l hemm!", "Jiena nifhem li l-Ministru ma jistax jintervjeni fuq ħaddiema li ġejjin mis-settur privat pero' d-domanda kienet diretta għall-ħaddiema li huma mpjegati mal-gvern, jew dawk li se jkunu impjegati mal-gvern.", "Xtaqt nisma' mingħand il-Ministru jekk huwiex beħsiebu jieħu passi biex jekk hemm studenti li huma ħaddiema tal-gvern, allura jeżentahom mix-xogħol filgħodu biex ikunu jistgħu jattendu għal dawn il-lectures minflok ma jkollhom japplikaw għal leave.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nagħmel ħilti kollha imma għandi ma ġiet l-ebda request bħal dan.", "L-ewwel darba li smajt bil-problema kien minn din il- mistoqsija parlamentari, pero' issa nkellem l-ewwelnett lid-direttur tal- health and safety unit biex jagħtini l-informazzjoni, imbagħad jekk ikun hemm bżonn inkellem lill-amministrazzjoni ta' l-Universita'.", "Jekk iridu jistgħu jiġu jarawni xi studenti li qed jattendu għal dan il-kors biex nifhem eżatt xi jridu u nkun nista' nagħmel dak il-pass li jkun meħtieġ.", "KAMPANJA - PASSAĠĠI PUBBLIĊI", "14232.", "L-ONOR.CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 13851, jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex kull kirja fl-inħawi msemmija fil-mistoqsija jkollha nota li din hija awtorizzata li tkun ''RTO'' u li din in-nota tkun imwaħħla fid-daħla ta' l- istess kirja?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru mhux possibbli li jiġi attwat minħabba problemi legali li jistgħu jinqalgħu bejn bdiewa rikonoxxuti in solidum u/jew bejn bdiewa li jkunu jaħdmu proprjeta' tal-gvern adjaċenti għall- propjeta' privata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, f'din id-domanda hawn riferenza dwar artijiet riżervati għall-kaċċa jew għall-insib.", "L-abbrevjazzjoni \"RTO\" dejjem f'dan is-sens ġiet użata.", "Jista' l-Ministru għalhekk jgħidilna jekk din tinħariġx minn xi dipartiment tal-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li jiena dilettant tal-kaċċa, naf li fejn ikun hemm ''RTO'' mhux suppost li tidħol pero' jkun hemm min jidħol.", "Għall-bqija tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "ETC - GĦAWDEX", "14711.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14530 u għat-tweġiba mogħtija, jista' l-Ministru jwieġeb ukoll għall-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari, u ċioe' jgħid meta l-ETC fetħet għall-ewwel darba l-bibien tagħha f'Għawdex u jwieġeb għall-aħħar parti billi jgħid fiex jikkonsistu r- riżultati konkreti għall-ġid ta' Għawdex li nbdew jinkisbu mill-aġġornament organizzattiv?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill- informazzjoni mogħtija fl-ewwel rapport annwali tal-korporazzjoni, dak għas- sena 1991, jidher illi l-ETC ħadet ir-responsabbilta` għar-reġistrazzjoni tan-nies bla xogħol u tal-proċess tal-workbook matul dik is-sena operattiva.", "Ma tissemmiex data speċifika meta l-ETC fetħet il-bibien tagħha f'Għawdex, kif qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant.", "L-aġġornament organizzattiv li rriferejt għalih fit-tweġiba tiegħi għall- interpellanza nru.", "14,530 ta riżultati pożittivi u konkreti għal Għawdex.", "Fost dawn insemmi biss li l-ETC f'Għawdex resqet eqreb lejn iċ-ċittadin permezz ta' l-uffiċċju reġjonali ta' informazzjoni li nfetaħ nhar il-Ġimgħa 17 ta' April, 1998.", "Minn dan l-uffiċju ġewwa ċ-ċentru amministrattiv tingħata informazzjoni sħiħa dwar l-attivitajiet ta' l-ETC f'Għawdex kemm dwar is-servizzi ta' mpjiegi u kemm dwar is-servizzi ta' taħriġ.", "Din il-ħtieġa ilha tinħass għal bosta snin iżda saret biss wara l- aġġornament organizzattiv ta' l-ETC u l-elevazzjoni ta' l-operazzjoni tal- ETC f'Għawdex għal status ta' diviżjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan is-servizz kienx qiegħed jingħata wkoll mill-uffiċċju ċentrali prinċipali ta' l-ETC f'Għawdex?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk is-set-up organizzattiv ġdid kienx jikkontempla li jiġu mpjegati senior manager u manager fl-ETC f'Għawdex?", "Effettivament dawn l-applikazzjonijiet kienu ħarġu, applikaw għalihom in-nies, saru l-intervisti, pero' nżammew lura.", "X'kienet ir- raġuni għal dan?", "Jaħseb il-Ministru li jekk wieħed irid jibni diviżjoni ġdida, din tkun ukoll timmerita li jkollha lil min jikkontrollaha u lil min jagħtiha s-superviżjoni meħtieġa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, ir-risposta għall-ewwel domanda hija li mill-informazzjoni li għandi, iċ-ċittadini ma kenux qed jisservew biżżejjed miċ-ċentru fejn kien qabel.", "Issa jekk kellna xi ċentru ieħor bil- moħbi għand xi ħadd ma nafx bih.", "It-tieni domanda li staqsa l-Onor.", "Interpellant ma nidħolx fiha jien.", "Naf li dawn il-postijiet ħarġu u qegħdin fil-proċess li jitkomplew.", "S'intendi trid issir l-applikazzjoni lill-kumitat tal-Kabinett għal dawn il- postijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jaf il-Ministru li għal Malta ħarġu applikazzjonijiet simili u min kellu jsir sar prattikament mil-lum għal għada?", "Għaliex kien hemm dan l-atteġġjament differenti fil-każ ta' Għawdex?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Din hija domanda ġdida u għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant biex jagħmilhieli bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, infakkar lill-Ministru li jien għamilt żewġ domandi f'dan ir-rigward, u jekk m'inix sejjer żball ir- risposta kienet li dawn il-postijiet inżammu lura.", "Dan ifisser li dawn kienu suppressed?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, kif diġa' għidt jiena m'inix involut fl-appointments.", "Nerġa' nistieden lill-Onor.", "Tabone jagħmilli domanda bil-miktub u nirrispondih kif mistħoqq.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jafx li diġa' wieġeb darb'oħra hawn ġew li dawn il-postijiet m'humiex se jimtlew.", "Jiġifieri llum qed jgħid il-kontra ta' dak li qal xi tliet seduti ilu.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, kif diġa' għidt m'għandix l- informazzjoni hawnhekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jgħidilna fiex waslu d- diskussjonijiet għal ftehim kollettiv ġdid, peress li l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema ta' l-ETC ilu li skada?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: L-informazzjoni li għandi hija li dawn id- diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta għas-Sena 1997; u", "f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' diskorsi li saru mis-Sur Anthony Mangion, is-Sur Hector Camilleri, is-Sur Godwin Cassar, is-Sur Natalino Attard, il-Maġġur P. P. Ripard, is-Sur Joseph Brincat u s-Sur Philip Grech waqt is-seminar \"The Road Ahead\" li sar fis-6 ta' Ġunju 1998 dwar l-istat tat-toroq f'pajjiżna, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15172; u", "Kopja ta' l-interim report imsejjaħ \"Programme for Road Function Consultancy\" maħruġ f'Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15173.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet ta' pensjonijiet ta' rtirar, tar-romol u ta' invalidita', li saru bejn l-1988 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15066; u", "Tabella li turi l-eta' u l-għadd ta' persuni neqsin mid-dawl li jirċievu l-allowance tat-tfal b'diżabilita' jew pensjoni għal persuni neqsin mid-dawl, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15090.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jiena xtaqt nistaqsi lilek, Madam Speaker, meta se ssir is-seduta ta' wara tal-lum, x'ħin se ssir u x'se jkunu l-ordnijiet tal- ġurnata biex inkun nista' nirregola ruħi.", "Jidhirli li issa wasal iż-żmien li aħna l-membri tal-parlament inkunu nafu x'se jiġri, jekk ma tinqalax kriżi nazzjonali.", "Qed jgħidu li m'hawnx kriżi nazzjonali, imma nistgħu nkunu nafu meta se ssir is-seduta ta' wara din?", "Jew lanqas din m'għandna dritt inkunu nafu!?", "MADAM SPEAKER: L-aġġornament isir fid-9.00 p.m. Jiena dak il-ħin inkun naf għal meta se naġġornaw.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jekk l-Onor.", "Mintoff jispiċċa llejla naġġornaw għal nhar it-Tnejn imma jekk ma jispiċċax illejla d-dibattitu jkompli għada filgħodu.", "Jekk ma jispiċċax filgħodu nkomplu filgħaxija u jekk ma jispiċċax filgħaxija nikkonsidraw li ssir seduta l-Ħadd filgħodu.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jista' jagħti raġuni għal dan?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm bżonn li nispiċċaw din il-mozzjoni biex ngħaddu għal xogħol ieħor, li wkoll huwa urġenti.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED", "Ikompli mis-17 ta' Ġunju, 1998.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff huwa in possession.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "Jiena se nibda bl- aħħar ħaġa li qal il-Ministru.", "Ilna sejrin hekk is-sena kollha u mhux illum biss.", "L-iskuża qabel kienet li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni joqogħdu jtawlu u mbagħad l-affarijiet jispiċċaw b'urġenza u jkun hemm xi bill li jrid jgħaddi jiġri.", "Imma milli jidher illum lanqas dan m'hu se jiġri għaliex minkejja li jiena rrid nirrispondi dak kollu li ntqal fil-gazzetti, fuq ir-radio u kullimkien, il-Ministru qed jgħidli li rrid nispiċċa bilfors inkella jkolli niġi hawn għada fid-9.30 a.m. Issa hu jaf li jiena filgħodu jkolli l-kura tat-tabib u qed jagħmilha apposta biex nieqaf illejla.", "Allura hekk se nagħmel, Madam Speaker, allavolja żgur ikun għad fadalli xi ngħid.", "Mela dan huwa mod kif isodduli ħalqi għaliex lanqas raġuni ma ta.", "Il-Ministru qal biss li għandna nispiċċaw sa nhar it-Tnejn.", "Dan hu l-mod kif jittrattaw lil sħabhom għaliex dan għadu jgħid li jiena sieħbu u li hu huwa l-Whip tiegħi imma mbagħad qiegħed jappella biex jiena, bħala partitarju, nirriżenja.", "Mela ħalli nibdew b'din, Madam Speaker.", "Inti ma tistax meta jogħġbok tgħoddni mal-partit u meta ma jogħġbokx tgħid li jien traditur tal-partit!", "Din ma tistax tagħmilha.", "Din hija waħda mill-kontradizzjonijiet l-kbar.", "Jiena llum għadni ma nafx fejn qiegħed għaliex filli jgħiduli li jiena missier il-partit u li għaqqadt il- partit, u filli jagħtuni bis-sieq biex neħles milli għandi ngħid u jwarrbuni min-nofs.", "Dawn taparsi ftaħru li tawni ħin kemm irrid imma mbagħad fasslu s-seduti b'mod li jiena ma nkunx nista' nkompli.", "Mela dan juri kemm il-Prim Ministru jittratta tajjeb lill-membri tal-Parlament għax naturalment il-Whip jieħu l-ordnijiet mingħand il-Prim Ministru.", "Issa jiena Laburista u bniedem li għamilt żmien twil fil-fili tal-partit u nħoss li anke minn barra għadni ngħin lill-partit.", "Ħalli nirrispondi issa lill- Membri tal-Parlament li qegħdin hawn imma li ma tkellmux hawn iżda kitbu artikli fil-gazzetti.", "Naħseb li ma nkun qed nonqos f'xejn jekk lil min kiteb fil-gazzetta llum biex jinfluwenza ħalli jivvotaw kontra dak li se ngħid jien, nirrispondih hawn.", "Anzi ngħidlu: Inti nqast għaliex dak li kellek tgħid ma kellekx il-kuraġġ li tgħidu hawn.", "Inti obdejt l-ordni li tak il-leader tiegħek li ma titkellem xejn u ktibt fil-gazzetti.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-Onor.", "Adrian Vassallo.", "Dalgħodu dan kiteb artiklu fejn qal illi dak li qed nagħmel jien, wara li diġa' tkellimt darbtejn, qed nagħmlu b'pika personali mal-Prim Ministru.", "Issa, kieku almenu ħa żball żgħir, kieku qal li t-tnejn qegħdin nimpikaw ma' xulxin kont ngħid li ħa żball.", "Imma mbagħad qal li jiena għandi pika personali mal-Prim Ministru, u ta r-raġunijiet għaliex suppost għandi din il-pika.", "Imma dan kollu gideb.", "Per eżempju, qal li jiena fl-antik irbaħt l-elezzjonijiet b'metodi antiki u issa ma rridx inbaxxi rasi għal metodi ġodda.", "Imma x'inhuma, skond hu, dawn il-metodi antiki?", "Semma l-clubs distrettwali u qal li qabel dawn forsi kienu jiswew xi ħaġa imma llum saru qishom ħanut tal- kafe'.", "U jiena ngħidlu: Isma' inti f'dinja jew m'intix?", "Qed tikteb hekk meta l-leader tiegħek - dak li qed tobdi l-ordnijiet mingħandu biex ma titkellimx - ġie jiftaħar hawnhekk kemm ħela żmien imur f'dawn il-każini biex ikellem lin-nies, jikkonvinċihom u jgħidilhom x'qed isir u x'mhux qed isir?", "Mela mhux kafe' u nbid kienu jixorbu hemmhekk?", "Qum issa u għidli, qed nagħitk iċ-ċans.", "Imissek tistħi tikteb hekk fuq il-każini u mbagħad tmur hemmhekk u titlobhom il-vot.", "U jiena ma ngħidilhomx \"ċentri\", mhux għaliex hija kelma Taljana, għaliex anke \"każini\" hija kelma Taljana imma \"każini\" tfisser djar tal-ħaddiema.", "U meta l-bniedem jiltaqa' d-dar, jiltaqa' biex jitkellem u jiftiehem.", "Imma dan ma jafx liema sagrifiċċji għamlu ta' qablu - għax hu sab kollox lest - biex ikun hemm dawn il- każini!", "Ma jafx għaliex kieku jaf ma jitkellimx hekk fuqhom.", "Huwa veru li dawn illum għandhom il-kumdita' li jisimgħu r-radju u nittama li qed jisimgħuni, jekk ma ħarġitx xi ordni biex jagħlquhom ħalli ma jisimgħunix.", "U ma niskantax li ħarġet din l-ordni.", "Allura kieku m'għandhomx il-każini, meta se jiltaqgħu flimkien u jiddiskutu dak li jkunu semgħu?", "Se jmorru l- headquarters?", "Jew inkella jiltaqgħu ma' sħabhom tar-raħal u jitkellmu hemmhekk għaliex huma fil-kumitat?", "Allura hemm bżonnhom jew m'hemmx bżonnhom il-każini?", "Ngħid ukoll li dawn l-affarijiet qatt ma ddiskutewhom fil-partiti għaliex toħroġ ordni mingħand is-Sur Magro mill-headquarters u jsir dak li jgħid hu.", "Qatt saret xi diskussjoni fil-konferenza ġenerali jew fil-partit dwar jekk il-każini għandniex nagħlquhom?", "Imma skond Dr Vassallo, dawn għandna nagħlquhom, għaliex inkella nkunu antikwati.", "Issa niġi għal xi ħaġa oħra.", "Min qal li jiena kontra l-metodi moderni?", "Daqskemm iġġelidt kontra l- Knisja talli ma ħallitniex nitkellmu fuq it-televiżjoni!", "U daqskemm iġġelidt mal-Gvern Nazzjonalista u mal-Gvern Imperjali biex inkunu nistgħu nagħmlu l-broadcasting!", "Nesa Dr Vassallo li waħda mill-ġliediet kbar li kellna mal-Gvern Imperjali kienet fuq ir-Rediffusion?", "GĦaliex qabel ma' l- Gvern Laburista kiseb dawn l-affarijiet biċċa Rediffusion kellna f'Malta; u kissirnih għaliex konna nemmnu fil-modern.", "Allura ngħidlu: X'wiċċ tost għandek tiġdeb fuqi u tgħid li jiena ma rridx il-metodi moderni?", "Qum issa u tkellem mhux toqgħod kwiet hemmhekk u mbagħad tmur tgħid xi ħaġa wara!", "Madam Speaker, ħaġa oħra li Dr Vassallo ma jafx hija li meta konna fil- gvern u mhux fl-oppożizzjoni, il-Gvern Imperjali f'daqqa waħda fettillu jmur fuq ir-Rediffusion u jħabbar lis-sajjieda ta' Marsaxlokk biex ma joħorġux jistadu.", "Fuq din kellna ġlieda mal-Gvern Ingliż.", "Konna għidnielu: Mnejn safejn taqbad u tagħmel hekk u lanqas lilna ma tgħid!", "Kif ma tgħidilniex li ma tridx lis-sajjieda tagħna joħorġu jistadu?", "U l- għada filgħodu - għax aħna konna nemmnu li dik hija arma b'saħħitha u m'għandhiex tiġi użata minn ħaddieħor ħliefna - qbadna u qaċċatna l-poles kollha tar-Rediffusion.", "Imbagħad qamet kriżi u riduna nħallsu l-flus.", "Dan kollu ma jafux Dr Vassallo.", "Imma ħalli jigdeb u j'Alla Mintoff ma jitkellimx u jkun marid u j'Alla ma jdumx ħafna għaliex għada filgħodu mhux se jiġi fid-9.00 a.m!", "Imma din jafha jew ma jafhiex?", "U kieku aħna ma konniex nemmnu f'dan konna se nagħmlu dawn l-affarijiet?", "Jien ngħidlu wkoll: Min qal li aħna ma nemmnux fit-television?", "Daqskemm iġġelidna mal- BBC talli ma kenux iħalluna nitkellmu fuq il-BBC!", "U mhux f'Malta biss imma anke ġo Londra.", "Imma huwa ħażin li għax temmen f'dawk l-affarijiet, imbagħad tkisser l-affarijiet l-oħra.", "X'jiswa li jkollok it-television u mbagħad ma jkollokx każini distrettwali?", "Ara f'liema pożizzjoni ġibtuh lill-partit intom li ħallejtu jsiru dawn il-ħneżrijiet.", "U peress li issa dgħajjifna kemm flaħna lill-każini, ma nistgħux noħorġu nies għall-kunsilli imma qegħdin ngħidu li se nappoġġjaw lill-indipendenti, taparsi m'aħniex nieħdu parti!", "Imma l-indipendenti min jaf x'ikun?", "Jekk dan jgħid li aħna se nimlew il-qassatat bit-tiben minflok bl-irkotta - biex ma ngħidx xi ħaġa oħra - se nappoġġjawh?", "X'se nagħmlu?", "Dawn huma l-ħmerijiet li qed jagħmel il-partit biex jimpika.", "Madam Speaker, irrid ngħid li jiena m'iniex qed naqbad ma' Dr Vassallo għaliex m'huwiex ħabib tiegħi imma għaliex kiteb dawn l-affarijiet.", "U x'qal aktar?", "L-Onor.", "Membru qal: Mintoff ma jmissux jaf li wasalna fi żmien li l- partit ma jibqax jidher li hu partit tal-ħaddiema biss?", "Huwa ma qalhiex eżattament hekk; qalha agħar minn hekk imma jiena qed nirranġahielu.", "Qal ukoll: Sewwa li għandna nibqgħu ngħidu li aħna partit tal-ħaddiema u nimbottaw 'il barra l-klassi tal-professjonisti?", "Issa meta huwa daħal fil- partit ma kienx hemm Alfred Sant bħala leader u daħal konvint li dak li kien qiegħed jagħmel il-Partit Laburista kien tajjeb għaliex qatt ma smajtu jgħid il-kontra għaliex kieku kont nirrispondih.", "Jiena ltqajt xi tliet darbiet miegħu u qatt ma smajtu jgħid hekk.", "U kif nafu dan?", "Nafu għaliex niftakar lil oħti tgħidli li se tivvota lilu għaliex huwa Laburista, għandu qalbu tajba u dan kollu.", "Allura nistaqsih: GĦalfejn qed tħawwad il-ħass mal-qarabagħli biex taparsi jiena għamilt xi żbalji kbar?", "Jien għamilt żbalji, mela le!", "Wieħed mill-iżbalji li għamilt kien meta qgħadt għall- pressjoni tal-partitarji - għaliex il-partitarji huma l-partit; dan qalulna l-bieraħ il-leader tal-lum - u kontra x-xewqat u l-konvenzjonijiet tiegħi personali ħriġt għal din l-elezzjoni u għal dik ta' qabilha.", "Darbtejn għamilt hekk.", "Min jaf kemm issagrifikajt ruħi għall-partit!", "Qabel l- elezzjoni l-oħra kienu jafu li jien ma kontx naqbel mal-leader ta' qabel u xorta ġew u qaluli biex noħroġ.", "Imma jiena m'għamiltx ħsara u ma kienx jistħoqqli li naqla' fuq rasi għaliex ipprovajt nirranġa l-affarijiet.", "Ħalli ngħidlu iżjed lil Dr Vassallo dwar x'ipprovjat nagħmel jien u hu ma jafx bihom.", "Il-Partit Laburista beda b'bandiera bil-minġel u l-martell, imma biex inkomplu bit-tradizzjoni tal-partit 30 jew 40 sena ilu jiena pproponejt li mal-minġel u l-martell inpoġġu affarijiet oħrajn imma mhux it-torċa.", "Għaliex?", "Għax jien kont u għadni nemmen illi kull min jagħti x-xogħol fis- soċjeta' u bix-xogħol tiegħu jagħmel qligħ onest huwa ħaddiem.", "Imma dak li jaħdem u barra li jaħdem jisraq jew imexxi d-drogi dak għalija m'huwiex ħaddiem iżda ħalliel.", "Anke dak li jaħdem u jaqla' x'jiekol bħala professjonista għalija huwa ħaddiem.", "U x'ridt nagħmel fil-bandiera?", "Ridt inpoġġi pinna biex nuri li dawk kollha li jgħixu b'moħħhom huma ħaġa waħda magħna u huma ħaġa waħda fil-partit.", "Imma mbagħad għamilna t-torċa li l- Bambin biss jaf xi tfisser għaliex din tista' tfisser ħafna affarijiet.", "U llum ma nafx x'arma għandna fuq il-bandiera għax bilkemm taraha u għandu jkun nibdluha ma' kull elezzjoni!", "(Interruzzjonijiet) Intom ilkoll qegħdin tidħku imma ħadd minnkom ma rrispondieni għaliex bħali m'intomx ċerti x'għandna u x'ma għandniex.", "Tajjeb ukoll li jkun jaf ħaġa oħra.", "Din m'ilhiex li saret u jista' jmur jiċċekkjaha ma' l-ex-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, is-Sur Anġlu Fenech.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-kwestjoni tal-bejjiegħa ta' fuq il-monti.", "Min jaf kemm ħeġġiġtu biex jipprova jgħaqqadhom lil dawn!", "Dawn l-ewwel kienu ġew għandi imma jien għidtilhom li dan huwa xogħol il- union u mhux xogħli.", "It-tieni nett ħeġġiġtu wkoll biex lir-retailers iż- żgħar u s-self-employed jaraw kif jagħmlu u jdaħħluhom magħhom.", "M'iniex qed ngħid illi għandhom jagħmlu ħallata ballata għaliex hemm min jaħdem bil- ġurnata u hemm oħrajn li ma jaħdmux bil-ġurnata imma dawn jistgħu jgħinu lil xulxin għax għandhom l-istess interess.", "Jiena nistaqsih: Din qatt kont taf biha inti?", "Qatt iddiskutejtuha dan l-aħħar fil-parliamentary group?", "Qatt iddiskutejtuha fl-eżekuttiv?", "Allura inti li qed tgħajjarni li jien m'għamilt xejn, xi dritt għandek li tgħid lin-nies biex ma jagħtux kasi għax dak li qed nagħmel huwa kollu għira għal Dr. Alfred Sant?", "Safejn naf jien dawn huma r-raġunijiet li tajt, u hawn ngħidlek: Allura inti serju?", "Inti jistħoqqlok tirrappreżenta lil xi ħadd hawn biex issa li qed ngħid dawn l-affarijiet quddiem kulħadd lanqas biss qiegħed titniffes?", "Veru jew mhux veru dak li ktibt?", "Għax min jismagħni jaħsibni li dan qed nivvintah jien!", "Dan ktibtu inti fil-gazzetti tal-lum.", "Jiena ngħadrek, imma biex ngħadrek wara li tkellimt irrid nara almenu xi sinjal illi inti ndunajt li ħadt żball u li qed tħallat il-ħass mal-qargħabali.", "Ejja niġu issa għall-imberkin headquarters.", "Min qal illi jiena ridt illi kollox jibqa' ġol-Maċina?", "Jiena kemm-il darba għamilt sforz - u għamilna sforz flimkien - biex ikollna xi ħaġa fil- Belt.", "Għax il-Maċina setgħet isservi għal ħafna affarijiet u l-Belt kien iservi għal affarijiet oħra.", "Allura kieku għamilna hekk konna se nagħmlu xi ħaġa li titqies li m'hijiex moderna?", "Jew li tkun modern ifisser li naqbdu u nitfgħu kollox naħa waħda biex imbagħad il-partit jimtela bid- dejn?", "GĦaliex issa taparsi għandna xi ħaġa moderna imma la nafu x'inhu x- xogħol tad-distrettwali, la nafu x'inhu x-xogħol tal-kumitati lokali - dawn issa qegħdin insejħulhom ċentri biex aktar nitfixklu - u lanqas nafu x'inhu x-xogħol veru tal-headquarters.", "Imma mhux hekk biss għaliex min qiegħed fil-headquarters u huwa mpjegat - qed ngħid għas-segretarju ġenerali - għandu saħħa aktar mid-distrettwali kollha flimkien.", "Dan għandu saħħa aktar minn kulħadd għax qiegħed hemm u għandu ċ-ċwievet u l-equipment kollu f'idejh.", "Allura dan sewwa jew inkella qegħdin nimitaw lil Stalin?", "U aħna qabel konna nimitaw lil Stalin meta d-distrettwali kienu kollha jiddiskutu flimkien?", "Tant kemm kienu jiddiskutu flimkien imma kienu jaħsbuha differenti, meta darba nqasam il-partit biċċa marru naħa u biċċa marru oħra għax kien hemm il-liberta'.", "Imma llum kollox jibqa' naħa waħda.", "Il-Bambin biss jaf kif se jinkiser, jekk jinkiser!", "Nerġa' ngħid, Madam Speaker, meta kellna din il-kriżi konna nafu li dawk li marru l-Imsida kienu jżommu ma' Boffa u dawk li marru l-Ħamrun .....", "Imma llum xi ħadd minnkom jaf x'qed isir fid-distrettwali billi l-Prim Ministru ġie jgħidilkom li għamilna l-poll?", "Intom lanqas l-affarijiet ta' xulxin ma tafu!", "Tant ma tafux l-affarijiet ta' xulxin illi biex tkun taf x'jaħseb sieħbek, bħali per eżempju ....", "Jiena suppost li għadni seħibkom.", "Intom hekk tgħidu; tgħidu li mhux biss għadkom tittrattawni bħala seħibkom imma bħala missierkom.", "Allura jien mhux suppost inkun naf x'taħsbu u ma taħsbux?", "Jew suppost niġi fil-Parlament u nistaqsikom għaliex qed tagħmlu hekk?", "(Interruzzjonijiet) Inti trid il-ġid lill-partit meta qed tigdeb?", "Għax inti fiex ġibtu lill-partit? llum il-gazzetti u anke t-television qegħdin f'idejn il-leader tal-partit imma fi żmieni kien differenti; jekk inhuma l-gazzetti kienu jikkmandaw Laiviera jew Micallef Stafrace.", "Jiena qatt ma kkmandajtu lil Micallef Stafrace x'għandu jikteb jew ma jiktibx bħala editur, u tgħidx kemm kien ikun hemm ġlied fl-eżekuttiv meta huwa ma kienx jirrifletti l-veduti tal-partit!", "Huwa veru li l-gazzetta kienet tal- partit imma hu mhux mingħandi kien jeħodhom l-ordnijiet.", "L-eżekuttiv kien jgħidlu x'inhi l-policy u meta ma jaqblux tgħidx kemm kien ikun hemm ġlied!", "Imma l-eżekuttiv ried joqgħod attent mhux imbilli jgħidlu li ma jaqbilx għaliex hu kien l-aħjar editur u kellu ċertu weight.", "Iżda llum fiex qegħdin?", "X'inhuma l-metodi moderni?", "Madam Speaker, jiena dan qed ngħidu biex ħadd ma jaħseb illi ma nafx x'qed isir, u fuq dan imissu tkellem il- Prim Ministru.", "Illum għandna lil Dr. Bartlu - ridt ngħid Mr. Bartlu għax tfixkilt peress li llum mhux lit-tobba u 'l-avukati biss tgħidilhom dottore - li huwa l-factotum fuq dawn l-affarijiet fil-partit, għandu carte blanche min- naħa tal-Prim Ministru u dment li għandu carte blanche min-naħa tal-prim ministru kollox O.K. Din hi d-demokrazija li hemm fil-partit illum?", "Din hi t-teknika moderna?", "Allura dan sewwa?", "Possibbli intom li titkellmu fuq it-trasparenza u tgħidu kemm fl-antik kien hemm dittatura fil-partit, dan ma tarawhx?", "Possibbli ma tindunawx illi dan m'huwiex il-mod kif il-partit jista' jimxi 'l quddiem?", "Hawnhekk nistaqsi: Min bdiha l-membership card fil-partiti f'Malta?", "Kien il-partit tagħna fi żmieni - m'iniex qed ngħid li daħħalthom jien - li ta l-eżempju lin-naħa l-oħra għax dawn lanqas membership ma kellhom.", "Naturalment dan m'inix qed ngħidu biex ngħajjarhom imma qed ngħid il-fatti storiċi għaliex dawn kienu jiltaqgħu għaliex jafdaw lil xulxin imma ma kontx taf min hu jew m'huwiex fil-partit.", "Allura dawn argumenti ta' bniedem serju meta jiġi jgħid affarijiet li m'humiex minnhom?", "Għaliex dan?", "Kif jista' jkollok diskussjoni serja fil-partit jekk imbagħad ikun hemm min joħroġ bil-vavati u jkun ippreġudikat mingħajr ma jara l-affarijiet kif inhuma?", "Ejja niġu issa għall-metodi moderni.", "Illum għandna partit li tant kisirha mal-GWU - għax hekk ried Dr. Alfred Sant u xi tnejn ta' madwaru, bl-iskuża li kull naħa jrid ikollha l- identita' tagħha - li issa l-partit u l-GWU saru qishom żewġ affarijiet totalment differenti.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex meta inti qiegħed fil-gvern u tgħid li l-union li hi qribek, allavolja m'għadniex bir-rabta li għamel Mintoff ...", "Qisni jien għamiltha r-rabta!", "Qisni jien qbadt 20,000 jew 25,000 membru tal-GWU u qbadt 30,000 jew 50,000 membri tal- partit u għamiltilhom katina madwarhom u għidtilhom: Issa ara min jiċċaqlaq għaliex tgħidx kemm għandi machine guns u ajruplani u affarijiet oħra u nisparalkom!", "Dawn huma stejjer ta' barra minn hawn, Madam Speaker.", "Issa x'inhu l-metodu modern?", "Issa tlajna fil-gvern u għamilna l-ewwel budget suppost serju, mentri fil-fatt kien budget ħażin għaliex mingħajr ma kkonsulta serjament ma' l-union, il-Gvern ħareġ b'ċerti affarijiet u wara li ġie hawnhekk u tgħidx kemm iġġieled miegħi għaliex qajjimt dawn l-istess affarijiet ...", "U dan dejjem bl-iskuża tal-metodi moderni, ta' kemm aħna mexjin bil-modern u kemm iħobbu lill-partit.", "Issa naraw kemm iħobbuh lill- partit!", "Irrid ngħid li jiena x'jagħmlu ma' l-Oppożizzjoni mhux affari tiegħi.", "Jien mhux qiegħed hawn biex ngħin lill-Oppożizzjoni imma biex ngħin lil Malta u lill-partit.", "(Interruzzjonijiet) Meta jien tkellimt, tkellimt għaliex jien m'inix tant ġidra li nemmen li n-nies u l-unions kienu se jgħidulkhom prosit kif ippretendejtu intom.", "Allura x'ġara?", "Ġraw żewġ affarijiet u mhux waħda, Madam Speaker.", "Ġara li l-unions ipprotestaw u l-GWU ma kenitx taf kemm se tagħfas u ma tagħtihiex tort għaliex kien jidher li dan kien gvern tal-ħaddiema imma fil- fatt ma kienx għaliex kieku ma kienx jagħmel hekk.", "Biex niftiehmu, fuq il- karta konna ngħidu - għaliex jiena pprovajt nirranġa l-affarijet imma ma rnexxilix u allura jiena responsabbli magħkom la bqajt hemm ...", "Intom għandkom raġun tgħidu: Imma inti bqajt magħna.", "GĦaliex ma tlaqtx?", "Imma din hija storja oħra pero' aktar 'il quddiem naraw għaliex ma tlaqtx.", "Intom kontu tafu li din il-union se tqum imma kontu tgħidu: Kif jista' jkun li din tqum kontra tagħna jekk hija union tal-ħaddiema?", "Jiena ngħidilkom: Intom xi dritt għandkom li tgħidulha biex ma tqumx kontra tagħna jekk ma kkalkulajtuhiex bħala parti minna?", "U jkun sewwa li kull min qed jismagħni jifhem ħalli jkun jaf xi trouble għaddej fil-partit u mhux iħalli lil Dr Sant jipprova jwaħħal fija minħabba dak li qed jiġri.", "Din hija waħda mill-intoppi li għandu quddiemu u li ma jafx kif se jsolviha għaliex kieku ma jibżax jipprova jsolviha.", "Nerġa' nistaqsi: Kif tista' tippretendi li l-union ma tqumx meta inti ma pprovajtx tiftiehem magħha qabel, bl-iskuża li ma tridx rabta li biha titlef l-indentita'?", "Jekk tlift jew xellift l-identita', għandek l-ieħor miegħek.", "Issa l-identita' xi tfisser?", "L-identita' f'dan il-każ tfisser li jkollok is-saħħa li tagħmel is-sewwa u dak li jidhirlek.", "Ara hawn ġew l- ebda wieħed minna m'għandu identita' perfetta, lanqas tan-naħa l-oħra.", "Ikollok identita' perfetta meta ma tkunx marbut b'regolamenti ta' partiti u affarijiet bħal dawn imma jkollok identita' biżżejjed biex meta tara l- affarijiet ħżiena tkun tista' tiċċaqlaq.", "Imma x'ġara?", "Kif qed ngħid, bl-iskuża li l-partit irid iżomm l-identita' tiegħu ġara li dan ma kkonsultax ma' l-unions, imma mhux hekk biss u din hija aktar serja .", "Ġara li min kien fil-Kabinett u tista' tgħid li qed jirrappreżenta lill-union, allavolja kien hemm bħala konsulent ta' l-union, għaliex la huwa s-segretarju ġenerali tal-union, la huwa l-president u lanqas membru ta' l-eżekuttiv - qed nirriferi hawnhekk għal Dr George Abela - qal ċerti affarijiet imma dawn ma tawx kashom.", "X'ġara mbagħad?", "Ġara li dan kien fil- pożizzjoni kerha - bħalma huwa kulħadd illum hawnhekk, inkluż jiena - li jew imur jintefa' b'ruħu u b'ġismu ma' l-union u jappoġġja bis-saħħa kollha dak kollu li kienet qed tagħmel jew inkella jara kif jitbenġel u la tkun taf huwiex qiegħed naħa u lanqas oħra.", "Jiġifieri dan ġie in aria.", "Imma dan m'huwiex l-agħar.", "Madam Speaker, jiena diġa' għidt lil Dr Vassallo dwar kemm xtaqt li l- partit ikollu politika aktar moderna għaliex kien wasal iż-żmien li l- partit idaħħal ukoll fi ħdanu lill-ħaddiema ta' l-union l-oħra, l-Union tal- Magħqudin.", "Qed insejħilha hekk għaliex jiena aktar naf lill-GWU u jekk jisimha mod ieħor xi ħadd jgħinni biex ngħidha eżatta għaliex żgur li ma rridx ninsulentahom.", "Jien kont nagħfas fuq is-segretarju ġenerali biex jara kif jagħmel u jersqu lejhom.", "Kont ngħidlu li jien nagħtih l-appoġġ tiegħi kollu u min-naħa tal-partit nagħmlu minn kollox biex ngħinuhom ħalli nkunu ħaġa waħda.", "Imma n-naħa l-oħra, jiġifieri l-Union tal-Magħqudin kienu jgħidulna: Aħna ma nistgħux ningħaqdu ma' union li hija marbuta mal- gvern.", "Imma mbagħad x'ġara?", "Ġara li meta kien hemm in-Nazzjonalisti fil-gvern, biex jiddefendu ruħhom mill-attakki industrijali tal-GWU li għandhom kull dritt jagħmlu, waqqfu union oħra fi ħdan il-partit u dment li kienu fil-gvern din il-union kellha s-saħħa.", "Imma issa li spiċċaw mill-gvern u qegħdin fl-oppożizzjoni, kieku xi darba tisma' biha din l-union.", "Jien mhux qed ngħid hekk bi kritika imma aktar biex intom tkunu tafu fejn intom.", "U għaliex ma smajniex biha aktar?", "Għaliex tant kienet marbuta mal-gvern li ma kellhiex identita' tagħha.", "U n- Nazzjonalisti li kien hemm fil-GWU - mhux kollha għaliex għad hemm, u hemm min ilu ħafna snin - ħarġu minn hemm meta n-Nazzjonalisti għamlu union tan- Nazzjonalisti biss.", "Allura x'ġara?", "Ġara li l-GWU iddgħajfet imma ma kellkomx ħaġa suret in-nies.", "GĦaliex?", "Għaliex inti ma tistax tkun partit taċ-ċentru jew tal-lemin u tgħid li se tagħmel union tal-ħaddiema.", "Kieku kontu partit faxxista kien ikollkom il-ġerarkiji u l-affarijiet kollha u tagħmlu sistema faxxista.", "Dan kien jagħmel sens imma meta l-indirizz tiegħek politiku aktar ixaqleb lejn il-klassi ta' fuq milli lejn il-klassi ta' isfel u tippretendi li jkollok il-unions miegħek tkun żaqqieq wisq u tispiċċa biex ikollok indiġestjoni.", "Jien għalhekk għidt li l-partiti jridu jagħżlu t-triq tagħhom għaliex inkella mhux partiti jkunu imma kawlata u taħlita.", "Il-Bambin jaf x'ikunu u ma nistax nifhem x'ikunu.", "(Interruzzjonijiet) Taħt sistema faxxista iva imma għaliex m'hemmx partiti.", "Dan kulħadd jafu.", "Taħt sistema komunista u stalinista tifhimha wkoll imma taħt sistema demokratika ma tifhimhiex.", "Taħt sistema demokratika l-uniku ċans li għandhom l-unions biex imexxu l-politika soċjali tagħhom - qed ngħidha għaliex hawn ħafna hawnhekk li ma jafux xi tfisser u ma nagħtihomx tort għaliex għadhom jibdew - hija li jkollhom kenn politiku.", "Madam Speaker, dawn ma jistax ikollhom politika soċjali in aria.", "Inkella min se jattwahielhom din il-politika soċjali?", "Se jattwahielhom dak il- partit li ma jafx ma' liema klassi qiegħed għaliex jgħid li hu taċ- ċittadin?", "Din għalhekk qed ngħidha u mhux biex ngħaddi ż-żmien.", "Se jattwahielhom dak il-partit li jrid jagħti l-ispazju għall-professjonisti wkoll?", "Min żammu l-ispazju għall-professjonisti?", "Irrid ngħid li l- importanti għalija m'huwiex li nwaqqa' l-istatwi għaliex qatt ma kont iconoclast imma huwa d-dmir tiegħi li nkisser l-ideat ħżiena.", "GĦaliex għalfejn tkissirha statwa jekk l-għada jistgħu jagħmlu oħra?", "GĦalhekk mhux għaliex illum hemm statwa fil-partit jisimha Dr Sant irrid inkissirha.", "Li rrid ngħid huwa li ma tistax tgħid li inti tal-ħaddiema u fl-istess ħin tistħi li jkollok politika li l-ewwel ma taħseb hija fil-ħaddiema.", "Imma mhux fihom biss trid taħseb, għaliex jekk trid tagħmel ġid lill-ħaddiema ma tistax taħseb fihom biss.", "Kif jista' jkun taħseb fihom biss?", "Pero' għandek tgħid li dawn huma ż-żgħar u l-ewwel m'għandek taħseb huwa għalihom.", "Din hi l-politika soċjali.", "Issa, Madam Speaker, kemm il-GWU kif ukoll il-UĦM iridu politika soċjali.", "Imma fl-antik mhux hekk kienu jgħidu.", "U issa oqogħdu attenti ħalli tkunu tafu kif kissirnih u ġibnih modern il-partit, intkom li tridu terġgħu tmorru għall-antik!", "Miller ma kienx jemmen hekk.", "Fil-bidu Miller kien jemmen li l-union qegħda għall-affarijiet industrijali għaliex kien jaħseb - u kellu raġunijiet għalfejn jaħseb hekk - li jekk se jiċċappas ma' partit politiku, speċjalment ma' dak Laburista, jekk jiġi biex jitlob għal żidiet fil-wages il-Gvern Imperjali ma jgħidx li dan veru qed jagħmel hekk minħabba l-wages imma għax irid imur kontrih.", "Dan l-istess bħalma kien jiġri meta kien ikun hemm in-Nazzjonalisti fil-gvern.", "Imma din waħda mill- penalties illi l-union trid tħallas talli tkun qiegħda tiċċappas ma' naħa u mhux ma' oħra.", "Imma l-union bilfors ikollha tagħmel hekk għaliex kull meta tersaq għal dawn l-affarijiet jgħidulha: Inti żgur li qed tagħmel dan biex tgħolli l-pagi tal-ħaddiema?", "Żgur qed tagħmel dan biex ittejjeb il- kondizzjonijiet tal-ħaddiema?", "Jew inkella qiegħda tagħmel hekk biex tagħti l-appoġġ tiegħek lill-Partit Laburista?", "Issa bħalma l-Partit Laburista għandu union, il-Partit Nazzjonalista kellu union ukoll u din kienet esklussiva għal dan il-partit.", "Issa aħna għaliex ġibniha moderna s- sitwazzjoni?", "Dawn qabel kienu jaħsbu kif qed taħsbu intom illum, li mingħalikom intom moderni imma fil-fatt qegħdin tergġħu tmorru għall-antik.", "Intom qegħdin tmorru għall-antik u mhux aħna!", "Biex tkunu tafu, f'pajjiżi oħra l-unions mhux biss daħlu f'partit politiku iżda waqqfuh huma!", "U fejn bdew il-unions demokratiċi u kellhom is-saħħa, ma' din l-union dejjem waqqfu partit.", "Jekk nieħdu l-Italja, per eżempju, xi ħadd jista' jmeri illi l-unions hemmhekk m'humiex kollha mċappsin ma' xi partit politiku?", "Xi ħadd jista' jmeriha din?", "Imma dan bilfors ried isir għaliex meta s-sitwazzjoni ma kenitx hekk, lill-unions kienu jsawtuhom u jisparawlhom!", "Fl-Ingilterra mbagħad kien hemm il-martri ta' l-unions biex ħallewhom iwaqqfu unions.", "Iżda mhux biss waqqfu l-unions imma wkoll partit politiku.", "Fil-fatt il-Labour Party fl- Ingilterra twaqqaf mit-trade unions, għalkemm mhux minnhom biss.", "Imbagħad għamlu żmien dawn il-partiti għandhom is-saħħa u l-oħrajn li ma kellhomx trade unions ħanquhom u issa spiċċaw biex sar il-kontra għaliex Blair u l- oħrajn saru jikkmandaw ferm aktar mill-unions!", "Fil-fatt l-unions qed jiġġieldu miegħu u qed jgħidulu: Isma', aħna fejn aħna?", "Dan hu li qed jiġri, imma ejja ma nħalltux dak li qed jiġri hawn Malta ma' l-Ingilterra.", "Jekk naqraw il-programm li qed jipprova joħroġ Blair, naraw id-differenza bejn dak li qed nagħmlu llum aħna ma' dak li qed jagħmel Blair.", "Jiena qaluli - għalhekk ma nafx dan kemm hu veru - li għandna xi konsulent Amerikan li qed inħallsuh $100,000 fis-sena.", "Issa dan il-partit tal-ħaddiema!", "U jekk dan m'huwiex veru qumu u għidu li m'huwiex veru, jew inkella għidu li m'hu qed tħallsu xejn jew qed tħallsu $50,000.", "Nerġa' ngħid, jiena qed ngħid x'nisma' għaliex m'għandix mezz kif inkun naf.", "Issa kif dan jaf x'inhi s-sitwazzjoni ta' Malta u kif jista' jagħti l-pariri lill-Partit Laburista f'Malta kif għandu jimxi u ma jimxix, ma nafx!", "Kieku ġabuh biex jagħtina parir dwar kif niġbru t-taxxi, kont naqlagħlu l- kappell.", "Imma mbagħad m'għandekx tmur l-Amerka fejn is-sistema parlamentari tagħhom hija totalment differenti ....", "Dawn għandhom sistema fejn bniedem jekk ma jkollux il-miljuni u jekk ma jkunx appoġġjat mill- miljunarji m'għandux ċans joħroġ għall-elezzjoni, aħseb u ara kemm jitla'.", "Fil-fatt min joħroġ jew ikun miljunarju u joħroġhom minn butu jew ikollu xi ħadd jappoġġjah u jara kif jagħmel u jakkwista dawn il-miljuni.", "Sur President, jiena m'iniex qed ngħid li din hija sistema ħażina, u anzi ara ma tmurx tgħidilhom li m'humiex demokratiċi!", "Meta jiena nitkellem ma' Ghaddafi jgħidli: X'iridu l-Amerikani?", "Li nadottaw is-sistema tagħhom?", "Imma fejn huma n-nies tagħna li għandhom il- miljuni?", "Se mmur ngħidilhom li min għandu l-miljuni għandu joħroġ u min m'għandux ma joħroġx?", "Dawn jużaw dik li ngħidulha l-green system u tgħidx kemm jgħajruh li huwa dittatur!", "Imma lil Clinton ma jgħajruhx għaliex dik hija s-sistema tagħhom!", "Clinton l-ewwel darba tela' fuq programm fejn qal li se jagħmlu health scheme li d-dinja kollha se tgħir għaliha u li kulħadd se jikkopjaha.", "Damu x-xhur itambru fuqha u tgħidx kemm ħabbilt rasi biex nistudjaha u nifhem x'qed jagħmlu u ma jagħmlux.", "Imma fejn kont naf li ma kien se jasal xejn minn dan?", "Fil-fatt f'daqqa waħda Clinton biddel il- programm tiegħu għal kollox - għalkemm ma tistax tgħid li biddel daqskemm bdilna aħna fil-programm tagħna! - imma xorta reġa' tela'.", "U għaliex reġa' tela'?", "Għax minflok il-health scheme għamel xi ħaġa oħra li wkoll ma kenitx kontra l-ħaddiema.", "Issa jekk għall-ewwel budget kellna l-iskuża li għadna nitilgħu, li ma nafux fejn aħna, li għandna t-taħwid u li rridu nagħmlu inkjesta 'l hawn u inkjesta 'l hemm għaliex ma nafux fejn huma l- flus ....", "Dan il-budget illum lanqas ħadd ma jsemmih, qisu qatt ma kien jeżisti.", "Imbagħad fit-tieni sena għamilna budget ieħor illi tafu r- riżultat tiegħu x'inhu.", "Ħalli nieqfu minuta fuq dan il-budget u naraw kemm hu veru illi jiena ridt noħroġ fil-pubbliku biex inkisser l-istatwa ta' Alfred Sant.", "Qed ngħid l-istatwa għaliex hemm differenza bejn li tkisser statwa, li tkisser bniedem u li tkisser l-ideat tiegħu.", "Mela tlieta hemm differenzi, hemm l-istatwa, il-bniedem u l-ideat tiegħu.", "Sur President, bniedem tista' teqirdu bl-inkwiet, bil-gideb u bit-taħwid għaliex ma jkunx jiflaħ għalih u tista' tkissru għax toħroġlu affarijiet personali li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-politika għaliex taf li n-nies il- ħmir jibdew jiġġudikaw il-politika tiegħu fuq jekk marx maz-zija, jekk marx mal-qattusa jew mal-ħmara u dawn l-affarijiet.", "U dawn huma affarijiet li jsiru, biex ħadd ma jieħu skandlu.", "Imma jekk imbagħad jitfaċċa wieħed f'Malta illi jkollu din id-daqsxejn ta' ksur fin-natura - l-Ingliża jgħidulha perversion - illi ġġiegħlu jinġibed lejn ħmara u f'daqqa waħda jurina kif bla ma nħabblu rasna xejn nistgħu nsolvu l-problemi kollha ta' Malta, jien l-ewwel wieħed ngħidlu: Prosit!", "Tridx tmur mal-ħmara 20 darb'oħra!", "Qed tidħku, imma tafu li dan huwa veru u l-Amerka jagħmluhom biex ifixklu lil xulxin, daqskemm għandhom elettorat basla!", "U bilfors għandhom elettorat basla għax kulħadd jidħak bihom!", "Imma aħna wkoll qegħdin nagħmlu hekk; aħna lill-elettorat tagħna qed inġibuh basla kbira.", "Din hija tad-daħk imma dan li se ngħid issa huwa tal-biki.", "Fil-fatt anke jiena bkejt ġo fija għaliex jiena għal xejn ma naf noħroġ dmugħ.", "Imma f'dan il-każ kieku anke dmugħ ħariġli.", "Sur President, xi ħadd bagħatli ritratt kbir li jiena kont insejtu u li fih hemm il-Papa Pawlu VI, li kien ħabib tiegħi - mhux dan li hemm illum għax dan qatt ma ngwalajtha miegħu u dan jafu kulħadd - kien hemm dumnikan, xi tliet Maltin oħra u jiena.", "Issa, min bagħatuli ma bagħatlix indirizz pero' fuqu fi block letters kbar kitibli: Dan ir-ritratt jurik kemm jiena u l-familja tiegħi konna ngħożżuk sal-lum.", "Issa bl-inkwiet tal-ġimgħa li għaddiet ommi taha attakk f'qalbha.", "Qed tara fiex ġibtna?", "Dan huwa tal- biki, u jiena nemmnu.", "GĦalhekk nistaqsi lilkom ilkoll fuq il-kuxjenza tagħkom: Intom taħsbu illi jiena qed nagħmel hekk biex nies li jirrispettawni jkollhom attakk f'qalbhom?", "Lanqas li kont tabib u se nagħmel il-flus bl-attakki tal-qalb!", "GĦaliex għandna naslu għal dan?", "Imma l-propaganda din hi; f'dan ġibtuh il-partit intom li qed tgħidu li jiena missierkom u li qegħdin tispustaw il-kwestjoni kontinwament.", "Ħalli naraw issa kemm hu veru illi jiena ridt noħroġ dawn l-affarijiet fil-miftuħ.", "Hawnhekk nirrispondi lil sieħbi Lino Spiteri li naħseb li għadu jgħoddni fil-partit bħalma jiena għandi ngħoddu fil-partit ukoll.", "Qabel inkompli nixtieq ngħid li naħseb li t-tnejn naqblu illi qatt ma konna ħbieb tant li nieklu l-kirxa flimkien, biex ngħid hekk.", "Din ma nafx kif tista' tispjegaha imma naħseb li kulħadd jifhimha u naħseb li anke Lino Spiteri jaqbel miegħi.", "Veru wkoll pero' illi fejn kien jidħol il-partit konna naħdmu flimkien u ma konniex noqgħodu naraw jekk kilniex il-kirxa flimkien.", "Qed ngħid dan għaliex huwa magħruf li jiena u hu ma tantx kilna kirxa flimkien, pero' li m'huwiex magħruf huwa li kemm hu u kemm jiena meta kien hemm bżonn li naħdmu għan-nazzjon u għall-partit, ħdimna flimkien.", "Meta kien ministru, Lino Spiteri qatt ma ġie għandi u qalli: Jien se nitlaq għal hekk u għal hekk għaliex xbajt.", "U jekk dan li qed ngħid m'huwiex il-verita', nistieden lil Lino Spiteri li qiegħed hawn - nispera li qed jismagħni - biex jgħid li m'huwiex veru.", "Jiena naħseb pero' li jista' jaħlef huwa wkoll illi ħdimna flimkien għalkemm mhux dejjem konna naqblu.", "Imma bilfors li mhux dejjem konna naqblu għaliex hu għandu ideat differenti minn tiegħi fuq is-soċjaliżmu u rigward il-partit.", "Għalhekk ma konniex naqblu u mhux għaliex jiena għidtlu li seraq xi ħaġa jew inkella hu qalli li dak li kont qed nagħmel kont qed nagħmlu għalija personali jew li jiena xi dittatur.", "Lanqas qatt ma qalli li jiena ma kontx nagħti kas tiegħu.", "Kieku ma kontx nagħti kasu konna se niġġieldu għax ma naqblux?", "Min ma tagħtix kas tiegħu ma toqgħod tiġġieled miegħu xejn u tgħidlu: O.K. No problem, u ma tagħtix kasu!", "Sur President, jiena naħseb li Lino Spiteri jista' jaħlef ukoll li meta dan ġie biex joħroġ it-tieni darba la għamilli kondizzjoni li jrid isir ministru u lanqas jien ma wegħedtu li jekk jitla' nagħmlu ministru.", "Jiena tant ma wegħedtulux dan, li meta qalli li għandu xi problemi personali fuq din il-kwestjoni u qed itella' u jniżżel jekk joħroġx, jiena għidtlu: Lino, dawn huma affarijiet ta' volonta'; jekk nipprova nimbuttak 'il quddiem, tiġi tgħidli li mbottajtek.", "Inti trid tiddeċiedi waħdek jekk toħroġx għal dan ix-xogħol imma jekk toħroġ għandek il-backing tiegħi.", "Dan hu li għidtlu, u jekk mhux veru jqum u jgħidli li qed niftakar ħażin.", "Issa, jiena għaliex qed ngħid dawn l-affarijiet, Sur President?", "Kemm hu differenti dan l-atteġġjament mill-atteġġjament li ħa l-leader tal-lum meta jiena opponejt hawn ġew għaliex ma stajtx nopponi band'oħra!", "U issa ngħid għaliex ma stajtx nopponi band'oħra.", "Alfred Sant fil-parliamentary group qalilhom: Ara issa ma jiġix xi ħadd u jgħidli biex Mintoff joħroġ magħna!", "Qisu hu jikkmanda jekk noħroġx mal-partit jew le!", "U dan mhux wieħed biss qaluli għaliex jiena mbagħad iċċekjajtha ma' tnejn, tlieta u erba'.", "Jiena ngħidlu li din l-asserzjoni hija redikola.", "L-ewwelnett għaliex huwa jaf li jiena għal darbtejn fuq xulxin ma ridtx noħroġ imma ġegħeġni l-partit.", "Hija redikola wkoll għaliex jiena għandi 82 sena u lanqas naf jekk inix se ngħix s'għada, aħseb u ara kemm 'il quddiem nista' nara n-neċessita' li noħroġ għall-elezzjoni u nerġa' nagħmel ħames snin oħra f'dan il-Parlament.", "Din l-asserzjoni tħares minn fejn tħares lejha tara kemm hija tad-daħk u tagħmilha biss biex tweġġa'.", "GĦaliex għalfejn għandek tgħidha ħaġa bħal din?", "U min qal li dan ma jingwalahiex miegħi?", "X'għandu x'jaqsam dan?", "Allaħares ngħidlu kemm naf nies li ma jingwalahiex magħhom u xorta daħħalhom miegħu għal raġunijiet oħrajn!", "Imma ħalli nkompli issa fuq sieħbi Lino Spiteri.", "Illum dan kiteb: Isma', mhux sewwa li Mintoff ħareġ dawn l-affarijiet fil-pubbliku, u mhux għalija biss imma għal Alfred Sant ukoll.", "Issa jiena naħseb li kulħadd jaf - għax kemm-il darba għidtha u xbajt nirripetiha - li jien ma qbiltx mal-budget.", "Kien hemm okkażjonijiet oħrajn meta ma kontx qed naqbel u pprovajt nirranġa s-sitwazzjoni mingħajr ma nitkellem hawn imma din kienet l-ewwel darba li kelli noħroġ fil-pubbliku.", "Issa, kif kulħadd jaf, qabel ma l-budget ġie quddiem dan il-Parlament, jiena għidt lill-Whip u lill-Ministru tal-Finanzi illi m'għandhomx jeħduha for granted illi jien se naqbad u nivvota favur dan il-budget ladarba ma ddiskutewx miegħi u ma qaluli xejn.", "Naturalment din waslet għand il-leader.", "Allaħares ma waslitlux ħaġa bħal din, imma dan qalilhom: Tagħtux kas, ħalluh jgħid!", "Imbagħad meta mar fil-konferenza ġenerali qalilhom li jiena ridt ikun naf x'fih il-budget u li ħaġa bħal din hija kontra l-liġi u kontra l-etika ta' kif isiru l-affarijiet.", "Ħalli niftehmu, Sur President.", "Jekk il-gvern għada jgħid li d-dħul għat-teatri u postijiet oħra ta' interess pubbliku se jkun b'xejn u jgħid b'dan lil xi ħadd qabel ma l- budget joħroġ, allura jkun qed imur kontra l-etika?", "Kieku jiġi jgħidli hekk jien ngħidlu: Tkunx ċuċ, hemm tant affarijiet oħrajn x'tista' tagħmel!", "Allura nkun qed nonqos minn xi etika jekk ngħidlu hekk?", "Jista' jgħidli b'dan jew ma jistax?", "U l-istess jekk ikun se jgħolli r-rati ta' l- ilma u d-dawl.", "Dan m'huwiex qed jgħolli l-prezz tal-whisky jew il-prezz tas-sigarretti, xi ħaġa li kull ministru tal-finanzi lanqas lilu nnifsu ma jgħid għax jibża' li jekk jagħtih ħmar il-lejl jibda jitkellem waħdu u jisimgħu xi ħadd!", "Lanqas lill-prim minisru suppost ma jgħid xi ħaġa bħal din.", "Imma jiena dan mort għidtlu biex jgħidli?", "Jew insistejt li nkun naf fejn u jekk hux se jkun hemm affarijiet kontra l-ħaddiema?", "Imma kif qed ngħid, Sur President, dan ma tax kas, qisu qatt ma ġara xejn.", "Allura dawn metodi moderna?", "Hawnhekk qed nindirizza lil kulħadd, kemm lil sieħbi Lino Spiteri u kemm lill-ieħor li ma nafx x'inhu, u nistaqsi:", "Kif tista' tippretendi li jien li ma kellimtni xejn, li ma tridx tismagħni, li kkommettejtni bħala membru tal-partit u li naf li se ssir din il-ħsara kollha ....", "GĦaliex jiena nemmen li intom ma ndunajtux għaliex kieku ndunajtu kontu tagħmlu bħali fil-parliamentary group u fil-Kabinett.", "Meta jiena kelli ċ-ċans nkellem xi nies mill-Kabinett, dawn qaluli: Qalulna li din m'hijiex miżura li se tolqot lill-ħaddiem u aħna qgħadna fuqhom - jiġifieri l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi - għaliex, kif taf, imħabbtin b'ħafna affarijiet.", "Dan hu li qaluli.", "Meta kellimt membri tal-parliamentary group qaluli: Dan ġie malajr malajr.", "Kif kellna ċ-ċans noqogħdu nidħlu f'rati u mhux rati?", "Allura għaliex jiena indunajt x'kien se jiġri u ridt li nitkellem qabel, peress li dan għaddiha quddiem kulħadd malajr malajr u qarraq b'kulħadd, anke bi sħabu, ma riedx jiddiskuti.", "Għaliex?", "Għax kien jaf li jiena mbagħad se ngħidlu: Isma', hawn fejn aħna?", "Inti lanqas bħal Clinton m'inti tagħmel li wiegħed lill-ħaddiema ħaġa kbira ħafna favur tagħhom u mbagħad tahom ħaġa żgħira favur tagħhom.", "Inti bil-kontra qed tagħmel.", "Inti wegħedt ħaġa kbira favur il-ħaddiema u għamilt waħda kbira kontra tagħhom.", "Imma għaliex hija kbira?", "Hija kbira għaliex il-budget ma fih l-ebda ġustizzja soċjali.", "U kieku l-unions riedu jiġġieldu sewwa - u se jiġġieldu sewwa għaliex ma jistgħux ma jindunawx b'dan u jagħmluha wkoll ma' unions oħra barra minn Malta - jibdew jinsistu li l-budget ikollu l-ġustizzja soċjali ġo fih.", "GĦaliex aħna qed ninsulentawhom meta ma nagħmlux dan ix-xogħol; aħna qatt m'għidna li aħna m'aħniex aktar il-partit tal-ħaddiema.", "Din ma rridux naqilgħuha minn ġo l- istonku tagħna imma malli tgħidu hekk l-ewwel darba, jiena dak il-ħin nitlaqkom.", "Il-partit tal-lum m'għadux dak li ħloqt jien ma' sħabi għalkemm qed twaħħlu fija għal dak kollu li qed jiġri, u dan qed ngħidu biex jismagħni kulħadd.", "Sur President, qegħdin f'sitwazzjoni fejn qed nagħmlu affarijiet li jmorru kontra l-klassi tal-ħaddiema u ma rridux ngħidu illi m'għadniex aktar favur il-klassi tal-ħaddiema għaliex dan il-budget ma fih l-ebda ġustizzja soċjali.", "Filwaqt li lill-ħaddiema bambalnielhom it-taxxi, lil min mhux qed iħallashom għax qed jaħrabhom ma bambalnielu xejn!", "Madwar ħames ġimgħat ilu l-Prim Ministru sab lil Sammy Meilaq u offrielu li jkun iċ-chairman tal-Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali li se tara jekk għandux jerfa' l-piż tat-taxxi s-sinjur, tan-nofs jew il-fqir.", "U għaliex Sammy Meilaq m'aċċettax dan l-inkarigu qal lil Dr. Micallef Stafrace u dan aċċetta.", "Issa lkoll nafu kemm ilu li sar il-budget u kemm ilna ngħidu fuqu!", "Issa x'kienet din l-offerta li għamel lil sieħbi Sammy Meilaq, u x'irrisponda?", "Jiena ngħid li dan huwa seħibkom ukoll għaliex il-Prim Ministru għadu jfaħħru s'issa.", "Jiġifieri jekk lili qed tiċħduni u tagħtuni fuq rasi daqstant, m'għandkomx għalfejn tagħtu lilu wkoll.", "Imma ħalli naraw dan x'irrisponda.", "Meta dan ra li l-Prim Ministru kien qed joffrilu ħaġa li jifhem fuqha daqskemm jiena nifhem fuq il-ġinekoloġija - jew il- pastizzerija, biex jifhimni kulħadd - qallu: Jien partitarju kont u partitarju nibqa', u nibqa' ngħin lill-partit kemm niflaħ imma ma rridx inkarigi.", "Jiġifieri kien pulit ħafna, imma jiena m'inix pulit.", "Fil-fatt kieku kellu jgħajjatli għada u jgħidli: Isma', inti li tħobb lill-partit, x'jidhirlek kieku tagħmel rapport fuq il-ġinekoloġija, jiena nibda ngħid li ġej biż-żufjett.", "Imma dan ma qallux hekk.", "Issa dawn huma l-metodi moderni, jekk jogħġbok, Dr Vassallo!", "Issa meta jiena ġejt biex nixpakka fil-pubbliku l-ewwel darba għamilt hekk għaliex ma tanix nifs.", "U x'kienet ir-raġuni li ma riedx jagħtini nifs?", "Huwa qal li fis-second reading is-soltu jitkellmu tnejn, wieħed minn naħa u l-ieħor minn oħra.", "U jien għidtlu: Is-soltu iva imma kien hawn xi każ fejn membru ta' dan il-Parlament talab lill-kap tal-partit tiegħu biex jitkellem fuq il-budget miegħu u dan ma riedx?", "Jekk inhu hekk, allura ngħid li ġejna fis-sitwazzjoni fejn fis-second reading se jitkellem għalija huwa meta jiena fis-second reading irrid ngħid jekk naqbilx jew le!", "Fil- fatt dakinhar jiena għamiltha ċara li ma rridx inwaqqa' l-gvern imma rridu li jbiddel il-linja li miexi fiha.", "Jiena mhux qiegħed hawn biex inwaqqa' statwi jew noqtol in-nies imma qiegħed hawn biex noqtol l-ideat ħżiena u t- triqat ħżiena, kemm għan-nazzjoni kif ukoll għall-partit.", "Hawnhekk ngħid lil sieħbi Lino Spiteri: Allura kif tista' tgħid li jiena dan għamiltu b'pika personali ma' Dr Sant?", "Huwa veru jista' jkun li din wittejtha fl-artiklu tiegħek u waħħalt fit-tnejn imma żgur li jiena m'għandix ħtija ta' dan.", "U dan qed ngħidu biex jisma' kulħadd għax issa xbajt jgħiduli għaliex ma mortx fil-parliamentary group, għax m'għamiltx hekk u m'għamiltx hekk.", "Imma jiena għamilt aktar minn hekk.", "Jiena umiljajt ruħi għaliex naf li ma ridux ikellmuni u bqajt ngħidlu li m'inix se nivvota jekk ma jkellmunix u jekk ma jidduskutux miegħi.", "Ma jafux li m'għandix saħħa mmur għal dawk il-parliamentary groups kollha?", "Lanqas saħħa niġi għal dawn is-seduti kollha m'għandi!", "U jekk jagħmlu seduta għada filgħodu jista' ma jqisnix.", "Jiġifieri jekk ifettillu jitkellem xi ħadd min-naħa l-oħra wara li nkun tkellimt jien u s-seduta ma tagħlaqx illejla, filgħodu jien m'inix se nivvota.", "Imma dan kienu jafuh, u ilhom jafuh.", "U jiena mhux issa m'inix qed immur għall-parliamentary groups.", "Jiena ili minn żmien żemżem ma mmur għall-parliamentary groups u qatt ma qalu xejn u l-affarijiet kienu mexjin.", "Imma, kif għidt dakinhar, almenu kienu jgħiduli x'se jsir u x'sar, mhux xejn, la tara aġenda u lanqas minuti!", "Għandi dritt inkun naf x'se jiġri jekk se nivvota?", "Jew anke d- dritt li nkun naf x'sar fil-parliamentary group irid jiġi miċħud lili?", "U kif inkun naf jekk ma jkollix il-minuti?", "Kif diġa' għidt, Sur President, lili l-partit riedni noħroġ u kieku ma aċċettawx il-kondizzjonijiet li għamilt ma kontx noħroġ.", "Ma kenux jafu li jien ma niflaħx u għadni sal-lum ma niflaħx?", "Jiena qabel ma ġejt hawn bqajt rieqed sas-1.00 p.m. biex inkun ċert li llejla nkun niflaħ nitkellem, u m'inix qed nigdeb.", "Jien qatt ma ppretendejt li nkun b'saħħti aktar milli jien jew iżgħar milli jien.", "Hawnhekk kull darba qegħdin jgħidlu li jien xiħ.", "Mur obsor!", "Jien xi darba ħbejt li jien xiħ?", "Anzi kulħadd jgħidli: Isma', għalfejn tgħid li għandek 82 sena meta għadek ma għalqathomx?", "Is- soltu min ma jkunx għalaqhom jgħid li għandu 81 sena.", "U jien ngħidlu: Isma', jien inħobb nilludi lili nnifsi li għext iktar milli għext u ma nistħix minn dan.", "Ma nafx x'mistħija hi din.", "Jiena, jekk ikun hemm mara ta' 60 sena li tkun baqgħet sabiħa ngħid: Il-aħwa x'miraklu dan!, pero' kultant lanqas tista' tifhem kif jaħsbuha n-nies.", "Allura għalfejn joqogħdu jgħiduli li jiena xjaħt?", "Huwa veru li jiena xjaħt imma jekk nara l- affarijiet ħżiena u għad fadalli s-saħħa li nwaqqqafhom fl-interess tal- poplu u fl-interess tal-partit, allura ma nwaqqafhomx?", "Sur President, s'issa ħadd għadu ma qalli jekk huwiex fl-interess tal- partit jew tal-poplu li l-affarijiet jieqfu hawnhekk u nbiddlu r-rotta.", "Qegħdin jgħiduli li jekk nieqfu jkun ħażin għall-partit, imma jipprovawli li dan huwa ħażin għall-partit.", "S'issa ma pprovaw xejn.", "Jiena nistaqsi: Huwa ħażin għall-partit li nieqfu ġurnata ħalli niltaqgħu flimkien u naraw nirranġawx is-sitwazzjoni?", "Meta ma ridunix nitkellem u tkellimt xorta waħda - u ħadu għalihom għaliex m'obdejtx l-ordni u tkellimt xorta waħda - għaliex jekk l-ordnijiet ikunu ħżiena m'għandix għalfejn nobdihom .....", "Jiena m'inix se noqgħod naħbi li hawn kriżi, bħalma qed jagħmel min ġabha.", "M'hawnx kriżi meta l-gvern qed jgħid li l-vot fuq il-proġett tal-Kottonera huwa vot ta' fiduċja fih u jekk ma jgħaddix imur għall-elezzjoni?", "Jekk din m'hijiex kriżi, mela x'inhi l-kriżi?", "Pero' min ġab din il-kriżi jrid jerfa' r-responsabbilta' tagħha.", "Hawnhekk ngħid lil sieħbi Lino Spiteri: Meta taf b'dan kollu, kif daħħalt f'rasek li jien ridt nikxef l-affarijiet tal-partit fil-Parlament?", "Kien hemm min ġegħelni nagħmel dan.", "Kif stajt ma nitkellimx dakinhar?", "Issa ħalli niġi għal sitwazzjoni oħra li għandha bearing kbir fuq dan, u ara taħsbu li m'inix ngħaqqadhom l-affarijiet dwar is-suġġett li għandna quddiemna.", "F'daqqa waħda qrajt fil-gazzetta li Dr Alfred Sant qal li se jagħti sovranita' lill-Ordni ta' San Gwann fuq Sant'Anglu.", "Mela din mhux jien ħriġtha.", "Imma kien sewwa li l-Prim Ministru wara li jiddiskutiha fil- Kabinett - taħsbux li ma nafx li ddiskutiha fil-Kabinett - joħroġha mingħajr ma jkun jaf l-eżekuttiv, il-parliamentary group u lanqas ħadd?", "GĦalhekk jiena bil-kwiet kollu bgħatt ngħidlu ma' George Abela, id-deputy leader tal-partit - mhux ma' Fenech Adami, ma' Guido de Marco jew mal- bidillu - li over my dead body li jagħti s-sovranita' lill-Ordni ta' San Ġwann.", "U veru over my dead body għaliex kieku jkollu jagħtihielhom verament immur Sant'Anglu u noqgħod hemmhekk u jkollhom ikaxkruni.", "U għaliex nagħmel hekk?", "Sur President, jiena tkellimt ma' żewġ membri tal-Kabinett u għidtilhom: X'inhi din tas-sovranita'?", "Wieħed minnhom kien raġel u qalli li vvota favur tagħha.", "Imbagħad qalli: X'fiha din?", "Dakinhar għidtlu x'fiha u għidtlu wkoll: Ara ma tmurx titkellem fuq din għax lanqas b'ħabib tiegħi ma ngħoddok, aħseb u ara kemm se niġi nivvota favur tagħha fil-Parlament.", "Imbagħad għidtlu: Inti taf x'inti tgħid?", "Taf li jekk dawn tagħtihom il- forti ta' Sant'Anglu u tagħtihulhom b'sovranita' jkun ifisser li jistgħu jagħmlu li jridu bih, u jekk ma jaqblux li jitilqu 'l barra minn hemm trid toħroġhom bi gwerra?", "Se nagħmlu gwerra f'pajjiżna lill-Ordni ta' San Gwann?", "Din hi sovranita', u jekk hawn xi ħadd li qed imerini jqum jitkellem issa.", "Issa, jiena għaliex qed ngħid hekk?", "Għax issa din irid jerġa' jbambalielna darb'oħra.", "Din il-mozzjoni li għandna quddiemna rabatha ma' x'se jiġri dwar il-forti ta' Sant'Anglu li, jekk fhimt sewwa x'qed jgħidu n-nies, se jkun xi speċi ta' ambaxxata.", "U qed ngħid milli qed jgħidu n-nies għaliex hawn ġew ma ntqal xejn.", "Sur President, jiena qed ngħid dan ukoll għaliex donnu lanqas nifhmu x'jiġifieri ċens perpetwu u x'jiġifieri sovranita'.", "Ċens perpetwu jfisser li jekk il-gvern jiġi bżonn xi art jew proprjeta', lil dak li jeħodielhu jrid iħallsu full tagħha.", "U biex jeħodha, skond dak li tgħid il- Kostituzzjoni u skond dak li ntrabatna bih ma' l-Ewropa, irid juri li verament għandu bżonnha għall-komunita' u ma jistax jgħaddi mingħajrha.", "Dan hu li jfisser ċens perpetwu u dan qed ngħidu għaliex din għandha bearing fuq il-kwestjoni jekk jien inix se nintrabat li nivvota ''iva'' llum u b'hekk meta niġi biex nivvotaw fuq Sant' Anglu jkolli bilfors ...", "GĦaliex ara kemm ilha għandu imma qatt ma kellimni fuqha!", "Il-karti tahom lil Sammy Meilaq u għalhekk meta ġie għandi għidtlu: Ara ma tmurx turihomli għax jgħajrek li wrejtni affarijiet konfidenzjali!", "Niġu issa għall-kwesjtoni tas-sovranita'.", "Kieku jiena nkun flok l-Ordni ta' San Gwann u jagħtuni s-sovranita' fuq Sant'Anglu, m'hemm xejn x'iżommni milli nniżżel il-helicopters Amerikani hemmhekk.", "Nista' nagħmel l-aqwa brigandaġġ jekk irrid nagħmlu, u jekk il-gvern ikun irid ineħħini jrid jiġi jispara fuqi.", "Intqal hawn ġew li fi żmienna kellna l-armata tal-pikles.", "Imma jekk dak iż-żmien kellna l-armata tal-pikles, illum għandna l-armata ta' l-operetta!", "Għaliex kieku kellu jiġri hekk, biex trid toħroġha minn hemmhekk lill-Ordni ta' San Gwann meta dawn għandhom lill-Italja warajhom?", "Jekk ħadd ma jaf, dawn ma kenux jibqgħu jeżistu kieku l-Gvern Taljan ma tahomx biċċa żgħira hemmhekk, li lanqas taf jekk hijiex sovrana jew le.", "U tgħidx kemm iħawdu t-Taljani meta tkellimhom fuq dan l-imbierek Ordni ta' San Gwann.", "Anzi ngħid iktar illum.", "Sur President, jien ċertissimu li Lino Spiteri ma jaqbilx ma' dawn il-ħneżrijiet jekk ma bidilx l-ideat li kellu fl-imgħoddi.", "GĦax jien niftakar kemm kien jiġġieled miegħi - u kellu parti raġun u parti le - fuq dan l-imbierek Ordni ta' San Gwann meta dawn riedu jgħinuna billi jagħmlu l-muniti tad-deheb f'Malta għall-Gvern Malti.", "Bien niftiehmu, ma konniex niġġieldu u hu jgħidli li se jitlaq jew jien ngħidlu li se nkeċċih.", "Kif qed ngħid, l-Ordni ta' San Ġwann riedu jagħmlu l-muniti tad-deheb f'Malta, u bħala l-ministru tal-finanzi - u bir-raġun kollu - Lino kien qed jiddejjaq li dawn se jġibu d-deheb through the embassy.", "Jekk m'inix niftakar tajjeb nistiednu jikkorreġini, ma jkun ġara xejn.", "Kien jgħidli: Imma inti taf kemm se jġibu deheb u x'se jagħmlu bih?", "Jiena ċertissimu li ma kienx jgħidli hekk għax kien jissuspetta li jien qed naqsam xi ħaġa magħhom, għaliex kieku kien jgħidli.", "GĦalhekk jien kont ngħidlu: Isma' sieħbi, aħna għandna bżonn nitgħallmu kif nagħmlu dawn l-affarijiet għax ma nafux nagħmluhom.", "Kif se nagħmlu jekk dan irid iġib dan l-imbierek deheb bilfors through the embassy?", "Issa, l-iskuża li kienu jġibu kienet li anke mill-Italja kienu joħorġu d-deheb through the embassy u allura ma setgħux jgħadduh mill-parti ċivili.", "Ma nafx jekk hux kulħadd qed jifhimha din il- parti u, nerġa' ngħid, kellna daqsxejn ta' diżgwid fuqha din il-kwestjoni imma jiena kont ħallejthom.", "Issa kieku dawn ġabu ftit deheb u għamlu daqsxejn kuntrabandu ma kenitx se taqa' d-dinja għax min jaf kemm isir kuntrabandu!", "Jiena ngħid li dan m'għandux isir, imma hemm baħar jaqsam bejn dan u li taqbad u tagħtihom is-sovranita' tal-post kollu.", "U kellna daqsxejn ta' diżgwid fuq din, aħseb u ara x'kien ikollna fuq tas- sovranita'!", "U dan qed ngħidu għax naf li għandu bearing fuq din il- mozzjoni u mhux għax irrid noqgħod ngħid x'ġara fl-imgħoddi.", "Niġu issa għal dak li hu ċens perpetwu.", "X'ifisser li inti tagħti moll b'ċens perpetwu?", "Jiena ma nafx f'liema triq joqgħod Dr Alfred Sant, naf biss li joqgħod x'imkien f'Birkirkara.", "Issa, ejja nimmaġinaw li l-gvern se jagħti din it- triq b'ċens perpetwu lil xi ħadd biex ibigħ is-sigaretti.", "Naturalment Dr Sant se jgħid lill-gvern: Din it-triq ta' kulħadd.", "GĦaliex f'daqqa waħda se nagħtuha lil dan?", "Għaliex illum se jbiegħ is-sigaretti imma la hi tiegħu għada min jaf x'se jagħmel u ma jagħmilx!", "U biex jiena ngħaddi minn hemmhkk irrid inkun raġonevoli.", "Jekk jiena jfettilli ngħaddi 20 darba jew max-xellug jew mal-lemin u ma nkunx raġonevoli, billi t-triq hija mibjugħa lill-partikolar ....", "X'irrid ngħid, Sur President?", "Jiena nistaqsi: Aħna rridu nbiegħu t-triq?", "Jew se nagħtu concession għal xi ħaġa li hemm bżonnha għall-pajjiż?", "Liema waħda rridu?", "U ejja niftehmu ħalli anke l- aktar wieħed basla min-nies tal-Birgu, l-Isla u Bormla jifhem.", "Aħna x'qed ngħidu li se nagħmlu?", "Se nagħtu l-moll kollu u mbagħad min jiġi biex jużah irid juri li qed jagħmel hekk raġonevolment?", "X'inhi r-risposta li għandna sal-lum?", "Dawn qalu: Issa Mintoff mhux biex jitkessaħ u biex iżomm il-proġett qed jagħmel hekk?", "Ma jafx li hemmhekk ma jgħum ħadd?", "Tgħidx kemm għamlu propaganda f'Bormla u l-Birgu fuq din!", "Jiena nistaqsi: Imma llum għaliex ma jgħum ħadd hemmhekk?", "Mhux baħar hemm?", "Meta jiena kont żgħir, meta kulħadd kien fqir, miżerabbli u qed imut bil-ġuħ, in-nies kienu jgħumu hemmhekk.", "Imma llum għax ma jgħumux?", "Għaliex jieħdu gost joqogħdu jmorru dak il-bogħod kollu biex jgħumu Tas-Sliema, ħdejn ix-Chalet?", "Imma kieku ħdejn ix-Chalet il-baħar jiċċappas bil-koko, ma jgħumux.", "Allura għandna niftaħru b'dan?", "GĦandna niġu hawn u ngħidu li tas-sanita' qalu li ma tistax tgħum hemmhekk?", "Jew għandna nistħu li dak il-baħar għadu mniġġes?", "GĦalissa m'iniex se noqgħod nara ta' min hu t-tort għaliex dik hija storja oħra.", "Aħna tgħidx kemm-il darba naddafnieh hemmhekk meta konna fil-gvern, u mhux qed ngħid għall-moderni imma għax-xjuħ, l-antikwati li ma nafux bit- tekonoloġija, ma nafux inħarsu lejn computer u ma naħdmux b'dawn il-ħafna rapporti, experts u dan kollu!", "Tgħidx kemm-il darba naddafnieh u kif tbażwarna biex id-drenaġġ ma jaqax hemmhekk.", "U tgħidx x'konna nagħmlu fil- port biex jitnaddaf kontinwament mingħajr ma kien hawn dan il-makkinarju modern.", "Imma llum x'qed isir?", "Din l-iktar waħda li xxalajtu biha u għidtu li mhux sewwa li Mintoff qed jitkellem hekk.", "Allura jekk illum ma nistgħux ngħumu hemmhekk, lanqas il-ġenerazzjonijiet li ġejjin m'huma se jgħumu hemmhekk għax jgħidu li Mintoff ħallihom jgħaddu din il-liġi mill-Parlament u ma żammhomx?", "U għaliex għandna nikkundannaw lin-nies tal-Birgu, Bormla u l-Isla li l-baħar hemmhekk jibqa' mniġġes?", "Meta kont żgħir tgħidx kemm kont naqsam mill-Isla għall-Birgu bil-għawm, u dan meta t-Tarzna kienet kollha maħmuġa.", "U kemm tfal oħrajn kienu jaqsmu minn Bormla għall-Isla!", "Allura għaliex għandna ngħidu li għall-100 sena li ġejjin ħadd ma jista' jgħum hemmhekk għaliex darba Dr Sant mar fil-Parlament u qal lil Mintoff biex ma jgħidx ħmerijiet u ġablu lill-Ministru tas-Saħħa jgħidlu li hemmhekk ma jgħum ħadd?", "Lill-Ministru Michael Farrugia ngħidlu li jmissu jistħi jgħid dan il-kliem hawnhekk għaliex id-dover tiegħu huwa li jara li l-baħar ma jkunx imniġġes.", "Il-Ministru tas-Saħħa jmissu jgħid li llum disgrazzjatament ġralna hekk imma nisperaw li fi ftit ta' żmien in-nies jibdew jgħumu hemmhekk.", "Għaliex le?", "Forsi din hija xi ħaġa kontra n- natura?", "Sur President, jista' jkun li n-nies tal-Kottonera qed jaħsbu li dan il- proġett ma jsirx jekk ma jkunx hemm min jipprojbixxilhom li jgħumu hemmhekk għal 100 sena, imma dan m'huwiex veru.", "U mhux veru għax jien naf li min ħa din l-imbierka concession lest biex jiddiskuti dawn l-affarijiet u jirranġahom imma qed jibża'.", "Qed jibża' jitkellem ma' l-Oppożizzjoni għaliex kieku jagħmel hekk il-Gvern jgħidlu: Isma' sieħeb, aħna qed niddefenduk fil-Parlament u inti tmur titkellem ma' l-Oppożizzjoni?", "GĦaliex m'għidtilniex qabel li dan huwa ħażin għall-poplu?", "Issa qed jidhirlek li huwa ħażin, għaliex kellmuk l-Oppożizzjoni?", "U jibża' jkellem lili iktar u iktar għaliex waqt li l-Oppożizzjoni jistgħu jivvotaw kontra u ma jkun ġara xejn, il-Prim Ministru qed jgħid li jekk jiena nivvota kontra żgur u żgur li jeħodkom għall-elezzjoni.", "GĦaliex intom għidtu ''iva'', għalkemm kultant ma naqbadx art għaliex min jgħid li ma rridux elezzjonijiet u min jgħid ħaġa u min jgħid oħra.", "Allura kif tridu li dan jiġi jkellem lili mingħajr ma jitwerwer?", "Imma m'hemmx l-għum biss, Sur President.", "Hemm xi raġuni għaliex min għandu yacht ma jkunx jista' juża l-moll biex jorbot miegħu ħlief - ara kemm se jkun hemm black market ! - bil-permess għal tant dgħajjes?", "U aħna ċ-ċimiterju wkoll bil-black market.", "Lanqas jemmnuk fid-dinja li tagħmel black market fuq post fejn tmur biex tindifen.", "Aħseb u ara x'se jiġri fil- Birgu jekk qed ngħidu li se jkun hemm numru ristrett ta' dgħajjes li jistgħu jidħlu hemmhekk!", "U dan bil-permess jew liċenzja u ħafna minn dawn l-affarijiet.", "Issa jien meta rajt il-pjanta, l-ewwel ma għidt kien: Possibbli se jkunu waħda ħdejn l-oħra?", "Ma setgħux saru gaps ħalli almenu jkun hemm biċċa fejn jistgħu jidħlu d-dgħajjes?", "M'hemmx aktar postijiet fejn nistgħu nagħmlu yacht marinas oħrajn?", "U fuq kollox dawn liema moll se jagħmlu?", "Aħna lill-poplu tal-Kottonera qed ninsew ngħidulu li tliet kwarti tal-mollijiet li hemm fil-port għamilhom Gvern Laburista taċ-ċwieċ waqt li għamel silos, aerodrome u dawk l-affarijiet kollha.", "GĦaliex hekk kienu jgħidulna, Gvern Laburista taċ-ċwieċ.", "Imma dawn liema moll se jagħmlu?", "U jekk il-moll mhux se jagħmluh, kif iridu jżommuh għal 99 sena?", "Ikollhom l- użu tiegħu iva imma mhux il-kontra.", "Mhux ngħidu lill-poplu għandux raġun imur jgħum hemm anke meta jindaf imma .....", "Aħna lill-poplu sal-lum qed ngħidulu: Inti trid tipprova li għandek raġun li trid tmur tgħum hemm.", "Imma, nerġa' ngħid, fejn nafu li dan li ġie biex jitrakka l-yachts għada minflok yachts jitrakka seaplanes?", "Ma ninsewx li qed nitkellmu fuq 100 sena.", "Mitt sena ilu Jules Verne tgħidx kemm ivvinta affarijiet u ġie mgħajjar miġnun imma dawn kollha saru!", "Allura m'hijiex ħaġa stramba li sa 100 sena oħra xi ħadd jivvinta trasport fil-baħar li ma jkunx jgħodd għalina imma dawn ikunu jridu jagħmluh hemm.", "Mela għaliex għandna nintrabtu b'dan il-mod meta l-kumpannija in kwestjoni lesta biex tinnegozja?", "Anzi lili riedu jiġu jkellmuni qabel u żammejthom u issa jibżgħu jiġu jkellmuni.", "GĦalhekk, Sur President, jekk huwa veru li hawn is-serjeta', jekk huwa veru li aħna fuq din in-naħa ma ġġenninniex, jekk huwa veru li l-Prim Ministru ma jridx jimpika ma' kulħadd f'din il-Kamra u mal-Kottonera, m'hemm xejn x'iżommu milli ma nibqgħux għaddejjin u din ir-riżoluzzjoni jerġa' jġibha darbtejn jew tlieta oħra fil-Parlament u b'hekk jara jekk hux verament in-Nazzjonalisti jridu - dejjem jekk nirranġaw l-affarijiet - li ngħadduha niġru.", "B'hekk jara wkoll li jiena qed ngħid il-verita' għaliex anke jekk in-naħa l-oħra jiġu biex iżommu, taħsbu li jien se nżommha b'kapriċċ meta qed ngħid li ma rridx inwaqqa' lill-gvern?", "Kieku rrid inwaqqa' lill-gvern m'hemmx skop li ngħidu dan?", "Kieku ngħajjarkhom wara li tkunu waqqajtu lill-gvern u tkunu għamiltu dawn il-ħmerijiet.", "Imma issa lin-nies ħsadtuhom u fil-Kottonera għidtulhom li jien qed inżomm dawn il- proġetti meta dan m'hu veru xejn.", "Jiena ma żammejt xejn imma żammew il- piki u l-fatt li l-Prim Ministru bilfors irid imur għall-elezzjoni biex jekk il-partit ma jitlax iwaħħal fija u jekk jitla' jgħid: Qed tara kemm kellu tort Mintoff, xorta tlajna!", "Imma jiena nistaqsi: Intom hekk tridu tiggvernaw?", "Jekk intom stess m'intomx konvinti li dak li qegħdin tagħmlu m'huwiex sewwa, għalfejn tmorru tbellgħuh lin-nies?", "Xi ħadd qal hawnhekk li m'huwiex sewwa li nerġgħu nagħmlu attentat mal-kumpannija ħalli naraw x'inhuma r-raġunijiet li jistgħu jżommu l-moll u l-użu tiegħu għal 99 sena?", "U hawnhekk qed ngħid għan-naħa tal-gvern u mhux għan-naħa ta' l- oppożizzjoni għaliex inkella jgħidu: Qed tara, Mintoff sar Nazzjonalista!", "Mela jekk in-Nazzjonalisti jgħidu li għada se jkun is-Sibt u intom tgħidu li se jkun il-Ħadd, jien se ngħid bħalkhom għax in-Nazzjonalisti jkunu qalu l-kontra?", "Dawn vavati tat-tfal iż-żgħar.", "Jekk nibdew nagħmlu hekk u dan inniżżluh fil-Minuti, dak li nkunu qegħdin nagħmlu ma jkun jgħodd xejn.", "Allura jekk l-oħrajn jiġbdu l-attenzjoni li dan żball u jien ngħid li għandhom raġun fuq din, dan ifisser li jien inkun sirt Nazzjonalista?", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux!", "Nixtieq nitkellem issa fuq Manoel Island.", "Jiena nistaqsi: Min huwa f'sensih li se jmur jagħti Manoel Island b'ċens perpetwu għal dejjem?", "Issa qed jagħtina x'nifhmu li jekk ma tgħaddix din se nżommu wkoll ta' Manoel Island u ta' Sant'Anglu, jekk m'hemmx xi proġetti oħra li jiena ma nafx bihom.", "Imma fuq xiex qed norbtuh dan?", "Fl- aħħar meeting li għamel il-Prim Ministru - għax dak li jgħid barra sar importanti aktar minn dak li jgħid hawn ġew, għalkemm jiena nippretendi li l-affarijiet isiru hawn ġew - qal li minn Novembru 'l hawn Malta qed imexxuha Guido de Marco flimkien ma' Mintoff.", "Jien bqajt skantat b'dan u għidt: Possibli li l-Prim Ministru, li jippretendiha tant u li jrid minn issa jaċċerta ruħu kif se nivvotaw xahrejn jew tliet xhur oħra, iħalli jiġru dawn l-affarijiet u jħalli lili u lil de Marco niddominaw lil Malta minn Novembru li għadda s'issa?", "Din hi l-kwalita' ta' gideb u ħmerijiet li qed ibellgħu lill-poplu tagħna biex jibla' wkoll li jiena ttradejt lill- partit!", "Jiena lill-Prim Ministru ngħidlu: Din minn fejn ġibtha?", "Xi provi tajt?", "Dan ma pprova xejn, u issa li jaf - u jaf għal ħafna raġunijiet - illi f'din il-Kamra hawn maġġoranza li m'hijiex lesta li tħalli li tintrifes in-newtralita' ta' Malta meta ninnegozjaw mal-barranin, huma min huma, m'hijiex lesta li tħalli li l-proprjeta' f'pajjiżna tinbiegħ addoċċ, m'hijiex lesta tħalli illi aħna nintrabtu li d-dazji nagħmluhom bilfors bħal ta' ħaddieħor u m'hijiex lesta li tħalli li f'Malta jibdew jiġu jaħdmu nies bl-addoċċ, minflok ikun raġel qed jgħid li qiegħed nikkonfoffa.", "Imma meta tagħmel affarijiet fil-beraħ u meta tagħmel affarijiet li jkunu sewwa ma tkunx qed tikkonfoffa.", "Tkun qed tikkonfoffa jekk tkun se tagħti xi daqqa lil xi ħadd bil-moħbi, imma jien qatt m'għamilt xejn bil-moħbi.", "Allura għaliex qed jgħid li qed nikkonkoffaw?", "GĦaliex meta qed jinsisti li fuq il-politika barranija huwa Mintoffjan ....", "Irrid ngħid li jiena, bħal sieħbi Lino Spiteri noġezzjona għal din il- kelma għaliex jekk tgħid li inti Mintoffjan allura jekk jien illum ngħid mod inti tgħid bħali u jekk għada - għax għadni ħaj u għadni hawn - ngħid xi ħaġa oħra, inti tgħid l-istess, u dan m'huwiex sewwa.", "Ngħid ukoll li min jgħid hekk ikun qed iċekkinni u mhux ikabbarni.", "Kieku xi ħadd jgħid: Isma' Mintoff għandu prinċipji sodi u, tajjeb jew ħażin, żammhom u mexxihom u allura jiena se nagħmel bħalu imma jekk jibdilhom ma nibqax naqbel miegħu, ngħid li huwa raġel serju.", "Jien hekk ukoll; jiena m'għandix Santjani imma intom mid-dehra għandkom.", "Intom bilfors tridu li jkun hemm xi statwa.", "Imma l-istatwa xi tfisser?", "Li meta taraha toqgħod għarkobbtejk quddiemha mingħajr lanqas tkun taf x'tirrappreżenta?", "Ejja nieħdu l-istatwi f'Malta.", "Jiena ċert li tliet kwarti min-nies taż-Żejtun ma jafux li l-Papa lil Santa Katerina neħħiha minn fuq il-kalendarju.", "Anke lil San Ġorġ niżżlu grad.", "Imma min kien San Gejtanu?", "Kemm hawn f'Malta lil jafu min kien?", "Imma kemm hawn li jafu kemm isir sparar dakinhar!", "Allura ma tistaqsix lilek innifsek: Dan l-isparar kollu għalfejn?", "Min kien San Gejtanu?", "U l-istess dawn l-affarijiet.", "Inti l-ideat trid tikkumbatti mhux l-istatwa u wara l-ideat trid timxi mhux wara l-istatwa.", "U hekk ukoll il- partitarji.", "Meta l-partit ikun qed jara li dak li jemmen fih mhux talli mhux qed isir imma talli qed isir il-kontra, id-dmir tiegħu huwa li jgħid: Aħna għadna l-partit li konna jew le?", "Għax jekk m'aħniex il-partit li konna kulħadd għandu d-dritt, anzi d-dover, illi dak il-partit ikissru u mhux ma jibqax fih.", "Issa jekk tkissrux minn ġewwa u tkissrux minn barra, din hija storja oħra.", "Imma f'din is-sitwazzjoni wasalna issa.", "Issa x'qed jagħmel il-leader tal-partit?", "Jiena ili minn Diċembru ngħidlu biex immorru għal konferenza ġenerali u naraw fuq liema ideat m'aħniex naqblu u x'irridu nirranġaw.", "Jiena fl-ebda ħin ma għidtlu biex imur fil- konferenza u jitlob vot ta' fiduċja, għaliex il-fiduċja jagħtuhielek huma u mhux tmur għaliha inti!", "Min qallu biex imur u jaħli konferenza sħiħa f'Novembru biex jara jekk in-nies għandhomx fiduċja fija jew fih?", "GĦalfejn għandhom ikollhom fiduċja fija?", "Mela jien qed immexxi?", "Jiena rrid li sakemm inkun hawn, il-partit jagħmel ġid lilu nnifsu u lil Malta.", "U jekk dan ma sarx huwa dmir tiegħi ladarba għadni ħaj li nġiegħel lill-partit jagħmel hekk.", "U tista' ġġiegħlu b'ħafna metodi.", "Tista' ġġiegħlu billi tgħidlu li meta jiġi wieħed hawn u jheddek kontra kull liġi parlamentari - u dan għalhekk irid imur jiġri għall-elezzjoni għaliex jekk idum hawnhekk jaf li għandu ħafna zkuk jekk ma jirranġahomx ....", "Waħda minn dawn hija tal-breach of privilege.", "Jiena nista' nieħdu l-qorti talli hu għamel dan iż-żmien kollu jheddidni biex ma nkunx nista' nivvota suret in-nies hawn ġew.", "Dan diġa' għidtlu imma lest biex ninsih kollu kieku verament nirranġaw l-affarijiet għaliex jiena ma rridx inkisser statwi u ma rridx noqtol nies.", "Jiena għamilt ħilti kollha ma' sħabi - u sħabi aktar minni - biex bdilna l- ideat kollha li kien hawn f'Malta mingħajr ma qtilna lil ħadd.", "Kien hawn ħafna li kienu jemmnu - u ma nagħtihomx tort - li kieku ma jkunx hawn l-Ingliżi kulħadd kien se jmut bil-ġuħ u kienu jiġġeldulna.", "Ħafna kienu jemmnu li jekk ma nbaxxux rasna għal kulma tgħid il-Knisja, hu x'inhu, gaxin u m'huwiex, nitilfu r-reliġjon.", "Allura nbiddlu jew ma nbiddlux?", "Iġġelidnihom dawn l-ideat jew inkella morna niġġieldu lil Gonzi u qtilna lil Gonzi?", "Jew kien hemm xi statwa ta' Gonzi u kissirniha? ll- poplu tagħna jaf kemm iġġieled miegħi Gonzi.", "Lili hu tani l-iskomunika, u n-neputi tiegħu li qiegħed hawn jaf imma żgur qatt ma semagħni ngħid xi ħaġa personali kontra tiegħu għax l-affarijiet personali m'għandhomx x'jaqsmu.", "U malli Gonzi bidel l-ideat tiegħu u beda jimxi magħna, jien sirt ħabib tiegħu u tgħidx kemm iddefendejtu kontra l-Arċisqof tal-lum.", "Jiena ma ridtx li jkollna l-Arċisqof tal-lum imma ridt li jibqa' Gonzi.", "Forsi neputih din ma kienx jafha imma jiena lil Gonzi ddefendejtu quddiem il-Papa Pawlu VI biex iħallih hemmhekk għaliex kienu se jneħħuh.", "Kienu jgħidulu żmagat imma dan ma kien veru xejn.", "Kien trux, bħalma qed nittarrax jien, imma naħseb li ħadd minnkom li qed tisimgħuni hawnhekk m'hu se jgħid li sema' lil dak l-iżmagat!", "U hekk ukoll jien ma kontx ngħid li Gonzi huwa żmagat imma li huwa trux.", "Kien tort tiegħu li kien trux?", "M'hawnx min huwa għama minn għajn waħda u hawn min huwa daqsxejn zopp?", "Jiena bħalissa m'għandi xejn f'widnejja u jekk jitkellem xi ħadd irrid naqbad earphone u nagħmlu ma' widinti biex inkun nista' nisma'.", "Allura din hija xi ħaġa li għandi nistħi minnha?", "Hija xi ħaġa li żammitni milli nitkellem illejla?", "Allura għalfejn għandna nidħlu f'dawn l-affarijiet personali?", "Għaliex il-Prim Ministru jrid imur bilfors għand il-President u jgħidlu li m'għadux igawdi l-fiduċja tal-membri tal-Parlament?", "Jiena lill-Prim Ministru ngħidlu: Int għid lill-poplu Malti u lilek innifsek u mhux lill-President li m'intix tgawdi l-fiduċja tiegħi għall- għemil tiegħek.", "Qed jibda minni għaliex ħaddieħor jitkellem fuq il- kuxjenza tiegħu.", "U meta xi ħadd minn sħabi jgħidli: ''Imma lil min se nagħmlu?'', jien ngħidlu: ''Jiena ma nafx, araw intkom x'se tagħmlu.", "Jew tagħmlu tnejn jew tlieta jew żommu wieħed''.", "GĦaliex dan bħal mejda li tista' toqgħod fuq pern wieħed u allura jkun hemm kolonna wiesgħa, ħoxna u b'saħħitha, imma jekk tkun kolonna qiegħda titbażwar allura trid tagħmlilha tlieta oħra magħha.", "Din anke l-iktar wieħed injorant jifhimha.", "Kien hawn żmenijiet fejn kien hemm bżonn kolonna waħda u l-affarijiet imxew u tkun taf li kolonna waħda hija biżżejjed għaliex l-affarijiet ikunu mxew, imma issa ma mxewx.", "Din hi l-prova.", "U ma mxewx għaliex min hemm ma riedx jibdel għemilu, ma ried jisma' mingħand ħadd u tiegħu biss tajjeb.", "Ara kemm qalu meta marru barra, anke xi membri tal-Kabinett, li jiena kont iebes.", "Veru li kont iebes, imma mhux kulħadd iebes?", "F'artiklu ieħor intqal ukoll li jiena nirrabja malajr.", "Veru jitlagħli malajr imma jinżilli malajr ukoll.", "Allura xi triduni nagħmel?", "Nagħmilha taparsi qed jitlagħli u ma jkun qed jitlagħli xejn?", "Imma bniedem jinduna meta wieħed jitlagħlu u mbagħad jinżillu għaliex wara ma jibqax jgħajrek.", "Allura triduni ma ngħid xejn x'naħseb u ma naħsibx?", "Dan hu l-mod kif nesprimi ruħi.", "Jiena m'iniex bħal min jiġi b'ħafna żiżi u mbagħad jagħtik minn taħt.", "Kif diġa' għidt, xi tliet ġimgħat ilu l-Prim Ministru tkellem fuq Guido de Marco u fuqi u qal lil Sammy Meilaq biex ilaqqagħna flimkien.", "Issa dan waqt li kien qed jipplottja kif se jagħmel ħalli lili jġibni ħati ta' l- affarijiet kollha li qegħdin ifixkluh.", "U x'qed ifixklu llum?", "Jekk inti tmur għall-elezzjoni .....", "Huwa hawn fejn jiena ma qbiltx u ma nistax naqbel mal-programm u għalhekk ukoll qed ngħid li jrid jibdlu.", "Imma huwa stess qed jibdlu mingħajr ma juri lin-nies.", "Mela inti tista' tmur għall- elezzjoni u tgħid li se nagħmlu ċerti affarijiet li jqumu tant flus meta taf li l-kaxxa ta' Malta hi mgħobbija bid-dejn?", "Issa qed jgħid lill-poplu li hu sab kaxxa mimlija dejn u l-Oppożizzjoni qed tgħid li dan mhux veru imma aħna lkoll nafu li ħadd minnhom m'hu qed jgħid il-verita'.", "L- Oppożizzjoni jafu li l-parti l-kbira tad-dejn ġabuh huma imma la ma qalilhomx dakinhar għaliex beża' - mhux beża' li jsawtuh imma beża' moralment ....", "Jiena dawn l-affarijiet qajjimthom.", "Imma x'kienu jgħiduli, l-ewwel wieħed hu?", "Kien jgħidli: Jiena se mmur ngħid lin-nies li se nħallas id-dejn tan-Nazzjonalisti?", "Ma tarax, mela jien miġnun?", "Jien ma nħallas xejn, jibqa' hemmhekk id-dejn.", "Allura waqt li jiena fl-elezzjoni kont qed ngħid li hemm żewġ zkuk kbar f'Malta - mhux dawk li jerfgħu l-piż tal-pajjiż imma dawk li jekk toqgħod bilqiegħda fuqhom iweġġgħuk - jiġifieri d-dejn kbir li għandna .....", "Minħabba f'hekk issa għandna ferneżija kif se nagħmlu biex nipprovaw nidħlu ma' xi ħadd li jfejqilna d-dejn jew inkella f'daqqa waħda nsibu ż-żejt.", "Jista' jkun li nsibuh imma jkun kollu ġenn jekk naħsbu li mill-għada li nsibu ż-żejt ikun spiċċa d-dejn.", "Jekk inħarsu lejn pajjiżi oħrajn inkunu nafu min xiex għaddew wara li sabu ż-żejt.", "Issa f'din il-ferneżija kollha rridu bilfors naraw fiex se naqgħu.", "U x'ġara?", "Ġara li l-Prim Ministru qed jgħid lill-Ewropa: Aħna lesti nagħtukom dak li tridu mingħajr ma jkollkom l-ebda obbligu li tgħinuna.", "Dan huwa ġenn.", "U jekk tistaqsuni kif, ngħidilkom: Imisskom għamiltu debate fil-Parlament!", "Fid-8.55 p.m. triduni ngħid kif?", "Kemm hemm affarijiet xi ngħidu!", "Imma l-ewwel għiduhom fil- partit għaliex dak huwa dmir tagħkom u mbagħad ejjew għiduhom fil-Parlament u lill-poplu.", "U mhux tgħidulu ħafna ħmerijiet fuq l-istazzjon tat- television tagħkom - ridt ngħid ''tiegħu''! - u l-ġimgħa kollha ttambru li Mintoff huwa traditur tal-partit u li rrid li ssir elezzjoni bilfors?", "Imma min iridha l-elezzjoni?", "Jiena rridha bilfors jew intom li qtajtu qalbkom li se nirranġaw l-affarijiet?", "U jekk se mmorru għall-elezzjoni se nirranġawhom l-affarijiet?", "Meta l-Oppożizzjoni hija tant fjakka u tant għandha dnubiet li qed tgħidilkom li se tagħtikom ċans biex tirranġaw l- affarijiet, għaliex ma teħduhx dan iċ-ċans?", "Irrid ngħid li x'naħseb jiena li se jiġri se nżommu għalija, allavolja x'jaħsbu oħrajn forsi diġa' qaluh bejniethom.", "Imma ejja nimmaġinaw li din l-elezzjoni se nirbħuha għaliex jekk ngħid li mhux se nirbħuha toħorġu tgħidu li jien qed naqta' qalb il- partitarji.", "Imma taħsbu li jekk jiena ma noħroġx dawn l-affarijiet ma jerġgħux iqumu?", "Taħsbu li ħadd m'hu se jitkellem fuqhom aktar?", "Taħsbu li n-nies se jemmnu li Alfred Sant huwa Mintoffjan meta jrid jagħti lill- Ewropa l-affarijiet kollha b'xejn?", "Lanqas m'hu Laburist u lanqas huwa Malti jekk jagħmel hekk.", "U jekk hawn xi ħadd li se jittradixxi lil Malta huwa hu.", "Qed jgħiduli li jien traditur ta' Malta.", "Jiena nistaqsi: Qed jgħiduli hekk għaliex mort il-Libja?", "Kelli dritt immur il-Libja jew ma kellix?", "Kelli dritt inżur ħabib tiegħi - u dan m'huwiex xi brigant jew xi ħalliel imma l-mexxej Libjan - li ilu jistedinni biex immur hemmhekk imma ma kellix is-saħħa biex immur?", "Imma issa kelli s-saħħa u mort.", "Illejla se ngħid ukoll fuqiex tkellimna għaliex issa li naf li qalulkom il-verita' - għaliex intom minflok ġejtu tistaqsu lili, staqsejtu lilhom għalkemm kieku staqsejt lili, peress li kienet żjara privata, kont l-ewwel nistaqsi lilhom jekk nistax ngħidilkom fuqiex tkellimna għax il-kortesija hekk titlob ...", "Imma dan huwa ħażin għaliex forsi darb'oħra jkun irid jgħidli affarijiet li ma jkunx irid jurihom lil kulħadd u allura jibda jgħid: Jiena lil min se nafda mill-Maltin biex nara l-affarijiet kif inhuma?", "Imma dan huwa kontra l-interessi ta' Malta u mhux favur l-interessi ta' Malta u allura llejla jiena lest nagħmel aktar minn hekk biex nuri li m'huwiex veru li jien irrid inkisser il-partit u li rrid li mmorru għall-elezzjoni.", "U mhu veru xejn li jiena ttradejt lil Malta.", "Nerġa' ngħid hawnhekk dak li qalulkom huma.", "Jien mort hemmhekk fuq żjara privata u tkellimt miegħu kemm fuq affarijiet privati u kemm fuq affarijiet oħra.", "Miegħi kien hemm sħabi wkoll u nista' ngħid li ttrattana ħafna aħjar milli kien jittratta ministri proprju għaliex kienet żjara privata.", "Jiena domt nitkellem miegħu għal aktar minn tliet kwarti, imma wara kwarta - għaliex indunajt li kien ma jiflaħx u kellu riħ kbir u wegħedtu li nibgħatlu affarijiet għas-sogħla ħalli jfejquh u fil-fatt bgħatthomlu l- għada stess - għidtlu: Mhux aħjar nieqfu għaliex tidher għajjien?, u huwa qalli: Le, Fil-fatt, kif qed ngħid, għamilna tliet kwarti nitkellmu.", "U fuqiex tkellimna?", "Tkellimna kif Malta u l-Libja jistgħu jsaħħu u jtejbu r- relazzjonijiet tagħhom għall-ġid tat-tnejn.", "Allura jiena ttradejt lil xi ħadd b'daqshekk?", "Jien lilkom ridt inkellimkom fuq foreign affairs u qatt ma ridtu tkellmuni.", "Għadu s'issa l-Ministru tal-Foreign Affairs ma jridx ikellimni fuq foreign affairs.", "Allura jiena ma nistax inkellem lil ħabib tiegħi li jista' jagħmel ġid lil Malta?", "Lil min ittradejt b'daqshekk?", "Jiena minn hawn se nagħmillu dan iċ-challenge: Iwegħedni li ma jibqax jilgħab bil-partit u bil-poplu u jwegħedni li mhux se jmur għand il- President wara li nagħlqu din il-mozzjoni u jgħidlu li jrid li tissejjaħ elezzjoni qabel ma jmur quddiem il-partit u jgħidlu b'dawn l-affarijiet kollha u jiddiskutuhom hemmhekk.", "Qabel ma jiġi f'dan il-Parlament, għandu jħoll il-kwestjoni tal-Kottonera mill-kwestjoni ta' fiduċja.", "Jekk iwegħedni dan, sa nhar it-Tnejn jiena nagħtih dak li l-leader tar- rivoluzzjoni tal-Libja kien staqsieni biex nagħtih bil-miktub mingħajr ma kien jaf x'ġej.", "GĦaliex huwa kien qalli: Dom, biex tgħinni għamilhomli bil-miktub.", "U jiena qabel ma qamet din il-kwestjoni bgħatthomlu bil- miktub.", "GĦalhekk inwiegħed lil din il-Kamra, lill-partit u lil Malta li jekk il-Prim Ministru jkun raġel u ma jibqax iwaħħal fija li jiena ttradejt lil Malta, li rrid inwaqqa' lill-gvern u li rrid l-elezzjonijiet u wkoll jekk iħoll il-kwestjoni tal-Kottonera ħalli jkunu jistgħu jibdew ix- xogħlijiet ...", "GĦalhekk jekk se jsiru elezzjonijiet qabel xahrejn jew xahrejn u nofs oħra żgur li x-xogħlijiet ma jkunux jistgħu jibdew.", "Allura mhux veru li jrid jgħaġġel, imma jiena ċertissmu li sa xahar din il- kwestjoni tal-Kottonera tkun tista' ssolvi ruħha.", "Allura kif iridni nemmnu?", "Kif iridni nemmen li jħobb lill-Kottonera, iħobb lill-partit u dan kollu?", "Jiena nwiegħdu li jekk jagħmel din il-wegħda quddiem kulħadd, sa nhar it-Tnejn jien nagħtih bil-miktub dak li ktibt lil Ghaddafi.", "Jiena mhux talli m'għandix x'naħbi talli għandi biex niftaħar għaliex dan ix- xogħol imissu għamlu l-Ministru tal-Foreign Affairs jew il-Prim Ministru.", "Dan bħall-kwestjoni taċ-Ċina, imma din niġu għaliha iktar 'il quddiem.", "Kif nista' nitkellem dwar dan illum ukoll jekk irrid nispiċċa fid-9.00 p.m. u la qed jheddidni jkolli niġi għas-seduta ta' għada filgħodu?", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jiena se nagħmel dikjarazzjoni li jekk hu jibqa' jinsisti li jien għandi nitkellem għada filgħodu ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-seduta se ssir għada filgħaxija.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, qegħdin jgħidulek li s-seduta se ssir filgħaxija.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Kif għada filgħaxija!?", "X'ġara mill-ewwel 'l hawn li ġiegħlek tibdel?", "GĦidli!", "Jew jien qed niġġennen!?", "MADAM SPEAKER: Qed jgħidulek li s-seduta se ssir għada filgħaxija.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma jiena għandi dritt nistaqsi x'ġara?", "Mhux l- ewwel qalli mod u issa qed jgħid mod ieħor!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-seduta għamilnieha għal għada filgħaxija.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mela jiena tifel żgħir!", "Għaliex qed jilgħab bija hekk hawn ġew!?", "X'ġara mill-ewwel 'il hawn?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inti għidt li ma tistax tiġi filgħodu.", "Aħna għalhekk għamilnieha filgħaxija biex tkun tista' tiġi.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Kieku kont naf li se nitkellem għada filgħaxija ċerti affarijiet ma kontx ngħaġġilhom.", "Imma jekk se nitkellmu għada filgħaxija, nispera f'Alla li nkun b'saħħti, Madam Speaker, ħalli niġi u nkompli.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, tibqa' in possession?", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Mizzi, jekk jogħġbu, irressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada s-Sibt, 20 ta' Ġunju 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar Enfitewsi temporanja ta' mollijiet, bini u dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla lill-Port Cottonera Limited – Kontinwazzjoni; Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - Tieni Qari (Kont.); Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) – Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. ----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, nixtieq inwieġeb għall-aġġornament li għamel il-Ministru Grech il-bieraħt lula.", "F'dan l-aġġornament huwa rrifera għall-qasam tal-persuni b'diżabilita' u laqat diversi punti li wħud minnhom deherli li għandi nirreaġixxi għalihom immedjatament.", "Imma qabel ma nindirizza ruħi fuq il-punti li semma' l-Onor.", "Edwin Grech, xtaqt ngħid li b'dispjaċir ninnota li l-qasam tal-persuni b'diżabilita' matul dawn l- aħħar 20 xahar ma baqax miexi 'l quddiem bir-ritmu li konna nistennew jew nippretendu għal pajjiżna.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għal diversi raġunijiet baqgħet qisha ffriżata prattikament fis-sitwazzjoni li kienet fiha qabel l-1996.", "Fl-20 xahar wara li tela' fil-gvern il-Partit Laburista, kulma sar fil-qasam tal-persuni b'diżabilita' kien numru ta' laqgħat li bdew ftit wara l-elezzjoni ġenerali.", "Dawn saru mal-Prim Ministru, waħda minnhom f'Kastilja u oħrajn fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, fejn il-persuni b'diżabilita' suppost ġibdu l-attenzjoni tal-Prim Ministru u tal- Ministru Grech għal diversi problemi, diffikultajiet u sfidi li jiffaċċjaw.", "Saru wkoll laqgħat oħrajn matul is-sena li għaddiet li matulhom reġgħet infetħet id-diskussjoni fuq il-proposta li kienet tressqet mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' waqt li kien hemm Gvern Nazzjonalista biex f'pajjiżna jkollna liġi li telimina d-diskriminazzjoni fil-konfront ta' dawn il-persuni.", "Saru wkoll diversi laqgħat li fihom reġgħet infetħet diskussjoni li, fl- opinjoni tiegħi, kienet diġa' żviluppat ruħha ħafna qabel l-elezzjoni ġenerali ta' l-l-1996 tant li kienet waslet għal proposta.", "L-abbozz ta' liġi kien tlesta wara li saru konsultazzjonijiet wesgħin ma' l-għaqdiet volontarji, mal-federazzjoni ta' l-għaqdiet għal persuni b'diżabilita' u mal-korpi kostitwiti, inkluż il-unions - kemm l-unions tal-ħaddiema kif ukoll l-union ta' min iħaddem - li kienu wasslu għal consensus biex jitressaq dan l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat l-ewwel qari tiegħu ftit qabel ma kien xolja l-Parlament.", "Issa dan il-Gvern deherlu li dik id- diskussjoni kellu jerġa' jiftaħha.", "Fil-fatt illum erġajna qegħdin fl- istess sitwazzjoni li konna fiha 20 xahar ilu, f'sitwazzjoni fejn għandna l- ewwel qari ta' dan l-abbozz ta' liġi sabiex jiġi diskuss hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech, on a point of order.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mhu veru xejn li qegħdin fl-istess sitwazzjoni li konna 20 xahar ilu.", "Il-first reading ta' dan l-abbozz qatt ma sar qabel.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għandek żball Ministru, għandek żball kbir.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Le, inti għandek żball.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jimporta l-Iskrivan tal-Kamra jivverifika li f'Settembru 1996 ...(Interruzzjonijiet) Bħas-soltu l-Onor.", "Edwin Grech qed jitkellem minn żniedu u mingħajr ma vverifika l-affarijiet.", "Imma dan huwa fatt li jista' jiġi vverifikat mill-Iskrivan tal-Kamra.", "Fil-fatt l-ewwel qari ta' dan l-abbozz ta' liġi sar f'Settembru ta' l-1996 fuq mozzjoni mressqa mill-ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Dan m'huwiex veru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa tgħidilna l-iSpeaker.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Din hija xi ħaġa li tista' tiġi verifikata.", "Kompli Onor. Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sakemm issir il-verifika, dan il-point of order jirrikjed dikjarazzjoni min-naħa tas-Sedja jekk saritx il-mozzjoni ta' l- ewwel qari f'Settembru ta' l-1996.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Onor.", "Gonzi qed jgħid li jien qed nivvinta l- affarijiet minn żniedi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, qed tivvintahom minn żniedek u qed inkun ħanin miegħek.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat) Issa naraw!", "Dan il-ministru li għandi faċċata tiegħi u li nhar l-Erbgħa deherlu li għall-gost u pjaċir tiegħu kellu jiġi f'din il-Kamra u jagħmel attakk sfrenat kontra persuna li m'hijiex membru ta' din il-Kamra u li ma tistax tiddefendi ruħha ....", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nixtieq nistaqsih fuq liema persuna qed jitkellem.", "(Agħjat)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom poġġu bil-qiegħda.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat) Se jkolli naġġorna.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada s-Sibt 20 ta' Ġunju fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif imħabbra mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.10 p.m. il-Kamra aġġornat minħabba diżordni.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TOROQ - PELICAN LIGHTS", "14786.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għandux talbiet pendenti għall-istallazzjoni ta' pelican lights?", "Jekk iva, fejn u kemm?", "Meta saret kull talba?", "Liema minn dawn it-talbiet intlaqgħu u liema le?", "Meta se jitwaħħlu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress illi l-applikazzjoni għal pelican lights imorru t-Traffic Control Board, id-dipartiment ma jkollux informazzjoni dwar meta jkunu saru.", "Fil-preżent qed isir xogħol f'żewġ lokalitajiet waħda Santa Venera u l-oħra Ħal Kirkop.", "PERSUNI NEQSIN MID-DAWL", "15090.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni neqsin mid-dawl jew parzjalment neqsin mid-dawl f'pajjiżna?", "X'eta' għandhom dawn il-persuni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Din l-informazzjoni hija bbażata fuq ir-records tad-Dipartiment tas- Sigurta` Soċjali dwar dawk li jirċievu l-allowance tat-tfal b'diżabilita`jew pensjoni għal persuni neqsin mid-dawl.", "DJAR - AKKOMODAZZJOI SOĊJALI", "13777.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W1,405 ċioe' riġward il-każ ta' persuna mill-Belt, li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,405.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13778.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W1,404 ċioe' rigward il-każ tal-persuna mill-Imsida, li d-dettalji tiegħu diġa' ntbagħtu separatament, jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,404.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13779.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W1,403 ċioe' rigward il-każ ta' persuna mill-Belt, li d-dettalji diġa' ntbagħtu separatament, jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d- dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,403.", "DJAR - INSPECTORS", "13780.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,402 ċioe' rigward il-każ ta' persuna mill-Ħamrun, li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "Jekk hu l- każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,402.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13781.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,401 ċioe' riġward il-każ ta' persuna mill-Hamrun, li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,401.", "DJAR - INSPECTORS", "13782.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,400 ċioe' rigward il-każ ta' persuna mill-Imsida li d- dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,400.", "MINISTRU TAL-BIEDJA - KUNTRATTI", "14088.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Riferibbilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħi lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u, jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL - KUNTRATTI", "14089.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l- ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u, jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTRU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET- KUNTRATTI", "14090.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l- persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u, jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; kemm kien il- valur totali tagħhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTRU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U TA' L-INDUSTRIJA - KUNTRATTI", "14091.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu , 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l- ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u, jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r- risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "MINISTRU TAS-SAĦĦA - KUNTRATTI", "14092.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih il- Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u, jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Billi x-xogħol li jrid isir fuq din il- mistoqsija huwa wieħed voluminuż, jista' l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku jekk għandu xi ħaġa partikolari f'moħħu?", "MINISTRU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - KUNTRATTI", "14093.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u, jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jiena nformat li, fil-perijodu indikat mill-Onor.", "Membru, l-unika direct order li ngħatat fid-dikasteru li huwa taħt ir- responsabbilta' tiegħi kienet dik li dwarha kienet diġa' ngħatat informazzjoni fit-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13,605.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - SERVIZZI SOĊJALI", "15065.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'servizzi soċjali li nħareġ mid-dipartiment is-sena l-oħra għal persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-ammont ta' flus f'servizzi soċjali li nħareġ mid- Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali għal persuni b'diżabilita`, is-sena l- oħra, kien ta' Lm2,409,552.15.", "PENSJONIJIET - KONTRIBUZZJONIJIET", "15066.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li kienu qed jirċievu l-pension contributions sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm kien l-ammont li nħareġ kull sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15,066 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI - ASSISTENZA SOĊJALI", "15067.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li rċevew social assistance sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm kien l-ammont li nħareġ kull sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li rċevew l-assistenza soċjali f'dawn l-aħħar għaxar snin kif ukoll l-ammont li nħareġ kull sena hu kif gej:-", "|Sena |Numru ta' |Ammont Lm | | |persuni kif | | | |kien fl-aħħar | | | |ta' kull sena | | |1988 |6,373 |4,920,508 | |1989 |6,556 |4,942,097 | |1990 |7,120 |5,668,641 | |1991 |7,049 |5,687,900 | |1992 |7,165 |6,371,717 | |1993 |8,107 |7,820,441 | |1994 |7,867 |8,296,305 | |1995 |7,353 |8,320,764 | |1996 |8,124 |10,107,482| |1997 |8,880 |11,801,067|", "ĊENTRU DETOX", "15068.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew id- Detox Centre din is-sena s'issa?", "Kemm kienu ġodda u x'kienu l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hija kif se nispjega:", "(i) mill-bidu ta' din is-sena sal-31 ta' Mejju, 1998 attendew 498 persuna d- Detox Centre;", "(ii) minn dawn, 92 kienu ġodda;", "(iii) l-etajiet tagħhom kienu:", "Taħt Bejn Bejn Bejn l-20 sena 20 - 30 sena 30 - 40 sena 40 - 50 sena 15 55 19 3", "ETC - PART-TIMERS", "15069.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li huma rreġistrati ma' l-ETC illi għandhom part-time job illum?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fl-aħħar ta' Jannar 1998 kien hemm 16,469 rġiel u 11,174 nisa, total ta' 27,643 persuna li kellhom impjieg part time.", "VETTURI - IMPORTAZZJONI", "15070.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi u vetturi oħra tal-mutur illi ġew importati din is-sena s'issa u kemm kien il- valur tagħhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15070 nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru u l-valur ta' karozzi u vetturi oħra tal-mutur illi ġew importati din is-sena sa Marzu 1998 huwa kif jidher f'din it-tabella:", "|Deskrizzjoni |Numru |Valur | | | |Lm | |Vetturi |18 |161,081 | |għall-ġar ta' | | | |passiġġieri | | | |Vetturi |2,097 |6,529,116 | |Privati | | | |Vetturi | 486 |1,305,497 | |għall-ġarr | | | |ta'merkanzija | | | |Vetturi | 30 | 796,023 | |Speċjali | | | |Total |2,631 |8,521,717 |", "ETC - JOB PLACEMENTS", "15099.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14063 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tat-3 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid ma' liema korpi parastatali ġew impjegati l-għaxar persuni hemm imsemmija u kemm kien ilhom jirreġistraw mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "X'inhi l-eta' ta' dawn il-persuni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "|Korp |Tul |Eta` | |Parastatali |tar-reġistr| | | |ar | | | |tal-għaxar | | | |impjegati | | | |msemmija | | |MITTS |sena u 7 |31 | | |xhur | | | |4 xhur |35 | | |3 ijiem |23 | | |3 ijiem |23 | |Osprey | | | |Insurance | | | |Brokers c/o Air|xahar |19 | |Malta plc | | | |Housing |5 xhur |21 | |Authority | | | | |9 xhur |21 | | |5 xhur |21 | |Holiday Inn |7 xhur |41 | |Crowne Plaza |5 xbur |17 |", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "15100.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14058, jista' l-Ministru jgħid liema taħriġ ma aċċettawx id-19-il persuna li ġew maqtugħa mir- reġistru f'Marzu?", "Kemm minnhom kienu taħt it-30 sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-taħriġ li m'aċċetawx id-19-il persuna li ġew maqtugħa mir-reġistru f'Marzu 1998 hu kif ġej:", "|Handyman Course |4 | |Woodwork Course |2 | |Storekeeping Course|2 | |Retail Skills |2 | |Course | | |Telephone Skills |1 | |Auto Mechanic |1 | |Wookworking |3 | |Gardening |4 | |Total |19 |", "13 minn dawn il-persuni kienu taħt it-30 sena.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "15101.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14062, jista' l-Ministru jgħid għal liema xogħol irreġistraw id-984 persuna li bdew jirreġistraw matul Marzu mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "Kemm minn dawn kienu taħt it-30 sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ix-xogħol li għalih bdew jirreġistraw id-984 persuna matul Marzu 1998 u kemm minn dawn kienu taħt it-30 sena hu kif ġej:", "| |Fuq |Taħt |Total| | |it-Tl|it-Tlet| | | |etin |in | | |Managers/Superv|30 |5 |35 | |isors | | | | |Professionals |5 |11 |16 | |Technicians/Ass|29 |48 |77 | |ociate | | | | |Professionals | | | | |Clerks |78 |242 |320 | |Service workers|145 |211 |356 | | | | | | |Farmers/Gardene|7 |7 |14 | |rs/Fisheries | | | | |Crafts/Trades |91 |134 |225 | |Machine |134 |172 |306 | |Operators/Drive| | | | |rs | | | | |Elementary |271 |401 |672 | |Trades | | | | | |790 |1231 |2021 |", "NB.", "It-total huwa aktar minn 984 peress li kull persuna jkollha aktar minn preferenza waħda.", "BORD NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI", "15102.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem il-Bord Nazzjonali tax-Xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Naħsesb li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall- Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol (National Employment Authority).", "Jien informat li, sat-3 ta' Ġunju, 1998, l-awtorita' kellha 117-il appell pendenti.", "ETC - PERSUNI LI NQABDU JAĦDMU U JIRREĠISTRAW", "15103.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-26 persuna li nqabdu jaħdmu u jirreġistraw f'Marzu nqabdu jagħmlu biss xogħol part-time (Seduta Nru. 224)?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li meta persuna tinqabad taħdem u tirreġistra - bħal fil-każ tas-26 persuna msemmija - il- korporazzjoni ma tkunx taf jekk dik il-persuna kenitx attwalment qed tagħmel xogħol fulltime jew part-time.", "SKEJJEL: MARIA GORETTI - KAP", "15104.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi appuntata head fl-Iskola Maria Goretti, f'Ħal Tarxien, issa li skond il-Ministru l- intervisti saru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Kap tal-Iskola Marija Goretti ta' Ħal Tarxien ġiet appuntata.", "Madanakollu billi l-persuna konċernata hija diġa' kap ta' skola oħra, inħass li ma kienx xieraq li din titlaq mill-iskola preżenti għalissa.", "Il-kap tal-iskola tieħu l-inkarigu fi tmiem din is-sena skolastika biex tkun tista' tipprepara għall-ftuħ tas-sena skolastika li ġejja.", "FAO - RAPPORT", "15171.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema aspetti tal-biedja u sajd se jippreparaw rapport, l-esperti ta' l-FAO li bħalissa hawn f'Malta?", "Meta se jiġu mplimentati r-rapporti li ġew ippreparati mill-kummissjoni \"kollha Maltija\" li twaqqfet iktar kmieni u li kienet ippreżentat r-rapport tagħha?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-FAO qed tagħti pariri u assistenza flimkien ma' esperti Maltin dwar l-implimentazzjoni tar-rapport ippreparat mill- kummissjoni mwaqqfa mill-Gvern Malti.", "Dan ix-xogħol se jkopri l-aspetti kollha ta' l-agrikoltura.", "Ir-rapport se jkun maqsum fi tliet sezzjonijiet:", "1.", "L-effiċjenza tal-produzzjoni agrikola f'Malta.", "2.", "Ir-raba' u l-finanzjament.", "3.", "Is-swieq u l-kummerċ.", "TOROQ - TISWIJA", "15172.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- papers li nqraw waqt is-seminar li nżamm fis-6 ta' Ġunju dwar l-istat tat- toroq f'pajjiżna bl-isem The Road Ahead?", "Kemm papers inqraw, ġew diskussi u minn min inkitbu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TOROQ - INTERIM REPORT", "15173.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Minsitru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Interim Report li sar mill-inġiniera Ġermaniżi dwar l-istat tat-toroq ta' pajjiżna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAMMIERI - STORES", "15174.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif għaliex ingħalqu l-istores fil-farm ta' l- Għammieri?", "Jista' jingħata tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ħaddiema responsabbli minn dawn l-istores?", "Fejn intbagħtu jaħdmu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Inħass li l-istores fil-farm ta' l-Għammieri ma kenux qed jaqdu l-bżonnijiet tal-ministeru u li kien aħjar li x-xiri tal- affarijiet jiġi diċentralizzat.", "In-numru ta' ħaddiema li kienu responsabbli minn dawn l-istores kienu ta' tmienja.", "Dawn ġew ippustjati kif jidher hawn taħt.", "Wieħed fis-sezzjoni ta' San Anton.", "Wieħed fl-uffiċċju tal-Extension Service, is-Siġġiewi.", "Tnejn fid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi tal-ministeru.", "Tlieta fis-sezzjoni tal-Maintenance l-Għammieri; u", "Wieħed fis-sezzjoni ta' Wied Inċita.", "DJAR - LAQGĦAT F'KAŻINI LABURISTI", "15175 L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtieġa li jibdew isiru sensiela ta' laqgħat mill-Ministeru tiegħu fil-każini tal-Partit Laburista mal-Kumitati Lokali Laburisti?", "Jista' l-Ministru jgħid ma' min jew ma' liema kumitati lokali tal-MLP se jsiru dawn il-laqgħat?", "Jista' l- Ministru jgħid x'qed jistenna li joħroġ minn dawn il-laqgħat?", "Ta' min kienet l-inizjattiva li jibdew dawn il-laqgħat fiċ-Ċentri Laburisti?", "Meta se jsiru aktar laqgħat fiċ-Ċentri Laburisti?", "F'liema lokalitajiet u min se jħallas għall-ispejjeż li jista' jkun hemm involuti sabiex isiru dawn il- laqgħat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-laqgħat humiex se jkunu miftuħa għall-pubbliku?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-laqgħa ta' dan it-tip li saret f'Tas-Sliema ma kenitx miftuħa għall-istampa?", "Jekk iva, il- laqgħa kollha se tkun miftuħa għall-istampa?", "Jekk le, għaliex mhux se jkunu miftuħa?", "Ma jħoss il-Ministru li din hija diskriminazzjoni li jsiru dawn it-tip ta' laqgħat fiċ-Ċentri Laburisti biss?", "Min talab lill- uffiċjali tal-Ministeru tiegħu biex jattendu għal dawn il-laqgħat fiċ- Ċentri Laburisti?", "Iħoss il-Ministru li d-deċiżjoni li jintbagħtu dawn l- uffiċjali tmur kontra l-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Ministru, fejn possibbli jiltaqa' ma' kull ċittadin jew għaqda li titlob li tiltaqa' miegħu.", "SECOND ANNUAL HEALTHCARE CONFERENCE", "15176.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14230 li ġejt imwiegħed li ningħata tweġiba f'seduta oħra?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jien informat li l-Occupational Health and Safety Unit tad-Dipartiment tax-Xogħol la ġiet mistiedna u lanqas ma tħoss li għandha tkun rappreżentata fil-konferenza indikata mill-Onor.", "Membru.", "Dan mhux għax dawn it-tip ta' konferenzi ma jkunux ta' utilita` kbira iżda għaliex il-fondi allokati lid-dipartiment għall-parteċipazzjoni f'konferenzi u laqgħat oħra barra minn Malta huma limitati u għalhekk iridu jiġu applikati għall-ħteġijiet l-aktar importanti.", "MALTACOM - ĦLAS TA' ARRETRATI", "15177.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għadhom ma tħallsux l-arretrati dovuti lill-ħaddiema tas-CSU tal- Maltacom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ART PUBBLIKA", "15178.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy li ħa d-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar l-għoti ta' art pubblika li tkun annessa ma' proprjeta' industrijali privata mingħajr ma' jkun meħtieġ sejħa ta' offerti?", "X'wassal li d-dipartiment jagħti din il- kwalita' ta' konċessjoni u fuq liema kriterji?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Skond l-artikolu 3(1)(b) tal-Att XXXIII ta' 1976 (Disposal of Government Land Act) il-Gvern jgħaddi policy b'reżoluzzjoni mill-Parlament sabiex jirregola il-metodi ta' kif art tal-gvern tista' tiġi mogħtija mingħajr ma jkun meħtieġ sejħa ta' offerti.", "L-ewwel policy ġiet approvata mill-Kamra fl-4 ta' Awwissu, 1976.", "Sussegwentement din il-policy ġiet amendata għal diversi drabi.", "Fis-Seduta Nru. 135 tas-27 ta' Lulju, 1988, il-policy ġiet amendata biex tinkludi l-għotja b'titolu ta' bejgħ lill-intrapriża diġa' esistenti meta l- uniku espansjoni ta' din l-intrapriża jista' jsir biss fuq art tal-gvern, wara li l-applikant ikun jissodisfa lill-Gvern dwar il-benefiċċju li din l- espansjoni tagħti lill-ekonomija tal-pajjiż.", "Dan sar minħabba li intrapriżi ġa esistenti bħal, per eżempju, hotels minn żmien għal żmien ikunu jridu jespandu.", "L-Onor.", "Membru bla dubju japprezza li intrapriżi bħal dawn huma ta' benefiċċju għall-Industrija tat-Turiżmu.", "Għaldaqstant il-gvern ħass il-ħtieġa li għandu jkun ta' għajnuna billi għotja ta' l-art f'dawn il-każi ssir b'direct allocation.", "ARTIJIET - INTERIM REPORT", "15179.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8673, 5970 u 4875 li jitkellmu dwar \"Artijiet - Interim Report\", jista' l-Prim Ministru jagħti xi informazzjoni relevanti dwar din il-materja?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Kummissjoni preseduta minn Dr. K. Mifsud Bonnici?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11444.", "PASSAĠĠI PUBBLIĊI FIL-KAMPANJA", "15180.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14232?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 14232.", "ŻEJTUN - FORTI SAN LEONARDO", "15181.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid huwiex f'pożizzjoni li jwieġeb f'aktar dettall il-mistoqsija parlamentari numru 13170 li ġiet imwieġba fis-Seduta Nru. 203 tat-23.03.98?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-art mitluba mill-Maltacom bħala waħda mill- azzjonisti Datatrak Sec.", "(Malta) Limited li tinsab ħdejn il-Fortizza San Leonardu kif tidher fuq il-Land Drawing 46/98 ġiet ippubblikata biex tinkera b'sejħa għall-offerti fit-8 ta' Mejju, 1998.", "L-unika offerta li kien hemm kienet tal-Maltacom u l-għotja għada qegħda tiġi kkonsidrata.", "SKEJJEL - NEW INITIATIVES IN EDUCATION 1996-1997", "15182.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-pubblikazzjoni ntitolata New Initiatives in Education 1996-1997 fejn intqal f'paġna 11 li kienet se tibda l-ħidma dwar kodiċi ta' mġieba fl-iskejjel, peress li kien hemm riferenza wkoll għal dan is-suġġett f'waħda mill-mozzjonijiet approvati waqt il-Konferenza Ġenerali ta' l-MUT dan l-aħħar, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-kodiċi hux lest jew le?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għalkemm sar xogħol preparatorju dwar ir-reviżjoni tal-kodiċi ta' dixxiplina din l-inizjattiva ġiet sospiża għal ftit żmien sakemm ikun jista' jittieħed in konsiderazzjoni x-xogħol dwar dan is- suġġett li l-biċċa l-kbira tal-iskejjel qed jagħmlu in konnessjoni ma' l- iSchool Development Plan.", "Ħafna skejjel ħarġu bi proposti huma stess dwar kif jirregolaw l-imġieba fl-iskejjel.", "Kumitat imwaqqaf minni ħejja wkoll rapport dwar l-imġiba tajba fl-iskejjel.", "Għandi l-ħsieb ukoll inwaqqaf kumitat ministerjali dwar l-imġiba fl- iskejjel biex fi żmien qasir jiġbor dan ix-xogħol kollu li sar u jfassal politika ġenerali dwar l-imġieba fl-iskejjel.", "KOMPOSTAĠĠ TA' L-ISKART", "15186.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposti ta' interpellanzi supplimentari għall-mistoqsija parlamentari numru 15028, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-barrieri li fihom ingħataw liċenzji biex jintefa' l- materjal u skart ieħor?", "Fejn jinsabu dawn il-barrieri u kemm ilhom hekk liċenzjati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "15187.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol minn kull lokalita' tas-7, 8, 11 u 12-il distrett elettorali?", "X'tip ta' xogħol qed jirreġistraw għalih dawn il-persuni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KONSULENT LEGALI", "15190.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-konsulent legali tal-Land Department, wara snin ta' servizz, ġie trasferit mil-Land Department?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-konsulent legali tal-Lands ġie ttrasferit minħabba li l-esiġenzi tas-servizz kienu jirrikjedu hekk.", "CASINO DE MALTE", "15191.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li l-ġestjoni tal-Casino de Malte fi Dragonara Point se tingħata lill-kumpannija Franċiża?", "Veru li minn issa l-ħaddiema ġew informati li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom eż. leave se jinbidlu (għall-agħar)?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Skond ir-rakkomandazzjoni tal-bord tal- għażla, bħalissa għaddejin taħdidiet sabiex il-konsortium kompost minn Accor-Air Malta, Corinthia Palace Hotel, Peninsula Investments Ltd, u Island Hotels Group Ltd, jieħdu f`idejhom konċessjoni ta` għaxar snin it- tmexxija tal-Casino tad-Dragonara.", "Dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol għadhom għaddejjin negozjati bejn l- imsemmi konsortium u l-unions liema negozjati għadhom ma ġewx konklużi.", "SERVIZZ ĊIVILI - ASSISTANT IMMIGRATION OFFICERS", "15192.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ħarġet sejħa għal Assistant Immigration Officers Ċirkolari Nru. 13/98 mill-Industrial Grades biex jagħmlu xogħol klerikali meta għad fadal 30 Immigration Officers (Ċirkolari 34/97) li diġa' għandhom esperjenza klerikali u li segwew ukoll kors intensiv ta' tliet ġimgħat u għadhom ma ġewx imsejħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi x-xogħol li huwa mistenni jwettqu l-Assistant Immigration Officers ivarja minn dak ta' Immigration Officers.", "MTARFA - GYMNASIUM/TENNIS COURTS", "15193.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġie ffirmat kuntratt li bih il-gym u tennis courts fl-Imtarfa ngħataw b'ċens lill-għaqda Depiro Youth Centre flok lil oħrajn?", "Għaliex sar dan fil-15 ta' Ġunju, 1998 meta hemm stedina uffiċjali biex il-mistiedna jattendu għall-iffirmar uffiċjali tal-kuntratt nhar it-23 ta' Ġunju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l-kuntratt imsemmi ġie ffirmat mar-Rabat Depiro Basketball Club u mhux mad-Depiro Youth Centre.", "Għalkemm ir-Rabat Depiro Basketball Club twieled fid-Depiro Youth Centre, dan il-club huwa wieħed awtonomu bi statut għalih u tmexxija awtonoma.", "Huwa wkoll club irreġistrat mal-Malta Basketball Association.", "Dwar il-kriterji li ntużaw biex ġie ddentifikat dan il-klabb u biex jieħdu l-inkarigu tat-tmexxija nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li kienet ix-xewqa tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti u tal-Awtorita' tad-Djar biex tinstab dik l-għaqda jew klabb sportiv li kellu l-kwalitajiet li jieħdu r-responsabilta' tat-tmexxija f'idejh.", "Wara li s-Segretarjat Parlamentari żamm laqgħa pubblika għal kull min wera ruħu interessat fit-tmexxija ta' dawn il-faċilitajiet u evalwa t-talbiet ta' erba' għaqdiet li kienu interessati fit-tmexxija, kkonkluda li fl-opinjoni tas-Segretarjat il-klabb tar-Rabat Depiro Basketball Club kellu l-potenzjal li jerfa' l-piż tat-tmexxija.", "B'hekk f'laqgħa fejn kienu preżenti rappreżentanti tal-istess imsemmi Club, l-Għaqda Residenti Mtarfa, Rabat Ajax u Kerygna, ġie miftiehem illi:-", "1.", "Ir-Rabat Depiro Basketball Club jieħdu t-tmexxija tal-Gym u t-Tennis Courts.", "2.", "Rabat Ajax jieħdu t-tmexxija tal-football ground.", "3.", "L-Għaqda Residenti Mtarfa jingħataw observer status fuq il-kumitat ta' tmexxija.", "4.", "Il-Moviment Kerygma u l-Għaqda Torball jingħataw dritt għall-użu tal- faċilitajiet bi ftehim mal-kumitat tat-tmexxija.", "Bħala kondizzjonijiet tal-kuntratt intużaw il-kondizzjonijiet tal- faċilitajiet sportivi kif proposti mill-Kunsill Malti għall-Isport.", "Il- kuntratt bejn ir-Rabat Depiro Basketball Club u l-Awtorita' tad-Djar ġie ffirmat fil-15 ta' Ġunju, 1998.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li nhar it-23 ta' Ġunju, 1998 se ssir iċ-ċerimonja simbolika tal-iffirmar tal- kuntratt proprju fil-Gym tal-Mtarfa fejn ser tiġi organizzata bibita mill- club bħala tifkira tal-okkażjoni.", "Għal din l-okkażjoni fuq rakkomandazzjoni tal-club ġew mistiedna barra l-mistednin distinti, rappreżentanti tal-għaqdiet imsemmija fil-kuntratt u għaqdiet oħra mil- lokal.", "Għalhekk inħasset il-ħtieġa li l-ipproċessar tal-kuntratt ul- ħlasijiet dovuti jsiru f'data oħra qabel it-23 ta' Ġunju, 1998 biex niffaċilitaw il-proċess.", "Id-data tal-15 ta' Ġunju, 1998 ġiet iffissata minn naħa tal-Awtorita' tad-Djar.", "Għal din ir-raġuni l-kuntratt sar fil-15 ta' Ġunju, 1998.", "PJAZEZ PUBBLIĊI - MONUMENTI", "15194.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx policy fis-seħħ dwar tqegħid ta' monumenti fi pjazez pubbliċi jew postijiet pubbliċi oħra?", "Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li jkun hawn policy fuq dawn il-monumenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TARXIEN - TRIQ JOSEPH BURLO'", "15195.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10801, jista' l-Ministru jgħid meta huma maħsuba li jibdew ix-xogħlijiet fi Triq Joseph Burlo', Tarxien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 10801.", "PA - INKJESTI INTERNI", "15196.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mis-sitt inkjesti li saru fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar tul dawn l- aħħar 15-il xahar, instabux xi mpjegati ħatja?", "Jista' jgħid liema gradi ta' ħaddiema kienu investigati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba dwar is-sitt inkjesti li saru fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar tul dawn l-aħħar 15 il-xahar hija kif ġej:", "GRAD DEĊIŻJONI", "Enforcement Unit Manager Mhux ħati Transport Planning Unit Manager Mhux ħati Senior Enforcement Officer Mhux ħati Senior Planning Technician Mhux ħati Planning Technician Mhux ħati Senior Enforcement Officer Ħati ta' nuqqas ta' organiżżazzjoni u ammonit bil-miktub.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "ATT DWAR TFAL U ŻGĦAŻAGĦ", "W1,460.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMRBI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,328 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jsiru emendi għal titjieb u għall-aġġornament ta' l- Att XVIII ta' l-1980 u ċioe' Kapitlu 285 - Att dwar Tfal u Żgħażagħ, Ordinanza għall-Ħarsien, speċjalment fejn jidħlu l-applikabbilita' ta' Artikoli 3, 4 u 6 inter alia?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għad li kien hemm diskussjonijiet informali dwar xi rtokki jew emendi fl-Att XVIII ta' l- 1980, Kap. 285, fil-fatt dan qatt ma wassal biex isiru b'mod formali.", "Jekk hemm xi suġġerimenti min-naħa ta' l-Onor.", "Interpellant dwar xi emendi, jista' jgħaddihom lilna biex jiġu kkonsidrati.", "SANTA VENERA: TRIQ CANNON BONNICI - TISWIJA", "W1,646.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Cannon Bonnici, Santa Venera tiġi rranġata jew imqar tiġi mwittija t-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "TA' XBIEX - FTUĦ TA' ĦWIENET", "W1,648.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilita' li l-ħafna ħwienet magħluqin f'Ta' Xbiex jerġgħu jinfetħu, forsi anke b'inċentiv da parti tal-Gvern a benefiċċju tal-komunita' residenzjali/kummerċjali ta' Ta' Xbiex?", "(Eżempju F1/F2 Housing Estate, Ta' Xbiex)", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu."]} {"filename": "19970728_109d_par.doc", "date": "1997-07-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 109 It-Tnejn, 28 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 109", "It-Tnejn, 28 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "109", "It-Tnejn, 28 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 412", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 412", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 417", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 417", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL(IT-TIENI QARI) 426", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 442", "AĠĠORNAMENT 444", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 450", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 108 li saret fil-25 ta' Lulju, 1997 ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MDC - FABBRIKI", "7557.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Tony Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn jinsabu l-fabbriki allokati jew mikrija mill-MDC?", "Lil min huma mikrija?", "Kemm hija mikrija kull waħda?", "Meta tagħlaq il-kirja preżenti?", "Kemm hemm arretrati fil-kera f'kull każ u ta' liema perijodu?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Il-fabbriki allokati jew mikrija mill-MDC jinsabu f'dawn l- oqsma industrijali ta' Ħ'Attard, Bulebel, Corradino, Ħal Far, Ħal Luqa, il- Marsa, l-Imrieħel, ir-Ricasoli, San Ġwann, Ta` Qali, il-Mosta Technopark u x-Xewkija f'Ta' Dbiegi.", "Hemm ukoll xi fabbriki li huma sparpaljati li m'humiex fl-oqsma industrijali imma l-istess huma ta' l-MDC.", "It-tieni parti tad-domanda dwar lil min huma mikrija, kemm hija mikrija kull waħda u meta tagħlaq il-kirja preżenti titratta informazzjoni ta' natura konfidenzjali li hija koperta mill-konfidenzjalita` taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali 1988.", "Jiġifieri li wieħed joqgħod jgħid li \"X\" għandu kera ta' Lm \"Y\" hija koperta mil-liġi, imma jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni għal xi skop partikolari jien ma naħsibx li jekk imur l-MDC ma jagħtuhielux.", "Jista' anke jiġi għandi bħala ministru u naraw jekk hemmx xi skop għal dik id-domanda.", "Nista' ngħid li parti sostanzjali ta` l-allokazzjonijiet saret wara li daħal in vigore l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Ir-rati skond dan l- Att huma Lm1.75 kull metru kwadru għall-ewwel tliet snin u Lm 3.00 kull metru kwadru għas-snin sussegwenti, fil-każ ta` fabbriki.", "Fil-każ ta` siti, ir-rata ta` ċens annwali hija ta` 23c kull metru kwadru għal siti ta` anqas minn 1,000 metru kwadru u 50c kull metru kwadru għal siti akbar.", "Informazzjoni aktar iddettaljata ma tistax tiġi ppubblikata minħabba l- istess kondizzjonijiet ta` konfidenzjalita`.", "Nista' nżid ma' dan, li jien tajt direzzjoni ġenerali sabiex, kemm għal dawk li għandhom x'jaqsmu ma' kirjiet, kif ukoll għal dawk li għandhom x'jaqsmu ma' għotija ta' ċens temporanju, ikun hemm formola li tapplika għal kulħadd.", "Dawk li huma export oriented - u l-persentaġġ ħallejtu f'idejhom, imma jien naħseb li għandu jkun mhux inqas minn 75% - igawdu minn rati more or less kif qegħdin fil-preżent.", "Iżda kien hemm diffikultajiet kbar biex azjenda li ma tkunx export oriented tkun tista' tieħu post mingħajr ma tinkiser il-liġi għax, kif jaf kulħadd, fil-passat ġew mogħtija ħafna u ħafna fabbriki li m'humiex export oriented.", "Peress li wieħed irid isib soluzzjoni għal dawk li jkollhom parti mill-prodott export oriented u anke parti għas-suq lokali, issuġġerejt li l-kera għandha tkun marbuta mal-value added, fis-sens li aktar ma jkun il-value added anqas għandha tkun il-kera.", "Esperti u nies oħra min-naħa ta' l-MDC lestew dawn il-proposti li issa se jgħaddu għall-konsiderazzjoni tal-bord ta' l-MDC.", "L- idea hija biex ma jkunx hemm distinzjoni bejn industrijalist u ieħor fl- għoti taċ-ċnus u tal-kirjiet u biex l-allokazzjonijiet jingħataw on terms li huma fair u l-istess għal kulħadd.", "L-aħħar domanda hija kemm hemm arretrati fil-kera f'kull każ u ta' liema perijodu.", "Riċentement fil-gazzetti ntqal li kien hemm ċertu ammont ta' arretrati ta' l-MDC u ħadt pjaċir li saritli din id-domanda għaliex nista' nagħti informazzjoni aktar preċiża dwarha.", "L-arretrati fit-30 ta` Ġunju 1997 kienu jammontaw għal Lm 3.198,000.", "Issa wieħed għandu jara kif inhuma maqsuma.", "Arretrati ta` nies li huma ex-tenants, jiġifieri għalqu u ma komplewx bl- azjenda tagħhom - li minnhom hemm anke arretrati ta' 15-il sena - huma ta' Lm969,754.", "Hawnhekk ċertament għandna problema li writniha għax dawn il- flus m'humiex faċli li tirkuprahom.", "Arretrati għal perjodu ta` inqas minn sena, jiġifieri minn mindu sirt ministru jien kważi, jammontaw għal Lm560,571.", "Jiġifieri mill-ammont ta' kirjiet li għandha l-MDC, li jaqbeż bejn wieħed u ieħor Lm2 miljun fis- sena - daqshekk iddaħħal, ftit iktar jew ftit inqas minn Lm2 miljun - hemm arretrati ta' Lm560,000 fuq dan il-perijodu.", "Naħseb li dan ma jikkomparax ħażin ma' perijodi oħrajn - m'iniex sodisfatt ovvjament - fejn jidher li kienet tinġabar nofs il-kirja, jiġifieri l-arretrati kienu jkunu ta' 50% u mhux 25%.", "Imma ovvjament wieħed irid jara li kemm jista' jkun dawn jinġabru.", "Imbagħad hemm arretrati ta' aktar minn sena li jammontaw għal Lm1,668,000 ta` nies li għadhom jaħdmu.", "Wieħed għandu japprezza li hawn Malta l-fabbriki ma jingħatawx b'kirjiet kummerċjali.", "Kulħadd jaf li l-kera kummerċjali ta' l-art hija bejn wieħed u ieħor Lm15 per square metre.", "Illum qed nagħtu fabbriki b'kera mhux kummerċjali fejn għall-ewwel żmien tkun bil-Lm1.75 u mbagħad togħla għal Lm3.", "Din hija l-aktar ħaġa li tattira lill-industriji barranin f'pajjiżna għaliex ħafna drabi f'pajjiżi oħrajn jagħtuhom l-art u somma flus u jkollhom jibnu l-fabbrika huma, waqt li hawn Malta bniedem jista' jiġi u jingħata fabbrika b'rata ssussidjata.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jekk il-Ministru għandu dan it-tagħrif hawn, jista' jgħid kemm għandna fabbriki vojta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Din hija waħda mill-problemi li sibt kif sirt minstru.", "Meta jien staqsejt din id-domanda ma stajtx ningħata a straight answer.", "Jien ippretendejt li għallinqas fl-MDC għandu jkun hemm cadastre li jindika ċar u tond fejn huma l-fabbriki, ta' min huma, kemm huma mikrija, liema huma vojta u liema huma underutilized.", "Dawn m'humiex xi affarijiet biex iġġib xi SGS oħra minn barra.", "Dawn huma basic things of getting your house in order.", "Dan ma kienx jeżisti u llum għadna qed naħdmu biex naraw kemm kienet gravi u kbira l-problema - fabbriki li jingħataw lil ħaddieħor, fabbriki li jintużaw biex fihom ipoġġu l-yachts, oħrajn ipoġġu l-għamara u oħrajn flok jintużaw bħala post fejn issir il- manifattura spiċċaw jintużaw bħala warehouse.", "Hemm teams qed iduru industrial estate wara l-ieħor, jimmarkaw fabbrika fabbrika, u mhux biss qegħdin jaraw lil min hi mikrija u kemm hi mikrija il-fabbrika - għax dik suppost toħroġ min-naħa ta' l-accounts - iżda min hemm verament physically ġo fiha.", "Tlabt ukoll li l-fabbriki jiġu graded according to their present structure u l-grades jingħatawlhom fuq bażi minn \"A\" il fuq - sa għaxar postijiet - u qed jingħata l-grading lil kull industrial estate ukoll.", "Qabel kellna l-istess grading għal fabbrika li qiegħda t-Technopark u fabbrika oħra li qiegħda r-Ricasoli jew Ħal Far.", "Dan huwa ħażin għaliex il-faċilitajiet li wieħed għandu f'ċerti postijiet huma totalment differenti mill-faċilitajiet li għandhom f'postijiet oħrajn.", "Jien deherli li biex dan l-eżerċizzju li tlabtni int ikun komprensiv, l-ewwelnett irid isir studju fabbrika fabbrika bir-ritratti u bil-pjanti kif amministratur ta' l-affari tiegħu - l-MDC hija l-amministratur - għandu jagħmel.", "Dan qed jagħmluh u nista' ngħid ukoll kif qed isir biex nagħtik aktar informazzjoni.", "Sfortunatament fl-MDC kien kollox iċċentralizzat u jien deherli li dan kien ħażin.", "Il-pożizzjoni tal-ministru dwar l-MDC hija ftit anomala għax dan ma jistax jikkmanda imma jista' jagħti indikazzjonijiet ġenerali u bħala ministru jien tajt indikazzjoni ġenerali kif għandha ssir u l-industrial estates ġew maqsuma f'erba' zoni prinċipali.", "F'kull zona prinċipali għandu jkun hemm uffiċċju f'wieħed mill-industrial estates.", "Per eżempju, Bulebel ikun responsabbli għal Bulebel u tlieta oħra; jekk l-uffiċċju jkun fit-Technopark ikun responsabbli għal hemm u tlieta oħra.", "Fid-district offices ikun hemm il-perit u l-istaff tiegħu preżenti biex l-ewwelnett ikollu aktar kontroll x'qed isir fl-industrial estates infushom; u t-tieni nett biex ikun aktar effiċjenti għall- affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' maintenance u general cleaning ta' l- industrial estates, li ma jiena sodisfatt assolutament xejn bil-metodu li qed jintuża minkejja l-isforzi kbar li qed nagħmlu min-naħa tagħna.", "Jiena naħseb li sa l-aħħar tas-sajf inkunu f'pożizzjoni li mhux biss inkunu nafu n-numru ta' fabbriki li huma verament vojta - għax verament vojta on paper hemm bejn 35 u 40; għax hemm minn wieħed sa tlieta li ddepożitaw il-kera imma għadhom ma bdewx jimmanifatturaw - u nkunu nafu liema huma dawk il- fabbriki li għandhom bżonn ħafna inqas spazju milli għandhom għad- dispożizzjoni tagħhom.", "Nista' ngħid li l-MDC issib ħafna ostakli minn ex-tenants biex tieħu lura l-premises li ma jibqgħux jintużaw għall-manifattura.", "Din hija xi ħaġa verament egoista għax wara li l-Istat ikun ipprovda fabbrika b'sussidju kbir lill-industrijalist, meta dan jispiċċa jimmanifattura l- inqas ħaġa li wieħed jippretendi huwa li jirritorna ċ-ċavetta lill-MDC mingħajr inkwiet ta' xejn!", "Għandna wkoll numru kbir ta' fabbriki li huma underutilized jew inkella not utilized at all. Jiena din nistmerrha għax meta mbagħad għandek nies li verament huma fil-manifattura u għandhom bżonn premises, insibu din il-problema ta' fabbriki.", "In-numru ta' applikazzjonijiet li għandna għal investiment lokali huwa kważi kważi daqs in-numru ta' fabbriki li għandna vojta.", "Jiġifieri wieħed jista' jara kemm is-sitwazzjoni hija prekarja.", "Jiena lill-MDC tajtha ordni - jista' jkun min ikun - biex jekk il-fabbrika ma tkunx qed tintuża għall-manifattura jagħmlu proċeduri u jiżgumbraw.", "Fil-fatt, diġa' bdew għax imbagħad kif isir żgombru kulħadd jibda jċempel u kulħadd jibda jara kif se jagħmel.", "Din is-sitwazzjoni hija ntollerabbli.", "Anke ma' dawk l-industrijalisti li m'humiex qed jutilizzaw il-fabbrika għall-manifattura, kif inhi mogħtija lilhom, u qed jużaw parti żgħira tal- fabbrika, qed ikolli nkun iebes ħafna fl-instructions tiegħi għax għandna bżonn il-fabbriki.", "Għandna lista kbira ta' nies li jixtiequ fabbrika u mhux barranin biss imma anke nies li jistgħu jipproduċu parti għall- esportazzjoni u parti kbira għal-lokal.", "Naħseb li fuq dan hemm qbil għaliex huwa l-mod ġust kif wieħed għandu jimxi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk fhimt sew, il-Ministru qal li qed jippjana biex il-bord jirrivedi r-rati tal-kera tal-fabbriki li se jkunu bbażati fuq il-kriterju tal-valur miżjud, jiġifieri iktar m'għandek valur miżjud inqas se tkun il-kera.", "Jidhirlu l-Ministru li wieħed irid iħares lejn affarijiet oħra wkoll u mhux biss il-valur miżjud?", "Per eżempju, nafu li f'ċerti kuntratti li l-SGS kellha ma' l-IBM, il-parti tal-valur miżjud kien baxx ħafna pero' l-volum tax-xogħol kien enormi.", "Meta tan-naħa l-oħra kienu għadhom fl-oppożizzjoni u kienu jikkritikawna proprju għaliex il-valur miżjud ma kienx għoli biżżejjed, jiena dejjem kont ngħid li wieħed irid iħares lejn il-kwadru kollu.", "Allura jidhirlux il-Ministru li, meta se jirrivedi l-kera b'dan il-mod, jista' joħloq diffikultajiet u għalhekk wieħed ma jridx biss iħares lejn dan il-kriterju - għalkemm huwa tajjeb li tħares lejn il-valur miżjud - imma jrid ikun hemm pakkett ta' kriterji oħra, kwadru iktar wiesa' biex wieħed ikun jista' jara sewwa sew il- kontribut ta' dak is-settur?", "Kultant ukoll jiġri bil-maqlub, fis-sens li jkollok fwieħa għolja li tiġi mportata bil-prezz ta' Lm1 u tinbiegħ bil-prezz ta' Lm5.", "Jidhirlu l- Ministru li f'dan il-każ, li sempliċement titfa' din il-fwieħa fi fliexken, għalkemm l-operazzjoni tkun tidher li għandha valur miżjud għoli imma fil- fatt ma tkunx qed tagħti kontribut lill-ekonomija tagħna, m'għandux jiġi ssussidjat b'din il-formola li qed jgħid?", "Jidhirlu l-Ministru li allura wieħed irid iħares lejn xi ħaġa ferm iktar wiesgħa biex tkun tista' toħroġ kriterju ġust, li jimbotta l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Naħseb li x-shadow minister jew ma fehemnix għax ma spjegajtx ruħi tajjeb jew forsi ma semagħnix waqt li kien dieħel fil-Kamra.", "Il-bażi tagħha hija maqsuma fi tnejn.", "L-ewwel benchmark huwa l- esportazzjoni.", "Jekk fabbrika se tesporta aktar minn 75% - jidhirli li m'għandux ikun inqas minn 75% - jew anke jekk tkun qed tagħmel sourcing out - jiġifieri meta fabbrika tkun qed tipproduċi affarijiet għal fabbrika oħra li tibgħat xogħol barra - dik għandha tiġi kkonsidrata bħala export oriented.", "Ir-raġuni hija biex inti dejjem tħajjar l-investiment li huwa barrani jew tħajjar ukoll lill-Maltin biex ikunu aktar export oriented.", "F'dak il-każ il-fabbrika se tieħu s-sussidju massimu tal-kirjiet, li bejn wieħed u ieħor se jibqa' kif inhu.", "L-unika differenza li se jkun hemm hija li se jkun hemm distinzjoni bejn l-industrial estate u l-istate of the factory.", "Kif diġa' spjegajt, jekk illum tieħu fabbrika fl-aqwa industrial estate ta' Malta - id-de luxe industrial estate, it-Technopark - u fabbrika fl- agħar industrial estate ta' Malta - ma nsemmix waħda mill-agħar għax inkella min qiegħed hemm iħossu inferjuri! - bejn wieħed u ieħor għandhom l- istess regoli.", "Illum fabbrika li hija fi pristine condition jew fabbrika li trid tagħmlilha ħafna u ħafna spejjeż biex tagħmilha upgrading teħodha bl-istess kera.", "Jien ma jidhirlix li dan huwa sewwa.", "Irid ikun hemm grading tal-fabbriki u grading ta' l-industrial estates - dan ta' l-aħħar diġa' sar.", "Imma l-periti ta' l-MDC għamlu l-valur tal-fabbrika u ta' l- artijiet at the going rate - li jvarja minn Lm15 'il fuq kull square metre - imma s-sussidju se jingħata biex il-kirjiet ta' dawk li huma export oriented jibqgħu bejn wieħed u ieħor Lm3 u Lm4, kif inhuma llum.", "Kif diġa' spjegajt, kien hawn problema għax fil-każ ta' industrija li mhijiex export oriented - mhux qed nitkellmu fuq huts jew fuq plots, dawn niġu għalihom aktar tard - ma kienx faċli li l-MDC tagħtiha fabbrika.", "Kif tista' l-MDC tagħti ċerta għajnuna lill-industrijalist lokali meta ma tistax tagħtih il-fabbrika għax li għandha trid iżżommhom għal min ġej minn barra jew għal min jesporta?", "Allura ħloqna sistema fejn għalkemm se tinkoraġġixxi biex wieħed jipproduċi, min-naħa l-oħra trid toqgħod attent li ma tagħmilx distinzjoni kbira għax imbagħad kull min għandu post joħroġ minnu biex imur ġo post ta' l-MDC għax hemmhekk il-kirja tkun totalment issussidjata.", "L-MDC m'hijiex f'pożizzjoni finanzjarja li tagħmel hekk allavolja qiegħda hemm biex tgħin lill-industrija.", "Ħarġu b'diversi suġġerimenti li għandhom jittieħdu into consideration għall-kirjiet.", "Kollha għandhom it-tajjeb u l-ħażin - bħall-eżempju tal- fwieħa li semma l-Onor.", "Bonnici - pero' l-iżjed wieħed li jien rajt ġust kien dak marbut ma' l-export u mal-value added, almenu sal-lum, sakemm forsi inti ma tissuġġerixxilix xi ħaġa oħra.", "I am always open to suggestions.", "L-unika ħaġa li nista' nżid hija li aktar ma tesporta aktar jista' jkollok sussidju fuq il-kera.", "Aħna rridu ngħinu lill-industrijalist tagħna biex jesporta.", "Forsi din tista' tiġi wkoll estiża jekk grupp ta' kumpanniji jingħaqdu flimkien f'suġġett jew oġġett wieħed.", "Ħaġa li xtaqt inżid hija dwar il-kwestjoni taċ-ċens.", "Fl-imgħoddi l-MDC kienet tagħti fabbriki b'ċens.", "Jiena ma nafx kemm dan kien legali - ħa nkun onest - għax mil-liġi li kien hemm qabel jidher li din kienet marbuta aktar ma' l-industrija ż-żgħira, ma' huts jew crafts.", "Allura biddilniha biex nirregolarizzaw dak li sar fl-imgħoddi ħalli naraw jekk, fil-każ ta' ċerti azjendi li ħadu b'ċens postijiet li kienu mmirati għall-industrija l- kbira, ħaduhomx b'mod li seta' jsir, għalkemm jiena naf li l-ministru kien ġie advised li dan seta' jsir - jiġifieri bl-ebda mod ma jien ngħid li kienet xi ħaġa ministerjali imma kienet xi ħaġa amministrattiva - skond it-teknika tal-liġi.", "Allura ridna nirregolarizzaw il-pożizzjoni u aktar minn hekk ridna nneħħu kull dubju fuq min forsi nvesta flus kbar - anke miljuni - biex seta' jibni l-fabbrika.", "Fejn għandu x'jaqsam iċ-ċens, l-ewwelnett għandek il-problema ta' fuq liema bażi u fuq liema kriterji se tagħtih.", "Għandek tagħtih bis-sistema tal-bargaining?", "Qabel l-MDC kienet tevalwa fabbrika, isir bargaining, innaqqas minn hawn u nġebbed minn hemm u dak ikun il-premium u mbagħad jingħata ċens ta' 23c per square metre.", "Jiena deherli li l-bargaining system għandha tinqata'.", "Jekk imur perit u jistma fabbrika dak għandu jkun il-premium u jekk industrijalist mhux lest li joffri dak il-premium, il- persentaġġ tad-differenza jrid jeħodha bl-istess rata, bħallikieku ħadha b'kera.", "Jiġifieri jekk għandek post fejn industrijalist offra Lm200,000 għandu jħallas il-ground rent tagħha, li għalija m'għandhiex tkun inqas minn Lm1 kull metru kwadru għax kienet redikola kif kienet.", "Biex wieħed jieħu idea, f'Ħ'Attard hemm fabbrika ta' bejn 3,000 u 4,000 metru kwadru li kienet mogħtija b'ċens ta' 23c bla premium, jekk m'iniex sejjer żball, u din tħaddem għaxar impjegati.", "Hija underutilized u meta l-MDC talbet biex tieħu dik il-fabbrika lura min hemm ġo fiha talab somma li toqrob Lm0.75 miljun, biex tara b'liema mod kienu jsiru ċerti affarijiet!", "Biex dan jinqata' għamilna sistema li tapplika għal kulħadd mingħajr distinzjoni.", "M'hemmx bargaining u mhux se jkun hemm każi fejn fabbrika li tkun tiswa Lm300,000 jiġi wieħed u joffri Lm200,000 u mbagħad ngħadduha bord.", "That has to stop.", "L-MDC m'hijiex qiegħda hemm biex tagħmel bargaining.", "Jekk l- industrijalist lest joffri Lm200,000 fair enough, imma l-Lm100,000 l-oħra trid tiġi meqjusa bħala kera jew inkella jeħodha b'ċens temporanju b'rata differenti li tkun ekwivalenti għal Lm4 jew Lm5-il metru kwadru, mhux bi 23c.", "Irrid ngħid ukoll li l-crafts u l-huts bqajna nissussidjawhom bl-aktar mod heavy għax aħna jidhrilna li l-industrija ċ-ċkejkna għandha tingħata l- għajnuna kollha possibbli biex huma jiġġeneraw in-negozju tagħhom.", "Nistgħu ngħidu li se jkollhom rati ogħla imma b'differenza minn kif kien isir fl- imgħoddi.", "X'inhi din id-differenza?", "Kulħadd jaf li kien hemm min jieħu hut imbagħad jagħtih lil ħaddieħor u jieħu l-premium hu u kien isir negozju bil-huts, bil-postijiet u bl-artijiet li jingħataw.", "Allura l-indikazzjoni ġenerali li tajthom hija li meta wieħed se jieħu art jew fabbrika b'rata ssussidjata, jekk din tiġi ttrasferita outside the family, lid- dixxendenti, lit-tifel jew inkella lill-kumpannija li jkollha l-maġġoranza tax-shareholding jew inkella l-kontroll ta' l-istess kumpannija, għal dak il-kera tkun mingħajr sussidju ta' xejn.", "Imbagħad minn 23c togħla kemm għandha togħla skond il-formola li hija wżata.", "Dan sabiex wieħed ma jinnegozjax artijiet, huts jew fabbriki ta' l-MDC.", "Dik kienet ir-raġuni għaliex għamilt hekk.", "Dwar l-artijiet dan il-Gvern għandu policy qawwija li jiftaħ parks għall- industrija ż-żgħira.", "Bħalissa d-diffikultajiet li għandna m'humiex biex niżviluppaw l-idea jew biex insibu n-nies biex jieħdu l-plots imma biex jiġu ddentifikati aktar postijiet.", "Aħna ma nemmnux li kulħadd għandu jmur f'post wieħed - jekk inti mir-Rabat tmur Ta' Qali; jekk inti mix-Xewkija tmur f'post ieħor Għawdex - imma għandu jkun hemm diversi tradesman parks f'postijiet differenti ta' Malta.", "Għax jekk wieħed għandu l-custom tiegħu l-Ħamrun mhux se jmur Ħal Far, irid ikun post viċin.", "Waħda mir-raġunijiet hija l-ambjent - għax aħna nafu l-istorbju u r-riħa li toħroġ minn ċerti ndustriji - kif ukoll biex wieħed jagħti għajnuna lil min għandu enterprising spirit.", "Identifikajna erbgħa jew ħamsa - Ħal Far, Kordin, ir- Ricasoli u dak li kien hemm qabel Ħal Luqa u l-parti tiegħu li issa ġiet irridisinjata biex inkunu nistgħu nakkomodaw aktar nies għaliex Ħal Luqa, allavolja hija garage area, hemm tliet fabbriki kbar, hemm il-batching plant u hemm tnejn jew tliet fabbriki ta' l-għamara - u l-idea hija proprju biex fit-tradesman parks ikun hemm l-industriji ż-żgħar.", "Imma, nerġa' nirripeti, li f'dan il-każ aħna se nagħtu s-sussidju sħiħ.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il- Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-welfare gap matul il-perijodu bejn l-1987 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7812.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' persuni li ma baqgħux jirreġistraw għax- xogħol minn jeddhom bejn l-1 ta' Ottubru 1994 u t-30 ta' Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7702.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-25 ta' Lulju, 1997 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, fl-aħħar seduta li kellna fuq dan is-suġġett kont bdejt nagħmel il-winding up tad-debate rigward l-emendi fil-liġi tal-Planning Authority u llum nispera li ma ndumx ħalli nagħlaq dan id-dibattitu.", "Ilkoll naqblu li l-Planning Authority kellu jkun żvilupp tajjeb li l-pajjiż għandu bżonn u naqblu wkoll li kull oġġett għandu bżonn li jiġi rranġat minn żmien għal żmien.", "L-aħħar darba kkwotajt ħafna mill- affarijiet li qalu l-kollegi tan-naħa l-oħra - ma nikkwotax x'qed tgħid din in-naħa ħalli ma jmurx xi ħadd jaħseb li din in-naħa għandha xi ħaġa partikolari kontra l-Planning Authority, kif sfortunatament iridu jagħtu l- impressjoni ċerti setturi tal-media - rigward ir-riformi li kellha bżonn il- Planning Authority.", "Barra minn hekk, irrimarkajt ukoll fuq il-fatt li minkejja li kulħadd kien jaf u kulħadd kellu l-opinjonijiet negattivi tiegħu fuq il-Planning Authority, xorta jibqa' l-fatt li n-naħa l-oħra ma kienet għamlet xejn biex dawn l-affarijiet jitranġaw.", "Ma' dan il-kor - kont ħsibt li kien eżawrjenti - kellna wkoll ħadd inqas mill-ex-Viċi Prim Ministru, l-Onor.", "Guido de Marco li, f'artiklu li għoġbu jikteb f'\"il- mument\", reġa' ngħaqad mal-kor ta' dak li kellha x'tgħid l-Oppożizzjoni rigward il-Planning Authority.", "Dan qed ngħidu mhux biex nitfa' dellijiet koroh fuq il-Planning Authority imma biex inkompli nuri kemm din in-naħa għandha raġun li tagħmel emendi għal din il-liġi għaliex ir-riżultati ma kenux dak li wieħed kien jixtieq.", "Jiena se nikkwota mill-artiklu li kiteb l-Onor.", "Guido de Marco f\"\"il- mument\" tal-bieraħ fejn qal hekk: \"Filwaqt illi din il-filosofija kienet tajba switilna ħsara għall-mod ħafna drabi arroganti, kif kienet iġġib ruħha l-burokrazija ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fil-livell burokratiku l-istil negattiv tagħha għamel ħsara lill-Gvern Nazzjonalista.\"", "Jgħid li ħafna kienu l-ilmenti kontra l-metodi ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u jerġa' jirripeti għal darb'oħra li kienet \"arroganti\" u di piu' anke għajjarha \"tosta\" - mhux \"istħu\" biss jgħidilhom l-Onor. de Marco - u kompla jgħid li:", "\"Meta hi tonqos li tipproċessa applikazzjoni fiż-żmien mogħti mil-liġi jkollha t-tustaġni li tikteb li, jekk min talab il-permess ma jaċċettax li jtawwal iż-żmien, kien ifisser li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar qiegħda tiċħad it-talba tiegħu għall-permess mitlub.\"", "Mela hawnhekk diġa' għandna riflessjonijiet ta' xi ħadd li jidher li qed jaqbel mal-miżuri li ħadna ħalli dawn l-affarijiet ma jibqgħux.", "L-Onor. de Marco kompla jgħid hekk:", "\"Anke d-dewmien bla bżonn għal proġetti minimi ...", "U meta jien kont nispjega lin-nies li r-responsabbilta' kienet ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar kienu jgħiduli: Jiena l-vot lilek tajtu mhux lill- awtorita'.\"", "U hawnhekk l-Onor. de Marco qed jikteb fuq ir-responsabbilta' tal-politiku elett mill-poplu u fuq ir-responsabbilta' tal-ministru responsabbli mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar li jara li wara kollox he delivers lill-poplu.", "Sewwa qalulu n-nies li wara kollox il-vot lilu tawh u mingħandu jistennew spjegazzjonijiet!", "U għalaq billi kompla jgħid hekk:", "\"F'dan il-kontest kien hemm bżonn ċerti emendi fil-liġi.\"", "Pero', biex inkun onest, imbagħad kompla jgħid li wieħed irid joqgħod attent li ma nxaqilbux wisq il-pendlu lura.", "Jien ngħidlu: Għażiż kollega tiegħi, serrah rasek għax aħna żgur li m'għandna l-ebda intenzjoni li nerġgħu nitfgħu l-pendlu lura għax dan m'hu tajjeb għal ħadd u ma kien tajjeb għal ħadd - u mhux biss kif għamel b'attakk aħrax l-Onor.", "Austin Gatt fuq il-mejjet seħibna Lorry Sant - għax dan japplika għal kulħadd.", "Hija ħasra li meta nħarsu lura naħsbu li d- dinja bdiet fl-1978 u ninsew li qabel Lorry Sant kien hemm l-ex-Ministru Caruana u qabel Caruana kien hemm l-ex-Ministru Spiteri u ma naħsibx li jekk nibdew insemmu l-affarijiet kulħadd joħroġ minn hawnhekk, kif tgħid l- espressjoni Taljana, con mani pulite.", "Għalhekk ejjew noqogħdu attenti li jekk se nagħmlu att ta' contrition, att ta' ndiema, ejjew ngħidu: Iva, saru affarijiet mhux korretti u ħżiena fil-passat.", "Pero' aħna m'aħniex hawnhekk biex nitfgħu l-aspersjonijiet fuq min ma kienx daqshekk perfett u rridu noqogħdu attenti li fil-proċess ma nkunux aħna stess li meta nħarsu lura nitfixklu għax inkunu rridu nipprovaw nimxu 'l quddiem.", "Madam Speaker, dan qed ngħidu ħalli nindirizza u ngħaqqad dak li għidt l-aħħar darba ma' dak li se ngħid illum.", "Meta kont bdejt nagħmel il-winding up ipprovajt nispjega kemm kienu nġusti u infondati l-allegazzjonijiet esaġerati li qed isiru dwar il-fatt li l-ministru se jieħu xi poteri kbar f'idejh.", "Spjegajt biċċa biċċa l-liġi kollha u l-emendi li qed insemmu u wrejt kemm m'huma veru xejn dawn l- allegazzjonijiet u kemm il-liġi kif inhi sal-lum, anke mingħajr ma tittifes, ukoll għandha miżuri u mezzi kif ministru li jrid jabbuża jista' jabbuża.", "M'hemmx għalfejn isiru emendi, għax jekk ministru jrid jabbuża u ma jkunx korrett, kif inhi l-liġi llum jista' jagħmel dak kollu li jrid.", "Semmejt artiklu 60, li ħadd min-naħa l-oħra ma semma, għax ridt nissollevah ħalli nkunu nafu li fejn irid isir abbuż wieħed jista' jabbuża.", "Tkellimt ukoll fuq il-kwestjoni tan-nuqqas ta' trasparenza u ġibt ir- raġunijiet meta d-deliberazzjonijiet għandhom isiru fil-magħluq, cioe' meta membru tal-bord moralment iħossu li mhux qiegħed komdu li jiddelibera fuq dak li jkun sema'.", "Madam Speaker, illum fil-ftit ħin li se nieħu xtaqt li nħares lejn l-aspetti pożittivi ta' l-emendi.", "S'issa, biex ngħid hekk, qed niddefendi dawk li ġew tagged u mlaqqma aspetti negattivi, pero' sfortunatament dwar dak li hu pożittiv ma ntqal kważi xejn min-naħa l-oħra u kienu xi wħud biss li semmew xi affarijiet żgħar.", "Ħalli ngħid b'dawn l- emendi li qed nipproponu x'se nagħmlu ta' ġid għal min juża l-Planning Authority.", "L-ewwel ħaġa li se nagħmlu huwa t-twaqqif ta' kumitat ġdid imsejjah il- kumitat ta' l-utenti - din il-kelma ma tantx tgħoġobni għax iktar niftehmu b'users committee - jiġifieri l-kumitat ta' dawk li jużaw, bħalma għandek il-kumitat ta' l-airport users, għax illum daħlet din l-idea.", "Hawnhekk qed ngħidu li, filwaqt li hemm il-planning consultative council li għandu funzjonijiet differenti ħafna, ejjew nagħmlu kumitat li l-iskop tiegħu għandu jkun li, fl-interess ta' min qed juża l-Planning Authority - hawnhekk qed nitkellmu fuq il-periti, fuq iċ-ċittadin, fuq l-għaqdiet ambjentali, fuq l-iżviluppaturi u fuq il-kunsilli lokali - se jkun hemm kumitat li l-iskop tiegħu se jkun li jissorvelja l-funzjonament ġenerali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat, fl- interess tal-pubbliku ġenerali, proċess mgħaġġel u ġust u kull trasparenza u uniformita' fid-deċiżjonijiet u fl-atti ta' l-awtorita'.", "Jiġifieri dan għandu jissorvelja t-treġija ta' l-awtorita' u għandu jipproponi - mhux jiddetta, jindaħal jew jagħmel għax dan m'għandux saħħa eżekuttiva - lill-awtorita' jew lill-ministru, skond il-każ, li jsiru dawk il-bidliet għall-proċessi u għall-għemil amministrattiv hekk kif jidhirlu li jkun xieraq.", "Hawnhekk ukoll reġa' kien hemm xi ħadd li qal li dan irid jirrapporta lill-ministru.", "Imma skużi dan lil min se jikteb?", "Dan il-kumitat qed jitwaqqaf biex jinforma u javża lill-ministru, bħalma n-nies jiktbu l-ittri fil-gazzetti u jappellaw lill-ministru, għax fuq kollox dejjem il-ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jeħel ta' x'ikun qed jiġri - bħall-ittra li għandi quddiemi u li issa naqrahielek, Madam Speaker - u n-nies dejjem lill-ministru jappellaw.", "Għalhekk dan il-kumitat ta' l-utenti jibda jiġbed l-attenzjoni tal- ministru dwar dak li jidher li mhux qiegħed miexi tajjeb fil-Planning Authority.", "Jien naħseb li bl-ebda mod wieħed m'għandu għalfejn jieħu għalih għax ikollu watchdog li jkun qiegħed iħares lejh.", "Jien għalhekk insistejt li dan ma jkollux saħħa eżekuttiva li jidħol fil-Planning Authority u jmur jiddetta u jkollu xi arja żejda.", "Dan il-kanal tiegħu jrid ikun through il-ministru.", "Dan qed ngħidu għaliex jekk kemm-il darba dan il-kumitat jinnota ċerti affarijiet u jġibhom għall-attenzjoni tal- ministru, il-ministru huwa responsabbli li jara li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar dawn ir-rakmandazzjonijiet - għax naturalment dan il-kumitat lill- ministru se jgħidlu x'inhu dak li qed jara li huwa ħażin u jagħmel ir- rakkmandazzjonijiet tiegħu - jekk ikunu ġusti u tajbin tħaddimhom.", "Hawnhekk irrid ngħid li ittri bħal dawn li għandi quddiemi nirċievi u din hi waħda mill-eluf li nirċievi.", "Jien ma naħsibx li f'dan il-pajjiż għandna nibqgħu li jkollok enforcement officer li għax qed jimxi ma' policy, naqblu jew ma naqblux magħha, dwar uffiċini ġol-Belt imur isib it-tifla ta' l-owner, jgħidilha li dan l-uffiċċju jrid jagħlaq b'effett immedjat u jgħidilha tgħid lill- impjegati biex l-għada ma jmorrux għax-xogħol.", "Enforcement officer dan!", "Meta t-tifla ta' l-owner staqsietu x'se tagħmel b'dawn l-impjegati u bil- familji tagħhom ir-risposta kienet: Ma jimportanix, mhux problema tiegħi, problema tiegħek!", "Dan huwa l-istil ta' ċerti enforcement officers.", "Dan każ li ġara ġewwa St Christopher Street, il-Belt.", "Jien mhux qed ngħid li din għandha raġun u lanqas li dan il-każ huwa tajjeb pero' jekk hemm policy ejjew niddiskutuha ħalli naraw hijiex tajba u x'hemm warajha u nikkonvinċu lilna nfusna jekk għandhiex tinżamm jew le.", "Jien mhux qed ngħid lanqas li m'għandux ikun hemm l-enforcement, pero' dan l-istil żgur li mhux l-istess stil li dan l-enforcement officer jew sieħbu użaw ma' dak li bena tmien imħażen daqs din il-kamra - ħalli ma nesaġerax, forsi daqs nofs din il-kamra - ġo Ħal-Farruġ u mbierek Alla ħadd ma nduna bihom qabel ma xi ħadd ġibdilna l-attenzjoni biex ngħidu lill-enforcement officer ħalli jmur jara x'hemm hemmhekk!", "Sal-lum, fuq dan il-każ tal-Belt, fejn qed nitkellmu b'din l-arroganza mas-sid - kollox sew, hemm l-appell u se nistennew l-appell ...", "Imma mbagħad f'każijiet oħra, bħalma qed insemmi ta' dawn it-tmien imħażen enormi - jew sebgħa ma nafx eżatt - lesti, imsaqqfin, bla permess u lanqas biss hemm applikazzjoni għall-permess, dan fejn kien l-enforcement officer sieħbu?", "Hawnhekk semmejna ħafna l-case officers pero' jien insemmi wkoll lill- enforcement officers li kultant jew huma torox jew għomja jew ma nafx.", "Fuq kollox ix-xogħol tagħhom huwa ta' pulizija li jduru u jaraw li ħaddieħor ma jgħidlekx: Isma', dak allura kif għamel hekk u lili mhux se tħallini?", "Kollox sew, imma int skond il-liġi mhux suppost li tagħmel hekk u min għamel hekk għamilha kontra l-liġi.", "Jiġifieri xi ħadd għalaq għajnejh u ħallih jagħmilha u issa qed jimbarazza lilna li ma nistgħux ninforzaw il- liġi fuqek biex timxi mal-liġi kif suppost.", "Dan se jkun ix-xogħol ta' dan il-kumitat ħalli dawn l-affarijiet jarahom.", "Dan se jkun ukoll ix-xogħol ta' l-amministratur il-ġdid li se jkun qiegħed responsabbli mill- administration billi jara li dawn l-affarijiet ma jkomplux għaddejjin.", "Din se tkun l-istaffa għat-tieni lot ta' emendi fuq l-enforcement li eventwalment iridu jiġu quddiem il-Kamra għax ma jistax ikun li f'dan il- pajjiż nibqgħu mexjin b'burdell u kulħadd jagħmel li jrid u kull min għandu s-saħħa jagħmel li jogħġbu.", "Għall-ewwel darba dan il-users committee se jagħti post u staffa għal dawk il-kumitati u l-għaqdiet li jrid ikollhom parti importanti fit-tmexxija tal-Planning Authority.", "Jien nerġa' ngħid u ma neskludix u ma ninnegax li kont noħlom li għad tasal il-ġurnata li jkolli bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kompost minn inqas rappreżentanza tal-gvern u iktar rappreżentanza ta' dawn l-għaqdiet.", "Jekk il-Bambin irid nittama li 'l quddiem naslu għaliha din pero' fl-istat li sibna l-Planning Authority ma nistgħux nagħmluha għalissa.", "Dan huwa mezz kif fit-tmexxija u fil-pariri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nibda ndaħħal lil dawn l-għaqdiet, speċjalment il-kunsilli lokali, l-għaqdiet ambjentali, il-Federation of Industry u l-Kamra tal-Periti ħalli jibdew jagħtu kontribut fejn jidħol planning.", "Forsi hawn min jgħidli: M'hemmx il- consultative council?", "Veru u għalhekk jien insistejt li dan kull numru ta' xhur irid jagħti rapport ħalli naraw li jaħdem għaliex dan kien hemmhekk mejjet, bla ebda funzjoni, bla ebda reazzjoni, ma jinstemax u ma jidher imkien u issa dan il-users committee naħseb li se jkollu enerġija differenti.", "X'għamilna iżjed biex l-affarijiet, fl-interess taċ-ċittadin, ikunu aħjar?", "Waħda mill-complaints kbar li kien hemm, kemm miċ-ċittadin komuni - komuni fis-sens ta' the average man in the street - kif ukoll mill-Kamra tal-Periti, kienet li dawn jgħidulek lif'daqqa waħda jitfaċċaw policies mibdula u ma tkunx taf kif iridu jiġu nterpretati.", "Il-loġika titlob li jkun aħjar li niġbdu linja u nipprovaw inkunu nafu fuq xiex qed nitkellmu.", "Jien ilni snin twal awtorizzat biex neżamina piloti u naf li hemm il- policies.", "Is-civil aviation authority Ingliża għandha l-policies tagħha, il- federal aviation authority Amerikana għandha l-policies tagħha, l- Awstraljana l-istess u anke hawn Malta għandna l-policies tagħna - għandi manual tal-policies u kull tant żmien nirċievi l-emendi u jgħiduli biex naqla' faċċata u nibdilha b'waħda aġġornata għax din hi l-policy l- ġdida u jkun hemm id-data minn meta dik il-policy tkun applikabbli - u meta kien jiġi pilota biex nagħmillu l-eżami kont nara l-aħħar policies u kont napplika lilhom.", "Din hija l-prattika normali.", "F'dan il-każ, dan il- prinċipju se napplikawh għall-Planning Authority u nieħu pjaċir ngħid li bi qbil mal-Planning Authority u mal-Kamra tal-Periti għandu joħroġ manual fil-futur qarib, anzi fil-ġimgħat li ġejjin.", "Dan se jkun fih il-policies kollha li għandha l-Planning Authority, il-kondizzjonijiet ġenerali.", "(Interruzzjonijiet) Hemm aħna, qed tara!", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici qed jgħid li kienu jirċevuh u l-Onor.", "Jesmond Mugliett qed jgħid li mhux veru.", "Imma ejja ngħidu li dan kien il-passat.", "(Interruzzjoniijiet)", "Madam Speaker, for the record għax mhux qed jinstema', l-Onor.", "Bonnici qed jgħid li l-periti kienu jirċievu update mingħand il-Planning Authority.", "Jiena m'iniex f'pożizzjoni li ngħid iva jew le.", "Jiena li naf mingħand il- Kamra tal-Periti - u qed jikkonfermah l-Onor.", "Jesmond Mugliett - huwa li, jekk kienu jirċievu, żgur li ma kenux jirċievu kollox u li kienu jirċievu ma kienx ikun f'forma organizzata.", "Imma ejja ninsewh dan aħna.", "Ejja nibdew inkunu strutturati, ejja nkunu razzjonali.", "Se jkun hemm manual uffiċjali li jinkorpora l-policies kollha maqbula, il-kondizzjonijiet ġenerali kollha u l-proċedura.", "X'hemm aktar faċli minn dan biex meta jmur klijent quddiem il-perit jgħidlu liema hija l-policy fuq dawk l-affarijiet u jgħidlu: Dik it-tieqa ma tistax tkun aktar wiesgħa minn daqshekk; dak il-bieb tal-garaxx ma jistax ikun aktar wiesa' minn tliet metri ma ma jistax ikun aktar għoli minn daqshekk għax huma policies maqbulin.", "Il-mument li l-policy titbiddel din tiġi trasmessa lill-periti kollha, jaqilgħu l-faċċata tal-policy l- antika u jwaħħlu l-policy l-ġdida.", "Allura għandek benchmark li fuqha taf li qed titkellem u tinterpretaha bl-istess lingwa.", "Madam Speaker, x'kien hemm ukoll pożittiv f'dawn l-emendi li qegħdin nagħmlu - mhux neċessarjament parti mill-emendi imma parti mill-proċedura maqbula - biex dik il-burokrazija u dak it-tlajjar li jirriferu għalih l- Onor. Guido de Marco u sħabu l-oħra kollha nipprovaw inħaffuh.", "Illum ġejna kkritikati wkoll li ħarġet din il-proċedura maqbula mal-GDO u mad- delegation of authority.", "Ma ġara xejn.", "Issa hemm proċedura maqbula bejn il-Planning Authority u l-Kamra tal-Periti dwar kif isiru l- valutazzjonijiet ta' l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li kienu jgergru ħafna fuqha l-periti kienet li inti titfa' applikazzjoni, wara tmien ġimgħat tirċievi biex iġeddulek, iġġeddilhom għax ma jilħqux jagħmluha u tliet xhur wara tirċievi karta mingħand il-case officer fejn jgħidlek li jonqoshom karta oħra jew ċertifikat ieħor!", "Hemmhekk wieħed bilfors jgħid: Dan ma kienx jaf bih mill-bidu?", "GĦalhekk il-Planning Authority u l-Kamra tal-Periti qablu fuq proċedura - ħalli ngħid bil-benedizzjoni tiegħi għax konna flimkien.", "Dan huwa l-iskop meta qegħdin ngħidu \"maqbula mill-ministru\" u qegħdin ngħidu li jrid ikun hemm xi ħadd li jikkonferma li dawn hemm qbil bejniethom.", "Issa jiena m'iniex tekniku u l-ebda ministru m'għandu għalfejn ikun tekniku sakemm qed jara li min qed iħaddem dawk is-sistemi qed jaqbel u allura hija xi ħaġa uffiċjali.", "Mela qegħdin ngħidu li meta l-perit imur biex jiddepożita applikazzjoni, ir-receiving officer ikollu ċ-checklist u jara x'għandu bżonn u jekk dan ikollu xi ħaġa nieqsa ma jaċċettalux l- applikazzjoni qabel jeħodlu kollox.", "U mill-mument li jeħodlu kollox dik l- applikazzjoni hija validata ħalli neliminaw l-iskużi u nnaqqsu l-ħafna ġiri 'l hemm u 'l hawn.", "Issa din hija parti mill-ħafna affarijiet li tkellimna fuqhom biex il-perit li huwa l-user prinċipali tal-Planning Authority jiġi stmat.", "Jiena m'għandix għalfejn noqgħod niddefendi lill-periti hawn jew ngħid kontra l-avukati jew favur dak jew l-ieħor.", "Jekk għandek sptar qed iħaddmuh it-tobba u l-kuntatt ma' l-isptar huma t-tobba u meta għandek il- Planning Authority l-kuntatt mal-Planning Authority huma l-periti.", "U kif nista' jien ma narax li jkun hemm proċedura fejn il-perit jara li l- interess tal-klijent tiegħu jiġi rrispettat u jiġi ttrattat aħjar. llum hemm il-qbil - ħaġa li xebgħu jitolbuha l-periti - li meta jkun hemm applikazzjoni li tkun se tiġi deċiża u jkun hemm diġa' l-opinjoni tal-case officer, jekk hux irrikkmandata biex tiġi approvata jew inkella biex tiġi rrifjutata, il-perit privat ikun informat bil-quddiem x'inhija d-deċiżjoni ħalli meta dan imur quddiem id-DCC, qudddiem dan il-qorti żgħir - għax dan huwa qorti wara kollox - ma jsibx ir-raġunijiet tar-rifjut quddiem wiċċu u ma jkunx jaf x'se jaqbad jagħmel jew inkella jkollu jimprovvisa dak il-ħin.", "Apparti l-fatt li ħafna nies ikunu imwerwrin jekk l-applikazzjoni tkunx se toħroġilhom jew le u bħala prekawzjoni normalment dawn jitolbu li jkunu preżenti - allura qegħdin itawlu l-proċess tal-qtugħ tad-deċiżjonijiet għax meta inti għandek requests to be present se jkollok aktar tul - u jtellgħu magħhom perit u avukat u ma ngħidux l-ispejjeż li qed iqumulhom, jiena smajt affarijiet li bilkemm ridt nemminhom, li biex jitlagħlek avukat jeħodlok Lm100 jew Lm120 u l-perit ma naħsibx li jitla' b'xejn lanqas!", "Jiġifieri dan il-povru klijent qegħdin indaħħluh f'dawn l-ispejjeż sempliċement għax inċaħħdu lill-perit li jkun jaf bil-quddiem x'inhija d- deċiżjoni jew ir-rakkmandazzjoni tal-case officer.", "Dan l-abbuż se jinqata' u ħadd min-naħa l-oħra ma tkellem fuq dawn l-affarijiet pożittivi!", "Ħadd ma qal li se niffrankawlu l-flus liċ-ċittadin u li se nnaqqsu l-backlog tar- requests to be present?", "Ħadd ma qal li hija fair li perit jitla' armat quddiem il-Planning Authority?", "X'se jiġri hawn?", "Meta l-perit jirċievi karta li l-każ huwa rrakkmandat for approval, lill- klijent jgħidlu li m'għandux għalfejn ikun preżenti għal-laqgħa tal-bord tad-DCC għax il-permess se joħroġ.", "Jekk il-perit ikun informat li l-każ huwa rrakkmandat for refusal, se jkollu ħin biżżejjed biex bil- professjonalita' tiegħu jipprepara d-difiża u l-kontro-argumenti ħalli jipprova jikkonvinċi lid-DCC - jew lill-Planning Authority - għaliex il- permess għandu jingħata.", "Din il-kontro-risposta l-perit jibgħatha lid- DCC ħalli meta l-bord jerġa' jiltaqa', min-naħa jkollu r-rapport tal-case officer - u l-opinjoni tal-case officer wieħed irid jirrispettaha għax dan ovvjament ikun qiegħed jagħmel xogħlu - u min-naħa l-oħra jkollu diġa' f'idejh ir-risposta tal-perit ta' l-individwu - u b'hekk niffrankaw li jkollna noqogħdu nagħmlu laqgħa wara laqgħa - u allura l-bord tad-DCC se jkun f'pożizzjoni aħjar li jiżen iż-żewġ opinjonijiet u jaqta' bil- ġustizzja kollha.", "Żgur li ħadd ma jista' jikkritika din is-sistema.", "B'dan il-mod se nnaqqsu ħafna requests to be present, se nagħtu aktar ġustizzja liċ-ċittadin li japplika biex ikollu żvilupp u anke se nħaffu x- xogħol tad-DCC għax minflok kulħadd jitla' u jkun irid jgħid tiegħu hemmhekk, jirċievi rapport bil-miktub in due time u jiddeċiedi fuqu.", "Dan se jnaqqas ħafna mil-lista tal-każijiet li qed ikollna quddiem il-bord ta' l-appell.", "Fil-fatt għall-bidu konna qegħdin ngħidu li l-bord ta' l-appell qed ikun wisq legalistiku u li dan il-ħafna legaliżmu kien qed jirriżulta f'ċertu dewmien bla bżonn u allura ħassejna li b'dan li konna se nagħmlu konna se nħaffu l-proċedura.", "Pero' kelli rethinking u erġajt tkellimt ma' min hu nteressat u sibt li ħafna mill-aspetti legali li kelli f'rasi - li mingħalija kont se nilħaq b'din l-emenda li konna se nagħmlu; għax konna se nagħmlu li l-kap tal-bord ta' l-appell ikun aktar planner milli bniedem legali - fil-verita' ma konniex se nilħquhom u allura ddeċidejna li din il- parti tal-liġi nħalluha kif inhi għax skoprejt - u jien informat tajjeb ħafna - illi ħafna mill-aspetti legali qed idaħħluhom l-avukati tal- Planning Authority stess.", "Qed ikunu pettegoli, qed jidħlu fid-dettal u kważi jagħmluha battalja personali tagħhom li jipprovaw jirbħu il-każ.", "Mhux qed ngħid li wieħed m'għandux jiddefendi l-każ tiegħu - dażgur li għandu jiddefendih! - imma mhux li jġibu sa tliet avukati biex jagħmlu punt legali!", "Dan m'huwiex xi diżunur jekk titlef kawża u terbaħha in-naħa l- oħra.", "So what!", "Mela din xi logħba football!", "Fis-sentenza li tat il- qorti fil-każ ta' Alex Vella - jekk m'iniex sejjer żball - qalet ċar li m'għandux ikun hemm din il-burokrazija u dawn id-dettalji żgħar f'din il- proċedura.", "Lill-bord ta' l-appell qegħdin ngħidulu li se nerġgħu nagħtuh iċ-ċans ħalli ma jibqax daqshekk legalistiku għax jekk l-affarijiet jibqgħu ma jinbidlux allura mbagħad inkunu rridu naraw x'se nagħmlu.", "Pero' rrid nappella wkoll lill-Planning Authority ħalli ma jagħmlux ġlieda għall- mewt biex appell jirbħuh a kwalunkwe kost u jkomplu jfettqu u jfettqu sakemm jirbħu.", "Dan m'huwiex sewwa.", "Madam Speaker, fl-opinjoni tiegħi għamilna ħaġa pożittiva wkoll fis-sens li wessajna n-numru ta' dawk l-affarijiet li bi ftehim bejn il-Kamra tal- Periti u bejn il-Planning Authority jistgħu jsiru mingħajr ma jkun hemm bżonn il-proċedura normali ta' applikazzjoni u ppublikajna dik li hija magħrufa bħala l-general development order.", "Din kienet teżisti imma aġġornajniha billi wessajna u tajna kemm kemm aktar responsabbilta' lill- periti li jagħmlu ċerti xogħlijiet billi sempliċement ikollhom javżaw lill- Planning Authority.", "Jekk kemm-il darba dan ikun qiegħed f'xi urban conservation area jew inkella f'postijiet sensittivi, ovvjament hemm ċerti kondizzjonijiet li jikkontrollawhom.", "Pero' again, dan huwa żvilupp pożittiv li jiena niftakar dejjem għidt li nixtieq nara periti responsabbilizzati.", "Dawn m'humiex tfal żgħar, dawn huma professjonisti kapaċi u flimkien mal-Planning Authority għandhom jerfgħu r-responsabbilta' f'ċerti żviluppi.", "Dan l-ebda tabib ma jibgħat lill-pazjent l-isptar ma' kull uġigħ ta' żaqq imma jieħu r-responsabbilta' u jikkurah, pero' mbagħad jaf safejn għandu jasal u jaf meta għandu jirriferi għal opinjoni aktar speċjalizzata.", "F'dan il-każ għandna napplikaw dan il-prinċipju; il-perit għandu jkun jaf - u għalhekk hemm il-manual tal-policies - safejn għandu dritt jagħmel ċerti affarijiet.", "Jekk imur klijent jgħidlu li jrid iwessa' tieqa jew minflok bil-ponta jagħmilha naqra bit-tond, ikun jista' jgħidlu jekk għandux permess jagħmilha, skond il-GDO.", "B'hekk nevitaw dawn il-ħafna karti.", "Madam Speaker, tajna wkoll drittijiet ġodda lill-applikant u għalija dan huwa pożittiv ħafna.", "L-Onor. de Marco qal li meta dawn jitolbuk il-permess biex iġġedded, saħansitra jkollhom \"it-tustaġni\" ...", "Jiena ma ngħidilhiex \"tustaġni\" imma ngħid li din is-sistema has been tried and has been found wanting.", "Il-proċedura ta' tmien ġimgħat ma ħadmitx u allura se nipprovaw nagħmlu tliet xhur għax fi tliet xhur tagħmel ħafna affarijiet.", "Issa bejn il-general development order li hija mnaqqsa, bejn l-istreamlining li qegħdin indaħħlu u bejn il-proċedura l-ġdida, aħna qegħdin nittamaw li se jkun hemm aktar ħin available għall-Planning Authority ħalli applikazzjoni normali - issa ngħidu x'nifhmu biha applikazzjoni normali - tkun deċiża fi 12-il ġimgħa.", "Jekk le jrid ikun hemm raġunijiet ta' planning li lill- klijent ngħidulu li ma rnexxilniex jew mhux se jirnexxilna nlestuha fi 12- il ġimgħa ħalli jagħtina extension.", "U mbagħad għandu anke extension ta' sitt xhur.", "Jiena nispera li ma niddependux iż-żejjed fuq dan l-extension għax is-sitt xhur u t-tliet xhur jiġu disa' xhur u dan m'huwiex xi żmien qasir.", "Barra minn hekk għamilna wkoll li min ikollu proprjeta' skedata jew proprjeta' li f'daqqa waħda tiġi meqjusa li qiegħda f'urban conservation area jew f'emergency conservation area se jkollu d-dritt li l-ewwelnett ikollu aċċess illi jara d-dokumentazzjoni kollha għaliex u kif ittieħdet dik id-deċiżjoni u t-tieni nett se jkollu d-dritt li jappella minn dik id- deċiżjoni.", "Min-naħa l-oħra kien hemm min semma l-bżonn ta' ombudsman.", "Jiena dan ma neskludihx.", "Jiena qiegħed hawn - dan għidtu mill-bidu u nkomplu ngħidu - biex nara li l-Planning Authority tiffunzjona aħjar.", "Jekk xi ħadd jilluminani u jgħidli li jekk nagħmlu xi ħaġa nsolvu kollox, jien inħassar kulma nkunu qed ngħidu u nagħmluha, basta jkolli prova li dik il-ħaġa tkun taħdem.", "Jiena ma neskludix li forsi 'l quddiem ikollna bżonn nagħmlu ombudsman imma l-ewwel irridu naraw jekk b'dan li qed nagħmlu huwiex se jagħmel differenza u jekk b'dawn l-emendi li qed nipproponu aħniex se naslu għal dak li huwa tant mixtieq.", "Ċertament li l-iskop ta' dawn l- emendi li qed nagħmlu huwa ħafna 'l bogħod minn dak li ħafna, b'mod partiġjan, qed jgħidu li hu.", "Dawn qed igħidu li aħna rridu nibilgħu, naħtfu u nikkontrollaw.", "L-artikli tal-liġi li jgħidu li l-Planning Authority trid tagħmel il-pjanti u l-ischemes hemm għadhom u hemm se jibqgħu.", "Jien ċert li jekk il-ministru ma jinvokax artiklu 60 u jgħid li jekk ma jaqblux miegħu ineħħihom minn hemmhekk - ma nafx min għandu l-iskop li jagħmel dan - il-Planning Authority jkollha d-dritt legali li hija stess, kif inhi l-liġi llum u kif se tibqa', tgħid lill-ministru li ma jistax jagħmel hekk.", "Lill-Planning Authority minn hawnhekk ngħidilha biex tagħmel hekk jekk ikun hemm xi ministru li fil-għodu jqum u jfettillu jbiddel l- ischemes.", "Dan x'ġenn hu!", "Min se jagħmel dawn l-affarijiet!", "Dan se jibqa' dritt tal-Planning Authority, ovvjament b'konsultazzjoni mal-ministru.", "L- affarijiet hekk għandhom ikunu u mhux se nagħmlu dak li tant qed jibżgħu minnu l-Onor.", "Ċensu Galea u l-Onor.", "Guido de Marco.", "Wieħed irid jikkonsulta mal-ministru u jgħidlu x'ikunu l-policies.", "Dan japplika wkoll għal meta jsir l-istructure plan għax filwaqt li l- Planning Authority tkun qed tfassal l-affarijiet għandha tikkonsulta ħalli tara x'inhuma l-policies, l-aspetti ekonomiċi u r-riżorsi umani li hemm.", "Mhux ovvju dan!", "Ladarba jkun hemm il-qbil l-istructure plan imissu jkun approvat u mbierek, pero' mkien fl-emendi m'għidna li l-ministru se japplika hu l-policies jew se joħroġ il-permessi hu, bħalma riedet tagħti l- impressjoni n-naħa l-oħra.", "Ma tarax!", "Mela aħna se nerġgħu nagħmlu dan il- ġenn u dawn il-ħmerijiet!", "Pero' min irid jagħmel kapital politiku dawn l- affarijiet jibda' jgħidhom bl-irresponsabbilta' kollha li jġibu magħhom.", "X'għamilna wkoll, Madam Speaker?", "Qed ngħidu li l-validita' ta' permess li sal-lum hija ta' sentejn issa se nagħmluha tliet snin.", "L-iskop ta' dan huwa biex min ikun skadielu jew ikollu xi raġunijiet għaliex ma jkunx irnexxielu jkompli jew jibda l- istruttura, dan ikun jista' jerġa' jitlob biex il-permess jiġi mġedded u mhux jerġa' jagħmel kollox mill-ġdid.", "Din fiha l-perikli tagħha, bħal kwalunkwe ħaġa oħra.", "Jien ma nippretendix li xi ħadd iħalli għall-aħħar ġurnata tat-tliet snin biex jerġa' jġedded u għalhekk irid ikun hemm kontrolli u raġunijiet għaliex ċerti permessi ma jkunux ġew utilizzati.", "Pero' aħna qegħdin nipprovaw inħaffu x-xogħol, fis-sens illi jekk kemm-il darba wieħed ikollu permess li wara numru żgħir ta' xhur ikun skadielu jkun jista' jitlob li jġeddu.", "Jien ngħid li tant kienu attribwiti lilna intenzjonijiet ħżiena u tant ma kenitx qed issir kritika ġusta li ħadd ma rrifletta fuq dan il-fatt li semmejt u li se nerġa' nsemmi.", "Gvern li għandu ħsebijiet li jaħtaf u jikkmanda lill-Planning Authority ma kienx jagħmel dak li għamel dan il-Gvern illi, minkejja li għaddew tmien xhur, il- kompożizzjoni tal-boards, b'nies li kienu appuntati mill-Gvern ta' qabilna - hawnhekk mhux qed nitkellem fuq rappreżentanza - baqgħet l-istess.", "Bil- liġi l-membri ta' bord indipendenti jridu jibqgħu hemmhekk imma l-membri fuq il-boards tal-Planning Authority li jirrappreżentaw lill-ministeri tal- finanzi, ta' l-agrikoltura, ta' l-intern u ta' l-ambjent baqgħu l-istess nies.", "Ħadd ma qal li dawn appuntawhom l-Onor.", "Zammit Dimech jew l-Onor.", "Josef Bonnici jew it-Tabib Stanley Zammit.", "Kieku ridna naħtfu u nikkontrollaw, l-ewwel pass li konna nieħdu - bħalma sar fil-Ministeru tal- Foreign Affairs fl-1987 - kien ikun li naqbdu xkupa u nitfgħu lil kulħadd 'il barra bl-iskuża li m'għandniex fiduċja fihom imbagħad bil-mod inpoġġu n- nies tagħna.", "Dan il-Gvern dawn l-affarijiet m'għamilhomx lanqas fil- Planning Authority u minflok jieħu l-grazzi jew il-prosit - aħna ma rridux il-grazzi jew il-prosit għax l-uniku solliev hija l-kuxjenza meta tagħmel l- affarijiet sew - jiġi attakkat, mgħajjar u mogħti l-agħar intenzjonijiet li wieħed jista' jimmaġina.", "Kieku ridna nkunu high-handed u kieku ridna nikkontrollaw l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien hemm mezzi.", "Alla jżomm idejh fuqna li ma nagħmlux dawn l-affarijiet!", "Dawn l-affarijiet m'humiex rikonoxxuti minn ċerti nies.", "(Interruzzjonijiet) Il-kollega tiegħi l- Onor. Michael Bonnici qed jgħid li hu qalha.", "Huwa veru li wħud qaluha imma jiena nħoss li għandna ngħidu x'sar pożittiv ukoll u mhux kollox negattiv u ħażin.", "Għalhekk nixtieq nagħlaq fuq din.", "Fil-bidu għidt li dan huwa l-ewwel lot ta' emendi għal din il-liġi għax għad fadal ħafna x'wieħed jirranġa pero' l-affarijiet mhux il-Gvern se jibdilhom imma se nibdluhom flimkien.", "Irridu naraw id-difetti tal- Planning Authority flimkien għax kulħadd huwa milqut.", "Min qed imexxi huwa mdejjaq għax għandu t-tgergir.", "Min qed jaħdem hemmhekk qed jagħmel l-almu tiegħu kollu u m'huwiex irrispettat, anzi huwa mkasbar.", "Min qed jipprova jistenna s-servizz mhux qed jieħdu u min qed jipprova jinvesti jinsab imwerwer kemm se jdum.", "Inkunu irresponsabbli lkoll kemm aħna jekk din is- sitwazzjoni nħalluha kif inhi.", "Aħna bil-qalb kollha nilqgħu lil kull min irid jikkontribwixxi ħalli s-sitwazzjoni nġibuha aħjar.", "F'laqgħat oħra li jridu jsiru rridu nitkellmu fuq aspetti oħra.", "Per eżempju, l-akbar pjaga li hemm issa hija l-enforcement.", "Barra minn hekk hemm aspetti oħra ta' l- ekonomija.", "Tista' taħdem b'inqas flus l-Planning Authority?", "Tista' tkun aktar ekonomika?", "Jista' jkun hemm aktar dixxiplina interna?", "Dawn l- affarijiet irridu narawhom u dawn ma jsirux billi tagħmel l-emendi.", "Għalhekk jien niddejjaq meta każ bħal dan nagħmlu minnu politika partiġjana.", "Din hija xi ħaġa nazzjonali fl-interess ta' kulħadd, fl- interess taċ-ċittadin individwali, fl-interess tal-pride tal-ħaddiema li hemm fil-Planning Authority, fl-interess ta' min qed imexxi dak l-uffiċċju, fl-interess tal-ministru responsabbli u fl-interess tal-pajjiż kollu.", "Jekk nirranġaw sitwazzjoni bħal din kulħadd igawdi.", "Huwa inutli li tagħmel emendi li jkunu diġa' attakkati bl-aktar mod aħrax minn min irid jagħmel kapital politiku u tagħti r-riħ lil min irid ikompli japprofitta ruħu u lil min irid ikompli jaġixxi ħażin.", "Irridu nammettu - jien qed nitkellem b'mod ġenerali u nkompli nfaħħar lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar - li b'daqshekk mhux qed neskludu l-elementi li jeżistu f'kull organizzazzjoni li m'humiex korretti, li m'humiex qegħdin jagħmlu l-affarijiet bi skop tajjeb imma qed jagħmluhom għal buthom jew għal ħbiebhom.", "Jien dawn mhux qed neskludihom, anzi qed inwissi minn hawn li malli naqbdu lil min qed jagħmel dawn l-affarijiet itir minn hemmhekk għax mhux sew li dan iħammeġ lil sħabu u lill-organizzazzjoni kollha.", "Dan japplika għal kull dipartiment tal-gvern għax ħadd m'hu qiegħed hemmhekk biex ipoġġi lilu nnifsu fuq pedestall imma qiegħed hemm biex l-ewwel u qabel kollox jissodisfa l-professjoni tiegħu u jagħti kontribut u jaqdi lill-poplu, barra naturalment li jaqla' l-ħobża ta' kuljum b'mod xieraq u onest.", "Dawn huma l-għanijiet li għandu jkollna mhux li nsiru sinjuri u niġu naqgħu u nqumu minn min qed inweġġgħu u ndejqu.", "Nerġa' ngħid, ħalli ma niġix miżinterpretat.", "Ara ma jkunx hemm xi ħadd li jiġi jgħid li dan qed napplikah għal kulħadd.", "Għall-grazzja ta' Alla dawn jistgħu jkunu numru żgħir - qed ngħid li jistgħu jkunu, lanqas qed ngħid li huma - imma milli tisma', milli taqra u milli tara, l- indikazzjonijiet kollha huma li jista' jkun li hemm xi ġurdien jew tnejn li qegħdin jagħmlu l-ħsara lis-sistema kollha.", "Għalhekk bil-koperazzjoni ta' kulħadd nistgħu naslu biex nirranġaw l-affarijiet.", "Dan qed ngħidu għaliex fl-aħħar mill-aħħar tagħmel kemm tagħmel emendi mhux il-karti jridu jaħdmu imma n-nies u n-nies iridu jifhmu li wara kollox dan huwa d-dover tagħhom.", "Dan huwa l-mod f'soċjeta' demokratika, f'soċjeta' ċivili u f'soċjeta' ċċivilizzata fejn l-istrutturi li jipprovdi l-gvern, kemm governattivi, kemm parastatali, kemm awtoritajiet jew quangos - għidulhom li tridu - qegħdin hemmhekk fl-aħħar mill-aħħar biex jagħtu servizz.", "Nagħmlu kemm nagħmlu emendi, kemm-il darba mhux se jkun hemm ir-rieda tajba u mhux se jkun hemm il-volonta' minn min hu mpjegat f'dawn is-servizzi li jagħti s-sehem tiegħu, sfortunatament xorta ngħid li dawn l-affarijiet ma jseħħux.", "Tagħmel kemm tagħmel emendi u jkollok kemm ikollok intenzjonijiet tajbin, fl-aħħar mill-aħħar ir-riżultat mixtieq ma jiġix akkwistat.", "Madam Speaker, jiena dejjem urejt fiduċja kbira fil-Planning Authority.", "Mill-esperjenza li kelli fuq dak il-bord tgħallimt u ndunajt b'ħafna affarijiet pero' xorta nibqa' ngħid li għandi fiduċja fil-Planning Authority u fil-biċċa l-kbira tan-nies li jaħdmu fiha.", "Bir-rieda tajba li qed nuru aħna minn din in-naħa u bl-għajnuna ta' kull min irid jgħinna għandna naslu ħalli l-Planning Authority tkun aħjar u l-poplu jkun aktar kuntent u jirrispettaha aktar għax tkun qiegħda aktar tidher f'għajnejh bħala organu effettiv, effiċjenti u ġust.", "Jiena nagħmel dak kollu possibbli ħalli nara lill-Planning Authority aktar aċċettata u sabiex in- nies iktar iħarsu lejha b'rispett u b'biża', fis-sens illi jibżgħu mill- awtorita' tagħha u ma jagħmlux dak li mhux suppost jagħmlu imma jevitaw milli jġiegħlu illi s-saħħa tagħha u l-liġijiet li jagħtuha s-saħħa li taġixxi jkunu mħaddma.", "Dan fl-interess ta' kulħadd, speċjalment fil- pjanfikazzjoni u fit-tmexxija ta' l-ambjent ta' dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membi: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Ngħaddu issa għat-tieni item fl-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-25 ta' Lulju, 1997 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi huwa in possession.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, fis-seduta ta' nhar il-Ġimgħa fil- għodu deher ċar kemm il-Gvern kellu raġun li jressaq dan l-abbozz ta' liġi biex in-naħa ta' l-oppożizzjoni ma tkunx rappreżentata fil-bordijiet tal- korporazzjonijiet.", "Jiddispjaċini ngħid li d-demokrazija li tant jiftaħru biha tan-naħa l-oħra m'hija xejn ħlief ipokresija.", "Qed ngħid dan għax kelliem fl-ogħla istituzzjoni ta' pajjiż ċivilizzat tħalla jġib eżempju għaliex direttur għandu jkun maħtur politikament f'korporazzjoni.", "Dan insinwa xi affarijiet u qal nofs veritajiet biex jipprova l-argument tiegħu, imbagħad meta l-ministru responsabbli qam biex jirrispondi - u ma nafx kemm il-point of order qajmu u qalu li jien kont out of order - qamet l-Oppożizzjoni u pprovat twaqqfu milli jispjega li dak li ntqal m'hu minnu xejn.", "Madam Speaker, meta tasal f'din is-sitwazzjoni ma jidhirlekx li d- demokrazija li dak li jkun jgħid li jemmen fiha ma tkun xejn ħlief ipokresija?", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni kellha kull dritt iġġib eżempju biex turi għala direttur għandu jkun maħtur politkament u ħadd ma waqqafha milli tagħmel dan.", "Allura l-Gvern m'għandux dritt iġib il-provi biex juri kemm m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament fil-bord ta' dawn it-tip ta' korporazzjonijiet?", "M'għandux dritt iġib eżempji, l-istess bħalma għamlet l-Oppożizzjoni?", "Meta tara dawn l-affarijiet tikkonkludi li mill- Oppożizzjoni ħiereġ dmugħ tal-kukkudrilli.", "Meta konna qed nitkellmu fuq kif għandu jkun maħtur direttur, in-naħa ta' l-Oppożizzjoni qalet li meta għamlet diversi mistoqsijiet ma ngħatatx informazzjoni min-naħa tal-Gvern.", "Aħna rrispondejna li dan ma kien minnu xejn għax l-informazzjoni kienet ingħatat.", "Fejn ma ngħatatx kien hemm raġuni għal dan.", "Jidher ċar li t-trasparenza qiegħda hemm.", "Aħna m'għandna l- ebda ħsieb li naħbu nuqqasijiet anzi nieħdu pjaċir kieku n-naħa ta' l- Oppożizzjoni tgħidilna bis-serjeta' u b'mod konkret fejn hemm in- nuqqasijiet u fejn l-affarijiet sejrin ħażin.", "Dan hu xogħol l-Oppożizzjoni imma sfortunatament mhux dak kien il-ħsieb ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-ħsieb ta' l-Oppożizzjoni huwa biss li tħammeġ lin-naħa tal-Gvern u lill-Prim Ministru u anke tipprova tattakkah personalment.", "Insew in-naħa ta' l-Oppożizzjoni li l-Partit Laburista mill-oppożizzjoni kien qal li meta jkun fil-gvern din il-liġi se jneħħiha?", "Qabel l-elezzjoni kien qalha lill-poplu Malti.", "Il-Partit Laburista kien qal ukoll li hemm mezzi iktar serji u iktar trasparenti ta' skrutinju.", "Issa l-Gvern ma qabadx u neħħa din il-liġi imbagħad wara ħaseb biex jagħmel xi ħaġa minflokha, imma l-ewwel ma għamel kien li għadda liġi ġdida u ħatar l-Awditur Ġenerali imbagħad resaq quddiem il-Parlament biex iħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Dawn l-affarijiet bdejnihom qabel l-elezzjoni.", "Meta l- poplu ta mandat lill-Partit Laburista biex jiggverna awtomatikament qallu li jaqbel ma dan ukoll.", "Imma tan-naħa l-oħra donnu li għadhom ma jridux jemmnu li fl-elezzjoni li għaddiet ħadu tkaxkira u spiċċaw fl-oppożizzjoni.", "Imma dawn x'affarijiet huma!", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux.", "Din hi d- demokrazija li temmnu biha!", "Ifhmu li inthom fl-oppożizzjoni u aħdmu bħala oppożizzjoni kostruttiva u mhux distruttiva.", "Aħna qegħdin fil-gvern u nemmnu li qegħdin fil-gvern għaliex rajna xi problemi għandu l-pajjiż u bl- aktar mod serju qed nieħdu ħsiebhom fl-interess tal-pajjiż.", "Qed nieħdu ħsiebhom fl-interess taċ-ċittadini kollha u mhux fl-interess taċ-ċittadini Laburisti biss.", "Hekk qed jaħdem dan il-Gvern serju imma donnkom min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma tistgħux tniżżluha li aħna qed naħdmu fl-interess taċ- ċittadini kollha.", "Donnkom għadkom ma tridux tifhmu li issa qegħdin fil- bankijiet ta' l-oppożizzjoni u li għandkom responsabbilta' u qed tonqsu minnha.", "Jien ma nistennix li n-naħa ta' l-oppożizzjoni tfaħħar lin-naħa tal- gvern imma lanqas nistenna li tkun daqshekk negattiva u għal kull ħaġa li jagħmel il-Gvern biex idaħħal is-serjeta', id-dixxiplina u s-sens ta' responsabbilta', l-Oppożizzjoni tipprova timmina din il-ħidma.", "Jekk tħares lejn il-mezzi tax-xandir, fejn tissemma l-Oppożizzjoni, tara li dan li qed ngħid huwa minnu.", "Ħlief jgħidu li l-pajjiż qed jitfarrak u li sejrin lura ma jagħmlux!", "Jagħmlu insinwazzjonijiet biex mingħalihom jipprovaw li l- pajjiż veru sejjer ħażin.", "Din mhux irresponsabbilta'?", "Tippretendi li l- Oppożizzjoni qiegħda taħdem biex iġġib kritika serja imma ħlief taħwid bejniethom m'hemmx u se nsemmi għaliex.", "Per eżempju, jien kont nippretendi li l-Oppożizzjoni kienet tistenna li nirrispondi għal dik il-kritika li għamlet, kif fil-fatt għamilt.", "Allura għaliex ġiet armata biex ma tħallinix nesprimi l-opinjoni tiegħi u nagħti l-provi kontra l-affarijet li insinwat?", "Din hi d-demokrazija li jemmnu fiha?", "Minn kollox għamiltu biex ma tħallunix nesprimi ruħi u nġib il-provi ta' dak li kont qed ngħid.", "Jien ġibt l-eżempju b'direttur li skond in-naħa ta' l-Oppożizzjoni huwa xempju ta' kif direttur għandu jkun maħtur minn partit politiku.", "Jien ġibt eżempju wieħed wara l-ieħor u bil-provi wrejt kemm m'għandux ikun hekk.", "Jiġifieri jien ġibt eżempju fuq l-eżempju li ġabu l-Oppożizzjoni u wrejt kemm hu veru li direttur maħtur politikament iħares b'lenti partiġjana u ma jħarisx lejn l-interess tal-korporazzjoni jew tal-pajjiż.", "Ħalli nsemmi t-taħwid li hemm fin-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien imxejt u ġibt eżempju fuq id-direttur li hemm fit-Telemalta għaliex il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni fuq it-Telemalta qal li dan id-direttur għaddielu l-informazzjoni li aħna ma tajnihx.", "Imbagħad meta jien kont qed nispjega għaliex dan id-direttur tah l-informazzjoni, qam kelliem ieħor min- naħa ta' l-Oppożizzjoni u qal li jien kont qed ninsinwa li d-direttur maħtur politikament fil-Korporazzjoni Telemalta għadda informazzjoni lill- kelliem ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Kien il-kelliem ta' l- Oppożizzjoni stess li qal li hu għaddielu l-informazzjoni.", "Imma tista' tifhimhom dawn l-affarijiet, Madam Speaker?", "L-akkużi li saru min-naħa ta' l- Oppożizzjoni saru f'aġġornamenti wieħed wara l-ieħor, biss l-akkużi bdew jonqsu għaliex beda jiġi pprovat li dak li ntqal ma kien veru xejn.", "Imbagħad jiġi l-kelliem tan-naħa l-oħra u jgħid li hu ma tkellimx f'aġġornamenti u ftit wara jiġi jikkonferma li dak li ntqal hawnhekk kienu diskorsi li saru fl-aġġornamenti.", "Din serjeta', Madam Speaker!", "Ħalli nsemmi iktar kemm m'hemmx serjeta' min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien nippretendi li l-poplu li jkun qed jisma' jkun jaf x'qed ngħidu.", "Illum il-poplu jaf jiżen u jara liema hi verita'.", "Pero' hemm ċerti affarijiet li biex wieħed jemminhom irid ikun hemm il-provi.", "Kull darba li jien tkellimt hawnhekk ġibt il-provi biex nuri li dak li ntqal mill-Oppożizzjoni ma kien minnu xejn.", "Imma l-Oppożizzjoni moħħha biex tkun distruttiva u mhux kostruttiva.", "Ara meta deputat ta' din in-naħa wera preokkupazzjoni b'ċerti problemi tal- kostitwenti tiegħu, il-gazzetta ta' l-Oppożizzjoni ġabitu front page u qalet li deputat min naħa tal-Gvern qed igerger.", "Madam Speaker, bil-kostruttivita', bid-demokrazija u bit-trasparenza li temmen fihom l-Oppożizzjoni, dawn ġew jiġbru d-dokumenti li jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra biex jippubblikawhom fil-gazzetta tagħhom?", "Meta hemm il-provi, għaliex l-Oppożizzjoni ma ppubblikathomx dawn id-dokumenti biex turi l-ħneżrijiet inumani ta' kelliem min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u kemm veru fl-Oppożizzjoni l-partiġjaniżmu jiġi l-ewwel u qabel kollox, saħansitra qabel il-pajjiż?", "Għaliex ma ppubblikatx l-affidavit ta' missier persuna mhux ixxurtjata daqsna, li t-Telemalta għenitha biex tiġi f'post iktar viċin id-dar tagħha u li huwa ta' konvenjenza għaliha?", "Imbagħad hawnhekk insibu li l-kelliem juża lil xi ħadd biex jipprova jinfluwenzah ħalli jressaqlu xi każ ta' diskriminazzjoni politika.", "Dawn huma affarijiet ta' min jistmerrhom u li f'pajjiż ċivilizzat u demokratiku m'għandhomx isiru.", "Nerġa' ngħid li bit-trasparenza kollha li tgħid li temmen fiha l- Oppożizzjoni ma ġabitx il-kopja ta' dan l-affidavit.", "Jien nerġa' ntenni li bħalissa l-Oppożizzjoni qiegħda hemmhekk mhux biex tkun kostruttiva imma biex tkun distruttiva u biex tipprova ċċappas lill-Prim Ministru.", "Ċappsitu qabel l-elezzjoni meta kien Kap ta' l-Oppożizzjoni u llum bħala Prim Ministru.", "Għax jgħid li ma jaqbilx ma' xi ħaġa, tpinġih li qed imur kontra l-Kostituzzjoni u ħafna affarijiet bħal dawn.", "Mela huma jistgħu jgħidu x'jaħsbu u l-Prim Ministru tal-pajjiż ma jistax jgħid ma' xiex ma jaqbilx.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Din hi d-demokrazija li temmen fiha n-naħa l-oħra?", "Tan-naħa l-oħra qed ikunu partiġjani u allura jidher biċ-ċar li m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament.", "Dawn l-affarijiet qed jidhru bil- fatti.", "Li nista' ngħid huwa li meta l-ex-Prim Ministru kien instab ħati ta' diskriminazzjoni politika, dan mar quddiem il-Qorti ta' l-Appell - ma nafx kemm kellu dritt jagħmel hekk - iżda ma qalux li azzjoni bħal dik setgħet tinftiehem bħala interference fix-xogħol tal-qorti.", "Aħna qed niġu akkużati li għamilna ħażin.", "Ara fil-każ tagħhom ma kenux ġew akkużati b'mod simili.", "Imma x'ġara?", "Minkejja li kien hemm l-appell, minkejja li kien sar att ta' diskriminazzjoni politika bil-provi kontra ħaddiem u minkejja li l-qorti għadha ma ddeċidietx u din il-kwestjoni baqgħet fl-arja, il-poplu ta l- verdett tiegħu għax fir-riżultat ta' l-aħħar elezzjoni lill-partit ta' l- Onor. Fenech Adami qallu ċar u tond li postu m'huwiex fil-gvern u tefgħu fl- oppożizzjoni.", "Issa l-poplu xorta jistenna li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni tkun kostruttiva pero' nista' ngħid li m'hi kostruttiva xejn.", "Mill-mod kif miexja l-Oppożizzjoni jindika ċar kemm kien għaqli l-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni meta kien jgħid li post ta' direttur maħtur politikament ma kienx biex jgħin lill-korporazzjoni imma kien ta' detriment għall-korporazzjoni.", "Aħna ġibna l-fatti u l-provi kontra dak kollu li ntqal min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu, meta n- naħa tal-Gvern tiġi f'dan il-Parlament biex tispjega kemm m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament, jiġi xi Membru min-naħa ta' l- Oppożizzjoni - avukat, nutar, perit, tabib, hu x'inhu - u jipprova joħnoq lill-Gvern milli jagħti eżempji u jġib il-provi ta' kemm l-Oppożizzjoni mhux qed tkun kostruttiva.", "Ipprovaw igħidu kemm ma kellux raġun il-Gvern li meta kien fl-oppożizzjoni kien juri dawn l-affarijiet bil-fatti.", "Xi provi trid iġġib iktar minn hekk li juru li m'għandekx tħalli direttur maħtur politikament f'korporazzjoni?", "Jien mhux se nkompli nirribatti u nġib il- provi ta' l-affarijiet li ntqalu hawnhekk għax għidt biżżejjed.", "Jekk inkompli nġib il-provi u l-eżempji dwar kemm m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament f'korporazzjoni, is-seduti kollha li għad fadal ma jkunux biżżejjed għalija!", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq ngħid - forsi ma lħaqtx spjegajtha sew - li jien bħala ministru responsabbli mit-Telemalta kont għidt li din il-korporazzjoni kienet riesqa lejn l-irdum.", "Huwa veru li qabel it-Telemalta kienet riesqa lejn l-irdum imma bil-kuraġġ u bl-għajnuna ta' kull min għandu l-pajjiż għal qalbu, f'disa' xhur sar sforz iktar min normal u din il-korporazzjoni mhux talli m'għadhiex riesqa aktar lejn l- irdum talli r-riżultati li qed tagħti tant huma pożittivi li nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex nuru lill-barranin li aħna qegħdin fit-triq it-tajba.", "B'hekk ikunu jistgħu jafdawna u jinvestu magħna.", "Per eżempju, fl-1997/98 kien hemm il-ħsieb li l-profitt tat-Telemalta jkun ta' Lm1.4 miljun qabel it-taxxa.", "Dan kien ikun katastrofi hu meta nafu li fl-1993/94 l-profitt qabel it-taxxa kien ta' Lm7.2 miljun.", "Jien ma nħossx li għandi ngħid minn issa x'se jkun il-profitt għas-sena d-dieħla pero' nista' ngħid li dan se jkun wieħed kbir.", "Il-poplu jinduna waħdu kemm mexjin 'il quddiem u kemm l- affarijiet jirnexxu meta jkollok bord serju mingħajr indħil politiku.", "Madam Speaker, lil tan-naħa l-oħra ngħidilhom biex jaħsbu u jimmeditaw fuq il-ħsara kbira li qed jagħmlu lil pajjiżna.", "Dawn għandhom jikkritikaw fejn hemm in-nuqqasijiet u fejn l-affarijiet ikunu sejrin ħażin.", "M'għandhomx japprofittaw ruħhom billi jikkritikaw biex ibiegħdu lil min irid jinvesti f'pajjiżna.", "M'għandhomx ipinġu lil pajjiżna qisu hawn liġi tal-ġungla.", "Meta jaraw il-Gvern jaħdem biex idaħħal is- serjeta' u d-dixxiplina f'pajjiżna, minflok igħinuh qed jipprovaw jimminawh.", "Għalhekk jien nitlobhom biex jimmeditaw ftit forsi jibdlu ħsebijiethom u jipprovaw jimxu bħala oppożizzjoni kostruttiva li tagħmel ġieħ lilhom u lil pajjiżna wkoll.", "Wara kollox aħna rridu li mhux il-Gvern biss jagħmel ġieħ lil pajjiżna imma anke l-Oppożizzjoni.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li b'mod kiefer u mhux ġustifikat dawn qed jattakkaw lill-Prim Ministru għal kull ħaġa ta' xejn.", "Il-Prim Ministru qed ikun raġel, qed jipprova jdaħħal id-dixxiplina u s-serjeta' fil-pajjiż u qed jipprova jagħmel minn kollox biex iċ-ċittadini kollha jkunu stmati fil- pajjiż, hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom.", "Minflok qed jgħinuh, l- Oppożizzjoni qed jipprovaw jimminawh.", "Dawn qed jinsew l-interess ta' pajjiżna u qed iħarsu biss lejn l-interess partiġjan.", "Dawn iridu li f'korporazzjoni jkun hemm direttur maħtur politikament biex jiggwadanjaw politikament mentri jien ġibt il-provi f'dan il-Parlament li direttur maħtur b'dan il-mod mhux veru jkun qed jieħu ħsieb l-interessi tal-pajjiż u tal-korporazzjoni imma jkun qed jieħu ħsieb l-interessi tal-partit tiegħu.", "Meta jiġri hekk ibati kulħadd.", "L-intenzjoni tal-Gvern m'hijiex li jneħħi lil xi ħadd minn xi bord ħalli ma jkunx jaf l-affarijiet, għax ma jeżisti l-ebda ħabi.", "Dak li jridu jkunu jafu xorta jistgħu jsiru jafuh, għalkemm hemm xi limiti ta' affarijiet kummerċjali li bir-raġun ma jkunux jistgħu jingħataw.", "Aħna bħala gvern ħadna ħsieb li jkun hemm lok li jsir skrutinju biex jekk ikun hemm xi abbuż dan jinkixef u jittieħdu l-passi kontra min ikun involut, ikun min ikun, m'hemmx kuluri.", "Il-poplu fehem kemm in-naħa tal-Gvern għandha raġun, Madam Speaker.", "Grazzi", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Madam Speaker, nixtieq nipprova niġi aktar għas- suġġett għax nifhem li n-naħa l-oħra forsi riedet tispeċifika qasam partikolari biex tgħaddi xi rimarki wara ċerti kummenti li saru minn din in- naħa.", "Quddiemna għandna abrogazzjoni ta' liġi u din il-frażi, minnha nnifisha, diġa' turi ċerta distruttivita'.", "Fil-verita' m'aħniex nikkreaw xi ħaġa ġdida imma qegħdin inneħħu liġi li, bid-difetti u bil- limitazzjonijiet li seta' kellha, tat bidu għal aktar firxa ta' konsultazzjoni u ta' parteċipazzjoni, kemm min-naħa ta' l-Oppożizzjoni bir- rappreżentant tagħha, kif ukoll permezz li wieħed jista' jkollu informazzjoni fuq dak li jkun għaddej f'dawn il-korporazzjonijiet.", "Madam Speaker, altru milli dmugħ tal-kukkudrilli, din in-naħa tħoss li din il- liġi - dan għadu ma ssemmiex u se nipprova nitkellem fuq punti li ma ssemmewx - qed tolqot wieħed mill-fundamenti li fuqu hija mibnija r- Repubblika ta' Malta, ċioe' d-demokrazija.", "Id-demokrazija ma tintilifx f'daqqa waħda imma ftit ftit.", "Il- preokkupazzjoni u d-dubbji li għandna fuq din in-naħa - se nipprova nserraħ ras l-Onor.", "Mizzi li qal li aħna se nkunu distruttivi u se nipprova nkun kostruttiv ħafna - huma li meta permezz ta' leġislazzjoni jibdew deħlin sensiela ta' miżuri, id-demokrazija fil-pajjiż tonqos.", "Aħna bħala Oppożizzjoni qegħdin attenti u bl-ebda mod m'aħna se nneħħu minn fuqna r- responsabbilta' li nkunu attenti għal dak li jkun għaddej fil-pajjiż.", "Aħna nħossu li bl-abrogazzjoni ta' din il-liġi, dak il-proċess ta' konsultazzjoni li kien inbeda bejn gvern u oppożizzjoni se jonqos.", "Sfortunatament il-Prim Ministru nnifsu rrifera għal dan il-proċess bħala partitokrazija - meta qal li wieħed iħokk dar l-ieħor - u l-Onor.", "Anglu Farrugia, forsi bi Freudian slip jew għal xi raġuni oħra, attribwixxa din il-frażi għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "Madam Speaker, intqal li l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni, meta għadda sena u nofs ilu, kien speċi ta' salvauomo.", "Jekk wieħed iqis kif jaħdem pajjiżna, kif jaħdmu l-intrapriżi, kif jaħdmu l-korporazzjonijiet u kif jaħdmu d-dipartimenti tal-gvern jinduna li, jekk ikollok rappreżentant ta' l-oppożizzjoni fuq dawn il-boards, ma jservix biss li wieħed jista' jkollu assessment in real time ta' dak li jkun għaddej imma jservi wkoll bħala deterrent.", "Din ftit ħarisna lejha bħala deterrent biex ma jsirux abbużi u dan id-deterrent huwa forma ta' prevenzjoni u allura din hija dejjem ħafna aħjar mill-kura.", "Ċertament li wieħed mill-effetti li ma ssemmiex huwa l- effett psikoloġiku.", "Jiena nħoss li dan li qed jgħaddi mill-Kamra tar-Rappreżentanti għandu effett psikoloġiku fuq din in-naħa tal-Kamra mhux għaliex aħna għadna naħsbu li aħna fil-gvern, kif qed niġu akkużati kuljum - xejn m'hu aktar 'il bogħod minn dan - imma għax aħna qegħdin nerfgħu fuq spallejna r- responsabbilta' ta' oppożizzjoni kostruttiva li għandha esperjenza twila tat-tkissir tad-demokrazija u din ir-responsabbilta' irridu niddefenduha.", "L-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni ġie deskritt bħala liġi dgħajfa u kien hemm anke minn sejjaħlu esperiment vojt.", "Naħseb li ma ssirx ġustizzja meta jintużaw dawn it-termini għax mhuwiex faċli li tkejjel l-effett ta' dawn in-nominees peress li dan jiddependi minn ħafna fatturi.", "Per eżempju, jiddependi mill-istess nies li jkunu appuntati, mill-mod kif joperaw u anke mill-mod kif l-oppożizzjoni tuża jew tabbuża minn dan il-fatt li għandek dawn in-nominees.", "Ħaġa oħra li hija ferm ta' kontradizzjoni għalija hija kif f'ċerti setturi qegħdin jintalbu opposition nominees u f'ċerti setturi dawn qegħdin ikunu mwarrba.", "GĦalija ma ġiex spjegat ċar - u forsi fil-winding- up il-Prim Ministru jkollu ċans jagħti aktar spjegazzjoni fuq dan il-punt - kif dawn ġew magħżula u għaliex f'ċerti areas iva u f'areas oħrajn le.", "Per eżempju, fl-Enemalta, qasam li jiena nagħmel shadowing tiegħu, u fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u tal-pulizija, dawn ġew mitluba.", "Din il-parteċipazzjoni kienet esperiment pero' li tgħid li huwa esperiment li falla f'qasir żmien ma naħsibx li juri verament l-intenzjoni li għandu l-Gvern.", "Nerġa' ngħid x'inhuma d-dubbji.", "Hawnhekk mingħajr ħabi - u bl-ebda mod m'aħna paranojċi - irridu li l-Gvern iserrħilna rasna li ma qbadniex in-niżla li nnaqqsu d- drittijiet u f'dan il-każ bir-raġun kollu jkollna nitkellmu għax dan huwa dritt ta' l-Oppożizjoni.", "Veru li l-Gvern għandu mandat li jħejji u jagħmel programm imma jiena żgur li dan ma kienx xi punt li tant biddel il-fehma tal-poplu li minħabba fih il-Malta Labour Party rebaħ l-elezzjoni.", "Allura nħoss li l-mod li bih qegħdin ngħaddu din il-liġi - qed nagħmlu dibattitu twil meta għandna ħafna liġijiet oħrajn miftuħin quddiemna għad-diskussjoni - hija sitwazzjoni ta' għaġla straordinarja.", "Huwa veru li meta l-Partit Laburista mill-oppożizzjoni kellu ċ-ċans li jagħmel użu minn din il-liġi qagħad lura.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk hemm konsistenza rigward l-atteġġament tal-Partit Laburista qiegħed hawn għax, kif qal il-Prim Ministru stess wara kollox, huma jippreferu sistema ta fejn għandek żewġ avversarji, jiġifieri sistema distinta b'mod nett bejn gvern u oppożizzjoni u ejja ma nħalltux.", "Wieħed jista' jgħid li l- oppożizzjoni - mhux tal-lum biss imma jekk inħarsu lejn l-oppożizzjoni kif kienet komposta f'dawn l-aħħar għexieren tas-snin - dejjem irrappreżentat 'l fuq sewwa minn 45% ta' l-elettorat Malti u ma naħsibx li nagħmlu sew jekk inħarsu lejn is-sistema Anglo-Sassona mingħajr ma nħarsu lejn sistemi oħrajn.", "Aħna rridu nadattaw kollox għall-mod kif jaħdem pajjiżna.", "Nixtieq li l-Prim Ministru jagħti aktar kas ta' dan il-punt, li kif kienet din il-liġi, kienet qed turi li kien hemm iktar ftuħ lejn it-tmexxija.", "Hemm kontradizzjoni wkoll minn dak li ntqal mill-kelliema tan-naħa l-oħra rigward l-għoti ta' l-informazzjoni.", "Huma qed jgħidulna li se jagħtuna kull informazzjoni meta u x'ħin rridu permezz ta' l-interpellanzi.", "Pero' l- interpellanzi m'huwiex bilfors l-uniku mod jew l-aktar mod ta' malajr li wieħed jista' jkollu informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu biex ikun jista' jagħmel kritika u kritika kostruttiva.", "Mingħajr informazzjoni adegwata din in-naħa ma tkunx tista' tikkontribwixxi għal dibattitu serju meta jien ċert li l-Gvern jixtieq li jkollu dibattitu serju fil-pajjiż.", "Il-preżenza ta' dawn in-nominees tagħti wkoll ċertu feeling li jkun għaddej f'dik l-intrapriża u f'dik l-ażjenda, li kultant ma tistax tesprimih f'sempliċement parliamentary question.", "Ħafna drabi - dan għal diversi raġunijiet u mhux qed ngħidu b'mod negattiv biss - il-ministru ma jkunx jista' jagħti tweġiba ddettaljata ta' x'ikun hemm fil-background imma ovvjament meta jkollok a man on the spot li jkun jaf x'inhu għaddej ma jistax ikollok aħjar minn hekk.", "Dan huwa skrutinju li din in-naħa dejjem ħasset li huwa dritt ta' dak li jkun fl-oppożizzjoni.", "Meta din in-naħa kienet fil-gvern żgur li għamlitha għal kull oppożizzjoni u għalhekk hawnhekk nappella lin-naħa tal-gvern li huwa mportanti li jkun hemm mezz ta' skrutinju aktar minn dak parlamentari.", "Issemma li issa għadda l-Att dwar l-Awditur Ġenerali mill-Parlament u li hemm il-Kumitat Permanenti tal-Kamra li jifli l-operat finanzjarju ta' l- ażjendi li l-gvern għandu sehem fihom.", "Naħseb li dan m'huwiex biżżejjed għax veru li l-PAC jista' jgħarbel u jiskrutinja l-aktar aspetti finanzjari u l-aktar aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-infiq ta' flus, pero' l-andament ta' kif ikunu għaddejjin l-affarijiet fl-azjenda - per eżempju, jekk nieħdu azjenda bħalma hija l-Enemalta u naraw il-mod kif ikunu qed isiru l-calls for applications, l-ipproċessar ta' promotions u anke t-trasferiment ta' ħaddiema, li mhux neċessarjament ikun qed isir dejjem b'mod purament partiġjan imma jista' jkun ukoll - jitilgħu fuq l- agenda tal-board meeting.", "Madam Speaker, jista' jkollok sitwazzjoni fejn għandek unions b'saħħithom ħafna u unions li jkunu qegħdin ifittxu l- interess tal-ħaddiema, kif għandhom jagħmlu, pero' mhux dejjem ikun hemm dak l-iskrutinju min-naħa ta' oppożizzjoni li tirrappreżenta 45% jew aktar tal-poplu Malti u fil-każ preżenti aktar minn 45%.", "Wisq nibża' li jekk aħna se ngħaddu din il-liġi se jkollna sistema fejn se jkollna iktar yes men.", "Diġa' huwa diffiċli li tqum u tikkontradixxi l- linja tal-partit tiegħek - dan qed ngħidu għal kulħadd - anke fejn inti forsi tħoss li għandek titkellem.", "Dan diġa' huwa diffiċli, aħseb u ara meta l-andament jibda jsir aktar diffiċli u aktar perikoluż!", "Aħna konna qegħdin nikkreaw ambjent fejn jista' jkollok dawn in-nominees.", "Fl-opinjoni tiegħi dan kien il-bidu u kien biss proċess illi kellu jitkompla u mhux kellu jiġi mitmum b'din il-liġi u għalhekk aħna kontra dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax fuq kollox il-Partit Laburista tela' bl- għajta li jrid ikun aktar trasparenti.", "Jiena ma nħossx li r-raġunijiet li ngħataw s'issa jikkonvinċuni li se jkun hemm aktar trasparenza u pjuttost inħoss li din it-trasparenza se tonqos għax żgur li fil-pajjiż l-ebda organu daqs l-oppożizzjoni m'għandu nteress li jkun jaf x'qiegħed jiġri f'dawn l-azjendi.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li \"ikun jaf\", m'iniex qed ngħid \"jimmina\".", "Madam Speaker, jien dejjem tkellimt b'mod kostruttiv fuq l-Enemalta u jidhirli li hemmhekk kollox ma kollox l-affarijiet more or less mexjin tajjeb.", "Ta' spiss inżur din l-azjenda, ir-relazzjonijiet tiegħi magħhom huma tajbin u nħoss li dejjem ningħata dik l-informazzjoni li għandi ningħata u hekk għandu jkun.", "Ċertament li l-persuna li tkun nominata min- naħa ta' l-oppożizzjoni għandha tkun persuna responsabbli u li tifhem xi tfisser konfidenzjalita'.", "Jeħtieġ li nkunu maturi aktar imma fl-opinjoni tiegħi din il-liġi ma turix maturita' politika għax qed tneħħi dik il-ftit maturita' li kienet kibret f'dawn l-aħħar snin rigward konsultazzjoni.", "Fl- idea tiegħi, il-bniedem nominat mill-oppożizzjoni għandu jkollha lealta' sħiħa lejn il-korporazzjoni jew l-azjenda li jkun nominat fiha, pero' ovvjament jekk l-affarijiet ikunu sejrin ħażin dan il-bniedem għandu juri l- pożizzjoni tiegħu.", "Wieħed mill-fatturi għaliex sfortunatament f'pajjiżna t-trasparenza hija biss cliche jew slogan - ħafna drabi slogan li jintuża għal ċertu żmien u mbagħad jgħaddi - huwa minħabba li ma jkunx hemm real time information u l- affarijiet jinqabdu malli jiġri l-fatt.", "Ma ninsewx li l-Partit Laburista tela' fil-gvern fuq l-għajta tat-trasparenza.", "Għamel kampanja twila dwar allegazzjonijiet u ħafna diskors vojt fuq barunijiet pero' s'issa, wara disa' xhur fil-gvern, għadni ma rajt l-ebda ex-ministru jew xi persuni oħra li setgħu kienu involuti, ipproċessati jew mitfugħin il-ħabs.", "Għalkemm sar ħafna diskors fuq barunijiet, wara disa' xhur għadu ma nbena lanqas każ wieħed biss fuq dawn il-ħafna allegazzjonijiet.", "Meta tkun fl- oppożizzjoni huwa faċli li tgħid li tkun saret korruzzjoni pero' jekk ma turix fatti ddokumentati ma jkun ifisser xejn biex inti tkun tista' tressaq il-każ u tmexxi 'l quddiem.", "Madam Speaker, il-Prim Ministru lanqas ma qalilna x'se tkun l- alternattiva.", "Jien nerġa' ngħid li hawnhekk qed inneħħu strument li kien qed iqarreb liż-żewġ naħat biex ikunu jistgħu jaħdmu aktar flimkien.", "Imma issa x'se tkun l-alternattiva meta qed inneħħu dan id-dritt ta' l- Oppożizzjoni?", "Kif se jħares, per eżempju, il-Prim Ministru lejn il- kontradizzjoni - jien inħoss li hi kontradizzjoni - li fuq il-bord ta' l- Enemalta se jinħatar rappreżentant tal-kunsilli lokali?", "Jista' dan ir- rappreżentant ikun f'isem il-Partit Nazzjonalista?", "F'dan il-każ, dan m'hux daqs wieħed minn dawk in-nies li se jkunu ta' fiduċja tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "X'se tkun ir-reazzjoni f'dan il-każ?", "Aħna mhux qed infittxu li jkun hemm bilanċ fil-boards għax aħna nifhmu li l-Gvern għandu mandat u jekk ikollok persuna waħda żgur li m'hijiex se ttellef il-bord fil-qadi tiegħu, anke jekk tkun l-aktar waħda vocifera u l-iktar waħda li ttellef distruttivament.", "Dan m'għandux ikun u jien personalment nikkundanna lil dik il-persuna li b'xi mod timmina x-xogħol li għandu jsir għax ix-xogħol li għandu jsir għandu jsir.", "Dan hu l-messaġġ tiegħi, jiġifieri li x- xogħol li għandu jsir f'dawn il-boards, in-nominees għandhom jagħmluh u jekk mhux qed jagħmluh il-Prim Ministru għandu jgħidilna għaliex mhux qed jagħmluh.", "Aħna bħala oppożizzjoni għandna obbligi lejna nfusna u lejn kull oppożizzjoni li tista' tiġi, pero' l-Gvern, kif diġa' għidt, qed juri inkonsistenza għax diġa' huwa favur li jkun hemm rappreżentanza f'ċerti setturi tat-tmexxija.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq tmexxija tal- pajjiż u mhux biss fuq livell iktar ogħli.", "Dan li qed ngħaddu llum ma tantx jawgura tajjeb anke f'sens ieħor għax il-messaġġi jistgħu jinqraw b'modi differenti.", "Bħalma nafu lkoll, il-ħaddiema f'dan il-pajjiż, bejn wieħed u ieħor, qegħdin maqsumin f'kulur mod u kulur ieħor.", "X'ifisser li ma jkunx hemm dawn in-nominees fuq dawn il-boards?", "Il-messaġġ huwa li jekk int attivist allura m'intix ikkalkolat li tista' tagħti kontribut għat-tmexxija.", "Nistgħu aħna naħlu u nwarrbu għal tant żmien dawn ir-riżorsi tal-pajjiż, jiġifieri nies li huma kapaċi u dan kollu għax jitla' gvern u ma tafx meta se jerġa' jinżel?", "Fil-fatt, ħames snin huwa diġa' żmien twil.", "L- Onor. Farrugia kemm-il darba semma' allegazzjonijiet ta' nies li fi żmien il-Partit Nazzjonalista kienu jinqaflu f'uffiċċju u jitħallew hemmhekk.", "Imma dan għadu qed isir anke llum.", "Kien hawn riferenza wkoll għall-Awditur Ġenerali.", "Kif diġa' spjegajt, jien inħoss li l-Awditur ma jistax jagħti sodisfazzjon lill-Oppożizzjoni u lil din il-Kamra rigward ċerti aspetti ta' tmexxija u ta' skrutinju u allura nħoss li m'huwiex biżżejjed.", "Sur President, hawnhekk għandna ħames kelmiet li jkomplu jħottu s-swar tad-demokrazija li nixtiequ li tkompli tinbena f'pajjiżna u mhux tmur lura.", "Nixtieq li l-Prim Ministru jikkonvinċina li dan mhux hekk pero' nibża' li din hija t-triq li qbadna.", "Nerġa' ngħid li l-uniku mezz li għandha din in- naħa biex tiskrutinja huwa kważi biss permezz tal-mistoqsijiet parlamentari u mill-mod ta' kif jingħataw ċerti risposti żgur li dan m'huwiex biżżejjed.", "Nixtieq nagħlaq billi ngħid li din hija liġi abrogattiva u li tfisser nuqqas ta' fiduċja min-naħa tal-Prim Ministru attwali fis-sistema ta' demokrazija parteċipattiva.", "Din il-liġi tgħolli s-swar ta' suspetti li jifnu t-tħaddim ta' koperazzjoni possibbli bejn gvern u oppożizzjoni f'oqsma strateġiċi u delikati u twassal għall-firda fil-ħsieb u fix-xogħol b'risq Malta tagħna.", "Il-Malta Labour Party mhux \"dmugħ tal-kukkudrilli\" ried jgħid iżda jien inħoss li dan huwa sens ta' tpattija biex ineħħi liġi li hu qatt ma ried għax dejjem wera konsistenza fil-ħsieb tiegħu li l- parteċipazzjoni popolari u d-demokrazija għalih teżisti biss darba kull ħames snin.", "Grazzi.", "Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L- Onor. Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Sur President, meta wieġeb għad-diskors tal-Prim Ministru dwar dan l-abbozz ta' liġi, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li dan kien att ta' arroganza min-naħa tal-Gvern u kompla jgħid ukoll li qatt ma kienet f'dan il-pajjiż li prim ministru jnaqqas mid-drittijiet ta' l- oppożizzjoni.", "S'issa kull kelliem min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - sa l- aħħar wieħed li għadu kemm tkellem, jiġifieri l-Onor.", "Agius - ipprova jagħti raġunijiet għaliex din il-liġi għandha tibqa' fis-seħħ.", "Il-Gvern ta r-raġunijiet tiegħu għaliex din il-liġi qed titneħħa.", "Minkejja li qed jagħmel hekk m'hu qed jagħmel xejn biex joħnoq il-funzjonijiet ta' l- oppożizzjoni f'sistema parlamentari mill-aktar demokratika.", "Il-gvern jemmen li l-funzjoni ta' l-oppożizzjoni hi li tikkritika u ssegwi l-operat tal-gvern u fl-istess waqt tkun qed tfassal politika alternattiva għat- tmexxija tal-pajjiż u mhux li tkun involuta f'ċerti aspetti ta' tmexxija eżekuttiva.", "Il-Gvern qiegħed jagħti l-ispazju kollu lill-Oppożizzjoni biex twettaq dan id-dmir.", "Mhux aħna biss naħsbu hekk għax il-bieraħ, f'paġna 19 ta' \"The Malta Independent\", Platform tkellem ċar u tond.", "Platform m'huwiex wieħed li s- soltu - hu min hu, għax ma nafx min hu dan Platform - jitkellem favur il- Partit Laburista, la meta l-partit tagħna kien fl-oppożizzjoni u lanqas issa li hu fil-gvern.", "Imma x'qal Platform fuq din il-liġi?", "S'intendi dan qed jgħid x'qed iħoss il-polz tal-poplu fuq din il-liġi u fl-ewwel sentenza li kiteb staqsa hekk:", "\"Repeal the Opposition Nominees Act?\"", "GĦandha titneħħa din il-liġi?", "U mingħajr ma qagħad idur mal-lewża qal:", "\"Yes, parliament should do it\".", "Platform ma setax ikun ċar aktar minn hekk u għalhekk jien nagħmel appell lill-Oppożizzjoni li tiġi f'sensiha u tivvota magħna għax il-liġi msejħa l- Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni m'hawnx postha.", "Platform imbagħad kiteb hekk:", "\"Repealing the Opposition Nominees Act will not diminish the real rights of any strong opposition\".", "Jiġifieri jekk din il-liġi titneħħa - u llum stess se titneħħa - bl-ebda mod m'hi se tnaqqas mid-drittijiet ta' oppożizzjoni b'saħħitha.", "Fil-fatt Platform jagħti ħafna raġunijiet għaliex il-Gvern Nazzjonalista qabel ma tilef l-elezzjoni tas-sena l-oħra ħass li kellu bżonn idaħħal din il-liġi.", "Gvern Nazzjonalista din daħħalha fi żmien meta kien taħt attakk kontinwu fuq xamma ta' korruzzjoni kbira - jien dawn m'iniex se noqgħod nidħol fihom pero' Platform semmihom kollha hawnhekk - u ried li b'xi mod idaħħal liġi li kellha mekkaniżmu biex tipprova tnaqqas mill-effett tal-kritika li kienet qed issirlu mill-Oppożizzjoni Laburista.", "Pero' ejjew inħalluh dak għax dak intqal ħafna fuqu.", "Raġuni oħra, li skond Platform m'huwiex floku li l-oppożizzjoni jkollha direttur nominat minnha hi l-kwestjoni ta' etika u dan jgħid:", "\"A board of directors is, from its very own nature, a collegial body ....\",", "- jiġifieri kulleġġ ta' membri; u x'hemm li jorbtu lil dan il-kulleġġ ta' membri? -", "\"... one in which all members, notwithstanding who it is who appoints them.....\",", "- jiġifieri jkunx appuntat mill-gvern stess jew mill-oppożizzjoni ma jagħmilx differenza; veru li din il-liġi se titneħħa, pero' aħna qed nagħtu eżempju li nies li ħaqqhom ikunu fuq bord nagħmluhom, sew jekk ikunu min-naħa tal-partit tagħna kif ukoll jekk ma jkunux, u nistgħu nagħtukom eżempji ta' dan li qed ngħid -", "\" ... must act in unison, free from any outside-the-board conflicts.\".", "Platform qed jgħid li għandhom jaħdmu flimkien mingħajr ma jkollhom l-ebda konflitt għax ikun innominahom il-partit ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, hawnhekk ta' min imur ftit lura u jara r-regolamenti li ħoloq il-Gvern Nazzjonalista meta kien fil-poter rigward il-membri u d- diretturi tal-boards u se nsemmihom: Id-dmirijiet tad-diretturi tal- boards huma dawn - ma nafx jekk kienx hemm xi ħadd li semmihom dawn hawnhekk, la min-naħa u lanqas min-naħa l-oħra - ċioe' dawn irid ikollhom fiduċja lejn l-imsieħba li jirrappreżentaw u lejn l-organizzazzjoni tagħhom.", "Dawn imseħbin hemmhekk u qegħdin hemm b'għan wieħed biss, jiġifieri li juru l-akbar lealta' lejn il-gvern għax fdahom u poġġihom diretturi f'dak il-bord.", "Dawn iridu jużaw id-diskrezzjoni tagħhom biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-interess ta' l-organizzazzjoni.", "Għandhom ikunu onesti, għandhom ifittxu l-aħjar interessi ta' l- organizzazzjoni u għalhekk m'għandhomx jieħdu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħhom fuq dak il-bord u lanqas jagħtu lok għal xi konflitt ta' interess.", "Dawn għandhom jaqdu dawn l-istess dmirijiet bi bżulija, b'imparzjalita' u b'kuxjenza.", "Dawn m'għandhomx jagħtu, apposta jew b'negliġenza, informazzjoni mhux korretta jew li tista' tiżvija lill-ministru jew lill- pubbliku.", "Id-diretturi - din l-aħħar waħda - għandhom jagħtu appoġġ sħiħ lill-policies tal-gvern tal-ġurnata.", "Dawn ir-regolamenti intom stess għamiltuhom u b'din il-liġi qed tiksruhom kuljum.", "Niġi issa biex nipprova dan li qed ngħid.", "Sur President, ngħid għalija hemm dubji serji kemm il-kodiċi ta' etika għad-diretturi tal-boards fis-settur pubbliku qed jiġu segwiti mid- diretturi magħżula mill-Oppożizzjoni.", "Jien nista' nitkellem, per eżempju, dwar id-direttur nominat mill-Oppożizzjoni fuq il-bord tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, li taqa' taħt id-dikasteru tiegħi.", "Jien m'iniex se nsemmih b'ismu lil dan l-individwu imma rrid ngħid li barra milli ġie nnominat fuq dan il-bord dan huwa wkoll il-Viċi President tas- Soliderjata' Ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista.", "Nhar il-Ġimgħa, 11 ta' April ta' din is-sena, is-Solidarjeta' Ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista ħarġet stqarrija li fiha sfidat lill-Gvern biex jippubblika ċ-ċifri tal- qgħad.", "Fl-istess stqarrija wrew biċ-ċar li f'idejhom kellhom informazzjoni li kienet tinżamm b'mod konfidenzjali mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u li kienet għadha m'hijiex ippubblikata uffiċjalment.", "L-għada s- Sibt, il-ministeru ħareġ stqarrija bi tweġiba fejn, minbarra li ċaħad l- inkorrettezza ta' dik id-dikjarazzjoni, spjega li mhux qiegħed jippubblika ċ-ċifri tal-qgħad minħabba li hija proċedura stabilita li dawn jiġu ippubblikati mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika.", "Din kienet sistema li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern mexa biha għal disa' snin sħaħ.", "Issa neħħejniha dik is-sistema u l-informazzjoni li jkollna nagħtuhielkom.", "Il-Ħadd, 13 ta' April, dan l-istess direttur appuntat mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni u Viċi-President tas-Solidarjeta' Ħaddiema Partit Nazzjonalista, kien mistieden għall-programm imtella' fuq Radio 101 dwar analisi tal-ġurnali.", "Waqt dan il-programm, li sar bejn id-9.00 a.m. u l- 10.00 a.m., dan id-direttur żvela informazzjoni konfidenzjali li kienet għandu minħabba li huwa membru u direttur tal-bord tal-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ.", "Fost affarijiet oħra li qal waqt dan il-programm immexxi minn Gordon Pisani - hawn se nikkwota minn transcript tad-diskors tiegħu li jien lest li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra - insibu:", "\"Fil-fatt nista' ngħid it-trend hija dik.", "Hija ċara li l-ETC għandha informazzjoni miġbura u għandha informazzjoni miġbura nista' ngħid anke sa Marzu u dawn iċ-ċifri mhux jippubblikahom il-Gvern u hawn trend qawwija li jekk, per eżempju, tipparaguna l-qgħad ta' Frar ta' din is-sena ma' dak ta' Frar tas-sena l-oħra għandek żieda ta' 25% fuq is-sena l-oħra\".", "Pero' qal iktar minn hekk u se nkompli nikkwota:", "\"Hemm ċifra oħra li wkoll hija nkwetanti, li hija dik tal-vacancies.", "Il-vacancies dejjem jonqsu filwaqt li l-qgħad qiegħed dejjem jiżdied.\"", "Dawn l-affarijiet lanqas temminhom.", "Jien naqbel mal-ħabib tiegħi l-Onor.", "Agius meta qal li għandna nikkundannawhom diretturi bħal dawn.", "Dan huwa xhieda ċara ta' kemm nies ta' din il-kwalita' mhux talli m'hemmx posthom bħala membri fuq boards tas-settur pubbliku, talli lanqas tixraqilhom il- fiduċja tal-poplu.", "Il-mod kif ġab ruħu dan id-direttur, fl-opinjoni tiegħi, jikser dik il-parti tal-kodiċi ta' etika li tgħid li \"m'għandhomx jagħtu apposta jew b'negliġenza informazzjoni mhux korretta jew li tista' tiżvija lill-ministru jew lill-pubbliku.\"", "Dan it-transcript se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher f'\"The Malta Independent\" tal-Ħadd, 27 ta' Lulju 1997; u", "kopja tat-transcript tal-programm ta' analisi tal-gazzetti li xxandar fuq stazzjon tar-radju fit-13 ta' April, 1997.", "Sur President, fil-ftit ħin li ħadt ipprovajt nagħmilha ċara li l-Gvern għandu raġunijiet li huwa ċert minnhom dwar dan li qed jagħmel.", "Dak li ma fehmitx l-Oppożizzjoni huwa xi nfissru aħna bi tmexxija moderna.", "Tmexxija moderna hija tmexxija li, filwaqt li nħallu lill-Oppożizzjoni l-ispazju kollu biex tagħmel ix-xogħol tagħha, ma naħbu xejn.", "L-informazzjoni li titolbuna qed nagħtuhielkom, ovvjament meta jkun iż-żmien li nagħtuha.", "L- Oppożizzjoni għandha l-ispazju kollu fejn taħdem.", "Aħna tajnikom eżempju kif dawn il-boards għandhom ikunu komposti u mingħajr dubju ta' xejn intkom taqblu magħna.", "F'dawn il-boards hemm persuni li aħna nafu li m'humiex ta' l-opinjoni tagħna politikament imma aħna lil dawn il-persuni nirrispettawhom u poġġejnihom f'dawn il-boards bħala diretturi.", "Iżda hemm mod kif għandhom jaġixxu u hemm l-etika kif għandhom imexxu f'dawn il- boards.", "Dawn huma regolamenti ta' etika li ħloqtuhom intkom stess.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Agius li nikkundannaw lil dan id-direttur għall-aġir gravi li wettaq u għalhekk għandu jkun raġel li minn jheddu jirriżenja mill-pożizzjoni li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fdah fiha għax kiser l-etika.", "Dan il-ftit kliem li għadni kemm għidt ikompli juri għaliex l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni m'hemmx bżonnu.", "Din il-liġi tmur kontra kif għandu jitmexxa pajjiż demokratiku bi gvern elett mill-poplu fejn l- oppożizzjoni tiġi fdata u tiġi mogħtija l-ispazju kollu biex tagħmel ix- xogħol tagħha fejn għandu x'jaqsam ma kritika lill-gvern.", "Nirringrazzjakhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, m'hemmx dubju li b'din il-liġi huwa evidenti - bl-Ingliż ngħidu it's a forgone conclusion - li bil-maġġoranza tiegħu l-Gvern Laburista se jabroga l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni u d-dritt li dan il-Parlament kien ta lill-oppożizzjoni kostituzzjonali tal- pajjiż.", "Nargumentaw kemm nargumentaw favur u kontra - oġġettivament ngħid li hemm xi tgħid sew fuq l-argumenti li jinġabu favur l-abrogazzjoni ta' din il-liġi, kif ukoll fuq l-argumenti li jinġabu kontra din il-liġi - jibqa' l-fatt sempliċi u oġġettiv li sal-lum l-Oppożizzjoni kostituzzjonali ta' pajjiżna kellha d-dritt li teżerċita metodu ieħor ta' sorveljanza, ta' monitoring u ta' kontroll fuq il-mod kif jitmexxa l-ġid komuni tas-soċjeta' u l-Gvern Laburista se jabroga dan id-dritt ta' l- Oppożizzjoni kostituzzjonali ta' pajjiżna.", "Dan huwa l-fatt sempliċi li għandu quddiemu dan il-Parlament u fuq dan il-punt kien hawn diskussjoni ormai ta' tlieta jew erba' seduti.", "Nafu li l-Gvern iddeċieda li jabroga dan id-dritt - mhux illum imma anke meta tan-naħa l-oħra kien għadhom fl- oppożizzjoni kienu ddikjaraw ruħhom kuntrarji - u jekk wieħed irid jagħmel analisi tar-raġunijiet li għalihom il-Partit Laburista meta kien fl- oppożizzjoni esprima ruħu kuntrarju għal din il-liġi, wieħed jista' jgħid li l-Partit Laburista kien qed jadotta dak l-atteġġament mhux tant għall- prinċipju fih innifsu imma għax l-istrateġija politika partiġjana dak iż- żmien kienet tirrikjedi li l-partit ma jestendix l-id tal-koperazzjoni u l- id li jieħu sehem fit-tmexxija tal-ġid komuni, jiġifieri fl-interess tal- poplu kollu.", "Sur President, jien nemmen li l-pass li qegħdin nieħdu llum huwa pass lura, għalkemm m'huwiex xi pass lura b'mod katastrofiku.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-oppożizzjoni mhux veru li bilfors għandha bżonn dan id-dritt biex tkun tista' taqdi d-doveri tagħha sewwa.", "Il-Ministru Edwin Grech iċċita rapport minn \"The Malta Independent\" li kien qed javvoka l- abrogazzjoni ta' din il-liġi, jiġifieri qed jaqbel mal-Gvern - f'demokrazija hija ħaġa minn ewl id-dinja li kulħadd għandu dritt għall- opinjoni tiegħu - u qalilna li l-artikolista kiteb li \"a strong opposition m'għandhiex bżonn li jkollha dan id-dritt biex taqdi d-doveri tagħha\".", "Fil-fatt dan id-dritt ma nħoloqx fil-kontest u bl-iskop li l- oppożizzjoni bilfors tkun \"a strong opposition\".", "Jekk aħna naraw il- kontest li fih inħolqot din il-liġi - forsi jkolli ċans nindika aktar tard - insibu li hu kontest li ma kienx iffokat b'mod dejjaq biex l- oppożizzjoni tagħmilha \"a strong opposition\".", "Sur President, nixtieq l-ewwelnett ngħid li rridu naqtgħu ftit mid- diskorsi li jsiru f'din il-Kamra li meta wieħed jingaġġa f'dibattitu jiġu lilu attribwiti sentimenti u mottivi li, fl-opinjoni tiegħi, huma surrealistiċi u stupidi.", "Meta kelliema tan-naħa l-oħra jirrispondu għall- kritika u għall-kummenti ta' din in-naħa, fil-parti l-kbira tagħhom huma kummenti sensati u kostruttivi u huma kummenti li, għalkemm fil-parti l- kbira tagħhom tista' ma taqbilx magħhom, jkunu qed isiru bl-iktar spirtu ġenwin għax dak li jkun qed jitkellem ikun qed jaħseb u jemmen li dak il- punt li jkun qed jagħmel huwa ta' ġid.", "Din il-ħaġa diġa' għidtha f'din il- Kamra fuq kumment li kien għamel l-Onor.", "Lino Spiteri meta kien qal li mill-bank ta' din in-naħa ħadd m'għandu jippretendi li għandu r-riżerva tal-perli ta' l-għerf u li kull kelma, kull frażi u kull sentenza li ngħidu u kull ġudizzju li nagħmlu fuq l-operat tal-gvern, jew fuq dak li jkun qed isir fil-pajjiż, huwa intokkat b'infallibbilta' papali - assolutament xejn minn dan kollu.", "GĦalhekk mhux sewwa meta n-naħa l-oħra tattribwixxi lilna l-mottivi li aħna qisna ma rrassenjajniex ruħna li qegħdin fl-oppożizzjoni, bħallikieku din trid xi forma ta' rassenjazzjoni!", "Aħna għandna konvinzjoni assoluta ta' x'inhu l-metodu demokratiku u ta' kif taħdem id-demokrazija u għandna rispett kbir għall-opinjoni tal-poplu.", "Il-poplu għamel din id-deċiżjoni u aħna nirrispettawha u fir-rispett ta' dik id-deċiżjoni nibqgħu naqdu l-funzjonijiet tagħna.", "L-istess nista' ngħid meta nisma' Onor. Membru ieħor, front bencher min- naħa tal-Gvern, jattakka lill-Oppożizzjoni li qed tkun distruttiva, li qed timmina lill-Gvern, li qed tfixkel lill-Gvern u affarijiet bħal dawn.", "Meta jien nagħmel analisi ta' dawn id-disa' xhur li l-Partit Nazzjonalista ilu fl-oppożizzjoni nara li l-Oppożizzjoni, fuq kull issue li tqanqlet, għamlet ħilitha kollha biex tkun kostruttiva u f'ħafna każijiet l-istess Gvern irrisponda pożittivament għal din il-kritika kostruttiva.", "Tant konna kostruttivi li f'diversi okkażjonijiet il-Gvern irrisponda pożittivament.", "Kien hemm okkażjonijiet oħra fejn il-Gvern ma rrispondiex u għandu dritt li ma jirrispondix għax nafu - anke mill-kampanja elettorali - li dawn huma kwestjonijiet li fuqhom il-Partit Laburista, jiġifieri l-Gvern attwali, għandu pożizzjonijiet ċari.", "Jien m'iniex se neħodha kontra l- Gvern li jżomm dawk il-pożizzjonijiet ċari u jipprova anke jimplimentahom pero' hemm okkażjonijiet u hemm suġġetti oħra li dwarhom il-Gvern jiżbalja jekk ma jirriflettix fuq il-kritika, fuq il-proposti u fuq l- istands li qed tissuġġerixxi l-Oppożizzjoni Nazzjonalista bħala li huma ta' ġid għall-pajjiż.", "Ngħid għalija jekk it-tipi ta' forma mentis u ta' diskorsi li jsiru minn Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra nipprovaw inpoġġuhom in a straitjacket u ma nivvalutawhomx għal dak li huma, ma tkunx ħaġa tajba biex niżviluppaw diskussjoni li l-iskop tagħha għandu dejjem ikun li niċċaraw il-ħsibijiet u li nagħmlu l-almu kollu tagħna biex inwettqu dak li huwa ta' l-akbar ġid għall-poplu tagħna ħalli finalment min għandu d-dritt li jiddeċiedi, li huwa l-gvern għax għandu l-maġġoranza, imbagħad jerfa' l- piż - kif jiġri dejjem f'demokrazija - tad-deċiżjonijiet li jieħu.", "Kienu jgħidulna wkoll: Isma', aħna konsistenti.", "Issa jien nixtieq ngħid li l-konsistenza tista' tkun valur imma mhux bilfors li awtomatikament u assolutament tkun valur għax jien naħseb li f'dan il-każ iktar minn konsistenza din hija persistenza.", "Li wieħed jiżbalja huwa uman imma li wieħed jippersisti fl-iżball huwa diaboliku u għandu xi ftit min-naħa tax- xitan - hekk jgħid il-Latin.", "Jien naħseb li din iktar hi kwestjoni ta' persistenza, fis-sens li kien jaqbel li wieħed ikun kontra l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni qabel l-elezzjoni għall-finijiet ta' strateġija partiġjana u jaqbel li issa wieħed jabroga dik il-liġi, wkoll għall- finijiet ta' strateġija partiġjana, li pero' għandha r-rifless tagħha fuq l- operat tal-gvern u fuq l-operat ta' kif jitmexxew l-affarijiet tal-pajjiż.", "Sur President, m'hemmx dubju li jien favur u nappoġġa l-kultura li fejn jidħlu dawn il-boards ta' entijiet u korporazzjonijiet nazzjonali u ta' importanza strateġika għall-pajjiż, in-nomini fuq dawn il-boards isiru abbażi tal-mertu, ta' l-integrita' u tal-kompetenza tan-nies li jiġu nnominati.", "Pajjiżna għandu bżonnha din il-kultura.", "Din il-kultura ħadmet ukoll fi żmien il-Gvern Nazzjonalista tal-mejjet u mibki Ġorġ Borg Olivier, fi żminijiet immedjati ta' wara l-Indipendenza meta l-Gvern Nazzjonalista kien diġa' wera t-tendenza li f'affarijiet li huma ta' importanza nazzjonali jipprova ma jimxix bil-kulur ta' iswed jew abjad, inkella blu jew aħmar.", "Dik it-tendenza rajniha tgħosfor kompletament u bl-iktar mod assolut fi żmien il-gvernijiet Laburisti ta' bejn l-1971 u l-1987 meta rajna lill-poplu Malti jiġi ttrattat b'qasma l-iktar netta u ċara ta' nies li jappoġġaw lill-gvern u ċ-ċittadini l-oħra li kienu meqjusa bħala ċittadini tat-tieni klassi għax dawn seta' kellhom xi xamma li ma jappoġġawx lill-partit li kien hemm fil-gvern.", "Bħala Membru ta' din il- Kamra ma nistax ma nirrikonoxxix il-fatt li dik il-kultura u dik it- tendenza li l-boards ta' dawn l-entijiet importanti fil-pajjiż jerġgħu jibdew jiġu nnominati abbażi ta' mertu u kompetenza, biex wieħed jipprova jagħti tmexxija u direzzjoni lil dawn il-korpi li tkun fl-akbar u fl-uniku interess tal-pajjiż, kienet reġgħet bdiet dieħla f'dawn l-aħħar snin.", "Sur President, wieħed jista' ma jaqbilx ma' ċerti nomini jew mat-taħlita tan-nies li tkun saret fuq dawn il-boards, imma naħseb li wieħed ikun qed idaħħal rasu fir-ramel jekk meta jara l-affarijiet b'mod oġġettiv ma jinnotax ukoll li f'diversi boards u kummissjonijiet il-Gvern preżenti għamel ħaġa tajba meta mexa fid-direzzjoni li kien mexa f'diversi okkażjonijiet il-Gvern preċedenti ta' l-Onor.", "Fenech Adami, jiġifieri li l- ħaġa ma jħallihiex konġelata f'żewġ kuluri partikolari - jekk inti ta' naħa tidħol pero' jekk inti ta' naħa oħra ma tidħolx - u qed nimxu iktar f'din it-tendenza u f'din il-kultura li, fl-opinjoni tiegħi, hija xi ħaġa li trid tiġi vvalorizzata, hija xi ħaġa li rridu nlaħħmuha mal-metodu ta' l- amministrazzjoni ta' kuljum tal-ħwejjeġ tal-poplu tagħna u hija xi ħaġa li rridu niffaċilitaw.", "Il-gvernijiet Nazzjonalista ta' l-Onor.", "Fenech Adami mhux biss għamlu użu mit-talenti, mill-ħilijiet u mill-intelliġenza ta' nies li l-opinjoni politika tagħhom ma kenitx neċessarjament four-square ma' l-opinjoni politika tal-gvern, talli fid-dawl ta' din it-tendenza għamilna wkoll kodiċi ta' etika - ippreċedieni l-Ministru Grech meta rrifera għall-kodiċi ta' etika dwar il-membri tal-boards tad-diretturi, fil- fatt dan kien wieħed mill-punti li xtaqt nagħmel illum - u allura dan juri li l-Gvern Nazzjonalista ma ħariġx bl-idea ta' l-Att dwar Nomini mill- Oppożizzjoni bl-iskop li tagħmel cover-up, kif qiegħda tgħid in-naħa tal- Gvern, u tipprovdi solliev għall-attakki li kienet qed tagħmel l- Oppożizzjoni Laburista dak iż-żmien b'allegazzjonijiet ta' abbużi u ta' korruzzjoni.", "Fil-verita' l-liġi li daħħalna dwar nomini mill-oppożizzjoni għandha kontest ħafna iktar wiesa' mill-ħafna argumenti li saru s'issa f'din il-Kamra u ma tiġix in-naħa tal-Gvern u tgħidilna li donnu din il- liġi aħna daħħalniha ħorrox borrox, ta' malajr malajr, għax ġejja l- elezzjoni, biex nipprovdu xi forma ta' skuża għall-finijiet ta' l- allegazzjonijiet li kienu qegħdin isiru dawk iż-żminijiet.", "Sur President, hawnhekk ikun tajjeb li nerġa' nfakkar li fil-fatt din ma kenitx xi ħaġa li saret b'xi mod mgħaġġel imma kienet parti minn proċess meqjus u maħsub bl-iskop li dan il-pajjiż neħduh pass ieħor 'il quddiem fil- kwalita' ta' l-amministrazzjoni u t-tmexxija tiegħu.", "Irrid ngħid li l- impenn għal dawn il-ħwejjeġ inbeda sa minn qabel il-programm elettorali ta' l-1992, inbeda fl-ewwel amministrazzjoni Nazzjonalista taħt l-ex-Prim Ministru Eddie Fenech Adami u mbagħad ġie kkonfermat fl-1992.", "Sur President, f'dak il-programm aħna konna għamilniha ċara u se nikkwota minn dak il-programm:", "\"Sabiex id-demokrazija taħdem għall-ġid tal-poplu kollu mhux biżżejjed li jsiru elezzjonijiet kull ħames snin.", "Jeħtieġ wisq aktar li l-poter ikun mifrux, li fit-tħaddim tiegħu jinvolvi ruħu ċ-ċittadin u li t- trasparenza tkun prinċipju li naħdmu bla heda biex inwettquh.\".", "Kienet minn din l-ispirazzjoni, Sur President, li f'Novembru ta' l-1993 twieldet il-white paper \"Il-Bidla Tkompli\".", "Din ma kenitx xi white paper fuq xi punt wieħed partikolari, kif ħafna drabi huma l-white papers, jaqbdu suġġett partikolari, jiżviluppawh u jagħmlu sensiela ta' proposti fuqu għall-konsiderazzjoni tal-pubbliku qabel ma l-gvern jagixxi fuqu, imma naħseb li din kienet l-iktar white paper wide-ranging li qatt kellna f'pajjiżna u li firxet ħarsitha fuq il-bidliet u r-riformi li kienu meħtieġa, sew fil-qasam kostituzzjonali, sew fil-qasam parlamentari, kif ukoll fil-qasam amministrattiv.", "F'dik il-white paper aħna konna tħadditna biex insaħħu dan il-qafas istituzzjonali biex nassiguraw li l-poplu Malti jkollu ankra li hija dejjem iktar aċċettata, li hija iktar ibbażata fuq consensus u li l-leġittimita' morali tagħha, hija xi ħaġa li tidħol fil- mentalita' u l-kultura tagħna.", "Hemmhekk aħna bdejna nuru li ridna li l-istituzzjoni tal-Presidenza ta' Malta wkoll tingħata iktar stima u awtorita' biex is-simbolu nazzjonali li jirrappreżenta jkun wieħed aktar effettiv.", "L-istess nista' ngħid dwar kummissjonijiet u awtoritajiet oħra għaliex ridna li jkun hemm dejjem iktar il-preżenza ta' l-oppożizzjoni fin-nomini tagħhom u fil-mod kif jiġu kkostitwiti, għaliex ma nistgħux naħarbu l-fatt li fil-kultura u fil- mentalita' ta' pajjiżna, dak li jbierku flimkien gvern u oppożizzjoni mhux veru li neċessarjament ikun il-ħaġa l-iktar tajba li wieħed jista' jimmaġina.", "Pero' l-poplu tagħna tant għandu fiduċja f'din l-istituzzjoni li meta jarana nagħmlu l-affarijiet flimkien jispira ruħu iktar mill-mod kif naħdmu flimkien milli meta nkunu qegħdin nagħmlu l-kontroversji, wisq iktar meta l-kontroversji jkunu sterili u inutli.", "Tkellimna wkoll fuq kwestjonijiet bħal xi jrid isir biex is-sistema elettorali ssir dejjem iktar trasparenti u ġusta u li tagħti riżultati ġusti u kif il-Kamra jkollha deputy speaker, kif fil-fatt għandha, li jkun nominat mill- oppożizzjoni.", "Tkellimna dwar ir-referendum abrogattiv u naħseb li huwa importanti li niżviluppaw f'pajjiżna l-kultura tar-referendum.", "L-istess nista' ngħid għall-Parlament.", "Sur President, rajna li ħafna minn dawn l-affarijiet li issa se nsemmi twettqu għaliex ħwejjeġ oħra kienu jirrikjedu l-kunsens ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, li ma kienx kunsens li seta' jiġi, għax l-oppożizzjoni ta' dak inhar żammet lura milli tingaġġa biex intejbu l-istituzzjonijiet ta' dak iż-żmien.", "Għal dak li hu Parlament - dan huwa wkoll mertu ta' dik il-white paper - rajna l-ħolqien tal-Kumitati tal-Parlament, fosthom il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, rajna l-introduzzjoni ta' xandir mill-Parlament permezz tar-radju; biddilna wkoll ħwejjeġ li jolqtu l-privileġġi parlamentari; u daħal kodiċi ta' etika għall-membri parlamentari.", "Imbagħad meta wieħed jiġi għall-qasam amministrattiv insibu li dik il- white paper kienet titkellem dwar il-promulgazzjoni ta' kodiċi ta' etika, inkluż il-kodiċi ta' etika għall-membri ta' boards governattivi u ta' korpi parastatali.", "Hemmhekk insibu wkoll il-proċedura dwar l-għoti ta' kuntratti u dwar l-Awditur tal-gvern, xogħol li sar fl-interezza tiegħu, fid-dettall kollu tiegħu, mill-amministrazzjoni preċedenti u li għalih din l- amministrazzjoni tat il-backing tagħha.", "Nafu li l-Parlament għadu kif approva l-bidliet meħtieġa fil-Kostituzzjoni u fil-liġi biex l-Awditur Ġenerali jkun proprju l-persuna li tirrapporta u li tgħin lill-Parlament biex jissorvelja u jikkontrolla n-nefqa u l-ispiża pubblika.", "Hemm kwestjonijiet oħra li għadhom ma reġgħux inqabdu, anke għaliex dak iż-żmien ma kienx intlaħaq consensus fuqhom bħal, per eżempju, id-dritt għall-privatezza u għall-informazzjoni, il-ħtieġa li f'pajjiżna jkollna an information practices act għax iktar ma jikber l-użu tat-teknoloġija ta' l- informatika min-naħa tas-settur pubbliku, aktar tinħass l-urġenza li d- drittijiet taċ-ċittadin jiġu salvagwardati.", "Kien hemm ukoll il-kwestjoni tal-finanzjament tal-partiti u tal-kandidati, ħaġa li għadna ma qbilniex fuqha u li għadna ma ersaqniex lejha f'dak l-ispirtu biex insibu l-aħjar soluzzjonijiet.", "Imbagħad fl-aħħar kien hemm - din kienet l-aħħar proposta li kienet saret mill-gvern preċedenti - il-liġi dwar in-nomini mill-oppożizzjoni.", "Sur President, imma dan għaliex qed ngħidu?", "Dan qed ngħidu għaliex irrid inpoġġi fil-kontest l-introduzzjoni ta' dik il-liġi, liġi li l-idea embrionika tagħha kienet f'moħħ il-Partit Nazzjonalista meta kien qiegħed ifassal il-programm elettorali tiegħu, li laħħamha sena wara fil-white paper li ħareġ f'Novembru ta' l-1993, li ħalla spazju qawwi ta' żmien għad-diskussjoni u li mbagħad fi Frar ta' l-1996 - skond il-kalkoli normali kif wieħed seta' jagħmilhom sena u nofs qabel ma suppost li kellha tiġi l-elezzjoni - kien anke għadda l-liġi in kwestjoni.", "Sur President, dan qed ngħidu biex nuri kif l-Att dwar Nomini mill- Oppożizzjoni huwa spirat unikament biex fil-pajjiż, fis-soċjeta' tagħna, inwessgħu il-kultura li fejn jidħol il-ġid komuni l-affarijiet jibdew jitmexxew b'mod iktar tajjeb biex il-poter ikun mifrux iktar, biex fit- tħaddim tiegħu jinvolvu ruħhom aktar nies u biex it-trasparenza tkun il- prinċipju li naħdmu biex inwettqu bla heda.", "Għalhekk dan il-ħafna diskors u din il-ħafna kritika li saret li donnu li din il-liġi waqgħet mis-sema \"hekk\", għax l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet qed tagħmel kampanja b'allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ta' abbużi u mbagħad f'daqqa waħda l- Partit Nazzjonalista ppanikja u ġie hawn biex jgħaddi din il-liġi, fl- opinjoni tiegħi, huwa argument li ma jreġix.", "Sur President, nerġa' ngħid, li din il-liġi ma nistgħux neħduha fl- ambjent esklussiv tagħha imma rridu neħduha fl-ambjent iktar wiesa' ta' proċess ta' bidla radikali li wettaq il-Gvern Nazzjonalista fil-pajjiż.", "Tant kienet bidla radikali dik li għamel il-Gvern Nazzjonalista - bidla radikali mhux biss fil-mod ta' kif inħarsu lejn l-affariijiet, ta' kif imexxu l-affarijiet li saru imma bidla radikali fil-mod kif taħsibha s- soċjeta' kollha kemm hi - li l-Partit Laburista kellu bilfors jikkonverti.", "Dan qaluhielna riċentement anke membri tal-front bench, jiġifieri ministri tan-naħa tal-gvern, li minħabba fis-sitwazzjonijiet li kien ħoloq il-Gvern Nazzjonalista, il-Partit Laburista kellu jew jikkonverti u jibdel il-linja tiegħu radikalment fuq ħafna issues għal dak li kien qed jippropoga l- Gvern Nazzjonalista jew inkella jisparixxi mix-xena politika.", "Altru li l- Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni m'għaddejniehx b'xi kapriċċ jew inkella b'xi strateġija partiġjana dejqa għall-iskopijiet li ssemmew.", "Sur President, it-tieni punt tiegħi jirrigwarda dak li qal il-Prim Ministru fl-introduzzjoni tiegħu - fejn semma r-raġuni ta' prinċipju għaliex il-Gvern irid jabroga din il-liġi u semma wkoll ir-raġuni ta' prinċipju li kienet ħadet l-Oppożizzjoni Laburista meta din l-istess liġi kienet qed tiġi diskussa fil-Parlament - li hemm distinzjoni netta bejn l- irwol tal-gvern u dak ta' l-oppożizzjoni.", "Dalgħodu xi ħadd qal li aħna ma fhemniex kif għandha tkun l-idea ta' tmexxija moderna, pero' jien naħseb li mhux l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tifhimx l-idea moderna tat-tmexxija imma għandi suspett li l-Gvern għandu idea fissa u riġida ta' kif irid jara li tiżviluppa s-sistema ta' tmexxija u lanqas irid jiċċaqlaq minnha.", "Il- Prim Ministru ċċita li aħna ma nistgħux inħalltu l-affarijiet għaliex għandna sistema ta' demokrazija u sistema ta' tmexxija li hija mibnija fuq is-sistema Anglo-Sassona u l-prinċipju tas-sistema Anglo-Sassona huwa l- prinċipju ta' l-avversorjalita'.", "Fi ftit kliem il-prinċipju tal-ħsieb tal- Prim Ministru ta' kif għandha tiżviluppa d-demokrazija f'pajjiżna huwa mibni fejn il-konfront ikun istituzzjonalizzat, jiġifieri fejn it-tmexxija bil-qasma bejn rwoli differenti tal-partiti tkun tista' tiġi istituzzjonalizzata.", "Jien naħseb li dan huwa żball u huwa żball għaliex mhuwiex veru li l-aħjar sistema demokratika hija s-sistema tal-konfront istituzzjonalizzat.", "Il-Gvern Nazzjonalista ta' l-ex Prim Ministru Eddie Fenech Adami bil-mod il-mod kien qed imexxi lil pajjiżna 'l hinn mill- konfront.", "Naturalment ma konniex wasalna f'xi stat ideali ta' kif l- affarijiet għandhom isiru imma dak kollu li ġara fid-disa' snin u nofs ta' Gvern Nazzjonalista ...", "Fil-fatt ħafna mill-affarijiet li anke qed jiġru llum fil-pajjiż huma mertu - u dan għandu jkun rikonoxxut - tal-kultura u tal-mentalita' li ġiet ankrata fis-soċjeta' tagħna li kemm jista' jkun il- konfront ma jkunx is-sinsla li fuqha għandna niddeċiedu l-affarijiet tagħna.", "Allura meta jiġi l-Prim Ministru attwali u jgħidilna li s-sistema tad-demokrazija li jifhem hu hija sistema ta' avversorjalita', fejn il- gvern għandu rwol li jmexxi u l-oppożizzjoni għandha rwol li tissorvelja u tikkritika, fl-opinjoni tiegħi, din m'hijiex idea ta' tmexxija moderna imma hija idea li naħseb qed toqrob biex tkun outdated.", "Sur President, għaliex qed toqrob biex tkun outdated?", "Għaliex illum il-metodu tad-demokrazija jew l-iżvilupp tad-demokrazija li rridu nersqu lejh m'huwiex dak ta' demokrazija rappreżentattiva imma huwa ta' demokrazija parteċipattiva.", "Dawn għandhom ikunu l-passi li jridu jsiru bil-mod il-mod u bil-ħsieb biex aħna nersqu lejn id-demokrazija partiċipattiva.", "Sur President, il-Prim Ministru qal ukoll li jekk l-oppożizzjoni jibqa' jkollha n-nomini tagħha fuq boards ta' entijiet li huma essenzjalment entijiet ta' amministrazzjoni, allura tista' tinħoloq l-idea ta' partitokrazija f'Malta.", "Pero' jien ngħidlu lill-Prim Ministru li l- partitokrazija ma tinħoloqx jekk wieħed jiżviluppa sistemi parteċipattivi, sistemi li jrendu trasparenza iktar possibbli u sistemi li jipprovdu għal kontinwita' iktar u għal ċertu sharing ta' ideat li jistgħu jagħmlu ġid lill-korporazzjonijiet ta' importanza nazzjonali bħall-Enemalta, Telemalta, eċċ. Jien ngħid li l-partitokrazija tista' tkompli tiġi mxettla fil-pajjiż jekk aħna nkomplu nistituzzjonalizzaw il-konfront jew il-qasma bejn iż-żewġ irwoli ta' gvern u oppożizzjoni.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li jkun tajjeb li l-Gvern jirrifletti li l-kejl tad-demokrazija m'għandux ikun biss il-kapaċita' li tiddeċiedi l- maġġoranza.", "Veru li l-kejl tad-demokrazija huwa importanti u sensittiv jekk fil-pajjiż tiddeċidiex u tmexxiex il-maġġoranza.", "Fil-fatt f'dawn il- ħames snin u nofs li għaddew il-Partit Laburista falla f'dan il-kejl, bl- iktar mod diżonorevoli possibbli, għax fil-pajjiż mhux talli ma mexxietx il- maġġoranza u mhux talli ma ddeċidietx il-maġġoranza talli mexxiet u ddeċidiet il-minoranza bil-volonta', bir-rieda maħsuba u bir-rieda kompleta tal-Partit Laburista li llum qiegħed fil-gvern.", "Nerġa' ngħid li l-kejl tad- demokrazija m'huwiex biss, għalkemm huwa wkoll, dak li tmexxi u tiddeċiedi l-maġġoranza.", "Il-kejl tad-demokrazija huwa wkoll kemm tiġi rrispettata u kemm tiġi coinvolta l-minoranza.", "Infatti jien nemmen li iktar ma tkun żgħira s-soċjeta' iktar importanti li l-minoranza tiġi rispettata u coinvolta.", "Jekk il-minoranza tiġi attakkata li qed timmina, li qed ixxewwex u qed tkun distruttiva allura ma tkunx qiegħda tiġi rrispettata imma tkun qed tiġi mżebilħa, allura dak il-kejl tad-demokrazija l-ieħor ukoll ikun qiegħed jonqos.", "Għalhekk naħseb li l-Gvern, anke fuq dan l- angolu meta qed jgħid li ma jridx li l-Oppożizzjoni tkun preżenti f'dawn l- entijiet, ikun qiegħed jagħmel żball mhux biss għal dawn ir-raġunijiet li għadni kif semmejt imma għaliex il-Partit Nazzjonalista qed jirrapreżenta organizzazzjoni li hija fuq livell ta' istituzzjoni f'pajjiżna, kif wara kollox huwa wkoll il-Partit Laburista.", "Jiġifieri f'lejliet seklu ġdid għandna Prim Ministru li qed jgħidilna li jridu konfront istituzzjonalizzat meta suppost f'dawn iż-żmenijiet qed jgħidilna li kien ikun iktar aħjar, ħafna iktar għaqli u ħafna iktar intelliġenti jekk il-metodi ta' kif naħdmu, ta' kif nikkomunikaw, ta' kif niddevertu u ta' kif ngħixu l-ħajja tagħna jkunu metodi kompletament differenti minn dawk li kienu in vigore meta nħolqu l-mudelli Anglo-Sassoni ta' l-avversorjalita' u tal-konfront bejn gvern u oppożizzjoni u kien ikun aħjar li jinstabu metodi u mezzi kif isir użu ħafna aktar aħjar minn din l-oppożizzjoni.", "Sinjura President, issemma wkoll il-kodiċi ta' l-etika u hawn ngħid li jien kont qbilt meta sar u naqbel anke llum, anzi ngħid li kull min ikun f'dawk il-pożizzjonijiet għandu josserva dawk il-prinċipji ta' etika li hemm imniżżla f'dak il-kodiċi.", "Pero' issa ma nistgħux ngħidu għax xi ħadd jonqos minn dawk il-prinċipji li hemm elenkati fil-kodiċi ta' etika li l- preżenza ta' l-oppożizzjoni m'għandhiex tkun f'dawn l-entijiet pubbliċi li jien irriferejt għalihom għaliex dawn m'humiex ħwejjeġ ta' natura kummerċjali imma huma ħwejjeġ li jolqtu l-fundament ta' l-iżvilupp tagħna minħabba li għandhom x'jaqsmu ma' l-enerġija, ma' l-ilma, u ma' kwalukwe żvilupp strateġiku ta' dan il-pajjiż.", "Jien naħseb li l-Gvern qiegħed jitlef opportunita' li nsaħħu tifsila ġdida ta' demokrazija f'pajjiżna.", "Minflok neħħa din il-liġi - fl-opinjoni tiegħi qiegħed ineħħiha b'sens ta' pika, Sinjura President - il-Gvern seta', jekk kellu xi lmenti, jpoġġi madwar mejda magħna biex inkunu nistgħu nsaħħuha.", "Hawn nerġa' nilmenta li l-pajjiż tagħna ma jimxiex 'il quddiem jekk gvern u oppożizzjoni ma jkollhomx il-forza meħtieġa, jekk ma jkunx hemm ċerti skambji ta' ideat u jekk ma jkunx hemm ċertu flow ta' informazzjoni f'atmosfera informali fl- iktar interessi fundamentali tal-pajjiż.", "B'dawn it-tip ta' strutturi nistgħu nġeddu l-istrutturi tradizzjonali u anke noħolqu strutturi ġodda kif jixraq lid-demokrazija fi żmenijiet tal-lum għax aħna rridu bidla.", "Fl- opinjoni tiegħi għad għandna bżonn bidla mill-qiegħ ta' kif nikkomunikaw ma' xulxin, ta' kif inkabbru l-ġid tal-pajjiż u ta' kif inħarsu l-ġid ta' pajjiżna.", "Jidher li l-Prim Ministru ma eskludiex il-valur ta' ċerta parteċipazzjoni bejn gvern u oppożizzjoni għaliex kien qed jgħid: Le, hemm oqsma fejn dan jista' jkun ta' ġid u kien qiegħed jirriferi għall-ambjent, għall-edukazzjoni u anke għall-politika estera.", "Jekk il-parteċipazzjoni ta' l-Oppożizzjoni għandha valur fil-formalazzjoni tal-ħsieb, fis- sorveljanza u fil-mod ta' kif isiru l-affarijiet, bħall-ambjent, l- edukazzjoni u l-politika estera, allura jista' jkun ukoll li għandha valur importanti f'oqsma oħra.", "Sinjura President, għar-rigward il-politika estera naħseb li wasal iż- żmien li l-Gvern jirrifletti ħafna iktar b'realiżmu u b'serjeta' milli, fl- opinjoni tiegħi, qed jagħmel s'issa.", "Ir-ramel fit-tazza tal-ħġieġ li turi l- ħin kontinwament nieżel mingħajr ma jistenna lil ħadd, jiġifieri bil-mod il- mod il-ħin għaddej u qed noqorbu għall-iskadenza taż-żmien għar-rigward id- dħul fl-Ewropa.", "Għalhekk naħseb li jkun il-mument opportun li wara li jieqaf il-Parlament għal ftit ġimgħat se mai jkun tajjeb li ssir riflessjoni.", "Prim ministru ta' pajjiż li sa ftit taż-żmien ilu kien l-ewwel fil-lista ta' l-applikanti għal sħubija sħiħa fl-Ewropa; prim ministru ta' pajjiż li jista' jibbenefika sostanzjalment min din is-sħubija; prim ministru ta' pajjiż li l-identita' Ewropea tiegħu illum il-ġurnata mhijiex kontestata; u prim ministru ta' pajjiż li għandu skadenza li ma jistax jiddeterminaha hu jew jipposponiha hu għax hija imposta minn ċirkostanzi strambi għalina, ma jistax ikun għaqli u responsabbli jekk ma jaħsibhiex tajjeb u jikkomunika fuq din l-iskadenza ma' l-Oppożizzjoni u ma' istituzzjonijiet oħra bħal, ngħidu aħna, korpi kostitwiti u unions.", "Qed ngħid dan għax il-kwestjoni ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea hija waħda ta' politika estera u għalhekk anke l-Prim Ministru nnifsu għandu jħoss li jkun ta' vantaġġ għalih li jikkollabora u jkollu ċertu understanding min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Imma l-kwestjoni ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea ma tistax toqgħod tistenna li tiġi mmaturata l-kultura u l-mentalita' biex fuq dan il-qasam ta' politika estera nkunu nistgħu niffaċċaw lill-barranin b'leħen wieħed magħqudin flimkien.", "Madam Speaker, jien konvint li mhux talli jeżistu ċirkostanzi ideali biex il-Gvern ikun jista' jieħu deċiżjonijiet importanti fl-interess tal-pajjiż, imma talli jeżistu ċirkostanzi ideali biex meta niffaċċaw lill-barranin magħqudin flimkien inkunu nistgħu inġibu għal pajjiżna l-aħjar kondizzjonijiet li mhux biss jassiguraw il-futur ta' pajjiżna imma wkoll jagħmlulu ħafna ġid.", "MADAM SPEAKER: Onor. Galea, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Sinjura President, għalhekk jien naħseb li kieku l-Gvern ħalla din il-liġi ma kien jitlef xejn għax fl-opinjoni tiegħi biha ma kienet qed issir l-ebda ħsara.", "Din il-liġi ma kenitx qed tagħmel xi ħaġa li hija żbaljata u li kieku baqgħet fis-seħħ il-pajjiż ma kienx se jieqaf.", "GĦall- kuntrarju jien naħseb li din il-liġi setgħet toffri l-opportunita' sabiex il-mekkaniżmu jiġi rfinat, jissaħħaħ u jaġixxi fil-parametri stabiliti fil- kodiċi ta' etika tal-membri tal-bordijiet tad-diretturi kif ukoll iqarreb iktar lill-gvern u lill-oppożizzjoni għax din il-linja tivvalorizza iktar il-ġid komuni.", "F'dawn l-affarijiet l-affjatament mhux veru li jfisser partitokrazija għax kieku la l-Gvern Laburista u lanqas l-Oppożizzjoni Nazzjonalista m'għandhom fiduċja fihom infushom.", "Pero' aħna ż-żewġ naħat tal-Kamra nemmnu li għandna fiduċja biżżejjed fina nfusna, għandna stima biżżejjed ta' xi tfisser is-sistema demokratika u għandna valur biżżejjed ta' x'għandhom ikunu r-rwoli rispettivi ta' gvern u oppożizzjoni sabiex dak l-affjatament bejn gvern u oppożizzjoni fil-korpi parastatali u fl-entijiet pubbliċi li jitrattaw materja ta' interess nazzjonali aħna ndawruh f'opportunita' li tagħmel ġid lill-pajjiż u li minnha l-ġid komuni jkun jista' jiġi iktar salvagwardat milli se jkun issa bl-assenza ta' l- Oppożizzjoni milll-korpi nazzjonali.", "GĦalhekk l-Oppożizzjoni qed tħoss li ġiet imċaħħda minn dritt leġittimu li kienet akkwistat b'liġi.", "Fil-fatt jista' jagħti każ li 'l quddiem anke l-Gvern għad jitlef il-kontribut ta' l-ideat għax kieku kien ikun jista' jgħaddi miċ-channels - dawn m'għandhomx ikunu neċessarjament formali - li jkunu jeżistu fil-pajjiż biex l-istrateġiji ta' l-entijiet nazzjonali jibqgħu policies ta' ġid u ta' għaqal.", "Pero' meta jasal il-mument li l- Partit Nazzjonalista jikseb lura l-fiduċja tal-poplu dan ikun jista' jibqa' jmexxi l-entijiet nazzjonali f'qafas ta' strateġija kontinwa ħalli l-ġid komuni tal-poplu tagħna jibqa' jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Grazzi, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea ikkonkluda d-diskors tiegħu.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ABBOZZ TA' LIGI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "Ikompli mit-28 ta' Lulju 1997.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 se ngħaddi biex nerġa' inqiegħed il-mistoqsija fuq it-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' Żvilupp, li fuqu aktar kmieni dalgħodu intalbet division.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi intalbet votazzjoni il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet f'12.20 p.m.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 53", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 33", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |D'Amato Helen |Psaila Savona Joe | |De Marco Guido|Pullicino George | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | |Galea Pace | | |Victor | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp\" ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jressaq l- aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, nipproponi l-aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, ftit ġranet ilu ġrat xi ħaġa li fiha nnifisha ma kenitx ta' xi importanza speċjali li kieku fit-22 ta' Lulju ma ġietx irrapportata b'ittri kbar fl-ewwel faċċata ta' ġurnal lokali.", "Hawnhekk qed nirriferi għal-laqgħa li għamlu xi diplomatiċi, liema laqgħa ġiet hekk imsejħa \"soċjali\", u li l-gazzetta \"l-orizzont\" irriproduċiet fuq il-faċċata ta' quddiem taħt it-titlu \"Diplomatiċi f'Ħidma li Tħasseb\".", "Nista' ngħid li lili dan it-tip ta' rapportaġġ ma tantx jimpressjonani għax, għalkemm forsi fih xi valur biex jidher fuq il-faċċata ta' quddiem, personalment ma rajtx li hemm affarijiet kbar x'wieħed jinvestiga.", "Madam Speaker, hawn ta' min jgħid li f'dan l-artiklu qed jiġi allegat - kif fil-fatt imbagħad ġie pprovat - li numru ta' diplomatiċi li jaħdmu fil- Ministeru għall-Affarijiet Barranin żammew laqgħa li ġiet imsejħa \"soċjali\" ma' numru ta' diplomatiċi li jaħdmu fl-ambaxxati li għandna hawn Malta.", "Minħabba l-mod kif ġiet irrapportata din il-laqgħa, is-Segretarju Permanenti deherlu li għandu jinvestiga - jien hawnhekk qbilt miegħu ħalli b'hekk inkunu nistgħu naraw kif inhuma l-affarijiet - speċjalment in vista tal-fatt li safejn naf jien fil-ministeru tiegħi hemm manual li jispjega l- mod kif wieħed għandu jaġixxi - dan għadu hemm minn żmien il-predeċessur tiegħi - u li fil-fatt jgħid li dawn it-tip ta' attivitajiet għandhom jiġu ssanzjonati u mogħtija permess, jew għallinqas il-permanent secretary jew il-ministru għandhom ikunu informati dwarhom.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra dan il-manual jgħid li:", "\"No contact should be made nor other action taken unless so authorised by the director or the permanent secretary.", "Private functions involving such contacts should be signalled to the director who may want to counsel the officer otherwise.\"", "GĦalhekk hawn dan il-manual - għalija dan huwa korrett - u hawn qed jappella għal ċerta prudenza, speċjalment meta si tratta ma' nies li jkollhom għaddejja minn taħt idejhom ċerta informazzjoni konfidenzjali.", "Ċertament li wieħed irid joqgħod attent u żgur li għandu jiġi kkawtelat meta inti tkun qed tagħmel ċerti kuntatti mill-viċin ma' diplomatiċi oħra, forsi aħna nkunu kemm kemm naive u ma nkunux furbi daqs l-oħrajn jew ħaddieħor forsi jkun qed jattendi hemmhekk biex jipprova jeħodlok minn rasek xi informazzjoni.", "Altru li nifhem l-iskop ta' dan il-ktejjeb u ta' dawn it-twissijiet u dawn in-normi li hemm imniżżla f'dan il-ktieb.", "B'dan il-background, bħalma diġa' għidt, is-Segretarju Permanenti ddeċieda li jagħmel investigazzjoni żgħira - lanqas ngħidilha inkjesta jien - ħalli wieħed jara x'wassal biex saret din il-laqgħa.", "GĦalhekk inħatar bord li kien magħmul mill-Ambaxxatur Alfred Zarb, li huwa nkarigat mid-dipartiment tal-kuntatti bilaterali, l-Ambaxxatur Saviour Borg li huwa d-direttur inkarigat mid-dipartiment tal-multilaterali u Joe Sant li huwa segretarju privat tiegħi.", "Meta bagħtu għan-nies li kienu preżenti hemmhekk biex jagħtu spjegazzjoni, dawn bl-iktar mod apert ammettew li seta' kien hemm forsi nuqqas ta' osservazzjoni tar-regolamenti pero' qalu li din kienet biss laqgħa soċjali.", "Dan qed ngħidu iktar biex inserraħ ras xi nies li forsi mmaġinaw li f'daqqa waħda kien żvelat xi sigriet ta' l-Istat li wieħed ma kellux jiżvela.", "Irriżulta li din l-idea oriġinat minn wieħed - lanqas se nsemmi l-isem hawnhekk - li qal li ġieh dan il-ħsieb li jagħmel social event, hu u xi oħrajn, u allura stiednu by word of mouth - peress li ma kienx fadal żmien - numru mill-impjegati tal- ministeru u anke kkuntattjaw in-nies min-naħa l-oħra.", "Pero' mill-inkjesta rriżulta li kien hemm ċerti shortcomings, l-ewwelnett għaliex il-mod kif ġew mistiedna n-nies seta' ta l-impressjoni li kien hemm xi nies fid- dipartiment li qishom kienu esklużi, allura kien hemm xi forma ta' xi għażla, u n-nuqqas l-ieħor kien li l-ministeru suppost kellu jkun informat bil-quddiem.", "Bl-iktar mod apert l-individwu involved ammetta li seta' kien iktar korrett fl-aġir tiegħu, qal li kienet inizjattiva tiegħu li jagħmel dawk id- drinks u ta anke l-lista ta' min kien mistieden u anke qal li dik kienet l- ewwel darba li funzjoni bħal din qatt saret għaliex safejn jiftakar hu qatt ma kien hemm, għalkemm ġieli kien hemm drabi fejn lagħbu logħba football flimkien jew inkella għamlu xi attivita' sportiva mal-membri ta' l- ambaxxati li għandna f'pajjiżna.", "Irrid nissottolinea l-fatt li meta ngħidu ambaxxati nkunu qed nitkellmu fuq personnel li qiegħed taħt il-livell ta' ambaxxatur.", "Dan il-bord irrikkmanda li dawk l-istruzzjonijiet u dawk il- pariri li hemm f'dak il-ktejjeb tal-Ministeru tal-Foreign Affairs għandu jiġi aġġornat fl-iqsar żmien possibbli u jiġi osservat.", "Qal ukoll li dan għandu jinġieb għall-attenzjoni ta' l-uffiċjali kollha li huma mpjegati fil- ministeru - għaliex kien hemm min qal li għalkemm qiegħed hemmhekk ma kienx jaf bih - u anke jfakkar lid-diplomatiċi Maltin li jaħdmu fil- ministeru li għandhom jinformaw lis-superjur tagħhom f'perijodu raġonevoli ta' żmien meta jirċievu xi nvit li ma jkunx invit tas-soltu, ċioe' ta' receptions li jkun hemm kważi kulljum, u anke meta jkollhom xi ħsieb li jorganizzaw attivitajiet bħal dawn.", "Madam Speaker, jiena kont informat sa hawnhekk u jidhirli li m'hemm xejn x'wieħed joqgħod ikabbar fiha din u konvint li l-affarijiet se jieqfu hawnhekk u ma jiġri xejn.", "Jien nerġa' ngħid li hawnhekk għandi l-lista ta' kull min kien mistieden u hija stramba kif ċerti nies li kienu fuq leave fit-tul biex jistudjaw kienu informati u attendew u oħrajn li qegħdin fil-ministeru ma kenux informati, imma ma rridx nidħol fiha għax jien mingħalija li din kienet xi ħaġa li għaddiet.", "Imma f'dan il-pajjiż dak li jidher li hu sempliċi u li wieħed ikun emmen li huwa sempliċi apparentement irridu jew nikkomplikawh jew ma nħalluhx għaddej bil-kwiet.", "Madam Speaker, qed ngħid dan għaliex filwaqt li jien qed ngħid li r- reazzjoni tiegħi immedjata kienet proprju din li qed ngħid issa, f'daqqa waħda is-Sibt li għadda fuq il-gazzetta \"The People\" dehret ittra ffirmata minn M.E mill-Belt u nitlob biex naqraha, qasira imma tfisser ħafna affarijiet u ntitolata \"What a Pity!\":", "\"What a pity for all who work at the Ministry of Foreign Affairs and the Environment to have confirmation that someone is trying to stab his work colleagues in the back.", "This has been going on since the change in administration.", "The front page report of last Tuesday's \"l- orizzont\" confirms yet another time that those who are returning to the ministry following their transfer in the late eighties cannot be trusted.", "Pity, they all worked so well in the past irrespective of political beliefs.", "One wonders whether the toilets are being bugged, whether the offices are being guarded by video cameras!", "What a pity, George, to get them all back and destroy the ministry!\"", "Madam Speaker, x'qed jgħid għal min ma jifhimx bl-Ingliż?", "Dan qed jgħid li l-fatt li kien hemm dan ir-rapport f'\"l-orizzont\" huwa konferma li xi ħadd qed jipprova jagħti daqqa ta' sikkina f'dahar sħabu fil-ministeru.", "Skond dan il-korrispondent u skond din il-gazzetta, dan qed jiġri minn mindu kien hemm bidla fl-amministrazzjoni.", "Dan qed jgħid li dak ir-rapport huwa konferma oħra tal-fatt li dawk li rritornaw fil-ministeru, minn dawk li kienu mkeċċija, li kienu xkupati 'l barra minn dak il-ministeru meta kien hemm l-amministrazzjoni l-oħra fl-1987, mhux ta' min jafdahom.", "Qal li hija ħasra li dawn kienu jaħdmu tant tajjeb fil-passat irrispettivament mit- twemmin politiku tagħhom.", "Wieħed għandu dubju - qed jgħid dan il- korrispondent - jekk kemm-il darba it-toilets humiex qed jiġu bugged, jiġifieri jkun hemm il-microphones biex jinstema' xi jkun qed jingħad fit- toilets jew jekk l-uffiċini għandhomx il-video cameras ħalli wieħed jara min ikellem lil min.", "U dan qed jgħidli: Ħasra George li dawn ġibthom lura biex ikissru l-ministeru!", "Madam Speaker, jien taħt ħmieġ ta' kitba bħal din, ġejja minn fejn ġejja għalija, inħoss li l-poplu għandu jkun jaf li din it-tip ta' ħdura għadha teżisti fl-istonku ta' ċerti nies li kellhom is-sodisfazzjon li xkupaw minn ġo nofshom diplomatiċi kapaċi daqshom, li kienu jagħmlu x-xogħol tagħhom bl- onesta' kollha, sempliċement għax Evarist Saliba dak iż-żmien kien tal- parir li ma jistax ikollok partitarji Laburisti fil-ministeru u għaldaqstant lil min deherlu keċċieh 'il barra.", "Ħalliha li ftit xhur wara kien ilmenta li lanqas kellu biex iħaddem l-uffiċċju u l-iskrivaniji kienu vojta għax ma kellux b'min jimlihom!", "Imma l-ħdura u l-kattiverja saret fl- 1987 u issa dan jiġi jgħid li minn mindu ġew lura ...", "Ngħid min ġie lura jien.", "Bħalissa kulma hemm huma tliet persuni li ġew lura fil-ministeru - wieħed minnhom fis-segretarjat tiegħi - Leonard Sacco, Victor Grech u Darmanin.", "Dawn huma n-nies li ġew lura u dawn qed jiġu akkużati f'dan l- artiklu - tal-mistħija, ngħid jien - li qed jagħtu xi daqqa ta' sikkina f'dahar ħaddieħor.", "Min kiteb dan aħjar jara l-lista ta' min kien preżenti u jara min minnhom tkellem u min għamel dawn l-affarijiet.", "Madam Speaker, issa jekk dan qed jgħid li dawn ġew lura biex ikissru l- ministeru u jekk dan l-artiklu qiegħed bil-lingwa Ingliża biex l-ittra jaqraha kulħadd u lit-turisti ngħidulhom li fil-ministeru għandna l- bugging devices fit-toilets u għandna anke l-video cameras, ngħidlu li tagħmel kemm tagħmel bugging ma tantx se tkun taf minn hemm ġew għax ħafna mid-diskors isir barra mill-ministeru, fil-bars u fil-coffee shops għax il- biċċa l-kbira minnhom ikunu barra waqt il-ħin tax-xogħol!", "S'issa għadni tolleranti, Madam Speaker, għax ħsibt li billi nkunu rġiel u nagħti l- fiduċja lill-biċċa l-kbira tan-nies se jkolli l-lealta' - għandi lealta' mill-biċċa l-kbira - imma għad hemm nukleu li għadu aħdar u għadu inkompetenti u jrid jagħmel din it-tip ta' kampanja negattiva kontra l- Gvern.", "U għidli kif tista' tafda lin-nies li jobogħdu b'dan il-mod lil sħabhom li jaħdmu magħhom, lin-nies li ħadulhom posthom, kif jistgħu dawn ikunu leali lejn il-gvern tal-ġurnata!", "Imbagħad jekk tieħu xi azzjoni nagħmlu l-karti, nagħmlu l-firem, nibagħtu l-bukketti tas-simpatija u jekk se ċċaqlaq lil xi ħadd minnhom jiġu jaqbżu għalih għax tajjeb!", "Tajjeb meta kien jaqdi lil ħaddieħor mhux lilna!", "Madam Speaker, jien jiddispjaċini li nitkellem b'dan il-mod fuq il- ministeru għax sal-lum kont qiegħed nagħmel minn kollox - u nibqa' - ħalli l-element it-tajjeb - u hemm ħafna tajjeb hemm ġew - nieħdu in my confidence ħalli jagħtini l-lealta' tiegħu u nagħtih il-fiduċja tiegħi.", "Imma dawn it-tip ta' sriep irridu neħilsu minnhom minn hemm ġew.", "Jien ma nistax naċċetta dan it-tip ta' diskors u din it-tip ta' ħdura miktuba fil- gazzetti u ngħid lill-editur ta' din il-gazzetta li jmissu jistħi jġib affarijiet bħal dawn fil-pubbliku.", "Jekk hemm min għad għandu l-istonku tiegħu mimli, għaliex nagħtuh dan l-exposure ħallli nagħmlu ħsara lill- pajjiż u nagħmlu ħsara lill-membri kollha li jaħdmu f'dak il-ministeru?", "Għax dan jirrifletti fuq kulħadd u rrid nitlob l-għajnuna tal-Bambin li ma jġegħelnix nibda nissuspetta f'kulħadd, imma naħseb li għandi intelliġenza biżżejjed biex niffoka fuq minn fejn naħseb li jistgħu joħorġu affarijiet bħal dawn.", "Lil min kiteb dan il-ħmieġ - jiddispjaċini nuża dan il-kliem imma m'hemmx kelma x'tuża ħlief din il-ħdura u dan il-ħmieġ - jien ngħidlu: Kemm qed tpinġi s-sitwazzjoni kerha issa u kemm kienet ġenna ta' l-art qabel?", "U jekk ma jafx, lil min kiteb dan u lill-poplu kollu ngħidlu x'kien hemm qabel meta taħt l-awra li kulħadd fommu sieket u kollox kwiet, kien hemm min ikun mitlub jagħmel rapport biex il-ministru jkollu kontroll effettiv fuq ix-xogħol kollu li qed isir fil-ministeru u fuq l-impjegati li jaqgħu taħt il-ministeru; u dan imbagħad jirrapporta u lill-ministru tiegħu jgħidlu: Int għandek fiduċja fin-nies li għandek hawn ġew?", "Jibda jgħidlu: Kif meta tidħol f'ċerti kmamar tieqaf id-diskussjoni?", "U min għamillu r-rapport jgħidlu: Sur ministru, inti kuntent billi jasal għandek biss, jew aħjar naraw kif nagħmlu ħalli ndaħħlu n-nies tagħna u tas- segretarjat tiegħek ħalli nkunu nafu x'inhu għaddej?", "Għaliex dan kien qiegħed jimla' lill-ministru tiegħu biex ma jafdax nies bħal Victor Camilleri, per eżempju, l-iktar bniedem intelliġenti, kapaċi u ġentlom li kien hemm fid-dipartiment.", "U dan huwa miktub f'rapport konfidenzjali, Madam Speaker.", "Dan kien jgħidlu: Taf li d-desk officers għandhom aċċess għal kollox?", "GĦalhekk għandna naraw kif nagħmlu sabiex nikkontrollaw.", "Imbagħad ikompli jgħidlu li jrid idaħħal membri tas-segretarjat f'kull bord li jkun hemm hemmhekk u li huwa importanti li jiltaqgħu \"d-DPM, Walter\" - x'aktarx Walter Balzan - \"Joe\" - li nafu min hu - u \"David\" biex ikollhom l- opportunita' li jidħlu fid-dettall ta' dan is-suġġett u b'hekk ikunu jistgħu jikkonċentraw aħjar.", "Issa dan ir-rapport, Madam Speaker, huwa miktub minn David Casa, dak li llum qiegħed jilgħabha tat-twajjeb, jiġri barra u jiġbor il-firem ħalli jagħmel referendum fuq l-Unjoni Ewropea u meta kien fil-ministeru kien okkupat fuq dawn l-affarijiet.", "Lil min għamel dan ir-rapport fil-gazzetta ngħidlu: Meta trid ejja.", "Jiena ngħostor bis-sigriet professjonali li għandi bħala tabib u inti ejja ta' raġel għandi ħalli nurik dan ir-rapport għaliex dan huwa r-rapport li qed nitkellem fuqu.", "Hekk tkun l-irġulija, Madam Speaker.", "Lil min kiteb din l-ittra ngħidlu li jiena ngħostor bis- sigriet professjonali li għandi bħala tabib u nistiednu jiġi jkellimni u nurih ir-rapport ħalli jkun jaf kemm huwa żbaljat u kemm dak li qabel kien għalih ġenna ta' l-art, illum qed ipinġih ikrah.", "Din hija l-ipokrezija u l- ħmieġ, nerġa' ngħid, ta' nies li għad hemm fil-ministeru li jaħsbu li d- dinja ma' tbiddlitx.", "Dawn jaħsbu li għadna qabel Ottubru tas-sena li għaddiet.", "Pero' qed inwissi minn hawn - u din beħsiebni nagħmilha anke lill-ministeru b'mod uffiċjali - li dan it-tip ta' aġir jiena ma nittollerahx.", "Jiena nitlob lil Alla li dan li kiteb hawnhekk m'huwiex membru u m'huwiex bniedem li qiegħed fil-ministeru imma xi ħadd li huwa mdejjaq, xi ħadd li jista' jkun anke li twarrab addirittura mill- amministrazzjoni ta' qabli u mingħalih he wants to hit back.", "Safejn naf jien fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin la qatt kien hemm bugging u la qatt kien hemm video cameras u m'hux se jkun hemm.", "Pero' hemm nies intelliġenti u hemm nies li jħobbu lill-pajjiż u li se jaħdmu ħalli ma jħallux dan it-tip ta' lifgħa jdaħħal dawn l-affarijiet.", "Issa kemm jiġu jew ma jiġux lura mid-diplomatiċi li kien hemm qabel responsabbli jien, niżen jien u niddeċiedi jien għaliex jien qiegħed hawnhekk accountable u nirrispondi lill-poplu.", "Bħalma rrid nirrispondi lill-poplu meta niġi mitlub ngħid min ikun tkeċċa u min ikun twarrab u għal xiex u jkolli npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-assenzi u n-nuqqas ta' ħin li ċerti nies ma jkunux hemm u n-nuqqas ta' xogħol li ma ridux jagħmlu għax iddeċidew li ma ridux jaħdmu.", "U dan minkejja li meta mort l-ewwel darba hemmhekk, bl-irġulija u bis-sinċerita' kollha, għidtilhom: Jiena nixtieq naħdem ma' kulħadd.", "Naf li forsi jkun hawn min - għaliex għandu opinjonijiet personali partiġani tiegħu li jien nirrispettahom - iħoss li huwa diffiċli għalih li jaħdem ma' dan il-Gvern.", "Jekk inhu hekk allura jkunu rġiel u jgħidulna li ma jaslux li jaħdmu mal-policy tagħna u niftiehmu u jsir it-transfer li jkun hemm bżonn.", "Din għidtha lilhom u għidtha anke lil tad-direttorat pero' ħadd ma ġie qalli hekk.", "Imma mbagħad komplejt ngħidilhom: Pero' mbagħad min ma jasalx u m'għandux daqshekk imbottatura politika partiġana li jitlob hekk, la jibqa' hawnhekk nippretendi l-lealta' m'hux lejja - għaliex jiena bħal għasfur tal-passa, illum qiegħed hawn u għada ma nkunx - imma lejn il-pajjiż u li ma nagħmlux dan it-tip ta' ħmieġ u dan it-tip ta' propaganda ħażina lil pajjiżna.", "U din m'hux dan il-Gvern ibatiha imma jbatuha l-gvernijiet ta' warajna.", "Din diġa' kellna esperjenza tagħha u diġa' għaddejna minnha imma sfortunatament ma tgħallimniex.", "Qed nerġgħu mmorru lura biex ikollok gazzetta bħal din immexxiha min-nies li għandhom il-grudge - u naf x'jien ngħid - li biex idaħħlu erba' soldi u biex jitfgħu dan it-tip ta' dawl ikrah fuq il-pajjiż jiġu jaqgħu u jqumu mill-ħsara li jkunu qegħdin jagħmlu.", "Madam Speaker, jiena nappella li dan iservi ta' twissija ħalli mbagħad ma jkollniex min joqgħod jgħidilna: GĦax intom qed tippikkjaw fuqi minħabba l- kulur politiku.", "Jiena qed ngħid li s'issa għadni nemmen li l-biċċa l-kbira huma leali;.", "S'issa għadni nemmen li hemm min huwa ntenzjonat tajjeb pero' meta mbagħad nibdew nippikkjaw in-nies allura mbagħad m'għandniex għalfejn noqogħdu inwaħwħu għaliex ikun jixirqilhom li nagħmlulhom dak li nagħmlulhom.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Madam Speaker, jekk inħarsu lura lejn is-snin l- imgħoddija nsibu li din is-sena hija sena mportanti ħafna sew għall- Parlament Malti kif ukoll għall-Maltin u l-Għawdin kollha.", "Jekk immorru lura lejn il-bidu ta' dan is-seklu nsibu li l-kondizzjonijiet li kienu jgħixu fihom il-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll id-drittijiet li kienu jħaddnu ma kienux id-drittijiet li għandhom illum.", "Sewwa sew f'Novembru ta' 50 sena ilu nkisbu żewġ drittijiet kbar, id-dritt li jkun hemm vot wieħed għal kulħadd - u għalhekk tneħħa l-plural voting - u d-dritt importanti ħafna għalina n-nisa tal-vot għan-nisa.", "Bħalma għidna qabel, dawn id-drittijiet inkisbu wara ħafna taqtigħ il-qalb fid-diskussjonijiet li kienu qegħdin isiru fl-Assemblea Nazzjonali li mbagħad fasslet il- Kostituzzjoni ta' l-1947.", "Jiena naħseb li lkoll kemm aħna f'din il-Kamra għandna nkunu kburin li f'għeluq ta' dawn il-50 sena ninsabu f'din il-leġislatura sabiex infakkru din il-ġrajja hekk importanti.", "Minn hawnhekk nixtieq nipproponi li jitwaqqaf kumitat speċjali bir-rappreżentanza taż-żewġ naħat tal-Kamra taħt il-patroċinju tiegħek, Madam Speaker, bil-għan li jkun jista' immedjatament jibda jħejji programm sabiex jitfakkar dan l-avveniment hekk importanti li se jseħħ fix-xhur li ġejjin.", "Qed ngħid \"hekk importanti\" għaliex l-aqwa għodda u l-aqwa dritt li kiseb kull ċittadin Malti u Għawdxi huwa d-dritt ta' vot li tah id-dritt li jagħżel hu lil min irid li jkollu f'idejh it- tmexxija tal-pajjiż.", "GĦalhekk il-vot, biex ngħidu hekk, huwa ċ-ċavetta għad-deċiżjonijiet li kull ċittadin ikun irid jagħmel meta jiġi biex jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu fejn tidħol it-tmexxija tal-pajjiż.", "Allura nerġa' nagħmel dan l-appell biex jitwaqqaf dan il-kumitat sabiex isir programm kif jixraq ħalli jitfakkar dan l-avveniment hekk importanti.", "Hemm ħaġa oħra li nixtieq insemmi u li wkoll għandha x'taqsam ma' anniversarju, din id-darba pero' ta' għaqda li qiegħda tagħmel xogħol importanti ħafna.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota sentenza qasira bil-Franċiż.", "Il-Franċiżi jgħidu \"l'union fait la force\", li tfisser li fejn ikun hemm l- għaqda ssib il-qawwa.", "GĦalija l-elementi tal-ħbiberija, l-għaqda u l-ħeġġa li jkun hemm fost il-membri ġġegħelhom jinxteħtu wkoll bi ħrara għax-xogħol li jkunu daħlu għalih.", "U ħafna drabi nsibu li bl-għajnuna ta' xulxin u bil- qalb li jagħmlu wieħed lill-ieħor iżidu l-ħila, iwettqu l-fehma u anke jqawwu r-rieda ta' xulxin.", "Dan l-aħħar kelli l-okkażjoni nitkellem ma' żewġ studjużi ta' l-Istorja ta' pajjiżna li bl-imħabba u l-ġibda kbira li għandhom lejn art twelidhom urewni bix-xewqa kbira li għandhom li xi darba l-għaqda tagħhom ikollha l- post tagħha fejn il-membri tagħha jkunu jistgħu jiltaqgħu, jiddiskutu u anke jżommu d-dokumenti tagħhom fl-arkivji.", "L-għeruq ta' din l-għaqda jmorru lura eżattament għal 50 sena ilu, meta grupp ta' studjużi li jħobbu l-Istorja ta' Malta ltaqgħu flimkien u hekk twaqqfet dik li ngħidulha il- Malta Historical Society.", "Din l-għaqda tista' tgħid li kienet ixxurtjata ħafna għaliex sa mit-twaqqif tagħha kellha dejjem membri ħabrieka speċjalment fejn tidħol l-Istorja ta' pajjiżna.", "Din l-għaqda mxiet 'il quddiem sforz ir-rabta ta' ħbiberija fost il-membri tagħha u din l-istess rabta swiet biex illum din l-għaqda tgawdi ġieħ mhux biss mill-istudjużi Maltin imma anke mill-istudjużi barranin.", "Fil-fatt, matul dawn il-50 sena li se tagħlaq, il-Malta Historical Society kisbet għarfien m'hux biss nazzjonali iżda kburin li ngħidu anke fil-qasam internazzjonali.", "Dan ir-rikonoxximent storiku, li huwa wkoll akkademiku, huwa ta' ġieħ kbir għall-istorja tagħna għaliex b'hekk nistgħu ngħidu li l-Istorja ta' pajjiżna sabet postha mhux biss f'postijiet ta' tagħlim għoli barra minn Malta imma wkoll wasslet sabiex studjużi u qarrejja fi bliet imxerrdin ma' l-erbat irjieħ tad-dinja qegħdin jagħmlu riferenza u studju fuq il-kultura u l-Istorja Maltija.", "Tant hu hekk, li fost l-istudjużi barranin li huma wkoll membri ta' din l-għaqda, insibu lill-istoriku kbir ta' l-Istorja Mediterranja Anthony Luttrell.", "Tajjeb li ngħidu li din l-għaqda fiha madwar 400 membru li jinkludu kemm Maltin kif ukoll barranin u l-kontribut kbir li qegħdin jagħtu dawn l- istudjużi wieħed ma jistax jgħoddu.", "Jekk nieħdu l-livell lokali nistgħu nsemmu l-pubblikazzjoni annwali \"Melita Storika\" u l-\"Ġimgħa ta' l-Istorja\" jew \"History Week\".", "Jagħmlu wkoll biografiji u xogħol ta' konsulenza.", "Fil- fatt dan l-aħħar ġew mitluba biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mill- Cottonera Rehabilitation Committee.", "Dawn jiktbu ħafna f'gazzetti u rivisti u jagħtu wkoll ħafna għajnuna lill-iskejjel.", "Insibu wkoll li ħafna mill- istudjużi qegħdin jagħmlu xogħol ta' riċerka barra minn Malta, kif ukoll qed jiġu mistiedna li jagħtu l-kontribuzzjonijiet tagħhom anke f'seminars barranin.", "Madam Speaker, jien inħoss li meta għandek għaqda li qed tagħmel xogħol ta' fejda, nixtieq li l-Gvern jisma' l-appell tagħhom - dan l-appell qed nagħmlu anke f'isimhom - u jsibilhom post fejn dawn il-membri jkunu jistgħu jiltaqgħu.", "Minn hawnhekk nixtieq nissuġġerixxi żewġ postijiet, forsi l- Gvern jikkonsidra jekk huwiex possibbli li jagħtihom il-bini li hemm ġewwa l-Imdina, li nsibuh bħala t-Torri ta' l-Istandard, li huwa post adattat ħafna u anke f'post storiku, jew inkella post alternattiv ieħor, dak li aħna nsejħulu l-Casino Notabile li hemm fit-Telgħa tas-Saqqajja ġewwa r- Rabat.", "Jien nispera li dan l-appell li qed nagħmel f'isem il-Malta Historical Society ma jaqax fuq widnejn torox, speċjalment issa jkun rigal sabiħ f'għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif ta' din l-għaqda.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-lum it- Tnejn 28 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SISTEMI TAD-DRENAĠĠ - XOGĦLIJIET", "7818.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet konnessi mas-sistema tad-drenaġġ fl-aħħar parti ta' Triq l-Imġarr qabel iddur għall-port?", "Meta nbnew dawn ix-xogħlijiet u meta se jintemmu?", "Ix-xogħol qiegħed isir mill-kuntrattur jew bin-nies tal-Gvern?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħlijiet konnessi mas-sistema tad-drenaġġ fl- aħħar parti ta' Triq l-Imġarr qabel iddur għal port jikkonsistu f'tindif tal-mini, rranġar u bini ta' partijiet mil-mini li waqgħu u xogħol ta' mili ta' konkos mal-katusi kollha fl-istess mini.", "Ix-xogħlijiet li qed isiru mill-kuntrattur nbdew f'17 ta' Marzu, 1997 u suppost jitlestew madwar xahrejn oħra.", "TURIŻMU - IMPJEGATI ON A CASUAL BASIS", "7623.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W650 li saret f'Mejju, 1997?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma ġiet impjegata l-ebda persuna on a casual basis bejn l-1ta'Novembru u l-31ta' Marzu, 1997.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7702.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma baqgħux jirreġistraw minn jeddhom mill-1 ta' Ottubru, 1994 sat-30 ta' Ġunju, 1997 u jagħti l-informazzjoni xahar xahar u għal kull xahar jgħid kemm kien hemm nisa u kemm irġiel maqsuma skond age groups?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Lista li turi n-numru ta' persuni li ma baqgħux jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom mill-1 ta' Ottubru, 1994 sat-30 ta' Ġunju, 1997 xahar b'xahar tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - SUSSIDJI", "7703.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-prezzijiet u l-ammont ta' sussidju fuq is-self mogħti li bihom inħarġu għall-bejgħ il-maisonettes, garaxxijiet u l- appartamenti fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Lulju, 1997 huwiex differenti minn dawk li kienu joħorġu taħt l-Amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WELFARE GAP", "7812.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid - f'dak li għandu x'jaqsam mal-welfare gap - kemm kien sena b'sena minn 1987 'il hawn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "QRATI - QORTI TAL-PULIZIJA ĠUDIZZJARJA", "7834.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' introduced cases fil-Qorti tal-Pulizija Ġudizzjarja sena b'sena, mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' kumpilazzjonijiet fil-Qorti tal-Pulizija Ġudizzjarja huma s-segwenti:", "Fl-1987 kien hemm 347 każ Fl-1988 kien hemm 389 każ Fl-1989 kien hemm 421 każ Fl-1990 kien hemm 532 każ Fl-1991 kien hemm 600 każ Fl-1992 kien hemm 715 każ Fl-1993 kien hemm 713 każ Fl-1994 kien hemm 684 każ Fl-1995 kien hemm 726 każ Fl-1996 kien hemm 729 każ Fl-1997 kien hemm 338 każ (sat-30 ta' Ġunju).", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "7853.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali?", "Kemm jattendu tfal ġo kull waħda minn dawn l- iskejjel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Numru ta' tfal li jattendu fl-Iskejjel Speċjali:-", "|Skola |Nru ta' | | |tfal | |Skola Guardian Angel, |104 | |Ħamrun | | |Skola għat-tfal neqsim |17 | |mid-dawl,Qrendi | | |Skola San Miguel, St |53 | |Andrews | | |Skola Dun Manwel Attard, |81 | |Wardija | | |Skola Mater Dei, Msida |22 | |Santa Marija Day School, |53 | |Msida | | |Skola għat-tfal neqsin |10 | |mis-smiegħ, Pieta' | | |Skola ESN, Sannat, |13 | |Għawdex | | |TOTAL |353 |", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - GĦASAFAR", "7854.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għasafar li ngħataw kura minn membri tad-Dipartiment ta' l-Ambjent is-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm minnhom għexu wara li waqgħu f'idejn ta' l-ambjent?", "Kemm minnhom kienu feriti minn tiri ta' snieter jew armi oħra?", "Kemm minnhom kienu feriti wara li ħabtu ma' aerials u/jew wires tad-dawl waqt li kienu qed ippassu?", "Isiru xi forma ta' X-Rays fuq kull għasfur ħalli jaraw kemm minnhom intlaqtu biċ-ċomb u kemm minnhom waqgħu mod ieħor?", "X'tip ta' għasafar kienu u fejn kienu feruti u x'tip ta' ferita kellu kull wieħed?", "Kemm minnhom inħelsu u fejn inħelsu?", "Kemm minnhom għadhom jiġu kkurati u kemm ilhom jiġu kkurati?", "Xi jsir minn dawk illi ma jkunux jistgħu jintelqu wara li l-ferita tfiq?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif kelli l-opportunita' ninforma lill-Onor.", "Membru fil-mistoqsija parlamentari numru 7145, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent ġie msejjaħ mill-pubbliku 72 darba fl-1996 u s'issa għaxar darbiet din is-sena biex jiġbor għasafar feruti.", "Dawn kollha kienu tajr protett, bħal tajr tal-priża, irsieset u kwakk, tajr isfar, daqquq tat-toppu, gawwi u anke ħamiem; ħlief għall-tliet gamimiet, sturnell u summiena.", "Dawn it- tajr kollha kienu feruti minn ċomb sparat minn snieter, ħlief għal tnejn li ħabtu ma' wires.", "Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jagħmel minn kollox biex idewwi lil dawn it-tajr ferut.", "Meta jkun hemm il-ħtieġa jittieħdu anke X- Rays.", "Il-feriti jinkludu ksur ta' saqajn, ksur tal-ġwenħajn, ksur tal- munqar, u feriti biċ-ċomb f'kull parti tal-ġisem.", "50% ta' l-għasafar li ġew f'idejn id-dipartiment f'dawn l-aħħar snin, ġew meħlusa f'xi riserva naturali jew oħra.", "Dawk li l-feriti tagħhom kienu gravi u ma setgħux jiġu mfejqa mietu mewta naturali.", "Fil-preżent id-dipartiment għandu taħt ir- responsabbilta' tiegħu 22 għasfur ferut li għadhom ma fiequx għal kollox.", "PULIZIJA - KAŻI TA' QTIL", "7855.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn unsolved murders illum?", "Kemm kien hawn murders tul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm kien hawn attentati ta' qtil?", "Kemm minn dawn ma ġewx solvuti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻIJIET TA' SERQ", "7856.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' serq sena b'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin u kemm minnhom ġew solvuti u/jew persuni ġew iressqa l- Qorti fl-istess żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻGĦAŻAGĦ - YOUTH EXCHANGES", "7892.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid ma' liema bliet Ewropej se jsiru skambji ta' żgħażagħ din is-sena fil-kwadru tal-programm tal-Youth Exchanges tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻGĦAŻAGĦ - YOUTH EXCHANGES", "7893.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa għall- applikazzjonijiet minn żgħażagħ Maltin biex jieħdu sehem fil-Youth Exchanges li se jsiru din is-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid b'liema kriterji se ssir l-għażla taż-żgħażagħ Maltin li se jieħdu sehem f'dawn l- iskambji?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "7894.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fil-21 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 5336 dwar il-qagħda tal-Pixxina ta' Tal-Qroqq, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport li l-Acting Management Committee kellu jħejji fi żmien erba' xhur (jiġifieri sa Mejju 1997) tlestiex?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MUŻEWIJIET - MUŻEW TA' L-ARKEOLOĠIJA", "7895.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fis-26 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 5738 u partikolarment għall-parti finali li fiha l-Ministru qal li l-Mużew ta' l-Arkeoloġija mistenni jiftaħ mill-ġdid fl-aħħar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk ix- xogħlijiet li qegħdin isiru bħalissa humiex mexjin b'mod li tintlaħaq din l- iskadenza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "CILIA ONOR.", "JOE - DELEGAZZJONIJIET", "7896.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għaż-żjara li għamel fi Franza s- Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5836 li dehret fis-Seduta Nru. 71?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "7897.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fis-26 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5841, jista' l-Ministru jgħid jekk issa huwiex f'qagħda li jgħid liema huma s-siti li ġew identifikati bħala siti alternattivi għall-Kunsill Nazzjoni taż-Żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SISTEMA TA' TASSAZZJONI ĠDIDA - LOTTERIJA", "7930.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni rebħu l-lotterija konnessa mas-sistema ta' tassazzjoni ġdida, s'issa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s'issa, wara żewġ estrazzjonijiet tal-lotterija konnessa mas-sistema ġdida ta' tassazzjoni, ħadd għadu ma ppreżenta rċecuta jew irċevuti rebbieħa lid-Dipartiment tat- Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.", "PENSJONIJIET - PENSJONI TAS-SERVIZZ", "7931.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ħadu/qed jieħdu pensjoni tas-servizz skond il-Kapitolu 318 tal-Liġijiet ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li pensjoni tas- servizz ma titħallasx skond xi provediment ta' l-Att dwar is-Sigurta' soċjali (Kap 318).", "Għaldaqstant, mhux magħruf in-numru ta' persuni li qed jirċievu pensjoni tas-servizz jekk dawn fl-istess waqt ma jkunux qed jirċievu wkoll pensjoni tas-sigurta' soċjali taħt l-imsemmi Att.", "Id- dipartiment iżomm statistika dwar pensjonanti li qed jirċievu Pensjoni tas- Sigurta' Soċjali u Pensjoni tas-Servizz iżda, ovvjament persuna tibda' tinżamm statistika dwarha mid-data li tibda' tieħu l-Pensjoni tas-Sigurta' Soċjali.", "Dan ifisser li fl-istatistika li qed nagħti hemm numru ta' pensjonanti li qed jidhru f'sena partikolari minkejja l-fatt li setgħu kienu ilhom jirċievu l-pensjoni tas-servizz minn ħafna qabel dik is-sena.", "Numru ta' pensjonanti tas-sigurta' soċjali li qed jirċievu Pensjoni tas- Servizz:", "|1989 |14,102 | |1990 |14,191 | |1991 |14,238 | |1992 |14,384 | |1993 |14,598 | |1994 |14,695 | |1995 |14,944 | |1996 |15,155 | |sa Lulju |15,300 | |1997 | |", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SUPPLIMENTARI", "7932.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar ċifri dwar in-numru ta' nies li huma ntitolati li jieħdu għajnuna supplimentari?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li għamlu talba għall-allowance supplimentari u qegħdin jitħallsu huwa ta' 31,910.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - PASSIĠĠIERI", "7948.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri, karozzi privati u vetturi kummerċjali mal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra u l- ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej:-", "1996", "VEHICLES PASSENGERS", "Month Private Commercial From Mġarr From Ċirkewwa Total JAN 36963 1313 70411 68861 139272 FEB 31879 1206 67168 65582 132750 MAR 43373 1455 92353 99478 191831 APR 51845 1309 113650 119596 233246 MAY 51222 1780 116088 124669 240757 JUN 57214 1661 116772 129137 245909 TOTAL 272496 8724 576442 607323 1183765", "1997", "VEHICLES PASSENGERS", "Month Private Commercial From Mġarr From Ċirkewwa Total", "JAN 37025 1367 71307 73744 145051 FEB 31133 1449 71459 73893 145352 MAR 42174 1547 106655 108817 215472 APR 40210 1782 116538 117494 234032 MAY 47067 1824 139209 141307 280516 JUN 47877 1743 115640 119297 234937 TOTAL 245486 9712 620808 634552 1255360", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - ĦADDIEMA", "7949.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ħaddiema tal-Gozo Channel qed jintalbu jieħdu l-leave u jekk iva, jistax jgħid għaliex?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-ħaddiema qed jiġu mitluba jieħdu leave biex jitnaqqas il-leave twil akkumulat.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - ĦADDIEMA", "7950.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime il-ħaddiema tal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u fl-ewwel sitt xhur tas-sena l- oħra?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-overtime li tħallas lill- ħaddiema tal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra kien kif ġej:-", "|Jannar sa Ġunju |Lm 27169.752| |1997 | | |Jannar sa Ġunju |Lm 39088.744| |1996 | |", "FTEHIM KULTURALI MA' PAJJIŻI BARRANIN", "7963.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7680 magħmula minni fis-16 ta' Lulju, ċioe':", "\"Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ġejjieni qarib huwiex se jiġi ffirmat xi ftehim kulturali ma' xi pajjiż?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KORPORAZZJONIJIET/KUMPANNIJI - ARRETRATI FL-N.I.", "7964.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7316 dwar arretrati fin- National Insurance dovuti minn korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il- gvern għandu sehem u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tat-22 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jinġabru l-arretrati?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SIGARETTI - ĠBIR TA' FLUS MID-DAZJU", "7965.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7696 dwar ġbir ta' flus minn dazju, sisa u excise duty fuq sigaretti għax-xhur Jannar u Mejju, 1997 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tat-22 ta' Lulju, 1997, jista' l- Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' ta' sigaretti maħduma lokalment/sigaretti mportati?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess tagħrif dwar ix-xahar ta' Ġunju?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Matul ix-xahar ta' Ġunju l-flus li nġabru fuq sigaretti kienu kif ġej:", "Sigaretti Maħduma Lokalment", "Dazju tas-Sisa Lm960,300", "Sigaretti Importati", "|VAT |Lm 7,323 | |Levy |Lm 7,758 | |Dazju |Lm29,760 | |tas-Sisa | |", "Dwar il-kwantita' ta' sigaretti maħduma lokalment jista' jingħad li bejn Jannar u Ġunju nxtraw 15,150,000 banderolla tas-sisa li kull waħda teħel fuq pakkett ta' 20 sigarett.", "Fil-każ ta' sigaretti importati wieħed jista' jgħid illi l-figura tad- dazju tas-sisa tirrappreżenta taxxa fuq 80,000 pakkett ta' 20 sigarett.", "Nixtieq nispjega li fil-każ tas-sigaretti importati bejn Jannar u Mejju nstab żball fil-figuri li nġabru u li ngħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7696.", "Dawn qed jerġgħu jinġabru u jingħataw f'xi seduta oħra.", "FISH FARMS - ĦADDIEMA", "7975.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu fil-preżent in-numru ta' fish farms li hawn f'Malta w f'Għawdex?", "Kemm hu n-numru ta' ħaddiema li qed jaħdmu ma' dawn il-fish farms?", "Kemm kien l-ammont ta' ħut li fil-fatt ġie esportat matul l- 1996?", "Kemm ġie esportat ħut tal-fish farms din is-sena fil-perijodu 1/1/97 - 30/6/97?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: In-numru ta' fish farms li hawn f'Malta huwa sitta.", "In-numru ta' ħaddiema li qed jaħdmu ma' dawn il-fish farms huwa madwar 150.", "Il-produzzjoni mill-akwakultura matul l-1996 kienet ta' 1550 tunnellata t' awrat u spnott.", "96% ta' din il-produzzjoni, jiġifieri madwar 1480 tunellata ġiet esportata.", "Huwa stmat li fil-perijodu 1/1/97- 30/6/97, l-industrija esportat madwar 800 tunnellata t'awrat u spnott.", "TONN", "7976.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' tonn ta' sajjieda Maltin li nħariġlu ċertifikat ICAT?", "Kemm ħut ieħor ta' sajjieda oħra nħariġlu ċertifikat minn hawn Malta?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu l- vapuri (bastimenti) li t-tonn tagħhom inħariġlu ċ-ċertifikat ICAT?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nformat li l-ammont ta' tonn maqbud mis- sajjieda Maltin li nħariġlu ċertifikat tal-ICCAT matul dan l-istaġun huwa:", "Ammont (Kg) Tonn 235260", "L-ebda ħut ieħor ma nħariġlu ċertifikat tal-ICCAT minn hawn Malta.", "Il-bastimenti li t-tonn tagħhom inħarġilhom ċertifikat tal-ICCAT kienu kollha Maltin.", "PIXKERIJA - TONN/PIXXISPAD", "7977.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sajjieda li daħħlu t-tonn u l-pixxispad fil-Pixkerija għall-istaġun 1997?", "Kemm kien l- ammont ta' tonn u pixxispad li daħal fil-Pixkerija dan l-istaġun?", "Kemm kien l-ammont ta' dan il-ħut li ġie esportat?", "Kemm kien il-valur?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena informat li l-ammont ta' tonn u pixxispad li daħħal fil-Pixkerija matul dan l-istagun huwa:", "| |Ammont |Valur | | |(Kg) |(Lm) | |Tonn |235260 |461104 | |Pixxispad| 35325| 57434 |", "L-esportazzjoni ta' tonn u pixxispad din id-sena hija:", "| |Ammont |Valur | | |(Kg) |(Lm) | |Tonn |176736 |356428 | |Pixxispad| 1130| 2750|", "Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, qatt ma nżamm record tal-ispeċi ta' ħut maqbuda mis-sajjieda ndividwali.", "P.A. - XOGĦOL F'WIED IL-QLEJJA", "7978.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema applikazzjonijiet ġew sottomessi lill-Planning Authority dwar xogħol f'Wied il-Qlejja?", "(Chadwick Lakes) Meta saru dawn l- applikazzjonijiet?", "Meta ħarġu l-permessi li ntalbu f'dan il-lokal?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċeviet żewġ applikazzjonijiet dwar xogħol f'Wied Qlejja (Chadwick Lakes) huma kif jidhru hawn taħt:", "PA 1333/93 minn Fr. Adrian Jos Cachia għal faċilitajiet tal-kappella u sala f'San Pawl tal-Qlejja Mosta.", "L-applikazzjoni saret fid-9 ta' Ġunju, 1993, ġiet rifjutata fis-27 ta' Ottubru, 1993.", "Saret talba għal rikonsiderazzjoni fl-14 ta' Diċembru, 1993 li ma ġietx milqugħha fil-11 ta' Novembru, 1994.", "Sar appell mir- rikonsiderazzjoni tad-DCC fit-28 ta' l-istess xahar, liema appell ma ntlaqgħax fit-28 ta' April, 1995.", "PA 3348/97 mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għar-rijabilitazzjoni ta' Wied Qlejja.", "L-applikazzjoni saret fit-13 ta' Ġunju 1997.", "Il-permess inħareġ fis- 16 ta' Lulju 1997.", "Seduta 109 28/07/97", "LIĠI TAL-KONSUMATUR", "7979.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Liġi tal- Konsumatur tidħol fis-seħħ fil-konfront ta' korporazzjonijiet governattivi, li oriġinarjament ma kenux daħlu fis-seħħ taħt dik il-liġi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hemm ippreparat abbozz ta' avviż legali dwar it- tifsira ta' \"kummerċjant\" li jkopri korporazzjonijiet pubbliċi li oriġinarjament ma kenux daħlu fis-seħħ taħt l-Att ta' l-1994 dwar l- Affarijiet tal-Konsumatur.", "Dan mistenni li jidħol fis-seħħ lejn l-ewwel ta' Ottubru ta' din is-sena.", "TELEMALTA - CHARTER TAL-KONSUMATUR", "7980.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal it-twettiq taċ-charter tal- konsumatur fil-Korporazzjoni Telemalta?", "X'tip ta' talbiet saru mill- konsumaturi lill-Korporazzjoni Telemalta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ix-xogħol fuq iċ-Charter tal-Konsumatur tal- Korporazzjoni Telemalta tkompla b'ritmu tajjeb u għadu sejjer.", "It-talbiet li saru mill-konsumaturi qed jiġu trattati każ każ.", "KUNSILLI LOKALI - RAPPREŻENTANT", "8000.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti t-terms of reference li se jkollu r-rappreżentant tal-kunsilli lokali fuq il-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "PALAZZ TA' BIGHI", "8008.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7594?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7594 mogħtija f'Seduta Nru. 108.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - CO-ORDINATOR", "8009.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7751?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7751 mogħtija f'Seduta Nru. 108.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - FONDI", "8010.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri numru 7749?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7749 mogħtija f'Seduta Nru. 108.", "U.E. - 4TH FRAMEWORK PROGRAMME", "8011.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7748?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7748 mogħtija f'Seduta Nru. 108.", "U.E. - 4TH FRAMEWORK PROGRAMME", "8012.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7747?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7747 mogħtija f'Seduta Nru. 108.", "ĠNIEN TA' L-ARGOTTI - HERBARIUM", "8013.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7406, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-infiq li sar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sa l-aħħar ta' Ġunju 1997, l-infiq kien ta' Lm50,255 li kien jikkonsisti f'Lm48,344 għal xogħol ta' kostruzzjoni u finishing, filwaqt li ntefqu Lm1911 fuq xogħol ta' installazzjoni ta' elettriku.", "RAĦAL ĠDID - PROVVISTA TA' ILMA", "8029.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tad-Djar: Wara li ġie stabbilit li l-problema ta' nuqqas ta' provvista ta' ilma fi Blokk G, Unit 1, Govt.", "Bldgs, Raħal Ġdid hija minħabba problemi interni f'dan il-blokk, għaliex dawn ir-residenti għadhom ibatu minn din il-problema għal din l- aħħar sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li issa ġie deċiż li x-xogħol konċernat se jsir mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet taħt is-superviżjoni tal-Water Serices Corporation.", "DIPARTIMENT TA' PROĠETTI U ŻVILUPP - SUPERVISOR", "8030.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu l-proċeduri għal mili tal-postijiet ta' supervisor fis-Sezzjoni ta' l-Indafa Pubblika fid-Dipartiment ta' Proġetti u Żvilupp f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qiegħed isir eżerċizzju biex jiġi stabilit il-bżonn ta' karigi ġodda fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.", "Wara li jitlesta dan l-eżerċizzju jiġi deċiż jekk jitkomplewx il-proċeduri mibdija għall- mili ta' postijiet ta' supervisor fis-Sezzjoni ta' l-Indafa Pubblika.", "MARSALFORN - RIABILITAZZJONI TAX-XTAJTA", "8031.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni tax-xtajta ta' Marsalforn humiex sejrin jitkomplew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jispjega f'aktar dettal għal-liema xogħol qiegħed jirriferi fil-mistoqsija tiegħu.", "TURIŻMU - FLUS MINFUQ", "8032.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għal Vot VI Capital (Estimi Ġenerali), jista' l-Ministru jinforma l-Kamra bl-ammont minfuq sa l-aħħar ta' Ġunju mill-vot Tourism Item 6 - TOSS - subsidy?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni dwar in-nefqa ta' Vote 4 - Product Development u 5 - Institute for Tourism Studies u f'dawn l-aħħar żewġ każi x'servizzi, tagħmir jew proġetti ġew miksuba bin-nefqa relattiva?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Vote 6 - Tourism - L-ammount minfuq sa l-aħħar ta'Ġunju huwa Lm55,000", "Vote 4 - Product Development - sa l-aħħar ta' Ġunju n-nefqa taħt dan il-vot kienet ta' Lm42,000 li kien ħlas rigward il-klassifikazzjoni ġdida tal- lukandi, ic-Centru tal-Mediterran fi Spinola Palace u l-aħħar pagament tal- parking area ta' Haġar Qim.", "I.T.S. - Ma saret l-ebda nefqa mill-Lm20,000 allokati għall-ITS.", "Dan l- ammount irid jitħallas bħala l-aħħar pagament ta' xogħol li sar fl- estensjoni ta' l-ITS.", "GĦAWDEX - FLUS IVVOTATI", "8033.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-Estimi Ġenerali paġna 209 Vote VI Capital - Expenditure for Gozo - Lm10,000, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'kemm intnefaq minn dan il-vot sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 u għal fejn kienet indirizzata l- ispiża relattiva?", "X'proġetti f'Għawdex iridu jitwettqu jew servizzi turistiċi mogħtija bl-ammont ta' Lm10,000 invvota għas-sena 1997?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għalkemm dan il-vot jidher taħt il-Ministeru tat- Turizmu, bħalma kien isir qabel, dan huwa amministrat mis-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex għaldaqstant nirriferi l-Onor.", "Interpellant lil Ministeru konċernat.", "TURIŻMU - VOT VI", "8034.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għal Vote VI Capital Tourism, paġna 209 fl-Estimi Ġenerali, jista' l-Ministru jinforma lil Kamra bil-progress miksub fit-twettiq ta' New tourism project (sub vote 7) li għalih kienu ġew allokati nofs miljun lira Maltija?", "Kemm intnefaq s'issa minn dan il-vot?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Dan huwa proġett li jrid ikun approvat mill-Gvern Taljan għaldaqstant s'issa għad ma ntnefaq xejn minn dan il-vot.", "ESTIMI ĠENERALI - ITEMS 0209/0465", "8035.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għad-dħul previst fl-Estimi Ġenerali speċifikament għall-items 0209 (dħul mil-liċenzji) u 0465 (flus imħallsa mill-kunsilli lokali għal xogħol u servizzi mogħtija lilhom), jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar sa l-aħħar ta' Ġunju taħt dawn iż-żewġ irjus?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Id-dħul sa l-aħħar ta' Ġunju kien kif gej:", "|Licenzji HCEB|Lm288,763 | |Kunsilli |Lm 37,687 | |Lokali | |", "KUNSILL TA' L-EUROPA - PROĠETT", "8036.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-Ministru tkellem dan l-aħħar u semma l- involviment tal-Kunsill ta' l-Europa fi proġett maħsub biex jiġi organizzat u muri aħjar il-wirt kulturali Malti, kif ukoll sussidji ta' flus għat- twettiq tiegħu, jista' l-Ministru jispjega l-linji ġenerali tal-proġett kif ukoll it-time scales għat-twettiq tal-proġett jew xi fażijiet tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TOROQ - BOZOZ", "8037.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu Ministru responsabbli mill-Enemalta, kemm saru bozoz f'toroq għal kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' l-Ministru jara li l-informazzjoni tingħata b'mod li nuru n-numru ta' bozoz b'riferenza għal kull kunsill lokali li għandna?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - BORD TAL-VIŻITATURI", "8039.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ tal-Bord tal- Viżitaturi tal-Ħabs, dwar il-każ ta' żewġ priġunieri li tħallew għarwenin fiċ-ċella tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nħossx li hu f'loku li nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra u nagħmel pubbliku r-rapport mitlub mill-Onor.", "Interpellant dan biex tinżamm il-konfidenzjalita' dwar persuni li jinsabu l-ħabs kif jirrikjedu l- istess regolamenti tal-ħabs.", "DIPLOMATIĊI MALTIN/BARRANIN - LAQGĦAT", "8046.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tar-rapport li deher f'ġurnal lokali dwar laqgħat ta' diplomatiċi Maltin ma' diplomatiċi barranin, jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li għandhom jiġu nvestigati dawn ir- rapporti u jaħseb li laqgħat bħal dawn huma permessi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - SEJBA TA' DROGA", "8047.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonferma l-Prim Ministru li nhar il-Ġimgħa 18 ta' Lulju, 1997 fil-Ħabs Ċivili kien hemm sejba konsiderevoli ta' droga fl-inħawi ta' divisions 5 u 8?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ġie kkonfermat li fil-bitħa maġenb Diviżjoni 5 nstabu żewġ pakketti żgħar b'sustanza li hu maħsub li kienet droga.", "Is-sejba kienet waħda żgħira u mhux waħda konsiderevoli kif semma' l-Onor.", "Interpellant.", "Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.", "POSTA LTD", "8093.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti xi comparative figures ta' l-effiċjenza tal- posta bejn meta din kienet għadha Dipartiment tal-Gvern, b'differenza għal meta ftit taż-żmien ilu saret kumpannija bl-isem ta' Posta Ltd?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Eżempju tipiku li juri id-differenza fis- servizzi postali f'Malta taħt it-tmexxija ta' Dipartiment tal-Gvern u taħt il-kumpanija Posta Limited huwa il-fatt li fl-aħħar sena sħiħa ta' l-operat tiegħu d-Dipartiment tal-Posta daħħal iktar flus milli ħareġ filwaqt li Posta Limited fl-ewwel sena sħiħa tagħha fl-operat tant tilfet flus li kellha tiġi likwidata.", "Eżempju ieħor komperativ huwa l-fatt li d-Dipartiment tal-Posta kien joħroġ kull sena rapport fuq l-attivita' tiegħu u jagħti statistika bażiċi.", "Il-Posta Limited l-anqas dan ma rnexxielha tagħmel.", "DJAR - SUSSIDJI FUQ XOGĦLIJIET", "8094.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk ikunx opportun li ssir bidla fl-iskemi biex il-Gvern ikun jista' jgħin finanzjarjament fejn ikun hemm tiswijiet neċessarji li jsiru fuq proprjeta' mogħtija mill-Housing, pero' mhux tal-Gvern, peress li ħafna minn dawn in-nies ma jkollhomx mezzi u s-sidien bir-raġun (minħabba li l-kera tkun baxxa) jagħmluhielhom diffiċli u għalhekk ħafna djar jibqgħu dilapidati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-Awtorita' tad-Djar għandha skema fejn l-inkwilini ta' proprjeta' mikrija mill-privat, anke' jekk rekwizizzjonat jingħataw sussidju fuq ix-xogħlijiet li jagħmlu.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8095.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament se tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "Jaf il-Ministru li din il-persuna tgħix f'post perikoluż?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed ikun ikkonsidrat.", "SAĦĦA - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "8096.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jispjega kif l-ewwel ħarġu l-applikazzjonijiet għal Assistenti Soċjali Każwali u wara dawn ġew irtirati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalma kelli l-okkażjoni li nwieġeb għall- mistoqsija parlamentari numru 7105 applikazzjonijiet għal Assistenti Soċjali Każwali ħarġu darba biss, fl-1988 meta beda s-servizz tal-Home Care Help.", "Għalhekk mhux il-każ li ħarġu applikazzjonijiet u dawn ġew irtirati.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - IMPJEGATI", "8097.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li nies li jaħdmu mar-Roads Department jingħataw trsport lura mix-xogħol peress li hemm min irid jaqbad tliet char-a-bancs biex imur lura d-dar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li diġa' hemm provdut trasport filgħodu għal-ħaddiema tat-toroq li jiġu mill-bogħod u għandhom aktar minn karozza waħda.", "Dawn il-ħaddiema mhumiex qegħdin jitolbu trasport lura, peress li tpoġġew fuq skema ta' inċentiv mill-uffiċjal tagħhom.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "8098.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Peress li l- persuna li isimha qed jintbagħat separatament qatt ma rċeviet progress report dwar il-bosta fondi alternattivi li ndikat u tenendo l-istat perikoluż tal-fond tagħha, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni tagħha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed ikun ikkonsidrat.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8099.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jistax jiġi allokat lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu wkoll separatament?", "Japprezza l-Ministru li si tratta fuq persuna, omm mhux miżżewġa, li m'għandhiex fejn toqgħod u li jistħoqqilha trattament urġenti?", "Il-Ministru ġie nformat li l-persuna li kienet tirrisjedi fil-fond indikat illum ġarret u qed tippretendi rigal konsiderevoli?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed ikun ikkonsidrat.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jien informat illi fi Triq ix-Xemxija m'hemm l-ebda Block C. L-Onor.", "Interpellant hu għalhekk mitlub jagħti iżjed dettalji biex id-dipartiment ikun jista' jinvestiga.", "ŻURRIEQ - TWESSIGĦ TA' TRIQ", "8101.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinfetaħ jew titwessa' Triq Santa Marija, fiż-Żurrieq peress li hemm dar/razzett ma jintużax f'nofs ta' triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kien sar pjan biex tinbena akkomodazzjoni alternattiva għal mara li toqgħod f'dan il-post u li sfortunatament ma rnexxiex.", "Għalhekk qed isir proċess ta' esproprijazzjoni biex din il-proprjeta' tinxtara ħalli tkun tista' titwessa' t-triq.", "ŻURRIEQ - TRIQ VJAL L-INDIPENDENZA", "8102.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Vjal l-Indipendenza, fiż- Żurrieq, se tiġi mniffda għal ma Triq Wied Babu?", "Jekk se tinfetaħ, jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk ir-residenti li hemm f'Conception Str, Mill Str u St. George's Square?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proċess biex jinfetħu dawn it-toroq inbeda peress li qed isiru il-proċeduri għal esproprijazzjoni mill-Kummissarju ta' l-Artijiet.", "GUDJA - INGOMBRU MINN TRAKK", "8103.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li jitneħħa dak it-truck Bedford bla numru li hemm fi Triq it- Torri, fil-Gudja, peress li qiegħed jiżgombra t-triq?", "It-truck għandu isem fuqu \"Tal-Grazzia\".", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu passi.", "KUNSILLI LOKALI - BEACH CLEANING", "8104.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni dwar kemm qed jintnefqu fil-beach cleaning rispettivament minn kull kunsill lokali li għandu r-responsabbilta' tal-beach cleaning?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-kummenti li jiġbor id- dipartiment dwar il-ħidma tal-kunsilli lokali f'beach cleaning?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l- informazzjoni mitluba trid tinġabar.", "ENEMALTA - UŻU TA' PITROLJU", "8106.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li rriżulta minn diversi interpellanzi li għadu jsir użu lleċitu tal- pitrolju f'Malta, x'passi qed tieħu l-Korporazzjoni Enemalta biex dawn l- abbużi jinqatgħu darba għal dejjem?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dwar il-passi li qiegħda tieħu l-Enemalta diġa' tajt tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7415, li magħha ma għandix xi nżid.", "Jekk u meta jkun meħtieġ l-Enemalta ma tonqosx li tinforma lill-pubbliku in ġenerali b'passi oħra li jkunu sejrin jittieħdu.", "WIED IL-GĦAJN - ART", "8112.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni rigward jekk dan il-Gvern għandux xi ħsieb li jipprovdi art biex jingħataw faċilitajiet sportivi liċ-ċittadini ta' Wied il-Għajn u l- inħawi tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ŻABBAR - TOROQ", "8113.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jaf il-Ministru li Ħaż-Żabbar isofri minn numru ta' toroq prinċipali madwaru Triq il-Kaħwiela, (Wied il-Għajn bypass, Wied il- Għajn il-qadima); Triq Bieb is-Sultan (Xgħajra - Żabbar); Triq President tar-Repubblika (Wied il-Għajn - Xgħajra) (ring roads) u li meta jsiru tittaffa konsiderevolment il-konġestjoni bla bżonn f'għadd ta' toroq fil- qalba tal-belt?", "Jista' jgħid meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-toroq indikati mill-Onor.", "Interpellant għad jonqoshom ħafna żvilupp qabel ma jistgħu jkunu miftuħa peress li huma ftit vasti.", "Wieħed irid iqis ukoll dawn iċ-ċirkostanzi fil-kuntest ta' l-inizjattiva tal-Gvern biex jitfassal pjan ta' żvilupp soċjali u ekonomiku għan- Nofsinhar ta' Malta u li bilfors irid jikkonsidra dan it-tip ta' żvilupp fis-sistema tat-toroq tal-lokal.", "ŻABBAR - DAR TAS-SORU", "8114.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni x'sar jew x'qed isir biex (minn dak li fadal) ma jinqeriedx għal kollox il-post magħruf popolarment bħala d-Dar tas-Soru, dar użata fl-antik bħala d-dar tas-sajf mill-Isqof limiti ta' Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra"]} {"filename": "19980216_185d_par.doc", "date": "1998-02-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 185 It-Tnejn, 16 ta' Frar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 185", "It-Tnejn, 16 ta' Frar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "185", "It-Tnejn, 16 ta' Frar, 1998", "WERREJ MINUTI 236", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 236", "TQEGĦID TA' KARTI 241", "STQARRIJA DWAR IL-LIĊENZJI TAL-CASINOS F'MALTA 242", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB (L-EWWEL QARI) 249", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA'LIĠI DWAR IS-SERVIZZI TAT-TURIŻMU F'MALTA MALTA TOURIST SERVICES BILL (IT-TIENI QARI) 249", "AĠĠORNAMENT 266", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 271", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 296", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 184 li saret fit-13 ta' Frar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERI - KAROZZI", "7114.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi u mobile phones mikrija ministeru b'ministeru mill-1987 sa l-1996?", "Kemm swew lill-Gvern dawn il-karozzi u mobile phones mikrija fl-istess żmien?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t- tagħrif mitlub safejn dan għandu x'jaqsam ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "PA - PJAN TA' STRUTTURA - PROJECT MANAGER", "9131.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jafx bis-sejħa għal applikazzjonijiet għal project manager, liema avviż deher f'\"The Planner\" tal-15 ta' Settembru 1997, rivista maħruġa mir-Royal Planning Institute?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex dan il-post ma' kienx irreklamat f'Malta?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Il-post ta' project manager biex jieħu ħsieb il- proċess li jwassal għal review tal-pjan ta' struttura huwa post li jenħtieġ planner b'livell għoli ta' esperjenza f'dak li jirrigwarda ppjanar strateġiku u preparazzjoni ta' pjani ta' struttura.", "Dan hu post speċjalizzat u għalhekk kien jeħtieġ li jiġi rreklamat f'pubblikazzjoni speċjalizzata, bħal \"The Planner\".", "Naturalment il-fatt li ġie rreklamat f'pubblikazzjoni speċjalizzata ma żammx Maltin li għandhom l-esperjenza rikjesta - ta' mhux inqas minn għaxar snin - milli japplikaw.", "Ma ġie appuntat ħadd f'din il-kariga minħabba li x-xogħol mistenni li jkun immexxi minn unit manager fl-istrategic planning unit.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Mugliett, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan il-unit manager ġiex appointed?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond l-informazzjoni li għandi quddiemi, jirriżulta li għadu ma ġie appuntat ħadd f'din il-kariga.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Għalkemm dan il-post għadu ma ġiex irreklamat f'pajjiżna, il-Ministru għandu informazzjoni dwar xi kwalifiki ntalbu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Se nara għandix l-informazzjoni dwar il-kwalifiki li ntalbu għal dan il-post.", "Tajjeb ukoll li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li dan il-post ġie rreklamat f'diversi gazzetti lokali u anke minn fuq it- televiżjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk kienx hemm periti jew planners Maltin li applikaw għal din il-post?", "Jekk iva, ġew intervistati?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix indikazzjoni ta' x'kienu l-persuni li applikaw għal dan il-post u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri dan il-post ġie rreklamat f'pajjiżna u mhux kif qal il-Ministru fil-bidu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk tara r-risposta sew issib li fil-bidu mhux hekk għidt.", "Jien għidt illi dan il-post ġie rreklamat f'\"The Planner\" ukoll.", "PEMBROKE - PJAN TA' AZZJONI", "9931.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'tibdil sar fil-Pembroke action plan matul l-1997?", "Jista', jekk jogħġbu, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti tal- Planning Authority f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Minħabba li r-rapport imsemmi f'risposta għall- mistoqsija parlamentari Nru 9875 għadu qiegħed jiġi kkonsidrat mill-Gvern, ikun prematur li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp jistipula li applikazzjoni għal ħruġ ta' permess tal-bini tiġi deemed approved jekk min-naħa tagħha l-Planning Authority tieħu aktar żmien minn dak li tispeċifika l-istess liġi.", "Xi żmien ilu l-Ministru responsabbli mill-Planning Authority kien qalilna li għadhom ma ġewx definiti l- parametri preċiżi f'dan ir-rigward.", "Nista' nistaqsi jekk kienx hemm xi żvilupp f'dan is-sens?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan il-mument m'iniex f'pożizzjoni li nagħtih risposta u għalhekk nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10194.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'?", "Kemm minnhom jieħdu xi forma ta' benefiċċju?", "Liema kategorija ta' diżabilita' huma intitolati għalih?", "X'inhu l-benefiċċju u kemm hu f'kull kategorija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 10194.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu, Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Ministru qed jgħidilna li hemm 5,665 ruħ b'diżabilita' reġistrati mal-kummissjoni.", "Nista' neħodha li din iċ-ċifra tinkludi l-persuni kollha li għandhom xi forma ta' diżabilita'?", "Il-Ministru qed jgħidilna wkoll li fost dawk reġistrati mal-kummissjoni hemm 524 li huma inattivi.", "X'irridu nfissru biha din?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Iċ-ċifra ta' 5,665 bl-ebda mod ma nistgħu nikkonsidrawha bħala n-numru eżatt ta' persuni b'diżabilita'.", "Għalkemm f'Malta ma naħsibx li għad hawn nies li jaħbu l-fatt li jkollhom xi persuna b'diżabilita' fil-familja tagħhom, bħalma kienet id-drawwa fl-antik, pero' xorta waħda ma nistgħux ngħidu li dan huwa n-numru eżatt.", "Għar-rigward tat-tifsira ta' \"inattivi\", jiddispjaċini ngħid li din il- kelma ma nafx xi jridu jfissru biha u beħsiebni nistaqsihom x'inhi.", "WSC - MIŻIEB/SAN MARTIN - TQEGĦID TA' MAINS", "10645.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li qed isir fil-preżent fi tqegħid ta' mains, bejn ir-roundabout tal- Miżieb/San Martin u Għajn Tuffieħa Road?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bdiet twettaq xogħlijiet fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fl-inħawi msemmija sabiex titjieb il-kwalita' ta' l-ilma fir-residenzi tal-konsumaturi f'Għajn Tuffieħa u l-Manikata.", "Fit-triq ta' Għajn Tuffieħa ġie stallat main ġdid ta' 150 millimetru wiesa' sabiex iservi ta' distribution main għall-ilma tax-xorb fl-inħawi.", "B'hekk il-kanna eżistenti qed tintuża biss għall-ġbir ta' l-ilma ta' Għajn Tuffieħa spring u tittrasferixxi l-istess ilma fil-ġibjun ta' l-Imbordin u mhux aktar direttament għall-konsum.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, meta ġie biex isir ir-resurfacing ta' din it-triq intużat sistema fejn għal trinka ta' 30 ċentimetru ntuża cover ta' bejn wieħed u ieħor tliet metri.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hijiex qed tuża din is-sistema kull fejn tagħmel dan ix-xogħol?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nistax ngħid jekk din is-sistema tintużax kullimkien u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel mistoqsija bil- miktub biex ikun jista' jingħata l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fehma tiegħi, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha tieħu wkoll ir-responsabbilta' li ssewwi t-triq tal-Veċċa, li ilha mħarbta għal dawn l-aħħar 15-il xahar u ma nafx kemm-il domanda għamilt fuqha.", "Jista' l-Ministru jara li jgħaddi dan il-każ lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, se nara li ngħaddi l-każ lill-Ministru Buhagiar.", "WSC - KONSUMATURI DOMESTIĊI", "10698.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, fil-preżent u fir-rigward tal-konsumaturi domestiċi, kemm hawn households li għandhom 0/1 persuna, 2 persuni, 3 persuni, 4 persuni, 5 persuni, 6 persuni, u 7 persuni jew iktar rispettivament?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 11986 f'Seduta Nru. 184.", "FORZI ARMATI - KAŻI TA' DIXXIPLINA", "10836.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri ta' l-armata li tressqu quddiem xi bord ta' dixxiplina ta' l-armata matul l-1997?", "X'kien ir-rank tagħhom u minn liema sezzjoni ta' l-armata kienu?", "Ta' xiex kienu akkużati u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Jien informat li l-għadd ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta li nstabu ħatja ta' xi reat militari fl-1997 kien ta' 215.", "Dawk l-individwi li nstabu ħatja kienu maġġur, staff sergeant, 8 bombardiera, 6 lance bombardiers, 198 gunners u officer cadet, ġejjin minn unitajiet ta' l-armata kif muri hawn taħt:", "Kwartieri Ġenerali 12 1st Regiment 105 2nd Regiment 68 3rd Regiment 30", "Dettalji dwar l-akkużi kollha u x'weħlu l-ħatja f'kull każ jinsabu fid- dokument li aktar tard se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk jikkonsidrax dan in-numru bħala wieħed għoli?", "Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm xi membri ta' l-armata li tkeċċew minħabba dawn il-proċeduri ta' dixxiplina?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Biex tara jekk dan huwiex numru għoli, trid tqabblu ma' l-għadd ta' reati militari f'pajjiżi oħra.", "Jien ma rridx nikkummenta fl-ajru.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant iħoss li dan it-tagħrif huwa importanti - fil-fatt għandu ċerta importanza - nistiednu jagħmilli interpellanza bil- miktub biex nagħmlu l-indaġini relattiva ma' armati f'pajjiżi oħra.", "Dwar jekk kienx hemm min tkeċċa, fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hemm ukoll l-informazzjoni dwar x'kienet il-piena mogħtija.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA", "10854.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' 'l fuq minn 61 sena li għadhom jaħdmu?", "Kemm huma self-employed?", "Kemm huma mal-partikolar jew mal-gvern?", "Kemm minnhom huma fuq bażi part-time u kemm full-time?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni ta' 'l fuq minn 61 sena li kienu jaħdmu fl-aħħar ta' Settembru 1997 kien ta' 2,449 mas-settur privat u 98 mas-settur pubbliku.", "Minnhom 1,345 kienu self-employed.", "Hemm 2,547 persuna li għandhom 'il fuq minn 61 sena li għandhom full-time job jew full-time job u part-time job, filwaqt li hemm 1,709 persuna li għandhom biss part-time job.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li fil-każ tas-self- employed jiddistingwi bejn dawk li għadhom jaħdmu u għalqu il-61 sena imma m'għalqux il-65 sena, u dawk illi għalqu il-65 sena u baqgħu jaħdmu?", "Dan qed nistaqsih għal skopijiet ta' pensjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Hawnhekk m'għandix breakdown tal-figuri.", "Huwa veru li s-self-employed fil-privat jistgħu jibqgħu jaħdmu basta jħallsu l- kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali sakemm jagħlqu l-eta' ta' 65 sena.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Lill-Ministru fhimtu sewwa li dawn huma l-figuri sa l- aħħar ta' Settembru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Id-domanda li saritli kienet titlob tagħrif sa l- aħħar ta' Settembru u r-risposta tajtha sa l-aħħar ta' Settembru.", "WSC - GĦAWDEX - INFIQ", "11228.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9326 minn fejn jirriżulta li l-WSC bejn Ottubru 1996 u Marzu 1997 nefqet biss is-somma ta' Lm89,745 f'xogħlijiet ta' distribuzzjoni u tiġdid f'Għawdex meta l-vot disponibbli kien ta' Lm233,000, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għal dan in-nuqqas?", "Kemm-il kilometru ta' trinek sar f'dan il-perjodu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tispjega li dan ix- shortfall fin-nefqa kien minħabba li l-vot kapitali ġie approvat f'Mejju ta' l-1997 u x-xogħol beda f'Ġunju 1997.", "Għaldaqstant ma kienx fadal żmien biżżejjed biex il-vot disponibbli jintnefaq kollu.", "It-tul ta' trinek li saru f'dan il-perijodu kien ta' 2,895 kilometri.", "IMPJIEGI", "11389.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Riferibbilment għall-perijodu l-1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997 jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit, on casual basis u konsulenti?", "Kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni indikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi:-", "i) b'kuntratt indefinit ġew impjegati 25 skrivan mal-WSC;", "ii) b'kuntratt definit ġew impjegati ħames persuni, li kopja ta' dawn qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra;", "iii) fuq bażi każwali ġew impjegati 18-il persuna, 17-il perit mad- dipartiment għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni u persuna waħda mall- BICC li kienet assenjata xogħol klerikali;", "iv) konsulent wieħed ġie mpjegat mal-WSC;", "v) b'kollox kien hemm trasferiment ta' 67 persuna.", "Rigward l-aħħar parti tad-domanda, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ ta' casuals ma jsirux kuntratti.", "AMBAXXATI", "11486.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk hux possibbli li f'forma ta' tabella, għal kull waħda mill-ambaxxati ta' Malta individwalment u għas- snin 1996 u 1997 separatament, jgħid kemm nefqet flus minn fondi pubbliċi fi ħlasijiet għal servizzi ta' avukati - ċioe' legal fees, honoraria, fees for legal representation eċċ - fil-munita tal-post u f'liri Maltin?", "Jista' jindika wkoll in-nil returns, jiġifieri dawk il-każi fejn ma sar l-ebda nfiq f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Il-ħlasijiet għal servizzi legali matul l-1996 u l-1997 minn ambaxxati Maltin barra minn Malta kienu dawn:", "|Ambaxxa|1996 |1997 | |ta | | | |Baghdad|XEJN |XEJN | |Beijing|XEJN |XEJN | |Bonn |DM 195 (Lm |DM 215 | | |46.96) |(Lm48.05) | |Brussel|XEJN |XEJN | |l | | | |Kajr |XEJN |XEJN | |Canberr|XEJN |XEJN | |a | | | |Ginevra|XEJN |CHF 2990 (Lm| | | |796) | |Londra |XEJN |XEJN* | |Madrid |Ptas 30,000|Ptas 420,000| | |(Lm 79) |(Lm1,103) | |Moska |XEJN |XEJN | |Parigi |XEJN |FF 24,367 | | | |(Lm1,601) | |Riyadh |XEJN |XEJN | |Ruma |Lit 441,000|Lit 729,300 | | |(Lm 98) |(Lm 162) | |Toronto|XEJN |XEJN | |Tripli |XEJN |XEJN | |Tuneż |XEJN |ITD 600 (Lm | | | |205) | |Washing|XEJN |XEJN | |ton | | | |New |XEJN |XEJN | |York | | | |Vjenna |XEJN |XEJN |", "* Il-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra kellha kont pendenti ta' £Stg2,702.50 li rċeviet fl-aħħar xhur ta' l-1997 li qed jiġi mħallas dan ix- xahar.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta li nstabu ħatja ta' reat militari matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10836; u", "Tagħrif dwar ħlasijiet li saru lill-mezzi tax-xandir in konnessjoni mal-kampanja dwar l-introduzzjoni tal-VAT fl-1994, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11543.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' kuntratti ta' impjegati fl-International Office fl- Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12106.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar prodotti agrikoli li fuqhom ingħatat eżenzjoni jew tnaqqis ta' levy fil-perijodu bejn l-1 ta' Mejju 1997 u l-31 ta' Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12112.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-konsum ta' ilma fil-gżejjer Maltin bejn l-10 ta' Diċembru 1996 u t-28 ta' Jannar 1997 u bejn il-15 ta' Novembru 1997 u t-28 ta' Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12158.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11669; u", "Tagħrif dwar talbiet għal għajnuna fuq supportline 179, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12130.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Il-Ministru Attard Montalto.", "STQARRIJA DWAR IL-LIĊENZJI TAL-CASINOS F'MALTA", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, bl-għan li jkabbar l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, il-Gvern qed ifittex toroq ġodda biex ikun jista' jwettaq u jimplimenta strateġiji li jilħqu dan l-għan fl-oqsma kollha ta' l- ekonomija.", "Wieħed minn dawn l-oqsma hu proprju s-settur tat-turiżmu.", "L- għanjiet prinċipali tal-Gvern huma li dan is-settur jikber u jissaħħaħ b'tali mod u manjiera li l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli filwaqt li t- turiżmu jerġa' jieħu postu bħala wieħed mill-kolonni ewlenin ta' l- ekonomija Maltija.", "Fid-dawl ta' dan kollu, f'Ġunju li għadda l-Gvern ħareġ proposti ġodda għall-industrija tal-casino f'Malta f'forma ta' white paper.", "Din il-white paper kienet tesponi l-pjanijiet tal-Gvern li jiżdiedu n-numru ta' casinos f'Malta u jiġi ntrodott is-settur privat.", "L-għanijiet prinċipali tal-Gvern huma li:-", "i) itejjeb il-faċilitajiet ta' Casino lit-turisti li jżuru gżiritna;", "ii) jattira lejn Malta aktar junket groups u b'hekk iwessa u jiddiversifika s-suq turistiku lokali;", "iii) jinħolqu mpjiegi ġodda;", "iv) jitħarsu l-impjiegi tal-ħaddiema li llum jaħdmu fil-casino tad- Dragonara;", "v) iżid id-dħul tal-pajjiż.", "Fl-istess waqt il-Gvern hu konxju li dan il-proċess għandu jsir b'tali mod li ċ-ċittadini Maltin ikunu mħarsa mill-effetti ħżiena li industrija bħal din, li ma tkunx regolata, taf iġġib magħha.", "Biex dan kollu jseħħ, inħasset il-ħtieġa li l-leġislazzjoni preżenti, dik tal-Kursaal, li taħseb għal ambjent monopolistiku, tiġi rtirata permezz ta' liġi ġdida li toħloq il-qafas legali biex l-ambjent preżenti jiġi lliberalizzat, kif ukoll li tkun tinkorpora fiha dawk il-prekawzjonijiet neċessarji biex trażżan l- abbuż u l-elementi negattivi li jistgħu jinħolqu f'industrija bħal din.", "L-abbozz ta' liġi li qiegħed jiġi ppreżentat jipprovdi għal-liċenzjar ta' casino, għat-twaqqif ta' bord dwar il-logħob u għal għanijiet oħra relatati.", "Permezz tal-liġi l-ġdida il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' joħorġ konċessjonijiet lil persuni sabiex jiftħu u joperaw casino.", "Il-Ministru għandu wkoll is-setgħa li jaħtar il-bord dwar il-logħob - presedut minn maġistrat - bil-funzjonijiet prinċipali li jissorvelja l- operat ta' kull casino u li joħroġ liċenzja għall-proprjeta' u/jew għat- tħaddim tal-casino.", "Dan il-bord se jkollu s-setgħa li joħroġ liċenzji għall-impjegati tal-casino u għall-ispetturi tal-bord kif ukoll li jistħarreġ dawk kollha konnessi mal-casino u jirregola l-importazzjoni, il- provvista u l-manutenzjoni ta' makni tal-logħob.", "Fl-ambitu ta' dan kollu, il-Gvern iddelega lill-Malta Investment Management Co Ltd, biex tagħmel sejħa għal offerti sabiex jiġu allokati tliet konċessjonijiet għal-liċenzji għall-operat ta' casino.", "Għaldaqstant il-MIMCOL bdiet il-proċess fit-22 ta' Settembru fejn talbet proposti mingħand dawk kollha nteressati.", "Il-proċess kien wieħed miftuħ u trasparenti fejn dawk kollha nteressati ngħataw it-tagħrif kollu neċessarju.", "Il-MIMCOL għamlet ukoll laqgħa ta' informazzjoni f'Dar il- Mediterran għal Konferenzi li għaliha attendew il-proponenti kollha.", "It-talba għal proposti maħruġa mill-MIMCOL saret fuq żewġ binarji.", "Fuq naħa waħda kien hemm is-sejħa għal proposti rigward il-konċessjoni għat- tħaddim tal-casino eżistenti, dak tad-Dragonara.", "Fl-istess waqt, kien hemm sejħa għal proposti għal żewġ konċessjonijiet maħsuba għal lukandi 5- Star u/jew 4-Star Gold, skond il-klassifikazzjoni tal-hotels and catering establishments board.", "Dawn is-sejħiet għal proposti ġew imfassla biex jilħqu l-għan tal-Gvern.", "Fil-każ tal-lukandi, il-ħsieb hu li dawn, permezz tal-casino, jattiraw aktar turisti biex b'hekk l-industrija tat-turiżmu tingħata spinta 'l quddiem.", "Dan l-iżvilupp għandu jservi ta' katalist għall-iżvilupp in ġenerali ta' l-ekonomija Maltija.", "Dan se jkollu effett pożittiv fil-qasam ta' l-impjiegi.", "Fost il-kondizzjonijiet li l-applikanti ġew mitluba jagħtu hemm dettalji dwar l-investiment meħtieġ għal casino, l-operatur eventwali ta' l-istess casino u l-offerta tagħhom fi flus għall-konċessjoni jew aħjar up-front payment.", "Dawn kienu wħud mill-kriterji l-aktar importanti li fuqhom ibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu l-kumitat ta' l-għażla maħtur mill-Prim Ministru apposta għal dan il-għan.", "Il-bord ta' l-għażla li ġie appuntat mill-Prim Ministru biex jevalwa u jagħti r-rakkmandazzjonijiet tiegħu kien magħmul minn is-Sur Louis E. Galea FCIB (Chiarman); is-Sur John Busuttil BA(Hons.)", "Accty, MBA (Membru); is- Sinjura Moira Falzon BA(Hons.)", "Accty (Membru); u s-Sur Mario Mizzi BA(Hons.)", "Accty, MBA (Segretarju tal-Bord).", "Rigward it-talba għal proposti tal-casino tad-Dragonara, il- kondizzjonijiet kienu jkopru l-investiment meħtieġ fl-istruttura, id-dekor, makni u mwejjed tal-logħob, kif ukoll tagħmir ieħor, bil-għan li l-casino jipprovdi l-aqwa servizz lill-klijent.", "L-applikanti ġew ukoll mitluba jissottomettu l-offerti tagħhom dwar il-kera tal-post, għall-akkwist tat- tagħmir tal-logħob u għall-konċessjoni li tagħtihom id-dritt li joperaw il- casino għal għaxar snin - up-front payment.", "Il-MIMCOL għamlet ukoll il- kondizzjoni li biex wieħed jingħata l-konċessjoni kellu jiżgura l-impjiegi tal-ħaddiema eżistenti fid-Dragonara.", "Dawn, flimkien mar-reputazzjoni ta' l- operatur, kienu wħud mill-fatturi importanti li ġew konsidrati mill-bord ta' l-għażla.", "Kien hemm erbgħa proponenti li ssottomettew il-proposti tagħhom għal casinos fil-lukandi.", "Dawn kienu:", "i) Tumas Group għal New Dolmen Hotel", "ii) Le Meridien Phoenicia", "iii) Hotel Operators Ltd għal Hotel Ta' Ċenċ", "iv) Suncrest Hotel", "Għall-casino tad-Dragona kien hemm ukoll erbgħa proposti.", "Dawn kienu:", "i) konsorzju magħmul minn Corinthia Group, Island Hotels Co. Ltd, Peninsula Investments Ltd., Accor-Air Malta Ltd u Casinos Austria bħala operatur;", "ii) l-istess konsorzju bħal t'hawn fuq iżda bi SPIC - Societe de Participation et d'investissements de Casino - bħala operatur;", "iii)Groupe Partouche SA (Franza); u", "iv)Ozkanlar Turizm Yatirim AS (Turkija)", "Il-proposti sottomessi fiż-żewġ każijiet infetħu fil-preżenza ta' nutar li ċċertifika li ġew segwiti l-proċeduri neċessarji.", "Abbażi tal-kriterji msemmija aktar kmieni, il-bord ta' l-għażla evalwa l-proposti sottomessi u rrakkomanda kif jidher hawn taħt:", "a) fil-każ tad-Dragonara ġie rrakkmandat li l-ewwel offerta għal liċenzja għandha ssir lill-konsorzju li kien jinkludi lill-casinos Austria, iżda billi dawn ma kenux lesti li jgħollu l-offerta tagħhom kif mitlub mill-bord ta' l-għażla, l-offerta finali saret lill-konsorzju li kien jinkludi lil SPIC - Societe de Participation et d'Investissements de Casino ta' Franza - li qablu li jżidu l-offerta tagħhom kif mitlub mill-bord ta' l-għażla;", "b) għal-liċenzji fil-każ ta' żewġ casinos fil-lukandi, il-bord ta' għażla wara li eżamina l-erba' proposti, iddeċieda li kienet sottomissjoni waħda li laħqet il-livell mixtieq, dik ta' Tumas Group għal New Dolmen Hotel; minħabba li l-applikanti l-oħra ma laħqux il-livell mixtieq, il-bord ta' l- għażla irrakkmanda li f'dan l-istadju it-tielet liċenzja ma tinħariġx.", "Madam Speaker, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' draft ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob;", "Report on the Proposals submitted in terms of the Request for Proposals Process for the Dragonara Palace Casino maħruġ fi Frar 1998; u", "Report on the Proposals submitted in terms of the Request for Proposals Process for Hotel based Casinos maħruġ f'Jannar 1998.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Madam Speaker, minn dan li jidher hawnhekk joħroġ li l-Ministru qed jirrepeti dak li kien hemm fil-white paper, ħlief għar- riżultat ta' l-adjudication ta' l-applikazzjonijiet tal-casinos.", "Jien qed nifhem tajjeb li l-liġi se tirregola wkoll l-importazzjoni, il-provvista u l-manutenzjoni tal-makni tal-logħob, anke jekk ma jkunux qegħdin f'casino?", "Imbagħad hemm mistoqsija oħra li nixtieq nagħmel.", "Il-Gvern kien iddelega lill-MIMCOL biex tagħmel sejħa għal offerti biex joħorġu tliet konċessjonijiet ġodda għall-operat ta' casino, jew inkella erbgħa b'kollox, waħda għall-casino eżistenti u t-tlieta l-oħra għal postijiet ġodda?", "It-tielet osservazzjoni li xtaqt nagħmel hija li l-Ministru qed jgħid li l-lukandi li jistgħu jkunu eliġibbli jridu jkunu 5-Star jew 4-Star gold, skond il-klassifika ta' l-HCEB.", "Oriġinarjament din ħarġet għall-5-Star biss pero' mbagħad żdiedet il-4-Star gold.", "Il-Ministru qiegħed jabbina din is-sistema bilfors ma' lukanda?", "Jekk il-ħsieb hu li jiġu attirati t- turisti, il-ħtieġa ta' sodod hija neċessarja f'ambjent ta' dan it-tip?", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar l-adjudication.", "Ovvjament il- Ministru poġġa d-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra u għalhekk m'inix beħsiebni nagħmel kummenti dwar dan.", "Pero meta qed nitkellmu dwar casinos f'lukandi, kellhom joħorġu tlieta jew inkella tnejn, waqt li l-oħra kellha tkun għad-Dragonara, li huwa l-casino eżistenti?", "MADAM SPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Il-Ministru ma jidhirlux li qed ipoġġi the cart before the horse meta jagħmel stqarrija dwar għażla li diġa' saret u meta llum ġejna nformati li se jkollna liġi ġdida dwar il-casinos?", "Il-loġika tgħidli li l-ewwel għandha tgħaddi l-liġi - jien ma qrajthiex għax issa tawna draft tagħha - li llum se jsir il-first reading tagħha.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Gvern qed jipproponielna liġi u fl-istess ħin qed jagħmel stqarrija dwar deċiżjonijiet li diġa' ttieħdu.", "Il-loġika tgħidli li l-Gvern messu ddifferixxa d-deċiżjoni biex jagħti l- liċenzji.", "Għalhekk nixtieq li l-Ministru jispjegali kif, minkejja li se nagħmlu liġi ġdida, l-Gvern qed jinforma lil dan il-Parlament b'deċiżjonijiet illi diġa' ttieħdu.", "It-tieni mistoqsija tiegħi hi jekk din l-istqarrija tfissirx li l-liċenzji diġa' ingħataw.", "X'inhi l-pożizzjoni dwar dan?", "Hija ħaġa stramba li qed jingħataw liċenzji skond liġi li se tiġi abrogata u fl-istess ħin il- Parlament qed jiġi mitlub biex jagħmel liġi ġdida.", "Jiġifieri hemm xi ftehim li permezz tiegħu qed jingħataw il-liċenzji lill-konsorzji jew lin-nies li qed jissemmew?", "U jekk qed jingħataw, skond liema liġi qed isir dan?", "MADAM SPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-istqarrija l-Ministru nformana li għar-rigward tal- casino tad-Dragonara l-kondizzjonijiet kienu jkopru l-investiment meħtieġ fl-istruttura, id-dekorazzjoni, makni, mwejjed tal-logħob, kif ukoll tagħmir ieħor, bil-għan li l-casino jipprovdi l-aqwa servizz lill-klijenti.", "M'hawn l-ebda riferenza għall-ħaddiema li preżentement jaħdmu fil-casino.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra - forsi hemm anke riferenzi għal dan fir-rapporti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra proprju issa - dwar x'se tkun il-pożizzjoni tal-ħaddiema attwali tal-casino tad-Dragonara?", "Dawn se jiġu assoġġettati wkoll għall-ħruġ ta' liċenzja li l-bord li se jiġi mwaqqaf bil-liġi se jkollu s-setgħa li joħroġ għall-impjegati tal-casinos?", "MADAM SPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Ministru ma' l-istqarrija qed iqiegħed ukoll numru ta' dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra imma wieħed jista' japprezza li m'għandniex iċ-ċans li dawn nifluhom f'dan il-waqt.", "Allura jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-kondizzjonijiet prinċipali li bihom il-Gvern qed jagħti liċenzja lill-operaturi ndikati, flimkien mat- tieni operatur li huma pproponew għar-rigward tal-casino tad-Dragonara?", "Il- fatt li dan qed jingħata dritt għal għaxar snin ifisser ukoll li qed nitkellmu fuq liċenzja ta' dan it-tul?", "Irrid nistaqsi wkoll jekk apparti l-up-front payment hemmx xi forma ta' pagament jew royalties li jridu jitħallsu fis-sena.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hemmx xi rbit ieħor, forsi kuntrattwali, li l-Ministru jħoss li hu rilevanti li l-Kamra tkun taf bih.", "Qed nirriferi għall-irbit rigward l- ammont ta' investiment li għandu jsir jew anke rigward gaming policies għall-operat ta' l-istess casino.", "Skond l-istqarrija, qed nitkellmu fuq konċessjoni lill-konsorzju magħmul minn Corinthia Group, Island Hotels Co. Ltd, Peninsula Investments Ltd, Accor-Air Malta Ltd u l-SPIC, f'sens li dawn ta' l-aħħar ikollhom ir- responsabbilta' waħedhom?", "Dan ifisser li hemm xi forma ta' parteċipazzjoni minn naħa tal-gvern, direttament jew indirettament, bħala equity holding f'xi livell ta' persentaġġ?", "Meta ngħid direttament jew indirettament, għax jekk il-parteċipazzjoni tkun mill-MIMCOL, din tkun parteċipazzjoni indiretta tal-gvern ukoll.", "Il-gvern qed iżomm xi parteċipazzjoni jew ipprefera li jikkuntratta direttament ma' min intgħażel mingħajr ma jkun hemm xi forma ta' parteċipazzjoni?", "Rigward il-casinos fil-lukandi nixtieq li hawnhekk ikollna ftit elaborazzjoni dwar il-kondizzjonijiet prinċipali.", "Il-Kamra tista' tiġi nformata rigward kemm tammonta l-offerta?", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk l-up- front payment huwiex ukoll marbut b'terminu ta' għaxar snin.", "Hu x'inhu t- terminu li huwa marbut bih dak l-up-front payment, x'kondizzjonijiet huma envisaged bħala ħlas?", "Se jkun hemm ħlas ta' liċenzja kull sena jew liċenzja marbuta ma' konċett ta' royalties?", "Madam Speaker, għandna abbozz ta' liġi quddiemna li permezz tiegħu se jkun hemm bord li jkollu l-poter li jagħti liċenzji fil-futur.", "Dan il-bord huwa previst li jimxi b'mod awtonomu u jiddetermina hu l-għadd ta' konċessjonijiet li jistgħu jingħataw?", "Se jkun dan il-bord li jiddetermina liċenzji sussegwenti, jew f'dan l-istadju se jkun marbut li ma jżid xejn fuq il-liċenzji mħabbra llejla?", "Jien qed nifhem li dawn huma liċenzji li diġa' huma mogħtija.", "Meta l-Gvern ġie biex jippreżenta quddiem il-Kamra draft ta' Gaming Act - dan jista' jgħin aktar 'il quddiem meta nibdew niddiskutu l-liġi - kien qed jimxi fuq xi mudell leġislattiv partikolari?", "X'inhuma s-sources li mexa fuqhom għar-rigward tad-drafting ta' dan l-abbozz?", "Jekk qed nifhem tajjeb, il-liġi se tipprovdi mhux biss għal liċenzji għall-operat ta' casino, imma wkoll għall-impjegati tal-casinos, għal spetturi u anke għal regoli rigward importazzjoni, provvista u manutenzjoni ta' makni tal- logħob.", "Allura dan ifisser li l-Gvern qed jipprevedi xi struttura li tirregola mġieba, taħriġ u miżuri oħra għall-impjegati f'dan is-settur?", "MADAM SPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-konsorzju li jinkludi lill-SPIC huwiex se jġib ħaddiema barranin f'pajjiżna?", "Hemm xi assigurazzjoni fuq dan?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nibda billi nwieġeb dwar il-makni tal- logħob.", "Skond subartiklu (1) ta' artiklu 50 tal-liġi l-ġdida, dan il-bord se jkollu l-opportunita' li joħroġ regolamenti dwar x'tip ta' makni hemm u dwar jekk hemmx bżonn ta' manutenzjoni u affarijiet oħra li rriferejt għalihom fl-istqarrija tiegħi.", "Tqajmet ukoll il-kwestjoni dwar jekk huwiex essenzjali li l-liċenzji joħorġu għal lukandi biss.", "Il-ħsieb tal-Gvern huwa li dawn għandhom ikunu f'lukandi, ħlief għal dik li ġiet riservata għall-casino eżistenti, hekk imsejjaħ popolarment tad-Dragonara.", "Dwar il-liċenzji, in-numru ndikat mill-Gvern kien ta' tlieta.", "Waħda kienet riservata għall-casino tad-Dragonara u t-tnejn l-oħra kienu riservati għal lukandi 5-Star jew 4-Star gold, skond il-klassifika tal- HCEB.", "Il-kumitat ta' l-għażla deherlu li waħda biss kienet laħqet il-livell mixtieq.", "Dwar il-kummenti li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li qal li jidhirlu li qed inpoġġu the cart before the horse, jiddispjaċini ngħidlu li ma naqbilx miegħu.", "L-ewwel ħaġa l-Gvern ried jara x'konkorrenza kien se jkollu għas-sejħiet.", "Kieku l-konkorrenza ma kenitx waħda tajba jew kienet negliġibbli jew xejn, allura ma kienx ikun meħtieġ li tinbidel il-liġi tal- Kursaal.", "Staqsew ukoll jekk il-liċenzja hijiex se tingħata qabel jew wara li tgħaddi l-liġi.", "Din se tingħata wara li tgħaddi il-liġi u tiġi rratifikata skond l-istess liġi.", "L-Onor.", "Louis Galea tkellem dwar il-ħaddiema tal-casino tad-Dragonara.", "Waħda mill-kondizzjonijiet għal dik li għandha x'taqsam mal-liċenzja tal- casino hija li x-xogħol tal-ħaddiema tal-casino jrid jiġi salvagwardat.", "Ovvjament il-kelma \"kondizzjonijiet\" tista tirriferi għal diversi affarijiet.", "GĦal dak li għandu x'jaqsam ma' paga, dik hija parti mill- kondizzjoni.", "Illum il-casino, biex nieħdu eżempju, jiftaħ tmien sigħat kuljum.", "Jekk l-operatur ikun irid jiftħu għal żmien itwal jew jiftaħ 24 hours a day, il-liġi taħseb anke għal dak, pero' min jieħu l-konċessjoni jrid jiddiskuti dawn l-aspetti mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech staqsa dwar kondizzjonijiet prinċipali oħra.", "Jien nista' ngħid li dawn il-kondizzjonijiet huma dettaljati fiż-żewġ dokumenti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra imma nixtieq insemmi dawk li jidhirli li huma l-aktar saljenti.", "Dwar il-proċess tad-Dragonara Palace Casino, il-premium pagabbli mal-konċessjoni kien ta' Lm480,000.", "Għamlu offerta wkoll il-consortium SPIC għal renta ta' Lm50,000 fis-sena u għamlu bid għal assi immobbli ta' Lm70,000.", "Għar-rigward tal-hotel-based casino, l- ammont li se jsir bħala up-front payment huwa ta' Lm400,000.", "(Interruzzjonijiet) Wieħed irid japprezza li hemm ħafna kondizzjonijiet li huma ta' natura dettaljata u dawn joħorġu mill-istess dokumenti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kien hemm ukoll żewġ rimarki dwar il-bord.", "Jien se nirriferi għal subinċiż (b) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 6 tal-liġi kif proposta.", "Dan jgħidlek li l-bord, fost doveri oħrajn, għandu d-doveri", "''to issue licences to the Casino employees, including the managers thereof and junket leaders proposed to be engaged by the Casino licenced to work in relations to gaming.''", "Imbagħad subinċiż (d) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 6 jgħid", "\"to issue licences to inspectors for the purpose of section 8 of this Act.\"", "Subsection (1) of section 3 tagħmel riferenza għall-konċessjoni nnifisha:", "\" It shall be lawful for the Minister to grant concessions to persons to open and operate casinos.\"", "Jiġifieri l-bord joħroġ il-liċenzja u l-konċessjoni joħroġha l-Ministru.", "Dwar jekk għandux ikun hemm ħaddiema barranin fir-rigward ta' SPIC jien naħseb li wieħed għandu japprezza li għandhom jiġu applikati n-normi tas- soltu f'każijiet fejn isir investiment barrani.", "Jekk hemm l-expertise f'Malta, wieħed għandu jippretendi li l-ħaddiema għandhom jiġu mpjegati mil- local resources, imma kif hemm il-possibbilta' fl-industrija anke hawnhekk għandu jkun hemm il-possibbilta' li kull applikazzjoni tiġi pproċessata biex wieħed jara jekk għandhiex tingħata liċenzja jew le.", "Madam Speaker, jekk ħallejt xi ħaġa barra lest li nirregola ruħi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Refalo, b'konċessjoni tal-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Madam Speaker, fil-fatt veru li l-Ministru ħalla xi ħaġa barra.", "Id-domanda tiegħi dwar il-makni tal-logħob ma kenitx dwar ir- regolamenti ta' l-importazzjoni u manutenzjoni tagħhom imma kienet dwar jekk il-makni tal-logħob humiex se jkunu mpoġġija ġo l-ambjent tal-casino biss.", "Jew forsi l-gaming board għandu wkoll is-setgħa li jilliċenzja postijiet oħra fejn jitpoġġew biss makni tal-logħob?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien napprezza li ma kellekx l-opportunita' li taqra l-liġi l-ġdida pero subinċiż (f) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 6 jgħid hekk:", "\"...to regulate by licence the importation, supply and maintenance of gaming machines for casinos.''", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nerġa' ngħid li f'dan l-istadju m'għandhomx isiru aktar domandi.", "(Interruzzjonijiet) L-aħħar kjarifika, l-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk fhimt tajjeb, fil-każ tad-Dragonara Casino ssemma up-front payment ta' Lm480,000, imbagħad semmejt kera ta' Lm50,000 fis-sena.", "Jiġifieri għandi nifhem li din hija over and above?", "Jien nixtieq li jkollna din il-kjarifika.", "Jien staqsejt ukoll jekk hemmx ukoll kera fil-każ tal-concession tal- lukanda u jekk il-Gvern ikkonsidrax il-konċett tar-royalties minflok ikollu ammont ta' kera fissa fis-sena.", "Meta jkollok kera fissa, sena minn oħra tista' tagħmel differenza dwar kemm wieħed jikkonsidra interessanti jew le l-ammont tal-kera.", "B'royalties nifhem li int tgħid li tieħu tant persentaġġ minn tant gross turnover tal-post, with a guaranteed minimum.", "B'dan il-mod inti jkollok il-konċett tal-kera marbut ukoll ma' dak li jkun qed jiġi ġġenerat mill-impriża.", "Il-Gvern ikkonsidrah dan it-tip ta' ħlas?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, dwar royalties wieħed irid japprezza li l-Gvern għandu introjtu sostanzjali permezz tat-taxxa fuq il- gaming.", "It-taxxa dwar il-gaming hija mfassla b'mod li tkopri aspett ġdid, li huwa l-junket trade.", "Wieħed għandu japprezza wkoll li l-iżjed mod kif gvern jista' jieħu dħul f'dan il-każ tal-casinos huwa permezz tat-taxxa.", "Issa t-taxxa f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam il-logħob mhijiex l-orħos imma lanqas hija l-ogħla.", "It-taxxa f'dan il-każ hija kważi l-medja meta wieħed jikkomparaha mat-taxxi ta' barra minn Malta.", "Għalhekk il-kwestjoni tar-royalties kienet tiġi biss mistħarrġa jekk it-taxxa titbaxxa, li ma kienx il-każ.", "Dwar l-eta' nista' nikkonferma li l-eta' għall-Maltin se tibqa' ta' 25 sena, kif inhi preżentement, filwaqt li għall-barranin tibqa' kif inhi, jiġifieri ta' 18-il sena.", "Dwar l-ammont li hemm bħala up-front payment, dwar dak li għandu x'jaqsam mad-Dragonara Palace Hotel, ir-rent payment offer huwa annwali.", "Nikkonferma li l-ammont li għandu jitħallas huwa ta' Lm480,000.", "Dwar dak li għandu x'jaqsam mal-proċess for hotel-based casinos, nirriferi wkoll għall-istess dokument li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan jikkonferma li l-up-front payment fil-każ tal-lukanda li ġiet magħżula huwa ta' Lm400,000.", "Nixtieq ngħid ukoll li r-rapporti huma dettaljatissimi.", "Wieħed għandu japprezza l-fatt li mhux biss qed inpoġġu dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal- Kamra imma qed inpoġġu anke l-applikazzjonijiet individwali biex wieħed ikun jista' jeżaminahom.", "Dan wieħed għandu japprezzah għaliex juri kif dan il-Gvern dejjem mexa b'mod miftuħ.", "Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-evaluation sheet, jiġifieri l- marki li taw għal kull qasam, għax min għamel l-għażla għamel ċertu weighting u ta l-punti relattivi.", "Jiġifieri mhux biss qed nippreżenta d- deċiżjoni u l-applikazzjoni li saret minn kull lukanda imma qegħdin nuru wkoll il-weighting li taw.", "Per eżempju, fuq il-hotel-based casinos kien hemm 14-il evalwazzjoni, fosthom experience and standing of the casino operator, financial studying of the proponent, location and access of the proposed casino u proposed investment commitment.", "F'kull wieħed taw il- weighting.", "Fil-fatt kull section ikollok it-total score, li kienet tista' tasal għal 1,060 marka, imbagħad wieħed wieħed f'kull qasam ingħataw il- marki.", "Kif waslu għalihom huwa wkoll indikat.", "Madam Speaker, f'dan l-istadju nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi imsejjah Att ta' l-1998 dwar il-Logħob.", "MADAM SPEAKER: Hawn il-permess tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi imsejjah Att ta' l-1998 dwar il-Logħob.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjah Att ta' l- 1998 dwar il-Logħob ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA'LIĠI DWAR IS-SERVIZZI TAT-TURIŻMU F'MALTA", "MALTA TOURIST SERVICES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-13 ta' Frar 1998 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Psaila Savona huwa in possession.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Madam Speaker, fil-kontribut tiegħi tal-ġimgħa l-oħra għidt li din hija leġislazzjoni aċċettabbli għall-Oppożizzjoni.", "Irridu nammettu li hija leġislazzjoni xortiha tajba, fis-sens li din il- liġi waslet quddiemna iżda proposti leġislattivi oħra tal-Gvern preċedenti għadhom sal-ġurnata tal-lum ma tressqux.", "L-aħħar darba għidt ukoll li hija ħaġa tajba li niftakru fil-kontribut li taw l-NTOM, l-HCEB, l-ITS u istituzzjonijiet oħrajn fil-ħolqien ta' proċess turistiku, li ħafna drabi din l-amministrazzjoni tgħid li ma jeżistix.", "Aċċennajt ukoll għall-fatt li l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu se tiret infrastruttura tajba li ħalliet warajha l-amministrazzjoni preċedenti, inkluż dawk il-5-Star hotels li tant konna naqilgħu kritika fuqhom iżda li bis-saħħa tagħhom il-lum il- ġurnata nistgħu ngħidu li għandna żieda fl-impjiegi fis-settur turistiku.", "Parti minn dan il-wirt li ħalliet warajha l-amministrazzjoni preċedenti jinkludi wkoll il-kunsilli lokali, li din l-amministrazzjoni tant qiegħda ssibhom komdi sabiex tinqeda bihom.", "Madam Speaker, xtaqt inqajjem xi punti li forsi ma tantx huma ċari għalija.", "Meta tajt l-ewwel daqqa t'għajn lejn dan l-abbozz ta' liġi mill- ewwel għidt li kienet tidher l-id tqila tal-Ministru.", "Il-Ministru qalilna li fuq din l-awtorita' se jkun hemm persuna waħda appuntata minnu iżda jekk wieħed iħares sew isib li fil-verita' se jkun hemm ħames persuni appuntati direttament minnu.", "Il-liġi tgħidlek li ċ-chairpersons tal- marketing and promotion directorate, tal-human resource development directorate, tal-product planning and development directorate u tas-support services directorate għandhom ikunu magħżulin mill-Ministru.", "Dan ifisser li ħames persuni minn disgħa se jkunu appuntati direttament mill-Ministru; l- erbgħa l-oħra jkunu appuntati fuq rakkmandazzjoni ta' l-entijiet l-oħrajn, l-MHRA, l-Air Malta u s-servizzi vari.", "Dawn ukoll iridu jogħġbu lill- Ministru u aħna diġa' għamilna l-kritika li dawn iridu jilagħqu biex forsi r-rakkmandazzjoni tagħhom tiġi milqugħha.", "Barra minn hekk jista' jkun hemm anke l-każ - u dan ġara drabi oħra - li l-MHRA tirrikkmanda lil xi ħadd li lill-Ministru ma jogħġbux u, skond din il-liġi, dik il-persuna tista' ma tiġix aċċettata.", "Veru li bir-rappreżentanza li se jkollu mhux se jkun diffiċli li l-affarijiet ikunu plain sailing imma m'huwiex sew li ngħidu li l-Ministru se jkollu membru wieħed biss fuq l-awtorita' nazzjonali tat- turiżmu meta fil-fatt se jkollu maġġoranza ta' ħamsa minn disgħa.", "Madam Speaker, ħalli nkompli nuri fejn qiegħda l'id tqila tal-Ministru.", "Per eżempju, wieħed minn dawn il-membri jista' jitkeċċa għal raġuni ta' \"misconduct\", jew jekk ikun \"unable to perform\".", "U dan min irid jiddeċidieh?", "Jiddeċidieh il-Ministru.", "Ħaġa oħra hija li l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu tista' tagħmel dak l-investiment li jkun hemm bżonn basta \"as the Minister may approve\".", "F'subclause (3) ta' clause 5 hemm ħaġa tajba imma fl-istess ħin tista' tħares lejha minn angolu daqsxejn suspettuż.", "Din tgħid:", "''The Minister may give directives according to the policies and plans of the Government.''", "Din hija ħaġa tajba.", "Hekk għandu jkun imma mbagħad subclause (1) ta' clause 4 tgħidlek li l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu hija:", "''a body corporate having a distinct legal personality''", "Allura jien nistaqsi: Din l-awtorita' għandha l-awtonomija biex tfassal policies hi?", "Jew inkella se jkollha tadotta dawk id-direttivi li l-Ministru minn żmien għall-ieħor jista' jgħaddilha?", "L-id tqila tal-Ministru tidher ukoll f'subclause (3) ta' clause 6 fejn jissemmew l-uffiċjali u l-impjegati, who:", "''shall be appointed after consultation with the Minister''.", "F'subclause (4) ta' clause 6 għandek li meta jiġi offrut \"a permanent employment\" lil xi uffiċjal pubbliku, dan dejjem irid isir \"with the approval of the Minister\".", "Veru li ċerti affarijiet hekk għandhom ikunu imma hawnhekk qegħdin naraw ripetutament li l-awtorita' nazzjonali tat- turiżmu ma tistax tiċċaqlaq minħabba l-id tqila tal-Ministru.", "Issa llum għandna ministru li mhuwiex daqshekk diffiċli li wieħed jimxi id f'id miegħu imma għada pitgħada jaf ikun hemm ħaddieħor.", "L-id tqila tal-Ministru ma tieqafx hawn.", "F'subclause (5) ta' clause 7 għandek:", "\"The estimates shall be made in such form and shall contain such information and such comparisons with previous estimates as the Minister may direct.\"", "Imbagħad tkompli", "\"expenditure approved in respect of a head or subhead with the approval of the Minister...\".", "Jiġifieri l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu se tkun awtonoma biss sa ċertu punt.", "Nista' nibqa' sejjer hekk, ħaġa wara l-oħra.", "Ejja nieħdu d- direttorati.", "Fil-marketing and promotion directorate għandek sitta minn nies, tlieta minnhom huma appuntati mill-Ministru u t-tlieta l-oħra mis-sezzjonijiet l- oħrajn.", "Fil-human resource development directorate hemm sitta, fejn erbgħa minnhom huma magħżulin mill-Ministru.", "Fil-product planning and developing directorate qegħdin sitta u tlieta minnhom huma magħżulin mill-Ministru.", "Fis-support services directorate hemm sitt membri, li erbgħa minnhom huma appuntati mill-Ministru.", "Taf fejn il-Ministru m'għandu l-ebda appointee?", "Madam Speaker, hawnhekk forsi se nkun daqsxejn ċiniku.", "Fl-enforcement directorate il-Ministru għażel li ma jappunta lil ħadd.", "Dan hu d-direttorat fejn se jkun hemm il-ksur il-għajn u allura l-Ministru aħjar li ma jiġix involut!", "Madam Speaker, niġi issa għal xi osservazzjonijiet oħra li laqtuni, apparti dawk li diġa' issemmew minn xi kelliema oħra f'din il-Kamra.", "Per eżempju, nixtieq li fir-risposta tiegħu l-Ministru jispjega għaliex iċ- chief executive huwa ntitolat li jmur il-meetings tad-direttorati kollha minbarra dak ta' l-enforcement directorate.", "Jien nista' nifhem li dan sar biex ma jkunx hemm indħil imma t-traffiku hawnhekk mhux two-way?", "Ngħid għalija bl-attendenza tiegħu ċ-chief executive jista' jitgħallem xi affarijiet li jkun jista' jgħaddihom lill-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu.", "Ħaġa oħra li nixtieq li l-Ministru jilluminani dwarha hija dwar dak li hemm f'subclause (3) ta' clause 14, fejn jgħidlek li d-deċiżjonijiet \"shall be delivered in public\".", "Id-deċiżjoni biss se toħroġ fil-pubbliku?", "Jew il-hearing kollu se jsir fil-pubbliku?", "Jiġifieri s-sottomissjonijiet se jkunu sottomissjonijiet pubbliċi wkoll?", "Niġi għall-appeals board.", "F'subclause (6) ta' clause 14 hemm li", "\"The board shall have an independent administrative secretariat .... chosen and appointed by the board.\"", "Imbagħad subclause (7) ta' clause 14 tgħidlek li dan se jkun \"provided by the authority\".", "Dan xi jfisser?", "Ifisser li l-awtorita' nazzjonali tat- turiżmu se toħroġ il-flus għall-istaff hi u l-appeals board se jagħżel in- nies hu?", "Jew inkella se jkun hemm min se jinqasam bejn l-appeals board u l- bord ta' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu?", "Jekk inhu hekk, allura għaliex l-istaff se jiġi shared miż-żewġ naħat u ċ-chief executive le?", "Niġi għal subclause (2) ta' clause 18.", "Din dejjem kienet uġigħ ta' ras għal min jagħti l-permessi għal akkomodazzjoni, għax ikollok nies li jakkomodaw nies oħrajn u jgħidu li dawn ikunu tal-familja jew ħbieb.", "Hawn qed jgħid li:", "''No person shall provide accommodation in a house to tourists other than bona fide relatives or friends...\"", "Din hija ħaġa tajba għaliex hija ħaġa ta' dwejjaq li int ma tkunx tista' żżomm miegħek lil dawk li jiġu minnek jew lil xi ħbieb, imma l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu kif se tikkontrolla x'se jkun bona fide?", "Imbagħad subclause (4) ta' clause 18 titkellem dwar liċenzji fuq bażi temporanja.", "Din il-liċenzja se tingħata għal 90 ġurnata mbagħad tista' tiġi estiża għal 90 ġurnata oħra.", "Jien qed nifhem sew li in any one year a temporary licence tista' tiġi mogħtija għal 180 ġurnata?", "Niġu issa għal klawsola 19.", "Din issibha anke f'liġijiet oħra, fejn normalment il-gvern jitlob li persuna li tkun qed tapplika għal xi liċenzja jrid ikollha l-famuż good character.", "Meta toħroġ xi call for applications dejjem tissemma din tal-good character, imma fl-industrija tat-turiżmu u fl- entertainment sector jaf ikollok nies li jkunu tajbin għall-industrija, ma jkollhom l-ebda tiċpis ta' kondotta imma l-karattru tagħhom ma jkunx konformi ma' dan li qed titlob din il-parti tal-liġi.", "Fuq liema kriterji se nimxu biex ngħidu li persuna għandha karattru tajjeb u oħra m'għandhiex?", "Fuq liema kriterju bniedem se jkun \"fit, proper and qualified\"?", "Ħaġa oħra li tagħtini fastidju hija li f'subinċiż (c) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 19 għandek li minn żmien għall-ieħor liċenzja tista' tiġi rtirata \"in accordance with published Government policy\".", "Jiġifieri jekk il- Gvern iħoss li għandna accommodation aktar milli għandna bżonn, jista' jkun hemm tibdil ta' policy u tista' wkoll tiġi rtirata xi liċenzja li tkun diġa' ħarġet?", "Nixtieq nagħmel ukoll aċċenn għall-kwestjoni ta' l-insurance.", "Ma nifhimx għaliex l-agencies u t-tour guides huma rikjesti li jkollhom insurance cover filwaqt li f'dan is-settur ta' l-akkomodazzjoni l-insurance m'hi imsemmija assolutament xejn.", "Klawsola 26 tgħid li m'hemmx bżonn ta' permessi għal postijiet bħal monasteri, kunventi, boarding schools u postijiet simili.", "F'din il-lista hemm inklużi l-każini.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-definizzjoni ta' \"każin\" u għaliex dan m'għandux ikollu dawn il-permessi?", "Niġu għal Taqsima VII li titkellem dwar twettiq ta' kontroll.", "F'subclause (2) ta' clause 42 lill-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu qegħdin nagħtuha l- istess cover li tajna lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fil-fatt qegħdin ngħidu:", "\"Notwithstanding the provisions of any other law, no precautionary warrant or other order shall be issued or made by any court restraining the Authority from the exercise of any of the powers confered upon it by this section.\"", "Fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar din jien naraha bżonjuża, imma ma taħsbux li hawnhekk qed ngħidu lill-qorti li assolutament ma tistax tindaħal?", "Jien naħseb li f'dan il-każ m'hemmx bżonn ta' din il-parti li għadni kif ikkwotajt.", "Niġi issa għal subinċiż (f) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 47 fejn il- liġi titkellem fuq kodiċi ta' etika.", "Din qed tgħid li l-Ministru - dejjem il-Ministru! - jirċievi recommendations mingħand:", "\"...the associations recognised by the Minister as representative of the various sectors...\"", "Dan ifisser li xi punti mqanqla minn ċerti assoċjazzjonijiet jistgħu jiġu injorati għax ma jkunux fost dawk l-assoċjazzjonijiet li diġa' qegħdin rappreżentati fuq l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu.", "Naħseb li ma jkun hemm xejn ħażin jekk il-Ministru jaċċetta opinjonijiet anke mingħand assoċjazzjonijiet oħrajn.", "Wara kollox m'hu se jitlef xejn billi jagħmel din il-ħaġa.", "Niġu għall-klawsola 50.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-proprjeta' kollha li għandha l-NTOM qed tingħata lill-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu.", "Imkien ma nara fejn qed tingħata l-proprjeta' ta' l-ITS, u hemm benefikati mhux ħażin.", "Issa jew qabżitli jew inkella naħseb li hawnhekk irid ikun hemm xi ħaġa li tindika li dak li huwa ta' l-ITS se jgħaddi wkoll lill-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu, sakemm m'hijiex se tidħol l-idea li dik li hija l- ITS illum se tgħaddi f'idejn xi ministeru ieħor.", "F'dan il-każ jien naqbel mal-kelliemi ta' qabli li dan ikun żball.", "Jien inħoss li l-ITS għandha tkun part and parcel ta' din l-awtorita' ġdida li qed nwaqqfu.", "Qabel konna ngorru li l-NTOM ma tistax tagħmel il-marketing tagħha minħabba li m'għandhiex l-enforcement f'idejha.", "Għall-istess raġuni l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu ma tistax tagħmel il-marketing tagħha jekk hi ma tkunx qed tħarreġ dak l-istaff li fil-fatt ikollha bżonn l-industrija tat- turiżmu.", "Jien naħseb li l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu għandu jkollha ways and means li taħrab mill-pressjoni tal-Ministru f'xi każ jew ieħor.", "Kif għidt id-darba l-oħra, naqbel li l-Ministru għandu jgħaddi l-policies tal-Gvern imma l-leġislazzjoni għandha tipprovdi xi mezz biex l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu tkun tista' tirreaġixxi jekk ikun hemm każi fejn ma tkunx taqbel ma' dak li jipprovdi l-gvern tal-ġurnata.", "Dan għandu jsir senz'altru jekk irridu nsejħulha awtorita' awtonoma.", "Punt ieħor li xtaqt nindika huwa dwar l-għażla tad-diretturi.", "Din issir - u hekk għandu jkun - minn fost nies li jifhmu f'dak is-settur.", "Ħaġa li tagħtini fastidju - u f'dan il-kas ma nafx x'alternattiva jista' jkun hemm - huwa l-fatt li n-nies li jifhmu f'dak is-settur huma l-istess nies li għandhom interess.", "Ftit huma - tgħoddhom fuq id waħda - dawk in-nies li jifhmu għax ikunu għamlu xi studju akkademiku.", "Hawnhekk irridu noqgħodu attenti li n-nies li se npoġġu fuq dawn id-direttorati jkunu nies li jiġu mgħoddija minn ċerta lenti.", "La rridu li jkollna nies li jaraw il-Ministru x'jixtieq li jgħidulu, u jgħiduhulu, imma lanqas irridu li jkollna nies li jaraw x'jaqbel lilhom biss.", "Xtaqt nistaqsi wkoll rigward il-liċenzji li toħroġ l-HCEB illum.", "Dawn se jiġu aċċettati awtomatikament kif titwaqqaf il-Malta tourism authority?", "Meta se jingħataw dawn il-liċenzji, se tinqala' sitwazzjoni li ħafna oħrajn jistgħu japplikaw għal akkomodazzjoni li forsi llum ma tantx għandna bżonnha?", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Psaila Savona, għandek bżonn Leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn il-permess tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Nirringrazzja lill-Kamra kollha u nispera li ma neħux wisq iżjed żmien.", "Sur President, x'għandhom ikunu l-ewwel items fuq l-agenda ta' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu?", "M'għandi l-ebda dubju li fl-ewwel ġranet tagħha l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu se jkollha naqra ta' uġigħ ta' ras mhux ħażin, partikolarment minħabba li trid timpjega dawk in-nies kollha li llum jagħmlu parti mill- organizzazzjonijiet li se tieħu taħt idejha.", "Qed ngħid hekk għax l- impjegati trid teħodhom bl-istess kondizzjonijiet ta' xogħol li għandhom illum, jekk mhux b'kondizzjonijiet aħjar.", "Imma apparti dan, nixtieq li waħda mill-ewwel items fuq l-agenda tkun it-tifsira ta' x'inhu l-veru dħul mit-turiżmu - jien u l-Ministru preżenti dejjem ikollna ftit tal-battibekki dwar dan - għax id-differenza qawwija li kien hemm fir-rata tal-kambju ma' l-isterlina setgħet tagħti ad intendere li l-introjtu mit-turiżmu kien ħafna akbar milli fil-fatt kien.", "Fl-aħħar dibattitu li kellna fil-Kumitat ta' Provvista dwar l-Estimi Ġenerali għall-1998, il-Ministru tat-Turiżmu ta eżempju li jkolli ngħid li min naħa jreġi u min-naħa oħra ma jreġix.", "Kien qal li m'hemmx differenza jekk il-flus jiġux f'deutschmark jew fi sterlina għax l-aqwa li fil-but indaħħlu dak li nkunu ddomandajna.", "Il-Ministru ma jafx li l-affarijiet m'humiex sempliċi daqshekk!", "Aħna rridu nixtru mingħand dawk l-istess pajjiżi b'dik il-munita barranija li nkunu daħħalna.", "Aħna nistgħu ndaħħlu ċertu ammont ta' flus imma imbagħad meta niġu biex nixtru bihom insibu li ma tantx għandhom valur u ftit li xejn għandhom purchasing power.", "GĦalhekk ma naħsibx li dak l-eżempju li ta l-Ministru jreġi.", "Għalhekk jien ngħid li meta jkollna ċertu dħul addizzjonali, bħalma ġara din is-sena, ma nagħmlux ħażin jekk nistaqsu x'setgħet kienet ir-raġuni vera għal dik iż-żieda.", "Id-domanda fil-fatt tiġi waħedha: Żdied id-dħul għaliex inbidel il-gvern jew għaliex inbidlu xi policies?", "Żdied id-dħul għaliex hemm ministru u m'hemmx ieħor?", "Żdied id-dħul għaliex irranġajna Buġibba jew għax għamilna xi product development qawwi?", "Xejn minn dan kollu!", "Jien nara żewġ raġunijiet għaliex żdied id-dħul mit-turiżmu.", "Waħda minnhom hija li r-rata tal-kambju tat a false sense of income and security, u r-raġuni l-oħra hi li mill-5-Star hotels li ħloqna qed ikun hemm introjtu akbar, għalkemm minimu.", "Għalhekk jien nixtieq li waħda mill-ewwel items fuq l-agenda ta' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu tkun li tingħata l-vera tifsira ta' x'inhu dħul mit-turiżmu u kif dan jikkompara mad-dħul fil-Kaxxa ta' Malta.", "Trid tikkompara s-somma li ddaħħal mit-turiżmu ma' kemm jidħlu flejjes fi bwiet il-ħaddiema.", "Jien nieħu pjaċir nara li l- hoteliers, l-investituri u l-iżviluppaturi jkollhom a good return fuq dak li jkunu nvestew, imma nixtieq li nikkompara dan id-dħul mad-dħul tal- ħaddiema.", "Jekk jidħlu ħafna flejjes imma l-ħaddiema jibqgħu l-istess jew imorru għall-agħar, jien ma nkunx kuntent.", "Huwa importanti li tikkompara ma' dak li nefaq is-settur privat għax dan għandu jkollu a good return għal dak li jinvesti, imma huwa importanti wkoll li nikkomparaw dan id-dħul ma dak li qed jinvesti s-settur pubbliku.", "Ma naħsibx li huwa sew li l-income mit-turiżmu ma jagħmilx tajjeb għall-investmenti kbar li jagħmel il-Gvern.", "Ejjew nieħdu l-eżempju ta' Buġibba.", "Il-Gvern nefaq Lm2 miljun u f'affari ta' ftit xhur il-kwantita' ta' turisti li marru hemmhekk irrovinawh.", "Is- settur pubbliku qiegħed jieħu a good return minn dawk il-flejjes li qegħdin iħallu dawn it-turisti?", "Sur President, item ieħor li nixtieq li jkollha l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu fuq l-aġenda tagħha huwa l-kejl tas-suċċess ta' din l- industrija.", "Dan il-kejl għandu daqsxejn x'jaqsam ma' l-introjtu imma hemm affarijiet oħrajn.", "Huwa dejjem konvenjenti għal kwalunkwe ministru - ikun min ikun il-ministru - li jkejjel is-suċċess bin-numru ta' turisti li jiġu għax jekk in-numru jiżdied inkunu nistgħu ngħidu li għamilna suċċess.", "Jien kelli opportunita' ngħid f'din il-Kamra li s-suċċess jiġi meqjus fuq ħafna fatturi oħra.", "Il-veru suċċess jiddependi mill-income li ndaħħlu, min-numru ta' turisti li jiġu, mill-impjiegi li jinħolqu u minn ħafna fatturi oħra.", "Jien naħseb li kemm is-soċjeta' kif ukoll l-ambjent igawdu ħafna iktar jekk aħna nkejlu b'mod iktar holistic.", "Punt ieħor li għandha tiddiskuti l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu huwa jekk pajjiżna għandux jibbaża daqshekk fuq din l-industrija.", "Illum il- ġurnata ngħidu li Allaħares ma kellniex l-industrija tat-turiżmu għax din qed tipprovdi kwantitajiet kbar ta' flejjes biex nagħmlu l-budget nazzjonali.", "Iżda aħna mdorrijin naraw l-ekonomija tagħna tikber minn sena għal oħra, u meta niġu s-sena ta' wara ma nkunux kuntenti li nkunu akkwistajna ċerta żieda u allura dejjem nesigu li jkollna żieda fuq żieda.", "Naħseb li minn din l-industrija tat-turiżmu bir-raġun nippretendu l- multiplier effect fuq il-kumplament ta' l-ekonomija.", "Għaldaqstant vale la pena li nibbażaw totalment fuq din l-industrija?", "Il-Gvern ta' qabel kien qed jagħmel ħafna affarijiet oħra għax kien qiegħed joħloq servizzi finanzjarji, servizzi bankarji u servizzi oħra biex ma nibqgħux daqshekk dipendenti fuq it-turiżmu.", "Huwa fatt li meta jkollok dħul sostanzjali dieħel minn sorsi oħra mbagħad tkun tista' tieħu ċerti riskji.", "Tkun tista' titkessaħ aktar milli meta jkollok ekonomija li fil-parti l-kbira tagħha tkun ibbażata fuq industrija waħda.", "Meta jkollok ekonomija bbażata b'mod qawwi ż-żejjed fuq it-turiżmu jkollok toqgħod għal dak li joffrulek l- operaturi u ma tkunx tista' tagħmel is-set-up li tixtieq.", "Jiena ngħid li pajjiżna għandu jkompli fit-triq li qabad fejn tidħol din l-industrija imma din għandha tingħata l-ispazju tagħha.", "Jien nispera li ħafna minn dawn il- punti joħorġu meta l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu tibda tiffunzjona.", "Punt ieħor fuq l-aġenda ta' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu naħseb li għandu jkun jekk għandux ikollna prodott imħallat għax naħseb li jekk ikollna prodott speċifiku jkollna vantaġġi mod u jekk ikollna prodott imħallat ikollna vantaġġi mod ieħor.", "Sur President, fil-bidu tad-diskors tiegħi għidt li din hija liġi tajba u mistennija ħafna - veru li dħalna f'ħafna punti tekniċi pero' dawn mhux se noqogħdu niġġieldu fuqhom - imma rrid ngħid li hemm differenza qawwija bejn kif qiegħda mfassla din il-liġi u kif kienet se tkun imfassla mill- Gvern preċedenti.", "Dan l-abbozz ta' liġi ma fihx dak il-lat li jħares l- interessi soċjali, l-interessi ambjentali u l-interessi ta' wirt kulturali.", "M'hemm l-ebda dubju illi t-turiżmu jqalla' ħafna flejjes lil kulħadd.", "It- turiżmu hu s-salvazzjoni għal ħafna pajjiżi, bħalma huwa tagħna li m'għandu l-ebda materja prima.", "Aħna għandna dipendenza qawwija fuq it-turiżmu għax dan jagħti x'jiekol lill-eluf ta' ħaddiema Maltin.", "Kieku ma kienx hekk it- turiżmu ma jkollniex x'nambuh għax dan joħloqlok effetti negattivi.", "Aħna x'irriduha din illi jiġu ġo pajjiżna ruxxmata barranin u jaqsmu magħna l- ispazju limitat li għandna!", "Immaġina li jiena u l-Ministru għandna dar.", "Nieħdu gost li kultant nistiednu erbat iħbieb u ngħidu erba' kelmiet magħhom imma dik il-ħaġa illi biex naqilgħu x'nieklu rridu niftħu l-bieb tad-dar tagħna lil kulħadd ......", "X'tiehu minn dan!", "Ikollok il-post irrovinat.", "Din narawha minn Buġibba li għadha kemm saret u diġa' bdew jinqalgħu l-intoppi.", "It-traffiku qed ikollu toll fuq it-toroq tagħna minħabba l-kwantita' kbira ta' nies li jiġu Malta.", "Jiġifieri kieku t- turiżmu ma kienx qed jagħti dawn il-benefiċċji ekonomiċi, allura m'għandniex bżonnu.", "Min-naħa l-oħra jrid ikun hemm xi ħadd li jagħti kas il-wirt kulturali tagħna.", "It-turiżmu jista' jdaħħal ħafna affarijiet f'pajjiżna u jekk ma jkunx hemm xi ħadd li jissalvagwardja dawn l-affarijiet, nispiċċaw inbatu l- introduzzjoni ta' ħafna affarijiet ġodda li ma jagħmlux ġid għall-pajjiż u li jistgħu jtellfuna dak li hu tagħna tradizzjonalment.", "Pajjiżna għandu ħafna tradizzjonijiet qawwija u jien niddejjaq li meta niġu biex niftħu jdejna biex naqilgħu l-flus nitilfu dawn l-elementi tajbin li nħaddnu.", "Min hemm fl-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu li se jara din is-sitwazzjoni?", "Min se jagħti kas ta' kif se tiġi milquta s-soċjeta'?", "Kont nippretendi li gvern li tela' bl-għajta ta' \"Iċ-ċittadin l-Ewwel\" kien se jpoġġi persuna f'din l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu li ma jkunx jimportaha mill- affarijiet ekonomiċi ħalli tkun tista' tħares lejn dak li jolqot lis- soċjeta' u lejn dak li se jolqot il-wirt kulturali tagħna, biex ma ngħidx lill-ambjent ukoll.", "Ara ma jiġix xi ħadd jgħidli li fost dawk li se jkunu qed jirrappreżentaw lill-MHRA jew lill-Air Malta se jkun hemm min jagħti kas kif u liema proġett se jolqot l-ambjent!", "Veru li għandu jagħti kas ta' l-ambjent għax inkella jizzoppja lilu nnifsu imma jien m'għandix dubbju li dan se jara biss l-aspett ekonomiku u finanzjarju.", "Hawnhekk qegħda d-differenza kbira li hemm bejn din il-leġislazzjoni u l- leġislazzjoni li kienet imfassla mill-Gvern preċedenti.", "Il-Gvern preċedenti kellu l-idea li fil-bord ta' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu jkun hemm soċjologu, ambjentalista u xi ħadd li jagħti kas tal- wirt kulturali Malti.", "Kellna l-idea li r-rappreżentanza ta' l- assoċjazzjonijiet kellha tkun fuq livell waqt li r-rappreżentanza ta min se jagħti kas ta' l-aspetti soċjoloġiċi, ambjentali u l-aspetti li jolqtu l- wirt kulturali ta' pajjiżna jkunu rappreżentati mod ieħor.", "Naħseb li hemm mod kif dawn l-affarijiet jistgħu jiġu rranġati f'din il-leġislazzjoni.", "Wara li għidt dan kollu, inħoss li b'din il-leġislazzjoni u b'rieda tajba - għax mingħajr ir-rieda tajba kollox jizzoppja - pajjiżna għandu jkollu industrija tat-turiżmu li tkompli żżid fuq dak li dejjem żiedet f'dawn l- aħħar snin.", "Grazzi.", "Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, huwa tajjeb li fuq suġġett bħal dan ikun hemm bażi kemm jista' jkun komuni dwar l-għanijiet.", "Kif reġa' rriżulta minn dan id-dibattitu - u rriżulta drabi oħra - dan il-qbil qiegħed hemm.", "Ma jistax ma jkunx hemm dan il-qbil għax it-turiżmu huwa wieħed mil-kolonni ewlenin ta' l-ekonomija Maltija u jekk ma jkollniex settur turistiku tajjeb żgur li l-ekonomija tmur lura.", "Nemmen li l- ministri u segretarji parlamentari li ħadmu f'dan il-qasam kollha għamlu ħilithom skond id-dawl tagħhom, u nemmen ukoll li l-Ministru preżenti huwa wieħed mis-success stories ta' dan il-Gvern għax jispira fiduċja u għaliex huwa ffokat ħafna fuq dan is-settur.", "Naturalment mhux dejjem jista' jagħmel dak li jrid jagħmel għax huwa parti minn entita' totali, li huwa l-gvern, li r-riżorsi tiegħu huma skarsi u l-problemi tiegħu huma kbar u allura wieħed irid jibbilanċja dak kollu li jsir.", "M'inix se nidħol fid-dettal ta' dak li ntqal dwar il-leġislazzjoni għax beħsiebni nagħmel intervent qasir.", "IIlejla saret ħafna enfasi dwar ir-rwol tal-ministru fir-rigward ta' l- awtorita' nazzjonali tat-turiżmu li din il-leġislazzjoni qed tipproponi li titwaqqaf u ntqal ukoll li kemm jista' jkun m'għandux ikun hemm l-id tqila min-naħa tal-ministru.", "Din il-ħaġa mhijiex indirizzata speċifikament lejn il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Karmenu Vella - u jiena hekk fhimtha, u kienet ċara - imma lejn min ikun ministru, għax ħadd ma jista' jgħid min se jkun ministru għada.", "Jiena nifhem l-enfasi.", "Għalkemm il-leġislazzjoni hija tali li b'mod dirett jew indirett is-settur privat se jkun rappreżentat u se jiddomina l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu, dan il-punt irrid nagħtih aspett ieħor.", "Fil-pajjiż in ġenerali m'għandux ikun hemm pressjoni żejda fuq il-ministru mill-industrija nnifisha.", "Inħoss li f'dawn l-aħħar 15-il xahar - għax il-Ministru preżenti huwa bniedem karismatiku u l-ħin kollu jisma', u anke ta' qablu kienu jisimgħu imma kulħadd ikollu dik id- dimensjoni addizzjonali - żdiedet il-propensita' ta' ċerti nies li joqogħdu jersqu lejh għal ħteġijiet tagħhom u għal ħteġijiet tal-pajjiż.", "Li s- settur turistiku u kull settur ieħor joqgħod jistenna wisq mingħand il- ministru tiegħu u jgħabbi lilu għal kollox hija attitudni li waqt li turi fiduċja fil-ministru, tispiċċa biex tinċampa l-attivita' li dan jista' jagħmel.", "Rigward ħafna mill-affarijiet li ntqalu, naħseb li jkun għaqli jekk il- Ministru jittrattahom fl-istadju ta' Kumitat għax ma jistax ikun li joqgħod jittratta klawsola, klawsola fil-winding-up tat-Tieni Qari.", "Huwa importanti li fil-kontest tal-liġi li qegħdin niddiskutu jkun hemm veduta u opinjoni iżjed wiesgħa dwar l-industrija fuq il-bażi macro u mhux fuq il-bażi partikolari ta' lukandi u nies, għalkemm huwa tajjeb li tgħid li trid tara xi flus se ddaħħal mill-industrija.", "Ma naqbilx ma' l-Onor. ħabib tiegħi li tkellem qabli li għax hemm żieda fid-dħul mit-turiżmu għandna nagħmlu analisi u li din l-awtorita' ġdida għandha tara x'effett qed ikollha r-rata tal-kambju.", "Ir-rata tal-kambju - u nitkellem b'esperjenza f'dan il-qasam - trid teħodha ta' dak li hi u għalhekk li l-introjtu tiegħek tikkonvertih fil-munita tiegħek.", "Hija l-munita tiegħek li tirrifletti r-rata tal-kambju.", "Il-munita tiegħek tirrifletti xi tkun qed iddaħħal mit-turiżmu u tirrifletti x'tonfoq meta n-nies tiegħek imorru barra l-pajjiż u jonfqu barra.", "Ma tistax toqgħod tagħmel sistema ta' ħafna kontijiet f'ħafna muniti għax fl-aħħar mill-aħħar il-conversion ssir f'munita waħda li hija l- munita tiegħek.", "Fuq bażi internazzjonali, dawk li jiġbru l-istatistika internazzjonali dwar l-introjtu u l-infiq fuq it-turiżmu ġeneralment jikkonvertu l-flus f'munita waħda u bħalissa t-tendenza hija li dik il- munita tkun id-dollaru.", "Dawn jikkonvertu skond ir-rata tal-kambju fi tmiem il-perijodu li jkunu qegħdin jikkonvertu fuqu jew inkella fuq il-medja tar- rata tal-kambju tas-sena li jkunu qegħdin jirriferu għaliha.", "Ma tistax tidħol wisq fuq x'qed jiġri.", "Li trid tidħol hu dwar jekk ir-rata tal-kambju tiegħek - sew jekk hija diretta kif ukoll jekk hija sussidjata, bħal m'għandna hawn Malta fil-każ tat-turiżmu mill-Ingilterra - hijiex kompetittiva jew jekk tirrendix kompetittiva biżżejjed lill-industrija tiegħek, f'dan il-każ l-industrija tas-servizzi.", "Trid tara wkoll jekk ikollokx rata tal-kambju li tmurlek bil-maqlub ta' dak li tkun qed tipprova tagħmel.", "Jista' jkollok il-prodott li huwa fairly priced internament imma konvertit bir-rata tal-kambju jiġi uncompetitive.", "Jista wkoll ikollok il- prodott li mingħalik tkun qed titlef minnu mbagħad issib li r-rata tal- kambju tagħtik dak il-ftit vantaġġ.", "(Interruzzjonijiet)", "Waqt li l-punti li ssemmew għandhom il-validita' tagħhom, naħseb li nagħmel sew li ma noqgħodx nidħol iżjed fihom u rrid nagħmel ftit minuti nitkellem fuq l-aspett macro - l-aspett ġenerali - ta' din l-industrija.", "Huwa tajjeb li nitkellmu b'mod ottimist u nispiraw ottimiżmu.", "Hemm fejn nispiraw ottimiżmu, għax jista' jkollna industrija tat-turiżmu b'saħħitha, definita sa ċertu daqs, li tagħti kas l-aspetti ambjentali u li tagħti kas li din hija industrija li taħli r-riżorsi.", "It is a depletable resources industry għax appena tmur fuq bajja u tieħu pjaċir biha qed tħammeġ dik il- bajja.", "Madankollu rridu noqogħdu attenti li ma nkunux ottimisti żżejjed li ma nagħrfux is-sitwazzjoni li għandna fil-pajjiż u ma nagħrfux lilna nfusna.", "Jiena nħobb nuża l-metafora tal-mera.", "Dejjem trid tħares fil-mera biex tara lilek innifsek sewwa.", "Minn dak li smajt f'dawn l-aħħar tliet seduti u minn dak li kien ilu jingħad qabel, naħseb li m'aħniex nagħrfu tajjeb il-profil ta' Malta.", "Per eżempju, saret enfasi fuq il-fatt li żdied in-numru ta' 5-Star hotels.", "Il-Gvern preċedenti qisu għamel xi ħaġa tajba ħafna għax saħaq fuq il-5-Star hotels.", "Waħda mir-raġunijiet li ġiet intimata llejla għaliex kellna żieda fl-introjtu mit-turiżmu kienet għax għandna iżjed 5-Star hotels u dawn daħħlu iżjed.", "Jiddispjaċini imma din hija idea żbaljata għal kollox ta' x'qed jiġri fl-industrija.", "Jiena għandi ftit esperjenza professjonali f'dan il-qasam.", "Ma ngħidx li jien espert imma esperjenza professjonali għandi wkoll.", "Hemm stampa li mhijiex iffokata biżżejjed fuq dak li qed jiġri fl-industrija.", "Aħna m'aħniex gżira 5-Star.", "Jekk tħares fil-mera tgħid li jiena twil ħames piedi u nofs u m'inix twil sitt piedi.", "Għax ngħid li jiena twil ħames piedi u nofs għandi nieħu għalija!", "X'nieħu għalija!", "Hekk fassalni Alla.", "Irrid nara x'jien kapaċi nagħmel u kemm jiena kapaċi ntejjeb lili nnifsi b'dawk il-ħames piedi u nofs li fini.", "Inutli noqgħod ngħid li jiena fini sitt piedi.", "Malta mhijiex gżira 5-Star u m'għandniex nilgħabuha li qegħdin hekk.", "Inutli noqogħdu ngħidu li għax għamilna l-5-Star hotels, f'daqqa waħda ġibna l-profil ta' din il-gżira għal wieħed 5-Star.", "Dan m'huwiex il-każ.", "Li ġara huwa li bl-enfasi li saret fuq il-5-Star hotels - li fiha nnifisha ma kenitx ħażina - ġew żviluppati numru ta' lukandi li huma kklassifikati 5-Star u wħud minnhom b'għajnuna ġeneruża - kultant ġeneruża żżejjed - fil-forma ta' art bi ftit flus u anke kważi libera min-naħa tal- gvern.", "Li ġara hu li issa ħafna minn dawn il-lukandi mhumiex qegħdin jimtlew b'turisti 5-Star imma qegħdin jimtlew b'turisti 4-Star.", "Qegħdin jiċċarġjaw prezzijiet li huma 4-Star, u f'ċerti każi anke prezzijiet 3- Star.", "GĦaliex qegħdin jagħmlu hekk?", "Qegħdin jagħmlu hekk għax id-domanda mit-turista 5-Star mhijiex qegħda hemm u allura b'xi mod iridu jimlew.", "Meta tiġi biex tħares lejn l-ekonomija ta' intrapriża tat-turiżmu, l-ewwel ħaġa li trid tagħmel hi li tkopri l-fixed costs tiegħek.", "GĦalhekk biex tkopri l-fixed costs tiegħek, jekk tara li għadek ma wasaltx f'ċertu żmien - u din hija industrija taħdem żewġ staġuni u ġieli iżjed minn hekk qabel ma attwalment jasal il-preżent - allura tibda tnaqqas il-prezz biex tkun ċert li koprejt il-fixed costs tiegħek.", "B'dak li koprejt 'il fuq mil-fixed costs, jista' jkollok il-kontribut għal spejjeż oħra li jekk ma tħallashomx tispiċċa dahrek mal-ħajt jew għarkubbtejk quddiem il-mejda tal- bank manager tiegħek.", "Dan li jiġri.", "Aħna rridu nifhmu dan l-iżvilupp u rridu nagħrfu noperaw fil-kontest ta' ġakketta marsusa li tlibbisna l-qagħda tagħna fil-qasam internazzjonali u fil-qasam fil-Mediterran, fejn issa kien hemm anke' żviluppi oħra, partikolarment f'Ċipru u fit-Tuneżija.", "Irridu nagħrfu noperaw ukoll fil- kontest ta' ġakketta marsusa li tlibbisna l-qagħda tagħna fil-qasam tal- long hauls.", "Ċerti holidays ħafna aktar 'il bogħod minna u f'pajjiżi iżjed eżotiċi milli huma tal-Mediterran issa saru iżjed within the reach tat- turisti nordiċi, partikolarment mill-Ingilterra u mill-Ġermanja.", "Jista' jkun li f'dawn il-kontesti nkunu qegħdin nindirizzaw il-policies tagħna f'direzzjoni ħażina, kif naħseb li parzjalment ġara taħt l-amministrazzjoni l-oħra.", "Din l-amministrazzjoni trid toqgħod attenta li ma tagħmilx l-istess ħaġa.", "Dan l-aħħar kellna dikjarazzjoni li din l-amministrazzjoni trid timmira biex iġġib 1.8 miljun turist, kważi 2 miljun turist.", "Taf kif tasal għal dik iċ-ċifra?", "Tieħu l-bed capacity li għandek fil-pajjiż, tassumi ċerta occupancy rate li trid tkun bejn 66% u 75% u tgħid li biex tasal f'dan il- livell trid 2 miljun turist.", "Allaħares naslu f'dak il-livell għax imbagħad hemmhekk jidħol l-impatt soċjali u ambjentali li ma jkunx sostenibbli għalina.", "F'din is-sitwazzjoni rridu nbiddlu s-sistema kollha tad-drenaġġ, inbiddlu s-sistema kollha ta' l-ilma - u veru rridu nbiddluhom - u t- triqat tagħna jinxteħtu taħt iżjed pressjoni u dak kollu li nkunu qegħdin nagħmlu issa jitfarrak qabel ma jkun tlesta.", "X'irridu nagħmlu?", "Irridu nagħrfu li għandna industrija li qed toffri comparative advantage, tista' tibqa sostnuta u b'saħħitha, u għandha l-problemi tagħha.", "Ejja ma nitkellmux biss b'ċertu ottimiżmu.", "Irridu nagħrfu l-problemi.", "Fost dawn il- problemi hemm dik tal-lukandi 4-Star u 3-Star eżistenti - mhux il-ġodda li qed jieħdu turisti 4-Star u 3-Star imma huma kklassifikati 5-Star jew 4- Star - li hemm bżonn jirristrutturaw ruħhom biex jissodisfaw b'mod tajjeb id-domanda ġenwina tat-turist 3 u 4-Star.", "GĦandna dik il-problema u l- ministri u l-gvernijiet ta' llum, ta' għada u ta' pitgħada jridu dejjem jindirizzawha, għax inkella nitiflu dik il-parti tat-turisti li trid tiġi hawnhekk.", "Lil dawn it-tip ta' turisti inutli toqgħod tikkwotalhom prezzijiet cut-price.", "Ċertament li rridu nieħdu ħsieb l-akbar parti ta' tourist inflow mingħajr ma nittraskuraw il-ħtieġa li nipprovaw intejbu din l-inflow.", "L-Onor.", "Psaila Savona semma' l-mixed product.", "Mhux bilfors irid ikollok il-mixed product!", "Mela hawn xi ħadd li jbigħ ħaġa waħda biss?", "Tal-bigilla f'Ħal Qormi kien ibigħ bigilla u bakkaljaw u mhux bigilla biss!", "Meta tmur f'restaurant, dan jagħtik il-fast food, jagħtik is-set menu u jagħtik a' la carte.", "Mhux bilfors mixed product irridu nagħmlu!", "Dan irridu nagħmluh fil-kontest li nagħrfu l-qagħda tagħna attwali u niffokaw - u l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu fuq hekk trid tiffoka - fuq dak li nistgħu nagħmlu.", "Irridu naraw li r-riżorsi li għandna - li huma limitati - nġebbduhom kemm nistgħu.", "Naf li l-Ministru tat-Turiżmu jrid iżjed finanzi mingħand il- Ministru tal-Finanzi u naf ukoll li l-Ministru tal-Finanzi se jgħidlu li s'hawnhkekk jista' jagħtih, għax il-Gvern irid ifassal libsa skond id- drapp li għandu, anke jekk parti minn dak id-drapp ikun issellfu.", "Kull ministru - u mhux qed ngħid għall-Onor.", "Karmenu Vella jew għall-Onor.", "Psaila Savona - irid ifassal skond ma għandu.", "Per eżempju, jekk għandu l- flus x'jonfoq għall-advertisements barra, irid jara li minnhom jieħu l- aħjar return possibbli.", "Jagħmel sens li kull unit barra l-pajjiż ikollu l- budget tiegħu?", "Dan qed ngħidu b'mod komparattiv ħalli wieħed iqabbel u mhux bħala proposta jew bħala deċiżjoni.", "Jew il-Ministru u l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu jaqblilhom jikkonsidraw li jkollok core-advertising minn Malta u specific advertising iżjed iffokat mid-destinazzjoni li tkun qed titkellem dwarha?", "Jagħmel sens li aħjar tiffoka fuq pajjiżi marġinali li huma l-growth points tiegħek - veru trid tmur għalihom imma b'mod komparattivament ħafna akbar - milli tiffoka fuq il-pajjiżi tradizzjonali li trid tibqa' tikkoltiva?", "M'hemmx dubju li trid tibqa tikkoltiva l- Ingilterra, il-Ġermanja u anke l-Libja.", "Sur President, meta ħarist lejn it-tourist figures għall-ewwel 11-il xahar innotajt li kellna drop sostanzjali mil-Libja.", "Mhux kulħadd iħobb it- turiżmu Libjan imma t-turiżmu Libjan iżomm ħaj settur mill-industrija tat- turiżmu tagħna.", "Hemm xi ħaġa li nistgħu nagħmlu hemmhekk?", "Probabbilment il- Ministru u l-ex-ministri jgħiduli biex ma ngħidx ħmerijiet għax hemmhekk mhux se toqgħod tagħmel riklami għax hemmhekk jiġu jew ma jiġux għar- raġunijiet li m'għandniex kontroll fuqhom.", "Il-verita' hekk hi imma fil- verita' we are price takers ma' kulħadd, mhux mal-Libjani biss.", "Din mhijiex kwestjoni ta' prezz biss imma aħna passivi u rridu nistennewhom jiġu.", "Dan qed ngħidu fil-kontest ta' kulħadd.", "Aħna ma rridux inkunu passivi u rridu nipprovaw nipprovokaw u nsibu r-raġuni għaliex dak li jkun mhux qed jiġi.", "Jekk qed jiġi rridu nħajruh iżjed.", "Irridu naraw li l-industrija, l- lukandier u l-poplu Malti kollu jdaħħlu f'rashom żewġ affarijiet.", "Dak li qed inbiegħu hawnhekk mhuwiex l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu jew il- Gvern Laburista imma l-prodott huwa Malta.", "Inutli li l-Gvern jonfoq eluf u miljuni - kif nefaq, u għamel sewwa, u jrid jonfoq iżjed - biex isebbaħ ċerti postijiet.", "Il-prodott huwa Malta kollha kemm hi u jrid ikun il-poplu Malti kombinat mal-prodott fiżiku.", "Il- Gvern jista' jsebbaħ - u għandu dmir li jsebbaħ imma għandu bżonn iżjed riżorsi - l-ambjent fiżiku.", "Għalhekk sar il-proġett ta' Buġibba u għalhekk fl-estimi hemm indikati ġeografikament postijiet oħra li se jkun hemm iffokar fuqhom biex jiġu żviluppati, imma l-poplu jrid jifhem li hu parti mill-ambjent.", "Inutli li l-Gvern jagħmel x'imkien sabiħ u aħna nnittnuh.", "Madwar 30 sena ilu kont ħadt sehem fi programm fuq it-turiżmu - kien ġie Malta Malcolm Muggeridge biex itella' programm fuq il-BBC jismu \"Why Tourism?\" - u aħna konna għamilna l-punt - u l-iżjed li kien għamlu b'mod qawwi kien il-mibki Chev. J. P. Vassallo, ex-Direttur ta' l- Edukazzjoni - li qabel xejn irridu nsostnu Malta u nżommuha tajjeb bħala prodott għalina nfusna u mhux għat-turist.", "Jekk aħna bħala poplu - mhux bħala poplu Nazzjonalista jew Laburista imma bħala poplu Malti - nifhmu lil din artna u rridu li l-prodott inżommuh tajjeb għalina nfusna u fl-istess ħin inżommuh tajjeb għal ħaddieħor, allura l-gvern tal-ġurnata, f'isem il- poplu kollu u f'isem il-Parlament kollu - fejn hemm qbil fuq din l- industrija - ikun jista' joffri xi ħaġa aħjar.", "Mil-banda l-oħra wieħed irid jifhem u jagħraf ftit iżjed il-problemi tal-lukandier.", "Diġa' aċċennajt għalihom fil-kontest ta' 5-Stars u 4-Stars hotels, fejn għidt li l-ġodda jilqgħu turisti 4-Star u t-3-Star u l-qodma qegħdin f'sitwazzjoni fejn element minnhom se jispiċċaw daharhom mal-ħajt.", "Il-Gvern irid jagħraf din il-problema.", "Kif se jagħrafha din il-problema?", "Se jagħrafha billi jwaqqaf il-permessi?", "Jien ma ngħidx hekk.", "Ftit ilu ssemmew permessi fuq beddage ġdid.", "Aħna noqogħdu nitkellmu fuq l-ekonomija tas-suq.", "Din se tkun ekonomija tas-suq jew se tagħmlilha ħafna kontrolli?", "Li tista' tagħmel huwa li min japplika, trid tagħmillu kondizzjonijiet serjissimi li jrid jaderixxi għalihom u jwettaqhom.", "Jekk ma jwettaqhomx ma tagħtihx il- permess.", "Ma nistgħux niġu f'sitwazzjoni fejn tgħid li mhux se tagħti iżjed permessi għax inkella l-upgrading li jkun qed isir ma jibqax isir.", "Li trid tagħmel huwa li min hu diġa' eżistenti tipprova tiftaħlu t-twieqi u l- bibien biex ikun jista' jagħmel upgrading huwa wkoll ħalli jkun jista' jiffoka b'mod iżjed tajjeb, korrett u ċar fuq settur ta' turisti li se jibqgħu jiġu Malta u li hu jkun jista' jakkomoda.", "Jien mhux qed nissuġġerilu lill-Ministru.", "Dan għandu l-opinjonijiet u l-programm tiegħu, se jkollu l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu u l-agenda trid tkun fuq dawn l-affarijiet.", "Waħda mill-affarijiet li nistgħu nagħmlu hija li jekk hemm xi problemi li għadhom outstanding, nipprovaw nieħdu ħsiebhom bis-sens.", "Issa se nidħol f'parti kontroversjali, il-parti tal-permessi.", "Aħna nafu li fil-pajjiż hawn element ta' bini - mhux il-bini kollu imma parti minnu - li tela' 'l fuq mil-permess.", "GĦandna numru ta' każi fejn għandna l-permess ta' l-HCEB u l-permes meħtieġ skond it-turiżmu imma l-permess meħtieġ mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar - qabel kienet il-PAPB - mhux qiegħed hemm jew qiegħed imxellef.", "Min għamel dawn l-affarijiet żbalja u fejn hemm ereżijiet m'għandux ikun hemm irtubija min-naħa ta' l-awtoritajiet.", "Fejn qed ikun hemm evolviment tal-policies, per eżempju fejn l-għoli qed jiġi rrakkmandat għax jikkonserva iżjed l-art u jagħmel sfruttar ta' l-art li qed tinbena, naħseb li anke l-policy ta' l-enforcement min-naħa tal-gvern tal-ġurnata - u nzerta Gvern Laburista imma kieku kien Nazzjonalista kont ngħid l-istess ħaġa - għandha tkun waħda flessibbli.", "Dan l-aħħar għamilt interpellanza - mhux lill-Ministru Vella imma lill-ministru konċernat - fejn staqsejt dwar kemm hemm każijiet ma' Malta kollha, u jekk jista' jkun maqsuma reġjonalment, fejn dak li jkun ma mexiex eżattament mal-permess.", "Staqsejt ukoll jekk tistax tiġi kkonsidrata policy ta' amnestija selettiva - mhux selettiva bid-diskrezzjoni ministerjali, dak qatt - skond il-merti tal-każ fis-sens li jekk xi ħadd ikun għamel ereżija tgħid li dan għandu jitwaqqaf għax ikun abbuża b'mod inaċċettabbli u allura għandu jitwaqqaf.", "Ma setgħetx tingħatali risposta fuq din l-interpellanza għax trid issir riċerka biex tinġabar l-informazzjoni.", "Jien m'inix se noqgħod ninsisti għall-informazzjoni, għax ma rrid naħli l-ħin ta' ħadd, imma l-punt li rrid nagħmel hu li rridu nimxu bis-sens.", "Jekk il-pajjiż kollu qed jirrivedi l- limiti ta' l-iżvilupp tiegħu, mingħajr ma nagħmlu affarijiet li jkissru l- ambjent u mingħajr ma nagħmlu ereżiji, anke fejn saru żbalji fl-imgħoddi hemm bżonn li nirrivedu.", "Nagħlaq billi nirriferi għall-każ li kien hemm riċentement fejn qrajna fil-gazzetti li kien hemm xi lukanda li żgumbrawlha sular li ma nbeniex skond il-permess.", "Hawnhekk niddikjara li lanqas l-isem ta' din il-lukanda ma rreġistra f'moħħi u ma nafx min huma s-siden, jiġifieri m'inix qed nirriferi għal xi ħadd personalment.", "Kienet ta' ġid dik l-inizjattiva li ttieħdet, li żgumbrawlha?", "Jidhirli li din il-lukanda kienet fil-grad 3- Star jew 4-Star.", "Dawn huma l-inizjattivi li l-pajjiż għandu bżonn bħalissa?", "Il-każ kien daqstant gravi li bilfors kellna nagħmlu hekk?", "Jekk ma jkunx hemm xi ħaġa lampanti li hija kontra dak li qed isir issa - mhux għal dak li sar il-bieraħ - ma naħsibx li għandu jkun hemm reviżjoni, ħalli jkun hemm inkorraġiment - bi prezz - biex dak li ma mexxiex skond kif kellu jimxi jiġi għall-ordni.", "Imbagħad ikun jista' jikkonċentra fuq ix-xogħol tiegħu u x-xogħol tiegħu hu li joffri l-aħjar vaganza possibbli għat- turist.", "Dak huwa x-xogħol ta' Malta u ta' l-awtorita' nazzjonali tat- turiżmu li l-Ministru qed jipproponi li titwaqqaf, li tista' tgħid li l- kompożizzjoni tagħha għandha tkun differenti.", "Kull gvern u kull minisru jtendi li jagħmel l-affarijiet skond l-immaġni u skond il-veduti tiegħu.", "Alla ħares kellna sitwazzjoni fejn inbidel jew ma nbidilx il-gvern, il- policy tibqa ma tinbidilx.", "GĦalhekk in-nies huma differenti u għandhom opinjonijiet differenti.", "Jista' jkun li l-Ministru, fit-tibdiliet li qed jagħmel, qed jirreaġixxi - u naf li hekk ġara - għas-suġġerimenti li sarulu from the field, mill- industrija nnifisha.", "Il-punt hu li tkun kif tkun il-kompożizzjoni, waqt li wieħed irid joqgħod attent li ma jkun hemm ħadd li jabbuża mil-pożizzjoni tiegħu, fl-istess ħin trid tara li jkollok nies adattati.", "Nies adattati huma nies ta' esperjenza, imma kultant aħjar ikollok nies li m'għandhomx esperjenza diretta imma għandhom dixxiplini u taħriġ f'oqsma oħra u jafu jidħlu fl-industrija u jagħtuk veduta minn barra.", "Dik il-ħaġa tpatti għall- possibbilta' li għax inti tkun fid-dar tiegħek ma tindunax li l-purtieri jkunu bdew jiżżartu, imbagħad jiġi ħaddieħor, ikun ftit sindikajr, u jgħidlek li għandek il-purtieri li qed jiżżartu!", "Imbagħad tgħid li ilhom jiżżartu sentejn imma għax tkun qed tgħix fid-dar, issir house blind, bħalma tista' ssir factory blind jew hotel blind.", "GĦalhekk tajjeb li jkollok nies ta' esperjenza imma dawn iridu jkunu bbilanċjati min-nies ta' dixxiplini differenti.", "Ikunu min ikunu n-nies, ikun min ikun il-ministru u jkun min ikun il-gvern, irridu nikkonċentraw biex il-prodott Malti jkun l- aħjar possibbli skond ir-riżorsi tagħna.", "Il-kompetizzjoni hija enormi, dejjem qed tiżdied u qed tiżdied minn pajjiżi li għandhom iżjed minna biex jikkompetu.", "Per eżempju, t-Tuneżija għandha ħafna aktar art minna.", "Ċipru wara li nqasam - u dik tatna daqqa ta' ħarta - iddeċidew li jiżviluppaw in-naħa ta' Limassol fejn kellhom meded ta' artijiet enormi li bdew jagħtuhom bl-irħis u telgħu lukandi 4-Star li żgur li jħabbtuha mal-5-Star tagħna, uħud minnhom aħjar, għalkemm il-5-Star u 4-Star hotels tagħna nbnew sbieħ ħafna.", "Il-punt tiegħi huwa li jekk hawn Malta ma nagħrfux, bħala poplu, li dak kollu li jingħad f'dan il-Parlament qed jingħad u dak kollu li qed isir qed isir biex intejbu l-prodott tagħna ħalli nkunu nistgħu nikkompetu, ma nkunux għadna bdejna nroddu s-salib.", "Aħna s-salib raddejnieh fl-imgħoddi, l- industrija hija waħda qadima u ġew turisti illustri hawn Malta.", "Wieħed minnhom ġie bi żball, għax nefaħlu l-Bambin u tfixkel, kif kien tfixkel band'oħra, u spiċċa hawn Malta.", "B'hekk ġie San Pawl imma warajh ġew turisti illustri oħra.", "GĦandna turiżmu li nistgħu nżommuh madwar il-linja ta' 1.2 miljun, 1.3 miljun jew 1.4 miljun turist - lili anke l-figura ta' 1.4 miljun tbeżżagħni, nippreferi nieqaf lejn il-1.2 miljun - imma biex inkunu nistgħu nagħmlu dan kollu rridu niffokaw ħafna iżjed, irridu nagħtu l- għajnuna kollha lil xulxin u ma jridx ikun hemm la abbużi u lanqas tfixil bla ħtieġa biex inkunu nistgħu nikkonċentraw tabilħaqq fuq il-problema at hand, li hija li nġibu iżjed turisti tal-kwalita' li rridu aħna imma fuq kollox li naraw li meta jitilqu minn hawnhekk jitilqu sodisfatti.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Sur President, irrid nagħmel żewġ premessi qabel ma nibda d-diskors tiegħi.", "L-ewwel premessa hija li dak li se ngħid nixtieq li ma jitteħidx f'kontest partiġjan, f'kontest parrokkjali jew f'kontest provinċjali.", "Jista' jittieħed f'kontest reġjonali pero' żgur li jrid jittieħed f'kontest nazzjonali.", "Il-premessa l-oħra hija li filwaqt li nifhem u napprezza l-oriġini ta' dan l-abbozz li għandna quddiemna, li beda mis-snin li għaddew, irrid ngħid li fir-rigward tas-suġġett li se nitkellem fuqu llejla, jiġifieri fuq GĦawdex, kien hemm qbil li rridu niġbru dak kollu li jikkomponi l-element GĦawdxi fil-qasam turistiku biex dan jagħmel parti mil-mod kif irridu namministraw is-settur turistiku nazzjonali.", "Kien jonqos dan id-diskors biex il-pakkett ikun wieħed li jinkludi kollox u kullimkien.", "Dawk huma ż-żewġ premessi li ridt nagħmel biex wieħed jifhem aħjar dak li rrid ngħid aktar 'il quddiem.", "M'għandix l-iċken dubju li kull membru ta' din il-Kamra, ibda mill- Ministru li qed jippilota din il-leġislazzjoni u l-esperti kollha, jgħidulek li l-element GĦawdxi huwa indispensabbli fil-pakkett Malti fis- settur tat-turiżmu.", "Dan mhux jien qed ngħidu imma qed jgħiduh in-nies kollha li jifhmu, u għalhekk kont nistenna li dan l-abbozz jindirizza u jagħti aktar importanza lil dan l-aspett.", "Kieku ta din l-importanza mhux kien biss ikun qed ikabbar l-aspett purament GĦawdxi fil-qasam tat-turiżmu imma kien ikun qed ikabbar ukoll il-pakkett Malti kollu.", "Kif diġa' għidt, dan l-abbozz ma jindirizzax dan l-aspett.", "Meta smajt id-diskors tal- Ministru - u naħseb li smajtu kollu - fl-ebda ħin ma semma' dan l-aspett.", "Dan nifhmu, għax fl-abbozz dan ma jissemmiex.", "Il-kelma \"Gozo\" issemmiet biss meta l-Ministru kien qed jagħti lista ta' għaqdiet li tkellem magħhom biex iħejji dak li kien hemm bżonn jiġi ppreżentat.", "F'din il-lista kien hemm il-Gozo action committee.", "Jien niftakar li kont staqsejt lill-Ministru żewġ domandi dwar il-Gozo action committee.", "Dawn kienu dwar kif qed jaħdem u dwar kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat.", "Il-Ministru rrispondieni li l-Gozo action committee qed jagħmel ċerti laqgħat u qed jagħmel ċerti affarijiet.", "Mir- risposta li tani indunajt li ma konniex qegħdin nirriferu għall-istess kumitat.", "Il-Ministru kellu f'moħħu kumitati oħrajn li ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' dak li kont qed nirriferi għalih jien.", "Jiena kont qed nirriferi għall-kumitat li kien twaqqaf f'Lulju ta' 1995, li kellu bħala chairman liċ- chairman ta' l-NTOM, kellu membri li jirrappreżentaw lill-ministeru għal GĦawdex, lill-Gozo Channel, lill-Malta Air Charter, lis-sidien tal-buses f'GĦawdex, lill-aġenziji ta' l-ivjaġġar minn Malta u xi elementi oħrajn.", "L- iskop tiegħu kien li jikkordina aħjar dak li huwa suq u promozzjoni ta' GĦawdex, jaraw dak li jista' joffri GĦawdex u kellu wkoll il-funzjoni li jipprepara t-triq tal-konċett li kellu l-Gvern ta' qabel li minn GĦawdex jagħmel destinazzjoni turistika distinta.", "Din id-deċiżjoni l-Gvern ta' qabel kien wasal għaliha wara ħafna ħsieb u nista' ngħid ukoll li konna konfortati bil-pariri li kienu tawna esperti barranin li kienu għamlu t- tourism master plan.", "Naħseb li f'GĦawdex hemm il-consensus li GĦawdex jista', u għandu jsir, destinazzjoni turistika distinta - qed nuża l-kelma \"distinta\" flok il- kelma \"separata\" minħabba l-connotation tal-kelma - u għal dan l-iskop kienu jsiru diskussjonijiet, kienu jitwaqqfu kumitati, kienu jsiru kummenti u konna nisimgħu nies tan-naħa l-oħra jgħidu li GĦawdex għandu jkun reklamat bħala post on its own merits.", "Kien hemm dan il-konċett li kien qed jinħema u safejn naf jien kien qed jiġbed aktar common ground.", "L-element GĦawdxi fil-qasam tat-turiżmu Malti trid tagħtih il-mertu li għandu għax GĦawdex huwa kontributur għall-image nazzjonali.", "Meta tagħmel dan tkun qed tagħti imbottatura 'l quddiem anke lill-immaġini ta' Malta u b'hekk tkun tista' tiġbed aktar attenzjoni, aktar investiment u aktar ġid. ll-Ministru jrid jgħidilna jekk tbiddlux jew le l-konċetti.", "Dan qed ngħidu għax dan l- abbozz ta' liġi ma jagħmel ebda riferenza għal GĦawdex.", "Dan il-Gvern, kif kulħadd jaf, qed jipproponi li jwaqqaf kunsill reġjonali għal GĦawdex.", "M'inix se nidħol fil-mertu tas-suġġett għax mhuwiex il-każ imma jekk wieħed verament jemmen li GĦawdex huwa reġjun u jrid jagħtih l-aspett reġjonali, allura ma tistax tagħmel liġi fil-pajjiż li twaqqaf awtorita' nazzjonali tat-turiżmu u dan l- aspett ma ssemmieh imkien.", "Ninsisti li meta l-amministrazzjoni kienet f'idejn il-Gvern Nazzjonalista, l-aspett reġjonali ta' GĦawdex ħareġ il-ħin kollu.", "Jiena dejjem ngħid li l-ministeru għal GĦawdex kellu politika reġjonali u l-fatt li twaqqaf ministeru għal GĦawdex diġa' kien qed jagħti focus fuq l- aspett li ma jeżistix fil-kumplament tal-pajjiż imma jeżisti biss f'GĦawdex u f'Kemmuna għax hemm il-baħar jaqsam.", "Dan fih innifsu ħoloq attenzjoni li ma kenitx teżisti qabel.", "Mhux għax qabel ma kienx hemm il- baħar imma qabel GĦawdex u Kemmuna kienu sempliċement distrett ta' Malta.", "Illum irbaħna l-battalja biex GĦawdex ma jibqax jitqies bħala distrett.", "Illum GĦawdex huwa ferm aktar minn distrett u trid tarah fid-dimensjoni tiegħu ta' gżira.", "Issa wasalna biex nitkellmu fuq politika reġjonali u fuq kunsill reġjonali u għalhekk wieħed kien jistenna li dan jiġi kkonsidrat f'din il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru ma jistax jgħidli li għandu ħafna sections li permezz tagħhom jista' jagħmel ċerti affarijiet.", "Bir-rispett kollu jien ngħidlu li ma nqisx li dan huwa l-metodu.", "Se titwaqqaf awtorita' li se tkun magħmula minn disa' membri.", "Barra minn dan għandek it-twaqqif ta' ħames direttorati u allura jidhirli li hemm biżżejjed spazju biex x'imkien tinfilza dan il-ħsieb.", "Għadu kemm daħal il-Ministru tal-Biedja u Sajd u qed jgħid: \"Repubblika\".", "Veru, dan il-pajjiż huwa Repubblika.", "Naturalment l-Onor.", "Farrugia għamel osservazzjoni b'mod ċajtier u jien neħodha b'ċajta imma wieħed irid jieħu l-briga biex iġiegħel lil dawk in-nies li forsi m'għandhomx apprezzament biżżejjed tar-realta' Għawdxija biex jifhmu li Għawdex huwa parti mill-pajjiż.", "Issa jekk tkun parti minn pajjiż, il-pajjiż irid igawdi mill-prospetti u mill-potenzjal li għandek.", "Biex dan isir, dawk il-prospetti u dak il-potenzjal trid tiżviluppahom daqskemm huma żviluppati fil-mainland, li hija Malta.", "Trid tagħmel dak li huwa l-aktar floku pero' ċertament inti trid tlaħħaq il-livell mal-pajjiż kollu.", "Jiġifieri ma nafx għalfejn il-Ministru tal-Biedja u Sajd għamel dik ir-rimarka.", "Aħna pajjiż wieħed imma biex inkunu pajjiż wieħed irid ikollna l-istess drittijiet, l- istess potenzjal ta' żvilupp, l-istess ċans li jkollna l-postijiet tax- xogħol u l-istess ċans li jkollna wkoll servizzi tajbin daqs kull post ieħor.", "Dawn huma l-affarijiet li jagħmlu pajjiż wieħed.", "Naturalment Għawdex u Kemmuna jidħlu wkoll f'dan l-abbozz imma dawn jidħlu b'mod integrat mingħajr l-ebda separazzjoni ta' xejn.", "Naturalment din hija għażla - li jien ma naqbilx magħha - li wieħed jista' jagħmel.", "Din it-tip ta' għażla tmur kontra l-konċett li wieħed irid joħroġ minn Għawdex parti importanti mill-pakkett kollu kemm hu.", "Fl-opinjoni tiegħi - u naħseb li din mhijiex l-opinjoni tiegħi biss imma ta' ħafna nies oħrajn - biex inti tkun tista' tilħaq dan, tkun trid toħroġ aktar fid-deher il-potenzjal Għawdxi bħala tali.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt il-Gozo action committee u għidt li staqsejt lill-Ministru dwaru u dan irriferieni għal kumitat ieħor li kien twaqqaf fix-Xlendi u f'Marsalforn għal skop ta' embellishment.", "Dan il- kumitat li rriferieni għalih il-Ministru ma kellu l-ebda terms of reference li b'xi mod jieħu f'idejh il-marketing bl-iskop li Għawdex isir destinazzjoni distinta fil-qasam tat-turiżmu.", "Jiddispjaċini li l-Ministru ma fehemx dak li jien kont qed nagħmel riferenza għalih u allura jien nistenna li l-Ministru jgħidli x'rakkmandazzjonijiet għamlulu meta hu ltaqa' ma' dawn l-għaqdiet kollha li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu, fosthom mal-Gozo action committee.", "Dan qed ngħidu għax l-informazzjoni li għandi - u forsi l-Ministru jista' jweġibni anke issa stess - hi li dan il-Gozo action committee ilu ma jiltaqa' mis-sajf li għadda u għalhekk ma nistax nifhem x'pariri setgħu tawh biex huwa jkun jista' jressaq il-proposti tagħhom anke f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien naf li darba l-Ministru ġie Għawdex u ltaqa' ma' l-operaturi u ma ħafna nies oħrajn imma ma nimmaġinax li dawn kienu mitlubin jagħmlu xi rakkmandazzjonijiet għas-setting-up ta' l- awtorita' tat-turiżmu.", "Din kienet laqgħa ta' sagħtejn u xejn aktar.", "Dak li huwa follow-up ma nafx x'inhu imma ċertament ma jirriżultalix li kien hemm xi rakkmandazzjoni.", "Anke kieku kien hemm, dak ma kienx il-kumitat li jien qiegħed nalludi għalih.", "Il-Gozo action committee twaqqaf f'Lulju ta' l-1995 b'uffiċjali tal-gvern, fosthom iċ-chairman ta' l-NTOM u naħseb li dawn kienu f'pożizzjoni li jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom.", "Dawn kienu diġa' ilhom jiltaqgħu għal ma nafx kemm u allura naħseb setgħu taw il- kontribut tagħhom.", "Issa meta nsemmi dan il-kumitat ta' azzjoni ma jfissirx li qabel ma tteħdux inizjattivi u miżuri li kienu ġodda biex wieħed joħroġ l-aspett Għawdxi fil-pakkett nazzjonali tat-turiżmu.", "Per eżempju, niftakar li meta kien ikun hemm fiera tat-turiżmu - din saret ġo Londra u ġo Berlin u ma niftakarx fejn aktar - kien ikun hemm spazju riservat għal Għawdex.", "Dan kien frott ta' agreement li kien sar bejn il-Gozo Channel u l-NTOM numru ta' snin ilu.", "L-NTOM kienet tesiġi li l-Gozo Channel iħallas il-parti tiegħu kif jagħmlu l-azjendi kollha, u dawn innegozjaw dan ix-xorta ta' agreement fejn l-NTOM kienu qegħdin jagħmlu available spazju li jirreklama lil Għawdex waħdu.", "Issa jekk xi ħadd jistaqsini jekk dan l-esperiment kienx biżżejjed jew irnexxiex, ir-risposta tiegħi hija li konna bdejna nagħmlu ħwejjeġ ġodda, anke forsi b'resistenza ta' xi wħud.", "Dan seta' ġara għax forsi l-ħaġa kienet għadha ġdida jew għaliex xi wħud ma kenux qegħdin jaraw l-importanza li Għawdex jiġi rreklamat għalih waħdu.", "Kien għalhekk li wieħed ma setax ikun jaf eżattament jekk din il-ħaġa rnexxietx jew setgħetx tirnexxi aktar pero' jien naħseb li l-fatt li daħħalna l-konċett li Għawdex jista' jiġi rreklamat b'mod distint barra minn Malta kienet ħaġa pożittiva għalina li ngħixu f'Għawdex u għall-pajjiż kollu.", "Ċertament din kienet breakthrough u wieħed seta' jkompli jibni fuq dak il-konċett.", "Jien ngħid li hekk għandu jsir pero' l-abbozz li għandna quddiemna dan ma jagħmlux.", "Il-Ministru fl-ebda ħin ma qal li fl-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu se jkun hemm disa' membri u wieħed minnhom se jirrappreżenta lil Għawdex.", "Issa l-Ministru jista' jgħidli li jista' jkun hemm xi ħadd li jirrapreżenta lil Għawdex u jista' jkun hemm wieħed ġej minn hemm ukoll.", "Jien lill- Ministru mill-esperjenza ngħidlu li anke jekk bniedem iġġibu minn Għawdex, jekk int ma jkollokx lil xi ħadd specifically appointed biex iqajjem il- kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' Għawdex - naturalment jagħti kontribut anke fuq il-livelli l-oħrajn - ftit li xejn isib spazju biex f'awtorita' bħal din jagħmel diskorsi dwar il-post minn fejn hu ġej.", "Din hija ħaġa evidenti, Madam Speaker.", "Meta inti għandek diskussjoni fuq affarijiet ta' importanza nazzjonali, inti ma ssib qatt il-ħin biex titkellem fuq il-post li tkun ġej minnu għaliex dejjem hemm xi ħaġa oħra aktar importanti fl-opinjoni tal-maġġoranza.", "Kull min hu bħali u ġej mill- gżira l-oħra jaf kemm dan hu veru.", "GĦalhekk jien ngħid li fl-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu għandu jkun hemm spazju għal rappreżentant minn Għawdex li jkun jista' jitkellem - mhux jista' imma obbligat jitkellem - fuq it-turiżmu kif jolqot lil Għawdex, dejjem naturalment fil-kontest nazzjonali.", "Se jinħolqu wkoll id-direttorati.", "Lil xi ħadd darba smajtu jikkummenta li misshom ħolqu direttorat speċifikament għal Għawdex li jkun jaqa' taħt l- istess awtorita' u li jkollu s-saħħa li verament dak li jippreżenta jkun jista' jagħmel progress.", "Fl-aħħar mill-aħħar, Madam Speaker, aħna nafu li min għandu l-poter jista' jwettaq u min m'għandux il-livell eżekuttiv jibqa' dejjem jistenna l-ħniena.", "Dan joqgħod jistenna li partijiet oħrajn jieħdu dak li huma jkunu qed jistennew imbagħad jasal hu.", "U għalhekk jiena ngħid li jekk aħna verament irridu naraw lil Għawdex jikber, fis-sens li huwa wkoll ikollu d-drittijiet tiegħu, inti trid tpoġġih f'pożizzjoni li jkollu s-saħħa biex iwettaq.", "Jekk ma jsirx hekk, anke f'dan is-settur, aħna nibqgħu is-cinderella tal-gżejjer Maltin.", "U la qed insemmi s-cinderella rrid nagħmel parentesi għaliex jien ma nista' ninsa qatt dak li kien qal darba l-Prim Ministru dwar it-turiżmu.", "Dan kien qal li biex it-turiżmu ma jibqax is-cinderella ta' l-ekonomija Maltija, minn segretarjat parlamentari għamlu ministeru.", "Allura jien ikolli nasal għall-konklużjoni, anke jekk mhux bi pjaċir, li meta Għawdex minn ministeru għamiltuh segretarjat parlamentari, per konsegwenza għamiltuhom s-cinderella tal-gżejjer Maltin.", "Lil GĦawdex, f'dan l-abbozz kif inhu, mingħajr l-element Għawdxi, qed tirrendih cinderella.", "Qed tirrendih fil-pożizzjoni li m'għandux is-saħħa li jiddomanda u jesegwixxi.", "U din hija l-verita'.", "Madam Speaker, irrid ukoll nagħmel riferenza għal ċerti suġġetti li għandhom x'jaqsmu ħafna ma' dan is-settur.", "Se nitkellem fuq it-trasport.", "Jien ma nistax nifhem kif il-ministeru tat-turiżmu u l-organizzazzjoni nazzjonali tat-turiżmu hija kompletament muta fuq id-dibattitu li ma jieqaf qatt - u ħafna drabi kontroversjali - tat-trasport ta' bejn Malta u Għawdex.", "Jien għadni qatt ma rajt xi stqarrija ta' dawn l-organi li tagħti l-veduta fuq dan is-suġġett mill-iktar importanti u li jolqot it-turiżmu.", "Biex inti tmur fil-gżejjer Għawdxin - għaliex għandek Kemmuna wkoll - inti trid it-trasport.", "Dan mhux trasport bil-bus, tirkibha u minn Tas-Sliema tmur Buġibba.", "Hemmhekk jew tmur bil-baħar jew inkella tmur bl-ajru, għaliex il-Gvern ta' qabel kellu l-kuraġġ li jintroduċi servizz ta' l-ajru domestiku f'dan il-pajjiż.", "U anke dak fih innifsu għamel ħafna ġid biex minn Għawdex joħloq destinazzjoni distinta fit-turiżmu.", "Għamel ukoll ħafna ġid lill-immaġini ta' Malta, li għandha wkoll servizz ta' l-ajru intern li jista' jwasslek fil-gżejjer l-oħra, għax anke Kemmuna kien jinżel dan il- helicopter fi żmien il-Gvern tagħna.", "Minn Ottubru ta' l-1996 'l hawn dan ma baqax jinżel hemm.", "Pero' li rrid ngħid hu li jien nistenna li l-ministeru tat-turiżmu u l- organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu miegħu għandhom ikunu protagonisti fil-qasam tat-trasport bejn Malta u Għawdex.", "(Interruzzjonijiet) Hemm l- uffiċjali warajk, ma nafx humiex isegwu, imma dan li qed ngħid qed ngħidu għall-attenzjoni tagħhom ukoll jien.", "Jien ma nafx kif ma jieħdu pożizzjoni qatt.", "Per eżempju, it-trips tal-vapur - biex ma nsemmix in-nollijiet ukoll - huwa suġġett li suppost jinteressahom jekk it-turiżmu se tibagħtu Għawdex.", "Int ma tistax ma tidħolx f'dan id-dibattitu qisu ħaġa m'hijiex tiegħek.", "Imbagħad dan meta qed nitkellmu, Madam Speaker?", "Qegħdin nitkellmu meta l-Air Malta waqgħet taħt il-ministeru tat-turiżmu għaliex l- Air Malta llum qegħda tintuża aktar fil-konċett li ġġib it-turisti.", "Fl- istess kontest imma on a smaller scale, il-ministeru tat-turiżmu għandu jidħol ukoll biex jara li t-trasport ta' bejn Malta, Għawdex u Kemmuna jkun fl-aqwa tiegħu l-ħin kollu u aċċessibbli s-sena kollha.", "Qed ngħid dan anke' b'riferenza għall-but tan-nies, għax anke dak huwa element li wieħed ma jistax jittraskurah.", "U jien niistaqsi dwar il-pożizzjoni li qed jieħu l- ministeru.", "Jekk aħna nieħdu l-kwestjoni tas-servizz intern ta' l-ajru, veru li dan is-servizz illum il-ġurnata jnaqqas it-trips bl-ikbar faċilita' imma jien kelli domanda u jirriżulta li f'sena waħda ma' l-14,000 passiġġier anqas għaddew fuq dan is-servizz.", "Dan huwa servizz li wieħed irid jinkoraġġih għar-raġunijiet kollha tad-dinja.", "Biss biss dan is-servizz qed jagħti immaġini ħafna aħjar minn qatt qabel u allura inti trid tara kif tagħmel biex iddaħħlu fis-sistema.", "M'għandekx tibda tnaqqas illum u terġa' tnaqqas għada.", "Dawn l-affarijiet ġraw.", "Jien ġieli kont se nsiefer bih, iċempluli u jgħiduli li jekk irrid immur ma' tal-5.00 a.m. għaliex tat-8.00a.m. mhux se jmur.", "Meta tibda dieħla l-idea li dan jista' jikkanċella kif irid u minflok tkabbar tibda ċċekken, dak li jkun jibda jgħid li s-servizz ta' l-ajru mhuwiex reliable allura jfittex il-vapur.", "B'hekk inkunu morna pass lura għaliex l-istess servizz ta' l-ajru fih innifsu enhances il-pakkett turistiku ta' pajjiżna.", "U nkompli fuq it-trasport, Madam Speaker, għaliex qed jiġini f'moħħi l-catamaran.", "Mezz veloċi bħal dak jista' jintuża min-nies tal-lokal, l-aktar minn dawk li jgħixu f'Għawdex, imma fit-turiżmu possibbli li dan ma kellux potenzjal kbir?", "Imma allura ħadd ma jinduna li fis-settur turistiku huwa tajjeb li jkollok mezz modern u veloċi?", "GĦaliex tellquh minn ġo Malta biex imur jaħdem fl-Adriatiku?", "Issa qaluli li dan qiegħed hawn biex jaħdem lejn Sqallija.", "It-turiżmu ma jidħolx fiha din?", "Il-catamaran ma jagħtix il- kontribut tiegħu?", "Dan mhux xi ħadd għadu se jixtrih imma kien qiegħed hawn u kien parti minn pakkett.", "Dan kien qam dibattitu dwaru imma Allaħares inkunu kontroversjali f'affarijiet li jkunu se jkomplu jkattru l- possibbilta' li inti tkabbar il-kumdita' biex wieħed jaqsam minn naħa għall- oħra.", "Il-pajjiż kien qed juri li għandu servizz ta' l-ajru domestiku u li għandu servizz veloċi li jista' jieħdok f'nofs siegħa u jġibek lura fl- istess ħin.", "Allura l-NTOM hija assenti dwar dan?", "Lanqas jafu li ġie l- catamaran hawn?", "Fuq l-Air Malta ħadd m'hu assenti, kulħadd moħħu hemm biex l-Air Malta tkun taħt il-kontroll tal-ministeru għat-turiżmu.", "GĦaliex m'għandniex nagħtu sehemna wkoll fuq trasport li jrid jitlaq lejn Għawdex u li jiġi minn Għawdex?", "Dan huwa eżempju ieħor ta' kif sfortunatament dan il- pajjiż għadu mhux wieħed.", "Dawn huma affarijiet li għandhom jinħassu u għandhom jittieħdu l-passi li jinteressaw lil kull organizzazzjoni li għandha x'taqsam mal-qasam importanti tat-turiżmu.", "MADAM SPEAKER: Onor. Tabone, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Nipproponi li l-Onor.", "Tabone jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Tabone jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Madam Speaker, irrid nitkellem ukoll dwar it-turiżmu intern.", "Dan huwa importanti immensament għall-ekonomija Għawdxija.", "Min ma jafux dan?", "Min verament qiegħed jindirizzaha din il-ħaġa?", "Meta l-kumpannija Gozo Channel, bil-politika li kellu l-Gvern ta' qabel, bdiet tipprovdi servizzi ta' spiss mhux biss fis-sajf imma fl-istaġuni kollha u anke bil-lejl, Għawdex sar ħafna aktar popolari milli qatt kien.", "U allura wieħed jistenna li wieħed ikompli jibni fuq dak li sar.", "Wieħed jistenna li jkun hemm ir- reazzjoni tas-sinjuri li jmexxu t-turiżmu minn Malta għax din hija xi ħaġa li trid tinteressahom ukoll.", "GĦandu jkun hemm reazzjoni kemm meta jitnaqqsu t-trips, kemm meta n-nollijiet jogħlew, kif ukoll meta jkollok il-catamaran li jiġi hawn biex jaqdik u titfgħu l-Adriatiku.", "GĦandu jkun hemm reazzjoni wkoll dwar il-kwestjoni ta' helicopter service, li inti trid tara li tkabbar dak is-servizz.", "Ma jistax ikun li inti ma tarax il-multiplier effect li jħallu dawn il-mezzi meta jittrasportaw it-turisti ġewwa Għawdex, kemm jekk ġejjin minn barra kif ukoll jekk dan ikun turiżmu intern.", "X'inhuma r-reazzjonijiet ta' dawn is-sinjuri?", "U jien nitlob lill-Ministru biex jagħti r-reazzjoni tiegħu u jifhem li ma jistax jibqa' assenti dwar il- kwestjoni li ma taqta' xejn ta' kif inti tista' tkabbar dejjem l- aċċessibilta' ta' Għawdex.", "Dak li jkun m'għandux iħossu li se jagħmel xi strapazzata kbira biex imur GĦawdex imma għandu jkun jista' jmur hemm b'sodisfazzjon għalih innifsu u b'sodisfazzjon ukoll għall-ekonomija tal- gzira u għall-ekonomija in ġenerali.", "Dan huwa aspett mill-iktar importanti li ma jistax jiġi ttraskurat, Madam Speaker, u għaldaqstant jien nitlob li jkun hemm sforz biex wieħed isegwi dak kollu li jiġri fil-qasam tat- trasport, anke l-istess bini tal-vapuri ta' Għawdex.", "Dawn l-affarijiet żgur li għandhom jinteressaw lit-turiżmu u lil kull min għandu x'jaqsam.", "Aħna meta jsir xi agreement tal-buses fuq l-art hemmhekk ikun hemm reazzjoni, u hekk għandu jkun, imma meta inti titkellem fuq it-trasport ta' bejn Malta u Għawdex, l-aktar parti diffikultuża, mhux bħal meta tlajt fuq bus u tlaqt, allura hemmhekk l-impenn għandu jikber u mhux ikun assenti dikasteru daqshekk importanti fil-gżejjer tagħna.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, se jkolli ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi biex jekk jogħġbu jgħaddi għall-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 17 ta' Frar 1998 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni għat-tħassir ta' l-Avviż Legali Nru. 5 ta' l-1998 dwar Stipendji għal Studenti Universitarji.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "U xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, meta neżamina r-risposti għad-diversi domandi parlamentari bilfors ikolli ngħid li jew qed isir attentat biex jitmgħuna miżinformazzjoni jew li ħafna minn dak li kien imwiegħed qabel mhux qiegħed isir.", "Per eżempju, lill-Prim Ministru għamiltlu domanda u staqsejtu fuq karozza partikolari, x'tip ta' xogħol tagħmel u għaliex kienet qiegħda f'ċerti nħawi, f'ċerta data u ċertu ħin.", "Ir-risposta li tani kienet fis-sens li l-aħħar karozza tal-linja titlaq fis-7.30 p.m. minn dak il-post u din kienet ir-raġuni li ntużat dik il-light car.", "Forsi l-Prim Ministru ma jafx li tar-Rabat jitilqu anke wara d-9.00 p.m!", "Ċertament li l-informazzjoni li għaddewlu lill-Prim Ministru in konessjoni ma' din il-karozza - din kienet tiela' t-telgħa tas-Saqqajja fit-12 ta' Jannar, 1998 għall-ħabta tad-9.00 p.m. - żgur li m'hijiex korretta.", "Għaldaqstant nitolbu jerġa' jinvestiga sew biex jara għaliex dik il-karozza kienet fejn kienet.", "Staqsejt domanda oħra lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fuq diversi toroq fl-inħawi tal-Manikata.", "Fl-idea tiegħi dawn għandhom bżonn l-istess mediċina li ngħatat it-triq prinċipali tal-Fgura, jiġifieri li jinbnew mill-ġdid.", "Sfortunatament il-Ministru wieġeb li dan ix- xogħol ma jistax isir din is-sena minħabba xogħol ieħor li għandu d- dipartiment.", "Jiġifieri minn hawn nista' navża lin-nies tal-Manikata li għal darba oħra Gvern Laburista mhuwiex isib il-fondi - jew ma jridx isib il-fondi - biex jagħmel dawn it-toroq sabiex il-bdiewa, in-nies li joqogħdu fl-inħawi u n-nies li jużaw it-toroq tal-Manikata biex minn Għajn Tuffieħa jitilgħu l-Mellieħa jkunu jistgħu jinqdew b'mod li mhux bilfors iridu jużaw karozza li hi 4-wheel drive.", "Nixtieq ukoll nirriferi għal risposta li tani l-Ministru tal-Finanzi rigward l-ammont ta' spezzjonijiet li saru mid-dipartiment tat-taxxi interni fuq kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta' causa mortis.", "Kulħadd jaf li sabiex dak li jkun ikollu rasu mistrieħa jqabbad bniedem professjonali biex jagħmillu perizja u jippreżentaha mal-kuntratt, iżda minkejja dan jirriżulta li f'ċerti każijiet xorta l-gvern iħoss li għandu jibgħat perit biex jara l-proprjeta', u saħansitra hemm każijiet fejn il- perit intbagħat tliet snin u nofs wara li ġew ippreżentati l-karti lid- dipartiment.", "Il-Ministru tal-Finanzi qal li saru 733 spezzjoni in konnessjoni ma' 1,687 dikjarazzjoni.", "Li ma qalx il-Ministru hu li xi ħadd fid-dipartiment qed jibgħat persuni ħames snin wara biex jagħmlu re- assessment.", "Sfortunatament dawn l-affarijiet juru li f'ċerti dipartimenti jew l-affarijiet m'humiex qegħdin isiru sew - u suppost li kollox għaddej fuq ir-rubini dan iż-żmien! - jew inkella qegħdin jgħaddulna miżinformazzjoni.", "Jekk dawk ta' madwar il-Prim Ministru u dawk ta' madwar il-ministri m'humiex qed jagħtuhom informazzjoni tajba, dawn ma jistgħux ikunu jafu eżatt x'qed jiġri fil-ministeru tagħhom.", "Madam Speaker, nista' ngħid li din ix-xi ħaġa qed tiġri mal-ministeri kollha.", "L-istess il-ġimgħa l-oħra konna qed nitkellmu fuq is-sitwazzjoni tad- dipartment ta' l-artijiet vis-a-vis l-housing.", "Jien staqsejt lill-Ministru tad-Djar biex jinformana jekk humiex qed jittieħdu passi biex in-nies li joqgħodu fi proprjeta' li għamlu konvenju fuqha snin ilu jsiru sidien ta' l- istess proprjeta' billi l-gvern, kif tagħtih il-liġi, jieħu l-proprjeta', jiddepożita l-flus il-qorti u lil dawn in-nies jagħmlilhom il-kuntratt.", "Minn informazzjoni li għandi jidher li sal-lum il-Ministru għadu m'għamel xejn fuq dan.", "Agħar minn hekk, nies li għamlu konvenju biex jixtru proprjeta' mingħand il-gvern is-sena li għaddiet qegħdin jinġiegħlu jagħmlu konvenju f'forma ta' kuntratt, fejn mal-konvenju - il-konvenju huwa wegħda ta' trasferiment - il-gvern qed jieħu l-prezz kollu f'idejh u qed isir self mill-Lohombus, garantit mill-Awtorita' tad-Djar.", "Dan is-self qed isir bla ebda ipoteka għaliex il-proprjeta' tkun għadha ma ġietx trasferita.", "B'dan il-mod il-bank huwa espost fir-relazzjoni tiegħu.", "Dan jista' jfittex lill- Awtorita' tad-Djar u mhux lill-persuni jekk irid jesiġi l-garanzija li għandu, minkejja li għandu l-garanzija ġenerali kontra dawn in-nies.", "Għalhekk, Madam Speaker, qed nerġa' nitlob lill-Ministru tad-Djar biex dawn il-flus li qed jittieħdu mingħand in-nies fuq konvenju - u qed iħallsu kważi Lm16,000, Lm18,000, Lm20,000 u anke Lm21,000 tal-proprjeta' - jiġu utilizzati sabiex il-gvern veru jixtri dik il-proprjeta' u jiddepożita l- flus fid-dipartiment sabiex in-nies, li tant il-Ministru jiftaħar li għandu għal qalbu u li jrid iwassalhom biex ikunu sidien ta' darhom, tassew ikollhom it-titlu tal-proprjeta'.", "Il-problema qed tikber, is-sitwazzjoni qed tiħrax u jidher li min-naħa tal-ministeru ftit li xejn qiegħed isir.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Madam Speaker, l-ewwelnett inħossni fid-dmir biex f'dan il-Parlament infakkar lil Dr Richard Soler, li miet ftit tal-ġranet ilu.", "Dr. Soler kien kollega tiegħi, għalliem kif ukoll professur magħruf.", "Il-pajjiż tilef professur ta' l-oftalmija.", "Jien ċert li l-pazjenti Maltin huma rikonoxxenti għax-xogħol li dejjem għamel dan il-professur, li sfortunatament ħalliena f'qasir il-għomor.", "Madam Speaker, dan l-aħħar il-Ministru tal-Finanzi poġġa fuq il-Mejda tal- Kamra r-rapport ta' ħidma tal-ministeru tiegħu għas-sena 1997, liema ħidma tifrex fuq il-qasam ta' l-enerġija.", "Imma wara sena u erba' xhur li ilu fil- gvern il-Partit Laburista, u wara żewġ budgets ippreżentati wieħed mill- Onor. Lino Spiteri u l-ieħor mill-Onor.", "Leo Brincat, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Enemalta dan ir-rapport ta' ħidma jsemmi biss x-xogħol li fil-fatt kien diġa' nbeda mill-amministrazzjoni preċedenti, imbagħad fl- aħħar ftit linji, kważi bħala appendix, hemm riferenza qasira qasira għall- fatt li t-tariffi tad-dawl u tal-fuel kellhom jiżdiedu.", "Hawn jidher ċar li l-Gvern l-ewwel ħabbar il-mediċina qarsa u issa qiegħed jara kif dawn il- miżuri se jolqtu lis-settur domestiku u lill-industrija lokali.", "GĦalija, Madam Speaker, dan huwa nuqqas serju meta min qed imexxi l-pajjiż suppost li huwa mħarreġ f'dak li huwa management, għax waħda mill- lezzjonijiet elementari fil-management hija li jkollok idea ta' prijorita'.", "Dan il-Gvern huwa ffissat fuq il-binarju tal-finanzi pubbliċi.", "Veru li hemm problemi pero' hemm ukoll nuqqas ta' trasparenza dwar il-problemi finanzjarji.", "Nieħdu t-Telemalta, illum il-Maltacom.", "Filli qalu li din il- kumpannija hija falluta, filli issa qed tiġi pprivatizzata.", "U wieħed jista' jispekula li l-Enemalta se taqbad l-istess triq.", "Jista' jiġri li llum qed nitkellmu dwar x'ħofra hemm fl-Enemalta u għada pitgħada nsibu li din se tiġi pprivatizzata.", "In-nuqqas ta' trasparenza iġġiegħel lil dak li jkun jagħmel numru ta' mistoqsijiet.", "Il-prijorita' tal-Gvern veru hija l- finanzi pubbliċi jew il-Gvern sab ruħu fil-gvern meta qatt ma kien qed jobsor?", "Madam Speaker, aktar ma jgħaddu x-xhur aktar qiegħed nikkonvinċi ruħi li dan il-Gvern tela' b'għaġġla.", "Dan il-Gvern tela' fuq numru ta' suppożizzjonijiet u wegħdiet li għamel lill-votant Malti u għalhekk issa qed ikollu jiffaċċja realtajiet li suppost kien qed jarahom mill-oppożizzjoni.", "Imma anke hawn jidher ċar li dan il-Gvern ma kienx qed jagħmel assessment sew meta kien fl-oppożizzjoni u ċertament dan li qed ngħid japplika wkoll għall-Enemalta.", "Ara Gvern Nazzjonalista, minkejja l-problemi kbar infrastrutturali li sab ma wiċċu fl- 1987, żamm il-prezzijiet ta' l-enerġija - jiġifieri l-prezzijiet tal-gass, ta' l-elettriku, tal-petrol, tad-diesel u tal-pitrolju - f'livell aċċettabbli.", "U hawn il-Prim Ministru Sant qed ifalli fl-ewwel lezzjoni ta' l-ekonomija fejn jidħlu l-prijoritajiet.", "X'inhuwa l-iktar importanti, li jkollna l-finanzi eżatti?", "Imma anke hawnhekk, dan il-Gvern mhux veru qiegħed isewwi l-finanzi tal-pajjiż.", "Jekk naraw dak li qed jipproġetta għall-Enemalta għat-tliet snin li ġejjin, naraw li se jkollna ħofra aktar fonda.", "Dan minkejja l-proposti kollha li jrid iwettaq bil-miżuri ta' żieda fil-prezzijiet.", "X'jiġi l-ewwel, li jkollna l-accounting exercise ta' kif qed isir, speċjalment mill- Ministru preżenti, jew li jkun hawn ix-xogħol fil-pajjiż u li tinħoloq klima soċjali adattata għall-pajjiż tagħna?", "Għalhekk aħna bir-raġun ngħidu li m'hemmx kuxjenza soċjali.", "Dan il-Gvern qiegħed jaqbad linja rqiqa tal- problema u qed jinsa proprju lill-poplu Malti, qed jinsa lill-konsumatur u qed jinsa lil dak li fil-fatt ivvotalu fil-maġġoranza tiegħu.", "Kien hemm ħafna aspetti li ssemmew fil-budget speech u fir-rapport, fosthom li konna se nużaw fuel aktar effiċjenti, imma kif uriet anke d-diskussjoni li kellna dan l-aħħar, għandna dubji kbar dwar dan.", "Fil-fatt m'ilux kont staqsejt mistoqsija dwar il-power station tal-Marsa.", "Din tant bdiet titfa' pollution li saħansitra t-tfal ta' l-iskola viċin għamlu protesta.", "Dan minkejja li suppost ġew istallati sistemi tal-PEP-99 biex titnaqqas il-pollution minn din il-power station.", "Jiġifieri minkejja li suppost qed immorru għal fuels aktar effiċjenti u li jħammġu anqas l- ambjent, għad hemm dubji kemm dan qed isir.", "Jekk qegħdin niġu mbuttati minn deċiżjonijiet finanzjarji, allura nasal biex naħseb ukoll li nxtraw fuels li m'humiex ta' ċertu standard jew li t-taħlit tagħhom mhux qed isir sew.", "Kwestjoni oħra dwar l-Enemalta hija l-kwestjoni taċ-chairman.", "Jien inħoss li kważi kważi ċ-chairman li kien hemm bewġuh baxx baxx għax din il-ħaġa ma tantx qajmet reazzjoni.", "Jien inħoss li meta jsiru dawn l-affarijiet tkun inħliet sena fit-top management għax f'sena ma tinbeniex dik ir-relazzjoni li jkun hemm bżonn.", "Barra minn hekk m'għandux ikun hemm manuvri biex jitneħħa chairman u jinħatar ieħor ġdid.", "Kwestjoni oħra rilevanti fuq iċ-chairman il-ġdid kienet id-dikjarazzjoni li għamel.", "Dan iddikjara li għandu interess f'tender ta' Lm0.25 miljun li se jinvolvi l-computerisation programme.", "Dan mhux se jsir f'ġurnata waħda u lanqas f'sena waħda.", "Dan huwa programm twil li żgur li jkun hemm bżonn l- involviment tal-persuna l-aktar responsabbli minn azjenda bħal din.", "Issa dan iċ-chairman iddikjara li għandu interess u għalhekk ma jistax jieħu sehem f'din l-attivita' tant importanti u se jkollu jiddelegaha lil viċi- chairman.", "Għalhekk jien inħoss, mingħajr ma nippreġudika s-sitwazzjoni, li din hija għażla oħra infeliċi għall-Gvern f'azjenda li suppost qal li jrid jirxoxta mill-mewt.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, illum xtaqt nirriferi għal żewġ artikli li dehru, wieħed f'''The Financial Times'' ta' Londra u artiklu ieħor li deher f'''l-orizzont''.", "Dawn iż-żewġ artikli għandhom x'jaqsmu ma' l-Ewropa.", "L-artiklu ta' ''The Financial Times'' jitkellem fuq il-programmi ta' l-Unjoni Ewropea u jien se nikkwotah biex kulħadd ikun jaf x'inhu s- sinifikat ta' sħubija jew le fl-Unjoni Ewropea.", "Dan l-artiklu jgħid hekk:", "\"The European Commission is planning an ECU 20 billion efficiency fund to reward regions that make the most of aid intended to reduce the gap between rich and poor areas in the European Union\".", "Dan ifisser li waqt li l-Prim Ministru meta jitkellem fuq l- implikazzjonijiet ta' sħubija fl-Unjoni Ewropa jitkellem b'ċertu xettiċiżmu dwar fondi li pajjiżna jista' jieħu - kif tkellem anke dan l- aħħar f'dan il-Parlament - għandna gazzetta ta' fama mondjali li qed tgħid li l-Unjoni Ewropra qed tippjana biex tqassam aktar minn ¥7 biljun fost pajjiżi u reġjuni Ewropej ħalli titnaqqas id-differenza fil-livell ta' l-għajxien.", "Dan huwa konsistenti ma' l-iskop prinċipali ta' l-Unjoni Ewropea, li kemm jista' jkun tqarreb lejn xulxin il-livell ta' l-għajxien taċ-ċittadini tal-pajjiżi membri.", "Dawn it-tip ta' fondi - li huma fondi massiċċi - li qed jiġu ppjanati bejn is-sena 2000 u s-sena 2006, iwasslu biex il-pajjiżi jkunu jistgħu jgħinu l-iżvilupp industrjali u ekonomiku tagħhom u biex itejbu l-livell ta' l-għajxien.", "Issa dawn it-tip ta' żviluppi kienu mistennija għaliex kemm- il darba kien iddikjarat - anke f'Agenda 2000 - li l-Unjoni Ewropea se tagħmel dawn it-tip ta' programmi.", "Sfortunatament it-triq li għażel il- Gvern Laburista se twassal biex nitgħabbew bil-piżijiet kollha ta' sħubija u nibqgħu barra meta niġu għal xi tip ta' assistenza.", "M'hemmx dubju li hemm ħafna assistenza li aħna għandna bżonn biex intejbu l-infrastruttura, biex intejbu l-industrija, biex intejbu l-ekonomija u biex intejbu l-livell ta' l-għajxien tal-poplu tagħna.", "Bid-deċiżjoni tal-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant qed nitħallew out in the cold għax qed nitilfu benefiċċji kbar li jistgħu jkunu tagħna.", "Dan kollu ġej minħabba ċerta pika, għax m'hemmx raġuni oħra għaliex dan il-Gvern għandu jwebbes rasu.", "Niġi issa għal ''l-orizzont'' tal-lum fejn il-Prim Ministru huwa rrapportat li qal li Gvern Nazzjonalista għamel ftehim sigriet biex jitneħħew il-levies.", "Din tal-levies ilu għal ċertu żmien jitkellem fuqha l- Prim Ministru, pero' jekk taqleb għal paġna 3 ta' l-istess ġurnal issib artiklu interessanti ħafna mill-Onor.", "Lino Spiteri.", "Għal darba oħra l-Onor.", "Spiteri qed jgħid li fiċ-ċirkostanzi preżenti jaħseb li l-Gvern għandu jbiddel il-pożizzjoni tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea.", "Li hu interessanti hu li meta jirriferi għal levies, l-Onor.", "Spiteri jikteb li:", "''Il-Federazzjoni ta' l-Industrija tgħid u ttenni li ma kenitx taf li l-Gvern Nazzjonalista kien intrabat li jneħħi 400 levy.''", "Imbagħad l-Onor.", "Spiteri jkompli jgħid li hu jidħak meta jisma' dan.", "Jgħid li l-Federazzjoni ta' l-Industrija kienet iddoqq diska waħda ta' l-Ewropa u ovvjament biex tidħol fl-Ewropa trid at some stage tneħħi wkoll il-levies, bħalma se jkollna nneħħu l-levies ukoll biex nagħmlu dan il-free trade arrangement.", "Huwa bl-aktar mod ċar li din it-tip ta' kontroversja m'għandhiex tinqala' b'dan il-mod mill-Prim Ministru, anzi ngħid li l- mistoqsijiet li l-Prim Ministru għandu jwieġeb għandhom ikunu fuq x'qed jiġri bħalissa dwar il-levies.", "Dan qed ngħidu għaliex jirriżulta li meta daħlet is-sistema tas-CET il-Gvern naqqas b'mod unilaterali l-protezzjoni fuq is-setturi kollha.", "Fl-''l-orizzont'' tas-17 ta' Ottubru, 1997 il-Prim Ministru kien ġie rrapportat li qal fil-Parlament li minħabba f'dawn l-400 levy kellu problema.", "Imbagħad ir-rapport f' \"l-orizzont\" ikompli hekk:", "\"Min-naħa ta' l-uffiċjali tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea ħareġ il-punt li ... ejjew naslu għall-ftehim li intom ma tiċċarġjawx is- sisa fuq l-importazzjoni fuq dawk il-prodotti li għandhom il-levies u l-levies jibqgħu hemm u aħna ngħidu li m'għandniex problemi aktar.''.", "Dan x'qal il-Prim Ministru fil-Parlament f'Ottubru tas-sena li għaddiet.", "Sfortunatament meta naraw ir-rapport ta' l-Unjoni Ewropea, dan ma jsemmi xejn minn dan l-hekk imsejjaħ ftehim li semma l-Prim Ministru.", "Jiena kont nistenna li fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jkun hemm xi konferma ta' dak li kien qalilna l-Prim Ministru.", "Din il-konferma ma kenitx hemm, anzi f'paragrafu 14 tal-free trade agreement kif propost insibu li:", "''The Maltese Government expressed its commitment in January 1995 to lift by the end of 1996 400 out of 850 levies...''", "Imbagħad ikompli jgħid li:", "''The Commission expects the Maltese authorities to implement this undertaking without further delay...''", "Dan ifisser li addio l-miżura li ħa l-Prim Ministru meta daħħal is-CET għax fejn hemm il-levies spiċċa biex ma ċċarġjax l-ETI.", "Dan ifisser li naqqas il- protezzjoni.", "Ifisser ukoll li dawk l-400 levy xorta waħda se jitilqu u mhux kif qalilna l-Prim Ministru fil-Parlament.", "Barra minn hekk qed jgħidu wkoll li jridu jitilqu l-oħrajn ukoll.", "Fil- fatt dawn ikomplu jgħidu:", "'...and to take the necessary steps to lift the remaining 450 import levies as soon as possible''.", "Hawnhekk naraw il-matassa li dan il-pajjiż daħal fiha meta l-Gvern bidel it- triq li konna ħadna tas-sħubija.", "Din it-triq li qabdu qed iġġib aktar pressjoni biex jittieħdu dawn it-tip ta' miżuri.", "Skond l-association agreement li dan il-Gvern qed jibbaża fuqu - li hu l-association agreement ta' 28 sena ilu - dawn il-miżuri eventwalment iridu jmorru bilfors.", "Se nerġa' mmur għall-punt li semma l-Onor.", "Spiteri fl-artiklu ta' ''l- orizzont'', fejn huwa qal li m'hemm xejn sigriet f'dawn l-affarijiet għax kulħadd jaf li l-levies f'xi stadju jridu jitilqu.", "Id-differenza hi li aħna konna qed ninnegozjaw tnaqqis fil-levies in return għal tnaqqis fit-tariffi fl-Ewropa fil-prodotti li aħna nesportawlhom.", "Is-sitwazzjoni tal-lum m'hijiex hekk.", "Illum qegħdin f'pożizzjoni li l-levies xorta għandhom jitilqu mill-aktar fis possibbli b'mod li se jikkaġunaw diffikultajiet lil ċerti setturi.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq billi ngħid li s-sitwazzjoni tidher bl- iktar mod ċar li b'dan il-free trade agreement m'aħniex se jkollna parteċipazzjoni fil-progammi tant ta' fejda ta' l-Unjoni Ewropea, bħalma hu dan l-efficiency fund li qed jgħidu li se jwaqqfu.", "Sadanittant se jkollna nżarmaw ċerta protezzjoni mingħajr ma nieħdu l-benefiċċju li wieħed jista' jieħu kieku jkun qiegħed fit-triq tas-sħubija.", "Hawnhekk nerġa' nappella - bħalma għamel l-Onor.", "Lino Spiteri f'\"l-orizzont'' illum - li fiċ- ċirkostanzi preżenti jkun ferm aktar għaqli li wieħed jinnegozja l- pożizzjoni tiegħu minn pożizzjoni ta' saħħa, li hi pożizzjoni ta' pajjiż li qiegħed japplika għal sħubija milli minn pożizzjoni ta' djufija, ta' pajjiż li qed jipprova jitlob il-loqom mingħajr ma jkollu drittijiet għall- benefiċċji.", "B'dan il-mod qed jiġu mposti fuq il-pajjiż ċerti doveri li se jkollhom effett negattiv.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tlieta 17 ta' Frar, 1998 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNION PRESS - REKLAMI", "11543.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien ħa d-deċiżjoni li l-gazzetti ta' l-Union Press u tal-Partit Laburista jieqfulhom ir-reklami fihom matul il-kampanja ta' l- introduzzjoni tal-VAT?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li, fil-files tad-dipartiment m'hemmx irrekordjata deċiżjoni bħal din imma, mill-lista ta' flus li tħallsu lill- mezzi tax-xandir, u ġurnali in konnessjoni mal-kampanja għall- introduzzjoni tal-VAT matul l-1994, u li kopja tagħha tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, xorta waħda jidher ċar li, matul l-1994, kienu ftit ir-reklami li nagħtaw lill-gazzetti ta' l- Union Press u tal-Partit Laburista.", "Mir-records tad-dipartiment jidher li kien twaqqaf kumitat sabiex jevalwa u jirrakkomanda dwar l-għoti tal-kuntratt ta' pubbliċita.", "SENSJI - ĦADDIEMA", "11575.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-ħaddiema li ġew mogħtija s- sensji fix-xhur bejn Marzu 1997 u Diċembru 1997 kienu nisa?", "X'persentaġġ hu dan tal-ħaddiema kollha ssensjati?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal- mistoqsija parlamentari numru 11,898 mogħtija f'Seduta Nru. 183, fil-11 ta' Frar, 1998.", "IMPJIEGI - XOGĦOL PART-TIME", "11584.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1997 għaddew minn xogħol fulltime biex jagħmlu biss xogħol part-time?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' ħaddiema li matul l-1997 għaddew minn xogħol fulltime biex jagħmlu biss xogħol part-time kien ta' 727.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11585.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li kienu self-employed u bdew jirreġistraw għax-xogħol matul l-1997 sabu mpjieg ieħor sal-lum jew reġgħu bdew jaħdmu għal rashom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li kienu self-employed u bdew jirreġistraw għax-xogħol matul l-1997 li sabu mpjieg ieħor sal-lum jew reġgħu bdew jaħdmu għal rashom kien ta' 123.", "PULIZIJA - BARRANIN JAĦDMU BLA PERMESS", "11643.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ttellgħet il-Qorti u ġiet akkużata li mpjegat persuni ta' nazzjonalita' barranija bla permess?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi matul l-1997 kien hemm 43 persuna li ġew mtella' l-Qorti akkużati talli ħadmu persuni ta' nazzjonalita' barranija mingħajr permess.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI B'PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11667.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10480, fejn intqal li d-Direttur \"qabad u rriżenja\", u fid-dawl tal-fatt illi l-ittra tar-riżenja tad-direttur hi ppubblikata, jista' l-Ministru jgħid jekk hu personalment jew xi ħadd ieħor f'ismu għamilx xi tentattiv biex dan id-direttur jikkonsidra d-deċiżjoni tiegħu, anke jekk temporanjament sakemm jinstab direttur ġdid?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: M'hijiex il-policy tiegħi li nżomm jaħdmu miegħi kontra qalbhom nies li għal xi raġuni jew oħra jkunu jridu jitilqu, speċjalment meta dawn ikunu uffiċjali għolja.", "Li nippretendi biss huwa illi dawn jagħtuni żmien biżżejjed biex insib replacement għalihom għax f'ċerti karigi mhux dejjem ikun possibbli li ssib replacement malajr (bħalma hu l-każ in kwestjoni).", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11669.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jelenka l-ħaddiema kollha li llum jaħdmu fi ħdan il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u jindika l-kariga u x-xogħol li kull wieħed u waħda minnhom qegħdin jaqdu fi ħdan il-kummissjoni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11,669 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Karma aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11670.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot rikorrenti tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għas-sena 1997 u kemm minnu ġie wżat u għal xiex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Vot (Rivedut) tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għas-sena 1997 kien ta' Lm190,000.", "Matul is-sena, it-taqsima ta' l-accounts tal-ministeru tiegħi għaddiet lil kummissjoni Lm9,900 fix-xahar (għal total ta' Lm118,800 tul is-sena kollha) li minnhom il-kummissjoni kellha tħallas l-ispejjeż kollha ħlief is- salarji ta' dawk l-impjegati li kienu qegħdin mal-kummissjoni fuq bażi fulltime.", "Dawn is-salarji kienu jieħdu ħsiebhom direttament it-Taqsima ta' l-Accounts tal-ministeru tiegħi.", "Matul is-sena 1997 dawn is-salarji tal- impjegati fulltime ammontaw għal Lm64,318.15.", "Mill-ammont ta' Lm118,800 li ġie mgħoddi lil kummissjoni, din utilizzat minn din is-somma l-ammont ta' Lm97,670.55 imqassma hekk:", "|Attivitajiet |Lm 8,700.28| |Inizjattivi |Lm13,582.95| |Ċentru tar-Riżorsi |Lm 3,437.86| |Servizzi Għajnuniet|Lm43,798.15| |Speċjali | | |Rifużjoni tat-Taxxa|Lm 4,037.03| |Relatata ma' | | |l-Iskema Servizzi | | |Għajnuniet Speċjali| | |Amministrazzjoni |Lm20,628.88| |Salarji |Lm 3,485.40| |tal-part-timers | | |Total |Lm97,670.55|", "Id-differenza ta' Lm21,129.45 tħalliet fil-below-the-line account li nfetah is-sena l-oħra f'isem din il-kummissjoni.", "Attwalment fl-aħħar tas- sena dan il-kont kien fih l-ammont ta' Lm20,952.64.", "Dan għar-raġuni li wara li ngħalqu l-kontijiet, iżda qabel ingħalqet is-sena, Posta Ltd. bagħtu lill-kummissjoni kont ta' Lm259.91 li tħallas minn dan l-account, filwaqt li f'dan l-istess account daħlu donazzjoni ta' Lm25 u numru ta' credit transfer vouchers li bejniethom jammontaw għal Lm58.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11671.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li l-persuna li bdiet taħdem matul is-sajf li għadda fil-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' bħala Direttur Eżekuttiv, m'aċċettatx li tkompli tokkupa din il-pożizzjoni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-persuna li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant kienet ġiet offruta lilha ħatra importanti ma' skola privata u ħasset li kien fl-interess tagħha u tal-familja illi taċċetta din il-ħatra minflok dik ta' Direttur Eżekuttiv tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita.", "AREI", "11728.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fir-rigward tas-segwenti bliet/irħula imsemmija hawn taħt: (i) kemm kienet l-area totali ta' kull lokal li kienet fabbrikabbli (tajba għall-bini skond pjan regolatur) qabel ma ddaħħlu it-temporary provisions schemes; (ii) kemm mill-area ta' kull lokal kienet ġiet iffriżata fl-1988 għal raġunijiet ta' replanning eċċ; (iii) kemm huwa l-persentaġġ ta' ċifra (ii) fuq ċifra (i) għal kull lokal imsemmi hawn taħt: Żebbuġ (Malta), Rabat (Malta), Attard, Birkirkira, Birżebbuġia, Dingli, Gudja, Għaxaq, Iklin, Kirkop, Lija, Luqa, Marsascala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Naxxar, Qrendi,Safi, San Ġiljan, San Gwann, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Swieqi u Żurrieq?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-pjan regolatur kien abolit fl-1983 permezz tal-BDA Act u allura ma jistax ikun ikkalkolat kemm kien hemm area fabbrikabbli qabel l-1988 għaliex huwa impossibbli li tapplika l-parametri ta' l-istess liġi (BDA) fuq sitwazzjoni li nbidlet kompletament.", "L-area totali għal replanning areas fl-1988 kienet ta' madwar 40 hectares.", "Peress li ma tistax tingħata tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija, it- tielet parti ma tistax tiġi mwieġba.", "WSC - ANNUAL REPORT 1995/96", "11740.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 10675 u ċioe' peress li fl-Annual Report 1995/96 tal-Water Services Corporation f'paġna 48, Tabella 13, hemm indikata li fl-1995 in-numru ta' konsumaturi domestiċi taħt l-assistenza soċjali kien 5002, jista' l- Ministru jgħid kemm kienet din iċ-ċifra fit-8 ta' Diċembru, 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10675 (Seduta Nru. 168).", "WSC - TISWIJIET", "11927.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi prijoritajiet qed tagħti l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għat-tiswijiet li għandhom isiru fi Triq Barbara, Mġarr biex b'hekk ikun possibbli li titkompla u titlesta t- triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Billi l-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr qed jippjana li jagħmel il-wiċċ ta' Triq Barbara, hi proċedura tal-korporazzjoni li tqabbad il-kuntrattur tal-kunsill biex jagħmel kull xogħol relatat mal- kanen ta' l-ilma għall-ispejjeż tagħha.", "PULIZIJA - HOLD-UPS", "10924.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Minisru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' serq u hold-ups fl-1997?", "Kemm ġew solvuti u kemm tressqu persuni l-qorti fl-istess żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fl-1997 ġew irrapportati lill- Pulizija 7443 każi ta' serq li 33 minnhom kienu hold-ups.", "Fl-istess sena ġew solvuti 320 serqa u disa' hold-ups u tressqu l-Qorti 405 persuna fuq serq u 16-il persuna fuq hold-ups.", "FORZI ARMATI - PERSUNI TRASFERITI", "10925.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni trasferiti mill-AFM permezz tal-helicopter mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għal Malta fl-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' persuni trasferiti mill-Forzi Armati ta' Malta permezz tal-helicopter mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għal Malta fl- 1997 kien ta' 62.", "PULIZIJA - THEDDID TA' BOMBI", "10926.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il theddida ta' bomba ġew magħmula lill-pulizija u lill-forzi armati fl-1997?", "Fejn suppost kienu dawn il-bombi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fl-1997 kien hemm 29 rapport lill- Pulizija u 70 rapport lill-Forzi Armati dwar tqegħid ta' bombi.", "Fost il- postijiet li dwarhom saru dawn ir-rapporti kien hemm stabilimenti, uffiċini, residenzi, skejjel, lukandi, l-ajruport, ajruplani ta' diversi linji ta' l-ajru, u fuq mezzi tat-trasport bil-baħar.", "PULIZIJA - AMUSEMENT MACHINES", "10927.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm amusement machines liċenzjati f'Malta u Għawdex illum u kemm minn dawn qegħdin f'Paceville?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'Malta u f'Għawdex illum hawn 1025 amusement machine liċenzjati mal-Pulizija, li minnhom, 77 qegħdin f'Paceville.", "POLOZ TA' ASSIGURAZZJONI", "10928.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn policy loan (life assurance) fl-aħħar ta' l-1997?", "Kemm huwa stmat li hija s-somma ta' dawn il-policy loans meta dawn jitħallsu?", "Kemm kien l-ammont ta' flus imħallsa fi premiums għal dawn il-policy loans?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d- dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni jipprovdu illi kumpannija Maltija ta' l-assigurazzjoni lliċenzjata taħt l- att għandha l-obbligu li tibgħat lill-Ministru responsabbli għall-finanzi dikjarazzjoni dwar il-kummerċ immexxi minnha sa mhux aktar tard minn erba' xhur minn tmiem is-sena u kumpannija barranija sa mhux aktar tard minn sitt xhur.", "Minħabba li t-tagħrif mitlub huwa dwar kummerċ ta' assigurazzjoni li tmexxa fis-sena 1997, forsi l-Onor.", "Membru japprezza li jkun aħjar li jagħmel il-mistoqsija mill-ġdid xi ftit żmien wara Ġunju, 1998.", "ĠURATI - PERSUNI REĠISTRATI", "10929.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati bħala ġurati llum?", "Kemm huma ġurati ordinarji u kemm prim ġurati?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li persuni reġistrati bħala ġurati llum hemm 9,997.", "Primi ġurati hemm 396 li minnhom hemm erba' nisa.", "Il-kumplament huma ġurati ordinarji li minnhom 2490 huma nisa.", "QORTI - MACHINE OPERATORS", "11447.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jikkonferma li machine operators impjegati l-Qorti qed jagħmluha ta' deputati reġistraturi f'seduti tat-traffiku?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm minnhom u kif intgħażlu?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li bħalissa hemm tliett Court Recorders li qed jagħmlu xogħol ta' skrivan ta' l-Awla mal- Kummissarji tal-Ġustizzja.", "Dawn intalbu li jagħmlu hekk mill- Amministrazzjoni tal-Qorti minħabba li ma kienx hemm biżżejjed skrivani biex jagħmlu dawn is-seduti.", "Din il-prassi ilha tiġi adoperata għal numru ta' snin prinċipalment minħabba nuqqas ta' staff.", "Il-Court Recorders li qed jagħmlu dawn is-seduti offrew huma stess li jagħmlu dan ix-xogħol.", "QORTI - IMPJEGATI", "11448.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna, li isimha qed jintabagħat separatament, inġabet lura taħdem il-Qorti minkejja li preċedentement kienet tneħħiet mill-Qorti fuq akkuża li kienet iddistruġġiet atti tal- Qorti u ttieħdu passi dixxiplinari u legali kontra tagħha?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li huwa minnu li l-persuna li isimha ġie ndikat separatament reġa` ġie ippustjat fil-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li kien hemm proċeduri kriminali li ttieħdu fil-konfront tiegħu dwar l-abbużi msemmija fl-interpellanza.", "EDUKAZZJONI - SAFAR MINN DELEGAZZJONIJIET", "11449.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9598, jista' jgħid f'liema kwalita' ġiet inkluża fid-delegazzjoni ministerjali l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, peress illi meta siefret id-delegazzjoni f'Ġunju 1997 ma jidhirx li din kienet la Direttur Ġenerali (Education Division) u lanqas Acting Director?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-persuna li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Membru ġiet inkluża fid-delegazzjoni bħala Direttur - f'wieħed mid-Dipartimenti li hemm fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.", "Peress illi l-mistoqsija parlamentari numru 9598 saret fit-3 ta' Novembru, 1997 u f'dak iż-żmien il-persuna kienet Direttur Ġenerali (Diviżjoni tal-Edukazzjoni) fl-informazzjoni li ngħatat ġiet irreferuta bil- grad li kienet dak iż-żmien tal-mistoqsija.", "EDUKAZZJONI - DIRECTOR OF STUDIES", "11450.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħatra tas-Sur Anthony Demicoli bħalha Director of Studies saritx wara call for applications u jekk iva, meta saret is-sejħa, kemm ikkonkorrew u meta ħareġ ir-riżultat?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk is-Sur Demicoli għandux kuntratt tax-xogħol u jekk iva, ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk m'hemmx kuntratt tax-xogħol, jista' jgħid x'remuneration package għandu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwel parti tal-mistoqsija hija mibnija fuq premessa żbaljata.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan il-każ m'hemm ebda remuneration package.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - ĦATRIET", "11451.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ħatriet fid- dipartimenti li għalihom hu responsabbli by direct nomination, min kienu l- persuni nominati, x'inħatru u għaliex intgħażlu huma u mhux ħaddieħor?", "Jikkonferma l-Ministru li din il-proċedura tivvantaġġja sew l-għażla ta' dik il-persuna meta l-post relattiv isir permanenti jew tippermettilhom jivvantaw aktar esperjenza meta japplikaw għal promozzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - MICHAEL FERRY", "11452.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi rwol għandu s-Sur Michael Ferry?", "Jista' jgħid jekk huwiex impjegat b'kuntratt u jekk iva, ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'remuneration package għandu, kemm għandu staff jaħdmu taħtu u lil min jirrispondi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Sur Michael Ferry huwa l-Project Manager responsabbli mill-Programm ta' Xogħlijiet Kapitali ta' Kostruzzjoni fl-Iskejjel Statali.", "Ma jeżisti ebda kuntratt mas-Sur Michael Ferry iżda fl-1995 fi żmien il- predeċessur tiegħi, ċioe' l-Perit Michael Falzon kien ġie ffirmat kuntratt bejn id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-Malta University Services Ltd. b'effett mill-1 ta' Jannar tal-istess sena sabiex il-Malta University Services Ltd. tagħti servizzi ta' project management lid-Diviżjoni tal- Edukazzjoni.", "Għaldaqstant is-Sur Michael Ferry jirrispondi lid-Direttur Maniġerjali tal-Malta University Services Ltd. u ż-żewġ individwi li għandu taħtu jirrispondu lilu.", "BORD TA' L-APPELLI DWAR STAMPAR - MEMBRI", "11827.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema bażi ngħażlu s-sinjuri: Violet Filletti B.Sc.; Josephine Mahoney; Joseph Muscat B.A.; u Mary Spiteri Shaw fuq il-Bord ta' l-Appelli dwar Stampar?", "X'esperjenza għandha/għandu kull membru f'dan il-kamp?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11826.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA", "11828.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm in vista tal-ħatra tiegħu għal pożizzjoni ta' Ministru tal-Ġustizzja: persuni spiċċaw mill-Ministeru; fejn intbagħtu jaħdmu; kemm persuni nġiebu sabiex jifformaw parti mis-Segretarjat tal- Ministru; u minn fejn inġiebu?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b`riżultat tal- ħatra tiegħi bħala Ministru tal-Ġustizzja kien hemm sitt impjegati li ġew trasferiti għal ministeri\\dipartimenti oħra.", "Dawn intbagħtu jaħdmu fil- Ministeru ta` l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, fil-Ministeru tad-Djar u Kunsilli Lokali (żewġ impjegati), fil-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, fid-Dipartiment tad-Dwana u fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta`l-Ilma.", "Tlieta mpjegati oħra li kienu b`kuntratt kellhom l-ingaġġ tagħhom itterminat skond it-termini tal-kuntratt li kellhom.", "Disa' mpjegati li qabel kienu fis-Segretarjat Parlamentari għas-Self- Employed ġew trasferiti għall-Ministeru tal-Ġustizzja.", "PULIZIJA - KUNTISTABBLI", "11829.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li Kuntistabbli tal-Pulizija qegħdin jintalbu li jħallsu ta' l-uniformi tagħhom u/jew parti minnha?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li mhux minnu.", "MANIKATA - TISWIJA TA' TOROQ", "11830.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: In vista tad-diversi domandi li għamiltlu matul l-1997 fuq il-ħtieġa urġenti sabiex isir re-surfacing tat-toroq tal-Manikata u li tinbena/ssir it-triq li minn Triq Manikata (Isfel) tgħaqqad ma' Triq Majjiesa, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex maħsub li dan ix-xogħol isir din is-sena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Resurfacing ta' toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huwa essenzjalment responsabbilita' tal-kunsill lokali, peress li d-Dipartiment tat-Toroq mill-fondi kapitali jasfalta biss toroq li jkunu ifformati iżda qatt ma kienu asfaltati.", "Dwar il-bini tat-triq il-ġdida msemmija, dan ix-xogħol ma jistax isir din is-sena minħabba xogħol ieħor li qed jagħmel id-dipartiment.", "RABAT - ISMIJIET TA' TOROQ", "11831.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fir-Rabat jissemmew toroq għal Paul Xuereb - ex-Aġent president, Ministru u Deputat; Tabib John Muscat - ex-Deputat Parlamentari; u Nutar Sammy Abela - ex-Deputat Parlamentari, meta huwa nnotat illi sal-lum il-Housing Esatate tat-Torri għadu bit-toroq bla ismijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li skond l-Att tal-1993 dwar il- kunsilli lokali, talbiet għal ismijiet ġodda ta' toroq li ma jkunux toroq arterji jew distributorji stabbiliti fil-Pjan ta' Struttura, għandhom isiru permezz ta' rakkmandazzjoni mill-kunsill lokali tal-post lill-Ministru responsabbli għall-Pulizija.", "Ninsab informat ukoll li għad ma ġiet sottomessa ebda rakkmandazzjoni formali mill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex jissemmew toroq għal persuni msemmija fil-mistoqsija f'dak il-lokal.", "AWTORITA' GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - MEMBRI TAL-BORD", "11832.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema terms of reference: Saviour Vella u Moira Falzon intgħażlu sabiex jifformaw parti mill-Bord ta' l-Awtorita' għat-Trasport u Portijiet?", "X'esperjenza għandhom f'dan il- qasam?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11826.", "ŻEJTUN - KAROZZI TTOWJATI", "11870.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza ġiet towed fiż-Żejtun f'Ottubru u Novembru, 1997 u liema kienu dawn il-karozzi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'Ottubru u f'Novembru ta' l-1997 ġew ittowjati 23 vettura fiż-Żejtun.", "Ma naħsibx li jkun prudenti li noqgħod inxandar liema kienu dawn il- vetturi.", "TA' QALI: PITKALI - PULIZIJA", "11871.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati il-Pitkali, Ta' Qali u minn liema ranks huma?", "X'xogħol iwettqu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hemm surġent u żewġ kuntistabbli jagħmlu duty il-Pitkali, Ta' Qali.", "Ix-xogħol tagħhom huwa ż-żamma ta' l- ordni pubbliku u l-osservanza tal-liġijiet skond kif meħtieġ.", "ĦABS ĊIVILI - RAPPORT TAL-BORD TAL-VIŻITATURI", "11872.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport tal-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs għas-sena 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li r-rapport tal-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs għas-sena 1997 wasal biex jiġi ffinalizzat u bħas-snin ta' qabel jien se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jintbagħat lili.", "DIPARTIMENT SERVIZZI KORRETTIVI - MOBILE TELEPHONES", "11873.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11411, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li d-direttur tal-Ħabs m'għandux il-faċilita' ta' mobile phone?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-direttur għandu l-faċilita', iżda ddeċieda hu stess li juża l-mobile personali tiegħu u jgħaddi l-mobile uffiċjali lill- assistent tiegħu.", "ĦABS ĊIVILI - BORD TA' L-GĦAŻLA - MANAGER", "11874.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien iċ-Chairman li kien qed jippresjedi il-Bord ta' l- Għażla għal post ta' Manager tal-Ħabs?", "Min hu ċ-Chairman il-ġdid?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li oriġinarjament iċ-Chairman kien is- Sur Peter Cordina.", "Issa ġie sostitwit bis-Sur Alfred Zammit Montebello.", "LOGĦOB TAN-NAR - DRAFT REGULATIONS", "11875.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min sar l-istudju (jekk sar) dwar id-Draft Regulations dwar il-logħob tan-nar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi d-draft regulations dwar il- logħob tan-nar tfasslu wara konsultazzjonijiet ma' assoċjazzjonijiet u persuni oħra interessati fis-suġġett.", "MARSAXLOKK - PROĠETT", "12029.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu ix- xogħlijiet bi tħejjija għall-proġett ta' embellishment tal-promenade ta' Marsaxlokk?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inbeda xogħol ta' surveying fuq is-siti fejn qed jiġi propost upgrading f'Marsaxlokk bħala parti mill-proġett ta' ħidma fin- Nofs in-Nhar ta' Malta.", "PEMBROKE - TRAFFIC IMPACT STATEMENT", "12030.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-Traffic Impact Statement li sar dwar Pembroke?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien nformat li t-Traffic Impact Statment ta' Pembroke għadu ma tlestiex.", "PEMBROKE - TRAFFIC IMPACT STATEMENT", "12031.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet ħarġu mit-Traffic Impact Statement li sar fuq Pembroke u l-impatt ta' aktar housing fih?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li għadni kif irrispondejt, għall-mistoqsija parlamentari numru 12030.", "SWIMMING POOLS", "12032.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet dwar informazzjoni jew reġistrazzjoni ta' swimming pools fit-talba li ħarġet il-Water Services Corporation dan l-aħħar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sat-13 ta' Frar, 1998 irċeviet 1046 applikazzjoni tas-swimming pools.", "PA - INKJESTI INTERNI FUQ ĦADDIEMA", "12033.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru inkjesti interni fuq ħaddiema mpjegati ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tul dawn l-aħħar 15-il xahar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "ĊENTRU TA' L-ARTI - PROĠETT", "12034.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sejjer jiġi deċiż jekk il-proġett tal-bini taċ-Ċentru ta' l-Arti hux se jkun il-proġett tal-Gvern għall-Millenju l-ġdid?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9768, 10820 u 10808.", "EDUKAZZJONI - MATURE STUDENTS", "12051.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega xi kriterja tintuża fl- għażla għall-mature students?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Studenti jistgħu jidħlu l-Universita' bħala mature students taħt l-artikli 2.2 (a) (iii) u (b) u 5.2 (d) tar-Regolamenti għad- Dħul li ġejjin:", "\"2.2 Kandidat jista' jiddaħħal ukoll bħala student regolari ta' l- Universita' jekk hu:", "(a) (iii) ikollu 23 sena sal-bidu tal-kors li jkun applika għalih;", "u", "(b) ikun tqies intitolat għad-dħul bħala student regolari mill-Bord tad- Dħul imwaqqaf skond ir-regolament 5.", "5.2 Il-Bord tad-Dħul ikollu s-setgħa:", "(d) li jfittex il-parir tal-kumitat tad-dħul tal-fakulta' (magħmul mid- Dekan jew mid-delegat tiegħu u minn għall-inqas żewġ membri akkademiċi oħra maħtura mill-Bord tal-Fakulta' kkonċernata) fuq kull materja li tolqot l- eliġibilita' għad-dħul f'xi kors ta' studji f'dik il-fakulta', u b'mod partikolari jekk kandidat li qiegħed jitlob li jidħol bħala student regolari skond ir-regolament 2.2 (a) (iii) għandu l-isfond akkademiku neċessarju biex isegwi l-kors ta' studji kkonċernat bi profitt, normalment wara li jkun evalwa l-kandidat f'intervista jew xi forma oħra ta' valutazzjoni.\"", "EDUKAZZJONI - MATURE STUDENTS", "12052.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kwalifiki huma rikjesti għad-dħul fis-segwenti korsijiet u jekk jistgħu jidħlu mature students fil- korsijiet tal-mediċina, tal-liġi, ta' l-arkitettura u ta' l-accountancy?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kwalifiki meħtieġa għad-dħul fil-korsijiet tal- mediċina, tal-liġi, tal-arkitettura u tal-accountancy huma kif ġej:", "(a) l-applikanti kollha għandhom jissodisfaw ir-Rekwiżiti Ġenerali għad- Dħul, jiġifieri għandu jkollhom iċ-Ċertifikat tal-Matrikola; u", "(b) għandu jkollhom ukoll ir-Rekwiżiti Speċjali tal-Kors skond kif ġej:", "1. għall-kors tal-mediċina (M.D.):", "pass fil-livell avanzat b'Mertu jew aħjar fil-Bioloġija u l-Kimika; u pass fil-livell Intermedjarju f'wieħed minn dawn: il-Fiżika, il-Matematika, il- Computing, l-Ingliż, il-Filosofija", "2. għall-kors tal-liġi (B.A. in Legal and Humanistic Studies):", "pass fil-livell avanzat b'Mertu jew aħjar fl-Ingliż; u pass fil-livell intermedju f'wieħed mit-Taljan jew il-Franċiż jew il-Latin", "3. għall-kors tal-arkitettura (B.E.&A);", "ass fil-livell avanzat b'Mertu jew aħjar fil-Matematika u l-Fiżika; u pass fil-livell intermedju f'wieħed minn dawn: il-Kimika, il-Computing, l- Information Technology, il-Matematika Applikata, il-Matematika Pura, l- Arti, l-Istorja, il-Filosofija, il-Komunikazzjoni Grafika jew is- Soċjoloġija", "4. għall-kors tal-Accountancy (B.Com.):", "pass fil-livell avanzat b'Mertu jew aħjar fl-Accounts (għal min se jieħu l- Accountancy bħala qasam ewlieni ta' studju wara l-ewwel sena tal-kors).", "Jien informat li mature students jistgħu jidħlu f'kull kors fl- Universita' iżda l-Universita' targumenta li mhux prattiku li l- provvediment għad-dħul ta' studenti bħala studenti maturi jkun applikat għal korsijiet fejn hemm numerus clausus (bħal fil-kors tal-mediċina) u għalhekk dawk bl-aħjar kwalifiki jiġu ammessi.", "IMPJIEGI - TELFIEN TA' XOGĦOL MINĦABBA REDUNDANCY", "12058.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies mir-Raba' Distrett Elettorali tilfu x- xogħol minħabba redundancy matul l-1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "12059.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 10908 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tad-9 ta' Frar, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nies itellgħu l-qorti minħabba serq minn knejjes, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena f'kull każ?", "Kemm minn dawk li nstabu ħatja kienu tħat it-30 sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "12060.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 10909 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tad-9 ta' Frar dwar priġunieri fil-ħabs ċivili, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm min-nies Maltin imsemmija kienu taħt it-30 sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10909 mogħtija fid-9 ta' Frar, ninsab informat li n-numru ta' priġunieri Maltin taħt it-30 sena kien ta' 90.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-LIĠI", "12069.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-kors tal-Liġi beda jsir kull sena minflok kull sentejn?", "Jista' jgħid ukoll meta allavolja l-kors minn kull sentejn, kien hemm okkażjoni meta beda sena wara?", "Jista' jagħti lista ta' dawk l-istudenti li kienu attendew għal dan il- kors partikolari?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - STUDJU DWAR LIGHT HEATING OIL", "12081.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għamlitx studju fuq l- introduzzjoni tal-Light Heating Oil fis-suq u l-impatt ta' dan il-heating oil fuq l-ambjent?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport fuq dan l-istudju?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn jista' jintuża dan iż-żejt, fejn ma jistax jintuża, x'għandu jagħmel il-konsumatur biex adatta l-apparat tiegħu għal dan iż-żejt?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qabel ma ġie introdott dan iż-żejt, saru diskussjonijiet ma' raffineriji u laboratorji fejn irriżulta li dan iż-żejt jintuża fl-Ewropa, speċjalment fl-Italja, mingħajr effett negattiv fuq l- ambjent.", "Il-Korporazzjoni Enemalta ippubblikat l-ispeċifikazzjoni ta' dan iż-żejt.", "Dan iż-żejt jista' jintuża f'xi każi bħala sostitut f'tagħmir li fih burners tal-pitrolju jew diesel.", "Madanakollu, il-korporazzjoni ma tistax tagħti parir ġeneriku dwar użu f'apparat speċifiku u l-konsumatur għandu jikkonsulta l-aġent li mingħandu jkun xtara l-apparat, biex jara x'aġġustamenti jkun jridu jsiru, jekk ikun il-każ.", "SERVIZZ ĊIVILI - MG451/95/PSG149/97", "12090.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura kontemplata f'ċirkolari MG451/95; PSG149/97 fuq verifika ta' sick leave ta' mpjegati tal-Gvern, tapplikax biss għall- impjegati Għawdxin?", "Jista' jgħid kemm qed jitħallas għal kull viżita li jagħmel it-tabib li ġie mqabbad jagħmel verifika tas-sick leave ta' mpjegati tal-Gvern f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iċ-ċirkolari li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ħariġha s-Segretarju Permanenti għal Għawdex u tapplika biss għall-impjegati li jaħdmu mad-Dipartimenti li jaqgħu taħt is-superviżjoni tiegħu.", "It-tabib li qed jagħmel il-verifika tas-sick leave jagħmel dan ix-xogħol bħala parti mid-doveri tiegħu u ma jitħallasx bil-viżita.", "Fil-każ ta' mpjegati tal-Gvern li jaħdmu Malta, il-Gvern beħsiebu jdaħħal fis-seħħ arranġamenti oħra.", "EDUKAZZJONI - FACILITATORS", "12091.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lid- dipartimenti milli jipprovdi facilitator lil tifla li qed tagħmel speech therapy f'Year 2 fl-Iskola Immakulata Kunċizzjoni, Ħamrun?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-talba għall-facilitator għat-tifla indikata fil- mistoqsija ntbagħtet lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni fl-4 ta' Frar, 1998.", "L- ipproċessar ta' din l-applikazzjoni beda mmedjatament u ntbagħtet lill- Education Officer (Special Education) għall-attenzjoni tiegħu.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - BDIEWA", "12092.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex numru ta' bdiewa li marru fl-extension services tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex jimlew il-formoli tas-CET ngħataw it-tagħrif li m'għadhomx iktar intitolati li jieħdu refunds fuq numru sostanzjali ta' affarijiet li jużaw spiss għall- ħteġijiet tagħhom?", "Meta ħarġu l-istqarrijiet uffiċjali li jgħarrfu lill-bdiewa bit-tibdil li sar (naturalment kontra tagħhom)?", "Liema għaqdiet tal-bdiewa kienu konsultati dwar dawn il-bidliet?", "Meta?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-proċedura ta' eżenzjoni u rifuzzjojni għadha l- istess kif kienet introdotta fl-1 ta' Lulju, 1997, u għalhekk ma' ħarġet ebda stqarrija uffiċjali biex tgħarraf lill-bdiewa b' xi tibdil.", "L-Att Nru. XII ta' 1997 u r-regolamenti oħra annessi miegħu jagħmilha ċara li l-prodotti ta' ħtieġa għall-biedja u s-sajd huma eżentati jew taħt Skeda Nru. 2 jew permezz ta' eżenzjoni approvata mill-Ministeru għall- Biedja u Sajd jew permezz ta' rifuzjoni tat-taxxa tas-sisa.", "Ir-rifuzzjoni tat-taxxa mħallsa ssir fuq prodotti li huma soġġetti għall- ETI u ETP.", "Ma jkunx il-każ ta' rifuzzjoni (jew refunds) meta l-prodotti huma eżentati fihom infushom mill-ETI u għaldaqstant ukoll mill-ETP, miżura li propju kienet introdott mill-Gvern biex jgħin lill-biedja u sajd.", "MDP", "12093.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Billi madwar tliet snin ilu l-Kabinett tal-Gvern preċedenti kien iddeċieda li s-sit fejn qabel kien hemm is-central supplies tal-Gvern f'Ħal Qormi/Ħal Luqa ikun is-sit li fuqu tinbena l-fabbrika ġdida tal-ħalib, u b'dan kienet ukoll informata l-MDP, tant li kienu tqabbdu wkoll periti biex ifasslu l- pjanti neċessarji, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rethinking dwar dan is-sit min-naħa tal-gvern jew min-naħa ta' l-MDP?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nformat li fl-1995 il-Gvern precedenti kien indika sit fix-Xagħra tas-Simac, limiti ta' Wied il-Kbir ġewwa Ħal Qormi għall-bini tal-fabbrika l-ġdida tal-ħalib.", "Il-Malta Dairy Products Ltd., kienet ilha s-snin tinsisti biex tingħata art adegwata għall-bini ta' fabbrika ġdida, skond il-ftehim iffirmat mal- Gvern fl-1986, u ma kellhiex triq oħra li taċċetta, fil-prinċipju, din l- offerta.", "Dan minkejja numru ta' riservi fosthom:", "li fuq din l-art hemm pumping station tal-Koperazzjoni għas-Servizzi tal- Ilma li ma kenitx tista' titneħħa;", "li kien hemm tliet fergħat prinċipali tal-ilma, tnejn minnhom ta' 12\" diametru, li jgħaddu minn nofs is-sit u li biex jiġu spostali kien hemm ħtieġa ta' spiża ta'l-fuq minn Lm 50,000;", "li kien hemm żewġ rżieżet bil-bhejjem jmissu mas-sit u li dawn ukoll kellhom jiġu rilokati b' spiża kbira addizzjonali; u", "li fil-viċinanza tas-sit diġa kien hemm żvilupp residenzjali kbir ta' Ħal Farruġ.", "Minħabba dawn ir-riservi l-indikazzjonijiet kienu li l-Awtorita ta' l- Ippjanar ma tistax tapprova permezz għall-bini ta' fabbrika fuq din l-art.", "Għal dawn ir-raġunijiet, il-Gvern ġdid Laburista mill-ewwel beda ħidma biex jinstab sit alternattiv li jkun aktar addattat għall-bini ta' din il- fabbrika.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mad-Direttorat ta' l-Ippjanar u mal- Malta Dairy Products Ltd., u nispera li f'qasir żmien inkun f'pożizzjoni li jintlaħaq ftehim dwar sit adegwat biex dak li ma sarx f'disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista jkun jista' jitwettaq taħt din l-amministrazzjoni.", "PRODOTTI AGRIKOLI - TARIFFI ĠODDA", "12094.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema taxxi/tariffi ġodda bdew jitħallsu mill-1 ta' Jannar, 1998 'il hawn f'dawk li huma prodotti agrikoli (b'mod partikolari żrieragħ, pjanti, pestiċidi)?", "Kif qed jaffettwaw dawn il-ħlasijiet lill-bdiewa u l-biedja Maltija?", "X'tip ta' diskussjonijiet saru bejn l-għaqdiet tal-bdiewa u d- dipartimenti kkonċernati?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-tariffi l-ġodda fuq prodotti agrikoli huma kif dehru fl-A.L. No. 27 ta' l-1998.", "Dawn it-tariffi kien ilhom ma' jinbidlu sa' mis-snin 1930.", "M'hemm l-ebda tarriffi ġodda fuq il-pestiċidi.", "Dawn it-tariffi ftit li xejn jaffettwaw lill-bdiewa u l-biedja u għaldaqstant ma kienx hemm ħtieġa ta' diskussjonijiet mal-għaqdiet tal- bdiewa.", "UE - RAPPORT", "12095.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-UE, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-vantaġġi li qed jiġu proposti għas-settur agrikolu permezz ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ir-rapport tal-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, jirrifletti biss dak li tixtieq l-Unjoni Ewropea.", "Il-vantaġġi għas-settur agrikolu jkunu magħrufa wara' li jintemmu d- diskussjonijiet.", "LONDRA - KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA", "12096.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11514, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: fin-nuqqas ta' kuntratt ta' mpjieg ta' Mrs. Rosemary Pockley kien hemm almenu awtorita' bil-miktub għall-impjieg tagħha; jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-awtorita'; jekk fin- negattiv, jidhirlux li hija rregolari li tiġi mpjegata persuna mingħajr kuntratt jew awtorita'; jidhirlux ukoll li l-funzjonijiet ta' uffiċjal tar- riċerka m'humiex kompatibbli ma' dik li kienet teżerċita' Mrs. Pockley ċioe' tippromwovi l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea kif ukoll takkwista l-appoġġ Ingliż għal politika Maltija f'dan il-qasam; u jista' jgħid jekk in-nuqqas ta' kuntratt għal Mrs. Pockley kienx il- proċedura normali fil-każ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar u, għaldaqstant, tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "AMBAXXATUR JOE LICARI - PASSI LEGALI", "12097.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li l-Viċi Prim Ministru fir-rapport tiegħu ta' l-ewwel sena ta' ħidma semma li se jittieħdu passi legali kontra l-Ambaxxatur Joe Licari, jista' jgħid x'passi se jittieħdu u fuqiex?", "Jista' jgħid x'ammonti huma nvoluti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif kont aċċennajt fit-tweġiba li kont tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 3959, l-Ambaxxatur Malti li serva f'Pariġi sa nofs Diċembru 1996 kien aċċeda l-limiti ta' l-awtorita' li kellu biex jonfoq flus għal ospitalita' billi, proprju qabel m'huwa ħalla l-kariga li kellu, organizza riċeviment grandjuż għal madwar 300 ruħ li sewa b'kollox xi Lm4,800.", "Dan suppost kien biss farewell drinks.", "Sadanittant, li l- ministeru rriżultalu wkoll illi, bejn Awwissu 1991 u Lulju 1994, l- Ambaxxatur kien tħallas bir-rata ta' wieħed miżżewweġ għaż-żmien li kien qiegħed Pariġi meta, skond ir-regolamenti, kellu jirċievi ħlas bir-rata ta' għażeb.", "L-ammont involut f'dan il-ħlas żejjed huwa ta' ftit inqas minn Lm 8,300.", "Il-ministeru tiegħi ħa passi biex iżomm ħlasijiet li kienu jammontaw għal madwar Lm3,000 lill-imsemmi Ambaxxatur sabiex jagħmlu tajjeb għal parti minn dan il-ħlas żejjed.", "Fil-frattemp, inbeda l-proċess biex jittieħdu passi legali, permezz ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, sabiex jinġabru l-kumplament tal-flus imħallsa żejda.", "UFFIĊĊJI TAL-KUNSILLI LOKALI - ĦLAS TAD-DAWL U L-ILMA", "12098.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Hekk kif il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telephone jitħallsu mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali, jikkonsidra l-Ministru sabiex il-kera tad-djar tal-gvern tibda titħallas minn dawn l-uffiċċji flok mill- Baviera?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond l- informazzjoni li għandi, l-kontijiet tad-dawl, l-ilma u tat-telephone jitħallsu fl-għassa tal-puliżija tal-lokalita' u mhux fl-uffiċċju tal- kunsill lokali.", "Jista' jkun il-każ li xi kunsill lokali offra l-faċilita' ta' l-użu ta' l-uffiċċju tal-kunsill biex l-iskrivani tal-korporazzjoni nvoluti jiġbru l- kontijiet tagħhom.", "Rigward il-ġbir tal-kera tad-djar tal-gvern nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jindirizza t-talba lill-Ministru konċernat.", "RESIDENTI - GĦOLI FIL-KERA", "12099.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi u b'kemm, jista' sid il-kera ta' post residenzjali jgħolli l-kera lill-inkwilin?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li l-poter ta` sid li jgħolli l-kera lil l-inkwilin jiddependi mil-liġi li tkun tirregola l- kirja partikolari.", "Dan hu punt ta` liġi kkomplikat u mhux possibbli li jiġi spjegat f`termini ta` tweġiba għall-mistoqsija parlamentari.", "UNIVERSITA' - ĦADDIEMA", "12100.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li jiġu minn xulxin u li għandhom l-impjieg fl-Universita' ta' Malta?", "Liema grad qed jokkupaw?", "Meta ġew ingaġġati fl-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - KONSULENTI", "12101.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11420, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-inkarigu għal kull konsulenza?", "Kemm damet il-konsulenza?", "Kemm kienu jitħallsu fis-sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12101 tingħata hekk kif jiġu ċċekkjati r-records mill-1987- 1996", "UNIVERSITA' - STAFF MHUX AKKADEMIKU", "12102.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm staff mhux akkademiku fl-Univerista' ta' Malta li għalqu ż-żmien biex jirtiraw fis- sena 1997?", "Liema post kienu jokkupaw?", "Kemm minnhom għamlu talba biex jieħdu extension u kemm-il talba ġiet milqugħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BIGHI: PALAZZ TA' L-INKWIŻITUR - KAROZZELLI", "12103.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11185 u mistoqsijiet supplimentari li saru fis-seduta tal-11 ta' Frar, jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ta' restawr għandu ħsieb li jwettaq il- Ministeru tiegħu jew il-Ministeru tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - PROGRAMM SOCRATES", "12104.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11152, jista' l-Ministru jgħid min hu s-Socrates Office Manager?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - ĦADDIEMA", "12105.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu fil-preżent in-numru totali ta' ħaddiema (impjegati regolari, casuals, studenti, eċċ) fuq il-kotba ta' l-Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' mpjegati fuq il-kotba tal-Korporazzjoni Enemalta hu ta' 2069 li huma mqassma kif muri hawn taħt:-", "|Fulltime |2017 | |Bil-Kuntratt Definit |1 | |(fulltime) | | |Bil-Kuntratt Definit | 2 | |(part-time) | | |Apprendisti | 28 | |Mislufa lil | 21 | |Organizzazzjonijiet oħra | |", "UNIVERSITA' - UFFIĊĊJU INTERNAZZJONALI", "12106.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11714, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' mpjieg għandu kull impjegat imsemmi; jekk hemm bil-kuntratt, meta beda u se jiskadi; u jistgħux dawn il- kuntratti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba dwar l-inpjegati tal- International Office hi:", "ISEM DATA TAL-IMPJIEG TIP TA' KUNTRATT", "1.", "Leslie Agius 24.11.94 Indefinit 2.", "Jean Killick 19.11.91 Indefinit 3.", "Jo Ann Camilleri 25.03.97 Indefinit 4.", "Joe Galea 29.11.91 Indefinit 5.", "Carol Żammit 20.11.95 Indefinit 6.", "Celine Aquilina-Grech 01.02.97 jiskadi 31.01.99 7.", "Alison Cilia 03.01.96 jiskadi 31.12.99 8.", "Rachel Balzan 03.06.96 jiskadi 02.06.98 9.", "Daphne Deguara 09.05.97 jiskadi 08.05.98", "Kif mitlub poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti relattivi.", "(Dok.", "A sa I) aktar kmieni f'din is-seduta.", "PRODOTTI AGRIKOLI", "12112.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11793 u 11607, jista' l-Ministru jagħti lista tal- prodotti agrikoli li fuqhom ingħatat eżenzjoni jew sar tnaqqis tal-levy fuq prodotti agrikoli fil-perijodu 1/5/97 - 31/1/98?", "Liema prodotti kellhom il-levy imneħħija jew imnaqqsa f'dan il-perijodu?", "Minn liema pajjiż ġew importati l-prodotti li fuqhom tnaqqset/tneħħiet il-levy fil-perijodu msemmi?", "Meta ġew ippubblikati l-listi ta' prodotti li ġew hekk eżentati?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BORD LI JIRREGOLA L-KERA - KAŻIJIET DEĊIŻI", "12113.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew deċiżi każi mill-Bord li Jirregola l-Kera matul l- 1997?", "Kemm minn dawn kienu dwar żgumbrament?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-1997 kien hemm 150 każijiet deċiżi mill-Bord li jirregola l-Kera.", "Dwar it-tieni parti ta` l-interpellanza, ma tinżammx statistika dwar kemm kien hemm każijiet ta` żgumbrament.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - TRASFERIMENTI TA' ARTIJIET", "12115.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħtina indikazzjoni jekk il-Joint Office waslitx biex tibda tippermetti t-trasferimenti ta' artijiet li qegħdin bi qbiela?", "Hemm ħsieb li dawn l-artijiet jinbiegħu lil min ikun jixtieq titoli tal-qbiela?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nagħti tweġiba fiż-żmien opportun.", "AIR MALTA - CHAIRMAN", "12116.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11312, jista' l-Ministru jirrispondi d-domanda preċiża li saritlu minni ġaladarba jien ma għandi l-ebda dawl x'nitfa' li jista' jgħinu jasal għar-raġuni għaliex ġew installati serraturi ġodda fil- bibien kollha li jagħtu għall-uffiċċju taċ-chairman il-ġdid ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-raġuni li setgħet wasslet sabiex jinbidlu erba' ċilindri ta' serraturi tal-bibien li jagħtu għall-uffiċċju ta' Chairman ġdid hija waħda ovvja f'ċirkostanzi simili.", "Ninnota li l-Onor Interpellant tħasseb ħafna għaliex inbidlu erba' ċilindri tas-serraturi, iżda ma wera l-ebda preokkupazzjoni meta ittieħdet deċiżjoni li jsir tibdil sostanzjali fil-flotta ta' l-Ajruplani miċ- Chairman preċedenti.", "UE - KUNSILL TAL-MINISTRI", "12117.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li l-Bulgarija, Ċipru, ir- Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Islanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Norveġja, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja u l-Ungerija fit-3 ta' Frar, 1998 stqarrew li huma jaqblu mal-pożizzjoni komuni addottata mill-Kunsill tal- Ministri ta' l-Unjoni Ewropea fis-26 ta' Jannar, 1998 dwar l-Afganistan, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna għaliex Malta m'hijiex fost dawn il- pajjiżi li għamlu l-istqarrija?", "Jaħseb il-Viċi Prim Ministru li ġaladarba Malta kienet tiġi mistiedna tassoċja ruħha ma' stqarrijiet u dikjarazzjonijiet bħal din waqt li kien jeżisti d-djalogu strutturat bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, huwa għandu jitlob minnufih sabiex nerġgħu nibdew niġu mistiedna minflok ma joqgħod jistenna sakemm jibdew in-negozjati għal zona ta' kummerċ ħieles qabel ma jagħmel talba f'dan is-sens?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: F'diversi interventi fuq dan is-suġġett, il-Ministeru rrimarka li pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu mistiedna biex jaddottaw pożizzjonijiet komuni meħudha mill-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea dwar xi pajjiż partikolari.", "Il-pożizzjoni tal-Ministeru fuq dan is- suġġett għadha l-istess u ma jħossx l-ebda urġenza li jqajjem din il- materja barra l-isfond tad-diskussjonijiet fuq relazzjonijiet mill-qrib f'diversi oqsma fosthom il-koperazzjoni politika.", "UE - PROGRAMM KAROLUS", "12118.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-parteċipazzjoni fil-programm KAROLUS ta' l-Unjoni Ewropea ġietx estiża għal Malta wkoll, ġaladarba għadu kemm ġie deċiż mill-Kunsill tal- Ministri ta' l-Unjoni Ewropea li f'dan il-programm jistgħu jieħdu sehem il- pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, Ċipru u l-pajjiżi ta' l-EFTA?", "Jekk dan il-programm ma ġiex estiż għal Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħmel minnufih talba f'dan is-sens jew irid jistenna li jibdew in-negozjati għal zona ta' kummerċ ħieles qabel ma jkun possibbli li Malta tingħata l-faċilita' li tipparteċipa f'dan il-programm u programmi oħra ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skond informazzjoni li għandu dan il-Ministeru llum, hemm proposta biex il-Programm Karolus li skada fil-31 ta' Diċembru, 1997, jiġi estiż għal sentejn oħra jiġifieri sal-1999, kif ukoll imkabbar għall- parteċipazzjoni tal-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, għall- pajjiżi ta' l-EFTA li huma parti mill-European Economic Area u Ċipru.", "Malta m'hix inkluża f'din il-kategorija ta' pajjiżi.", "Il-gvern iħoss li mhux opportun li jagħmel domanda kif talab l-Onor.", "Interpellant meta l-programm baqgħalu inqas minn sentejn biex jiskadi u meta wieħed jikkonsidra ż-żmien neċessarju għal talba bħal din.", "AMBAXXATUR MALTI F'PARIGI - VINCENT CAMILLERI", "12119.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10705, fejn staqsejt lill-Viċi Prim Ministru:", "\"X'kienu r-riżultati miksuba mill-Ambaxxatur Vincent Camilleri f'Parigi bejn il-ħatra tiegħu u t-30 ta' Novembru, 1997?\"", "Ir-risposta tiegħu kienet:", "\"Ir-risposta tingħata aktar 'il quddiem\".", "Jista' l-Viċi Prim Ministru issa jagħti risposta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Membru mitlub jirriferi ruħhu għar-rapport ta' Ħidma ta' l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "UE - AKKORDJI/TRATTATI BILATERALI", "12120.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għal-lista ta' akkordji u trattati li bdew jiġu negozjati qabel is-26 ta' Ottubru, 1996, li l-Viċi Prim Ministru ġentilment ta b'risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2060, jista' jgħid x'sar bejn is-26 ta' Ottubru 1996 u l-31 ta' Diċembru 1997; u x'inhu ppjanat li jsir fis-sena 1998 dwar l-agreement for the avoidance of double taxation li kien hemm pendenti mal- Portugall?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-parti Maltija qegħda tinstenna l-kummenti ta' l- Awtoritajiet Portugiżi bil-għan li t-trattat dwar il-Ħelsien mit-Taxxa Doppja (Agreement for the Avoidance of Double Taxation) mal-Portugall jiġi konkluż kemm jista' jkun malajr.", "UE - AKKORDJI/TRATTATI BILATERALI", "12121.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għal-lista ta' akkordji u trattati li bdew jiġu negozjati qabel is-26 ta' Ottubru, 1996, li l-Viċi Prim Ministru ta b'risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2060, jista' jgħid x'sar bejn is-26 ta' Ottubru, 1996 u l-31 ta' Diċembru, 1997; u x'inhu ppjanat li jsir fis-sena 1998 dwar l-Agreement on Cooperation for the prevention and repression of illicit trafficking in narcotic drugs and psychotropic substances\" li kien hemm pendenti ma' Spanja?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-negozjati bejn Malta u Spanja rigward ir-ritratt bilaterali għal-kooperazzjoni fil-kontroll tat-traffikar illegali ta' drogi (Agreement for Co-operation on Matters of Prevention of the Illicit Use and the Fight Against Illicit Trafficking of Drugs and Psychotropic Substances) tlestew u t-trattat huwa lest għall-firma.", "GĦAWDEX - TRIQ IL-KBIRA - TARMAK", "12123.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2625, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex wara sena din it-triq għadha fl-istat li kienet u ma ngħtatatx it-tarmak kif kellu jsir?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba ghadha qed tigi migbura u t- twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "GĦAWDEX - DIRECT ORDERS", "12124.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm inħarġu Direct Orders f'Għawdex mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Jannar, 1998 għal liema xogħol ingħataw; kemm kienet is-somma għal kull biċċa xogħol; jekk kienx hemm każi fejn is-somma ma' kenitx biżżejjed għax-xogħol li ngħata; liema kien ix-xogħol u kemm kien l-ammont?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba ghadha qed tigi migbura, u t- twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "GĦAWDEX - WATER CULVERT", "12125.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2378, jista' l-Ministru jgħid, wara li għaddiet sena mir- risposta li tani, meta se jibda x-xogħol fuq dan il-water culvert li hu tant mistenni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-bini ta' water culvert fi Triq Fortunato Mizzi jsir aktar 'il quddiem.", "GĦAWDEX - TRIQ LAMPUKA - TARMAK", "12126.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3134, jista' l-Ministru jgħid meta se tinkesa din it-triq bit- tarmac wara li diġa' għaddiet sena minn meta ngħatajt ir-risposta li se tinkesa mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fi Triq Lampuka jsir aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet tad-dipartiment.", "GĦAWDEX - BINI TA' SEGRETERIJA", "12127.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7725, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tela' l-ammont ta' l-ispiża għat-tiswijiet fuq il-bini tas- Segreterija fi Triq ir-Repubblika, liema offerta ħarġet fil-Gazzetta tal- Gvern bin-numru 16,429, kienx hemm xi xogħlijiet extra u l-ammont globalment meta jinkludi l-ħinijiet li kien hemm mid-diversi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba ghadha qed tigi migbura, u t- twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "GĦAWDEX - RABAT - PARKEĠĠ", "12128.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3454, jista' l-Ministru jgħid jekk għaddiex żmien biżżejjed biex tiġi studjata l-estensjoni tal-parking fir-Rabat, Għawdex, meta għaddiet sena minn meta saret il-mistoqsija barra ż-żmien li ntilef qabel biex forsi fl-aħħar din it-talba tiġi milqugħa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat- tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 10126 (Seduta Nru. 184).", "UNIT FOR CHILD ABUSE", "12129.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11900 u ċioe' jgħid kemm kienu trattati każi ta' abbużi fuq it-tfal (maqsuma fi bniet u subien) mill-Unit for Child Abuse matul l-1997?", "Kemm minn dawn il-każi kienu follow-up cases u kemm minnhom kienu każi ġodda?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-Taqsima Ħarsien tat-Tfal (Child Protective Services Unit) fi ħdan is-Social Welfare Development Programme (SWDP) kellha dawn il- każijiet matul l-1997:", "Kazijiet Ġodda Intervenzjoni li saret \"Follow-up\" ta' Riferuti ma' kazijiet godda kazijiet minn snin ta' qabel 347 270 257", "Mit-347 każ riferut lit-taqsima matul l-1997, 46% kienu subien u 54% kienu bniet.", "HELPLINE 179 - TALBIET GĦAL GĦAJNUNA", "12130.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11896 u ċioe' jgħid kemm kienu t-talbiet ta' għajnuna fuq helpline 179?", "Kif kienu maqsuma dawn it-talbiet?", "Kemm hemm social workers li jieħdu ħsieb il-każijiet li jidħlu fuq dan il-helpline?", "Kemm huwa l-complement sħiħ neċessarju biex jingħata dan is-servizz skond it-talbiet?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12,130 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "12131.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm impjegati tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li ħadmu overtime fis-26 u fis-27 ta' Ottubru, 1996; jekk fl-affermattiv, min kienu dawn l-impjegati; x'ħinijiet ħadmu overtime; d) x'daħlu jagħmlu; u kemm kienet tlaħħaq l-ispiża ta' dan l-overtime?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tiġi miġbura.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MTARFA - XOGĦLIJIET", "12132.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l- applikazzjonijiet li hemm pendenti quddiem il-Planning Authority dwar xogħol fl-Imtarfa?", "Meta saret kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet?", "Liema hu x-xogħol li għaddej bħalissa fl-Imtarfa?", "Meta saret, f'kull każ, l-ewwel applikazzjoni għal dan ix-xogħol quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bħalissa hemm żewġ applikazzjonijiet quddiem il- Planning Authority.", "Dawn huma:", "1.", "Għal sit ħdejn Dar il-Kaptan li saret fid-29 ta' Lulju, 1997.", "2.", "Għal sit fi Triq Leslie Rundle li saret fit-28 ta' Lulju, 1997.", "Bħalissa għaddej xogħol fuq:", "1. it-toroq", "2. bini ta' 30 maisonette bil-garaxx magħhom, li l-applikazzjoni mal- Planning Authority saret fl-10 ta' Jannar, 1996 u l-permess ħareġ fis-7 ta' Ottubru, 1996.", "3.", "Cluster Block IV, li l-applikazzjoni mal-Planning Authority saret fil-15 ta' Novembru, 1993 u li l-permess ħareġ fl-10 ta' Gunju, 1994.", "IMPJIEGI - KORS TA' OHS", "12136.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11221 u ċioe' peress li diversi studenti li qegħdin isegwu l-kors ta' OHS fl-Universita' ta' Malta qegħdin jieħdu l-ħin allokat għal dawn il- lezzjonijiet mil-leave tagħhom, jidhirlu l-Ministru li għandha toħroġ ordni mill-Ministeru li f'materja bħal din ta' l-akbar ġid għal ħaddiem Malti għandu jkun hemm konċessjoni speċjali li l-attendenza għal kors tkun waħda mingħajr tnaqqis mill-benefiċċji tal-ħaddiema?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Għad m'iniex f'qagħdha li nwieġeb il-mistoqsija li għaliha qed jagħmel riferenza l-Onor.", "Membru.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - IMPJEGATI", "12137.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li qegħdin jintbagħtu inspections fid-dar ta' impjegati tad- Dipartiment ta' l-Anzjani meta dawn jirrapportaw bħala morda?", "Dawn l- inspections qed isiru minn tobba jew minn impjegati oħra tad-dipartiment?", "Jekk m'humiex tobba, x'kariga għandhom dawn li qed imorru jżuru lill- impjegati morda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani mhux jibgħat impjegati li m'humiex tobba sabiex jagħmlu inspections għand impjegati li jirrapportaw li huma morda.", "CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "12138.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-Casual Social Assistants li spiċċaw milli jagħtu s-servizz tagħhom f'Malta għal xi raġuni jew oħra matul is-sena 1997; kemm-il casual social assistant ġodda bdew jagħtu s-servizz tagħhom f'Malta matul l-istess sena; minn dawn il-ġodda kemm hemm li qed jagħtu s-servizz lill-anzjani f'darhom; fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern; fid-day centres; f'xi postijiet oħra, dejjem f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali li għal xi raġuni jew oħra spiċċaw milli jagħtu is-servizz kien ta' 98.", "In-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali ġodda f'Malta għas-sena 1997 kien ta' 103.", "Minn dan in-numru: -", "91 taw is-servizz lill-anzjani f'darhom 3 taw is-servizz fid-djar ta' l-anzjani 3 taw is-servizz fid-Day Centres 6 taw is-servizz f'dawn il-postijiet: - 4 SVPR u 1 Health Division.", "1 Home Help (Administration).", "GŻIRA - DAY CENTRE", "12139.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar il-ftuħ ta' Day Centre għall-anzjani fil-Gżira wara l-kuntatti li kien hemm bejn il-Kunsill Lokali tal-Gżira u s- Segretarjat ta' l-Anzjani dwar post li deher addattat biex jintuża għal dan l-iskop?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għal din is-sena, m'hemm l-ebda ħsieb li tinfetaħ Day Centre għall-Anzjani fil-Gżira.", "ANZJANI - SERVIZZ TA' HOME HELP CARE", "12140.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' anzjani li kienu qed jirċievu s-servizz tal-home help care fl-aħħar tas-sena 1997; x'kien in-numru ta' casual social assistants li kienu jidhru impjegati bħala tali fl-aħħar tas-sena 1997; kemm kien hemm minn dawn li ma kienux qed jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom u liema xogħol speċifiku ieħor kienu qed jagħmlu; x'kienet l- ispiża attwali għal dan is-servizz matul is-sena 1997, dejjem b'riferenza għas-servizz tal-home help care f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru totali kien ta' 2,339 anzjani.", "In-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali fl-1997 kien ta' 446.", "Dawn kienu mqassmin hekk:", "ATC - 5 Assistenti Socjali Kazwali Blind Section - 2 Assistenti Socjali Kazwali Cen Hidma Socjali - 2 Assistenti Socjali Kazwali Day Centres - 27 + 4 Assistenti Socjali Kazwali Education - 2 Assistenti Socjali Kazwali Fejda - 1 Assistenti Socjali Kazwali Health - 2 Assistenti Socjali Kazwali Home Help - 6 Assistenti Socjali Kazwali Homes tal-Anzjani - 37 Assistenti SocjaliKazwali Kumm Nazzjonali - 1 Assistenti Socjali Kazwali Ministeru - 2 Assistenti Socjali Kazwali SVPR - 3 Assistenti Socjali Kazwali Telecare - 1 Assistenti Socjali Kazwali TOTAL - 95 AssistentiSocjali Kazwali Fil-komunita' hemm jaħdmu 351.", "(Total 446 - 95 = 351)", "L-ispiża fi ħlasijiet ta' pagi għall-1997 kienet ta' Lm793,517.", "CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "12141.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għas-servizz f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-casual social assistants li spiċċaw milli jagħtu s-servizz tagħhom għal xi raġuni jew oħra matul is-sena 1997; kemm-il casual social assistants bdew jagħtu s-servizz tagħhom matul l-istess sena; u minn dawn il-ġodda kemm hemm li m'humiex qegħdin fuq servizz lill-anzjani f'darhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' CSA's li spiċċaw milli jagħtu servizz matul kien ta' 15.", "In-numru ta' CSA's li bdew jagħtu servizz matul 1997 kien ta 15.", "Mis-CSA's il-ġodda waħda (1) biss m'hijiex qegħda taghti servizz lill- anzjani f'darhom.", "ANZJANI - SERVIZZ TA' HOME HELP CARE", "12142.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għas-servizz f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien in- numru totali ta' anzjani li kienu qed jirċievu s-servizz tal-home help care fl-aħħar tas-sena 1997; x'kien in-numru ta' casual social assistants li kienu jidhru mpjegati bħala tali fl-aħħar tas-sena 1997 u kemm kienu minn dawn li ma kenux qed jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom u x'xogħol ieħor kienu qed jagħmlu; x'kienet l-ispiża attwali għal dan is-servizz matul is- sena 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fl-ahhar tal-1997 t-total ta' anzjani li kienu qed jirċievu s-servizz tal-home help care kien ta' 842.", "In-numru ta' CSA's fl-aħħar tal-1997 kien ta' 135.", "Minn dawn 130 kienu jaghtu s-servizz lill-anzjani f'darhom.", "Erbgħa (4) qeghdin jagħtu servizz fl-uffiċċu tas-Sezzjoni Kura ghall-Anzjani u Bzonnijiet Specjali u waħda (1) tagħti servizz fiċ-Ċentru ta' Taħriġ għall-Adulti (Persuni b'Diżabilita').", "L-ispiża attwali ghall-1997 kienet ta' Lm241,181.", "SAĦĦA - PILLOLI ENALAPRIL", "12143.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'rapporti waslu mill-ispiżeriji tal-gvern u mill-Customer Care Service tad- Dipartiment tas-Saħħa dwar il-kwalita' tal-pilloli Enalapril 20mg?", "Kemm kien hemm ilmenti dwar din il-kwalita' ta' pilloli u x'inhi r-reazzjoni tad- Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ilmenti dwar il-pilloli Enalapril 20 mg li waslu lid-Dipartiment tas-Saħħa kienu varji.", "Sar rapport uffiċjali mid-Drugs & Therapeutics Committee wara li dan irċieva diversi ilmenti minn konsulenti u tobba dwar dan il-prodott.", "Ir-reazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa kienet li mmedjatament fetaħ tenders ġodda għal dan it-tip ta' pilloli bi klawżola li l-prodott offrut irid ikun ċertifikat ugwali (bioequivalenti ) għall-prodotti oriġinali.", "Infetħet wkoll direct order għall-prodott oriġinali li qegħda tiġi pproċessata.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "12144.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi tender għall- bar tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq matul l-1997 u l-1998?", "F'każ li t- tweġiba hija fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġet u min ingħata t- tender?", "Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, jista' jgħid min imexxi l-bar illum kif ingħata l-kuntratt?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt tal-kiri tal-bar tal-Pixxina?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' OVERDOSE", "12145.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid il-pulizija kemm irċeviet rapporti ta' overdose minn Novembru 1996 sa llum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - DROGI", "12146.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il darba nstabet id-droga jew xi sustanza oħra projbita fil-Ħabs ta' Kordin minn Novembru 1996 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' kemm-il darba nstabet droga fil-Ħabs minn Novembru 1996 sal-11 ta' Frar, 1998 kien ta' tmienja.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "12147.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet l-applikazzjoni għal manager għall-Pixxina Nazzjonali?", "Kemm intefgħu applikazzjonijiet?", "Min intgħażel?", "F'liema ġurnata beda x-xogħol tiegħu f'din il-pixxina?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WSC - ILMA", "12158.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 11729 u ċioe' jgħid ġurnata b'ġurnata mill-15.11.97 sat- 28.1.98, kemm kienet id-domanda (konsum) ta' l-ilma fil-gżejjer Maltin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "WSC - SPIŻA", "12159.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fir-rigward tal-Water Services Corporation, jista' l- Ministru jgħid għall-perijodu bejn 1.10.97 u t-12.2.98 kemm kienet l-ispiża (ħruġ) totali tal-Water Services Corporation; u kemm kien id-dħul (revenue) għall-istess korporazzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Billi dawn il-figuri għadhom qed jinġabru risposta tingħata aktar 'il quddiem.", "MALTA/UE - FREE TRADE AREA/ZONE", "12160.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jikkonferma l-Ministru, dejjem skond ir-rapport dwar twaqqif ta' free trade area/zone bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, li l-importazzjoni/esportazzjoni fl-oqsma tal-biedja u sajd, se jiġu liberalizzati skond regolamenti li jorbtu lill-membri tal-WTO (Malta u l-UE tnejn minnhom); kif ukoll jista' l- Ministru jgħid x'għajnuna/benefiċċju (kemm finanzjarja jew teknika) se jirċievu l-oqsma tal-biedja u sajd mill-Unjoni Ewropea bit-twaqqif ta' l- istess free trade area/zone?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 12095.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "WORK PERMIT", "W1,253.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-probabbiltajiet li l-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata work permit?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għandi nifhem, skond il-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant li, s'issa ma' saret l-ebda talba lid-Dipartiment taċ- Ċittadinanza u tal-Expatriates dwar il-ħruġ ta' liċenza ta' impjieg (work permit) lill-persuna ndikata.", "Jekk dan hu l-każ (id-Dipartiment ma sab l-ebda talba dwar din il- persuna), ma tistax tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija.", "MSIDA: TRIQ REĠJONALI - TRAFFIKU", "W1,255.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif se tiġi riżolta l- problema tat-traffiku fi Triq Reġjonali, fl-Imsida?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 11311 u 11591 li diġa' tajt fuq dan ir-rigward."]} {"filename": "19970725_107d_par.doc", "date": "1997-07-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 107 Il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 107", "Il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.00 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "107", "Il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 294", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 294", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 302", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL (IT-TIENI QARI) 303", "AĠĠORNAMENT 329", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 334", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 353", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono) Il-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li l-Onor.", "Karl Chircop kien preżenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jidhirli li anke l-Onor.", "Joe Borg kien preżenti.", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Iskrivan jieħu nota biex l-ismijiet ta' l- Onor. Karl Chircop u l-Onor.", "Joe Borg jinqatgħu mil-lista ta' l-assenti.", "Il-Minuti issa jistgħu jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta 106 li saret fit-23 ta' Lulu, 1997 ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZZJONI - KORS TAL-PGCE", "6345.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-PGCE ta' filgħaxija twaqqaf u qed isir filgħodu biss, b'inkonvenjent għal dawk li diġa' qed jaħdmu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultrua Nazzjonali): Kien sar qbil bejn il-Fakulta' tal-Edukazzjoni ta' l-Universita' u d- Diviżjoni tal-Edukazzjoni xi snin ilu biex il-kors ta' pedagoġija li kien isir għal għalliema gradwati ma jibqax isir.", "Ma neskludix il-possibbilta' li dan il-kors filgħaxija jerġa' jsir jew mill-Fakulta' tal-Edukazzjoni jew mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, naf li kien hemm diskussjonijiet għaddejjin bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l- Universita' fuq il-kors tal-PGCE biex jiġi evitat l-overlapping.", "Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, milli nista' nifhem, il-ministru ta' l-edukazzjoni ta' qabli kien qatagħha li l-kors tal-PGCE torganizzah id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, iżda sfortunatament din id-deċiżjoni kienet ġabet reazzjoni min-naħa ta' l-Universita' li ma riditx tirrikonoxxi dak il- kors.", "Huwa fatt, kif qed jgħid l-Onor.", "Membru, li r-relazzjonijiet bejn il-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita' u d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni mhux dejjem kienu kif wieħed jixtieq u wieħed ikompli jaħdem biex kemm jista' jkun intejbu l-affarijiet.", "Naħseb li sar ħafna titjib imma dejjem hemm kif nistgħu ntejbu aktar ir-relazzjonijiet ta' bejniethom.", "Il-problema li jsemmulna min-naħa tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni - u naħseb kollox ma' kollox għandhom raġun - huwa li l-pressjoni ta' xogħol li għandhom filgħodu għal korsijiet regolari ma tippermettilhomx li jorganizzaw ukoll kors filgħaxija.", "Huma qed jgħidu li tant għandhom xogħol biex ilaħħqu mal-korsijiet regolari li mbagħad m'għandhomx ħin biex ilaħħqu ma' ta' filgħaxija.", "Jien naħseb li waħda mir-raġunijiet hija anke għax l- Universita' għadha mhijiex attrezzata biżżejjed biex toffri korsijiet ta' filgħaxija b'mod mhux tradizzjonali.", "Jiġifieri jekk wieħed se joqgħod jorganizza korsijiet filgħaxija bil-mod tradizzjonali ta' l-Universita', li tiftaħ ċerti lecture halls filgħaxija biex l-istudenti adulti jiltaqgħu hemm u l-korsijiet ta' filgħodu isiru kif isiru, hekk veru l-Universita' qatt m'hi se tasal biex bil-kompliment li għandha filgħodu tkun tista' torganizza wkoll korsijiet filgħaxija, li d-domanda għalihom aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tikber.", "Apparti mill-fatt li aħna għandna bżonn ta' gradwati għalliema - u t-talba minn dawn il-persuni biex ikollhom kors filgħaxija qed tikber - pero' l-Universita' mhijiex fi grad li tissodisfa din it-talba.", "Naħseb li biex nissodisfawha hemm bżonn li l-Universita' timbarka fuq programm ta' taħriġ professjonali għal-lecturers biex jitgħallmu jorganizzaw korsijiet differenti milli qed jorganizzaw.", "Jien wisq nemmen li għandna bżonn tip ta' open structures u open learning institutions bħal open university - mhux fl-Ingilterra biss iżda f'ħafna pajjiżi oħra fid-dinja jużaw din is-sistema - permezz tad-distance learning u permezz tat-teknoloġija ġdida, l-użu tar-radju u l-użu tat- televiżjoni.", "Naħseb li hemm bżonn li jkun hemm staff development għax ħafna mil-lecturers tagħna ma ġewx ippreparati għal dawk it-tip ta' korsijiet.", "Naħseb li korsijet ta' filgħaxija għal adulti jitolbu li jkunu organizzati b'mod differenti minn dawk għal undergraduates.", "Ħafna drabi l- lecturers jaqbdu l-materjal li jkollhom matul il-ġurnata u kważi jagħtuh kelma b'kelma lill-adulti li jattendu filgħaxija.", "Is-sitwazzjoni edukattiva hija differenti u ma treġix hekk.", "Iva, naħseb li għandna bżonn kbir li naraw kif naslu biex il-kors tal- PGCE isir filgħaxija.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6491.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti breakdown iddettaljat ta' l-infiq kollu fuq il-proġett ta' Buġibba?", "Kemm ingħata overtime lill- ħaddiema tat-taqsima tax-xogħlijiet?", "Jista' jagħti wkoll lista dettaljata tad-direct orders kollha li ngħataw?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): L-infiq fuq il-proġett ta' Buġibba:", "|materjal, period |Lm | |contracts, tenders u|525,000 | |direct orders | | |roads department | | |period contracts |1,330,000 | |overtime | | |lill-ħaddiema |165,000 | |fit-taqsima | | |tax-xogħlijiet | |", "Lista dettaljata tax-xogħlijiet li saru, jiġifieri tenders, direct orders u roads department period contracts, flimkien ma' lista ta' direct orders li nħarġu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra", "SKEJJEL - STUDENTI", "6510.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fis-sena skolastika 1996/97, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fuq il-15-il sena fis-Sixth Form tal-gvern, fis- Sixth Form tal-Knisja, fis-Sixth Form tal-privati, fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja, fl-iskejjel Sekondarji tal-privati u oħrajn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7823 f'Seduta Nru. 105.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6592.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Rigward ix-xogħol li sar u li qed isir fil-pjazza ewlenija ta' Buġibba, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol huwiex qiegħed isir mill-kuntrattur u, jekk fl- affermattiv, meta nħarġet u meta ġiet awarded it-tender; kemm kien stmat ix- xogħol; x'kienu d-diversi xogħlijiet inklużi fit-tender; jekk il-kuntrattur kellux jipprovdi hu l-materjal kollu tax-xogħol; u jekk waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol ġewx mibdula wħud mill-kondizzjonijiet bħal, per eżempju, x'tip ta' finishes kellhom jiġu mwettqa, eċċ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol ta' pavimentazzjoni fil-pjazza ewlenija ta' Buġibba sar minn kuntrattur privat wara li kienet ħarġet tender għal pubblikazzjoni fil-25 ta' Marzu - kienet għalqet fit-8 t'April, 1997 - u x- xogħol ingħata lill-kuntrattur bl-orħos offerta fit-28 t'April, 1997.", "Ix- xogħol ta' pavimentazzjoni kien stmat li ser jiswa Lm50,000.", "Dan ix-xogħol kien jinvolvi t-tqegħid ta' madwar 5,000 metri kwadri ta' paving blocks, skond id-disinji li nħarġu mat-tenders.", "Il-kuntrattur kellu jipprovdi l-materjal kollu.", "Waqt ix-xogħol intuża xi materjal minn tal- gvern u għaldaqstant din għandha tirrifletti ruħha fil-kont finali.", "Waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol ġie deċiż illi tintuża tip ta' paving block waħda kullimkien, jiġifieri dik li hija 100mm b'200mm bi ħxuna ta' 100mm.", "Għalhekk minflok it-tip ta' madum rettangolari u \"Goccia\", intuża madum rettangolari kullimkien.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker - iktar minn ħaġa oħra biex nipprova niċċara x'intqal - il-Ministru qiegħed jgħid fil-fatt li l-ħxuna tal-madum ċkienet jew fhimt ħażin jien?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Li ġara kien, Madam Speaker, peress li kien hemm parti mill-pjazza li kien se jgħaddi t-traffiku minn fuqha, hemmhekk il- madum intuża tat-200 mm minflok ta' 100 mm, għall-fatt li jrid jieħu piż akbar.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6593.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Rigward ix-xogħol kollu li qed isir fl-upgrading ta' Buġibba u l-Qawra, jista' l-Ministru jgħid sal- lum kemm-il direct order ħarġet; il-valur ta' kull direct order; il-lista ta' xogħlijiet indikati f'kull direct order; lil min ġew awarded dawn id- direct orders; il-valur totali jew stima tad-direct orders; u kemm fil- fatt kien hemm variation fuq kull direct order sal-lum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Waqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta li għadni kemm tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6592, nista' nikkonferma li nħarġu 17-il direct order.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqisija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk f'xi waħda minn dawk id-direct orders fil-fatt kienx hemm maħsub ukoll xi xogħol biex tiġi rranġata parti mis-sistema tad-drenaġġ li seta' kellha bżonn tiswija?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, aktar kmieni poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-direct orders li fiha d-dettallji kollha.", "Milli qed nara, ma jidhirlix li hemm xogħol tad-drenaġġ inkluż.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jekk ma ħarġitx direct order, jista' l-Ministru jgħidilna jekk sarux tiswijiet qabel sar ix-xogħol neċessarju f'dawn l- inħawi?", "X'qed jagħmel fil-preżent il-ministeru biex l-okkażjonijiet ta' fawran tad-drenaġġ li kellna dan l-aħħar ħmistax-il ġurnata ma jirripetux ruħhom?", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm mill-anqas erba' okkażjonijiet.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, Madam Speaker, hawnhekk għandi d-dettalji tax-xogħlijiet li nħarġu kollha b'tender mid-dipartiment tad-drenaġġ.", "Inħarġet tender W17/97 għal Triq San Luqa li kienet smata Lm4,760.", "Inħarġet tender oħra W20/97 li kienet smata Lm12,120 għal xogħlijiet fil- Qawra u tender oħra W21/97 smata Lm16,400 għal xogħol ieħor fil-Qawra.", "Dawn kollha ngħataw lill-kuntratturi differenti, cioe' ntrebħu minn kuntratturi differenti f'new tenders.", "Fir-rigward tal-punt li għamel l-Onor.", "Interpellant dwar fawran tad- drenaġġ li seħħ xi ġranet ilu, hemmhekk irrid ngħid li dan ġie nvestigat min-nies tad-dipartiment u, kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, peress li fl-inħawi tal-Qawra u Buġibba jiżdiedu ħafna r-residenti matul is-sajf, fis- sens li jkun hemm popolazzjoni kbira kemm ta' turisti lokali u anke barranin, il-volum jiżdied u apparti li jiżdied il-volum hemm ħafna catering establishments.", "Meta far id-drenaġġ quddiem is-Suncrest Hotel u ġie mnaddaf il-blockage, instab li kien hemm volum massiv ta' xaħam li mblokka d-drenaġġ.", "Dan huwa abbuż kbir li qiegħed isir minn xi catering establishments li fil-kċejjen tagħhom suppost li għandhom il-grease traps biex ix-xaħam ma jibqax dieħel fid-drenaġġ.", "Dan mhux qed isir.", "Id-drenaġġ tagħhom jkun fih ix-xaħmijiet u ż-żjut u meta jgħaddi mis-sistema x-xaħam ma' l-ilma ovvjament jagħqad għax iħoss il-kesħa u jimblokka d-drenaġġ.", "Dan ġara kemm fin-naħa tas-Suncrest, fejn kien hemm il-fawran, kif ukoll taħt l-għelieqi li hemm fil-junction, fejn ukoll kien hemm xi fawran tad- drenaġġ.", "Irrid ngħid, Madam Speaker, li f'dawn iż-żewġ każi d-drenaġġ darba far fit-triq u darba far fl-għelieqi, jiġifieri ma kienx hemm fawran fil-baħar.", "Aħna konxji mill-problemi li hemm hemmhkek minħabba abbużi li qed isiru u qed nagħmlu ħilitna biex min jabbuża naqbduh, imma aktar minnhekk qed nagħmlu ħilitna wkoll biex il-manutenzjoni ssir regolari.", "Fil-fatt f'dik l- area qed ikun hemm grupp ta' nies mid-dipartiment tad-drenaġġ li jduru kontinwament, just in case jinqalgħu l-ħsarat.", "Irrid ngħid ukoll li anke l- pumping stations huma manned.", "Jiġifieri qed nagħmlu ħilitna kollha biex dan ma jiġrix.", "Pero' again jien regolarment nappella lil kull min qiegħed fl-industrija tal-catering biex ma jabbużax mis-sistema.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Refalo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Madam Speaker, ma nafx jekk il-Ministru jafx li l- introduzzjoni tal-grease traps saret fuq insistenza tal-ministeru tat- turiżmu xi sitt snin jew seba' ilu.", "Nista' nikkonferma li l-ħruġ tal- liċenzja tal-pulizija huwa marbut, fost oħrajn, b'din il-kondizzjoni.", "Kien hemm żmien meta d-Dipartiment tas-Saħħa kien jagħmel inspections biex jara jeżistux jew le dawn il-grease traps u fil-fatt kien hemm każi fejn instab li ma kenux jeżistu u allura kienu ttieħdu xi passi.", "Naqbel ħafna ma' dak li għadu kemm vara l-Ministru.", "Dik il-problema mhux Buġibba u San Pawl biss teżisti imma tista' tgħid, kullimkien fejn hemm massa ta' outlets u retail shops tat-turiżmu u fejn iservu l-ikel.", "Huwa importanti li jiġi milqugħ dan il-periklu ta' sadd ta' drenaġġ u għalhekk għandu jsir eżerċizzju qawwi biex wieħed jiċċekkja jekk hemmx grease traps f'kull ħanut jew catering outlet.", "Wara kollox dawn huma marbutin fil-permess tagħhom li jkollhom grease traps.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAIGAR: Iva, naqbel mas-suġġerimenti ta' l-Onor. kollega u napprezza li kienet miżura tajba li ttieħdet sitta jew seba' snin ilu u għandha tkun inforzata.", "Pero' rrid inżid ngħid li apparti l-abbużi li jsiru minn restaurants u lukandi, hemm xi sidien ta' kiosks li jsajru fihom u li m'humiex covered bl-ebda permess - allura m'humiex marbutin li jkollhom grease traps - u dak li jkollhom għar-rimi jaqbdu u jwaddbuh fid- drenaġġ, pero' qed nieħdu azzjoni sabiex dan l-abbuż jieqaf ukoll.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, speċifikament fl-inħawi ta' Kennedy Grove kien qed isir xogħol - jew inkella kellu jsir xogħol - li safejn naf jien ma tkompliex biex ikun hemm easement tas-sistema tad-drenaġġ.", "F'risposta għall-mistoqsija parlamentari li tani xi 15-il ġurnata ilu, il- Ministru qal li kienu qegħdin fil-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tender.", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma tkompliex ix-xogħol f'dawk l-inħawi - nafu li fis-sajf ikun hemm popolazzjoni ferm ikbar hemmhekk - u meta se jkun lest dan ix-xogħol.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, dik inhar li rrispondejt għall- mistoqsija ta' l-Onor. kollega ddikjarajt li kienet inqalgħet problema meta konna qegħdin nevalwaw il-kuntratti tad-drenaġġ ta' diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt żewġ periti spiċċaw barra mid-dipartiment minħabba l-affarijiet li ġraw.", "Pero' jidher li issa l-affarijiet iċċaraw ħafna u bosta mit-tenders li kellna mwaħħlin bdew ħerġin.", "Fil-fatt nista' ngħid li l-area li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant se nagħtuha importanza ħafna.", "PA - HEALTH INSURANCE", "6721.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5758, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid safejn u kif l- accident insurance tkopri lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, qabel nagħti r-risposta rrid nagħmel rimarka.", "L-ewwelnett din il-mistoqsija kienet diġa' ġiet imwieġba qabel u t-tieni nett irrid nippreċiża li kien hemm żball għaliex fil-fatt iċ-ċifra ta' Lm5,000 riedet tiġi Lm5,000,000.", "Ir-risposta għall- mistoqsija parlamentari trid tiġi hekk:", "\"L-Awtorita' ta' l-Ippjanar, minn meta ġiet imwaqqfa, kienet koperta b'employer's cover ta' l-impjegat għall-ammont ta' Lm5,000,000 għal kull okkorrenza.", "Barra minn hekk l-awtorita' wkoll ħadet polza tas- sigurta' - group personal accident policy - li tagħti benefiċċju immedjat ekwivalenti għal sentejn salarju għal mewt b'inċident jew diżabilita' permanenti.\".", "Dan b'kuntrast mar-risposta li tajt fis-Seduta Nru. 87 fejn iċ-ċifra li kont ikkwotajt - milli kelli miktub hawnhekk - kienet ta' Lm5,000 imbagħad ġibduli l-attenzjoni li kellha tiġi korretta għal Lm5,000,000.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien nixtieq inkun naf - għax din tinteressani lili - kemm tħallas il-kumpannija ta' l-assigurazzjoni lil dak il-ħaddiem li jweġġa' fuq il-post tax-xogħol, jekk hux paga ta' sentejn, jekk ikollux imur il-qorti dak li jkun, jew inkella jekk ikollhomx imorru l-qorti l- werrieta ta' dak l-istess ħaddiem f'każ li jitlef ħajtu?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, mill-informazzjoni li għandi miktuba hawnhekk - m'għandix il-policy quddiemi - il-group personal accident policy, li taħtha jaqgħu l-ħaddiema tal-Planning Authority, tagħti benefiċċju immedjat f'każ ta' diżabilita' permanenti ekwivalenti għal sentejn salarju.", "Pero' ovvjament ikun irid jiġi ppruvat li hemm diżabilita' permanenti.", "Biss jidher li hawn daqsxejn stramberija f'din ir-risposta - anke jien m'iniex qed narha ddoqq tajjeb - għar-raġuni li normalment id-diżabilita' permanenti trid tiġi stabilita wara sena.", "Il-bord tal-korriment tal- gvern jistabilixxi permanent disability wara li individwu jkun weġġa'.", "Jiġifieri dak il-ħaddiem li jkun weġġa' jiġi eżaminat mill-bord - dik il- proċedura għadha teżisti sal-lum - imbagħad tiġi stabilita d-degree tad- diżabilita', jekk tkunx 10%, 15%, 20% jew inkella permanent disability.", "Hawnhekk naħseb li meta qed jingħad \"benefiċċju immedjat\" ikun qed ifisser \"dritt immedjat għall-benefiċċju\", pero' xorta ma naħsibx li jkun immedjat għaliex id-diżabilita' tkun trid tiġi stabilita permanenti jew le wara perijodu ta' żmien.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6924.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders fil-proġett ta' Buġibba?", "Jista' jagħti lista għal xiex kienu?", "Jista' jagħti l-valur ta' kull wieħed minnhom u lil min ingħataw?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inħarġu 17-il direct order.", "Il-bqija tar- risposta għal din il-mistoqsija ngħatat mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6491.", "MADAM SPEAKER: Onor. Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk fil- fatt l-arbli tad-dawl jagħmlux parti mill-lista tad-direct orders li semma?", "Jista' jgħidilna kif dan ix-xogħol, li huwa ta' ammont pjuttost qawwi, ngħata b'direct order u mhux b'tender?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jekk l-Onor.", "Interpellant iħares lejn il-lista li tpoġġiet mad-domanda parlamentari numru 6491, isib li s- supply of decorative outdoor lamp-posts for the promenade - tiswa' Lm70,915 - ingħatat b'direct order.", "Pero' ħalli nispjega kif ġara dan il-każ.", "Fil- fatt għas-supply ta' dawn il-lamp-posts kienet inħarġet tender u nista' ngħid li kien hemm diversi offerti, mingħalija disa', pero' tlieta biss instabu li kienu jikkwalifikaw.", "Għalkemm l-ordni ingħatat b'direct order pero' ngħatat lill-irħas wieħed.", "Jiġifieri l-proċess tat-tendering xorta sar, fis-sens li għalkemm hawn miktub li ngħatat b'direct order, effettivament il-proċess tat-tendering kien sar kollu u xorta ntgħażlet l- irħas offerta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, il-Ministru qed jgħidilna li sar il-proċess tat-tendering u xorta ngħatat direct order u allura forsi jkun aħjar li jispjegalna daqsxejn iktar.", "Normalment ikun hemm raġuni li minn tendering procedure wieħed jaqbeż għal direct order, forsi peress li l- adjudication stage ikun qed jieħu fit-tul.", "Jista' jkun ukoll li l-ministru jħoss li m'għandux joqgħod jistenna li l-proċedura tgħaddi mid-Dipartiment tal-Kuntratti.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx, qed nistaqsi.", "Issa barra minn hekk qed jingħad li xorta ngħatat lill-irħas wieħed.", "Imma għaliex b'direct order u mhux b'adjudication tat-tendering procedure?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, ingħatat b'direct order u ngħatat lill-irħas tenderer għall-fatt li waqt l-adjudication process kienu saru xi allegazzjonijiet.", "Inzertaw li l-allegazzjonijiet saru fuq żewġ tenderers, li kellhom quotations li ma kenux l-irħas, u fuq parir tad- Dipartiment tal-Kuntratti dawn it-tnejn ġew skwalifikati u b'hekk kien fadal wieħed biss, li nzerta kien l-irħas wieħed.", "Għalhekk ngħatat b'direct order.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6926.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jitħallsu l-kuntratturi li ħadmu fuq il-proġett ta' Buġibba u kemm tħallsu s'issa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6491, il-valur totali tan-nefqa li saret fuq il-proġett ta' Buġibba, fejn daħlu l-kuntratturi, laħaq madwar Lm1,855,000.", "Iċ-ċifra eżatta tkun tista' tingħata malli l-kejl kollu fuq il-proġett ikun lest.", "Il-kuntratturi tħallsu madwar Lm770,000 sa l-aħħar ta' Ġunju.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - PUBBLIĊITA'", "6946.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min tefa' t-tender biex jieħu l- kuntratt għall-pubbliċita' konnessa ma' l-introduzzjoni tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni minflok il-VAT u kemm kien kull tender?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll minn min kien jikkonsisti l-bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Id-Dipartiment ta' l- Informazzjoni kien responsabbli għall-kampanja pubbliċitarja konnessa ma' l-introduzzjoni tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni minflok il-VAT u fil-bidu ta' Mejju, 1997 ħareġ quotations għal dan il-għan, liema kampanja pubbliċitarja kienet tikkonsisti f'dan li ġej:", "i) produzzjoni ta' għaxar videos ta' minuta l-wieħed għax-xandir fuq it-TV;", "ii) produzzjoni ta' video ta' ħames minuti għax-xandir fuq it-TV;", "iii) produzzjoni ta' għaxar reklami għar-radju ta' minuta l-wieħed;", "iv) avviżi full page bil-kulur għall-pubblikazzjoni fil-ġurnali;", "v) ktejjeb informattiv bil-kulur ta' 16-il pagna, daqs A5;", "vi) leaflets bil-kulur, daqs A5;", "vii) l-irrekordjar ta' 15-il programm outside broadcast; u", "viii) l-istampar ta' 80,000 stedina fuq karta bil-letterhead tad- dipartiment.", "Id-ditti li kienu mitluba jikkwotaw għamlu dawn l-offerti:", "a) Visual Trends & Co Ltd, Birkirkara Lm75,030", "b) Velprint Ltd, Guardamangia 72,950", "c) Plus Advertising Co Ltd, Guardamangia 65,360", "Il-bord ta' l-għażla għat-tieni fażi kien magħmul minn tliet uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.", "Dawn kienu:", "Is-Sur Saviour Azzopardi - senior principal Is-Sur Anthony Preca - public relations officer Is-Sur Joseph Casingena - information officer", "Il-bord sab li l-aktar offerta vantaġġuża kienet dik ta' Plus Advertising Co Ltd u l-għażla tal-bord ġiet ikkonfermata mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, peress li mil-lista li għadu kemm qara l-Ministru huwa evidenti li l-iktar kumpanniji f'Malta li huma magħrufin fil-qasam tal-pubbliċita' ma kenux avviċinati, lanqas biex jagħmlu quotation, jista' l-ewwelnett jiġġustifika kif saret l-għażla ta' dawk it-tliet kumpanniji biex jagħtu quotations - bl-esklużjoni tal- kumpanniji magħrufin mill-poplu Malti kollu li huma esperti f'dan il-qasam - u kemm kien hemm ordnijiet addizzjonali li baqgħu jsiru mal-kumpannija magħżula wara l-ordni oriġinali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jidher li l-affarijiet saru kif suppost u allura m'hemmx lok li nirrispondi għad-domandi li saru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bir-rispett kollu lejn il-Ministru, id- domanda tiegħi hija ċara ħafna.", "Saret għażla ta' tliet kumpanniji biex jagħtu quotations u ġew esklużi kumpanniji magħrufin ħafna fil-qasam tal- pubbliċita'.", "Jista' l-Ministru jagħti spjega għaliex sar dan?", "Jista' jgħid ukoll x'ordnijiet sussegwenti saru ma' l-istess kumpannija f'din il- kampanja ta' pubbliċita', apparti l-ordnijiet oriġinali li saru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Membru staqsa min tefa' t-tender u f'minn min kien jikkonsisti l-bord.", "Din l-informazzjoni ngħatatlu.", "Issa jekk irid xi informazzjoni oħra, nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub u meta tinġabar l- informazzjoni nkun nista nagħtih ir-risposta.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6999.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi d-differenza bejn il-budget tal-proġett ta' Buġibba u kemm attwalment intnefaq?", "Jista' l- Ministru jgħid ir-raġuni tad-differenza li tħallset, lil min tħallset u kif tħallset?", "Jista' l-Ministru jgħid b'kemm jiswa t-tarmac li ngħata lill-proġett ta' Buġibba u min huma l-kuntratturi li ħadmu f'dan il-proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-differenza bejn l-istima oriġinali u kemm ġie committed fuq il-proġett hija ta' madwar Lm500,000.", "Id-differenza hija dovuta għal xogħlijiet li ma kenux ippjanati li jidħlu fil-proġett oriġinali, iżda rriżulta li ma setgħux jitħallew barra għaliex kienu se jkunu ta' detriment għall-proġett.", "Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu l- upgrading ta' partijiet mill-promenade, toroq u bankini li ma kenux inklużi fil-programm oriġinali.", "Kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6925, ċifra eżatta dwar kemm tħallsu l-kuntratturi tkun tista' tingħata malli l- kejl kollu fuq il-proġett ikun iffinalizzat.", "Ingħataw 'l fuq minn 131,000 metru kwadru ta' tarmac fuq il-proġett kollu u huwa stmat li t-tarmac sewa madwar Lm1,200,000.", "Lista tal-kuntratturi kollha li ħadmu f'dan il-proġett ingħatat fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6491.", "EDUKAZZJONI - KORS TAL-PGCE", "7083.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6345?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6345 mogħtija aktar kmieni f'din is-seduta.", "GOZO CHANNEL - VETTURI", "7274.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6610, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-vetturi li qasmu bejn Malta u GĦawdex misjuqa min-nies b'residenza f'Għawdex, b'residenza f'Malta u minn barranin?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:-", "|DATA |BARRANIN|RESIDENT|RESIDENTI| | | |I MALTIN|GHAWDXIN | |Nov 95|2648 |5585 |10129 | |Dec 95|1935 |5766 |9943 | |Jan 96|1873 |5306 |9975 | |Feb 96|1741 |5214 |7903 | |Mar 96|3267 |6804 |10189 | |Apr 96|4186 |10087 |9468 | |May 96|4501 |8761 |11437 | |Jun 96|4107 |10350 |11060 |", "|DATA |BARRANI|RESIDENT|RESIDENTI| | |N |I MALTIN|GHAWDXIN | |Nov |2936 |73333 |10899 | |96 | | | | |Dec |1533 |5023 |9240 | |96 | | | | |Jan |2052 |5436 |9750 | |97 | | | | |Feb | |10311 |9156 | |97* | | | | |Mar | |11964 |7063 | |97* | | | | |Apr | |10909 |7853 | |97* | | | | |May | |12623 |8705 | |97* | | | | |Jun | |12946 |8808 | |97* | | | |", "*mhux possibbli ssir distinzjoni bejn nies b'residenza f'Malta u bejn barranin minn Frar ta' din is-sena 'l quddiem.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "White Paper dwar it-Tiswir ta' Għaqda ta' l-istaff tal-Forzi Armati ta' Malta; u", "Tabella li turi l-infiq fuq hospitality li saru mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn l-1 ta' Novembru 1996 u t-30 ta' April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7616.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar skejjel li se jintużaw bħala Junior Lyceums u skejjel sekondarji għas-sena skolastika 1997/98, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7787.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni self-employed li temmew ix-xogħol tagħhom matul Mejju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7784.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Vassallo huwa in possession.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, konna qegħdin niddiskutu liġi li se tneħħi d-dritt li l-Oppożizzjoni jkollha rappreżentant tagħha fuq boards tad-diretturi ta' diversi awtoritajiet u s'issa konna tajna ħarsa lejn x'effett jista' jkollha din il-liġi fuq il-poplu tagħna għax, għalkemm din hija liġi li direttament tolqot lill-Oppożizzjoni, bilfors li se tħalli wkoll impatt negattiv fuq l-għajxien tal-poplu tagħna.", "Dan li qed ngħid nistgħu naslu għalih jekk nikkonsidraw il-motivazzjoni wara din il-liġi u billi nagħtu ħarsa lejn il-kumplament ta' l-aġenda ta' dan il-Gvern u l- ambjent politiku li qed joħloq fil-pajjiż.", "B'mod sempliċi, il-messaġġ li qed jasal għand il-poplu - nirrimarka li l-poplu huwa konxju ħafna ta' x'qed isir f'din il-Kamra - huwa li l-Gvern għandu x'jaħbi.", "Dan huwa messaġġ negattiv għall-aħħar li qed ikompli jgħarraq is-sitwazzjoni preżenti, anke f'dak li għandu x'jaqsam mas-suq.", "Per eżempju, dan l-aħħar rajna kif Gvern Laburista qiegħed iressaq liġi biex jaħkem anke l-Awtorita' ta' l-Ippjanar taħt idejh.", "Il-poplu Malti qiegħed iħares lejn x'ġara f'Posta Limited, meta ġiet imwarrba l-opinjoni tal-bord u l-kumpannija spiċċat xolta wara stqarrija ministerjali, tkeċċew xi ħaddiema u l-kumplament spiċċaw casual workers.", "Il-poplu qed ikompli jifli x'ġara meta ġiet approvata l-liġi dwar id-dwana u s-sisa, wara li matul l-istadju ta' konsultazzjoni l-korpi kollha konċernati kienu qalu li din se tħalli effett negattiv.", "Il-poplu qed ikompli jara u jgħix l- attakki kontinwi kontra n-negozjanti u n-nies tal-ħwienet permezz tar- reklami.", "Il-poplu qed ikompli jgħix u jara gvern magħmul mill-Partit Laburista jattakka b'mod sfrenat lill-Awtorita' tax-Xandir għaliex ma qabilx ma' deċiżjoni tagħha.", "Il-poplu qed ikompli jara kif il-kunsilli lokali naqqsulhom il-finanzjament biex imbagħad ħolqu action committee biex jagħmel dak li kunsill lokali normalment huwa obbligat li jagħmel, sakemm ikollu l-flus!", "Madam Speaker, dan qed ngħidu għaliex dawn l-azzjonijiet kollha, waħda wara l-oħra, li ħa s'issa dan il-Gvern, lill-poplu tagħna qegħdin jagħtuh messaġġ li f'dan il-pajjiż għandna gvern li jemmen f'politika ċċentralizzata, politika li se tkompli tnaqqas mill-fiduċja tal-poplu, se tkompli tnaqqas mir-ritmu tan-negozju, se tkompli tnaqqas mir-ritmu tax- xogħol, se tnaqqas is-serħan tal-moħħ u ma nkunx goff jekk ngħid ukoll li se żżid ċerta biża' u ansjeta'.", "Il-Gvern jemmen li din hija politika tajba u li jekk se jiggverna b'din il-politika se jkollu riżultati aħjar, pero' din hija politika li qed tħalli effetti negattivi fuq il-poplu tagħna u fuq il-mod kif qed jgħix il-poplu tagħna.", "Din il-liġi li għandna quddiemna llum qed tkompli żżid l-inċertezza li hawn fil-pajjiż għaliex fiha nnifisha hija liġi negattiva li qed tneħħi dritt ta' l-Oppożizzjoni, dritt li permezz tiegħu l-Oppożizzjoni kienet se tkun kapaċi twettaq dmirha aħjar.", "Allura l-messaġġ li qed jirċievi l-poplu tagħna huwa li l-Gvern ma jridx min jindaħallu.", "Għalhekk, Madam Speaker, qegħdin naraw kif dan il- Gvern qatt ma kien konsistenti, la fid-doveri tiegħu, meta kien fuq il- bankijiet ta' l-oppożizzjoni, la ma' l-argumenti tiegħu tal-lum u lanqas mal-wegħda ta' konsultazzjoni wiesgħa li għamel ma' l-elettorat.", "GĦall- kuntrarju ta' dak li jgħidu tan-naħa l-oħra, dan huwa gvern inkonsistenti.", "Meta l-poplu jismagħna nitkellmu, lilna li nirrappreżentawh f'din il- Kamra, u nużaw kliem bħal \"trasparenza\", \"djalogu\" u \"demokrazija\", bir- raġun jippretendi minn għandna li nkunu konsistenti u li nagħtu xhieda ta' dan billi npoġġu fil-ħajja l-kliem li nkunu qegħdin nużaw, inkella l- poplu ġustament se jikkritikana.", "Meta fil-gvern kien hemm il-Partit Nazzjonalista, biex jagħti ħajja lill-kliem bħalma huma \"trasparenza\", \"djalogu\" u \"demokrazija\", ta l-opportunita' lill-Oppożizzjoni Laburista li tkun preżenti waqt it-teħid tad-deċiżjonijiet u mhux wara.", "Dak li jfisser li f'bord ta' korporazzjoni jew awtorita' ikollok membru ta' fiduċja ta' l-oppożizzjoni.", "Ir-raġuni kienet biex il-kritika ta' l- oppożizzjoni tkun kritika ġusta, msejsa u mibnija fuq informazzjoni miġbura first-hand.", "Pero' l-Partit Laburista - dak inhar fl-oppożizzjoni - m'aċċettax u għażel li l-kritika tiegħu tibqa' tkun infondata u 'l bogħod mill-fatti, għax kieku aċċettaw kienu jkunu responsabbli ta' dawk il- fatti li kienu jkunu qegħdin jixhdu għalihom waqt it-teħid tad- deċiżjonijiet.", "Din hija inkonsistenza mad-doveri tal-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni.", "B'rappreżentanza ta' l-oppożizzjoni f'dawn il- korporazzjonijiet u l-awtoritajiet, il-gvern ma setax jagħmel dak li jrid mingħajr ma jkun jaf il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Fiha nnifisha, l-preżenza ta' persuna li għandha fiduċja fiha n-naħa l- oħra tal-Kamra, barra dik tan-naħa tal-gvern, żgur li kienet tgħin biex il-ħaddiema u l-konsumaturi ta' dawn l-awtoritajiet u korporazzjonijiet iħossuhom protetti.", "Kienu jkunu konxji li fil-bord ikun hemm persuna li ġejja b'mentalita' u b'opinjoni politika differenti pero' li kien bżonnjuż li tkun hemm għaliex kienet tkun qed tara li jkun qed jiġi rrispettat id- dritt tat-trasparenza f'dak il-bord.", "Illum il-ġurnata għandna sitwazzjoni fejn ħaddiema qegħdin jistaqsu: Jekk il-Gvern se jneħħi anke r- rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni mill-bord tal-korporazzjoni jew ta' l- awtorita' tagħna fejn naħdmu, dan issa fejn se jwassalna?", "X'jonqos iżjed li jsir?", "Jien jiddispjaċini li xi drabi f'din il-Kamra nħossuna tant maqtugħin jew 'il bogħod, minħabba fil-pożizzjoni li għandna, li ma nkunux qegħdin nagħtu kas u ma nkunux konxji ta' x'ikun qed jgħid l-inqas wieħed f'dawn il-korporazzjonijiet u f'dawn l-awtoritajiet u x'effett ikunu qegħdin iħallu fuq il-poplu d-deċiżjonijiet tagħna, fuq il-poplu li għajnejh ikunu fuqna sempliċement biex jara kif qegħdin naqdu r- responsabbiltajiet tagħna.", "Dik il-preżenza kienet tfisser li fil-bord kien se jkun hemm ċerta regola, li l-bord ma kienx jista' jiżvija jew joħroġ mill-binarji u, anke jekk jiżvija jew joħroġ mill-binarji, kien ikun hemm min iħares fuq dak il- bord u min ikun preżenti waqt it-teħid ta' dawk id-deċiżjonijiet.", "Illum permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi l-poplu qed jinduna li dan kollu se jispiċċa.", "Dan il-Gvern qed jaħrab mir-responsabbilta' li jaħdem bi trasparenza, kif kien wiegħed hu stess matul il-kampanja elettorali tiegħu.", "Dan huwa argument ta' inkonsistenza ma' l-argumenti li kien ressaq meta kien qed jitlob mandat mingħand il-poplu.", "Il-poplu qed jinduna li l- Gvern ma jridx li jkollu r-rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni għax qed jibża' li jkollu lill-Oppożizzjoni fuq il-mejda fejn hu qed jieħu d- deċiżjonijiet tiegħu.", "Madam Speaker, għaliex illum, wara li wegħedna li nkunu trasparenti, moderni u li se nagħmlu konsultazzjoni wiesgħa, f'daqqa waħda qegħdin naslu għal liġi ta' din il-kwalita', liġi li min jaħseb dwarha jara li dan huwa mod kif qegħdin niddebolixxu u nherru l-mod kif jista' jkollna fiduċja f'xulxin?", "Meta wieħed jara l-argumenti ta' l-Onor.", "George Vella - dak inhar fl- oppożizzjoni; kien qed jopponi għall-abbozz ta' liġi li kellu jagħti dritt lill-oppożizzjoni li jkollha r-rappreżentant tagħha fil-korpi - isib li l- Onor. Membru kien irrimarka li f'liġi bħal din ma jara xejn ħlief eżerċizzju ieħor ta' propaganda.", "Hekk kienu argumentaw u dan kien wieħed mill-argumenti ewlenin li kien hemm min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista, meta kienu qegħdin jopponu għal-liġi li proprju kien qed iressaq Gvern Nazzjonalista.", "L-Onor.", "George Vella kien qal: Ma nara xejn fiha din il- liġi ħlief eżerċizzju ieħor ta' propaganda.", "Minkejja li dejjem kienu jikkritikaw lill-Gvern Nazzjonalista bin-nuqqas ta' trasparenza, meta l- istess Gvern offrilhom soluzzjoni dawn m'aċċettawhiex.", "Kien hawn min iddeskriva dan l-abbozz ta' liġi li kien ressaq dak inhar il-Partit Nazzjonalista bħala salvauomo għas-sitwazzjoni li kien hawn fil-pajjiż.", "Anke jekk stess kien salvauomo pero' kienet offerta u pass konkret biex f'pajjiżna verament ikun hawn fiduċja fi żmien meta kien hawn kritika mitfugħha bl-addoċċ.", "Nixtieq inkompli nikkwota minn dak li kien qal l- Onor. George Vella.", "L-Onor.", "Membru kien qal hekk: \"Din il-liġi għandha teħodna għal dibattitu li jinżel fil-fond, li janalizza x'inhu r-rwol u x-xogħol ta' l-oppożizzjoni f'demokrazija parlamenatari.\".", "Allura, ngħid jien, illum il-ġurnata f'dan id-dibattitu hekk qegħdin nagħmlu?", "Forsi qegħdin nerġgħu nistiednu lilna nfusna biex niddiskutu x'inhu r-rwol u x'inhu x-xogħol ta' l-oppożizzjoni f'demokrazija parlamentari?", "Mela fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern konna ngħidu li l-oppożizzjoni għandha taqdi r-rwol b'ċertu mod li tixhed għat- trasparenza u tkun tagħmel parti minn dik it-trasparenza politika, biex verament ikollna demokrazija sħiħa, u llum il-ġurnata għandna Gvern li qed jgħidilna: Le, intom m'għandkomx tkunu preżenti waqt it-teħid tad- deċiżjonijiet permezz ta' membru tal-fiduċja tagħkom fil-bord u l-uniku dritt li għandkom bħala oppożizzjoni huwa li jekk tridu l-informazzjoni tridu taslu għaliha sempliċement permezz ta' mistoqsijiet parlamentari, mistoqsijiet parlamentari li t-tweġiba tagħhom tingħata biss wara li l- froġa tkun saret jew, biex inkun iktar pożittiv, wara li l-proġett ikun sar u wara li d-deċiżjoni tkun seħħet.", "Din hija inkonsistenza, kemm ma' l- argumenti kif ukoll mad-doveri ta' l-oppożizzjoni, għaliex l-oppożizzjoni għandu jkollha dritt li tkun preżenti waqt it-teħid tad-deċiżjonijiet.", "Allura jekk kellna Parlament, jew jekk kellna gvern, li ta dritt lill- oppożizzjoni, llum m'għandux ikun hawn gvern li jieħu lura dak id-dritt ta' l-oppożizzjoni.", "Hekk ħasbu meta dak inhar kienu fl-oppożizzjoni, hekk qalu u hekk għamlu.", "Meta kien hawn gvern, immexxi mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami, li kien se jagħtihom id-dritt li jkunu preżenti f'boards u f'korporazzjonijiet, fejn jittieħdu deċiżjonijiet rigward affarijiet l- iżjed essenzjali f'ħajjitna u fil-ħajja tal-poplu tagħna, dawn kulma waslu biex jgħidu kien: Le, aħna ma rridux u rridu nibqgħu biss fuq id- dritt li għandna, jiġifieri li nagħmlu mistoqsijiet parlamentari.", "Imbagħad fil-fatt komplew l-oppożizzjoni tagħhom bi tfigħ ta' ħmieġ, bħalma jiftakar kulħadd.", "Illum il-Partit Laburista qiegħed fil-gvern u l-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-oppożizzjoni u qed naraw kif dak li kien poter ma kienx sempliċement propaganda iżda kien mogħti bi dritt.", "Dak li l-Onor.", "George Vella ddiskrevih bħala propaganda llum għandna prova ta' kemm il- Partit Nazzjonalista dak inhar ma kienx qed iqisu sempliċement bħala att ta' propaganda iżda bħala dritt lill-oppożizzjoni, dritt li llum qed jitolbu hu.", "Kieku kien veru, kif ħaseb l-Onor.", "George Vella, li dak kien sempliċement eżerċizzju ta' propaganda u li kien se jiffavorixxi lin-naħa tal-gvern, kieku kienet tkun bela' l-Oppożizzjoni Laburista li titlob lill-Gvern Nazzjonalista iħalli eżerċizzju ta' propaganda li jkun jaħdem favur il- gvern tal-ġurnata.", "Mhux veru li dik il-liġi kienet eżerċizzju ta' propaganda, kif kien irrimarka l-Onor.", "George Vella, imma dak kien dritt importanti li permezz tiegħu l-oppożizzjoni kellha taqdi d-doveri tagħha b'mod aħjar, u llum, għax m'huwiex eżerċizzju ta' propaganda, dan id-dritt qed titolbu l-Oppożizzjoni biex ikun dritt li permezz tiegħu hija taqdi bl- aħjar mod id-doveri tagħha lejn dan il-poplu, billi tkun preżenti waqt it- teħid tad-deċiżjonijiet.", "L-Oppożizzjoni m'hijiex fil-Parlament biex tkun qiegħda hemm f'isem xi grupp żgħir imma qiegħda hemm biex tieħu ħsieb l- interessi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu - m'iniex sejjer ninsa nsemmi lil Għawdex għax hawn l-Onor.", "Anton Refalo u żgur li jiġbidli l-attenzjoni! - u biex tindokra d-demokrazija fil-pajjiż.", "Meta konna wasalna biex tajna dritt lill-oppożizzjoni, ma jagħmilx sens loġiku li dan id-dritt nirtirawh.", "Jekk inkomplu nħarsu lejn l-argumenti li qamu fis-Seduta Nru. 499 li kienet saret fis-16 ta' Jannar, 1996 insibu li l-Onor.", "George Vella - kien wieħed minn żewġ deputati li kienu qegħdin jopponu f'isem l- Oppożizzjoni Laburista - fost l-oħrajn kien qal u se nikkwota:", "\"Fl-opinjoni tiegħi hawnhekk indirettament, biex ma ngħidx direttament, inkunu qegħdin ngħinu l-korruzzjoni u ngħinu l-moffa tikber fid-dlam.", "Aktar ma l-affarijiet ikunu moħbijin aktar tikber il- moffa, imbagħad meta tibda ħierġa r-riħa ta' l-umdita' u ta' l- intejjen forsi nindunaw imma mbagħad ikun tard wisq.", "Jiena nemmen li, filwaqt li din il-proposta tista' tidher li hija tajba, kif għidt, hemm raġuni serja ħafna għaliex ma naċċettawx din il-proposta.", "Din hija proprju li ma rridux nidħlu f'din il-logħba politika partiġjana tan-naħa l-oħra.\".", "Dawn kienu l-kummenti, fost l-oħrajn, ta' l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien li llum qiegħda fuq in-naħa tal-gvern.", "Kienu qegħdin jaraw dan l-eżerċizzju bħala xi ħaġa li tagħmel parti minn \"logħba politika partiġjana\".", "Madam Speaker, huwa importanti li ma nibqgħux naraw id-doveri tagħna fit- tisħiħ tad-demokrazija f'pajjiżna, li jwassal għal tisħiħ tas-suq, tisħiħ fl-impjiegi u tisħiħ fil-livell ta' għajxien aħjar tal-poplu tagħna bħala \"logħba politika partiġjana\".", "Dawk huma kummenti li ma naqblux magħhom u jekk huma ħasbu li dan kien l-eżerċizzju li llum qegħdin inneħħu, aħna ma ngħidux l-istess bħalhom.", "Dawn kienu nies li ma jemmnux li jistgħu jaqdu dmirhom b'dan il-mod u kellhom id-dubji tagħhom, pero' aħna m'għandniex dawn id-dubji għax aħna jidhrilna li dak li huwa dritt ta' l-oppożizzjoni u għandu jibqa' hemm biex naqdu l-funzjoni tagħna bl-aħjar mod possibbli.", "Għalhekk ikolli nasal biex ngħid li dan l-abbozz ta' liġi li qed jitressaq f'dan il-Parlament huwa riżultat ta' abbuż politiku u motivazzjoni li warajha hemm diżonesta' politika.", "Jien kieku ma nixtieqx li naslu għal din il-konklużjoni għaliex din hija konklużjoni negattiva li jekk il-poplu tagħna jasal għaliha l-inċertezza li hawn fil-pajjiż inkunu qegħdin inġibuha b'deċiżjonijiet li qegħdin nieħdu aħna u dawn m'għandniex x'irriduhom.", "B'mod ġenerali, l-idea li kienu ħarġu biha tal-Labour Party u li donnhom għadhom isostnu, hi li jridu li fil-boards ikollhom il-ħaddiema u r- rappreżentanti tal-kunsilli lokali, pero' hawnhekk qegħdin inħalltu.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadilek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Min jipproponi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li l-Onor.", "Vassallo jkompli jinstema'.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Vassallo jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Iva) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha talli qed tagħtini din l-opportunita'.", "B'mod ġenerali ma nistgħux inħalltu d-dritt tat-trasparenza politika u x'jeħtieġ biex nixhdu għal din it-trasparenza politika mad-dritt li nistgħu nagħtu lill-ħaddiema jew lill-kunsilli lokali biex ikunu fuq dawn il-boards.", "Din m'hijiex l-istess ħaġa.", "M'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn.", "Il-ħaddiema għandhom l-interessi tagħhom biex jaraw kif inhi sejra l-korporazzjoni jew l-awtorita' li qegħdin jaħdmu fiha.", "Il-kunsilli lokali, bħala konsumaturi tal-Water Services Corporation u tal-Korporazzjoni Telemalta - għalkemm ma nafx safejn jistgħu jkunu daqstant konsumaturi tat-Telemalta - għandhom l-interessi tagħhom u jistgħu jieħdu ħsieb biss safejn jaslu l- interessi tagħhom bħala rappreżentanti tal-politika lokali.", "Aħna ma nistgħux ngħidu li qegħdin niggarantixxu trasparenza billi sempliċement ngħidu li se npoġġu lill-ħaddiema jew inkella r-rappreżentanti tal-kunsilli lokali fuq il-bordijiet.", "Jiddispjaċini, Madam Speaker, li hawnhekk qegħdin inħalltu u xorta waħda ma nistgħux ngħidu li jekk se npoġġu lill-ħaddiema jew lill-kunsilli lokali se jkollna l-istess eżerċizzju biex niggarantixxu t-trasparenza.", "Issa ħalli ngħaddi għall- kummenti li kien għamel l-Onor.", "Lino Spiteri, li wkoll kien ikkritika l- abbozz ta' liġi li kien qed iressaq il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l- Onor. Eddie Fenech Adami.", "L-Onor.", "Spiteri kien qal hekk:", "Li jkun hemm membru nominat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex ngħidu kemm il-Gvern Nazzjonalista qed juri li mhuwiex jiddejjaq li jkun hemm min jeżamina dak li jkun qed jiġri f'parti mill-operat tas-settur pubbliku, le, dak m'huwiex biżżejjed.", "Dan kien id-diskors ta' l-Onor.", "Lino Spiteri, ċioe' li dan \"m'huwiex biżżejjed\", pero' skond l-istess diskors ta' l-Onor.", "Membru jidher li kien pass 'il quddiem.", "Ma kienx \"biżżejjed\", pero' kien pass 'il quddiem.", "Almenu din hi l-interpretazzjoni li nista' nagħti għad-diskors ta' l-Onor.", "Spiteri.", "Hekk kienet irraġunat l-Oppożizzjoni Laburista nhar it-Tlieta 16 ta' Jannar, 1996.", "U dawn illum qed jgħidu: Le, dan huwa żżejjed.", "Dan id- dritt m'għandniex xi rriduh u lill-Oppożizzjoni se neħduhulhom.", "Issa dan jien qed ngħidu biex nuri kemm hemm inkonsistenza min-naħa tal-Partit Laburista, kemm meta kienu fl-oppożizzjoni u anke fil-preżent.", "L-Onor.", "Spiteri kien ukoll irrifera għall-partitokrazija, li l-partiti jħalltu u jaqsmu.", "Meta l-Onor.", "Lino Spiteri tkellem fuq din il-liġi li kienet qed titressaq kien qal: Mhux din hi l-partitokrazija?", "U kienet mistoqsija f'waqtha.", "Madam Speaker, dawn kienu xi punti li tqajmu min-naħa l-oħra daqs sena u nofs ilu meta kienu għadhom fl-oppożizzjoni, pero' issa ħadu xejra oħra ladarba dawn qegħdin fil-gvern.", "Il-Prim Ministru, li ma jaqbilx ma' din il-liġi għaliex għandu fehma oħra dwar kif għandha tkun ipprattikata d-demokrazija u t-trasparenza f'demokrazija parlamentari - ċertament li għandu dritt għall-opinjoni tiegħu - waqt li kien qed jagħmel l-introduzzjoni tat-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni, wera li anke llum li m'għadhomx fl-oppożizzjoni għadhom m'humiex ċari dwar xi jridu minkejja li qegħdin iressqu dan l-abbozz ta' liġi.", "Anke l-Onor.", "Leo Brincat qalilna li b'rappreżentant wieħed fuq il-bord tad-diretturi m'għandek l-ebda poter.", "Staqsa: B'rappreżentant wieħed tista' tittieħed xi deċiżjoni?", "Din mhux daħka fil-wiċċ?", "Qalilna wkoll li b'rappreżentanza fuq bord tad-diretturi ma nkunux demokrazija moderna, mibnija fuq il-mudell Anglo-Sassonu.", "Mela minn naħa nisimgħuhom jgħidu li b'rappreżentant wieħed m'hemm l-ebda poter, imbagħad min-naħa l-oħra jgħidulna li b'rappreżentant wieħed se nħalltu u naqsmu, kif qal il-Prim Ministru.", "Issa, ngħid jien, jew b'rappreżentant wieħed m'għandniex poter, jew b'rappreżentant wieħed donnu hemm il-poter kollu biex nagħtu x'wieħed jifhem li aħna se nħalltu u naqsmu!", "Aħjar jgħidulna x'inhi l-verita' milli din l-inkonsistenza kollha.", "Mod ieħor kif nistgħu naraw l-inkonsistenza u d-dubju li kellu l-Gvern meta ressaq din il-liġi huwa d-diskors tal-Prim Ministru li rriferejt għalih ftit ilu.", "Qalilna hekk:", "\"Min-naħa l-oħra, imma b'sens anke ta' realiżmu u b'sens prammatiku, naħseb li għandna nirrikonoxxu li hemm ċerti oqsma tat-tmexxija tal- pajjiż fejn ikun tajjeb li kemm jista' jkun jinżamm consensus.", "Ir- raġunijiet għandhom x'jaqsmu maċ-ċokon ta' pajjiżna u mal-ħtieġa li nevitaw ċertu ammont ta' diskontinwita' u ċertament anke mal-ħsieb li kemm jista' jkun inżommu fil-pajjiż sentiment illi wieħed jista' jippjana għall-quddiem.", "Per eżempju, qed naħseb speċifikatament fil-qasam ta' l-ambjent u fil-qasam ta' l-edukazzjoni fejn, l-idea li għandu jkun hemm xi forma ta' consensus wiesa' għal kif jiżviluppaw l- affarijiet, ma naħsibx li hija xi ħaġa li tikkontradixxi dak li għidt s'issa, għax f'dawn l-oqsma ta' ċerta importanza - eventwalment nittama meta jkunu żviluppaw il-ġenerazzjonijiet anke fil-qasam tal- politika barranija - huwa tajjeb li l-poplu jħoss li hemm consensus politiku u m'hemmx kompetizzjoni politika f'sens partiġjan bejn il- partiti.\".", "- u nkompli nikkwota mid-diskors tal-Prim Ministru - \"Allura f'oqsma bħal dawn ma narax illi, anke b'mod prammatiku realista, għandna neskludu li jkun hemm rappreżentanza ta' l- oppożizzjoni, aktar u aktar jekk nkunu qegħdin inwettqu affarijiet li waqt li l-policy hija deċiża, l-implimentazzjoni tagħha trid tibqa' ssir kemm jista' jkun b'mod regolari u koerenti minn amministrazzjoni għal oħra.\".", "Hawnhekk qegħdin naraw kif fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru qiegħed jirriferi għall-ħtieġa li f'ċerti każijiet l-oppożizzjoni u l-gvern jilħqu consensus.", "Il-Prim Ministru l-ewwel qal li m'hemmx bżonn ikollna consensus u m'hemmx bżonn li naħdmu flimkien li ma mmorrux nikkreaw partitrokazija, pero' issa qed jgħidilna kemm hu importanti li naħdmu flimkien!", "Mela hemm fejn nistgħu ma naħdmux flimkien u hemm fejn nistgħu naħdmu flimkien.", "Imma jew għandna prinċipju jew m'għandniex.", "Il-Prim Ministru jkompli jgħidilna:", "\"F'dawn l-oqsma nemmen li l-argumenti li jkun hemm parteċipazzjoni - issa ta' liema forma tkun hija ħaġa differenti - min-naħa ta' l- oppożizzjoni f'sens ta' kontinwita' jagħmlu ċertu sens u diġa' hemm strutturi eżistenti fl-organizzazzjonijiet illi jeżistu f'pajjiżna li jersqu lejn din it-tip ta' parteċipazzjoni.\".", "Hawn nitlob li n-naħa tal-Gvern tieqaf u tikkonsidra jekk għandniex prinċipji fuqhiex nieħdu d-deċiżjonijiet u jekk m'għandniex aħjar ma ngħaġġlux ħalli naraw kif nistgħu naslu biex lill-poplu tagħna ngħidulu: Isma', aħna mhux inħalltu u naqsmu qegħdin imma rridu naħdmu flimkien biex f'dan il-pajijż id-demokrazija nixhdu għaliha fil-veru sens tal-kelma.", "Pero' dan xi prinċipju hu li qiegħda tersaq bih illum in-naħa tal-Gvern li tiġi hawn u tneħħilna dritt tagħna bħala Oppożizzjoni, għax jew għandna każ ta' partitokrazija jew m'għandniex!", "Il-Prim Ministru jkompli jgħid hekk: \"Imma f'oqsma oħra, speċifikament f'oqsma ta' implimentazzjoni ta' politika, bħall-oqsma li jirrigwardaw l-aġenziji li għandna taħt din il-liġi li qed nabbrogaw illum, m'għandux ikun hemm din it-tip ta' parteċipazzjoni.", "Hemmhekk għandu jinżamm is-sens ta' qasma bejn ir- rwol tal-gvern u r-rwol ta' l-oppożizzjoni.\".", "Madam Speaker, meta wieħed jipprova jifhem x'inhi l-motivazzjoni tal-Gvern li qed jieħu dan il-pass bilfors li jiġi f'diffikulta' dwar x'inhi l- motivazzjoni vera.", "Huwa veru li dawn id-dibattiti jistgħu jkunu ta' dwejjaq kemm għalina li nkunu hawn ġew kif ukoll għal min ikun barra qed jismagħna, pero' kulħadd irid jifhem li ċerti deċiżjonijiet li nieħdu hawnhekk u li naħsbu li m'humiex ta' importanza fil-fatt ikunu ta' importanza kbira u ma naħsbux li għax se ngħadduhom daqshekk malajr il- poplu tagħna mhux se jagħti kashom.", "GĦalhekk nixtieq nipproponi lill-Gvern biex jaħsibha sewwa qabel ma jieħu dawn id-deċiżjonijiet u fuq kollox l- Oppożizzjoni għandha tifhem li d-dritt li se jitteħdilha jista' jdgħajjifha fl-operat tagħha.", "Madam Speaker, qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nagħti eżempju ieħor ta' inkonsistenza billi nerġa' nieħu silta minn dak li kien qal l- Onor. George Vella meta kien qed jopponi, fi stadju tat-Tieni Qari, l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni, u kien qalilna hekk:", "\"Aħna għidna drabi oħra li rappreżentanti tal-kunsilli lokali għandhom ikunu, per eżempju, f'kumitati u f'bordijiet bħall-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Għaliex le?\".", "Dan id-diskors qalu l-Onor.", "Goerge Vella fis-Seduta Nru. 499 li saret fis- 16 ta' Jannar, 1996 u llum il-ġurnata l-Onor.", "Membru għandu l-grazzja li qiegħed fil-gvern imexxi dibattitu ieħor dwar l-Awtorita' ta' l-Ippanar u qiegħed iressqilna emendi bl-għan li jagħmel l-operat tagħha - skond il- Gvern - iktar effiċjenti u trasparenti.", "Minkejja li meta kienu fl- oppożizzjoni kienu qalulna li m'għandhomx għaliex isibu problemi kif il- kunsilli lokali, fost l-oħrajn, ikunu rappreżentati fuq il-bordijiet, fl- emendi li qed iressaq il-Gvern fil-każ ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imkien ma jissemmew il-kunsilli lokali.", "Tissemma' l-Kamra tal-Periti, jissemmew il-korpi kostitwiti, il-ħin kollu jissemma' l-ministru u jissemma' l-gvern pero' l-kunsilli lokali ma jissemmew imkien.", "Din hija prova oħra ta' l-inkonsistenza fl-argumenti li ġabu tan-naħa l-oħra.", "Dawn meta kienu fl-oppożizzjoni qalu li jridu rappreżentanza tal-kunsilli lokali fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar u issa meta għandhom iċ-ċans jagħmlu din l- emenda lanqas biss semmewhom!", "Issa verament se nispiċċaw mingħajr l-ebda prinċipju li jiggwida d-diskussjoni, l-operat u l-ħidma tal-gvern.", "U hawn nistaqsi lill-Onor.", "George Vella jekk għadux jemmen li l-kunsilli lokali għandhom ikunu rappreżentati fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew almenu jagħtina xiehda li dak li qal meta kien fl-oppożizzjoni għadu jiswa' sal- lum.", "Madam Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ineħħi d- dritt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkollu rappreżentant tiegħu f'bordijiet u awtoritajiet ta' entitajiet li qegħdin jagħtu sehem kbir fl-iżvilupp tal- ħajja tagħna.", "Għal darb'oħra jien ma naqbel xejn mad-deċiżjoni li qed jieħu l-Gvern għax din jista' jkollha effetti negattivi fuq il-livell ta' l- għajxien tal-poplu tagħna.", "Jien nawgura li din il-liġi tkun ta' sodisfazzjon mhux biss għall-Gvern imma għall-poplu kollu, pero' b'tali mod li tkun emendata biex iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra jagħtu sehemhom u juru li jemmnu verament fid-demokrazijia li biha jridu jaħdmu biex il-poplu tagħna jikseb titjib fil-kwalita' ta' l-għajxien tiegħu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, donnu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għadhom jemmnu li qegħdin fil-gvern u donnu li għadhom jemmnu li għandhom xi mandat mill-poplu li jmexxu huma!", "Forsi dawn ma jafux li ftit xhur ilu l-poplu ta mandat lill-Partit Laburista biex imexxi l-pajijż hu u ta mandat lill-Partit Laburista biex dak li lill-poplu qallu li se jneħħi u biex dak li lill-poplu qallu li se jagħmel jagħmlu?", "Ma jafux il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni li l-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzojni kien għamilha ċara li la jkun fil-gvern l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni jneħħih u ta raġunijiet għaliex?", "Ma jafux in-naħa ta' l- Oppożizzjoni li l-Partit Laburista kien qal li mbagħad kien se jagħmel xi ħaġa serja biex ikunu jistgħu jiġu scrutinised il-korpi parastatali u l- aġenzji tal-gvern?", "Il-poplu tana mandat biex nagħmlu dan u hekk qed nagħmlu.", "Ġejna fil-Parlament u b'din il-liġi li għandna quddiemna se nneħħu r-rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni mill-bordijiet u biex nagħmlu l- affarijiet b'iżjed serjeta' saħħaħna l-poteri tad-Direttur tal-Verifika.", "X'hemm iktar sempliċi minn hekk?", "X'hemm iktar trasparenti minn hekk?", "Ma tafux li jekk ikun hemm rappreżentant ta' l-oppożizzjoni fil-bord żgur ma jkunx qiegħed f'pożizzjoni li veru jissorvelja l-affarijiet minħabba li huwa jkun marbut ma' partit politiku?", "Imma bil-ħatra ta' l-Awditur Ġenerali dawn l-affarijiet bis-serjeta' se jsiru .", "Ejja nkunu sinċieri u ngħidu l-verita'.", "Kif jista' jkun li membru maħtur minn partit politiku l- ewwel ma jara quddiem għajnejh ikunu l-interessi tal-kumpannija?", "Ejjew ma ndaħħkux lin-nies.", "Ejjew inkunu onesti u ngħidu l-verita'.", "Dawk li jkunu magħżula biex jirrappreżentaw partit politiku, speċjalment dawk li jkunu diehards, ma jaraw xejn quddiemhom ħlief il-partit u mhux l-interessi tal-kumpanniji li qed imexxu ma jarawx!", "U bil-provi ġara hekk dan l-aħħar għaliex kelliem min-naħa l-oħra, biex juri li l-uniku metodu li għandha l- Oppożizzjoni biex tara li l-affarijiet mexjin sew huwa billi tirriferi għal wieħed mid-diretturi maħtur minnha, ġab eżempju b'direttur tat-Telemalta.", "Qal li hu kellu jirrikorri għand id-direttur tat-Telemalta maħtur mill- partit tiegħu għaliex kien hemm diversi okkażjonijiet fejn talabni informazzjoni lili, bħala ministru responsabbli mit-Telemalta, u għal diversi raġunijiet din ma ngħatatx.", "Fuq dan ukoll nista' nagħtih raġuni għaliex huwa żbaljat imma lanqas kieku, għax issa se jkun hemm l-Awditur Ġenerali - li għamilna aħna - li permezz tiegħu jkun jaf jekk l-affarijiet humiex mexjin sew jew le.", "Issa ħalli niġi għall-kwestjoni tal-mistoqsijiet dwar it-Telemalta.", "Mill-mistoqsijiet kollha li għamel l-Onor.", "Pullicino Orlando, bħala kelliem ta' l-Oppożizzjoni fuq it-Telemalta, f'waħda biss għidtlu li nagħtih risposta f'seduta oħra għaliex kienet qed tinġabar l-informazzjoni.", "Jien għidtlu hekk għaliex meta qabel kont nitlob xi informazzjoni, ir- risposta tal-ministru tal-Gvern Nazzjonalista kienet tkun: Issa għandna sistema tal-computer u dik l-informazzjoni se niġbruha u nagħtuhielek malajr.", "Dawn kienu jgħiduli hekk mhux tliet xhur qabel l-elezzjoni, imma sena u nofs qabel.", "Lill-Onor.", "Pullicino Orlanda kontra qalbi kelli ngħidlu li r-risposta nagħtihielu fi tweġiba oħra.", "Imma dak li kienu jgħidu tan- naħa l-oħra meta kienu fil-gvern, li hemm kollox lest bis-sistema tal- computer, ma kien assolutament veru xejn għax fil-computer ma kien hemm xejn!", "Dawn l-affarijiet illum qed nieħdu ħsiebhom u se nirranġawhom.", "Nista' ngħid ukoll li kien hemm mistoqsijiet biex nagħti informazzjoni ta' natura kummerċjali.", "Wieħed jifhem li jekk tkun ta' natura kummerċjali l-informazzjoni m'għandhiex tingħata.", "Ħalli nsemmi x'kienu dawn.", "L- Onor. Pullicino Oralando talabni biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- istrategic resource audit ippreparat miċ-Chairman tat-Telemalta u fit- tweġiba għidtlu li jekk irid jarah b'mod konfidenzjali jien kont lest li nurihulu.", "X'għamel?", "Jumejn wara ġie talabni dan ir-rapport u għidtlu li l-għada jkun għandi u jkun jista' jarah.", "L-għada ġibtu miegħi u ma deherx il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni.", "Għamilt ġimgħa u nofs sħiħa nġib dawn id- dokumenti miegħi u baqa' ma ġiex biex jarahom.", "Dik serjeta'!", "L-Onor.", "Membru ried anke jkun jaf b'korrispondenza dwar il-konferenza li kellha ssir hawn Malta u ma saritx.", "Ma jidhirlekx li dik konfidenzjali u mhix serjeta'!", "Kien hemm mistoqsija oħra wkoll dwar xi kariga u ried ikun jaf x'rimunerazzjoni hemm.", "Jien lest li ċerti affarijiet nurihomlu b'mod konfidenzjali imma ma jidhirlix li dawn id-dettalji ta' natura kummerċjali għandna npoġġuhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Imbagħad kien hemm mistoqsija oħra fuq l-interconnection tat-Telecell, ħaġa purament kummerċjali.", "Dawn huma tliet mistoqsijiet li huma 100% ta' natura kummerċjali u mhux tort tiegħi jew tat-Telemalta li ma nistgħux nagħtuh din l-informazzjoni.", "Kien hemm waħda biss fejn għidtlu li nirrispondih darba oħra.", "Il-mistoqsijiet l-oħra kollha rrispondejthomlu.", "Ngħid għalija hija ħmerija u gidba fl-istess ħin li nipprovaw inġibu skuża li d-direttur maħtur politikament kellna bżonnu biex ikun jaf xi informazzjoni.", "L- Onor. Pullicino Orlando jħobb jirripeti l-istess affarijiet imma dawk il- każi li joqgħod isemmi dejjem qed inaqqas minnhom.", "Per eżempju, m'ilux kien għamel mistoqsija dwar l-għamara taċ-chairman u beda jgħid ma' kullimkien li huwa skandlu għax dan xtara għamara kbira li tqum ħafna flus meta t-Telemalta qiegħda f'pożizzjoni prekarja.", "Imbagħad fir-risposta għidtlu li dik hija gidba għax t-Telemalta ma xtratx għamara imma ħadet l-għamara li kellu l-ex-chairman - dak li l-Onor.", "Membru għandu fiduċja fih.", "Hu kkonferma li dik l-għamara tiswa ħafna flus għax skandalizza ruħu.", "Mela ara x'lussu kien qed jgħix fih l-ex-chairman!", "Dik hi l-għamara li daħħlet t-Telemalta.", "Imbagħad hemmhekk waqgħet dik il- kritika.", "Kien semma' wkoll li se naġevolaw lis-Sur Tommy Roberts u li \"ġimgħatejn oħra\" se nagħtuh promotion.", "Ma sar xejn minn dan.", "Mhux talli hekk talli s- Sur Roberts kellu kawża l-qorti u bid-dritt dak kien ħaqqu jieħu promozzjoni u issa għal xi raġuni jew oħra wieħed irid jara l-affarijiet.", "Ma ngħatatlux u kien ħaqqu dan.", "Imma l-Onor.", "Membru ma tkellimx iktar fuq dan il-każ.", "Dakinhar semma wkoll it-transfers, imma l-aħħar li tkellem ma semmihomx.", "Li ma kienx bla kuxjenza jipprova wkoll japprofitta ruħu minn persuna li għandha diżabilita' u jużaha billi jgħid li tawha transfer vendikattiv meta t-transfer ġie mitlub minn tal-familja stess!", "Meta pprovajt inwaqqfu dakinhar minflok kien serju u waqaf qalli: Jaqaw qomt b'xi ħaġa mdawra?", "(Interruzzjonijiet) U ejja!", "Madam Speaker, wara dak l-intervent jien poġġejt affidavit fuq il-Mejda tal-Kamra biex nuri biċ-ċar li kien qed isir lobbying biex jipprovaw jinqdew anke b'waħda diżabilitata.", "U llum nerġa' npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra affidavit ta' missier din l-individwu u affidavit ieħor fejn jidher biċ-ċar li ħaddiem ġot-Telemalta kien qed jipprova jdawwar dan il-każ f'taparsi transfer vendikattiv biex jagħmel kapital politiku minnu.", "Madam Speaker, nitlob il-permess biex dawn iż-żewġ dokumenti npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra u nistieden lill-press u lil min għandu għal qalbu lin-nies diżabilitati ħalli jaraw il-ħniżrijiet li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed tipprova tagħmel biex tipprova toskura lin-naħa tal- Gvern.", "Huma mexjin bis-sistema li jħammġu u jattakkaw personalment lill- Prim Ministru l-ħin kollu.", "Dak li qed jagħmlu u pożittiv xejn ma joħorġu.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Mizzi jqiegħed dawn id- dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker,inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dikjarazzjoni datata 4 ta' Ġunju, 1997 iffirmata mis-Sur Alfred Consiglio, uffiċjal fil-Korporazzjoni Telemalta, dwar transfer tas- Sinjorina Jeanesse Abela, impjegata ma' l-istess Korporazzjoni;", "Kopja ta' affidavit mis-Sur Anthony Abela dwar it-transfer tas- Sinjorina Jeanesse Abela, impjegata mal-Korporazzjoni Telemalta;", "Mhux hekk biss, Madam Speaker, dan l-individwu li pprova jġiegħel lil missier din it-tfajla biex iġib il-każ tagħha bħala każ ta' vendikazzjoni, f'kawża l-qorti li dehret quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impiegi xehed b'ġurament li l-għada ta' l-elezzjoni s-Sur Dalli - u kien hemm ieħor ukoll miegħu dan - mar il-boardroom il-Marsa u mar hemmhekk għax b'saħħtu, għax huwa magħruf, għax huwa nvolut fil-politika man-naħa tal-Partit Nazzjonalista u għax huwa president tal-lokal u segretarju tal-ħaddiema.", "Dan qalu bil-ġurament missier din it-tfajla.", "Qal ukoll bil-ġurament li dawn l-affarijiet ma seħħewx taħt il-Gvern Laburista issa.", "Bil-ġurament dan!", "Ara dawn ma qalhomlux l-ex-chairman li llum huwa direttur u li qed iservi partit politiku!", "Ħalli nuri kemm direttur poġġut politikament veru jaħseb l-ewwel fil-partit tiegħu.", "Madam Speaker, x'kien isir meta kien chairman is-Sur Camilleri, li llum qed jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista fuq il-bord tat-Telemalta Corporation?", "Biex jiċċekkja l-ID card ta' ċerti nies, speċjalment dawk li għandhom jagħtu, kien jikteb lid-direttur ta' l-Independence Print fi Triq Herbert Ganado f'Tal-Pieta'.", "Għalfejn kienu jiċċekkjawhom hemmhekk?", "Qed naraw bil-provi x'jiġri meta jkollok xi ħadd politiku fuq bord.", "Issa dan kien chairman u mhux direttur qed jirrappreżenta lill-partit politiku!", "Huwa qal li meta konna fl-oppożizzjoni konna ngħajru lin-naħa tal-gvern u issa li qegħdin fil-gvern mhux qegħdin inġibu provi u allura aħna konna qegħdin nigdbu.", "Jien hawn għandi dokument li huwa xhieda ta' dan li qed ngħid u bil-permess se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Mizzi jpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ ittri mibgħuta mill-A.O. arrears section tal- Korporazzjoni Telemalta lid-direttur ta' l-Istamperija Indipendenza dwar indirizzi ta' persuni;", "Issa jista' jara li meta jkollok xi ħadd maħtur politikament dan jiġbed lejn il-partit tiegħu.", "Madam Speaker, waqt li s-Sur Camilleri kien fuq il-bord tad-diretturi tat- Telemalta ġraw affarijiet tal-biża' u tal-biki.", "Mhux trasparenza ma kienx hemm u mhux konflitt ta' interess kien hemm imma ħniżrijiet!", "Possibbli s- Sur Camilleri ma qallux li wara li nżammet press conference fuq il- customers satisfaction survey tat-Telemalta, kienet saret reception, li għaliha l-affarijiet inxtraw mingħand waħda mid-diretturi tal-bord, li qagħdet tagħmel bargaining fuq il-prezz!", "Hawn qed inġib il-prova u bil- permess se npoġġi din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Mizzi jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata l-1 ta' Frar, 1996 mibgħuta mill-Communications and Public Relations Manager fil-Korporazzjoni Telemalta lill-Managing Director ta' Osbourne Caterers dwar riċeviment li kellu jsir fil-5 ta' Jannar 1996;", "Dan biex nuruh bil-provi, għax ħlief paroli, insinwazzjonijiet u nofs veritajiet ma qalx f'dan il-Parlament.", "Il-maġġoranza tat-Telemalta dawn l- affarijiet lanqas tafhom, imma s-Sur Camilleri, li llum qed jirrappreżenta partit politiku fil-bord, dawn jafhom u ma qalhomx lill-Onor.", "Pullicino Orlando.", "Dażgur li ma jgħidhomlux!", "Hu jgħidlu affarijiet li bihom mingħalih se joskura lin-naħa tal-Gvern għax mingħalih li huma każi ta' korruzzjoni jew xi skandli.", "Dawn m'huma xejn u se nġib il-provi.", "Jien nieħu pjaċir kieku jiġu jgħidulna l-affarijiet fejn huma sejrin ħażin.", "Jien dejjem hekk tlabt.", "Fejn hemm l-affarijiet mhux mexjin sew tibżgħux titkellmu għax aħna rridu li l-affarijiet isiru bis-serjeta'.", "Ma rridukx li tiġi u tgħid il-gideb fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Għidnilek li l- għamara ma nxtratx imma li diġa' kienet hemm għax kien xtraha iċ-chairman ta' qabel.", "Għidnilek ukoll li dak it-transfer ta' dik it-tfajla ma setax kien każ ta' vendikazzjoni għax dak kien talbu missier l-impjegata.", "Ma tistax tkompli b'dawn l-affarijiet.", "Kien hemm ukoll il-ħatra tas-Sur Debono, li llum qiegħed fil-human resources.", "Mingħajr ħadd ma kien jaf kif, dan kien inħatar fi grad ta' PO3.", "Mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru - skond riferenza OPM E/1167/48/B/PR/33 datata 6 ta' Diċembru - sibna li fil-verita' dan kien impjegat tat- Telemalta fil-kapaċita' ta' AGM (Human Resources) u mhux PO3.", "Dan ifisser li bil-moħbi, mingħajr l-approvazzjoni tal-bord u kontra l-collective agreement, kienu għamluh PO3.", "Se npoġġi din ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra biex nuri l-ħniżrijiet li saru meta r-rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni kien imexxi hu t-Telemalta.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Mizzi jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-ittra tal-ħatra tas-Sur Michael Debono bħala Professional Officer III mal-Korporazzjoni Telemalta, flimkien ma' punti dwar l- istess ħatra;", "Qed jidher biċ-ċar kemm jista' jiswa ta' ġid bniedem bħal dan fuq il-bord tad-diretturi!", "Ta' ġid hija l-liġi dwar l-Awditur Ġenerali.", "Hekk isiru l- affarijiet bis-serjeta'.", "Qed taraw kemm għandna raġun!", "Imma ħalli nkompli daqsxejn fuq il-gideb u n-nofs veritajiet li ntqalu f'din il- Kamra.", "Madam Speaker, il-kelliem tan-naħa l-oħra semma' numru ta' persuni li skond hu ġew magħżula personalment miċ-Chairman tat-Telemalta.", "Ma nafx għaliex l-Onor.", "Membru l-ħin kollu jibbaża l-argument tiegħu fuq dak li fir- rapport tiegħu s-Sur Meilaq jgħid li l-korporazzjoni għandha nies żejda.", "Dik verita' li jafha kulħadd għax fit-total hemm nies żejda imma huwa fatt ukoll li hemm ċerti sezzjonijiet li għandhom nies nieqsa.", "Per eżempju, hemm ċertu nuqqas ta' labourers għax laħqu technicians u qed naraw kif se nagħmlu.", "Il-general manager li għandna għażel li jżomm id-driver li kellu l-ex-chairman għax għandu fiduċja fih.", "Nies bħal dawn għandhom dritt li jagħżlu u dan il-general manager għażel id-driver li kellu l-ex- chairman.", "L-importanti huwa li ma tagħmilx ħsara jew vendikazzjonijiet.", "Wara l-elezzjoni ta' l-1987 mhux hekk kien sar.", "Kulħadd jaf kif intefgħu 'l barra ħesrem numru kbir ta' impressed drivers Laburisti biex daħlu oħrajn magħrufin għall-kulur politiku tagħhom.", "Matul l- 1988, filwaqt li b'kollox il-vetturi impressed kienu żdiedu biss bi tmienja, kienu ġew ingaġġati 30 vettura impressed mal-korporazzjoni!", "Dan ifisser li matul l-istess perijodu ntefgħu 'l barra mill-inqas 28 impressed driver ieħor.", "Nassigurakom li dawn kienu kollha Laburisti.", "Għallinqas aħna ġibna driver on loan u mhux qbadna u għamilna vendikazzjoni u keċċejna n- nies.", "Aħna ma keċċejna lil ħadd.", "Huma mhux talli keċċew il-Laburisti 'l barra, talli meta ġabu ċerti nies on loan ġabu, per eżempju, crane driver mill-Malta Drydocks.", "Dan ma ġabuħx biex jaħdem bi crane imma biex jagħmel xogħol ta' general hand.", "Mela dawn mhux talli keċċew lil-Laburisti talli għamlu dawn l-affarijiet ukoll.", "Issa d-direttur, li l-Onor.", "Pullicino Orlando qal li qed iservih ta' spjun u li qed jagħtih l-informazzjoni, dawn l-affarijiet ma qalhomlux?", "Dawn kif ma qalhomlux jekk irid l- affarijiet bis-serjeta'?", "Jien ma nistax nifhem.", "Wara kollox, Madam Speaker, karigi bħal segretarju privat u driver jirrikjedu nies ta' fiduċja.", "Din kulħadd jafha.", "Kien isir hekk u għadu jsir hekk u hemm raġunijiet ovvji għal dan.", "Dan x'hemm ħażin li jġib lil xi ħadd li jkun tal-fiduċja tiegħu!", "Dan on secondment ġabu u ma mpjegahx minn barra.", "Imma għalfejn tipprova tħammeġ lil xi ħadd b'affarijiet li huma reali, li jiġru u li wieħed jistenna!", "Sur President, l-Onor.", "Membru attakka wkoll lill-project manager.", "Ta' min jgħid li dan il-bniedem li għandna f'din il-kariga sar wara li l- project manager ta' qablu kien għażel, qabel l-elezzjoni, li ma jġeddidx il-kuntratt.", "Dan ma qalibha lil ħadd.", "Mela xi trid tagħmel!", "Trid tpoġġi lil xi ħadd minfloku.", "Aħna ma ridniex li sempliċement inpoġġu lil xi ħadd u l-affarijiet li sejrin lura nibqgħu nħalluhom sejrin lura.", "Ridna naraw li l- affarijiet jitjiebu.", "(Interruzzjonijiet) Dak biex tkunu tafu bil- ħniżrijiet li qed isiru min-naħa tagħkom.", "Il-project manager il-ġdid issa ħa responsabbiltajiet oħra.", "X'inhuma r-responsabbiltajiet li għandu issa?", "Irrid insemmihom, biex taraw id-differenza bejn ir-responsabbiltajiet li kien hemm qabel u r-responsabbiltajiet li għandu issa, imbagħad taraw jekk huwiex ġustifikat li jkollu żieda.", "Meta l-paga ta' dan il-project manager tikkomparaha ma pagi ta' kumpanniji oħra, li jridu jimxu 'l quddiem, tara li dan m'għandu xejn ħdejhom.", "Mela dan issa għandu responsabbilta' - fejn l-ieħor ma kellux - biex jara li l-korporazzjoni tkun f'pożizzjoni li tagħti l-garanziji mitlubin minħabba l-manifest tal-klijent.", "Fejn jidħol il-manifest tal-klijent aħna rajna li ma nfallux.", "Responsabbilta' oħra hija li jnaqqas ir-rata tal- ħsarat tal-klijenti għal 0.4.", "Issa dan mhux vantaġġ għall-poplu u għall- konsumatur!", "Għandu din ir-responsabbilta' li l-ieħor ma kellux.", "Għandu wkoll ir-responsabbilta' li jippjana u jwettaq riorganizzazzjoni sħiħa fl- external plant.", "B'hekk ir-riżultati jintlaħqu mingħajr infiq bl-addoċċ.", "Għandu wkoll responsabbilta' li jnaqqas drastikament l-inċidenza ta' abbużi fl-overtime u jrid jara li tingħata ġurnata sħiħa tax-xogħol.", "Allura dan ma ħaqqux żieda meta għandu dawn ir-responsabbiltajiet kollha li l-project manager ta' qablu ma kellux!", "Min hu l-miġnun li jidħol għal aktar responsabbiltajiet u ma jkollux salarju ogħla!", "Issa kulma ha kienu Lm2,000 aktar.", "Imma mhux hekk biss.", "Min-naħa l-oħra dan tneħħietlu l-allowance ta' Lm300 li kellu qabel.", "Tneħħielu wkoll is-servizz ta telephone b'xejn.", "Allura għalfejn tiġi f'dan il-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, u tipprova tħammeġ u tgħawweġ il-verita'?", "Tagħmel hekk għax taħt din l- amminstrazzjoni fit-Telemalta m'hemmx affarijiet li tista' tgħid li mexjin ħażin.", "M'hemmx diskriminazzjoni politika.", "Kemm-il darba għidt li l- korporazzjoni ma kenitx f'pożizzjoni li timplimenta l-customer charter għax kienet se titlef madwar Lm60,000 f'penali.", "Għamilna wkoll r- riorganizzazzjoni fl-external plant.", "Din trid tkompli tissaħħaħ b'aktar gangs sabiex insaħħu l-attivita' tal-manutenzjoni.", "Sakemm inkunu mexjin bir- riorganizzazzjoni, it-tixrid ta' strutturi eżistenti u l-iffissar ta' oġġettivi oħra mhux se jiefqu.", "Aħna nemmnu li għandu jkun hemm lok biex wieħed itejjeb.", "Sur President, tajjeb li wieħed jgħid li r-riżultati diġa' qed jagħtuna raġun.", "Il-faults pendenti fil-bidu tas-sena kienu 1,599, li minnhom 251 kienu fuq cables.", "Illum niżlu għal 405, li minnhom 37 huma fuq cables.", "Aħna qed inġibu l-provi.", "Aħna mhux bħan-naħa ta' l-Oppożizzjoni li jitfgħu t-tajn u l-ħmieġ u mbagħad, meta niċċalinġjawhom biex jgħidu l-affarijiet barra, dawn igħidu ċerti affarijiet li ma tistax tieħu passi fuqhom għax ma jgħidu xejn u jaraw kif jistaħbew.", "Hekk huma l-fatti u meta jrid imur jiċċekkja.", "X'għamilna iktar tul dan il-perijodu ta' seba' xhur?", "F'seba' xhur saret manutenzjoni preventiva fuq total ta' kważi 4,800 linja.", "Is-sena l-oħra - għas-sena kollha qed ngħid - saret manutenzjoni fuq 5,800 linja u dan permezz ta' programm ta' inċentivi.", "Mela f'seba' xhur aħna għamilna maintenance fuq 4,800 linja u huma f'sena għamlu 5,800 linja.", "Altru li din il-figura naqbżuha sa l-aħħar tas-sena!", "Dan ifisser li fi żmien disa' xhur se nkunu għamilna x-xogħol kollu li sar is-sena l-oħra.", "Qed tara s-serjeta' li mexjin biha.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onorevoli, jekk jogħġbok orbot id-diskors tiegħek mas-sustanza tal-liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu, ma nafx kif is-Sedja ħasset li kellha tgħid hekk meta qed nirrispondi għal dak li ntqal min-naħa l-oħra!", "Jien qed ngħid li dan id-direttur, li kien chairman u li qed jirrappreżenta n-naħa ta' l-Oppożizzjoni, dawn l-affarijiet ma qalhomlux lill-Onor.", "Pullicino Orlando.", "Jien għandi dritt ngħid x'ma qallux u għaliex ma qalhomlux Dawn huma l-affarijiet.", "Per eżempju, tajjeb li nenfasizza wkoll li fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena ġew stallati 10,000 linja.", "Fl-istess perijodu tas-sena l-oħra ġew stallati 8,800 linja.", "Jien għadni mhux kuntent b'daqshekk.", "U jien naħseb li taqblu miegħi li mexjin fit-triq it-tajba meta aħna qbiżna dan l-ammont sew.", "Għaliex ma qalhomlux dawn l-affarijiet ir- rappreżentant tal-partit ta' l-Oppożizzjoni, li sa ftit xhur ilu kien hu ċ- chairman?", "Mela x' affarijiet qallu dan l-ex-chairman!", "L-Onor.", "Pullicino Orlandi qal li ftit wara l-elezzjoni mill-ewwel ġibna xi ħaddiema mill-Marsa Shipbuilding.", "Għall-informazzjoni tiegħu ħaddiem wieħed ġibna u dan ġibnih xi xahrejn ilu.", "Dan qiegħed on loan u x'ħin it- Telemalta ma jkollhiex bżonnu tibagħtu lura.", "X'inhi r-raġuni għaliex dan inġieb?", "Fl-ewwel xhur ta' din is-sena l-management tat-Telemalta sar jaf li fl-istores kien hemm 'il fuq minn 200 cardphone li ma kenux imwaħħlin u t- Telemalta ma riditx tħallihom fuq l-ixkaffa.", "Biex jitwaħħlu bilfors ried ikun hemm kiosks ta' l-aluminium.", "Minħabba dawn il-kiosks kien hemm bżonn żieda ta' nies speċjalizzati u ta' labourers.", "Kien hemm bżonn li jsiru skemi ta' inċentivi u kien hemm bżonn xi forma ta' subcontracting.", "Fil-fatt kien hemm talba għar-recruitment ta' welder burner mill-kap ta' din is- sezzjoni.", "Il-korporazzjoni ħadet il-ħsieb li żżid internament in-nies fi grad ta' labourer u ntroduċiet ukoll l-iskema ta' inċentiv għall-ħaddiema ta' din is-sezzjoni.", "Il-ħaddiem li ġie mill-Marsa Shipbuilding ġie on loan għax il-korporazzjoni ma kellhiex nies f'din is-sengħa.", "Minn dak inhar 'l hawn għandna bżonn ta' xi tlieta jew erba' labourers oħra f'din is- sezzjoni.", "Jiġifieri għandna problema.", "Ma jistax ikun li tħalli cardphones fuq l-ixkaffa u ma tużahomx.", "Min hu dak il-miġnun li jħallihom fl-istores u ma jagħmilx xi ħaġa biex dawn jitwaħħlu mill-iktar fis possibbli, speċjalment fiż-żmien tas-sajf f'postijiet li n-nies tiffrekwenta!", "Tajjeb li l-Onor.", "Membru jkun jaf li aħna ma ġibniex crane driver biex jagħmilha ta' general hand meta ma kienx hemm bżonnu.", "Iva, meta jkun hemm bżonn it-Telemalta ġġib in-nies minn x'imkien ieħor biex jagħmlu dak ix- xogħol li tkun ġabithom għalih.", "U hekk qed isir.", "Dik hija s-serjeta'.", "U mhux inġibu lil xi ħadd it-Telemalta u fid-9.00 a.m. jiskarta u jmur jaħdem f'fabbrika tal-madum!", "Is-sabiħa hi li meta tmur tistaqsi f'din il- fabbrika jekk hemmx ċertu individwu, jgħdidulek: Iva, dan hawn jaħdem.", "Il- ħaddiema ta' din il-fabbrika tal-madum lanqas biss kienu jafu li dak huwa ħaddiem tat-Telemalta!", "Dawk huma t-tip ta' nies li ġew it-Telemalta taħt l- amministrazzjoni l-oħra.", "Ara din ma qalilux lill-kelliem tan-naħa l-oħra.", "Dażgur li ma jgħidhomlux dawn l-affarijiet id-direttur li jirrappreżenta l- partit fl-Oppożizzjoni!", "Ħalli ngħid iktar għall-kritika li saret għall- corporate co-ordinator.", "Għax l-Onor.", "Pullicino Orlando jitfa' t-tajn mingħajr ma jġib provi ta' xejn.", "Ma sab xejn provi waqt li jien il-provi qed inressaqhom quddiem il-Kamra.", "Mela saret sejħa interna u esterna għal corporate co-ordinator u b'kollox ġew intervistati 34 applikant.", "Fosthom kien hemm 12 li kienu diġa' fl-impjieg mat-Telemalta.", "Min intgħażel?", "Intgħażel is-Sur Charles Sacco fuq il-bażi ta' l-esperjenza tiegħu fuq ix-xogħol.", "Kulħadd jaf x'esperjenza għandu.", "Fost id-dmirijiet li għandu dan il-corporate co-ordinator għandu d- dmir li jikkordina d-deċiżjonijiet fuq livell taċ-chairman, il-bord u l- general manager tal-korporazzjoni.", "Din il-kordinazzjoni nħasset nieqsa mill- istess bord.", "Dmir ieħor huwa li joħroġ struzzjonijiet biex jiġu implimentati deċiżjonijiet meħuda miċ-chairman, il-bord u l-general manager.", "Huwa jikkomunika dawn id-deċiżjonijiet lill-uffiċjali nvoluti u magħhom jiddetermina t-time frame ta' l-implimentazzjoni.", "Irid jagħmel monitoring ta' kemm il-korporazzjoni hija sensittiva għall-aspettattivi u l- ħtiġijiet tal-klijent, fid-dawl tal-manifest tal-klijent, li l- korporazzjoni se tintroduċi sa l-1 ta' Ottubru ta' din s-sena.", "Irid jagħraf jidentifika l-attivitajiet li minnhom il-korporazzjoni tista' tgawdi finanzjarjament, kemm dawk li jirrendulha dħul aħjar kif ukoll dawk li jnaqqsulha l-ispejjeż, u jagħmel monitoring tal-progress u produttivita' tal-korporazzjoni.", "Irid jidentifika fejn jista' jsir titjib u jirrikmanda l- miżuri li għandhom jittieħdu biex dan it-titjib iseħħ.", "Serjeta' dik, Sur President?", "Il-persuna magħżula kien jeħtieġ li jkollha esperjenza fil- monitoring ta' deċiżjonijiet biex dawn jiġu implimentati fil-ħin, ta' l- inqas ħames snin esperjenza f'xogħol simili f'kompetenza ekwivalenti, maturita', ħila fil-kitba u komunikazzjoni u tkun konxja mill-impenn ta' quality management u ta' servizz lill-klijent.", "Sur President, tajjeb li tkun taf li l-bord ta' l-għażla qabel unanimament li s-Sur Sacco kien l-aħjar bniedem biex jaqdi dawn ir- responsabbiltajiet.", "Dan sar wara li l-bord għamel assessment ta' l-aħħar tmien applikanti.", "Anzi jien nagħti parir li azjendi pubbliċi u privati jibdew jimxu fuq din il-linja għaliex b'hekk biss jimxu 'l quddiem.", "Nista' ngħidilkom li kien hemm min iddispjaċih li tilef lis-Sur Sacco mill-impjieg li kellu miegħu u hawn nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra riferenza miċ-chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħalli tara kemm kienet għaqlija t-Telemalta fl-għażla tagħha.", "Din ir-riferenza turi kemm iċ-chairman tal-Planning Authority, is-Sur Alfred Fabri, iddispjaċih li s- Sur Sacco ma setax jibqa' jaħdem hemm.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Mizzi iqiegħed dan id- dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra :", "Kopja ta' ittra ta' riferenza ffirmata mis-Sur Alfred Fabri, Chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, dwar is-Sur Charles Sacco.", "Niġu issa għall-pożizzjoni tal-general manager tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Hawnhekk ipprovajna nħammġu persuna meta m'hemm l-ebda dubju ta' xejn li l-affarijiet saru bis-serjeta' u fl-aħjar interess tat- Telemalta.", "B'din il-kritika, l-Onor.", "Pullicino Orlando tani l-opportunita' biex nuri li qabel kienu saru l-vendikazzjonijiet ma din il-persuna u li kienet saret preferenza ma' xi ħadd għax kien Nazzjonalist.", "Jien nistaqsi: Minn mindu bdiet din il-kariga tingħata fuq seniority u kwalifiki?", "Għal min irid ikun jaf is-Sur Azzopardi huwa kkwalifikat u ilu biżżejjed mal-korporazzjoni biex ikun jista' jaqdi tajjeb dawn id- dmirijiet.", "Fil-fatt għandu l-akbar kwalifika li dejjem fittex l-aħjar interessi tal-korporazzjoni.", "Mhux bħan-naħa ta' l-Oppożizzjoni li dejjem ifittxu biex jimminaw lin-naħa tal-Gvern u lil min qed imexxi t-Telemalta.", "Issa tajjeb ngħid li minn mindu ħa din il-kariga dan għamel xogħlu tajjeb ħafna u jien kuntent ħafna bit-tmexxija tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, kont qed nattendi exhibition f'Dar l-Emigranti u sakemm wasalt hawnhekk smajt lill-Onor.", "Mizzi fuq ir-radju.", "Il-Ministru ma qal xejn fuq dan l-abbozz ta' liġi ħlief li kultant żmien jgħid: Qed tara l-ex-chairman - u attwalment direttur nominat mill- Oppożizzjoni - kemm mexa ħażin!", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Sedja diġa' ġibdet l-attenzjoni tal-Ministru għal dan.", "(Interruzzjonijiet) Is-Sedja diġa' nnotat dan kollu.", "Onor. Ministru, nitolbok li torbot id-diskors tiegħek ma' dak li tgħid il-liġi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien qed nirrispondi għal dak li ntqal min naħa l-oħra.", "Niskanta kif m'oġġezzjonawx għal min semma qabli dawn l- affarijiet!", "Qed nirrispondi punt punt għal dak li qal.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hemm okkażjonijiet oħra meta dawn l-affarijiet jistgħu jiġu risposti.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inserraħ ras l-Onor.", "Pullicino Orlando - u lil min issa dehrlu li kellu jagħmel point of order - li s-Sur Azzopardi ma ħax żieda barra mill-paga li kellu l-general manager l-ieħor.", "Lanqas on call allowance ma ħa.", "Issa dan ġie hawnhekk jakkużana li aħna qed naħbu għax ħa xi flus iktar minn mindu laħaq hu.", "Id-direttur li hemm jirrappreżenta lill-partit fl-Oppożizzjoni jew ma qalx il-verita' għaliex huwa partiġjan - u għalhekk li m'għandux ikun hemm direttur jirrappreżenta partit politiku - jew xi ħadd ried jimmislidja din il-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mizzi jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nerġa' niġbed l-attenzjoni biex il-Ministru jżomm ma' l-għanijiet tal-liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed inżomm ma' l-għanijiet tal-liġi.", "Qed nuri kemm direttur li jirrappreżenta partit politiku jista' jkun partiġjan.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-Ministru qed jagħmel assumption li l-Onor.", "Pullicino Orlando ġab l-informazzjoni mingħand id-direttur li jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista fuq il-bord tat-Telemalta.", "Ma setax ġabha minn sors ieħor?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Pullicino Orlando nnifsu qal li d-direttur għaddielu l-informazzjoni hu.", "(Interruzzjonijiet).", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux!", "Aħjar ġibt l-iscript għax kien ikolli l-evidenza.", "Ħalli jkun jaf ukoll li s-Sur Azzopardi joħroġ mill-bini ċentrali ħafna drabi wara nofs il-lejl.", "Hekk jagħmel bniedem li jkun dedikat.", "Imbagħad jiġu min-naħa l-oħra u jridu jgħidu li dan ir-raġel laħaq għax huwa minn ta' ġewwa.", "Issa jekk b'\"ta' ġewwa\" jifhem li huwa wieħed li ta' min tafdah, mela għandu raġun għax nafdah.", "Iżda jekk b'\"ta' ġewwa\" qed jifhem \"tal- qalba\", f'sens politiku, jew li huwa xi attivist, għandu l-akbar żball u m'hu qed jipprova jagħmel xejn ħlief ħsara lill-individwu.", "Lill-Onor.", "Pullicino Orlando nassigurah li meta l-għażla tat-tmexxija eżekuttiva tal- korporazzjoni waqgħet fuqu, is-Sur Azzopardi ma kien għadu jaf assolutament b'xejn.", "Lanqas kien għamel xi lobbying.", "Tant huwa hekk li ħafna nies ta' kull tip u ta' kulur politiku kienu sorpriżi u ħadu pjaċir ħafna bl-għażla tiegħu.", "Imbagħad l-Onor. kelliem tan-naħa l-oħra mar oltre minn hekk.", "Għażel li jattakka personalment lill-mara tiegħu, li qabel ukoll kienet taħdem fit- Telemalta għal numru ta' snin.", "Iżda hawnhekk l-istess, għaliex motivat politikament u veru jara l-partiġjaniżmu qabel l-interessi tat-Telemalta u tal-ħaddiema, id-direttur dan ma qalulux lill-Onor.", "Pullicino Orlando.", "Ma qallux, per eżempju, li wara li kienet ilha taħdem għal snin twal it- Telemalta, minħabba diskriminazzjoni kontriha, għax ma kenitx tal-qalba, is-sinjura Azzopardi kellha tirriżenja fl-aħħar ta' l-1993.", "Għaliex kellha tirriżenja?", "Fil-bidu, wara li ggradwat, ma kenitx tħalliet taħdem fl- internal audit bl-iskuża li kienet mara.", "Dan ir-raġunar inbidel meta sena wara daħlet is-Sinjura Ingrid Dalmas fid-dipartiment.", "U meta wara xi żmien ħallewha tidħol f'dan id-dipartiment, hija kienet l-iktar senior fost l- accountants u ħadd ma kien ikkwalifikat iktar minnha.", "Issa minn hawn bdew il-manuvri biex xi ħadd tal-qalba jinqeda.", "Dawk huma l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Kulma qed ngħid għidtu wkoll fil-gazzetti, mingħajr l- immunita' tal-Parlament u qatt ħadd ma ħa passi kontra tiegħi.", "Għaliex ma ħadux passi kontrija?", "Jien ma nbeżżax nies.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Sedja kkonċedietlek biżżejjed fuq dan is- suġġett.", "Ma jistax ikun li jintilef il-ħin tal-Kamra fuq affarijiet u aspetti li jmorru 'l hemm mil-liġi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħid kemm hi skorretta l-informazzjoni li tah id-direttur maħtur politikament fit-Telemalta u qed ngħid għaliex hija skoretta.", "Qed inġib il-provi għaliex m'għandux ikun hemm direttur politiku f'korporazzjoni.", "Issa għax iġġib il-provi jiġu jgħidulek li ma tistax.", "Din isbaħ!", "Jien qed nirrispondi eżattament għal dak li ntqal f'din il-Kamra.", "Lis-Sinjura Azzopardi tellfuha s-seniority għax ġabu lil kulħadd fl- istess livell tagħha, professional officer 3.", "Imbagħad wara ġurnata biss, lill-persuna l-oħra tal-qalba laħħquha professional officer 3A u ftit wara għamluha kap tad-dipartiment.", "Id-direttur li jirrappreżenta lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni fil-bord ma qalhomlux dawn l-affarijiet lill-Onor Pullicino Orlando għax ma jaqbillux isemmihom.", "Is-Sinjura Azzopardi kellha titlaq mit- Telemalta.", "Kemm kien hemm nepotiżmu u preferenzi minħabba l-kulur politiku imma dawn ma semmihomx!", "Lis-Sinjura Dalmas - din li laħqet flokha - tawha wkoll iċ-ċans li ġġib iċ-ċertifikati ta' l-awditur.", "Irnexxielha ġġibhom billi t-Telemalta għamlet tajjeb għall-ispejjeż.", "Dawn affarijiet ma jitwemmnux.", "Ħalli nsemmi x'ġara meta nbidlet l-amministrazzjoni f'Ottubru li għadda.", "Fit-Telemalta kien hemm bżonnijiet fid-dipartimenti tal-finanzi għaliex is-sitwazzjoni kienet imwiergħa.", "Ħarġet sejħa esterna għall-PGPO (Accounts), saru l-interviews, kien hemm wieħed li ġie l-ewwel u ġie magħżul.", "Dan kellu esperjenza diġa' fit-Telemalta iżda tant sab sitwazzjoni imwiergħa u tal-biki li ddeċieda li jerġa' jmur fejn kien qabel.", "Hekk għamel dan u wara biss ftit ġimgħat qabad u telaq.", "X'ġara mbagħad?", "Floku ntgħażel min ġie t-tieni, li kienet is-Sinjura Azzopardi.", "Ir-riżultati ħarġu b'mod trasparenti.", "Mela allura x'ġara ħażin!", "Issa tippretendi li għaliex hemm xi ħadd tal-familja jaħdem hemmhekk, lil din ittelfilha d- dritt tagħha!", "Titkellmu tant fuq drittijiet!", "Issa biex ikun hemm trasparenza bis- serjeta', it-Telemalta għamlet ċerti kondizzjonijiet qabel ġiet impjegata.", "Peress li r-raġel tagħha qiegħed bħala general manager hemmhekk, din la tista' taħdem fl-internal audit u lanqas tmexxi d-dipartiment tal-finanzi.", "(Interruzzjonijiet).", "THE DEPUTY SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Sur President, dan x'għandu x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi li suppost qed niddiskutu?", "L-Onor.", "Membru fuq l-operat tat- Telemalta qed jitkellem.", "Irridu nżommu mal-liġi.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ara jien diġa' ġbidt l-attenzjoni tal-kelliemi biex iżomm mal-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq dan il-point of order, Sur President.", "Waħda mill- affarijiet li ġraw matul dan id-dibattitu kienet li qam kelliem ta' l- Oppożizzjoni u għamel nofs siegħa jitkellem preċiżament fuq ix-xogħol tat- Telemalta dwar dan id-dettall li qed jidħol fih l-Onor.", "Mizzi.", "Huwa kompletament in order li l-ministru responsabbli mit-Telemalta jagħti risposta mija fil-mija ddettaljata għall-allegazzjonijiet li saru jumejn ilu mill-kelliem ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan kollu tan-naħa l-oħra ma jinteressahomx.", "Jien qed nispjega kemm dawn l-akkużi - li tan-naħa l-oħra qalu li huma ppruvati - m'huma akkużi xejn u m'huma ppruvati xejn, anzi kontra.", "Issa nħalli f'idejn l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra biex iġib dawn il-provi biex ma jerġax joħroġ b'xi ħaġa li mhijiex il-verita'.", "U min jgħid xi ħaġa li mhijiex il-verita' mingħalija hemm terminu għalih.", "Meta xi ħadd ma jkunx qed jgħid il-verita' jgħidulu giddieb.", "Qal ukoll li din l-informazzjoni tahielu direttur maħtur politikament fil-Korporazzjoni Telemalta.", "Qal li Alla ħares ma kienx dan id-direttur maħtur politikament fit-Telemalta għaliex l-Oppożizzjoni Nazzjonalista - u ġab eżempju bih dan - ma tkunx tista' tkun taf u tikontrolla l-affarijiet.", "Issa dan jaf li f'dan il- Parlament għadda l-Att dwar l-Awditur Ġenerali u issa għandna ways and means bis-serjeta' biex jekk hemm xi ħaġa ħażina wieħed mhux ikun jafha biss imma jittieħdu passi wkoll.", "Ħalli ngħid fuq il-karozza li xtrat it-Telemalta għall-użu taċ-chairman, għalkemm din irrispondejtha pubblikament fuq stazzjon tar-radju imma mid- dehra qabżitlu!", "Il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni qal li qed jagħmel shadowing tat-Telemalta u jekk hu hekk ma nafx kif din ħarbitlu!", "Imma ħalli nerġa' nurih kemm hu tajjeb u kemm kien serju f'xogħlu d-direttur li għandu fiduċja fih u li kien chairman tat-Telemalta.", "Qed jgħid li nxtrat karozza tiswa' Lm17,700 biex jipprova jiżvijja l-opinjoni tal-pubbliku dwar kemm it-Telemalta miexja 'l quddiem.", "(Interruzzjonijiet) Nista' ngħidlek li fl-aħħar xhur it-Telemalta għamlet avvanz kbir.", "L-Onor.", "Membru semma' l-affarijiet li għandha din il-karozza.", "Qal li ċ- chairman ried karozza b'żewġ airbags.", "Jien ma kontx naf li liċ-chairman ma jħobbuhx daqshekk!", "Forsi rieduh b'airbag waħda biex jekk ikun hemm inċident id-driver isalva u ċ-chairman ilaqqatha għax ma jkunx hemm airbag!", "Nispera li mhux għalhekk!", "Mela tajjeb wieħed jgħid li t- Telemalta kellha karozza u begħitha lill-Malta Drydocks għal Lm7,000.", "Issa x'għamlet?", "Xtrat karozza oħra wara li ħarġet call for tenders u ntgħażlet din il-karozza għaliex hemm possibbilta' kbira li nużawha għall-konferenza li se ssir f'Marzu li ġej.", "Wieħed irid ikollu karozza ta' ċertu kalibru għal affarijiet bħal dawn.", "Xi ħadd li ma jaħdimx għandu karozza aħjar minnha wkoll!", "Ma nafx kif ma semmiex dawn l-affarijiet.", "Issa t-Telemalta ħarġet Lm10,000 biss għaliex daħħlet Lm7,000 mill-bejgħ tal-karozza l-oħra.", "U dan mhux każ li l-karozza kienet duty free.", "Din il-karozza se tintuża wkoll għax ġejja konferenza importantissima.", "Mhux bilfors karozza bħal din irid ikollok!", "Issa din il-karozza m'għandhiex xi lussu speċjali.", "Imma x'hemm ħażin, għidli!", "Inti se tixtri waħda ta' Lm10,000 li mhijiex tal- kalibru għall-affarijiet li rriduha?", "Madanakollu din mhijiex taċ-chairman imma tat-Telemalta.", "Infakkar ukoll li immedjatament wara l-elezzjoni ta' l-1987 it-Telemalta kienet ordnat żewġ karozzi Fiat Croma, waħda għaċ-chairman u l-oħra għall- ministru.", "(Interruzzjonijiet).", "Ara t-Telemalta issa, meta nħatar il-bord il- ġdid ma xtratx karozza mill-ewwel.", "Xtrat karozza għax hemm bżonn u spjegajt għaliex.", "Aħna ma żidna l-ebda karozzi fil-flotta tal-karozzi tat- Telemalta.", "U hawnhekk tajjeb li ngħid x'kien ġara minn dawn iż-żewġ karozzi li nxtraw fl-1987.", "Ara issa, l-ministru responsabbli għat-Telemalta għandu l-karozza li kien juża s-Sur Richard Cachia Caruana.", "Din il-ħin kollu bl-inkwiet imma ma tlabtx lit-Telemalta biex tixtrili waħda u lanqas se nitlobha.", "It-Telemalta xtrat karozza u jużaha ċ-chairman bl-iskop li nieħdu l-aħjar użu minnha għall-konferenza.", "Għidli x'hemm ħażin!", "(Interruzzjonijiet)", "Irrid infakkar ukoll fil-każ ta' Martin Gaffarena li kien seħħ meta d- direttur li hemm illum jirrappreżenta lill-partit fl-Oppożizzjoni kien chairman tal-korporazzjoni tat-Telemalta.", "Mela s-Sur Gaffarena tkeċċa mill-korporazzjoni fit-30 ta' Ottubru, 1987 minħabba każ ta' dixxiplina.", "Qabel l-elezzjoni li għaddiet dan reġa' daħal għax is-Sur Camilleri qal li dik kienet tkeċċija inġusta.", "Issa meta tkeċċa Gaffarena, Camilleri kien deputy chairman u lanqas kien oġġezzjona.", "Qed tara kemm hu perikoluż li jkollok direttur motivat politikament?", "Qed jgħid li saret tkeċċija inġusta.", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux.", "F'dan il-każ mhux politika hemm?", "Ma jistax ikun li l-affarijiet jaħdmu sew meta jkun hemm il- partiġjaniżmu!", "Tajjeb li wieħed jinnota li ċ-ċertifikat tat-tmiem ta' l- impjieg ta' Gaffarena huwa falz.", "Jgħid li Gaffarena spiċċa mix-xogħol għax ġie redundant u mhux għax ġie ddixxiplinat.", "Dawn huma l-affarijiet li jmissu jsemmi l-kelliem tan-naħa l-oħra.", "U ftit qabel l-aħħar elezzjoni dan reġa' ġie aċċettat li jidħol lura għaliex kienet tkeċċija nġusta.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dawn l-affarijiet saru bil-barka ta' direttur maħtur politikament li tan-naħa l-oħra għandhom fiduċja fih.", "Dan huwa eżempju ta' kif ikunu d-diretturi maħtura politikament.", "Jekk ikunu hekk mhux lura mmorru imma fi ftit ġimgħat negħrqu!", "Jien ma nistax nifhem kif id-direttur li hemm maħtur politikament qed jagħti informazzjoni lill-kelliem ta' l- Oppożizzjoni u ċerta informazzjoni ma tahilux.", "Per eżempju, fl-1992 kienet saret bomba li qerdet il-karozza tas- segretarju tal-bord, is-Sur Censu Arrigo - issa bint is-Sur Arrigo hija miżżewġa lit-tifel ta' l-ex-Prim Ministru - u din l-isplużjoni kienet għamlet ħsara wkoll lil żewġ karozzi oħra ta' terzi persuni.", "Waħda minnhom kienet ukoll tat-tifel ta' l-istess Arrigo.", "Tajjeb li tkun taf li qabel ma nbidel il-bord f'April ta' l-1992, l-istess bord kien approva malajr malajr, fuq il-parir tal-ministru tal-finanzi, li dawn it-terzi persuni - u nsemmi li fosthom kien hemm it-tifel ta' Arrigo - kellhom jitħallsu.", "Il- ħlas ma sarx għaliex l-investigazzjonijiet tal-pulizija wrew li kien hemm ħafna taħwid dwar dan l-inċident.", "Imbagħad is-segretarju tal-bord sparixxa mix-xena bil-kwiet il-kwiet u ħadd ma sema' xejn aktar.", "Għaliex ma qalilniex dawn l-affarijiet?", "Ara li kieku kellna l-Awditur Ġenerali dak iż-żmien bħala oppożizzjoni aħna konna noħorġu l-verita'.", "Imma huma m'għamluhx dan.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, bil-paroli jgħidu mod u bil- fatti mod ieħor!", "Il-maġġoranza ta' dawn l-affarijiet li qed ngħid illum għidthom fil-gazzetti, bla immunita' parlamentari u qatt ma ħa passi kontrija.", "Dawn huma affarijiet li ta' min jistmerrhom.", "Dawn huma ħneżrijiet.", "Imisshom jistħu.", "U mela tiġi hawn f'dan il-Parlament, tgħid nofs verita' u tipprova tħammeġ!", "Lanqas biss kien hemm id-diċenza li jgħid li din id-darba kollox sar bil-miftuħ u l-karozza ntgħażlet b'tender.", "Għaliex ma semmiex li fl-1994 ma nħarġitx tender iżda kienu marru għal direct order wara li nġabru erba' quotations u b'hekk evitaw li jitilgħu quddiem id-Direttur tal- Kuntratti.", "Dak ma qalux.", "Mela għax l-affarijiet saru kif għandhom isiru tiġi tipprova tħammeġ u l-affarijiet li taf li ma sarux kif kellhom isiru tħallihom għaddejjin!", "Imbagħad qal li kien jippreferi li kieku tkellem dwar il-problemi tan-nisa u tat-tfal.", "Jiena ngħidlu li aħjar għamel hekk għax forsi kien jagħmel xi ħaġa ta' ġid għall-pajjiż għax ħsara biss issir bl-insinwazzjonijiet, bl-involviment tad-direttur li jirrapppreżenta lill- Oppożizzjoni, bil-kritika nġusta u bil-gideb.", "Imbagħad semma l-kwestjoni li saru 14 il-senior principal u mhux sitta kif kien mistenni.", "Veru kien hemm talba mill-General Workers' Union biex għal sitta pero' mbagħad saret talba oħra biex jiżdiedu għal 14.", "Sar il- ftehim mat-Telemalta pero' kien hemm tnejn minn dawn l-14 li ma aċċettawx.", "Wara li saru dawn l-14 investigajt biex nara jekk hemmx xi ħaġa ħażina u ma sibt xejn.", "Sibt li hemm Laburisti u Nazzjonalisti, allura għalfejn dan il-fuss kollu?", "Qisu jrid li jsir xi ħadd ieħor.", "Il-konklużjoni tiegħi kienet li hemm xi ħadd tal-qalba.", "Jiena m'għandi xejn għalih u jekk ikun hemm iċ-ċans isir.", "Meta jkollha bżonn it-Telemalta jsir min imissu.", "Allura l-ġlieda kienet għax qed jipprovaw jaġevolaw lil xi ħadd u mhux għax hemm xi affarijiet ħżiena.", "Jiena hekk nifhimha.", "Ma nistax nifhem għaliex kellhom ipinġuha bħala xi ħaġa ta' korruzzjoni.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Ħalli nkompli, Madam Speaker.", "Saret ukoll kritika lit-Telemalta għax irrikorriet għand l-Ericsson.", "Il- kelliem ta' l-Oppożizzjoni għoġbu jikkritika ż-żjara li għamel il-general manager, membru tal-bord u l-AGM (Network) lil Ericsson fl-Italja.", "MADAM SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, jien hawn ġew ġejt mgħajjar meta l-affarijiet li għidt f'dan il-Parlament jumejn ilu rripetejthom barra.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, ħalli nagħmel point of order jien.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Imma issa agħtini ċans nispiċċa!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk jiena għidt hekk kellek tkun hawn biex tqajjem il-point of order f'dak il-mument.", "Qiegħed out of order hu.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Titkellmux f'daqqa għax inkella ma niftehmux.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Nista' nieħu ċ-ċans tiegħi jekk jogħġbok, Madam Speaker?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Biex tagħmel point of explanation trid il-permess tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Kompli bil-point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena xorta nagħtik permess!", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Nirringrazzjak, Onor. Mizzi.", "Jiena ġejt mgħajjar imma l-Onor Mizzi jmissu jaf li l-affarijiet li għidt jumejn ilu rripetejthom fuq stazzjon tar-radju pubbliku u rripetejthom darba, darbtejn, tlieta fuq il-mezzi tax-xandir.", "Jekk jiena kif iddeskrevejtni inti, min irid ifittixni b'libell.", "Hawnhekk qed niċċalinġjah.", "Min irid ifittixni b'libell għax kulma għidt hija l-pura verita'.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Semmi l-ismijiet barra, semmi kollox barra u toqgħodx iddur mal-lewża!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Min irid ifittixni b'libell għax inti hawnhekk ġejt tgħajjarni li jiena qed nitkellem b'immunita' parlamentari.", "Dan m'hu veru xejn għax li għidt hawnhekk għidtu barra.", "Jekk jiena kif iddeskrivejtni inti fittixni b'libell għax l-affarijiet li għidt hawn għidthom pubblikament barra.", "Int .... (kliem maqtugħ b'ordni ta' Madam Speaker) Jiena m'għajjartekx imma issa ngħid li ..... (kliem maqtugħ b'ordni ta' Madam Speaker)", "MADAM SPEAKER: Il-punt tiegħek għamiltu.", "Issa jekk jogħġbok poġġi bil- qiegħda.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Issa jkolli ngħid li lanqas jaf x'jien ngħid jiena u lanqas jaf x'inhu jgħid hu għax idur mal-lewża qiegħed.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok tkomplix tinterrompi.", "Onor. Mizzi, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, irid jirtira dak li qal fuqi.", "Għidlu jirtiraha, Madam Speaker.", "ONOR.", "JEFREY PULLICINO ORLANDO: Ma nirtira xejn.", "Jirtira dak li qal fuqi hu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, għidlu jirtiraha.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: L-ewwel jirtiraha hu għax jien lilek qatt m'għajjartek.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, għidlu jirtiraha, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Ma nirtira xejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, ħalli ndaħħlu ftit ordni.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, sejjaħt lill-Onor.", "Tonio Borg.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma tiflaħx tisma' l-verita'!", "Tibża' mill-verita'!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Il-verita' li ġibt bit-theddid inti!", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onor. Borg.", "Il-kliem iebes li għidtu fil- konfront ta' xulxin daqslikieku m'huwiex recorded.", "Għidtu kliem iebes.", "L- Onor. Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien mhux qed ngħid li t-Telemalta hija barra mit-tema - fil-fatt hija msemmija fl-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - imma m'għandniex nagħmlu diskussjoni fuq it-Telemalta, fuq it-trinek u fuq il- linji!", "Jiġifieri wieħed jagħmel il-punt u daqshekk għax rridu niddiskutu l- abbozz li għandna quddiemna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Madam Speaker, nitolbok tagħti ruling fuq il-mod kif qed jiddeporta ruħu l-Onor.", "Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, ħalli nkompli.", "Tibżax, ħallihom itellfuni.", "Il-verita' tweġġa' ħafna u għax għandi l-provi aktar u aktar se jweġġa'.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, kompli bl-intervent tiegħek u għaqqad mas- suġġett li qegħdin niddiskutu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Saret kritika għax it-Telemalta irrikorriet għand l- Ericsson.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Pulliicno Orlando, jekk jogħġbok tinterrompix aktar u Onor. Mizzi indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Id-direttur li hemm maħtur politikament min-naħa ta' l- Oppożizzjoni fuq il-bord tat-Telemalta hawn ukoll uża l-partiġjaniżmu politiku jew ma riedx juri l-verita' lill-kelliem tan-naħa l-oħra.", "Ħalli ngħid għaliex.", "Per eżempju, qed jiġi insinwat li meta l-membri tal-bord, il-manager u l-AGM (Network) marru l-Italja għand l-Ericsson huwa l-istess tip ta' safar li kien isir mill-management u l-membri tal-bord ta' qabel fejn kien isir tberbiq ta' flus.", "MADAM SPEAKER: Onor. Pullicino Orlando, on a point of order.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: M'hu veru xejn li jien insinwajt xi ħaġa anzi jiena speċifikajt li m'hemm xejn fuqhiex tinsinwa u li m'hemm xejn ħażin billi marru għand l-Ericsson.", "Jiena dan speċifikajtu kelma b'kelma u qed nerġa' nirripeti dak li għidt.", "Jiena kulma għidt huwa li kif intom pprovajtu tħammġu lill-Gvern Nazzjonalista li kien sar xi safar mhux relatat mal-ministeru tat-trasport, teknoloġija u telekomunikazzjoni, allura għandi nħammeġ lilkom?", "Daqshekk għidt jiena u m'hu veru xejn li pprovajt inħammeġ.", "MADAM SPEAKER: Onor. Pullicino Orlando, dan mhuwiex point of order.", "Jekk jogħġbok, poġġi bil-qiegħda.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lanqas biss hemm paragun.", "Qabel is-safar kien isir biex intellgħu lill-ħbieb - bħal fil-każ tat-Telecom 1995, fejn infaqna madwar Lm70,000 biex inkrew vilel sħaħ, limousine, nfiq bl-addoċċ f'ikliet u entertainment għax s'intendi kienet tagħmel tajjeb l-credit card tat- Telemalta - iżda fuq il-kwestjoni tas-safar ta' qabel niġi għaliha darb'oħra, Madam Speaker.", "Issa ħalli ngħid lill-Onor. kelliem tan-naħa l-oħra li skandalizza ruħu u qabbel din iż-żjara ma' dik li għamel ħaddieħor in konnessjoni mal-każ tal- biljetti tal-karozzi tal-linja.", "Madam Speaker, x'wiċċ irid ikollu biex, tikkompara din iż-żjara maż-żjara ta' dak il-ħmieġ li kien ħareġ.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Pullicino Orlando, tinterrompix jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Se nagħti prova ta' kollox, mela le!", "Ħalli ngħid eżatt x'ħareġ minn din iż-żjara li l-uffiċjali tat-Telemalta għamlu għand l- Ericsson.", "(Interruzzjonijiet) Wara taħdidiet u negozjati li saru l- Ericsson, li hija l-unika supplier ta' l-exchanges diġitali għat-Telemalta, aċċettat li toffri roħs sostanzjali fuq l-ispiża neċessarja għall-proġett tal-value added services.", "Dan ir-roħs huwa stmat li jkun mal-Lm118,000.", "Mhux hekk biss imma ma' l-istess Ericsson irnexxielna nġibu wkoll sponsorship ta' $US260,000 għall-konferenza tal-WTDC.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn Leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirringrazzja lill-Kamra kollha tal-permess li tatni.", "Apparti minn hekk, mid-diskussjonijiet ħarġu affarijiet oħra fejn ġie kkonfermat mill-Ericsson li dan il-proġett tal-value added services kien tħalla fuq l-ixkaffa mill-korporazzjoni għal aktar minn sentejn.", "Id- direttur maħtur politikament fuq il-bord tat-Telemalta ma qalx li f'dawn il- value added services hemm dik is-sistema kif jiġu traced il-malicious calls li qed idejqu ħafna nies u li hemm bżonn li din il-kwestjoni nsolvuha malajr.", "Aħna qed neħduha bis-serjeta' u waħda mir-raġunijiet għaliex telgħu hija biex insolvu din il-problema.", "Ma jistax ikun li jibqa' ma jsir xejn fuq dawn il-problemi kollha li ilhom fuq l-ixkaffa għal sena u aktar għax qed ikun hemm anke familji li jinfirdu minħabba dawn l-affarijiet.", "Ma jistax ikun.", "Aħna kuxjenzjużi u għalhekk qed nagħmlu l-affarijiet bis- serjeta'.", "Tajjeb li kulħadd ikun jaf li fil-qasam tat-telekomunikazzjoni t-teknoloġija u s-servizzi jinbidlu fi żmien qasir.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, tinterrompix aktar.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena min-naħa tiegħi ma nagħtix tort lill- amministrazzjoni ta' qabel għaliex ma kellhomx flus għal ċerti proġetti u d- dejn li writna ma ppermettiex li l-korporazzjoni tidħol għall-proġett li għadni kemm semmejt li jiswa Lm2.5 miljun.", "Aħna kif se niġbru l-flus, Madam Speaker?", "Qed naraw kif se niġbru l-flus dovuti minn dawk li għandhom iħallsu għas-servizzi li ħadu biex ninvestu f'dawn il-proġetti li huma tant importanti għal pajjiżna, anke mil-lat soċjali.", "Irridu nsolvu l-problemi u speċifikajna target dates u nikkonferma minn hawn li se jsir l-iffirmar fi ftit ġimgħat oħra.", "(Interruzzjonijiet) Tan-naħa l-oħra tkażaw li tkellimna mal-kumpannija għax skond hu din għandha interessi kummerċjali f'pajjiżna.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-kelliemi tan-naħa l-oħra: Fejn jippretendi li għandna mmorru meta l-Gvern preċedenti rabat lill- Korporazzjoni Telemalta biex l-apparat kollu ta' l-exchange tixtrih biss mingħand l-Ericsson?", "Id-direttur maħtur politikament ma qalulhomx dan lil tan-naħa l-oħra?", "Mhux bilfors hemm irridu mmorru!", "Il-Gvern ta' qabel rabatna. terruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onor. Mizzi.", "Onor. Pullicino Orlando tinterrompix aktar jekk ma tridnix nieħu passi oħra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk dawn il-value added services bilfors riedu jinxtraw mingħand il-kumpannija Ericsson xi trid tipprova tħammeġ jekk aħna bilfors kostretti li nixtru minn hemm!", "Il-Gvern ta' qabel rabatna li nagħmlu hekk.", "Fejn qiegħed il-ħmieġ!", "Minkejja li aħna writna dawn il- problemi kollha aħna ma naqtgħu qalbna minn xejn anzi determinati illi nagħtu servizz tajjeb, determinati li t-Telemalta nġibuha 'l quddiem, determinati li dak li kien ħażin nagħmluh tajjeb u determinati wkoll li ndaħħlu s-serjeta'.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni pprova jżeffen ukoll id-WTDC, il-konferenza dinjija tat-telekomunikazzjoni li se ssir f'Marzu li ġej - (Interruzzjonijiet) Meta saret il-konferenza ta' l-Euro-Med kellha ssir ukoll il-konferenza ta' l-Intelsat pero' din ta' l-aħħar kellha titħassar.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Pullicino Orlando, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, dawn huma affarijiet li semmejt f'aġġornament ta' erba' ġimgħat ilu li m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-suġġett.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas ma dħalt fil-kwestjoni tat- transfers.", "Qed joħroġ barra mis-suġġett kompletament.", "MADAM SPEAKER: Onor. Pullicino Orlando, diġa' avżajtek biex ma tinterrompix aktar.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, qed tara kemm għandi raġun!", "Kif għidt fil-bidu jien għax dak li kien qal fl-aġġornament reġa' qalu hawnhekk.", "(Interruzzjonijet) Qed jikkonferma, Madam Speaker.", "Qed tara kemm għandi raġun!", "Fil-bidu dan għidtu jien.", "Ħalli nkompli.", "L-Onor.", "Pullicino Orlando għamel mistoqsija dwar ċerti affarijiet u qal li ma ngħatatlux l-informazzjoni.", "Fil-fatt l-informazzjoni ngħatatlu imma ma nistgħux inpoġġu ċerti dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kif jippretendi li npoġġuhom fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli jipprova jużahom biex jagħmel il-ħsara!", "Kulma għandhom f'moħħhom tan-naħa l-oħra huwa li jfixklu lill-Gvern milli jiffunzjona tajjeb u milli jmexxi l-pajjiż 'il quddiem.", "Dak biss li qed isir min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Kollox negattiv u xejn pożittiv.", "Imma ħalli nkompli.", "Kif diġa' għidt, meta saret il-konferenza ta' l-Euro-Med, li kienet xi ħaġa importanti għal pajjiżna, l-konferenza l-oħra kellha tiġi posposta u minkejja li aħna offrejna post alternattiv dan ma ġiex aċċettat u lanqas aċċettaw li din issir darb'oħra.", "Għalhekk hemm suspett serju li xi ħadd ipprova jagħmel ħsara lil Malta.", "Min-naħa tagħna aħna pprovajna nagħmlu dak kollu possibbli.", "Issa jien nixtieq nistaqsi jekk tan-naħa l-oħra jaqblux jekk il-konferenza ta' l-Euro-Med kenitx importanti għal pajjiżna u għall-pajjiżi involuti jew inkella liema kienet l-iktar konferenza importanti.", "Dażgur li ma jitkellmux!", "Mela nippruvaw niġu nħammġu!", "Issa ħalli nsemmi l-konferenza dinjija dwar it-telekomunikazzjoni li se ssir f'Malta fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, żomm mas-suġġett.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, din qed insemmiha għar-raġuni li meta bdew jaħdmu fuqha, d-direttur maħtur politikament fil-bord tat-Telemalta kien chairman tat-Telemalta.", "Issa peress illi d-direttur maħtur politikament fit-Telemalta jagħti l-informazzjoni lill-kelliem ta' l- Oppożizzjoni, jien nixtieq inkun naf jekk għaddielux din l- informazzjoni.", "Jekk dan m'għaddiex din l-informazzjoni lill-kelliem ta' l- Oppożizzjoni m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament fil-bord għax jew ikun motivat politikament jew inkella fejn ma jaqbilx ma jgħaddilu xejn.", "L-istima oriġinali kienet ta' madwar Lm800,000 pero' iktar ma beda għaddej iż-żmien iktar bdiet tiela' u sa Awissu tas-sena l-oħra din kienet laħqet il-figura fenomenali ta' Lm2 miljun.", "Hawnhekk nista' nassigura lil kulħadd illi kieku ma nbidilx il-gvern u kieku ma nbidlitx it-tmexxija tal- korporazzjoni, kieku ċ-ċifra ta' Lm2.5 miljun li xi darba kienet issemmiet fil-kuritur minn xi ħadd tat-Telemalta konna nilħquha żgur.", "L-ITU approva kollox u ra li kollox ikun ta' kalibru għoli u flimkien mal-management attwali tal-korporazzjoni studja sew, kif għadni kemm għidt, kif l-ispiża totali titnaqqas mingħajr ma jintilef xejn mis-sustanza ta' din il- konferenza.", "Studjajna wkoll kif inġibu sponsorship lokali u minn barra u biex nikkontrollaw aħjar l-organizzazzjoni tal-konferenza.", "Biex ma ntawwalx irrid ngħid li l-ispiża stmata għal din il-konferenza llum hija ta' Lm885,000 u mhux ta' Lm2.5 miljun, kif kien indikat li se tkun.", "Issa wieħed irid iżid ukoll it-tnaqqis li ġej minn sponsorships ikkonfermati jew kważi kkonfermati illi jlaħħaq għal nofs din is-somma.", "Għalhekk l-ispiża proprja se tkun nofs it-Lm885,000 li semmejt, jiġifieri Lm1.6 miljun inqas mill-flus li kienu stmati li se jisparpaljaw sa qabel l-elezzjoni.", "Qed ngħid dan biex nuri li meta l-affarijiet isiru bis-serjeta' wieħed jieħu r- riżultat mixtieq.", "Ara kemm konna nidħlu fi spiża aktar kieku mmaterjalizza l-ħsieb tad-direttur illi kien qiegħed maħtur politikament u li qabel kien chairman tat-Telemalta, li l-kelliem tan-naħa l-oħra jgħid li għandu fiduċja fih.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, nitolbok iżżomm mas-suġġett li qed jiġi diskuss. .", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed nuri kemm m'għandux ikollok wieħed maħtur politikament fuq bord tad-diretturi.", "MADAM SPEAKER: Id-diskussjoni m'hijiex dwar it-Telemalta.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jiena qed inġib eżempju bit-Telemalta.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, trid tiġi għall-punt prinċipali tad- diskussjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed inġib eżempju.", "Tan-naħa l-oħra ġabu eżempju ta' direttur li huwa effiċjenti u tajjeb u jiena qed inġib eżempju bil- maqlub ta' dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino Orlando, bil-permess ta' l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Nirringrazzjah tal-permess li tani.", "L- ewwel l-Onor.", "Mizzi infexx f'attakk personali fuqi u issa qed jinfexx f'attakk personali fuq is-Sur John Camilleri, mhux bħala n-nominee ta' l- Oppożizzjoni fuq il-bord tat-Telemalta - kif għandu kull dritt li jagħmel - imma bħala ċ-chairman tat-Telemalta.", "Meta l-Onor.", "Mizzi kien qiegħed fuq il-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni tkellem ħafna drabi fuq id-difetti immaġinarji li kellu s-Sur Camilleri u ma naħsibx li huwa l-mument li issa mmorru fuq il-passat u nikkritikaw l-andament tat-Telemalta fi żmien is-Sur John Camilleri bħala chairman.", "Dan li qed jgħid m'għandu x'jaqsam assolutament xejn.", "MADAM SPEAKER: Onor. Pullicino Orlando, għamiltu l-punt tiegħek.", "Kompli Onor. Mizzi u kif diġa' għidtlek għaqqad id-diskors mas-suġġett li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma nafx kif l-Onor.", "Membru għandu l-wiċċ tost jgħid li jien m'għandix dritt insemmi lil dan il-bniedem li kien chairman biex imbagħad huwa semma l-general manager u ċ-Chairman tat-Telemalta!", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, kompli u għaqqad mas-suġġett.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, dawn qed jaraw li fit-Telemalta qed isir suċċess bil-ħila taċ-chairman, tal-bord u tal-management li qed jagħtu riżultat professjonali.", "Allura ċ-chairman li personalment qed jitlef mill- business tiegħu professjonali u qed jaħli ħafna ħin u qed jaħdem bis- serjeta' fit-Telemalta, għaliex m'għandux ikollu karozza li wara kollox se tintuża wkoll għall-WTDC?", "Jien ma nistax nifhem (Interruzzjonijiet) Jien ma nistax nifhem kif iċ-chairman ta' qabel, li llum huwa direttur maħtur politikament fuq il-bord tat-Telemalta - qed ngħid dan biex nuri kif f'korporazzjonijiet pubbliċi m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament - lin-naħa l-oħra għaddielhom l-informazzjoni li deherlu u ma qalx l-affarijiet sew kif inhuma .", "Per eżempju, jien ma nafx kif lill- kollega tan-naħa l-oħra ma qallux li meta kien chairman hu kellu għad- dispożizzjoni tiegħu żewġ karozzi - anke ċ-chief executive kellu żewġ karozzi.", "(Interruzzjonijiet) Dawn l-affarijiet ma qalhomlokx!", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Grazzi talli qiegħed tgħidli.", "Nissuġġerilek tistaqsi lit-Telemalta għaliex fl-1994 ġew bżonn dawn il- faċilitajiet.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Tindirizzawx lil xulxin.", "Onor. Mizzi, indirizza lis- Sedja x'ħin titkellem.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Pullicino Orlando, jekk jogħġbok tinterrompix.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, l-korporazzjoni kienet miexja lejn l-irdum u f'disa' xhur dawwarniha u għamilna l-profitt, kif se nurik.", "Issa fil-bord hemm min qed jagħti informazzjoni ta' natura kummerċjali li tista' tkun ta' detriment u għalhekk m'għandux ikun hemm diretturi maħtura politikament.", "(Interruzzjonijiet) Le, jekk ikunu qed isiru affarijiet ħżiena tista' tmur għand l-Awditur (Interruzzjonijiet) Intom mhux dawn l-affarijiet tridu tużaw imma l-politika!", "Ħalli nkompli għax tan-naħa l-oħra qed jipprovaw ifixkluni milli nkompli nispjega.", "(Interruzzjonijiet)", "Madam Speaker, dan id-direttur li huwa maħtur politikament fuq il-bord tat-Telemalta, ma qalx li minbarra li kellu żewġ karozzi kellu wkoll shower elettronika ma' l-uffiċċju tiegħu li kienet bħal ta' l-ispazju u li tiswa eluf ta' liri!", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet tkun tafhom.", "(Interruzzjonijiet) Dawn l-affarijiet missu jgħidhomlok id-direttur ħalli tkun taf kif il-flus kienu jintnefqu bl-addoċċ.", "Illum hemm differenza kbira għax hemm is- serjeta' u l-affarijiet mexjin 'il quddiem.", "Ħalli nkompli.", "Dan ma semma xejn għax ma jaqbillux dwar l-infiq bl-addoċċ li kien isir bil-credit card tal-korporazzjoni.", "Aħna f'disa' xhur għamilna l-mirakli għax ma ħallejnix dawn il-ħneżrijiet isiru.", "Id-direttur li ġie maħtur politikament fil-bord li hemm illum jaf x'kien isir u jmissu jgħidlu b'dawn l-affarijiet għax dak iż-żmien kien chairman hu.", "F'perijodu ta' sena l-ex- chairman, il-vice chairman u ċ-chief executive officer, bejniethom it- tlieta, nefqu Lm46,000 fl-użu ta' sitt credit cards li l-biċċa l-kbira minnhom kienu hospitality expenses u bla dubju ta' xejn ħafna minnhom m'humiex issostanzjati bl-invoices jew b'xi evidenza oħra.", "Dawn l- affarijiet li rridu naraw!", "Biex ngħid kollox, id-direttur maħtur politikament fil-bord tal-Korporazzjoni Telemalta għallinqas kien l-uniku wieħed li kien jinforma lill-korporazzjoni b'dak li jkun nefaq.", "Hawnhekk irridu ngħidu l-verita'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino Orlando.", "ONOR JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, bil-permess ta' l-Onor.", "Mizzi nixtieq ngħid li jekk dan qed jikxef dawn il-każijiet kollha ta' korruzzjoni, imissu jara li jipproċiedu kontra min wettaqhom mhux ħafna bla bla bla u ma jressaq lil ħadd il-qorti bħalma ġara f'ħafna każijiet oħra.", "MADAM SPEAKER: Dan mhuwiex point of order.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Biex tkun taf, din se nsemmiha fl-aħħar pero' tajjeb li tkun taf ukoll li l-maġġoranza tal-files sparixxew.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mela kif taf biha?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imbagħad ngħidlek!", "MADAM SPEAKER: Tindirizzawx lil xulxin.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nixtieq naċċertak li meta jasal il-mument dawn l- investigazzjonijiet se jsiru bis-serjeta'.", "(Interruzzjonijiet) Jien ħsibtek se tgħidli li minkejja li dawn l-affarijiet issemmew fil-pubbliku u mhux taħt immunita' parlamentari ħadd ma ħa passi kontrija.", "(Interruzzjonijiet) Inti ddur mal-lewża u ma tgħidx l-affarijiet kif inhuma.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jieħu nota ta' dawn il-figuri.", "Iċ-chairman tajjar Lm7,562, il-vice chairman tajjar Lm10,982, iċ-chief executive sparpalja Lm27,083.", "Issa meta l-kelliem tan- naħa l-oħra jkollu ċ-ċans jitkellem għandu jgħid jekk dan huwiex sparpaljar ta' flus.", "Nixtieq ninformah ukoll li qed naħdmu biex id-WTDC tiġina b'xejn u jekk nagħmlu profitt mhux imur għand il-ħbieb imma nagħtuh lill-għaqdiet tal- karita'.", "Issa ħalli nsemmi xi ħaġa għax min-naħa l-oħra qed jingħata x'jifhem li la aħna se nneħħu lid-direttur maħtur politikament mill-bord tat-Telemalta allura l-affarijiet se jmorru ħażin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Point of order.", "Bl-ikbar onesta' u sinċerita' rrid ngħid li jekk fil-passat saru l-abbużi jien nikkundannahom u nħeġġeġ lill-Onor.", "Mizzi biex jieħu passi kontra min għamel dawn l-affarijiet.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Pullicino Orlando, poġġi bil-qiegħda għax dan mhux point of order.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Qatt ma tista' tiġġustifika l-ħażin li jsir issa bil-ħażin li sar fil-passat, jekk sar.", "MADAM SPEAKER: Onor. Pullicino Orlando, oħroġ barra għal ħames minuti.", "Fl-11.45 a.m. l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando rtira mill-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed inġib il-provi - mhux kif qed jgħid il- kelliem ta' l-Oppożizzjoni - li n-naħa l-oħra qed tipprova tħammeġ lil din in-naħa, lill-management u lill-bord tat-Telemalta għalxejn.", "Jien mhux qed niġġustifika x'sar qabel.", "Meta dawn l-affarijiet intqalu barra ħadd ma rrisponda.", "Issa jien li jien responsabbli mit-Telemalta qed inġib l- argumenti u l-provi li dak li qalet in-naħa l-oħra m'hu minnu xejn.", "Issa ħalli nkompli ngħid xi ħaġa dwar dak li qed jingħad għax xtrajna karozza ta' Lm17,000 minkejja li konna ngħidu li l-Korporazzjoni Telemalta kienet f'xifer l-irdum.", "Huwa veru li l-korporazzjoni kienet f'xifer l-irdum pero' nerġa' ntenni li f'disa' xhur kemm bil-pressjoni li nagħmel jien biex inġibu affarijiet ta' vantaġġ għal pajjiżna u għat-Telemalta, kemm bil-ħila taċ-chairman, kif ukoll bil-mod effiċjenti li bih miexi l-management irnexxielna nagħmlu ftehim ma' dawk li għandhom sehem f'dan il-qasam għax mhux talli lil pajjiżna ma kenux qed jagħtuh dak li kienu wegħduh talli bil-ftehim li kien sar mal-Gvern preċedenti sibna li konna qed nitilfu l-flus.", "Aħna dawn l- affarijiet ħadnihom bis-serjeta' u għalhekk issa qed ikollna profitt u sejrin 'il quddiem.", "Issa qed ninvestu iktar fit-teknoloġija moderna, qed inħarrġu iktar nies u qed naraw li l-ħaddiema jimxu b'mod serju u jingħatalhom dak li ħaqqhom imma fl-istess ħin dak li hu tagħna rridu neħduh bi dritt u m'aħna se nibżgħu minn ħadd.", "Issa ħalli nsemmi fejn kien hemm it-telf tal-flus taħt l-amministrazzjoni l-oħra.", "Kien hemm, per eżempju, telf ta' flus mis-servizz tas-cellular.", "Id- direttur li hemm fil-bord tat-Telemalta llum u li qabel kien chairman jaf b'dan u ma nafx jekk tahx din l-informazzjoni lill-kelliem tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Fil-fatt huwa importanti kieku din l-informazzjoni tahielu biex jurih kif għandhom ikunu l-affarijiet dwar kif iġġib il-flus għall- pajjiż u mhux toħroġhom a skapitu ta' ħaddieħor.", "Per eżempju, minn kull telefonata bit-telecell, għal kull minuta konna qed nitilfu 0.036c u dan it-telf kien jammonta għal Lm300,000 fis-sena.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Għalhekk aħna rranġajna din is-sitwazzjoni u mhux talli mhux se nitilfu dawn it-Lm300,000 fis-sena talli bil-ftehim il-ġdid li għamilna d- dħul tal-korporazzjoni se jiżdied bil-miljuni sakemm jiġi biex jispiċċa l- kuntratt.", "Huwa importanti li wieħed jgħidhom dawn l-affarijiet ħalli sħabi tan-naħa l-oħra forsi tiġihom it-tentazzjoni li jistaqsu għaliex is-Sur Camilleri kien baxxa rasu għal pressjoni politika.", "Issa mhux talli se jiżdied id-dħul għat-Telemalta talli wasalna fi ftehim dwar joint ventures mal-korporazzjoni.", "Madam Speaker, biex tkun taf kemm veru l-politika partiġjana kienet teżisti fit-Telemalta meta s-Sur Camilleri kien jokkupa l- post ta' chairman, trid tara x'kienet is-sitwazzjoni ta' l-arretrati.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li meta waslet l-elezzjoni l-kontijiet tat- telephone ma ħarġux.", "Issa għaliex ma ħarġux dawn il-kontijiet, Madam Speaker?", "Dak inhar kien hemm min ġab skuża li kienu waqfu l-computers.", "Din hija gidba għax m'hu veru xejn.", "Mela meta tara chairman li daħħal il- politika li ma rax l-interessi tat-Telemalta bil-konsegwenza li din sofriet daqqa ta' ħarta - u issa ngħid kemm ħallset imgħaxijiet għax ma ħallsitx il-flus - kif tiġi tgħid li dan huwa xempju tajjeb ta' direttur maħtur politikament u li dan għandu jkun newtrali?", "Kif jista' jkun!", "Meta tkun partiġjan ma tistax tkun newtrali imma tibda tiġbed lejn il-partit tiegħek u mhux lejn il-korporazzjoni.", "Dan rajnih bil-fatti.", "Ħalli nkompli ngħid f'liema sitwazzjoni spiċċat it-Telemalta.", "Meta waslet l-elezzjoni lil din il-korporazzjoni tefgħuha f'telf tal-biki u konna qed inħallsu miljuni ta' liri f'imgħaxijiet.", "Imma issa le!", "Issa l-ewwel nimxu bis-serjeta' u naraw x'jaqbel lit-Telemalta.", "Il-politika tal- Gvern m'hijiex li nindaħlu biex nieħdu gwadann politiku imma biex tara li s-servizz ikun tajjeb, effiċjenti u li fejn għandu jorħos jorħos.", "Il- Gvern Laburista dawn l-affarijiet jara, mhux bħall-Gvern preċedenti li kien qed jaħdem bil-maqlub.", "Dik hija s-serjeta'.", "Aħna konna għidna li ma naqblux li jkun hemm direttur maħtur minn partit politiku f'bord għax minbarra li l-partit jiġi l-ewwel - dan ġara bil-provi - m'hu veru xejn li jkun hemm il-konflitt.", "Għalhekk filwaqt li wegħedna li din inneħħuha wegħedna wkoll li naħtru l-Awditur tal-Verifika.", "B'hekk inkunu tajna xi ħaġa biex wieħed ikun jista' jivverifika.", "Dawn huma affarijiet li tajjeb li wieħed ikun jafhom.", "Għalhekk mhux sew li wieħed joqgħod jipprova joskura lil dak u lill-ieħor u jgħid li aħna se nneħħu din il-liġi biex naħbu l-affarijiet meta jkun jaf li se nagħmlu liġi oħra aqwa minnha li hija effiċjenti, serja u kredibbli.", "Din il-liġi ma jsemmuhiex.", "Madam Speaker, il-kelliem tan-naħa l-oħra kkritika lill-Korporazzjoni Telemalta billi qal li minkejja li ngħata informazzjoni ...", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, infakkrek li d-dibattitu m'huwiex fuq il- Korporazzjoni Telemalta.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naf, imma jien qed nirrispondi għal dak li ntqal.", "MADAM SPEAKER: U jien nassumi li inti taf li jeżisti l-Ordni Permanenti 57.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naf li jeżisti wkoll.", "MADAM SPEAKER: Allura jekk jogħġbok id-diskors tiegħek agħmlu jorbot mas- suġġett li qed niddiskutu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien naħseb li s-Sinjorija Tiegħek taf ukoll li jien qed nispjega r-raġunijiet li għalihom m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament u qed nagħti xi eżempji ħalli nkun iktar ċar fid-diskors tiegħi.", "Jien nassumi li, bħalma fid-diskors tiegħu ħaddieħor ta eżempji biex jipprova juri kemm huwa tajjeb li direttur jiġi maħtur politikament, għandi d-dritt nagħti eżempji biex nipprova li b'dan il-mod id-direttur ma jkunx effiċjenti u leali lejn il-korporazzjoni.", "Bħalma naf li jeżisti Ordni Permanenti Nru. 57, naf ukoll xi drittijiet għandi u fil- fatt jien qed nimxi eżattament mad-drittijiet li tagħtini l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, bla ma nikser l-iċken regolament.", "Ġaladarba f'dan il-Parlament hemm xi ħadd li qed jagħti xi eżempji biex jipprova jħammeġ, jien għandi dritt nirrispondih bl-istess eżempji li ta hu, filwaqt li nuri li d-direttur maħtur politikament qed jagħti informazzjoni żbaljata lill- kelliem ta' l-Oppożizzjoni.", "GĦalkemm id-direttur maħtur politikament għandu l-informazzjoni kollha fuq dan is-suġġett, din ma għaddihiex lill- kelliem ta' l-Oppożizzjoni u dan probabbilment qed jagħmlu għal raġunijiet ta' partiġjaniżmu politiku.", "Madam Speaker, għalhekk jien fid-diskors tiegħi qed inġib xi eżempji biex nuri kemm dan il-bord m'għandux ikollu direttur maħtur politikament.", "Jien qed inġib provi black on white u għalhekk ma naħsibx li nista' nġib provi aħjar biex nuri li m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament f'bord ta' korporazzjoni.", "Xi provi nista' nġib iktar minn hekk?", "Din hi l- aħjar spjegazzjoni li wieħed jista' jagħti mill-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż biex jispjega għaliex m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament f'bord ta' korporazzjoni.", "Wieħed x'irid iktar milli gvern jgħid li ma jaqbilx li għandu jkun hemm direttur maħtur politikament u fl- istess ħin ifassal l-Att dwar l-Awditur Ġenerali, kif kien wiegħed li se jagħmel il-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni, biex f'każ li jkun hemm xi affarijiet mexjin ħażin wieħed ikollu fejn jirrikorri u għalhekk isir skrutinju?", "Wieħed kif jista' jagħti spjegazzjoni aħjar minn din?", "Imma mid-dehra l-Membri tan-naħa l-oħra jistgħu jagħtu spjegazzjoni skorretta li turi nofs verita' biex jipprovaw ipinġu lill-Gvern irresponsabbli.", "Anke fuq il-media, ħlief affarijiet negattivi fuq il-Gvern ma jingħadux, fis-sens li m'hawnx bniedem agħar mill-Prim Ministru, li l- Prim Ministru huwa bniedem ħażin, li huwa dittatur, eċċ, eċċ.", "Madam Speaker, pero' jien ma nħossx li huwa sewwa li filwaqt li, ġustament il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni jgħid dak li jħoss, fosthom li d- direttur li ġie maħtur politikament kien chairman u għalhekk għandu iktar esperjenza, u mbagħad lili, bħala l-kelliem responsabbli min-naħa tal- Gvern, tiġi ċċaħħadni milli nuri lill-poplu u nipprova li dak li qed tgħid in-naħa l-oħra huwa skorrett, huwa nofs verita' u qed iħammeġ lin-nies.", "Jien naħseb li s-Sinjorija Tiegħek għandha tagħtini ċans nagħti l-provi biex nuri li fil-bordijiet m'għandux ikun hemm direttur maħtur politikament għax inkella l-Oppożizzjoni mhux talli tibqa' taħseb - kif fil- fatt qiegħda tagħmel - li għadha tmexxi lill-pajjiż u li għadha fil-gvern, imma talli tkun trid tiddetta kif il-Membri tal-Gvern għandhom jitkellmu fl- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u b'hekk toħnoqna milli nesprimu l-opinjoni tagħna.", "GĦalhekk ma jistax ikun li l-Membri tal-Gvern jibqgħu f'din is- sitwazzjoni.", "Dik ma tkunx demokrazija.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li ma tkunx demokrazija!", "Intom hekk qed tipprovaw tagħmlu.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed tgħidu li kollox huwa miexi ħażin, tattakkaw lill- Prim Ministru dirett u personalment u, meta aħna nġibulkom il-provi li dak li qed tgħidu m'huwiex minnu, tqajmu points of order, wieħed wara l- ieħor, biex mingħalikom ittellfuni.", "Jien naċċertakom li naf daqskom x'jgħidu l-iStanding Orders, anzi jien naħseb li għandi xi ftit iktar esperjenza għax inkun preżenti għas-seduti mill-bidu sa l-aħħar u biex infalli rrid jew inkun kważi qed immut jew inkella jkolli xi xogħol parlamentari ieħor.", "Naċċertak li jien għandi esperjenza biżżejjed imma madanakollu qatt ma pprofittajt ruħi mill-esperjenza li ħadt minn dan il- Parlament.", "(Interruzzjonijiet).", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, meta wieħed jara s-sitwazzjoni finanzjarja ta' dawn l-aħħar sitt xhur, mill-ewwel jinnota d-differenza bejn il-mod li mxiet bih il-Korporazzjoni Telemalta meta kellha bħala chairman lil dak li issa ġie maħtur politikament bħala direttur u l-mod serju li qed timxi bih f'dawn l-aħħar xhur.", "Issa hawnhekk ta' min isemmi xi ftit figuri ħalli l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra jkun jista' jagħmel xi comparisons.", "Biżżejjed ngħid li, per eżempju, filwaqt li fl-1993/94 r- return on capital employed kien ta' 37.9% għall-1997/98 dan kien stmat li jinżel għal 17.7%.", "Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li fl-1993/94 il- profitability as a percentage of fixed assets kien ta' 17.9% għall-1997/98 dan kien stmat li jinżel għal 2.3% u filwaqt li fl-1993/94 il-liquidity ratio kien ta' 1.41%, għall-1997/98 dan kien stmat li jinżel għal 1.03%.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, sar il-ħin għall-aġġornament.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, jekk jogħġbok.", "MADAM SPEAKER: Nirrakkmandalek biex darb'oħra ma jkunx hemm ripetizzjoni ta' l-argumenti li għamilt s'issa.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, naċċertak li m'iniex se nagħmel ripetizzjonijiet.", "Fil-fatt il-problema tiegħi hi li mhux se jkolli ħin biżżejjed biex ngħid dak li għandi xi ngħid!", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, xi ftit seduti ilu, l-Onor.", "Helen D'Amato ħadet parti mill-aġġornament biex titkellem fuq wieħed mill- prodotti li jiġu offruti mill-isptar.", "Fil-fatt dak inhar l-Onor.", "Membru tgħidx kemm damet tgħid li dan il-prodott huwa inferjuri għal dak li kien jiġi mqassam qabel u bilkemm ma tatx l-impressjoni li min ibati mis-coeliac disease qiegħed jiġi ffaċċat b'sitwazzjoni gravi.", "Ikun tajjeb jekk nibda d-diskors tiegħi billi ngħid li hemm żewġ metodi differenti li bihom jiġu prodotti affarijiet ta' l-ikel gluten free.", "L- ewwel metodu huwa dak li naturalment jiġu wżati ingredjenti gluten free bħal, ngħidu aħna, s-soya u r-ross; u t-tieni metodu huwa li jintużaw ingredjenti li ma jkunux gluten free imma qabel dawn jiġu pproċessati biex jitneħħa l-gluten minnhom.", "Issa hawn ta' min isemmi l-fatt li t-tieni metodu huwa l-iktar wieħed li jikkrea diffikultajiet għax biex prodott ikun jista' jissejjaħ gluten free jrid ikollu ammont żgħir ħafna ta' gluten.", "Pero' għalkemm sa ftit ilu kien maħsub li dan l-ammont kien tant żgħir li ma kienx jeffettwa s-saħħa ta' min ibati mis-coeliac disease - fil-fatt ta' min jgħid li dan l-ammont ta' gluten huwa definit internazzjonalment mill- kummissjoni fi ħdan l-FAO, liema kummissjoni tirregola l-prodotti ta' l- ikel, u qatt ma jista' jinqabeż - riċerki riċenti ħafna wrew li anke dan l- ammont ċkejken jista' jagħmel ħsara lil xi pazjenti sensittivi ħafna għall- gluten.", "Fil-fatt illum xi speċjalisti madwar id-dinja, partikolarment fl- Amerka u fil-pajjiżi Skandinavi, qed jagħtu parir lill-pazjenti tagħhom li jbatu mis-coeliac disease li mhux biżżejjed li l-ikel li jieklu jkun gluten free għax dan irid ikun wheat free totalment peress li l-ammont ta' gluten li jibqa' f'oġġetti hekk imsejħa gluten free huwa kemmxejn għoli għall- pazjenti li jbatu mis-coeliac disease.", "Fil-fatt qed issir pressjoni internazzjonalment mill-għaqdiet tac-coeliacs u mill-ispeċjalisti biex l- ammont definit jitnaqqas ħafna iktar.", "F'dan il-kontest il-produtturi ta' l- ikel gluten free qed jagħmlu ħilithom biex kulma jipproduċu jkun totalment wheat free.", "Hawn ta' min jgħid li d-dqiq li qed jiġi mqassam mill-isptar huwa frott ta' l-aħħar riċerka Ingliża li saret f'dan il-qasam u fil-fatt minn rapporti li għandi quddiemi jirriżulta li l-prodott li qed jinġieb hawn Malta għandu share ta' 88% tas-suq Ingliż.", "Filwaqt li huwa ovvju li wieħed idum xi ftit sakemm jidra kif għandu juża dan id-dqiq, biż-żmien żgur li jindara.", "Fil-fatt saru diversi testijiet, saħansitra minn kċejjen Maltin, fuq dan il-prodott u meta ġiet Malta rappreżentanta mis-coeliac society ta' l-Ingilterra, din qalet li din il-kwalita' ta' dqiq kienet tajba u kellha diversi kummenti pożittivi.", "Naturalment meta jidħol prodott gluten free ġdid idum ftit biex jindara, imma jekk l-Onor.", "Membru ta' l- Oppożizzjoni għandha l-interess tal-pazjenti li jbatu mis-coeliac disease daqshekk għal qalbha, kont nistenna li se tagħmel il-verifiki tagħha aħjar f'dan ir-rigward.", "Żgur li qabel tkellmet messha kkonsultat ma' l- assoċjazzjoni tas-coeliacs u ma' l-ispjeċjalisti lokali, minflok ma qagħdet biss fuq il-kliem ta' żewġ individwi, għax b'hekk kienet tiġi informata ferm iktar aħjar u dawn kienu jgħidulha kif jaħsbuha s-coeliac societies li jinsabu barra minn Malta u x'inhu jiġri fid-dinja moderna tal-mediċina f'dan il-qasam.", "Issa ħalli nagħmel punt ieħor billi nirriferi għar-rimarki li għamel Membru min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - xi tlieta jew erba' seduti ilu - dwar pazjenta li mietet ġurnata wara li daħlet id-Dipartiment ta' l- Emerġenza.", "Madam Speaker, it-tabib ta' din il-pazjenta qal li kieku sabilha xi ħaġa gravi kien isejjaħ l-ambulanza biex din il-mara tittieħed id-Dipartiment ta' l-Emerġenza u mhux joqgħod jagħmlilha referral letter għal dan id- dipartiment.", "Fil-fatt ta' min jgħid li l-għada l-pazjenta ma marritx id- Dipartiment ta' l-Emerġenza bl-ambulanza imma marret minn rajha u l-ġurnata ta' wara informat lit-tabib tagħha li meta marret id-Dipartiment ta' l- Emerġenza ma sabulha xejn gravi pero' wara tliet sigħat dan l-istess tabib ġie informat li din il-mara kienet mejta.", "Jien nistaqsi: Ġaladarba meta raha t-tabib dan ħass li ma għandha xejn gravi, u tliet sigħat biss qabel ma mietet kienet għand it-tabib tagħha u ma lmentatx li qed tħoss xi ħaġa, x'wassal biex ma saritx l-awtopsja ħalli tiġi vverifikata r-raġuni li għaliha mietet din il-pazjenta?", "GĦax wara kollox ħadd ma' jista' jgħid fiċ- ċert għal liema raġuni mietet din il-pazjenta sakemm ma ssirx l-awtopsja.", "Meta jien kont nipprattika bħala tabib f'ċerti każi fejn kien ikun hemm xi suspett dwar il-kawża tal-mewt - anke f'każi meta pazjenti mietu d-dar tagħhom stess - kienet tintalab li ssir awtopsja.", "Din hija prassi normali li tintuża mit-tobba li jaħdmu privatament, bħalma kont nagħmel jien meta kont niltaqa' ma' każijiet simili.", "Madam Speaker, illum jekk wieħed ikollu bżonn jagħmel ċerti testijiet qed jinqeda f'iqsar żmien minn qabel.", "L-Onor.", "Membru qed jipprova jieħu l- prosit għal dan hu u jekk irid hekk mhijiex problema.", "Per eżempju, sa ftit taż-żmien ilu wieħed kien idum jistenna tliet ġimgħat biex imur f'xi poliklinika ħalli jitteħidlu d-demm - dan ma kienx qed isir taħt l- amministrazzjoni preżenti biss għax din hija xi ħaġa li kienet ilha għaddejja - pero' issa ħadna l-passi neċessarji biex illum ġejna f'sitwazzjoni fejn wieħed qed jinqeda f'inqas minn ġimgħa.", "Fil-fatt ta' min jgħid li dan l-aħħar kien hemm tweġiba parlamentari li kienet tgħid li llum meta wieħed ikollu bżonn isirulu t-testijiet tad-demm qed jinqeda fi żmien jumejn jew tlett ijiem.", "Wara kollox waħda mil-linji tal-politika tal- Gvern Laburista hija li jsaħħaħ is-settur tal-primary health care.", "Illum it-tobba privati qed jiġu megħjuna jintegraw ruħhom mas-sistema governattiva b'mod indirett billi minflok ma jibagħtu lill-pazjenti tagħhom l-isptar għal ċerti check ups jibagħtuhom fil-polikliniċi li għandna madwar Malta u GĦawdex.", "Fil-fatt anke għat-testijiet tad-demm qed tintuża din is- sistema u wara ġimgħa l-pazjenti u t-tobba tagħhom jingħataw ir-riżultati.", "Madam Speaker, madanakollu aħna mhux se nieqfu hawnhekk imma se nkomplu naħdmu biex fost ħwejjeġ oħra naraw li nnaqqsu l-waiting list li hemm għal ċerti testijiet bl-għan li ċ-ċittadin jiġi moqdi aħjar.", "Ovvjament imbagħad wara li nilħqu dan it-target ikollna miri oħra x'nilħqu fosthom dak li, filwaqt li naraw li ndaħħlu apparat dejjem iżjed modern, inkomplu nnaqqsu ż-żmien li wieħed irid jistenna sabiex isirulu t-testijiet.", "Aħna rridu li kemm jista' jkun in-nies ma jkollhiex għalfejn toqgħod tidħol l-isptar biex tagħmel dawn it-testijiet imma tkun tista' tagħmel dan on an out- patient basis u b'hekk inkunu qed innaqqsu l-iffullar żejjed.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, f'dawn l-aħħar xhur jien, bħal sħabi taż-żewġ naħat tal-Kamra, għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari kemm lil diversi ministri kif ukoll lill-Prim Ministru dwar il-mod kif aħna l-Maltin u l-Għawdxin għixna f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Fil-fatt il- mistoqsijiet tiegħi kienu jirrigwardaw id-droga, il-kriminalita', il- familja u l-affarijiet li jolqtu l-istil ta' ħajja li qed ngħixu aħna u wliedna.", "Hawn irrid ngħid bla ebda tlaqliq li ħafna mir-risposti li ngħatajt ixxukkjawni, kif naħseb li għandhom jixxukkjaw lil ħafna ċittadini.", "GĦalhekk illum ikun tajjeb jekk wieħed jieqaf jirrifletti u jistaqsi fejn sejra u fejn se tasal il-familja Maltija.", "Fl-aħħar għaxar snin ta' tmexxija Nazzjonalista demokristjana il-kriminalita', in-nuqqas ta' morali, l-abbuż tad-droga u l-vjolenza domestika żdiedu b'rata allarmanti u naħseb li kull min jixtieq il-ġid tal-familja verament inħasad bl-istatistika li xxandret f'din il-Kamra.", "Madam Speaker, nibda billi nsemmi l-fatt li filwaqt li qabel l-1987 kienu jsiru protesti u dimostrazzjonijiet ta' kuljum immexxija minn qassisin u sorijiet kontra t-topless u n-nudiżmu f'xatt il-baħar, malli fl-1987 tela' l-Gvern Nazzjonalista dawn waqfu ħesrem u waqa' s-skiet minkejja li l- affarijiet baqgħu l-istess.", "Fil-fatt biżżejjed insemmi li f'għaxar snin sħaħ qatt ma ttellgħet persuna waħda l-qorti akkużata li kienet qed tgħum topless u tressqu biss tlieta akkużati li niżlu jgħumu mingħajr ħwejjeġ u dan meta llum kulħadd jaf li ftit huma dawk il-postijiet li wieħed jista' jmur jgħum fihom mingħajr ma jara dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, il- Ġnejna ta' kuljum ikun hemm persuni li jkunu qed jgħumu mingħajr ħwejjeġ - dawn jista' jarahom kulħadd - imma madanakollu l-Pulizija rnexxielha tressaq il-qorti tliet persuni biss akkużati li wettqu dan l-abbuż.", "Madam Speaker, ta' min isemmi wkoll li matul l-aħħar għaxar snin il- Pulizija ma rnexxielha taqbad lil ħadd ibigħ xorb alkoħoliku lil tfal taħt is-16-il sena ġewwa Paceville u dan meta jien u għaddej minn hemm bil-lejl kemm-il darba nara tfal taħt l-eta' jiġru barra għaddejjin bil-fliexken tax- xorb, speċjalment tal-birra.", "Fil-fatt mill-bidu ta' din is-sena nqabdu biss tlett itfal taħt is-16-il sena ġewwa d-diskoteki.", "Hawn jien nixtieq nistaqsi lill-ġenituri li għandhom tfal taħt is-16-il sena jekk dawn jitħallewx jidħlu fid-diskoteki.", "Minħabba dawn ir-raġunijiet ħafna persuni qed iħossu li l-Pulizija m'hijiex qed twettaq xogħolha sewwa.", "Dawk li għadhom taħt l-eta' u jiffrekwentaw id-diskoteki jistgħu jkunu t-tfal ta' xi wħud mill-pulizija stess.", "Ma rridux ninsew il-fatt li d-diskoteki jagħmlu ħsara kbira lil dawn it-tfal, kemm minħabba l-bejgħ ta' xorb alkoħoliku kif ukoll minħabba li l-mużika tant tkun qawwija li lanqas tkun tista' titkellem b'mod ċivili.", "Dan biex ma ngħidux ukoll li l-volum qawwi ta' mużika li jkun hemm fid-diskoteki jikkaġuna ħsara lis-smigħ.", "Fil-fatt illum ħafna żgħażagħ diġa' qed ibatu biex jisimgħu.", "Ta' min jgħid ukoll li ħafna drabi ż-żgħażagħ li jiffrekwentaw id-diskoteki jiltaqgħu ma' diversi persuni li jkunu taħt l-effett tad-droga jew ma' persuni oħra ħafna ikbar minnhom li jkunu moħħhom biex jaraw kif se jisolħuhom u jabbużaw mill-eta' tenera u immatura tagħhom.", "Madam Speaker, ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li s-sena l-oħra l- Pulizija rnexxielha taqbad biss tliet persuni jpejpu fuq il-karozzi tal- linja u 92 ġewwa d-diskoteki.", "Dan meta kull min jiffrekwenta d-diskoteki jaf li l-foga tas-sigaretti li jkun hemm tkun insapportabbli.", "Imbagħad xi ngħidu għall-abbuż tad-droga?", "Kulħadd jaf li l-użu ta' l-ecstasy qed jiżdied b'rata allarmanti.", "Fil-fatt erbat ijiem oħra se nressqu liġi dwar din it-tip ta' droga.", "Mhux bilfors li l-użu ta' l-ecstasy jiżdied meta qed nagħtu permessi għal all-night parties, li issa wħud minnhom qed jibdew bħala beach party f'nofsinhar u jkomplu għaddejjin biż-żfin sa ma jisbaħ?", "Kif jista' jkun li persuna jkollha dik l-enerġija kollha biex tagħmel dawn l-affarijiet mingħajr ma tieħu din it-tip ta' droga?", "Dawn il-parties huma maħsuba għal tapposta biex min imur fihom jew irid jieħu l-ecstasy bilfors jew inkella jrid jieħu energy drinks bi prezz għoli ħafna, biex żgur ikomplu jisolħu liż-żgħażagħ, imbagħad wara ħafna qbiż u xxadinjar imorru lejn id-dar isuqu ħafna drabi b'nuqqas ta' attenzjoni, għax wara 12-il- siegħa qbiż bilfors li jkunu għajjenin bil-konsegwenza li issa qed nisimgħu b'diżgrazzji tat-traffiku fis-siegħat bikrin ta' fil-għodu.", "Meta l- Kummissajru tal-Pulizija stqarr li ma jistax isib kontroll fuq dawn il- parties, speċjalment dawk li jsiru fil-beraħ, il-Partit Nazzjonalista tellgħu l-qorti u rebaħ il-kawża.", "Jidher li għall-Partit Nazzjonalista l- pika u l-vantaġġ politiku jiġu ħafna iktar qabel it-tħassib tal-ġenituri ta' dawn iż-żgħażagħ li jattendu dawn il-parties u l-ambjent morali li huwa mixtieq mill-istess żgħażagħ.", "Tajjeb li wieħed jgħid li fil-ħabs, l-iktar post li suppost huwa ssorveljat u fejn hemm is-sigurta', fl-aħħar għaxar snin id-droga donnha kienet tiġi mixtrija bħal meta bniedem imur jixtri xi ħaġa minn ħanut.", "Fil- fatt fl-aħħar għaxar snin persuna mietet fil-ħabs u persuna oħra mietet meta kienet qed tiġi miżmuma fid-Depot tal-Pulizija.", "Mill-1994 'l hawn fil-ħabs kien hemm ukoll ħafna każijiet ta' overdose u kien hemm xejn inqas minn 227 priġunier li nstabu taħt l-effett tad-droga.", "Ħadd ma jaf kemm kien hemm każijiet bħal dawn qabel l-1994 peress li l-files li kienu jirrigwardaw dawn l-affarijiet inħarqu u ntilfu waqt l-irvellijiet li kienu saru fl-1993.", "U dan biex ma nsemmix ukoll li miċ-ċentri tas-saħħa tqassmu ftit inqas minn 150,000 siringa b'xejn mill-1994 'l hawn għall-użu tad-drogati.", "Dawn iċ-ċifri żgur li għandhom jagħtu lok għal tħassib.", "F'pajjiżna għandna problema kbira li jekk mhux se nieħdu ħsiebha se thedded il-ġejjieni tas-soċjeta' Maltija.", "Issa ħalli naraw x'qed jiġri fil- familja Maltija li hija magħquda u b'saħħitha u li sa ftit tas-snin ilu kienet l-għaxqa ta' kulħadd.", "F'għaxar snin kien hawn 156 tifla taħt is-16-il sena li kellhom jitilqu mill-iskola minħabba li ħarġu tqal.", "Issa min jaf kemm hawn tfal taħt is-16- il sena li kellhom esperjenza sesswali mingħajr ma ħarġu tqal!", "Illum insibu wkoll li hawn 446 unmarried mothers fuq ir-relief.", "Insibu wkoll li fl-1988 kien hawn 1,726 single parent families u 2,565 tfal f'dawn il- familji.", "Illum hawn 3,118 single parent families b'aktar minn 3,500 tifel u tifla.", "Minn dawn il-familji għaxar snin ilu kien hemm 810 separati u issa hemm id-doppju.", "L-ommijiet xebbiet li fl-1988 kienu 366 issa żdiedu għal 702, jiġifieri f'għaxar snin kważi rduppjaw.", "Irduppjaw ukoll is-single parents iddivorzjati u żdiedu b'sitt darbiet is-single parent families, fejn il-missier qed jieħu ħsieb it-tfal minflok l-omm.", "Rigward iż-żweġijiet insibu li dawn baqgħu l-istess fin-numru matul dawn l-aħħar għaxar snin pero' ż-żweġijiet reliġjużi naqsu u dawk ċivili ittripplaw u s- sena l-oħra dawn kienu jammontaw għal 350.", "F'dik li hija vjolenza domestika nsibu li l-każi rrapportati laħħqu 800 fl-aħħar tliet snin u aktar minn 1,500 persuna ġew mgħejjuna mill-victim support unit tal-Pulizija minn Ġunju ta' l-1993.", "Mill-1987 'l hawn saru madwar 30,000 test ta' l-AIDS u dan juri kemm iż- żgħażagħ qegħdin jagħtuha għas-sess bla kontroll.", "Issa dawn it-testijiet saru min-nies li xtaqu li jiġu ttestjati, jiġiferi mhux min-nies li marru jagħtu d-demm għax dawk isiru fuq kulħadd.", "Fl-1987 saru 2,300 test u din is-sena saru kważi 4,000, jiġiferi kważi d-doppju.", "Rigward il-kriminalita' nsibu li fl-1987 kien hemm 225 persuna li daħlet il-ħabs u s-sena l-oħra daħlu 662.", "F'għaxar snin daħlet 5,300 persuna l- ħabs, imbagħad in-Nazzjonalisti kienu jassigurawna li konna se ngħixu f'darna bla biża'!", "Insibu 937 persuna taħt is-16 il-sena li ttellgħu l- qorti minħabba xi ksur ta' regolamenti jew minħabba reati.", "Insibu li minn knejjes - fejn kulħadd iridha tal-qaddis - u minn istituzzjonijiet reliġjużi saru 180 serqa f'għaxar snin.", "Hemm iktar statistika li turi kemm kien demokristjan il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.", "Fl-1996 tqassmu madwar 200 post ta' abitazzjoni mill-gvern u kumbinazzjoni dawn tqassmu kollha fix-xahar ta' l-elezzjoni, jiġifieri f'Ottubru li għadda.", "Naraw ukoll li fl-1991 il-gvern biegħ plot għal Lm142,000, fl-1993 biegħ plot ieħor għal Lm272,000 u fl-1995 - dan huwa record - biegħ plot għal Lm573,000, jiġifieri iktar minn Lm0.5 miljun!", "Din l-informazzjoni ħarġet minn informazzjoni li ta' l- Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għal mistoqsija parlamentari li għamiltlu.", "Ikun tajjeb li hawnhekk wieħed igħid li qabel ma telgħu n- Nazzjonalisti fil-gvern, l-amministrazzjoni Laburista kienet biegħet postijiet - veru li dawn kienu iżgħar mill-postijiet li tqassmu dan l-aħħar - bil-prezz ta' Lm300.", "Din l-istatistika li semmejt - u hemm ħafna iktar xi ngħid imma m'għandix ħin biżżejjed - imissa tkexkex u twerwer liċ-ċittadini serji li għandhom għaliex jitħassbu meta jaraw kemm l-affarijiet marru għall-agħar f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Il-problema għandha aspett soċjali, ekonomiku u morali u fil-fehma tiegħi l-Knisja trid terfa' parti mir-responsabbilita' biex pajjiżna jirpilja.", "Wieħed jistenna li jisma' leħen l-awtoritajiet konċernati iktar spiss u jekk hemm bżonn anke kuljum.", "Hawnhekk nixtieq nappella lill-Gvern, lill-partit fl-Oppożizzjoni, lill-Knisja, lill- Pulizija, liż-żgħażagħ u lill-familji Maltin biex jiftħu għajnejhom u jħarsu lejn ir-realta' li ħadd ma jista' jmeriha - il-figuri miktubin iswed fuq l-abjad.", "Il-verita' hija li nafu minn fejn tlaqna għaxar snin ilu, nafu fejn qegħdin u nafu d-direzzjoni li ħafna żgħażagħ Maltin mexjin fiha.", "Jien ma rridx ngħid li l-ġenerazzjoni żagħżugħa hija kollha maħruqa, għax hawn ħafna żgħażagħ tajbin u bil-għaqal li jistħoqqilhom li jiġu apprezzati, pero' madankollu għandna problema serja u naħseb li wasal iż-żmien biex nagħmlu sforz ilkoll flimkien ħalli meta xi għaxar snin oħra xi deputat ieħor jagħmel l-istess mistoqsijiet, it-tweġibiet ikunu ta' pjaċir u ta' sodisfazzjon u mhux ta' niket.", "Wisq nibża' li pajjiżna jista' jitlef ġenerazzjoni ta' tfal u żgħażagħ jekk ma jitteħdux passi malajr.", "Jien nappella biex ilkoll flimkien naħdmu ħalli bl-għajnuna ta' Alla pajjiżna jerġa' jkun post dehen u ta' eżempju ta' kif is-soċjeta' għandha tgħix fil-paċi u fl-ordni.", "Inħoss li din il-kwestjoni hija kwestjoni nazzjonali li rridu nagħtuha attenzjoni serja u malajr.", "Jien nippretendi li l-partit fl-Oppożizzjoni għandu jingħaqad mal-Gvern biex is-soċjeta' Maltija tissaħħaħ u titjieb u nwaqqfu din il-mewġa kera ta' nuqqas ta' moralita', ta' serq, ta' kriminalita' u ta' drogi li bħalissa għaddejjin biha.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - PUBBLIĊITA'", "6946.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min tefa' t-tender biex jieħu l-kuntratt għall-pubbliċita' konnessa ma' l-introduzzjoni tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni minflok il- VAT u kemm kien kull tender?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll minn min kien jikkonsisti l-Bord ta' l-Għażla?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni kien responsabbli għall-kampanja pubbliċitarja konnessa ma' l-introduzzjoni tas- Sistema Ġdida ta' Tassazzjoni minflok il-VAT.", "Fil-bidu ta' Mejju, 1997, id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni ħareġ quotations għall-kampanja pubbliċitarja.", "Din kienet tikkonsisti f'dan li ġej:", "Il-produzzjoni ta' għaxar videos ta' minuta l-wieħed għax-xandir fuq it- TV.", "Il-produzzjoni ta' video ta' ħames minuti għax-xandir fuq it-TV.", "Il-produzzjoni ta' għaxar reklami għar-radju ta' minuta l-wieħed.", "Avviżi full page bil-kulur għall-pubblikazzjoni fil-ġurnali.", "Ktejjeb informattiv bil-kulur ta' 16-il pagna, daqs A5. leaflets bil- kulur, daqs A5.", "L-irrekordjar ta' 15-il programm outside broadcast.", "L-istampar ta' 80,000 stedina fuq karta bil-letterhead tad-dipartiment.", "Id-ditti mitluba jikkwotaw kienu:", "Visual Trends & Co Ltd, Birkirkara; Velprint Ltd, Guardamangia; u Plus Advertising Co Ltd, Guardamangia.", "L-offerti kienu:", "Total Visual Trends & Co Ltd Lm75,030 Velprint Ltd Lm72,950 Plus Advertising Co Ltd Lm65,360", "Il-Bord ta' l-Għażla għat-tieni fażi kien magħmul minn tliet uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.", "Dawn kienu:", "Is-Sur Saviour Azzopardi - Senior Principal Is-Sur Anthony Preca - Public Relations Officer Is-Sur Joseph Casingena - Information Officer", "Il-bord sab li l-aktar offerta vantaġġjuża kienet dik ta' Plus Advertising Co Ltd.", "L-għażla tal-Bord ġiet konfermata mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6999.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi d-differenza bejn il- budget tal-proġett ta' Buġibba u kemm attwalment intnefaq?", "Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni tad-differenza li tħallset, lil min tħallset u kif tħallset?", "Jista' l-Ministru jgħid b'kemm jiswa t-tarmac li ngħata lil proġett ta' Buġibba u min huma l-kuntratturi li ħadmu f'dan il-proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-differenza ta' bejn l-istima oriġinali u kemm ġie committed fuq il-proġett, hija ta' madwar Lm500,000.", "Id-differenza hija dovuta għall-xogħlijiet li ma kienux ippjanati li jidħlu fil-proġett oriġinali, iżda rriżulta illi ma setgħux jitħallew barra għaliex kienu sejrin ikunu ta' detriment għall-proġett.", "Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludi l-upgrading ta' partijiet mill-promenade, toroq u bankini li ma kienux inklużi fil-programm oriġinali.", "Kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6925, ċifra eżatta dwar kemm tħallsu l-kuntratturi tkun tista' tingħata malli l- kejl kollu fuq il-proġett tkun finalizzat.", "Ingħataw 'l fuq minn 131,000 metri kwadri ta' tarmac fuq il-proġett kollu u huwa stmat li t-tarmac sewa madwar", "Lm1,200,000.", "Lista tal-kuntratturi kollha li ħadmu f'dan il-proġett ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6491.", "KORS PGCE", "7083.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6345 magħmula fid-9 ta' Ġunju u li kienet tgħid:", "\"Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-PGCE ta' fil-għaxija twaqqaf u qed isir fil-għodu biss b'inkonvenjent għal dawk li diġa' qed jaħdmu\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6345 mogħtija f'din is-seduta.", "GOZO CHANNEL - VETTURI BEJN MALTA U GĦAWDEX", "7274.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 6610, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-vetturi li qasmu misjuqa minn nies b'residenza f'Għawdex, b'residenza f'Malta u minn barranin?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej:-", "|DATA |BARRANIN|RESIDENT|RESIDENT| | | |I MALTIN|I | | | | |GHAWDXIN| |Nov |2648 |5585 |10129 | |95 | | | | |Dec |1935 |5766 |9943 | |95 | | | | |Jan |1873 |5306 |9975 | |96 | | | | |Feb |1741 |5214 |7903 | |96 | | | | |Mar |3267 |6804 |10189 | |96 | | | | |Apr |4186 |10087 |9468 | |96 | | | | |May |4501 |8761 |11437 | |96 | | | | |Jun |4107 |10350 |11060 | |96 | | | |", "|DATA |BARRANIN|RESIDEN|RESIDENT| | | |TI |I | | | |MALTIN |GHAWDXIN| |Nov 96|2936 |7333 |10899 | |Dec 96|1533 |5023 |9240 | |Jan 97|2052 |5436 |9750 | |Feb |10311 |9156 | | |97* | | | | |Mar |11964 |7063 | | |97* | | | | |Apr |10909 |7853 | | |97* | | | | |May |12623 |8705 | | |97* | | | | |Jun |12946 |8808 | | |97* | | | |", "* Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux possibli jsir distinzzjoni bejn nies b'residenza f'Malta u bejn barranin minn Frar ta' din is-sena 'l quddiem.", "U.E. - DIKJARAZZJONIJIET", "7726.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta ġietx mistiedna tassoċja ruħha mad-dikjarazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni preżenti fi Sierra Leone ta' l-10 ta' Lulju, 1997?", "Il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant assoċjati ma' l-Unjoni Ewropea, Ċipru, l-Islanda u n-Norveġja assoċjaw ruħhom ma' din id- dikjarazzjoni, għalhekk jaħseb il-Viċi Prim Ministru li għandha ssir talba da parti ta' Malta sabiex minnufih nibdew niġu mistiedna mill-Unjoni Ewropea sabiex nassoċjaw ruħna ma' dikjarazzjonijiet simili?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi Malta ma ġietx mistiedna tassoċċja ruħha mad-dikjarazzjoni fuq is-sitwazzjoni preżenti fi Sierra Leone.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, mhux eskluż li fil-qafas tad- diskussjonijiet fuq ir-relazzjonijiet li l-Gvern Malti qed ifittex ma' l- Unjoni Ewropea, Malta titlob li tiġi mistiedna tassoċċja ruħha ma' dikjarazzjonijiet simili.", "KONTEST TA' L-EURO MEDITERRANEAN PARTNERSHIP", "7727.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li Malta ħadet parti fis-segwenti laqgħat li saru fi Brussels bejn l-15 u t-18 ta' Lulju, 1997 fil-kontest tal-Euro Mediterranean Partnership laqgħa ta' l-uffiċjali anzjani dwar kwestjonijiet politiċi u ta' sigurezza; laqgħa tal-kumitat dwar il-proċess ta' Barċellona; u laqgħa tal-korrispondenti fuq il-programm ta' azzjonijiet prijoritarji dwar l- ambjent?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn min kienet rappreżentata Malta f'kull waħda minn dawn il-laqgħat, x'konklużjonijiet kien hemm u x'kienet il-pożizzjoni Maltija dwarhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nikkonferma li Malta ħadet jew qed tieħu parti fil- laqgħat imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Għal-laqgħa ta' l-uffiċjali anzjani dwar kwestjonijiet politiċi u ta' sigurezza kif ukoll għal-laqgħa tal-kumitat dwar il-proċess ta' Barcellona, id-delegazzjoni Maltija kienet komposta kif ġej:", "L-Ambaxxatur Victor Camilleri L-Ambaxxatur Alfred A. Zarb Dr. Jesmond Schembri, First Secretary", "F'dawn iż-żewġ laqgħat, l-ewwel ta' din ix-xorta wara l-Laqgħa Ministerjali ta' Malta, saret diskussjoni ntensa dwar il-konklużjonijiet ta' l-imsemmija laqgħa u dwar kif dawn ser jiġu mplimentati u ko-ordinati.", "Għal-laqgħa tal-korrispondenti fuq il-programm ta' azzjonijiet prijoritarji dwar l-ambjent, Malta hija rappreżentata mis-Sur Louis Vella, Direttur tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent.", "Din il-laqgħa għadha ma ntemmitx.", "ETC - JOB PLACEMENTS", "7611.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W347 li saret f'Marzu, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W347, f`Seduta Nru. 99.", "IMPJIEGI - QTUGĦ MIR-REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7612.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W346 li saret f'Marzu, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W346, f`Seduta Nru. 99.", "IMPJIEGI - QTUGĦ MIR-REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7613.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W345 li saret f'Marzu, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W345, f`Seduta Nru. 99.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7614.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W344 li saret f'Marzu, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W344, f`Seduta Nru. 99.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7615.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W343 li saret f'Marzu, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W343, f`Seduta Nru. 99.", "OPM - HOSPITALITY", "7616.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W563 li saret f'April, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-informazzjoni għall-Ministeru mingħajr Portafoll u dik għat-Telemalta tinstab fi tweġiba separata bin-numru W571.", "Hawn tajjeb li wieħed jgħid ukoll li, filwaqt li għal perijodu ta' sitt xhur bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u t-30 ta' April, 1997 fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, is-somma minfuqa bħala hospitality kienet Lm25,080, f'perijodu inqas ta' erba' xhur bejn l-1 ta' Jannar, 1996 u t- 30 ta' April, 1996 l-istess infiq għal hospitality fl-istess ministeru kienet tlaħħaq Lm43,571.", "ETC - NUQQAS TA' XOGĦOL", "7784.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex matul ix-xahar ta' Mejju jkun hemm tnaqqis ta' 307 fil-labour supply f'Malta u ta' 287 fil- gainfully occupied?", "Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' liema kategoriji ta' self- employed (148) tilfu x-xogħol tagħhom matul Mejju 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7784, in-nuqqas fil-labour supply tax-xahar ta' Mejju kien ta' 307 persuna, li minnhom kien hemm 287 persuna li kienu jaħdmu bi qliegħ u 20 persuna oħra li kienu jirreġistraw għax-xogħol.", "Fil-fatt minn dawk li kienu jaħdmu bi qliegħ kien hemm nuqqas ta' 94 persuna fis-settur privat; 36 persuna li kienu jaħdmu f'korporazzjonijiet u kumpanniji fejn il-Gvern għandu l-iktar ishma; u 157 persuna li kienu f'dipartimenti tal-Gvern.", "Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u taħriġ ma jkollhiex informazzjoni x'wassal li dawn in-nies jieqfu mix-xogħol tagħhom, ħlief dawk li jgħidulna li x- xogħol tagħhom ġie tterminat minħabba nuqqas ta' xogħol jew redundancy.", "Fil-fatt, matul ix-xahar ta' Mejju kien hemm 210 persuna li ġew redundant.", "Matul ix-xahar ta' Mejju kien hemm nuqqas ta' 148 persuna li kienu jaħdmu għal rashom u li kienu maqsuma kif jidhru fil-kategoriji li huma mniżżla fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "7785.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' ċelebrazzjonijiet inżammu biex jiġi ċelebrat l-ewwel fażi tal-proġett ta' Buġibba?", "Fejn inżammet iċ-ċelebrazzjoni?", "Meta saret?", "Kemm swiet flus l- okkażjoni?", "Min ħallas għaliha?", "Kemm kien hemm nies mistiedna għal din l- okkażjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma saret l-ebda tip ta' ċelebrazzjoni biex jiġi ċċelebrat l-ewwel fażi tal-proġett ta' Buġibba.", "SKEJJEL - SKOLA SAJF '97", "7786.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n- numru ta' studenti li qed jattendu l-iskola sajf din is-sena?", "F'liema skejjel qed jattendu dawn l-istudenti?", "Kemm hu n-numru ta' għalliema/għalliema studenti li qed jieħdu ħsieb dawn l-istudenti?", "Kif jitqabbel dan in-numru ta' studenti u għalliema ma' dak tas-snin ta' qabel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Numru ta' studenti jattendu Skola Sajf '97:", "|Malta |4204 | |Gozo |355 | |Total |4559 |", "Skejjel/Ċentri Miftuħa", "Malta - 50 Ċentru", "Attard, Baħrija, B'Kara, B'Buġia, Burmarrad, Cospicua, Dingli, Fgura, Floriana, Għargħur, Għaxaq, Gudja, Gżira, Ħamrun Ġuże Pace, Ħamrun School Street, Kalkara, Kirkop, Lija, Luqa, Marsa, M'Scala, M'Xlokk, Mellieħa, Mġarr, Msida, Mosta, Mqabba, Naxxar, Paola, Pieta', Qormi San Ġorġ, Qormi San Bastjan, Qrendi, Rabat, Safi, San Ġwann, Senglea, Siġġiewi, Sliema, St Julians, San Pawl il-Baħar, St Venera, Tarxien, Valletta, Vittoriosa, Xgħajra, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq.", "Gozo - 13-il Ċentru", "Għajnsielem, Għarb, Kerċem, Marsalforn, Munxar, Nadur, Qala, San Lawrenz, Sannat, Victoria, Xagħara, Xewkija, Żebbuġ.", "Studenti Għalliema B.Educ:", "Malta - 414 student Gozo - 76 student", "Għalliema/Ko-ordinaturi + Facilitators ma' tfal bi bżonnijiet speċjali:", "Malta - 119 Gozo - 31", "Ko-Ordinaturi Nazzjonali:", "Malta - 2 Gozo - 1", "In-numru ta' studenti li qed jattendu l-Iskola Sajf '97 jipparaguna tajjeb man-numru ta' studenti li attendew is-sena l-oħra.", "Peress li d-domanda ta' l-għalliema biex jagħmluha ta' ko-ordinaturi din is-sena kienet ferm akbar inħass il-bżonn li jiġu mpjegati aktar ko-ordinaturi iżda għal perijodi anqas.", "Hekk waqt li bosta ko-ordinaturi ħadmu d-disa' ġimgħat matul Skola Sajf '96 din is-sena l-istess perijodu kien maqsum bejn żewġ ko-ordinaturi.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUMS", "7787.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu l-iskejjel li se jintużaw bħala Junior Lyceums (tal-bniet u tas-subien) fis- sena skolastika li jmiss?", "Liema studenti se jkollhom jattendu skola differenti minn dik li kienu jattendu qabel?", "B'mod partikolari f'liema skola se jattendu t-tfal li għaddew għal Junior Lyceum u li joqogħdu San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "7800.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni sena b'sena mressqa l-Qorti mill-Pulizija talli kissru il-litter act?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika l- perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni.", "PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "7801.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mressqa l-Qorti mill-Pulizija talli kissru l-ischool attendance laws?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika l- perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni.", "INSTITUTE OF MASONARY AND CONSTRUCTION TECHNOLOGY", "7802.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew korsijiet fl-Institute of Masonary and Construction Technology minn meta din twaqqfet sena b'sena?", "Kemm hemm persuni jgħallmu f'dan l-institute?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "INSTITUTE OF ENERGY TECHNOLOGY", "7803.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew korsijiet fl-Institute of Energy Technology?", "Kemm hemm persuni jgħallmu f'dan l-istitute?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VETTURI", "7804.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn motor vehicles sena b'sena minn 1987 'il hawn?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-motor vehicles sena b'sena minn 1987 'il hawn huma kif ġejjin:-", "| |Registrati | |1987 |151,430 | |1988 |161,284 | |1989 |171,729 | |1990 |182,260 | |1991 |194,916 | |1992 |206,469 | |1993 |215,597 | |1994 |226,379 | |1995 |240,111 | |1996 |217,243 | |Jannar/Ġunju 1997|221,746 |", "VETTURI ĠODDA -REĠISTRAZZJONI", "7805.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn new registrations of motor vehicles sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' new registrations of motor vehicles huwa kif ġej:-", "| |Reġistrati | |1988 |11,332 | |1989 |12,052 | |1990 |11,838 | |1991 |13,323 | |1992 |12,620 | |1993 |9,541 | |1994 |12,791 | |1995 |15,562 | |1996 |16,681 | |Jannar/Ġunju |7,333 | |1997 | |", "Jiena nformat ukoll li qabel l-1988 ma kenitx tinżamm statistika ta' new registrations of motor vehicles.", "MALTAFEST", "7835.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara l-esperjenza tal- Maltafest ta' din is-sena, għandux jikkonsidra serjament tfassil ġdid u aktar mifrux tul is-sena tal-Maltafest għas-sena li ġejja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNĊERTI/SPETTAKLI/DRAMA", "7836.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l- kunċerti/spettakli/drami li ġew iffilmjati għal xandir bit-television u/jew bir-radju?", "Liema kienu l-istazzjonijiet li ġibdu l-films/irrekordjaw il- programmi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MALTAFEST - SPIŻA", "7837.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal- Maltafest 1997 skond kull attivita'/spettaklu/kunċerti li saru?", "Kemm kien it-total ta' l-ispiża tal-Maltafest 1996?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll xi dħul kien hemm minn sponsors u minn bejgħ ta' biljetti din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "RANGES TA' L-ISPARAR - AIRGUNS", "7838.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li issa qed jingħataw permessi għall-użu ta' l-airguns, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jintużaw ir-ranges ta' l- isparar?", "U jekk, fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli dawn jintużaw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PERMESSI TA' ARMI - KUMITAT", "7839.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal- kumitat responsabbli mill-permessi ta' armi, meta ġie mwaqqaf u kemm-il darba ltaqa' sal-lum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TELEMALTA - MANAGEMENT", "7840.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il- Management tat-Telemalta aċċettax ir-roster li pproponew l-istaff tal- Customer Service Unit (Sezzjoni Telegrafija fil-grad ta' Customer Service Assistant) bħala alternattiva għar-roster li ressaq il-management?", "Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'kienet id-diffikulta' li sab il-managament biex jimplimentaha u jekk hux lest li jikkonsidra roster ieħor propost mill- istess staff?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7329 f'Seduta Nru. 93.", "TELEMALTA - CUSTOMER SERVICE UNIT", "7841.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu t-taħdidiet rigward ir-riforma tal-Customer Service Unit fi ħdan it- Telemalta?", "X'inhuma d-diffikultajiet eżistenti, jekk hemm, biex jintlaħaq ftehim?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-impjegati konċernati humiex sejrin ikunu informati bil-kondizzjonijiet il-ġodda qabel dan il- ftehim jiġi ffirmat?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7840 f'Seduta Nru. 107.", "Inżid ngħid li l-interessi tal-ħaddiema huma salvagwardjati permezz tal- union tagħhom.", "SANTA VENERA - STORBJU", "7842.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni kontra min qiegħed joħloq ċertu storbju permezz ta' makkinarju li hemm installat fil-bini f'Old Railway Junction c/w Braille Street, Santa Venera u li suppost li hu bini b'użu kummerċjali u mhux wieħed industrijali?", "Irrispettivament minn jekk itteħdux proċeduri kriminali tista' l-Pulizija tara li l-liġi tiġi mwettqa u li ma jsir l-ebda abbuż?", "Ittieħdu proċeduri kriminali?", "Jekk iva, x'kien l-eżitu tagħhom in prima istanza u fl-appell?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Pulizija ħadet u għada qed tieħu l-passi neċessarji skond il-liġi biex l-inkonvenjent li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant jitneħħa.", "Għadhom għaddejjin proċeduri bil- Qorti kontra l-persuna konċernata għax naqset li tobdi l-ordni preċedenti tal-Qorti, liema kawża mistennija tinstemgħa fil-31 ta' Lulju, 1997.", "Fil- frattemp il-persuna konċernata fetħet kawża kostituzzjonali kontra l- Kummissarju tal-Pulizija għax dan ta' l-aħħar ma ħariġx il-liċenzja lil din il-persuna.", "UNIVERSITA' - INĠINIERA RIĊERKATURI", "7843.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7386 (11/7/97) u mistoqsija parlamentari numru 7678 (16/7/97) li t- tnejn kienu:", "\"B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6710 u t-tweġiba mogħtija fil-11 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid għaliex la hemm ħtieġa ta' għaxar riċerkaturi temporanji qegħdin isiru biss intervisti biex jimtlew ħames postijiet?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 6710 magħmula minnu, fil-Fakulta' ta' l-Inġinerija m'hemmx stabilit post ta' inġinier riċerkatur.", "Il-fondi biex tista' ssir din ir-riċerka jiġu pprovduti taħt il-Protokol li l-Gvern Malti għandu mal-gvern Taljan.", "Fil-preżent qed jipproċedi l-proċess għar-reklutaġġ ta' l-inġiniera riċerkaturi kollha meħtieġa ħlief fil-każ ta' żewġ postijiet fejn l- approvazzjoni għad trid tiġi kkonfermata.", "RAĦAL ĠDID - PARKEĠĠ ILLEGALI", "7844.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li l-Korp tal-Pulizija jieħu ħsieb li ma jsirx aktar parking illegali fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid li qed joħloq periklu u inkonvenjent lir-residenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija qed tieħu azzjoni sabiex ir-regolamenti tat-traffiku f'din il-lokalita' jkunu osservati.", "EDUKAZZJONI - HEALTH AND SAFETY TEACHERS", "7845.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħatru l- Health and Safety Teachers kif hemm maħsub li jsir fir-Reorganisation Agreement li l-Ministru predeċessur tiegħek kien laħaq ma' l-MUT?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba parlamentari numru 2646 li ngħatat f'Seduta Nru. 25.", "SKEJJEL - INFORMAZZJONI TEKNOLOĠIKA", "7846.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet ta' taħriġ għal għalliema ta' tfal ta' Year 2 dwar l-Informazzjoni Teknoloġika matul is-Sena Skolastika 1996/1997?", "Kemm saru korsijiet simili matul is-sena l-oħra?", "Din is-sena saru xi korsijiet għall-għalliema mill-iskejjel tal-Knisja?", "Saru korsijiet simili s-sena l-oħra?", "Kemm ipparteċipaw għalliema (a) mill-iskejjel ta' l-Istat; u (b) mill- iskejjel tal-Knisja matul dawn il-korsijiet fis-sentejn li għaddew?", "Kien hemm xi għalliema li rrifjutaw li jattendu għal dawn il-korsijiet?", "Jekk kien hemm, x'se jsir minnhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: a) Kull Għalliem ta' Year 2 ingħata kors ta' 19- il siegħa dwar l-Informazzjoni Teknoloġika matul is-Sena Skolastika 1996/1997.", "L-istess kors ingħata lill-għalliema li qegħdin jispeċjalizzaw fit-tagħlim rimedjali.", "Dan it-taħriġ seħħ bħala parti mill-pani li minn Settembru 1997, it-tagħlim rimedjali (Support teaching) ser jiffoka fuq tfal ta' Year 2 (sitt snin) flok tfal ta' Year 3 (seba' snin).", "Fil-bidu ta' kull sena skolastika jsir kors għall-għalliema ġodda ta' Year 1 u Year 2.", "b) Is-sena l-oħra sar kors simili għal kull għalliem ta' Year 1 u sar kors speċjali għal 35 Anchor Persons.", "Il-funzjoni ta' dawn il-persuni hi li jkunu ta' support għal dawk l-għalliema li jkollhom diffikultajiet fit- tagħlim ta' l-I.T. Dawn issa qegħdin jgħinu wkoll fit-taħriġ ta' l- għalliema tal-Year 2.", "c) Iva, saru korsijiet simili għall-għalliema mill-iskejjel tal-knisja kemm din is-sena kif ukoll is-sena l-oħra.", "d) Il-parteċipazzjoni ta' l-għalliema mill-iskejjel ta' l-Istat u mill- iskejjel tal-Knisja matul dawn il-korsijiet fis-sentejn li għaddew hi kif se nsemmi:", "| |1995/9|1996/9| | |6 |7 | |Skejjel |175 |170 | |tal-Istat | | | |Skejjel |35 |39 | |tal-Knisja | | |", "e) Ma kien hemm l-ebda għalliema li rrifjutaw li jattendu għal dawn il- korsijiet.", "Ta' min jirrimarka li barra minn dawn il-korsijiet saru oħrajn wara l-ħin tal-iskola u fil-vaganzi tas-sajf li l-għalliema ġew mistiedna jattendu b'mod volontarju.", "Għal dawn il-korsijiet kien hemm numru konsiderevoli ta' għalliema li applikaw.", "Nixtieq nirringrazzja pubblikament lil dawk li attendew fil-ħin ħieles tagħhom.", "B'kollaborazzjoni bejn id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-Universita' se jsiru korsijiet li jwasslu għal Diploma fl-I.T. Dawn il-korsijiet ser jispeċjalizzaw fl-oqsma tat-tagħlim tal-I.T. fil-qasam tal-Primarja, Sekondarja u Post-Sekondarja.", "ENEMALTA - POLICIES", "7847.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-policies li jikkonċernaw il- qasam ta' l-enerġija (b'mod partikolari l-Enemalta) li jkunu affettwati (sew fin-negattiv jew fil-pożittiv) vis-a-vis l-Unjoni Ewropa jekk Malta tibqa' fil-pożizzjoni tal-lum jiġifieri \"ta' friża\"; Malta tiddeċiedi li terġa' tiftaħ d-diskussjoni għal sħubija sħiħa; tilħaq l-istat li għalih qed jaspira l-Gvern Laburista; u Malta tiddeċiedi li tirtira l- applikazzjoni tagħha?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tipparteċipa f'diversi Programmi ta' Koperazzjoni Internazzjonali inkluż uħud imnedija mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-programmi jikkonċernaw prinċiparjament l- oqsma ta' sorsi alternattivi ta' enerġija u użu aħjar ta' riżorsi ta' enerġija li tuża l-korporazzjoni.", "Dawn il-programmi ta' koperazzjoni jibqgħu fis-seħħ f'kull waħda mill- alternattivi li semma l-Onor.", "Membru.", "TURIŻMU", "7848.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jidhirlu l-Ministru li l-applikazzjoni ta' Ċipru biex tidħol fl-Unjoni Ewropea, pajjiż simili ħafna għal Malta u kompetitur dirett fl-industrija turistika, tistax b'xi mod taffettwa l-andament tat-turiżmu f'pajjiżna speċjalment dak li ġej mir-Renju Unit?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Cipru mhux mistenni li jsir membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropeja qabel is-sena 2000.", "Għalhekk, għadu kmieni biex wieħed janalizza l-effett ta' dan fuq is-settur turistiku ta' Cipru, u wisq izjed biex jitqiesu l-konsegwenzi ta'dan fuq it-Turizmu Malti.", "Ilum, madwar 85% tat-turisti li jiġu Malta, joriginaw mill-Unjoni Ewropea għaldaqstant wieħed ma jifhimx il-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant.", "ENEMALTA - POLICIES ĠODDA", "7849.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu l-policies ġodda li se jaffettwaw l- Enemalta u li qed ikunu kkonsidrati fit-tibdil li se jsir fil-liġi ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-proċedura normali li ssegwi l-Korporazzjoni Enemalta fejn tidħol l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija li din ta' l-aħħar tgħarraf lill-korporazzjoni dwar dawk il-liġijiet li jaffetwaw lilha.", "Minħabba li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma bagħtet l-ebda tagħrif lill-Korporazzjoni għadu kmieni biex wieħed jgħid x'policies se taddotta l- korporazzjoni.", "Infakkar lill-Onor.", "Membru li meta għamel il-mistoqsija l-emendi ma kenux għadhom qed jiġu diskussi fil-Parlament.", "KALKARA - DAWL", "7850.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta is-servizz tad-dawl ġol-Blokk tal- Gvern Nru. 3, Triq is-Salvatur, Kalkara peress li minħabba dan in-nuqqas l- inkwilini għadhom ma jistgħux jabitaw fihom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol biex jingħata d-dawl fi Blokk Nru. 3 Triq is-Salvatur, Kalkara jinsab fi stadju avvanzat u huwa mistenni li jitlesta fi żmien qasir.", "DJAR - SWATAR", "7851.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta se jingħataw iċ-ċwievet dawk li ħadu post fis-Swatar, l- Imsida?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Parti mill-proġett tas-Swatar huwa allokat b'bejgħ u parti b'kiri.", "Fir-rigward ta' appartamenti għall-bejgħ iċ-ċwievet qegħdin jingħataw mal- kuntratt.", "Fil-każ tal-kiri, il-kuntratt tal-kirja jsir mid-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali.", "Meta dan jiġi iffirmat uffiċjal ta' l-Awtorita' tad-Djar jagħti ċ-ċwievet lill-benefiċjarji fuq il-post fejn isir condition report.", "PTA - SIDIEN TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "7852.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-qliegħ tas-sidien tal- karozzi tal-linja f'Ġunju 1997 kien inqas minn ta' Ġunju 1996?", "Kif ukoll, jista' jgħid x'passi qiegħed jieħu biex itejjeb il-kondizzjonijiet tax- xogħol biex dan il-qliegħ jitjieb?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Peress li s-sidien tal-karozzi tal-linja joperaw fuq bażi privata, m'iniex f'pożizzjoni nikkonferma jekk il-qliegħ tagħhom naqasx jew żdiedx.", "Li nista' ngħid hu li minn żmien għal żmien il- Gvern qed jagħtihom sussidju fir-rigward tax-xogħol bi skeda.", "Bħala imprendituri privati għandhom ikunu huma li jaqdfu biex itejbu l-qliegħ tagħhom u dan billi jtejbu s-servizz.", "DISTRETT NRU.", "4 - XOGĦLIJIET", "7880.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li bħalissa għaddejjin ħdejn ir-roundabout bejn Ħal Tarxien, Raħal Ġdid u Santa Luċija fit-Triq Tal-Barrani humiex sejrin ikunu estiżi għas-service road li hemm mat-Triq Tal-Barrani (Triq Burlo') u l-area kollha ħdejn l- iskola ta' Santa Maria Goretti, Tarxien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol li għadu kif tlesta' fir-roundabout imsemmija sar bħala parti mill-upgrading tat-Triq Tal-Barrani.", "Ix-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant huwa ta' natura differenti u jsir wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali, u wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jinsabu mqiegħda b'mod permanenti.", "TARXIEN - TRIQ XINTILL - ILMA", "7881.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara għalfejn il-kwalita' ta' l-ilma fi Triq Xintill, f'Ħal Tarxien ħdejn ir-roundabout f'Tal-Barrani, liema ilma qiegħed jasal għand ir-residenti f'kulur is-sadid, huwa ta' kwalita' daqstant ħażina u x'passi beħsiebu jieħu sabiex titjieb il- kwalita' ta' dan l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "7882.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-iskejjel tal- Gvern li se jsirulhom xogħlijiet ta' manutenzjoni, l-istima tax-xogħlijiet u liema skejjel sejrin ikollhom ix-xogħlijiet magħmul mid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni u min minnhom sejrin ikunu magħmula mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VALLETTA - TRIQ IL-BATTERIJA - FOND NRU.", "11", "7883.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-każ rapportat lilu għall-fond Nru. 11, Triq il-Batterija, il-Belt Valletta li ġie requisitioned mingħajr il-kunsens tas-sidien?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment m'għandux informazzjoni dwar x'irriżulta minn investigazzjonijiet li saru fuq dan il- każ mill-pulizija fl-1987.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - XIRI TA' DJAR", "7884.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux se terġa' toħroġ sejħa għal dawk l-emfitewti u/jew inkwilini li qegħdin b'ċens temporanju u/jew b'kera biex dawn jingħataw id- dritt li jixtru l-fond tagħhom li llum jinsabu taħt il-Joint Office u li meta ħarġu kienu ħarġu għoljin ħafna fil-prezz taħt l-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li jiena tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 136.", "ITALJA - KONKORSI TAL-KANZUNETTI", "7885.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fit-12 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5183, li fiha l-Ministru qal li la s-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti u lanqas xi dipartiment li jaqa' taħtu ma għamel sejħa għall-applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni ta' kantanti Maltin f'konkorsi tal-kanzunetti li kellhom jew għandhom isiru fl-Italja din is-sena, jista' l-Ministru jikkonferma li effettivament saret stedina lill-kantanti Maltin biex jipparteċipaw f'żewġ konkorsi internazzjonali f'Salerno (għal tfal bejn 8 snin u 13-il sena) u f'Ruma (għal kantanti liriċi ta' 36 sena jew aktar)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TARZNA TA' MALTA - EX-ĦADDIEMA", "7904.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk huwiex minnu li l-ex-ħaddiema tat-Tarzna ta' Malta li għażlu li jispiċċaw mix-xogħol taħt waħda mill-iskemi eżistenti, għadhom sal-lum ma rċevewx iż-żieda fil-pensjoni tagħhom ekwivalenti għal żewġ terzi taż-żieda mħabbra għall-għoli tal-ħajja?", "Jekk dan huwa minnu, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas relattiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nformat li l-ħlas taż-żieda fil-pensjoni lill- ex-ħaddiema tat-Tarzna ta' Malta li għażlu li jispiċċaw mix-xogħol qabel iż-żmien, għandu jsir mal-ħlas tal-pensjoni li jmiss fid-9 ta' Awissu, 1997.", "ENEMALTA - KONSUM TA' ELETTRIKU", "7905.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont imħallas (jew mitlub) għal konsum ta' elettriku f'dan l-aħħar quarter mingħand każini tal-baned; każini tal-football; każini politiċi u każin jew clubs oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tingħata tweġiba fi xi seduta oħra.", "TELEMALTA - KONSULENTI", "7906.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Minsitru: Jista' l-Ministru jgħati lista tal- konsulenti (individwi u ditti) li ġew imqabbda mill-Korporazzjoni Telemalta minn Ottubru, 1996 sal-lum u jindika f'liema oqsma u għal liema skop ġew inkarigati kif ukoll jekk lestewx jew le l-inkarigu lilhom mogħti?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "Periti Konsulenti", "1.", "Zammit & Associates, Cachia & Formosa Associates, Saviour Camilleri (Interior Design) u Engineering Services Ltd. (kollha in konnessjoni mal- bini tal-blokk amministrattiv ġdid fil-Marsa)", "2.", "Il-Perit Lino Bianco (in konnessjoni ma' l-Enviornment Impact Assessment tal-proġett propost flok Pender Place u Mercury House)", "Konsulenti Legali", "1.", "L-Avukat Paul Lia 2.", "L-Avukat Edgar Mizzi", "Il-Korporazzjoni Telemalta għadha tagħmel użu mis-servizzi ta' l-avukati li kellha qabel, speċjalment fuq każi antiki.", "Konsulenti Maniġerjali", "1.", "Impact (Consultancy & Developments) Ltd.", "2.", "Outlook Co-Op (Job Evaluation Exercise)", "Konsulenti Finanzjarji", "1.", "Is-Sur Ray Sladden 2.", "Is-Sur John Grima (in konnessjoni mat-Treasury Management) 3.", "Computime (in konnessjoni ma' eżerċizzju ta' Credit Control) 4.", "MSD (in konnessjoni mal-Monthly Management Accounts)", "F'kull każ, il-konsulenza għadha ma ntemmitx.", "SOCIAL DEVELOPMENT PROGRAMME", "7907.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Social Development Programme jew is-Social Welfare Planning Unit ipprovdewx xi finanzjament biex persuna jew persuni jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom sa livell ta' Masters barra minn Malta?", "Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, il-Ministru hu mitlub biex jindika min kienu l-persuni li bbenefikaw u jgħid x'inhuma l-kriterji li taħthom kemm l-SWDP kif ukoll l-SWPU jipprovdu l-fondi biex persuni jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fis-Social Work u oqsma relatati kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "BIRGU - XATT SAN LAWRENZ - RIFLETTURI", "7908.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' Marittima hijiex responsabbli għar-rifletturi li jinsabu f'Xatt San Lawrenz, il-Birgu, u jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, meta beħsiebha tieħu l-passi biex jinbidlu dawk li m'humiex qegħdin jixgħelu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Awtorita' Marittima m'hijiex responsabbli għar-rifletturi li jinsabu f'Xatt San Lawrenz, il- Birgu.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi din il-mistoqsija lill- Ministru responsabbli mill-Enemalta.", "BIRGU - DAWL", "7909.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Korporazzjoni Enemalta beħsiebha tbiddel il-bozoz maqtugħin li jinsabu ġewwa l-Birgu u li ilhom maqtugħa għal aktar minn tlett xhur?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Skond ir-reġistru tad-distrett tar-Raħal il-Ġdid tal- Korporazzjoni Enemalta ma' jirriżultax li hemm rapporti ta' lampi maqtugħin fil-Birgu li ilhom għal-aktar minn xahar.", "Madanakollu, ix-xogħol pendenti rreġistrat se jiġi mwettaq flimkien max- xogħol l-ieħor.", "COMPACT DISCS/CASSETTES - EŻENZJONI TA' DAZJU", "7910.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Meta wieħed jikkonsidra l-kwantita' ta' talent li pajjiżna għandu u meta wieħed jikkonsidra kemm huma ftit l-opportunitajiet li l-mużiċisti, il- kompożituri, l-awturi u l-kantanti Malti u Għawdxin għandhom, u meta wieħed jiftakar u fl-istess ħin ifaħħar lil dawk l-intrapriżi privati li qegħdin jipproduċu u joħorġu għall-bejgħ compact discs u cassettes mija fil-mija Maltin, jaħseb il-Ministru li tiġi kkonsidrata proposta dwar eżenzjoni tad- dazju fuq compact discs u cassettes li huma mija fil-mija Maltin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nifhem l-ispirtu wara l-mistoqsija mill-Onor.", "Interpellant iżda s-suġġeriment tiegħu jenħtieġ li jiġi studjat iżjed.", "Sadanittant se nirriferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill- Kultura għall-kummenti u suġġerimenti tiegħu.", "RABAT - PERMESS B'NRU.", "L/N 3275/96", "7911.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7191, jista' l-Ministru jara li jsir dak li hemm mitlub fl-istess domanda, b'riferenza għall-post Nru. 13, Ciagħki Lane, Rabat, Malta (Ref.", "No. L/N 3275/96)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment ta' l-Artijiet diġa' beda jaħdem biex jistabilixxi l-provenjenza tal-proprjeta' in kwestjoni biex ikun jista' jinbeda l-procedure għal ħlas tal-kumpens, qed tiġi wkoll studjata l- possibbilta' li jkun hemm rilaxx mill-akkwist tal-proprjeta'.", "IMPRENDITUR MALASJAN", "7912.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'obbligazzjonijiet kellu l-imprenditur Malasjan li l-Gvern Malti ħames snin ilu ttrasferielu blokk ta' ishma fil-Lombard Bank (Malta) Ltd?", "Jista' jgħid jekk dawn il-kondizzjonijiet ġewx imwettqa skond il-ftehim?", "Jekk le, ngħatat xi estensjoni?", "Jekk ingħatat, għalqitx u x'se jiġri issa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kondizzjonijiet li hemm fil-kuntratt bejn il-Gvern Malti u l-imprenditur Malasjan għadhom kif kienu oriġinarjament.", "Id-dettalji miltuba ma jistgħux jiġu mogħtija minħabba li huma ta' natura kummerċjali u delikata.", "SAĦĦA - NEURO KIRURĠIĊI", "7913.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta nbdiet in- newro-kirurġija f'Malta u min bdiha?", "Meta nġiebet is-CT Scan hawn Malta u kemm kien hawn newro-kirurgi f'Malta dak iż-żmien?", "Min ordna l-istrumenti kirurġiċi li jintużaw fin-newro-kirurġija u min ħarreġ lin-nurses f'dan il- kamp?", "Minn meta kien hawn iżjed minn newro-kirurgu wieħed fl-isptar hawn Malta?", "X'kienet il-kariga ta' newro-kirurgi ġodda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment tan-Neuro Kirurġija ġie uffiċjalment inawgurat fl-1 ta' Ġunju, 1983.", "Iżda sa mill-15 ta' Lulju, 1982 in-Neuro Kirurgu Mr. Lawrence Zrinzo kien diġa' qiegħed jopera każi ta' Neuro Kirurġija.", "Is-CT Scan bdiet tiffunzjona fl-10 ta' Novembru, 1983.", "Dak iż-żmien kien hawn Neuro Kirurgu wieħed f'Malta.", "Fid-19 ta' Lulju, 1984 beda jaħdem miegħu senior assistant.", "Dawn baqgħu jaħdmu sa Lulju 1992, meta spiċċa kirurgu wieħed biss.", "Dan baqa' waħdu sa April 1994 meta ġie mpjegat Neuro Kirurgu ieħor bħala assistent.", "Bejn Awissu u Ottubru n-numru ta' Neuro Kirurġiċi kien tlieta iżda mbagħad reġa' sar tnejn sa Marzu 1997 meta reġgħu saru tlieta.", "Il-kariga ta' Neuro Kirurġiċi kien hekk:", "|Dr. L. Zrinzo |Konsulent | |Dr. A. Zrinzo |25/04/94 sa | | |11/08/94 | | |Registrar | | |12/08/94 sa | | |26/08/96 Senior | | |Registrar | | |mis-27/08/96 | | |Konsulent | |Dr. D. Tabakov|19/07/84 sa | | |19/07/93 Senior | | |Registrar | | |mill-20/07/93 | | |Konsulent | |Dr. J. Van t |Konsulent | |Veelaat | |", "Fil-bidu nett l-instrument li jintużaw fin-Neuro Kirurġija kienu ġew ordnati minn Sr. A.T. Pace.", "Warajha komplew Mr Emmie Mifsud N.O. u Mr Anthony Zammit N.O. Dan ta' l-aħħar kien qabbad lil Mr Philip Pio Chircop (S.N) biex flimkien jieħdu ħsieb jordnaw dak kollu li hemm bżonn għal-lista tan-Neuro Kirurġija.", "L-ordni għall-istrumenti tan-Neuro Kirurġija kienet issir taħt is-sorveljanza tal-Konsulent Mr. L. Zrinzo.", "In-nurses hawn taħt imsemmija kollha ġew ittrenjati minn Mr. Lawrence Zrinzo FRCS.", "|N.O. |Philip John |MOT i/c | | |Chircop |CSSD | |S.N. |Philip Pio |Resigned | | |Chircop | | |S.N. |Maria Bugeja |Resigned | |S.N. |Tonio Mallia |Resigned | |D.N.O. |Robert |Scrub Nurse| | |Baldacchino | | |S.N. |George Fenech|Scrub Nurse|", "Riċentement George Fenech S.N. attenda kors fl-Operating Theatre Techniques (Neuro Surgery) fin-National Hospital for Neurology and Neuro Surgery - Queen's Square London Il-kors dam mit-30 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru 1996.", "GWARDJANI - ABBUŻI WAQT STRIP SEARCH", "7914.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta nterna li qed issir rigward gwardjani fuq xi abbużi li saru waqt strip search, liema nkjesta qed titmexxa min- Nutar Mario Felice?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti nformazzjoni jekk jafx meta din l-inkjesta għandha tkun lesta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Bord tal-Viżitaturi sema' x-xhieda kollha barra tal- persuna li dwarha sar l-allegat abbuż.", "Dan billi l-persuna ntalbet diversi drabi biex tidher quddiem il-Bord u dan l-inkontru baqa' għal raġunijiet diversi qatt ma sar.", "Għalhekk ic-chairman tal-bord għamel tentattiv biex ikellem il-persuna ndikata personalment u fil-fatt irnexxielu jagħmel dan.", "F'dak l-istadju l-bord, billi kien għadda żmien biżżejjed u kellu f'idejh evidenza suffiċenti biex jikkonkludi d-deliberazzjonijiet tiegħu, qabel li kellu jgħaddi għall-konklużjoni ta'l-investigazzjonijiet.", "Għalhekk il-bord mistenni li jissottometti r-rapport finali tiegħu fil-ġranet li ġejjin.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "7915.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux possibbli li pendente litis jiġi allokat post/garaxx alternattiv lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li l-persuna konċernata kienet ġiet allokata garaxx wara l-ħruġ ta' tender pero' l-fond qiegħed jiġi okkupat illegalment minn terzi u hemm proċeduri l-Qorti li jdumu żmien?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-persuna li dwarha qed issir l-interpellanza, fl-ebda waqt ma ġiet allokata lilu ebda post/garaxx u għalhekk ebda obbligu s'issa ma jinkonbi lill-istess awtorita'.", "Intant hemm proċeduri kemm legali kif ukoll quddiem l-Ombudsman li jenħtieġ jiġu riżolti sabiex deċiżjoni tkun tista' tittieħed.", "SEDQA - GĦAJNUNA", "7916.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed iwettqu d-dipartimenti li jaqgħtu taħt id-dikasteru tiegħu biex jgħinu lis- SEDQA fix-xogħol tagħha li taqa' taħt il-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-dipartiment iħallas is-salarju ta' erba' medical officers li huma mislufin lill-aġenzija SEDQA:", "Dr George Grech Dr Tanya Buttigieg Dr Moses Camilleri Dr John Zammit Montebello", "AIR MALTA - HIJACKERS TOROK - ESTRADIZZJONI", "7917.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6787 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tas-7 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum kienx hemm xi żvilupp fil-konsultazzjoni mal-Gvern Ġermaniż dwar l- estradizzjoni tal-hijackers Torok ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 6787.", "ASSOCIATION OF INSURANCE COMPANIES - INĊIDENTI", "7918.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 6779 u t-tweġibiet mogħtija għaliha u għall- mistoqsijiet supplimentari, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu s'issa t-taħdidiet ma' kumpanniji ta' assigurazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "Fil-ġranet li ġejjin se ssir laqgħa bejn id-diriġenti ta' l- Intern u l-Association of Insurance Companies biex isir attentat ħalli jintlaħaq ftehim dwar time frame biex jiġu konklużi dawn id- diskussjonijiet.", "UNIVERSITA' - KORS FL-INDUSTRIJA TAL-BINI", "7919.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jieħdu sehem fil- kors part-time ta' sentejn fil-Middle Management fl-Industrija tal-Bini li qed isir fl-Univerista' ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru lectures fl-imsemmi kors dwar saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PBS - PROGRAMMI MUŻIKALI", "7925.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra emenda fil-liġi tax-xandir li biha kull stazzjon tar- radju lokali jrid jinkludi proporzjon xieraq ta' diski li jkunu mija fil- mija Maltin f'kull programm mużikali matul il-ħin kollu ta' xandir?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 13(2)(d) ta' l-Att ta' l-1991 dwar ix-Xandir proporzjon xieraq ta' materjal rekordjat u materjal ieħor imdaħħal fil-programmi jridu jkunu ta' oriġini u għamla Maltija u jkunu bl-ilsien Malti.", "Ninsab informat li l-Awtorita dwar ix-Xandri ħadet passi u qed tkompli tħeġġeġ lil stazzjonijiet lokali sabiex idoqqu mużika Maltija fil- programmi mużikali tagħhom.", "PULIZIJA - GĦASSA TAŻ-ŻURRIEQ", "7926.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm suppost huwa n-numru ta' Pulizija surġenti, eċċ li tirrikjedi l-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq li tieħu ħsieb anke għases oħra fl-irħula tal-madwar?", "Kemm fil-fatt hemm jaqdu dmirijiethom fl-għassa taż-Żurrieq?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex f'dawn l-aħħar xhur ingħataw numru kbir ta' transfers minn din l-għassa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fl-għassa msemmija, fil-preżent hemm stazzjonati spettur, seba' surġenti u 22 kuntistabbli.", "Il-complement ta' kull għassa qed jiġi rivedut bħala parti mill-programm ta' modernizazzjoni tal-Korp tal-Pulizija.", "Il-postings isiru skond l-esigenzi tas-servizz.", "SKEJJEL - CHILD ABUSE", "7927.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' child abuse fl-iskejjel minn Ottubru 1996 'il hawn?", "F'liema settur tal-qasam edukattiv kienu dawn il-każi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-każi jiġux riferuti lill-aġenziji jew dipartimenti oħra governattivi?", "Fiex wasal il-proġett ta' policy guidelines dwar child abuse li kien tnieda mill-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - CO-EDUCATION", "7928.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar il-Co-Education fil-livell sekondarju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-policy ġenerali hija li l-iskejjel ikunu subien u bniet għalihom ħlief fil-każ ta' korsijiet fit-teknoloġija li jsiru fl- iskejjel tas-snajja'.", "TELEMALTA - RATI MNAQQSA", "7933.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema ħinijiet il-konsumatur ma jħallasx skond il-ħin li ddum it-telefonata?", "F'liema ħinijiet hemm rati mnaqqsa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-paġna XV tad- direttorju tat-telephone fejn isib it-tagħrif mitlub.", "SANTA VENERA - DAR SAN ĠUŻEPP - GROUND", "7934.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7753?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "7935.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara għaliex qegħdin jinxtraw Salbuvent inhalers (Salbutanol) li l-mouthpiece tagħhom ma taqbilx ma' l-ispacer komuni li hawn fis-suq?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-ispeċifikazzjonijiet ta' l-inhalers, mhux imsemmi li jridu jaqblu ma' l-ispacers li hawn fis-suq.", "Mhux possibbli li wieħed jibdel l-ispeċifikazzjonijiet kull darba minħabba l-fatt li hawn aktar minn kwalita' waħda ta' spacers fis-suq.", "MOSTA - TRIQ IZ-ZAKKAK - ASFALTAR", "7936.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata l-parti tat- triq li hemm ma' Triq iz-Zakkak, Mosta proprju minn mal-ħanut Stationery Yellow Rose, 'l ġewwa fejn jidher li din hija l-unika parti tat-triq fl- inħawi li għadha ma ngħatatx l-asfaltar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-parti tat-triq li hemm ma' Triq iz-Zakkak ma tistax tiġi asfaltata peress li għad hemm servizzi mqiegħda b'mod temporanju.", "GĦAWDEX - TRASFERIMENTI", "7937.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4693,minn fejn jirriżulta li mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 t'April, 1997 kienu saru 61 trasferiment bejn dipartiment u ieħor f'Għawdex, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-61 trasferiment humiex ta' mpjegati klerikali u ta' oħrajn industrijali?", "Jekk fl-affermattiv, x'kien in-numru f'kull kategorija?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm iżjed trasferimenti mill-1 ta' Mejju sal-lum f'Għawdex u jekk fl-affermattiv, kemm?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-61 trasferiment imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4693 kienu jirrigwardaw 16 il-impjegati fil-gradi tas-Servizz Ġenerali, 40 fil-gradi industrijali u ħamsa fi gradi oħra.", "L-informazzjoni dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija qed tinġabar.", "BARRIERI", "7938.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika x'se tkun il-politika (policy) tal-Gvern rigward barrieri li llum huma diżutli?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "OPM - HOSPITALITY", "W563.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba għal din il-mistoqsija qegħda tingħata fil- mistoqsija parlamentari numru 7616 fis-seduta tal-lum.", "PLEASURE BOATS - REĠISTRAZZJONI", "W774.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati pleasure boats f'Ġunju, 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' boat u t-tul tagħhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat mill-Awtorita' Marittima ta' Malta li hija l-prattika ta' l-industrija marittima li l-istatistika tinħareġ darbtejn fis-sena.", "Jiena nformat ukoll li informazzjoni dwar boats reġistrati mill-Awtorita' Marittima għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena għadha fi stadju ta' verifika.", "VAPURI - REĠISTRAZZJONI", "W775.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vapur u kemm total ta' tunnellaġġ ġie reġistrat xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 1992 sa' l-aħħar ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat mill-Awtorita' Marittima ta' Malta li hija l-prattika fl-industrija tal-bastimenti merkantili li l-istatistika tinħareġ darbtejn fis-sena.", "Informazzjoni dwar in-numru u tunnellaġġ ta' bastimenti reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena għadha fi stadju ta' verifika.", "Barra minn hekk, nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li r-rapport annwali ta' l-Awtorita' Marittima, li jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra kull sena, jkun jinkludi fih informazzjoni dettaljata dwar l- attivita' tar-reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija, anke jekk din l- istatistika ma tkunx maqsuma xahar b'xahar billi din l-attivita' m'hijiex waħda staġjonali.", "QAWRA - BANKINI LI SARU BIL-BRICKS", "W779.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li min hu responsabbli jara li l-bankini li saru bil-bricks jkun fihom ir-ramel meħtieġ bejn il-bricks fil-bankina quddiem is-Suncrest Hotel, fil-Qawra għax il-bricks tal-bankina jistgħu jinqalgħu għaliex ma fihomx ramel kif meħtieġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-dipartiment responsabbli minn dawn ix- xogħlijiet ġie nformat u qed jittieħdu passi biex dan in-nuqqas jiġi rrimedjat.", "GĦASAFAR PROTETTI", "W808.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex kontra l-liġi illi għasafar protetti li jbejtu Malta jiġux mfixkla jew imtellfa b'xi mod?", "Jekk iva, jista' jgħid xi jfissru dawn it-termini u x'jikkostitwixxi tfixkil?", "Billi dan l-aħħar diversi gazzetti wrew ritratti ta' bejta bi friegħ u bajd ta' għasafar protetti, u billi kif ġew meħuda dawn ir-ritratti jidher ċar illi dawn ittieħdu mil-viċin, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Ambjent jew l-A.L.E. ħadux dan il-każ f'idhom u wettqu investigazzjoni biex jaraw jekk fil-fatt sar tfixkil lil dawn l-għasafar waqt li kienu qed ibejtu u jrabbu il-friegħ tagħhom ġewwa riżerva naturali?", "Il-fatt illi xi ferħ għex u mhux neċessarjament ifisser illi ma sarx tfixkil għaldaqstant, x'miżuri se jieħu id-Dipartiment ta' l-Ambjent biex il-bejtiet ta' għasafar protetti ma jibqgħux jiġu mfittxija biex mbagħad jieħdu r-ritratti għaliex dan l-aġir żgur li fih innifsu huwa ta' tfixkil għal dawn l-għasfar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa korrett meta jgħid li hu kontra l-liġi meta l-għasafar li jkunu bil-bejta jiġu mfixkla jew imtellfa b'xi mod iżda mhux korrett meta jgħid li dan japplika biss għall-għasafar protetti.", "Hemm diversi metodi kif wieħed ifixkel jew itellef bejta.", "Il- bejta tista' titkisser, tinsteraq, jistgħu jinsterqu l-bajd jew il-frieħ, jistgħu jinqabdu l-ġenituri, jew jinqatlu.", "Dawn kollha jwasslu biex il- bejta titfixkel u l-frieħ ma jtajjrux; hekk bejta tkun mitlufa.", "L-Onor.", "Membru jaf xi jsir bil-frieħ li jinsterqu mill-bejtiet bħal fil- każ tal-Merill li għamel interpellanza fuqu fid-domanda W780 datata 9 ta' Lulju 1997.", "Ir-ritratti li ttieħdu ta' bejta ta' għasfur li bejjet għall-ewwel darba, kollha ttieħdu f'riserva li hija taħt ir-responsabbilita' tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u ttieħdu taħt superviżjoni ta' uffiċjali tad- dipartiment.", "L-apparat sofistikat li jeżisti llum jagħmilha possibbli li jittieħdu ritratti mill-bogħod ta' għasafar li lanqas biss jindunaw li ttieħdilhom ritratt.", "Infatti l-għasafar li faqqsu u ttajjru mill-bejtiet li semma l-Onor.", "Membru kollha baqgħu ħajjin sakemm damu fir-riserva.", "Konvint li m'hemmx miżuri li nista' nieħu fil-konfront ta' attivitajiet li huma edukattivi u jsiru fuq bażi xjentifika aktar u aktar meta l-għasfur in kwestjoni ma ssirlu l-ebda ħsara u jibqa' ħaj u ħieles.", "Jekk l-Onor.", "Membru jixtieq li għasafar mhux protetti fi żmien il-bejta u li qegħdin ibejtu fil-gżejjer Maltin (bħall-Gallozz Iswed) jingħataw ħarsien biex il-bejtiet tagħhom ikollhom aktar ċans li jsalvaw, lest li nikkonsidra t-talba tiegħu jekk din issir formalment.", "ĦABS ĊIVILI - TIFTIX GĦAD-DROGA", "W813.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi diversi persuni li kienu l-ħabs qalu li waqt searches għad-droga l-klieb li huma sniffers għad-droga ma humiex permessi jidħlu jfittxu għad-droga ġewwa ċ- ċelel, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex veru u jekk iva għaliex?", "Jekk dawn jistgħu jidħlu - u fil-fatt daħlu - f'kemm-il ċella daħlu jfittxu għad-droga fl-aħħar xahar u x'kien ir-riżultat ta' dawn is- searches?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tip ta' searches msemmija fil- mistoqsija jsiru ġewwa l-ħabs, fejn u kull meta tinħass il-ħtieġa.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppubblikata minħabba raġunijiet ta' sigurta'.", "ĦABS TA' L-IMTAĦLEB - DETENUTI", "W814.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm detenuti fil-qasam tal-ħabs ta' l-Imtaħleb?", "Għaliex qegħdin hemm?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawn id-detenuti humiex jitħallew waħedhom għal żmien twil ma' l-għarajjes tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fil-21 ta' Lulju, 1997, in-numru ta' detenuti fil-qasam tal-ħabs ta' l-Imtaħleb kien ta' 12.", "Dawn il-persuni qegħdin isegwu programm ta' riabilitazzjoni u fl-ebda ħin ma jitħallew waħedhom ma' l-għarajjes tagħhom.", "MERILLI", "W817.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm merilli ħajjin f'idejn l-ambjent illum?", "Kemm minn dawk it- 13-il merill li nqabdu l-Marsa dan l-aħħar għexu?", "Dawn ġew mitluqa jew le?", "Ġew irringjati jew le?", "Kemm kellhom merilli adulti f'idejn ta' l-ambjent fl-aħħar għaxar snin wara li dawn instabu għand persuni kontra l-liġi?", "Kemm intelqu minnhom?", "Kemm mietu wara li ġew f'idejn id-dipartiment?", "Hemm merilli li ma ntelqux u jekk iva, kemm ilhom f'idejn ta' l-ambjent u fejn qegħdin jinżammu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent preżentament, għandu ħames frieħ tal-merill taħt ir-responsabbilta' tiegħu.", "Dawn huma ħamsa mit-13 li ttieħdu mill-bejtiet u li ġew elevati mill-Marsa.", "Kif kelli l-opportunita' li ninforma lill-Onor.", "Membru fir-risposta tal- mistoqsija parlamentari W780, it-13-il merill li ġew elevati minn dar fil- Marsa għadhom frieħ ta' ftit ġranet li għadhom ma jtirux u li ġew meħuda mill-bejtiet tagħhom.", "GĦalhekk ma hemm l-ebda skop li jiġu rringjati għax ma jistgħux jiġu mitluqa għalissa.", "Dawn l-aħħar snin id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ħarrab sitt merilli li kollha kienu ġew elevati mill-Pulizija mingħand diversi individwi.", "Ma kien hemm l-ebda każ ta' Merilli adulti (xjuħ) li mietu matul iż-żmien meta kienu taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent.", "Merilli li għadhom f'idejn id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent huma l-ħamsa frieħ imsemmijin aktar 'il fuq u dawk ibbalzmati jew ġlud li ġew ikkonfiskati mill-pulizija u li każ tagħhom għadu sub-judice."]} {"filename": "19980324_204d_par.doc", "date": "1998-03-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 204 It-Tlieta, 24 ta' Marzu, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 204", "It-Tlieta, 24 ta' Marzu, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "204", "It-Tlieta, 24 ta' Marzu, 1998", "WERREJ MINUTI 165", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 165", "TQEGĦID TA' KARTI 171", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB (IT-TIELET QARI) GAMING BILL (THIRD READING) 172 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA (IT-TIENI QARI) MALTA TOURISM SERVICES BILL (SECOND READING) 172", "AĠĠORNAMENT 194", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 199", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 212", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 203 li saret fit-23 ta' Marzu, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI - KAROZZI/MOBILE PHONES", "10309.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' karozzi u mobile phones użati fid-dikasteru li għalih hu responsabbli?", "X'kienet l-ispiża għal kull waħda mill-1 ta' Jannar, 1997 sa llum?", "Jikkonferma l-Ministru li din l-ispiża għandha titnaqqas b'5% matul l-1998 skond id-direttiva tal-budget?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 10309.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI - IMPJEGATI", "11393.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Riferibbilment għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Lulju, 1997 u l-31 ta' Diċembru, 1997 jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit jew on a casual basis?", "Kemm ġew impjegati konsulenti?", "Kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet, statutorji indipendenti u entitajiet, kif ukoll kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern, jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament, u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l- persuni indikati minnu?", "Fil-każ tal-persuni li ġew impjegati b'kuntratt definit jew on a casual basis, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "IMPJIEGI - REDUNDANCIES", "12058.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Joe Cassar) staqsa lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies mir-raba' distrett elettorali tilfu x-xogħol minħabba redundancies matul l-1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): In-numru ta' nies mir- raba' distrett elettorali li tilfu x-xogħol minħabba redundancies matul l- 1997 kien ta' 352.", "|Gudja | 26 | |Marsa | 82 | |Paola |105 | |Santa Luċija| 52 | |Tarxien | 87 |", "PBS - KARIGI MANIĠERJALI", "12600.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-PBS qed tħejji tibdil konsiderevoli fil-karigi maniġerjali?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan it-tibdil u jekk humiex se jinħarġu sejħiet għal promozzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Minn żmien għal żmien kull kumpannija kummerċjali tħoss il-bżonn li jsir xi tibdil fil-karigi maniġerjali pero' żgur li ma tista' tingħata l-ebda informazzjoni qabel ma jseħħ dan it- tibdil.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li huwa minnu l- għajdut li hawn li bħalissa l-PBS qed tħejji għal ċertu tibdil, għax se tappunta bejn 25 u 30 manager?", "Jekk il-Prim Ministru jaf b'dan, ma jidhirlux li l-ammont ta' managers f'kumpannija bħalma hija l-PBS huwa pjuttost esaġerat?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien m'iniex se nikkummenta fuq l-għajdut imma nista' ngħid biss li minn żmien għal żmien kull kumpannija jkollha bżonn tagħmel xi tibdil maniġerjali u ma naħsibx li huwa f'loku li wieħed joqgħod ikejjel dan it-tibdil bl-użin.", "PBS - RAPPORT MISCO", "12601.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li dan l-aħħar il-PBS ikkummissjonat rapport mingħan il-MISCO?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid dwar xiex kien dan ir-rapport?", "X'kienu l-konklużjonijiet prinċipali tiegħu?", "Dawn il-konklużjonijiet se jiġu implimentati mill-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħal kull kumpanija kummerċjali oħra, meta tħoss il- bżonn il-PBS tikkummissjona rapporti li jistgħu jgħinuha fl-operazzjonijiet tagħha.", "Pero' ma jidhirlix li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali ta' dan it-tip.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiġifieri l-Prim Ministru jidhirlu li jkun qed jgħaddielna informazzjoni konfidenzjali jekk jgħidilna x'inhu s-suġġett ta' dan ir-rapport?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ċertament!", "Illum irridu niftakru li l-PBS għandha ħafna kompetituri kummerċjali u għalhekk m'huwiex xieraq li tingħata informazzjoni kummerċjali dwar ir-rapporti li tikkummissjona din il- kumpannija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li wieħed japprezza l-istand li qed jieħu l- Prim Ministru llum dwar dak li hu kummerċjali u dak li m'huwiex, ma jidhirlux li din l-istand hija totalment differenti minn dik li kien jieħu meta kien kap ta' l-oppożizzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, jien m'iniex qed nieħu stand differenti milli kont nieħu meta kont kap ta' l-oppożizzjoni għax, kif għidt diġa', ġaladarba hawnhekk qed nitkellmu fuq enti tal-gvern li qed tikkompeti ma' entijiet kummerċjali privati, m'huwiex ġust li tingħata informazzjoni kummerċjali dwar il-pożizzjoni strateġika u kompetittiva tagħha.", "Inkella din tista' sservi ta' vantaġġ għall-kompetituri ta' din il- kumpannija, li min-naħa tagħhom m'għandhom l-ebda constraint li jagħtu din l-informazzjoni lill-pubbliku.", "PBS - ĦADDIEMA", "12602.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx xi ħaddiema tal-PBS li huma seconded x'imkien ieħor?", "Jekk iva, min huma, fejn qed jaħdmu u x'qed jagħmlu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li hemm persuna waħda mill-PBS li bħalissa hi seconded x'imkien ieħor u din il-persuna qed taħdem fl-uffiċċju tal-Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "PBS - CHAIRMAN", "12603.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji ta' natura mhux kummerċjali dwar is-safar li sar miċ-chairman tal-PBS mill-1 ta' Novembru, 1996 sa llum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li ċ-chairman tal-PBS attenda bħas- soltu l-assemblea ġenerali ta' kull sena tal-European Broadcasting Union - il-PBS hija membru ta' l-EBU - li s-sena l-oħra nżammet f'Edinburgh.", "Ic-chairman tal-PBS attenda wkoll fi Strasbourg bħala mistieden - bl- ispejjeż imħallsa mill-Kunsill ta' l-Ewropa stess - u attenda għal żewġ laqgħat ta' l-istanding committee on trans-frontier television tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "PBS - CHAIRMAN", "12604.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minbarra s-salarju, iċ-chairman tal-PBS għandux ukoll allowances jew faċilitajiet oħra?", "Jekk iva, x'inhuma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li ċ-chairman tal-PBS m'għandu l-ebda allowance.", "Bħala faċilitajiet oħra għandu sewwieq u ħlas tat-telefon (Maltacom u mobile) u tal-liċenzja tat-television.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li ċ-chairman attwali ma riedx ċerti faċilitajiet li kellhom ta' qablu.", "PBS - CHANNEL 12", "12605.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il- PBS u l-Awtorita' tax-Xandir dwar channel 12?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mitlub.", "VALLETTA - FOND FI TRIQ SAN PAWL", "13085.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jinfetaħ l- uffiċċju f'217, Triq San Pawl, Valletta?", "Għal-liema skop se jintuża?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li jekk ma jinqalgħux diffikultajiet straordinarji hu maħsub li l-uffiċċju f'217, Triq San Pawl, Valletta jinfetaħ qabel l-aħħar ta' din is-sena.", "Ninsab informat ukoll li dan il-post se jkun fih l-uffiċċji tal- passaporti, tar-reġistrazzjoni ċivili u dak tal-probation services.", "PULIZIJA - PROBATION OFFICERS", "13086.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn probation officers?", "F'liema snin ġew ingaġġati?", "Hemm ħsieb li jiġu ngaġġati iktar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li qed jaħdmu bħala probation officers hu ta' ħamsa.", "Wieħed ġie ngaġġat fl-1991, tlieta fl-1996 u waħda fl-1997.", "Ninsab informat ukoll li għaddej il-proċess meħtieġ biex jiġu ngaġġati iktar probation officers.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa maħsub li jiġu ngaġġati probation officers?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawn ta' min jgħid li saru diskussjonijiet sħaħ, kemm fuq kemm hemm bżonn probation officers kif ukoll fuq kif dawn jistgħu jiġu mħarrġa, u fil-fatt bħalissa ġewwa l-Universita' għaddej kors ta' taħriġ f'dan ir-rigward.", "Jekk niftakar tajjeb matul dawn id-diskussjonijiet intqal li se jiġu ngaġġati inqas minn 14-il probation officer.", "Il-problema li qed insibu f'dan ir-rigward hija li qed ikollna ħafna każi fejn wara li persuni jidħlu jaħdmu bħala probation officers dawn itemmu l-impjieg tagħhom.", "Ta' min jgħid ukoll li nqalgħet anke problema dwar kif għandu jiġi organizzat il-kors ta' taħriġ tal-probation officers u għalhekk il- mistoqsija m'għandhiex tkun kemm se jiġu ngaġġati probation officers imma kemm se jibqa' probation officers available.", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "13087.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il koppja għamlet rikors fis-Sekond'Awla bejn l-1993 u l-1997?", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din li ġejja :", "1993 - 1785 (Rikorsi, noti, eċċ.) 1994 - 1740 (Rikorsi, noti, eċċ.) 1995 - 2324 (Rikorsi, noti, eċċ.) 1996 - 2534 (Rikorsi, noti, eċċ.) 1997 - 2688 (Rikorsi, noti, eċċ.)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ħarġet din l- informazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Peress li ndagajt fuq din il-biċċa xogħol jien stess, nista' nikkonferma li din l-informazzjoni ħarġet mir-rikorsi li saru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, peress li f'din ir-risposta ċ-ċifra ta' separazzjonijiet għall-1997 hija ikbar min-numru ta' żweġijiet li attwalment kellna, il-Ministru ma jidhirlux li f'dawn iċ-ċifri hemm xi ħaġa żbaljata?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jekk l-Onor.", "Interpellant isegwi r-risposti għall- interpellanzi li jmiss, ikollu tweġiba għall-mistoqsija li qed jagħmilli issa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed nifhem sew li ċ-ċifri li tana l-Ministru ma jinkludux biss ir-rikorsi oriġinali ta' separazzjoni imma kull rikors li jsir konġuntement mill-partijiet - jew anke minn parti waħda - fi proċeduri sussegwenti għall-ewwel rikors?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: L-informazzjoni li għandi quddiemi m'hijiex daqshekk dettaljata pero' nista' ngħid li dawn ir-rikorsi huma relatati ma' kwestjonijiet ta' separazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiġifieri dawn iċ-ċifri jinkludu wkoll ir-rikorsi konġunti li jsiru minħabba manteniment, minħabba varjazzjoni ta' manteniment jew ta' kuntratt, jew inkella minħabba l-affidament tat-tfal?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Kif għidt diġa', l-informazzjoni li għandi quddiemi m'hijiex daqshekk dettaljata u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub f'dan ir-rigward ħalli jkun jista' jingħata risposta iktar dettaljata.", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "13088.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il koppja għamlet ċitazzjoni fil-Prim'Awla bejn l-1993 u l-1997 għas-separazzjoni?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kawżi ta' separazzjoni li ġew ippreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kienu kif ġej :", "1993 - 51 1994 - 113 1995 - 116 1996 - 148 1997 - 125", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "13089.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il koppja, bejn l- 1993 u l-1997, għamlet applikazzjoni għal separazzjoni konsenswali?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din :", "1993 - 160 1994 - 223 1995 - 223 1996 - 256 1997 - 280", "ĦABS ĊIVILI - TAĦRIĠ", "13147.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex ikollu uffiċjali mħarrġa għat-tkomplija tar-riforma fil-ħabs ta' Kordin?", "Din is- sena kemm ġew ivvotati flus għal dan l-iskop?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħalissa qed isiru diversi taħditiet bejn l- awtoritajiet tal-ħabs u dawk tal-fakulta' ta' l-edukazzjoni ta' l- Universita' sabiex jiġu stabiliti kemm se jsiru korsijiet ta' taħriġ għar- rekluti ġodda u korsijiet ta' taħriġ in-service għall-uffiċjali tal-ħabs.", "L-ammont ta' flus li ġie vvotat din is-sena għal dan l-iskop huwa ta' Lm500 u hawn ta' min jgħid li dan l-ammont huwa suffiċjenti u relatat biss ma' ħlasijiet ta' rimunerazzjoni lil-lecturers għax l-organizzazzjoni tal- korsijiet ma tirrikjedix spejjeż addizzjonali, billi din il-biċċa xogħol issir mill-akkademja tal-ġustizzja kriminali f'Sant'Iermu.", "WIED IL-QLEJGĦA - XOGĦLIJIET", "13160.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol li sar mill-ħaddiema tal- Kalaxlokk fl-inħawi ta' Wied il-Qlejgħa ġie ddikjarat bħala xogħol ħażin?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa dan ix-xogħol?", "Ix-xogħol inqala' u reġa' nbidel?", "Jekk iva, min ħallas għalih?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Fil-fatt ma kienx hemm xogħol li sar ħażin mill-ħaddiema tal-Kalaxlokk fil-proġett ta' Wied il- Qlejgħa.", "Jekk kemm-il darba sar xi xogħol li ma kienx sodisfatt bih il-perit jew id-dipartiment dan ġie rranġat minnufih, kif isir normalment fuq kull proġett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien għamilt din id-domanda wara li l- Prim Ministru ġie rrapportat li qal li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk għamlu xogħol ħażin f'Wied il-Qlejgħa.", "Forsi l-Ministru jista' jgħidilna liema hi l-verżjoni korretta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, bir-rispett kollu naħseb li l-Onor.", "Membru qed jinterpreta ħażin dak li qal il-Prim Ministru.", "Li naf jien huwa li kienet inqalgħet problema peress li nstab li d-dipartiment kien ħallas iktar flus milli kien oriġinarjament stmat.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun li fil-bidu x-xogħol ma sarx kif wieħed kien jixtieq imma rridu napprezzaw li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk ħadmu b'sistema ġdida fuq dan il- proġett u tifhimha li fil-bidu jinqalgħulek ċerti diffikultajiet.", "Pero' f'dik li hija sengħa l-ħaddiema għamlu xogħol tajjeb ħafna f'Wied il-Qlejgħa u permezz tagħhom illum dan il-post jista' jitgawda u jiġi apprezzat ħafna iktar, kemm mill-Onor.", "Membru kif ukoll mill-pubbliku in ġenerali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jikkonferma li f'Wied il-Qlejgħa sar xi xogħol mill-ħaddiema tal-Kalaxlokk jew minn xi ħaddiema oħra li kellu jinqala' minħabba li ma sarx skond kif kien intenzjonat li jsir?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, jien naħseb li m'hemmx bżonn inżid iktar ma' dak li għidt.", "Kif għidt diġa', peress li f'dan il-proġett kellha tintuża sistema ġdida, kien hemm ċertu xogħol li kellu jerġa' jsir sakemm finalment il-ħaddiema tal-Kalaxlokk tgħallmu japplikaw din is-sistema ġdida.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Galea huwa perit u għalhekk naħseb li jaf x'jiġifieri.", "Ix-xogħol ma kienx qed issir ħażin pero' dan kien xogħol innovattiv u fil-bidu l-ħaddiema tal-Kalaxlokk sabu ċerti diffikultajiet.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 85 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir- Regolamenti biex jinżamm l-Ordni Pubbliku fil-Grounds ta' l-isports.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Junior Lyceum Entrance Examinations Report għas-sena 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar ajruplani militari li niżlu Malta bejn l-1 ta' Lulju 1997 u t-28 ta' Frar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13162.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport datat 23 ta' Marzu, 1998 mill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma dwar kontaminazzjoni ta' żejt fil-pumping station f'Ta' Kandja, flimkien ma' ritratti rilevanti għall-istess każ.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li dan ir-rapport jirriferi għall-inċident li seħħ nhar il-Ġimgħa li għaddiet, meta l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma ndunaw li ġo waħda mill-mini f'Ta' Kandja, dik ta' San Niklaw, instab xi żejt fl-ilma.", "Dan kien inċident serju ħafna u li kieku ma tteħdux il-prekawzjonijiet neċessarji mal-ewwel dan kien iwassal biex in- nies li jixorbu minn dan l-ilma jiġu vvalenati.", "Naturalment dan l-inċident jurina biċ-ċar il-bżonn li nuru iktar serjeta' fil-mod li bih nittrattaw il-każi ta' boreholes illegali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 84 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 6).", "MADAM SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB", "GAMING BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru mingħajr Portafoll, f'isem il-Ministru ta' l- Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll): Madam Speaker, f'isem il- Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi minflok l- Ordinanza dwar il-Kursal għal-liċenzjar ta' Każino', għat-twaqqif ta' Bord dwar il-Logħob u għal għanijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan u li huma anċillari għalih.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi minflok l-Ordinanza dwar il-Kursal għal-liċenzjar ta' Każino', għat-twaqqif ta' Bord dwar il-Logħob u għal għanijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan u li huma anċillari għalih\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TOURISM SERVICES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-23 ta' Marzu,1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Karmenu Vella huwa in possession.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Madam Speaker, il-bieraħ kont qed ngħid li l-introduzzjoni tal-modular credit system mhux biss tatna ċ-ċans li ntejbu l-kwalita' fil-livell edukattiv imma wkoll li nieħdu intake ta' numru ikbar ta' studenti.", "Barra minn hekk, permezz ta' din is- sistema aħna stajna nintroduċu korsijiet ġodda fit-tourism studies, kif ukoll craft courses at diploma level fil-food preparation and production u fil-food and beverage services.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li bis-saħħa tal- modular credit system inbdiet l-extended skills training scheme fil- hospitality trades, u dan seta' jsir biss b'koperazzjoni sħiħa mal- ministeru ta' l-edukazzjoni u kultura nazzjonali u mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "Madam Speaker, jien nemmen ħafna li student għandu jieħu xi ftit esperjenza fil-qasam li jkun qed jistudja għalih waqt li jkun qed isegwi l- kors, għax inkella jibqa' jiġri kif kien jiġri qabel, jiġifieri li wara li student jagħmel kors ta' xi sentejn jew tlieta fl-ITS, hekk kif finalment jibda x-xogħol jirrealizza li dan ma jgħoddx għalih, l-iktar minħabba l- ħinijiet twal li jirrikjedi dan it-tip ta' xogħol.", "Naturalment wieħed ma jistax ilum lil min jiġrilu hekk għax dan filli jkun qed jattendi l-ITS bejn it-8.00 a.m. u l-4.00 p.m., bil-weekends free u jkollu l-vaganzi tal- Milied, ta' l-GĦid u tas-sajf, u filli jsib ruħu jaħdem ħinijiet twal u irregolari bis-Sibtijiet, bil-Ħdud u bil-festi b'kollox.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li minn survey li sar instab li ħafna mill-istudenti li kienu jiggradwaw mill-ITS ma kenux ikomplu jaħdmu fis-settur tat-turiżmu minħabba din ir-raġuni, u dan b'telf kbir ta' riżorsi għax, filwaqt li l-gvern ikun tilef ħafna flus fl-edukazzjoni ta' dak l-istudent, min-naħa l-oħra l- istudent ikun tilef snin sħaħ jitgħallem biex imbagħad din l-industrija ma tieħu xejn minnu.", "GĦalhekk minn din is-sena aħna ħsibna biex hekk kif student jibda l-istudju tiegħu fl-ITS, fl-istess waqt jikseb ċerta esperjenza f'din l-industrija.", "Nista' ngħid li dan kien pass 'il quddiem għax nemmen li dan huwa r-rwol ta' istituzzjoni li trid tagħti t-training verament.", "Dan kollu sar wara ħafna diskussjonijiet ma' l-Universita' ta' Oxford Brookes, li fasslet il-modular credit system flimkien ma' l-ITS u li minn żmien għall-ieħor qed tibqa' żżur lil dan l-istitut biex tara l- istandards li qed jilħqu l-istudenti u b'liema mod qed jiġu mgħallma s- suġġetti.", "Dan qed isir sabiex l-ITS ikun jista' jieħu international recognition, mhux biss bħala istitut imma iktar u iktar bħala t-tip ta' student li joħroġ minn hemmhekk.", "Ladarba qed nitkellmu fuq l-ITS hawnhekk jien nixtieq nieħu l-okkażjoni li nifraħ lill-istudenti għas-suċċessi li qegħdin jagħmlu mhux biss fl-istudji tagħhom hawn Malta imma wkoll f'dawk li huma kompetizzjonijiet barra minn Malta ma' studenti barranin, għax nista' ngħid li dawn mhux talli ma ħammrulniex wiċċna imma talli qatgħu figura tajba ħafna iktar milli stennejna.", "Madam Speaker, punt ieħor li ta' min isemmi huwa x-xogħol li qed jagħmel l-ITS biex ikompli jgħallem u jħarreġ lill-part-timers, għax fortunatament illum l-industrija tat-turiżmu għadha taħdem b'ħafna part-timers.", "Għaliex qed ngħid \"fortunatament\"?", "GĦax filwaqt li meta din l-industrija ma jkollhiex ħafna xogħol din tkun tista' tgħaddi mingħajrhom, min-naħa l-oħra meta jiżdied ix-xogħol dawn malajr jerġgħu jidħlu.", "Madanakollu huwa importanti li l-part-timers li jaħdmu f'dan is-settur ikollhom ukoll idea ċara dwar is-servizz li għandhom jagħtu lit-turisti u dwar l-istandards li għandhom iżommu għax it-turist jippretendi dejjem servizz tajjeb, kemm jekk ikun qed jiġi moqdi minn full-timer kif ukoll jekk ikun qed jiġi moqdi minn part-timer.", "Fil-fatt hawn għandi l-pjaċir ngħid li minn Frar ta' din is- sena bdew jiġu mħarrġa 356 part-timer fl-ITS.", "Madam Speaker, sieħbi l-Onor.", "Psaila Savona qal li mhux sew li fl-ITS hemm ċerti lezzjonijiet li qed idumu tliet sigħat sħaħ.", "Hawn ikolli ngħidlu li m'huwa qed jifhem xejn minn dak li qed jiġri ġewwa dan l-istitut għax huwa l-module li qed idum tliet sigħat u mhux lezzjoni waħda.", "Per eżempju, jien niftakar li meta kont nattendi l-iskola sekondarja kien ikollna nofs ta' nhar sħiħ lezzjonijiet u għalkemm ġieli kien ikollna xi double period, jiġifieri kienu jsiru żewġ lezzjonijiet ta' l-istess suġġett wara xulxin, ebda lezzjoni waħda ma kienet iddum erba' sigħat u nofs.", "Fil- fatt l-istess ħaġa qed nagħmlu fl-ITS u meta l-Onor.", "Psaila Savona semma li hemm lezzjonijiet li qed idumu għal tliet sigħat sħaħ dan kien qed jirriferi għall-modules, li jkunu jikkonsistu f'lectures differenti fejn, per eżempju, fl-ewwel 40 minuta l-lecturer jagħmel l-introduzzjoni tas- suġġett, fl-20 minuta ta' wara l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l- mistoqsijiet li jkollhom, kif ukoll jiddiskutu is-suġġett bejniethom, matul is-siegħa ta' wara l-lecturer jorganizza a case study jew xi eżerċizzji dwar dak is-suġġett, wara kull student ikollu 40 minuta żmien sabiex jippreżenta x-xogħol li jkun għamel - f'dan il-ħin l-istudent ikun jista' jsegwi dak li jkunu għamlu sħabu wkoll - u mbagħad fl-aħħar 20 minuta tal- module il-lecturer jikkonkludi dak is-suġġett u jagħmel preparazzjoni qasira għall-module li jkun imiss.", "Jiġifieri t-tliet sigħat jinqasmu f'diversi modi u wieħed ma jistax jgħid li din hija lezzjoni monotona ta' tliet sigħat.", "L-Onor.", "Psaila Savona lmenta wkoll min-nuqqas ta' spazju li jeżisti fl- ITS.", "Huwa veru li hemm nuqqas ta' spazju f'dan l-istitut, l-iktar issa li minflok ma qed nieħdu intake ta' 60 jew 70 student fis-sena qed nieħdu intake ta' madwar 370 student, pero' n-nuqqas ta' spazju ilu jinħass ħafna.", "Anzi hawn ta' min jgħid li permezz ta' dawn il-modules qed nagħmlu użu ħafna aħjar mill-ispazju li hemm fl-ITS għax filwaqt li qabel il-lectures kien jibdew kollha filgħodu u jispiċċaw kollha fit-3.00 p.m., illum f'ċerti każi l-lectures qed jibqgħu sejrin anke sat-8.00 p.m. Hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-koperazzjoni li sibt minn sieħbi l-Ministru Evarist Bartolo li aċċetta li jgħaddi l-Martin Luther College lill-ITS.", "Madam Speaker, sa llum il-ġurnata meta wieħed jitkellem dwar kemm hemm bżonn ta' ħaddiema fl-industrija tat-turiżmu kulħadd jibda qisu qed itella' t-tombla għax min jgħid li għas-sentejn jew għat-tliet snin li ġejjin hemm bżonn ta' 2,000 ħaddiem u min jgħid li hemm bżonn ta' 2,500 imma mbagħad meta tiġi biex titlobhom il-figuri kulħadd jibdel il-figuri mil-lejl għan- nhar.", "Jien deherli li dan m'huwiex mod serju ta' kif immexxu u għalhekk ordnajt li jsir - fil-fatt dan diġa' beda jsir - a human resource audit biex naraw x'inhuma l-bżonnijiet ta' din l-industrija verament.", "L-Onor.", "Psaila Savona qal ukoll li fl-ITS hemm diversi studenti li ġew sfruttati, li m'humiex qed jiġu ssorveljati u li m'humiex qed jiġu mħarrġa.", "Jien ngħid li l-Onor.", "Membru m'huwiex qed jagħmel sew li jitfa' t-tajn b'dan il-mod, speċjalment meta naf li hu ilu madwar sena u nofs ma jżur dan l-istitut, għax mhux ħsara lili jew lill-gvern tiegħi qed jagħmel imma lill- ITS u finalment lill-istess studenti.", "Dan bħal meta ħarġet xniegħa li l- istudenti ta' l-ITS qed jintalbu jħallsu Lm30 għal kull suġġett li jitgħallmu.", "Kif għidt diġa' permezz ta' stqarrija li għamilt, dan m'hu minnu xejn u jien ma nafx x'raġuni jista' jkun hemm għal dawn ix-xnigħat.", "Madanakollu ġaladarba qajjimt dan il-punt irrid ngħid li l-istudenti ta' l- ITS baqgħu jieħdu l-istess stipendju li kienu jieħdu qabel.", "Jiġifieri mhux talli m'humiex qegħdin iħallsu tal-korsijiet li qed jieħdu imma talli qegħdin jitħallsu huma u għalhekk ma nistax nifhem kif ħarġet din l-istorja li l-istudent qed ikollu jħallas Lm30 għal kull suġġett li jitgħallem.", "Madam Speaker, punt ieħor li rrid nagħmel huwa li minbarra li l-ITS joffri diversi korsijiet għall-istudenti u għall-part-timers, illum qed joffri wkoll kors għal dawk in-nies li diġa' qed jaħdmu fl-industrija tat- turiżmu.", "(Interruzzjonijiet) Qabel dawn il-korsijiet ma kenux isiru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien informat li l-korsijiet għal part-timers ilhom is-snin isiru imma filwaqt li qabel min kien jattendi għal dawn it-tip ta' korsijiet ma kienx iħallas, issa qed ikollu jħallas.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Le, dan mhux minnu!", "(Interruzzjonijiet) Mela naħseb li għandek informazzjoni ħażina.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena naħseb li għandi informazzjoni tajba.", "Qed nitkellem fuq l-ITS ta' Għawdex imma nimmaġina li fl-ITS ta' Malta tintuża l-istess proċedura.", "Jien li naf hu li qabel il-part-timers ma kenux iħallsu għall-korsijiet li kienu jieħdu.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Imma ma kenux iħallsu għax qabel dawn il-korsijiet ma kenux isiru!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Dażgur li kienu jsiru fi żmieni!", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Imma, Onor. Refalo, inti trid tiftakar li kien hemm perijodu ieħor minn żmienek għal żmieni.", "Jiġifieri ara taħsibx li dak kollu li ħallejt inti sibtu jien!", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jekk m'iniex sejjer żball - u naħseb li m'iniex sejjer żball - f'Għawdex kien hemm madwar 500 part-timer li ħadu kors mill-ITS u ma kenux iħallsu għalih - issa naturalment dawk il-part- timers li attendew għal iktar minn kors wieħed reġgħu ġew magħduda, jiġifieri realment forsi ma kienx hemm 500 part-timer li attendew għal dan il-kors - pero' minn wara l-elezzjoni 'l hawn in-nies li bdew jattendu għal dawn it-tip ta' korsijiet bdew iħallsu.", "Jien qomt nagħmel dan il-punt biex ngħid kif kienu jsiru l-affarijiet qabel u kif qed isiru issa.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jien li nista' ngħid huwa li dawn il-korsijiet li qed isiru mill-ITS huma ġodda u huma indirizzati għal dawk li diġa' qed jaħdmu f'din l-industrija.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt għadni kif ġejt informat li l-korsijiet li qed jirriferu għalihom l-Onor.", "Membri tan-naħa l- oħra huma differenti minn dawk li hemm illum.", "Meta jien qrajt fuq il- gazzetti li l-istudenti ta' l-ITS qed jiġu ċċarġjati indagajt mal-ewwel biex nara x'qed jiġri verament f'dan l-istitut u mbagħad meta sibt li dak li ntqal fil-gazzetti m'hu minnu xejn, dik il-ġimgħa stess għamilt talba sabiex l-ITS jorganizza an open day għall-press biex dawn ikunu jistgħu jiltaqgħu u jitkellmu ma' l-istudenti, mal-lecturers u ma' l-administrators ħalli kulħadd ikun jaf x'qed jiġri verament.", "Fil-fatt il-ħaddiema tal- press għamlu nofs ta' nhar sħiħ f'dan l-istitut u saħansitra kielu hemmhekk.", "Ta' min isemmi wkoll li dakinhar fl-ITS inzerta kien hemm ir- rappreżentanti ta' l-Universita' ta' Oxford Brookes, li ġew biex jagħmlu monitoring tal-korsijiet li kienu qed isiru, u għalhekk il-ħaddiema tal- press setgħu jieħdu l-okkażjoni li jitolbu l-kummenti ta' dawn il- monitoring lecturers ukoll.", "Madam Speaker, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Psaila Savona semma wkoll il- ħafna ntoppi, li skond hu, inqalgħu f'Buġibba.", "Fil-fatt ma nafx x'intoppi nqalgħu f'Buġibba.", "Anzi l-unika ħaġa li nista' ngħid hija li mhux li kien li Malta kollha tmessha l-istess xorti li messet lil Buġibba!", "Il-verita' hi li dan il-Gvern irnexxielu jaqbad il-barri minn qrunu billi jqis il- proġett ta' Buġibba bħala prijorita' u hawnhekk nappella lill-kunsill lokali biex meta ma jirnexxielux jagħmel xi ħaġa jirrikorri għand il-Bugibba action committee.", "Kif kulħadd jaf, il- proġett ta' Buġibba rnexxa ħafna u għalhekk issa qed nippjanaw li nagħmlu l- istess tip ta' proġetti fl-area tas-south, fosthom f'Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li din is-sena hemm ippjanat anke li tiġi rranġata t-triq li minn Pembroke tgħaddi għal quddiem il-5-Star hotels ta' San Ġiljan, kif ukoll il-bajja ta' San Ġorġ, ġewwa San Ġiljan stess.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll ix-xogħol li nbeda ġewwa l-Belt Valletta.", "Madam Speaker, dak li sar ġewwa Buġibba mhux talli ħalla togħma tajba u mhux talli nistgħu ngħidu li ħadna kummenti tajbin mingħand it-turisti imma talli l-operaturi barranin - illum nofs it-turisti li qed jiġu qed imorru lejn Buġibba - ġew f'pajjiżna sabiex ikunu jistgħu jaraw b'għajnejhom stess l-iżvilupp li sar ġewwa dan il-lokal.", "Hawnhekk qed nirriferi partikolarment għall-federation of tour operators Ingliża u għall- international federation of tour operators, li fost l-oħrajn tħaddan fiha operaturi Ġermaniżi, Belġjani, Olandiżi u Ingliżi, liema operaturi ma kellhomx ħlief kliem ta' tifħir għal proġett bħal dan.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq il-proġett ta' Buġibba ma nistax ma ngħidx li l-ġimgħa l-oħra ġiet launched it-tieni fażi ta' dan il-proġett biex, fost affarijiet oħra, jiġu rranġati xi toroq; u iktar importanti minn hekk f'dak il-perijodu wkoll bdejna x-xogħol fuq in-national park tal-Qawra.", "Madam Speaker, punt li semma l-Onor.", "Lino Spiteri u li jien naqbel miegħu perfettament huwa dak li aħna m'għandniex inħarsu lejn l-industrija tat- turiżmu biss bħala ħaġa settorjali imma għandna nħarsu lejha fuq bażi nazzjonali.", "Jien qbilt ukoll ma' l-Onor.", "Membru meta qal li huwa dnub li hemm diversi nies - forsi fosthom aħna l-Membri ta' din il-Kamra - li meta jitkellmu fuq l-industrija tat-turiżmu ma jħarsux 'il bogħod imma jaraw biss sa mneħirhom.", "Fil-verita' din l-industrija ma tistax tiġi mmexxija bis-sistema ta' management by crisis, bħal meta nkunu qed nagħmlu a fire- fighting exercise, fejn sakemm inkunu qed nipprovaw nissiltu man-nar li jkun qed jaqbad f'rokna tilħaq tieħu rokna oħra.", "GĦall-kuntrarju aħna nemmnu li qabel ma nagħmlu xi ħaġa għal dan is-settur għandna nippjanaw u dan il-pjan għandu jkun maħsub u mirqum bejn il-gvern u l-privat, kif qed jagħmel il-Gvern preżenti.", "Wieħed irid jifhem ukoll li meta jkun qed jitkellem fuq dan is-settur ma jistax iħares mil-lenti tiegħu biss imma mil- lenti nazzjonali, ħalli kulħadd jiġbed ħabel wieħed.", "Kif qal l-Onor.", "Spiteri fid-diskors tiegħu, kultant jiddispjaċik meta tibda tara li ħafna drabi l-kbir qed jipprova jkisser liż-żgħir u ż-żgħir qed jipprova jkisser lill-kbir, l-iktar f'dak li huwa overpricing.", "Forsi hawn wieħed jista' jistaqsi: Iż-żgħir kif jista' jkisser lill-kbir?", "Hawnhekk jien dejjem ngħid li minkejja li l-investitur Malti jkun investa miljuni ta' liri, jekk tal-gabbana li jkun investa ftit mijiet jew forsi ftit eluf ma jagħtix servizz tajjeb lit-turist, lil dak it-turist mhux se jitilfu tal-gabbana biss imma se jitilfu l-lukandier ukoll.", "GĦalhekk aħna għandna noqogħdu attenti wkoll għax ħafna drabi t-tip ta' servizz li jkun qed joffri ż-żgħir huwa importanti daqs is-servizz li jkun qed joffri l-kbir, jekk mhux aktar ukoll.", "Madam Speaker, sieħbi l-Onor.", "Psaila Savona semma wkoll il-punt li ġewwa pajjiżna għandna diversi 5-Star hotels li m'humiex qed jilħqu l-istandard meħtieġ.", "Jien hawnhekk naqbel miegħu imma din aħna m'aħniex qed ngħiduha issa imma għidnieha kemm-il darba, u fil-fatt dak li qed naraw illum jagħtina raġun fuq dak kollu li konna ngħidu l-bieraħ, ċioe' li m'huwiex biżżejjed li nżidu iktar 5-Star hotels għax l-iktar ħaġa importanti hija li l-prodott sħiħ ikun wieħed tajjeb.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li huwa ħażin li nżidu iktar 5-Star hotels, anzi mn'Alla kellna l-5-Star hotels għax mingħajrhom ma konniex inkunu nistgħu nġibu lejn pajjiżna l- conference and incentive business.", "Madanakollu l-conference and incentive business m'huwiex biżżejjed biex jimla l-5-Star hotels kollha u għalhekk illum għandna diversi kategoriji ta' lukandi li qed jikkompetu u jiġġieldu għall-istess turist.", "Per eżempju, kif rajna l-bieraħ stess, illum hija xi ħaġa magħrufa ma' kulħadd li kemm it-2-Star, kemm it-3-Star, kemm il-4-Star kif ukoll il-5-Star hotels li għandna f'pajjiżna kollha qegħdin jikkompetu biex jiġbdu lejhom il-holiday packages li, kif rajna l-bieraħ ukoll, jammontaw għal kważi 90% tat-turisti li jiġu Malta.", "Dnub kbir li konna għamilna kien meta għamilna żmien li biex nikkonċentraw fuq il-5-Star hotels ittraskurajna t-3-Star hotels kompletament.", "Jien nemmen li pajjiżna għad għandu bżonn it-3-Star hotels għax dawn it-tip ta' lukandi kważi għadhom jifformaw is-sinsla tat-turiżmu Malti.", "Pero' sfortunatament illum it-3-Star hotels li għandna ġewwa pajjiżna jinsabu fi stat ta' abbandun u għalhekk wieħed għandu jara x'se jagħmel biex jgħolli l-istandard tagħhom.", "Jien ma nistax naqbel lanqas ma' min jgħid li mis-sena l-oħra 'l hawn il- 5-Star hotels m'humiex sejrin tajjeb daqskemm sejrin tajjeb il-4-Star u t-3- Star hotels għax biss biss is-sena l-oħra daħlu fis-suq erba' lukandi ġodda 5-Star, li huma r-Radisson SAS Baypoint Hotel, The Westin Dragonara Resort, il-Marina Corinthia Hotel u s-San Ġorġ Corinthia Hotel.", "Jiġifieri minkejja li s-sena l-oħra l-numru ta' turisti li ġew f'pajjiżna minħabba conference and incentive business żdied, dawn tqassmu f'numru ħafna ikbar ta' sodod 5- Star.", "Fil-fatt biżżejjed ngħidu li bejniethom il-5-Star hotels għandhom madwar 4,700 sodda, jiġifieri nistgħu ngħidu li għandhom bejn 9% u 10% tan- numru totali ta' sodod.", "Fortunatament, peress li l-conference and incentive business iktar isir matul ix-xhur tax-xitwa, bil-mod il-mod qed innaqqsu l-problema tas-seasonality.", "Per eżempju, biżżejjed ngħidu li preżentament f'pajjiżna għaddejja konferenza li għaliha ġew xi 1,400 delegat.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li din is-sena se tkun waħda tajba għal dan it- tip ta' turiżmu għax ġejt informat li għall-ewwel darba d-delegati li jkunu jridu jiġu ġewwa pajjiżna biex jattendu għal xi konferenza jew inkella għal xi tip ta' incentive business ieħor qed jibbukkjaw iktar minn sena bil- quddiem u fil-fatt hemm diversi lukandi li diġa' qed jaċċettaw bookings għal konferenzi li se jsiru fl-1999.", "Jien qed nieħu pjaċir nara li llum il- 5-star hotels minflok ma qed joqogħdu biss fuq il-promotion li jagħtihom l- operatur qed jidraw jagħmlu promotions għall-hotels tagħhom huma stess u ta' dan l-isforz aħna nwegħduhom is-support kollu tagħna.", "Madam Speaker, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Lino Spiteri semma wkoll it- target ta' żewġ miljun turist.", "Jien naħseb li wieħed ma jistax jitkellem fuq ċifri waħedhom mingħajr ma janalizza ċerti fatturi.", "Jien dejjem għidt li meta nitkellmu fuq it-turiżmu, aħjar nitkellmu fuq bednights milli sempliċement fuq numri.", "Issa kif nistgħu naslu għal żewġ miljun turist?", "Kieku l-50,000 sodda li għandna jkunu okkupati s-sena kollha, b'average stay ta' għaxart ijiem, inkunu kważi lħaqna l-1.8 miljun turist.", "Jiġifieri huwa kemmxejn impossibbli li nilħqu ż-żewġ miljun turist, u naħseb li jkun aktar għaqli li qabel ma nibdew inħabblu moħħna kif nistgħu niġbdu iktar turisti lejn pajjiżna naraw x'bedstock għandna u x'inhi l-kondizzjoni tagħhom.", "Għandna naraw ukoll kemm tiflaħ iġġorr turisti l-Air Malta, għax ikun inutli li noqogħdu nżidu n-numru ta' sodod u nimmiraw għal aktar turisti jekk l-Air Malta ma tkunx qed taħseb għal żieda fis-seating capacity tagħha.", "Madam Speaker, fost affarijiet oħra l-Onor.", "Spiteri enfasizza wkoll il- bżonn li nġebbdu r-riżorsi tagħna.", "Jien naħseb li kulħadd jaf x'inhi l- qagħda finanzjarja preżenti tal-pajjiż u sfortunatament minħabba din il- qagħda s-settur tat-turiżmu, bħal setturi oħrajn, kellu jbati xi ftit mill- allokazzjoni ta' fondi.", "Jien nammetti li llum dan is-settur huwa ssikkat ħafna fil-finanzi u wisq nibża' li jekk ma nagħrfux nutilizzaw il-finanzi li għandna b'mod iktar effiċjenti u effettiv l-industrija tat-turiżmu se tbati.", "Madanakollu, kif kemm-il darba sostnejt, jien nemmen li ħafna drabi mhux kemm ikollok flus jgħodd imma kemm il-flus se tħaddimhom bil-għaqal u bl-aħjar mod.", "Ħafna drabi malli wieħed ikollu l-flus f'idejh jibda jippjana kif dawn se jqassamhom u mbagħad joqgħod jara kemm se jonfoq minnhom għal reklami fuq it-television, kemm se jonfoq minnhom għal reklami f'magazines jew fil-gazzetti, jekk jaqbilx li dawn ir-reklami jkunu bil- kulur jew inkella black and white, kemm se tikber l-ispiża, jekk dawn ir- reklami jkunux full page jew half page u ħafna affarijiet minn dawn.", "Imma għalija l-marketing ma jfissirx dan biss, anzi lil min jaħseb li aħna nagħmlu sempliċement dan it-tip ta' reklamar bil-flus li jiġu allokati għall-marketing ngħidlu li qed nagħmlu ħafna iktar xogħol minn hekk.", "Per eżempju, jien nemmen li l-iktar ħaġa li qed tirrendi lil dan is- settur hija l-kuntatt siewi li qed ikollna ma' dawk l-operaturi li fil- passat ftit li xejn kellna kuntatt magħhom u li llum flimkien magħhom qed nipprovaw nilħqu diversi programmi u targets.", "Ta' min jgħid ukoll li aħna llum qed nipprovaw inżidu l-fam trips u l-educational travelling billi qed nistiednu lil diversi ġurnalisti u kittieba f'pajjiżna sabiex wara li jżuru Malta jkunu jistgħu jippubblikaw xi artiklu f'xi gazzetta jew f'xi magazine, għax minbarra li jien nemmen li b'din it-tip ta' promozzjoni nieħdu iktar coverage minn sempliċement reklam, din tiġik ferm orħos għax ħafna drabi l-ġurnalisti li nġibu hawn Malta għal dan l-għan inġibuhom bl- għajnuna ta' l-Air Malta, li tagħtina s-seats, bl-għajnuna tal-hoteliers, li jagħtuna l-akkomodazzjoni, kif ukoll bl-għajnuna ta' l-NTOM, li fost affarijiet oħra tipprovdi l-programmi u torganizza l-excursions, il- meetings u ħafna affarijiet simili.", "Madam Speaker, jien naħseb li dan is-settur qed jimxi iktar 'il quddiem anke permezz tad-diskussjonijiet li qed ikollna ta' spiss bejn l-NTOM, is- settur privat, l-MHRA u l-Air Malta għax, filwaqt li qabel kien hemm żmien fejn is-settur tat-turiżmu kien jaqdef għalih u l-Air Malta kienet taqdef għaliha, għall-grazzja t'Alla llum il-ġurnata dawn qed joqogħdu bil-qiegħda madwar mejda iktar ta' spiss biex jifformolaw programmi komuni flimkien u jaraw il-bżonnijiet ta' xulxin ħalli joħorġu b'soluzzjonijiet aħjar milli kienu joħorġu bihom qabel, meta kulħadd kien jipprova joħroġ soluzzjoni fuq bażi individwali.", "Madam Speaker, jien nemmen li l-ikbar reklam għal Malta jkun meta turist joħroġ sodisfatt bil-prodott li jkun ħa u jmexxi kelma pożittiva fuq pajjiżna ma' qrabatu, ma' sħabu u mal-ġirien.", "Jien ngħid li l-uniku mod kif tkabbar ir-repeating business huwa li tagħti prodott tajjeb, ta' ċertu livell u ta' value for money, għax jekk turist joħroġ sodisfatt mill- prodott li nkunu tajnieh mhux biss jerġa' jiġi darb'oħra imma jibgħat lil ħaddieħor ukoll.", "Illum pajjiżna qed igawdi minn marketing tajjeb, anke minħabba l-ħidma kontinwa li qed issir bejn diversi ministeri u dipartimenti.", "Jien ma nixbax nirringrazzja lil sħabi l-ministri li sa llum kull meta kelli xi problema, kemm f'dawk li huma public works, kemm f'dik li hija agrikoltura, kemm f'dik li hi edukazzjoni, kif ukoll f'dik li hija kultura, dejjem sibt l-appoġġ tagħhom għax ministru ma jistax imexxi dan is- settur 'il quddiem jekk kemm-il darba ma jkollux is-support kontinwu ta' sħabu.", "Madam Speaker, wieħed ma jistax jitkellem fuq marketing jekk ma jsemmix il-kontribut li jrid jagħti l-poplu Malti sabiex l-industrija tat-turiżmu timxi 'l quddiem u għalhekk huwa importanti ħafna li ndaħħlu ċerta awareness ħalli kull ċittadin jifhem li kemm direttament, kif ukoll indirettament, huwa milqut pożittivament jew negattivament minn dan is- settur, għax jekk jiżdied ir-revenue mit-turiżmu huwa se jgawdi u jekk jonqos ir-revenue huwa se jbati.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' billi nirringrazzja lill-Onor.", "Psaila Savona, lill-Onor.", "Michael Refalo u lis-Sinjuri Joe Grima u Reno Calleja, talli wara stedina li saritilhom, dawn aċċettaw mill-ewwel li jieħdu sehem f'seminar biex, bħala ex-ministri, jgħinuna nqajmu iktar awareness f'dan ir-rigward.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Spiteri semma wkoll li għad hemm xi lukandi li jagħmlu xi żvilupp mingħajr ma joqogħdu jistennew li joħroġ il-permess.", "Jien naqbel miegħu li għad hemm xi lukandi li jimxu b'dan il-mod u ma nistax naqbel ma' dawk li jaqbdu u jagħmlu ċertu żvilupp mingħajr ma jistennew il-permess.", "Pero' min-naħa l-oħra nixtieq nappella lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex ma toqgħodx taqbad mal-lukandiera għalxejn b'xejn.", "Jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid toqgħod tfittex il-punto e virgola nista' ngħidilha li minn kull 100 dar li hawn ġo Malta u GĦawdex se ssib 80 li għandhom xi ħaġa fuq xiex tista' taqbad magħhom.", "Li qed ngħid jien huwa li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'għandhiex toħroġ b'gaffa biex toqtol dubbiena.", "Per eżempju, jien ma ħadtx gost ninnota li madwar tliet ġimgħat ilu minn Malta kollha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għażlet li ddur it-tabelli li għandna fl-area tal-5-Star hotels ġewwa San Ġiljan u qabdet u qaċċtet dawk it-tabelli kollha li kienu juru d-direzzjoni għar-Radisson SAS Baypoint Resort u għas-San Ġorġ Corinthia Hotel minħabba li dehrilha li mit- tabelli li hawn ġo Malta kollha dawn it-tabelli biss huma bla permess.", "Jien nista' ngħid li għaddejt minn hemmhekk kemm-il darba u sibt li dawn it- tabelli huma magħmulin b'mod professjonali.", "Issa hawn ta' min jgħid li meta jien ikkuntattjajt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ir-risposta li ngħatatli kienet li dawn ġew maqlugħin minħabba li ma kellhomx permess.", "Imma hawn jien ngħid: Daħħalna tant affarijiet li biex tagħmilhom m'hemmx għalfejn toqgħod titlob permess mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar!", "Allura dawn it-tabelli biss iridu l-permess ta' din l-awtorita'?", "U jekk stess dawn it-tabelli saru bla permess, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma setgħetx daret fuq il-lukandiera u qaltilhom li hija se tħalli dawn it- tabelli fejn huma imma se tagħtihom ċertu żmien sabiex ikunu jistgħu jġibu l-permess meħtieġ?", "Għax probabbli issa li se jiġri huwa li dawn il- lukandiera japplikaw għall-permess u wara li jingħatalhom il-permess meħtieġ dawn it-tabelli jerġgħu jsibu ruħhom imwaħħlin fejn kienu.", "Jien ngħid li jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid tgħin lis-settur tat-turiżmu verament hemm ħafna affarijiet x'tista' tagħmel.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Lino Spiteri qajjem ukoll il-punt ta' jekk għandhiex tiddaħħal l-amnestija għar-rigward tal-permessi.", "Jien ma rridx nidħol f'dawn l-affarijiet għax filwaqt li nemmen li jekk wieħed qabad u bena lukanda bla permess ma tistax tagħlaq għajnejk u tgħidlu biex jibqa' sejjer qisu qatt ma kien xejn, nemmen li hemm lok fejn wieħed ikun jista' jara dawn l-affarijiet iktar bil-kalma.", "Madam Speaker, ġaladarba qed nitkellem fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nixtieq nappella wkoll lil din l- awtorita' biex tħaffef il-proċess ta' dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-settur tat-turiżmu u li għadhom pendenti quddiem din l- awtorita'.", "Per eżempju, hawn ta' min isemmi li fi ħdan is-settur tat-turiżmu waqqafna a beach development unit li l-funzjoni tiegħu se tkun li jiżviluppa bajjiet ġodda u jżid il-faċilitajiet fil-bajjiet eżistenti.", "Fil- fatt wieħed mit-targets ta' dan il-unit huwa li forsi xi darba anke nkunu nistgħu napplikaw biex xi waħda mill-bajjiet jew tnejn milli għandna jkunu ta' ċertu standard.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li qed insibu ħafna problemi meta niġu biex nirrikorru għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li din l-awtorita' ma jkollhiex raġun titlobna ċerti affarijiet imma ħafna drabi ...", "Per eżempju, waħda mill-proċeduri ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar hija li jekk wieħed ikollu bżonn iġorr xi ftit ramel min-naħa għall-oħra, l-ewwel irid jagħmel an environmental impact assessment li tiegħu jeħdulu xi Lm10,000.", "U min hu dak il-ħmar li se jmur jagħmel an environmental impact assessment biex iġorr xi għaxar trakkijiet ramel!", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq beach replenishment ta' min jgħid li meta, per eżempju, nitolbu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tagħtina permess nieħdu r-ramel minn Birżebbuġa għall-bajja ta' San Ġorġ din tgħidilna li ma tistax tagħtina permess għax ir-ramel ta' Birżebbuġa mhux bilfors jaqbel mar-ramel tal-bajja ta' San Ġorġ, u meta min-naħa l-oħra nitolbuha biex nagħmlu replenishment tar-ramel mill-Għadira għall-Għadira din tiktbilna ittra fejn tgħidilna li minflok ma noqogħdu nużaw id-dredger u naħarqu d- diesel, peress li dan irid jiġi importat, ikun aħjar jekk naqbdu u nimportaw ir-ramel minn barra.", "Allura sewwa!", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tibża' li r-ramel ta' Birżebbuġa ma jaqbilx ma' dak tal-bajja ta' San Ġorġ u mbagħad biex inġibu r-ramel minn barra ma jimportax.", "Imma dawn x'affarijiet huma!", "Issa jien hawnhekk m'iniex se noqgħod nidħol fil- kwestjoni ta' jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhiex raġun timxi b'dan il-mod pero' jekk kemm-il darba se tibqa' timxi b'dan il-mod we might as well niżmantellaw il-beach development unit għal kollox minkejja l-ħafna sforzi li għamilna biex waqqafna unit bħal dan.", "Ħaġa waħda hija ċerta.", "Jekk niżmantellaw dan il-unit mhux biss se jbati t-turist u l-operatur imma wkoll l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, fid-diskors tiegħu seħibna l-Onor.", "Anton Tabone tkellem biss fuq GĦawdex.", "Jien personalment ma nistax nifhem dan ir-raġunament għax naħseb li kull wieħed u waħda minna ma jixtieqx jifred Għawdex minn Malta.", "Per eżempju, meta jien nitkellem fuq il-bżonn li ntejbu l-prodott tagħna u nagħmlu marketing aħjar bl-ebda mod ma nkun qed nirriferi għal Malta biss imma għal Malta u GĦawdex flimkien.", "Wara kollox dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu se jsir liġi kemm għal Malta kif ukoll għal GĦawdex u permezz tiegħu se nwaqqfu awtorita' nazzjonali tat-turiżmu waħda għaż-żewġ gżejjer.", "Issa jien nispera li dan l-abbozz ta' liġi, ġaladarba jsir liġi, ma jiġrilux bħal ħafna liġijiet oħrajn li jaslu ċ-Ċirkewwa u kif ikunu sejrin lejn GĦawdex jegħrqu fil-biċċa baħar li hemm jifridna!", "L- Onor. Tabone qal li la qed ikun partiġjan u lanqas qed ikun parrokkjali fid- diskors tiegħu imma qed ikun reġjonali.", "Issa jien emmnuni li d-differenza bejn li tkun partiġjan, li tkun parrokkjali jew li tkun reġjonali ma nifhimhiex.", "Jista' jkun li meta wieħed ikun qed jitkellem tiġih it- tentazzjoni li jirriferi iktar għal pajjiżu, pero' jien żgur li ma noħlomhiex li fid-diskors tiegħi nifred Għawdex minn Malta.", "Wara kollox aħna m'aħniex niġu hawn sabiex niddiskutu minn hu ġej l-ewwel, jekk hux GĦawdex jew Malta, imma qed niġu hawn biex l-ewwel jiġi t-turiżmu għal Malta u għal Għawdex.", "Madam Speaker, fost affarijiet oħra l-Onor.", "Tabone qal li l-GĦawdxin iridu iktar say fuq l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu.", "Ta' min jgħid li hekk kif jien ilħaqt ministru tat-turiżmu sibt li l-NTOM kellha executive committee, kellha an advisory board - li forsi kien jiltaqa' darbtejn f'sena u minn dawk id-darbtejn ma nafx kemm kien joħroġ sugu minnu - u li kien hemm sotto-kumitat fi ħdan dan l-advisory board, fejn hemmhekk kien hemm rappreżentant GĦawdxi.", "Jiġifieri wieħed jista' jobsor x'sinifikat kellu dan is-sotto-kumitat ta' l-advisory board li kien jaqa' taħt il-bord eżekuttiv.", "Hawnhekk jien fhimt li GĦawdex għandu jkollu rappreżentanza aħjar fuq l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu u għalhekk, mingħajr ma qgħadna ndoqqu ħafna trumbetti, ħtarna għall-ewwel darba direttur Għawdxi fuq il-bord eżekuttiv ta' l-NTOM.", "Jien hawnhekk m'iniex qed ngħid li l- Onor. Tabone m'għandux raġun jgħid li GĦawdex għandu jkollu rappreżentanza aħjar imma qed ngħid li aħna, forsi mingħajr ma jaf l-Onor.", "Membru stess, lil Għawdex diġa' tajnieh rappreżentanza diretta għall-ewwel darba fuq il- bord eżekuttiv ta' l-NTOM.", "Barra minn hekk, ta' min jgħid ukoll li bħalma hekk kif tlajna fil-gvern aħna waqqafna l-Buġibba action committee u l-action committee tas-south, waqqafna wkoll il-Gozo action committee.", "Fil-fatt dan l-action committee diġa' għamel ħafna xogħlijiet u ta bosta riżultati, fosthom fix-Xlendi, f'Marsalforn, kif ukoll f'dawk it-toroq li jagħtu għal-lukandi għax, minkejja l-infrastruttura kollha li tant jitkellmu fuqha l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni, ta' min jgħid x'ħalla f'Għawdex il-Gvern preċedenti.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li ma sarx xogħol, anzi nista' ngħid li sar ħafna xogħol f'din il-gżira pero' kien għad fadal ħafna x'isir.", "Per eżempju, ġewwa x-Xlendi ħallejna d-drenaġġ ħiereġ, ħallejna toroq li jagħtu għal-lukandi mħarbtin tant li wieħed ma kienx jista' jgħaddi minnhom u ħallejna diżorganizzazzjoni sħiħa.", "GĦalhekk aħjar milli wieħed joqgħod jgħid li l-gvern tiegħu għamel kollox jgħid li għalkemm il-gvern tiegħu għamel ħafna kien għad fadal ħafna xi jsir.", "Jien ma rridx noqgħod nidħol f'ħafna polemiċi pero' jekk l-Onor.", "Tabone kien membru tal-Gvern Nazzjonalista meta daħlet il-VAT, dawn ma daħħluhiex għall-Maltin biss u għall-GĦawdxin le!", "U meta aħna neħħejna l-VAT, aħna neħħejnieha għall-Maltin biss?", "Aħna mhux għall-ġid ta' GĦawdex konna tkellimna kontra l-airstrip?", "U jekk aħna niżżilna għall-ewwel darba n-noll tal-vapuri tal-Gozo Channel għat-turisti u għamilnih daqs in-noll għall- Maltin, forsi dan m'għamilniehx għall-ġid tat-turiżmu Għawdxi?", "Ngħid għalija, jien żort ħafna pajjiżi, fosthom l-Ingilterra, l-Italja, il- Ġermanja u Franza u mkien ma sibt sistema fejn jekk tkun turist tħallas iktar flus mir-resident tal-lokal.", "Għalhekk jien naħseb li meta neħħejna din it-tip ta' diskriminazzjoni bejn il-Maltin u t-turisti konna qed nagħmlu ġid għall-istess turiżmu GĦawdxi.", "Madam Speaker, għar-rigward ta' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu rrid ngħid li jien naqbel perfettament li għandu jkun hemm ir-rappreżentanza ta' l-Għawdxin fuq awtorita' bħal din, pero' aħna mhux se npoġġu Għawdxi għax nibżgħu li jekk il-membri tal-bord ikunu Maltin biss ħadd m'hu se jirrappreżenta lil GĦawdex, u se ngħid għaliex.", "Meta l-Malta Hotels and Restaurants Association tpoġġi bniedem fuq l-awtorita' nazzjonali tat- turiżmu, ovvjament dak il-bniedem jirrappreżenta lil-lukandiera Għawdxin daqskemm jirrappreżenta lill-lukandiera Maltin.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li aħna mhux se npoġġu l-membri ta' din l-awtorita' fuq bażi reġjonali imma fuq bażi settorjali.", "Jiġifieri meta l-MHRA tpoġġi bniedem Malti fuq xi bord ta' awtorita', l-GĦawdxin jaħsbu li dak il-bniedem se jirrappreżenta lill-Maltin biss?", "Biex niftehmu, jien naħseb li ma fiha xejn ħażin, anzi jista' joħroġ il-ġid jekk l-GĦawdxin ikollhom rappreżentant fil-bord ta' l- awtorita' nazzjonali tat-turiżmu, u din diġa' ddiskutejtha ma' l-Onor.", "Anton Refalo.", "Pero' ara issa ma mmorrux naħsbu li se nsolvu l-problemi li għandna ġewwa Għawdex għax se jkollna rappreżentant Għawdxi fuq il-bord ta' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu!", "Iktar 'il quddiem jien beħsiebni nidħol ftit fuq id-diffikultajiet li għad għandna ġewwa Għawdex, fosthom fuq dawk li jirrigwardaw it-trasport intern, fuq il-mod li bih jimxu l- gwidi, id-drivers u l-operaturi Maltin u fuq kif l-GĦawdxin iħarsu lejn il- Maltin.", "Pero' qabel ma niġi għal dawn l-affarijiet nixtieq nagħmel kumment fuq konċett li qed jinstema' ħafna drabi f'dan il-Parlament, jiġifieri li GĦawdex huwa destinazzjoni distinta.", "Madam Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li jien niddejjaq b'min joqgħod jagħmel ħafna logħob bil-kliem u nippreferi li dak li jkun jgħidli x'għandu f'moħħu u niddiskutu xi ħaġa prattika minflok ma noqogħdu nitkellmu fis- sħab.", "Safejn naf jien s'issa Għawdex dejjem ifforma parti minn Malta u għalhekk ma nafx kemm jagħmel sens li llum, proprjament meta qed naraw li ħafna gżejjer qed jipprovaw iżommu r-riżorsi tagħhom akkost ta' kollox, din il-gżira se tibda taqdef għal rasha.", "Per eżempju, filwaqt li meta l- gżejjer tal-Caribbean kienu qed jaqdfu għal rashom ftit li xejn kienu qed iġibu riżultati, minn mindu ngħaqdu flimkien u bdew jagħmlu promotion tar- reġjun dawn saru b'saħħithom ħafna.", "Fil-fatt peress li aħna ġieli naraw lilna nfusna żgħar wisq fir-reġjun tal-Mediterran kemm-il darba għidna li hemm bżonn li l-pajjiżi kollha tal-Mediterran jagħmlu promotion tar-reġjun tal-Mediterran kollu kemm hu.", "Allura ġaladarba llum Malta qed tipprova taħdem flimkien ma' Sqallija, mat-Tuneżija u ma' Ċipru biex tipprova tkabbar lilna nnifisha, jagħmel sens li ma taħdimx ma' Għawdex?", "Jien naħseb li aħna għandna npoġġu l-affarijiet in the right perspective u filwaqt li nammettu li Malta u GĦawdex huma żewġ destinazzjonijiet differenti u li gżira m'għandhiex tiddependi fuq l-oħra, min-naħa l-oħra m'għandniex immorru fl-estrem l-ieħor.", "Jien nemmen li aħna għandna nibqgħu nagħmlu promotion tal-gżejjer Maltin u mbagħad sta għat-turist li jagħżel kemm jagħmel żmien Malta u kemm jagħmel żmien GĦawdex.", "Jien dan il-kliem diġa' għidtu waqt laqgħa li kelli ma' l-GĦawdxin.", "Jien naf li l-GĦawdxin għandhom karattru ospitabbli ħafna u li għandhom gżira sabiħa ħafna pero' naf ukoll li dawn għandhom id-diffikultajiet tagħhom ukoll u għalhekk matul din il-laqgħa jien ma qgħadtx nikkomplimentahom għall-affarijiet sbieħ li għandhom - dak ix-xogħol għandu jagħmlu t-turist meta jżur din il-gżira - imma għidtilhom biex inpoġġu bilqiegħda madwar mejda u niddiskutu l- problemi li għandhom.", "Madam Speaker, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Tabone qal li hemm bżonn jidħol iktar il-ministeru tat-turiżmu f'dak li hu trasport bejn iż-żewġ gżejjer.", "Lill-Onor.", "Membru min qallu li aħna m'aħniex nidħlu f'dan il-qasam?", "Min qallu li aħna mhux qed nagħmlu sforz biex nibqgħu noffru s-servizz tal- helicopter?", "Min qallu li aħna ma ġġelidniex u ma tħabatniex biex irnexxielna nniżżlu n-noll tat-turist daqs dak ta' Malti, grazzi għall- Onor. Debono Grech?", "Ta' min jgħid li hekk kif ilħaqt ministru tat-turiżmu jien sibt li qabel ma' tela' dan il-Gvern kienet ittieħdet deċiżjoni li s- servizz tal-helicopter għandu jieqaf għax għamel ċertu perijodu jaħdem b'telf, pero' wara sforzi kbar li għamilt ħallejt dan is-servizz jibqa' jopera.", "Fil-fatt is-sena l-oħra ġie rreġistrat telf ta' Lm170,000 imma llum dan is-servizz baqa' jopera permezz ta' l-għajnuna li qed tagħti l-Air Malta.", "Imma hawnhekk wieħed jistaqsi: Kemm hu ġust li tbati t-telf li qed jagħmel dan is-servizz l-Air Malta biss?", "GĦax filwaqt li xi drabi aħna ngħidu lill-Air Malta biex taħdem fuq bażi kummerċjali u biex tagħmel biss dak ix-xogħol li jqallagħha l-flus, ikun hemm drabi oħra fejn ngħidulha li din m'għandhiex tħares biss mil-lat kummerċjali imma għandha tkun qisha parti mill-gvern fejn tipprovdi sussidju kull fejn ikun hemm bżonn.", "Madam Speaker, hawnhekk jien nixtieq nieħu spunt billi ngħid li wieħed m'għandux iħares lejn Għawdex bħala a smaller Malta għax GĦawdex huwa totalment differenti minn Malta u l-fatt li Għawdex huwa iżolat għandu kemm il-vantaġġi tiegħu kif ukoll l-iżvantaġġi tiegħu.", "Huwa fatt li minħabba li GĦawdex huwa iżolat bilfors irid jiddependi fuq it-trasport, u naturalment l-ispejjeż tat-trasport jiġu riflessi fil-prezzijiet tal- prodotti li jiġu kkonsmati f'dik il-gżira.", "Min-naħa l-oħra wieħed mill- vantaġġi huwa li l-Għawdxin irnexxielhom iżżommu l-karatteristiċi tagħhom peress li dik il-gżira ma tgħabbietx b'ħafna żvilupp turistiku, żvilupp industrijali u żvilupp residenzjali.", "Huwa fatt ukoll li GĦawdex baqa' attraenti għax qagħad attent mill-effetti li jista' jħalli l-iżvilupp, kemm fuq il-qasam ambjentali, kemm fuq il-qasam soċjali kif ukoll fuq dak kulturali, u għalhekk jien nemmen li Għawdex għandu quddiemu futur sabiħ ħafna, speċjalment f'dak li huwa turiżmu.", "Jien nemmen ukoll li l-industrija tat-turiżmu f'GĦawdex tagħti kontribut ħafna ikbar lill-ekonomija GĦawdxija milli tagħti lill-ekonomija Maltija għax GĦawdex għandu l-iżvantaġġ li m'għandux bħala riżors is-settur tal- manifattura u setturi oħra.", "Madanakollu minkejja li jien nemmen li f'GĦawdex hemm diversi opportunitajiet li f'Malta m'għandhiex, ikollna nammettu wkoll li ma' dawn l-opportunitajiet din il-gżira għandha diversi żvantaġġi wkoll.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti biex ma nħallux rasna tikber, titla' fis-sħab u noqogħdu ngħidu li f'GĦawdex hemm kollox sabiħ, hemm kollox aqwa minn Malta, li t-turist jogħġbu iktar Għawdex milli togħġbu Malta u mbagħad meta niġu għall-fatti nibdew neqirdu li l-operaturi Maltin qed iwaqqfu lit-turist f'Malta u mhux qed iħalluh jiġi GĦawdex, li n- numru ta' turisti li jżuru din il-gżira mhux qed jikber u li GĦawdex mhux qed jagħmel qligħ.", "L-aħjar ħaġa li għandna nagħmlu hija li npoġġu saqajna ma' l-art u naraw x'nistgħu nagħmlu biex insolvu l-problemi li għandha din il-gżira ħalli ma jgħaddux xi 20 jew 30 sena u nkunu għadna ma solvejniex il-problemi li qed niltaqgħu magħhom illum.", "Imma issa ħalli nibda billi ngħid xi ħaġa fuq l-up-market.", "Madam Speaker, illum kulħadd qed jgħid li Għawdex jista' jġib up-market tourism iktar minn Malta.", "Bla ebda dubju tkun ħaġa tajba li kieku GĦawdex ikun jista' jagħmel dan pero' ejjew naraw x'inhi r-realta' verament billi nistaqsu: Fil-fatt GĦawdex qed jirnexxielu jġib up-market tourism?", "Jien ngħid li le.", "Għaliex?", "Għax kieku GĦawdex qed jirnexxielu verament iġib l- up-market tourism, kif il-lukandiera qed jeqirdu li turist qed ikollu jonfoq iktar flus biex imur Għawdex minħabba li jrid iħallas Lm1.75 tal- vapur?", "Mela biex it-turist li jmur GĦawdex mhux qed ikun jiflaħ iħallas Lm1.75, dan x'up-market hu, iktar u iktar meta dan ma jmurx għal ġurnata imma għal ġimgħa sħiħa!", "Allura kieku GĦawdex qed jiġbed l-up-market tourism verament, taħsbu li turist biex ma jonfoqx Lm1.75 aktar biex iżur gżira oħra għal ġimgħa sħiħa, jiddeċiedi li jibqa' Malta?", "Dan ma jagħmilx sens.", "Lanqas Malta, bil-faċilitajiet u bl-attrazzjonijiet kollha li toffri, għadha ma waslet biex tiġbed l-up-market tourism!", "Fil-fatt il- bieraħ stess għidna li xi 80% jew 90% tal-prodott tagħna ġej mill-package holidays.", "Allura GĦawdex x'se jagħmel?", "Se jirrifjuta lit-turisti li jiġu permezz ta' package holidays biex jimmira għal turist ikbar!", "Jien lill- GĦawdxin nagħtihom parir biex jaċċettaw lit-tip ta' turist li jiġi Malta, ħalli mbagħad ma joqogħdux jeqirdu li minkejja li għaddejjin is-snin għadhom ma waslu mkien.", "Forsi hawnhekk l-GĦawdxin jistgħu jgħiduli: Imma aħna jixirqilna turist aħjar!", "Allura aħna mhux ukoll jixirqilna turist aħjar?", "Mhux kulħadd 'l hemm qed jimmira?", "Imma issa sakemm jiġi turist aħjar aħna x'se nagħmlu?", "Se noqgħodu ma naċċettawx lit-turisti li qed jiġu fil-gżejjer tagħna preżentement?", "Biex niftehmu, hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li t-turist li qed iżur lill-gżejjer tagħna preżentement huwa ħażin.", "Lanqas ma rridu ninsew ukoll li l-lukandi li hemm ġewwa Għawdex qatt ma jistgħu jilħqu l-occupancy rates li hemm ġewwa Malta.", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq is-seasonality.", "Madam Speaker, filwaqt li grazzi għax-xogħlijiet li saru f'dawn l-aħħar snin il-problema tas-seasonality f'Malta qiegħda dejjem tonqos, sfortunatament f'GĦawdex din il-problema għadha hemmhekk għax minħabba s- seasonal problems li hemm ġewwa din il-gżira, ħafna mil-lukandi u mir- ristoranti jagħlqu fix-xhur tax-xitwa u jien naħseb li dan il-fatt qed ikompli jaggrava s-sitwazzjoni.", "Hawn ta' min jgħid li f'GĦawdex hemm mat- 3,000 sodda għat-turisti, jiġifieri qisu daqskemm hemm sodod għat-turisti f'Marsascala, u s-sodod li hemm ġewwa l-lukandi GĦawdxin lanqas jammontaw għan-nofs is-sodod li hemm ġewwa Għawdex.", "L-ikbar numru ta' sodod li hemm f'din il-gżira qegħdin fl-appartamenti, biex ma ngħidx fil-ħafna unlicensed apartments - fil-fatt il-proprjetarji ta' ħafna minn dawn l-unlicensed flats huma l-istess proprjetarji tal-farmhouses, tal-lukandi u tal-vilel - fil-vilel u fil-farmhouses li hemm għat-turisti.", "Madam Speaker, f'din id-diskussjoni ssemma wkoll is-servizz li joffri GĦawdex.", "L-ewwelnett irrid ngħid li lili ħadd m'hu se jbellagħhieli li s- servizz li joffri Għawdex huwa ħafna aħjar minn dak li toffri Malta.", "Ġaladarba llum l-industrija tat-turiżmu GĦawdxija qed taħdem b'iktar part- timers minħabba l-problema tas-seasonality, kif qed ngħidu li Għawdex qed joffri servizz aqwa minn Malta?", "L-ewwel tkellimna fuq l-ITS.", "Issa hawn ta' min jgħid li meta student Malti jispiċċa kors ta' l-ITS, aħna nagħmlu minn kollox biex nibagħtuh jagħmel ċertu training barra minn Malta, inkluż ġewwa l-Isvizzera, il-Ġermanja u l-Ingilterra.", "Pero' ħafna drabi jiġri li meta l-ITS tkun se ġġib lil xi student GĦawdxi Malta ħalli jieħu ċerta prattika minn hawnhekk, ma nafx kemm iċemplu nies jilmentaw minħabba f'hekk.", "Allura sewwa!", "Aħna lill-istudenti tagħna nibagħtuhom jistudjaw barra minn Malta u intom lanqas biss tridu ġġibu lill-istudenti tagħkom Malta!", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq id-day-trippers.", "Madam Speaker, jien nammetti li l-ekonomija GĦawdxija tmur iktar 'il quddiem jekk minflok ma jiżdied in-numru ta' day-trippers jiżdied in-numru ta' turisti li joqogħdu hemmhekk għal xi ġimgħa jew tnejn, pero' żgur li ma nistgħux ngħidu li d-day trippers mhux qed jagħtu kontribut siewi lill- ekonomija GĦawdxija.", "Huwa minnu li d-day-trippers mhux se jżommu lil- lukandi pero' huwa minnu wkoll li d-day-trippers qed iżommu lill-ekonomija GĦawdxija, u dawn illum qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Sfortunatament sa llum għadna m'aħniex inżommu statistika eżatta ta' kemm jitilgħu day-trippers GĦawdex għax l-unika statistika li tinżamm hija ta' kemm jitilgħu coaches b'day-trippers, jiġifieri biex wieħed ikun jaf bejn wieħed u ieħor kemm hu n-numru ta' day-trippers irid jimmoltiplika n-numru ta' coaches by 45.", "Fil- fatt quddiemi għandi statistika li tgħid li filwaqt li fi Frar ta' l-1996 telgħu GĦawdex 329 coach bid-day-trippers, fi Frar ta' l-1997 telgħu 372 coach.", "Imma jien naħseb li l-fatt li llum għadna nibbażaw id-diskussjoni tagħna dwar GĦawdex fuq statistika antikwata ma tirriflettix serjeta'.", "Jien ma nistax nifhem kif l-GĦawdxin donnhom ma jridux iniżżlu lill-Maltin - dan l-aħħar dan stajna narawh ukoll waqt il-programm \"Xarabank\" meta xandira minnhom kienet iddedikata għall-GĦawdxin - meta mbagħad hekk kif wieħed jibda jitkellem mal-businessman GĦawdxi dan mill-ewwel jgħidlek li t- turist Malti huwa l-aħjar turist għax minnu jieħdu l-ikbar qligħ.", "Madam Speaker, wieħed ma jistax ma jsemmix lil GĦawdex mingħajr ma jsemmi l-problema ta' l-overpricing.", "F'Malta teżisti l-problema ta' l-overpricing ukoll, pero' mill-ilmenti li nirċievi nista' nifhem li l-problema ta' l- overpricing ġewwa Għawdex ...", "Issa jien ma nixtieqx ngħid li l-problema ta' l-overpricing ġewwa GĦawdex hija ikbar minn dik ta' Malta, li ma jmurx ikun hawn xi ħadd li jaħseb li għandi għall-Għawdxin.", "Hawnhekk jien irrid nagħmilha ċara li qed ngħid dawn l-affarijiet kontra qalbi għax jien bniedem li nħobb ħafna lil GĦawdex u għandi ħbieb GĦawdxin daqskemm għandi Maltin, pero' xi kultant bilfors ikolli nsemmi dawn l-affarijiet għax inħoss li wasal iż-żmien li xi ħadd ipoġġi madwar mejda u jiddiskuti ma' l- Għawdxin, u dan għaliex sfortunatament dawn mingħalihom li biex imexxu l- industrija tat-turiżmu f'Għawdex 'il quddiem hemm bżonn biss tliet ħwejjeġ, ċioe' li nbaxxu n-noll tas-servizz tal-helicopter, li jinħatar membru GĦawdxi fuq il-bord ta' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu u li jiżdied in- numru ta' trips li jagħmlu l-vapuri tal-Gozo Channel.", "Fil-fatt meta wieħed jipprova jfiehem lill-GĦawdxin li ma' dawn it-tliet problemi hemm disa' oħra u għalhekk irridu niddiskutu flimkien 12-il problema, dawn jgħidulek li jridu jiddiskutu biss dawk it-tliet problemi li semmejt, bil-konsegwenza li llum qed iġibu diversi riżultati ħżiena fuq saqajhom stess.", "Madam Speaker, kull meta ssir diskussjoni fuq il-gżira GĦawdxija dejjem tisma' lil min jisħaq fuq il-bżonn li ntejbu t-trasport tal-baħar bejn iż- żewġ gżejjer.", "Pero' bla ebda dubju aħna ma nistgħux intejbu t-trasport tal- baħar mingħajr ma l-ewwelnett intejbu t-trasport intern.", "GĦaliex qed ngħid dan?", "GĦax filwaqt li hawn Malta t-trasport intern qiegħed dejjem jitjieb, l-GĦawdxin lanqas biss iridu jiddiskutu dan is-suġġett u jekk stess niddiskutu u naslu fi qbil imbagħad dak li nkunu qbilna fuqu ma jiġix implimentat.", "Per eżempju, hekk kif hawn Malta bdew xi diskussjonijiet sabiex is-sidien tal-coaches li jkunu se jieħdu t-turisti lejn GĦawdex minflok ma jwaqqfuhom iċ-Ċirkewwa - u mbagħad hekk kif it-turisti jaslu f'GĦawdex ikunu jridu jmorru ma' xi coach oħra - l-operatur jikkuntratta coach biex din tieħu lit-turisti GĦawdex u tibqa' ddawwarhom ma' din il- gżira l-istess coach, l-GĦawdxin laqqgħu lis-sidien tal-coaches kollha u ġiegħluhom jiffirmaw biex jagħmlu commitment li ma jaħdmux b'din is- sistema.", "Allura dawn kif iridu lill-Maltin jaħdmu iktar magħhom?", "Ħalli nispjega x'jiġri meta coach titlaq lit-turisti ċ-Ċirkewwa mingħajr ma tmur GĦawdex magħhom.", "Hekk kif l-operatur Malti jiġbor grupp ta' 50 turist biex imorru Għawdex, dan jikkuntratta coach, il-coach twassal lit-turisti saċ-Ċirkewwa - naturalment il-coach terġa' tmur lura vojta u, meta mbagħad it-turisti jerġgħu jirritornaw lejn Malta, il-coach tkun trid terġa' titla' għalihom, jiġifieri hawnhekk l-operatur qed ikollu jeħel spiża żejda darbtejn - u appena dawn jaslu l-Imġarr ikollhom jitqassmu f'żewġ coaches, għax il- coaches li hemm għadhom minn dawk li jesgħu 30 passiġġier biss, jiġifieri ma' dan il-grupp ikun hemm bżonn gwida oħra.", "Imbagħad jiġri li hekk kif idoqqu l-11.00 a.m. id-driver ta' coach minnhom ikun sarlu l-ħin biex jagħlef il-bhejjem li għandu fir-razzett u jgħid lit-turisti li jkunu rekbin miegħu li se jerġa' jmur għalihom siegħa wara.", "Min-naħa l-oħra d- driver tal-coach l-oħra, minħabba li jkollu xi commission minn xi ħanut ġewwa r-Rabat, lit-turisti li jkollu rekbin miegħu jtellagħhom sat-Tokk, allavolja skond il-programm suppost li jkun ħadhom sal-Qala jew sax-Xlendi jew sa Marsalforn.", "Dan biex ma nsemmux li max-xogħol tat-turisti dawn in- nies tal-coaches ikunu jridu jlaħħqu wkoll max-xogħol ta' l-iskejjel u max- xogħol tal-fabbriki.", "Tant hu hekk li jekk ikollhom xi vjaġġ ta' l-4.00 p.m. għall-ħaddiema tal-fabbriki, minkejja li suppost li dawn it-turisti jirritornaw lura Malta mal-vapur tal-5.00 p.m. - u naturalment il-coach li tkun se tistenniehom iċ-Ċirkewwa tkun sejra għalihom fil-ħin miftiehem minn qabel - it-turisti jintbagħtu Malta mal-vapur ta' l-4.00 p.m., biex imbagħad ikollhom joqogħdu jistennew siegħa oħra sakemm il-coach titla' għalihom iċ-Ċirkewwa.", "Imma għall-GĦawdxin dawn l-affarijiet m'humiex problemi!", "Allura x'se nagħmlu?", "Dawn il-problemi se nibqgħu ma niddiskutuhomx?", "Allura kif tiġu tgħidulna li f'GĦawdex hemm kollox isbaħ u aħjar minn Malta?", "Kif tiġu tgħidulna li l-operaturi ma jridux jibagħtu turisti f'GĦawdex?", "Lill-operaturi kif triduhom jorganizzaw excursions f'GĦawdex għat-turisti jekk biex jagħmlu dan ikollhom jitgħabbew b'qabda xogħol żejjed?", "L-operatur Malti jipprova jżomm lit-turisti dejjem taħtu biex jekk ma jkunx għamel qligħ mil-lukanda almenu jagħmel qligħ mill- excursions.", "Imma jekk l-operatur mhux qed jitħalla jaħdem ġo GĦawdex, dan bir-raġun kollu se jagħmel minn kollox biex jiskoraġġixxi lit-turist milli jmur GĦawdex, u jġiblu mitt skuża biex ma jmurx, l-iktar fix-xitwa, għax ikun jista' jgħidlu li l-vapur mhux dejjem jaħdem fil-maltemp.", "Madam Speaker, imbagħad xi ngħidu għall-gwidi u għall-couriers Maltin?", "GĦal min ma jafx, it-turisti jinġabru għal excursion billi jkun hemm courier li tgħaddi għalihom fil-lukanda li jkunu qed joqogħdu fiha.", "Issa peress li l-GĦawdxin ma jridux couriers u gwidi Maltin, jekk per eżempju, operatur ikollu courier li tkun toqgħod iż-Żurrieq, din wara li toqgħod titla' Buġibba biex tiġbor xi 50 turist minn dik l-area u twassalhom iċ- Ċirkewwa jkollha terġa' ddur lura għax imbagħad hekk kif dawn it-turisti jaslu GĦawdex ikollhom gwidi u couriers GĦawdxin.", "GĦalhekk jien issuġġerejtilhom biex tibda tintbagħat courier GĦawdxija biex tiġbor lit- turisti hi minn Buġibba għax b'dan il-mod forsi lill-operatur tiġih orħos.", "Ta' min jgħid ukoll li xi kultant id-driver tal-coach jew tal-minibus li jkun qed idawwar lit-turisti ma' GĦawdex ma jkunx irid gwida għax ikun irid jagħmilha ta' gwida hu.", "Imma naturalment b'hekk l-operatur ma jkun qed jiffranka xejn għax il-flus li jkun se jagħti lill-gwida jkollu jagħtihom lilu, u mbagħad miskin it-turist tas-servizz li jkun ħa!", "Madam Speaker, meta nitkellmu fuq l-industrija tat-turiżmu Malta aħna dejjem nisħqu fuq il-bżonn li jkollna iktar attrazzjonijiet u faċilitajiet.", "Jekk Malta għandha bżonn iktar attrazzjonijiet u faċilitajiet, GĦawdex kemm għandha bżonn dawn l-affarijiet iktar!", "Ħafna mit-turisti li jmorru GĦawdex, speċjalment dawk li jmorru fix-xhur tax-xitwa, jilmentaw mil-fatt li wara s-6.00 p.m. jkollhom imorru jorqdu jew inkella jaraw it-television fil-lukanda tagħhom.", "Jien naħseb li f'GĦawdex jistgħu jinħolqu ħafna attrazzjonijiet u faċilitajiet.", "Per eżempju, jien nemmen li din il-gżira tista' tieħu spinta 'l quddiem permezz tan-niche market u wieħed mill-modi li bih nistgħu nattiraw lil dan is-suq huwa li jitwaqqaf golf-course ġewwa GĦawdex.", "Sabiex jintlaħaq dan l-għan għandna naraw ukoll li jissaħħaħ l- isport tad-diving, li jitjiebu l-berthing facilities u li jitwaqqaf casino ġewwa GĦawdex.", "Issa hawnhekk l-istess, sfortunatament waqt li meta tefgħu l-applikazzjoni l-Maltin kollha offrew somma flus għal-liċenzja, l-uniku GĦawdxi li tefa' l-applikazzjoni ma offra xejn.", "Jien ma nistax nifhem kif l-GĦawdxin iridu jkunu bħall-Maltin imma ma jridux iħallsu!", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li xi kultant aħna ma nonqsux ukoll.", "Per eżempju, l-ikbar problema li kellna aħna kienet li nikkonvinċu lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex toħroġ il-permess sabiex l-m.v.", "Ċittadella jkun jista' jservi ta' diving attraction.", "Fil-fatt l-NTOM kienet saħansitra ħarġet xi flus biex isir dan pero' minkejja li għaddew ix-xhur u anke s-snin l-Awtorita' ta' l-Ippjanar baqgħet ma ddeċidietx biex imbagħad dan spiċċa biex inxtara mit-Turkija u qegħdin jużawh għalhekk f'pajjiżhom.", "Jiġifieri issa meta jiġu d-divers biex jaraw dan il-vapur qed ikollna nibagħtuhom jgħoddsu t-Turkija minħabba li l-permess biex ngħarrqu l-m.v.", "Ċittadella bqajna ma ħadniehx!", "Jien nemmen ukoll li l-historical and cultural sites għandhom jingħataw interpretazzjoni ikbar sabiex niġbdu iktar in-niche market u ġaladarba nafu li l-kampanja t'GĦawdex hija sabiħa, lit-turist għandna norganizzawlu iktar programmi fil-kampanja, bħal eco- tourism, trekking u biking.", "Fil-fatt il-Ministru Noel Farrugia qed jagħmel minn kollox biex jagħti spinta lill-eco-tourism, anke permezz tal-hands-on farming u l-hands-on fishing.", "GĦalhekk kif qed naraw l-ideat hemmhekk qegħdin u bla ebda dubju nieħdu pjaċir ħafna jekk forsi minn xi għaxar ideat li għandna għall-ewwel jirnexxu mqar tnejn u mbagħad inkomplu naħdmu minn hemmhekk.", "Madam Speaker, wieħed ma jistax jitkellem fuq GĦawdex mingħajr ma jenfasizza l-bżonn li joħroġ iktar il-karattru Għawdxi kemm fl-ikel li jiġi servut lit-turisti, kemm fil-crafts kif ukoll fil-mod kif jgħixu l- GĦawdxin.", "Jien nemmen li t-turist qed jieħu gost ħafna f'GĦawdex għax filwaqt li meta jasal Malta jitla' f'coach u nibdew neħduh minn quddiem monument għal ieħor, minn palazz għal ieħor u minn kattidral għal ieħor, meta jitla' GĦawdex, minħabba n-nuqqas ta' attrazzjonijiet li hemm, jagħmel nofs ta' nhar idur bil-coach biex jara l-attrazzjonijiet li toffri din il- gżira u mbagħad il-kumplament tal-btala jgħaddiha jdur fl-irħula u jiekol u jixrob ma' l-GĦawdxin.", "Jien naħseb li aħna jmissna nikkoppjaw lill- GĦawdxin f'dan is-sens u lit-turist ma nibqgħux infasslulu programm fejn ikun irid imur minn excursion għall-oħra.", "Madam Speaker, jien naħseb li llum kulħadd jaf bis-suċċess li qed ikollhom l-exhibitions, il-kunċerti, l-opri u l-folk shows li qed jittellgħu ġewwa Għawdex.", "Jiġifieri jien m'iniex qed ngħid li f'GĦawdex m'hemm xejn u ma jista' jsir xejn.", "Anzi għall-kuntrarju, kif għidt diġa', jekk kemm-il darba npoġġu madwar mejda u nibdew niddiskutu nsibu li hemm ħafna fuq xiex wieħed jista' jaħdem f'din il-gżira.", "Fil-fatt minkejja li l- laqgħa li kien hemm il-bieraħ bejn l-MHRA, l-GĦawdxin, il-ministeru u l- NTOM kienet daqsxejn imqanqla, kien hemm qbil li għandna nkomplu b'dawn il- laqgħat sabiex minflok ma noqogħdu niddiskutu problema problema nfasslu pjan apposta għal GĦawdex.", "Madanakollu huwa importanti li ma nagħmlux pjan li jkun impossibbli li jitwettaq u jispiċċa jibqa' fuq il-karta imma għandna nagħmlu pjan fattibbli li jkollu timeframe ħalli nkunu nistgħu ngħidu: GĦandna aġenda ta' għaxar, 15 jew 20 biċċa xogħol u rridu nimplimentaw dan kollu f'dan it-tali timeframe.", "Madam Speaker, l-istandard ta' l-akkomodazzjoni fil-gżira GĦawdxija huwa tajjeb ħafna pero', sfortunatament jew fortunatament, hemm ħafna turisti li jippreferu jmorru fl-unlicensed flats.", "(Interruzzjonijiet) Ġeneralment min ma jkunx qed jagħmel il-flus mil-lukanda jkun qed jagħmel il-flus mill- unlicensed flats imma filwaqt li meta dak li jkun ikun qed imur tajjeb bl- unlicensed flats ma jgħid xejn, min-naħa l-oħra meta ma jkunx qed imur tajjeb taħsibha waqgħet id-dinja u dlonk jeħel il-vapur u l-helicopter.", "Hawn ta' min isemmi wkoll il-farmhouses, li qed isiru popolari ħafna mat- turisti barranin, speċjalment ma' dawk Tedeski u Taljani.", "Madam Speaker, hawn min jgħidilna li aħna l-GĦawdex m'aħniex nagħmlulu marketing tajjeb.", "Imma aħna min aħna biex noqogħdu nagħmlu marketing tal- lukandi li hemm ġewwa GĦawdex?", "Aħna lanqas f'Malta ma nagħmlu dan ix- xogħol!", "Meta l-gvern imur barra minn Malta dan ma jagħmel marketing ta' l- ebda lukanda u ta' l-ebda kumpless imma jagħmel marketing tal-gżejjer Maltin, u mbagħad sta għall-privat li wara li aħna min-naħa tagħna nkunu għamilna marketing tad-destinazzjoni, hu jibda jagħmel marketing tal- lukandi.", "Pero' din l-GĦawdxin donnhom ma jridux jifhmuha għax jaħsbu li minbarra li l-gvern għandu jagħmel marketing tal-gżejjer Maltin għandu jagħmel ukoll marketing ta' xi lukanda partikolari.", "Hawnhekk jien lill- GĦawdxin ngħidilhom: Min qed jagħmel nuqqas kbir ta' marketing għal GĦawdex, il-gvern jew il-privat?", "GĦax fejn jidħol il-gvern dak li qed isir għal Malta qed isir għal Għawdex ukoll, kemm f'dawk li huma reviews, kemm f'dawk li huma fam trips, kemm f'dawk li huma educationals, kemm f'dawk li huma fieri, kemm f'dawk li huma brochures kif ukoll f'dawk li huma posters.", "Imma l-GĦawdxin iqajmu diversi suspetti f'dan ir-rigward, speċjalment fuq il-fieri, għax jgħidulek li fil-fiera ta' Milan jew ta' Berlin, GĦawdex kellu biss biċċa rokna.", "Allura jekk se noqogħdu sejrin hekk jekk GĦawdex ħa rokna fil-fiera għax għandu l-fungus rock, iż-Żurrieq, minn fejn ġej jien, għandu jieħu rokna oħra għax għandu l-Blue Grotto!", "Imbagħad wara li tagħti rokna lil GĦawdex f'xi fiera, min jiġi biex jirrappreżenta lil Għawdex?", "Jew jiġi xi ħadd li jiġi minn dak, jew huwa ħabib ta' l-ieħor, jew tiġi xi nurse ...", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li matul l-aħħar fiera li saret f'Milan kien hemm stand sħiħ fuq GĦawdex u t-tema ta' dan l-istand, li kien mimli b'posters kbar, kienet l-azure window.", "Jien ħadt gost li għal din il-fiera tela' wkoll l-Onor.", "Anton Refalo għax jumejn qabel kien għadu kemm qal f'dan il-Parlament stess li qatt ma jitqassmu brochures fuq GĦawdex u li din il-gżira ma tipparteċipax fil-fieri li jiġu organizzati barra minn Malta.", "Fil-fatt imbagħad malli l-Onor.", "Membru ra dan l-istand qalli li dik il-lejla stess, hekk kif jinżel Malta, jieħu l-Aġġornament hu u jgħid dak kollu li ra.", "Madanakollu jiddispjaċini ngħid li ma sibniex hotelier wieħed biex jirrappreżenta lil GĦawdex f'dawn il-fieri tant li biex jirrappreżenta lil GĦawdex intbagħat wieħed Taljan fejn, wara li rajtu hemmhekk darba filgħodu, fit-tlett ijiem li domt hemmhekk ma rajtux iktar!", "Imma ara kieku ġibnielhom Taljan aħna biex jirrappreżenta lil GĦawdex u mbagħad kienu jaraw li ma resaqx 'l hemm iktar, min jaf kemm kienu jgħajruna!", "Issa hawnhekk jien bl-ebda mod ma qed ngħid dawn l-affarijiet biex ngħajjar lill-Għawdxin imma biex ngħidilhom li ġewwa GĦawdex hemm il- problemi.", "Issa jew se nitfgħuhom taħt it-tapit jew inkella se niddiskutuhom.", "Kif jgħidu l-GĦawdxin stess, it-Taljan huwa l-ikbar klijent li jista' jkollu GĦawdex, għax din il-gżira tappella ħafna għat-Taljani, jiġifieri iktar u iktar ma jagħmilx sens li mbagħad ma jitla' l-ebda lukandier GĦawdxi għall-fiera.", "Issa hawnhekk jien ma rridx niġġeneralizza għax naf lukandiera li dejjem jiġru minn fiera għal oħra.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li jien persważ li tliet kwarti tax-xogħol li jsir fil- fieri ma jsirx minn fuq l-istand.", "Per eżempju, ibqgħu ċerti li jekk jitilgħu għal xi fiera tliet persuni, wieħed biss se joqgħod fuq l-istand għax l-oħrajn imorru jduru l-istands l-oħra u jiltaqgħu ma' l-operaturi barranin.", "Jiġifieri ara ma mmorrux naħsbu li billi jkun hemm wieħed li joqgħod fuq l-istand se jibda ġej ix-xogħol.", "Madam Speaker, peress li f'GĦawdex hemm biss lukandiera, mhux bħal Malta li filwaqt li għandha l-lukandiera għandha wkoll l-operaturi u l-aġenti ta' l-ivvjaġġar, il-joint marketing jgħin ħafna lill-industrija tat-turiżmu GĦawdxija, u għalhekk aħna bdejna nipprovaw naraw kif nistgħu ngħinu lil din l-industrija, anke permezz ta' operaturi Maltin.", "Aħna pprovajna wkoll ninkoraġġixxu lid-day-trippers biex minflok ma jmorru GĦawdex minn filgħodu sa filgħaxija, imorru f'nofsinhar, jgħaddu l-lejl hemmhekk, iqattgħu n-nofs ta' nhar ta' filgħodu ta' l-għada u mbagħad jirritornaw lura lejn Malta f'nofsinhar.", "Bla ebda dubju l-capacity study li qed isir għal Malta għandu jiġi estiż għal GĦawdex ukoll ħalli nkunu nafu kemm din il-gżira tiflaħ turisti u x'tip ta' turist għandu jżur din il-gżira, għax b'hekk inkunu qed nevitaw ħafna problemi minn fuq ir-riżorsi u l-gżejjer tagħna.", "Madam Speaker, jien nixtieq ukoll li l-GĦawdxin ma jagħmlux distinzjoni bejn it-turisti li jżuru l-gżira tagħhom, jiġifieri bejn il-Maltin u l- barranin.", "Meta l-bieraħ kont qed nitkellem ma' l-Onor.", "Michael Refalo, dan qalli li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu aħna mhux biss se nkunu nistgħu nipproteġu lit-turist li jiġi minn barra imma anke lit- turist Malti.", "Wara kollox jekk turist Malti jagħmel weekend f'lukanda ġewwa GĦawdex għaliex m'għandux ikun protett daqskemm ikun protett turist barrani?", "Mela t-turist Malti ma ħallasx il-flus ukoll biex qatta' weekend f'dik il-lukanda?", "Ġaladarba Ġermaniż li jmur għal weekend f'lukanda ġewwa GĦawdex għandu dritt għal redress jekk kemm-il darba għal xi raġuni jew oħra ma jkunx ħareġ sodisfatt bis-servizz li tkun tatu dik il-lukanda, it- turist Malti għaliex m'għandux ikollu ċans għal redress huwa wkoll?", "Madam Speaker, issa nixtieq ngħaddi biex ngħid xi ħaġa żgħira fuq l-infiq li qed isir ġewwa Għawdex.", "Wara survey li sar, l-NTOM ikkalkolat li Għawdex qed jirċievi mat-Lm30 miljun fis-sena mit-turiżmu.", "Issa hawn ta' min jgħid li bejn wieħed u wieħed Malta tirċievi mal-Lm250 miljun fis-sena mit-turiżmu.", "Allura kif qed ngħidu li GĦawdex mhux sejjer tajjeb daqs Malta fit-turiżmu jekk kemm-il darba dan, minkejja li għandu biss 5% tas- sodod kollha li hawn fil-gżejjer Maltin, qed idaħħal 12% tar-revenue li qed idaħħlu dawn iż-żewġ gżejjer?", "Jien nammetti li parti sostanzjali mir- revenue li qed ikollu GĦawdex mhux qed imorru fuq l-akkomodazzjoni minħabba li mid-day-trippers jiekol kulħadd minbarra l-lukandier, pero' bla ebda dubju wieħed ma jistax jgħid li s-settur turistiku ta' Għawdex mhux sejjer tajjeb jew, iktar minn hekk, li mhux qed jieħu sehmu.", "Madam Speaker, hawn ta' min isemmi li minn survey li sar irriżulta li 70% tat-turisti li jmorru GĦawdex jagħmlu l-arranġamenti biex jibbukkjaw akkomodazzjoni partikolari huma stess u filwaqt li 43% qed imorru fl- appartamenti, 3% qed joqgħodu mal-ħbieb jew ma' xi relatives tagħhom, kważi 9.5% qed imorru f'vilel u f'farmhouses u 3% għandhom proprjeta' tagħhom stess, 24% biss qed imorru f'lukanda.", "Minn dan is-survey irriżulta wkoll li t-turist jixtieq li f'GĦawdex ikun hemm iktar attrazzjonijiet u entertainment, jiġifieri dan mhux qed ngħidu jien biss imma t-turist stess.", "Ta' min jgħid ukoll li għat-turist, il-main feature ta' Għawdex huwa l- karatteristika tiegħu.", "Punt interessanti ieħor li joħroġ minn dan is- survey huwa li ħafna mit-turisti jmorru GĦawdex wara li jirrikmandawlhom din il-btala l-ħbieb, jiġifieri l-marketing u l-promotion ta' GĦawdex m'hijiex qed issir permezz tal-lukandiera jew ta' l-operaturi imma by word of mouth.", "Imbagħad ta' min jgħid ukoll li 72% tad-day-trippers imorru GĦawdex fuq tours.", "Minn dan is-survey jirriżulta wkoll li l-main sites li jżuru t-turisti huma l-Iġgantija, Ta' Pinu, Ta' Dbiegi u l-Gozo Heritage.", "Min-naħa l-oħra mbagħad f'dan is-survey saru xi mistoqsijiet lir-residenti Għawdxin biex jgħidu x'jaħsbu fuq is-settur tat-turiżmu, fejn dawn kważi kollha qalu li dan is-settur huwa importanti, speċjalment għall-ekonomija.", "Fil-fatt filwaqt li 77% ta' l-GĦawdxin qalu li jieħdu gost jiltaqgħu u jospitaw lit-turisti, kollha jaħsbu li t-turisti għandhom jiżdiedu, u mbagħad meta l-GĦawdxin ġew mistoqsija jekk humiex sodisfatti mill-ammont ta' flus li jonfoq it-turist, filwaqt li għat-turist barrani kien hemm min wieġeb li dan qed jonfoq ħafna u kien hemm min wieġeb li dan qed jonfoq ftit, kważi kollha qablu li l-Malti jonfoq iktar mit-turist.", "L-GĦawdxin jaħsbu wkoll li l-leisure and cultural activities jagħtu kontribut kbir lill-investiment tal-pajjiż imma li ħafna mill-iżvilupp turistiku huwa kkonċentrat fi ftit areas u għalkemm jaħsbu li t-turiżmu għandu jiżdied, min-naħa l-oħra dawn ma jixtiequx li minħabba fih jiġġenera ħafna żvilupp.", "Jien nemmen li l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu għal GĦawdex hija li nifhmu lil xulxin aħjar u noħorġu b'iktar suġġerimenti dwar kif nistgħu naslu għal soluzzjoni dejjiema u li minflok ma l-GĦawdxin joqogħdu jilmentaw biss jibdew jaqdfu xi ftit għal rashom ukoll.", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li waqt waħda mid-diskussjonijiet li kellna flimkien ma' l-NTOM, għidt lis-Segretarju Parlamentari għal GĦawdex li aħna lesti li nibagħtu lil xi GĦawdxi jew tnejn l-NTOM għal xi sitt xhur jew sena biex dan ikun jista' jara s-sistema ta' marketing li tuża din l- organizzazzjoni.", "Pero' għidtlu wkoll li m'għandux jintbagħat individwu bl- addoċċ għax illum in-nies li hemm jaħdmu fl-NTOM huma kollha ggradwati u għalhekk hemm bżonn li ndaħħlu ċerta serjeta' f'dan ir-rigward.", "Issa nispera li ma niġix interpretat li qed nagħmel kritika negattiva fuq Għawdex għax għall-kuntrarju jien qed nagħmel kritika kostruttiva, u tkellimt b'dan il-mod biex l-Għawdxin ma jemmnux lil min imur jgħidilhom li f'pajjiżhom għandhom kollox tajjeb u li t-turisti m'humiex ġejjin tort tal- Maltin.", "Jien nissuġerixxi li l-Għawdxin iduru dawra madwarhom ħalli forsi fl-aħħar naslu għal xi soluzzjoni.", "Madam Speaker, jiddispjaċini ngħid li d-diskors ta' l-Onor.", "Edwin Vassallo ma kienx pożittiv u kostruttiv daqs ta' sħabu, anzi kien negattiv ħafna.", "Ikolli nistqarr ukoll li mhux dejjem irnexxieli nifhem x'kien qed jipprova jgħid.", "Per eżempju, ma nafx għalfejn qal li aħna qed ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi biex inkunu nistgħu nimlew il-ħofor.", "Dan x'għandu x'jaqsam!", "Ħin minnhom l-Onor.", "Membru qal ukoll li bħala gvern m'aħniex naħdmu sew mal-kunsilli lokali.", "Ngħid għalija jien dejjem ħdimt id f'id mal-kunsilli lokali.", "Hawnhekk nista' nsemmi l-ħidma li għamilt mal-Kunsill Lokali tal-Mosta, fejn ħdimna fuq diversi seminars, u saħansitra tlajna l-Ingilterra biex norganizzaw wirja fuq il-Victoria Lines.", "Imbagħad xi ngħidu għax-xogħol li għamilna ma' diversi kunsilli lokali oħra fuq l-action committees, fosthom l-action committee ta' Buġibba, dak ta' Paceville, ta' Marsaxlokk, ta' Birżebbuġa, ta' Marsascala u ta' Għawdex.", "F'Għawdex l-aktar li ħdimna kien mal-Kunsill Lokali tax- Xlendi u ma' dak ta' Marsalforn.", "Hawn irrid ngħid ukoll li ħadt pjaċir bl- interess li qegħdin juru l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema li minkejja li kienu jafu li x-xogħol fil-lokal tagħhom m'huwiex se jibda għalissa, dawn qabdu u waqqfu s-Sliema action committee u diġa' bdew jippjanaw ix- xogħlijiet.", "Madam Speaker, nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lil min hu responsabbli minn din l-inizjattiva.", "Madam Speaker, jien lanqas ma nista' nifhem kif l-Onor.", "Vassallo qal li konna aħna li qbadna u ddeċidejna x'xogħlijiet għandhom isiru u mbagħad f'nifs wieħed jgħid li kulma għamilna mal-kunsilliera kienet konsultazzjoni għax kull fejn saru xi xogħlijiet, fosthom fil-Mosta u f'Buġibba, kienu l- kunsilli lokali li ħadu l-inizjattiva li jippjanaw u jimplimentaw dawk ix- xogħlijiet u aħna kulma għamilna kien li tajna \"a supporting role\".", "L- Onor. Vassallo qal ukoll li ma jistax jifhem għaliex aħna noqogħdu nduru mal-kunsilli lokali biex dawn min-naħa tagħhom jirranġaw il-lokalitajiet.", "Skond l-Onor.", "Membru, jista' jkun hemm kunsilli lokali li ma jkunux iridu jirranġaw il-lokal tagħhom biex ma jmorrux turisti hemmhekk.", "Imma dan x'raġunament hu!", "Mela jekk stess lokal ma jkunx irid turisti mhux xorta jkun irid jiġi rranġat għar-residenti tiegħu?", "Mela aħna kulma qed nagħmlu qed nagħmluh għat-turisti?", "Jiġifieri aħna rranġajna l-Belt Valletta, li din is-sena ġiet ivvotata bħala l-European cultural city, għat-turisti biss u mhux għall-Maltin ukoll?", "Allura l-proġett ta' Buġibba mhux se jgawdu minnu l-Maltin ukoll?", "U meta nlestu x-xogħlijiet li se nagħmlu f'Birżebbuġa, f'Marsaxlokk u f'Marsascala se ngħidu li dawn it-tliet postijiet ġew irranġati għat-turisti biss?", "Allura jekk issir xi bankina ġdida se ngħidu lill-Maltin biex ma jgħaddux minn fuqha għax din tkun saret għat-turisti biss!", "Madam Speaker, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Vassallo semma wkoll il-beach cleaners.", "Imma qabel ma nwieġeb għal dak li qal l-Onor.", "Membru, nixtieq li għall-benefiċċju ta' dawk li qed jisimgħuna nispjega x'kien isir qabel.", "Minkejja li l-kunsilli lokali suppost kienu jħallsu lid-dipartiment tat- turiżmu għas-servizz li jagħtu l-beach cleaners, dan l-obbligu la fi żmien il-Gvern preċedenti u lanqas fi żmien il-Gvern preżenti qatt ma wettquh, u l-flus li kienu jkunu allokati għal dan is-servizz il-kunsilli kienu jonfquhom fi ħwejjeġ oħra.", "Allura x'kien qed jiġri?", "Id-dipartiment kienu jispiċċawlu l-flus imma l-gvern kien jgħidlu li mhux se jagħtih iktar flus għax suppost li għal dak is-servizz kienu qed iħallsuh il-kunsilli lokali.", "Ovvjament it-tindif xorta waħda ried jibqa' għaddej imma mbagħad meta kulma jmur is-sitwazzjoni kienet qed tkompli taggrava kien intlaħaq arranġament mal-ministeru responsabbli mill-kunsilli lokali - li dak iż- żmien kien taħt it-tmexxija ta' l-ex-Ministru Charles Mangion - li l-beach cleaners, minkejja li jibqgħu jitħallsu mill-gvern, jgħaddu għal għand il- kunsilli lokali.", "Allura l-kunsilli lokali x'iridu iktar minn hekk?", "Kien hawn kunsill lokali li ma tantx kien sodisfatt bix-xogħol li qed jagħmlu l-beach cleaners tal-gvern.", "Fil-fatt dan kiteb fil-gazzetti li lil dawn ma jridhomx u qal li se joħroġ call for applications sabiex isib lil min inaddaf il-bajjiet li jaqgħu fl-ambitu tiegħu.", "Ta' min jgħid li lanqas laħqet għaddiet xitwa waħda, għax bl-istat li jinsabu fih illum dawn ix- xtut wieħed lanqas irid iħares lejhom.", "Issa lil dan il-kunsill għidnilu biex bħalma ħareġ jgħid li m'huwiex kuntent bix-xogħol li kienu qed jagħmlu l-beach cleaners, għandu jkun raġel u jgħid ukoll li m'huwiex kuntent bix- xogħol li taw il-ħaddiema tal-privat.", "Qed ngħid hekk biex ħadd ma joqgħod imaqdar kulma jsir mill-ħaddiema tal-gvern u jfaħħar dak kollu li jsir mill- privat.", "L-Onor.", "Vassallo semma' wkoll ix-xogħol li sar mill-Buġibba action committee, qisu ried jistaqsi jekk it-toroq humiex responsabbilta' tal- kunsill lokali jew inkella tal-Buġibba action committee.", "Ngħid għalija dan raġunament ħiereġ mit-toqba ta' widintu.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax aħna l-Bugibba action committee ma waqqafnihx biex joqgħod jgħid: Triq Sant'Antin tiegħek, Triq San Filippu tiegħi, Triq Santa Katerina miegħi u Triq Tal-Karmnu ma' l-ieħor!", "Dan daħal għax-xogħol u tgħidx kemm irċieva telefonati minħabba li kellu jċaqlaq ċerti kiosks.", "Il-Bugibba action committee ma kellu l-ebda skop li jieħu xi toroq mingħand il-kunsill lokali.", "GĦalina l-importanti hu li meta jkun hemm ċertu xogħol isir u ma jinteressaniex jekk jagħmlux il-kunsill lokali jew inkella l-Buġibba action committee.", "Minħabba n-nuqqas ta' riżorsi li kien hawn f'idejn il- kunsill, l-Onor.", "Charles Buhagiar ħalla grupp ta' nies jaħdmu fuq il- maintenance, flimkien mal-Buġibba action committee.", "Imma jekk jien niġi nnaddaf id-dar tiegħek, ma jfissirx li d-dar tiegħek se ssir tiegħi wkoll u allura ngħidlek: Ara, la qed neħodlok ħsieb il-faċendi, il-kamra tas-sodda ta' fuq ħudha int, il-kamra tal-pranzu neħodha jien u l-kċina naqsmuha!", "Le, id-dar se tibqa' tiegħek kollha kemm hi u l-istess se jiġri bejn il- Bugibba action committe u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Buġibba taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali imma ladarba dan ma kellux riżorsi - mhux għax ma kienx kapaċi - kif qatt seta' jagħmel proġett ta' Lm3 miljun!", "Bl-istess mod, jekk il-kunsill lokali m'għandux riżorsi biżżejjed għall-maintenance se jibqa' jingħata l-għajnuna mingħand il- Buġibba Action Committee, imma billi dan qed inaddaf u jagħmel xi maintenance f'ċerti toroq ma jfissirx li se jeħodhomlu!", "Sur President, issa nixtieq nagħti ħarsa lejn dak li għamilna matul din is-sena biex meta titwaqqaf it-tourism authority tkun tista' tagħmel ix-xogħol tagħha.", "Il-ministeru tat-turiżmu li twaqqaf f'Novembru ta' l-1996 mill-ewwel poġġa lista ta' miri u prijoritajiet għas-settur tat-turiżmu.", "Dak iż-żmien l-ewwel prijorita' kienet li tieqaf id-downward trend li konna qbadna u jinħoloq proċess turistiku biex minflok is-sistema ta' soluzzjonijiet b'ħafna skossi li konna qed insemmu, jinħolqu guidelines, policies u pjanijiet biex jiġi żviluppat prodott aħjar.", "Meta qed ngħid jiġi żviluppat prodott aħjar m'iniex nirriferi biss għall-kwalita', imma huwa importanti li dan jibqa' bi prezz kompetittiv biex fl-aħħar mill-aħħar ikollok value for money aktar għoli u l-prodott ikun marketed u promoted b'metodi aktar effettivi u jkun immirat lejn kwalita' mħallta ta' turist.", "Nista' ngħid li matul is-sena li għaddiet ksibna r-riżultati li konna qed nimmiraw għalihom.", "Naturalment qatt ma tista' tkun kuntent għax dejjem tkun tixtieq li tibqa' ttejjeb fuq ir-riżultati li tkun ġibt, pero' nista' ngħid li ksibna riżultati aħjar mis-sena ta' qabel, mhux biss fl-ammont ta' turisti imma aktar importanti minn hekk fil-qligħ, fl-impjiegi u fin-nefqa ras għal ras għal kull turist.", "Dan seta' jsir għax bit-tneħħija tal-VAT il-prodott turistiku sar aktar kompetittiv u għalhekk ta lok biex is-settur ikun aktar profitabbli.", "Biex jitjieb il-prodott tajna bidu għal sistema fejn qed nidentifikaw iż- żoni turistiċi.", "S'issa diġa' semmejna Buġibba, semmejna n-naħa t'isfel ta' Malta, semmejna Paceville, Marsascala, il-Belt, il-historical sites, eċċ. u dehrilna li hemm ħafna xi jsir f'dawn iż-żoni.", "Mill-ewwel ittieħdu passi u miżuri biex fejn titjieb l-infrastruttura jitjieb ukoll is-servizz, għax huwa inutli li nirranġaw it-toroq, il-bankini u d-dwal jekk imbagħad ma ntejbux is-servizz fil-hotels u fir-restaurants.", "Meta ngħidu li għandu jkun hemm titjib f'dawn iż-żoni, dan għandu jkun kemm fl-apparenza u fl- infrastruttura imma aktar importanti minn hekk fl-istandard tas-servizzi li jkunu qegħdin jingħataw.", "F'ċerti oqsma dehrilna li kellna nintroduċu ċerta serjeta' u dixxiplina, speċjalment fil-każ tat-taxis, allavolja dawn ma jaqgħux direttament taħt it-turiżmu.", "Waħda mill-problemi li kellna fil-każ tat-taxis kien il-ġlied u l- overcharging li kien isir kull meta turist imur biex jaqbad taxi mill- airport.", "Qabel it-turist ried joqgħod jirranġa l-prezz hu max-xufier tat- taxi fejn dan kien jitolbu Lm15, it-turist joffrilu Lm10, imbagħad forsi jiftehemu fuq Lm12, qisna qegħdin fuq il-monti!", "Aħna dehrilna li dan m'huwiex il-mod ta' kif għandu jitmexxa dan is-settur u allura flimkien mal- ministeru tat-turiżmu u l-public transport authority ftehemna li fl-airport għandhom isiru kiosks fejn jinbiegħu l-biljetti tat-taxis.", "Issa meta jiġi turist ikun jista' jmur f'dan il-kiosk u wara li jgħidilhom f'liema destinazzjoni jrid imur, jingħata biljett li mbagħad jagħtih lix-xufier tat- taxi.", "Din is-sistema se tiġi ntrodotta wkoll fix-xatt fejn jidħlu l- cruiseliners.", "F'Malta u Għawdex nidejna proġetti li naħsbu li jistgħu jtejbu l-prodott turistiku, bħalma huma golf courses, marinas u casinos.", "Waqqafna wkoll il- beach development unit li qed jaħdem biex isir improvement fil-bajjiet tagħna, fosthom dawk ta' San Ġorġ, Tas-Sliema, Buġibba u l-Mellieħa.", "Eventwalment f'xi waħda minn dawn il-bajjiet se nipprovaw nagħmlu facilities biex jintlaħaq il-blue flag standard.", "Flimkien mal-ministeru tat-trasport nidejna l-proġett tas-seaport terminal għax nemmnu li l- business tal-cruiseliners lejn Malta għandu potenzjal qawwi.", "Bejn l-1996 u l-1997 il-cruise passengers kważi rdoppjaw għax fl-1996 kellna madwar 56,000 passiġġier u s-sena l-oħra kellna madwar 120,000 passiġġier.", "Jien xorta ngħid li dan m'huwiex biżżejjed.", "Fil-fatt l-Għawdxin qed jilmentaw li f'dak li hu cruiseliner business qed ikollhom biss day-trippers u f'Malta qed tidħol l-istess sistema, jiġifieri qed jiġu cruiseliners li jieqfu Malta għal ġurnata u jerġgħu isalpaw dak inhar stess.", "Aħna nemmnu li Malta għandha toffri l-possibbilta' li l-cruiseliners jibdew il-vjaġġ tagħhom minn pajjiżna għax din il-ħaġa tagħtina ħafna vantaġġi.", "L- ewwelnett dan ifisser li kull min ikun se jmur fuq cruiseliner irid jiġi hawn Malta u 80% minn dawn it-turisti se jużaw il-linja nazzjonali tagħna.", "Barra minn hekk, ħafna minn dawn in-nies li jmorru fuq cruiseliner ikollhom sistema ta' stay and cruise u allura min ikun se jaqbad il-vapur minn Malta jiġi xi jumejn qabel biex jilħaq idur ftit madwar Malta u meta jirritornaw mill-cruise forsi jerġa' jagħmel xi jumejn oħra hawn Malta.", "Lilna dan jagħtina l-possibbilta' li nattiraw aktar turisti lejn pajjiżna.", "Rigward ir-relazzjonijiet tagħna mas-settur privat, aħna nemmnu li dawn għandhom ikunu dejjem mill-aħjar.", "Nista' ngħid li min-naħa tagħna dawn kabbarnihom sew u qed nagħtu spazju u sehem lill-privat kemm fl-ippjanar u kif ukoll fl-eżekuzzjoni tax-xogħol turistiku.", "Dan l-aħħar qed naħdmu flimkien kemm fuq proġetti bħalma hu dak ta' Buġibba, kemm fuq il-pjanijiet li nfasslu, kemm meta jiġu diskussi xi policies u kif ukoll f'affarijiet oħrajn bħalma hu taħriġ eċċ. Nista' ngħid li permezz tat-tourism authority se jkompli jingħata aktar spazju lis-settur privat.", "Dan l-aħħar tfassal pjan strateġiku għat-turiżmu biex jgħaqqad il-bosta nteressi ta' l-oqsma f'dan is-settur.", "Kif nafu, dan is-settur għandu oqsma b'interessi diversi u allura se nipprovaw inlaqqgħu l-interessi ta' kulħadd sabiex navvanzaw it- turiżmu f'pajjiżna.", "Dan il-pjan strateġiku għall-ewwel darba ġie mfassal min-nies li hemm fis-settur għax għandna fiduċja fihom.", "Fil-fatt ma qabbadna lil ħadd barrani biex jagħmel pjan għall-Maltin għax nafu li l- Maltin huma kapaċi biżżejjed.", "Aħna għamilna dan għax ridna li nkunu aħna stess li nattwaw it-targets tagħna.", "L-ewwel pjan li għamilna jeħodna fuq medda ta' sentejn u għandu jiġi rivedut u estiż kull sena.", "Dan il-pjan jidentifika l-problemi, iressaq ir- rimedji u jfassal pjan ta' implimentazzjoni dejjem within a timeframe.", "Dan il-pjan strateġiku ġie ppreżentat lill-għaqdiet fl-14 ta' Otturbu tas-sena l-oħra u jittratta l-istess ħames oqsma li se jkun hemm fl-awtorita' tat- turiżmu.", "Dawn huma l-product development, il-marketing tal-prodott, il- human resources, il-monitoring and enforcement u s-support services.", "Minbarra dan il-pjan ta' sentejn tajna bidu għat-tfassil ta' pjan nazzjonali għat-turiżmu.", "X'inhi d-differenza bejn l-ewwel u t-tieni pjan?", "L-ewwel pjan ta' sentjen hu ndirizzat lejn is-settur turistiku biss u għandu x'jaqsam biss fejn jidħol il-ministeru tat-turiżmu u l-għaqdiet ikkonċernati mat-turiżmu.", "It-tieni pjan huwa pjan nazzjonali għat- turiżmu.", "Hawn wieħed irid jifhem li t-turiżmu ma jaqax biss taħt ir- responsabbilta' tal-ministeru tat-turiżmu imma huwa responsabbilta' ta' diversi ministeri oħrajn, bħalma huma t-trasport, il-public works, l- ambjent, l-agrikoltura eċċ, li kollha jistgħu jagħtu sehem biex ninforzaw is-settur turistiku.", "Aħna qed ngħidu li minbarra l-pjan għall-ministeru tat-turiżmu għandu jkun hemm pjan nazzjonali li jkopri policies ta' koperazzjoni bejn id-diversi ministeri, dipartimenti, awtoritajiet u korporazzjonijiet.", "L-NTOM, li issa se tkun inkorporata fit-tourism authority, fis-snin li għaddew kompliet tintensifika l-isforzi tagħha fuq promozzjoni barra minn Malta.", "Din qed tagħti attenzjoni speċjali lill-core markets tagħna - jiġifieri l-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja, Franza u l-Olanda - u kif ukoll lin-niche markets.", "Kemm il-Gvern preżenti u kif ukoll il-gvernijiet ta' qabel irsistew biex Malta ma tibqax magħrufa biss bħala destinazzjoni għall-baħar u x-xemx imma ssir destinazzjoni ta' kultura, storja, sport, konferenzi u special interest travel.", "Aħna qed inkomplu fuq dak li bdew il- gvernijiet ta' qabel għaliex nemmnu li Malta għandha potenzjal kbir f'dawn in-niche markets.", "Bħalissa qed isiru sensiela ta' laqgħat ma' l-operaturi prinċipali barranin.", "GĦalkemm il-fieri huma importanti - illum matul is-sena l-NTOM qed tieħu sehem fi 52 fiera - aħna nemmnu li għandna nibqgħu nagħmlu kuntatti kontinwi mal-bosta operaturi prinċipali tagħna.", "GĦalhekk ma nistgħux nippermettu li jkollna uffiċju f'pajjiż li jkun qed jagħtina 20,000 jew 30,000 turist u nagħmluh bħala target u nagħmlu l-brochures għalih għax għandu potenzjal għat-turist imbagħad ikollna operatur li jkun qed jagħtina turisti tliet darbiet aktar u ma nagħtuhx l-importanza li jistħoqqlu.", "GĦalhekk organizzajna sensiela ta' laqgħat mal-bosta operaturi prinċipali.", "Naturalment f'dawn il-laqgħat mhux qed jieħu sehem il- ministeru biss imma qed issir ħidma sħiħa bejn il-ministeru, l-NTOM u l- Airmalta - xi kultant ikun hemm għaqdiet oħrajn bħalma hi l-MHRA - li wasslet sabiex jinfetħu żewġ uffiċini, wieħed fi Vjenna u ieħor fi Stockholm, biex flimkien jaħdmu għal aktar sinerġija fil-preżenza tat-tnejn fl-Amerka.", "Is-sena li għadd iet ġew minn barra aktar minn 400 ġurnalist u TV crews u dan sar permezz ta' l-NTOM, l-Airmalta u s-settur privat.", "L-Airmalta tat il-biljetti, organizzat l-excursions u ħallset għal xi affarijiet oħrajn u s-settur privat offra l-akkomodazzjoni.", "Ta' min jgħid li din is-sena t- target tagħna hu li n-numru ta' fam trips u educationals li se nġibu jitla' għal madwar 600.", "Irrid insemmi wkoll li qed nipprovaw nifirxu l-mezzi tal- promozzjoni tagħna mhux biss permezz tar-reklamar u l-gazzetti imma llum hawn diversi mezzi ġodda.", "Illum il-mezzi tat-telekomunikazzjoni jagħtuk il- possibbilta' mhux biss li tikkomunika aktar imma wkoll li tagħmel aktar promozzjoni permezz ta' l-internet u tas-CD-Roms - dan diġa' ġie diskuss u ppreżentat minn sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-NTOM mill-ewwel qabżet fuq din il-ħaġa u nista' ngħid li llum din għandha waħda mill-isbaħ websites li għandna f'pajjiżna.", "Forsi aktar 'il quddiem wieħed ikun jista' jistudja kif il-website ta' l-NTOM tkun tista' tiġi linked, jew inkella kif jista' jingħata aktar spazju lill-hoteliers u l-associations.", "Nista' ngħid li fuq din il-website diġa' bdejna nagħmlu promozzjoni ta' l-events li jkunu qed isiru f'pajjiżna.", "Per eżempju, jekk tkun se ssir tiġrija bejn Malta u t- Tuneżija, aħna miftehmin li npoġġu parti minn din il-promozzjoni fuq il- website ta' l-NTOM u l-istess isir fid-diversi events oħrajn.", "L-NTOM ta' kull sena baqgħet iżżomm l-appuntament tagħha f'dawk li huma festivals.", "Bħala eżempju nista' nsemmi l-choir festivals, il-Birgu Festival, il- Valletta Festival, il-parati ta' l-in guardia u xogħol ieħor bħalma għamlet is-sena l-oħra meta fetħet il-Maltese prehestoric art fiċ-ċentru tal- konferenzi.", "Rigward l-HCEB jien nemmen li għalkemm sar ħafna titjib fil-4-Star u l-5- Star hotels għad hemm ħafna xi jsir fil-kategorija tat-3-Star hotels, li għal ħafna snin ġew injorati u ttraskurati.", "M'iniex ngħid li dan huwa tort tagħna jew tort tal-Gvern preċedenti imma forsi dan seħħ għax ma kienx hemm profitability biżżejjed biex dawn jagħmlu re-investment ħalli jkunu jistgħu jgħollu l-istandard tagħhom.", "F'dan ir-rigward bdiet tiġi studjata skema ta' għajnuna biex tgħin lil dawn it-3-Star hotels u f'dan il-każ l-għajnuna li se tingħata se tkun mhux biss finanzjarja imma anke teknika, fis-sens li l-ministeru u l-NTOM ikunu jistgħu jipprovdu pariri tekniċi mingħand nies li kienu fis-settur u forsi għalkemm illum huma rtirati jkun għad għandhom ħafna esperjenza u kontribut x'jagħtu lis-settur tat-turiżmu, speċjalment fejn jidħlu l-lukandi.", "Bil-klassifikazzjoni l-ġdida diġa' qed tingħata aktar importanza mhux biss lid-dehra strutturali tal-hotel imma anke lis-servizz.", "Illum il- hotels m'għadhomx jiġux klassifikati biss bin-numru ta' stars imma konna ntroduċejna sistema li hija tajba ħafna fejn dawn qed jiġu kklassifikati bħala gold, bronze u silver.", "Illum kważi aktar qed tingħata importanza lill-klassifikazzjoni tas-servizz milli lil dik ta' l-istruttura u l- facilities li jkun hemm fil-hotel.", "Per eżempju, jekk wieħed jiġi biex jagħżel bejn 4-Star gold hotel u 5-Star bronze hotel forsi aktar imur għal 4-Star gold hotel għax jaf li se jieħu servizz aħjar milli jieħu ġo 5-Star bronze hotel.", "Dan qed nagħtih bħala eżempju għax jidhirli li l-5-Star hotels li għandna huma kollha gold jew de luxe u ma jidhirlix li għandna 5- Star bronze hotel.", "Naturalment ħadd m'għandu jifhem li l-hotels ta' kategoriji għolja għandhom joffru servizz tajjeb filwaqt li l-hotels ta' kategoriji baxxi jistgħu joffru servizz inferjuri.", "Jien nippretendi - bħalma jippretendu sħabi u kif ukoll it-turist - li fi kwalunkwe kategorija għandu jingħata l- aħjar servizz.", "Meta nagħtu l-kategorija ta' 5-Star, 4-Star jew 3-Star ma nkunux irridu nfissru li min jagħżel 5-Star hotel għandu jingħata servizz tajjeb u min jagħżel 3-Star hotel jista' jingħata servizz medjokru, għax it- turist la jkun ħallas se jippretendi servizz tajjeb fi kwalunkwe każ.", "Il- kwalita' tas-servizz tista' tvarja mhux f'dak li hu standard imma fis-sens li wieħed joffri servizz silver service u l-ieħor joffri tip ta' servizz ieħor li xorta jkun ta' kwalita' tajba.", "L-HCEB hija responsabbli miż-żamma ta' l-istandards u sal-lum il-ġurnata ma kellha l-ebda saħħa legali biex tinforza dan.", "Illum jekk l-HCEB trid tieħu passi kontra xi hotel jew catering establishment ikollha tgħaddi minn kalvarju u ġieli lanqas biss tittieħed azzjoni.", "Dan sempliċement għaliex m'għandha l-ebda saħħa legali.", "Fil-fatt waħda mill-għanijiet tat-tourism authority se tkun li tagħti din is-saħħa legali lill-HCEB ħalli tkun tista' tieħu l-passi meħtieġa.", "Ftit tal-ħin ilu semmejt li l-Air Malta hija ċ-ċavetta tas-suċċess jew il- failure tat-turiżmu u ma nistax nimmaġina t-turiżmu f'Malta mingħajr l- għajnuna ta' l-Air Malta.", "Fil-bidu dawn dejjem imxew flimkien pero' issa nista' ngħid li l-Air Malta qed tħares bis-serjeta' lejn pjan fejn flimkien mal-ministeru u l-NTOM qed tara kif jista' jkollha żieda fis-seating capacity.", "Naħseb li l-Air Malta qed tirrealizza li jekk ma jkunx hemm żieda fis-seating capacity tagħha, se jkun diffiċli ħafna li żżid il- klijenti tagħha.", "Jien ngħid li minkejja li l-Airmalta wirtet ċerti deċiżjonijiet li kellhom effett negattiv, kemm fuq il-lat finanzjarju, kemm fuq il-lat amministrattiv u kif ukoll fuq is-settur tat-turiżmu, wieħed jispera li permezz tax-xogħol li qed isir uħud minn dawn id-diffikultajiet jiġu megħluba ħalli l-Air Malta tkun tista' tikkonċentra aktar fuq il-ħidma futura tagħha.", "Nista' ngħid li llum l-Air Malta qed taħdem bi sħiħ flimkien ma l-NTOM biex tibda' tagħmel trattamenti ġodda ma' operaturi barranin.", "Aħna jidhrilna li r-relazzjoni tagħna ma' l-operaturi barranin m'għandhiex tibqa' sempliċement dik li lukandier jew aġent jaqbad operatur barrani u jibqgħu jaħdmu bejniethom u l-Gvern Malti joqgħod jistenna ħalli jara x'se jiġri, imma f'dan il-lat il-Gvern għandu jilgħab rwol aktar proattiv.", "Qabel ma bdejna nikkuntattjaw lil dawn l-operaturi barranin, tkellimna mar-rappreżentanti tagħhom hawn Malta fuq il-possibilita' li nkunu nistgħu naħdmu flimkien.", "Naturalment ħafna mil-laqgħat li saru ma' dawn l-operaturi - hawn irrid nirringrazzja lir-rappreżentanti u l-aġenti ta' dawn l-operturi - ma setgħux ikunu possibbli kieku l-NTOM ma ħadmitx ma' l-aġenti u r-rappreżentanti ta' dawn l-operaturi.", "Meta bdew dawn il-laqgħat bdejna nieħdu pattern ta' kif se naħdmu u pprovajna niddiskutu ma' kull operatur il-possibbilta' li jkun hemm żieda fil-programmi tiegħu lejn Malta.", "Illum operatur kbir lanqas jaqbillu jibgħat 10,000 turist lejn Malta, għax jekk ma jkollux bejn 15,000 u 30,000 ruħ lanqas se jkopri l-ispejjeż tal-printing tal-brochures u l-overheads.", "Aħna qed nipprovaw inħajru lil dawn l-operaturi l-kbar biex jilħqu l- critical mass ħalli jserrħu moħħhom li l-operazzjoni tagħhom f'Malta qed tkun profitabbli u sostenibbli.", "Per eżempju, nistgħu niffissaw it-target tagħna u nsibu operatur li jkun jixtieq jilħaq dik it-target, imbagħad naraw fuq kemm żmien hu possibbli li nilħquh.", "Ladarba niftehmu fuq it- target u t-timeframe irridu naraw x'miżuri se jittieħdu u kulħadd jieħu l- parti tiegħu.", "Per eżempju, l-Air Malta, l-NTOM, l-aġent ta' l-operatur, l- operatur fih innifsu u l-lukandier, kollha jridu jagħmlu l-parti tagħhom u minflok ma kulħadd joqgħod jinnegozja ma' l-operatur għal rasu qed nagħmlu sistema ta' pakkett sħiħ u nisperaw li l-affarijiet imorru aħjar.", "Naturalment kulħadd jippjana għat-tajjeb imma f'dan il-każ jiġri bħal meta wieħed ikun qed jistad, jara mitt ħuta fil-baħar, jitfa' l-lixka, imbagħad jekk itella' tnejn minnhom ikun ġab l-ikla.", "Madam Speaker, qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq infakkar li l- iskop prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi hu li jikkonsolida u jaġġorna l- liġijiet eżistenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tat-turiżmu.", "Dan se jagħti lok sabiex titwaqqaf it-tourism authority ħalli nifformaw set-up turistiku aħjar minn dak li kellna sal-lum.", "Naturalment, wieħed irid itejjeb ukoll il-proċeduri ta' monitoring and enforcement u jsaħħaħ il- leġislazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-akkomodazzjoni u l-liċenzji ta' gwidi, aġenti, operaturi eċċ. It-tourism authority, kif għidna bosta drabi, se taqsam ix-xogħol tagħha f'ħames direttorati u dawn se jkunu l- product development, il-marketing, il-human resources, il-monitoring and enforcement u s-support services.", "Din se toħloq ukoll il-bord ta' l-appell biex jekk xi ħadd iħoss li saret xi diskriminazzjoni miegħu jkun jista' jagħmel l-ilmenti tiegħu lil dan il-bord.", "Naħseb li t-tourism authority se toħloq il-proċess turistiku li ilna ngħidu ħafna bih, minflok is- soluzzjoni bl-iskossi li konna se nipprovdu qabel.", "Nixtieq nirringrazzja lil kull min tkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi, speċjalment lil dawk li għamlu suġġerimenti u proposti pożittivi, għax ninsab żgur li meta niġu għall-istadju ta' Kumitat dawn se jittieħdu in konsiderazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għall-promozzjoni tat-turiżmu, biex jirregola s-servizzi u attivitajiet turistiċi, biex titwaqqaf awtorita' b'setgħat għal dak il- għan, u għal ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu magħhom jew li huma inċidentali għalihom\" ikun moqri t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skond il-Mozzjoni Nru 22 tad-9 ta' Diċembru 1996.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 25 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, sfortunatament il-qasam ta' l-anzjani huwa suġġett li rarament jiġi diskuss f'din il-Kamra pero' ċertament dan huwa suġġett importanti ħafna.", "GĦalhekk huwa tajjeb li bħala żagħżugħ nibda biex ngħid li aħna għandna nkunu rikonoxxenti lejn l-anzjani għax kieku ma kienx għax-xogħol li għamlu fi żmienhom illum m'għandniex livell ta' ħajja aħjar minn kif kien meta dawn kienu għadhom żgħażagħ bħalna.", "Għalhekk huwa tajjeb li nuru sens ta' rikonoxximent lejn min ħadem u ta kontribut sħiħ lejn pajjiżna.", "Skond l-aħħar ċensiment li sar fl-1995 jidher ċar li l-age group ta' dawk il-persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq kellu l-akbar percentage growth, dak ta' 2.3% fis-sena.", "Fil-fatt f'dan iċ-ċensiment l-age groups tqassmu fi tlieta, jiġifieri minn trabi tat-twelid sa 14-il sena, minn 15 sa 64 sena, u minn 65 sena 'l fuq.", "Minn dan iċ-ċensiment ħareġ li l-ewwel age group kellu tnaqqis żgħir, it-tieni age group kellu żieda ta' 0.99%, filwaqt li t-tielet age group kellu żieda ta' 2.3%.", "Dan ifisser li għall- futur - u meta nsemmi l-futur ma rridx infisser li dan hu xi żmien 'l bogħod ħafna - bħala pajjiż se jkollna niffaċċjaw problemi soċjo-ekonomiċi minħabba li l-popolazzjoni ta' dawk li huma 'l fuq minn 65 sena qed tikber b'rata dejjem aktar mgħaġġla.", "Dan il-fattur ilu jidher ftit taż-żmien mhux ħażin u nsibu li anke fiċ-ċensiment ta' l-1985 kien beda jidher ċar li l-percentage growth ta' dawk li għandhom minn 65 sena 'l fuq kien beda jikber sew.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex f'dawn l-aħħar snin kellna żieda fis- sezzjoni ta' dawk li għandhom 'l fuq minn 65 sena ċertament hija dik ta' standard of living ogħla.", "Fil-passat il-familji kien ikollhom ħafna tfal iżda bosta minnhom kienu jmutu.", "Jien naħseb li kienu ħafna dawk il- familji, biex ma ngħidx il-familji kollha, li għaddew minn proċess fejn kien ikun hemm ħafna iktar twelid mil-lum, pero' l-ammont ta' mwiet ta' dawn it-trabi kien ukoll kbir mhux ħażin.", "Iżda aktar ma beda jgħaddi ż- żmien il-livell tal-ħajja aktar beda jitjieb u l-imwiet bdew jonqsu wkoll u allura kien inevitabbli li maż-żmien il-persentaġġ tal-popolazzjoni anzjana tikber b'rata ħafna aktar mgħaġġla.", "Ninsab ċert li anke l-avvanz li sar fil-qasam tal-mediċina kompla għen sabiex itawwal il-ħajja ta' l-anzjan.", "Raġuni oħra li tista' tispjega għalfejn qed ikollna ħafna aktar anzjani f'pajjiżna hija li fl-imgħoddi kien hawn diversi persuni li emigraw lejn pajjiżi bħall-Kanada, l- Ingilterra u l-Awstralja sabiex isibu x-xogħol, imbagħad meta dawn irtiraw mix-xogħol irritornaw lura lejn art twelidhom sabiex iqattgħu l-bqija ta' ħajjithom f'dik l-art li huma tant iħobbu u li kellhom iħallu għal diversi raġunijiet.", "Madam Speaker, skond l-aħħar ċensiment li sar insibu li l-persentaġġ tal- popolazzjoni anzjana f'pajjiżna huwa ta' 11.4%, filwaqt li fiċ-ċensiment li sar fl-1985 dan kien ta' 9.9%.", "Hawnhekk wieħed jista' jara x'qabża kien hemm f'temp ta' għaxar snin u li l-popolazzjoni anzjana kibret b'rata tant mgħaġġla meta mqabbla ma' l-aħħar żewġ ċensimenti li kienu saru.", "Fl-1995 kellna 60,212 persuni li kellhom 'il fuq minn 60 sena u dan ifisser żieda ta' 10,410 persuna, jew inkella 20.9% fuq iċ-ċensiment li sar fl-1985.", "Dawn il-figuri bilfors iġegħluna nistudjaw aktar fil-fond kif pajjiżna fis- snin li ġejjin se jieħu ħsieb din is-sitwazzjoni.", "Qed ngħid dan mhux biex wieħed jallarma ruħu u jaħseb li se jkollna xi diżastru jew xi ħaġa li ma nixtiequhiex, anzi hija xi ħaġa tajba li qed ngħixu aktar.", "Pero' huwa tajjeb li bħala gvern nistudjaw kif pajjiżna jista' jilqa' għal dan il- fenomenu, li f'dawn l-aħħar snin kiber b'rata tant mgħaġġla, ħalli nkunu nistgħu nibqgħu nagħtu s-servizz li jistħoqq lill-anzjan u għandu kull dritt għalih.", "Madam Speaker, qed ngħid hekk għaliex dan ifisser li jekk l-affarijiet jibqgħu kif jinsabu illum fejn il-ħajja ta' dawn l-anzjani tiddependi kważi mill-gvern biss, il-gvern se jkollu jżid l-ispiża tiegħu f'aktar pensjonijiet u kontribuzzjonijiet lill-anzjani.", "Per eżempju, se tikber l- ispiża fl-għoti tal-mediċini b'xejn u se tikber ukoll il-ħtieġa ta' aktar djar għall-anzjani u day centres f'diversi lokalitajiet.", "Barra minn hekk, se tikber l-ispiża tas-servizzi mogħtija b'xejn jew inkella bi prezz issussidjat u fost dawn insibu l-meals on wheels, il-handyman service, it- telecare u diversi servizzi oħrajn.", "Madam Speaker, huwa fatt li dawk l-anzjani li qegħdin f'din l-age bracket u li se jiġu bżonn dawn is-servizzi fil-futur se jkompli jikber, għalkemm mhux l-anzjani kollha se jiġu bżonn dawn is-servizzi offruti mill-gvern.", "Dan għaliex huwa mistenni li dawk l-anzjani li jkollhom bejn 60 u 74 sena se jkunu jistgħu jipparteċipaw aktar bi sħiħ fil-ħajja soċjali, minħabba li hemm aktar ċans li jkunu f'kondizzjoni mentali u kondizzjoni fiżika tajba, għalkemm hawn żgur ukoll li se jkollok l-eċċezzjonijiet.", "L-avvanz li sar u li nittamaw li jibqa' jkollna fil-mediċina u anke fil-mod ta' kif wieħed jgħix - m'hemmx dubju li l-kwalita' ta' l-ikel dejjem qed tkompli togħla - bilfors li jgħin biex 'il quddiem l-anzjan jiġi anqas bżonn tas-servizzi li joffri l-gvern u dan b'xi mod forsi jkun jista' jikkumpensa għall- ispiża tal-gvern.", "Madam Speaker, aktar kmieni semmejt id-day centres u staqsejt lili nnifsi jekk dawn humiex bżonn f'pajjiżna jew inkella humiex ħela ta' flus.", "Personalment, jien naħseb li huma meħtieġa, speċjalment f'dawk il-bliet u rħula fejn it-tradizzjoni li lill-anzjani ssibhom f'xi każin tal-banda jew każin politiku, jew inkella f'xi bar, m'hijiex daqshekk qawwija.", "F'pajjiżna jeżistu rħula fejn l-anzjani jkunu ilhom is-snin jiltaqgħu ma sħabhom fil-każini, imma jeżistu wkoll anzjani oħrajn ta' kultura differenti.", "GĦalhekk dawn id-day centres għandhom jiġu żviluppati sabiex l- anzjani jkollhom post fejn jiltaqgħu u jibqgħu jżommu ruħhom attivi.", "Huwa importanti li ladarba jispiċċaw mid-dinja tax-xogħol ma jieqfux minn kollox, anzi l-ħajja tkompli u huwa importanti li l-anzjani jħossuhom utli għas-soċjeta'.", "Sfortunatament, dan mhux dejjem jiġri, anke minħabba ċertu diskors li jisimgħu min-naħa tagħna ż-żgħażagħ, jew forsi anke mingħand it- tfal tagħhom stess, jew inkella mingħand nies oħrajn li qishom iridu jgħidulhom li għax kibru spiċċa kollox għalihom.", "Fil-verita' l-anzjani għandhom ħafna x'joffru lis-soċjeta' tagħna għax għandhom l-esperjenza li aħna ż-żgħażagħ u nies oħrajn m'għaddejniex minnha.", "GĦalhekk huwa importanti li dawn jagħtu l-kontribut tagħhom, anke permezz tal-pariri tagħhom, biex fl-istess ħin ma jħossuhomx maqtugħin mis-soċjeta'.", "Madam Speaker, għandi ħafna iktar xi ngħid fuq dan is-suġġett pero' huwa tajjeb li nħalli ftit ħin lill-kollega tiegħi.", "GĦalhekk nixtieq nagħlaq id- diskors tiegħi billi ngħid li nħoss li l-Istat għandu jassigura li ċ- ċittadini kollha jgħixu ħajja diċenti.", "L-Istat jista' jagħmel dan flimkien mas-settur privat, għax aħna m'aħniex ngħidu li għandu jkun il-gvern biss li jagħti dawn is-servizzi liċ-ċittadini tagħna.", "Madankollu, il-gvern li jiġi elett mill-poplu se jibqa' jkollu l-obbligu primarju sabiex jara li ċ- ċittadini kollha jgħixu ħajja diċenti, b'mod speċjali l-anzjani, li ċertament jistħoqqilhom kull għajnuna u ringrazzjament għall-kontribut li taw sabiex is-soċjeta' Maltija u GĦawdxija timxi 'l quddiem, għax huwa grazzi għall-ħidma tagħhom li ninsabu fejn ninsabu llum.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Madam Speaker, xtaqt nittratta problema soċjali li qed taħkem lis-soċjeta' Maltija u li qed iddaħħalna f'ħafna problemi oħrajn.", "Qed nirriferi għall-vizzju tax-xorb u l-abbuż mill-alkoħol.", "Ninkwieta ħafna meta nara żgħażagħ li minn eta' żgħira jibdew jitrawmu f'dan il-vizzju, li maż-żmien qed ikompli jsir parti mill-kultura tagħna.", "Qed ngħid hekk għax l-abbuż mill-alkoħol, bħal f'ħafna postijiet fid-dinja, f'pajjiżna huwa soċjalment aċċettabbli.", "Li tifraħ fil-festi jew tiċċelebra ma' sħabek hija ħaġa sabiħa u ma fiha xejn li tieħu grokk jew tnejn, imma mhux li titlef il-kontroll għax imbagħad trid tħallas il-konsegwenzi.", "Fost dawn il-konsegwenzi nsibu l-mard tal-fwied, l-inċidenti tat-traffiku u numru ta' problemi soċjali oħra.", "Imma aħna x'qegħdin nagħmlu biex negħlbu din il-problema?", "Li nafu huwa li l-importazzjoni ta' xorb alkoħoliku dejjem qed tiżdied u l-introduzzjoni ta' birer barranin dejjem qed tikber u allura ż-żgħażagħ aktar se jkomplu jesperimentaw bix-xorb.", "B'konsegwenza ta' dan qed jiżdiedu l-inċidenti tat-traffiku li qed jikkaġunaw aktar imwiet u aktar problemi soċjali.", "Ix-xorb iġib il-vjolenza u waħda mill-konsegwenzi li jsemmu ħafna mill- familji mfarrka hija dik ta' l-abbuż mix-xorb.", "Ma nistgħux ngħidu li f'pajjiżna m'għandniex min qed jieħu inizjattiva sabiex nipprovaw neliminaw din il-problema.", "Hawn nixtieq insemmi l-aġenzija Sedqa li qed tagħmel riklami fuq it-television biex kemm jista' jkun twassal messaġġ liż- żgħażagħ u kif ukoll lill-adulti biex ma jabbużawx mix-xorb.", "Fost l- għaqdiet li jaħdmu kontra l-abbuż mill-alkoħol insibu wkoll l-alcoholics anonymous li jagħmlu ħafna xogħol ma' min jaqa' f'dan il-vizzju.", "Irrid insemmi wkoll lill-Caritas li għandhom programmi mmirati speċifikament kontra dan l-abbuż.", "Pero' minkejja dan kollu jien nemmen li xorta għadna m'aħniex qed nilħqu lil min għandna nilħqu.", "Jien nitħallat maż-żgħażagħ u nista' nara li mhux biss f'Paceville imma anke f'diversi pubs oħrajn, l-abbuż mix-xorb huwa spjetat u barra minn hekk ma tiġix rispettata l-eta' ta' min jidħol f'dawn il-lokalitajiet.", "Xi kultant tard bil-lejl u fis-sigħat bikrin ta' fil-għodu tara żgħażagħ ta' inqas minn 16-il sena jixorbu l-ispirti.", "Allura bilfors li tistaqsi: Fejn hu l-enforcement, speċjalment f'Paceville?", "Huwa evidenti li s-sidien tal- pubs jinteressahom biss in-negozju tagħhom u barra minn hekk iż-żgħażagħ kull lira li jkollhom fil-but jaraw kif itajruha.", "Diġa' hu biżżejjed li Paceville jinsab invażat bil-makni tal-logħob, li magħhom issib imkaħħlin lil dawn it-tfal - għax jien lanqas ngħidilhom żgħażagħ - imma aktar minn hekk jeżisti wkoll l-abbuż mix-xorb.", "Xi kultant tiskanta tara lil dawn iż- żgħażagħ li jkunu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol jaqilgħu l-inkwiet fil- pubs.", "L-owners tal-pubs huma aware ħafna ta' din is-sitwazzjoni, tant hu hekk li jimpjegaw numru ta' bouncers biex malli jaraw li se tqum xi ġlieda jaqbdu lil dawn iż-żgħażagħ u jitfgħuhom 'il barra.", "Dik hi r- responsabbilta' kollha.", "Imbagħad jekk ikun xi GĦarbi iktar jużaw vjolenza miegħu!", "Allura jien jidhirli li fis-settur tad-divertiment il-gvern għandu joqgħod iktar attent, speċjalment mill-parties li qed isiru.", "Per eżempju, fl-aħħar festi tal-Milied saru numru ta' parties li kienu qed joffru open bar u biex jattendu għal dawn il-parties iż-żgħażagħ kellhom iħallsu prezzijiet fenomentali ta' Lm15 jew Lm16.", "Peress li sabu open bar dawn iż-żgħażagħ bdew jixorbu kemm iridu, b'tali mod li kulħadd spiċċa fis-sakra u ħadd ma jimportah jekk huwiex qed idejjaq lil ħaddieħor bl-imġieba egoistika tiegħu.", "Is-soċjeta' tagħna llum saret magħrufa għal din l-imġieba, fejn kulħadd irid jiddeverti bla ma jimportah minn ħaddieħor.", "Liż-żgħażagħ tagħna qegħdin ngħallmuhom kif għandhom jaffrontaw il-problemi?", "GĦax jien kultant din l-imġieba naraha bħala ħarba mill- problemi.", "Jasal il-weekend u kulħadd imur jiddamdam Paceville jew f'xi pub.", "Imma s-solitudni b'hekk se negħlbuha?", "Jekk inħarsu lura lejn l- antenati tagħna nsibu li ma kenux jagħmlu hekk imma kienu jirrikorru lejn affarijiet oħra, bħalma huwa x-xogħol.", "Kienu jżommu l-valuri quddiem għajnejhom, l-aktar il-valur tal-familja.", "Jien nemmen li jekk m'aħniex naslu bħala soċjeta', il-gvern għandu jwassal il-messaġġ tiegħu, speċjalment permezz ta' l-inforzar, ħalli dan l-abbuż almenu ma jkomplix jikber.", "Apparti minn hekk, għandna problemi oħrajn li l-gvern stess qed ikollu jħallas għalihom. u hawn qed nirriferi għall-inċidenti tat- traffiku.", "Sinjura President, il-pulizija lill-gvern qed tiswieh ħafna, speċjalment fejn jidħlu l-SAG.", "L-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti kienet ħadet l-ewwel pass biex f'pajjiżna jidħol il-breathalyser test.", "Issa l-amministrazzjoni preżenti għaddiet il-liġi mill-Parlament u nawguraw li l-istrumenti tal- breathalyser qegħdin f'idejn il-pulizija ħalli jkunu jistgħu jibdew isiru t-testijiet.", "B'hekk għallinqas dak li jkun iħossu aktar safe fit-triq, speċjalment fil-weekends, għax wieħed mill-effetti tax-xorb hu li titlef ir- riflessi.", "Jien nemmen li ħafna inċidenti tat-traffiku ma jsirux biss b'riżultat ta' l-alkoħol imma huma kkaġunati minn doża qawwija ta' alkoħol, flimkien ma' l-għajja li jkollha dik il-persuna li tibqa' barra sa tard bil-lejl.", "Allura jien jidhirli li wieħed għandu joqgħod attent u jaħseb daqsxejn fl-oħrajn.", "Il-Gvern Laburista ma qgħadx lura milli jara kif jista' joffri alternattiva għal din il-problema tat-trasport u llum iż- żgħażagħ għandhom is-servizz tat-trasport pubbliku minn Paceville lejn l- irħula kollha.", "Dan huwa servizz tajjeb u j'Alla jkompli jitjieb għax b'hekk iż-żgħażagħ jekk iridu jistgħu lanqas jużaw il-karozza tagħhom.", "Jien naħseb li din il-problema tax-xorb qiegħda ġo fina bħala soċjeta' u jekk m'aħniex se neħduha bis-serjeta' kulħadd se jbati, speċjalment uliedna.", "Il-valuri li rċevejna aħna rridu ngħadduhom lil ta' warajna u dawn la jispiċċaw u lanqas jiqdiemu.", "Tinbidel is-soċjeta' tagħna, jinbidlu ċerti affarijiet imma l-valuri ma jinbidlux.", "Ċerti kulturi jkunu ilhom resqin lejn pajjiżna bil-mod il-mod u naħseb li l-kultura tax-xorb f'pajjiżna ilha tiġi aċċettata.", "Jien, bħala membru parlamentari, meta nżur il-każini xi kultant insib min jirredikolani għax nordna soft drink u ma naċċettax li nieħu xorb alkoħoliku.", "Hemm xi ħaġa ġo fina li wieħed bilfors irid jixrob u jien nemmen l-ewwel edukazzjoni għandha tiġi mingħand il-ġenituri tagħna, imbagħad mingħand il-kampanji edukattivi.", "Wieħed mir-reklami ta' l- aġenzija Sedqa huwa mmirat proprju lejn il-ġenituri biex lit-tfal tagħna ma jinkoraġġuhomx lejn ix-xorb minn meta jkunu żgħar.", "Anzi, bil-kontra, għandna nuruhom il-problemi soċjali li jġib miegħu x-xorb.", "GĦaliex?", "Aħna llum niġu f'dan il-Parlament u nitkellmu fuq il-problemi tat-traffikar tad- droga u ninsew li x-xorb ukoll huwa tip ta' droga.", "X'differenza hemm bejn li taħrab mill-problemi permezz ta' l-alkoħol jew permezz tad-droga?", "Meta wieħed jibda jixrob ammont kbir ta' alkoħol, ma jsibhiex bi tqila biex jipprova xi soft drugs li mbagħad iwassluh għal affarijiet oħra.", "Kif nafu d- droga twassal għall-kriminalita u l-kriminalita' twassal għal problemi oħra.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nappella lill- Gvern sabiex isaħħaħ l-inforzar tal-liġijiet.", "Dan jista' jsir billi il- pulizija jibdew bit-testijiet tal-breathalyser immedjatament ħalli jkollna kontroll fuq min isuq u nesiġu li min isuq għandu juri ċertu sens ta' dixxiplina, speċjalment lejn ħaddieħor.", "Tkun ħaġa tajba wkoll jekk nintensifikaw il-kampanja kontra x-xorb u favur il-limitazzjoni tiegħu.", "Fil-messaġġi tagħna għandna nuru li x-xorb ma jsolvix problemi u li dawn jistgħu jiġu solvuti billi wieħed ifittex nies kompetenti li jkunu jistgħu jagħtuh pariri tajbin u billi jpoġġi rasu fuq għonqu u mhux billi jitlef rasu permezz tax-xorb.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 25 ta' Marzu, 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U INDUSTRIJA - KAROZZI/MOBILE PHONES", "10309.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta': (a) karozzi; u (b) mobile phones użati fid-dikasteru li għalih hu responsabbli u x'kienet l-ispiża għal kull waħda mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "Jikkonferma l-Ministru li din l-ispiża għandha titnaqqas b'5% matul l-1998 skond id-direttiva tal-Budget?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10309 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IMPJIEGI", "11393.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Referibbilment għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IMPJIEGI - TELFIEN TA' XOGĦOL MINĦABBA REDUNDANCY", "12058.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies mir-Raba' Distrett Elettorali tilfu x- xogħol minħabba redundancy matul l-1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies mir-raba' distrett li tilfu x- xogħol minħabba redundancy matul l-1997 kien ta' 352.", "Gudja 26 Marsa 82 Paola 105 Santa Lucija 52 Tarxien 87 Total 352", "PBS - TIBDIL FIL-KARIGI MANIĠERJALI", "12600.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-PBS qed tħejji tibdil konsidervoli fil-karigi maniġerjali, jgħid fiex jikkonsisti t-tibdil u jekk hux se jinħarġu sejħiet għall-promozzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Minn żmien għal żmien, kull kumpannija kummerċjali tħoss il-bżonn li jsir xi tibdil fil-karigi maniġerjali.", "Żgur, izda, li mhux il-każ li tingħata xi nformazzjoni dwaru, almenu qabel ma jseħħ.", "BS - RAPPORT LILL-MISCO", "12601.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-PBS dan l-aħħar ikkumissjonat rapport lill-MISCO?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid dwar xiex kien ir- rapport, x'kienu l-konklużjonijiet prinċipali tiegħu u jekk dawn il- konklużjonijiet humiex se jiġu implimentati mill-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħal kull kumpannija kummerċjali oħra, meta tħoss il-bżonn, il-PBS tikkummissjona rapporti li jistgħu jgħinuha fl- operazzjonijiet tagħha.", "Ma jidhirlix li nformazzjoni kunfidenzjali tat-tip li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant għandha tingħata.", "PBS - ĦADDIEMA", "12602.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx xi ħaddiema tal-PBS li huma seconded x'imkien ieħor u jekk iva, min huma, fejn qed jaħdmu u x'qed jagħmlu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li hemm persuna waħda mill-PBS li bħalissa hi seconded x'imkien ieħor.", "Din il-persuna qed taħdem fl-uffiċċju tal-Ministru mingħajr Portafoll.", "PBS - CHAIRMAN - SAFAR", "12603.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji ta' natura mhux kummerċjali dwar is-safar li sar miċ-Chairman tal-PBS mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li ċ-Chairman tal-PBS attenda, bħas- soltu, l-Assemblea Ġenerali ta' kull sena tal-European Broadcasting Union (li tagħha l-PBS hija membru u li s-sena l-oħra nżammet f'Edinburgh).", "Huwa attenda wkoll fi Strasbourg, bħala mistieden bl-ispejjeż imħallsa mill-Kunsill ta' l-Ewropa stess, żewġ laqgħat ta' Standing Committee on Transfrontier Television tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "PBS - CHAIRMAN", "12604.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chairman tal-PBS barra s-salarju għandux ukoll allowances jew faċilitajiet oħra u jekk iva, x'inhuma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li ċ-Chairman tal-PBS m'għandu ebda allowance.", "Bħala faċilitajiet oħra, għandu sewwieq u ħlas tat-telefon (Maltacom u mobile) u tal-liċenzja tat-T.V. Xi faċilitajiet oħra li kellhom ta' qablu ma ridhomx.", "PBS - FTEHIM IFFIRMAT MA' L-AWTORITA' TAX-XANDIR", "12605.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il- PBS u l-Awtorita' tax-Xandir dwar Channel 12?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopja tal-ftehim mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta .", "VALLETTA - TRIQ SAN PAWL - FOND NRU.", "217", "13085.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jinfetaħ l-uffiċċju f'217, Triq San Pawl, Valletta?", "Għal-liema skop se jintuża?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li jekk ma jinqalgħux diffikultajiet straordinarji hu maħsub li l-uffiċċju f'217 Triq San Pawl, il-Belt, jinfetaħ qabel l-aħħar ta' din is-sena.", "Ninsab infurmat ukoll li dan il- post ser ikun fih l-uffiċċji tal-Passaporti, tar-Reġistrazzjoni Ċivili u dak tal-Probation Services.", "PULIZIJA - PROBATION OFFICERS", "13086.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn probation officers f'Malta?", "F'liema sena/snin ġew ingaġġati?", "Hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iktar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li qed jaħdmu bħala Probation Officers hu ta' ħamsa.", "Wieħed ġie ngaġġat fl-1991, tlieta fl-1996 u waħda fl-1997.", "Ninsab infurmat ukoll li għaddej il-proċess meħtieġ biex jiġu ngaġġati aktar Probation Officers.", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "13087.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il koppja għamlet rikors fis-Sekond Awla bejn l-1993 - 1997 (sena b'sena)?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi din li ġejja :", "1993 - 1785 (Rikorsi, noti eċċ) 1994 - 1740 (Rikorsi, noti eċċ) 1995 - 2324 (Rikorsi, noti eċċ) 1996 - 2534 (Rikorsi, noti eċċ) 1997 - 2688 (Rikorsi, noti eċċ)", "QRATI - ĊITAZZJONIJIET", "13088.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il koppja għamlet ċitazzjonijiet fil-Prim'Awla bejn l- 1993 - 1997 għas-separazzjoni (sena b'sena)?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li kawżi ta` separazzjonijiet ippreżentati fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili huma kif ġej :", "1993 - 51 1994 - 113 1995 - 116 1996 - 148 1997 - 125", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET KONSENSWALI", "13089.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il koppja għamlet applikazzjoni bejn l-1993 - 1997 għal separazzjoni konsenswali (sena b'sena)?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din :", "1993 - 160 1994 - 223 1995 - 223 1996 - 256 1997 - 280 ĦABS ĊIVILI - UFFIĊJALI", "13147.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex ikollu uffiċjali mħarrġa għat- tkomplija tar-riforma fil-Ħabs ta' Kordin?", "Kemm ġew ivvotati flus din is- sena għal dan l-iskop?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħalissa, qegħdin isiru taħditiet bejn l-awtoritajiet tal-Ħabs u dawk tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita' sabiex jiġu stabbiliti korsijiet ta' taħriġ għar-rekluti ġodda kif ukoll korsijiet ta' taħriġ in-service għall-Uffiċjali tal-Ħabs.", "L-ammont ta' flus li din is-sena ġew ivvotati għal dan l-iskop hu ta' Lm500.", "Dan l-ammont huwa suffiċjenti u relatat biss ma' ħlasijiet ta' remunerazzjoni lill-lecturers għax bħala organizazzjoni ta' korsijiet, ma jirrikjedux spejjeż addizjonali, billi dawn isiru mill-Akkademja tal- Gustizzja Kriminali f'Sant Iermu.", "CHADWICK LAKES - XOGĦLIJIET", "13160.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol li sar mill-ħaddiema tal- Kalaxlokk fl-inħawi taċ-Chadwick Lakes, ġie dikjarat bħala xogħol ħażin?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa dan ix-xogħol?", "Ix-xogħol inqala' u reġa' inbidel?", "Jekk iva, min ħallas dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma' kienx hemm xogħol li sar ħażin mill-ħaddiema tal-Kalaxlokk fil-proġett ta' Wied il-Qlejgħa.", "Xi xogħol li seta' sar li ma' kienx għas-sodisfazzjon tal-perit jew tad-Dipartiment ġie rranġat minnufiħ, kif isir normalment fuq kull proġett.", "PORTIJIET - XOGĦLIJIET", "13161.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk huwiex se jsir xi xogħol fil-portijiet taċ-Ċirkewwa Malta u ta' l-Imġarr Għawdex?", "Jekk iva, x'inhu x-xogħol li se jsir?", "Meta hu mistenni li jinbeda dan ix-xogħol?", "Meta ħarġu t-tenders għax-xogħol imsemmi?", "Min hu mistenni li jagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li hu maħsub li fil-port taċ- Ċirkewwa ser jiġi estiż il-breakwater preżenti b'tul ta' 140 metru, bini ta' moll ġdid fejn ikun jista' jittrakka l-vapur ta' Għawdex u moll ieħor li jifforma parti mill-estenzjoni tal-breakwater.", "Ser isir ukoll reclamation ta' art li fuqha ser jinbena terminal ġdid, u sistema ta' overhead gangways biex jiġu segregati l-passiġġieri mill-karozzi.", "Fuq in- naħa tal-punent tal-breakwater eżistenti ser jinbena lqugħ biex jiġi protett il-breakwater.", "Fl-Imġarr, Għawdex , hu maħsub li jinbena terminal, b'sistema ta' overhead gangways bħal dik taċ-Ċirkewwa tal- moll Nru 1.", "Hu mistenni li dan ix- xogħol jibda għall-bidu ta' dan is-sajf.", "Jiena nfurmat wkoll li ix-xogħol konness ma dan il-proġett ser jingħata lil Kalaxlokk Ltd, kumpanija li hija kollha kemm hi tal-Gvern.", "Kienet saret offerta għat tħammil fiċ- Ċirkewwa iżda il- kuntrattur li- rebaħ l-offerta ma wasalx,għalhekk dan ix-xogħol ingħata lil Kalaxlokk wkoll.", "AJRUPLANI MILITARI", "13162.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ajruplani militari li niżlu Malta fil-perijodu 1/7/97 - 28/2/98, xahar b'xahar?", "Ta' liema pajjiżi kienu dawn l-ajruplani?", "X'kienet ir-raġuni għall-inżul tagħhom fl-ajruport ta' Malta?", "Kemm damu hawn Malta dawn l- ajruplani?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informażżjoni mitluba mill- Onorevoli Interpellant tpoġġiet fuq il- Mejda tal- Kamra .aktar kmieni f'din is- seduta.", "VAPURI - REĠISTRU TAL-BANDIERA MALTIJA", "13163.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vapuri li nqatgħu mir-reġistru tal-bandiera Maltija?", "Mil-liema pajjiżi huma s-sidien ta' dawn il-vapuri?", "X'kienet ir-raġuni li għaliha nqatgħu mir-reġistru Malti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L- Onor. Interpellant huwa mitlub jagħti ndikazzjoni għall liema perjodu qiegħed jirreferi.", "AVJAZZJONI ĊIVILI - ĦADDIEMA", "13164.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l- kondizzjonijiet tax-xogħol li bħalissa qed igawdu l-ħaddiema tas-Civil Aviation u li l-gvern qed jippretendi li jitilfu meta jsiru dipendenti ta' l-MIA?", "X'miżuri korrettivi qed jiġu proposti mill-gvern/unions biex dawn il-ħaddiema ma jitilfux mill-benefiċċji li għandhom illum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili jinsabu deskritti f'diversi ftehim milħuqa bejn il-Gvern u l-għaqdiet tal-ħaddiema fl-isfond ta' Riforma tal-gradi tas-Servizz Ċivili.", "Hija għal kollox infondata l-allegazzjoni ta' l-Onor.", "Membru li l-Gvern qed jippretendi li l-ħaddiema jitilfu xi kundizzjoni tax-xogħol meta jmorru mal-MIA.", "Diġa' ġie ddikjarat li l-ħaddiema ma huma ser jitilfu xejn mill- kundizzjonijiet tax-xogħol li għandhom illum.", "Infatti l-MIA u l-għaqdiet tal-ħaddiema qed jiddiskutu kif għandu jsir dan it-trasferiment u jiżguraw li dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux b'xi mod mittiefsa.", "DCC - APPLIKAZZJONIJIET", "13165.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm fil-perijodu Lulju-Diċembru 1997 kienu l- applikazzjonijiet li dehru quddiem id-DCC b'rakkmandazzjoni ta' approval, iżda mbagħad ġew refused mid-DCC stess?", "Kemm minn dawn talbu reconsideration?", "Kemm mit-talbiet għal reconsideration għadhom ma telgħux lura quddiem id-DCC?", "X'inhi r-raġuni għal dan?", "Fil-perijodu Jannar - 15 ta' Marzu 1998, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu t-talbiet għall-permess li dehru quddiem id-DCC b'rakkmandazzjoni ta' għoti għall- permess li mbagħad ġew refused mid-DCC stess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tinġabar l- informazzjoni.", "BIĊĊERIJA - QATLA TAL-MAJJAL", "13184.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12771 dwar il-produzzjoni tal-majjal, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-perijodu 01.11.96 sat-28.02.98 ġiex imkabbar in-numru ta' majjaliet tat-trobbija u jekk fl-affermattiv jgħid: (a) in-numru b'kemm ġie miżjud; u (b) lil liema produtturi ġew imqassma l-istess majjaliet?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.Interpellant li filwaqt n-numru tal-majjaliet fuq l-irziezet mill-1.11.96 sat-28.01.98 naqas kien hemm żieda fl-effiċjenza tal-produzzjoni.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "13185.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull quotation li rċieva l-AEMB fir-rigward ta' l-esportazzjoni tal-patata tas-sajf ta' l- istaġun tas-sena d-dieħla (1999)?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll liema quotation rebħet l-imsemmi kuntratt ta' esportazzjoni?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-offerti mitfugħa mill-kuntratturi prospettivi dwar is-safar tal-patata tar-rebbiegħa minn Malta l-1999, 2000, u 2001 infetħu taħt is-sorveljanza tad-Direttur tal-Kuntratti fil-preżenza tal- Pubbliku u kopja ta' l-iskeda ta' dawn l-offerti ġiet esponuta fin-notice board, kemm tal-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd, kif ukoll tad-Dipartiment tas-Servizzi Koperattivi tal-istess Ministeru.", "Għaldaqstant ma nħossx li għandi npoġġi kopji tal-offerti fuq il-mejda ta' din il-kamra.", "Kif jidher mill-iskeda ta' l-offerti, l-iktar waħda vantaggjuża kienet dik ta' Daalimpex BV/Hage' International BV u għaldaqstant qed jiġi abbozzat il- kuntratt ma' dawn id-ditti.", "WSC - DĦUL MINN BEJGĦ TA' ILMA", "13186.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Water Services Corporation minn bejgħ ta' ilma fil-perijodu bejn 01.11.96 sa 28.02.98 kif ukoll kemm kien l-istess ammont fl-14-il xahar li għalqu fil- 31.10.96?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-dħul mill-bejgħ ta' l-ilma tal-Korporazzjoni għall-perjodu mill- 1 ta' Novembru 1996 sat - 28 ta' Frar 1998 ma jistax jingħata minħabba li l-aħħar xahrejn għadhom qegħdin jinħadmu.", "Il-figura għal 14-il xahar li għalqu fil-31 t'Ottubru 1996 kien ta' Lm6,706,849.", "QASAM TAL-BIEDJA - PRODOTTI", "13187.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12761, jista' l- Ministru jgħid kemm kienu dovuti ħlasijiet ta' taxxa tas-sisa fuq il-valuri Lm180,040 u Lm2428 imsemmija fl-istess risposta?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-ħlasijiet dovuti skond il-liġi huma 15% tal- valur.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "13188.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12760 ċioe' dwar esportazzjoni tal-patata tas-sajf?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-dati rispettivi meta ħarġu s-sejħiet għall- offerti dwar l-esportazzjoni tal-patata ta' Malta mill-1987 sal-lum kienu hekk:", "Għall-esportazzjoni tal-1987, saret sejħa għall-offerti fit-13 ta' Frar, 1987.", "Għall-esportazzjoni tal-1988, saret sejħa għall-offerti fis-16 ta' Frar, 1988.", "Għall-esportazzjoni tal-1989, saret sejħa għall-offerti fl-24 ta' Frar, 1989.", "Għall-esportazzjoni tal-1990, saret sejħa għall-offerti fl-20 ta' Frar, 1990.", "Għalkemm għall-esportazzjoni tal-1991 kienet saret sejħa għall-offerti fis- 27 ta' Frar, 1991, din ma kenitx ingħatat minħabba prezzijiet ridikoli li kienu offruti, għaldaqstant kemm dik is-sena kif ukoll fl-1992 l- esportazzjoni saret on commission basis.", "Għall-esportazzjoni tal-1993/4/5, saret sejħa għall-offerti fl-1 ta' Marzu 1993.", "Għall-esportazzjoni tal-1996/7/8, saret sejħa għall-offerti fil-11 t' Awissu, 1995.", "Għall-esportazzjoni tal-1999/2000/2001, saret sejħa għall-offerti fit-3 ta' Frar, 1998.", "KONSUMATURI - EŻENZJONI MIS-SERVICE CHARGE", "13189.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Għall-perijodu mill-5 ta' Novembru, 1997 sal-lum (16.03.98), jista' l- Ministru jgħid: (i) kemm kien in-numru ta' konsumaturi li applikaw biex jiġu eżentati milli jħallsu s-service charge fuq is-servizz ta' l-ilma, drainage charge eċċ; u (ii) kemm minn dawn it-talbiet ikkwalifikaw għall- eżenzjoni msemmija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi minn Novembru 1997, sas-16 ta' Marzu, 1998, id-Dipartiment irċieva 7,800 applikazzjoni għal skont fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Ġew proċessati 2,500 li minnhom, fuq kriterji preżenti, kkwalifikaw 1,500.", "DJAR - POST ALTERNATTIV", "13206.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata post alternattiv?", "Jaf il-Ministru li din tgħix f'post bil-periklu, u li diġa' esebit ċertifikati tal-perit f'dan ir-rigward?", "Xi prijoritajiet jingħataw lil nies f'sitwazzjoni simili?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infurmat illi kemm huwa possibbli każi bħal dak indikat jingħataw preferenza, iżda fil-Belt Valletta biss id- Dipartiment għandu 85 każ ieħor ta' periklu.", "L-applikanta hi persuna waħeda li qed tapplika biss għal postijiet fil-Belt u l-Furjana, fejn dejjem qed isir diffiċli li jitbattlu postijiet f' kundizzjoni tajba biex jiġu allokati.", "PULIZIJA - SNIETER MIŻMUMA", "13231.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm snieter tal-kaċċa miżmuma mill-pulizija u minn liema sena ilhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - APPRENDISTI", "13238.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta u kemm beħsiebha ddaħħal apprendisti il- Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Normalment id-dħul ta' apprentisti fiż-żewġ skemi ta' l-ESTS u TAS jsiru fil-bidu ta' Ottubru.", "Għalissa għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni ta' kemm sejrin jiġu ingaġġati apprentisti fil-kors li jmiss.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "13239.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw ċilindri tal-gass mill-Korporazzjoni Enemalta bejn l-1/1/95 u l-31/1/98 tat-12kgs u tal-25 kg?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mill-1 ta' Jannar, 1995 sal-31 ta' Jannar, 1998, il- Korporazzjoni Enemalta xtrat 100,400 ċilindru tat-12-il kilogramma u 1,000 ċilindru ieħor tal-25 kilogramma.", "MALTA SOCIETY OF ARTS & COMMERCE - GĦALLIEMA", "13257.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10197, jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li r-rati mogħtija fit- tweġiba għolew b'effett mill-1 ta' Jannar, 1996, dawn l-għalliema għadhom jitħallsu bir-rata ta' qabel din id-data u wkoll għaliex għadhom lanqas tħallsu l-arretrati dovuti tad-differenza fir-rata bejn 1996 u 1998?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MALTA SOCIETY OF ARTS & COMMERCE - GĦALLIEMA", "13258.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10197, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti r-raġuni għaliex - filwaqt li qal li l-għalliema klassifikati mad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni bħala akkademiċi tħallsu Lm3.57 is-siegħa fl-1996/97 u 1997/98, fil-fatt bejn Lulju 1997 u Settembru 1997 dawn tħallsu b' Lm2.50 is-siegħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TURIŻMU - TURISTI MIĊ-ĊINA", "13259.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Billi l-Ministru indika li qed isiru xi sforzi biex jinġiebu turisti, miċ-Ċina eventwalment, jista' jagħti dettalji ta' dawn l-isforzi, kif ukoll xi studji qed isiru biex wieħed ikun jaf l-ispending power ta' dan it-tip ta' viżitatur?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Membru japprezza li l-pjanijiet għaċ-Ċina għadhom fil-bidu tagħhom għaldaqstant ma hemm l-ebda dettalji li jistgħu jingħataw f'dan l-istadju.", "Skond il-World Tourism Organisation, iċ-Ċina se tkun waħda mis-swieq ewlenin tat-turiżmu sas-sena 2020.", "NISA GĦAWDXIN - PROBLEMI PARTIKOLARI", "13279.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11478, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu mpjegati minn dawk li jgħaddu minn dan il-kors u kemm minn dawn se jaħdmu f'Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-impjieg ta' dawn l-instructors jiddependi fuq il- vakanzi li jkun hemm f'Malta u f'Għawdex meta jsir reklutaġġ ta' instructors.", "DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "13280.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kif jitħaddem id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif u minn min jiġi mħarreġ, x'materjal, makkinarju u tagħmir hemm għad- dispożizzjoni tad-dipartiment, x'inhuma l-fondi allokati u x'inhu l- workforce ta' dan l-istess dipartiment?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar il-workforce tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 11657.", "Fi ftit żmien ieħor għandhom joħorġu żewg sejħiet għall-applikazzjonijiet - waħda lill-Pulizija u l-oħra lill- impjegati fis-servizz pubbliku - biex jimtlew diversi postijiet ta' Assistance & Rescue Officers fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Għandhom ukoll jimtlew żewġ postijiet ta' managers li qegħdin fil-proċess ta' selezzjoni.", "L-impjegati li jiġu magħżula bħala Assistance & Rescue Officers mis-Servizz Pubbliku jkunu jridu jagħmlu kors ta' taħriġ ta' bejn tliet xhur u sitt xhur qabel ma jikwalifikaw għall-post.", "Il-kors se jiġi organizzat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Bis-saħħa tal-Protocol Finanzjarju Taljan, id-dipartiment għandu 22 vettura ġdida tat-tifi tan-nar, u xtara wkoll ħames vetturi oħra u erba' opri tal-baħar li għandhom jaslu Malta din is-sena għall-istess għan.", "L-ammont ta' flus ivvotat lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili matul l- 1998 huwa kif jidher hawn taħt :", "Voti Rikorrenti - Lm 105,490 Voti Kapitali - Lm1,540,000", "ĦAL FAR - GO CART TRACK", "13296.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet dwar Go Cart Track f'Ħal Far?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li l-għaqda tal-go carts tinsab fi trattattivi mal-Planning Authority biex jinħarġulha l-permess neċessarju fuq is-sit indikat minnha f'Ħal Far.", "TOROQ - ASFALTAR", "13297.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' tqegħid ta' tarmac ta' toroq fil-Ħamrun: 7 ta' Ġunju 1919; Ġuże' Bajada; Willie Attard; u Dun Frans Camilleri?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VALLETTA REHABILITATION PROJECT - PJANIJIET", "13298.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Valletta Rehabilitation Project dwar il-King George V playing fields fil-Furjana?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proġett tar-ristruttarazzjoni tal-ġnien KGV huwa ppjanat mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta fuq medda ta' tliet snin.", "F'din l-ewwel sena se jsiru dressing rooms u toilets ġewwa.", "Fit-tieni sena se jittejbu l-faċilitajiet sportivi u tal-playing field.", "Fit-tielet sena hu mistenni li jsir il-paviment.", "PULIZIJA - TĦARRIK TA' ŻGĦAŻAGĦ TAĦT IS-16-IL SENA", "13299.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm tħarrku żgħażagħ taħt is-16-il sena matul l-1997 talli: kienu f'diskoteki; kienu qed jixorbu xorb alkoħoliku; kienu f'ċinema waqt film li kien ipprojbit għal eta' ta' taħt is-16-il sena mill-Bord taċ- Ċensura; kienu qed jużaw slot machines/gambling machines; kienu qed isuqu vettura; u kienu qed jabbużaw mid-droga?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' żgħażagħ taħt is-16-il sena li matul l-1997 ġew mħarka dwar ir-reati speċifikati mill-Onor.", "Interpellant kien kif ġej: -", "Reat Numru Kienu f'diskoteki 9 Kienu qed jixorbu xorb alkoholiku xejn Kienu f'cinema waqt film ipprojbit xejn Kienu jużaw 'gambling machines' xejn Kienu qed isuqu vettura 11 Kienu qed jabbuzaw mid-droga 6", "DROGA - RIABILITAZZJONI", "13300.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jattendu l- istrutturi differenti għal dak li jirrigwarda kura u/jew riabilitazzjoni mill-abbużi tad-droga?", "Kemm minnhom huma żgħażagħ taħt it-30 sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Skond l-informazzjoni mgħoddija lili, mill-aħħar figuri li għandha s-Sedqa dwar dawk il-persuni li attendew għall-kura u/jew riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga matul ix-xahar ta' Frar 1998, in-numru ta' persuni differenti li attendew servizzi differenti, u dawk li minnhom huma taħt it-30 sena, huwa kif ġej:", "Attendew Taht it-30 sena", "Drug Community Services 96 82 Centru Detox (Out-Patients) 362 253 Dar l-Impenn (In-Patients) 12 6 Stima (Servizz ta' rijabilitazzjoni fil-kommunita') 46 34 Kommunita' Santa Marija 32 27", "SAĦĦA - PERSUNI B'HIV POSITIVE", "13301.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni HIV positive f'pajjiżna bħalissa?", "Kemm minnhom għandhom anqas minn 30 sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Huwa diffiċli biex ngħidu kemm huwa n-numru eżatt ta' pazjenti li huma l-HIV positive peress li l-HIV m'hijiex notifikabbli.", "Li nistgħu ngħidu hija li mill-pazjenti li jieħu ħsieb il-kura tagħhom id- Dipartiment tas-Saħħa hemm 25 persuni li għandhom inqas minn 30 sena.", "TA' QALI - PARK NAZZJONALI - KUMITAT", "13304.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tad-dħul u l- ħruġ kollu li kellu l-Kumitat li jemxxi l-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali matul is-sena 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MANIFATTURA U ĦRUQ TA' NAR", "13305.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-proposti li rċieva l-Gvern dwar il-white paper għall-Manifattura u l-Ħruq tan-Nar?", "Minn min intefgħu dawn il-proposti u x'kienu l-proposti ewlenin li saru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li b'kollox waslu 15-il ittra minn diversi persuni u għaqdiet li għamlu kummenti dwar il-proposti tal-Gvern biex jiġu amendati l-liġi u r-regolamenti dwar il-manifattura u l-ħruq tan- nar.", "Billi fost dawk li għamlu l-kummenti hemm nies fil-ħajja privata, ma nħossx li hu f'loku u xieraq li ngħid x'kienu l-kummenti tagħhom billi din tista' tikser il-konfidenzjalita' li l-Gvern jixtieq li jżomm meta jitlob kummenti mill-pubbliku biex dak li jkun iħossu f'liberta' sħiħa li jgħid dak li jixtieq mingħajr il-biża' li ismu u l-opinjonijiet tiegħu jiġu ppubblikati.", "KMAMAR TAN-NAR", "13306.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra li ntbagħtet lil dawk li huma liċenzjati biex iżommu l-kmamar tan-nar li ntalbu jiċċaqalqu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12531.", "SUR PADDY STUBBS - IMPENN FILANTROPIKU", "13318.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemm xi ħsieb li x-xogħol u l-impenn filantropiku tas- Sur Paddy Stubbs matul dawn it-30 sena ikunx rikonoxxut b'mod pubbliku u uffiċjali kif jixraqlu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat b'mod pożittiv għax hu wieħed tajjeb.", "RAĦAL ĠDID - TISWIJA TA' TOROQ", "13319.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibdew ix-xogħlijiet ta' toroq fit-toroq Salv Imbroll, Carmelo Robenich, Sqaq ix-Xewk, Triq Nazzarenu, Triq Ħal Luqa; Triq Sammat u Triq Tarxien f'Raħal Ġdid?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Hemm il-ħsieb li partijiet minn Triq Nazzarenu, Triq Ħal-Luqa, Triq Sammat u Triq Tarxien se jiġu asfaltati mill-ġdid din is-sena, wara li fihom jinbiddlu s-servizzi peress li dawn ta' l-aħħar huma fi stat ħażin.", "It-toroq l-oħra jsiru aktar 'il quddiem.", "TARXIEN - TISWIJA TA' TOROQ", "13320.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10537, jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jsiru x-xogħlijiet tat- toroq: Xintell; Pawlu Schembri; Spiru Spiteri, Dar il-Kejka; Ċikku Saliba, il-Vittmi tal-Gwerra u Joseph Burlo', Tarxien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-servizzi neċessarji tqiegħdu fil-post.", "L-asfaltar isir skond il-prijoritajiet ta' xogħol li għandu d- dipartiment.", "TA' QALI - VILLAĠĠ TA' SNAJJA'", "13321.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix- xogħol ta' tħejjija ta' Master Plan għall-villaġġ tas-snajja' f'Ta' Qali?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll fiex wasal ix-xogħol ta' allokazzjoni ta' art lid-diversi inkwilini f'dan ir-raħal?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kif jaf ben tajjeb l-Onor.", "Jesmond Mugliett, din l-Amministrazzjoni ħasbet immedjatament sabiex toħroġ il-villaġġ artiġjanali ta` Ta` Qali mill-abbandun li fih kien tħalla mill- Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "L-IPSE għadu kif lesta l-fażi ta` Ta` Qali tas-small business survey nazzjonali bl-iskop li jivverifika sew ix-xewqat ta` kull inkwilin fil- villaġġ sew il-possibbilitajiet reali li dawn l-inkwilini jieħdu l-art (li fuqha hemm il-bini li fih qed joperaw bħalissa) b`titolu ta` emfitewżi temporanja biex fuqha jibnu struttura ġdida", "Kellhom ukoll jiġu mistħarrġa allegazzjonijiet li numru ta` inkwilini ma kenux qed jużaw il-bini mikri lilhom mill-MDC b`kera għal skopijiet artiġjanali.", "Qed jiġu wkoll mistħarrġa soluzzjonijiet li permezz tagħhom ebda inkwilin ġewwa Ta` Qali jigi zvantaġġjat f`dak li huwa exposure għat-turisti li jżuru l-villaġġ.", "Din il-ħidma issa prattikament twettqet u din il-gimgħa stess twaqqaf unit biex jimplementa r-ristrutturazzjoni tal-villaġġ.", "Dan il-unit jirrispondi direttament lic-Chief Executive ta` l-MDC.", "ILMA - TESTIJIET", "13322.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet testijiet fuq il-kwalita' ta' l-ilma il-Water Services Corporation xahar b'xahar is- sena l-oħra u x'tip ta' testijiet kienu u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "NOFSINHAR TA' MALTA - PJAN LOKALI", "13324.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-Pjan għan-Nofsinhar ta' Malta li tlesta dan l-aħħar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MOSTA - TISWIJA TA' TOROQ", "13336.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid: kemm-il sejħa għal offerti għal għoti ta' tarmac ta' toroq fil-Mosta saret s'issa; liema huma dawn it-toroq fil-lokalita' tal-Mosta li huma msemmija f'dawn l-offerti; u Triq l-Alwetta hija waħda minn dawn it-toroq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi għar- risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 13272.", "KUNSILLI LOKALI", "13337.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- budget ta' kull kunsill lokali għas-sena 1998?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-budgets tal-kunsilli lokali li jkopru s-sena finanzjarja li tibda fl- 1 ta' April, 1998 u tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1999.", "Bħalma jaf l-Onor Membru, skond l-Artikolu 55 (3) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali \"L-estimi hekk approvati għandhom mhux aktar tard mill- aħħar jum ta' Marzu f'kull sena kalendarja jintbagħtu lill-Ministru\".", "Skond ir-regolament 14 (2) tar-regolamenti ta' 1993 dwar Kunsilli Lokali (Finazi) \"Kopja tal-budget annwali tal-kunsilli lokali għandha titqiegħed għall-wiri tal-pubbliku fl-uffiċċju amministrattiv tal-kunsill matul il- ħinijiet normali tax-xogħol ta' l-uffiċċju\".", "Permezz ta' dan l-arranġament, kull min hu interessat għandu aċċess għall- budget annwali ta' kull kunsill.", "Għaldaqstant, meta eventwalment jaslu għandi skond kif titlob il-liġi, tkun fid-diskrezzjoni tiegħi jekk, apparti dawn l-arrangamenti, dawn ir- rapporti jitpoġġewx ukoll fuq il-Mejda ta' din il-Kamra.", "WIED IL-GĦAJN - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "13338.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq il-Buttar, Wied il-Għajn għalkemm ilu li ntefa' tender għall-estensjoni tad- drenaġġ din baqgħet ma saritx?", "Huwa veru li l-vot tad-Dipartiment tad-Drenaġġ diġa' spiċċa?", "Jista' l-Ministru jindika kif se jittakkilja problemi rigward tenders u estensjonijiet u bdil ta' katusi aktar tard din is-sena jekk il-vot diġa' spiċċa?", "Għaliex id-Dipartiment tad-Drenaġġ baqa' mingħajr direttur u x'se jiġri mill-ħaddiema fl-istess dipartiment?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MSIDA - XOGĦOL TA' TELLAR/SPAYER", "W1,567.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal-fatt illi fi Triq l-Irmiġġ, Msida qiegħed isir xogħol ta' tellar u ta' sprayer minn garaxx li jippartjeni lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru: jikkonferma li ma jeżistix permess biex isir dan ix-xogħol minn hemm; u jekk ma jeżistix permess jista' jgħidilna x'passi se tieħu l-pulizija ġaladarba jidher li saħansitra hemm refusal ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal tibdil fl-użu minn storage garage għal garage for washing and polishing cars (appl. no. 5082/97); u jista' in oltre jgħidilna jekk, fi kwalunkwe każ, din il-persuna għandhiex dritt tħalli karozzi barra fi Triq l-Irmiġġ sakemm dawn jissewwew u jekk jistax isirilhom xogħol fuqhom waqt li jkunu qegħdin barra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-persuna li rrifera għaliha l- Onor. Interpellant hija liċenzjata sabiex teżerċita s-sengħa ta' sprayer fil-garage indikat.", "Il-garage li dwaru hemm refusal mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar huwa garage ieħor li dwaru l-Pulizija ġa ħadet passi bil-Qorti.", "Dwar l-ipparkjar ta' vetturi u xogħol fuqhom, ninsab informat illi sakemm il-vetturi ikunu liċenzjati, dawn jistgħu jkunu pparkjati fit-triq basta mhux bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku u ma jsirx xogħol fuq dawn il- vetturi.", "Ninsab informat ukoll illi l-Pulizija qed tissorvelja dan il-post sabiex ma jkunx hemm ksur tal-liġi.", "G'MANGIA - TRAKKIJIET IPPARKJATI", "W1,569.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa u jekk hu l-każ, meta u minn min kif ukoll x'passi oħra beħsiebhom jibqgħu jittieħdu sakemm żewġ trakkijiet kbar ipparkjati fi Triq l-Ursolini kantuniera ma' Triq Ġuże' Ellul, fi Gwardamangia għal aktar minn għaxart ijiem u f'kantuniera jitneħħew darba għal dejjem u x'azzjoni se tittieħed mill-Pulizija Eżekuttiva?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija tad-distrett għamlet diversi spezzjonijiet fi ġranet u f'ħinijiet differenti fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant pero' ma rriżultax li l-vetturi msemmija fil- mistoqsija kienu pparkjati hemm.", "Ninsab informat ukoll li se jibqgħu isiru spezzjonijiet fil-post imsemmi u, jekk tkun qed tinkiser il-liġi, jittieħdu l-passi meħtieġa."]} {"filename": "19970715_095d_par.doc", "date": "1997-07-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 95 It-Tlieta, 15 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 95", "It-Tlieta, 15 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "95", "It-Tlieta, 15 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 741", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 741", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 750", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JAGĦMEL PROVVEDIMENTI SPEĊJALI", "DWAR PROĊEDURI QUDDIEM QRATI (IT-TIENI QARI) 750", "AĠĠORNAMENT 775", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 780", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru.94 li saret fil-14 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "AMBAXXATA MALTIJA F'PARIGI", "7028.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor Tony Abela): staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra:-", "a) kemm tiswa lil Malta l-ambaxxata li għandha fi Franza;", "b) minn kemm persuni hija mmexxija l-istess ambaxxata;", "c) x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'rimunerazzjoni għandhom wieħed, wieħed, inkluż l-ambaxxatur u kemm għandhom allowances oltre l-paga/rimunerazzjoni wieħed, wieħed;", "d) jekk il-proprjeta' wżata bħala ambaxxata hijiex tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta;", "e) kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess ambaxxatur; u", "f) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess ambaxxata lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Il-Vot għall-1997 biex jagħmel tajjeb għall- ispejjeż biex titmexxa l-Ambaxxata Maltija f'Pariġi huwa ta' Lm229,997.", "Fl-ambaxxata hemm jaħdmu attache kulturali, żewġ segretarji, sewwieq u ħassiela.", "Ma jidhirlix li għandi nispeċifika r-rimunerazzjoni li jirċievi kull wieħed minn dawn l-impjegati.", "Nista' ngħid iżda li, dejjem skond il-figuri fl-Estimi Ġenerali għal din is-sena, huwa stmat li n-nefqa totali f'dawk li jissejjħu personal emoluments fl-ambaxxata tammonta għal Lm103,213.", "L-ambaxxatur għandu ħatra f'din il-kariga għall-massimu ta' tliet snin, li jistgħu jiġu rinnovati.", "L-uffiċċji okkupati mill-ambaxxata huma mikrija.", "Rigward l-aħħar domanda nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li diġa' għamel domanda simili u jien tajtu tweġiba ġenerika li tapplika wkoll għal din il- mistoqsija.", "Nirriferih għalhekk għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5787.", "MADAM SPEAKER (Onor Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: La qed nitkellmu fuq l-ambaxxati, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li fil-ġejjieni qarib tinfetaħ ambaxxata f'xi pajjiż ieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.GEORGE VELLA: Madam Speaker, bħala ministru ta' l-affarijiet barranin il-ħin kollu nkun qed nagħmel monitoring tar-relazzjonijiet li jkunu għaddejjin bejn pajjiżna u pajjiżi oħra u allura nieħu d- deċiżjonijiet fid-dawl ta' l-iżviluppi li jkun hemm fir-rabtiet ekonomiċi, industrijali, kulturali u aspetti oħra, skond kif jippreżentaw ruħhom l- okkażjonijiet.", "Bħalissa nista' ngħid li m'hemm l-ebda ħsieb ta' xi ftuħ imminenti ta' xi ambaxxata f'xi pajjiż ieħor, iktar u iktar minħabba s- sitwazzjoni finanzjarja prekarja tal-ministeru.", "AMBAXXATI - FONDI PUBBLIĊI", "7263.", "L-ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor Joe Borg): staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid kemm sar infiq minn fondi pubbliċi għal ameljorament u attrezzamenti ġodda fl-ambaxxata u fir-residenza ta' l- ambaxxatur f'Washington DC, bejn id-data li wasal l-Ambaxxatur Mark Micallef u t-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, qed niġi mistoqsi dwar x'infiq sar mill-fondi pubbliċi għal ameljorament u attrazzamenti ġodda fl-ambaxxata u fir-residenza ta' Washington fl-Amerka.", "Id-dokumenti flimkien mal- kontijiet tat-transazzjonijiet finanzjarji għax-xahar ta' Ġunju, 1997 jaslu Malta aktar tard dan ix-xahar.", "Nixtieq inżid ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, meta ftit ġranet ilu kont Washington u żort kemm l-ambaxxata kif ukoll ir-residenza ta' l- Ambaxxatur, la rajt u lanqas ġejt informat dwar xi ameljoramenti jew attrezzamenti ġodda.", "Kien qed isir biss il-maintenance tas-soltu.", "Nixtieq ninforma lill-Kamra li l-ambaxxatur irnexxielu jirritorna lura minn fejn kienu inxtraw mill-ambaxxatur ta' qablu erba' minn sitt tapiti li ma kienu jaqblu xejn mad-dekor ta' l-ambaxxata u bla ma tilef xejn mill- flus li kienu tħallsu fuqhom se jagħmel carpeting aktar diċenti u adattat.", "Għal min qed jaħseb li qed isir xi tberbiq ta' flus ninforma wkoll li l- Ambaxxatur Borġ Olivier de Puget, qabel ma telaq, kien prattikament nefaq il-Vot għall-entertainment u hospitality li kellu vvotat għal sena sħiħa u sa nofs April ħalla biss is-somma ta' Lm59.50c minn vot ta' Lm1,809.", "B' konsegwenza ta' dan l-ambaxxatur preżenti kellu jitlob fondi speċjali minn Malta, jagħmel tajjeb għal xi spejjeż oħra saħansitra minn butu u jagħmel ekonomiji.", "Per eżempju, meta kont hemmhekk jien għamel reception fir- residenza u biex inaqqas l-ispejjeż ra li parti mill-ikel jissajjar fir- residenza mill-istaff ta' l-ambaxxata stess.", "Infakkar lill-Kamra li dan huwa ferm 'il bogħod minn dak li kien isir fil- passat u ma kienx ikun hemm mistoqsijiet fuq dawn l-affarijiet minn naħa l- oħra.", "Hawn qed nirriferi għal meta saret reception fil-Mayflower Hotel meta tela' l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien li qamet madwar $US40,000, 'il bogħod mix-xiri ta' sigarri li jiswew $US50 il-wieħed u eċċessi oħra li nassumi li l-Onor.", "Interpellant jaf bihom.", "Nifhem għalfejn illum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li Malta mhijiex kapaċi taffordja te' għax meta mar jieħu te' hu fin-Nicholas Restaurant bagħat kont ta' $US555!", "Fl-aħħarnett nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bil-ħidma ta' l- Ambaxxatur Malti għall-Istati Uniti, il-Fondazzjoni Patrimonju Malti waslet biex irregalat b'xejn lill-ministeru ammont sostanzjali ta' kotba li se jitqassmu fl-ambaxxati biex jintużaw bħala rigali jew għal skop ta' promozzjoni.", "Dan hu b'kuntrast mas-sejba ta' eluf kbar ta' liri ta' kotba li nstabu f'kamra f'Kastilja wara li nbidel il-Gvern, li għalihom għamlu tajjeb il-fondi pubbliċi u lanqas biss kien hemm record tagħhom.", "Din hi l- ħela li kien hemm, Madam Speaker, u mhux niġu u nallegaw li issa qed issir ħela.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "KUNSILLI LOKALI ĠODDA", "6948.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux talbiet għat-twaqqif ta' kunsilli lokali ġodda u, jekk iva, minn min huma u meta saru?", "Jista' l- Ministru jgħid meta hu ppjanat li jagħti risposta dwarhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:-", "|KUNSILL |MIN |META SARET| |LOKALI ĠDID |GħAMEL |IT-TALBA | | |IT-TALBA | | |Madliena/St.|Madliena |17 | |Andrews/Baha|residents|ta'Ġunju'9| |r iċ-Ċagħaq |Associati|4 | | |on | | |Buġibba/Qawr|Buġibba &|28 ta' | |a |Qawra |Settembru'| | |Tourist |94 | | |Associati| | | |on | | |Fleur de Lys|Kumitat |8 ta' | | |Ċiviku |Lulju'94 | | |Fleur de | | | |Lys | | |Santa Luċija|Grupp ta |2 ta' | |(Għawdex) |persuni |Marzu'93 | | |(4) | | |Mtarfa |Mtarfa |20 ta' | | |Residents|Marzu'97 | | |Associati| | | |on | | |Baħrija |Patrijiet|30 ta' | | |Dumnikani|Jannar'96 |", "Deċiżjoni dwar dawn it-talbiet tittieħed meta jiġi konkluż l-istudju kollu neċessarju.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-Ministru rrifera għal xi studju li qed isir, jista' jgħidilna x'inhu dan l-istudju?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Biex jaraw jekk dawn it-talbiet u l-implikazzjonijiet tagħhom humiex ġustifikati jew le.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nifhem li l-iskop huwa biex jaraw x'jistgħu jkunu l- implikazzjonijiet, pero' jien xtaqt inkun naf x'inhija l-metodoloġija ta' l- istudju u x'inhu li qed jiġi eżaminat u fuq liema kriterju huwa bbażat.", "Jekk il-Ministru mingħajr Portafoll ma jafx x'inhu jgħidilna - u din nifhimha għax il-Ministru Mizzi qiegħed jirrispondi għall-Ministru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali, li bħalissa mhux qiegħed hawn - f'dak il-każ nagħmel domanda oħra bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, l-Onor.", "Gatt jaf fuq liema kriterji qed isir l-istudju u m'għandix għalfejn inwieġeb aktar milli weġibt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Ma nafx jekk il-Ministru jridx iwieġeb, imma x'jiġri meta jsiru talbiet bħal dawn?", "Issir xi laqgħa ma' xi ħadd?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Anke t-tifel tiegħi jaf x'jiġri, aħseb u ara Membru Parlamentari!", "M'għandix iktar xi nżid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma naħsibx li l-mod kif qed iwieġeb id- domandi l-Ministru Mizzi huwa korrett.", "Madankollu, uħud milli għamlu talbiet għal kunsilli lokali ġodda m'humiex residenti tal-post imma qegħdin f'assoċjazzjonijiet li b'xi mod għandhom attivita' f'dak il-lokal.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk talbiet bħal dawn humiex ukoll ikkonsidrati għal skop ta' twaqqif ta' kunsill lokali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kollox jiġi kkonsidrat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali ltaqax man-nies li għamlu t-talbiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb, pero' mhux bilfors irid jiltaqa' magħhom il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali għax hemm min hu responsabbli għal dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Biex inżommu s-serjeta' hawn ġew, jista' l-Ministru Mizzi jgħidilna jekk hux se jiltaqa' magħhom il-Ministru Mangion, li bħalissa mhux qiegħed hawn, jew inkella hux se jiltaqa' magħhom hu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk ikun hemm bżonn niltaqa' magħhom ukoll.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk m'iniex sejjer żball fil-lista ta' talbiet li hemm issemmew talbiet li ilhom mill-1994.", "Matul dan il- perijodu kien hemm diskussjonijiet mal-ministru preċedenti kkonċernat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma nafx x'kien ġara bejn l-1994 u l-aħħar ta' l- 1996, jiġifieri matul l-amministrazzjoni preċedenti u naħseb li l-kollega tiegħi jaf iktar minni x'ġara u ma ġarax.", "Pero' f'dawn l-aħħar disa' xhur nassumi li meta kien hemm bżonn u meta kellu ċ-ċans il-Ministru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali żgur li ltaqa' magħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, bir-rispett kollu nassumi li kull min għamel talba għamel hekk għax iħoss il-bżonn li jitwaqqaf kunsill lokali ġdid u ma naħsibx li l-Ministru huwa ġustifikat li jirrispondi b'dan il- mod.", "Issa jien qed nagħmel domanda speċifika: Saru jew ma sarux laqgħat mal-persuni li talbu li jitwaqqfu dawn il-kunsilli?", "(Interruzzjonijiet) Issa daħal il-Ministru Mangion u forsi jista' jilluminana.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Iva, kelli laqgħa ma' rappreżentanza minn Fleur de Lys fejn għamlu s- sottomissjonijiet tagħhom u wrewni wkoll xi petition li ġabru minn hemmhekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien għamilt mistoqsija wkoll dwar jekk fil-każ tat-talbiet l-oħra kienx hemm xi laqgħa speċifika mal-persuni nvoluti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien niftakar li kelli laqgħa speċifika ma' rappreżentanti minn Fleur de Lys.", "Aktar minn hekk ma niftakarx.", "(Interruzzjonijiet) Jekk saritx xi laqgħa ma' nies mill-ministeru ma nafx.", "Se nistaqsi u meta ningħata tweġiba ngħarraf lill-Onor.", "Galea.", "KUNSILLI LOKALI - MANUTENZJONI TA' L-ISKEJJEL", "6949.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma li wara li qal li l-kunsilli lokali se jkunu nvoluti fil-manutenzjoni ta' l-iskejjel, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ma ġiex ikkonsultat qabel il-ħruġ tat-tender ta' l-iskola tal- Mellieħa?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninsab informat li peress li d-deċiżjoni finali biex il-kunsilli lokali jissieħbu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ttieħdet fid-29 ta' Mejju, 1997 - bl-approvazzjoni ta' ftehim li kellu jiġi ffirmat bejn il-kunsill lokali rispettiv u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - u fid- dawl tal-fatt li l-offerta għal xogħlijiet ta' tiġdid fl-iskola primarja tal-Mellieħa ħarġet fil-25 ta' April, 1997 ma kienx possibli li sa dak inhar isir it-tip tal-ftehim imsemmi sabiex il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jiġġestixxi x-xogħlijiet imsemmija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-postijiet fejn hemm skejjel li se jsirilhom xi tibdil jew manutenzjoni matul dan is-sajf, kważi l-ebda wieħed mill-kunsilli lokali m'huwa se jkun involut fil-proċess għaliex il-Gvern ma laħaqx daħħal din l-iskema sa meta nħarġu t-tenders?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CĦARLES MANGION: Kienet saret laqgħa għall-kunsilli lokali kollha, flimkien ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, fejn kien ġie spjegat lilhom li x-xogħlijiet fl-iskejjel primarji - qed nitkellem fuq manutenzjoni fl-iskejjel primarji għax hemm stadji oħra ta' xogħlijiet - kellhom isiru abbażi tar-rapport li għamlu l-periti fid-diversi skejjel ma' Malta u Għawdex.", "Għaldaqstant għal matul din is-sena intlaħaq arranġament fejn ħafna mill-kunsilli lokali diġa' ħarġu tenders għal contracts manager li jkun jista' jieħu ħsieb dawn ix-xogħlijiet li se jibdew jiġu esegwiti matul ix-xahar ta' Lulju.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna x'ried ifisser bil-kliem \"stadji oħra ta' xogħlijiet\" li għadu kif semma' issa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: GĦax apparentement fil-kwestjoni ta' l-iskejjel - ma rridx nidħol fuq id-dekasteru ta' l-edukazzjoni - apparti l- manutenzjoni, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet fuq xogħlijiet ta' natura kapitali u aktar sostanzjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Allura l-kunsilli lokali se jidħlu f'dawn l-affarijiet ukoll?", "Jiġifieri l-infiq kapitali se jkun f'idejn il-kunsilli lokali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-idea hi li x-xogħol jinħadem jointly bejn il- kunsill lokali u d-dipartiment konċernat għax nemmnu li b'dan il-mod ix- xogħol jista' jsir aħjar.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6950.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol għall- ewwel darba f'Ġunju, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba matul ix-xahar ta' Ġunju, 1997 kien ta' 325.", "Il-figura ta' Ġunju ta' l-1996 kienet ta' 317, waqt li dik ta' Lulju kienet ta' 621.", "TALBIET GĦALL-IMPJIEG", "6951.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul Ġunju, 1997 mis-servizz pubbliku; minn enti statutorji; minn enti u kumpanniji li l- gvern, direttament jew indirettament, għandu mill-anqas nofs l-ishma tagħhom; u mis-settur privat; u jindika d-dipartiment, enti jew kumpannija, kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-talbiet li saru mis-settur privat matul ix-xahar ta' Ġunju, 1997 kien ta' 315 u t-talbiet li saru minn entitajiet statutorji u minn entitajiet u kumpanniji li l-gvern, direttament jew indirettament, għandu mill-inqas nofs l-ishma tagħhom kien ta' 86.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi x-xogħol mitlub f'kull każ mis-settur pubbliku, esklużi d-dipartimenti tal-gvern.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Minn dak li poġġa l-Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra, jirriżulta kemm nies sabu xogħol matul iż-żmien li qed isemmi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jien irrispondejt għad-domanda li kelli.", "Jekk l- Onor. Interpellant irid xi nformazzjoni oħra, jagħmel domanda bil-miktub u nirrisponih.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri m'għandekx figuri ta' kemm daħlu nies mas- settur privat f'Ġunju li għadda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Le m'għandix.", "ETC - JOB PLACEMENTS", "6952.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC u kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC f'Ġunju 1997?", "Kemm placements kienu mas-settur privat u kemm mill-job centre, minn Ħal Far u minn Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax- xogħol fl-aħħar ta' Ġunju, 1997 kien ta' 685.", "Il-placements li saru f'Ġunju, 1997 huma kif ġejjin:", "|Privat |Ħal Far |102 | | |Job Centre |84 | | |(Malta) | | | |Għawdex | 3| | |Job Centre |5 | | |(Għawdex) | | |Parastat| | 38 | |ali | | |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, dan ifisser li matul ix-xahar ta' Ġunju bdew jirreġistraw 685 persuna u sabu placement għal 232?", "Dan ifisser li matul ix-xahar ta' Ġunju kien hemm 'il fuq minn 300 persuna iktar milli kien hemm f'Mejju li bdew jirreġistraw għall-ewwel darba?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Hekk jidher.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mhux jidher!", "Jien m'għandix in-numri quddiemi u qiegħed nagħmel domanda fuq ir-risposta li tani l-Ministru.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Iva, hekk jidher.", "Qed naqbel miegħek.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jiena qed nistaqsi domanda speċifika: Dan ifisser li matul ix-xahar ta' Ġunju kien hemm żieda ta' 'l fuq minn 300 fuq ix-xahar ta' qabel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni li għandi hija li fix-xahar ta' Ġunju ta' din is-sena kien hemm 685 persuna li bdew jirreġistraw għax-xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-file il-Ministru għandu informazzjoni f'liema kategoriji saru l-placements?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Le, m'għandix din l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk għandux il-figuri ta' kemm nies kienu jaħdmu bi qligħ f'Ġunju?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, jien m'għandix din l-informazzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Cassar jagħmel mistoqsija parlamentari bil-miktub inkun nista' nagħtih din l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, issa li ċ-ċifri li tana l-Ministru għoddejthom iktar bil-kwiet, nista' ngħid li dawk li bdew jirreġistraw għax- xogħol fl-aħħar ta' Ġunju kienu 460 aktar minn Mejju.", "Jidhirlu l-Ministru li dan huwa ammont kbir?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Dak li qed igħid l-Onor.", "Galea huwa korrett.", "(Interruzzjonijiet) Anke jien naf nagħmilhom is-somom!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jaf il-Ministru li din il-mistoqsija dwar nies li jaħdmu bi qligħ għamiltha diġa' u ma tanix il-figura ta' Ġunju għax qal li ma kellux?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, jien naċċetta mistoqsija parlamentari bil-miktub u mbagħad inkun nista' nirrispondiha.", "IMPJIEGI - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "6953.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Ġunju, 1997 u jagħti l-informazzjoni skond ir-raġuni li wassal għal qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax- xogħol f'Ġunju kien ta' 89.", "Ir-raġuni li wassal għal qtugħ tagħhom hi kif tidher hawn taħt:", "|m'aċċettawx taħriġ |57 | |jirreġistraw waqt li |16 | |nstabu li kienu | | |jaħdmu | | |m'aċċettawx xogħol | 1 | |m'attendewx |15 | |intervisti | | |Total |89 |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk mis-57 persuna li ma aċċettawx taħriġ, jirriżultalux li kien hemm każijiet li dan għamluh minħabba mard dokumentat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Ma nistax inwieġeb off hand.", "Dawk il-persuni li jinqatgħu għax jinqabdu jaħdmu jistgħu jappellaw minn din id-deċiżjoni u mbagħad jiddeċiedi l-bord ta' l-appell.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Dwar is-57 persuna li qegħdin insemmu hawnhekk, jista' l-Ministru jgħid xi kwalita' ta' taħriġ irrifjutaw?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Le, ma nistax għaliex ma nafx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiena kont qed nirriferi għal dawk li rrifjutaw it-taħriġ u mhux għal dawk li nqabdu jaħdmu.", "Dawn is-57 jinkludu nies li kellhom xi problemi ta' saħħa u allura ma setgħux jagħmlu dan it- taħriġ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jekk kellhom problemi ta' saħħa għandi nifhem li ma kenux qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Jiena qed nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi jekk dawn is-57 persuna ġewx offruti xogħol li m'humiex kapaċi jagħmluh minħabba saħħithom.", "Jekk inhu hekk illum m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk, pero' jekk l-Onor.", "Farrugia jinsisti li jridha u jekk qiegħda għandna, jiena nfittixha u nagħtihielu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna kif tiġi ttrattata dik il- persuna li tinqata' mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC, tagħmel appell lill-Bord Nazzjonali tax-Xogħol u tirbaħ l-appell?", "Ladarba din tirbaħ l-appell ovvjament għandha d-dritt li terġa' tidħol fir-Reġistru.", "Allura din hija magħduda bħala persuna ġdida li qiegħda tirreġistra għax- xogħol jew hija magħduda ma' l-antiki u bħala li qiegħda tirreġistra u tkompli bil-kontinwazzjoni tar-reġistrazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Safejn naf jien, għalkemm nista' ma nkunx korrett, din tibqa' fuq ir-Reġistru bħalma kienet qabel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi qiegħda tissemma r-reġistrazzjoni, jista' l- Ministru jgħidilna jekk nies bla impjieg humiex se jibqgħu jirreġistraw darba fil-ġimgħa jew tliet darbiet fil-ġimgħa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Le, ma nafx u lanqas naf din minn fejn ġabha l-Onor.", "Cassar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Fir-rapport li l-Ministru poġġa fuq il-Mejda tal- Kamra, hemm is-suġġeriment li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali se jieħu ħsieb din il-ħaġa.", "Allura jista' l-Ministru jgħidilna jekk huwiex se jwettaq dak li hemm dwar dan f'dan ir-rapport?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni li għandi hija li l-bord ta' l-ETC qiegħed jistudja partijiet minn dak ir-rapport waqt il-laqgħat li jkollu pero' ma nafx li ħa xi deċiżjoni f'din id-direzzjoni.", "TAL-QROQQ - PROĠETT", "7132.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsiet lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-disinn u traffic impact statement għall-proġett ta' Tal-Qroqq u l-inħawi ta' l-Imsida li saru mid-Dipartiment tat-Toroq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-disinn u traffic impact statement għall-proġett ta' tal-Qroqq u l-inħawi ta' l- Imsida, li saru mid-Dipartiment tat-Toroq.", "IMPJIEGI - INĊIDENTI FUQ IL-POSTIJIET TAX-XOGĦOL", "7133.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni li weġġgħu fuq ix-xogħol is-sena l-oħra?", "Kemm kien hemm persuni li mietu fuq ix-xogħol is-sena l-oħra?", "Kemm damu barra mix-xogħol dawk li weġġgħu s-sena l-oħra, jiġifieri:-", "a) inqas minn ġimgħa; b) bejn ġimgħa u ġimgħatejn; c) bejn ġimgħatejn u erba' ġimgħat; d) bejn erba' ġimgħat u 13-il ġimgħa; e) bejn 13-il ġimgħa u sitt xhur; u f) bejn sitt xhur sa sena?", "Kemm minn dawk imweġġa' sofrew diżabilita' permanenti kif ġej:-", "a) taħt l-20% ta' diżabilita'; b) 21-40% ta' diżabilita'; c) 41-60% ta' diżabilita'; d) 61-80% ta' diżabilita'; u e) 81-100% ta' diżabilita'?", "Kemm kien il-ħlas f'benefiċċji mogħti lil dawn il-persuni?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Fis-sena 1996 in-numru ta' persuni li weġġgħu fuq ix-xogħol kien ta' 5,223.", "Din iċ-ċifra hija ta' dawk il-persuni li kellhom waqfien ta' mill-inqas ġurnata ta' xogħol minħabba l-inċident li ġarrbu.", "Il-perjodu ta' ġranet mitlufin kien kif indikat hawn taħt:", "|Ġranet ta' |Numru ta' | |Assenza |talbiet | | 01 - | 3198 | |05 | | | 06 - | 894| |12 | | | 13 - | 420| |23 | | | 24 - | 488| |27 | | | 78 -365| 223| |Total ta' | 5223 | |talbiet | |", "In-numru ta' ġranet mitlufa kien ta' 76,384 li kienu jammontaw għal ħlas f'benefiċċju ta' Lm337,382.", "Il-persuni li weġġgħu fuq ix-xogħol li kellhom diżabilita' permanenti kien ta' 260 mqassma kif indikat hawn taħt:", "|Grad ta' |Numru ta' | |Diżabilita' |persuni | |Taħt l-20% | 229| |20% sa 40% | | | |26 | |41% sa 60% | | | |3 | |61% sa 80% | | | |1 | |81% sa 100% | | | |1 | |Total ta' | 260| |persuni | |", "Il-benefiċċju ta' għotja ta' diżabilita' jkopri 229 persuna.", "Persuna waħda ġiet mogħtija l-pensjoni ta' l-invalidita' għax ir-rata tagħha taqbeż id-89% u għalhekk skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali kellha d-dritt tieħu l-pensjoni u mhux għotja.", "Kien hemm ukoll 30 persuna li ħadu l-pensjoni ta' diżabilita'.", "Il-flus dovuti li jitħallsu għal dawn it-talbiet kienu ta': pensjoni ta' diżabilita' Lm144,96 għotja ta' diżabilita' Lm78,507, li wara reviżjonijiet mill-bord mediku żdiedu għal Lm90,385.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru n-numru ta' każijiet ta' dixxiplina quddiem il- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, in-numru ta' impjegati mkeċċija mis-servizz pubbliku u r-raġuni li dwarha nstabu ħatja, bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7137.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar l-infiq li sar mill-vot tal-bini tad-djar ta' l- Awtorita' tad-Djar mill-1 ta' Ottubru, 1996 sat-30 ta' Ġunju, 1997 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7279.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JAGĦMEL PROVVEDIMENTI SPEĊJALI DWAR PROĊEDURI QUDDIEM QRATI", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-8 ta' Lulju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg huwa in possession.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, dan l-abbozz fih emendi għal diversi provvedimenti tal-Kodiċi Kriminali, li wħud minnhom m'għandhomx x'jaqsmu flimkien, u għalhekk bilfors irrid nittrattahom taħt kategorija differenti.", "Ħafna minn dawn l-emendi huma pożittivi u qegħdin naraw li kemm jista' jkun nevitaw li ċerti nies jiġu l-qorti, dejjem safejn dan huwa possibbli skond il-Kostituzzjoni.", "Hemm emenda li tirrigwarda speċifikament it-tobba li b'ċertifikat li jkunu jistgħu jippreżentaw fil-proċess kriminali ma jkollhomx il-ħtieġa li jersqu lejn il-qorti, sakemm il-parti l-oħra ma titlobx li tagħmel il-kontro-eżami.", "Pero' hemm affarijiet oħrajn li naħseb li rridu noqogħdu iktar attenti għalihom.", "F'dan l-istadju tat-Tieni Qari se nsemmi xi wħud minn dawn il-problemi pero' mbagħad fl-istadju tal- Kumitat inkunu nistgħu nidħlu iktar fid-dettall dwar dawn it-tibdiliet li jidhirli li hemm bżonn li jsiru sabiex kemm jista' jkun kulħadd jieħu a fair deal.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq proċedura li għal xi nies tista' tidher bħala ħaġa teknika ħafna pero' l-proċedura hija importanti għaliex jekk id-dritt ta' smigħ xieraq ma jkunx garantit, ħafna mill-provvedimenti tal-liġi jistgħu jiġu abbużati.", "Fil-fatt il-vantaġġ tad-dritt ta' smigħ xieraq huwa li jirrendi kemm jista' jkun demokratiku u fair il-proċess kriminali.", "Huwa inutli li jkollna liġijiet tajbin jekk imbagħad ma jkunx hemm id-dritt kostituzzjonali ta' smigħ xieraq.", "L-ewwel provvediment juri kemm huwa importanti li jkollna struttura fil- qorti u kemm huwa importanti li dik l-istruttura taħdem.", "Fil-fatt wara l- emendi ta' l-1995, li biddlu l-istruttura tal-Qorti ta' l-Appell, ġara li xorta waħda baqgħu jsiru appelli lill-qorti kif kienet kostitwita qabel.", "Dan qed insemmih biex nuri l-importanza li meta ngħaddu l-liġiijiet fil- Parlament, dawn il-liġijiet jiġu kkomunikati lill-qrati.", "Inutli li aħna jkollna emendi għall-liġijiet jekk imbagħad dawk l-emendi ma jiġux supported bi struttura.", "Ġara li minkejja li tbiddlet il-kostituzzjoni tal- Qorti ta' l-Appell, baqgħu jsiru appelli quddiem il-Qorti ta' l-Appell l- antik.", "Din il-ħaġa laqtet l-iktar lill-Qorti t'Għawdex.", "Kif tgħallimni wkoll is-Sinjorija Tiegħek, qabel kien possibbli li l-appelli mill-Qorti t'Għawdex fil-ġurisdizzjoni ċivili jsiru fil-ġurisdizzjoni inferjuri tagħhom lill tliet maġistrati.", "Jekk jiena nagħmel kawża biex niġbor Lm300 f'Għawdex u nitlifha, qabel kont nappella quddiem tliet maġistrati.", "Fl- emenda ta' l-1995 konna biddilna din l-istruttura u għidna li f'dak il-każ l-appell isir quddiem imħallef wieħed li jmur jisma' l-appelli f'Għawdex.", "Dan għamilnih biex l-Għawdxin ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jiġu Malta għall-appelli.", "Pero' ġara li, minkejja li dawn it-tliet maġistrati bħala struttura ta' Qorti ta' l-Appell ma baqgħux jeżistu u minflok daħal imħallef wieħed li jisma' l-appelli hu, l-appelli baqgħu isiru wkoll quddiem dawn it-tliet maġistrati.", "B'konsegwenza ta' dan hemm sentenzi diġa' deċiżi minn qorti li ma kenitx kostitwita kif suppost.", "Għad hemm ukoll appelli pendenti - għallinqas hekk fhimt li hi l-problema - quddiem din il- Qorti ta' l-Appell li spiċċat.", "Issa jiena bħala drafting legali qed nistaqsi lill-Ministru jekk kienx hemm xi metodu iktar sempliċi min kif inhu redatt dan l-abbozz biex nirranġaw din is-sitwazzjoni.", "Hawnhekk se nikkwota waħda mill-itwal sentenzi li naħseb li se jkollna fil-kodiċi tal- liġijiet tagħna.", "Biex fhimta kelli nieħu l-kodiċi kif kien qabel, il- kodiċi kif inhu llum u l-emenda.", "Nixtieq li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jilluminani dwar kif liġijiet jistgħu jsiru bl-iktar mod ċar ħalli nifhmuhom aħna.", "Jekk ma nifhmuhomx aħna, li għandna xi ftit background legali, aħseb u ara kemm jista' jifhimhom ħaddieħor li m'għandux dan il- background!", "MADAM SPEAKER: Onor. Borg, tagħti permess lill-Ministru Bartolo jagħmel punt ta' spjegazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, mela le!", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dan il-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Tonio Borg huwa importanti ħafna.", "Kellu bżonn li f'Malta tqum kuxjenza serja dwar din il-ħaġa.", "Fl-Ingilterra hemm il-plain english campaign, fejn għamlu grupp ta' nies biex jaraw il-liġijiet li jitressqu fil-Parlament.", "Ħafna drabi dawn il-liġijiet lanqas il-membri Parlamentari stess ma jifhmuhom, aħseb u ara kemm jifhmuhom iċ-ċittadini!", "Tifhimha li kultant trid trid tuża ċertu lingwaġġ tekniku u preċiż minħabba l-interpretazzjonijiet fil-qrati, imma għandna bżonn naraw kif ikollna nies kapaċi li jinterpretaw il-liġi biex jifhimha the man in the street.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex in-nies ma jidentifikawx ma' l-istituzzjonijiet, fosthom anke tal-Parlament, huwa għax iħossu li aħna nużaw lingwa remota u mbiegħda li ma' jistgħux jifhmuha.", "Naħseb li anke l-aktar affarijiet ikkomplikati, inkluż it-teorija tar- relattivita' ta' Einstein, tista' tiġi spjegata b'mod li jifhimha kważi kulħadd.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien napprezza l-abilita' tal-Ministru li anke affarijiet ikkomplikati bħal dawn jispjegaħomlna wkoll b'mod kemm jista' jkun sempliċi!", "(Interruzzjonijiet).", "Eżempju ta' dan li kont qed ngħid huwa n-nuqqas ta' punteġġatura.", "Mhux qiegħed ngħid għal-liġijiet biss, imma anke fl-essays li nikkoreġi fl- Universita', il-punteġġatura donnha ma teżistix.", "Ma nafx jekk hemmx xi forma moderna ta' grammatika!", "Per eżempju subklawsola (3) ta' klawsola 2 tgħid:", "L-appelli kollha mid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Maġistrati għall- Gżejjer ta' Għawdex u Kemmuna li, minnufih qabel ġie fis-seħħ il- paragrafu (d) ta' l-artikolu 24 ta' l-Att ta' l-1995 li jemenda l- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, kienu pendenti quddiem l-istess qorti magħmula bħala Qorti fi grad ta' appell skond is- subartikolu (3) ta' l-artikolu 50 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili qabel ġie mħassar l-istess subartikolu fil-paragrafu (d) imsemmi ta' l-artikolu 24 imsemmi għandhom, minkejja d- dispożizzjonijiet tas-sub-artikolu (5) ta' l-artikolu 41 ta' l-istess Kodiċi, jiġu mill-ġdid appuntati għas-smigħ u għall-eventwali deċiżjoni quddiem il-Qorti ta' l-Appell magħmula kif maħsub fis- subartikolu 6 ta' l-imsemmi artikolu 41 u d-dispożizzjonijiet tas- subartikolu (7) ta' l-istess artikolu 41 għandhom japplikaw għall dawk l-appelli kollha irrispettivament minn jekk l-appell huwiex mill-Qorti tal-Maġistrati għall-Gżejjer ta' Għawdex u Kemmuna fl-attribuzzjoni superjuri jew inferjuri tagħha.", "Jiġifieri jista' jkun li f'affarijiet tekniċi jrid jintuża ċertu kliem imma għallinqas ikun hemm ċertu punteġġatura.", "Dan il-kliem kollu jfisser li dawk l-appelli li llegalment saru quddiem qorti bi tliet maġistrati - meta suppost saru quddiem qorti b'imħallef wieħed - pero' l-istruttura tal- qorti ma ndunatx li nbidlet il-liġi mill-Parlament, dawk se jiġu ssanati.", "Forsi din hija xi ftit ikkomplikata imma naħseb li stajna għamilniha f'termini iktar sempliċi.", "Dwar l-ewwel klawsola li qed tiġi proposta, sar l-istess żball f'dawk li huma appell minn sentenzi tal-bord tal-qbiela u tal-bord tal-kera.", "Qabel ma ġew introdotti l-emendi fl-1993, is-sitwazzjoni kienet li appell minn sentenza tal-bord tal-kera - per eżempju tlabt biex inkeċċi lil xi inkwilin minn post għax ma ħallasx il-kera - jinstema' quddiem tliet imħallfin.", "Imbagħad hawnhekk għidna li mhux sew li f'affarijiet bħal dawn ikun hemm appell quddiem tliet imħallfin.", "Wara kollox dan huwa bord, lanqas huwa qorti.", "U allura dan il-Parlament, unanimament iddeċieda li l-appelli jsiru quddiem imħallef wieħed u b'hekk ikun hemm iktar ċans li jinstemgħu l- appelli.", "Meta jkunu tlieta, daqqa' wieħed ikun imsiefer u daqqa wieħed huwa indispost, mentri b'hekk huwa iktar faċli li jiltaqa'.", "Pero' għal tliet snin sħaħ l-appelli baqgħu jiġu appuntati quddiem it-tliet imħallfin.", "Din hija liġi tal-Parlament pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.", "U terġa' din il-liġi ma kenitx parti mit-300 emenda li saru fl-1995 li tista' taqbiżlek.", "Din kienet emenda ad hoc li kienet saret dwar il-bordijiet amministrattivi bħalma huma l-bord tal-kera u l-bord tat-tiġdid tar-raba'.", "Nistgħu nitgħallmu xi ħaġa minn din l-esperjenza?", "Aħna hawnhekk naħsbu li qegħdin f'istituzzjoni li malli joħorġu l-liġijiet kulħadd għandu jkun jafhom.", "Allaħares naħarbu mill-prinċipju legali li ignorance of the law is no excuse, għax inkella kulħadd jgħidlek li ma qarax il-Gazzetta tal-Gvern!", "Ma nistgħux ngħidu li dawk li qraw il-Gazzetta tal-Gvern ikunu marbutin u dawk li ma qrawhiex nagħtuhom vantaġġ li jistgħu ma josservawx il-liġi.", "Għalhekk tajjeb li c-channel ta' komunikazzjoni bejn dan il-Parlament u l- qrati jitjieb.", "Madam Speaker, il-Ministru qed jgħidli biex nagħmel suġġeriment dwar dan.", "Forsi din irridu niddiskutuha iktar, imma allura r-reġistratur m'għandux obbligu li meta niġu biex niddiskutu l-istruttura tal-qrati, jinforma lill- imħallfin ukoll li l-affarijiet ikunu nbidlu?", "Wara kollox konna għamilna emenda tajba li meta l-qrati jiddeċiedu li ċerti liġijiet li nagħmlu aħna jkunu kontra l-Kostituzzjoni, dawn iridu jinformawna u jiddepożitaw kopja tas-sentenza ma' l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati biex aħna nkunu nafu x'qed jagħmlu huma.", "Jiġifieri jistgħu jiġbdulna widnejna u jgħidulna li xi liġi tikser il-Kostituzzjoni u jagħtuna messaġġ biex dik il-liġi nbiddluha.", "Nisperaw issa li meta aħna ngħaddu liġijiet dwar tibdil fl-istruttura tal- qorti ikun hemm min min-naħa l-oħra jirċievi l-messaġġ tagħna, għax inkella jibdew isiru dawn it-tip ta' żbalji u mbagħad ikollna nerġgħu niġu quddiem dan il-Parlament biex nissanaw dawn il-liġijiet.", "Kien hemm min qal li ma kienx hemm bżonnha din l-emenda għaliex ġaladarba tidher quddiem qorti tkun issottomettejtha għall-ġurisdizzjoni tagħha u sta għall-partijiet stess li qajmu l-eċċezzjoni li dik il-qorti m'hijiex kostitwita legalment.", "Naturalment kienu ħafna n-nies li stennew biex jaraw kif se tkun is-sentenza; jekk se tiġi favur tagħhom jagħlqu ħalqhom u jekk tiġi kontra tagħhom jibdew jgħidu li l-qorti hija kostitwita illegalment.", "Id-dinja hekk hi magħmula.", "Ħadd m'hu se jqajjem eċċezzjoni legali ħlief għall-interess personali tiegħu, għalkemm messa tqajmet dik l-eċċezzjoni fl- ewwel seduta ta' l-appell.", "Naħseb li għalkemm strettament din l-emenda m'hemmx bżonnha, ikun tajjeb - u l-Oppożizzjoni mhijiex se topponi - li nagħmlu l-affarijiet ċari ħalli ħadd ma jivvantaġġa ruħhu minħabba żball li la huwa tal-gvern u lanqas ta' dan il-Parlament.", "Huwa żball tal-qrati magħmulha minn bnedmin li jiżbaljaw ukoll.", "Ħadd m'għandu jivvantaġġa ruħhu minħabba żball tekniku li jkun għamel imħallef.", "Dak li jkun għal bżonn ikun ilu sitt snin jistenna deċiżjoni tal-qrati, jirbaħ il-kawża u meta mbagħad jiġi għall-eżekuzzjoni tas-sentenza jgħidulu li l-każ reġa' nfetah għax il-Qorti ta' l-Appell li tat is-sentenza flok bi tlieta missha kienet kostitwitha b'wieħed!.", "Naħseb din kienet tkun unfair ħafna u allura tajjeb li qegħdin nissanawha.", "Issa jekk nissanawhiex b'xi sentenza twila bħal din li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi, inħalliha f'idejn in-naħa tal-Gvern li tieħu l-aħjar pariri!", "Madam Speaker, qed tiġi ntrodotta emenda li l-Oppożizzjoni taqbel magħha dwar appelli kriminali min Qrati Inferjuri.", "Illum is-sitwazzjoni hija li l- maġġoranza kbira tal-kawżi kriminali ma jiġux deċiżi b'ġuri, kuntrarjament ta' dak li jaħsbu ħafna nies li jaraw irrapportat fil-gazzetti l-iktar proċessi kriminali li jispiċċaw quddiem ġuri.", "Mill-inqas 75% - biex ma ngħidx iktar - tal-każijiet kriminali li jidhru quddiem il-qorti, jiġu deċiżi mill-Qrati tal-Maġistrati.", "Gvern wara l-ieħor f'dan il-Parlament estenda l-kompetenza tal-Qrati tal-Maġistrati.", "Illum, reati sa għaxar snin ħabs - li tista' tgħid ikopru l-maġġoranza kbira tar-reati - jiġu deċiżi mill Qrati tal-Maġistrati.", "Veru li l-akkużat għandu d-dritt li jmur quddiem ġuri imma ħafna drabi l-imputat jippreferi li l-każ tiegħu jiġi deċiż b'inqas pubbliċita' u forsi b'iktar informalita' mill-Qrati tal- Maġistrati milli meta jmur quddiem ġuri.", "Issa meta jsir appell minn dawn it-tip ta' kawżi quddiem il-Qrati tal-Maġistrati, li l-massimu tal-piena hija ta' għaxar snin, l-appell isir quddiem imħallef wieħed.", "Din tiltaqa' fil-Belt.", "Għal-reati li jsiru f'Għawdex - mhux għal reat li Għawdxi jagħmel f'Malta, imma għal reat li xi ħadd Għawdxi jew Malti jikkometti f'Għawdex - qabel kienet li biex jappella jrid jiġi Malta.", "Issa hawnhekk qed jiġi propost li għas-smigħ ta' appelli min deċiżjonijiet tal-Qrati tal- Maġistrati f'Għawdex bħala Qorti Ġudikatura Kriminali, il-Qorti ta' l- Appell għandha żżomm is-seduti tagħha f'Għawdex.", "Madam Speaker, jiena fittixt jekk qabel kienx hemm xi rekwiżit li l-Qorti ta' l-Appell Kriminali f'sede inferjuri bilfors trid tiltaqa' f'Malta.", "Din ma sibthiex.", "Jiġifieri fl-opinjoni tiegħi, dawn dejjem kellhom id-dritt li seduta tal-Qorti ta' l-Appelli Kriminali, sede inferjuri - li tiġi komposta min imħallef wieħed u mhux minn tliet imħallfin - tinżamm f'Għawdex.", "Naħseb ma kien hemm xejn xi jżommu għax din kienet ħaġa newtrali, la tgħid li ma tistax u lanqas tgħid li tista'.", "Ara l-Qorti tal-Maġistrati t'Isfel, dik bilfors trid tiltaqa' l-Belt, f'każ ta' reati li jsiru Malta u Victoria f'każ ta' reati li jsiru f'Għawdex.", "Bi ftit fantasija, l-imħallfin setgħu jisimgħu l-appelli ta' l-Għawdxin f'Għawdex pero' naturalment, fejn tonqos il-fantasija tal-qrati jrid jidħol l-intervent tal-leġislatur.", "Naħseb li dan huwa proċess li qed ikompli ma proċess li kien diġa' beda taħt l- amministrazzjoni preċedenti meta konna pprovdejna biex appelli ċivili sa Lm1000 jsiru wkoll Għawdex.", "Din kienet emenda li kienet introduċiet l- amministrazzjoni preċedenti.", "Issa din qed tiġi estiża - u aħna naqblu magħha wkoll - li anke kriminalment - issa mhux aktar f'kawżi ċivili imma f'kawżi kriminali - l-appelli jsiru f'Għawdex stess.", "Naturalment jiġi mħallef minn Malta għax safejn naf jien m'hemmx imħallef li jgħix Għawdex.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li tkompli t-trend li kienet bdiet l- amministrazzjoni preċedenti.", "Mhux qed ngħid hekk għaliex aħna żewġ pajjiżi flok pajjiż wieħed imma dan id-daqsxejn baħar jista' jkun ta' ostaklu.", "Xi kultant huwa ostaklu tajjeb għaliex b'hekk ċerti tradizzjonijiet jibqgħu iktar minn ċerti tradizzjonijiet oħra li qed nitilfu aħna, imma għal min irid jaqsam kuljum għax-xogħol u għal dawk li jkunu jridu jużaw il-qrati f'servizzi li huma offruti biss f'Malta, naħseb li din hija ħaġa tajba u se ttejjeb il-pożizzjoni ta' sħabna l-Għawdxin.", "Taħt l-amministrazzjoni preċedenti jien - li ma kontx ministru tal- ġustizzja iżda kont ministru ta' l-intern; dan mhux xi sigriet - kont ktibt lill-Avukat Ġenerali sabiex wieħed ikun jista' jagħmilha iktar faċli għall- prosekuzzjoni f'ċerti każi li tipprova l-każ tagħha.", "Jidhirli li anke fil- programm elettorali tagħna konna għidna li għandna nsaħħu - b'rispett sħiħ lejn il-Kostituzzjoni ta' Malta - il-pożizzjoni tal-prosekuzzjoni fil- proċeduri.", "Hawnhekk hawn linja rqiqa ħafna li tissepara dak li hu ġust minn dak li huwa inġust fil-proċedura.", "Irridu noqogħdu attenti ħafna li meta nsaħħu l-pożizzjoni tal-prosekuzzjoni, dan nagħmluh b'rispett għad- dritt fundamentali ta' smigħ xieraq.", "Jekk insaħħu żżejjed il-qagħda tal- prosekuzzjoni, dan isir bi preġudizzju għall-parti l-oħra li hija d-difiża.", "Issa dan il-provvediment qisu ġie pprovokat minn sentenza li kienet ġiet deċiża fid-19 ta' Awissu, 1996.", "Qed nirriferi għall-każ deċiż mill-Qorti ta' l-Appelli Kriminali fil-kawża Repubblika ta' Malta vs Edwin Bartolo.", "Fil-qosor ħafna, il-qorti qalet li x-xhieda li tingħata mhux quddiem ġuri f'każ ta' xi ħadd li jittella' quddiem ġuri m'hijiex prova fiha nnifisha.", "Per eżempju, xi ħadd jixhed li ra lil xi ħadd jispara, jiġifieri kellek tentattiv ta' omiċidju.", "F'dan il-kas, il-probabbilta' hi li dak ix-xhud jixhed fl-inkjesta quddiem il-maġistrat.", "L-ewwel il-maġistrat inkwerenti jmur fuq is-sit biex jara l-affarijiet - the scene of the crime - imbagħad jibda jisma' x-xhieda.", "Ħafna drabi jibda jisma' x-xhieda fl-assenza ta' l- akkużat għax sa dak il-mument ma jkunx hemm akkużat peress li jkun għadu ħadd ma ġie akkużat il-qorti.", "Mela jibda jinterroga jew jistaqsi domandi lil dik il-persuna li rat l-isparatura ssir.", "Jista' jkun hemm persuna sospettata imma m'hemmx persuna akkużata u ħafna drabi dik il-persuna ma tkunx preżenti waqt l-inkjesta.", "Jista' jkun li jkun sar reat quddiem in- nies u dak li jkun jiġi arrestat dak il-ħin.", "F'dan il-kas, l-akkużat jista' jkun preżenti, imma ħafna drabi ma jkunx preżenti waqt l-inkjesta.", "Dan huwa l-ewwel stadju, l-istadju ta' l-inkjesta, fejn ħadd għadu ma ġie akkużat il-qorti; qiegħda biss issir inkjesta biex jaraw x'ġara u ma ġarax u biex il-maġistrat inkwerenti jasal għad-deċiżjoni jekk għandux jittella' xi ħadd il-qorti.", "Din l-inkjesta tista' ddum is-snin.", "Meta mbagħad ikun hemm provi biżżejjed wara l-inkjesta biex jittella' xi ħadd il-qorti, meta jkun każ serju bħalma kien dak ta' ir-Repubblika vs Bartolo - li kien każ ta' tentattiv t'omiċidju - allura l-persuna tiġi akkużata quddiem il-qorti pero' ma tiġix akkużata mill-ewwel quddiem il-Qorti Kriminali - trial by jury - imma tgħaddi kumpilazzjoni.", "Fil-kumpilazzjoni jinġabru l-provi għan-nom tal-prosekuzzjoni u anke għan- nom tad-difiża.", "Mela l-ewwel kellna l-inkjesta issa għandna l-kumpilazzjoni u mbagħad wara jkollna t-trial by jury.", "Fil-kumpilazzjoni l-akkużat ikun preżenti.", "Veru li ħafna drabi d-difiża ma tistaqsix domandi biex ma tikxifx l-istrateġija tagħha imma d-difiża għandha dritt li anke tagħmel kontro- eżami.", "Għandha d-dritt ittella' x-xhieda tagħha stess fl-istadju tal- kumpilazzjoni.", "Ħafna drabi l-avukat difensur ma jtellax il-provi tiegħu f'dak l-istadju, iħalliha bħala l-aħħar pedina meta mbagħad jitla' fil- ġuri.", "Pero' fl-istadju tal-kumpilazzjoni, kuntrarjament għall-istadju ta' l-inkjesta, l-akkużat ikun preżenti u jisma' ix-xhieda kontra tiegħu u jkollu wkoll id-dritt jistaqsi domandi lix-xhieda li jixhdu kontra tiegħu.", "Niġu issa għalI-istadju tat-trial by jury.", "F'dan l-istadju, bil-liġi, huwa obbligu tal-prosekuzzjoni li x-xhieda kollha li xeħdu fl-inkjesta u fil-kumpilazzjoni jridu jerġgħu jixhdu fil- proċess li jsir quddiem il-ġurati.", "Il-prosekuzzjoni - ħlief f'ċerti każi eċċezzjonali - ma tistax tgħid li m'hemmx bżonn li jittella' xi xhud għax diġa' jkun xehed fil-kumpilazzjoni.", "Trid ittellgħu bilfors u jekk ma ttellgħux il-prosekuzzjoni tista dejjem ittellgħu d-difiża.", "Huwa obbligu tal-prosekuzzjoni li kull xhud li tela fil-kumpilazzjoni jittella' jixhed fil-ġuri.", "Dan sakemm ma jkunx miet jew ħarab.", "F'dak il-każ, ix-xhieda li jkun hemm fil-kumpilazzjoni tinqara.", "Mill-bqija x-xhieda trid issir viva voce.", "L-idea hi li biex ġurat jiddeċiedi jekk xhud huwiex qed jgħid il- verita' jew le, bħala regola jrid jara lix-xhud.", "Kif tista' tiddeċiedi jekk bniedem huwiex jigdeb jew le jekk ma taraħx?", "Ħafna drabi l-calls li jsiru fuq kwalunkwe suġġett jgħidu li aħjar tmur tħabbat bieb bieb u tistaqsi domanda speċifika milli ċċemplilhom lin-nies.", "Ħafna drabi meta bniedem iċċempillu mhux qiegħed tara l-espressjoni ta' wiċċu u mhux qed tara l-mod kif iġib ruħhu, jekk ikunx eċċitat jew le.", "Allura ma tkunx tista' tagħti ġudizzju jekk huwiex qiegħed jigdeb jew le.", "Meta tiltaqa' miegħu tista' forsi tiġih is-suġġezzjoni li għax qed jarak quddiemu ma jgħidx xi ħaġa li ma tkunx minnha.", "Imma bħala regola, mill-esperjenza tiegħi fil-qorti, meta jixhed quddiem il-parti l-oħra, dak li jkun joqgħod iktar attent li jgħid il-verita' għax ikun hemm min jikkontestah.", "Madam Speaker, kienet qed tqum il-problema li xhud fl-inkjesta jgħid li ra lill-persuna tispara bir-revolver f'idejha, fil-kumpilazzjoni jerġa' jgħid l-istess, u wara xi sitt snin - jew f'dan il-każ 13-il sena - jitla' jixhed quddiem il-ġuri u jbiddel il-verżjoni u jgħid li ma kienx hu.", "Issa l-problema f'dan il-każ kienet jekk l-Imħallef li qed jippresjedi l-proċess bil-ġuri jistax jinjora dak li xehed ix-xhud quddiemu u jaċċetta l-verżjoni ġuramentata ta' dak ix-xhud fil-każ ta' l-inkjesta u tal-kumpilazzjoni.", "Il- kumpilazzjoni tkun iktar qrib l-inċident mill-ġuri, li jsir snin wara.", "L- Imħallef jista' jistrieħ biss fuq ix-xhieda ġuramentata li tkun ingħatat fl- inkjesta jew fil-kumpilazzjoni?", "Il-Qorti ta' l-Appelli Kriminali f'sentenza erudita u interessanti ħafna qalet li ma tistax toqgħod fuq ix- xhieda - anke jekk ġuramentata - li tkun saret fl-inkjesta jew fil- kumpilazzjoni.", "Li tista' hu li tuża dik ix-xhieda biex tikkontrolla lix- xhud li qed jixhed quddiem il-ġuri.", "Tista tgħidlu li 13-il sena ilu, meta l-memorja kienet iktar friska, kien xehed li r-revolver kien f'idejh.", "Allura l-qorti tista' ma temminx lix-xhud li ġie quddiemha fil-ġuri għaliex qabel ikun għamel dikjarazzjonijiet kuntrarji minn dak li qed jgħid illum.", "Il-qorti qalet li tista' tuża x-xhieda tal-kumpilazzjoni u ta' l-inkjesta biex tikkontrolla lill-istess xhud pero' s'hemm tista' tasal.", "L-imħallef ma jistax jgħid li mhux se jemmen ix-xiehda tal-ġuri u minflok jaċċetta x- xhieda tal-kumpilazzjoni u ta' l-inkjesta.", "Madam Speaker, issa jidhirli li l-qorti stess, b'din id-deċiżjoni - li bil-konsegwenza tagħha l-akkużat ġie lliberat - qisha tat botta lil- leġislatur biex jagħmel xi ħaġa dwar din is-sitwazzjoni.", "Jiġifieri għalkemm ikkonkludiet li din hija s-sitwazzjoni legali, wara li kkwotat sentenzi Maltin u anke sentenzi barranin, donnu bagħtet messaġġ lill-Parlament u se naqra dan il-messaġġ x'inhu.", "Naturalment dan mhux messaġġ formali imma huwa messaġġ indirett li qiegħed fis-sentenza:", "\"Indipendentement minn dan kollu din il-Qorti, bħala Qorti ta' Appell, għandha l-funzjoni li tara u tassigura li mhux biss tiġi applikata l- liġi kif inhi ...\"", "- il-kliem \"kif inhi\" qiegħed underlined; il-qortima qalitx \"kif suppost tkun\" jew \"kif għandha tkun\", iżda qalet \"kif inhi\" -", "\".... iżda li dan isir korrettement.\"", "Aside, il-Qorti ta' l-Appell qalet ukoll:", "\"U diffiċli għal min irid jiġġudika, li jwarrab kompletament minn moħħu l-effetti ta' dak li jkun sema' li ġie ddikjarat f'okkażjoni preċedenti u bil-ġurament ukoll bħallikieku qatt ma ntqal.", "Huwa faċli wkoll li fl-apprezzament globali din ir-retroxena tħalli l-effett tagħha\"", "Jiġifieri qed tgħid li vera li l-liġi tgħid hekk, imma kif tista' l-Qorti ta' l-Appell jew il-Qorti Kriminali tinjora dak li ntqal b'ġurament fi stadju ta' inkjesta u fil-kumpilazzjoni.", "Jiġifieri għalkemm qalet li dawn m'humiex provi għax il-liġi hekk għandha tiġi nterpretata, fl-istess ħin bagħtet il-messaġġ lill-Parlament li missu jsir xi ħaġa dwar dan il-każ.", "Fil-każ ta' ir-Repubblika vs Bartolo, il-qorti kompliet tgħid:", "\"F'dan il-każ, dawn iż-żewġ fatturi u ċioe', ir-riġidita' tar-regola msemmija ...\"", "- dan huwa kliem tal-qorti li qiegħda tgħid li din ir-regola forsi hija riġida wisq -", "... u l-fatt li l-iktar persuna li flimkien mas-soċjeta' u l-akkużat kellha interess li ssir ġustizzja fil-konfront tagħha peress li kienet il-vittma, għażlet li tbiddel il-verżjoni tagħha għal dik li hija identifikazzjoni ta' l-aggressur u baqgħet issostni l-aħħar pożizzjoni li ħadet, għandhom valur determinanti bil-konsegwenzi legali li ssemmew.", "Jiġifieri qalet li fl-aħħar mill-aħħar hija obbligata li taċċetta l-aħħar verżjoni tax-xhud quddiem il-ġuri għax ma tistax tistrieħ fuq x'qal fl- istadju tal-kumpilazzjoni.", "Pero' l-Qorti ta' l-Appell Kriminali xorta waħda ddefiniet din ir-regola bħala waħda riġida żżejjed.", "Madam Speaker, issa hawnhekk qed jiġi propost li bħala regola x-xhieda, kemm fl-istadju ta' l-inkjesta kif ukoll fl-istadju tal-kumpilazzjoni, jiġu aċċettati bħala prova.", "Ma jfissirx li għax jiġu aċċettati bħala prova jridu bilfors jiġu emmnuti.", "Hemm differenza bejn jekk xhieda hijiex ammissibbli jew jekk xhieda hijiex emmnuta.", "Jista' jkun li jien bħala mħallef niddeċiedi li xhieda għandha tiġi ammessa għax m'hijiex irrelevanti pero' imbagħad ma nemminhiex.", "Jiġifieri li qed jiġi propost hawnhekk mhuwiex li mħallef irid joqgħod fuq ix-xiehda tal-kumpilazzjoni imma li jkollu dritt li jistrieħ fuq ix-xiehda tal-kumpilazzjoni Dik ix-xhieda mhux biss jista' jużaha biex jikkontrolla ix-xhud fl-istadju tal-ġuri, imma l-ġurati jistgħu jinjoraw kompletament dak li jgħid ix-xhud fil-ġuri u jaċċettaw dak li jgħid ix-xhud fil-kumpilazzjoni", "Ikolli ngħid li fil-każ ir-Repubblika vs Bartolo din il-problema qamet għax għalkemm dak kien każ li jista' jitla' quddiem ġuri l-akkużat għażel li jiġi deċiż minn imħallef waħdu.", "Hemm rimedju eċċezzjonali ħafna, li ftit jużawh, li bih l-akkużat minflok jagħżel li l-proċess tiegħu jiġi deċiż b'ġuri mill-Qorti Kriminali - dik li għandha s-sede tagħha fuq - jibqa' kollox l-istess imma ma jkunx hemm ġurati.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin dan ir-rimedju ntuża xi tliet darbiet biss għax f'ħafna każijiet serji li bilfors iridu jmorru quddiem ġuri, l-akkużat ġeneralment jippreferi li l-każ tiegħu jiġi deċiż minn ċittadini bħalu milli jiġi deċiż minn persuna tal-liġi biss.", "F'dan il-każ l-akkużat għażel li l-każ tiegħu jiġi deċiż mill-imħallef.", "Meta jiġri hekk is-sentenza trid tkun motivata, jiġifieri l- imħallef ma jgħidx biss li l-akkużat mhux ħati, jew l-akkużat ħati, imma jrid jgħid l-akkużat ħati għax sema' x-xhieda u lil wieħed emmnu u lill- ieħor m'emmnux.", "Fil-każ ta' Bartolo, peress li ma kienx hemm ġuri, il- motivazzjoni għaliex l-imħallef sab lill-akkużat ħati kienet miktuba fis- sentenza u l-Qorti ta' l-Appell Kriminali qalet li l-motivazzjoni kienet żbaljata għax l-imħallef ħa in konsiderazzjoni x-xiehda tal-kumpilazzjoni bħala prova, mentri dik ma setax jagħmilha.", "Seta' jagħmilha biex jikkontrolla x-xhud imma ma setax jużaha bħala prova.", "Kieku kien każ ta' ġuri, meta l-prim ġurat joħroġ bil-verdett ma jgħidx li sabu lill-akkużat ħati għax aċċettaw il-verżjoni tas-Sur Debono u m'aċċettawx il-verżjoni tas- Sur Micallef, imma jaqbad u jgħid il-verdett li b'sitta kontra tlieta sabu lill-akkużat ħati.", "GĦalhekk kieku l-akkużat fir-Repubblika vs Bartolo għażel li jmur quddiem ġuri, il-ġurati kienu joħorġu bil-verdett ta' ħati jew mhux ħati u ma kenitx tinqala' din il-komplikazzjoni kollha.", "Li qed jinkwetani daqsxejn huwa l-fatt li sakemm xhud jixhed fil- kumpilazzjoni quddiem akkużat u jerġa' jixhed quddiem il-ġurati wkoll - għax nerġa' nirrepeti li l-fatt li jixhed fil-kumpilazzjoni ma jfissirx li ma jixhedx quddiem il-ġurati, anke bl-emenda kif inhi - ix-xiehda tal- kumpilazzjoni tkun tista' tiġi aċċettata biss, ħlief f'każijiet eċċezzjonali, jekk ix-xhud li jkun xehed fil-kumpilazzjoni bil-ġurament quddiem l-akkużat jerġa' jixhed fil-ġuri.", "Ir-raġuni hija proprju għaliex l-apprezament tal-provi u tax-xiehda jiddependu anke mill-aġir tax-xhud quddiem il-ġurati.", "Ħafna drabi, anke minn kif jirrispondik xhud, tkun taf jekk hux qed jipprova jaħbi xi ħaġa għax meta tistaqsih jekk għamilx hekk u hu minflok jgħidlek \"le\" jistaqsik: \"Imma inti għandek prova?\", ikun qed juri li qisu veru għamel hekk imma m'hemmx prova li għamel hekk.", "Hemmhekk diġa' jkun qed juri li mhux qed jgħid il-verita'.", "Jiġifieri Allaħares naslu f'sitwazzjoni li xiehda fil-kumpilazzjoni tiġi aċċettata mingħjar ma dak ix-xhud li jkun xehed dik il-ħaġa fil-kumpilazzjoni jerġa' jixhed quddiem il-ġurati għax allura nistgħu ma nagħmlux il-proċess bil-ġuri u noqogħdu naqraw ix-xiehda tal-kumpilazzjoni u mbagħad nisimgħu x-xhieda tad- difiża.", "Li jipperturbani ftit u li nixtieq nistaqsi huwa jekk għandhiex tiġi aċċettata bħala prova x-xiehda fl-inkjesta li tkun saret fl-assenza ta' l-akkużat, anke jekk dak ix-xhud li jkun xehed fl-inkjesta se jerġa' jixhed fil-preżenza ta' l-akkużat fil-kumpilazzjoni u fil-ġuri.", "Hawnhekk hawn żewġ livelli ta' kritika.", "L-ewwelnett wieħed jista' jgħid li dan imur kontra l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u anke kontra l-Kostituzzjoni ta' Malta li jgħidu li l-akkużat irid ikun preżenti fil-proċess kollu.", "Hawnhekk m'aħniex l-Universita' fil-Fakulta' tal-Liġi u allura mhux se nagħmel lecture dwar jekk din tmurx kontra l-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea jew le.", "Jiena wasalt għall-konklużjoni li ma tmurx kontra għal żewġ raġunijiet.", "L- ewwelnett il-Konvenzjoni Ewropea hija biss liġi, mhijiex qiegħda fil- Kostituzzjoni, imma jekk aħna nagħmlu liġi li tmur kontra l-Konvenzjoni Ewropea, jekk issir wara l-Konvenzjoni Ewropea tirbaħ il-liġi li nkunu għaddejna hawnhekk mill-Parlament.", "Allura jifdal il-Kostituzzjoni ta' Malta fejn wieħed jista' jargumenta li vera li fl-inkjesta l-akkużat ma kienx preżenti meta xehed ix-xhud, pero' x-xhud jerġa' jixhed imbagħad quddiem l-akkużat fil-ġuri u fil-kumpilazzjoni.", "Mela kif qed jiġi propost dan il-provvediment mhux neċessarjament imur kontra d-dritt fundamentali tas-smigħ xieraq f'kawżi kriminali.", "Wieħed jista' jagħmel argumenti kemm favur u kemm kontra.", "Pero' ma jfissirx li għax dan ma jiksirx il- Kostituzzjoni u ma jiksirx il-Konvenzjoni Ewropea allura dan għandna neċessarjament naċċettawh hawnhekk.", "Hemm ċerti affarijiet li huma inġusti li għalkemm ma jiksrux il-Kostituzzjoni għandna nirrimedjawhom aħna jew m'għandniex nipproponuhom aħna.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onor. Borg, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nipproponi li l-Onor.", "Tonio Borg ikompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE BORG: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Tonio Borg ikompli jinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Il-problema hija jekk ix-xiehda fl-inkjesta li ma tkunx saret quddiem l-akkużat għandhiex titqies bħala prova.", "Veru li l- kumpilazzjoni m'huwiex il-proċess - għax il-proċess isir quddiem il-ġuri - imma fil-kumpilazzjoni jkun hemm l-akkużat u l-avukat tiegħu preżenti.", "Fl- inkjesta ma jkun hemm preżenti la l-persuna akkużata - għax ma tkunx għadha ġiet akkużata peress li għadu stadju ta' inkjesta - u lanqas ma jkun hemm preżenti l-avukat tal-persuna li tkun qed tiġi ssuspettata.", "GĦalhekk ikun għaqli, anke jekk ma tiksirx il-Kostituzzjoni ta' Malta u anke jekk ma tiksirx il-Konvenzjoni Ewropea, li noqogħdu iktar attenti f'dan il-każ u l- proces-verbal jista' jkun bħala prova għar-rigward dokumenti li jiġu esebiti imma mhux għar-rigward xhieda, anke jekk dawk ix-xhieda jixhdu iktar tard fil-kumpilazzjoni u fl-istadju tal-ġuri.", "Emenda oħra li qed issir li forsi nistgħu nipperfezzjonawha iktar fl- istadju tal-kumitat u nestenduha ftit hija li ċerti ċertifikati li joħorġu minn tobba fihom innifishom ikunu provi fi proċess kriminali.", "Hawn Malta hawn għaxar distretti tal-pulizija, u allura fil-Qorti Kriminali tal- Maġistrati jkun hemm għaxar seduti tad-distrett - Birkirkara għaliha, il- Ħamrun għalih, Ħal Qormi għalih, Bormla għaliha - u faċilment kwart tal- kawżi kollha pendenti quddiem il-maġistrati - bejn wieħed u ieħor ikunu xi 50 - ikunu kollha każijiet fejn wieħed kellu argument ma' ieħor, jew tnejn iġġieldu fit-triq, wieħed ta daqqa ta' ponn lill-ieħor u għamillu tbenġila.", "Peress li l-Kodiċi Kriminali jirrikjedi l-aħjar prova u sakemm tittella l-qorti l-persuna li tkun tat id-daqqa ta' ponn it-tbenġila tkun marret, u allura trid il-prova li saret il-ferita ta' natura ħafifa, nispiċċaw intellgħu lit-tobba jistennew fil-kurituri tal-qorti - li diġa' huma mballati b'nies li għandhom interessi differenti fil-proċessi kriminali li jkunu għaddejjin - u minflok ma dawn imorru jaraw il-pazjenti u jaqdu l-komunita' joqogħdu hemmhekk sempliċement biex jikkonfermaw iċ- ċertifikat li jkunu ħarġu ħmistax-il ġurnata qabel.", "Issa ħalliha li jkunu nsew x'kitbu ħmistax-il ġurnata qabel!", "Allura hawnhekk qed jiġi propost li ċ-ċertifikat fih innifsu jkun prova.", "Naturalment jekk l-akkużat qiegħed jikkontesta ċ-ċertifikat ikollu dritt itella' lit-tabib ħalli jagħmillu l- kontro-eżami għax il-Kostituzzjoni tgħid li l-akkużat għandu dritt jagħmel il-kontro-eżami ta' kull xhud li jittella' kontra tiegħu.", "Hawnhekk qegħdin nipproponu li ċ-ċertifikat jitpoġġa bħala dokument biex kemm jista' jkun inħaffu l-proċeduri tal-qorti, pero' hawnhekk ma jgħidx li ċ-ċertifikat għandu jkun ġuramentat.", "Ma nafx jekk aħniex se nikkomplikaw is-sitwazzjoni ż-żejjed, pero' jista' ċertifikat li ma jkunx ġuramentat jikkostitwixxi prova f'proċess kriminali?", "Jien naħseb li m'hemm xejn fil-Kostituzzjoni tagħna li jipprojbixxi li ċertifikat li mhux ġuramentat jikkostitwixxi prova.", "Imma ladarba fil- proċess kriminali kollox huwa ġuramentat, ikun iktar għaqli li jsir affidavit.", "Bħalma jsir fil-kawżi ċivili, hekk ukoll fil-każ ta' ċertifikat li jkun jidher li ġie maħruġ minn tabib reġistrat dwar l-eżami fuq xi persuna, sew jekk ħajja jew mejta, basta jkun ġuramentat - inżid jien - jista' jinġieb bħala prova u, sakemm ma jiġix pprovat il-kuntrarju, għandu jkun prova tal-kontenut tiegħu.", "Jien naħseb li din hija emenda tajba, basta ċ-ċertifikat ikun ġuramentat.", "Imma ma nafx għaliex iċ-ċertifikati tat-tobba biss se jiġu ammessi bħala prova, skond l-emenda.", "Filwaqt li f'subartiklu 646(7), kif propost fi klawsola 3, id-dentisti m'humiex inklużi biex jagħmlu ċ-ċertifikat bħala prova, pero' mbagħad f'subartikolu 646(8), li jitkellem dwar il-proces-verbal iċ-ċertifikati tad- dentisti qed jiġu aċċettati bħala prova.", "Dan kien żball fis-sens li nqabeż, għax meta ngħidu x'jikkostitwixxi bħala prova nsemmu biss iċ- ċertifikati tat-tobba, imma meta ngħidu x'jikkostitwixxi bħala prova fil- proces-verbal jissemmew id-dentisti wkoll.", "Infatti subartiklu 646(8), kif propost fi klawsola 3, jgħid:", "\"Ix-xiehda ta' tabib reġistrat jew kirurgu dentali reġistrat annessa ma' proces-verbal, jew ta' tabib jew kirurgu dentali bħal dak li jkun ġie mismugħ matul il-kompilazzjoni dwar l-eżami tiegħu dwar xi persuna, sew jekk ħajja sew jekk mejta,\"", "tista' tinġieb bħala prova.", "GĦaliex id-dentisti ġew esklużi minn subartiklu 646(7) u ġew inklużi f'subartiklu 646(8)?", "Madam Speaker, naħseb li għalkemm id-direzzjoni ġenerali hija pożittiva rridu noqogħdu attenti li għalkemm insaħħu l-pożizzjoni tal-prosekuzzjoni ma nsaħħuhiex a skapitu żejjed tad-difiża, speċjalment f'dik li hija xiehda li ssir fl-assenza ta' l-akkużat matul l-inkjesta.", "Hemm xi affarijiet oħra li tajjeb li fl-istadju tal-Kumitat nestenduhom ħalli ma jkunx hemm nies li jitilgħu l-qorti għalxejn - għax li tidħol għal xi ħaġa importanti huwa sens ċiviku tiegħek - speċjalment nipprovaw nevitaw li t-tobba u d- dentisti jitilgħu għalxejn quddiem il-qorti.", "I look forward li fl-istadju tal-Kumitat ikun hemm proposti anke min-naħa ta' l-Oppożizzjoni biex fejn nistgħu nħaffu l-proċess mingħajr ma nnaqqsu d-dritt tas-smigħ xieraq.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "José Herrera.", "ONOR.", "JOSÉ HERRERA: Madam Speaker, nifraħ lill-Onor.", "Tonio Borg għad- diskors li għadu kif għamel u jkolli nammetti li, bħala prattikant fil- qorti, naqbel ma ħafna minn dak li qal, speċjalment fuq ċerti affarijiet li semma fil-kamp kriminali.", "Inħoss li qajjem ħafna punti saljenti li naqbel magħhom u se niddiskutihom iktar 'il quddiem.", "Kelli wkoll okkażjoni niddiskutihom mal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, li qabel miegħi fuq ċerti aspetti u nemmen li fl-istadju tal-Kumitat se jitressqu xi emendi.", "Ma naħsibx li se jkun hemm wisq konfliġġenza fuq ħafna aspetti tal- liġi għax ilkoll nafu li kien hemm ċerti affarijiet li kellhom isiru minħabba s-sitwazzjoni kif inhi.", "Ħalli nibdew billi naraw l-emenda, kif proposta f'subklawsola (1) ta' klawsola 2 ta' l-abbozz taż liġi li għandna quddiemna.", "Fl-1993 kienet saret emenda biex l-appelli li jsiru mill-bord tal-kera jew mill-bord tal-qbiela minflok li jiġu ttrattati mill-Qorti ta' l-Appell kolleġġament ippreseduta, kif kien isir qabel, jibdew jinstemgħu quddiem imħallef wieħed.", "Fil-fatt l-appelli inferjuri tal-maġistrati jinstemgħu quddiem imħallef wieħed u allura ma kienx hemm raġuni għaliex l-appelli minn quddiem il-bord tal-kera jew il-bord tal-qbiela kellhom jibqgħu jinstemgħu qishom kienu xi sentenzi mogħtija mill-Qorti Superjuri.", "Naħseb li kif kienu l-affarijiet ftit kien jagħmel sens u allura kienet saret dik l-emenda.", "Ovvjament l-iskop kien biex jiffaċilitaw ruħhom l-affarijiet u jkun hemm iktar ħeffa fil-qrati għax ma jkollokx dejjem l-istess imħallfin li jikkomponu l-appell imma jkollok imħallef wieħed li qed jisma' ċerti appelli u b'hekk intaffu mill-piż tal-Qorti ta' l-Appell u jkollna l-istess kwalita' ta' ġustizzja.", "Naħseb li dik l-emenda li saret fl-1993 kienet għaqlija u tajjeb li wieħed iħaddimha.", "Pero' kien sar żball - mhux tort ta' l-avukati; jien ngħid tort tal-pressjoni tax-xogħol, għalkemm ma nistax nimmaġina kif min-naħa tal-presidenza tal-qorti din setgħet qabżitilhom - għax ma ndunawx bl-emenda fil-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Li tagħmel żball huwa uman u li ma tagħmilx żball huwa divin, jiġifieri kulħadd jagħmel żball.", "Fil-fatt dejjem nitkellmu fuq kemm huwa importanti li jkollna fast justice pero' ma rridux ninsew li, biex verament issir ġustizzja, hija aktar il-kwalita' ta' ġustizzja li tgħodd.", "Xi kultant, minnu nnifsu, proċess irid iż-żmien biex jimmatura, jiġifieri wieħed irid joqgħod attent minn ċerta kritika li l-qrati jdumu u minn emendi li jsiru biex jiffaċilitaw l-affarijiet imma li fil-verita' ikunu qed inaqqsu mill- kwalita' u mill-valur ta' ġustizzja.", "Fil-fatt hekk ġara għax kellna President tal-Qorti li kien iħobb jgħaġġel - mhux qed ngħid li ma kienx jagħti sentenzi tajbin, anzi ħafna minnhom kienu sentenzi tajbin għax ikkreaw konċetti ġodda fil-liġi tagħna - biex jipprova jlaħħaq mal-piż kbir ta' kawżi li kien hemm, anke meta kien imħallef tal-prim' istanza.", "Fil-fatt tant kien jgħaġġel li kien jiżbalja, jew kien jagħti sentenzi tant radikali li l-maġġoranza kbira tagħhom kienu jispiċċaw fl-appell.", "Huwa ċar li hawn sar żball u allura ġejna f'sitwazzjoni fejn mijiet ta' appelli - m'iniex qed nesaġera - li ngħataw wara l-1993, kemm fejn diġa' għandna sentenza u kemm f'każi li għadhom pendenti, setgħu jiġu annullati.", "Jien stess għandi kawżi li rbaħt mill- bord tal-kera, spiċċajt fl-appell u ħadt sentenza li ma nistax nesegwixxi għaliex saru proċeduri oħra mill-kontro-parti fejn qed iwaqqfu l- esekuzzjoni ta' dawk is-sentenzi b'kawżi oħra biex jiddikjaraw dawk l- istess sentenzi nulli.", "Allura ġara li x-xogħol kollu ta' l-appell, f'dak li jirrigwarda appelli mill-bordijiet, waqaf kollu u hemm konġestjoni.", "Allura jekk il-qorti tiddikjara dawk is-sentenzi nulli u min ikun appella jkun tilef il-kawża, x'se jiġri?", "Jekk is-sentenza ta' l-appell tiġi ddikjarata nulla tidħol in vigore is-sentenza tal-bord tal-kera jew tal- bord tal-qbiela u tiġi qisu qatt ma kellu dritt ta' appell.", "Allura kien hemm bżonn urġenti li ssir din l-emenda, li hija wkoll retroattiva, kemm għal sentenzi li ngħataw u kemm għal sentenzi li għadhom pendenti.", "Ovvjament se jkun hemm diffikultajiet għal dawk in-nies li diġa' għandhom sentenza u diġa' bdew proċeduri biex jiddikjaraw dawk is-sentenzi nulli u hemm min se jipprova jappella.", "Jiġifieri din l-emenda mhijiex se tkun daqshekk faċli, lanqas biex ittaffi din il-problema li nħolqot, pero' almenu hemm liġi li se tipprova tilleġittima dak li mhuwiex leġittimu.", "GĦalkemm meta wieħed jara din l-emenda fuq fuq jgħid li mhijiex daqstant rilevanti, din hija salvauomo għall-qorti minħabba l-konfużjoni li nqalgħet wara li ngħataw dawn is-sentenzi.", "Jien naħseb li l-Oppożizzjoni żgur se taqbel ma' din l-emenda għax tapprezza wkoll dan l-istat xejn feliċi li jeżisti fejn jidħlu appelli minn sentenzi tal-bordijiet.", "Madam Speaker, saru emendi wkoll fil-Qorti tal-Maġistrati ta' GĦawdex fil- kamp ċivili.", "Qabel appelli mill-Qorti tal-Maġistrati, sede inferjuri, kienu jinstemgħu quddiem tliet maġistrati kolleġġament ippreseduti u mbagħad fl- 1993 saret l-emenda u bdew imorru jisimgħu l-kawżi Għawdex, filwaqt li l- appelli mill-Qorti tal-Maġistrati GĦawdex, fil-kompetenza tagħha superjuri, kienu jiġu appelli normali quddiem il-Qorti ta' l-Appell f'Malta.", "Issa qiegħda ssir emenda biex l-appelli inferjuri jsiru quddiem imħallef wieħed li jmur GĦawdex hu.", "Din tagħmel sens u hekk jiġri f'Malta għax is-sentenzi tal-maġistrati fil-kamp ċivili ma jinstemgħux minn tliet ġudikanti imma jinstemgħu minn imħallef wieħed.", "U naħseb li hija proposta tajba u ta' min ifaħħarha li imħallef wieħed imur hu stess jisma' l-kawżi GĦawdex biex nevitaw il-hardship li mijiet ta' nies joqogħdu jaqsmu bil-vapur biex imbagħad forsi ma jitilgħux ix-xhieda.", "Fil-fatt għal xi żmien konna bdejna nisimgħu li se jkun hemm imħallef sedenti f'Għawdex imma kif qegħdin nagħmluha issa tagħmel iktar sens għax ma naħsibx li għadu wasal iż-żmien li jkollna imħallef sedenti għal GĦawdex per se, b'popolazzjoni ta' 23,000.", "Pero' l-idea li tintroduċi mħallef għal GĦawdex minflok daħħalniha mill- bieb daħħalniha mit-tieqa u it suits the purpose fine għaliex l-Għawdxin jgorru li l-kawżi fiċ-ċivil qed jagħmluhom Għawdex u mbagħad iridu joqogħdu jiġu Malta biex jagħmlu appell.", "Imma hawn, Madam Speaker, ikolli ngħid li għandna naqra ta' problema li, għalkemm ma semmihiex l-Onor.", "Tonio Borg, se jkolli nsemmiha jien.", "L-appelli mill-Qorti tal-Maġistrati (GĦawdex) fil-kompetenza superjuri tagħhom għamilnihom fl-istess keffa ta' l-appelli mill-Qorti tal-Maġistrati sede inferjuri.", "Hawnhekk se jkollna daqsxejn ta' kuntrast għax l- ewwelnett hemm aspett kostituzzjonali x'wieħed japprezza.", "Meta maġistrat, fil-ġurisdizzjoni tiegħu superjuri jiddeċiedi l-kawżi, allavolja nsejħulu maġistrat, il-ġurisdizzjoni u l-kompetenza tiegħu hija ta' imħallef.", "Issa meta wieħed jara kif inhi komposta l-Qorti ta' l-Appell tagħna, skond il- Kostituzzjoni u aktar u aktar skond il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, naraw illi appelli mill-Qorti Superjuri jridu jiġu ttrattati u deċiżi mill-Qorti ta' l-Appell kolleġġament ippreseduta.", "U għalhekk l-appelli mill-Qorti tal-Maġistrati (GĦawdex), fil-ġurisdizzjoni tagħhom superjuri, kienu jispiċċaw quddiem il-Qorti ta' l-Appell kolleġġament ippreseduta, għax hekk jgħid il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tagħna u hekk għandu jsir.", "Meta issa qed ngħidu li dawn il-każi se jiġu deċiżi quddiem imħallef wieħed - ovvjament il-ħsieb warajha huwa tajjeb - se nkunu qed nikkreaw sitwazzjoni fejn sentenza ta' imħallef qed tiġi reviewed minn imħallef wieħed biss, li m'huwiex il-ħsieb tal- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, u naħseb li lanqas m'hu l- ħsieb tal-Kostituzzjoni.", "Allura jista' jkun hemm konflitt bejn dawn il- liġijiet.", "Jien mhux qed ngħid dan għax ma nemminx li l-liġi għandha tkun hekk, għax at the end of the day se jkollna l-istess kwalita' ta' ġustizzja, imma qed ngħid dan bħala eye-opener għax naħseb li rridu naħsbu biex nagħmlu emenda - almenu s'issa u mbagħad wieħed jara - fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fuq dan l-aspett.", "La qed ngħidu li mill-Qorti Superjuri se jkun hemm appelli li se jiġu ttrattati minn imħallef wieħed, biex ma niġux fl-istess sitwazzjoni li konna ġejna fiha meta l-qrati tagħna bdew jittrattaw l-appelli mill-bord - jiġifieri li at one point in time se jqumlek xi avukat intelliġenti li jkun tilef xi kawża, għalih importanti, u dan jistaqsi kif l-appell tiegħu qed jiġi ttrattat quddiem imħallef wieħed meta l-każ tiegħu jkun ġie deċiż mill-Qorti Superjuri u meta l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jistipula li t-tali appelli jridu jiġu quddiem tliet imħallfin - naħseb li bilfors ikollna nagħmlu emenda fis-COCP.", "Fil-fatt anke l-komponiment tal- ġudikatura tagħna, kif ikkontemplata fil-Kostituzzjoni, hekk tgħid.", "Għalhekk jista' jkollok din it-tip ta' kriżi, kif fil-fatt diġa' għandna, fuq dawn l-appelli tal-bord tal-kera.", "Dan qed ngħidu għax naħseb li l- kollegi tiegħi, speċjalment l-Onor.", "Anton Tabone, jaqblu li din l-emenda għandha ssir ħalli b'hekk ikunu jistgħu jiġu akkomodati l-Għawdxin, pero' rridu noqogħdu attenti u nagħmlu l-emendi neċessarji sabiex ma jkunx hemm dan it-tip ta' konflitt fil-liġi.", "Dan hu dak li kelli xi ngħid rigward l- appelli mill-Qorti ta' Għawdex.", "Madam Speaker, hawn ta' min jgħid ukoll li, fl-emendi li nkorporajna f'dan l-abbozz ta' liġi dwar il-proċedura quddiem il-Qorti Kriminali tagħna, hemm affarijiet serji li l-konsegwenzi u r-riperkussjonijiet tagħhom jeħtieġ li nirriflettu sew fuqhom, pero' qabel ma nittratta dan l- aspett nixtieq nispjega ftit kif tiffunzjona l-Qorti Kriminali.", "Meta jkun hemm każ serju, l-ewwel ikun irid isir rapport lill-pulizija u jekk wara li tinvestiga l-pulizija jirriżultalha li l-każ għandu ċerta importanza, l- ispettur tal-pulizija li jkun qed jinvestiga jinforma lill-maġistrat ta' l- għassa, li jkun il-maġistrat inkwerenti, u mbagħad il-maġistrat inkwerenti jikkonduċi l-inkjesta u jħejji l-proces-verbal.", "Meta jkun qed jagħmel dan kollu l-maġistrat inkwerenti ma jkunx jista' jesprimi opinjoni - fil-fatt dan l-aħħar ingħatat sentenza f'dan ir-rigward mill-Qorti ta' l-Appell - imma jkun jista' biss jisma' lix-xhieda u jgħid jekk prima facie persuna għandhiex titressaq il-qorti jew le.", "Pero' meta tkun qed tiġi kondotta inkjesta, min ikun qiegħed taħt suspett mhux dejjem ikun jaf li għaddejja l- inkjesta u dan la jkollu dritt ikun preżenti u lanqas ikollu dritt jibgħat l-avukat tiegħu ħalli jissindika x'ikun qed isir - bħalma jiġri fl-Amerka u f'pajjiżi oħra - għaliex kollox isir minn wara dahar l-imputat.", "Huwa importanti li ssir inkjesta għax din tippreserva l-provi, tikkonserva l- fatti kif ikunu saru dak il-ħin stess u tintuża bħala prova at a later stage fil-każ.", "GĦall-kuntrarju mbagħad, fil-kumpilazzjoni l-imputat ikollu l-avukat tiegħu, jara l-provi quddiemu, ikollu dritt jintervjeni tramite l- avukat tiegħu, jistaqsi domandi u jkun jaf x'inhu għaddej.", "Imbagħad at a later stage il-maġistrat jiddeċiedi jekk hemmx provi biżżejjed biex l- imputat jgħaddi ġuri u jekk ikun hemm provi biżżejjed jinstema' l-każ quddiem imħallef u mbagħad jerġgħu jinstemgħu l-provi quddiem il-ġurati.", "Din hija s-sistema kriminali tagħna, liema sistema hija demokratika u tajba ħafna għax, filwaqt li tikkrea bilanċ għad-drittijiet ta' l-individwu preżunt bħala innoċenti li jgħaddi proċess u allura jkollu ċerti drittijiet li ma jistgħux jiġu mneħħija, tagħti wkoll il-makkinarju kollu neċessarju lill-parti tal-prosekuzzjoni u lill-pulizija biex jinvestigaw u jmexxu l- każ tagħhom.", "Madam Speaker, imbagħad aħna għandna wkoll il-prinċipju ta' l-equality of arms.", "Din is-sistema ġusta u ekwa titħaddem fil-pajjiżi demokratiċi kollha u jien nemmen li għandha titkompla.", "Hawn ta' min jgħid li wieħed irid ikun daqsxejn kawt fil-mod kif jintroduċi ċerti emendi għax bl-emendi li qed isiru din is-sistema tista' tinbidel radikalment.", "Per eżempju, filwaqt li subartiklu (2) ta' l-artiklu 646 tal-Kodiċi Kriminali jgħid li x- xiehda tal-kumpilazzjoni \"tista' tinġieb bħala prova jekk ...\", issa żiedna klawsola oħra sabiex ix-xiehda li tingħata quddiem il-maġistrat waqt l- inkjesta tkun tista' tintuża bħala prova per se.", "GĦalhekk issa neħħejna l- parti li tgħid li x-xhieda jridu jittellgħu l-qorti bilfors u kkreajna struttura fejn ix-xiehda li tingħata, kemm quddiem il-kumpilazzjoni kif ukoll quddiem il-maġistrat inkwerenti, tista' sservi bħala prova kompleta weħidha.", "Qabel ix-xiehda li kienet tingħata fil-kumpilazzjoni kienet tintuża bħala prova biex jekk persuna li tkun qed tixhed quddiem l-imħallef tibda tħawwad jew tibda tikkontradixxi dak li tkun qalet qabel, id-difiża u l-prosekuzzjoni kienu jkunu jistgħu jikkontrollaw lil dak ix-xhud.", "GĦalhekk din ix-xiehda kienet tiswa ħafna u fil-prattika, ħafna drabi, min ikun xehed mod f'kumpilazzjoni, rari jew ftit huma l-każi fejn ibiddel din il-verżjoni għax jekk ibiddilha kapriċċożament l-imħallef li jippresedi l- ġuri jkollu ċerti poteri ta' arrest.", "Fi kliem ieħor, jekk imħallef jara li wieħed qed ibiddel il-verżjoni li kien ta fil-kumpilazzjoni sfaċċatament, dan fil-ġuri jista' jgħidlu li qed jigdeb u jarrestah.", "GĦalhekk ix-xiehda tal-kumpilazzjoni m'hija bl-ebda mod a waste of time għax din tintuża biex tikkontrolla l-proċess.", "Mingħajr il-kumpilazzjoni m'hemmx proċess għax il- ġuri jinħadem fuq dak li jkun hemm fil-kumpilazzjoni.", "Issa aħna x'aħna nagħmlu b'dawn l-emendi li qegħdin nipproponu?", "Aħna qed ngħidu li d-difiża għandha dritt itella' x-xiehda li jinstemgħu fil-kumpilazzjoni kollha pero' x-xiehda li tingħata fil-kumpilazzjoni diġa' hija prova fiha nnifisha.", "GĦalhekk f'każ li, per eżempju, bniedem f'kumpilazzjoni jgħid li ra lill-Mr X jispara lit-tali persuna u mbagħad waqt il-ġuri jgħid li m'huwiex ċert li kien hu għax kien hemm tlieta min- nies oħra barra dak il-wieħed, bis-sistema l-antika l-imħallef seta' jgħidlu biex jaħsibha għax waqt il-kumpilazzjoni, jiġifieri meta kellu memorja iktar friska, hu mhux hekk qal u għalhekk jitlob biex dan ix-xhud jinżamm ġurnata jew tnejn biex imbagħad jgħid li dak li qal fil- kumpilazzjoni kien minnu u li waqt il-ġuri ma qalx il-verita' għax kien eċċitat jew għax kien taħt pressjoni jew għax kien qed jibża' mill-imputat.", "Pero' issa qed ngħidu li jekk bniedem waqt il-ġuri jgħid li m'huwiex ċert li sparalu Mr X, meta l-imħallef jindirizza lill-ġurati jista' jgħidilhom biex ma jagħtux każ dak li qal fl-awla u jistgħu joqogħdu fuq dak li kien qal fil-kumpilazzjoni, jiġifieri li ra lil Mr X jispara, bħala prova kompleta.", "GĦalhekk hawn, anke jekk mhux waqt ġuri jixhed mod meta fil- kumpilazzjoni jkun xehed mod ieħor, xorta waħda tista' tinstab ħtija.", "Issa din tmur kompletament kontra l-prinċipju ta' ir-Repubblika ta' Malta vs Edwin Bartolo u kontra l-pożizzjoni kif inhi llum.", "Pero' se mmur oltre minn hekk u ngħid li m'hemm xejn ħażin f'din l-emenda li tirrigwarda l- kumpilazzjoni għax li qed nikkritika jien huwa aktar mil-lat kostituzzjonali milli għal xi ħaġa oħra.", "Fil-fatt il-liġi stess tgħid li, biex tanalizza xhud, fost affarijiet oħra trid tara l-komportament tiegħu fuq il-pedina tax-xhieda, l- espressjoni tiegħu, jekk dak li qed jgħid huwiex sewwa, il-mod kif iwieġeb, eċċ.eċċ.", "Jiġifieri kulma qal l-kollega tiegħi jagħmel sens, pero' bl- emenda l-ġdida din xorta waħda mhux se tiġi affettwata.", "Għaliex?", "Għax għandek dritt ittellagħhom jaraw u jisimgħu x-xhud jixhed biex janalizzawh.", "Jekk iridu jemmnuh u jekk ma jridux ma jemmnuhx meta qed jixhed quddiem il- ġurija u jemmnu l-verżjoni li jkun ta' waqt il-kumpilazzjoni.", "F'dik li hi xhieda li tingħata fil-kumpilazzjoni jien ma nsib l-ebda diffikulta' għax waqt il-proċess l-akkużat jkun preżenti fiżikament u jkun assistit bl- avukat di scelta u di fiducia tiegħu, li jkun qed jikkontrolla kif qed tiġi prodotta l-evidenza, u allura l-elementi rikjesti mill-Kostituzzjoni tagħna u anke mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikunu qed jiġu apprezzati u protetti.", "Mela ma tistax tgħid li jekk tisma' x-xhieda li tingħata fil-kumpilazzjoni tkun qed tmur kontra xi dritt fundamentali ta' l- imputat li jkun preżenti waqt il-proċess tiegħu, jew kontra d-dritt ta' l- imputat għall-insistenza ta' legali.", "Ma tistax tgħidu dan għax fil- kumpilazzjoni hu jkun fiżikament preżenti u assistit bl-avukat tiegħu.", "GĦalkemm l-aħjar mod - u nibqa' ngħidha din - kif jiġi analizzat xhud huwa fil-ġurija, xorta jista' jiġi analizzat u dak li jkun qal fil-kumpilazzjoni jkun sar bil-prinċipju ta' fair trial.", "Ħaġa li hi daqsxejn inkwetanti - u nħoss li għandha ssir emenda żgur - hi fejn l-abbozz ta' liġi jirriferi għal dak li hija xhieda mogħtija quddiem maġistrat inkwerenti.", "Aħna f'dawn il-proposti mhux qed ngħidu biss li x- xhieda li tingħata fil-kumpilazzjoni tista' tintuża bħala prova per se imma qed immorru oltre u qed ngħidu li anke x-xhieda li tingħata fl-inkjesta tista' tintuża bħala prova sħiħa.", "Jien naħseb li hawnhekk irridu noqogħdu attenti ħafna.", "Forsi l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Borg, nesa li kienet l- Oppożizzjoni stess li b'intenzjoni tajba introduċiet emendi simili.", "Din l- idea daħlet permezz ta' emendi li kienet ressqet in-naħa l-oħra u forsi l- Ministru attwali u l-Attorney General ħadu l-ispunt minn hawn.", "Infakkar li l-Gvern preċedenti kien ressaq emenda għal artiklu 30 (A) ta' Kap 101, l- Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "Hawnhekk kuntrarjament għan-norma u għall-pożizzjoni legali kienet ġiet introdotta sistema, fl-idea tiegħi perikoluża ħafna - u nista' ngħid li qrajt id-debate li kien sar fil- Parlamnent - u ma nistax nifhem kif ma kien hemm ħadd li argumenta l-kontra għax din ikkreat żewġ sistemi fil-kawżi tat-traffikar tad-drogi:- waħda li x-xhieda li tingħata f'inkjesta hija prova kompluta, kif qed ngħidu issa; u l-oħra li jekk xi ħadd ikun xehed f'kompilazzjoni, mhux fejn hu akkużat l- imputat imma f'każ ieħor kontra persuna oħra li m'għandha xejn x'taqsam ma' l-imputat, u jissemma l-imputat, jista' jittieħed estratt minn dak il- proċess - jiġifieri l-proċess li fih l-imputat m'għandu x'jaqsam xejn, proċess totalment separat - u dik ix-xhieda tintuża bħala prova kompleta.", "Dik hi l-pożizzjoni f'dak li huwa traffikar tad-droga u se jkolli ngħid li fil-prattika dan huwa makkinarju effettiv ħafna biex inti ġġib convictions fil-kawżi tad-drogi.", "Din kienet l-aktar emenda effettiva u fil-fatt, wara li ġiet introdotta din is-sistema, jekk tara l-istatistika - anke jien nista' ngħid mill-esperjenza tiegħi - ssib li l-convictions fejn jidħlu reati ta' droga żdiedu ħafna.", "Pero' din il-liġi saret b'eċċezzjoni għaliex is-soċjeta' llum qed tħares lejn il-kwestjoni tat-traffikar tad-drogi bħala xi ħaġa għaliha, mhux bħala reat taħt il-Kodiċi Kriminali, jew bħala reat normali, imma bħala reat soċjali tal-mument.", "Il-problema tad-droga hi meqjusa bħala l-ikbar problema soċjali li teżisti u peress li qiegħda dejjem tikber kellhom jittieħdu rimedji straordinarji biex tiġi kkombattuta.", "Ta' min jgħid ukoll li bħalissa fil-qrati tagħna hemm appell wieqaf minħabba kawża kostituzzjonali - qiegħda quddiem l-Imħallef De Gaetano - fejn ir-rikorrent qed jattakka l-validita' ta' dik il-liġi għax qed isostni li tmur kontra subartiklu (6)(c) ta' artiklu 39 tal-Kostituzzjoni u kontra l-artiklu rilevanti tal-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem.", "Personalment ma naħsibx li hija kontra l-Konvenzjoni Ewropea għad- Drittijiet tal-Bniedem peress li, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi, din hija liġi normali f'Malta u allura l-liġi li tiġi wara tapplika, pero' żgur li hemm x'wieħed jgħid għax meta l-Kostituzzjoni ta' Malta titkellem fuq the right of a fair trial, apparti li jrid ikollok kollox bil-miftuħ, b'lingwa li l-imputat jifhem, bi proċess malajr, bi dritt ta' liberta' proviżorja u ħafna drittijiet oħra - anke jekk tara l-istatistika tal-każi tal-qorti Ewropea - l-iktar ħaġa sagrosanta fi proċess ġudizzjarju hi l- preżenza fiżika ta' l-imputat waqt il-proċess u li jkun assistit minn avukat.", "Mela l-kawża qiegħda biex jiġi annullat dan l-artiklu.", "Issa x'se jiġri jekk ndaħħlu aritklu simili li japplika għal kriminal in ġenerali?", "Dawn l-emendi ġew proposti biex ikollna iktar convictions ħalli nammeljoraw il-kwalita' ta' ġustizzja, kif ukoll minħabba l-idea li hawn - ngħid għalija idea kompletament skorretta, imma aħna politiċi u rridu nisimgħu l-opinjoni tal-poplu - li min hu ħati jiffrankaha u min m'huwiex ħati jeħilha, fis-sens li min hu bully u għandu l-ħbieb bil-flus jista' jirranġa.", "Tajjeb jew ħażin, nafu li din l-idea f'dan il-pajjiż teżisti u teżisti sew.", "Hawn l-idea wkoll li minħabba din il-kwalita' ta' ġustizzja qed joħorġu nies illiberati meta ma ħaqqhomx.", "Allura dawn l-emendi li ġew magħmulin b'lealta kbira huma ntiżi biex isoddu t-toqba u jagħtu aktar saħħa lill-Uffiċċju ta' l-Avukat Generali.", "Iżda jien ma nemminx li b'dan il-mod se ttaffi dan il-preġudizzju.", "M'għandekx tnaqqas il-kwalita' ta' ġustizzja biex tirranġa l-ġustizzja.", "Jiena nemmen li allura għandek tirrinforza l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali bl-iktar mod umanament possibbli.", "Bir-rispett kollu, fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Generali hemm jaħdmu numru żgħir ta' avukati u ħafna minnhom huma junior lawyers u m'għandhomx esperjenza ta' ġurijiet u ta' każi serji fil-kriminal.", "Peress li s-salarji huma baxxi, sfortunatament ma tantx se tħajjar nies biex jidħlu fl-Attorney General's Office u jkolli ngħid li min ikun avukat ta' ċertu kalibru, ta' ċerta eta' u ta' ċerta esperjenza se jsibha diffiċli li jitlaq karriera fil-prattika privata, fejn ikollu klijentela qawwija li tagħtih ċerta sodisfazzjon, biex jimpjega ruħu ma' l-Attorney General u jieħu salarju li jkun biss frazzjoni ta' dak li kien qed jaqla'.", "Jiġifieri din hija l-problema, pero' jien nemmen li biex tagħlaq din it- toqba, fejn hemm din l-għagħa u dan il-feeling li bil-flus tasal biex toħroġ liberat, trid issollviha billi ssaħħaħ il-prosekuzzjoni.", "U hemm problemi legali għax iddiskutejthom ukoll.", "Mela jekk inti m'intix se ssib avukati tajbin biżżejjed ...", "Mhux biex nikkritika lil dawk li hemm għax dawn huma tajbin imma hemm ftit wisq, dik hi l-problema.", "Forsi wasal iż-żmien, anke jekk ikollha ssir riforma radikali f'dak li hu civil service - forsi l-kollega tiegħi ma jaqbilx miegħi għax jgħid li ċivilment ma tistax issir, pero' dan huwa s-suġġeriment tiegħi - li taħt ċerti ċirkostanzi l-Avukat Ġenerali jkun legalment awtorizzat li jikkuntratta avukati privati biex jagħmlulu l-prosecutions jekk ma jkollux nies biżżejjed.", "L-Ingilterra hekk isir u ma naħsibx li hija ħaġa ħażina li jsir hekk.", "(Interruzzjonijiet) Hawn ċerta reżistenza għax tmur kontra n- norma tas-sistema ċivilista tagħna pero' mhijiex sistema ħażina.", "Forsi l- Onor. de Marco llum mhux se jaċċetta brief simili, pero' jista' jkun hemm avukati ta' ċerta esperjenza li jitħajru jidħlu għal challenge bħal dan.", "Għax illum qisu għandek ġgant, li hu l-bank tad-difiża, li għandu ċerta esperjenza b'ħafna avukati u b'ħafna nies interessati, b'uffiċċji kbar u attrezzati, b'follow up impressjonanti, b'junior lawyers jassistu lil senior lawyers, jiġifieri għandek sistema fejn il-livell tal-bank tad- difiża għola u hemm ħafna nies interessati.", "Wieħed min-nies li kkontribwixxew biex għoliet id-difiża huwa l-kollega tiegħi l-Onor. de Marco.", "Id-difiża hija b'saħħitha u xi kultant tidher aktar b'saħħitha mill- prosekuzzjoni, imma ma tistax tifta' salvauomo lill-prosekuzzjoni biex iġġibha draw mad-difiża billi tpoġġi lill-imputat f'punt żvantaġġat.", "Aħna kellna każi - mhux ngħid taħt Gvern Laburista jew Nazzjonalista - fejn saru abbużi minn pulizija.", "Per eżempju, kellna abbużi fejn biex spettur seta' avvanza kellu jara kif jagħmel biex iġib ċertu numru ta' convictions u min jaf x'intriċċi oħra daħal għalihom.", "Allura x'jiġifieri ma jkunx preżenti l-imputat u l-avukat tiegħu?", "Forsi l-ispettur ikun wegħdu li jekk jagħmel statement ma jitressaqx il-qorti, mentri jekk inti se tattakkah fil-qorti se toħroġ il- verita'.", "Jiġifieri wieħed irid joqgħod attent għax aħjar ikollok għaxra min-nies ħatja li joħorġu lliberati milli wieħed innoċenti li jispiċċa l- ħabs intortament għax din tkun l-ikbar travesty of justice li tista' ssir.", "Il-liġi kriminali m'hijiex qiegħda hemm biex tiffavorixxi lill-imputat u l- avukati difensuri fil-kriminal mhux qegħdin hemmhekk biex jiddefendu reati jew għax jieħdu gost, imma qegħdin hemm biex jesponu l-fatti u biex jassiguraw li ssir ġustizzja u biex jesponu d-difiżi leġittimi kkontemplati fil-liġi.", "Ħafna nies din ma jifhmuhiex u jassoċċjaw ix-xogħol ta' avukat difensur b'mod ħażin.", "L-avukat jiddefendi lill-persuna u mhux ir-reat biex jassigura proċess liberu għax inkella ma jkunx hemm demokrazija.", "Mela l-emendi qed jgħidu li x-xhieda li tingħata fil-kumpilazzjoni tista' tkun bħala prova per se u jien nemmen li għandha tibqa' hekk.", "Din hija ħaġa tajba għaliex almenu l-makkinarju sar grad aċċettabli ta' difiża, pero' li jkollok xhieda miġbura kompletament minn wara dahar l-imputat mixħuta fuq il-ġudikant ħalli jiġġudika fuq dak, jien assolutament ma naqbilx magħha u wieħed irid jara li din tinbidel.", "Fil-fatt nistqarr li jien stess għandi kawża kostituzzjonali pendenti quddiem il-qrati fuq dan il-punt fejn jiddispjaċini ngħid li ma ngħatajtx raġun.", "Nista' nsemmilek kawża fejn - mhux se nsemmi ismijiet għax m'huwiex fair - peress li hemm il- provvediment li jgħidlek li proces-verbal magħmul tajjeb jista' jinġieb bħala prova, il-qrati interpretawha li din tfisser li jekk il-qorti ma temminx lix-xhud tista' toqgħod fuq ix-xhieda fl-inkjesta.", "Għalija that is bad, very bad, u nista' ngħid li sar appell li sfortunatament ma ġiex milqugħ.", "Jien nemmen li fuq din il-kwestjoni għandha ssir emenda.", "Hekk inħoss u qed ngħidha.", "Qed nitkellem b'mod oġġettiv għax aħna qegħdin hawn biex niżviluppaw il-proċedura kriminali tagħna u jien nemmen li din il- klawsola għandna nirriveduha.", "Rigward l-aħħar artikli li jirrigwardaw iċ-ċertifikati tat-tobba jien ngħid li din hija emenda tajba u nispjega għaliex.", "L-ewwelnett fil- prattika, almenu f'dawk li huma kawżi inferjuri, ħafna drabi jekk il- partijiet jaqblu fuq iċ-ċeritifikat dan jiġi aċċettat.", "Għalfejn toqgħod iżżarma sptar!", "Ġieli jkollok 30 tabib, ħafna minnhom ikunu anke speċjalisti, qegħdin hemmhekk mid-9.00 a.m. sal-11.00 a.m. biex jikkonfermaw ċertifikat.", "Jekk tippreżenta ċertifikat ittimbrat tajjeb, naħseb li ma fiha xejn ħażin.", "M'hemmx għalfejn jiġi ġġuramentat għax inkella tkun qed tistultifika l-istess skop għax xorta waħda t-tabib ikollu jiġi l-qorti biex jikkonfermah.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li m'hemmx biża' fiha din, ma naħsibx li din se tweġġa' wisq.", "Jien naħseb li jekk ikun hemm ċertifikat bit-timbru u bis-siġill tat-tabib, ma jkunx hemm għalfejn dan.", "Fuq kollox wieħed irid jirrispetta l-professjoni medika u m'għandux ikollna dubji dwar dan.", "Jien nemmen li għandu jiġi ppreżentat ċertifikat u daqshekk għax bl-affidavit xorta jkollok dik l-inkonvenjenza.", "(Interruzzjonijiet) Mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li biex lil dak li jkun ittellgħu jieħu ġurament xorta waħda tista' tiltaqa' ma diffikultajiet.", "Naturalment wieħed għandu dritt li jtella' tabib il-qorti biex jagħmillu kontro-eżami jew biex jikkjarifika xi ħaġa u jista' wkoll jitlob lill-qorti biex jitilgħu esperti oħra mill-kamp mediku.", "Dan ifisser li dawn l-emendi huma interessanti, importanti u tajbin.", "Fl-istadju ta' Kumitat nixtieq insemmi l-problema teknika li teżisti f'Għawdex rigward dak li għandu x'jaqsam ma' appelli mill-Qorti tal- Maġistrati, sede superjuri.", "Dwar dak li jipprevedi l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili naħseb li tista' ssir emenda għax jista' jkun hemm konflitt.", "Għalkemm, kif diġa' għidt, on the whole dawn l- emendi naqbel magħhom ħafna, naħseb li għandu jkun hemm daqsxejn ta' emenda biex tiġi mneħħija dik il-klawsola dwar ix-xiehda quddiem l- inkwerenti.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, l-intervent tiegħi huwa limitat, fis- sens li rrid inkun ukoll on record li qed naqbel mal-provvedimenti li għandhom x'jaqsmu mal-Qorti ta' Għawdex, kif inhuma kkontemplati f'dan l- abbozz ta' liġi, pero' nixtieq nieħu l-opportunita' biex fil-qosor ħafna nagħmel ftit tal-kummenti wkoll.", "Għadna kif smajna diskors tajjeb ħafna fuq is-sistema tal-qorti u kif taħdem il-qorti u naturalment dan kien dibattitu interessanti ħafna.", "Jien ridt nagħmel osservazzjoni - anke għal dak li għadu kif qal il-kelliem ta' qabli - fuq ċerti provvedimenti li ttieħdu fir-rigward tal-qorti ta' Għawdex.", "Nifhem li hemm problemi tekniċi, problemi ta' amministrazzjoni u problemi li jista' jkollhom xi ħaġa x'taqsam ma' l-istess Kostituzzjoni - kif semma l-kollega tan-naħa l- oħra - pero' jibqa' l-fatt li aħna rridu nirrikonoxxu bl-iktar mod totali, biex ngħid hekk, li f'Għawdex hemm ukoll qorti u din mhux biss trid tkun qiegħda hemm u bħala formalita' imma trid tkun qiegħda tiffunzjona bil- metodi kollha possibbli, jiġifieri li jkollha l-fakulta' li tamministra l- ġustizzja f'Għawdex.", "Għalhekk iktar ma jgħaddi ż-żmien irridu nsibu l-mod kif il-qorti jkollha iktar din il-fakulta' li tamministra l-ġustizzja f'Għawdex stess.", "Issa l-verita' x'inhi?", "Il-verita' fundamentali hi li għal ħafna u ħafna żmien il-gżira ta' Għawdex kellha u għad għandha l-qorti tagħha.", "Matul iż-żmien saru tentattivi u diskorsi dwar kemm huwa utli li wieħed iżomm qorti oħra ġewwa Għawdex.", "Fortunatament dan id-diskors m'għadux jingħad u jinstema' u naħseb li llum il-ġurnata m'hemmx problemi ta' din in-natura imma jista' jkollok problemi oħrajn, li nemmen li kienu jeżistu all along, li filwaqt li inti għandek il-qorti ta' Għawdex ma tkunx qiegħed tara kif iżżidilha l- kompetenzi li jkollha u tagħtiha naturalment l-għodda li permezz tagħha tkun tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha aħjar.", "Irridu nirrikonoxxu li f'Għawdex hemm qorti, hemm djoċesi u kien hemm ukoll ministeru.", "Dan kollu jfisser li Għawdex irid jiġi ttrattat fid-dimensjoni tiegħu.", "L-iktar kelma li tapplika - minn dejjem hekk kien - hija li Għawdex huwa reġjun ta' Malta u allura wieħed irid jirrispetta dan il-konċett.", "U għalhekk hemm ħafna miżuri li jeżistu f'kull qasam li huma speċifikament għal Għawdex għaliex il-liġijiet tal-pajjiż - nixtieq li hemm iktar minnhom - fir-realta' jirrispekkjaw u jirriflettu r-realta' li inti għandek gżira oħra separata bil-baħar.", "Jien ma rridx nesaġera d-distanzi li m'humiex kbar pero' d- distanza tal-baħar tkun ħafna ikbar mid-distanza fuq l-art u allura biex tivvjaġġa 'l hinn jew 'l hawn tagħmel differenza.", "Minkejja li kien hemm dan il-progress kollu fil-qasam tat-trasport dan dejjem jibqa' a handicap fl-oqsma kollha ta' l-amministrazzjoni ġenerali tal-gżira.", "Għalhekk trid tindirizza din il-kwestjoni u tagħti l-awtonomija li għandha bżonn gżira bħal Għawdex fid-diversi oqsma ta' l-amministrazzjoni tagħha, xejn inqas fil-qorti.", "Irridu nifhmu li l-problemi tal-qorti ta' Għawdex huma problemi tagħna wkoll u allura rridu nindirizzawhom.", "Jien li ilni nassisti għal ċertu diskors naf li l-qorti ta' Malta, l- amminstrazzjoni, l-uffiċċju tal-ministru inkarigat mill-qrati, l-istess uffiċċju ta' l-Attorney General, għandhom nuqqas kbir ta' personnel u nuqqas ta' maġistrati u mħallfin.", "Dan id-diskors ilu jingħad għal ħafna u ħafna snin.", "Issa jekk dan huwa hekk ix-xogħol tagħna huwa li noħolqu avenues ġodda li jwassluna ħalli ntaffu l-problema u nsibu wkoll ir- rimedju.", "L-argument li rrid nagħmel jien huwa li jekk kemm-il darba inti għandek il-problemi dawn trid taqsamhom mal-kumplament u ma tistax tgħid li għax m'għandekx nies biżżejjed hawn Malta ma tistax tibgħat nies Għawdex.", "Jien mhux hekk nargumenta.", "Jien ngħid li jekk hawn problema it has to be shared għax allaħares wieħed jaċċetta l-argument li għax inti qatt m'għandek biżżejjed nies hawn Malta allura ma tindirizzax il-problemi tal- qorti ta' Għawdex u tieħu rimedju fejn hemm bżonn li jittieħdu r-rimedji.", "Għalhekk wieħed irid jara kif jikkumpensa għal dan ix-shortage nazzjonali li verament irid ikun nazzjonali.", "Dan ifisser li l-problema trid tinqasam fuq il-pajjiż kollu kemm hu.", "Jien ilni ħafna nisma' dan id-diskors li hawn il-problemi.", "Wieħed irid jara kif jikkumpensa għal dan ix-shortage nazzjonali imma meta ngħidu \"nazzjonali\" irid ikun verament nazzjonali, jiġifieri l-iżvantaġġ jew il-problemi jkunu qed jinqasmu fuq il-pajjiż kollu kemm hu.", "Veru li ilni nisma' d-diskors li hawnhekk għandna problemi u allura jekk għandna problemi hawn - meta ngħid \"hawn\" qed ngħid għal Malta - kif nistgħu nindirizzaw il-problemi ta' Għawdex ukoll?", "Bir-rispett kollu, jien naħseb li dan huwa argument fallaċi u ma nistax naċċettah għaliex allura ma tasal biex tagħmel l-ebda miżura u ma tieħu l-ebda pass.", "Kien hemm reżistenza anke għall-fatt li llum qed jitla' mħallef u ilu jitla' Għawdex minn Jannar ta' l-1995, jekk m'iniex sejjer żball.", "Kien hemm reżistenza mhux ta' prinċipju imma kienet reżistenza fis-sens li wieħed jgħid li ladarba għandna dawn in-nuqqasijiet ma nistgħux noħolqu servizzi ġodda.", "Jien ngħid li kollox jista' jsir jekk ikun hemm il- volonta' politika u jekk wieħed jirrikonoxxi li ġol-gżira ta' Għawdex hemm qorti li trid tirrispettaha billi tagħtiha l-fakulta', l-awtonomija u l- mezzi biex tkun tista' tamministra l-ġustizzja f'Għawdex.", "Naturalment wieħed irid ikun realistiku pero' sadanittant il-battalja trid tibqa' għaddejja biex inti twassal għal dak il-għan għax inkella fejn ma tagħmilx progress tmur lura u mhux tibqa' fejn int. Tajjeb li llum għandna quddiemna din il-liġi li serviet ukoll biex wieħed ikun jista' jagħmel diskors ta' din in-natura.", "Jien nemmen li l-każi partikolari tal-qrati ta' Għawdex iridu jkunu indirizzati għax huma wkoll fuq l-aġenda tal-pajjiż u ma nistgħux neħilsu daqshekk faċilment billi ngħidu li m'għandniex mezzi u m'għandniex nies u li meta xi darba jkollna l-mezzi u n-nies nindirizzaw dik il-problema wkoll.", "Bir-rispett kollu, mhux din kienet il-politika u l- kultura ġdida li daħħlet l-amministrazzjoni ta' qabel f'dan il-pajjiż u l- awgurju tiegħi hu li din il-kultura tibqa' teżisti, li inti trid tindirizza l-problemi tal-pajjiż, anke meta dawn il-problemi huma daqsxejn partikolari u speċjali.", "Din hija xi ħaġa li ma tridx biss tgħidha bid-diskors imma jrid ukoll ikollok l-impenn li toħloq imbagħad dik is-sitwazzjoni li tixtieq biex tagħti rimedju u tirranġa l-affarijiet f'Għawdex.", "Qabel kienu jmorru tliet maġistrati Għawdex u kien hemm min qal li huwa tajjeb li jkollok tliet maġistrati għax ikollok tliet veduti.", "(Interruzzjonijiet) Dik spiċċat issa.", "Jiġifieri kien hemm min argumenta favur għaliex qalu li għandek iktar minn veduta waħda.", "Kien hemm xi artiklu anke fil-gazzetti, jekk m'iniex sejjer żball.", "Fir-realta' x'kien jiġri, Madam Speaker?", "Meta kienu jitilgħu tliet maġistrati f'Għawdex kienet daqsxejn skabruża għax biex wieħed ilaqqa' tliet maġistrati, li t-tlieta li huma jridu jsibu l-ħin biex jiġu GĦawdex flimkien u jiddeliberaw, kienet tagħmel is-sistema cumbersome ħafna u m'hemmx dubju li s-sistema tal-lum hija ferm iktar prattika u wara kollox hija l-istess sistema li hija applikata Malta.", "Allura aħna f'dan il-każ ċertament irridu li l-affarijiet ikunu uniformi, kemm fil-qorti ta' Malta kif ukoll fil-qorti ta' GĦawdex.", "Jien ngħid li ħafna drabi ċerti affarijiet ma jsirux għax ma jkunx hemm biżżejjed persistenza biex wieħed isib in-nies.", "Meta f'GĦawdex sar maġistrat li huwa residenti f'GĦawdex, li m'għandux għalfejn jagħmel parti mix-xogħol tiegħu Malta u parti GĦawdex, naħseb li kien hemm qabża 'l quddiem għaliex hemm iżjed ordni fl-amministrazzjoni tal-qorti f'GĦawdex u din is-sistema ħadmet b'mod sodisfaċenti.", "Irrid ngħid ukoll li meta kont ministru għal GĦawdex kelli l-pjaċir naħdem mal-ministri li kienu responsabbli minn dan il-qasam u nista' ngħid li l-ministeru għal GĦawdex ta kontribut siewi ħafna biex il-bini tal-qorti ta' GĦawdex ġie riabilitat u x-xogħol kbir li sar saħħaħ l-istruttura li kien hemm.", "Irrid ngħid li kien hemm nies ta' l-affari tagħhom li raw li jieħdu ħsieb il-qorti ta' Għawdex - per eżempju, insemmi lis-Sur Zammit, ir- reġistratur li kien hemm qabel - pero' dejjem ikun għad fadal xi jsir.", "Jien għandi l-pjaċir ngħid li matul is-snin sħaħ kien hemm ħaddiema tal- gvern, ħaddiema tal-ministeru li kienu okkupati l-ħin kollu fuq ix-xogħol li kien hemm bżonn li jsir fil-qrati ta' Għawdex.", "Illum hemm żewġ awli qegħdin jiffunzjonaw, tbiddlet is-sistema tad-dawl, is-sistema tal-plumbing u dak kollu li kien hemm bżonn isir.", "Illum il-ġurnata l-qorti f'Għawdex ħadet aspett aħjar għax hemm iktar streamlining, hemm iktar kumdita' għal kulħadd.", "Naħseb ukoll li dik kienet xi ħaġa neċessarja għaliex inti trid toħloq infrastruttura tal-post biex ix-xogħol ikun jista' jimxi aħjar.", "Jien pesważ li hemm amministrazzjoni mill-aħjar li jista' jkun hemm.", "Din hija ħaġa magħrufa u jgħiduhieli ħafna mill-ħbieb tiegħi avukati pero' ċertament hemm ħafna iktar xi jsir, speċjalment f'dik l-area fejn wieħed jsta' jara x'kompetenzi iktar wieħed jista' jagħti lill-Qorti ta' Għawdex li aħna mhux biss irridu li tkun teżisti imma, iktar minn hekk, tkun tiffunzjona tajjeb.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Grazzi, Sinjura President.", "Naħseb li dan l-aħħar kellna serje ta' dibattiti li wrew lil min jaħseb li l-Parlament huwa post ta' konflitt - jew li l-Parlament ġieli jkun post ta' konflitt - huwa żbaljat għax dan huwa l-post fejn l-ideat u l-ħsebijiet li jsiru jkollhom dik li tissejjaħ cross-fertilisation of ideas.", "Per eżempju, ftit ġranet ilu f'din il-Kamra assistejna għal dibattitu dwar it-twaqqif tal- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni u għal dawn l-aħħar jiem konna qed nassistu għal dibattitu serju ħafna dwar it-Twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika.", "Dawn id-dibattiti li kellna juru li dan il-Parlament hu post fejn id-deputati tal-poplu jgħidu dak li huma jaħsbu li jista' jservi ta' ġid għall-pajjiż.", "Huwa veru li fil- liġijiet tagħna għandna aspett konflittwali u ta' politika fejn naħa ma taqbilx ma' naħa oħra, pero' ħafna drabi l-poplu Malti għandu wisq l- impressjoni li l-Parlament hu post ta' konflitt mingħajr ma japprezza l- kontribut validu li d-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra jagħtu, irrispettivament mill-konċett ta' gvern u oppożizzjoni.", "Hawn irrid ngħid ukoll li m'hu veru xejn dak li wieħed darba qal li xogħol l-oppożizzjoni hu li topponi, għax ix-xogħol ta' l-oppożizzjoni huwa li tagħti l-kontribut tagħha għall-aħjar tmexxija tal-pajjiż.", "Veru li mhijiex l-eżekuttiv imma xorta għandha l-obbligu li tagħti l-aħjar pariri biex il-pajjiż ikun jista' jimxi b'mod tajjeb.", "Dawn huma l-fehmiet tagħna lkoll għal demokrazija b'saħħitha.", "L-oppożizzjoni trid tkun gvern alternattiv u trid tkun gvern alternattiv mhux billi tagħmel kritika distruttiva imma billi tagħmel kritika kostruttiva għax il-kostruttivita' tal-kritika tagħha jagħmilha oppożizzjoni b'saħħitha.", "Sinjura President, jien qed ngħid dan għax ħafna drabi fil-pajjiż isiru ħsebijiet żbaljati.", "Naturalment jekk ikun hemm kwestjonijiet ta' prinċipju, il-linja ta' l-oppożizzjoni trid tkun waħda iebsa u trid tkun tirrifletti fil-linja politika tagħha bl-iktar mod iebes dak li fil- kuxjenza tagħha temmen li huwa ġust għall-pajjiż, pero' m'għandniex inkunu daqshekk irresponsabbli li għas-sempliċi fatt li hemm żewġ naħat tal-Kamra nagħtu l-impressjoni li xogħol l-oppożizzjoni huwa li topponi.", "Jien ma naqbel assolutament xejn ma' din l-idea u naħseb li d-dibattiti li kellna f'dawn l-aħħar snin fil-Parlament jirriflettu kif għandha tkun oppożizzjoni, ċioe' li xogħlha huwa dak li flimkien mal-gvern tikkontribwixxi għall-aħjar ideat fit-tmexxija tal-pajjiż u għall-aħjar liġijiet li japplikaw għall-poplu Malti kollu kemm hu.", "Sinjura President, issa ħalli ngħaddu għall-ewwel aspett ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna fuq kambjament li sar u li donnu għadda minn fuq ras xi wħud!", "Ngħid il-verita' jien niskanta u jiddispjaċini għax inħoss li meta dan il- Parlament jgħaddi liġijiet strutturalment hekk importanti, min għandu r- responsabbilta' tat-tmexxija tal-qrati - fosthom ir-reġistraturi, l- imħallfin u l-maġistrati - għandu jkollu għajnejh miftuħa.", "Forsi aħna bħala Parlament m'għandniex pjan tajjeb biżżejjed għax peress li nagħmlu kollox fil-pubbliku - it-trasparenza f'dan il-post hija fundamentali - naħsbu li dan qed jasal għand il-pubbliku, pero' kull min għandu relazzjonijiet pubbliċi jaf li l-fatt li ssir xi ħaġa fil-pubbliku ma jfissirx li din verament qed tasal għand il-pubbliku.", "Jien, fl- inġenwinita' tiegħi, xi minn daqqiet naħseb li għallinqas in-nies li jinteressaw ruħhom ikunu jafu x'qed isir, pero' l-verita' u l-esperjenza tgħallem li aħjar ma noqogħdux fuq dawn l-assunzjonijiet iżżejjed u li jkollna xi proċedura - forsi s-Sinjorija Tiegħek, bħala President ta' din il-Kamra, tista' tara li xi darba dan li qed ngħid niddiskutuh fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra - biex inkunu nistgħu naslu ħalli ċerti liġijiet, bħal dik li għaddejna fl-1993 u anke bħall-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum, inġibuhom a konjizzjoni ta' l-organi kompetenti ta' l- Istat biex jiġu applikati bil-metodu li għandhom jiġu applikati u b'hekk nevitaw ċerti sitwazzjonijiet diffiċli u xejn feliċi.", "Sinjura President, hawn ta' min jgħid li ħadt pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Anton Tabone, jitkellem għax fakkarni f'reġistratur li kien il-Qorti ta' GĦawdex meta jien kont ministru responsabbli mill-qorti.", "Fil- fatt kelli rispett kbir lejn dan il-bniedem għax kien jaħdem b'dedikazzjoni kbira.", "Anke s-Sinjorija Tiegħek, taf tajjeb kemm dan il-bniedem kien dedikat fit-tmexxija tar-Reġistru tal-Qorti ta' Għawdex.", "Ngħid għalija dan ma kienx biss impjegat ċivili imma kien reġistratur li kellu l-ikbar integrita'.", "Jien naħseb li kull ministru responsabbli mill-ġustizzja jkun jixtieq li jkollu reġistratur tal-qorti bħal dan il-bniedem għax dan kien jaf x'qed isir fil-qorti u għalhekk kien jagħti pariri tajba.", "Din hija l- aqwa ħaġa li jista' jkollu ministru għax mingħajr pariri tajba ministru ma jistax jirnexxi.", "Ministru lanqas ma jista' jirnexxi jekk ma jsibx għajnuna min-nies li jaħdmu fid-dikasteru tiegħu għax, għalkemm dan jista' jagħti direzzjoni politika, ma jistax jara xi bżonnijiet jinqalgħu ta' kuljum fid- dikasteru tiegħu.", "Ma setax jonqos li jkolli rispett kbir lejn is-Sur Zammit għad-dedikazzjoni tiegħu u għadni niftakar fih bħala l-bniedem li għinni ħafna fil-Qorti ta' GĦawdex għax jien ma kontx familjari wisq f'dak il-kamp peress li kont immur hemm biss meta kien ikolli x-xogħol tiegħi bħala avukat.", "Sinjura President, issa ħalli mmorru għal żewġ kwestjonijiet li tqajmu hawnhekk.", "L-Onor.", "Jose' Herrera fid-diskors tiegħu enfasizza l-bżonn li jiġi msaħħaħ l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "It is easier said than done għax għalkemm fil-ħames snin li jien kont ministru responsabbli mill-ġustizzja għamilna kambjamenti kbar, utli u tajbin, id-diffikulta' tinqala' meta waqt li tkun qed tagħmel dawn il-kambjamenti jinqalgħu problemi oħra.", "GĦalhekk għalkemm tkun mingħalik għamilt ħafna avvanzi, dawn fihom infushom ma jilħqux mat-tibdiliet u mad-dinamiżmu tas-soċjeta', li allura dejjem jitolbu kambjamenti ikbar.", "Il-klassi legali li għaliha jiena nappartjeni - u nħossni pjuttost kburi li nappartjeni għal din il-klassi - minnha nnifisha temmen fit-tradizzjoni, u dan jagħtiha għeruq qawwijia fis- soċjeta', u bħal siġra li għandha għeruq qawwija hija siġra b'saħħitha.", "Pero' kull min huwa tradizzjonalista ħafna drabi ma jkollux dak is-sens ta' avangardiżmu u dak is-sens ta' riskju li forsi huwa bżonnjuż anke fil- professjoni legali.", "Forsi huwa għalhekk li jiena ġieli kont kkonsidrat daqsxejn ta' ribell għaliex dejjem emmint li jrid ikollok il-kuraġġ li tagħmel ċerti bidliet, nonostante li tikkonserva t-tradizzjoni.", "Biex nagħti eżempju, meta kont ministru tal-ġustizzja rdoppjajt in-numru ta' imħallfin għaliex bin-numru ta' imħallfin li kien hemm kien impossibbli li tagħmel ġustizzja man-nies li jmorru quddiem il-qorti.", "GĦalhekk ħadt dan il-pass daqsxejn diffiċli u kuraġġuż li rdoppjajt in-numru ta' imħallfin.", "Kellna wkoll il-problema ta' spazju u ma kenitx faċli lanqas li toħloq l- ispazju, pero' anke dan sar.", "U jiena naħseb li anke l-Ministru Mangion għandu din il-problema li kelli jien, għaliex meta tara n-numru ta' kawżi li għandhom quddiemhom il-ġudikanti forsi tasal għall-konklużjoni li qisna ma rdoppjajna xejn.", "Pero' Allaħares ma rdoppjajniex in-numru ta' imħallfin għaliex kieku kien ikollna traġedja enormi u mhux problema enormi bħalma għandna llum.", "Ċertament li l-Ministru għandu problema kbira kif se jnaqqas in-numru ta' kawżi b'mod li jkollna sustainable development.", "Illum kulħadd huwa ambjentalist - u mn'Alla li aħna ambjentalisti - u anke fil- qrati tagħna nużaw il-frażi \"sustainable development\".", "Din id-diffikulta' ilha ġejja minn żmien Shakespeare, li kien irrifera għal \"the law's delays\", pero' mhux għaliex hija problema endemika allura għandna naqtgħu qalbna minnha.", "Aħna għandna ninkoraġġixxu lil xulxin u għandna ninkoraġġixxu lill-Ministru tal-Ġustizzja tal-lum sabiex ikompli jgħin għax il-ġustizzja hija waħda mill-aqwa miżuri soċjali li l-pajjiż għandu quddiemu.", "Li tamministra l-ġustizzja mhux biss hija miżura ta' ġustizzja imma hija wkoll miżura soċjali għall-pajjiż.", "Pero' jiena naħseb li l- konċett li jekk tmur il-qorti se tieħu ġustizzja - u għall-grazzja t'Alla dan qatt ma kien hawn dubju dwaru - fi żmien relattivament qasir huwa aktar onorat fl-assenza milli fil-preżenza tiegħu.", "L-Onor.", "José Herrera tkellem dwar il-kwestjoni ta' l-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Billi jiena għal żmien qasir kont avukat tal-kuruna naf x'inhuma l-problemi ta' dak l-uffiċċju, apparti l-fatt li f'dawn is-snin li ili neżerċita l-avukatura tista' tgħid ta' kuljum ikolli kuntatti ma' dak l- uffiċċju.", "U forsi wasal iż-żmien li wieħed jikkonsidra żewġ affarijiet.", "Waħda minn dawn hija li nagħtu briefs lill-avukati biex jagħmlu ġuri; u dawn mhux neċessarjament ikunu l-avukati bravi li hemm - nissottolinea li huma bravi u din m'iniex qed ngħidha b'ironija - fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Jiena niftakar li anke hawnhekk kont għamilt innovazzjoni.", "Kont għamilt żewġ awli kriminali biex isiru l-ġurijiet fl-istess ħin, kemm f'awla u kemm fl-oħra.", "Qabel, jekk din l-awla kienet tkun okkupata ma kenux jistgħu jsiru ġurijiet oħrajn.", "GĦalhekk għamilna din l-awla, li għalkemm m'hijiex kbira, hija awla li tiffunzjona.", "Riċentement jiena ddefendejt quddiemha u sibtha intima u sibt li tista' tiddefendi tajjeb, speċjalment jekk ma jkollokx ġuri ta' natura fit-tul.", "Jiena naħseb li għamilna pass 'il quddiem b'din l-innovazzjoni u huwa tajjeb li l-Ministru Mangion ikompli jara kif jista' jiżviluppa aħjar din il-possibbilta'.", "Jekk nista' nagħtih parir, dan huwa preċiżament il-possibbilta' ta' farming out ta' ċertu xogħol barra mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, naturalment bil- kunsens ta' l-Avukat Ġenerali.", "Jiena ngħidlu li se jsib daqsxejn ta' reżistenza - ħafna minnha motivata tajjeb - pero' wara li jisma' lil kulħadd u jgħarbel l-argumenti naħseb li jkun fi stadju li jieħu deċiżjoni li jiena ċert li tkun deċiżjoni għaqlija, kif jaf jieħu l-Ministru Mangion.", "It-tieni fattur li wieħed irid jikkonsidra - u din lili tinkwetani - huwa li fl-awli tal-maġistrati sedenti bħala Qorti Kriminali hemm spetturi u supretendenti validi u serji u li saru jafu l-liġi b'riżultat ta' l- esperjenza, pero' meta l-kompetenza ta' l-awla tal-maġistrati, fil-funzjoni tagħha ta' ġudikatura kriminali, hija sa għaxar snin - u allura neċessarjment kull min għandu l-possibbilta' li se jeħel sa għaxar snin ħabs irid ikollu avukati validi biex jiddefenduh - allura huwa ġust li wieħed jassigura lilu nnifsu li jkollu l-aktar avukati validi li jistgħu jiddefenduh.", "Għalkemm jiena naf diversi spetturi u supretendenti li għandhom il-kwalitajiet tajbin biex iżommu front għal din is-sitwazzjoni, forsi issa huwa ż-żmien li l-Ministru Mangion - flimkien mal-Prim Ministru f'dan il-każ, li huwa responsabbli għall-Pulizija - jikkonsidra jekk għandux ikun hemm xi sistema, speċjalment għal ċerti kawżi ta' ċerta rilevanza u ta' ċerta importanza, fejn ikun hemm l-assistenza ta' avukati li mhux neċessarjament trid teħodhom mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, li jkollhom ċertu inkarigu mogħti lilhom f'dan il-kontest.", "Nista' ngħid li meta kont ministru tal-ġustizzja u ta' l-intern kelli vantaġġ għaliex kelli l-fużjoni taż-żewġ karigi f'waħda, pero' anke jiena kont sibt ħafna reżistenza u ħafna diffikulta' f'dan il-kontest.", "Meta kien ikolli seduti ma' senior officers tal-pulizija u kont inqajjem dan il-punt kont insib reżistenza u anke meta kont nitkellem ma' l-Avukat Ġenerali fil-perjodi differenti li kont nokkupa din il-kariga.", "Pero' jekk wieħed jixtarr iktar u jiżen iżjed is-sitwazzjoni naħseb li jkun pass għaqli jekk, f'dawk il- kawżi ta' ċertu riljev u li jistgħu jwasslu għall-kompetenza sa għaxar snin ħabs, il-prosekuzzjoni jkollha avukat li jassistiha u forsi jmexxiha, jekk qegħdin ngħidu li dan huwa fl-aħjar interess tal-ġustizzja.", "Dan jista' anke jgħin lill-maġistrat.", "L-esperjenza tiegħi għallmitni, Madam Speaker, li r-riżultat ta' dibattitu huwa li jagħmel ġudikant aħjar.", "Meta inti għandek avukati tajbin jiddibattu punt ta' liġi u anke interpretazzjoni ta' fatt u jagħmlu l-kontro-eżami tax-xhieda, il-ġudikant huwa msaħħaħ.", "Daqshekk ieħor il-ġudikant m'huwiex imsaħħaħ meta għandu livell ta' avukatura li m'hijiex għolja biżżejjed.", "Irrid ngħid li l-Onor.", "Mangion għandu kompitu diffiċli fil-kwalita' tiegħu ta' ministru tal- ġustizzja, pero' jiena konvint li se jkompli jixtarr - dan huwa proċess li ma tagħmlux mil-lum għal għada - għar-reżistenzi, u se jsib li huma anke reżistenzi validi.", "Mhux qed ngħid reżistenzi sempliċement għall-gost li xi ħadd jirreżisti imma ħafna drabi jkunu reżistenzi ġejjin minn raġunijiet li jipprovaw jikkonvinċuk bihom, anke għax ma ssibx nies li jkunu ppreparati biżżejjed biex jiġu jgħinuk.", "Dik ukoll hija diffikulta' kbira, pero' jien nixtieq nara lill-Ministru Mangion ikompli jaħseb fuq din it-triq ħalli forsi bħala ministru tal-ġustizzja jkollu l-unur li jgħid li hu introduċa dawn l-emendi li forsi xtaqt nintroduċi jien meta kont ministru tal- ġustijzza pero' għal raġuni jew oħra dawk l-affarijiet li xtaqt nagħmel mhux kollha rnexxieli nagħmilhom.", "Sinjura President, f'dan l-abbozz ta' liġi hemm żewġ partijiet li fihom nara ċerta preokkupazzjoni.", "Qed ngħid għall-aspett fejn jitkellem dwar ix- xhieda li tingħata f'kumpilazzjoni, għax jekk id-depożizzjoni li jkun ta xhud quddiem il-maġistrat ma taqbilx mad-depożizzjoni li jkun ta quddiem il- Qorti Kriminali Superjuri, l-implikazzjoni hi - mhux qed ngħid li neċessarjamnet huwa hekk - li minflok kif qiegħda ritenuta sal-lum, jiġifieri li dik id-depożizzjoni li jkun ta quddiem il-maġistrat tista' tużaha biex tikkontrolla u tikkontradiċi d-depożizzjoni differenti li qed jagħti l-istess xhud quddiem il-Qorti Kriminali - quddiem il-ġurija biex nitkellmu dwar il-ġeneralita' tal-każijiet - il-ġurija tista' tagħżel bejn id-depożizzjoni li jkun ta quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u d-depożizzjoni li jkun ta fi stadju ulterjuri quddiem il-ġuri.", "Issa din hi perikoluża mhux f'sens ta' diffikulta' li l-ġurija jista' jkollha biex tivvaluta bejn xhieda u xhieda oħrajn - dan diġa' huwa xogħol diffiċli - u lanqas f'sens ta' diffikulta' sabiex ġurija tivvaluta bejn il-metodu kif ingħatat ix- xhieda quddiem il-maġistrat u kif imbagħad meta xehed wara tikkontrolla dik il-depożizzjoni bix-xhieda li tkun ingħatat qabel, imma issa qegħdin ngħidu li l-istess xhud ikun ta żewġ depożizzjonijiet differenti, waħda quddiem il- maġistrat li fiha l-ġurati ma kienux preżenti u l-oħra quddiem il-ġurati, u issa l-ġurati għandhom ix-xelta li jagħżlu.", "Din hi perikoluża għax ċertament hawnhekk issa qegħdin ngħidu li xhud ma tikkontrollahx bil- kontradizzjonijiet tiegħu imma tagħżel depożizzjoni li jkun ta a differenza ta' depożizzjoni oħra.", "Issa wieħed jista' jgħid: Jiena aktar nemmen dak li għidt int qabel milli qed nemmen dak li qed tgħid int illum.", "Pero' billi hawnhekk qegħdin f'kamp ta' dritt penali, fejn il-prosekuzzjoni trid tipprova, il-prova trid tkun tali li ma tħalli l-ebda dubju ddettat mir- raġuni f'moħħ min se jiġġudika.", "Din hi sitwazzjoni fejn il-prova - hawnhekk għall-mument qed nillimita ruħi li hija prova tal-prosekuzzjoni - hija kontradittorja minnha nnifisha, fl-istess xhud tiegħu nnifsu, għax minflok ma tgħid li tista' nemmen lix-xhud f'kollox, tista' nemmen lix-xhud f'parti u tista' ma temmen lix-xhud f'xejn, hawnhekk qed tgħid li tista' temmen xhud f'depożizzjoni li ta darba u ma temminx lix-xhud f'dak li qed jgħid illum.", "Allura din qed tikkrea problema li tista' tkun serja fil-kamp tad- dritt penali u jista' jkollha konsegwenzi serji.", "Jien sinċerament naħseb li jekk se nimxu b'dan il-mod se nkunu qed inpoġġu piż qawwi kemm fuq il-ġurija, kemm fuq l-imħallfin, meta jiġu biex jidderieġu lill-ġurati in materja, u kif ukoll fuq il-Qorti ta' l-Appell ta' kif se tivvaluta depożizzjoni u kif se tivvaluta depożizzjoni oħra.", "Għalkemm il-Qorti ta' l-Appell mhux dejjem fl-interpretazzjoni tagħha rriflettiet dak li kellna f'rasna jien u oħrajn - aħna li kellna x'naqsmu ħafna fil-metodu ta' kif ġie fformolat il-poter tal-Qorti ta' l-Appell - pero' dejjem hemm din is-sitwazzjoni kontrastanti, mhux bejn xhieda differenti fil-proċess imma tax-xhud li jiġi ttrattat differentement fl- istess proċess.", "Din is-sitwazzjoni jien naraha daqsxejn diffiċli għalkemm nifhem ir-raġuni għaliex għandha tiġi introdotta.", "Jien m'iniex ngħid li l- Ministru qiegħed jintroduċiha sempliċement biex insalvaw il-prosekuzzjoni minn sitwazzjonijiet li forsi mhux dejjem qed jirnexxu, għax ma narax li dan huwa l-movent warajh.", "Il-movent tal-Ministru huwa biex jara li ssir ġustizzja kemm jista' jkun fis-sustanza fil-konfront ta' akkużat, pero' irridu nifhmu li issa se nqiegħdu piż enormi fuq min se jamministra l- ġustizzja, li issa mhux biss se jimxi fuq: Jiena li smajt xhud viva voce u għandi d-dritt nemmnu f'kollox, jew nemmnu f'parti, jew ma nemmnu f'xejn, u nista' nikkontrollah abbażi ta' depożizzjonijiet li huwa jkun ta qabel; imma għandi dritt ngħid ukoll: Jien se nemmen dak li qal qabel mhux viva voce quddiemi imma quddiem xi ħadd ieħor - f'dan il-każ qed nillimita ruħi għall-maġistrat fl-istadju ta' kumpilazzjoni - anzi nemmen dak li qal qabel u mhux dak li qed jgħid issa.", "Dan huwa proċess diffiċli għal kull min se jamministra l-ġustizzja li jista' jagħti lok anke għal konsegwenzi serji, anke fil-kontest l-aktar wiesa' tal-preżunzjoni ta' l-innoċenza ta' akkużat.", "Sinjura President, jien nemmen li dan qed isir fl-interess tal-ġustizzja.", "Voldieri l-proposta li qed jagħmel il-Ministru in parti hija ispirata minn dik il-kawża li għamilna riferenza ħaliha fejn, fil-fehma tiegħi, l-ewwel qorti tat valutazzjoni skorretta tas-sitwazzjoni kif trid issir u speċi obiter dictum tal-Qorti ta' l-Appell Kriminali li wieħed qed jipprova jiġbor madwarha l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Jien ma naqbilx ma' dan l-abbozz ta' liġi għalkemm jien konvint li l-motiv warajh huwa tajjeb.", "Jiena naħseb li din hija sitwazzjoni daqsxejn diffiċli li se tiġi rikjesta minn kwalunkwe ġudikant, aktar u aktar meta dan ikun ġudikant popolari, voldieri jkun ġurat.", "B'hekk se nqiegħdu piż fuq il-ġurat u nistgħu nagħmlu anke a miscarriage of justice u ma jkunx ġust ma l-istess ġurat li nqiegħduh f'din is-sitwazzjoni.", "Nifhem is-sitwazzjoni diffiċli li ħafna drabi forsi ġudikanti u l-Qorti ta' l-Appell jistgħu jsibu ruħhom fiha f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Sinjura President, b'riferenza għal subartiklu (2) ta' artiklu 646, qed ngħidu li:", "\"minflok il-kliem \"tista' tinġieb bħala prova jekk -\" għandhom jidħlu l-kliem \"tista' tinġieb bħala prova:\" ...\",", "- u issa se nikkwota direttament mill-Kodiċi Kriminali -", "\"ix-xiehda tax-xhieda ...\"", "- u nippreferi li kieku nużaw it-terminu ta'\"depożizzjoni tax-xhieda\" -", "\"... sew kontra kemm favur l-imputat jew l-akkużat, kemm-il darba tkun ittieħdet bil-ġurament matul il-kumpilazzjoni ...\".", "Issa bil-proposta tal-Ministru subinċiż (a) ta' subartiklu (2) ta' artiklu 646 qed jitneħħa.", "Dan kien jgħid li tista' tinġieb bħala prova jekk -", "\"ix-xhud ma jkunx preżenti fil-qorti biex jixhed fil-ħin tal-kawża u l- parti li kontra tagħha x-xhieda tkun sejra tinġieb bħala prova taċċetta u l-qorti jkun jidhrilha sewwa li tippermetti li dik ix- xhieda tinqara;\"", "Jien nista' ngħid li proprju ftit ġranet ilu kelli ġuri u sibna li din id- dispożizzjoni hija tajba u ma kienx hemm għalfejn noqogħdu ninsistu li jinġieb ix-xhud għaliex konna nitilfu ż-żmien u forsi konna nikkreaw anke xi problemi tekniċi.", "Jien naħseb li dak is-subinċiż - forsi niddiskutuha fl-istadju tal-Kumitat - huwa tajjeb li jinżamm għaliex jekk jinżamm dak is- subinċiż hemm diversi drabi fejn waqt ġuri stess ngħidu li tinqara' d- depożizzjoni li xhud ikun ta quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u naċċettawha bħala prova.", "Ħafna drabi dan fih innifsu huwa metodu aktar spedit.", "Naturalment hemm aspetti fejn din ma ssirx imma hemm ħafna drabi fejn din issir u ssir b'mod ekwu u b'mod li jkun fl-interess tal-ġustizzja li effettivament hekk isir u nevitaw ħafna provi żejda fejn ittella' n-nies biex tara jekk dak li jkun kellux liċenzja tas-sewqan, jekk kellux liċenzja li jżomm arma, jekk kellux liċenzja tal-karrozza, jekk il-karozza kenitx assigurata u affarijiet bħal dawn.", "Ħafna drabi aħna ngħidu li dik ix-xhieda tista' tinqara u allura ssir prova fil-proċess mingħajr in-neċessita' li tiskomoda lin-nies u ttellef ħafna mill-ħin tal-ġurati għal dak li jirrigwarda prova u dan jibda jgħid li għadu mhux qed jiftakar fuq hekk, mentri effettivament ikun hemm affarijiet oħra, u allura huwa għaqli li jsiru b'dan il-mod.", "Voldieri jiena nappella lill-Ministru biex wara li jieħu l-pariri neċessarji jikkonsidra jekk is-subinċiż (a) għandux jibqa'.", "Sinjura President, jien m'iniex qed naqbel mas-sistema kif qed tiġi indikata llum u qed ngħid li tista' tagħti lok għal diffikulta'.", "Jien kont qed nitkellem dwar meta l-Qorti tal-Maġistrati tkun semgħet ix-xhud u l- akkużat jinsab akkużat quddiem il-Qorti tal-Maġistrati sedenti bħala qorti ta' kumpilazzjoni.", "Pero' issa permezz ta' subklawsola (b) (ii) ta' klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi qed immorru aktar 'il bogħod għax hawn qed ngħidu xi ħaġa differenti.", "Din tgħid li:", "\"fis-subartiklu (4) tiegħu ...\"", "- b'riferenza għal artiklu 646 - \"... minflok il-kliem \"bħal ma jingħad f'artiklu 550.\" ...\"", "Issa qed nitkellmu fuq il-maġistrat ta' l-inkjesta, usando l-kelma \"inkjesta\" għal dak li jissejjaħ proces-verbal, meta m'hemmx akkużat, meta jista' jkun hemm bniedem indizjat pero' ma jkunx jifforma parti mill- proċess u din ix-xiehda tingħata lill-maġistrat inkwirenti u mhux lill- maġistrat kumpilatur.", "U hawnhekk qed jingħad li:", "\"bħal ma jingħad fl-artikolu 550 u x-xiehda tax-xhieda annessa mal- proces-verbal tista' tinġieb bħala prova sew kontra sew favur l- imputat jew akkużat bla ħsara għad-dispożizzjoni tal-proviso ...\",", "liema proviso nsibu fi klawsola 3, li jgħid li għandhom japplikaw:", "\"basta li x-xhud jinġieb ukoll fil-Qorti biex jiġi eżaminat viva voce kif provdut fis-subartikolu (1) ħlief jekk ix-xhud ikun mejjet, ikun barra minn Malta, ...\".", "Issa din ċertament hija perikoluża, kif diġa' qalu l-kollegi tiegħi, l- Onor. Jose' Herrera u anke l-Onor.", "Tonio Borg.", "Għaliex hija perikoluża?", "Jiġri li fil-proces-verbal - u sewwa hemm fil-proċess tal-liġi li l- maġistrat li qed jagħmel l-inkjesta għandu jiġbor il-provi tal-proċess, dak li mbagħad insejħulu ir-repert, preċiżament biex jikkonserva l-provi, kemm il-provi in genere u kemm il-provi tad-depożizzjoni tax-xhieda - dawn il- provi li jinstemgħu wkoll bil-ġurament u ħafna drabi jinstemgħu jew il- qorti jew anke, mhux rari, fil-depot tal-pulizija, fejn xhud għandu xi drabi l-vantaġġ li f'moħħu jkollu stampa ċara u friska ta' sitwazzjoni li tkun għadha kemm seħħet.", "Pero' hawnhekk għandna wkoll il-piż emozzjonali, li wieħed irid jissottolinea, taċ-ċirkostanzi ta' wieħed li jrid ipattiha, taċ-ċirkostanzi fejn wieħed irid iweġġa', taċ-ċirkostanzi fejn wieħed ikun aktar furjuż, taċ-ċirkostanzi fejn wieħed qiegħed jaġixxi animat, biex ngħid hekk, mill-każ li jkun għadda minnu, li allura ħafna drabi jkun colorit b'kulur li mhux neċessarjament ikun il-kulur tal-verita'.", "Mhux biss, Sinjura President, hemm sitwazzjonijiet aktar diffiċli imma hawnhekk lanqas għandek il-kontroll tad-difensur għax m'hemm ħadd akkużat.", "Meta m'hemmx akkużat m'hemmx difensur u mela allura hawnhekk għandek sitwazzjoni fejn xiehda li ngħatat f'dawn iċ-ċirkostanzi kważi ta' natura eċċezjonali, din id-depożizzjoni se jkollha s-saħħa mhux bħala depożizzjoni biex tikkontrolla imma bħala depożizzjoni valida fiha nnifisha.", "Sinjura President, fil-qrati ġieli kien isir l-iżball li fil- kumpilazzjoni kienet tinqara d-dikjarazzjoni li x-xhud ikun għamel fil- proces-verbal sabiex jikkonferma x-xiehda tiegħu.", "Dan ġie ġġudikat li kien żbaljat - ma jistax isir hekk għax dik m'hijiex xiehda viva voce - u allura ġew annullati diversi proċessi preċiżament għaliex ix-xiehda li tkun ingħatat fil-kumpilazzjoni tkun depożizzjoni li tikkonferma dak li x-xhud ikun qal fil-proces-verbal.", "Huwa veru li ħafna drabi tkun l-istess imma ma tridx tara meta ħafna drabi tkun l-istess imma meta l-affarijiet jistgħu jkunu differenti u hemmhekk trid tara li l-proċess tal-ġustizzja għandu jsir tajjeb.", "Irrid ngħid li minħabba din il-klawsola li għandu dan l- abbozz ta' liġi, naħseb li jkun aktar għaqli jekk fl-istadju ta' Kumitat il- Ministru jerġa' jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu.", "Jien nemmen li jekk hemm depożizzjoni fil-proces-verbal ...", "Il-liġi stess tgħid li dak li hemm fil-proces-verbal - qed nitkellem fuq artiklu 550 - jista' jagħmel prova, pero' jista' jagħmel prova fil-kontenut tal-proces- verbal, jista' jagħmel prova li forsi tista' tużaha biex tikkontrolla x- xhud li jkun qed jixhed viva voce.", "Jien nemmen li xhud għandu jiġi kkontrollat għax mill-kontroll tax-xhud tinħareġ il-verita', pero' l- verita' ma tinħariġx minn xhud li inti tgħidlu li fid-depot tal-pulizija ta depożizzjoni fil-furja tal-mument u wara ta depożizzjoni oħra u għalhekk inti tista' tagħżel temminx dak li qal fil-furja tal-mument jew dak li qal wara.", "Jien naħseb li dan huwa żbaljat għax hawnhekk nistgħu nirrikorru għas-sitwazzjoni ta' miscarriage of justice iktar aċċentwata.", "Sinjura President, ta' min jgħid li hemm dispożizzjoni simili ħafna fil- kumbattiment kontra d-droga.", "Biex ngħid hekk jien lest li nagħmel strappo, anke għal dak li tant nemmen fih, f'sitwazzjoni fejn is-soċjeta' trid tiddefendi ruħha minn pjaga li għandu l-pajjiż.", "Dan jien qed ngħidu b'riluttanza kbira għax ma tantx naċċetta li jkun hemm breaches fid- drittijiet fundamentali.", "Hemm min qal li dan m'huwiex dritt fundamentali bħalma, per eżempju, qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Tonio Borg, pero' jien għandi d-dubji tiegħi dwar dan.", "GĦall-proċess huwa fundamentali li xiehda mogħtija taħt l-ebda kontroll veru ta' l-iktar parti interessata, ċioe' l- akkużat, tiġi annessa bħala xiehda fil-kontest ta' l-akkużat mhux biex tikkontrolla lil dak ix-xhud imma bħala prova li allavolja contro-detta mill-istess xhud li jkun qed jixhed viva voce tagħżel depożizzjoni tiegħu magħmula fil-proces verbal u mhux dik id-depożizzjoni kif ikkontrollata mill-ġurati, mid-difensur, mill-prosekuzzjoni jew mill-qorti stess.", "Jien naħseb li dan huwa żbaljat u għalhekk nappella lill-Ministru Mangion biex din jerġa' jikkonsidraha għax biha ma naħsibx li nkunu qed ngħinu l- amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Fil-ġlieda kontra d-droga diġa' għamilna strappi ma' ċerti prinċipji bħal, per eżempju, mad-depożizzjoni tal- kompliċi u għamilnieha li għandha valur.", "Ta' min jgħid li jien kont involut f'każ simili bħala avukat u għalhekk stajt nara kemm din tista' tinħadem ħażin u kemm jistgħu jsiru żbalji kbar fiha.", "Sinjura President, pero' l-esperjenza tiegħi ma għandhiex rilevanza partikolari għax jien nemmen ukoll li, biex ngħid hekk, din il-pjaga partikolari ħolqot sitwazzjoni ta' emerġenza fil-ġlieda kontra d-droga u għalkemm din tmur kontra l-persważjoni personali tiegħi jien lest naċċetta li f'sitwazzjoni ta' gravita' - din hija sitwazzjoni ta' gravita' - għandu jkun hemm ċerti miżuri eċċezzjonali.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Herrera qed jgħidli li għandu xi kawża kostituzzjonali f'dan il-kontest.", "Veru li qed nersqu lejn il-border line, bejn dak li huwa legali u dak li huwa illegali, u jien nifhem il-volonta' kbira ta' dan il-pajjiż li jagħmel ġlieda kbira kontra d-droga, pero' naturalment għandna noqgħodu attenti li f'din il-ġlieda ma nikkommettux l-iżball li nagħmlu ġlieda kontra l- ġustizzja.", "Aħna ma nistgħux nissagrifikaw waħda għall-oħra għax it-tnejn huma importanti.", "Li napplikaw dan mhux bħala kontest eċċezzjonali - bħal fil-każ tad-Dangerous Drugs Ordinance - imma bħala prinċipju tad-dritt penali, wisq nibża' li nkunu qed nattakkaw il-Kodiċi Kriminali b'aspetti li jistgħu jxellfu l-prinċipji ta' dan il-proċess kriminali.", "Sinjura President, aħna nemmnu li l-proċess kriminali huwa bilanċ sħiħ bejn id-drittijiet ta' l-akkużat u dawk tal-prosekuzzjoni.", "Meta aħna nsemmu l-preżunzjoni ta' l-innoċenza ta' l-akkużat ma nkunux qed nagħmlu dan biex nagħmlu xi pjaċir lill-akkużat.", "Il-fatt li aħna għandna sistema fejn min jakkuża jkun jrid iġib provi li bihom min ikun se jiġġudika ma jrid jibqagħlu l-ebda dubju mill-ħtija ta' akkużat u jekk jibqa' xi dubju dan imur favur l-akkużat, ma jfissirx li qed nagħmlu xi favur lill-akkużat imma qed nagħmluh liċ-ċittadini ta' dan il-pajjiż li jkollhom jidħlu fil- qrati tagħna għax aħna rridu naraw li l-ġustizzja tkun qed issir.", "Jien m'iniex se ngħid dak li qal l-Onor.", "Herrera, jiġifieri li aħjar joħorġu lliberati għaxra li jkunu ħatja milli jeħel wieħed, għax ma neħux pjaċir nara lill-ħati joħroġ illiberat, pero' nweġġa' meta nara l-proċess tal- ġustizzja jaħdem biex jikkrea sitwazzjoni fejn min huwa innoċenti jinstab ħati.", "Jekk il-proċess tal-ġustizzja ma jiggarantix sitwazzjoni li min huwa innoċenti jinħareġ innoċenti aħna nkunu qed nagħmlu parodija mill-iktar ħaġa li ngħożżu, ċioe' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Madam Speaker, jien dejjem ngħid li l-ministru responsabbli mill- ġustizzja jkollu diversi diffikultajiet quddiemu.", "Sinċerament meta jien għamilt ħames snin f'din il-kariga kont qed inħoss piż enormi għax għalkemm jien kont nissejjaħ \"il-ministru tal-ġustizzja\" mhux jien kont qed namministra l-ġustizzja iżda l-qrati.", "Il-ministru tal-ġustizzja ma jistax jara jekk sentenza ngħatatx b'ġustizzja jew le, anzi Alla ħares jidħol f'ħaġa bħal din għax dan m'huwiex il-kamp tiegħu.", "Il-ministru tal- ġustizzja huwa sempliċement dak il-bniedem li jrid jassigura li l-organi ta' l-Istat li japplikaw il-ġustizzja jkunu qed jaġixxu b'mod indipendenti fix-xogħol tagħhom u b'mod sovran fil-limiti tagħhom biex jaraw li l- ġustizzja tkun qed issir skond il-liġi.", "Fil-fatt il-Parlament huwa sovran f'li jara li l-ġustizzja tkun qed issir skond il-liġi.", "Hawnhekk forsi nista' infakkar polemika kbira li kienet inqalgħet bejn l-Avukat Ġuże' Flores u l-Avukat Maurice Caruana Curran, dwar jekk għandhiex issir ġustizzja skond il-liġi jew liġi skond il-ġustizzja.", "Fil-fatt jien niftakar li dawn iż-żewġ avukati kienu għamlu dissertazzjoni sħiħa bejniethom - mingħalija dan kienu għamluh f'ġurnal lokali - liema dissertazzjoni kienet riġida, diffiċli u kumbattuta.", "Meta rajt dan kollu jien kont għidtilhom li huma qed jitkellmu fuq iż-żewġ naħat ta' l-istess midalja għax filwaqt li l-ġustizzja trid tkun skond il-liġi l-liġi trid tkun skond il-ġustizzja.", "Sinjura President, għalhekk illum jien lill-Ministru Mangion, li huwa responsabbli mill-ġustizzja u li qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi se ninsistilu li aħna bħala ministri tal-ġustizzja ma nistgħux napplikaw il- ġustizzja.", "Dak mhux kompitu tagħna u ma rridux li jkun il-kompitu tagħna.", "Hemm min għandu responsabbilta' legali quddiem Alla u quddiem is-soċjeta' Maltija li japplika l-ġustizzja, pero' aħna għandna ngħinu permezz ta' liġijiet ġusti li jagħmlu ġustizzja tajba.", "Jien naħseb li jekk wieħed jgħarbel dan l-abbozz ta' liġi jsib aspetti li huma pożittivi ħafna, pero' jsib ukoll aspetti li għalkemm saru b'intenzjoni tajba jistgħu jkunu perikolużi.", "Jien għalhekk nappella lill-Ministru biex fl-istadju ta' Kumitat jikkonsidra d-dibattitu sħiħ li sar f'din il-Kamra.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden liIl-Onor.", "Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 15 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - t-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - t-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - t-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Grazzi.", "Madam Speaker, il-bieraħ fl-aġġornament tkellem id-Deputat Nazzjonalista, l-Onor.", "Edwin Vassallo, u għalkemm ma kontx preżenti kelli l-opportunita' li nsegwi d-diskors li għamel minn fuq ir-radio mill-bidu sa l-aħħar.", "Jien stagħġibt bil-kummenti li għamel l- Onor. Membru rigward il-fatt li qegħdin jixxandru pubblikament l-ismijiet ta' negozji li fil-fehma tal-Gvern għollew il-prezzijiet wara li ġiet introdotta s-sistema l-ġdida ta' tassazzjoni.", "Aħna nirritjenu li din hija kritika inġusta għaliex ma nippretendux kliem bħal dan mingħand negozjant li suppost qiegħed hemmhekk biex jiddefendi l-interessi ta' sħabu r- retailers u n-negozjanti.", "Dan qed ngħidu in vista tal-fatt li jekk int trid tgħin lin-negozjanti trid tkun konsistenti f'kollox f'dan ir-rigward, mhux biss rigward is-sistema ta' tassazzjoni imma verament f'kollox.", "Per eżempju, il-ħabib tiegħi tan-naħa l-oħra ġej mill-Mosta, fejn għal iktar minn sena kien hemm kwestjoni taħraq dwar is-sistema tat-traffiku.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien naħseb li għandi dritt nagħmel analoġija.", "Il-kollega tiegħi jaf xi problema hemm man-negozjanti fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta minħabba t- taqliba fit-traffiku li saret ftit ta' żmien ilu.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Vassallo, nitolbok biex ma tinterrompix.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Madam Speaker, nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "Jekk il- kollega tiegħi ħassu tant qalbu ġulġliena li jiddefendi lin-negozjanti fuq il-kwestjoni ta' l-irreklamar, allura jmissu jaf li hu stess kien minn ta' quddiem fid-deċiżjoni li ttieħdet biex saret it-taqliba fit-traffic flow f'Constitution Street, il-Mosta.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Vassallo, jekk jogħġbok tinterrompix.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Se mmur lura għas-suġġett tinkwetax!", "Madam Speaker, l-Onor.", "Vassallo kellu sehem importanti f'dik id-deċiżjoni.", "Illum stess ċempluli negozjanti mill-Mosta wara li l-bieraħ semgħu l-intervent ta' l- Onor. Membru u qalu: Tajjeb!", "Mela għar-reklamar jagħmel interventi imma biex jaqbeż għalina fuq il-kwestjoni tat-traffic flow ma jgħid xejn.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, meta sar l-istrike tal-GRTU int kont l-uniku wieħed li ftaħt il-ħanut fil-Mosta!", "Madam Speaker, dan nixtieq nenfasizzah għaliex juri ipokrezija u nuqqas ta' konsistenza f'dak li għandu x'jaqsam fid-difiża ta' l-interessi tan-negozji.", "Aħna qegħdin nipprovaw mill-aħjar li nistgħu - għaliex il-kwestjoni saret politiċizzata - biex kemm jista' jkun qabel ma nieħdu d-deċiżjonijiet naslu għal xi forma ta' kompromess permezz ta' diskussjoni u djalogu.", "Dan huwa kuntrarju għal dak li kien isir qabel meta l-ewwel kienu jiġu mplimentati l-affarijiet imbagħad kienu taparsi bdew jiddjalogaw.", "Jien nistieden lill-Onor.", "Edwin Vassallo, li qiegħed hawnhekk quddiemi, biex meta jrid immorru f'Constitution Street u nkellmu lin-negozjanti wieħed, wieħed u naraw x'jinkwetahom l-iktar, jekk hux li jiġu mxandra pubblikament li jkunu qegħdin jabbużaw mis-sistema ta' tassazzjoni ġdida u jgħollu l-prezzijiet inġustament.", "Fil-fatt rajna li wara l-eżerċizzju li sar ċerti negozjanti li kienu għollew il-prezzijiet din il-ġimgħa spiċċaw biex raħħsuhom.", "(Interruzzjonijiet) Ħallik mill- biża'!", "Jien nistieden lill-Onor.", "Membru biex jiġi miegħi inħabbtu bieb, bieb fil-lokal tiegħu ħalli naraw x'jgħidulna n-negozjanti dwar x'qed iwassalhom biex inaqqsu l-prezzijiet, jekk hijiex is-sistema tat- tassazzjoni l-ġdida jew inkella r-reklamar ta' ismijiet ta' dawk in- negozjanti li jkunu qegħdin jabbużaw mis-sistema.", "Madam Speaker, jien ma nieqafx hawn, pero' rrid ngħid ukoll li qabel xejn meta jiġu biex jikkritikaw din il-miżura li qiegħed jieħu l-Gvern sabiex jipproteġi l-konsumatur l-ewwelnett iridu jaqblu bejniethom.", "Jieħdu stand u jgħidu li ma jaqblux mal-Gvern imma mhux wieħed jgħid mod u l-ieħor jgħid mod ieħor.", "Aħna nistgħu nassumu li, meta l-bieraħ iddikjara li mhux qed isir sew u li din hija attitudini ta' arroganza u ta' indħil, l-Onor.", "Vassallo kien qiegħed jitħaddet għan-nom ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, pero' donnu li mhux kulħadd jaqbel miegħu fil-partit f'dan ir-rigward u dan hu li jinkwetani.", "B'kumbinazzjoni dan ikkummentajt fuqu llum f'artiklu li ktibt fil-ġurnal \"l-orizzont\".", "Il-ħabib tiegħi, Silvio Vella, artikolista li jikteb regolarment fil-ġurnal \"in-nazzjon\" - ma nafx jekk qrahx l- artiklu l-Onor.", "Vassallo - nhar il-Ħadd li għadda fil-ġurnal \"il-mument\", f'artiklu li jismu \"Arroganza, Tmexxija Moderna u Prosit\" - u fuq il- prosit se mmur mill-ewwel - qalilna hekk:", "\"Naqbel ukoll mal-lotterija ta' l-iSnowball għax hekk biss aħna l- Maltin naslu biex nitolbu rċevuta.", "Ukoll naqbel mad-deċiżjoni tal- Gvern li jxandar pubblikament lil dawk il-kummerċjanti li jabbużaw u jgħollu l-prezzijiet.\".", "U dan mhux aħna qegħdin ngħiduh, Madam Speaker.", "Dan xi ħadd minn tagħhom qiegħed jgħidha.", "Dan l-artikolista kompla jgħid hekk:", "\"Dan il-punt kont qajjimtu fl-ewwel artiklu tiegħi wara l-elezzjoni u kkritikajt lill-Gvern Nazzjonalista li dan ma kienx qed jagħmlu meta dawn l-istess nies bl-attitudni tagħhom kienu qegħdin ixebbgħu lill- konsumatur.\".", "GĦalhekk jien nistaqsi lill-Onor.", "Vassallo li qiegħed hawn quddiemi: Inti taqbel ma' Silvio Vella?", "U qed nistaqsi din il-mistoqsija għaliex dan Silvio Vella qiegħed jiddikjara bl-aktar mod ċar u inekwivoku li huwa ma jaqbilx mal-pożizzjoni li ħa l-Onor.", "Vassallo l-bieraħ meta ntervjena fl- Aġġornament.", "Allura jekk hawn stat ta' inċertezza f'pajjiżna bħalissa m'huwiex fil-Partit Laburista, m'huwiex fil-Gvern Laburista, lanqas fl- ekonomija ta' pajjiżna u lanqas fin-negozju, imma fil-Partit Nazzjonalista għaliex bit-taħwid li għandhom bħalissa fl-Oppożizzjoni lanqas huma kapaċi jaqblu bejniethom f'dak li għandhom jgħidu biex jikkritikaw lill-Gvern Laburista!", "Madam Speaker, inkompli nżid li l-Onor.", "Edwin Vassallo, bħala retailer, mar tajjeb bit-tassazzjoni l-ġdida għaliex issa m'huwiex se jkompli jiġbor il-15% VAT minn fuq kull transazzjonijiet ndividwali li jagħmel mal- klijenti tiegħu.", "Meta qabel kien jidħol klijent kien irid joqgħod jiġbor il-15% kull darba u kull tliet xhur kien irid jibgħatha lill-gvern.", "U issa qiegħed jgħidilna li jippreferi jibqa' bil-VAT u jippreferi jibqa' kollettur tat-taxxa!", "(Interruzzjonijiet) Ngħidlek li qiegħed f'minoranza assoluta bħala retailer li tippreferi tibqa' kollettur tat-taxxa u toqgħod tiġbor il-15% minn fuq kull transazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, ma jistax ikun li tħallih għaddej b'dawn l-interruzzjonijiet kollha.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Vassallo, m'hemmx interruzzjonijiet aktar.", "Lilek il-bieraħ ma nterrompik ħadd.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Madam Speaker, jiena l-bieraħ qgħadt noqgħod nieħu paċenzja nisimgħu minn fuq ir-radju fil-karozza jgħid li x-xemx turik minn fil-għaxija u allura issa ma nippretendix li joqgħod itellifli mill-ħin tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Kompli Onor. Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Madam Speaker, is-sitwazzjoni hija li l-Onor.", "Vassallo jippreferi jiġbor il-15% fuq kull transazzjoni ndividwali u kull tliet xhur joqgħod jibgħat return lill-Gvern bil-flus li naturalment ikun ġabar mingħand il-klijenti meta llum lir-retailers ġibnihom f'sitwazzjoni li ma jiġbrux il-15% mingħand il-konsumatur u allura jistgħu jibagħtu return lill-gvern darba fis-sena.", "Jiena ma naħsibx li jista' jkun hemm xi ħadd li ma jaqbilx ma' din is-sistema għaliex żgur li b'li għamilna lir- retailers iffrankajnilhom ruxxmata xogħol u paper work.", "Allura jekk l- Onor. Vassallo jaqbel li għandha tidħol is-sistema tal-VAT għandu jgħid lil sħabu n-negozjanti madwar Malta u Għawdex, inklużi dawk fil-Mosta, li huwa jaqbel li għandhom joqogħdu jiġbru l-15% kull darba li jidħol klijent għandhom biex jixtri l-prodott u kull tliet xhur jibagħtuha lill-Gvern.", "F'dan il-każ pero' jrid jgħidilhom ukoll li, barra li jaqbel mas-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT li mliethom b'compliance obligations u li aħna neħħejnihom permezz tas-sistema ta' tassazzjoni l-ġdida, jaqbel ukoll mas- sistema tat-traffiku li hemm il-Mosta bħalissa li tant naqqsitilhom in- negozju.", "Fil-fatt sal-bieraħ stess kellmuni ħafna nies dwar dan għalkemm l- Onor. Membru qiegħed jgħid li mhux veru li naqsilhom in-negozju.", "Madam Speaker, meta tisma' interventi bħal dawn tinduna kemm l- Oppożizzjoni hija nkonsistenti u kemm hija Oppożizzjoni ppernjata fuq strateġija distruttiva u ntiża biss sabiex tfixkel lill-Gvern milli jwettaq il-mandat elettorali tiegħu.", "Pero' aħna kuntenti u kburin li wettaqna dak li wegħedna u ċerti li bis-sistema l-ġdida ta' tassazzjoni se naslu għall- għanijiet tagħna, tgħid xi tgħid l-Oppożizzjoni u jgħid x'jgħid l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nitkellem daqsxejn fuq il-bżonn ta' serjeta' u korrettezza fl-eżamijiet.", "Din hija l-ewwel esperjenza li qed ikolli bħala ministru responsabbli mill-edukazzjoni u mill-eżamijiet u, għalkemm ma naħsibx li jiena wieħed li twelidt il-bieraħ u li jiena naive, nista' ngħid li ninsab ixxukkjat bl-ammont ta' nies f'pajjiżna li jmorru kif imorru fl-eżamijiet - huma stess, qrabathom jew uliedhom - għaliex għandhom, jew jaħsbu li għandhom il-kuntatti, jippretendu li jgħaddu u jippretendu li xi ħadd ibagħbas il-marki biex jidħlu f'xi skola jew jingħataw xi promozzjoni jew impjieg.", "Jiena ngħid li bħalma nagħmlu tajjeb li nitkellmu aktar u nipprovaw indaħħlu kultura ta' serjeta' u moralita' fil-ħajja pubblika, hekk ukoll jeħtieġ li nitkellmu fuq il-bżonn serju ta' moralita' fis-sistema ta' l-eżamijiet.", "F'soċjeta' żgħira bħal tagħna, il-periklu li l-kuntatti personali jkunu aktar importanti minn kemm il-persuni jkunu ppreparaw ruħhom serjament għall-eżamijiet irridu nagħtu kasu.", "F'soċjeta' żgħira hemm il-periklu kontinwu li l-kuntatti personali jkunu aqwa u aktar b'saħħithom mir- regolamenti u mill-istituzzjonijiet li jkunu jeżistu, pero' jiena ngħid li minkejja din ir-realta' għandna nagħmlu minn kollox biex ikollna serjeta', indafa u korrettezza fl-eżamijiet.", "Inkella ma nkunux ġusti ma' dawk li jkunu studjaw u ppreparaw irwieħhom għall-eżamijiet imma għax m'għandhomx kuntatti personali, għax m'għandhomx min jgħaddilhom kelma, għax m'għandhomx ma' min jistgħu jagħmlu xi forma ta' pressjoni biex il-marki jiġu mbagħbsa sabiex jgħaddu, jinqatgħu lura.", "Jekk dan jiġri f'pajjiżna - milli nista' nifhem din hija tradizzjoni pjuttost twila - inkunu qegħdin niżvalutaw l-edukazzjoni u l-preparazzjoni serja kollha u nkunu qegħdin ningannaw lil min m'huwiex kapaċi - u jekk ma jkunx kapaċi aħjar ma jgħaddix u jipprepara ruħu sew milli jgħaddi taparsi - u lill-pajjiż kollu kemm hu.", "GĦaliex nistgħu nidħku bina nfusna, nistgħu nidħku b'xi wħud għal xi żmien imma żgur li meta niġu biex nitkellmu fuq is-sehem ta' Malta u kemm Malta hija kapaċi tilqa' għall-isfidi tagħha u għall-opportunitajiet li għandna fid-dinja tal-lum b'nies kapaċi, insibu li m'għandniex nies ippreparati tajjeb.", "Allura nkunu għamilna din il-parodija u din il-farsa għaliex m'hemmx mod kif neżaminaw u nikkontrollaw bis-serjeta' jekk ikollhomx il-ħila meħtieġa jew le biex jgħaddu.", "Għalhekk irrid nagħmilha ċara li jsiru kemm isiru pressjonijiet, ikunu x'ikunu l-aspettattivi u kienu x'kienu t-tradizzjonijiet f'dan il-qasam m'huwiex se jkun hemm logħob mal-marki ta' l-eżamijiet, ikunu x'ikunu dawn l-eżamijiet u jkunu f'liema livell ikunu, kemm jekk qegħdin nitkellmu fuq l-eżamijiet tal-Junior Lyceum, kemm jekk qegħdin nitkellmu fuq eżamijiet f'livelli ogħla u kif ukoll jekk qegħdin nitkellmu dwar eżamijiet pubbliċi.", "Is-serjeta' titlob li l-eżamijiet ikunu serji u għalhekk irridu naħdmu biex ikollna sistemi u metodi serji ta' kif isiru l-eżamijiet.", "Jiena wieħed minn dawk li ilni ħafna nikkritika eżamijiet stupidi jew sistema stupida ta' eżamijiet.", "L-eżamijiet iridu jkunu mod intelliġenti kif inkejlu x'ikunu tgħallmu l-persuni u m'għandniex ikollna xi sistema edukattiva li hija ppernjata biss fuq l-eżamijiet, fejn lit-tfal sempliċement nittrejnjawhom il-ħin kollu kif jgħaddu mill-eżamijiet u allura ma nagħtuhomx ċans ikunu kreattivi u ma nagħtuhomx ċans jitgħallmu jaħsbu u jesprimu ruħhom.", "B'dan il-mod inkunu qabbadnihom biss it-triq dejqa tar-ripetizzjoni u tagħlim bl-amment biex jgħaddu mill-eżamijiet u għalhekk din is-sistema rridu nitbiegħdu minnha.", "Aħna rridu nkunu umani, irridu ngħinu lit-tfal jifaċċjaw il-pressjoni ta' l-eżamijiet.", "Huwa għal dan il-għan li minn din is-sena bdejna s-sistema tal-helpline fejn offrejna għajnuna lil dawk it-tfal u l-ġenituri li ħassew li kellhom ħafna pressjoni.", "Jiena nittama li għad naslu fi żmien li ma jkollniex bżonn helplines ta' dan it-tip għaliex aħjar ma noħolqux problemi u pressjoni lit-tfal milli l-ewwel noħolquhom u mbagħad biex nieħdu l-prosit nipprovdulhom helpline.", "Kemm jista' jkun irridu nkomplu fit-triq li qbadna f'dawn l-aħħar xhur biex flimkien mal-kapijiet, ma' l-assistenti kapijiet u l-għalliema fl-iskejjel naslu biex ikollna sillabi, kotba u eżamijiet li jkunu ingranati flimkien, li jkun ċar min-naħa ta' l-għalliema x'inhu mistenni li jgħallmu, li jkun ċar għall-istudenti x'ikun mistenni li jitgħallmu u jkun ċar għal min jissettja l-karta ta' l-eżami x'tip ta' karta ta' l-eżami jissettja.", "U dan qed ngħidu għall-eżamijiet f'kull livell u mhux biss fis-sistemi edukattivi.", "Madam Speaker, nixtieq inkompli nenfasizza li waqt li hemm bżonn li jkollna ndafa, serjeta' u moralita' fis-sistemi ta' l-eżamijiet tagħna, hemm bżonn ukoll li nkunu umani.", "Għalhekk fost il-passi li ħadna f'dawn l- aħħar xhur, daħħalna wkoll għajnuna biex isiru l-arranġamenti meħtieġa għal dawk il-persuni bi bżonnijiet speċjali biex ikunu jistgħu jagħmlu l- eżamijiet.", "Ma jagħmilx sens li jkollna edukazzjoni inklussiva fejn ngħidu li rridu niftħu l-iskejjel għal kulħadd u mbagħad is-sistemi ta' l- eżamijiet ma' jeħdux ħsieb ukoll il-bżonnijiet diversi ta' min jagħmilhom.", "GĦalhekk ix-xogħol li twettaq s'issa mill-kumitat maħtur apposta min-nies mill-qasam tal-persuni b'diżabilita', mill-MUT, mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, fejn ħdimna flimkien sabiex naraw x'arranġamenti għandu jkun hemm għal persuni b'diżabilita', fil-fehma tiegħi, huwa mportanti ħafna.", "Issa rridu nkomplu naħdmu biex dawn l- arranġamenti jsiru aktar magħrufa mal-ġenituri u mal-persuni b'diżabilita' biex ikunu jafu x'arranġamenti hemm apposta għalihom u biex kemm jista' jkun innaqsulhom il-problemi u l-iżvantaġġi li għandhom f'dan il-qasam.", "Jiena nittama li fix-xhur li ġejjin inkunu qegħdin inxerrdu aktar x'inhu t- tagħrif u wkoll id-drittijiet tal-persuni b'diżabilita' f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistemi ta' l-eżamijiet.", "Fl-istess ħin, biex niżguraw li l-eżamijiet tagħna jkunu ndaf u trasparenti se nibdew indaħħlu u nsaħħu aktar b'mod serju d-dritt tar- reviżjoni tal-karta.", "Dan id-dritt, li xi ħadd li jkun mar ħażin f'eżami jkun jaf x'inhi r-raġuni li ngħata dik il-marka, huwa mportanti li jkun dritt serju għaliex b'hekk inkunu qegħdin inneħħu problema oħra li għandna fis-sistema tagħna ta' l-eżamijiet.", "Kultant ikun hemm suspett li xi ħadd qed jiġi ddiskriminat kontra - minħabba raġunijiet personali, raġunijiet politiċi jew raġunijiet oħra - u għalhekk biex inneħħu dawn it-tip ta' suspetti hemm bżonn li d-dritt tar-reviżjoni tal-karta ta' l-eżami jkun dritt serju u dritt imħaddem tajjeb.", "Jiena nħoss li sabiex niżguraw li jkollna aktar serjeta', aktar moralita' u aktar trasparenza fl-eżamijiet allura dan id-dritt tar-reviżjoni tal-karta għandu jkun f'kull tip ta' eżami li jsir f'Malta, anke għal dawk li huma eżamijiet pubbliċi sabiex b'hekk innaqqsu dawn is-suspetti u anke tagħrif li ma jkunx korrett.", "Per eżempju, waħda mid-diċeriji li kien hemm din is-sena kienet li l-pass mark għall-eżami ta' l-Ingliż għall-Junior Lyceum kienet 65.", "Kellu bżonn li f'pajjiżna wasalna għal-livell tant għoli ta' Ingliż li nagħmlu l-pass mark 65 u jgħaddu 52%!", "Kieku jiena l-ewwel wieħed li nieħu vaganza fit- tul!", "Sfortunatament pero' l-informazzjoni li għandi jien hija bil-kontra.", "Ir-riżultati tat-tfal tagħna fl-eżami ta' l-Ingliż tal-Junior Lyceum jindika xi problemi kbar u serji għad għandna f'dan il-qasam u kif tbaxxa l- livell ta' l-Ingliż f'pajjiżna.", "GĦalhekk irridu niddeċiedu li jew inbaxxu l-livelli tagħna biex ngħidu li f'pajjiżna s'hemm jistgħu jaslu t-tfal - pero' jekk nagħmlu hekk inkunu qed nikkundannawhom u nitfgħuhom lura - jew inkella ngħidu li għandu jkun hemm ċerti standards serji u nippreparaw u nedukaw lit-tfal tagħna għal dawn l-istandards.", "Jiġifieri m'hu veru xejn li l-pass mark ta' din is-sena ta' l-eżamijiet tal-Junior Lyceum kienet 65.", "Aħna se nkomplu nesiġu l-istandards u l-kwalita' pero' s'intendi ma rridux nesiġuhom biss mit-tfal tagħna iżda wkoll mill-għalliema.", "GĦalhekk huwa mportanti ħafna li nkomplu naħdmu f'din id-direzzjoni.", "Meta nitkellmu fuq eżamijiet ma rridux nitkellmu biss fuq eżamijiet miktuba imma rridu nitkellmu wkoll dwar l-eżamijiet orali, jew dawk li nsejħulhom interviews, biex tingħata promozzjoni fis-civil service jew biex tiġi reklutat.", "M'huwiex aċċettabbli, per eżempju, li sempliċi interview ta' ftit ħin - anke jekk tkun ta' siegħa - tkun biżżejjed biex wieħed jiġġudika jekk persuni b'esperjenza twila fil-qasam ta' l-edukazzjoni li jkunu taw ħafna xogħol tajjeb matul is-snin għandhomx jingħataw promozzjoni jew le.", "Jiena naħseb li għandna nipprovaw insibu metodi aktar ġusti, aktar serji u aktar trasparenti għal din is-sistema ta' interviews li ħafna drabi tkun miftuħa - mhux dejjem bir-raġun imma mhux dejjem bit-tort lanqas - għall-akkużi ta' diskriminazzjoni u preferenzi.", "Għalhekk hemm bżonn ukoll li naraw x'nagħmlu biex insibu proċeduri aktar serji f'dan il-qasam.", "Ta' min jgħid ukoll li minħabba li fl-aħħar snin żidna aktar eżamijiet li qabel kienu jsiru ma' bordijiet ta' eżamijiet barra minn Malta, irridu noqogħdu attenti li nesiġu serjeta' u korrettezza f'kull qasam, anke fl- eżamijiet tas-Sec u l-Matsec, għaliex huwa importanti ħafna li jkollna sistema serja u morali ta' l-eżamijiet.", "Inkella nkunu qegħdin niżvalutaw l- edukazzjoni u nkunu qegħdin nitfgħu lura lil dawk il-ħafna persuni li jistinkaw, li huma serji u li jaraw li jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex iħejju lilhom infushom iżda mbagħad, fil-punt importanti ta' l-eżamijiet - li ħafna drabi huwa l-bieb li jiftaħlek opportunitajiet ġodda jew li jagħlaqlek dawk l-opportunitajiet - isibu li r-riżultati ma jkunux jiddependu mis-serjeta' tal-persuni li jagħmlu l-eżamijiet imma għaliex dawn ikollhom kuntatti personali.", "Dan m'huwiex aċċettabbli u għalhekk jiena se nkompli naħdem biex kemm jista' jkun ikollna sistemi serji, morali, indaf u umani.", "Naħseb ukoll li f'pajjiżna rridu naraw li ndaħħlu aktar dik li tissejjaħ l-edukazzjoni tat-tieni opportunita' fejn min għal xi raġuni jew oħra ma jgħaddix l-ewwel darba minn xi eżami jkollu ċ-ċans u l-opportunita' li jerġa' jagħmel dak l-eżami.", "Naħseb ukoll li rridu nfittxu kif dik l- opportunita' li diġa' hija offruta f'diversi livelli tiġi offruta wkoll fid- diversi livelli anke aktar 'l isfel, per eżempju, fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum.", "Iżda qabel ma nieħdu mpenn bħal dan - żgur li għal din is-sena dan ma jistax isir - irridu nkunu ċerti li għandna l-mezzi u r-riżorsi li neħtieġu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum, it-Tlieta, 15 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAĦĦA - PERSUNI LI HUMA HIV POSITIVE", "7134.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'risposta għal kemm hawn persuni li huma HIV positive fejn intqal li n-numru ta' nies li huma HIV positive ma jistax jiġi stabbilit peress li din mhix kondizzjoni notifikata, dan ifisser illi d-Dipartiment tas-Saħħa ma għandu ebda idea ta' xi kemm hawn nies?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dawk li huma HIV positive illum, xi darba se jiżviluppaw AIDS, allura għandu jsir xi ħaġa biex id-dipartiment ikun jaf b'dan in-numru ħalli nkunu nistgħu nilqgħu għal każijiet ta' l- AIDS li se jiżviluppaw 'il quddiem?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Huwa magħruf li kien hawn 'il fuq minn 100 ruħ f' Malta li ttestjaw HIV Positive minn mindu ilu jsir it-test.", "It-testijiet tal-HIV isiru anonimament sabiex aktar nies jitħajru jagħmlu tests wara xi riskji partikolari.", "Madanakollu, statistika miġbura minn ċentri fejn isir l-ittestjar (i.e.", "Detox u Bank tad-Demm) tintuża wkoll biex titqies is-sitwazzjoni tal-epidemja fil-pajjiż.", "Xorta waħda mhuwiex possibbli tistima n-numru ta' nies li huma infettati u li ma ttestjawx jew lanqas f'xi pajjiż ieħor.", "Sadanittant id-Dipartiment huwa nvolut f'kampanji edukattivi sabiex jikber l-għarfien u jitnaqqsu r-riskju ta' mard.", "Għall-ewwel darba għandna konsulent fil-mard infettiv li għandu esperjenza vasta fil-marda HIV.", "ADOZZJONIJIET", "7135.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet is-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm hawn talbiet pendenti?", "Minn liema pajjiżi ġew it-tfal adottati?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba hija din:-", "Adozzjonijiet fl-1996 kienu 39:-", "Malta.............15 Rumania...........16 New Zealand........1 Moldavia...........1 Canada.............1 Pakistan...........1 Renju Unit.........4", "Adozzjonijiet sat-30 ta' Ġunju 1997 kienu 41:-", "Malta..............5 Rumania...........32 Renju Unit.........3 Columbia...........1", "Informazzjoni dwar proċeduri dwar adozzjoni hija sigrieta skond l-Artikolu 482(2) tal-Kodiċi ta' organiżżazzjoni u Proċeduri Ċivili u għalhekk l- informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "PSC - KAŻI TA' DIXXIPLINA", "7136.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi tad-dixxiplina quddiem il-PSC illum?", "Minn liema dipartimenti tal-Gvern huma dawk il-persuni li għandhom il-każ tagħhom pendenti?", "Ta xiex inhuma akkużati dawk il-persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PSC - KAŻI TA' DIXXIPLINA", "7137.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' dixxiplina quddiem il-PSC sena b'sena, mill-1987 'il hawn?", "Kemm kien in-numru ta' impjegati mkeċċija mis- Servizz Ċivili kull sena?", "Minn liema dipartiment kienu?", "Ta' xiex instabu ħatja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-każijiet ta' dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jinqasmu fi tlett kategoriji, dawn huma:", "i) każijiet dwar reati serji ta' dixxiplina li jiġu nvestigati mill-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku;", "ii) każijiet kriminali fil-Qorti li fihom ikunu nvoluti uffiċjali pubbliċi u", "iii) każijiet ta' tkeċċija mis-Servizz minħabba assentijiżmu minn fuq il- post tax-xogħol.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni għal kumplament tal-Mistoqsija.", "ĦABS ĊIVILI", "7241.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 5355?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5355 fis-Seduta numru 64 fit- 12 ta' Mejju 1997, u numru 6208 fis-Seduta numru 77 fid-9 ta' Ġunju 1997.", "MMA - SITI GĦAL YACHT MARINA", "7242.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4899, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju sabiex isir subject plan fuq yachting f'Malta mqabbad mill-Awtorita' Marittima u l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena informat li wieħed jista' jara r-Rapport imsejjaħ Yachting Development Subject Study fl-uffiċċju ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fl-Uffiċċju ta' l-Awtorita' Marittima, fil-Libreriji Pubbliċi u fl-uffiċċju tal-Kunsilli Lokali.", "Kopji tal-Public Consultation Summary ta' l-istess studju jistgħu wkoll jinxtraw mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għaldaqstant mhux il-każ li wieħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - DOLPHINARIUM", "7243.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6736?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-istandards li fuqhom ġie mibni d-dolphinarium ta' Baħar ic-Cagħaq huma dawk ta' ZOO LICENSING ACT tar-Renju Unit li jinkludu standards għaż-żamma tad-dniefel fir-Renju Unit.", "Barra minn dawn ittieħdu wkoll inkonsiderazzjoni dawk tal-European Association for Aquatic Mammals\".", "Barra minn hekk id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għamel numru ta' kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' liċenzja li ċerti data fuq id-dniefel trid tkun aċċessibbli għall-uffiċċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent.", "Dawn kienu mitluba min-naħa tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u ma jeskludux standards u kondizzjonijiet oħra minn dipartimenti oħra.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jżomm f'moħħu li l-obbligi u r-responsabbilta' tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, skond il-liġi huma fil-qasam tal-Ħarsien ta' l-ispeċi biss, u għalkemm id-Dipartiment jista' jiġbed l- attenzjoni ta' Dipartimenti oħra dwar ċerti każi u attivitajiet bħal per eżempju moħqrija ma' jistax jassumi din ir-responsabbilta' li l-liġi ma ttiħx poteri li jieħu passi fuqhom.", "P.A. - ĦLAS TA' DPF U ISC", "7244.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru issa jwieġeb il-misoqsija parlamentari numru 6739?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6739 ġiet mogħtija fis-seduta numru 91.", "KUNSILLI LOKALI - XOGĦOL FUQ BANKINI", "7245.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6572?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għada ma nġabritx kollha nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "7246.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6571?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-risposta issa ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 6571 fis-seduta 97.", "AMBAXXATURI", "7270.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4585, fejn ta l- flejjes li tħallsu bħala settling in allowances lill-ambaxxaturi sat-30 ta' April, 1997, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: a) għaliex hemm differenza kbira bejn is-somma mħallsa lill-Ambaxxatur Victor Camilleri fi Brussels (Lm1389) u lill-ambaxxaturi l-oħra (kollha bejn Lm3487 u Lm4227); u b) x'kienu s-somom l-oħra mħallsa bħalha settling in allowances lill- Ambaxxaturi sat-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "AWTORITA' TAD-DJAR - SKEMI", "7278.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru kuntratti mill-Awtorita' tad-Djar f'dawk li huma skemi mħaddma bħalissa?", "Kemm kien id-dħul ta' l-Awtorita' f'dawn l-iskemi mill-1/10/96 sat-30/6/97?", "Taħt liema skema daħlu dawn il- flus?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Taħt l-iskemi I, K u P saru 483 kuntratt.", "Id- dħul kien hekk:-", "|Skema |Ammont | |I |Lm 1,690,921 | |K |Lm 452,941 | |P |Lm | | |6,119 |", "AWTORITA' TAD-DJAR - VOT TAL-BINI TAD-DJAR", "7279.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm intnefaq s'issa mill-vot tal-bini tad- djar ta' l-Awtorita' tad-Djar għall-perjodu 1/10/96 sat-30/6/97?", "Fuq liema proġett intnefqu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra.", "Mill-ewwel t'Ottubru 1996 sat-30 ta' Ġunju 1997, l-Awtorita' tad-Djar nefqet Lm2,446,837.", "PTA - SIDIEN TA' KAROZZI TAL-LINJA GĦAWDXIN", "7280.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' sidien tal- karozzi tal-linja f'Għawdex li applikaw biex jixtru karozza oħra, skond il- ftehim li ġie ffirmat?", "Kemm-il sid diġa' xtara dawn il-karozzi?", "Minn liema pajjiż ġew?", "X'kondizzjonijiet speċjali ġew applikati għas-sidien Għawdxin u li ma applikawx għal dawk Maltin?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li kien hemm tmien sidien li applikaw għal disa' karozzi.", "Hemm sid li diġa' kellu fil-pussess tiegħu karozza tal-linja u ngħata permess jibda jużaha wara li jistalla fiha s- sistema ta' l-arja kondizzjonata u jimxi ma' l-ispeċifikazzjonijet maħruġa mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Żewġ sidien xtraw tliet karozzi prototype li kienu nġiebu Malta fl-1992 (waħda) u fl-1993 (tnejn) u li kienu nbnew skond l-ispeċifikazzjonijiet li kienet ħarġet dak iż-żmien l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Anzi f'dan il-każ, trid tkun stallata fihom is-sistema ta' l-arja kondizzjonata.", "Erba' karozzi oħra nxtraw mill-Ingilterra filwaqt li għaddej il-proċess għax-xiri ta' karozzi oħra wkoll mill-Ingilterra.", "Jiena nformat ukoll li l-ftehim li sar mas-sidien ta' Għawdex ma għandu l- ebda rabta ma' dak ta' Malta, ħlief għall-fatt li s-suq jiġi liberalizzat b'seħħ mill-1 ta' Jannar tas-sena 2000.", "Tajjeb li jingħad ukoll li l- coaches f'Għawdex jintużaw kemm għal xogħol bla skeda kif ukoll għal xogħol bi skeda.", "Il-coaches f'Malta jintużaw biss għal xogħol bla skeda.", "VETTURI - VETTURI LI QASMU BEJN MALTA U GĦAWDEX", "7281.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi u passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex u viċi versa fil-perjodu 16/6/97 sat-30/6/97?", "X'kien in-numru ta' persuni u vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex u viċi versa fil-perjodu 16/6/96 u t-30/6/96?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi u passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex u viċi versa fil-perijodi 16/6/97 sat-30/6/97 u s-16/6/96 sat-30/6/96 kien kif ġej:- | |Vetturi|Passiġġie| | | |ri | |16 - 30 ta' |25,097 |120,051 | |Ġunju, 1997 | | | |16 - 30 ta' |28,331 |122,667 | |Ġunju, 1996 | | |", "POSTIJIET STORIĊI - ŻJAJJAR", "7282.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in- numru ta' persuni li żaru siti storiċi li għandna f'Malta u Għawdex fejn tinżamm tali statistika, fil-perjodu 1/1/97 sat-30/6/97 kull xahar?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qed ikun hemm xi miżuri speċjali biex aktar persuni jżuru dawn il-postijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAN PAWL IL-BAĦAR - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "7283.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex parti sostanzjali minn San Pawl il-Baħar spiċċat bla dawl nhar l-Erbgħa 9/7/97?", "X'passi ttieħdu mill-Korporazzjoni Enemalta biex dan id-dawl ma jdumx maqtugħ u kemm ħaddiema ħadmu biex isewwu din il-ħsara?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-ħsara kienet ikkaġunata minn żbandola fuq il-linja ta' vultaġġ għoli fl-inħawi tal-By Pass ta' San Pawl il-Baħar.", "L-Inġinier u l-Gang tal-ħsarat ġew mill-ewwel infurmati bil-ħsara u, wara investigazzjonijiet, ġiet eliminata l-parti difettuża, u l-provvista ta' l- elettriku ġiet ipprovduta minn circuit alternattiv.", "In-numru totali ta' ħaddiema kien jikkonsisti fl-Inġinier, Technical Officer u gang ta' 4 min- nies.", "LONDRA - KUMMISSJONI GĦOLJA TA' MALTA", "7317.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna: (a) jekk huwiex veru li fil-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra il-Kummissarju Għoli żamm il-leave (stop leave) għall-membri tal- Kummissjoni kollha; (b) jekk huwiex veru li r-raġuni li ta hi li m'għandux staff biżżejjed; u (c) jekk dan hu veru, kif jirrikonċiljah mar-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 5485, magħmula mill-Onor.", "Adrian Vassallo li l-Kummissjoni Għolja għandha 5 MBO's u 11 LEP's u għalhekk hija l-akbar mission ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "LONDRA - KUMMISSJONI GĦOLJA TA' MALTA", "7318.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra wasal 20 minuta tard għal-laqgħa uffiċjali li kellu ma' l-ex ministru ta' l-esteri Ingliż Malcolm Rifkind u jgħidilna x'kienet ir-raġuni ta' dan ir-ritard?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra beda uffiċċjalment fit-3 ta' Frar 1997.", "Skond il-Protocol, waħda miż-żjarat tiegħu normalment tkun dik mas- Segretarju ta' l-Istat, l-Onor.", "Malcolm Rifkind.", "Din ġiet iffissata bi qbil għal nhar l-Erbgħa 26 ta' Frar fil-11.00 ta' filgħodu.", "Dan l-appuntament tħassar min-naħa ta' l-Onor.", "Rifkind.", "Sar appuntament ieħor għall-Erbgħa 5 ta' Marzu 1997 fil-10.45 ta' filgħodu.", "Il-Kummissarju Għoli wasal 10 minuti tard għax inqabad fit-traffiku ta' Londra.", "SETTUR PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "7324.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4350 u t-tweġiba mogħtija fil-21 ta' April, jista' l-Ministru jgħid għaliex s'issa l-impjegati tal- Malta Stock Exchange, Malta External Trade Corporation, Management Systems Unit, Sptar Zammit Clapp, Kunsill Lokali għadhom jiġu kkonsidrati mill- Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika bħala ħaddiema fis-settur pubbliku minkejja dak li qal ħafna drabi l-istess Ministru?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4350, l-impjegati tal-Malta Stock Exchange, Malta External Trade Corporation, Management Systems Unit, Sptar Zammit Clapp u l-Kunsilli Lokali għadhom ma ġewx ikkonsidrati bħala ħaddiema fis-Settur Pubbliku minħabba li l- eżerċizzju tar-reviżjoni tal-Gainfully Occupied Population għadu ma ġiex iffinalizzat.", "SKEJJEL - SKOLA TA' SANTA LUĊIJA", "7325.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn wieħed u ieħor se takkomoda studenti l-iskola tal-Junior Lyceum ta' Santa Luċija li se tinfetah f'Settembru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AVUKAT ĠENERALI", "7327.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux id-dipartiment kollu ta' l- Avukat Ġenerali se jiġi spustjat mill-Palazz għal Main Guard?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux id- Dipartiment kollu ta' l-Avukat Ġenerali ser jiġi trasferit għal Main Guard, liema post mhux kbir biżżejjed għal dan l-iskop."]} {"filename": "19970716_098d_par.doc", "date": "1997-07-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 98 L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 98", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "98", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 896", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 896", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 903", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL(IT-TIENI QARI) 904", "AĠĠORNAMENT 930", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 936", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 97 li saret fis-16 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ PUBBLIKU - NISA MPJEGATI", "5933.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm kien hemm nisa mpjegati fis-servizz pubbliku li ħadu 12-il xahar leave bla ħlas biex jieħdu ħsieb tfal taħt l-erba' snin, sena b'sena mill-1988 sa l-1995?", "Kemm minnhom irriżenjaw mill-impjieg wara li ħadu dan il-leave bla ħlas?", "Tista' din l-informazzjoni tinqasam skond id-dipartimenti differenti u skond il- grad ta' l-impjegati?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Wara li fis-Seduta Nru. 71 kont tajt tweġiba temporanja għal din il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru, issa qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dokument li jagħti t-tagħrif mitlub.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - INSTRUCTORS", "6346.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Cassar) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex instructors mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li għamlu sena kors dwar pedagoġija ma' l-istess dipartiment u għandhom ukoll grad mill-Universita' ta' Malta jenħtiġilhom jagħmlu wkoll il-PGCE fl-Universita' ta' Malta biex jieħdu l-warrant ta' għalliema?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Id-dipartiment iqis il-kors tal-pedagoġija bħala suffiċjenti biex jingħata l-permanent warrant jekk l-instructor miegħu jkollu wkoll 15-il sena esperjenza fit-tagħlim.", "Il-kors tal-pedagoġija waħdu, la fit-tul u lanqas fil-kontenut ma jitqies li hu ekwivalenti għal PGCE.", "Il-PGCE jirrikjedi li l-persuna diġa' kellha grad universitarju waqt li l-kors tal-pedagoġija m'hux ikkondizzjonat bl- istess mod.", "FONDAZZJONI EDEN", "6782.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4791, jista' l-Ministru jgħid min iħallas għat-tfal ta' l-iskejjel privati u tal-knisja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tissussidja sostanzjalment l-edukazzjoni tat-tfal bi ħtiġijiet speċjali fl-iskejjel tal- knisja.", "Dan tagħmlu peress li tħallas lill-facilitator ta' l-Eden Foundation is-salarju li hu daqs dak li jingħata lil persuni mpjegati mad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "S'issa dan is-servizz ma jinkludix it-tfal ta' l-iskejjel privati iżda jinkludi lit-tfal ta' l-iskejjel tal-knisja.", "Barra min hekk, ta' min ifakkar li l-gvern jgħaddi sussidju lill-Eden Foundation li jkopri 60% tas-salarji.", "Dawn is-salarji jinkludu l-programmi msemmija fil-mistoqsijiet preċedenti li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Indirettament it-tfal kollha li jattendu l-Eden Foundation, inklużi dawk ta' l-iskejjel privati u tal-knisja, qed jibbenefikaw mill- ftehim finanzjarju bejn il-gvern u l-Eden Foundation.", "FORZI ARMATI - BOMB DISPOSAL SQUAD", "6790.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu s-sejħiet għal interventi mill-bomb disposal squad tal-Forzi Armati ta' Malta f'dawn l- aħħar għaxar snin?", "X'forma ta' ordinanza militari kellha tittekilja din l- iskwadra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bejn l-1987 u l-1996 it-taqsima ta' l-explosive ordinance disposal - l-EOD - tal-Forzi Armati ta' Malta ssejħet għal 763 darba.", "Dawn is-sejħiet kienu jinkludu sejbiet ta' bombi, ġeneralment tat- tieni gwerra dinjija, kemm ta' l-ajru, ta' l-art kif ukoll mines, ordinanza militari ta' diversi tipi, theddid ta' tqegħid ta' bombi, logħob tan-nar maħdum illegalment u splussiv maħdum apposta bħala bomba, teknikament imsejjaħ improvised explosive device jew home-made bomb.", "Fil-lista li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hemm l-għadd sħiħ ta' l- ordinanza militari kif ukoll splussiv ieħor li t-taqsima ta' l-EOD eżaminat, qerdet jew iddisponiet b'mezzi oħra matul iż-żmien imsemmi.", "UNIVERSITA' - LECTURERS", "6883.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Universita' beħsiebha twaqqaf il-bord ta' l-għażla għall-grad ta' lecturers fil-psikoloġija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-bord ta' l-għażla għall-grad ta' lecturers fil- psikoloġija huwa diġa' mwaqqaf u għandu jiltaqa' meta l-membri kollha jkunu Malta, jiġifieri għal nofs dan ix-xahar.", "SKEJJEL SEKONDARJI - STUDENTI", "6995.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li matul is-sena li għaddiet kienu qed jattendu skola sekondarja?", "Kemm minn dawn hu mistenni li jkomplu l-istudju fil-livell post-sekondarju?", "Kemm minn dawn l-istudenti hu mistenni li jfittxu xogħol permanenti?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li kienu qed jattendu l-iskola fil-livell post-sekondarju?", "Kemm minn dawn l-istudenti hu mistenni li jfittxu x-xogħol u kemm minnhom mistennija li jmorru l- Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub qed inqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Dan it-tagħrif jinkludi biss fatti.", "L-Ordnijiet Permanenti tal- Kamra jagħmluha ċara li l-mistoqsijiet u t-tweġibiet parlamentari għandhom ikunu dwar fatti u mhux dwar spekulazzjoni.", "Għalhekk ma nistax inwieġeb il- partijiet spekulattivi tal-mistoqsija.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien nifhem li huwa diffiċli li jingħad kemm minn dawk l-istudenti li kienu jmorru f'xi skola post-sekondarja mistennija jfittxu x-xogħol u jmorru l-Universita', biss dan l-aħħar issorprendejt ruħi għax l-ETC meta tagħti dettalji dwar in-numru ta' nies li qed jirreġistraw għax-xogħol tirriferi biss għal professjonisti u ma tispeċifikax kemm minn dawn hemm gradwati.", "GĦalhekk ikun tajjeb jekk isir liaison bejn il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u l- Ministru tal-Ħarsien Soċjali f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-fatt, jekk m'iniex sejjer żball, diġa' saret mistoqsija parlamentari mill-Onor.", "Joe Cassar f'dan ir-rigward u għalija dan is-suġġeriment jagħmel sens għax inħoss li jekk nagħmlu tracer studies serji nkunu nafu x'qed isir minn dawk iż-żgħażagħ li ma jkomplux l-iskola wara li jagħlqu 16-il sena.", "Jien ġejt informat li l-ETC ma torganizzax l- istatistika tagħha b'dan il-mod imma naħseb li hemm bżonn li dan nibdew nagħmluh għax inkella nibqgħu ma nafux x'ikun qed jiġri miż-żgħażagħ tagħna meta jispiċċaw mid-dinja edukattiva tagħhom u jiġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien naqbel ma' dak li għadu kemm qal il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali perfettament, pero' safejn naf jien diġa' kien sar tracer study f'dan is-sens f'sena partikolari.", "Fil-fatt mingħalija li f'dan l-istudju, li kien sar mill-ETC, ġie traced jekk l-ischool leavers ta' dik is-sena komplewx bl-istudji tagħhom u jekk le fejn marru jaħdmu.", "GĦalkemm dan it-tip ta' studju jirrikjedi ħafna xogħol u ħafna riżorsi umani jien naħseb li ta' min jirrikmanda li jibqa' jsir b'mod regolari - anke jekk ma jsirx kull sena - u jekk jitwaqqaf kumitat mill-ministeru ta' l-edukazzjoni u kultura nazzjonali u l-ministeru għall-ħarsien soċjali dan iktar ikun jista' jseħħ.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-fatt id-direttur ta' l-ippjanar u żvilupp, is- Sur Joe Sammut, għamilli nota fejn qalli li t-tracer study li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Gatt kien isir minnu meta kien imexxi l-guidance and counselling unit.", "Ta' min jgħid li dan l-istudju kien jiġbor fih informazzjoni dwar dawk l-istudenti li jkunu għalqu s-16-il sena u allura lestew iż-żmien ta' l-edukazzjoni obbligatorja.", "Milli jidher, minn mindu ma baqax jaħdem f'dan il-unit, dan it-tracer study ma għadux isir u għalhekk hemm bżonn li jerġa' jibda jsir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien napprezza li huwa diffiċli li l- Ministru jgħid preċiżament x'inhu n-numru ta' studenti li se jkomplu bl- istudji tagħhom u x'inhu n-numru ta' studenti li se jibdew jaħdmu.", "Madanakollu jien naħseb li wieħed seta' ħa indikazzjoni minn dak li ġara fis-snin li għaddew.", "Jiġifieri għalkemm ma kontx nistenna li l-Ministru se jagħtini l-figuri eżatti, naħseb li għandu xi indikazzjoni x'ġara fis-snin li għaddew.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-fatt jien se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta' dawk l-istudenti li s-sena li għaddiet spiċċaw mis-settur sekondarju u komplew fil-livell post-sekondarju, pero' din il-lista ma tagħtix in-numru ta' dawk l-istudenti li ma komplewx l-iskola u x'sar minnhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, ma nafx nistax nistaqsi lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali jekk meta l-ETC ssemmi l-\"professjonisti\" hijiex qed tinkludi wkoll lil dawk in-nies li m'humiex gradwati.", "MADAM SPEAKER: Onor. Farrugia, il-mistoqsija trid tindirizzaha lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jagħtina indikazzjoni kemm studenti jkomplu sejrin bl-istudji tagħhom biex jidħlu l-Universita' u kemm studenti ma nkunux nafu x'sar minnhom wara li dawn jispiċċaw mill-iskola?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-aħħar snin it-trend kienet li jkun hemm xi 60% ta' l-istudenti li jkomplu bl-istudji tagħhom fil-livell post-sekondarju.", "Hawn ta' min jgħid li jien informat li aħna għandna iktar postijiet fis- settur post-sekondarju, jiġifieri dan is-settur jiflaħ għal numru ikbar ta' studenti.", "Fil-fatt fl-ewwel jiem li lħaqt ministru nġibditli l-attenzjoni li għandna naraw mill-iktar fis kif inkabbru l-opportunitajiet għaż- żgħażagħ tagħna fil-livell post-sekondarju għax hemm min mhux qed ikompli bl-istudji tiegħu minħabba li m'huwiex qed jiġi offrut opportunitajiet biżżejjed.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien naħseb li l-persentaġġ li semma l- Ministru ta' dawk l-istudenti li jkomplu bl-istudji tagħhom fil-livell post- sekondarju huwa wieħed għoli - u j'Alla dan ikompli jiżdied għax il-pajjiż kollu jibbenefika mill-istudju li jsir miż-żgħażagħ tagħna - madanakollu nixtieq nistaqsi lill-Ministru kif dan il-persentaġġ jikkompara ma' dak ta' pajjiżi oħra Ewropej għax safejn naf jien għadu baxx, iktar u iktar meta mbagħad inqabblu l-persentaġġ ta' dawk l-istudenti li jmorru l-Universita', li jekk m'iniex sejjer żball jinżel għal xi 25%, jew saħansitra għal persentaġġ inqas.", "GĦalhekk f'dan il-kontest nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk il-Gvern preżenti għandux l-istess mira tal-Gvern preċedenti, jiġiferi li jgħolli n-numru ta' studenti li jkomplu fil-livell terzjarju għaliex il- qasam ta' l-edukazzjoni jgħin l-iskills ta' dan il-pajjiż, għax aħna kulma għandna bħala riżors huwa dak uman.", "Jaħseb il-Ministru li fis-snin li ġejjin se jsiru iktar żviluppi f'dan il-qasam ħalli finalment jinfetħu iktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, jekk tikkompara l-persentaġġ ta' dawk l-istudenti li jibqgħu sejrin bl-edukazzjoni terzjarja f'pajjiżna ma' dak ta' pajjiżi oħra ssib li aħna għad għadna persentaġġ baxx f'dan ir- rigward.", "Per eżempju, fil-Ġermanja - pero' hawn wieħed irid jikkonsidra li dan hu l-ikbar pajjiż fl-Ewropa - 90% ta' l-istudenti jkomplu jistudjaw fl- iskejjel post-sekondarji u huma ħafna dawk li jkomplu l-livell terzjarju.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li f'dawn l-aħħar snin il-persentaġġ ta' studenti li jkomplu l-livell terzjarju f'pajjiżna tela' għal madwar 18%, pero' aħna rridu naraw li dan il-persentaġġ ikompli jikber matul is-snin.", "Fil-pajjiżi li rrifera għalihom l-Onor.", "Gatt issa hemm it-trend li jgħollu l-eta' obbligatorja, li ma tibqax sa 16 imma ssir 17 u anke 18-il sena.", "Jien naħseb li jekk aħna rridu tassew insaħħu r-riżorsi li għandna u l-konċett ta' lifelong education u ma nibqgħux biss nitkellmu dwaru imma nibdew naħdmu fuqu biex insaħħuh tabilħaqq, irridu nsaħħu l-livell ta' meta suppost imorru skola.", "L-ewwelnett huwa kruċjali li nagħmlu impenn nazzjonali biex nipprovaw nipprovdu aktar opportunitajiet fil-livell post- sekondarju.", "Imma mbagħad jekk naħsbu biex ngħollu l-livell ta' l-eta' obbligatorja jien inkwetat ħafna li s-sistema edukattiva tagħna, anke kif inhija bħalissa sa 16-il sena, m'hijiex tieħu ħsieb biżżejjed il-bżonnijiet ta' dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jħossuhomx at home fis-sistema edukattiva kif inhi, u allura jew ma jmorrux skola - u jiena semmejt iċ- ċifra ta' 729 li ilhom aktar min-sena ma jattendu mingħajr ebda ċertifikat mediku - u dawk li jagħmlu żmien jassentu ruħhom.", "Jiġifieri naħseb li l- aħjar li l-ewwel niżguraw li s-sistema edukattiva kif inhi fil-livell primarju, sekondarju u post-sekondarju, toffri spazju lil dawk it-tfal li għal xi raġuni jew oħra diġa' jħossuhom li m'humiex at home.", "Meta qed nitkellmu fuq dawn iċ-ċifri jien naħseb li waqt li nsemmu li għaddew 52% għall-Junior Lyceum, jidher li f'dik l-eta' żgħira għandna problema mhux ħażin biex niżguraw li s-sistema edukattiva tagħna toffri opportunitajiet tajbin lil dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux ippreparati kulturalment biex jistudjaw u jkomplu jistudjaw.", "Jien naħseb li għad baqgħalna ħafna x'naqdfu anke fil-qasam primarju.", "SKEJJEL - APPRENDISTI TAT-TELEMALTA", "7036.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando): staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm apprendisti tal-Korporazzjoni Telemalta li qed jistudjaw fl-iskejjel post-sekondarji fl-ESTS u fit-TAS?", "F'liema korsijiet qegħdin u f'liema sena tal-kors qegħdin?", "Isir xi monitoring ta' dawn l- istudenti waqt il-fażi tax-xogħol mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, anke din l-istatistika li se nagħti issa torbot ma' dak li konna qed ngħidu qabel u turi kemm tassew għad baqgħalna x'naqdfu.", "In-numru ta' apprendisti sponsorjati mit-Telemalta li huma fl-iskejjel (istituzzjonijiet) post sekondarji u li qegħdin fl-iskema t'apprendistat ESTS u TAS huwa 37.", "L-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi f'liema kors qegħdin u s-sena li qegħdin fiha.", "Ir-responsabbilta' tal-monitoring ta' dawn l-istudenti waqt il-fażi tax- xogħol hija ta' l-ETC, skond l-Att XXXVIII ta' l-1990 li estratt minnu qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li l-iskemi ta' l-ESTS u tat-TAS ċertament għandhom valur kbir, speċjalment illum fejn wieħed qed jitkellem fuq taħriġ ta' nies li jidħlu f'kamp fejn ir-riżorsi tagħna jridu jkunu mħarrġa, jidhirlu l-Ministru li l-konċett ta' l-ESTS u tat-TAS għadu wisq marbut mal- konċett antik ta' kif wieħed jitgħallem trade.", "Naħseb wasal iż-żmien li lkoll flimkien nikkonċentraw ħafna iktar lejn kif id-dinja tal-lum hija miexja u f'dan il-kontest jaħsibx ukoll il-Ministru f'termini ta' kulleġġ vokazzjonali - fil-fatt din konna pproponejniha fil-programm elettorali tal- Partit Nazzjonalista, pero' ma naħsibx li hija proposta li għandha taqsamna politikament - li jista' jintegra l-ESTS u t-TAS b'metodi moderni u jimraħ ħafna iktar f'oqsma fejn illum għandna bżonn nies imħarrġa, fejn nies qed jiġu mħarrġa b'ħafna sforzi tagħhom stess.", "Jien nista' nsemmi computer technicians, computer programmers, artisti grafiċi, printers u oħrajn.", "Illum hemm diversi oqsma fejn wieħed jista' jespandi l-idea ta' kulleġġ vokazzjonali - biex ikun jista' jakkwista ċertifikati fuq l-esperjenza li għandu - flimkien ma' l-idea tan-national minimum qualifications għal min ikun qabeż l-eta' biex ikollu t-taħriġ formali.", "Ċertament li jenħtieġ l- investiment ta' dan il-Gvern biex anke f'dan il-qasam ta' taħriġ vokazzjonali u taħriġ tekniku nagħmlu l-pass bżonnjuż 'l quddiem u nipprovdu l-iskills neċessarji għall-espansjoni ta' pajjiżna.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR, EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, ċertament naqbel li dik il-proposta m'għandhiex taqsamna u m'hijiex se taqsamna politikament.", "Fil-fatt jiena għamiltha ċara li x-xogħol preparatorju li sar biex jitwaqqaf dak il- kulleġġ li aħna ħassejna - mhux jiena, fl-omnixxenza tiegħi, imma dak il- grupp ta' nies flimkien ma' l-uffiċjali tad-diviżjoni u nies minn dan il- qasam - li nistgħu nibnu fuqu, ċertament mhux se jitwarrab u se nkomplu nibnu fuqu.", "Il-kulleġġ li kien propost fil-files li sibt jien kien qiegħed jipprova jindirizza din il-mistoqsija - imma s'intendi kien għadu ma sarx xogħol biżżejjed fuqha - X'relazzjoni se jkun hemm bejn il-livell sekondarju u d-dħul ġo dan il-kulleġġ?", "X'se jiġri minn min irid ikompli fl-Universita' wara li jispiċċa minn dan il-kulleġġ?", "Waħda mill-kontra-sens li kienet ġrat fl-aħħar snin ta' l- amministrazzjoni preċedenti kienet li fuq naħa waħda kellek il-proposta biex jitwaqqaf dan il-kulleġġ, biex anke tissaħħaħ l-edukazzjoni vokazzjonali, u min-naħa l-oħra l-Universita' kienet ħadet id-direzzjoni li biex tkompli in one sitting irid ikollok 2 As, Intermediate u s-Systems of Knowledge, li jfisser li dawk iż-żgħażagħ tagħna, fosthom anke t-tifel tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni, li qabdu t-triq vokazzjonali se jkunu penalizzati għaliex barra li jagħmlu l-kors tagħhom, jekk iridu jkomplu għall- Universita' jridu jagħmlu s-suġġetti l-oħra.", "Jiġifieri din trid tiġi approached integralment u d-direzzjoni li qed naħdmu fuqha hi li waqt li assolutament ma nbaxxux il-kwalita' tal-korsijiet naraw kif se nagħmlu biex istituzzjonijiet post-sekondarji u vokazzjonali joffru dħul għall- Universita' bħas-Sixth Form u bħall-Junior College.", "Din hija d-direzzjoni li mexjin fiha anke pajjiżi oħra.", "Malta għadha kemm ħadet sehem f'żewġ kungressi f'dan is-sens, wieħed f'Lisbona u l-ieħor f'Cork fl-Irlanda, fejn intqal li l-aċċess għall- universita' għandu jinfetah għall-korsijiet bħal dawn mingħajr ma jaqgħu l- livelli.", "Imma jkolli nammetti li l-universitajiet, inkluż dik ta' Malta, ma tantx jiftħu jdejhom biex jagħmluhom dawn l-affarijiet għaliex ċerti akkademiċi jixtiequ jibqgħu jilagħbu dejjem home u dawk li ġejjin mir-rotta vokazzjonali - li ħafna drabi jkunu nies ta' validita' kbira - għadhom meqjusa daqsxejn inferjuri għal min beda u kompla r-rotta akkademika.", "Imma jien naħseb li rridu nkomplu naħdmu f'din id-direzzjoni biex anke dik il- proposta li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant tkun parti sħiħa mill- istruttura edukattiva li ċertament għandna bżonn.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "7055.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dħul li jmiss ta' studenti fl-Universita', l- eżamijiet fil-livell avvanzat se jibqgħu jkollhom ta' bilfors isiru f'sessjoni waħda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-fatt il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant torbot anke ma' dak li konna qed ngħidu qabel għall-kwalifiki għad-dħul fl- Universita', fejn staqsa jekk l-eżamijiet fil-livell avvanzat humiex se jibqgħu bilfors isiru f'sessjoni waħda.", "Ir-risposta hija le.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra leaflet informattiv li l-Universita' ppubblikat u qassmet fl-iskejjel kollha f'Ġunju, 1994.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ", "7065.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6620, jista' l-Ministru jgħid: Minn min hu fformat il-bord li qed jieħu ħsieb ir-regolamenti dwar l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill- barranin?", "X'miżuri ħa s'issa sabiex jiżgura li l-iskejjel josservaw ir- regoli?", "F'liema skejjel saru spezzjonijiet s'issa?", "X'instab li kellu jiġi rranġat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din hija dwar sorvelja ta' x'qed jiġri fl- iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin.", "Il-bord dwar l-Iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin hu kompost minn Dr Paul Heywood, chairman, is-Sur Charles Galea Scannura, is-Sur Joe Caruana, is-Sur Francis Stivala, is-Sur Ray Cassar, is-Sur Joe Lanzon, membri u s-Sur Eric Montfort bħala segretarju.", "S'issa l-bord ħa dawn il-miżuri sabiex jiżgura li l-iskejjel josservaw ir-regoli:", "(a) Il-ħruġ ta' regoli u gwida għall-korsijiet ta' tagħlim għall-għalliema ta' l-Ingliż, dawk li jissejħu induction courses.", "Kopja ta' dawn ir-regoli għadha kif intbagħtet lill-iskejjel f'Mejju li għadda u qed titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "(b) Qed isiru spezzjonijiet fl-iskejjel sabiex jiżguraw li l-iskejjel jimxu skond ir-regoli kif stipulati fl-Avviż Legali Nru. 60/96.", "(c) Fejn il-bord sab xi nuqqas fl-iskejjel li żar, hu ġibed l-attenzjoni tal-ministeru ta' l-edukazzjoni u kultura nazzjonali, kif inhu mitlub li jagħmel skond l-avviż legali.", "Dan il-bord qed jiltaqa' regolarment darba fil-ġimgħa u l-ispezzjonijiet isiru darba fil-ġimgħa wkoll.", "STADIUM NAZZJONALI - TA' QALI", "7066.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna se jagħti l-Gvern biex jgħin fit-tiswijiet fl-istadium nazzjonali f'Ta' Qali?", "Liema huma t- tiswijiet li se jsiru u meta?", "Se jsir xogħol fuq it-tinda tal-VIP area li tinsab fi stat ħażin?", "Saru rapporti tekniċi min-naħa tal-gvern dwar it- tiswijiet li hemm bżonn li jsiru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa għaddejjin laqgħat regolari bejn l-MFA u s-segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ, sport, kultura u arti dwar it- tiswijiet li hemm bżonn isiru fl-istadium nazzjonali Ta' Qali, partikolarment it-tinda li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant, kif ukoll il-ħiteġa li tinbena mill-ġdid dik li hija magħrufha bħala s-side tal-Belt.", "Dawn il-problemi ilhom jeżistu snin twal iżda sfortunatament baqgħu fuq l- ixkaffa mill-Gvern preċedenti bil-konsegwenza li l-ispejjeż għat-tiswijiet meħtieġa żdiedu sostanzjalment.", "Ta' min jirrimarka wkoll li l-ħlas tal- kera mill-MFA għall-użu tal-istess stadium twaqqaf mill-MFA fl-aħħar snin minħabba nuqqas ta' progress f'din il-materja.", "Bħalissa s-segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ, sport, kultura u arti qed jistenna l-pjanti u l-costings marbutin max-xogħol li jrid isir fl- istadium nazzjonali biex il-Gvern ikun f'pożizzjoni li jiddeċiedi x'se jsir.", "SKEJJEL - TA' L-INGLIŻ", "7068.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li għandhom warrant biex jgħallmu speċifikament fl-iskejjel li jgħallmu l- Ingliż lill- barranin?", "Jista' l-Ministru jagħti lista skola bi skola?", "Għalkemm huwa minnu li l-maġġoranza ta' għalliema f'dawn l-iskejjel jiżdied bid-dħul tal-part-timers, x'kontrolli jsiru biex ikun assigurat li kull min jgħallem f'dawn l-iskejjel jkollu l-warrant?", "Kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-dipartiment fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "F'liema skejjel?", "B'liema riżultat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Wara l-ħruġ ta' l-Avviż Legali Nru. 60 ta' l-1996 suppost li minn April 1997 l-għalliema kollha li jgħallmu fl-iskejjel tal- lingwa Ingliża jkollhom, fost kwalifiki oħra, ċertifikat ta' tagħlim ta' l- Ingliż lill-barranin, it- TEFL.", "Minn Frar 1996 dan id-dipartiment ma approvax għalliema li ma kellhomx din il-kwalifika.", "Pero' l-ispezzjonijiet li l-uffiċjali ta' dan id-dipartiment qed jagħmlu f'dawn l-iskejjel fil- peak months ta' Lulju u Awissu għadhom għaddejjin peress li fl-ewwel sitt xhur tas-sena dawn l-iskejjel ikunu qed joperaw fuq skala żgħira ħafna.", "Għalhekk in-numru ta' għalliema skola bi skola li għandhom iċ-ċertifikat tat-TEFL flimkien mar-riżultat ta' l-ispezzjonijiet ikunu jistgħu jingħataw b'awtentiċita' f'nofs ix-xahar ta' Awissu.", "Għall-ewwel darba uffiċjali edukattivi ta' l-Ingliż qed jispezzjonaw dawn l-iskejjel.", "SKEJJEL - TA' L-INGLIŻ", "7069.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Numru ta' għalliema li jaħdmu ma' skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin qed jiġu mpjegati fuq bażi ta' kuntratt definit, minkejja li ilhom is-snin jaħdmu hemm?", "Jista' l-Ministru jara li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolarizzata biex is- sistema ma tkomplix tiġi abbużata u biex dawn l-għalliema li taw u qed jagħtu servizz utli u ta' ġid ma jibqgħux jiġu sfruttati u mbeżża' kull darba li jitkellmu biex jirranġaw il-kondizzjonijiet tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mistoqsijiet fuq kondizzjonijet ta' xogħol ta' għalliema fl-iskejjel privati tal-Lingwa Ngliża għandhom jiġu riferuti lid- Director of Labour.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7081.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Cassar) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li ċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tas-City and Guilds (London Institute - Diċembru 1996) waslu Malta għand l-Aġent Direttur ta' l-eżamijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm studenti qagħdu għal dawn l-eżamijiet u kemm studenti għaddew?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, dan ukoll jorbot mad-diskussjoni li kellna qabel fuq x'qed jiġri fil-livell post sekondarju u x'tip ta' livelli qed nilħqu hemmhekk.", "Il-mistoqsija din id-darba hija dwar kemm kellna żgħażagħ li għamlu l-eżamijiet tas-City and Guilds f'Diċembru li għadda u kemm għaddew minnhom.", "Qed nitkellmu proprju fuq dawk is-setturi li tant għandna bżonn.", "Mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hemm 236 kandidat minn Malta u 26 kandidat minn Għawdex li resqu għall- eżamijiet tas-City and Guilds ta' Londra fis-sessjoni ta' Diċembru 1996 u għaddew biss 73.", "L-istatistika ta' kemm qagħdu u kemm għaddew minn dawn l-eżamijiet għandha tħassibna bir-rata għolja ta' dawk li m'għaddewx u hemm asteriska ħdejn kull suġġett.", "Għaddew terz biss tal-kandidati.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7371:", "Lista tal-lokalitajiet fejn hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' negozji, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7371; u", "u f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 104 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti tad-Dwana.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' proġetti f'Malta sottomessi u/jew aċċettati mill-Gvern Taljan sabiex jiġu ffinanzjati mill-aħħar protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7408.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar applikanti u riżultati ta' l-eżamijiet tal-General Certificate of Education ta' Londra tas-sessjoni ta' Jannar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7082.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tas- Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja li kienu bis-sick leave bejn id-29 ta' Ġunju u l-15 ta' Lulju 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7151; u", "Skeda li turi l-ħlasijiet mitluba lil barranin għal servizzi mediċi li jieħdu f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7155.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar persuni b'kuntratt ma' dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6968;", "Lista tal-ħaddiema tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni li qed jaħdmu ma' kunsilli lokali, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7370; u", "Kopja ta' l-istudju ambjentali preliminari dwar il-proġett ta' rijabilitazzjoni u tindif ta' wied f'Wied il-Għajn u Wied l-Isqof, limiti tar-Rabat, Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7459.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mis-16 ta' Lulju, 1997 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, għandna quddiemna abbozz li qiegħed jipproponi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Dan l- abbozz kien hawn ċertu stennija għalih.", "Fid-diskors tiegħu matul il-budget debate, il-Ministru kemm-il darba semma li kien qiegħed jitniedi proċess ta' reviżjoni fl-istruttura ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Nistgħu ngħidu li l-metodu ta' l-ippjanar u l-mod kif nipproċessaw il-permessi għadu jiddomina l-media tal-lum u dan minkejja li għaddew sitt snin minn meta għadda l-Att prinċipali.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, id-dinja ma bdietx sitt snin ilu pero' bdiet ħafna qabel u għalhekk tajjeb li ngħid x'kien il-proċess biex wassal għall-istruttura li għandna llum.", "Meta tela' Gvern Nazzjonalista fl-1987 ma sabx sistema ta' ppjanar iżda sab sistema li kienet tara biss il-permessi on their own merit.", "Kienet tħares lejn permess u ma tħarisx lejn implikazzjonijiet oħra dwar x'viżjoni jkollu l-pajjiż dwar housing, dwar rikreazzjoni, jew dwar turiżmu.", "Ma kellniex din it-tip ta' sistema, anzi kellna agħar minn hekk.", "Kellna sistema fejn il-ministru tal-ġurnata kellu diskrezzjoni assoluta.", "Per eżempju, kienu jgħaddu toroq mingħajr ebda ppjanar strateġiku.", "Kienet il- prattika tal-ġurnata li t-toroq kienu anke jgħaddu b'ċertu mod biex artijiet jiżdidilhom il-valur.", "Kellna sistema, Madam Speaker, li meta wieħed kien jingħata permess kien qisu qiegħed jingħata xi pjaċir.", "Meta tela' Gvern Nazzjonalista, l-ewwel ħaġa li għamel kienet li neħħa l- liġi li kienet viġenti dakinhar.", "Din kienet il-liġi tal-BDA li fl-istorja ta' l-ippjanar ta' pajjiżna nqisuha bħala liġi infami għaliex kienet liġi li għamlet ħafna ħsara lill-ambjent ta' pajjiżna.", "Għamlet ħafna ħsara għaliex firxet l-iżvilupp f'arei fejn qatt ma kellu jsir żvilupp.", "Waħda mill-kriterji fundamentali tal-liġi tal-BDA kienet li building site kellha tkun 100 jarda bogħod minn development area.", "Dik kienet xi ħaġa negattiva ħafna.", "Kif tela' Gvern Nazzjonalista kien neħħa din il-liġi tal-BDA u b'mod xjentifiku beda jidentifika fejn wieħed seta' jibni.", "Konna bdejna nerġgħu nifformolaw l-iskemi tal-bini.", "Ma kienx proċess faċli li tifformola l-iskemi tal-bini għaliex il-punto di partenza tagħna kien, li kemm jista' jkun, fl-iżvilupp nużaw il-filosofija tal-containment.", "Kemm jista' jkun ma ridniex l-iżvilupp jinfirex għaliex pajjiżna kien bata biżżejjed f'dak li huwa firxa ta' żvilupp.", "Kienet miżura li fl-istorja ta' l-ippjanar ta' dan il-pajjiż l-ebda gvern qatt ma kellu l-kuraġġ jagħmel għax dejjem kien hemm lobby b'saħħtu mis-sidien ta' l-art.", "Meta kien hemm Gvern Nazzjonalista fis-sittinijiet li pprova jagħmel it-Town and Country Planning Act kien għadda din it-Town and Country Planning Act mill- Parlament pero' qatt ma daħlet in vigore.", "Metodi xjentifiċi ta' kif isir l- ippjanar kienu qatt ma daħlu fil-pajjiż b'konsegwenzi negattivi.", "Bħala partit aħna kellna oppożizzjoni anke minn partitarji tagħna sidien ta' art.", "Naf anke' Membri Parlamentari minn din in-naħa li ġew milquta personalment peress li art li kellha ċerta valur għaliex kienet żviluppabbli f'daqqa waħda b'liġi ma baqgħetx żviluppabbli.", "Għaliex aħna partit li nemmnu f'dan it-tip ta' ippjanar, għamilna xi ħaġa li naħseb li batejna minħabba fiha.", "Għalina l-prinċipju li nagħmlu ppjanar xjentifiku u nħarsu fit-tul f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ippjanar tal-pajjiż kien jiġi l-ewwel.", "Dalgħodu l-Ministru Vella ta overview tal-ħidma ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Jiena naħseb li hawnhekk f'din il-Kamra llum, aktar milli x'tagħmel l-awtorita' huwa aktar rilevanti naraw il-prinċipji fuq xiex hija msejsa din l-awtorita'.", "Irridu nkunu nafu l-prinċipji li ggwidawna fil- bidu biex meta niġu biex nibdew naraw il-liġi klawsola, klawsola, inkunu nistgħu nifhmu fejn qed immorru 'l quddiem u fejn qed immorru lura.", "Irridu nħarsu lejn il-prinċipju oriġinali u naraw jekk dan huwiex jissaħħaħ jew huwiex jiddgħajjef bil-liġi proposta.", "Naħseb li dan huwa t-test li rridu nagħmlu hawnhekk.", "Huwa tajjeb li naraw x'kienu dawn il-prinċipji li ggwidawna waqt li konna qed nifformolaw l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-pjan ta' struttura, li t-tnejn jimxu flimkien.", "Diġa' għidt li ridna nagħmlu proċess fejn meta wieħed japplika għal permess, ma jibqax iħares lejn il- permess on it's own imma nħarsu lejh anke f'dak li jirrigwarda x'viżjoni għandna għall-iżvilupp tal-pajjiż.", "Ridna nistabilixxu viżjoni wiesgħa fuq dak kollu li jiġi mpinġi fuq l-iżvilupp fiżiku tal-pajjiż.", "Bdejna nħejju dan il-pjan ta' struttura - li huwa policy document, dokument miktub, b'xi key diagrams - u dan il-pjan ta' struttura għandu politika li tħares lejn l- oqsma kollha f'dak li jirrigwarda housing, rikreazzjoni, coastal management, agrikoltura u l-affarijiet kollha.", "U allura meta tiġi applikazzjoni - ejja ngħidu tkun ODZ - barra mill-iskemi tal-bini se nħarsu lejn il-policies li għandna fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura u naraw jekk din tikkonfliġġix ma' dawn il-policies.", "Jiġifieri l-proċess ta' evalwazzjoni jsir b'dak il-mod.", "Meta konna qegħdin niġbru l-informazzjoni biex nagħmlu l-pjan ta' struttura, wieħed mill-prinċipji fundamentali li kellna kien il-prinċipju tal-parteċipazzjoni.", "Pjan ta' struttura għandu jkun magħruf kemm jista' jkun mill-wesgħa kbira tal-popolazzjoni ta' Malta.", "Il-popolazzjoni trid tkun taf bih u kemm jista' jkun tifhmu u anke tipparteċipa fih.", "B'hekk il- popolazzjoni jkollha sehem fih u anke jkollha l-fiduċja fih.", "Dan il- proċess ta' parteċipazzjoni ridna li jkun fil-livelli kollha, Meta konna se nagħmlu dan il-policy document ma konniex se nieqfu hemm.", "Dan il-policy document - anke l-liġi nnifisha li konna għamilna - kellu jkun segwit minn pjanijiet oħrajn bħal local plans, subject plans u action plans.", "Anke f'dawn il-livelli ridna li jkollna l-proċess ta' parteċipazzjoni.", "Fis- sistema ridna wkoll indaħħlu t-trasparenza fil-livelli kollha ta' l- ippjanar.", "Kellna passat ikraħ wisq ta' nuqqas ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif kienu jingħataw il-permessi.", "Aħna konna nafu li kien se jkollna ħafna domanda għall-iżvilupp u kien se jkollna konflitti f'dak li għandu x'jaqsam ma' għoti ta' permessi.", "Mezz kif iżid il-fiduċja ta' l-awtorita' li toħroġ dawn il-permessi huwa li tagħmilha trasparenti u żżid l-iskrutinju tal-pubbliku.", "U dan l-iskrutinju daħħalnih fil-mod fejn wieħed jista' jsegwi file.", "L-iskrutinju daħħalnieh anke mill-fatt li wieħed jista' jkun preżenti waqt id-diskussjoni li tkun qed tevalwa l-permess tiegħu.", "Jekk ma jkunx kuntent l-applikant seta' anke jitlob reconsideration minn diversi stadji.", "Wieħed seta' anke jressaq il- grievances tiegħu u anke jirrikorri għall-bord ta' l-appell.", "Li jkollok stadji differenti fejn wieħed jista' jitkellem u jiddibatti biex joħroġ dak il-permess ukoll kien aspett fundamentali.", "Fil-fatt ħloqna kważi tista' tgħid erba' livelli jew ħamsa fejn wieħed jista' jingħata permess.", "Il- permess jista' jkun delegated imbagħad jitla' għand il-kummissjoni għall- kontroll ta' l-iżvilupp, id-DCC, u jekk ma jkunx kuntent bid-deċiżjoni li jagħti d-DCC jeħodha għar-reconsideration u jekk ma jkunx kuntent hemmhekk jista' joħodha quddiem l-appell.", "Fuq punt ta' liġi stajt ukoll tmur il- qorti u llum dieħla l-prattika li anke qed imorru għand l-Ombudsman meta jkollhom sentenzi li ma jogħġbuhomx.", "Jiġifieri l-pubbliku llum għandu diversi livelli fejn jirrikorri jekk ma jkunx kuntent jew iħossu diskriminat b'xi deċiżjoni partikolari.", "Naħseb li din hija sistema li ħadmet u l-poplu jaf b'dan.", "Hija sistema wżata u forsi tant hija wżata li saret saturated.", "Forsi huwa minn dan il-lat li rridu nibdew naraw kif se nibdew nagħmlu streamlining tas-sistema.", "Prinċipju funamentali ieħor li ggwidana waqt li konna qed inwaqqfu l- Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet l-awtonomija ta' l-awtorita'.", "L-awtorita' ridniha li tkun awtonoma.", "Kellna passat fejn l-ippjanar ma kienx awtonomu u kien jiddependi biss mill-ministru.", "Dan il-mod ma kienx qiegħed iwassal biex ikollna ppjanar xjentifiku.", "Kien ikollok persuna waħedha li tħares biss lejn ix-short term goals, jiġifieri li tirbaħ l-elezzjoni hi jew titla' hi.", "Il-ġid komuni tal-pajjiż kollu x'aktarx kien qiegħed jintnesa.", "Ridna xi ħaġa li tkun awtonoma, fejn waqt li l-politiku jista' jkollu l- input tiegħu l-awtorita' tkun kapaċi tieħu l-inizjattivi hi biex tibda ssegwi hi ċerti żviluppi.", "Ridniha tkun awtonoma biex mhux biss tkun strument li toħroġ permessi imma anke li tippromwovi l-iżvilupp u tieħu ċerti inizjattivi.", "Dan l-istructure plan jidentifika ċerti żoni fejn il- pajjiż kellu bżonn żvilupp u jgħid li jekk issir applikazzjoni f'dik it- tali area għandha tkun inkoraġġita għaliex il-pajjiż jenħtieġ dak l- iżvilupp.", "Din kienet xi ħaġa tajba.", "Prinċipju ieħor li kellna meta fassalna l-pjan ta' struttura kien li għidna li anke l-gvern kellu l-obbligu li jissottometti applikazzjonijiet għal permessi.", "Il-gvern huwa żviluppatur kbir f'dan il-pajjiż.", "Ma jistax ikun li jkollok struttura li tħares b'mod sħiħ lejn l-iżvilupp kollu imbagħad ikollok żviluppatur prinċipali li jagħmel żviluppi li ma jkunux soġġetti għall-iskrutinju ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Lill-gvern ġibnih fuq l-istess livell ta' applikant normali.", "Dan huwa tajjeb għaliex inkella ċ-ċittadini individwali jistgħu jagħmlu objection li l-gvern mhuwiex qiegħed japplika.", "Jekk il-gvern ma kienx se jissottometti l- applikazzjoni tiegħu, dawn id-drittijiet li tajna f'oqsma oħra mill-lat privat kienu jintilfu.", "Imbagħad daħħalna konċett fuq livell anke daqsxejn iktar baxx, il-konċett ta' kif ikunu pproċessati l-permessi.", "Daħħalna l-konċett li nipprovaw nagħmlu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar accountable billi nagħtu terminu ta' żmien biex toħroġ il-permess.", "Ma nafx għalfejn imma dak iż-żmien kienu ħarġu bit-terminu ta' tmien ġimgħat, ħlief għal meta kien hemm il-ħtieġa ta' environmental impact assessment.", "Naħseb li terminu ta' tmien ġimgħat kien terminu ottimist ħafna.", "Jekk lin-nies tistaqsihom fiex falliet l- awtorita' dawn jgħidulek li falliet fit terminu ta' tmien ġimgħat u naħseb li għandhom raġun.", "Ħadd ma jgħidlek pero' li l-awtorita' llum kif inhi mhijiex iktar effiċjenti milli kienet fi żmien il-PAPB.", "Jien ma kellix esperjenza twila biżżejjed tal-PAPB imma żgur li qatt ma kien ikollok permess li joħroġ fi żmien tliet xhur.", "Illum hemm numru - forsi mhux sodisfaċenti - ta' permessi li joħorġulek anke fi żmien tmien ġimgħat.", "Konċett ieħor - mhux fil-livell filosofiku imma fil-livell ta' day to day running - huwa li bdejna nagħmlu l-enforcement.", "Qabel kien ikollna biss building inspection u aħna morna mill-building inspection għall- enforcement.", "Jekk aħna bdejna nesiġu li kważi kull tip ta' żvilupp għandu bżonn applikazzjoni għall-iżvilupp, allura kellek il-ħtieġa li jkollok l- enforcement.", "Dan kien, Madam Speaker, il-ħsieb wara t-twaqqif ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-ħsieb wara l-pjan ta' struttura.", "Ovvjament sitt snin ilu kien għadu l-bidu.", "Ma konniex fl-aħħar tal-proċess.", "Kien hemm proċess qabel ma għaddiet il-liġi imma wara li għaddiet il-liġi ma spiċċax kollox.", "Ma kienx il-kas li kull ma kien jonqos kien li naqtgħu ż- żigarella tal-premises u nibdew nieħdu r-riżultati.", "Kien jonqos anke' proċessi oħrajn.", "Ma kellniex nies imħarrġa u l-awtorita' kellha tħarreġ lin-nies.", "Ridna naraw anke l-liġi kif se tissarraf f'ħidma day to day u riedu jitwaqqfu l-istrutturi.", "Ovvjament mhux kollox irriżulta feliċi fl- awtorita'.", "Kienu ħames snin fejn l-awtorita' kienet qegħda toħroġ pjanijiet ġodda l-ħin kollu, bħal pjanijiet lokali, ħaġa li eżasperat lil ħafna nies.", "GĦaliex minħabba ċerta burokrazija żejda u ċerta ammont ta' ineffiċjenza, applikazzjoni kienet iddum tagħqad minn id għal oħra u jgħaddu x-xhur - u ġieli għaddew 18-il xahar - u tilħaq tinbidel il-policy u l-applikazzjoni tiġi ġġudikata fuq il-policy dakinhar, imbagħad l- individwu bir-raġun igħid Ii l-applikazzjoni tefagħha sena u nofs qabel meta l-policy kienet differenti.", "Allura l-applikant ikollu raġun igħid li t-talba tiegħu kienet tiġi aċċettata kieku ġiet iġġudikata fi żmien tmien ġimgħat jew fi żmien 16-il ġimgħa meta kienu għadhom in vigore l-policies ta' qabel.", "Jiġifieri kien ikollna dan it-tip ta' tgergir kontinwu.", "Kienet xi ħaġa li naħseb anke din il-liġi qed tipprova tindirizza.", "Kellna awtorita' li kellha profil għoli u naħseb li żiedet ukoll l-aspettattiva tan-nies f'dak li għandu x'jaqsam dwar meta joħroġ il-permess għall- iżvilupp.", "Nistgħu ngħidu li t-tgergir fuq l-awtorita' ma naqas qatt u, fid- dawl ta' dan it-tgergir, il-Ministru dalgħodu qal li kien sorpriż li ma sab xejn li juri li pprovaw ibiddlu xi ħaġa fl-awtorita'.", "Il-Partit Nazzjonalista kien konxju li l-awtorita' kellha bżonn dan l-istreamlining u fil-fatt din il-problema kienet indirizzata fil-manifest elettorali tagħna.", "Konna għidna li kien meħtieġ li jkun hemm reviżjoni tal-proċess u li nagħmlu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iktar accountable u aktar effiċjenti.", "Dan kien il-ħsieb tagħna qabel Ottubru li għadda meta konna qed infasslu l- manifest elettorali.", "Meta tela' Gvern Laburista kulħadd beda jħares anke b'ċertu interess bejn l-aġir tiegħu vis a vis l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex kellek Partit Laburista li kien għamel ċertu wegħdiet qabel l-elezzjoni.", "Kien interessanti - anke fid-dawl ta' ċertu restrizzjonijiet li tagħtik l- Awtorita' ta' l-Ippjanar - li naraw x'kien se jagħmel fuqhom il-Gvern Laburista.", "Per eżempju, kellek il-famuża wegħda li se jagħti l-plots b'xejn.", "Aħna konna ngħidulhom fid-dibattitu li ma tistax tagħti l-plots b'xejn għax il-gvern m'għandux ħafna art fl-iskemi tal-bini.", "Huma kienu jgħidulna li mbagħad naraw.", "Tajjeb li llum naraw jekk hemmx xi ħaġa fil- ħsebijiet tal-Gvern biex forsi jibda jakkomoda ċerti wegħdiet li għamel qabel l-elezzjoni.", "Kellna Gvern Laburista wkoll li beda jħoss li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' tkun bħala xkiel.", "Il-Prim Ministru Laburista ddikjara aktar minn darba li l-awtorita' dejqitu.", "Imbagħad kellna l-Ministru George Vella stess li mill-ewwel qal li jrid itejjeb l- operat ta' l-awtorita'.", "U għalhekk kellna ċertu stennija għaliex kellna dawn il-messaġġi konfliġġenti u allura ridna naraw kif se jisvolġi l-aġir, il-ħsieb u l-prattika tal-Gvern Laburista f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għalhekk dawn l-emendi kienu mistennija imma nista' ngħid li għalina ta' din in-naħa rajnihom b'sorpriża.", "Dan għaliex filwaqt li konna l-ħin kollu nisimgħu diskors ta' streamlining - u kienet xi ħaġa li aħna naċċettaw u anke naqblu magħha - dak li ħareġ huwa taħlita ta' miżuri li mhux kollha jidħlu fl-ambitu ta' streamlining, Madam Speaker.", "Għandek miżuri li huma intenzjonati għal streamlining pero' b'mod mhux mistenni sibna emendi li fil-fehma tagħna se jnaqqsu l-awtonomija ta' l- awtorita'.", "Dawn l-emendi se jneħħu l-ippjanar sħiħ li jipprova jħares lejn l-aspetti kollha ta' żvilupp b'mod strateġiku.", "Dawn l-emendi se jżidu l-poteri tal-ministru waqt li jnaqqsu t-trasparenza - għaliex ċerti deliberazzjonijiet se jibdew isiru fil-magħluq - u jneħħu ċerti drittijiet ta' third parties li għalija huwa pass lura.", "GĦalhekk jekk tippermettili, Madam Speaker, se ndur il-klawsoli l-aktar importanti u nipprova nuri n- negattiv u l-pożittiv tagħhom.", "Fi klawsola 3, li qiegħda temenda artiklu 5 ta' l-Att prinċipali, nibdew naraw l-ewwel tibdil sostanzjali.", "Din il-klawsola titkellem dwar ir- responsabbiltajiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dak li jirrigwarda ppjanar, fis-sens wiesgħa tal-kelma.", "Artiklu 5 ta' l-Att prinċipali jgħid li:", "\"(1) L-Awtorita' jkollha bħala funzjonijiet tagħha l-promozzjoni ta' żvilupp tajjeb ta' l-art, sew fis-settur pubbliku kemm f'dak privat, u l-kontroll ta' dak l-iżvilupp skond policies u pjanijiet approvati.", "(2) Għal dan il-għan, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' dan l- Att, l-Awtorita' tkun responsabbli għal -", "(a) it-tħejjija u t-tħaris tal-pjanijiet ta' żvilupp, jiġifieri l-pjan ta' struttura u d-dokumenti supplimentari għall-ippjanar, inkluża kull ħaġa oħra anċillari jew inċidentali għalihom jew li twassal għalihom;", "(b) it-tmexxija ta' konsultazzjonijiet ma' dipartimenti tal- Gvern, organizzazzjonijiet privati u persuni oħra dwar l- ippjanar.\"", "Issa l-Gvern qiegħed idaħħal il-konċett li l-kontroll ta' promozzjoni għall- iżvilupp irid sir skond il-kondizzjonijiet approvati minnu u skond proċeduri approvati mill-ministru.", "Jiġifieri l-pjanijiet, il-policies u l- kondizzjonijiet iridu jkunu approvati mill-Gvern u l-proċeduri għall- kontroll ta' dan l-iżvilupp iridu jkunu approvati mill-ministru.", "Anke f'dak li jirriferi direttament għall-pjan ta' struttura u d-dokumenti supplimentari, inkluża kull ħaġa oħra anċillari jew inċidentali għalihom jew li twassal għalihom u l-manutenzjoni tagħhom, iridu jsiru wara l- approvazzjoni tal-Gvern.", "Mela waqt li l-iskop ewlieni kien li tingħata awtonomija sħiħa lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, b'dan li qegħdin nagħmlu hawnhekk qegħdin inqiegħdu fil-periklu dan l-istess konċett għaliex filwaqt li dan l-abbozz ta' liġi suppost tfassal sabiex jitjiebu l-proċeduri li l- istess awtorita' timxi bihom, f'daqqa waħda qegħdin nibdew naraw l-id twila tal-ministru.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija dik li hija llum għaliex għandha ċerta awtonomija, liema awtonomija mbagħad anke tittraduċi l- politika kif espressa fil-pjan ta' struttura.", "GĦaliex jekk il-pjan ta' struttura jibqa' biss policy document jew written statement u ma tipprovax tittraduċih in real terms jispiċċa f'xi ħaġa mejta.", "Nieħdu, per eżempju, il-politika dwar il-minerali.", "Aħna nafu li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet survey dwar il-barrieri sabiex tifformola policy dwar ir-riżorsi minerali u minħabba f'hekk daħlet ukoll f'ċertu inkwiet mas-sidien.", "Issa l-impressjoni tiegħi hija - u jekk mhux hekk ikkorreġuni - li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma ħaditx il-permess tal- ministru biex tagħmel dan is-survey.", "(Interruzzjonijiet) Pero' kif qegħdin ngħidu hawnhekk, biex l-awtorita' tieħu inizjattiva simili, l-ewwel ma trid tagħmel huwa li trid tieħu l-permess tal-ministru.", "U anke meta niġu għall-prijoritajiet, jidher li dawn se jibda jissettjahom il-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Iva, il-liġi qiegħda tgħid li l-prijoritajiet ikunu stipulati mill-gvern.", "Ejja nieħdu aspett ieħor li l-pjan ta' struttura jitkellem fuqu, dak tar- rikreazzjoni.", "Nafu li meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġiet biex tfassal il- local plans, b'riferenza partikolari għal dak tal-majjistral ta' Malta, ħadet l-inizjattiva biex tniedi action plan fuq Ta' Qali.", "Imma issa b'dan li qed jipproponi l-Gvern, il-ministru jista' jdur fuq il-Planning Authority u jgħidilha: Le, il-prijoritajiet tiegħi huma differenti; trid tagħmel studju fuq il-bini ta' yacht marina fil-Birgu.", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar qed tipprova tħares lejn kollox u naħseb li huwa mportanti li l- prijoritajiet fil-pajjiż mhux bilfors jagħtihom il-ministru.", "Aħna għalhekk waqqafna l-awtorita' u qegħdin inħarrġu n-nies biex ikollna expertise fl- ippjanar.", "Huwa veru li jrid ikollok l-input tal-politiku għax il-politiku huwa accountable lejn l-elettorat, pero' l-uffiċjali li jagħmlu karriera fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar biż-żmien jiżviluppaw viżjoni u dik il-viżjoni ma tkunx ta' persuna individwali imma tkun tas-set-up sħiħ.", "Għalhekk huwa importanti li dawn l-inizjattivi ma jinbtux għax ikollok lil xi ħadd li jkollu interess partikolari imma għax ikollok nies li jkunu sensittivi to the extent li mill-informazzjoni li jiġbru jibdew jaraw il-problema tinbet x'imkien u allura jindirizzawha mill-ewwel.", "Minn hawn toħroġ l-importanza tal-mod kif jitfassal l-istructure plan u kif jitfasslu l-policy plans, il- local plans u l-action plans.", "Madam Speaker, huwa perikoluż li torbot il-ħidma ta' l-awtorita' b'dan il- mod għaliex l-ebda gvern ma jkollu politika fuq kollox.", "Fl-ebda manifesti elettorali ta' l-ebda partit politiku ma ssib policy statement dwar kull ħaġa.", "Issib policy statements fuq il-housing, l-infrastruttura u l- utilities imma mhux se ssib policy statement fuq ir-riżorsi tal-ġebla jew il-coastal management għaliex dan ix-xogħol għandu jitħalla f'idejn set up ieħor.", "GĦalhekk huwa tajjeb li nħallu f'idejn l-awtorita' sabiex tiżviluppa u taġġorna l-viżjoni tagħha f'dan il-qasam, pero' ma jagħmilx sens li jekk hija trid tindirizza xi problema l-ewwel trid tistenna li l- Gvern jieħu l-pożizzjoni tiegħu u mbagħad tniedi l-proċeduri approvati mill- ministru ħalli tkun tista' twettaq dak l-istudju.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-ewwelnett nirringrazzja lill-Onor.", "Mugliett talli qed jagħtini l-permess nintervjeni pero' ma nixtieqx li nitilqu fuq binarju ħażin f'dan id-dibattitu.", "Lanqas ma nixtieq li noħloq polemika pero' nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid bilfors tistenna li l-gvern jinizja xi policy hu.", "M'hawn xejn x'iżomm lill-awtorita' milli tfassal il-policies tagħha u tgħarraf bihom lill-gvern.", "Naturalment wara jrid ikun hemm il-qbil u l-approvazzjoni tal-gvern imma mbagħad hija l- awtorita' li se taħdem fuqhom.", "Jiġifieri dawn mhux se japplikahom il-gvern imma se tapplikahom il-Planning Authority.", "Rigward dak li semma dwar il- priorities, jiena ma nafx minn fejn ġabha, u dan qed ngħidu biss biex niggwidah.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, sfortunatament jiena m'iniex konvint minn dan li qed jgħid il-Ministru għax hawn ħafna instances f'dan l- abbozz ta' liġi - u mhux biss klawsola 3 - fejn qegħdin ngħidu li l-pjan ta' struttura jista' jiġi rivedut b'riżoluzzjoni parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Le, hawn ġew qatt ma rrivedejna policies tal-pjan ta' struttura.", "Jiena ma narahiex problema li l-Parlament japprova pjan ġdid ta' struttura imma l-biża' tiegħi hi li jibda jkollna biċċiet mill-pjan li jibdew jitressqu quddiemna piecemeal.", "Dalgħodu l-Ministru semma l-ħatra ta' direttur ta' l-amministrazzjoni u l-verifika u qal li din hija xi ħaġa pożittiva.", "Fil-fatt l-awtorita' kienet ipproponiet li jkun hemm uffiċjal apposta li jieħu ħsieb l-audit u li jkun answerable għaċ-chairman, pero' issa qegħdin naraw li se jidħol direttur ta' l-amministrazzjoni u l- verifika u l-biża' tagħna hija li jekk iddaħħal kaptan ma' kaptan jibda jkollok konflitti fit-tmexxija.", "Madam Speaker, ftit aktar qabel kont qed insemmi li l-iskop tal-Gvern donnu huwa li jirrivedi l-pjan ta' struttura biċċa biċċa.", "Jekk, per eżempju, il-policy tal-Gvern preżenti fuq il-housing ma taqbilx ma' dak li hemm stipulat fil-pjan ta' struttura, allura l-ministru jersaq quddiem il- Parlament b'policy statement rivedut fuq il-housing.", "Ċertament li l-Gvern ma jistax ma jagħtix kas il-pjan ta' struttura kif inhu llum għaliex ikun qed jikser il-liġi u allura donnu li l-idea hi li noqogħdu nqattgħu fih biċċa llum u biċċa għada u b'dan il-mod nispiċċaw li ma nibqgħux inħarsu lejh f'sens wiesgħa f'dak li għandu x'jaqsam ma' ippjanar u t-tajjeb li nkunu ksibna along the way nitilfuh.", "Ma rridux ninsew li l-pjan ta' struttura tfassal b'ċertu proċess ta' ġbir ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni mal-pubbliku.", "Issa x'se jiġri minn dawn il-policies u kif jimpinġu fuq policies oħra jekk se nibdew nirrivedu l-pjan ta' struttura piecemeal, kif jingħad fi klawsola 10 ta' dan l-abbozz ta' liġi?", "Min se jibda jagħti kashom?", "Klawsola 10 tgħid li t-terminu ta' reviżjoni tal-pjan ta' struttura għandu jkun ta' mhux inqas minn ħames snin, u din aħna naqblu magħha, għaliex l-affarijiet f'Malta ma jinbidlux daqshekk malajr u allura m'hemmx il-ħtieġa ta' reviżjoni tal-pjan ta' struttura kull sentejn.", "Nafu li tlesta l-monitoring report ta' l-istructure plan għall-perijodu 1991-1995 pero' jiena nistaqsi: Ladarba l-Gvern se jkollu l-opportunita' li jirrivedi l-istructure plan u se jkollu ċ-ċans kollu li jagħtih dik it- tinge li jixtieq hu, għalfejn se noqogħdu ndaħħlu l-fakulta' li noqogħdu nirriveduh piecemeal skond l-esiġenzi tal-mument?", "Il-Ministru qed jgħid li emenda li ġejja minn gvern jew minn ministru li għandu intenzjonijiet tajba m'għandniex nibżgħu minnha, imma inti dejjem trid tħares lejn l-iktar xenarju negattiv li jista' jkollok.", "Jiġifieri jista' jkollok ministru li m'għandux l-intenzjonijiet tajba li għandu l-Viċi Prim Ministru u biex jogħġob lil xi kostitwenti, għaliex tkun ġejja l-elezzjoni, forsi jbiddel l- iskema ta' ċerti distretti.", "GĦalhekk jekk se nibdew inqattgħu biċċa biċċa l-pjan ta' struttura minn dawn l-affarijiet se tistenna.", "Madam Speaker, klawsola 6 tirriferi għal artiklu 13 ta' l-Att prinċipali, li jitkellem dwar il-kompożizzjoni u l-proċedura tal-kummissjoni għall- kontroll ta' l-iżvilupp.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li ċ- chairman se jkun membru ex officio ta' l-awtorita' u li t-tliet membri jkunu appuntati mill-awtorita' imma mhux bilfors ikunu membri tagħha.", "Id- DCC għandha funzjoni mportanti ħafna għax, kif qal tajjeb il-Ministru dalgħodu, din il-kummissjoni tara ammont sostanzjali ta' permessi.", "Allura bejn id-DCC u l-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irid ikun hemm kontinwita'.", "GĦalhekk ma nistax nifhem għaliex il-membri tal-Gvern huma tant kontra r-rappreżentanza tal-Gvern fuq l-awtorita' u fuq il-bord tad- DCC.", "Wieħed mill-ħsebijiet li kellna aħna dak iż-żmien kien li l-bord tad- DCC jiltaqa' tliet darbiet fil-ġimgħa f'sessjonijiet pjuttost twal u minbarra dawk is-sittings ikollok ukoll site inspections.", "Konna għidna wkoll li għallinqas tlieta minn dawk li jkunu preżenti għal dawn is- sittings ikunu civil servants għaliex huwa ħafna iktar faċli għalihom li jkunu preżenti għal dawn is-sittings u barra minn hekk dan kien jiżgura li jkollok quorum fis-sittings kollha tad-DCC.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija l-opinjoni tiegħek.", "Il-kontroll tal-permessi jista' jsir b'diversi modi.", "Aktar kmieni jien aċċennajt għar-rigward li se nneħħu t-trasparenza u dalgħodu l-Ministru tkellem b'mod pożittiv dwar din il-ħaġa; u din hija xi ħaġa li tbeżżagħni.", "F'paragrafu (b) ta' klawsola 6 qegħdin ngħidu li l- kummissjoni tista' tibda tiddelibera anke fil-magħluq u jiena naħseb li emenda bħal din lilna bħala individwi - mhux żviluppaturi - se ttellifna xi ħaġa.", "Il-Ministru semma li ġieli jkollok każi fejn tkun trid tistaqsi mistoqsijiet u ma tkunx tista' tagħmilhom.", "Allura, ngħid jien, il- mistoqsijiet fuq it-tali żvilupp bilfors trid tagħmilhom there and then?", "Jekk qegħdin nitkellmu dwar permess li qiegħed quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, inti tkun taf liema permess se tara.", "Naħseb li tkun taf ukoll il-background ta' dak il-permess u kien ikollok ċans tagħmel il- mistoqsijiet.", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li kellek bżonn tagħmilhom dak il-ħin.", "Il-bżonn li tistaqsi mistoqsijiet antipatiċi waqt is-sittings ....", "(Interruzzjonijiet) Iva, għandek raġun.", "Inti għandek dritt tistaqsi l-mistoqsijiet tiegħek imma aħna għidna li l-individwu għandu dritt ikun jaf x'diskussjoni tkun għaddejja dak il-ħin u din is-sistema kienet qiegħda tagħtih il-mezz kif jagħmel dan.", "Il-pubbliku kien ta ċerta fiduċja lill-bord ta' l-awtorita' u lid-DCC u għalhekk naħseb li se jitlef ħafna jekk din inneħħuhielu.", "Jien ngħid li forsi hemm xi ħaġa iktar negattiva li nkunu rridu nistaqsu u għalhekk forsi rridu nidħlu wara l- bibien.", "Jiena li jdejjaqni huwa li rridu ndaħħlu xi ħaġa li ma nafx x'inhi r-raġuni tagħha, per eżempju, li nibdew indaħħlu s-segretezza imbagħad ngħidu li jekk nieħdu vot sigriet dan irid isir fil-pubbliku.", "Allura x'tajtni billi tajtni vot sigriet fil-pubbliku!", "Klawsoli 7 u 8 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jemendaw il- mod kif inhu kostitwit il-bord ta' l-appell, kif inhu kostitwit is- segretarjat u l-ħatra tas-segretarju tal-bord.", "Dan huwa tibdil li, fil- fehma tiegħi, ma kienx hemm ħtieġa għalih.", "Klawsola 7 tgħid li l-bord ta' l-appell issa se jkun presedut minn persuna esperta fl-ippjanar u mhux aktar minn avukat.", "Issa jiena perit u naħseb li nippreferi nies tal- professjoni tiegħi milli nies ta' professjonijiet oħrajn, pero' naħseb li l- prattika li kellek avukat jippresjedi l-bord ta' l-appell tat ċerti riżultati.", "B'dan il-mod kienet qiegħda tintuża ċerta proċedura u kien hemm mod kif issir id-diskussjoni għaliex l-avukati huma iktar konxji mid-dritt tar-risposta.", "GĦalhekk jekk minflok l-istess nies li draw il-proċedura issa se jkollna nies ġodda li qatt ma kienu fuq il-bord ta' l-appell u li qatt ma ħadmu b'din il-proċedura, naħseb li se nibdew nitilfu din il- proċedura.", "Ta' min jgħid li l-proċedura fil-bord ta' l-appell hija importanti għaliex illum il-prattika hija li kull appellant itella' l- avukati, allura tkun qisek qiegħed waqt seduta tal-qorti fejn ikollok iktar avukati milli periti.", "GĦalhekk irid ikun hemm xi ħadd li huwa konxju mill- proċedura.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija xi ħaġa oħra.", "Klawsola 7 tgħid ukoll li dan il-bord se jkun maħtur mill-President fuq il-parir tal-ministru.", "Din il-ħaġa qabel ma kenitx teżisti u ma nafx għalfejn għandha tidħol.", "S'issa l-ħsieb oriġinali wara l-bord ta' l-appell kien li dan ikun awtonomu u mhux jinħatar mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, għalkemm jista' jinħatar ukoll mill-ministru.", "Allura ngħid jien jekk il- prattika s'issa qatt ma wasslet għal xi abbuż fil-ħatra tal-bord ta' l- appell, għalfejn hemm din l-ossessjoni li nżidu l-poter tal-ministru?", "U l- istess ħaġa tapplika anke għas-segretarju tal-bord.", "Dan se jkun maħtur direttament mill-ministru u mbagħad l-istess segretarju se jagħżel il- membri tas-segretarjat.", "Jiġifieri s-set-up kollu tal-bord ta' l-appell se jkun maħtur kollu kemm hu mill-ministru.", "Irrid ngħid li għalija l-bord ta' l-appell huwa mportanti kważi daqs il-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex kull min ikollu xi grievance se jmur quddiemu.", "Ir-rispett u l- fiduċja li jrid ikollu dan il-bord irid ikun daqs ir-rispett li għandha l- qorti u allura kemm jista' jkun il-ħatra tiegħu trid tkun apolitical.", "Pero' hemm aktar affarijiet serji għal dak li jirrigwarda l-bord ta' l- appell.", "Klawsola 8 tgħid li appell minn deċiżjoni jista' jsir biss minn persuna li tkun issottomettiet il-kummenti tagħha fl-ewwel stadju, jiġifieri meta jintefa' l-permess u waqt li jkun għaddej mid-direttorat.", "Din il-klawsola tgħid ukoll li l-ebda appell ma jista' jkun validu jekk ikun dwar żvilupp li jkun diġa' approvat minn xi pjan ta' żvilupp, jiġifieri minn xi local plan jew action plan.", "Jien naħseb li dawn huma emendi pjuttost negattivi għaliex mhux kulħadd ikun konxju li permess ikun wasal f'ċertu stadju.", "Ġieli jkollok permess li taħseb li se jkun ta' ċerta natura imbagħad maż- żmien titgħallem li se jbiddel in-natura tiegħu, allura jekk inti forsi tħoss li kont aggravat bit-tali permess ma tistax tappella minnu.", "Nista' nagħti eżempju sabiex nuri kemm dan jista' jkun negattiv.", "Il-policy documents li għandna jindikaw liema żviluppi jistgħu jkunu permessibbli.", "Il-pjan ta' struttura, per eżempju, jgħidlek li żvilupp turistiku f'ċerta żona jista' jkun permissibbli pero' ma jitkellimx dwar l-għoli jew id- densita' tal-bini u x'bini anċillari għandu dak l-iżvilupp.", "Mela għax dak huwa permissibbli b'mod vag fil-pjan ta' struttura jew fil-pjan lokali, allura a third party m'għandux dritt jappella minnu?", "Madam Speaker, jien naħseb li hawnhekk iċ-ċittadin qiegħed jitlef xi ħaġa, l-iktar fil-konfront ta' l-iżviluppaturi l-kbar.", "Qabel l-elezzjoni l- Partit Laburista kien isemmi ħafna l-barunijiet pero' jien naħseb li huma klawsoli bħal dawn li jaġevolaw lill-barunijiet.", "Fil-fehma tiegħi, aħna qegħdin immorru pass lura għaliex filwaqt li l-liġi eżistenti tgħid li appell jista' jagħmlu kull min hu aggravat, anke a third party - jiġifieri dak li joqgħod maġenb dak l-iżvilupp - f'daqqa waħda din bilkemm qed tidher u qegħdin nillimitaw ruħna għal min ikun għamel kummenti waqt li l- applikazzjoni kienet għaddejja.", "Jiġifieri jekk l-applikant ma jkunx jaf li l-permess se jiġi fin-negattiv u allura ma jkunx għamel kummenti waqt l- istadju meta l-permess ikun għaddej mid-direttorat u l-permess ġie rifjutat, mhux se jkun jista' jagħmel appell?", "GĦax f'dan is-sens l-abbozz ta' liġi huwa vag ħafna.", "Niġi issa għal klawsola 10 li diġa' tkellimt fuqha meta semmejt il-biċċa xogħol tal-monitoring ta' l-istructure plan fejn għidt kif se jintilef il- proċess tal-parteċipazzjoni jekk nibdew nirrevedu l-pjan ta' struttura biċċa biċċa.", "Dan l-abbozz ta' liġi fih inputs differenti li kultant huma indistingwibbli.", "Hemm l-input tal-Kamra tal-Periti, l-input tas-sotto- kumitat tal-Kabinett u l-input ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar stess.", "Input li s-sors tiegħu huwa ovvju huwa dak li nsibu fi klawsola 11 li titkellem dwar id-development order.", "Jien naf li din kienet xi ħaġa li l-Kamra tal- Periti riditha ħafna u allura daħlet fil-liġi u din hija xi ħaġa pożittiva pero' ta' min jgħid li l-konċett tad-development orders u l-exempt works m'huwiex xi konċett ġdid.", "Li tibni washroom ta' 14 square metres li tkun set back mill-faċċata jew min-naħa ta' wara ta' dar li m'hijiex f'urban conservation area diġa' teżisti bħala exempt works; u huwa tajjeb li din il- lista qiegħda tiżdied.", "Hija xi ħaġa pożittiva li daħħalna s-satellite dishes ta' dijametru żgħir għaliex dawn x'aktarx li m'għandhomx potenzjal ta' ħsara pero' kulħadd jaf li dawn il-permessi tidħol ħafna burokrazija fihom.", "Qed ngħid dan għaliex biex titfa' applikazzjoni għal satellite dish ħafna drabi trid titfa' magħha roof plan, ritratti u technical information fuq is-satellite dish u r-receiver tiegħek.", "Imbagħad din tmur għand il- Wireless Telegraphy u trid tistenna xi erba' xhur.", "Din hija xi ħaġa li lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet qiegħda toħdilha ħafna ħin u għalhekk huwa tajjeb li fejn m'huwiex meħtieġ ma ndaħħlux proċeduri li jżidu l- burokrazija.", "Mill-banda l-oħra jiena ngħid li rridu noqogħdu attenti.", "Billi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jkollha plotting ta' kull permess li jintefa' u ta' kif dak il-plotting jirriferi għall-file u għaż-żamma tiegħu, qegħdin naslu f'sitwazzjoni f'dan il-pajjiż fejn teoretikament jekk xi ħadd ikun irid jaf kif kien il-permess oriġinali ta' ċertu bini li nbena mis-sittinijiet 'l hawn, allura dan ifittex il-plotting, isib ir-riferenza għall-file u jsib il-file.", "F'pajjiżi oħrajn hemm is-sistemi ta' cadastre fejn kull proprjeta' jkollha r-reġistru tagħha u jiena naħseb li m'għandniex nitilfu l-okkażjoni li xi darba naslu għal sistema bħal din.", "Id-development order tgħidlek li l-perit irid jibgħat site plan u deskrizzjoni ta' l-iżvilupp li jkun se jagħmel, jiġifieri anke pjanti, fejn hu meħtieġ, pero' jiena ngħid li din se toħloq mistoqsijiet ġodda għaliex jekk lill-awtorita' se tibgħatilha notifika li se tagħmel dawn l-exempt works, hija trid tiftaħ file.", "Issa jekk diġa' kien hemm file fuq dik id- dar, l-informazzjoni se tintefa' fil-file l-antik jew se jinfetaħ file ġdid?", "Jekk ikollok GDO fuq proprjeta' li l-awtorita' m'għandhiex file fuqha, allura f'dak il-każ tiftaħ file ġdid?", "GĦalhekk għalkemm l- intenzjoni hija pożittiva rridu naraw ħafna iktar fil-fond kif din se titħaddem.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu wkoll dwar procedures manual li fih ħafna tajjeb.", "Fil-fatt għall-ewwel darba qegħdin nifformalizzaw il-pre- application stage u qegħdin ngħidu li jittieħdu anke l-minuti waqt id- diskussjonijiet li jsiru u wara jiġu ffirmati u ċċirkolati.", "Din kemm-il darba semmejniha anke f'dan il-Parlament u fl-aħħar waslet.", "GĦall-ewwel darba wkoll qegħdin naraw li l-case officer report se jintbagħat għand il- perit konċernat u dan huwa tajjeb għaliex il-periti ilhom ħafna jitolbu għal dan.", "Dan juri wkoll ċertu proċess ta' maturita' min-naħa ta' l- awtorita' pero', kif għidt diġa', din il-proċedura l-ġdida timponi li l- perit jibgħat id-deskrizzjoni u s-site plans u għalhekk irridu naraw kif dawn il-proċeduri se jolqtu l-ħidma ta' l-awtorita'.", "Waħda mill-iktar klawsoli li jiena naħseb li se tqajjem diskussjoni u kontroversja - din semmiha l-Ministru dalgħodu - hija klawsola 16, fejn l- obbligu ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li toħroġ il-permess fi żmien tmien ġimgħat qiegħed jinbidel, proposta li ħareġ biha s-sotto-kumitat tal- Kabinett.", "Mill-esperjenza ta' ħames snin nafu li hija f'każijiet sempliċi biss li dan it-terminu ta' tmien ġimgħat jista' jintlaħaq.", "Fil-fatt konna nirċievu ħafna ittri ta' garr mill-pubbliku u kienet ilha tinħass il-ħtieġa li ssir xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Madam Speaker, aħna li qegħdin fil- Parlament għandna r-responsabbilta' li meta jkollna proposta quddiemna l- ewwelnett niżguraw li tista' taħdem u t-tieni niżguraw li ma tagħtix lok għal abbużi.", "Hawnhekk qegħdin nestendu ż-żmien għal 12-il ġimgħa minflok għal tmien ġimgħat pero' kemm huwa realistiku li l-permessi kollha, ħlief dawk li huma outside the development zones jew major projects, joħorġu fi 12-il ġimgħa?", "Jiena qed ngħid dan għaliex ħafna permessi min-natura tagħhom jitolbu konsultazzjoni ma' dipartimenti oħra li ma nafx kemm se jkunu obbligati li jwieġbu fil-ħin.", "Darba uffiċjal fl-environment protection unit qalli li kellu bżonn tliet xhur biex jagħmel rapport li tlabtu jagħmilli.", "Allura x'se jiġri mit-terminu ta' 12-il ġimgħa meta jkollna permessi bħal dawn, jiġifieri li għandhom bżonn din it-tip ta' konsultazzjoni?", "Sur President, aktar kmieni semmejt l-abbuż li jista' jsir kemm mill- perit kif ukoll mill-case officers għax il-perit jista' ma jagħtix l- informazzjoni neċessarja mitluba minnu u l-case officer jista' jaħbi l- file.", "Jiena naħseb li dawn se joħolqu problemi li sinċerament ma nafx kif se jkunu indirizzati.", "Il-Ministru qal li din hija xi ħaġa sperimentali, pero' nistgħu noqogħdu nbiddlu l-proċedura kull sitt xhur fuq xi ħaġa tant serja?", "GĦalhekk ikun aħjar jekk inħarsu lejn din il-klawsola b'mod ħafna iktar serju u naraw l-implikazzjonijiet kollha tagħha.", "Per eżempju, jekk ikun hemm każ fejn it-12-il ġimgħa jkunu għaddew u talba għal ħruġ ta' permess tiġi deemed approved, allura l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun obbligata toħroġ il-pjanta.", "Imma din imbagħad tista' tistaqsi: GĦalfejn ħadd ma wieġeb lil dan l-individwu u ma tteħditx deċiżjoni?", "Allura nispiċċaw b'ħafna investigazzjonijiet, enforcements u diżgwid bejn l- applikant u d-direttorat li jkun qiegħed jimbotta.", "Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-individwu jkun irid il-pjanta ttimbrata pero' d-direttorat jibda jirreżisti li joħroġ dik il-pjanta għax ikun irid jagħmel investigazzjoni biex jara għalfejn ma weġbuhx.", "GĦalhekk jiena għidt li jibda jkollna dan it-tip ta' diżgwid li naħseb li iktar jagħmel ħażin lis- sistema milli jagħmlilha tajjeb.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi jissemma wkoll il-users' committee li huwa parti oħra mis-sistema ta' checks and balances u ma naħsibx li għandu joħloq affarijiet negattivi.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-planning consultative committee għandu jirrapporta lill-ministru in writing on a quarterly basis u jiena qed nieħu gost li qegħdin nibdew nagħtu iktar importanza lil dan il-kumitat konsultattiv.", "Il-Ministru qal li hemm bżonn li jkun hemm input politiku fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, pero' l-istruttura ta' l-awtorita' kienet tagħti lok għal dan għax kellek l-inter-departmental committee li suppost kien jiltaqa' u jagħti input lill-gvern pero' dan qatt ma ħadem.", "Iżda jekk irridu dan nistgħu nibdew inħaddmuh u b'hekk nibdew nagħtu input politiku minflok ngħidu li l-proċeduri kollha jkunu approvati mill-ministru.", "Sur President, aħna poplu numeruż fi gżira żgħira u għandna densita' qawwija ta' popolazzjoni u l-art available hija limitata.", "Min-naħa l-oħra pero' l-ikbar investiment f'dan il-pajjiż għadu l-iżvilupp ta' l-art.", "Il- Gvern Nazzjonalista kien deherlu li fejn jidħol l-ippjanar irridu nħarsu lejn l-aspetti kollha għaliex konna nafu li jekk se ngħollu l-livell ta' l- għajxien allura se jkollna iktar domanda għall-iżvilupp ta' l-art u allura aktar densita'.", "GĦalhekk ridna li jkollna viżjoni sħiħa ħalli nibdew nistradaw id-domanda għall-iżvilupp ta' l-art.", "Aħna ridna nħarsu fil- bogħod u mhux nagħmlu policy li tkun tajba għal-lum imma li fil-futur tista' twassal għall-falliment f'xi qasam ieħor.", "Ridna wkoll li jkollna struttura li tkun tfasslet skond kriterji xjentifiċi b'sistemi li jaf bihom kulħadd - liema sistemi, kif għidt qabel, jistradaw lejn awtorita' li tippromwovi u li tkun pro-attiva lejn ċertu tip ta' żvilupp - u struttura li tkun accountable.", "Kif diġa' għidt, aħna poplu numeruż fi gżira żgħira u m'aħniex is-sidien tal-wirt li ħallewlna missirijietna imma biss użufruttwarji tiegħu u obbligati li nikkonservawh u nħalluh għall- ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Aħna għalhekk konna neħħejna d-diskrezzjoni tal-ministri għaliex kellna passat ikrah f'dan ir-rigward.", "Huwa għalhekk ukoll li ninsabu mħassba b'dawn il-klawsoli fejn qegħdin nagħtu poteri iktar lill-ministru għaliex fil-passat il-poter tal-ministru ġab rebus fl- ippjanar.", "Sur President, irrid nammetti li fil-ħidma ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien hemm nuqqasijiet li affetwaw numru kbir ta' applikanti.", "Ejja ngħidu li l-awtorita' kien ikollha 5,000 applikazzjoni fis-sena.", "Anke jekk ultimately dawn il-5,000 applikant ingħataw il-permess, x'aktarx li ħadu idea negattiva ta' l-awtorita', min minħabba dewmien, min minħabba l-fees, min minħabba xi deċiżjoni u min għal xi raġuni oħra.", "Pero' llum il-ġurnata n-nies saru konxji - u dan huwa aspett importanti li l-awtorita' ġabet fil- ħajja ta' kuljum - li biex jagħmlu xi alterazzjoni fil-proprjeta' tagħhom iridu bilfors japplikaw għal permess mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-fatt li jiġi xi ħadd li, per eżempju, ikun irid jagħmel il-mużajk mal- faċċata u fuq din il-ħaġa hekk sekondarja jistaqsik jekk għandux bżonn xi permess, huwa effett ta' kemm l-Awtorita' ta' l-Ippjanar daħħlet din is- sensittivita' għall-ħtieġa li tapplika għal permess.", "Din is-sensittivita' għandna nibqgħu nindokrawha.", "L-eżerċizzju li aħna l-membri tal-Partit Nazzjonalista nħossu li huwa meħtieġ f'dan l-istadju huwa dak li ntejbu dak li diġa' huwa tajjeb u nagħmlu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar istituzzjoni aktar user friendly billi tkun effiċjenti, koerenti u sensittiva anke għall- ħteġijiet tal-gvern - u huwa importanti li tkun sensittiva għall-ħteġijiet tal-gvern - imma fl-istess ħin l-awtorita' trid tibqa' awtonoma, tieħu inizjattivi u tibqa' tħares 'il quddiem.", "Sur President, filwaqt li aħna ta' din in-naħa nagħrfu li hemm emendi pożittivi, ma nistgħux ma nkunux kategoriċi kontra l-poteri li se nżidu lill-ministru u kontra li nibdew nbiddlu l-pjan ta' struttura piecemeal, għax naħseb li se nibdew indgħajfu struttura li l-għan tagħha huwa li tgħolli l-kwalita' tal-ħajja billi tiżgura ambjent aħjar.", "Din il-liġi li għandna quddiemna għandi aġġettiv wieħed li joqgħod għaliha; u forsi hu u jagħmel il-winding up il-Viċi Prim Ministru se jgħid li wżajt kelma bombastika, imma jiena nara li għandna liġi li hija schizophrenic.", "Din hija liġi li mhux personalita' waħda għandna imma għandha tlieta: Għandha personalita' pożittiva fejn vera qed tipprova tagħmel streamlining u tħaffef il-proċeduri għax hemm emendi pożittivi; għandha personalita' li hija negattiva għax se żżid il-poteri tal-ministru - din ma kienx hemm bżonnha għax sal-lum il-ġurnata l-awtorita' mxiet tajjeb u l-policies li ħarġu kienu tajbin - u għandha personalita' oħra li l-aħjar li nsejħilha hija \"peronalita' inġusta\" għax tipprova tneħħi t-trasparenza fl- ipproċessar tal-permessi u tipprova tneħħi d-drittijiet ta' terzi.", "Jiena naħseb li n-naħa tal-Gvern se tipprova tfittex ġustifikazzjoni għall-emendi negattivi li hawn, pero' jiena ngħid li nippreferi li ma ndaħħalx xi ħaġa li jista' jkollha potenzjal negattiv għax dan jista' jiżboq kwalunkwe effiċjenza li qegħdin ngħidu li se ġġib magħha din il-liġi.", "Wara kollox l- Awtorita' ta' l-Ippjanar kif inhi llum, kif diġa' għidt, daħħlet is- sensittivita' u ħadmet u li hemm bżonn huwa biss streamlining f'dak li huwa pproċessar ta' applikazzjonijiet.", "M'għandniex bżonn ta' iktar poteri għall- ministru u m'għandniex bżonn inneħħu d-drittijiet li ċ-ċittadini akkwistaw b'ħafna għaraq tad-demm.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Hemm iżjed rimarki?", "Il- Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Sur President, il-proposti li qed nippreżentaw lill-poplu fl-Abbozz ta' Liġi li qed jemenda l-Att ta' l- !992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp qegħdin inressquhom bħala l-ewwel stadju, cioe' bħala l-ewwel tentattiv bil-għan li ċ-ċittadin ikun moqdi aħjar mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dan ir-rigward.", "Pero' tajjeb li bla tlaqliq wieħed jgħid li ma rridux li ċ-ċittadini jagħmlu li jridu għax inkella flok f'pajjiż iċċivilizzat inkunu qed ngħixu ġewwa ġungla u żgur li dan ma rriduhx.", "L-għan ta' dan l-abbozz huwa li permezz tiegħu l-Gvern iwaqqaf makkinarju li l-għan tiegħu huwa li jżid l-effiċjenza, it- trasparenza u l-accountability ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u li jiżgura servizz aħjar għall-pubbliku in ġenerali f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ippjanar.", "Dan huwa ħafna 'l bogħod minn kif ipprova jpinġi s-sitwazzjoni l- kelliem ta' l-Oppożizzjoni li ntervjena qabli, fejn ta' x'jifhem li qisna qed nagħmlu xi mostru.", "Għalkemm wieħed jista' jgħid li hawn qbil sħiħ fil- pajjiż dwar il-ħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, wieħed jista' jgħid li hemm qbil ukoll fil-firxa sħiħa ta' l-opinjoni pubblika li din mhijiex qed tagħti s-servizz li l-pubbliku jistenna minnha, speċjalment f'dik li hija ħeffa fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal żvilupp.", "Sfortunatament il-ħidma siewja ta' l-awtorita' fit-tħejijja tal-pjan ta' struttura u d-diversi pjani lokali ftit tista' tiġi apprezzata meta l- proċedura biex jinħareġ permess tal-bini tant hija twila li toħloq frustrazzjoni kbira f'kull min b'mod jew b'ieħor jiġi bżonn ta' permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien persważ li kelliema oħra f'dan id- dibattitu se jitkellmu ħafna fuq dan il-punt, kif fil-fatt diġa' qed isir.", "Għalhekk jiena se nillimita ruħi biex nikkummenta dwar fejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar taffettwa l-ministeru tiegħi, jiġifieri fil-qasam tad-djar.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar taffetwana fi tliet oqsma prinċipali: fi ħruġ ta' permessi għal proġetti ta' djar privati; fi ħruġ ta' permessi ta' applikazzjonijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar; u fit-tfassil ta' dokumenti bħal pjan ta' struttura u pjanijiet lokali li jolqtu direttament il- policies fil-qasam tal-housing.", "Strettament l-ewwel qasam ma jikkonċernax lill-ministeru tiegħi direttament, biss huwa fatt li d-dewmien fil-ħruġ ta' permessi qed ikompli jaqta' qalb ħafna koppji żgħażagħ li jixtiequ li jkollhom post fejn joqogħdu u dan indirettament iżid il-pressjoni fuq il- ministeru biex jipprovdi akkomodazzjoni għan-nies li dejjem ġejjin u dejjem jiżdiedu.", "Ir-restrizzjoni fuq art li tista' tiġi żviluppata u fuq l-għoli tal-bini ħolqot pressjoni tremenda fuq il-prezzijiet f'dawn l-aħħar snin u ma nkun qed ngħid xejn ġdid jekk nistqarr li dawn splodew bil-kbir, speċjalment f'dawn l-aħħar snin, u jingħad ukoll li f'dawn l-aħħar erba' snin il-prezzijiet irduppjaw.", "Anke l-istess dewmien fil-ħruġ ta' permessi għal proġetti ta' djar tal-gvern, fosthom ta' slum clearances - dawn jieħdu medja ta' bejn 35 u 40 ġimgħa, iżda għad għandna wkoll applikazzjonijiet li ilhom aktar minn sentejn pendenti - qed ikompli jżid il-pressjoni fuq il- ministeru.", "Allura x'għandna nagħmlu?", "Nagħlqu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u nħallu lil kulħadd jibni fejn u kif irid biex innaqqsu l-pressjoni?", "Naturalment dan qatt ma jista' jkun.", "Tagħmel sens li jkollok policies ta' l-awtorita' li ma jeħdux in konsiderazzjoni l-fatt li kien hawn bidla fil- gvern u allura jistgħu jiġu applikati policies differenti?", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar taf li dan il-Gvern ġie elett b'mandat ċar li jagħti attenzjoni speċjali għall-bini ta' housing projects, speċjalment dak soċjali?", "Għaliex l-awtorita' għandha teħodha bi kbira li f'Pembroke il-Gvern jixtieq jagħmel proġett ikbar u jżid in-numru ta' postijiet fejn jistgħu jmorru joqogħdu koppji żgħażagħ?", "Jekk hemm problemi bħalma huma, per eżempju, problemi ta' traffiku u spejjeż infrastrutturali, dawn għandhom jiġu diskussi u solvuti madwar mejda u nieħu pjaċir inħabbar li fil-fatt hekk qed isir fir-rigward ta' l- iżvilupp ta' Pembroke.", "Biss l-awtorita' m'għandhiex tieħu din bħala xi sinjal ta' impożizzjoni jew indħil fl-operat tagħha.", "Wara kollox, għalkemm ilkoll nixtiequ naraw l-awtorita' awtonoma, li ma jindaħħlilha ħadd, ma tistax tiżola ruħha mir-realta' tal-pajjiż u jekk il-Gvern jixtieq iwettaq ċerti policies li għalihom għandu mandat elettorali, dmir l-awtorita' għandu jkun li tiġbed l-attenzjoni għal xi problemi li jistgħu jinħolqu fit- twettiq ta' dan il-mandat u mhux tirrifjuta.", "Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar investiment infrastrutturali ikun tajjeb li l-awtorita' tiġbed l- attenzjoni għal dan.", "Biss l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma toperax f'vacuum u trid tirrikonoxxi li trid taħdem id f'id mal-gvern tal-ġurnata biex tara li policies politiċi jiġu tradotti f'policies ta' ippjanar li jkollhom impatt mill-inqas negattiv fuq l-ambjent.", "Per eżempju, il-Gvern qed jippjana li jibni sulari żejda f'oqsma tad-djar eżistenti u jipprovdi lift għar-residenti li joqogħdu fihom.", "Nappella lill- awtorita' biex, bħalma nittama li jseħħ f'Pembroke, tpoġġi bil-qiegħda magħna u tgħinna nwettqu dan il-proġett.", "Jekk hemm problemi ta' ppjanar tiġbdilna l-attenzjoni għalihom iżda mhux topponi għax sempliċiment tħoss li hi biss taf x'inhu tajjeb għal dan il-pajjiż.", "Dan il-qasam huwa delikat wisq biex xi parti, gvern jew awtorita' taħdem għal rasha u nawgura li b'dawn l-emendi nwittu t-triq biex la nibqgħu b'din is-sitwazzjoni preżenti fejn l-awtorita', kif qal il-Prim Ministru, ġiet qisha stat fi stat u lanqas li l-awtorita' titlef l-awtonomija tagħha u tagħmel biss dak li jgħidilha l-Gvern.", "Bħal f'kollox, fil-ħajja rridu nsibu t-triq tan-nofs u nittama li b'dawn l-emendi nżidu u mhux innaqqsu l-possibbilta' ta' koperazzjoni bejn il-Gvern u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, speċjalment f'dak li hu twettiq ta' policies fil-qasam tad-djar.", "Sur President, jiena kultant nitħawwad meta nisma' esponenti ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar isostnu li għandna nibżgħu għall-art, għax l- ispazju ta' l-art naqas - kif nemmen jien ukoll - imbagħad meta l-ministeru tad-djar, permezz tad-dipartiment tal-bini u tiswija ta' postijiet tal- gvern, li jiena responsabbli għalih, japplika biex iwaqqa' l-kerrejjiet, jiġifieri s-slum areas, idum anke sa sentejn sakemm jingħata l-permess meta hawn problema akuta ta' housing.", "B'daqshekk m'iniex ngħid li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'għamlitx ukoll ħafna affarijiet li huma tajbin u anke jien, fejn kien hemm lok li nagħti sehmi lill-qasam ta' l-iżvilupp dan għamiltu.", "Jien infakkar fis-sehem li kont tajt fis-seminar li l-awtorita' kienet għamlet dwar l-art u l-housing, kif ukoll meta ltqajt ma' rappreżentanti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħal, per eżempju, fil-każ tal-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir, fejn nista' ngħid li, minn dawk l-irħula ta' madwar il-Port hemm pendenti 'l fuq minn 1,000 applikazzjoni għal post alternattiv quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u aħna qed nagħmlu proġett pilota dwar il-postijiet battala li hemm fil-Furjana.", "Dan juri kemm verament nuru bil-fatti li aħna nibżgħu għall-ispazju ta' l-art, pero' ma nistgħux inwarrbu lil dawk li huma fil-bżonn u li verament ma jaslux mingħajr l-għajnuna tal-gvern.", "Bla ma nidħol fid-dettalji ta' l-emendi l-ġodda nfakkar li l-Gvern Laburista mhux se jieqaf hawn, anzi s-sotto-kumitat tal-Kabinett għandu jkompli bix-xogħol tiegħu biex iressaq aktar proposti oħra biex 'il quddiem ikunu jistgħu jsiru aktar riformi.", "Fil-ġejjieni se jsir ukoll it-tieni sett ta' bidliet fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dan ikun jikkonċerna l-qasam ta' l-inforzar tal-liġijiet.", "Ħadd m'għandu jabbuża u min jagħmel dan m'għandux isib il-kenn.", "Sur President, nawgura illi dan l-ewwel tentattiv iservi biex iċ-ċittadin jiġi aġevolat u moqdi aħjar u nittama li jkollna koperazzjoni sħiħa biex pajjiżna jibqa' jsir aktar pajjiż sabiħ sew biex ingawduh aħna kif ukoll dawk ta' warajna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DEIMECH: Sur President, naħseb li meta niġu biex nikkonsidraw dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna rridu narawh fi sfond ta' dak li qed jingħad li l-Gvern Laburista jrid iwettaq permezz tiegħu u nipparagunawh, kif se nipproponi li nagħmel, mar-realta' li qed tiġi proposta.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex jekk wieħed isegwi d- diskors li sar dalgħodu u diskorsi oħrajn li kelliema għan-naħa tal-Gvern għamlu fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, isib ħafna rimarki rigward kemm hi kbira l-ħtieġa li l-awtorita' taħdem b'metodi iktar effiċċjenti, b'metodi iktar trasparenti u anke b'metodi li jassiguraw iktar accountability.", "Jekk wieħed anke jħares lejn ir-raġunjiet li ngħataw mal-pubblikazzjoni ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, isib preċiżament dawn it-tliet kelmiet.", "Imma meta wieħed imbagħad janalizza l- abbozz isib fir-realta' iktar minn darba kif il-Gvern - politikament konxju mid-diffikultajiet li jeżistu fl-imħuħ ta' diversi nies, u kultant mhux biss fl-imħuħ imma anke fir-realta', rigward l-operat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar; u allura jaf li huwa korrett li jressaq proposti 'l quddiem sabiex l-awtorita' tkun iktar effiċjenti, kif anke fl-aħħar elezzjoni ġenerali ppropona l-Partit Nazzjonalista bl-aktar mod ċar fil-programm elettorali tiegħu - qiegħed jieħu l-opportunita' ta' dan il-kliem kollu mhux biex verament jagħmel mill-awtorita' korp iktar effiċjenti, iktar accountable u iktar trasparenti, imma qed jagħmel abbozz ta' liġi biex f'ħafna okkażjonijiet inaqqas mit-trasparenza ta' l-awtorita', biex iżid poteri kbar min-naħa tiegħu fuq l-awtorita' u allura jnaqqsilha mill- awtonomija tagħha b'mod verament drastiku u biex jagħmel dan b'liġi bl- iskuża li qed jaqdi liċ-ċittadin.", "Mela għandna abbozz ta' liġi quddiemna li jinkwadru ruħu faċilment f'kelma li tikkaratterizza l-operat kollu tal-Gvern preżenti, li hija l- karatteristika ta' l-ingann.", "Dan huwa ingann assolut ieħor.", "Għandna gvern li jgħidlek li se jiġi quddiem il-Parlament biex jagħmel liġi ħalli lill- awtorita' jagħmilha iktar effiċjenti, iktar trasparenti, tiffunzjona aħjar u biex fuqha jagħti rappreżentanza iktar wiesgħa, issib dan l-element bħala bżar mitfuħ fil-wiċċ, imma meta tara bis-serjeta' x'qiegħed jagħmel il- Gvern preżenti ssib li qed juża dan kollu bħala skuża biex jagħti poteri drakonjani u assoluti lil min ikun ministru responsabbli għal din l- awtorita'.", "Illum il-ġurnata għandna lill-Ministru George Vella, li għalkemm ma naqblux mat-temperament li ħafna drabi jitkellem bih u mal- battuti tiegħu, jista' jkun li għandna fiduċja fl-integrita' tiegħu.", "Imma kemm huwa perikoluż li tagħmel liġi b'poteri bħal dawn.", "Forsi ma jkunx il- Ministru George Vella li jibqa' l-ministru responsabbli għal din l- awtorita'.", "Mela l-Ministru George Vella qed jagħmel liġi għalih innifsu!", "Forsi l-Ministru George Vella jwarrab jew ma jibqagħlux dak id-dekasteru.", "Hawn għandna liġi li bil-mod kif inhi mfassla hija liġi perikoluża għax tagħti poteri kbar lill-gvern, imma qabel ma niġi għall-analisi tal-liġi forsi wieħed tajjeb li jesprimi numru ta' ħsebijiet rigward l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar twaqqfet fl-1992 u bdiet taħdem fis-sena ta' wara, jiġifieri qed nitkellmu fuq organizzazzjoni li llum għandha erba' snin.", "It-twaqqif ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jirrifletti deċiżjoni kuraġġuża min-naħa tal-Gvern preċedenti.", "Jirrifletti deċiżjoni ta' gvern li bil-fatti qal li l-proċess f'Malta fejn tista' tibni, u fejn ma tistax tibni u fejn tibni b'liema limitazzjonijiet u skond b'liema policies tista' tibni u b'liema policies ma tistax tibni, m'għandux ikun wieħed magħluq wara l-kwinti mingħajr ħadd ma jista' jivverifikah u, agħar minn hekk, proċess li jiddependi b'mod żejjed u kważi assolut fuq id-diskrezzjoni tal- ministru tal-ġurnata.", "Jista' jkun li kien hemm ċerti elementi fost il- poplu li lill-Gvern preċedenti, fformat mill-Partit Nazzjonalista qallu: Għalfejn għamilt l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex issa meta jien ġejt biex napplika għal permess ma sibt lil ħadd biex jirranġali?", "(Interruzzjonijiet) Imma l-Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel proċess li huwa maqtugħ mill-gvern, li jimxi b'policies ċari u preċiżi u jimxi fuq kriterji li jekk inti tapplika għal permess f'post li huwa barra miz-zona ta' l-iżvilupp għandek tkun taf li jridu jkunu biss ċirkostanzi straordinarji biex permess bħal dak ikun jista' jinħareġ.", "Jekk inti tapplika f'zona ta' żvilupp taf li l-permess normalment jinħareġ basta inti timxi mal-kondizzjonijiet partikolari li japplikaw għas-sit fejn inti qed tipproponi l-iżvilupp tiegħek.", "Dan huwa li l-Gvern ifformat mill-Partit Nazzjonalista ried iwettaq u għamel awtorita' indipendenti minnu u anke 'l fuq mill-gvern.", "Il-gvern, bħal kull gvern ieħor - llum il-Labour Party għaddej minn din l- esperjenza - ikollu proġett, jorbot qalbu miegħu u jgħid li dak il-proġett irid isir akkost ta' kollox.", "Imma l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma rraġunax hekk imma rraġuna li anke l-proġetti tiegħu jridu jkunu sottomessi għal awtorita' indipendenti li tista' tgħidlu, kif diversi drabi l- Awtorita' ta' l-Ippjanar qaltlu: Dak il-proġett ma naqblux miegħu u għalhekk ma tistax tagħmlu, jew: Ma tistax tagħmlu bil-mod li pproponejtu int. Issa li f'daqqa waħda, wara disa' xhur fit-tmun, il-Gvern preżenti beda forsi jħoss ruħu skomdu li jkollu Awtorita' ta' l-Ippjanar indipendenti u awtonoma b'mod assolut, ma jirriflettix serjeta' fuq dan il- Gvern.", "Lanqas jirrifletti trasparenza, jew kemm huwa gvern miftuħ, u kemm irid jagħmel l-affarijiet mingħajr ma jerġa' jipprova jikkontrolla kollox, kif kienet is-sitwazzjoni fis-snin tmenin qabel ma saret ir-riforma ta' din il-liġi.", "Ma jirriflettix hekk, anzi bil-maqlub, għax jirrifletti li huwa gvern li malajr - u f'dan ir-rigward huwa effiċjenti ħafna - jiżviluppa s- sintomi kollha ta' l-arroganza li jidhirlu li dak li jgħid hu m'għandu ħadd imerih.", "Dan huwa sintomu wiesa.", "Dan mhuwiex sintomu limitat għall-abbozz li għandna quddiemna.", "Dan huwa sintomu li narawh fuq l-impożizzjoni tat- taxxi l-ġodda u rajnih anke fix-xoljiment ta' Posta Limited, biex keċċa tnejn min-nies li ried ikeċċi.", "Huwa sintomu fl-operat kollu tal-Gvern preżenti u, jieħu għalih kemm jieħu għalih il-MInistru George Vella, jiena m'iniex se ninkwieta għax id-dover tagħna huwa li ngħidu u nesprimu l- verita'.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'pajjiżna għandna l-missjoni li tkun ta' servizz.", "Jiena ma nistax ma nagħmilx l-appell min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - dan mhux appell li qed nagħmlu llum imma huwa appell li għamiltu l-ewwel darba li ltqajt mal-membri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u diversi drabi oħra mad-direttorat u uffiċjali ta' l-awtorita' - billi ngħid li kull min qiegħed f'awtorita' - u din tapplika wkoll għal min ikun fil-gvern - qiegħed hemm biex ikun ta' servizz għall-poplu.", "Jekk ikollok elementi, anke fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li jaraw il-konċett ta' awtorita' bħala mod kif teżerċita diskrezzjoni assoluta, bħala mod kif inti ma tkunx ta' servizz u kif inti ma jkollokx dik il-proċedura ta' accountability, trid tagħmel emendi u tieħu miżuri biex inti tassigura mod trasparenti kif topera u b'hekk tassigura wkoll l-effiċjenza ta' l-operat ta' l-awtorita'.", "Allura f'dan ir-rigward immedjatament nirriferi għall-proposti konkreti li l-Partit Nazzjonalista għamel fil-programm elettorali tiegħu għar-rigward ta' kif għandha timxi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u, apparti li aħna erġejna enfasizzajna l-prinċipju ta' l-awtonomija ta' l-awtorita', għidna x'inhi r- riforma li ridna li sseħħ.", "Aħna għidna li:", "\"l-applikazzjonijiet tal-bini li jidħlu jinqasmu skond diversi kategoriji preċiżi biex ftuħ ta' tieqa f'bieb ma jkollhiex għalfejn tistenna l-bini ta' lukanda u viċi-versa;\"", "Illum l-idea ta' kategorizzar ta' dak li jsir mill-case officers, ta' dak li jsir mid-DCC, ta' dak li jsir mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar - u wieħed jaqra wkoll mhux biss fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna imma anke fid- delega li ħarġet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-Gazzetta tal-Gvern fit-12 ta' Lulju, 1997 flimkien mal-general development order - jirrifletti f'parti kbira wkoll dan il-prinċipju, għalkemm m'hemmx sistema preċiża ta' kategorizzar ta' applikazzjonijiet kif hemm fil-programm elettorali tagħna.", "Fil-programm elettorali tagħna għidna wkoll li għandu jkun hemm:", "\"salvagwardi kontra d-dewmien, billi jkun hemm limitu raġonevoli - anki jekk ta' aktar minn tmien ġimgħat - li ma jkunx jista' jinqabeż, għal ebda raġuni;", "sistema ta' accountability li tolqot lil min hu involut fil-proċess ta' l-ippjanar, inklużi l-case officers li jkunu mitluba jagħtu lill- periti li jkunu ssottomettew applikazzjoni kopja tar-rapport li huma jagħmlu dwar id-diversi applikazzjonijiet li jidħlu;", "sistema ta' reġistru - simili għal dak tal-qrati - li permezz tiegħu mhux biss kulħadd ikun jista' jara f'liema stadju waslet kull applikazzjoni għal bini, imma wkoll li jkun hemm regoli preċiżi kif tkun iffisata l-aġenda tal-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp ta' l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar; b'hekk kull applikant ikun jaf kemm jista' jkun kmieni meta se jinstema' l-każ tiegħu u f'dan is-sens titnaqqas kwalunkwe diskrezzjoni amministrazzjoni żejda li fis-snin li għaddew setgħet żviluppat;", "tissaħħaħ is-sistema ta' checks and balances li hemm fil-proċess ta' l- ippjanar, u fi ħdan l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar jitwaqqaf il- makkinarju meħtieġ - simili fuq skala nazzjonali għal dak ta' l- ombudsman - biex ilmenti dwar dan il-proċess jinstemgħu malajr.\"", "Ma qrajtx kollox imma qrajt il-punti prinċipali ta' Gvern Nazzjonalista li jibqa' kburi li fforma l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-proċess ta' l- ippjanar ma jibqax x'jgħid il-ministru wara bibien magħluqa u biex dan il- proċess ta' l-ippjanar ma jkunx proċess ta' biċċa 'l hemm u biċċa 'l hawn.", "Per eżempju, il-Gvern iħoss pressjoni fl-aspett tat-turiżmu u jgħid: Ħalli nagħmel biċċa structure plan fuq it-turiżmu.", "F'din il-liġi qed jiddaħħal il-konċett li flok structure plan integrat, fejn kollox ikun inter-relatat, kollox isir bil-biċċiet qisna qegħdin fuq il-monti u daqqa tibdel il-biċċa ta' l-iskejjel, imbagħad wara tiġi u tibdel il-biċċa tat-turiżmu, tibdel il- biċċa ta' l-isptarijiet u mbagħad tgħid it-toroq kif tridhom.", "Il-konċett kollu ta' structure planning huwa l-konċett ta' kif dawn l-affarijiet jorbtu ma' xulxin u mhux li tista' tiġi quddiem il-Parlament u għax il- gvern għandu s-saħħa jaqbad u jibdel biċċa minn hemm u biċċa minn hawn.", "Jekk nagħmlu hekk nispiċċaw li jkollna gvern u pjan ta' struttura tal- biċċiet u mhux pjan integrat, organiku u inter-relatat, kif suppost għandna fil-liġi eżistenti.", "X'qiegħed iwettaq fir-realta' l-Gvern b'dan l-abbozz li għandna quddiemna?", "Naħseb li huwa tajjeb li nduru ftit il-klawsoli prinċipali tiegħu għax iktar ma taqrah fid-dettall iktar timmeravilja ruħek kif, bl-iskuża li l- Gvern se jipprova jaqdi aħjar liċ-ċittadin, qiegħed jagħmel miżuri, waħda wara l-oħra, biex jassumi kontrolli kbar fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u biex inaqqas mit-trasperenza ta' l-awtorita' eżistenti.", "Jekk inħarsu lejn paragrafu (a) ta' klawsola 3, l-ewwel klawsola f'ċertu sens - għax l-ewwel waħda hija it-titolu u t-tieni waħda kemm ġew miżjuda xi definizzjonijiet - insibu attakk immedjat fuq l-awtonomija ta' l-awtorita'.", "Għaliex?", "Għax fil- liġi eżistenti qed ngħidu li meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid tipprepara d-dokumenti u policies tagħha, dan trid tagħmlu skond policies u pjani approvati u issa trid issir:", "\"in accordance with policies, plans and conditions approved by Government and with procedures as approved by the Minister.\"", "Mela issa anke għar-rigward tal-funzjonijiet tagħha, fl-istess klawsola li nitkellmu dwar l-operat kollu ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-awtorita' trid taġixxi skond policies, skond pjani, skond kondizzjonijiet li jridu jkunu approvati mill-Gvern u b'proċeduri li jridu jkunu approvati mill- ministru.", "Din hija l-ewwel klawsola ta' l-abbozz li għandna quddiemna.", "Mela mill-ewwel għandna dikjarazzjoni assoluta b'attakk totali fuq l- awtonomija ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jiena qed nifhem li kważi kważi xtaq jagħmilha dipartiment tal-gvern, kif issa għamel mill-Posta, u flok ma għamel hekk qal li l-awtorita' tista' timxi bħala Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif inhi mwaqqfa, imma skond il-policies approvati mill-Gvern.", "Jekk immorru għall-paragrafu (b) ta' klawsola 3, fejn nirriferu għall- preparazzjoni għall-pjan ta' struttura - u issa se nirreferi għall-abbozz ta' liġi u anke għall-emendi li ppreżentalna l-Gvern - hemm miktub li:", "\"it-tħejjija tal-pjan ta' struttura u d-dokumenti supplimentari, inkluża kull ħaġa oħra anċillari jew inċidentali għalihom....\",", "jenħtieġu l-approvazzjoni tal-Gvern.", "It-test Ingliż ma tantx huwa feliċi għax jgħid:", "\"... following then approved by Government.\"", "Fit-test Malti għandna li:", "\"... wara dawn jiġu approvati mill-Gvern;\"", "Issa meta l-Ministru qalilna li se ġġib emenda għal din il-parti ta' l- abbozz ta' liġi assumejt li minflok il-kelma \"approved\" jagħmel il-kelma \"approval\", ħalli tiġi \"following then approval by Government\", jiġifieri tifhem li l-Gvern qed jgħid: Għamlu dawn id-dokumenti u wara ġibhom għand il-Gvern għall-approvazzjoni.", "Din diġa' kienet tkun ħażina imma l-emenda li tana kopja tiagħha l-Ministru mhijiex dik.", "L-emenda tgħid \"following their approval by Government\".", "Mela issa mhux biss qed jgħid li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid tipprepara l-pjan ta' struttura u d-dokumenti kollha l- oħra u tissottomettihom lill-Gvern għall-approvazzjoni imma qaleb l-ordni u qal \"following their approval by Government.\"", "Din emenda friska.", "Induna li t-test Ingliż ma jaqbilx mat-test Malti, it-test Malti m'għamilx emenda għalih u għamel emenda biex tiġi agħar mill-proposta kif oriġinarjament abbozzata.", "Jiġifieri permezz ta' l-emenda kif issa - ippreżentatha - sakemm mhux se jiskopri li għandu xi żball ieħor! - qed jgħid li l-Gvern irid ikun li jipproponi l-konċett kollu kif il-pajjiż ikun regolat f'din il- materja mill-aktar sensittiva.", "F'din il-klawsola nsibu wkoll il-konċett tal-pubblikazzjoni ta' l- official manual.", "Issa din fiha nfisha hija pożittiva għax meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tippubblika manual ikollok ġabra tal-policies kollha u allura għandek check list.", "Imma anke f'din, kif inhi miktuba, billi huwa suġġett li d-dokumenti jrid ikollhom l-approvazzjoni tal-Gvern - sakemm ma ninterpretawx ukoll li l-Gvern irid jgħid hu u mbagħad l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ssegwi wara - anke dan irid ikun suġġett għall-approvazzjoni tal- ministru.", "Jekk wieħed ikompli jħares lejn il-paragrafu (e) isib li anke biex l-awtorita' tiddelga mill-poteri tagħha issa wkoll trid tmur għall- permess għand il-papa' tagħha, li huwa l-ministru.", "Kellna spjega ta' kemm l-awtorita' se ssir iktar effiċjenti u kemm se żżomm iktar mal-ħin, imma meta taqra l-liġi tinduna li dak huwa l-bżar li ssib fuq ir-realta'.", "Ir- realta' hi tnaqqis u attakk kontinwu fuq l-awtonomija ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar .", "Konċett ieħor li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jintroduċi hija l-idea li jkollok direttur ta' l-audit.", "Rigward il-konċett tad-direttur ta' l-audit wieħed għandu jgħid li safejn jien informat l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikkonsidrat diversi drabi li huwa tajjeb li jkollok persuna responsabbli lejn iċ-chairman jew lejn il-bord li jkollu audit function, jiġifieri persuna li jara l-operat ta' l-awtorita' b'mod indipendenti u li jirrapporta lill-bord ta' l-awtorita' u lill-gvern.", "Anke skond rapporti li kellu - ħalliha li l-Gvern qatt ma ppreżentahom - seta' mexa f'din id- direzzjoni.", "Imma mhux hekk irid jagħmel il-Gvern.", "Il-Gvern qed iressaq emenda biex ineħħi l-konċett ta' chief executive - għax il-kliem \"chief executive\" se jispiċċaw kompletament mil-liġi - u jgħid li jrid ikun hemm żewġ diretturi, li huma d-direttur ta' l-ippjanar u d-direttur ta' l- amministrazzjoni u l-verifika, u lanqas jiddistingwi kif jaħdmu bejniethom.", "Ma jiddistingwix jekk wieħed iridx jirrapporta lill-ieħor, jekk wieħed hux importanti iktar mill-ieħor jew jekk humiex it-tnejn ugwali.", "Meta mbagħad tara din l-emenda fil-kontest ta' emendi oħrajn bilfors tibda titħasseb bis- serjeta' li l-Gvern għandu wkoll f'moħħu persuna fis-servizz pubbliku li beħsiebu jimponiha fuq l-awtorita' biex ikun jista' jagħmel il-kontrolli fil-livell ta' direttur flimkien mad-direttur ta' l-ippjanar.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek biex qed inkejjel.", "Jiena qed inkejjel ma' emenda oħra, li meta taqraha taħsibha innoċenti ħafna, għax fi klawsola 4 issib li l-Prim Ministru, wara li jikkonsulta l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' - issa skond l-abbozz ta' liġi - jaħtar kemm irid membri mis-servizz pubbliku għal ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Tafu x'inhi d-differenza bejn dan li hawn fl-abbozz u x'kien hemm fil-liġi qabel?", "Qabel, fuq it-talba ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-Prim Ministru kien jista' jibgħat uffiċjali pubbliċi ma' l-awtorita'.", "Mela qabel l-awtorita' kienet trid tgħid lill-Gvern: Jien għandi bżonn it-tali persuni miegħi biex jgħinuni fil-ħidma tiegħi bħala Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Il-Gvern seta' jgħid lill-awtorita': Le, dawk in-nies għandi bżonnhom x'imkien ieħor u ma nistax nibgħathom.", "Imma l-Gvern ma setax jimponi fuq l-awtorita', jekk ma titolbux hi, lil min irid hu bħala uffiċjali magħha.", "Hawnhekk hawn differenza kbira.", "Naħseb li l-Onor.", "Vella dan l-abbozz ta' liġi studjah qabel ġie hawnhekk biex jipproponih.", "(Interruzzjonijiet) Hemm differenza kbira ħafna għax din tfisser li l- Gvern jista' jimponi liema uffiċjali pubbliċi jrid, jagħtihom l-inkarigi li jrid u jibgħathom hu ma' l-awtorita'.", "(Interruzzjonijiet) U jien nistaqsi: Jekk il-pajjiż issa għandu Prim Ministru modern li jrid ikun trasparenti, dan kif qed jagħmel dawn l-affarijiet, li għax irid hu u għax joħlom hekk, jibgħat liema uffiċjali pubbliċi jrid ma' l-awtorita', anke jekk l- awtorita' ma tridhomx, anke jekk l-awtorita' ma tkunx talbithomlu?", "MADAM SPEAKER: Tinterrompux, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qabel, meta ma konniex daqshekk trasparenti, moderni u effiċjenti - u ma nafx x'inhuma l-buzzwords ta' ingann li uża l- Partit Laburista fil-kampanja elettorali tiegħu - l-awtorita' kienet tgħid lill-Gvern biex jibgħatlu dawk in-nies u jekk l-awtorita' ma titlobx ma kien jista' jimponilha lil ħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien bis-serjeta' nappella lill-Onor.", "Vella biex jaqra dan l-abbozz bil-kwiet jekk ma qrahx - ma nafx jekk imponewhx fuqu - u jara xi jfisser.", "Issa niġu għall-klawsola li jmiss għax kull klawsola fiha ħafna x'wieħed jista' jgħid dwarha.", "Klawsola 5 titkellem dwar il-planning consultative committee.", "Anke hawn x'inhi l-emenda li qed issir fil-liġi?", "L-emenda tgħid li dan il-kumitat issa jrid jirrapporta kull tliet xhur lill-ministru.", "Mank għall-kirjanza dan il-kumitat, li suppost jaħdem id f'id ma' l-awtorita', jirrapporta l- ewwel lill-awtorita'!", "Issa qed inżidu emenda biex isir rapport kull tliet xhur lill-ministru.", "Issa l-ministru jista' jargumenta li għandu ħtieġa tagħha, jista' jargumenta ħafna affarijiet, imma żgur li din m'hijiex xi emenda oħra biex iżżid l-awtonomija.", "Hija emenda oħra biex tattakka l- awtonomija ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u biex inżidu il-kontrolli tal- gvern ċentrali.", "Madam Speaker, issa niġu għal klawsola 6.", "Il-ħatra taċ-chairman tad- development control commission.", "Min isegwi l-proċess ta' l-ippjanar jaf li l-iktar struttura importanti u sensittiva fil-proċess ta' l-ippjanar hija preċiżament id-DCC għaliex hi tiddeċiedi favur jew kontra l-parti l- kbira ta' l-applikazzjonijiet li jidħlu għall-iżvilupp.", "Bl-emendi li għandna hawnhekk issa l-Prim Ministru jaħtar lil min irid hu bħala chairman u wara dak isir ex officio membru ta' l-awtorita'.", "X'kienet il-liġi qabel?", "Qabel il-Prim Ministru kien jaħtar membru li kien diġa' fl-awtorita' bħala president tad-DCC.", "Hawnhekk dawwarna l-ordni wkoll; flok li l-Prim Ministru jmur fuq l-awtorita' u jagħżel minn fostha membru biex ikun iċ- chairman tad-DCC, issa jqum fil-għodu - għax trasparenti, għax modern! - u jagħżel lil min irid, imbagħad jibagħtu għand l-awtorita'.", "Imbagħad l- awtorita' taħtar tliet membri oħra, mhux bilfors minn fost il-membri tagħha, imma taħtar lil min trid.", "Niġu issa għal emenda oħra fl-istess klawsola 6 li tittratta d- deliberazzjonijiet ta' dan il-kumitat li jiddeċiedi fuq l- applikazzjonijiet.", "Dan l-abbozz idaħħal għall-ewwel darba l-konċett - f'ġieħ it-trasparenza li smajna u li tissemma fl-għanijiet u raġunijiet u ta' dan l-abbozz - li meta l-membri ta' dan il-kumitat, biċ-chairman impost fuqu mill-gvern, li wara jsir membru ta' l-awtorita', jiġu biex jiddeliberaw, jekk wieħed minnhom jitlob hekk, imorru wara bibien magħluqa u joqogħdu jiddeliberaw waħidhom u mhux bħal qabel quddiem il-pubbliku b'mod miftuħ.", "Din għat-trasparenza saret?", "Din xi trasparenza hi!", "Jiena naħseb li aħjar insibu xi dizzjunarju ġdid.", "Imma hemm eċċezzjoni ħelwa għal din ir-regola, Madam Speaker.", "Dawn jistgħu jiddeliberaw fil-magħluq imma jekk jiġu biex jieħdu vot sigriet iridu jerġgħu jmorru quddiem il- pubbliku.", "Imma dan x'daħk hu!", "Jiġifieri biex jiddeliberaw imorru u jagħlqu l-bibien u biex jagħmlu l-vot sigriet - li joqogħdu bil-karta quddiemhom - jerġgħu jmorru quddiem il-pubbliku.", "Din f'ġieħ it-trasparenza għamiltha, Onor. Vella?", "(Interruzzjonijiet).", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "Zammit Dimech ikompli.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Issa ngħaddi għal klawsola 7 li tittratta dwar il-ħatriet fuq il-bord ta' l-appell.", "Dawn qabel kienu jsiru mill- President, jiġifieri bil-President jaġixxi fuq il-parir tal-gvern - għalkemm issa hawn prinċipju kostituzzjonali li meta ma jkunx hemm indikat fuq il-parir ta' min jaġixxi ikun il-parir tal-Prim Ministru jew tal- Kabinett - imma anke hawn, biex id-doża tal-gvern tkun totali, għamluha li jrid ikun fuq il-parir dirett tal-ministru u anke b'terminu ta' żmien limitat fil-ħatra tagħhom.", "Madam Speaker, issa ngħaddi għal klawsola 8 li hija interessanti u naħseb din saret ukoll f'ġieħ it-trasparenza!", "Issa se ndaħħlu l-limitazzjoni tad- dritt ta' appell mid-deċiżjonijiet li tkun ħadet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew li jkun ħa d-DCC għal min ikun issottometta kummenti qabel.", "Issa hawn ir-regola li min joġġezzjona se jkollu żewġ limitazzjonijiet kbar għax se jkollu terminu ta' żmien u se jkollu jħallas il-flus.", "L-idea famuża ta' level playingfield fil-livell ta' l-ippjanar, li jekk inti għandek developer kbir li għandu l-flus kollha biex jagħmel il-proċeduri kollha ta' ippjanar u trid tara kif tagħti miżura ta' protezzjoni lil dawn il-ġirien li għandhom gabuba fejn jgħixu u ma jridux dak l-iżvilupp ħdejhom u jridu joġġezzjonaw, issa lil dawk li qed joġġezzjonaw se nimponu l-ħlas fuqhom.", "(Interruzzjonijiet) Din naħseb f'ġieħ it-trasparenza saret!", "Jekk għandna dizzjunarju indawruh ta' taħt fuq, kollox f'ġieħ it-trasparenza jsir!", "(Interruzzjonijiet)", "Pero' fi klawsola 8 f'ġieħ it-trasparenza nsibu, kif hemm fil-liġi bħalissa, li l-bord ta' l-appell għandu d-dritt li jkollu segretarjat indipendenti.", "Din ħallejniha hemm bil-kliem għax anke hawn l-abbozz ta' liġi jgħid li l-ministru jaħtar hu s-segretarju u mbagħad is-segretarju jaħtar hu l-kumplament tas-segretarjat.", "Dan hu l-bord ta' l-appell fil- proċess ta' l-ippjanar.", "Hawn il-prinċipju tal-users' committee li naturalment fih innifsu huwa prinċipju tajjeb.", "Pero' l-users' committee wkoll, apparti li kif inhuwa miktub għandu rwol naħseb ħafna aktar wiesa' minn users' committee għaliex dan jista' jara wkoll il-mod totali kif qed taħdem l-awtorita', il-mod tat-trasparenza jista' jirrakkomanda, jiġifieri min jaf x'igħid dan meta jibda jiskopri li dawn qed jingħalqu wara l-bibien magħluqa biex jiddeliberaw, pero' mbagħad joħorġu biss fil-pubbliku biex jagħmlu l-vot sigriet! - l-uniformita' tad-deċiżjonijiet u l-attijiet u mbagħad, Alla jbierek, il-users' committee jirrapporta direttament lill- Ministru.", "Issa ħloqna dan il-padrun ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Naħseb kieku għamilna emenda sempliċi u għidna li niddikjaraw li nżidu \"padrun\" magħha l-awtorita' forsi konna nagħmlu abbozz iktar qasir.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-laqgħat li qed jirriferi għalihom l- Onor. Vella - u nistiednu jsemmihom fl-għeluq - huma laqgħat li huma bil- minuti, li huma pubbliċi u li tista' tikkwota minnhom għax għandek il- minuti minn fejn tikkwota.", "U nistieden lill-Onor.", "Vella jikkwota minnhom u jekk irid jippubblikahom u jippubblika kollox.", "M'għandi problemi ta' xejn.", "Niġu issa għal klawsola 10 li hija l-ereżija li aċċennajt għaliha iktar kmieni, fejn għandna pjan ta' struttura suppost mibni fuq kif settur jorbot ma' ieħor.", "Issa għandna l-konċett li dan jinbidel bil-biċċiet, qisna qegħdin fuq il-monti, kollox naturalment skond l-espedjenza politika.", "Għal dan il-Gvern l-espedjenza politika hija importanti ħafna, għax aħna nafu x'jiġi diskuss bejn il-Prim Ministru, bejn il-ministru u l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, u kien hemm min qal: Ma tarawx, inħallu awtorita' b'xi mod ittellifna l-voti!", "L-espedjenza politika huwa l-kriterju assolut tal-Gvern preżenti, naturalment ma' l-ingann, għax jgħidu ħaġa u jagħmlu l-oppost tagħha.", "Madam Speaker, klawsola 11 tgħid li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tikkonsulta u trid taqbel mal-Kamra tal-Periti fil-ħruġ ta' general development orders.", "Naturalment dik fiha nfisha hija pożittiva pero' wieħed irid jistaqsi - għandi f'moħħi l-aħħar general development order li ħarġet - jekk din ġietx diskussa mhux biss b'mod preliminari imma wkoll b'mod finali mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel ma ġiet ippublikata.", "Klawsola 12 hija rigward il-limitazzjonijiet li f'ġieħ it-trasparenza dan il-Gvern modern qed jagħmel fuq min joġġezzjona għal żvilupp.", "Hawn limitazzjoni ta' terminu ta' ħmistax li jgħodd minn meta jkun hemm pubblikazzjoni ta' l-applikazzjoni f'xi gazzetta.", "Irrid infakkar hawnhekk, anke bħala dettall, li fil-liġi eżistenti - u din baqgħet - hemm żewġ obbligi ta' pubbliċita' meta ssir applikazzjoni għal żvilupp.", "Hemm il- pubblikazzjoni tad-dettalji fil-qosor ħafna ta' l-applikazzjoni f'gazzetta ta' kuljum, jew ta' kull ġimgħa, u hemm ukoll l-obbligu li jitwaħħal site notice li, kif nafu, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tassumi dik ir- responsabbilta' hi stess biex ma jkunx hemm il-periklu li min qed jagħmel l- iżvilupp ma jwaħħalhiex.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-oġġezzjoni trid issir fi żmien ħmistax-il ġurnata mill-pubblikazzjoni fil-gazzetta.", "Lanqas saret minn meta titpoġġa s-site notice jew forsi missha saret ħmistax mit-tnejn flimkien, mil-liema tiġi l- aħħar.", "Jekk dak li jkun ma qagħadx jaqra l-gazzetta u ma ndunax - b'dik it- tipa rqieqa li jkun hemm - li se jkollu bini ħdejh li huwa assolutament joġġezzjona għalih ma jkollux ċans joġġezzjona għax għandu terminu limitat, li jista' jkun ukoll imqassar f'każijiet ta' applikazzjoni urġenti.", "Mhux hekk biss, imma kif għidna qabel, issa se jidħol ukoll il-konċett li dan irid iħallas talli joġġezzjona.", "Dan ma jistax sempliċement jgħid: Jien ċittadin, jien se mmur għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, se ngħidilha li ta' quddiemi se jtella' bini b'mod li jolqot id-drittijiet tiegħi, kif jinterpretahom huwa almenu, b'mod li huwa t'ostaklu għalija, dan huwa żvilupp li jiena noġġezzjona għalih.", "Issa biex jagħmel hekk, dan irid jibda jħallas.", "Dan f'ġieħ it-trasparenza, f'ġieħ iċ-ċittadin l-ewwel!", "Klawsola 13 hija interessanti għaliex f'ċertu sens tagħmel prinċipju li jekk napplikawh b'attenzjoni jista' jkun tajjeb u ma jaqbilx ma' xi ħaġa li għamel dan l-istess Gvern dan l-aħħar.", "Din il-klawsola tgħid li meta l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun qed tikkonsidra applikazzjoni ma tistax tikkonsidra policies li hi tkun ħarġet - kif inhi miktuba tfisser li ma tistax tikkonsidra lanqas local plan li tkun għamlet - jekk dawn jaffettwaw b'mod retroattiv lil xi ħadd li jkun akkwista acquired rights.", "Dan hu l-kliem li hawn fil-liġi.", "Jekk wieħed jifhem eżatt x'tgħid din il- klawsola, dan ifisser li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - biex nagħtu eżempju - tista' tgħid li għall-area tal-Port il-Kbir hemm bżonn nipproponu żvilupp ta' ċertu mix differenti bejn open spaces, bejn built up areas, bejn tip ta' żvilupp kummerċjali, għaliex biex jieħu r-ruħ il-post irridu nipproteġuh permezz ta' policy bħal din.", "Fil-liġi qed ngħidu li jekk meta saret dik il-policy xi ħadd kellu acquired rights - \"acquired right\" hija meta wieħed ikun f'area li issa l-awtorita' tixtieq li tkun open space u qabel kienet area fejn seta' jtella' ħames jew sitt sulari - b'din l-emenda l-awtorita' ma tistax issa tibdel il-policy għaliex min laħaq kellu acquired right ma tistax tmissulu.", "Hawnhekk il-Gvern qed jgħid li b'mod retroattiv ma tista' tbiddel id-drittijiet ta' ħadd.", "Fil-liġi tat-taxxi l- ġodda naturalment għamel bil-maqlub ta' hekk, għax f'dik il-liġi min kellu dritt għal refund taħt is-sistema tal-VAT qallu li dak ir-refund iridu lura, dak mhux acquired right.", "Imma apparti l-inkonsistenza bejn liġi u oħra, jien nappella li hawn il-Gvern irid joqgħod attent ħafna għaliex jekk hu qed jifhem li wara li persuna għamlet applikazzjoni ma tistax b'applikazzjoni li ilha għal xi żmien quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-konsiderazzjoni tagħha ...", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Zammit Dimech jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Zammit Dimech ikompli bid-diskors tiegħu.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, nirringrazzja lill- proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l- ħin.", "Aħna nifhmu din limitatament - pero' mhux miktuba hekk - li jekk persuna għandha applikazzjoni pendenti quddiem l-awtorita', ma tistax f'daqqa waħda tinbet policy ġdida - almenu jekk ma jkunx hemm dritt ta' kumpens - li tillimita d-dritt fid-data ta' l-applikazzjoni.", "Wieħed jista' jagħmel l- argumenti favur klawsola hekk.", "Imma naħseb li hawn għandna konċett perikoluż ħafna jekk ngħidu li ma nistgħu qatt noħorġu policies biex nipproteġu l-ambjent estetiku ta' post, jew biex isir żvilupp kummerċjali partikolari, mix bejn turiżmu u żvilupp, jew mix bejn dwelling u uffiċini, għax acquired right is acquired forever.", "Nappella lill-Gvern biex jikkonsidra eżattament x'inhi l-intenzjoni tiegħu f'dan ir-rigward u jara x'irid jgħid.", "Fi klawsola 15 - fil-fatt fit-test Ingliż bi żball qiegħda klawsola 16 - hawn miżura oħra għat-trasparenza.", "Dan l-abbozz mimli bit-trasparenza!", "Kieku kellna aħna niġġudikaw l-abbozzi skond l-objects and reasons tagħhom, dan l-abbozz ifalli mill-bidu sa l-aħħar għaliex jagħmel kollox bid-differenza ta' dawk li suppost huma l-għanijiet tiegħu.", "F'ġieħ it- trasparenza, fi klawsola 15 għandna miktub li fejn qabel kull min kien ried imur l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jara pjanta jew xi dokument konness m'applikazzjoni ta' bini seta' jagħmel dan bil-liberta' u bil-faċilita' kollha, issa anke hawn daħħalna żewġ limitazzjonijiet.", "Issa qed ngħidu li jistgħu jmorru biss il-periti jekk dawn meta jmorru jissodisfaw lill- awtorita' li għandhom \"bona fide interest to view the same\".", "Din f'ġieħ it- trasparenza!", "Mela dawn il-ġirien li jaraw is-site notice u jridu jkunu jafu eżattament x'qed jiġri ħdejhom m'għandhomx issa d-dritt li jaraw x'inhu l-iżvilupp propost?", "Qed ngħidulhom li ma jistgħux imorru u jkollhom iqabbdu perit bilfors.", "Mela mhux talli issa jridu jħallsu l-miżata lill- awtorita' biex jagħmlu l-oġġezzjoni fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni fil-gazzetti - jekk kumbinazzjoni jkunu qrawha għaliex it-terminu lanqas biss hu minn meta titwaħħal is-site notice - imma jridu bilfors iqabbdu perit li jrid jissodisfa lill-awtorita' li għandu bona fide interest.", "Xi tfisser li jkollu bona fide interest?", "Nassumu li għan- nom tal-klijent, għax hu x'interess jkollu?", "ONOR.", "MEMBRU: Interess taċ-ċittadin.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-perit ikollu bona fide interest fil- pjanti tiegħu u naħseb li m'għandux bżonn imur l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jarahom dawk għax nimmaġina li jżomm kopja.", "Mela hemm limitazzjonijiet assoluti kontra t-trasparenza u żgur li jillimitaw id- drittijiet taċ-ċittadin.", "Jien ma nistax ma nirriferix ukoll għall-konċett li hawn f'din il-liġi biex l-applikazzjonijiet ikunu deċiżi fi żmien tnax-il ġimgħa u l-awtorita' on planning grounds tista' titlob lill-applikant għal estensjoni ta' sitta u għoxrin ġimgħa, jiġifieri għandek disa' xhur b'kollox.", "Qed ngħidu li jekk jgħaddi dan it-terminu oriġinali jew dak estiż - sakemm m'huwiex xi żvilupp kbir, sakemm mhux milqut minn environmental impact assessment jew statement - il-permess joħroġ awtomatikament.", "Naturalment l-Onor Vella għamel u se jkompli jagħmel l-argument li dan huwa l-mod kif in-nies fl- awtorita' jridu jaġixxu bilfors, li ma jistgħux itawlu u kif żgur ma jkunx hemm abbużi - issa naraw jekk jistax ikun hemm abbużi! - u kif kollox jimxi f'termini preċiżi.", "Jien onestament ma nafx x'se jiġri f'dawk il-każi fejn it-tnax-il ġimgħa jkunu għaddew, l-awtorita' ma tkunx talbet extension jew l-awtorita tkun talbet extension u jkunu għaddew id-disa' xhur u mbagħad niskopru li dak l-iżvilupp mhux kopert taħt policies ta' l-awtorita'.", "Min se jiddeċiedi?", "Għax dak jgħid li hu skond il-policies beda jibni, allura jagħmlulu enforcement order xorta?", "Jiġifieri apparti li issa mil-lat prattiku, billi għandek limitazzjonijiet li l-Gvern naturalment ħass li għandu jżid kif tapplika din ir-regola b'mod assolut huwa diffiċli ħafna kif tapplikaha, il-Gvern anke hawn għandu joqgħod attent ħafna.", "GĦandu jara jekk hemmx xi pajjiż ieħor li għamel sistema bħal din, u jekk hemm, fil-winding up tiegħu jagħtina l-benefiċċju ta' l-esperjenza ta' dawn il- pajjiżi u b'liema salvagwardi preċiżi jaħdmu.", "Pero' issa jrid jaħseb ukoll f'aspetti oħra.", "Għaliex jien nistaqsi lill-Gvern: X'jiġri meta jkun hemm applikazzjoni li min-natura tagħha tirrikjedi li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikollha wkoll il-parir ta' enti givernattiva?", "Per eżempju, inti tapplika għal żvilupp li jista' jolqot area agrikola - u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun ivvalidat l-applikazzjoni għax din mhijiex kwestjoni li l-applikazzjoni mhijiex valida - allura l-awtorita' tirriferi dik l-applikazzjoni lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Jista' jkun hemm applikazzjoni fuq swimming pool u tirriferi lill-Water Services Corporation; jew ikun hemm xi applikazzjoni fuq xi materja oħra u tirriferi lil xi dipartiment ieħor tal-gvern; jew inkella jekk tkun xi ħaġa li tolqot lis-Civil Aviation tirriferi lid-DCA.", "Issa jekk impjegat f'dak id- dipartiment - apparti li tista' ssir mill-case officers ta' l-awtorita' - jorqod fuq dak il-file għal tnax-il ġimgħa, il-permess joħroġ awtomatikament.", "Mela l-Gvern irid sitwazzjoni fejn iċ-ċittadin ikun jaqbillu jmur jikkonvinċi lil xi impjegat f'livell ta' dipartiment governattiv, f'livell ta' korporazzjoni pubblika, jew f'xi livell ta' l- istess Awtorita' ta' l-Ippjanar u jgħidlu biex jorqod fuq il-file tiegħu.", "Se nagħmlu dan biex neliminaw l-abbuż u biex ikun hawn sistema verament ta' accountability!", "Se nibdew nagħtu r-rigali lil min jorqod, u jistgħu jkunu rigali kbar!", "Din biex insiru iktar accountable!", "Huwa tajjeb li jkun hemm terminu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tistax taqbeż jew iġġeddu kif hawn miktub fl-abbozz b'sitta u għoxrin ġimgħa jekk ikollok planning grounds biex tagħmel hekk, imma se ndaħħlu l-konċett issa li permess joħroġ awtomatikament, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi?", "Imbagħad dak jgħid li l- permess ħariġlu awtomatikament, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tgħidlu: Imma inti qed tgħid li ħareġ awtomatikament, għax jien qed ngħidlek mhux skond il-policy, mela dik il-klawsola lanqas tapplika għalik.", "Mela dak jibda jibni, l-awtorita' tagħmillu enforcement order, imbagħad imorru l-qorti biex jaraw l-enforcement order hijiex skond il-liġi.", "Se noqogħdu sejrin hekk?", "Żidna l-effiċjenza u naqqasna l-burokrazija b'dawn il-metodi li l- Gvern qed jgħaġġel?", "Għax issa ma nistax ma nagħmilx dan l-argument ukoll.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-Gvern qed jgħaġġel b'dawn il-metodi u qed imur kontra dak li esponenti tal-Gvern kienu jgħidu qabel mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni.", "Meta l- Onor. George Vella kien iqum jitkellem fil-Parlament fuq l-Awtorita' ta' l- Ippjanar - hawnhekk għandi kopja ta' l-interventi kollha li kien jagħmel l- Onor. Vella fil-leġislatura l-oħra - kien jiġi hawn u jagħmlilna l-argument ta' kemm hemm bżonn rappreżentanza iktar wiesgħa minn organizzazzjonijiet varji u mill-kunsilli lokali fil-kompożizzjoni tal-bord ta' l-istess awtorita'.", "Konna nisimgħu kantaliena ta' wegħdiet, waħda wara l-oħra u ripetuti għal darba tnejn, imma f'dan l-abbozz ta' liġi m'hawn xejn min dan.", "Żgur li din il-wegħda partikolari ta' rappreżentanza aktar wiesgħa li kienu jħobbu jsemmu qabel l-elezzjoni m'hijiex qegħda hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Mela aħna għandna nkunu daqshekk esiġenti li nippretendu li jiftakru x'kienu jgħidu qabel l-elezzjoni!", "Dawn insew x'kienu jgħidu qabel.", "Li jinkwetani m'huwiex li nsew x'kienu jgħidu qabel imma donnu li dawn diġa' nsew x'qalu ftit ġimgħat ilu għax sa tliet xhur ilu l-Onor.", "Vella wiegħed li se tiġi ppublikata white paper biex ikun hawn diskussjoni mill- iktar wiesgħa fil-pajjiż fejn kull min irid jista' jagħmel sottomissjoni jew argument u jispjegalu u jgħidlu: Iva, il-ħsieb tiegħek huwa tajjeb imma fir-realta' għandi suġġeriment differenti x'nagħmel.", "Mhux għalhekk issir il-white paper!", "Naħseb li għalhekk kien wiegħed white paper l-Onor.", "Vella .", "Allura għaliex issa ma żammx il-wegħda tiegħu bħala ministru tal-Gvern?", "Xi ħadd impona fuqu biex ma jżommx il-wegħda tiegħu?", "Mhux qed iżomm il- wegħdiet tal-programm elettorali, mhux qed iżomm il-wegħdiet li kien jagħmel fid-dibattiti f'dan il-Parlament meta kien jitkellem minn din in- naħa tal-Kamra, mhux qed iżomm il-wegħdiet li għamel bħala ministru xahrejn ilu, allura liema wegħdiet se jżomm?", "Kif nistgħu nagħtu kredibbilta' lil gvern li jimxi b'dan il-mod fejn illum igħid kelma u l-għada jagħmel bil- maqlub tagħha?", "Huwa metodu ta' trasparenza li tinvolvi lill-korpi kostitwiti jew li l-white paper li tkun wegħidt ma tagħmilhiex?", "Jew li tagħmel kollox f'sotto-kumitat tal-Kabinett u tinvolvi magħhom żewġ persuni oħra fejn jista' jkun hemm min ikollu vested interests u ma tagħmilx diskussjoni wiesa' mal-pubbliku b'mod ġenerali?", "Li tikkonsulta l-Kamra tal- Periti huwa korrett, imma għandek tillimita ruħek għal dan jew għandek vermanet tagħmel dak li wegħidt int stess?", "U jekk issa mhux qed taqbel ma' dak li wegħidt int stess xahrejn ilu, għaliex wegħidtu allura?", "Biex tidħak bil-poplu Malti, jew kellek pressjoni min xi ħadd fuqek?", "Safejn naf jien fl- istrutturi tal-gvern wieħed jista' jkun hemm fuqek.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "(Interruzzjonijiet) Indirizza lis-Sedja Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-nies kollha li qed isemmi l-Onor.", "Vella min jaf kemm iġġieldu magħna għax kien hemm Awtorita' ta' l-Ippjanar li żżommilhom u żżommilhom iebes.", "Min jaf kemm iġġieldu magħna wkoll f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn l-awtorita' setgħet kienet iktar effiċjenti u ma kenitx, ħalli nkunu korretti.", "Ħafna minn dawn in-nies iġġieldu magħna u kien hemm xi membri min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien li fil- home visits kienu jgħidulhom biex ma jinkwetawx għax meta jkunu fil-gvern jirranġawlhom kollox.", "Jien naf bniedem li qabel l-elezzjoni ġenerali kellu bżonn permess li ma setax jinħareġ u ġie jgħidli li saritlu wegħda mingħand nies fil-Malta Labour Party li meta jitilgħu fil-gvern il-permessi jinħarġulu kollha.", "Din hija d-differenza fl-attitudni.", "L-Onor.", "Vella qed jagħmilha faċli ħafna għall-ħruġ tal-permessi għax jekk jgħaddu 12-il ġimgħa u l-case officer jorqod fuq il-file jew jitlef il-file, kif ġieli jiġri, jew ikun hemm xi uffiċjal f'dipartiment governattiv li jinsa jirrispondi xi file, - ħalli ma nilimitax ruħhi għall-Awtorita' ta' l- Ippjanar - il-permess se jinħareġ awtomatikament.", "Allura għalfejn tgorr kontra l-Gvern?", "Għalfejn tgħid li dan il-Gvern hu kattiv meta għandu l- permessi take-away?", "Għalfejn nikkonsidraw l-ambjent?", "Għalfejn nagħmlu pjan ta' struttura li jħares dawn il-fatturi kollha flimkien?", "Fil-proċess ta' konsultazzjoni li inti ddeċidejt li tagħmlu bil-bibien magħluqa, jew meta għax kellek ordni jew għax iddeċidejt minn jeddek li ma tagħmilx il-white paper, kellimthom lill-għaqdiet ta' l-ambejnt fil-pajjiż?", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma kellimtx lill-għaqdiet ta' l-ambjent għaliex fit-titli kollha li għandek fid-dikasteru tiegħek ma għażiltx titlu wieħed li ma jipproteġix l-ambjent?", "Inti suppost għandek il-missjoni li tkun il- protettur ta' l-ambjent.", "Fejn saret il-konsultazzjoni ma' l-għaqdiet ta' l- ambjent biex sar dan l-abbozz ta' liġi?", "Mort biex tiddiskuti dan l-abbozz ta' liġi magħhom?", "Mort għand għaqdiet bħalma huma l-ECO, Din l-Art Ħelwa u diversi għaqdiet oħra biex tara kif għandhom isiru dawn l-affarijiet?", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tinterrompux lill-Onor.Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Inti ma tistax titkellem fuq id-developers għax għamilt liġi fejn ċedejt għall-pressjoni tagħhom u se tibqa' magħruf li għamilt hekk.", "Inti qed tagħmel liġi li qed taqleb il-proċess kollu u qed terġa' ddaħħal il-kontroll tal-gvern.", "Il-liġi li qed tagħmel se tneħħi it-trasparenza kollha li kien hawn fil-proċess ta' l-ippjanar.", "Kif tista' titkellem illum?", "Int se tibqa' responsabbli għal din il-liġi, kemm waqt li int ministru u anke jekk għada pitgħada ma tkunx.", "Dawn l-emendi se jibqgħu marbutin ma' ismek fl-istorja tal-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Dan kollu li qed ngħidlek joħroġ mill-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u jekk wieħed ikompli jħares lejn l-emendi l-oħra li hemm jibqa' jsib dan l-element.", "Madam Speaker, naħseb li tajt l-iktar eżempji mportanti, imma anke jekk tħares lejn klawsoli oħra u tiġbor dawn l-emendi kollha flimkien - ħares, per eżempju, lejn klawsola 19 b'riferenza għal artiklu 46, fejn il-ministru se jingħata poteri aktar fuq il-proċess ta' l-ippjanar - issib li meta tanalizza l-abbozz ta' liġi bir-reqqa, bl-iskuża li l-Gvern qed ifittex li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar issir aktar effiċjenti u tuża proċeduri iktar mgħaġġla, il-Gvern qed jarroga għalih innifsu poteri li s'issa ma kellux.", "Dak li nippretendi mingħand il-Ministru fil-winding up tiegħu huwa - għandu kull dritt li ma jaqbilx miegħi fuq argumenti politiċi u żgur mhux se nippretendi li jaqbel miegħi - li jgħidli jekk it-test tal-liġi li kkwotajt bi preċiżjoni għandux x'interpretazzjoni oħra barra dik li qed nagħtuh aħna.", "Dan hu parti mid-dover tiegħu li bħala ministru jgħidilna jekk għandux xi interpretazzjoni oħra, anke jekk bl-ikbar intenzjonijiet tajba f'moħħhu, minbarra dik li biex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun aktar effiċjenti trid bilfors tissubixxi aktar kontrolli min-naħa tal-gvern u minn nies appuntati mill-gvern - wieħed minnhom f'livell ta' direttur, li allura jiġi f'livell ugwali mad-direttur ta' l-ippjanar, jiġifieri lanqas biss hemm sens ta' ġerarkija ta' kmand - anke jekk dan l-aġir ikun kontra r-rieda ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Wieħed minn dawn iż-żewġ diretturi li se jikkmandaw flimkien nafu min hu u ninsab żgur li il-Kamra kollha għandha kull rispett lejh għall-expertise tiegħu fl-ippjanar - qed nirriferi għall-Perit Godwin Cassar - imma fuq l-ieħor għad irridu naraw.", "Li nafu żgur huwa li dan se jkun impost mill-Gvern u probabbilment mibgħut miċ-Ċivil.", "(Interruzzjonijiet) Aħna nafu għaliex f'Malta qegħdin.", "Rigward il-kontrolli l-oħra kollha li rriferejt għalihom, l-Onor.", "Vella jista' jħares lejn id-diskorsi li kien jagħmel qabel u jara jekk jaqblux ma' dak li għadni kif għidt.", "Jien, per eżempju, niftakar li fis-seduta tas-27 ta' Novembru, 1995 konna qed niddiskutu l-estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kien hawn intervent f'dan il-Parlament mill-Onor.", "Vella li kien ħares b'mod appassjonat lejn il-mission statement ta' l-awtorita' u qalilna li din suppost tħares il-benessere ekonomiku.", "Hu kompla jistaqsi kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' tagħmel dan u x'ċans għandha li tinfluwenza l- iżvilupp ta' ċerti proġetti.", "U bħala eżempju semmielna l-kwestjoni tal- lukandi u qal li jekk l-awtorita' trid tħares il-benessere ekonomiku għandha tkun hi li tagħmel policies dwar il-kwalita' u t-tip ta' żvilupp turistiku li rridu f'pajjiżna.", "Hekk qal meta konna qed niddiskutu l-estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-27 ta' Novembru, 1995.", "Imma issa x'inhu jgħid u x'inhu jagħmel?", "Issa ġie b'abbozz ta' liġi quddiem din il-Kamra u qed jgħidilna li l-policies iridu jkunu tal-gvern, irid jippromwovihom il- gvern u f'kull każ il-gvern jista' jiġi quddiem il-Kamra u b'riżoluzzjoni jemenda liema parti jrid mill-pjan ta' struttura.", "L-Onor.", "Vella f'dak id-dibattitu rrifera wkoll għall-benessere soċjali u qal: \"L-istess nista' ngħid għall-benessere soċjali\", u semma is-social housing u staqsa: Kif nistgħu ngħidu li l-mission statement jgħid li l- membri tal-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandu jkollhom parti fit- tfassil tal-benessere ekonomiku u soċjali jekk ma jiddeterminawx huma l- policies soċjali?", "Hekk qal f'dak id-dibattitu l-Onor.", "Vella, ċioe' li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tkun hi li tiddetermina l-benessere ekonomiku kollu kif ukoll dak soċjali.", "Imma hekk se jagħmel issa b'dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna?", "Jew issa għandu d-dritt li jibdel parti mill-pjan ta' struttura għax, kif għadu kif qal l-Onor.", "Portelli, il-Gvern iħares lejn il-qasam tal-housing b'mod assolut?", "Mela aħna se nagħmlu policy fuq il-housing, nagħmlu emenda għall-pjan ta' struttura limitatament fuq l-aspetti tal-housing u dik nimponuha fuq l-awtorita'.", "Imma dan ma jaqbilx ma dak li ntqal qabel mill-istess Onor. George Vella.", "Anke jekk naraw l-attitudni tal-Gvern lejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fir- rigward tal-pjan ta' Pembroke - anke bil-liġi eżistenti aħseb u ara meta dawn l-emendi jkunu tajnihom saħħa ta' liġi! - il-Gvern hekk qed jagħmel preċiżament għax qed jara kif jista' jkollu poter l-aktar assolut permezz tal-liġi li qed jipproponi f'din il-Kamra.", "Fuq Pembroke l-Awtorita' ta' l- Ippjanar kienet għamlet proġett għax riedet mix bejn żvilupp ta' dwellings u żvilupp kummerċjali biex tippromwovi l-possibbilta' li min jgħix hemm ikun jista' jkollu wkoll impjieg fil-viċinanzi.", "Riedet ukoll mix ta' ħwienet kummerċjali li jaqdu l-bżonnijiet tal-komunita' u l-pjan ta' Pembroke kif kien imfassal mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien jirrispetta dan it-taħlit kollu, fis-sens ta' persentaġġ ta' housing ġdid ta' ċertu tip, ta' business park b'attivita' kummerċjali u b'kondizzjonijiet stretti dwar kif jaħdem u jaġixxi u ta' landscaping (Interruzzjonijiet) Dażgur li jiena ntiż!", "Dak huwa rapport li kien sar lili meta kont ministru.", "(Interruzzjonijiet) Mela le!", "Dak parti mill-mix.", "Imma aħna ma mponejniex ruħna fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bil-mod skandaluż kif qiegħed jimponi ruħu l-Gvern illum.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Aħna lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għidnielha: Dawn huma l-ħteġijiet tas-social housing, il-ħteġijiet ta' sports facilities, il-ħteġijiet ta' sistema ta' trasport aħjar, il- ħteġijiet ta' business park u l-ħteġijiet ta' upgrading fis-sistemi ta' l- infrastruttur biex jolqot l-iżvilupp li se jsir kif narawhom aħna bħala gvern.", "Imma aħna għamilna iżjed minn hekk.", "Fil-fatt l-Onor.", "Vella qed ikun tant ġentili li jfakkarni li aħna għamilna proċess ta' konsultazzjoni serja, miftuħa, kontinwa u assidwa man-nies li jgħixu ġewwa Pembroke.", "Aħna urejniehom l-ewwel draft u jekk ma qablux miegħu setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom.", "Imbagħad ħriġna draft ieħor, għamilna esibizzjoni u kkonsultajna mal-kunsill lokali.", "Pero' l-Gvern preżenti m'huwiex jaħdem b'dan il-mod.", "Huwa jibgħat għall-kunsill lokali x'ħin irid hu u meta jrid hu u jikkonsulta miegħu fuq xiex irid u mbagħad jgħidlu biex ma jindaħallux fid- deċiżjonijiet li jieħu għax huwa l-Gvern.", "Jiġifieri dan il-Gvern lill- kunsill lokali ma jdaħħlux għal-laqgħat kollha u jħalli barra anke uffiċjali li jaqblu miegħu politikament.", "Dan huwa l-mod li l-Gvern preżenti, Gvern li suppost kellu jimxi bi trasparenza, b'mod effiċjenti u b'mod modern, qiegħed jimxi bih.", "Jiena lill-Onor.", "Vella se nkompli nikkwotalu għaliex la nesa x'qal xahrejn ilu aħseb u ara kemm se jiftakar x'qal fl-1995.", "L-Onor.", "Vella kien tkellem ukoll rigward il-policy ta' health u staqsa: GĦaliex ma tkunx l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tgħid hi jekk fil-pajjiż hemmx bżonn sptar ieħor jew le u x'tip ta' sptar isir?", "GĦaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tkun ridotta għal awtorita' li tiddeċiedi biss jekk l-isptar ikunx b'żewġ sulari jew bi tliet sulari jew inkella jekk il-colour scheme ta' barra taqbilx ma' l-ambjent?\"", "L-Onor.", "Vella ma riedx li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tiġi ridotta b'dan il-mod meta kien jirrappreżenta lill-Oppożizzjoni fuq l-istess awtorita'.", "(Interruzzjonijiet) Iva, se nkompli naqralek.", "Kemm hawn x'naqra f'dan id-diskors li għamel l-Onor.", "Vella!", "Jekk irid, jiena nista' naqra x'qal dakinhar mill-bidu sa l-aħħar għal erba' darbiet u nagħmlu kompetizzjoni jekk isibx klawsola waħda li taqbel ma' l-abbozz ta' liġi kif ippreżentah illum!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hi r-realta'.", "Ħalli nkompli nikkwotalu.", "L-Onor.", "Vella qal li ma riedx li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ssir it- timbru tal-gvern u tgħaddi applikazzjoni għax il-ministru jkun xeba' jitkellem fuqha, u jiena nistaqsi: Dan id-diskors jaqbel ma' l-istatements pubbliċi li kellna dan l-aħħar?", "Jekk il-proġett ta' Buġibba, per eżempju, fih innifsu huwa tajjeb u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tindika bl-ikbar kortesiji u bl-ikbar għaġġla ....", "Irrid ngħid li f'dan is-sens jiena ngħir għan-naħa l-oħra għaliex fi żmienna mank kien hemm proġett wieħed li għaddewh bl-għaġġla li għaddew l-proġett ta' Buġibba!", "Mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar, kienu jgħidulhom li ċertu disinn ma jagħmilx sens u m'huwiex komplut u allura jeħtieġ li jaraw x'inhuma jagħmlu preċiż.", "(Interruzzjonijiet) U għaliex qalulhom hekk, fil-pubbliku qalu: \"L- Awtorita' ta' l-Ippjanar xebbgħetna!", "Issa xbajna mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar!\"", "Dan hu li qalu dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li mxiet bl- ikbar ħlewwa u ġentilezza magħhom għaliex jekk il-Gvern indikalha prijorita' hija pprovat timxi magħha.", "Iżda l-attitudni tal-Gvern m'hijiex \"Imxi miegħi u għidli fejn il-pjan jista' jkun aħjar\" imma hija attitudni ta' gvern arroganti li ladarba jkollu idea jimxi biss fuq dik l-idea.", "Kien hemm diskors ieħor fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-sens li l-Gvern huwa mxebba' bil-mod kif taġixxi għar-rigward ta' proposti oħra li huwa jkun qed jagħmel.", "Il-Gvern mhux biss m'għamilx djalogu mal-pubbliku kollu b'mod ġenerali u mhux biss m'għamilx djalogu ma' l-għaqdiet ambjentali ta' pajjiżna imma lanqas biss għamel djalogu sinċier u miftuħ ma' l-istess Direttorat ta' l-Ippjanar.", "Biex nagħlaq id-diskors tiegħi llejla, Madam Speaker, irrid ngħid li meta nitkellmu dwar l-ippjanar naħseb li ma nistgħux nenfasizzaw biżżejjed kemm qegħdin nitkellmu fuq settur delikat f'pajjiżna.", "Huwa kkalkolat li fil- preżent għandna 18% built up area.", "Issa jekk joħorġu l-permessi kollha fejn għandek l-ischemes kif inhuma eżistenti - għaliex bil-poter li l-Gvern qed jagħti li jibdel il-pjan ta' struttura bil-biċċiet qed ikollu wkoll il- poter li jestendi l-ischemes u green area jista' jibdlilha l-valur b'miljuni kbar ta' liri - il-built up area titla' għal 21%, u dan huwa persentaġġ għoli ħafna ta' żvilupp f'dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tinterrompux iktar.", "Onor. Vella, jekk jogħġbok, żomm l-ordni.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, jekk irridu li f'pajjiżna nevitaw it-twelid mill-ġdid tal-mostru ta' l-abbużi mill-gvern, il-mostru tal-korruzzjoni, il-mostru ta' l-arroganza, il-mostru ta' l-ippjanar mingħajr professjonalita' u l-mostru ta' l-ingann fejn ngħidu mod pero' nagħmlu mod ieħor, jiena nappella lill-Gvern minn qalbi biex jagħmel eżerċizzju wieħed u sempliċi billi waħdu u bil-kwiet jaqra dan l-abbozz ta' liġi mill-ġdid, jirrifletti fuqu kelma b'kelma u jara fil-kuxjenza tiegħu - sakemm ma spiċċalux kull sens ta' mistħija - jekk għandux jibqa' jipproċedi quddiem il-Parlament b'dan l-abbozz kif ippreżentat.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Madam Speaker, nippreżenta l-Minuti konfermati tal-laqgħa numru 5 tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi li saret fl-4 ta' Ġunju 1997.", "Nirrapporta wkoll li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar l- Edukazzjoni\" għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Lulju, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - it-Tielet Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, minn hawn u ftit ġranet oħra dan il- Parlament se jagħlaq għar-recess tas-sajf, li jfisser li għaddejna l-ewwel sena mill-ħajja ta' ħames snin ta' dan il-Gvern.", "Meta wieħed iħares lura lejn din l-ewwel sena ta' gvern li tela' fil-poter bi programm ta' tiġdid, ta' immaġini ġdida u ta' tant wegħdiet li għamel ma' kull settur ta' l- elettorat - għalkemm baqa' żmien biex il-prova tkun konfermata - jiena ngħid li f'ħafna mill-attivitajiet, mill-policies u mil-liġijiet li qegħdin ngħaddu f'dan il-Parlament diġa' qegħdin naraw li se nidħlu f'ċerta preokkupazzjoni serja.", "Qiegħed neskludi d-dibattitu li għadna kif smajna - biex ma nidħolx fil-mertu tiegħu - għalkemm huwa tipiku bħala eżempju ta' dan li qed ngħid, pero' żgur li f'dawn il-ġimgħat minbarra d-dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp kellna dibattiti, proposti, liġijiet u anke miżuri li ħa dan il-Gvern li qegħdin jagħtuna x'nifhmu li s-snin li ġejjin fuqna taħt din l-amministrazzjoni se jkunu tassew ta' tħassib u ta' inkwiet.", "F'kelma waħda dawn se jibagħtuna fi żmenijiet li konna ħsibna li għandhom jibqgħu biss memorja ta' l- istorja.", "Biss f'dan il-ftit ħin nixtieq nillimita ruħi għas-segretarjat parlamentari li jiena insegwi, li hu dak immexxi mill-Onor.", "Joe Cilia.", "Mill-mod kif dan qed jitmexxa mill-ewwel nieħdu l-impressjoni ta' x'nista' nimmaġina li se jiġri fis-snin li ġejjin fl-attivitajiet ta' dan id- dikasteru.", "Nibda biex ngħid li l-attivitajiet li saru minn dan is-segretarjat parlamentari huma attivitajiet li kienu għadhom qed iġorru r-ritmu u d- dinamika tal-Gvern preċedenti.", "Saru xi wħud mill-attivitajiet li kienu ppjanati, oħrajn waqgħu u oħrajn saru tassew bit-tqanżih.", "Rajna wkoll li sar ħafna tibdil fid-diversi kumitati li jeżistu biex imexxu dan is- segretarjat parlamentari u l-attivitajiet konnessi mal-mission statement tiegħu.", "Dawn it-tibdiliet saru sempliċement għal raġuni waħda, ċioe' biex jidħlu nies li huma viċin is-segretarjat parlamentari mil-lat politiku.", "Fil-maġġoranza tal-każi naraw li anke twarrbu nies li kienu qed jagħtu kontribut tajjeb fil-qasam tagħhom imma li sfortunatament ma sabux is- simpatija tas-segretarjat parlamentari.", "Biex inkun fair ukoll u l-kumment tiegħi ma nagħmlux ġeneralizzat irrid ngħid li hemm oħrajn li baqgħu f'posthom u baqgħu jagħtu l-kontribut .", "Madam Speaker, fil-qasam tal-mużewijiet kellna pjan ta' ħames snin li kien diġa' wasal fit-tieni sena tiegħu.", "Kien pjan ta' riforma strutturali, organizzattiva u politika u kellu l-iskop li jagħti lill-mużewijiet u lill- wirt storiku ta' pajjiżna dehra tassew moderna u xierqa għall-bidu tal- millenju.", "Dan kien qed isir mhux biss għal skop ta' turiżmu imma b'mod partikolari biex lill-poplu Malti nagħtuh il-possibbilta' li jirrifletti u jara l-istorja ta' ġensna.", "Il-kultura l-ewwel ma rridu noffruha hi lill- poplu tagħna imbagħad lit-turisti.", "Dan il-pjan waqaf.", "Veru li baqa' għaddej xi xogħol fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija imma l-pjan huwa nieqes minn viżjoni globali.", "Fi żmien il-Gvern Nazzjonalista l-Ipoġew, per eżempju, kien qiegħed għaddej minn ristrutturazzjoni enormi u radikali biex jiġi modernizzat.", "Dan kien ippjanat li jitlesta.", "F'mistoqsija parlamentari li saret fit-28 ta' Jannar ta' din is-sena, il-Ministru weġibni li l-Ipoġew mistenni jiftaħ għall-Marzu jew April 1997.", "Erġajt għamilt mistoqsija fit-22 ta' April u r- risposta kienet li x-xogħol jitlesta aktar tard din is-sena.", "Hawnhekk il- Ministru ma ntrabatx b'perjodu ta' żmien.", "Ma kienx jaqbillu jsemmi aktar dati daqskemm ilna nipposponu!", "Fid-19 ta' Mejju, proprju xahrejn ilu, ir- risposta għal mistoqsija oħra fuq l-istess suġġett kienet li huwa ttamat li dan is-sit jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku sa l-aħħar tas-sajf.", "Li nista' nagħmel hu li nawgura li qabel ikun reġa' fetaħ il-Parlament f'Ottubru li ġej inkunu diġa' rċevejna l-istedina biex nattendu għall-ftuħ uffiċjali ta' l-Ipoġew kif ristrutturat.", "S'issa nista' biss nagħmel xewqa u j'Alla tirnexxi.", "Jekk inħarsu lejn il-kultura, Madam Speaker, naraw li kellna pjan li kont bdejtu jien fl-aħħar xhur ta' qabel l-elezzjoni, li bih kellna nwaqqfu ċentru għal għaqdiet kulturali li m'għandhomx fejn jiltaqgħu.", "Jidher li l- file ma nstabx.", "Aħna ndikajna fejn jista' jkun dan il-file pero' r-risposta għadni nistenniha sakemm dan l-imbierek file jinstab.", "Madam Speaker, jien insistejt ukoll għal kumitat tal-millenju.", "Dwar dan ma kellix ir-risposti imma ftit tal-ġranet ilu qrajna li saret konferenza ta' l-aħbarijiet mill-Ministru George Vella flimkien mal-Ministru tat- Turiżmu u dawn qalu li l-kumitat tal-millenju dalwaqt jitwaqqaf.", "Sadanittant xtaqu li kull min għandu xi idea, jibgħatielhom biex meta jirċievu l-ideat jaraw x'hemm tajjeb, jitwaqqaf kumitat, il-kumitat jagħżilhom u jmexxu.", "Jiena ma nafx din x'serjeta' hi.", "Qed tingħata importanza fid-dinja kollha mil-lat kulturali u hawnhekk dan il-fatt jittieħed b'dan il-mod.", "U fejn hu l-ministru tal-kultura f'dan il-kumitat tal-millenju?", "Għaliex ma kienx hemm?", "Id-domandi fuq dan il-kumitat tal- millenju nagħmilhom lil min għandu x'jaqsam mal-kultura u mhux lil min għandu x'jaqsam mat-turiżmu.", "Madam Speaker, f'dan il-kuntest l-affarijiet m'huma jogħġbuni xejn.", "Kellna ċ-ċentru nazzjonali ta' l-arti, f'St. James Cavalier, li kellu jitlesta sa l-aħħar ta' Diċembru.", "Aħna nagħmlu l-mistoqsijiet imma għadna sal-lum ma rajniex ix-xogħol komplut u l-St.", "James Cavalier miftuħ.", "Dan barra li nistgħu ngħidu b'dispjaċir kbir li s-sit tat-teatru l-imwaqqa' se jibqa' jintuża bħala parking u se jibqa' eyesore għal min jaf kemm snin oħra.", "Dan meta konna wasalna biex fl-aħħar pajjiżna jkun jista' jikkontribwixxi għas-sena tal-millenju l-ġdid - li hi s-sena internazzjonali ta' l-arkeoloġija u ta' l-arkitettura - b'dan iċ-ċentru nazzjonali ta' l-arti.", "Irrid nispiċċa b'mistoqsija ta' l-Onor.", "Chris Cardona li tagħha ngħatat tweġiba llum mill-Ministru Bartolo dwar l-istadium nazzjonali f'Ta' Qali.", "Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qed jgħid li l-problemi fil-Valletta side ilhom jeżistu snin twal iżda sfortunatament il-Gvern preċedenti kien ħallihom fuq l-ixkaffa.", "Din ir-risposta m'hijiex korretta Madam Speaker.", "Il-problemi tas-side tal-Belt, li qiegħda taqa' biċċa biċċa, ġejjin mill- bidunett ta' meta l-istadium inbena mill-Gvern Laburista ta' l-Onor.", "Perit Mintoff.", "Dan kien inbena bl-għaġla u kien hemm difetti kbar fl-istruttura u adirittura esperti jgħidu li kien inbena fuq it-tafal u allura beda jċedi.", "Dak kien l-iżball oriġinali, Madam Speaker.", "Mhux sew li tingħata din il- kwalita ta' risposta.", "It-tweġiba tal-Ministru tkompli li l-ħlas tal-kera mill-MFA għall-użu ta' l-istess stadium twaqqaf da parti ta' l-MFA fl-aħħar snin minħabba n-nuqqas ta' progress f'din il-materja.", "Dan m'hu veru xejn.", "Il-kwestjoni tal-kera hija kwestjoni separata mill-kwestjoni tas-side tal-Belt.", "L-MFA ma ħallsitx il-kera dovuta u l-Gvern ma qgħadx ifittex fuq dan is-suġġett.", "Imma dawn huma żewġ affarijiet separati u kulma rrid ngħid hu li nawgura li ssir deċiżjoni tajba u intiża li tinstab soluzzjoni xierqa għaż-żewġ naħat, kemm għan-naħa tal-ministeru kif ukoll għan-naħa ta' l-istadium, għaliex għal kull min hu dilettant u jsegwi l-logħob tal-football, jiena fosthom, hija verament xena ta' għajb li jara dak il-periklu dejjem jiżdied.", "Is- supporters jew ikollhom jissugraw jekk joqogħdu fuq dik in-naħa ta' l- stadium jew inkella jkollhom jiġu mwarrbin.", "Dan l-istadium nazzjonali tagħna ma jixraqlux li jkollu kwalita' ta' servizz bħal dak.", "Rigward żgħażagħ u rigward l-isport hemm ħafna x'wieħed jgħid.", "Fuq iż- żgħażagħ nista' nagħmel kumment wieħed u niġbor kollox.", "Jidher li ħadd m'għandu ideat f'dak is-settur.", "Jiena mhux qed nara l-ebda ħaġa ġdida u l- ebda affarijiet li liż-żgħażagħ jagħtuhom sinjal jew gwida.", "L-istess ħaġa ngħid għall-isport.", "Żgur li din l-ewwel sena ġġiegħelni nitħasseb fuq din il-kwalita' ta' ħidma fil-qasam tal-kultura, arti, sport u żgħażagħ.", "Nittama li l-Gvern jinduna x'inhu jiġri u ma jdumx ma jgħolli l-livell tas-segretarjat parlamentari għall-arti, kultura, sport u żgħażagħ għal livell ta' ministeru.", "Kif inhu diġa' ġie degradat, Madam Speaker.", "Jien jidhirli li dan huwa suġġett li jimmerita l-attenzjoni nazzjonali għas-snin li ġejjin.", "Kif inhu m'huwiex miexi tajjeb.", "Min jaf allura kieku kellu jsir ministeru, kif verament jixraqlu li jkun?", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Madam Speaker, statement popolari jgħid li l- poplu jkollu l-gvern li jixraqlu.", "Dan huwa statement intelliġenti ħafna għax fi ftit kliem jista' jaqbel miegħu kulħadd.", "Naħa ta' din il-Kamra tgħid li l-poplu vvota b'mod intelliġenti għax-ivvota lilhom u n-naħa l- oħra tgħid li l-poplu qed jieħu li ħaqqu għax ma vvotax intelliġentement.", "Biss naħseb li mill-aħħar elezzjoni ħarġet ħaġa li żgur naqblu magħha ż- żewġ naħat tal-Kamra.", "L-aħħar elezzjoni kienet eżerċizzju ta' kemm tista' timxi 'l quddiem bir-reklam.", "M'hemmx dubbju li l-aħħar elezzjoni intrebħet bis-saħħa tar-reklami.", "Naħseb li ma kellna ebda elezzjoni fejn il-partit li rebaħ imbarka ruħhu fuq esperjenza ta' marketing u esperjenza li bir- reklam tasal.", "Jien naqlagħlu l-kappell għax fl-aħħar elezzjoni l-Kap tal- Partit Laburista wera li bir-reklam tista' wkoll tbigħ refrigerator ġewwa n- North Pole!", "Pero' nħoss li huwa ħażin li la l-Partit Laburista ħa r-riedni tal-gvern f'idejh ikompli b'din it-tattika.", "Ir-reklam għandu favur tiegħu li jagħtik dak li int tkun ħdimt għalih.", "Mill-banda l-oħra, meta tkun qiegħed timxi hekk mal-poplu tiegħek ma tkunx qed tagħtih dik it- trasparenza u dik il-verita' li l-poplu verament jixraqlu.", "Kif nafu aħna, ir-reklam iġiblek quddiem għajnejk ħafna affarijiet sbieħ imma fil-verita' jkun hemm ħafna aspetti oħra.", "Ħafna mill-prodotti li aħna nixtru jkollhom reklam tajjeb imma meta tiġi biex tutilizzahom issib li m'hemmx dak li inti kont ħallast għalih.", "Hawnhekk nixtieq nappella lill-Gvern biex jieqaf minn din il-biċċa xogħol tar-reklam u ta' marketing.", "B'dawn l-affarijiet qed tagħti lill-dan il-pajjiż sens falz ta' x'inhija il-verita'.", "Wieħed mill-eżempji li xtaqt inġib, Madam Speaker, huwa dik il-lista ta' oġġetti li qed tidher regolarment li għaliha l-Gvern qiegħed iħallas eluf ta' liri, kif rajna mill-aħħar interpellanzi li dehru.", "Ma' l-ewwel daqqa t'għajn issib faċċata sħiħa ta' prodotti li raħsu.", "Min ikun qiegħed iqalleb il-gazzetta awtomatikament jgħid kemm irnexxiet din it-taxxa l- ġdida u kemm għandna oġġetti li raħsu verament, imbagħad meta jkollok daqsxejn ħin iktar u tibda tfittex issib li dawk l-oġġetti m'huma xejn ħlief erba' items li stajt tpoġġihom f'erba' linji.", "Dan apparti l-fatt tar- ripetizzjoni li hemm.", "L-ewwelnett hawn lista ta' l-imbejjed kollha.", "Hemm sweet, semi-sweet, abjad jew iswed u dan qed jokkupa terz ta' din il- faċċata.", "Dan seta' jsir bħala item wieħed.", "Seta' ntqal li l-imbejjed naqsu bi ftit ċenteżmi.", "L-istess ħaġa dwar it-toiletries.", "Insibu li t-toilet paper, jekk qiegħed pakkett ta' tnejn qiegħed imniżżel, pakkett ta' għaxra qiegħed imniżżel u pakkett ta' sittax huwa mniżżel ukoll.", "B'hekk tagħti ċertu sens li kien hawn ammont kbir ta' affarijet li roħsu mentri fil-fatt m'huwa xejn min dan kollu.", "Il-fatt jafu kulħadd, nafu jiena u tafu int Madam Speaker, li dawk l-oġġetti li huma magħmulin hawn Malta raħsu b'xi ftit u l-oġġetti li ġejjin minn barra, minħabba d-dazju li hemm fuqhom, għolew kollha.", "Jekk irridu naraw jekk il-ħajja hawn Malta għolietx jew le għandna nkunu nafu li, minn dawk l-affarijiet li nużaw ta' kuljum, 20% biss huma prodotti li jinħadmu hawn Malta u 80% huma dawk li jinġiebu minn barra.", "Meta tagħmel l-average tibda tara kemm il-ħajja verament għoliet bis- serjeta'!", "Madam Speaker, għandna wkoll il-kwestjoni tas-Snowball, fejn huwa ovvju li l-Gvern qed jgħaddi l-poplu biż-żmien.", "Jiena xi ftit ġranet ilu għamilt mistoqsija parlamentari u staqsejt kif tittella' din il-lotterija.", "Il-Prim Ministru weġibni li jittellgħu tmien numri.", "Meta jittellgħu tmien numri għandek 100 million combinations.", "Fl-istess mistoqsija l-Prim Ministru wieġeb li hemm 10,000 reġistru li qed jipparteċipaw f'din il- lotterija.", "Jiġifieri l-poplu Malti kollu għandu ċans ta' 10,000 u l-Gvern għandu ċans ta' 100 miljun neqsin 10,000!", "Jiġifieri jekk inpoġġuhom f'termini iktar sempliċi, il-poplu Malti kollu għandu ċans wieħed biex jitla' n-numru tiegħu u l-Gvern għandu 10,000.", "Immaġina kieku ċ-chances tiegħi u tal-Gvern jintefgħu f'borża waħda, jien ikolli pedina waħda u l- Gvern għandu 10,000.", "Min għandu ċ-chance li jitla'?", "Din hija daħka fil- wiċċ.", "Il-Gvern imissu jistħi li qed jidħak bil-poplu b'din il-manjiera.", "Madam Speaker, għadni kemm rajt lill-Ministru tas-Saħħa f'din il-Kamra u l-preżenza ta' l-Onor. ħabib tiegħi, ministru tal-Gvern preżenti, tfakkarni li hemm mod ieħor kif tgħaddi ż-żmien bil-poplu.", "Jien kont għamilt xi osservazzjonijiet f'xi aġġornament u kont ġbidt l-attenzjoni fuq in-nuqqas ta' mediċini li hemm ġewwa l-isptar.", "Kont ġbidt l-attenzjoni fuq inkjesta li kienet saret fuq mara li mietet u anke fuq numru ta' testijiet li qed jieħdu żmien twil biex jittieħdu.", "Fuq in-nuqqas ta' mediċini l-Ministru qal li hemm nuqqas ta' mediċini għaliex minn meta wieħed jibda l- procurement procedure, sakemm ikollok is-supply mingħand l-aġenti trid bejn wieħed u ieħor tmienja jew disa' xhur.", "Imma issa dan il-Gvern ilu disa' xhur fil-poter, jiġifieri jekk ħa procurement action m'għandux għalfejn joqgħod iwaħħal fl-amministrazjoni ta' qabel.", "Jekk ħa azzjoni mill- ewwel, it-tmien xhur li qed igħid li dawn l-affarijiet jeħdulu issa għaddew u allura mhux suppost li llum il-ġurnata ġewwa St.Luke's ikollna ebda nuqqas ta' mediċini.", "Qal ukoll li tant kienet traskurata l-amministrazzjoni ta' qabel li kellna noħorġu d-direct orders biex il-pazjenti jkollhom il-mediċini.", "Kieku ħareġ id-direct orders, Madam Speaker, ma kienx ikun hawn dan in- nuqqas ta' mediċini.", "Fl-amministrazzjoni ta' qabel kien ikun hemm xi nuqqas ta' mediċini 'l hawn u 'l hemm imma madankollu din il-kwestjoni ta' procurement u ta' direct orders ma treġġi assolutament xejn.", "Dan m'hu veru assolutament xejn.", "Jekk ir-raġuni kienet, kif qed igħid il-Ministru, li l- amministrazzjoni ta' qabel damet ma ordnat l-affarijiet, allura f'dawn id- disa' xhur l-affarijiet imisshom tranġaw.", "Lanqas saru xi direct orders din id-darba biex ikun hawn il-mediċini.", "Kieku dawn id-direct orders saru, kien ikun hawn il-mediċini kif qal il-Ministru.", "Dan apparti l-fatt li qal li issa għandu sistema komputerizzata li ma' l-ewwel daqqa t'għajn tagħtih id-data kollha li jixtieq u minkejja l-fatt ukoll li ħoloq unit ta' erba min-nies biex jaraw li jkun hemm stock fil-polikliniċi.", "Dawn l-erba' min- nies qed jagħmlu l-mirakli!", "Dan m'hu veru xejn Madam Speaker.", "Xbajt jiġu pazjenti u jgħiduli li qalgħu fwiedhom imorru mingħand Kajfas għall-għand Pilatu u xorta jibqgħu mingħajr il-mediċini li jkun ordnalhom it-tabib.", "Il-Ministru tas-Saħħa għoġbu wkoll jagħmel xi osservazzjonijiet fuq l- inkjesta li jiena tlabt fuq mara li kienet mietet intortament wara li kienet marret f'St Luke's. Biex infakkar, din kienet mara li marret fl- emerġenza b'uġigħ kbir f'sidirha, li kif tagħmel xi ftit eżerċizzju jiżdied u kif tikkwieta jieqaf.", "Dan huwa kawża ta' xi ħaġa ħażina fil-qalb.", "Din marret ġewwa l-isptar ta' l-emerġenza, it-tobba għamlulha xi testijiet iżda jidher li ċerti affarijiet oħra ma għamluhomlhiex.", "Bagħtuha d-dar u ma tawhiex il-benefiċċju tad-dubju li din il-mara seta' verament kellha xi ħaġa.", "Dawn affarijiet li jiġru lill kull min jaħdem.", "M'għandi ebda ħsieb li minn hawn nagħmel xi osservazzjoni fuq it-tobba u l-istaff ta' l- emerġenza ta' St. Luke's. Dawk hemmhekk qed jagħmlu l-mirakli fil-mod kif qegħdin jaħdmu.", "Jiena li qed nagħti tort hawnhekk huwa lill-Ministru tas-Saħħa li jiġi jipprova jitfa' dawl ikrah fuq it-tabib li bagħtha.", "Qal li ma jridx jgħid min hu.", "It-tabib kont jien, Madam Speaker, u m'għandi l-ebda mistħija.", "It- tabib kont jiena u jekk jerġa' jkolli każ bħal dan nerġa' nibagħtu, kif jiena dovut li nagħmel.", "Kont nagħmel l-istess djanjosi u meta nerġa' nara lill-din il-mara kif tiġi mibgħuta lura mill-isptar u jgħidulha li m'għandha xejn, nerġa' niċċertifikaha kif iċċertifikajtha.", "Dan ipprova jitfa' d-dell li t-tabib tagħha qabad u għamel iċ-ċertifikat tal-mewt.", "U żgur li għamel iċ-ċertifikat tal-mewt.", "Mela t-tabib tagħha għandu joqgħod jimxi fuq biss dak li jidhirlu hu għax ġew erba' testijiet tajbin u din il- mara qed tgħidlu li għandha wġiegħ f'sidirha li qed jiżdied meta teżerċitha ruħha u qed jieqaf meta hi tikkalma.", "M'hemm ebda dubju.", "Ma jistax ikun hemm djanjosi oħra.", "Qagħad joqgħod jitfa' d-dubju li din il-mara kienet tbati minn diversi mard ieħor.", "M'hu veru assolutament xejn.", "Ma fiha xejn billi ngħid li din il-mara kienet tbati minn daqsxejn diabete, illi tbati nofs il- popolazzjoni Maltija, u li hija pre-disposing factor għall-attakk tal-qalb u kienet tbati wkoll minn daqsxejn nervi, li għandha nofs il-popolazzjoni Maltija, speċjalment f'dawn l-aħħar disa' xhur.", "Madam Speaker, jien b'dan ma rridx inċekken ix-xogħol diffiċli li hemm ġewwa l-Isptar San Luqa.", "Kienet tkun ħaġa tajba li kieku dan il-Gvern, fil- forma tal-Ministru, jgħidilna li St Luke's huwa overstaffed u naraw x'se naqbdu nagħmlu biex affarijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġru.", "Fil-fatt hekk għamel għall-aħħar kumment tiegħi li kont għamiltlu fuq il-kwantita' ta' testijiet ta' demm li kienu qed jingħataw appuntament għal sitt ġimgħat wara.", "Il-Ministru hawnhekk irrispondieni li dawn issa m'għandhomx ikunu aktar tard minn ġimgħa waħda.", "Fil-fatt huwa qal li din l-ordni kien ta qabel ma ġbidt l-attenzjoni jien.", "Ma jimpurtax, l-aqwa li jitranġaw l- affarijiet.", "Madam Speaker, dan il-Gvern qiegħed jgħaddi lill-poplu biż-żmien.", "Ħaġa li dejqitni ħafna u reġgħet tqanqlet illejla hija l-propaganda esaġerata li qed jingħata x-xogħol li sar f'Buġibba.", "Qishom qatt ma saru bankini ġewwa Malta!", "Veru li sar xogħol f'Buġibba.", "Ħadu ċ-challenge biex ikunu jistgħu jgħidu: Ara kemm nafu!", "Qalgħu l-ħaddiema tal-pajjiż kollu biex imorru jaħdmu hemmhekk.", "Sabu l-infrastruttura ta' dak il-post lesta għal kollox u ċċangawha u ħarġet Buġibba sabiħa.", "Madam Speaker, imma hemm bżonn li kull darba nonfqu dawn il-belli liri biex aħna noqogħdu nfakkru l-poplu kemm għamilna affarijiet!", "Immaġina x'kien jagħmel Gvern Nazzjonalista ta' qabel meta għamel it-triq tal-Barrani, meta għamel il-proġett fejn kien hemm it- Torpedo Depot ġewwa l-Imsida, meta għamel il-proġett kollu ta' l-Imsida - li fi żmienna kienet tegħreq fl-ilmiijiet tax-xita - meta għamel il-power station, meta għamel l-airport, meta għamel ir-reverse osmosis plants fiċ- Ċirkewwa, meta għamel id-distribuzzjoni ta' l-ilma għal wara kull bieb u dar li għandna hawn Malta.", "Gvern Nazzjonalista għamel il-kunsilli lokali, fih innifsu proġett li ħadd ma kien joħlom li se jirnexxi b'dak il-mod.", "Insemmi wkoll it-telekomunikazzjonijiet li għamel il-Gvern ta' qabel.", "Immaġina li kull darba li kien joqgħod jagħmel dan kien joqgħod iġib: \"Trid Tkun Hemmhekk Biex Tara!\" u joqgħod jonfoq il-belli liri ta' propaganda biex iwassal dan il-messaġġ.", "Jien naħseb li jkun għaqli kieku l-Gvern preżenti idur dawra mal-poplu u jgħidlu li l-aħħar elezzjoni kienet challenge għalih biex juri li r-reklam jasal.", "Il-Gvern imissu jgħid li l- aħħar elezzjoni kienet biex juri li bil-marketing tasal imma issa jmissu jkun ġenwin u jgħid li s-sitwazzjoni fuq dawn l-affarijiet qiegħda hekk hekk u hekk u ma jkomplix jidħak bil-poplu.", "Madam Speaker, f'interpellanza li għamilt tlabt lill-Viċi Prim Ministru biex jagħtini iktar dettalji fuq l-ischolarships li qed jintilfu lejn Bruges - u postijiet oħra - minħabba l-fatt li l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea ġiet sospiża.", "Tlabtu jgħidli x'inhi l-kawża għaliex dan l- aħħar ġew iffriżati u għaliex ġew iffriżati wkoll xi fondi oħra u jekk is- sitwazzjoni hijiex se tippersisti.", "Il-Viċi Prim Ministru rrispondieni hekk:", "\"Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li diġa' saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwar dan is-suġġett u dawn ġew imwieġba b'mod eżawrjenti.", "Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal- mistoqsija, jiġifieri jekk ġiex ikkonfermat li apparti dawn l- ischolarships il-Kummissjoni Ewropea ffriżatx xi fondi oħra taħt dan il-protokoll, għadu ma ġiex ikkonfermat jekk din is-sitwazzjoni hijiex se tippersisti.\".", "Madam Speaker, dan huwa logħob bil-kliem.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi l-poplu jixraqlu li l-gvern li jkun tella' jgħarrfu bil-verita'.", "M'huwiex faċli li twassal il-verita' imma din trid twassalha lill-poplu għax jekk dan jisma' ħafna diskorsi differenti jispiċċa biex jitħawwad.", "GĦalhekk jekk il-Gvern preżenti jrid ikollu poplu kuntent dan irid jagħmel qrara ġenerali mal-poplu tiegħu u jgħarrfu bil-verita'.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa 18 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7082.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li ċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tal-GCE (Londra - Jannar 1997) waslu għand id-Direttur ta' l-Eżamijiet, jista' l-Ministru jgħid: kemm studenti qagħdu għal dawn l-eżamijiet; għal-liema suġġetti l- istudenti taw eżamijiet; u x'marki ġabu l-istudenti fis-suġġetti li taw l- eżami għalihom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 928 studenti Maltin u 94 studenti Għawdxin resqu għall-eżamijiet ta' Londra tas-sessjoni ta' Jannar 1997.", "L-informazzjoni dwar liema suġġetti u l-istudenti li ġabu minn A sa C fil- Livell Ordinarju (Appendiċi A) u minn A sa E fil-Livell Avvanzat (Appendiċi B) tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "EDUKAZZJONI - INSTRUCTORS", "7084.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 6346 li saret fid-9 ta' Ġunju u li kienet tgħid:", "\"Jista' l-Ministru jgħid għaliex instructors mad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni li għamlu sena kors dwar pedagoġija ma' l-istess dipartiment u għandhom ukoll grad mill-Universita' ta' Malta, jenħtieġilhom jagħmlu wkoll il-PGCE fl-Universita' ta' Malta biex jieħdu l-warrant ta' għalliema\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6346 mogħtija f'din is-seduta.", "SKEJJEL - STUDENTI TA' 16-IL SENA", "7098.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li studenti se jispiċċaw l-iskola sekondarja bl-eta' ta' 16-il sena din is-sena?", "Kemm minnhom huma ġuvintur u kemm minnhom huma tfajliet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif se nsemmi:", "Numru ta' studenti fl-aħħar sena tal-Livell Sekondarju", "Sena Skolastika 1996/97 Tagħrif: 31 ta' Jannar", "Settur Sekondarju Ġenerali (Form V)", "Guvintur Tfajliet Total Gvern 1,033 1,949 2,982 Knisja 745 554 1,299 Privat 135 92 227 1,913 2,595 4,508", "Settur Sekondarju Vokazzjonali (2nd Yr.", "Tech.", "Educ)", "Guvintur Tfajliet Total 2nd Yr.", "757 61 818 Tech.", "Educ TOTAL 2,670 2,656 5,326", "EDUKAZZJONI - ALLOWANCES", "7104.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u fl-iskejjel tal-Knisja li qed jieħdu l- allowance ta' diploma, degree, masters u dottorat separatament f'kull settur?", "Kemm kienet in-nefqa totali għal dawn l-allowances matul l-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' mpjegati fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni li qed jirċievu allowance għal Diploma, Degree, Masters jew Dottorat huwa ta' 563 persuna.", "In-nefqa għalihom kull sitt xhur tammonta għal madwar Lm56,750.", "L-informazzjoni rigward l-iskejjel tal-Knisja għadha qiegħda tinġabar peress li tinvolvi ħafna ċċekkjar.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7171.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il- futur ta' l-eżami tas-City and Guilds u jekk fl-affermattiv, x'passi se jittieħdu biex jinżamm standard għoli u biex eżamijiet u ċċertifikati Maltin ikunu rikonoxxuti internazzjonalment?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'każ li tittieħed id-deċiżjoni li s-City and Guilds jiġi mibdul ma' eżami ssettjat lokalment jittieħdu l-istess passi, u nittama b'aktar ippjanar u serjeta', meta l-amministrazzjoni preċedenti ddeċidiet li flok l-\"O\" u l-\"A\" levels ta' l-Ingilterra jinbidlu mas-SEC u l-MATSEC lokali.", "SKEJJEL - EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM", "7275.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-istqarrija tad-DOI 1263, jista' l- Ministru jgħid kemm kandidati minn Għawdex qagħdu għall-eżami f'Mejju li għadda għad-dħul fil-Junior Lyceum?", "X'kien il-pass rate tagħhom u l-grade li kisbu f'dawn is-suġġetti li ġejjin:- Ingliż, Matematika, Malti, Studji Soċjali u Reliġjon?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru hija miġbuda għall- fatt li kull sena jiġi ppubblikat rapport dwar l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum, liema rapport tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tkun tista' tinkiseb meta jitqassam ir-rapport.", "SKEJJEL - SKOLA TA' SANTA LUĊIJA", "7325.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn wieħed u ieħor se takkomoda studenti l-iskola tal-Junior Lyceum ta' Santa Luċija li se tinfetah f'Settembru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Junior Lyceum ta' Santa Luċija fis-sena skolastika 1997-98, ser tieħu 336 studenta -", "170 studenti ta' Form I 166 studenti ta' Form II", "IMPJIEGI", "6967.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid għall-perjodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni:- (a)b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on a casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-kas tal-persuni ndikati taħt (b) u (c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI", "6968.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997, kemm ġew impjegati persuni:- a) b'kuntratt indefinit; b) b'kuntratt definit; c) on a casual basis; d) konsulenti; u e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-kas tal-persuni ndikati taħt (b) u (c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-unika persuna impjegat fuq kuntratt definit jew indefinit fil-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u fid- dikasteru li għalih jien responsabbli hija tas-Sur Pius Busuttil fil-kariga ta' Adviser/Project Co-ordinator tal-Cottonera Rehabilitation Committee.", "Kopja tal-kuntratt tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Redeployments li seħħew bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ġunju 1997 kienu hekk:", "|Xogħlijiet|26 | |Artijiet |1 | |WSC |12 |", "IMPJIEGI", "6969.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid għall-perjodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997, kemm ġew impjegati persuni:- a) b'kuntratt indefinit; b) b'kuntratt definit; c) on a casual basis; d) konsulenti; u e) kemm ingħataw transfers fid- dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-kas tal-persuni ndikati taħt (b) u (c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fil-perijodu msemmi ma saru l-ebda mpjiegi jew kuntratti tat-tip imsemmija fil-mistoqsija, iżda żewġ persuni mid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ġew ittrasferiti għal Dipartimenti oħra, filwaqt li żewġ persuni ġew trasferiti għal mad-dipartiment.", "IMPJIEGI", "6970.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għall-perjodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni:- a) b'kuntratt indefinit; b) b'kuntratt definit; c) on a casual basis; d) konsulenti; u d) kemm ingħataw transfers fid- dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-kas tal-persuni ndikati taħt (b) u (c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għall-perijodu 1 ta' April - 30 ta' Ġunju, 1997 ġie mpjegat Dr Adrian Zammit B.Sc.", "Agr.", "(Hons.) ph.D. (Agric.)", "(Sydney) bħala konsulent fl-Ortikultura u ġew trasferiti mid-Dipartiment li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru, dawn l-impjegati:", "Michael Chircop, General Hand, għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, Mario Lia, Motor Transport Driver, għad-Dipartiment tas-Saħħa, Emanuel Delceppo, Ambulance Driver, għad-Dipartiment tas-Saħħa, John Spiteri, Health Attendant, għad-Dipartiment tas-Saħħa, Emanuel Borg, General Hand, għad- Dipartiment tas-Saħħa.", "IMPJIEGI", "6971.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on a casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitatjiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsill lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni ndikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għal dak li jirrigwardja l- Korporazzjoni Telemalta, hija kif ġej:-", "1.", "Seba' (7) persuni ġew impjegati b'kuntratt indefinit;", "2.", "Persuna waħda (1) ġiet impjegata b'kuntratt definit;", "3.", "L-ebda persuna ma ġiet impjegata fuq bażi każwali;", "4.", "Ġew imqabbda erba' (4) konsulenti dwar il-proġett ta' bini amministrattiv fil-Marsa, żewġ (2) konsulenti in konnessjoni ma' Treasury Management, ditta (1) ta' konsulenza fil-Credit Control u oħra (1) dwar Job Evaluation;", "5.", "Matul dan il-perijodu ġew effettwati mitt (100) posting ta' ħaddiema.", "Ta' min isemmi li erbgħin (40) minn dawn il-postings saru minħabba li s-sezzjoni relattiva tagħhom ġiet trasferita għal post ieħor.", "Ħamsa (5) oħra huma ċaqlieq temporanju.", "Kif diġa' semmejt bosta drabi oħra dawn il-postings qegħdin isiru minħabba r-riorganizzazzjoni tal-impjant estern tat-Telemalta.", "Tant kienet suċċess din ir-riforma għall-Korporazzjoni li fost l- affarijiet pożittivi li rriżultaw, kien hemm żieda sostanzjali fil- produttivita u nkisru bosta rekords fosthom tal-installazzjonijiet u tiswijiet ta' ħsarat.", "Dawn il-postings qed jagħtu r-riżultati mixtieqa.", "IMPJIEGI", "6972.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997, kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on a casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija din:", "Ministeru:", "Ġew mpjegati tliet persuni on secondment basis.", "|Nru ta` |Grad |Minn fejn | |Persuni | | | |1 |Securi|Kalaxlokk | | |ty |Co Ltd | | |Office| | | |r | | |1 |Driver|Malta | | | |Shipbuildi| | | |ng | |1 |Clerk |Malta | | | |Shipbuildi| | | |ng |", "Mid-Dipartiment ta` l-Industrija, mill-Korporazzjoni Maltija għall- Iżvilupp, u mill-Port Ħieles la ġew mpjegati persuni u l-anqas ma ngħataw transfers.", "MIMCOL\\MGI", "|Kumpanni|Persu|Grad |Kundizzjoni| |ja ta' |ni | | | |mpjieg | | | | |Malta |1 |Electro|Part-time | |Shipbuil| |nic | | |ding | |Technic| | | | |ian | | |Casma |4 |Junior |Part-time | |Ltd | |Cashier| | | | |Custome| | | | |rs' | | | | |Relatio|Part-time | | | |ns | | | | |'Market| | | | |ing' | | | | |Custome| | | | |rs' | | | | |Relatio|Part-time | | | |ns | | | | |(Valet)| | | | |Custome| | | | |rs' | | | | |Relatio|Part-time | | | |ns | | | | |(Valet)| | |Medigrai|1 |Mechani|Kuntratt | |n Co. | |cal |indefinit | |Ltd | |Fitter | | |Kalaxlok|1 |Company|Part-time | |k Co Ltd| |Secreta| | | | |ry | | |Tug |1 |Logisti|Kuntratt | |Malta | |cs |indefinit | |Ltd | |Support| | | | |Officer| |", "Minn dawn il-Kumpaniji ġew trasferiti ħames persuni.", "Peress illi ebda persuna ma ġiet mpjegata b`kuntratt definit jew on a causal basis m`hemmx ħtieġa li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv.", "SPORTS - KAŻIJIET TA' DOPING", "7150.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta' doping waqt attivitajiet sportivi f'dawn l-aħħar għaxar snin irrapportati lid-Dipartiment ta' l-Isport?", "F'liema sports kienu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "7151.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n- numru totali ta' mpjegati li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Kemm kien in- numru ta' persuni on sick leave ġurnata b'ġurnata għal dawn l-aħħar 15-il ġurnata?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru total tal-impjegati huwa kif ġej:", "|Dipartiment tas-Sahha |5167 | |Dipartiment ghall-Anzjani|1,244| |F.M.S.S |3 | |Social Welfare |59 | |Development Programme | | |Medical Stores |156 | |Dipartiment tas-Servizzi | | |ghat-Tfal | | |u ghall-Familja |87 |", "Il-lista bin-numru ta' persuni on sick leave għal dawn l-aħħar 15-il ġurnata tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZ ĊIVILI - MATERNITY LEAVE", "7152.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni mpjegati taċ-Ċivil fuq maternity leave illum?", "Kemm hawn persuni fuq paternity leave fit-tul illum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma jħossx il-bżonn li tinżamm informazzjoni għas-Servizz Pubbliku kollu dwar in-numru ta' mpjegati tal-Gvern li jieħdu t-13-il ġimgħa leave bi ħlas bħala maternity leave.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru japprezza li dan in-numru jvarja kontinwament.", "Dwar il-parti l-oħra tal-mistoqsija, naħseb li l-Onor Membru qed jirriferi għall-parental leave bla ħlas.", "F'dan il-każ, nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet mogħtija għall- mistoqsijiet parlamentari numru 5934 u 5933.", "SKEJJEL - TLUQ QABEL IS-16-IL SENA", "7153.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal illi kellhom jieqfu milli jkomplu jattendu l-iskola qabel ma għalqu s-16-il sena għax ħarġu tqal, sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni għandha School Girl Mother's Unit li l-għan tiegħu hu li joffri sapport lill-istudenti kollha li jkollhom jieqfu mill-iskola minħabba tqala.", "Dan il-unit beda jiffunzjona fis-sena skolastika fl-1989/90.", "L-informazzjoni mitluba, għalhekk, hija kif ġej:", "Tfajliet taħt is-16-il sena li attendew l-School Girl Mother's Unit", "|Sena |Numru | |1989/90 |11 | |1990/91 |9 | |1991/92 |19 | |1992/93 |10 | |1993/94 |21 | |1994/95 |24 | |1995/96 |35 | |1996/97 |27 |", "SAĦĦA - KURA LIL BARRANIN", "7154.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi f'risposta parlamentari il- Ministru qal illi għad baqa' ħafna flus x'jinġabru minn barranin li ħadu kura l-isptar u kellhom iħallsu għal din il-kura, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment biex jiġbor dawn il-flus?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali li d-dipartiment kellu jiġbor meta nbidlet l-amministrazzjoni f'Ottubru ta' l-1996?", "Kemm minn dawn il-flus dovuti lid-dipartiment huma fil-fatt written off għax dawk li kellhom iħallsu għalihom siefru?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sezzjoni tal-Medical Records fl-Isptar San Luqa tipprova tiġbor il-flus dovuti qabel ma' l-pazjent jitlaq mill-isptar.", "Pero' dan ma jkunx dejjem possibbli minħabba l-fatt li ġieli l-pazjenti jew jagħtu nformazzjoni żbaljata jew jitilqu ħesrem mill-Isptar anke kontra l-parir tat-tobba.", "Wara dan, tidħol is-sezzjoni tar-Revenue fil-Head Office li jibdew l- proċess biex jippruvaw jiġbru dak li hu dovut lid-dipartiment.", "Isiru kuntatti direttament mal-pazjent barra minn Malta, mal-puluzija lokali u anke mal-Ambaxxati.", "Meta l-ebda pass ma jġib riżultati jittieħdu pariri legali dwar jekk ikunx jaqbel li t-talba tiġi segwita legalment.", "Ħafna drabi meta l-ammonti jkunu żgħar il-parir ikun li dawn jiġu written off.", "Is-somma totali li d-dipartiment kellu jiġbor meta nbidlet l- amministrazzjoni f'Ottubru ta' 1996 kienet ta' Lm283,700.", "L-ammont ta' kontijiet sa Ottubru 1996 li ġie written off fis-17.1.97 huwa ta' Lm16,831.", "SAĦĦA - ĦLAS GĦAL KURA MILL-BARRANIN", "7155.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal- ħlasijiet illi jkunu suġġetti għalihom dawk il-barranin illi jkollhom iħallsu għal kura medika illi jieħdu ġewwa pajjiżna jiġifieri kemm ilħallsu għal diversi operazzjonijiet, testijiet, X-Rays, kemm tiswa sodda kuljum eċċ, eċċ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tinsab f'A.L 18 ta' 1997 Ordinanza Dwar id-Drittijet (Kap 35) Regolamenti ta' l-1997 li jemedaw ir-Regolamenti dwar id-drittijiet ta' l-isptar li jitħallsu minn Pazjenti Barranin, kif deher fis-suppliment tal-Gazzetta tal- Gvern Nru. 16,408 tal-4 ta' Frar 1997.", "Fl-iskeda li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta, jidhru l-ħlasijiet mitluba għal servizzi mediċi oħra kif titlob il- legal notice (Regulation 3 para 2).", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - ĦADDIEMA", "7370.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ħaddiema tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi li qed jaħdmu mal-kunsilli lokali u jagħti din l-informazzjoni skond kull kunsill?", "F'liema kategorija ta' mpjieg huma mpjegati dawn il-ħaddiema (liema grad għandhom)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-lista tal-ħaddiema tal-Ministeru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni li qegħdin jaħdmu mal-Kunsilli Lokali tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - TRADING LICENCES", "7371.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal trading licences li huma pendenti għand il-pulizija?", "Minn liema lokalita' huma ġejjin dawn l-applikazzjonijiet (fejn se jinfetaħ in-negozju)?", "Kemm ilha l-iktar applikazzjoni u meta daħlet l-aħħar waħda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hemm 253 applikazzjoni pendenti għall-trading licenses.", "L-aktar waħda li ilha pendenti waslet għand il- Pulizija fil-11 ta'April 1995 u l-aħħar waħda waslet fit-12 ta' Lulju, 1997.", "Lista tal-lokalitajiet dwar dawn l-applikazzjonijiet tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "VETTURI - BDIL TA' NUMBER PLATES", "7372.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' vetturi tal- Gvern li bidlu n-number plates tagħhom?", "Kemm fadal biex jinbidlu?", "X'qed iżomm li dawn in-number plates jinbidlu kollha?", "Ta liema dipartimenti huma l-vetturi li nbidlu, u ta' liema dipartimenti huma l-vetturi li fil-fatt ma nbidlux?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li peress li l-vetturi tal-Gvern li jġibu l-ittra `M'għandhom proċess ta' bdil differenti minn dawk normali qed isiru arranġamenti apparti għalihom biex dawn jinbidlu.", "Iżda għalkemm id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet għadu ma wasalx fil-proċess propju tal-bdil ta' din l-ittra, xorta waħda diġa nbiddlu numru ta' pjanċi minn dawn fejn f'ċerti każi x-xogħol kien jirrekjedi hekk.", "Sa l-14 ta' Lulju, 1997 il-vetturi tal-Gvern li diġa' għandhom pjanċi bil-format il-ġdid huwa 344 u fadal 1,276 x'jinbidlu.", "Jiena nformat ukoll li rigward liema dipartimenti bidlu jew għadhom ma biddlux il-pjaċi ma tinżammx statistika speċifika għal dan il-għan.", "YACHT MARINAS", "7373.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni dwar kemm għandhom kapaċita' individwali kull waħda mill-Yacht Marinas li ġew indikati riċentement?", "Liema minn dawn il-marina hi mistennija li tinfetaħ l-ewwel?", "X'xogħol hu meħtieġ li jsir biex fil-fatt dawn il-marinas ikunu jistgħu jibdew joperaw?", "Xi stimi ta' nefqa hemm?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li fil-preżentazzjoni tal- Yachting Development Subject Study, waqt il-konsultazzjoni Pubblika li saret fid-9 ta' Lulju 1997, ma ssemmewx Yacht Marinas imma ġew elenkati liema huma dawk il-postijiet li joffru possibbilta' li fihom tinbena Yacht Marina.", "L-ewwel erba' huma:", "Dockyard Creek - Port il-Kbir Lazzaretto Creek - f'Marsamxett Kalkara Creek - Port il-Kbir Ix-Xemxija - San Pawl il-Bahar", "Billi ż-żmien ta' Konsultazzjoni Pubblika għadu m'għalaqx, wieħed irid jgħid li huwa prematur li tingħata risposta tad-domandi l-oħra.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - INDUSTRY APPLICATIONS NETWORK CO- ORDINATOR", "7407.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija hux se joħroġ sejħa għall-fulltime Industry Applications Network Co-Ordinators matul din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-preżent il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija mhux se joħroġ sejħa għall-fulltime Industry Applications Network Co-Ordinators.", "ITALJA - PROTOKOL FINANZJARJU MA' MALTA", "7408.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi proġetti aċċettat li tiffinanzja l-Italja mill-aħħar protokol finanzjarju bejn Malta u l-Italja?", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' proġetti li ġew sottomessi lill-Italja mill-Gvern Malti sabiex jiġu kkonsidrati mill-Gvern Taljan ħalli jiġu ffinanzjati minn dan l-istess protocol?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni dwar il-proġetti li ġew sottomessi lill-Gvern Taljan, kif ukoll dawk li ġew aċċettati (App), tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDXIN RESIDENTI F'MALTA - PASSES SPEĊJALI", "7409.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu passes speċjali għall-Għawdxin residenti f'Malta sal-lum?", "Kemm daħlu applikazzjonijiet sal-lum għal dawn il-passes speċjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sal-lum dahlu 390 applikazzjoni għall-passes specjali għal Għawdxin residenti f'Malta u s'issa ingħataw 270 pass.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - PHOTOCOPIERS", "7410.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm xtraw photocopiers id-dipartimenti tal-Gvern minn Novembru, 1996 sal-lum?", "Minn fejn inxtraw u kemm qamu f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant qed jinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - KAROZZI", "7411.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata diesel, petrol u unleaded petrol lill-karozzi u vetturi tad-dipartimenti tal-Gvern mill- garage tal-gvern tal-Marsa u Ħal Kirkop bejn Novembru 1996 u l-aħħar ta' Ġunju 1997 xahar x'xahar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ammont ta' diesel maħruġ xahar b'xahar bejn Novembru 1996 u Ġunju 1997 huwa ta':", "38,207 Ltrs., 24,439 Ltrs., 46,123 Ltrs., 51,308 Ltrs., 54,257 Ltrs., 55,870 Ltrs., 58,987 Ltrs u 48,233 Ltrs.rispettivament.", "L-ammont ta' petrol ordinarji maħruġ xahar b'xahar bejn Novembru 1996 u Ġunju 1997 huwa ta':", "32,606 Ltrs., 30,789 Ltrs., 36,495 Ltrs., 33,324 Ltrs., 33,099 Ltrs., 38,238 Ltrs., 37,622 Ltrs. u 37,510 Ltrs.", "L-ammont ta' petrol unleaded beda jingħata minn Mejju 1997 billi ma kenitx teżisti pompa qabel u l-ammont maħruġ għal Mejju u Ġunju 1997 huwa ta' 4,663 Ltrs., u 4,930 Ltrs.", "Il-fuel imsemmi hawn fuq, jinħareġ kollu mill-Fuel Station ta' Ħal Kirkop.", "ENEMALTA - KONSUM TAL-PITROLJU", "7415.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija fil-11 ta' Ġunju (Seduta Nru. 91) għall- mistoqsija parlamentari numru 6928, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu la jaf li qed isir \"użu lleċitu\" tal-pitrolju?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta tieħu dawn il-passi sabiex ma jkunx hemm l-użu illeċitu tal-pitrolju:", "A L-ewwel tara li l-kwota miftiehma mal-GRTU dwar bejgħ ta' pitrolju ma tinqabiżx;", "B Tagħmel spezzjonijiet fil-postijiet kummerċjali u industrijali biex tara li ma jkunx hawn ħażniet ta' pitrolju meta dawn il-postijiet ma jkollhomx liċenzja għal dan il-għan;", "C Tgħarraf lill-azjendi kummerċjali u industrijali li l-Enemalta għandha għall-bejgħ prodotti irħas mill-pitrolju, li jagħtu l-istess Calorific Value.", "B'dan l-għan saret ukoll kampanja fil-gazzetti biex tippromwovi dawn il-prodotti flok il-pitrolju.", "Fil-preżent l-Enemalta qiegħda taħdem ukoll biex tkompli żżid il- firxa ta' dawn il-prodotti.", "SHIPBUILDING - ĦADDIEMA", "7416.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies li jaħdmu fix-Shipbuilding u x'inhu ix-xogħol/grad tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' nies li jaħdmu fil-Malta Shipbuilding Ltd bil-grad/xogħol tagħhom huwa hekk: |Servizz Generali |142 | |(Amministrattiv u | | |Klerikali) | | |Professjonali |21 | |(Managers) | | |Teknici : Supervisory |107 | |Tradesman I |63 | |Tradesman II |123 | |Tradesman III |231 | |Tradesman IV |9 | |Awziljari |127 | |Part Timers (+20 hrs | 1 | |fil-gimgha) | | |Mislufin | 2 | |Part Timers (-20 hrs |1 | |fil-ġimgha) | | |Barranin |1 | |(bil-kuntratt) | | |Total |828 |", "PTA - PAGI", "7417.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6997, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont li nqasam bejn is-sidien tal-karozzi tal-linja fil-perijodu Jannar 1997 - Ġunju 1997 u fil-perijodu Jannar 1996 - Ġunju 1996 rispettivament?", "Kif jinqasam dan l-ammont xahar b'xahar matul dawn il-perijodi ndikati?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li s-sidien tal-karozzi tal- linja jaqsmu bejniethom id-dħul li jkollhom mill-bejgħ tal-biljetti fuq ix- xogħol bi skeda wara li jinqatgħu l-ispejjeż ta' l-Uffiċċju Ċentrali għax- Xogħol bi Skeda.", "Mir-returns li tibgħat l-Għaqda tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jirriżulta li:", "- Bejn l-1 ta' Jannar 1996 u t-30 ta' Ġunju 1996 tqassmet bejniethom is- somma ta' Lm1,765,465.67ċ; u", "- Bejn it-30 ta' Diċembru 1996 u d-29 ta' Ġunju 1997 tqassmet is-somma ta' Lm1,737,177.07ċ.", "ŻERRIEGĦA TAL-PATATA - IMPORTAZZJONI", "7418.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-kwantita' ta' żerriegħa tal-patata li ġiet importata fl-istaġun li għadda, varjeta' varjeta'?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' tal-patata li ġiet esportata fl-istaġun li għadda, skond il-varjeta' tal-prodott, varjeta' varjeta'?", "Meta marret l-ewwel kunsinja ta' patata u meta marret l-aħħar kunsinja ta' l-istess prodott?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Rigward l-importazzjoni ta' żerriegħa tal-patata nirriferi l-Onor.", "Membru għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4033.", "Rigward l-esportazzjoni ta' patata nirreferi għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6467.", "ĦABS ĊIVILI - INKJESTI", "7445.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il inkjesta nterna hemm pendenti dwar aġir ta' uffiċjali u/jew impjegati tal-Ħabs bħalissa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li hemm 3 investigazzjonijiet interni pendenti mid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi dwar aġir ta' uffiċjali jew impjegati tal-Ħabs.", "ATTARD - TRIQ SAN ANTON", "7448.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 422 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proposta li ġiet riferita lill- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan informa lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku li Triq San Anton ma għandhiex issir one way bil-karozzi jidħlu biss lejn Ħal Lija/Balzan kif ġie ssuġġerit mill-Onor.", "Interpellant iżda fid-direzzjoni opposta.", "Jiena nformat ukoll li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mhux f'pożizzjoni li jieħu deċiżjoni finali jekk ma jsirx qbil fuq it-traffic flow fl-inħawi mill-Kunsilli Lokali kollha kkonċernati w ukoll ma' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku mħabba r-rotta tal-karozzi tal-linja.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "7449.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4457 u t-tweġiba għaliha, jista' l- Prim Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet ta' l-inkjesta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4457, il-każ ġie nvestigat mill-Bord tal-Viżitaturi tal- Ħabs li ssottometta r-rapport tiegħu fit-3 ta' Ġunju, 1997.", "Il-Bord ħareġ b'dawn il-konklużjonijiet : -", "(1)Jinħtieġ li jkun hemm post adekwat fil-ħabs għal persuni li jkunu fi stat li jistgħu jweġgħu lilhom infushom fejn ma jeżistux perikli għal min ikun f'qagħda bħal dik;", "(2)Hemm bżonn li jkun hemm ukoll sorveljanza tajba minn persuni mħarrġa għal dan l-iskop;", "(3)Hemm bżonn li jiġi mfassal programm komprensiv ta' prevenzjoni u kura, bi proċeduri dettaljati u dmirijiet speċifiċi, ħalli meta priġunier isib ruħu f'diffikultajiet bħal dawn (a) jiġi identifikat fil-pront, u (b) jingħata l-għajnuna meħtieġa fil-mument tal-kriżi, u, jekk jista' jkun, anki qabel ma dawk id-diffikultajiet iwassluh biex iweġġa' lilu nnifsu; u,", "(4) Kull uffiċjal korrettiv għandu jirċievi t-taħriġ meħtieġ, biex ikun jista'jagħraf u jassisti f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "PULIZIJA - DROGA FIS-SEA PORT", "7450.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga fis-Seaport mill-forzi ta' l-ordni mis- 26.10.96?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi bejn is-26 ta' Ottubru 1996 u t- 13 ta' Lulju 1997 ma nqabdet ebda droga mis-'Seaport'.", "KUMITAT GĦALL-ISMIJIET TAT-TOROQ", "7451.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2383, jista' l-Prim Ministru jgħid minn min hu kompost il-Kumitat ta' l-Ismijiet tat-Toroq?", "Peress li minħabba l-elezzjoni ġenerali l-Kummissjoni Elettorali kienet talbiet illi ma jingħatawx ismijiet lil toroq ġodda u ma jsirx tibdil, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk mill-elezzjoni 'il hawn l-ismijiet tat- toroq ġodda li ġew approvati qabel l-elezzjoni ġewx imwettqa jew le?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq hu kompost minn dawn il-membri :", "Kumitat Malta", "Dr. Vincent Depasquale Chairman Mons. Lawrence Cachia Viċi Chairman Profs.", "John Buontempo Membru Sur Joe Felice Pace Membru Sur Dominic Cutajar Membru Sur Joe Grima Membru Sur Anton Cassar Membru Sur Antoine Camilleri Membru Sur Anton Agius Membru Sur George Portelli Membru Sur Joe Scicluna Membru Sur George Vella Membru / Segretarju", "Is-Sur Joe Scicluna ġie appuntat bħala membru li jirrappreżenta l- Kummissarju Elettorali Ewlieni fuq dan il-Kumitat b'effett mit-3 ta' Lulju 1997, wara r-riżenja ta' Fr. Anthony Sapienza.", "Kumitat Għawdex", "Mons. Dr. Anton Gauci Chairman Fr. Dr. Joseph Bezzina Viċi Chairman Dr. Joe Ellis Membru Sur Joe de Brincat Membru Sur Franco Masini Membru Sur Mario Tabone Membru Sur George Vella Membru / Segretarju", "Is-Sur Mario Tabone ġie appuntat bħala membru li jirrappreżenta l- Kummissarju Elettorali Ewlieni fuq dan il-Kumitat b'effett mit-3 ta' Lulju 1997, wara r-riżenja tas-Sur Ġorġ Pisani.", "Ninsab informat minn dawn iż-żewġ Kumitati li l-ismijiet ta' toroq ġodda li ġew rakkomandati mill-Kumitati preċedenti qabel l-elezzjoni ġenerali, għajr għal xi tibdiliet żgħar, ġew approvati u qegħdin jiġu ppubblikati fil- Gazzetta tal-Gvern u wara applikati fil-lokalitajiet rispettivi.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TFAL B'UNKNOWN FATHERS", "7452.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7210 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta Nru. 92 tal-11 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid minn fejn jikseb it-tagħrif (mitlub mill-Onor.", "Karl Chircop) l-Uffiċċju ta' l- Istatistika fil-pubblikazzjoni abstract jew fid-Demographic Review?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat.", "NON-GOVERNMENTAL ORGANISATIONS - XOGĦOL TA' KONSULENZA", "7459.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu talbu pariri bħala konsulenza fuq suġġetti speċifiċi mingħand non-governemental organisations mill-1 ta' Jannar, 1997 sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997?", "Meta ntalbu dawn il-pariri ta' konsulenza, mingħand min intalbu u xi ħlasijiet saru lil dawn l-organizzazzjonijiet għal dawn il-konsulenzi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-iskema li permezz tagħha ċertu xogħol ta' konsulenza li qabel kien jingħata lis-settur privat issa jibda jsir minn non-governmental organisation beda jitħaddem bi prova u ngħata bidu għall- proġett ta' rijabilitazzjoni u tindif ta' żewġ widien wieħed f'Wied il- Għajn u ieħor fil-limiti ta' Żebbuġ/Rabat.", "L-Għaqda ARBOR ġiet ikkummissjonata sabiex tagħmel l-istudju ambjentali u timmonitorja l- implimentazzjoni tax-xogħol ħalli jiġi evitat li ma ssirx ħsara lil flora u fawna ta' dawn il-widien.", "L-iskop wara din l-iskema hu li permezz ta' dan ix-xogħol, l-għaqdiet ikollhom sors ta' dħul finanzjarju, liema flus imbagħad jingħataw lill- istess għaqdiet għall-użu fil-proġetti tagħhom li huma ta' fejda nazzjonali.", "F'dan il-każ, peress li hu pilot project, għadhom qegħdin isiru diskussjonijiet dwar fees.", "Kopja ta' l-istudji ambjentali preliminari li ġie msemmi iktar 'il fuq tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta."]} {"filename": "19971103_133d_par.doc", "date": "1997-11-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 133 It-Tnejn, 3 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 133", "It-Tnejn, 3 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "133", "It-Tnejn, 3 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 837", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 837", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 843", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET 843 ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2) EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 2) BILL (IT-TIELET QARI) 844 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR (EMENDA NRU 2) MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL(IT-TIENI QARI) 844 RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET (VOTAZZJONI) 862 ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2) EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 2) BILL (VOTAZZJONI) 863", "AĠĠORNAMENT 864", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 870", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru.132 li saret fit-3 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI - UFFIĊINI", "8591.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ħariġx tender biex jixtri jew jikri djar jew appartamenti għall-użu tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta nħareġ it-tender, meta għalaq, meta ġie ppubblikat, min tefa' t- tender u kemm kien l-ammont ta' kull tender?", "It-tender ġie aġġudikat u lil min?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender document?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 6122 fis-Seduta 84, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ħareġ sejħa pubblika fil-gazzetti lokali.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-avviż li deher fil- Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Ġunju, 1997 u kopja tas-schedule of tenders received li ħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti, liema kopja tindika li ma ntefgħet l-ebda offerta.", "PULIZIJA - SETGĦA LI JAGĦTU ĠURAMENT", "8592.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wassluh biex b'Avviż Nru 620 tat-12 ta' Awissu, 1997 ineħħi s-setgħa li jingħata l- ġurament lil 12-il membru tal-Korp tal-Pulizija, waqt li b'Avviż Nru 612 ta' l-istess ġurnata appunta tnejn oħra ġodda?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Il- warrant tal-ħatra bħala kummissjonarji b'setgħa li jagħtu l-ġurament jinħareġ lill-uffiċjali li attwalment ikunu qegħdin fuq doveri li jirrikjedu l-għoti tal-ġurament.", "Fejn il-ministeru jiġi informat li persuni li qabel kellhom dik il-ħatra ma jibqgħux aktar fuq tali doveri, il- ministeru jieħu ħsieb li l-warrant tagħhom jiġi revokat.", "Fil-fatt hekk ġara fil-każ tat-12-il persuna msemmija fl-Avviż Nru 620.", "Meta l-ministeru jiġi informat li jkun hemm uffiċjali li qed jitpoġġew fuq doveri simili, dawn jiġu maħtura kummissjonarji u jinħarġilhom il- warrant relattiv.", "Din kienet ir-raġuni li għaliha nħareġ il-warrant liż- żewġ persuni msemmija fl-Avviż Nru 612.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna kemm hemm kummissjonarji li għandhom is-setgħa li jagħtu l-ġurament?", "Jien diġa' kont għamilt din il-mistoqsija fis-7 ta' Lulju u l-Ministru kien qalli li din l- informazzjoni qed tinġabar pero' sfortunatament illum m'huwiex preżenti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ovvjament la ma ngħatatx tweġiba sa llum, sinjal li l- informazzjoni għadha qed tinġabar!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jassigurana li din l-informazzjoni ma ddumx ma tinġabar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Se nagħmel mill-aħjar.", "GOZO CHANNEL - PASSIĠĠIERI/VETTURI", "8593.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri u vetturi bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr bejn l-1 ta' Lulju u t-30 ta' Settembru, 1997 u fl-istess perijodu fl-1996 jagħti l-informazzjoni xahar xahar?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru 9300.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 9300 jirriżulta li, fil-perijodu li huwa importanti ħafna għall- ekonomija GĦawdxija, kien hemm tnaqqis pjuttost inkwetanti fin-numru ta' passiġġieri u fin-numru ta' vetturi li qasmu bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan il-fatt huwiex qed jinkwieta lill- Gvern?", "Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħidilna wkoll jekk hux qed jikkonsidra xi soluzzjonijiet ħalli dan in-numru jerġa' jiżdied?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru għat-Trasport u Portijiet ikun jista' jagħti iktar informazzjoni wara li jsiru ċerti affarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jirriżulta li din is-sena matul Lulju, Awissu u Settembru qasmu bejn Malta u GĦawdex 80,000 passiġġier u 36,000 vettura inqas mis-sena l-oħra.", "Il-Ministru ma jidhirlux li din hija indikazzjoni ċara li l-politika li mxiet biha l-kumpannija meta għolliet it- tariffi ħalliet tant effett negattiv li l-ekonomija Għawdxija kellha tbati l-konsegwenzi?", "Il-Gvern ma jaħsibx li jrid jieħu deċiżjonijiet importanti ħalli jirrimedja għal dak li qed jiġri?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dak li qed jgħid l-Onor.", "Tabone m'huwiex korrett għax mhux veru li kien hemm dan l-effett negattiv.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex mhux qed jikkonsidra n-nuqqas ta' passiġġieri u ta' karozzi li qasmu bejn Malta u GĦawdex f'din l-aħħar sena bħala effett negattiv, iktar u iktar meta jieħu in konsiderazzjoni wkoll li b'konsegwenza ta' dan jonqos ukoll l-ammont ta' flus li jintnefaq f'Għawdex?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOE MIZZI: Wieħed irid jara dan fl-isfond tal-kondizzjonijiet li kien hemm u fl-isfond ta' dak li kien qed isir qabel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' l-Ministru jgħidilna xi spjegazzjoni tista' tingħata għall-fatt li minkejja li din is-sena ġie rreġistrat li bejn Malta u GĦawdex qasmu 80,000 passiġġier u 36,000 vettura inqas, il-kumpannija kellha l-qligħ meta qabel kien ikollha telf?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Huwa ovvju li qabel l-affarijiet ma kenux mexjin kif kellhom jimxu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Ir-risposta għad-domanda ta' l-Onor.", "Borg hija faċli ħafna.", "Jekk il-Ministru ma jridx jirrispondi hu nirrispondiha jien.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Tabone, ma naħsibx li għandek dritt tirrispondi imma tista' tagħmel mistoqsija jekk trid.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, skond l-istatistika jirriżulta li f'dan l-istess perijodu n-numru ta' turisti li ġew Malta żdied b'madwar 5% jew 6%.", "Allura ġaladarba kien hemm din iż-żieda fin-numru ta' turisti, kif jispjega l-Ministru li n-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u GĦawdex kien inqas din is-sena?", "Meta tnaqqas is-servizzi u tgħolli t- tariffi faċli tagħmel qligħ, aktar u aktar meta jkollok monopolju, imma tagħmlu għas-skapitu ta' l-obbligi l-oħra li jkollok.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-fatt hu li l-kumpannija għandha riżultati pożittivi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, ġaladarba l-Ministru qed jibqa' jinsisti li l-kumpannija għandha riżultati pożittivi, jikkonsidra li mhuwiex qed iħares lejn l-isfond ekonomiku ta' GĦawdex b'mod globali, jiġifieri mhux qed jimmarka l-attivita' ekonomika wkoll minn infiq f'ristoranti, lukandi, ħwienet u appartamenti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li jekk il-Gvern ma jikkonsidrax dan kollu, huwa jkun qed jieħu viżjoni mill- iktar limitata ta' l-attivita' ekonomika ġewwa Għawdex, in vista tal-fatt li r-responsabbilta' tal-Gvern lejn il-poplu Malti u GĦawdxi kollu għandha tkun immirata lejn l-attivita' ekonomika tal-pajjiż kollha kemm hi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI.", "Il-Gvern jikkonsidra kulma hu pożittiv għall-gżira t'GĦawdex.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, nerġa' ngħid li minkejja li kienet irreġistrata żieda fin-numru ta' turisti li jżuru pajjiżna, kien hemm inqas passiġġieri li għamlu użu mill-vapuri tal-Gozo Channel Co Ltd.", "Jista' għaldaqstant wieħed jasal għall-konklużjoni li dan in-nuqqas ġej minn dawk il-Maltin li s-soltu kienu jżuru GĦawdex u allura dan bilfors kellu rifless negattiv fuq l-ekonomija Għawdxija?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-fatt ikun tajjeb jekk ngħid - jien naħseb li l- Onor. Interpellant jaf b'dan imma ma jridx isemmi dan il-fatt - li din is- sena qasmu 'l fuq minn 400 coach iktar tat-turisti u wieħed irid iqis li kull coach ikun fiha xi 45 turist.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jaqbel il-Ministru li kumpannija bħall-Gozo Channel Co. Ltd., li qiegħda f'sitwazzjoni monopolistika, minbarra li għandha obbligi kummerċjali għandha wkoll obbligi soċjali?", "Jien naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu ma' dan għax dan huwa fatt li ġie rikonoxxut anke fil-programm elettorali tal-Partit Laburista, fejn intqal li m'huwiex biżżejjed li jkun hemm effiċjenza fil-qasam tat-trasport għax it-trasport bejn Malta u Għawdex huwa essenzjali għall-ekonomija u għall-iżvilupp soċjali t'Għawdex.", "Lill-Gvern ma jinkwetahx il-fatt li jekk qasmu 80,000 passiġġier anqas lejn GĦawdex - jien nimmaġina li dan in-nuqqas kien rifless fix-xhur ta' qabel ukoll u se jibqa' jiġi rifless anke fis-snin li ġejjin - dan ifisser li fit-tliet xhur tas-sajf li għaddew l-ekonomija GĦawdxija tilfet iktar minn Lm1 miljun, jekk nieħdu li kull persuna tonfoq Lm15 ras għal ras?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, qed nieħu pjaċir nisma' lill-Onor.", "Gatt jgħid li l-Gozo Channel Co. Ltd. għandha obbligi soċjali.", "Fil-fatt tant aħna konxji tal-fatt li din il-kumpannija għandha obbligi soċjali, li l-Gvern jissussidja ħafna tariffi ta' l-GĦawdxin u mhux b'Lm1 jew b'Lm2 imma bl-eluf tal-liri.", "Bħalma qal il-kollega tiegħi, il-kumpannija hija kummerċjali pero' dan ma jfissirx li għandu jitħalla jsir is-serq.", "Jien ma nixtieqx nelabora iktar fuq dan ir-rigward għax bħalissa għaddejja inkjesta minn imħallef, proprju fuq dan il-punt.", "Lill-Membri ta' l-Oppożizzjoni nista' ngħidilhom li veru li s-sena l-oħra qasmu a iktar passiġġieri bejn Malta u GĦawdex minn dak rreġistrat din is- sena, imma dawn m'humiex qed jgħidu kemm qabel kienu jiġu stampati biljetti ġo ċertu lokal u jitqassmu lin-nies u kemm kienu jinħarġu passes mhux awtorizzati.", "Dan ħadd ma jgħidulu lill-poplu!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Forsi l-obbligu soċjali għall-Membri ta' l-Oppożizzjoni huwa li wieħed iqassam biljetti b'xejn!", "Jien kont nippretendi li l-Oppożizzjoni se tgħinna biex jinqata' dan l-abbuż għax f'affarijiet li huma ta' interess nazzjonali ma jidħlux partiti.", "Minflok l-Oppożizzjoni qed toqgħod tistaqsina l-ħin kollu jekk aħniex konxji li naqas in-numru ta' passiġġieri u ta' vetturi.", "Ejjew inkunu rġiel magħna nfusna u nammettu li kien hemm tnaqqis fin-numru ta' passiġġieri mhux biss għax għolew it-tariffi tal- vapur.", "Jien naħseb li tafu kemm kienu qed jiċċarġjaw ċerti ħwienet u ċerti ristoranti f'GĦawdex fil-festa ta' Santa Marija.", "Naħseb li tafu wkoll li l- appartamenti minn Lm5 jew Lm10 għamluhom Lm20 fil-festa ta' Santa Marija.", "(Interruzzjonijiet) Stenna daqsxejn, issa tkellem meta nispiċċa!", "Din hi s- serjeta' li għandkom!", "Aħna s'issa naqqasna mas-700 pass ta' Maltin li ma kellhomx dritt għalih u anke l-Arċisqof qed jirringrazzjana għaliex tgħidx kemm kien hemm nies mifruda u separazzjonijiet!", "Kellna każijiet fejn ir-raġel jgħix Għawdex u l-familja tgħix kollha Malta jew il-mara tgħix Għawdex u l-familja tgħix kollha Malta.", "Meta kienu japplikaw għal dan il-pass, jekk kien ikun raġel kien jgħid li huwa mifrud minn mal-mara u jekk kienet tkun mara kienet tgħid li hija mifruda minn mar-raġel!", "Pero' mbagħad kienu qalbhom tajba u fost il-ġimgħa jew nhar ta' Sibt u Ħadd kienu jitilgħu jaraw il-familjarji tagħhom ġo Għawdex!", "Taf kemm kellna minn dawn il-każijiet, Madam Speaker!", "S'issa sibna 400 każ ta' nies li għandhom ir-residenza tagħhom Malta u flat li jiswa ¥30,000 f'Għawdex.", "Allura dawn m'għandhomx biex iħallsu l-vapur?", "Lil dak li għandu karozza li tiswa, per eżempju, ¥40,000 u li kellu l-pass biex jitla' u jinżel GĦawdex, għandi nibqa' nissussidjah ukoll?", "U x'nagħmel bis-servizz soċjali l-ieħor tal-vapuri li qegħdin jagħmlu żewġ trips 'l hemm u żewġ trips 'l hawn?", "Dak m'huwiex servizz soċjali?", "Aħna din se nistudjawha, biex jekk tridu tibdew ixxewxu, allura xewxu.", "Imma jiena m'iniex se naċċetta iktar li jkun hemm min jinżel b'pick-up li jiswa tant u b'żiemel warajh li jiswa ¥20,000 biex itellaq bih hawn Malta u jippretendi li nissussidjah.", "Dak huwa servizz soċjali wkoll?", "Dan barra li ntellgħu ż-żwiemel tal-Maltin fuq isem l-Għawdxin biex ma jħallsu xejn.", "Aħna dawn l-affarijiet se nwaqqfuhom.", "Ħalli niġi għal punt ieħor.", "Sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia u min kien responsabbli mill-biedja qabel kien joħroġ mat-¥80,000 biex tinżel il-biegħa u jien dan se nkompli nħallsu imma mhux se nħallu iktar li jkun hemm min jinżel bil-biegħa u jitla' b'sett ta' l-għamara jew mgħobbi bil-bricks!", "Aħna nafu x'inhu jsir.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma tafux!", "Jekk ma tafux huwa ħażin għaliex dan hu li kien qed jitfgħalna s-servizz lura!", "Jiena nneħħilu l-kapell lill- bord li hemm illum.", "Servizz soċjali ieħor li qabel kellna ħafna taħwid fuqu huwa dwar l- ambulanza li għandhom il-Maria Bugeja Cancer Support Foundation.", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri?", "Dawn qabel ma kenux b'xejn.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri taż-żwiemel servizz soċjali għalik?", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja, Onor. Debono Grech.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: U ejja ħalluna!", "(Interruzzjonijiet) Iva, il- mara tiegħi Għawdxija u għalhekk nafhom sew lill-Għawdxin.", "Kemm inti tifel tajjeb!", "Madam Speaker, aħna qegħdin ngħidu li ma naqblux mas-serq u mal-ħmerijiet li kien hemm.", "Kulħadd kien responsabbli ta' dak li kien qiegħed isir.", "Servizz soċjali ma jfissirx li lejliet l-elezzjoni tmur tivvota biex tibni tliet vapuri u la taf kemm se jiswew u lanqas taf min se jħallashom.", "U ara ma jiġux jgħiduli li ħadd ma kien jaf b'dan għaliex s'issa ħadd m'hu qed jgħid li hu responsabbli.", "Imma aħna gvern responsabbli u meta niġu għall- affarijiet soċjali u għall-affarijiet ta' GĦawdex u fuq il-kwestjoni tal- vapur ta' Għawdex aħna arċi responsabbli.", "U għalkemm kellna passiġġieri nqas u għalkemm qasmu inqas karozzi bejn Malta u GĦawdex, aħna ma ħallejniex li dan is-servizz jispiċċa imma ħallasna d-dejn li sibna u l- Gozo Channel Co. Ltd. għamlet il-qligħ.", "U dan il-qligħ m'għamlitux għaliex għollejna l-passaġġ biss imma għaliex daħħalna s-serjeta'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, naħseb li l-intervent tal-Ministru għandu bżonn tweġiba minn din in-naħa għaliex hemm ħafna xi tgħid għal dak li qal hu u ħafna aktar minn dak li qal hu.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, jiena qiegħed in possession u nitlob il-protezzjoni.", "MADAM SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-Onor.", "Tabone mistoqsija biss jista' jagħmel.", "MADAM SPEAKER: Onor. Tabone, il-proċeduri lkoll nafuhom.", "Ejja għall- mistoqsija, jekk jogħġbok", "ONOR.", "ANTON TABONE: Il-Ministru Mizzi qal li din is-sena kien hemm 400 coach iktar mis-sena l-oħra li qasmu għal Għawdex.", "Jista' jikkonferma jekk dawn l-400 coach kenux mikrijin mit-turisti jew inkella kenux mikrijin mill-Maltin?", "Jista' jgħidli wkoll jekk għandux statistika ta' kemm kien hemm buses mikrijin mill-Maltin is-sena l-oħra u din is-sena?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Tabone jagħmel mistoqsija bil-miktub u tkun tista' tingħatalu risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Ladarba l-Ministru nformana li sab ħafna taħwid fil-Gozo Channel Co. Ltd u li issa qed isolvi din il-problema, ma jidhirlux li t-tariffi għandhom jerġgħu jitbaxxew kif kienu sena ilu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Għalissa ma jidhirlix.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma jidhirlux il-Ministru Debono Grech li ma jkunx korrett li jipprova jwaħħal fl-Għawdxin biex jiġġustifika n-nuqqas ta' passiġġieri u vetturi lejn Għawdex?", "Ma jidhirlux li l-fatturi l-oħrajn li forsi qiegħed jirriferi għalihom huma l-fatturi tal-qagħda ekonomika fil- pajjiż, fejn aktar u aktar nies qegħdin iħossu li jistgħu jonfqu b'mod aktar ristrett u iktar limitat minn qabel minħabba li l-ispending power naqsilhom b'riżultat tad-diversi miżuri li qed jieħu l-Gvern preżenti?", "Fuq kollox, ma jidhirlux li l-poplu Għawdxi u l-gżira ta' Għawdex jixirqilhom aħjar minn dan it-tip ta' diskors f'dan il-Parlament?", "Ma jidhirlux li meta qed jitkellem fuq pajjiż li jsofri problema ta' distakk minħabba din il- biċċa baħar li taqsamna, allura l-Gvern għandu jagħraf l-aspett ekonomiku tal-gżira Għawdxija fit-totalita' tagħha u mhux moħħna biss kif marret il- Gozo Channel Co Ltd?", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, il-mistoqsija tiegħi se tkun iqsar mit-tweġiba li ta l-Ministru għaliex bħalma hawn irridu nillimitaw ruħna għall-mistoqsijiet, il-Ministri li jwieġbu jridu jillimitaw ruħhom għat-tweġibiet u mhux jagħmlulna l-priedki!", "Jidhirlu l-Ministru li l-mod kif tħares lejn Għawdex bis-serjeta' m'huwiex il-mod li jagħmel diskorsi bħal dawn f'dan il-Parlament?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jidhirlu l-Ministru li għandu jfakkar lil min qed jagħmel l-interpellanza li l-Gozo Channel Co. Ltd. kienet qiegħda timxi tajjeb sakemm ma kienx hemm indħil irresponsabbli fuq livell politiku li sforza li jsir tnaqqis u tibdil fit-tariffi u għoti ta' eżenzjonijiet mill- ħlas tat-tariffi, minkejja l-pariri kuntrarji li kellhom minn dawk li kienu qegħdin imexxu l-Gozo Channel Co. Ltd?", "Jidhirlu l-Ministru li għandu jagħmel dan fil-kontest li ma jrid isir xejn li jerġa' jipperikola l-Gozo Channel Co. Ltd għad-detriment ta' l-Għawdxin kollha?", "Jidhirlu wkoll li għandu jfakkar lill-Oppożizzjoni li meta kienet hi fil-gvern kienet intrabtet li ħafna setturi oħra ta' l-ekonomija Maltija - u mhux il-Gozo Channel Co. Ltd biss - jitmexxew fuq bażi kummerċjali u mbagħad jekk għandu jingħata xi servizz soċjali, jingħata lil min tassew jistħoqqlu, mhux fil-kontest ta' kumpannija kummerċjali imma fil-kontest ta' servizzi soċjali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena naqbel perfettament ma' dak li qed jgħid sieħbi l-Onor.", "Spiteri.", "Meta aħna rajna x'kienet il-pożizzjoni tal-Gozo Channel Co. Ltd, ġibna quddiem għajnejna wkoll il-benessere tal-poplu Għawdxi u l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-gżira Għawdxija u għidna li hemm bżonn jittieħdu ċerti miżuri.", "Dawn il-kumpanniji kollha kienu mexjin fuq bażi kummerċjali u tant kienu mexjin fuq bażi kummerċjali li meta kellna l-kwestjoni ta' Posta Ltd. qam xi ħadd hawnhekk u qalilna: Dik tindaħlulhuiex għaliex dik hija kumpannija kummerċjali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar in-numru ta' laqgħat li saru mis-Science and Technology Education Network matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9357; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella b'informazzjoni dwar tqegħid u manutenzjoni ta' bankini fid- diversi lokalitajiet mill-kunsilli lokali, bejn l-1994 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9350.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH(Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena 1996/1997;", "Estimi tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena 1997/1998; u", "Financial Statements tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "Ikompli mit-3 ta' Ottubru, 1997.", "MADAM SPEAKER: Ngħaddi mill-ewwel biex inpoġġi l-mistoqsija hija fuq ir- riżoluzzjoni f'Dokument \"A\", b'riferenza għall-Malta Labour Party .", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol, skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 tat-12 ta' Mejju 1997.", "Il- Ministru Mizzi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 2) BILL", "ONOR.", "JOE MIZZI Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR (EMENDA NRU 2)", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-3 ta' Novembru 1997 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea huwa in possession.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, din il-liġi li għandna quddiemna tagħtina l-opportunita' li nistudjaw il-problema tat-traffiku u naraw kif nistgħu nikkontrollawha aħjar.", "Żgur li kull wieħed minna jippreokkupa ruħu malli jagħti daqqa t'għajn lejn in-numru ta' inċidenti u l-imwiet li jseħħu fit-toroq tagħna.", "Kull wieħed minna jrid jibda minnu nnifsu u jara jekk huwiex qiegħed jerfa' parti żgħira tar-responsabbilta' billi verament jagħti sehmu biex ikollna livell ta' sewqan aħjar.", "Din mhijiex xi kwestjoni ta' natura politika, fis-sens li dawk li jissapportjaw partit iġibu ruħhom tajjeb fis-sewqan u dawk li jissapportjaw lill-partit l-ieħor iġibu ruħhom ħażin, imma hija kwestjoni li fil-veru sens tal-kelma tolqot lil kull wieħed u waħda minna, irrispettivament mill- opinjoni politika.", "Meta jkun hemm diżgrazzji u jkun hemm il-vittmi żgur li ħadd minna ma jmur jara jekk dak li jkun weġġa' gravi jew miet fuq il-post ta' l-inċident ikunx jappartjeni għal xi partit jew ieħor.", "Għall- kuntrarju, f'ċirkostanzi bħal dawn ilkoll ikollna d-dwejjaq u s-sens ta' rimors meta jkorri xi ħadd għax naturalment il-konsegwenzi jkunu gravi, jekk mhux fatali.", "Dan għandu jġegħelna lkoll biex verament naraw li ntejbu l-livell tas-sewqan u kull wieħed minna mhux biss jippriedka lil ħaddieħor imma jibda minnu nnifsu billi kemm jista' jkun josserva r-regoli tas-sewqan.", "Dan huwa importanti li nagħmluh, irrispettivament minn x'inhi l- vettura li nsuqu, irrispettivament minn x'tip ta' xogħol inkunu qegħdin nagħmlu u irrispettivament ukoll minn jekk il-vettura hijiex ġdida jew qadima għax fl-aħħar mill-aħħar il-konsegwenzi fuq in-nies li jisfaw vittmi ta' inċidenti huma serji.", "Hawnhekk tajjeb wieħed jifhem x'inhi l- pożizzjoni għar-rigward tat-tipi differenti ta' vetturi.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru qalilna li dawk il-vetturi li jintużaw għal skopijiet kummerċjali, għall-iskopijiet li huma elenkati fl-iskedi li għandna fl-abbozz ta' liġi, se jibqgħu fil-pożizzjoni li kienu qabel saret din il-bidla.", "Kif għidt iktar kmieni, dawn jinkludu l-karozzi tal- linja u numru ta' vetturi oħra li jintużaw għal xi servizz ta' trasport pubbliku.", "Għandna riflessjoni oħra x'nagħmlu fejn jidħlu karozzi tal- linja, coaches, minibuses, karozzi tal-kiri, taxis u oħrajn li huma parti mis-servizz tat-trasport pubbliku.", "Mhux l-ewwel darba li f'dan il- Parlament kien hawn min qal li l-karozzi tal-linja, il-coaches u t- trakkijiet jikkawżaw numru serju ta' inċidenti u mhux l-ewwel darba wkoll li fost il-pubbliku in ġenerali jkun hemm min jgħid li dawn in-nies ħadd ma jista' għalihom.", "Hawnhekk bilfors irridu naraw din il-pożizzjoni iktar fid- dettall.", "Ħafna drabi l-persuni li jsuqu dawn it-tip ta' vetturi jqattgħu sigħat twal bil-qiegħda wara l-isteering fl-istess pożizzjoni u jaħdmu f'kondizzjonijiet li bilfors iwasslu għal ċerti problemi.", "Min-naħa tagħhom il-passiġġieri ma tlumhomx li jippretendu li jingħataw ċertu livell ta' servizz meta huwa ferm diffiċli li dak il-livell ta' servizz jingħata mill-istess xufier tal-karozza tal-linja jew tal-minibus li jkun ilu jsuq il-vettura għal tant sigħat.", "Hawnhekk importanti nsemmi l-investiment li sar f'pajjiżna matul is-snin li għaddew, b'mod partikolari mis-sidien tal-coaches, li wassal biex fit- toroq tagħna jkollna numru ta' coaches li huma ta' livell verament għoli.", "Veru li hawn min jgħid li wħud minnhom huma goffi għat-toroq tagħna pero' permezz ta' dan l-investiment illum għandna coaches li huma ta' livell xieraq.", "Barra minn hekk dawn il-vetturi żgur li jkomplu jgħinu biex fit- toroq ikun hemm inqas periklu.", "Żgur ukoll li dak li qal l-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu li għalkemm mhux se jkun hemm refund tal-VAT il-ħlas tar-reġistrazzjoni se jibqa' dak li kien qabel, huwa ta' inkoraġġiment għal min jinvesti f'dawn it-tip ta' vetturi.", "Wara l-bidla li kellna fil-coaches, nemmen li wasal iż-żmien li nkomplu b'ritmu iktar mgħaġġel biex issa jinbidlu l-karozzi tal- linja u l-minibuses.", "Nafu bl-agreements li hemm ma' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għax-xiri ta' charabancs ġodda u dan sabiex ikollna vetturi iktar moderni u tajbin għall-bżonnijiet tal-lum.", "Għal xi raġuni jew oħra dawn il-vetturi sal-lum għadhom ma nbidlux u għadna ma rajniex il-pass iktar mgħaġġel li kienu għamlu s-sidien tal-coaches.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm iktar inċentivi, iktar direzzjoni ċara min-naħa tal-Gvern u min- naħa ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex dawn il-karozzi tal- linja li waslu biex jinbidlu fil-fatt jinbidlu fl-iqsar żmien possibbli.", "Niġi issa għall-minibuses li qegħdin jagħtu servizz pjuttost tajjeb, kemm lit-tfal ta' l-iskola u anke f'dak li għandu x'jaqasam ma' ġarr ta' ħaddiema tal-fabbriki.", "Għalkemm hemm numru ta' sidien ta' minibuses li matul is-snin li għaddew biddlu l-vettura tagħhom, hemm bżonn li jkollna iktar vetturi ġodda u moderni.", "Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm diskussjoni interessanti fuq it-television fuq dan is-suġġett u r- rappreżentant tas-sidien tal-minibuses qal li jekk kemm-il darba l-gvern inaqqas id-dazju allura huma jkunu jistgħu ibiddlu l-vetturi tagħhom iktar malajr.", "Madam Speaker, nemmen li għad irridu nkunu nafu x'inhu n-numru reali ta' vetturi li għandna fit-toroq tagħna għax mhux biżżejjed li tara n-numru ta' vetturi ġodda li jiġu rreġistrati kull sena.", "Minn informazzjoni li kienet ingħatat f'dan il-Parlament iktar kmieni din is-sena, jirriżulta li fil- pajjiż għandna bejn wieħed u ieħor 183,000 vettura privata.", "Minn dawn hemm madwar 45,000 vettura li huma kummerċjali madwar 8,000 li huma karozzi tal-kiri għat-turisti u hemm madwar 1,000 bus u minibus.", "Wara li xi snin ilu l-Gvern Nazzjonalista kien daħħal bidla fl-istruttura tal-ħlas tat- taxxa tar-reġistrazzjoni, beda jiżdied in-numru ta' vetturi kummerċjali ġodda u bdew jonqsu ir-reġistrazzjonijiet ta' vetturi second-hand.", "Dan wassal biex ikun hemm bidla fl-istruttura totali tas-settur tal-vetturi kummerċjali.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk dawn il-vetturi kummerċjali humiex inklużi mal-vetturi li fuqhom se jkun hemm żieda tas-CET, li qed tidħol flok il-VAT.", "Jekk kemm-il darba se jkun hemm iż-żieda tas-CET mingħajr ma jkun hemm ir-refund, dan ifisser li effettivament il-vettura li tkun qed tinxtara għal skop kummerċjali se togħla fil-prezz.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Galea jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Ċensu Galea jkompli għaddej bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nirringrazzja lil-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Madam Speaker, nixtieq li fil-winding-up il-Ministru jagħti indikazzjoni ċara dwar jekk din il-klassi ta' vetturi hijiex se tiġi affettwata negattivament għax din ukoll għandha rifless fuq l-andament ġenerali tal-vetturi fit-toroq tagħna.", "Nafu li sfortunatament meta dawn il-vetturi ta' natura kummerċjali, vetturi ikbar minn dawk li nsuqu ta' kuljum, ikunu nvoluti f'inċident ikun hemm danni ħafna iktar serji.", "Għalhekk jien nemmen li fil-każ ta' vetturi kummerċjali kbar, forsi iktar mil-light cars, il-gvern għandu jagħti inċentivi biex dawn jibdluhom ħalli l-vetturi li jintużaw ikunu ġodda, iktar moderni u mibnija b'iktar sigurta' ħalli nnaqqsu l-possibbilta' ta' inċidenti.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-sidien ta' dawn il-vetturi, forsi iktar minn ħaddieħor, jeħtieġ li jkollhom iktar edukazzjoni mhux biss fis-sewqan imma biex iżommu l-vettura tagħhom dejjem fi stat tajjeb u ma jittraskurawhiex.", "Riflessjoni oħra li rridu nagħmlu f'okkażjoni bħal din tirrigwarda s- servizz tal-karozzi tal-kiri li jagħtu diversi garages.", "Matul is-snin li għaddew is-sidien tal-vetturi tal-kiri komplew jinvestu b'mod serju.", "Dawn qegħdin kontinwament ibiddlu l-flotta tal-vetturi tagħhom biex ikunu iktar moderni ħalli min isuq jew jirkeb f'karozza tal-kiri jieħu s-sodisfazzjon ta' dak li jkun ħallas għalih.", "Huwa minnu li l-kiri tal-karozzi f'pajjiżna għadu fost l-orħos, jekk mhux l-orħos fl-Ewropa kollha, madanakollu dan bl-ebda mod ma jimpedina milli jkollna vetturi moderni li jagħtu servizz tajjeb.", "Sur President, naħseb li qegħdin niddiskutu din il-liġi fi żmien tajjeb għar-rigward ta' kontroll tal-vetturi li għandna fit-toroq biex wieħed verament ikun jaf x'inhija s-sitwazzjoni.", "Suppost li sa l-aħħar ta' Ottubru li għadda, jiġifieri sa tlett ijiem ilu, kull karozza nbiddlilha n- number plate u allura llum għandna indikazzjoni iktar riċenti u realistika tan-numru ta' vetturi li hawn jiġru mat-toroq.", "Niftakar lill-Ministru jgħid li fil-pajjiż għandna eluf ta' vetturi li, għalkemm qegħdin fit-triq m'għandhomx il-liċenzja mħallsa b'mod aġġornat.", "Issa li spiċċa l- eżerċizzju tal-bdil tan-number plates li nbeda xi sena u nofs ilu, naħseb li qegħdin f'pożizzjoni iktar minn qatt qabel li bis-serjeta' nkunu nafu jekk iċ-ċifri li semmejt iktar kmieni, li joħorġu minn risposta li tani l- istess Ministru, humiex attwali.", "Issa d-dipartiment tal-liċenzji qiegħed f'pożizzjoni li jkun jaf minn xiex hija magħmula din il-flotta u x'miżuri għandhom jittieħdu biex din l-flotta tkun dejjem fi stat tajjeb.", "Dan huwa importanti għaliex jekk int ma jkollokx l-informazzjoni aġġornata ma tkunx tista' tużaha biex tieħu l-miżuri li jkun hemm bżonn.", "Minn dan l-eżerċizzju għandu jkollna indikazzjoni iktar preċiża ta' kemm għandhom żmien il-vetturi li għandna fit-toroq tagħna - ma naqbilx li bniedem li għandu vettura qadima u għadha fi stat tajjeb għandu jbati xi konsegwenzi - u allura llum qegħdin f'pożizzjoni li nieħdu l-miżuri li hemm bżonn biex jinbidlu xi vetturi qodma ħafna.", "Dan ma jgħoddx biss għall-vetturi kummerċjali, coaches, karozzi tal-linja u minibuses li semmejt iktar kmieni imma jgħodd ukoll għal kull tip ta' vettura li għandna.", "Jien nemmen li l-informazzjoni prezzjuża li nġabret waqt il-bdil tan- number plates għandha sservi biex il-bord dwar il-kontroll tat-traffiku li ssemma iktar kmieni f'dan il-Parlament - mhux il-bord għall-kontroll tat- traffiku li normalment nitkellmu dwaru hawnhekk imma l-bord li twaqqaf riċentement min-naħa tal-Gvern - jara x'inhi l-kwalita' tal-karozzi f'pajjiżna.", "Dan il-bord għandu jkollu aċċess għal din l-informazzjoni proprju biex ikun jista' jieħu l-miżuri li hemm bżonn f'dan ir-rigward fuq informazzjoni li hija ferm iktar riċenti.", "Mill-informazzjoni li għandu f'idejh id-dipartiment tal-liċenzji, wieħed jista' wkoll jibda jagħraf x'miżuri oħra għandhom jittieħdu fil-każ ta' vetturi li huma pjuttost qodma.", "Dan għaliex nafu li iktar ma jsir żvilupp fit-teknoloġija ta' kif jiġu mibnija l-karozzi, mhux biss f'pajjiżna imma anke fid-dinja kollha, aktar se jkun in-numru ta' vetturi li joffru sigurta' akbar lis-sewwieqa.", "Naturalment, b'konsegwenza ta' l-avvanzi li saru, uħud mill-vetturi llum tant huma ħfief u jilħqu speed għoli malajr li, min-naħa l-oħra, dan qed iwassal biex ikollna inċidenti ta' natura iktar gravi.", "Hawnhekk wieħed jista' jifhem x'inhuma l-bidliet li għandhom iseħħu fir-rigward ta' kontroll tat-traffiku mhux biss f'pajjiżna imma anke f'diversi pajjiżi oħrajn.", "Naturalment aħna qed nitkellmu dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżna u għalhekk għandna naraw li jkollna kontroll aħjar ġewwa pajjiżna.", "Dan il- kontroll jista' jsir b'mod iktar effettiv billi l-kwestjoni tiġi mistħarrġa u diskussa ma' għaqdiet u assoċjazzjonijiet li jagħtu sehemhom f'dan ir- rigward.", "Irrid nagħmel riferenza wkoll għall-konsegwenzi pożittivi u negattivi tar- regolamenti li jħarsu t-traffiku fil-pajjiż.", "Hawnhekk wieħed irid jara mhux biss x'inhuma l-kondizzjonijiet tal-vetturi imma irridu naraw ukoll l- kondizzjonijiet tat-toroq li għandna u rridu naraw fejn għandna bżonn inkomplu nbiddlu dan in-network ta' toroq.", "Ċertament huwa importanti li jkollna network ta' toroq tajbin u adegwati biex ikollna tnaqqis fin-numru ta' inċidenti.", "Biex ikollna sistema mexxejja tat-traffiku, irid ikollna wkoll it-traffic lights ħalli jiffaċilitaw l-aċċess min-naħa għal oħra.", "It- traffic lights kienu spiċċaw mill-pajjiż għal ċertu żmien imma reġgħu ġew introdotti madwar erba' jew ħames snin ilu, neħħi għal xi każ jew tnejn li kienu baqgħu joperaw matul is-snin kollha.", "Naħseb li għandna nagħmlu investiment iktar qawwi f'din id-direzzjoni.", "Parti sostanzjali mid-dħul li jkun hemm mir-reġistrazzjoni tal-vetturi għandha tiġi investita fi traffic lights aħjar, f'sistemi ta' toroq aħjar u sistemi ta' kontroll tat-traffiku li huma iktar aċċettabbli minn dawk li għandna sal-lum.", "Jien naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li għandu jkun hemm iktar mezzi moderni għall- kontroll tat-traffiku.", "Jien nemmen li mhux biss għandu jkun hemm kontroll permezz ta' traffic lights imma għandna naraw li r-regolamenti vigenti nbiddluhom fejn hemm bżonn biex imbagħad napplikawhom fil-mument li jidħlu fis-seħħ u napplikawhom skrupolozament.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm perijodu ta' żmien li fih il-persuni li huma direttament responsabbli mill-kontroll tat-traffiku - sal-lum kienu l- pulizija pero' hemm il-ħsieb li jkun hemm l-introduzzjoni ta' traffic wardens f'xi nħawi - jagħmlu kampanja ta' edukazzjoni verament serja għas- sewwieqa dwar x'inhuma r-regoli tat-traffiku.", "Wara kampanja twila u serja ta' informazzjoni, li permezz tagħha ħadd ma jkun jista' jgħid li hu mhux informat, imbagħad naslu wkoll għal iktar dixxiplina.", "Jien m'iniex wieħed li nemmen li l-pulizija tat-traffiku għandhom jagħtu ċitazzjoni sempliċement biex ikunu taw ċitazzjoni.", "GĦandna nużaw dan il-perijodu ta' edukazzjoni u ta' informazzjoni biex verament nagħmlu studju serju dwar x'inhuma d-diversi sinjali tat-traffiku li għandna f'pajjiżna.", "Jien għidt kemm il-darba li għandna bżonn inbiddlu numru sostanzjali mit-tabelli tat- traffiku għax għadek issib numru sostanzjali ta' tabelli li m'humiex aġġornati mal-bidliet li seħħew matul is-snin.", "Ċertament li hawnhekk il- kunsilli lokali jistgħu jagħtu sehemhom.", "Il-kunsilli lokali m'għandhomx jistennew lill-gvern jagħmel dan imma kull wieħed mis-67 kunsill lokali li għandna għandu jara x'inhi l-pożizzjoni tal- kontroll tat-traffiku fir-raħal jew fil-belt tiegħu u jressaq is- suġġerimenti dwar it-tibdil li jkun hemm bżonn isir f'dawn is-sinjali tat- traffiku.", "Jien nemmen li l-bidla fis-sinjali tat-traffiku hija verament importanti u li żgur ikollha riżultati pożittivi fuq il-livell ġenerali tas- sewqan.", "Għalhekk il-kunsilli lokali li fil-passat ħadu inizjattivi fuq aspetti oħra tal-ħajja lokali għandhom jibdew jagħmlu suġġerimenti serji u ta' natura iktar professjonali għar-rigward tal-kontroll tat-traffiku biex imbagħad l-informazzjoni titgħadda lit-traffic control board u lill-korpi l-oħra li b'xi mod huma marbuta mal-kontroll tat-traffiku, jekk verament irridu li jitjieb il-livell tas-sewqan.", "Kultant nibża' li wara ċertu żmien jiġri bħalma kien ġara qabel meta konna ixxuttajna għal kollox mill- istallazzjoni ta' traffic lights ġodda u nibqgħu bis-sinjali tat-traffiku li għandna.", "Irridu nibqgħu naġġornaw ruħna u ntejbu l-affarijiet f'dan ir- rigward.", "Dan il-kontroll ta' traffiku irid jingħata importanza kullimkien u ma nistgħux ngħidu li dak li jgħodd għal triq prinċipali ma jgħoddx għal side street.", "Huwa importanti li lkoll nagħrfu l-ħtieġa li nbiddlu dawn ir- regolamenti fejn hemm bżonn.", "Irridu noqogħdu attenti li l-bidliet li jseħħu ma jmorrux kontra l-bżonnijiet ta' raħal partikolari u li jbiddlu l- funzjoni ta' toroq partikolari.", "Sur President, matul is-snin inbnew diversi bypasses, toroq li jaqtgħu l- heavy traffic mill-irħula.", "Minkejja dan, hawn sewwieqa li jagħżlu li ma jgħaddux minn bypass, jew minħabba l-fatt li jkun hemm junction jew inkella għaliex il-bypass ma tkunx fi stat ta' min jużaha b'mod frekwenti.", "Fejn hemm dawn il-bypasses il-vetturi l-kbar, b'mod partikolari, għandhom jiġu mħeġġa biex jużawhom u ma jgħaddux bla bżonn miċ-ċentru tal-belt jew l- raħal għaliex vettura kbira tagħmel iktar ħsara lit-toroq u lill-bini fiċ- ċentru tar-raħal, b'mod partikolari fl-ibliet il-qodma fejn hemm bini storiku.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onorevoli, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of house biex tkompli għaddej bl-intervent tiegħek.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Ċensu Galea jkompli jitkellem.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għal darb'oħra nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha.", "Kont qed ngħid li għandna ninkoraġġixxu lis- sewwieqa ta' vetturi kbar biex jużaw il-bypasses ħalli nħarsu mhux biss it- toroq li għandna fiċ-ċentru ta' l-ibliet u l-irħula tagħna imma wkoll il- wirt storiku ta' pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa importanti meta niġu biex nanalizzaw x'inhi r-raġuni li f'ċerti postijiet għad hemm konġestjoni tat-traffiku.", "Minkejja l-iżviluppi li seħħew f'ċerti areas matul l-aħħar snin li taw riżultati pożittivi, ġejna fil-pożizzjoni li ttrasferejna l-problemi ta' junctions partikolari għal bnadi oħra.", "Per eżempju, għal snin twal kien hemm problemi tat-traffiku fil-junction ta' ħdejn l-Universita', għaliex ma kenitx għadha tiflaħ dak l-ammont ta' traffiku, u kien evidenti li kien hemm bżonn ta' sistema differenti ta' traffiku.", "Instabet is-soluzzjoni għal din il-junction partikolari imma kull min jgħaddi minn ħdejn l-Universita', b'mod partikolari fil-ħinijiet ta' filgħodu u fil-ħinijiet ta' filgħaxija, isib ruħu fil-pożizzjoni li minflok għandu traffic jam ħdejn l-Universita' issa hemm traffic jam ftit iktar 'il bogħod, lejn is-Swieqi u lejn il-Kappara.", "Allura issa wieħed jgħaddi malajr minn ħdejn l-Universita' pero' jeħel mill-ġdid ħdejn il-post fejn qabel kien hemm it-tank tal-gass.", "Naturalment kien hemm il-ħsieb li jkun hemm kontinwazzjoni tal-proġett ta' l-Universita' biex dan in-network il-ġdid jitwassal sa' ħdejn it-tank tal-gass u jkun jista' jieħu t-traffiku li nħoloq b'konsegwenza tat-tibdil li sar kemm fil-Marsa, kemm f'Santa Venera kif ukoll ħdejn l-Universita'.", "Imma sal-lum dan il-proġett għadu ma tkompliex u nappella lill-gvern biex kemm jista' jkun malajr jitkompla x- xogħol li hemm imfassal għal dawk l-inħawi, ħalli jitneħħa dak it-traffic jam ġdid li qed jinħoloq issa ftit 'il bogħod mill-junction ta' ħdejn l- Universita' u t-traffic flow ikun aħjar milli hu llum.", "Jien nemmen li b'riżultat ta' dan it-tibdil fin-network tat-toroq ikun hemm titjib fil- livell tas-sewqan, tnaqqis fin-numru ta' inċidenti li jseħħu f'dawn l- inħawi minnn żmien għall-ieħor u jkun hemm titjib ġenerali f'dak li huwa kontroll tat-traffiku.", "Hawnhekkl irridu naraw jekk għandniex nagħmlu sistema li waslu għaliha wkoll numru ta' pajjiżi fejn f'ħinijiet partikolari tkun tista' tbiddel is- sistema tat-traffiku, fis-sens li triq li tkun b'double lanes fuq żewġ naħat tiġi konvertita fi three-lane fid-direzzjoni ta' heavy traffic u one- lane fid-direzzjoni opposta, proprju biex jimxi iktar it-traffiku.", "Dan huwa importanti għax it-traffiku kompla jiżdied u, minkejja li kultant jista' jonqos kif naqas matul is-sena li għaddiet, jien nemmen li n-numru ta' reġistrazzjonijiet ġodda xorta waħda se jkompli jiżdied għaliex nafu li, jekk ma jkunx hemm xi kontroll li jillimita b'xi mod, se jibqa' jkollna żieda fir-reġistrazzjonijiet ta' vetturi minn sena għall-oħra.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk naraw ukoll l-iżvantaġġi li nħabbtu wiċċna magħhom meta jiżdied in-numru ta' vetturi fit-toroq tagħna.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li f'pajjiżna jiddaħħlu inċentivi sabiex mhux biss jiżdied il-kontroll tat-traffiku imma wkoll jiżdiedu l-parking areas, skond il-ħteġijiet tal-ġurnata.", "Bħalma jaf kulħadd, l-iktar lokalitajiet li fihom issib problemi ta' parking, speċjalment fil-weekends, huma dawk fejn hemm postijiet ta' divertiment.", "Hawnhekk qed nirriferi partikolarment għal San Pawl il-Baħar, Buġibba, Paceville, Tas-Sliema, San Ġiljan, Marsascala u Marsalforn ġewwa GĦawdex.", "Dawn il-lokalitajiet fis- sajf mhux biss ikunu ffullati biż-żieda ta' residenti temporanji li jkollhom post ta' villeġġatura, imma wkoll minħabba li speċjalment fi tmiem il-ġimgħa ħafna nies imorru hemmhekk bħala divertiment.", "Fil-fatt minkejja li f'dawn l-aħħar snin f'Marsalforn ġew ipprovduti ħafna parking facilities xorta għadu jinħass il-bżonn li jkun hemm iktar parking spaces f'dawn l- inħawi.", "Sur President, il-Gvern m'għandux jara biss li jdaħħal ammont sostanzjali ta' flus mir-reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda, miċ-ċitazzjonijiet u mill- multi tal-parking, tal-clamping u tat-towing imma, kif għidt iktar kmieni, għandu jara wkoll li jkun hemm iktar investiment serju f'parking areas, għax sfortunatament in-nuqqas ta' parking areas qed iwassal biex ikollna żieda f'inċidenti fatali tat-traffiku.", "Ġaladarba qed insemmi d-dħul finanzjarju tal-gvern mill-kontroll tat-traffiku, ikun tajjeb jekk ngħid li l-gvern għandu jirrifletti dwar jekk huwiex qed juża dan id-dħul bl-aħjar mod possibbli.", "Jien nifhem li ma jistax ikun li l-gvern jinvesti d-dħul kollu li jaqla' mir-reġistrazzjoni tal-vetturi ġodda u mill-kontroll tat- traffiku fuq it-toroq jew fuq il-parking areas, pero' naħseb li hemm bżonn li jsir iktar investiment sabiex it-toroq jinżammu fi stat aħjar u jiżdiedu l-parking areas.", "Dan il-gvern għandu jagħmlu proprjament sabiex itejjeb il- livell tas-sewqan pajjiżna.", "Forsi hawn wieħed jista' jgħidli: Mela billi l-gvern jipprovdi iktar parking areas se jtejjeb il-livell tas-sewqan?", "Iva, jien hekk nemmen, għax meta wieħed ma jkunx jista' jsib fejn jipparkja jħoss frustrazzjoni u ħafna drabi jispiċċa biex jipparkja fejn mhux suppost bil-konsegwenza li ħafna drabi tinħoloq konġestjoni tat-traffiku.", "Sur President, il-Ministru qalilna li b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna l-gvern mhux se jżid id-dħul totali tiegħu.", "Madanakollu qed tinħass il-ħtieġa li parti mid-dħul tal-gvern mill-karozzi u minn dak kollu li għandu x'jaqsam mat-traffiku jibda jmur direttament fl-istess settur ħalli b'hekk dawn il-flus jiġu nvestiti sabiex jittejjeb il-livell tas- sewqan.", "B'hekk abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna jkun jagħmel iktar sens għax il-flus li jidħlu minn dan is-settur jerġgħu jiġu investiti fih stess.", "Għalkemm din is-sena d-dħul tal-gvern minn dan is-settur partikolari naqas, is-somma ta' Lm15 miljun li daħħal mir-reġistrazzjoni ta' vetturi u muturi ġodda xorta hija waħda kbira għal pajjiżna u għalhekk jien nemmen li l-gvern jaffordja li parti minn dawn il-flus jinvestihom mill-ġdid f'dan is-settur.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, id-diskussjoni li għandna llum dwar dan l-abbozz ta' liġi hija t-tranja tal-bidla li l-Gvern għamel fis-sistema ta' tassazzjoni ta' pajjiżna.", "Qed ngħid dan għax ġaladarba l-Gvern biddel is-sistema tal-VAT ma' sistema oħra, kif tgħidilna l-liġi stess, bħala konsegwenza ta' dan hemm bżonn li jsir xi tibdil fil-liġi ħalli b'hekk titneħħa t-taxxa fuq il-valur miżjud li kienet titħallas fuq it-taxxa ta' reġistrazzjoni ta' vetturi u minflok jiddaħħlu rati ġodda ta' taxxa ta' reġistrazzjoni.", "Is-sistema tal-VAT kienet qed isservi ta' inċentiv għal min jaħdem fil-qasam kummerċjali għax meta dan kien qed iħallas din it- taxxa kien ikollu l-possibbilta' li jerġa' jiġborha lura.", "Pero' bis- sistema preżenti wieħed ma jistax jiġbor is-CET lura - din it-taxxa tas-CET tinkorpora l-ETI, l-ETS u l-ETP - u ma jkunx jista' jieħu refund fuq it- taxxa li jkun ħallas.", "Sur President, fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru qalilna li mhux se jkun hemm kambjamenti fl-ammont ta' taxxa li titħallas għal dak kollu li għandu x'jaqsam ma' vetturi kummerċjali, lanqas fit-taxxa ta' reġistrazzjoni, bir- riżultat li wieħed se jħallas l-istess ammont li kien iħallas meta kienet għadha qed tiġi mħaddma l-VAT.", "Madanakollu meta iktar 'il quddiem ikun hemm xi żidiet fit-taxxa ta' reġistrazzjoni, se jkun diffiċli ħafna biex wieħed jagħmel distinzjoni bejn dak li kien jitħallas bħala VAT u dak li se jitħallas illum bħala CET.", "Wieħed mill-appelli li għamel il-kollega tiegħi kien li l-Gvern jassigura li min jaħdem fl-industrija tal-kummerċ, ikollu l- istess vantaġġi li kienet toffri s-sistema tal-VAT, ċioe' li meta jħallas it-taxxa ta' reġistrazzjoni 'l quddiem ikun jista' jerġa' jeħodha lura.", "Waħda mill-affarijiet li qed jitlob il-kollega tiegħi - u nitlobha jien ukoll minn din in-naħa tal-Kamra - hija li l-Gvern jagħti assigurazzjoni li kwalunkwe żieda li jista' jkun hemm fil-futur, għar-rigward ta' min juża vettura għal skop ta' kummerċ, tkun marbuta mar-registration tax u jittieħed in konsiderazzjoni li ma jkun hemm l-ebda taxxa oħra fuq min ikun qed jaħdem fil-kummerċ.", "Dan is-settur għandu jiġi ttrattat b'mod partikolari, kif dejjem ġie ttrattat, għaliex huwa settur importanti ħafna għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Jidher li d-dħul tal-gvern minn dan is-settur din is-sena niżel u dan jirrifletti ruħu fl-attivita' ekonomika ta' pajjiżna għax il-bejgħ f'dan il-qasam sar diffiċli ħafna.", "Meta titkellem ma' dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjoni tal-vetturi jgħidulek li dan il-qasam huwa f'diffikulta' enormi.", "Fil-fatt dan il-qasam qiegħed ibati minn nuqqas ta' purchasing power min-naħa taċ-ċittadin Maltin li qed jaħsibha darbtejn meta jiġi biex jieħu deċiżjonijiet li qabel kien jeħodhom bl-iktar mod normali.", "Dan qed jirriżulta f'nuqqas ta' bejgħ ta' vetturi u allura d-dħul bilfors se jonqos.", "F'dan il-qasam saru diversi bidliet meta ġiet introdotta s-sistema tal- VAT u se nagħti xi eżempji kif din affettwat lil dawk li jsuqu l-coaches tat-turisti.", "Fil-fehma tiegħi din kienet bidla revoluzzjonarja għal dan il- pajjiż għax kull min kellu permess biex isuq coach ingħata l-possibbilta' li jġib coach oħra, naturalment skond specifications iddettati mill- Public Transport Authority, sabiex ikollna coaches ta' kwalita'.", "Għal ċertu perijodu kien hemm concession fejn setgħu jinġiebu coaches second- hand imbagħad wara bdew iġibu l-ġodda.", "Dawn kollha kienu jħallsu r- registration tax u l-VAT pero' mbagħad kienu japplikaw sabiex jieħdu l-VAT lura.", "Din il-ħaġa kienet tinkoraġġixxi lill-operaturi f'dan is-settur u fil-fatt għamlet suċċess kbir għax illum għandna flotta kompletament ġdida ta' coaches tat-turisti.", "Din il-bidla naturalment kienet marbuta wkoll mal- liberalizzazzjoni li seħħet f'dan is-settur u b'dispjaċir ngħid li mill- elezzjoni 'l hawn l-affarijiet ma baqgħux kif kienu.", "Sur President, jien niskanta kif meta konna fil-gvern in-nies kienu jgħajtu għal-liberalizzazzjoni u issa Alla jbierek waqgħu fil-muta minkejja li din ġiet mitfugħa lura fiż-żmien.", "B'politika tajba, il-qasam tat- trasport ikun jista' jgħin lis-setturi l-oħra ta' l-ekonomija.", "Per eżempju, permezz tal-politika li ġabet aktar coaches lejn pajjiżna sar possibbli li jkollna iktar turiżmu tal-cruiseliners u l-isforz li kien qed isir fis-settur marittimu baqa' jsir sa din is-sena stess.", "Din il-ħaġa ta' min jiftaħar biha għaliex kieku m'għamilniex din il-bidla strutturali li tant kien hemm bżonn stajna pperikolajna bl-iktar mod serju l-iżvilupp tal- cruiseliners f'pajjiżna.", "Din saret għaliex kellna politika għaqlija li wasslet għal ftehim mas-sidien tal-coaches u kif ukoll għaliex permezz tal- VAT stajna noperaw b'sistema fejn il-kummerċ seta' jopera f'ambjent ta' nuqqas ta' tassazzjoni u din kienet xi ħaġa li għenet ukoll.", "Aħna nistgħu nifhmu li l-Gvern qagħad attent li meta jaqleb mill-VAT għas-CET, dan ma jirriflettix ruħu fi dħul inqas għal min jaħdem f'dan is-settur.", "Imma naturalment issa se nibdew noperaw b'sistema ġdida li ma tħallix lok għar- refunds u, bis-sistema l-ġdida, minn issa 'l quddiem se jkun impossibbli li wieħed jgħid liema parti hija registration tax u liema parti hija CET.", "Dan ifisser li l-vantaġġ li kellhom l-operaturi f'dan is-settur intilef malli ġiet introdotta s-sistema l-ġdida ta' taxxa.", "Aħna bħala oppożizzjoni ħaġa bħal din irridu nġibuha għall-attenzjoni tal-pubbliku, speċjalment ta' dawk li joperaw f'dan is-settur.", "Saru diversi mistoqsijiet dwar xi jsir mid-dħul ta' dan is-settur.", "Naturalment meta jasal iż-żmien tal-budget il-ministeru tal-finanzi jagħmel laqgħat sabiex jara jekk laħaqx it-targets tiegħu fir-rigward tal- ġbir tat-taxxa ta' reġistrazzjoni li, kif qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Ċensu Galea, hija waħda mir-revenue sources li għandu l-gvern.", "U hekk għandu jkun għaliex b'hekk il-gvern ikun jista' jagħmel il-planning tiegħu.", "Pero' jien naħseb li wasal iż-żmien li din il-ħaġa timmatura u jagħmel ħafna sens li dan il-pajjiż isegwiha billi, kif qal il-kollega tiegħi, jibda jkun hemm indikazzjoni ta' kif jistgħu jiġu utilizzati l-flus li qed jinġabru minn min jixtri l-karozzi.", "Huwa tajjeb ukoll li min iħallas għall- infringements tat-traffiku jkun jaf li dak li jkun ħallas qed jintuża sabiex jitjieb dak is-settur.", "Tkun ħaġa sew ukoll kieku d-dħul li jkun hemm mill-multi li jeħlu s-sewwieqa tal-vetturi li jiġu clamped jew towed, jintuża sabiex jitjiebu l-kondizzjonijiet tat-toroq tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li ġraw appena nbidel il-gvern - naturalment din issir skond l-għażla ta' min ikun qed imexxi l-pajjiż - kienet li l- ministeru responsabbli mit-trasport tneħħielu d-dikasteru tat-toroq.", "Issa dan l-akkoppjament kien sar wara ħafna ħsieb mill-amministrazzjoni preċedenti imma malli l-Partit Laburista tela' fil-gvern biddel din l- istruttura.", "Din hija xi ħaġa li ssir skond l-għażla tal-partit li jkun fil- gvern pero' din il-mossa min-naħa tal-Gvern Laburista ma naħsibx li kienet xi ħaġa tajba għall-pajjiż.", "Mhux għall-fatt li se tneħħi parti minn ministeru biex tpoġġih f'ministeru ieħor imma għaliex fil-mument li tneħħi d-dikasteru tat-toroq mill-ministeru tat-trasport u portijiet, tkun qed iddaħħal policy li ma tħallix iktar l-iżvilupp tat-toroq marbut mat- trasport u fil-fehma tiegħi dan huwa kompletament żbaljat.", "It-toroq ma tridx tħares lejhom biss bħala infrastruttura, bħalma hija l-infrastruttura tad-dawl u l-ilma - fil-fehma tiegħi dik hija mentalita' antikwata - imma jagħmel aktar sens li tpoġġi t-toroq taħt il-ministeru responsabbli mit- trasport għaliex kemm iċ-ċittadini Maltin, u kif ukoll dawk kollha li jżuruna, biex jagħmlu użu minn kwalunkwe tip ta' trasport se jużaw it- toroq.", "Allura kien iktar jagħmel sens li t-toroq ikunu parti mid-dikasteru ta' dan il-ministeru.", "GĦaliex qed ngħid hekk?", "Għax jekk it-toroq ikunu jagħmlu parti mill-istess dikasteru tal-ministeru responsabbli mit-trasport u mhux minn xi ministeru ieħor, id-dħul li jirriżulta mit-taxxi mill- vetturi jkunu jistgħu jintużaw għall-iżvilupp tat-toroq.", "Kif nafu, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern nieda programm sabiex jirranġa t-toroq u għalkemm ħadem ħafna fuq dan il-programm għad fadal xi jsir.", "M'hemmx dubju li huwa importanti li kemm jista' jkun nagħtu fondi għall-isfrastruttura tat-toroq, għalkemm sfortunament dan il-Gvern għażel li lanqas biss jipprova jġib fondi minn barra minħabba li ma aċċettax li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Nafu li ħafna mill-pajjiżi Ewropej, inkluża l-Irlanda, bnew is-sistema tat-toroq tagħhom bil-fondi li rċevew mill-Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern Laburista - għalkemm ma jsejjaħx lilu nnifsu bħala Gvern Malti jgħid li huwa Gvern tal-Maltin kollha - minkejja dan kollu għażel li Malta ma tidħolx fl-Unjoni Ewropea u b'hekk ġie f'sitwazzjoni fejn jista' juża biss il-fondi li jiġbor mit-taxxi mingħajr ma jista' qatt jittama li jkollu xi forma ta' fondi oħra.", "Ladarba għamel din l-għażla, iktar u iktar ma kienx jagħmel sens li jpoġġi d-dikasteru tat- toroq taħt ir-responsabbilta' ta' ministeru ieħor.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Ċensu Galea, ukoll tkellem fuq is-sistema tat- traffku u naħseb li huwa diffiċli li titkellem fuq dan il-qasam mingħajr ma tirriferi għas-sitwazzjoni tat-traffiku.", "Din il-problema kompliet tikber f'pajjiżna għar-raġuni li fis-snin li għaddew kien hawn ħafna iktar affluence milli kien hawn fis-snin ta' qabel u allura l-poplu Malti beda jixtri aktar vetturi.", "Naturalment din il-ħaġa affettwat is-sistema tat- traffiku għaliex it-toroq ma kenux ippreparati għal din il-kwantita' ta' traffiku.", "Forsi dan m'huwiex il-mument adattat biex wieħed jitkellem dwar kif is-sistema tat-traffiku tista' tkun strutturata permezz ta' pjan integrat li jirrigwarda l-bżonnijiet taċ-ċittadin, pero' ninsab żgur li fil-każ tas-sitema tat-traffiku rridu nagħmlu enfasi kbira min-naħa ta' l- Oppożizzjoni mhux biex nikkritikaw lill-Gvern imma sabiex ngħinu ħalli jkun hawn iktar kuxjenza fost il-pubbliku ta' kemm hu importanti li lkoll nużaw it-toroq tagħna b'mod iktar prudenti billi nsuqu b' attenzjoni akbar.", "Rajna inċidenti koroħ iseħħu f'dawn l-aħħar snin u kellna wkoll numru konsiderevoli ta' imwiet u allura rridu nagħmlu sforz biex kemm jista' jkun nevitaw dawn id-disgrazzji, mhux billi nippontaw is-swaba lejn xulxin imma billi nipprovaw insibu mod kif innaqsu dawn l-inċidenti.", "Fil-fehma tiegħi hemm diversi raġunijiet għaliex l-inċidenti qegħdin jiżdiedu u l-ewwel waħda hija n-numru ta' vetturi li minn sena għal sena qiegħed dejjem jiżdied.", "Ta' min jinnota li l-kwalita' ta' inċidenti li jseħħu inbidlet għax filwaqt li qabel kien ikollna inċidenti żgħar illum qed ikollna inċidenti fatali jew inkella serji ħafna li jagħmlu dannu lill-persuni li jkunu nvoluti fihom.", "Fil-fehma tiegħi dan qed iseħħ mhux biss għar-raġuni li hawn ħafna vetturi ġodda u allura jkollhom iktar power, imma wkoll għaliex sar improvement fl-arterial roads u allura min jagħmel użu minnhom se tiġih it-tentazzjoni li jsuq b'veloċita' akbar.", "Ma naħsibx li minħabba f'hekk għandna nikkundannaw l-improvement li sar f'dawn l-aħħar snin fl- arterial road network tagħna, imma rridu ndaħħlu l-kuxjenza fost il- pubbliku Malti li l-fatt li se ssuq aktar ifisser li trid tkun aktar prudenti fis-sewqan u li jkun konxju tar-regoli tat-toroq għax min jikser dawn ir-regoli se joħloq periklu kbir mhux biss għalih imma għal persuni oħra li ma jaħtu xejn.", "Suġġeriment li nixtieq nagħmel għal meta tiġi ntrodotta l-liġi rigward ir- rata ta' taxxa huwa li għallinqas uħud mill-fondi li jinġabru minn dawn it- taxxi jiġu ddedikati għal kampanja ta' tagħlim, ta' edukazzjoni u ta' formazzjoni rigward is-sewqan.", "Naf li l-ministeru għat-trasport u portijiet qed iħares bl-iktar mod serju lejn kif jista' jieħu miżuri dwar id-driving tests.", "Meta kont responsabbli minn dan il-ministeru kienu diġa' saru diversi studji dwar kif wieħed jista' jtejjeb is-sistema tad-driving tests u jinforza r-regolamenti tat-toroq.", "Naħseb li ta' min isegwi s- suġġeriment tiegħi li ammont mill-fondi li jinġabru permezz tat-taxxi jintużaw sabiex intejbu l-kondizzjoni tat-toroq.", "Jien inħoss li bħala membru parlamentari huwa d-dover tiegħi li nitkellem dwar il-fatt li ma tantx jidher li qed ikun hemm enforcement ta' dawn ir-regolamenti u kulħadd qed jutilizza dawn it-toroq arterjali b'ċerta traskuraġni.", "Irridu nfiehmu lill-poplu li għandu jsuq skond ir-regolamenti u b'ċerta attenzjoni.", "Huwa veru li aktar ma ssuq se tasal iktar malajr imma wieħed għandu jsegwi dawn ir-regolamenti li joffru sigurta' kemm għas-sewwieq u anke għal ħaddieħor.", "Parti minn dawn il-fondi jistgħu wkoll imorru fuq traffic planning u traffic management.", "Hawnhekk wieħed jara d-diffikultajiet li jista' jsib il-gvern sabiex jorganizza dan is-settur.", "Il-ministeru għat-trasport u portijiet għandu jkollu ċerta responsabbilta' fil-management tat-traffiku għaliex ma jagħmilx sens li jieħu ħsieb it-trasport mingħajr ma jkollu sehem fl-organizzazzjoni tat-traffiku.", "Hawnhekk il-liġi għadha tisparpalja l-poteri bejn dawk li għandu l-Kummissarju tal-Pulizija u l-poteri li tippretendi li għandha l-Planning Authority.", "Huwa importanti li l- ministeru tat-trasport ikollu wkoll il-possibbilta' li jkun id-driving force wara l-bidliet u l-politika tat-traffiku fil-pajjiż.", "Id-direttur inkarigat mil-liċenzji u mit-testjar tal-karrozzi għandu diġa' bidu ta' strutturi u fil-fatt huwa d-direttur tat-traffiku skond id-designation li għandu għax hemmhekk hemm il-bidu ta' bidla li trid tkompli sseħħ biex il- kontroll u l-management tat-traffiku jaqgħu direttament taħt il-ministeru tat-trasport.", "Naturalment mhux l-enforcement tat-traffiku għax dan tajjeb li jibqgħu jagħmluh il-pulizija imma jkun tajjeb ukoll li wħud mill-flus li joħorġu mit-taxxi li qegħdin niddiskutu f'din il-liġi jsibu posthom fil-Vot tal-pulizija u tat-traffic police.", "Huwa importanti li s-settur tat-traffic police jiġi msaħħaħ b'aktar nies li jistgħu jagħtu servizz lill-komunita' għax il-preżenza tat-traffic police fit-toroq tagħna hija preżenza ta' sigurta' għal min jipprova jsegwi r-regolamenti tat-traffiku u tista' tkun preżenza ta' detterent biex ma jkunx hemm infringements kbar minn min isuq fit-toroq li jistgħu jikkawżaw danni lil ħaddieħor.", "Madam Speaker, nemmen li hemm ħafna xogħol x'isir fis-settur tat-traffiku u għalhekk huwa importanti li l-fondi li joħorġu bl-implimentazzjoni ta' din il-liġi jiġu indirrizzati direttament lejn dan is-settur.", "L-iktar ħaġa importanti hija li l-flus li jinġabru mir-reġistrazzjoni ta' karrozzi jkunu marbutin ma' l-iżvilupp ta' l-arterial network u tat-toroq f'pajjiżna.", "Jekk it-toroq ma jkunux fi stat tajjeb, allura tista' ssib min jargumenta - u jkun argument ġust - li l-ewwel il-gvern imissu jirranġa t-toroq imbagħad jittestja l-karozzi tan-nies biex jara jekk humiex f'kondizzjoni tajba.", "Kif ġie argumentat ukoll fil-ġurnali, il-gvern qed ipoġġi \"the cart before the horse\" jekk jagħmel dan it-test - li hija taxxa ġdida fuq iċ- ċittadin biex l-Istat ikun jista' jiċċekkja jekk il-karrozza hijiex tajba għat-triq - meta l-Istat għadu m'għamilx biżżejjed xogħol biex jirranġa t- toroq.", "Jekk wieħed jara l-istat tat-toroq u jara kemm ħa żmien dan il- Gvern biex irranġa l-junction ta' Tal-Qroqq - li suppost kellha tkun lesta f'Mejju jew f'Marzu li għadda - isib li ħa ħafna iktar xhur biex lestiha.", "Fil-fatt kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-ministru responsabbli mill-infrastruttura - li naturalment għandu ħafna responsabbiltajiet - fejn staqsejtu jekk il-junction ta' Regional Road hijiex lesta u hu kien irrispondieni li hija prattikament lesta imma ma kienx jaf li kien jonqos triq sħiħa biex tgħaqqad dik il-junction ma' Santa Venera bypass.", "Dan għaliex qed ngħidu?", "Dan juri kemm huwa importanti li s-settur tat-toroq jerġa' jmur lura mad-dikasteru li huwa marbut mat-trasport għax hemmhekk jista' jingħata l-attenzjoni li jixraqlu minn min qed jagħmel il-management tat-traffiku u r-reġistrazzjoni tal-vetturi jkun jista' jistudja kif jiġu żviluppati u rranġati aħjar it-toroq.", "Madam Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għal ċerti affarijiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mar-reġistrazzjoni tal-karozzi u li huma marbutin ma' kif wieħed għandu jkollu politika ta' trasport f'pajjiżna.", "L-ewwelnett nixtieq insemmi l-kwestjoni tal-motor scooters u l-motor cycles.", "Nixtieq nistaqsi jekk il-Gvern huwiex qed jikkonsidra li għandu jkun hemm iktar diskriminazzjoni fir-rigward tat-taxxa għal dan is-settur għax jista' jkun li wieħed għandu jinkorraġġixxi dan is-settur kemm minħabba l-aspett ta' l- ambjent, kemm minħabba parking - għax nafu kemm qegħdin jikbru d- diffikultajiet għall-parking - u kemm minħabba l-element ta' pollution.", "Diskussjoni fuq liġi bħal din li għandna quddiemna setgħet isservi ta' okkażjoni biex issir reviżjoni tar-rati tat-taxxa ħalli nsaħħu dan is-setur li kiber f'pajjiżi oħrajn imma baqa' żgħir f'pajjiżna.", "Il-Gvern irid jara x'inhuma l-vantaġġi li pajjiżna jista' jkollu minn politika bħal din.", "Jien qed inpoġġiha fuq l-agenda għad-diskussjoni għax b'din it-taxxa jidher li ma tbiddel xejn minn dak li kien hemm qabel għar-rigward ta' dan is-settur.", "Hemm xi konsiderazzjoni partikolari għar-rigward tal-motor scooters u l- motor cycles li tista' tkun ta' utilita' fl-iżvilupp ta' politika integrata tat-trasport f'pajjiżna?", "Wieħed jista' jħares lejn il-qagħda f'ċerti setturi oħrajn.", "Dan l-aħħar rajna li s-Sur David Arrigo - persuna li taħdem ħafna fejn jidħlu vintage cars - kellu l-kuraġġ li jagħmel xi ħaġa li tagħmel unur lil pajjiżna għax qasam miċ-Ċina għal Pariġi b'vettura qadima.", "Din turi li hawn ħafna nies f'pajjiżna li jħarsu lejn dan is-settur tal-vintage cars b'ċertu interess.", "Nistaqsi wkoll jekk dan is-settur għandux jingħata iktar għajnuna billi f'liġijiet bħal dawn issir diskriminazzjoni favur min ikun qed jaħdem f'dan il-qasam u jkun qed jagħti kontribut kulturali u storiku lill-pajjiż billi jżomm vintage cars fi stat li jaħdmu.", "Dawn m'humiex karrozzi li għandhom speed qawwi, allura m'humiex ta' periklu fit-toroq tagħna, anzi dawn ikomplu jsaħħu l-istorja tat-trasport f'pajjiżna u l-wirt kulturali li dan il-pajjiż għandu bil-bosta, ħafna darba b'mertu ta' individwi li jkollhom imħabba speċjali għal xi qasam partikolari u jiddedikaw ħafna ħin u flus għalih.", "Nemmen li meta qed niddiskutu liġi bħal din għandna nirriflettu fuq ir-rata ta' taxxa għal dan is-settur partikolari tat-trasport li għandu aspett kulturali importanti.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Frendo jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Frendo jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Frendo jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Nixtieq ngħid li dawn l-argumenti qed inpoġġihom b'sens ta' kritika kostruttiva biex it-trasport jista' jkompli jiġi żviluppat.", "Semmejt li huwa importanti li f'dan il-pajjiż ikun hemm programmazzjoni ta' kif jintużaw il-fondi li jinġabru minn din it-taxxa.", "Ħafna drabi l-fondi li jinġabru minn dan il-qasam, fosthom il-fondi li qed tissuġġerixxi din il- liġi, jidħlu fil-Fond Konsolidat u mbagħad jintilfu fir-wrangling li jsir hemmhekk mal-ministeru tal-finanzi biex wieħed jipprova jieħu fondi għall- proġetti jew programmi li jkun hemm.", "Naħseb li huwa xieraq li jkun hemm politika ċara li persentaġġ minn dawn il-fondi jkunu dedikati għall- ministeru tat-trasport u b'mod partikolari għall-programmi indirizzati lejn iktar edukazzjoni rigward traffiku u lejn l-iżvilupp ta' aspetti bħalma huma t-traffic lights and pedestrian lights u lejn l-iżvilupp u l-irranġar tat-toroq, li sfortunatament m'huwiex parti mill-ministeru tat-trasport imma għandu jsir parti minnu għax hemm postu.", "Ladarba semmejt it-traffic lights u l-pedestrian lights irrid ngħid li dan huwa mezz ieħor ta' kif tista' tirregola t-traffiku.", "Jien kelli r- responsabbilta' ta' dan il-ministeru u kelli l-kompitu li nintroduċi t- traffic lights u l-pedestrian lights, xi ħaġa li kient prattikament sparixxiet minn pajjiżna.", "Fil-fatt dawn kienu suċċess kbir u fl-opinjoni tiegħi organizzaw u daħħlu ftit sens ta' dixxiplina fis-sewqan li mbagħad kompla kiber bl-introduzzjoni tal-clamping u t-towing, li bħala prinċipju hija xi ħaġa pożittiva, anke jekk kien hemm diversi punti ta' kritika għall- mod kif is-sistema qed tiġi operata.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa li se żżid is-sens ta' dixxiplina u l-ordni fil-mod kif noperaw f'dan il-pajjiż.", "Irrid ngħid li t-traffic lights u l-pedestrian lights ukoll jagħmlu parti minn dan in-network.", "Niftakar li l-pelican lights ġew introdotti għall- ewwel darba f'Ħaż-Żabbar u meta raw li għamlu suċċess il-kunsilli lokali ta' diversi bliet u rħula bdew jitolbu sabiex indaħħluhom kullimkien.", "Din hija ħaġa tajba u meta wieħed ikun qed jiddeċiedi kif se jqassam il-fondi li jinġabru mit-taxxa ta' reġistrazzjoni għandu jieħu in konsiderazzjoni li parti minn dawn il-fondi jiġu allokati lil-local councils biex ikunu jistgħu jagħmlu programmi bħal dawn.", "L-ammont ta' taxxa li tinġabar minn dan il-qasam huwa pjuttost kbir pero' naturalment dejjem se ssib x'tagħmel b'dawn il-flus.", "Hawn ma rridx nagħti l-impressjoni li dan huwa cake li tista' taqsmu f'miljun biċċa, imma rrid nenfasizza li jagħmel sens li dawn il-fondi jitqassmu lill-istess ministeru li jkun ġabarhom biex permezz tagħhom ikun jista' jtejjeb is-sistema u r-regolamenti tat-traffiku u joħloq iktar sigurta' għall-pedestrians u għal min jagħmel użu mit-trasport f'pajjiżna.", "Huwa importanti wkoll li ma jiġux introdotti taxxi ebsin għal min juża t- trasport sabiex ikabbar is-settur kummerċjali f'pajjiżna.", "Kif diġa' għidt, ma rridux naħsbu li dan huwa settur magħluq fih innifsu għax għall- kuntrarju dan is-settur jagħmel ħafna ġid lil setturi oħrajn.", "Nafu li huwa mportanti li pajjiżna jħaddan politika serja rigward it-turiżmu, b'mod speċjali fil-każ tat-trasport.", "Hawn ma rridx infisser li se ninjoraw il- bżonnijiet tal-Maltin għaliex wara kollox dan huwa pajjiżna u kulħadd irid li kemm jista' jkun isiru affarijiet sabiex itejbu l-livell tat-trasport.", "Madam Speaker, tkun ħaġa tajba kieku l-Gvern jikkonsidra s-suġġerimenti li tressqu matul dan id-dibattitu u jagħtina risposta dwarhom, partikolarment rigward l-impenn li ma jgħollix it-taxxi għal min jopera fis- settur kummerċjali.", "Nixtieq nappella lill-Gvern biex meta jkun qed jimmodifika s-sistema tat-taxxi ma jtellifx il-vantaġġ li kienu jgawdu dawn l-operaturi permezz tal-VAT u hawn qed nirriferi għal dak l-ammont li kien refundable għax din il-ħaġa ma teżistix fis-sistema l-ġdida.", "Huwa importanti wkoll li jkun hemm dikjarazzjoni min-naħa tal-Gvern li parti mill-fondi li jinġabru mir-reġistrazzjoni tal-vetturi jiġu ddedikati għal aspetti kulturali u edukattivi, kif ukoll sabiex jirranġaw it-toroq u jtejbu r-regolamentazzjoni tat-traffiku.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, mingħajr ma noqgħod nirrepeti dak li diġa' ntqal qabel, nixtieq naqbad xi partijiet li s'issa għadhom ma ssemmewx u nibda billi ngħid li fl-idea tiegħi l-karozzi l-ġodda qed jinżammu ġewwa u l-karozzi l-qodma qed jintefgħu barra.", "Skond l- informazzjoni li għandi hemm eluf ta' karozzi ġodda għand l-aġenti li għadhom ma ħarġux għall-bejgħ għar-raġuni li l-kummerċ f'din l-aħħar sena ma laħaqx il-livell ta' żmenijiet oħra.", "Per eżempju, nafu li l-Gvern naqqas id-dħul tiegħu mit-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq karozzi ġodda b'Lm6 miljun u dan jikkonferma li kien hawn nuqqas ta' bejgħ, partikolarment ta' dawk il-karozzi li għandhom ċilindrata għolja.", "Min-naħa l-oħra hawn kwantita' kbira ta' karozzi second hand li qegħdin jimlew it-toroq tagħna.", "Jien m'iniex kontra li wieħed ibigħ il-karozza tiegħu u naf li biex tbigħ trid turi x'għandek, imma sar hawn wisq karozzi second hand kemm fix-showrooms u anke pparkjati fit-toroq u minħabba fihom dawk li jkunu qed jagħmlu użu mit-toroq ma jsibux fejn jipparkjaw, minbarra li qegħdin jikkaġunaw diversi traffic jams.", "(Interruzzjonijet) Id-dealers ikollhom kemm karozzi ġodda anke karozzi second hand u ma nistax ngħid li l- karozzi ġodda qegħdin jokkupaw it-toroq tagħna għaliex dawn iżommuhom fix- showrooms imma ħafna mill-karozzi second hand qegħdin jitpoġġew fit-toroq.", "(Interruzzjonijiet) Sew kienet tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ma tagħtix permess għal showrooms tal-karozzi f'main roads, pero' llum il- ġurnata din il-ħaġa m'għadhiex tiġi nforzata daqs qabel għaliex m'għandniex nies biżżejjed biex jagħmlu dan.", "(Interruzzjonijiet) Biex tmur sal-Belt tkun ixxurtjat jekk tasal fil-ħin għax faċilment tista' tinqabad f'xi traffic jam.", "Hawn nista' nsemmi postijiet oħra bħalma huma Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Ħamrun, postijiet li huma ffrekwentati minħabba supermarkets u ħwienet kummerċjali oħra.", "Irrid nirrimarka wkoll li f'pajjiżna qegħdin nimtlew bl-iscrapyards li fihom jintefgħu karozzi mkissrin, minbarra li dawn qegħdin jokkupaw areas li suppost huma agrikoli.", "Wara li jżarmawlhom kollox, il-karozzi li ma jkunux jistgħu jinbiegħu qegħdin jitilquhom fl-għelieqi jew inkella jitfgħuhom minn fuq xi rdum u allura qegħdin iħassru l-ambjent.", "Hawn irrid infaħħar lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li dan l-aħħar tella' diversi karozzi li kienu ntefgħu mill-irdumijiet ta' Ħad-Dingli sabiex ma jibqgħux jirvinaw l-ambjent.", "Riċentement fuq stazzjoni televiżiv Taljan urewna apparat li jirriduċi karozza f'forma ta' ktieb.", "Naħseb li makkinarju bħal dan huwa ideali għal hawn Malta biex karozzi li ma jkunux għadhom tajbin ma jintefgħux aktar f'nofs għalqa.", "Jiġifieri naħseb li l-Ministru għandu jinkoraġġixxi dan l-investiment biex ma nkomplux inħassru l-ambjent b'dan l- imbarazz li ma nafux x'se naqbdu nagħmlu bih.", "Ħafna drabi dawn il-karozzi jintużaw għall-ħadid imma numru kbir minnhom qegħdin jiġu skartati fl- għelieqi jew jintefgħu mill-irdumijiet.", "GĦalhekk nittama li din il- problema tiġi tackled.", "Problema oħra li xtaqt insemmi hija li sar hawn diversi coaches u buses li m'humiex qegħdin jiġu ggaraxxjati, speċjalment dawk il-coaches enormi li qed jintużaw sabiex iġorru t-turisti.", "Fil-fatt dan l-aħħar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet applikazzjoni għall-garaging ta' iktar minn 50 coach ġdida u dan wara li s-sidien tal-coaches kienu marru għand l-MDC sabiex jingħataw biċċa art f'xi industrial area.", "Sfortunatament l-MDC lanqas biss ikkonsidrat it-talba għas-sempliċi raġuni li l-korporazzjoni ssostni li tagħti artijiet għall-manifattura u għall-fabbriki biss.", "Peress li dan l-aħħar kellna żieda fil-coaches u qegħdin iġibu coaches akbar u aktar moderni, irridu naċċettaw li dawn ma jistgħux jibqgħu jiġu ggaraxxjati fil- qalba tal-bliet u l-irħula jew inkella agħar minn hekk jitħallew fit- toroq.", "Dawn ħadd ma jridhom wara biebu, kemm minħabba l-ingombru u anke minħabba l-fumes li jitfgħu meta jiġu biex isuquhom.", "Jien nittama li l- Ministru jieħu dan is-suġġeriment bis-serjeta' u jinstab xi post addattat.", "Il-fatt hu li ġaladarba qed jiġu importati dawn il-coaches il-kbar jeħtieġ li jinstabu garaxxijiet għalihom, kemm permezz ta' l-MDC kif ukoIl permezz ta' entitajiet oħra.", "Jien nittama li din il-problema tiġi ttekkiljata bl- aħjar mod possibbli.", "In-nuqqas ta' garages adegwati qed igiegħel lis-sidien jipparkjaw l- coach fejn isibu, ġieli anke f'nofs tunnel.", "Fil-fatt dan l-aħħar seħħ inċident ikrah - fortunatament ma weġġa' ħadd f'dan l-inċident - minħabba li kien hemm xarabank ipparkjata f'mina.", "Kumbinazzjoni llum fil-gazzetta qrajna li l-Pulizija kienet ġiet informata bil-qagħda perikoluża ta' dik ix- xarabank pero' mid-dehra ma kellhomx ċans jew ma kellhomx trasport biex jaraw li titneħħa minn hemm, bil-konsegwenza li seħħ dan l-inċident li seta' kien fatali.", "Naturalment jien ma nixtieqx nidħol fil-mertu ta' min għandu tort imma dan l-inċident juri kemm huwa importanti li jkollna malajr kemm jista' jkun it-traffic wardens biex iħarsu aħjar it-traffiku.", "Appell ieħor li nixtieq nagħmel jittratta dwar it-trailers.", "Dan l-aħħar aħna rajna ħafna inċidenti fejn trailers inqalbu u korrew xi nies minħabba tagħbija esaġerata jew minħabba li l-merkanzija ma tkunx marbuta sew.", "Bħalma qal il-kelliem ta' qabli, l-Onor.", "Michael Frendo, jeħtieġ li jkun hemm surveillance adegwat fit-toroq u, jekk il-Korp tal-Pulizija għandu nuqqas ta' staff, huwa importanti li dan ix-xogħol jagħmluh it- traffic wardens.", "Jien ili għaxar snin, jiġifieri kemm ili hawn ġew, nisħaq fuq il-punt li fit-toroq għandna naraw iktar traffic wardens.", "Dan jgħodd ħafna għal meta iseħħ xi inċident tat-traffiku għax ħafna drabi l-pulizija jdumu biex jaslu fuq il-post ta' l-inċident.", "Dan huwa importanti ħafna għax b'hekk nevitaw it-traffic jams kull darba li jseħħ xi inċident.", "Madam Speaker, bħalissa qegħdin nistennew li jiġu l-buses il-ġodda u nispera li l-Ministru, li tant kien jikkritikana dwar il-low floor buses, iħaffef il-proċess ħalli jfittex iġib dawn il-karozzi li permezz tagħhom il- poplu Malti jkun jista' jingħata servizz aħjar.", "Jien m'għandix dubju li l- Ministru qed jaħdem sabiex ikun hawn ċerta effiċjenza fis-sistema tal- karozzi tal-linja għaliex dan jista' jgħin sabiex inaqqas il-private cars mit-toroq tagħna.", "Ir-raġuni għaliex kulħadd juża l-karozza tiegħu hi minħabba li l-buses mhux dejjem ikunu fi stat tajjeb u ħafna drabi meta tirkibhom tispiċċa kollok trab.", "Madam Speaker, huwa fatt li ħafna mill-inċidenti li jkollna huma kkawżati minn heavy traffic u minn sewqan esaġerat.", "Minkejja li għadna ma waqqafniex mekkaniżmu sabiex nidentifikaw ir-raġuni li għaliha qed ikollna daqstant inċidenti tat-traffiku, għandna nintroduċu s-sistema tal- breathalyser mingħajr aktar dewmien.", "Fil-fatt il-Gvern Nazzjonalista kien diġa' ressaq abbozz ta' liġi fuq dan ir-rigward pero' llum, minkejja li issa ilu sena li nbidel il-gvern, għadu ma sar xejn.", "Hemm bżonn li din is- sistema tidħol mill-iktar fis possibbli għax hija bżonjuża ħafna biex jiġu evitati iktar inċidenti tat-traffiku u meta jsir xi inċident il-pulizija jkunu jafu jekk il-kawża ta' l-inċident tkunx ġejja minn xorb żejjed.", "Hawn ma nistax ma nsemmix l-istat tat-toroq.", "Fil-fatt, xi ftit ilu, ħofra li kien hemm fi triq f'San Ġiljan kienet il-kawża ta' inċident tat- traffiku fejn korra wieħed u, jekk m'iniex sejjer żball, il-qorti ddeċidiet li s-sid tal-karozza li kienet involuta f'dan l-inċident għandu jieħu passi kontra d-direttur tad-dipartiment tat-toroq minħabba li ħalla t-triq f'dak l-istat minkejja li saru diversi telefonati lid-dipartiment biex din it- triq tissewwa.", "GĦalhekk anke l-gvern għandu jkun responsabbli għal ċerta ħsara li ssir fil-vetturi.", "Madam Speaker, bħalissa hawn għajdut - jien naħseb li l-Ministru sema' bih ukoll - li l-heavy vehicles, il-vannijiet u l-karozzi kummerċjali m'humiex se jitħallew fit-toroq fil-Ħdud u l-festi.", "Jien ma nafx kemm dan l-għajdut huwa minnu u għalhekk nixtieq li l-Ministru jiċċara l-pożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech .", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien m'għandi għalfejn niċċara xejn għax m'għidt xejn fuq hekk.", "Fuq kollox, minkejja li hemm liġi ta' l-1949 dwar dan, intom qatt ma emendajtuha.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: M'huwiex dak l-argument.", "Nifhem li għandna noqogħdu fuq fatti u mhux fuq għajdut pero' xtaqt li kieku l-Ministru jilluminana dwar dan.", "Qed ngħid dan għax ċerti karozzi kummerċjali ma jkunu qed jagħmlu l-ebda ħsara u ma jkunux qed jostakolaw it-traffiku.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok tinterrompix.", "Kompli, Onor. Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, ma nafx il-Ministru jaqbilx miegħi - nifhem li ma jistax jaqbel miegħi fuq kollox! - dwar il-fatt li l- insurance premiums fuq karozzi ta' żgħażagħ li ma jkunux għalqu l-25 sena huma għolja b'mod skandaluż.", "Wieħed jifhimha li l-insurance agencies ikunu jridu jissalvagwardjaw l-interessi tagħhom, aktar u aktar wara dak is- survey li minnu rriżulta li l-biċċa l-kbira ta' l-inċidenti tat-traffiku jinvolvu sewwieqa ta' taħt it-30 sena.", "Pero' wieħed ma jistax jiġġeneralizza għax hemm ħafna żgħażagħ li jsuqu tajjeb ħafna u bil-għaqal.", "GĦalhekk nappella lill-insurance agencies biex joħorġu b'xi inċentiv sabiex dawk iż-żgħażagħ li jkun ilhom isuqu erba' snin u li qatt ma kellhom inċident tat-traffiku jkunu intitolati għal xi riduzzjoni fil-premium.", "B'hekk dawk li jibdew isuqu minn meta jkollhom 18-il sena jibqgħu jħallsu l- insurance tal-karozza tagħhom b'rata għolja sakemm ikollhom 22 sena u mhux sa 25 sena.", "Jien nappella lil min hu ikkonċernat sabiex jikkonsidra serjament dan is-suġġeriment.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jiġifieri l-Onor.", "Bonnici qed jissuġġerixxi li l- insurance agencies jgħollu l-premium tal-karozzi ta' dawk iż-żgħażagħ li jkunu għadhom m'għalqux il-25 sena?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Anzi qed ngħid bil-kontra ta' dak li qed tgħid int. Inti qed tifhimni ħażin apposta!", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jien hekk fhimtek.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Imma inti fhimt ħażin apposta!", "Jien qed nilmenta għall-fatt li l-insurance agencies qed jiċċarġjaw premiums għolja lil dawk li għadhom m'għalqux il-25 sena u qed nissuġġerixxi li dawk iż-żgħażagħ li ilhom isuqu għal erba' snin mingħajr ma kellhom l-ebda inċident tat- traffiku jonqsilhom il-premium.", "Dan is-suġġeriment narah tajjeb u ta' min jikkonsidrah għax fl-istess ħin għandu jservi bħala inċentiv biex iż- żgħażagħ joqogħdu iktar attenti kif isuqu ħalli b'hekk wara erba' snin ikollhom riduzzjoni fl-insurance premium.", "Madam Speaker, l-aħħar punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda t-trasferiment tal-karozzi second hand.", "Hemm bżonn li meta tinbiegħ xi karozza li tkun ilha iktar minn għaxar snin barra jsirilha test qabel ma jsir it-transfer ħalli b'hekk neliminaw ħafna mill-karozzi qodma.", "Aħna m'għandniex naqtgħu xi sentenza li kull karozza li tkun ilha barra iktar minn għaxar snin tiġi scrapped - nafu li fil-maġġoranza tagħhom il-Maltin jibżgħu ħafna għall- karozza tagħhom - iżda qed nissuġġerixxi li jekk ikun se jsir transfer ta' karozza li tkun ilha barra għal iktar minn għaxar snin isirilha dan it-test qabel ma terġa' tinbiegħ.", "Jien nittama li dawn is-suġġerimenti prattiċi li qed nagħmel, u li ma jinvolvux xi spejjeż enormi, jiġu milqugħa, aċċettati u implimentati fl-interess tal-poplu Malti.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Ministru Debono Grech biex jgħaddi għall- winding-up.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, veru li dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu huwa money bill pero' mhuwiex sewwa li nirripetu l-istess kliem ta' xulxin.", "(Interruzzjonijiet) Issa nispera li meta nkun qed nitkellem ma jqumx l-Onor.", "Gonzi u jgħidli li qiegħed out of order!", "L-ewwelnett irrid ngħid li ħadt pjaċir li wara sena l-Onor.", "Frendo qam jitkellem fuq dan il-qasam, pero' ħafna mis-suġġerimenti li għamel fid- diskors tiegħu seta' liberament poġġihom fil-prattika meta kien ministru.", "Il-Gvern tiegħu kien ilu disa' snin u nofs fil-poter u hu kien ilu ministru responsabbli mit-trasport xi erba' snin.", "Jiġifieri f'dak il-perijodu kellu ċans jagħmel il-wiċċ tat-toroq tagħna lixxi bħall-ħġieġ, seta' għamel irħam kullimkien u seta' għamel dak kollu li ssuġġerixxa fid-diskors tiegħu.", "Imma mbagħad l-Onor.", "Frendo m'għandux jippretendi li jien f'sena nagħmel dan kollu.", "L-Onor.", "Membru jaf li jien m'iniex responsabbli għall- manutenzjoni tat-toroq għalkemm kemm jien kif ukoll il-ministru konċernat naqblu li għandha ssir din il-manutenzjoni.", "Pero' li daqqa niġu ngħidu li naqblu mal-clamping u mat-towing u daqqa li ma naqblux; li daqqa wieħed jiġi jgħid kemm huwa nkwetat minħabba li naqas il-bejgħ tal-karozzi u l-ieħor jgħid li huwa tajjeb li naqas il-bejgħ tal- karozzi għax b'hekk jonqos it-traffiku; li daqqa wieħed jiġi jgħid li għandna nnaqqsu n-numru tal- karozzi li jingħataw lid-dealers, naturalment biex imbagħad tmorru xxewxuhom li qegħdin innaqqsulhom mill-bejgħ; li daqqa wieħed jiġi jgħid li għandna heavy traffic u l-ieħor jiġi jgerger minħabba li qal li hawn għajdut li l-heavy vehicles mhux se jibqgħu jitħallew fit- toroq fil-Ħdud u fil-festi ...(Interruzzjonijiet) Jien m'għidt xejn fuq dan ir-rigward u meta nkun irrid ngħid xi ħaġa jien niġi ngħidha hawnhekk.", "L-Onor.", "Bonnici jmissu jmur jistaqsi lil min tah l-informazzjoni jekk huwiex veru li l-heavy vehicles u l-karozzi kummerċjali mhux se jitħallew joħorġu fit-toroq fil-Ħdud u l-festi.", "Aħna drajnihom dawn l-affarijiet!", "Madam Speaker, intqal ukoll li fi żmien il-Gvern Laburista naqas in-numru ta' karozzi ġodda.", "L-Onor.", "Bonnici rrisponda għal dan meta qal li ħafna mir-revenue naqas għax inxtraw karozzi ta' ċilindrata baxxa.", "Kien hawn min qal li hawn ħafna karozzi second-hand, imma dan ifisser li żdiedu l-karozzi l-ġodda u fil-fatt mill-istatistika li għandna sal-lum jidher li kien hemm numru tajjeb ta' karozzi ġodda.", "Aħna qed nipprovaw ukoll indaħħlu edukazzjoni fis-sewqan.", "Il-kollega tiegħi semma li kien hemm ħofra fi triq f'San Ġiljan fejn weġġa' wieħed u qed jagħti tort lill-gvern.", "Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Bonnici li darba fit-triq tar-Rabat kien hemm wieħed li ħa daqqa u l-qorti qatgħetha li kien tort tal-gvern.", "Din il-ħofra li kienet fejn hemm il- fabbrika ta' Farsons, il-Gvern Nazzjonalista baqa' ma sewwihiex u kellu jkun Gvern Laburista biex sewwieha.", "Jiġifieri ma noqogħdux inwaħħlu f'dan il-gvern għax fil-fatt qed jiġu rranġati t-toroq li sibna mħarbtin.", "Waħda mit-toroq li qed nagħmlu u li se tkun lesta suret in-nies hija t-triq tal- Fgura u se nirranġaw Triq Psaila wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont niġi nikkritika lill-ministru tat-trasport li kien responsabbli mit-toroq dak iż-żmien u xorta baqa' ma rranġahiex Triq Psaila!", "Irranġaha it-Triq tal-Fgura?", "Il-ġimgħa l-oħra fil-gazzetta tagħhom kien hemm kritika għaliex inqalgħet it-triq taċ-ċimiterju u naturalment xi ftit tal-konġestjoni kien hemm u bdejtu tgħidu li l-Gvern ma jafx x'inhu jagħmel.", "Imma fi ħmistax-il ġurnata il-Gvern uriekhom x'inhu jagħmel għax il-ministeru tat-trasport flimkien mal-ministeru tat-toroq irranġaw ħdejn iċ-ċimiterju.", "(Interruzzjonijiet) Imissha ma ssolvitx il-problema tat-traffiku ħdejn iċ- ċimiterju!", "Mela nonfqu Lm6 miljun biex Lm5 miljun minnhom jeħodhom fil-but il-kuntrattur u ma tirranġaw xejn!", "(Interruzzjonijiet) Issa naraw solvejnihiex.", "Ma ssolvix inti, Onor. Mugliett, għax jekk tibqa' ħiereġ mit-triq li tgħaddi int tibqa' sejjer iċ-ċimiterju!", "Mela billi tgħid inti!", "Insolvu l-problema billi nonfqu Lm5 miljun flyover?", "(Interruzzjonijiet) Allura tiġi tgħid li ma solvejnihiex!", "Taf x'għamilna tajjeb li min ikun sejjer 'l hemm jieqaf daqsxejn jekk jiġih is-sinjal l-aħmar.", "Issa hemmhekk kulma trid iżżid hija waħda bajda u oħra sewda biex meta tasal hemm, jekk tkun għal isfel tmur ma' l-iswed u jekk tkun għal fuq tmur ma' l-abjad!", "Mela ma solvejniex problemi!", "Qabel ma nirranġaw it-toroq l-ewwel irridu insolvu l-problemi tas-servizz ta' l-ilma u tad-drenaġġ.", "Imma dawn l- affarijiet m'għandhomn x'jaqsmu xejn mal-liġi.", "In-naħa l-oħra qalu li qabel kienu jieħdu refund fuq il-ħlas tat-taxxa ta' reġistrazzjoni tal-vetturi.", "L-ewwelnett ir-refund ma kienx jingħata fil-każijiet kollha u nerġa' nikkonferma li dawk il-vetturi kklassifikati taħt l-HS Code 87.02 se jibqgħu kif kienu u m'hu se jogħla xejn.", "(Interruzzjonijiet) L-ex-ministru tat-trasport qed joqgħod jgħidli biex nagħti garanzija jekk humiex se jogħlew l-affarijiet.", "Mela aħna nistgħu ngħidu x'se jiġri 20 sena oħra!", "Illum hawn min hu prużuntuż daqshekk u jgħid x'irridu nagħmlu fil-millenju l-ġdid!", "Kif nistgħu ngħidu x'se jagħmlu mitt sena oħra!", "Lanqas sa 40 sena oħra għax ħafna minna mhux se nkunu hawnhekk.", "Kif immur nikkmandah jien x'se jagħmel!", "Elf sena ilu ma konniex hawn.", "Min dak iż-żmien kien jgħid li d-dinja ddur riedu jagħmuh u llum min ikkundannah talbu skuża.", "Jien naf x'se jiġri elf sena oħra!", "Nipprovaw nirranġaw kemm trid imma ...", "(Interruzzjonijiet) Tliet snin oħra jibda t-tielet elf.", "Bilkemm ma rridux inwaħħlu li l-inċidenti li ġraw kienu tort tal-Gvern!", "(Interruzzjonijiet) Int ma kontx hawn.", "(Interruzzjonijiet) Segwejtni meta għadni nibda!", "GĦidlu joqgħod kwiet lill-Onor.", "Psaila Savona!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkhom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "S'issa kellna dibattitu serju ħafna.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Ċensu Galea qal sewwa ħafna li din m'hijiex kwestjoni politika.", "It-traffiku huwa problema nazzjonali għax jaffettwa lil kulħadd.", "Lis-sidien tal-coaches daħku bihom għax qabel ma daħlet il- liberalizzazzjoni qalulhom li jistgħu jġibu coaches kemm iridu basta jkollhom garaxx li jesagħhom u wara li ġabu l-coaches il-Planning Authority ma ħarġithilhomx permessi.", "Allura mhux bilfors barra se jħalluhom!", "Fejn se jagħmluhom dawn!", "Qabel ma tawhom il-go-ahead biex iġibu il-coaches, l- awtoritajiet imisshom ħadu ħsieb biex ikun hawn biżżejjed garaxxijiet.", "(Interruzzjonijiet) Dik kieku ħaġa żgħira għax ngħidlu: Ġib coach, minn hawn s'hemm, u l-coach iġibha.", "L-ex-Ministru Frendo qal li aħna ma konniex naqblu mal-liberalizzazzjoni.", "Aħna naqblu mal-liberalizzazzjoni, imma l- Gvern tiegħu għaliex ma lliberalizzax is-settur tal-buses?", "Mhux il- coaches!", "Dawk kien jaqblilhom li jilliberalizzaw għax kien hemm erba' sidien kbar li belgħu liż-żgħar.", "U llum il-gvern għandu problema kif se jipproteġi lil dak is-sid iż-żgħir li għandu coach waħda jew tnejn - għax biex dak ġab il-coach kellu jagħmel ipoteka fuq id-dar - bis-sidien il-kbar li qed jipprovaw ikissruhom.", "Aħna tawwalna ż-żmien u għidna li l- liberalizzazzjoni tibda fl-1 ta' Jannar, 1998 u fil-każ ta' Għawdex fl- 1999, għax dawn ma kenux miftehmin mal-Maltin.", "Imma issa l- liberalizzazzjoni tfisser li dak li għandu coach waħda jew tnejn se jitkisser?", "Sur President, l-għan ta' dan l-abbozz huwa sabiex ineħħi l-element tat- taxxa fuq il-valur miżjud li kien jitħallas fuq it-taxxa ta' reġistrazzjoni.", "Mhuwiex veru li dawn kienu jieħdu refund.", "Kien hemm agreement li meta jġibu l-buses, coaches jew l-affarijiet ġodda aħna nneħħulhom tant mid-dazju.", "Din li kien hemm qabel u din is-sistema għadha hemmhekk u min irid jibdel il-flotta se nneħħulu parti mid-dazju.", "L- Għawdxin ma kellhomx din il-faċilita' u tajnihielhom aħna.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien għamel sistema mingħajr ma sar studju fuqha, fejn jekk kumpannija tax-char-a-bancs ma taqlax ċertu ammont ta' flus, jiġifieri jekk għandha ddaħħal Lm1 miljun taqla' biss Lm0.5 miljun, in-Lm0.5 miljun l- ieħor irid jagħtihulha l-gvern.", "Hekk sewwa!", "Allura jekk wieħed li għandu ħanut tal-merċa jistma li se jaqla' Lm20,000 u jispiċċa biex jaqla' nofs dak l-ammont, il-gvern irid jagħtih l-Lm10,000 l-oħra u kontroll ta' xejn?", "L-amministrazzjoni ta' qabilna ma eseġiet kontroll ta' xejn u issa aħna b'idejna marbutin u se jkollna nagħmlu hekk u in return suppost li l- karozzi se jirranġawhom u jieħdu żieda ta' 1c fin-noll.", "Dan li sab il- Gvern Laburista!", "Qalulna wkoll li aħna rridu nagħtu s-sussidju ħalli nġibu s-super low floor.", "Jien rajt x'kien hemm fil-Gazzetta tal-Gvern u se nġibu low floor.", "Issa jien jiddispjaċini meta tgħidu li wegħedtu ċerti affarijiet, imma nkunu rġiel magħna nfusna hawn ġew għax illum lanqas tidħak!", "Ħalli ngħid x'sibt ma' wiċċi.", "L-Onor.", "Frendo ma qalx li sa l-aħħar ta' l-1996 kienu se jġibu 100 char-a-banc ġdida.", "Meta dħalt fil-ministeru jien sibt li flus kien hemm ivvotati għal-ħamsa għax ħamsa kien hemm ordnati u l-100 għadni niġri warajhom sal-lum ħalli nara fejn huma.", "Kieku kien hemm 100, bħalma ġew il-ħamsa konna nġibu il-100 wkoll.", "Jien issa m'iniex se nasal li noħroġ sussidju ta' tant miljuni u l-commuter ma jieħu xejn.", "Jien lanqas se naċċetta li nibqgħu sejrin hekk fis-servizz tat-trasport pubbliku f'Għawdex, li jekk wieħed jiġbor tliet passiġġieri biss għall-Qala jgħid li mhux se jsir il-vjaġġ, inkella jgħid li se jagħmel vjaġġ għan- Nadur għax għan-Nadur biss ġabar.", "Mhux se nibqgħu sejrin b'dawn l- affarijiet u lanqas se naċċetta iktar li f'Malta ħaddiem jaqtgħulu mill- paga għax tax-char-a-banc baqa' għaddej jew ma għamilx it-trip.", "Ara ma taħsbux li se naċċettaw dawn l-affarijiet!", "Imma issa tridu tkunu magħna u mhux twaddbu l-ġebla u taħbu jdejkom, bħalma għamlu fil-gazzetta l-bieraħ fejn qalu li qed intellfulhom il-ħobż fl-ajruport lil tat-taxis.", "L-ajruport mhuwiex tat-taxi drivers imma huwa tal-poplu, huwa post privat u min ma jridx joqgħod għall-ordnijiet ma jidħolx.", "Dak li għamilna fl-ajruport għamilnieh bi ftehim ma' l-assoċjazzjoni tagħhom u wara li ftehemna magħhom ħadd m'hu se jibdlu dak l-agreement jekk mhux bi ftehim mal-gvern.", "M'aħniex pulċinelli aħna.", "M'iniex se nħalli lanqas lill-ebda ħaddiem tal-gvern flok qiegħed fuq ix-xogħol proprju tiegħu qiegħed hemmhekk bit-taxi - la hu bil-leave u lanqas bis-sick leave - mingħajr il- ktieb li juri li qed jaħdem part-time.", "Irrid infaħħru lil dak is-surġent li ġab is-serjeta' fix-xatt.", "Dan il-ħmieġ li sibt ma' wiċċi jien!", "Jien ma nippretendix li fil-gazzetta nara \"Prosit!\" għax jien m'għandix bżonn il- prosit imma għidu prosit lill-kumitat tal-white taxis li għamel is- serjeta'.", "Meta naslu biex nagħmlu dawn l-affarijiet imbagħad nimxu.", "Dawn huma affarijiet li rridu nagħmlu flimkien għax jekk nirranġaw it-trasport għall-poplu kollu se nirranġawh.", "Il-ministru tat-trasport li kien hawn qabli kien ilu sena ma jgħid xejn fuq it-trasport u llum ġie fetaħ ħalqu.", "Dan jiġi jgħidilna x'għandna nagħmlu!", "Għaliex m'għamilhomx hu dawn l-affarijiet li qed jgħid?", "Jien meta ħadt ir-responsabbilta' tal-ministeru tat-trasport domt sena biex irranġajt l-affarijiet bit-taħwid li sibt.", "Jiġi hemm ħalli ngħidlu x'sibt u mhux jiġi jgħid llum li ma kellux x'jaqsam ma' dik u ma' l-oħra!", "Jien sibt ix-xatt ġigġifogu u kulħadd għandu raġun u sibt l-ajruport miexi waħdu, biex ma nsemmilux it-taħwid li sibt fil-Posta.", "Dawn huma l- affarijiet li għadni sal-lum nitħabat biex nirranġa.", "Il-pjanċi tal-karozzi suppost tbiddlu sa l-aħħar ta' l-1998", "u bix-xogħol li għamel id-dipartiment tal-liċenzji dawn bdilnihom minn Marzu sa l-aħħar ta' Ottubru.", "Min għadu ma bidilx il-pjanċi se jittieħdu passi kontrih għax kulħadd irċieva l-karta biex jibdilhom.", "Dan kont nippretendi li jiġi jgħid hawn ġew.", "Mela niġu nistaqsu jekk it-trakkijet humiex se joħorġu nhar ta' ħadd jew hux se joħorġu nhar ta' xogħol!", "Ħalli ngħidlek storja tat-trakkijiet, biex tkun tafha tajjeb.", "Meta saru d- dimostrazzjonijiet fl-1 ta' Mejju ta' l-1962 mill-Partit Laburista, kellna ngħattu n-numru tat-trakkijiet għax billi kienet festa pubblika, kull min kien jidħol il-Belt bit-trakk kienu jiġbruhulu għal ġimgħa, iħarrkuh u jwaħħluh Lm150 taħt il-liġi ta' l-1949.", "Jien għaddejt minnhom dawn l- affarijiet.", "Darba, fl-1 ta' Mejju bil-lejl ġabru 18-il trakk għax daħlu l- Belt bihom.", "Qalulhom li fil-Ħdud u fil-festi ma jistgħux jużawhom.", "Dik kienet il-liġi.", "Issa llum, minflok tkellimt fuq din il-liġi kelli nirrispondi għal ċerti affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Meta niġu għat- Trasport Authroity inkomplu ngħidu x'sibna, x'għamel u x'beħsiebu jagħmel dan il-Gvern.", "Madam Speaker, nerġa' ngħid li b'din il-liġi li għandna quddiemna m'aħna nbiddlu assolutament xejn.", "Kulma għamilna kien li neħħejna l-VAT u daħlet l-ETP.", "Kif għidt fil-bidu ftit minnhom se jorħsu u oħrajn se jogħlew xi ftit.", "Din hi l-pożizzjoni.", "Is-suġġerimenti li għamel il-kollega tiegħi l- Onor. Michael Bonnici se neħodhom għax jien m'inix kuntent fuq l-affari ta' l-insurance.", "Jien ma nwaħħalx fiż-żgħażagħ biss li huma ttraskurati għax hawn min hu xiħ u hu ttraskurat fis-sewqan.", "Jien ma nemminx li l-karozzi l- qodma biss huma ħżiena għax hawn karozzi ġodda li huma ħżiena.", "Per eżempju, jien għandi kawża f'idejja fejn wieħed mingħalih li xtara Fiat ġdida u din ma kienet ġdida xejn imma kienet second hand.", "Dawn huma affarijiet li ġraw u jerġgħu jiġru.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxi ta' Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor Membri : No) Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxi ta' Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU 84", "FAVUR : 35", "L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA :34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur\" inqara t-Tieni Darba.", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "(Ikompli minn aktar kmieni fis-seduta)", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi r-riżoluzzjoni f'Dokument \"A\", b'riferenza għall-Malta Labour Party.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 din tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU 85", "FAVUR : 35 L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor. | | | |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "Ir-Riżoluzzjoni f'Dokument \"A\" b'riferenza għall-Malta Labour Party għaddiet.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 2) BILL", "(Ikompli minn aktar kmieni fis-seduta)", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 din tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU 86", "FAVUR : 35", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor. | | | |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" inqara t-Tielet Darba u għadda.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it- Tlieta, 4 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi Kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, se nagħmel intervent qasir ħafna.", "Għadna kemm smajna lill-Ministru jaqra l-Aġġornament tal-Kamra għal għada filgħaxija fis-6.00 p.m. Dan huwa għal kollox 'il bogħod minn dak li tkellimna u ftehimna dwaru fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra.", "L- understanding kien li niltaqgħu llum filgħodu, f'nofsinhar u filgħaxija u l- istess ħaġa għal għada.", "Nagħmilha ċara li b'daqshekk miniex nipprotesta għaliex se niltaqgħu għada filgħaxija imma nixtieq li l-affarijiet jibdew isiru aħjar.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, inti kont preżenti u taf li għidna li hemm il-possibbilta' li niltaqgħu hekk.", "(Interruzzjonijiet) Dan ma jfissirx li konna se nagħmlu seduti bilfors filgħodu, f'nofsinhar u filgħaxija għax ovvjament jiddependi minn kif jimxi x-xogħol tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, forsi jkun tajjeb li l-Onor.", "Membri jkunu jafu li l-aħħar Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, li kellna l-ġimgħa li għaddiet, kien ftit differenti minn tas-soltu għax ltqajna għal siegħa jew aktar bil-magħluq u l-indikazzjonijiet li kellna f'dik il-laqgħa kienu xi ftit differenti minn dak li għadu kemm tana l-Onor.", "Mizzi.", "MADAM SPEAKER: Onor. Galea, aktar milli laqgħa bil-magħluq, dik kienet laqgħa informali.", "L-ispirtu wara dik il-laqgħa kien biex nipprovaw nifhmu lil xulxin aħjar.", "Ma kenitx laqgħa bil-magħluq għax aktar tard fil-fatt il- kumitat iltaqa' bħas-soltu fil-preżenza tal-press.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-laqgħa informali li kellna, li ppreċediet il- laqgħa formali tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, kellna indikazzjoni illi l- Parlament kellu jiltaqa' illum, filgħodu, wara nofsinhar u filgħaxija.", "Kien hemm ukoll l-istess indikazzjonijiet għal għada.", "Kien hemm ukoll indikazzjoni li flok tliet seduti nistgħu nagħmlu tnejn.", "Issa mingħajr l- ebda pre-avviż sirna nafu li qegħdin naġġornaw għal għada filgħaxija fis- 6.00 p.m. Kull Membru Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, b'mod partikolari l-Membri Parlamentari ta' l-Oppożizzjoni, wara li għamlu l-ħin tagħhom jippreparaw għal-leġislazzjoni biex jiġu hawnhekk jiddiskutu għada filgħodu, wara nofsinhar u filgħaxija, sabu ruħhom fil-pożizzjoni li jiġu hawnhekk għada filgħaxija biss.", "Madam Speaker, jiena naħseb li dan huwa xempju tal-mod żbaljat u tal-mod ħażin kif qed jiġi itrattat dan il- Parlament.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, nixtieq nibda biex inwieġeb għad- diskors li għoġbu jagħmel il-Ministru Charles Buhagiar illum wara nofsinhar proprju fil-ħin li jiena warrabt mill-Kamra.", "Tista' tgħid li kont hawnhekk il-ġurnata kollha u ħriġt biss minħabba xogħol professjonali u kelli mmur l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Mingħajr tlaqliq ta' xejn ngħid li d-diskors li għamel il-Ministru huwa misleading.", "Il-Ministru qal li jiena għidt li m'huwiex sewwa li jinħatar kandidat ta' partit politiku bħala chairman u ried jimplika li jien, of all people, ma kellix għalfejn noġġezzjona għall-ħatra ta' Martin Debono.", "Fil-fatt l- Onor. Buhagiar kien skorrett għax l-oġġezzjoni tiegħi kienet ibbazata għall-mod kontroversjali għall-aħħar li bih Martin Debono ħa l-warrant ta' perit.", "Għalhekk biss oġġezzjonajt jien.", "Kien ikun aktar għaqli għall- Ministru li flok ma jattakka lili jwieġeb għall-ħafna mistoqsijiet li dehru f'artiklu li jien kont ktibt f'\"The Times\" fuq l-għoti tal-warrant lill- Perit Debono.", "Il-Ministru njora l-ħafna punti li ssollevajt u fl-istess ħin fetaħ attakk bla bażi kontrija.", "Il-verita' hija li mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni l-Partit Laburista kien jgħid li mhux sew li bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista jien inkun chief executive tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.", "Is-sabiħa hi li l-istess nies li llum qegħdin fil-gvern, donnhom li nsew dak kollu li kienu jgħidu u mhumiex jiddejqu jagħtu appointments mingħajr sejħa pubblika lill-kandidati tal- partit tagħhom.", "It-tieni punt tiegħi huwa li fid-diskors tiegħu l-Ministru Buhagiar għoġbu jistaqsi kif jien qed noġġezzjona li Martin Debono jinħatar bħala chief executive tal-Building Industry Consultative Council mingħajr l-ebda sejħa pubblika.", "Il-Ministru qal: Dan qed jitkellem - kien qed jirriferi għalija - li kien inħatar chief executive ta' l-MCST mingħajr sejħa pubblika!", "Ħalli ngħid eżatt x'qal l-Onor.", "Buhagiar u se nikkwota:", "\"Imbagħad fuq kollox kif inħatar l-Onor.", "George Pullicino bħala chief executive ta' l-MCST?", "Ħarġet xi call for applications?", "Lil dan kitbulu u qalulu li fil-laqgħa tal-5 ta' Awissu ġie maħtur chief executive tas-MCST. \"", "Imbagħad il-Ministru Buhagiar ikkonkluda u qal:", "\"Qabdu u ħatruh.", "Hekk inħatar chief executive George Pullicino\".", "Madam Speaker, hawnhekk għandna fatti mgħawwġin mill-Ministru Charles Buhagiar u ta' dan jien għandi provi dokumentati u aktar 'il quddiem se nqiegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn id-dokumenti huma xiehda ta' l- infondatezza ta' dak li qal il-Ministru li ma kienx hemm sejħa pubblika meta jiena sirt chief executive tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Il-Ministru ġie hawn u għoġbu jikkwota biss parti mil-letter of appointment u hu qabad u kkonkluda u qal li qabdu u ħatruni.", "Imbagħad kompla jgħid li tawni list of duties ta' erba' affarijiet.", "Kieku l- Ministru Buhagiar fittex sew fil-file li tawh kien isib ukoll il-call for applications.", "Mela jew l-informazzjoni li tawh ma kenitx sħiħa inkella l- Ministru ried verament iqarraq f'dan il-Parlament.", "Imissu jaf illi l-call for applications kienet saret f'Marzu ta' l-1993 u l-appointment kont ħadtu f'Awissu ta' l-1993 - issa bejn Marzu u Awissu hemm kważi sitt xhur - u l- interviews tal-11-il persuna li kienu applikaw għall-post kienu saru f'Lulju, 1993.", "Dik hi s-serjeta', ngħidlu lill-Ministru Buhagiar.", "Hekk isiru l-affarijiet.", "Toħroġ sejħa pubblika, jidħlu l-applikazzjonijiet, isiru l-interviews u mbagħad jiġu magħżula l-aktar nies adattati.", "Mhux hekk sar fil-każ ta' Martin Debono għax dan inħatar direttament mingħajr ma saret sejħa pubblika.", "Madam Speaker, ħalli niġi issa għal dak li qal il-Ministru dwar il-paga li kelli jien.", "Huwa qal li tawni Lm6,500, allowance ta' Lm400 u karozza.", "Qabel xejn irrid ngħid li, kif jidher mis-sejħa pubblika, il-paga kienet definita minn qabel ma ntlaqgħu l-applikazzjonijiet.", "Ma sar l-ebda favur miegħi għax jekk wieħed iħares lejn avviżi oħrajn maħruġin mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija fl-istess perijodu li qed insemmi jien, jara li hemm imniżżel ċar u tond li r-rimunerazzjoni tkun negozjabbli fuq bażi ta' kwalifiki u commitment min-naħa ta' l-applikant.", "Fil-każ taċ- chief executive, l-avviż kien jgħid kemm kienet se tkun il-paga u allura l- paga ma ġietx stabilita għal wiċċi.", "L-istess salarju li rċevejt jien kien jirċevih min kien hemm qabli, jiġifieri Noel Zarb Adami.", "Dan kien chief executive mal-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija.", "Aktar minn hekk, meta rriżenjajt jien, min leħaq warajja - lil dan appuntah dan il-Gvern - ħallewlu l-istess salarju li kelli jien.", "Jiġifieri ma sar l-ebda favur miegħi mill-Gvern preċedenti għax lil min daħal minfloki dan il-Gvern tah l-istess paga u ma naqqaslu xejn.", "Anzi nixtieq nispjega illi lil min ġie warajja mhux biss tawh karozza imma anke ġabulu x-xufier biex isuqu, ma jmurx jiskomoda ruħu!", "Għar-rigward taż- żieda li semma' l-Onor.", "Charles Buhagiar nixtieq ngħid li ż-żieda kienet waħda awtomatika wara r-riorganizazzjoni li kienet saret.", "Ma kien hemm l- ebda favur li sar għal wiċċi.", "Madam Speaker, irrid nispjega wkoll li l-Onor.", "Charles Buhagiar kien skorrett meta qal li lili mill-bidu tawni karozza.", "Veru li mill-bidu ġiet offruta lili karozza u jien irrifjutajtha.", "Jien ridt li nuża l-karozza tiegħi.", "Kien biss wara sena u nofs jew aktar li jiena aċċettajt il-karozza wara li kienu saru atti vandali fuq il-karozza tiegħi meta kienet ipparkjata ħdejn l-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Jiġifieri l-karozza ingħatatli wara diversi xhur li kont ħlibt il-karozza tiegħi.", "Ma naħsibx li jekk uffiċjal pubbliku jkollu karozza hija xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Jiena minn mistoqsijiet parlamentari li għamilt sirt naf kemm intraw karozzi ġodda, anke minn din l-amministrazzjoni li tant teqred li hawn il-ħofor f'dan il-pajjiż.", "Xtraw karozzi ġodda wkoll, anke għan-nies tagħhom u għar-rigward tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija, sa sabu l-flus biex jimpjegaw xufier.", "Dan minkejja l-ħofra li jgħidu li hemm.", "Madam Speaker, nixtieq ngħid li l-ħlas li kont nirċievi jien qatt ma ħbejtu.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar, flimkien ma' wħud minn sħabu, kienu jikkritikawni anke hawn ġew meta kienu fl-oppożizzjoni.", "Jien dak iż-żmien ma kellix iċ-ċans li niġi nirrispondi hawn ġew u dejjem kont inwieġeb bil- kitba barra l-Parlament.", "Kienu jsemmu \"l-eluf kbar li kien jaqla' George Pullicino\".", "Jien dejjem u mill-ewwel kont pront għidt x'kienu dawn l-eluf kbar.", "Ridt inneħħi l-impressjoni li kont naqla' xi Lm20,000 jew Lm24,000 fis sena, kif illum qed jaqla' Mario Vella, President tal-Partit Laburista.", "Jiena qatt ma qlajt daqshekk u lanqas kelli l-ambizzjoni naqla' dawk il- flus.", "L-Onor.", "Buhagiar għoġbu jgħid li qatt ma kien jersaq xejn quddiem din il- Kamra dwar x'jagħmel il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Hekk għoġbu jgħid l-Onor.", "Buhagiar illum.", "Ma jafx l-Onor.", "Buhagiar li meta hu kien għadu fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni proprju f'dan il-Parlament kienet saret diskussjoni dwar id-dokument ta' policy għax-xjenza u teknoloġija li ħejja l-istess kunsill!?", "Fejn kien l-Onor.", "Charles Buhagiar?", "Forsi l-Onor.", "Buhagiar ma jafx li kien dan l-istess Gvern li ma ħalliex jitqassam ir-rapport biennali tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija minkejja li dan kien diġa' stampat.", "Nispera li l-Onor.", "Buhagiar isib il-ħin biex jillumina ruħu dwar x'kien jagħmel il-kunsill.", "Forsi xi ħadd anke jindenja ruħu jgħidilna x'inhu jagħmel illum il-kunsill, għax ma nafx x'qed jagħmel bħalissa għax qatt ma jissemma' xejn.", "Mill-bqija, kontra dak li qal l-Onor.", "Buhagiar, jien m'għidtx: Fiex jifhem dan Debono?", "Dan m'hu veru xejn.", "Jiena m'għidt xejn kif qed jallega l-Onor.", "Buhagiar.", "Kien hu anzi li qal: Dan Pullicino fiex jifhem fix- xjenza u t-teknoloġija.", "Jien kont nippretendi li l-Onor Buhagiar huwa ntelliġenti biżżejjed li jmissu jaf li l-post ta' chief executive huwa qabel xejn wieħed amministrattiv.", "Meta jiena applikajt, applikajt ma' oħrajn u ntagħżilt għax il-kunsill dehrlu li jiena kont l-aktar persuna adattata.", "Ħaddieħor mhux hekk qed jagħmel.", "Ħaddieħor qiegħed jaqbad u jappunta mingħajr sejħa pubblika.", "Jien nittama li l-Ministru ma kienx jaf il-fatti qabel u nittama li ma ġiex hawn apposta jgħawweġ il-fatti.", "Jiena nagħti l-benefiċċju tad-dubbju lill-Onor.", "Buhagiar pero', ġaladarba jaf il-fatti kif spjegajthom, għandu jkun raġel u jitlobni skuża.", "Jien m'għamilt l-ebda riferenza għall-kwestjoni tal-maturita' ta' Martin Debono.", "Jiena fid-diskors tiegħi ma semmejt xejn dwar dan.", "Dan kollu li għidt għidtu għax deherli - kif dejjem jidhirli - li għandi nagħti l-fatti.", "Minflok ma wieġeb għal dak kollu li għidt jien, per eżempju, għall- mod kif ingħata l-warrant Martin Debono, jew dwar is-slowdown li hawn fl- industrija tal-bini, il-Ministru Charles Buhagiar għoġbu jagħmel attakk fuqi li mhux biss kien bla bażi iżda fuq kollox kien inġust fil-konfront tiegħi.", "Madam Speaker, bil-permess inqiegħed id-dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Pullicino jqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-ħarġa ta' \"The Times\" tas-Sibt, 13 ta' Marzu 1993, fejn dehret is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ħatra ta' Chief Executive tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija;", "Kopja tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ħatra ta' Chief Executive tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija maħruġa mill- istess Kunsill fis-16 ta' Frar 1993;", "Kopja ta' ittra datata 7 ta' Lulju 1993 lill-Perit George Pullicino għal intervista in konnessjoni ma' l-applikazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Chief Executive tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija;", "Estratt mill-ħarġa ta' \"The Sunday Times\" tas-6 ta' Ġunju 1993, fejn dehret is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Project Director of the National Information Technology Strategy mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija; u", "Rapport biennali tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għas-sena 1994/95.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Madam Speaker, fil-ftit minuti allokati nixtieq li nitkellem fuq problema illi, għalkemm għadha ma tantx issemmiet f'dan il- Parlament, ċertament li qed issir ħafna riċerka fuqha.", "Qed niirreferi għall-problema tat-tipjip.", "Se nitkellem ftit fuq it-tipjip passiv fejn min ma jpejjipx ikollu bilfors jibla' d-duħħan ta' dawk li jpejpu.", "Fl-istorja ta' riċerka tal-mediċina t-tipjip huwa fost l-aktar kawżi ta' mard illi nkiteb dwaru u li saret riċerka fuqu.", "Lokalment dan l-aħħar smajna ħafna dwar inċidenti tat-traffiku.", "Nisimgħu ħafna fuq id-droga wkoll imma madankollu llum huwa ppruvat li t-tipjip jikkawża l-akbar numru ta' mwiet fid-dinja kollha, inkluż Malta, kif se nuri aktar 'il quddiem.", "Tajjeb li nagħmel enfasi fuq liema tipjip qed nitkellem hawnhekk.", "Ilna nafu li t- tipjip iġib ħafna mard u ħafna mwiet pero' huwa ppruvat li qegħdin jirriskjaw saħħithom u ħajjithom ukoll dawk li ma jpejpux imma mingħjar ma jridu jkunu qishom qegħdin ipejpu għax ta' madwarhom ikunu jpejpu.", "Għalhekk f'dan il-Parlament għaddiet leġislazzjoni sabiex ikunu ristretti l- postijiet fejn wieħed jista' jpejjep.", "L-editorjal ta' wieħed mill-aktar ġurnali stmati fid-dinja, il-British Medical Journal tat-18 ta' Ottubru, jiddedika numru ta' artikli bit-titlu \"It-Tipjip Passiv Joqtol\".", "Mill-1993 'l hawn, 24 minn 30 rapport epidemoloġiku fuq passive smoking u l-kanċer tal-pulmun urew li hemm relazzjoni pożittiva bejn it-tipjip - anke tipjip passiv ta' min ikun qiegħed f'area fejn isir it-tipjip - u numru ta' mard.", "Il-United States Environment Protection Agency iddefiniet id-duħħan tat-tabakk fl-ambjent bħala karċinoġinu, jiġifieri bħala sustanza li tikkaġuna l-kanċer fil-bniedem.", "Fl-Amerika huwa stmat li jsiru l'fuq minn 3000 mewt fis-sena minħabba li n-nies ikunu suġġetti għad-duħħan.", "Dan minbarra numru konsiderevoli ta' mard ieħor li huwa assoċjat ma' dan it-tip ta' tipjip.", "Ix-xahar li għadda kellna rapport mill-Californian Environment Agency.", "Din ukoll qalet li l-environmental tobacco smoke jikkaġuna mard differenti, problemi fit-tarbija waqt li tkun qed tikber f'ġuf ommha, is- sudden infant death syndrome u tipi oħrajn ta' kanċer bħalma hu dak ta' l- imnieħer u tipi oħrajn.", "Il-Wolfton Institute of Preventive Medicine jiddefinixxi wkoll ir-riskju ta' persuna li ma tkunx tpejjep u li tgħix - tista' tkun miżżewġa, tista' tkun f'uffiċċju - għal ħinijiet twal ma' persuna li tpejjep.", "Qalu li dan iżid iċ-ċans ta' kankru tal-pulmun b'26% u l-mard tal-qalb bi 23%.", "Din l- istatistika turi x'riskju kbir għad għandna madwarna minħabba xi ħaġa li għadha leċita.", "Kif nafu t-tabakk huwa xi ħaġa li għadu m'huwiex klassifikat bħala droga illegali.", "Fl-Amerika jqisu t-tipjip passiv bħala xi ħaġa prevenibbli, jiġifieri li tista' tagħmel xi ħaġa dwaru.", "Din il-ħaġa hija mixtieqa minn kull min qiegħed jaħdem biex itejjeb is-saħħa tal-popli.", "X'qed isir permezz tal-media dwar dan?", "Il-media, Madam Speaker, kultant jipprovaw jirredikolaw dan ir-riskju.", "Wieħed mill-artikli li dehru qabbel dan it-tip ta' riskju ma' li tixrob il-ħalib bil-biskuttelli.", "Pero' mbagħad fl-istess ħin, il-qrati kienu lesti li jħallsu mat-$US300 miljun f'danni lil numru ta' flight attendants talli dawn kienu esposti għad- duħħan tas-sigaretti.", "Dawn fil-fatt ġew ippruvati li batew b'diversi mard minħabba li kienu esposti għal dan ir-riskju.", "X'inhija l-qagħda f'Malta, Madam Speaker?", "It-tipjip f'Malta qiegħed joqtol iktar minn 333 ruħ fis-sena.", "Din l-informazzjoni toħroġ mill- mistoqsija parlamentari numru 9311.", "Bejn l-1990 u l-1996 huwa stmat li mietu 'l fuq minn 2,300 ruħ fil-gżejjer Maltin minħabba t-tipjip.", "U huwa għalhekk li nixtieq nirrileva l-importanza li nkomplu nisħqu fuq il- kontroll tat-tipjip.", "Tajjeb li nitkellmu fuq l-inċidenti tat-traffiku u l- kontroll tagħhom imma żgur li wieħed jixtieq jevita 'l fuq minn 2,000 mewt f'dan in-numru ta' snin u 'l fuq minn 300 mewt fis-sena.", "Minn mistoqsija oħra li għamilt, f'Malta ma teżistix statistika fuq passive smoking.", "Interessanti wkoll hija l-informazzjoni dwar x'qed isir f'dik li hija prevenzjoni u anke informazzjoni dwar kemm tressqu nies il-qorti.", "Per eżempju, is-sena li għaddiet kulma tressqu l-qorti għax ikunu pejpu f'karozzi tal-linja kienu tliet persuni.", "GĦal tipjip fis-cinemas ma tressaq ħadd; 15-il persuna tressqu għaliex pejpu fl-isptar u 92 tressqu għax pejpu f'disco.", "Dawn huma ċifri li ma jirriflettux ir-realta' tas- sitwazzjoni.", "Ir-realta' tas-sitwazzjoni, Madam Speaker, hija li kull fejn tmur, trid u ma tridx, trid tagħmel bħalma jagħmlu ta' madwarek, jiġifieri tibla' d-duħħan tas-sigaretti.", "F'mistoqsija parlamentari numru 9313 staqsejt dwar l-isponsors ta' l- isport Malti li għandhom attivita' li għandha x'taqsam mat-tabakk.", "Ir- risposta kienet li din hija ħaġa konfidenzjali bejn l-isponsor u l-għaqdiet ta' l-isport u li l-gvern m'għandux il-makkinarju biex jiġbor din l- informazzjoni.", "Fil-Parlament għadna kif tkellimna fuq kif nistgħu ngħinu l- għaqdiet ta' l-isport u ż-żgħażagħ tagħna biex ikunu jistgħu jevitaw dan il- vizzju u hawnhekk jiena ma ngħatajtx xi forma ta' risposta li wieħed jista' jibda minn x'imkien biex ikun phased out dan il-vizzju, li fuq kollox nafu li huwa ta' dannu kbir għal saħħitna.", "Interessanti ħafna, Madam Speaker, kienet it-tweġiba għad-domanda numru 9315, fejn staqsejt kemm inġabru flus mid-dazji fuq il-prodotti tat-tabakk u s-sigaretti.", "Jinġabru ma' l-Lm10 miljun fis-sena fuq dan il-prodott biss.", "Dan ifisser li nġabru kważi Lm80 miljun fi tmien snin.", "Jidher ċar li din hija ġlieda mal-ġganti.", "Qegħdin niġġieldu ma' barunijiet legali li huma magħrufa mad-dinja kollha.", "Madam Speaker, meta llum nitkellmu fuq il-ħajja tas-seklu li għadda, aħna nħarsu lejhom bħala nies li ma kenux jifhmu daqsna.", "It-tfal kienu jmutu b'sempliċi diarrhoea u b'infezzjonijiet li llum għandna l-kura għalihom.", "Fi żmienhom pero' kienu jafu x'kienu l-kawżi.", "Kien hemm bżonn li jispiċċa l- faqar u l-miżerja, li jkun hemm titjib fl-iġjene personali, l-ilma jkun tajjeb għax-xorb u li jkun hemm housing aħjar.", "Illum 100 sena wara, bl- għerf kollu li għandna, nafu x'inhija waħda mill-ikbar kawżi li qed iġġib il-mewt qabel iż-żmien, nafu li nistgħu nevitawh u madankollu m'aħna qed nagħmlu xejn.", "X'se jgħid 'il quddiem min jikteb l-istorja tas-saħħa pubblika ta' dan iż-żmien?", "Żgur li l-istorja ma tkunx tirrifletti fuq l- impenn tagħna rigward il-kontroll tat-tipjip.", "Jeħtieġ iktar edukazzjoni u jeħtieġ aktar leġislazzjoni anki fuq postijiet li għadhom mhux milħuqin mil- liġi.", "Eżempju ta' dan huwa okkażjonijiet soċjali, bħal tiġijiet, fejn iċċappas l-isbaħ sitt sigħat u fejn ħlief riħa u duħħan ta' siġaretti ma jkunx hemm.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li nerġgħu nħarsu lejn il-liġi tal- kontroll tat-tipjip.", "Il-poplu Malti jrid jibda jifhem li biex jieħu ħsieb saħħtu jrid jiġġieled għaliha bħalma jsir f'pajjiżi iktar avvanzati minna.", "Fejn tidħol il-litigazzjoni saru passi kbar u sar progress kbir.", "Dawn il- pajjiżi jirrikonoxxu li l-prodotti tat-tabakk huma l-kawża ta' ħafna mwiet u ta' nuqqas ta' saħħa qabel iż-żmien.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 4 ta' Novembru, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VETTURI - MOT TEST", "8594.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti tal-Gvern biex jiġi ntrodott l-MOT test u jekk jistax jgħid meta hu maħsub li dan jiġi ntrodott?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li wara l-pubblikazzjoni tal- white paper li tipproponi l-introduzzjoni tat-testijiet ta' vetturi għat- triq, (Vehicle Roadworthiness Test - VRT) qed jiġu studjati proposti li waslu minn għand persuni u assoċjazzjonijiet li wrew interess f'din il- materja.", "Kif jitlestew l-istudji fuq dawn il-proposti, barra sintendi dawk li hemm fil-white paper, jiġu ppubblikati l-avviżi meħtieġa għal dawk li jkunu jridu japplikaw biex jiġu awtorizzati biex jagħmlu testijiet peress li diġa' ġie ddikjarat li dawn se jsiru mis-settur privat.", "Informat ukoll li dan il-proċess mistenni jwassalna sal-bidu ta' l-1998 u għaldaqstant it-testijiet ikunu jistgħu jibdew kif imħabbra fil-white paper jekk mhux qabel.", "HENNA ANNONSYBAR AB - XOGĦOL TA' KONSULENZA", "8595.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista dettaljata tax-xogħol ta' konsulenza li għamlet id- ditta Henna Annonsybar AB u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?", "Jista' l- Prim Ministru jgħid ukoll jekk id-ditta bagħtitx xi nies Malta u jekk iva, min kienu, għal liema perijodu u jekk il-Gvern ipprovdiex uffiċċju għalihom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt fid-19 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 5617 u fit-2 ta' Lulju, 1997 għall-mistoqsija parlamemtari numru 5912.", "Tajjeb li nirriferi wkoll lill-Onor Membru għall-mistoqsijiet supplimentari u t-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsija 5084 li ntwieġbet fl-14 ta' Mejju, 1997.", "SUR PHIL NOBLE - XOGĦOL LIL GVERN MALTI", "8596.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-Sur Phil Noble kompliex jagħmel xi xogħol għal Gvern Malti wara li spiċċa l-inkarigu preċedenti mogħti taħt il-kuntratt ta' konsulenza li kien ingħata lil Henna Annonsybar AB u jekk fl-affermattiv jgħid, x'inhu x-xogħol u x'arranġamenti finanzjarji saru?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tax-xogħol li sar u ta' kull rapport li setgħet għamlet din id-ditta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill- Onor Membru għat-tweġiba mogħtija fit-13 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 4973.", "M'iniex tal-fehma li r-rapport li tħejja minn Henna Annobsbyra - AB jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - QBID TA' DROGA", "9099.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' u x'kienet, ta' drogi maqbuda din is-sena?", "Kemm itellgħu nies il-qorti fuq reati ta' droga f'din is-sena?", "Kemm kienu barranin u kemm Maltin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - CLAMPING/TOWING", "9100.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vejikoli towed away u separatament clamped fl-aħħar xahrejn?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu karozzi ta' Maltin u kemm self drive u/jew ta' turisti b'licence plate barrani?", "Jista' jgħid mil-liema postijiet u toroq ittieħdu u/jew ġew clamped dawn il- vejikoli?", "Kemm kienu l-multi totali nvoluti f'dawn ix-xahrejn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAĊĊATURI - KSUR TA' REGOLAMENTI", "9101.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kaċċaturi li nqabdu jiksru xi regolamenti tal-kaċċa mill-closed season tal-kaċċa ta' l-għasafar sal-lum l- 1 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - STUDENTI JISTUDJAW L-INGLIŻ", "9102.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti barranin li ġew Malta jistudjaw l-Ingliż fix-xhur tas-sajf?", "Ma' kemm-il familja Maltija qagħdu dawn l-istudenti?", "Kemm minn dawn ġew imkeċċija minn Malta qabel ma spiċċa l-kors li kellhom jattendu u għaliex?", "Kemm hawn skejjel liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lil dawn l-istudeni u fejn qegħdin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif dwar l-ewwel u t-tielet parti tal- mistoqsija għadu qed jinġabar.", "Rigward it-tieni mistoqsija, mit-tagħrif li nġabar mill-HCEB kien hemm 980 familja li żammew magħhom studenti barranin.", "B'kollox hawn 29 skola liċenzjata kif se nsemmi:", "|Lokalita' |Nru ta' | | |skejjel | |Sliema |8 | |San Giljan |3 | |Gzira |3 | |Msida |3 | |Floriana |3 | |San Pawl |2 | |il-Baħar | | |San Gwann |1 | |Pembroke |1 | |B'Kara |1 | |Valletta |1 | |Ta' Xbiex |1 | |Ghawdex |2 |", "SKEJJEL - MANUTENZJONIJIET", "9103.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid ġo liema skejjel sar il- maintenance fis-sajf din is-sena u kemm sewa lill-Gvern?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - SERQ TA' KAROZZI", "9104.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm insterqu karozzi u/jew vejikoli oħra din is-sena sal- lum?", "Kemm instabu minnhom u kemm itellgħu persuni l-qorti fuq dawn ir- reati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - KUNSILLIERA", "9194.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati tad-dipartiment li huma kunsilliera fil-kunsilli lokali?", "Minn liema u liema grad jokkupaw?", "X'passi jieħu d-dipartiment biex jiżgura li dawn in-nies ikunu jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-kunsilli rispettivi tagħhom meta dawn il-laqgħat isiru waqt il-ħin tax-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba dwar impjegati tad- diviżjoni tas-Saħħa li huma kunsilliera fil-kunsilli lokali hija kif ġej:", "|Isem |Grad | |Schriha Paul |Senior Medical | | |Officer | |Aquilina |Enrolled Nurse | |Carmelo | | |Agius Rosario |Enrolled Nurse | |Baldacchino |Pharmacy | |Carmel |Technician | |Borg Paul |Security Guard | |Farrugia Joseph|Supervisor | |Fenech Laudi |Health Assistant| |Mark | | |Muscat Alfred |Hospistal | | |Auxiliary | |Sciberras |Senior Medical | |Angelito |Laboratory | | |Technologist |", "Id-dipartiment dejjem għamel li seta' wara li ssir talba għal assenza minn fuq ix-xogħol biex jiżgura li dawn in-nies jistgħu jattendu għal- laqgħat tal-kunsilli rispettivi tagħhom meta dawn il-laqgħat isiru waqt il- ħin tax-xogħol.", "SAĦĦA - HSO", "9195.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li r-rotation tal-HSO kellu l- għan li l-HSO jieħdu esperjenza tad-diversi postijiet tax-xogħol, dan il- proċess se jibqa' isir kontinwament jew sa l-aħħar ta' din is-sena biss?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sal-lum il-ħsieb huwa li r-rotation tas- security guards titkompla sakemm jinħass il-bżonn.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAL-MATERNITA' U ĠINEKOLOĠIJA", "9196.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l- full complement ta' l-istaff tad-Dipartiment tal-Maternita' u Ġinekoloġija?", "Kemm huwa l-complement attwali?", "Kemm hemm nurses li m'humiex midwives, posted ġewwa dan id-dipartiment?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:", "|Grad |Full |Actual | | |complemen|complement | | |t | | |Midwifery | 8 |6+2 Nursing| |Officer | |Officers | |Deputy | 9 |5+2 Deputy | |Midwifery | |Nursing | |Officer | |Officer | |Midwives |88 |58+4 | | | |part-time +| | | |1 sessional| | | |basis | |Staff |15 |25+2 | |nurses | |sessional | | | |basis | |Enrolled |39 |42+7 | |nurses | |part-time | |Health |35 |19+1 on | |assistants | |long sick | | | |leave | |Ward clerks|10 |7+1 | | | |receptionis| | | |t | |Hospital | 6 (for |2 | |Auxiliaries|Labour | | | |Ward) | |", "L-istaff nurses li jispiċċaw mid-dipartiment qegħdin jiġi gradwalment mibdula mill-midwivies li jikkwalifikaw.", "Hospital auxiliares fid-dipartiment għandna l-Labour Ward biss għaliex fis-swali l-oħra hemm il-maids tal-kuntratt.", "Sessional basis tfisser jaħdmu kemm ikun hemm bżonn meta jkunu bil- maternity leave.", "SPTAR SAN LUQA - ATM MACHINE", "9197.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hijiex se titpoġġa ATM machine ġewwa l-Isptar San Luqa?", "Fejn se titqiegħed?", "Ta' liema bank u x'arranġamenti ta' kumpens se jitħallsu?", "L- impjegati tad-dipartiment x'benefiċċji speċjali se jkollhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Ministru jinsab f'taħdidiet ma' żewġ banek kummerċjali li wrew interess biex ikollhom ATM fl-iSptar San Luqa.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-OUT-PATIENTS", "9198.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex persuna qiegħda titħalla għassa ġewwa l-Out-Patients Department nhar ta' Ħadd?", "Liema huma d-doveri u l-grad tagħha?", "X'inhu l-bżonn ta' din il-preżenza meta l-Out-Patients nhar ta' Ħadd ikun magħluq?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant mhux korrett meta jgħid li l- Out-patients Department ikun magħluq nhar ta' Ħadd.", "Matul il-jum tal-Ħadd isir xogħol amministrattiv.", "Barra minn hekk diversi taqsimiet f'dan il- kumpless jintużaw kif u meta jkun meħtieġ.", "Biex wieħed jieħu idea, it- Taqsima tal-Medical Records tipprovdi xogħol il-ġurnata kollha.", "Hija ħaġa ċerta li jkun hemm il-ħtieġa li jintuża xi wieħed mill-laboratorji.", "Barra minn hekk isir xogħol taż manutenzjoni u riparazzjoni matul is-sena kollha.", "Is-Security Services Section tipprovdi security guard jew agent security guard biex jagħmel għassa ma' dan id-dipartiment.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant dan il-proċess ilu jsir snin twal u mhux xi ħaġa riċenti.", "SAĦĦA - HSO", "9199.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra b'organigramma u jinkludi l-ismijiet u l-grad tal-persuni li huma responsabbli mill-HSO ġewwa kull sptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalma għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9195 naħseb li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jerġa' jirriferi għal gradi tas-security guards u għas-security services fl- isptarijiet tal-Gvern.", "Għandu jingħad li meta mpjegat mas-servizz pubbliku jiġi ppustjat (posted) mas-security services section, ikun ta' liema grad huwa, jibda jassumi r-responsabbilitajiet u d-doveri kollha spettanti lis-security guard.", "Minn dak il-ħin 'il hawn għalkemm jibqa' jitħallas skond il-grad tiegħu jgħaddi għal ħatar ta' aġent security guard.", "Fl-iSptar Sir Paul Boffa peress li kemm matul il-jum kif ukoll matul il- lejl ikun hemm ppustjati żewġ security guards m'hemmx il-ħtieġa li jitpoġġa xi ħadd fuq dawn iż-żewġ persuni.", "Dawn iż-żewġ persuni, madanakollu, jaqgħu taħt id-direzzjoni ta' l-iSptar San Luqa bħal kull sptar ieħor.", "Is-Sur Paul Murizzi huwa l-uffiċjal ewlieni mis-security guards.", "SKEJJEL STATALI - TQASSIM TA' ĦALIB", "9331.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom jitqassam il-ħalib fl-iskejjel primarji tal-Gvern?", "Jaf il-Ministru li klassijiet ta' 29 jew 30 student jingħatalhom minn żewġ sa tliet pakketti ħalib li jservu biss inqas minn nofs tal-klassi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħala linja ġenerali l-ħalib f'pakketti ta' litru jinqasam bejn ħamest itfal.", "Il-ħalib jiġi ordnat dirett mill-iskola u jinxtara kemm jinxtorob biex ma jkunx hemm ħela.", "SKEJJEL - FACILITATORS", "9332.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm beħsiebu jalloka facilitators għal ma' tfal bi ħtiġijiet speċjali fi skejjel primarji?", "Kemm minn dawn se jkunu impjegati ġodda u kemm minnhom se jittieħdu minn numru attwali ta' kindergarten assistants?", "Ingħataw taħriġ speċjali biex jagħmlu dan ix-xogħol u fiex jikkonsisti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għad trid tittieħed deċiżjoni dwar l-ewwel mistoqsija għax tiddependi minn ħafna konsiderazzjonijiet differenti.", "Iż- żewġ mistoqsijiet ta' wara huma marbuta ma' l-ewwel waħda u għalhekk għadu kmieni wisq biex jiġu mwieġba.", "SAĦĦA - SPIŻJARA", "9333.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw spiżjara mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "X'kienu r-raġunijiet li ngħataw?", "Kemm hemm spiżjara fuq unpaid leave, long sick leave u study leave?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mill-1 tas-sena 1997 sal-lum irriżenja seba' (7) spiżjara mis-servizzi farmaċewtiċi tal-Gvern.", "Raġunijiet dwar dawn ir- riżenji ma ngħatawx ħlief għal spiżjar wieħed.", "Hemm żewġ spiżjara fuq unpaid leave; tliet spiżjara fuq maternity leave; tliet spiżjara fuq paid study leave; u spiżjar/a fuq long sick leave ta' ħmistax.", "SAĦĦA - SPIŻJARA", "9334.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet minn spiżjara jaħdmu mal-Gvern sabiex jingħataw unpaid leave biex ikunu jistgħu jattendu l-kors tal-PGCE fl-Universita' ta' Malta?", "Fuq liema kriterju, jekk ingħataw, dawn ġew mogħtija?", "X'se tkun il-policy fil-futur f'talbiet simili?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Saret talba waħda minn spiżjara li taħdem mal- Gvern sabiex jingħatalha unpaid leave biex tkun tista' tattendi l-kors tal- PGCE fl-Universita' ta' Malta.", "Hija l-policy tal-gvern li jgħin, meta dan ikun possibbli, lil dawk li jkunu jridu jsegwu korsijiet f'Universita'.", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "9335.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-lista ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li qed jistennew biex ikollhom facilitator ħalli jkunu jistgħu jibdew jattendu fi skola primarja regolari?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tfal bi bżonnijiet speċjali li qed jistennew biex ikollhom facilitator ħalli jkunu jistgħu jibdew jattendu fl-iskola hemm għaxra.", "FURJANA - PILOT PROJECT", "9342.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi fil-pilot project dwar użu ta' bini residenzjali vojt fil-Furjana?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Dan il-proġett pilota għen biex tinbena kuxjenza soċjali dwar l-użu residenzjali ta'postijiet battala tant illi kien hemm sidien li għandhom bini vojt fil-Furjana stess, li avviċinaw lid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u lill-kunsill lokali bi proposti.", "FURJANA - DJAR TA' L-ANZJANI", "9343.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu l-postijiet ta' akkomodazzjoni fid-Dar ta' l-Anzjani fil-Furjana?", "Jekk fl-affermattiv, b'kemm il-post se jiżdiedu?", "Meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol meħtieġ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Huwa mpjanat li d-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana jiżdiedulha l-postijiet ta' akkomodazzjoni.", "Fuq parir ta' perit in-numru ta' postijiet se jiżdiedu b'16.", "Jiġifieri n- numru ta' sodod jiżdiedu minn 29 għal 45.", "Hemm il-ħsieb li x-xogħol jinbeda kemm jista' jkun malajr.", "KUNSILLI LOKALI - XOGĦOL FUQ BANKINI", "9350.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6572?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "9351.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8430?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu qiegħed jinġabar.", "SAĦĦA - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "9354.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9029 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tad-29 ta' Ottubru, jista' l-Ministru jgħid kemm mid-9 assistenti soċjali każwali impjegati wara Ġunju, 1997 qed jiġu mħarġa bħalissa mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:Mid-disa' assistenzi soċjali każwali li kienu mpjegati wara Ġunju 1997 4 qed jiġu mħarġa mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "Hu maħsub li l-ħames assistenti soċjali każwali l-oħra jiġu mħarġa aktar 'il quddiem.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMIJIET GĦAL DĦUL", "9355.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li l-Aġent Direttur ta' l-Eżamijiet ħareġ ir-riżultati ta' l-eżamijiet għad-dħul ta' skrivani mas-Servizz Pubbliku (Mejju 1997), jista' l-Ministru jgħid kemm qagħdu nies għall-eżami, kemm għaddew u kemm se jiġu impjegati u meta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' kandidati li qagħdu għall-eżami msemmi fil-mistoqsija kien ta' 745 li minnhom għaddew 496.", "Rigward kemm se jiġu mpjegati u meta, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ĊITTADINANZA - ĊITTADINANZA MALTIJA", "9356.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet mill-1 ta' Jannar, 1997 'il hawn sabiex persuni barranin jottjenu ċ-ċittadinanza Maltija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-1 ta' Jannar 1997 sal-lum , in-numru ta' persuni barranin li applikaw għaċ-ċittadinanza Maltija kien ta' 308.", "NETWORK FOR SCIENCE EDUCATION", "9357.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba iltaqa' in- Network għal Science Education minn mindu twaqqaf?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "CASH REGISTERS - MODIFIKAZZJONIJIET", "9358.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7239, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sal-lum huma l-cash registers li fuqhom saru l- modifikazzjonijiet neċessarji minħabba l-introduzzjoni tas-CET?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, minn tagħrif miġbur mingħand l- aġenti li jissupplixxu cash registers approvati, saru modifikazzjonijiet fuq 7,213-il cash register.", "Modifikazzjonijiet għadhom qed isiru u, kif għidt fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7239, dan l-eżerċizzju huwa mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta din is- sena.", "Sabiex dawk li juzaw il-cash registers ikunu konformi mal-Liġi tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa, id-dipartiment konċernat qed iħeġġeġ sabiex dawn jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa ħalli jsiru l-modifikazzjonijiet kif titlob il-ligi.", "PALAZZ TA' BIGHI", "9359.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7240, jista' l-Ministru jgħid għal liema skop il-bini msemmi se jibda jintuża mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ĦARSIEN TA' L-AMBJENT - ĦSEJJES", "9410.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu biex ikunu miġbura dettalji dwar livelli ta' ħoss f'decibels f'postijiet u ħinijiet differenti, u statistika u studji li jindikaw x'assoċjazzjoni għandhom dawn ma' kondizzjonijiet u mard speċifiku?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minħabba l-fatt li qed tinġabar aktar informazzjoni, r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - IMPJANTI", "9411.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsebijiet tad-Dipartiment tad-Drenaġġ għall-bini ta'aktar impjanti għat-tisfija ta' skart likwidu?", "Kemm minn dan jiġi kkalkulat li jkun hemm bżonn biex jiġi msoffi d-drenaġġ kollu?", "X'time-frame qed jintrabat bih id-dipartiment?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "9412.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Billi t- tindif miż-żjut u t-tifrik wara inċidenti tat-traffiku dejjem kienu responsabbli l-Pulizija, jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jikkonferma jekk dan fil-fatt issirx?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi s-sezzjoni tat-Tifi tan-Nar tal- Pulizija tiġi msejħa sabiex tneħħi perikli fit-toroq ikkawżat minn tixrid ta' żejt jew fuel.", "F'każijiet ta' nċidenti tat-traffiku, il-Pulizija tneħħi l-fdalijiet imkissra u titfa' ramel fuq xi żejt li jinxtered f'dawn l-inċidenti.", "ENVIRONMENTAL AUDIT AND ACTION PROGRAMME", "9413.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika x'riżultati kien hemm mill-Environmental Audit and Action Programme li kien beda xogħolu f'April, 1995?", "X'azzjoni ttieħdet fuq l-informazzjoni li nġabret?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill- Environmental Audit and Action Programme ħareġ studju fuq il-lokalitajiet msejjes fuq il-kunċetti ta' riċerka ambjentali.", "Din l-informazzjoni fuq l-istat ta' ndafa tal-lokalita' ngħatat lill- kunsilli lokali konċernati biex issir analisi ta' x'qiegħed jaffetwa dan l- istat sabiex ikun possibbli jitfassal pjan ta' azzjoni kostruttiva għall- lokalita'.", "KUNSILLI LOKALI - WIED IL-GĦAJN - SINDKU", "9414.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Niġbed l-attenzjoni għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3151, 3760, 4803 u 7179, jista' l-Ministru jara li tingħata l-informazzjoni mitluba?", "U jekk l-investigazzjonijiet għadhom mhux finalizzati jaħtar kummissjoni ta' inkjesta biex jara għaliex le?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- investigazzjonijiet mill-Bord ta' Inkjesta maħtur għal dan il-għan għadhom mhux finaliżżati.", "Il-Bord talab estenzjoni u din diġa' ġiet aċċettata.", "Mhux il-każ li jinħatar bord ieħor ta' inkjesta.", "GAIA FOUNDATION - PROĠETT", "9415.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi progress sar fil-pilot project tal-Gaia Foundation?", "Meta ġie approvat il-management programme għal Għajn Tuffieħa?", "X'faċilitajiet ta' beach safety ġew pprovduti?", "Kemm ġew impjegati wardens biex jieħdu ħsieb il-post?", "Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jinsab sodisfatt bil- ħidma tal-fondazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.", "NAXXAR - TAS-SGĦAJTAR - DAWL", "9433.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex fi Triq l-Ingilterra u Triq Franza fiz-zona tas-Sgħajtar fin-Naxxar jsir id-dawl fit-toroq peress li huma mudlama u jara li ġnien li hemm f'din iz-zona jinxtegħel ukoll?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal-aktar dawl fit-toroq msemmija ġewwa n- Naxxar qed tkun ikkonsidrata.", "L-istreet lighting fil-ġnien imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabbilta tal-Korporazzjoni Enemalta imma taħt id- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.", "MOSTA - BUS STOP", "9434.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fi triq prinċipali limiti ta' Tarġa Gap li tieħu mill-Mosta u lejn Burmarrad isir bus stop fil-bidu tat-triq li tieħu lejn il-Bidnija b'mod speċjali għal dawk il-passiġġieri li jkunu mill-Bidnija li mbagħad, jkollhom jimxu lejn il-Bidnija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li se jitwaħħal stage fl-inħawi indikati mill-Onor.", "Interpellant iżda biss fid-direzzjoni lejn Burmarrad.", "MOSTA - DAWL", "9435.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara x'inhuma l- possibbiltajiet li fi Triq George Mitrovich fiz-zona taż-Żokkrija il-Mosta isir id-dawl meħtieġ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għall-aktar lampi fit-triq George Mitrovich il-Mosta qed tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SPORTS - MATTHEW MICALLEF ST.", "JOHN TRACKS", "9437.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Għaliex atleti li qed jużaw il-Matthew Micallef St. John tracks mhux jitħallew jagħmlu użu mill-floodlights u d-dressing rooms filgħaxija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPIŻERIJI - MEDIĊINI B'XEJN", "9439.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Meta hu maħsub li jinbeda l-proċess li bih pazjenti ntitolati għal mediċini b'xejn jingħataw dawn il-mediċini minn spiżeriji privati fid-diversi bliet u rħula?", "Fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-Ministru fuq Smash TV il-bieraħ (28.10.97) li dawk li għandhom assigurazzjoni privata għas-saħħa se jibdew iħallsu tal- mediċini li jieħu mingħand il-Gvern, meta hu maħsub li jibda jseħħ dan?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fir-rigward ta' l-ewwel mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-diskussjoni mal-partijiet konċernati bdew.", "Meta jintlaħaq ftehim dwar il-proċess ninforma lill-Kamra.", "Fir-rigward tat-tieni mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jiena m'għidtx fuq Smash TV li dawk li għandhom assigurazzjoni privata għas- saħħa se jibdew iħallsu tal-mediċini li jieħdu mingħand il-Gvern.", "Għalhekk m'hemm l-ebda data meta dan se jibda jseħħ."]} {"filename": "19970114_009d_par.doc", "date": "1997-01-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 9 It-Tlieta, 14 ta'Jannar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 9 It-Tlieta, 14 ta' Jannar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "9", "It-Tlieta, 14 ta' Jannar, 1997", "WERREJ MINUTI 431", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 431", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 436", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI SABIEX JIĠI APPROVAT L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 1996/1997 437", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI", "TA' INĠUSTIZZJI (L-EWWEL QARI) 439", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ", "TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1996/1997 440", "AĠĠORNAMENT 465", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 469", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 8 li saret fit-13 ta' Jannar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - APPLIKAZZJONIJIET MIĊĦUDA/APPROVATI", "82.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti statistika dwar kemm l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvat jew ċaħdet applikazzjonijiet għal żvilupp mit-twaqqif tagħha sa l-aħħar ta' Novembru, 1996 xahar b'xahar u b'riferenza għal kull belt jew raħal f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni estensiva u dettaljata li talab l-Onor.", "Membru.", "Madam Speaker, peress li din l-informazzjoni fiha ammont sostanzjali ta' materjal ma naħsibx li jien mistenni li naqraha u għalhekk qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli tkun għad-dispożizzjoni ta' l- Onor. Membru.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, il-Ministru huwa altru milli eżentat li jaqra dak il-materjal li hemm fil-tweġiba.", "Fid-dawl tad- diskussjonijiet riċenti li l-Ministru kellu mal-Kamra tal-Periti, fejn nifhem li ħareġ il-proponiment li l-periti jistgħu jkunu involuti direttament fi ħruġ ta' permessi ta' entita' żgħira, jistax il-Ministru jagħti lill-Kamra aktar informazzjoni f'dan ir-rigward?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward ix-xewqa tal-Kamra tal- Periti li l-periti jkollhom kopja tar-rapport li jsir fuq l- applikazzjonijiet li jissottomettu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex huma jkunu jistgħu jirregolaw ruħhom aħjar?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, it-taħdidiet li kelli mal-Kamra tal- Periti kienu preliminari ħafna.", "Ta' min jgħid li l-iskop ta' dawn it- taħdidiet kien li wieħed jara ftit il-possibbilta' li l-periti jkollhom responsabbilta' akbar in conjunction ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fi kliem ieħor, l-iskop m'huwiex dak li qed jinterpreta l-Onor.", "Membru, jiġifieri li l-periti jkunu jistgħu joħorġu l-permessi imma l-iskop hu - dan għadu biss ħsieb li għad irid jiġi formalizzat - li meta jkollhom f'idejhom parametri definiti li jkunu jistgħu jaħdmu fihom u jkollhom anke interpretazzjoni ċara tal-biċċa l-kbira tal-policies li jridu jaħdmu bihom, il-periti jkunu jistgħu jerfgħu ċerta responsabbilta' ta' dak li jagħmlu.", "Pero' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha dejjem tkun informata u tibqa' repositorium tal-pjanti li jkunu jirriflettu x-xogħol li jkun għamel il- perit.", "B'hekk filwaqt li jitħaffef il-proċess tan-numru kbir ta' applikazzjonijiet li bħalissa qed jokkupaw lill-Planning Authority, min- naħa l-oħra min jingħata din il-free hand biex jagħmel ċerti affarijiet ikun qed iġorr ċerta responsabbilta'.", "Kif diġa' għidt dan għad irid jiġi studjat iktar fil-fond.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li napprezza l-kjarifika mingħand il-Ministru rrid ngħid li t-tieni punt li għamilt fil-mistoqsija supplimentari huwa li nifhem, jew nassumi, li l-Kamra tal-Periti lmentat mal-Ministru - fil-fatt dan l-ilment ilha tagħmlu - li meta perit jippreżenta applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jkunx jaf x'se tkun ir-rakkmandazzjoni minn qabel id-data ta' meta jkun se jidher quddiem l-Awtorita' stess jew inkella quddiem id-Development Control Commission peress li ma jkollux kopja tar-rapport li jagħmlu l-case officers dwar il-każ.", "Fil-fatt il-Kamra tal-Periti ilha titlob biex ikollha kopja tal-case report u fil-Programm Elettorali tal-Gvern preċedenti dan kien punt li kien aċċettat.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern preżenti f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien sibt sitwazzjoni li minkejja li l-predeċessur tiegħi f'dan il-ministeru - l-istess Onor. Membru li qed iqajjem din il-kwestjoni - jidher li hu tant konxju ta' din il-problema u ta' tgergir li kien hemm, xorta waħda baqa' ma sar xejn biex din is- sitwazzjoni tirranġa ruħha.", "Il-Kamra tal-Periti għandha ħafna iktar complaints u suġġerimenti x'tagħmel rigward l-operat tal-Planning Authority vis-a-vis l-professjoni tal-periti.", "Din li ssemmiet hija waħda minnhom, pero' dawn huma affarijiet li ma nippretendix li għandna nsibu s- soluzzjonijiet għalihom fi żmien għaxar ġimgħat meta l-predeċessur tiegħi ħallihom kif kienu minkejja li kien ilu dak iż-żmien kollu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien naħseb li spjegajt is-sitwazzjoni sewwa meta għidt li l-Kamra tal-Periti għamlet din il-pożizzjoni.", "Il- pożizzjoni tiegħi - dik li qed jirriferi għaliha - kienet ċara fis-sens li, iva l-Kamra tal-Periti - issa mhux bħala Kamra - għandha raġun tinsisti li meta jagħmlu applikazzjoni l-periti għandhom ikollhom kopja tal-case report.", "Il-pożizzjoni li qed nistaqsi dwarha llum hija x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern preżenti, jiġifieri l-Ministru jaqbel li l-periti jingħataw kopja tal-case report meta huma jkollhom applikazzjoni pendenti biex almenu jirregolarizzaw ruħhom u biex almenu jkunu jafu b'mod ġenerali x'argumenti, favur jew kontra, se jsibu fil-każijiet fejn ikun hemm appell minn deċiżjoni ta' l-Awtorita' jew tad-Development Control Commission?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jidher li bejn din in-naħa u n-naħa l- oħra hemm interpretazzjonijiet differenti ta' xi jfisser it-terminu \"wasal\".", "Dan qed ngħidu għax skoprejna li ħafna affarijiet li skond kif kien igħid il-Gvern ta' qabel \"konna wasalna fihom\", fil-fatt ifisser li konna għadna 'l bogħod ħafna fihom u apparentement dan huwa l-każ anke f'din il-kwestjoni.", "Irrid ngħid lill-kollega tiegħi li din hija waħda mill- ħafna affarijiet li jridu jiġu studjati kollha flimkien biex nipprovaw nagħmlu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar xi ħaġa iktar effiċjenti, effettiva, ekonomika u serja.", "FAĊILITA' KORRETTIVA - GWARDJANI", "43.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gwardjani fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "Kemm-il ingaġġ sar s'issa, meta saru u kemm daħlu f'kull każ?", "Hemm il-ħsieb li jkun hemm ingaġġ ieħor?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): In-numru ta' gwardjani fil-Ħabs ta' Kordin huwa ta' 120 correctional officers u 47 trainee correctional officers.", "Kien hemm sitt ingaġġi li saru kif jidher hawn taħt u għalissa m'hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm ingaġġ ieħor: |Data ta' | Numru |Spiċċa| |l-ingaġġ |ta' kemm |w | | |daħlu | | |16.09.89 |49 | *33 | |01.04.91 |35 |**27 | |17.10.94 |54 | 11 | |22.05.95 |24 | 3 | |01.03.96 |37 | 5 | |01.11.96 |47 | - |", "* 3 minnhom saru correctional supervisors u ħamsa senior correctional officers. ** 3 minnhom saru senior correctional officers.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru jekk l-abbozz ta' liġi li kien hemm pendenti qabel ma xolja l-Parlament hux se jiġi ppreżentat mill-ġdid għall-konsiderazzjoni ta' dan il-Parlament.", "Dan l- abbozz kien tressaq sabiex tingħata l-pensjoni lill-membri tas-servizz tal- ħabs wara 25 sena servizz, bħal fil-każ tal-Pulizija, u sabiex jingħata wkoll il-poter ta' pulizija meta dawn jiskortaw priġunieri barra mill-ħabs.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, l-abbozz ta' liġi msemmi qed jiġi studjat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Prim Ministru jinformana kemm-il darba saru żjarat fil-ħabs minn ministri, apparti ż-żjara li saret mill-Ministru mingħajr Portafoll?", "Jidhirlux il-Prim Ministru li jekk dawn iż-żjarat ma sarux għallinqas kien ikun xieraq li kieku attenda wieħed minn erba' ministri li ġew mistiedna għal attivita' soċjali fid-Division 7 tal-ħabs, ġaladarba kien isir tant diskors fuq riabilitazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rigward żjarat min-naħa ta' ministri, ħlief dik privata li rrifera għaliha l-Onor.", "Membru, jien inħoss li l-preżenza ta' ministri f'attivitajiet jew f'xogħol tal-ħabs hemm bżonn li nħarsu lejha bi prudenza kbira.", "Jien ma naqbilx li bil-ħsieb li taparsi qegħdin nippromwovu ċerta riabilitazzjoni għandna noqogħdu nużaw il-preżenza politika bil-mod li qed jindika l-Onor.", "Membru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jaf il-Prim Ministru li din l-attivita' soċjali kienet tikkonsisti f'quddiesa li għaliha ġew mistiedna l-qraba tal-priġunieri li hemm f'Division 7, maġistrati u persuni oħra tad-dipartiment?", "Jaf li din kienet tikkonsisti wkoll f'rappreżentazzjoni teatrali li għamlu dawn it-12- il membru li hemm f'Division 7?", "MADAM SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li d-domanda oriġinali hija d-domanda parlamentari numru 43.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien qed nistaqsi, mhux b'sens ta' kritika, li meta qed nitkellmu tant fuq riabilitazzjoni u meta qed insemmu Division 7 hija storja ta' suċċess ammessa miż-żewġ naħat tal-Kamra, fejn persuni li kellhom problema ta' droga volontarjament daħlu f'dan il-unit, il-Prim Ministru ma' jidhirlux li meta ġew mistiedna għal okkażjoni bħal din mill- inqas erba' ministri, kellux għall-inqas jattendi ministru minnhom ġaladarba hawn dan l-interess kollu fir-riabilitazzjoni tal-priġunieri?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni li jkun hawn dawn il-mistoqsijiet u nitolbok li, jekk jogħġbok, tħallihom isiru.", "GĦal kull mistoqsija li għamel l-Onor.", "Membru nwieġeb li ma jidhirlix.", "FAĊILITA' KORRETTIVA - PRIĠUNIERI BARRANIN", "44.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' priġunieri barranin f'Malta fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?", "Hemm il-ħsieb li dawn jiskontaw is-sentenza f'pajjiżhom jew fil-lokal fejn ikun sar ir-reat, f'kas li dan ma jkunx Malta -forum delicti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' priġunieri barranin fil- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fil-31 ta' Diċembru, 1996 kien ta' 58 li minnhom 56 kienu rġiel u tnejn kienu nisa.", "Ma' hemm l-ebda priġunier barrani fil-ħabs ta' Malta minħabba xi reat li twettaq barra minn Malta.", "Fis-26 ta' Marzu, 1991, Malta rratifikat il-konvenzjoni tal-Kunsill ta' l- Ewropa msejħa l-European Convention on the Transfer of Sentenced Persons u għalhekk għandna trattat ta' ftehim dwar tibdil ta' priġunieri mal- pajjiżi kollha li rratifikaw din il-konvenzjoni li jinkludu kważi l-pajjiżi kollha tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Ftehim simili sar wkoll mal-Libja.", "F'kull każ l-arranġamenti jirrikjedu li l-persuna tagħti l-kunsens tagħha għat-trasferiment fil-ħabs barrani.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Problema li tissemma ħafna rigward it-trasferiment ta' priġunieri barranin minn Malta għal barra hija li din tapplika għal persuni li diġa' ġew sentenzjati għax jekk priġunieri jiġu trasferiti għal pajjiżhom waqt li jkunu qed jistennew li l-każ tagħhom jinqata' dawn joħorġu liberati.", "GĦalhekk nixtieq nistaqsi kemm hemm priġunieri barranin sentenzjati?", "Qed nistaqsi għall-priġunieri barranin li huma sentenzjati biss għax kif diġa' għidt it-trasferiment jista' jsir f'dan il-każ biss.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk il-priġunieri barranin sentenzjati li jaqgħu taħt dik il-konvenzjoni humiex qed jiġu informati bid-dritt li għandhom li jiġu trasferiti għall-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru biex f'dan ir-rigward jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih risposta preċiża.", "MONUMENTI - RESTAWR", "45.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Minħabba li f'dawn l-aħħar snin il-ġnien tal-Mall fil-Furjana u xi monumenti ġewwa dan il-ġnien ġew traskurati għall-aħħar u jinsabu fi stat ta' abbandun, jista' l-Ministru jara x'inhu l-aħjar mod li bih dawn il-monumenti jiġu restawrati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ir-restawr u manutenzjoni tal-monumenti fil-ġnien tal-Mall, il-Furjana, ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħi u għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lit- Taqsima għat-Tiswija u Restawr fil-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "FURJANA - SUBWAYS", "46.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsiet lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l- Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinfetħu s-subways tal-Furjana?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Is-sejħa għal offerti biex isir ix-xogħol fis-subways tal-Furjana diġa' nħarġet u fil-fatt dawn l-offerti bħalissa qed jiġu studjati mill-bord tat- tenders biex isiru r-rakkmandazzjonijiet għall-għoti tal-kuntratt.", "UFFIĊĊJU TAN-NUTAR TAL-GVERN - STAFF", "47.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li jiżdied l-istaff fil-livell amministrattiv u klerikali kif ukoll jiżdied in-numru ta' fattigi fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-karigi vakanti li hemm fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern jimtlew mill- aktar fis possibbli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Il-Ministru jaf li ammont sostanzjali mill-kuntratti li ġew riveduti mill-maġistrat għadhom il-qorti peress li għal xi raġuni jew oħra dawn ma ttieħdux fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern?", "Jista' l- Ministru jaħseb għal post alternattiv fejn jinżammu l-kuntratti peress li mid-dehra waħda mir-raġunijiet għaliex il-kuntratti li ġew riveduti mill- maġistrat ma tteħdux fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern hija li effettivament ma baqax post fejn iqiegħdu dawn il-kuntratti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed tinbena estensjoni għall-arkivji nutarili li għandha tkun lesta dalwaqt u għaldaqstant jekk il-problema hija kwestjoni ta' nuqqas ta' spazju din se tiġi solvuta.", "Pero' jekk hemm xi problemi oħra li għalihom dawn il- kuntratti qegħdin jinżammu għand il-maġistrat reviżur ...", "(Interruzzjonijiet) Qed nieħu nota tal-kumment ta' l-Onor.", "Abela u se nara għaliex qed jinżammu mill-maġistrati.", "ĦAMRUN - ŻVILUPP TAS-SUQ F'PARKING AREA", "48.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsiet lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-possibilitajiet li s-suq tal-Ħamrun jiġi żviluppat f'parking area?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Saru diversi laqgħat bejn il-Kunsill Lokali tal- Ħamrun u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar kif għandha tiġi żviluppata l-art fejn illum hemm is-suq tal-Ħamrun u għalkemm għad m'hemmx il-permessi meħtieġa, hemm il-ħsieb u t-talba li jsir underground car park.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra miftuħa mibgħuta lili mir-residenti tal-Ħabs f'Ottubru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 425; u", "Informazzjoni dwar amnestiji mogħtija lill-priġunieri bejn it-13 ta' Mejju 1987 u s-26 ta' Ottubru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 487.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall- bini ta' estensjonijiet ta' skejjel, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 434;", "Lista ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall- bini ta' skejjel ġodda, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 435; u", "Lista ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall- bini u/jew estensjonijiet ta' faċilitajiet sportivi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 436.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' studenti minn Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, Wied il-GĦajn, Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, il-Fgura u x-Xgħajra, ammessi fl-Universita' mill-1987 sal-lum, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 573.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tar- riżultat ta' l-investigazzjoni tal-każ Nru. 136 - Rapport Nru. 95.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 1 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 2 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjeta');", "Informazzjoni dwar postijiet milquta b'requisition order sal-31 ta' Ottubru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 688.", "Informazzjoni dwar skemi ta' għajnuna maħruġa mill-Awtorita' tad- Djar bejn l-1 ta' Ġunju 1987 u l-31 ta' Ottubru 1996, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 718;", "Informazzjoni dwar skemi ta' għajnuna maħruġa mid-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-1 ta' Ġunju 1987 u l-31 ta' Ottubru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 719;", "Informazzjoni dwar talbiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva li kienu quddiem id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali sal-31 ta' Diċembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 720;", "Informazzjoni dwar Telecells u karozzi mikrija fil-Ministeru tad- Djar u entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru fl-1 ta' Diċembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 721; u", "Informazzjoni dwar l-istaff complement ta' l-Awtorita' tad-Djar u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tad-Djar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 722.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar l-esportazzjoni ta' patata u l-importazzjoni ta' patata taż-żriegħ, bejn l-1981 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 760;", "Informazzjoni dwar l-ilma provdut mill-impjant ta' Sant' Antnin mill- 1983 sa l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 762; u", "Informazzjoni dwar esportazzjoni ta' ħut mill-fish farms bejn l-1991 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 763.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI SABIEX JIĠI APPROVAT L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 1996/1997", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, jekk jogħġbu jressaq il-mozzjoni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, se nressaq il-mozzjoni flimkien ma' l- Onor. Lawrence Gonzi :", "Wara li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ra l-Ombudsplan ippreżentat mill-Ombudsman għas-sena 1996/97 li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tad-9 ta' Diċembru 1996;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Ombudsman personalment fuq il-kummenti kollha li sarulu fil-laqgħa ta' l-istess Kumitat li saret fis-17 ta' Diċembru 1996;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa ġiet ċirkolata lill-Membri kollha tal-Kamra tad-Deputati; u", "Wara r-rakkomandazzjoni li saret mill-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra,", "Il-Kamra tad-Deputati tapprova l-Ombudsplan kif preżentat. .", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Madam Speaker, jien kont preżenti ma' l-Onor.", "George Vella u mal-kollegi tiegħi tal-House Business Committee meta rajna l- pjan ta' l-Ombudsman u dwar dan nixtieq ngħaddi osservazzjoni fil-qosor.", "L-Ombudsman hija kariga li nħolqot fil-leġislatura l-oħra b'riżultat tad- dedikazzjoni da parti taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-għażla ta' l-Ombudsman hija waħda li bilfors tirrikjedi l-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fid-dawl ta' l-esperjenza li kellna, illum nistgħu ngħidu li l-Ombudsman qiegħed jaqdi funzjoni utli ħafna għas-soċjeta' tagħna u anke għad- demokrazija f'Malta.", "Minkejja li kien ippjanat li l-Ombudsman jittratta madwar 400 każ dan qed jisma' 100 każ fix-xahar, li jfisser madwar 1,200 każ fis-sena.", "Jien naħseb li l-pajjiż huwa fortunat li għandu lis-Sur Sammut għaliex dan huwa bniedem li għandu esperjenza twila fl- amministrazzjoni u li jaf kif jasal għal kwalunkwe deċiżjoni.", "Naħseb li dan qiegħed jagħraf jagħti lil din il-kariga ċerta konsistenza u rilevanza li ċertament jawgura tajjeb għall-futur.", "Sinjura President, għan-nom ta' l-Oppożizzjoni nixtieq ngħid li mhux biss għandna nġeddu l-fiduċja tagħna fl-Ombudsman imma rridu ngħidu li dan l- esperiment ġdid qed jaħdem b'mod pożittiv.", "F'dan il-kontest kif ukoll għall-fatt li l-Onor.", "Gonzi issekonda wkoll il-mozzjoni, aħna se nivvotaw favur il-mozzjoni ppreżentata mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Vella.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien xtaqt ningħaqad mal-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra rigward il-kummenti li saru fuq l-Ombudsman u fuq ix- xogħol li għamel.", "Għalhekk iż-żewġ naħat tal-Kamra, f'isem il-House Business Committee, ħassejna li, bħalma għamilna s-sena l-oħra, għandna nressqu dan l-Ombudsplan għas-sena d-dieħla u nirrikmandaw lill-Kamra li tapprovah.", "Kif taf is-Sinjorija Tiegħek, dan qed isir wara li f'laqgħa tal-House Business Committee sar dibattitu iktar profond fuq dan l- Ombudsplan.", "Jien nixtieq ngħid hawnhekk - anke biex din tiġi on record - li għall- mistoqsijiet li ġew magħmula u għad-dettalji li ntalbu, l-Ombudsman ta spjegazzjonijiet tajbin ħafna u l-informazzjoni mogħtija kienet veru to the point.", "Inħoss li ż-żewġ naħat tal-Kamra huma sodisfatti bil-mod li l- Ombudsman qed imexxi u qed naraw li dan diġa' sar parti mill-istampa demokratika Maltija.", "Jien naqsam l-appell li għamlilna l-Ombudsman fis-sens, li m'għandniex ngħabbu żżejjed u bla bżonn lil din l-istruttura, bħalma forsi ġieli għamilna fil-kas ta' strutturi oħra.", "Dan għandu parametri definiti għal meta jista' jieħu l-azzjoni u anke dwar x'jista' jagħmel.", "Li għal kull ħaġa ta' xejn wieħed imur għand l-Ombudsman m'hijiex ħaġa tajba, pero' min- naħa l-oħra għandna nagħmlu minn kollox biex nrabbu kultura fejn min għandu l-faċilita' u l-possibbilta' li l-problema li għandu tiġi ttratata mill-Ombudsman jkun jaf li hemm dik il-faċilita'.", "Irrid ngħid ukoll li l-mod kif l-Ombudsman mexxa is-sena li għaddiet u kif qed jipprospetta li se jmexxi s-sena d-dieħla għandu jkun ta' eżempju ta' kif għandhom jimxu ċerti dipartimenti.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-sena li għaddiet l-Ombudsman tana lezzjoni ta' kif għandna nkunu ekonomiċi fl-użu tar-riżorsi tant li lanqas uża' dak kollu li kien allokat għalih u dan se jkun ukoll il-mod li beħsiebu jmexxi bih s-sena d-dieħla.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-Ombudsman tana wkoll lezzjoni fl-effiċjenza għax it-target li għamel s-sena l-oħra fil-fatt intlaħaq u din is-sena qed jipprova li jkompli jttejjeb fuqu.", "Hawnhekk qed nirriferi għall- espedjenza, fejn każ mhux jispiċċa fuq skrivanija ta' ħaddiem taċ-Ċivil jew ta' xi organiżżazzjoni oħra u jintesa.", "Waħda mill-miri li għamel l- Ombudsman u li jiena hawnhekk irrid infaħħarha, hija li jqassar iż-żmien li fih jagħti d-deċiżjoni tiegħu.", "Jiena ma rridx ngħid li għandu jkun hemm tqassir taż-żmien a skapitu ta' l-effiċjenza pero', min-naħa l-oħra, iċ- ċittadin għandu jieħu sodisfazzjon, tajjeb jew ħażin, fl-iqsar żmien possibbli dwar l-ilmenti li jkun għamel.", "Jien naħseb li dik hija waħda mill-aħjar affairjiet li wettaq l-Ombudsman u li wieħed ta' min ifaħħarha.", "Madam Speaker, jiena nawgura li l-Ombudsman jibqa' għaddej b'din is- sistema u li jibqa' jżomm il-fiduċja li l-poplu u ż-żewġ naħat tal-Kamra wrew fih u li s-sena d-dieħla jirrapporta aktar progress minn dak li rrapporta din is-sena.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru f'ismu u f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-Twaqqif ta' Tribunal Indipendenti għas-Smigħ ta' ilmenti ta' ċerti Inġustizzji li ġraw bejn l-1987 u l-1995\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1996/1997", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru għall-Kummerċ): Madam Speaker, nipproponi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas- sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1996 sat-30 ta' Settembru 1997 skond l- Att XVI ta' l-1977 dwar il-Korporazzjoni Enemalta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Naturalment din id-diskussjoni ma tistax tieħu aktar minn żewġ seduti u nifhem li hawn qbil biex il-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-Ministru għall-Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Grazzi, Madam Speaker.", "Ta' spiss qed ikun hemm min jiġi jgħidilna li jekk bħala Partit Laburista fil-Gvern se nkomplu nagħfsu fuq id-diżastru li writna mingħand il-Gvern ta' qabel, se jkun diffiċli li noħolqu feel- good factor fil-pajjiż għax il-poplu ħlief dlam u ċpar ma jibdiex jara quddiemu.", "Illum m'huwiex opportun li wieħed jitkellem fuq il- Budget u allura nirreżisti t-tentazzjoni li nagħmel dan, pero' dwar dan ovvjament ikollna ċans nitkellmu fil-mument opportun.", "Imma biex inwieġeb għal dak li għidt jien stess iktar kmieni, ngħid li jiena naħseb li l- problema prinċipali li għandu l-Gvern illum m'hijiex jekk għandux jikxef il-verita' jew le, imma l-problema prinċipali hija li sal-lum għadha ħarġet biss ftit wisq mill-verita' dwar ħafna korporazzjonijiet u kumpanniji parastatali li wiret mill-amministrazzjoni l-oħra.", "L-għażla li għandu l- poplu quddiemu llum hija jekk jippreferix jgħaddas rasu fir-ramel biex ma jismax u ma jarax affarijiet koroh jew inkella jekk iridx jibda jmiss il- fatti u l-verita' b'idejh.", "U jien inħoss bl-iktar responsabbilta' li nkunu qed nonqsu bħala amministrazzjoni ġdida, inkunu qed nonqsu bħala amministrazzjoni serja jekk ma nagħmlux qabel xejn stock taking professjonali u oġġettiv ta' dak li sibna f'dawn l-aħħar ġimgħat, aktar u aktar meta wieħed isib, Madam Speaker, li ħafna affarijiet huma ferm 'il bogħod minn kif kienet tippreżentahom l-amministrazzjoni l-oħra fi żmenijiet meta kienet qiegħda fil-gvern.", "Jista' jagħti l-każ li f'ċerti kumpanniji oħra seta' kien hemm min kien qed jegħreq u lanqas biss induna jew ma ħallix lil min jinduna, iżda fir-rigward ta' l-Enemalta żgur li dan m'huwiex il-każ.", "Jien beħsiebni nuri bil-fatti kif filwaqt li d-diriġenti ta' l-Enemalta kienu konxji sew tal-maltemp li kienu għaddejjin minnu, il- Gvern, għax kien jinstab lejliet elezzjoni, għalaq kemm widnejh kif ukoll għajnejh għal dan kollu li qiegħed nirriferi għalih.", "Il-kuntrast narawh ukoll, Madam Speaker, bejn ir-rapport annwali kollu tlellix li ppreżentat il-korporazzjoni u l-X-rays tal-korporazzjoni li jirriżultaw minn mill-inqas żewġ rapporti separati li ġew ikkummissjonati minn Awissu 'l hawn.", "U ngħid żewġ rapporti kummissjonati minn Awissu 'l hawn għaliex wieħed minnhom veru ġie kkummissjonat minna, imma wieħed minnhom kien ġie kkummissjonat proprju mill-istess outgoing administration li għandna llum fil-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni.", "U jien ngħid li l-akbar difett ewlieni ta' l-Enemalta llum huwa li korporazzjoni importanti bħal din, li għal snin sħaħ kienet ir-ruħ u l-pulmun ta' l-ekonomija Maltija, illum donnha spiċċat f'mażżra m'għonq il-poplu Malti u b'mod partikolari m'għonq it-taxpayer innifsu.", "Dan huwa ħażin għaliex jien kont, għadni u nibqa' nemmen li l-Enemalta għandha rwol strateġiku mportanti ħafna x'tilgħab fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Huwa tajjeb li wieħed jirrifletti wkoll fuq il-fatt li meta xi jiem ilu jien kont għidt li fuq kriterji kummerċjali din il-korporazzjoni riesqa lejn falliment, għal xi wħud jien stajt dehert li kont qed nuża kliem daqsxejn goff.", "Iżda meta mbagħad niflu flimkien il- qagħda finanzjarja tal-korporazzjoni mill-ewwel naraw li dan m'hu xejn ħlief stat ta' fatt u li l-ebda ftaħir dwar bini ta' proġetti ġodda ma jista' qatt jiġġustifika din is-sitwazzjoni.", "Madam Speaker, irrid ngħid li sal-21 ta' Ottubru, 1996, id-diriġenti ta' l-Enemalta kienu qed jgħidu lill-Gvern bil-miktub - jiġifieri hawn qed nitkellmu fuq ġimgħa biss qabel l-elezzjoni ġenerali u dan fil-fatt huwa dokumentat - li l-qagħda finanzjarja tal-korporazzjoni tant ma kenitx waħda feliċi li deher ovvju li l-Enemalta kien se jkollha tgħolli l-prezz li wieħed iħallas għall-prodotti ta' l-enerġija.", "L-Enemalta tant kienet determinata li wara l-elezzjoni ġenerali tgħolli l-prezzijiet - ovvjament kieku rebaħ il-Partit Nazzjonalista - li l-bord li temm il-kariga tiegħu ftit ilu kien qabel li jqabbad ekonomista biex iħejji studju ħalli jara kif għandhom jogħlew il-prezzijiet b'tali mod li filwaqt li jiżdied ir-revenue tal-korporazzjoni jinkiseb bilanċ xieraq bejn il-bejgħ tal-prodotti varji.", "Pero', x'aktarx - naħseb li mhux \"x'aktarx\" imma li hekk fil-fatt ġara - li d-data ħesrem ta' l-elezzjoni ħarbtet kollox għaliex għalkemm għal dan l- eżerċizzju diġa' kien intgħażel l-ekonomista s-Sur Lino Delia, f'memorandum mill-Enemalta għall-Ministeru għall-Ambjent, li dak iż-żmien kien responsabbli għat-tmexxija tal-korporazzjoni, intqal li \"unfortunately we were overtaken by events\".", "U jien naħseb li x'kienu dawn l-events kulħadd jista' jbassar meta jiftakar id-data li fiha ġie miktub dan il- memorandum.", "Naħseb li nkunu daqstant ieħor diżonesti jekk ngħidu li s-sinjali tal- problemi finanzjarji fl-Enemalta nibtu biss fil-ftit xhur ta' qabel l- elezzjoni.", "Fix-xahar ta' Awissu ta' l-1996, meta fil-pajjiż diġa' kellna klima elettorali u l-elezzjoni kienet biss xahrejn 'il bogħod, tħejja rapport mill-MSD Consulting, f'isem l-Enemalta, li għamel review sħiħ tar- riżultati miksuba mill-korporazzjoni mill-1 ta' Ottubru, 1992 sa tmien is- sena finanzjarja 1995.", "Fi kliem ieħor illum għandna f'idejna X-rays attwali tal-performance vera ta' l-Enemalta tul l-aħħar leġislatura Nazzjonalista, X-ray li effetivament sar u ġie kkummisjonat fil-biċċa l- kbira tiegħu mill-Gvern Nazzjonalista nnifsu.", "Hawn wieħed jara li bejn l- 1993 u l-1995 il-qagħda finanzjarja kienet marret għall-agħar u dan jirriflettih l-operating surplus ta' l-1995 li niżel għal 43% ta' dak li kien sentejn qabel, kif ukoll in-net surplus before taxation li niżel għal ftit aktar minn Lm 2 miljun, meta fl-1993 kien kważi Lm13 miljun.", "Bil-mod il-mod l-Enemalta bdiet riesqa lejn sitwazzjoni kritika fejn kellu jkun is- surplus tal-Petroleum Division li jagħmel tajjeb għall-operating loss tat- Taqsimiet ta' l-Elettriku u tal-Gass.", "GĦall-ewwel darba Enemalta spiċċat f'qagħda allarmanti fejn id-Division ta' l-Elettriku lanqas kienet tiġġenera dħul biżżejjed biex tassorbi l-operating expenditure tagħha.", "Il- VAT kompliet għakkset lill-Enemalta għaliex minn mindu ddaħlet din it- taxxa fl-1995, l-Enemalta kellha ġġorr, minflok il-konsumatur, madwar Lm7.5 miljun f'dik li hija value added tax.", "Madam Speaker, ma' dawn irridu nżidu wkoll żieda sinifikanti ta' Lm4 miljun f'dawk li huma generating costs minħaba l-mix of fuel li kienet tintuża.", "Biex inkun oġġettiv fil-kritika tiegħi, illum jien irrid nenfasizza biss fuq dawk il-fatturi interni li l-Enemalta setgħet ikkontrollat permezz ta' management aħjar u b'impenn aktar qawwi .", "Fl-1995 biss il-korporazzjoni kellha cost moħbi ta' Lm5 miljun li ma kienu xejn ħlief unbilled jew aħjar unaccounted for units.", "Din hija nefqa li fuqha l- Enemalta kellha kontroll dirett u għaldaqstant il-korporazzjoni ta' bilfors ikollha tgħid mea culpa talli ma sar l-ebda drive intensiv biex din ir-rata titniżżel għal livell aktar raġonevoli.", "Meta ġie kkummissjonat ir-rapport finanzjarju li qed nirriferi għalih, il-konsulenti finanzjarji lmentaw bi sħiħ li sabu nuqqas ta' tagħrif, ta' data u ta' performance measures kif ukoll assenza totali ta' action plans definiti sabiex jiġu identifikati u lokalizzati l-areas problematiċi ħalli tkun tista' tittieħed l-azzjoni rimedjali meħtieġa.", "Kieku wieħed kellu jkejjel l-unaccounted for units ta' l-Enemalta jsib li dawn jirrappreżentaw 17% tat-total, figura li tammonta għal kważi nofs il-pay-roll tal-korporazzjoni.", "Niġi issa għal- livell għoli ta' dejn li għandha l-korporazzjoni biex tiffinanzja l- programm kapitali tagħha.", "Jien napprezza li korporazzjoni ma tistax tiżviluppa jekk ma timbarkax fuq programm qawwi ta' żvilupp kapitali iżda dan irid isir b'mod meqjus u b'mod li dan ikun effettivament budgeted for.", "Appena dħalt fil-ministeru jien tlabt lista tad-development projects tal-korporazzjoni u ġara li apparti din il-breakdown dettaljata li tlabt sibt ma' wiċċi wkoll il- kwestjoni li fil-cash flow ta' bejn Ottubru li għadda u Settembru li ġej huwa stmat li jkun hemm shortfall ta' madwar Lm25 miljun.", "Skond dan ir- rapport li ppreżentawli, dawn huma fondi meħtieġa għan-nefqa totali tal- korporazzjoni u hawn wieħed irid igħid li l-biċċa l-kbira tan-nefqa kapitali hija diġa' kkuntrattata.", "Qabel ma ġew kommessi ċerti proġetti lanqas biss sar programmar serju ta' minn fejn se jinġiebu l-flus għall- Enemalta tant li fir-rapport sibt miktub dawn il-preċiżi kelmiet li se nikkwotahom verbatim:", "\"Since most of the capital expenditure is already contracted for, ways and means need to be identified to find the required financial resources.\"", "Jiġifieri din hija dikjarazzjoni ċara u tonda, dikjarazzjoni iswed fuq l- abjad min-naħa ta' l-Enemalta stess li qed tgħid: Isma', jien dawn intrabatt u kommess fuqhom, imma issa, bħala gvern ċentrali, araw intom minn fejn se ġġibu l-flus.", "Illum l-Enemalta ġiet dahra mal-ħajt mhux biss għax imtliet tilja dejn, iżda ukoll għaliex jekk ma jkunx hemm titjib drastiku fil-performance u fl-operazzjonijiet tagħha se ssibha diffiċli biex saħansitra tagħmel servicing tad-dejn tagħha meta dawn jiġu biex jitħallsu.", "Li kieku l-Gvern Nazzjonalista kien onest miegħu nnifsu u mal- poplu in ġenerali kien jammetti illi aktar minn sena ilu, f'Settembru ta' l- 1995, il-korporazzjoni lanqas kellha fondi biżżejjed biex tilqa' għal-loan repayments u għall-commitments finanzjarji oħrajn.", "Ġara illi l- korporazzjoni kellha ddur fuq bank wara l-ieħor tfittex overdraft facilities akbar, kif ukoll self temporanju biex tkompli tgħix fuq respiratur artifiċjali.", "Biex inkunu għidna kollox, imbagħad kien hemm ukoll ċirkostanzi estranei għall-Enemalta li komplew għakksuha aktar bħal, per eżempju, id-dewmien li kien hemm fil-ħruġ tal-kontijiet ta' l-elettriku wara l-introduzzjoni ta' software package ġdid mill-Water Services Corporation biex jieħu post dak il-package li kien hemm fis-Swatar.", "Madam Speaker, il-Gvern ilu minn Awissu li akkwista dikjarazzjoni uffiċjali mingħand il-konsultenti li qabbdet l-Enemalta stess li tgħid li l- korporazzjoni m'hijiex se tkun f'qagħda li mir-riżorsi tagħha tagħmel tajjeb għal-loan repayments dovuti kif ukoll għan-nefqa kapitali li fil- ġejjieni tista' tinħtieġ biex tilqa' għall-prijoritajiet nazzjonali.", "L- Enemalta lanqas jidher li ddentifikat jew ħadet passi konkreti biex issolvi l-problemi li hemm f'ċerti areas sensittivi bħalma huma l-ħela u l- bżonn ta' cost savings effettivi.", "Irrid nagħmilha ċara illi jekk l- Enemalta se tkompli miexja f'din it-triq, apparti milli tħarbat l- operazzjonijiet tagħha stess, din tista' tagħmel ħsara rreparabbli lill- international credit rating ta' pajjiżna, jekk kemm-il darba l-Enemalta ma tkunx f'qagħda li tonora l-international loan repayments meta dawn jiġu biex jagħlqu.", "Niġu issa għall-komputerizzazzjoni.", "Għalkemm l-Enemalta tidher li se tibda ddaħħal xi ftit is-sistema tal- komputerizzazzjoni, sas-sajf li għadda ħafna mit-tagħrif, kemm finanzjarju kif ukoll tagħrif ieħor, kien għadu jinġabar u jinżamm b'sistema manwali.", "Din hija ħaġa ferm stramba meta wieħed iżomm f'moħħu kemm il-Gvern l-ieħor nefaq fuq computerisation f'azjendi ferm iżgħar u anqas strateġiċi għal pajjiżna mill-Korporazzjoni Enemalta.", "Instab illi jekk wieħed ineħħi software limitat ta' spreadsheets u t'affarijiet oħra relatati, ma kien hemm kważi l-ebda computerisation.", "Dan in-nuqqas, apparti milli jwassal għal ħela ta' ħin għall-ġbir ta' l-informazzjoni, dan seta' jagħti, kif naħseb li ta, lok għall-iżbalji f'dak li jkun qed jinġabar.", "Jiena naħseb li fiż-żmenijiet tal-lum ma tridx tkun xi espert finanzjarju biex tintebaħ li biex ikollok mekkaniżmu ta' decision making effettiv f'idejk irid ikollok performance measures mill-aktar preċiżi u ta' min jorbot fuqhom, ħaġa li jien persważ li l-Enemalta ma kellhiex.", "Ħaġa oħra li ta' min jgħarbel hija kif kien isir sewwa sew ix-xiri taż- żejt mill-Enemalta għaliex ġieli daħlet fi ftehim fejn kisbet fuel u gas oils bi prezzijiet li meta jinħadmu sew jirriżultaw ogħla mill-ispot prices li wieħed kien jixtri bihom minn fuq l-open market.", "L-akbar uġiegħ ta' ras għall-Korporazzjoni Enemalta hija bla dubju ta' xejn l-Electricity Division li għal dawn l-aħħar tliet snin dejjem kellha telf qabel it-taxxa, liema telf ġie kkawżat minn diversi fatturi, bħalma huma, żieda fl-interessi, bad debt provisions, ċaqliq fir-rati tal-kambju u d-devaluation li saret fl-1993.", "Fl-1995 kellna sitwazzjoni agħar minn hekk għaliex din id-division tant għamlet operating loss li saħansitra lanqas kienet kapaċi tassorbi costs diretti u indiretti.", "Ngħid għalija, l-aktar ħaġa li tinkwetani dwar l-Enemalta huma l-units generated but not billed fejn il-livell attwali huwa għoli meta wieħed iqabblu ma' dak ta' pajjiżi Ewropej oħrajn.", "Biex insemmi kollox u għax jien ma narax kollox iswed u abjad, kien hemm snin meta l-korporazzjoni ġieli għamlet kampanji pubbliċitarji, anke taħt il-Gvern l-ieħor, dwar is-suċċess li kien qed ikollha fil-qbid ta' każi ta' serq ta' l-elettriku.", "GĦal raġunijiet li jien ma stajtx nifhimhom din il-kampanja naqset drastikament tul l-1995 .", "L-unaccounted for units m'humiex dovuti biss għal każi ta' serq għaliex jista' jkun hemm ukoll low u high voltage losses, iżda f'dan ir-rigward hemm ċerti stramberiji li ma nistax nifhimhom, fosthom li l-Enemalta m'għandhiex policy li tistalla meters fis-substations for its own use.", "B'hekk il-korporazzjoni m'għandiex mezzi għad-dispożizzjoni tagħha kif tkejjel units mibgħutin f'areas lokalizzati biex imbagħad tqabbilhom ma' units li jiġu billed f'dawk l-istess areas.", "Jiena naħseb li prijorita' għall-bord il-ġdid għandha tkun li jitwaqqaf team ta' nies professjonali biex jiżviluppaw programm bit-tir li jiġi lokalizzat, kwantifikat u mnaqqas kemm jista' jkun it-telf ta' units bl-aktar mod cost effective.", "Jien ma rrid lil ħadd jieħu l-impressjoni li aħna se niffokaw biss fuq l- abbużi mingħajr ma nħarsu lejn l-iżvilupp tal-power supply tal-pajjiż.", "Kulħadd jaf li fl-għaxar snin li ġejjin id-domanda mistennija tirdoppja u għaldaqstant wieħed irid jippjana għat-tul biex permezz ta' capital expenditure ġdida jiġu rimpjazzati l-plants antiki u obsolete li se jkollna.", "Dan kollu jrid isir b'mod studjat, maħsub u serju mingħajr ħafna skossi, mingħajr ħafna sulluzzu u mingħajr ħafna mbuttar minn min forsi jkun qed jimbotta l-interessi personali tiegħu.", "Dan qed ngħidu għaliex hemm klima kerha ta' dubji u suspetti dwar kif kien isir ċertu procurement ġewwa l-Enemalta.", "Apparti milli kien hemm, u jiena naħseb li għad hemm, ħbiberiji żejda ma' ċerti suppliers, huwa fatt magħruf li mill-Enemalta toħroġ informazzjoni konfidenzjali għal għand ċerti suppliers kemm Maltin u anke barranin.", "Fl-imgħoddi smajt ukoll b'każi fejn ċerti specifications donnhom saru biex jakkomodaw lil ditti partikolari.", "Isemmulek ukoll nies tekniċi li għalkemm huma kompetenti ħafna f'xogħolhom, fost sħabhom għandhom image ta' businessmen u b'hekk mingħajr ma trid tibda tonqoslok il-fiduċja fihom.", "Jien irrid nagħmilha ċara li nistenna sens ta' responsabbilta' minn kull impjegat tal-korporazzjoni u hawnhekk jien mhux qed inħares lejn lealta' politika, għax kulħadd għandu dritt għall-opinjoni politika tiegħu, imma m'hu se nittollera lil ħadd, ta' l-ebda kulur politiku, li jżeffen fin-nofs l-interessi kummerċjali ma' l-interessi li wieħed jista' jkollu fuq il-post tax-xogħol tiegħu.", "Din qed ngħidha għax tkun tajba kemm tkun dik il- persuna, jekk jirriżultawlna fatti konkreti bħal dawn, lesti li nieħdu l- iktar passi drastiċi li tippermettielna l-liġi.", "Għal din il-għan nħoss li l-bord il-ġdid li beda jopera mill-bidu ta' din is-sena għandu jagħti prijorita' kbira lill-indafa u lit-trasparenza fit-tmexxija tal- korporazzjoni.", "Jien għandi l-akbar rispett lejn il-ħaddiema ta' l-Enemalta u dawn se jsibu l-appoġġ kollu tiegħi b'mod speċjali dawk li jpoġġu l- interessi tal-korporazzjoni l-ewwel u qabel kollox.", "Ħaġa oħra li rridu ndaħħlu hija l-accountability fost il-ħaddiema kollha u f'kull livell.", "Dan qed ngħidu għax ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni assurda li għandna llum fejn trid tqabbad konsulenti minn barra l- kumpannija jew trid tirċievi xi ittra anonima biex tkun taf il-verita' dwar ċerti power cuts li ġieli jkun hemm.", "Jien ma rrid lil ħadd jaħseb li jien qed nitkellem b'mod paranoid jew li qed nirriferi għal xi każi ta' sabutaġġ iżda qed ngħid li fil-fehma tiegħi id-diriġenti tal-korporazzjoni għandhom ikunu jafu mill-ewwel ir-raġuni vera għal ċertu qtugħ li jkun hemm fis- sistema tad-dawl .", "Dawn għandhom ikunu jafu jekk dawn humiex dovuti għal ħsara ġenwina jew jekk humiex ġejjin minn żbalji umani jew inkella minn xi negliġenza.", "Daqstant ieħor għandhom id-dmir ikunu jafu jekk il-qtugħ ikunx dovut għal nuqqas ta' preventive maintenance billi din ma tkunx saret jew jekk din tkun saret ma tkunx saret b'mod professjonali u programmat.", "Wisq nibża' li fost ċerti nies hemm il-mentalita' li sakemm ċertu makkinarju jkun qed jaħdem inti m'għandekx taqilgħu għax inkella taf toħloq problemi ġodda.", "Għal min beda jitbissem meta ftit ilu d-dawl teptep, nagħmilha ċara li l- livell ta' qtugħ ta' dawl f'Malta huwa wieħed ta' għajb meta wieħed iqis li ninsabu fl-1997!", "Għaldaqstant jekk xi ħadd qed jaħseb li b'xi mod jien se nipprova niġġustifika l-qtugħ tad-dawl li jkun hemm sejjer żball għax dawn l-affarijiet jien neħodhom b'serjeta' kbira u kif investigajt l- qtugħ tad-dawl li kellna f'Diċembru aħna lesti ninvestigaw kull qtugħ ieħor sostanzjali li jista' jsir min-naħa tal-korporazzjoni għad-dannu għal konsumatur.", "Nerġa' ngħid li l-konsumatur u t-taxpayer tagħna l-inqas li jippretendi huwa li jkollu servizz kostanti mingħajr dawn it-tip ta' interruzzjonijiet.", "Jien mhux qed ngħid li d-dawl m'hu se jinqata' qatt - dan ma wegħednihx fil-manifest tagħna kif kien wiegħdu ħaddieħor fl- imgħoddi - iżda li nistenna mill-korporazzjoni huwa li dawn l-okkażjonijiet jiġu minimiżżati kemm jista' jkun u meta xi ħaġa tmur żmerċ il-verita' toħroġ mill-ewwel.", "Sakemm indum responsabbli jien għall-Enemalta se nisħaq biex ikun hemm accountability sħiħa fost il-ħaddiema kollha, kemm mill- kapijiet tad-dipartimenti u l-inġiniera kif ukoll mill-iċken messaġġier.", "Dik il-mentalita' li kollox jgħodd, li xejn m'hu xejn u li \"mbagħad naraw\" hemm bżonn li tispiċċa għax sfortunatament mentalita' bħal din teżisti across the board.", "Madam Speaker, hemm bżonn li l-customer care ikun ferm aktar minn sempliċi isem ta' dipartiment.", "Jekk hemm qasam tal-public relations dan irid ikun verament għas-servizz tal-pubbliku u min ikun qed imexxi għandu jissielet biex l-informazzjoni toħroġ u nhux biss li toħroġ imma li toħroġ fil-ħin u mingħajr skossi.", "Ma jistax ikun li wara jumejn jew tlieta minn meta jkun deher artiklu fil-gazzetti fuq l-Enemalta it-tweġiba tkun għadha lanqas dehret fl-istampa.", "Trid tinqata' darba għal dejjem il-mentalita' li meta xi ħaġa tmur żmerċ qisu ma jkun ġara xejn.", "Jien sibt sitwazzjoni assurda fejn jekk jiġri xi ħaġa u ċ-chairman ma jkunx fl-uffiċċju u l- financial controller ikun imsiefer, Alla jbierek ħadd ma jersaq 'il quddiem biex jgħidlek x'ġara ħażin jew biex jerfa' r-responsabbilta' għal dak li jkun mar żmerċ.", "GĦaldaqstant l-istruttura tal-korporazzjoni hija waħda difettuża u dwarha beħsiebni nitkellem aktar 'il quddiem.", "Madam Speaker, l-istess jista' jingħad għal dik li hi l-istruttura tal- ħaddiema.", "Jien niftakar industrijalist u businessman prominenti Malti li kien jgħid lill-managers tiegħu: There are no lousy workers, there are only lousy managers.", "Jien ma nemminx li dan huwa l-każ fl-Enemalta għax nemmen li f'din il-korporazzjoni hemm kemm managers kif ukoll ħaddiema tajbin u kulma jonqos huwa li jkun hemm fine tuning li tirranġa l-livell ta' effiċjenza tan-nies fuq il-post tax-xogħol tagħhom ħalli jżidu l-commitment u l-impenn tagħhom matul il-ġurnata tax-xogħol.", "L-impressjoni li ħadt mid- diversi żjarat li għamilt fl-Enemalta, liema mpressjoni nittama li hija żbaljata, hi li għal ħafna nies l-importanti hu li tħallihom bi kwiethom u li anqas ma jkollhom problemi u anqas ma ġġiegħlhom jinbagħdu ma' ta' taħthom aktar aħjar.", "Jidher ukoll li ċerti dipartimenti donnhom huma kuntenti li jibqgħu magħluqin fihom infushom u li jinqatgħu mill-kumplament tal-korporazzjoni.", "Madam Speaker, jien naħseb li wara l-istudji kollha li għamilna wasal iż- żmien li b'konsultazzjoni mal-unions inħarsu ħarsa lejn il-labour force ta' l-Enemalta.", "Fl-opinjoni tiegħi, wasal iż-żmien li jsir studju indipendenti dwar il-job description tal-ħaddiema, dwar kif dawn qed jiġu deployed, dwar x'inhuma l-productivity levels tagħhom, dwar l-ippjanar ta' l-overtime u kemm minnu huwa ġenwinament meħtieġ kif ukoll dwar il-mod ta' kif il- korporazzjoni tista' tuża lin-nies tagħha bl-aktar mod effiċjenti.", "Kif diġa' għidt, aħna beħsiebna nitkellmu mal-unions ħalli dan l-istudju jsir fl-iqsar żmien possibbli, għax ma jistax ikun li tibqa' tipprevali l- mentalita' li ladarba l-Enemalta hija investiment tal-gvern, allura wieħed għandu xi cushy job fejn jagħmel li jrid mingħajr ebda sens ta' responsabbilta'.", "Madam Speaker, beħsiebna nagħfsu wkoll fuq l-iskartar li hemm f'ħafna sezzjonijiet kif ukoll irridu nieħdu passi fuq il-ħela u t-tberbiq ta' flus.", "Jenħtieġ naraw jekk hemmx bżonn dak it-trasport kollu li għandha l-korporazzjoni u rridu naraw ukoll li x-xogħol fid-distretti jiġi pprogrammat aħjar u li jsir b'aktar ħeffa.", "Ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni fejn ċittadini frustrati jgħidulek li l-ħaddiema ta' l-Enemalta ħlief jgħadduk mingħand Qajfas għal għand Pilatu ma jagħmlux, jew, agħar minn hekk, li xi drabi saħansitra jħalluk mingħajr ebda risposta.", "Irridu nibdew naħdmu b'mod effettiv mal-kunsilli lokali u rridu naslu f'pożizzjoni fejn il-konsumatur Malti u Għawdxi iħossu komdu ma' l-Enemalta, daqslikieku qed jitratta ma' l-aktar ditta privata professjonali.", "FIl-preżent dan kollu ma jeżistix fi ħdan il-korporazzjoni u għalhekk irridu naħdmu biex xi darba għad naslu fi stadju bħal dan.", "Madam Speaker, it-tir waħdieni ta' l-Onor. kollega tiegħi, l-ex- Segretarju Parlamentari, donnu kien li jwaħħal il-bozoz fid-distretti tant li kien hemm persuna in charge li kienet tiddeċiedi kollox hi dwar x'jitwaħħal u x'ma jitwaħħalx u dwar fejn u meta jitwaħħal u affarijiet bħal dawn.", "(Interruzzjonijiet) Jekk tistaqsi lill-ħaddiema jgħidulek l- stess affarijiet li qed ngħidlek jien.", "Biżżejjed ngħid li lejliet l- elezzjoni tant twaħħlu lanterni li ma sibna l-ebda supply left over u għalhekk kellna nagħmlu konsultazzjonijiet twal mad-Dipartiment tal- Kuntratti biex niżguraw li jkollna provvista għax-xhur li ġejjin sakemm jilħaq isir it-tendering process.", "Jidher li l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-istreet lighting tant saru ta' kafkaf li l-budget allocation li kien hemm għalih mhux biss intnefaq talli ntnefaq anke dak li kien għadu lanqas biss ġie vvotat.", "Ġara wkoll li l-file ta' l-istreet lighting Alla jbierek għosfor mill-uffiċċju ta' l-ex-Segretarju Parlamentari u skond l-informazzjoni li għandi sal-lum dan l-imbierek file baqa' ma nstabx.", "Fl-intervent tiegħu, l-Onor.", "Ninu Zammit forsi jkun jista' jitfa' xi ftit dawl fuq x'seta' sar minn dan l-imbierek file ta' l-istreet lighting.", "Madam Speaker, iċ-ċittadin irid iżomm f'moħħu li kieku Malta baqgħet fit- triq ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, minkejja d-diffikultajiet kollha li kellha u li għad għandha, l-Enemalta kien ikollha futur ħafna iktar inċert.", "Il-fatt li din il-mannara ma għadhiex imdendla fuq rasna flimkien mal-fatt li l-Gvern ma għandux ħsieb li jipprivatizza l-Enemalta ma jfissirx li allura nistgħu nħarsu lejn din il-korporazzjoni bħala xi sponża jew xi lumija li wieħed jista' jibqa' jagħsarha kemm irid.", "Hemm bżonn li kulħadd jagħti sehemu, nibda minni bħala l-bniedem responsabbli mill-korporazzjoni, id-diretturi, il-ħaddiema u anke l-union għax jekk xi parti tonqos li tagħmel d-dmir tagħha l-Enemalta tkun qisha mejda zoppa.", "Madam Speaker, illum irrid nuri li mhux l-Enemalta biss kienet taf bil- qagħda mwiegħra tagħha imma li anke l-ex-Ministru tal-Finanzi kien ilu jħokk rasu dwar il-qagħda finanzjarja prekarja tal-korporazzjoni.", "Ta' min jgħid li meta kien qed jiġi diskuss il-Business Plan 1994/1997 ma' l-ex- Ministru tal-Finanzi fit-2 ta' Ġunju 1995, l-Onor.", "Dalli kien tkaża li l- Enemalta kienet qed tippretendi ħafna affarijiet mill-Gvern mingħajr ma kienet disposta li tieħu xi miżuri immedjati biex trażżan l-ispiża kurrenti tagħha.", "GĦalhekk, l-Onor.", "John Dalli kien talab lill-Enemalta biex tagħmel studju bl-għan li l-proġetti kollha jkunu self-financing u dan kellu jsir qabel ma timbarka fuq xi proġett.", "Minn dan kollu ma sar xejn, anzi mhux talli ma sar xejn imma nafu li ġara l-oppost għax il-proġetti mhux biss ma kenux self-financing imma li l-ewwel sar il-commitment, imbagħad għall- financing qalu: Issa, Sur Gvern il-problema qiegħda f'ħoġrok.", "Biex inkun preċiż irrid ngħid li studji saru kemm trid iżda qatt ma twettaq xejn għaliex fil-fehma tiegħi l-Gvern ma ried iħallas ebda prezz politiku għal xi deċiżjoni li seta' jieħu.", "Eżempju tipiku ta' l-irresponsabbilta' tad- diriġenti ta' l-Enemalta ħareġ ċar fl-1995 meta minkejja l-qagħda finanzjarja diżastruża tal-korporazzjoni dawn kellhom f'moħħhom li jberbqu madwar Lm150,000 għall-festi ċentinarji tal-korporazzjoni.", "Biex inkun għidt kollox irrid ngħid li l-ex-Ministru tal-Finanzi kien qies din is-somma bħala waħda stravaganti anke kieku l-korporazzjoni ma kenitx fil-qagħda ħażina li kienet fiha.", "Dan qed ngħidu biex nuri li għalkemm dawn l- affarijiet kienu jagħtu fl-għajn anke lin-nies tagħhom stess, xorta waħda kien hemm ċerti nies fi ħdan l-Enemalta li kellhom ċerta mentalita' donnu li m'hemmx limitu għall-infiq li jista' jsir, huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi u l-qagħda attwali tal-korporazzjoni.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li nħoss li għandha tagħmel il-korporazzjoni fil-ġejjieni qarib hija li tiżgura li ma jkunx hemm dewmien fil-ġbir tal- flus dovuti lilha.", "Huwa kkalkolat li mid-data tal-konsum sad-data li fiha tiġbor il-flus dovuti l-korporazzjoni tieħu madwar 11-il xahar fejn f'pajjiżi oħrajn dan il-perijodu huwa ferm inqas.", "Għalkemm jingħad li sar xi titjib f'dak li huwa qari ta' meters, meta nipparagunaw il-gap li hemm ma' pajjiżi oħrajn, bħal ngħidu aħna f'Ċipru, xorta waħda nsibu li hemmhekk kollox isir f'medda ta' tliet ġimgħat u dan ifisser li għad għandna ħafna x'naqdfu biex nilħqu dan il-pajjiż Mediterranju li għadni kif semmejt.", "Għaldaqstant jenħtieġ li l-Enemalta ssib mezzi moderni u effikaċi kif tkun tista' tiġbor flusha b'mod aktar konkret u effettiv.", "Issa se niġi għal żewġ areas oħra li jien onestament nixtieq li jingħataw prijorita' fis-snin li ġejjin.", "Dawn huma t-taqsima tat-taħriġ u l-kwestjoni tal-health and safety.", "Meta ngħid taħriġ qed nirriferi wkoll għat-training ta' nies li jkollhom bżonn jiġu aġġornati bi snajja' ġodda ħalli jonqos kemm jista' jkun in-numru ta' nies unskilled li hemm mal- korporazzjoni.", "Naħseb li dan m'huwiex xi suġġett kontroversjali u għalhekk kulħadd għandu jaqbel li fl-Enemalta jkun hemm aktar drive biex naslu għal firxa aktar wiesgħa ta' retraining.", "L-istess ngħid fil-każ tal-health and safety għax għalkemm jeżisti l- health and safety unit li qed isir ċertu xogħol, jenħtieġ li jkun hemm aktar infurzar tal-liġijiet tal-health and safety peress li dawn spiss qed jiġu njorati mill-ħaddiema.", "Jien naf li l-Kodiċi ta' Dixxiplina tagħmilha ċara li jekk bniedem tgħidlu darba, darbtejn, tlieta u jibqa' ma jilbisx il- protective clothing tiegħu, jistgħu jittieħdu passi dixxiplinari kontrih.", "Jien nemmen li preferibbilment l-ewwel għandek tasal bil-kelma t-tajba imma jekk tara li b'dan il-mod mhux qed tasal nemmen ukoll li għandhom jittieħdu passi dixxiplinari mhux biex sempliċement tikkastiga imma biex il-ħaddiem jiġi edukat sabiex jaħseb għal saħħtu stess u għas-saħħa ta' sħabu fuq il- post tax-xogħol.", "Nixtieq ngħid ukoll li jekk il-qagħda tad-debituri ta' l-Enemalta hija waħda prekarja daqstant ieħor hija mwiegħra l-qagħda tal-kredituri, l-aktar dawk long term.", "F'dawn l-aħħar sentejn dawn żdiedu b'xi 90% tant li telgħu minn Lm54.3 miljun għal Lm103.6 miljun.", "Dan kollu ovvjament jgħolli l- gearing tal-korporazzjoni b'mod li żgur ma jkunx aċċettabbli għal ċerti istituzzjonijiet li kieku l-korporazzjoni kellha tkun entita' purament kummerċjali.", "F'sitwazzjoni bħal din, wieħed imbagħad m'għandux jiskanta meta jara li r-riżervi tal-korporazzjoni naqsu drastikament b'45%.", "Madam Speaker, illum wieħed ma jistax jitkellem dwar l-Enemalta mingħajr ma jitkellem ukoll dwar", "il-Power Station ta' Delimara.", "Apparti mill-ħsara ambjentali li dan il- proġett għamel kif ukoll mill-mod li bih il-Gvern tal-ġurnata ġie jaqa' u jqum min-nies u mill-bajja pittoreska ta' Marsaxlokk, xorta jibqa' ħafna x'wieħed jgħid fuq dan il-proġett.", "Illum jien mhux se nitkellem fuq id- difetti tal-konċett tiegħu jew fuq kif nefqu Lm1 miljun fuq l- administration block, jew fuq kif daħlilhom pied ilma fil-generation, inkella fuq il-lack of quality control li wieħed espert qalli li x'aktarx kien hemm fil-funderija meta nħadem il-makkinarju - dawn huma kollha problemi li wieħed jista' jindirizzahom f'okkażjonijiet oħrajn li jkollna - imma għall-memorja tajjeb li nenfasizzaw ftit affarijiet ħalli wieħed jipprova jifhem is-sequence of events dwar kif imxew l-affarijiet ġewwa l- Power Station ta' Delimara.", "Nibda biex ngħid li Phase I tal-power station tikkonsisti f'żewġ steam units li kapaċi jiġġeneraw 60 Megawatts kull waħda u li kull unit għandha heavy fuel oil fired boiler u steam power turbine.", "Dawn il-boilers kienu nġiebu mill-Awstrija filwaqt li t-turbini nġiebu mill-Indja.", "Għalkemm sa tmiem l-1992 Unit I kien ġie commissioned u mqabbad u fil-każ ta' Unit II dan sar fis-sajf ta' l-1992, fil-bidu ta' l-1994 sar evidenti li Delimara kellha bżonn extension biex tkun tista' tilqa' għall- projected load li jkun hemm bżonn fix-xtiewi.", "MADAM SPEAKER: Onor. Brincat għandek bżonn extension.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nipproponi li l-Onor.", "Brincat ikompli jinstema'.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Brincat ikompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess tal-Kamra ngħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Madam Speaker, x'aktarx li l-Gvern iddeċieda li jixtri żewġ diesel oil fuelled gas turbines li kapaċi jiġġeneraw 37.5 Megawatts kull waħda għal tliet raġunijiet prinċipali; (i) minħabba li ż-żmien kien qed jagħfas u għalhekk it-turbini tal-gass jieħdu inqas żmien biex jiġu stallati; (ii) minħabba li n-nefqa kapitali fuq turbini tal-gass li huma diesel oil fuelled hija inqas minn dawk li huma heavy oil fuelled steam units; u (iii) minħabba li t-turbini tal-gass tista' tistartjahom u tissinkronizzahom fi żmien għaxar minuti b'kuntrast ma' l-isteam units li normalment jieħdu bejn siegħa u erba' siegħat biex jiġu sinkronizzati.", "Pero' dak li donnu qatt ma qal il-Gvern huwa li r-running cost għat-turbini tal-gass huwa ferm ogħla minn dak ta' l-isteam plants u għalhekk jidher ċar li l-Enemalta aktar kellha f'moħħha li tevita nefqa kapitali akbar milli biex tnaqqas iż-żieda fir-running costs tagħha.", "Jien nistaqsi, per eżempju, jekk fiċ-ċirkostanzi il-Gvern qgħadx jikkonsidra li jixtri gas turbine waħda biex isolvi l-problema immedjata ta' nuqqas ta' kapaċita' u ż-żewġ heavy oil fuelled steam units biex ikun jista' jekonomizza aktar fil- konsum.", "Mistoqsijiet oħra li ma ġewx imwieġba huma għaliex fl-iżvilupp ta' Phase II B f'Delimara l-Enemalta għażlet li tirrikorri għal combined cycle plant, minflok għall-plant li nxtara għall-ewwel fażi, jiġifieri żewġ heavy fuel oil fired boilers u żewġ steam powered turbines.", "Naħseb li jkun ta' interess għall-poplu jekk fl-interventi li jsiru min-naħa ta' l- Oppożizzjoni jintefa' ftit dawl fuq din il-kwestjoni.", "Hemm bżonn li l- iżvilupp ta' l-enerġija f'pajjiżna isir b'mod studjat u ppjanat u li kollox jittieħed in konsiderazzjoni, inkluż l-aspett tal-finanzjament.", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-finanzi tajjeb li ngħid li fis-16 ta' Diċembru tas-sena l-oħra, jiġifieri inqas minn xahar ilu, ġejt ippreżentat b'overview tal-qagħda finanzjarja tal-korporazzjoni illi jagħti stampa li tkexkxek.", "Dan l-istudju ġie commissioned fi żmieni u sar miċ-chairman ta' dak iż-żmien, Dr. Robert Ghirlando, persuna integra li mexxiet il- korporazzjoni b'ċerta serjeta'.", "Dan ir-rapport juri ċar kif skond MSD Consulting il-likwidita' tal-kumpannija iddeterjorat f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Il-konklużjonijiet li waslu għalihom huma li dan mhux biss sar minħabba l-ispiża kapitali iżda minħabba l-mod kif ħżienet l-operating performance tad-divisions tal-korporazzjoni l-aktar fid-Division ta' l- Elettriku.", "Meta jiena semmejt l-għażliet ħżiena li l-Enemalta għamlet fix- xogħol taż-żejt, illum nista' nikkwantifika dan permezz tar-rapport ta' l- esperti fejn igħid li bejn Ottubru 1994 u Settembru 1996 il-korporazzjoni nefqet Lm7 miljun addizzjonali f'ċertu xiri ta' crude oil.", "Id-djun tal-korporazzjoni telgħu tant li sa Settembru li għadda l- korporazzjoni kellha loans ta' ftit inqas minn Lm78 miljun u konsegwentement il-piż ta' l-interessi sar wieħed esaġerat.", "Minflok ma' l- Gvern għen lill-korporazzjoni dan kompla jaħlibha billi fl-1995 insista li din għandha tagħmel kontribuzzjoni għall-Kaxxa ta' Malta bir-riżultat li t- Lm12 miljun li l-Enemalta ikkontribwiet lill-Gvern kellha titħallas mill- bank loan.", "Dan ifisser li l-Enemalta ma ħallsitx id-dues tagħha lill-Gvern mill-fondi tagħha imma ħallsithom minn bank loan li kienet għadha kif ħadet għax ma kellhiex fondi likwidi biżżejjed biex tħallas dan il-pagament.", "Meta wieħed iqis il-capital outlay tal-corporation wieħed jinnota li l- livell ta' investiment tal-Gvern fil-korporazzjoni jammonta biss għal Lm4.3 miljun, ammont li huwa ferm aktar baxx mid-distributions annwali li l- korporazzjoni tagħmel lill-Gvern.", "B'kuntrast ma' l-1995, meta l-Enemalta għamlet overall profit ta' Lm2.6 miljun, din is-sena l-managemenrt accounts jidhru li qed jindikaw telf ta' Lm2.5 miljun.", "Madam Speaker, fil-fehma tiegħi u ta' ħafna oħrajn illum l-Enemalta kważi qed tikser il-provvedimenti tal-liġi tagħha stess fis-sens li subartiklu 20(3) jgħid li l-korporazzjoni għandha tiżgura li l-prezzijiet ta' l- elettriku għandhom ikunu tali li jipprovdu revenue biżżejjed biex ikopru l- operating expenses kif ukoll it-taxxi, d-depreciation u l-cost ta' l- interessi.", "Barra minn hekk din għandha tilqa' għal-loan repayments u toħloq riżervi biżżejjed biex tiffinanzja parti min-nefqa li jjkun hemm bżonn biex issir l-espansjoni meħtieġa.", "Nerġa' ngħid, dan mhux qed ngħidu jien jew in-naħa tal-Gvern biex inpinġu l-affarijiet koroh, imma joħroġ mill-Enemalta Act innifisha.", "L-Enemalta llum mhux biss mhux qed tiġġenera fondi biżżejjed mill-operazzjonijiet tagħha talli l-likwidita' qed tiġi aggravata aktar b'piżijiet li jlaħħqu madwar Lm10 miljun fis-sena.", "Biex ma jsirx default on repayments il-korporazzjoni ġieli kellha tutilizza fondi ġodda mis-Sumitomo loan biex tagħmel capital and interest repayments fuq is- syndicated loan li għandha.", "Il-konsulenti finanzjarji qed jagħmluha ċara li l-kumpannija se tfalli jekk tkompli tonora d-djun tagħha billi terġa' tissellef, li allura jkompli jiżdiedu l-interessi.", "Biżżejjed ngħid li l- faċilitajiet bankarji ta' l-Enemalta tant laħqu l-maximum lending limit tagħhom li l-banek Maltin issa kull darba se jibda jkollhom bżonn l- approvazzjoni tal-Bank Ċentrali qabel ma jżidu dawn il-faċilitajiet.", "Madam Speaker, irridu nagħmluha ċara li l-Enemalta lanqas tista' tibqa' qisha x'istitut tal-karita' u mhux se tittollera li ċerti kontijiet idumu ma jinġabru.", "Fil-fatt statistika riċenti turi li 60% tad-debituri ta' l- Enemalta, li jlaħħqu għal madwar Lm12 miljun, għandhom aktar minn sena sħiħa fuqhom.", "Dan ifisser li ta' kull sena l-korporazzjoni qed tħallas Lm850,000 Maltin aktar f'interessi minħabba f'debituri li jkunu overdue.", "GĦalhekk irridu nagħmluha ċara li l-Enemalta ma tistax tibqa' tittollera credit periods bħal dawn u jien se nistieden lill-bord il-ġdid biex once li jkun fully constituted, jiġifieri once li fuqu jkun hemm anke r- rappreżentant nominat min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, jibda jinvestiga kif din is-sitwazzjoni tista' tiġi rimedjata.", "Hemm bżonn li nikkonsidraw serjament kif għandna ninċentivaw lil min iħallas fil-pront u nbeżbżu u nippenalizzaw lil min ikaxkar saqajh.", "Jidhirli li l-mod ta' kif dan jista' jsir hija pjuttost xi ħaġa tal-bord milli xi ħaġa tal-Ministru konċernat.", "Madam Speaker, li hemm ukoll iswed fuq l-abjad huwa l-fatt li filwaqt li l-Enemalta għandha tieħu l-miljuni mingħand diversi korporazzjonijiet, hi għandha tagħti lill-gvern Lm11.6 miljun f'dawk li huma duty on petroleum, kontribuzzjonijiet tas-sigurta' nazzjonali, PAYE kif ukoll debentures tat- Teżor.", "Bħalissa l-korporazzjoni għandha quddiemha żewġ programmi kapitali kbar; il-Phase 2B tad-Delimara, li hija stmata li se tqum Lm28 miljun u li hija mistennija titlesta f'April ta' l-1998, kif ukoll l-estensjoni tal- 132KV cable mill-Marsa għal Mosta, li għalih diġa' ntnefqu Lm6 miljun u hu mistenni li jitlesta għal kollox f'Settembru 1998.", "Biex nagħlaq, ħalli nħalli iktar ċans lil sħabi miż-żewġ naħat tal-Kamra, ngħid li l-korporazzjoni se tagħmel ukoll xogħol fuq diversi proġetti ta' refurbishment, extensions u anke fuq substations.", "Oriġinarjament kien ipproġettat illi bl-eċċezzjoni ta' Phase 2B project, in-nefqa kapitali tal- korporazzjoni kellha tiġi ffinanzjata mis-surplus cash ġenerat mill- operazzjonijiet iżda l-fatti juri li dan ma seħħx.", "Bħalissa qed isir programm ta' żvilupp ġewwa l-Enemalta - jien nawgura li dan jitkompla jsir b'impenn u bis-serjeta' - biex jiġi determinat x'generation equipment hemm bżonn li jiġi overhauled, sostitwit jew imtejjeb ġewwa l-Marsa Power Station sabiex l-operational u l-life term tal-plant jiġi estiż kemm jista' jkun.", "Biex ikun jista' jsir dan hemm bżonn li qabel xejn il-korporazzjoni jkollha indikazzjoni ċara ta' x'inhi n-nefqa involuta, f'liema medda ta' żmien tista' ssir u kif din-nefqa se tiġi ffinanzjata.", "Madam Speaker, se nagħlaq id-diskors tiegħi hawnhekk u mbagħad nagħmel il- winding up fis-seduta ta' għada.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Madam Speaker, bħala kelliem ta' l-Oppożizzjoni fuq l-Enemalta u peress li dan huwa l-ewwel intervent tiegħi f'dan il-qasam nixtieq indur dawra ma' l-oqsma differenti tas-settur ta' l-enerġija f'pajjiżna.", "Waqt li se nagħmel dan se nipprova ma nużax kliem tqil għall- benefiċċju ta' dawk illi b'paċenzja jkunu qed isegwu dan id-dibattitu minn fuq ir-radju.", "L-ewwelnett jien nistqarr li għalkemm din m'hijiex il-linja tiegħi xorta waħda lqajt dan iċ-challenge u naħseb li s-sabiħ tal-politika huwa proprju li kull ħaġa li hemm taħt il-kappa tax-xemx għandha tinteressa lill-politiku.", "Ħaġa oħra hi li fid-dinja kollox huwa marbut ma' xulxin bħalma f'dan il-każ id-dawl huwa marbut ma' l-ilma.", "Il-bniedem isir iktar sħiħ meta jitgħallem fuq ħafna affarijiet differenti.", "Intant jien se nagħti ħarsa lejn x'sar u x'wieħed jittama li jsir f'dan il-qasam ta' l- enerġija.", "Ta' min ifakkar li l-elettriku f'Malta għalaq il-100 sena u din is-sena l- Enemalta tagħlaq 20 sena minn meta twaqqfet minn dan l-istess Parlament.", "Filwaqt li bħal dak inhar illum reġa' nzerta hawn Gvern Laburista, se naraw ukoll kif l-Enemalta żviluppat taħt id-disa' snin u nofs li għamel il-Gvern Nazzjonalista għax naħseb li f'dan il-qasam kulħadd ipprova jiżviluppa u jżid ma' dak li sab.", "Filwaqt li bħalissa l-Gvern il-ġdid qiegħed jipprova jagħti l-ikreh stampa possibbli f'dan ir-rigward, speċjalment fejn jidħlu l- finanzi, din in-naħa bir-raġun se tiddefendi record tajjeb ħafna f'dak li huwa xogħol li żviluppa bl-iktar mod qawwi u fi żmien hekk qasir.", "Jien naħseb li spiss il-verita' tinsab x'imkien lejn it-triq tan-nofs u d-dmir tagħna hu li naraw li dan il-progress ikompli jsir .", "Madam Speaker, ta' min jgħid li quddiemna għandna estimi li ġew preparati mill-Gvern preċedenti.", "Wara li l-bieraħ ġie ppreżentat l-ewwel budget ta' Gvern Laburista qed naraw it-tkomplija ta' dak li kien qed iwettaq Gvern Nazzjonalista fil-qasam ta' l-enerġija tant li min-naħa ta' l- amministrazzjoni l-ġdida ma tbiddel xejn fir-rigward ta' dawn l-estimi u għalhekk jidher li l-Gvern preżenti jaqbel ma' kif dawn ġew ippreżentati.", "GĦalhekk l-enfasi tad-dibattitu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni se tkun li fil- qasam ta' l-enerġija rridu nkomplu nilqgħu l-isfidi tal-futur u l-mira ewlenija għandha tkun li l-pajjiż ikollu l-enerġija elettrika kollha li għandu bżonn kif ukoll li s-sistema ta' distribuzzjoni tkun waħda adegwata.", "Madam Speaker, mill-elezzjoni 'l hawn smajna u qrajna ħafna fuq il- korporazzjonijiet, pero' min-naħa tal-media tal-Gvern li smajna kien li ħlief telf dawn m'għandhomx.", "L-aspett finanzjarju jidher li kien l-aktar wieħed li spikka għalkemm meta jibda' jinqata' d-dawl iktar ta' spiss, bħalma ġara lejn l-aħħar tas-sena, jibda' jispikka wkoll it-tgergir tal- konsumatur li jagħmel sigħat sħaħ bla dawl.", "Pero' l-aspett finanzjarju ma għandux jittieħed waħdu f'qasam li joffri servizz nazzjonali u li dejjem kellu monopolju u sussidju qawwi biex ma jbatix il-konsumatur u biex ma jinżammx lura l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.", "Madam Speaker, waħedha tiġi allura l-mistoqsija ta' xi rwol għandu jkollhom dawn il-korporazzjonijiet u taħt liema forma għandhom ikunu kostitwiti.", "Diġa' ntqal min-naħa tal-Gvern li l-Korporazzjoni Enemalta m'hijiex se tkun privatizzata.", "Statement bħal dan qed neħduh li jagħmel parti mill- ideoloġija tal-Gvern għax safejn fittixt jien, imkien ma jeżisti studju serju dwar l-effetti finanzjarji, soċjali u politiċi ta' privatizzazzjoni imqarr ta' parti mis-servizzi offruti mill-Enemalta.", "Iktar minn hekk lanqas ma jidher ċar kif isir il-finanzjament ta' dawn l-azjendi hekk imlaqqma \"parastatali\".", "Aktar 'il quddiem l-Gvern forsi jgħidilna kemm verament qiegħed jiswa' l-elettriku f'pajjiżna, kemm qed jiswewna l-ħela u s-serq u kif l-konsumatur domestiku jew kummerċjali jista' jiffranka fuq l- użu ta' l-enerġija u kif beħsiebu jeduka iktar lill-poplu fuq l-użu ta' l- enerġija.", "Fiż-żewġ dokumenti \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" u \"PN Futur\" l-enerġija hija marbuta ma' l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż u dan juri li ż-żewġ naħat tal- Kamra jaqblu dwar din ir-rabta.", "\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" fih żewġ paġni b'riferenza għall-power station ta' Delimara, għas-sistema tad- distribuzzjoni, ix-xiri u d-distribuzzjoni ta' fuel u petroleum, sorsi oħra ta' enerġija kif ukoll fuq tagħlim u taħriġ.", "Fuq l-enerġija l-programm elettorali Nazzjonalista jagħti indikazzjonijiet ċari 'l fejn l-iżvilupp ta' l-enerġija għandu jwassal u dan permezz ta' oġġettivi speċifiċi u realistiċi.", "Biex nagħti eżempju se nikkwota kelma b'kelma mid-dokument \"Iċ-Ċittadin L-Ewwel\" rigward is-sistema tad-distribuzzjoni:", "\"Trid tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni biex jinqagħtu l- interruzzjonijiet spissi li qegħdin ifixklu l-ħajja soċjali u ekonomika\".", "Daqshekk insibu f'dan id-dokument.", "Kif dan se jintlaħaq pero' nsibuh fil- Programm Nazzjonalista fejn hemm li diġa' kienet nbdiet il-mina bejn il- Marsa u l-Mosta sabiex fiha jitqiegħdu l-cables ta' l-132 KV u liema mina nfetħet riċentement.", "Dan huwa eżempju wieħed tat-tajjeb li għamel il- Gvern Nazzjonalista u li aħna ċ-ċittadini nistennew li jitkompla mill-Gvern preżenti.", "Madam Speaker, waħda mid-differenzi bejn iż-żewġ partiti fir-rigward tal- politika dwar l-enerġija f'pajjiżna tirrigwardja l-ġenerazzjoni ta' l- elettriku.", "\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" jgħidilna li jibqa' jsir kull sforz ħalli jiddaħħlu stazzjonijiet iżgħar għall-ġenerazzjoni ta' enerġija li jippermettu l-forniment bl-elettriku ta' zoni sħaħ bħal Għawdex, inklużi mpjanti bħal dawk tar-reverse osmosis.", "Statement bħal dan żgur li jrid ikun imsaħħaħ minn studji rigward ħafna aspetti fosthom finanzjarji u ambjentali.", "F'pajjiż żgħir bħal tagħna rridu nibżgħu għal kull roqgħa ta' art kif ukoll irridu kemm jista' jkun nilħqu l-economies of scale partikolarment f'settur bħalma huwa dak ta' l-enerġija.", "M'għandna l-ebda indikazzjoni min-naħa tal-Gvern dwar kif tista' tiġġedded l-Enemalta bħala korporazzjoni jew inkella xi pjani jeżistu ħalli, per eżempju, issir distinzjoni bejn min jirregola u min ibigħ is- servizzi ħalli s-sitwazzjoni ma tibqax kif inhi llum fejn l-istess Enemalta tirregola u tbigħ il-prodott, jiġifieri għandha monopolju sħiħ li f'xi każijiet jista' jaħdem kontra ċ-ċittadin komuni li huwa wkoll il- konsumatur.", "Għandu xi pjan il-Gvern Laburista f'dan is-sens?", "Madam Speaker, kif nafu l-korporazzjoni għandha diversi taqsimiet bħal dawk tal-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, ix-xiri taż-żejt, is-supply tal- gass u l-forniment tal-pompi tal-petrol u saħansitra anke l-konservazzjoni ta' l-enerġija qiegħda f'idejn l-Enemalta.", "Dan il-Gvern għandu xi ħsieb li b'riforma meqjusa jtejjeb ir-relazzjoni ta' bejniethom ħalli jkunu iktar effiċjenti?", "Dan il-Gvern se jkompli bil-liberalizzazjoni ta' ċerti oqsma bħalma, per eżempju, dak ta' l-oil bunkering, ta' l-importazzjoni u tad- distribuzzjoni taż-żejt, tat-tħaddim tal-pompi tal-petrol u tad- distribuzzjoni tal-gass?", "Madam Speaker, nittamaw li jkollna djalogu pożittiv u, aktar 'il quddiem, anke tweġibiet min-naħa tal-Gvern fuq materji bħal dawn li jaffettwaw nhux biss b'mod dirett il-mijiet ta' ħaddiema li hemm f'dan is-settur imma jaffettwaw wkoll l-iżvilupp ġenerali tal-pajjiż .", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-ġenerazzjoni ta' l-elettriku li n- nuqqas tiegħu kienet waħda mill-prijoritajiet kbar li kellu pajjiżna fl- 1987.", "Dan in-nuqqas kont tmissu b'idejk fil-ħajja ta' kujum u niftakar li waħda mill-problemi kbar li kien hemm ġewwa l-Isptar San Luqa - fejn kont naħdem - kienet proprju li l-infrastruttura elettrika ma kenitx tippermetti wisq żieda ta' appliances li jaħdmu bl-elettriku.", "Meta wieħed iqis xi żvilupp kien meħtieġ fil-pajjiż, żgur li l-akbar proġett importanti f'dan il-qasam ta' l-enerġija kien proprju il-power station il-ġdida.", "L- Oppożizzjoni ta' dak inhar kienet għamlet dak kollu li setgħet biex tfixkel il-proġett ta' Delimara imma llum jien ċert li dawn sabu problema kbira solvuta.", "Ta' min iżid li meta titlesta l-Phase 2B tkun anke ġiet solvuta parti mill-problema tad-domanda li se jkun hemm fil-ġejjieni.", "F'dan ir- rigward huwa mportanti wkoll li wieħed jippjana bil-quddiem għal bidliet li jkunu se jseħħu fil-konsum.", "Jekk l-oġġezzjonijiet għall-impjant ta' Delimara kienu ta' natura ambjentali, wieħed jistaqsi kemm se jimmultiplikaw ruħhom dawn il-problemi jekk jitwettaq dak li hemm f\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" u li diġa' rriferejt għalih, jiġifieri li jkun hemm iktar stazzjonijiet żgħar imferrxin ma' Malta u Għawdex?", "Il-Gvern Nazzjonalista kellu record qawwi li jinvesti fl-infrastruttura u bl-ebda mod ma qagħad jixxaħħaħ fejn kienu jidħlu proġetti li jfornu d-dawl, l-ilma u t-telekommunikazzjoni lill-pajjż.", "Kif diġa' għidt, dawn l-estimi, li kienu ppreparati mill-Gvern preċedenti u li issa qegħdin għall-approvazzjoni tal-Gvern preżenti, juru li l-enfasi fil- qasam ta' l-enerġija għadha fuq il-ħtieġa ta' aktar investiment.", "Jekk nieħdu l-qasam tal-ġenerazzjoni naraw kif il-massimu tad-domanda laħaq it- 314 MW f'Marzu ta' l-1996 u għalkemm skond ir-rapport li ġie ippreżentat id- domanda dejjem ġiet milħuqa kien hemm żmien meta din kważi assorbiet l- ispare capacity kollha.", "It-turbini tal-gass, magħrufa bħala open cycle gas turbines, taw l-ispinta lill-ġenerazzjoni li hija mistennija li tkompli tiżdied meta jibda jitħaddem il-gas turbine combined cycle li għandu jtella' l-kapaċita' totali għal 110 MW.", "Minbarra l-ġenerazzjoni l-Gvern Nazzjonalista kien ukoll ħa ħsieb li ż-żewġ power stations ta' Delimara u tal-Marsa jkollhom link flessibbli u ta' min jorbot fuqha .", "Fuq l-ambjent u fuq kif kulħadd sar iħobb l-ambjent isir ħafna diskors, pero' jien konvint li l-Paritit Nazzjonalista ma tax biss lip service lill- ambjent u eżempju ta' dan hi proprju l-Enemalta.", "Il-Gvern Nazzjonalista sewwa l-ħsara li għamel il-Gvern Laburista xi 20 sena ilu bil-policy li kellu dwar l-uża tal-faħam biex jiffranka fuq il-prezz taż-żejt.", "Il-prezz ambjentali ta' dik id-deċiżjoni huwa kbir ħafna għax biss biss biex tieħu ħsieb l-iskart u l-irmied tal-faħam kienet problema enormi f'pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Dik kienet deċiżjoni żbaljata għax kienet tħares biss lejn l- aspett finanzjarju.", "Ovvjament dawn kienu jfissru spejjeż addizzjonali imma f'dan il-kontest irridu naraw l-affarijiet kollha u mhux nitkellmu biss mill-aspett ta' an accounting exercise.", "Grazzi għall-politika tal- Gvern Nazzjonalista din il-problema issa ġiet eliminata.", "Issa ħalli nagħtu ħarsa lejn l-istat tal-finanzi.", "Ir-rapport jirriferi għas-sitt xhur li jispiċċaw fl-aħħar ta' Marzu 1996.", "L-awdituri, li mxew skond l-international accountancy standards, rrimarkaw li l-unaccounted losses kienu ta' 125 miljun unit li jammontaw għal Lm2.5miljun.", "Dan huwa elettriku li għalkemm ġie ġenerat irriżulta mitluf kemm fit-trasmissjoni kemm fis-sistema tad-distribuzzjoni u f'affarijiet oħra li diġa' rriferejt għalihom.", "Jekk nieħdu l-Electricity Division insibu li minn total ta' 791 miljun unit ġenerati kien hemm telf ta' 125 miljun unit, jiġifieri 15%.", "Wieħed irid igħid li fil-perijodu 1986/87 din il-figura ta' telf kienet ta' 25% u għalhekk taħt Gvern Nazzjonalista din niżlet b'madwar 40%.", "Ikun tajjeb li l-Enemalta tkompli tagħmel aktar monitoring ħalli tkompli tnaqqas din il-figura li minnha, madwar 12%, huwa attribwit għas-serq ta' l-elettriku.", "Peress li bħalissa għaddejja kampanja sħiħa fejn qed jingħad li kulma kien għaddej fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kien falliment kbir, mir- rapporti li għandna quddiemna jidher li hemm bżonn li azjendi bħall- Enemalta għandhom ikunu trattati ta' dak li huma verament.", "Għalkemm dawn il-korporazzjonijiet iridu jagħtu rendikont - u hawn forsi wieħed jista' jtejjeb il-kontrolli - wieħed pero' irid iżomm quddiem għajnejh li dawn il- korporazzjonijet qed jagħtu wkoll servizz essenzjali lill-pajjiż.", "Fdan l- istadju nixtieq insemmi l-apparat li hemm biex jitjieb is-servizz, it- titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u s-servizz li jingħata meta jkun hemm il-ħsarat.", "L-ispejjeż biex isiru dawn l-affarijiet qed iħallas għalihom il-konsumatur li minn-naħa tiegħu jistenna li jirċievi servizz tajjeb.", "Mill-banda l-oħra wieħed ma jridx jinsa li l-Enemalta għandha ħobżha garantit għax m'hi qed tikkompeti ma' ħadd u din in-nuqqas ta' kompetizzjoni tista' ġġib magħha servizz li jkun indifferenti jew medjokri.", "Nixtieq insemmi f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jkun hemm consumer charter li jara li l-konsumatur ma jingidimx.", "Il-pożizzjoni mal-banek tidher li baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess kif kienet fis-snin ta' qabel.", "Ir-riżervi jidhru li niżlu minn Lm39 miljun fl-1 ta' Ottubru 1995 għal Lm34 miljun fl-aħħar ta' Marzu u dan huwa dovut għal ċaqliq lejn il- gvern stess.", "Madam Speaker, ta' min jenfasizza l-importanza tar-riżervi sabiex il-korporazzjoni tkun tista' tkompli tinvesti f'kapital.", "Il-poplu tajjeb li japprezza li azjendi kbar mhux dejjem jimxu bħalma jimxi l- individwu - jien qabel ma nonfoq lira noqgħod attent li għandi dik il-lira - għax azjenda kbira bħall-Enemalta għandu jkollha l-mezzi finanzjarji li tidħol għal spejjeż biex tnaqqas il-ħela, biex ikollha state of the art equipment, jiġifieri l-aħjar apparat biex b'hekk tkun fil-fatt qed tiffranka.", "Jekk il-Gvern jew l-azjenda tibda tixxaħħah tkun qiegħda biss traqqa' l-pannu bil-qara' aħmar u fl-aħħar mill-aħħar iz-zalza tiġiha iktar għolja mill-ħuta.", "Eżempju ċar u sempliċi kien l-użu ta' l-aluminium neutrals minflok tal-copper li saru minn Gvern Soċjalista u li issa ħafna minnhom tbiddlu.", "Madam Speaker, jekk niġu issa għan-nefqa kapitali tal-korporazzjoni nsibu li din telgħet minn Lm22.7 miljun fl-1995 għal Lm26.1 miljun fl-1996.", "Meta l-partit li llum qiegħed fil-gvern kien fl-oppożizzjoni kien jgħid li l- qagħda finanzjarja hija mwiegħra u mċajpra ħafna.", "Minkejja dan kollu issa qisu li saret xi skoperta kbira għax sibna li dawn il-korporazzjonijiet qed jagħmlu telf.", "Inħoss li l-eżerċizzju ta' kif isiru l-accounts jista' jitjieb, jista' jinftiehem aħjar, jista' jkun iktar realistiku u b'hekk isir iktar komparattiv.", "Il-figuri m'għandhomx jagħtu lok għal kontroversja u jiġġebdu min-naħa għall-oħra.", "Wisq nibża' li l-biża' miżruh versu l- korporazzjonijiet bħall-Enemalta li qed jingħad li huma falluti huma biss il-premeditazzjoni sabiex il-Gvern - biex ma nazzardax ngħid il-ministri konċernati - ikollu aktar say f'dawn l-azjendi.", "Jien nixtieq nara iktar trasparenza f'dawn ir-rapporti biex lill-poplu nuruh kif qegħdin, fiex qegħdin jintnefqu l-flus u min verament qed jieħu d- deċiżjonijiet.", "B'hekk forsi nersqu iktar lejn ċifri realistiċi ta' kemm tiswa l-enerġija f'pajjiżna.", "Fil-Petroleum Division, il-profitt qabel ma tħallset it-taxxa jidher li naqas matul l-1996 fuq dak ta' l-1995.", "Il- bejgħ fl-1996 f'din il-diviżjoni żdied b'10% fuq is-sena ta' qabel, filwaqt li l-ispejjeż żdiedu bi kważi Lm200,000 li minnhom Lm100,000 marru f'salarji u pagi.", "Id-demurrages żdiedu minn kważi Lm25,000 fl-1995 għal Lm91,000 fl-1996.", "Ikun tajjeb li jkollna spjegazzjoni meta jkun hemm varjazzjonijiet qawwija minn sena għall-oħra.", "Rigward il-Gas Division irrid ngħid li t-telf niżel minn Lm225,000 fl- 1995 għal Lm191,000 fl-1996 u jidher li t-tendenza li din id-diviżjoni tnaqqas mix-xogħol tagħha baqgħet hemm.", "Madam Speaker, rigward ix-xiri taż-żejt ikun tajjeb jekk wieħed ifakkar li l-Gvern Nazzjonalista kien baqa' għaddej bir-rabtiet tajba li Malta kellha mal-Libja u f' dan ir-rigward wieħed jistenna li l-Gvern il-ġdid ukoll jirnexxielu jġib l-aħjar prezzijiet.", "Jidher ċar li l-problemi li jeżistu fl-Enemalta jew huma sinonimi mal-problemi li jeżistu f'kull azjenda oħra kbira jew inkella ġejjin mill-involviment qawwi min-naħa tal- Gvern jew mill-fatt li l-korporazzjoni tagħti servizz waħedha u mingħajr kompetizzjoni jew mill-fatt li hi accountable b'mod indirett lejn dan l- istess Parlament jew għax forsi mhijiex consumer friendly.", "Mill-banda l-oħra ma nistax ma nfaħħarx il-kontribut uniku li jagħtu l- ħaddiema li wara kollox jinterresshom ħafna l-andament ta' l-azjenda tagħhom għax dan huwa l-job u din hija l-ħobża tal-familja tagħhom.", "Mill- ftit żmien li kelli biex ninforma ruħi fuq dan il-qasam, sirt naf li l- maġġoranza tal-ħaddiema ta' l-Enemalta huma kapaċi u għalhekk ta' min jinkoraġġihom biex ikomplu jagħtuna servizzi tagħhom.", "Bħala tabib, jien nifhem x'jiġifieri tagħti servizz il-ħin kollu u hawnhekk nara similarita' kbira bejn, per eżempju, il-ħaddiema fl-Enemalta u l-ħaddiema fl- isptarijiet.", "Huwa meħtieġ li fl-etika tax-xogħol inkattru l-lealta' u l- amorproprju lejn l-azjenda.", "Dan jista' jsir billi l-ħaddiema jkollhom kondizzjonijiet xierqa ta' xogħol u, kif wieħed jista' jara anke f'dawn ir- rapporti, dan mhux biss fir-rigward ta' flus, imma wkoll f'investiment f'dak li hu taħriġ, safety fuq il-post tax-xogħol u provvedimenti li jiżguraw is-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "F'dan ir-rigward ta' min jgħid li fl-Enemalta hemm ambulanza u clinic, kif ukoll li korporazzjoni ddedikat is-sena 1996 proprju għas-saħħa u għas-sigurta' fuq ix-xogħol.", "Aspetti oħrajn favorevoli f'din il-korporazzjoni kienu r- relazzjonijiet industrijali u l-fatt li milli jidher l-operat ta' l- Ombudsman kellu effett pożittiv fuq din l-azjenda.", "Madam Speaker, għalkemm dejjem jissemma l-użu ta' l-enerġija mlaqqma \"alternattiva\", s'issa jidher li l-bniedem - speċjalment hawn Malta - għadu ma żviluppax dawn is-sorsi biżżejjed.", "Kif nafu, f'Malta mhux nies biss għandna bħala riżors imma għandna wkoll ix-xemx u hawn jien ninsab ċert li jistgħu jitjiebu l-miżuri li bihom ninkoraġġixxu l-użu ta' l-enerġija mix- xemx.", "L-Institute of Energy Technology żgur li hu fid-dover li jgħin biex tiġi sfruttata din it-tip ta' enerġija mix-xemx li Malta żgur se tkompli tgawdi minnha sakemm tibqa' wieqfa id-dinja.", "Jissemmew ukoll sorsi oħra li huma possibbli wkoll għal Malta bħalma hija l-biomass.", "Huwa tajjeb ukoll li tkompli tissaħħaħ r-rotta li qabad pajjiżna f'dik li hija koperazzjoni fil-qasam ta' l-enerġija ma' pajjiżi li għandhom kondizzjonijiet simili għal tagħna, bħalma huma Ċipru u Israel.", "Madam Speaker, hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru responsabbli jekk fl-iżvilupp ta' dan il-qasam aħniex se nkomplu nsegwu dawk id-direttivi li titlob l-Unjoni Ewropea u dan mhux bl-iskop li ngħakksu lill-Maltin, kif ġieli jiġi nterpretat mill- propaganda Soċjalista, imma biex ngħollu l-istandards tagħna biex l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Għalkemm l-iskeda parlamentari ma tippermettix wisq biex jingħad x'ġara f'dawn l-ewwel xhur tal-bidla fil-gvern, s'issa li nafu hu li nbidel il-bord kif kien previst u bl-inqas ċerimonji possibbli kif fill-fatt ġie nnotat fil-ħarġa ta' \"The Times\" tal-5 ta' Jannar, 1997.", "F'Novembru l-Ministru kien wiegħed li fil- bord ser ikun hemm rappreżentanti tal-kunsilli lokali li fosthom se jkun hemm rappreżentati n-nisa u għalkemm fill-fatt inħatru żewġ nisa għad ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi rwol jista' jkollhom il-kunsilli lokali fuq il-bord il-ġdid.", "Żewġ affarijiet pożittivi mibdija minn Gvern Nazzjonalista jikkonsistu fil-ftuħ tal-mina twila kważi 6 kilometri bejn il-Mosta u Ħal Qormi, liema proġett sewa Lm9 miljuni, u l-collective agreement tat-technicians fl- Enemalta.", "Irrid nenfasizza li l-Enemalta mxiet 'il quddiem biex minn servizz erratiku tasal għal servizz garantit u dan il-progress seta' jsir u jista' jitkompla biss billi jiżdied l-investiment u permezz tal-policy ta' total investment.", "Nixtieq inżid li bħalissa għadna qed nistennew ir- rapport li l-Ministru Brincat talab rigward il-qtugħ tad-dawl li kien hemm lejn l-aħħar tas-sena.", "Madam Speaker, il-qabża li għamlet l-Enemalta għal pajjiżna u li aħna lkoll nixtiequ li tkompli tagħmel, hi dik li ħarġitna mid-dlam għad-dawl, dawl li jixgħel u jsaħħan nhux biss l-irjus imma wkoll il-qlub.", "Il-poplu tagħna jrid jagħraf li l-ispiża ta' l-enerġija tista' titnaqqas billi jsir użu aħjar mill-konsumatur u billi tinħoloq awareness ikbar fost il-poplu dwar kif nevitaw il-ħela f'dak li huwa konsum ta' l-enerġija.", "Madam Speaker, nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, xtaqt li l-ewwel ħaġa li nikkonsidraw tkun it-twaqqif, jiġifieri l-establishment, ta' din il- korporazzjoni għax diġa' dħalna f'ħafna dettall dwar il-kontijiet tagħha u ftit għadha saret konsiderazzjoni dwar it-twaqqif tagħha.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax għadna ħerġin mill-elezzjonijiet ġenerali, fejn anke t-twaqqif tal-korporazzjoni bħala korporazzjoni kien qed jiġi kkontestat, u allura jkun tajjeb li dak il-kontest jiġi rifless f'dan il- Parlament.", "F'liema sens qed ngħid dan, Madam Speaker?", "Qed ngħid dan għaliex meta twaqqfet l-Enemalta, fil-Yom Kippur War, hawn Malta kien hawn sitwazzjoni ta' ħafna fornituri taż-żejt li kienu privati u barranin u li għalkemm kienu kollha pluralistiċi dawn kollha kienu jaħdmu għal rashom.", "Minkejja li issa l-enfasi hija fuq il-valur għoli ħafna ta' pluraliżmu, ġara li meta Malta sfat bla żejt - peress li dawn il-kumpanniji ma setgħux jiggarantixxu l-fornitura taż-żejt - qabdu u telqu 'l barra u konsegwentement il-Gvern Laburista ta' madwar 23 sena ilu kellu jwaqqaf l- Enemalta.", "Jien qed insemmi l-istorja ta' l-Enemalta fil-qosor ħafna għax għal min huwa interessat hemm ħafna iktar x'wieħed ikun jaf.", "Fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni li għaddiet kien hemm suġġerit li l-Enemalta għandha tinqasam mill-inqas f'erba' sezzjonijiet fosthom is-sezzjonijiet tal-gass, tal-petrol u ta' l- elettriku.", "Kien hemm question mark kbira dwar jekk dawn kellhomx ikunu kompletament ta' l-Istat jew inkella jekk ikunx hemm taħlita ta' privat ma' l-Istat.", "Mistoqsija li forsi ftit ġiet diskussa fil-gazzetti u fid- dibattiti fuq it-televiżivjoni u fuq ir-radju waqt ir-run up għall- elezzjoni - dan forsi ġara għax iż-żmien kien qasir ħafna - u li għalhekk ikun tajjeb li din il-Kamra terġa' tirriaferma r-riżoluzzjoni tagħha, hija proprju li jkollna korporazzjoni unika għax l-enerġija, bħall-elettriku, l-gass u l-jet fuel oil huma affarijiet bażiċi u li m'għandniex noqogħdu nitkellmu fuqhom f'sens ta' pluraliżmu esaġerat.", "Aħna m'aħniex se nagħmlu bħal Margaret Thatcher u ngħidu li dawn l-affarijiet se nħalluhom f'idejn il-privat għax ta' dan diġa' kellna xogħfa fl-1973/1974 u għalhekk ikun ħażin li pajjiżna ma jiftakarx minn xiex għadda.", "Hawnhekk ta' min jgħid li dawn l-elezzjonijiet ġenerali ġew miġġielda wkoll dwar jekk l-Enemalta kellhiex tibqa' korporazzjoni waħda u kelliex tibqa' governattiva jew inkella tinqasamx mill-inqas f'erba' partijiet u li jkunu pprivatizzati parzjalment .", "Din hija l-ewwel konklużjoni li qed nagħmlu llejla u naħseb li huwa importanti li nirreġistrawha bil-qawwa tal-maġġoranza li tana l- poplu Malti biex inżommu l-Enemalta qawwija, sħiħa, unika, integra u ċentralizzata.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel illejla huwa dwar l-aġir ta' l-Enemata Corporation matul dawn l-aħħar disa' snin u nofs.", "Forsi l-iktar ħaġa li se tibqa' tiġi msemmija fir-record ta' l-Enemalta f'dawn l-aħħar disa' snin u nofs hija r-rape ta' Marsaxlokk.", "Madam Speaker, f'diversi leġislaturi kien hawn diskussjonijiet dwar din ir-rape ta' Marsaxlokk mill- Enemalta Corporation, rape li hija ta' mistħija għal min kien imexxiha u ta' mistħija għal min kien jiddiriġiha.", "Illum forsi wieħed jista' jgħid: Dan kollu għalfejn qed ngħiduh?", "Għax anke meta wieħed iħares lura u jara x'ġara u ma ġarax ...", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Ninu Zammit qed jgħidli li għaddew kważi 10 snin u għalhekk ma għandix għalfejn inqajjem din il- kwestjoni.", "Il-fatt li għaddew 10 snin ma għandux x'jaqsam.", "Meta l-Onor.", "Ninu Zammit kien ġie jsemmi dak il-proġett l-ewwel reaction kienet: Din x'inhi, xi pika jew xi vendikazzjoni?", "Għalfejn ġo bajja sabiħa u tradizzjonali bħal dik l-ewwel ried iqiegħed sitt iċmieni u mbagħad b'ċertu dubju qal li se jqiegħed tlett iċmieni?", "GĦalfejn sar dan meta kien hemm dik il-kritika kollha fuq il-Marsa Power Station biex issa għandna raped kemm il-Marsa kif ukoll Marsaxlokk?", "Onor. Zammit, għalhekk illum, 10 snin wara, qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-Marsa Power Station għadha hemm.", "(Interruzzjonijiet) GĦax kieku almenu tneħħiet il-Marsa Power Station wieħed kien jista' jgħid li għallinqas f'Malta bajja waħda biss qed terfa' dan il-piż u mhux żewġ bajjiet.", "Jekk kien se jintefa' l-piż kollu fuq Marsaxlokk wieħed kien jistenna li n-naħa tal-Marsa tiġi cleared kemm mill- power station kif ukoll mill-ħmieġ li tagħmel l-istess power station.", "Imma fil-fatt mhux hekk ġara għax kemm il-Power Station tal-Marsa kif ukoll dik ta' Marsaxlokk baqgħu għaddejjin u mhux hekk biss talli issa ġiet ikkuntrattata t-tieni fażi ta' Marsaxlokk.", "(Interruzzjonijiet) Issa jkollok ċans titkellem, Onor. Ninu Zammit.", "B'dawn l-interruzzjonijet kollha li qed tagħmel mhux 10 snin lura qed tkun imma fiż-żmien meta ma kienx hemm parlament u kienu jiltaqgħu biss fil-pjazza!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "L-Onor.", "Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, wara li l-Onor.", "Zammit għamel il-parentesi tiegħu nispera li nkun nista' nkompli għax issa mhux parentesi waħda għamel!", "Nixtieq inkompli billi nitlkellem dwar l-aspett tal-prezz tal-petroleum li qiegħed iġib il-Gvern.", "Ikun tajjeb illi wieħed jibda jara u jisma' daqsxejn waħda lill-Onor.", "Dalli wkoll, li għalkemm qiegħed ftit moħbi - hekk aħjar għax nistgħu narawk u napprezzawk aħjar! - qiegħed jagħmel ċerti interruzzjonijiet li forsi jaħarqu iktar minn ta' l- Onor. Ninu Zammit.", "Madam Speaker, il-punt li kont qed nipprova nressaq qabel dawn l-interruzzjonijiet kollha min-naħa l-oħra huwa dwar il-fatt li ftit qed ikollna informazzjoni dwar il-prezz favorevoli taż-żejt li qed jiġi minn barra minn Malta.", "Ftit qed jinstema' li l-prezz taż-żejt li ġej minn barra minn Malta għal Malta huwa favorevoli u kif dan qed jiġi rifless hawn Malta.", "Ftit qed jissemmew l-isforzi li kienu saru matul l-ewwel 10 snin ta' meta saret il-bidla fl-Enemalta Corporation biex mill-pajjiż ġar tagħna, il-Libja, ġie ż-żejt bi prezz irħis sostanzjalment u mbagħad, wara interruzzjoni ta' xi ftit snin, konna erġajna bdejna ftehim ġdid fl-1982 mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Abdolati Al-Obeidi għal discount sostanzjali fuq iż-żejt.", "Madam Speaker, wieħed kien jobsor li matul id-disa' snin u nofs li l- Partit Nazzjonalista għamel fil-gvern - li sa l-1987 kien stmerr tant ir- relazzjonijiet tagħna mal-Libja u li biex jintgħoġob mal-President Bush, l- Onor. Fenech Adami kien joqgħod jgħid li aħna m'aħniex skjavi tal-Libja u ħafna kliem ieħor ta' stmerrija ta' dan it-tip - lanqas kienet se tiġi qatra waħda żejt mil-Libja għax dawn kien se jkellhom discounts ħafna aħjar mingħand il-ħbieb kollha li kellhom minn madwar id-dinja kollha - biex ma nsemmu lil ħadd - u li dawn kienu se jagħtuhom id-discount tad- doppju u t-tripplu.", "Jien naħseb li kien ikun tajjeb għal Malta li kieku ż- żewġ teams li hawn f'dan il-Parlament jikkompetu għall-ġid tal-Maltin u li minn din il-kompetizzjoni jgawdu l-Maltin kollha.", "Imma mhux hekk ġara, Madam Speaker.", "Ħaġa ta' l-iskantament hija meta wieħed jisma' - jien nieħu gost jekk l- Onor. Ninu Zammit jew l-Onor.", "John Dalli jkunu jistgħu jikkonfermaw dan - li matul id-disa' snin u nofs ta' amministrazzjoni Nazzjonalista ż-żejt baqa' dejjem ġej mil-Libja u d-discount li kien ġie offrut fis-snin sebgħin u tmenin baqa' jingħata u li l-ebda ħbiberija ta' xi pajjiż jew ta' xi kumpannija privata taż-żejt ma ġabet xi discount aħjar .", "GĦalhekk ejjew naqtgħu l-linja f'dawn l-accounts u ngħidu li fiż-żmenijiet it-tajbin, fis- snin sebgħin, meta ż-żejt kien verament għali ħadnih b'discount sostanzjali - anke fuq perċentwali - u meta l-prezz taż-żejt naqas xi ftit fil-bidu tas- snin tmenin id-discount baqa' jingħata u anke meta l-prezz taż-żejt baqa' jonqos aktar id-discount fuq il-prezz taż-żejt baqa' għaddej xorta waħda anke sas-snin disgħin, anke jekk forsi b'xi formoli naqra iktar skomdi minn dawk li kien hemm qabel.", "Wieħed irid jinnota pero' li partikolarment f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm ċerti sanzjonijiet fuq il-Libja u allura wieħed iktar u iktar għandu japprezza l-isforz li qed jagħmel il- Gvern Libjan li qiegħed jagħti dan id-discount fuq il-prezz taż-żejt fi żmenijiet meta huwa magħkus b'sanzjonijiet li ħafna jqisuhom bħala unfair u unwarranted.", "Dan id-discount sostanzjali fuq iż-żejt kważi jlaħħaq għal madwar Lm1 miljun fis-sena.", "Dan id-discount imbagħad jiddependi wkoll minn xi prezz ikunu qed iġibu l-prodotti fis-suq internazzjonali minn meta tkun akkwistajtu, irraffinajtu u d-data ta' meta tkun erġajt ħriġtu fuq is- suq internazzjonali.", "Allura hemm ċerti differenzi u ċerti accounting practices li jistgħu jikkawżaw xi varjazzjonijiet.", "Madam Speaker, il-punt ewlieni huwa li hemm discount sostanzjali fuq il- prezz taż-żejt li Malta ilha tgawdi minnu għal kwart ta' seklu sħiħ.", "Meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-oppożizzjoni dejjem maqdarna minħabba din id- dipendenza tagħna pero' meta kien fil-gvern din ma neħħihiex iżda baqa' jiddependi fuqha hu wkoll.", "Anzi hawnhekk jien nikkritikah li ma ġabx titjib fuq dan id-discount mingħand il-ħbieb illustri li kellu.", "Il-Gvern preċedenti kien jgħajjarna li ma jmissniex kellna din it-tip ta' ħbiberija mal-Libjani u li dawn kien saħansitra jgħajjarhom tal-ħabb għażiż, tal- qamel, tal-ġmula u ħafna affarijiet ta' dan it-tip.", "Minkejja dan kollu xorta waħda kellu jaqa' għal dak id-discount fuq il-prezz taż-żejt bħala l- uniku wieħed li kien hemm u li kien jagħmel sens.", "Madam Speaker, minn hawn wieħed irid iħares naqra iktar 'il quddiem għax min-nofs tas-snin tmenin sa l-1990 għaddejna minn fażi fejn bil-mod il-mod il-prezz taż-żejt beda nieżel u mbagħad reġa' beda tiela' ftit ftit.", "Illum qegħdin naraw li l-prezz taż-żejt se jibqa' jiżdied sew u allura dan jiftħilna d-diskussjoni kollha dwar l-isfruttar taż-żejt fit-territorju tagħna stess.", "L-Onor.", "Agius, li għadu kif tkellem qabli, għamel tajjeb li semma fil-kontest tad-diskussjoni fuq l-Enemalta is-sorsi ta' minn fejn tiġi l-enerġija b'mezzi alternattivi ta' ġenerazzjoni.", "Apparti mill- esperimenti fuq ir-riħ, il-mewġ u x-xemx, l-iktar alternattiva ovvja għal pajjiżna hija t-tfittxija għaż-żejt 'il hemm mix-xtut tagħna.", "Hawnhekk, Madam Speaker, nixtieq infakkar li erba' snin u nofs ilu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien ipprova jirbaħ il-voti tal-Maltin billi mar bil- helmet mimli żejt fuq oil rig biex jagħti lill-Maltin x'jaħsbu li konna sibna ż-żejt u li allura kien se jkun hawn xi bonanza fis-sens li l-petrol u l-elettriku se jkunu b'xejn u li kważi kważi se nkunu qegħdin nagħtu l- flus għalxejn lill-ġirien tagħna fil-Mediterrran!", "Imma minn dan ma kien hemm xejn.", "Fil-fatt ir-record tat-tfittxija taż-żejt taħt disa' snin u nofs t'Amministrazzjoni Nazzjonalista juri li ż-żejt ixxotta kompletament kemm fin-north kif ukoll fis-south kif ġara wkoll lit-taħdidiet mal-Gvern Libjan biex jaslu għall-extension tad-deċiżjoni ta' l-International Court of Justice fuq id-delimitation tal-Continental Shelf bejn Malta u l-Libja.", "Hawnhekk tara n-nuqqas ta' koordinament, in-nuqqas ta' responsabbilita' u n- nuqqas ta' forward looking plans min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista imma fl- istess waqt, b'kuntrast ma' dan, wieħed jara kemm kienu effiċjenti biex imexxu l-propaganda tagħhom.", "Minflok mexxew pjan serju għat-tfittix taż- żejt fl-ibħra ta' madwar Malta, qagħdu jilbsu l-helmet biex taparsi jidhru li sabu ż-żejt imma fil-fatt iż-żejt ma sabuhx u kellhom jerġgħu jirrikorru għall-kuntratt taż-żejt li kellna fi żmienna mal-Libja u li huma tant kienu jistmerru.", "Hawnhekk irrid ngħid li ma kien hawn l-ebda reazzjoni dwar jekk Malta hijiex se tkun qiegħda fis-sitwazzjoni fortunata li tħaffer għaż-żejt bi profitt, ħaġa li ovvjament ikollha riflessjoni qawwija ħafna fil-konfront ta' l-Enemalta u għall-kontijiet diżastrużi li ħallitilna l- Amministrazzjoni Nazzjonalista fl-istess korporazzjoni.", "Il-Membri ta' l- Oppożizzjoni jafu kemm kienu jieħdu flus mingħand l-Enemalta għall-kaxxa tal-Gvern Nazzjonalista u kienu jafu wkoll li b'hekk għabbew lill-Enemalta b'piżijiet esaġerati ta' borrowing.", "Ħadd ma kien jobsor li dawn il-capital requirements se jgħabbuhom b'mod daqstant reckless, kif qed naraw mill- kontijiet li għandna quddiemna, fuq il-Korporazzjoni Enemalta għax meta wieħed jikkalkola dak kollu li għaddiet minnu minn meta spiċċa l-Gvern Laburista fl-1987 sa Ottubru ta' l-1996, isib li l-Enemalta tat lill- Gvern, jiġifieri lill-kaxxa ta' Malta, mat-Lm63 miljun fi qligħ.", "Kien il- Gvern Nazzjonalista li għabba lill-Enemalta b'kemm Alla ħalaq dejn biex ikun jista' jagħmel l-isparpaljar għall-piki u għall-vendikazzjonijiet li għażel li jagħmel.", "Dan huwa reckless u għalhekk nitlob li jsiru l- investigazzjonijiet xierqa ħalli jiġu nvestigati dawn it-tip ta' spending decisions li ma ġabu l-ebda gwadann għaċ-ċittadin u għall-konsumatur Malti.", "Madam Speaker, issa nixtieq nibda nsemmi l-aspett ta' kif l-Enemalta tolqot liċ-ċittadini Maltin.", "Fil-Programm Elettorali tagħna aħna għidna li kemm għar-rigward tat-Telemalta kif ukoll għar-rigward ta' l-Enemalta se nieħdu ħsieb li l-konsumatur ikun imħares aħjar.", "Hawnhekk irrid nerġa' ngħid li ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Francis Agius, li tkellem qabli, isemmi dan il-punt - lil dan l-Onor.", "Membru rrid ngħidlu \"welcome\" - għaliex tajjeb li meta jkollok monopolju, bħalma hija l-Enemalta, dan għandu jpatti għalih billi tagħti iktar ċans lill-konsumaturi li jissalvagwardaw iktar d-drittijiet tagħhom.", "GĦalhekk jien naqbel mija fil- mija ma' l-Onor.", "Francis Agius u naħseb li bejn issa u budget ieħor inkunu nistgħu nitkellmu fuq it-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumatur fid-dawl ta' dak is-servizz li l-konsumatur jirċievi mingħand korporazzjonijiet bħal, ngħidu aħna, l-Enemalta u t-Telemalta.", "Kif diġa' ssemma l-bieraħ fil- Budget, kull fejn hemm entijiet tal-gvern hemm bżonn ta' iktar ħarsien tad- drittijiet tal-konsumatur.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li l-ammont ta' petroleum li qed tixtri l-Petroleum Division ta' l-Enemalta Corporation li, skond ir-rapport imqiegħed quddiemna, huwa ta' madwar 900,000 tunnellata, jawgura li d-deċiżjonijiet fuq din l-importazzjoni se jkunu ta' entita' mill-akbar, sew jekk isiru minn enti waħda governattiva u anke jekk ikunu ġejjn minn kwalunkwe enti oħra privata.", "Fi kliem sempliċi dan huwa colossus u naħseb li jkun tajjeb ukoll kieku nirriflettu fuq il-kont enormi ta' dan l-ammont ta' żejt u l-ftehim li kont għamilt ma' Abdolati Al- Obeidi, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Libja, li permezz tiegħu dak iż-żejt li jinxtara mil-Libja minflok ma nħallsu għalih bi flus konna nħallsu għalih b'esportazzjoni ta' goods and services Maltin.", "Per eżempju, jekk hemm problemi ta' ħlas mil-Libja dovuti lill-Air Malta, permezz tas-Central Bank of Malta u s-Central Bank of Libya jista' jsir clearance arrangement kull sitt xhur jew kull tliet xhur u l-kontijiet li jkunu outstanding jiġu cleared skond l-ammont ta' żejt li nkunu qed nixtru.", "Ġaladarba hawn consensus fuq ix-xiri taż-żejt mil-Libja b'discount favorevoli, ta' min igawdi wkoll mill-ammont ta' esportazzjoni li wieħed jista' jkollu lejn dak il-pajjiż peress li l-pagamenti jkunu garantiti.", "Mill-esperjenza naf li l-aspett ta' pagamenti garantiti huwa l-envy ta' ħafna entijiet Ewropej, ta' ħafna private firms li jesportaw lejn il-Libja u ta' ħafna private firms Ewropej li jagħmlu xogħlijiet ta' appalt u kostruzzjoni fil-Libja peress li dawn idumu ma jitħallsu.", "Dawn jgħidulna: Possibbli li minn Malta għandkom il-possibbilta' li biex tiskontaw id- 900,000 tunnellata żejt tistgħu tesportaw servizzi, tagħmlu kuntratti ta' kostruzzjoni u ta' appalt kif ukoll tesportaw prodotti Maltin u prodotti li tagħmlu value added fuqhom Malta?", "Hemm dan l-opening kollu, dan is-suq kollu li jammonta għal kemm jiswew 900,000 tunnellata żejt, u dan ma tisfruttawhx kollu?", "Hawnhekk ma nafx għaliex - forsi nsiru nafu mill-kelliema Nazzjonalista - matul il-perijodu Nazzjonalista ma kienx qed jiġi onorat, permezz ta' l- agrreement bejn is-Central Bank ta' Malta u s-Central Bank tal-Libja, l- iskambju taż-żejt ma' prodotti u servizzi Maltin.", "Din hija ħaġa ta' l- iskantament meta l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien qed jipprova jibni s- settur terzjarju fl-ekonomija Maltija u meta kien qed jipprova jenfasizza ħafna l-importanza tas-servizzi fl-ekonomija Maltija.", "Allura jekk inti qed tibni l-aspett tas-servizzi, ma tarax kif tista' tesporta s-servizzi wkoll lejn il-Libja peress li b'hekk ikollok ħlas garantit mis-Central Bank ta' Malta għax dawk jista' jiskontahom fuq il-clearance ta' pagamenti li jkollu darba kull tliet xhur jew darba kull sitt xhur?", "Imbagħad, aktar mis-servizzi, għax is-servizzi huma aktar effimeri għalkemm xorta għandek titħallas tagħhom, insibu kuntratti ta' kostruzzjoni u kuntratti ta' appalt.", "Rajna intrapriża ta' kuntratturi Maltin sejrin lejn l-Albanija li ltaqgħet ma' problemi kbar ta' ħlas.", "Is-suq Libjan huwa aktar interessanti għax jekk imbagħad nersqu aktar lejn iċ-ċentru tal- produzzjoni tal-ġid, li huwa l-qafas industrijali, hemm il-possibilita' ta' esportazzjoni ta' prodotti Maltin li jkunu ġejjin minn mother companies fl- Ingilterra, fil-Belġju, fl-Olanda u fil-Ġermanja u li naraw minnhom fis- swieq Libjani.", "Allura meta, per eżempju, jkun hawn industrija li tforni lill-Germanja biex imbagħad din terġa' tibgħathom lejn il-Libja, għaliex din ma tirranġax biex tesportahom direttament minn Malta u ġġib il-ħlas tagħhom immedjatament?", "Dan qed ngħidu għax jaf jiġri li prodotti minn Malta jmorru l-Ingilterrra biex imbagħad jerġgħu jinżlu lejn il-Libja u wara kollox dawn jistgħu jibqgħu mingħajr ma jitħallsu meta aħna, minħabba li għandna ż-żejt bi prezz favorevoli ġej min-naħa tal-Libja nistgħu nkomplu mmexxu fuq dan il- ftehim li skond kif smajt, b'mod mhux uffiċjali, nhar il-Ġimgħa li għaddiet min-naħa tal-Libja reġa' ġie kkonfermat mal-Gvern Malti.", "Allura issa la reġa' għandna din l-offerta li huma lesti sabiex ikomplu jmexxu fuq dawn il- linji, għaliex għal disa' snin u nofs ma ħadniex dawn l-opportunitajiet u qagħdna nixtru biss mingħajr ma nieħdu l-counterpart tax-xiri meta ta' kull xirja hemm il-ħlas?", "L-idea kienet sempliċi jiġifieri li għal dak il-ħlas fuq iż-żejt tagħmel tajjeb l-esportazzjoni tal-prodotti u s-servizzi.", "Ġara li filwaqt li s-servizzi nqatgħu minn mas-Central Bank u l-prodotti ġew ridotti sostanzjalment, x-xiri taż-żejt bi prezz favorevoli baqa' għaddej.", "Jien naħseb li din il-Kamra issa trid tqum aktar fuq saqajha billi ssib opportunitajiet ġodda u ta' fejda għal din il-fornitura ta' żejt bi prezz favorevoli, ħaġa li l-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jagħmilha f'disa snin u nofs fil-gvern.", "Nerġa' nirrepeti li kien ikun aħjar għal pajjiżna kieku l-Gvern preċedenti rnexxielu jtejjeb il-prezz favorevoli li kellna għax, skond informazzjoni li għandna, kultant id-discount fuq il-prezz kien qed ikun inqas mid-discount li konna ningħataw aħna.", "Ħaġa oħra li nistgħu nagħmlu huwa li nużaw ix-xiri ta' 900,000 tunnellata żejt sabiex inkunu nistgħu niftħu swieq għall-industrija u għas-servizzi Maltin ħalli jkollna aktar ġid għaċ-ċittadini Maltin.", "Madam Speaker, jien naħseb li hawnhekk wieħed jista' jara r- responsabbilta' enormi li għandha l-Enemalta Corporation.", "Li kieku tela' l- Partit Nazzjonalista fil-gvern u qasam l-Enemalta f'erba' jew ħames biċċiet, lanqas kien ikun possibbli li jkun hawn dawn it-tip ta' central bank to central bank mechanisms, aktar u aktar li kieku x-xiri taż-żejt intefa' f'idejn il-privat.", "Għalfejn il-pajjiż għandu jkollu r-riskju li jekk il-privat ifettillu jieqaf għal kollox jew temporanjament mix-xogħol tiegħu ibati kulħadd mentri l-istess privat ikollu l-vantaġġ li filwaqt li jkollu l-profitt ġust fuq il-bejgħ ikollu wkoll il-possibbilta' li jħallas b'oġġetti oħra għal din il-commodity ewlenija li hija l-crude oil ?", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li dan is- suġġett se jibqa' importanti peress li fil-forecasts tagħhom id-diversi petroleum institutes qed jgħidu li l-prezz taż-żejt se jkompli tiela' matul dawn it-tliet snin li ġejjin .", "Fid-dawl ta' dan jien konvint li jaqbel lill-poplu Malti li jkollna handling aktar serju kemm tad-domanda u tal-fornitura taż-żejt u li nisfruttaw l-openings li hemm għall-export ta' goods and services fix-xiri taż-żejt għall-Enemalta.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sinjura President, qabel xejn irrid infakkar lill- Kamra li aħna llum m'aħniex fuq in-naħa tal-Gvern u għalhekk huwa inutli li n-naħa tal-Gvern toqgħod tagħmel dawn il-ħafna mistoqsijiet lin-naħa ta' l- Oppożizzjoni għax fill-fatt hija l-Oppożizzjoni li għandha tagħmel il- mistoqsijiet lill-Gvern.", "Issa nixtieq nagħmel xi ftit rimarki għal dak li għadu kemm qal sieħbi l-Onor.", "Sceberras Trigona għar-rigward tax-xiri taż- żejt mil-Libja.", "Madam Speaker, li niftakar jien huwa li filwaqt li qabel l-1987 ix-xiri taż-żejt mil-Libja kien isir fuq bażi ta' sitt xhur u li fuqu kien ikollna ċertu discount.", "Meta fl-1987 ħa over il-Gvern Nazzjonalista, jekk m'iniex sejjer żball, dak l-agreement tawwalnih għal perijodu ta' 12-il xahar kif ukoll ħadna iżjed ammonti ta' prodotti.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Sceberras Trigona jaf bil-problema li kien ikollna fuq l-ammont ta' prodotti li kienu jgħaddu min-naħa tal-Libja lejna u kien għalhekk li aħna konna żidna kemm it-tul ta' żmien minn sitt xhur għal 12-il xahar kif ukoll żidna l- ammont ta' prodotti.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Sceberras Trigona semma fattur ieħor li peress li huwa ta' natura kummerċjali jien ma nixtieqx noqgħod nidħol fih.", "Ta' min jgħid li huwa veru li kien hemm żmien meta l-Enemalta kienet tieħu l-crude oil mil-Libja u tirraffinah hi wkoll, pero' peress li dan huwa ta' natura kummerċjali u hemm imdaħħla entita' oħra Maltija, barra l-Gvern Malti kif ukoll il-Gvern Libjan, il-parir tiegħi lejn sieħbi l-Onor.", "Sceberras Trigona huwa li jkun aħjar jekk jitkellem daqsxejn mal-financial controller ta' l-Enemalta ħalli jagħtih stampa eżatta ta' x'kien qed jiġri għax jien naħseb li jkun jaqbel li dawn l-affarijiet jibqgħu fejn huma u jkunu jafuhom biss in-nies li qegħdin fuq dak ix-xogħol.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Sceberras Trigona staqsa wkoll għaliex morna Delimara u ma bqajniex fil-Marsa.", "Il-Power Station tal-Marsa ma setgħetx tieħu iktar extension, jiġifieri ma setgħetx tieħu aktar żieda fil- generating capacity.", "Kulħadd jaf li fil-Power Station tal-Marsa hemm il- problema tal-cooling tal-condensers u min huwa ntiż fuq dan is-suġġett jaf li minħabba din il-problema tinħoloq ċerta ineffiċjenza fil-ħruq tal- prodotti taż-żejt liema ineffiċjenza tfisser spiża aktar għall-fuel bla bżonn.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li fil-Power Station tal-Marsa kien għad hemm ukoll boilers nru.", "7 u 8 li fl-1987 kienu għadhom relattivament ġodda u għalhekk kienet ħaġa loġika għall-bord il-ġdid li l-Power Station tal-Marsa ma jitlaqhiex għal ruħha wara l-1987 imma kellu jibqa' jagħmel użu minnha sakemm l-istess apparat ikun għadu jiflaħ jagħti kapaċita' ta' ġenerazzjoni.", "Madam Speaker, il-Ministru semma xi file tal-bozoz.", "Jien dan qrajt fuqu fil-gazzetti, pero' li nista' ngħid lill-Ministru huwa li jien għamilt disa' snin u nofs bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Enemalta u lanqas qatt ma ntilef xi file; fi kliem ieħor, qatt ma ntilef file li ġie għandi mill-Enemalta.", "Meta aħna konna nafu li ġejja l-elezzjoni u kellna bżonn il-bozoz - għax imbagħad tibda titgħallem għala ma jiġux il- bozoz - minn tant files, il-file tal-bozoz huwa l-iżjed file li għandek bżonn biex taqdi lin-nies u mbagħad inti stess tmur titlob u titlef dan il- file!", "L-affarijiet mhux hekk!", "GĦalhekk din il-kwestjoni tal-file hija invenzjoni.", "Onor. Brincat, tista' tiċċekkja mad-diriġenti kollha li hemm fl-Enemalta - id-diriġenti li kien hemm miegħi llum għadhom miegħek - u ssib li qatt ma ntilef xi file.", "Fil-fatt jien dan il-file tal-bozoz qatt ma rajtu b'għajnejja.", "Madam Speaker, issemma wkoll li fiż-żewġ distretti fejn noħroġ jien kienu jsiru ħafna bozoz u li fil-fatt anke kien inqabeż il-vot.", "Hawnhekk irrid ngħid li din tal-vot tal-bozoz hija storja twila għax fl-1987 - issa qed nitkellem minn dak li niftakar - il-Ministru ta' dak iż-żmien, jiġifieri l- ħabib tagħna Philip Muscat li ma għadux Membru Parlamentari, kellu vot ta' xi Lm80,000 u meta kienet ġejja l-elezzjoni ta' l-1987 - Ministru din nitolbok tiċċekkjaha - dan il-vot ta' l-istreet lighting tellgħu għal bejn Lm400,000 u Lm500,000.", "U dan għaliex?", "GĦax dan kien waħħal bozza f'kull rokna - kull fejn kienet tmur qattusa u kull fejn kien imur kelb jinnamra! - li kien hemm fid-distrett tiegħu.", "Ġara allura li dan ħalla madwar Lm0.5 miljun dejn fuq il-vot ta' l-istreet lighting.", "Irrid ngħid li dak iż-żmien il-vot ta' l-istreet lighting kien ta' xi Lm80,000 fis-sena u meta aħna ħadna over dan żidnih għal Lm200,000 fis-sena.", "Allura kien hemm kważi Lm0.5 miljun li kien għad iridu jgħaddu bejn l-Enemalta u l-Gvern - dan id- dejn kien ikkaġunat mill-ex-Ministru Philip Muscat peress li kienu nqalgħulu xi affarijiet personali għax wara kollox kulħadd huwa uman - u aħna ħadna Lm200,000 extra mingħand il-Gvern u ħallejna dak id-dejn ta' Lm0.5 miljun bħala stand-by.", "Ġara li wara l-1992 inbidlu n-nies tal-bord - jekk Alla jrid għad trid tara x'jiġifieri li jkollok nies fil-bord li jaqbdu miegħek - u kien hemm min ried li minflok ma jibqgħu jsiru l-bozoz dawk il-Lm200,000 li l-Gvern kien qed jgħaddi lill-Enemalta nużawhom to offset dawk il-Lm0.5 miljun li kien ħalla bħala dejn Dr. Philip Muscat.", "Dik kienet l-istorja kollha tal-bozoz u din wieħed jista' jiċċekkjaha.", "Barra minn hekk, kien hemm ċerti nies fl-Enemalta, li intom stess kont tgħidu li jien nindaħlilhom u li fil-fatt mhu minnu xejn, li kienu daħħluha f'moħħhom li ma jagħmlux bozoz.", "Għadda iż-żmien - għaddew l- 1993, l-1994 u l-1995 - u meta n-nies reġgħu nbidlu mbagħad reġa' daħal daqsxejn ta' sens komun.", "Kulħadd jaf li jekk il-poplu jkollu bżonn daqsxejn ta' bozza, l-Enemalta, li għandha l-monopolju f'idejha, hija fid- dover li tagħmel dawk il-bozoz.", "Din hija l-istorja kollha ta' l-istreet lighting.", "Il-Ministru semma wkoll it-training tal-ħaddiema.", "Hawn nixtieq infakkru li meta aħna ħadna over fl-1987 waqqafna l-Corradino Training Centre.", "F'dan iċ-Ċentru daħħalna lil ċerti inġiniera, wieħed minnhom kien is-Sur Carmelo Baldacchino li biex ngħidu hekk hu inġinier surmast u li ħa ħsieb din l-iskola ta' l-apprendisti.", "Din l-iskola rnexxiet u minħabba li f'Corradino kien hemm diffetti fl-istruttura tal-bini, dan iċ-Ċentru konna ttrasferejnih fi skola ġewwa Marsaxlokk.", "Intqal ukoll li min-naħa tagħna qatt ma semmejna kemm hemm differenza fil- cost tal-generation per unit li jiġi mill-gas turbine meta tqabblu mal-cost tal-generation per unit li jiġi mill-isteam turbine.", "Aħna kemm-il darba għidna hawn ġew li l-cost tal-generation per unit li jiġi mill-gas turbine - jekk niftakar sewwa għax m'għandix il-figuri quddiemi - jiġi xi 4.6c per unit u dak li jiġi mill-isteam turbines huwa bejn 1.8c u 2c per unit.", "Aħna kemm-il darba għidna li l-units mill-gas turbine jiġu ogħla minn dawk li jiġu mill-isteam turbine u kien għalhekk li jien dejjem sħaqt u għidt li l-gas turbines għandhom jinżammu biss għas-cycling u għall-peaking filwaqt li l-isteam turbines u l-combined cycles għandhom jinżammu biss għall-base load.", "Il-Ministru beda l-ispeech tiegħu billi qal li għadu ma għamilx stock taking ta' kull file fl-Enemalta.", "Jien nista' ngħidlu li f'dawk id-disa' snin u nofs li domt responsabbli mill-Enemalta dejjem offrejtilhom sabiex jiġu jeżaminaw il-files ta' kull tender li saret.", "Jiddispjaċini ngħid li ħadt il-files tar-reverse osmosis il-qorti - hemm file fuq l-extension ta' Pembroke li huwa għoli erba' piedi - sabiex jiġu jarawhom u ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma ndenja ruħu li jiġi jarahom.", "Huwa faċli li tiġi twaddab it-tajn imma ħadd ma ndenja ruħu jmur il-qorti u jiftaħ dawn l- imberkin files biex jara verament it-trasparenza li mxejna biha.", "Qegħdin jgħidu wkoll bil-mażżra li hemm ma' għonq l-Enemalta.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-Enemalta kellha tħallas il-prezz ambjentali.", "Wieħed irid jiftakar li meta aħna ħadna over il-Power Station tal-Marsa kienet taħdem bil-faħam u meta aħna għamilna l-conversion mill-faħam għaż-żejt din affettwat ukoll il-prezz tal-generation.", "Fil-Power Station tal-Marsa aħna għamilna wkoll il-gas turbine u dan m'għamilnihiex għall-gost imma għax dak iż-żmien ma kellniex spare generation capacity, anzi kellna shortage, u allura sakemm lestejna l-ewwel fażi ta' Delimara daħħalna malajr gas turbine ta' 37.5mw bħala xi ħaġa temporanja għal meta jinqalgħu xi ħsarat fit-turbini antiki li kien għad hemm f'din il-Power Station.", "Din il-gas turbine kienet tintuża wkoll għas-cycling u għall-peaking f'każ li d- domanda kienet titla' f'daqqa.", "Issemmew ukoll l-unaccounted for units.", "F'dawk id-disa' snin u nofs li kont responsabbli jien, l-Enemalta rnexxielha tniżżel l-ammont ta' unaccounted for units minn ċifra ta' madwar 25% għal madwar 15%.", "Din ir- reduction kienet biċċa xogħol tajba li kif jafu l-esperti li hawn preżenti fil-Kamra, rrekjidiet investiment qawwi bħalma hu bini ta' distribution centres, it-transmission fuq il-132KV, għamilna reinforcement fuq it-33KV u fuq il-11KV u anke fuq il-low voltage u substations.", "Kien hemm ukoll l- għaqal tal-ħabib tagħna s-Sur Tarcisio Mifsud - mhux qed insemmih biex ngħollih - li għafas ħafna biex jinqata' s-serq.", "Allura meta tagħmel kollox ma' kollox, jiġifieri l-investiment qawwi u l-imbuttar minn-naħa tas- Sur Tarcisio Mifsud, l-Enemalta rnexxielha tniżżel l-ammont ta' unaccounted for units minn 25% għal madwar 15% li jfisser spiża inqas fil-ġenerazzjoni ta' l-enerġija.", "Madam Speaker, jien qed ngħid dan mhux biex noqgħod nirrepeti imma biex infakkar daqsxejn kif verament saru l-affarijiet.", "Meta wieħed jisma' lill- ħabib tagħna l-Onor.", "Leo Brincat jitkellem, fejn beda jagħti ħafna ċifri, forsi wieħed jgħid: Imma x'kien qed jiġri fl-Enemalta?", "X'ġara?", "Dawn il- flus kollha fejn marru?", "Ta' min jgħid fejn mar dak l-investiment u għalhekk jien ikolli infakkar fiex kienet tinsab l-Enemalta fl-1986/87.", "Jien niftakar bħalma tiftakru intom wkoll, illi fl-1986/87 l-Enemalta kienet tinsab fi kriżi f'dak li għandu x'jaqsam mal-generation u d- distribution ta' l-enerġija elettrika.", "Irrid infakkar ukoll li fl-1986/87 it-total capacity ta' l-impjanti kollha li kien hemm fil-Marsa, jekk kien ikun hemm kollox jaħdem, kienet ta' madwar 230 MW u 240 MW u dan meta, dak iż-żmien id-domanda massima diġa' kien telgħet jekk niftakar sew għal 190 MW, jiġifieri kien għad baqa' mal-50 MW spare.", "Irrid infakkar ukoll li dak iż-żmien l-ikbar boiler kien ta' 60 MW.", "GĦalhekk, Madam Speaker, dan kien ifisser li kieku dak iż-żmien kellhom imorru t-turbini numri sebgħa u tmienja, jiġifieri jmorru 60 MW f'daqqa, l-Enemalta kien ikollha bilfors taqta' l-provvista ta' l-enerġija elettrika.", "Hawnhekk irrid nenfasizza li dak iż-żmien kienet teżisti kriżi kbira tant li l-qtugħ tad-dawl kien ikun programmat.", "GĦalhekk l-Enemalta kellha titlaq minn din il-pożizzjoni ta' kriżi u dan għamlitu bi pjan, b'viżjoni u b'ħeġġa serja li taw riżultat.", "Jien irrid infakkar ukoll li fil-bidu, anzi wara xi xahrejn jew tlieta, l-Enemalta diġa' kellha l-idea u l-pjan ta' x'kellha tagħmel biex tkabbar il- ġenerazzjoni ta' l-enerġija elettrika.", "Kulħadd jiftakar li, kontra dak li għadu kif qal l-Onor.", "Sceberras Trigona, rigward ir-rape li għamilna f'Marsaxlokk.", "(Interruzzjonijiet) Aħseb u ara kemm-il rape issir ġo Malta u kemm il-pulizija rridu - qed nara lill-Onor.", "Anġlu Farrugia hawnhekk - li kieku kellna nagħmlu ħafna power stations żgħar jaħdmu bid-diesel, kif issuġġeriet in-naħa l-oħra.", "Fil-fatt mill-bidu nett il-pjan kien, u fil- fatt hekk ġara, li ssir power station f'Delimara.", "Għaliex Delimara?", "Għal bosta raġunijiet ta' natura teknika.", "Hawnhekk ta' min jgħid li sa l-1991 konna diġa' għamilna żewġ units ta' 60 MW-il wieħed u, bħalma għidt diġa', fl-istess perijodu kienet saret turbina tal-gass ta' 37.5 MW u, sas-sajf ta' l-1995, konna għamilna żewġ gas turbines oħra, tat-tip Frame Six, biex b'kollox tellajna l-kapaċita' għal madwar 235 MW.", "Dan ifisser li f'perijodu ta' disa' snin, l-Enemalta rnexxielha tirdoppja l-kapaċita' tal- ġenerazzjoni tagħha u dan bl-investiment li għamlet u mhux bl-isparpaljar ta' flus.", "Sakemm kont responsabbli jien, l-iskop kien li t-tliet gas turbines kellhom jinżammu biex isir is-cycling u l-peaking għal meta tinqala' l-emerġenza jew għal meta titla' l-maximum demand filwaqt li l- isteam turbines kellhom jinżammu fi stat tajjeb bħala base load.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-combined cycle, kif qal il-Ministru, għandu jitlesta s-sena d-dieħla.", "Peress li din is-sistema hija iżjed effiċjenti għandha tintuża biss bħala base load u jien nispera li din kulħadd jifhimha, bħalma napprezza li jifhimha l-Ministru l-ġdid.", "Dawn huma l-affarijiet li kelli xi ngħid fuq il-ġenerazzjoni.", "Fuq id-distribuzzjoni sar xogħol kbir u biżżejjed ngħid li hawnhekk iddaħħal is-sistema tat-transmission fuq vultaġġ ta' 132 KV kif ukoll sar reinforcement qawwi mal-pajjiż kollu permezz ta' kilometri sħaħ ta' cables ġodda li jaħdmu fuq it-33KV u l-11KV.", "Konna qed nibnu average ta' 40 substations fis-sena u nbnew ukoll kwantita' kbira ta' distribution centres.", "Hawnhekk ta' min jgħid li meta nitkellmu fuq bini ta' distribution centre ma nkunux qed nitkellmu fuq Lm100,000 imma fuq miljuni ta' liri.", "Fl-1987, il-kapaċita' tad-distribution centres kienet ta' madwar 150 MVA - meta nsemmu l-MVA inkunu qed nitkellmu fuq saħħa - li sa l- 1996 aħna tellajniha għal 730 MVA u kien b'dan il-mod li niżlu l- unaccounted for units.", "Wieħed irid jifhem li biex ittella' 150 MVA għal 730 MVA trid investiment ta' miljuni kbar ta' liri.", "Dan ix-xogħol kollu sar biex il-pajjiż ikun jista' jlaħħaq ma' żewġ affarijiet jiġifieri mad- domanda annwali li dejjem tiżdied b'8%, li huwa ammont sostanzjali, kif ukoll biex ikollna apparat stand-by tajjeb biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-ħsarat li jinqalgħu.", "Dawn il-ħsarat kienu jinqalgħu ta' spiss fl- apparat antik u second hand li għad hemm fil-Power Station tal-Marsa.", "Kif għadni kemm għidt, fuq id-distribuzzjoni ta' enerġija elettrika sar investiment qawwi biex il-provvista titwassal b'mod stabbli għand il- konsumatur.", "Hawnhekk nixtieq infakkar li fil-bidu nett ta' l-1987, Għawdex kien qisu christmas tree bid-dawl iteptep peress li ma kienx hemm provvista b'saħħitha u stabbli.", "Niftakar li l-ewwel ħaġa li konna għamilna għal Għawdex kien is-submarine cable li jaħdem fuq vultaġġ ta' 33KV.", "Fid- distribution centre tal-Qala - l-inġiniera li hawn fil-Kamra jistgħu jikkoreġuni jekk nieħu xi żball - konna għamilna żewġ transformers ta' 15MVA-il wieħed u niftakar li fl-1986/87 konna ngħidu li dak l-ammont totali ta' 30MVA kien lussu għal Għawdex.", "Iż-żmien pero' għallimna mod ieħor għaliex tant kien hemm żvilupp fit-tramuntana ta' Malta kif ukoll f'Għawdex li dawk it-30MVA li konna għamilna f'Għawdex ma kenux biżżejjed sa l-1995/96.", "Tant hu hekk li s-sena l-oħra dawk it-transformers tal-Qala kellna nneħħuhom biex minflokhom nagħmlu tnejn ta' 30MVA il-wieħed.", "Dan ifisser li erġajna rdoppjajna l-kapaċita' tat-transformers ħalli b'hekk Għawdex ikollu provvista adegwata u stabbli ta' enerġija elettrika.", "Madam Speaker, irrid ngħid ukoll fejn mar l-investment, għax meta wieħed joqgħod jisma' dak li ntqal hawn ġew il-bieraħ fil-budget speech mill- Ministru Spiteri, wieħed jibda jitbissem u jgħid li din tal-ħofra se ssir xi ċajta.", "Veru li hemm ċerti affarijiet li juru li l-korporazzjoni tista' tkun in the red, imma meta wieħed iħares lura u jara l-ammont kbir ta' investiment li sar matul dawn l-aħħar disa' snin u nofs wieħed jiskanta kif il-figuri ma kenux in the red iżjed milli kif tpinġew illejla.", "Nixtieq inżid li anke fejn jidħol l-aspett ambjentali saru ċerti xogħlijiet bħal, per eżempju, it-tneħħija tal-metodu li bih kienu jgħaddu l- cables, jiġifieri s-sistema ta' aerial lines.", "Per eżempju, l-cables li naraw telgħin minn Ħal-Qormi għal Ħaż-Żebbuġ u li jibqgħu telgħin għan-naħa tal-Mosta u tal-Mellieħa huma mgħoddijin b'sistema ta' l-aerial lines li huma soġġetti għal ħafna ħsarat.", "Onor. Ministru jiddispjaċini ngħidlek li għad trid tibda tifhem x'jiġifieri meta tagħmel dawn l-aerial lines għax jiġri li kull meta tagħmel xi sajjetta u taqbadlek xi wieħed minn dawk il- pilastri jkollok shedding fis-sistema tat-transmission.", "Għalhekk kienet ħaġa għaqlija li l-Gvern Nazzjonalista ntroduċa l-metodu li kull fejn għaddejna cables ta' vultaġġ għoli 'l fuq minn 11KV u 33KV dawn il-cables għamilnihom taħt l-art ħalli b'hekk kemm jista' jkun neliminaw ir-riskju li jkollna dan it-tip ta' shedding.", "Kien għalhekk ukoll li meta għamilna reinforcement fuq it-33KV bejn il-Mosta u l-Mellieħa u mbagħad mill- Mellieħa għaċ-Ċirkewwa, użajna żewġ underground cables.", "Jekk m'iniex sejjer żball il-parti tal-cable ta' 33KV li kien joħroġ mill-Mosta sal-bridge li hemm in-naħa magħrufa bħala ta' l-Isperanza neħħejnieh, baxxejnieh u għamilnieh forma ta' cable taħt l-art b'vultaġġ ta' 33KV.", "Dan kollu għamilnieh biex kemm jista' jkun il-provvista' ta' l-enerġija elettrika nwassluha għand il-konsumatur b'mod stabbili u mingħajr interruptions.", "Jien diġa' għamilt riferenza għall-istreet lighting u rrid inżid li lil pajjiżna dawwalnieh bil-lejl, xegħelna ħafna monumenti u xtaqt li kellna l- mezzi finanzjarji biex inkunu nistgħu nixegħlu iżjed monumenti u knejjes fil-pajjiż.", "Il-Ministru qal li kien hemm nies fl-Enemalta li nefqu madwar Lm150,000 biex infakkru ċ-ċentinarju ta' l-introduzzjoni ta' l-enerġija elettrika f'Malta pero' jien kont opponejt li jintnefqu dawk il-flus kollha.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jien opponejt bis-sħiħ għax jien taxpayer bħalek imma mbagħad, biex tan-naħa l-oħra ma joqogħdux jgħiduli li jien noqgħod nindaħal lil kull chairman, ħallejtu għaddej.", "Dak li ġara!", "Iċ-chairman ta' l-Enemalta nefaq madwar Lm150,000 biex infakkru l- anniversarju tad-dħul ta' l-enerġija elettrika f'Malta, ħaġa li jiena ma qbiltx magħha għax nemmen li b'dik iċ-ċifra konna nagħmlu l-istreet lighting kollu tal-coast road tal-Mellieħa jew tat-triq ta' Wied il-Għajn, liema xogħol kien ikun ta' aktar fejda għall- poplu Malti.", "Madam Speaker, saret ukoll kwantita' kbira ta' reinforcement fuq il- vultaġġ iż-żgħir ta' 415 V. Bħalma nafu, illum qed jiddaħħlu l- airconditioners fid-djar, mhux għax hawn in-nisa jaħdmu, imma minħabba li l- livell ta' l-għajxien li dejjem qed jogħla u għaldaqstant qed ikun hemm bżonn ta' supply qawwija ta' three-phase.", "Għal dan il-għan, l-Enemalta għamlet reinforcement u daħħlet it-three-phase f'ħafna bliet u rħula biex b'hekk ikunu jistgħu jiġu akkomodati It-talbiet tal-konsumaturi għal supply ta' enerġija fuq vultaġġ ta' 415V.", "Punt ieħor li rrid insemmi hawnhekk huwa li sa l-1987 kien hawn id- drawwa li n-neutral cables isiru ta' l-aluminium u li jkunu mikxufin.", "Liċ- chairman il-ġdid, is-Sur Mifsud, li dak iż-żmien kien deputy chairman, minjaf kemm-il darba għamiltlu mistoqsijiet fuq dan l-imbierek aluminium cable għax kont informat bil-fatt li l-aluminum cables mikxufin jistgħu jikkaġunaw il-ħsara u minflok li l-vultaġġ ikun ta' 240V dan seta' jvarja bejn 0 u 415V.", "Dan kien proġett ieħor kbir li nvolva investiment kbir min- naħa tal-Gvern Nazzjonalista li permezz tiegħu neħħejna kemm jista' jkun in- neutral cable mikxufin ta' l-aluminium u minflokhom għamilna cables iżjed adattati.", "Madam Speaker, irrid ngħid li dan l-investiment kollu li għadni kif semmejt sar sabiex l-enerġija elettrika tkun tista' tiġi ġġenerata, biex ikun hemm spare generating capacity u biex din l-istess enerġija elettrika titwassal b'vultaġġ stabbli għand il-konsumatur bl-inqas spiża possibbli u bl-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-vultaġġ ta' 132KV.", "Kienet deċiżjoni għaqlija tal-bord ta' dak iż-żmien li nitilgħu għal trażmissjoni ta' vultaġġ ogħla minn dak tat-33KV li kellna għax dan ifisser li iżjed ma togħla fil-vultaġġ inqas ikunu l-losses.", "L-ewwel link li saret kienet bejn Delimara Power Station u d-distribution centre li għamilna fil-Marsa fejn kien għadda cable tal-132KV permezz ta' trinka.", "Dwar dan kelli kwestjoni għax ridt li bl-istess spiża minflok dak il-cable jgħaddi minn ġo trinka dan ngħadduh minn ġo mina li fil-fatt sservi ukoll għal passaġġ ta' iżjed conduits u cables - dan kollu jista' jiġi ċċekjat mal-files.", "Din is-sistema qiegħda tiġi estiża mid-distribution centre tal-Marsa għad- distribution centre ġdid li qed jinbena fil-Mosta għax fil-fatt dan il- cable mhux qed jitpoġġa minn ġo trinka imma sa jgħaddi minn ġo mina twila xi 5.8 kilometri.", "Jien ħadt pjaċir nara lill-Ministru jmur hemmhekk biex jara u jinawgura biċċa xogħol b'irġulija li saret biex is-sistema ta' distribuzzjoni u ta' trażmissjoni ta' enerġija elettrika fuq vultaġġ ta' 132KV tkun tista' titwassal b'mod pulit u fl-istess ħin dik l-istess mina tkun tista' tintuża għal passaġġ ta' servizzi oħrajn.", "Madam Speaker, fil-bidu nett jiena semmejt l-unaccounted for units u nixtieq inżid li biex dawn niżlu minn 25% għal 15% kellu jsir dan l- investiment kollu fil-qasam tad-distribuzzjoni u ta' trażmissjoni ta' l- enerġija elettrika plus, nerġa' ngħid, is-sehem li ta l-financial controller biex dak it-telf seta' jiġi mrażżan.", "Nixtieq ngħid ukoll li bis- sistema li għandna fil-pajjiż u mir-rapporti li kienu għamlu l-Koreani f'nofs it-tmeninijiet - ma nafx id-data eżatta - f'Malta għandna bejn 10% u 12% bħala losses minħabba l-mod kif inhi fformata s-sistema ta' distribution u ta' transmission li għandna.", "Madam Speaker, fuq Għawdex għada se jitkellem l-Onor.", "Anton Tabone u jien ċert li l-Onor.", "Tabone se jitkellem fuq ix-xogħol utli li l-Enemalta għamlet f'din il-gżira.", "Rigward l-ambjent nerġa' nfakkar f'dak l-investiment kbir li kien sar biex tneħħa l-faħam mill-Marsa.", "Kulħadd jaf li l-ġenerazzjoni ta' l- enerġija bil-faħam kienet qed toħloq ħafna problemi ta' double handling, ta' ħmieġ ikkaġunat mill-faħam fil-Marsa u ta' fejn seta' jiġi dumped l- irmied tal-faħam.", "Għalhekk il-Gvern Nazzjonalista, bħalma kien wiegħed fil-Programm Elettorali tiegħu ta' l-1987, kien neħħa l-faħam mill-Marsa billi l-boilers il-kbar Nri.", "7 u 8 bdew jitħaddmu bil-fuel oil.", "Barra minn hekk, biex inkomplu ntejbu l-kwalita' ta' l-emissions li joħorġu miċ- ċmieni tal-power station, dan l-aħħar l-Enemalta bdiet tuża additives ħalli b'hekk id-dħaħen li joħorġu minn dawn iċ-ċmieni jikkawżaw inqas ħmieġ.", "Investiment ieħor sar fil-Petroleum Divison billi l-bunkering station li hemm fil-Marsa ġiet mibnija mill-ġdid minn installation ta' madwar 14,000 metric tons għall-bunkering station ġdida ta' 45,000 metric tons.", "Din l- installation għandha apparat state of the art, hija fully computerised u hija proġett li qiegħed jirrendi tajjeb.", "Fil-Petroleum Division sar investiment kbir ieħor f'road tankers, fire safety equipment, refuellers għall-airport u f'xiri ta' ħafna apparat ġdid ieħor minflok l-apparat antik li kien hemm qabel.", "Fil-Gas Division skrappjajna kwantita' kbira minn dawk iċ-ċilindri li kienu ġejjin minn ditti differenti biex b'hekk daħħalna ċerta uniformita' bl-introduzzjoni taċ-ċilindru tat-12-il kilogramm li huwa magħruf bħala ċ- ċilindru clip-on.", "Irrid inżid li saret ukoll manutenzjoni u overhaul kbira ta' l-isfieri u ta' dawk is-cylindrical containers kollha li hemm fil- Qajjenza ħalli b'hekk intawlu l-ħajja ta' l-installation sakemm din tiġi shifted għal post iktar safe.", "L-investiment f'din il-korporazzjoni ma sarx biss fil-makkinarju u fil- generation ta' l-Enemalta imma sar ukoll fir-riżorsi umani.", "Irrid ngħid li taħt Gvern Nazzjonalista l-ħaddiema ta' l-Enemalta marru tajjeb għax mill- 1987 sal-lum il-pagi tal-ħaddiema rduppjaw.", "Hija ħaġa sabiħa li jirduppjaw il-pagi tal-ħaddiema li taw sehemhom.", "Nixtieq infakkar li kien Gvern Nazzjonalista fl-1987 ħallas lill-ħaddiema kollha għat-time-off-in-lieu li kellhom kif ukoll daħħal is-sistema li jingħataw free units lill-ħaddiema kollha ta' l-Enemalta.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi qabel xejn inħeġġeġ u nawgura lill-Enemalta biex tkompli tiżviluppa u miexja 'l quddiem.", "Jien ma rridx ngħid li ma baqax xi jsir pero' irrid ngħid li Enemalta llum tinsab fuq sisien sodi.", "Peress li l-Enemalta hija sezzjoni ħajja din trid tkabbir, tisħiħ u investiment kontinwu.", "Issa li l-Enemalta għandha spare generating capacity, distribution system fuq sisien sodi u għandha l-gas u l-petroleum division f'posthom u għalhekk tinsab f'pożizzjoni aħjar milli kienet fiha fl-1987 - nixtieq li l-Enemalta timxi f'direzzjoni daqsxejn differenti fis- sens li ssir iżjed customer friendly.", "Jien nixtieq ukoll li l-Enemalta tkompli tiddependi u żżomm il-mission statement tagħha jiġifieri, li tkompli tipprovdi l-enerġija elettrika, li din titwassal b'mod stabbli għand il-konsumatur u li l-enerġija elettrika titwassal bl-inqas spiża teknikament possibbli kif ukoll bl-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Jien jidhirli li l-Enemalta waslet f'pożizzjoni li tieħu l-passi neċessarji ħalli tara li jiġi mwaqqaf regolatur fil-qasam ta' l-enerġija.", "Jien nemmen u nawgura li dan ir-regolatur għandu jwassal biex l-Enemalta tibda topera b'regolamenti u f'parametri u b'kondizzjonijiet li awtomatikament jissarrfu f'servizz iżjed dixxiplinat u effiċjenti lejn il-konsumatur.", "Sinjura President, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nirringrazzja lil dawk in-nies kollha li tul dawn l-għaxar snin ħdimt magħhom fl- Enemalta, b'mod partikolari lil dawk in-nies li hemm warajk li bosta fil- parti l-kbira tagħhom huma inġiniera.", "L-awgurju tiegħi jmur għall-bord il- ġdid ta' l-Enemalta filwaqt li pubblikament nirringrazzja lil tlieta min- nies li magħhom ħdimt ħafna fl-Enemalta li huma s-Sur Joe Grima, li kien deputy chairman, is-Sur Lawrence Ciantar, li kien iċ-chairman ta' l- Enemalta, u lil Prof. Robert Ghirlando li flimkien wettaqna dan ix-xogħol kollu għall-ġid tal-pajjiż.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Jekk jogħġbu, l-Onor.", "Joe Mizzi jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 15 ta' Jannar fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' Proċedura dwar l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 1997 u l- Estimi Supplimentari ta' Spiża għas-sena 1996.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1996 sat-30 ta' Settembru 1997 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - it-Tieni Qari.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, deherli li jkun opportun għalija li f'dan l-Aġġornament nitkellem fuq qasam partikolari tal-ġustizzja.", "Fil- programm elettorali tal-Malta Labour Party kien ġie propost li jsiru emendi fil-liġi sabiex tissaħħaħ il-figura tal-maġistrat inkwirenti.", "Fid-Diskors tal-Budget li nqara l-bieraħ mill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi sar aċċenn fuq dan is-suġġett fis-sens li din is-sena stess il-Gvern beħsiebu jilleġisla fuq il-funzjoni tal-maġistrat inkwirenti.", "Din, minbarra li turi li l-Gvern beħsiebu jimplimenta wegħda oħra tiegħu f'qasir żmien, turi wkoll kemm il-Gvern għandu għal qalbu t-trasparenza billi se jagħmel riforma radikali ħalli jelimina l-korruzzjoni u billi jagħmel dan is- suġġett fost il-prijoritajiet tiegħu.", "Hawnhekk ta' min isemmi ftit l- isfond soċjali u storiku li qed iwassal lill-Gvern biex jipproġetta riformi radikali fis-sistema ġudizzjarja tagħna.", "Madam Speaker, sal-lum il-pajjiż għad ma għandux sistema awtomatika u indipendenti biex teżamina u tissindika l-abbużi tal-poter u każi ta' korruzzjoni fil-pajjiż.", "Tradizzjonalment, fis-sistema tagħna kull meta kienet tinħass xi xamma kbira ta' korruzzjoni jew kull darba li kienet issir pressjoni kbira minn xi settur tal-pubbliku jew minn xi partit politiku fuq xi att kwestjonabbli l-gvern tal-ġurnata kien ikollu ta' kull darba jappunta tribunal jew bord ad hoc.", "Pero' fil-prattika kien jiġri li ħafna drabi ċ-chairmen ta' dawn il-bordijiet kienu jkunu nies magħżulin unikament mill-gvern tal-ġurnata u kienu jkunu jidhru wisq leali lejn l- istess gvern li jkun appuntahom.", "F'ħafna każi d-deċiżjonijiet ta' dawn it- tribunali kienu jitqiesu b'lenti skura u mhux dejjem kellhom il-fiduċja tal- poplu in ġenerali.", "In oltre tradizzjonalment dawn it-tribunali ma kellhomx poteri eżekuttivi u kultant id-deċiżjonijiet tagħhom kienu jservu biss bħala rakkmandazzjoni lill-prim ministru jew lil xi ministru partikolari.", "GĦalhekk ħafna drabi nħass li dawn it-tribunali servew biss bħala paraventu fejn ġieli aktar għattew milli kixfu affarijiet.", "Kien hemm anke okkażjonijiet fejn rapporti ta' bordijiet ta' inkjesta ma ġewx made available lill-pubbliku u kkreaw element ta' suspett qawwi bħal, per eżempju, meta kienet saret l-inkjesta fuq dak il-frame-up li fih kien hemm involut ex-Assistent Kummissarju tal-Pulizija.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn it-tribunali lanqas kien ikollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani sabiex jaqdu l-funzjonament tagħhom mill-aħjar li jistgħu.", "Madam Speaker, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li kien wiegħed li se jeqred il-korruzzjoni bl-għeruq u x-xniexel, ma għarafx jilqa' b'mod effikaċi l-problemi serji ta' trasparenza u l-kontroll tal-korruzzjoni.", "Huwa deherlu li kellu jikkrea l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni li għalkemm on paper dehret li kienet se tkun tribunal indipendenti u imparzjali, fil-fatt din il-kummissjoni ma servietx il-funzjoni tagħha b'mod tajjeb.", "L-ewwelnett ta' min igħid li l-membri ta' dan it-tribunal huma appuntati mill-gvern tal-ġurnata għal perijodu ta' żmien u wara huma jistgħu jerġgħu jiġu appuntati skond id-diskrezzjoni ta' l-istess gvern u għalhekk il-membri ta' din il-kummissjoni ma għandhomx dik li tissejjaħ security of tenure ħaġa li hija sinonima mal-konċett ta' indipendenza.", "In oltre, din il-kummissjoni kellha tirrapporta direttament lill-prim ministru personalment.", "Ħaġa oħra kienet li ġieli kien hemm kritika li wħud mill- membri ta' din il-kummissjoni setgħu dehru li kienu viċin wisq tal-Prim Ministru u tal-Gvern tal-ġurnata.", "Għaldaqstant dan ma kienx ideali, tenendo conto l-fatt li ħafna drabi l-issues li kellhom jiġu sindikati minn dan it-tribunal kienu jkunu very hot issues u li spiss kienu jirrigwardjaw l-andament ta' l-istess Gvern.", "Madam Speaker, hawnhekk ta' min jgħid li qed jiġi propost li fis-sistema ġudizzjarja tagħna ssir riforma radikali sabiex il-maġistrati stess jibda jkollhom il-ġurisdizzjoni li jissindikaw u jinvestigaw l-abbużi li jistgħu jsiru minn żmien għal żmien kif ukoll ix-xniegħat ta' korruzzjoni b'mod ex-ufficio.", "Dan se jibda' jkun parti mix-xogħol ordinarju tagħhom.", "Ġustament qed jiġi propost ukoll li l-inkjesti li jħejju dawn il- maġistrati inkwirenti jkunu mgħoddija direttament lill-Parlament u mhux lil xi ministru partikolari biex b'hekk il-konklużjonijiet tagħhom ikunu available to one and all. Dan żgur se jgħin ħafna biex jinħoloq ambjent ta' trasparenza fis-soċjeta' għaliex il-maġistratura għandha dak li jissejjaħ security of tenure office peress li l-maġistrati tagħna ma jiddependux mill-gvern tal-ġurnata għal re-appointment u għalhekk dawn mhux biss ikunu imparzjali imma jkunu wkoll tabilħaqq indipendenti.", "Huwa mistenni wkoll li biex tiġi implimentata din is-sistema l-maġistratura se tingħata l-riżorsi finanzjarji u umani kollha neċessarji biex tkun tista' taqdi din il-funzjoni ġdida li se jkollha.", "Biex l-inkwirenti jinvestigaw il-każijiet tagħhom mhux se jkunu jiddependu mill-gvern jew mill-pulizija għax dawn se jkollhom l-awtorita' li minn rajhom jinvestigaw kull ħjiel ta' korruzzjoni jew ta' abbuż mingħajr ma jistennew li l-inċident jiġi rrapportat u mwassal lilhom mill-pulizija eżekuttiva.", "Hawnhekk ta' min jgħid li qed jiġi suġġerit ukoll li tkun ħaġa ideali li kieku dawn il- maġistrati jkollhom taħt idejhom pool ta' pulizija ġudizzjarja għax ikun inutli li jkollok maġistrati indipendenti meta mbagħad in-nies li jridu jassistu lill-istess maġistrati fil-qadi tad-dmirijiet investigattivi tagħhom ma jkunux indipendenti għax huma responsabbli lejn awtorita' oħra.", "Madam Speaker, għal xi raġuni jew oħra l-Oppożizzjoni opponiet dawn il- proposti kollha u dan jindika li m'hu veru xejn li din temmen fi trasparenza serja.", "Ir-raġunijiet li dejjem ittantat tressaq l-Oppożizzjoni kienu biss tekniċi bħal, per eżempju, il-fatt li s-sistema ġudizzjarja tagħna m'hijiex ekwivalenti għal dik ta' fuq il-Kontinent, bħal dik ta' l- Italja fejn nisimgħu ħafna fuq il-maġistratura u l-mani pulite.", "Apparti minn dan, ma jidhirx li l-Oppożizzjoni ressqet argumenti oħra u fil-verita' wieħed għandu jtenni li attwalment l-idea tal-Gvern hija l-aħjar sistema sabiex tkisser darba għal dejjem ix-xibka tal-korruzzjoni li talvolta tikkrea ruħha f'dan il-pajjiż.", "Billi sal-lum il-maġistrati inkwirenti tagħna ma kellhomx din il-funzjoni bħal pajjiżi oħra ma għandu jfisser assolutament xejn għax din hija kultura ġdida u moderna ta' checks and balances oħra li qed tinħass li hija meħtieġa anke f'soċjeta' bħal tagħna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, din hija l-ewwel darba li jien se nitkellem f'dan il-Parlament u għalhekk nixtieq nibda billi nifraħlek tal- ħatra li inti ngħatajt u nifraħlek ukoll għall-mod eċċellenti li bih inti qiegħda tmexxi dawn is-seduti.", "Madam Speaker, f'dan l-Aġġornament nixtieq nitkellem fuq l-aktar żewġ delizzji antiki u popolari li hawn ġewwa dawn il-gżejjer, jiġifieri l-kaċċa u l-insib, liema żewġ delizzji huma għal qalbi ħafna.", "Fil-fatt jien ma nistax ma nibdiex billi ngħid xi ħaġa fuq il-ħafna ittri li qegħdin jidhru fil-gazzetti kontra dawn id-delizzji.", "Irrid ngħid li jien m'għandi xejn kontra dawk li jiktbu fil-gazzetti biex jesprimu xi opinjoni li jista' jkollhom fuq xi suġġett partikolari u dan qed ngħidu biex ma niġix miftiehem jew interpretat ħażin.", "Pero' mill-elezzjoni 'l hawn qegħdin jidhru ħafna ittri f'diversi gazzetti lokali kontra l-kaċċa u l-insib u kieku wasalna s'hawnhekk ma ġara xejn għax kull min hu kontra dawn id- delizzji għandu kull dritt li jikteb fil-gazzetti.", "Li qed jiġri pero' huwa li f'dawn l-ittri, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma miktubin minn nies li ġejjin minn pajjiżi Ewropej, qed ikun hemm ħafna kliem iebes u aħrax kontra kaċċaturi u nassaba Maltin u Għawdxin kif ukoll kontra l-poplu Malti in ġenerali.", "Jien inħoss li ma nistax ma ngħidx xi ħaġa fuq dawn l-ittri, kemm minħabba li jiena kaċċatur u dilettant ta' l-għasafar, kif ukoll bħala ċittadin Malti.", "Dawn l-ittri huma mimlijin kliem aħrax kontra l-Maltin fejn qed jgħajruna kattivi, primittivi, ta' wara l-muntanji, barbari u ħafna affarijiet oħra, u dan kollu għaliex f'Malta hawn min joħroġ għall-kaċċa u hawn min imur jonsob.", "Bħal dak li qallu fl-Ewropa ma ssirx kaċċa!", "Nerġa' ngħid li ma nafx għalfejn sar dan l-għaġeb kollu f'dan ir-rigward għaliex fl-Ewropa mhux għasafar biss jinqatlu imma anke trabi.", "Dawn joqogħdu jgħidu li aħna noqtlu ħafna għasafar meta bl-aborti li jsiru fl-Ewropa f'ġurnata waħda jinqatlu aktar trabi milli jinqatel tajr f'Malta f'season sħiħ.", "Lil dawk in-nies li jiktbu dawn it-tip ta' ittri jien ngħidilhom biex imorru lura lejn pajjiżhom ħalli jirranġaw l-affarijiet ħżiena li għandhom bħal, ngħidu aħna l-abort, id-divorzju, nies li jgħixu bla saqaf fuq rashom, il- prostituzzjoni, li f'ċerti pajjiżi Ewropej, hija legali u l-pornografija li fl-Ewropa hija legali.", "Meta jirranġaw l-istil ta' ħajja li jgħixu mbagħad dawn in-nies forsi jkollhom id-dritt li jiġu hawn u jgħidulna kif għandna ngħixu, pero' sakemm ma jirranġawx dawn l-affarijiet ngħidilhom biex jekk jogħġobhom lilna jħalluna fil-kwiet.", "Madam Speaker, dawn l-ittri m'huma jservu għal xejn ħlief biex jagħmlu ħsara lil pajjiżna għax l-intenzjoni tagħhom hija biex jonqos it-turiżmu lejn Malta.", "Dan qed iservi biex il-kaċċatur u n-nassab ikompli jitbiegħed minn min hu kontra d-delizzju tagħhom.", "Agħar minn hekk, dan qed iservi wkoll biex il-kaċċaturi u n-nassaba jibdew jaraw lil dan it-turist bħala xi ħaġa kerha biex b'hekk forsi 'l quddiem, allaħares qatt jafu jinqalgħu xi inċidenti mat-turisti li jkunu ta' dettriment għat-turiżmu.", "Jien ma nafx għalfejn gazzetti tant importanti f'pajjiżna jippubblikaw ittri li jkun fihom din il-kritika ħarxa kontra Malta in ġenerali li l- iskop tagħha hu li ssir ħsara lill-pajjiżna.", "Fl-ewwel diskors li għamel l-Onor.", "Fenech Adami f'din il-Leġislatura kien qal li l-Partit Laburista kien gideb meta qal li l-kaċċa se tintmiss jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ngħid jien, allura għalfejn dan id-diskors qiegħed jingħad issa wara li għaddiet l-elezzjoni?", "Dan id- diskors imissu ntqal qabel l-elezzjoni speċjalment meta l-Għaqda Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti kienet stiednet lill-Onor.", "Fenech Adami għal forum pubbliku ħalli jispjega l-pożizzjoni ta' Malta dak iż-żmien, liema stedina kienet ġiet rifjutata.", "Il-verita' hi - u l-kaċċaturi jafuh dan - li jekk Malta xi darba ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-kaċċa jkollha tieqaf fir-rebbiegħa u l-insib ikollu jieqaf is-sena kollha; dan ma jista' jmerih ħadd.", "Irrid infakkar ukoll li qabel l-elezzjoni ta' l-1992, l-Onor.", "Fenech Adami stess kien qal lill-kaċċaturi u lin-nassaba li jekk il-partit tiegħu jirbaħ l-elezzjoni la kien se jmiss il-kaċċa u lanqas l-insib.", "Ftit wara li l-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ta' l-1992 kienu ħarġu regolamenti, li sfortunatment għadhom eżistenti, kontra l-kaċċa u l-insib li tant kienu ħorox illi ħafna kaċċaturi u nassaba ġenwini waqfu milli jipprattikaw id-delizzju tagħhom filwaqt li dawk li komplew bid-delizzju sabu ruħhom ippersegwitati mill-forzi ta' l-ordni, speċjalment mill-ALE - l- Administrative Law Enforcement.", "L-ALE suppost kienet twaqqfet biex tieħu ħsieb l-ambjent, imma minflok ma ħadet ħsieb ta' l-ambjent, din kienet kontinwament tiġri wara l-kaċċaturi.", "Ġejna wkoll ippersegwitati mill-ajru permezz ta' helicopters li kienu joqogħdu jduru fuqna l-ħin kollu sabiex jaraw x'inkunu qegħdin nagħmlu u mill-banda l-oħra dawk li kienu joħorġu għall-kaċċa fuq il-baħar kienu jiġu ppersegwitati permezz tal-patrol boats li kienu l-ħin kollu jiġru warajhom.", "Aħna l-kaċċaturi ġejna ttrattati qisna konna xi grupp ta' terroristi armati jew inkella xi grupp ta' kriminali ħorox jew xi barunijiet tad-droga.", "U dan kollu għalfejn, Madam Speaker?", "Dan kollu għax aħna kaċċaturi u nassaba.", "Jekk xi ħadd minna kien ixellef difrejh ma' xi regolament - anke fuq dubju - malajr kienu jiġu u jikkonfiskaw l-arma, l-għasafar u l-opra tal-baħar u Alla biss jaf meta u kif teħodhom lura.", "Għalfejn kien qed jiġri dan, nerġa' ngħid?", "Dan kollu kien qed iseħħ biex il-pajjiż jidher sabiħ ma' l-Ewropa għax għall-Partit Nazzjonalista l-Ewropa kienet tiġi l-ewwel u qabel kollox filwaqt li ċ- ċittadin Malti kien jiġi l-aħħar.", "Madam Speaker, aħna għalfejn noħorġu għall-kaċċa u l-insib?", "Biex nirrispondi għal din id-domanda, irrid ngħid li l-bniedem ilu jgħix fid- dinja għal aktar minn miljun sena u tul dan iż-żmien kollu għex permezz tal- kaċċa u l-insib għax dawn kienu l-istinti li n-natura tat lill-bniedem biex jgħix.", "Anke llum, ħafna mill-attivitajiet tal-bniedem huma marbuta ma' dawn l- istinti saħansitra anke ċertu logħob tat-tfal bħalma huma n-\"noli\" u l- \"ħarba\" - żewġ logħbiet li jilgħabuhom it-tfal tad-dinja kollha - huma varjazzjoni ta' kaċċa fejn it-tfal jikkaċċjaw lil xulxin.", "Jekk tħares lejn ċerti delizzji tal-bniedem, speċjalment dawk id-delizzji fejn wieħed jikkollezzjona xi affarijiet, issib li dan jirrikorri għal varjazzjoni ta' dan l-istint għax dan ikun qiegħed dejjem jikkaċċja għal dak l-oġġett li ma jkollux.", "Anke l-elezzjoni hija forma oħra ta' kaċċa fejn aħna l- kandidati nikkaċċjaw għall-voti ta' l-eletturi.", "Li rrid infisser hu li fil- każ tagħna, il-kaċċaturi u n-nassaba, dan l-istint għadu jinstab fl-istat oriġinali li tathulna n-natura u dan il-fatt mhux it-tort tagħna għax wara kollox in-natura għamlitna hekk.", "B'dak li qed nagħmlu aħna l-kaċċaturi u n-nassaba la qed niksru xi liġi tal-bniedem, għax il-kaċċa ssibha fid-dinja kollha, la qed niksru xi liġi t'Alla, għax jekk inti tħares lejn il-Bibbja ssib illi l-kaċċa hija permessa, u lanqas qed niksru xi liġi tal-Knisja għax saħansitra għandna l-qaddis patrun tagħna.", "Irrid ngħid li fl-Ewropa, ħafna affarijiet li sa ftit ta' żmien ilu kienu jitqiesu bħala ħżiena, illum f'isem id-drittijiet tal-bniedem m'għadhomx jitqiesu hekk u qegħdin jiġu aċċettati.", "Mela għalfejn dan il- ħafna għaġeb fuq il-kaċċa u l-insib!?", "Il-kaċċa u l-insib ilhom jeżistu hawn Malta minn mindu l-bniedem rifes fuq artna.", "Jekk, per eżempju, immorru lura daqs 500 sena, meta dak iż-żmien Malta kienet taħt l-Ispanjoli, insibu li meta r-Re Karlu V ġie biex jgħaddi lil Malta lill-granmastri, bħala kera, kien talabhom żewġ bisien fis-sena.", "Dan kien delettant kbir tal-kaċċa u għalhekk kulma ried kienu żewġ għasafar biex hu jkun jista' jikkaċċja bihom.", "Meta ġew il-granmastri hawn Malta tant sabu kaċċaturi li kellhom jirriservaw ħafna artijiet għalihom u jekk il-Maltin kienu jinqabdu jidħlu fl-artijiet riservati għall-kaċċa tal-kavallieri, bħala kastig, kienu jintbagħtu jaqdfu fuq ix-xwieni ta' l-Ordni.", "Nista' ngħid pero' li lanqas b'dan il-metodu ma rnexxielhom jaqtgħu l-kaċċa u l-insib minn fost il- Maltin għax anke meta ġew l-Ingliżi, dawn wkoll sabu ħafna kaċċaturi tant li l-ewwel reġiment li huma waqqfu kienu saħansitra semmewh \"I Cacciatori Maltesi\" u min kien jidħol membru ta' dak ir-reġiment kienu awtomatikament jagħtuh il-liċenzja għall-kaċċa.", "Madam Speaker, sfortunatament kellu jkun Gvern Nazzjonalista Malti u f'Malta indipendenti li pprova jkisser il- kaċċa u l-insib, u dan għamlu biex jogħġob lill-Ewropa.", "Għaldaqstant, f'ismi u f'isem l-eluf ta' kaċċaturi u nassaba Maltin u Għawdxin inħeġġeġ lill-Gvern biex mill-aktar fis ineħħi r-regolamenti ħorox illi ddaħħlu fl-1993 u li jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda li dwarhom kien sar ftehim bejn l-Għaqda Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti u l- Partit Laburista qabel l-elezzjoni li għaddiet.", "B'hekk terġa' ssir ġustizzja magħna l-kaċċaturi u n-nassaba billi nerġgħu nieħdu lura dak li ħadulna ħalli nkunu nistgħu nerġgħu nibdew ingawdu dawn il-delizzji fil- kwiet, fil-paċi u fil-liberta' bħalma dejjem għamlu missirijietna.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Hawn aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra taġġorna għal għada l-Erbgħa, 15 ta' Jannar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Fid-9.15 p.m. il-Kamra aġġornat wara li saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RABAT - ĊENTRU ĊIVIKU", "310.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jistudja l-possibbilta' li fuq iċ-Ċentru Ċiviku tar-Rabat jinbena sular ieħor li jservi ta' uffiċini għal kunsill lokali flok il-post li qed jikru bħalissa Lm3,000 fis-sena?", "Jirriżulta wkoll li hemm post adekwat ħafna sabiex jsir \"lift\" fl-istess Ċentru Ċiviku.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-alterazzjoni taċ-Ċentru Ċiviku tar-Rabat li qed jissuġġerixxi l-Onor.Interpellant qed tiġi kkonsidrata.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - APPLIKAZZJONI PA 3256/96", "311.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga għaliex fuq PA 3256/96 intalbet estensjoni sabiex jiġi proċessat u approvat l-permess meta dan hu kollox \"in order\" u suppost jimxi u jiġi pproċessat mall-ewwel?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hija proċedura ta' l-Awtorita` li fil-kaz li applikazzjoni ma tkunx se tigi deciza fi zmien 8 gimghat, tintalab estensjoni taz-zmien lill-applikant.", "Fir-rigward ta' l-applikazzjoni PA 3256\\96 giet mitluba aktar informazzjoni dwar specifikazzjonijiet ta' l-apparat li kellu jintuza fil-forn (bakery), kellha ssir konsultazzjoni mad-Dipartiment tas-Sahha u ntalbet kjarifika dwar `vending machine` u `advertisements` li jinstabu fuq is-sit u ma jidhirx li huma koperti b`permess.", "Minhabba f`hekk it-tmien gimghat lahqu skadew qabel ma waslet l- informazzjoni mitluba.", "STAZZJONIJIET TAT-TELEVISION", "332.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal-fatt illi l-Prim Ministru qabel l-elezzjoni f'diversi laqgħat sostna u aċċetta l- kunċett tal-pluraliżmu tax-xandir, jista' jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern preżenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet minn partiti politiċi għal stazzjonijiet tat-televiżjoni, liema applikazzjonijiet ikunu konformi mar- regolamenti eżistenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bl-akbar impenn biex iwettaq il-politika tiegħu fil-qasam tax-xandir, il-Gvern qed jifli l-qagħda tal-frekwenzi fil-pajjiż u l-possibilitajiet tekniċi ta trasmissjoni li jeżistu fid-dawl tad- diffikultajiet li kien sab il-Gvern preċedenti biex jalloka frekwenzi lil talbiet li kienu dak iż-żmien pendenti.", "ĦABS ĊIVILI - ITTRA MIBGĦUTA LILL-PRIM MINISTRU", "425.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il priġunier iffirma l-ittra miftuħa li ntbagħtet lilu f'Ottubru, 1996, wara l-elezzjoni u li fiha, skond il-gazzetti, saru proposti għal tisħiħ fir-riformi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru, l- ittra miftuħa, mingħand ir-Residenti tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, waslet fl-uffiċċju tiegħi bil-posta normali.", "Ma fiha ebda firma ta' ħadd.", "Kopja ta' din l-ittra tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - \"ROAD BLOCKS\"", "426.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba saru \"road blocks\" mill-Pulizija u/jew il- Forzi Armati ta' Malta mill-1 ta' Ottubru, 1996 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-1 ta' Ottubru 1996 sat-18 ta Diċembru 1996, il-Pulizija u l-Forzi Armati ta' Malta għamlu 1,280 road block.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - ESTENSJONIJIET TA' SKEJJEL", "434.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' estensjonijiet ta' skejjel?", "Min applika f'kull każ?", "F'liema lokalita'?", "X'inhu l-iżvilupp propost?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-dettalji ta` l-applikazzjonijiet li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha pendenti għall-bini ta` estensjonijiet ta` skejjel huma kif jidhru fil-lista sottomessa.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - BINI TA' SKEJJEL ĠODDA", "435.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-applikazzjonijiet pendenti li għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' skejjel ġodda?", "Min għamel kull applikazzjoni?", "F'liema lokalita'?", "X'inhu l-iżvilupp propost?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-dettalji ta` l-applikazzjonijiet li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha pendenti għall-bini ta` skejjel ġodda huma kif jidhru fil-lista sottomessa.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "436.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet quddiemha l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini u/jew estensjonijiet ta' faċilitajiet sportivi?", "F'kull każ min applika?", "F'liema lokalita'?", "X'tip ta' bini u/jew estensjoni saret applikazzjoni għalihom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Applikazzjoni li l-Awtorita` ta`l-Ippjanar għandha pendenti għall-bini u\\jew estensjonijiet ta` faċilitajiet sportivi huma kif jidhru fil-lista sottomessa.", "GĦASES TAL-PULIZIJA - MANUTENZJONI", "437.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsiet lill-Prim Ministru: Peress li ħafna mill-għases tal-pulizija jinstabu fi stat miżeru, jista' l-Prim Ministru jgħid x'politika teżisti dwar ir-riabilitazzjoni ta' dawn l- għases?", "Bħalissa qed isir xi xogħol fuq xi għases?", "Fejn u x'xogħol qiegħed isir?", "L-għases huma kollha proprjeta' tal-Gvern?", "Jekk le, liema huma dawk li huma tal-privat?", "Kemm huwa l-ħlas fis-sena għal kull għassa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-għases huwa proċess kontinwu u bħalissa qiegħed isir xogħol fl-għases ta' Ħad-Dingli, ix- Xgħajra u Santa Luċija.", "Hemm għases oħra bħal dawk ta' Wied il-Għajn u Ħal Qormi, per eżempju, li huma protetti u għaldaqstant ma tistax issir il- manutenzjoni mixtieqa.", "F'dawn il-każi huwa maħsub li jintalab lok alternattiv, iżda sakemm dan iseħħ, il-Korp ikollu jibqa' jagħmel użu minn dawn l-għases.", "L-għases li m'humiex tal-Gvern u l-ħlas fis-sena għal kull waħda huwa kif ġej:", "|Attard |Lm32.00|Mellieħ|Lm25.00,| | |,0 |a |0 | |Birkirka|Lm33.00|Mqabba |Lm22.00,| |ra |,0 | |0 | |Dingli |Lm10.00|Nadur |Lm9.00,0| | |,0 | | | |Fgura |Lm35.00|Qrendi |Lm21.00,| | |,0 | |0 | |Ghajnsie|Lm7.54,|Safi |Lm10.00,| |lem |0 | |0 | |Għarb |Lm9.00,|San |Lm37.00,| | |0 |Gwann |0 | |Għargħur|Lm15.00|San |Lm45.00,| | |,0 |Ġiljan |0 | |Għasri |Lm3.12,|San |Lm30.00,| | |5 |Pawl |0 | | | |il-Baħa| | | | |r | | |Gudja |Lm16.00|Xewkija|Lm9.00,0| | |,0 | | | |Kalkara |Lm14.00|Xgħajra|Lm14.00,| | |,0 | |0 | |Kirkop |Lm12.00|Ħaż-Żeb|Lm65.00,| | |,0 |buġ |0 | |Luqa |Lm105.5|Żebbuġ |Lm28.00,| | |6,0 | |0 | |Marsa |Lm22.00|Żurrieq|Lm81.50,| | |,0 | |0 | |Marsaxlo|Lm30.00| | | |kk |,0 | | |", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - FIXED KIOSK", "438.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jivverifika x'inhi l-pożizzjoni tal- Kummissarju ta' l-Artijiet għat-talba li saritlu minn persuna minn Birkirkara li isimha qed nibagħtu taħt separate cover biex ikun jista' jistabbilixxi ruħu f'post fiss bħala 'hawker' f'Baħar iċ-Ċagħaq, peress li din il-persuna għadu ma' rċeva l-ebda tweġiba għat-talba tiegħu?", "Jista' l- Ministru jivverifika jekk hemmx permessi li diġa' nħarġu għall- applikazzjonijiet simili bħal ta' din il-persuna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-talba biex il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant jagħmel fixed kiosk ġo Baħar iċ-Ċagħaq ġiet rifjutata f'April 1994 u l-applikant kien ġie nformat b'din ir-refusal.", "Hemm permess wieħed ta' l-hekk imsejħa Mobile Kiosks u dan kien ħareġ fuq rakkomandazzjoni ta' Kumitat speċjali maħtur biex jirregolarizza l-Mobile Kiosks li kienu jeżistu qabel l-1991.", "Il-persuna konċernata kellha biss permess ta' van u dawn il-permessi ma ġewx konsidrati minn dan il-kumitat.", "INTERNET - PERSUNI ABBONATI", "445.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni fil-gżejjer Maltin li huma abbonati fl- Internet?", "Kemm hawn kumpanniji jew organizzazzjonijiet li joffru aċċess għall-Internet fil-gżejjer Maltin?", "Kien hemm applikazzjonijiet oħra minn kumpanniji privati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li kien hemm min deherlu li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hi privata u ta natura kummerċjali, qed nagħti figura skond l-informazzjoni li għandi.", "Inżid ngħid li din il-figura żgur ma tirriflettix in-numru atttwali ta' abbonati li għandhom aċċess għall-Internet.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija hemm applikazzjoni wahda li qed tiġi pproċessata.", "Isem ta min jipprovdi s-Servizz Numru globali bejniethom", "MSU, Computing Levels Ltd., Med- 3503 Net International Ltd., Terranet Ltd.", "L-erba' kumpanniji l-oħra ħassew li m'għandhomx jagħtu informazzjoni.", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA", "446.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-kriminalita'?", "Qed isir xi tip ta' \"monitoring\" tal- materjal ġenerat fil-gżejjer Maltin li jitpoġġa fuq l-Internet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Management Systems Unit qiegħda tiżviluppa diversi sistemi għall-pulizija bil-għan li jidħol aktar dejjem l-użu tat-teknoloġija ta l-informatika fil-ġlieda kontra l-kriminalita.", "Nista' ngħid li ġiet installata l-infrastruttura meħtieġa biex tistabbilixxi mezzi ta komunikazzjoni moderna kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll internazzjonali.", "Ninsab informat ukoll li lokalment fil-preżent, ma jidhirx li hemm proċeduri formali kif il-monitoring tal-materjal ġenerat fil-gżejjer Maltin li jitpoġġa fuq l-Internet jista jsir għajr il-liġijiet kurrenti li japplikaw fil-kuntest tad-distribuzzjoni tal-media.", "STATISTIKA DWAR IL-COMPUTERS", "447.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' kemm hawn computers fil-gżejjer Maltin?", "Jekk iva, kemm hija l-iktar ċifra aġġornata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ma tinżammx statistika dwar kemm hawn computers fil-gżejjer Maltin.", "DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - APPLIKANTI", "448.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħidilna kemm hemm applikanti quddiem id-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali, li jew huma nfushom huma persuni b'diżabilita' jew għandhom familjari li jgħixu magħhom?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Hemm 277 applikazzjonijiet fejn wieħed jew iżjed mill-membri tal-familja ta' l-applikant huma persuni b'diżabilita'.", "BURMARRAD - KUMPANNIJA DA TONG LTD", "449.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jinformana jekk il-kumpannija Da Tong Ltd li hija mija fil-mija \"foreign owned\" u topera f'Burmarrad hijiex awtorizzata li timporta u/jew timmanifattura prodotti għall-bejgħ fuq is-suq lokali b'kompetizzjoni diretta ma' azjendi Maltin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: ```Il-Kumpannija Da Tong Co. Ltd. tista`, skond il- Memorandum tagħha `timmanifattura, tipproċessa u tipproduċi ikel Ċiniż, li jinkludi zalzett, noodles, spring rolls, bean sprouts, belt fish, prodotti tat-tiġieġ u ikel ieħor u prodotti rrelatati.`", "Bl-istess Memorandum, il-kumpanija ma tistax timporta merkanzija għall- bejgħ lokali u lanqas tagħmilha ta` distributur, bejjiegħ bl-imnut jew tispekula fil-proprjeta`.", "Skond il-`policy` preżenti, kumpaniji b`ishma f`idejn il-barranin jitħallew joperaw fil-kamp tal-manifattura u jbiegħu ukoll fis-suq lokali.`", "MSIDA - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "462.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-flats tal-Gvern li hemm ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin l- Imsida humiex se jingħataw lil dawk il-familji Misidjani li joqogħdu ġo bini substandard u perikoluż fl-inħawi?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Għad trid tittieħed deċiżjoni fuq l-allokazzjoni ta' dawn l-appartamenti.", "SAĦĦA - DIRETTUR ĠENERALI", "469.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-ħatra ta' Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-OUT-PATIENTS", "470.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma x'riformi hemm ippjanati u meta se jibdew jitwettqu biex titnaqqas il-waiting list ta' l-appuntamenti ġewwa l-Out-Patients ta' St. Luke's Hospital?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm ħafna miżuri li qed, jew se jittieħdu sabiex isir streamlining ta' l-appuntamenti.", "Wieħed minn dawn il-miżuri huwa l-komputeriżazzjoni ta' l-appuntamenti innifishom, kif ukoll tal- Medical Records.", "Ħaġa oħra li wieħed għandu jaħseb huwa li ngħallmu l-pazjent biex jagħmel aktar użu tal-Health Centres sabiex jitnaqqas in-numru esaġerat ta' pazjenti li jattendu l-O.P. f'St Luke's, meta dawn jistgħu faċilment jinqdew l-istess fil-Health Centres.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "471.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma x'riformi hemm ippjanati u meta se jibdew jitwettqu biex titnaqqas il-waiting list ta' l-operazzjonijiet sew minuri u sew maġġuri?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab assigurat mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Kirurġija li s-sitwazzjoni tal-waiting list ta'l-operazzjonijiet tinżamm taħt sorveljanza kontinwa minn dan id-Dipartiment kliniku.", "Bil-ftuħ tal-unit tad-Day Surgery fil-futur qarib hemm il-ħsieb li titwettaq riforma li kien ilu jinħass il-bżonn tagħha.", "SPTAR SAN LUQA - REFURBISHMENT COMMITTEE", "472.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid minn huma l- membri preżenti li jifformaw ir-Refurbishment Committee ta' l-Isptar San Luqa?", "Kemm-il darba ltaqgħu f'dawn l-aħħar tmien ġimgħat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-membri li qed jiffurmaw ir-Refurbishment Committee ta' l-Isptar San Luqa huma dawn:", "L-Onor Dr M Farrugia - Chairman Dr J M Cachia Mr A McDougall Dr F Bartolo Dr M Sciberras Miss N Farrugia Mr C Chase Mr G Axisa Mr F Cassar Mr L Agius Mrs M Verin Dr E Mintoff Ing. A Cutajar Ing. O Aquilina", "Saru erba' laqgħat fl-aħħar għaxar ġimgħat: fit-8 ta' Novembru, fl-20 ta' Novembru, fis-17 ta' Diċembru u fid-9 ta' Jannar 1997.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET TA' L-ORTOPEDIJA", "473.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinformani dwar jekk hemmx il-ħsieb li d-Dipartiment tas-Saħħa juża l-faċilitajiet ta' l- isptarijiet privati biex titnaqqas il-waiting list ta' l-operazzjonijiet ta' l-ortopedija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M'hemmx ħsieb.", "SPTAR SAN LUQA - SOCIAL CASES", "474.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħdin jitwettqu biex jitnaqqas in-numru ta' social cases mis-swali ta' St. Luke's Hospital?", "Kemm hemm social cases fil-preżenti u f'liema swali jinsabu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-miżuri li qed jittieħdu biex jonqos in-numru ta' social cases huma:-", "1.", "Inħatar team ta' social workers li qed jieħu ħsieb il-ko-ordinament ta' l-arranġamenti meħtieġa mal-qraba biex pazjenti jkunu jistgħu jmorru lura f'darhom wara li tintemm il-kura meħtieġa fl-Isptar San Luqa.", "2.", "Qed isir ko-ordinament mar-Residenza San Vinċenz de Paul u djar għall-anzjani biex jonqsu l-każi soċjali mill-Isptar San Luqa.", "Ma din ir-risposta qed nagħti l-lista tal-wards fejn kienu jinstabu is-46 social case li kellna fl-Isptar San Luqa fit-30 ta' Novembru, 1996:", "M1 - M2 5 M3 1 M4 7 M5 1 M6 12 M7 - M8 4 WS1 1 WS2 - WS3 2 S4 - MS1 1 MS2 - MS3 1 Orth 1 2 Orth 2 2 Orth 3 3 ENT 1 Ophth 2 NSU - CTS - Burns _", "TOTAL 46", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "487.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid (i) x'amnestija u xi proklami ngħataw lill-priġunieri individwali fil-Ħabs ta' Kordin u lil nies akkużati, jew le, b'reati kriminali mit-13 ta' Mejju, 1987 sas-26 ta' Ottubru, 1996; (ii) min kienu dawn l-individwi, fuq liema reati ingħatat l-amnestija u liema perjodu mis- sentenza ġie maħfur f'kull każ partikolari; (iii) x'kienu l-akkużi kontra dawk li fl-istess perjodu ingħataw proklama, meta ngħatat u min kienu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Wieħed jifhem li mhux prudenti li jingħataw l- ismijiet ta' individwi li huma fil-ħabs.", "Mit-13 ta' Mejju, 1987 sas-26 ta' Ottubru, 1996 kien hemm 33 persuna li kienu l-ħabs u bbenefikaw minn amnestiji individwali kif jidher fit-Tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ETC - RAPPORTI DWAR L-OPERAT", "490.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi fis-Seduta tat-Tnejn 16 ta' Diċembru, 1996 il-Ministru semma li talab rapporti dwar l-operat tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u tad- Dipartiment tax-Xogħol, jista' l-Ministru jgħid min hi/huma l- persuna/persuni li se jħejju dan ir-rapport jew rapporti u x'inhuma t-terms of reference?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KOPERATTIVI", "491.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-koperattivi?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-politika tal-Gvern dwar il-Koperattivi hija kif mitluba bl-artiklu 21 tal-Kostituzzjoni Repubblikana li `l-Istat jirrikonoxxi l-funzjoni soċjali tal-Koperattivi u għandu jinkoraġġixxi l- iżvilupp tagħhom`.", "B`dan il-għan, il-Bord tal-Koperattivi huwa mistenni mill-Gvern li jkompli jwettaq sorveljanza kontinwa tal-koperattivi eżistenti u jipprovdi l-appoġġ meħtieġ għall-iżvilupp tal-Moviment permezz ta` diversi inizjattivi.", "Naturalment dan kollu jsir skond l-esiġenzi ta` l-Att Nru. 26 ta` l-1978 dwar l-Għaqdiet koperattivi.", "VETTURI - LIĊENZJI TAS-SEWQAN", "503.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'liċenzja tas- sewqan f'pajjiżna?", "Kemm minnhom għandhom anqas minn 30 sena?", "Kemm hawn vetturi liċenzjati f'pajjiżna?", "Kemm minnhom huma liċenzjati f'isem persuni ta' eta' anqas minn 30 sena?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' persuni li għandhom il-liċenzja tas-sewqan huwa ta' 196,144.", "Minn dawn 53,746 għandhom inqas minn 30 sena.", "In-numru ta' vetturi liċenzjati f'pajjiżna huwa ta' 202,831.", "Id-Dipartiment m'għandux statistika rigward l-eta' tas-sidien reġistrati.", "DJAR - SIDIEN TA' DARHOM", "504.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn koppji li huma sidien ta' darhom?", "Kemm minnhom għandhom eta' (wieħed mill-koppja jew it-tnejn) taħt it-30 sena?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar m'għandhiex din l- istatistika.", "REĠISTRU PUBBLIKU - KOPPJI MIŻŻEWĠIN", "505.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn koppji miżżewġin f'pajjiżna bħalissa?", "Kemm minnhom (wieħed mill-koppja jew it-tnejn) għandhom eta' taħt it-30 sena?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-materja ttrattata f'din il-mistoqsija ma tolqot l-ebda ħidma tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.", "Għalhekk l-Onor.Interpellant huwa mitlub li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "508.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema bliet u rħula hemm ċentri tas-saħħa li huma ta' livell aċċettabbli?", "Fejn hemm oħrajn li għadhom fi stat ta' kostruzzjoni jew ta' refurbishment?", "X'inhu pproġettat mill-Ministeru tiegħek biex ikun hawn aktar ċentri tas- saħħa aċċettabbli fil-futur qarib u f'liema bliet u rħula?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Ħal Qormi, Mosta, Rabat u Floriana huma ta' livell aċċettabli.", "Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal il- Ġdid u ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla se jiġu mkabbra u refurbished.", "Qed isir studju dwar refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira.", "Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara wasal fil-fażijiet finali tiegħu.", "TURIŻMU - OUTLETS TURISTIĊI", "509.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi l-outlets turistiċi, permezz ta' l-Assoċjazzjonijiet tagħhom, kienu jqisu bħala urġenti, l-upgrading ta' l-inħawi tagħhom speċjalment Buġibba, Qawra, Paceville u Wied il-Għajn u kienu jinsistu ma l-amministrazzjoni preċedenti li dan kellu jsir minnufih biex ikunu f'qagħda li jippreżentaw ruħhom sew għal bookings tas-sena d-dieħla, xi pjanijiet hemm biex jintlaħaq dan il-għan?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kif qal tajjeb l-Onor.", "Interpellant l-outlets turistiċi ta' bosta inħawi speċjalment dak ta' Buġibba, kienu jqisu l- upgrading ta' l-inħawi tagħhom bħala urġenti.", "Sfortunatament dawn it-talbiet qatt ma ntlaqgħu mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Diġa' ġie mwaqqaf kumitat apposta biex dan ix-xogħol jibda jsir.", "TURIŻMU - TOUR OPERATORS", "510.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi f'dawn l-aħħar xahrejn l-isterlina ssaħħet ġmielha vis-a-vis il-lira Maltija, tant li r-rata tal-kambju attwali tista' wkoll tiżboq xi support imwiegħed lit-tour operators Ingliżi mill-amministrazzjoni preċedenti, issa li dan il-Gvern se jżomm il-Forward Buying Rate, x'inhi s-sitwazzjoni ma dawn l-operaturi?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Dan il-Gvern kien wiegħed li se jkompli jagħti Inċentiv Fiskali.", "L-Operaturi diġa' ġew informati b'din id-deċiżjoni.", "WIED IL-GĦAJN - IL-MAGĦLUQ", "511.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad- Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l- ħsebijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-Magħluq ta' Wied il-Għajn?", "X'konsultazzjonijiet iżżomm din l-Awtorita' mad-Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent qabel ma jinħarġu xi permessi għal xogħlijiet f'lokalitajiet ekoloġikament sensittivi bħalma hu l-Magħluq?", "X'inhi uffiċjalment il-ħsara li saret fil-flora u l-fauna ta' din ir-riserva minn xogħlijiet li saru dan l-aħħar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Risposta tingħata f`seduta oħra.", "SAĦĦA - NUQQAS TA' KAPSOLI", "512.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Nifhem li kien hemm nuqqas fis- suq tal-kapsoli Epanutin 100mgs u 50mgs u li dan ilu għal dawn l-aħħar xahrejn.", "Dan in-nuqqas laqat ukoll lill-ispiżeriji tal-Gvern?", "Jekk le, għamlet tajjeb għan-nuqqas li kien hemm fi spiżeriji privati biex il- ħteġijiet tal-pazjenti kollha jiġu milqugħa?", "X'inhi s-sitwazzjoni attwali llum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-Servizzi Farmacewtiċi tal-Gvern u d- Dipartiment tas-Saħħa m'għandhom l-ebda ġurisdizzjoni x'jiġri fis-suq privat u lanqas għandu jagħmel tajjeb għal xi nuqqasijiet li jkun hemm fis- suq.", "Rigward is-sitwazzjoni preżenti, stocks ta' kapsuli Epanutin 50mg u ta' Epanutin 100mg hemm fil-Medical Stoes u qed jiġu mqassmin fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "TORRI SAN LUĊJAN", "513.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Billi kien hemm pjani bejn id-Dipartiment tat-Turiżmu u ċ-Ċentru ta' l- Akwakultura biex it-Torri San Luċjan ikollu l-pjan ta' isfel tiegħu adattat f'ċentru edukattiv u turistiku li juri viżwalment dak li jkun isir fiċ-Ċentru ta' l-Akwakultura nnifsu u billi fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien sar tindif radikali mis-sezzjoni tal-beach cleaners tad- Dipartiment tat-Turiżmu għal dan il-għan, jista' l-Ministru jindika x'qiegħed iżomm lura dan il-proġett?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jidher li l-pjani li għalihom qed jirreferi l- Onor. Interpellant tħallew fuq l-ixkaffa mill-amministrazzjoni ta' qabel u fil-fatt qatt ma' gew ivvotati fondi biex dawn il-pjani jitwettqu.", "Se nara' x'jista'jsir fid-dawl ta' prioritajiet oħra li għandu l-Ministeru minħabba n-numru kbir ta' xogħlijiet li tħallew pendenti mill- amministrazzjoni ta' qabel.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - GĦALLIEMA \"SECONDED\"", "546.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li huma \"seconded\" ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern?", "Jista' jingħata \"breakdown\" tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta għalliema li huma seconded ma ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern huwa kif jidher hawn taħt:", "Ministeru ta l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali 2 Dipartiment tal-Mużewijiet 1 Dipartiment ta l-Eżamijiet 1 Librerija Pubblika 8 Arkivji Nazzjonali 1", "Uffiċċju tal-Prim Ministru 1 Faċilita' Korrettiva ta Kordin 1 Segretarjat għal Għawdex 1", "Ministeri", "Home Affairs 1 Servizzi Ekonomiċi u Finanzi 2 Kummerċ 1 Ġustizzja u Kunsilli Lokali 1 Affarijiet Barranin u Ambjent 3 Direttorat ta U.E. 1 Sigurta Soċjali 1 Saħħa 1 Agikoltura u Sajd 1 Xogħolijiet 2 Djar 1", "Istitut tat-Turiżmu 1 Kunsill għax-Xjenza u Teknoloġija 1", "Background Information:", "a. Ara t-tweġiba tad-Diretturi tad-Diviżjoni b. Mhux is-secondments kollha saru wara l-Elezzjoni ta' Ottubru 1996.", "Kien hemm minnhom li ilhom.", "PULIZIJA - MEMBRI SSEKONDATI", "547.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma \"seconded\" ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern?", "Jista' jingħata \"breakdown\" tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li m'hemmx membri tal-Korp tal- Pulizija li huma seconded ma' ministeri jew dipartimenti tal-Gvern.", "RABAT - TRIQ RUDOLPH SALIBA", "548.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex tiġi asfaltata u possibilment mogħtija t-tarmak Triq Rudolph Saliba, Rabat fl-intier tagħha u l-istess triq tiġi minfuda ma' Ħal Bajjada Street, Rabat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-Triq imsemmija tiġi mdaħħla fil-lista ta' toroq għall-asfaltar hekk kif mill-anqas 85% tat-triq tiġi żviluppata u s- servizzi jkunu tqiegħdu taħt l-art b'mod permanenti.", "SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI - WELFARE COMMITTEE", "565.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Welfare Committee fi ħdan is-Segretarjat ta' l-Anzjani?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din id- domanda lill- Ministru kkonċernat.", "DISTRETT NRU.", "3 - PJAN LOKALI", "566.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-Pjan ta' Struttura għal Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Żejtun?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta` Malta, li jinkludi Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Żejtun għadu ma nbediex.", "Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 493.", "SPTAR SAN LUQA - NUQQAS TA' SPAZJU", "567.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk l-areas madwar l-iSptar San Luqa li beħsiebu juża l-Gvern biex isolvi l-problema ta' nuqqas ta' spazju fl-isptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: S'issa ma hemm l-ebda area li l-gvern se juża.", "POWER STATION - MARSA - ĦSARA FIL-BOILER NUMRU 7", "568.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' qtugħ ta' dawl f'diversi partijiet ta' Malta nhar is-17 ta' Diċembru, 1996 wara ħsara fil-Boiler Nru.7 tal- power station?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-qtugħ ta` dawl fis-17 ta` Diċembru ġara wara li ttrippja l-boiler numru 7 fil-power station tal-Marsa.", "Dak il-ħin kienu qed isiru tiswijiet wara ħsara li ġrat fuq burner taż-żejt, meta titħaddem is-sistema tal-protezzjoni li ttrippjat il-boiler.", "UNIVERSITA' - LISTI BIT-TEŻIJIET", "569.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Ma jidhirlux il-Ministru li l-Universita' ta' Malta għandha toħroġ pubblikazzjoni li tagħti lista tat-teżijiet ta' studenti li hemm fil- libreriji ta' l-istess Universita' biex tkun tista' tgħin lill- istudenti/pubbliku?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kull Fakulta' jew Istitut fl-Universita' għandha miġbur listi bit-teżijiet - dissertazzjonijiet li saru matul is- snin.", "Dawn il-listi huma għad-dispozizzjoni ta kull min huwa nteressat u jista wkoll jingħata permess li t-teżijiet ikunu kkonsultati.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - RAPPORTI", "570.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li d-Dipartiment tal- Mużewijiet jerġa' jibda joħroġ rapporti dwar ħidmietu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li r-rapporti annwali dwar il-ħidma tad-dipartimenti tal-Gvern, fosthom dawk tad-Dipartiment tal-Mużewijiet, huma puntwalment ippubblikati mid- dipartiment ta l-Informazzjoni u jistgħu jinkisbu mis-Sales Office ta' l- istess dipartiment.", "Kopji jintbagħtu regolarment lill-Kamra tad-Deputati.", "RAĦAL ĠDID - IPOĠEW PREISTORIKU", "571.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Ipoġew ta' Raħal Ġdid se jerġa' jinfetah għall-pubbliku?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħlijiet rilevanti għall-proġett ta' l- Ipoġew preistoriku fir-Raħal il-Ġdid issa waslu fl-aħħar fażi tagħhom.", "Qed isir dak kollu possibbli biex dawn ix-xogħlijiet jitħaffu, u huwa maħsub li dan is-sit jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku madwar Marzu jew April tas-sena d-dieħla.", "ĦABS ĊIVILI - AMNESTIJI", "572.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jirriżultalu l-Ministru li fl-aħħar amnestija persuna l-ħabs minħabba qtil ta' anzjana waqt serq gawdiet meta kien espressament u uffiċjalment dikjarat li tali persuni ma kellhomx jibbenefikaw?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.Interpellant huwa mitlub jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "573.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' studenti li kienu ammessi fl-Universita' ta' Malta skond il-kors ta' studju mill-1987 'l hawn sena b'sena minn dawn il-lokalitajiet: Zabbar, Zejtun, Wied il- Għajn, Bormla Birgu, Isla, Kalkara, Fgura, Xgħajra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra għall-qari.", "FURJANA - ĠNIEN TAL-MALL", "575.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 385 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, ċioe' jista' l-Ministru jara jistgħux jiġu rranġati l- passaġġi fil-Mall, fil-Furjana, billi per eżempju jinbidlu l-madum u jissewwew il-bankijiet, eċċ?", "Jistgħu jiddawwlu dawn il-ġonna minħabba l-wirt storiku li hemm, kif ukoll sabiex dan iservi ta' deterent għall-kriminalita' u l-vandaliżmu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 386 fejn kont informajt l-Onor.", "Interpellant li dan ix-xogħol ilu pendenti għal bosta snin u li qatt ma' ġew ivvutati flus biex dan ix-xogħol isir.", "Se nara x'jista' jsir fid-dawl ta' prijoritajiet oħra li għandu l-Ministeru u n-numru kbir ta' xogħlijiet oħra li tħallew pendenti mill- amministrazzjoni ta' qabel.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "642.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il priġunier, bis-saħħa ta' l-amnestija mogħtija fl- okkażjoni tal-bidla fil-Gvern, ġew skarċerati u ħarġu mill-Ħabs immedjatament ma' l-għoti tal-maħfra?", "Ta' xiex kienu sentenzjati dawn il- priġunieri?", "X'kien il-perjodu li nħafrilhom, wieħed wieħed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' priġunieri li bis-saħħa ta' l- Amnestija ġenerali mogħtija fl-okkażjoni tal-bidla fil-Gvern ħarġu mill- Ħabs immedjatament ma' l-għoti tal-maħfra kien ta' erba'.", "Kien hemm priġunier wieħed li kien qed iservi sentenza fuq falsifikazzjoni u nħafrulu 21 ġurnata.", "Priġunier ieħor kien qed iservi sentenza fuq frodi u nħafrulu 16-il ġurnata.", "Żewġ priġunieri oħra li kienu qed iservu sentenza ta' serq ikkwalifikat bi vjolenza skond artikolu 262(1)(a) tal-Kodiċi Kriminali, bbenefikaw minn 302 jum kull wieħed.", "DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT - TNIĠĠIŻ FL-ARJA", "668.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qattx saru xi studji mid-Dipartiment ta' l- Ambjent jew l-Universita' ta' Malta dwar it-tniġġis ta' l-arja fin-naħa tax- Xlokk ta' Malta?", "Jekk saru, l-livell ta' tniġġis kien aċċettabbli?", "Qatt sar xi analisi mid-Dipartiment ta' l-Ambjent jew l-Universita' ta' Malta dwar it-trab iswed li qiegħed jaqa' matul il-lejl fix-Xlokk ta' Malta, b'riferenza speċjalment għaż-Żejtun?", "Jekk sar, hemm xi indikazzjoni minn fejn ġej dan it-trab, u jekk hux perikoluż għas-saħħa tar-residenti?", "Jekk ma sarx, id-Dipartiment ta' l-Ambjent jew l-Universita' ta' Malta għandhom apparat biex jagħmlu din l-analisi?", "Hemm xi possibbilta' li fil-futur qarib din l-analisi ssir?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-uniku studju fuq it-tniġġiż ta` l-arja, li hu magħruf li sar, kien dwar konċentrazzjoni ta` Cadmium u Ċomb fl-arja.", "Dan l-istudju sar fl-1984.", "Kien hemm tlett `monitoring stations`, li wiehed minnhom kien stazzjonat Bighi.", "Dak iż-żmien, il-konċentrazzjoni tat-tniġġiż ta` l-arja taċ-Ċomb u Cadmium, kienet f`livell aċċettabbli.", "Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent riċentement akkwista apparat ta` `air monitoring` għall-ammont ta` `Carbon Monoxide` fl-arja, u bħalissa qiegħed fil-proċess ta` identifikazzjoni ta` lokal fejn jitwaħħal.", "Huwa mistenni illi aktar apparat se jkun akkwistat matul is-sena 1997 sabiex dan il-programm ta` `monitoring` ta` l-arja jiġi estiż.", "L-ebda analisi ma ġiet magħmula tat-trab iswed li l-Onor.", "Interpellant irrefera għalih.", "Pero s-suġġett se jibqa' taħt sorveljanza u d-Dipartiment se jieħu l-ewwel okkażjoni biex jieħu sample ta` dan it-trab iswed u janalizzah.", "DJAR - REQUISITION ORDER", "688.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet li għadhom milquta b'requisition order fil-31 ta' Ottubru, 1996 maqsuma skond kull lokalita'?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ma dawn hemm inklużi postijiet li huma tal-Gvern u li xi darba nħarġet rekwiżizzjoni fuqhom.", "DJAR - PROBLEMA TA' SQUATTERS", "705.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kif se jikkontrolla l-problema ta' squatters f'bini li kien tas-servizzi u f'housing estates?", "Jista' jinvestiga jekk taħt it-Torri ta' l-Għallies, limiti tan-Naxxar hemmx każ ta' squattering?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Id-Dipartiment jiżgombra persuni li jidħlu f'postijiet tal-Gvern illegalment, ikunu fejn ikunu.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda, hi meħtieġa aktar informazzjoni għax jien informat li x'aktarx il-postijiet indikati mhux f'idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "WSC - BDIL TA' METERS", "706.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi jistgħu jittieħdu biex dawk il- kuntratturi mqabda mill-Water Services Corporation biex ibiddlu l-meters ta' l-ilma ma jibqgħux jabbużaw billi ma jerġgħux jirranġaw il-bankina bl- istess materjal li jkunu qalgħu?", "Jaf il-Ministru li qed ikun hemm każi fejn il-kuntratturi jew ma jirranġawx il-bankina jew inkella jekk jirranġawha jużaw it-tarmak minflok il-paving li jkun hemm?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Id-dipartiment tal-Kunsilli Lokali permezz ta' Stqarrija għall-Istampa fil-25 ta' Lulju 1995, kien ġibed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet u persuni li jagħmlu diversi xogħlijiet fil-lokalitajiet dwar l-obbligu tagħhom li jsewwu minnufih xi ħsarat li jistgħu jkunu għamlu.", "Fin-nuqqas ta' dan kull Kunsill għandu s-setgħa li jieħu passi legali kontra min ikun responsabbli.", "NAXXAR - ŻVILUPP TA' CARAVAN SITE", "707.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil-każ tal-caravan site li kienet qed tiġi żviluppata u liema xogħol bħalissa jinsab wieqaf, jikkonsidrax il-possibbilta' li din il-caravan site tgħaddi taħt l- amministrazzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Gvern għandu l-ħsieb li jkompli jiżviluppa din il-\"Caravan Site\" permezz ta' l-involviment ta' l-intrapriża privata u għal dan il-għan se tinħareġ sejħa għall-offerti biex is-site tkun żviluppata bl-aħjar mod.", "NAXXAR - KUNSILL LOKALI", "708.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet li l- Kunsill Lokali tan-Naxxar kien beda mal-ministeri kkonċernati biex fil- perjodu tas-sajf ġo Baħar iċ-Ċagħaq jkun hemm għassa tal-Pulizija u berġa?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nifhem li d-diskussjonijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant saru direttament bejn il-Kunsill Lokali tan- Naxxar (li huwa korp statutorju ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta).", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERA", "709.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħidilna x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk il- kunsilliera li ma għadhomx joqogħdu fl-istess lokalita' ta' fejn iservu bħala kunsilliera peress li f'Marzu li ġej se jerġa' jkun hemm elezzjonijiet għal kunsilli lokali?", "Hemm xi ħsieb li tkun emendata l-liġi li s'issa timpedixxi lil dawn il-kunsilliera milli jieħdu sehem f'dawn l- elezzjonijiet?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-ewwel paragrafu ta' Artikolu 11 ta' l-Att ta' l- 1993 dwar Kunsilli Lokali jipprovdi li \"Persuna hija kwalifikata biex tkun eletta bħala membru tal-Kunsill tal-Lokalita' tagħha jekk dik il-persuna tkun reġistrata bħala votant fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali għall-lokalita' li dik il-persuna tkun qed tikkontesta\"", "Dawn il-provvedimenti se japplikaw għall-elezzjoijiet għal Kunsilli Lokali ta' Marzu 1997.", "Qed jiġu studjati diversi emendi għall-liġi dwar Kunsilli Lokali.", "PTA - BUS SHELTERS ĠODDA", "710.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' bus shelters ġodda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 727.", "DJAR - SKEMI TA' GĦAJNUNA", "718.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu l-iskemi ta' għajnuna maħruġa mill-Awtorita' tad- Djar bejn l-1 ta' Ġunju 1987 u l-31 ta' Ottubru 1996?", "Jista' jindika għal kull skema:- (a) meta bdiet u meta spiċċat; (b) kemm persuni applikaw u kemm ibbenefikaw; (c) kemm inħarġu flus f'benefiċċji; u (d) jekk xi skema għadha \"in vigore\", kemm għad hemm talbiet pendenti?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Lista li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - SKEMI TA' GĦAJNUNA", "719.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu l-iskemi ta' għajnuna maħruġa mid-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-1 ta' Ġunju, 1987 u l-31 ta' Ottubru 1996?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull skema: (a) meta bdiet u meta spiċċat; (b) kemm persuni applikaw u kemm ibbenefikaw; (c) kemm inħarġu flus f'benefiċċji; u (d) jekk xi skema għadha \"in vigore\", kemm għad hemm talbiet pendenti?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Lista li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "720.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'kien in-numru ta' talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva quddiem id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali fil-31 ta' Diċembru, 1996 maqsuma fuq bażi ta' lokalita'?", "Nixtieq li għal kull lokalita' l-Ministru jindika:- (a) in-numru ta' applikanti f'\"age groups\" ta' għaxar snin; (b) kemm applikanti huma miżżewġin, \"single parents\" jew romol; (c) in-numru ta' applikanti skond is-snin li ilhom japplikaw; u (d) in-numru ta' applikanti skond in-numru ta' tfal li għandhom?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Lista li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU TAD-DJAR - KIRI TA' TELECELLS/KAROZZI", "721.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kellhom telecells u karozzi mikrija fl-1 ta' Diċembru, 1996 il-Ministeru, id-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu u l-Awtorita' tad- Djar, maqsuma skond kull dipartiment jew organizzazzjoni u r-rati relattivi tal-bini?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Lista li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AWTORITA' TAD-DJAR - STAFF COMPLEMENT", "722.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement ta' l-Awtorita' tad-Djar u tad- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu, liema informazzjoni għandha tkun maqsuma skond kull grad kif ukoll jekk hemmx nuqqas ta' ħaddiema fl-istess gradi?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Lista li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MĠARR - TRASPORT PUBBLIKU", "729.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-servizz tat-trasport pubbliku fuq ir-rotta ta' l-Imġarr jiżdied?", "Minbarra hekk, jista' l- Ministru jara li jiġi assigurat li almenu matul ix-xhur tas-sajf jiġi pprovdut xi tip ta' servizz pubbliku bejn l-Imġarr u l-Ġnejna?", "Jista' l- Kunsill Lokali ta' l-Imġarr jingħata l-inkarigu li jwettaq servizz simili?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li s-servizz lejn l-Imġarr huwa wieħed adekwat.", "Dwar is-servizz bejn l-Imġarr u l-Ġnejna jiena ninsab informat li l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qatt ma kellha talbiet għal dan, la mill-Kunsill Lokali u l-anqas mill-pubbliku in ġenerali.", "Jiena lest li nikkonsidra din il-possibilta'.", "Jekk il-Kunsill lokali tal-Imġarr u l-Ġnejna huwa nteressat jorganizza dan is-servizz, jista' jinforma bil-miktub lic-Chairman ta' l-Awtorita sabiex dan is-servizz ikun diskuss skond il-ftehim li l-Awtorita' għamlet ma' l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku f'Mejju ta' l-1995.", "POSTA LTD - POST OFFICES/SUB-POST OFFICES", "730.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidli kemm hu n-numru ta' Post Offices u Sub-post Offices li hawn f'Malta?", "F'liema lokalita' jinstabu?", "X'servizzi jistgħu jingħataw lill-pubbliku minn dawn l-uffiċċji?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' Post Offices u Sub-post Offices li hawn f'Malta huwa dan:-", "| Post Offices | |Sub-post Offices | | Malta 23 | |14 | | Ghawdex 6 | |3 |", "Il-Post Offices jinstabu f'dawn il-lokalitajiet:- Balzan, B'kara, B'Buġia, Bormla, Gudja, Gzira, Ħamrun, Luqa, Mosta, Msida, Naxxar, Raħal Ġdid, Qormi, Rabat, San Ġwann, Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq f'Malta u l-Għarb, Għajnsielem, Mġarr, Nadur, Rabat u Xagħra f'Għawdex.", "Is-Sub-post Offices f'Malta qegħdin f'dawn il-lokalitajiet:- Attard, Buġibba, Fgura, Ħal-Għaxaq, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Qrendi, Siġġiewi, Sliema, Santa Luċija, Tarxien u Ta' Xbiex waqt li f'Għawdex dawn jinstabu il-Qala, ix-Xewkija u x-Xlendi.", "Is-Sub-post Offices jipprovdu s-servizzi kollha barra rtirar ta' pakki u s-servizz ta' l-EMS Datapost.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "731.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi l- qtugħ tad-dawl li qed ikun hemm ta' spiss fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar qed jikkawża problemi mhux żgħar, kemm lill-familji Maltin li joqogħdu fl- inħawi kif ukoll lil dawk li joperaw xi servizz f'dawn l-inħawi, jista' l- Ministru jara li jiġi assigurat li dan il-qtugħ jitnaqqas drastikament?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-biċċa l-kbira tal-qtugħ li kien hemm fl-inħawi msemmija mill-Onor.", "Membru kien dovut għal xogħlijiet ipprogrammati u li, skond il-proċedura, kienu avżati fil-gazzetti lokali minn qabel.", "Dawn ix- xogħlijiet saru biex tissaħħaħ is-sistema ta` l-elettriku fl-inħawi.", "Bħal dejjem, isir kull sforz biex waqfien fuq is-sistema jitnaqqas għall-inqas livell possibbli.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN PAWL - TISWIJA", "732.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi aktar kmieni għall-mistoqsija parlamentari oħra weġibtni li Triq San Pawl, f'San Pawl il-Baħar kienet qegħda tiġi rranġata, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħidli jekk fil-fatt ix-xogħol ta' tiswija tlestiex, u nitolbu jgħidli wkoll jekk hux xorta waħda l-każ li din it-triq tingħata kisja tarmac kollha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR REĠISTRATI", "733.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' armi tan-nar reġistrati f'Malta raħal raħal f'kategorija differenti?", "Kemm minn dawn l-armi ttieħdu mill-pulizija minħabba xi reat konness mar-regolamenti tal-kaċċa, raħal raħal?", "Kemm mill- armi li ttieħdu ngħataw lura lil sidhom raħal raħal?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - RAPPORTI DWAR BARRANIN SUSPETTUŻI", "734.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti fl-għassa ta' Buġibba/Qawra u f'dik ta' San Pawl il-Baħar dwar barranin suspettużi matul l-aħħar sena, xahar b'xahar?", "Kemm mill-barranin li dwarhom saru r-rapporti fil-fatt tkeċċew minn Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul l-1996 saru dawn ir-rapporti dwar barranin suspettużi fl-għases imsemmija hawn taħt: Għassa Qawra/Buġibba April 2 Ġunju 2 Lulju 1 Awissu 1 Settembru 1 Għsssa San Pawl il-Baħar Frar 2 Mejju 1 Bħala riżultat ta' dawn ir-rapporti żewġ persuni tkeċċew minn Malta.", "BDIEWA/SAJJIEDA", "759.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1981 sa l-1996:- a) kemm kien in-numru ta' (i) bdiewa fulltime; (ii) bdiewa part-time; (iii) sajjieda fulltime; u (iv) sajjieda part-time? (b) id-dħul annwali (medja) ta':- (i) kull bidwi fulltime; u (ii) kull sajjied fulltime?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "760.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1981 sa l-1996:- (1) kemm ammont ta' patata ġiet esportata; (2) kemm kien il-prezz ta' kull qantar imħallas lill-bdiewa; (3) kemm kien l-ammont ta' patata impurtata bħala żerriegħa; (4) il-prezz imħallas mill-bdiewa għaż-żerriegħa rriferutha f'(3); u (5) liema kienet il-\"country of origin\" taż-żerriegħa rriferutha f'(3)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.", "ESPORTAZZJONI TA' PRODOTTI", "761.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward tal-qasam tal-biedja, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill- 1981 sa l-1996, (dejjem jekk kien hemm esportazzjoni u eskluż il-prodott tal-patata), (a) liema prodotti kienu esportati; (b) l-ammont ta' kull prodott (kgs)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJANT TA' SANT'ANTNIN - ILMA \"SECOND CLASS\"", "762.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena minn mindu beda jopera l-Impjant ta' Sant'Antnin sa l-aħħar ta' l-1996:- (1) kemm ilma \"second class\" ġie pprovdut; (2) jindika liema areas agrikoli huma fornuti b'dan it-tip ta' ilma; u (3) jippreżenta kopja ta' l-\"average annual chemical analysis\" ta' dan l-ilma matul is-snin irriferuti f'(1)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.", "FISH FARMS - ESPORTAZZJONI TA' ĦUT", "763.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena sa l-aħħar ta' l-1996, kemm kien l-ammont ta' ħut u tip ta' ħut li ġie esportat mill-Fish Farms kif ukoll l-ammont ta' dħul finanzjarju minn dan il-bejgħ fil-pajjiż fl-istess perjodu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.", "\"ORGANIC FARMING\"", "764.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li nhar it-Tnejn 9/12/1994 il-Ministru tkellem f'dan il-Parlament u semma l-\"organic farming\", jista' issa l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tiegħu għas-snin li ġejjin fir-rigward ta' \"organic farming\"?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant ftit li xejn sar xoghol jew studju fuq is-suġġett f' Malta.", "Għalhekk, filwaqt li ninforma li diġa' ħtart persuna biex tiġbor l- informazzjoni ta' esperjenzi simili fi gżejjer żgħar bħal Malta, id- Dipartiment diġa' beda konsultazzjonijiet ma' istituzzjonijiet barranin bl- għan li jkollu programm ta' sistema aktar prattika li tnaqqas l-użu ta' pestiċidi."]} {"filename": "19930203_102d_par.doc", "date": "1993-02-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 102 L-Erbgħa, 3 ta' Frar, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 102", "l-Erbgħa, 3 ta' Frar, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "102", "L-Erbgħa, 3 ta' Frar, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "72", "KUNSENS GĦAL ATTI ......................................", "72", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "72", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "79", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "Kumitat ............................................", "80", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IĊ-ĊERTIFIKATI TAL-KONDOTTA", "CONDUCT CERTIFICATES ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ......................................", "91", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "109", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "117", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 101 li saret fit-2 ta' Frar, 1993, ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Ninforma llill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. II ta' l-1993 - Att biex jemenda l-Att dwar Imposta fuq Kontijiet għall-Portatur, Kap. 219; u", "Att Nru. III ta' l-1993 - Att biex jawtorizza li s- somma ta' tmienja u għoxrin miljun u disa' mitt elf lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tagħmel tajjeb għad-deficit fil-Fond Konsolidat minħabba l- ispiża matul is- sena 1992.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GHAWDEX - PLOTS TAL-GVERN", "4181.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Kemm ħareġ plots il- Gvern Nazzjonalista għal Għawdex fl-1988, fl-1989, fl- 1990 u fl-1991; kemm applikaw għalihom u kif fil-fatt tqassmu raħal, raħal, sena, sena?", "ONOR.", "ANTON TABONE (Ministru għal Għawdex): Jiena nformat li l- informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:", "Plots Nru. ta' Plots Maħruġa Applikazzjonijiet Mqassma", "1988", "Għasri 2 - - Kerċem 2 - - Għajnsielem 1 6 1 Munxar 4 4 2 San Lawrenz 9 9 4 Xagħra l4 l7 l3 Nadur PhII l2 9 8 Qala ta' Kassia l7 l0 5 Victoria tal-Far 25 102 23 Xewkija l7 21 l4 ---------------------------------------------------- TOTAL: l03 178 69 ---------------------------------------------------- 1989", "Nadur 8 8 5 Victoria 31 91 30 Xewkija 9 l0 8 Qala l0 l0 8 Munxar 6 7 2 Għasri/Kerċem l4 21 1", "---------------------------------------------------- TOTAL: 90 147 51 ----------------------------------------------------", "Plots Nru. ta' Plots Maħruġa Applikazzjonijiet Mqassma", "1990", "Għasri 4 2 - Nadur 4 7 4 Munxar 4 ll 4 Qala l6 l6 9 San Lawrenz 2 5 2 Sannat l9 39 l7 Xewkija l2 l6 ll ------------------------------------------------------ TOTAL: 63 96 47 ------------------------------------------------------ 1991", "Għasri 3 4 3 Nadur l ll l Qala 6 7 4 San Lawrenz 2 6 2 Victoria l 33 l Xagħra l l0 l ------------------------------------------------------ TOTAL: l4 71 12 ------------------------------------------------------", "MR SPEAKER: Domanda supplimentari, l-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: B'mod ġenerali tista' tagħtini aktar dettalji dwar il-kriterji li ntużaw fit-tqassim ta' dawn il-plots?", "Fid-dawl ta' l- informazzjoni li għadu kif ta l-Ministru ma jidhirlux li dan in- numru, meta paragunat ma' dak tal-plots li qassam il- Gvern Laburista, huwa ftit wisq u għaldaqstant għandna nipprovaw nagħmlu minn kollox ħalli jkun hemm aktar plots għall-benefiċċju ta' dawn l- għarajjes?", "Il-Ministru jaqbel ma' l- asserzjoni tas-Segretarju Parlamentari Censu Galea f'intervista li kien għamel f'\"The Times\" meta kien qal li l-għoti ta' plot lill-għarajjes jista' joħloq aktar problemi milli jsolvi?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Mr Speaker, jiena naħseb li ma nistax nagħti dettalji iktar milli tajt.", "Il-kriterji ta' kif jitqassmu huma l-istess għal kull lokalita'.", "Malta u Għawdex huma pajjiż wieħed, għalhekk il-liġijiet li jimxi bihom il-Housing japplikaw kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex.", "Jista' jkun hemm xi dettalji li huma differenti u wieħed irid jagħti kas tagħhom.", "M'hemmx dubju li meta jkun hemm każijiet partikolari, wieħed ikun jista' jfassal ħsebijiet li jilqgħu għal dawk l-esiġenzi partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jien xtaqt li l-Ministru jamplifika jekk hemmx pjanijiet biex jitqassmu aktar plots f'Għawdex.", "Din hija domanda li jistaqsuha ħafna nies, anke fuq il-campus ta' l-Universita'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Din hija parti mill-politika ġenerali tal-Gvern li tapplika għaż-żewġ gżejjer.", "Jiena informat li fil-każ ta' Għawdex dalwaqt għandhom jerġgħu joħorġu plots f'diversi lokalitajiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jista' l- Ministru jgħid x'se jsir mill- plots li ma tqassmux?", "U barra minn hekk għaliex f'ċerti każijiet kien hemm, per eżempju, 20 plot li għalihom kien hemm sitt applikazzjonijiet u tqassmu biss erba' plots.", "X'inhi r-raġuni li jekk kien hemm 20 plot, u applikaw sitta ma ħadux is-sitta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien nifhem li d-differenza li jkun hemm bejn l- applikazzjonijiet li jkunu ħarġu u dawk li effettivament ikunu ħadu plot hija li jkunu qegħdin jipproċessaw l-applikazzjoni.", "L-applikazzjoni mhux dejjem tkun tilħaq il-kondizzjonijiet stipulati u nifhem li din hija d- diffikulta' li jkun hemm.", "F'dan il-każ, dawk il-plots ma jintilfux imma jerġgħu joħorġu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jien m'għidtx li dawn il-plots se jintilfu.", "Jien staqsejtek x'sar jew x'se jsir minn dawk il-plots li ma tqassmux.", "Staqsejt ukoll dwar il-każ fejn, per eżempju, ħarġu għaxar plots u applikaw għalihom tnejn biss.", "Jekk dawn ma kenux jikkwalifikaw għandek tgħid li ma kenux jikkwalifikaw u jekk kienu jikkwalifikaw għandek tgħidilna għaliex ma ħadux plots.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien ma naħsibx li għandi nbiddel ir- risposta li tajt l-ewwel.", "Nifhem li jista' jkun hemm din id-diskrepanza għaliex meta jkun qed isir l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet, il- kondizzjonijiet ma jkunux skond dawk stipulati.", "Ċertament li dawk il-plots mhux se jintilfu.", "MARSA: ST PETER'S ALLEY - BOZOZ", "4182.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonsidra illi jsiru bozoz ġodda f'St Peter's Alley, l- Marsa peress li dawk li hemm ma jurux u issa tħammġu ħafna?", "Jaf il- Ministru li hemm dlam kważi ċappa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Jien informat li tliet lanterni kompluti bil-lampi ġew stallati fi Sqaq San Pietru, il-Marsa fl-10 ta' Awissu 1992.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Normalment meta ssir domanda biex jitwaħħlu xi bozoz, ir-risposta tkun li d-domanda se tiġi kkonsidrata ma' xi talba oħra jew inkella li x-xogħol li hemm bżonn isir, se jsir dalwaqt.", "Madwar erba' snin u nofs ilu, jien għamilt domanda dwar il- fanali li kien hemm fix-Xatt tal- Kalkara u li tkissru bil- maltemp.", "Minn erba' snin u nofs 'l hawn għamilt diversi mistoqsijiet b'referenza għal dawn il-lampi u kull darba ngħatajt risposta li x-xogħol se jsir dalwaqt.", "Peress li issa għaddew erba' snin u nofs u qed jingħad li x-xogħol se jsir dalwaqt u x-Xatt tal- Kalkara għadu bla fanali mal- baħar, jista' l-Ministru jassigurani x'ifisser li se jsir dalwaqt?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li se ninvestiga l-ilment tiegħu immedjatament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Dwar dan li għadu kemm qal il-Ministru - u qed nieħu gost ukoll li hawn il-Ministru responsabbli mill- Intern - irrid ngħid li dwar in-nuqqas ta' dwal f'Wied l- Għomor, San Ġiljan, kien hemm diversi talbiet lill-Ministru personalment u anke fuq xi gazzetti mir-Residents' Association ta' The Village.", "F'dawn l-inħawi kien hemm ukoll każijiet fejn attakkaw tfal sesswalment, u jien stess kelli każ fejn ġrejt wara raġel bil- karozza.", "Allura l-Ministru ma jidhirlux li almenu din għandu jagħtiha priorita' qawwija?", "Spinola, verament huwa mudlam u titwerwer tgħaddi minn hemm.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant huwa veru għax fil-fatt saruli lmenti fuq l-area msemmija.", "Li jiġri hu li jkun hemm ħafna talbiet u wieħed irid jara l- prioritajiet.", "Hemm budget limitat pero' forsi dan id-dawl jista' jsir.", "Napprezza dak li qal l-Onor.", "Interpellant u lest li nara x'jista' jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Lill- Ministru diġa' għamiltlu mistoqsija parlamentari rigward dan is-suġġett u kont irreferejt għal Wied Blandun.", "Hemmhekk hemm kamra li nbniet apposta, fejn illum hemm il- pompa ta' l-ilma ...", "Tant hemm dlam li fil-fatt f'xi s-6.30 a.m. kienu għaddejjin xi nisa u ġew ittantati.", "L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici jaf għal xiex qed nirreferi.", "Hemmhekk hemm arblu li qed jissupplixxi d-dawl lill-plots tal-Gvern li qed jinbnew u kulma jrid isir hu li titwaħħal lampa.", "Meta l- Ministru rrispondieni għall- mistoqsija parlamentari kien qal li se jieħdu ħsieb din il- problema pero' ma sar xejn.", "Hemm bżonn li dan isir, kemm minħabba l-abbużi kif ukoll minħabba t-trailers li jkun hemm ipparkjati bil-lejl.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ħadt nota ta' l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "XOGĦOL FIT-TOROQ BIL-LEJL", "4183.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru konċernat jikkonsidra li x-xogħol fl-irranġar u fit- tiswijiet ta' toroq isir anke bil-lejl fuq shift basis?", "Meta se jiġi implimentat dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id- Dipartiment tat-Toroq mhux f'pożizzjoni li jaddotta s- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għal diversi raġunijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, jien l-ewwel ħaġa li nipprova nagħmel hi li nikkritika lil xi ħadd.", "Pero' rigward din il-kwestjoni tat- toroq, minkejja x'kien intqal u kemm twaqqfu boards biex jieħdu ħsieb it-toroq, inħoss li għandu jkun id-dover tagħna lkoll - għax din hija problema nazzjonali - li nieħdu ħsieb il-ħsarat kollha li jsiru, u b'mod partikolari nipprovaw innaqqsu l-accidents li qegħdin jiġru madwarna u nagħmlu xi ħaġa bis-serjeta'.", "Għaldaqstant nappella lill-Ministru biex f'dan il-mument nagħmlu dak kollu li għandna nagħmlu u mhux inħallu dan iż-żmien kollu jgħaddi u xorta waħda ma nagħmlu xejn.", "F'dawn l-aħħar sitt snin ma sar xejn ħlief li l-poplu ħareġ aktar flus biex suppost irranġajna t-toroq, ħalli forsi nkunu nistgħu nevitaw accidents fatali u anke nnaqqsu l-ħsarat fil-karozzi tagħna.", "Minn hawn nappella lill-Ministru biex mill-paroli mmorru għall-fatti u mil-lum 'il quddiem nibdew nieħdu l- passi neċessarji kontra min jabbuża.", "Dalgħodu, ħdejn ir- roundabout taċ-ċimiterju ta' l- Addolorata, kwantita' ta' tankijiet tal-45 gallun waqgħu minn fuq trailer bil- konsegwenza li ż-żejt li kien hemm fihom ħareġ u nfirex kollu.", "Naturalment dan seta' ġab konsegwenzi koroh għal min kien għaddej bil- karozza.", "It- traffiku li nzerta kien hemm dak il-ħin iġġammja u pulizija ma kienx hemm.", "Imbagħad ġew in-nies tal-fire brigade biex taparsi tefgħu daqsxejn trab.", "F'dak il-mument meta kien hemm dak it-traffiku kollu wieqaf, setgħet saret xi diżgrazzja kbira, pero' donnu xorta waħda qisu ma ġara xejn.", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dak l- inċident li qiegħed isemmi l- Onor. Interpellant naf bih.", "M'huwa veru xejn li fil-ħames snin li għaddew ma sar xejn.", "Mr Speaker, jiena niċħad din l- allegazzjoni għax l-aktar li sar xogħol ta' tarmac kien proprju f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Dan ma jfissirx li jien ninsab kuntent bl-istat li jinsabu fih it-toroq ta' Malta.", "Nixtieq ngħid ukoll li dan m'għandu x'jaqsam xejn mad- domanda oriġinali li għamel l- Onor. Interpellant, għaliex is- suġġeriment kien li x-xogħol jibda jsir bil-lejl.", "Meta tqis kollox ma kollox jiena ngħid li mhux il-każ li xogħol bħal dan għandu jsir bil-lejl.", "Rigward ix-xogħol li hemm bżonn isir nista' ninforma lill-Kamra li f'dan il-mument qegħda tinġabar lista' ta' xogħlijiet li qed isiru, ġew eżaminati t-toroq u nħarġu tenders apposta.", "Fil- fatt Malta nqasmet f'erba' distretti u Għawdex f'distrett wieħed.", "Malli jingħataw dawn it-tenders, ix-xogħol li hemm bżonn isir, isir skond il- prioritajiet li wieħed jiddeċiedi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Biex inkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Salvu Sant, nixtieq li l- Ministru jgħidilna x'inhuma r- raġunijiet għaliex ċertu xogħol fuq toroq ma jistax isir bil- lejl fuq shift basis.", "Il- Ministru semma li hemm diversi raġunijiet u l-Oppożizzjoni tixtieq tkun taf x'inhuma dawn ir-raġunijiet.", "Il-Ministru japprezza l-fatt li t-traffiku żdied u llum minħabba li jkun qed isir ċertu xogħol qed jiġri li f'arterji importanti bħal Regional Road, it-traffiku qed jiġġammja.", "Hemmhekk qed issir trinka quddiem l-Universita' - u x-xogħol ilu għaddej żmien twil - u la hemm sinjali, la dawl bil-lejl u lanqas tara pulizija fl-ebda ħin.", "Jien qed nipprova nikkritika b'mod kostruttiv.", "It-traffiku qed jiġġammja kuljum, u dan nista' niggarantih għax kuljum ngħaddi minn hemm.", "Almenu l- Ministru Falzon flimkien mal-Ministru ta' l-Intern jista' jippjana li jħalli pulizija jidderieġi t-traffiku għaliex ikun hemm pandemonju sħiħ.", "B'hekk ikun jista' jitħaffef ix-xogħol għaliex ix-xogħol jidher wieqaf f'arterja daqshekk importanti.", "Jista' l-Ministru jagħtina r- raġunijiet għaliex ma jistax isir ċertu xogħol ta' toroq bil-lejl?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien tajt diversi raġunijiet.", "Waħda mir- raġunijiet hija li x-xogħol bil-lejl jiswa aktar minħabba kwestjoni ta' overtime.", "Jekk nistgħu nagħmlu tant xogħol fit-toroq bil-budget li għandna, bil-lejl nagħmlu biss nofsu jew tliet kwarti minnu.", "It-tieni nett ikollna problema ta' dawl għaliex biex tagħmel ċertu xogħol bil-lejl trid dawl ta' ċertu qawwa.", "Rigward it-trinka li qed isemmi l-Onor.", "Nicholl, b'kumbinazzjoni hawn domanda oħra mill-Onor.", "Calleja li qegħda fuq l-agenda tal-lum, fejn fiha spjegajt li x-xogħol li qed isir hemm mhuwiex kwestjoni ta' nuqqas ta' ppjanar.", "Għaliex qabel kien sar cable ieħor biex jieħu 33KV għad- distribution centre ta' Paceville, issa t-trinka li qed nagħmlu hija intiża biex l- overhead cables - u hemm il- pylon malli titla' minn Regional Road - jitneħħew u jitpoġġew taħt l-art.", "Dawn iridu jitneħħew in any case, pero' dan ix-xogħol irid isir minħabba l-proġett tal-pixxina nazzjonali.", "Xi ħadd qed jistaqsini għaliex ma għamluhomx fis-cental strip.", "Jien iċċekkjajt u ma setgħux isiru fis-central strip għaliex għaddejjin affarijiet oħrajn.", "L-ilment dwar nuqqas ta' bozoz f'dan il-każ mhux ġustifikat.", "Nista' ngħid li kien hemm xi ġranet meta dan il-kuntrattur ma tħalliex ikompli għax ma kienx inxurjat.", "Mill-1 ta' Jannar ta' din is- sena bdejna regolamenti ġodda fejn qed nesiġu li l- kuntratturi kollha jkunu inxurjati b'assigurazzjoni li tkopri third parties u kellna wkoll problemi mal- kumpanniji ta' l-insurance dwar dan għax irridu li jekk xi ħadd iġarrab xi ħsara fil-karozza jew ikun hemm inċidenti iktar serji minħabba xi xogħlijiet li jkunu qed isiru, jitħallas kumpens.", "(Interruzzjonijiet) Veru li kien hemm każi ta' imwiet.", "Ftit ilu kien hemm deċiżjoni tal-Qorti fuq każ ta' mewt li ġara fl-1985 jew fl-1986, u weħlu 30 impjegat tad- Dipartiment għax li ġara kien minħabba nuqqas ta' responsabilita' min-naħa tagħhom.", "Għalhekk qed nesiġu li x- xogħlijiet ta' trinek ikunu kollha assigurati.", "Hemm problemi għax is-settur ta' l- insurance qal li jekk ma jkunx hemm dawl l-insurance taqa', u dan ma nistgħux naċċettawh għaliex ħafna drabi d-dawl jinsteraq min-nies; jiġifieri mhux ma jitpoġġiex dawl, imma jinsteraq kontinwament u ħafna kuntratturi jispiċċaw b'watchman għassa mad-dwal.", "Fil-każ tat-trinka li qed isemmi, kollox qed isir skond ir- regolamenti.", "Il-materjal qed jitneħħa min-nofs biex ma jkunx ta' xkiel għat-traffiku u hemm id-dwal u tape għax qed ninsistu li l-affarijiet isiru sew.", "Ħafna mill-ħsarat fit- toroq huma riżultat tal-fatt li meta ssewwew it-trinek ma ssewwewx sew.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob il-permess tal-Kamra biex nagħmel żewġ mistoqsijiet oħra li jidhru fuq l-agenda.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "UNIVERSITA' - ISTITUT TAL- ĠERENTOLOĠIJA", "7838.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti l-Istitut tal- Ġerentoloġija ta' l-Universita' ta' Malta?", "Kemm ilu mwaqqaf?", "Min hu d-Direttur u l-Membri ta' l-Istitut, x'inhuma s- salarji rispettivi tagħhom?", "X'attivitajiet għamel dan l- Istitut minn mindu twaqqaf?", "Qatt ħareġ rapport minn mindu twaqqaf?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il- Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d- dettalji mitluba rigward l- Istitut tal-Ġerentoloġija kif jidhru fil-Kalendarju ta' l- Universita' ta' Malta (1991/1992).", "Id-Direttur ta' l-Istitut jirċievi allowance ta' Lm300 fis-sena.", "Il- membri l-oħra m'għandhomx remunerazzjoni.", "Minn meta twaqqaf l-Istitut tħejjew korsijiet ta' disa' xhur li jwasslu għal Post- Graduate Diploma fil- Ġerentoloġija u Ġerjatrija, u programm ta' riċerka li jwassal għall-grad ta' Master.", "Iż- żewġ programmi huma intiżi li jipprovdu tħejjija multi- dixxiplinarja lill-membri tas- soċjeta', kemm Maltin kif ukoll barranin, li huma involuti mill-qrib fil-qasam ta' l- anzjani.", "Meta jikkwalifikaw ikunu jistgħu jtejbu l-kura ta' l-anzjani f'pajjiżhom.", "Barra minn hekk, l-Istitut jipprovdi korsijiet in-service għall- membri tas-Servizzi Soċjali u tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubb- lika li jaħdmu ma' l-anzjani.", "Fil-qasam internazzjonali l- Istitut jaħdem ma' l-Istitut ta' l-Anzjani tan-Nazzjonijiet Magħquda (INIA).", "Lokalment għandu koperazzjoni sħiħa mas- Segretarjat għall-Kura ta' l- Anzjani.", "Reċentement ġiet inawgurata l-Universita' tat-Tielet Eta' u l-korsijiet se jibdew il-ġimgħa d-dieħla.", "BUDGET TA' KULL SKOLA", "7839.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Il-Ministru kemm-il darba semma li l-iskejjel tal-Gvern issa għandhom il-budget individwali tagħhom.", "Dan il-budget apparentement huwa magħmul minn Imprest Account for School Maintenance u persentaġġ ta' flus li jiġu mħallsa minn kiri tat-tuck shops.", "Jista' l-Ministru jagħti l- ammont tad-diversi budgets ta' kull skola primarja u sekondarja kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Peress li f'dan il-qasam tal- Ġerentoloġija hemm nuqqas kbir ta' Consultant Geriatricians, u dan jammettih kulħadd, x'passi qed jieħu d-Dipartiment ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali?", "Qed ngħid dan għax bħalissa hemm geriatrician wieħed għal iżjed minn 1,000 pazjent.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Mr Speaker, jien nippreferi li l-Onor.", "Buhagiar jagħmel din il-mistoqsija bil- miktub ħalli nkun nista' nagħti risposta fuq il-parir tad-Dipartiment.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il- Ministru Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il- Ministru tas-Sigurta' Soċjali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 17 ta' l-1993 - Ordni ta' l-1993 dwar l-Awtorita' tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjeta')", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mis-27 ta' Jannar 1993.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l- artikolu 611 tal-Kodiċi.", "Clause 2 - Amendment of section 611 of the Code.", "(Posposta fis-27 ta' Jannar, 1993)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustzzja): Fl-aħħar seduta li fiha ġie diskuss dan l- Abbozz ta' Liġi, wara dibattitu twil fuq klawsola 2, issospendejna d-diskussjoni biex jien inkun nista' nieħu l- opinjoni ta' civilisti di grido fuq l-interpretazzjoni ta' dan l-artiklu.", "Aħna ridna naraw ukoll jekk dawn jaqblux ma' l- interpretazzjoni li tajt jien jew ma' l-interpretazzjoni li ssuġġerixxa l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Jien nista' ngħid li kkonsultajt żewġ civilisti fosthom il-Professur taċ-Ċivil.", "Dawn qablu ma' l- interpretazzjoni li kont qed nagħti jien.", "Anzi qaluli li fil-lectures hu ta' spiss jgħidilhom li dan l-artiklu jmissu ilu li nbidel għax qed jiġi miksur regolarment.", "Nonostante illi hemm id-divjett li tagħmel dispożizzjoni bl-impożizzjoni tan-nullita' għal dak id- divjett, dawn qed isiru regolarment fuq insistenza ta' min ikun qed jagħmel it- testment, u jiġu onorati wkoll mill-eredi li fil-fatt ikunu wirtu.", "Id-diffikultajiet li semma L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici u li rrispondejt għalihom l-aħħar darba, ma jreġux u naturalment, fiċ- ċirkostanzi li ssemmew topera l-liġi normali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq infakkar lill-Kamra x'kienet il- pożizzjoni fl-aħħar seduta biex naraw jekk ir- risposta li ta llum il- Ministru hijiex sodisfaċenti jew le.", "L- ewwelnett, apparti d- diffikultajiet imqajma minn din in-naħa, fl-aħħar seduta l- Kamra kienet konfrontata b'żewġ verżjonijiet differenti min- naħa tal-Gvern.", "Il- Ministru tal-Ġustizzja kien qed jgħid li b'din l-emenda jrid li jsir mod u l-Prim Ministru qal li b'din l-emenda hu jifhem mod ieħor.", "Il-Ministru tal- Ġustizzja kien qed jgħid li meta d- dispożizzjoni tibqa' sospiża jfisser li s-sehem ta' min hu membru f'ordni monastiku jiġi mpoġġi fil-ġenb u ma jitteħidx.", "Jekk il-membru ta' l-ordni monastiku jibqa' fl-ordni u jmut meta jkun għadu fl-ordni, wara l-mewt tiegħu l-eredi l- oħra jipperċepixxu s-sehem tagħhom minn dak is-sehem li jkun ġie mwarrab, u jekk dak li jkun joħroġ mill-ordni jingħata s-sehem tal-wirt li jkun ġie riżervat għalih.", "Il-Prim Ministru qal li hu jifhimha li s-sehem tal-membru li hemm fl- ordni monastiku jittieħed mill- eredi l-oħra imma jkollhom l- obbligu li jirrifondu lura dak is-sehem tiegħu jekk kemm-il darba dik il-persuna toħroġ mill-ordni.", "Hu għamel referenza għall-obbligazzjonijiet li huma soġġetti għall-kondizzjoni sospensiva.", "Naħseb li l-Kamra tiftakar li din kienet waħda mill- kwestjonijiet li ġew diskussi hawn ġew.", "Allura l-Ministru, biex ikun leali lejn il-Kamra għandu jgħid li fil-fatt l- interpretazzjoni tiegħu qed tipprevali għax is-sehem tal- membru f'ordni monastiku se jiġi kkalkolat meta ssir l- apertura tas- suċċessjoni.", "Jiġifieri meta t-testatur imut, issir id-diviżjoni tal-wirt imma s-sehem ta' dak li jkun f'xi ordni jibqa' riservat.", "Jekk hux se jitgawda minn xi ħadd jew le, m'għandniex indikazzjoni u ma nafux x'se jiġri.", "Jekk imbagħad imut, dan is-sehem imur fuq l-eredi l-oħra, jekk joħroġ qabel ma jmut, jieħdu hu.", "Mela l- interpretazzjoni tal-Prim Ministru mhix qed tiġi aċċettata.", "Issa nqalgħet diffikulta' dwar dak li għandu f'moħħu l- Gvern bl-emenda tad- dispożizzjoni testamentarja.", "Dik id-dispożizzjoni li tgħid li membru ta' ordni monastiku jew legatarju - għax jista' jkun legat - qed jitħalla bħala werriet, ikollha l-effikaċja tagħha, imma l-proprjeta' mħollija b'wirt ma tgħaddix għand il-persuna li hija eredi jew legatarja għax dik il- persuna hija membru ta' ordni monastiku.", "Id-diffikulta' ma kenitx li l- Oppożizzjoni qed tinterpreta din l-emenda mod ieħor, kif qal il-Prim Ministru, imma li kif inhi miktuba l-emenda ma twassalx għal dak li jrid il- Ministru tal-Ġustizzja.", "Għaliex?", "Għaliex fl-emenda tissemma d- dispożizzjoni testamentarja - jiġifieri dak li hemm miktub fit-testment - u mhux id- dispożizzjoni tal-proprjeta', li fisser tgħaddi l-proprjeta' lil ħaddieħor.", "Jekk tgħid li d- dispożizzjoni testamentarja hija sospiża fil- mument tal- mewt jew fl-apertura tas- suċċessjoni, ifisser li ma tagħtix kasha għaliex hija sospiża.", "U l-Ministru Bonello Du Puis, li żgur kien preżenti għal parti mid-diskussjoni, japprezza li d-diffikulta' kienet proprju fuq din.", "Minn hawnhekk bdew id-diffikul- tajiet.", "Aħna qed ngħidu li kif inhi miktuba l-emenda, jekk inti tgħid li d-dispożizzjoni hija sospiża fil-mument ta' l- apertura tas-suċċessjoni, fil- mewt, ma tagħtix kasha għaliex f'dak il-mument hija sospiża u allura ma tiksibx dak li l- Ministru tal-Ġustizzja jintendi.", "Jiġifieri d- diffikulta' hi kif inhi miktuba l-emenda.", "Jien naħseb li l- Onor. Bonello Du Puis jiftakar li d- diskussjoni hekk kienet fuq din id-diffikulta'.", "Imma mbagħad inqalgħu diffikultajiet oħra.", "Aħna għidna li naċċettaw il-verżjoni tal-Gvern fejn qed jgħid li s-sehem tal-persuna f'ordni monastiku għandu jiġi riservat, imma mbagħad staqsejna min se jamministra dak is-sehem u staqsejna wkoll kif se jiġi kkalkolat id-dħul ta' kull sena, per eżempju, għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jien ħallejt biss min huma l-eredi u ma għidt xejn dwar min hu l-eżekutur u min jamministra, u hemm sehem li huwa riservat għaliex huwa ta' eredi jew legatarju li huwa membru ta' ...", "Jien qanqalt dik id-diffikulta' pero' barra minn hekk imbagħad inqalgħet il-kwestjoni tal-leġittima, għaliex huwa evidenti li l- intenzjoni tal-Gvern hija li din l-emenda tneħħi l- inkapaċita' li tiret ta' persuna f'ordni monastiku.", "U dan bilfors jimporta li kemm-il darba dik il-persuna hija kapaċi tiret, għandha dritt għal-leġittima.", "Imma kif inhi llum m'għandhiex dritt għaliex artiklu 800 tal-Kodiċi Ċivili jekwipara r-reġim intestat mar- regim testat.", "Artiklu 6ll jirrigwarda meta jkun hemm testment, u japplika wkoll għall- intestat.", "Allura membru li llum huwa f'ordni monastiku m'għandux dritt għal- leġittima għaliex m'għandux kapaċita' li jiret.", "Imma jekk issa se nagħtuh il-kapaċita' li jiret ...", "(Interruzzjonijiet) Għaliex l-emenda li qed issir se ssir biss għal min hu testat?", "Din hija diffikulta' oħra li nqalgħet dak inhar.", "Illum il-pożizzjoni hija li l- liġi espressament tekwipara t- testat ma' l-intestat.", "Qed nirreferi għal artikli 611 u 800 li jgħidu li fil-każ tat- testat japplika ab intestato.", "Illum dik hija l- pożizzjoni.", "Ladarba l-Gvern jemmen fil- ġustizzja ta' din l-emenda, għaliex mhux se nittrattaw ukoll il-każ fejn m'hemmx testment?", "Ir- risposta m'għandhiex tkun għaliex aħna rridu nagħmluha f'każ ta' testment biss.", "Għaliex isir f'każ ta' testment biss?", "Il- Gvern iħoss li hu ġust li jemenda l-liġi f'każ li hemm testment.", "Bl-istess loġika, dak li hu ġust f'każ li hemm testment huwa ġust f'każ li m'hemmx testment għaliex il- ġustizzja mhux qed tagħmilha mat-testatur iżda ma' l-eredi jew mal- legatarju.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE FENECH: Hawnhekk qed nagħtu l-possibilita' lit- testatur li jekk ikollu l- volonta' li f'xi mument jiddisponi ...", "Din issa se jkun jista' jagħmilha.", "(Interruzzjonijiet) L-inkapaċita' li wieħed jiret diġa' teżisti fil- liġi kif inhi llum, u m'aħna qed inbiddlu xejn f'dan il- kontest.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din l-istorja tal-volonta' ma tikkonvinċinix.", "Għaliex?", "Testatur jista' jagħmel testment meta ħadd minn uliedu ma jkun f'ordni monastiku, u allura dak inhar li jagħmel it- testment ikollu l-volonta' li jħalli lil uliedu kollha eredi.", "Jekk sussegwentement xi ħadd minn uliedu jiddeċiedi li jidħol f'ordni monastiku, xorta ma tistax iġġib l-argument li ħames snin qabel, per eżempju, it- testatur kien għamel testment fejn wera l-volonta' li jħallih eredi.", "Minkejja d- dispożizzjoni testamentarja u minkejja li xi ħadd qallek li dawn id-dispożizzjonijiet dejjem jiġu onorati, fil-fatt dik il-persuna ma tkunx kapaċi tiret.", "Hemm ħafna kwestjonijiet fil-qorti dwar il-wirt, ħafna drabi minn nies li ma jkollhomx dritt jirtu.", "Aħseb u ara kemm l-eredi l- oħra f'dawn il-każijiet se jaċċettaw li ssir diviżjoni u parti mill- wirt tmur għand nies li m'għandhomx dritt jirtu!", "Jista' jkun hemm min bonarjament jaċċetta din id- diviżjoni, imma proprjament ħadd m'għandu d- dritt li jiret jekk ikun f'ordni monastiku, u l-eredi l-oħra jistgħu jikkontestawha dik id- dispożizzjoni.", "Issa se nagħmluha li ma jistgħux jikkontestawha.", "Allura kif se tirrikonċilja artiklu 800 li jgħid li ab intestato se japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' testat?", "Jien qed ngħidlek li fejn ma jkunx hemm testment, il-leġittima ta' persuna li qegħda f'ordni monastiku trid tiġi riżervata biex jekk joħroġ jeħodha.", "Jekk tapplika artiklu 611 kif se jiġi emendat, jiġifieri subartiklu 611 (3) f'każ ta' persuna li hija intestata almenu s-sehem tal- leġittima - u jien ngħid li huwa s-sehem tal-wirt u mhux tal-leġittima, għax l'intestat ikollu sehem daqs ħaddieħor, jekk għandu titlu daqs ħaddieħor - ta' persuna li qegħda f'ordni monastiku, irid jibqa' riservat minħabba l- applikazzjoni ta' artiklu 800 fuq l-artiklu 6ll (3) is-sehem tiegħu irid jibqa riżervat.", "Aħna rridu li jiġri dan?", "Jiena ngħid li hekk għandu jiġri, imma rridu naraw jekk dan irriduhx li jiġri.", "U mhux tgħidli li mhux se jiġri hekk, jekk verament irridu ninterpretaw iż-żewġ artikli!", "Rigward l-aħħar punt, nixtieq intenni li d-diffikulta' prinċipali qegħda fid-drafting ta' l-emenda, għax meta inti qiegħed tgħid li d- dispożizzjoni għandha tibqa' sospiża, trid tiftakar li l- mument operattiv ta' din il- liġi huwa proprju l-apertura tas-suċċessjoni.", "Allura jekk f'dak il-mument id- dispożizzjoni tkun sospiża, m'għandekx tagħti kas tagħha?", "F'dan il- każ il-Gvern kellu f'moħħu biss id-dispożizzjoni tal-proprjeta', jew il-mod kif il-proprjeta' se tiġi disposta, li hija \"disposal of property\"?", "L- ekwivoku qiegħed jinqala' minħabba dik il-kelma.", "Issa x'inhija s- soluzzjoni għal din id-diffikulta?", "(Interruzzjonijiet) Il-kwestjoni ta' l- interpretazzjoni kienet biss bejnu u bejn i l-Prim Ministru ...", "(Interruzzjonijiet).", "Għandkom tkunu tafu li d- diffikulta' kienet tiżvolġi fuq il-kliem jew fuq il-mod kif il- liġi hija redatta.", "(Interruzzjonijiet) Mela ladarba l-Gvern qiegħed jintendi li s-sehem għandu jibqa' riżervat, allura f'dak il-mument inti ma tistax tgħid li d-dispożizzjoni tat-testment għandha tkun sospiża, għax allura jiġi li inti m'għandekx tagħti kas tagħha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mr Chairman, jiena naqbel perfettament ma' l- interpretazzjonijiet li ngħataw fl- aħħar seduta u mhux kif qiegħed jipprova jgħid li ġraw l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Jien ma naqbilx li l- interpretazzjoni li ta l-Prim Ministru hi l-istess interpretazzjoni ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Il-Prim Ministru qal li l-kwestjoni li rridu naraw hi jekk id- dispożizzjoni sospensiva fil- fatt toperax jew le, kif qal ukoll l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Hawn irridu nifhmu li dwar l- inkapaċita' qegħdin inħallu l-liġi kollha kif inhi u qed nemendaw biss subsection 611 (3) li tgħid li ma tistax issir dispożizzjoni fejn xi ħadd li qiegħed f'ordni monastiku jitħalla bħala werriet, għax huwa inkapaċi li jiret.", "U r-raġuni hija faċli; għax l-eridita' tgħaddi mal- mewt.", "Hawnhekk intqal li dan jista' jiret biss jekk id- dispożizzjoni tkun saret wara li dan ikun ħareġ mill-ordni monastiku.", "Pero' aħna qed ngħidu li ma rriduhiex tkun hekk, imma rridu li dik id- dispożizzjoni favur wieħed li jkun f'ordni monastiku, biex jiret meta joħroġ mill-ordni tkun konvalidata; jekk it- testatur jilħaq imut u l- werriet ikun għadu fl-ordni monastiku l-effetti tad- dispożizzjoni jkunu sospiżi u dawk l-effetti tad- dispożizzjoni sospensiva jidħlu in vigore kemm-il darba dan joħroġ mill-ordni monastiku.", "Din hi l-interpretazzjoni li trid tingħata, għax id- dispożizzjoni sospensiva mhix astratta iżda tfisser li l- effetti tad-dispoożizzjoni jkunu sospiżi.", "Jiġifieri lill- patri qed ngħidulu li għalkemm normalment il- proprjeta' tgħaddi mal-mewt, fil-każ tiegħu ma jsirx hekk għax hu jkun għadu inkapaċi li jiret, imma d-dritt li t-testatur juri x-xewqa li jħallilu xi ħaġa b'wirt, se nikkonvalidawh.", "Pero' qed ngħidu li jiret biss jekk isir kapaċi li jiret, jiġifieri jekk joħroġ mill- ordni monastiku, għax jekk jibqa' patri ma jkunx kapaċi jiret.", "Allura l-kwestjoni ta' kapaċita' u inkapaċita' m'aħnniex inbiddluha u din li jrid jifhem l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Il-kontradizzjoni tidħol jekk nekwiparaw lit- testat ma' l-intestat kif irid hu.", "Jekk ikun għadu inkapaċi li jiret - u aħna rriduh jibqa' inkapaċi - fit- testat tista' ssir din id- dispożizzjoni sospensiva għal meta joħroġ, pero' fl-intestat ma tistax.", "Fi kliem ieħor, tkun qed tgħidlu li mal-mewt se jsir kapaċi li jiret.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "Kif qed jgħid L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, meta tmut mingħajr testment, il-proprjeta' tgħaddi mal-mewt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jgħid li mhux hekk, imma issa jispjega aktar 'il quddiem.", "Jien qed ngħid li fl-intestat il- proprjeta' tgħaddi mal-mewt.", "Naturalment anke jekk ikun hemm testment jiġri hekk, imma meta jkun hemm testment joperaw il- kondizzjonijiet li jkun hemm fih.", "Fl-intestat, għax ma jkunx hemm kondizzjonijiet - u ma tistax tagħmel kondizzjonijiet għax hemmhekk tkun qed topera l-liġi b'mod normali - il-proprjeta' tgħaddi għandek mal-mewt u la dak inhar kont inkapaċi li tiret, ma tieħu xejn.", "Id-diffikulta' li qajjem l-aħħar darba l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici kienet jekk ikunx hemm dritt għal-leġittima f'każ li missier jagħmel testment u ma jħalli xejn lil ibnu li jkun patri għax jaf li skond il-liġi ma jistax jiret u dan joħroġ minn patri imma l- missier imut mingħajr ma jibdel it-testment.", "Jien għidtlu li dak li kien patri għandu dritt għal-leġittima u b'hekk topera l-liġi b'mod normali għax meta miet it-testatur, dak kien kapaċi li jiret.", "Għalhekk bilfors kellna nillimitawha għall-volonta' tat-testatur, għax meta tibdel biss il- volonta' tat-testatur, ma tbiddel xejn dwar inkapaċita' jew kapaċita' ta' l-eredi jew tal-legatarju.", "Int qed tgħid biss li jekk it-testatur irid jagħmel kondizzjoni sospensiva - jiġifieri li l-effetti tagħha joperaw jekk kemm-il-darba dak li jkun f'xi mument isir kapaċi li jiret - din irridu nikkonvalidawha.", "Dan hu li qed nagħmlu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli ngħid għaliex dak li qed jgħid il- Ministru mhux korrett.", "Illum il-liġi tgħid li meta m'hemmx testment, persuna li hija f'ordni monastiku tiġi trattata kif tiġi trattata li kieku hemm testment.", "Hekk jgħid artiklu 800, u dan mhux se jinbidel.", "Mela jekk int tbiddel artiklu 611 u tħalli artiklu 800 l-istess, ladarba persuna li qegħda f'ordni monastiku mhix se tiret mal- mewt tat-testatur, b'intestat xorta waħda m'għandhiex dritt li tiret.", "Illum il-liġi tgħid li persuna li hija f'ordni monastiku f'każ li ma jkunx testment tapplika ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, mhux hekk tgħid.", "Il-liġi tgħid hekk:", "\"With regard to members of monastic orders, or religious corporations of regulars, their capacity or incapacity ...\".", "Rigward jekk persuna hix kapaċi li tiret jew le, topera din ir-regola li qed inħalluha l-istess.", "Aħna qed ngħidu li min ikun f'ordni monastiku jkun inkapaċi li jiret.", "Jekk testatur ried iħallilu xi eredita' ffriżata biex f'każ li għada pitgħada jsir kapaċi li jiret, għax joħroġ minn patri, ikun jista' jeħodha, seta' jagħmel dan.", "Imma jekk int intestat u allura meta writt kont inkapaċi li tiret, dan il-provvediment ma setax isir.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed ngħidlek li bil-liġi kif inhi, f'każ ta' testat, min fil-ġurnata tal-mewt tat- testatur ikun inkapaċi li jiret se jsir kapaċi meta joħroġ mill-ordni.", "Jekk ma jkunx hemm testment, min ikun f'ordni u joħroġ se jsir kapaċi li jiret.", "(Interruzzjonijiet) Bilfors, għax il-liġi qed tagħmlu hekk.", "Bl-emenda tiegħek qed tgħid li f'każ li jkun hemm testment, persuna li fil-ġurnata tal- mewt tat-testatur tkun inkapaċi li tiret, issir kapaċi li tiret lura sehemha meta toħroġ mill- ordni monastiku.", "ONOR.", "JOE FENECH: Dejjem jekk it-testatur iħallilha provdut għaliha, u dan hu importanti.", "Jiġifieri mhux mal-mewt isir kapaċi li jiret, imma jrid ikun hemm dispożizzjoni apposta fit- testment fejn it-testatur jgħid li jħallih eredi f'każ li jsir kapaċi li jiret.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fil-każ ta' artiklu 800 dik ma tapplikax għax jgħid li, hemm jew m'hemmx testment, xorta ...", "(Interruzzjonijiet) Dan jgħid li ab intestato jiret bħat- testat.", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, ma jgħidx li jirtu.", "Dawn huma s- sofiżmi!", "Hawnhekk hawn li dwar kapaċita' jew inkapaċita', l- intestati jkunu trattati bl- istess mod kif huma trattati t- testati.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ladarba l-liġi tgħid li persuna li toħroġ mill-ordni għandha tiġi trattata bl-istess mod kif inhi trattata persuna oħra li toħroġ mill-ordni ...", "(Interruzzjonijiet) Artiklu 800 hekk jgħid.", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, dan l- artiklu ma jgħidx li tiġi trattata bl- istess mod, imma li l-kapaċita' jew inkapaċita' ta' membru ta' ordni monastiku li jiret jew jiddisponi hija l- istess bħall-każ tat-testat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan jgħid li jekk ma jkunx hemm testment persuna li toħroġ mill-ordni għandha l-kapaċita' li tiret.", "ONOR.", "JOE FENECH: Anke jekk ikun hemm testment.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, jekk fil-ġurnata tal-mewt din il- persuna tkun għadha fl- ordni, m'għandhiex kapaċita' li tiret.", "Il-premessa hija li wieħed għandu jkun fl-ordni fil-ġurnata ta' l-apertura inkella ma jkunx hemm diskussjoni.", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, fil- każ li qed nikkontemplaw, it- testment isir qabel, jiġifieri meta t-tifel ikun għadu fl- ordni monastiku.", "Hawn qed jingħad li jekk dak ikun ħareġ mill-ordni monastiku, ma jiritx skond dik id- dispożizzjoni li saret qabel imma jiret jekk tkun saret dispożizzjoni wara li jkun ħareġ mill-ordni.", "Din hija d-differenza.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Artiklu 800 jgħid li persuna li tkun membru ta' ordni, kemm jekk tiret kif ukoll jekk ma tiritx, hija regolata bl- istess mod kieku din il-persuna jkollha testment.", "Issa hawn qed ngħidu li meta persuna toħroġ mill-ordni, din tiret.", "Allura f'każ li m'hemmx testment, mhux bilfors trid tiret!", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jekk persuna toħroġ mill-ordni u jkun hemm suċċessjoni ab intestato din tiret.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għalkemm l-apertura tkun saret xi għaxar snin qabel, it-testat jiret.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dan ma setax jinkludih fit- testment.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kieku ma nkludihx, din ma tapplikax.", "ONOR.", "JOE FENECH: Kif inhi l-liġi llum għandu raġun.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna rridu li jekk missier li jħalli xi ħaġa lit-tifel tiegħu li jkun patri jmut, jitwarrab sehem il-patri u jekk il-patri joħroġ mill-ordni qabel, dan jieħu sehmu.", "Jien qed ngħid li permezz ta' l-applikazzjoni ta' artiklu 800, kieku kien hemm testment kellu l-kapaċita' li jiret ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Dan ma kellux kapaċita' li jiret.", "Aħna qegħdin ngħidu li ma jsirx kapaċi li jiret mal-mewt jekk ikun għadu f'ordni monastiku.", "Din irridu nagħmluha ċara.", "Aħna qegħdin ngħidu li dik il- klawsola fejn tħallilu xi wirt, tkun konvalidata kemm-il darba xi darba jsir kapaċi li jiret.", "Id-dispożizzjoni sospensiva ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk il-kapaċita', kif qed tgħid int, tiġi akkwistata fil- ġurnata li toħroġ mill-ordni, xorta waħda ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Dik mhux qegħdin inbiddluha, hekk kienet, hekk għadha u hekk se tibqa'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura m'inti se tbiddel xejn.", "ONOR.", "JOE FENECH: Il- pożizzjoni tal-kapaċita' mhijiex tinbidel.", "Aħna qegħdin ngħidu li sakemm patri huwa patri ma jistax jiret, testat jew intestat.", "Pero' meta joħroġ għandu d-dritt li jiret.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, mhux hekk qed tgħid.", "Inti qed tgħid li seta' jiret meta miet.", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, m'aħna ngħidu xejn minn dan kollu.", "Aħna qegħdin ngħidu li hu inkapaċi li jiret u ma jistax jiret.", "Ejja nagħmluha aktar ċara ħalli niftiehmu.", "Il- kapaċita' m'aħniex nibdluha, la fit-testat u lanqas fl- intestat.", "Aħna qegħdin ngħidu li dan ma jistax jiret sakemm hu patri.", "Meta jispiċċa minn patri jista' jiret.", "Billi fl- intestat l- eredita' tgħaddi mal-mewt u fit-testat, għalkemm tgħaddi mal-mewt tista' tissoġġettaha għal kondizzjonijiet u dispożizzjonijiet sospensivi, qegħdin ngħidu li fit-testat, allavolja jkun hemm dispożizzjoni sospensiva għal xi patri li kien f'ordni monastiku, din tkun valida u hu jkun kapaċi jiret taħt dik id- dispożizzjoni kemm-il darba joħroġ mill-ordni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIĊI: Le, m'intix qed tgħid biss għal meta jkun hemm dispożizzjoni testamentarja li hija sospensiva.", "L-emenda fil-liġi qed tissospendiha.", "ONOR.", "JOE FENECH: Aħna qegħdin ngħidu li hemm dispożizzjoni sospensiva f'testement tista' ssir waqt li t-tifel ikun għadu ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, l-emenda mhux qed tgħid hekk.", "Inti qed tgħid li jekk hemm dispożizzjoni fit-testment li hija favur persuna f'ordni monastiku, dik tibqa' sospiża.", "Jiġifieri mhux tgħid li hemm dispożizzjoni li hi stess tissospendi l-effikaċja tagħha jekk joħroġ mill- ordni monastiku.", "ONOR.", "JOE FENECH: Ippermet- tili ftit.", "Id-dispożizzjoni hija sospensiva.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek għaliex ilna żewġ seduti nitkellmu dwarha.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: U ma solvejt xejn!", "ONOR.", "JOE FENECH: Qed ngħidu li dispożizzjoni li ssir f'testment fejn tħalli lil tifel f'ordni monastiku werriet kemm-il darba joħroġ mill-ordni monastiku, hija valida u tista' ssir allavolja t-tifel ikun għadu fl-ordni monastiku.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk testatur iħalli wirt lill- eredi kollha, anke lil xi persuna f'ordni monastiku, u ma jagħmel xejn dwar is- sospesjoni ta' dik id-dispożizzjoni, dak il-wirt se jkun aċċettat?", "(Interruzzjonijiet) Allura mhux kif qed tgħid int. Il- Ministru qed jipprova jsolvi l- problema billi jgħid li t- testatur fit-testment ikun diġa' ppreveda l-eventwalita' li t-tifel jista' joħroġ mill- ordni monastiku.", "Il-liġi mhux hekk qed tiġi emendata.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien missier għandu erbat itfal u wieħed minnhom huwa patri, jista' jinnomina lill-erbat itfal tiegħu bħala eredi.", "Qabel ma setax jagħmel hekk, imma b'din l-emenda jista' jinnomina lil dak it-tifel bħala eredi.", "Jekk il-missier imut u t-tifel ikun għadu patri, id- dispożizzjoni tiegħu tibqa' in suspense sakemm joħroġ minn patri.", "Jekk ma joħroġx minn patri, dik id- dispożizzjoni tispiċċa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hekk fhimna li l-Gvern ried.", "ONOR.", "JOE FENECH: U hekk qed jgħid.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Id-diffikulta' hija dwar inti qed tgħid li d-dispożizzjoni testamentarja tkun sospiża.", "Jekk id-dispożizzjoni ssir fil- mument ta' l-apertura tas- suċċessjoni, mhux id- dispożizzjoni tal- proprjeta', imma d-disposal of property, il-provvedimenti ...", "ONOR.", "JOE FENECH; L-effetti tad-dispożizzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'hemmx effetti, għaliex kieku hemm effetti ma nqalgħetx din id-diffikulta'.", "Jekk fil- mument ta' l-apertura, dik id- dispożizzjoni tkun sospiża, tfisser li m'għandekx tagħti kasha.", "Dak li qed nipprova ngħid.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Sospiża sakemm javveraw ruħhom żewġ affarijiet, jew dak li jkun joħroġ mill-ordni monastiku jew inkella jmut.", "Hekk qegħda għax hawnhekk hawn li:", "\"... he is either released from his vows as aforesaid or dies while still a member...\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din mhijiex ineffectual anzi d- dispożizzjoni hija sospiża.", "ONOR.", "JOE FENECH: \"Shall be ineffectual\" xi tfisser?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hemmhekk hemm li d- dispożizzjoni trid tibqa' sospiża.", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-parti ta' wara tgħid hekk:", "\"... shall remain suspended until such person is either released from his vows as aforesaid or dies while still a member of such order or corporation, and shall be ineffictual if the person, in whose favour it is made, dies while still such a member.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna nafu x'irridu nottjenu.", "Hawnhekk hawn li:", "\"... u kull dispożizzjoni magħmula favur persuna li fi żmien il-mewt tat- testatur kienet membru ta' ordni reliġjuża jew ta' xirka reliġjuża ta' regolari għandha tibqa' sospiża ...\".", "Issa la dik id-dispożizzjoni testamentarja hija sospiża fil-mument tal- mewt tat- testatur, m'għandekx tagħti kasha.", "ONOR.", "JOE FENECH: Hemm tant dispożizzjonijiet li jistgħu jsiru b'mod sospensiv!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma mhux id-dispożizzjoni trid tkun sospiża.", "Intom qed tgħidu li l-effikaċja jew l-effetti tagħha jkunu sospiżi.", "Dik hija l-ewwel kwestjoni tat-test.", "Ladarba artiklu 800 jgħid li f'każ li m'hemmx testment, irid jiġi trattat daqslikieku hemm testment ...", "Persuna li toħroġ minn patri takkwista l- kapaċita' li tiret, imma artiklu 800 jgħid li dan trid tekwiparah ...", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: F'din l-emenda qed ngħidu li wieħed li jkun għadu patri, eventwalment jista' jiret.", "Issa f'artiklu 800 hemm li dan ma jistax jiret għax huwa ab intestato.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-liġi tgħidlek li l-ab intestato jiġi trattat qisu testat.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Imma that capacity.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħtu każ li jien kont patri meta miet missieri u wara għaxar snin ħriġt minn patri.", "Allura jien akkwistajt il- kapaċita' li niret għaxar snin ilu, għax hekk kien hemm fit- testment.", "Issa jekk missieri m'għamilx testment u jien wara għaxar snin li miet ħriġt minn patri, akkwistajt il-kapaċita' li niret fil-mument li miet missieri.", "ONOR.", "JOE FENECH: Ippermet- tili, hemmhekk se tibdel il- konċetti l- iktar fundamentali tas-suċċessjoni.", "Għaliex int taf daqsi li l-eredita' tgħaddi mal-mewt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma b'din l-emenda mhux hekk se nagħmlu!", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, m'aħniex ngħidu hekk.", "Anzi, għall-kuntrarju qegħdin ngħidu li fil-każ ta' patri l-eredita' ma tgħaddix jekk hemm dispożizzjoni, skond il- volonta' tat-testatur, li din ma tgħaddix.", "Jiġifieri aħna qegħdin ninvertu l-proċess u inti trid tinverti l-konċett.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIĊI: Jien qed ngħidlek li meta wieħed jaqra artiklu 800 tal- Kodiċi Ċivili jsib li hemm loġikament interpretat li s- sehem leagli ta' patri li missieru miet u m'għamilx testment, irid jiġi appartat, għaliex kieku hemm testment hekk irid isir.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Dispożizzjoni transitorja.", "Clause 4 - Transitory provisions.", "Posposta fis-27 ta' Jannar, 1993)", "ONOR.", "JOE FENECH: Din hija klawsola transitorja biex nikkonvalidaw anke testmenti li għandhom din id-dispożizzjoni li saru qabel ma din il-liġi tidħol fis-seħħ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonniċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma din għaliex għandna nagħmluha?", "ONOR.", "JOE FENECH: Għaliex m'hemmx raġuni kuntrarja għaliex ma tagħmilhiex.", "Kif diġa' għidtlek ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Illum min għamel xi ħaġa hekk jaf li m'għandhiex effikaċja.", "Allura issa għaliex għandna nikkonvalidawha?", "Għaliex ma jagħmilx testment ieħor?", "ONOR.", "JOE FENECH: Għamel mod li miet it-testatur u wieħed li kien patri għadu fl-ordni ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura għaliex għandu jibbenefika?", "ONOR.", "JOE FENECH: Għax, kif għidt, diġa' qegħdin jibbenefikaw, allavolja kontra l-liġi, u għaliex hekk għandu jsir.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan qegħdin nagħmluh għal xi nies partikolari, hux hekk?", "Bilfors li hu hekk!", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk tkun taf b'xi każ hekk għidilna għaliex nassigurak li dan m'aħna nagħmluh għal ebda każ partikolari.", "Jekk aħna naċċettaw il-prinċipju tal- konvalidita' ta' din id- dispożizzjoni, huwa korrett li dan tapplikah ukoll għal testmenti li jkunu diġa' saru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta inti temenda l-liġi tbiddilha b'effett retroattiv?", "Liema liġi nagħmluha b'dan il-mod?", "X'jiġifieri tgħid li l- prinċipju hu hekk?", "Is-soltu ma jsirx hekk.", "Allura trid tispjega l- eċċezzjoni u mhux bil-wiċċ tost kollu tinverti l- istorja!", "ONOR.", "JOE FENECH: M'hemm xejn x'nispjega għaliex hu korrett u fair li jsir hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'hu korrett xejn għaliex il- liġijiet ma nemendawhomx b'effett retroattiv.", "Meta jsiru liġijiet b'dan il-mod tingħata r-raġuni.", "Bil-wiċċ tost kollu jgħid l-affarijiet bil-maqlub u jgħid li dan hu n- normal!", "ONOR.", "JOE FENECH: M'aħna ngħidu xejn bil-maqlub, qed ngħidu li hu korrett.", "F'kull liġi jkun hemm klawsola transitorja.", "Jidhirli li f'dan il- każ, it-transitorieta' ta' din il-klawsola għandha timxi mal-prinċipju li qed naffermaw.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Xi transitorieta' hi?", "Din hija retroattivita'.", "ONOR.", "JOE FENECH:Bl-istess mod li qal jekk hemm dispożizzjoni testamentarja ta' xi ħadd, din m'għandhiex tiġi konvalidata b'din il-liġi, nistgħu ngħidu li jekk it- testatur ma jridx iħalliha - u f'dan il-każ għalhekk m'aħniex qed nagħmluha għall-intestat - jibdel it-testment u ma jħallihielux, jekk diġa' jkun għamilha u tkun invalida.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din mhix transitorieta', din hija retroattivita'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Clause l - Titolu fil-Qosor.", "Clause 1 - Short Title.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Minflok il-kliem \"l-Att ta' l-l992\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Att ta' l-l993\".", "\"A\" For the words \"Act l992\" there shall be substituted the words \"Act l993\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Any remarks?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif ippreżentata u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola l, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IĊ-ĊERTIFIKATI TAL-KONDOTTA", "CONDUCT CERTIFICATES ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali, jekk jogħġbu, iressaq t-Tieni Qari.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nippro- poni t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar iċ- Ċertifikati tal-Kondotta, Kap.77\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il- Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-ħtieġa ta' dan l- Abbozz ta' Liġi, li fih klawsola waħda, inħasset mill- esperjenza ta' dawn l-aħħar sentejn jew ftit aktar, li fihom ilha tapplika l-proċedura tas-sentenza sospiża, b'referenza għall-amministrazzjoni tal-ħruġ ta' ċertifikati tal-kondotta.", "Biex nifhmu xi tfisser il-klawsola li qed nintroduċu, naħseb li huwa xieraq li wieħed jagħti spjegazzjoni dwar kif taħdem is-sistema taċ- ċertifikati tal- kondotta.", "Fil-Korp tal-Pulizija hemm taqsima apposta li żżomm record dettaljat u komplet fil- konfront ta' ċittadin Malti li jinstab ħati mill-qrati tagħna - kemm mill-qrati kriminali, kif ukoll mill-qrati tal- maġistrati - ta' ksur tal- Kodiċi Kriminali, tal-liġijiet tal-pulizija, jew liġijiet oħra li b'xi mod jista' jkollhom effetti ta' natura penali.", "Dawn huma r-records li għandha f'idejha l-Pulizija li ilhom jinżammu għal żmien twil. pero' mbagħad il-Pulizija tiġi mitluba biex tagħti dak li normalment nafuh bħala ċ- ċertifikat tal-kondotta.", "Il- ħruġ ta' dan iċ-ċertifikat huwa regolat mill-Ordinanza dwar iċ- Ċertifikati tal-Kondotta li tagħmel differenza bejn ċertifikati li nsibuhom bħala ċertifikati ta' kondotta tajba, u ċ- ċertifikati l-oħrajn li jkunu juru li l-individwu f'xi żmien kiser il- liġijiet kriminali b'reati li huma ta' ċerta serjeta'.", "Meta wieħed jinstab ħati u jiġi kkundannat sentenza ta' ħabs, jew jingħata xi kastig ieħor, dan l- avveniment jiġi rekordjat?", "Iva, il-Pulizija iżżomm record ta' din is- sentenza.", "Dawn ir-records ta' sentenzi tal- qorti - dejjem taħt il- kondizzjonijiet u skond il- limitazzjonijiet li se nispjega aktar tard - għandhom jidhru fiċ-ċertifikat tal-kondotta meta l-kundanna tkun għal reati li jġibu magħhom sentenza ta' priġunerija ta' aktar minn ċertu żmien.", "Wieħed forsi jistaqsi: Meta wieħed ikollu xi rimarka fil-kondotta tiegħu - u ħafna drabi bil-Malti ngħidu li wieħed ikun ċappas il-kondotta - din tibqa' mċappsa għal għomru?", "Per eżempju, jekk wieħed li jkun għad għandu 19- il sena jeħel sentenza ta' sena u nofs ħabs, meta jkollu 50 sena din is-sentenza ta' sena u nofs ħabs tibqa' tidhirlu fil-kondotta?", "Il- kondotta tiegħu tibqa' mċappsa?", "U r-risposta hija li l-liġi tagħna, l- Ordinanza dwar iċ- Ċertifikati tal-Kondotti, tistabbilixxi regoli li taħthom dawn ir-rimarki fil-kondotta ma jibqgħux jidhru wara li jkun għadda ċertu żmien minn meta ċ- ċittadin ikun issodisfa l-piena tal-priġunerija.", "Fil-liġi prinċipali hemm li ċerti reati ma jidhrux fil-kondotta, għalkemm il-Pulizija żżomm record tagħhom.", "Ngħidu aħna, fiċ-ċertifikat tal- kondotta ma tidhirx kundanna li tkun ingħatat dwar xi kontravvenzjoni, jekk tkun ingħatat lil xi ċittadin li huwa taħt it-18-il sena - soġġett għal kondizzjoni li nitkellem fuqha aktar tard - jekk tkun kundanna li dwarha tkun ingħatat maħfra mill-President ta' Malta, jew inkella tkun kundanna li dwarha tkun magħmula ordni tal- probation.", "Dawn fiċ-ċertifikat tal-kondotta ma jidhrux.", "Issa kemm irid jgħaddi żmien biex kundanna li tidher fil-kondotta ma tibqax tidher?", "Il-liġi prinċipali tgħid li jekk ikun hemm reat li jidher fil- kondotta u l-kastig tal-qorti għal dan ir- reat ikun multa, biex din ma tibqax tidher fil- kondotta jridu jgħaddu sitt xhur minn meta tkun tħallset il-multa.", "Jekk jien neħel multa u nħallasha u nitlob ċertifikat tal-kondotta fi żmien sitt xhur, din se tkun tidher fil-kondotta tiegħi.", "Jekk immur għaċ-ċertifikat tal- kondotta disa' xhur wara li tkun tħallset il-multa, fiċ- ċertifikat ma jkun hemm ebda indikazzjoni ta' dik il-multa, għalkemm il-Pulizija jkollha record ta' dik il-kundanna.", "Jekk minflok multa tkun kundanna ta' piena karċerarja u l-piena tkun għal inqas minn sena, kemm irid jgħaddi żmien biex din is- sentenza ma tidhirx fil-kondotta?", "Għallinqas trid tgħaddi sena minn meta wieħed ikun ġie meħlus mill-ħabs.", "Wara, dik il-kundanna ma tidhirx fil- kondotta.", "It-Tieni Skeda ta' l- Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta tkompli tgħid kemm hu l-perjodu ta' żmien li jrid jgħaddi biex kundanna ma tibqax tidher fiċ-ċertifikat tal- kondotta.", "Naturalment tajjeb jingħad li dan il- provvediment ma japplikax fil-każijiet fejn xi ħadd jinstab ħati ta' serq reċidiv, frodi u dawk ir-reati li jissemmew fit-Tielet Skeda ta' l- Ordinanza, bħalma huwa delitt kontra s-sigurta' tal- Gvern u delitti oħra kontemplati f'kapitlu 9 tal- Kodiċi Kriminali skond ma tindika t-Tielet Skeda.", "Mr Speaker, imbagħad hemm ukoll id-diffikulta' li tolqot lil dawk li jkollhom sentenza sospiża.", "L-ewwelnett qed niċċaraw il-punt li l- benefiċċju li tagħti l- Ordinanza dwar ic-Ċertifikati tal-Kondotta, jiġifieri l- benefiċċju li l-kondotta tidher bħala nadifa wara li jkun għadda ċertu żmien mis- sodisfazzjon tal-piena imposta mill-Qorti, se japplika wkoll fil-każijiet fejn tkun kundanna ta' ħabs b'sentenza sospiża.", "Minħabba f'hekk kienet daħlet id-diffikulta' dwar kemm żmien irid jgħaddi minn meta wieħed jissodisfa l- piena, għaliex nafu li meta wieħed iservi sentejn ħabs, iż- żmien ta' tliet snin li jrid jgħaddi biex il- kondotta toħroġ nadifa, jibda jgħodd mill- ġurnata li fiha jkun ħareġ mill- ħabs.", "Imma ladarba dak li jkun ma jmurx il-ħabs fis- sentenza sospiża, minn meta jibda jgħodd iż-żmien, mill- perjodu li għalih il-qorti tikkundannak priġunerija?", "Għax il-qorti fis-sentenza tagħha tgħidlek li tkun sabitek ħati, tikkundannak sentejn ħabs, imma s-sentenza tkun sospiża għal tliet snin.", "Allura ż-żmien jibda jgħodd wara sentejn, jew wara t- tliet snin ta' sospensjoni li tkun tat il- qorti?", "Aħna qed ngħidu li ż- żmien għandu jibda jgħodd mill- ġurnata li fiha tkun ingħatat dik is- sentenza.", "Aħna nafu li s-sentenza sospiża tapplika biss meta l-piena ma tkunx għal aktar minn sentejn ħabs u la tista' tiġi sospiża għal inqas minn sena u lanqas għal iktar minn erba' snin.", "Jekk ikun hemm kundanna ta' sena u nofs ħabs fil-konfront ta' xi ħadd, normalment iridu jgħaddu tliet snin mill-ġurnata tal- ħelsien tiegħu mill-ħabs biex ma tidhirx fil- kondotta.", "Issa dawk it-tliet snin minn meta se jibdew jgħoddu?", "Aħna qed ngħidu li dawk it-tliet snin se jibdew jgħoddu mill-ġurnata li fiha tkun ingħatat is-sentenza.", "Jekk ma tkunx sentenza sospiża imma sentenza definittiva u allura ċ-ċittadin ikun ġie mibgħut il-ħabs ukoll u de facto jkun għamel il-perjodu fil-ħabs, it-tliet snin jibdew jgħoddu mill-ġurnata minn meta jkun ħareġ mill-ħabs.", "Aħna nafu li bil-liġijiet u bir- regolamenti tagħna meta wieħed jeħel il-ħabs, ikun hemm perjodu ta' remission, jiġifieri l-perjodu li jinħafer u li huwa ta' erba' xhur għal kull sena.", "Allura għall- finijiet taċ-ċertifikati tal- kondotta, wieħed irid jieħu l- perjodu - u hekk qegħda fil- liġi - mill-ġurnata li fiha tkun ġiet skontata s-sentenza.", "L-Abbozz ta' Liġi li qegħdin inressqu llum huwa maħsub biex jagħmilha ċara minn meta għandhom jibdew jgħoddu t- termini li huma msemmija fit- Tieni Skeda ta' l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal- Kondotta.", "Infatti f'dan l- Abbozz qed ngħidu li artikli 6 u 7 ta' l-Ordinanza - artiklu 6 jitkellem dwar iż-żmien meħtieġ biex kundanna ma tkomplix tiġi reġistrata fil- kondotta u artiklu 7 jitkellem dwar l-eċċezzjonijiet għal artiklu 6 ta' l-Ordinanza - se jkunu japplikaw ukoll għal sentenza ta' priġunerija sospiża.", "Pero' qegħdin ngħidu li meta sentenza bħal din ma tkunx bdiet isseħħ, id-data li fiha tkun ġiet skontata l-piena ta' priġunerija għandha titqies li tkun id-data meta jkun sar l-ordni tas-sentenza sospiża, jiġifieri s-sentenza li tkun tat il-Qorti.", "B'dan il-mod ma jibqax iktar diffikulta' dwar x'għandu jidher fil-kondotta fil-każ ta' dawk li jinstabu ħatja mill-Qorti, jiġu kundannati priġunerija pero' minflok jagħmlu s- sentenzi tagħhom fil-ħabs, ikollhom is- sentenza tagħhom sospiża.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-Qorti għandha d-dritt li teżenta milli jidhru fiċ- ċertifikat tal-kondotta ċerti reati li għalihom il-persuna tkun ġiet kundannata.", "B'dan il-mod qegħdin insibu s- soluzzjoni biex il- benefiċċji li hemm dwar iċ-ċertifikati tal-kondotta għal dawk li jagħmlu perjodu fil-ħabs, jibdew japplikaw ukoll għal dawk li jkollhom is-sentenza tagħhom ta' priġunerija sospiża.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, kif qal il- Ministru, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiena huwa intiż biex jemenda s-sitwazzjoni fir- rigward tas-sentenza sospiża.", "Din kienet daħlet xi sentejn ilu u naħseb li meta introduċejna dik il-liġi ma ħsibniex li jista' jkun hemm din il- lakuna.", "Illum il-Gvern intebaħ biha u qed jiġi hawnhekk biex jara kif nistgħu nirregolaw din is-sitwazzjoni.", "Is-sentenza sospiża kienet toħloq diffikulta' fir-rigward ta' din l-Ordinanza minħabba n-natura tagħha stess.", "Sentenza sospiża tfisser li jkun hemm sentenza ta' ħabs li tiġi sospiża għal operational period, u jekk imbagħad f'dak il-perjodu l-persuna in kwestjoni tikkommetti reat ieħor, teħel piena għal dak ir- reat li tkun ikkommettiet plus il-piena tar-reat oriġinali.", "Huwa veru li kien hemm dan il- lapsus li l-liġi tagħna ma kenitx tipprovdi għalih.", "L- Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta hija intiża biex tirregola l-ħruġ ta' dawn iċ- ċertifikati.", "Il-Ministru waqt li kien qed jitkellem semma ħafna mill- artikli li hemm.", "Nixtieq li nkompli ma' dak li qal hu dwar il-ħruġ taċ- ċertifikati tal-kondotta mill- Kummissarju tal-Pulizija.", "Nixtieq nirreferi għat-talbiet għal dawn iċ-ċertifikati tal- kondotta li jistgħu jsiru mill- persuni li għalihom jirreferu jew b'ordni tal-Qorti tal- Ġustizzja.", "Barra minn hekk hemm il-kwestjoni dwar il- partikolaritajiet li għandhom ikunu mniżżlin fiċ-ċertifikat tal-kondotta.", "Kif qal il- Ministru, f'artiklu 5 hemm li ċerti kundanni m'għandhomx jitniżżlu fiċ-ċertifikati jekk ikunu dwar kontravvenzjonijiet. - jiġifieri min iwettaq kontravvenzjoni jibqa' meqjus bħala bniedem ta' kondotta tajba - kif ukoll jekk il- persuna kkundannata misjuba ħatja ta' delitt tkun taħt it- 18-il sena.", "Min-naħa l- oħra fl-aħħar parti ta' artiklu 6 hemm li: \"... il-kundanni għal delitti magħmula mill- persuna li għaliha jirreferixxi ċ-ċertifikat tal-kondotta wara tkun għalqet l-eta' ta' tmintax- il sena ... \".", "Imbagħad il-liġi tirregola wkoll li l-kundanna tidher, fil-kondotta jekk ikun maġġuri.", "Każijet oħra fejn il-kundanna ma tidhirx fil-kondotta huma jekk ikun hemm il-prerogative of mercy, jiġifieri l-maħfra tal-President ta' Malta, kif ukoll il-probation taħt Act XII ta' l-1959.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qed inħarsu lejn artikli 6 u 7 tal- Liġi prinċipali u qed ngħidu li dawn se japplikaw ukoll għal sentenza sospiża.", "Huwa veru li kien hemm dak il-lapsus, pero' se naraw kif nistgħu nirregolaw din is-sitwazzjoni, anke rigward il-benefiċċju li tieħu ċ- ċertifikat tal-kondotta nadifa wara li jgħaddu ċerti perjodi.", "Il-Ministru tkellem dwar it- Tieni Skeda u b'mod komparattiv fisser dak li nistgħu napplikaw minnha għas-sentenza sospiża.", "Jidher ċar li fuq din il- kwestjoni lkoll naqblu, jiġifieri li għandna nirregolaw is-sitwazzjoni.", "Meta kienet iddaħħlet is-sentenza sospiża, konna għidna li din tista' tkun a very soft option, pero' issa li qegħda hemm irridu nirregolaw ruħna magħha, u naħseb li jkun utli li wieħed jgħid minn meta se jibda jgħodd iż- żmien li jrid jgħaddi biex iċ-ċertifikat tal-kondotta joħroġ nadif.", "Dan jibda jgħodd minn meta s-sentenza tkun sospiża jew minn meta tingħata l- ordni?", "Il-Ministru qed jgħid li minn meta tingħata l-ordni, jiġiferi jkun meta hemm sentenza ta' ħabs.", "Dan jirrifletti li s-soċjeta' temmen li l-ġustizzja trid issir u trid tidher li qed issir.", "Aħna nemmnu li dan għandu jkun żmien li fih l- individwu għandu jieħu l- okkażjoni biex jirriforma ruħu u għalhekk ma nixtiqux li ċ- ċertifikat tal-kondotta, stante li int tkun irriformajt ruħek, jibqa' juri l-kundanna għal dak ir- reat.", "Din kienet idea li anke Dr Brincat meta kien Ministru tal-Ġustizzja, kien tkellem dwarha diversi drabi, jiġifieri li l-kundanna m'għandhiex tibqa' tidher fil- kondotta għal żmien twil wara li tkun ġiet skontata l- piena.", "Din l-emenda qegħda tirranġa xi ħaġa li kienet nieqsa fil-liġi.", "Veru li meta jsiru liġijiet, bħalma hi dik tas-sentenza sospiża, ma jistax ikun li taħseb u tagħmel provvedimenti għal kollox, imma naħseb li meta l- Gvern daħħal dik l- emenda ma kienx ħaseb biżżejjed fl-implikazzjonijiet tagħha.", "Naħseb li llum, wara sentejn li ilha taħdem is-sentenza sospiża, il- Gvern qed jirrealizza li rridu naħsbu għal dan.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru tal- Ġustizzja.", "ONOR.", "JOE FENECH: Naħseb li jrid ikollna f'moħħna idea cara ta' dak li qed isir hawnhekk.", "X'inhi s-sitwazzjoni?", "Is- sitwazzjoni mhijiex li hawn xi ħaġa li dak li għamel il-liġi ħaseb jew ma ħasibx fiha, imma hawnhekk qed ngħidu li nqalgħet diffikulta' dwar minn meta jibda jgħodd iż-żmien li jrid jgħaddi biex il-kundanna ma tidħolx fil-kondotta.", "Is- sentenza sospiża kkreat sitwazzjoni li ma kenitx kontemplata fil-Kodici tagħna, għax m'hemmx skontar ta' sentenza ta' ħabs.", "Allura meta jiġu biex joħorġu c- certifikat tal-kondotta kienu jibdew jistaqsu: Fil-każ tas-sentenza sospiża li tingħata biss meta wieħed ma jkunx weħel ħabs għal iktar minn sentejn, iż-żmien minn mindu jibda jgħodd?", "Fuq dan il-punt kien hemm diversi interpretazzjonijiet, partiko- larment mill-Korp tal-Pulizija li joħroġ ic-certifikati tal- kondotta.", "Kien hemm min jgħid li jibda jgħodd mid-data ta' l- ordni u kien hemm min jgħid li jgħodd minn meta jgħaddi l- perjodu li għalih suppost li wieħed ikun weħel il-ħabs.", "Biex ma tibqax iktar din id- diffikulta' qed titressaq din l-emenda li għandna quddiemna.", "L-emenda qed tagħmilha cara li għalkemm section 6 tal-Liġi principali tgħid li l-perjodu ta' sena jew tliet snin - għax dawk iż-żewġ perjodi biss japplikaw għall-każ tas- sentenza sospiża - jibda jgħodd minn meta tiġi skontata s- sentenza tal-ħabs, fil-fatt dawn il-perjodi kontemplati fl- Iskeda jibdew jgħoddu mill- perjodu ta' l-ordni li tkun ingħatat mill- Qorti.", "Illum il- pożizzjoni hija cara u wieħed facilment jista' jgħid jekk sentenza sospiża għandhiex tidħol fic-certifikat tal- kondotta jew le.", "Għalkemm qed nitkellmu fuq iċ-ċertifikat tal-kondotta, irrid ngħid li f'diversi aspetti fl-applikazzjoni tal- liġi kriminali jinħass il-bżonn li l-ġudikanti jistabbilixxu xi forma ta' sentencing policy f'diversi setturi tal-Kodiċi Kriminali bħal, per eżempju, dwar meta u taħt liema ċirkostanzi għandu jingħata l- bail, għalkemm tibqa' d- diskrezzjoni tal-ġudikant, kif tipprovdi l-liġi stess.", "Għandhom jiġu ffissati parametri ta' minimum u maximum within which jista' jingħata l- bail u taħt liema ċirkostanzi għandu jingħata, anke jekk il- liġi tippermettih.", "Għax jista' jkun hemm ċirkostanzi soċjali fil-pajjiż fejn, għalkemm il- liġi tippermetti l- bail, donnu ma tintużax diskrezzjoni biżżejjed, b'mod li f'ċerti ċirkostanzi wieħed iħoss li l- għoti ta' bail ma jkunx meritat.", "Meta tiġi biex tapplika l-bail trid tikkontempla kemm il-liġi u kemm is-sens komun.", "Fil-fatt kien hawn ukoll disgwid fost is-soċjeta', in parti għax wieħed ma kienx qed jifhem x'inhu l-konċett tal-bail, jiġifieri li l- bniedem huwa preżunt innoċenti sakemm jinstab ħati.", "Il-poplu jsibha diffiċli biex jifhem kif wieħed li jkun weħel tant ħabs għax ikun diġa' nqabad li seraq ħames darbiet, imbagħad jerġa' jingħata l-liberta' proviżorja għas-sitt darba.", "Bil-liġi dan jista' jsir għas-sempliċi raġuni li għalkemm fil- każijiet ta' qabel dejjem instab ħati, mhux bilfors li hu ħati tas-sitt serqa li ġie akkużat biha u jkunu jridu jinġabu l-provi neċessarji biex juru li fil-fatt huwa ħati.", "Imma minħabba l-fatt li jkun hemm perception pubblika, anke jekk kultant tkun skorretta, li ġġib skonvolġiment soċjali fil-mod kif tkun qed tiġi applikata l- liġi, jiena naħseb li l- ġudikanti għandhom jieħdu in konsiderazzjoni ż-żmien li tkun għaddejja minnu s-soċjeta' fil- mod u r-rigorożita' li bihom japplikaw il- liġi.", "Għal ċertu serq il-liġi tikkontempla l-minimum u l- maximum ta' piena ta' ħabs.", "Il-liġi tagħtik dik il-fakulta' ta' minimum u maximum biex kemm jista' jkun jingħata l- maximum ħalli tagħmel użu mill-element ta' deterrent, jekk is-soċjeta' tkun għaddejja minn kriżi kbira ta' serq jew delitti.", "Għax donnu f'ċerti żmenijiet ikun għaddej xi fenomenu li minħabba fih ikun hemm ħafna aktar delitti ta' ċerta kwalita' fis-soċjeta'.", "Jien ngħid li l-liġi tagħti din il-fakulta' ta' marġini bejn minimum u maximum espressament biex il-ġudikant ikun jista' jivvaluta ċ-ċirkostanzi tal-każ u tas-soċjeta' għal dawk il- każijiet.", "Allura forsi huwa l- każ li f'ċerti ċirkostanzi tiġi stabbilita xi forma ta' sentencing policy - nerġa' ngħid għal ċerti delitti u f'ċerti żmenijiet partikolari - għalkemm dejjem se tibqa' d- diskrezzjoni tal-ġudikant.", "Dawn mhux se jgħidu li fit-tali każijiet għandek tagħti sitt xhur jew sena ħabs, imma f'ċertu żmien partikolari jistgħu, per eżempju, b'policy miftiehma bejniethom, jgħollu l-minimum biex jassiguraw kemm jista' jkun li l- element ta' deterrent ikun effikaċi anke f'dan il-każ.", "Dan ma japplikax biss għall-bail u għall-pieni f'ċerti delitti, imma hemm diversi delitti u ċirkostanzi li fihom huwa importanti li wieħed jistabbilixxi xi forma ta' sentencing policy; per eżempju, meta għandha tingħata l-probation jew jekk għandhiex tingħata repetutament, allavolja issa m'għadhiex li ma tistax tingħata għall-istess delitt.", "Fil-liġi hemm li f'ċerti ċirkostanzi ma tistax tagħti probation aktar minn darba għal ċerti reati ta' ċerta gravita' jew li jikkontemplaw piena ta' ħabs ta' aktar minn ċertu żmien.", "Huwa importanti li jkun hemm din il-koerenza u uniformita' fil-ġudizzji, anke minħabba r- reazzjoni tal-pubbliku, għalkemm irridu noqogħdu attenti ħafna għax il-pubbliku sfortunatament jieħu ċerti deċiżjonijiet minn dak li jaqra fil-gazzetti.", "Irridu nagħmluha ċara li dan hu ħażin u m'għandek qatt tagħmel ġudizzju minn dak li tkun qrajt fil- gazzetti.", "Il-ġudizzju dwar taqbilx jew ma taqbilx ma' xi sentenza li tkun ingħatat tista' tagħmlu biss jekk tkun attendejt il-proċess kollu, tkun rajt iċ-ċirkostanzi u smajt ix- xiehda kollha.", "Għax għalkemm jista' jkun hemm diversi każijiet ta' serq, ngħidu aħna ta' somma ta' Lm100, minkejja li tista' taħseb li ċ-ċirkostanzi huma l- istess, f'kull każ ikun hemm diversi ċirkostanzi li jvarjaw u li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni mill-ġudikant huwa u jistabbilixxi l- piena applikabbli għal kull każ partikolari.", "Imma allavolja, kif qegħdin ngħidu, wieħed ma jistax jgħaddi ġudizzju dwar xi każ minn dak li jaqra fil- gazzetti, huwa importanti wkoll illi l-ġudikanti kemm jista' jkun jassiguraw illi jkun hemm l-apparenza ta' koerenza fil- parametri ta' dak li tippermettilhom il-liġi u li jkunu qegħdin jagħmlu ġustizzja mal-każ u ma' l-akkużat.", "Ikun ħażin jekk ikollna perceptions skorretti mill-pubbliku dwar il-mod kif qed tapplika l-piena jew kif qed jiġu misjuba ħatja jew mhux ħatja ċerti akkużati, għax b'hekk sfortunatament il- fiduċja fil- qrati tibda titherra u tintilef anke b'mod skorrett.", "Allura huwa importanti li meta jieħu dan kollu in konsiderazzjoni, il- ġudikant jassigura li jkun hemm xi forma ta' sentencing policy biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm perceptions skorretti daparti tal-pubbliku.", "L-istess jgħodd għall- applikazzjoni tas-sentenzi sospiżi.", "Huwa importanti li wieħed jassigura li kemm jista' jkun jissospendi sentenza taħt l-istess ċirkostanzi.", "Dan għaliex il-varjazzjoni taċ- ċirkostanzi illi kultant ma tkunx mifhuma mill-pubbliku - għax ma jkollux aċċess għad- dettalji u l-provi li jkunu saru waqt il-proċess - tagħti impressjonijiet ħżiena.", "Għal din ir-raġuni fil-fatt il-bank tal-maġistrati qiegħed jagħmel laqgħat regolari ta' darba kull xahar jew xahrejn - dawk li jissejħu judicial retreats - fejn jgħaddu nofs ta' nhar jew ġurnata flimkien jiddiskutu l-problemi li jkunu ltaqgħu magħhom kemm fl- applikazzjoni tal- liġi kif ukoll fl-interpretazzjoni tagħha.", "Dawn jgħinuhom biex jistabbilixxu din li qed ngħidu li hija sentencing policy u allura kemm jista' jkun inkunu qegħdin nassiguraw uniformita' u koerenza fl- applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tal-liġi.", "Għalkemm l-emenda li għandna quddiemna li m'għandhiex x'taqsam ma' sentencing policy, hija waħda mill- modi kif qegħdin nassiguraw li ma jkunx hemm varjeta' fl-interpretazzjoni tal-liġi u kif għandha tiġi applikata, fis-sens jekk ċertu delitt għandux jidħol fil-kondotta meta s-sentenza tkun sospiża.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-iskop ta' l-emenda, li jaqbel miegħu kulħadd, huwa li meta jkun hemm sentenza sospiża tkun taf meta din is- sentenza mhix se tibqa' tidher fiċ-ċertifikat tal-kondotta.", "Dak huwa l- iskop tagħha.", "Imma l-mod kif dan l- iskop se jintlaħaq jagħti lok għal ċerti osservazzjonijiet.", "Il-Gvern qed jgħid li ż-żmien biex jiġi sodisfatt it-terminu li hemm fit-Tieni Skeda tal- Liġi, jibda jgħodd mill-ġurnata li fiha tingħata s-sentenza sospiża.", "Jien jidhirli li din se toħloq anomalija bejn sentenza sospiża u sentenza li mhijiex sospiża imma li tkun ta' l- istess gravita'.", "Jekk inti għandek persuna li ġiet ikkundannata sentejn priġunerija imma s-sentenza hija sospiża għal erba' snin, skond l-emenda, dan il-perjodu jibda jgħodd mill-ġurnata li fih tkun ġiet mogħtija s- sentenza.", "Mela tliet snin wara li tingħata s-sentenza, dik is- sentenza ma tidhirx iktar fiċ- ċertifikat tal-kondotta.", "Nieħdu persuna oħra li weħlet sentejn priġunerija għall- istess delitt imma ma tkunx sentenza sospiża.", "Din il- persuna peress li tkun marret il-ħabs, tkun ibbenefikat mir- riduzzjoni ta' erba' xhur kull sena u allura wara sena u erba' xhur, jew ftit iktar, din l-istess persuna toħroġ mill-ħabs.", "Allura t-tliet snin f'dan il-każ se jibdew jgħoddu wara sena u erba' xhur, jiġifieri dik is- sentenza mhux se tidher fuq il-kondotta ta' dik il-persuna wara erba' snin u erba' xhur.", "Jien jidhirli li m'għandux ikun hemm din il- varjazzjoni.", "Aħna mhux qed ngħidu li fil-każ tas-sentenza sospiża m'għandux ikun determinat iż-żmien meta jibda jiddekorri l-perjodu li jrid jgħaddi biex din il-kundanna ma tidhirx iktar fil-kondotta.", "Pero' jien jidhirli li jekk hu hekk, huwa ġust li jekk persuna li teħel sentejn priġunerija u tiskontahom għax ma jkollhiex sentenza sospiża, tibbenefika mill-erba' xhur kull sena, lil persuna li teħel sentejn priġunerija imma s-sentenza tagħha tkun sospiża, għandek tikkalkolalha dawk is-sentejn bix-xhur ridotti li tgawdi persuna li teħel piena karċerarja u tibda tiddekorri l-perjodu tat- tliet snin minn mindu jgħaddi dak il-perjodu, ħalli tkun pari ma' persuna li fil- fatt weħlet il-ħabs.", "Irid ikun hemm raġuni għaliex wieħed għandu jittratta ż-żewġ każijiet differenti, iktar u iktar meta fl-eżempju li tajt, niġu fis-sitwazzjoni anomala fejn is-sentenza ta' sentejn sospiża għal erba' snin, ma tibdiex tidher fil-kondotta meta jkun skada l-perjodu ta' erba' snin.", "Jiġifieri aħna qed ngħidu li f'każ ta' sentenza ta' sentejn priġunerija, toħroġ mill-ħabs wara ftit iktar minn sena u erba' xhur.", "Mela wara erba' snin u erba' xhur dik il- kundanna ma tibqax tidher fil- kondotta.", "Fil-każ ta' persuna li ħadet sentejn priġunerija, imma li s- sentenza tagħha ġiet sospiża, wara tliet snin mis- sentenza dan mhux se jidher fil-kondotta tagħha, allavolja s-sospensjoni hija ta' erba' snin.", "Mela għall-aħħar sena tkun qegħda taħt sentenza sospiża - jiġifieri jekk tagħmel xi ħaġa oħra fil-fatt terġa' tibda teħel is-sentejn - u l-kundanna lanqas tkun tidher fil-kondotta.", "Jidhirli li m'hemmx raġuni għaliex għandna noħolqu din l-anomalija.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li għandu jiġi determinat iż-żmien meta għandek tibda tiskonta l- perjodu għan-non-registration tas-sentenza sospiża.", "Id- diffikulta' l-oħra f'dan ir- rigward hija dwar meta persuna terġa' tinstab ħatja ta' reat fil-perjodu tas-sospensjoni tas-sentenza u allura titlef il- benefiċċju tas-sospensjoni u tibda tiskonta l-ewwel sentenza li kienet sospiża.", "Għall- finijiet ta' reġistrazzjoni fil-kondotta liema hi d-data li se tgħodd?", "Ħalli nieħdu eżempju.", "Nimmaġinaw li inti weħilt sentejn priġunerija, ħadt il-benefiċċju tas- sospensjoni tas-sentenza u fl- aħħar tat-tieni sena terġa' tirrokka u tibda tiskonta s- sentejn.", "Kieku inti ma ħadtx il-benefiċċju tas-sospensjoni, kont tagħmel sena u erba' xhur fil- ħabs u wara tliet snin titneħħilek mill-kondotta.", "Jekk dawk is-sentejn tibda tiskontahom wara li jgħaddu sentejn, inti se tipprolunga ż- żmien b'sentejn oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed ngħid li ma teħilx priġunerija imma qed ngħid li tkun għamilt delitt li għalih kont ikkundannat sentejn qabel u għal finijiet ta' kondotta jidhirli li m'għandekx tiġi ...", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' ngħid, jekk tidħol il-ħabs u kellek sentenza ta' sentejn, toħroġ wara sena u erba' xhur u fil-kondotta l-kundanna tibqa' tidher sa erba' snin u tliet xhur wara, filwaqt li sentenza sospiża wara tliet snin ma tidhirx.", "Jidhirli li din l- anomalija m'għandhiex tibqa'.", "Imma apparti dan il-każ, issa ġejna f'diffikulta' oħra.", "Jekk kellek sentenza sospiża ta' sentejn, ibbenefikajt mis- sospensjoni u mbagħad iddekadejt u tlift il- benefiċċju tas-sospensjoni, is- sentejn priġunerija tibda tiskontahom wara sentejn, u tagħmel sena u erba' xhur fil- ħabs.", "Allura l-kundanna fuq dak id-delitt mhix se tibqa' tidher fuq il-kondotta mhux iktar wara erba' snin u tliet xhur, imma wara sitt snin u tliet xhur.", "Għaliex għandu jkun hekk?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Fenech, bil-permess ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "JOE FENECH: Ħalli ngħidu li jkollu erba' snin sospensjoni, fl- aħħar xahar jikser il-kondizzjonijiet tas- sospensjoni u jibda jiskonta l- perjodu ta' sentejn ħabs li jkun weħel taħt sentenza sospiża.", "Allura, skond it- teorija ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici, tasal fl-anomalija li allavolja dan ikun qiegħed il- ħabs, jekk jitlob ċertifikat tal-kondotta, dan ikun jidher nadif qisu qatt ma weħel xejn!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien mhux qed ngħid li għandek tagħmel hekk.", "ONOR.", "JOE FENECH: Imma dik hija kwestjoni oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Is-soluzzjoni għad-diffikulta' hija li almenu trid tipprolunga ż-żmien mill-perjodu li int effettivament qed tagħmel il- ħabs.", "ONOR.", "JOE FENECH: Din fiha loġika - naqblu jew ma naqblux magħha - pero' l-oħra ma fihiex.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma kontx issuġġerejt soluzzjon, imma ppreżentajt biss diffikulta'.", "Mhux id- diffikulta' trid tkun loġika, is- soluzzjoni trid tkun loġika għad-diffikulta'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal- Ġustizzja, bil-permess ta' l- Onor. Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "JOE FENECH: Tant kien ovvju li ma tagħmilx sens li tgħid li din għandek tneħħihielu mill-kondotta, kif kien qed jipprospetta l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici ...", "Għax hu qal: Għaliex lil dan wara sitt snin se tneħħilu l- kundanna mill-kondotta jekk ikun kiser il-kondizzjonijiet?", "Jien għidtlu li hekk għandu jkun.", "Dik hi d-diffikulta' li pprospettajt inti, Onor. Mifsud Bonnici.", "Rigward l-ewwel waħda naqbel miegħek fil- loġika tagħha, imma ma naqbilx dwar il-konsegwenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli nerġa' nispjega ruħi fuq it-tieni diffikulta', għax fuq l-ewwel waħda milli jidher ma kien hemm ebda problema.", "Fuq it-tieni diffikulta' qed inġib l-eżempju ta' każ fejn għandek sentenza li hija sospiża, fil- perjodu tas-sospensjoni tikser xi kondizzjoni, tiddekadi mill- benefiċċju tas-sospensjoni u tibda tiskonta l- priġunerija.", "Jekk inti mbagħad tgħodd il- perjodu ta' tliet snin jew ta' sena mill-ġurnata li tkun skontajt il-priġunerija, għall- fini tan-non- registration fil- fatt tkun qiegħed iżżid dak il- perjodu tas-sopensjoni li inti tlift, mentri dak il-perjodu tas-sospenzjoni li inti tlift, jista' jkun itwal mill-perjodu tal-priġunerija.", "Jien m'inix qed ngħid li għandu jkollok certifikat tal-kondotta li minnu ma jirriżultax li kellek dik is- sentenza, jekk tkun għadek il-ħabs, imma żgur li m'għandekx titlef il- beneficcju li ma jkollokx registration tal-kundanna wara tliet snin jew tliet snin u nofs mill-erba' snin li kellek bħala perjodu ta' sospensjoni!", "(Interruzzjonijiet) Għaliex le?", "Jien qed ngħid li ħalli teħel il-ħabs, imma għal finijiet ta' non-registration tgħodd il-perjodu li għamilt fil- ħabs, u mhux il-perjodu ta' sospensjoni.", "Jien jidhirli li wieħed għandu jagħti kas ta' dawn il-kummenti u nipprovaw insibu soluzzjoni li tkun ekwa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Rigward dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, nista' ngħid li bniedem ma jistax igawdi kollox.", "Jekk, per eżempju, bniedem jeħel erba' snin ħabs u ieħor jeħel erba' snin suspended sentence, u allura wieħed jispiċċa qabel l- ieħor ...", "Ma jistax ikun li bniedem jieħu l-beneficcji kollha, wara li diġa' jkollu l- beneficcju tas- suspended sentence.", "Pero' jiena xtaqt nitkellem mil-lat ta' l-Istat.", "L-Istat jagħmel il- liġijiet u regolamenti għall-ġid komuni tac-cittadini kollha.", "Ic- cittadin għandu l-obbligu li ma jagħmilx reati, filwaqt li l- Istat għandu l-obbligu li ma jħalli lil ħadd jagħmel reat, u jekk isir reat l-Istat irid jieħu l- passi.", "Meta qed nitkellmu fuq suspended sentence niġu għall-kwestjoni tal- kastig.", "X'inhi r-raġuni tal-kastig?", "Għaliex hemm il- qrati li jagħtu s- sentenzi, il- ħabsijiet u l-multi?", "L- ewwelnett hemm il-kwestjoni tar- riforma tac-cittadin li jkun żbalja imma dejjem għandu c-cans li jirranġa.", "U din li forsi ma tantx tinftiehem mill- poplu.", "Fil-fatt meta jiġri xi ħaġa tqum għagħa u kulħadd jinsa li l-iskop ewlieni tal- piena huwa li bniedem jiġi riformat, jiddispjaċih minn dak li għamel, u ma jerġax jagħmlu għall-ġid tiegħu u anke tas- soċjeta'.", "Jiġifieri meta nitkellmu fuq pieni u fuq affarijiet oħra, bħalma huma s- suspended sentence, qatt m'għandna ninsew dan l-element.", "S'intendi ma nistgħux inħallu barra l-element ta' kastig.", "Min għamel xi ħaġa ħażina jrid iħallas għaliha u s-soċjeta' titlob dan mill-membri tagħha.", "Għalhekk min jonqos irid jagħmel tajjeb għall- ħażin li għamel, imma mhux bilfors irid imur il-ħabs; jista' jagħmel xogħol għall-komunita' kif isir f'ċerti pajjiżi, u l-liġi tipprova ġġib l- affarijiet kif kienu qabel ma dan il-bniedem kiser l-ordni jew il-liġi fis- soċjeta' u ġab konsegwenzi kemm fuqu, kif ukoll fuq is- soċjeta'.", "Imbagħad quddiem il-maġistrat jew l-imħallef ikun hemm każijiet speċjali.", "U hawnhekk tajjeb li nagħtu kull diskrezzjoni wiesgħa kemm lill- imħallef kif ukoll lill- maġistrat li, f'ċertu ambitu, jużaw id-diskrezzjoni tagħhom b'għaqal kbir u b'ċerta esperjenza biex jaraw x'inhi l- aħjar piena għal dak il-każ.", "Kif għidt il-ġimgħa l-oħra dwar il-Liġi tal-Probation, hawnhekk bħala idea għandna l-istess ħaġa.", "Is-suspended sentence mhijiex xi ħaġa li taqbad u tagħtiha kif ġie ġie.", "Wara kollox is-suspended sentence tfisser li wieħed ikun instab ħati u ġie kkundannat, u huwa importanti li niftakru dan.", "Jiġifieri xorta hemm il- kundanna li ma tiġix esegwita taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Ħalli niġu għas-suġġett li qed niddiskutu llum, jiġifieri l-perjodu ta' żmien li jrid jgħaddi, wara li bniedem ikun serva sentenza ta' ħabs, biex din il-kundanna ma tibqax tidher fil-kondotta.", "Ħadd m'għandu jippretendi li meta bniedem jieħu suspended sentence imbagħad ikun bħal ħaddieħor ...", "Ma jistax ikun li kulħadd jieħu kull benefiċċju.", "Fil-fatt dan ingħata suspended sentence flok li ntbagħat il-ħabs u fil- kondotta din trid tibqa' tidher.", "Hemm ukoll dak li tkellimna fuqu l-ġimgħa l-oħra, jiġifieri section 9 ta' Att XII ta' l-1959 dwar il-Probation.", "Kif għidt il-ġimgħa l- oħra s- suspended sentence trid tkun l- eċċezzjoni u mhux ir-regola.", "Ma jistax ikun li kulħadd u f'kull każ jingħata s-suspended sentence; fil-fatt il-parametru huwa limitat ħafna kif inhi l- liġi.", "Imma allavolja l-liġi hija ristretta, is-suspended sentence għandha tingħata b'għaqal kbir f'dawk il- każijiet biss li l-ġudikant jidhirlu li hekk ikun meħtieġ.", "Irridu noqogħdu attenti kemm nagħtu minn dawn is-sentenzi u rridu nħarsu l-ħin kollu lejn il-ġid tas-soċjeta' u anke ta' l-individwu.", "Jista' jkun li l- individwu lanqas ikun jaqbillu li jkollu suspended sentence.", "Sfortunatament dik hija d-dinja, kulħadd jagħmel mill-aħjar li jista', imma mirakli mill-bnedmin ma jsirux.", "Qed tissemma wkoll - u semmiha l-Ministru tal- Ġustizzja - is-sentencing policy.", "Kien hemm bżonn - u sirt naf li ltaqgħu llum - li l-imħallfin jifformulaw policy għal ċerti reati ħalli jkun min ikun l-imħallef, bejn wieħed u ieħor il-kastig għal ċerti reati jkun l-istess.", "Għall-bidu li sirt avukat kien hemm min jgħid li meta tiġi biex tidher quddiem ċertu maġistrat fuq kawża tat- traffiku, kien ikun jaqbillek li ġġib ċertifikat tal-mard ħalli ma tattendix il-Qorti għall-kawża u mbagħad tidher quddiem maġistrat ieħor li jingħad li kellu qalbu tajba u allura jwaħħlek inqas.", "Għalhekk naħseb li f'dan il-pajjiż ikun tajjeb li jkollna sentencing policy, li s'issa qatt ma kellna.", "Rigward ir-rimarka ta' l- Onor. Schembri Adami, li qal li s-sentenza sospiża hija a soft option, irrid ngħid li jekk din tingħata bil-għaqal m'hija soft option xejn u aħna nistennew li l-imħallfin u l- maġistrati jagħmlu d-doveri tagħhom.", "Dwar it-tieni argument li qajjem l-Onor.", "Mifsud Bonnici, rigward minn meta se jibda jgħodd iż-żmien għall-finijiet ta' non-registration fil- kondotta jekk bniedem jerġa' jeħel wara li jkun ibbenefika minn sentenza sospiża, jien ngħid li jekk dan tilef il- benefiċċju ta' sospensjoni, kiser il-benefiċċju u se jagħmel is-snin kollha li għandu jagħmel ġewwa, huwa tort tiegħu u mhux tort tas-soċjeta' u allura din m'għandhiex toqgħod ittawwal iż-żmenijiet jew tuża rigi jew kejl ieħor għal dawn il-każijiet.", "Mr Speaker, fil-liġi kien hawn dan il-lapsus u nisperaw li b'din l-emenda li qed issir illum u anke bit-tħaddim ta' din il-policy - mingħajr ma ninfluwenzaw lill-qrati tagħna - jirnexxilna noħolqu soċjeta' aħjar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, meta tkellmu l- Ministru Fenech u l- Onor. Cassar, li daħlu wkoll fl- aspett soċjali tal-liġijiet kriminali - għax l-emenda li għandna quddiemna hija żgħira - issemmew żewġ affarijiet fejn donnu kien hemm nuqqas ta' qbil bejn iż-żewġ kelliema.", "L-Onor.", "Cassar qal li hu jaqbel li jkun hemm diskrezzjoni wiesgħa fuq il-ġudikanti, filwaqt li l- Onor. Fenech esprima s- sentiment serju li minħabba li m'hemmx uniformita' fil-mod kif tiġi wżata d-diskrezzjoni tal- ġudikant, allura huwa l-kompitu tagħna f'dan il-Parlament - li huwa t-tielet organu ta' l- Istat - li jiffissa l-parametri fl-aħjar interess tas-soċjeta'.", "Jekk qed jinħass dan il-bżonn - u bħala eżempju issemma l-bail - tajjeb li nieħdu dawn l- affarijiet b'ċerta konsiderazzjoni għax għalkemm ma kienx hemm ammissjoni proprja f'dan is-sens, joħroġ ċar li jekk ma jkunx hemm ċerta uniformita' fil-mod kif jingħataw il-bail jew is-suspended sentence, il- Qrati jkomplu jitilfu l-fiduċja tas-soċjeta'.", "Kif qal l-Onor.", "Fenech - u jien naqbel miegħu - meta wieħed jibda jara li s- serq u ċertu tip ta' kriminalita' qed jiżdiedu, ifisser li tkun qed tikber it- theddida għas-soċjeta'.", "Hawnhekk ikun qed jonqos il- Gvern u nkunu qed nonqsu aħna wkoll bħala deputati parlamentari jekk ma narawx din il-problema - jekk verament qegħda hemmhekk - u nilleġislaw fuqha fl-aħjar interess tas- soċjeta'.", "Jekk naraw l-aspett soċjali tas-suspended sentence - bħalma qed jgħid il-Ministru - naraw il-bżonn li jiġu ffissati parametri biex titnaqqas jew tiġi regolata d- diskrezzjoni tal-ġudikant.", "Kif qal il- Ministru, l-iskop tas- suspended sentence huwa biex jagħti ċ-ċans lill- akkużat li jirriforma ruħu.", "Pero' jekk is-soċjeta' trid tgħinu jirriforma ruħu, jien naħseb li jrid ikun hemm il-backup soċjali meħtieġ billi nies mgħallma jieħdu ħsieb jgħinuh jirriforma ruħu.", "Waħda mill- ikbar problemi ta' dawn l- individwi li jkunu taħt suspended sentence hija biex jintegraw ruħhom fis-soċjeta'.", "L-iskop ta' l-emenda huwa li tgħinhom jintegraw ruħhom.", "Pero' l-mistoqsija hi: X'qed jagħmel il-Gvern - u qed ngħid il-Gvern għax ħafna drabi l- kompitu li jibda jagħti eżempju jaqa' fuq il-Gvern - biex lil dawn in-nies jgħinhom billi, per eżempju, jinstabilhom impieg?", "Meta għandna ministeru li jieħu ħsieb ir- riżorsi umani, kif ukoll istituzzjonijiet oħra, x'qed isir biex dawn verament jiġu megħjjuna jintegraw ruħhom?", "Fis-soċjeta hemm dak li jagħmel ir-reat u ma jkunx irid jirriforma ruħu - dak li ngħidulu l-hardened criminal - u hemm ukoll dak l-individwu li għal xi raġuni jew oħra - forsi minħabba background soċjali, jew ċirkostanzi li jsib ruħu fihom - jikkommetti reat u wara li jispiċċa jiskonta s- sentenza, għalkemm verament ikun jixtieq li jirriforma ruħu u jintegra ruħu mija fil-mija fis-soċejta', isibha diffiċli ħafna biex, per eżempju, isib impieg.", "Għaliex?", "Għax minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, kulħadd ikun jaf li dan ikkommetta reat u nstab ħati, u bħal ma jgħidu, ħu l-fama u mur il-baħar.", "Allura dan jispiċċa li jaqa' immedjatament f'ċirku vizzjuż, u jkun inutli li nagħmlu ċerti riformi u bidiliet fil-liġijiet biex ngħinu lil dawn in-nies jekk ma jkunx hemm l- istrutturi socjali u governattivi li verament qed jgħinuhom biex jifformaw u jintegraw ruħhom fis-socjeta'.", "Jien m'għandix iktar xi ngħid għax l-argumenti legali kollha ġew eżawriti, imma nixtieq li bħalma introducejna din l- istruttura ta' suspended sentence, il-Ministru jillu- minani ftit dwar dak li sar biex nibnu strutturi socjali ħalli lil dawn in-nies verament ngħinuhom jirrintegraw ruħhom fis-socjeta'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, jien ma kontx se nitkellem fuq din il- liġi, imma ħassejt li għandi ngħaddi xi kummenti.", "Kif għidt ftit ġranet ilu, meta konna qed niddiskutu l-liġi dwar il- Probation ta' Ħatjin, forsi b'kumbinazzjoni, dan il- Parlament fl-1990 għadda l-liġi tas-suspended sentence, din is- sena stess emendejna l-Liġi dwar il-Probation, u issa qed niddiskutu Abbozz ta' Liġi biex nemendaw il-Liġi dwar ic- Certifikati tal- Kondotta.", "Meta tkellimt fuq il-Liġi tal- Probation kont ġejt intervistat minn Radio One Live fejn staqsewni x'ridt infisser b'dak li kont għidt f'dan il- Parlament.", "Imbagħad qgħadt nisma' l-kummenti li għamlu n- nies dwar dak il-programm tar- radju u skantajt kif ħadd ma qal li hu favur il- probation u l-emenda li konna għamilna.", "X'kienu l-kummenti tan-nies?", "Per eżempju, waħda mis- semmiegħa kienet irrispondiet: \"Tajjeb!", "Seraqli kulma kont ġemmajt u ħareġ bil-probation!\"", "Qed ngħid dan biex nuri kif qed jirreaġixxi l-poplu għal certi sentenzi li qed jingħataw mill- Qorti.", "Wieħed irid jifhem u jispjega lill-poplu li hu ma jkunx qiegħed fl-awla jisma' l- proċess kollu u allura meta jaqra l-gazzetti u jara li wieħed ingħata suspended sentence, ieħor ħa probation u ieħor għax forsi ma kellux provi biżżejjed ...", "Allura xi tkun ir-reazzjoni tal-poplu?", "Jekk m'inix sejjer żball, fl- istess programm kien hemm semmiegħa oħra li qalet: Mhux sewwa li nstab ħati li seraq affarijiet minn knisja jew qatel lil xi ħadd f'inċident tat-traffiku u ngħata s- suspended sentence.", "Dawn ma naħsibx li kienu kontravvenzjonijiet, imma fuq dan il-punt l- avukati jafu iżjed minni.", "Wieħed irid jifhem kif qed jirraġuna l-poplu dwar dawn iċ- ċirkostanzi.", "Huwa car li jekk wieħed ikun akkużat li kkommetta reat, irid jittella' l-Qorti, pero' l-Qorti ma tirreaġixxix skond kif jirraġuna l- poplu, imma tħares ukoll lejn iċ-ċirkostanzi jew il-provvedimenti tal- liġijiet, lejn il-massimu u l-minimu tal- piena li tista' tingħata, kif ukoll lejn ic-cirkostanzi kollha tal-każ.", "Dak li qed nagħmlu b'dan l- Abbozz ta' Liġi huwa tajjeb, jiġifieri li wieħed inaddaf kemm jista' jkun il-kondotta ta' dak li jkun żbalja u nidem minn dak l- iżball.", "Bħalma qal l-Onor.", "Mangion, wieħed irid jumanizza u jikkonsidra c-cirkostanzi kollha ta' kull każ u mhux jaccetta l-kummenti tal- pubbliku.", "Aħna għandna ngħallmu lill-poplu li c- cirkostanzi tal-każ ikunu talbu hekk.", "Rigward ic-certifikati tal- kondotta rrid ngħid li llum il- ġurnata dawn ma jintalbux biss għall-impiegi mal-Gvern jew mal-banek, imma anke ditti privati jagħmlu enfasi li l- impjegati jrid ikollhom kondotta nadifa.", "Bħalma qal l- Onor. Mangion - u naqbel miegħu - jista' jiġri li wara li wieħed ikun ippreżenta kondotta nadifa, xi ħadd li jkun jafu jiftakar li sentejn jew tliet snin qabel kien ikkommetta xi serqa jew xi reat ieħor.", "Dawn l-affarijiet f'Malta faċilment jiġru, peress li lkoll nafu lil xulxin.", "Pero' wieħed irid jirrealizza li qed nipprovaw nirriabilitaw lil dawk li jkunu kkommettew xi reat u mhux semplicement naqbdu u nikkun- dannawhom.", "Irridu nikkonsidraw iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ għax jekk, per eżempju, wieħed li jkun ġej minn broken family tpoġġih taħt probation ...", "Anzi aħna fil-liġi għamilniha li dan irid ikollu persuna li tirrapporta lill-Qorti kull sitt xhur dwar l-andament tiegħu.", "Min ikun taħt probation ma jkunx jista' jiġi sentenzjat, b'differenza għal dak li jkun taħt suspended sentence.", "Wieħed irid jara kif ikun sejjer u joħroġlu ċ- ċertifikat tal- kondotta.", "Jien nixtieq nistaqsi wkoll x'jiġri f'każ li wieħed ikun irid isiefer u ma jkunx għadu nħariġlu ċertifikat tal- kondotta nadif.", "Dan jinħariġlu permess mill-President, li jagħtih id-dritt li tinħariġlu kondotta nadifa?", "Fl-Ordinanza ma nsibu xejn dwar dan.", "Hemm każ ieħor dwar it-Tieni Skeda.", "Meta wieħed jeħel kundanna ta' multa, din tibqa' tidher fil-kondotta sa sitt xhur mid-data tal-ħlas tal- multa.", "Dan l-aħħar minn risposta għal mistoqsija parlamentari rriżulta li hemm eluf kbar ta' liri f'multi li għandhom jitħallsu lill-Qrati, u allura jien għandi nifhem li dawn in-nies li għadhom ma ħallsux il-multa għandhom il- kondotta tagħhom imċappsa?", "Jien nixtieq nistaqsi wkoll kemm hu l- ammont ta' multa li wieħed irid jeħel biex ikollu l-kondotta mċappsa.", "Nixtieq li l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar dan.", "Tajjeb li wieħed jitkellem fuq is-suspended sentence għax iċ-ċertifikat tal-kondotta huwa relatat magħha wkoll.", "Minn meta bdiet isseħħ il-liġi ta' l-1990 sa Lulju ta' l-1991 kien hemm 119-il suspended sentence, imma sa Mejju ta' l-1992 kien hemm 160 oħra, jiġifieri qed ngħidu li ngħataw kważi 300 suspended sentence.", "Kif qal l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici, għandu jiġi ċċarat fil-liġi, biex ma jkun hemm ebda konflitti, minn meta jibda jgħodd iż-żmien li jrid jgħaddi biex wieħed li kien taħt suspended sentence ikun jista' jieħu kondotta nadifa.", "Mr Speaker, dan li qed isir mhux qed isir bl-iskop li s- soċjeta' turi ħniena ma' l- akkużat li jkun ikkommetta reat, imma bl-iskop li nirriabilitaw lil dawk li jkunu għamlu reat.", "Għalhekk introd- uċejna s- suspended sentence, emendajna l-Liġi dwar il- Probation u qed nagħmluha aktar faċli għalihom li jintegraw ruħhom aktar fiċ-soċjeta' billi nnaqqsu ż-żmien li fih ikunu jistgħu jkollhom il- kondotta nadifa.", "Nittama u nawgura li dawk li kkommettew reati jikkonsidraw dan it- titjib soċjali li qed jagħmel dan il-Gvern, jaħtfu dawn l- opportunitajiet u ma jkunux daqshekk boloh li jikkommettu reati oħra.", "Fl-aħħar nett irrid ngħid li aħna ma rridux il-kundanna taċ-ċittadin li jkun ikkommetta r-reat, imma rriduh li jirriabilita ruħu aktar malajr fis-soċjeta'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Mr Speaker, m'inix se nagħmel intervent fit-tul imma ridt ngħid biss li din hija emenda li tagħmel sens għaliex fil-fatt turi li s- suspended sentence m'għandhiex tibqa' sospiża fl-arja, imma tiġi inkluża f'dan il-qafas, li l- liġi stess tagħti lil min ikun ġie kundannat, rigward iċ- ċertifikat tal- kondotta tiegħu ...", "Iċ-ċertifikat tal- kondotta huwa dokument li huwa importanti f'kull soċjeta'.", "Għalkemm is-soċjeta' tagħna, kif diġa' ntqal, hija soċjeta' żgħira, u allura n-nies huma magħrufa, iċ-ċertifikat xorta huwa xi ħaġa li ħafna nies iffitxu meta jiġu biex jagħmlu deċiżjonijiet fuq il-ħajja ta' nies oħrajn.", "Hemm diversi okkażjonijiet meta wieħed irid jippreżenta dan iċ-ċertifikat - kif semma l-Onor.", "Bonnici - bħal, per eżempju, meta jiġi biex isiefer.", "Min isiefer u jkun irid isib xi xogħol, ħafna drabi jitolbuh iċ-ċertifikat tal-kondotta li jkun importanti ħafna biex joħroġlu l-work permit u biex jkun jista' jkompli l-ħajja tiegħu.", "Naturalment is-soċjeta' għandha d-dritt li titlob u tesiġi li min ikun kiser il-liġi jieħu l- piena jkun jistħoqqlu.", "Pero' huwa importanti wkoll li din tkun soċjeta' ħanina, li tagħti ċans lil min ikun diġa' ħallas prezz għal dak li għamel biex ikun jista' jirriżumi l- ħajja tiegħu.", "Għalhekk naħseb li jagħmel ħafna sens li fl- Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta japplika għal min jiġi kkundanat u għal min jingħata sentenzi parti-kolari, japplika wkoll għal min jingħata sentenza sospiża li naturalment ma tkunx bdiet isseħħ, għaliex inkella jidħlu in vigore l- artikli li diġa' jeżistu.", "Min ikun ingħata suspended sentence għandu aktar raġun li jippretendi li jgawdi dak li qed igawdi ħaddieħor u naħseb li s- soċjeta' tagħmel sew li tagħti dan il-benefiċċju permezz ta' din l-emenda.", "Naħseb li din hija liġi li titfa' wkoll daqsxejn dawl fuq il-fatt li aħna qegħdin inħarsu lejn is-soċjeta' tagħna bħala soċjeta' li għadha qed tieħu ħsieb il-mod kif min ikun ingħata xi sentenza għal xi reat jirriabilita ruħu u jerġa' jibda jiffunzjona fis-soċjeta'.", "Issemma diversi drabi, anke minn Membri Parlamentari fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra, il- community service, bl-iskop li dejjem nifirxu u nestendu l-mod kif jiġi ttrattat min jinstab ħati ta' reat billi jingħata l- possibilita' li jagħmel servizz fil- komunita' biex ipatti għal dak li jkun għamel.", "Dan jinkludi servizz ma' istituti jew ħandikappati jew anke f'ċerti partijiet mis-soċjeta'.", "Naħseb li dan ukoll ikun żvilupp interessanti u ta' min jitkellem fuqu, u żgur li l- Ordinanza dwar iċ-Ċertifikat tal-Kondotta għandha tirreferi għal każijiet fejn il-piena tingħata b'dan il-mod.", "Din hija emenda żgħira, imma tirrifletti mentalita' ta' min irid li fis-soċjeta' tagħna inżidu l-metodi li bihom nittrattaw lil min jinstab ħati ta' reati kontra l-liġijiet kriminali tal-pajjiż.", "Dan juri li l-Gvern qed iħares lejn diversi metodi li għandna nużaw għar-riabilitazzjoni ta' dak li jiżbalja fil-ħajja minħabba raġunijiet varji, inkluż it- trobbija tiegħu.", "Lil dawn in- nies ma nistgħux inkomplu nikkundannawhom billi nagħtuhom timbru li jibqa' għall- kumplament ta' ħajjithom minħabba dak li jkun għamlu.", "Jien ikolli diversi kuntatti ma' żgħażagħ, inklużi dawk li għaddejjin mir-riabilitazzjoni dwar id-droga.", "Ġieli ltqajt ma' każijiet fejn jindikawli kemm hu ħażin li bniedem li jkun żbalja tkompli tittimbrah għal ħajtu kollha.", "Per eżempju, issib lil xi ħadd li jkun qed jieħu kura biex jiġi riabilitat mill-vizzju tad- droga li jgħidlek li fil-ħajja tiegħu qatt ma kellu l- opportunita' li jiddistingwi bejn it-tajjeb u l-ħażin.", "Din hija ħaġa li meta tismagħha mingħand bniedem tixxokkjak imma mbagħad tifhem kemm huwa importanti li fis- soċjeta' tagħna jkollna l-possibilita' li tikkorreġi lil dak li żbalja.", "Għalhekk tajjeb li s- soċjeta' tieħu ħsieb tagħha nnifisha u jkollha wkoll saħħa fil-mod kif tapplika l-liġijiet tagħha.", "Imma huwa tajjeb ukoll li soċjeta' li tkun trid tagħmel żvilupp li fil-fatt ikun ibbażat fuq żvilupp kulturali serju, mhux biss tiżviluppa ekonomikament imma tieħu ħsieb ukoll li tagħti ċans ieħor lil min ikun skonta l-piena għall-iżball li jkun għamel.", "Din hija emenda żgħira li tkompli tirrifletti l- konċett tal-Gvern li s-soċjeta tagħna għandha tkun ħanina u waħda li tesprimi sens ta' solidarjeta' ma' min jiżbalja.", "Naħseb li huwa tajjeb li qegħdin nagħmlu din l-emenda biex min jieħu suspended sentence ikun jista' jkollu l- benefiċċju taħt din l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal- kondotta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Nagħmel kumment qasir dwar dan kollu li ntqal.", "Ftit hemm x'wieħed iżid, pero' huwa tajjeb li nkomplu nsostnu li s- soċjeta' trid dejjem tirranġa u timmodifika mill-aħjar li tista' l- interpretazzjonijiet kollha tal-ġustizzja, ħalli ċ- ċittadin ikollu kull strument possibbli biex ikun jista' jintegra ruħu fis-soċjeta'.", "Dan huwa wieħed mill-aħħar interventi li qed jagħmel il- Gvern, pero' rigward iċ- ċertifikat tal-kondotta l- istorja hija twila.", "L- osservazzjoni li rrid nagħmel hi li llum, meta qed nitkellmu dwar is-sospensjoni tas- sentenza, l- opinjoni ma tantx hi ċara u donnu hawn opinjoni xi ftit imħallta u anke kontroversja dwarha.", "Hawn min jinterpreta li l-pulizija donnhom mhumiex sodi biżżejjed, li l-pieni mhumiex ħorox biżżejjed jew li hemm bżonn li l- liġijiet jitjiebu.", "Il-fatt li l-liġijiet jiġu emendati huwa prova li dejjem nipprovaw intejbu dak li qed nagħmlu.", "Pero' l-problema prinċipali mhijiex din, imma l- applikazzjoni min-naħa tal- Qorti, tal-liġijiet li jkun qed jgħaddi l-Parlament minn żmien għal żmien.", "Min-naħa l-oħra rridu nifhmu wkoll li l- imħallfin qegħdin li fl-aħjar qagħda biex jiġġudikaw, għax jisimgħu kull każ fil- perspettiva u l-kontest tiegħu.", "Huwa diffiċli li ċ-ċittadin komuni jasal għal ġudizzju tajjeb mingħajr ma jkollu l- fatti kollha f'idejh.", "Min-naħa l-oħra l-opinjonijiet xorta jiġu espressi, u għaldaqstant aħna rridu nkomplu nagħmlu minn kollox biex l-informazzjoni tkun tajba u biex iċ-ċittadin jagħraf jagħmel ġudizzju kemm jista' jkun korrett u oġġettiv.", "Dan huwa kompitu tagħna wkoll li nagħmluh billi fid- diskorsi tagħna kemm jista' jkun nagħtu informazzjoni dwar id-diversi aspetti tal-liġijiet li nkunu qed ngħaddu minn dan il- Parlament għall- beneficcju ta' tmexxija aħjar tal-ġustizzja.", "Mr Speaker, hawnhekk qed ngħidu li l-prinċipju tas-suspended sentence li ġie introdott sentejn ilu huwa pass 'il quddiem, u huwa accettabbli minn socjeta' demokratika li tifhem il-ħtieġa tar- riabilitazzjoni ta' dawn in- nies li jkunu żbaljaw, jiddispjaċihom għall-iżball li jkunu għamlu u jkunu jixtiequ li jerġgħu jsibu posthom fi ħdan is-socjeta'.", "Proprju f'dawn il-ġranet kien hemm xi domandi parlamentari dwar is- sentenzi sospiżi u mir-risposti li ngħataw jirriżulta li, per eżempju, fl-1991 kien hemm 119- il sentenza sospiża, u minn Awissu ta' l-1990 sal-lum b'kollox kien hemm 249.", "Fil- kontest tas- sentenzi kollha li jingħataw matul is-sena jidher li dan huwa numru relevanti u wieħed irid jagħmel osservazzjoni fuqu għaliex minkejja li, kif għidt, il-prinċipju tas- sentenza sospiża huwa pass tajjeb, irridu naraw li din ma tingħatax b'certa leġġerezza, imma l-imħallef għandu juża d- diskrezzjoni tiegħu li trid tkun ibbażata fuq certi fatti u kriterji, ħalli b'hekk is- socjeta' tassew tkun protetta minn deciżjonijiet li jistgħu jivvantaġġjaw lil certi cittadini u mhux oħrajn, skond kif jirnexxilhom jikkonvincu lill-imħallef fil-każ li jkollhom.", "Min-naħa l-oħra tajjeb li s- sentenza sospiża ssir parti integrali minn artikli 6 u 7 ta' din l- Ordinanza għaliex huwa ġust li anke min kien taħt sentenza sospiża jingħata l-opportunita' li l-kondotta tiegħu terġa' tidher nadifa u tingħata l- prestiġju li kull cittadin jixtieq li jkollu.", "B'hekk inkunu qed nagħmlu pass dejjem iktar 'il quddiem ħalli ċ- ċittadin li jiżbalja f'ċerti reati jkollu tassew l- opportunita' u l-inċentiv li ma jkomplix f'dak l-iżball.", "Mr Speaker, l-aħħar osserv- azzjoni li rrid nagħmel dwar dan hija li mhux aħna biss, imma anke min iħaddem irid ikun mgħarraf tajjeb bl-emendi li jkunu qegħdin isiru, naturalment bil-ħsieb li josservahom.", "Kellna każijiet, anke sa sena ilu, fejn minkejja li kien hemm id- dispożizzjoni tal-liġi biex il- kondotta taċ-ċittadin terġa' tkun nadifa wara li dan ikun għamel reat - anke jekk tkun sentenza ta' ftit xhur ħabs, dan xorta jingħata l- opportunita' biex jirranġa l- kondotta tiegħu - ċerti employers din il-liġi m'aċċettawhiex u b'hekk l- individwu ma setax jieħu l- promotion li kien jistħoqqlu.", "Dan minħabba li min iħaddmu kien qed jifhem li l-kondotta nadifa, kif ġiet ippreżentata wara li sar dak ir-reat, ma kenitx garanzija biżżejjed biex dan iċ-ċittadin ikompli miexi fil-karriera tiegħu.", "Għaldaqs- tant inħoss li mhux biżżejjed li f'dan il-Parlament nagħmlu emendi fil-liġi biex nagħtu l- opportunita' liċ-ċittadin li jerġa' jirriabilita' ruħu, jekk kemm-il darba ma jkunx hemm mod kif min iħaddem ma jkunx jista'jinterpreta kif irid hu d-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Anke min iħaddem irid josserva dawn il-possibiltajiet u l- inċentivi li qed nagħtu a favur tal-ħaddiem li forsi jkun irid jaħdem fl-istabbilimenti tiegħu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il- ħin.", "Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nipproponi l- Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Frar fis-6.00 p.m. b'din l-Agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar iċ- Ċertifikati tal- Kondotta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir- Ratifika tal-Liġi tal- Baħar - it-Tieni Qari (Kont.); u", "Xi Agenda oħra li tista' tiġi kommunikata aktar tard.", "Mr Speaker, nixtieq ninforma lill-Kamra li llum ġie ffirmat ftehim bejn is-Santa Sede u l- Gvern Malti li għandu l-iskop li bih jiġu rikonoxxuti l- effetti ċivili taż-żweġijiet kanoniċi u tad-deċiżjonijiet tad-Tribunali Ekklesjastiċi ta' l-istess żweġijiet.", "Għalhekk Mr Speaker, qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim bejn is- Santa Sede u l-Gvern tar- Repubblika ta' Malta dwar iż-Żweġijiet.", "Irrid ngħid ukoll li diġa' hemm First Reading ta' Bill biex jemenda l- Liġi dwar iż- Żweġijiet li jirrispekkja dan il-ftehim.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il- Ministru għall- Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, fl-Aġġornament ta' bħal-lum ġimgħa, l- Onor. Freddie Portelli għamel referenza għall-fatt illi fil- Brief li l- Ministeru ta' l- Ambjent u l-Ministeru tas- Servizzi Ekonomiċi ħarġu għall- proġett ta' Manoel Island u Tigne', hemm indikat li numru ta' residenti ta' Tigne' iridu jiġu rilokati.", "L-Onor.", "Portelli qal li r-residenti ta' hemmhekk huma mħassbin u nkwetati.", "Mr Speaker, xi żmien ilu dawn ir-residenti kienu kitbuli, permezz ta' l- Avukat tagħhom, fejn qaluli li riedu jiltaqgħu miegħi biex jesprimu l- pożizzjoni tagħhom dwar il- possibilita' li jiġu rilokati.", "Dak iż-żmien jiena kont weġibthom li peress li ma kienx għad hemm deċiżjoni u indikazzjoni ċara ta' liema postijiet se jiġu mwaqqgħin u liema se jiġu rilokati, kien aħjar li ma ssirx il-laqgħa qabel ma jkunu jafu eżattament x'inhi l-pożizzjoni.", "Sussegwentement, għall-aħħar ta' Diċembru dan il- Brief ġie ppubblikat u kif wegħedthom kont bgħattilhom kopja tiegħu.", "Jien kont stedinthom biex wara li jaraw dan il-Brief, jerġgħu jitolbuni biex niltaqa' magħhom ħalli niddiskutu din is- sitwazzjoni.", "Ix-xewqa ta' dawn ir-residenti hija li l- postijiet tagħhom jiġu integrati bħala parti mill- proġett.", "Jiena naħseb li din hija talba daqsxejn impossibbli għal raġuni sempliċi.", "Aħna, bħala Gvern, għandna l- politika tagħna ta' social housing, jiġifieri l-obbligu li nipprovdu djar għal min ikun fil-bżonn finanzjarjament, kif ukoll fil-bżonn li jkollu dar, u dan l-obbligu ngħarfuh permezz tal-programmi tal- Housing.", "Il-Gvern għandu wkoll l- obbligu li jinkoraġġixxi l- iżvilupp ta' dawk l-areas li huma ta' ċertu valur, jiġifieri prime sites b'mod li kemm jista' jkun jirrendu għall- benefiċċju tal-poplu Malti kollu.", "L-iżball fundamentali li sar fil-passat kien li ġew allokati għal social housing areas li għandhom valur intrinsiku kbir għall-iżvilupp, u għalhekk hawn din il-clash.", "Fl-opinjoni tagħna s-site ta' Tigne' mhijiex indikata għal social housing imma hija indikata għal żvilupp li jrendi lill-pajjiż.", "Is-social housing ma jrendix lill-pajjiż, anzi huwa piż fuq il-pajjiż, u dak il-Gvern li ma jħallix parti mill-art għas-social housing, li jimponilu ċerti obbligi, u parti għal żvilupp li jirrendilu biex b'hekk forsi jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tas-social housing, ikun qed jiżbalja.", "Din hi s-sitwazzjoni, u jiddispjaċini li qegħdin f'din is-sitwazzjoni pero' r-raġuni hi li fil- passat sar ippjanar ħażin.", "F'risposta għal mistoqsija parlamentari għidt ukoll li mit-Lm3 miljun indikati għar-relocation li jrid joħroġ id- developer, Lm1 miljun huma indikati proprju għar-rilokazzjoni ta' dawn in- nies.", "Jien għidt li din hija biss indikazzjoni u l-metodu kif se ssir din ir-relocation u l-post fejn tista' ssir, għadhom open to discussion.", "Ma jfissirx li trid tiddividi Lm1 miljun bi 80 li jiġu Lm12,500 kull household.", "Jista' jkun li l-Gvern joħroġ parti wkoll u allura minflok Lm12,500 imisshom iktar.", "Jista' jkun ukoll li l-Gvern joħroġ l-art u d- developer jibni l-postijiet, u allura t-Lm12,500 ma jkunux jinkludu l- ispejjeż għall-art li tkun ingħatat mill-Gvern.", "Jiġifieri hemm ħafna metodi; il-Gvern għandu moħħu miftuħ dwar din il-kwestjoni u lest li jiddjaloga mar-residenti ta' Tigne' fuq il-mod kif issir ir- relocation.", "Jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Alfred Portelli qed jilmenta li se ssir a simple allocation mingħajr lok għal kumpens.", "Ma nistax nifhem ukoll in- nies ta' Tigne xi dritt għandhom għal kumpens ieħor, ħlief il- kumpens li jingħataw post fejn jgħixu tajjeb daqs jew jekk jista' jkun, aħjar minn dak li qegħdin jgħixu fih.", "Jien mhux se nidħol fil-mertu ta' kif dawn il- postijiet ingħataw lejliet l-elezzjoni ta' l-1987 għax tajjeb jew ħażin, issa hemm qegħdin.", "Lanqas se nidħol fil-mertu ta' kemm intnefqu flus u kemm kien għaqli li jsir ix-xogħol li sar biex barracks jiġu konvertiti għal skopijiet ta' housing.", "Dan huwa kollu water under the bridge, u aħna qegħdin inħarsu 'l quddiem għax nifhmu li din hija area li tista' tiġi żviluppata u li tista' tirrendi ħafna dħul lill-Gvern.", "L-Onor.", "Freddie Portelli għamel ukoll referenza għal dak li ġara f'Kalafrana.", "Qal li jidher li n-nies ta' Tigne' se tmisshom ix-xorti li kienet misset lil dawk li kienu joqogħdu f'Kalafrana u li sofrew persekuzzjoni mill-Gvern Nazzjonalista.", "Jiena noġġezzjoni bil-qawwa kollha għal dan it-tip ta' diskors.", "Lejliet l-elezzjoni ta' l-1987 ingħataw numru ta' djar b'direct allocation f'nofs is- sit fejn illum hemm il- Freeport, f'Kalafrana, meta d- Dipartiment tal-Housing kellu iktar minn ittra waħda mingħand il-kumpannija Kalaxlokk u mingħand il-Ministeru tax- Xogħlijiet fejn qalulu li dik l-area kienet qed tiġi żviluppata u wissewh biex dawk il-postijiet ma jiġux allokati għall-housing għaliex hemmhekk irid jitwaqqa' u jrid jiġi żviluppat f'port.", "Id- Dipartiment tal-Housing injora dak li qalulu l-kumpannija Kalaxlokk u l-Ministeru tax- Xogħlijiet u xorta alloka dawn il-postijiet.", "Imbagħad meta tlajna aħna fil-gvern ġejna ffaċċjati bil-problema li lil dawn irridu nsibulhom post ieħor, għax ma kienx jagħmel sens li fost l-ikbar proġett infrastrutturali - biex ngħidulu hekk - li qatt sar mill-Gvern ta' qabel u komplejnieh aħna ...", "Imbagħad tiġi bil-wiċċ tost kollu tgħid li dawn sofrew persekuzzjoni mill- Gvern Nazzjonalista!", "Il- Gvern Nazzjonalista għamel l- aħjar li seta' biex jgħin lil dawn in-nies u l-Freeport Corporation ukoll ħallset flus kbar lil diversi familji, għax kien hemm min kellu jixtri post alternattiv.", "Pero' żgur li din ma kenitx kwestjoni ta' persekuzzjoni imma kwestjoni ta' planning ħażin.", "F'dan il- każ - għax f'ta' Tigne' forsi kien planning ħażin fuq il- prinċipju li lanqas irrealizzaw li dan kellu valur intrinsiku għall-iżvilupp - kellhom bil- miktub mingħand il- kumpannija Kalaxlokk u mingħand l-istess Ministeru responsabbli mix- xogħol li kien qiegħed isir hemmhekk, biex dawn il- postijiet ma jallokawhomx.", "Dawn allokawhom lejliet l- elezzjoni - meta forsi kulħadd ikollu daqsxejn ta' panic - u għamlu dan l-iżball, imma żgur li mhux fair li l-Onor.", "Portelli jgħid li l-Gvern Nazzjonalista għamel xi persekuzzjoni ma' dawn in-nies.", "Mr Speaker, dan huwa li ridt ngħid u jien konvint li kif il- kwestjoni ta' Kalafrana spiċċat b'wiċċ il-ġid, l- istorja ta' Tigne' tispiċċa l- istess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, jien nixtieq nagħmel point of order għax mhux jien kelli l-wiċċ tost li ngħid hekk, imma kien il-Ministru li kellu l-wiċċ tost li jmur Kalafrana u jgħid lin-nies biex ineħħu l- kartelluni ta' l- elezzjoni li kien hemm u li kulħadd kien se jitkeċċa minn hemm.", "L-ingiżizzjoni kienet li l-lista ta' dawn in-nies li mbagħad applikaw biex jieħdu post band'oħra lanqas biss twaħħlet fid-Dipartiment!", "Dan sewwa!", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dan mhux point of order.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Kompli Onorevoli.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Din mhix persekuzzjoni.", "Ma nafx min qalilhom li jridu joħorġu u biex jaqilgħu l-kartelluni, pero' żgur li ma kontx jien li għidt dan id-diskors.", "Kien ovvju li kienet ġennata li dawn il-postijiet jingħataw lejliet l-elezzjoni f'area li qed tiġi żviluppata bħala port.", "Jekk kien hemm xi ħadd li kien unfair ma' dawn in-nies kien proprju min lejliet l-elezzjoni tahom post li kien jaf li bilfors kellhom joħorġu minnu.", "U jien oġġezzjonajt għall-mod inġust kif il-Gvern Laburista ta' qabel l-1987 ittratta ma' dawn in-nies, li ħafna minnhom kienu jappoġġawh!", "Issa ġejna akkużati bil-persekuzzjoni!", "MR SPEAKER: Grazzi, aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, ladarba qamet il-kwestjoni ta' Kalafrana, allavolja ma kellix il-ħsieb li nitkellem dwarha, irrid ngħid illi effettivament ħlief għall-insistenza min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, li fiha nnifisha wkoll turi li mhijiex f'pożizzjoni li tagħraf eżattament x'inhija l-problema tal-housing ...", "Dan jidher minn dak li qal diversi drabi l-Onor.", "Portelli, kemm hawnhekk, bl-interpellanzi tiegħu, kif ukoll fuq ir-radio, fejn qal li hemm bżonn li lil dawn in-nies inraħħsulhom il- prezz tal-kera tagħhom.", "Ir- realta' tal-problema ta' Kalafrana, kif qal l-Onor.", "Michael Falzon, hija li n-nies kollha li kienu allokati post hemmhekk b'mod żbaljat qabel l- elezzjoni ta' l-1987, illum jinsabu jgħixu f'post diċenti, ġdid u li żgur huwa aħjar minn dak li kienu ingħataw qabel l- 1987.", "Naturalment il-kwestjoni dwar il-kirjiet li jħallsu dawn in-nies se tibqa' tirrepeti ruħha minn żmien għal ieħor, kemm hawn ġew, kif ukoll barra minn dan il-Parlament.", "Il- kwestjoni ta' l- ammont ta' kera li titħallas minn dawn in-nies hija stipulata b'regoli li kienu ffissati f'Marzu ta' l- 1987, li baqgħu jiġu applikati aktar tard matul il-ħames snin li għaddew u li għadhom qed jiġu applikati llum ukoll.", "Bażikament l-ammont ta' kera li jitħallas u s-sussidju li jingħata huma marbuta mad-dħul tal-persuna in kwestjoni.", "Madanakollu, l-area li għaliha għamel referenza l-Onor.", "Portelli meta tkellem il-ġimgħa li għaddiet - u huwa għamel referenza wkoll għall-famużi Lm100 bħala għajnuna għall- kmamar tal-banju li huma mwegħdin lil diversi nies - kienet l-area ta' Ġebel San Martin.", "Din il-problema ma tinvolvix biss in-nies ta' Ġebel San Martin, imma wkoll numru ieħor ta' nies.", "Effettivament fl-aħħar wasalna biex prattikament inkunu nafu min huma n-nies li verament ġew imwiegħda din il- Lm100 fid- diversi żmenijiet li ġew allokati dawn il-flats, u minn hawn u ftit ġimgħat oħra se nkunu nafu eżattament min minn dawn in-nies li qegħdin jikklejmjaw li għandhom id- dritt għal Lm100 - allavolja ħadd qatt ma wegħedhom xejn - verament għandu dritt li jeħodhom.", "Li nista' ngħid hu li dawk in-nies li effettivament għandhom dritt għal din il-Lm100, se jeħduhom u ma jdumux ħafna, għaliex hekk kienet is-sitwazzjoni meta twiegħdet din il- famuża somma ta' Lm100.", "Pero' meta wieħed jitkellem dwar il-qasam tal- housing, ma jridx jara biss il- kwestjoni ta' l-għotja ta' Lm100 għall- kamra tal-banju, jew il-problemi ta' xi areas partikolari f'dan il-pajjiż.", "Meta nitkellmu rigward il- problemi tal-housing, irridu nitkellmu bilfors fuq il- problema globali tal-housing f'dan il-pajjiż u fuq il-fatt li diversi nies jippretendu li għandhom dritt għal għajnuna mill-Gvern, meta fir-realta' m'għandhomx dritt għaliha.", "Irridu nitkellmu wkoll dwar id- diffikulta' ta' nies li, għalkemm għandhom dritt għal din l-għajnuna, iridu jistennew ftit sakemm jinqeda ħaddieħor.", "Minkejja li diversi drabi f'dan il-Parlament jien intervenejt biex nuri lill-Oppożizzjoni li qed tagħmel żball fil-politika tagħha dwar il-housing, din baqgħet tippersisti fl- istess linja, li jiena ċert li qatt ma tista' twassal għas-soluzzjoni tal- problema tal-housing f'dan il-pajjiż.", "L-ewwelnett irridu naraw fejn huma l-akbar problemi li għandna.", "Meta tkellimt fid- debate rigward l-Awtorita' tad- Djar, kont tlabt lill- Oppożizzjoni tirrealizza x'inhi s-sitwazzjoni reali ta' l-1993, taġġorna l- policies tagħha f'dan is-settur u ma tibqax tinsisti fuq policies ta' housing li forsi kienu tajbin 15 jew 20 sena ilu, imma m'għadhomx tajbin illum.", "Nagħmel referenza għall-fatt li l-kelliema ta' l- Oppożizzjoni qalu li dan il- Gvern se jwaqqaf għal kollox il-ħruġ ta' plots tal-Gvern.", "Aħna dan qatt ma m'għidnieh u lanqas qed ngħiduh illum.", "Li qegħdin ngħidu huwa li biex verament nolqtu u ngħinu lil dawk in-nies li l-aktar għandhom bżonn, irridu nibdlu d-direzzjoni billi minn ħruġ ta' plots ngħaddu għal skemi oħrajn, li permezz tagħhom nagħmlu użu aħjar mir-riżorsi ta' pajjiżna.", "Naturalment fost dawk li l-aktar li għandhom bżonn minn dawk li applikaw għal post alternattivi hemm dawk li sal-lum għadhom jgħixu fi djar li mhumiex diċenti għall-abitazzjoni.", "Dan ngħidu għaliex jekk wieħed iħares lejn il-flus li ntnefqu fil-passat taħt id-diversi gvernijiet li għall- qasam tal- housing intużawx biex verament jinqdew l-aktar nies fil- bżonn ...", "Għal darba oħra nistieden kemm lill- Oppożizzjoni kif ukoll lill- ġurnalisti biex imorru jaraw jekk postijiet li ngħataw b'mod speċjali fil- Kottonera u l- partijiet il-qodma ta' l-irħula tagħna, humiex postijiet li verament jixirqu lin-nies li joqogħdu fihom.", "Għalhekk u aħna rridu nindirizzaw iżjed l- għajnuna tagħna lejn in-nies li l-iżjed li għandhom l- iżjed bżonn.", "Biex nagħmlu dan bilfors li rridu nnaqqsu minn affarijiet oħrajn, forsi affarijiet li normalment konna mdorrijin bihom.", "Aktar tard irrid nagħmel referenza għal dak li qal l-Onor.", "Debono Grech il-bieraħ fil- għaxija, dwar il-mod u kif jingħataw u jiġu kumpensati ċ-ċnus ta' artijiet li għadha l-Awtorita' tad-Djar.", "L-ewwelnett, Mr Speaker, nixtieq li l-Oppożizzjoni u kull min qiegħed jisma' jirrealizza li f'dan il-pajjiż hemm żewġ sezzjonijiet differenti li jittrattaw il- housing.", "Sal-lum għandna d- Dipartiment tad-Djar li jilqa' applikazzjonijiet għal akkommodazzjoni alternattiva - jiġifieri t-talbiet ta' nies li joqogħdu f'ċertu ambjent biex imorru joqogħdu x'imkien ioħor - u l-Awtorita' tad-Djar li tieħu ħsieb il-postijiet il- ġodda.", "Dan qed ngħidu għaliex diversi drabi, Membri ta' l- Oppożizzjoni jagħmlu domandi ndirizzati lid-Dipartiment tad- Djar meta suppost li jkunu lill-Awtorita' tad-Djar.", "Anke meta jitkellmu jagħmlu konfużjoni bejn id-Dipartiment tad- Djar u l-Awtorita' tad- Djar, u dan ifisser li l- istess kelliema ta' l- Oppożizzjoni għadhom ma rrealizzawx li hemm żewġ entitajiet differenti li jittrattaw il-problemi tal- housing.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għaliex kull Membru ta' din il-Kamra għandu r- responsabilita' li meta jitkellem maċ-ċittadin li jiġi quddiemu, il-parir li jagħtih ikun fid-direzzjoni t- tajba u konformi mal-politika li verament qed tiġi applikata u attwata fil- preżent.", "Fil- preżent il-politika dwar l- akkommodazzjoni alternattiva - minkejja dak kollu li l- Oppożizzjoni tgħid u tikteb fil-ġurnali - hija li tingħata akkommodazzjoni alternattiva xierqa.", "Għalkemm dan għidtu diversi drabi, xorta għad hawn min ma jridx jisma', jew jisma' imma mbagħad jgħid dak li jfettillu.", "Mhijiex il- politika ta' dan il-Gvern li b'xi mod jagħti postijiet li mhumiex diċenti għall- abitazzjoni.", "Jien għidt diversi drabi li assolutament mhuwiex minnu li d-Dipartiment tad-Djar jagħti xi akkommodazzjoni li mhijiex tajba.", "Meta d- Dipartiment tad-Djar jalloka post, żgħir kemm hu żgħir irid jara li dan ikollu l- faċilitajiet sanitarji u bażiċi li huma tant bżonnjużi għall- ħajja normali tan-nies.", "Naturalment dan qed iġib fuqna - u fuqi b'mod partikolari - aktar pressjoni, għaliex ikun hemm nies li jgħidulek li jkunu lesti li joqogħdu kullimkien, anke f'kamra waħda, hi fejn hi u hi kif inhi.", "Imma dan jien ma nistax naċċettah.", "F'din il- Kamra kulħadd jippretendi li d- dar tiegħu jkollha almenu toilet u shower fiha, u għalhekk nippretendi li kull post li jingħata mid- Dipartiment tad-Djar ikun fih almenu l-faċilitajiet bażiċi.", "Madankollu jibqa' l-fatt li pajjiżna mhux kollu huwa amministrat mid- Dipartiment tad-Djar. jew mill-Awtorita' tad-Djar.", "Fil-pajjiż, hawn ħafna postijiet, speċjalment dawk il-famużi kwartieri, kif insejħilhom jien, fejn kulħadd ikun irid imur joqgħod fihom għax għandhom kera baxxa jew minħabba l-għeluq, b'mod partikolari fil-Kottonera, li huma amministrati mill-privat u ħafna drabi mitluqa mill-istess sidien.", "Kulħadd irid jifhem li jekk ikun hemm post vojt li huwa tal-privat, jiġifieri mhuwiex taħt idejn il-Housing, u dan jiġi sgassat minn xi nies li jmorru joqogħdu fih, aħna almenu sal-lum bl-ebda mod ma nistgħu nikkontrollawh jew nagħmlu xi ħaġa biex lil dak li jkun inqegħduh f'pożizzjoni aħjar.", "L-akkuża li b'xi mod id- Dipartiment tad-Djar qed jalloka postijiet li huma ħżiena hija verament inġusta.", "Illum id-Dipartiment tad-Djar huwa marbut li jalloka biss dawk il-postijiet li huma diċenti u tajbin għall- abitazzjoni.", "Naturalment, Mr Speaker, dan iwassalni wkoll biex nitkellem dwar il-fatt li l-Oppożizzjoni qed tagħmel ħażin meta titkellem dwar il- bżonn li nsolvu l-problema tal- housing fis-sens li donnu din il-problema jrid isolviha kollha kemm hi l-Gvern.", "F'dan il-pajjiż għandna ħafna nies li minkejja li applikaw għal akkommodazzjoni differenti minn dik li għandhom, fl-applikazzjoni ddikjaraw li għandhom ammont sostanzjali ta' dħul u l-postijiet li qed jgħixu fihom huma tajbin.", "Pero' dawn xorta jkunu jixtiequ jmorru x'imkien ieħor.", "Ħafna drabi dawn ikunu diġa' bbenefikaw minn post tal- Gvern ġdid u mbagħad japplikaw għal post ieħor, sempliċement biex imorru joqogħdu x'imkien ieħor.", "Kulħadd għandu jifhem, inkluż l-Oppożizzjoni, li mhix responsabilita' tal- Gvern li bniedem wara li jkun tah post ġdid u diċenti fejn xtaq hu, wara sena jew tnejn jilqa' t- talba tiegħu biex jibdillu dak il-post inbiddluhulu ma' xi post f'raħal ieħor għax ma jkunx jista' jidra, jew għal xi raġuni oħra.", "Forsi jkun hemm min jidħak meta jismagħni ngħid hekk, pero' din hi r-realta' tal-ħajja.", "Jien, flimkien man- nies li għandi fid- Dipartiment tiegħi kuljum niffaċċjaw problemi bħal dawn, fejn ħafna nies jippretendu dan it-tip ta' tpartit meta huma jkunu diġa' qegħdin jgħixu f'post tajjeb.", "Lil dawn in-nies dejjem għidtilhom u nibqa' ngħidilhom li huma bilfors iridu jiġu ħafna wara dawk in-nies li l- aktar li għandhom bżonn.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll dwar ħaġa oħra li fl- opinjoni tiegħi hija essenzjali biex is-sitwazzjoni tal-housing fil-pajjiż inkunu nistgħu intejbuha, u nagħmel referenza għat-tibdil fil-liġijiet tal- kera.", "Irrid ngħid li anke f'dan ir-rigward għamilt appell diversi drabi lil diversi għaqdiet, inkluża l- Oppożizzjoni, biex qabel m'aħna stess inkunu f'pożizzjoni li nippreparaw il-White Paper dwar din il-liġi, ikollna s- suġġerimenti u l-kummenti mhux biss tal-privat, mhux biss ta' xi individwu jew ta' xi għaqda partikolari, imma wkoll ta' l- organizzazzjonijiet fil- pajjiż, u fuq quddiem nett ta' dawn hemm il-partiti politiċi.", "Dan għidtu aktar minn darba f'dan il-Parlament.", "Sal-lum irċevejt diversi korrispondenzi minn diversi għaqdiet li għamlu s- suġġerimenti tagħhom, madanakollu jiddispjaċini ngħid li minkejja kważi l-bikja tiegħi biex l- Oppożizzjoni tagħmel is-suġġerimenti tagħha dwar din il-liġi li hija fundamentali, u li jista' jkollha implikazzjonijiet politiċi kbar, u minkejja li kultant ikun hemm xi ħadd li jgħid li jaqbel mal-liġi tal- kera, sal-lum l-Oppożizzjoni għadha m'għamlet l-ebda suġġeriment.", "Jien għal darb'oħra nappella lill- Oppożizzjoni biex hi wkoll tagħmel is- suġġerimenti tagħha, għax tkun ħaġa verament mhux xierqa li wara li għal ħafna żmien taqgħod fil-gallarija, tiġi hawnhekk u forsi tibda tgħid li issa se jbati dak jew l-ieħor.", "Jien personalment ċert li l-iktar li se jgawdu minn din il-liġi, huma n-nies li l-aktar għandhom bżonnijiet fil- qasam tal-housing, għax kif nafu ħafna ċittadini jipprovaw jikru xi post u ma jsibu lil ħadd lest li jikrilhom.", "Jiena cert li jekk inbiddlu l- liġijiet tal-kera fid- direzzjoni t-tajba, inkunu nistgħu ngħinu lin-nies li huma l-aktar fil-bżonn u fl-istess ħin naraw li dawn l-eluf ta' postijiet li għandna vojta jiġu verament utilizzati.", "B'hekk inkunu qed niffrankaw ukoll il- flus għax ma jkunx hemm bżonn li l-Gvern jagħmel dawk l- ispejjeż kollha f'bini ta' residenza.", "Il-Gvern bilfors irid jibqa' jibni u jipprovdi għajnuna għal dawk in-nies li verament ma jkunux jistgħu jaslu huma, imma b'danakollu f'pajjiżna hemm riżors qawwi ta' postijiet li jistgħu jiġu mikrija u jekk jiġu utiliżżati jinqdew ħafna minn dawk li qed jitolbu akkommodazzjoni alternattiva.", "Kif għidt, dan jista' jsir jekk nemendaw il- liġijiet tal-kera.", "Nerġa' nappella lill-Oppożizzjoni u lil nies oħrajn li sal-lum għadhom ma ressqux is-suġġerimenti tagħhom f'dan ir- rigward, biex jagħmlu dan mill- aktar fis għax jien nemmen li parti mis- soluzzjoni għall- problema tal-housing f'dan il- pajjiż hija li nbiddlu l- liġi tal-kera.", "Dan qed ngħidu mhux għal xi interess partiġġjan imma għall- interess nazzjonali.", "Mr Speaker, nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il- ħin.", "Il-kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Frar, fis- 6.00 p.m. bl- agenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija. ]", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Istitut ghall-Istudji Internazzjonali Marittimi schs,Istitut ghall-Istudji Internazzjonali Marittimi mifu,Istitut ghall-Istudji Internazzjonali Marittimi ISTITUT GĦALL-ISTUDJI INTER- NAZZJONALI MARITTIMI", "4184.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Min se jieħu post il-Professur Patricia Birnie minn Direttriċi ta' l-Istitut għall-Istudji Internazzjonali Marittimi?", "Min huma l-lecturers l-oħra fl- istitut, kemm dawk Maltin kif ukoll barranin?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- Onor. Interpellant jaf li l- Istitut Internazzjonali tal- Liġi Marittima huwa Istitut awtonomu ta' l- Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (magħrufa bħala INO mill- inizzjali bl-Ingliż), u bħala tali, għalkemm b'sede f'Malta mhux suġġett għall-amministrazzjoni tal-Gvern Malti.", "L-informazzjoni mitluba għalhekk mhix materja ta' interpellanza parlamentari.", "Ghawdex,Impiegi schs,Ghawdex,Impiegi taba,Ghawdex,Impiegi GĦAWDEX - LABOUR FORCE", "4185.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Kemm kien il- labour force f'Għawdex f'1987, 1988, 1989, 1990, u 1991?", "Kemm qed jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien informat li l-labour force ta' Għawdex kienet kif jidher hawn taħt:Sena Labour force sħiħa", "1986 7766", "1987 8540", "1988 8588", "1989 9257", "1990 9737", "1991 10108", "1992 10564", "Fl-aħħar ta' l-1992 f'Għawdex kien hemm 5091 jaħdmu fis- settur privat u 4084 jaħdmu mal-Gvern u Korpi Parastatali.", "Ghawdex,Emigranti schs,Ghawdex,Emigranti taba,Ghawdex,Emigranti GĦAWDEX - EMIGRANTI", "4186.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Fis-snin ta' l- 1987 u dak ta' wara, kemm emigraw minn Għawdex u kemm ġew lura, sena b'sena?", "Dawk li ġew lura fejn qed jaħdmu?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien informat li n-nurmu ta' Għawdxin li emigraw jew ġew lura mill-1987 sa l-1992 huwa kif ġej:", "Sena Numru ta' Għawdxin Numru ta' Għawdxin li emigraw li ġew lura", "1987 109 62 1988 86 216 1989 66 167 1990 31 205 1991 31 329 1992 50 200 ---- ---- Total: 373 1179 ---- ----", "Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma jinżammux records separati ta' fejn qed jaħdmu l-emigranti li ġew lura.", "Ta' Qali,Football ground cilj,Ta' Qali,Football ground frem,Ta' Qali,Football ground TA' QALI - FOOTBALL GROUND", "6707.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kemm qamet l-ispiża għall-floodlighting ta' Ta' Qali?", "Min ikkontribwixxa għat- tali spiża u b'liema ammont ta' flus?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L- Onor. Interpellant huwa mitlub li jirreferi din il-mistoqsija lil Malta Football Association.", "Marsa,Drenagg cilj,Marsa,Drenagg falm,Marsa,Drenagg MARSA - DRENAĠĠ", "6708.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ħa dwar sbruffar ta' drenaġġ li kien qed jiġri ta' sikwit fil- Menqa tal-Marsa għad-detriment ta' l-abitanti u ħaddiema fl- inħawi?", "Jaħseb li s-soluzzjoni jew passi li ħa huma suffiċjenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant ghar-risposti li tajt ghall- mistoqsijiet parlamentari numri 5385 u 2362.", "Wara li saru xoghlijiet fi Triq Dicembru 13 s-sena l-ohra, l-overflow ta' l-emergenza fil- Menqa tahdem biss meta l-main principali ma jlahhaqx max- xita.", "Din is-sitwazzjoni hi ta' nkonvenjenza inqas milli dik tal-fawran fl- abitat, u hi progettata li tkun rizolta bit- twettieq tax-xoghol indikat fil-Master Plan tad-drenagg.", "Rimi ta' skart cilj,Rimi ta' skart gall,Rimi ta' skart RIMI TA' SKART", "6709.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm-il każ tressaq fil-Qrati Maltin u Għawdxin dwar rimi ta' skart bl-addoċċ:", "(i) mill-pulizija mill-1987 'l hawn u mill-;", "(ii) Environment officers mindu twaqqfu sal-lum?", "Kemm-il multa nġabret minn ċitazzjonijiet simili matul l- istess perjodu?", "Għal-liema skop jintużaw il- flus miġbura minn tali kontravenzjonijiet?", "Ma jistgħux jiġu utilizzati biex jikkumbattu l-istess nuqqasijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-1987 'l hawn tressqu 75 kaz mill- Pulizija quddiem il-Qorti dwar rimi ta' skart bl-addocc f'Malta u f'Ghawdex.", "F'dawn il-kazijiet il-Qorti wahhlet Lm290 f'multi lil dawk li nstabu hatja.", "F'xi kazijiet il-Qorti applikat il- provvediment dwar l-Att tal- Probation.", "Il-flus dovuti bhala multi jithallsu lill-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Qrati.", "L- Environment Officers ghadhom kemm gew appuntati.", "Rimi ta' skart cilj,Rimi ta' skart fenj,Rimi ta' skart RIMI TA' SKART", "6710.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kemm-il każ tressaq fil-Qrati Maltin u Għawdxin dwar rimi ta' skart bl-addoċċ", "(i) mill-pulizija mill-1987 'l hawn u mill-;", "(ii) Environment officers mindu twaqqfu sal-lum?", "Kemm-il multa nġabret minn ċitazzjonijiet simili matul l- istess perjodu?", "Għal-liema skop jintużaw il- flus miġbura minn tali kontravenzjonijiet?", "Ma jistgħux jiġu utilizzati biex jikkumbattu l-istess nuqqasijiet?", "ONOR.", "JOE FENECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija llum mill- Ministru ta' l-Ambjent dwar l- istess domanda parlamentari.", "Rimi ta' skart cilj,Rimi ta' skart falm,Rimi ta' skart RIMI TA' SKART", "6711.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm-il każ tressaq fil-Qrati Maltin u Għawdxin dwar rimi ta' skart bl-addoċċ:", "(i) mill-pulizija mill-1987 'l hawn u mill-;", "(ii) Environment officers mindu twaqqfu sal-lum?", "Kemm il-multa nġabret minn ċitazzjonijiet simili matul l- istess perjodu?", "Għal-liema skop jintużaw il- flus miġbura minn tali kontravenzjonijiet?", "Ma jistgħux jiġu utilizzati biex jikkumbattu l-istess nuqqasijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kien biss f'Novembru 1992 li dahlu l-ewwel Environment Inspectors.", "Bhalissa hemm biss sitta ghaliex, sfortunatament, is- sitta l-ohra maghzula rrifjutaw il-hatra.", "Diga' nghata bidu ghall- procedura biex il- postijiet l-ohra jimtlew minn dawk li jmisshom, skond il- lista ppubblikata mill-bord ta' l-ghazla.", "Minn din il-gimgha, dawn l- ispetturi ta' l-Ambjent se jibdew sensiela ta' patrols, flimkien mal-pulizija, fejn se jipprovaw jikkontrollaw numru ta' reati nkluz dak tar-rimi ta' skart bl-addocc.", "S'issa ghadu ma kien hemm l- ebda kaz imressaq fil-Qorti mill-Ispetturi ta' l-Ambjent.", "Ghal dak li ghandu x'jaqsam mal-pulizija, nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li qed tingħata għall- mistoqsija parlamentari numru 6709 fis-seduta tal-lum.", "Ambjent,Pubblikazzjonijiet cilj,Ambjent,Pubblikazzjonijiet falm,Ambjent.Pubblikazzjonijiet AMBJENT - PUBBLIKAZZJONIJIET", "6712.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm-il pubblikazzjoni nħarġet mill-Ministeru dwar il-ħtieġa ta' l-Indafa u kontra r-rimi ta' skart bl-addoċċ mill- pubbliku li tqassmet fid-djar tal-poplu Malti w Għawdxi b'tema li l-edukazzjoni f'dan is-settur jikber?", "Kemm fi flus ammontaw sal-lum tali pubblikazzjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Wahda mill-prioritajiet tas- Segretarjat ghall- Ambjent hi li tikber il-kuxjenza favur l- ambjent.", "Ghalhekk tniedet kampanja ta' edukazzjoni biex jithares l-ambjent.", "Din il- kampanja kienet immirata l- aktar lejn it-tfal li zgur li jinfluenzaw lill-kbar.", "Is-Segretarjat ghall-Ambjent qed jippubblika serje ta' kotba Niehdu Hsieb.", "S'issa gew ippublikati tnejn li wiehed minnhom kien specifikament dwar il-htiega biex niehdu hsieb l- indafa.", "Din is-serje ta' kotba, it- tielet ktieb minnha qed jigi stampat bhalissa, ma swiet xejn lill-Gvern peress li l-kotba gew sponsorjati mill- privat.", "Barra minn hekk, minn zmien ghal zmien is-Segretarjat jippubblika stickers, leaflets u posters biex jitqassmu kemm fl-iskejjel u kemm f'attivitajiet popolari.", "Hi l-politika tas-Segretarjat li kemm jista' jkun jinvolvi lis-settur privat biex jisponsarjaw pubblikazzjonijiet bhal dawn.", "Ovvjament kien hemm kazi fejn is- Segretarjat hallas ghal pubblikazzjonijiet.", "B'kollox dawn l-ispejjez lahqu ma' l- Lm4000.", "Dingli,Progett fl-inħawi ta' Rdum Depiro farn,Dingli,Progett fl-inħawi ta' Rdum Depiro falm,Dingli,Progett fl-inħawi ta' Rdum Depiro DINGLI - PROĠETT FL-INĦAWI TA' RDUM DEPIRO", "7582.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex ħdejn l-inħawi ta' Rdum Depiro, limiti ta' Had Dingli qed isir proġett li x'aktarx hu tal- privat?", "Jista' l-Ministru jinforma kif parti minn din it-triq kienet proġettata li ssir panoramic road, illum spiċċat biex jitrabbew iż-żwiemel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li diġa' ttieħdu passi legali kontra l-persuna responsabbli għax-xogħol msemmi mill-Onor.", "Membru.", "Valletta,Kumitat għar-Riabilitazzjoni farn,Valletta,Kumitat għar-Riabilitazzjoni falm,Valletta,Kumitat għar-Riabilitazzjoni VALLETTA - KUMITAT GĦAR- RIABILITAZZJONI", "7597.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jikkonsidra l-Gvern li jaħtar lill-Onor.", "Louis Cuschieri bħala Chairman tal- Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat.", "Skejjel,Skema ta' bdil ta' studenti bare,Skejjel,Skema ta' bdil ta' studenti mifu,Skejjel,Skema ta' bdil ta' studenti SKEJJEL - SKEMA TA' BDIL TA' STUDENTI", "7696.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student Malti bbenefika taħt l- iStudent Exchange Scheme matul is-sena li għaddiet?", "F'liema pajjiżi marru l- istudenti Maltin?", "Kif issir l-għażla?", "Dawn jgħixu ma' familji fil- pajjiżi fejn imorru?", "X'kien in-numru ta' studenti barranin li ġew Malta taħt l- istess skema?", "Mil-liema pajjiżi ġew?", "X'inhuma l-attivitajiet li jiġu organizzati għal dawn l- istudenti?", "Kemm hu proġettat li jiġu studenti barranin fl-1993 u kemm se jmorru Maltin barra?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- għadd ta' studenti li s-sena l- oħra ħadu sehem fl-iskema ta' l-Exchange Scheme kien ta' 534.", "Il-pajjiżi li marru fihom dawn l-istudenti kienu:-", "Italja; Ingilterra; Franza; Germanja; Ungerija; Tuneżija; Marokk; Spanja; u Awstrija.", "Rigward l-għażla, id- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni joħroġ ċirkolari fejn jintalbu applikazzjonijiet għal min irid jieħu sehem.", "Dan ikun jiddependi mill-eta' u n-natura ta' l-exchange (bħal per eżempju l-użu tal-lingwa).", "F'xi każi l-għażla ssir permezz tat-tlugħ tal-polza u dan isir meta l- applikazzjonijiet jeċċedu n-numru tal-grupp ta' l-exchange.", "F'xi wħud mill-Exchanges, l- istudenti joqogħdu ma' familji waqt li f'oħrajn jiġu alloġġjati f'Residential Centres.", "Min-naħa l-oħra il-barranin li ġew Malta matul is-sena l- oħra bħala parti mill-istess skema kienu 957.", "Dawn ġew mill-Italja, Franza, Germanja, Polonja, Ingilterra, Spanja, Tuneżija u Marokk.", "Hawn ta' min isemmi li xi drabi l-ftehim ta' bdil ikun mifrux fuq sentejn u għalhekk jintbagħtu studenti Maltin is-sena ta' wara.", "Hemm każijiet fejn gruppi barranin jintbagħtu għal perjodu iqsar u għaldaqstant biex jiġi rrispettat il- principju ta' reċiproċita', iżuru Malta aktar studenti.", "L-attivitajiet li jiġu organizzati għal dawn l- istudenti huma varji, u jinkludu primarjament l- interess edukattiv/kulturali, xogħol volontarju, sportiv, żjajjar lill-industriji lokali u attivitajiet oħra konnessi ma' l- istaġun.", "Għas-sena li qegħdin fiha hu pproġettat li jiġu Malta madwar 600 u jmorru madwar 600 student Malti barra.", "Bahrija,Cimiterju bare,Bahrija,Cimiterju falm,Bahrija,Cimiterju BAĦRIJA - CIMITERJU", "7697.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Il- Gvern lest li jagħti bicca art b'ċens biex isir cimiterju għal Komunita' tal-Baħrija?", "Jaf il-Ministru li minħabba li tħalla li jsir bini viċin dak il-post fejn qabel kien se jinbena dan ic-cimiterju, allura l-proġett kollu kellu jieqaf?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma jirrizultalix li kien hemm xi proposti biex jinbena cimiterju ghall-Komunita' tal-Bahrija.", "Inhoss li l-Komunita' hija zghira wisq biex tiggustifika cimiterju separat.", "Swieqi,Toroq bare,Swieqi,Toroq falm,Swieqi,Toroq Sant'Andru,Toroq bare,Sant'Andru,Toroq falm,Sant'Andru,Toroq Pembroke,Toroq bare,Pembroke,Toroq falm,Pembroke,Toroq TISWIJA TA' TOROQ", "7698.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Peress li ħafna mit- toroq tas-Swieqi, ta' St. Andrews u Pembroke jinsabu fi stat ħażin ħafna u għad hemm minnhom anke bla asfalt, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq ta' l-inħawi li huwa pproġettat li jissewwew matul din is-sena finanzjarja?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li t-toroq kollha diġa' asfaltati fl- inħawi msemmija se ssirilhom manutenzjoni.", "Skejjel,Snajja' bare,Skejjel,Snajja' mifu,Skejjel,Snajja' SKEJJEL - SNAJJA'", "7699.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fl-iskejjel tas-Snajja' (skond l-editorjal ta' The Teacher Oct 92) qed tintuża eye preparation li fiha steroids li jistgħu jagħmlu ħafna ħsara lill- għajnejn.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment biex din il-ħsara tieqaf?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-Medical Service ta' dan id- dipartiment informa bil-fomm lill-iskejjel fejn ġie nnotat dan l-abbuż li m'għandhom qatt jużaw steroid eye drops mingħajr ordni tat-tabib.", "Minbarra dan, id-dipartiment ħareġ cirkolari (173/92) lill- iskejjel u sezzjonijiet kollha tiegħu, li tipprojbixxi li jkun hemm eye drops fl- iskejjel.", "Waqt il-viżiti li jsiru fl- iskejjel, sew mill-Medical Service kif ukll mill-Committee on Safety in State Schools, dejjem qed jiġi ccekkjat jekk dawn l-eye preparations inqatgħux mill-iskejjel.", "Skejjel,Laboratorji bare,Skejjel,Laboratorji mifu,Skejjel,Laboratorji SKEJJEL - LABORATORJI", "7700.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fis-sessjonijiet tal- Laboratorji u tal-Home Economics fl- iskejjel ta' l- istat jista' jkun hemm problemi ta' saħħa u sigurta' għall- istudenti u l-għalliema.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġu mneħħija l- perikli li jeżistu f'dawn is-sessjonijiet?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-laboratorji li fihom isir it-tagħlim tal- Home Economics jiġu ppjanati bil-ħsieb li jiġi evitat kull periklu.", "L-għalliema tal-Home Economics kollha jsegwu kors dwar kif jistgħu jorganizzaw u jmexxu dawn il-laboratorji b'mod li jassigura ambjent ħieles minn kull periklu u jiġu mogħtija ktejjeb fuq is-suġġett waqt it-taħriġ tagħhom.", "It-tagħlim dwar is-saħħa u s- sigurta' b'mod partikolari fid- dar jifforma parti mis-sillabu tal-Home Economics.", "Matul il- lezzjonijiet prattici jiġu pprattikati regoli ta' saħħa u ta' sigurta'.", "Barra minn dan numru ta' marki huma allokati għall-prattika tas-saħħa u sigurta' f'kull eżami prattiku li jsir fil-Home Economics.", "Forsi l-Onor.", "Interpellant jieħu pjacir isir jaf li llum hemm Education Assistant li xogħlu hu li jara li jiġu mħarsa r-regoli tas-sigurta' fl- iskejjel.", "Waqqaft ukoll (kif jaf l-Onor.", "Interpellant) grupp li qiegħed jeżamina dawn il-problemi u li diġa' għamel diversi rapporti dwar problemi fuq aspetti diversi tas-saħħa u sigurta'.", "Skejjel,Safety teachers bare,Skejjel,Safety teachers mifu,Skejjel,Safety teachers SKEJJEL - SAFETY TEACHERS", "7701.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni kien intrabat li jaħtar Safety Teachers fl- iskejjel kollha.", "Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dak l-impenn u meta se jsir realta'?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fil-bidu tas-sena 1992 id- dipartiment ħa ħsieb jaħtar Education Assistant inkarigat specifikament mis-sigurta' fl- iskejjel.", "Apparti dan, twaqqaf kumitat kompost mill-Education Assis-tant (Safety), rappreżentanti ta' l-MUT u l-GWU, u mill- Medical Officer tad-dipartiment.", "Dan il-kumitat qed jistħarreġ il-ħarsien tas-saħħa fl-iskejjel.", "Diġa' ġew sottomessi diversi rapporti parzjali.", "Sadanittant għadhom għaddejjin l- arranġamenti sabiex meta jkun il-waqt opportun jiġu appuntati is- Safety Officers.", "Attard,Telephones calr,Attard,Telephones zamf,Attard,Telephones ATTARD - TELEPHONES", "7712.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw linji ġodda tat- telephone f'Ħ'Attard?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Biex jinghata s-servizz tat- telephone lill- applikanti ta' H'Attard hemm bzonn ta' thaffir ta' trinek u tqeghid ta' cables primarji u sekondarji.", "B'danakollu l-applikanti li jinsabu fil- Lvant ta' H'Attard u fl-area tal-Housing Estate tal-Fuklar ser jinghatalhom is- servizz bejn April u Gunju ta' din is-sena, filwaqt li l- kumplament ta' l-applikanti jinghatalhom is-servizz matul l-1994.", "Msida,Triq Regjonali,Thaffir calr,Msida,Triq Regjonali,Thaffir falm,Msida,Triq Regjonali,Thaffir MSIDA: TRIQ REĠJONALI - TĦAFFIR", "7713.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jispjega li t-triq f'Regional Road qed terġa' titħaffer meta ftit xhur ilu sar tħaffir estensiv f'din it-triq u saru ħafna spejjeż biex it- triq ingħatat it-tarmac?", "Xi planning qed isir fil- Ministeru meta darba wara l- oħra, isir tħaffir fit-toroq, jingħataw it-tarmac u ftit ġimgħat jew xhur wara jerġgħu jinqalgħu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xoghol ta' thaffir li qed isir fi Triq M.A. Vassalli (ex- Regional Road) hu konness mat- tnehhija tal-H.T. cables minn fuq l-arbli ghal taht l-art li jehtieg jitnehhew minhabba l- progett tal- Pixxina Nazzjonali.", "It-thaffir il-gdid hu konness ukoll ma' l-estensjoni ta' sitt H.T. cables godda li diga tpoggew mill-Power Station tal- Marsa u li se jwasslu sad-D.C. ta' Sliema Road.", "San Giljan,Melita Pharmacy calr,San Giljan,Melita Pharmacy dalj,San Giljan,Melita Pharmacy SAN GILJAN - MELITA PHARMACY", "7714.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jispjega kif flixkun ta' 40 millimetru ta' High Sensitive Fluid Moisturizer tal-marka Bio-Droga qed jinbigħ mill- Melita Pharmacy San Giljan bil- prezz ta' Lm9.35c meta xahrejn ilu dan kien jiswa Lm7 (sebgħa liri)?", "Min hu l-aġent ta' dan il- prodott?", "Jista' d-dipartiment jinvestiga kif, jew l-aġent jew din l-ispiżerija, għolliet dan il-prodott b'Lm2.35c f'daqqa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Gnus Maghquda,Konvenzjoni dwar id-droga calr,Gnus Maghquda,Konvenzjoni dwar id-droga demg,Gnus Maghquda,Konvenzjoni dwar id-droga ĠNUS MAGĦQUDA - KONVENZJONI DWAR ID-DROGA", "7723.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Jista' l-Vici Prim Ministru jgħid liema kienet dik il- Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-kontroll tad- drogi li l-Gvern Malti għadu ma ffirmax?", "Jekk din il- Konvenzjoni mhix tal-Ġnus Magħquda, kien hemm xi konvenzjoni oħra, ta' xi organizzazzjoni oħra, dwar id- drogi, li l- Gvern Malti ma ffirmax?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Dan il-Gvern diġa' aċċeda għaż-żewġ konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti - is-Single Convention on Narcotic Drugs 1961 as amended by the Protocol of 25 March, 1972, u l-Convention on Psychotropic Substances 1971.", "Dan sar fi Frar 1990.", "Għal dak li jirrigwarda l- United Nations Convention Against Illicit Trafficking in Narcotic Drugs and Psychotropic Substances, jiena informat li l-Ministru konċernat permezz ta' l-Inter Dipartimental Committion Against Drug Abuse and Illicit Traffiking, qegħda attivament tistudja l- aspetti kollha tal-Konvenzjoni, u flimkien ma' l-Avukat Ġenerali qed jaraw x'aspetti tal- liġijiet ta' Malta jenħtieġ li jinbidlu fl-eventwali ratifika tal-Konvenzjoni.", "Bdiewa,Ilmenti minhabba grieden farn,Bdiewa,Ilmenti minhabba grieden gatl,Bdiewa,Ilmenti minhabba grieden BDIEWA - ILMENTI MINĦABBA ĠRIEDEN", "7731.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi l-bdiewa qed jilmentaw li qed ikollhom ħerba sħiħa mill- ġrieden fl-għelieqi tagħhom, billi skond l-opinjoni tar- residenti tal- kampanja jirriżulta wkoll li l-ġrieden qed jiżdiedu, jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra x'qed isir għal din il-problema li tista' tiżviluppa f'epidemija f'pajjiżna kemm-il darba ma tkunx ikkontrollata?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il- problema li għaliha qiegħed jirreferi l-Onor.", "Membru, taqa' taħt ir-responsabilita' tal- Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali.", "Minkejja dan, nixtieq ngħid li s-Sezzjoni ta' l-Extension Service tad- Dipartiment ta' l- Agrikoltura dejjem tikkopera ma' l-ufficjali tad- Dipartiment tas-Saħħa meta nqalgħu problemi bħal dawn, specjalment, fejn jidħlu l-bdiewa.", "Bdiewa,Ilmenti minhabba grieden farn,Bdiewa,Ilmenti minhabba grieden gall,Bdiewa,Ilmenti minhabba grieden BDIEWA - ILMENTI MINĦABBA ĠRIEDEN", "7732.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi l-bdiewa qed jilmentaw li qed ikollhom ħerba sħiħa mill- ġrieden fl-għelieqi tagħhom, billi skond l-opinjoni tar- residenti tal- kampanja jirriżulta wkoll li l-ġrieden qed jiżdiedu, jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra x'qed isir għal din il-problema li tista' tiżviluppa f'epidemija f'pajjiżna kemm-il darba ma tkunx ikkontrollata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li statistika migbura regolarment mill-Pest Control Section fid- Dipartiment tas-Sahha, tindika li f'dawn l-ahhar snin in-numru ta' infestazzjonijiet ta' grieden irrapportati kien prattikament stabbli.", "Huwa ttamat li velenu gdid, li l- effikaċja tieghu giet ipprovata b'success matul l-1992, jibda jitqassam ukoll lill-pubbliku fl-iqsar zmien possibbli.", "Awtorita' tad-Djar,Acknowledgements farnAwtorita' tad-Djar,Acknowledgements hyzg,Awtorita' tad-Djar,Acknowledgements AWTORITA' TAD-DJAR - ACKNOWLEDGEMENTS", "7733.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid għaliex il- familja residenti f'Nru 2 North Str, Mellieħa ma rċevitx acknowledgement għall- applikazzjoni li għamlu lill- Awtorita' tad-Djar nhar it-3 ta' Settembru, 1992?", "Jista' l-Ministru jara li t- talba tiġi milqugħa ħalli din il-familja jkollha post decenti fejn toqgħod?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħtina aktar informazzjoni.", "Rabat,Triq Riebu Well,Hrug ta' ilma farn,Rabat,Triq Riebu Well,Hrug ta' ilma falm,Rabat,Triq Riebu Well,Hrug ta' ilma RABAT: TRIQ RIEBU WELL - ĦRUG TA' ILMA", "7739.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif qed jisfuma l-ilma f'wiċċ it-triq Riebu Well, ir- Rabat fejn l-inħawi tal-Knisja ta' Xerri li x'aktarx ħiereġ minn xi telephone box li hemm f'dawn l-inħawi?", "Xi ħsara saret u kif ġiet oriġinata din il-problema?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ttiehdet azzjoni mmedjata dwar l- ilment maghmul mill-Onor.", "Interpellant.", "Fil-fatt, instabet hsara fil- main ta' l-ilma hdejn telephone box u din kienet ir- raguni tal-hrug ta' l-ilma fl- area in kwestjoni.", "Din issewwiet fl-iqsar zmien possibli.", "Gabbani,Regolamenti dwar bejgh calr,Gabbani,Regolamenti dwar bejgh gall,Gabbani,Regolamenti dwar bejgh GABBANI - REGOLAMENTI DWAR BEJGĦ", "7772.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Pulizija ħarġet cirkolari lis- sidien tal-kiosks, kemm fixed kif ukoll li mhumiex fixed, fejn ordnatilhom li mill-1 ta' Jannar ma jistgħux jbiegħu ikel imsajjar, bħal hot dogs, hamburgers, chips eċċ.?", "Jekk dan hu minnu, għaliex sar dan meta l-licenzji, id- dawl u l-kera ta' dawn is- sidien għolew mhux bi ftit f'dawn l-aħħar snin?", "Japprezza l- Ministru li l- ħaddiem li jgħix bil-paga minima li ma jistax imur jiekol f'restaurant jew snack bar, l- uniku speranza biex jiekol barra hi minn dawn il-kiosks?", "Billi dan l-aħħar dawn is- sidien iltaqgħu u għamlu rappreżentazzjonijiet lill- Gvern dwar dawn l-ilmenti, il- Gvern se jbiddel fehmtu fuq dawn ir- regolamenti ġodda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Niġbed l- attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7429 fuq l- istess suġġett.", "Dghajjes,Licenzji calr,Dghajjes,Licenzji gall,Dghajjes,Licenzji DGĦAJJES - LICENZJI", "7773.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Pulizija tad-Dwana imponiet jew se timponi licenzja għal ħames snin sħaħ ta' Lm5 fis-sena lil kull min għandu dgħajsa bil-mutur ta' anqas minn 11-il pied?", "Meta l-ħaddiema jistgħu jaffordjaw li jixtru dgħajsa hekk żgħira, għaliex se jogħlew il-licenzji ta' dawn id- dgħajjes?", "Veru li s-sidien se jiġu mġiegħla jieħdu insurance wkoll?", "Jaf li dawn is-sidien li huma ħaddiema jkollhom iħallsu dazju ta' 'l fuq minn 50% fuq il- mutur li jixtru għad-dgħajsa tagħhom waqt li jaraw lis- sinjuri b'yachts kbar li jiswew eluf ta' liri jevitaw id-dazju għax jirreġistraw il-lanċa tagħhom barra minn Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- hlas ta' licenzji simili qed isir lill-Awtorita Marittima u mhux lill- Pulizija.", "Ghaldaqstant nitolbok tirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru tat- Trasport u Kommunikazzjonijiet.", "Sptarijiet,Zammit Clapp gree,Sptarijiet,Zammit Clapp gall,Sptarijiet,Zammit Clapp SPTAR ZAMMIT CLAPP", "7837.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi l-isptar Zammit Clapp huwa sptar tal-Gvern, imma minħabba n- natura tat-tmexxija tiegħu l-impjegati tiegħu mhumiex impjegati governattivi iżda impjegati ta' l-Isptar innifsu, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji/paga kull xahar ta' dawn il- kategoriji ta' nurses:", "a) Nursing Manager;", "b) SRN (full-time);", "c) SRN (part-time);", "d) SEN (full-time); u", "e) SEN (part-time)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is- salarji/pagi fl-Isptar Zammit Clapp tal- kategoriji ta' nurses imsemmija huma identici għal dawk ta' l-isptarijiet oħra tal-Gvern.", "Flamini Roland,Salarju gree,Flamini Roland,Salarju frem,Flamini Roland,Salarju FLAMINI ROLAND - SALARJU", "7840.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jgħid: a) x'inhuwa s-salarju fis- sena tal-Managing Director (PBS) is-Sur Roland Flamini?", "b) Minn fejn jitħallas is- salarju tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Is-Sur Roland Flamini għandu kuntratt definit mal- Public Broadcasting Services Ltd, li allura tħallas is-salarju tiegħu.", "Ghawdex,Rabat,Centru tas-sahha gree,Ghawdex,Rabat,Centru tas-sahha gall,Ghawdex,Rabat,Centru tas-sahha GĦAWDEX: RABAT - CENTRU TAS- SAĦĦA", "7907.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi jingħataw miċ-Ċentru tas- Saħħa fir-Rabat, Għawdex?", "X'inhuma l-ħinijiet li tkun miftuħa?", "X'inhuwa l-komplement ta' staff mediku u para-mediku?", "Jidher li hemm tgergir li l- post huwa żgħir wisq għan-numru ta' pazjenti li jattendu?", "Jekk dan hu veru hemm ħsieb fil- futur li l-faċilitajiet jitkabbru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is- servizzi li jinghataw mic- Centru tas-Sahha fir- Rabat, Ghawdex huma:", "(a) Visti tat-tabib fic- Centru u fid-djar;", "(b) Servizz ta' infermiera; u", "(c) Servizz ta' tilqim.", "Ic-Centru tas-Sahha tar-Rabat ikun miftuh mis-7.00 a.m. sat- 8.00 p.m. Bejn it-8.00 p.m. u s-7.00 a.m. is-servizz jinghata mill-Isptar Generali ta' Ghawdex.", "L-istaff huwa kif gej:", "Tobba 8", "Infermiera 5", "Health Assistants 7", "Hija x-xewqa li fil-futur, ic-Centru jitkabbar u joffri aktar servizzi ta' Primary Health Care u fil-fatt hemm il- hsieb li tinfetah spizerija u b'hekk tizdied il-kumdita' ghall-poplu Ghawdxi.", "Sptarijiet,Generali gree,Sptarijiet,Generali gall,Sptarijiet,Generali GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "7908.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti d-Dipartiment tal- Patoloġija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "X'inhuwa l-compliment ta' l- istaff mediku u l-gradi tagħhom?", "X'inhuwa l-complement ta' l- istaff tekniku u ieħor?", "X'range ta' testijiet isiru fil-laboratorju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-Dipartiment tal- Patologija fl- Isptar Generali ta' Ghawdex jikkonsisti fi tliet laboratorji u kamra mortwarja.", "In-numru ta' l-istaff mediku huwa wiehed.", "Dan ghandu grad ta' konsulent.Numru ta' staff tekniku huwa hekk:", "Technical staff 6", "Health Assistants 3", "Auxilliary 1", "Ir-range ta' testijiet li jsiru fil-laboratorju huma:", "a) Histology", "b) Haematology: haemoglobin, white cell count, haematocrit, sedimentation rate, blood grouping, cross match, sperm count, coagulation tests (APTT, PTT)", "c) Biochemistry: Glucose, creatinine, electrolytes, blood gases, urea, urinealysis, CSF, pregnancy tests, cardiac enzymes (GOT, GPT), Amylase Bilirubin, Creatinine phospho kinase.", "Kalaxlokk Ltd.,Haddiema buhc,Kalaxlokk Ltd.,Haddiema bong,Kalaxlokk Ltd.,Haddiema KALAXLOKK LTD - ĦADDIEMA", "7971.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jikkonferma li sa nofs Marzu, 1993 in-nies kollha li jaħdmu mal-Kalaxlokk, inkluż dawk ta' l-ex-Valletta Harbour ('il fuq minn 700 persuna) se jitwaqqfu mix-xogħol?", "X'se jsir minn dawn in-nies?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern, il-Board tad-Diretturi u l-Union sabiex jinstab possibbilment xoghol bizzejjed ghan-nies kollha li jahdmu mal-Kalaxlokk.", "Balzan,Balzan Valley,Bankina buhc,Balzan,Balzan Valley,Bankina falm,Balzan,Balzan Valley,Bankina BALZAN: BALZAN VALLEY - BANKINA", "7972.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid:-", "X'inhi r-raġuni għaliex l- bankina li saret quddiem id- Dolphin Supermarket, in-naħa ta' Balzan Valley, Balzan, wara li tlestiet reġgħet inqalgħet u reġgħet saret minn nies tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet?`", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li parti mill-bankina li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, inqalghet biex ġiet irrangata xi diskrepanza li kien hemm fil-livelli.", "Kirkop,Garaxx tal-Gvern,Ingenji buhc,Kirkop,Garaxx tal-Gvern,Ingenji falm,Kirkop,Garaxx tal-Gvern,Ingenji KIRKOP: GARAXX TAL-GVERN - INĠENJI", "7973.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'inhi r-raġuni għaliex l-inġenji kollha tal- Gvern inklużi dawk li jinsabu f'Għawdex, kollha tpoġġew fil- garage tal-Gvern ta' Ħal Kirkop minfok ma jintużaw fuq ix- xogħlijiet?", "X'se jsir minn dawn l- inġenji?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hija l-policy tad-Dipartiment tal- Manifattura u Servizzi li makkinarju li ma jkunx qed jintuza kontinwu, jingieb lura fil- Garaxx tal-Gvern.", "In-numru ta' ngenji migbura s'issa jammonta ghal 50 minn Malta u 11 minn Ghawdex.", "Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma buhc,Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma falm,Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA", "7974.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l- ħaddiema tad-Dipartiment ta' l- Ilma jgħaddu għal mal- Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma?", "X'inhu proġettat li se jkun il-\"full compliment\" ta' nies li għandha bżonn din il- korporazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Ufficcju tal-Prim Ministru,Xoghlijiet buhc,Ufficcju tal-Prim Ministru,Xoghlijiet falm,Ufficcju tal-Prim Ministru,Xoghlijiet UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - XOGĦLIJIET", "7975.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi li għamlu jew se jagħmlu x- xogħlijiet fl-Annexe ta' l- Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn il-Barrakka ta' Fuq, il-Belt?", "Min huma dawn il-kuntratturi, x-xogħlijiet li sejrin jagħmlu u kemm hu l- valur tal-kuntratt tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-kuntratturi li ghamlu jew qed jaghmlu xoghlijiet s'issa fl-Annexe ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma dawn:", "CONTRACTOR WORKS VALUE ---------- ----- -----", "J & M Construction Construction Works 70,451.00", "AJF Attard Roofing Works 5,712.00", "LelMar Ltd.", "Electrical Works 19,536.00", "Emle Barbara Aluminium Works 3,625.00", "PantaLesco Co Ltd Passenger Lifts 27,297.00", "Silvio Frendo Plastering 14,949.00", "Francesco Fenech Terrazzo & Resin 20,920.00 Flooring", "Satariano Co Ltd Ceramic Floor Tiles 6,016.00", "Glowlight Co Ltd Hot & Cold Water 2,784.00", "DeLuxe Const.", "Ltd Structural Alterations 7,148.00", "Guillaumier Co Ltd Soffit Works 4,344.00", "Zabbar,Xghajra,Triq Dawret ix-Xatt galm,Zabbar,Xghajra,Triq Dawret ix-Xatt falm,Zabbar,Xghajra,Triq Dawret ix-Xatt ZABBAR: XGĦAJRA - TRIQ DAWRET IX-XATT", "7985.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Fix- Xgħajra ta' Ħaż Żabbar fi Triq Dawret ix-Xatt qed isir dumping site b'diversi trakkijiet, fosthom dawk tal- Gvern, iwaddbu terrapien u mbarazz ieħor.", "Dan l-abbuż ilu jsir minn qabel is-sajf li għadda.", "Minħabba li ilhom isiru rapporti għal żmien twil, jista' l-Ministru jintervjeni biex dan l-abbuż jitwaqqaf?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id- Dipartiment tad-Distretti qieghed f'konsultazzjoni mas- Segretarjat ta' l-Ambjent biex tinstab soluzzjoni dejjiema ghall-problema msemmija mill-Onor.", "Interpellant fl-iqsar zmien possibli.", "Zabbar,Art zdingata galm,Zabbar,Art zdingata mifu,Zabbar,Art zdingata ZABBAR - ART ŻDINGATA", "7986.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Ħdejn l-iskola San Vincenz f'Ħaż Żabbar hemm bicca art żgħira żdingata li qed isservi bħala miżbla li qed ikollha titnaddaf minn żmien għal żmien.", "Minħabba li din l-art hi f'idejn il-Gvern, hu possibbli li din il-bicca art tiġi mogħtija ftit concrete bit-tama li ma tibqax tintuża bħala dumping site?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien informat li passi qegħdin jittieħdu biex l-art imsemmija, li hija art tal-Gvern, tittieħed mid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni u hu maħsub li tiġi żviluppata bħala ġnien/play area."]} {"filename": "19971020_125d_par.doc", "date": "1997-10-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 125 It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 125", "It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "125", "It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 1997", "WERREJ MINUTI 217", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 217", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 223", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR LOCAL AND OTHER LOANS (AMENDMENT) BILL(IT-TIENI QARI) 224 ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL(IT-TIENI QARI) 243 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR LOCAL AND OTHER LOANS (AMENDMENT) BILL(VOTAZZJONIJIET) 251", "AĠĠORNAMENT 252", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 258", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 275", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 124 li saret fl-20 ta' Ottubru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "AMBJENT - ENVIRONMENT INSPECTORS", "8254.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma d-doveri ta' l-environment inspectors?", "Kemm hemm environment inspectors fid-Dipartiment ta' l- Ambjent?", "Minn fejn huma?", "Meta saru?", "Kif intgħażlu?", "F'liema skala ta' salarju jaqgħu?", "Xi kwalifiki għandu jkollu wieħed biex jokkupa din il- kariga?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Id-doveri ta' l-environment inspectors jinkludu:-", "(a) implimentazzjoni ġenerali u nfurzar ta' l-Att għall-Ħarsien ta' l- Ambjent u regolamenti taħt dan l-Att u atti oħra relatati li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien u jinkludu wkoll xhieda fil-qrati in konnessjoni ma' prosekuzzjonijiet imressqa mill-ispettorat ta' l-ambjent jew minn ħaddieħor kontra min jikser dawn ir-regolamenti msemmija;", "(b) spezzjoni ta' kwalunkwe post f'Malta u Għawdex, ta' kull vettura, bastiment, pjattaforma, ajruplan jew inġenji oħra, jew kull vettura, bastiment jew ajruplan ieħor li jkunu proprjeta' ta' Malta 'l hinn mill- ibħra territorjali ta' Malta sabiex jivverifika l-livelli ta' protezzjoni ta' l-ambjent;", "(c) provvediment ta' pariri rigward il-ħarsien ta' l-ambjent; u", "(d) responsabbiltajiet oħra mogħtija lilhom mid-direttur tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent f'dawk l-oqsma kollha b'responsabbilta' tad- dipartiment.", "Preżentement hemm 10 spetturi fid-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent; sitta saru bejn id-29 ta' Ottubru, 1992 u l-1 ta' Diċembru, 1992 u erbgħa saru fit-18 ta' Marzu, 1993.", "Dawn intagħżlu wara sejħa pubblika fil- Gazzetta tal-Gvern.", "Rigward minn fejn huma nħoss li din hija xi ħaġa konfidenzjali u m'għandhiex tingħata.", "Wara l-assimilazzjoni li saret f'Jannar ta' l-1991 wieħed mill-ispetturi żamm skala 10 fuq bażi personali - għax kien health inspector - u l-oħrajn tpoġġew fi skala 11 fuq bażi personali.", "Fl-aħħar sejħa għall-mili ta' postijiet għal environment inspectors id- dipartiment talab li min japplika għandu jkollu jew diploma fix-xjenza ambjentali jew inkella żewġ suġġetti f'livell avvanzat, fosthom il-fiżika, il-kimika, il-bijoloġija, il-matematika pura u l-matematika applikata.", "TAJR PROTETT - REĠISTRAZZJONI", "8255.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw biex tajr protett jiġi rreġistrat s'issa?", "Meta hi d-data ta' l-għeluq?", "Xi proċedura qed tintuża?", "Qed jintalab xi ħlas?", "Jekk iva, kien hemm xi konsultazzjonijiet ma' l- għaqdiet tal-kaċċaturi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sal-lum il-ġurnata, jiġifieri t-Tnejn 22 ta' Settembru, 1997 id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent irċieva 11-il applikazzjoni biex id-dipartiment jirreġistra tajr protett fil-pussess ta' l-applikant.", "Skond Avviż Legali 23 ta' l-1997, kull min għandu xi għasfur jew għasafar ibbalzmati li l-ispeċi tagħhom hija mħarsa bil-liġi għandu fi żmien sena mill-pubblikazzjoni ta' dawn ir-regolamenti - jiġifieri sa l-14 ta' Frar, 1998 - jiddikjarahom lid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent biex jingħata permess li jżommhom.", "L-għaqdiet tal-kaċċaturi kollha ġew informati bil-ħsebijiet tad- dipartiment.", "Kien hemm min talab laqgħa fuq dan is-suġġett u d- diskussjonijiet magħhom għadhom għaddejjin.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fql-opinjoni tiegħi, in-numru ta' persuni li applikaw biex jirreġistraw tajr protett ibbalzmat fil-pussess tagħhom huwa verament żgħir.", "Ma jaħsibx il-Ministru li għandu jkun hemm informazzjoni iktar wiesgħa f'dan ir-rigward?", "Jien konvint li hawn iktar minn 11-il persuna li għandhom xi tajr protett ibbalzmat fil-pussess tagħhom imma dawn ma applikawx għall-permess minħabba li ma jafux b'din il-konċessjoni.", "Ma jidhirlux il-Ministru li għandu jkun hemm għarfien ikbar għal din il- konċessjoni peress li għandhom mnejn jittieħdu xi miżuri kontra minn ma jkunx applika?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Interpellant, naturalment wieħed irid jifhem ukoll li din ir- risposta ma ġietx aġġornata sempliċement minħabba l-ammont enormi ta' mistoqsijiet parlamentari li qed ikun hemm u fil-fatt nista' nassigura lill- Onor. Interpellant li minn dak iż-żmien 'il hawn applikaw ħafna iktar minn 11-il persuna biex jirreġistraw it-tajr protett ibbalzmat tagħhom.", "Ta' min jgħid ukoll li l-kaċċaturi qed jiġu mgħarrfin b'dan l-eżerċizzju permezz ta' l-għaqdiet tagħhom għaliex id-dipartiment iktar qed jitkellem ma' dawn l-għaqdiet fuq miżuri bħal dawn milli mal-kaċċaturi nfushom.", "Kif għidt fir-risposta, ħarġet saħansitra legal notice dwar dan u rrid ngħid li waħda mill-affarijiet li qed isiru diskussjonijiet fuqhom bejn l- għaqdiet u d-dipartiment għall-ambjent huwa dwar il-ħlas li jirrikjedi eżerċizzju bħal dan.", "Jien nifhem li ħadd ma jieħu gost jagħmel dan l- eżerċizzju a spejjeż ta' xi ħadd pero' huwa fatt li tali eżerċizzju jinvolvi ħin twil.", "Biżżejjed ngħid li l-impjegati tad-dipartiment ikunu jridu jmorru fid-djar biex iwaħħlu tikketta ma' dawn l-għasafar imma madanakollu l-għaqdiet konċernati jidhrilhom li m'għandux isir ħlas għal dan is-servizz.", "Aħna m'aħniex qed nagħmlu dan is-servizz għall-gost imma sabiex l-għasafar protetti bbalzmati jkunu ddikjarati ħalli mbagħad, meta niġu biex nimplimentaw il-liġijiet kif għandhom jiġu implimentati, wieħed ma jkunx jista' jgħid li t-tali għasfur protett kien ilu li qabdu u bbalzmah.", "Jien li nista' ngħid għalissa hu li d-dipartiment qed jipprova jikkonvinċi lil dawn l-għaqdiet biex jaċċettaw dan il-fattur.", "Fil-fatt id- dipartiment għalhekk qed jiddiskuti ma' l-għaqdiet u mhux ma' dawn il- persuni individwali.", "Jista jkun li dawn il-persuni għad m'għandhomx il- green light mill-għaqda tagħhom biex jaċċettaw din il-miżura.", "Ta' min jgħid li d-dipartiment m'huwiex qed jitlob ħlas kbir lill- applikanti.", "Biżżejjed ngħid li d-dipartiment kulma qed jitlob talli uffiċjal imur fid-dar ta' l-applikant biex jimmarka l-ewwel 25 għasfur protett huwa Lm2, għat-tieni 25 għasfur protett Lm3 u għat-tielet 25 għasfur protett Lm5.", "Hawn ta' min ifakkar li biex uffiċjal jimmarka dawn l- għasafar kollha se jieħu l-ħin u għalhekk jien nassumi li jekk kemm-il darba naraw kemm se tqumlu din il-miżura lid-dipartiment insibu li l-ammont jaqbeż il-Lm1 miljun għax f'pajjiżna hawn eluf ta' dilettanti li għandhom numru enormi ta' għasafar protetti bbalzmati.", "Wara kollox jien naħseb li fejn dawn id-dilettanti jonfqu ħafna flus fuq ċomb, skrataċ u affarijiet simili, m'għandhomx jarawha żejda li jħallsu xi ħaġa żgħira sabiex dawn l- għasafar li jkollhom jiġu approvati mid-dipartiment.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk kemm-il darba minn Frar sa Settembru kien hemm biss 11-il applikazzjoni, jien naħseb li l-għaqdiet tal-kaċċaturi m'humiex qed jinformaw lill-membri tagħhom b'din il-miżura.", "Jew inkella tawhom id-direttiva - fil-fatt il-Viċi Prim Ministru għamel riferenza għal din - biex joqogħdu lura milli jirreġistraw minħabba l- kwestjoni tal-fees.", "Jien nemmen li jekk il-membri ta' dawn l-għaqdiet jiġu informati individwalment mid-dipartiment, dawn ikunu lesti li jħallsu dawn il-fees sabiex jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom, iktar u iktar meta t-tajr li jkollhom ikun jiswa' ferm iktar minn dawn il-fees.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien naqbel perfettament ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant u ninsab konvint li jekk kemm-il darba nkomplu niddiskutu fi spirtu ta' komprensjoni u fl-istess ħin b'id ferma ma' l-għaqdiet tal-kaċċaturi - kif wara kollox dejjem għamilna, għax dak li hemm bżonn jiġi attwat għandu jiġi attwat - naslu sabiex insolvu anke din il-kwestjoni u dawn l-għaqdiet jaslu biex iħeġġu lill-membri tagħhom biex jikkonkorru għal dan l-eżerċizzju, li permezz tiegħu għallinqas id- dipartiment ikun jaf kemm hawn tajr ibbalzmat u fejn hu, ħalli finalment tkun tista' tinbeda folja ġdida.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li mal- liċenzja għandu jkun hemm formola fejn il-kaċċatur jiġi mitlub jiddikjara t- tajr protett ibbalzmat li għandu fil-pussess tiegħu qabel ma tiġġeddidlu din il-liċenzja?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, onestament jien ma nixtieqx nidħol fid-dettalji ta' kif se titħaddem din is-sistema għaliex din hija kwestjoni teknika li jrid jieħu ħsiebha d-dipartiment, pero' se nieħu s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għax jagħmel ħafna sens.", "Li rrid ngħid biss huwa li dan ma jkunx biżżejjed għaliex wieħed ikun irid jara jekk dak li kitbu fil-formola jkunx minnu verament.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, billi l-Viċi Ministru qal li qed isiru l-konsultazzjonijiet ma' l-għaqdiet tal-kaċċaturi, nixtieq niġbidlu l- attenzjoni li ċertament hemm ħafna nies li minkejja li m'humiex membri ta' l-għaqdiet tal-kaċċaturi u minkejja li saħansitra m'humiex kaċċaturi, fid- djar tagħhom għadhom xi għasafar protetti bbalzmati.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jekk dawn in-nies għandhomx jirreġistraw dawn l-għasafar ukoll.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jekk kemm-il darba ħarġet legal notice li tgħid li kull min għandu tajr protett ibbalzmat għandu jirreġistrah, din qed tobbliga anke lil wieħed li jkun dilettant tal-fawna jew lil min qed iżomm xi kollezzjoni ta' dawn l-għasafar għal skopijiet ta' studju biex jirreġistra dan it-tajr, allavolja dan ma jkunx kaċċatur.", "PULIZIJA - PIETA - TRAFFIC ACCIDENT", "8256.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk humiex qed isiru investigazzjonijiet fejn persuna barranija ttajret u tkankret għal xi distanza minn karozza li fiha kien hemm żewġt irġiel nhar it-23 ta' Lulju, 1997 għal xi d-9.00 p.m. ġo Marina Str, Pieta'?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li kellu jindaħal fil-kwestjoni l-Assistent Kummissarju Brincat?", "X'kien ir-riżultat ta' l-investigazzjoni u xi ġrieħi ġarrbet il- persuna msemmija?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li hemm proċeduri kriminali pendenti fil-qorti in konnessjoni ma' dan l-inċident.", "ĦABS ĊIVILI - TOBBA - GROUP PRACTICE", "8343.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-ħabs huwiex se jidħol group practice tat-tobba ġdid biex jieħu ħsieb is-saħħa tal-priġunieri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva u fil-fatt dan il-grupp beda jaħdem fit-13 ta' Ottubru li għadda.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, riċentement f'waħda mill-gazzetti kien hemm allegazzjoni jew rapport li kellu jitkeċċa jew kien tkeċċa t-tabib tal- ħabs.", "Hemm xi kummenti min-naħa tal-Prim Ministru fuq dan?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nista' nagħti l-kummenti tiegħi pubblikament imma kont nippreferi ngħaddi din l-informazzjoni fuq bażi personali.", "EMIGRANTI", "8366.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' emigrants kull sena fl-aħħar 10 snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "EMIGRANTI LI ĠEW LURA", "8367.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' returning emigrants kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jitqiegħqed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "ETC - INTERNAL WORKINGS", "8543.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-internal workings ta' l- ETC dwar l-istatistika rigward ix-xogħol relattiv għal Lulju 1997?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jara t-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8525 f'seduta Nru 122.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, it-tweġiba li qed jirriferi għaliha l- Ministru kienet tgħid li l-workings għadhom m'humiex lesti.", "Jien ma nistax nifhem kif ninsabu f'nofs Ottubru u l-internal workings tax-xahar ta' Lulju għadhom m'humiex lesti; u dan anke meta wieħed jikkonsidra l-fatt li l-Ministru diġa' ta pubblikament statistika oħra li għandha x'taqsam mal- kamp tax-xogħol.", "Din l-istatistika hija proprju l-konklużjoni ta' l- internal workings li waslu għalihom.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, minn din ir-risposta li għadni kemm tajt, jien qed nifhem li din l-informazzjoni diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jekk jien skorrett allura rrid nara x'ġara u għaliex ma tpoġġietx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, nista' nassigura lill-Ministru li din l- informazzjoni żgur ma tpoġġietx għaliex din id-domanda, għalkemm tirriferi għal-Lulju, fil-fatt ġiet tabled fit-2 ta' Ottubru.", "Nista' nassigurah ukoll li r-risposta l-oħra, li kienet tirriferi għall-workings ta' Settembru, kienet tgħid li dawn ma kenux lesti.", "Jien nifhem li ta' Settembru jista' jkun li l-workings ma kenux lesti pero' naħseb li tajjeb li wieħed jiċċekkja x'ġara fil-każ ta' Lulju.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, se niċċekkja dwar dan għaliex fhimt li din l-informazzjoni diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Li seta' ġara hu li peress li l-Onor.", "Interpellant qiegħed ta' kull xahar jitlob għall-istess informazzjoni, sar żball f'dak is-sens.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8544.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għax-xahar ta' Lulju 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir- reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u jindika għaliex l-ETC ddeċidiet li taqtagħhom?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: In-numru ta' persuni li għax-xahar ta' Lulju 1997 ma komplewx jirreġistraw minn jeddhom kien ta' 535.", "In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Lulju 1997 kien ta' 84.", "Ir-raġuni li wassal għal qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "|m'aċċettawx taħriġ |14 | |jirreġistraw u jaħdmu |49 | |m'aċċetawx xogħol | 8 | |m'attendewx intervisti |13 |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, f'okkażjoni oħra f'dan il-Parlament konna rrimarkajna fuq in-numru kbir ta' nies li xahar wara l-ieħor jingħad li jieqfu jirreġistraw minn jeddhom.", "Fil-fatt, b'riferenza għal Lulju, il- Ministru qal li waqfu 553 u fix-xhur preċedenti l-istess domandi eliċitaw risposti ta' 600, 700 u, jekk niftakar bl-amment, anke 800.", "Meta din in- naħa kienet staqsiet lill-Ministru jekk jidhirlux li dan huwa pjuttost numru għoli - qed nitkellmu fuq kważi 7% jew 8% tat-total tan-nies qiegħda - il-Ministru kien qal li anke hu jidhirlu li n-numru, almenu apparentement, huwa pjuttost inġustifikabbli u kien qal li l-ETC kienet qed tagħmel xi internal sampling jew proġett biex tara x'wassal għal dan in- numru.", "Jien għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'ħareġ minn dak l- eżami li qed isir.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, nista' ngħid li hemm diversi fatturi li jikkontribwixxu għal dan in-numru għoli ta' persuni li ma jkomplux jirreġistraw minn jeddhom.", "Per eżempju, ikollok numru sostanzjali ta' persuni li jsibu mpjieg u l-ETC tkun għadha ma rċevitx ir-return li normalment isir mill-employer.", "Fil-fatt jien tlabt lill-uffiċjali ta' l- ETC sabiex jinformaw lill-employers biex dan ir-return jibagħtuhulna kemm jista' jkun malajr.", "Ikun hemm ukoll numru ta' nies li jilħqu l-eta' tal- pensjoni u allura minħabba f'hekk isimhom ma jibqax jidher fl-elenku ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol.", "Ikun hemm dawk li jiġu medically boarded out u ma jinformawniex.", "Ikun hemm dawk li jkunu unfit for work u naturalment hemm ukoll grupp żgħir ta' nies li ma nafux għal liema raġuni ma jibqgħux jinvestigawhom.", "Pero' li nista' ngħid huwa li issa dan in- numru naqqasnih sewwa.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membru jridu japprezzaw li jien noqgħod fuq li jgħiduli l-advisers.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, dan li se ngħid huwa iktar suġġeriment milli mistoqsija.", "Il-Ministru jaf li hemm avviż legali li jgħid li min iħaddem suppost li dak inhar stess jinforma lill-ETC li jkun daħħal lil xi ħadd impjegat miegħu u min jabbuża għandu jinġieb quddiem il-qorti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, jien naf bil-legal notice li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant u għalhekk tajt ordni biex nimxu skond il-liġi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien napprezza li l-Ministru jrid joqgħod fuq il-parir ta' l-advisers pero' sinċerament ikolli ngħid li dawn il-pariri ngħataw mingħajr biss ma sar studju.", "Ir-raġunijiet li semma l- Ministru huma ovvji - u naqbel miegħu li dawk jistgħu jkunu r-raġunijiet - pero' jien nistaqsi jekk dawn ir-raġunijiet joħorġux minn xi sample partikolari.", "Per eżempju, nistgħu nieħdu bħala sample in-nies li waqfu jirreġistraw f'Jannar li għadda; żgur li mill-files li għandha l-ETC wieħed jista' jara kemm minnhom huma reġistrati, kemm huma dawk medically boarded out u kemm huma dawk ċertifikati unfit for work.", "Jiġifieri jien qed nistaqsi jekk sarx eżami mill-ETC ut sic fuq sample ta' xahar jew jekk dawn humiex biss assunzjonijiet.", "Jekk sar dan l-eżami, fuq liema xahar sar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, dan l-eżerċizzju li qed isemmi l- Onor. Interpellant sar fuq eżempju ta' xahar, pero' ta' liema xahar ma nafx għaliex ma qalulix.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 157 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizz tat-Telefon; u", "Lista ta' batching plants liċenzjati f'Malta u f'Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8965.", "MADAM SPEAKER: Grazzi, il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport magħmul mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija dwar laqgħat tan-National Co-ordinating Unit, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8969.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech..", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 156 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Dħul ġewwa Żoni Ristretti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont ta' skart mormi fil-miżbla tal-Magħtab u fil- miżbla ta' Wied Fulija, limiti taż-Żurrieq, bejn l-1994 u 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8981.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar il-complement ta' ħaddiema fi sptarijiet tal-gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8888.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Breakdown tal-vot tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għall-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8948; u", "Lista li turi n-numru ta' impjegati mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9062.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 158 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 13).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-qatla fil-biċċerija mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8885.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR.", "LOCAL AND OTHER LOANS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Ottubru, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona huwa in possession of the House.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, meta kont qed nitkellem fis- seduta ta' qabel, kont qed nipprova navvanza l-argument li rigward il- kwestjoni li dan il-Parlament qed ikollu jżid is-self għal dan il-Gvern, ikun tajjeb li wieħed jibda sabiex ixejjen il-ħafna kliem li qed jiġi ppumpjat b'mod metodiku - m'hemmx għalfejn li wieħed joqgħod jadatta xi conspiracy theory - fis-sens li kieku Malta kellu jkollha full membership fl-Unjoni Ewropea f'daqqa waħda kien se jiġi dulluvju ta' flus kull sena.", "Ovvjament din hija n-naħa l-oħra tal-bżonn reali u attwali tas-self li qed jiġi propost mill-Ministru tal-Finanzi hawnhekk illejla sabiex ikun jista' jagħmel tajjeb għad-deficit li għandu l-Gvern.", "Madam Speaker, l-ewwel punt li nixtieq nagħmel huwa li meta wieħed iħares lejn dawn l-aħħar tliet xhur minn meta bdiet din l-orkestrazzjoni dwar il-bżonn ta' sħubija sħiħa għall- finijiet finanzjarji daqshekk ilellxu, isib li dawn il-miljuni li suppost ġejjin mill-Unjoni Ewropea biddlu n-natura numerika tagħhom tant drabi li jwaqqgħu suspett kbir fuq kif qegħdin jiġu maħduma.", "Ikun tajjeb li wieħed jistaqsi lil min qiegħed jgħid li Malta kienet se tibbenefika minn Lm26 miljun fis-sena, kif ma żammx il-pożizzjoni tiegħu meta din iċ-ċifra ġiet riveduta għal Lm47 miljun fis-sena Imbagħad saret qabża oħra ikbar għal Lm100 miljun fis-sena.", "Imbagħad il-Kap ta' l- Oppożizzjoni din niżżilha b'ċerta moderazzjoni - suppost li f'exercise xjentifiku diffiċli jkollok dawn in-numri kollha jaqbżu 'l hawn u 'l hinn - għaċ-ċifra ta' Lm87 miljun.", "Hija ħaġa ta' l-iskantament li jkollna dawn in-numri kollha jitbiddlu fuq perijodu ta' xahrejn u nofs, jew tlieta u ma jkollniex a correct record.", "Il-kwestjoni tal-flus li kellhom jiġu mill- Ewropa saret qisha l-logħba tal-lottu daqskemm għandna ċifri!", "Għandna 26, 47, 80, 100, imbagħad erġajna nżilna għal 87 u 80.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex qegħdin ngħidu bejn Lm26 miljun u Lm28 miljun għaliex forsi jkun hemm xi skorettezza meta wieħed qed iqis il-growth tal-popolazzjoni jew il- growth tal-GNP, imma bejn Lm26 miljun u Lm100 miljun, varjanza tant radikali li dawk li suppost qed jaħdmu ċ-ċifri żgur li qegħdin jaħdmu fuq kriterji differenti.", "Qed ngħid dan għaliex, apparti kollox, tajjeb ta' min jiftakar ukoll li l- għajta ta' l-Oppożizzjoni biex Malta tissieħeb ma' l-Unjoni Ewropea ilha li bdiet mill-1976 u tajjeb li niftakru li dik kienet reviżjoni ta' konsiderazzjonijiet profondi u analitiċi li kienu saru f'Kabinett Nazzjonalista tal-late sixties meta n-Nazzjonalisti fil-gvern kienu qegħdin jeżaminaw il-possibbilta' li jmorru għal full membership jew għal association agreement.", "F'dik l-analisi kollha, min-naħa kienu sabu li full membership kienet se tkun diffiċli biex jottjenuha u mill-banda l-oħra diffiċli għal Malta biex issostniha u kienu spiċċaw biex lejlet l-elezzjoni ta' l-1971 jiffirmaw biss association agreement.", "Allura jkun tajjeb li wieħed jibda billi jistabilixxi li dak iż-żmien l-ewwel relazzjonijiet tal- Partit Nazzjonalista fil-gvern ma' l-EEC kienu wkoll tentattivament immirati sabiex jġibru anke full membership, pero' kienu raw li minn naħa l- EEC stess ta' dak iż-żmien ma kenitx tant interessata - u dan huwa reġistrat fl-iskambji diplomatiċi li hemm ġol-Foreign Office - u min-naħa lokali kienu raw li anke l-ftit industrija, il-biedja u t-turiżmu li kellna kienu se jbatu kieku Malta kellha tkun membru sħiħ u għalhekk intgħażlet it-triq ta' l-association agreement.", "Meta wieħed jgħid dan tajjeb imbagħad li jerġa' jeżamina l-għaliex fid-disa' snin u nofs sħaħ ta' Gvern Nazzjonalista, allavolja tbiddlet il-mira, ma nġabet ebda għajnuna aktar partikolari.", "Ta' min wieħed jistaqsi wkoll kif qed jgħidu li din issa tant hi bnina għal Malta għal raġunijiet differenti.", "Jien hawnhekk qed nipprova fil-qosor niġbor dawn it-tliet fażijiet.", "L- ewwel fażi dik tas-snin sittin, meta l-għajta kienet li wara l-indipendenza ta' l-1964 il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien qed jara li Malta - u hawn issa t-tieni argument tiegħi - kienet ġiet sfaxxata mingħajr ebda sigurta' ta' xejn għaliex qabel l-1964, bħala art metropoli ta' l-imperu Ingliż jew x'kien baqa' mill-imperu Ingliż, li kieku sar xi attakk fuq Malta - u f'dak iż-żmien tal-cold war, f'diversi rkejjen tad-dinja dan kien qed jiġi perċepit bħala minaċċja reali - wieħed kien jistenna, allavolja garanzija daqstant ma kienx hemm, li bħala territorju Ingliż l-Ingilterra kienet taqbeż għal Malta bħala possessjoni Ingliża.", "Peress li l-Ingilterra kienet membru tan-NATO, underlying all that kien hemm ukoll il-garanzija tan-NATO u allura mhux biss l-Ingilterra kienet tabqeż għal Malta imma l- membri l-oħrajn tan-NATO ukoll kienu jabqżu għal Malta - all for one and one for all. Wara l-1964 kienu damu sena sħiħa sa l-1965 - ifittxu garanziji mingħand l-Ingilterra u mingħand in-NATO.", "Il-garanziji mingħand l-Ingilterra kienu naqra wishy washy u n-NATO kienu aktar u aktar elusivi għaliex kien hemm biss paragrafu li jgħid li n-NATO tidħol f'konsultazzjonijiet mal-Gvern Malti jekk il-Gvern Malti jħossu mhedded jew jekk is-sovranita' u l-integrita' ta' Malta tiġi fil-fatt vjolata.", "Allura f'dak il-baħar li kienu qed jipperċepixxu, l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ra li jkun tajjeb li jankra mal-European Union bħala membru sħiħ għaliex dak iż-żmien kienu għadhom qed jiftakru li fil-fifties il-European Union kienet ipprovat tagħmel common defence community imma waqfet għaliex il-proposta ma kenitx għaddiet mill-Parlament Franċiż.", "Qed nissottometti dan il-punt u qed nagħti dan il-background l-aktar sabiex nagħmel highlighting tal-fatt li fis-sixties ir-raġunijiet tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern għal sħubija fl-EEC kienu pjuttost minħabba sigurta' li ma rnexxilhomx ikollhom bejn l-1964 u l-1971 min-naħa ta' l- Ingilterra minħabba fl-indipendenza kostituzzjonali.", "Madam Speaker, imbagħad oħroġ il-għaġeb, fl-1976 erġajna bdejna naraw ċertu tqanqil intern.", "Fl-1977 l-Onor.", "Fenech Adami ġie elett bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u beda jgħid li Malta jmissa tidħol membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, dak iż-żmien l-EEC.", "Allura hawnhekk, bid-dħul ta' l-Onor.", "Fenech Adami fix-xena, bħala leader tal-Partit Nazzjonalista, rajna bidla radikali fil-policy tal-Partit Nazzjonalista minn dik ta' bejn l-1971 u l-1978.", "Mela filwaqt li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, bil-materjal kollu u bir- records kollha f'idejh u bid-diplomatiċi li kellu fi Brussels, kien ra u analizza li ma kienx jista' jmur għal full membership, bħala ħaġa ġdida ta' kap ta' oppożizzjoni ġdid ħarġet il-policy li wara l-1979, bl-għeluq tal- bażijiet militari, kien ġej il-baħħ u allura kellna nibdew nimxu fid- direzzjoni ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk naħseb li jkun tajjeb li nagħmel footnote żgħir dwar kif fit-Trattat ta' Ruma hemm żewġ sections li jistabilixxu żewġ tracks totalment separati.", "Artiklu 238 jgħid li pajjiż jew grupp ta' pajjiżi jista' japplika biex ikollu association agreement bejnu u l-EEC, filwaqt li f'artiklu 237 hemm li pajjiż jista' japplika għal sħubija sħiħa jekk ikun pajjiż Ewropew.", "Qed ngħid dan kollu sabiex inwaqqfu il-ħafna paraguni mal-Marokk għaliex b'hekk inkunu qegħdin nagħmlu ħafna retorika żejda.", "Issa ħalli nerġa' mmur lura għal-linja ta' l-argument.", "Madam Speaker, kif kont qed ngħid, fis-sixties l-aspett ta' security ġie kkonsidrat bl-ikbar reqqa imma l-Partit Nazzjonalista fil-gvern għażel li jmur għal association agreement u mhux għal full membership, allavolja dak iż-żmien il-kwestjoni ta' security kienet waħda taħraq sew fil-Mediterran.", "Kien hawn il-gwerra tal-Lvant Nofsani, l-iżviluppi għaddejjin fl-Eġittu, l- iżviluppi ta' l-Algerija u l-Marokk, l-Amerikani kienu daħlu bis- sottomarini fil-Mediterran u l-Unjoni Sovjetika ukoll kienet daħlet bil- flotta tagħha.", "Jiġifieri dak iż-żmien kien hawn baħar imqanqal mhux ħażin pero' madanakollu l-Gvern Nazzjonalista analizza raġonevolment - hawn qed inżid din il-kelma - li allavolja kien hemm dawn il-kwestjonijiet kollha ta' sigurta', kien se jmur għat-track ta' association agreement u mhux għal full membership.", "Imbagħad, Madam Speaker, fit-tieni fażi, fl-1977 u l- 1978 joħroġ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-ġdid, l-Onor.", "Fenech Adami, u jgħid li Malta għandha taqsam l-ideali u l-viżjoni, li l-insara kollha qegħdin flimkien, li għandna kwestjoni ta' sigurta' taħraq ħafna fid-dinja u li allura post Malta huwa fl-Ewropa bħala membru sħiħ.", "U minn hawn bdiet it- tieni fażi bl-għajta ta' sħubija sħiħa.", "Issa hawnhekk nidħlu għat-tielet fażi ta' din il-kwestjoni u nixtieq nissottolinea li l-perijodu ta' bejn l- 1987 u l-1990 għadu misteru għal ħafna analisti.", "Wara għaxar snin sħaħ ngħidu l-ħin kollu li post Malta huwa fl-Ewropa għaliex minn hemm nistgħu nieħdu s-sigurta' li rridu, x'ġara imbagħad bejn l-1987 u l-1990?", "F'dan il- perijodu l-pressjoni ta' nuqqas tas-sigurta' ma kenitx hemm?", "X'ġiegħel lill-Gvern Nazzjonalista jkaxkar saqajh għal sentejn u nofs jew tlieta biex japplika għal sħubija sħiħa?", "Għalija dan iqajjem suspetti kbar għaliex l-applikazzjoni lanqas kellha bżonn studju jekk f'dawk l-għaxar snin ta' bejn l-1977 u l-1987 suppost kienu saru l-istudji u l-kuntatti kollha ma' dawk li jaqsmu l-ideali ta' Malta fl-Ewropa.", "Allura bejn l-1987 u l-1990, meta ma kienx għadu waqa' l-ħajt ta' Berlin u l-Unjoni Sovjetika kienet għada ma sfaxxatx x'ġara biex ma saritx l-applikazzjoni ta' tliet linji?", "Applikazzjoni formali, mhux biss ta' Malta imma ta' kull pajjiż li japplika ikun fiha biss li l- Gvern ta' pajjiż \"X\" b'dan qed jissottometti t-talba tiegħu għal sħubija sħiħa fl-EEC, fl-EURATOM, fl-ECSE jew it-tlieta f'salt.", "Fl-1990 Malta għamlitha għat-tlieta f'salt.", "Imma taħt Gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1990 x'żamm lil Malta milli tagħmel l-applikazzjoni formali?", "Hawnhekk nissottometti li kien hawn lull li kixfet li l-kwestjoni kollha tas- sigurta' kienet biss velu li kien qed jgħatti r-realta'.", "Din kienet qisha gimmick għall-elezzjoni sabiex jiġbdu lil kulħadd lejn l-Ewropa - il- prestiġju ta' l-Ewropa ovvjament huwa għoli - u kienu bellgħuha lil ħafna nies li mill-għada li jitla' Partit Nazzjonalista fil-gvern kien se jkun hemm ix-sharing of resources.", "Min jaf x'kienu qegħdin jaħsbu ħafna Maltin!", "Forsi kienu qed jaħsbu li la nissieħbu, jekk il-Ġermanja għandha Lm1 miljun u Malta għandha Lm100, allura aħna jkollna Lm0.5 miljun u Lm50 u huma jkollhom Lm0.5 miljun u Lm50, għaliex se naqsmu nofs bin-nofs r- riżorsi tagħna magħhom u se niġu ndaqs.", "Madam Speaker, il-mistoqsija li rrid nagħmel illejla hija din: F'dawk is-sentejn u nofs, is-sigurta' ġiet sospiża jew minsija?", "Imbagħad oħroġ il-għaġeb, fir-raba' fażi mill-1990 sa l-1996 kien hemm sensila ta' taħdidiet bejn ministri ta' l-affarijiet barranin Maltin u dawk Ewropej, li l-ħin kollu kienu jgħidu li qegħdin nagħmlu passi pożittivi u storiċi u li qed isiru żviluppi ta' progress, liema żviluppi kienu se jsaħħu s-sigurta' ta' Malta u li postna huwa fl-Ewropa.", "Kienu dejjem mexjin fuq dawn il-linji ta' sigurta' u ironikament - hawnhekk nerġa' nagħmel footnote - meta waqa' l-ħajt ta' Berlin u sfaxxat l-Unjoni Sovjetika, l- bogey komunista spiċċa iżda xorta waħda baqgħet tiġi phrased hekk.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li f'din il-kwestjoni għandna qisu erba' fażi, cioe' il-fażi tas-sittinijiet, il-fażi mill-1977 sal-1987, l-ironija ta' bejn l-1987 sa l-1990 u r-raba' mill-1990 sa l-1996.", "Innotajt ukoll li l- linja m'hijiex simetrika għaliex hemm il-hiccups tas-sittinijiet u l-hiccup l-oħra bejn l-1987 u l-1990.", "Issa, wara d-damdima li sofra l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjonijiet ġenerali, f'daqqa waħda dan is-sajf joħroġ il-fattur il-ġdid ta' għaliex Malta għandha ssir membru sħiħ fl- Unjoni Ewropea.", "U l-fattur il-ġdid li qed jiġi mressaq bħala l- overpowering factor - u mhux bħala wieħed fost ħafna fatturi - huwa dak tal- finanzi.", "Xejn m'aħna qegħdin nisimgħu fuq relazzjonijiet industrijali, fuq il-freedom of establishment u fuq kif jiġi affettwat il-prezz tal- proprjeta' hawn Malta.", "Kif għidt fil-bidu nett dan il-kriterju qed jiġi mressaq b'mod tassew mhux xjentifiku għaliex meta wieħed jara dawn l- oxxillazzjonijiet - minn Lm26 miljun għal Lm46 miljun, għal Lm80 miljun, għal Lm87 miljun u għal Lm100 miljun per annum - jibda jgħid li jew grupp jew ieħor ta' dawn l-analisti jew it-tnejn f'salt ma jafux fuq liema kriterji qegħdin jagħmlu l-kalkoli tagħhom.", "U allura anke hawnhekk wieħed għandu d-dubji dwar il-mod kif qegħdin jinħadmu u qed jiġu derivati dawn iċ- ċifri.", "Having said that, l-argument prinċipali llum m'huwiex iktar fuq is- sigurta'.", "F'dawn l-aħħar tliet xhur is-sigurta' forsi ssemmiet darba biss f'xi editorjal ta' \"The Times\"; u lanqas tawha importanza kbira, kemm semmewha bħala waħda minn żewġ fatturi oħra imma kemm kemm biex jimlew l- editorjal.", "Bħalissa the be all and end all tar-raġuni li qed titressaq għalfejn Malta għandha tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea huma l-finanzi.", "Allura jien nibda billi ngħid li jekk huma qegħdin jippreżentaw dan l- aspett tal-finanzi meta qabel kien għal raġunijiet ta' sigurta', mhux ukoll suspettuż kif dejjem bilfors trid issakkar lil Malta mal-European Union - kif iħobb jgħid l-Onor.", "Fenech Adami, \"to lock\" Malta - qisu l-poplu ta' Malta ma jistax jiġi fdat li jtella' partit alternattiv għal tiegħu, qisu jrid isakkarna ġo parameters tal-European Union?", "Hija sewwa din l- isfiduċja fil-poplu min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Jien ma naħsibx li huwa sewwa li nsakkru lil Malta ġo kwalunkwe tip ta' union bħal din.", "(Interruzzjonijiet) U kemm kemm ma telaqx 'il hinn iż-żejjed mill- parameters tal-European Union!", "U minn hawn, Madam Speaker, niġi għat-teżi li mhux biss jgħidu li dawn il-flus kienu se jkunu sostanzjati - allavolja kif għidt diġa' huma jikkwantifikawhom b'ħames jew sitt modi differenti u b'varjazzjoni ta' one is to four - u lanqas kien ikollna bżonn niġu llejla biex nissellfu miljuni aktar biex insoddu t-toqob li ħallewlna, imma donnhom qed jgħidu li dawn il-flus kienu se jkunu immediately available.", "Ngħid \"donnhom\" għaliex anke fil-mozzjoni li ressaq nhar l-Erbgħa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'din il- Kamra, l-ewwel preambolu jgħid \"Malta is prepared for membership\".", "Meta qed jgħidu \"Malta is prepared\" ifisser li issa mhux iktar qed jagħmlu kemm kemm stqarrija ta' twemmin li aħna għandna l-istess ideali Ewropej, li aħna kollha nsara bħalhom - ma nafx kemm huma kollha nsara ġewwa l-Ewropa! - u li aħna kollha demokratiċi bħalhom u dan it-tip ta' kliem li kien validu meta bdew bl-inizjattiva tagħhom fl-1977/78 għal sħubija sħiħa - dak iż- żmien, il-kwestjoni ta' preparedness kienet għada m'hijiex daqshekk teknika - imma issa dħalna fil-fażi fejn saret teknika ħafna ħafna l-kwestjoni kollha ta' relazzjonijiet ma' l-Ewropa u allura minn hawn nibda nxejjen iktar b'dubji kbar kemm kienet serja din il-preparedness for membership u nibda billi nsemmi żewġ kriterji fundamentali li hemm fil-Maastricht Treaty.", "Madam Speaker, mhux billi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qagħad isemmi l- Amsterdam Treaty u qagħad jgħid kemm dan biddel is-sitwazzjoni ta' qabel - jekk biddel, kienu xi affarijiet żgħar li ġabu dubju dwar kemm hemm ħeġġa biex issir institutional reform; infatti l-Belġju, l-Italja u Franza qalu li hemm bżonn isiru aktar riformi istituzzjonali - għax dak li ġara f'Maastricht fl-1992 għadu validissimu.", "Allura hawnhekk jien nistaqsi lill- Onor. Fenech Adami jekk hux qed jibbaża li ġejjin dawn il-miljuni kollha fuq Malta u li Malta se tgawdi dawn il-miljuni għaliex qed jasserixxi - u qed jerġa' jbella' lill-poplu din l-asserzjoni - li Malta hija preparata għal membership.", "Imma lill-Onor.", "Fenech Adami ngħidlu li mhux billi joqgħod jgħid li huwa \"lest\" għaliex fid-definizzjoni Ewropea, skond it- Trattat ta' Maastricht, din il-kelma għandha mill-inqas żewġ tifsiriet u ż- żewġ tifsiriet japplikaw għal kemm huwa kbir id-deficit fil-budget tal- gvern li qed japplika bħala proporzjon tal-prodott nazzjonali tal-pajjiż - u hawnhekk Maastricht jiffissa ċ-ċifra ta' 3% bħala ċ-ċifra li għandhom jaslu għaliha dawk il-pajjiżi li jridu japplikaw - u fuq is-sieq l-oħra jiffissa wkoll iċ-ċifra ta' kemm jista' jkun kbir d-dejn nazzjonali bħala persentaġġ tal-prodott ġenerali nazzjonali, liema ċifra hija ta' 60%.", "Mela jekk għandna dawn il-kriterji għal eligibility, ta' xejn noqogħdu ngħidu kemm irridu ningħaqdu għaliex għandna ideali kristjani jew Ewropej u we share the same ideals u dawn il-ħmerijiet kollha.", "Issa qegħdin iqiegħdulna very straight criteria li huma b'numri li ma tistax toqgħod tilgħab wisq bihom u ssajjarhom iż-żejjed.", "B'dawn in-numri trid tara l- qagħda ta' Malta jekk hijiex prepared jew le.", "Qed ngħid dan kollu għaliex nixtieq li dan l-argument kollu li għandna fil-pajjiż tonqoslu ftit ir- ragħwa u r-retorika u naraw x'inhuma l-possibbiltajiet ta' Malta li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-istat li tinsab fih illum.", "Ħalli nieħdu ż- żewġ kriterji - jekk il-budget deficit ta' Malta llum jilħaqx għal 3% jew inqas jekk id-dejn nazzjonali Malti huwiex taħt is-60% jew le tal-GNP - u naraw jekk Malta hijiex prepared u eliġibbli għat-termini ta' Maastricht fit-termini Ewropej li tant qed jisħaq fuqhom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu dan is-sempliċi exercise, se nkunu qegħdin ngħidu ħafna phrases emottivi dwar kemm hu sabiħ li nkunu ma' l-Ewropa u li d-destin tagħna huwa ma' l-Ewropa, phrases li ovvjament jirbħu l-argument.", "Ovvjament kulħadd irid ikun qiegħed tajjeb daqs l-aqwa Ġermaniż li qed jgħix ġo Frankfurt, imma lanqas għandna garanzija li għaliex se nkunu membri se jkun hekk, għaliex x'aktarx li aħna mal-parti ta' Sqallija se jġonġuna u ma nafx kemm l-average fi Sqallija qegħdin aħjar minna.", "Allura naħseb li jkun tajjeb li dik il-parti aħjar neżaminawha għaliha.", "Issa ħalli niġu għaċ-ċifri.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterromplik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li l-Onor.", "Sceberras Trigona jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Sceberras Trigona jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha filwaqt li naċċetta t-talba min-naħa ta' l- Oppożizzjoni sabiex nelabora iktar ħalli l-Onor.", "Membri jkunu lluminati aktar matul l-iljieli twal li ġejjin!", "Madam Speaker, kont se nikkjarifika ftit iċ-ċifri u nibda biex ngħid li l- gross national product ta' Malta huwa Lm1,200 miljun.", "Per eżempju, dan l- aħħar intqal li l-kumpannija tal-Coca Cola għandha madwar Lm8,000 biljun f'capital assets!", "Qed insemmi dan sabiex inkunu nafu fuqiex qegħdin nitkellmu f'termini ta' ċifri.", "Jiġifieri, kif diġa' għidt, il-gross national product tagħna huwa ta' Lm1.2 biljun u d-deficit qiegħed madwar Lm120 miljun.", "Meta wieħed jikkalkola d-differenza bejn dawn it-tnejn jara li ma tiġi xejn lejn it-3% jew under, kif jitlob Maastricht, imma tiġi viċin 10% u taħt ċerti kriterji oħra tiġi viċin 12%.", "Mela hawnhekk, la qegħdin daqshekk 'il bogħod, għandna xi ħaġa serja għaddejja u miċ-ċifri nibdew ninnotaw li m'aħniex prepared għal membership.", "Ċertament ukoll li min-naħa tal-European Union m'għandhomx bżonn wisq retorika min-naħa Nazzjonalista jew min-naħa Laburista.", "Dawn se jeżaminaw l-economic survey li se joħroġ ix-xahar li ġej, jaraw kemm hu l-budget deficit, jagħmluh proporzjon tal-prodott nazzjonali Malti u malajr jindunaw li dan qiegħed 10% tal-GNP.", "Allura dawn jgħidulna li b'dawk it-tip ta' persentaġġi qegħdin tant 'il bogħod li rridu ninsewha li se nkunu membri issa jew fil- futur immedjat.", "Fuq kollox ejja niftakru li llum il-ġurnata sħubija fil- European Union hija sħubija f'political, economic and monetary union.", "Allura l-Partit Nazzjonalista, li jaf li ċ-chances biex Malta tipparteċipa fl-economic and monetary union huma zero, irid li mmorru għal second jew third class membership?", "Allura wasalna sabiex infittxu third class membership, apparti imbagħad l-iżviluppi l-oħra li għadhom ma ħarġux fuq institutional reform, li mbagħad iniżżluna għal fourth jew fifth class membership?", "Madam Speaker, ir-realta' llum hija li m'aħniex eliġibbli biex nipparteċipaw f'economic and monetary union, iktar u iktar meta naraw li fil-każ tal-budget deficit dan jammonta għal madwar 10% tal-GNP tagħna u għal dak li jirrigwarda l-public sector borrowing requirement, bħala persentaġġ tal-GNP, insibu li għandna madwar Lm1,000 miljun bħala proporzjon ta' Lm1,200 miljun GNP, jiġifieri kważi 84%.", "Minn dan naraw li qegħdin sgarrati totalment mil-limitu ta' not more than 60% li jinsisti fuqu fit-Trattat ta' Maastricht.", "Mela Malta hija zoppa fuq iż-żewġ saqajn - u mhux bi ftit - li l-European Union fi Brussels qiegħda tiffissa bħala kriterji lill-membri applikanti.", "Anzi t-Trattat ta' Maastricht jagħti naqra leeway, fis-sens li jgħid li huwa tollerabbli li xi pajjiż ikun naqra batut fuq wieħed jew l-ieħor mill-kriterji, basta dan juri a dynamic trend li riesaq lejn l-osservanza ta' dawn il-kriterji.", "Il-ħabi li kien qed isir fil-1994/95 tal-letters of comfort - u dan sabiex il-Gvern seta' jibda juri li kien qed jersaq kważi lejn il-figura ta' 40% ta' dejn nazzjonali bħala persentaġġ tal-GNP - ma kien xejn ħlief cooking of the books.", "Imma fl-1996 dan il-ħabi kollu ma felaħx iżomm u ma stajniex inkomplu naħbu.", "L-istess ġara fil-qasam tad-deficit.", "Illum nafu li l-Gvern Nazzjonalista ma kienx qiegħed iħallas ċerti ammonti li kien daħal għalihom u allura d-deficit ma kienx qiegħed jagħti stampa ċara.", "Nista' ngħid li l-arretrati li se jkollna nħallsu u li ma kenux tħallsu qabel - u dan in-negozjanti Maltin jafuh; u naħseb li ħafna minnhom ivvotaw kontra l-partit ta' l-Onor.", "Fenech Adami għaliex kienu aware tal-kontijiet pendenti li kellhom mad-dipartimenti varji tal-gvern - jitilgħu għal madwar Lm17 miljun.", "Allura mhux ta' b'xejn li nersqu hawn illejla fil-Parlament biex nitolbu self li jammonta għal dawn il-miljuni kollha biex inkunu nistgħu nħallsu l-arretrati li minħabba din l-ossessjoni biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, b'ċertu cooking of the books il-Gvern Nazzjonalista kien qed jipprova juri li l-budget deficit kien anqas minn 3% bħala proporzjon tal-GNP u anqas minn 60% tad-dejn nazzjonali.", "Dik il- faċċata nżammet sa l-1995 biex forsi konna nidħlu ma' l-ewwel grupp, imma that is when Fenech Adami and the Nationalist Party in government missed the boat.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tal-lum kien il-ħin kollu jgħidilna li Kohl kien qallu li kollox sew u li kien qed jistenna li se nidħlu ma' l- Awstrija, mal-Fillandja u ma' l-Isvezja.", "U biex juri lill-EU li hu mhux biss kien xewqan bħala aspirant imma li kien diġa' beda miexi t-triq sew, beda jimplimenta l-miżuri li kienu ssuġġerewlu u hu aċċetta qabel ma eżamina l-costs tagħhom u qabel ma ra kemm kienu se jkunu l-benefits ta' dawn il-miżuri during the transitory period.", "Mela llum spiċċajna f'sitwazzjoni fejn qegħdin inħallsu għal dan ir-raġġar kollu li kien sar fl- 1994/95 sabiex jiġu ppreżentati l-kotba lill-EU minħabba li kien se jidħol mal-grupp li spiċċaw daħlu biss fih l-Awstrija, il-Fillanda u l-Isvezja.", "Kienu saru l-isforzi kollha biex ġabu d-deficit at 3.2% of GNP u taparsi kienu qegħdin jitkarrbu biss biex dan il-0.2% l-Ewropej ma jagħtux kasu għaliex qalulhom li t-trends ta' l-aħħar tliet snin ta' dak iż-żmien - 1992, 1993, 1994 - kienu qed juru li qegħdin nagħlqu iktar u iktar.", "U billi Maastricht jgħid li huma jaraw it-trends u mhux biss l-istatic figures, l-Ambaxxatur Malti fi Brussels kien mar jgħid li għalkemm id- deficit kien at 3.2% of GNP, f'affari ta' ftit xhur konna se naslu lejn 3% u anke under.", "Huwa kien moħħu mistrieħ li fuq il-public debt seta' faċilment iġibha li Malta kellha biss 40%, jiġifieri well below is-60% requirement bħala proporzjon tal-GNP.", "Madam Speaker, kif qed nipprova nuri, hawnhekk iż-żewġ saqajn ma jeżistux għalina llum f'October 1997.", "Ma jeżistux minħabba f'dak li ħbew fl-1994/95 li feġġ u deher fl-1996 u tellfilhom elezzjoni u li issa qed ikollna nħallsu għalih, kemm bħala arretrati, kif ukoll bħala ħlas ta' imgħaxijiet fuq dan id-dejn kbir, liema mgħaxijiet easily jitilgħu għal madwar Lm19 miljun fis-sena.", "Mela allura meta d-dejn qed ikun piż u l- imgħax fuq id-dejn qed ikompli joħloq piż ieħor konsiderevoli, u meta d- dħul u l-ħruġ qegħdin jiġu żbilanċjati tant bil-qawwi u dan issa qiegħed joħroġ - u dan kollu l-Onor.", "Fenech Adami diġa' kien jafu fl-1994/95 imma pprova jaħbih biex jasal għall-għan aħħari tiegħu li f'ħajtu jkun daħħal lil Malta fl-EU - kif jiġi llum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u dak li dak iż- żmien kien jigdeb li ma jafux, illum jibqa' jgħid li ma jafux u fl-istess ħin jgħid li Malta is prepared for membership?", "Hawn għandna bżonn naqra onesta` politika.", "Hawn għandna bżonn li l-Oppożizzjoni tidħol f'dan il- Parlament u tgħidilna: Iva, illum il-qagħda hija kif qed tgħidu intom u ċ- ċifri huma korretti kif qegħdin tgħiduhom intom.", "Illum l-Oppożizzjoni qiegħda f'bind ta' l-imġienen, surrealista kważi.", "L-Oppożizzjoni ma tistax tiġi hawn u taċċetta li dawn iċ-ċifri huma veri, awtentiċi u mill-banda l- oħra tgħid li Malta is prepared for membership meta kif qiegħed nuri Malta is absolutely not prepared for membership on these two basic Maastricht criteria.", "Dan qiegħed ngħidu fuq il-Maastricht criteria, apparti kwestjonijiet oħra.", "Per eżempju, insemmi l-Euro.", "S'issa għadni ma rajtx studju ppubblikat minn dawk li riedu li Malta tidħol fl-economic and monetary union, u li allura kien ikun ifisser li sa l-aħħar tas-sena d-dieħla kien se jkollna ndaħħlu l-Euro bħala l-European common currency.", "Huma qed jgħidu li kienu sejrin f'dik it-triq.", "Issa apparti li minn dan kollu li għidt u kif urejt s'issa Malta mhijiex ippreparata u allura once again lanqas kienet tiġi aċċettata mill-Ewropa anke kieku tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, imma meta nafu li l-economic and monetary union tfisser il- European common currency, hija responsabbilta' li aħna lanqas biss nafu jekk ridux jibqgħu barra għalissa jew jekk ridux jidħlu fl-EMU?", "Kif kienu se jġibu l-option li jibqgħu barra u fuq liema bażi kienet se tiġi stabilita l-exchange rate tal-lira Maltija mal-Euro?", "Kieku l-Gvern Nazzjonalista kellu jidħol, din kienet se tfisser żvalutazzjoni effettiva tat-transazzjonijiet lokali u ta' dawk Maltin ma' barra minn Malta?", "Xi tfisser il-Euro għal Malta?", "Kif qatt ma qalu xejn f'dawn is-snin kollha li kienu fil-gvern meta kellhom tant esperti barranin biex jagħtuhom pariri?", "Hija ħaġa serjissima l-kwestjoni ta' l-Euro bħala single currency, li mbagħad il-Bank Ċentrali ta' Malta jista' jaqbad u jisfaxxa għax kien se jkun hemm Bank Ċentrali Ewropew li jiddomina kollox u jkun hu li jtella' u jniżżel il-valur tal-munita, li taffettwalek kemm se tixtri minn barra u b'kemm se titħallas ta' l-esportazzjoni tas-servizzi tiegħek lit-turisti u b'kemm se titħallas ta' l-esportazzjoni tal-prodotti tiegħek.", "Ħalli jgħidulna l-Federation of Industry, bil-kuntentizza kollha tagħhom li deħlin fl-Ewropa, x'kien se jkun l-impact ta' l-Euro fuq l-industrija Maltija.", "Ħalli jgħidilna s-settur tat-turiżmu x'kien se jkun l-impact ta' l-Euro fuq it-turiżmu Malti.", "Ejja nisimgħuhom lil dawn li jitkellmu fuq is- servizzi terzjarji jgħidulna x'kien se jkun l-impact ta' l-Euro.", "Qatt iddiskutewhom dawn l-affarijiet, apparti li dawn dejjem b'idejhom miftuħin, qishom telgħin is-sema bl-istilel ta' l-Ewropa fuq rashom, u ma jitkellmux fuq affarijiet essenzjali li għandhom timetable!", "Dawn mhux qegħdin jitkellmu fuq il-Euro għas-sena 2050 għax l-Euro in fourteen months time hemm se tkun.", "U Malta x'relazzjoni kien se jkollha mal-Euro kieku Malta kellha ssir membru sħiħ kif xtaqu, kif ħadmu, kieku l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern?", "Il-Euro hija l-qalba tal-kwestjoni għax din mhijiex iktar kwestjoni tar-riforma tal-politika agrikola li għandha effett u impatt fuq is-settur, mhijiex kwestjoni tal-common fisheries policy li għandha impatt fuq settur ieħor, imma l-Euro għalina tneħħilna minn idejna element kbir ta' sovranita' li inti tista' tiddetermina l-money supply tiegħek, tista' tiddetermina l-valuta tiegħek, x'rata ta' skambju għandek ma valuti ta' pajjiżi oħra.", "Dawn huma affarijiet tant essenzjali li iktar u iktar toħroġ l-irresponsabbilta' meta ma ħareġ ebda rapport fil-pubbliku.", "Issa jekk kien sar xi wieħed sigriet u għadu sigriet sal-lum ngħidulhom joħorġuh ħalli naraw u neżaminaw aħna wkoll, għax aħna wkoll għandna għajnejna u rasna biex nistgħu neżaminawh.", "Kieku jien kont fil-kamp Nazzjonalista u nisma' li sejrin lejn sħubija sħiħa, l-ewwel mistoqsija li kont nagħmel hija: Sħubija sħiħa tfisser economic and monetary union u allura ġejja l- Euro.", "Allura Malta x'se tagħmel?", "Se tidħol fl-exchange rate mechanism?", "Lesta biex tidħol fl-EMU jew mhijiex lesta?", "Mela jekk mhijiex se tidħol hemmhekk, at what rate se tkun il-lira Maltija mal-Euro?", "U jekk se tidħol hemm, x'effett se jkollha l-Euro fuq l-ekonomija Maltija?", "Madam Speaker, dawn l-affarijiet juru kemm Malta ma kenitx ippreparata għal EU membership.", "U hemm is-sieq l-oħra issa, għaliex kollox b'żewġ saqajn dieħel, qisna fl-arka ta' Noe'!", "Sħubija sħiħa tinvolvi l-economic and monetary union u tinvolvi ukoll il- common foreign and security policy.", "Jekk fil-common foreign and security policy, fl-avis stess qalulhom ċar u tond li se jkollhom jaraw kif se jbiddlu l-Kostituzzjoni, fejn n-newtralita' qiegħda entrenched biż-żewġ terzi, x'kienu se jagħmlu fuqha din?", "Il-joint action hija maħsuba taħt Maastricht - mhux taħt it-Treaty of Rome, għax taħt Maastricht daħlet il- joint action bħala l-common foreign and security policy u issa t-Treaty of Amsterdam għamlitha iktar tassattiva - u allura nistaqsu: X'kienu se jagħmlu fil-political aspects ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jien qed inressaq dan kollu għaliex jidher ċar li Malta ma kenitx ippreparata għall-economic and monetary union u f'dawk il-lagħqat kienet se tibqa' barra anke kieku kienet daħlet bħala membru sħiħ.", "Ħalli ngħidu li Malta kienet se ssir membru sħiħ sentejn, tlieta oħra, imma għall-economic monetary union ma kenitx ippreparata żgur.", "Malta ma kenitx ippreparata lanqas għall-common foreign and security policy għax din taż-żewġ terzi ma kenux għadhom neħħewha.", "Issa apparti d-diskussjonijiet fuqha.", "Għalissa jien qed nipprova neżamina l-istate of preparedness, għax huwa skond l-istate of preparedness li mbagħad toħroġ il-konklużjoni tal-Partit Nazzjonalista, li ladarba Malta llum diġa' hija ppreparata hija eliġibbli għal dawn il-fondi li ġejjin bħax-xita u allura m'hemmx għalfejn noqogħdu nitkellmu fuq ħofor għax dawn se jimtlew bi flus Ewropej.", "Jien qed nagħmel din l-argumentazzjoni llejla għax din ir-retorika hija misleading and as dangerous as it is misleading u ma jgħinx id-dibattitu fil-pajjiż meta wieħed joqgħod jgħid li d-deficit u d-dejn nazzjonali se jiġu wiped off instantly, bil-magic, bil-flus li suppost ġejjin mill- Ewropa, għax dan kollu huwa mwaħħal mal-premessa li Malta hija prepared għal membership.", "Malta m'hijiex prepared għal membership, kemm min-naħa ekonomika u kemm min-naħa politika.", "Jiġifieri dik it-tip ta' preparation kienet se tintefa' 10 jew 15 years from hence, li mbagħad f'dik is- sitwazzjoni trid tkun profeta biex tara x'se jkunu l-affarijiet dakinhar.", "Imma llum, bil-Euro magħna sa l-aħħar tas-sena li ġejja, b'deficit li qiegħed kważi 10% tal-GNP u b'public debt ta' madwar 84% - u allura qegħdin way off t-targets stabiliti f'Maastricht - la Malta mhijiex ippreparata mhijiex eliġibbli għal dawn il-finanzi.", "Allura nixtieq nagħmel challenge lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, lill-partit tiegħu u lill-konsulenti li għandu, li kollha jiktbu, jiktbu, jiktbu, mhux biex nagħmlu xi dwell, imma biex jibdew l-argument tagħhom minn dawn iċ-ċifri u minn dawn il-kriterji li qegħdin insemmu.", "Nagħlaq billi nsemmi Agenda 2000, li semma' l-Onor.", "Pullicino hawnhekk u jien għidtlu li f'Agenda 2000 Malta ma tissemmiex.", "Illum \"The Times\" fetlilha tagħmel misquote ta' dak li għidt jien billi qalet li jien għidt li Ċipru u Malta ma jissemmewx.", "Malta ma tissemmiex.", "L-ewwelnett Agenda 2000 qiegħed immirat għal Central and Eastern Europe u Ċipru jissemma biex ikun issemma'.", "Malta ma tissemmiex f'Agenda 2000.", "Allura kif qegħdin kollha jsemmu Agenda 2000 meta Malta ma tissemmiex fih?", "Hawn fejn qed ikollna misleading tal-poplu Malti u, jiddispjaċini ngħid, l-iktar taż- żgħażagħ Maltin.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas biss jiċċekkjaw id- dokumenti.", "Issa jekk noqogħdu nidderivaw ...", "(Interruzzjonijiet) Mhux qiegħda f'Agenda 2000.", "Mur staqsihom.", "Ma tistax toqgħod tgħid li Malta qiegħda tissemma f'Agenda 2000.", "(Interruzzjonijiet) Kitbu fil-gazzetti li Malta qiegħda f'Agenda 2000 u kien hemm min idderiva li Malta mhux Lm46 miljun se tieħu imma Lm87 miljun u kien hemm min qal li se tieħu xi Lm100 miljun għax kulħadd għaddej iqabbel kif irid.", "Allura qed isir paragun ta' paragun ta' paragun, derivazzjoni ta' derivazzjoni, u għalhekk joħorġu dawk iċ-ċifri kollha, waħda tvarja mill-oħra.", "Imma above all, il-punt kardinali huwa li kemm fir-regoli ta' Maastricht tat-3% tal-GNP għal dak li huwa l- budget deficit u tas-60% tal-GNP għal dak li huwa public debt għall-GNP, Malta mhijiex ippreparata.", "Allura aktar u iktar Agenda 2000 ma ssemmiex lil Malta, la mhijiex ippreparata f'dawk l-oqsma finanzjarji u ekonomiċi.", "Imbagħad hemm l-aspett l-ieħor tal-common foreign and security policy li Malta mhijiex ippreparata minħabba li m'hawn l-ebda ftehim fuq il-kwestjoni taż-żewġ terzi li kienu semmewlna mill-ewwel fl-avis.", "Lejn l-avis irridu nħarsu u mhux lejn Agenda 2000 biex naraw kemm Malta hija riesqa jew le lejn sħubija.", "Ladarba Malta mhijiex ippreparata, dawk il-miljuni mhumiex available u għalhekk Malta se jkollha ssofri billi jkollna nagħmlu dawn il- loans.", "Dawn il-loans żgur mhumiex minħabba xi tberbiq li sar f'dawn l-aħħar għaxar xhur minn dan il-Gvern, anzi dan il-Gvern qed iżomm il-brejkijiet b'mod li hawn ħafna nies li qegħdin jinkwetaw.", "Veru, imma dan irid isir bilfors bħala l-mediċina li jkollha tittieħed ħalli nkunu nistgħu nerġgħu nfiequ.", "Imma fil-vista tiegħi żgur li m'hemm ebda mediċina li hija available minn Brussels li nistgħu mmoru qisna sejrin fl-ispiżerija ta' Brussels, nixtru mediċina oħra biex insolvu l-marda kronika li daħħalna fiha l-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.", "Li kieku kien hemm, kont nibda neżamina mod ieħor dak li qegħdin nagħmlu hawnhekk illejla.", "Ejja nkunu ċari.", "Li kieku qegħdin ngħidu li dawk il-fondi huma available għal Malta ...", "Mhumiex available.", "Din waħda mill-ikbar gidbiet li qatt smajt.", "Għalhekk qed nippreżenta din l-argumentazzjoni hawnhekk illejla.", "Huma qegħdin jgħidu li huma available u jien nerġa' ntenni li mhux biss mhumiex available ...", "Allura meta Malta saret applikant mill-1990, kif ma ġabet ebda sold biex iddaħħal il-miżuri li daħħlet at the behest of the EU.", "Kieku Malta daħħlet miżuri oħra internament dik affari tagħha, imma meta kienet qed tagħmilhom on the way towards membership imessu kien hemm assistenza finanzjarja biex tkun tista' tagħmel dan.", "(Interruzzjonijiet) Intom ma ġibtux one extra penny mill-protokolli finanzjarji li konna bdejna aħna fi żmienna mill-Unjoni Ewropea fis-snin sebgħin u tmenin.", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini, pero' l-protokolli finanzjarji baqgħu jiġu hawn Malta bl-istess rata li konna bdejna nġibuhom aħna fis-snin sebgħin u tmenin mis-suq Ewropew.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Galea, issa meta jkollok ċans tkellem imma aħna hawnhekk ma naħdmux bħal stereo għax m'aħniex daqshekk żviluppati!", "Forsi sħabek jitkellmu bħal stereo!", "Sur President, jien qed nipprova navvanza l-argument li kien ikun iktar pass ta' min jammirah li kieku għal kull miżura li beda jimplimenta amministrattivament il-Gvern Nazzjonalista ġab xi għajnuna mill-UE, li kien tant ħabib tagħha, biex għallinqas itaffi l-piż ta' l-impatt fuq l- ekonomija Maltija.", "Jien dak hu li kont nistenna.", "Għalkemm ma naqbilx ma' dik il-linja, kont nippretendi li jekk miżura tiġi tiswielna Lm3.5 miljun konna nġibu Lm1.5 miljun mill-UE biex permezz ta' dik l-għajnuna l-impatt ma jinħassx daqshekk qawwi.", "Imma biex nagħmluha tal-bravi iktar mill-aqwa bravi u ta' Ewropej iktar mill-Ewropej l-oħra ...", "GĦax din storikament dejjem hekk kienet.", "Għalkemm ma konniex tant ma' l-Ingliżi irridu nagħmluha iktar irjali mir-Reġina; u għalkemm aħna indipendenti mill-Vatikan fid- dehra rridu nkunu iktar qaddisin mill-Vatikan!", "Il-ħasra hi li Brussels ma tantx għandu figura ta' re, ta' papa jew ta' kap sovran imma naħseb li fi ftit snin se jkollu din il-figura wkoll.", "Jekk niġu biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea min jaf kemm se nipprovaw inkunu iktar Ewropej mill-Ewropej l-oħra!", "Sur President, meta wieħed jara din il-linja jistaqsi: GĦaliex ma nġiebu l-ebda sold matul dan il-perijodu?", "Jekk stess il-budget deficit kien ikun ta' 3.2%, almenu ma kienx ikollna għalfejn nippreżentaw abbozz ta' liġi għal self ta' tant miljuni minħabba dawk il-flus li tberbqu biex jiġu implimentati miżuri amministrattivi u biex jgħinu lil Malta tidħol membru sħiħ meta kien jidher ċar li pajjiżna ma kienx eliġibbli għal din is- sħubija għax ma kienx ippreparat.", "Din hi l-irresponsabbilta' ta' tberbiq ta' flus li qed ikollna inpattu għalih b'dan is-self li qed niddiskutu.", "Dan huwa l-argument l-iktar essenzjali.", "Matul id-disa' snin u nofs li l- Partit Nazzjonalista kien fil-gvern kien hemm ġiri kontinwu wara Brussels u ntnefqu miljuni ta' flus biex jidħlu dawn il-miżuri amministrattivi, u dan meta huma kienu jafu li din kienet an impossible dream u li din kienet ħolma romantika li turi li qed noqorbu lejn il-ġenna ta' l-art għax kienet impossibbli għall-qagħda politika, teknika, ekonomika u monetarja ta' pajjiżna.", "Mela issa let's come down to earth u nibdew billi nargumentaw fuq l-Association Agreement.", "Sur President, għandna niftakru wkoll li l- Partit Nazzjonalista fil-gvern lanqas mar għal customs union u fil-fatt minn Brussels stess qalulu li għallinqas l-ewwel dan għandu jmur għal customs union u mhux jitlaq jiġri għal full membership.", "(Interruzzjonijiet) Anzi aħna qed ngħidu li se mmorru għal free trade area ħalli mmorru iktar bil-mod ġaladarba intom għabbejtu lit-Teżor b'dawn il- piżijiet tad-dejn.", "(Interruzzjonijiet) Aħna iktar jaqblilna mmorru lejn free trade area bil-mod il-mod permezz tal-political dialogue li jien kont bdejt fl-1986.", "Sur President, ta' min jgħid li fl-1986 aħna, flimkien mal-Council of Association u ma' l-EU, minflok ma kellna trattattivi bbażati fuq miżuri doganali mxejna għal political dialogue u għal financial protocols.", "Pero' intom lejn liema direzzjoni mxejtu iktar f'disa' snin u nofs?", "Lejn l- aspirazzjoni ta' sħubija sħiħa mingħajr ma ġibtu xejn - dan f'disa' snin u nofs u mhux f'disa' xhur għax forsi f'disa' xhur kont ngħid li ma kienx hemm ċans - u fl-istess ħin wettaqtu l-miżuri li kienu ta' piż għall- ekonomija Maltija għax lanqas fit-transitory phase ma kellhom some compensatory financial softening.", "GĦalhekk hawn wieħed jista' jara kemm kienet iktar għaqlija l-linja li ħa l-Gvern Laburista fl-ewwel trattat ta' l-1970 meta konna rranġajna saħansitra t-trattattivi tad-dwana fejn kellna ħafna exemptions biex nesportaw il-makni ta' l-ajruplani manifatturati f'Malta.", "Dik kienet konċessjoni enormi minn Brussels għal Malta.", "Kien hemm żmenijiet fejn aħna bdejna saħansitra nidħlu għal trattattivi rigward l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli.", "Fil-fatt jekk wieħed jiċċekkja l- protokoll ta' l-1986 għall-1987 isib li fih hemm imsemmija meta kellhom jiġu esportati dawn il-prodotti mill-1987 sa l-1991.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Galea, tista' tmur tiċċekkja u tara kif dawn l-ewwel ġew rinegozjati permezz ta' riduzzjonijiet doganali favur Malta fl-1976 u mbagħad permezz tal-protokoll finanzjarju ta' l-1977 u tal-protokoll finanzjarju ta' l- 1985.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Sceberras Trigona, għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS: Nirringrazzja lill-Kamra kollha għal dan il- permess.", "Sur President, jien li qed nipprova nissottometti huwa kemm kien iktar għaqli l-pass ta' tisħiħ ma' l-UE li kien qed jiġi adottat mill- Partit Laburista fil-gvern bejn l-1971 u l-1987, fejn permezz tiegħu konna qed niżviluppaw iktar relazzjonijiet bis-serjeta' f'kull settur, kemm fir- riduzzjoni tad-dwana, kemm fil-protokolli finanzjarji, kemm fl-għajnuna teknika, kemm fil-koperazzjoni fil-qasam ta' industrija kif ukoll fid- djalogu politiku li dak iż-żmien kien infetaħ at prime minister u at foreign minister level.", "Sur President, issa l-fatt li rbaħna l-elezzjoni fuq dan il-prinċipju jfisser li l-mandat elettorali jgħid ċar u tond li għandna mmorru għal free trade area, iżda hawnhekk mhux se ninkludu l-qasam agrikolu, Onor. Galea, għax aħna rridu nieħdu ħsieb l-interessi tal-bdiewa u tas-sajjieda Maltin.", "(Interruzzjonijiet) L-importanti huwa li aħna ma nagħmlux dak kollu li jridu huma imma naqdu d-demands tagħna.", "Ta' min jgħid ukoll li aħna mhux se noqogħdu ngħidu li se mmorru għal din il-free trade area sa, per eżempju, l-aħħar ta' Diċembru.", "(Interruzzjonijiet) Five to seven years minn meta niffirmaw u mhux minn meta tlajna lanqas.", "Għalfejn din il-ġirja kollha, qisha se taqa' d-dinja jekk aħna m'aħniex se niftiehmu magħhom?", "L- affarijiet mhux hekk isiru.", "Aħna għandna wkoll inkomplu nżidu fuq il- protokoll dwar id-djalogu politiku li konna bdejna fl-1986 għax nafu li min- naħa tagħhom hemm ċertu interess, anke dwar immigranti klandestini li jistgħu jiġu Malta u jmorru lejn l-Ewropa.", "Aħna lesti li nikkonsidraw dawn il-proposti u naraw x'tip ta' kollaborazzjoni taħt ix-Schengen Agreement Malta tista' tidħol fih mingħajr ma tnaqqas mid-dinjita' u s-sovranita' tagħha, imma tikkollabora fil-qasam ta' sigurta' kemm għal immigranti, kemm għal traffikar ta' droga, kif ukoll għal traffikar ta' armi, li sfortunatament kien hawn wisq minnhom irreġistrati hawn Malta u huma ta' concern kemm għalina kif ukoll għalihom.", "B'hekk inkunu nistgħu nżidu protokolli mal-free trade area, mal-customs arrangements, mal-political arrangements u mal-financial and technical arrangements.", "Dan huwa possibbli li jsir u għalkemm m'għandux dak it-tlellix esaġerat li ġejjin Lm100 miljun fis-sena, xi ħaġa tiġri żgur.", "Dan il-proponiment għandu ċerta qawwa għax mhux se jiswa flus lil Malta, bħalma swew il-ħafna miżuri amministrattivi li kellhom jidħlu minħabba li ġew iddettati minn Brussels biex jidħlu.", "Sur President, għalhekk jien nirrakkmanda kemm lill-Oppożizzjoni f'din il- Kamra, kif ukoll lis-segwaċi li jħobbu jiktbu kważi iktar milli x'uħud jissograw jitkellmu f'din il-Kamra, biex jaslu għall-konklużjoni ta' dak li huwa rakkmandabbli għal Malta.", "Dawn m'għandhomx jibdew minn dak li huwa utopistikament rakkmandabbli.", "Li kieku lill-Maltin kollha nistgħu nagħtuhom l-ogħla GNP li għandhom fi Sweden b'xi firma ta' trattat naħseb li ħaġa bħal din lil kulħadd tkun togħġob u żgur li nagħmluha, imma nkunu mġienen jekk nagħmlu dan mingħajr ma naraw x'costs jirrikjedi dan it- trattat.", "GĦalhekk ikun tajjeb jekk illum naraw fejn qegħdin, fejn nistgħu mmorru u ż-żewġ naħat jingħaqdu fuq dak li huwa l-inqas li jistgħu jingħaqdu fuqu.", "Fuq l-aspirazzjoni ta' sħubija sħiħa m'hawnx qbil fost iż- żewġ naħat, imma għallinqas tfixklux din il-proposta li nagħmlu free trade area minbarra fl-affarijiet agrikoli.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Galea għalfejn qed jopponi għal dan u qed jgħid li aħna se nieħdu dan il-pass għax hekk jaqblilna?", "Dażgur li hekk jaqblilna!", "Imma aħna dak li jaqblilna għandna ngħidu lil Brussels.", "Jien nittama li l-Oppożizzjoni tara li fuq dawn il-minimum aims li qegħdin nagħmlu jkun hawn consensus nazzjonali biex ikollna rabtiet aħjar ma' l-Unjoni Ewropea.", "Issa ġaladarba l-Oppożizzjoni trid aktar u aħna qed ngħidulha li dak l-\"aktar\" m'huwiex fattibbli, għandna niftiehmu fuq il-minimum aims.", "Imbagħad jekk in-naħa l-oħra tikkonvinċi lill-elettorat li l-aims tagħha huma fattibbli good luck to her, pero' għallinqas għandna nilħqu consensus biex ġo Brussels ikollna vuċi waħda fuq dawn il-minimum aims.", "Sur President, jien nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi bil-punt li dawn l- aims huma komuni.", "Tajjeb li jkollna political dialogue u security cooperation bejn iż-żewġ naħat.", "Dawn huma fattibbli bejn iż-żewġ naħat għaliex huma extensions tal-present Association Agreement.", "Huma fattibbli legalment kemm taħt il-World Trade Organisation, li hija bbażata fuq il- GATT l-antika, kif ukoll fuq it-trattati ta' Ruma u Maastricht.", "Dak li qegħdin titolbu intom, jiġifieri full membership immediately, m'huwiex fattibbli għal Malta għaliex qegħdin 'il bogħod mit-3%, qegħdin 'il bogħod mis-60% u qegħdin 'il bogħod mill-common foreign and security policy.", "Mela ejjew ningħaqdu fuq din li hija fattibbli mmedjatament u nibnu bradella komuni biex fi Brussels ngħidu: Iva, dan hu l-futur immedjat ta' Malta.", "Ħalli la jgħaddu ħames jew tmien snin nerġgħu naraw xi jkun tbiddel.", "Forsi in eight years time jien għandi mnejn ngħidlek li jaqblilna jkollna special relationship man-NAFTA u li din f'Ottubru ta' l-1997 kienet qabżitli!", "Jiena għalhekk qed ngħid li għandna naraw il-possibbiltajiet kollha u mhux ikollna nixtru mingħand ħanut wieħed biss.", "Intom li titkellmu tant fuq free market u free competition, bilfors tridu tixtru mingħand ħanut wieħed.", "Imma liema Malti qatt imur jixtri mingħand l-istess ħanut għal għomru kollu?!", "Aħna qegħdin ngħidulkom li hawn diversi ħwienet fid-dinja.", "Fl-Asja, per eżempju, hemm uħud li għadhom qegħdin jiżviluppaw.", "Allura dawn qegħdin tinjorawhom ukoll?", "Kif tridu tidħlu f'dan il-ħanut bilfors u ssiru abbonati tiegħu u tixtru dejjem mingħandu ibellagħlkom x'ibellagħlkom?", "Aħna rridu nżommu l-prerogattiva ta' kull Malti li għandu l-intelliġenza tiegħu u li jista' jagħżel li jixtri u jbiegħ minn fejn irid.", "Din hi l-liberta' individwali fundamentali ta' kull ċittadin Malti u Għawdxi li jiena nibqa' nirrispetta.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ sabiex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-impenn u l-isfida li Gvern Laburista se jkollu fix-xhur li ġejjin se jkun li jċekken id-deficit tal-pajjiż għal livell sostenibbli, kif ukoll li jgħin fit-tkabbir ta' l-ekonomija tal- pajjiż.", "Ninsab persważ li dawk li għal snin sħaħ appellaw lill-Gvern ta' qabilna sabiex ibiddel triqtu, se jkunu warajna fil-pjanijiet tagħna għall- ġejjieni.", "Dan qed ngħidu b'sens ta' konvinzjoni, anke abbażi ta' dak li rajt fil-konsultazzjonijiet li kellna waqt il-preparamenti tal-budget innifsu.", "Inutli li jkun hemm min joqgħod jgħidilna - kif kien hemm min qal - li fl-1996 l-affarijiet marru ħażin tort tal-Gvern Laburista għaliex biex ikun hekk kien ikun ifisser li mill-Oppożizzjoni aħna konna kapaċi ninfluwenzaw l-ekonomija tal-pajjiż aktar milli kien kapaċi jagħmel il- Gvern Nazzjonalista nnifsu.", "Jiena ngħid li n-nies tal-Partit Nazzjonalista qegħdin joqogħdu jgħidu dan bi skop li jnessu lill-poplu l-fatt li għal aktar minn tliet kwarti tas-sena 1996 kien hemm huma fit-tmun tal-pajjiż.", "F'idejja għandi a comparative return of revenue for 1995 and 1996 u jekk wieħed iħares ftit lejn dak li kien hemm previst għall-VAT isib li f'Awissu l-Gvern Nazzjonalista kien diġa' qata' qalbu li jiġbor l-estimated revenue ta' ¥110 miljun, tant li niżżel ir-revised estimate għal ¥90 miljun.", "Sur President, nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed din it- tabella fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-comparative return of revenue għas-snin 1995 u 1996.", "Huwa proprju għalhekk li llum qegħdin jinġabu żewġ skużi dwar il-qagħda finanzjarja li jinsab fiha l-pajjiż.", "X'inhuma dawn iż-żewġ skużi li qegħdin nisimgħu bihom?", "Dawn huma l-kwestjoni tal-VAT u l-kwestjoni tas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Tal-Partit Nazzjonalista, minflok jgħidu kif żviluppa l-iżbilanċ bejn l-1987 u l-1995, imisshom jitkellmu ċar dwar l-1996 u jgħidu x'wassal biex id-deficit sploda għal aktar minn tliet darbiet.", "Dan il-fattur dejjem jiġi crossed over u qatt ma jkollna ebda riferenza għalih min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, bħallikieku dan il-fatt qatt ma ġara.", "Barra minn hekk, l-iskuża li ma daħlux ¥31 miljun VAT minħabba l-kampanja Laburista hija ħrafa għaliex id-deficit dik is-sena kiber b'ferm aktar minn dak l-ammont.", "Hawnhekk niġi għal punt ieħor interessanti.", "Ħalli għall- mument nieħdu l-argument li fl-aħħar ftit tat-tmexxija tagħhom id-dħul mill- VAT naqas għaliex aħna nfluwenzajna lill-elettorat.", "Imbagħad kif jispjegaw il-fatt li meta tlajna aħna fil-gvern, id-dħul mill-VAT għal dak iż-żmien li kien għadu għaddej ir-reġim tal-VAT żdied?", "Jiġifieri daħlu l- VAT huma; l-ewwel bdew jiftaħru li bdew idaħħlu minnha iktar milli kienu bassru; meta naqsilhom id-dħul qalu li m'huwiex tort tagħhom imma tort tagħna għax influwenzajna lill-elettorat; u mbagħad niżlu mill-gvern, tlajna aħna u d-dħul tal-VAT għal dak iż-żmien li kienet għaddejja l-VAT żdied!", "Dan huwa fenomenu that defies every logic, mhux biss dak ekonomiku u fiskali imma anke dak politiku.", "Jiena ngħid li hija ħaġa stramba li l-ex-Ministru Dalli llum m'hu qed isemmi xejn dwar kemm huwa nnifsu kien ġie injorat minn sħabu tal-Kabinett dwar kemm dawn nefqu flejjes mhux awtorizzati u kemm kollox kien tħalla għal riħu mingħajr ebda sens ta' rażan jew kontroll.", "Imma r-raġuni hija sempliċi u l-mistoqsija titwieġeb malajr.", "Dan ġara sempliċement għaliex il- pajjiż kien jinsab fis-sena ta' l-elezzjoni.", "Li jmissha għamlet l- Oppożizzjoni llum kien li, permezz tal-kelliema tagħha, tispjega x'verament ġegħelha tgħajjat elezzjoni bikrija u taħt liema ċirkostanzi kienet ittieħdet din id-deċiżjoni.", "Li jmisshom qalu l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista huwa meta verament beda s-slow-down ekonomiku fil-pajjiż.", "Dan huwa fattur li jitkellmu fuqu n-negozjanti u anke l-korpi kostitwiti, imma l-Partit Nazzjonalista, bħala partit, qatt ma tkellem fuqu.", "Jiena ngħid li jekk riedu li jkollna dibattitu san u bilanċjat imisshom tkellmu wkoll dwar x'effetti negattivi kellha l-VAT fuq l-ekonomija tal-pajjiż, b'mod partikolari fuq it-turiżmu u fuq is-settur tal-kummerċ.", "Meta tela' Gvern Laburista u beda jitkellem fuq il-ħofor, kien hemm min qal li dawn kienu ħlieqa ta' l-immaġinazzjoni tagħna.", "Dan smajnih anke dalgħodu waqt li kien għaddej id-dibattitu dwar il-Korporazzjoni Enemalta.", "Anzi kien hemm min qal li wisq kliem dwar il-ħofor kien qed inissel sfiduċja fil- pajjiż.", "Illum qegħdin naraw li dak inhar il-Partit Laburista kien qed jipprova jagħti biss X-ray tal-pajjiż li huwa wiret mingħand il-Gvern Nazzjonalista.", "Kif diġa' spjegajt waqt id-dibattitu tal-Korporazzjoni Enemalta, l- Oppożizzjoni kienet kontra r-rapporti li saru dwar il-ħofor għal raġuni waħda.", "Din ma kenitx għaliex nissilna xi sfiduċja ġdida fil-pajjiż imma għaliex dawn ir-rapporti li saru min-nies indipendenti b'ċertu ħila u b'ċertu sengħa, fil-maġġor parti tagħhom esponew l-inkompetenza grassa li biha kien qed jitmexxa l-gvern ċentrali kif ukoll il-korporazzjonijiet pubbliċi li kienu ġew żvinati mill-fondi pubbliċi.", "Din hija r-raġuni vera għaliex il-Partit Nazzjonalista kien kontra dawn ir-rapporti fil-prinċipju tagħhom.", "Dawn ir-rapporti ġew imżebilħa permezz ta' l-ex-Prim Ministru u għamlu minn kollox biex ma jiġux żvelati u tabled fil-pubbliku.", "Tal-Partit Nazzjonalista tant huma touchy fuq il-performance medjokri tagħhom fil- gvern li waslu sabiex f'wieħed mill-ġurnali tagħhom saħansitra attakkaw editorjalment lil dawk li huma sejħu psewdo-ekonomisti li jbiddlu l-kulur bħal camaleonte, skond min ikun fil-gvern.", "Huwa interessanti li wieħed jinnota wkoll is-skiet tal-Partit Nazzjonalista meta l-Federation of Industry qalet li kienet ilha snin sħaħ tiġbdilhom l-attenzjoni dwar l-infiq bla rażan.", "Kien hemm diversi drabi fejn aħna ma kellniex ideat komuni mal-Federazzjoni ta' l-Industrija - biex ħadd ma jgħid li qed inkun ipokrita u nżeffen lil din il-federazzjoni fin- nofs għax jaqbel lilna - u kellna differenzi u nuqqas ta' qbil magħha anke fuq it-tassazzjoni l-ġdida li daħħalna, pero' kien interessanti li meta ltqajna flimkien bi tħejjija għall-budget u dawn esprimew ruħhom pubblikament, kif għamlu wkoll meta xi jumejn qabel ippubblikaw id-dokument tagħhom dwar il-budget, dawn qalu ċar u tond li kien ilhom snin sħaħ jiġbdu l-attenzjoni tal-Gvern Nazzjonalista dwar l-infiq bla rażan.", "U safejn naf jien dwar dan kollu ma' rajt ebda kumment, ebda rimarka, ebda osservazzjoni, ebda konferma jew ċaħda min-naħa tal-Partit Nazzjonalista llum fl-opppożizzjoni.", "Anzi, dan l-aħħar kien hemm xi ħadd minn tal-Partit Nazzjonalista li qal li ebda gvern fl-istorja ta' pajjiżna qatt ma mar daqshekk żmerċ fl-istimi tiegħu daqskemm morna aħna din is-sena.", "Jiena ngħid li trid tkun wiċċek daqsxejn infurrat politikament biex titkellem hekk meta hemm ir-record tagħhom stess, b'mod partikolari dak ta' l-1996 li jitkellem waħdu.", "L-ipokrezija politika tan-naħa l-oħra tispikka anke meta niġu biex nitkellmu dwar il-moralita' fiskali.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għal raġuni waħda.", "L-ewwel bdew jgħidu li aħna qegħdin ninkorraġġixxu l-evażjoni tat-taxxa, imbagħad bdew jgħidu li l-VAT ikkumbattiet din l- evażjoni u issa - għaliex qed niġbru l-arretrati ta' l-income tax, ir- rifużjonijiet tal-VAT u l-multi ta' ċitazzjonijiet pendenti - minflok jgħidulna prosit, qegħdin ixewxu kemm jifilħu lin-nies kontrina u jgħidu li qegħdin inċekknu l-ispending power.", "Fil-fehma tiegħi dawn tant jinsabu insulati mir-realta' li għad iridu jagħmlu dikjarazzjoni pubblika, fejn jammettu li l-budget deficit ta' 10% li ħallew huma kien wieħed allarmanti.", "Dawn għad lanqas kellhom id-diċenza li jammettu dak li ammetta l-poplu Malti kollu bħala poplu, li d-deficit li writna kien wieħed strutturali u mhux wieħed li nibet b'kumbinazzjoni.", "Illum qegħdin jgħidu li kabbarnih u li l-ħofor komplejna ħaffirna fihom iktar.", "Imma jiena nistaqsi taħt liema reġim, taħt liema gvern u taħt liema amministrazzjoni Malta spiċċat b'deficit strutturali?", "U t-tweġiba toħroġ waħedha.", "Dan kien wirt ta' l-amministrazzjoni l-oħra u inutli noqogħdu nilagħbu l-logħba tal- ping-pong u noqogħdu nwaħħlu wieħed fl-ieħor dwar jekk id-deficit kibirx jew le.", "Ma nistax nifhem, per eżempju, b'liema wiċċ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ftit ilu pprova jikkonsla bil-fatt li l-gvern Taljan, skond hu, spiss jikser il-livell ta' 3% tal-budget deficit imnaqqax fit-Trattat ta' Maastricht.", "Dan qed ngħidu għaliex kull min isegwi l-aħbarijiet jaf bl- isforzi kbar li għamel Prodi proprju biex jirrispetta l-livelli mposti mill-għaqda monetarja Ewropea.", "Kienu proprju l-isforzi tiegħu li wasslu lill-gvern tiegħu biex jiddekadi għal ftit imma jiena persważ li issa li l- gvern reġa' ġie kostitwit f'record time, l-impenn tal-gvern il-ġdid se jkun li jkompli jara li jirrispetta l-livelli mposti minn din l-għaqda monetarja.", "Għalhekk ma nistax nifhem b'liema wiċċ il-Kap ta' l- Oppożizzjoni minflok ma faħħar lill-gvern ta' Prodi għall-isforzi kbar li qed jagħmel biex iżomm id-deficit imrażżan, ħareġ jiftaħar b'dak li kienu jagħmlu gvernijiet Taljani fl-imgħoddi meta kien hemm ċerta laxkezza u kienu jħallu l-livell tad-deficit jikber ħafna iktar minn 3%.", "Jien ngħid li minflok ma nikkonslaw bid-dnubiet ta' ħaddieħor, għandna nipprovaw intejbu fuq dak li qed jagħmel ħaddieħor u nipprovaw nilħqu dawk it-targets u l-oġġettivi li npoġġu quddiemna.", "Sur President, sal-lum il-partit l-ieħor għadu ma pprovax jiġġustifika l- fatt li għal dawn l-aħħar erba' snin kellna spiża rikorrenti akbar minn dik tad-dħul.", "Jien nitkaża kif qatt ma kien hemm ministru wieħed Nazzjonalista - hawn m'iniex qed nirriferi neċessarjament għal xi ex-ministru tal-finanzi - li pprova juri xi impenn favur it-trażżin ta' l-infiq pubbliku.", "Minn kif jitkellem il-Partit Nazzjonalista jagħti l-impressjoni ġenerali - kemm meta kien fil-gvern u anke llum li qiegħed fl-oppożizzjoni - li deep down fil- qalb ta' qalbu ma jemminx fid-dixxiplina fiskali.", "Jien nippretendi li għalkemm jista' ma jkollniex qbil fuq veduti komuni, għalkemm nistgħu nikkontrastjaw il-fehmiet tagħna fuq jekk id-deficit telax taħt wieħed jew taħt l-ieħor, jew jekk kienx tort tagħna jew tort ta' l-ieħor, kull wieħed minna f'din il-Kamra għandu jkun kommess fil-qalb ta' qalbu favur li jkun hemm dixxiplina fiskali.", "Jien użint ħafna mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamlu kelliema tan-naħa l-oħra.", "Użint statements li għamel l-Onor.", "Fenech Adami u l-ex-Ministru tal-Finanzi, kemm illum li qegħdin fl- oppożizzjoni u anke meta kienu fil-gvern, u nista' ngħid bl-ikbar onesta' li għadni qatt ma rajt xi statement min-naħa ta' xi spokesperson tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern jew fl-oppożizzjoni li fihom deher xi impenn, dehru xi commitments jew dehret xi determinazzjoni qawwija biex fil-pajjiż tiddaħħal xi forma ta' dixxiplina fiskali.", "U dan huwa fatt inkwetanti għaliex jien niftakar lill-Onor.", "Dalli jgħid, meta kien ministru, li l- infiq tal-gvern diffiċli tikkontrollah għaliex dan jikber minn sena għall- oħra.", "Sur President, jekk ma jkunx hemm impenn serju f'dan ir-rigward hekk jiġri.", "U jien ngħid li din hi waħda mill-ikbar sfidi li għandna quddiemna bħala Gvern Laburista.", "Jekk aħna jirnexxielna ma nħallux l-infiq tal-gvern jikber, anke jekk ma jonqosx, inkunu għamilna pass ta' ġgant.", "Illum qed jgħidulna li hawn kriżi li hija self induced.", "U xi tfisser self induced?", "Din tfisser li hija kriżi li ġibniha b'idejna.", "Ftit tal-jiem ilu, għaliex tkellimt dwar l-exposure tal-banek mal-korporazzjonijiet kien hemm min saħansitra pprova jallega - jekk m'iniex sejjer żball kien l-Onor.", "Josef Bonnici - li jien kont qed inkisser il-fiduċja fis-sistema bankarja b'dak li kont qed ngħid.", "Meta l-Viċi Prim Ministru qal li jekk ma neħdux passi korrettivi d-deficit jista' jitla' għal Lm200 miljun sas-sena 2000, ipprovaw jiddieħku bih u staqsewh minn fejn kien ivvinta din il-figura.", "Jien diġa' kelli okkażjoni ngħid li dawn huma l-projections li tawna n- nies tekniċi li kienu ġew imqabbdin mill-Kabinett sabiex ifasslu diversi options dwar kif jista' jiġi megħlub id-deficit finanzjarju li għandna bħalissa.", "Dawn huma fehmiet li bilfors ikolli nirrispettahom meta nqis li ġejjin minn persuni li fosthom hemm ekonomista ta' ċertu standing u hemm ukoll bankier ta' ċertu livell ta' integrita'.", "Daqshekk ieħor wieħed jifhem is-skiet tal-Partit Nazzjonalista meta dawn naqsu għal kollox li jaġixxu meta aħna għidna li d-dejn tal-pajjiż illum tela' għad-doppju tar- riżervi ta' gżiritna.", "Ikkontestaw ħafna figuri, kien hemm ħafna ċaħdiet u kien hemm ħafna reazzjonijiet, imma l-Partit Nazzjonalista bħala oppożizzjoni bl-ebda mod ma kkontesta dan l-istatement ta' fatt li għamilna min-naħa tagħna.", "Fil-fehma tiegħi l-partit l-ieħor logħba waħda biss għandu quddiemu, dik li jappella għall-istint egoistiku taċ-ċittadin komuni billi jipprova jxewxu bil-quddiem kontra l-miżuri korrettivi li nistgħu nieħdu fil-ġimgħat li ġejjin bħala gvern serju u ta' ċerta responsabilita'.", "Li niskanta huwa li filwaqt li kulħadd iħoss li jekk hemm bżonn li jittieħdu xi miżuri dawn għandhom jittieħdu issa, l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu qed jitkellmu mod ieħor.", "Kif diġa' għidt, nerġa' ngħid li nkunu qed nilagħbu f'idejn il-Partit Nazzjonalista jekk nagħżlu li ma neħdux il-passi kurraġġużi li għandna nieħdu fil-ġimgħat li ġejjin.", "Meta ltqajna mal-korpi kostitwiti, ħadd minnhom ma qalilna li qed nesaġeraw jew li qed inkunu propagandistiċi fil-kliem tagħna, anzi qalulna li j'Alla li l-miżuri li għandna nieħdu nfittxu neħduhom issa.", "Jiġifieri fil-biċċa l-kbira tal- korpi kostitwiti, minkejja li dawn jiġbru fihom nies li jien persważ li m'humiex ta' tendenza Laburista, kollha fehmu l-messaġġ li konna qed nipprovaw inwasslu.", "Imma l-Partit Nazzjonalista ovvjament qed jieħu linja differenti għaliex jaqbillu li fil-pajjiż ma jittieħdu l-ebda miżuri korrettivi.", "Sur President, aħna ġieli niltaqgħu ma' nies li jistaqsuna għalfejn dejjem irid ikun Gvern Laburista biex jieħu passi bħal dawn u kif dejjem irid ikun hemm Gvern Laburista biex insibu dawn it-tip ta' problemi ma' wiċċna.", "Jien ngħid li r-raġuni għal dan hija waħda sempliċi l-Gvern Laburista huwa l-uniku gvern li qatt wera kuraġġ, impenn u viżjoni f'dan il- qasam filwaqt li gvernijiet oħra pprovaw isolvu l-problemi billi jitfgħu t- trab taħt it-tapit.", "Jien ninsab ottimist li se negħlbu l-isfidi li għandna quddiemna għaliex aħna rridu li minflok nifirxu s-sodda għal ħaddieħor, naraw li l-ġid dejjiemi jitgawda mill-poplu Malti kollu u rridu niżguraw li dan il-ġid dejjiemi jitgawda mill-poplu Malti u Għawdxi fi żmien l- amministrazzjoni preżenti.", "Huwa għalhekk, nerġa' ngħid, li llum ċerti korpi kostitwiti li ġieli ma qablux magħna fuq kwestjonijiet oħra bħal dik ta' l-Unjoni Ewropea, qed jgħidulna li qed nuru kuraġġ.", "Huwa għalhekk li dawn il-korpi kostitwiti llum qed jgħidulna li bl-impenn tagħna fil-mod kif qed nipprovaw insolvu l-problemi jaħarqu li għandu quddiemu l-pajjiż qed nuru ċerta determinazzjoni.", "Aħna fl-ebda każ m'aħna ngħidu li se nsolvu kollox fi żmien sena, anzi nemmnu li jekk inqabbdu t-triq tad-deficit għan- niżla nkunu kapaċi npoġġu lil pajjiżna fit-triq ta' l-istabilita' finanzjarja għall-inqas fi ftit snin.", "L-ipokrisija tan-naħa l-oħra qed tidher ukoll meta jitkellmu dwar il- privatisation jew dwar il-bejgħ ta' ishma minn azjendi tal-gvern.", "Dawn donnhom insew kemm ftaħru fl-imgħoddi għaliex issa qed jgħidu li huma jaqblu mal-privatisation imma skond għalfejn issir.", "Mela qabel kienu jitkellmu dwarha u kif semmejt dalgħodu kienu għamlu xi arranġamenti f'ċerti korporazzjonijiet biex jibdew iħejju t-triq għall-privatizzazzjoni, u issa għaliex jidher li l-Partit Laburista fil-gvern qed jikkonsidra din il-ħaġa serjament bħala waħda mill-options tiegħu, jidher li bidlu d-diska tagħhom.", "Jien għadni niftakar li sa ġimgħa qabel ma tkellimna dwar dan is- suġġett, il-kelliem għall-affarijiet ekonomiċi, l-Onor.", "Josef Bonnici, kien anke ħeġġeġ lill-Gvern Laburista fil-kolonna tiegħu ta' \"The Times\" sabiex ma jarmix l-option tal-privatizzazzjoni selettiva.", "Jekk m'iniex sejjer żball hekk kien il-kliem tiegħu.", "Sur President, aħna rridu noħolqu sitwazzjoni fil-pajjiż li tbegħidna mid-diktat ta' l-IMF.", "Aħna rridu kolloborazzjoni ma' l-IMF mill-eqreb possibbli imma ma rridu bl-ebda mod inkunu soġġetti għad-deċiżjonijiet u l- impożizzjonijiet tagħha, kif sfortunatament ġralhom pajjiżi oħrajn li kienu msallbin aktar minna.", "Imma tan-naħa l-oħra tant ma jaħmlux l- affarijiet jimxu kif suppost li, anke wara li l-Prim Ministru ċaħad li se ssir devaluation, xorta kien hemm min baqa' jrewwaħ.", "Niftakar li kienu avviċinawni xi ġurnalisti ta' ġurnal lokali - jekk m'iniex sejjer żball kienu ta' \"The Malta Independent\" - li qaluli li kienu qegħdin jirċievu diversi rumours li jista' jkun hemm devaluation u għalhekk talbu jekk jistax ikun hemm disclaimer kategorika min-naħa tagħna, liema disclaimer jien kont tajt bl-ikbar sens ta' responsabbilta' mingħajr l-ebda eżitazzjoni.", "Aħna rridu mmexxu l-pajjiż b'ċerta sinċerita' mingħajr ma nitfgħu t-trab taħt it-tapit.", "Dan jien qed ngħidu b'konvinzjoni.", "Aħna rridu nsaħħu s-sisien ta' l-ekonomija sabiex affarijiet li dejjem ħadna for granted bħas-servizzi soċjali, l-edukazzjoni u s-saħħa, qatt ma jkunu mhedda.", "Jien nixtieq li mingħajr ma ntawwal ħafna nsemmi xi ftit punti li sar aċċenn għalihom fl-interventi li saru minn kelliema tan-naħa l-oħra, b'mod partikolari l-Onor.", "Josef Bonnici u l-Onor.", "John Dalli.", "Kien hemm min staqsiena kemm kien hemm subscription għall-istocks li ħareġ il-Gvern u kemm minnhom kienu tal-pubbliku.", "Jien naħseb li l-banek u s-Central Bank jieħdu persentaġġ sostanzjali minnhom m'hijiex xi ħaġa li qed issir issa imma hija trend li kienet teżisti taħt kull amministrazzjoni.", "U hawnhekk huwa tajjeb li wieħed jgħid li sa nofs il-ġimgħa li għaddiet, għax m'għandix il-figuri ta' dawn l-aħħar jiem, il-kolonna \"others\" li tikkonċerna lill-pubbliku, kważi kienet ugwali għas-somma oriġinali li konna se noħorġu ta' Lm25 miljun.", "Dan juri li jekk taqta' barra s-Central Bank of Malta u l-commercial banks, fit-tielet kolonna ssib li kważi kien hemm il-Lm25 miljun li kienet se tkun oriġinarjament is-somma li għaliha konna se nissottoskrivu l-ħruġ ta' stocks li ħriġna.", "Din turi konkorrenza qawwija ħafna min-naħa tal-pubbliku in ġenerali u turi response pożittiv ħafna għal din is-sejħa li konna għamilna.", "L-Onor.", "Dalli qal li meta sema' lili u lill-Prim Ministru nitkellmu bil- mod li tkellimna beda jidħol fid-dubju dwar min kien qiegħed jiggverna jekk hux huma jew inkella aħna.", "U jien nerġa' npoġġi l-istess mistoqsija li poġġejt aktar kmieni dwar id-deficits strutturali.", "Jista' l-Partit Nazzjonalista jgħidilna ċar u tond jekk jaqbilx ma' l-assessment li sar minn kulħadd - minn ekonomisti, minn nies indipendenti, minn politiċi u anke minn kittieba barranin - li d-deficit strutturali kien xi ħaġa li nibet taħt l-amministrazzjoni preċedenti?", "Dan huwa argument li ma saret l- ebda riferenza għalih min-naħa tal-kelliema tal-Partit Nazzjonalista.", "Tani d-daħk ukoll nisma' lill-Onor.", "Dalli jxebbaħ lill-Partit Laburista ma' kaptan ta' vapur li l-ħin kollu jingħi li m'huwiex tort tiegħu għal dak li kien sejjer ħażin.", "Jien ngħid li jekk irridu nagħmlu l-paraguni naħseb li aktar irridu nagħmluhom ma' kif kien imexxi l-Partit Nazzjonalista, għax dak inhar mhux kaptan jingħi u jgħid li m'huwiex tort tiegħu kellna, imma kien qisu l-kaptan tat-Titanic li waqt li l-vapur kien qed jegħreq beda jipprova jirranġa l-imwejjed għaliex lanqas ried jaċċetta l-fatt li l-vapur tiegħu kien qed jegħreq.", "Qalulna wkoll li rridu nsolvu l-problemi b'mod kreattiv u aħna dak li se nipprovaw nagħmlu.", "Nerġa' ngħid li mhux se nsolvuhom mil-lejl għan-nhar imma se nfasslu pjan għal medium term li fil- fehma tagħna għandu jwassal lil pajjiżna fit-triq ta' l-istabilita'.", "L-Onor.", "Dalli qal li fl-intervent tiegħi jien qgħadt nagħmel preview tal- budget.", "Jien ma kelli l-ebda ħsieb li noqgħod nagħmel preview tal-budget u kulma għamilt kien li tajt stampa ċara ta' kif inhi l-qagħda finanzjarja attwali billi wrejt liema kalkoli nżammu, liema kalkoli marru żmerċ u liema projections ma ntlaħqux.", "Jien naħseb li ma stajtx inkun iktar onest minn hekk fl-introduzzjoni li għamilt u għalhekk li mbagħad jiġi xi membru minn tan-naħa l-oħra jgħid li konna aħna li għamilna ħofra biex inpinġu ikrah lill-Partit Nazzjonalista huwa argument li ma jreġix.", "Fil-fatt lili dan l- argument ifakkarni fil-kitba ta' George Orwell fl-1984.", "Dan bl-ebda mod m'hu aċċettabbli għad-dibattitu politiku li jinsab għaddej bħalissa għax jien ma nista' nimmaġina l-ebda amministrazzjoni, la leminija, la xellugija u lanqas ċentrista, li tipprova toħloq problema fi żmienha stess sempliċement biex tpinġi aktar ikrah lil dak li kien jamministra qabel.", "Sur President, l-Onor.", "Dalli qalilna li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern solva l-problemi li ltaqa' magħhom.", "Qed naraw aħna kemm il-Partit Nazzjonalista solva l-problemi li ltaqa' magħhom għax qabadhom u sempliċement għaddiehom lilna billi sejjaħ elezzjoni bikrija!", "L-Onor.", "Dalli qalilna wkoll li huma ħolqu ekonomija li tmantni lilha nnifisha.", "Jien ngħid li għalkemm l-ekonomija li ħolqu huma kienet tagħti ċerti awra ta' prosperita', liema prosperita' kienet biss waħda artifiċjali, din kienet tiddependi għal kollox fuq l-ippumpjar tal-fondi pubbliċi.", "Fil-fatt kieku waqaf dan l-ippumpjar ta' fondi pubbliċi u kieku waqfu ċerti proġetti li kienu ppumpjati b'fondi pubbliċi jien ngħidilkom li din il-bużżieqa ta' ekonomija prospera lanqas biss kienet tintnefaħ kif intnefħet tul is-snin.", "Jien niskanta kif l-Onor.", "Dalli tefa' ċerti hints dwar konsumiżmu sfrenat għax niftakar li meta bħala ministru responsabbli mill-finanzi kien qed jiftaħ fergħa ta' bank kummerċjali, kien wera t-tħassib tiegħu għall-mod kif il-konsumiżmu kien qed jikber b'mod sfrenat.", "Issa hawnhekk irrid nerġa' ngħid li dakinhar l-Onor.", "Dalli ma kienx qed jikkritika dak li sab taħt xi amministrazzjoni oħra jew inkella kien fl-oppożizzjoni u għalhekk kien qed jikkritika lill-gvern tal-ġurnata, imma kien ministru li qed juri tħassib dwar dak li kien qed jiġri fl-istess żmien li huwa kien qed jamministra l-qasam finanzjarju tal-pajjiż.", "Dan huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd.", "Sur President, l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra qalulna wkoll li meta kienu fil-gvern ħadu miżuri mhux popolari u bħala eżempju semmew il-VAT.", "Jien niskanta kif illum qed iġibu dan l-argument għax sa ftit ilu l-VAT kienu jsejħulha election winner, jiġifieri li din it-taxxa kienet se trebbaħ lill- Partit Nazzjonalista l-elezzjoni ġenerali li effettivament tilfu f'Ottubru li għadda.", "Fl-interventi tagħhom il-Membri tan-naħa tal-Gvern akkużawna wkoll li aħna ħadna azzjoni biex it-taxxi ma jinġabrux.", "Jien naħseb li dan il-kliem huwa perikoluż u irresponsabbli ferm għax il-Partit Laburista fl-ebda stadju ma qatt tkellem b'dan il-mod.", "Anzi tant konna responsabbli li, waqt il-konsultazzjonijiet li kien ikollna mal-korpi kostitwiti, meta dawn kienu jilmentaw kontra din it-taxxa aħna konna ngħidulhom li għalkemm ma naqblux ma' taxxa bħal din u li malli nitilgħu fil-gvern konna se nneħħuha f'ċertu terminu ta' żmien, sakemm din tibqa' tifforma parti mil-liġijiet tal-pajjiż għandha tibqa' tiġi osservata u rispettata.", "Fil-fatt anke meta mbagħad tlajna fil-gvern bqajna nżommu dan il-prinċipju sakemm ġiet imneħħija.", "Dan mhux biss juri s-sinċerita' tagħna imma juri wkoll kemm ikunu qed jiżbaljaw il-Membri tan-naħa l-oħra meta jallegaw li aħna ħadna xi azzjonijiet biex il-VAT ma tinġabarx.", "Sur President, rigward id-Dipartiment tat-Taxxi Interni nista' ngħid bla tlaqliq li jekk hemm xi ħadd li m'huwiex sodisfatt bil-mod kif mexjin l- affarijiet mill-aspett amministrattiv huwa jien stess, pero' fil-fehma tiegħi dan qed jiġri minħabba li d-dipartiment għandu difetti strutturali li ilhom ġejjin is-snin u li juru li qatt ma sar ippjanar fit-tul biex dan id-dipartiment ikollu s-saħħa amministrattiva li tixraqlu.", "Biss fl- opinjoni tiegħi dan id-dipartiment kompla ddgħajjef meta l-Gvern Nazzjonalista poġġieh taħt il-ministeru tal-finanzi, kif kien għamel bl- Uffiċċju ta' l-Awditur, li wkoll spiċċa bata l-istess konsegwenzi.", "Għalkemm kien jintqal ħafna kliem sabiħ fuq dan id-dipartiment, wieħed jista' jara li fl-operat tiegħu - dan hekk għadu sal-lum għaliex ma rrid lil ħadd jaħseb li aħna għamilna xi mirakli - dan huwa dipartiment zopp, għandu bżonn ħafna forċini u għandu bżonn jiġi ristrutturat from the top għaliex hemmhekk hemm ħafna mpjegati li waslu għall-eta' tal-pensjoni u għalhekk mhux se jdumu jaħdmu hemm iktar minn sena u nofs oħra.", "Għalhekk fix-xhur li ġejjin aħna mhux biss irridu nimpenjaw ruħna biex niġbru ċertu revenue imma anke sabiex dan id-dipartiment jissaħħaħ ukoll mil-lat amministrattiv.", "Biex dan iseħħ huwa meħtieġ li jkollna l-backing neċessarju mill-MPO, li sfortunatament kultant jieħu l-affarijiet b'pass daqsxejn kajman u mhux dejjem jindirizza l-ħtiġijiet ta' manpower li jkun hemm fid-dipartimenti governattivi b'mod aggressiv.", "Sur President, ħalli naraw x'qalu iżjed tan-naħa l-oħra fid-diskorsi tagħhom.", "Dawn qalu li bil-biża' ma tiġborx taxxi.", "Jien ngħid li jekk bil- biża' ma tiġborx taxxi lanqas kont tiġbor taxxi bl-amnestiji u biż-żegħil, kif kien jimxi ħaddieħor.", "Kif għidt iktar kmieni, dan il-kliem huwa irresponsabbli u huwa intiż biex inissel egoiżmu fost iċ-ċittadini, kif ukoll biex inisslilhom sens ta' biża' minflok ma jinkoraġġihom iħallsu dak li huwa dovut lill-Istat.", "Sur President, fl-intervent tiegħu l-Onor.", "Dalli kkritika d-dixxiplina li qed issir fuq l-impjegati tal-gvern.", "Jien ngħid li d-dixxiplina hija tajba fuq kulħadd.", "Aħna m'aħna qed nagħtu bil-frosta lil ħadd imma nippretendu li l-impjegati tal-gvern u tal-korporazzjonijiet għandhom jagħtu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom.", "Issa jekk aħna lanqas biss għandna l-kuraġġ politiku li nitkellmu b'dan il-mod - għax iż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom jitkellmu b'dan il-mod u mhux min ikun qed jamministra biss - għandna nwarrbu għaliex dan ikun sinjal li m'aħniex denji li namministraw lil dan il-pajjiż.", "Pero' żgur li ma nkunux qed nitkellmu b'mod serju meta filwaqt li qed ngħidu li hawn wisq dixxiplina taħt il-Gvern Laburista, fl-istess ħin ngħidu li taħt dan il-Gvern teżisti ħafna indixxiplina.", "Aħna dejjem sħaqna dwar id- dixxiplina, kemm fil-manifesti tagħna, kemm fid-dokumenti tagħna, kif ukoll waqt il-policy speeches li għamlu matul is-snin il-mexxejja varji li kellu l-Partit Laburista.", "Sur President, issa ħalli niġi sabiex nagħmel osservazzjoni oħra.", "Meta aħna għidna li se nagħmlu pjan ta' żvilupp, l-ewwel reazzjoni ta' l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra kienet lil aħna konna erġajna ġejjin b'xi pjan ta' żvilupp riġidu, qisna qegħdin f'xi area Stalinista!", "Għalhekk aħna mill- ewwel ilqajna għal dan kollu u għidnilhom li dan se jkun pjan ta' żvilupp flessibbli mifrux fuq medda ta' tliet snin u li se jkun reviewable kull sena.", "Imma madanakollu meta kellna dibattitu fuq dan is-suġġett f'dan il- Parlament, l-Onor.", "Dalli kkritikana għall-fatt li m'għamilniex xi pjan riġidu u li se nagħmlu pjan ta' żvilupp fuq medda ta' tliet snin li se jiġi reviewed kull sena.", "Jien ngħid li l-Partit Nazzjonalista qed jitkellem b'dan il-mod għaliex għalkemm fi żmienu veru tfasslu diversi business plans, dawn il-business plans kienu jkunu fragmented u jappartjenu biss għal setturi speċifiċi, mentri aħna qed ngħidu li għandna nagħmlu business plan b'kuxjenza soċjali li tkun armonizzata, komprensiva u tiġbor flimkien l-operat tad-diversi oqsma soċjo-ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Sur President, ħaġa oħra li xtaqt insemmi u li forsi jkollna ċans nitkellmu iktar fil-fond dwarha llum stess meta nkomplu d-dibattitu dwar l- Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa hija li kemm l- Onor. Dalli kif ukoll l-Onor.", "Bonnici għamlu bosta kritika dwar it-taxxa tas-CET.", "Jien ngħid li jekk tan-naħa l-oħra huma daqshekk konvinti li t- taxxa tas-CET hija ħażina u twieldet immankata mill-ġuf, allura m'għandhomx iżommu lura milli jagħmlu commitment mal-poplu Malti u Għawdxi li jekk jerġgħu jitilgħu fil-gvern jerġgħu jintroduċu l-VAT.", "Qed ngħid dan għaliex naħseb li it's about time li l-Partit Nazzjonalista jgħid ċar u tond jekk hux se jonora t-taxxa tas-CET jew inkella huwiex se jdaħħal it-taxxa tal- VAT, kemm-il darba jerġa' jkun fil-gvern.", "Rigward l-Unjoni Ewropea kellhom pożizzjoni, iġġieldu għaliha fl-elezzjoni, tilfu dik l-elezzjoni u madanakollu llum xorta qed jgħidu li ġaladarba jitilgħu fil-gvern huma se jibqgħu iżommu mal-pożizzjoni li kellhom qabel, jiġifieri li jridu sħubija sħiħa - pero' ma nixtieqx nidħol iktar fuq dan għaliex inkella noħroġ mis- suġġett li qed niddibattu llejla - pero' rigward il-VAT ma mxewx b'dan il- mod u għalkemm daħħlu l-VAT u kien hemm riferenza għaliha fil-manifest elettorali tagħhom, s'issa għadna ma smajniex riferenza waħda dwar jekk humiex se jerġgħu jdaħħlu l-VAT jekk kemm-il darba jitilgħu fil-gvern.", "Sur President, l-aħħar osservazzjoni li nixtieq nagħmel tittratta dwar l- IMF.", "Huwa inutli li noqogħdu nagħtu l-impressjoni li dak kollu li mar żmerċ, mar żmerċ strettament minħabba s-CET.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li f'wieħed mir-rapporti tiegħu, l-IMF ikkummenta li ''the fiscal position entering 1995 was already quite weak''.", "Tajjeb li wieħed ifakkar hawnhekk li fl-1995 kien għadu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista u għalhekk naħseb li jkun aħjar jekk inkunu sinċieri magħna nfusna u ma noqogħdu inġibu l- ebda skużi irrilevanti billi noqogħdu nżeffnu fin-nofs il-kwestjoni tas- CET.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi r-raġuni hija li d-deficit huwa problema strutturali u l-Partit Nazzjonalista għandu jammetti li tliet kwarti ta' dan kollu hija ħtija tiegħu u għalhekk għandu jġorr din il-ħtija hu, bħala partit.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self ieħor\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 60 tat-12 ta' Mejju 1997, din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 t'Ottubru, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Bonnici huwa in possession of the House.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, ikun tajjeb jekk illum nibda dan id- dibattitu billi nindika l-mistoqsijiet li saru fuq dan l-abbozz ta' liġi, li parti minnhom ġew imwieġba l-ġimgħa li għaddiet mill-Prim Ministru u parti minnhom għadhom ma ġewx imwieġba.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk ngħid li l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li", "\"jirrevedi r-rati kurrenti ta' dazji tas-sisa wara r-revoka ta' l-Att ta' l-1994 dwar il-Valur Miżjud, u biex idaħħal id-dazju tas-sisa fuq il-birra.\"", "Hawnhekk għandna abbozz li ma jitkellimx biss fuq il-birra imma jitkellem ukoll fuq xorb ieħor alkoħoliku u tabakk, frott is-sistema ta' tazzazzjoni ġdida li daħħal dan il-Gvern fl-1 ta' Lulju, il-famuża CET.", "Din hija sistema ta' tassazzjoni li sfortunatament diġa qed tidher li mhijiex tirrendi daqs kemm kienet tirrendi l-VAT.", "Anzi, minn kif għadna kif smajna waqt id-diskussjoni ta' l-abbozz preċedenti, jirriżulta li din is-sistema qegħda tagħmel is-sitwazzjoni finanzjarja ferm agħar u m'hemmx dubju li fis- sitwazzjoni li qegħdin fiha ma kienx għaqli li wieħed jidħol għal dan it- taħwid kollu.", "Sur President, iktar 'il quddiem nipprova u nispjega t- taħwid li hemm li qiegħed ukoll iwassal għall-fatt li pajjiżna tilef ċerta pożizzjoni internazzjonali u qiegħed jitlef opportunitajiet ta' esportazzjoni bir-riżultat li l-impjiegi f'diversi setturi qegħdin jiġu mhedda.", "Meta bdejt nitkellem fuq dan l-abbozz iktar minn ġimgħa ilu, kont ġbidt l- attenzjoni dwar il-fatt li kienu qegħdin jidhru diversi rapporti fil- gazzetti dwar is-sistema tas-CET u kif din ġiet introdotta u l-impatt li dan kellu fuq ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "B'mod partikolari, kien hemm rapporti kontra dak li ngħad hawn ġew - u anke barra - li fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, din ir-rintroduzzjoni tad-dazji ma kellhiex problema.", "Kontra dak li kemm il-darba ngħad mill-Prim Ministru, mill-ministru tal-finanzi preċedenti, l- Onor. Lino Spiteri, u mill-Ministru tal-Finanzi preżenti l-Onor.", "Leo Brincat li m'hemmx problema ma' l-Unjoni Ewropea, fil-fatt jirriżulta li dan mhuwiex minnu.", "Hemm problema li tidher li hija serja għaliex mir- rapporti li għadni kif semmejt joħroġ li l-Unjoni Ewropea qed tgħid li din is-sistema ta' dazji qed tikkrea problemi mhux aċċettabbli għaliex qed toħloq ċerta diskriminazzjoni kontra l-istess Unjoni Ewropea.", "Jien għalhekk staqsejt lill-Ministru responsabbli mill-kummerċ, waqt li ġie quddiemna b'dan l-abbozz li qed jintroduċi dazji u sisa bħala riżultat ta' l-introduzzjoni tas-CET, biex jispjegalna x'inhi s-sitwazzjoni u jgħidilna sewwa sew fiex waslu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar l-introduzzjoni tas-CET u kif din is-sistema ta' tassazzjoni laqtet l-Association Agreement.", "Il-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru għoġbu jirrispondi din il-mistoqsija waqt dibattitu ieħor li kellna dwar l- Unjoni Ewropea u bażikament ammetta li hemm problemi.", "Għall-ewwel darba, wara li ilu mill-bidu tas-sena, anzi minn qabel l-elezzjoni, jippreżentalna kwadru li qisu kollox kien moħmi bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar din is- sistema ta' dazji, il-Gvern qalilna li jirriżulta li hemm problemi u se jkollhom isiru diskussjonijiet għaliex dawn il-problemi għadhom ma ġewx solvuti.", "Aħna qed nitkellmu fuq il-fatt li għandna aċċess bla dazju għas- swieq ta' l-Unjoni Ewropea f'diversi oqsma industrijali.", "Dan ma japplikax għall-prodotti kollha għaliex hemm diversi oqsma li għad għandhom diversi dazji fuqhom u 'l-quddiem nitkellem fuq il-birra, prodott li nqabad taħt dan l-abbozz.", "Jeżisti arranġament bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li daħal fis-seħħ bis-saħħa ta' trattat li ġie ffirmat minn Gvern Nazzjonalista fl- 1970 u li mingħajr dubju jifforma s-sinsla ta' l-iżvilupp ekonomiku ta' Malta.", "Jgħidu x'jgħidu n-naħa tal-Gvern, jirriżulta li s-sitwazzjoni ekonomika bejn Malta u l-Unjoni Ewropea ġiet stabilita fuq dan l- Association Agreement li kien iffirma Gvern Nazzjonalista u li sal-ġurnata tal-lum għadu jifforma s-sinsla tal-kummerċ tagħna ma' l-Ewropa.", "Qed ngħid dan għaliex kultant meta nisma ċerti membri jitkellmu - bħalma għamel l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona ftit tal-minuti ilu - nibda niddubita jekk humiex qed jaqraw is-sitwazzjoni sewwa u jekk il-history books li qed jikkwotaw minnhom humiex dawk reali.", "Aħna qed nitkellmu fuq agreement li kien ġie ffirmat f'Diċembru ta' l-1970 u baqa' għaddej u baqa' dejjem jiġġedded, b'xi modifikazzjonijiet li saru fil-bidu tas-snin sebgħin.", "Dan iwassalni biex nikkonkludi li donnu ma kienx hemm il-ħeġġa biex ikun hemm xi arranġament differenti.", "Illum jidher li l-Unjoni Ewropea qed tgħidilna li Malta qed tikser dak l-Association Agreement u din hija ħaġa nkwetanti.", "Dan ikkonfermah il-Prim Ministru f'din il-Kamra l-ġimgħa li għaddiet, jiġifieri li s-sistema ta' dazji u sisa li reġa' daħħal Gvern Laburista wasslet għal sitwazzjoni fejn għandna diffikultajiet.", "Il-Prim Ministru qalilna li dawn huma diffikultajiet legali.", "Meta inti tikser ftehim jew meta n-naħa l-oħra li ffirmat il-ftehim miegħek tkun qed tgħid li inti qed tikser ftehim, evidentement tkun qiegħed tittratta xi ħaġa bi sfond legali imma aktar minn hekk hawnhekk qiegħed tittratta xi ħaġa iktar fil-fond, li tista' tattakka s-sinsla ta' l-ekonomija, il-bażi li fuqha tiddependi l- ħajja ta' 370,000 Malti.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti u li dħalna fiha bla bżonn.", "Dan wieħed seta' jarah ukoll meta ġiet ippreżentata l-white paper mill- Onor. Spiteri fil-bidu ta' din is-sena.", "Kien jidher b'mod ċar li s- sistema ta' dazji u sisa li ried jintroduċi l-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant kienet se tikser diversi provisions ta' l-Association Agreement.", "Meta jiena u sħabi, kemm f'dan il-Parlament kif ukoll barra, bdejna niġbdu l- attenzjoni tal-poplu Malti u tal-Gvern li quddiemna għandna sitwazzjoni inkwetanti, prattikament lili anke xewwiex u traditur qaluli, u dan kollu għaliex bħalma diġa semmejt, jien għidt li għandna sitwazzjoni inkwetanti u li l-Gvern irid joqgħod attent li ma jiksirx dan it-Trattat.", "Ir-riżultat huwa li s-sitwazzjoni bħalissa qegħda fi stalemate għaliex l-Unjoni Ewropea qegħda tgħid li l-Gvern Laburista Malti kiser l-Association Agreement bis- sistema ta' dazji li daħħal u li parti minnhom qegħdin quddiemna.", "Min-naħa l-oħra l-Gvern Malti qed jgħid li dan mhux veru.", "Jien inħoss li din hija biċċa inkwiet għaliex minflok qegħdin nersqu iktar viċin lejn l-Unjoni Ewropea, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kummerċ, qegħdin inpoġġu l-kummerċ li diġa għandna f'periklu.", "Qegħdin inpoġġu f'periklu wkoll kwalunkwe potenzjal ta' investiment li jista' jersaq lejn Malta.", "Meta wieħed jara li hemm din it-tip ta' diskussjoni għaddejja u meta wieħed jara r-reazzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea għas-sistema ta' tassazzjoni li daħħal Gvern Laburista ġdid - issa mhux daqshekk ġdid għaliex diġa ilu sena fil-gvern! - u meta wieħed jisma' x'għandhom x'jgħidu l-IMF, l-FOI, iċ-Chamber of Commerce u l-associated bodies ....", "(Interuzzjonijiet) Tant hu hekk li fl-ewwel tliet xhur biss il-Gvern daħħal madwar 9% inqas milli kien inġabar minn Lulju sa' Settembru tas-sena li għaddiet bil-VAT, waqt li s-sistema tal-VAT sa' Ġunju kienet qed tirrendi madwar 12% iktar.", "Ċertament li s-sistema ta' tassazzjoni li daħħal dan il-Gvern mhijiex maħsuba tajjeb.", "Hija sistema nejja.", "Hija sistema li donnha ma teħux in konsiderazzjoni l-kummerċ bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Hija sistema li minflok qed iġġibna aktar viċin qed toħolqilna dawn il-problemi kollha, tant li għall-ewwel darba għandna problema serja ma' l- Ewropej fejn qed jgħidulna li t-Trattat ta' l-1970 inkiser.", "Il-Prim Ministru qalilna li issa se jkollu diskussjonijiet fuq livell tekniku - u naħseb anke mhux daqshekk tekniku - biex jirrisolvi din il-kwestjoni.", "Jiena ngħid li tajjeb li din il-problema tiġi riżolta għaliex pajjiżna m'għandux bżonn aktar skossi milli diġa ħa.", "Imma ngħid ukoll li biex insibu s-soluzzjoni jidher li sfortunatament se jkollna nerġgħu niftħu l-pakkett ta' din is-sistema ta' tassazzjoni u nirranġawh għas-sodisfazzjon ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa dan il-Gvern li ġabna f'din il-pożizzjoni.", "Jiena nsostni li s-sistema li daħħal dan il-Gvern mhijiex ta' fejda u ta' ġid għal pajjiżna u qed tikkrea diffikultajiet bla bżonn li ċertament qed iwasslu għall-inċertezza.", "MADAM SPEAKER: Onor. Bonnici, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li l-Onor.", "Bonnici jkompli jinstema.", "ONOR.", "JOE BORG: Nissekonda", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Bonnici jkompli jinstema.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra talli għoġobhom jestenduli l-ħin.", "Madam Speaker, qegħdin f'sitwazzjoni fejn waqt li l-Onor.", "Brincat qed jiġi quddiemna u jgħidilna biex napprovaw dan l- abbozz ta' liġi li jimponi dazju u sisa fuq prodotti alkoħoliċi, żjut u affarijiet oħra, li huma parti minn dan il-pakkett, jiena qed ngħid li se jkollna nerġgħu niġu f'din il-Kamra biex nagħmlu bidliet minħabba d- diffikultajiet li nħolqu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nispera u j'Alla li dawn in-negozjati jsiru malajr u jiġu konklużi b'suċċess u qed ngħid hekk biex ma ninftiehemx ħażin.", "Ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li xi ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed jieħu pjaċir b'dan kollu!", "Bla dubju l-Oppożizzjoni hija nkwetata u hija nwketata wkoll għaliex taf x'jista jiġri minħabba diffikultajiet ekonomiċi bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Dan it-tip ta' abbozz jista' jwassal għal problemi li mal- problemi kollha li għandna bħalissa dawn jistgħu jkunu problemi massiċċi li jpoġġu fil-periklu diversi setturi ta' l-ekonomija tagħna.", "Issa, Madam Speaker, jekk tippermettili nkompli niddiskuti l-oqsma li semma l-Ministru meta ntroduċa dan l-abbozz fejn qalilna li diversi prodotti, b'mod partikolari dawk alkoħoliċi, se jorħsu bis-saħħa ta' dan l-abbozz u bis- sistema li daħlet fl-1 ta' Lulju ta' din is-sena.", "Jiena mal-ewwel qajjimt il-problema meta għidt li hawn ċerta inkonsistenza għaliex ftit tax-xhur ilu l-Onor.", "Spiteri, meta kien għadu jokkupa l-kariga ta' ministru tal-finanzi, kien qalilna li se jkollu jżid il-prezz ta' diversi prodotti alkoħoliċi għaliex il-Gvern ma jiflaħx għall- ispiża kollha li għandu u jrid iżid it-taxxi li jiġbor.", "Nikkwota lill- Onor. Spiteri mid-diskors tal-budget:", "\" Irrid ngħid ukoll li l-miżuri li se nħabbar, kif jidher mid- dettalji, fil-biċċa l-kbira għandu jkollhom ukoll ċerti impatti ambjentali mixtieqa u meħtieġa, u anki fuq aspetti ta' saħħa.", "It- tassazzjoni mhijiex biss mezz kif il-Gvern jiġbor il-flus.", "Hi wkoll mezz biex dak li jkun jiżen iżjed l-effett ta' li jikkonsma hu fuq il- bqija tas-soċjeta'.\".", "U allura f'Jannar ta' din is-sena l-Onor.", "Spiteri żied it-taxxa fuq is- sigarretti u fuq l-alkoħol.", "Issa rajna lill-Ministru Brincat jiġi hawn u jgħidilna li l-prezz tal-birra ta' barra roħos, bħalma roħos il-prezz ta' l- inbid u dak tas-sigarretti importati.", "Jiena kont għidt li din hija inkonsistenti mal-pożizzjoni li kien ħa l-Onor.", "Spiteri fil-bidu tas-sena meta qal li l-Gvern għandu bżonn u se jimponi iktar taxxi fuq dawn il- prodotti.", "Għidt ukoll li din hija inkonsistenti wkoll mal-pożizzjoni finanzjarja tal-Gvern meta jgħid li se jkollu jissellef iktar għaliex id- deficit żdied b'Lm35 miljun iktar minn dak li kien qed jipprevedi.", "Fil- fatt għadna kif ikkonkludejna t-Tieni Qari ta' abbozz li jippermetti lill- Gvern biex jissellef Lm75 miljun lira aktar.", "Jiena allura nistaqsi jekk il- Gvern jafx x'inhu jagħmel.", "Dan għaliex l-ewwel jiġi fil-Kamra u jgħidilna li se jżid il-prezzijiet ta' ċerti prodotti u mbagħad jiġi l-Ministru suċċessur ta' l-Onor.", "Lino Spiteri jgħidilna b'ċerta kburija li l-Gvern irnexxielu jraħħas dawn il-prezzijiet u dan biex it-tibdil ma jweġġa' lil ħadd u biex ikun ta' ġid u fejda għall-pajjiż kollu.", "Hekk spiċċa l- introduzzjoni tiegħu l-Onor.", "Leo Brincat.", "Meta d-darba l-oħra kont qiegħed inqajjem dawn il-punti, l-Onor.", "Brincat qalli li rridu noqogħdu attenti għaliex ftit mit-tibdil li qed nirriferu għalih hawnhekk huwa wieħed marġinali, jiġifieri li tant hu ċkejken li huwa insinifikanti.", "Ir-reazzjoni tiegħi għal dan kienet li mmur fuq ir-reklami li dehru fil-gazzetti, fosthom dak li deher fil-ġurnal \"The Times\" tal-21 ta' Lulju ta' din is-sena fejn għandna faċċata li nofsha hija meħuda minn xorb bħalma huma aperitif, xampanja, foreign beer, French wine, imported mineral water, Italian wine, other European wine, rest of the world wine, sherry and port, sparkling wine, eċċ. Għandna nofs faċċata ta' prodotti alkoħoliċi li dwarhom il-Gvern ħareġ jiftaħar fil-gazzetti - bi flus il- poplu - li l-prezz tagħhom roħos.", "Jiena din il-gazzetta ġibtha miegħi illum proprju biex nagħmel il-punt u nistaqsi x'sens kien jagħmel li joħroġ nofs faċċata fuq gazzetta li turi tnaqqis fuq tant u tant xorb alkoħoliku u jgħid li under the VAT regime these imported products paid 15% VAT in addition to levies u li issa dawn raħsu għaliex huma eżenti mill-ETI, meta issa l-Gvern qiegħed jgħid li r-roħs huwa marġinali.", "Jiena ngħid li l- argument ta' l-Onor.", "Brincat li dan it-tibdil huwa marġinali huwa inkonsistenti mal-behaviour tal-Gvern meta beda jġib reklami fil-gazzetti kollha biex juri kemm irnexxielu jraħħas il-prezz tax-xorb alkoħoliku.", "Issa jew il-Ministru għandu raġun meta fil-Kamra qal li dan huwa marġinali, jew meta għamel ir-reklami il-Gvern kellu biex jiftaħar għax raħħas ix-xorb alkoħoliku, allavolja huwa inkonsisteni ma' dak li beda biex qal fil-bidu ta' din is-sena.", "U allura jien hawn irrikorrejt għall-ktieb li l-Gvern għoġbu jibgħatli d-dar tiegħi, bħalma bagħat fil-households kollha ta' Malta, mort għall-faċċata li turi l-prezzijiet ta' l-ispirti u nbejjed u bdejt nara jekk it-tnaqqis fil-każ ta' l-inbid hux fil-fatt marġinali kif qalilna l-Ministru f'din il-Kamra.", "Madam Speaker, minn dan l-eżerċizzju toħroġ il-konklużjoni li t-tnaqqis fil-prezz ta' l-inbid l-aktar li jiġi kkonsmat - dak li jqum bejn 45c u 50c - huwa wieħed marġinali u allura l-Ministru kellu raġun meta qal dak li qal.", "Jekk, per eżempju, naraw il-Lachryma Vitis table wine - se jkolli bilfors insemmi l-ismijiet - minn 46c dan raħas għal 45c jiġifieri roħs ta' 1c.", "Fil-każ ta' l-inbid San Paolo, li huwa simili għal dak li għadni kif semmejt, insibu li minn 56c dan raħas għal 55c.", "Għaldaqstant nifhem meta l-Ministru jgħid li r-roħs huwa marġinali, pero' l-istorja ma tieqafx hawn għax hemm tibdil ieħor.", "Nifhem ukoll għaliex fil-paniku li kellu bis- sistema l-ġdida u biex jipprova jipperswadi lill-konsumatur li qiegħed jaħseb fih, f'Lulju l-Gvern ħareġ jgħid li raħsu tant u tant inbejjed.", "Qed ngħid dan għaliex f'dan il-ktejjeb insibu li waqt li fil-każ ta' l-inbid li normalment jikkonsma l-ħaddiem Malti dan raħas b'mod miżeru, b'mod marġinali u b'mod insinifikanti, fil-każ ta' nbid ta' kwalita' superjuri r- roħs kien ferm akbar.", "Per eżempju, f'tabella 75 ta' dan il-ktejjeb insibu li l-Gavi white wine - dan huwa nbid Taljan - ma raħasx b'1c imma raħas b'40c, roħs ta' 9%.", "Allura wieħed jibda jifhem x'taħwida għandna hawnhekk għaliex filwaqt li l-Ministru qed jgħidilna li l-Gvern mexa b'mod ekwu, biex it-tibdil ma jweġġa' lil ħadd u biex dan ikun wieħed ta' ġid u ta' fejda għall-pajjiż kollu, insibu li l-inbid li jikkonsma l-ħaddiem Malti raħas b'1c jew b'inqas minn 2%, waqt li l-inbid importat li għadni kif semmejt raħas b'9%.", "Jien għalhekk nistaqsi jekk il-Gvern jafx x'inhu jagħmel.", "Aħna għandna settur ta' l-inbejjed li f'dawn l-aħħar snin, sforz il-liberalizzazzjoni, tejjeb il-prodott tiegħu u llum kburin li għandna settur li bis-saħħa tiegħu t-turisti li jiġu hawn Malta għandhom xelta ta' nbid tajjeb u ta' kwalita' għolja, li huwa anke rebbieħ ta' diversi kompetizzjonijiet barra minn Malta.", "Huwa veru li jkollna nġibu kwantita' ta' għeneb minn barra għaliex lokalment m'għandniex xelta biżżejjed imma huwa veru wkoll li issa hemm investiment kbir f'diversi vineyards u postijiet oħra f'Malta, liema investiment qed iwassal għal inbid ta' kwalita' għolja.", "Madankollu nsibu li għal raġuni li ma nifhimhiex dan il- Gvern għoġbu jraħħas l-inbid li ġej mill-Italja b'9% u lis-settur lokali tah daqqa 'l isfel.", "(Interruzzjonijiet) Nista' nsemmi aktar inbejjed ta' barra.", "Per eżempju, insibu inbid ieħor bl-isem ta' \"Barolo Riserva Red\", li raħas b'86c-il flixkun, li jfisser li bl-ammont li raħas l-mara tad-dar tista' tixtri żewġ fliexken inbid ta' Malta ta` kuljum.", "Madam Speaker, hawnhekk jidher li l-Gvern huwa mħawwad għax qiegħed jimxi b'sistema li l-industrija ta' Malta jagħtiha bis-sieq, kontra dak li kien jgħid u għadu jgħid li qed jipprova jgħin l-industrija.", "Dan għaliex ċertament ma jagħmilx sens li l-inbid ta' Malta li jinbiegħ ta' kuljum jorħos b'2% u b'1.8% u l-inbid importat jorħos b'9%.", "Meta beda jiddiskuti dan l-abbozz, il-Ministru qal li s-sistema ta' taxxi ġodda twassal għal ċertu roħs fl-inbid li biha jiggwadanja kulħadd.", "Jiena ngħid li mhux kulħadd iggwadanja l-istess għax min għandu l-flus u jonfoq Lm4 jew Lm5 fuq flixkun inbid iggwadanja b'9% u min ma jaqlax daqshekk u jkollu joqgħod bi flixkun inbid ta' 50c jew 45c iggwadanja b'1.8%.", "Din hija l-ġustizzja soċjali li qed jimxi biha dan il-Gvern?", "Din hija s-sistema ta' fejda fejn kulħadd igawdi?", "Imma dan Gvern Soċjalista?", "Kultant nibda niddubita wkoll mill-prinċipji ta' dan il-Gvern meta nara bil-fatti, mill-ktieb li bagħatli d-dar stess, li dan il-Gvern qiegħed iraħħas l-iktar il-prodott li jixtru dawk li jaqilgħu l-iktar.", "Tajba wkoll!", "U mhux biss l-ammont qed ngħid imma anke bħala persentaġġ tal-prezz.", "Din hija taħwida kbira li bilfors iġġegħelna ngħidu li dan il-Gvern qed jimxi kontra l-prinċipji tal- ġustizzja soċjali, mhux qiegħed jifrex il-piż tat-tassazzjoni b'mod ugwali u fuq il-prinċipju li min jaqla' l-iktar u min jonfoq l-iktar għandu jħallas l-iktar, imma fuq il-prinċipju li min jaqla' l-iktar u jonfoq l- iktar fuq l-inbid - biex nużah bħala eżempju - jiggwadanja l-aktar.", "Dan mhux sew, mhux ekwu u jien ninsisti li l-Gvern għandu jirrevedi dawn l- affarijiet għaliex dawn qegħdin iġibu l-firda u mhux jgħaqqdu lil pajjiżna.", "Barra minn hekk tajjeb li ngħidu wkoll li hemm mijiet ta' ħaddiema li jaħdmu fil-produzzjoni ta' l-inbid f'Malta.", "Dawn għaliex għandhom jiġu mqiegħda f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ?", "X'jiggwadanja pajjiżna minn dan it- tnaqqis fid-dazji li wasslu biex inbid ta' barra jorħos iktar bħala persentaġġ?", "Kieku l-problema tieqaf ma' l-inbid, kieku ngħid li forsi dan il-Gvern ħa żball.", "Kulħadd jista' jieħu żball imma mhux f'dan is- settur biss ġara hekk għax hawnhekk qed jissemmew tliet setturi li huma l- inbid, it-tabakk u l-birra.", "Fuq l-industrija tal-birra għandi ħafna xi ngħid għax qalgħet daqqiet ta' ħarta.", "Mhux talli l-birra ta' barra roħsot b'iktar talli dak li kien qiegħed jiġi nnegozjat mill-Gvern preċedenti jidher li ġie mormi.", "Dan niġi għalih iktar tard.", "Pero' ħa nkompli fuq it- tabakk.", "Fid-diskors li għamel il-Ministru qal hu stess li s-sigarretti mportati minn barra roħsu meta l-Onor.", "Spiteri għadu kif għollihom b'10c f'Jannar li għadda.", "Mort nistaqsi b'kemm roħsu, għaliex fuq dan il-ktejjeb li bagħatli ma sibthomx is-sigarretti ta' barra.", "Forsi l-Ministru jista' jgħidli fejn qegħdin.", "Sibt li mill-1 ta' Lulju 'l hawn is-sigarretti ta' barra roħsu b'madwar 7c fuq kull pakkett ta' l-20.", "Jiġifieri f'Jannar l-Onor.", "Spiteri għolla l-prezz tas-sigarretti lokali b'10ċ u l-Onor.", "Brincat raħħas is- sigaretti importati b'7c.", "Dan x'sens hu li għal ċerta klassi ta' konsumaturi f'Malta raħħas is-sigarettti b'7ċ!", "Jien informat li waqt li pakkett \"Rothmans\" ta' Malta llum iqum 70ċ, pakkett ta' barra naqqsu minn 93ċ għal 86ċ, allura anke l-gap naqset bejn is-sigarretti ta' barra u s- sigarretti manifatturati Malta, fejn għandna madwar 80 jew 90 ħaddiem involuti fil-produzzjoni tagħhom.", "Il-gap naqset u allura spiċċajna f'sitwazzjoni fejn għal darba oħra prodott lokali - pjuttost negattiv, biex ngħid kollox - qed jiġi ppenalizzat meta mqabbel ma' prodott importat.", "Jien bilfors irrid ngħid li dan il-Gvern ma jafx x'inhu jagħmel għaliex bdejna mill-inbid, komplejna fuq is-sigarretti u t-tabakk u issa se ndur għall-kwestjoni tal-birra.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru qal li issa l-prezz tal-birra ta' barra effettivament roħos.", "Jiena dort fuq dan il-ktejjeb u nixtieq nerġa' nagħti xi ftit eżempji għaliex huwa importanti li aħna nifhmu daqsxejn x'ġara.", "Hawnhekk insibu li l-prodott lokali baqa' bil-prezz li kien pero' l-prodott importat roħos b'ammont sostanzjali.", "Per eżempju, il-Beck's roħsot bi 12% u l-Budweiser roħset bi 17%.", "Skond dan il-ktieb din kienet tinbiegħ 35ċ kull 0.25lt u issa naqset għal 29ċ, jiġifieri din roħset bi 17%.", "Imbagħad il-prodott Malti, iċ-Cisk baqa' fejn kien għax il-Gvern m'għoġbu jraħħaslu xejn!", "Il-Heineken li hija birra oħra mportata minn 33ċ naqset għal 30ċ.", "Reġa' baqa' l-art il-prodott Malti, Madam Speaker.", "X'iggwadanja minn dan il-Gvern?", "Qed nesportaw iktar birra?", "Għandna aċċess iktar għas-swieq ta' barra?", "Xejn minn dan.", "Hawnhekk ikolli nidħol fil- fond f'dan il-qasam għaliex jidher kemm dan il-Gvern mhux qed jimxi b'mod għaqli fir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Dan il- Gvern fil-fatt qed jimxi b'mod li jien insejjaħlu għami, li qabad u raħħas ċerti affarijiet - donnu across the board - mingħajr ma qagħad jidħol fihom u mingħajr ma ra l-konsegwenzi għas-settur lokali.", "Qabel l-elezzjoni li għaddiet jiena kont il-ministru responsabbli għall-industrija u kont responsabbli għan-negozjati li kienu qed isiru bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Wieħed mill-prodotti li konna qegħdin ninnegozjaw fuqu kien il- birra għax aħna ridna aċċess ikbar fl-Ewropa u allura dħalna f'taħdidiet tassew dettaljati u mhux faċli ma' l-Unjoni Ewropea dwar dan.", "Ħalli nispjega daqsxejn is-settur tal-birra.", "Aħna, bħala pajjiż, nikkonsmaw madwar 180,000 hectolitres birra - qed nuża ċ-ċifri ta' l-1994 għaliex dawk huma l-aħħar ċifri li għandi ta' sena sħiħa - li 7.3% minnhom jew aħjar 13,000 hectolitres huma importati minn barra.", "L-esportazzjoni tal-birra tlaħħaq biss 6,000 hectolitres.", "Issa l- problema għal ħafna żmien kienet li l-Unjoni Ewropea kienet tgħidilna li ladarba m'aħniex membri l-birra li nesportaw minn Malta trid tiġi ntaxxata u wara ċerti negozjati - dan kien xi ħamsa jew sitt snin ilu - kien irnexxielna nirranġaw biex nesportaw 5,000 hectolitres lejn l-Ewropa bla dazju.", "Pero' għalina dan ma kienx biżżejjed għaliex bl-investimenti u bl- espansjonijiet li saru l-kapaċita' li nipproduċu l-birra kibret ħafna.", "Fil- fatt nista' ngħid li ż-żewġ birreriji li għandna jistgħu jipproduċu faċilment 235,000 hectolitres u kieku dawn imorru fuq three shifts ikunu jistgħu jipproduċu anke sa 350,000 hectolitres.", "Allura qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-konsum lokali qed jiġi ssuperat kważi bid-doppju, bħala kapaċita' tas-settur tal-birra.", "GĦalhekk peress li f'dan is-settur jaħdmu bejn 300 u 400 ruħ u peress li huwa prodott li għandu bżonn swieq aħjar minħabba li qiegħed żvantaġġat għaliex m'aħniex membri fl-Ewropa, aħna bdejna n-negozjati.", "Jien illum se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, bil- permess tiegħek, Madam Speaker u tal-Kamra, dettalji dwar dawn in-negozjati li kienu qed isiru dwar il-birra.", "U se naqra xi ftit minn dan id-dokument:", "\"The revised commission proposal concerning further mutual concession in trade with Malta is conditional upon Malta eliminating its discriminatory import levy treatment of chocolate coated goods.\"", "Hawnhekk qabel ma nidħlu fil-kwestjoni tal-birra, irrid ngħid li sa Settembru u Ottubru tas-sena li għaddiet l-unika ħaġa li l-Unjoni Ewropea kienu jsemmulna fin-negozjati kienet li kienu jħossu li l-mod kif f'Malta konna qegħdin nintaxxaw l-importazzjoni tal-gallettini biċ-ċikkulata kien diskriminatorju.", "Hawnhekk ngħid li kellhom daqsxejn raġun.", "Fil-fatt din iddiskutejniha u wasalna fi ftehim kif insolvu din il-problema.", "Li nista' ngħid huwa li l- unika kwestjoni li kellna ma' l-Unjoni Ewropea fuq il-levies sakemm konna għadna fit-triq tas-sħubija, kienet din il-kwestjoni ta' chocolate covered biscuits.", "Il-bqija l-ambaxxatur kien jinformani li prodotti oħra we were to trade them on a case by case, sakemm jinfetħu l-accession negotiations u b'hekk wieħed ikun jista' jittratta aħjar.", "Issa ħalli nerġa' mmur għall- kwestjoni tal-birra.", "Jiena m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettalji kollha pero' l-Unjoni Ewropea kienet offriet li minn 5,000 hectolitre l-esportazzjoni duty free minn Malta għall-Unjoni Ewropea titla' għal 15,000 hectolitre, jiġifieri tliet darbiet iktar, liema volum sas-sena 1999 kellu jitla' għal 40,000 hectolitre.", "Din kienet l-aħħar offerta li għamlet l-Unjoni Ewropea qabel l-elezzjoni li kellna f'Ottubru tas-sena l-oħra.", "Madanakollu jiena xorta ma kontx sodisfatt b'din l-offerta, Madam Speaker, għaliex kif għidt aħna kellna l-potenzjal li nipproduċu kważi d-doppju tal-birra li konna qegħdin nikkonsmaw f'pajjiżna.", "Dan huwa investiment li kien qed iħares 'il quddiem, investiment li kien qed iħares lejn is-suq Ewropew, li huwa suq enormi, għaliex mhux biss għandna prodott lokali verament tajjeb imma għandna prodott li qiegħed jikkompeti u wkoll jirbaħ premijiet f'diversi kompetizzjonijiet internazzjonali.", "Dan hu li kienet qiegħda toffri l- Unjoni Ewropea u dan qiegħed kollu in black and white.", "Pero' x'riedet l-Unjoni Ewropea mingħandna, Madam Speaker?", "Din riedet li aħna nnaqqsu l-levy fuq il-birra b'mod gradwali biex b'hekk il-birra ta' barra torħos.", "Aħna konna nafu li b'dan il-mod il-birra ta' barra kienet se tikkompeti iktar mal-birra lokali pero' fl-istess ħin konna qegħdin niġġeneraw swieq ġodda biex intellgħu l-esportazzjoni tal-birra tagħna saħansitra bi tmien darbiet aktar sa l-1999.", "Din l-offerta għandna kopja tagħha u aktar 'il quddiem nixtieq inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan kollu jiena qed ngħidu biex nuri kif kienet is-sitwazzjoni meta l- Gvern Nazzjonalista kien għaddej b'dawn in-negozjati.", "Issa x'ġara taħt il- Gvern Laburista?", "Ġara li aħna raħħasna l-prezz tal-birra ta' barra pero' ta' dan ma ħadna xejn, jiġifieri bqajna nsaffru.", "Dan għaliex effettivament il-Gvern Laburista b'dawn il-miżuri naqqas il-prezz tal-birra mportata minkejja li t-trattattivi biex intejbu l-aċċess tal-birra lokali għas-swieq Ewropej kienu għadhom għaddejjin u kważi konna wasalna fi ftehim.", "Nista' ngħid li dak iż-żmien jiena kont għad irrid niddiskuti l-aħħar offerta ma' l-FOI, maċ-Chamber of Commerce u ma' oħrajn.", "Jien deherli li din l-offerta kienet ċara biżżejjed pero', minħabba li kienet riesqa l- elezzjoni, ma deherlix li kont f'pożizzjoni li kelli nikkometti lill-gvern il-ġdid.", "Pero' ma kontx nobsor li se nispiċċaw naqilgħu din id-daqqa ta' ħarta minn dan il-Gvern fuq il-kwestjoni tal-birra.", "Jgħid tant dan il- Gvern li jaf jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea!", "U daqskemm kien jgħajjarna ħmir lilna tal-Partit Nazzjonalista meta konna fil-gvern!", "Pero' hu se jnaqqas il-protezzjoni u m'hu se jiggwadanja xejn.", "X'sens jagħmel dan, Madam Speaker?", "MADAM SPEAKER: Onor. Bonnici, skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of House biex tkompli.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Bonnici jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u liż- żewġ naħat tal-Kamra talli għoġobhom jestenduli l-ħin.", "Irrid ngħid, Madam Speaker, li jiena dejjem ipprovajt niġbed l-interessi ta' pajjiżna.", "B'dan m'iniex ngħid li dan il-Gvern m'huwiex qiegħed jiġbed l-interessi ta' pajjiżna pero' jrid jispjega x'għamel għaliex żgur li f'din is-sitwazzjoni qegħdin minn taħt.", "GĦalhekk nistaqsi: Imma x'ġara?", "Forsi meta dan il- Gvern iddeċieda li jneħħi l-VAT u jdaħħal id-dazji, dawn l-offerti taru mar- riħ?", "Forsi ġie sfurzat inaqqas mill-protezzjoni u wara li għamel dan kollu l-Unjoni Ewropea xorta qed tgħidlu li qed jikser l-Association Agreement li ffirmajna sa mill-1970?", "GĦalhek bilfors ikolli ngħid li l-affarijiet ma ġewx maħsuba sewwa.", "Jiena m'iniex se nuża kliem bħal \"diżonesta' politika\" pero' ngħid li f'dan il-każ il-Gvern żbalja, għandu jammetti li żbalja u jkollu jirranġa s- sitwazzjoni għaliex dak huwa l-interess tagħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Gvern Laburista għandu jirranġa s-sitwazzjoni sabiex is-setturi ta' l- industrija tagħna ma jiġux żvantaġġati, kif effettivament ġara f'dawn it- tliet setturi, is-settur ta' l-inbid, is-settur tat-tabakk u s-settur tal- birra.", "F'dan il-każ il-Gvern qabad u naqqas il-protezzjoni mingħajr ma ggwadanja xejn u dan m'huwiex mod kif ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropeja.", "Lanqas huwa l-mod kif insaħħu l-industrija lokali u kif immexxu lil pajjiżna 'l quddiem.", "Dan huwa l-mod kif il-Gvern Laburista se jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea, bi trattati speċjali bħal dan?Madam Speaker, kif diġa' għidt il-Gvern irid jara kif se jsolvi din is-sitwazzjoni għaliex din ikkaġunat ċerti diffikultajiet.", "Ma jistax iħalli s-setturi tal-birra, ta' l-inbid u tat-tabakk jaqilgħu fuq wiċċhom b'dan il-mod.", "Fil-Parlament il-Prim Ministru f'seduta oħra qal li kien hemm lista ta' 400 prodott li l-Gvern Nazzjonalista kien beħsiebu jnaqqsilhom il- protezzjoni jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu.", "Jiena nista' ngħid li sas-sajf li għadda kelli diversi rapporti li kienu qed jindikaw li jista' jsir xi moviment fil-levies ta' ċerti prodotti fejn ma kienx hemm bżonn protezzjoni.", "Dawn kienu jittrattaw diversi prodotti, bħal envelopes, paper bags, box files, registers, account books, order books, receipt books, notebooks, diaries, exercise books, computer paper, photo albums, file refills, analysis sheets, foolscaps, index cards, cut glass u fluorescent light fittings.", "Skond ir-rapport li kelli jiena s-sajf li għadda l-iskop tal-levy fuq dawn il-prodotti kien spiċċa pero' għalkemm id-dipartiment kien qed jgħidli li dawn il-levies stajna nnaqqsuhom iktar tard fl-1996, xorta pprovajna ninnegozjaw dan it-tnaqqis ma' aktar aċċess għal prodotti tagħna.", "Aħna konna qegħdin nimxu f'ċerta direzzjoni u b'ċertu pass pero' dan il- Gvern iddeċieda li jnaqqas il-protezzjoni across the board, anke fuq prodotti li m'humiex imsemmijin f'dik il-lista.", "Hawnhekk qiegħda d-daqqa ta' ħarta għaliex il-birra, l-inbid u t-tabakk ma kenux indikati f'din il- lista.", "Aħna ridna l-ewwelnett li dawn ikollhom aċċess aħjar għas-swieq Ewropej.", "Allura bilfors ikolli nikkonkludi li dan il-Gvern m'huwiex miexi bil-għaqal u fl-interess li jipproteġi l-industrija u nkomplu nkattru l-ġid f'dawk is-setturi żvantaġġi għaliex m'għandhomx aċċess liberu biżżejjed fis- swieq Ewropej.", "Ma jistax ikun li wieħed jaqbel ma' dan l-abbozz li qed jagħti din id-daqqa ta' ħarta lil dawn is-settur indiġeni tagħna, setturi li aħna kburin bihom, setturi li jiġġeneraw mijiet ta' mpjiegi u li għandhom potenzjal kbir.", "Dan il-Gvern mexa b'sistema li spiċċat biex naqqset il-protezzjoni mingħajr ma ggwadanjajna xejn.", "Nerġa' ngħid, dan m'huwiex mod kif isiru n- negozjati ma' l-Unjoni Ewropea u għalhekk inħeġġeġ lil dan il-Gvern biex jirrikonsidra dawn l-affarijiet u biex jerġa' jiftaħ in-negozjati fuq dawn il-prodotti.", "U mhux imbilli l-Prim Ministru jiġi hawnhekk jurina xi ittra meta konna qegħdin f'sitwazzjoni - kif tindika din il-karta li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra - fejn id-diskussjonijiet kienet qegħdin fi stadju avvanzat.", "Dan il-Gvern għandu l-obbligu li jirranġa s-sitwazzjoni; għandu l-obbligu li jirtira dan l-abbozz u jerġa' jiftaħ in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea fuq dawn il-prodotti.", "Bħala pajjiż, m'għandniex għalfejn u m'huwiex ġustifikat li naqilgħu fuq wiċċna b'dan il-mod.", "Jiena ngħid li dan sar b'nuqqas ta' ħsieb u esperjenza, u għaliex il-Gvern ma ħasibx fuq l- implikazzjonijiet tas-sistema tad-dazju u s-sisa u allura spiċċajna b'sistema li qiegħda tiddiskrimina kontra l-prodotti lokali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Bonnici kkonkluda d-diskors tiegħu.", "Fil-5.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR", "LOCAL AND OTHER LOANS (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Peress li aktar kmieni fis-seduta ntalbet division se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jemenda l-Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor'', ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi fil-5.00 p.m. intalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiċa u rriżumiet fil-5.20 p.m. skond il-Mozzjoni Nru. 60 tat-12 ta' Mejju, 1997.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jemenda l-Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor'', ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "72", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard Montalto |Herrera Jose' | |John | | |Bartolo Evarist |Mangion Charles | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles |Pace Bertu | |Buhagiar Louis |Portelli Alfred | |Camilleri Maria |Refalo Anton | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech Joe |Vassallo Adrian | |Farrugia Anglu |Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen |Psaila Savona Joe | |De Marco Guido |Pullicino George | |Debono Giovanna |Pullicino Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami Eddie|Vassallo Edwin | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor\" ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla 22 ta' Ottubru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Self Lokali u Self ieħor - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni dwar l-Industrija tal-Bini f'Malta - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - itTieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, dalgħodu xtaqt nitkellem fuq il- voti li ttieħdu dwar l-Enemalta pero' minħabba li kien sar il-ħin ma kellix ċans nesprimi l-opinjoni tiegħi dwar din il-materja.", "L-ewwelnett irrid nitkellem dwar il-kontijiet tad-dawl li jinħarġu mill-Water Services Corporation.", "Jidher li hemm diversi kontijiet li qegħdin jiġu kkontestati, kemm dawk li huma kontijiet tas-servizz tad-dawl u kemm dawk li huma kontijiet tas- servizz ta' l-ilma.", "Jidher ukoll li l-Enemalta m'hijiex tieħu azzjoni dwar dawn l-ilmenti u oġġezzjonijiet mill-konsumaturi, li jibqgħu jirċievu kontijiet b'ammonti sostanzjali ta' arretrati x'iħallsu.", "Dan mhux jiena biss qed ngħidu imma qegħdin jgħiduh anke kelliema min-naħa tal-Gvern, fosthom l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "F'mistoqsija parlamentari li għamel dalgħodu huwa staqsa għaliex ċerti kontijiet li jkopru perijodi li għalqu għadhom ma ħarġux.", "Ir-risposta li ngħatat mill-Ministru Charles Buhagiar, li huwa responsabbli mill-Water Services Corporation, hija li f'dan il-każ jidher li l-qari li ttieħed f'Marzu ta' din is-sena kien żbaljat u li l- korporazzjoni għadha qiegħda tinvestiga.", "Jiġifieri dan l-iżball ta' kważi tmien xhur ilu għadu ma ġiex settled, u allura nagħmel appell speċjali sabiex fl-Enemalta jkun hemm sezzjoni li taħdem fuq il-kontijiet li jiġu riferuti lilna mill-Water Services Corporation ħalli din il-problema tiġi solvuta fl-iqsar żmien possibbli.", "Ma jistax ikun li l-konsumatur jibqa' jirċievi dawn il-kontijiet meta jkollu oġġezzjoni.", "Irrid nitkellem ukoll dwar il-ħlas li l-Enemalta titlob kull meta xi ħadd jitlobha s-servizz tagħha sabiex tgħatti l-wires li jkunu għaddejjin ma' xi faċċata ta' dar, naturalment għax ikun qed isir xogħol mal-faċċata.", "L- Enemalta qiegħda titlob fee ta' Lm10 għal dan is-servizz pero' jiena jidhirli li dan għandu jkun b'xejn għalkemm nifhem li jidħlu l-ispejjeż tal- ħaddiema.", "Punt ieħor li xtaqt nittratta għandu x'jaqsam direttament ma' l- inċidenti tat-traffiku.", "Kif nafu matul dan il-weekend kellna t-18-il vittma fatali.", "Sinjura President, jien għamilt naqra ndaġni u sibt li fil- maġġoranza tal-każi fejn jidħlu nċidenti fatali, il-karozza involuta tispiċċa taħbat ma' siġra jew m'arblu ta' l-elettriku.", "Issa kulħadd jaf li m'għandniex bankini li huma wesgħin ħafna u ma nafx għaliex l-Enemalta ma twaħħalx l-arbli ta' l-elettriku fuq ġewwa tal-bankina minflok fuq barra.", "Żgur li dawn l-arbli qed ikunu ta' periklu għas-sewwieqa minħabba l-kurrent elettriku li jkun għaddej.", "GĦalhekk nittama li l-Enemalta tifhem dan il- bżonn u meta tiġi biex tibdel xi arbli, kif qal il-Ministru dalgħodu, dawn jitpoġġew fuq ġewwa tal-bankina.", "Per eżempju, dan l-aħħar ġewwa Ħaż-Żebbuġ kellna inċident ikrah fejn sewwieq baqa' dieħel ġo arblu ta' l-elettriku - nista' ngħid li b'xorti tajba din il-persuna ma metitx u għandha tirringrazzja 'l Alla li ħelsitha ħafif - u jien mill-ewwel ċempilt lill-Enemalta u tlabthom jiġu sabiex ineħħu l-wires li spiċċaw ma' l-art.", "Il-van ta' l-Enemalta wasal f'kemm ili ngħidlek imma meta kellimt lid-driver dan qalli li huwa ġie biss biex jara x'kien ġara.", "GĦalhekk tlabtu jċempel sabiex mill-aktar fis possibbli jiġu t-technicians.", "Madwar għoxrin minuta wara ġew it-technicians imma ħaġa ta' l-iskantament ma kellhomx sellum.", "Allura l-persuna li ġiet bl- ewwel van kellha terġa' tmur lura ġġib is-sellum.", "Meta mbagħad dan irritorna bis-sellum, it-technicians bdew jgħidu: Imma m'hawnx il-foreman biex jgħidilna minn fejn għandna nitfu!", "Din serjeta' min-naħa ta' l- Enemalta meta hemm dan il-periklu kollu u meta l-karozza nvoluta kienet għadha f'nofs ta' triq u kienet qiegħda żżomm it-traffiku?", "Dan barra li kellhom isiru erba' trips mill-Marsa għal Ħaż-Żebbuġ.", "L-ewwel jiġu bil-van biex jaraw x'ġara, imbagħad jiġu t-technicians mingħajr sellum, imbagħad jibagħtu għas-sellum u mbagħad jibagħtu għall-foreman.", "Dawn huma affarijiet li l-Enemalta għandha tieħu bis-serjeta għax dawn huma affarijiet redikoli.", "Jien ngħid li f'każ ta' inċident bħal dan l-Enemalta għandha tkun equipped b'dak kollu li jista' jkollha bżonn fuq il-post ta' l-inċident ħalli tkun tista' tieħu azzjoni immedjata.", "Madam Speaker, appell ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar l-istreet lighting.", "Veru li s-sena l-oħra, jiġifieri qabel l-elezzjoni - bħalma qal anke l-Ministru - kien sar ammont mhux ħażin ta' street lighting pero' jiddispjaċini ngħid li għad hawn main roads li għandhom bżonn urġenti ta' street lighting.", "Jien għadni niftakar fil-kliem u fil-kritika iebsa li kienet issir mill-Partit Laburista mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni dwar il-coast road tas-Salina għaliex kienet mingħajr dawl.", "Għalhekk niskanta kif issa li telgħu huma fil-gvern din it-triq li tant kienu jgħajruna biha għadha mudlama u hi waħda mill-iktar toroq fejn isiru inċidenti.", "(Interruzzjonijiet) Nista' anke nsemmi t-triq li minn Ħaż-Żebbuġ tagħti għal Ħ'Attard.", "Din it-triq fiha ħafna kantunieri u hi verament perikoluża u ma nafx kif għadha bla dawl.", "(Interruzzjonijiet) Illum anke l- Onor. Ċensu Galea kellu mistoqsija parlamentari rigward nuqqas ta' dawl fil-Mellieha by-pass.", "Madam Speaker, dawn li qed insemmi huma kollha toroq prinċipali li minnhom jgħaddu ħafna nies kemm Maltin kif ukoll turisti, sew matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl.", "Sinċerament niskanta kif għadna ma sibniex fondi biżżejjed sabiex dawn it-toroq jiġu mdawla b'mod adegwat u jekk għalissa m'hemmx ħsieb li jiddawlu almenu għandhom isiru cats' eyes mal-bankini ħalli s-sewwieq ikun jista' jidderiġi ruħu u ma jibqax dieħel fil-bankina jew f'xi arblu.", "Madam Speaker, l-aħħar punt li xtaqt nitkellem dwaru - forsi din hi xi ħaġa żgħira - huwa dwar iċ-ċerta burokrazija li teżisti fl-Enemalta bħal, per eżempju, min se jħallas għal \"hekk\" u min se jħallas għal \"hekk\".", "Jien nifhem li kull servizz li tagħti l-Enemalta jkun hemm payment għalih imma mhux sewwa li jkun hemm dewmien esaġerat.", "Ħaġa oħra hi dwar min se jħallas jekk isiru traffic lights, jiġifieri jekk hux se jħallas ir-roads department, il-construction department jew ir-roads maintenance section.", "Dan m'għandux ikun u għandu jkun hemm ordni sħiħa ħalli meta jsir xi xogħol jintbagħtu l-kontijiet u jiġu mħallsa.", "Madam Speaker, eżempju ieħor ta' fejn għandu jsir ftit tad-dawl huwa ċ- ċimiterju ta' Sant'Andrija ġewwa Ħaż-Żebbuġ.", "Ilna ħames snin sħaħ nitolbu biex f'dan iċ-ċimiterju jkun hemm daqsxejn dawl.", "Kulma hemm fil-viċinanzi hija d-dar tad-drogati ta' San Blas u għalhekk kulma jonqos huma xi ħames arbli li jkunu jistgħu jagħtu d-dawl liċ-ċimiterji għax hija għarukaża li dan iċ-ċimiterju għadu mudlam.", "Meta l-partit tiegħi kien fil- gvern niftakar li kont għamilt kull pressjoni possibbli dwar din il-ħaġa imma sibt burokrazija sħiħa min-naħa ta' l-Enemalta għax kienu jgħidu li ma kenux jafu min kien se jħallas.", "Nafu li dan huwa manned mid-dipartiment tas-saħħa allura jien ngħid li għandu jsir id-dawl meħtieġ, joħroġ il- kont u jitħallas mid-dipartiment tas-saħħa u mhux inkomplu sejrin b'din il- burokrazija kollha li qed tħalli daqstant inkonvenjent.", "Jien nittama li l- Enemalta li qed tagħmel tant xogħol ta' servizz soċjali għal pajjjiżna tqum fuq tagħha, tneħħi din il-burokrazija mill-istatut tagħha ħalli l- affarijiet, b'mod speċjali dawk li għadni kemm semmejt, isiru b'iktar effiċjenza.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Madam Speaker, bħal-lum ġimgħa l-Partit Laburista ġdid jagħlaq l-ewwel sena tiegħu fil-gvern għax kien proprju s- 27 ta' Ottubru, l-għada li saret l-elezzjoni, meta l-Onor.", "Sant u sħabu ħadu f'idejhom r-responsabbilta' ta' l-amministrazzjoni tal-pajjiż.", "Kulħadd għadu jiftakar li għall-manifest elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista kien ħareġ bis-slogan \"PN futur\", biss il-partit ġie skonfitt u rebħet l-għajta tal-Partit Laburista ta' \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\".", "Jien illum mhux se ngħid li l-poplu Malti mexa bħal dak il-pazjent li għalkemm tgħidlu biex ma jixrobx u ma jpejjipx, għax f'dak il-mument kellu aptit li jixrob u jpejjep hekk għamel u ma qgħadx jara l-konsegwenzi għall- quddiem.", "Lanqas m'jien se ngħidlu li mexa bħal dak it-tifel li ma jkunx irid imur l-iskola u jibqa' ma jmurx l-iskola mingħajr ma jara l- konsegwenzi għall-futur tiegħu.", "Jien ngħid li l-għajta ta' \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" inbiegħet.", "Imma x'nifhem jien b'\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\"?", "Madam Speaker, ħafna nies, speċjalment l-Onor.", "Membri tan-naħa tal- Gvern, meta ssir xi ħaġa jew meta jsir xi proġett li jkun ta' fejda għall- poplu kollu Malti, jgħidulek li dak ikun qed isir għaċ-ċittadin.", "Din hija verita' imma ma naħsibx li din kienet l-għajta li kien qed jipprova jipproġetta l-Partit Laburista qabel l-elezzjoni.", "Il-Partit Laburista kien qal li mil-lum 'il quddiem mhux se jibqa' jsir l-istess fejn il-gvern jara li dejjem joħroġ rebbieħ hu - bħalma suppost kien qed jiġri fi żmien Gvern Nazzjonalista - imma kien qal li jekk ikun hemm xi kwestjoni fejn iċ-ċittadin on the one hand jaħseb li hu għandu raġun u l- korporazzjoni jew il-gvern on the other hand jaħsbu li għandhom raġun huma, l-ewwel ma kellu jiġi kien iċ-ċittadin.", "Dik kienet l-għajta li kien qed jipproġġetta l-Partit Laburista.", "Imma llum fil-verita' hekk qed isir?", "Illum x'qed naraw fejn jidħol iċ-ċittadin bħala taxpayer?", "Illum qed naraw li jekk ikun hemm xi kwestjoni bejn iċ-ċittadin li jħallas it-taxxi u d-direttur tat-taxxi interni, mhux iċ-ċittadin jirbah imma jirbah id-direttur tat-taxxi interni.", "Fil-fatt għada kemm ġiet introdotta miżata ta' imgħax ta' 1% fix-xahar - jew aħjar 12% fis-sena - li jrid iħallas it-taxpayer, jiġifieri ċ-ċittadin, jekk ikun hemm xi ħlas li jkun għadu ma sarx.", "Meta mbagħad is-sitwazzjoni tkun bil-maqlub u ċ- ċittadin ikollu flusu miżmuma mid-direttur ta' l-inland revenue - iċ- ċittadin li jħallas il-PAYE jaf li ħafna drabi jkun qed iħallas iż-żejjed - il-Gvern ma jħallas l-ebda imgħax fuq il-flus li jkollu jagħti lura.", "Mela f'dan il-każ żgur li ċ-ċittadin ma jiġix l-ewwel.", "Madam Speaker, l-istess ħaġa narawha tiġri fejn jidħlu l-qrati.", "Dan il- Gvern ħareġ bl-għajta li d-dewmien fil-qorti jrid jispiċċa u ċ-ċittadin għandu jinqeda ħafna aħjar, li ċ-ċittadin għandu jkun \"hekk\", li ċ- ċittadin għandu jiġi minn ta' quddiem u li jekk ikollu xi kawża din trid tinqata' fl-inqas żmien possibbli.", "Imma fil-verita' hekk qed jiġri?", "Minn dak li rajna matul din is-sena nista' ngħid li progress minn dan l-angolu ma sar assolutament xejn, anzi jekk saret xi ħaġa żgur li kienet favur il- Gvern, għax mhux talli qed joħroġ iċ-ċitazzjonijiet u jibgħat il-kontijiet li hemm b'lura - din ħaġa naturali għax dak li għandu jieħu għandu jieħdu - talli qed jerġa' jżid Lm2.50 jew Lm2.78 bħala spejjeż tal-qorti biex dejjem ikompli jżid l-introjtu tiegħu.", "Hawnhekk għal darba oħra qed naraw li minflok l-għajta ta' \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\", iċ-ċittadin tħalla jittewweb filwaqt li l-qorti qed tieħu dak li hu tagħha.", "L-istess nista' ngħid dwar dak li qed jiġri - dan qalu anke l-kelliem ta' qabli - meta jkun hemm kontestazzjoni ta' kontijiet tat-telephone jew ta' l-ilma.", "Għalkemm il-konsumatur jaħseb li għandu raġun hu u l- korporazzjoni taħseb li għandha raġun hi, mill-ewwel tinqata' li jekk il- ħlas ma jsirx fi żmien stipulat, is-servizz tat-telephone jew ta' l-ilma jew whatever jinqata'.", "Hawnhekk għal darba oħra nsibu li għalkemm ħafna mill-każijiet verament ikun hemm bżonn li jiġu kkontestati, iċ-ċittadin jibqa' lura u tirbah dejjem l-id iebsa tal-gvern jew tal-korporazzjoni għax hi għandha s-saħħa u allura tgħaddi tagħha.", "Madam Speaker, l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għas-sistema l-ġdida li ġiet introdotta dan l-aħħar tal-clamping u tat-towing.", "Ngħid għalija jien naqbel perfettament ma' din is-sistema għax verament għandna ndaħħlu ċertu sens ta' dixxiplina imma mill-każi li qed nara naħseb li dawn l-affarijiet qed jiġu handled b'mod u manjiera li ċ-ċittadin - f'dan il-każ iċ-ċittadin huwa l-motorist - mhux qed jieħu dak li huwa dritt tiegħu.", "Jien naħseb li meta jikkatenaw jew jiġbdu l-karozzi għandu jkun hemm xi ħadd responsabbli jekk isiru xi ħsarat, pero' l-Pulizija jgħidulek ċar u tond li m'għandhom assolutament l-ebda responsabbilta'.", "Madam Speaker, l-istess ħaġa meta minħabba xi maltempata u minħabba differenza ta' potential fl-enerġija tad-dawl, issir ħsara f'xi home appliance li jaħdem bl-elettriku.", "Int tkun qiegħed ġewwa darek għall-affari tiegħek u s-sistema ta' servizz ta' enerġija li titwassal ġewwa darek tirrovinalek xi appliance u għal darba oħra l-Enemalta ma tidħolx responsabbli.", "Jien ma rridx niftiehem li l-Enemalta għandha tidħol responsabbli, anzi jien ngħid li ma jistax ikun li l-Enemalta jew fil-każ tat-towing il-Pulizija jidħlu huma responsabbli għal dawn l-affarijiet, imma għal min ħareġ bl-għajta ta' \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" u għal min daħħal f'moħħ in-nies li fejn għandu jkun hemm kontestazzjoni bejn iċ-ċittadin u xi awtorita' għandu jirbah iċ-ċittadin, illum bi dritt iċ-ċittadin għandu jippretendi li hekk għandu jsir.", "Madam Speaker, l-istess ħaġa nista' ngħid għal meta ċ-ċittadin ikun dak il-kuntrattur li jkollu jieħu l-belli liri mingħand il-gvern u tarah għal sena wara l-oħra jibqa' ma jitħallasx.", "Għandna l-każ, per eżempju, ta' l- aġenti tal-mediċina li jissupplixxu l-isptarijiet u li għandhom jieħdu mingħand il-gvern 'il fuq minn Lm2 miljun.", "Pero' l-Gvern minflok li qed jara kif dawn jieħdu lura l-flus dovuti lilhom - ċerti ammonti ta' flejjes akkumulaw anke minn żmien l-amministrazzjoni preċedenti, pero' l- amministrazzjoni preċedenti ma kenitx f'pożizzjoni li tgħid li ċ-ċittadin jiġi l-ewwel għax kien hemm ċerti pożizzjonijiet li ma kenitx tista' tagħmel mod ieħor - jekk l-aġent ikollu jagħmel delivery ta' ċerti mediċini u ma jagħmilhiex, ikollu jħallas 1% tal-volum totali ta' l- ordni.", "Madam Speaker, din hi waħda mill-għajtiet li lill-Partit Laburista rebbħitu l-elezzjoni.", "Matul din is-sena rajna kemm il-Gvern huwa kapaċi li jimanipula l-opinjoni pubblika.", "Il-bini ta' din il-manipulazzjoni sar meta ħareġ bl-għajta ta' \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" fil-manifest elettorali għajta li kull min għandu rasu fuq għonqu jaf li ma jistax jagħti din il-lala.", "Kulħadd jaf li l-gvern tal-ġurnata jrid jimxi fl-interess nazzjonali għax iċ-ċittadin għandu d-dritt u d-doveri tiegħu u l-korporazzjonijiet u l- gvern għandhom id-drittijiet u d-doveri tagħhom u allura mhux dejjem tkun tista' tagħti d-dritt liċ-ċittadin.", "Meta l-Partit Laburista ħareġ bl-għajta ta' \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" ħareġ b'għajta u bi promessa vojta għax din hi ħaġa li mhux dejjem tista' tagħtiha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, John F. Kennedy, wieħed mill-iktar persunaġġi prominenti ta' dan is-seklu, kien qal li bniedem mhux mgħallem huwa bniedem mitluf.", "Għalhekk l-ebda investiment fl- edukazzjoni ta' wliedna m'għandu qatt jitqies bħala ħela jew inkella bħala tberbiq ta' flus u l-ebda miżura li tista' tinkoraġġixxi liċ-ċittadin Maltin biex iġib ruħu 'l quddiem f'dak li huwa tagħlim m'għandha qatt tkun imrażżna jew mittiefsa.", "Madam Speaker, il-mod li bih gvern iħares lejn is-sistema edukattiva ta' pajjiżu huwa mera ta' kif iħares lejn il-futur.", "Aħna m'għandna qatt inħarsu lejn l-edukazzjoni bħala sempliċi qasam governattiv ieħor.", "Ta' min jgħid li gvern mingħajr fiduċja fil-kapaċitajiet tal-poplu tiegħu huwa gvern li qed jikkundanna lilu nnifsu għal falliment totali filwaqt li gvern b'fiduċja fil-poplu tiegħu għandu jkun lest li jsarraf din il-fiduċja f'investiment għaqli fl-imħuħ ta' wliedu.", "Il-pedament ta' soċjeta' bħal tagħna, fejn l- avvanz m'huwiex marbut ma' xi riżorsi materjali, huwa t-tagħlim u għalhekk il-proċess tat-tagħlim irid jibqa' jseħħ matul il-ħajja kollha u mhux jispiċċa meta tispiċċa t-tfulija jew iż-żgħożija ta' dak li jkun.", "Għalhekk għandu jinstab mezz kif il-ħaddiem Malti jkun jista' jibqa' jaġġorna ruħu ma' l-iżviluppi tax-xjenza u tat-teknoloġija matul ħajtu kollha.", "Madam Speaker, fil-pajjiżi żviluppati madwar wieħed minn kull erba' żgħażagħ imur l-universita'.", "Mingħajr dan in-numru ta' nies edukati f'dan il-livell m'huwiex possibbli għal ebda pajjiż li jikkompeti għal kwalita' aħjar ta' għajxien meta qed ngħixu f'dinja marbuta mat-teknoloġija ta' l- informatika.", "Għalhekk l-aċċess għal livell ogħla ta' tagħlim li kull persuna tista' tlaħħaq miegħu għandu jkun miftuh għal kulħadd indaqs.", "Soċjeta' moderna għandha tkun imfassla b'tali mod u manjiera li s- solidarjeta' tkun imwettqa fil-prattika f'kull aspett tagħha u anke fl- edukazzjoni.", "Illum qed jiġi pprovat bl-esperjenza li tfal li sa ftit ilu kienu jitqiesu bħala li m'huma kapaċi li jitgħallmu xejn, jirnexxielhom ikampaw ma' tfal normali jekk jingħataw l-attenzjoni u l-assistenza meħtieġa.", "Għalhekk huwa meħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill- edukazzjoni ta' dawk li għandhom xi forma ta' diżabilita' għaliex taħriġ u riżorsi speċjalizzati jistgħu jgħinu biex dawn it-tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu ntegrati fl-iskejjel ta' l-Istat mingħajr l-ebda diskriminazzjoni.", "Madam Speaker, il-livell terzjarju ta' l-edukazzjoni ma jikkomprendix biss l-universita' u hemm bżonn li jsir iktar żvilupp fis-settur vokazzjonali post sekondarju, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija.", "Irid ikun hemm ukol kollaborazzjoni mill-qrib bejn istituzzjonijiet li joffru dan il-livell ta' edukazzjoni - inkluża l-Universita' - u l-industrija.", "Madam Speaker, b'dan li qed ngħid ma rridx infisser li l-edukazzjoni għandha ssir utilitarja għaliex it-tagħlim huwa għan fih innifsu u għalhekk qatt m'għandu jiġi ridott għas-sempliċi sistema ta' taħriġ għal xogħol, iżda biex niggwidaw liż-żgħaagħ tagħna fl-għażla tal-professjoni tagħhom sabiex il-pajjiż isib nies imħarrġa għall-bżonnijiet tas-soċjeta'.", "Ħaġa oħra li nixtieq ngħid hi li m'għandnix inħallu l-effett pjuttost negattiv ta' eżamijiet formali jkompli jiddomina x-xena lokali ta' tagħlim.", "Jien ngħid li għandha tkun introdotta sistema ta' assessment kontinwu ta' l-istudenti tagħna bil-għan li jwassal għal ċertifikazzjoni aktar ġusta tagħhom.", "Għandha tkompli tissaħħaħ id-diċentralizzazzjoni fl- iskejjel ta' l-Istat ħalli mhux talli nkattru dan il-konċett fil-qasam edukattiv iżda biex ċerti deċiżjonijiet jittieħdu iktar malajr u f'livell iktar mill-qrib ta' min hu nvolut.", "Kull skola għandha tingħata aktar responsabbilta' amministrattiva u liberta' li tiżviluppa l-karattru u l- identita' tagħha.", "Għandhom jittieħdu passi sabiex il-ġenituri jingħataw l- informazzjoni u t-taħriġ meħtieġ biex is-sehem tagħhom fil-kunsilli skolastiċi jkun dejjem iktar effettiv.", "Problema oħra li qed niffaċjaw fl-iskejjel tagħna hija dik tal-bullying; din hi problema reali u tista' tkun ta' dannu kbir għal min jgħaddi minnha.", "Għalhekk għandna nfasslu direttivi ċari għall-amministraturi ta' l- iskejjel tagħna sabiex fatturi bħal dawn li jistgħu jħallu effett psikoloġiku ħażin ħafna fuq ċerti ndividwi jkunu kontrollati.", "L-għajnuna ta' counsellors u terapisti mħarrġa professjonalment hija essenzjali f'każijiet fejn it-tfal ikunu għaddejjin minn trawna psikoloġika.", "L-ambjent ta' l-iskola jrid ikun tali ħalli jgħin biex il-proċess edukattiv kemm jista' jkun ikun attraenti għall-istudent.", "Ir-rinovament u titjib ta' l- ambjent fiżiku m'għandux ikun ristrett biss għall-iskejjel iżda anke għall- postijiet li għalkemm m'humiex skejjel jintużaw mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoi għall-attivitajiet 'il barra mill-iskola.", "Ma' dan it-titjib fl- ambjent jeħtieġ li jitkattar anke t-tijib fis-servizzi, f'faċilitajiet, għamara u riżorsi fiżiċi oħrajn li huwa meħtieġa għal tagħlim effettiv u modern.", "Huwa essenzjali li l-iskejjel ikunu strumentali sabiex jgħinu lil uliedna jkunu preparati jiffaċċjaw ir-realtajiet tal-ħajja mgħaġġla tal- lum, bis-sabih u bl-ikrah kollu li ġġib magħha.", "Jeħtieġ li r-rwoli stereotipati tas-sessi opposti jiġu aġġornati ma' soċjeta' Maltija li qed tipprepara ruħha biex tidħol fil-millenju l-ġdid.", "Nafu li ċertu tagħlim jiġi biss mill-esperjenza għalhekk l-għajnuna ta' individwi li, għalkemm m'humiex għalliema professjonali, jista' jkollhom esperjenzi siwja f'ċerti oqsma għandha tiġi sfruttata kull fejn huwa possibbli.", "Madam Speaker, pero' ta' min jgħid li l-aqwa skola hija l-familja.", "Jeħtieġ li nagħtu kull għajnuna possibli lill-ġenituri fit-trobbija ta' wliedhom.", "Huwa veru li ħadd minna ma twieled lest għall-isfidi kbar li ġġib magħha t-trobbija tat-tfal.", "Għajnuna prattika tista' tgħin biex ikun evitat il-bżonn ta' tagħlim li jiġi biss minn esperjenzi pjuttost negattivi; esperjenzi li għalkemm jgħallmu jista' jkollhom effett ħażin u permanenti fuq l-individwu konċernat.", "Hawnhekk qed tiġi f'moħħi l-problema tant inkwetanti tad-droga u kemm hu aħjar li l-familja tkun mgħejjuna biex tibqa' mbieda minn esperjenzi bħal dawn.", "Dan jista' jsir biss bi gwida prattika u aġġornata għar-realtajiet tas-soċjeta' tal-lum.", "Madam Speaker, l-investiment li l-aktar jirrendi huwa t-tagħlim għax huwa t-tagħlim li jirrendi lill-bniedem kapaċi li jgħix bil-mod li l-aktar jixraqlu.", "L-iżvilupp ta' l-edukazzjoni hu wkoll kundizzjoni għall-iżvilupp tad-demokrazija.", "Allura aktar ma jkollna poplu edukat aktar ikun hemm parteċipazzjoni attiva fil-politika tal-pajjiż u b'hekk ikollna min hu kapaċi li bi kritika kostruttiva jgħin biex tinstab l-aħjar direzzjoni possibbli għal gżiritna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Numru 81 il-Kamra hija aġġornata għal-lum, it-Tnejn, 20 ta' Ottubru 1997, fis- 6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-5.54 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8545.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom fil-perijodu f'Lulju 1997 u jindika wkoll x-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol f'Lulju wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom kien ta' 243.", "Ix-xogħol preċedenti tagħhom hu mqassam kif ġej:", "|Tourism/Hotels/Caterin|16 | |g | | |Manufacturing |86 | |Mechanical/Metal/Build|54 | |ing | | |Woodwork |8 | |Retail/Wholesale |30 | |Others |49 | |Total |243 |", "BORD NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI", "8546.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem il-Bord Nazzjonali tax- Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol f'Lulju 1997 kif ukoll jgħid kemm inqatgħu appelli fl-istess perijodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: F'Lulju 1997 saru 78 appelli li minnhom kien hemm 39 minħabba qtugħ mir-reġistrar.", "F'Lulju 1997 ġew deċiżi 98 appelli li minnhom 19 huma konferma u 18 mhux konferma tad-deċiżjoni tal-ETC, 13 abbandunati u wieħed preskritt.", "ETC - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU", "8547.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Lulju 1997 u jagħti l-informazzjoni skond ir-raġuni li wassal għal qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax- xogħol f' Lulju 1997 kien ta' 84.", "Ir-raġuni li wassal għal qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "|M'aċċetawx taħriġ |14 | |Jirreġistraw u |49 | |jaħdmu | | |M'aċċetawx xogħol |8 | |M'attendewx |13 | |intervisti | |", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8548.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC f'Lulju 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Lulju 1997 kien ta' 1,240.", "MOSTA - TARAMC", "8843.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Franġisku Pisani fil- Mosta hijiex se tingħata wiċċ ta' tarmac wara li għadda ż-żmien minn meta ngħatat tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3545 fis-26.2.97?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'għandi xejn aktar xi inżied mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3545 Seduta Nru. 37.", "MOSTA - ASFALTAR TA' TOROQ", "8844.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq l-Awrora u Triq Santa Margherita fil-Mosta waslux għat-tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Saru diversi laqgħat mill-Co-ordination Unit f'dan il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni rigward dawn it- toroq kif imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Wara illi jiġu pprovduti s-servizzi, dik il-parti tat-triq mhux asfaltata, tkun tista' tingħata wiċċ ta' l-asfalt.", "Ir-responsabbilta' tat-tarmac fuq dawn it-toroq hija tal-kunsill lokali.", "MOSTA - SQAQ IL-KMAND", "8845.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3030 f'Seduta Nru. 28 tat-12.02.97, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment huwiex f'pożizzjoni li jagħti wiċċ ta' konkos lil Sqaq il-Kmand li tidħol għalih minn Triq il-Kbira fil-Mosta?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' għoti tal-konkos fi sqaqien u fejn sar dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant il-vot li ġie allokat għall-1997 kien diġa' ġie minfuq kollu fl-1996, qabel l-elezzjoni, b'mod l- aktar irresponsabbli u għall-skopijiet partiġjani.", "Fil-fatt fl-1996 saru ħafna aktar xogħlijiet milli kien hemm flus ivvotati għalihom.", "Għalhekk ,din is-sena ma kienx possibbli li jsiru ħafna xogħlijiet minkejja d-diversi talbiet li kellna.", "Saru biss xi xogħlijiet essenzjali f'sitt (6) sqaqien fil-limiti tal- Mellieħa u tar-Rabat b'total ta' 550 metru.", "MOSTA - TARMAC", "8846.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4959, jista' l-Ministru jgħid, issa li d-dipartiment għandu l-informazzjoni miġbura mill-kunsilli lokali, x'se tkun il-possibbilta' li Alley 6, fi Triq il-Kbira, Mosta tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress illi f'din it-triq għad irid isir xi żvilupp fiha ma jistax jingħata it-tarmac għalissa.", "Dan jista' jsir wara dan l-iżvilupp isir u wara illi s-servizzi jiġu mogħtiija permamentament.", "MOSTA - TISWIJA TA' TOROQ", "8847.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3706 mogħtija f'Seduta Nru. 41 ta' l-10.03.97 fejn il-Ministru ta struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel li hemm bżonn ħalli Triq is-Sajf u Triq ir-Rebbiegħa, Mosta jkunu jistgħu jingħaqdu u t-triq tinfetaħ, jista' l-Ministru jgħid sar s'issa biex dawn l-istruzzjonijiet ikunu maħduma u t-triq tinfetaħ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tat-Toroq ikkonsidra ċ-ċirkostanzi ta' dan il-lokal u peress li rriżulta li hemm toroq li jgħaqdu Triq ir- Rebbiegħa ma' Triq is-Sajf, li diġa' huma asfaltati, m'hemmx bżonn għalissa li dawn it-toroq jingħaqdu mit-tarf l-ieħor, ġaladarba għad hemm żvilupp xi jsir fil-lokal.", "MOSTA - UPGRADING FIT-TOROQ", "8848.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex Triq il- Kbira u Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali jsirilhom ix-xogħol ta' upgrading?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn it-toroq fil-lista tal- prijoritajiet ta' xogħol konness ma' l-upgrading?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress illi t-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huma diġa' asfaltati, il-manutenzjoni tagħhom taqa' taħt ir- responsabilita' tal-kunsill lokali.", "TOROQ - ASFALTAR", "8883.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li mistennija jiġu asfaltati fil-perijodu 1/10/97 sa 30/3/98 f'kull raħal tal-11 u 12-il distrett elettorali?", "Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol f'kull każ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8850 (Seduta Nru. 124).", "Ix-xogħol fuq it-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant jibda wara li l- entitajiet ikunu sodisfatti bil-kondizzjoni tas-servizzi tagħhom, u wara li jiġu pprovduti r-riżorsi finanzjarja meħtieġa.", "MĠARR - ASFALTAR TA' TOROQ", "8884.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li fl-inħawi tal-ground ta' l- Imġarr jiġu asfaltati t-toroq kollha li għadhom mhux asfaltati f'dik l- area?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-toroq indikati mill-Onor.", "Interpellant ma kenux nklużi fil-lista tat-toroq li mhumiex asfaltati mogħtija mill-kunsill lokali lid-dipartiment tat-toroq u għalhekk ġew innotati u nklużi.", "BIĊĊERIJA - ANNIMALI MAQTULA", "8885.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienet il-qatla fil-biċċerija ta' kull tip ta' annimal li nqatel kull ġimgħa fil-perijodu 1/1/97 sa 30/9/97?", "X'kien il-valur ta' dawn l-annimali li nqatlu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni għall-mistoqsija parlamentari numru 8885 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MELLIEĦA - DAWL FIL-BYPASS", "8886.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitwaħħal id-dawl fit-triq prinċipali li mill-Mellieħa twassal għall-Għadira?", "Meta saret l- istima għal dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li tiswa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal dawl fil-Mellieħa Bypass qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' proġetti oħra.", "L-istima għal dan ix-xogħol saret fl-1993 u dakinhar laħqet is-somma ta' Lm115,000.", "P.A. - DĦUL", "8887.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien id-dħul ta' l-Awtorita' ta' l-lppjanar fil-perijodu 1/7/97 sa 30/9/97 fid-diversi setturi tagħha skond kif jinqasam mill-istess awtorita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-dħul ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-perjodu 1 ta' Lulju, 1997 sa 30 ta' Settembru, 1997 fid-diversi setturi huma dawn li ġejjin:", "| | |JULY |AUG |SEP | | | |1997 |1997 |1997 | | | |Lm |Lm |Lm | |Developm|101,6|152,3|51,36| | |ent |35 |19 |1 | | |Permit | | | | | |Fee | | | | | |Infrastr| | |15,45| | |ucture |3,573|11,07|9 | | |Service | |3 | | | |Contribu| | | | | |tion | | | | | |Reconsid| | | 923| | |eration |1,500|1,015| | | |Fines | | |9,391|10,703 | | | |18,39| | | | | |0 | | | |Survey | | | | | |Fees |689 |2,324|1,615| | |Mapping | | |1,451| 6,161 | | | |1,332| | | |Other | | | 705|- | | | |1,563| | | |Commuted| | | 628| | |Parking |618 |628 | | | |Scheme | | | | | |Adm | | | | | |charges | | | | | |Transpor| | |2,946| | |t/Planni|402 |655 | | | |ng | | | | | |Control | | | | | |Income | | | | | |Minerals| -| | 800 | | |Income | |350 | | | |Bank | | |1,248| | |Interest|2,797|2,405| | | |Subventi|125,0|125,0| |125,000| |on from |00 |00 | | | |Governme| | | | | |nt | | | | |", "SPTARIJIET TAL-GVERN - ĦADDIEMA", "8888.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu fil-preżent il-complement ta' ħaddiema li jaħdmu fid-diversi sptarijiet tal-Gvern, sptar sptar, skond ix-xogħol li dawn iwettqu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "WSC - BDIL TA' KANEN TA' L-ILMA", "8892.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li jintalab deposit ta' Lm75 ukoll biex tinbidel kanna ta' l-ilma żgħira?", "Għaliex qatt ma jkun hemm bqija minn dan id-depożitu?", "Anzjan jew persuna oħra li għandhom income limitat għandhom xi forma ta' għajnuna għal tiswijiet u ħlas bħal dan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Meta s-servizz ta' l-ilma, jiġifieri l-linja tal- pajp ta' l-ilma mill-mejn tat-triq sa l-arloġġ ta' l-ilma fir-residenzi tal- konsumaturi jiżviluppa leakage is-servizz jinbidel u l-kont jintbagħat wara.", "F'każ li l-konsumatur jagħmel applikazzjoni biex dan is-servizz jinbidel.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma titlob depożitu ta' Lm75, l- istess bħal meta jsir servizz ġdid.", "Talbiet għal konsiderazzjoni ta' għajnuna fil-ħlas iridu jsiru mid- Dipartiment ta' l-Assistenza Soċjali.", "SAĦĦA - SERVIZZI TA' ECG", "8893.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ta' l-ECG hemm fiċ-Ċentri tas-Saħħa?", "Dan jeżisti fiċ-ċentri kollha u tul il-ġurnata u bil-lejl kollu?", "Jista' jsir mingħajr il-ħtieġa ta' appuntament?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana, Gżira, Qormi, Raħal il-Ġdid, Mosta u Rabat isiru ECG's bl-appuntament għal dawk in-nies li jkunu riferuti minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew dawk li jaħdmu fil-privat.", "L-ECG's li jittieħdu jiġu rrapurtati mill-konsulenti li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kura Primarja.", "L-appuntamenti jsiru filgħodu iżda jekk tabib li jaħdem fiċ-Ċentri tas-Saħħa jħoss li pazjent għandu bżonn ECG bħala emerġenza, dan jista jittieħed fi kwalunkwe ħin tal- ġurnata, u bla appuntament.", "Ma jittieħdux ECG's fuq nies li jiġu mibgħuta fiċ-Ċentri tas-Saħħa jekk ma jkunux għamlu appuntament.", "HOMPESCH STEEL CO.", "LTD", "8894.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġibiet fuq l-operat ta' Hompesch Steel Co. Ltd, jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti informazzjoni fuq il-passi li ttieħdu s'issa u x'inhu l-pass li jmiss?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-proċeduri kriminali fil-Qorti rigward dan il-każ jinsabu apputati għas-smiegħ għall-10 ta' Novembru, 1997.", "THE TIMES - ARTIKLU DWAR IĊ-ĊIRKU TAX-XAGĦRA", "8905.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta The Times ta' nhar it-Tnejn 13 ta' Ottubru, 1997 (pg 4) - Reconstructing Malta's Past - jista' l-Ministru jgħid x'riżultati ta l-carbon dating dwar iċ-Ċirku tax- Xagħra?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma għal studju dwar \"is-soqfa ta' l-imqades\" imsemmija fl-istess artiklu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-artiklu Reconstructing Malta's Past li deher fil-gazzetta The Times tat-13 t'Ottubru, 1997 mhux qed jirriferi għal ebda informazzjoni ġdida fuq is-sit preistoriku taċ-Cirku tax-Xagħra.", "L-artiklu jinkludi biss xi informazzjoni ġenerika li l-ġurnalista ta' The Times ġabret permezz ta' intervista informali ma' membru ta' l-istaff akkademiku tal-Universita' ta' Malta.", "Fil-fatt nista' nikkonferma li l-Universita' ta' Malta u d-Dipartiment tal-Mużewijiet m'għandhom l-ebda informazzjoni ġdida, la fuq il-kwestjoni tas-soqfa tat-tempji u lanqas fuq xi riżultati tal-carbon dating.", "TAS-SILĠ - XOGĦLIJIET", "8906.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret dan is-sajf f'Tas-Silġ u x'riżultati tat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fis-sajf tal- 1997 saru żewġ investigazzjonijiet separati ġewwa s-sit arkeoloġiku f'Tas- Silġ.", "L-ewwel investigazzjoni saret minn staff ta' arkeoloġi ta' l-Universita' ta' Malta.", "Dan l-intervent kien jinvolvi prinċipalment tlett sondaġġi ġewwa l-parti tas-sit li tħares lejn in-nofsinhar.", "Dan kien kontinwazzjoni tax-xogħol li nbeda fl-1996 mill-istess Universita' ta' Malta.", "Din is-sena nbeda wkoll intervent arkeoloġiku fin-naħa tat-tramuntana tas- sit f'Tas-Silġ minn equipe ta' arkeoloġi Taljani mill-Universita' La Sapienza ta' Ruma u La Cattolica ta' Milan.", "Dan l-intervent kien jinkludi l-preparazzjoni ta' pjanti arkeoloġiċi ġodda u ferm aktar dettaljati ta' dan is-sit, kif ukoll ammont limitat ta' skavi arkeoloġiċi.", "Dawn iż-żewġ interventi qed jiġu mħarsa u kkordinati mis-Sezzjoni ta' l- Arkeoloġija tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Ir-riżultati miksuba s'issa f'Tas-Silġ huma ta' natura preliminari billi huwa maħsub li x-xogħol ikompli fis-snin li ġejjin.", "Iżda qed joħroġ ċar minn issa li dan ix-xogħol se jkompli jżid riżultati xjentifiċi ġodda w aktar dettaljati fuq dan il-monument arkeoloġiku nazzjonali.", "UFFIĊĊJU TAN-NUTAR TAL-GVERN - MICRO-FILMING", "8907.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Il-Ministru ma jidhirlux li l-proċess ta' micro-filming li qed isir fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għandu jsir l-ewwelnett għal eqdem kuntratti li ħafna minnhom qed jiġġarbu biż-żmien?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-ewwelnett nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess ta micro-filming issa twaqqaf peress li qeghda tigi kkummissjonata sistema ta digitised imaging elettronika.", "Minhabba n- numru kbir ta volumi li hemm konservati fl-Arkivju Nutarili, wiehed bilfors irid jieħu deċiżjoni dwar liema volumi għandhom jiġu kkuppjati l-ewwel biex il-quddiem il-pubbliku jara dawn il-kopji elettroniċi u mhux l-oriġinal.", "Fi studju li kien sar irriżulta li d-domanda għal volumi hija ikbar għal dawk tal-aħħar 100 sena u għalhekk ttiehdet decizjoni li l-ewwel xoghol isir fuq dawn il-volumi.", "Mhux eskluz li 'l qudddiem, meta s-sistema tkun indrat, issir tahlita bejn volumi qodma u dawk recenti.", "Dwar volumi li jenħtieġu manutenzjoni specjalizzata l-Arkivju ilu zmien li beda process ta restawr fuqhom, wieħed japprezza li dan iqum ħafna flus u jieħu żmien fit-tul, pero' diġa' ħalla ħafna frott.", "LOTTU PUBBLIKU - REBĦ", "8908.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies sa l-aħħar ta' Settembru 1997 rebħu mil- Lotterija mdaħħla taħt is-sistema ġdida tat-tassazzjoni u kemm kien ir-rebħ tagħhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sa l-aħħar ta' Settembru, 1997 ma kien hemm l-ebda rebħ mill-Lotterija ta' l-irċevuti fiskali maħruġa mill-cash registers.", "Madanakollu, xorta waħda l-premjijiet li kellhom jingħataw fil-lotteriji li għaddew ma ntilfux minħabba li kull darba li l-lotterija ma tintrebaħx dawn il-premjijiet qed jgħaddu għal-lotterija li jkun imiss b'sistema ta' snowball.", "Bħalissa d-dipartiment qed jieħu passi biex isiru t-tibdiliet meħtieġa fil-lotterija msemmija bil-ħsieb li jitkabbar iċ-ċans li l-lotterija tintrebaħ.", "TAL-QROQQ/ATTARD - DAWL FIL-BYPASS", "8915.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li madwar 50 fanal li hemm mitfi fil- bypass bejn Tal-Qroqq u Ħ'Attard jinxtegħlu u mhux jibqgħu mitfija kif ilhom għal bosta ġimgħat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-passi neċessarji biex jinbidlu lampi mitfija f'din il-bypass (seba' b'kollox) diġa ttieħdu.", "Ta' min jinnota li ma' din il- bypass hemm it-toroq li jagħtu għall-Isptar il-ġdid, fejn diġa kien hemm l- arbli tad-dawl iżda dawn għadhom ma ġewx ikkonnetjati minħabba li l- Enemalta għadha ma rċevitx konferma dwar min se jħallas għall-konsum.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8925.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7920 u mistoqsijiet supplimentari li saru fis-seduta tat-13 ta' Ottubru, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-505 persuna li ma komplewx jirreġistraw f'Ġunju sabu xogħol sa l-aħħar ta' Settembru?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Informazzjoni għadha qed tinġabar.", "WSC - ILMA TAX-XORB", "8932.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-testijiet li jsiru fuq il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb ma għadux isir mill-istess Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "Jekk iva, lil min ingħata dan l- inkarigu u taħt liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "8943.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħet il-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b'Diżabilita' minn Jannar, 1997 sal-lum?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitolbok tinnota illi l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' iltaqgħat darbtejn", "Il-Ġimgħa, 21 ta' Marzu 1997 Il-Ġimgħa, 4 ta' Lulju 1997.", "L-Eżekuttiv tal-Kummissjoni ltaqa' tmien darbiet:", "it-Tnejn, 13 ta' Jannar, 1997 il-Ġimgħa, 7 ta' Frar, 1997 it-Tnejn, 17 ta' Frar, 1997 il-Ġimgħa, 7 ta' Marzu, 1997 il-Ġimgħa, 16 ta' Mejju, 1997 il-Ġimgħa, 23 ta'Mejju, 1997 it-Tnejn, 30 ta' Ġunju, 1997 il-Ġimgħa, 3 t'Ottubru, 1997", "WIED IL-GĦAJN - ĊENTRU TA' TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI", "8944.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq iċ-Ċentru ta' Taħriġ għall-Adulti (għal persuni b'diżabilita') ta' Marsascala; meta se jibda joffri s-servizz; jista' l-Ministru jiżgura lill-ġenituri ta' dawk kollha li qegħdin fuq il-waiting list li l-ministeru qed jagħmel ħiltu biex dan is- servizz jibda mingħajr aktar dewmien; u kemm hemm ivvotati flus għall- personnel li se jmexxi ċ-Ċentru?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ħarġet tender biex isir xogħol fuq iċ-ċentru tat- Taħriġ għall-Adulti ta' Marsascala fid-29 ta' Awissu, 1997 u li għalqet fil- 25 ta' Settembru, 1997.", "Bħalissa l-offerti qegħdin jiġu studjati biex tingħażel l-offerta l-aktar vantaġġuża.", "Dan iċ-ċentru mistenni jibda joffri s-servizz fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Huwa mistenni li dawk il-persuni b'diżabilita' li qegħdin fuq il-waiting list jibda jingħatalhom is-servizz hekk kif ikun lest iċ-ċentru.", "Il-flus għall-personnel li se jmexxu dan iċ-ċentru se jkunu vvotati fil- Budget tas sena d-dieħla.", "KUMMISSJONI PERSUNI B'DIŻABILITA' - DIRETTUR EŻEKUTTIV", "8945.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min hu d-direttur eżekuttiv il-ġdid tal- Kummissjoni Persuni b'Diżabilita'; fuq liema kriterji ntagħżel; x'esperjenza għandu f'dan il-qasam; u x'inhuma l-kwalifiki u kredenzjali tiegħu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Id-Direttur Eżekuttiv il-ġdid tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' huwa is-Sur Eric C.Gatt, M.A. u li għandu l-Karta ta' l-Identita Nru. 116641(M).", "Il-kriterji li fuqhom intgħażel huma dawk ta' personalita' pożittiva, sens ta' leadership, esperjenza, interess u dedikazzjoni lejn il-persuni b'diżabilita'.", "19-il sena ta' esperjenza u abilita' fl-amministrazzjoni; u livell għoli ta' edukazzjoni (livell terzjarju).", "Is-Sur Gatt għandu esperjenza twila fil-proċess ta' integrazzjoni ta' tfal b'diżabilita' fl-iskejjel mainstream statali.", "Huwa wettaq xogħol siewi f'dan il-qasam f'diversi skejjel ta' Malta għal dawn l-aħħar 11-il sena.", "Il-kwalifiki tiegħu huma: B.A. (Gen.)", "M.A. 19-il sena kap ta'skola Fil-preżent qed jipprepara għal Ph.D. fuq bażi part-time.", "KUMMISSJONI PERSUNI B'DIŻABILITA' - SUPPORT FINANZJARJU", "8946.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellha l-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' għal support finanzjarju taħt il-programm PEKTUR (programm edukazzjoni kontinwa, taħriġ u riċerka)?", "Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Wieħed irid jiftakar li l-Programm Edukazzjoni Kontinwa, Taħriġ u Riċerka (PEKTUR) għadu mhux jiffunzjona.", "(Ara PQ 8947, para. (b))", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kellha żewġ talbiet għall- għajnuna finanzjarja taħt il-programm tal-PEKTUR.", "Dawn huma kkonsidrati bħala talbiet interni billi saru minn persuni li jaħdmu viċin ħafna tas- Segretarjat tal-Kummissjoni.", "Fid-dawl tal-fatt li l-programm għadu ma bediex jiffunzjona l-ebda waħda minn dawn it-talbiet ma setgħu jiġu kkonsidrati.", "KUMMISSJONI PERSUNI B'DIŻABILITA' - PROGRAMM PEKTUR", "8947.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ivvotat flus il-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' għall-programm PEKTUR (programm edukazzjoni kontinwa, taħriġ u riċerka) u kif intnefqu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ivvotat Lm20,000 għall-Programm Edukazzjoni Kontinwa, Taħriġ u Riċerka (PEKTUR) għas-sena 1997.", "Fil-laqgħa ta' nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Marzu, 1997 l-Eżekuttiv tal-Kummissjoni approva d-deċiżjoni li jitnaqqsu Lm5,000 minn dan il-cost centre sabiex din is-somma tgħaddi għal għand is-Servizz Għajnuniet Speċjali, biex b'hekk titnaqqas il- lista ta' nies li qed jistennew biex jieħdu sussidju finanzjarju għal xiri t'apparat speċjalizzat.", "Il-kumplament tal-flus għadhom ma ntnefqux prinċipalment għaliex fil- laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Kummissjoni ta' nhar il-Gimgħa, 16 ta' Mejju, 1997 ġie deċiż li terġa' tiġi studjata l-istruttura proposta għal dan il-proġett qabel ma tittieħed deċiżjoni finali biex dan jiġi varat.", "Id-deċiżjoni dwar kif għandu jiffunzjona l-programm għandha tittieħed f'qasir żmien.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "8948.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif tqassam il-vot ta' Lm195,000 lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'?", "Kemm intnefaq minn dan il-vot u fiex sal- lum?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ttweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8948 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PRODOTTI TAL-GASS - SPOT CHECKS", "8962.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tagħmilx spot checks fuq hotels u stabbilimenti oħra li jużaw prodotti tal-gass biex tiġi assigurata s-saħħa u l-ħajja tal-pubbliku u l-ħaddiem fuq il-post tax- xogħol?", "Jekk fl-affermattiv, kemm saru minn dawn l-ispot checks fuq prodotti tal-gass, meta u x'kien ir-riżultat matul din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Spezzjonijiet fuq istallazzjonijiet u ħażna ta' gass ġo stabbilimenti kummerċjali isiru fuq bażi regolari.", "Dawn isiru għal għarrieda, fuq talbiet tal-Pulizija, ġirien, id-Dipartiment tas-Saħħa u Sigurta', distributuri kkonċernati jew fuq talba ta' l-individwi.", "Minn Jannar 1997 sal-lum saru 145 spezzjoni.", "Minn dawn irriżulta li madwar 60% ta' l-istallazzjonijiet kienu adegwati.", "Fejn kienet meħtieġa azzjoni rimedjali din fil-biċċa l-kbira kienet tikkonsisti minn:", "1.", "Istallazzjonijiet mhux skond standards internazzjonali ta' sigurta'", "2.", "Allokazzjonijiet ulterjuri għall-ħażna taċ-ċilindri tal-gass.", "3.", "Distanzi mhux adekwati għat-tankijiet tal-bulk gass.", "4.", "Ħażna ta' ċilindri tal-gass eċċessiva.", "ENEMALTA - GAS HEATERS", "8964.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista'l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tafx li ddaħħlu f'Malta gas heaters li kellhom regolaturi li mhumiex kompatibbli mas- sistema tagħna?", "Il-Korporazzjoni Enemalta tista' tgħid jekk dawn għandhomx bżonn ta' liċenzja u jekk le, tarax il-ħtieġa li dan jibda jsir?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Appliances tal-gass, bħal heaters, ma jaqgħux taħt l- Att dwar l-Enemalta u għaldaqstant, il-korporazzjoni m'għandix kontroll fuq l-importazzjoni tagħhom.", "Għalhekk, l-Enemalta m'hijiex f'pożizzjoni li tkun taf jekk hemmx regolaturi ma' dawn l-appliances jew le.", "Ir-regolaturi tal-gass huma mportati biss mill-Korporazzjoni Enemalta u ma ħarġet l-ebda liċenzja għall-importazzjoni tagħhom, sew waħedhom u sew inklużi ma' appliances oħra.", "MALTA/GĦAWDEX - BATCHING PLANTS", "8965.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8435?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nformat li t-tagħrif mitluba huwa kif jidher fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - IMPJEGATA", "8966.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8434, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna msemmija għandhiex l-approvazzjoni tal-M.P.O. sabiex taħdem fil-ministeru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ngħatat din l- approvazzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-approvazzjoni għall-Redeployment tal-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet approvata fit-13 ta' Ottubru, 1997.", "UNIVERSITA' - PAST PAPERS", "8967.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8431?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: S' Awissu ta' l-1996, il-karti tal-eżamijiet tal- MATSEC kienu jinbiegħu suġġett suġġett mill-ħanut tal-kotba tal-Universita' - id-dħul għas-sena 1995 kien ta' Lm694.75", "Minn Awissu tal-1996, il-University Co-operative Bookstop Society Ltd (magħruf bħala Bookstop) beda jbiegħ il-karti tal-eżamijiet f'għamla ta' kotba skond is-suġġett.", "Il-prezzijiet ta' dawn il-kotba jvarja minn Lm1.25 għal Lm4.50, skond id-daqs.", "Id-dħul tal-MATSEC fuq il-karti tal-eżamijiet għall-1996 kellu jkun ta' Lm1000 u 5% royalties fuq il-qliegħ kollu li jagħmel il-Bookstop.", "Dawn il-figuri għadhom ma ġewx iffinalizzati u d-dħul mill-karti ta' l-1997, jinħadmu bħal ta' l-1996.", "TAL-QROQQ - BINI TA' SPTAR ĠDID", "8968.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont totali ta' konkos li ntuża sal-lum fil-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal- Qroqq?", "Liema batching plants ipprovdew dan il-konkos?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ammont tal-konkos li ntuża sal-lum, fil-bini ta' l-isptar il-ġdid huwa ta' 45742 metru kubi.", "Il-batching plants li pprovdew dan il-konkos huma:", "il-Blockrete Ltd.", "Tal-Magħtab Construction Mixer Ltd.", "NATIONAL CO-ORDINATING UNIT - PROĠETTI", "8969.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8306, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija jiġifieri kemm-il darba ltaqa' l-N.C.U. minn Jannar, 1997 'il hawn?", "X'kienet l-attendenza f'dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Rapport tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija bit-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GUDJA - ĦSARA FIL-ĠIBJUN", "8978.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'rapporti saru dwar ħsara fil-ġibjun ta' l-ilma f'Bir Miftuħ, Gudja li saret waqt maltempata riċenti u jekk hemmx xi xogħol ta' tiswija ippjanat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Ġibjun li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Membru, ġie spezzjonat immedjatament wara l-maltemp.", "Is-Sindku tal-Gudja ħa l-inkariga li jagħmel kuntatti mas-sidien ta' l- irziezet u l-għelieqi ta' l-inħawi sabiex jinstab mezz dwar liema pożizzjoni għandu jsir l-overflow, li jkun ta' l-inqas inkonvenjent meta jfur il-ġibjun.", "Kif dan jiġi stabbilit, ix-xogħol jibda minnufih.", "SPIERI- REĠISTRAZZJONI", "8979.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet minn individwi sabiex jirreġistraw spieri jew xi xogħol ta' l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha 4,423 applikazzjoni minn individwi sabiex jirreġistraw spieri", "WSC - ĠWIEBI", "8980.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ġwiebi f'Malta u Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma?", "X'inhu l-volum ta' dawn il-ġwiebi u kemm minnhom qegħdin jaħdmu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru tal-ġibjuni li hawn f'Malta u Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma huma 22 f'Malta li l-volum tagħhom hu ta' 102,000,000 miljun gallun, u 11 f'Għawdex li l-volum tagħhom hu ta' 13,022,000 miljun gallun.", "Bħalissa minn dawn hemm 18 jaħdmu f'Malta u għaxra jaħdmu f'Għawdex.", "L- oħrajn mhux qegħdin jintużaw bħalissa għax jenħtieġ xi xogħol ta' manutenzjoni fuqhom.", "MAGĦTAB - RIMI TA' SKART", "8981.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefa'skart xahar b'xahar dawn l-aħħar tlett snin fil-Miżbla tal-Magħtab u miżbliet oħra (jekk kien hemm oħrajn operabbli) u kif kien kategorizzat dan l-iskart (skart industrijali, skart tal-kostruzzjoni, eċċ)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - MEDICAL STORES", "8994.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk id-dipartiment għadux bil-ħsieb li l-Medical Stores jiġu trasferiti ġewwa Ta' Qali?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalissa qiegħed isir eżerċizzju biex jiġi evalwat iżjed bil-preċiż il-bżonnijiet kemm ta' spazju kif ukoll ta' faċilitajiet fir-rigward ta' Medical Stores li magħhom qed tintrabat il- proċeduri l-ġodda li ddaħħlu fil-kompjuterizzzazzjoni ta' dawn l-istess stores.", "Għaldaqstant għalkemm hemm il-ħsieb illi l-Medical Stores jiġu trasferiti, għad m'hemmx deċiżjoni jekk dan huwiex ħa jkun għal Ta' Qali jew għal xi post iżjed addattat.", "SAĦĦA - INFERMIERI - PAGI", "8995.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-basic salary tal-kategoriji differenti tan-nurses fl-1987 u fl- 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-basic salary tan-nurses fl-1987 u fl-1997 skond il-kategorija tagħhom huwa kif ġej:", "1987", "Administrative Nurse Lm 2771 x 81 - 3091 ( x 81 - 3202)", "Supervisory Nurse II A Lm 2235 x 68 - 2802 ( x 81 - 2962)", "Supervisory nurse II Lm 2012 x 40 - 2206 ( x 54 - 2522)", "Enrolled Nurse IA Lm 2118 x 40 - 2206 (x 51 - 2575)", "Enrolled Nurse I Lm 1847 x 40 -2348", "1997", "Manager Midwifery Services 4994 x 185 - 6104 Manager Nursing Services 4994 x 185 - 6104 Departemental Midwifery Officer 4217 x 139 - 5051 Departemental Nursing Officer 4217 x 139 - 5051 Midwife 3596 x 110 - 4256 Staff Nurse 3596 x 110 - 4256 Enrolled Nurse 3407 x 104 - 4031", "* B'effetti mill- 1 ta' April is-salarji żdiedu b'Lm 9.75 fis-sena.", "KLINIĊI PRIVATI - MRI", "8996.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru MRI xahar b'xahar ġewwa l-kliniċi privati tul l-1997?", "Kemm kien in-numru ta' MRI li saru ġewwa l-istess kliniċi fuq pazjenti riferuti min sptarijiet governattivi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTARIJIET - SERVIZZI ĠODDA", "8997.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jipprovdi lill-Kamra lista ta' servizzi ġodda li ġew introdotti ġewwa l-isptarijiet tal-gvern tul l-aħħar sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar, għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - SERVIZZI TAL-KURA PRIMARJA", "8998.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu l-inizjattivi ġodda li ġew introdotti tul l-aħħar sena biex jissaħħah is-servizz tal-kura primarja?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul din-is-sena fil-qasam tal-Kura Primarja ġew ntrodotti dawn is-servizzi ġodda:", "- bdiet tiddaħħal is-sistema ġdida għal records tal-pazjenti.", "- ddaħlet sistema ta' appuntamenti għas-servizzi kollha,", "minbarra għat-tabib, offruti fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "- se jinfetaħ għat-tobba privati aċċes limitat għall-fiżjoterapisti fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "- ġie estiż il-programm ta' tilqim kontra l-Haemophilus Influenzae B", "- se jinbeda il-programm ta' tilqim kontra l-hepatitis B", "- tlestew il-preparamenti neċessarji kollha għall-ħruġ ta' tender fiċ- Ċentri tas-Saħħa ta' Bormla.", "- beda xogħol ta' refurbishment fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira.", "- bdew jitħejjew il-pjanti għat-tkabbir u mmodernizzar", "taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal il-Ġdid.", "- Refurbishing ta' bereġ.", "SPTARIJIET - ACCOUNTABILITY", "8999.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi u x'inizjattivi twettqu tul l-aħħar sena biex jissaħħaħ il- management u accountability ġewwa kull sptar tal-gvern rispettivament?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TAXIS", "9044.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi f'Malta u f'Għawdex reġistrati bħala taxis?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5304.", "SELF-EMPLOYED", "9060.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni self-employed irreġistrati f'Malta u Għawdex?", "F'liema setturi jaħdmu dawn?", "Kif ivarjaw in-numri ta' dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MDC - FABBRIKI", "9061.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki rreġistrati mal-MDC?", "Kemm hemm setturi differenti u kemm hemm fabbriki f'kull settur?", "Kemm jimpjega nies kull settur minn dawn?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Skond ir-rekords ta' l-MDC, hemm 632 benefiċjarju li bħalissa joperaw minn fabbriki jew propjeta' industrijali oħra ta' l-MDC.", "Dawn il-kumpanniji, huma mqassmin skond is-setturi kif ġej:", "| |Settur |Numru |Impje| | | |ta |gati | | | |Kumpan|Full-| | | |iji |Time | |Code | | | | |20 |Miscellan| 14 |147 | | |eous Mfg.| | | | |Articles | | | |18 |Optical, | | | | |Photograp| | | | |hic, | | | | |Measuring| | | | |,Precisio| | | | |n, | | | | |Medical &| | | | |Surgical | | | | |Equipment|3 |19 | | |etc | | | |17 |Transport| 51 |196 | |16 |Machinery| | | | |& | | | | |Mechanica| | | | |l | | | | |Appliance| | | | |s | | | | |Electrica| 68 |3345 | | |l | | | | |Equipment| | | | |`s & | | | | |Accessori| | | | |es | | | |15 |Base | 50 |892 | | |Metals & | | | | |Articles | | | | |of Base | | | | |Metal | | | |14 |Precious |22 | 112 | | |Metals & | | | | |Jewellery| | | |13 |Articles | | | | |of Stone,| | | | |Cement, | | | | |Ceramic, | | | | | Glass| 48 |265 | | |& Similar| | | | |Materials| | | |12 |Footwear |6 |532 | |11 |Textile | 62 |229 | | |and | | | | |Textile | | | | |Articles | | | |10 |Paper & | 29 |926 | | |Printing | | | |9 |Wood | 97 |774 | |8 |Leather | 9 |325 | |7 |Plastics,| 38 |2833 | | |Rubber | | | | |and | | | | |Articles | | | | |thereof | | | |6 |Chemical | 43 |1195 | | |Products | | | |4 |Food, | 34 |1003 | | |Beverages| | | | |& Tobacco| | | |1 |Live | 3 | 37 | | |Animal | | | | |Products | | | |Others | | 55 | 45 | | | | 632 |15,87| | | | |5 |", "ETC - IMPJEGATI", "9062.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-ETC b'kollox u anke maqsuma f'kull dipartiment?", "Dawn l-impjegati f'liema raħal jew belt joqogħdu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ttweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9062 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTARIJIET - PAZJENTI BID-DROGI", "9063.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħlu każijiet ta' overdose; attempted suicide; u alcohol abuse fl-isptarijiet f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TOROQ - TINDIF", "9064.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Il-bypasses, main roads u speċjalment zoni fejn hemm traffic lights u zebra crossings min suppost inaddafhom u kull kemm żmien?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.", "PULIZIJA - KAŻI RAPPORTATI", "9065.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn każi rapportati lill-Pulizija matul dawn l- aħħar ħames snin (sena b'sena) ta' rape; incest; u wife/husband battering?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MDC - PROĠETTI", "9120.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika liema proġetti ġew approvati mill-MDC tul din l-aħħar sena?", "X'għajnuna u f'liema forma ġew mogħtija dawn il-proġetti?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena l- MDC approvat 48 proġett.", "Dawn kienu mqassma kif ġej:", "19-il proġett minn intrapriżi b`shareholding Malti li minnhom 12- il proġett huma proġetti ġodda u seba' espansjonijiet ta` business eżistenti, 29 proġett b`shareholding barrani li minnhom 20 huma proġetti ġodda u disa' espansjonijiet ta` proġetti eżistenti.", "Il-maġġoranza assoluta ta` dawn l- 20 proġett ġejjin mill-Komunita` Ewropea.", "Is-setturi industrijali huma kif ġej:", "|Elettronika\\Electrical |12 | |Engineering | | |Plastic\\Kimika | 8 | |Biotechnologies u Affarijiet | 6 | |Relatati mas-Saħħa | | |Metall\\Inġinerija ta` | 6 | |Preċiżjoni | | |Setturi Oħrajn li jinkludu | | |Printing, Ħwejjeġ | | |Għamara u Setturi Oħra |16 | |għall-Esportazzjoni | |", "Dawn it-talbiet flimkien ma` l-approvazzjoni relattiva kienu kollha għall- fabbriki jew propjeta` ndustrijali, minbarra każ wieħed fejn it-talba u l- approvazzjoni kienet għal soft loan finance għall-espansjoni.", "Ġeneralment li l-proġetti ġodda minbarra fabbrika jew propjeta` industrijali jibbenefikaw ukoll minn inċentivi oħra taħt l-Industrial Development Act.", "Dawn normalment ikunu eżenzjoni mit-Taxxa u mid-Dazji għal dawk li huma prodotti\\ servizzi għall-esportazzjoni, numru ta` work permits u assistenza fiskali oħra.", "PULIZIJA - CLAMPING/TOWING", "9130.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8694, jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn il-Pulizija qegħdin jagħżlu li karozzi jkunu ttowjati flok irmunkati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara l-mistoqsija fis-sens li jgħid x'differenza jara bejn ittowjar u rmunkar.", "P.A. - PROJECT MANAGER", "9131.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jafx bis-sejħa għall-applikazzjoni għall-Project Manager sabiex jagħmel review tal-pjan ta' struttura li deher f'The Planner (maħruġ mir- Royal Town Planning Institute) tal-15 ta' Settembru?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn dan il-post ma' kienx reklamat f'Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi miġbura.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "9132.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li priġunier f'Division 5 ingħata kastig qabel ma deher quddiem il-Bord li jaqta' r-rapporti ta' dixxiplina?", "Veru li dan il- priġunier bela' il-blades?", "Saret xi investigazzjoni fuq dan il-każ?", "Veru li dan il-priġunier ma tħalliex iċempel lill-familjari tiegħu kif jagħmlu priġunieri oħra minħabba dak il-kastig?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ebda priġunier f'Diviżjoni 5 ma ngħata kastig qabel ma deher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina.", "Kien hemm diversi priġunieri li belgħu l-blades, pero' l-ebda wieħed minnhom ma għamel hekk minħabba xi kastig li ngħata qabel ma deher quddiem il-bord.", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊINI ĠODDA", "9133.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-uffiċini l-ġodda li saru flok il- Female Section, fil-Ħabs?", "Dan se jibqa' jiġi wżat mid-Direttur tal-Ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ħafna mix-xogħol fl-uffiċini l- ġodda li nbnew flok il-Female Section tal-Ħabs, sar mill-gwardjani u l- priġunieri, u għalhekk ma jistax jingħata rendikont ta` n-nefqa.", "Informat ukoll li dawn ser jibqgħu jiġu wżati mid-Direttur tal-Ħabs sakemm jinbena post ġdid għall-amministrazzjoni.", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊJALI", "9134.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kien hemm uffiċjali tal-Ħabs li kienu jaħdmu fil- gate, li ngħataw xogħol ieħor?", "L-istess persuni qegħdin b'xi mod jiġu nvestigati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħti d-dettalji dwar liema gate qiegħed jirriferi.", "ĦABS ĊIVILI - GATE HOUSE", "9135.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-oġġetti konnessi ma' tisjir li nstabu fir-raid fil- Gate House l-antika tal-Ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-oġġetti konnessi mat-tisjir li nstabu fir-raid fil-Gate House l-antika tal-Ħabs kienu platti, borom, pużati u ftit ħaxix u laħam.", "ĦABS ĊIVILI - SPECIAL RESPONSE TEAM", "9136.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li ntilef radio ta' l-iSpecial Response Team (SRT) tal- Ħabs?", "Fejn intilef u jekk intilef fil-Ħabs, saru tfittxijiet fiċ-ċelel?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mit-tagħrif li ġie mogħti lili nista' nikkonferma li huwa minnu li ntilef radio ta' l-SRT.", "Dan intilef barra l-Ħabs.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "9137.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li f'ċerti diviżjonijiet il-priġunieri jitħallew isajru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mit-tagħrif li ġie mogħti lili nista' nikkonferma li f'ċerti diviżjonijiet il-priġunieri jitħallew isajru.", "Dan ilu jsir għal bosta snin.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "9139.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' xiri ta' ċilindri tal-gass mill-Korporazzjoni Enemalta mill-1.1.82 sa llum, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' ċilindri ta' kull kunsinja; x'inhu l-valur ta' kull kunsinja; jekk iċ-ċilindri nxtrawx ġodda jew second hand; u x'inhi l-country of origin ta' kull kunsinja, kif ukoll l-ammont ta' ċilindri li ġew skrappjati sena b'sena fl- istess perijodu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.", "P.A. - PERMESSI GĦAL SKEJJEL ĠODDA", "9140.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għall-perijodu mill-1986 sal-lum kemm-il permess inħareġ għall-bini ta' skejjel ġodda, kemm dawk tal-Gvern, privati kif ukoll tal-Knisja; il- lokalita' fejn inħareġ il-permess; jekk il-lokalita' kenitx:- f'area within building scheme, jiġifieri f'area inkluża fi pjan regolatur; f'area li taqa' bħala O.D.Z. jew kif inhi magħrufa aħjar bħala green area; u it-tip ta' skola, ċioe' primarja, sekondarja, teknika, eċċ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qiegħda tinġabar.", "WSC - BEJGĦ TA' ILMA", "9141.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8821 dwar bejgħ ta' ilma mill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma fil-perjodu 1.3.97 sat-30.9.97, peress li ċ-ċifra għall- bejgħ tad-dawl elettriku għall-istess perjodu diġa' inħarġet mill-Enemalta u peress li l-istess żewġ ċifri jinġabru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, liema ċifri kienu fuq sistema komputerizzata, jista' allura l- Ministru jara li l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 8821 tinħareġ mingħajr iżjed dewmien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "UNIVERSITA' - STUDENTI BIL-KAROZZI", "W991.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl- Universita' taħt il-25 sena li għandhom il-karozza personali/privata tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Universita' ta' Malta m'għandhiex mezz kif tkun taf jekk l-istudenti tagħha kemm jekk taħt il-25 sena kif ukoll fuq il-25 sena, għandhomx il-karozza personali jew privata tagħhom.", "WSC - QUOTATION NO.", "103/97", "W996.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-quotation no. 103/97 tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tat-tender specifications fuq il-Mejda tal-Kamra, jgħid min xeħet l-offerti u l-prezz li kkwota għal kull item, lil min ingħata x-xogħol u b'liema prezz?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19971121_150d_par.doc", "date": "1997-11-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 150 Il-Ġimgħa, 21 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 150", "Il-Ġimgħa, 21 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "150", "Il-Ġimgħa, 21 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 390", "KUNSENS GĦAL ATTI 390", "RULING 390", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 391", "TQEGĦID TA' KARTI 397", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 1998 IT-TMIEN JUM STABBILIT MINISTERU TAT-TURIŻMU 398", "AĠĠORNAMENT 434", "MISTOQSIJIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 434", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 442", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 149 li saret fil-21 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXVI ta' l-1997 - Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2).", "RULING", "MADAM SPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Kamra li fir-rigward tal-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Onor.", "Francis Agius fis-Seduta Nru. 144 tat-18 ta' Novembru, 1997 is-Sedja semgħet it-tape tat-trasmissjoni tar- radju li għaliha rrifera l-Onor.", "Membru u eżaminat it-transcript tal-parti rilevanti.", "Għall-eżattezza jrid jingħad li minn dan l-eżami ma jirriżultax li kien hemm riferenza li kien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li qal lill-Onor.", "Francis Agius kif għandu jivvota, għax il-kelma użata hija \"qalulu\" u m'hijiex speċifika għal xi ħadd partikolari.", "Kieku rriżulta dan, is-Sedja kien ikollha teżamina wkoll jekk hemmx każ ta' ksur ta' privileġġ fil-konfront ta' l-Onor.", "Fench Adami.", "Għaldaqstant is-Sedja llimitat ruħha għall-każ ta' ksur ta' privileġġ fil-konfront ta' l-Onor.", "Agius.", "Bla dubju l-messaġġ li ġie trasmess kien li l-Onor.", "Francis Agius eżerċita d-dritt tiegħu tal-vot taħt xi pressjoni li ċeda għaliha.", "Għaldaqstant is-Sedja jidhrilha li fil-konfront ta' l-Onor.", "Membru milqut hemm prima facie ksur ta' privileġġ skond subinċiż (4) paragrafi (j) u (k) ta' artiklu 11 ta' l-Ordinanza dwar is-Setgħat u l-Privileġġi tal-Kamra tad- Deputati u jrid jingħad li, skond subinċiżi (6) u (7) ta' artiklu 11, il- kelma \"pubblikazzjoni\" tinkludi wkoll xandir.", "Għaldaqstant is-Sedja se tirriferi dan l-istess każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi.", "Is-Sedja tħoss ukoll li rimarki sessisti, bħalma saru fl-istess trasmissjoni fuq riferuta fil-konfront ta' min jokkupa s-Sedja, m'għandhomx isiru u żżid li dan la jagħmel ġid lil min jagħmilhom u lanqas huwa ta' ġid fis-soċjeta' tagħna, fejn kulħadd jaqbel li n-nisa u l-irġiel ikollhom sehem sħiħ u effettiv f'kull qasam.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - REKLAMAR", "9616.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'rIferenza għall- perijodu bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru: (i) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; (ii) jagħti indikazzjoni tal-kampanji li ġew afdati lilhom; (iii) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; (v) jagħti lista ta' l-istamperiji - minbarra dik tal-gvern - li ġew użati; (vi) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; (vii) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u (ix) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru)(f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-FINANZI - REKLAMAR", "9617.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-perijodu bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru: (i) jagħti lista ta' aġenzji tar-reklamar użati; (ii) jagħti indikazzjoni tal-kampanji li ġew afdati lilhom; (iii) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; (v) jagħti lista ta' l- istamperiji - minbarra dik tal-Gvern - li ġew użati; (vi) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; (vii) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u (ix) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm xi riferenza għall-ħlas li sar fuq il-kampanja tal-VAT jew it-tneħħija tagħha?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Id-dipartimenti li fuqhom għandi l-informazzjoni huma: Economic Planning, Customs, Lotto, Malta Stock Exchange, Finance, Central Bank of Malta, Inland Revenue, Customs and Excise Tax Department, Treasury u Malta Financial Services Centre.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mid-dokument jirriżulta li l-Gvern ħallas xi ammont ta' flus lill-Plus Advertising?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, jirriżulta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' jgħidilna kemm?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tħallsu Lm200, Lm3,000 u Lm562.45.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - REKLAMAR", "9618.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l- Ministru (i) jagħti lista ta' l-aġenziji tar-reklamar li ġew użati; (ii) jagħti indikazzjoni tal-kampanji li ġew afdati lilhom; (iii) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill- mezzi tal-media li hawn f'Malta; (v) jagħti lista ta' l-istamperiji - barra dik tal-Gvern - li ġew użati; (vi) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; (vii) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u (ix) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali) Mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 il-Ministeru tiegħi flimkien mad- dipartimenti u kummissjonijiet li jaqgħu taħtu għamel infiq dwar stampar kif ġej:-", "|Dipart|Kampanj|Stamper|Ordnij|Infi| |iment |i |ija |iet |q | |Reġist|1. |Velprin|Colour|Lm89| |ru ta'|Sponsor|t Ltd. |separa|.25 | |l-Arti|ed |Print |tions |Lm40| |jiet |Public |Service|600 A3|.25 | | |Service|s Ltd. |poster|Lm22| | |Week |Printwe|s |0.00| | |2. |ll Ltd |800 A4| | | |Trade | |Handou| | | |Fair | |ts | | | |Civil | | | | | |għaċ-Ċi| | | | | |ttadin | | | | | |Public | | | | | |Service| | | | | |Week | | | |", "Ma sar l-ebda nfiq li jirrigwarda l-aġenziji tar-reklamar, la mir- reġistru ta' l-artijiet, la mill-ministeru, la mid-dipartimenti u lanqas minn xi kummissjonijiet oħra.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - REKLAMAR", "9619.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad- dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru: (i) jagħti lista ta' aġenzji tar-reklamar li ġew użati; (ii) jagħti indikazzjoni tal-kampanja li ġiet afdata lilhom; (iii) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal- media li hawn f'Malta; (v) jagħti lista ta' l-istamperiji - minbarra dik tal-Gvern - li ġew użati; (vi) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l- kwantita' ta' l-istampar; (vii) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u (ix) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET - REKLAMAR", "9620.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru: (i) jagħti lista ta' l-aġenziji tar-reklamar li ġew użati; (ii) jagħti indikazzjoni tal-kampanji li ġew afdati lilhom; (iii) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn f'Malta; (v) jagħti lista ta' l- istamperiji - barra dik tal-Gvern - li ġew użati; (vi) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwanita' ta' l-istampar; (vii) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u (ix) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAD-DJAR - REKLAMAR", "9621.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru: (i) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar li ġew użati; (ii) jagħti indikazzjoni tal- kampanji li ġew afdati lilhom; (iii) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn f'Malta; (v) jagħti lista ta' l-istamperiji - minbarra dik tal- Gvern - li ġew użati; (vi) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l- kwantita' ta' l-istampar; (vii) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u (xi) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Ma sar l-ebda użu ta' aġenziji tar-reklamar mill-ministeru u mid-dipartiment jew mill-awtorita' tad-djar fid-dikasteru tiegħi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiġifieri meta jkun hemm sejħa għal applikazzjonijiet mill-awtorita' tad-djar, ma jkunx hemm avviż fil- gazzetti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Safejn naf jien, dak tgħaddih l-awtorita' tad- djar direttament u ma toqgħodx tqabbad lil xi aġenzija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-domanda oriġinali kienet tistaqsi jekk intnefqux flus mill-ministeru jew mill-entijiet li hu responsabbli għalihom il- Ministru u, jekk jgħaddihomx direttament jew indirettament jew inkella tramite xi aġenzija.", "Ma naħsibx li t-tweġiba li ngħatajna tkopri d-domanda li saret.", "Tant hu hekk li fil-każ tad-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra mill-Ministru tal-Finanzi nsibu numru ta' każijiet fejn ma ntużatx aġenzija imma saret ordni diretta.", "Jien naħseb li hekk għandu jkun.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Lill-Onor.", "Interpellant nista' ngħidlu li ma wżajniex aġenziji biex nippubblikaw xi ħaġa fuq il-ġurnali.", "Issa jekk kemm- il darba qiegħed jinsisti li jkun jaf kemm intnefaq f'kull każ ...", "Jekk jifhem għal gazzetta mod u jekk qed jifhem għal aġenziji hija ħaġa oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu lejn min ħejja r-risposta, id- domandi huma totalment separati.", "L-ewwel domanda tistaqsi kemm intnefaq fl- aġenzija tar-reklamar.", "It-tieni mistoqsija tindika l-kampanja li ġiet afdata lil dik l-aġenzija.", "It-tielet mistoqsija tittratta kemm intnefaq ma' dik l-aġenzija u mir-raba' mistoqsija 'l quddiem m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn l-aġenziji.", "Jien tlabt li tingħata l-informazzjoni dwar jekk isirx reklamar jew stampar dirett ma' xi ħadd.", "Nifhem li seta' kien hemm malintiż, pero' d- domanda kienet intiża għal informazzjoni dwar infiq dirett u mhux tramite aġenzija.", "Nispera li l-Ministru ma jsibx oġġezzjoni li darb'oħra jpoġġi dik l- informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nassigurah li m'għandi l-ebda oġġezzjoni.", "Jien weġibtu eżatt skond l-informazzjoni li bagħtuli d-diretturi imma jista' jkun li forsi ma fehmux biżżejjed il-mistoqsija tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru jaħseb li għandi għalfejn nerġa' nagħmel mistoqsija bil-miktub sabiex jagħtini din l-informazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jekk kemm-il darba jirriżulta li hemm xi informazzjoni f'dan is-sens, jien inwiegħed li ngħaddihielu.", "LOCAL COUNCILS CONTROL UNIT - PROĠETTI", "9876.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti kienu mwettqa mil-local councils control unit din is- sena u x'kienet in-nefqa fuq kull proġett?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Din is-sena l-local councils control unit wettaq proġett wieħed biss, dak tal-Gżira promenade, li l-ispiża tiegħu kienet ta' Lm40,000.", "Dan ġara minħabba l-fatt li minn Frar sa Lulju s-section kienet impenjata kważi kollha fuq il-proġett ta' Buġibba u wara kellha l-proġett ta' l-iskejjel li ħa tliet xhur u nofs.", "Sadanittant is-sezzjoni baqgħet għaddejja bix-xogħol normali tagħha, dak mitlub mill-kunsilli lokali.", "LOCAL COUNCILS CONTROL UNIT - PROĠETTI", "9877.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti huma ppjanati li jkunu mwettqa mil-local councils control unit din is-sena u kemm hi n-nefqa ppjanata fuq kull proġett?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Peress li l-funzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru mill-1 ta' April, 1995 ġiet mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma nafx jekk il-Ministru rrispondiex xi domanda differenti!", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - PROĠETTI", "9878.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti huma ppjanati li jkunu mwettqa mir-roads department is- sena d-dieħla u kemm hi n-nefqa ppjanata fuq kull proġett?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Kif diġa' semmejt fid-diskors tal-budget ix-xogħol primarju tad-dipartiment tat-toroq għas-sena d-dieħla se jkun kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan s'intendi minbarra xogħol ieħor ta' manutenzjoni u tiswija li jinqala' matul is-sena.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk dan huwiex it- tmiem ta' din il-lista għaliex aktar kmieni matul is-sena ngħatat indikazzjoni li kellu jibda jsir xogħol f'area kbira ta' madwar 15-il triq fil-Mellieħa pero' ma jirriżulta li hemm l-ebda sold ivvotat għalihom.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ix-xogħol indikat huwa fil-lokalita' tal-Qajjenza f'Birżebbuga; Ħal Farrug, f'Ħal Luqa; Tal-Hofra, f'Ħaż-Żabbar; Dingli Home Ownership 3 f'Ħad-Dingli; Mount Carmel Hospital, Rabat Road Junction u Triq Tumas Chetcuti, kollha f'Ħ'Attard; se jsir xogħol ieħor fi Psaila Street, Mdina Road u Ħal Far Road, minbarra xogħlijiet oħra fil-Mosta u r-Rabat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dik hija l-lista li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni.", "Il-Ministru jikkonferma li dawk it-toroq fl-inħawi tal- Mellieħa, area ta' madwar 15-il triq li diġa' huma mibnijin kollha, se jibqgħu ma jsirux matul is-sena d-dieħla?", "Irrid ngħid ukoll li fil-każ tal-main road ta' San Pawl il-Baħar - matul din is-sena staqsejt elf domanda dwarha - il-Ministru xahar u nofs ilu qalli li din se ssir dalwaqt pero' s'issa m'għadna l-ebda indikazzjoni konkreta li din se ssir.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'iniex f'pożizzjoni li ngħid x'se jsir aktar minbarra dak li ġie ddikjarat li għandu jsir pero' naċċerta lill-Onor.", "Galea li dak li jkun possibbli jsir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Ministru Buhagiar irrepeta għal diversi drabi li l-main road f'San Pawl il-Baħar kellha ssir matul is-sena li qegħdin fiha u dan l-aħħar qal li se ssir matul is-sena d-dieħla.", "Allura kif hawnhekk ma jidher li hemm xejn ivvotat għaliha?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nerġa' ntenni li dak li jkun possibbli jsir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Madam Speaker, sar ukoll ħafna diskors li se jsir xi xogħol fit-toroq ta' Wied il-Għajn.", "Issa, jekk fhimt sew, Wied il- Għajn m'huwiex fil-lista li qara l-Ministru.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Li ssemma dwar Wied il-Għajn kien li hemm proġett speċjali għan-naħa t'isfel ta' Malta, fejn se jsir xi xogħol, pero' dan m'għandux x'jaqsam mat-tweġiba li ngħatat għal din il-mistoqsija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Biex inkunu aktar ċari, ix-xogħlijiet fuq it- toroq f'Wied il-Għajn se jsiru mir-roads department, se jsiru permezz ta' xi proġett ieħor għan-nofsinhar ta' Malta, jew m'humiex se jsiru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Forsi jkun aħjar li l-kollega tiegħi jagħmel mistoqsija bil-miktub biex ikun jaf eżatt x'se jsir u minn min se jsir.", "B'hekk ikun jista' jingħata risposta eżatta.", "MANUFACTURING AND SERVICES DEPARTMENT - PROĠETTI", "9879.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti twettqu mill-manufacturing and services department din is-sena u kemm kien id-dħul u l-ħruġ minn kull proġett?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENVIRONMENTAL PROTECTION DEPARTMENT - PROĠETTI", "9880.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu l-proġetti li twettqu mill- environmental protection department taħt l-environmental education programmes?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Il-materjal għadu qed jinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "ENVIRONMENTAL AUDITING", "9881.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sar environmental auditing ta' attivitajiet u xogħlijiet tal-gvern u awtoritajiet parastatali mill- environmental protection department?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "YACHT MARINAS - RAPPORTI", "9902.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar diversi siti tajbin biex ikunu yacht marinas li ġew ikkummissjonati mill- MMA?", "X'tip ta' rakkmandazzjoni saret f'kull każ ta' kull bajja li ġiet studjata u evalwata?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru 7242.", "F'dan ir-rapport hemm ir-rakkmandazzjonijiet li saru għal kull bajja li ġiet studjata u evalwata.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - IMPJANTI", "9903.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru 9411, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' network ta' second class water hu mistenni li jkun hemm bżonn biex l-ilma msoffi fl-inħawi Taċ-Ċumnija jitwassal għand il-bdiewa?", "Liema nħawi huma mistennija li jdaħħlu l-ilma second class permezz ta' dan in-network?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): It-tip ta' network ta' ilma tat-tieni klassi jkun jista' jiġi stabilit ladarba d-dipartiment tad-drenaġġ ikun stabilixxa s-sit ta' l- impjant u konsegwentement iz-zona sa fejn tista' ssir it-tisqija b'dan l- ilma u wara konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Aktar minn darba f'din il-Kamra ngħatajna risposti fejn intqal li s-sit ta' dan l-impjant partikolari fl-inħawi Taċ-Ċumnija diġa' ġie magħżul u m'hemm l-ebda ħsieb li jinbidel.", "Allura jista' l- Ministru jispjegali jekk skond ir-risposta li għadu kemm ta jfissirx li hemm il-ħsieb li jinbidel dan is-sit?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Safejn naf jien fil-mistoqsija oriġinali ma saret l- ebda riferenza għal dan is-sit.", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel irid jiġi stabilit is-sit imbagħad minn hemm isir in-network.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, għandu jkun nitkellmu bil-Malti u ma niftehmux!", "Fir-risposta l-Ministru għadu kif qal li n-network ikun jista' jiġi stabilit wara li jiġi identifikat is-sit.", "Irrid ngħid li għal aktar minn darba l-Ministru Buhagiar qal li s-sit huwa dak indikat u ilu magħżul is-snin.", "Issa f'din ir-risposta qed jgħidilna li jrid jiġi stabilit is-sit.", "Jikkonferma li s-sit għadu jista' jinbidel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li t-tweġiba kienet ċara biżżejjed.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' vapuri li daħlu fil-Malta Drydocks bejn l- 1 ta' Novembru 1996 u d-19 ta' Novembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9912.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi .", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' impjegati taħt l-eta' ta' 30 sena f'korporazzjonijiet u azjendi kummerċjali li l-Gvern għandu l- maġġoranza ta' l-ishma fihom u li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9942; u", "f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista ta' lokalitajiet li fihom id-Dipartiment tat-Toroq se jwettaq xogħlijiet għall-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9878.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar l-għadd ta' nies jaħdmu f'Għawdex, flimkien ma' l- għadd ta' nies jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9919.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU TAT-TURIŻMU", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-Gvern u l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Nistieden lill-Ministru tat-Turiżmu jressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, nipproponi:", "VOT 30 - MINISTERU TAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,648,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 - Ministeru tat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT V - MINISTERU TAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,227,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V - Ministeru tat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, x'inhu l-aktar element jew fattur importanti biex it-turiżmu, jissaħħaħ, jitkattar u jifjorixxi ħalli jkun jista' jagħti aktar benefiċċju?", "Ċertament il-paċi fil-pajjiż u l- istabilita' politika.", "Allura meta f'dan il-pajjiż bħalissa teżisti kriżi ekonomika li taqtagħha b'sikkina, kriżi finananzjarja aċċettata minn kulħadd u sitwazzjoni li ma tantx hi tajba fil-kwestjoni ta' l-impjiegi u bnadi oħra, l-inqas ħaġa li kellu bżonn dan il-pajjiż kienet din il-kriżi politika li ninsabu fiha.", "Jien ngħid li din qed iżżid ma' l-inċertezzi li qed jgħix ta' kuljum dan il-pajjiż.", "Din hi kriżi politika maħluqa minn dan il-Gvern li tela' bl-għajta li għandu soluzzjoni għal kollox u issa meta ġiet is-siegħa tal-prova u qed iressaq dan il-budget biex suppost ifejjaq il-mard strutturali li għandna, wera li m'għandu xejn ippreparat.", "Jien insostni li l-Gvern ressaq budget mingħajr ħsieb, mingħajr studju u mingħajr preparazzjoni.", "Hu jaf li dan hu budget iebes, għax hekk stqarr, iżda ma jafx kemm hu iebes.", "Hu jaf li se jolqot iżda ma jafx kemm u lanqas lil min.", "Din l-instabilita' politika kompliet kattret l-inċertezzi u dan il-budget qajjem reazzjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra, mill-unions, mill- għaqdiet, mill-opinjoni pubblika u minn kulħadd.", "Kor b'vuċi waħda jwissi u jħeġġeġ lill-Gvern biex jiżen sew l-impatt ta' dan il-budget, speċjalment fuq iż-żgħir, qabel u mhux wara l-approvazzjoni tal-budget.", "Illum qegħdin niddiskutu l-vot tat-turiżmu u rrid ngħid li meta tipparagunah ma' setturi oħrajn li qegħdin fil-qagħda li għadni kif semmejt, tara li ċertament m'huwiex qiegħed f'sitwazzjoni daqshekk imwiegħra.", "Jien insostni li teżisti konfużjoni fit-tmexxija u nixfa fl- ideat iżda sal-lum m'hemmx kriżi f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultati.", "Fis-sena li qegħdin fiha u li waslet biex tispiċċa se nkunu fl-istess baħar li konna fih fl-1995 u fl-1996.", "Matul dawk is-sentejn l-Oppożizzjoni Laburista u l-gazzetti li ma jaqblux ma' din in-naħa tal-Kamra kienu jogħxew jaraw in-numru ta' turisti jonqos u kienu jikkritikaw u jċekknu kull ħaġa li konna nagħmlu.", "Irrid ngħid li ħafna mill-affarijiet li kienu jikkritikaw meta kienu fl-oppożizzjoni issa tant qed jogħġbuhom li qegħdin jibnu fuqhom.", "Din hija ipokresija għaliex dawn kienu jsostnu li ż-żelqa li kien hemm fl-1995 u fl-1996 ġrat f'Malta biss, mentri jekk inħarsu lejn paġna 145 ta' l-Economic Survey insibu li dan m'huwiex minnu għax kien hemm trend fil-Mediterran li laqat lil Malta wkoll, bid-differenza li Malta ntlaqtet ħafna inqas milli ntlaqat ħaddieħor.", "Mill-Economic Trends nistgħu naraw x'inhi l-qagħda attwali tal- performance u tal-forward bookings fil-każ tat-Tuneżija u ta' Ċipru.", "Jien ma nixtieq nallarma lil ħadd - nista' niċċita figuri li qegħdin jagħtu l- iStats MR - imma allaħares is-sena d-dieħla kellu jirriżulta dak li hemm indikat għax għalkemm Malta hija destinazzjoni li tgawdi minn late bookings, il-qagħda bħalissa hija verament preokkupanti.", "Qed ngħid preokkupanti għaliex dawk li kienu warajna qabżuna u ħallewna warajhom sew tant li ma nistgħux narawhom b'nemes daqskemm hi kbira l-perċentwali, pero' nittamaw li s-sena d-dieħla tiżviluppa ftit aħjar.", "Sur President, skond il-kejl tiegħi ta' dak li ġara fl-1997, din ma kenitx sena daqstant ħażina pero' kieku kelli nuża r-riga li wżat l- Oppożizzjoni fl-1995 u fl-1996 bilfors ikolli nasal għall-konklużjoni li l- performance ta' din is-sena kien fjask fenomenali.", "Pero' jien nibqa' ngħid li jekk nieħdu ċ-ċirkostanzi kollha kif inhuma, bir-riga tiegħi u mhux tagħhom, is-sitwazzjoni m'hijiex ħażina daqskemm fil-fatt setgħet kienet.", "Jien dan ngħidu b'dispjaċir għaliex din hija industrija li suppost kulħadd jiekol u jgawdi minnha, għax minnha jiddependu ħafna setturi oħra.", "Meta l- Gvern ra li l-qagħda f'setturi oħra ma tantx hi tajba u kien ikkonfrontat bi kriżijiet minn kullimkien, deher ovvju li mill-bidu għażel it-turiżmu bħala salvauomo ħalli jkun jista' jiggranfa miegħu bħala l-aħħar tama tiegħu, sink or swim.", "Din id-deċiżjoni ma tteħditx il-bieraħ imma ttieħdet meta bdew jidhru s-sinjali koroh.", "Hawnhekk irrid niċċita parti mid-diskors li għamel il-Prim Ministru f'Marzu ta' din is-sena meta ndirizza lill- membri ta' l-iSkoll Club.", "Skond il-gazzetta \"The Malta Independent\" il- Prim Ministru qalilhom hekk:", "\"Once we recognise that tourism is the locomotive of the economy, once tourism picks up, then this will be a good signal for all economic operators to look forward to new investment.\".", "Mela ġejna f'sitwazzjoni fejn kulħadd qed jistenna sinjali ta' qawmien fit- turiżmu għax jekk jirpilja t-turiżmu tqum l-ekonomija.", "Allura jien imbagħad nistaqsi: U jekk dan ma jseħħx?", "Kemm se ndumu nistennew il- qawmien ta' dan is-settur?", "Malta għandha qagħda internazzjonali mill- aktar favorevoli pparagunata ma' dik tal-kompetituri tagħna fil- Mediterran.", "Pero' rrid insemmi xi affarijiet żgħar li ma jagħtunix pjaċir għax jien ma rridx li pajjiż imur tajjeb minħabba li ħaddieħor ikun sejjer ħażin għax ikun qiegħed fl-inkwiet.", "Nista' nsemmi l-inkwiet li hemm fil- Lvant Nofsani, fil-Libanu u f'Iżrael li lanqas tista' tgħid li huma kompetituri tagħna.", "Insemmi wkoll it-terroriżmu li hemm fl-Eġittu, f'partijiet minn Spanja u fit-Turkija, il-problema ta' Ċipru, it-taqlib li jkun hemm ta' spiss fil-qasam tat-trasport fi Franza, waqt li l-ex- Yogoslavia tista' tgħid li m'għadhiex teżisti bħala destinazzjoni.", "Barra minn hekk, il-lira Maltija hija aktar kompetittiva.", "Allura jien nistaqsi jekk f'dan ix-xenarju kollu, ir-riżultati li ksibna matul din is-sena jagħtukx kuraġġ jew inkella tabilħaqq iħassbuk.", "Sur President, fl-imgħoddi, kemm meta l-Ewropa kienet f'riċessjoni, u anke fl-agħar żmenijiet meta kien hemm il-kriżi tal-gwerra tal-Golf, konna niksru r-record kull sena u f'kull aspett, waqt li llum bi gvern li suppost qed jaħdem favur it-turiżmu kellna riżultati agħar.", "Dan m'iniex qed ngħidu għall-effett imma qed ngħidu u nipprovah skond figuri u quotes mill- istatistika tal-gvern stess.", "Minkejja l-kritika diżonesta u ħafna drabi ipokrita ta' l-imgħoddi - niftakar li meta l-Prim Ministru kien fl- oppożizzjoni darba xebbaħ lill-industrija tat-turiżmu ma' kastell mibni fuq ir-ramel, jew kastell tal-karti tal-logħob - illum qed jgħidulna li m'hemm xejn strutturalment ħażin fit-turiżmu.", "Mur obsor!", "Dażgur li m'hemm xejn strutturalment ħażin fit-turiżmu!", "Dan m'huwiex żvilupp riċenti imma din hija binja li saret bil-paċenzja u llum qed igawdi minnha l-Gvern stess.", "Għaliex le?", "Aħna mmirajna biex ngħollu l-livell tal-prodott gradatament billi għamilna tajjeb għan-nuqqas ta' lukandi ta' kwalita', saħħaħna l- infrastruttura nazzjonali u anke dik turistika u tajna t-taħriġ.", "B'hekk imxiet din l-industrija u anke oqsma oħra.", "Illum għandna gvern li qabel l- elezzjoni qal li kellu soluzzjoni għal kollox imma issa qisu qed jittallab biex isir xi proġett ġdid.", "Sur President wara din l-introduzzjoni rrid ngħid li dan id-dibattitu huwa importanti għaliex jagħtina okkażjoni biex neżaminaw kif morna f'dan il-qasam.", "Naħseb li tkun ħaġa prattika li titressaq emenda taħt il-vot ta' personal emoluments.", "Irrid ngħid li din l-emenda tfisser sfiduċja fil- Gvern, fil-policies u fit-tmexxija pero' rrid nenfasizza li din m'hijiex riflessjoni fuq il-Ministru nnifsu.", "Jien lill-Ministru nkellmu ta' spiss fuq it-turiżmu għax huwa bniedem li jiddiskuti b'lealta' u għalhekk irrid nagħmilha ċara li din l-emenda m'iniex qed inressaqha b'xi animu personali, imma dan huwa l-mod li tuża din il-Kamra biex turi sfiduċja fil-Gvern.", "Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 30 - MINISTERU TAT-TURIŻMU", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,388\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,387\".", "Delete the figure \"Lm 10,388\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,387\".", "Mr Chairman, il-Gvern illum qiegħed jgħid li morna tajjeb.", "Qed isemmi li hawn aktar turisti, aktar dħul u aktar nies jaħdmu.", "Jinsab kuntent", "u qalbu qawwija.", "Nhar it-Tnejn li għaddew, meta l-Prim Ministru rrisponda għall-kritika li saret dwar il-budget, semma t-turiżmu tliet darbiet in glowing terms.", "Imma xi jfissru dawn ir-riżultati hekk imsejħa pożittivi?", "Qed jgħidulna li din is-sena se nkunu lqajna madwar 50,000 turist iktar milli lqajna fl-1996.", "Din iċ-ċifra jien bassartha f'Ġunju u issa ġiet ippubblikata, iżda jien ngħid li għall-ekonomija ta' dan il-pajjiż dawn il- 50,000 turist aktar milli kellna fis-sena li għaddiet lanqas se jiswew daqskemm swew il-50,000 inqas li kellna fis-sena ta' qabel.", "Għaliex?", "Fit- tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari Nru 9399 li għamiltlu jien, il- Ministru qal li fl-1996 it-turisti damu hawn Malta għal medja ta' għaxart ijiem kull wieħed, li bejniethom jagħmlu 10,665,000 guest nights.", "Fil- verita' fl-1997 se jkollna inqas guest nights u allura dan ifisser li ekonomikament ma morniex 'il quddiem.", "Għaliex qed ngħid hekk, Sur President?", "Nafu li sa Ġunju l-medja kienet ta' 8.9 guest nights.", "Issa fil- każ li titla' b'nofs ġurnata jew b'0.6%, jiġifieri titla' għal 9.5 guest nights, dawn b'kollox jammontaw għal 10,450,000.", "Dan ifisser li fl-1997, skond iċ-ċifra li qed ibassar il-Gvern stess, it-turisti se jkunu qagħdu f'Malta 200,000 lejl inqas u allura biex niġu pari ma' l-1996 irid ikollna 22,000 turist iktar milli qed ibassar il-Gvern.", "Ħaġa li hi importanti li jifhimha kulħadd, anke l-press, hi li jaqbel li aktar milli noqogħdu nħarsu lejn kemm ġew turisti numerikament - għax turist li jdum jumejn u turist li jdum xahar fl-istatistika xorta se jgħodd bħala wieħed - irridu naraw kemm dawn idumu fostna, x'jonfqu, x'jixtru u x'impatt ikollu n-numru ta' arrivals fuq l-ekonomija, fuq l-ambjent u anke fuq is-soċjeta' Maltija.", "Issa ħalli ngħaddi għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impjiegi.", "Il-Prim Ministru qal li l-impjiegi żdiedu.", "Skond l-istatistika, fl-1995 fil-lukandi u r-ristoranti kien hemm jaħdmu 9,562 persuna u fl-1996 kien hemm 9,502 persuni.", "Issa jekk inħarsu lejn l-Economic Survey insibu li sa Settembru ta' 1997 kien hemm 9,296 persuna jaħdmu f'dan is-settur, jiġifieri 200 inqas u mhux kif qal il-Prim Ministru nhar it-Tnejn meta qal li hemm 500 persuna aktar.", "Huwa tajjeb li ngħid li din id-darba biex intlaħaq in-numru ta' 9,296 ruħ jaħdmu fit-turiżmu - it-turiżmu huwa mifrux iktar milli jidher fl-istatistika - kellna ninkludu magħhom nies li jaħdmu f'tourism related services.", "Jiġifieri hawn lanqas hi kwestjoni ta' comparing apples for apples.", "Mela anke fil-qasam tax-xogħol mar lura l- Gvern tal-ħaddiema.", "Din hija sitwazzjoni preokkupanti f'sena meta nfetħu tant lukandi u żdiedu mill-inqas 600 post tax-xogħol ġdid.", "U dan m'huwiex mertu tal-Gvern preżenti għax, għalkemm il-lukandi fetaħhom il-Gvern preżenti, dan ix-xogħol kien ġej mit-tranja li kien hemm fi żmien il-Gvern preċedenti u allura dan huwa kollu mertu tal-Partit Nazzjonalista fil- gvern.", "Meta nikkonsidra dan kollu nħoss li l-lukandi qegħdin jagħmlu retrenchment fl-employment, jew billi jimpjegaw inqas nies milli għandhom bżonn, jew billi jimpjegaw aktar part-timers milli full-timers - għalkemm skond l-istatistika dan mhux il-każ - jew inkella - jien naf għax għandi xi ftit esperjenza f'dan il-qasam - għax ikun hemm nies jaħdmu bla ktieb jew li lanqas ikollhom permess tax-xogħol.", "Allura f'dan il-kontest huwa tajjeb li nikkwota testwalment il-parir li ġie mogħti lill-Prim Ministru min-New Initiatives and Projects Group f'rapport ippreżentat f'Ottubru.", "Dawn isostnu li:", "\"It is unlikely that the past expansion in tourism and in other market services can be mantained at the rate experienced in the last decade.\".", "Sur President, dan huwa r-riżultat wara sena ta' Gvern Laburista.", "Issa ħalli ngħaddi biex nikkummenta dwar dak li għandu x'jaqsam mad-dħul li jkollu l-pajjiż minn din l-industrija.", "Jien smajt lill-Prim Ministru jitkellem f'din il-Kamra, smajtu jkellem lil-lukandiera u ġieli nisma' xi omelija tiegħu meta jitkellem nhar ta' Ħadd.", "L-Onor.", "Sant dejjem jgħid li d-dħul minn dan is-settur żdied.", "Jien ngħid li dan huwa żbaljat ukoll għax aħna bħala dħul suppost li ngħoddu l- ammont li ġej mingħand dawk li huma meqjusin bħala turisti.", "Issa rridu niftakru li f'temp ta' sena l-lira Maltija ddgħajfet ma' l-isterlina b'10%; il-Gvern għabba lil dan il-pajjiż u lill-industrija bit-taxxi; kien hemm government induced costs kemm trid; kien hemm erosion tal-valur tal- munita'; żdiedet l-inflazzjoni u kulħadd jaf li dak li fl-1996 stajt tixtrih b'lira, illum sena wara ma tistax tixtrih bl-istess prezz.", "Allura jien insostni li anke jekk id-dħul jiżdied minn 10% sa 15%, ma tkunx qed iddaħħal iktar imma fil-fatt tkun qed tiekol minn ġewwa.", "Huwa importanti li f'din il-Kamra nkunu nafu x'inhi l-qagħda tal-lukandi, kemm hawn lukandi għall-bejgħ u kemm hawn outlets għat-twellija.", "Nafu wkoll - dawn l- affarijiet mhux jien biss nismagħhom imma jismagħhom il-Ministru u kulħadd - kif il-lukandiera qed iqaċċtu r-rati.", "Din m'hijiex xi ħaġa ġdida imma llum bil-prezzijiet li qegħdin jitolbu waqajna għar-redikolu.", "Kif għidt qabel, il-kalkolu li qed isir ta' l-infiq per capita tat- turisti ma jirriflettix l-ammont li qegħdin jonfqu t-turisti li jmorru fil- lukandi u fl-appartamenti għax fil-kalkolu li qed isir qed jingħaddu l-flus kollha li deħlin minn dawk li jiġu Malta fuq il-cruiseliners.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq 5,000 ruħ imma qegħdin nitkellmu fuq 100,000 ruħ u dan huwa suċċess ieħor tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Allura x'qed nagħmlu?", "Qed nagħmlu kalkolu per capita fuq 100,000 ras li lanqas ngħodduhom fl-istatistika u dan huwa żbaljat.", "Allura ta' min jistaqsi: Għaliex l-Economic Survey ma jsemmix il-guest nights?", "Għaliex żbalja fiċ- ċifra u fl-istatistika tal-ħaddiema u qed idaħħal id-dħul per capita minn nies li fil-fatt lanqas huma magħduda fil-kalkolu tat-turiżmu?", "Meta nara s- sitwazzjoni kif inhi llum u meta naf li t-turiżmu huwa l-cavallo di battaglia ta' dan il-Gvern, nasal għal konklużjoni waħda.", "Dan il-famuż żiemel li suppost għandu jirbaħ il-battalji, lanqas għandu l-ħila jżomm il- pass mad-debba mdewda ta' Don Quixote u sfortunatament qiegħed anke wara l- ħmar ta' Sancho Panza!", "Din hija prova li l-partit li hemm fil-gvern ma kienx lest biex jiggverna.", "Hawn huwa tajjeb li naraw x'kienu jgħidu l- Laburisti qabel l-elezzjoni.", "L-Onor.", "Leo Brincat, illum ministru tal-finanzi u dak iż-żmien il- kelliemi dwar it-turiżmu, ukoll kellu l-opportunita' li jindirizza lill- iSkoll Club u dakinhar kien qalilhom:", "\"Government induced costs must be avoided ... and all the necessary support, including financial assistance, should be given to those endeavouring to upgrade bedstock.\".", "Imma x'għamel minflok il-Ministru tal-Finanzi?", "Il-government induced costs tellagħhom mas-smewwiet waqt li ma ħareġ bl-ebda skema biex jgħin lil min jirranġa l-lukanda tiegħu.", "L-Onor.", "Brincat dak iż-żmien kompla jgħid hekk:", "\"ITS is a good idea worth cultivating further ...\"", "- dwar dan nitkellem aktar il-quddiem -", "\"... but grossly underfunded.", "Training grants must be introduced.\".", "Illum il-Ministru tal-Finanzi qiegħed iwettaq dak li wiegħed?", "Le, għax skond il-kalkoli tiegħi l-ITS lanqas għandha fondi biżżejjed biex jitħallsu l-istipendji.", "Relattivament, ras għal ras, għandha fondi inqas u t-training grants baqgħu fil-ġuf.", "Dak iż-żmien l-Onor Brincat kien ukoll tal-fehma li:", "\"We must explore the feasibility of alternative schemes to facilitate penetration of various markets.", "FBR is too focused on the UK.", "It is time to widen our horizons.\".", "U x'għamel biex iwettaq din ix-xewqa li tant kien impressjona nies biha?", "Għall-promozzjoni lill-NTOM reġa' taha l-istess ammont li kien taha l-Gvern Nazzjonalista fl-1996 u meta tkejjel iż-żieda ta' l-ispejjeż u tal- prezzijiet sew f'Malta u wisq iktar barra minn Malta, issib li għas-sena 1998 l-NTOM se jkollha inqas.", "Jien nemmen li l-NTOM m'hijiex qed tieħu l- aħjar vantaġġ minn dak li għandha, imma dwar dan nitkellem iktar tard, għaliex fl-istess diskors l-Onor.", "Brincat u l-Gvern Laburista ma qablux li t-turiżmu Malti jaqbillu jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "X'qal aktar l-Onor.", "Brincat f'dak id-diskors?", "Qal hekk:", "\"From the tourist angle we feel that inflation which is already in double digit proportions ...\"", "- din hija gidba sfaċċata għax qatt ma kienet hekk -", "\"... in certain essential areas can only get worse through membership thus eroding our competitive edge as the price of labour and services soar higher.\".", "Sur President, bħalissa l-inflazzjoni fil-pajjiżi Ewropej hija ħafna inqas minn ta' Malta u meta tgħolli l-prezz tas-servizzi tad-dawl, ta' l- ilma, tal-gass, tad-drenaġġ, tal-petrol, tal-pitrolju - li jużawh ħafna tal- lukandi, tal-fran u tal-laundries - ta' l-insurance u, għat-tieni darba f'sena, tax-xorb u tas-sigaretti, kif jista' jibqagħlek żejt f'wiċċek?", "J'Alla għandu raġun min jaħseb li l-effetti taż-żidiet se jkunu minimi.", "Jien ma nagħmel l-ebda kumment għax min qed jgħid dawn l-affarijiet forsi għandu iktar esperjenza minni u għandu iktar x'jitlef minni, imma the proof of the pudding is in the eating.", "L-effett proprju narawh meta jibdew ġejjin il-kontijiet.", "Pero' l- lukandiera u kull min qiegħed fis-settur tat-turiżmu għandhom jiftakru li kien il-Partit Laburista li għabba lit-turiżmu bl-ogħla taxxi.", "Irrid infakkarhom li l-VAT kienu jiġbruha filwaqt li s-CET qegħdin iħallsuha.", "Skond l-Onor.", "Brincat is-sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet tfisser:", "\"a net inflow of labour, something which would definitely threaten the employment prospects of those seeking to make a career in tourism.\".", "Issa jien nixtieq inkun naf kif min jiġi biex jaħdem hawn Malta, mingħajr ma jkollu li xi ħadd lest biex jagħtih impjieg u post fejn joqgħod, b'paga ta' waiter, ta' kitchen hand jew ta' chambermaid jista' jħallas il-kera li l-Maltin jitolbu mingħand il-barranin biex jgħixu f'xi appartament!", "Il- barranin li għandhom il-work permit kollha jsibu lil min jimpjegahom u dawk li huma miżżewġa Maltin fil-biċċa l-kbira jgħixu mal-qraba tagħhom.", "Pero' fil-każ tagħna ż-żgħażagħ Maltin qegħdin jitilfu ċ-ċans li jaħdmu u jispeċjalizzaw fl-Ewropa.", "L-Onor.", "Brincat, li sentejn ilu bassar tant dlam fl-Ewropa, illum qed jgħid hekk:", "\"Wara t-taqlib monetarju fl-1995 u t-tnaqqis tar-ritmu ta' tkabbir fl- ekonomija li dam sejjer sal-bidu ta' l-1996 ...\"", "- jiġifieri issa l-ekonomija kibret u fl-1995/96 l-ekonomija Ewropea, li tinfluwenza ħafna x'qed jiġri f'Malta, ma kenitx tajba daqskemm hija llum -", "\"... l-attivita' ekonomika fl-Unjoni Ewropea bdiet titjieb.\".", "U hawn jien nistaqsi: Għalfejn dan it-titjib kollu li hemm fl-Ewropa m'huwiex rifless fl-industrija tat-turiżmu ta' Malta?", "L-Onor.", "Brincat kompla jgħid hekk:", "\"Jekk dan jissokta, l-impatt fuq l-ekonomija ta' Malta jkun favorevoli.\".", "Mela diġa' qed naraw li bdiet iddur il-folja u tinbidel l-opinjoni.", "Jien ngħid li kieku ma kienx għall-irjus iebsa min jaf x'rabtiet hemm!", "X'argument konvinċenti qiegħed iżomm lill-Gvern Malti milli jistħarreġ, jinnegozja u jara x'inhuma l-kondizzjonijiet tas-sħubija imbagħad jiddeċiedi?", "X'se jkun l-impatt tal-European Monetary Union li se tibda fl- 1 ta' Jannar, 1999?", "Kulma naf jien hu li ħadd ma wieġeb għad-domandi li għamilt għax m'hemm xejn ippreparat u dan ifisser li lanqas biss sar studju.", "Mela s'issa rajna li, għal dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu, m'huwiex veru li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea tfisser dannu.", "Issa ħalli naraw kemm se nitilfu għar-raġuni li l-applikazzjoni ta' Malta ntefgħet fil- friża u magħha ntefgħu wkoll it-tamiet li kellna għall-fondi kollha, inkluż dawk strutturali u pre-accession funds, li tant gawdew minnhom il- kompetituri tagħna, bħalma huma l-Portugall, il-Greċja, l-Irlanda u Spanja u issa se jgawdu minnhom, a żvantaġġ tagħna Ċipru, is-Slovenja u l- kompetituri l-oħra tagħna għas-suq Ewropew li waslu biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Għal dik li hija applikabilita' ta' travel package directive m'hemmx differenza bejn min hu membru u min m'huwiex.", "Id-differenza hi li min hu membru jiddeċiedi x'għandu jsir u min m'huwiex ikollu joqgħod għal dak li jiddeċiedi ħaddieħor.", "Din hi s-sitwazzjoni, Sur President.", "L-Onor.", "Brincat fid-diskors tiegħu kien qal ukoll li:", "\"Is-suq Ingliż sar diffiċli għalina minħabba miżuri li ddaħħlu dan l- aħħar.\".", "Hawnhekk kien qiegħed jirriferi għat-taxxa ta' £Stg20 passenger tax li l- Ingilterra imponiet fuq kull min isiefer lejn pajjiżi li m'humiex membri fl- Unjoni Ewropea, filwaqt li min isiefer lejn pajjiżi membri jħallas £Stg10.", "Issa f'suq daqstant price sensitive, bħalma hu dak ta' l-Ingilterra, taxxa ta' £Stg10 tagħmel differenza, speċjalment meta qed nitkellmu fuq is-safar ta' familji.", "Jekk ikunu erbgħa min-nies biex imorru Franza jkollhom iħallsu passenger tax ta' £Stg40 u biex jiġu Malta se jħallsu £Stg80.", "Sfortunatament se nerġgħu niġu f'pożizzjoni li biex nattiraw l-Ingliżi rridu nħallsu l-miljuni biex nissussidjaw it-turiżmu minn post fejn l- ekonomijia hija tant b'saħħitha.", "Il-flus tat-tour operators support scheme, flimkien ma' dak kollu li jintnefaq mil-London Office ta' l-NTOM, jammontaw għal tliet kwarti tal-flus kollha li l-NTOM tuża għall- promozzjoni, reklamar u preżenza fiżika fis-swieq.", "Jien ngħid li ma jagħmilx sens li għal 40% tat-turisti li jiġu Malta qed nonfqu 75% tal- budget tagħna għal dan is-settur.", "Is-suq Ingliż huwa importanti u jinħtieġ li nindokrawh, nipproteġuh u nsaħħuh, iżda meta l-isterlina kienet 1.80 mal- lira Maltija u kulħadd kien ibassar li se tissaħħaħ, qatt ma kellna niffissaw it-TOSS b'1.45 jew b'1.47 b'mod li ġejna f'qagħda li biex jiġi Ingliż hawn Malta qed ikollna nissussidjaw 20% ta' l-ispiża li dan jagħmel.", "Ara kieku l-Ingilterra kellha tissussidja lill-Maltin biex imorru hemmhekk!", "Imma s-suq Malti huwa żgħir u ma jiswiex.", "Din hi s-sitwazzjoni li ġejna fiha, Sur President.", "Għalija dan ma jagħmilx sens ekonomikament għax meta traħħas iżżejjed, kif ġara, jiġi min joqgħod jiġġebbed, min ma jonfoqx u min irid jiffranka u mhux min għandu x'jonfoq.", "Sur President, irrid ngħid li l-parir li ngħata l-Prim Ministru mill- Grupp ta' Sebgħa kien li:", "\"There currently prevails a unique opportunity to dismantle FBR", "- hawn riedu jgħidu TOSS -", "\"given the strength of sterling, and consider if necessary a small adjustment to correct the increased value of the Malta lira vis-a-vis the currencies of continental countries which have lost considerable value during the last twelve months.\".", "Per eżempju, id-Deutschmark tilfet 7%, il-frank Franċiż tilef 6%, il-lira Taljana tilfet 4% u l-guilder Olandiż tilef 7%.", "Dan huwa l-istess parir li tajt jien f'Jannar ta' din is-sena f'din il-Kamra meta tkellimt dwar il- budget ta' l-1997 u għidt li t-TOSS għandha tibqa' iżda għandha tintuża bis-sens biex tistabilixxi rata fissa ta' kambju sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jagħmlu costing tal-packages tagħhom b'ċertezza.", "Jien ħeġġiġt firxa ta' l-iskema għas-swieq kontinentali imma din is-sena erġajna tfajna kollox fis-suq Ingliż li, kif diġa' għidt, huwa suq importanti u għandna nindokrawh.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li dan huwa żball li se jiswielna deni, kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' diversifikazzjoni, kif ukoll għax jinħtieġ li nkunu aħna u mhux l-operaturi barranin li niddeċiedu u nirregolaw l-ispread staġjonali, il-volum u d-diversifikazzjoni nazzjonali, dik kwalitattiva u ta' interessi.", "Min ipoġġi kollox, jew kważi kollox, f'qoffa waħda jkun qed jipperikola l-ġejjieni tagħna.", "Hekk ġara fil-bidu tas-snin tmenin u nittama li l-istorja ma tirrepetix ruħha.", "Sur President, jekk inħarsu lejn l-arrivals chart minn Jannar s'issa naraw pattern imqalleb.", "F'ċerti xhur morna tajjeb immens, anke aħjar minn qatt qabel, u f'oħrajn morna ħażin ħafna.", "Jien diġa' tkellimt dwar is-suq Ingliż u għidt li kelli ngħid.", "Issa rrid ngħid xi ħaġa fuq dak Ġermaniż.", "Kif għidt f'Jannar li għadda, dan is-suq qed juri titjib artifiċjali.", "F'April u f'Mejju kellna l-programm tal-Frosch.", "Dan hu programm ta' darba li ma jirrepetix ruħu din is-sena.", "Xi darba forsi għad jirrepeti ruħu pero' ma tridx tgħoddu bħala pattern.", "Fid-deher f'dawk ix-xhur morna tajjeb ħafna imma artifiċjalment għax il-bozza l-ħamra tal-periklu u tal-verita' xegħlet kull xahar u kieku ma kienx għal Frosch kien ikollna diżastru.", "Għalkemm għadhom ma ħarġux il-figuri ta' Ottubru, skond l-informazzjoni li għandna dwar x'ġara f'Ottubru, nikkalkola li għalkemm ma morniex ħażin globalment, bħala xahar mill-Ġermanja morna ħażin u mhux biss mil-lat tal- lukandi imma anke mil-lat ta' l-Air Malta.", "Sur President, fis-sitwazzjoni tas-suq Ġermaniż is-sinjali koroh kienu qed jidhru minn kmieni.", "F'Ġunju ħeġġiġt azzjoni u aktar attenzjoni u ssuġġerejt lill-Ministru biex jiltaqa' ma' l-aġenti hawn Malta u biex imur il-Ġermanja kemm jista' jkun malajr, jara l-principals tagħhom u jeħdilhom proposta, kif kont issuġġerejt jien, ibbażata fuq it-TOSS.", "Issa, bir- rispett kollu, l-Ministru mar il-Ġermanja l-ġimgħa li għaddiet, imma jien naħseb li l-programmi kienu diġa' ġew deċiżi u għalhekk kien tard wisq.", "Allura f'dan is-suq se nibqgħu nassistu għal free fall.", "Pero' jien nemmen li kieku morna bi proposta bbażata fuq it-TOSS - mhux qed ngħid li nżidu ma' l-ammont li l-Gvern ta fuq it-TOSS għax jien nemmen li dan kien biżżejjed, speċjalment skond kif inhi l-Isterlina bħalissa - l-operaturi u l-aġenti Ġermaniżi kienu jinteressaw ruħhom.", "It-TUI se tibda tuża l-Air Malta u l-Frosch ukoll, imma dan ma jifssirx li se nżidu t-turiżmu mill- Ġermanja.", "Hawn irrid ngħid li skond il-manifest elettorali tal-Malta Labour Party, l-Air Malta suppost li għandha tagħmel dak kollu li hemm bżonn biex tgħin u tagħti support lit-turiżmu.", "Allura jagħmel sens li tagħlaq l-uffiċċju ta' Munich u tnaqqas it-titjiriet minn Hamburg u minn Berlin?", "Niġi issa għas-suq Franċiż.", "Hawnhekk l-istess.", "X'sens jagħmel li naqqasna t-titjiriet minn Marsilja u Lyons meta għandna bżonn it-turiżmu fix-xitwa?", "Il-kumpless ta' Ħal Ferħ kien jattira ħafna Franċiżi.", "Issa dan qiegħed f'idejn l-Air Malta u sfortunatament ħallietu jitmermer.", "Meta wrewh lill-Accor Group dawn qalulhom li m'humiex interessati fih.", "Issa lill-Air Malta fix-xahar li għadda tajnieha aktar art għall-iżvilupp u nittama li dan l-investiment isir aħjar.", "Suq ieħor li ddiżappuntana kien dak Taljan.", "M'iniex ngħid li morna ħażin jew li tlifna ħafna minnu imma kont nistenna iktar mis-suq Taljan.", "Illum għandna ftehim mar-reġjun ta' Sqallija - ma nistax ngħid li huwa ħażin għax dan bdejtu jien xi tliet snin ilu - u għandna nużawh billi nipprovaw nirranġaw mal-gvern regjonali ta' Sqallija biex insibu lill xi ħadd li jagħmel vjaġġi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jinġarru l-karozzi minn Sqallija għal Malta u minn Malta għal Sqallija.", "Dan huwa xogħol importanti, anke jekk ikun staġjonali biss.", "Huwa importanti ħafna li fis- sajf ikollna min jiġi minn Sqallija bil-karozza tiegħu.", "Forsi tgħiduli: Biex inżidu iżjed karozzi?", "Le, imma dawk huma nies li meta jiġu hawn Malta jdumu u jonfqu l-flus.", "Jien nieħu pjaċir nara titjib u żvilupp fis-suq Russu u f'dak tal-pajjiżi tal-Lvant.", "Għadni niftakar lil tan-naħa l-oħra jikkritikawna u jgħadduna biż-żmien għax konna se nġibu r-Russi imma jien nieħu pjaċir li dak li bdejna snin ilu issa qed juri titjib ukoll.", "Fil-każ ta' l-Iskandinavja, l- Air Malta qed issostni suq b'żieda ta' titjiriet, imma żbaljat meta ħarġet minn Madrid u Barcelona għax issa dawn qegħdin f'idejn l-Ispanjoli u l- Portugiżi u huma qed jiddeċiedu jekk jiġux Malta u jekk jagħmlux iċ- charters.", "Fil-każ ta' New York għadu ma ġie deċiż xejn u nittama li issa, wara li beda jiċċaqlaq xi ftit is-suq, ma jiġix xi bravu u jgħid li se jagħlaq dan l-uffiċċju wkoll.", "Naħseb li din is-sena hi l-iktar sena li morna tajjeb ma' l-Amerka.", "Nammetti li għadna lura ħafna pero' morna aħjar mis-snin ta' qabel.", "Il-Ministru ffissa t-targets għas-sena 2,000 u dawn huma ta' 13 million guest nights u Lm300 miljun dħul.", "Skond dawn il-kalkoli biex nilħqu dak it- target is-sena d-dieħla rridu nġibu 1.22 miljun turist u fl-1999 irridu nġibu 1.34 miljun turist.", "Il-Ministru stabilixxa l-benchmarks u jekk jilħaqhom jien inkun l-ewwel wieħed li ngħidlu prosit għax mhux hu biss ikun mar tajjeb imma Malta kollha.", "Huwa tajjeb li kulħadd jifhem kemm hu importanti t-turiżmu, imma li jkollna l-miri biss m'huwiex biżżejjed.", "Jinħtieġ li jkollok strateġija, immaġinazzjoni, flessibilita', aktar flus u support sħiħ mingħand sħabek.", "Qabel kien hawn l-Onor.", "Debono Grech li, bl- istil inimitabbli tiegħu, minn xi għaxar membri kien l-uniku wieħed li nterrompieni.", "Fil-fatt kont se nagħmillu kumpliment għax qed nara li t- turiżmu qiegħed isib għajnuna mis-settur tat-trasport li għamel sforz biex idaħħal id-dixxiplina u qed jipprova jneħħi ċerti monopolji anti-diluvjani.", "Lill-Ministru Debono Grech, li hu responsabbli mill-Maritime Authority, irrid nifraħlu wkoll talli żamm xi ħaġa importanti bħalma hi l-Middle Sea Race.", "L-isfortuna hi li din ma rreklamajnihiex imma d-direzzjoni hija tajba u j'Alla l-Ministru jkompli sejjer hekk, jiġifieri jifhem eżattament x'inhuma l-ħteġijiet tat-turiżmu u jdaħħal id-dixxiplina.", "Pero' mbagħad nistaqsi: X'appoġġ għandu t-turiżmu mill-kultura?", "Meta kelli x'naqsam mat-turiżmu għamilt ħafna affarijiet li jistgħu jgħinu lill- kultura u lill-isport u meta kelli x'naqsam mal-kultura għamilt ħafna affarijiet li jistgħu jgħinu lit-turiżmu.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li kwalunkwe inizjattiva internazzjonali li ħadt fil-qasam tal-kultura u l- isport, oqsma li jistgħu jgħinu lit-turiżmu, jew ġiet abbandunata jew saret imbażwra.", "Jien kont waqqaft il-Choir Festival u l-Blue Dolphin of Malta, kont ngħin fil-maratona u diversi affarijiet oħra li jgħinu sabiex nagħmlu reklam lil Malta.", "B'daqshekk ma tkunx qed tirfes il-kallijiet ta' ħaddieħor imma tkun qed taħdem ma' ħaddieħor u taħdem għall-ġid tat- turiżmu.", "Jiddispjaċini ngħid li l-Maltafest ukoll saret qisha l-kunċert ta' l-aħħar tas-sena ta' xi skola tal-bniet jew tas-subien, biex ma jaħsbuniex xi razzista jew sessista!", "Niġi għall-programm tal-mużewijiet u rrid ngħid li jien kien irnexxieli nżid il-vot kapitali minn Lm45,000 għal Lm600,000 biex inkun nista' nagħmel dak kollu li kien hemm bżonn fil-mużewijiet.", "Issa waqaf kollox u din is-sena kulma għandhom il-mużewijiet huwa kapital ta' Lm300,000.", "Kif nistgħu nkomplu?", "Dawk il-mużewijiet li għandna magħluqin kellhom jinfetħu sas-sena li għaddiet kieku ġew ivvotati flus biżżejjed.", "Irrid insemmi wkoll il-proġett tal-Belt Valletta, il-belt kulturali tax- xahar.", "Il-wirjiet li konna ppreparajna spiċċaw u l-programm ħadd għadu ma jaf bih.", "Jekk se ttella' proġett f'Ġunju biex jgħin lit-turiżmu, kif għad m'hemmx programm imxandar u rreklamat barra minn Malta?", "Dan hu gvern li suppost qed jaħdem favur it-turiżmu?", "Jien naħseb li l-Ministru għandu għalfejn imur jgħid lil sħabu, speċjalment min b'xi mod għandu x'jaqsam ma' dan is-settur, to pull their socks up, biex ma ngħidx xi ħaġa oħra.", "Spiċċaw il-wirjiet ta' Preziosi u ta' Preti, ħadd ma sema' bihom aktar u li kieku ma kienx għal dak tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti li tant ftaħru biha - ħaġa li bdejtha jien sentejn ilu - kieku qegħdin fl-aħħar tal- klassi.", "Hawnhekk irrid infakkar li t-turiżmu m'huwiex lukandi biss u skond il- Gvern huwa settur privileġġat.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li dak li sar rigward il-VAT kien daħka fil-wiċċ għax it-tnaqqis speċjali fir-rata tal- VAT minn 15% għal 5% seħħ għal tliet xhur biss.", "Il-VAT refunds, fejn qabel kienu awtomatiċi, issa saru selettivi u minn sena għall-oħra l-Gvern qed ikompli jgħabbi taxxi fuq kulħadd.", "Ninsab ċert li l-Gvern ħa lura ħafna aktar milli kien iffranka.", "Jekk ma noqogħdux attenti bil-government induced costs, biż-żidiet kollha u bit-taxxi, fil-gradings ta' Thomas Cook għal value for money, li fis-suq Ingliż tiswa ħafna u li fiha minn dejjem konna minn ta' l-ewwel, se nispiċċaw nitilfu postna u nkunu qegħdin lura wkoll.", "Sur President, irrid ngħid li huwa importanti li naraw ir-relazzjoni bejn il-gvern u s-settur privat.", "Lis-settur privat trid tagħtih l-ispazju u ma tridx tgħakksu.", "Fl-1 ta' Settembru l-Prim Ministru ġie rrapportat f'\"The Times\" li qal:", "\"The Government was trying to give oxygen to tourism and was seriously targetting to increase the number of visitors to 1.9 million spread over the whole year.\".", "Din faċli tgħidha - qisek qed iddellek xi spread fuq biċċa ħobż - imma biex twettaqha huwa ftit iktar diffiċli.", "Xi jgħid is-settur privat dwar l- ossiġnu li tah?", "Xahar wara li l-Prim Ministru qal hekk, fil-5 ta' Ottubru, 1997 il-President tat-taqsima divertiment u turiżmu tal-GRTU, is- Sur Philip Fenech, kien intervistat mill-gazzetta \"Il-Mument\" u se nikkwota xi siltiet minn dak li qal.", "Is-Sur Fenech qal li:", "\"Għalkemm iċ-ċifri wrew li t-turisti żdiedu, ma nistax ngħid li ż- żieda nħasset.", "Ix-xogħol baqa' kif kien is-sena l-oħra.", "Ma nistgħux ngħidu li b'xi mod żdied ix-xogħol.", "Id-diskors tal-Gvern qed iġiegħel lin-nies toqgħod lura milli tonfoq.", "In-negozju kollu, mhux biss it- turiżmu, ma jiflaħx għal aktar taxxi.\".", "Imbagħad is-Sur Philip Fenech donnu ftakar f'dak li qal il-Prim Ministru dwar l-ossiġnu u t-turiżmu u qal:", "\"Aħna qegħdin ngħidu: Agħtuna n-nifs għax nifisna maqtugħ.", "L-appell tagħna hu li ejjew nimlew il-pulmun bin-nifs għax nifisna diġa' maqtugħ.\"", "Dan biss wara sena ta' Gvern Laburista!", "U mhux il-GRTU biss tgħid hekk.", "Jekk naraw xi tgħid il-Malta Hotels and Restaurants Association fis- survey li toħroġ kull tliet xhur, fl-aħħar wieħed li ħareġ f'Ġunju li għadda hemm rrapportat nuqqas fl-overall occupancy levels, tnaqqis fl- achieved room rate, tnaqqis fit-total revenue per room, tnaqqis fit-total revenue per available room u payroll increase ta' 20.39% meta mqabbel ma' l- 1996.", "Jirrapporta wkoll żieda fl-energy costs u fl-operating costs u tnaqqis ta' profitt.", "Dan hu r-riżultat ta' gvern li jippretendi li qed jgħin lit-turiżmu.", "Jien ngħid li t-turiżmu tassew qiegħed jitlob għal ossiġnu imma biex isalva u mhux biex jissaħħaħ jew biex ikollu enerġiji ġodda ħalli joħroġ jiġri u jaħdem aktar għal dan il-pajjiż.", "Fil-bidu ta' dan id-diskors jien għidt li għandna gvern niexef mill-ideat u semmejt ħafna affarijiet li ma lestiex.", "Il-Gvern Laburista semma ħafna affarijiet li se jagħmel fil-ministeru tat-turiżmu imma mbagħad lanqas ipprovda biżżejjed flus biex dan ikun jista' jsir.", "Hu qal li l-Air Malta se tkun qed taqdi l-ħteġijiet tat-turiżmu imma ħlief tagħlaq rotot m'hijiex.", "Qal ukoll li se jitranġaw il-bankini f'Buġibba u fi bnadi oħra.", "Naturalment dan huwa proġett tajjeb, imma kif qal sew il-Grupp ta' Sebgħa:", "\"Bugibba is good in so far as it goes but it goes very little.\".", "Issa l-NTOM kif qed tuża l-fondi tagħha b'mod aktar aggressiv u professjonali?", "Taf x'qed isir tassew tajjeb, Sur President?", "Li l- Ministru Vella kien intelliġenti biżżejjed li għaraf jibni fuq dak li sab.", "Dan joħroġ mill-istrategic framework paper li l-Ministru ġentilment għaddieli, għalkemm jien ma naqbel proprju xejn mal-proposti li saru dwar l- ITS, u fl-aħħar tad-diskors tiegħi ngħid għaliex.", "Meta l-Ministru daħal fil-ministeru, bħal xi chef ġdid dieħel fil-kċina, dan ma sabx kollox mitfi, kollox immuffat jew kollox imranġat imma sab il- borom fuq in-nar.", "U għamel sew li kompla bil-proġetti tal-golf courses, tal-casinos fil-lukandi, tal-tourism authority, l-iżvilupp ta' niche markets u ħafna affarijiet oħra.", "GĦalissa fuq dan il-punt ngħid biss li f'seminar li sar f'Għawdex issemmiet occupancy rate ta' 29% fil-lukandi Għawdxin.", "Dan ifisser li jeħtieġ li jittieħdu miżuri urġenti u speċifiċi għal GĦawdex.", "Jien hawnhekk qed nipproponi li meta jkunu qed jintgħażlu s- siti għal golf courses u casino fil-lukandi, Għawdex jingħata preferenza.", "Minflok ma nħaffru għaż-żejt għandna nagħtu lill-Għawdxin il-mezz kif jagħmlu d-deheb.", "Għawdex għandu bżonn għajnuna aktar minn bnadi oħra skond dak li jirriżulta mill-occupancy figures.", "Nista' nkompli ngħid ħafna affarijiet u nagħmel storja mill-episodju tat- talba tal-Ministru lill-Madonna, jew mill-kummenti li ta lil \"The People\" fit-8 ta' Ottubru, fejn qal li meta jkellem lil-lukandiera jgħidilhom kemm hemm bżonn itejbu s-servizz waqt li meta jkellem lill-operaturi jfaħħar lil tal-lukandi għas-servizz tajjeb li jipprovdu.", "Min jitkellem hekk fil- pubbliku jixhed, jekk mhux ħaġa oħra, inġenwinita'.", "Issa dawn m'humiex affarijiet daqshekk importanti, huma żbalji ġenwini, żbalji li jistgħu jsiru u li jeħodhom kulħadd.", "Jien se nsemmi żewġ aspetti oħra li huma aktar importanti għall- industrija tat-turiżmu u dawn huma n-nuqqas kbir ta' leadership li jeżisti fl-Air Malta u l-konfużjoni li tirrenja fl-Institute for Tourism Studies.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' Dar il-Mediterran, kulma nista' ngħid hu li l-istandards niżlu u nħeġġiġkom biex ma tberbqux il-ġojjell li għandkom f'idejkom u, għalkemm ġibtu lill-barranin biex jeħduh over, il-proposta m'għoġbithomx.", "Diġa' semmejt li l-Air Malta m'hijiex qed tagħti appoġġ biżżejjed lit-turiżmu u se nsemmi żewġ affarijiet oħra.", "L-ewwel waħda hi li kien sena tard li l-Air Malta ndunat għaliex twaqqfet l-Azurraair u x'inhu l-potenzjal tagħha.", "Tilfu sena, tilfu l-flus u kien biss issa li ħadu l-vantaġġ tad-deregulation.", "Wara ħafna titubanzi għamlu sħab l-ewwel ma' l-Alitalia u mbagħad ma' DebonAir, affarijiet li naqblu magħhom, imma sa xahrejn ilu ċ-Chairman, is-Sur Louis Grech, kien għadu qed jikkritika l- istess eżistenza ta' l-Azzurraair, u jekk irid jista' jaqra l-intervista li ta fl-\"Island Travel Trader\".", "Issa fl-aħħar sar dak li kellu jsir, sena tard u ma nafx kemm-il mitt elf lira telf wara.", "Sur President, jien kont staqsejt jekk l-Air Malta hijiex immexxija mill- GWU, mill-Ministru jew miċ-chairman.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn eliminajt liċ-chairman għax issa nafu żgur li mhux iċ-chairman li qed imexxi, u dan joħroġ mid-diskors li għamel lill-marketing conference ta' l-Air Malta.", "F'dak id-diskors semma d-dejn ta' l-Air Malta, is-seats li ma nbiegħux u ħafna problemi oħra, imbagħad dar fuq is-senior executives ta' l-Air Malta u qalilhom: Don't just tell me that there is a problem but also the way to solve it.", "Dan ma ġiex irrapportat fil-gazzetta imma huwa l-iscript tad- diskors tiegħu.", "Meta qrajt id-diskors mimli kliem fl-ajru u mċajpar fis- sħab - verament adattat għal linja ta' l-ajru! - lanqas ridt nemmen.", "U kif ikkonkluda d-diskors tiegħu?", "Li l-udjenza tiegħu kienet \"experienced enough to rise collectively to the challenge\".", "U għaċ-chairman donnhom il- problemi tal-kumpannija huma ta' sħabu u mhux tiegħu!", "Donnu dmiru m'huwiex li jidderiġi imma li jibqa' gallerija.", "Jien m'iniex xi espert fil- kumpanniji ta' l-ajru imma nippreżumi li l-prinċipji bażiċi ta' management u leadership japplikaw għalihom ukoll.", "Dan m'hu xejn ħlief passing the buck.", "Wara li qrajt id-diskors u l-intervista li ta lill-\"Island Travel Trader\" ħadd ma jista' jagħtini tort jekk nibda naħseb li l-kumpanniji ta' l-ajru jitmexxew b'mod differenti minn azjendi oħra u li biex tkun chief executive tajjeb l-ewwel trid tikkritika lil min kien hemm qablek, issemmi l-problemi li hemm, imbagħad tibgħat lil kulħadd ifittex is-soluzzjonijiet, waqt li inti tibqa' ttella' u tniżżel jekk tagħmilx ħaġa jew oħra u ma tiddeċiedi qatt jew inkella tiddeċiedi tard wisq, kif ġara dwar l- Azzurraair.", "Mhux ta' b'xejn li ħafna drabi l-ħaddiema ta' l-Air Malta, meta jkollhom xi diffikulta', iċemplu lill-Ministru minflok liċ-chairman!", "Sfortunatament ikolli ngħid li ħafna mid-deċiżjonijiet li qed jieħu ċ- chairman huma biex isib postijiet komdi u biex jagħti l-promotions lil sħabu tal-partit.", "GĦalhekk bir-raġun nistaqsi verament x'qed jagħmel il- bord ta' l-Air Malta u jekk hux qed iħares biss.", "Is-Sur Grech tassew kellu raġun jagħlaq dik l-intervista bil-kliem \"We believe in Providence\", mhux biss għas-suġġett li kien qed jirriferi għalih, iżda għal kull aspett tat- tmexxija tal-linja nazzjonali ta' l-ajru.", "Issa nafu li l-Ministru jgħid it-talba u ċ-chairman ta' l-Air Malta jafda fil-Providenza!", "Tnejn bi kredu wieħed: Quando non posso piu' ricorro al buon Gesu'!", "L-Air Malta għandha ħafna nies tajbin ta' kull fehma, u jeħtieġ li tagħmel użu mit- talenti ta' kulħadd u mhux twarrab lin-nies, anke Laburisti, għax qdew dmirhom fi żmienna.", "Issa ngħaddi biex nitkellem dwar il-qagħda kaotika li hemm fl-ITS.", "Jien ma mlejtx lil Malta b'rħamiet imma ta' min ifakkar liż-żgħażagħ Maltin li kien hemm ġurnata meta għalihom infetħu bibien u opportunitajiet ġodda u mid-dlam għaddejna għad-dawl.", "F'Mejju ta' l-1987 sibt 20 student u sitt lecturers u demonstrators midfunin fil-kantina tal-Mediterranean Conference Centre.", "Mill-MCAST u mill-Catering School konna spiċċajna f'dik il- miżerja!", "Sur President, kellna Ministru ta' l-Edukazzjoni li baqa' famuż għall- kliem li kien qal li biex issajjar hamburger m'hemmx għalfejn tmur il- Polytechnic; kien hawn min issuġġerixxa li minflok il-George Cross inpoġġu kikkra u plattina fuq il-bandiera ta' Malta; u kien hawn min fehem is-siwi u l-potenzjal tat-turiżmu.", "Kien għalhekk li fis-snin sittin kienu bdew il- korsijiet tal-Polytechnic.", "Kienu bagħtu xi nies jistudjaw barra, fetħet istituzzjoni separata fejn jinżammu korsijiet qosra u intensivi at craft level u nġiebu għalliema speċjalizzati biex it-turiżmu jkun jista' jinbena fuq bażi soda, b'viżjoni ċara, bi strateġija u b'sens ta' direzzjoni.", "Smajtu x'kien għad fadal minn dan kollu fl-1987 u kien għalhekk li mill- ewwel bdejna naħdmu biex għal darb'oħra Malta u anke Għawdex ikollhom l- għodda li kien hemm bżonn.", "Bl-għajnuna ta' l-UNDP, tal-WTO u ta' ħafna esperti, fosthom advisers barranin u Maltin li llum qegħdin mal-Ministru, irnexxielna nwaqqfu l-ITS.", "Fi kliem Dott Victor Mercieca, l-ewwel chiarman tal-board of governors, l-iskop kien \"to achieve excellence.\"", "Ħsibna għal min irid isegwi l-korsijiet kollha u żidna l-impjiegi fil-lukandi u fir- ristoranti.", "Issa xi ħadd ħolom li għandna bżonn 2,000 jew 3,000 impjieg fis-settur.", "Din is-sitwazzjoni kienet teżisti qabel ukoll u solvejnieha mingħajr ma kissirna l-ITS.", "Sfortunatament dak li qed jiġri llum ma jogħġobni assolutament xejn.", "Sar rapport li ħadd ma rah għax għadu draft, iżda mexjin fuqu.", "Appuntaw bord temporanju, li donnu sar permanenti, fejn l- industrija m'għandhiex rappreżentant, tawh poteri eżekuttivi, warrbu min- nofs l-uffiċjali taċ-Ċivil u taparsi sar ftehim ma' Oxford Brookes.", "Din hija ħaġa tajba, dejjem jekk tinħadem sew, iżda mhux kif qed issir.", "S'issa għadu ma nstabx direttur, niżżlu l-entry age u l-kwalifiki akkademiċi u l- agħar ħaġa hi li ħalltu lil min jagħmel kors full-time ma' min imur għal ftit taż-żmien.", "Imissu jingħad ukoll li m'hemmx desks, li m'hemmx għalliema u li l-istudenti jfallu l-lezzjonijiet bil-gzuz.", "Hemm kaos komplet.", "Daħħlu d-delta fast track system.", "Ministru, jekk tmur hemm għall- għarrieda, kif kont nagħmel jien, tara b'għajnejk stess ...", "Illum il- biża' tiegħi hija li se mmorru lura għal dak li ġara fis-snin sebgħin u xi ħadd ikollu jerġa' jibni kollox mill-ġdid.", "Taċċettawx pariri biex tagħmlu hotel school, dak huwa konċett ta' l-imgħoddi li jfallik.", "Fl-istess ħin l- ITS jista' jibqa' miexi bħala l-iktar istituzzjoni akkademika għolja u mhux, kif irrendejtuh issa, qisu fabbrika tal-ħaddiema mingħajr quality control.", "Il-verita' hi li l-ITS iservi mhux biss lill-industrija imma anke lill-ministeru u min jaf jagħmel ir-riċerka jaf li dan hu bżonjuż fil- ministeru.", "Nixtieq nagħlaq hawn għax wegħidt li nħalli ftit tal-ħin għal ħaddieħor u rrid inżomm il-wegħda li għamilt.", "Dak li għidt illum ma ħadtx pjaċir ngħidu.", "Xtaqt inkun iktar pożittiv imma ħassejt li dawn l-affarijiet kelli ngħidhom.", "Qed ngħidhom l-iktar mhux bħala kritika imma biex nipprova kemm jista' jkun insostni sforz nazzjonali, għax jien it-turiżmu narah bħala industrija nazzjonali.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi b'awgurju li s-sena d- dieħla mmorru aħjar.", "U f'dan l-awgurju nsieħeb lill-Ministru u lill-poplu kollu biex imbagħad verament ikollna għalfejn niftaħru.", "Din is-sena morna agħar mis-sena li għaddiet.", "Jiddispjaċini ngħidu dan imma qed ngħidu biex is-sena d-dieħla nkunu nistgħu mmorru aħjar.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joseph Psaila Savona.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Sur President, jekk hemm xi ħaġa tajba din is-sena hija li nistgħu nitkellmu fuq sena sħiħa taħt Gvern Laburista.", "Niftakar li s-sena l-oħra - forsi tgħiduli li nżomm f'qalbi - il-Ministru kien irrisponda għall-kritika li kont għamilt billi qalli: U iva, kollox għamilt int!", "U hekk kien għax konna għadna kemm ħriġna minn amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Dak iż-żmien kellu raġun għax is-sena l- oħra konna fis-sitwazzjoni daqsxejn imbarazzanti li fid-diskors tal-budget ridna nikkritikaw is-sena li konna għadna kemm iggvernajna aħna stess.", "Din is-sena kemm-il darba kellna għajtiet - dan għadu kemm semmieh sieħbi l- Onor. Michael Refalo - dwar is-suċċessi kbar li kien hawn, għajtiet li l- iktar li kienu ġejjin kien mill-Prim Ministru, għalkemm sintendi anke mill- Ministru tat-Turiżmu.", "Daqqa jgħidu kemm sejrin tajjeb, drabi oħra jgħidu li din is-sena morna aħjar mis-sena l-oħra u drabi oħra jgħidu li waqqafna d-downward trend.", "Issa jien ngħid li jekk waqqafna biss id-downward trend u qegħdin tajjeb daqs is-sena l-oħra, allura m'aħna sejrin tajjeb xejn, għax tgħidx kemm kienu kkritikawha lis-sena l-oħra!", "Ma nixtieqx li noqgħod infettaq imma, kif qal l-Onor.", "Refalo, jekk toqgħod tidħol fid-dettalji u toqgħod tagħmel it-tip ta' kritika li kienet tagħmel l-Oppożizzjoni Laburista meta aħna konna fil-gvern, meta tqis kollox ma' kollox tara li din s-sena morna għall-agħar.", "Għadna bl-istess policies, bl-istess problemi li kellna qabel; għad għandna l-istess sodod x'nimlew; it-turisti ġejjin mill-istess postijiet; bejn wieħed u ieħor qegħdin indaħħlu l-istess flejjes; għad hemm l-istess nuqqasijiet li kellna, fejn ma nagħtux value for money; l-istess nuqqasijiet ta' faċilitajiet x'noffru u l-istess diffikulta' fil-kompetittivita'.", "Nista' ngħid li l-Ministru qed jagħmel tajjeb li jimxi fuq l-istess policies li konna nużaw aħna u l-istess tqassim ta' min imexxi l-marketing, l-HCEB u dawn l-affarijiet.", "Allaħares l-industrija tat-turiżmu m'hijiex sejra tajjeb, meta qed tieħu tant għajnuna!", "Jien niftakar li meta kien fl- oppożizzjoni l-Ministru Vella ma kienx jikkritikani, anzi kien jgħid li jiddispjaċih għalija għax kont nagħmel l-aħjar li nista' imma ma kellix appoġġ minn sħabi.", "Jien nixtieq nirritornalu dan il-kumpliment billi ngħidlu li jien ngħir għalih għax daqskemm qiegħed jiġi mbottat il- ministeru tat-turiżmu minn dan il-Gvern u daqskemm qiegħed jingħata għajnuniet u sussidji, allaħares dan is-settur ma jmurx tajjeb hawn Malta għax kieku m'għandna l-ebda settur li se jmur tajjeb.", "Imma fil-fatt sejrin tajjeb, Mr Chairman?", "Jien ngħid, kif għidt, li, bejn wieħed u ieħor, bqajna fuq l-istess binarji li konna qabel.", "Hawn nixtieq nagħmel xi ftit oġġezzjonijiet.", "Per eżempju, aktar kmieni semmejt l-HCEB.", "Din qed titmexxa bl-istess mod li kienet titmexxa taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista imma niftakar li meta staqsejt lill-Ministru dwar x'inhi l-policy tal-Gvern fuq hotels u restaurants, jekk hux se nibqgħu nagħtu permessi għal a 3-Star, 4-Star u 5- Star hotels, jekk hux se nibdew nagħtu l-ħajja lil dawn it-tip ta' restaurants jew le, ħariġli bil-famuża risposta - l-Ministru Vella, kif qal sieħbi huwa baħbuħ imma għandu d-difett li fir-risposti għall-interpellanzi jiżgiċċa - li m'hemm ebda policy u se jaraw il-każ skond kif jiġi ppreżentat.", "Dan ifisser li jekk niġi jien nitlob għall-permess tittratta miegħi mod u jekk jiġi ħaddieħor tittratta miegħu mod ieħor?", "Jekk hu hekk din hija policy perikoluża u se taqla' ħafna kritika meta niġu għall-budget debate tas-sena d-dieħla.", "Issa ħalli niġi għall-ITS.", "Forsi l-Onor.", "Michael Refalo ma kellux ħin jelabora fuq dan is-suġġett, imma rrid ngħid li l-mod kif qegħdin jiġu ttrattati l-istudenti hemmhekk hija ħasra.", "Jien lill-Ministru ngħidlu li d- dover tiegħu bħala ministru tal-gvern m'huwiex lejn is-sid tal-hotel, u jekk jara li għandu nuqqas ta' staff jara kif jagħmel biex jutilizza lil dawk l-istudenti ta' l-ITS, taparsi qegħdin fuq il-konċett ta' student ħaddiem.", "Fi żmienna konna ngħidu li meta student jidħol l-ITS irridu ngħallmuh fuq livell professjonali.", "Niftakarni ngħid li l-professjonijiet m'għandhomx jibqgħu biss it-teoloġija, il-mediċina u l-liġi.", "Konna ngħidu li t-turiżmu huwa s-suġġett tal-lum il-ġurnata u rridu nagħmlu achievement ta' professjonalista' imma llum il-ġurnata jiddispjaċini ngħid li bil- logħob li qed isir fl-edukazzjoni fl-ITS se noħolqu problemi għall- istudenti.", "Ta' min jgħid li l-NTOM għadha tagħmel il-marketing bl-istess mod li konna nagħmluh aħna.", "Wieħed mill-konċetti bażiċi tal-marketing ta' l- industrija tat-turiżmu huwa li nqassmu l-biegħa.", "Aħna konna ngħidu li huwa perikoluż li niddependu minn pajjiż wieħed u għamilna mill-aħjar li stajna biex niddiversifikaw.", "Per eżempju, meta bdejna naraw li mill-Amerka ma konna qegħdin nieħdu assolutament xejn, għamilna sagrifiċċji u investimenti kbar billi ftaħna l-uffiċċju ta' l-NTOM hemmhekk u ftit wara l-Air Malta fetħet l-uffiċċju tagħha f'Rockefeller Centre biex inżidu t-turiżmu minn hemm.", "Jien nifhem jekk il-Gvern ma jridx jagħmel investimenti hemmhekk imma f'ġieħ il-Bambin ma jeqridx l-investimenti li diġa' saru, speċjalment f'settur li qiegħed jikber!", "Ħalli naraw ftit.", "Fit-\"Travel Trade News Edition\" qegħdin jgħidu li t-turiżmu mill-Amerka lejn l-Ewropa tant qed jikber li qed jistennew li fl-1998 jilħaq l-10 miljun turist u qed jimmiraw li fis-sena 2000 dan jitla' għal 12-il miljun.", "Iċ-Chairman ta' l- European Travel Commission qal li:", "\"The shortages of airline capacity on the North Atlantic will be the principal barrier to rapid expansion of peak season travel to Europe, during the summer of 1998.", "We are not worried about airlines going out of business, we are worried about airlines running out of seats.\".", "Dan fil-każ tat-turiżmu lejn l-Ewropa imma nista' nżid li anke lejn Malta qatt ma kien hemm sena li ġew f'Malta turisti minn North America daqskemm ġew din is-sena.", "Hawnhekk qegħdin naqtgħu l-frott tal-ħidma li saret qabel.", "Din it-trend bdiet tiela' minn mindu ftaħna dawn l-uffiċċji fejn għandna nies li jaħdmu bil-qalb.", "Issa meta din is-sena qegħdin naraw li se nakkwistaw xi ħaġa, qed jingħad li se jitneħħa uffiċċju minn hemmhekk, ieħor minn x'imkien ieħor, u minflok qegħdin jgħidu li se jdaħħlu l-GSA, il-World Aviation Systems.", "Mr Chairman, jagħmel sens li wara l-isforzi u l- investimenti li għamilna dawn se ngħadduhom lill-barranin?", "Dan il-GSA se jaħdem bl-istess mod kif jistgħu jaħdmu l-Maltin hemmhekk?", "Jien staqsejt lill-Ministru jekk il-policy dwar l-Amerka għadhiex l-istess bħalma kienet fi żmienna.", "Hu qalli: Iva, għax il-kontinent ta' l-Amerka huwa kbir wisq u ma nistgħux nagħlquh.", "Veru, hekk hu.", "Jien hekk kont nagħmel fi żmieni u hekk kien jagħmel ta' qabli; konna nagħmlu target għal ċerti States biex noħorġu xi niche market minn hemmhekk.", "Imma fil-fatt mhux hekk qed jiġri llum.", "Minn domanda li għamiltlu qed nara li n-nies tagħna hemmhekk m'hemmx Stat li ma marrux għaliex meta jkun hemm xi konferenza, kemm jekk tkun Ottawa, kemm jekk tkun naħa u kemm jekk tkun naħa oħra, fi Stati li m'aħniex nittargitjaw, qed ikun hemm din il-ħela ...", "Jien m'iniex qiegħed ngħid li d-direttur t'hemmhekk qiegħed jieħu gost isiefer, għax meta tkun fuq xogħol ma tistax tgħid li tieħu gost issiefer imma din is-sitwazzjoni ma tagħmilx sens.", "Issa ħalli nkompli fuq is-suq Amerikan.", "Ma nafx x'inhi din il-ħaġa li waqt li qed tibda tidher żieda fir-revenue u fil-passenger travel mill-Amerka lejn Malta, fl-istess ħin irridu nnaqqsu l-marketing hemmhekk.", "Forsi biex inkomplu bl-idea li kellna qabel li l-Air Malta kienet in the red u issa f'daqqa waħda, bħalma smajna fil-każ ta' ministeri oħra, from the red ġiet in the black.", "Nafu li bejn April u Ottubru 1996 kien hemm żieda ta' 33% fir-revenue ta' l-Air Malta mill- Amerka.", "L-istess ħaġa rajna fl-istess sitt xhur ta' din is-sena, fejn il- passengers żdiedu b'85%.", "Li qed nipprova ngħid huwa li wara li għaddejna mit-teething troubles, fejn għamilna l-ispejjeż biex nagħmlu dawn l- uffiċċji u kulma baqa' huma xi spejjeż tal-maintenance ...", "Naf li huma spejjeż kbar għax meta tmiss ma' dawk il-postijiet tibda tara l-flus ħerġin.", "Imma għandna policy jew m'għandniex?", "Irridu turisti minn dak is- settur jew ma rridux?", "Jien ngħid li kieku ż-żewġ uffiċċji jkunu taħt saqaf wieħed fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha imma li tafda f'idejn GSA barrani, li se jittrattak bħalma se jittratta lill-customers l-oħrajn kollha, naħseb li huwa eżerċizzju ħażin li nafu li ma rnexxiex f'postijiet oħra.", "Niftakar li f'Milan bdejna bil-GSA u kellna naqilbu għal uffiċċju u l-istess ġara fl- Iskandinavja.", "Dawn l-oġġezzjonijiet fuq l-HCEB, l-ITS u l-NTOM juru li filwaqt li b'mod ġenerali nista' ngħid li morna tajjeb, hemm xi affarijiet li jridu jiġu korretti.", "Ħalli naraw issa fuq liema kriterji għandu jitqies is-suċċess ġenerali ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Fuq kemm jiġu turisti?", "Kemm-il darba għidna li aħna ma noqogħdux ngħoddu kemm jiġu u ma jiġux turisti.", "Għalhekk il-Prim Ministru żelaq meta ġie jgħid li rridu nimmiraw li nġibu 1.9 miljun turist.", "Din qaluha oħrajn qablu imma jgħiduha nies li ma jkunux intiżi f'dak li jista' jagħmel it-turiżmu lis-soċjeta' u lill-ambjent.", "Naturalment imbagħad il-Prim Ministru qal ukoll li dawn irridu nġibuhom fiż-żmien tax- xitwa.", "Mur obsor!", "Jien kważi ngħid - nissoġġetta ruħi għall-kritika - li fis-sajf tkun trid iżommhom lura biex ma jiġux, imma l-kapaċita' ta' kull ministru tat-turiżmu tidher fil-mod kif jirnexxilu jġib it-turisti fiż- żmien ta' Novembru, Diċembru, Jannar u Frar.", "Imma mur ġibhom!", "Kien faċli għall-Prim Ministru li jgħid hekk.", "Jiġifieri l-kriterju m'huwiex ta' kemm jiġu turisti.", "Kemm jiġu turisti ma jitqiesx bħala suċċess.", "Il-kriterju ta' kemm dan il-qasam iħaddem nies huwa importanti ħafna u l- Ministru qal li n-nies li qegħdin jaħdmu f'dan is-settur żdiedu.", "Ħalli naċċetta dan u ma noqgħodx insemmi l-part-timers, għalkemm dan l-aħħar kien hawn shortage qawwi ta' part-time work f'dan is-settur.", "Bis-saħħa tal- hotels u tal-proġetti li kellu Gvern Nazzjonalista, kien hemm iktar xogħol fis-settur turistiku.", "Għalhekk f'dak li hu employment irreġistrajna suċċess.", "Kriterju validu huwa kemm it-turisti jħallu flus.", "Dażgur!", "Naħseb li ma neħdux gost noqogħdu niftħu l-bibien ta' pajjiżna għall-istranġieri jekk mhux għall-flus.", "Skond il-Ministru, skond l-istatistika u skond il-Prim Ministru irriżulta li l-income żdied.", "Ma nidħkux bin-nies!", "Ir-revenue deher li żdied minħabba r-rata tal-kambju.", "Ħalli nispjega ruħi.", "Ir-rata tal-kambju ma' l-isterlina li llum il-ġurnata qiegħda 1.60 jew anqas fi żmieni kienet 1.80.", "Żdiedet il-valuta estera?", "Veru li l-liri Maltin meta toqgħod taqlibhom u tpoġġihom fuq il-karta żdiedu imma dik il-valuta estera li aħna bħala industrija tat-turiżmu nkunu rridu nattiraw lejn Malta, żdiedet?", "Le!", "Ma żidnihiex u jekk taqbad il-calculator - il-famuż calculator li dan il-budget qed jippreżentalna - u tara x'żieda kien hemm fit-turiżmu Ingliż u kemm nefqu per capita, issib li meta ddaħħal il-fattur tar-rate of exchange, dan jeqred lilu nnifsu.", "U dan apparti li meta nqisu l-income li kellna fi żmienna bis-sistema tal-VAT u dak tal-lum bis-sistema tal-5%, nistgħu naraw li l-pajjiż qed jitlef dak l-introjtu kollu tal-VAT.", "Dan apparti wkoll il-mod kif qed nissussidjaw lit-turisti li qed jiġu hawn Malta.", "Illum il-ġurnata, apparti li neħħejnielhom il-VAT, lil dawn is- swieq qed nagħtuhom il-forward buying rate, għandhom id-direct tour operator support scheme u, kif diġa' għidt, għandhom ir-rata tal-kambju favur tagħhom.", "Meta tqis dan kollu ssib li m'hijiex vale la pena li nissussidjaw b'dan il-mod, speċjalment meta nqisu li f'dan il-budget żidna taxxa ta' Lm10 fuq Malti li jsiefer sabiex nissussidjaw it-turist Ingliż.", "Dan hu li ngħidlu liċ-ċittadin.", "Dan huwa vale la pena, Mr Chairman?", "Kriterju ieħor biex tqis jekk l-industrija tkunx għamlet suċċess jew le hu kemm din tkun ibbażata fuq sisien sodi.", "Aħna dejjem ngħidu li l- industrija tat-turiżmu hija a very fickle industry.", "GĦal min qed jismagħna dan ifisser li sena waħda taf tkun tajba u f'daqqa waħda jaf imurlek kollox ħażin u ssib ruħek lampa stampa.", "U hekk jaf jiġri jekk tibni fuq suq wieħed.", "Il-Ministru tat-Turiżmu għandu jagħtiha s-saħħa lil din l- industrija imma mhux bil-mod u manjiera li jwarrab kollox biex jagħti importanza lil suq wieħed.", "Ejjew naraw minn fejn ġew it-turisti din is- sena.", "Żdiedu mir-Russja u hemm raġuni għaliex.", "Żdiedu mill-Amerka u wkoll għidna għaliex.", "Ma xtaqtx noqgħod nidħol fil-kwestjoni tal-visa għax dik hija iktar kwestjoni ta' kemm nemmnu fis-sigurta' hawn Malta - jien għandi l-opinjonijiet tiegħi - imma l-fatt hu li t-turisti mis-suq Russu żdiedu.", "Żdiedu wkoll mis-suq Amerikan imma ma żdiedu minn imkien iktar.", "Ovvjament żdiedu mis-suq Ingliż.", "Jiġifieri aħna qegħdin nerġgħu mmorru lura għal dak li għal żmien twil ipprovajna neliminaw biex ma nkunux dipendenti fuq suq wieħed biss b'dik il-famuża diversification policy.", "M'għandi ebda dubju li l-NTOM, ikollha min ikollha bħala ministru, temmen mija fil-mija li m'għandniex inkunu dipendenti fuq suq wieħed, mentri llum il-ġurnata qegħdin naraw li se nibqgħu niddependu fuq suq wieħed u qegħdin nerġgħu mmorru lura fis-snin.", "Il-mira tagħna x'kienet?", "Jien, għall-grazzja t'Alla, kelli l-aqwa sentejn fl-istorja tat-turiżmu hawn Malta, l-1994 u l-1995.", "L-1994 qsamtha ma' sieħbi l-Onor.", "Refalo u l-1995 kienet it-tieni l-aqwa sena.", "Hemmhekk konna għidna li kien wasal iż-żmien li nneħħu dak is-sussidju minn fuq is- suq Ingliż u nibdew nirtiraw xi ftit biex niftħu markets oħrajn u jkollna saqajna iktar sodi fuq il-platform tagħna.", "Għidna li wasal iż-żmien biex nibdew innaqqsu bil-mod il-forward buying rate.", "Ġara li f'dik is-sena wkoll kien wasal iż-żmien li nintroduċu l-VAT - forsi kienet sfortuna li t- tnaqqis ta' l-FBR u l-VAT daħlu t-tnejn fl-istess sena imma issa dik hija storja tal-passat.", "Il-mira tagħna kienet li niftħu swieq ġodda filwaqt li nibdew niddependu anqas fuq is-suq Ingliż billi nissussidjaw anqas.", "Fl-1994 kellna ċertu impatt fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna u ndunajna li kellna nibdew noqogħdu attenti għal dan ukoll.", "Inti bħala ministru tal- gvern għandek obbligazzjonijiet lejn l-istudenti u lejn l-industrija, inkluż sidien ta' hotels, ristoranti u kull min jaqla' mit-turiżmu imma għandek ukoll obbligazzjonijiet lejn il-pajjiż u lejn l-ambjent u s- soċjeta'.", "GĦalhekk l-industrija tat-turiżmu kellha tieħu sura oħra wara s- suċċess ta' l-1994 u l-1995.", "Għaldaqstant jien ngħid li meta tqis il- kriterji kollha ta' kemm qed jitħaddmu nies, li hija xi ħaġa importanti ta' revenue, ta' diversifikazzjonijiet, eċċ., naħseb li kollox ma' kollox nistgħu ngħidu li din is-sena ma tantx kisbet suċċessi kbar.", "Meta għamilt il-kritika tiegħi s-sena l-oħra, niftakarni ngħid li l- Ministru kien għad m'għandux direzzjoni.", "Forsi kont daqsxejn kattiv miegħu dak iż-żmien għax kien għad ilu ftit wisq fil-gvern imma llum l-ġurnata din id-direzzjoni nibtet.", "Imma x'inhi d-direzzjoni?", "Id-direzzjoni hija waħda ta' short-term gains għax la qed jaħseb għall-quddiem u lanqas qed jagħti kas ta' ċerti affarijiet importanti għas-soċjeta' Maltija u għall- industrija tat-turiżmu.", "Għax meta ministru jkun qed jieħu ħsieb l-ambjent, ikun qiegħed jieħu ħsieb l-industrija tat-turiżmu fiha nnifisha.", "Il-mira tal-Ministru hija short term, l-aqwa li jkollu suċċess waqt li jkun fil- gvern hu.", "Imma x'se jiġri mill-industrija fil-leġislazzjoni ta' wara din?", "Allura iftaħ is-suq Russu, il-visa u l-affarijiet li ġġib magħha!", "Iftaħ is-suq Ingliż u agħtihom il-flejjes għax dawk jiġu bil-kwantita'!", "L-aqwa li sakemm hawn jien jiġu rreġistrati suċċessi!", "Mr Chairman, meta kont responsabbli mit-turiżmu kelli żewġ aspetti li tant kienu għal qalbi, dak soċjali/ambjentali, u l-aspett l-ieħor li kemm jista' jkun lin-niche markets nagħtuhom iktar importanza u wieħed jorbot ma' l-ieħor.", "Għaliex kelli għal qalbi s-settur tat-turiżmu fejn jolqot is- soċjeta' u l-ambjent?", "Għax b'dan il-mod inti tressaq il-benefiċċji ekonomiċi tat-turiżmu iktar lejn il-ħaddiem, lejn iċ-ċittadin u lejn il- periferiji tas-soċjeta'.", "Jien ngħid li dawn għandu jgawdi minnhom kulħadd u mhux il-hoteliers biss.", "Jien għandi rispett kbir lejn il-hoteliers għax huma li jagħmlu l-investiment u allaħares ma jkunux huma, imma d-doveri tagħna l-politiċi huma lejn kulħadd, lejn is-soċjeta' in ġenerali, lejn il- hoteliers u lejn kulħadd.", "Huwa dnub li jkollna settur ta' din l-industrija jifraħ waqt li l-bqija tas-soċjeta' tkun ħosbiena.", "U hawn nitlob il- permess sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ritratt li deher f'waħda mill- gazzetti lokali, li jagħti xiehda ta' dan.", "THE CHAIRMAN: Hemm Hem Hemm Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Ritratt li deher f'ħarġa ta' \"The Times\".", "X'għamilt jien meta kelli għal qalbi s-settur soċjali u ambjentali?", "X'għamilna aħna bħala gvern?", "Per eżempju, ħloqna l-Birgufest biex inressqu l-industrija tat-turiżmu lejn il-periferiji ħalli jgawdi minnha kulħadd u allura bdejna nimxu lejn in-nofsinhar ta' Malta.", "Aħna bdejna naħsbu kif nibdew nersqu lejn dak in-nofsinhar ta' Malta li tant jagħti voti lill-Partit Laburista u għalhekk ħloqna l-Birgufest.", "Il-Ministru preżenti kompla jgawdi dan is-suċċess u forsi żied fuqu wkoll.", "Waqqafna wkoll il-local councils, għamilna l-pageant fiż-Żejtun, għamilna l-Festival ta' l-Istorja u l-Eleganza u lil kull min kellu xi ħaġa x'joffri tajnieh ċans li jressaqha u tajnieh l-għajnuna kollha li kien jeħtieġ.", "Kien għajb li wara li l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar kellu xi element ta' flus imwegħda, biex jagħmel il-folklor tiegħu u allura jersaq iktar lejn il- periferiji, din is-sena din ġiet ikkanċellata.", "X'għamilna iktar?", "Ftaħna l-fortizzi li qegħdin fil-periferiji ta' Malta ħalli t-turisti jibdew joħorġu mill-hotels tagħhom - għax bil-package tourism it-turist jispiċċa jibqa' fil-lukanda - u jersaq lejn il-periferiji.", "Din hija xi ħaġa tajba kemm għat-turisti u kif ukoll għas-soċjeta' in ġenerali.", "Hija tajba wkoll għall-pajjiż għax l-impatt tat-turiżmu jitqassam totalment fuq il-pajjiż.", "Wied il-Għajn swielna ħafna flus minħabba x-xogħlijiet infrastrutturali qawwija li għamilna hawnhekk u llum il-ġurnata se jgawdi minnhom dan il- Gvern li se jagħmel l-aħħar ftit xogħlijiet.", "Illum, fil-ħin tal- mistoqsijiet, il-Ministru kien qed jgħid li se jagħmel it-toroq ta' Wied il- Għajn imma ħadd ma jaf il-flejjes minn fejn ġejjin.", "Aħna qlajna Wied il- Għajn mill-qiegħ biex ikollna aktar turiżmu lejn dawn l-inħawi apparti l- fatt li rristrutturajna Għar Dalam li kien ilu abbandunat mill-1927.", "B'hekk ma jibqax kollox ikkonċentrat fil-postijiet tal-qalba, bħal Paceville u Buġibba,", "Imbagħad kien hemm l-angolu l-ieħor li l-Onor.", "Perit Mintoff f'waħda minn dawn il-ġranet semmieh ukoll bil-mod tiegħu - s'intendi l-Onor.", "Mintoff ma qallux niche market! - u qal li f'Malta għandna bżonn naħsbu għal ċertu tip ta' turiżmu għax b'hekk irridu nressqu n-nies lejn Malta.", "Hawnhekk naraw x'infrastruttura konna għamilna u jien nissuġġerixxi lil dan il-Gvern biex ikompli fuqha b'mod responsabbli.", "Halli nsemmi n-niche market fil- medical tourism.", "Ma kienx b'kumbinazzjoni li hawn Malta bdew jinbnew sptarijiet privati ta' ċertu standard.", "Ma kienx b'kumbinazzjoni li ressaqna lejn Malta l-Isptar San Raffaele li huwa rinomat għall-eċċellenza tiegħu.", "Ma kienx b'kumbinazzjoni li ħdejn kull sptar bnejna hotel biex min jiġi mill-marid ikun jista' joqgħod hemm.", "Dan ġara f'Tas-Sliema fejn hemm Capua Palace Hospital u ħdejh il-Victoria Hotel.", "Dan ix-xogħol naturalment ġie inawgurat minn dan il-Ministru imma dan kien kollu xogħol tagħna.", "Intom ukoll tixtiequ n-niche markets u n-niche markets tal-medical tourism imma mbagħad tagħmlu affarijiet oħra li jħarbtu l-konċett kollu, u hawn qed nirriferi għall-waqfien ta' l-Isptar San Raffaele.", "L-istess ħaġa ngħid għall-educational tourism.", "Forsi meta l-Ministru qiegħed jagħti l-idea ta' hotel fl-ITS kellu din il-ħaġa f'moħħu imma naħseb li ħadha mit-tarf il-ħażin.", "Meta konna fil-gvern aħna l-ITS tant kien qed jieħu isem ta' eċċellenza li kellna f'moħħna li nagħmlu extension ta' l-ITS biex b'hekk inkunu nistgħu naċċettaw iktar studenti u mbagħad meta you achieve saturation point, l-ITS seta' jkun post fejn studenti mill- bqija tal-Mediterran ikunu jistgħu jiġu jitgħallmu t-turiżmu.", "Imma l-ITS trid l-ewwel tibqa' skola ta' eċċellenza!", "L-istess ħaġa tista' ssir anke f'setturi oħra bħalma huma dawk ta' l-English language studies.", "Hawn Malta, għall-grazzja t'Alla, fejn jidħlu l-mediċina u l-edukazzjoni aħna neċċellaw, imma dawn l-affarijiet irridu nisfruttawhom.", "Mr Chairman, filwaqt li s-sena l-oħra għidt li dan il-Gvern ma kellu l-ebda direzzjoni, din is-sena rrid ngħid li d-direzzjoni qiegħda hemmhekk imma hija direzzjoni short term ħafna li m'hijiex se tagħmel ġid lill-industrija tat- turiżmu u min jiġi wara dan il-Gvern m'huwiex se jieħu gost biha.", "Qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq infakkar f'xi affarijiet li kont għidt is- sena l-oħra.", "Jien kont għidt li l-Ministru preżenti għandu x-xogħol kollu lest għal sensiela ta' affarijiet u għal din il-kritika l-Ministru kien irrispondieni: Stenna daqsxejn, għadna deħlin!", "Jew inkella: Jien ma sibt xejn!", "Issa li għaddiet sena se nerġa' nfakkru fihom.", "Jien għidtlu li fl- awtorita' tat-turiżmu għandu ħafna affarijiet lesti, għaddiet sena u anke li kieku ma kellu assolutament xejn lest, f'sena kellu jagħmel xi ħaġa.", "Jien niftakar li kont writt il-mira li kellna nagħmlu extension tax- xogħlijiet ta' l-NTOM.", "Jien għidt li jekk għandna nagħmlu xi ħaġa nagħmluha bi spectrum aktar miftuħ u allura nagħmlu awtorita' tat-turiżmu li tinvolvi kemm l-NTOM, kemm l-HCEB u anke l-Institute of Tourism Studies.", "Hija ħaġa tajba li l-Ministru kompla fuq din l-idea ta' l-awtorita' tat- turiżmu, u ngħidlu prosit.", "Imma s'issa għaddiet sena u għadu ma sar assolutament xejn.", "Jien jidhirli li dwar il-konċett ta' l-istudji turistiċi fl-Universita' il-Ministru kien qalli li qed issir xi ħaġa imma s'issa għadna ma rajna xejn.", "Jien kont ħallejt set-up lest biex minn cruiseline activity, fejn Malta tintuża bħala port, ikollna ċentru hawn Malta li jintuża bħala hub u l-cruiseline activity tibda minn hawn Malta.", "Il-Ministru kien qalli: Stenna daqsxejn, għadna nibdew!", "Imma meta hu tela' fil-gvern l-affarijiet kienu diġa' mexjin 'il quddiem biex isseħħ din l-attivita' u kemm mill- Awtorita' Marittima, kemm mill-NTOM u anke minn entitajiet oħrajn kellna nies li nvolvew ruħhom biex din l-attivita' tirnexxi.", "Mr Chairman, jien kont semmejt ukoll il-konċett li jitwaqqaf ċentru ta' eċċellenza fil-mediċina.", "Bħalma qal sieħbi rrid ngħid li din hija kritika bbażata fuq l-attivita' tal-Gvern u m'hijiex immirata personalment lejn il-Ministru.", "Kważi kieku ma kienx minħabba l-whip ma kontx ninsisti li nnaqqsu lira mis-salarju tal-Ministru għax naħseb li ġejjin żmenijiet meta dik il-lira se jkollu bżonnha!.", "Pero' ċerti setturi taħt dan il-Gvern sejrin batuti u allura nispera li l-Ministru jkompli jirringrazzja 'l Alla li l-enerġiji tal-gvern qed jintefgħu kollha fuq it-turiżmu fejn instabet infrastruttura tajba u fejn l-affarijiet kienu sejrin sew.", "Il-Ministru għalhekk għandu jutilizza l-għajnuna kollha ta' sħabu u japprofitta minnha biex l-ekonomija Maltija tieqaf fuq saqajha u nerġgħu naraw żmenijiet aħjar.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Mr Chairman, jekk f'Malta u Għawdex hawn settur li n- Nazzjonalisti ttraskuraw matul l-aħħar amministrazzjoni tagħhom huwa appuntu s-settur tat-turiżmu.", "Ovvjament l-Oppożizzjoni ma taċċettax dan il- fatt, bħalma ma taċċettax li ħalliet lill-pajjiż fi stat finanzjarju prekarju.", "Fil-fatt se nipprova ngħaqqad dawn iż-żewġ argumenti flimkien.", "Jekk wieħed jara x'ġara bejn l-1994 u l-1996, isib li fl-1994 kienu ġew Malta 1,176,000 turist u sa l-1996 dawn niżlu għal 1,053,000.", "Dan ifisser li f'dawk is-sentejn - hawn tista' tużah il-calculator! - l-ammont ta' turisti li ġew Malta naqas b'123,000 jew b'10.5%.", "Dak iż-żmien l-ex-Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami, kien jiġi hawn u jgħid li ma kellhom l-ebda problema f'dan il-qasam, allavolja l-Partit Laburista kien jiġbidlu l- attenzjoni.", "L-istess qed jiġri llum.", "B'diżonesta' politika kbira, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jridx jammetti li ħalla lill-pajjiż fi stat finanzjarju diżastruż u ħela r-riżorsi kollha li kellu.", "Issa biex jgħatti dak li għamel qed jiġi hawn u jgħidilna li l-Gvern Laburista ġab din is- sitwazzjoni għax neħħa l-VAT u li kieku ħalla din is-sistema ta' tassazzjoni konna nsolvu l-problemi kollha u ma kien ikollna l-ebda deficit finanzjarju.", "Ħalli nispjega ftit biex nuri kemm din hija ħrafa.", "Bil-konsegwenza tad-dħul tal-VAT, it-turiżmu qabad in-niżla u li kieku ħallejna din it-taxxa probabbli konna nispiċċaw biex in-numru ta' turisti fl-1997 kien ikompli jonqos.", "Dan kien ifisser anqas dħul mill-VAT u allura ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni setgħet tasal għal argumenti bħal dawn.", "Minn mindu neħħejna l-VAT u daħħalna t-taxxa l-ġdida din l-industrija ħadet ir-ruħ u fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena rnexxielna nġibu 46,000 turist aktar mis-sena l-oħra.", "Dan għax meta ġiet introdotta s-sistema tal- VAT, l-operaturi lokali ma setgħux jgħaddu l-10% tal-VAT fuq l-operaturi barranin.", "Għalhekk il-Partit Laburista fil-gvern ħa l-pariri minn diversi oqsma u aċċetta li fl-introduzzjoni tat-taxxa l-ġdida jaġevola lil kull min jaħdem f'dan is-settur.", "Allura wieħed jista' jargumentali li kieku l-Gvern Laburista ħalla l-VAT id-dħul kien jonqos u mhux jiżdied għax din it-taxxa kienet bdiet toqtol bil-mod il-mod lil din l-industrija minflok ma tgħinha.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi f'dan il-Parlament u jgħid li kieku ħallejna l-VAT konna nsolvu l-problema kollha!", "Alla jbierek l-Onor.", "Fenech Adami malajr isib is-soluzzjoni, anke meta niġu għall-infiq tal- gvern.", "Il-Partit Nazzjonalista kien diżonest mal-poplu.", "L-Onor.", "Fenech Adami u sħabu jafu li l-gvern jaħdem on cash basis u dan ifisser li kull kont li l-Partit Nazzjonalista ħalla pendenti wara li tilef l-elezzjoni, spiċċa biex kellu jitħallas mill-Gvern Laburista fl-ewwel sena tiegħu fil-gvern.", "GĦalhekk jien nistaqsi lill-Ministru tal-Finanzi jekk huwiex possibbli li jagħmel eżerċizzju biex jistabilixxi kemm miljuni ta' liri mill-finanzi tal-gvern fl-1997 marru sabiex jitħallsu spejjeż ta' natura kapitali u rikorrenti li ntirtu mingħand Gvern Nazzjonalista.", "Dan ġara, per eżempju, fejn jidħlu l-mediċini u l-kisi tat-toroq, fejn Gvern Laburista spiċċa biex ħallas miljuni kbar ta' liri f'kontijiet b'lura.", "Taf xi jmissu jgħidilna l-Onor.", "Fenech Adami li, wara li mela lil Malta bid- dejn, ħalla miljuni oħra f'kontijiet mhux imħallsa ma' kull settur kummerċjali fil-gżira.", "Tant kienet kibret din il-problema li kull min jopera fil-kummerċ, speċjalment il-kuntratturi, kienu spiċċaw f'sitwazzjoni fejn il-banek lokali ma jisilfuhomx flus kontra l-kuntratti tal-gvern, ħaġa li qabel kienet l-eċċezzjoni f'każi bħal dawn u mhux ir-regola.", "Mr Chairman, dan ifisser li l-banek ma baqgħux jafdaw aktar lill-Gvern Nazzjonalista u dawn m'humiex banek barranin iżda Maltin.", "Dik hi l-fiduċja kollha li kien hawn fi żmien Gvern Nazzjonalista!", "Jekk l-Onor.", "Fenech Adami jrid ikun onest miegħu nnifsu, irid jammetti li jekk Gvern Laburista ma jeħux il-miżuri neċessarji issa kulħadd se jispiċċa jbati fil-futur, speċjalment il-ħaddiema.", "Ta' min jistaqsi wkoll meta l-Gvern Nazzjonalista għamel dan id-dejn kollu kemm sparpalja miljuni ta' liri.", "Jien ma nistax nifhem kif intnefqu dawk il-miljuni kollha fit-turiżmu, imbagħad ħallew postijiet turistiċi jitfarrku u kellu jkun il-Gvern Laburista li jieħu l-inizjattiva biex, per eżempju, jirranġa Buġibba.", "Mhux hekk biss, imma għall-ewwel darba f'bosta snin l-Air Malta kienet spiċċat biex tilfet il-flus.", "Id-deċiżjoni li jinxtraw l-Avroliners kienet żbaljata u kontra l-parir ta' bosta esperti.", "B'konsegwenza ta' dan il-pass sar dejn kbir li wassal għal sitwazzjoni finanzjarja xejn feliċi fl-Air Malta.", "Immaġina x'effett diżastruż jista' jkollna fit-turiżmu jekk jiġri xi ħaġa lill-Air Malta!", "Mr Chairman, dan huwa l-wirt li ħallielna l-Partit Nazzjonalista u sewwa qal il-Ministru tal- Finanzi fid-diskors tiegħu li ma' kull min titkellem uffiċjalment kien tal- fehma li l-problema finanzjarja tal-pajjiż jeħtieġ li nagħtu kasha minnufih għax jekk ma nagħtux kasha anke s-settur turistiku jispiċċa biex ibati.", "Jekk hawn settur li żgur jindika l-kuntrarju ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Fenech Adami, li m'hawnx fiduċja fil-Gvern Laburista, huwa appuntu dan is- settur.", "Jidher li l-intenzjoni tal-Gvern Laburista li jkollna golf course ta' livell internazzjonali u li niżviluppaw yacht marina fil-Kottonera, intlaqgħet tajjeb mill-privat.", "Fil-fatt il-Gvern spiċċa biex irċieva aktar minn 16-il applikazzjoni għal kull proġett, fosthom uħud minn ditti internazzjonali.", "Din hi s-serjeta' ta' Gvern Laburista u t-tmexxija għaqlija ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "GĦall-kuntrarju, meta ħarġet it-tender biex jiġi żviluppat Manoel Island, in-Nazzjonalisti warrbu lil kulħadd, inkluż diversi ditti internazzjonali, u spiċċaw jittrattaw ma' min riedu huma biex minflok proġett turistiku ssir aktar spekulazzjoni ta' bejgħ ta' art.", "Anke hawn, il-Gvern Laburista jkollu jerġa' joħroġ applikazzjoni ġdida biex dan il-post jiġi żviluppat fl-iqsar żmien possibbli.", "Għandna nassiguraw li min jieħu dan il-proġett ikollu s-saħħa finanzjarja neċessarja u għandna nippreferu lil min iġib kapital minn barra l-pajjiż u lil min diġa' għandu esperjenza internazzjonali ħalli nobbligawh li juża kemm jista' r-riżorsi lokali.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet, Mr Chairman.", "Jien ħadt gost naqra r-rapport li lesta l-Grupp għal Inizjattivi Ġodda li ġie maħtur mill-Prim Ministru.", "Naqbel li rridu naraw kif nistgħu niżviluppaw aktar it-turiżmu billi nattakkaw niċeċ partikolari, bħalma huma l-cruiseliners, l-isport u l-kultura.", "Hija idea tajba tal-Ministru tat- Turiżmu li joħloq l-awtorita' tat-turiżmu għax din tkun tista' tmexxi aħjar ir-riżorsi tal-pajjiż.", "Hemm bżonn li din l-awtorita' tistudja kif nistgħu ntejbu s-servizzi li noffru u kif nistgħu niddiversifikaw il-faċilitajiet eżistenti li noffru lit-turist.", "Forsi wieħed jista' juża din l-awtorita' biex ikun hemm aktar kordinament bejn min hu involut f'dan is-settur u forsi din l-awtorita' tkun tista' tgħin ukoll sabiex tikkordina aħjar ix- xogħol f'diversi ministeri u dipartimenti tal-gvern ħalli t-turist jinqeda aħjar.", "Bla dubju ta' xejn, settur li rridu naraw kif nistgħu ntejbuh huwa l- ambjent għax b'hekk inħajru aktar turisti jiġu Malta.", "Hemm bżonn ukoll li naraw kif insibu mekkaniżmu aħjar biex tikber il-koperazzjoni bejn il- kunsilli lokali u d-dipartimenti tal-gvern.", "Jekk jirnexxielna nagħmlu dan żgur li nkunu kapaċi nużaw ir-riżorsi limitati tagħna biex insebbħu l- ambjent li ngħixu fih u b'hekk nattiraw aktar turisti lejn pajjżina.", "Nixtieq ukoll li nara lill-awtorita' tat-turiżmu taħdem biex kull min hu involut f'din l-industrija jsir aktar professjonali f'xogħlu.", "Hemm bżonn li ngħallmu lil kull min hu involut f'din l-industrija biex jaġixxi b'mod onest u b'integrita'.", "Dan jgħodd għal kulħadd, tibda mit-taxi drivers u tispiċċa fil-ħaddiema tal-gvern.", "Hemm bżonn li xi ħadd jibda jagħti kas anke ta' l-affarijiet iż-żgħar, bħalma huma t-tindif tat-toroq, il-bini tal- ħitan tas-sejjiegħ, it-tindif tal-kanali ta' l-ilma, iż-żamma tas-sinjali tat-toroq u t-twaħħil ta' tabelli, affarijiet li diġa' bdew isiru.", "Dawn l- affarijiet jitolbu organizzazzjoni tajba u aktar dixxiplina u koperazzjoni bejn min hu involut għax ma nistgħux inħallu lil dan il-pajjiż żgħir b'kuntrast daqstant evidenti.", "Tieħu gost toħroġ mill-airport u tara kullimkien nadif iżda mbagħad meta toħroġ minn hemm issib ambjent kompletament differenti.", "GĦalhekk huwa importanti li meta l-gvern jew l- istituzzjonijiet governattivi jonfqu l-flus ma jkunx hemm ħela u x-xogħol isir sew.", "L-awtorita' tat-turiżmu tista' tgħin ukoll biex titkabbar il-koperazzjoni bejn il-gvern u l-privat.", "L-awtorita' għandha tistudja kif is-siti storiċi li jeżistu f'pajjżna jistgħu jiġu żviluppati aħjar b'mod kummerċjali billi nħajru investiment privat.", "Ninsab żgur li f'dan ir-rigward Malta għandha vantaġġ fuq pajjiżi oħra għax għandna bosta postijiet, inklużi mużewijiet u postijiet storiċi, li jistgħu jiġu rranġati u jservu bħala attrazzjoni għat- turisti li jżuruna.", "Jien konvint li bit-tmexxija tal-Ministru Vella dan is- settur għandu fejn jikber, pero' hemm bżonn li nfiehmu lil kulħadd li jekk irridu nikkompetu rridu noffru l-aqwa servizz possibbli lit-turist.", "Dan għax ħadd ma jħallas ta' xejn u fid-dinja m'hawn xejn b'xejn.", "La qbadt dan l-argument nixtieq nuri d-diżonesta' kbira tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan l-aħħar kont qed nisma' Radju 101 u l-kummentatur ġab l-argument li l- Gvern Laburista ma kienx imissu daħħal ħlas fuq id-drenaġġ u waqqa' l- agreement mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, bħalma għamel ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan hu kollu gideb u juri kemm in-Nazzjonalisti kienu jgħixu f'dinja ta' ħolm.", "Dan għax in-Nazzjonalisti jafu li ffirmaw konvenzjoni internazzjonali f'isem Malta biex id-drenaġġ jiġi ttrattat qabel jintefa' l- baħar.", "Barra minn hekk, immaġina jekk inniġġżu l-baħar x'effett ħażin dan ikollu fuq it-turiżmu f'Malta.", "Daqshekk huma diżonesti n-Nazzjonalisti!", "Aħna bħala gvern serju ma nistgħux naħarbu mir-responsabbilta' tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Angelo Refalo, on a point of order,", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nixtieq nattira l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li min jgħajjar lil ħaddieħor diżonest skond l-iStanding Orders irid ikun eżatt u jipprova d-diżonesta'.", "L-Onor.", "Farrugia qed jgħid li l- kummentatur qal dak il-kliem mentri fil-fatt jiena naf - għax kont qed nisma' dak il-programm ukoll - li min għamel it-telefonata għadda dak il- kumment u mhux il-kummentatur.", "THE CHAIRMAN: Kompli, Onor. Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Mr Chairman, aħna bħala gvern serju ma nistgħux naħarbu mir-responsabbilta' tagħna.", "L-ebda gvern ma jieħu gost jgħid lill- poplu biex jagħmel is-sagrifiċċji imma dan diġa' qed jiġri f'bosta pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, inkluż il-Ġermanja u l-Italja.", "L-Italja spiċċat biex naqqset il-pensjonijiet għax riedet tnaqqas id-dejn nazzjonali biex tidħol fl-EMU.", "Dan imissu ġie jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Anke fejn jidħol il-gross domestic product il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni ma kenux onesti.", "Mhux bilfors li l-gross domestic product jikber jekk il- gvern ikun qed jiddejjen u jitfa' l-flus fl-ekonomija, speċjalment fiċ- ċirkostanzi lokali!", "Dan bħalma jiġri fil-każ ta' kull negozjant li jmur il- bank u jiddejjen.", "It-turnover jikber, iżid il-ħaddiema u jara aktar flus iduru iżda jista' jsib ruħu f'diffikulta' għax ma jkunx qed jagħmel qligħ biżżejjed biex iħallas lura lill-bank.", "Huwa veru li jkun kabbar l-assi u n- negozju iżda aktarx jispiċċa biex il-bank iġiegħlu jbigħ kollox jew inkella l-bankier jispiċċa biex jikkontrollah.", "Hekk kien se jispiċċa l-pajjiż kieku ma telax il-Partit Laburista fil-gvern għax in-Nazzjonalisti ma ħasbux kif għandu jitħallas id-dejn li kienu qed jagħmlu u għalhekk aħna kellna nieħdu dawn il-passi f'dan il-budget.", "Mr Chairman, aħna rridu nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li hemm u jien ninsab konvint li s-settur tat-turiżmu se jkompli jikber u jimxi 'l quddiem.", "Kienet deċiżjoni tajba tal-Gvern li jagħti liċenzji oħra għal casinos.", "Hemm bżonn li naraw li postijiet turistiċi oħra bħal Marsascala, Paceville, Marsaxlokk u Tas-Sliema, jiġu upgraded, għalkemm naf li diġa' hemm pjanijiet lesti għal dawn il-lokalitajiet.", "Nixtieq nara wkoll kampanja edukattiva fost il-poplu tagħna, inkluż fl-iskejjel, dwar kif kull wieħed u waħda minna għandu jġib ruħu mat-turisti.", "Jien inħoss li l-ospitalita' lejn it-turist, li tant konna magħrufin għaliha, naqset u hemm bżonn li naraw kif inkabbruha.", "Hemm bżonn li tiġi nkoraġġita wkoll l-ispinta li qed jagħti l-ministeru tat-turiżmu lill-attivitajiet kulturali, bħalma sar fil- Birgufest.", "Dawn l-attivitajiet jiddistingwuna minn pajjiżi oħra bħalma tiddistingwina l-lingwa tagħna.", "Dan huwa xogħol li forsi ma jidhirx iżda li għandu impatt kbir.", "Il-ħaddiem irid jifhem li għalkemm il-Gvern Laburista sab sitwazzjoni finanzjarja ħażina ma naqqasx is-servizzi soċjali, anzi żiedhom bi Lm17-il miljun.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Onor.", "Fenech Adami m'għamilx suġġeriment wieħed dwar kif jista' jitnaqqas l-iżbilanċ tal-gvern.", "Mhux ta' b'xejn m'għamilx budget qabel l-aħħar elezzjoni!", "Wieħed irid jiftakar li meta tela' fil- gvern il-Partit Nazzjonalista kien sab Lm42 miljun dejn u mbagħad lill- pajjiż ħallielu dejn ta' Lm1,000 miljun.", "Allura jekk tkun serju bilfors trid tieħu l-passi neċessarji immedjatament u tara wkoll x'tista' tagħmel għat-tul.", "L-għan tal-Gvern hu li f'perijodu ta' ftit snin - jien ngħid tliet snin - inkunu kapaċi nsalvaw kulma għandu l-pajjiż u nerġgħu naqbdu t- triq tal-progress.", "Mr Chairman, hawn nixtieq nifraħ lill-Ministru Karmenu Vella u l-istaff tiegħu għall-ħidma li qegħdin jagħmlu li mill-ewwel tat il-frott.", "Il- Partit Laburista huwa partit li wara li jqis iċ-ċirkostanzi kollha jgħin lil kull min hu fil-bżonn għax, kif qal sew il-Prim Ministru, Malta għalina tiġi l-ewwel u qabel kollox u b'hekk igawdi kulħadd.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Anġlu Farrugia): Nirringrazzjak.", "Il-Ministru Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nirringrazzja lill-kelliema kollha li għamlu l-intervent tagħhom, pero' ma nixtieqx inkompli ma' dak li qal fl-introduzzjoni tiegħu l-Onor.", "Michael Refalo fuq il-paċi u l-istabilita' għax għalija dawn iż-żewġ affarijiet huma assolutament irrilevanti għal dak li qed niddiskutu llum.", "Illum jien ma sirt niskanta b'xejn minn dak li qed jiġri f'din il-Kamra, iktar u iktar meta qed nara xi ħaġa li lanqas qatt ma kont noħlom li naraha, ċioe' li issa l-Partit Nazzjonalista qed jilgħaq u jagħti spazju lill-Onor.", "Perit Mintoff.", "Fil-fatt illum ġejna f'sitwazzjoni fejn kulħadd qed jikkwota lill- Onor. Mintoff u jinteressa ruħu f'dak li jgħid.", "Imma dan iż-żmien għad jinbidel bħalma mid-dehra qed jinbidlu anke l-prinċipji!", "Sur President, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Refalo spjega x'suċċess qed jara li ksibna matul din is-sena.", "Iż-żewġ naħat mill-ewwel ma qbilniex fuq il-miri li kellna għal din is-sena u hawnhekk nixtieq infakkar x'kont għidt jien għaxar xhur ilu u anke x'kien qal l-Onor.", "Refalo.", "Jien mill-ewwel kont għidt li l-mira prinċipali għal din is-sena kellha tkun li nwaqqfu n- niżla li kien qabad dan is-settur fl-aħħar sentejn.", "Dak iż-żmien jien ma kontx qed inbassar xi partita riżultati u suċċessi għal din is-sena imma għidt sempliċement li se nipprovaw inwaqqfu n-niżla li kien qabad dan is- settur.", "Madankollu l-Onor.", "Michael Refalo lanqas f'dan ma kellu fidi u fil- fatt kien qal hekk:", "\"Jiddispjaċini ngħid li l-miżuri u l-mezzi li ġie mogħti l-Ministru Karmenu Vella u anke l-ministeru u l-NTOM ċertament ma jidhrux li jistgħu jwasslu għal dawn l-għanijiet.\".", "Hawnhekk l-Onor.", "Refalo kien qed jgħid li ma jemminx li se jirnexxielna nżommu din id-downward trend.", "Huwa kien kompla jgħid li:", "\"Minkejja l-kliem kollu li ngħad, jien nibża' li anke t-tamiet u l- isperanzi tal-Ministru Vella - jiddispjaċini għalih, iżda aktar u aktar jiddispjaċini għall-industrija - m'humiex se jintlaħqu għax il- vot ta' product development minn Lm345,000 niżel għal Lm50,000, il-vot tat-TOSS naqas b'Lm0.25 miljun, u minflok Lm75,000 li ġew ivvotati għall-iżvilupp ta' l-ITS, il-Ministru jrid ikampa b'Lm20,000 biss.\".", "GĦalkemm jien ma mmirajtx fl-għoli u l-Onor.", "Refalo ma stenniex li l- għanijiet tagħna se jintlaħqu, illum nista' ngħid b'sodisfazzjon li t- targets tagħna mhux biss ilħaqniehom imma qbiżniehom ukoll.", "M'iniex qed ngħid dan għax qed nistenna xi prosit - jien żgur li ma ħaqqni l-ebda prosit - imma naħseb li n-nies li jaħdmu f'dan is-settur, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, ħaqqhom prosit.", "Sur President, is-soltu jien niddejjaq noqgħod insemmi ċ-ċifri pero' llum se jkolli nikkwota xi ftit figuri għax mid-dehra ħafna miċ-ċifri li għandu l-Onor.", "Refalo huma ħżiena.", "Per eżempju, il-verita' hi li filwaqt li bejn l-1994 u l-1996 it-turiżmu naqas b'10%, din is-sena dan tela' b'5% fuq is- sena l-oħra.", "Allura dan m'huwiex riżultat pożittiv?", "L-Onor.", "Refalo semma wkoll il-cruiseliners.", "Ta' min jgħid li filwaqt li bejn l-1994 u l-1996 kien hemm żieda ta' 10.3% fil-cruiseliners, bejn l-1996 u l-1997 kellna żieda ta' 91%.", "Allura f'dan il-qasam morna lura wkoll?", "Imbagħad xi ngħidu għall-bed-nights li għamel aċċenn għalihom l-Onor.", "Refalo imma li dwarhom ta ċifri ħżiena?", "Filwaqt li bejn l-1994 u l-1996 il-bed-nights niżlu bi 11.4%, jekk inqabblu din is-sena mas-sena l-oħra nsibu li l-bed-nights żdiedu b'460,000, żieda ta' 5.4%.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed inqabbel iċ-ċifri għall-perijodu bejn Jannar u Settembru tas-sena l-oħra ma' dawk ta' l-istess xhur ta' din is-sena.", "Anke fejn jidħlu l-earnings, jien ma nafx kif l-Onor.", "Refalo wasal għaċ- ċifri li kkwota hu għax ir-rate of exchange ta' l-isterlina m'għandhiex x'taqsam ma' dik Maltija, u se ngħid għaliex.", "Jekk jien inbigħ il-karozza tiegħi lil wieħed Ingliż bl-prezz ta' Lm100 u f'dak il-perijodu l-isterlina tkun b'saħħitha ħafna, dan minflok £Stg100 se jagħtini £Stg80 għax £Stg80 isarrfu Lm100.", "Min-naħa l-oħra jekk f'dak il-perijodu l-isterlina tkun dgħajfa ħafna hu jkun irid jagħtini bejn £Stg150 u £Stg160, imma dawn xorta Lm100 jkunu jsarrfu.", "GĦalhekk f'dan il-każ ir-rate of exchange m'għandhiex x'taqsam għax għalkemm fuq oġġett li jiswa Lm10, Ingliż jagħtini £Stg15 u Ġermaniż jagħtini DM5, jien xorta Lm10 se naqla'.", "Issa filwaqt li bejn l- 1994 u l-1996 il-qligħ niżel b'5.5%, din is-sena tela' bi 12.5% u jekk it- trend tibqa' sejra kif inhi d-dħul totali minn dan is-settur għal din is- sena se jkun jammonta għal Lm250 miljun.", "Sur President, f'dak li huwa per capita spending, jiġifieri kemm qed jonfoq kull turist, nista' ngħid li fl-1996 turist kien qed jonfoq medja ta' Lm203.", "Issa m'għandux x'jaqsam kemm kellu jsarraf flus biex jonfoq dan l-ammont ta' flus.", "(Interruzzjonijiet) Il-cruiseliners konna ninkluduhom anke fl-1994, fl-1995 u fl-1996.", "Aħna li qed nagħmlu hawnhekk huwa li qed inqabblu l-istatistika ta' din is-sena ma' dik tas-sena ta' qabel u din is- sena din l-istatistika nħadmet bl-istess mod li kienet tinħadem qabel.", "Ta' min jgħid li din is-sena l-per capita spending tela' għal Lm217, jiġifieri kien hemm żieda ta' 7% fuq l-1996.", "Allura ma ngħidx li din is-sena morna tajjeb anke minn dan il-lat?", "L-istess nistgħu ngħidu għall-employment.", "Ġaladarba fl-1996 l-employment f'dan is-settur żdied b'460 persuna, kif triduni ngħid li morna lura f'dan il-qasam?", "Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li fl-1996 marru GĦawdex 238,000 turist - ta' min jgħid li lil GĦawdex ħadd ma semmieh illejla - din is-sena marru 273,000 turist, jiġifieri t- turiżmu għal Għawdex żdied b'14.7%.", "Allura kif nista' niġi f'din il-Kamra u ma nsemmix dan il-fatt?", "Jien qed nikkwota dawn iċ-ċifri proprjament għax il-kelliema tan-naħa l-oħra qalu li hawn kriżi fil-pajjiż.", "Jien nixtieq inkun naf xi rridu nagħmlu biex immorru tajjeb!", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk aħniex kuntenti jew le, dik ħaġa oħra!", "Imma dawn ir-riżultati juru nuqqas ta' serjeta', ta' direzzjoni u ta' ppjanar?", "Fejn hu l-fjask fenomenali li ddeskrivew tan-naħa l-oħra tal-Kamra?", "Jien nixtieq li nkunu iktar serji u ż-żewġ naħat nibdew nidraw li l-abjad ngħidulu abjad u l- iswed ngħidulu iswed.", "Forsi wieħed jista' jgħidli: B'daqshekk inti kuntent?", "Jien nista' ngħid li nħossni xi ftit kuntent għax dak li mmirajna għalih għamilnieh; mhux jien biss imma kulħadd.", "Imma min-naħa l-oħra ma nistax ngħid li għandi qalbi qawwija għax f'dan is-settur qatt ma jista' jkollok qalbek qawwija.", "Jiena nixtieq li jkolli qalbi qawwija mir- riżultati ta' din is-sena meta mqabbla ma' dawk tas-sena l-oħra imma ma nistax għax kull sena għandha storja għaliha, bħal logħba football fejn kull logħba jkollha storja għaliha.", "Sur President, f'dan id-dibattitu ngħatat ukoll ħarsa lejn is-swieq prinċipali.", "Fil-fatt nista' ngħid li kellna żieda ta' turisti mill-pajjiżi kollha, minbarra minn Franza.", "Imma jien naħseb li ġaladarba bejn l-1994 u l-1996 is-suq Ingliż niżel b'27% u din is-sena tela' bi 11% dan ifisser li ninsabu mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Aħna ma nistgħux inwarrbu s-suq Ingliż għax mhux tajjeb jew għax it-turisti li jiġu minn hemmhekk ma jonfqux.", "Jien ngħid li għandna naħdmu għalih xorta waħda filwaqt li naqbel li sadanittant għandna nipprovaw inżidu t-turiżmu minn xi pajjiż ieħor.", "Pero' ma naqbilx ma' min jgħid li biex inkabbru l-politika tad- diversifikazzjoni tagħna ma nistgħux nibqgħu niddependu fuq is-suq Ingliż imma għandna nagħfsu iktar fuq is-suq Amerikan.", "Meta wieħed isemmi s-suq Ingliż ikun qed jitkellem fuq suq ta' 400,000 turist u għalhekk dan ma jistax jissostitwih bis-suq Amerikan, minn fejn jiġu 11,000 turist f'sena.", "Meta nsemmu s-suq Ġermaniż mhux billi noqgħodu nżeffnu fin-nofs lil tal- Frosch!", "Jekk irridu neskludu mill-istatistika n-numru ta' turisti li ġew Malta permezz tal-Frosch din is-sena ma rridux neskludu wkoll mill- istatistika n-numru ta' turisti li ġew Malta permezz tal-Frosch fl-1996?!", "Per eżempju, ma tistax tgħid li din is-sena morna ħażin fis-suq Ġermaniż minħabba l-grupp tal-VSR.", "Jekk hemm bżonn neskludu lill-grupp tal-VSR ukoll mill-istatistika, pero' jekk dan il-grupp ġie fl-1996, minkejja li l- grupp li ġie fl-1996 ma kienx kbir daqs dak ta' din is-sena, allura għandna neskluduh anke mill-istatistika ta' dik is-sena.", "Fuq is-suq Taljan nistgħu ngħidu li din is-sena kważi bqajna fejn konna pero' għar-rigward tas-suq Franċiż ikollna nammettu li morna verament ħażin.", "Jien naħseb li dan ir-riżultat kien dovut għall-fatt li waħda mill- airlines li kienet qed iġġib numru kbir ta' turisti Franċiżi lejn Malta, il- Corsair, iddeċidiet li tnaqqas il-flights tagħha drastikament.", "Fil-fatt imn'Alla kienet l-Air Malta li ġabet ħafna turisti Franċiżi lejn pajjiżna.", "Punt interessanti li jkun tajjeb jekk insemmuh huwa li filwaqt li t-turiżmu naqas minn Franza, il-ġarr ta' turisti ta' l-Air Malta mill-istess pajjiż żdied.", "Fil-każ ta' l-Olanda, il-Belġju u r-Russja, li għalina huma swieq ġodda, kellna żidiet ta' 9%, 20% u 56% rispettivament.", "Allura dawn ma nsemmuhomx?", "L-istess ġara fil-każ ta' l-Isvezja u l-Awstrija.", "Ta' min jgħid ukoll li din is-sena l-ammont ta' turisti mill-Amerka żdied bi 23%.", "Allura dan ma jfissirx li qed nindukraw lil dan is-suq?", "Min daħħalha f'moħħu li aħna se nagħlqu s-suq Amerikan?", "(Interruzzjonijiet) Jien naf x'qed jiġri u naħseb li jkun aħjar jekk tistaqsuni qabel ma titkellmu.", "Jien dejjem nitkellem ma' l-Onor.", "Michael Refalo u kieku staqsieni kont ngħidlu x'inhu jiġri bil-qalb kollha.", "Jien nemmen li l-id tal-Mulej hija twila imma lsien il-bniedem huwa itwal!", "L-istess affarijiet li qed tgħidu hawn diġa' smajthom u qrajthom fil-gazzetti.", "Toqogħdux tirripetu dak li qed jgħidilkom ħaddieħor.", "X'ġara fil-każ ta' l-Amerka?", "L- Air Malta kellha uffiċċju għaliha u l-NTOM kellha uffiċċju għaliha u dan kien ifisser spejjeż doppji.", "Ġaladarba jien qed nipprova li lill-Air Malta u l-NTOM inħaddimhom flimkien f'Malta, għaliex m'għandniex inħaddmuhom flimkien anke fl-Amerka?", "Jekk nagħmlu hekk, bl-istess flus jew forsi anke b'inqas, inkunu kapaċi nieħdu riżultat aħjar.", "Wara kollox għandna bżonn naqtgħu ftit mill-ispejjeż li għandna fl-Amerka.", "Aħna m'għandniex is-suq Amerikan biss imma għandna diversi swieq oħra u allura meta niġi biex nagħti rendikont ma nistax nonfoq xi Lm0.5 miljun biex inġib 11,000 turist mill-Amerka.", "Jekk m'iniex sejjer żball, din is-sena se nkunu ġibna iktar minn 20,000 turist Russu u dawn biex inġibuhom qed nonfqu biss Lm15,000.", "Hawnhekk m'iniex qed ngħid li mhux se nibqgħu nirsistu biex inżidu s-suq Amerikan għax m'aħniex daqshekk imġienen li l-flus li investejna hemmhekk narmuhom down the drain, pero' jekk b'dawk il-flus nistgħu nagħmlu wkoll kampanja orħos b'riżultat ikbar x'imkien ieħor - mhux qed ngħid għar-Russja biss, imma anke għal pajjiżi oħrajn - għaliex m'għandniex nagħmluha?", "Sur President, rigward it-TOSS hemm min qal li għandna nifirxuha iktar u hemm min qal li għandha tieqaf.", "Jien jiddispjaċini nara li l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni m'humiex qed jitkellmu b'vuċi waħda għax filwaqt li qed jgħidulna li t-TOSS m'għandniex inħalluha miftuħa għall-Ingilterra biss, fl- istess ħin qed jgħidulna li m'hemmx għalfejn noqogħdu nużaw it-TOSS għas- suq Ingliż għax suq bħal dak m'hemmx għalfejn toqgħod iżżoqqu.", "Dawn qalulna wkoll li jekk iġġib hawn Malta turisti bi prezz baxx awtomatikament tkun qed iġġib turisti li ma jonfqux.", "Iddeċiedu u għidulna xi tridu!", "Intom għidtulna xi tridu qabel l-elezzjoni, anzi mhux lilna biss għidtu xi tridu imma anke lill-operaturi.", "Tant hu hekk li l-operaturi Ingliżi għadhom bl-impressjoni li tajtuhom intom sena jew sentejn ilu u għadhom jgħidulna: Mela bdiltuha l-idea minn dak iż-żmien 'l hawn u issa triduhom lit-turisti Ingliżi?", "Meta aħna ngħidulhom li aħna dejjem ridna lit-turisti Ingliżi dawn jgħidulna li r-risposti li kienu qed jaslulhom mingħand il- Gvern preċedenti mhux hekk kienu.", "Din ma neħodhiex bi kbira għaliex dawn l- affarijiet kont nismagħhom jien stess.", "Sur President, minkejja r-riżultati pożittivi li kellna matul din is- sena, ltqajna ma' problemi.", "Mela ma ltqajniex ma' problemi!", "Nista' ngħid li ltqajna kemm ma' problemi żgħar kif ukoll ma' problemi kbar pero' naħseb li l-ikbar problema li kellna kienet dik li qegħdin niddiskutu llum fid- diskussjoni dwar il-budget, ċioe' l-qagħda finanzjarja.", "Kulħadd qed jgħidilna li dan kien budget iebes.", "Imma lilna xi triduna nagħmlu?", "Intom donnkom tridu titfgħuna l-baħar biex taraw kemm nafu ngħumu u meta ngħidulkom li se nintefgħu aħna stess torbtulna mażżra m'għonqna ħalli taraw kemm nafu ngħumu!", "Dan hu li qed jiġri hawnhekk.", "Intom tridu r- riżultati mingħandna meta intom stess tafu li l-Gvern li kontu tagħmlu parti minnu ma ħallilniex biex naħdmu.", "Irbattulna mażżra ma' għonqna u tridu titfgħuna l-baħar biex taraw kemm nafu ngħumu!", "Per eżempju, qabel l-elezzjoni ta' l-1996 xi ħadd ġie jgħajjat hawnhekk bis-Lm600 miljun dejn u bil-Lm500 miljun f'garanziji u bil-letters of comfort li kellu l-Gvern?", "Sena ilu xi ħadd ġie jgħid li biex nieħu Lm8 miljun mit-turiżmu jien irrid noqgħod nikkonfoffa ma' sħabi u niġġieled mal- ministeru tal-finanzi u dan meta kulħadd jaf li ma' l-ewwel radd tas-salib il-gvern irid iħallas Lm54 miljun bħala imgħaxijiet fuq id-dejn?", "Allura din m'hijiex problema finanzjarja?", "Kieku ma kellniex inħallsu dawk l- imgħaxijiet, forsi s-settur tat-turiżmu kien imissu Lm2 miljun oħra u naħseb li konna nsibu x'nagħmlu bihom!", "Imma sfortunatament dan is-settur irid jerfa' parti mill-piż li ħallielna l-Gvern preċedenti.", "Din il-ħaġa m'hijiex qed tiġri issa għax niftakar li l-Gvern preċedenti fl-1996 kien wiegħed lill-NTOM li se jagħtiha Lm2.5 miljun għat-TOSS u lanqas biss taha Lm2 miljun għax ma kellux minn fejn jagħtihomlha.", "GĦalhekk tibqgħux tgħidu li din il-problema finanzjarja seħħet issa għax din ilha ġejja imma ħadd ma kien jitkellem fuqha.", "L-Onor.", "Michael Refalo qalilna li dak li qegħdin ngħidu aħna qed iqajjem reazzjoni sħiħa u matul id-diskussjoni dwar dan il-budget kulħadd qagħad idoqq l-istess diska.", "Din qalha wkoll il-kap tiegħu, l-Onor.", "Fenech Adami, għax bħalissa kollha qed jitkellmu b'vuċi waħda kontra dan il-budget.", "Pero' ċertament li s-settur tat-turiżmu m'huwiex qed idoqq din id-diska, anzi jkun tajjeb jekk ngħid li l-MHRA qalet - u niskanta kif illum l-ebda Onor. Membru ta' l-Oppożizzjoni ma kkwota lill-MHRA - li filwaqt li kull sena kienet tagħmel allowance ta' 4% increase fil-costs, din is-sena għamlet allowance ta' 2.5% biss għal żieda fl-ispejjeż.", "Onor. Refalo, bir- rispett kollu ma nħossx li hu sew li għax l-MHRA qalet li ma ntlaqtitx ħażin minn dan il-budget - mhux bħall-FOI u l-GRTU li qed imaqdru dan il- budget - qegħdin tipprovaw iċċanfruha.", "Sur President, jekk inpoġġu saqajna ma' l-art nindunaw li l-affarijiet fil-qasam tat-turiżmu jinbidlu kull ħin u kull sena għandha storja għaliha.", "Fil-fatt dak li ġara s-sena l-oħra f'dan il-qasam jista' jkun li ma jkollux bearing fuq din is-sena u l-affarijiet li qed jiġru din is-sena jistgħu ma jkollhomx bearing fuq is-sena d-dieħla.", "Li hu ċert huwa li bħalissa s-swieq prinċipali tagħna għaddejjin minn scenario mqalleb ekonomikament u ħadd ma jista' jgħid x'se jiġri sena oħra.", "Ta' min jgħid li qed ikollna surplus qawwi ta' beds mill-pajjiżi tal-Mediterran imma għadu kmieni biex tgħid min se jieħu l-ikbar share fis-settur turistiku għax il-kompetizzjoni qiegħda dejjem tikber.", "Sieħbi l-Onor.", "Michael Refalo qed jiskanta kif b'dak l-inkwiet kollu li għandhom fl-Eġittu, bil-Libanu jbati biex jistejqer u bil-Jugoslavja li għadha maqbuda fi ġlied intern, m'humiex qed jiżdiedu iktar it-turisti lejn Malta.", "Imma aħna l-affarijiet negattivi biss irridu nsemmu?", "Ejjew ngħidulhom lin-nies kemm hemm destinazzjonijiet turistiċi li jikkompetu ma' Malta li qed itejbu s-servizz tagħhom, li qed iraħħsu l-prezzijiet u li qed jagħtu iktar value for money.", "Għalkemm hemm pajjiżi li għandhom ċertu trouble, pajjiżi oħra qed jikkompetu magħna sew u jekk minħabba l- affarijiet li ġraw din is-sena u s-sena ta' qabel ċerti pajjiżi, bħal Ċipru, Tuneż u l-Greċja, tilfu t-turisti, issa nistennew li dawn se jagħmlu minn kollox biex jiġbdu lit-turisti lejhom.", "Fil-fatt diġa' qed nisimgħu kemm Ċipru u Tuneż qed iraħħsu l-prezzijiet għat-turisti.", "Jien nikkonvidi dak li qed jgħid l-Onor.", "Refalo, jiġifieri li jekk m'aħniex se naħdmu l-forecasts għas-sena d-dieħla mhux se jkunu sbieħ, imma m'iniex qed ngħid dan għax qrajt l-iStats MR.", "L-iStats MR japplikaw għall- Ingilterra biss u jieħdu sampling f'ċerti areas biss.", "Jekk dawn jinzertaw jieħdu sample minn post fejn l-Air Malta ma toperax u minn fejn ma jiġux ħafna turisti, dawn se jagħtuna forecast ħażin.", "Jekk min-naħa l-oħra dawn jinzertaw jieħdu sample minn post fejn topera l-Air Malta, u għalhekk jiġu ħafna turisti lejn Malta, dawn se jagħtuna forecast tajjeb.", "Biex nuri kemm wieħed ma jistax joqgħod fuq l-iStats MR ikun tajjeb jekk ngħid li filwaqt li l-forecast tagħhom għax-xitwa 1996/97 kien 0, jiġifieri skond huma la kien se jkollna żieda u lanqas tnaqqis fit-turisti, l-actual result għal dak il-perijodu kien ta' +5.3%.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li filwaqt li l- forecast ta' l-iStats MR għas-sajf 1997 dwar in-numru ta' turisti kien ta' +3%, fil-fatt dan tela' għal +13%.", "GĦalhekk ngħid li m'għandniex noqogħdu fuq l-iStats MR biex nagħmlu l-forecasts tagħna imma għandna naraw x'qed jgħidu l-operaturi Maltin u barranin u kemm il-lukandiera qed ikollhom bookings.", "Fil-fatt il-forecast li għamlu l-iStats MR għas-sajf li ġej huwa ta' -2%, jiġifieri m'huwiex wieħed tajjeb, imma jekk naħdmu għad hemm ċans li dan il-forecast jinbidel.", "Sur President, f'dan id-dibattitu ssemmew ukoll il-currencies.", "L- ewwelnett ta' min jgħid li t-tneħħija tal-VAT għenet ħafna biex stajna nkunu ftit iktar kompetittivi minn ħaddieħor pero' meta tara l-currencies ta' kompetituri tagħna, ngħidu aħna l-currency Spanjola, Portugiża u Torka, tara li dawn neżlin bl-istess ritmu ta' meta wieħed jaqbeż bil-parachute, bilfors ikollok tistenna ħalli tilħaq tara x'qed jiġri u tirregola ruħek accordingly.", "Fatt li għandu jimla bil-kuraġġ kemm lilna kif ukoll lill- operaturi Maltin huwa li l-air seat capacity għas-sena d-dieħla - għalija din hija indikazzjoni ħafna iktar ċara mill-iStats MR - hija kważi kollha f'livell tajjeb, minbarra fil-każ ta' Franza.", "Fil-fatt l-overall air seat capacity li għandhom l-airlines kollha hija ta' +4%.", "Biżżejjed wieħed jgħid li l-air seat capacity mill-Ingilterra hija ta' +3%, mill-Ġermanja hija ta' +23.5% u mill-Italja hija ta' +4.7%.", "Fil-każ tas-suq Franċiż minħabba dak it-tnaqqis fil-flights minn Franza li semmejt iktar kmieni, huwa indikat li l-air seat capacity minn dan il-pajjiż hija ta' -9%.", "Madankollu s-sinjali huma pożittivi għax dawn l-erba' pajjiżi bejniethom irendu kważi 72% mit-turiżmu u għalhekk minn dawn l-indikazzjonijiet wieħed jista' jkollu idea f'liema direzzjoni sejrin.", "Sur President, f'dan id-dibattitu ntqal ukoll li l-costs telgħu mas- smewwiet.", "Kif spjegajt diġa', meta l-MHRA ħadmet dawn il-costs ma rriżultalhiex dan il-fattur.", "Madankollu jien ma qgħadtx fuq l-MHRA biss u għalhekk qabbadt lin-nies tiegħi biex jaħdmu dawn il-costs huma wkoll.", "Bħala eżempju, dawn ħadu lukanda li għandha 150 sodda, b'75% occupancy u b'turnover sales ta' Lm640,000.", "Dawn ħadmu l-costs fuq sentejn għax wieħed ma jridx jikkalkola biss iż-żieda fit-tariffa tad-dawl, ta' l-ilma u tad- drenaġġ u ma jikkalkolax ir-roħs li sar meta s-sena l-oħra tneħħiet il-VAT.", "GĦalhekk ġaladarba rriżultalhom li l-operating costs ta' din il-lukanda huma ta' Lm580,000 in-nies tiegħi naqqsu Lm63,000 VAT fuq l-akkomodazzjoni, Lm15,000 VAT fuq il-food and beverages u allura waslu għal spiża totali ta' Lm78,000.", "Imbagħad min-naħa l-oħra dawn ikkalkolaw iż-żieda fuq l- elettriku, id-drainage tax u ż-żieda fuq l-ilma u rriżultalhom li din il- lukanda fil-kont ta' l-elettriku se jkollha żieda ta' Lm67, fid-drainage tax se jkollha żieda ta' Lm3 fuq kull sodda, li tiġi tammonta għal Lm450 u se jkollha xi Lm1,500 żieda fil-kont ta' l-ilma.", "GĦalhekk filwaqt li permezz tat-tneħħija tal-VAT il-costs għal din il-lukanda naqsu bi 13.2%, iż-żieda li se jkollha din is-sena biż-żieda fit-tariffi ta' l-elettriku, id-drainage tax u l-ilma tammonta biss għal 0.36%.", "Jiġifieri għal kull ġurnata s-sena d-dieħla din il-lukanda se jkollha biss żieda ta' 5ċ għal kull turist fl-ispejjeż tagħha.", "Allura kif qed ngħidu li dawn il-costs telgħu mas-smewwiet?", "Biex tgħaxxaqha, dan qed jgħiduh il-membri ta' l- Oppożizzjoni, meta kulħadd jaf li l-Gvern Nazzjonalista kiser ir-record ta' kemm żied il-costs tal-lukandi.", "Biżżejjed ngħid li l-Gvern preċedenti kien ilu jipprova jdaħħal xi levy fuq dan is-settur qabel ma daħħal il-VAT u meta aħna, bħala oppożizzjoni, konna staqsejna jekk ir-room tax kenitx xi preludju għall-VAT, kienu weġbuni fin- negattiv u kienu qalulna li moħħna kien qed jiġri bina.", "Lanqas laħqet għaddiet sena li ma ddaħħlitx 15% VAT.", "Ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li sal- bieraħt lura stess il-Kap ta' l-Oppożizzjoni preżenti qal li jekk jerġa' jitla' fil-gvern se jerġa' jdaħħal il-VAT.", "Issa nispera li l-Oppożizzjoni se tgħidulhom dan lil-lukandiera u se tgħidilhom li filwaqt li dan il-Gvern tellgħalhom il-costs tad-dawl b'Lm67, jekk il-Partit Nazzjonalista jerġa' jitla' fil-gvern se jtellagħlhom il-costs bi Lm78,000 VAT.", "Sur President, issa l-Membri ta' l-Oppożizzjoni qed taħraqhom qalbhom għaż-żieda li se jkun hemm fil-cost ta' l-ilma!", "Aħna li qed ngħidu huwa li kull lukanda issa se tibda tħallas Lm24 tal-meter ta' l-arloġġ ta' l-ilma, pero' fejn qabel wieħed kien ikun irid iħallas għall-maintenance u għar- repairs u biex lukanda tistalla s-servizz ta' l-ilma kienu jaħdmulha l-kont skond il-kobor tal-frontage tagħha, liema kont ġieli kien jammonta għal eluf ta' liri, issa dan kollu se jkun free of charge.", "Wara kollox, tafu x'kien ipproponielu l-ex-Ministru John Dalli lill-ex-Segretarju Parlamentari Ninu Zammit minflok din it-tariffa fuq il-meter ta' l-arloġġ ta' l-ilma?", "Kien ipproponielu hekk:", "\"I propose that the meter charge be levied on a different system than that proposed.", "My suggestion is that a charge on hotels and tourist accommodation be fixed at a rate per bed per annum of Lm3.\".", "GĦalhekk filwaqt li aħna lil-lukanda li tesa' 200 sodda waħħalnielha tariffa ta' Lm24, l-Onor.", "Dalli ppropona li jagħmlilha tariffa ta' Lm600.", "Ta' min jgħid li din huma ħadmuha bl-istess rata li kienu ftiehmu fuqha - fil-fatt kienu waslu biex saħansitra jiffirmaw dan il-ftehim - għas-servizz tad-drenaġġ u Illum qed taħraqhom qalbhom għal-lukandiera!", "Ta' min jgħid ukoll li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kien isir profitt fuq l-ilma li kienu jużaw il-lukandi għax filwaqt li dak iż-żmien il-prezz ta' l-ilma kien ta' 75ċ per cubic metre, il-lukandiera kienu qed jiġu ċċarġjati 70ċ għall-ewwel 14 cubic metres u Lm1 għall-kumplament tal-cubic metres ta' l- ilma li kienu jużaw.", "Jiġifieri l-gvern kien qed jagħmel 25ċ profitt fuq kull cubic metre ta' ilma li kienu jużaw il-lukandi.", "Sur President, issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq l-għajdut li fil-pajjiż hawn kriżi.", "Jien diġa' għidt li m'iniex sodisfatt b'dak li għamilna.", "Wara kollox mhux kulħadd ikun jixtieq jagħmel iktar u jġib riżultati dejjem aħjar?", "Pero' ninsab sodisfatt ħafna bil-mod kif qed naħdmu mas-settur privat, anke ma' l-organizzazzjonijiet u ma' l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dan is-settur.", "Biżżejjed ngħid li l-Gvern u s-settur privat waslu biex qablu saħansitra fuq il-prijoritajiet tagħhom.", "Fil-fatt l-ikbar prijorita' tagħna hi li nibnu proċess turistiku ħalli ma nibqgħux inħaddmu l-istess sistema li konna nimxu biha fis-snin ta' qabel, fejn kollox kien jimxi bl-iskossi.", "Aħna qed noqogħdu attenti wkoll li t-targets prinċipali tagħna m'għandhomx jibqgħu ċ-ċifri għax inħossu li huwa iktar importanti li nenfasizzaw il-kwalita' u l-value for money tal-prodott.", "Irridu naħdmu wkoll biex ikollna range ta' standards ħalli t-turisti li jiġu jżuruna ma jkunux ta' klassi waħda għax il-Gvern Nazzjonalista kien fassal kollox għal 5-Star accommodation.", "(Interruzzjonijiet) Issa nissostanzja dan li qed ngħid billi nispjega kif kien imfassal is-set-up ta' l-akkomodazzjoni qabel.", "Aħna nemmnu li Malta għandha toffri standards differenti ħalli b'hekk tkun tista' takkomoda lil kwalunkwe turist.", "(Interruzzjonijiet) Iva, aħna fassalna diversi guidelines u policies flimkien mas-settur privat.", "L-Onor.", "Refalo forsi jaf li jeżistu dawn il- guidelines u l-policies għax isegwi dan is-settur, pero' l-Onor.", "Psaila Savona ma jistax jitkellem darba fis-sena biss fuq it-turiżmu u mbagħad ma jsegwihx matul is-sena u jippretendi li jkun jaf x'inhu għaddej!", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Il-Ministru qal li jien nitkellem darba fis- sena biss fuq it-turiżmu.", "GĦall-kuntrarju nixtieq ninformah li naħseb din is-sena jien tkellimt fuq dan is-settur daqskemm tkellem il-Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, kont qed nitkellem dwar il-mod li bih il-Gvern u s-settur privat qed jaħdmu flimkien.", "Jekk m'għamilna xejn din is-sena aħna daħħalna fiduċja ġdida fis-settur privat.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss għax is-settur privat stess ħa r-ruħ u qed jgħidilna: GĦallinqas hawn xi ħadd li qed jismagħna u llum nistgħu nsolvu l-problemi tagħna billi niddiskutu flimkien, ġieli anke permezz ta' telefonata.", "Kien hemm żmenijiet fejn ġieli kien ikun il-gvern stess li joħloq problema u ma kienx jindenja ruħu jiddiskuti mas-settur privat.", "GĦall-kuntrarju, il- Gvern preżenti qed jiltaqa' u jiddiskuti mas-settur privat ħafna iktar spiss milli tista' timmaġina n-naħa l-oħra.", "Illum mhux biss is-settur privat għandu fiduċja fil-Gvern preżenti imma anke l-Gvern għandu fiduċja f'dan is-settur; u dan jirriżulta mill-mod li bih qed jiġu mfassla l- bordijiet fejn il-membri tagħhom qed ikunu n-nies li jaħdmu fis-settur privat stess.", "Sieħbi l-Onor.", "Refalo qal li kollox baqa' l-istess.", "Jekk aħna ħallejna lill-NTOM u lill-HCEB bl-istess impjegati mhux bilfors li kollox jibqa' l- istess!", "Allura x'nagħmlu?", "Kieku biddilna l-impjegati li hemm kontu tgħidu li aħna għamilna dan minħabba l-opinjoni politika ta' dawn l-impjegati.", "Issa għax ħallejna lil dawn l-organizzazzjonijiet bl-istess impjegati qed tgħidulna li ħallejna kollox l-istess!", "L-impjegati veru li baqgħu l-istess imma l-affarijiet tbiddlu u forsi l-istess impjegati qed jaħdmu b'mod differenti minn kif kienu jaħdmu miegħek, Onor. Psaila Savona, jew ma' l- Onor. Refalo.", "Jista' jkun li dawn qed jaħdmu aħjar miegħi u jista' jkun li qed jaħdmu agħar, jiġifieri billi ħallejna l-istess impjegati ma jfissirx li baqa' kollox l-istess.", "Mela meta aħna konna nikkritikaw lill-ministeru tat-turiżmu waqt li konna fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni konna qed nikkritikaw lill-impjegati?", "Jekk lill-impjegati toħorġilhom ordni li jridu jiżbgħu l-ħajt aħmar, dawn mhux aħmar jiżbgħuh!", "Mela l-impjegati mhux skond il-policies li jkunu qed jiġu mħaddma jridu jimxu!", "U rrid nagħmilha ċara li meta aħna konna nikkritikaw lill-ministeru tat-turiżmu ma konniex qed nirriferu għall-impjegati imma għall-policies li kienu qed jiġu mħaddma dak iż-żmien.", "Sur President, kif għidt diġa', aħna tajna spazju ikbar lis-settur privat waqt li konna qed nimplimentaw il-guidelines u l-pjanijiet għal dan is- settur.", "Fil-fatt il-Gvern u s-settur privat ilhom xhur sħaħ jaħdmu flimkien biex ifasslu t-tourism strategic development plan.", "Aħna x'għamilna differenti biex fassalna dan il-pjan?", "Filwaqt li qabel il-gvern kien jagħti somma flus lil accountants barranin biex jagħmlulu pjan ta' strateġija għas-sena, għas-sentejn jew għall-ħames snin ta' wara, peress li aħna jidhrilna li f'pajjiżna hawn nies li għandhom esperjenza kbira f'dan is-settur - jien l-inqas wieħed li għandi esperjenza f'dan is-settur għax billi għamilt żmien bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni fuq it-turiżmu u issa ilni sena ministru tat-turiżmu żgur li ma nippretendix li jien kapaċi ngħallimhom minn fejn għandhom jgħaddu - nemmnu li m'għandniex bżonn ta' barranin biex infasslu dan il-pjan.", "Issa jekk irridu ndaħħlu lil xi barrani biex inkunu nistgħu ngħidu li daħal biex jgħaqqdilna kollox flimkien, ħaġa oħra!", "Darba wieħed qalli li konsulent hu dak il-bniedem li jekk tgħidlu li se tħallsu biex jgħidlek x'ħin hu, dan jara l-ħin mill- arloġġ tiegħek stess, jiġifieri jasal għall-konklużjonijiet tiegħu mill- materjal li jkollok inti stess.", "GĦalkemm għadna ma bdejniehx, aħna diġa' ddiskutejna t-tourism strategic development plan u d-diskussjonijiet fuq dan il-pjan ħadu iktar fit-tul mis-soltu.", "Ta' min jgħid ukoll li din id- darba aħna se nagħmlu t-tourism strategic development plan għas-sentejn li ġejjin biss u mbagħad nirriveduh kull sena għax peress li, diġa' kif spjegajt, dan is-settur jinbidel kontinwament, ħassejna li ma jkunx għaqli li nintrabtu bl-istess pjan għal ħames snin jew għaxar snin.", "Ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li għad irridu nfasslu pjan iktar wiesa', li huwa t- tourism national master plan.", "Huwa maħsub li dan il-pjan ma jkunx jirrigwarda biss dawk l-affarijiet li jaqgħu taħt il-ministeru tat-turiżmu imma jkun pjan nazzjonali ħalli kull ministru jkun jista' jagħti sehmu f'dan il-pjan għax kulħadd għandu kontribut x'jagħtu lis-settur tat- turiżmu.", "Fil-fatt il-Ministru Noel Farrugia diġa' ta s-sehem tiegħu f'dan is-settur.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li kemm l-implimentazzjoni tat-tourism strategic development plan kif ukoll dik tat-tourism national master plan se taqa' fir-responsabbilta' tat-tourism authority.", "Qed jingħad li kollox kien lest.", "Dan mhux veru u jekk kien hemm forsi kien hemm biss ideat.", "Imma mhux dejjem ikun hemm ideat!", "L-istess nistgħu ngħidu għall-proġett ta' Buġibba.", "Meta aħna għidna li se nibdew il-proġett ta' Buġibba l-Membri tan-naħa l-oħra qalulna li m'aħna se nagħmlu xejn ġdid għax huma diġa' kienu għamlu rapport fuq dan il- proġett.", "Imma jien naħseb li kulħadd jaqbel li mhux ir-rapport li jkollok jgħodd imma meta tibda timplimentah.", "Inti stess qed tgħid li għalkemm dan ir-rapport kien ilu fil-basket mill-1972 baqa' ma sar xejn fuqu u konna aħna li mingħajr m'għamilna rapporti u studji ta' xejn wettaqna dan il- proġett fl-1997.", "Jien informat li għalkemm kien hemm pjan biex titwaqqaf tourism authority, is-settur privat ma riedx jipparteċipa f'dan il-pjan għax ma kienx qed iħossu involut biżżejjed u ma kienx jaf x'sehem se jkollu ġaladarba titwaqqaf it-tourism authority.", "Fil-fatt jien stennejt li f'dan id-dibattitu l-kelliema tan-naħa l-oħra kienu se jitkellmu iktar fuq dawn l-affarijiet.", "Qagħdu jsemmu ħafna affarijiet żgħar u fejn dejjem jistaqsuna fuq strateġiji, fuq pjanar, fuq policies u fuq guidelines għal dan is-settur, illum ma tkellmu xejn fuqhom.", "Jien dejjem kont nemmen li bħalma s-settur tat-turiżmu huwa l-mutur ta' l-ekonomija tal-pajjiż, is- settur privat huwa l-mutur wara l-industrija tat-turiżmu.", "Fil-fatt is- settur privat se jkollu sehem ikbar x'jagħti fl-affarijiet li għandna ħsieb inwettqu sas-sena d-dieħla.", "GĦalkemm qalulna li ma nistgħux naslu billi nħaddmu l-politika ta' more with less u sieħbi l-Onor.", "Refalo qal li jien m'għandix il-miżuri u l-mezzi biex inwettaq l-għanijiet tal-Gvern, aħna wasalna.", "Hawn irrid niġbed l-attenzjoni ta' min qed jismagħni li filwaqt li fl- 1997 in-nefqa fuq it-turiżmu se tkun ta' bejn wieħed u ieħor Lm7.6 miljun, għas-sena d-dieħla qed nivvotaw kważi Lm9 miljun - qed tara kif m'aħniex ngħidu more with less f'dan il-każ! - u għandna fiduċja kbira li bil-fondi li għandna għad-dispożizzjoni tagħna kapaċi naslu ħafna iktar milli qatt kienet tasal in-naħa l-oħra.", "Imma rrid nagħmilha ċara li ħafna mill-affarijiet li jridu jsiru fis-settur tat-turiżmu ma jiddependux biss fuq il-flus.", "Per eżempju, fuqhiex jilmentaw it-turisti meta jiktbulna?", "Ġeneralment jgħidulna li hemm bżonn ngħollu l-istandard fis-settur ta' l- akkomodazzjoni.", "Jekk aħna naraw li t-turisti mhux qed jiġu offruti servizz tajjeb jew il-lukandiera qed jiċċarġjaw lit-turisti prezzijiet esaġerati, biex insolvu din il-problema mhux flus ikollna bżonn imma iktar serjeta' u dixxiplina.", "GĦalhekk biex il-Gvern jibda jwettaq il-proġetti li jkollu f'moħħu għas-settur tat-turiżmu m'għandux għalfejn joqgħod jistenna sakemm ikollu l-flus.", "Ħalli nġib eżempju fuq dan il-prinċipju.", "Kieku aħna bqajna nistennew sakemm il-Gvern ikollu l-flus biex jinbena l-golf course, żgur li dan il-proġett ma konniex inkunu nistgħu nibdewh is-sena d-dieħla għax intom ma ħallejtulniex penny.", "Kieku l-Gvern qagħad jistenna li jkollu l- flus biex iwettaq il-proġett tal-yacht marina fil-Birgu żgur li ma konniex inkunu nistgħu nibdewh is-sena d-dieħla minħabba l-mażżra li rbattulna m'għonqna.", "Imma l-Gvern jemmen li ġaladarba dan il-proġett se jtejjeb il- prodott turistiku Malti u jista' jidħol għalih is-settur privat, għandu jħallih f'idejn is-settur privat kemm għal dik li hi operazzjoni tiegħu, kemm il-marketing tiegħu, kif ukoll l-investiment.", "Aħna mxejna b'din il- politika kemm għall-casinos, kemm għall-golf courses, kif ukoll għall-yacht marinas.", "U għaliex m'għandniex inħaddmu l-istess politika għal diversi proġetti oħrajn li għandna f'moħħna, fosthom is-seaport terminal, il-hotel school u jekk nagħmlu a ferry terminus in-naħa ta' Sant' Iermu?", "GĦaliex m'għandniex inħaddmu l-istess politika jekk kemm-il darba niddeċiedu li nżidu xi tlieta jew erba' lifts madwar il-Belt u nużaw id-ditches li hemm fejn il-parking area ħalli b'hekk ikun hemm aċċess minn isfel għal fuq tal- Belt?", "GĦaliex m'għandniex inħaddmu l-istess politika jekk irridu niżviluppaw il-beaches?", "Biżżejjed ngħid li mingħajr m'għadna ftaħna ħalqna fuq proġetti bħal dawn, diġa' ġew grupp ta' nies għandi u qaluli li jixtiequ jifformaw kumitat bħalma hu l-Buġibba action committee li jkun imsejjaħ Sliema action committee.", "Min-naħa tiegħi wara li poġġejna bil-qiegħda u offrejtilhom kafe' biex ma jeħdux qatgħa, jien għidtilhom li dan il-kumitat jista' jiġi mwaqqaf, pero' flus m'għandniex.", "Biss ma waqaftx hawn u għidtilhom li jekk huma jsibu lil xi ħadd mis-settur privat u jgħinuh f'dan il-proġett, min- naħa tagħna lesti li nagħtuhom is-support kollu u fil-fatt ftehemna.", "Għax wara kollox, ġaladarba intom ma ħallejtulniex flus, aħna għandna nibqgħu nistennew sakemm naqilgħu l-mażżra minn għonqna?", "Wara d-disa' snin u nofs li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, il-Gvern preżenti ma tantx jista' jonfoq flus pero' aħna xorta se nibqgħu għaddejjin bil-proġetti tagħna.", "Ngħidu aħna, il-phase II project ta' Buġibba ma nistgħux nagħtuh lis-settur privat ukoll?", "Aħna għandna lista ta' events, ta' festivals u ta' promotions f'moħħna.", "Dawn għalina m'humiex slogans imma commitments u kif inlestu d-diskussjonijiet dwar il-budget se nerġgħu nibdew nagħmlu launching ta' dawn l-affarijiet.", "Jekk nieħdu l-NTOM, għalfejn għandha din tibqa' tiddependi biss mill-flus li jagħtiha l-ministeru tal-finanzi?", "Jien m'iniex qed ngħid li l-NTOM m'għandhiex tiddependi mill-gvern, imma x'hemm ħażin li bniedem joħlom bl- idea li jagħmilha ta' promoter, ilaqqa' lil xi investitur u dan jieħu commission jew shareholding fil-proġett li jkun se jsir?", "Jien naħseb li ġaladarba l-NTOM titħabat daqstant biex isiru ċerti proġetti - biżżejjed insemmu l-golf-course u l-yacht marina tal-Birgu - din għandha jkollha introjtu żgħir minnhom.", "M'iniex qed ngħid li għandha tieħu xi 50% tax- shares imma nemmen li almenu għandu jkollha introjtu żgħir.", "B'dan il-mod is-settur privat ikun qed jgħin iktar lit-turiżmu indirettament.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu lis-settur privat biex jgħin lill-NTOM mingħajr ma din tgħin lilu, imma qed ngħidulu li ladarba l-NTOM tgħinu jfassal il-proġetti tiegħu, imbagħad is-settur privat jgħinha fi promotions u attivitajiet simili.", "Sur President, aħna għandna naraw ukoll li we get our money's worth.", "Kulħadd jaf li l-gvern kien qed jonfoq l-eluf tal-liri fuq l-ITS u l-MCC.", "Allura l-Gvern m'għandux jesiġi li minn dawn l-istituzzjonijiet toħroġ iktar serjeta' u dixxiplina ħalli finalment ikun jista' joħroġ prodott aħjar?", "Aħna nafu li biex jikber it-turiżmu f'pajjiżna hemm bżonn li jkun hawn iktar indafa.", "Allura l-Gvern ma jistax jara li tiddaħħal iktar dixxiplina biex jiġi żgurat li min jitħallas biex inaddaf it-toroq ta' pajjiżna jkun qed jagħmel xogħlu sew u b'hekk inkunu qed nieħdu prodott aħjar mingħajr ma nonfqu iktar flus?", "Jekk il-Gvern iżomm iktar dixxiplina biex l-impjegati tal-gvern jaqdu dmirhom sew ma jkollniex riżultat aħjar ukoll?", "L-istess nistgħu nagħmlu fis-settur privat.", "Kif kulħadd jaf, illum ħafna mil-lukandi li għandna f'pajjiżna qed idaħħlu operaturi internazzjonali.", "Biżżejjed insemmi l-SAS Radisson, Le Meridien, Accor, Holiday Inn Crowne Plaza u Hilton u Forum Hotel li qed jagħtu s-servizzi tagħhom lil-lukandi tagħna u issa ġejjin ukoll diversi kumpanniji kbar oħra, fosthom l-Inter- Continental.", "Filwaqt li qabel, meta l-lukandi ma kellhomx l-għajnuna ta' dawn l-operaturi internazzjonali kienu jserrħu moħħhom fuq il-promotion ta' l-NTOM, illum għalkemm xorta jserrħu fuqha, qed jirċievu wkoll l-għajnuna ta' dawn l-operaturi, li wħud min-networks tagħhom huma għaxar darbiet jew 20 darba ikbar min-network ta' l-NTOM.", "Allura nagħmlu ħażin jekk nirkbu ftit fuq in-network ta' dawn l-operaturi l-kbar?", "S'issa ħadd minnhom għadu ma qalilna le.", "Ta' min jgħid li meta darba waqt li kont qiegħed il- Ġermanja ltqajt ma' wieħed minn dawn l-operaturi - ma nixtieqx insemmi min hu - u bdejna nitkellmu fuq il-budget għall-promotions tagħna, dan qalli li l-budget għall-promotion ta' waħda mid-ditti li għandhom huwa ta' xi Lm90 miljun fis-sena.", "Jien għamilt ta' bir-ruħi li ma impressjonaniex u għidtlu li bilfors trid tagħmel dan it-tip ta' promotions għax inkella tinqata' lura u titlef il-kompetizzjoni.", "Meta mbagħad staqsejtu kif aħna nistgħu nirkbu fuq dawn id-Lm90 miljun u staqsejtu wkoll jekk hemmx il- possibbilta' li ndaħħlu lil Malta fil-promotion network tiegħu, dan ħa pjaċir.", "S'issa dawn l-operaturi kollha ħadu pjaċir meta għamilnielhom din il-proposta.", "Allura ma nistgħux nagħmlu iktar promotion mingħajr ma noqogħdu nonfqu iktar flus?", "Intqal li se jkun hemm synergy bejn l-NTOM, l-Air Malta u s-settur privat.", "Qabel kienu jsiru diversi fam trips fejn kienu jinġiebu ġurnalisti biex jagħmlu promotion lil Malta.", "Pero' intom tafu iktar minni li filwaqt li meta tagħmel reklam għal Malta f'pajjiżi oħra dan jiġi jqum il-belli liri, meta ġurnalist jikteb artiklu fuq pajjiżna dan ikollu iktar saħħa, jitwemmen iktar u jiġi jiswa inqas flus.", "GĦalhekk jien nemmen li jekk innaqqsu ftit mir-reklami li qed nagħmlu li qed iqumulna eluf ta' liri, u nżidu l-fam trips ikollna riżultat aħjar.", "Sur President, ta' min jgħid li l-flus li jintnefqu biex inżidu t-turiżmu f'pajjiżna m'hijiex qed toħroġhom l-NTOM biss.", "Fil-fatt nixtieq nieħu l- opportunita' biex nirringrazzja lil-lukandiera u lill-Air Malta li kull darba li tlabnieha l-biljetti ta' l-ajru b'xejn għal xi grupp ta' ġurnalisti li jkunu ġejjin biex jirreklamaw lil Malta, dejjem laqgħet it- talba tagħna.", "Allura jekk dawn l-affarijiet ħadmu ma nistgħux nagħfsu iktar fuqhom, ġaladarba nafu li permezz tagħhom jista' jkollna riżultat aħjar b'inqas flus?", "Sur President, waħda mill-affarijiet li jien dejjem nipprova nagħmel hija li nżomm kuntatt mat-tour operators barranin.", "Per eżempju, meta mort il- Ġermanja ltqajt mat-TUI u meta mort l-Ingilterra ltqajt mat-Thomson representatives.", "U jien niskanta kif meta titkellem ma' dawn it-tour operators issib li dawn qatt ma kellhom laqgħat ma' xi ministru Malti!", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid x'jgħiduli, u jien nemminhom għax kemm- il darba mort infittex il-minuti ħalli naraw x'laqgħat saru ma' xi tour operator partikolari.", "Li qed ngħid hu li wara kollox jekk inżidu l- kuntatti mat-tour operators inkunu qed nagħmlu l-ġid għalina stess u fl- istess ħin ma nkunux qed nonfqu dawk il-flus li qed nonfqu llum.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem dwar xi ħaġa oħra.", "Qabel l- NTOM kienet tieħu l-inizjattiva li torganizza diversi promotional events u għal dan kien jissapportjaha s-settur privat.", "Imma dan l-aħħar fl-Isvezja ttellgħet promotional event li ġiet organizzata mis-settur privat u mbagħad kienet supported mill-Gvern.", "Jiġifieri qed naraw li issa nqalbet il-folja għax għal darba minflok ma qgħadna nieħdu l-inizjattiva, nonfqu l-ispejjeż il-kbar aħna u mbagħad jissapportjana s-settur privat, organizza l- promotional event is-settur privat u mbagħad il-Gvern ta s-support tiegħu.", "Sieħbi, l-Onor.", "Psaila Savona, qal li jien għandi nġib riżultati tajbin għax għandi s-support kollu ta' sħabi.", "Dan huwa veru għax jien nemmen li hu ma kellux dak is-support li għandi jien minn sħabi.", "Fil-fatt nixtieq nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lil sħabi ta' din in-naħa għax kemm ili ministru għadha m'għaddietx ġurnata li ma staqsejtx lil xi ħadd minnhom biex jgħinni, kemm f'dawk li huma public works, kemm f'dik li hi agrikoltura ...", "Fil-fatt bħalissa jien u l-Ministru Noel Farrugia qed naħdmu flimkien biex nipprovaw noħolqu agri-tourism on a small scale.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll li ħdimt ħafna anke mal-Ministru għat-Trasport u Portijiet.", "Meta kelli l-ewwel laqgħa mas-sidien tat-taxis dawn ħarġu lista bl-ilmenti tagħhom u kienu se jibdew ikellmuni fuqha.", "Jien dakinhar ma tajthomx ċans u għidtilhom li jkun aħjar jekk idaħħlu dik il-lista ġewwa u l-ewwel niddiskutu l-lista li kelli jien, li kienet ikbar minn tagħhom.", "Meta mbagħad bdejt insemmilhom l-affarijiet li aħna nistennew mingħandhom huma qaluli li mhux se naslu għax ta' qabilna ma waslux imma fil-fatt bl- għajnuna ta' sieħbi l-Ministru Debono Grech wasalna u għalkemm għadna ma mxejniex it-triq kollha ċertament li sar avvanz kbir.", "(Interruzzjonijiet) Sewwa għamilt li tajtu l-prosit lill-Ministru għax verament ħaqqu.", "Sur President, issa ta' min jgħid xi ħaġa dwar l-akkomodazzjoni.", "L-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li meta aħna ngħidu li f'pajjiżna għandna 50,000 sodda għat-turisti, wieħed irid jifhem li aħna ma nkunux qed nirriferu għal-lukandi biss għax fil-fatt il-lukandi għandhom biss 24,600 li huma maqsumin bejn 5-Star, 4-Star, 3-Star, 2-Star u 1-Star hotels.", "Madankollu nafu li qabel l-attenzjoni kollha kienet qiegħda tkun fuq il-5- Star hotels.", "Jien m'iniex qed ngħid li m'huwiex tajjeb li nagħtu ħafna attenzjoni lil-lukandi 5-Star għax li kieku ma kienx għal dan it-tip ta' lukandi ħafna mill-affarijiet li qed nipprovaw nagħmlu llum, fosthom il- conference travel u l-incentive travel, ma kienx ikun possibbli li nagħmluhom.", "Mela fejn kien qed isir l-iżball?", "L-iżball kien qed isir għax kulħadd kien qed jikkonċentra fuq il-5-Star hotels biss, u dan meta l- backbone ta' l-akkomodazzjoni tagħna huma t-3-Star hotels.", "Għal diversi snin kemm it-3-Star hotels kif ukoll f'xi każi l-4-Star hotels kienu ġew mitluqa kompletament.", "Ta' min jgħid li meta tlajna fil-gvern, aħna għamilna eżerċizzju sabiex naraw li l-150,000 sodda li għandna f'pajjiżna huma ta' standard tajjeb.", "Iktar kmieni llum kelliem min-naħa ta' l-Oppożizzjoni staqsa jekk aħniex beħsiebna nżidu iktar sodod f'pajjiżna u jien se nirrispondih.", "Kif għidt diġa', aħna nemmnu li s-sodod għandhom ikunu tajbin għax ikun inutli li l- ewwel noqogħdu ngħidu li f'pajjiżna għandna 50,000 sodda għat-turisti u mbagħad l-operaturi barranin jgħidulna li nofs is-sodod li għandna ma jixtiquhomx għax meta jibagħtu lit-turisti hemm ikollhom ħafna complaints.", "Meta aħna qassamna s-sodod li għandna f'pajjiżna f'good quality beds, f'medium quality beds u f'basic quality beds, sibna li n-numru ta' good quality beds huwa ta' 17,000 - madwar terz tas-sodod kollha li għandna f'pajjiżna - in-numru ta' medium quality beds huwa ta' 15,800 u n-numru ta' basic quality beds huwa ta' 13,600.", "Issa aħna qed nużaw terminu ftit aktar pulit għal \"basic quality beds\" u minflok qed insejħulhom \"good quality beds\".", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek fejn huma.", "Filwaqt li fil-4- Star u fil-5-Star hotels hemm 13,600 u fil-4-Star complexes hemm 3,000 good quality beds, kważi t-3-Star hotels kollha qegħdin maqsumin f'basic u f'medium quality beds.", "GĦalhekk hemm ħafna aktar x'nagħmlu milli nitkellmu biss fuq il-figuri.", "Kif qed naraw, l-iżball ma sarx għax żidna l-5-Star hotels jew għax daħħalna sodod tajbin, anzi jien nemmen li għandna ndaħħlu iktar sodod ġodda u tajbin fis-suq għax ġaladarba terz biss mill-150,000 sodda li għandna f'pajjiżna huma tajbin, bilfors ikollna nżidu n-numru ta' sodod li għandna.", "Sur President, ta' min jgħid li jekk jintlaqgħu l-applikazzjonijiet li hemm bħalissa quddiem il-Planning Authority u l-HCEB, ikollna 'l fuq minn 6,000 sodda ġdida.", "Jien ma naħsibx li l-HCEB se ssib diffikulta' biex tilqa' dan it-tip ta' applikazzjonijiet li għandha quddiemha pero' qed insibu bottleneck min-naħa tal-Planning Authority għax din dejjem tkun trid l-aħħar say.", "Fil-fatt ikun interessanti li wieħed jinnota li bħalissa hemm applikazzjonijiet għal 364 sodda għal lukanda jew kumpless 5-Star; għal 4,000 sodda għal lukandi jew kumplessi 4-Star, u għal 1,300 sodda għal lukanda jew kumplessi 3-Star.", "Huwa kkalkolat li jekk kemm-il darba jintlaqgħu dawn l-applikazzjonijiet se jkun hemm mad-Lm9 miljun xogħol għal- lukandi jew kumplessi 5-Star, mad-Lm39 miljun xogħol għal-lukandi jew kumplessi 4-Star, u mat-Lm3 miljun xogħol għal-lukandi jew kumplessi 3- Star.", "GĦalhekk wieħed jista' jgħid bla tlaqliq li bħalissa f'dan is-settur hemm iktar minn Lm50 miljun xogħol wieqaf u l-Bambin biss jaf għalfejn qed jiġri dan.", "Sur President, għad fadal ħafna affarijiet x'isiru għar-rigward ta' l- akkomodazzjoni għax sfortunatament ħafna drabi din ma żammitx il-pass ma' l-improvements ġenerali li saru.", "Qed insibu wkoll problemi partikolari fit- 3-Star hotels għax ħafna minnhom huma żgħar, qodma u m'għadhomx vijabbli.", "Problema oħra li qed insibu hija li ma nistgħux inżommu l-istandards ġaladarba m'għandna xejn f'idejna legalment.", "Jien nispera li t-tourism authority tagħmel xi ħaġa f'dan ir-rigward għax jekk ma jkunx hemm saħħa legali ma jistgħux isiru l-monitoring u l-enforcement.", "Sur President, ta' min jinnota wkoll li teżisti differenza kbira bejn il- 1-Star, it-2-Star, it-3-Star, il-4-Star u l-5-Star hotels u complexes.", "Qed tittieħed for granted li fit-3-Star m'hemmx għalfejn ikun hemm kwalita' tajba u value for money.", "Hemm bżonn li l-classification ma tibqax issir on a one-off basis kull erba' jew ħames snin; għallinqas għandha ssir kull sentejn b'monitoring kontinwu.", "Aħna qed nipprovaw nieħdu approach pożittiv mat-3-Star hotels ukoll billi mhux sempliċement ngħidulhom li minħabba li m'għandhomx standards tajbin se jkollna nagħlqulhom il-lukandi tagħhom imma qed ngħidulhom li għad jonqoshom ċerti affarijiet x'jagħmlu u, jekk iridu, aħna lesti li nipprovdulhom technical assistance kif ukoll technical expertise biex jiġu evitati dawn in-nuqqasijiet.", "Irrid ngħid xi ħaġa fuq l-Air Malta.", "Niftakar li meta s-sena l-oħra f'din il-Kamra aħna konna semmejna d-diffikultajiet li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Air Malta, u jien kont attakkajt lill-ex-chairman is-Sur Tabone, ħadd min-naħa tal-Gvern preċedenti ma qam jiddefendih.", "U dan bir-raġun għax ma kienx hemm fuqhiex setgħu jiddefenduh.", "Illum m'iniex beħsiebni nerġa' noqgħod nidħol fis-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha l-Air Malta dak iż-żmien għax din tkellimna fuqha s-sena l-oħra pero' ta' min isemmi l-core operations u t-telf li kellha din il-kumpannija sena wara sena bi projected loss għal din is-sena u anke għas-sena d-dieħla.", "Biżżejjed insemmi li f'ħames snin id-dejn minn Lm23 miljun tela' għal Lm63 miljun u l- liabilities minn Lm35 miljun telgħu għal Lm80 miljun.", "Id-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu mhux talli kellhom effett ħażin fuq l-Air Malta imma kellhom effett ħażin ħafna anke fuq it-turiżmu, għax jien nemmen li wħud mill-affarijiet li tefgħu lit-turiżmu lura f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta kienu d-deċiżjonijiet ta' l-Air Malta.", "Madankollu dawn l-affarijiet ħadd ma jsemmihom u għalkemm aħna kull darba konna nipprovaw naraw x'kienet ir-raġuni li għaliha naqas it-turiżmu, ħadd ma pponta subgħajh lejn l-Air Malta u semma kemm id-deċiżjonijiet ħżiena affettwaw lit-turiżmu f'dawn l- aħħar tliet snin.", "Meta l-Air Malta xtrat l-ajruplani RJ's, din awtomatikament naqqset kemm is-seat capacity kif ukoll il-flexibility ta' l-airlines.", "Filwaqt li, fl- opinjoni tiegħi, l-Ewropa ta' fuq għalina hija a short haul - jien nifhimha li meta nkunu qed nitkellmu fuq long haul inkunu qed nirriferu għal destinazzjonijiet bħall-Ġappun - illum bl-RJ's nofs l-Ewropa saret long haul ukoll.", "Kif trid taħdem tajjeb din il-kumpannija meta filli kienet the major leisure airline tagħna u f'daqqa waħda ċ-chairman ta' dak iż-żmien qalibha f'scheduled airline?", "Taħsbu li din kienet deċiżjoni għaqlija, iktar u iktar meta nafu li pajjiżna jiddependi mit-turiżmu?", "Taħsbu li din il-mossa għenet lis-settur tat-turiżmu?", "Sur President, minkejja dan kollu llum l-Air Malta tinsab miexja 'l quddiem u qed tikkonsolida.", "Jien naħseb li fost l-ewwel affarijiet li trid tagħmel din il-kumpannija, trid terġa' tibni l-image li tilfet f'dawn l-aħħar snin, ittejjeb il- financial standing tagħha - fil-fatt diġa' qed tagħmel review f'dawk li huma rotot u qed trażżan l-ispejjeż żejda li kienu jsiru qabel - u tagħmel revision tal-bżonnijiet tal-flotta skond il-pjanijiet li għandha għall- quddiem.", "Ta' min jgħid li l-Air Malta qed taħdem ukoll biex tikkopera iktar ma' airlines internazzjonali.", "Fil-fatt qed tagħmel sforz kbir biex l- Azzurraair terġa' tieqaf fuq saqajha, u għal dan il-għan twaqqfu anke task forces biex jiffaċċjaw il-problemi li għandha din l-airline.", "Jien konvint li m'aħniex se ndumu ma naraw riżultati aħjar.", "Sur President, f'dan id-dibattitu ssemmew ukoll ir-riżorsi umani, it- taħriġ u l-ITS.", "Jien jiddispjaċini li ma tantx għad baqagħli ħin għad- dispożizzjoni tiegħi għax daqskemm għandi xi ngħid, fuq l-ITS biss nista' nibqa' nitkellem siegħa u nofs oħra.", "Membru min-naħa ta' l-Oppożizzjoni qal li darba kien hemm persuna min-naħa tal-Gvern Laburista li qalet li biex issajjar hamburger m'hemmx għalfejn toqgħod tmur il-catering school.", "Imma l-ITS hekk spiċċat!", "Jekk ikun hemm xi reception fl-ITS, il-catering school par excellence tixtri l-pastizzi miż-Żejtun.", "(Interruzzjonijiet) Hekk spiċċat l-ITS!", "Is-settur tat-turiżmu jinsab maħnuq għan-nies u l-ITS qiegħed bin-numerus clausus ta' 70 ruħ kull sena!", "Meta kienu qaluli biex immur l-ITS inqassam iċ-ċertifikati lill-istudenti, jien ħsibt li se ndum peress li dejjem kienu jgħidu li qed jiggradwaw 200 student fis-sena.", "Pero' qaluli li ma kontx se ndum ħafna.", "Fil-fatt niftakar li mbagħad spiċċajt lanqas kont mortilhom għax sirt naf li kont se nqassam iċ- ċertifikati lill-istudenti li kienu ggradwaw sentejn u nofs qabel.", "Ta' min jgħid ukoll li l-konsulenti barnin li kienu ġew minħabba dan l-istitut baqgħu jaħdmu hawn Malta bħala lecturers u filwaqt li dawn qed jieħdu Lm36,000, dawk il-Maltin li qegħdin jagħmlu l-istess xogħol lanqas qed jieħdu l-kwart tagħhom.", "Imma issa ħalli nħalluh l-ITS għax la lil tan-naħa l-oħra m'għoġobhom xejn, lanqas stennejt li se jogħġobhom ix-xogħol li qed isir fuq l-ITS issa.", "Sur President, aħna għandna problema anke f'dawk li huma riżorsi umani u fil-fatt ħafna lukandi qed ikollhom jaħdmu b'personnel li m'huwiex ikkwalifikat.", "Bħalissa qed issir enfasi qawwija fuq l-attitudni tal- ħaddiem lejn it-turisti għax hemm bżonn li l-ħaddiem jifhem l-importanza tat-turiżmu għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jien u sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo qed naħdmu biex nibdew an awareness subject fil-livell primarju, a hospitality subject fil-livell sekondarju u first degree courses in tourism fil-livell terzjarju.", "(Interruzzjonijiet) Le, qabel ma kienx hawn dawn il- korsijiet.", "Fl-Universita' kien hemm korsijiet tal-management u mbagħad wara tispeċjalizza fit-turiżmu, mentri aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm first degree courses in tourism u mbagħad minn hemm tista' tispeċjalizza f'hotel management, operations u oqsma oħra.", "Wieħed irid jaħdem kontinwament f'dawk li huma product development u infrastruttura biex iżomm ahead kemm jista' jkun mal-kompetituri tagħna.", "Sieħbi, l-Onor.", "Refalo, qal li f'pajjiżna hawn ħafna investiment f'dawk li huma sodod.", "Dan huwa veru għax meta l-Maltin ikunu jixtiequ jinvestu fis- settur tat-turiżmu l-ewwel ħaġa li tiġihom f'moħħhom hija hotel jew li jipprovdu sodod għat-turisti.", "Aħna qed nipprovaw inbiddlu din il- mentalita' għax wieħed jista' jinvesti f'ħafna affarijiet oħra bżonjużi fis- settur turistiku.", "Irridu nifhmu li t-turist mhux qiegħed jiġi f'pajjiżna biex jorqod biss.", "Jekk ma jkunx hemm postijiet fejn it-turist ikun jista' jonfoq, kif nistgħu nkabbru d-dħul tagħna minn dan is-settur?", "Per eżempju, jekk Malti li jkun jaqla' l-minimum wage imur Disneyworld dan jispiċċa jonfoq kull sold li jkollu fil-but.", "Hekk ukoll aħna rridu noħolqu postijiet fejn it-turist ikun jista' jonfoq ħalli jekk f'pajjiżna jiġi l- ikbar miljunarju jekk jista' jkun inġegħluh jonfoq kulma jkollu fil-but!", "GĦax it-turist kemm se jdum imur jiekol il-ħut u l-laħam f'xi restaurant?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Vella, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li għad fadallek minuta għad-dispożizzjoni tiegħek.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Grazzi, Sur President.", "Fl-aħħar minuta li għad fadalli nixtieq ngħid xi ħaġa fuq is-sistema ta' marketing li qed nipprovaw nadottaw ħalli dejjem inġibu riżultati aħjar.", "Jien naħseb li teżisti inkonsistenza kbira fil-kelma \"diversifikazzjoni\".", "Jekk aħna ngħidu li għandna niddiversifikaw is-suq Ingliż inkunu qed ngħidu li rridu nitilqu mis-suq Ingliż biex inġibu suq ieħor?", "Aħna nistgħu nagħmlu diversifikazzjoni fl-istess suq Ingliż għax il-problema tagħna m'hijiex li mhux ġejjin ħafna turisti mill-Ingilterra imma li kważi t-turisti Ingliżi kollha qed jiġu biss minn tliet operaturi.", "GĦalhekk hemm bżonn li nibqgħu niġġieldu biex inġibu numru ikbar ta' turisti mill-Ingilterra mingħand operaturi differenti.", "Din hija d-diversifikazzjoni li aħna nixtiequ nagħmlu.", "Sur President, l-attenzjoni tagħna qed tkun ukoll fuq il-core markets, li huma l-UK, il-Ġermanja, l-Italja, Franza u issa dieħla anke Holland.", "Jien nemmen li quddiemna għandna biċċa xogħol iebsa ħafna biex nibqgħu nżommu r- riżultati li bdejna niksbu.", "Kif għidt diġa', fis-settur tat-turiżmu dak li ġara din is-sena seta' ma jkollux bearing fuq dak li jista' jiġri s-sena d- dieħla, pero' jien konvint li kif din is-sena rnexxielna nagħmlu sforz kollettiv bejn il-Gvern u s-settur privat, hekk ukoll se nagħmlu s-sena li ġejja u għalhekk nemmen li s-sena d-dieħla se nerġgħu niksbu l-istess riżultati li ksibna din is-sena.", "Grazzi, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil- Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 30 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Michael Refalo.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru 98 ta' l-10 ta' Novembru 1997 din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi fid-9.31 p.m. intalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 30 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Michael Refalo.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "108", "FAVUR : 34", "L-Onor", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "KONTRA : 34", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | | | |", "ASTENSJONI : Waħda", "L-Onor.", "Mintoff Dom", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond subartiklu (2) ta' artiklu 71 tal- Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll l-Ordni Permanenti 21 subinċiż (2), peress li l-voti ġew indaqs għandi dmir fil-kwalita' tiegħi li qiegħed nippresjedi dan il-Kumitat li neżerċita l-vot deċiżiv u din konformi mal- konswetudni ta' din il-Kamra, liema konswetudni tinkludi wkoll il-prinċipji kif elenkati fl-Erskine May, Edizzjoni 21, paġna 351 dwar il-casting vote u għalhekk qed nivvota kontra l-emenda proposta għall-Vot li għandna quddiemna.", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nqiegħed issa l-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru tat-Turiżmu.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 30 - MINISTERU TAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,648,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 - Ministeru tat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division se tittieħed issa stess skond il- Mozzjoni Nru. 98.", "VOTAZZJONI NRU.", "109", "FAVUR : 34", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA : 34", "L-Onor. | | | |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "ASTENSJONI : Waħda", "L-Onor.", "Mintoff Dom", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond subartiklu (2) ta' artiklu 71 tal- Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll skond l-Ordni Permanenti 21 subinċiż (2), peress li l-voti ġew indaqs għandi dmir fil-kwalita' tiegħi li qiegħed nippresjedi dan il-Kumitat li neżerċita l-vot deċiżiv u din konformi mal- konswetudni ta' din il-Kamra, liema konswetudni tinkludi wkoll il-prinċipji kif elenkati fl-Erskine May, Edizzjoni 21, paġna 351 dwar il-casting vote u għalhekk qed nivvota favur il-Vot li għandna quddiemna.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 30 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT V - MINISTERU TAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm6,227,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V - Ministeru tat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot V għaddiet.", "Fid-9.42 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 30 u V taħt il-Ministeru tat-Turiżmu kienu ġew approvati mill- Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar is-Sibt, 22 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1998", "Id-Disa' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Skond il-Mozzjoni Nru. 98 il-Kamra hija aġġornata għal nhar is-Sibt, 22 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.43 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MĠARR - TRASPORT PUBBLIKU", "9904.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9554, u b'riferenza għall-fatt li fir-risposta jingħad li l-patrunaġġi fuq ir-rotta ta' l-Imġarr naqas, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt dan in-numru naqasx minħabba l-frekwenza mhux regolari tal-vjaġġi li jsiru fuq din ir- rotta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-patrunaġġ fuq din ir-rotta fir-rigward bejn l-Imġarr u l-Belt ilu s-snin jonqos u jidher li qatt ma sar studju biex tkun magħrufa r-raġuni għaliex kien qed jonqos.", "Tajjeb li jingħad li s-servizz hu wieħed ta' kull nofs siegħa.", "TOROQ - XIRI TA' TRAFFIC HEADS", "9905.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw traffic heads, pedestrian heads, traffic beacons, controllers u aċċessorji simili minn Jannar ta' din is-sena s'issa?", "Mingħand min inġabru l-offerti?", "Mingħand min inxtraw dawn l-oġġetti?", "Kemm swew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - SERVIZZI MEDIĊI", "9906.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9774?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din l-informazzjoni għada qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - REFURBISHMENT", "9907.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9775?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din l-informazzjoni għada qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "9908.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9792?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - HEALTH ASSISTANTS", "9909.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9791?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Hawn żewġ health assistant li qed jagħmlu xogħol tal-punch clocks - wieħed fir-residenza San Vincenz u ilu jagħmel dan ix- xogħol dawn l-aħħar seba' snin, u l-ieħor l-Isptar San Luqa.", "Dan tqabbad jagħmel dax-xogħol riċentament għal raġuni ta' esiġenza personali.", "Jekk l-Onor Membru jixtieq ikun jaf ir-raġuni nitolbu javviċinani privatament.", "Il-job description tal-health assistant ma tkoprix dan ix-xogħol.", "SIĠĠIEWI - DAWL FIT-TOROQ", "9910.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex jitwaħħlu numru ta' lampi (street lights) f'New Street off Bari Street u New Street off Mqabba Rd, Siġġiewi peress li dawn l-inħawi ilhom żmien twil fi dlam ċappa b'periklu kbir għar-residenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba biex jitwaħħlu aktar lampi fl-inħawi msemmija qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SAĦĦA - MEDIĊINALI", "9911.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il item mediċinali li jista' jiġi preskritt waħdu jiswa lill-Gvern anqas minn 50 ċenteżmu meta preskritt għall-kondizzjoni akuta; u preskitt għall- kondizzjoni kronika għal perijodu ta' xahar?", "Liema huma f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma tinżammx statistika kif qed jitlob l-Onor Membru.", "TARZNA TA' MALTA - VAPURI", "9912.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm daħlu vapuri fil-Malta Drydocks matul l-aħħar sena ta' Gvern Laburista u mil-liema pajjiżi kienu?", "Hemm żviluppi dwar jekk għandhomx jibdew jissewwew vapuri navali fit- Tarzna ta' Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' vapuri li daħlu fil-Malta Drydocks bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u d-19 ta' Novembru, 1997 hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-amministrazzjoni tat-Tarzna dejjem iddiskutiet u ttrattat it-tiswija ta' vapuri navali fid-dawl ta' dak li tgħid il-Kostituzzjoni tar- Repubblika f'dan ir-rigward.", "Il-Kostituzzjoni għadha l-istess.", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA ĠODDA", "9913.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinġiebu Malta l-buses il- ġodda?", "Se jingħata każ li jkunu low floor minħabba l-anzjani u nies b'diżabilita'?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9082.", "MFSC - PROĊEDURA", "9914.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li l-proċedura preżenti addottata mill-MFSC hija li sabiex soċjeta' kummerċjali (kumpannija) eżistenti ssir compliant mal-Liġi tal-Kumpanniji l- ġdida, din is-soċjeta' tissottometti Memorandum and Articles of Association ġodda u dan jeskludi kwalunkwe riferenza rigwardanti l-istorja tas-Soċjeta' Kummerċjali, iżda pero' f'każ partikolari, id-dettalji l-antiki tas- soċjeta' huma ta' rilevanza assoluta u għandi f'moħħi partikolarment, meta kien hemm/ikun hemm tibdil fl-isem tas-soċjeta'; u fejn ikun hemm xi merger, u/jew amalgamation fi u/jew tas-soċjeta', dawn id-dettalji huma ta' rilevanza assoluta anke minħabba l-fatt li s-Soċjeta' Kummerċjali (taħt l- isem l-antik, jew f'soċjeta' oħra li tkun ġiet amalgamata), seta' kellha xi djun, jista' l-Ministru jgħid: x'inhi l-proċedura uffiċjali sabiex wieħed ikun jista' jaċċerta ruħu minn kwalunkwe isem antik, mergers, u/jew amalgamations u proċeduri simili li setgħu kellhom x'jaqsmu ma' soċjeta' kummerċjali; u jekk hux maħsub li dawk is-soċjetajiet li tagħhom diġa' sar il-compliance, ikun hemm xi notament mal-Memorandum and Articles of Assocation tagħhom, u meta dan se jsir?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kuntrarjament għal dak li ntqal mill-Onor.", "Membru, huwa rikjest mill-liġi, u mhux minn xi proċedura preżenti ta' l-MFSC, illi kumpannija trid tissottometti l-memordandum u l-istatut ta' l-assoċjazzjoni tagħha li jkun jinkludi l-emendi kollha meħtieġa mill-Att ta' l-1995 dwar il-kumpanniji.", "Rigward l-istorja ta' kumpannija, din tinstab fil-file tad-dokumenti pubbliċi minn mindu tiġi rreġistrata l-kumpannija.", "Dawn id-dokumenti jista' jispezzjonahom kull membru tal-pubbliku u jinkludu dokumenti bħal dawk imsemmija mill-Onor.", "Membru, jiġifieri dokumenti dwar merger jew amalgamation, tibdil fl-isem ta' kumpannija eċċ.", "Meta kumpannija tagħmel compliance ma' l-imsemmi att ġdid, dan il-fatt ikun jidher mill-memorandum ġdid anness mal-formola preskritta mil-liġi u kif ukoll miċ-ċertifikat li jinħareġ apposta mir-Reġistru tas-Soċjetajiet.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9915.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi stħarriġ qiegħed isir dwar nies li qed jieqfu jirreġistraw minn jeddhom mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - ĠIMGĦA EWROPEA KONTRA D-DROGA", "9916.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewropea Kontra d-Droga?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - KINDERGARTEN", "9917.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal bdew jattendu skejjel tal- kindergarten tal-Gvern din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tfal bdew jattendu skejjel tal-Kindergarten tal- Gvern din is-sena:", "Kinder 2 4087 Kinder 1 1984 Total: 6071", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9918.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema taħriġ ġie offrut lis-26 persuna msemmija fis- seduta tat-18 ta' Novembru bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9574 (Seduta Nru. 143)?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-taħriġ li ġie offrut lis-26 persuna msemmija fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9574 hu kif ġej:", "|General Trade/Literacy |8 | |Industrial Cleaning |4 | |Maintenance of Parks and|7 | |Gardens | | |Book Keeping and |2 | |Accounts | | |Computer Skills |4 | |Total |25 |", "Persuna oħra ġiet offruta taħriġ u ngħatat għażla minn tmien korsijiet differenti u rrifjutat kull forma ta' taħriġ.", "IMPJIEGI - ĦADDIEM GĦAWDXIN", "9919.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm irġiel/nisa jaħdmu f'Għawdex fis-settur privat; kemm għal rashom (self-employed); kemm hemm f'dipartimenti tal- Gvern; kemm f'azjendi parastatali u kemm f'korporazzjoni; kemm hemm Għawdxin jaħdmu Malta imma residenti f'Għawdex?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hemm nies jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex f'Part 1 u kemm f'Part 2 u kemm hu t-total labour force?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella li tkopri l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 9919 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BUĠIBBA - BUS TERMINUS", "9920.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibda x-xogħol konness mal-bini attwali tal-bus terminus ta' Buġibba?", "Meta ġiet sottomessa din l-applikazzjoni lill-Planning Authority?", "Xi problemi hemm biex qed jiġi ritardat daqstant il-ħruġ tal-permess tal- bini f'dan il-lokal?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nista' ngħid li l-bini jibda meta jinħareġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jiena nformat li l-applikazzjoni saret f'Mejju ta' din is-sena.", "Peress li l-aħħar parti tikkonċerna applikazzjoni li qed tkun ikkonsidrata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "KAROZZI TAL-KIRI LIĊENZJATI", "9921.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzi tal- kiri liċenzjati; chauffeur driven vans; taxis; minibuses; coaches; u karozzi tal-linja?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' karozzi tal-kiri liċenzjati, chauffeur driven vans, taxis, mini buses, coaches u karozzi tal- linja huwa kif ġej-", "|Karozzi self-drive |4609 | |Karozzi chauffeur |613 | |driven | | |Vans chauffeur |197 | |driven | | |Taxis |251 | |Minibuses |371 | |Coaches |163 | |Karozzi tal-linja |523 |", "TASK FORCE", "9922.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il task force ġiet maħtura mal-Gvern fl-oqsma differenti tal-ħidma tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dikasteru tiegħi, il- Gvern waqqaf sitt Task Forces:", "Malta Drydocks Task Force Information", "Practices Act - Draft Bill", "Legal and Accountability", "Strategic Planning", "Human Resource Management & Development", "Organisational Restructuring", "L-aħħar erba' twaqqfu biex jimplimentaw il-Police Modernisation Programme.", "ĦABS ĊIVILI - ŻJAJJAR LILL-PRIĠUNIERI", "9923.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex qraba tal-priġunieri mhux qed jitħallew jieħdu frott iktar minn tnejn, meta jmorru jżuru lill-priġunieri?", "Għaliex ġiet introdotta ordni ta' projbizzjoni ta' cakes?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat kif ġej : - Priġunieri taħt arrest preventiv - Huwa permess li kuljum idaħħlu l- ikel u tliet frottiet, filwaqt li fil-Ħdud dawn jistgħu jdaħħlu l-ikel u sitt frottiet.", "Priġunieri li qed iservu sentenza - Huwa permess li fil-Ħdud dawn jistgħu jdaħħlu l-ikel u sitt frottiet.", "Ninsab informat ukoll li mhux minnu li ġiet introdotta projbizzjoni ta' cakes.", "Kull priġunier jista' jdaħħal cake kull meta jagħlaq żmienu kif ukoll tliet pasti fil-ġranet li huwa permess li jiddaħħal l-ikel.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "9924.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1.1.97 kemm ġew irrapportati lill-pulizija serq minn djar okkupati minn anzjani (60 sena 'l fuq); serq minn djar okkupati minn anzjani (65 sena 'l fuq); u serq għad-dannu ta' anzjani minn 60 sena 'l fuq?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POSTA - ĦADDIEMA", "9925.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għad-dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar il-ftehim li qed jiġi diskuss dwar il-ħaddiema tal-Posta, jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret sal-lum bejn uffiċjali tal-ministeru, uffiċjali tal-union u dawk ta' min suppost li se jieħu over l-impjieg tal-ħaddiema f'din il-kategorija ta' xogħol?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li s'issa saru b'kollox 12-il laqgħa.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU - KUMITAT KONTRA L-PREVENZJONI", "9926.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rapport Strategic Plan for the Prevention and Management of Road Traffic Accidents li ssemma li qed jintuża mill- kummissjoni li twaqqfet dan l-aħħar dwar it-traffiku?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-rapport msemmi qed jiġi studjat mill-Kumitat Kontra l-Prevenzjoni tal-Aċċidenti tat-Traffiku, li ġiet imwaqqfa dan l- aħħar u li mistennija tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dalwaqt.", "Barra minnhekk dipartimenti oħrajn apparti tas-saħħa diġaż lestew plan of action li huma responsabbli għaliha.", "MOSTA - ALLEY 3 IN MAIN STREET", "9932.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li Alley 3 in Main Street, Mosta huwiex dikjarat bħala aċċess pubbliku jew privat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VETTURI - TRASFERIMENTI", "9933.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew affettwati transfers ta' vetturi (karozzi) mal-Pulizija xahar b'xahar, fil-perjodu 1995, 1996 u 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' transfers li ġew effettwati mid-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet fil-perijodu bejn Ġunju 1995 u Ottubru 1997 huwa kif ġej:- | |1995 |1996 |1997 | |Jannar | |2,311|2,589| |Frar | |2,349|2,270| |Marzu | |2,225|2,284| |April | |2,414|2,826| |Mejju | |2,615|2,698| |Gunju |1,370|2,165|2,526| |Lulju |2,458|2,340|2,684| |Awissu |2,297|2,228|2,269| |Settembr|1,860|2,219|2,381| |u | | | | |Ottubru |2,517|2,458|2,960| |Novembru| |2,407|2,443| |Dicembru| |1,955|2,154|", "Id-dipartiment m'għandux statistika għall-Jannar 1995 sa Mejju 1995.", "VETTURI - IMPORTAZZJONI/REĠISTRAZZJONI", "9934.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati u reġistrati vetturi (karozzi) fil-perijodu 1995, 1996 u 1997, xahar b'xahar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi reġistrati fil-perijodu bejn l-1995 u l-1997, xahar b'xahar, huwa kif ġej:-", "| |1996 |1997 | |Jannar |1,537|1,371| |Frar |1,417|872 | |Marzu |1,500|1,085| |April |1,586|1,188| |Mejju |1,589|1,441| |Gunju |1,188|1,341| |Lulju |1,996|1,296| |Awissu |1,206|1,352| |Settembr|1,211|981 | |u | | | |Ottubru |1,404|1,714| |Novembru|1,305| | |Dicembru|1,158| |", "Billi fl-1995 id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet kien għadu ma ġiex komputerizzat, l-istatistika disponibbli hija dik ta' sena sħiħa jiġifieri fl-1995 ġew irreġistrati komplessivament 15,562 vetturi.", "Rigward in-numru ta' vetturi importati l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Dwana.", "INTRAPRIŻI PRIVATI - FTUĦ TA' CHILD DAY CARE CENTRE", "9935.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu dawk l-intrapriżi privati li talbu għajnuna biex jiftħu ċ-Child Day Care Centre fl-intrapriża tagħhom?", "X'tip ta' għajnuna talbu u x'tip ta' għajnuna ngħatatilhom?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: S`issa l-MDC irċeviet talba għat-twaqqif ta` Child Care Centre minn waħda mill-akbar fabbriki li joperaw f`pajjiżna.", "Din it-talba se tiġi kkonsidrata mill-Bord tal-MDC fil-futur qarib.", "It- talba tikkonsisti f`assistenza kif jipprovdi l-Industrial Development Act kif emendat aktar kmieni din is-sena.", "Huwa ttamat li meta din il-Child Care Centre tkun operattiva sservi bħala prototijp għal entrapriżi.", "Skond l-istess Att, l-MDC ma tistax tagħti tagħrif dwar kumpanniji partikolari.", "Għaldaqstant l-MDC mhux se tiddentifika liema kumpannija applikat għall-assistenza imsemmija.", "SPTARIJIET GOVERNATTIVI - REFURBISHMENTS", "9936.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9820?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTARIJIET - SERVIZZI ĠODDA", "9937.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9819?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KORPORAZZJONIJIET/ENTITAJIET KUMMERĊJALI - IMPJEGATI", "9941.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru kemm hu n-numru ta' impjegati żgħażagħ taħt it-30 sena fid-diversi korporazzjonijiet u entitajiet kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: B`riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9941 dwar in-numru ta' mpjegati żgħażagħ taħt it-30 sena l- informazzjoni mitluba hija kif ġej:-", "|KUMPANIJA |NUMRU TA` | | |MPJEGATI | |MIMCOL | 3 | |Casma | 24 | |Gozo Channel |16 | |Interprint | 13 | |Kordin Grain Terminal |8 | |Limsuk | xejn | |Malta Gantry | 9 | |Manufacturing | | |Malta Shipbuilding |148 | |Malta Win Cargo |4 | |Medigrain |3 | |Sea Malta |45 | |Tug Malta |3 | |Malta Freeport | 53 | |Corporation | | |Freeport Terminal |144 | |Malta Development |32 | |Corporation | |", "KORPORAZZJONIJIET/AZJENDI KUMMERĊJALI - IMPJEGATI", "9942.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati żgħażagħ taħt it-30 sena fid-diversi korporazzjonijiet u azjendi kummerċjali li l- Gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GAINFULLY OCCUPIED POPULATION - ŻGĦAŻAGĦ", "9943.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-gainfully occupied population huma żgħażagħ taħt it-30 sena?", "Kemm minnhom huma mpjegati mas-Settur Pubbliku; mal-korpi parastatali; u mas-settur privat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "GŻIRA: TRIQ STUART - TQAXXIR TA' FNIEK", "W1,052.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jistgħu jittieħdu passi biex fi Stuart Str c/w Carlo Manche Str, fil-Gżira ma jibqgħux jitqaxxru fniek filgħodu kmieni u tittella' mandra sħiħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija bdiet tagħmel ronda f'din il-lokalita' sabiex tassigura li ma jkunx hemm tali abbuż."]} {"filename": "19971110_137d_par.doc", "date": "1997-11-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 137 It-Tnejn, 10 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 137", "It-Tnejn, 10 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.07 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "137", "It-Tnejn, 10 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 1005", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1005", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1011", "MOZZJONIJIET MOZZJONI TA' PROĊEDURA DWAR IS-SEDUTI KONNESSI MA' L-ESTIMI ĠENERALI GĦAS-SENA 1998 1012", "RULING TA' MADAM SPEAKER 1034", "AĠĠORNAMENT 1039", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 1043", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1064", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 136 li saret fis-7 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "FAKULTA' TA' L-ARKITETTURA U INĠINERIJA ĊIVILI - LECTURERS", "8695.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min u kemm huma l-lecturers, part-time jew full time, fil-Fakulta' ta' l- Arkitettura u Inġinerija Ċivili li r-responsabbilta' tagħhom hija li jgħallmu l-Inġinerija Ċivili?", "Kif inhuma maqsuma d-doveri ta' dawn il- lecturers f'sigħat fil-ġimgħa fis-snin diversi ta' dan il-kors?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari.", "ĦAMRUN - MULTI LEVEL CAR PARK", "9158.", "L-ONOR.", "Jean Pierre Farrugia staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall- iżvilupp ta' multi level car park fil-pjan tas-suq fl-inħawi ta' Triq id- Duka ta' Edinburgh, fil-Ħamrun?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ngħatat permezz tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9336 f'seduta 131.", "PA - MARSAXLOKK - IL-MAGĦLUQ", "9204.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema għaqda ambjentali hi responsabbli għar-riserva naturali li hemm fil-Magħluq ta' Marsaxlokk?", "Jista' d- Dipartiment ta' l-Ambjent jaċċerta li qed tittieħed l-attenzjoni meħtieġa ta' din ir-riserva?", "Tista' issir spezzjoni tar-riserva biex jiġi osservat kif din qed tilqa' fiha skart u ħmieġ tal-majjali ta' razzett fil-viċin li qed ikun kaġun ta' ambjent imniġġes, nemus u intejjen li żgur idejqu lil min hu fil-viċinanzi, kif ukoll joskula lejn il-baħar ma' l-ewwel xita qawwija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-preżent m'hemm l-ebda għaqda ambjentali li hija responsabbli għar-riserva naturali li hemm fil-Magħluq ta' Marsaxlokk, għalkemm fil-passat is-Soċjeta' għall-Istudju u l-Ħarsien tan-Natura ġieli naddfu l-post u ħawwlu xi pjanti indiġeni.", "Bħalissa d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent għandu applikazzjoni għand il-Planning Authority għall-fence, landscaping plan b'siġar u pjanti li jinstabu fl-inħawi tar-riserva u visitors' centre żgħir.", "Spetturi ta' l- ambjent intbagħtu jispezzjonaw is-sit sabiex jagħmlu r-rapporti neċessarji lill-awtoritajiet responsabbli għall-ħarsien tal-liġijiet sanitarji.", "PA - ŻEJTUN - TRIQ XEWK IL-GĦOTBA", "9206.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8455 u 4083 u t-tweġibiet għalihom, jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jispjega kif applikazzjoni għal xogħol li sal-5 ta' Marzu, 1996 kienet rifjutata mill- Planning Authority, u li għaliha ma kienx hemm żviluppi ġodda minn wara din id-data, li allura nifhem li baqgħet rifjutata, illum il-ġurnata ix-xogħol in kwestjoni hu lest?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fis-sit 32, Triq Xewk il-Għotba, Zejtun - fejn l- applikazzjoni ġiet irrifjutata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, wara spezzjoni mill-Enforcement Officer tad-Distrett - irriżulta li ma sar l- ebda xogħol.", "PA - FDALIJIET RUMANI FIŻ-ŻEJTUN", "9245.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar b'xi mod tħares il-fdalijiet Rumani li jinsabu fl- Iskola Carlo Diacono, fiż-Żejtun?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-sit in kwestjoni huwa protett mill-Att għall- Protezzjoni ta' l-Antikitajiet.", "Is-sit għadu ma ġiex skedat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Madankollu, is-sit huwa nkluż fl-inventarju nazzjonali tal- protezzjoni bħala sit arkeoloġiku ta' Klassi A, u għalhekk huwa protett skond kif ipprovdut fil-Policy ARC 6 tal-Pjan ta' Struttura li tgħid li proprjeta' li tkun inkluża fl-inventarju nazzjonali tal-protezzjoni, sakemm tiġi skedata, tkun protetta skond il-poteri ta' l-Att dwar l-Iżvilupp u l- Ippjanar u skond il-gradi ta' protezzjoni mogħtija f'policy ARC 2 tal-pjan ta' struttura.", "Rigward ix-xogħlijiet riċenti, li kienu jinkludu t-tneħħija ta' materjal permezz ta' makkinarju, fil-proprjeta' ta' l-Iskola Carlo Diacono fiż- Żejtun, dawn kienu qed isiru bla permess u ġew imwaqqfa nhar il-Ġimgħa 17 ta' Ottubru minn uffiċjali ta' l-infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, wara spezzjoni fuq is-sit dak inhar stess.", "Id-dipartiment tal-mużewijiet ġie nformat u qal li ħadd ma nformahom dwar ix-xogħlijiet u qatt ma taw approvazzjoni biex isiru xogħlijiet ta' ebda natura viċin il-fdalijiet Rumani li jinsabu fil-konfini ta' l-iskola msemmija.", "Permess antik (PA0368/93) biex tinbena skola tal-kindergarten, li qatt ma nbniet, issa ilu li skada u għalhekk ix-xogħlijiet preżenti huma bla permess.", "Il- fdalijiet Rumani fl-iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun huma fost siti oħra li għandhom jiġu skedati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-futur.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, billi din il-kwestjoni diġa' qamet f'seduta riċenti fil-ħin tal-mistoqsijiet u rriżulta li donnu ħaddieħor ma kienx jaf b'dawn l-affarijiet, qed nieħu gost illum li l-Viċi Prim Ministru qed jgħid li qed jieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-Ministru għadu kif wieġeb mistoqsija dwar l-operat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, nixtieq nistaqsih jekk huwiex f'pożizzjoni li jinforma lill-Kamra dwar bdil li sar min-naħa tal-Gvern għar-rigward ta' rappreżentanti tiegħu fuq l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Min huma r-rappreżentanti l-ġodda u għaliex sar dan it-tibdil?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien ma nara li ġara xejn stamb li jimmerita spjegazzjoni.", "Il-Gvern Laburista issa diġa' ilu sena fil-poter u ħalla għal sena sħiħa l-istess nies li kienu appuntati fuq il-bord tal- Planning Authority mill-ministri ta' l-amministrazzjoni preċedenti.", "Pero' imbagħad deherilna li hemm bżonn ta' ideat ġodda u ta' nies li jirriflettu iktar eżatt x'inhi l-policy tal-gvern tal-lum.", "Din kienet it-talba taċ- chairman tal-Planning Authority stess li qal li hemm bżonn li n-nies li jkunu appuntati mill-ministeri jkunu ntiżi fuq il-policy tal-Gvern ħalli b'hekk ikunu jistgħu jirriflettu x'inhuwa t-thinking.", "Jiġifieri l-iskop kien li wara sena nibdlu, pero' lanqas bdilnihom kollha għaliex minn ħames uffiċjali pubbliċi li tippermetti l-liġi, wieħed baqa' hemmhekk.", "It-tliet membri l-oħra li nbiddlu fid-Development Control Commission inbiddlu minħabba t-tibdil li sar fir-regolamenti dwar il-Planning Authority li ġew ippubblikati f'Awissu li għadda li jgħidu li l-membri li jirrapreżentaw il- Planning Authority fuq id-DDC mhux bilfors iridu jkunu membri tal-bord tal- Planning Authority imma jistgħu jkunu eletti minn barra.", "Fil-fatt l- iskop kien li kemm jista' jkun il-membri li jkunu fuq id-DDC ma jkunux fuq il-bord tal-Planning Authority għaliex jista' jagħti l-kas li jekk inti jkollok każ li jkun weħel fid-DDC u allura jiġi riferut lill-Planning Authority, fuq dan il-bord ikollok tliet membri minn 15 li diġa' jkollhom idea fformata.", "Jiġifieri dan huwa t-tibdil li sar.", "Għalkemm nista' ngħid li l-bniedem li appuntajt jien fuq iI-bord għall- ministeru tiegħi huwa Joe Zahra, ma nistax ngħid liema huma l-ismijiet l- oħra għaliex ma nafhomx bl-amment.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, jista' l-Ministru għallinqas jispjega għaliex in-nies li kien hemm qabel u li nżammew għal dan iż-żmien ma ġewx informati direttament mill-ministri rispettivi tagħhom jew inkella b'ittra?", "Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll jekk wieħed mill- membri appuntati ġodda huwiex il-Perit Martin Debono?", "Jekk il-Ministru jikkonferma dan allura jfisser li l-persuna li qed nirriferu għaliha, kandidat mal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni, li kien impjegat bħala konsulent mal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, kellu jistenna wkoll li jingħata ħatra formali bħala mpjegat tal-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-kollega tiegħi huwa kompletament żbaljat.", "Il-Perit Martin Debono m'huwiex wieħed mill-membri l-ġodda fuq il-bord tal-Planning Authority.", "Rigward il-mistoqsija l-oħra ngħidlu li huwa żbaljat ukoll.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, nixtieq immur ftit lura għall- mistoqsija oriġinali, li kienet tittratta dwar il-fdalijiet Rumani fl- Iskola Carlo Diacono, u nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru x'kien qed isir f'dan ir-rigward qabel Ottubru tas-sena li għaddiet.", "Qed nistaqsi dan għaliex qed tingħata l-impressjoni ħażina li l- affarijiet donnhom ġew ittraskurati fl-aħħar sena mentri dawn il-fdalijiet ilhom jiġu ttraskurati għal snin sħaħ mingħajr ħadd ma qal xejn.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nikkonferma dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "Jiena ġej miż-Żejtun u naf li dan is-sit ġie skopert minn meta kienet inbniet l-iskola sekondarja u ma sar xejn partikolari dwaru.", "Kien hemm żmenijiet meta saru xi ftit skavi ħfief ħafna bla ma daħlu fil-fond fihom.", "Dwar jekk kenitx qed tiġrilhom ħsara mill-elementi minħabba li kienu mikxufin, m'iniex kapaċi nirrispondi għaliex m'iniex intiż f'dawn l- affarijiet.", "Huwa veru li kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Abela, qed tingħata l- impressjoni li dan l-aħħar dan is-sit ġratlu xi ħsara meta fil-fatt ma ġara xejn minn dan.", "Kulma ġara kien li kif normalment jiġri, minn żmien għal żmien kien hemm bżonn li jsiru ċerti arranġamenti fl-iskola.", "Huwa żgur li dan is-sit m'huwiex se jintlaqat u bħalma għidt fir-risposta tiegħi, il- Planning Authority qed tagħmel minn kollox sabiex dawn il-fdalijiet jiġu skedati taħt kategorija \"A\" għaliex huma ta' interess arkeoloġiku importanti ħafna.", "WSC - WATER SAMPLES", "9394.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm testijiet ta' water samples saru mill-Water Services Corporation fuq rapporti ta' nies matul il-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 u t-30 ta' Settembru 1997 kull xahar?", "X'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet?", "Minbarra dawn it- tests, x'testijiet oħra għamlet il-Water Services Corporation fuq l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): It-testijiet li jsiru fil-laboratorju tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma, fuq samples ta' l-ilma li jittieħdu wara li jkunu saru rapporti mill-konsumaturi,* huma maqsuma f'żewġ kategoriji:-", "(a) Leaks: F'każ ta' rapport ta' leakage u jinstab li s-sors ta' l-ilma huwa mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma, ir-rapport jintbagħat lis- sezzjoni tat-teknika sabiex jitwettaq eżerċizzju għal leak detection u t- tiswijiet sussegwenti.", "Fil-perijodu ta' bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u t-30 ta' Settembru, 1997 saru testijiet fuq 251 sample.", "(b) Każijiet ta' Investigazzjoni: Dawn il-każijiet jittrattaw rapporti mill- konsumaturi dwar il-kwalita' ta' l-ilma.", "Il-konsumatur jiġi nformat direttament mil-laboratorju bir-riżultat jew mis-sezzjoni tal-customer care.", "Fil-perijodu msemmi ġew mistħarrġa 40 każ.", "Mhemuża mat-tweġiba hawn tabella ta' informazzjoni fuq it-testijiet kollha li saru mis-sorsi ta' produzzjoni u distribuzzjoni ta' l-ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk isirux testijiet in ġenerali dwar is-salinita' fl-ilma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, il-Water Services Corporation għandha proċedura li biha jsir testing ta' l-ilma kuljum, liema tests isiru għal ċerti parametri li huma ta' ċerta importanza, fosthom is-salinita'.", "Ovvjament isiru wkoll testijiet oħrajn bħal dawk bioloġiċi fuq xi bacteria li jista' jkun hemm fl-ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk kienx hemm xi sors partikolari li l-livell ta' l-ilma tiegħu ddeterjora matul is-snin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, l-aktar sorsi li jidditerjoraw matul is-sena huma dawk is-sorsi ta' taħt l-art, jiġifieri l-boreholes li jiġu kontaminati permezz ta' overflows tad-drenaġġ u l-aktar waħda li matul is-snin dejjem tirriżulta kkontaminata hija l-borehole u l-pumping station li hemm f'Tal-Ħlas Ħal-Qormi, għar-raġuni li hemmhekk hemm ħafna rżiezet u kull meta tagħmel ix-xita l-fosos ta' dawn l-irziezet ifuru u sussegwentament ħafna mis- sewerage ta' l-irziezet jispiċċa fil-borehole.", "Minħabba f'hekk ikun hemm bżonn li ssir washout ta' din il-borehole u fil- proċess jinħlew żewġ miljun gallun ilma.", "Din hija xi ħaġa li żgur m'hijiex sostenibbli għaliex apparti l-ħela ta' l-ilma, ir-residenti ta' dik l-area jkollhom kull darba jsofru l-konsegwenzi xejn sbieħ ta' dan il-proċess.", "Fil- fatt ikun hemm ħafna lmenti anke fil-gazzetti fejn jgħidu li għalkemm ix- xita tkun waqfet, l-ilma jkun għadu jiġri fil-wied.", "L-ilma li jkun qed jiġri fil-wied ikun dak li jkun qed jiġi ppumpjat 'il barra minn din il- borehole.", "Fil-budget tas-sena d-dieħla hemm provduta somma li permezz tagħha nittamaw li nibdew proċess li nindentifikaw liema huma dawk is-sorsi tat- tniġġiż ta' l-ilma tal-pjan - qed nirriferi l-aktar għall-irziezet - u nibdew nirriallokawhom.", "Hemm bżonn li nieħdu l-affarijiet bis-serjeta' u naraw x'inhuma l-aktar sorsi li qed jipperikolaw l-aquifer, li fl-aħħar mill-aħħar huwa riżors naturali importanti ħafna għal pajjiżna.", "SLIEMA - MALTA UNION CLUB", "9401.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għal dak li jirrigwarda l-iskedar tal-Malta Union Club f'Tas- Sliema, peress li skond ir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru 6213 il-heritage advisory committee kien qal li s-sala ewlenija tal- club timmerita priservazzjoni, allura kif skond ir-risposta għall- mistoqsija parlamentari Nru 8955 ġie rrapportat li l-Planning Authority għad m'għandhiex din ir-rakkmandazzjoni f'idejha wara daqstant żmien?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-risposta tal-heritage advisory committee ma kenitx talba formali għall-iskedar tal-post iżda parir tekniku.", "Minn dak iż-żmien sal-lum l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma għamlet l-ebda żieda mal-lista ta' l-iskedar peress li qed jiġi rrikonsidrat il-proċess fid-dawl ta' l-emendi ta' l-Att dwar l-Ippjanar.", "Meta jissokta l-proċess ta' l-iskedar, din il-proprjeta' tiġi kkonsidrata ma' oħrajn.", "UNIVERSITA' - KORS FIS-XJENZI AMBJENTALI", "9407.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jattendu studenti għall-kors li jwassal għad-diploma fix-xjenzi ambjentali mtella' mill-universita'?", "X'differenza hemm bejn dan il-kors u t-tnejn l-oħra, ukoll imtella' mill-Istitut Internazzjonali għall-Ambjent?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): In-numru ta' studenti li qed jattendu għall-kors li jwassal għad-diploma fix-xjenza ambjentali huwa 39.", "Mhux magħruf għal liema żewġ korsijiet qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "L-uniċi żewġ korsijiet li toffri l-Universita' f'dan il- qasam huma, dak li jwassal għad-diploma in environmental science u dak li jwassal għal grad ta' master of science in environmental planning and management.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk minn dawn l-istudenti hemmx xi ħadd li daħal taħt il-maturity clause?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fit-tagħrif li għandi quddiemi m'hemmx din l- informazzjoni għaliex dak huwa tagħrif partikolari.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq ikun jaf din l-informazzjoni, jagħmel domanda bil- miktub u nipprovaw niġbru d-dettalji.", "Madam Speaker, la qed nitkellmu fuq il-maturity clause naħseb li ta' min l-Universita' terġa' tħares daqsxejn lejn x'inhuma l-kriterji li qed jiġu wżati biex jidħlu l-mature students, għaliex jekk wieħed iqabbel dawn ma' ta' universitajiet barra minn Malta jsib li hemm lok għal titjib fil- kriterji li bihom ngħażlu l-mature students.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, lill-Ministru li diġa' kont għamiltu domanda dwar il-maturity clause u kien irrispondieni li se jweġibni f'seduta oħra.", "Nixtieq li kieku l-Ministru jweġibni jekk il-maturity clause inbidlitx għal dawk li se jagħmlu social work.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Safejn naf jien il-kriterju tal-maturity qualification u l-maturity clause tidher li hi ġenerali u biex inkun naf jekk din titbiddilx skond il-korsijiet partikolari nkun irrid niċċekkja.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jien qed nitlob lill-Ministru sabiex jiċċekkja għaliex din il-kwestjoni qamet quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u rriżulta li l-istudenti għal social work naqsu minħabba tibdil fil-maturity clause.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, jien ma neħodhiex bi kbira li ġara hekk.", "Fil-fatt, kif diġa' għidt, jiena m'iniex sodisfatt li l-kriterji li qed nużaw għall-maturity clause huma fil-fatt kriterji serji.", "Żewġ kriterji serji li universitajiet barra minn Malta jużaw huma dawk li jissejħu l-pre-living experience u l-pre-working experience.", "L-Universita' ta' Malta ma tqisx dawn il-kriterji fost il-kriterji li għandha għal dħul ta' studenti taħt il-maturity clause u allura ħafna drabi l-kriterji li titlob ma tantx ikunu differenti minn dawk li jidħlu fl-Universita' mingħajr il-maturity clause, jiġifieri bil-kwalifiki akkademiċi rekwiżiti.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li l-Universita' - anke fid-dawl tad-domanda dejjem tikber ta' adulti li fl-imgħoddi ma kellhomx l-opportunita' li jmorru jistudjaw l-Universita' u li issa jixtiequ jagħmlu dan, ovvjament mingħajr ma wieħed ibaxxi l-istandards - tagħti kas tal-kwalitajiet sbieħ li jkollhom studenti ta' ċerta eta', li ma jkunux jinkludu l-kwalifiki akkademiċi imma li żgur ikunu kwalifiki li jgħinuhom ħafna biex jistudjaw l- universita'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, billi jekk fhimt sewwa l-Ministru donnu qed jgħid li se jwessa' l-kriterji, jista' jara x'ġara fil-każ tas-social workers.", "Fil-fatt f'dan il-każ l-affarijiet tbiddlu u naqsu ħafna l- istudenti li jidħlu għal social work.", "Jien persważ li l-Ministru jaf li s- social workers għandna bżonnhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant u fil-fatt se nara x'ġara fil-każ ta' dan il-kors.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Membru jifhem ukoll li s-setting tal-kriterji għal dħul fl-Universita' m'hijiex buttuna f'idejn il-ministru li sempliċement jagħfasha u l-kriterji jitwessgħu jew jidjiequ!", "Pero' madankollu jien nassigurah li se nagħti kas ta' dak li ntqal.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti informazzjoni dwar reati u etajiet ta' first offenders, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9557;", "Tabella li turi l-għadd ta' pulizija li applikaw għall-eżami ta' surġenti fil-Korp tal-Pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9561; u", "Kopja tar-rapporti tal-Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija u tat-Tribunal ta' l-Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija, kif ukoll kopja tar-reġistri li fuqhom kienu jinżammu n-numri tal-liċenzji rispettivi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9640.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim kollettiv bejn it-Taqsima Dipartimentali u Parastatali ta' l-Union Ħaddiema Magħqudin u l-Management tat-Teatru Manoel li skada fil-31 ta' Awissu 1993 u kopja tal-joint communique li kien ħareġ fit-30 ta' Awissu 1997, bejn il-UĦM u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9547.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi Ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta f'konferenzi internazzjonali matul il-perijodu bejn Novembru 1996 u Novembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9688.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-każ Nru 98 - Rapport Nru 104.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt minn rapport li jindika l-postijiet ikkonsidrati mill- Awtorita' Marittima għal żvilupp ta' yacht marinas f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9456; u", "Informazzjoni dwar stampar ta' materjal għal reklamar u aġenziji tar- reklamar użati mid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport u Portijiet għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W695.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar testijiet fuq l-ilma li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul il-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 u t-30 ta' Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9394.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar nurses barranin jaħdmu mal-Gvern, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9509.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar matul l-1997 u lista ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numu 8610.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar ħut li daħal fil-pixkerija matul il-perijodu bejn Novembru 1995 u Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9458.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA DWAR IS-SEDUTI KONNESSI MA' L-ESTIMI ĠENERALI GĦAS- SENA 1998", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, se nressaq mozzjoni - li nressqu ta' kull sena f'dan il-Parlament meta niġu biex niddiskutu l-Estimi Ġenerali - li tikkontrolla l-mod kif jitmexxew id-diskussjonijiet f'din il-Kamra matul id-dibattitu tal-budget.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, qabel ma nibdew bil-business tal-Kamra ...", "Jien naf li hawn ħafna mozzjonijiet li jitkellmu dwar kif għandha tiltaqa' u ma tiltaqax il-Kamra pero' l-ħin normali ta' meta tiltaqa' l- Kamra huwa fis-6.00 p.m. u l-mozzjonijiet kollha li saru, minn dak li smajt jien fid-debates li stajt nisma', dejjem kellhom il-kondizzjoni li jekk jinħass il-bżonn niltaqgħu fid-9.30 a.m. mingħajr ma nkunu nafu meta se tispiċċa s-seduta.", "Issa jiena jidhirli li huwa d-dmir tal-ministru responsabbli mill- affarijiet tal-parlament lejn kull wieħed li hawn preżenti f'din il-Kamra - mhux lejja biss għaliex jien ma nippretendi u ma rrid l-ebda favuri minn dan il-Parlament la għall-eta' u lanqas għal ħaġa oħra - li almenu jkollu daqsxejn rispett lejn l-ogħla istituzzjoni li għandu l-pajjiż u jfiehem x'inhi n-neċessita' li llum iltqajna fid-9.30 a.m. fuq affarijiet bħal dawn mingħajr ma nafu x'ħin se tispiċċa s-seduta.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, napprezza l-kumment tal-kollega tiegħi u nista' nserraħlu rasu li m'aħniex qegħdin nagħmlu laqgħat kmieni filgħodu la għall-gost u lanqas għall-kapriċċ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jiena staqsejt x'kienet ir-raġuni speċjali tal-lum u għaliex il-Ministru ma ħassx id-diċenza li jqum waħdu jispjega l-affarijiet mingħajr ma noqgħod ngħidlu jien.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, bir-rispett kollu, bħalma taf is- Sinjorija Tiegħek, fil-laqgħat tal-House Business Committee dawn l- affarijiet ġew diskussi u r-raġunijiet ingħataw hemmhekk.", "Jiena lest li lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Mintoff nagħtih l-iscript tal-laqgħat ta' dan il-Kumitat ħalli jkun jaf ir-raġunijiet li ġibna dwar il-bżonn ta' ċertu numru iżjed ta' seduti f'dan il-Parlament.", "Dan għidtu hawnhekk ukoll u nerġa' ngħidu.", "Hemm rapporti tal-corporations li għadhom lanqas biss ġew diskussi - normalment dawn isiru qabel il-budget pero' din is-sena minħabba li l-budget ġibnih 'il quddiem se jkollna bilfors nagħmlu ċertu numru seduti ħalli nkunu nistgħu nittrattaw dawk l-affarijiet li skond il- Kostituzzjoni rridu nagħmluhom qabel - u hemm ukoll bills li jinsabu pendenti u li huwa importanti li ngħadduhom.", "Jiġifieri r-raġuni għal dawn is-seduti hija li hemm ċertu xogħol li jrid isir.", "Irridu mbagħad ngħaddu wkoll sabiex niddibattu l-estimi ġenerali ta' l-ispiża għall-1998.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien dan kollu nafu u l-Ministru m'għandux għalfejn jirripetih, pero' naf ukoll li dan il-Parlament qed jiltaqa' meta jogħġbu hu u fil-ġranet li fihom suppost jiltaqa' ma jiltaqax, anke fi żmenijiet li qed isemmi hu.", "Jekk noqgħod nara n-notices li għandna nsib li hemm ġranet li la taf hux se niltaqgħu u lanqas xejn.", "Jien jidhirli li dan m'huwiex mod kif jittratta lil din l-istituzzjoni.", "Jien naf li dan il-Gvern jinsab imħarbat minħabba l-fatt li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni m'hemmx il-ftehim għall-pairing, ħaġa li kienet teżisti qabel, pero' naf ukoll li fl-aqwa kriżijiet li kellu dan il-pajjiż, l- istituzzjoni tal-Parlament kienet tiġi l-ewwel u ma kienet tmur l-ebda delegazzjoni barra minn Malta.", "Aħna qatt m'għamilna tliet seduti f'ġurnata, lanqas fl-aqwa kriżijiet.", "Li jkun hemm xi darba waħda fejn titlaqqa' seduta b'xi urġenza u tibqa' sejra sakemm tispiċċa nifhimha, imma li nippretendu li dan il-Parlament, li l-membri tiegħu m'humiex kollha fil- Kabinett, ikollhom jiddedikaw dan iż-żmien kollu għax-xogħol tal-Parlament ...", "Jekk iridu dawk il-membri li jifformaw parti mill-Kabinett jistgħu jitilqu x-xogħol tal-gvern u jagħmlu x-xogħol tal-Parlament biss, imma meta hawn membri oħra li jridu jlaħħqu ma' affarijiet oħra - u aħna nieħdu pjaċir li jlaħħqu ma' affarijiet oħra għaliex ma rridux li l-membri parlamentari kollha jkunu mpjegati tan-nazzjon - għandu jkun hawn id- diċenza li wieħed ifiehem sewwa għaliex iltqajna llum fid-9.30 a.m. u kemm se ddum din is-seduta.", "Ma jistax ikun li ħadd minna - mhux biss jien li għandi 82 sena ...", "Jien m'għandi l-ebda intenzjoni li nitolbu favuri lil dak imma hu għandu jispjega għaliex qed jagħmel il-programm minn ġurnata għal oħra, u jien wieħed minn dawk li għadni ma nafx x'se jsir il-ġimgħa d- dieħla.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, jien se nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jispjega lill-Kamra dak li hu spjega fill-House Business Committee.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, bħalma diġa' jaf kulħadd, din is- seduta se tispiċċa f'nofsinhar u jkun hemm nofs siegħa allokata għall- Aġġornament, imbagħad probabbilment hemm seduta oħra fis-2.00 p.m. (Interruzzjonijiet) Bħalissa m'hawn ħadd imsiefer imma lkoll qegħdin hawnhekk biex nagħmlu x-xogħol li hemm bżonn isir quddiem din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Nista' nassigura lil kulħadd li jien m'għandi l-ebda appuntamenti barra minn Malta.", "L-uniku appuntament li għandha din il- Kamra, u mhux jien, hija l-laqgħa tal-Joint Parliamentary Committee ta' l-24 u l-25 ta' Novembru bejn membri Parlamentari Maltin u oħrajn mill- Parlament Ewropew.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Din il-Kamra hija l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u m'għandha ċċedi għall-ebda raġuni u għall-ebda meeting ta' ħaddieħor.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, bħalma għidt, qed inressaq din il- mozzjoni wara li ġiet dibattuta u miftehma fil-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra fejn qbilna li din hija mozzjoni li tiġi ripetuta kull sena.", "Għalhekk, Madam Speaker, nipproponi din il-mozzjoni:", "Illi minkejja kull provvedimenti oħra fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra, dan li ġej għandu jirregola l- proċedura dwar l-Estimi Ġenerali ta' l-Ispiża għas-sena 1998 u dwar l- Estimi Supplimentari ta' l-Ispiża għas-sena 1997.", "A. Provvedimenti Ġenerali", "1.", "Illi jkunu jistgħu jittieħdu aktar minn seba' seduti għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali fil-Kumitat ta' Provvista (Ordni Permanenti Nru 71 (3) (ċ)).", "2.", "Illi l-Kamra tista' tiltaqa' fil-għodu fid-9.00a.m., wara nofsinhar fis- 2.00p.m. u fil-għaxija fis-6.00p.m. fl-istess jum.", "3.", "Illi matul il-jiem tad-dibattiti dwar l-Estimi Ġenerali 1998, kif ukoll fil-jiem tal-Kumitat ta' Provvista għall-Estimi Ġenerali 1998, u Estimi Supplimentari għas-sena 1997, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l-Kamra hu kif ġej:", "jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għodu, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l- Kamra għandu jkun fid-9.00 a.m. u x-xogħol finanzjarju m'għandux jieħu aktar minn tliet sigħat, imma mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill- Ministri sa mhux aktar tard mid-9.30 a.m. u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "jekk il-Kamra tiltaqa' wara nofsinhar, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l-Kamra għandu jkun fis-2.00 p.m. u x-xogħol finanzjarju m'għandux jieħu aktar minn tliet sigħat, imma mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill- Ministri sa mhux aktar tard mid-2.30 p.m. u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għaxija il-ħin li fih għandha tiltaqa' l- Kamra għandu jkun fis-6.00 p.m. u x-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat, imma mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill- Ministri sa mhux aktar tard mis-6.30 p.m. u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "4.", "Illi l-ħin li jittieħed għal xi sospensjoni waqt id-diskussjonijiet kollha fuq l-Estimi Ġenerali 1998, Kumitati ta' Provvista, Estimi Supplimentari 1997, kif ukoll waqt iż-żewġ approprjazzjonijiet, għandu jiżdied mal-ħin stabbilit għall-interruzzjoni tax-xogħol.", "5.", "Illi l-Kamra tista' tiltaqa' wkoll il-Ħamis, il-Ġimgħa, u s-Sibt, kemm fil-għodu, wara nofsinhar u fil-għaxija fl-istess jum.", "6 Illi meta l-Kamra tiltaqa' nhar ta' Ħamis, kemm fil-għodu fid-9.00a.m., wara nofsinhar fis-2.00p.m. u fil-għaxija fis-6.00p.m. isir biss xogħol tal-Gvern.", "7.", "Illi fis-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Estimi Ġenerali 1998 jew l-Estimi Supplimentari 1997, jista' jsir xogħol ieħor tal-Gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, kif ikun jidher fuq l-Aġenda, wara li jispiċċa x-xogħol finanzjarju fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol; u wara li jgħaddi x-xogħol kollu li jkun jidher fuq l-Aġenda, jitressaq l-Aġġornament u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "B. Estimi Ġenerali 1998", "1.", "Illi jkun hemm żewġ seduti fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għas-sena 1998; u l-ewwel seduta minn dawn tkun għall- Oppożizzjoni, waqt li t-tieni waħda tkun għall-Gvern; u ż-żewġ seduti jkunu eżenti mil-limiti ta' ħin għad-diskorsi (Ordni Permanenti Nru. 49).", "Il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ta' dawn iż-żewġ seduti jkun fil- 11.30 a.m. jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għodu, fl-4.30 p.m. jekk tiltaqa' wara nofsinhar u fit-8.30 p.m. jekk tiltaqa' fil-għaxija u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab, waqt li l- votazzjonijiet l-oħra kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu immedjatament wara.", "Il-ħin ta' l-Aġġornament ta' dawn is-Seduti ma jitteħidx.", "2.", "Illi fis-seduti mħollija għall-Kumitat ta' Provvista għas-sena 1998, il- ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, rigward ix-xogħol finanzjarju, ikun fin-12.30 kull meta l-Kamra tiltaqa' fil-għodu, fil-5.30 p.m. kull meta l- Kamra tiltaqa' wara nofsinhar u fid-9.30 p.m. kull meta l-Kamra tiltaqa' fil-għaxija; u li f'dawn is-seduti l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "3.", "Illi fil-jiem tal-Kumitati ta' Provvista:-", "(i) Kull Ministru jressaq ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu fil-Kumitat fil-bidu tad-diskussjoni dwarhom; u mbagħad il-ħin disponibbli għad- diskussjoni jinqasam indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-Gvern;", "(ii) Fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol finanzjarju, il- President tal-Kumitati jqiegħed għall-vot mingħajr diskussjoni l- mistoqsija fuq il-voti ta' l-estimi kif jidhru fuq l-Aġenda, u fuq l- emendi li jista' jkun hemm għalihom:", "Iżda Ministru jista' jressaq emendi li jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni; u Ministru jista' wkoll jitlob il-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat dwar emendi proposti minnu, u f'dan il-każ dawn l-emendi jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni;", "(iii) Il-votazzjonijiet kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu x'ħin tispiċċa d-diskussjoni; u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, waqt li l- votazzjonijiet l-oħra, jekk ikun hemm, jittieħdu immedjatament warajha.", "4.", "Illi fiż-żewġ seduti li għandhom jiġu allokati għall-Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Ambjent:", "il-ħin tad-diskussjoni tas-seduta allokata għall-Ambjent għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl- aħħar nofs għall-Gvern;", "il-ħin tad-diskussjoni tas-seduta allokata għall-Affarijiet Barranin għandu wkoll jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l- Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern; u", "fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol finanzjarju tat-tieni seduta, il- President tal-Kumitati jqiegħed għall-vot mingħajr diskussjoni l-mistoqsija fuq il-voti ta' l-estimi kif jidhru fuq l-Aġenda, u fuq l-emendi li jista' jkun hemm għalihom:", "Iżda l-Ministru jista' jressaq emendi li jitqegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni; u l-Ministru jista' wkoll jitlob il-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat dwar emendi proposti minnu, u f'dan il-każ dawn l-emendi jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni;", "Il-votazzjonijiet kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu x'ħin tispiċċa d- diskussjoni; u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, waqt li l-votazzjonijiet l-oħra, jekk ikun hemm, jittieħdu immedjatament warajha.", "5.", "Illi fiż-żewġ seduti li għandhom jiġu allokati għall-Voti tal-Prim Ministru:", "il-ħin tad-diskussjoni ta' l-ewwel seduta jiġi allokat għall-kelliema ta' l-Oppożizzjoni filwaqt li dak tat-tieni seduta jiġi mħolli kollu għall-kelliema tal-Gvern; fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol finanzjarju tat-tieni seduta, il- President tal-Kumitati jqiegħed għall-vot mingħajr diskussjoni l-mistoqsija fuq il-voti ta' l-estimi kif jidhru fuq l-Aġenda, u fuq l-emendi li jista' jkun hemm għalihom;", "Iżda l-Prim Ministru jista' jressaq emendi li jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni; u l-Prim Ministru jista' wkoll jitlob il-konsiderazzjoni mill- ġdid fil-Kumitat dwar emendi proposti minnu, u f'dan il-każ dawn l-emendi jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni;", "Il-votazzjonijiet kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu x'ħin tispiċċa d- diskussjoni; u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, waqt li l-votazzjonijiet l-oħra, jekk ikun hemm, jittieħdu immedjatament warajha.", "6.", "Illi l-voti fil-Kumitat ta' Provvista jistgħu jittieħdu għad-diskussjoni mhux fl-ordni u fid-dati kif jidhru hawn taħt u iktar minn voti ta' Ministeru wieħed jistgħu jiġu diskussi f'seduta waħda.", "7.", "Illi matul il-perijodu li fih ikunu qed isiru s-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Estimi Ġenerali 1998 jew l-Estimi Supplimentari 1997, il-Kamra tista' tiltaqa' wkoll biex isir xogħol ieħor tal-Gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, kif ikun jidher fuq l-Aġenda.", "BUDGET SPEECH", "L-Erbgħa, 5 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "RISPOSTA MILL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "RISPPOSTA MILL-PRIM MINISTRU", "It-Tnejn, 17 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "L-EWWEL JUM", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI", "It-Tlieta, 18 ta' Novembru, 1997 fid-9.30 a.m. IT-TIENI JUM", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA U AFFARIJIET EKONOMIĊI", "It-Tlieta, 18 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "IT-TIELET JUM", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI", "L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 1997 fid-9.30 a.m.", "IR-RABA' JUM", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET", "L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "IL-ĦAMES JUM", "MINISTERU TAD-DJAR", "Il-Ħamis, 20 ta' Novembru, 1997 fid-9.30 a.m.", "IS-SITT JUM", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Il-Ħamis, 20 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "IS-SEBA' JUM", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI", "Il-Ġimgħa, 21 ta' Novembru, 1997 fid-9.30 a.m.", "IT-TMIEN JUM", "MINISTERU TAT-TURIŻMU Il-Ġimgħa, 21 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "ID-DISA' JUM", "MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Is-Sibt, 22 ta' Novembru, 1997 fid-9.30 a.m.", "L-GĦAXAR JUM", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD", "Is-Sibt, 22 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "IL-ĦDAX-IL JUM", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ", "Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 fid-9.30 a.m.", "IT-TNAX-IL JUM", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-AMBJENT - AMBJENT -", "Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 fis-2.30 p.m.", "IT-TLETTAX-IL JUM", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-AMBJENT - AFFARIJIET BARRANIN -", "Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "L-ERBATAX-IL JUM", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Il-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, 1997 fid-9.30 a.m.", "IL-ĦMISTAX IL JUM", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Il-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, 1997 fis-6.30 p.m.", "APPROPRIATION", "Is-Sibt, 29 ta' Novembru, 1997 fid-9.30 a.m.", "Ċ.", "Approprjazzjoni għas-sena 1998", "(1) Illi l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1998 ikun, jekk meħtieġ, eżenti mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern u ddikjarat urġenti biex l-istadji tiegħu kollha jistgħu jittieħdu fl-istess seduta; u", "(2) Illi d-diskussjoni fuq ir-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar din l-Approprjazzjoni, fl-istadji tiegħu kollha, m'għandhiex tieħu aktar minn nofs seduta bil-ħin maqsum indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern, u bil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol fin-12.30 p.m. jekk is-seduta ssir fil- għodu, fil-5.30 p.m. jekk is-Seduta ssir wara nofsinhar u fid-9.30 p.m. jekk is-seduta ssir fil-għaxija, meta titqiegħed mingħajr diskussjoni kull mistoqsija li jkun hemm bżonn biex jintemm dan ix-xogħol finanzjarju, bil-proviso ta' D(2) u skond D(3), kif jidhru hawn taħt.", "D. Estimi Supplimentari 1997", "(1) Illi l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1997 ikun, jekk meħtieġ, eżenti mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern u ddikjarat urġenti, biex l-istadji tiegħu kollha jistgħu jittieħdu fl-istess seduta; u", "(2) Illi d-diskussjoni fuq dawn l-estimi m'għandhiex tieħu aktar minn nofs seduta bil-ħin maqsum indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern; u fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, li jkun fin-12.30 p.m. jekk is-seduta ssir fil-għodu, fil-5.30 p.m. jekk is-Seduta ssir wara nofsinhar u fid-9.30 p.m. jekk is-seduta ssir fil-għaxija, għandha titqiegħed mingħajr diskussjoni kull mistoqsija li jkun hemm bżonn biex jintemm ix-xogħol kollu finanzjarju dwar dawn l-estimi:", "Iżda Ministru jista' f'kull ħin iressaq emendi li jitqiegħdu għall- mistoqsija mingħajr diskussjoni; u", "(3) Illi l-votazzjonijiet kollha li jistgħu jintalbu fuq dawn l-estimi u l- estimi supplimentari, jittieħdu fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, billi l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab, u l- votazzjonijiet l-oħra jittieħdu immedjatament warajha u l-ħin ta' l- aġġornament ma jitteħidx.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, din hija bażikament il-mozzjoni li qed nippreżentaw hawnhekk.", "Li hemm differenti mis-soltu huwa li għall-voti tal-Prim Ministru se jiġu allokati żewġ seduti li se jkunu nofs għall- Oppożizzjoni u n-nofs l-ieħor għall-Gvern.", "Fil-każ tal-ministeru tiegħi ftehmna fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li nagħmlu żewġ seduti għaliex mhux ġust li d-dikasteru ta' l-ambjent konna qed inħalluh għall-aħħar għaxar minuti jew kwarta.", "F'dawn iż-żewġ każi l-ħin jinqasam bħal fis-seduti l-oħrajn, jiġifieri nofs għall-Oppożizzjoni u nofs għall- Gvern, pero' l-vot imbagħad isir fl-aħħar taż-żewġ seduti għaliex ikun qed ikopri l-vot finanzjarju kollu.", "Barra minn hekk daħħalna għall-ewwel darba l-possibbilta' - kif fil-fatt jidher proprju fil-ġurnata tat-22 ta' Novembru - li jkun hemm tliet seduti dwar il-voti tal-ministeri fl-istess ġurnata.", "Hemm ukoll li, fil-ġranet ta' bejn is-seduti fejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħti l-veduti tiegħu dwar il-budget sakemm imbagħad jirrispondi l-Prim Ministru, inkomplu bix- xogħol tal-Gvern.", "Madam Speaker, il-qofol kollu ta' din il-mozzjoni huwa sabiex kemm jista' jkun nipprovaw nagħmlu l-aħjar użu tal-ħin li għandna available ħalli d- diskussjoni fuq l-estimi tal-budget ma tkaxkarx bla bżonn.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jien nibda minn fejn spiċċa l-aħħar kelliemi.", "Il-Viċi Prim Ministru qal li l-uniċi differenzi huma \"hekk\" u huma \"hekk\".", "Mhux veru, Madam Speaker.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni ferm differenti milli kien jeżisti fl-imgħoddi.", "Bl-iskuża tal-bon ordni fil- pajjiż, għandna Parlament li tant huwa dull and grey u tant veru ma jeżistix dibattitu hawn ġew li jekk tħares lejn l-istrangers' gallery fi kwalunkwe okkażjoni - mhux l-okkażjoni tal-lum biss fejn tal-press ilhom idejquni għal dawn l-aħħar tlett ijiem u kulħadd iċempilli - tara l-baħħ li jeżisti.", "Issa dan ħadd minna ma jridu.", "U x'inhu r-riżultat ta' dak li qed jiġri hawn ġew?", "Ir-riżultat li dak qed jiġri hawn ġew huwa li ma hawnx membru wieħed li fuq il-kuxjenza tiegħu jista' jgħid li jkun preżenti għas-seduti kollha u jismagħhom kollha.", "Issa hawnhekk kulħadd jaf li d-dover tagħna huwa li nkunu hawn ġew u nisimgħu kollox, mhux li naqraw x'ġara u ma ġarax fil-gazzetti, u lanqas hu d-dover tagħna li meta nitkellmu hawn ġew nagħmlu summary għall-gazzetti ħalli dawn lanqas ikollhom għalfejn jiġu hawnhekk jisimgħu.", "Li qed jiġri huwa li kif toħroġ isibek xi reporter u jgħidlek biex tagħtih summary ta' dak li tkun għidt ħalli jkunu ċerti, u inti tista' tagħtih verżjoni differenti ta' dak li tkun għidt u ma jkun ġara xejn.", "Lanqas sempliċi kawża fil-qorti - dawn ukoll ikunu pubbliċi biex jekk jinteressa ruħu ċ-ċittadin jkun jista' jkun preżenti - ma jkollha nuqqas ta' attendenza daqs kemm għandna hawn ġew, l-aqwa istituzzjoni tal-pajjiż.", "Imma mhux dan biss.", "Il-ministri jridu jpoġġu daqsxejn idejhom fuq qalbhom u jgħidu jekk huwiex veru li huma joqogħdu jaħdmu hawnhekk fil-kmamar tagħhom u addio Parlament u mhux Parlament u malli jgħajtulhom għall-quorum jidħlu fis-sala.", "Dan mhux Parlament!", "Lanqas f'konferenzi internazzjonali fejn jiltaqgħu u ma jiġi deċiż xejn għax il-vot ma jkun ifisser xejn ma jkunu hekk, aħseb u ara f'Parlament!", "Mela issa nbiddlu ċ-ċirkostanzi kollha.", "U għaliex qed ngħid li nbiddlu ċ- ċirkostanzi kollha?", "Qed ngħid hekk għaliex waħda mill-affarijiet li jrid jirrispondi għalihom l-Onor.", "Membru li qed imexxi l-business ta' din il-Kamra - u li għadu ma rrispondiex għaliex baqa' ma qalx la x'inhi l-urġenza tal-lum u lanqas x'inhi l-urġenza tal-business li qed jgħid li jrid jitlesta sat-tali ġurnata - hija jekk dan huwiex l-uniku mod kif isir il-business jew inkella huwiex aħjar il-mod li bih konna nimxu fl-imgħoddi fejn il-gvern iħalli lill-oppożizzjoni tgħid dak kollu li għandha tgħid u meta jara li tkun qed tivvessa, jagħmel motion of closure - ħaġa li m'hija disgrace imkien fil- Parlament - biex l-oppożizzjoni tieqaf.", "Dawk kienu l-metodi ta' l-antik, Madam Speaker, liema metodi żammew id-dibattitu f'dan il-Parlament ħaj, żammew l-istrangers' gallery mimlija u żammew lill-press soġġetta għall- aqwa istituzzjoni fil-pajjiż u mhux kif inhu llum fejn aħna ninsabu soġġetti għall-press.", "Dik kienet il-pożizzjoni qabel.", "U jien nappella lilek li, bħala Speaker, għandek l-ewwel dmir li tara li x-xogħol ma jkomplix miexi hekk għaliex ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Issa ħalli mmur għal xi ħaġa aktar partikolari fejn nidħol jien.", "Kulħadd jaf jiskonġra imma biex tagħmel hekk trid tkun pur.", "Jien naċċertak, Madam Speaker, li f'dawn l-affarijiet jien pur - mhux li m'għandi l-ebda tebgħa, min m'għandu l-ebda tebgħa? - aktar minn kull wieħed li hawn hawnhekk għaliex dejjem għamilt minn kollox biex din l- istituzzjoni insalvaha.", "Il-membri ta' l-Oppożizzjoni jistgħu jitkellmu u jgħidu kemm kont għamilt sforzi meta dawn kienu ħarġu minn hawnhekk sabiex jerġgħu jiġu lura u kemm tgħawwiġt biex jerġgħu jiġu hawn ġew.", "Imma dak kollu mgħoddi.", "U għalfejn qed ngħid dan kollu jien?", "Għaliex waħda mill- affarijiet li se jgħiduli hija li jekk kien hemm ħaġa li ġiet irriformata fuq il-budget kienet fi żmieni u l-awtur kont jiena.", "Mela ħalli naraw x'irriformajt jien fil-budget.", "Tista' tgħid li qabel, id-diskussjonijiet fis-seduti tal-budget kollha kienu jkunu fuq l-affarijiet ġenerali.", "Meta l-membri kienu jqumu biex jitkellmu ma kenux jitkellmu fuq il-ministeru tal-finanzi imma kienu jitkellmu fuq id-dettalji li suppost jiġu diskussi f'kumitat.", "Allura min kien ikun hawn ġew la kien jaf jekk aħniex se nitkellmu fuq id-dettalji u lanqas jekk aħniex se nitkellmu fuq affarijiet ġenerali, u dak iż-żmien konna ftehmna ma' l-Oppożizzjoni, mingħajr ma mponejna xejn u mingħajr ma bdilna l-ebda standing order u lanqas in-natura tad-debates, li jekk hemm għaxart ijiem biex jgħaddi l-budget, l-ewwel u t-tieni ġurnata jkunu biex wieħed jitkellem fuq l-affarijiet in ġenerali mbagħad fil-ġranet l-oħrajn isiru ministeru ministeru ħalli jitkellmu fuq il-ministeri, mhux imbagħad lanqas jifdal ħin biex jiġi diskuss il-ministeri.", "Madam Speaker, ma nafx jekk humiex jifhmuni u ma rridx naħli l-ħin tal-Kamra nitkellem fuq proċedura u mhux proċedura, pero' irrid ngħid li dak iż-żmien aħna konna rranġajna li l-ewwel jumejn isiru fuq il-vot - ħalli ngħidulu l-istadju tas- Second Reading ta' liġi għaliex wara kollox din m'hi xejn ħlief liġi - u l- ġranet l-oħrajn il-Kamra tmur f'Committee Stage, fejn naturalment kulħadd ikun jista' jitkellem fuq xiex irid, pero' naturalment min jitkellem fil- każ ta' ministeru jrid jitkellem mhux biss fuq l-affarijiet ġenerali imma anke fuq l-affarijiet individwali.", "U sibna li dan kien metodu aħjar.", "Ma kienx intiż li jekk imbagħad jinqalgħu ċirkostanzi fejn xi ħadd ma jaqbilx mal-linja ġenerali tal-budget, mal-linja ġenerali tal-foreign affairs - qed nitkellem għall-ministru li qam issa, li qal li jien kollega tiegħu ...", "Jien kollega tiegħu għax bilfors għaliex mill-bqija kemm ilu li sar ministru, la qatt kellimni fuq affarijiet tal-ministeru u lanqas qatt indenja ruħu jiltaqa' miegħi meta bgħatt ngħidlu li għax-xogħol li jien ridt nagħmel fl-IPU hemm bżonn li niltaqgħu flimkien.", "Anzi bl-ikbar suppervja ma riedx jiltaqa'.", "Imma issa dawk huma affarijiet ta' bejnietna u qed ngħidhom biex meta jsejjaħli \"kollega\" almenu jagħtiha ċerta sfumatura.", "Kollega parlamentari, dik nagħtihielu.", "Nistmah ta' kollega bħalma nistma lil kulħadd, imma mhux kollega fis-sens kif neħduha aħna, bejn tnejn f'partit li għandhom l-istess ideal u li qed jaħdmu għall-istess ħaġa.", "Madam Speaker, fis-seduta meta bdiet tiġi diskussa l-mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar l-Unjoni Ewropea jien kont qomt u għidt li ma naqbilx ma' l-Oppożizzjoni u lanqas naqbel mal-mod kif qed imexxi l-foreign policy il-Viċi Prim Ministru.", "Meta għidt hekk, b'xi mod irranġaw biex din il-mozzjoni ma tidhirx iktar ħalli jien ma nkunx nista' nitkellem.", "U lili ħadd ma ndenja ruħu, lanqas min qed jgħid li huwa kollega tiegħi - din tal- \"kollega\" hija kondizzjonata - jarani u jgħidli: Isma' dik se terġa' tiġi fit-tali u t-tali ġurnata u inti se jkollok ċans titkellem.", "Bqajna bil- ħnizrija fejn għandna mozzjoni emendata mill-Gvern u l-Gvern lanqas jaf jekk dan il-Parlament jaqbilx ma' dik l-emenda jew le.", "Imma l-Gvern ma jimpurtahx, dan il-Parlament ma jeżistix għalih!", "Wasalna fis-sitwazzjoni fejn dan il-Parlament ma jeżistix għall-Gvern.", "U qed ngħid hekk għaliex illum jien konvint li l-attakk li qed issir mhux qed isir lili personali għaliex illum jien għandi 82 sena u se ngħidilhom minn hawnhekk li lili ħadd ma jista' jagħmilli xejn u ma rrid favuri mingħand ħadd.", "Jiena qed ngħid, u qed ngħid quddiem kulħadd, li hawnhekk m'għandniex inkunu ipokriti, imma għandna ngħidu l-affarijiet kif inhuma għaliex jekk ma ngħidux l-affarijiet kif inhuma m'aħniex se naslu.", "Meta jien ipprovajt naqdi l-affarijiet tiegħi parlamentari - mhux għas-sodisfazzjon tiegħi personali imma biex naqdi d-dmirijiet tiegħi fl-IPU - u bgħatt ngħidlu għal darba, darbtejn biex ikellimni fuq foreign policy bħalma kien ikellimni l- ministru Nazzjonalista ta' qabel u jgħidli x'inhu għaddej ħalli mbagħad inkunu nistgħu naħdmu flimkien ..", "Jien ippretendejt li l-kollega tiegħi, mhux fil-Parlament biss imma fil-partit, dan is-suġġeriment għandu jaħtfu, imma fil-fatt baqa' ma ġie qatt.", "Allura jien l-uniku ċans li kelli kien li fl-ewwel okkażjoni li jkolli nesprimi ruħi.", "U l-ewwel okkażjoni kienet il- mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Issa ħalli niġu għall-business li għandna llum, Madam Speaker, u naraw jekk hawnx xi ħadd minna li jgħid li huwa bully daqshekk li huwa lest li jgħid li jaqdi d-dmirijiet parlamentari tiegħu billi llum, għada, pitgħada u kull meta jkun hawn seduti mid-9.30 a.m. sa nofs il-lejl joqgħod hawn il-ħin kollu u jsegwi l-ħin kollu.", "Mhux li ma jitlaqx għal minuta ħalli jmur fil-lavatory, għaliex b'daqshekk ma jkun ġara xejn għax kulħadd jagħmel hekk, imma li joqgħod hawnhekk il-ħin kollu.", "Il-ħinijiet ta' dawn is-seduti huma magħmulin apposta biex dak li jkun ikun jaf li jrid ikun hawnhekk fit-tali ħin u m'għandux għalfejn joqgħod hawnhekk aktar.", "Din hija d-demokrazija?", "Jekk il-Parlament wasal s'hawn jien ngħidilkom: Morru orqdu lkoll!", "Imisskom tistħu li wasalna f'din is-sitwazzjoni f'dan il-pajjiż!", "Ma kontx nistenna li nkun jien, l-aktar wieħed xiħ fostkom, biex inqum u ngħid xi ħniżrijiet għandna!", "U ma kontx nistenna li l- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, li huwa responsabbli wkoll mill- affarijiet parlamentari, isemmili l-House Business Committee.", "F'hekk wassluh lil dan il-Parlament dawn il-kumitati kollha!", "U ma noqogħdux nistaħbew wara dan il-kumitat!", "Issa kieku aħna konna fl-oppożizzjoni u l- Gvern jiġi jagħmel hekk, x'kienu jistgħu jagħmlu l-membri li jkunu qed jirrappreżentaw lill-gvern fil-House Business Committee?", "X'jistgħu jagħmlu dawn jekk bil-maġġoranza tiġi hawnhekk u addio demokrazija u addio standing orders u taqbad u tagħmel mozzjonijiet bħal dawn?", "They can only get the best out of a raw deal, imma jekk intom kuntenti b'dawn l-affarijiet jien ngħidilkom li m'hijiex se timxi d-demokrazija għaliex id-demokrazija ma timxix billi jkollok partit wieħed b'saħħtu u mbagħad partit ieħor.", "Imma dwar dan ikolli ċans nitkellem aktar 'il quddiem.", "Jien għalissa li se ngħidilkom hu: Poġġu jdejkom fuq il-kuxjenza tagħkom u ara jidhrilkomx li għandna nkomplu b'dan il-mod.", "Imma x'qed jiġri agħar minn hekk b'din il- mozzjoni, Madam Speaker?", "Qed jiġri li aħna qegħdin naslu biex ngħidu li jekk il-maġġoranza jidhrilha li l-Oppożizzjoni lanqas għandha titkellem, ngħadduha għaliex tgħaddi bil-maġġoranza!", "Hawn mhux talli qegħdin immorru kontra l-prinċipju tad-demokrazija, talli qed immorru kontra s-sens komun, kontra s-serjeta' li jaħdmu biha l-bnedmin.", "Jiena kont f'seduti internazzjonali fejn l- affarijiet kienu urġenti - u kont l-aktar pixxikalda? - u fejn kien hemm il- pajjiżi kollha tad-dinja, pero' dawn qatt m'għamlu dawn il-ħniżrijiet li jipprovaw iġibu l-laqgħa f'sitt darbiet u f'seba' darbiet apposta biex dak li jkun jgħejja u jgħid li ma jista' jagħmel xejn aktar.", "Din m'hijiex serjeta'.", "U m'hijiex serjeta' għaliex tinvolvi nuqqas ta' demokrazija.", "Issa ħalli naraw f'liema pożizzjoni poġġew lili għaliex ridt nitkellem u ngħid il-veduti tiegħi.", "Madam Speaker, qabel ma ġiet f'dan il-Parlament il-mozzjoni ta' l- Oppożizzjoni, jien pprovajt ngħid u għidt lill-whip li jiena f'dik il- mozzjoni nixtieq nitkellem, irrid nitkellem u se nagħmel ħilti kollha biex nitkellem.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex jiena jiddispjaċini meta naqra fil-gazzetti li bniedem - naħseb li bona fide mhux b'malizzja - li huwa Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista , impjegat tal-Partit Laburista, mingħajr ma jara l-affarijiet sewwa jmur jitkellem u jgħid li jien qbadt u mingħajr notice u mingħajr ma għidt lil ħadd ippretendejt li nitkellem fil-debate dwar il-budget bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiena ma ppretendejt xejn, Madam Speaker, u lanqas issa ma qiegħed nippretendi!", "Jien nippretendi biss id- drittijiet tiegħi bħala Membru tal-Parlament u jekk il-partit irid bilfors ipoġġini f'pożizzjoni li jew nitlaq mill-Parlament jew nitlaq mill-partit, allura jkun tort tal-partit u mhux tort tiegħi.", "Jiena m'iniex se ngħid li jien ħriġt għall-aħħar elezzjoni b'ċerti kondizzjonijiet, u m'iniex se ngħid dan għaliex dawn l-affarijiet m'humiex affari tal-Kamra imma huma affarijiet tal-partit.", "Jien m'għandi xejn fuq il-kuxjenza tiegħi.", "Ngħid li m'għandi xejn fuq il-kuxjenza tiegħi għaliex meta jiena kont tkellimt fid-distrett tiegħi kont tkellimt b'mod differenti u fuq programm totalment differenti minn dak li kellu l-partit.", "Tant hu hekk li fi press conferences lill-Prim Ministru staqsewh: Dan kif qed jitkellem hekk u inti qed titkellem mod ieħor?", "Il-Prim Ministru rrispondihom u qalilhom: Isma' aħna l-istess ħaġa rridu, imma hu jixtieqha b'mod u aħna nixtiequha b'mod ieħor, dak għandu triq u aħna għandna triq oħra.", "Imma allura jien jidhirli li jekk aħna se nittolleraw u se nirrispettaw lil xulxin għaliex qed jingħad li hu għandu triq u aħna għandna triq oħra għaliex m'għandniex nagħmlu minn kollox biex nisimgħu lil xulxin?", "L-ewwel dmir kien tiegħu li jgħidli x'inhu għaddej hawnhekk u għall-ewwel ħassewh dan id-dmir għaliex fil-bidu kien jiġi l-Whip jgħidli x'qed jiġri fil-parliamentary group pero' imbagħad, jew għax ma setax minħabba li l-affarijiet kienu qed isiru bl-għaġġla u malajr, jew għal xi ħaġa oħra, ma baqax jiġi u issa ilu x-xhur ma jiġi jgħidli x'ġara u ma ġarax fil-parliamentary group.", "Madam Speaker, qed ngħid dan kollu għaliex għandu ħafna importanza fuq din il-mozzjoni li tessqet illum.", "Din hija mozzjoni li tgħid li anke jekk l-Oppożizzjoni tagħtini żmien minn tagħha sabiex nitkellem fuq il-budget speech, lanqas nista' nagħmel hekk għaliex diġa' jkunu qed jgħodduni bħala wieħed mill-Membri ta' l-Oppożizzjoni għaliex nofs il-ħin huwa tal-Gvern u n-nofs l-ieħor huwa ta' l-Oppożizzjoni.", "U l-Ministru, li qed jgħid li hu kollega tiegħi, lanqas biss kellimni!", "Dawn lanqas biss indenjaw ruħhom jgħiduli x'fih il-press statement li għamel il-Partit Laburista.", "Issa la jkunu jafu l-partitarji taraw kemm iberkukom, lilek u lil Magro u lill- oħrajn!", "Jien kelli d-diċenza li lilkom nagħtikom in-notice u ngħidilkom kollox x'se nagħmel u ma nagħmilx, bħalma għidt lill-Oppożizzjoni.", "Jien lill-Oppożizzjoni qatt ma kellimtha fuq din il-kwestjoni.", "Staqsiehom!", "Jien lill-Oppożizzjoni qatt m'għidtilhom li se naqsam il-Kamra.", "Mhux għax nibża' naqsam il-Kamra, għax jekk ikun hemm raġunijiet nazzjonali li naqsam il-Kamra ...", "Imma m'hemmx raġunijiet nazzjonali li naqsam il-Kamra.", "Hemm raġunijiet nazzjonali li dan il-Parlament u l-partiti jibdew jiffunzjonaw sew.", "Aħna ma nistgħux immorru f'elezzjoni u biex ma nitilfux voti lill- poplu ma ngħidulux l-affarijiet kif inhuma imbagħad ngħidulu li se nirranġaw kollox la nitilgħu.", "Ma nistgħux nirraġunaw bil-mod li jekk ngħidulhom inkunu qed inbeżżgħuhom u ma jivvotawlniex.", "Ma nistgħux nagħmlu hekk.", "Din m'hijiex demokrazija.", "Din m'hijiex serjeta'.", "Dan mhux mod kif qatt ħadem il-Partit Laburista.", "Dan mhux mod kif tmexxi lil Malta.", "Dan mhux mod kif jitmexxa l-Parlament.", "Issa jekk intom tridu bilfors tpoġġuni f'pożizzjoni li nagħżel, jien għandi ħafna triqat minn fejn nagħżel.", "Jien stajt ma tbaqbaqt xejn dalgħodu u għidtilkom li jien għandi 82 sena, m'iniex ġej u għaffġu intom weħidkom.", "X'kien se jiġrili?", "Xejn.", "Dalgħodu jien stajt irriżenjajt.", "X'kien se jiġrili?", "Xejn!", "Kien ikun tort tagħkom għax hekk ridtu.", "Jien dalgħodu stajt niddeċiedi li tant ma tistgħux tmexxu intom u tant wasaltu fit-tarf, li jekk mhux se tibdlu t- triq fejn intom mexjin aħjar inkun jien, wieħed minnkom, li ngħidilkom: \"Ejja .... \"", "Jien għandi dawn l-għażliet kollha quddiemi u dawn jien nagħżilhom skond kif jidhirli li hu fl-aħjar interess tan-nazzjon.", "Issa ħalli niftiehmu, jien bl-aħjar interess għan-nazzjon nifhem li l-ewwel iż- żgħar nett u mbagħad il-kbar, u dan fl-interess tal-kbir stess.", "Jien dejjem hekk fhimthom l-affarijiet.", "L-ewwel iż-żgħar nett, għaliex jekk taħseb fiż-żgħar nett il-kbir ukoll jiġi miegħek.", "Imma dan nitkellmuh aktar 'il quddiem.", "Madam Speaker, jien naħseb li għidt biżżejjed - nispera li jkolli s- saħħa biżżejjed li nitkellem iktar 'il quddiem - biex nuri li Allaħares tgħaddi din il-mozzjoni għaliex 'il quddiem anke mozzjonijiet fejn jingħad li l-Oppożizzjoni jingħatalha biss ħames minuti u jsir statement hawnhekk min-naħa tal-Gvern biex juri li mhux qed isir debate imma statement ...", "Anke f'dan se naslu u jkollkom taċċettawh!", "U l-membri tal-Parlament ta' din in-naħa jkollhom jaċċettawh, kulħadd ikollu jaċċettah imbagħad għaliex dan huwa preċedent ikrah immens.", "Din l-isfida qiegħda fuq il-membri tal- Parlament kollha u fuq din l-istituzzjoni.", "Il-Viċi Prim Ministru m'għamel l-ebda sforz biex jispjega għaliex se jsiru dawn il-ħafna seduti f'daqqa u m'għamel l-ebda sforz biex jispjega jekk 'il quddiem aħniex se nibqgħu sejrin b'dawn il-ħniżrijiet.", "L-ebda sforz m'għamel għaliex ma ħass l-ebda dover u jiddispjaċini ngħid li kelli nkun jien, ta' 82 sena, biex inqum u nitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, bħall- kumplament tal-Kamra ċertament jien ukoll smajt b'attenzjoni d-diskors ta' l-Onor.", "Mintoff.", "Naturalment ilna ħafna nafu lil xulxin anke f'dan il- Parlament u l-istorja nafuha, pero' laqtitni l-frażi ta' l-Onor.", "Mintoff \"addio Standing Orders\".", "Fil-fatt diġa' addio l-iStanding Orders.", "F'dan il-Parlament mexjin bil-perceived bżonnijiet tal-Ministru responsabbli mill- Affarijiet tal-Parlament, jew aħjar tal-Prim Ministru, u aħna nonostante li għandna l-House Business Committee - li huwa ħaġa tajba - dan ħafna drabi jiltaqa', jiddeċiedi u l-għada filgħodu aħna nkunu mgħarrfin li nbidlet is- sitwazzjoni kollha li nkunu qbilna fuqha lejliet.", "Eżempju riċenti kien meta l-House Business Committee iltaqa' fit-8.00 p.m. fil-ġurnata tat- Tlieta, iddeċidew x'kienet se tkun l-aġenda għall-għada fis-6.00 p.m. u mbagħad nofs siegħa wara li ltaqgħu, jiġifieri fid-9.00 p.m., aġġornaw il- Parlament għall-għada b'seduta li tibda fid-9.00 a.m. u tispiċċa f'nofs il- lejl.", "Veru!", "Xejn ma jiswew l-iStanding Orders!", "Illum għandna mozzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' dan il- Parlament li bihom il-Gvern jiddeċiedi li jagħmel li jrid, meta jrid u kif irid.", "Dan huwa ħażin u għalhekk naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Mintoff.", "Aħna ma rridux li hawnhekk inkunu kollha politiċi full time.", "Ikun ħażin jekk dan il-Parlament jispiċċa li bilfors trid tkun politiku u xejn iktar u huwa tajjeb li kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jkollna l-possibbilta' li naġixxu b'diversi modi mhux fil- Parlament.", "Issa jien m'iniex qed ngħid biss għal min imur jaħdem imma anke għax-xogħol li huwa politiku.", "Ma jistax ikun li aħna nkunu marbutin kif aħna, li meta jfettillu l-Ministru jiġi fid-9.00 p.m. u jgħidilna li se jkollna seduti li jibdew fid-9.00 a.m. u jispiċċaw f'nofs il-lejl, inkluż is-Sibt u l-Ħamis.", "Hija ħaġa li ma titwemminx kif dan il-Gvern imexxi l- proċeduri tal-budget b'dan il-mod stramb ta' tliet seduti kuljum!", "Illum aktarx għandna, għax għadna ma nafux ...", "(Interruzzjonijiet) Le, ma nafux għaliex fil-House Business Committee intqal li llum se jkun hawn tliet seduti, pero' ħadd ma jżomm lill-Ministru li meta jsir nofsinhar, minflok ma jaġġorna għas-2.00 p.m. jaġġorna għas-6.00 p.m. jew għal għada!", "Infatti l-Viċi Prim Ministru qal \"probabbli\".", "U din hi l-verita', iva.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi oqgħod daqsxejn kwiet.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok tinterrompix.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, il-verita' hi li l-ġimgħa l- oħra qalulna li se jkun hawn tliet seduti, imbagħad minflok tliet seduti għamilna waħda.", "Il-ġimgħat ta' qabel kien hemm urġenza u għamilna seduta mid-9.00 a.m. sa bil-lejl u mbagħad morna qgħadna d-dar għaliex is-seduti li kellhom isiru l-Erbgħa, il-Ġimgħa, it-Tnejn u t-Tlieta ma sarux.", "F'din is-sitwazzjoni ninsabu f'dan il-Parlament.", "L-iStanding Orders m'għadhomx jeżistu.", "Pero' ħalli niġi għall-mozzjoni li għandna quddiemna llum.", "Huwa veru li din hija mozzjoni ta' proċedura li ssir kull darba li l- Parlament jiddiskuti l-budget pero' naqbel ma' l-Onor.", "Mintoff li mhux veru li din hija xi ħaġa li dan il-Parlament irid isegwi bilfors għaliex fl- imgħoddi hekk konna nagħmlu.", "L-ewwelnett, veru li fl-imgħoddi hekk konna nagħmlu?", "Jien ili f'dan il-Parlament sa mill-1969, u dalgħodu, qabel ġejt hawn mort niċċekkja - biex ma noqgħodx biss fuq il-memorja - x'kien jiġri.", "Fil-budget diskuss fl-1970 kien tkellem il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, in-Nutar George Borg Olivier u l-Avukat Mario Felice.", "Fil-budget ta' l- 1971 kien tkellem l-Onor.", "Mintoff li dak iż-żmien kien Kap ta' l- Oppożizzjoni - l-Onor. de Marco, l-Avukat Buttiġieġ u s-Sur Nestu Laiviera.", "Fis-sena ta' wara, min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kienu tkellmu n- Nutar George Borg Olivier, l-Avukat Mario Felice u Dr Albert Hyzler.", "Fl- 1973 tkellem n-Nutar George Borg Olivier u n-Nutar Bonello du Puis.", "Fil- budget li sar fl-1975, fl-ewwel ġurnata kienu tkellmu n-Nutar Borg Olivier, is-Sur Lorry Sant, Dr Ċensu Tabone u r-raba' kelliem kien l- Onor. Mintoff, li dak iż-żmien kien Prim Ministru.", "Kien hemm ukoll l- alternanza.", "Huwa veru li kemm domt Kap ta' l-Oppożizzjoni jien - jekk m'iniex sejjer żball - dejjem ħadt seduta sħiħa waħdi, imma din kienet għażla tiegħi u ta' sħabi.", "Jiġifieri hawnhekk il-punt li ridt nagħmel huwa li m'hu veru xejn li l-iStanding Orders jgħidu li fl-ewwel żewġ seduti jridu jitkellmu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru u mhux veru li dejjem kien isir hekk.", "Madam Speaker, Standing Order Nru. 71 tgħid eżattament li d-diskussjoni fuq il-mozzjoni sabiex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista m'għandhiex iddum aktar minn jumejn.", "L-użanza għal ħafna snin kienet li jitkellem min irid pero' naturalment il-partiti jirregolaw ruħhom u l-grupp parlamentari ta' kull naħa jkun jaf min se jitkellem.", "Hekk imorru l-affarijiet.", "Mela l- ewwelnett m'hu veru xejn li din hija xi ħaġa li torbotna bilfors għalkemm huwa veru li għal ħafna snin imxejna bl-użanza li ġurnata jitkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni imbagħad jirrispondi l-Prim Ministru.", "Fil-fatt, meta fl- 1992 inbidel il-Kap tal-Partit Laburista, jiena stess kont tkellimt ma' l- Onor. Alfred Sant, u staqsejtu jekk jidhirlux li hija ħaġa sewwa li nagħmlu monologu fis-sens li huwa jagħmel tliet sigħat jitkellem bħala Kap ta' l- Oppożizzjoni u mbagħad jiena nagħmel tliet sigħat oħra.", "U kont għidtlu: GĦaliex ma niftehmux fuq ħin?", "Fil-fatt ftehema li nibdew nitkellmu għal sagħtejn biss.", "U hekk ġara mill-1992 sal-lum, pero' din id-darba għandna xi ħaġa ġdida, Madam Speaker.", "Jiena, kif diġa' għidt, smajt b'attenzjoni kbira lill-Onor.", "Mintoff u naturalment kont sorpriż ħafna bil-komunikat tal-Malta Labour Party nhar il- Ġimgħa.", "F'dan il-Parlament kull deputat mhux biss għandu d-dritt iżda għandu d-dmir li jitkellem.", "Id-dmir huwa akbar meta għal xi raġuni partikolari huwa jħoss li għandu jitkellem dwar kif jaħsibha fuq xi ħaġa ta' importanza li tista' tkun ma taqbilx mal-politika tal-Gvern, jew ta' l- Oppożizzjoni jekk ikun min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan huwa dritt fundamentali ta' kull deputat u għalhekk skantajt ħafna li l-Malta Labour Party joħroġ komunikat li fih qal li l-Onor.", "Mintoff talab li jitkellem fid- dibattitu fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista u l- Grupp Parlamentari qallu \"le\".", "Issa l-eżekuttiv tal-Partit Laburista ukoll se jiddeċiedi min jitkellem f'dan il-Parlament għaliex l-istess eżekuttiv qal li l-Onor.", "Mintoff ma jitkellimx f'dawn il-jumejn ta' dibattitu u, jekk irid, jitkellem f'xi seduta oħra fil-Kumitat ta' Provvista.", "L-ewwelnett, kif diġa' rrimarka l-Onor.", "Mintoff, fil-Kumitat ta' Provvista titkellem fuq ministeru partikolari.", "Huwa veru li aħna nużaw ċerta latitudni pero' jekk fil-Kumitat ta' Provvista jkunu qed jiġu diskussi l- Voti tal-Prim Ministru, titkellem fuq il-Voti tal-Prim Ministru.", "Biex wieħed jitkellem b'mod ġenerali fuqhiex irid, dak li jkun irid jistenna sakemm niġu biex niddiskutu l-Appropriation Act.", "Hemmhekk nafu li l-użanza hi, kif jgħidu bl-Ingliż, li tista' titkellem of cabbages and kings, fuqhiex trid.", "Mela realment il-Malta Labour Party u l-Grupp Parlamentari Laburista qed jgħidu lill-Onor.", "Mintoff li jekk hu jrid jitkellem b'mod ġenerali jrid jistenna sakemm ikollna d-debate li fiha jkun jista' jitkellem b'mod ġenerali.", "Mentri l-verita' hi li d-dibattitu biex immorru f'kumitat ta' provvista huwa proprju l-mument meta ilkoll kemm aħna għandna dritt nagħtu r-reazzjoni tagħna għad-diskors tal-budget, diskors importanti għaliex jagħti direzzjoni lill-pajjiż għas-snin li jkunu ġejjin.", "Mela allura s-sitwazzjoni hi li għandna kwestjoni ta' prinċipju.", "Huwa veru li fil-House Business Committee li sar nhar l-Erbgħa n-naħa tal-Gvern staqsewna jekk nagħmlux bħas-soltu, jiġifieri jitkellem sagħtejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sagħtejn il-Prim Ministru u aħna għidna li ma nsibu l- ebda diffikulta' - fil-fatt din il-mozzjoni hija riżultat ta' dan il-qbil - imma min-naħa tagħna ħadd ma kien jaf li hawn xi Onor. Membru ta' din il- Kamra li qed jinsisti li jrid jitkellem.", "U jekk hawn xi Onor. Membru ta' din il-Kamra li qed jinsisti li jitkellem fuq din il-mozzjoni għandu dritt li jagħmel hekk.", "Jien naħseb li l-kwestjoni, kif qal ukoll l-Onor.", "Mintoff, m'hijiex waħda ta' rispett lejh imma hija kwestjoni ta' ħarsien tad-drittijiet essenzjali ta' kull deputat.", "Pero', bir-rispett kollu lejna lkoll jien ma nistax ninjora li l-Onor.", "Mintoff qed jagħmel din id-domanda.", "L-Onor.", "Mintoff ilu deputat għal iktar minn 50 sena, għamel 19-il sena Prim Ministru u disa' snin Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dan il-pajjiż, u jekk f'dan il-mument hu jħoss id-dmir skond il-kuxjenza tiegħu li jiġi u jitkellem, jien inkun l-ewwel wieħed li ngħid li dan il-Parlament għandu l- obbligu li jagħtih l-opportunita' li jitkellem issa.", "U din, nerġa' ngħid, m'hijiex kwestjoni ta' rispett lejh - hija kwestjoni ta' rispett lejn kull deputat għaliex huwa dritt ta' kull deputat li jitkellem - pero' lanqas ma ninjora l-fatt min hu d-deputat li qed jinsisti li jitkellem.", "Wisq inqas jista' jinjora dan il-fatt l-Malta Labour Party għaliex huwa tajjeb li nkunu nafu li fost id-deputati kollha eletti f'din il-Kamra l- Onor. Mintoff huwa deputat li ġab wieħed mill-akbar numru ta' voti fid- distrett mnejn tela'.", "L-akbar numru ta' voti, bl-umilta' kollha ngħid li ġibtu jien minn distrett wieħed, warajja l-Prim Ministru u t-tielet wieħed l-Onor.", "Mintoff b'madwar 6,200 vot.", "Għalkemm mhux importanti għall- kwestjoni tal-prinċipju, jien nassumi li l-Onor.", "Mintoff mhux qed jagħmel dan b'xi kapriċċ imma qed jagħmlu b'sens ta' dover li hu jħoss li għandu lejn dan il-Parlament, lejn dan il-pajjiż u lejn l-eletturi li tawh dawk il- voti u aħna ma nistgħux niċħdulu dan id-dritt.", "U l-Malta Labour Party jaf li jekk hu jneħħi l-voti li ġab l-Onor.", "Mintoff mill-voti totali, ma jibqax bil-50.3% li ġab fl-aħħar elezzjoni imma jinżel għal taħt it-48%.", "Dan kollu għandna nagħtuh konsiderazzjoni u jien naħseb li l-aktar li kellu jagħtih konsiderazzjoni kien il-Malta Labour Party flimkien mal-Grupp Parlamentari Laburista u l-Ministru responsabbli għat-tmexxija ta' din il- Kamra.", "Madam Speaker, f'dawn iċ-ċirkostanzi jien inħoss li għandi nipproponi emenda għal din il-mozzjoni li tgħid hekk:", "\"Ħassar il-paragrafu 1. tal-parti tal-mozzjoni intitolata \"B. Estimi Ġenerali 1998\" u daħħal minfloku dan il-paragrafu:", "\"Illi d-diskussjoni fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għas-sena 1998 għandu jieħu żewġ seduti b'dan li l- ewwel sagħtejn tad-diskussjoni jittieħdu mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jew persuna delegata minnu u l-aħħar sagħtejn tad- diskussjoni jittieħdu mill-Prim Ministru jew persuna delegata minnu u l-ħin ta' l-aġġornament taż-żewġ seduti ma jitteħidx.\".\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, b'din l-emenda jien qed nipproponi li ż-żewġ seduti fejn issir id-diskussjoni fuq il-kumitat ta' provvista jkunu żewġ seduti normali, jiġifieri bil-ħin ta' sagħtejn u nofs kull waħda.", "Issa peress li f'dawn l-aħħar snin kien hawn użanza - u sa nhar l-Erbgħa kien hawn ukoll ftehim - li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni nitkellem jien jew xi ħaddieħor f'ismi jew delegat minni għal sagħtejn, jien ngħid: Iva, l-ewwel sagħtejn tad-dibattitu għandhom ikunu riservati għalija u l-aħħar sagħtejn tad-dibattitu għandhom ikunu riservati għall- Prim Ministru, pero' imbagħad jibqa' siegħa ta' dibattitu li, fl-opinjoni tiegħi għandu jitqassam kif ikun hemm bżonn.", "S'issa nafu li hawn deputat, l-Onor.", "Mintoff, li jrid jitkellem u nistgħu niftehmu jew tirregola s- Sinjorija Tiegħek kif għandha titqassam dik is-siegħa.", "Madam Speaker, kif qal l-Onor.", "Mintoff stess, lill-Oppożizzjoni ma saritilha l-ebda domanda direttament min-naħa ta' l-Onor.", "Mintoff.", "Nafu li s-Sinjorija Tiegħek kkomunikat dak li kkomunikalha l-Onor.", "Mintoff, jiġifieri li xtaq jitkellem u xtaq jieħu nofs siegħa mill-ħin ta' l- Oppożizzjoni u nofs siegħa mill-ħin tal-Prim Ministru, pero' talba mingħandu jien ma kellix.", "Madankollu jien m'għandix dubju li nsibu mod kif f'dik is-siegħa nakkomodaw lil min irid jitkellem fuq dan id-dibattitu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, żgur li m'għandi l-ebda ħsieb li nidħol f'argumentazzjoni ma' l-Onor.", "Membru, dwar jekk iridx jaċċetta li jien insejjaħlu kollega jew le.", "Nista' ngħid li dejjem kelli l-ikbar rispett lejh u ċerti affarijiet li qed jgħid jista' jkun hemm verzjonijiet differenti għalihom, pero' żgur li hawnhekk m'huwiex il-post li wieħed jitkellem dwarhom.", "Li rrid ngħid bl-aktar mod kategoriku huwa li l-messaġġ li qed jgħid li huwa bagħat biex jien u hu nitkellmu fuq l-IPU, żgur li ma wassallix.", "Nerġa' ngħid li qed ngħid dan bl-aktar mod kategoriku.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien bgħatt dan il-messaġġ formalment ma' l-iSpeaker meta ltqajna u bgħattu wkoll ma' l-impjegat tiegħek li kont tibgħat hemmhekk minflokok.", "Inti trid tiġi hemmhekk għaliex huwa d-dover tiegħek li tagħmel dan u għandna ninsew il-piki personali.", "Inti taf li jien ma tantx ninġieb miegħek personalment u jien naf li l-istess ħaġa fil-każ tiegħek, pero' huwa fl-interess tan-nazzjon li inti tiġi għaliex dak hu d- dmir tiegħek u toqgħodx tistaħba wara subgħajk.", "Inti taf li waslulek dawn il-messaġġi u ma ridtx tiġi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien inħalli dan l-argument hawnhekk għaliex m'għandi l-ebda skop li noqgħod nidħol f'argumenti li jiġbru ħafna affarijiet oħra, pero' rrid ngħid li bħalma taf is-Sinjorija Tiegħek, ir- raġuni għaliex qed jiltaqgħu daqshekk seduti fil-Parlament hija sostanzjata mill-fatt li kif intqal fil-House Business Committee ...", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk il-House Business Committee għandux jeżisti jew le, jekk għandniex nutilizzawh, jew jekk għandniex niddeċiedu fih u napplikaw jew ma napplikawx dak li niddeċiedu fih, huwa argument li wieħed jista' liberalment jerġa' jiftħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, huwa veru li fil-House Business Committee intom ftehemtu li ma jkunx hemm motions of closure u b'hekk neħħejtu waħda mill-iktar affarijiet importanti li għandhom l-iStanding Orders, jiġifieri li meta l-Gvern jinduna li l-Oppożizzjoni qed tieħu ż- żmien iż-żejjed tqassar fid-diskussjoni u tagħlaq?", "Jekk mhux se jkun hemm din, allura qatt m'hu se jkun hawn ftehim f'dan il-Parlament.", "Għax ma jistax ikun li jkollok Oppożizzjoni li taqbel miegħek fil-ħinijiet li tagħtiha biex tiġi tagħmel il-business!", "Kwalunkwe Oppożizzjoni fid-dinja tipprova teħodlok il-ħin kollu imma int irid ikollok il-kuraġġ li tagħmel motion of closure u tiddefendi l-closure.", "Kwalunkwe Parlament għamilha din s'issa imma int qatt ma ridt tagħmilha u minħabba f'hekk jiġri li f'seduti li ma jiswewx sitt ħabbiet, dan il-Parlament jiltaqa' ħames, sitt darbiet jew 20 darba u noqogħdu naħlu l-ħin tal-Parlament u ħinijiet oħra.", "(Interruzzjonijiet) Meta titkellem hekk turi li ma tridx tirranġa l- affarijiet tal-Parlament.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, l-Onor.", "Vella qed jagħmel il-winding-up.", "Kemm jista' jkun ma ninterrompux.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li ma kien hemm l-ebda deċiżjoni li titneħħa l-fakulta' tal-closure motion.", "Bħalma taf is-Sinjorija Tiegħek, din għadha fuq l-istatute book, qatt ma ġiet diskussa fil-House Business Committee u allura qatt ma kien hemm deċiżjoni li titneħħa.", "Huwa veru li t-tendenza hija li jekk jista' jkun ma tużahiex għaliex jekk kemm-il darba tużaha tiġi akkużat li int qed taqta' ħesrem id-diskussjoni, imma ma kienx hemm ftehim li ma tintużax.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jien se ngħidlu din.", "Intom li tafu li għandkom maġġoranza ta' siġġu wieħed u tafu wkoll li huwa d-dmir ta' l- Oppożizzjoni li tfixkel kemm tiflaħ, tafu li dak il-mezz biss għandkom biex tqassru l-ġranet tal-Parlament u mhux billi tagħmlu ħames seduti f'ġurnata, imbagħad fejn ikun hemm suġġett serju tqassar għaliex tkun għamilt il- mozzjoni qabel!", "Int qed tagħmel il-closures qabel hawnhekk.", "U qed tagħmilha fuq kulħadd u mhux fuq l-Oppożizzjoni biss.", "Int qed teqred id- demokrazija u ma jistax ikun li tkompli taħrab minn din is-sitwazzjoni jekk verament trid is-serjeta'.", "Għax ma tagħmilx bħalma jagħmel kulħadd, tieħu daqsxejn ta' nifs u tistaqsi lill-kollegi tiegħek jekk intomx se tkomplu sejrin hekk.", "Hekk jagħmel min hu serju, mhux terfa' fuq spaltek qisu qatt ma ġara xejn!", "Inti issa lili se tpoġġini f'pożizzjoni li jew nivvota ma' l- Oppożizzjoni jew nibqa' ma nitkellimx.", "F'din il-pożizzjoni se tpoġġini lili!", "Biex jien inkun naf kif se nivvota għall-Budget, l-ewwel irrid nagħti l-veduti tiegħi u nisma' x'se tgħidu intom.", "Għaliex jekk inkun diġa' kkommettejt ruħi billi vvotajt għall-Budget, x'sehem ikolli jien f'dan il- Parlament?", "Int tafu dan u jien għalhekk qed ngħidulek.", "Kieku int kont serju ma tkunx supperv u terfa' fuq spaltek.", "Int ma tieħu l-parir ta' ħadd.", "Imissek issa ssib ħin ħalli tikkonsulta ma' sħabek u ma' kulħadd u tiddeċiedi x'se tagħmel u ma tagħmilx.", "Anke lill-eżekuttiv intom ma għidtulux dak li għidtlek jien illum.", "Dawn ma jafux kemm jien ipprovajt insalvakom minn din is-sitwazzjoni, imma intom hekk ridtu.", "Intom donnu li qtajtu qalbkom li se tiggvernaw u tridu twaħħlu fija, imma mhux se jirnexxielkom.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien nista' nerġa' nagħti l- assigurazzjoni tiegħi li ma jien qed nerfa' l-ebda responsabbilta' waħdi.", "Jien qed naġixxi fuq id-deċiżjonijiet meħudin bis-sistemi li kull partit għandu u kull partit dejjem kellu tal-grupp parlamentari, id- diskussjonijiet fihom u d-diskussjonijiet fl-eżekuttiv.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Kompli Onor. Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien bl-ebda mod ma nista' nimponi fuq ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Nitlob il-protezzjoni tas-Sedja.", "Jekk kemm- il darba dan huwa attakk personali allura nissospendu s-seduta, nitkellmu jien u l-Onor.", "Mintoff u naraw x'inhi l-kwestjoni kollha għax jien ma nafx x'hemm wara dan kollu.", "(Interruzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, jekk jogħġbok, tkunx personali, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mhux serju.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, ma xgħeltlekx il-microphone.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma min qal, Madam Speaker, li dan ma kienx se jitkellem?", "Min qalu dan?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "DOM MINTOFF: ..........ġejt dal-għodu jien.", "Qed jemmnu lili u mhux lilu ......", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, m'hu veru xejn ....", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, dan li qed tgħid diġa' għidtulna.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien fl-ebda ħin ma ċħadt li r- risposti li bagħat l-Onor.", "Mintoff mal-Whip ma waslux għand il-partit.", "Dażgur li waslu għand il-partit!", "Jien m'għidtx li ma waslux!", "Jien li għidt hu li ma waslulix ir-risposti li semma aktar kmieni, jiġifieri li bagħat għalija biex jitkellem miegħi fuq l-IPU.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff u Onor. George Vella, ħalli nkunu ċari.", "Jien, bħala l-President tal-grupp ta' l-IPU, kemm-il darba pprovajt inlaqqa' l-grupp u kien hemm drabi meta kien ġej l-Onor.", "Vella imma l- laqgħat ma sarux għaliex il-ħinijiet ma kenux komdi għal kulħadd.", "Fil-fatt hawnhekk kellna laqgħat meta ma kellix il-grupp kollu.", "(Interruzzjonijiet) Jien talbtu għaliex inti, Onor. Mintoff, għidtli biex inlaqqa' lil kulħadd, inkluż lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "(Interuzzjonijiet) Din m'għandhiex bżonn ta' nkjesti, Onor. Mintoff.", "Jien qed nitkellem biex aħna hawnhekk ma nitfixklux fil-kliem għaliex anke din tal-messaġġi ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien nixtieq nirrispondi dwar dan.", "L- allegazzjoni kienet li ntbagħtuli messaġġi personali mingħand l-Onor.", "Mintoff biex nitkellmu fuq l-IPU, jiġifieri mhux fil-kontest tal-laqgħat kif qed tgħid inti.", "MADAM SPEAKER: Le, fil-kontest tal-laqgħat.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-kontest tal-laqgħat mod ieħor.", "MADAM SPEAKER: Onor. Vella, l-Onor.", "Mintoff kien qalli biex nitolbok tiġi, jien tlabtek u inti kont ġej.", "Dan huwa minnu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, imma mhux bagħat għalija personalment biex nitkellmu fuq l-affarijiet barranin.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, imma kien hemm drabi oħra meta kien hemm Membri oħra li ma ġewx għal-laqgħat.", "Kien hemm drabi oħra meta mhux l- Onor. Vella ma ġiex għal-laqgħat imma kien ħaddieħor li ma ġiex għal- laqgħat.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew.", "GĦandna spjegazzjoni.", "Ħafna drabi kien ikollna problemi fuq il-ħinijiet.", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, se nkompli ngħid għaliex qed naħsbu li hemm bżonn ċertu ammont ta' seduti.", "Bħalma taf is-Sinjorija Tiegħek, fil-laqgħat tal-House Business Committee għidna li hemm bżonn żewġ seduti għad-diskussjoni fuq l-estimi tat-Telemalta Corporation, żewġ seduti fil- każ tal-Water Services Corporation, seduta għall-Maritime Authority, seduta għall-Public Transport Authority, żewġ seduti għall-ETC, żewġ seduti għall- Housing Authority u seduta għall-Planning Authority, u dan minbarra d- diskussjoni fuq il-budget u minbarra li hemm ukoll liġijiet li l-Gvern qed iqis li huma urġenti, bħalma hu l-abbozz ta' liġi li se jagħmel emendi fil- Korp tal-Pulizija, il-liġi dwar it-Telemalta u anke l-liġi li għandha x'taqsam mat-tourists services.", "Dan huwa programm mimli ħafna u jekk wieħed iħares lejn iż-żmien li fadal sakemm il-Parlament jiġi biex jaġġorna għall-btajjel tal-Milied, jara li bilfors ikollna nagħmlu seduti iktar spissi.", "Issa xtaqt li nagħmel ukoll xi kummenti żgħar fuq dak li qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Madam Speaker, jien niskanta hawnhekk kif jitbiddlu l-affarijiet; nitkellmu b'ton differenti u nduru skond iċ- ċirkostanzi.", "Kif għidt diġa', fil-House Business Committee aħna suppost niftehmu u nippreparaw ix-xogħol tal-Kamra.", "L-okkażjoni li semma l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, meta qal li f'laqgħa tal-House Business Committee għidna li se naġġornaw għal data imbagħad f'daqqa waħda l-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Mizzi aġġorna l-Kamra għall-għada b'seduta li tibda fid-9.", "00 a.m. u tispiċċa f'nofs il-lejl, ġrat minħabba l-fatt li waqt il-laqgħa l-membri ta' l-Oppożizzjoni kienu wegħduna li se jagħtuna risposta sad-9.00 p.m. dwar kemm kellhom bżonn seduti, din ir-risposta baqgħet ma ġietx u għalhekk ma stajniex nagħmlu mod ieħor.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, l-ewwelnett jekk wieħed jaqra t- transcript tal-laqgħa partikolari li qed isemmi l-Onor.", "Vella, isib li fil- fatt ir-risposta kellha tingħata sas-Sibt u mhux dakinhar stess.", "Barra minn hekk, kien hemm okkażjonijiet oħra fejn il-programm inbidel ripetutament.", "Per eżempju, nhar l-Erbgħa u nhar il-Ġimgħa filgħodu kellna niltaqgħu skond l-agreement li kellna.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-okkażjoni li ssemmiet kienet fil- ġurnata ta' l-Erbgħa u l-kollega tiegħi jifhem li meta jitressaq l- Aġġornament fil-ħin tad-9.00 p.m., tkun trid tgħid jekk is-seduta hijiex se tkun waħda twila jew le.", "Issa jien qed ngħid li sa dak il-ħin l- informazzjoni kienet għada ma ġietx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ħalli nkompli l-punt li kont qed nagħmel.", "Dan l-argument li qed isemmi l-Viċi Prim Ministru issa ma jsegwi xejn għal-laqgħat tal-ġimgħa li għaddiet fejn kien hemm l-agreement li jkun hemm laqgħat it-Tlieta filgħodu u wara nofsinhar, l-Erbgħa filgħodu u l- Ġimgħa filgħodu u dawn tneħħew bla ebda raġuni.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien qed nirriferi għal dak li qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni fejn qal li konna aġġornajna l-Parlament għall-għada b'seduta li kellha tibda fid-9.00a.m. u tispiċċa f'nofs il-lejl.", "Aħna kellna ftehim ma' l-Oppożizzjoni li dawn kellhom jagħtuna risposta dwar kemm għandhom bżonn kelliema u seduti u peress li din l-informazzjoni baqgħet ma ġietx sad-9.00 p.m., kellna niddeċiedu aħna.", "Dan kien il-każ.", "Issa x'ġara l-ġimgħa li għaddiet hija ħaġa oħra.", "Madam Speaker, jien qed nara li issa li żviluppaw dawn iċ-ċirkostanzi, il- Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jikkwota x'kien jiġri fl-1973 u fl-1975 u ma kkwotax x'kien qed jiġri iktar qrib u x'kienet il-konswetudni għal dawn l- aħħar 20 sena.", "(Interruzzjonijiet) Iva, tant hu hekk li meta ...", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħid li tant saret prassi li nitkellmu kontra dak li nkunu għidna qabel, li m'hijiex ħaġa kbira, ma niskantax.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "Vella qed jagħel il-winding up.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien qed ngħid li meta aħna morna b'din il-mozzjoni quddiem il-House Business Committee, intużat anke l- espressjoni \"Mhux kif kien isir qabel?\"", "Dan intqal anke għar-rigward tas- sagħtejn li jieħdu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru, u fl-ebda ħin ma qamet xi problema rigward il-mod kif jitmexxew id-diskussjonijiet.", "GĦaliex?", "GĦax għal dawn l-aħħar 18 jew 20 sena din kienet il-prattika; l- ewwel jitkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jirrispondi għad-diskors tal- budget imbagħad jirrispondi l-Prim Ministru.", "Id-differenzi kienu l-ġranet li kienu jieħdu in between.", "Meta ġiet ippreżentata din il-mozzjoni fil- House Business Committee ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni u għalhekk aħna fformolajniha u ħarġet ma' l-order paper.", "Li ġara kien li sadanittant waslu l-messaġġi ta' l-Onor.", "Mintoff mingħand il-Whip għand il-partit, u għandi nifhem anke għand l-Oppożizzjoni, rigward ix-xewqa tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx il-mod kronoloġiku ta' kif waslu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Issa agħtini ċans nispjega, m'iniex qed intellfek b'daqshekk!", "Toqgħodx tistaħba li qed intellfek, anzi tista' tkompli ssegwi aħjar.", "Inti taf daqsi li qabel ma sar il-budget jien bgħatt ngħidilkom mal- Whip biex ma teħduhiex for granted li jiena se nivvota favur il-budget, jekk almenu ma tikkonsultawnix u tgħiduli il-general lines u tkellmuni bħalma kontu qegħdin tkellmu lil kulħadd fil-pajjiż.", "Lil kulħadd kontu qed tkellmu minbarra lill-membri tal-Parlament, wieħed minnhom jien!", "Jien bgħatt ngħidilkom dan, u bgħatt ngħidulkom in good time, jiġifieri kontu tafuh qabel.", "Issa lili poġġejtuni fil-pożizzjoni li biex nitkellem jew irrid nivvota favur l-emenda ta' l-Oppożizzjoni ħalli intom ma tagħmlux li tridu f'dik il-ġurnata ...", "U jien hekk se nagħmel; se nerfa' dik ir- responsabbilta' għaliex inħoss li intom għandkom tisimgħu, l-ewwel wieħed hu, Madam Speaker.", "Irid jerħi s-suppervja li għandu fuqu u jisma' u ma jaqbadx jiddeċiedi waħdu.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, jekk jogħġbok tkunx personali.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, mhux lilek qed nindirizza jien?", "Jien qed inkellmu, b'daqshekk m'iniex ninsulentah.", "Qed ngħidlu l-fatti; jien ma nistax niddefinih mod ieħor ħlief bil-kelma \"supperv\".", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, l-Onor.", "Vella qed jagħmel il-winding up.", "Jien tajtek permess biex titkellem u l-Onor.", "Vella stess kien lest li jisimgħek, imma jekk jogħġbok tkunx personali.", "State your position.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "DOM MINTOFF: ... bħalma qal qabel, ħalli jkun jaf li se nivvota magħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nista' ningħata ċ-ċans li ngħid x'se niddeċiedi?", "Qegħdin isiru ċerti konklużjonijiet u qed jingħad li jien qed nerfa' r-responsabbilta' meta jien għadni qed nipprova ngħid kif żviluppaw l-affarijiet, affarijiet li sirt naf bihom issa.", "Din hi l-istorja kollha.", "Jiena qed ngħid, Onor. Mintoff, li għadni ma ħadtx deċiżjonijiet u għadni m'għidtx x'se nagħmel.", "Jiena qed nirreaġixxi għal dak li għadni kemm smajt issa mingħandek, qed nirreaġixxi għall-emenda mressqa mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni u għadni fl-istadju li ngħid x'se niddeċiedi li nagħmel.", "Qed niġi mgħajjar irresponsabbli u ma nafx xiex aktar ....", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: On a personal explanation, Madam Speaker.", "Jien qed ngħid hekk għaliex ma stennejtx li l-Onor.", "Vella jiġi hawnhekk u jiċħad li jiena pprovajt ngħidlu biex niltaqgħu u hu ma riedx.", "Qatt ma stennejtha din.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena smajt lill-Onor.", "Mintoff u anke lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u qed ngħid li se nitlob li l-Kamra tiġi sospiża għal ftit ħalli l-Kabinett jikkonsulta ruħu.", "Li rrid ngħid huwa li din m'hijiex responsabbilta' tiegħi, fis-sens li qed nieħdu d-deċiżjonijiet jien.", "Lanqas hija suppervja min-naħa tiegħi għaliex jiena qed naġixxi f'isem il-Kabinett u f'isem deċiżjonijiet li ttieħdu fil-ġerarkija kif inhi istituzzjonalizzata f'partit u għalhekk bl-ebda mod ma jien qed nieħu dawn id-deċiżjonijiet waħdi.", "Huwa żbaljat li jiġi indikat li huwa jien li qed nieħu d-deċiżjonijiet u għalhekk, jekk is-Sedja tippermetti, nitlob li l- Kamra tiġi sospiża għal ftit tal-ħin ħalli nikkonsultaw u naraw id- deċiżjoni tagħna x'se tkun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jiena naħseb li din hija sitwazzjoni daqsxejn anomala.", "Il-Prim Ministru kien preżenti għall-ħin tal- mistoqsijiet, kien jaf li se tiġi dibattuta din il-mozzjoni u kien jaf il- background tagħha, pero' xorta waħda telaq 'il barra.", "Issa l-Kabinett se jsejjaħlu l-Onor.", "Vella?", "Il-Kabinett jissejjaħ mill-Prim Ministru.", "Jekk il-Prim Ministru jiġi hawnhekk u jgħidilna li hu se jsejjaħ laqgħa urġenti tal-Kabinett biex jiddiskutu din il-materja, allura aħna imbagħad nikkonsidraw jekk naqblux mas-sospensjoni, imma ejja nisimgħu lill-Prim Ministru.", "L-Onor.", "Vella m'għandu l-ebda dritt isejjaħ lill-Kabinett u ma jistax jitlob li nissospendu dan id-dibattitu meta wasalna fl-istadju tal- winding-up.", "Huwa qalilna li għadu ma ddeċidiex u issa qed jgħidilna li se jlaqqa' l-Kabinett, meta huwa l-Prim Ministru, il-Kap tal-Gvern, li jrid jgħidilna li se jlaqqa' l-Kabiniett sabiex jiddiskutu din il-materja.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jiena lill-Onor.", "George Vella tajtu l- imbeccata x'għandu jagħmel.", "Jiena għidtlu li għandu jitlob li l-Kamra tiġi sopiża ħalli jkun jista' jikkonsulta ruħu.", "Kieku qal hekk u ma qalx dak li fil-fatt qal ma kienx jidħol fil-pożizzjoni li daħħlu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni u kont inkun l-ewwel wieħed li mhux biss nagħtih il-permess imma nieħu pjaċir li jagħmel hekk, imma jiddispjaċini ngħidlu li kif poġġiha hu, poġġiha qassata.", "Jekk tpoġġiha mod ieħor, jiġifieri tgħid li se titlob biex il-Kamra tiġi sospiża biex tikkonsulta, naċċertak li ħadd m'hu se jgħidlek le.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-iskop kien biex ma nerfax l-akkużi ta' li qed nieħu d-deċiżjonijiet jien u li jiena supperv.", "Jiena kulma għidt hu li għandna naġġornaw sabiex nieħdu deċiżjoni.", "Issa jekk jiena ma nikkonsultax mal-Kabinett, ma' min tridni nikkonsulta?", "Man-nies tat-triq?", "Mhux mal-Kabinett irrid nikkonsulta?", "U mhux jien se ngħajjatlu lill- Kabinett, qatt ma kelli dawk l-aspirazzjonijiet, Onor. Fenech Adami.", "Madam Speaker, jekk is-Sinjorija Tiegħek u l-membri jaqblu li naġġornaw għal ftit tal-ħin ħalli jsiru l-konsultazzjonijiet, allura jiena nitlob li din il-Kamra tiġi sospiża ħalli jsiru dawn il-konsultazzonijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Min-naħa tagħna m'hemmx oġġezzjoni li din is- seduta tiġi sospiża biex l-Onor.", "George Vella jkollu l-opportunita' li jikkonsulta.", "Fil-11.00a.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fil-11.26a.m.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, fil-ħin li l-Kamra kienet sospiża jiena kelli diskussjonijiet mal-Prim Ministru u jekk il-Kamra tagħtini l- permess se nitlob li l-Prim Ministru jkompli jagħti r-risposta tiegħu għal dak li kien qed jingħad.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jiddispjaċini li qed nintervjeni b'dan il-mod, u ma pparteċipajtx fis-seduta li għaddejja għaliex is-soltu ma nipparteċipax f'seduta bħal din għaliex inqisuha bħala dibattitu purament formali.", "Imma llum iva, id-dibattitu skatta b'mod li qed jieħu issues ħafna iktar wiesgħa u ħafna iktar qawwija mis-soltu.", "Fil-fatt jien mingħalija li kien hemm qbil fuq il-mozzjoni li għandna quddiemna, liema qbil intlaħaq fil-House Business Committee, pero' ovvjament bis-sens ta' opportuniżmu li dejjem kellu, is-sens ta' opportuniżmu makkjavveljan li kien jakkuża lili bih, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma qgħadx lura milli jipprova jħawwad ftit il-borma.", "Jien nifraħlu talli ħawwad il-borma kif ħawwadha.", "Jien naf kemm jaf iħawwad il-borma - għalkemm dan l-aħħar ipprova jilgħaba ta' xi qalb ta' Ġesu kull meta tkellem - u waħda mill- affarijiet .....", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, on a point of order.", "Dan huwa breach of privilege.", "Il-Prim Ministru ma jistax jagħmel kummenti bħal dawn li joffendu s-sentimenti reliġjużi tiegħi.", "Ma joffendux is-sentimenti reliġjużi tiegħu għaliex m'għandux, imma tiegħi joffenduhom u ninsisti li dan jiġi trattat bħala breach of privilege u jiġi trattat skond l-iStanding Orders issa.", "Madam Speaker, jien qed nitlob ruling mingħandek.", "Dan insolentani bl-iktar mod qawwi u offenda s-sentimenti reliġjużi tiegħi.", "Dawn l-affarijiet ma jistax jagħmilhom, imissu jistħi jagħmel dawn l- affarijiet u ninsisti għal ruling mingħand is-Sinjorija Tiegħek fuq dan il- breach of privilege mill-Prim Ministru fil-konfront tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "MADAM SPEAKER: Se jkolli nissospendi l-Kamra.", "Fil-11.28a.m. il-Kamra ġiet sospiża minħabba diżordni u reġgħet irriżumiet fil-11.30a.m.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, l-ewwelnett il-point of order li tqajjem huwa out of order għaliex skond Standing Orders 60 u 61 ma jistax jitqajjem każ ta' privileġġ kontra membru in faceim curiae; tista' jitqajjem oġġezzjoni għal kliem mhux xieraq jew kliem oġġezzjonabbli.", "Mela l-ewwel punt huwa li l-point of order kien out of order.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nispiċċa.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nirrispondi fuq il-point of order.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jien qed nistenna r-ruling tiegħek fuq il-point of order li qajjimt jien.", "MADAM SPEAKER: Ħalli nisimgħu lill-Prim Ministru.", "Issa nisimgħu lil kulħadd.", "L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jien qajjimt breach of privilege in faciem curiae - quddiemna lkoll - u jrid ikun hemm ruling mingħandek.", "Jien nifhem li s-Sinjorija Tiegħek forsi trid tisma' l- kummenti taż-żewġ naħat fuq il-breach of privilege, pero' l-Kamra issa qed tistenna r-ruling tiegħek fuq il-breach of privilege.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: U r-regoli tal-ġustizzja naturali jitolbu, Sinjura President, li qabel tasal għar-ruling tiegħek tisma' lin-naħa l-oħra, speċjalment la nkunu in faciem curiae.", "L-ewwelnett, Sinjura President, ma jistax jitqajjem breach of privilege in faciem curiae; tista' titqajjem oġġezzjoni għal kliem oġġezzjonabbli li jintqalu minn membru tal-Kamra lil membru ieħor, u dan skond Standing Orders 60 u 61.", "Breach of privilege f'dan il-kontest huwa irrilevanti u għandek tneħħih min-nofs.", "Sinjura President, it-tieni punt li rrid nagħmel - dejjem fuq il-point of order li tqajjem - huwa li jien kont qed nitkellem politikament.", "Il- ġimgħa li għaddiet meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jien konna fuq it- television huwa għajjarni \"diżonest\", imbagħad qalli li kien qed jitkellem politikament.", "Jien hawnhekk qed nitkellem politikament.", "It-tielet punt li xtaqt insemmi, Sinjura President, huwa li jekk iħoss li huwa daqshekk offiż b'dik il-ħaġa, jiddispjaċini, minflok ngħidlu \"il-qalb ta' Ġesu\" ngħidlu \"il-qalb ta' Krishna\" u nkunu qed niftehmu xorta waħda.", "Tajjeb hekk?", "Issa inti tiddeċiedi, Sinjura President.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, jiddispjaċini imma din in-naħa tinsisti li jingħata ruling fuq dan il-ksur ta' privileġġ.", "Sar insult serju ħafna fil-konfront ta' membru parlamentari minn din in-naħa, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, insult li jaqa' taħt l-Ordinanza tal-Privileġġi.", "Is- Sedja għandha tirriferi għal dak li tgħid l-Ordinanza tal-Privileġġi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ksur tal-privileġġi, liema ordinanza tobbligak li tqajjem il-ksur ta' privileġġ fl-ewwel opportunita`, li hija proprju issa, in faciem curiae.", "F'dan il-każ irid jingħata ruling issa għaliex dan huwa insult li ma jistax jiġi aċċettat.", "Anke kif poġġa t-tweġiba issa l- Prim Ministru, bir-rispett kollu din tagħmel l-insult agħar milli fil-fatt hu.", "Ma jidhirlix li dan huwa l-mod kif membri parlamentari ta' din l- istituzzjoni għandhom jittrattaw ma' xulxin.", "Imbagħad li tinsulenta lil xi ħadd ieħor min-naħa l-oħra fuq is-sentimenti reliġjużi tiegħu hija l-apice ta' ksur ta' privileġġ fil-konfront ta' membri parlamentari.", "L-apice, Sur Prim Ministru!", "(Interruzzjonijiet) Issa l-Onor.", "Debono Grech, biex jurini x'Labour Party ġdid u modern għandna, qed jgħidli biex inpoġġi bil-qiegħda!", "Madam Speaker, jien ninsisti li l-ksur ta' privileġġ jaqa' taħt l- Ordinanza tal-Privileġġi.", "Ir-riferenza li qed jagħmel il-Prim Ministru għal Standing Orders 60 u 61 jolqtu każijiet oħrajn.", "Il-każ ta' ksur ta' privileġġ li tqajjem mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaqa' taħt l-Ordinanza tal- Privileġġi u għandu jingħata ruling issa fuq dan il-każ.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, bir-rispett kollu, l-Onor.", "Gonzi għandu bżonn jerġa' jaqra l-iStanding Orders.", "Standing Orders Nri.", "60 u 61 jgħidu ċar li:", "\"60.", "Ebda Membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l-karattru jew il-proċeduri tal-Kamra jew b'riferenza għal xi Membru tagħha.", "Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi Membru.\"", "61.", "Kull Membru li jkun uża kliem oġġezzjonabbli u li ma jirtirax l- istess, jew ma joffrix apoloġija għall-użu tagħhom, għas-sodisfazzjon tal-Kamra, għandu jiġi ċensurat jew trattat xort'oħra kif il-Kamra jidhrilha xieraq; \".", "Dan huwa l-ilment li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-iStanding Orders jieħdu l-ewwel prijorita' għaliex japplikaw in faciem curiae Onor. Gonzi.", "Din hija l-crux tagħha.", "Issa beyond that, Sinjura President, nerġa' ngħid li jien kont qed nitkellem politikament.", "F'din il-Kamra lili kemm-il darba akkużawni \"diżonest\" u \"xitan\" u mbagħad meta tippuntahom fuqhom jgħidu li kienu qed jitkellmu politikament.", "Imbagħad l-apice ta' insult li semma l-Onor.", "Gonzi, frankament ...", "Onor. Gonzi, qisek ma kontx hawn matul is-snin u qisek ma tafx x'tip ta' insulti konna naqilgħu min-naħa tal-Kamra li kienet fil-gvern dak iż-żmien!", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦamilna snin sħaħ nisimgħu l-akkużi u l-insulti li kontu tagħmlu intom u bqajna nħarsu lejkom nitbissmu għax suppost huwa minnu li kontu qed titkellmu politikament għalkemm mhux veru għaliex il-ħdura hemm kienet il-ħin kollu u personalment hemm kontu l-ħin kollu tniggżu u xxewxu.", "Mela, Sinjura President, nitolbok tiġġudika fuq dan il-point of order.", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja semgħet dak li ntqal dalgħodu u ma jidhirlhiex li għandna noqogħdu nirriferu għal inċidenti passati.", "Żgur li lkoll kemm aħna rridu nħarsu 'l quddiem biex niżviluppaw dan il-Parlament u jekk hawn ġew se tidħol id-drawwa li nimbxu lil xulxin kontinwament anke b'dawk l- affarijiet li fil-Kostituzzjoni tagħna huma salvagwardjati, bħad-dritt ta' l-espressjoni reliġjuża, mhux se jkollna ordni.", "Nitlobkom kollha kemm intom sabiex filwaqt li qed titkellmu żżommu l-ordni billi tkunu meqjusa fil-mod kif intom tesprimu ruħkom f'dak li hemm f'konfront bejnietkom.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jien napprezza dak kollu li qalet is-Sinjorija Tiegħek, pero' għandna dan il-każ issa.", "Il-Prim Ministru kkommetta ksur ta' privileġġ u jien jidhirli li ladarba tqajjem minn din in-naħa, is-Sinjorija Tiegħek m'għandhiex triq oħra ħlief li tagħti ruling fuqu.", "MADAM SPEAKER: Onor. Prim Ministru, nitolbok sabiex titlob lill-Kamra tikkonsidra li dawk iż-żewġ frażijiet m'għidthomx.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirrifjuta, Sinjura President.", "Dak il-kliem għidtu politikament.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża.", "Il-Kamra ġiet sopiża fil-11.35a.m. u rriżumiet fil-11.46a.m.", "RULING TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER: Paragrafu (b) tas-subartiklu 11 (4) ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi jgħid li:", "\"kull insult jew nuqqas ta' qima lill-persuna li tkun tippresjedi laqgħa tal-Kamra jew ta' xi kumitat tagħha u kull insult jew nuqqas ta' qima lil wieħed mill-Membri tal-Kamra, ukoll jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti fil-waqt ta' l-insult jew in-nuqqas ta' qima, meta fil- każ il-wieħed jew l-ieħor l-insult jew in-nuqqas ta' qima jsiru quddiem il-Kamra jew xi kumitat tagħha waqt xi laqgħa tagħhom;\"", "F'dan il-każ huwa dan il-paragrafu li prima facie seta' ġie miksur.", "Għaldaqstant is-Sejda tirriferi dan il-każ lill-Kumitat Permanenti dwar il- Privileġġi.", "Il-Prim Ministru jkompli bil-winding up.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inkompli ngħid li ċertament ma kontx naħseb li se jkollna dan it-tip ta' dibattitu dalgħodu għax qist il- mozzjoni bħala formalita', anke maqbula man-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Ngħid ukoll u nikkundanna bil-kbir l-opportuniżmu sfaċċat li qed turi n- naħa l-Oppożizzjoni f'din il-kwestjoni, opportuniżmu li jindika kemm m'għandhomx prinċipji u kemm m'għandhomx kuxjenza; qatt ma kellhom, m'għandhomx u qatt m'hu se jkollhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma tajjeb li ngħid ukoll li jien inħoss li s-seduti ta' din il-Kamra għandhom jitmexxew bla giljottina, dak huwa l-prinċipju li nemmen fih jien għaliex kont insegwi l-giljottina li kienu jipprattikaw in-naħa l-oħra meta kienu fil-gvern.", "Wieħed mill-prinċipji ta' tmexxija ta' dan il-Gvern huwa li kull fejn jista' ma jdaħħalx il-prinċipji tal-giljottina, u għalhekk qed nagħmlu seduti twal; għaliex determinati li jekk l-Oppożizzjoni tkun trid tkompli tiddiskuti, anke fuq l-iktar ħaġa redikola, nagħtuhom il-ħin kollu għad-dispożizzjoni tagħhom.", "U b'dan il-mod qed nimxu, dan huwa l-ħsieb wara l-affarijiet li għaddejjin quddiem dan il-Parlament.", "Sinjura President, aħna qegħdin noqogħdu attenti wkoll li dan il-Gvern ma jinqabadx kif ġieli kienu jinqabdu Gvernijiet Laburisti ta' qabel, li peress li jkun iffokkat - kif għandu jkun - fuq ix-xogħol tal-Parlament, ma jżommx kemm jista' jkun il-kuntatti tiegħu ma' barra.", "U dan li qed jipprovaw jagħmlulna n-naħa l-oħra; (Onor. Membri: Hear, hear) li minħabba x-xogħol tal-Parlament, iżommu lill-Ministri ta' dan il-Gvern milli jkollhom kuntatti ma' gvernijiet barranin biex imbagħad ikunu jistgħu jmorru jxewxu u jgħaddu minn taħt.", "Allura, għalkemm veru li qed nissagrifikaw ftit ħin mill-konfort ta' din il-Kamra, qegħdin min-naħa nżommu fermi mal-ħsieb u l-intenzjoni tagħna li nżommu x-xogħol tal- Parlament għaddej u kulħadd jgħid dak li għandu jgħid fil-kontest tad- dibattiti normali - għax imbagħad ikun hemm dibattiti oħrajn bħalma kien hemm il-mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq l-Unjoni Ewropea u bħal dan li għandna quddiemna llum li għandhom stradament differenti - u min-naħa l- oħra naraw li l-ħidma tal-Gvern barra l-pajjiż tinżamm għaddejja u mhux nispiċċaw nitilfu l-kuntatti minħabba l-ħeġġa leġittima li nżommu dan il- Parlament għaddej fuq ħin regolari.", "Il-mod kif naħdmu huwa ħaġa serja u nemmen ħafna fih, Sinjura President.", "Lanqas ma nikkondividi l-opinjoni li għandna nimmissjaw l-ispettaklu li kien ikun hemmhekk fuq in-naħa tal- Kamra.", "Għandna r-radju li qed iwassal lil dan il-Parlament f'kull dar u allura issa kull mara tad-dar, kull pensjonant, kull ħaddiem, kull individwu jista' jsegwi x-xogħol ta' dan il-Parlament.", "Jien ma nikkondividix ma' l-idea li jekk inkunu qisna ground tal-football hawnhekk bin-nies iħarbtu u jitqanfdu, inkunu aħjar bħala dibattitu.", "Jien nemmen li d-dibattitu b'mod kalm, b'mod ċivili u wiċċ imb'wiċċ huwa tajjeb ħafna anke għad-demokrazija parlamentari moderna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Nixtieq issa nikkummenta fuq l-argumenti li saru fejn intqal li għajjejna jew li m'għandniex viżjoni jew li ninsabu daharna mal-ħajt.", "Min qed jaħseb hekk qed jitqarraq dwar l-ispirtu, ir-rieda u l-animu ta' dan il-Gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna lesti kif kienu ta' qabilna li nagħmlu dak kollu li hemm bżonn biex insalvaw lil Malta, lill-klassi tal-ħaddiema, lill-pensjonanti u lill-anzjani għaliex in-naħa l-oħra għal sena wara l- oħra kienu qed iqarrqu bihom u qarrqu bihom bl-iktar mod diżonest.", "Ipprovaw idaħħluhom fil-ħsieb li dan il-pajjiż jista' jgħix billi jkun hemm gvern Father Christmas li taparsi jroxx u jroxx imbagħad jgħatti x-xquq, iqarraq.", "Aħna ma naħdmux b'dan il-mod, aħna naħdmu bil-mod li l- affarijiet ngħiduhom kif inhuma, naħdmuhom bil-ħsieb u bil-għaqal u min jaħseb li hawn xi għejja jew xi ħsieb ta' riżenja minn din in-naħa, qiegħed jgħarralu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Minn din in-naħa tal-Kamra qegħdin sodi u sħaħ fil-prinċipji li dejjem dawlu lill-Partit Laburista; li nagħmlu minn kollox biex niġġieldu ħalli tabilħaqq inżommu lil dan il- pajjiż ħieles.", "Dan il-pajjiż ma jibqax ħieles jekk jissarraf kif iridu jsarrfuh in-naħa l-oħra; sottoskjav ta' bankiera barranin.", "Iva, dan li għandna quddiemna huwa budget diffiċli u iebes u hemm bżonn li nimxu b'ċerta dixxiplina għad-diskussjoni tiegħu, u l-mozzjoni li għandna quddiema, Sinjura President, hija maħsuba preċiżament biex inżommu l- proċeduri kif inżammu għal dawn l-aħħar 20 sena għax hekk hemm bżonn, għaliex jekk nagħtu l-iċken xaqq ta' ħsieb li dan il-Gvern se jirtira mill- pass li għamel, allura domnu l-pjan ta' salvazzjoni li għandna għal Malta.", "Għalhekk il-Grupp Parlamentari Laburista unanimament il-ġimgħa li għaddiet iddeċieda li nkomplu nsegwu l-proċeduri li dejjem kellna fuq il-budget.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U hekk se nagħmlu, Sinjura President, hekk hi r- rieda ferma tagħna li rridu nagħmlu jekk dan il-Parlament jaqbel magħna.", "U qed ngħidha bl-aktar mod ċar; jekk dan il-Parlament jaqbel magħna.", "Id- demokrazija parlamentari hemm qiegħda.", "Ir-riżoluzzjoni tagħna, Sinjura President, hija li nivvotaw kontra l-emenda tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u favur il-mozzjoni tal-Gvern bl-aktar mod ċar.", "Kulħadd huwa soġġett għall- kuxjenza tiegħu, ħlief l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu għaliex m'għandhomx kuxjenza.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U aħna ngħidu lil kulħadd f'dan il- Parlament li jekk fil-kuxjenza tagħhom jaħsbu li aħna għandna xi rieda dgħajfa f'dak li qed nagħmlu, jivvotaw mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jekk hawn xi ħadd f'dan il-Parlament li jaħseb li aħna rridu b'xi mod jew ieħor niżgiċċaw mir-responsabbiltajiet tagħna, jivvota mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Aħna m'għandna l-ebda xewqa li nibqgħu attached mas-siġġijiet governattivi akkost ta' kollox.", "Aħna naċċettaw ir-rieda tal-poplu kif dejjem aċċettajniha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Nagħmluha ċara lill-parlamentari kollha hawnhekk u lill-poplu Malti u Għawdxi li qed jismagħna li aħna dejjem imxejna bl-akbar demokrazija f'dan il-partit, hekk konna, hekk għadna u hekk se nibqgħu.", "Kull deċiżjoni li nressqu hawnhekk tiġi mmaturata f'diskussjoni sħiħa fi ħdan il-grupp parlamentari, fi ħdan l-eżekuttiv nazzjonali li huwa l-aqwa post fil-Partit Laburista, fi ħdan il-Konferenza Ġenerali, imbagħad inressquha quddiem il- poplu.", "U nagħmilha ċara jien; kull ħaġa li għidna qabel l-aħħar elezzjoni, sal-lum għadna konformi magħha bl-aktar mod sinċier u bl-ebda problema ta' xejn.", "Irrid nagħmilha ċara u tonda li kull ħaġa li ressaqna f'dan il- Budget, iebsa kemm hi iebsa, hija maħsuba sabiex nuru t-triq tal-quddiem lill-poplu Malti u Għawdxi għaliex ta' qabilna kienu qed iqarrqu bih u konna ngħidulu lill-poplu li kienu jqarrqu bih, u l-poplu emminna u għandu raġun li emminna u li jibqa' jagħtina l-fiduċja tiegħu.", "Għalhekk, Sinjura President, bl-iktar mod sinċier ngħid lil kull Membru ta' din il-Kamra li jekk fil-kuxjenza tiegħu jaħseb li m'aħniex naqdu d- dover tagħna, jivvota mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħalli l-klassi tal- ħaddiema Maltija imbagħad taqa' taħt il-madmad ta' min bl-iskuża ta' l- Ewropa - għaliex dik hija skuża - irid idaħħal lill-ħaddiema Maltin, lill- pensjonanti Maltin, lin-nisa tad-dar Maltin taħt madmad bħal-liġi tal- ġungla.", "U meta jgħidulna li aħna m'għandniex kuxjenza soċjali jien nidħak u ngħidilhom: \"Aħna m'għandniex kuxjenza soċjali?", "Intom m'għandkomx kuxjenza!\"", "Din hija l-problema li għandu quddiemu dan il-Parlament, Sinjura President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jien kull fejn inkun qed nitkellem ngħid li hemm bżonn ta' l-għaqda f'dan il-pajjiż, f'dan il-grupp u anke fost in-nies li tabilħaqq jemmnu f'ideali Laburisti.", "Iva, nistgħu ma nemmnux li triq se tasal aħjar minn oħra, imma mbagħad meta ssir id-diskussjoni u tingħażel it-triq, kulħadd jimxi fiha.", "Din kienet il-lezzjoni li tgħallimt f'dan il-Partit; li meta tingħażel it- triq imbagħad insegwuha u nsegwuha b'sens ta' lealta', ħila u ħeġġa anke jekk ma nkunux qed naqblu ma' ċerti aspetti tagħha.", "Jien nemmen li anke hawnhekk, kull Membru ta' dan il-Parlament illum irid juri ruħu konformi mal-kuxjenza tiegħu u jekk jaħseb - hu min hu jew hi min hi - li din in-naħa tal-Gvern b'xi mod jew ieħor hija lesta li għall- konfort tas-siġġijiet governattivi tinsa l-prinċipji u t-triq tagħha, qed jgħarralu għaliex aħna m'aħniex qegħdin hawn biex niggvernaw kontra r-rieda ta' dan il-Parlament, aħna qegħdin hawn biex niggvernaw skond ir-rieda tal- poplu murija bl-aktar mod ċar u bl-aktar mod sħiħ fl-aħħar elezzjoni u murija wkoll bir-rieda ta' dan il-Gvern li jmexxi skond kif jistħoqq lil Malta.", "Għalhekk, Sinjura President, jien nagħlaq billi ngħid li din in-naħa tal- Kamra se tivvota kontra l-emenda ta' l-Oppożizzjoni u favur il-mozzjoni mressqa minn sieħbi l-Onor.", "George Vella għaliex nemmnu li din hija t-triq li hija tassew tajba, hija favur l-ideal tagħna ta' Malta l-ewwel u qabel kollox.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jien xtaqt nisma' lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni qabel u nitkellem wara.", "(Interruzzjonijiet) Le, issa m'għadniex aktar waqt il-winding up, il-winding up kien qed jagħmlu ...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: GĦalhekk.", "Il-mozzjoni hija magħluqa u issa se ngħaddu għall-vot.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Dak kien qed jagħmel il-winding up, ċedieh lil membru ieħor u ma qalx ...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Hawn permess tal-Kamra biex jitkellem l-Onor.", "Mintoff?", "ONOR.", "DOM MINTOFF: On a point of order, Madam Speaker.", "Jien qed ngħid li meta qam jitkellem il-Prim Ministru ma qalx li se jagħmel il-winding-up jew li qed jitkellem minflok l-Onor.", "George Vella, imma qam u tkellem.", "Dan ifisser li d-diskussjoni reġgħet infetħet u l-winding-up ma sarx.", "Kieku kien winding up, jien kont inżommu waqt li kien qed jitkellem u kont ngħidlu li qiegħed out of order għaliex m'għandniex ċans nirrispondu għal dak li kien qed jgħid.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, dak il-ħin konna waqt il-winding-up u daħal ikompli l-winding-up il-Prim Ministru bil-permess tal-Kamra.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, on a point of order.", "Jien se nerġa' ngħidlek li l-Onor.", "Vella kien qed jagħmel il-winding-up, ħareġ, daħal il- Prim Ministru, ma qalx li huwa qiegħed ikompli bil-winding-up u jien kont bl-impressjoni li issa reġgħet infetħet id-diskussjoni.", "Kieku almenu kont nagħmel interruption u mhux naċċetta dak kollu li qal, li qisu hu demokratiku u jien m'iniex.", "Min qal li jien m'iniex demokratiku?", "Dan hu li qed jgħid?", "GĦaliex jekk qed jgħid dan allura jien qed ngħidlu li hu lanqas jaf fejn toqgħod id-demokrazija.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru kellu l-permess tal-Kamra biex ikompli bil-winding-up.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Le, fl-ebda ħin ma ntqal li dan se jkompli bil- winding-up.", "MADAM SPEAKER: Iva, tlabna l-permess tal-Kamra biex ikompli bil-winding- up.", "GĦaldaqstant jien se npoġġi l-mistoqsija.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jien irrid niddikjara hawnhekk li ma jien sodisfatt xejn bir-risposta li ta l-Prim Ministru.", "Nerġa' ngħid li ma jien sodisfatt assolutament xejn bir-risposta li ta l-Prim Ministru.", "Dan ma rrispondiex għal dak li għidt jien, jiġifieri li dan il-Parlament ma jistax jibqa' sejjer li fuq l-affarijiet iż-żgħar ma jagħmilx closures u mbagħad jagħmel closure indirettament billi jġib dawn il-mozzjonijiet hawnhekk fuq l-affarijiet il-kbar.", "Din ma rrispondihiex u mbagħad qal ħafna affarijiet oħra fuq programm u mhux programm li m'għandhom x'jaqsmu xejn imma li jien lest li niddiskutihom band'oħra u fi żmenijiet oħrajn biex nurih kemm hu m'hu veru xejn dak li qal hawnhekk.", "U ngħidlu li mhux billi taparsi jgħid is-slogan \"Malta l-ewwel u qabel kollox\"; dak irid ikun bil-fatti u mhux bil-kliem.", "Għal din ir-raġuni, Madam Speaker, jien se nivvota kontra din il-mozzjoni - mhux favur l-emenda - li għandna hawnhekk.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall- mozzjoni li għandna quddiemna llum kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Fenech Adami.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża f'nofsinhar u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Fenech Adami.", "L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: L-ewwel se tpoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda imbagħad fuq il-mozzjoni hux hekk?", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, peress li l- mistoqsija għall-mozzjoni ma laħqitx saret qabel il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, din issir fl-ewwel seduta ta' wara din, jiġifieri terġa' titla' fuq l-order paper.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma, Madam Speaker, jien irrid nispjega l-vot tiegħi ta' l-astensjoni.", "Jien se ngħid li issa se nastjeni u meta tiġi l-mozzjoni se nivvota kontra tagħha.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għall-mozzjoni li għandna quddiemna dalgħodu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Issejħet division.", "Jingħalqu l-bibien.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma smajt lil ħadd isejjaħ division.", "MADAM SPEAKER: L-emenda m'għaddietx.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa ħalli nagħmlu d-division ħalli nkunu nafu eżatt.", "Id-division għalhekk tintalab.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Le, l-emenda m'għaddietx.", "(Interruzzjonijiet) U le, m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: M'hemmx kwestjoni.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: All right, Madam Speaker, aħna se ngħaddu għall-vot.", "Naturalment fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-lum nitlob li kull membru parlamentari jesprimi l-pożizzjoni tiegħu b'mod ċar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, issejħet id-diviżjoni jew le?", "MADAM SPEAKER: Issejħet.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jimporta terġa' tpoġġi l-mistoqsija għaliex in-naħa l-oħra fehmuk bil-maqlub.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda għall-mozzjoni kif imressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) L-emenda m'għaddietx.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Division.", "L-Iskrivan tal-Kamra jekk jogħġbu jsejjaħ l- ismijiet tal-membri.", "Jekk jogħġobkom, nitlob lil kull membru sabiex iqum u l-vot jgħidu ċar \"iva\" jew \"le\".", "Irridu nisimgħuh.", "(Interruzzjonijiet) Kull membru jrid jirrispondi ċar x'ħin jissejjaħ ismu.", "VOTAZZJONI NRU: 87 FAVUR : 33 | | | |Abela Tony |Gatt Austin | |Agius |Gonzi Lawrence | |Francis | | |Bonnici |Hyzler George | |Josef | | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona Joe | |D'Amato |Pullicino George | |Helen | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara |Refalo Michael | |Louis | | |Farrugia |Tabone Anton | |Jean Pierre | | |Fenech Adami|Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | |Galea Pace | | |Victor | | | | |", "KONTRA: 34", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anġlu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "ASTENSJONIJIET: 1", "L-Onor:", "Mintoff Dom", "MADAM SPEAKER: Ir-riżultat tal-votazzjoni hu assenzjoni waħda, 33 favur u 34 kontra.", "L-emenda m'għaddietx.", "Nitlob lill-Onor.", "Mizzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lum it-Tnejn, 10 ta' Novembru 1997, fis-2.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni ta' proċedura dwar is-seduti konnessi ma' l-Estimi Ġenerali 1998.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi Kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Grazzi, Madam Speaker.", "Illum smajna diversi kummenti dwar Malta l-ewwel qabel kollox u jien nixtieq nitkellem fuq dan il-punt tant importanti għalina, jiġifieri li pajjiżna veru għandu jiġi l- ewwel u qabel kollox.", "Ftit tal-ġimgħat ilu konna qed niddiskutu l-liġi li tittratta s-sisa, dik li pproponiet bidliet speċjalment fid-dazji tal-birra u ta' prodotti oħra, u bid-diskussjoni li kellna hawnhekk fil-Kamra bqajna f'sitwazzjoni fejn in-naħa tal-Gvern m'urietx fil-fehma tiegħi, li Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "U għaliex qed ngħid dan, Madam Speaker?", "Qed ngħid dan għaliex effettivament b'dik il-liġi li għaddiet ftit tal-jiem ilu jirriżulta li pajjiżna naqqas il-protezzjoni fuq diversi prodotti tagħna mingħajr ma ggwadanja xejn, jiġifieri mingħajr ma l-gvern irnexxielu jiġbed swieq aħjar għall-prodotti tagħna.", "Iktar u iktar inkwetanti huwa l-punt li meta l-Ministru responsabbli għall-kummerċ ġbidtlu l-attenzjoni li sa Ottubru li għadda kienu qed isiru negozjati ma' l-Ewropa fuq dawn il-prodotti u li f'dawn in-negozjati kien hemm indikat li aħna konna se nnaqqsu l-protezzjoni pero' kien ikollna ukoll aċċess aħjar għas-swieq tal-prodotti tagħna - fil-fatt għandi dokument dwar dan li diġa' poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra li jindika x'kienet il-pożizzjoni ta' Malta ma' l-Ewropa u x'offrew l-Ewropa; bażikament offrew li fl-ewwel sena nkunu nistgħu nittripplaw l- esportazzjoni tagħna, per eżempju tal-birra, lejn is-suq Ewropew, liema esportazzjoni kienet titla' għal ħafna u ħafna iktar fuq is-snin ta' wara - il-Ministru baqa' ma wieġeb xejn waqt il-ħin tal-winding up fl-istadju tat- Tieni Qari.", "Imbagħad għaddejna għall-istadju ta' Kumitat fejn id- diskussjoni hija iktar wiċċ imb'wiċċ u fejn hemm iktar djalogu - dalgħodu fil-fatt saru diversi kummenti dwar il-fatt li f'din il-Kamra għandu jkun hawn dibattitu iktar ħaj - u fejn saru diversi mistoqsijiet lill-Ministru responsabbli.", "Dawn il-mistoqsijiet bażikament saru minni u minn sħabi fejn aħna tlabna spjega mingħand il-Gvern għaliex mexa b'mod li ma poġġiex lil Malta l-ewwel u qabel kollox imma poġġa lil Malta fi żvantaġġ kbir f'materja li hija ta' interess nazzjonali li fuqha jiddependi l-għajxien ta' mijiet ta' ħaddiema u li fuqha wkoll aħna konna f'pożizzjoni - sa Ottubru li għadda - li ntejbu l-aċċess tagħna għas-swieq Ewopej u minflok ma sar hekk, sar bil-maqlub.", "Madam Speaker, sar bil-maqlub għaliex il-Gvern ħareġ jiftaħar li naqqas il-prezz ta' diversi prodotti li kienu protetti u qal li hija ħaġa tajba u li l-poplu issa jista' jixtri birra importata bi prezz irħas, u warrab kompletament l-interess nazzjonali li għandu x'jaqsam mal-prodotti tagħna.", "Madam Speaker, ngħid li dan huwa inkwetanti għaliex il-Gvern ikun qed jidher li mhux kapaċi jmexxi meta għal darba, tnejn, tlieta u iktar nitolbuh jispjega għaliex dawn in-negozjati ma' l-Ewropa flimkien ma' l- interess nazzjonali ġew imwarrba, u l-Gvern permezz tal-Ministru responsabbli mill-finanzi u l-kummerċ jibqa' sieket u jibqa' ma jispjegax il-pożizzjoni tal-Gvern.", "Madam Speaker, jiddispjaċini ngħid li dawn l-affarijiet ma jurux serjeta' u ma jurux li l-Gvern huwa kompetenti f'din il-materja.", "Dawn l-affarijiet mhux talli ma jurux li Malta qed titpoġġa l-ewwel u qabel kollox kif intqal dalgħodu mill-Prim Ministru, talli juru li l-interessi tagħna ġew imwarrba u li dak il-ħafna kliem li smajna hawnhekk dalgħodu mill-Prim Ministru m'huwa xejn ħlief kliem fieragħ.", "Madam Speaker, il-ġimgħa li għaddiet kelli dibattitu fuq it-television ma' membri tan-naħa tal-Gvern, fosthom mal-Ministru responsabbli għall- kummerċ fejn reġgħu tqajmu l-istess punti, pero' din id-darba minflok ma baqa' sieket u ma qal xejn bħalma għamel fil-Parlament - hija ħaġa tal- mistħija li din il-Kamra u pajjiżna jiġi trattat b'dan il-mod fejn ikollna sitwazzjoni bħal din fuq materja ta' interess nazzjonali u l-ministru responsabbli minn dak il-qasam ma jkunx jista' jiġġustifika l-pożizzjoni tal-Gvern - il-Ministru qal li din il-materja qed tiġi diskussa.", "U jien hawnhekk nixtieq nistaqsi: Kif qed tiġi diskussa din il-materja?", "Jiġifieri l-ewwel innaqqsu l-protezzjoni u nħallu l-prodott minn barra jkun ferm iktar kompetittiv mill-prodott tagħna imbagħad jiġi l-Ministru jgħid li issa qed tiġi diskussa?", "Madam Speaker, jista' jkun li l-Ministru kien qed jirriferi għad- diskussjonijiet f'livell tekniku bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li saru l- ġimgħa li għaddiet - qabel il-Budget - u fejn kienet qed tiġi diskussa l- problema tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni li daħħal dan il-Gvern u li dwarha hemm oġġezzjonijiet serji mill-Unjoni Ewropea li diġa' qalet li din is-sistema ma taqbilx mas-sistema li hemm imsemmija fit-Trattat ta' Assoċjazzjoni.", "Għalhekk jien nerġa' nistaqsi lill-Ministru b'liema mod qed tiġi trattata din il-materja u għaliex f'din il-Kamra ma qalilniex li qed tiġi trattata meta aħna ripetutament tlabnih spjegazzjoni għall-mod kif mexa l-Gvern.", "U wara kollox x'qed jiġi trattat bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?", "Jekk wieħed iħares lejn il-Budget - jien m'iniex se nitkellem fuq x'hemm fil-Budget għaliex id-diskussjoni dwaru qiegħda fuq l-aġenda u allura r- regoli ma jippermettulix li nitkellem fuqu, pero' xorta waħda nista' ngħid x'ma hemmx fih - jara li m'hemm xejn dwar kif qed jiġu żviluppati d- diskussjonijiet dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ewropa u m'hemm xejn lanqas dwar diskussjoni li tgħid li l-Ewropa issa aċċettat il-pożizzjoni tal-Gvern Malti.", "M'hemm xejn minn dan kollu, Madam Speaker.", "Fil-fatt il- pożizzjoni li qed toħroġ mill-Ewropa hija waħda proprju bil-kontra, hija waħda li qiegħda tgħid li dan il-Gvern mexa b'sistema ta' tassazzjoni li tmur kontra r-regoli li għandna fl-Association Agreement u anke kontra r- regoli li għandna mal-World Trade Organisation.", "U l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tgħid li din is-sistema ġdida ta' tassazzjoni m'hijiex aċċettabbli u li bl-impożizzjoni tagħha, dan il-Gvern diġa' qiegħed jikser il-ftehim li għandna magħhom.", "Madam Speaker, wara d-diskussjonijiet li saru l-ġimgħa li għaddiet, jiena nsostni li l-Ministru għandu jinforma lill-Kamra dwar il-pożizzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea għaliex hija materja ta' interess nazzjonali, u nsostni wkoll li mhux veru li l-kwestjoni tal-birra qed tiġi diskussa bejn Malta u l-Ewropa għaliex fil-fatt m'hemm xejn x'jiġi diskuss; il-Gvern diġa' warrab l-interess nazzjonali biex ikun jista' jdaħħal din is- sistema ta' tassazzjoni li ġabet tant diffikultajiet f'pajjiżna.", "Madam Speaker, jiena nsostni li l-interess ta' pajjiżna, tal-ħaddiema u ta' l-industrija tagħna m'huwiex qed jiġi trattat b'mod adattat.", "Ninsabu f'pożizzjoni li Malta mhux veru qed titpoġġa l-ewwel u qabel kollox, imma qegħdin inpoġġu l-ewwel u qabel kollox il-konvenjenza politika fejn il-Prim Ministru u l-Ministru jkunu jistgħu jgħidu li qegħdin jimxu skond il- programm li ġie mfassal.", "Dan il-programm ġie mfassal mingħajr ma kien hemm ħsieb biżżejjed u allura they are muddling through, qegħdin jipprovaw jimxu b'sistema fejn minn ġurnata għal oħra jipprovaw jaslu f'xi ħaġa li tkun b'xi mod jew ieħor aċċettabbli imma li minflok qed turi konfużjoni, tant li anke l-interess nazzjonali qed isofri.", "Jien, Madam Speaker, nerġa' nsostni f'din il-Kamra li l-Ministru responsabbli għall-kummerċ għandu d-dover li jispjega għaliex l-interessi nazzjonali ġew imwarrba.", "Jekk dawn it-tip ta' negozjati se jiġu trattati bil-mod kif ġie trattat l-interess nazzjonali, allura aħna se nkunu f'pożizzjoni agħar milli aħna, se nkunu f'pożizzjoni fejn l-industrija tagħna se tkun iktar imxekkla u mhux se jkollha l-opportunitajiet li wieħed jista' jinnegozja u li fil-fatt il-Gvern preċedenti kien innegozja.", "Madam Speaker, jien insostni li din m'hijiex xi ħaġa li l-Gvern jista' jibqa' sieket dwarha u l-Ministru ma jistax jgħid, kif qal fuq it- television, li din hija xi ħaġa li qed tiġi nnegozjata meta fil-fatt mhux qed isir hekk.", "L-Unjoni Ewropea diġa' qalet lill-Gvern li s-sistema ta' tassazzjoni preżenti m'hijiex aċċettabbli, aħseb u ara kemm se nkunu nistgħu nieħdu concessions mingħand l-Ewropa biex il-prodott tagħna jkun jista' jidħol fis-swieq Ewropej bla xkiel!", "Madam Speaker, l-interess nazzjonali jitlob li l-Gvern jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu fuq l-Unjoni Ewropea u jitlob ukoll li l-Gvern jidħol f'diskussjonijiet ma' l-istess Unjoni Ewropea sabiex jara kif se jbiddel is-sistema ta' tassazzjoni li daħħal, kif fil-fatt qegħdin jgħidulu biex jagħmel.", "L-Unjoni Ewropea qed tgħid lill-Gvern li sakemm huwa ma jbiddilx il-mod ta' tassazzjoni, m'hemmx x'wieħed tiddiskuti, m'hemmx fejn wieħed jista' jimxi 'l quddiem u m'hemmx opportunitajiet oħra li nistgħu noħolqu għal pajjiżna.", "U għaliex dan kollu, Madam Speaker?", "Għaliex il-Gvern iddeċieda, fis-sapjenza tiegħu u bla spjegazzjoni ta' xejn, li minflok ma jkompli bin-negozjati kif kienu sa sena ilu, jagħmel xi ħaġa li tat daqqa ta' ħarta lill-industrija tagħna, b'mod partikolari f'dawn in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "Madam Speaker, is-sitwazzjoni hija tassew inkwetanti għaliex meta wieħed iħares lejn l-andament ekonomiku ta' pajjiżna żgur li kulħadd jaqbel li hawn straġnar ekonomiku, li hawn sitwazzjoni fejn il-qgħad żdied b'1,500 f'sena, l-iktar ċifra għolja li kellna f'dawn l-aħħar 10 snin.", "Madam Speaker, aħna rridu li jkollna politika eknomika li tikkrea u tiġġenera l- impjiegi u li tagħti opportunita' lil pajjiżna jesporta iktar.", "Imma mhux hekk sar, Madam Speaker.", "Il-Gvern meta jiġi ffaċċat b'dawn is- sitwazzjonijiet kulma jagħmel jiġi f'din il-Kamra jgħidilna \"No comments\" jew inkella jmur fuq it-television jgħid li din il-materja qed tiġi diskussa meta jien konvint li mhux hekk qed isir.", "Mhux din il-materja qed tiġi diskussa, imma qed tiġi diskussa materja li għandha x'taqsam mat-taxxa tas-sisa li daħħal dan il-Gvern kontra l-pariri ta' kulħadd inkluż ta' l- IMF li qalulu li meta jdaħħal sistema ta' taxxa bħal din, id-dħul tal-gvern se jonqos.", "U hekk ġara.", "Jekk inħarsu lejn l-ewwel tliet xhur li ilha in operation din is-sistema, naraw li din wasslet għal tnaqqis fid-dħul u allura wasslet għall-budgetary measures li naturalment hemm ħafna x'wieħed jgħid fuqhom, pero' jien se nillimita d-diskors tiegħi u ma nitkellimx fuq dawn il-budgetary measures f'dan l-istadju u nistenna sakemm ikolli l- mument opportun li niddiskutihom.", "Madam Speaker, iż-żmien li fih aħna nistgħu ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea jinsab għaddej u l-Gvern illum qed jgħidilna li pajjiżi bħal Norway, Switzerland u Iceland m'humiex qegħdin jinkwetaw li they are going to miss the bus.", "Imma skużi, Madam Speaker, in-naħa tal-Gvern jafu li n- Norveġja għandha ż-żejt u tinsab f'pożizzjoni fejn il-budget tagħha qiegħed in surplus u hija f'pożizzjoni ekonomika tant qawwija li m'għandha x'jaqsam xejn ma' tagħna?", "Jafu li Switzerland ukoll qiegħda f'pożizzjoni ekonomika ferm qawwija u hija ċentru internazzjonali finanzjarju li qed iwassal biex il-pajjiż dejjem ikollu rabtiet iktar mill-viċin ma' l-Ewropa?", "Il-Gvern Żvizzeru irid jidħol fl-Ewropa, pero' qed jistenna li jkollu r- rieda politika f'forma ta' referendum, bis-sistema ftit komplikata tagħhom.", "Jafu in-naħa tal-Gvern li Iceland ukoll għandu r-riżorsi naturali li aħna m'għandniex u li dawn jinsabu f'sitwazzjoni ferm differenti minna?", "Madam Speaker, jiena rrid nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nappella lill-Gvern sabiex ma jħallix din is-sitwazzjoni tiggrava, sabiex l-interess nazzjonali jiġi safeguarded biex verament Malta tkun l-ewwel u qabel kollox u mhux bħalma ġara fil-każ tal-birra fejn Malta ġiet l-aħħar u pajjiżna baqa' mhux biss f'sitwazzjoni fejn ma jistax jesporta iktar diversi prodotti imma f'sitwazzjoni fejn prodott kompetittiv għal tiegħu qed jidħol f'pajjiżna b'rati ferm iktar vantaġġużi.", "Din m'hijiex responsabbilta' u turi inkompetenza kbira fit-tmexxija ta' pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, dan l-aħħar kien hawn daqsxejn ta' furur dwar meta għandha tingħata l-piena kapitali.", "F'pajjiżna din il-piena tapplika biss fi żmien ta' gwerra u tingħata lil membri tal-Forzi Armati taħt il-kondizzjonijiet li hemm f'artikli 37 u 38 ta' Kap. 220 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Artiklu 38 jgħid li:", "\"Kull persuna suġġetta għal-liġi militari li bil-ħsieb li tgħin lill- għadu tikkomunika ma' jew tagħti informazzjoni lill-għadu tista' teħel, meta tinstab ħatja minn qorti marzjali, il-piena tal-mewt jew xi piena oħra provduta b'dan l-Att.\".", "Artiklu 37 ukoll jelenka tmien ordnijiet fejn din il-piena tista' tingħata.", "Imma issa ħalli niġu biex naraw il-fatti kif inhuma.", "Madam Speaker, hawn Malta l-piena kapitali kienet tingħata lil dawk il- persuni li jkunu kkommettew omiċidju, u l-aħħar waħda ingħatat fl-1947.", "Sa dak iż-żmien kienu ingħataw ħafna pieni kapitali, imma llum x'inhi l- pożizzjoni?", "Nafu li riċentement l-Amnesty International għamlet appell speċjali lil diversi kapijiet ta' stati - tista' tgħid tad-dinja kollha - sabiex jabolixxu l-piena kapitali.", "Madam Speaker, illum il-ġurnata kif għandu wieħed iħares lejn il-pieni kapitali?", "F'diversi pajjiżi, b'mod speċjali ċ-Ċina, il-piena kapitali tingħata anke f'każ ta' serq aggravat b'armi u f'każ ta' traffikar ta' ammont sostanzjali ta' droga.", "Pero' l-fatt jibqa' jekk għandniex nibqgħu nirraġunaw bil-mentalita' li għaliex bniedem qatel jew inkella poġġa l- ħajja ta' ħaddieħor f'periklu, inneħħulu ħajtu.", "Naturalment hemm min jaqbel u hemm min ma jaqbilx mal-piena kapitali u forsi jkun hawn min jgħid li minflokha tista' tingħata piena ta' għomor il-ħabs, pero' imbagħad min-naħa l-oħra ssib min jgħid li ladarba l-qorti tkun sabet lil tali persuna ħatja għal ċertu tip ta' reat, allura dak li jkun m'għandu jibqa' ħaj għall-ebda raġuni.", "Madam Speaker, issa aħna nafu li persuna tista' tkun ikkommettiet reat b'intenzjoni, u tista' tkun għamlet hekk in furia di sangue.", "Hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi wkoll x'rimedju jkun qed jingħata lill-familjari tal- vittma meta jinqatel il-bniedem li jkun instab ħati bl-omiċidju.", "Jien naħseb li b'hekk mhux talli ma jkunx qed jingħata rimedju, talli tkun qed tinħoloq problema oħra lil familja oħra, f'dan il-każ il-familja ta' min ikun istab ħati.", "Madam Speaker, illum il-ġurnata hemm diversi pieni li wieħed jista' jagħti minbarra l-piena kapitali.", "Għalkemm huwa veru li fis- sitwazzjonijiet li qegħdin ngħixu fihom illum hemm bżonn li jingħataw pieni ebsin, jien ta' l-opinjoni li la l-piena kapitali ġiet imneħħija mill- istatut tagħna, din m'għandhiex tibqa' lanqas għall-membri tal-Forzi Armati.", "Pero' mill-banda l-oħra naqbel ukoll li meta wieħed jeħel għomru l- ħabs, dan għandu jibqa' hemmhekk u m'għandu jingħata l-ebda amnestija.", "Ħafna jirraġunaw bil-mod li l-ħabs huwa post fejn wieħed ikollu ċans jindem minn dak li jkun għamel biex imbagħad jerġa' jissieħeb lura fis- soċjeta', pero' jien naħseb li meta persuna tkun instabet ħatja ta' reat gravi, din għandha tibqa' għomorha hemmhekk sakemm ma jkollhiex bżonn ta' xi kura fl-isptar.", "Hawnhekk qed nirriferi wkoll għal min jagħti d-droga lil ħaddieħor.", "Fil-fatt dan l-aħħar qrajna fil-gazzetti li persuna mietet ftiti minuti wara li ġiet injettata bid-droga.", "Dak ukoll għandu jiġi konsidrat bħala qtil, u dik il-persuna li tat id-droga lill-vittma wkoll għandha tieħu l-piena li jistħoqqilha.", "Li jista' jsir f'każijiet bħal dawn huwa li forsi dawk li jkunu ġew kundannati jiġu ordnati sabiex jagħtu xi servizz lill-komunita', pero' nerġa' nenfasizza li dawn m'għandhom jiġu released minn dik il-piena għall-ebda raġuni.", "Madam Speaker, meta l-bniedem teħodlu l-liberta' tkun ħadtlu kollox.", "Jien naħseb li jkun aktar effettiv jekk bniedem, minflok ma tagħtih il-mewt, iġġiegħlu jpatti għal dak li għamel billi teħodlu l-liberta' u tordnalu jagħti xi servizz lill-komunita'.", "Jien nittama, kif diġa' għidt, li pajjiżna jabolixxi l-piena tal-mewt għal kollox - anke fil-każ tal-membri tal-Forzi Armati - u minflok jibdew jingħataw sentenzi ta' għomor il-ħabs għaliex b'hekk tkun qed issir anqas ħsara.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum, it-Tnejn, 10 ta' Novembru, fis-2.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fis-12.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GAIA FOUNDATION - PROĠETT", "9415.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi progress sar fil-pilot project tal-Gaia Foundation?", "Meta ġie approvat il-management programme għal Għajn Tuffieħa?", "X'faċilitajiet ta' beach safety ġew pprovduti?", "Kemm ġew impjegati wardens biex jieħdu ħsieb il-post?", "Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jinsab sodisfatt bil- ħidma tal-fondazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fl-ewwel sena ta' prova fil-proġett tal-GAIA Foundation sar progress fis-sens li saru diversi xogħlijiet, fosthom tpoġġew bins biex il-bajja tinżamm nadifa, twaħħlu bollards biex il-vetturi jkunu kkontrollati, ingħata bidu għall-surveys dwar l-ekoloġija, ġeoloġija, ġeomorfoloġija u ħidroloġija, twaħħlu sinjali u avviżi, inbdiet nursery għas-siġar, saru xi clean-ups u ġew impjegati 5 part-time wardens, li kienu ukoll inkarigati fis-sajf mill-beach safety.", "Fil-preżenti il-management plan għadu qiegħed jiġi studjat mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex wara jkun jista' jagħtini parir jekk il-kuntratt għandux jiġġedded jew le, u jekk iva għandux bżonn ikun emendat.", "SPORTS - MATTHEW MICALLEF ST.", "JOHN TRACKS", "9437.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Għaliex atleti li qed jużaw il-Matthew Micallef St. John tracks mhux jitħallew jagħmlu użu mill-floodlights u d-dressing rooms filgħaxija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-power supply fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa jeħtieġ li jiġi msaħħaħ u qed jittieħdu l-passi sabiex din il-problema tiġi solvuta.", "Minħabba l-għargħar li għamel f'Settembru u li kkawża ħsarat kbar fil-Kumpless, kien hemm perjodu ta' żmien meta minħabba t-tiswijiet li kienu qed isiru, ma kienx possibli li l-floodlights jinxtegħlu fuq bażi regolari.", "Issa li dawn it-tiswijiet saru, il-floodlights qed jinxtegħlu regolarment.", "Jien infurmat li fil-każ tad-dressing rooms, ittieħdu passi sabiex ikun hemm kontroll fuq l-użu tagħhom.", "Dawn qed jintużaw minn min ikollu l- permess meħtieġ.", "TRIBUNAL DWAR L-INĠUSTIZZJI - KAŻI", "8609.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew introdotti każi quddiem it-Tribunal dwar l- Inġustizzji mit-twaqqif tiegħu sal-lum?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk bediex il-konsiderazzjoni tal-każi mressqa u jekk iva, kemm s'issa ġew milqugħa u kemm miċħuda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji daħal fis-seħħ fit-2 ta' Ġunju 1997.", "Sat-2 ta' Ottubru 1997 daħlu b'kollox 601 rikorsi:", "572 f'Malta, u 29 f'Għawdex", "S'issa saru 15-il seduta tat-Tribunal li beda jisma l-ewwel 110 kawża.", "Minn dawn żewġ (2) rikorsi ġew ċeduti u wieħed (1) intbgħat sine die u għadha ma ngħatat ebda deċiżjoni.", "Is-smigħ tal-kawżi jsir fil-pubbliku.", "DJAR - XOGĦLIJIET", "8610.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid: (a) liema xogħlijiet tlestew mill-Awtorita' tad-Djar minn Novembru 1997 sal-lum u għal kull sitt jindika kemm hemm units ippjanati, meta saret l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, meta ġie l- permess u meta beda x-xogħol; (b) liema huma x-xogħlijiet ta' bini diġa' mibdija mill-Awtorita' tad-Djar u għal kull sit jindika kemm hemm units ippjanati, meta saret l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, meta ġie l-permess u meta beda x-xogħol; u (ċ) x'applikazzjonijiet għandha pendenti l-Awtorita' tad-Djar quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, meta saru u għal xiex huma?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta", "Din hija lista ta' xogħlijiet li tlestew jew kienu fl-idejn fl-1997.", "Il- lista tinkludi wkoll applikazzjonijiet li kienu pendenti quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MOBILE KIOSKS - GARANZIJI BANKARJI", "8611.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-kumitat li l- Ministru kien qal li għandu jagħmel rakkmandazzjonijiet dwar il-kiosks (PQ 6093) u, jekk iva, min huma l-membri tiegħu, kemm-il darba ltaqa', tlestiex ix-xogħol tiegħu u jekk iva, x'kienu r-rakkmandazzjonijiet li għamel?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-gvern hux se jinsisti fuq il- garanzija bankarja ta' Lm5,000?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, il-Kumitat li kien tkellem fuqu l-Ministru għadu ma twaqqafx, twaqqaf biss working group magħmul minn rappreżentanti ta' dipartimenti konċernati biex jipprepara l-bażi fuqhiex ser jaħdem il- Kumitat.", "Dan għadu għaddej bix-xogħol tiegħu.", "Iva, il-Gvern ser jinsisti fuq il-garanzija bankarja ta' Lm5,000.00 u fil- fatt din il-garanzija ġiet mogħtija minn dawk kollha li nħarġilhom permess din is-sena.", "BUĠIBBA - TENDER GĦAL ARBLI TAD-DAWL", "8612.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegati irregolaritajiet fil-ħruġ tat-tender għall-arbli tad-dawl għall-proġett ta' Buġibba u jekk l-investigazzjoni ġiet konkluża, x'kienu l-konklużjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8584.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8613.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li ma baqgħux jirreġistraw għax- xogħol minn jeddhom minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Ġunju 1997 sabu xogħol sal-lum?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8614.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Ġunju 1997 sabu xogħol sal-lum?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Ġunju 1997 u sabu xogħol sal-lum kien ta' 2,577.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - XIRI TA' VETTURI", "9372.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'vetturi nxtraw fl-aħħar sena mill-Ministeru tiegħu u mid- dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Kemm swiet kull vettura?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bejn l-ewwel ta' Novembru 1996 u l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena, nxtraw żewġ karozzi fil-Ministeru tiegħi.", "F'Settembru ta' l-1997, il-Kummissarju Għoli Malti f'Londra xtara vettura tat-tip Mercedes Benz E 200 għall-prezz ta' L.Stg 19,083 li minnhom trid tnaqqas L.Stg 9,500, il-prezz li ġabet il-karozza l-qadima.", "F'Ottubru ta' din is-sena, inxtrat karozza Hyundai Lantra GLS għall-użu tad-Direttur fid-Dipartiment ta' l-Unjoni Ewropea tal-Ministeru għall-prezz ta' Lm5,000.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - XIRI TA' VETTURI", "9373.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'vetturi nxtraw fl-aħħar sena mill-Ministeru tiegħu u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Kemm ġiet tqum kull vettura?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-vetturi li nxtraw fl-aħħar sena f'dan il- Ministeru kienu:-", "Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi Rover - Lm10,065", "Dipartiment tas-Saħħa", "3 Ambulanzi - Lm20,175 'l waħda Mobile Blood Collection Unit - Lm98,403", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - XIRI TA' VETTURI", "9374.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'vetturi nxtraw fl-aħħar sena mill- Ministeru tiegħu u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Kemm ġiet tqum kull vettura?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:-", "|Diparti|Vettur |Valur |Għal Min | |ment | | | | |Finanzi|Peugeot |8,120 |Kap ta' | | |406 ST -| |l-Oppożizz| | | | |joni | | |Saloon |8,980 |Segretarju| | |Volvo | |Permanenti| | |S40 | | | | |Saloon | | | |Taqsima|Honda |6,600 |A/Kap | |ta' |Civic 5 | |tat-taqsim| |l-Ippja|Door | |a | |nar | | | | |Dwana |2 Skoda |5,682 |Użu | | |Felicia | |Ġenerali | | |13000c.c| | | | |. | | | |Dip. |Citroen |7,000 |Direttur | |tat-Tax|Xantia | |Ġenerali | |xa u | | | | |tas-Sis| | | | |a | | | |", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - XIRI TA' KAROZZI", "9375.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'vetturi nxtraw fl- aħħar sena mill-Ministeru tiegħu u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Kemm ġiet tqum kull vettura?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-vetturi li nxtraw matul din is-sena huma:", "1 Refuelling Bowser li qam lid-Dipartiment is-somma ta' Lm33,333 wasal f'Mejju.", "2 Erbgħa (4) Pick Up Vans għas-somma ta' Lm6138 il wieħed, total ta' Lm24,552.", "Dawn ġew ordnati u qed nistennew li jiġu delivered.", "3 Għaxar (10) karozzi għas-somma ta' Lm3,659 il waħda, total ta' Lm36,590.", "Dawn ukoll ġew ordnati u qed nistennew li jiġu delivered.", "BUGIBBA - TRIQ IL-ĦĠEJJEĠ", "9376.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Ħġejjeġ f'Buġibba se tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ikun ikkonsidrat meta jkunu qed jiġu ppjanati x-xogħlijiet fil-fażijiet li jmiss għall-lokalita'", "SLIEMA - BUS SHELTERS", "9377.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li l-bus shelters li jinsabu quddiem il-Knisja tal-Balluta, quddiem l-iSpeedy Garage fi Triq il-Kbira San Giljan, u quddiem Triq Isouard fi Triq it-Torri f'Tas-Sliema ma jitħallewx mingħajr panels fil-ġnub kif ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat peress li dawn il-bus shelters f'din il-kondizzjoni ma joffrux protezzjoni lill- passiġġiera fil-maltemp?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li dawn il-bus shelters jinsabu b'kuntratt f'idejn kumpannija biex isir riklamar fuqhom, bill-kundizzjoni li minbarra li tħallas lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku somma flus kull sena, trid tieħu ħsieb il-manutenzjoni tagħhom u żżommhom f'kundizzjoni tajba.", "L-Awtorita' ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat tinsisti ma' din il-kumpannija biex twaħħal il-panels kollha li hemm nieqsa minn dawn il-bus shelters.", "Jekk il-kumpannija tkompli tonqos milli tagħmel dan, se titlef id-dritt li għandha li tirriklama fuqhom.", "Il-kumpannija diġa' ġiet avżata b'din l-azzjoni.", "TJUR/ANNIMALI - IMPORTAZZJONI", "9453.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri ta' kwarantina ttieħdu mid- dipartimenti li jaqgħu taħtu meta dan l-aħħar ġew importati tjur/annimali għal ministeru?", "Kemm damu fil-kwarantina kull wieħed mill-annimali li ġew importati?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi mwiet minn dawn l-annimali?", "Jekk iva, liema annimali mietu u minn xiex kienu qed ibatu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-annimali li ġew mogħtija lill-Ministeru tħallew ġimgħa fil-kwarantina u għadhom taħt osservazzjoni fl-Għammieri.", "L-annimali u t-tjur kienu koperti b'ċertifikati veterinarji mill-Olanda mnejn ġew.", "Mietu ġidja u llama.", "Il-gidja mietet b'peritonitis waqt li qegħdin jsiru testijiet biex tiġi aċċertata l-kawża tal-mewt tal-Llama.", "PITKALIJA - XERREJJA", "9454.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma awtorizzati jidħlu jixtru l-bejgħa mill-Pitkalija bħala xerrejja?", "Kemm minn dawn hekk awtorizzati jaħdmu fil-pitkalija?", "Mil-liema lokalita' huma dawk hekk awtorizzati u li jaħdmu fil-pitkalija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Biex jitnaqqsu l-abbużi li kien hemm fil-Pitkalija f'dawn l-aħħar ġimgħat sar eżercizzju biex in-numru ta' persuni li huma awtorizzati jidħlu jixtru l-bejgħa mill-Pitkalija bħala xerrejja jkun jirrifletti dawk biss li verament jagħmlu użu mill-Pitkalija.", "B'riżultat ta' dan l-eżerċizzju n-numru tniżżel min 1189 għall-838 billi ġew maqtugħa min fuq il-lista 351 li ma' kienux attivi għal bosta snin.", "Mit-838 li huma awtorizzati li jidħlu jixtru l-bejgħa mill-Pitkalija hemm 2 wieħed min B'Kara u l-ieħor mill-Belt li huma ħaddiema mill-pitkala privata.", "Dawn iż-żewġ ħaddiema ilhom jaħdmu hemm numru ta' snin.", "PRODOTTI AGRIKOLI - ĦLAS TA' LEVIES", "9455.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'tip ta' levies iħallsu jew suppost li ħallsu l-prodotti agrikoli Maltin li ġew esportati minn Malta f'kull tip ta' prodott li ġie esportat?", "X'sar biex dawn il-levies jonsqu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-prodotti agrikoli esportati minn Malta lejn l- Unjoni Ewropeja jħallsu dazju u levies skond il-Common External Tariff tal- UE jew skond id-diversi Protokolli Addizjonali għall-ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja jew skond il-GSP (Generalised System of Preferences) għal Malta mill-Unjoni Ewropeja.", "Malta għanda diversi talbiet pendenti quddiem l-UE, ghat-tnaqqis ta' dawn il-levies.", "AWTORITA' MARITTIMA - BAJJIET", "9456.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-bajjiet f'Malta u f'Għawdex li fuqhom l-Awtorita' Marittima għamlet studji dwar kemm jistgħu jkunu tajba bħala yacht marinas fil-perijodu ta' qabel 1/11/96?", "Liema bajjiet kienu ddentifikati bħala tajba għal dan il-għan?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-Awtorita' Marittima qabbdet konsulenti barranin biex jagħmlu studju dwar `Żvilupp ta' Yachting' f'Malta.", "Fir-rapport tagħhom il-konsulenti kkunsidraw 18-il-post biex wieħed jasal għall-aħjar inħawi fejn jistgħu jinbnew Yacht Marinas.", "Tabella Numru 8, estratt mir-rapport, li jindika liema kienu dawk il- postijiet li kienu kkunsidrati, u liema huma dawk li joffru l-aħjar possibilita' li jiġu żviluppati tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - APPARTAMENTI", "9457.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex numru ta' flats li huma lesti minn kollox u li ilhom hekk lesti iktar minn sena, fil-fatt ma jingħatawx lil min se titwaqqagħlu l-proprjeta' tiegħu fl-Imsida, b'mod li familji sħaħ tħallew sena oħra għal xejn f'postijiet perikolużi u fl-istess ħin saret ħsara lill-bini ġdid?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif diġa mħabbar pubblikament il-process ta' l- evakwazzjoni ta' appartamenti affetwati mill-proġetti ta' twaqqiegħ fl- Imsida ma setgħax jibda qabel jinħarġu l-permessi ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex jitkompla l-proġett.", "Dan il-permess issa inħareg u l-proċess imsemmi nbeda u mistenni li dawn il- postijiet jingħataw lill-familji affetwati fil-gimgħat li ġejjin.", "PIXKERIJA - ĦUT", "9458.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-ħut li daħal fil-pixkerija xahar, xahar fil-perijodu 1/11/96 - 15/10/97?", "X'kienet il-kwantita' ta' kull tip ta' ħut kull xahar f'dan il-perijodu?", "Kif jitqabbel dan l-ammont ma' l-istess tip ta' ħut f'kull xahar fil- perijodu tat-12-il xahar ta' qabel?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija numru 9458 tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTARIJIET - INFERMIERA BARRANIN", "9509.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn preżentement nurses barranin jaħdmu mal-Gvern?", "Meta ġew ingaġġati individwalment, fejn qegħdin jaħdmu, liema grad jokkupaw u jekk kienx hemm xi riżenji minnhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta .", "SPTAR BOFFA - AUDIT REPORTS", "9510.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkommissjonati audit reports dwar l-Isptar Boffa?", "Meta ġew ikkommissjonati, minn min u kemm swew flus?", "Liema ditta għamlet dawn ir- rapporti?", "Dawn l-audit reports tħallsu kollha jew għad hemm kontijiet pendenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata aktar tard.", "SPTAR BOFFA - AUDIT REPORT", "9511.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audit Report ikkommissjonat mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti dwar l-Isptar Boffa?", "Meta tlesta dan ir-rapport u x'ġie mplimentat minnu sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR ĠENERALI - SERVIZZI MEDIĊI", "9512.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'servizzi mediċi ġodda ġew introdotti ġewwa l- isptar ta' Għawdex sena b'sena tul l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba ghadha qeghda tigi migbura u l-mistoqsija tinghata f'seduta ohra.", "SPTAR MONTE CARMELI - AUDIT REPORT", "9513.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid liema ditta qegħda preżentement tagħmel audit report dwar l-Isptar Monte Carmeli?", "Meta hemm ħsieb li dan ir-rapport ikun lest u kemm sewa flus?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata aktar tard.", "MEDIĊINALI - BECOTIDE/BECLAFORTE INHALERS", "9514.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il- konsum tul l-aħħar sena, xahar b'xahar, ta' Becotide inhaler u Beclaforte inhaler (jew is-sostituti tagħhom); u kemm kienet l-ispiża ta' kull item kull xahar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦARGĦUR - SQAQ L-IMNIEQA", "9536.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-isqaq magħruf aħjar bħala Sqaq l-Imnieqa, fil-Għargħur li jgħaddu ħafna bdiewa minnu għar-raba tagħhom, jitnaddaf peress li jinsab fi stat żdingat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BIRGUMA - SPARAR TA' FURNELLI", "9537.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara u jinvestiga li jsiru testijiet bis-serjeta' għall-furnelli li qegħdin jiġu sparati f'barriera viċin Birguma u li meta jsiru l-ispezzjonijiet mill- Planning Authority dawn isiru wara li verament jiġu sparati furnelli li qegħdin jikkawżaw ħsarat fil-kostruzzjoni tal-bini tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Minerals Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq il-bażi ta' programm li jasallha ta' kuljum mis-Security Branch tal- Pulizija, tieħu ħsieb li jsir monitoring tal-blasting.", "Sa fejn jippermettu ir-riżorsi (nies imħarrġa u apparat) dan il-monitoring isir kull fejn hemm pjanat li jiġu sparati furnelli.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn sena għall-sena u fuq bażi ta' riżultati miksuba mill-monitoring tieħu ħsieb li tirrevedi l-ammont ta' esplużiv li jista' jiġi sparat f'kull barriera.", "Il-kontroll li jsir f'dan ir-rigward huwa bbażat fuq standards li jistabilixxu l-ogħla livell ta' vibrazzjoni aċċettabbli ta' 10mm/s ppv.", "Dan il-monitoring sar ukoll fil-barriera ta' Birguma u fuq it-talba ta' wieħed mir-residenti sar minn fuq l-għatba tad-dar tiegħu.", "Ir-riżultati li ttieħdu juru li l-ogħla livell ta' vibrazzjoni kien ta' 2.34mm/s ppv; konsiderevolment taħt l-ogħla livell aċċettabbli.", "Tajjeb li wieħed josserva li l-monitoring tal-blasting la jsir qabel u lanqas wara li jiġi sparat il-furnell.", "Fil-fatt il-monitoring jibda minn qabel u jkompli sa wara jiġi sparat il-furnell b'mod analogu għal kif jiġu studjati t-terrimoti.", "BIRGUMA - TRIQ TA' BIRGUMA", "9538.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li ħofra perikoluża ħafna li tinsab fi Triq ta' Birguma, inti u niżel minn niżla ta' Birguma u fejn fiha informat li nqalbet karozza, tiġi rranġata kemm jista' ikun malajr?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - RABAT - PARKING AREA", "9539.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tesa vetturi l-parking area ta' wara l-bus terminus u kemm jesgħu iż-żewġ parking areas l-oħra li jinsabu bejn Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq Ġużeppi Labra', fir-Rabat, Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-car park ta' wara l-bus terminus hu kkalkulat li jesa' madwar 230 vettura waqt li ż-żewġ car parks l-ohra bejniethom jesgħu madwar 100 vettura.", "TURIŻMU", "9540.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9400 il- Ministru naqas li jwieġeb għall-aħħar parti tad-domanda, jista' għalhekk jagħti l-informazzjoni mitluba, ċioe' in-nazzjonalita' ta' dawk li ġew bil- baħar fix-xhur ta' Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru, 1997 u kif din iċ- ċifra tipparaguna ma' dawk li ġew fl-istess xhur ta' l-1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma tinżammx statistika tan-nazzjonalita' tal-persuni li ġew Malta bil-baħar u qagħdu f'Malta aktar minn 24 siegħa.", "AIR QUALITY MONITORING", "9541.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi programm ta' ħidma għandu d-dipartiment rigward Air Quality Monitoring fil-komunitajiet?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa dan is- servizz ta' Air Quality Monitoring jew jekk huwiex servizz b'xejn kemm-il darba din l-informazzjoni jkollha tingħata lill-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar riżultat ta' Air Quality Monitoring?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għandu fil-ħsieb li jwaqqaf, fil-ġejjieni qarib, programm komprensiv sabiex ikun jista' b'mod xjentifiku, jissorvelja il-kwalita ta' l-arja f'pajjiżna.", "Fil- fatt għadu kif sar eżerċizzju sabiex jinxtraw air quality monitors li bihom id-Dipartiment għal-Ħarsien ta' l-Ambjent ikun jista' jaqra l-livelli ta' tniġġiż fil-lokalitajiet urbani ta' dawn il-gżejjer.", "Il-programm ta' l-Air Quality Monitoring, kif imfassal mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, ser ikun imqassam f'diversi fażijiet; fejn l- ewwel fażi tkun tkopri studju bażiku biex jiġi svelat il-livell medju ta' tniġġiz fid-diversi lokalitajiet.", "Wara din il-fażi, hu maħsub li bil- parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali, isir ftehim sabiex, fejn hemm il- ħtieġa, jitwaqqfu stazzjonijiet fissi li kontinwament jaqraw il-livelli ta' tniġġiż fl-arja.", "B'hekk, b'mod l-aktar ko-ordinat u effettiv tinbena l- istruttura nazzjonali li tkun tista' taqdi liċ-ċittadini kollha f'dan ir- rigward.", "ORKESTRA NAZZJONALI - COLLECTIVE AGREEMENT", "9547.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9386, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-collective agreement li kien fis-seħħ qabel ġiet imwaqqfa l- orkestra nazzjonali, i.e. fi żmien l-orkestra tat-Teatru Manoel; u jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-joint communique li kienet ħarġet dwar il-kwestjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari u l-UHM?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Poġġejt l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta li tikkonsisti f':", "1.", "Kopja tal-ftehim kollettiv li kellha l-Orkestra tat-Teatru Manoel li kien skada fil-31/8/93 u li qatt ma kien ġie mġedded fi żmien l- Amministrazzjoni preċedenti (Dok.", "A);", "2.", "Kopja tal-joint communique li kienet ħarġet bejn il-UHM u l-Onor.", "Segretarju Parlamentari Cilia li għalihon saret riferenza fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "9386 (Dok.", "B).", "ORKESTRA NAZZJONALI - BORD", "9548.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9385, peress li l-ismijiet tal-Bord tal- kumpannija ta' l-Orkestra Nazzjonali ma jaqblux ma' dawk kif ippubblikati fid-dokument ta' l-istatut li qed jintbagħat separatament mat-tweġiba, fis- sens li jidhru biss f'lista waħda, jista' l-Ministru jiċċara sewwa din id- diskrepanza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ismijiet tal-Bord tal-Orkestra Nazzjonali ma jaqblux għal kollox ma' kif jidhru fl-istatut f'żewġt istanzi.", "Persuna minnhom irtirat għal raġunijiet personali indikati lis-Segretarju Parlamentari Cilia u liċ-Chairman tal-Orkestra Nazzjonali.", "Il-persuna l- oħra kienet inkluża bħala rotating conductor iżda sussegwentement ma setgħetx taċċetta din in-nomina f'dan l-istadju minħabba mpenji oħrajn b'hekk ġiet sostitwita b'persuna oħra.", "ORKESTRA NAZZJONALI - BORD", "9549.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9385 Para.", "(C), jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament irtira wara l-ewwel sessjoni ta' l-auditions?", "Min ġie maħtur minfloku?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li l-persuna msemmi f'para.", "C tal- mistoqsija parlamentari nru.", "9385 irtira wara l-ewwel sessjoni tal- auditions billi ma ġiex mgħarraf li kellha ssir sessjoni oħra minn qabel u minħabba mpenji personali ma setax jattendi.", "Ħadd ma ġie maħtur minfloku.", "Il-marki mogħtija minn din il-persuna fl-ewwel sessjoni ma ġewx ikkunsidrati għar-riżultat u ġew mwarrba għal kollox.", "ORKESTRA NAZZJONALI - BORD", "9550.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għad-dokument ta' l-istatut ta' l- Orkestra Nazzjonali li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9385 para. (b), peress li l-isem tal- persuna li qed jintbagħat separatament ġie maqtugħ mil-lista tal-Membri tal- Bord tal-kumpannija bil-firma tal-persuna li isimha wkoll qed jintbagħat separatament datata 30/10/97, i.e. eżatt qabel ingħatat it-tweġiba msemmija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif biex jiċċara x'ġara sewwa sew minn din il-persuna li qabel jidher li kienet appuntata membru u ma' baqgħetx?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "9548 mogħtija f'din is-seduta.", "SPORTS - MATTHEW MICALLEF ST.JOHN TRACKS", "9552.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9437?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall- mistoqsija parlamentari Nru. 9437 mogħtija f'din is-Seduta.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "9555.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9191 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-3 ta' Novembru (Seduta Nru. 132), jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċini li jiġu mnaqqsa fil-formularju jinkludux mediċini li jiġu meqruda minħabba li jinstabu mediċini aħjar?", "Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'mediċini ġew meqruda u f'liema kwantita'?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: l-ebda mediċina ma tiġi meqruda minħabba li tinstab waħda aħjar.", "Mediċini li jiġu meqruda jew għax jiskadu jew inkella f' każijiet partikolari fejn jiġu rtirati mis-suq.", "FORTI SANT'ANĠLU", "9556.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet ma' l-Ordni ta' San Ġwann dwar il-Forti Sant'Anġlu; u meta u fejn saru l-aħħar laqgħat bejn il-gvern Malti u l-Ordni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dawn it-taħdidiet għadhom għaddejjin.", "Meta jkun il- waqt il-Gvern jagħmel id-dikjarazzjonijiet neċessarji.", "PULIZIJA - PERSUNI MDAĦĦLA L-ĦABS", "9557.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 9094 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-3 ta' Novembru (Seduta Nru. 132), jista' l-Prim Ministru jgħid ta' xiex instabu ħatja l-102 first offenders u x'kienet l-eta' tagħhom?", "Kemm minn dawn il-first offenders għadhom iservu s-sentenza tagħhom fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nfurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- Tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI MDAĦĦLA L-ĦABS", "9558.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 9094 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-3 ta' Novembru (Seduta Nru. 132), jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-85 repeated offenders kienu taħt il-25 sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li mill-85 repeated offenders in- numru ta' dawk li kienu taħt il-25 sena kien ta' 21.", "IMPJIEGI - PERSUNI SELF-EMPLOYED", "9559.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li kienu self-employed bdew jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Settembru?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li kienu self-employed u bdew jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Settembru kien ta' 68.", "SWDP - ĦIDMA FIL-FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "9560.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jaqbel il-Prim MInistru li l-SWDP għandha twettaq ħidma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li diġa' saru xi taħdidiet bejn it- taqsima ta' l-Intern u l-SWDP biex wieħed jara kif tista' tiġi stabbilita relazzjoni u koordinazzjoni aħjar bejn ċertu affarijiet ta' nteress komuni, speċjalment fejn jirrigwarda l-ħabs.", "PULIZIJA - EŻAMI TA' SURĠENTI", "9561.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw pulizija għall-eżami ta' surġenti u f'liema sections tal-pulizija qegħdin bħalissa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nfurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- Tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAFAR BL-AJRU/BIL-BAĦAR", "9562.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li siefru bl-ajru jew bil-baħar matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru, 1996 u 1997 rispettivament?", "Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li statistika bħal din ma tinġabarx mill Awtorita' Marittima u l-anqas mill MIA Ninforma lil Onor. Interpellant li statistika bħal din tinħareġ mid- Dipartiment ta' l- istatistika tal Ministeru tal Finanzi.", "PULIZIJA - ĦANUT FIŻ-ŻURRIEQ", "9640.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Peress li fir- risposta W995 il-Prim Ministru kien qal li l-liċenzja tal-ħanut imsemmi kienet diġa' teżisti fl-1981, pero' d-data ta' meta oriġinarjament ħarġet il-liċenzja ma tistax tiġi stabilita u l-file ma nstabx, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ir-records li huwa qiegħed jgħid li ġiet mogħtija l-liċenzja?", "Jekk jogħġbok nixtieq li jitpoġġew ir-records kollha meħtieġa għal-liċenzja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopja fotostatika tar-reġistri li fuqhom kienu jinżammu n-numri tal-liċenzji rispettivi, kif ukoll kopji tar-rapporti tal- Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija, u tat-Tribunal ta' l-Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija, rigward il-ħanut in kwistjoni tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MARSALFORN/XLENDI - CAR PARK", "9641.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li jesa' vetturi l-car park li jinsab maġemb il-wied ta' Marsalforn u kemm jesa' vetturi dak tax-Xlendi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-car park ta' Marsalforn hu kkalkulat li jesa' madwar 400 vettura waqt li dak tax-Xlendi madwar 160.", "SPTAR ĠENERALI - XIRI TA' TAGĦMIR", "9642.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq s'issa mis-somma ta' Lm10,000 ivvotata għax-xiri ta' tagħmir għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex għas-sena kurrenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "QRATI - BEJGĦ BIS-SUBASTA", "9645.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bejgħ bis- Subbasta li saru fuq ordni tal-Qrati matul is-snin 1992,1993,1994,1995 u 1996?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba hija din:-", "Immobbli Mobbli", "1992 71 21 1993 47 38 1994 37 10 1995 73 16 1996 12 17", "PITKALIJA - DĦUL TA' PRODOTTI AGRIKOLI", "9646.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Ottubru 1997: (a) kemm kien l-ammont totali (kgs) ta' prodotti agrikoli li ddaħħal fil-Pitkalija; (b) il-valur totali mħallas lill-bdiewa għall-istess prodott; u (c) kemm kienu l-istess figuri (a) u (b) fil-ħames snin preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-tagħrif mitlub qiegħed jiġi miġbur u r-risposta tingħata f' seduta oħra.", "PITKALIJA - ĦADDIEMA", "9648.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward tal-ħaddiema tad-Dipartiment li jaħdmu l-Pitkalija, jista' l- Ministru jgħid: (1) kemm kien in-numru ta' dawn il-ħaddiema fil-31 ta' Ottubru, 1996; (2) kemm kien l-ammont globali ta' salarji mħallsa lil dawn il-ħaddiema u (3) kemm kienu l-istess ċifri (1) u (2) fil-31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: (1) In-numru ta'ħaddiema li kienu jaħdmu fil- Pitkalija fil-31 ta'Ottubru,1996 kien ta'85.", "(2) L-ammont globali ta' salarji mħallsa lil dawn il-ħaddiema fil-31 ta'Ottubru 1996 kien ta' Lm21,984.24c.", "(3) (1) In-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fil-Pitkalija fil-31 ta'Ottubru, 1997 kien ta' 83.", "(3) (2) L-ammont globali ta'salarji mħallsa lil dawn il-ħaddiema fil-31 ta' Ottubru 1997 kien ta' Lm22,410.61c.", "PITKALIJA - PRODOTTI MDAĦĦLA", "9649.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' patata, tadam, basal u dulliegħ li ġew imdaħħla fil-Pitkalija fil-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 sat-30 t'Ottubru, 1997, jista' l- Ministru jgħid: (a) kemm kien l-ammont (kgs) ta' kull prodott; (b) kemm kien il-valur ta' kull prodott imħallas lil bdiewa; u (c) kemm kienu l- istess ċifri għal kull prodott fil-ħames snin preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-tagħrif mitlub qiegħed jiġi miġbur u r-risposta tingħata f' seduta oħra.", "PATATA - IMPORTAZZJONI TA' ŻERRIEGĦA", "9650.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-importazzjoni ta' żerriegħa tal-patata għall-istaġun tas-sajf li ġej, jista' l-Ministru jgħid: (1) l-ammont (m.t.) ta' żerriegħa li se tiġi mpurtata; (2) il-kwalita' (razza) u kwantita' ta' kull żerriegħa u (3) kemm kienu l-istess ċifri (1) u (2) għall-istaġun tal-patata tas-sajf li għadda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ammont tal-patata ta' żriegħ għas-sena 1998 li ġew impurtati sal-5 ta' dan ix-xahar mill-aġenti lokali jikkonsistu kif spjegat hawn taħt:", "Arinda 100mt Picasso 50mt Liseta 131mt Tigra 2.5mt Cara 66mt Avondale 40mt Slaney 32mt Atlas 9mt Aida 10mt Marianna 5mt", "Dan ix-xahar mistennija li jaslu wkoll 1000 tunellata u 640 tunellata Alpha u Arran Banner rispettivament li ordna d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Rigward l-ammonti tas-sajf li għadda nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta li ngħatat dwar mistoqsija parlamentari numru 4033.", "PATATA TA' L-IKEL - KONSUM", "9651.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat il-konsum annwali nazzjonali (m.t.) tal-patata ta' l-ikel?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Huwa stmat li l-konsum totali tal-patata ta'l-ikel f'Malta u Għawdex hu madwar 15,000 tunnellata.", "BIEDJA - PRODOTTI ESPORTATI", "9652.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (barra l-patata), jista' l- Ministru jgħid, għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997: (1) kemm kien l-ammont totali (kgs) ta' prodotti li ġew esportati; (2) il-valur ta' l-istess esportazzjoni u (3) iċ-ċifri (1) u (2) għat-tlett snin preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "NTOM - NEWSLETTER", "9673.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħarġa tan-Newsletter ta' l-NTOM ġiet pubblikata u distribwita mill-1 ta' Jannar 1997 sal-lum (a) mill-operaturi Maltin ġewwa Malta; (b) mill-operaturi Taljani; (c) Franċiżi; (d) Ingliżi; (e) Ġermaniżi u (f) f'pajjiżi oħra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mill-1 ta' Jannar 1997 sal-lum, in-newsletter ta' l- NTOM ħarġet ħames darbiet, jiġifieri kull xahrejn, b'2000 kopja jiġu mqassma kull edizzjoni.", "Il-mailing list ta' din in-newsletter tinkludi mal- 200 aġent tal-ivvjaġġar Maltin u Għawdxin, 197 lukanda, il-kumpanija ta' l- ajru, kif ukoll numru ta' decision makers f'oqsma bħal banek, kunsilli lokali, dipartimenti tal-Gvern u l-media.", "Barra minn Malta din in- newsletter titqassam lil 93 indirizz fir-Renju Unit, 92 fi Franza, 45 fil- Ġermanja, 41 fl-Italja u 244 f'pajjiżi oħra.", "Numru ta' kopji ta' kull newsletter jintbagħat lis-sitt uffiċċju ta' l-NTOM barra minn Malta, biex dawn iqassmuhom lill-operaturi turistiċi fis-suq tagħhom.", "Din il- publikazzjoni għandha, l-għan ewlieni li tagħti informazzjoni dwar il-ħidma ta' l-NTOM, kif ukoll dwar żviluppi fil-qasam tat-turiżmu Malti.", "Minbarra din in-newsletter li toħroġ mill-Head Office ta' l-NTOM, l- uffiċċji ta' l-Organiżżazzjoni f' Londra, Pariġi, Frankfurt, New York, Amsterdam, u Milan, ukoll jippublikaw newsletters indirizzati speċifikament lejn is-suq tagħhom.", "Dawn in-newsletters jitqassmu f'iżjed minn 2000 indirizz f'kull suq partikolari.", "Ix-xeħta ta' dawn il-pubblikazzjoni huwa fuq l-aspett promozzjonali tal-gżejjer Maltin.", "RABAT - PERMESS GĦALL-BINI", "9674.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7911 u t- tweġiba relattiva, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-istudju tal-possibilta' li jkun hemm rilaxx mill-akkwist tal-proprjeta'?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TAXXI INTERNI - REFUND TAT-TAXXA", "9675.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jitħallas ir-refund tat-taxxa fuq l-Income dovuti lil taxpayer bir-Reg.", "No. 353749(m)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti t-tagħrif mitlub. jekk l- Onor. Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura t-tweġiba tingħata lilu privatament.", "REĠISTRU PUBBLIKU - SEPARAZZJONIJIET KONSENSWALI", "9684.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Mill-1990 sal-lum, sena b'sena, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' separazzjoni konsenswali ġie nsinwat fir-Reġistru Pubbliku?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall- mistoqsija parlamnetari numru 8870.", "L-istatistika dwar separazzjoni konsenswali bdiet tinżamm mill-1996 u ġew reġistrati 374 kuntratt.", "Il-figura għas-sena 1997 tingħata f'seduta oħra peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET", "9685.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Is-sehem tal-prinċipal fil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas- Sigurta' Soċjali hu iżgħar meta l-impjegat hu part-timer milli jekk ikun full timer?", "Jekk fl-affermattiv, dan hu direttament proporzjonali mas- sigħat li jaħdem il-ħaddiem fl-azjenda tiegħu?", "X'inhi l-politika tal-gvern dwar impiegi part-time?", "Jekk inhi favorevoli, jaqbel il-gvern li prinċipal għandu jħallas anqas f'kontribuzzjonijiet ta' Sigurta' Soċjali f'każ ta' impjieg part-time?", "Il-każ tal-ħaddiema part-time fid-Dipartiment tal- Passenger Handling fl-Air Malta li ma ġewx impjegati fis-sajf li għadda huwa kontra l-policy tal-gvern?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-kontribuzzjonijiet dovuti minn xi prinċipal taħt l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap. 318 ) huma dawk indikati fl-Għaxar Skeda annessa ma' l-Att.", "Is-sehem tal-prinċipal huwa 1/10 tal-paga bażika.", "Din il-kontribuzzjoni titħallas kull meta jkun hemm impieg assigurabbli.", "Skond l-Ewwel Skeda annessa ma' l-istess Liġi ikun hemm dan l-impieg jekk fost ħwejjeġ oħra l- impieg ma jkunx anqas minn 8 sigħat fil-ġimgħa.", "L-Onor Interpellant jifhem li l-liġi ma tagħmilx distinzjoni dwar in-natura tal-impieg fis-sens, jekk dan ikunx full-time jew part-time, għaldaqstant il-kwistjoni ta' kontribuzzjoni anqas f'każ ta' part-time ma treġix.", "Il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali, l-anqas m'hi marbuta b'xi proporzjon mas-sigħat ta' xogħol, iżda l-liġi titlob li l-anqas kontribuzzjoni li tista' titħallas f'każ ta' mpieg hi dik li għandha titħallas mal-Paga Minima Nazzjonali.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li fejn hemm impieg full-time flimkien ma' mpieg part-time, jew fejn hemm aktar minn impieg wieħed part- time, titħallas biss kontribuzzjoni waħda.", "Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jirreferiha lill-Ministru responsabbli.", "TAXXI INTERNI - ĦLAS TA' INCOME TAX", "9686.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat mill- konċessjoni lill-part-timers li għandhom full-time job, li jħallsu biss 15% tad-dħul bħala income tax?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Matul l-1996 kien hemm 656 taxpayers li jagħmlu xogħol part-time għal rashom li bbenefikaw mill-konċessjoni li jħallsu taxxa bir-rata fissa ta' 15 fil-mija.", "Bejn Jannar u Ottubru, 1997, kien hemm 364 persuna li bbenefikaw minn din il-konċessjoni.", "It-tagħrif mitlub dwar dawk il-persuni li għamlu xogħol part-time b'impjieg matul l-1996 għadha qiegħda tinġabar.", "Dan it-tagħrif għall-1997 ikun għand id-Dipartiment matul l-1998.", "ENEMALTA - UNACCOUNTED FOR LOSSES", "9687.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kif naqsu l- unaccounted for losses matul l-aħħar sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Accounts tal-Korporazzjoni EneMalta għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1997, għadhom qegħdin jinħadmu minħabba li l-kontijiet joħorġu b'lura.", "Waqt l-estimi ta' l-Enemalta ġew ippreżentati l-Audited Accounts għall- ewwel sitt xhur sal-31 ta' Marzu, 1997.", "Appendix 2 ta' dawn l-Accounts juru l-figuri mniżżla hawn taħt:-", "Units generated 822,707,000", "Units li jintużaw ġol-Power Stations 52,423,500", "Units li ntbagħtu fis-sistema tad- distribuzzjoni 770,283,500", "Units mibjugħin fil-perjodu 707,054,767", "Telf fis-sistema li huma 8.2% tal-Units li ntbagħtu fis-sistema 63,228,733", "ENEMALTA - KONFERENZI INTERNAZZJONALI", "9688.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'parteċipazzjoni ħadet il-Korporazzjoni Enemalta f'konferenzi internazzjonali matul l-aħħar sena?", "Fuq liema livelli sar, jekk saret parteċipazzjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ENEMALTA - MANAGEMENT", "9689.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema aspetti ta' management fil-Korporazzjoni Enemalta ġew imsaħħa matul l-aħħar sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Matul l-aħħar sena, l-Management tal-Korporazzjoni Enemalta ta importanza kbira lill-aspetti ta' accountability f'kull livell użu iżjed effiċjenti u effettiv tal-manpower, u kontrolli fuq l-infiq rikorrenti tal-Korporazzjoni.", "L-Onor.", "Membru huwa mitlub ikun iżjed speċifiku jekk irid dettalji fuq xi aspett partikolari.", "ENEMALTA - ADVERTISING", "9690.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'advertising fil-Korporazzjoni Enemalta matul l-aħħar sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ammont li nefqet l-Enemalta fuq reklamar bejn Novembru, 1996 u Ottubru 1997 kien ta' Lm8,963.08.", "SKEJJEL - PRIMARJI - COMPUTERS", "9691.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex għalkemm l- iskola ilha li bdiet ġmielha għad fadal numru konsiderevoli ta' klassijiet tal-primarji li għadhom mingħajr il-kompjuter?", "Jista' l-Ministru jgħid meta dawn se jkunu għall-użu ta' l-istudenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 9329 mogħtija f'seduta 135.", "IMPJIEGI", "9692.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6435, fejn il-Viċi Prim Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ġenerika tal-kuntratt bejn il-ministeru tiegħu u l-ambaxxaturi, u għall-paragrafu 2 ta' dan il-kuntratt (\"... for a period of three years on a full time basis ...\"), jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema data jiskadi/jagħlaq il-perjodu kurrenti ta' dawn l- ambaxxaturi: 1) is-Sur Maurice Abela; 2) is-Sur Michael Bartolo; 3) il- Professur David Attard; 4) is-Sur Vincent Camilleri; 5) is-Sur Emanuel Farrugia; 6) is-Sur Richard Matrenza; 7) Dr. Mark Micallef; 8) Dr. Daniel Micallef; u 9) Dr. John Buttigieg?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru in oltre jikkonferma li fil-każ ta' political appointees bħas-Sur Vincent Camilleri, ambaxxatur f'Parigi u ex-Chairperson għall-attivitajiet tal-massa tal-MLP, ikun kontra l-politika tal-gvern li dawn jiddaħlu mill-ġdid fis-Servizz Ċivili?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi miġbura.", "MOSCOW - SUR LINO INGUANEZ", "9693.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: a) f'liema data beda u ntemm il-posting tas-Sur Lino Inguanez f'Moscow; u b) x'rank jew ranks kellu f'dan il-perjodu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-Sur Inguanez, Uffiċċjal Amministrattiv fis- Servizz Pubbliku, intbagħat jagħti s-servizzi tiegħu bħala First Secretary fl-ambaxxata Maltija ġewwa Moska fl-24 ta' Novembru 1986.", "Huwa rritorna Malta fl-1 ta' Novembru 1989.", "TUNEŻ - AMBAXXATA MALTIJA", "9694.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi l-ambaxxata ta' Malta f'Tuneż ilha mingħajr ambaxxatur għal din l-aħħar sena, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad l-għajdut li l-gvern beħsiebu jagħlaq l- ambaxxata u jekk beħsiebu jżommha miftuħa, meta se jinnomina ambaxxatur resident fit-Tuneżija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Gvern m'għandu ebda ħsieb li jagħlaq l'Ambaxxata f'Tuneż.", "Ambaxxatur residenti jkun maħtur meta jkun il-waqt.", "PRELIMINARY THEMATIC MEETING OF III CSCM - DISKORS MILL-MINISTRU TA' L- AFFARIJIET BARRANIN", "9695.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għad-diskors tal-Viċi Prim Ministru fil-Preliminary Thematic Meeting of III CSCM, f'Monaco nhar it-3 u l-4 ta' Lulju, 1997, imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-iSpeaker fis-Seduta Nru. 92, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra dettalji kompleti dwar l-Inter Mediterranean Bank Network li semma fid-diskors tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KUNSILL TAL-WESTERN EUROPEAN UNION", "9696.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6451, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: a) jekk il-WEU avviċinatx lill-Gvern Malti dwar il-proposta tagħha li jiġu żviluppati miżuri ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi tal- Mediterran; b) jekk il-Gvern Malti avviċinax lill-WEU fuq l-istess proposta; u c) jekk l-ambaxxati ta' Malta fi Brussel u Pariġi humiex qegħdin iżommu lill-Viċi Prim Ministru nformat bl-iżviluppi f'dan il- qasam?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATA MALTIJA FI SPANJA - SUR VINCENT CAMILLERI", "9697.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna: a) f'liema data l-Gvern Malti talab l-agreement tal-Gvern Spanjol għall-ħatra tas-Sur Vincent Camilleri bħala ambaxxatur ta' Malta għal Spanja; b) f'liema data l-Gvern Spanjol ta' l-agreement tiegħu għal din it-talba; u c) x'kienu r-raġunijiet li mpedew lis-Sur Camilleri milli jippreżenta l-kredenzjali tiegħu minn dik id-data s'issa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministeru għamel it-talba għan-nomina tas-Sur Vincent Camilleri bħala Ambaxxatur għal Spanja fil-21 ta' Frar, 1997.", "Il-Gvern Spanjol aċċetta l-ħatra tas-Sur Camilleri fit-28 ta' April, 1997.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li ċ-ċerimonji tal-preżentazzjoni tal- Kredenzjali jirrikjedu ċertu preparamenti u fuq kollox jiddependu mid- disponibilita tal-Kap ta' l-Istat li f'dan il-każ huwa r-Re innifsu.", "Nixtieq inżid li s-Sur Camilleri se jippreżenta l-Kredenzjali tiegħu f'Madrid fit-12 ta' dan ix-xahar.", "Ċerimonji bħal dawn isiru f'dati fissi u għaldaqstant ma kien hemm l-ebda raġuni oħra għala s-Sur Camilleri ma ppreżentax il-kredenzjali tiegħu qabel din id-data.", "TURIŻMU - EXPENDITURE FOR GOZO", "9705.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Prim Ministru: Peress li bi tweġiba għad-domanda numru 8033, l-Ministru tat-Turiżmu stieden lis- sottofirmat biex jagħmel din id-domanda lill-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jwieġeb id-domanda numru 8033 u jaġġorna l-informazzjoni sa l- aħħar ta' Settembru jew Ottubru skond it-tagħrif li għandu aċċessibbli?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq ngharraf lill-Onor.", "Interpellant li s-somma koncernata ta' lm 10 000 kienet intiza ghat-titjib fil-facilitajiet turistici f'Ghawdex.", "Din is-somma giet riveduta mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerc ghall-Lm49 000.", "Sa l-ahhar t'Ottubru 1997 intefqet is-somma ta' Lm19 768 minn dan l-ammont li minnu se jithallsu primarjament ix-xoghlijiet li jsebbhu l-ambjent li saru f'Marsalforn u ix-Xlendi.", "TURIŻMU - VOT VI", "9706.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8034, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ġiex approvat mill-Gvern Taljan u f'każ affermattiv, kemm intnefaq s'issa u fuq xiex?", "F'każ negattiv, għaliex il-proġett ma ġiex approvat u jekk il-flus fil-vot ġewx destinati għal skop ieħor u f'dan il-każ x'kien l-iskop u n-nefqa relativa?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-proġett, għalkemm sottomess, għadu ma ġiex approvat mill-Gvern Taljan peress li fil-lista ppreżentata mill-Gvern Malti għas-sena 1997, kien hemm proġetti oħra li ngħataw priorita' akbar.", "S'issa għadu ma ntnefaq xejn.", "TURIŻMU - FLUS MINFUQA", "9707.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8032, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni sa l-aħħar ta' Ottubru, 1997 jew almenu sa l-aħħar xahar li għalih għandu statistika u informazzjoni definita?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Vote 6 - Tourism - Ma għandi xejn xi nżid.", "Vote 4 - Product Development - Intefqu Lm7,700 li huma l-pagament finali lill-konsulenti li tqabbdu jagħmlu r-riklassifikazzjoni tal-lukandi.", "ITS - L-Lm20,000 tħallsu lill-kuntrattur li għamel ix-xogħol fuq l- estensjoni ta' l-Istitut.", "TURISTI", "9708.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-perċentwali ta' turisti li tul l-1996, fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997, u possibbilment ukoll fil-perijodu Lulju - Settembru 1997, qagħdu f'appartamenti u għand familji Maltin u mhux f'lukandi, aparthotels, villaġġi u complexes turistiċi u guesthouses?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni relativament għal guesthouses?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:-", "|Tip |1996 |1997 | |t'Akkomodazzj| | | |oni | | | | |Jannar |Jannar| | |- |- | | |Diċembr|Ġunju | | |u | | | |(%) |(%) | |Residenzi |20.8 |15.9 | |Privati* | | | |Guesthouse | 0.7 | 0.5 |", "*Residenzi Privati jinkludu appartamenti kif ukoll il-familji Maltin minħabba li statistika separata ma tinżammx.", "SKEJJEL - XOGĦOL MILL-KUNSILLI LOKALI", "9714.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7037, jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ġie kuntrattat li jsir fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' Ħaż-Żebbuġ?", "X'se tkun l-ispiża f'kull skola?", "Meta hu maħsub li jkun lest ix-xogħol kollu?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk kunsilli lokali oħra ġew ikkuntattjati fuq proġetti bħal dawn fil-lokalitajiet tagħhom u ma aċċettawx?", "Għaliex proġett ta' dan it-tip ma ġiex estiż għal Għawdex ukoll?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - DIPARTIMENT TA' PROĠETT U ŻVILUPP", "9715.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9143, kif jispjega l-Prim Ministru li l-eżerċizzju msemmi għadu mhux konkluż meta f'dawn il-ġranet ħarġu applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet simili?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-Dipartiment ghall-Progetti u Zvillup ma' hareg l- ebda applikazzjoni ghal karigi godda f'dawn l-ahhar granet.", "GĦAWDEX - MASTER PLAN TAD-DRENAĠĠ", "9716.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 9146 u 9323 u ċioe' jgħid jekk ix-xogħlijiet kontemplati fil-Master Plan tad-Drenaġġ għal Għawdex humiex se jsiru skond kif kien ippjanat?", "X'xogħlijiet saru s'issa u kemm intnefaq mill-Vot allokat għal din is-sena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għall- mistoqsija parlamentari numru 9146 Seduta Nru. 129 u mistoqsija parlamentari numru 9323 Seduta Nru. 130.", "GĦAWDEX - EXTENSION TA' THE SEWAGE SYSTEM", "9717.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9147 u 9322 u ċioe' jgħid kemm intnefaq s'issa mill-Vot ta' din is-sena ta' Lm240,000 għall-estensjoni tas-sistema tad-drenaġġ f'Għawdex u fejn saru x-xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SISTEMA TAD-DRENAĠĠ - TFIGĦ TA' SKART", "9718.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9406, jista' l-Ministru jispjega għaliex jekk kif nifhem jien, il-problemi istituzzjonali u tekniċi qegħdin fl-industrija, dawn m'għandhomx ikunu riżolti minn min hu responsabbli għall-industrija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fit-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari nru.", "9406, jien irreferejt lill-Onor.", "Interpellant lill- Ministeru ta` l-Ambjent għaliex jien infurmat illi l-Environment Protection Regulations` huma rregulati minn dan il-Ministeru li għandu Taqsima apposta għal dan il-għan (Pollution Control Section).", "Madankollu ninforma lill-Onor.Interpellant illi għal dak li jirrigwarda kumpaniji li bħalissa joperaw minn fabbriki jew proprjeta industrijali oħra ta` l-MDC għandhom l-obbligu skond il-kuntratt tal-kera jew cens biex josservaw il-liġijiet kollha li jirrigwardaw l-ambjent.", "Dawn il-liġijiet jirregolaw ukoll it-tfiegħ ta` l-iskart industrijali fis-sistema tad- drenaġġ.", "Ma` dan l-obbligu, hemm klawsola speċifika li timponi lis-sid biex jieħu miżuri neċessarji sabiex skart fid-drenaġġ jkun newtralizzat qabel ma jintrema.", "Għalhekk il-kumpanniji jew fabbriki li ma jimxux skond il-liġi huma suġġetti għat-termini tal-kunratt u l-isgumbrament mill-istess fabbrika, u s-sanzjonijiet skond il-liġi ta` l-ambjent.", "Bħala għajnuna lill-kumpanniji sabiex jirregolaw ruħhom, l-MDC toffri pariri teknici lis-sidien fuq l-aħjar mod kif id-drenaġġ industrijali ma jkunx ta` dannu għall-ambjent.", "Għal dan il-għan, l-MDC għandha sezzjoni li tieħu ħsieb l-ippjanar għall-ambjent u nġiniera għas-supervizzjoni tal- installar tal-makkinarju meħtieġ.", "L-MDC taħdem ukoll fil-viċin mad- Dipartiment tad-Drenaġġ biex flimkien isolvu dawn il-problemi fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "ZEJTUN - SKOLA PRIMARJA", "9719.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari fuq il- boundary wall ta' l-iskola primarja taż-Żejtun li kellha tingħata tweġiba aktar tard, jista' l-Ministru jindaga x'sar mill-ġebel antik illum infittex ħafna, li nqala' mill-post?", "Jista' wkoll il-Ministru jara li l-urna antika li hemm u li kienet ukoll bdiet tinqala' jittieħed ħsieb tagħha biex ma taqbadx l-istess triq li qabdu il-ġebel qabilha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TURIŻMU - TURISTI", "9720.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jindika kemm ġew turisti minn other countries, pajjiż, pajjiż sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika għall- liema other countries qed jirreferi.", "L-istatistika tinġabar xahar b'xahar għall-dawk il-pajjiżi kollha li minnhom jasal ta' l-anqas turist wieħed għaldaqstant il-lista tvarja minn xahar għal xahar.", "AJRUPORT - RADAR", "9721.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ordnat ir-Radar il-ġdid li se jiġi inawgurat fl-ajruport?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li s-sistema tar-radar il-ġdid ġiet ordnata fit -2 ta' Mejju 1994.Iżda s-sistema kollha se tibda titħaddem f'Jannar tal- 1998.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W695.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu: 1) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; 2) indikazzjoni tal- kampanji afdati lilhom; 3) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; 4) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; 5) lista ta' l- istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; 6) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; 7) kemm intnefaq ma' kull stamperija; 8) lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u 9) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Poġġejt ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni relattiva għan-nefqa li saret fl-istess perjodu tas-sena ta' qabel.", "Dan juri waħdu li n-nefqa bejn Novembru ta' l-1996 u Marzu ta' l-1997 hija ferm inqas minn dik għall- perjodu korrispondenti tas-sena ta' qabel.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - DIRECT ORDERS", "W1,040.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Fir-rigward ta' ħruġ ta' direct orders mill-Ministeru (inklużi d- dipartimenti, l-korporazzjonijiet u l-awtoritajiet konċernati), jista' l- Ministru jgħid għall-perjodu bejn 01.11.96 sa 31.10.97: (i) kemm-il direct order inħareġ; (ii) għal-liema xogħol/servizzi/xiri nħareġ kull direct order; (iii) il-valur ta' kull direct order; u (iv) lil min ġie awarded kull direct order?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jista' l-Onor.", "Interpellant jikkwalifika l-valur ta' direct order li fuqha qed jitlob l-informazzjoni minħabba l- provedimenti tar-regolamenti ta' l-1996 dwar akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku."]} {"filename": "19971119_146d_par.doc", "date": "1997-11-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 146 L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 146", "L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "146", "L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 219", "RULING TA' MADAM SPEAKER 219", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 225", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1998 IR-RABA' JUM STABBILIT MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET 226", "AĠĠORNAMENT 254", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 255", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 256", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 145 li saret fid-19 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "RULING TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER (Onor.Myriam Spiteri Debono): Rigward il-każ ta' Ksur ta' Privileġġ imqajjem mill-Onor.", "Dom Mintoff fis-Seduta Nru. 142 tas-17 ta' Novembru, 1997 fil-konfront tal-ġurnal \"l-orizzont\", is-Sedja semgħet it- tape u rat it-transcript tas-seduta li fiha tqajjem il-ksur ta' privileġġ, eżaminat it-test tal-ġurnal, rat l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħa tal-Kamra tad-Deputati, partikolarment artikolu 11 subinċiż (4) u rriferiet speċifikament għal paragrafu \"j\" ta' dan l-istess artikolu.", "Is-Sedja jidhrilha li f'dan il-każ m'hemmx prima facie ksur ta' privileġġ u dan qiegħda tagħmlu mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni oħra li l- Onor. Membru li qajjem dan il-każ jidhirlu li jista' jew għandu jieħu f'fora oħra.", "Is-Sedja waslitilha informazzjoni li kien hemm xi stazzjon tar-radju - li mhuwiex l-istazzjon li skond l-Ordni Permanenti Nru. 173 għandu d-dritt li jxandar is-seduti tal-Parlament - illi xandar seduti jew siltiet minn seduti ta' sessjoni ta' dan il-Parlament.", "Is-Sedja qiegħda twissi li dan imur kontra r-regolamenti u m'għandux isir u din it-twissija qed issir mingħajr preġudizzju li l-Kamra tista' tikkonsidra li tieħu bħala azzjoni.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PA - BOATHOUSES", "9404.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu dwar il-problema ta' boathouses, speċjalment rigward il-fatt li sar bini ta' boathouses bla permess, filwaqt li f'każi oħra fejn applikanti għamlu talba għall-permess dan ġie miċħud lilhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir- rigward ta' boathouses, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda tissorvelja s- sitwazzjoni u mhijiex tħalli lok li jinbnew boathouses ġodda illegali.", "Fil- każ jittieħdu passi u dawn jitwaqqgħu skond kif jipprovdi l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għadx fadal boathouses bla permess u hijiex qed tittieħed azzjoni kontrihom?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena naħseb li l-Onor.", "Membru jaf li hawn ħafna boathouses bla permess.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li hawn!", "Il-Planning Authority qed twaqqa' boathouses li nbnew wara l-1992.", "Kif diġa' għidt fir- risposta, qegħdin attenti li ma jkunx hemm la estensjonijiet għall- boathouses eżistenti u lanqas boathouses ġodda.", "Maż-żmien wieħed jipprova jara kif jittratta l-problema ta' dawk il-boathouses kollha li matul iż- żmien tħallew - biċċiet minnhom anke, biex ngħid hekk, kważi ssaldaw il- preżenza tagħhom bil-provvista ta' l-ilma, bil-provvista tad-dawl u affarijiet bħal dawn - għalkemm din hija problema li mhux la kemm wieħed jaqbad u jittrattaha.", "Pero' qegħdin b'seba' għajnejn li ma jkunx hemm bini ġdid ta' boathouses illegali u ma jkunx hemm areas oħra fejn jinbtu dawn il- boathouses.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex possibbli li jsir pjan għall-iżvilupp tal-boathouses fejn kollox ikun organizzat u ppjanat sew għall-futur?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nieħu nota tas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Xtaqt nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jekk din il- problema, li issa ilha tkarkar żmien twil matul d-diversi amministrazzjonijiet, hijiex imħollija sempliċement f'idejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex toħroġ xi tip ta' soluzzjoni jew inkella hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi policy directives mill-Gvern li almenu jistabbilixxu l- parametri within which tkun trid taħdem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena mhux qed ngħid li din qed inħalluha sempliċement f'idejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax, jekk se nħalluha f'idejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, strettament hemm l-istructure plan u din tista' tapplikah to the letter u jkunu ġusti li jmorru u jneħħu dak li huwa illegali.", "Pero' kulħadd jaf li din kienet xi ħaġa diskussa u anke kien hemm diversi opinjonijiet fuqha.", "Il-Partit Laburista kien diġa' għamel l-pożizzjoni tiegħu ċara meta kien għadu fl-oppożizzjoni, fis-sens ta' l-aspett soċjali li hemm marbut mal- fatt li kibru dawn il-komunitajiet ta' boathouses.", "Mhijiex faċli biex wieħed jieħu deċiżjoni u jaqta' linja dritta.", "Pero' nista' nassigura lill- kollega tiegħi li meta jasal iż-żmien wieħed anke jagħmel policy guidelines ħalli jkun jaf x'se jagħmel bil-kwestjoni.", "Diġa' għidt li parti minn din il-policy hija li dawk il-boathouses li nibtu jew li bdew jinbnew wara l-1992 - fejn diġa' kellek il-Planning Authority, diġa' kellek ir-regolament, diġa' kellek it-twissijiet u diġa' kellek ċerti normi li timxi magħhom - min sfida dawk in-normi m'hemmx argumenti miegħu, żgur li se jmorru jwaqqgħuhomlu, bħalma fil-fatt ġara.", "L- oħrajn irridu nittrattawhom maż-żmien.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt it-twaqqigħ tal-boathouses li nbnew wara l- 1992 hija bażikament kontinwazzjoni ta' policy preċedenti li kienet diġa' teżisti.", "Nixtieq naf, almenu f'din il-fażi, jekk il-Viċi Prim Ministru għandux xi parametri partikolari li qed jaħseb fuqhom biex jiżviluppa policy fuqhom?", "Jiġifieri nifhmu li hija problema fuq dawn li kien hemm qabel u nifhmu li wieħed irid jiżviluppa l-politika u niftakru wkoll x'kien wiegħed il-Partit Laburista fil-manifest elettorali, pero' minn hawn 'il quddiem hemm xi team li qed jaħdem fuq l-iżvilupp tal-policy f'dan ir- rigward?", "U jekk hemm xi ħadd qed jaħseb fuqha, x'parametri ngħata biex jiżviluppa eventwalment din il-policy?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, għalissa ma nistax ngħid li hemm team speċifiku appuntat biex isolvi din il-problema.", "'Il quddiem, meta mbagħad ikun hemm iktar maturazzjoni tal-ħsieb fuq din il-politka, jista' jkun hemm group li jiġi mitlub jaħseb fuqha pero' għalissa nista' ngħid li m'hemmx group li qed jistudja din it-tema b'mod partikolari.", "CSCM - PRELIMINARY THEMATIC MEETING", "9695.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għad-diskors tal-Viċi Prim Ministru f'Monaco nhar it-3 u l-4 ta' Lulju, 1997 - imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-iSpeaker fis-Seduta Nru. 92 - jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji kompleti dwar l-Inter Mediterranean Bank Network li semma fid- diskors tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Inter Mediterranean Bank Network li semmejt meta kont qed nitkellem f'Monaco fil-Preliminary Thematic Meeting of III CSCM - fejn anke s-Sinjorija Tiegħek kienet preżenti - hi inizjattiva privata mnedija minn bank lokali u allura ma nistax inkompli nirrispondi l-bqija tal-mistoqsija.", "LAQGĦA FI BRUSSELL - PARTEĊIPAZZJONI TA' MALTA", "9702.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta kenitx rappreżentata fil-laqgħa li saret f'Brussels fit-22 u t-23 ta' Ottubru tal-Barcelona Committee tal- Konferenza Ewro-Mediterranja, komposta mill-hekk imsejħa senior officials tas-27 pajjiż parteċipanti fil-proċess Ewro-Mediterranju?", "Jekk Malta kienet rappreżentata, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu r- rappreżentanti, x'ġie diskuss u x'pożizzjoni ħadet Malta dwar is-suġġetti diskussi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li Malta dejjem tkun rappreżentata fil-laqgħat li jsiru minn żmien għal żmien fi Brussels bħala parti mill-proċess Ewro-Mediterranju.", "Fil-każ speċifiku tal-laqgħat tas-senior officials meeting on political and security questions u tal-Euro-Mediterranean Committee for the Barcelona process id-delegazzjoni Maltija tieħu sehem attiv fid-diskussjonijiet, pero' peress li dawn il-laqgħat huma parti minn proċess kontinwu, u għalhekk ma jkunx hemm konklużjonijiet wara kull sessjoni, ma jidhirlix li għandi nagħmel pubbliku dak li jiġi diskuss f'dawn il-laqgħat.", "AFFARIJIET BARRANIN - MADRID - AMBAXXATA", "9704.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l- Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-appartament li fih hemm l-Ambaxxata Maltija f'Madrid hu wżat ukoll bħala r-residenza tax-Charge d'Affaires, b'użu komuni ta' faċilitajiet aktar personali, kemm mill-familja ta' dan il- fizzjal, ta' l-istaff lokali ta' l-ambaxxata u mill-pubbliku li jkun juża l- ambaxxata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qabel xejn infakkar lill-Onor.", "Membru fir-raġuni ewlenija għaliex l-Ambaxxata Maltija ġewwa Madrid kellha tiġi rilokata fl- istess binja li qabel kienet isservi bħala r-residenza uffiċjali ta' l- Ambaxxatur Malti għal Spanja.", "Kif spjegajt fit-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari Nru 9703, kieku ma saritx din il-mossa, il-ministeru kien se jispiċċa jħallas kważi Lm18,000 f'kera ta' xejn, peress li fil-kuntratt ta' kiri tar- residenza ma kenitx iddaħħlet il-klawsola li tippermetti t-terminazzjoni tal-kirja bi pre-avviż ta' tliet xhur, kif normalment isir - id-diplomatic clause jgħidulha.", "Ġaladarba allura kien aktar jaqbel li l-ambaxxata tiġi rilokata fejn ġiet, tqies ukoll kif jista' jiġi utilizzat aħjar l-ispazju kbir li fiha r-residenza.", "Għalhekk ġie deċiż li x-Charge' d'Affaires Malti f'Madrid jibda jokkupa dik il-parti mir-residenza li kienet se tibqa' battala.", "Dan l-arranġament ġie aċċettat mill-partijiet kollha, inkluż is- sid tal-fond.", "Minn informazzjoni li ngħatajt, l-ambaxxata u r-residenza tax-Charge' d'Affaires huma indipendenti minn xulxin, u tant hu hekk li l-binja għandha żewġ entraturi, waħda għall-ambaxxata u l-oħra għar-residenza tax- Charge' d'Affaires.", "Fl-ambaxxata jeżistu l-faċilitajiet ta' kċina u żewġ kmamar tal-banju li huma għal kollox separati minn faċilitajiet ta' kċina oħra u tliet kmamar tal-banju li jinsabu fir-residenza tax-Charge' d'Affaires.", "BIEDJA U SAJD - SAFAR", "9591.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997.", "X'kien l- iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji dwar delegazzjonijiet li saru mill-1ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997.", "MINISTERU TAD-DJAR - SAFAR", "9592.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997?", "X'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Fil-perijodu msemmi siefret delegazzjoni waħda.", "Din kienet magħmula minn Dr. Stefan Buontempo, konsulent tal-Ministru li żar l-Ingilterra, fejn kellu numru ta' laqgħat ma' uffiċjali involuti fil-qasam tal-housing.", "In-nefqa kienet ta' Lm 411.02 u l-biljetti ta' l-ajru nxtraw mill-Air Malta Co. Ltd.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid x'ideat inkisbu minn din iż-żjara għar-rigward ta' housing?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li din iż-żjara kienet fuq inizjattiva tal-Kummissarju Għoli Ingliż għal Malta, Graham Archer.", "Hemmhekk huma tkellmu rigward is-setting-up ta' research unit u kif policies futuri jistgħu jiġu analizzati qabel ma jitwaqqfu.", "Dawn il- laqgħat saru ma' diversi diretturi tad-dipartiment ta' l-ambjent, trasport u reġjun.", "Saret ukoll laqgħa maċ-Chartered Institute of Housing rigward kif il- housing jista' jkun iktar professjonali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Jista' l-Ministru jinformana jekk fl- amministrazzjoni preċedenti qattx saru żjarat bħal dawn biex jiġu diskussi possibbiltajiet oħra u diskussjonijiet ma' pajjiżi oħrajn rigward housing?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, ikolli nistqarr li meta kont kelliemi għall-Oppożizzjoni Laburista u l-Onor.", "Ċensu Galea kien il- ministru responsabbli mid-djar, mhux l-ewwel darba li staqsejt kemm-il delegazzjoni marret barra minn Malta, x'ħareġ minn dawn iż-żjajjar u kif ukoll ma' min kien ikollu taħdidiet l-ex-ministru Galea.", "Jiddispjaċini ngħid li sakemm il-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern bqajt ma ngħatajtx tweġiba uffiċjali dwar dan.", "Li naf hu li kienu siefru xi delegazzjonijiet - dan kont sirt nafu mill-ġurnali - imma dettalji tagħhom wieħed ikun irid issibhom mill-files tal-ministeru.", "Jekk kemm-il darba l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub, inkun nista' nwieġbu bil-miktub u x-xogħol li ma sarx mill-Onor.", "Ċensu Galea nagħmlu jien.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, għalkemm is-sitwazzjoni tal-bini tad-djar f'Malta m'għandha x'taqsam xejn ma' dik ta' l-Ingilterra, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk sarux xi diskussjonijiet dwar il-housing schemes li hemm fl-Ingilterra apparagun ma' dak li jsir f'Malta, għax din il-ħaġa hija aktar sostanzjali minn affarijiet oħra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, aħna l-affarijiet nagħmluhom bis- serjeta' u Dr Buontempo tani rapport taż-żjara li għamel.", "Nista' ngħid li fost il-laqgħat li kellu f'dik il-ġimgħa li għamel l-Ingilterra, kellu laqgħa twila mal-housing consultant Geoffrey Payne li huwa architect and university professor.", "Dan qal li pajjiżi bħal Malta għandhom diffikulta' kbira biex il-problema tal-housing tiġi solvuta u qal li f'pajjiżna għandna wkoll problemi finanzjarji.", "Fost ir-rakkmandazzjonijiet li saru dwar liema sorsi wieħed jista' jikseb xi għajnuna finanzjarja hemm, fost oħrajn, il-World Bank Loan Office.", "Jiġifieri dawn tkellmu wkoll fuq dak li għandu x'jaqsam ma' self li jista' jsir, s'intendi minbarra li bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant l- Awtorita' tad-Djar issellfet ukoll mill-fond tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Maria Camilleri, mistoqsija supplimentari", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk fil-futur humiex se jsiru laqgħat ma' pajjiżi oħrajn biex tinkiseb mhux biss aktar informazzjoni imma anke ċertu knowhow?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, nixtieq inwieġeb lill-Onor.", "Interpellant li kull meta kellna taħdidiet ma' kummissarji għoljin, ambaxxaturi jew delegazzjonijiet oħra, tkellimna fuq il-bdil ta' ideat u jekk kemm-il darba niġu mistednin għal xi konferenzi internazzjonali nikkonsidraw jekk nattendux għalihom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nixtieq nirreferi għall-proposta li wieħed isib fir-rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar il-possibbilta' li jittellgħu appartamenti ġodda fuq il-bjut ta' appartamenti diġa' eżistenti.", "Minn din iż-żjara jirriżulta li kien hemm xi tibdil ta' ideat f'dan ir- rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien tkellimnt mal-konsulent fuq diversi affarijiet imma ma dħalniex fil-kwestjoni ta' l-għoli tal-bini.", "Li naf huwa li meta s-sena l-oħra kont nifforma parti minn delegazzjoni parlamentari li għamlet żjara fiċ-Ċina, hemmhekk qalulna li f'Beijing qegħdin jibnu l-mitt sular.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li ċ-Ċina tant hija vasta li m'għandhomx problemi ta' spazju kif għandna aħna!", "Madam Speaker, il-Ministru rrifera għal xi mistoqsijiet li ssottometta fil-ħames snin li għaddew u li jien ma weġibtux għalihom.", "Issa li hu ilu sena responsabbli minn dan il-ministeru, jirriżultalu li kull file li hu marbut ma' xi safra qiegħed fil-ministeru u jista' jarah kull meta jkollu bżonn?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru .", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien ma nippretendix li l- predeċessur tiegħi jitkellem b'dan il-mod għax huwa fatt li meta kien ministru kont għamiltlu mistoqsijiet bil-miktub u dan kien baqa' ma weġibnix.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li minn mindu l-Ministru ħa d-dikasteru f'idejh l-applikazzjonijiet għas-social housing telgħu għal 645, li jfisser żieda ta' 15% fuq is-sena ta' qabel, jista' l-Ministru jgħidilna jekk Dr Buontempo fis-safra tiegħu ikkonsultax ma' xi ħadd biex ikun jista' jagħti parir lill-Ministru dwar kif isolvi d-diżastru li hawn minn mindu daħal responsabbli hu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, qabel xejn nixtieq ninforma lill- Onor. Gatt li d-diżastru jiena writtu mingħand sieħbu u se ngħidlu għaliex.", "Jekk iħares lejn l-istatistika jsib li fis-snin 1989, 1991 u 1992 l- applikanti kienu qabżu l-4,900.", "(Interruzzjonijiet) Iva, issa hemm 5,100, imma x'differenza hemm bejn 5,000 u 5,100!", "Barra minn hekk, kemm fl-1991 u fl-1993, il-Gvern Nazzjonalista kien bagħat questionnaire u minn fost l-applikanti nqatgħu 2,700.", "Issa qed jirriżulta li numru mill-applikanti li nqatgħu taħt l-amministrazzjoni preċedenti qegħdin jerġgħu japplikaw.", "(Interruzzjonijiet) Issa meta nkunu qegħdin nitkellmu għada filgħodu nagħtik il-figuri eżatti.", "Anzi, b'kumbinazzjoni l-figuri qegħdin għandi.", "Ikun aħjar jekk qabel ma jiftaħ ħalqu l-Onor.", "Gatt jaċċerta ruħu minn dak li qed jgħid.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddi għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 189 ta' l-1997 - Statut li jemenda l-Istatut 3 (Emenda Nru 11) ta' l-Universita' ta' Malta - Korsijiet ta' Studji, Gradi u Distinzjonijiet;", "Avviż Legali Nru 190 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Pharmacy (Honours) - B.Pharm.", "(Hons);", "Avviż Legali Nru 191 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Science - B.Sc. - u ta' Bachelor of Science (Honours) in Informatics, Computer Science and Computer Systems Engineering;", "Avviż Legali Nru 192 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 tal-Kors għall-Grad ta' Magister Juris - M.Jur.;", "Avviż Legali Nru 193 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 għall-Kors tal-Grad ta' Master of Arts in Financial Services - M.A.;", "Avviż Legali Nru 194 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 għall-Għotja tal-Kredti Extra-Kurrikulari; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar safar li sar minn uffiċjali fid-dikasteru tal- Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9595.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti prezzijiet ikkwotati għas-supply and delivery of colour separations għar-rapport annwali tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1996/1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W996.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar safar li sar minn uffiċjali fid-dikasteru tal- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja bejn l- 1 ta' Mejju u l-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nurmu 9596.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1998", "IR-RABA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippreseda.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 92 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal- lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l- Oppożizzjoni bl-aħħar nofs tal-Gvern.", "Il-Ministru għat-Trasport u Portijiet, jekk jogħġbu, jressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,612,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Ministeru għat-Trasport u Portijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 38 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,343,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 39 - LIĊENZJI U TESTJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm567,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Liċenzji u Testjar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT VIII - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,000,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għat-Trasport u Portijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Claude Muscat.", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET Personal Emoluments Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,388\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,387\".", "Delete the figure \"Lm 10,388\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,387\".", "Mr Chairman, qegħdin niddiskutu t-tieni budget ta' Gvern Laburista u, kif ġara proprju fl-ewwel budget ta' dan il-Gvern, dan huwa budget bla direzzjoni, bla ideat u bla ħolqien ta' triqat ġodda biex l-ekonomija ta' pajjiżna timxi 'l quddiem, kif kienet miexja taħt Gvern Nazzjonalista.", "Dan il-budget mhux biss huwa agħar minn dak tas-sena l-oħra għax ma joffri xejn ġdid imma rajna li l-Gvern Laburista, li minn dejjem kien difensur taż- żgħir u tal-batut, għażel li jsallab liċ-ċittadin.", "U hawn nistaqsi, Mr Chairman: Dan hu l-bidu ġdid li qed joffri l-Gvern Laburista?", "Fid- diskussjoni dwar il-budget tas-sena l-oħra, il-ministru tal-finanzi kien temm id-diskors bid-diskors: \"Dan huwa l-bidu ġdid li qegħdin noffru.\"", "Illum drajna bid-diżonesta' ta' Gvern Laburista mmexxi mill-Onor.", "Alfred Sant u donnhom insew kif kienu jkellmu liċ-ċittadini.", "Hawn għandi kopja ta' l-ittra li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, is-Sur Jimmy Magro, kien jibgħat liċ-ċittadini f'għeluq sninhom.", "Hu kien jiktbilhom hekk:", "Għażiża Maria,", "F'għeluq sninek nawguralek.", "Il-politika m'hijiex biss diskussjoni jew argumenti iżda trid tkun ħanina u umana li tħares lejn kull ċittadin mill-viċin sakemm tagħraf il-bżonnijiet tiegħu.", "Dan hu l-messaġġ ġdid u modern li jrid iwassal il-Partit Laburista fil-ħidma politika tiegħu għas-snin li ġejjin u żgur li m'hemmx ġurnata aħjar minn għeluq sninek biex inwasslulek dan il-messaġġ u fl-istess ħin inwasslulek l-isbaħ xewqat tagħna f'dan il- jum memorabbli għalik.", "Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-politika ġdida Laburista, inħeġġek sabiex tiktibli u jien inkun nista' nibgħatlek materja dwar il-qasam li jkun ta' interess għalik.", "Mr Chairman, dan huwa l-mod ta' kif wieħed għandu jkun ħanin u uman, billi jfaqqalna budget bħal dan?", "Dan huwa l-mod ta' kif għandek tħares lejn kull ċittadin mill-viċin?", "Dan hu l-messaġġ ta' Gvern Laburista ġdid?", "Iva, Mr Chairman, dan huwa l-mod kif il-Partit Laburista qarraq biċ- ċittadin qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Dan il-budget qed juri l-ħniena ta' Gvern Laburista billi jintaxxa lill-pensjonanti, lill-batut, lill-fqir u lil dawk kollha li fl-iskaluna tas-soċjeta' tagħna qegħdin isfel nett.", "Allura hawn nistaqsi: Din hi l-intenzjoni tal-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant, li fid-diskors tal-ftuħ tal-Parlament kien irriferiena għall-kliem ta' San Franġisk ta' Assisi?", "Għaliex ma qalilniex mill-ewwel il-Prim Ministru li l-intenzjoni tiegħu kienet li jimlina bit-taxxi?", "Għax hekk kif fil-budget tas-sena l-oħra, proprju taħt il-vot tal-ministeru għat-trasport u portijiet, sibna xita ta' taxxi din is-sena qegħdin insibu l-istess ħaġa, bid-differenza li l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ ma kellux il- kuraġġ iħabbar dawn it-taxxi waqt id-diskors li għamel nhar il-5 ta' Novembru, 1997.", "Ħalli ngħid x'inhuma dawn it-taxxi.", "Insibu li l-liċenzja tat-triq għal vetturi ta' l-ewwel klassi, li jġorru passiġġieri u li għandhom ċilindrata ta' taħt 1300cc, minn Lm22 din issa se titla' għal Lm30 - minbarra li żdiedet Lm1 bolla ta' l-insurance - żieda ta' Lm8 fis-sena.", "Fil-każ ta' vetturi tat-tieni u t-tielet klassi, dawk li ċ-ċilindrata tagħhom hija bejn 1300cc u 1500cc, minn Lm35 il-liċenzja se titla għal Lm40, żieda ta' Lm15 fis-sena.", "Fil-każ ta' vetturi tar-raba' klassi, dawk li ċ-ċilindrata tagħhom hija bejn 1500cc u 1800cc, minn Lm31 il-liċenzja se titla' għal Lm50, żieda ta' Lm19 fis-sena.", "Fil-każ ta' vetturi tal-ħames klassi, li ċ-ċilindrata tagħhom hija bejn 1800cc u 2000cc, minn Lm51 il-liċenzja se titla' għal Lm80, żieda ta' Lm29.", "Il- vetturi tas-sitt klassi, dawk li ċ-ċilindrata tagħhom hija 'l fuq minn 2200cc, minn Lm101 is-sena d-dieħla se jkollhom iħallsu Lm155, żieda ta' Lm45.", "Dan biex ma nsemmix li sabiex wieħed jidħol il-Belt irid iħallas Lm10 aktar, għax minn Lm10 il-liċenzja se titla' għal Lm20, u biex ma ngħidx ukoll li vetturi kummerċjali li s'issa kienu jħallsu Lm31, mis-sena d-dieħla se jibdew iħallsu Lm45, żieda ta' Lm14.", "Mr Chairman, dan kollu jfisser li persuna li għandha karozza ta' l-ewwel klassi, biż-żieda fil-liċenzja, biż-żieda ta' l-insurance u biż-żieda fil- permess biex tidħol il-Belt, fuq il-karozza biss se jkollha tisparpalja 50c fil-ġimgħa miż-żieda ta' Lm1.50 għall-għoli tal-ħajja mħabbra fil- budget!", "Fil-każ ta' dawk il-persuni li għandhom karozzi tar-raba' u l-ħames klassi għandhom taxxa ta' 75c fil-ġimgħa u dawk li għandhom karozza ta' klassi sitta għandhom taxxa ta' Lm1.25 fil-ġimgħa.", "Mr Chairman, nixtieq li kieku l-Ministru jgħidilna kif żieda ta' Lm1.50 fil-ġimgħa għall-għoli tal- ħajja qatt tista' tkun ġustifikata f'dawn iċ-ċirkostanzi!", "Niġi issa għat- taxxa ta' reġistrazzjoni tal-vetturi kummerċjali.", "Fil-każ ta' vetturi ġodda minn 22% se titla' għal 35%, u għal vetturi second-hand minn Lm460 se titla' għal Lm900.", "Hawn ukoll wieħed jista' jara d-differenza bejn Gvern Laburista u Gvern Nazzjonalista.", "Il-Gvern ta' l- Onor. Fenech Adami fil-budget ta' l-1995 kien ħa miżuri sabiex iniżżel id- dazju minn 65% għal 22%, u għal skopijiet ta' protezzjoni ta' l-ambjent kien għolla xi ftit it-taxxa fuq il-karozzi second-hand.", "Ukoll minbarra li qagħad attent biex il-prezz tal-karozzi ġodda jibqa' l-istess, kien anke raħħas il-prezz tal-vetturi kummerċjali.", "Bil-miżuri li ġew imħabbra f'dan il-budget jekk tal-ħobż, tal-pitrolju jew tal-ħaxix ikun self-employed u jixtri vann second-hand, se jkollu żieda fl-ispejjeż ta' Lm1.70 fil- ġimgħa.", "Allura dawn l-ispejjeż mhux iż-żgħar se jbatuhom?", "Nista' nsemmi wkoll xi żidiet oħrajn.", "Mr Chairman, biex titla' għat-test tal-karozza minflok Lm5 mis-sena d- dieħla trid tibda tħallas Lm10.", "Il-permess tat-tagħlim minn Lm5 se jitla' għal Lm10.", "Il-miżata għat-test tas-sewqan minn Lm12 se titla' għal Lm20.", "Il-liċenzja tas-sewqan valida għal għaxar snin minn Lm12 se titla' għal Lm20.", "Il-liċenzja tas-sewqan valida għal sena minn Lm1.20 se titla' għal Lm2, filwaqt li liċenzja tas-sewqan internazzjonali minn Lm5 se titla' għal Lm10.", "Il-pjanċi mhux personalizzati se jogħlew minn Lm5 għal Lm20.", "Issa tajjeb li wieħed jirrimarka li fid-diskors tal-budget f'paġna 32 u 33 il- Ministru qal li nefaq Lm500,000 għal bdil tal-pjanċi tal-karozzi.", "Mill- figuri ta' l-estimi jirriżulta li l-gvern għamel profitt ta' Lm100,000 għaliex, skond paġna 243 ta' l-estimi, mill-bejgħ tal-pjanċi l-gvern daħħal Lm500,000 u, skond paġna 249 ta' l-istess estimi, il-pjanċi l-ġodda ġew jiswew lill-gvern Lm400,000.", "Mr Chairman, ġiet introdotta taxxa oħra fuq is-safar.", "Hawnhekk ukoll għandna t-taħwid u wieħed jixtieq kjarifika.", "F'paġna 88 il-Ministru jsemmi żieda fil-passenger service charge minn Lm4 għal Lm10.", "Qabel id-diskors tal-budget il-passenger service charge ta' Lm4 kienet inkorporata fil- biljett tas-safar, kemm għal dawk li jibdew il-vjaġġ minn barra minn Malta kif ukoll għal dawk li jibdew il-vjaġġ minn Malta.", "Fil-budget tas-sena l- oħra kienet ġiet introdotta taxxa ġdida li l-ministru ta' dak iż-żmien kien sejħilha levy u din il-levy kienet għal min jibda l-vjaġġ minn Malta.", "Allura jien naħseb li din il-levy telgħet minn Lm4 għal Lm10 u mhux il- passenger service charge kif indika l-Ministru fid-diskors tiegħu.", "Għalhekk nixtieq li jkollna kjarifika.", "Ngħaddi issa għall-problema tad-dejn li l-Gvern preżenti qal li sab quddiem wiċċu hekk kif rebaħ l-elezzjoni.", "L-ewwelnett mid-diskors ta' l- Onor. Mintoff sirna nafu li l-Onor.", "Alfred Sant kien jaf bis-sitwazzjoni imma ma ried bl-ebda mod ibbeża' lill-poplu bid-dejn li kellu l-pajjiż għaliex wisq kien jibża' li jitlef il-voti.", "Il-poplu jaf li taħt Gvern Laburista dejjem kellu jissikka ċ-ċintorin.", "Anzi l-Onor.", "Alfred Sant kien wiegħed lil poplu li ma kienx se jissikka ċ-ċintorin u ċ-ċittadin emnu.", "Iżda x'ġara?", "Nhar il-Ħadd li għadda l-Onor.", "Sant ħareġ bl-għajta li l- pajjiż kellu jagħmel id-dieta.", "Jekk din m'hijiex ipokrezija ma nafx x'tista' tkun!", "Mr Chairman, meta l-membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra kienu fl- oppożizzjoni, il-Gvern Nazzjonalista kien tahom l-opportunita' kollha sabiex jiskrutinaw l-operat tal-gvern.", "Minbarra li r-rapporti annwali u dawk finanzjarji kienu jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u l-Kamra kien ikollha seduta jew tnejn biex wieħed jiddiskutihom, il-Gvern Nazzjonalista ħoloq il-Kumitati Permanenti tal-Kamra, fosthom il-Kumitat għax-Xogħol tal- Kamra u l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi u b'hekk l-Oppożizzjoni Laburista kellha l-possibbilta' kollha biex tkun taf kif kienu sejrin l-affarijiet.", "L-ironija hi li ż-żewġ membri nominati mill-Oppożizzjoni li kienu f'dak il- kumitat għamlu u qed jagħmlu xogħol ta' ministru tal-finanzi taħt il-Gvern preżenti.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-Gvern Nazzjonalista kien ta l-opportunita' lill- Oppożizzjoni Laburista li tinnomina membru sabiex ikun direttur fil-bord ta' dawk il-kumpanniji jew koperazzjonijiet fejn il-gvern kellu l- maġġoranza ta' l-ishma.", "Dan għamilnih biex nuru l-metodu tat-trasparenza li bih ħadem il-Gvern Nazzjonalista.", "Ftit xhur ilu l-Gvern preżenti għadda liġi f'dan il-Parlament fejn neħħa d-dritt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista jkollha persuna nominata mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-bord ta' dawn il- kumpanniji jew korporazzjonijiet.", "Din hi l-verita' tal-fatti dwar it- trasparenza.", "Allura x'wiċċ irid ikollok biex illum il-ġurnata u tiġi tgħid bis-sitwazzjoni li sibt hekk kif tlajt fil-gvern is-sena l-oħra?", "Liema kumpannija ma qalux li sabuha falluta?", "It-Telemalta?", "Il-Malta International Airport?", "Fl-ewwel xhur ta' Gvern Laburista dawn kollha qalu li sabuhom falluti.", "Hekk kif beda jgħaddi ż-żmien, grazzi għat-tmexxija l- ġdida, dawn bdew jagħmlu l-profitti u hawn nistaqsi: Dawn il-kumpanniji veru kienu falluti u bdew sejrin tajjeb u għamlu l-profitti hekk kif il- Partit Laburista ħa l-gvern f'idejh, jew bdew sejrin tajjeb meta l-Prim Ministru studja l-qagħda finanzjarja tiegħu u ddeċieda jbiegħ l-ishma ta' dawn il-kumpanniji?", "Għax min kien se jixtri ishma ta' xi kumpannija falluta?", "L-istess ħaġa ġara fil-każ ta' Posta Ltd.", "L-ewwel kellna ħafna għajat, storbju w investigazzjonijiet, sakemm waslu biex keċċew il-ħaddiema, imbagħad xoljew il-kumpannija għaliex ma riedux jafu aktar dwar il- privatizzazzjoni tal-Posta u ddeċidew li terġa' ssir dipartiment tal-gvern.", "Fit-2 ta' Lulju, 1997 il-Ministru f'dan il-Parlament ħareġ stqarrija fuq il-Posta u minn dak iż-żmien 'l hawn ħadd ma sema' x'ġara aktar.", "Għaliex?", "GĦax il-Posta m'hijiex se toħroġ l-ishma tagħha għall-bejgħ lill-pubbliku, kif il-Gvern se jagħmel mill-ishma tat-Telemalta u ta' l-MIA.", "Li nafu hu li l-Mid-Med Bank hu nteressat li jixtri 60% ta' l-ishma u jidher li l-Gvern aċċetta din il-proposta.", "Is-Sur Mifsud, iċ-Chairman tal-Mid-Med Bank, huwa l-istess persuna li meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni kien issuġġerielu li jiftaħ bank biex b'hekk setgħu jiffinanzjaw lill-partit għaliex kien jemmen li l-partitarji Laburisti kienu lesti joħorġu d- depożiti tagħhom mill-banek kummerċjali l-oħra u jiddepożitawhom fil-bank tal-Partit Laburista.", "Nerġa' niġi għall-Posta.", "Safejn naf jien skond l-istqarrija tal-Ministru l-aħħar deċiżjoni tiegħu kienet li jerġa' jitwaqqaf id-dipartiment tal- posta għax Posta Ltd ġiet likwidata u l-Acting Post Master General assuma l- operazzjoni ta' servizzi postali u allura nassumi li b'hekk il-Posta reġgħet saret dipartiment tal-gvern.", "Ġaladarba sar hekk, kont nistenna li fl-estimi li l-Ministru tal-Finanzi ppreżenta fil-budget kont insib id-dħul u l-ħruġ kif wieħed għandu jsib meta jkun hemm dipartiment tal-gvern u kif kien isir qabel ma d-dipartiment tal-posta sar kumpannija.", "Illum tfittex kemm tfittex ma ssib xejn u hawn qegħdin nitkellmu fuq miljuni ta' liri.", "Il-Gvern suppost għamel tajjeb għad-dejn li kien hemm meta ġiet xolta Posta Ltd imma dan il-Parlament ma jaf xejn dwar dan.", "Mr Chairman, il-Ministru huwa obbligat li jagħti spjegazzjoni serja dwar x'inhu għaddej u mhux jiġi jiftaħar, bħalma għamel il-Prim Ministru nhar it- Tnejn fid-diskors tiegħu, li minflok il-miljuni li kienu se jonfqu Posta Ltd fuq il-post il-ġdid dan il-Gvern nefaq is-somma ta' Lm300,000.", "Nafu li l-Ministru preżenti kien ministru fl-amministrazzjoni Laburista tas-snin sebgħin u nispera li m'aħniex sejrin lura għall-policy li kienu jużaw dak iż-żmien fejn kienu jiddobbaw basta ma jonfqux.", "Kulħadd jaf li bil-policy ta' l-iddobbar ma wasalna mkien.", "Jekk il-Mid-Med Bank jixtri l-ishma tal- Posta se jżomm l-istess post jew inkella se jibni post ieħor f'Ħal Qormi jew f'Santa Venera?", "Mr Chairman, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nappella lill-Ministru u lill-Membri tan-naħa tal-Gvern sabiex isibu t-triq tas-soluzzjoni u jevitaw it-triq tal-konfrontazzjoni.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Sur President, bħalma għamilt il-bieraħ se napprofitta ruħi mill-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi għaliex fejn qabel kien ikollna l-ħin għad-diskussjoni dwar Għawdex, minn mindu nbidel il-gvern dan il-Parlament m'għadx għandu ħin x'jiddedika għal dan il- ministeru.", "Sur President, nixtieq niġbed l-attenzjoni li din is-sena għall-ewwel darba fl-estimi ta' dan il-ministeru, immedjatament wara l-Public Transport Authority qed insibu mniżżla l-kumpannija li hi responsabbli mit-trasport bejn Malta u Għawdex.", "Fl-estimi tas-sena l-oħra ma kienx sar hekk u jekk m'iniex sejjer żball din il-kumpannija kienet taqa' taħt il-ministeru tal- finanzi.", "Dan jobbligani li ngħid xi ħaġa fil-kontest li hemm din ir- responsabbilta' ġdida taħt dan il-ministeru.", "Huwa veru li minn Frar li għadda l-ministeru ħa f'idejh l-amministrazzjoni, l-performance u l- operations tal-kumpannija pero' fl-opinjoni tiegħi hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu biżżejjed fuq policies, fuq finanzjament u fuq kwestjonijiet oħrajn li jolqtu lin-nies li jisservew b'din il-kumpannija.", "Meta rajt lil din il-kumpannija mniżżla taħt il-Public Transport Authority mill-ewwel ġieni l-ħsieb li minn dejjem kelli, jiġifieri li f'dan il-pajjiż meta nitkellmu fuq it-trasport pubbliku nifhmu li qegħdin nikkonċentraw biss fuq it-trasport li jingħata lill-pubbliku permezz tal-buses u l- coaches.", "Dan huwa importanti għax għandu ħafna aspetti fil-ħajja tal-pajjiż u ninsab ċert li jirrikjedi u jimmerita diskussjonijiet fit-tul u approfonditi għaliex jippreżenta kemm il-problemi li jinqalgħu fil-pajjiż u anke prospetti, jekk ikollok sistema tajba tat-trasport pubbliku.", "Jien minn dejjem kont nemmen u għadni nemmen u mhux l-ewwel darba li f'dan il- Parlament tkellimt fis-sens li fl-arċipelagu Malti ma jeżistix biss it- trasport pubbliku ta' l-art imma hemm ukoll it-trasport pubbliku bil-baħar.", "U l-mezz li jittrasporta lin-nies mill-passaġġ ta' baħar li jifred lil Malta minn Għawdex qiegħed jagħti servizz pubbliku.", "Allura jien jidhirli li wieħed irid jirrifletti sabiex joħloq sitwazzjoni li tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku u ta' dan il-Parlament taħt dawn iż-żewġ aspetti.", "Jien niftakar lil dan il-Parlament jiddiskuti għal snin sħaħ l-estimi tal-Public Transport Authority, pero' minn dejjem kien jikkonċentra aktar fuq is- servizz tal-buses.", "Qabel ma twaqqfet il-Public Transport Authority kienu jsiru diskussjonijiet twal, biex ma ngħidx ukoll sħan, dwar it-trasport pubbliku tal-buses.", "Ir-riflessjoni li rrid nagħmel hi li x-xarabank għandha l-importanza tagħha, għaliex permezz tal-bus service iċ-ċittadin għandu l-liberta' tal- moviment u jista' jiffunzjona bħala ċittadin sħiħ.", "Allura l-gvern tal- ġurnata, ikun min ikun, flimkien mal-forzi kollha li għandhom x'jaqsmu mat- trasport u forzi oħrajn għandhom jikkonċentraw fuq dan l-aspett u jgħidu li la dan huwa trasport li minnu tiddependi l-liberta' tal-moviment taċ- ċittadin ta' dan il-pajjiż, allura jrid ikun servizz li verament jaqdi tajjeb liċ-ċittadin mingħajr ma joħloqlu problemi li ma jiflaħx għalihom.", "Allura hawn nasal għall-konklużjoni li t-trasport bil-vapur irid jitqies ukoll għal min jgħix f'Għawdex għaliex il-vapur jagħtina l-mobility tagħna biex nilħqu servizzi li m'għandniex fil-gżira ta' Għawdex u li jeżistu biss f'Malta.", "Allura jien nemmen li qabel ma wieħed jifhem li hemm relazzjoni qawwija bejn it-trasport tal-baħar u t-trasport ta' l-art u kemm jista' jkun jirraġuna fuqhom bl-istess mod, ma nkunux fhimna lil xulxin biżżejjed u ma nkunux nistgħu nsibu soluzzjoni għal din il-kwestjoni li kull darba li wieħed jitkellem fuqha donnha tifridna minflok ma tgħaqqadna.", "Din hija problema ta' kulħadd, m'hijiex problema Għawdxija biss, u hemm bżonn li kulħadd jifhimha u jitrattaha b'dan il-mod.", "Jiena ftit ilu għidt li niftakar li għal snin sħaħ f'dan il-Parlament kien hawn diskussjonijiet li ma jieqfu qatt fuq it-trasport pubbliku ta' l- art.", "Il-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, kien jiddiskuti - u jagħmel sew - dan is-servizz tant vitali u mportanti tat-trasport pubbliku fuq l-art pero' hija ħasra li qatt ma jsib ħin biex jiddiskuti t-trasport pubbliku ta' fuq il-baħar.", "Effettivament dan l-aħħar kellna battibekki fuq dan is-servizz - wara xi domanda parlamentari li tkun saret u li mbagħad toħloq domandi supplimentari - imma ħafna drabi ħadd ma jkollu ċans biex jesprimi sew dak li jkollu f'moħħu u ħafna drabi jkollok tieqaf f'nofs sentenza u tispiċċa tinħoloq sitwazzjoni li ma tkunx konduċenti biex wieħed jirraġuna u jifhem dak li jkun qiegħed jingħad biex xi darba naslu għal soluzzjoni.", "Kif kont qed ngħid, il-kumpannija li għandha l-obbligu li tagħti dan is- servizz u li għandna monopolju, trid tifhem li għaċ-ċittadini tal-pajjiż li jgħixu fil-gżira l-oħra, il-vapur t'GĦawdex huwa x-xarabank tagħna bl- implikazzjonijiet kollha ta' dak li tfisser din il-kelma.", "Biex nagħmel ruħi iktar ċar irrid ngħid li aħna, iċ-ċittadin ta' dan il-pajjiż li ngħixu f'din il-gżira ż-żgħira, għandna l-iżvantaġġ li m'għandniex il-liberta' tal- moviment daqs bniedem li jgħix il-Mosta, Bormla, Birkirkara jew f'xi post ieħor f'Malta.", "Din il-ħaġa rridu nirrikonoxxuha u rridu noħorġu l-konklużjonijiet minnha, għaliex huwa żvantaġġ li biex tmur taħdem, tistudja, għal raġunijiet ta' negozju jew għal raġunijiet ta' saħħa trid taqsam bil-baħar u allura m'għandekx l-istess liberta' ta' moviment li għandu bniedem li jgħix f'Malta.", "Jien m'iniex qed nipprova nkun drammatiku anzi qed nipprova nkun prattiku kemm jista' jkun u naħseb li sħabi miż-żewġ naħat tal-Kamra jemmnuni meta ngħid li ma nippretendix li xi ħadd għandu jagħmel qligħ mill-iżvantaġġ li għandhom dawk iċ-ċittadini ta' l-istess pajjiż li jgħixu fi gżira oħra.", "Ma tistax tagħmel qligħ fuq il-handicap li għandu ħaddieħor.", "Din hija xi ħaġa paċifika u naħseb li kull wieħed li hawn quddiemi jaqbel miegħi pero' mbagħad biex tgħaddi mid-diskors għall-fatti jrid ikollok l-azzjoni li turi li dak li tgħid u temmen fih qed twettqu.", "Forsi xi ħadd jgħidli: X'inti tippretendi?", "Li taqsam minn Għawdex għal Malta b'xejn, jew li taqsam minn Għawdex għal Malta b'mod marġinali?", "Jien qiegħed ngħid li b'saqajja fl-art u b'mod realistiku kemm jista' jkun, nifhem li trid tħallas imma skond kemm.", "Naħseb li kulħadd għandu jippretendi li m'għandux isir profitt minn fuq il-handicap li għandu min jgħix f'GĦawdex.", "Allura meta n-nol tal-vapur għal passiġġier u karozza għal min hu residenti f'Għawdex minn Lm2 sar Lm3.50, żieda ta' Lm1.50, dan ifisser li dak li jkun m'huwiex qed jagħti kont tal-fatt li min jgħix f'din il-gżira għandu dan l-iżvantaġġ, għandu dan il-handicap.", "Sur President, nerġa' niġi għad-diskors li bdejt bih.", "Jien nifhem li aħna rridu nħarsu lejn id-diskussjoni li nagħmlu meta nitkellmu fuq it- trasport pubbliku fuq l-art.", "Għaliex?", "Għaliex id-diskussjoni kollha - nixtieq li l-Ministru jifhem xi rrid ngħid - li konna nagħmlu hawn ġew kienet dejjem marbuta bejn is-servizz u n-nol.", "Kienu jsiru diskussjonijiet interminabbli li kienu jwasslu għal żieda ta' xi ftit ċenteżmi fit-tariffi sabiex il-karozzi tal-linja jagħtu servizz aħjar.", "Jiġifieri l-enfasi kbira kienet tkun li jkun hemm kwalita' aħjar u aktar effiċjenti.", "Naturalment dawn id-diskussjonijiet għadhom isiru sal-lum u meta qed tittratta t- trasport pubbliku fuq l-art għandek dawn iż-żewġ aspetti quddiemek li qed torbothom ma' xulxin u lil min jagħti dan is-servizz qed tgħidlu li biex tagħtih żieda fin-nol hu jrid jagħti servizz fuq rotta addizzjonali, jew irid jibda jilbes l-uniformi, jew irid jagħti servizz aħjar.", "Fil-każ tal- vapur t'Għawdex dan ma jsirx.", "Jiġifieri kellna qabża bħal dik fin-nol mingħajr ma kellna rabta ma' servizz aħjar.", "Kieku kellna servizz aħjar u kellna dik il-qabża fin-noll ukoll konna nħossuha, imma dan ma kienx il- każ.", "Anzi ġara bil-maqlub, għax qegħdin ningħataw inqas servizz u qegħdin inħallsu iktar.", "Din hija s-sitwazzjoni u nispera li kulħadd qiegħed jifhimni bl-istess spirtu li qed nagħmel dan id-diskors.", "Ma jistax ikun li aħna minn banda ngħidu li nifhmu li hawn din il-problema imma mbagħad meta niġu għall-azzjoni nagħmlu mod ieħor.", "Fil-bidu ta' din il-leġislatura kont għamilt domanda lill-Prim Ministru fejn staqsejtu jekk jirrikonoxxix li s-servizz tal-baħar huwa servizz soċjali u infrastrutturali li huwa mportanti għal min jgħix f'Għawdex daqskemm huwa mportanti s-servizz tad-drenaġġ, is-servizz ta' l-ilma, is- servizz ta' l-elettriku u s-servizzi kollha essenzjali.", "U ma nsib l-ebda diffikulta' biex ngħid li l-Gvern irrisponda li jirrikonoxxi dan kollu imma mbagħad ftit wara kien hemm din l-isplużjoni fil-prezzijiet - qed ngħid għar-residenti GĦawdxin imma naturalment dan japplika għall-Maltin ukoll - mingħajr ma kkonsidraw dak kollu li qed insemmi.", "Allura jien naħseb li xi ħadd irid jifhem darba għal dejjem li lilna li rridu nużaw il-vapur sabiex nilħqu s-servizzi li hawn f'Malta ma tistax titnaqqsilna l-liberta' tal- moviment tagħna, għaliex allura ma nkunux ċittadini sħaħ u jkollna dan il- handicap dejjem magħna.", "Jien nifhem li din id-diffikulta' ma tistax telliminaha għal kollox imma almenu tipprova tnaqqasha kemm tiflaħ billi ma tipprovax tagħmel qligħ mill-handicap ta' ħaddieħor.", "Sur President, jien qed nitkellem b'ċerta qawwa fuq dan l-aspett għaliex inħoss li l-pajjiż kien qed jifhem dan kollu għar-raġuni li fil-bidu ta' l- amministrazzjoni wara l-elezzjoni ta' l-1987 kien tniżżel in-nol għar- residenti Għawdxin fil-ħinijiet kollha.", "Dak iż-żmien kien hemm nol speċjali għall-vapur ta' l-ewwel, jekk m'iniex sejjer żball, u mbagħad dan ġie japplika għall-ħinijiet kollha tal-ġurnata.", "U hekk kellu jkun, għax lil dak li jkun ma tistax tgħidlu li biex iħallas inqas irid imur mal-vapur tas- 6.00 a.m. u jekk imur ma' tas-7.00 a.m. jew tat-8.00 a.m. jrid iħallas daqs turist.", "Allura dak li kien jiswa għall-vjaġġ ta' l-ewwel konna applikajnih għall-ġurnata kollha u ħloqna sitwazzjoni ġdida, għax kulħadd irid jirrikonoxxi l-fatt li s-servizz tal-baħar minbarra li għandu l-aspett soċjali għandu wkoll l-aspett infrastrutturali.", "Jiġifieri dan is-servizz frekwenti u faċli kien qed jibni l-ekonomija t'Għawdex u ħafna mill- progress li sar fl-ekonomija ta' dik il-gżira huwa mertu tal-kumpannija li kienet tagħti servizz frekwenti.", "B'hekk Għawdex sar aktar aċċessibbli u din il-ħaġa fiha nnifisha għandha l-vantaġġi kbar tagħha għaliex il-post ma jibqax jitqies bħala imbiegħed.", "Allura ħaġa ġġib lill-oħra u dak li jkun minflok ma jinvesti f'Malta jibda jinvesti f'Għawdex, wara kollox ikun qed jinvesti fl-istess pajjiż u jkun qed jiġġenera l-kummerċ li joħloqlok ċertu ġid.", "Jien nattribwixxi li ħafna mill-progress li sar kien proprju minħabba l-fatt li l-kumpannija kienet tagħti dan is-servizz frekwenti, servizz li dak li jkun ikun jiflaħ għalih, u għalhekk kellna din id-differenza kollha.", "Sur President, jien naħseb li din m'hijiex xi ħaġa kontroversjali imma hija xi ħaġa li kulħadd jifhimha.", "Allura rridu nibdew naraw flimkien kif jista' jkollna quddiemna darba għal dejjem panorama ta' xi jfisser is- servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex ħalli dan jibda jitqies bħala servizz pubbliku daqskemm hu servizz pubbliku t-trasport ta' l-art.", "Huwa veru li, kif qrajt dan l-aħħar, il-buses iġorru 23 miljun passiġġier f'sena - jekk m'iniex sejjer żball - imma l-vapuri t'Għawdex ma jġorrux daqshekk nies.", "Skond risposta li ngħatajt mingħand il-Ministru matul is-sena finanzjarja li twassal sa l-1996, il-vapuri t'Għawdex ġarrew 2,700,000 passiġġier u iktar minn 600,000 karozza.", "U din m'hijiex ċajta.", "Issa qegħdin naraw is-sitwazzjoni li inqas nies qed jivvjaġġaw u aħna dan ma rriduhx għaliex għandu impatt ħażin fuq l-ekonomija tagħna u qed jolqot ħażin lil min hu residenti f'GĦawdex u lil min irid jivvjaġġa għal hemm.", "Jien mhux l-ewwel darba li għidt, u se nerġa' nirrepeti, li ż-żieda fin-nol - u rridu nikkonsidraw il-mod kif żdied - tista' titqies bħala taxxa fuq l- Għawdxin u fuq Għawdex.", "Dan jolqot lill-Għawdxin għaliex iridu jagħmlu użu minnu, iridu jew ma jridux, għax dawn ma jużawhx għall-gost imma għall bżonn.", "Pero' dan jolqot ukoll lil dawk in-nies li jridu jmorru Għawdex, allura hawn tista' titlef minn dik il-komunikazzjoni faċli li kienet teżisti qabel ma ttieħdu ċerti deċiżjonijiet li ġabu riżultat ħażin għall- ekonomija ta' din il-gżira.", "Illum qegħdin niddiskutu l-voti taħt il-ministeru għat-trasport u portijiet u għall-ewwel darba din l-azjenda qiegħda tidher taħt dan il- ministeru.", "Din il-kumpannija per se għandha ħafna aspetti pero' wieħed irid jifhem li din hija kumpannija unika, fis-sens li għandha l-monopolju biex tipprovdi t-trasport bejn iż-żewġ gżejjer.", "Il-bieraħ fil-għodu jiena tkellimt ukoll waqt id-diskussjoni dwar il-voti tal-ministeru ta' l- affarijiet ekonomiċi u l-industrija li taħtu taqa' l-aġenzija MIMCOL, li hija l-aġenzija li hija padruna tal-Gozo Channel Co. Ltd.", "U minħabba li f'Settembru li għadda, jekk m'iniex sejjer żball, inxtraw ix-shares tal- private sector, illum il-Gozo Channel Co. Ltd hija kollha kemm hi tal- gvern.", "Issa l-MIMCOL taqa' taħt il-ministeru ta' l-affarijiet ekonomiċi u l-Industrija, u allura għandi nifhem li dak li għandu x'jaqsam ma' finanzjament huwa responsabbli għalih il-Ministru ta' l-Industrija.", "Jiena semmejt ukoll il-każ tal-Ministru tal-Finanzi li taħt ir-responsabbilita' tiegħu għandu kumitat li qed jara kif jista' joħloq sitwazzjoni ġdida u aħjar għall-merkanzija bejn Sa Maison u GĦawdex, li huwa servizz ieħor li toffri l-Gozo Channel Co. Ltd.", "Hemm ukoll l-aspetti soċjali u infrastrutturali li l-Prim Ministru, bħala l-ministru responsabbli għal GĦawdex, is-Segretarju Parlamentari għal GĦawdex u l-Gvern b'mod kollettiv kollha huma responsabbli għalihom u kollha għandu jkollhom input biex wieħed joħloq il-policies.", "Din m'hijiex sempliċement kumpannija kummerċjali u xejn iktar.", "Għandek dawn l-aspetti kollha u dawn trid tirrispettahom.", "Inkella jkollok sitwazzjoni fejn ma tkunx iktar tollerabbli għax tkun qed tagħmel id-deni meta tista' tagħmel il-ġid.", "GĦalhekk jiena nagħmel l-appell li dan il-Parlament ikollu l-ħin li jiddiskuti s-servizz tal-baħar daqskemm jiddiskuti t-trasport pubbliku, għaliex din hija kwestjoni nazzjonali.", "Din m'hijiex kwestjoni GĦawdxija imma hija kwestjoni ta' kulħadd.", "Pero' ħaġa ta' l-iskantament qatt ma ssib ħin biex tagħmel diskussjoni ta' seduta jew kemm hemm bżonn fuq din il- ħaġa, għalkemm illum jiena approfittajt ruħi.", "Imma ma jistax ikun li din tibqa' qisha s-cinderella fil-pajjiż.", "Meta l-Prim Ministru għamel statement qabel is-sajf, kont għidtlu li din timmerita diskussjoni fil- Parlament u tlabtu biex ikun hawn dibattitu fuq din il-kwestjoni vitali li tolqot b'mod partikolari lil min jgħix f'GĦawdex imma tolqot ukoll lill- pajjiż b'mod ġenerali.", "GĦaldaqstant jien nappella biex dawn il-proposti li ssottometejt umilment jittieħdu bis-serjeta' għax ma jistax ikun li nittrattaw suġġett bħal dan b'mod li ma nkunux qegħdin nimpenjaw ruħna bis- serjeta'.", "Hemm bżonn li kulħadd jifhem li din hija kwestjoni serja u urġenti u kulħadd għandu jiddiskutiha bl-ikbar serjeta'.", "Mr Chairman, jiena nħoss li qdejt l-obbligu tiegħi li nitkellem fuq ħaġa daqshekk importanti u għaldaqstant inpoġġi għall-konsiderazzjoni tal-Gvern dawn il-proposti li għamilt bit-tama li jraħħas il-prezzijiet tal-biljetti li għolla fi Frar li għadda u li għamlu tant u tant ħsara lill-ekonomija GĦawdxija.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Chairman, quddiemna għad-diskussjoni għandna ministeru li jrendi miljuni ta' liri lill-Kaxxa ta' Malta, kważi ¥39 miljun.", "Fil-parti l-kbira tagħha din is-somma tinġabar minn bwiet il- Maltin u bejn wieħed u ieħor ¥10 miljun jinġabru minn organizzazjonijiet u sorsi oħra li primarjament huma mħaddma mill-barranin.", "Dan ifisser li għat- tieni darba fi żmien sena reġa' għandna mpożizzjoni ta' taxxi li jolqtu b'mod qawwi u dirett lill-poplu Malti.", "Jiena ma nafx jekk meta ġie biex jipprepara l-budget għas-sena 1998 il- Ministru tal-Finanzi kienx ispirat mid-diskors li kien għamel hawn ġew il- Ministru Debono Grech f'Marzu li għadda.", "Dakinhar il-Ministru għat- Trasport u Portijiet, hu u jindirizza lil din in-naħa tal-Kamra, kien qal hekk: X'tippretendu, li tħalli ¥900 miljun u ngħaddu bit-talb!", "L- ewwelnett jiena ma nafx minn fejn ġabha din iċ-ċifra pero' forsi l-Ministru tal-Finanzi ftakar f'din l-espressjoni u minflok se jħalli lill-Gvern ta' pajjiżna jimxi bit-talb se jibgħat lill-poplu Malti jittallab!", "GĦaliex żgur li dawn id-diversi taxxi qegħdin jolqtu lil kulħadd, irrispettivament mid-dħul ta' kull wieħed minna, u rrispettivament ukoll minn sorsi oħra ta' income li wieħed jista' jkollu, għax is-sena d-dieħla kull wieħed u waħda minna se jkollna nħallsu lill-gvern ammont ta' flus iktar milli qatt ħallasna.", "Mr Chairman, jekk inħarsu lejn paġna 243 ta' l-Estimi, fejn hemm id-dħul ta' dan il-ministeru, insibu li l-Ministru tal-Finanzi qed jantiċipa li jdaħħal is-somma ta' Lm9.8 miljun minn dawk li huma liċenzji ta' vetturi, żieda ta' iktar minn 50% fuq id-dħul stmat għal din is-sena.", "Din iż-żieda se titħallas minn kull Malti u Maltija li għandu jew għandha liċenzja għal mezz ta' trasport.", "Fost l-oħrajn, f'paġna 86 tad-diskors tal-budget, il- Ministru tal-Finanzi semma' s-servizzi ta' sigurta' mal-banek, semma' l- multi għal kontravenzjonijiet tar-regolamenti ta' traffiku, semma' l-ħruġ ta' liċenzji u semma' l-kera ta' rmiġġ ta' opri tal-baħar.", "Li ma nafux huwa kemm hu l-quantum bħala żieda f'dawn il-miżati, liċenzji jew ħlasijiet li qegħdin jiġu mposti.", "Rigward il-vetturi bil-mutur, insibu li wara ż-żieda li kellna s-sena li għaddiet il-liċenzja ta' karozza ta' inqas minn 1300cc minn ¥22 se ssir ¥30, żieda ta' ¥8 jew 35%.", "Il-liċenzja ta' karozza ta' bejn 1300cc u 1500cc, minn ¥25 se ssir ¥40, żieda ta' 60%, u nistgħu nibqgħu sejrin hekk, b'żieda wara l-oħra fid-diversi tipi ta' vetturi.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li din hija t-tieni żieda fi żmien għaxar xhur ta' dan it-tip.", "Hemm ukoll żiediet fil-liċenzji ta' vetturi kummerċjali u naħseb li jkun tajjeb li l-Ministru jiċċara eżattament jekk humiex il-vetturi kummerċjali kollha li se jkunu soġġetti għal żieda fil-liċenzja minn ¥30 għal ¥40, jew inkella dawk il-vetturi biss li għandhom kapaċita' li jġorru iktar minn ċertu ammont ta' piż.", "Imbagħad għandna żieda fit-taxxa ta' reġistrazzjoni ta' vetturi kummerċjali, li wkoll rrifera għaliha l-kollega tagħna l-Onor.", "Claude Muscat.", "Infakkar lil kulmin qed jismagħna li t-taxxa ta' reġistrazzjoni kienet tnaqqset b'mod sostanzjali minn Gvern Nazzjonalista li dejjem kien tal-fehma li huwa fl-interess ta' pajjiżna li jkun hemm dan it-tnaqqis, għal iktar minn raġuni waħda speċifika, imma b'mod partikolari sabiex kemm jista' jkun ikollna vetturi kummerċjali ġodda fit-toroq tagħna.", "Naturalment l-effett ta' dan it-tnaqqis wieħed jista' jarah għaliex fit- toroq għandna numru ta' vetturi kummerċjali ġodda imma issa hawnhekk għandna bidla f'direzzjoni żbaljata.", "GĦandna quddiemna sitwazzjoni fejn persuni li qegħdin jipprovaw joħolqu x-xogħol u jagħtu mpjieg lil ħaddieħor mis-sena d-dieħla se jkollhom żieda minn 22% għal 35%, żieda ta' aktar minn 50% fuq il-ħlasijiet li jsiru għal reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda.", "Dan ifisser li fuq vettura kummerċjali ta' ¥5,000 wieħed se jkollu jħallas ¥500 iżjed milli kien qed iħallas sal-lum.", "Żgur li dan kollu se jwassal biex matul is-sena li ġejja jkollna tnaqqis sostanzjali f'dik li hija reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda, għalkemm il-Gvern qiegħed jgħid li biex dan ma jiġrix qed jieħu l-prekawzjoni li anke l-vetturi second-hand jirdoppjalhom l-ammont ta' ħlas għall-ewwel reġistrazzjoni.", "Tajjeb li wieħed jgħid li din is-sena l-Gvern diġa' kellu tnaqqis ta' iktar minn ¥6 miljun mid-dħul ta' reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda u allura nistgħu ngħidu li fis-snin li ġejjin se jkollna iktar vetturi qodma fit-toroq ta' pajjiżna.", "Ħalli niġi issa għal punt ieħor.", "Filwaqt li fl-estimi li għandna quddiemna qed jingħad li matul din is- sena sar il-bdil tan-number plates kollha, qed jingħad ukoll li għas-sena d- dieħla minn dan l-item il-gvern se jdaħħal ¥175,000.", "Issa jekk biex wieħed ibiddel in-number plates jibda jeħel Lm20 u mhux ¥5, jiena naħseb li hawnhekk hawn daqsxejn ta' kontradizzjoni għax allura wieħed ikun jaqbillu li jkollu number plates personalizzati peress li t-tariffa se tibqa' Lm30.", "Mr Chairman, irrid nagħmel riferenza wkoll għal żieda oħra ferm importanti li nixtieq ngħaqqadha mal-white paper li ħarġet iktar kmieni din is-sena dwar l-introduzzjoni għall-eżami tal-vetturi.", "Paragrafu 17 ta' din il-white paper jitkellem fuq il-benefiċċji li se joħorġu minn din is- sistema tat-testijiet tal-vetturi, u jgħid:", "\"Bħalissa 10% ta' l-inċidenti tat-traffiku huma kkawżati minn kondizzjoni ħażina tal-vetturi.", "GĦalhekk fil-futur ikun hemm inqas pressjoni minn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni biex jgħollu l- premiums.\".", "Meta din il-white paper ħarġet f'Settembru, fhimt li se jkun hemm xi tip ta' benefiċċju anke f'dan ir-rigward.", "Imma mbagħad f'paġna 89 tad-diskors tal-budget insibu li se jkun hemm żieda fil-boll fuq ħruġ u tiġdid ta' poloz ta' assigurazzjoni.", "Ta' min jgħid li dan it-tibdil m'huwiex riżultat tal-pressjoni ta' l-aġenziji ta' l-assigurazzjoni imma hija żieda mposta mill-Gvern Laburista li, kif qalilna l-Ministru tal-Finanzi stess, se tħallilu dħul ta' aktar minn ¥3 miljun.", "Il-Gvern qed jgħidilna li b'effett mill-1 ta' Jannar, 1988 il-boll fuq ħruġ jew tiġdid ta' poloz ta' assigurazzjoni li ma jkunux assigurazzjoni fuq il-ħajja, se jsir 10% tal- premium jew ¥5, liema minnhom tkun l-ogħla.", "Hemm ukoll 3% tal-premium annwali f'kull assigurazzjoni ta' xorta oħra sakemm dan il-persentaġġ ma jiġix inqas minn ¥1 u ¥1 oħra għal kull polza ta' assigurazzjoni.", "Dawn il- miżuri kollha li semmejt ifissru li l-Gvern se jkollu żieda ta' ¥8.5 miljun u dan kollu se jħalli effett fuq kull wieħed u waħda minna.", "Tajjeb wieħed jgħid li kull persuna f'Malta li għandha iktar minn 18-il sena se tikkontribwixxi Lm35 fis-sena għall-Kaxxa ta' Malta minn dawn iż-żewġ taxxi ġodda.", "Dan ifisser li kull familja se tikkontribwixxi almenu Lm70 fis- sena, żieda qawwija li żgur ma tirriflettix ruħha fiż-żidiet li hemm maħsuba għall-għoli tal-ħajja, għaliex mill-Lm75 żieda għall-għoli tal- ħajja rridu nwarrbu Lm70 għal dawn iż-żewġ taxxi biss.", "Dan huwa punt li kull wieħed minna jrid jifhmu għaliex, kuntrarjament għall-impressjoni li kienet tingħata fis-snin l-imgħoddija, din hija żieda li se jkollna nħallsu aħna wkoll.", "Sur President, taħt dan il-ministeru għandna l-Public Transport Authority u l-Malta Maritime Authority, żewġ awtoritajiet li għandhom vot separat għalihom.", "Nibda l-ewwel mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u nagħmel riferenza għal dak li qal il-Ministru ftit tax-xhur ilu meta konna qegħdin niddiskutu l-budget għal din is-sena.", "Nafu li fil-pajjiż kellna - u f'ċertu sens għad għandna - l-kontroversja dwar jekk il-karozzi tal-linja l-ġodda għandhomx ikunu low-floor jew super low-floor u dwar jekk u meta se jkollna dawn il-vetturi l-ġodda.", "Dakinhar il-Ministru Debono Grech kien qal hekk:", "\"Nifhem li għandhom biċċa xogħol iebsa l-membri ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku iżda għalkemm ivvotajna Lm100,000 biss, il- karozzi tal-linja l-ġodda ġew.\"", "Naturalment il-Ministru qal dan id-diskors wara li dik il-ġimgħa stess - jew il-ġimgħa ta' qabel ma ġejna niddiskutu hawnhekk - kien mar jinawgura waħda mill-ħames low-floor buses li laħqu waslu Malta li, bir-rispett kollu lejn ic-Chairman preżenti u lejn il-membri ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku, dan kien riżultat tax-xogħol li kien sar mill-bord preċedenti ta' l-istess awtorita'.", "Imma dakinhar il-Ministru Debono Grech qalilna:", "\"Kien ilhom ħames snin biex jiġu l-karozzi l-ġodda!", "Issa fil-fatt dawn il-vetturi ġew.''", "Mr Chairman, naħseb li l-Ministru u l-poplu bħali jafu li dawk kienu l- ewwel u l-aħħar ħames low-floor buses li ġew f'pajjiżna għaliex minn Marzu sal-lum ma ġiet l-ebda vettura oħra.", "Qed ngħid hekk għax jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-budget għas-sena d-dieħla mill-ewwel jifhem li donnu li ttieħdet id-deċiżjoni li din ċ-changeover minn vetturi qodma għal vetturi ġodda mhijiex se titkompla għaliex m'hemm lanqas lira waħda vvotata f'dan ir-rigward.", "Għalhekk jien nistieden lill-Gvern biex jgħid x'inhi l- pożizzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ħalli l-pubbliku in ġenerali, u b'mod partikolari dawk il-147 sid ta' vetturi li kienu waslu fi ftehim ma' l-istess awtorita', ikunu jafu x'passi jistgħu jieħdu fil- konfront tagħha.", "Mr Chairman, ippermettili nsemmi punti oħrajn li hemm f'dan il-budget fir-rigward ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Per eżempju, kulmin qiegħed fuq l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jaf li bis-somma vvotata għal bus shelters u bus stops - li minn Lm100,000 niżlet għal Lm30,000 - ma tista' tagħmel xejn u b'somma daqshekk miżera ma tista' tagħmel l-ebda tibdil sostanzjali.", "Jien niddubita kemm dan il-vot se jservi biex jiġu replaced il-bus shelters li nqalgħu fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u dawk l-inħawi!", "Infakkar ukoll li ftit tax-xhur ilu l-Ministru qalilna li l-Gvern ta' qabel ma kienx ta kas biex jagħmel bus terminus ġdid f'Buġibba u lanqas kien ta kas li jkun hemm bus terminus aħjar fil-Belt.", "Fir-rapport tal- Public Transport Authority insibu riferenza għall-bżonn li mhux biss jinbnew jew jiġu rranġati dawn it-tnejn imma li jkun hemm bus terminus ieħor fiż-Żurrieq.", "Imma fl-estimi tas-sena d-dieħla nsibu li l-vot għall- bus terminus ta' Buġibba minn Lm100,000 naqas għal Lm50,000.", "Naturalment dan ifisser li s-sena d-dieħla se jerġa' ma jsir xejn bħalma ġara din is- sena.", "Niftakar wkoll lill-Ministru jitkaża bil-computer network u bl- information system, u biex jiġbed is-saqajn qalilna li bil-Partit Nazzjonalista fil-gvern konna se naslu biex wieħed kulma jrid huwa li jaqbad it-telephone u f'kemm ili ngħidlek jgħidulu is-servizz tal-karozzi tal-linja għat-tali destinazzjoni fejn se jkun, kif se jkun u xi frekwenza għandu.", "Issa hawnhekk ukoll qegħdin fis-sitwazzjoni li l-Gvern qed jistma li minflok il-Lm100,000 li kellna għal din is-sena, għas-sena d-dieħla se jonfoq biss madwar Lm10,000.", "Ilkoll naqblu li b'dan il-vot ċertament ma nistgħux naslu li jkollna xi bidla fil-communication system f'dan is- settur.", "Hawnhekk il-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant qed jittratta l-problema tat-trasport pubbliku b'mod mill-iktar superfiċjali u mhux qed isib soluzzjoni għad-diffikultajiet li ż-żewġ naħat jaqblu li hemm f'dan is- settur.", "Bil-miżuri li qegħdin jitħabbru għas-sena li ġejja m'aħniex se naslu biex insolvu d-diffikultajiet li għandna.", "Sur President, sena ilu l-Ministru tkellem dwar il-Malta Maritime Authority b'mod li din qisha xi awtorita' f'tarf ta' diżastru, li mhux biss ma tirrendix fondi għall-Kaxxa ta' Malta imma waslet biex tkun dipendenti fuqha.", "Fil-fatt matul is-sena li qegħdin fiha l-Awtorita' Marittima pprovdiet lill-Erarju aktar minn Lm1.5 miljun u huwa stmat li għas-sena li ġejja id-dħul ta' l-awtorita' se jkun ta' Lm1.9 miljun.", "Żgur li din m'hijiex qagħda ta' awtorita' marida li għandha l-problemi li tkellem dwarhom il-Ministru ftit tax-xhur ilu.", "Sur President, anke meta sitt xhur ilu tkellem dwar il-Malta International Airport, il-Ministru Debono Grech kien qalilna li din ukoll hija waħda minn dawk il-kumpanniji li tinsab f'xifer l-irdum u li ma kenitx il-bogħod minn stat ta' diżastru.", "Il-Ministru semma' ħafna problemi li suppost kellha l-MIA u jien niskanta kif minn dakinhar sal-lum - forsi issa qegħdin isiru l-mirakli wkoll! - qegħdin ngħidu li l-MIA mhux biss ibbilanċjat il-kotba tagħha talli qed tagħmel il-qligħ u saħansitra għandha l-permessi neċessarji biex fl-inħawi ta' l-airport tibni lukanda, shopping centre, conference centre u tirranġa l-ġnien li hemm fl-inħawi.", "Nafu wkoll li l-MIA hija waħda mill-kumpanniji li matul is-sena d-dieħla 40% minnha se tingħata f'idejn il-privat.", "Żgur li l-fatt li l-Gvern Laburista ddeċieda li l-MIA tkun waħda mill-kumpanniji li se jiġu pprivatizzati hija xiehda ta' l-inkorettezza ta' dak li kien iddikjara l- Ministru iktar kmieni din is-sena.", "Huwa fatt li minkejja d-difetti tagħha u d-diffikultajiet li tiltaqa' magħhom kuljum, l-MIA hija waħda mill- kumpanniji li rrendiet il-flus u l-Gvern tant huwa konxju minn dan li llum qed jgħid li se jipprivatizzaha u jbigħ 40% minnha.", "Hawn tqum id-domanda ta' jekk l-MIA hijiex se tiġi pprivatizzata qabel jew wara li jsir dak l- iżvilupp li aċċennajt għalih aktar kmieni, jiġifieri fil-bini ta' lukanda, f'conference centre u f'shopping centre.", "Sur President, ħaġa oħra li rrid ngħid hija li nixtieq li l-Ministru jispjega l-fatt li minkejja li fid-diskors tal-budget għandna li fl-1997 saret nefqa ta' Lm1.2 miljun biex jitħallas dejn magħmul minn Posta Ltd., din is-somma ta' flus ma tidher assolutament imkien u ma nafux fejn ġew ivvotati.", "Hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni wkoll biex illum, ftit ġimgħat qabel id-deadline, nistaqsi lill-Ministru x'se jsir mill-impjieg ta' dawk id-900 ħaddiem - dan in-numru huwa pjuttost sostanzjali - li daħlu jaħdmu ma' Posta Ltd.", "Il-Ministru qalilna iktar minn darba li l-Gvern jiggarantixxi li l-ħaddiema m'huma se jitilfu xejn mid-drittijiet tagħhom u mill-collective agreements li kellhom pero' minkejja dan dawn id-900 ħaddiem ġustament qed jistaqsu x'se jiġri minnhom.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li l-Gvern qed ibassar li matul is- sena d-dieħla se jdaħħal Lm4 miljun mill-air navigation charges.", "Issa hawn ikun xieraq jekk wieħed ifakkar li meta l-Partit Laburista kien qiegħed fl- Oppożizzjoni, il-Laburisti tant ma kenux jaqblu li Malta tidħol f'arranġament biex tibda żżomm ir-route air navigation charges li meta din l-issue kienet ġiet diskussa f'dan il-Parlament mhux biss kienu vvotaw kontrieha iżda kienu anke sejħu division dwarha.", "Naturalment il-Gvern preċedenti kien ippropona li jsir dan l-agreement minħabba li kien qed iħares lejn il-futur ta' pajjiżna b'mod konkret.", "Sur President, jien ninsab persważ li min qed jismagħna bħalissa qed jistaqsi lilu nnifsu: Lili kif se jolqotni dan il-budget, b'mod partikolari f'dawk li huma ż-żidiet fil-liċenzji li jinġabru minn dan il- ministeru?", "Jien konvint li jekk wieħed jara l-miżuri kollha li hemm marbuta ma' dan il-ministeru jasal għall-konklużjoni li dan il-budget mhux se jgħinu jimxi 'l quddiem anzi se jikkastigah u jintaxxah iktar permezz ta' taxxi addizzjonali u taxxi ġodda.", "Illum kull Malti se jkollu jibda jikkontribwixxi iktar għall-Kaxxa ta' Malta għax il-Gvern iddeċieda li jimponi fuq kull wieħed u waħda minna diversi ħlasijiet li se nbatu minnhom ilkoll.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Issa ntemm il-ħin disponibbli għall- Oppożizzjoni u beda l-ħin disponibbli għall-Gvern.", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Sur President, dan is-suġġett li qed nitkellmu dwaru llum huwa vast ħafna pero' jien se nitkellem fil-qosor fuq punt li diġa' semmejt u li s'issa dwaru ma kelli risposta mingħand ħadd.", "Kif għidt ftit ilu, huwa fatt li f'Malta għandna wisq karozzi.", "Fil-fatt naħseb li ftit huma dawk il-pajjiżi fid-dinja fejn familja għandha xi tnejn, tlieta u f'ċerti każi anke erba' karozzi.", "Terġa' minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna aħna għandna limitu ta' kemm nistgħu nagħmlu t-toroq wesgħin, imma madanakollu d-distanzi li għandna f'Malta m'humiex tant kbar u min hu b'saħħtu - hawn jien m'inix qed nirriferi għal persuni b'diżabilita', għal min għandu l-eta' tiegħi jew inkella għat-tfal - jista' jmur minn post għall-ieħor bil-mixi.", "Fil-fatt m'hijiex xi ħaġa kbira li wieħed jimxi t- tul ta' Malta kollha f'ġurnata waħda u m'hemmx distanzi twal biex in-nies imorru għax-xogħol jew jagħmlu xi qadi.", "Wieħed jiskanta meta jara kemm pajjiżi żviluppati jonfqu flus fuq it-trasport kull sena u t-tbatija li jgħaddu minnha kuljum in-nies li jgħixu f'dawn il-pajjiżi biex imorru għax- xogħol jew biex jagħmlu xi qadja.", "Jien għamilt żmien ngħix f'Londra u waħda mid-dwejjaq tiegħi dejjem kienet li jekk kif nasal fil-flat, li kien fuq nett, ninsa nixtri kaxxa sulfarini - dak iż-żmien jien kont inħobb inpejjep ħafna l-pipa - kont nieħu mill-inqas tliet kwarti biex noħroġ mill-blokk fejn kont noqgħod u nerġa' mmur lura fil-flat.", "GĦalhekk f'dak iż-żmien li kont l-Ingilterra jien kont nippreferi noqgħod ġo xi raħal żgħir u kienet il-qatla tiegħi meta kien ikolli ngħix fi flat ġo Londra għal żmien qasir minħabba x-xogħol li kelli.", "Fil-fatt l-iktar nies għonja ta' dan il-pajjiż kienu jippreferu jgħixu f'ambjent nadif ġo xi raħal jew belt żgħira pero' biex imorru u jiġu mix-xogħol dawn kienu jdumu mill-inqas siegħa u nofs - xi wħud minnhom kienu jdumu anke erba' sigħat - u minn dan il-lat wieħed jibda jinduna li aħna l-Maltin għandna privileġġ fuq ħaddieħor.", "Sur President, għalhekk jien ngħid: F'Malta għalfejn għandna dawn il-karozzi kollha?", "Jien naf li hemm min joħroġ il-karozza tiegħu nhar ta' Ħadd biss.", "Fil- fatt jien lil dawn in-nies insejħilhom Sunday drivers, u terġa' ħafna minnhom lanqas il-Ħadd ma joħorġuha jekk tkun ix-xita għax jekk ma jkunx bnazzi n-nies ma jkunux jistgħu japprezzaw il-karozza tagħhom biżżejjed!", "Dawn x'jimportahom li l-Ħadd ikun hemm ħafna traffiku!", "Imbasta jkunu qegħdin ġol-car!", "Veru li kulħadd għandu xi delizzju, pero' dawn għandhom iħallsu tiegħu.", "Jien għidt li kont inpejjep il-pipa fi żmien il-gwerra u fil-fatt tgħidx kemm kien jogħla t-tabakk kull sena!", "Kull min għandu xi delizzju jrid iħallas tiegħu.", "Per eżempju, jekk tkun student u tippretendi li jkollok karozza trid tara minn fejn se ġġib dawn il-flus; jew jagħtihomlok missierek jew tara minn fejn iġġibhom.", "Dawn huma kapriċċi kbar u la huma sbieħ għal pajjiżna u lanqas għal min hu f'saħħtu għax m'huwiex healthy li biex wieħed imur xi 50 jarda bogħod joqgħod imur bil- karozza.", "Jien għandi ġirien li biex imorru sal-knisja jew biex imorru sas- supermarket saħansitra joqogħdu jmorru bil-karozza, anke meta jkun temp sabiħ.", "Imbagħad għalfejn?", "Biex wara li jaslu lura d-dar ma jkollhom xejn x'jagħmlu ħlief li joqgħodu jaraw it-television.", "Allura jien kont naħseb li fost affarijiet oħra l-Gvern tal-ħaddiema - jew taċ-ċittadin - kien se jeżamina ...", "Issa meta tgħid ''ħaddiema'' tkun qed tiddistingwi bejn ħaddiem u min iħaddem imma meta tgħid ''ċittadin'' m'hemmx din id-distinzjoni għax tkun qed tirriferi kemm għall-ħaddiem kif ukoll għal min iħaddem.", "U hawn hu l- iżball.", "Jien dejjem nirriferi għall-partit tagħna bħala partit tal- ħaddiema u mhux bħala partit taċ-ċittadin għax suppost il-konvinzjoni tagħna hi li nipproteġu lill-ħaddiema.", "Aħna nemmnu wkoll li biex tipproteġi lill-ħaddiem trid tipproteġi lil kulħadd għax għada l-ħaddiem jista' jsir employer.", "Imma l-ewwel li rridu nipproteġu huwa lill-ħaddiem għax huwa l-pedament ta' kollox.", "Naturalment jekk il-pedament ikun maħsus, ta' fuqu wkoll se jkun maħsus.", "Għalhekk jien ma neħux pjaċir jekk nibdew nirriferu għall-partit tagħna bħala ''partit taċ-ċittadin'' u mhux bħala \"partit tal-ħaddiema\".", "Jien m'iniex qed ngħid li lill-partit tagħna qed insejħulu ''partit taċ-ċittadin'' imma ma naħsibx li qegħdin 'il bogħod wisq milli nibdew insejħulu b'dan il-mod!", "Sur President, jien qajjimt il-kwestjoni tal-ħafna karozzi li hawn fit- toroq tagħna għal diversi raġunijiet, fosthom għax nemmen li min għandu iktar minn karozza waħda għandha togħlielu r-road tax.", "B'hekk għalkemm ikun hawn min jagħżel li jibqa' jżomm iktar minn karozza waħda, ikun hawn min ma jkunx jiflaħ għal dawn l-ispejjeż u jiddeċiedi li jew jibda jimxi iktar - ħalli jkollu ċans jitpaxxa bil-ġmiel tan-natura - jew inkella jagħmel użu mit-trasport pubbliku.", "Issa biex forsi n-nies jibdew jużaw iktar it-trasport pubbliku minflok il-karozzi tagħhom hemm bżonn li jsir eżerċizzju biex tiddaħħal sistema iktar komda għan-nies - anke għal dawk li huma able-bodied - billi jiġu ntrodotti aktar rotot diretti għal ċerti postijiet.", "B'hekk jekk wieħed ikun mar f'xi post b'tal-linja u, ngħidu aħna, jinqabad fix-xita, ikun jista' jasal id-dar b'iktar kumdita'.", "Jien nemmen li jekk irridu verament li mit-toroq tagħna jonqos in-numru ta' vetturi jeħtieġ li ntejbu t-trasport pubbliku.", "Kull darba li l-gvern għolla l-prezz tas-sigaretti dejjem daħħal iktar; u l-istess jiġri jekk jgħolli r-road tax, għalkemm forsi ma jdaħħalx daqskemm ibassar.", "Jekk il- gvern jgħolli r-road tax u l-poplu jibda jiġi nkoraġġit juża t-trasport pubbliku, in-numru ta' karozzi fit-toroq tagħna żgur li se jonqos.", "Imma rridu naraw li tiżdied il-kumdita' taċ-ċittadin.", "Jekk jonqos it-traffiku f'pajjiżna jibbenefika minnu kulħadd u mhux il-ħaddiem biss.", "Ma nafx għaliex li donnu li llum min juża l-karozza tiegħu jaqa' fil-klassi tal- barunijiet.", "Naturalment il-baruni huwa ċittadin ukoll imma jaqa' fil- klassi tal-barunijiet!", "Qed ngħid dan għax illum qisna għax qed nużaw il- kelma ''ċittadin'' qed nagħmlu xi ħaġa moderna.", "Fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża, peress li fil-pajjiż mhux kulħadd kien trattat l-istess kostituzzjonalment, is-citoyen kien jintgħaraf għax ma kienx jilbes qalziet imma kien jilbes bluża, jiġifieri kien ikun san culotte, filwaqt li s-sinjur kien jilbes il-qalziet.", "Dak iż-żmien kienet issir din id-distinzjoni u lis-sinjur Allaħares kont tindirizzah bħala \"ċittadin\" u mhux bħala \"nobbli\".", "Pero' llum dak iż-żmien spiċċa.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif illum, għax qed nużaw il-kelma ''ċittadin'', qisna qed nuru kemm aħna moderni u li vvintajna xi kelma ġdida.", "Ir-realta' hi li ma vvintajna assolutament xejn imma erġajna morna lura fl-istorja.", "Hawn min jaħseb li bil-kelma \"ċittadin\" tkun qed teskludi lill-baruni u tinkludi lill-ħaddiem imma fil-fatt dan m'hu veru xejn.", "Dan qed nagħmluh biex infixklu u nħawdu l-imħuħ.", "Jien qed ngħid dan għax dawn l-affarijiet għandhom ħafna importanza meta tkun qed tara kif tgħin lill- ħaddiem.", "Kif kont qed ngħid, jekk jirnexxielna nnaqqsu n-numru ta' karozzi f'pajjiżna s-sistema tat-trasport pubbliku għandha tiġi rranġata lokalita' b'lokalita'.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li rridu nipprovdu t- trasport pubbliku anke għal min imur jonsob f'Binġemma, għax daqskemm jinsabu fi stat ħażin it-toroq li jwassluk għal dan il-post kważi lanqas bil-karozza tiegħek ma tkun tista' tgħaddi minnhom, aħseb u ara kemm se jgħaddi minnhom it-trasport pubbliku!", "Jien qed ngħid biss li t-trasport pubbliku f'Malta għandu jiġi rranġat u għandha tiġi mħaddma l-istess sistema li hemm fl-Italja.", "Per eżempju, f'Ruma kien hemm perijodu fejn in-nies li kienu jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku ma kienu jħallsu xejn.", "Min-naħa l-oħra f'Londra jekk tuża t-trasport pubbliku darba, bħalma jagħmel il-baruni ...", "S'intendi l-baruni s-soltu jkollu l-karozza tiegħu, pero' jekk xi darba ma jiġux għalih dan ikollu jneħħi t-tomna u juża t- trasport pubbliku.", "Madanakollu f'Londra jekk tuża t-trasport pubbliku darba jkollok tħallas daqs li kieku se tuża t-trasport pubbliku għaxar darbiet.", "Naturalment jiġi mħaddem dan il-metodu sabiex il-ħaddiem jitħajjar juża t-trasport pubbliku biex imur għax-xogħol għax b'hekk ikun qed jiffranka l-flus.", "Sur President, jien naħseb li tkellimt ċar biżżejjed dwar x'jista' isir.", "Naturalment setgħu saru iktar affarijiet minn dawk li semmejt jien biex liż-żgħir ma konniex ngħollulu r-rati ta' l-elettriku u ta' l-ilma u biex neżentawh milli jħallas it-taxxa jew biex it-taxxa tad-drenaġġ ma tikbirx iktar ma taqbdu l-gargarella.", "Għax issa x'se jiġri?", "Minħabba li meta taqbdu l-gargarella jkun irid jinħasel iktar spiss, naturalment il-kont ta' l-ilma iktar se jitlagħlu.", "Allura din tista' tibda tissejjaħ bħala t- taxxa tal-gargarella!", "Kieku f'pajjiżna kellna r-rates, bħalma għandhom f'pajjiżi oħra, fejn il-membri tal-kunsilli lokali jmorru jħabbtu bieb bieb għand in-nies u jekk ikollok dar sabiħa ...", "Issa jien m'iniex qed ngħid dan biex indaħħlu r-rates f'pajjiżna - din irrid nagħmilha ċara li ma jmurx ikun hawn min ma jifhimnix - imma ġaladarba issa għandna l-kunsilli lokali, hemm bżonn li dawn jagħmlu xi ħaġa biex jgħinu lill-gvern idaħħal il-flus.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li jistgħu jagħmlu l-kunsilli lokali hija li jiġbru l-income tax li mhux qed jiġbor il-gvern ċentrali u, skond kemm jirnexxielhom jiġbru income tax mingħand il-poplu ...", "Issa dan hu suġġeriment tiegħi imma jien naħseb li jistgħu joħorġu iktar ideat ġodda daqskemm hawn nies moderni b'moħħhom miftuħ, kollhom kotba u calculators!", "Madanakollu jien naħseb li dan li se ngħid jien ma nduna bih ħadd.", "Fl- opinjoni tiegħi, għandna naraw jekk huwiex tajjeb li nkomplu nħallsu lill- kunsilli lokali.", "Donnu li dawn qegħdin hemmhekk biex kulħadd jgħaddi ż- żmien bihom għax dawn m'huma qed jikkmandaw xejn imma l-gvern ċentrali baqa' jikkmanda.", "Jien qatt ma qbilt li nagħmlu affarijiet finta, imma lill- kunsilli lokali donnu kulħadd iridhom u kulħadd qed jiġġieled biex ikun membru fihom, minkejja li kulħadd jaf li l-kunsilli lokali la huma responsabbli minn kif iġibu l-flus u lanqas minn kif se jonfqu l-flus.", "Jekk kunsill lokali jieħu xi deċiżjoni malajr iddur fuqu l-Planning Authority u toqgħod tiddettalu x'għandu jagħmel u ma jagħmilx.", "Insomma l- kunsill lokali huwa marbut b'mod li jien naħseb li lanqas \"il-marbut'' li jkun hemm fil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira ma jkun marbut daqshekk!", "Sur President, jien jidhirli li dawn il-problemi mhux se ssolvihom billi tbeżża' lil xi membru parlamentari bid-dixxiplina jew billi theddu li jista' jeħel sa Lm2,000!", "Dawn il-problemi lanqas se ssolvihom billi minflok ma tiftaħ diskussjonijiet tgħajjat konferenza ġenerali u toqgħod tgħid: Issa ħadd m'hu se jeħodli posti!", "Jew billi toqgħod tgħid: Jekk jiġi xi ħadd biex jeħodli posti jaqa' l-Gvern u għaldaqstant nitlob vot ta' fiduċja!", "L-affarijiet ma ssollvihomx b'dan il-mod imma ssolvihom bis-serjeta`.", "U għalhekk minflok li l-ministri jiftehmu bejniethom biex ħadd ma jirrispondini, aħjar jiftehemu x'se jgħidu biex ma joħorġux ta' ħmir quddiem il-poplu!", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Anġlu Farrugia): Grazzi.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: L-ewwelnett nixtieq nirreaġġixxi għall- kummenti li għamel l-Onor.", "Ċensu Galea fuq it-trasport pubbliku.", "L-Onor.", "Membru qal li ma sar kważi xejn meta dan il-budget ikompli jindika li hemm toroq li rridu ngħaddu minnhom u hemm toroq li diġa' għaddejna minnhom fejn kellna ċerti riżultati.", "Nixtieq insemmi, per eżempju, il-ftehim bejn is-sidien tal-coaches u l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku għar- rigward ta' Għawdex, li l-Onor.", "Tabone ma semma xejn dwaru meta tkellem fuq it-trasport.", "Kien hemm pressjoni minn tour operators biex dan il-qasam ikun jista' jitjieb b'riħet turiżmu aħjar f'GĦawdex.", "Bis-saħħa ta' dan il-ftehim kull sid seta' jkollu airconditioned coach li tkun ilha taħdem anqas minn għaxar snin.", "Allura m'huwiex żvilupp il-fatt li f'ħames xhur 28 sid diġa` daħħlu coach ġdida?", "Kif tista' temmen dak li tgħid l-Oppożizzjoni Nazzjonalista meta taf li dan is-servizz qiegħed jissokta u jgħin fejn jidħol il-bini tal-karozzi?", "Illum il-Gvern qed jesiġi li qabel karozza toħroġ fit-triq trid tkun iċċertifikata minn konsulenti tekniċi.", "La qegħdin nitkellmu dwar l-industrija tal-bini tal-karozzi tajjeb li lil min qiegħed jgħid li ma sar xejn f'dan il-qasam ngħidulu li aħna nemmnu li hemm bżonn inħajru kumpanniji barranin biex jidħlu f'joint ventures mal-Maltin.", "Taħt it-tmexxija tas-Sur Reno Calleja u anke bil-koperazzjoni tal-Ministru Debono Grech, dawn l-affarijiet qegħdin jiġu studjati.", "Sar ukoll żvilupp dwar il-kwestjoni tat-taxi drivers.", "Fl-ajruport twaqqaf uffiċċju ħalli min ikun irid is-servizz ta' taxi jmur iħallas hemm u b'hekk innaqqsu l-abbużi.", "Issa jiġu l-membri ta' l-Oppożizzjoni u jgħidulna li din m'hijiex ħaġa tajba!", "Mr Chairman, ejja naraw fejn hi verament is-serjeta' u ejja naraw aħniex qed nimxu fl-aħjar triq li għandna quddiemna f'dan is-settur.", "Per eżempju, fil-każ tat-trasport pubbliku nistgħu ngħidu li saret rotta diretta mill-Belt għal Wied iż-Żurrieq u tal-linja komplew faru bix-xogħol.", "U għal min qal li aħna ma nistmawx lill-istudenti ta' l-Universita', jien ngħidlu li fil-fatt aħna għamilna servizz dirett mill-Belt u minn ħafna bliet oħra għal Tal-Qroqq.", "Anke lill-Onor.", "Richard Muscat, li ħareġ jgħidilna li għaż-żgħażagħ m'aħna nagħmlu xejn fejn jidħol it-trasport pubbliku, sewwa għamel l-Onor.", "Cilia li fakkru fl-introduzzjoni ta' night bus service għal Paceville.", "Huwa importanti ngħidu wkoll - hawnhekk niġbed l-attenzjoni partikolarment ta' l-Onor.", "Joe Cassar - li għall-ewwel darba twaqqfet koperattiva tal-coaches.", "U dawn qed jgħidulna li ma sar xejn minn Gvern Soċjalista!", "GĦamilna dawn l-affarijiet, minkejja li aħna writna sitwazzjoni finanzjarja ħażina.", "Huma kellhom Lm1 miljun ivvotati u ma nefquhomx.", "Allura kif jistgħu jgħidu li fil-verita` aħna ma nafux fejn sejrin!", "Il-ħabib tiegħi - u ħabib tiegħi veru - l-Onor.", "Claude Muscat qal li m'hemm xejn ġdid.", "Allura l-provi tas-sistema l-ġdida tar-radar ta' l- avjazzjoni ċivili x'inhuma?", "L-istallazzjoni tas-sistema tal-gwida tat- taxiway fuq park numru 9 mhijiex ħaġa ġdida?", "It-tiswijiet strutturali kif ukoll xogħol ta' kostruzzjoni fil-fire station, fl-uffiċini u fil-wiċċ tal- park numru 8 mhumiex xogħlijiet ġodda?", "Ejja nitkellmu ċar u nsemmu l- affarijiet li saru.", "M'għandix ħin biex insemmi kollox imma l-Gvern għandu affarijiet ippjanati u diġa` qed jaħdem.", "Qed jgħidulna li m'hemm xejn ġdid f'dan il-budget meta qegħdin nivvotaw il-flus.", "Mhux il-Gvern Soċjalista xtara żewġ apron sweepers?", "Mela ejja ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Mr Chairman, jekk hemm xi ħaġa li ħarġet f'dan il-budget hija s-serjeta`.", "Nafu li l-Fond Monetarju Internazzjonali kien wissa' lill-Gvern preċedenti imma l-Onor.", "John Dalli lill-pubbliku Malti ma kienx għarrfu bis- sitwazzjoni kerha li konna qegħdin fiha.", "Issa b'reazzjoni għal dak li qalu huma fuq dan id-dipartiment, aħna qegħdin ngħidulhom l-affarijiet li għamilna, mhux biex jgħidulna prosit imma biex jiġġudika l-poplu.", "Naħseb li quddiem il-verita` l-poplu m'għandux triq oħra ħlief li jgħid li l- affarijiet għamilniehom nonostante li writna sitwazzjoni mwiegħra mill- Gvern ta' qabel.", "Hemm affarijiet oħra li rridu nitkellmu dwarhom bħal, ngħidu aħna, il-Malta International Airport Co Ltd u l-Maritime Authority.", "Bħalissa l-Gvern qiegħed jaħdem biex l-MIA tiġi parzjalment privatizzata.", "Il-gvern se jżomm il-maġġoranza ta' l-ishma u b'dan il-proċess ukoll se titkabbar l-għażla tal-portafoll li joffri l-iStock Exchange.", "Fl-istess ħin ukoll xi wħud mit-toqob finanzjarji li ħalla warajh il-Partit Nazzjonalista sejrin jimtlew.", "Allura ħażin dan li qegħdin nagħmlu hawn?", "Hawn xi ħadd li jista' jlum lill-Partit Laburista fuq dawn l-affarijiet?", "L- MIA topera taħt regoli stabiliti fejn jidħlu affarijiet ta' avjazzjoni.", "Dan il-proġett jagħti spinta biex l-iżvilupp kummerċjali ta' l- operazzjonijiet ikomplu għaddejjin.", "Diġa' nafu li l-Awtorita` ta' l- Ippjanar approvat fil-prinċipju l-master plan ta' l-iżvilupp ta' l-MIA.", "F'dan il-pjan hemm kostruzzjoni ta' lukanda, ċentru tax-xiri, sala tal- konferenzi, ġonna u faċilitajiet ta' divertiment.", "Dan kollu għamilnieh aħna.", "Hemm bżonn nimxu aktar 'il quddiem?", "Dażgur li rridu nimxu iktar 'il quddiem!", "M'hemmx dubju li l-Ministru se jieħu nota ta' dawn l-affarijiet li qegħdin ngħidu pero' ma rridux nippretendu li jagħtina r-risposti issa.", "Per eżempju, għandna nikkonsidraw li tiġi kkreata zona speċjali industrijali mingħajr dazju madwar l-ajruport?", "F'ajruport fir-Repubblika Irlandiża din għamlet suċċess.", "L-istess, il-konċett ta' hubbing, fil-forom varji tiegħu, għandu jiġi nkoraġġit?", "Wieħed forsi għandu jara jekk aħniex nagħmlu biżżejjed biex il-linji ta' l-ajru jibdew jużaw lil Malta minflok, ngħidu aħna, Ruma u Nairobi, li huma kompetituri tagħna wkoll f'dan il- qasam.", "Il-konċett tal-hubbing jista' jiġi applikat fil-każ ta' conference tourism, allavolja r-relazzjoni hawnhekk tkun daqsxejn vaga.", "Ma' dan il-qasam hemm relatat ukoll l-industrija ta' l-ortikoltura li tkabbar il-fjuri għall-export fejn il-fjuri jkunu jew ta' barra l-istaġun jew tat-tip early variety biex iħallu iżjed qligħ.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkollok ħafna forom oħra ta' żvilupp.", "Per eżempju, wieħed għandu jistaqsi jekk aħniex nagħmlu biżżejjed xogħol ta' tiswija ta' l-ajruplani f'Malta.", "Jiena anke nixtieq li wieħed jinkoraġġixxi l-idea tal-kustodja ta' l-ajruplani f'Malta filwaqt li s-sidien tagħhom ikunu minn barra l- pajjiż.", "Sur President, fil-ħin limitat li għandi se ngħid xi ħaġa fuq l- Awtorita` Marittima, li l-għanijiet tagħha huma deskritti ċari.", "Fost affarijiet oħra din trid tħares ir-regolamentazzjoni u l-kontroll ta' l-affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mat-tbaħħir merkantili u mal- yachting.", "Qegħdin naraw li jkun hemm l-emendi neċessarji relatati ma' l- Att dwar il-Bastimenti Merkantili ta' l-1973 biex jikkonformaw mal- konvenzjonijiet internazzjonali li diversi pajjiżi rratifikaw?", "Qegħdin nieħdu nota tagħhom biex aħna nimxu pari passu ma' l-iżvilupp f'dan il- qasam internazzjonali marittimu?", "Id-dinja internazzjonali marittima llum titkellem fuq aktar żvilupp fejn jidħlu pollution, contracts of freight, collisions at sea u safety measures.", "Fit-territorju tagħna u lil hinn mill- baħar tagħna għandu jkollna forom ta' protezzjoni.", "Jiena nemmen li l- Awtorita` Marittima qiegħda taħdem b'dehen u b'għaqal.", "Din is-sena l- awtorita` se tkompli miexja 'l quddiem u fost affarijiet oħra tajjeb li nitkellem ftit dwar xogħol li se tagħmel fuq il-breakwater tal-Belt.", "Tajjeb naraw li s-settur tat-tbaħħir merkantili jkompli jiżviluppa għax huwa wkoll sors ta' dħul barrani għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Allura dan jorbot ma' żvilupp aħjar ta' ekonomija aktar sostenibbli.", "Jiena naħseb li ħafna drabi s-servizz li jingħata lit-turisti Libjani fit- terminal tal-port m'huwiex denju ta' pajjiż u poplu modern.", "Uħud mill- impjegati hemmhekk ma jagħtu l-ebda konsiderazzjoni għad-diffikultajiet u l- problemi li jiffaċċjaw il-vjaġġaturi - din hija l-verita - minn meta jitilqu minn darhom fil-Libja sakemm jaslu Malta.", "Din il-problema qiegħda tiggrava ruħha minħabba ċirkostanzi fejn l-uffiċjali tas-sigurta` fit- terminal, l-impjegati mal-Group 4, huma ta' nazzjonalita` Ingliża jew iħaddnu simpatija lejn l-Ingliżi.", "Minħabba fi kwestjonijiet internazzjonali jrawmu xi ftit ta' preġudizzji - ejja ma ngħidux antipatija - lejn dawn in- nies.", "Jiena nemmen li hemm bżonn ta' xi forma ta' titjib fil-mod kif il- passiġġieri jiġu ttrattati u forsi wieħed jista' jissuġġerixxi li l- impjegati li jintbagħtu jaħdmu fit-terminal ikollhom kmand tajjeb tal- lingwa Għarbija u forsi ma jkunux psikoloġikament preġudikati kontra dawn in-nies.", "Naħseb li naqblu li hemm bżonn titjieb l-apparenza tat-terminal u jiżdied id-dawl ta' barra.", "In-naħa ta' barra tal-bini huwa mbajjad b'erba' kuluri koroh li jkerrħu l-ambjent ta' l-inħawi.", "Hemm bżonn ukoll li tiġi nstallata canopy barra l-bini sabiex min ikun qed jistenna barra, ħafna drabi għal ħin twil, ikollu fejn jistkenn mill-elementi naturali.", "Mix-Xatt sa Bieb il-Belt hemm distanza ta' bejn wieħed u ieħor 400 metru, li ħafna minnha hija telgħa, u m'hemm l-ebda rotta li tgħaddi mill-inħawi tat- terminal fuq bażi regolari.", "Jiena naħseb li l-ministeru għat-trasport u portijiet għandu jieħu l-inizjattiva li joffri dan is-servizz sabiex dawk it-turisti li jaslu Malta jsibuha iżjed faċli biex jaslu fiċ-ċentri tal- kummerċ, il-Belt Valletta.", "Trid issir aktar manutenzjoni fit-toroq ta' madwar it-terminal u trid tiżdied ukoll id-dixxiplina fit-traffiku li jgħaddi minn dawn it-toroq.", "Hemm bżonn li kull min jgħaddi minn hemm ma jibqax jimmaġina li jieħu sehem fil-Grand Prix ta' Monza!", "Fil-fatt ftit ta' żmien ilu mara weġġgħet serjament minħabba inċident f'dawn l-inħawi.", "Sur President, problema oħra li wkoll għandha tiġi ttrattata hija dik tal- porters.", "Jiena naħseb li għalkemm dawn huma mħallsin tajjeb mis-Sea Malta, l-azjenda marittima Libjana xorta waħda tħoss il-bżonn li tagħmel pressjoni fuq il-vjaġġaturi sabiex jagħtuhom it-tips.", "Dawn it-tips kultant jitilgħu anke għal Lm10 u jkun sew jekk nagħmlu superviżjoni u dixxiplina aktar stretta.", "Sur Presdient, huwa inutli li jiġu l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista u jgħidulna li f'dan il-qasam ma sar xejn.", "L-għanijiet tal-ministeru huma dawk ta' kontroll u tħaris tal-mod kif l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt dan il-qasam jitħaddmu b'effiċjenza.", "Hawn diversi organizzazzjonijiet u dipartimenti li nixtiequhom jimxu aktar 'il quddiem u huwa biss bil-ħidma assidwa tal-ħaddiema fid-dipartimenti li dan jista' jsir.", "Jien nawgura li s-sena li ġejja nerġgħu niġu hawn u ngħidu li mxejna 'l quddiem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, qgħadt nisma' bil-kalma kollha lill- kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra u smajt ħafna affarijiet li ma kontx nippretendi li se nismagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Ilni sena f'dan il- ministeru u naf x'taħwid sibt meta dħalt fih.", "Xtaqt li kieku minflok l- Onor. Ċensu Galea kien hawn l-ex-Ministru Frendo għax kont ngħidlu x'taħwid ħalla warajh.", "L-Onor.", "Frendo kien iħobb jistaħba wara ħaddieħor u jgħidilna li ma kien ikun informat b'xejn.", "Sibna taħwid sħiħ fejn jidħlu liċenzji, posta, vapuri t'Għawdex, Maritime Authority, l-air terminal u anke d-DCA.", "X'ma sibniex fit-Public Transport Authority u fit-traffic control board!", "Ic-Chairman il-ġdid tal-Public Transport Authority sab li l-passiġġieri li jużaw il-karozzi tal-linja kienu qegħdin jonqsu b'persentaġġ allarmanti, għalkemm il-Gvern preċedenti kien għamel agreement mas-sidien u wegħidhom li jekk ma jaqilgħux Lm1 miljun jagħtihom id-differenza!", "Jien qatt ma smajthom dawn l-affarijiet tad-daħk, qisek qed tgħid lil tal-ħanut li jekk ma jaqlax ċerta somma se tagħtih il-kumplament.", "Dan ifisser li jekk minflok Lm1 miljun jaqilgħu Lm0.5 miljun, id-differenza jrid joħroġha l- Gvern!", "B'daqshekk ma kienx tjieb it-trasport pubbliku.", "Irrid ngħid li kemm jien, kemm il-kollega tiegħi is-Sur Reno Calleja u anke l-membri tal- board, ħdimna bis-serjeta' u għalkemm ma nistax ngħid li lħaqna t-target tagħna mija fil-mija, bl-umilta' kollha nistgħu ngħidu li lħaqna 25% u nisperaw li s-sena li ġejja nkomplu nwettqu l-ħidma tagħna.", "Dan nistgħu nuruh bil-fatti għax, kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Schembri Adami, naqqasna ħafna traffiku minn Paceville bl-introduzzjoni tan-night bus li qed tmur f'ħafna rħula u għal min jgħix f'ċerti postijiet m'għadx hemm il- bżonn ta' bilfors li jmur Paceville bil-karozza tiegħu.", "GĦalhekk illum il- commuters żdiedu u għalkemm forsi ma żdiedux daqskemm xtaqna, bix-xogħol li qed jagħmel sieħbi Reno Calleja flimkien mal-bord naħseb li se naslu.", "Il-kelliema tan-naħa l-oħra qalu li għollejna l-liċenzji tat-traffiku.", "Jien lill-Onor.", "Ċensu Galea ngħidlu: Lil dak li jġib karozza minn barra li tiswa Lm40,000 jew Lm50,000, il-fatt li għollejna l-liċenzja se tagħmillu xi differenza?", "Hawn tant li jmorru jiftaħru li għandhom yacht jew speedboat u meta joħorġu bihom kull nhar ta' Ħadd jonfqu Lm50 petrol, allura għax għollejna t-taxxi jfisser li qed naħqru lill-ħaddiema!", "X'għamel id-dipartiment tal-liċenzji u testijiet?", "L-ewwelnett il-Gvern preċedenti kien qal li n-number plates iridu jinbidlu fi żmien sentejn u d- dipartiment tal-liċenzji dawn għamilhom fi żmien disa' xhur.", "Dan huwa record għax għalkemm għaġġlu kollox sar kif kellu jsir.", "Id-dipartiment tal- liċenzji u testijiet beda jibgħat l-avviż lil min kellu jmur iħallas u avżajna aktar minn darba li għal min ma jmurx iħallas sa l-aħħar ta' Ottubru in-number plates se jogħlew.", "Avżajna lin-nies bil-ħinijiet li fihom kellhom imorru jħallsu biex jingħataw in-number plates il-ġodda u issa min ma tax kas se jkollu jħallas Lm20.", "Id-dipartimenti tal-gvern ma jistgħux jibqgħu joħorġu l-flus biss.", "Kien hawn xi ħadd li qal: Għax kollox huwa soċjali!", "Allura biex nagħmlu l- affarijiet soċjali jfisser li għandna nħallu lill-gvern iħallas kollox hu u ħadd ma jagħtih xejn lura?", "Biex kulħadd ikun jaf xi jfisser il-bdil tal- pjanċi rrid ngħid li dan l-aħħar inbidlu 'l fuq minn 215,000 pjanċa u sibna karozzi li qatt ma kienu ġew reġistrati.", "Bix-xogħol li għamel id- dipartiment tal-liċenzji u testijiet lil dawn in-nies ġegħilnihom iħallsu u bdejna nġibuhom in order.", "Għad hawn min għadu ma ħallasx u għadna niġru wara dawk is-sidien tal-karozzi li għadhom ma ħallsux, għax dawn qed jisirqu lill-poplu.", "GĦalhekk qegħdin jogħlew l-affarijiet għax min hu fid- dover li jħallas m'huwiex qed iħallas.", "Hekk konna nimxu qabel.", "Hawn m'iniex nirreferi għad-direttur tal-liċenzji jew għall-ħaddiema għax dawn xogħolhom kienu jagħmluh, imma qed ngħid għal min ma kienx jagħti kas jekk sarux dawn il-ħlasijiet.", "Stampajna fuljett u bgħatnih lil kulħadd bi gwida tas-servizzi u t- tagħrif li joffri dan id-dipartiment.", "Id-dipartiment irranġa l-liċenzja għaċ-ċittadini Maltin u qed nagħtuha wkoll lil dawk il-barranin li jiġu Malta għal ċertu żmien u kif ukoll lil dawk li jkollhom work permit jew freedom of movement, ħaġa li qabel ma kellhomx.", "Qegħdin nagħmlu wkoll riforma fuq it-testijiet u flimkien mal-management efficiency unit u l- Uffiċċju tal-Prim Ministru qegħdin nistudjaw ir-rakkmandazzjonijiet li jsirulna sabiex inkomplu nwettqu dan il-pjan.", "Qegħdin nintroduċu għall- ewwel darba liċenzja li titwaħħal mal-windscreen li ma titqattax, għax issa qegħdin nintroduċu sistema li taħdem b'mod li min ikollu xi erba' karozzi ma jkunx jista' jħallas liċenzja waħda u jużaha għal iktar minn karozza waħda, kif kien isir qabel.", "B'hekk dan l-abbuż se jispiċċa.", "F'din il-Kamra xi ħadd qal li l-ispiża li nfaqna biex bdilna l-pjanċi kienet ta' Lm910,000.", "Dan l-eżerċizzju kien stmat li se jiswa Lm890,000 imma fil-fatt kellhom iżidu Lm20,000 oħra u għalhekk għollejna l-prezz tal- pjanċi.", "'Il quddiem se jkollna aktar ħin għad-diskussjoni fuq il-qasam tat- trasport u kont nippretendi li l-Onor.", "Tabone kellu jkun preżenti għax ftit ilu lmenta li m'hawnx ħin għad-diskussjoni fuq it-trasport bejn Malta u GĦawdex.", "Nixtieq ninformah li 'l quddiem se jkollna tliet siegħat sħaħ biex niddiskutu dan is-suġġett.", "Rigward id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili sieħbi qal li kien hemm chaos pero' aħna flimkien mal-board irranġajna ħafna affarijiet.", "Bħalma jaf sieħbi, dan id-dipartiment huwa magħmul minn boards differenti u għalkemm huma awtonomi - dawn qabel veru kienu awtonomi għax kulħadd kien jaqdef għal rasu! - il-ministeru għandu jkun informat dwar x'inhu għaddej għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma flus il-poplu u l-Ministru jrid jagħti risposta ta' x'inhu jiġri.", "Fis-27 ta' Ġunju, 1997 kellna l-laqgħa tal-ministri plenipotenzjarji li jirrappreżentaw is-27 Stat li huma membri ta' l-Eurocontrol.", "Dawn iffirmaw il-konvenzjoni riveduta ta' l-organizzazzjoni ta' l-Eurocontrol matul il- konferenza diplomatika li saret fi Brussels.", "Dan kien proċess twil li sar studju dwaru u permezz tax-xogħol li sar mid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili dan sar kollu.", "Fil-każ ta' l-avjazzjoni ċivili ffirmajna sabiex ikollna espansjoni fl-ispazju ta' l-ajru.", "Aħna ridna naraw kif kienet se taffetwana din il-ħaġa u meta rajna li jaqblilna l-Gvern iffirma dan il- ftehim.", "Aħna ħdimna sabiex ħarriġna impjegati ġodda fl-avjazzjoni ċivili u introduċejna ħidma maniġerjali tat-traffiku ta' l-ajru u tfassil ta' sistemi.", "Sibna diversi affarijiet li kienu jiġu ġew imwiegħda fil-budgets ta' qabel u li kienu baqgħu ma sarux.", "Fl-ewwel ħames xhur ta' l-1997 sar xogħol fuq l-installazzjoni tat-taxiway u s-sistema ta' gwida għall-parkeġġ fuq park 9.", "Din is-sistema tlestiet wara li saru t-testijiet u ġew aċċettati.", "F'park 9 ma kellniex dawl għax kienu ħarġu tender imma l- ispecifications kienu ħżiena u issa se jkollna noħorġu tender mill-ġdid sabiex nagħmlu aktar floodlighting.", "L-air terminal aerial radar system kienet ilha mwiegħda għal ħafna żmien u baqħet ma saritx.", "Fil-każ ta' l- apron movement control unit, nispera li dalwaqt ningħataw l-approvazzjoni mill-ministeru tal-finanzi ħalli nkunu nistgħu nimxu.", "Kif diġa' qal sieħbi ġibna r-runway sweepers li qabel ma kellniex, u għamilna wkoll doppler weather radar u automated weather observation system.", "Irranġajna l- hangars fejn jinżammu l-fire engines u rranġajna s-soqfa tad-drawing rooms.", "Sar ukoll tibdil fis-slabs ta' park 8 u rranġajna l-heliport ta' Għawdex.", "Dawn huma kollha affarijiet li kienu ġew imwegħdin mill-Gvern preċedenti u li saru din is-sena bil-ħidma tad-DCA.", "Kif kont qed ngħid qabel kienu saru xi proposti u kien sar ftehim mad- diretturi tal-Malta International Airport sabiex nirranġaw is-sistema ta' l- airport u kollox jiġi taħt kappa waħda.", "Bħalissa qed jiġi studjat kif l-MIA tista' tiġi ntegrata f'korp wieħed u ma nibgħux kulħadd għal rasu, l-MIA naħa, id-DCA naħa oħra u s-security naħa oħra.", "Aħna rridu li meta naslu għal dan il-ftehim ikollna l-kunsens ta' kulħadd.", "Din il-ħaġa għadha fil- bidu tagħha pero' matul is-sena li ġejja se jsiru iktar taħdidiet għaliex il-Gvern meta jibda xi ħaġa jkun irid jispiċċaha u mhux iwiegħed ħafna affarijiet u ma jispiċċahomx.", "Sieħbi staqsa meta se tasal il-privatizzazzjoni ta' l-MIA u nista' ngħid bi ftaħir li l-Malta International Airport mexxa dan il-kumitat li kien taħt il-presidenza tas-segretarju permanenti tal-ministeru.", "Irrid ngħid li għad irid isir studju dwar jekk dan huwiex se jsir wara li jinbena l- airport hotel.", "Dawn il-proposti ressaqnihom quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u sieħbi jaf daqsi li meta jkollna l-permess mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar dawn se neħduhom in hand u nimxu minn hemm.", "Għaliex?", "Għaliex dawn huma affarijiet li l-poplu jagħmel qligħ minnhom.", "Ix-xogħol tagħna hu li dawn inġibuhom vijabbli ħalli jħallu l-qligħ.", "Forsi jkun hawn min jgħid: Isma', jekk dawn se jħallu l-qligħ se jibqgħu affarijiet soċjali?", "Aħna x'nifhmu b'affarijiet soċjali?", "Ma jfissirx li jekk tkun se ssiefer, il-Gvern jgħidlek: Din hija xi ħaġa soċjali, mela tista' tmur b'xejn!", "Niġi issa għal dak li qal l-Onor.", "Tabone.", "Hu qal li għax Għawdex hija gżira żgħira u Malta hija gżira kbira biex taqsam minn Malta għal GĦawdex hija xi ħaġa soċjali.", "Allura bl-istess argument din il-ħaġa nistgħu napplikawha għal Sqallija, għax Sqallija hija ikbar minn Malta u nibqgħu sejrin hekk u kulħadd jibda jaqsam b'xejn minn naħa għall-oħra, għax dawn huma affarijiet soċjali wkoll!", "Aħna qegħdin ngħidu li ma naqblux ma' dawn l-affarijiet.", "Meta dawn il-kumpanniji kienu taħt gvernijiet Laburisti fis- snin sebgħin u tmenin kollha kienu jħallu qligħ tajjeb, imma ma tistax biex ma tissellifx mingħand ħaddieħor tmur tissellef mingħand dawn il- kumpanniji.", "Per eżempju, m'iniex se mmur fuq l-MIA u ngħidilha biex tissellef ħalli tibni lukanda mbagħad il-flus jeħodhom il-gvern.", "Jien niftakar li fis-snin sebgħin u tmenin, meta konna niġu biex nagħmlu l- budget, l-Enemalta, t-Telemalta, l-Air Malta u l-banek kollha kienu jħallu l-qligħ imma meta ħadhom f'idejh il-Gvern Nazzjonalista stradikahom.", "X'tort għandi jien jekk stradikahom!", "Aħna għamilna sena naħdmu sabiex nerġgħu nġibuhom fuq saqajhom.", "(Interruzzjonijiet) Iva, matul din is-sena dawn marru 'l quddiem bix-xogħol li sar mill-ħaddiema kollha tal-ministeru mill-kbir saż-żgħir.", "Jien għidtilhom xi rrid u fejn irrid nasal u wħud minnhom qaluli li jien qammiel.", "Iva, jien fejn jidħlu flus il-poplu rrid niddefendihom, kif suppost sar, u għalhekk batejna matul din is-sena.", "Bilfors kellna nagħmlu hekk għax dawn il-kumpanniji kienu se jispiċċaw u mbagħad lill-ħaddiema jkollok tgħidilhom: Issa spiċċa kollox, morru 'l barra!", "Sur President, issemma t-traffic control board u qalulna li bi Lm30,000 m'aħna se nagħmlu xejn.", "L-ewwelnett dan huwa xi ħaġa ġdida taħt dan il- ministeru u jien qed nipprova norganizzah.", "Dan daqqa' kien jaqa' taħt il- Prim Ministru u daqqa' taħt il-Public Transport Authority imma llum għamilna bord għalih u se nibdew nirranġawh għax se jkun responsabbli minn ħafna affarijiet.", "Aħna ma rridux nagħmlu traffic control board li ma jkunx effettiv.", "X'jiswa' li nagħmel dan il-bord u jiġu jgħiduli li jridu jagħmlu sign hawn u sign hemm jekk ma jkollniex biex naħdmu!", "Aħna vvotajna Lm30,000 biex nibdew għax mhux billi mmur nivvota Lm1 miljun jekk inkun għadni ma nafx x'se nagħmel.", "Illum it-traffic control board flimkien mal- Prim Ministru ħatru kummissjoni sabiex tistudja kif nistgħu nnaqqsu l- inċidenti tat-traffiku.", "It-traffic control board fil-ġejjieni m'huwiex se jibqa' limitat biss biex jagħti l-pariri li mbagħad jispiċċa ma jeħodhom ħadd, għax jew se nagħmlu xi ħaġa li taħdem jew inkella ma nagħmlu xejn.", "Għax x'jiswa' li jkollok traffic control board li ma jaħdimx?", "Iċ-chairman ta' dan il-bord huwa bniedem responsabbli - qed ngħid għal Major Ripard - li daħal b'ruħu u b'ġismu u qed jagħtina l-pariri dwar kif nistgħu nagħmlu iktar użu mill-karozzi tal-linja u kif jista' jkollna inqas fumes li tant jagħmlu ħsara għal saħħet il-bniedem.", "Meta ġejna biex nirranġaw il-kwestjoni tat-taxis - din semmiha sieħbi - dan ukoll tana pariri dwar kif għandna nimxu.", "M'għandniex għalfejn nistħu ngħidu li jekk it-traffic control board ikollu l-għajnuna tad-dipartimenti kollha, dan se jimxi.", "Fil-liġijiet tagħna għadna ċerti regolamenti li jqabbduk id-daħk.", "Per eżempju, hemm li ma tistax issuq żewġ inġenji.", "Taf għaliex?", "Għax f'Malta għadna bil-liġi tal-parilja.", "Per eżempju, l-liġi kienet tgħid li fil-Belt ma tistax issuq il-parilja.", "Din kienu bidluha u għamluha li ma tistax issuq żewġ karozzi.", "Għadni qatt ma rajt miġnun għaddej mill-Belt isuq karozza 'l hawn u karozza 'l hemm, imma din għadha fil-liġi u ħadd ma raha!", "F'dan il-Parlament se nressqu liġi ta' dixxiplina u għalhekk lit-traffic control board irridu nagħtuh is-saħħa li jinforzaha.", "It-traffic control board, it-Public Transport Authority u d-dipartiment tal-liċenzji se jaħdmu flimkien sabiex jagħmlu xi tibdil fil-ħruġ tad- driving licence.", "Din għall-ewwel se tibda tingħata on probation; u dan ma jgħoddx biss għaż-żgħażagħ, għax kien hawn min ħaseb hekk.", "Ir-raġuni għaliex qegħdin nagħmlu dan hija li hawn anke kbar li jsuqu bl-addoċċ u mhux żgħażagħ biss.", "Nista' ngħid li meta tidħol is-sistema tal-points, ladarba titlef il-liċenzja tkun tliftha u jżommuhielek għal tliet snin jew erbgħa.", "Hekk se ssir is-sistema tal-liċenzja.", "It-testijiet tas-sewqan se jibdew ikunu iktar ebsin u dawk li jagħtu d-driving lessons se jkollhom joqogħdu għal ċerti testijiet u biex jgħallmu jrid ikollhom il-liċenzja tal- gvern.", "Se nużaw is-sistema li tintuża barra minn Malta, jiġifieri li biex tingħata l-liċenzja li tgħallem għal ċertu żmien trid tkun under probation.", "Fir-rigward ta' l-inġenji tal-baħar ukoll se nieħdu dawn l-inizjattivi għax sibna li ħafna mill-inġenji tal-baħar lanqas kienu qed jiġu ttestjati u ħafna minn dawk li jġorru l-passiġġieri lanqas huma nxurjati.", "Aħna ma nistgħux nibqgħu nittolleraw dawn l-affarijiet u se nieħdu l-passi biex ma jibqgħux isiru.", "Illum kull min għandu l-inġenji tal-baħar irid jirreġistrahom għax għad hawn inġenji tal-baħar li għandhom il-mutur b'horse power qawwi u lanqas biss huma rreġistrati.", "Allura se nkunu żguri li din il-ħaġa ma tkomplix issir.", "Din is-sena l-Malta Maritime Authority għamlet biċċa xogħol fil-bajjiet għax l-Onor.", "Austin Gatt kien issuġġerixxa li jibda jkun hawn bagi fil- baħar sabiex jindikaw safejn jista' jidħol min ikollu vettura tal-baħar.", "Jien tkellimt maċ-Chairman tal-Malta Maritime Authority u hu qabel ma' dan is-suġġeriment.", "Aħna approvajna wkoll u din il-ħaġa diġa' qed tiġi introdotta f'ċerti xtajtiet, għax meta jsiru suġġerimenti suret in-nies aħna naċċettawhom.", "Jien ma nixtieqx intawwal fuq l-Awtorita' Marittima għaliex fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna r-rapport annwali x'niddiskutu u allura ma rridx li noqogħdu nirrepetu l-istess affarijiet li se jiġu diskussi meta joħroġ ir-rapport.", "Niġi issa għall-Gozo Channel.", "Irrid ngħid li f'dan ir-rigward għajruna li m'għandniex qalb soċjali u l-Onor.", "Anton Tabone qal li jrid jagħmel diskussjoni twila dwar dan is-suġġett.", "GĦalija nistgħu nagħmlu diskussjoni mqar ta' xahrejn imma fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Membru ma ppropona xejn ħlief li qal li dan huwa servizz soċjali.", "Aħna fir-rigward ta' l-Għawdxin, kemm il-Prim Ministru, kemm l-Onor.", "Anton Refalo u anke jien, dejjem għidna li se nagħtuhom prezzijiet speċjali.", "Huwa veru li naqsu l-passiġġieri minn Malta għal Għawdex imma mhux minn Għawdex għal Malta.", "(Interruzzjonijiet) Mhux bilfors!", "L-ewwelnett, aħna gvern nisrani.", "Tafu kemm għaqqadna familji?", "GĦaqqadna 700 familja għax kellna 700 familja mifruda!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ippermettili Ministru.", "Jekk jogħġobkom ma rridx nisma' kummenti mill-istrangers gallery għax ikolli nieħu l-passi.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sewwa, allura biex wieħed jixtri proprjeta' f'Għawdex u jonfoq Lm100,000 ma jimportax, imbagħad biex jitla' fuq il- vapur u jħallas in-nol tal-karozza m'għandux mnejn!", "Aħna x'għamilna?", "Mhux bilfors jonqsu n-nies!", "Kellna familji fejn il-missier kien reġistrat li joqgħod Għawdex u l-kumplament tal-familja kienet toqgħod hawn Malta - ma jorqodx mal-mara dan, jew il-mara ma torqodx mar-raġel! - imbagħad is- Sibt u l-Ħadd dawn kienu jitilgħu Għawdex ħalli jaraw lil missierhom.", "Tafu li lil dawn konna qegħdin nissussidjawhom?", "Aħna ħriġna madwar Lm1 miljun f'sussidji u għidna li din il-ħaġa trid tispiċċa u se nibqgħu sakemm naqtgħuha.", "Din il-ħaġa qed nistudjaha jien.", "Jiġifieri biex tixtri żiemel u tonfoq xi Lm20,000 għandek, pero' mbagħad meta tinżel minn Għawdex b'pick- up li jiswa' mal-Lm15,000, bis-supporters kollha fil-vann u biż-żiemel marbut wara - u naturalment tkun qed tieħu post ta' tliet karozzi - tippretendi li tħallas Lm5!", "Mhux hekk!", "Allura jien se noqgħod nissussidja ż- żiemel għal min irid jinżel bih hawn Malta?", "Issa bdejna moda oħra.", "Ikun hemm it-tiġrijiet Għawdex, l-Għawdxin jinżlu Malta, itellgħu ż-żwiemel minn Malta u jħallsu ta' Għawdxin, għax inti ma tkunx taf liema żiemel tela' u liema ma telax.", "Sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia qed jonfoq mat-¥80,000 f'sussidji lill- bdiewa, imma mbagħad ikun hemm min jinżel bil-biegħa u jitla' bil-bricks jew bl-għamara!", "Allura dan huwa servizz soċjali wkoll?", "U qed inħallsuh jiena, inti u kull wieħed minna.", "U x'ma jitilgħux nies!", "Kellkom anke stamperija tagħkom tistampa l-biljetti li mbagħad kienu jitqassmu.", "Dwar dan iċċalenġjajtkom imma ħadd ma ġie jgħid li dan m'huwiex veru.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Trid tkun taf aktar fuq il-Gozo Channel Co. Ltd?", "Iva, issa qegħdin in the black.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inti ħallast, mela inti wieħed mill-onesti li kien hemm fil-partit.", "Dawn saru, u meta trid ejja l-ministeru u nurihomlok.", "X'ma niġux in the black!", "Iva, nikkonferma li l-Gozo Channel Co. Ltd. ħallset ħafna mid-dejn li kellha.", "Fil-Parlament kien hawn min qal - għax jiena l-ħmieġ u l-gideb idejjaqni - li aħna issa xtrajna x-shares imma dan m'hu veru xejn.", "Huwa veru li ħallashom il-Gvern preżenti imma xtrahom il-Gvern ta' qabel u dan qed nerġa' ngħidu biex ma jkunx hawn gideb.", "Ejja naraw kemm kienu jsiru malajr malajr l-affarijiet.", "Fil-25 ta' Ottubru ta' l-1996, jiġifieri meta kien baqa' jum għall-elezzjoni, kienet intbagħtet ittra li kienet tgħid:", "\"Thank you for your letter dated 24th October, 1996 the contents of which have been noted.", "This is to confirm the arrangements arrived at during our meeting held on Monday, 21st October, 1996 and that the price of ¥ 2.10c per share for 200,000 shares held by Private Sector Investments Ltd. is acceptable to the company.", "It is noted that the acquisition is subject to acceptance of same terms and conditions by the other shareholders, namely Messrs.", "Zammit.\".", "U ffirmaw Anton Debono, direttur, u Eric Pace Bonello, direttur - Joe Gasan, li kien iċ-chairman, ma ffirmax - u fuq l-istess ittra - għax lanqas bagħtu żewġ ittri, biex ma jaħlux karti, l-unika darba li ma ħeliex karti l-Partit Nazzjonalista! - ...", "(Interruzzjonijiet) Mela x'inhu!", "Iffirmat mill-ex-Ministru għal Għawdex!", "Agħtini ċans u nkompli naqralek.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok, indirizza lis- Sedja.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Din l-ittra tkompli tgħid hekk:", "\"This is to certify that the terms and conditions offered to Private Sector Investments Ltd. for the purchase of their shares in the Gozo Channel Co. Ltd. are acceptable to me, also acting for and on behalf of my brothers Joseph, Paul, Victor and Michael, in respect to the 200,000 shares held by us in the Gozo Channel Co. Ltd.\".", "Din saret lejliet l-elezzjoni u kellna nibilgħuha għaliex kienet iffirmata.", "Ħalli ngħidilkom kif inxtraw il-vapuri.", "(Interruzzjonijiet) Fejn mar dak li ried ikun jaf x'għamilna bil-kumpannija?", "Dawn kellhom parir li l-\"MV Ċittadella\" u l-oħra ma jixtruhiex.", "Fil-fatt meta Abela u sħabu marru barra minn Malta qalulhom li dawn iż-żewġ vapuri m'humiex tajbin u talbuhom inqas minn ¥0.5 miljun.", "Imma mbagħad l-ex-Ministru għal Għawdex qalilhom li setgħu jġibuhom għaliex kienu se jneħħu l-monopolju u xtrawhom ¥1.5 miljun plus li nefqu ¥500,000 oħra fuqhom.", "U llum qegħdin jgħajruna li m'humiex tajbin!", "Mela dawn aħna xtrajnihom?", "Dawn intom xtrajtuhom!", "Kien hawn ukoll min semma t-trips, Mr Chairman.", "It-trips li kienu jsiru qabel għadhom isiru.", "Imma jiena għaliex għandi nagħmel trip bil-lejl bil- kaptan u bil-crew b'kollox u bid-diesel li taħli għal passiġġier wieħed u karozza waħda!", "Pero' għall-festa ta' Santa Marija, San Ġorġ u festi oħrajn f'Għawdex, ħaddimna l-vapuri fuq shuttle service u barra minn hekk ħaddimna ż-żewġ quays u ma ħallejniex il-vapuri jistennew xi kwarta qabel jitrakkaw u jkomplu jaħlu l-fuel.", "Tafu kemm iffrankat il-kumpannija mill-fuel din is- sena?", "U ġagħltuhom jagħmlulna ċitazzjoni!", "Il-kumpannija ffrankat ¥50,000 fi fuel għaliex iċ-chairman li hemm għamel l-arloġġi li ma kienu jintużaw qatt.", "Ħalli ngħidilkom issa għaliex kienu mgħaġġlin biex ibiegħu x- shares.", "Dawn bilfors kellhom ifalluha lill-kumpannija, għaliex lejliet l- elezzjoni ġabru lill-kaptana fuq il-moll u qalulhom: Se nagħtukom l- arretrati imma għada tiġux 'l hawn għaliex nhar it-Tnejn se jkollna l- kumpannija Gozo Ferries.", "Għalhekk kienu mgħaġġlin sabiex ibiegħu x-shares għax kien hemm ħaddieħor .....", "(Interruzzjonijiet) U li ma konniex vili konna nipprovaw inbellgħu lil xi ħadd jixtri shares f'kumpannija falluta bil-¥ 2.10c-il waħda?", "Jekk il-kumpannija tkun falluta ħadd ma jkun iridhom ix-shares.", "Illum, Mr Chairman, bix-xogħol li għamel il-kumitat u l-board imxejna.", "Huwa veru li għandna nies żejda, imma dawn żammejnihom.", "Qed nagħmlu wkoll natural wastage imma qegħdin naħdmu.", "(Interruzzjonijiet) X'ma jagħmlux!", "Kien hawn min qal li sibna kuntratt iffirmat minn Abela u mill-Kaptan Grech.", "Imma l-Kaptan Grech lil min jirrappreżenta?", "Pero' dan rabat lill- poplu Malti bi ¥38 miljun għal tliet vapuri li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal- mudell.", "Imma kellna nibilgħuhom.", "Dawn it-tnejn rabtuh tajjeb lill-Gvern Malti!", "Il-Gvern la rabtu l-ex-Prim Ministru, la rabtu l-Onor.", "Tabone u lanqas l-ex-Ministru tal-Finanzi.", "Imma xi ħadd intrabat għaliex dawn it- tliet vapuri kellna nixtruhom bilfors, għalkemm il-parti l-oħra m'hijiex marbuta.", "U x'ġara?", "Ġara li konna qegħdin neħlu l-flus għaliex dawn lanqas biss kienu bagħtulhom il-blueprint.", "Dawn għamlu kuntratt ma' Ulstein biex nibnu dawn il-vapuri fix-Shipbuilding imma la ftiehmu kemm se jiswew dawn il-vapuri, la ftehmu kemm se tkun s-siegħa u ma ftiehmu xejn.", "Imma issa sibt dan il-kuntratt ma' wiċċi u bis-saħħa tal-bord tad-diretturi li hemm u għaliex il-Gozo Channel Co. Ltd. trid tixtri bilfors ....", "U taf għaliex bdilna l-isem minn Gozo Channel għal Gozo Ferries, Mr Chairman?", "Biex ma jagħmlulniex sekwestru, għaliex sibna li anke l-Italja għandna sekwestru fuq il-Gozo Channel għax kien hemm min issellef il-flus u ma ħallashomx lura!", "(Interruzzjonijiet) Trid tkun taf fuq Posta Ltd?", "Ħalli ngħidlek.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk nisma' ħoss ieħor ikolli nordna lil kulħadd joħroġ 'il barra mill-iStrangers Gallery.", "Kompli Onor. Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nixtieq nirrispondi daqsxejn lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Ċensu Galea.", "L-ewwelnett il-ħaddiema m'humiex se jitkeċċew.", "Bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn iż-żewġ unions u l-Mid-Med Bank u meta jasal iż-żmien, niftehmu u ngħidu x'se jsir.", "Nista' ngħid li kieku kien għalina, il-ħaddiema kienu jmorru lura mal-gvern għaliex aħna għamilna l- kontra ta' dak li għamel Gvern Nazzjonalista.", "Imma l-ħaddiema ma jridux imorru lura mal-gvern għaliex il-kumpannija qaltilhom li kienet se tagħtihom ¥30 żieda meta kienet falluta!", "Mr Chairman, fil-Parlament smajna ħafna fuq Posta Ltd.", "Nista' ngħid li llum rċevejna mill-Ġermanja li se jibagħtulna ¥265,000 lura.", "Tafu x'inhuma dawn?", "(Interruzzjonijiet) Issa naraw kienx hemm mismanagement!", "Dawn kollha businessmen, tafux!", "Meta bdiet il-kwestjoni ta' Posta Ltd. f'Mejju ta' l-1996, jiġifieri qabel ma dħalt jien, kulħadd kien jaf - bil- management u l-board b'kollox ...", "Lill-Ġermaniżi konna qegħdin ngħidulhom li għandna nagħtuhom ¥2,034,434 u huma kienu qegħdin jgħidulna li għandna nagħtuhom ¥1,944,000.", "Dawn huma affarijiet li jirriżultaw mill- ittri li għandna f'idejna.", "Imbagħad, aktar tard, lill-barranin bdew jgħidulhom li mhux veru għandhom jagħtuhom il-flus - ħasbu li lill- Ġermaniżi se jgħadduhom biż-żmien - u l-Ġermaniżi qalulhom: Dażgur li għandkom tagħtuna l-flus!", "Wara li merewni li mhux veru, fit-30 ta' Ottubru, 1996 ġiet persuna għandi u qaltli: Ministru, waqqaf kollox għax se nitilfu ¥900,000 imma tgħid lil ħadd.", "Jiena għidtlu: X'jiġifieri ma ngħid lil ħadd?", "Kif nista' lin-nies li jaħdmu d-dipartiment ma ngħidilhomx?", "Jiena bgħatt għal sieħbi u għidtlu jara naqra l-affarijiet huwa - għaliex dakinhar kelli l-funeral ta' ommi - u dan qalli: Ma jistax ikun Ministru għax din naqilgħu minnha.", "Jiena erġajt għidtlu biex jaraha sewwa u jagħtini risposta.", "U l-għada ġie u qalli: Mhux ¥900,000 se nitilfu imma 'l fuq minn ¥1 miljun.", "Naturalment ma stajna nagħmlu xejn għax kellna kuntratt u dawk il-flus tlifnihom.", "Imbagħad kien hemm min qalli: GĦaliex ma tħallasx ¥1,178,000 u nagħlqu?", "U jien għidtilhom: Għaliex għandi nħallas daqshekk?", "Qaluli: Għax jekk tħallas daqshekk tiffranka ¥713,000.", "Issa minn dawk il-¥1 miljun aħna konna diġa' ħallasna ¥265,000.", "Allura l-Posta ta' Malta kitbet lill-Posta tal-Ġermanja u qaltilhom li aħna konna diġa' tajnihom din is-somma.", "U l-Ġermaniżi qalulhom: X'tajtuna!", "Ma tajtuna xejn!", "Wara li ħadna ċerti passi u bix-xogħol li għamilna fil-ministeru, sibna l- irċevuta ta' dawn il-¥265,000.", "GĦalhekk ktibna lill-Posta Ġermaniża u, kif diġa' għidt, illum bagħtuhomlna.", "Jiġifieri kieku ma kienx għall-Postmaster General, lill-poplu Malti konna se ntellfuh ¥0.25 miljun.", "B'hekk li ġejja in the black il-Posta.", "B'hekk ukoll ma jidhrux ċerti affarijiet għaliex issellifna l-flus mingħand il-gvern, imma bix-xogħol li għamel il- management u bil-flus li ġbarna, li ħadd ma kien jaf li qegħdin barra .....", "Jiena għadni qatt ma rajt financial controller li ma jafx x'inhu għaddej!", "Jekk hawn xi businessman minnkom li jħalli ¥265,000 .....", "Kieku ma sibniex din l-irċevuta u ġġilidna mal-Ġermaniżi, aħna ma konna nsibu xejn.", "L- ammont li kellna nagħtu kien ¥1,944,345, l-ammont li ħallasna kien ¥1,164,021 u allura ffrankajna Lm780,324 u rċevejna ¥264,844.", "Allura bix- xogħol li għamel il-Posmaster General li għandna llum - mhux il-financial controller jew iċ-chief executive - kważi ġibna kollox paċi.", "Issa ħalli niġu għall-affarijiet li ħadd ma kien jaf bihom.", "Ejja naraw kif inxtrat l-art tal-Posta.", "Kien inħatar bord ....", "(Interruzzjonijiet.)", "Jekk ma jinteressakx mur 'il barra!", "(Interruzzjonijiet)", "Fis-16 ta' Ġunju sar board meeting fejn ġie rrapportat:", "\"The Minister of Finance asked whether the premises presently housing the Central Supplies Division at Marsa was ever considered.", "It was explained that the building had been inspected and was found to be inadequate.\".", "Dan huwa fejn hemm il-Posta llum.", "Aktar tard, fis-26 ta' Lulju ntqal:", "\"Other sites were being looked at.", "One of these was a partly built area in Qormi which was brought to our knowledge through a letter to the company received in May which seemed to meet the company's requirements.\"", "Jiġifieri għad-domanda ta' l-ex-Ministru tal-Finanzi rrispondew li din l- art ma kenitx tajba imma ma qalulux x'kellhom.", "Kumbinazzjoni, fit-3 ta' Awissu ntqal:", "\"The Chairman had been authorised to enter into a promise of sale agreement for the purchase of property at Qormi and to sign a contract of works for its development and construction with Mercury Investments Ltd., up to a maximum of ¥2 million and in general to do all the necessary in conclusion therewith or ancillary thereto.\".", "Mela meta staqsihom il-Ministru tal-Finanzi u l-ieħor aċċettaha, dan qalilhom li kollox kellu lest u awtorizzaw is-somma ta' ¥2 miljun u wara li xtraw u għaffġu, fl-10 ta' Ottubru, 1995 intqal:", "\"Negotiations were also being held with commercial banks in order to obtain the necessary loan, as the promise of sale agreement had also been signed on the 29th of August.", "This convenio included the condition that the premises would be completed in shell form within a period of nine months.\".", "Mela għamlu l-agreement u meta mort nara l-art li xtraw f'Ħal Qormi ħlief żrinġijiet, laned u bottijiet ma rajtx fiha!", "Issa suppost li sa Lulju jew Awissu ta' l-1996 din kellha tkun lesta u allura jiena suppost dħalt fil- Posta l-ġdida, imma min dan kollu ma sar xejn.", "Mr Chairman, niftakar li l-ex-Ministru Frendo kien qalilna li ma kien jaf b'xejn dwar dan pero' aħna sibna li fl-20 ta' Settembru ta' l-1996 kien irċieva ittra li kienet tgħid hekk:", "\"The board of directors of Posta Ltd. have noted, from reports in the media, the contents of your letter to the Acting Director of Audit wherein, among other matters, you stated that it would have been more desirable for Posta Ltd. to have issued a call for tenders.", "The board wishes to point out that during a meeting held at the ministry of finance on the 26th of July, 1995 which you attended, the Minister for Finance was advised that the prospective purchase of the property at Qormi indicating both the favourable price and its suitability .....", "At this meeting it was made clear that direct negotiations with the owner were in progress and no call for tenders had been issued.", "The Minister for Finance had in your presence and that of the top officials from both ministries, not only authorised Posta Ltd. to proceed with the proposed transaction but had encouraged the company to expedite the matter and conclude with the least possible delay.", "It is on the basis of this authorisation and guidance that the board of directors of the company proceeded to the relative promise of the sale agreement.\".", "U jiġu jgħidulna li la l-ex-Ministru tal-Finanzi ma kien jaf b'xejn u lanqas l-ex-Ministru li kien responsabbli mill-Posta!", "U hawnhekk hawn iswed fuq l-abjad li kulħadd kellu mano in pasta.", "Dawn huma l-affarijiet li sibna aħna u nixtieq li kelli iktar ħin ħalli nkompli nuri l-ħmieġ li hemm sibna.", "Fir-rigward tat-Transport Authority, per eżempju, ridna nħallsu kważi ¥200,000 f'bolol tan-national insurance b'lura.", "Lis-sidien tal-karozzi tal- linja kienu wegħduhom li se jixtru l-karozzi tal-linja ġodda imma jiena ma sibt xejn.", "Biex nixtru dawn il-karozzi ġodda l-gvern irid joħroġ ma' l-¥10 miljun f'sussidju għaliex l-ewwel qalulhom li għandhom joħorġu ¥13,000 huma u l-gvern joħroġ il-kumplament imma meta morna Birmingham sibna li l-gvern irid joħroġ ¥40,000 fuq kull karozza għax dawn jiswew ¥55,000 il-waħda.", "Issa meta jiena sirt ministru kulma sibt kienu ¥100,000 biex nissussidjaw il-ħames karozzi li kienu ġew għaliex meta fittixt fejn huma l-oħra ma sibt xejn iżjed.", "(Interruzzjonijiet) Għalfejn qed tistaqsi lili għaliex ma ġewx?", "Sieħbek wegħedhom li sa l-aħħar ta' l-1995 se jkun hawn 90 karozza u sa l-aħħar ta' l-1996 se jkun hawn 140 karozza.", "Jiena x'tort għandi jekk ma ġewx?", "Dawn trid tordnahom imqar sentejn qabel.", "(Interruzzjonijiet) Kieku huwa veru li sieħbek ordnahom u ħareġ il-flus tagħhom, lanqas kien hemm għalfejn dawn jiġu għandi għax konna nagħtuhomlhom mill-ewwel.", "Imma minn dan kollu ma kien hemm xejn.", "Mr Chairman, illum l-ażjendi kollha marru 'l quddiem u fl-ażjendi kollha kellna profitt imma dan ma jfissirx li m'għadhomx jagħtu servizz soċjali.", "Niftakar li meta konna nagħmlu l-budget, min-naħa l-oħra kienu jgħajruna: Mela intom min kollox tridu taqilgħu?", "Iva, mill-Enemalta konna naqilgħu, mit-Telemalta konna naqilgħu u anke mill-Air Malta konna naqilgħu, u dan għaliex kien hemm gvern serju u management serju bħalma hemm gvern serju u management serju llum.", "Aħna dawn l-affarijiet ma nistħux nagħmluhom għaliex jiena dejjem tgħallimt li flus il-poplu trid tibża' għalihom għax dawk m'humiex flusek.", "Illum fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari saru ħafna mistoqsijet dwar kemm intnefqu fuq vjaġġi, ikliet eċċ. u għandi mistoqsija parlamentari li meta nweġibha tidħku.", "Dawk servizzi soċjali!", "Komplu staqsuhom dawn id-domandi ħalli tkunu tafu x'kellkom fil-bordijiet!", "Kif ridtuha tmur il-quddiem Posta Ltd.?", "Kif ridtuha tmur il-quddiem it- Transport Authority u kull ażjenda oħra li kellna?", "F'Posta Ltd., per eżempju, ħlew sagħtejn f'board meeting, u tafu x'kienu qegħdin jiddiskutu?", "Kienu qegħdin jiddiskutu kif għandhom jinxtraw il-karozzi taċ-chairman, taċ- chief executive u ta' l-erba' ta' taħthom!", "U bdew jgħidu li taċ-chief executive ma tridx tkun isbaħ minn taċ-chairman pero' ta' l-erba' ta' taħthom ma jridux ikunu daqs taċ-chief executive!", "U jekk wieħed għandu mobile telephone li jiswa tant, ta' l-ieħor irid ikun mod ieħor.", "Ħlew sagħtejn jiddiskutu dawn l-affarijiet imma ma sabux ħin biex jiddiskutu l- proġett tal-Posta bħalma għamilt jien.", "Imbagħad x'ma jiġġildulix!", "Kont għadni lanqas rajthom dawn l-ittri meta l-management lili beda jgħidli: Hawnhekk mhux tajjeb.", "U anke periti ġabuli.", "Waslu fl-assurdita' li qalu li s-Central Supplies huwa iżgħar mill-premises ta' Ħal Qormi!", "Jiena kont se nemminhom għaliex jiena bdejt inkejjel mod u huma bdew ikejlu mod ieħor.", "Irrid ngħid ukoll li l-Planning Authority hawnhekk ma sabet l-ebda diffikulta.", "Imma llum il-Planning Authority qiegħda tgħidli: GĦandek bankina?", "Dan meta fejn kienet ġejja l-Posta qabel lanqas biss kien hemm fejn tipparkja karozza, u kienu se jagħmlu parking area taħt l-art, għalkemm wara l-periti fetħulhom għajnejhom għaliex ma jagħmilx sens li tagħmel parking area f'wied.", "Dan hu l-ħmieġ li sibna f'Posta Ltd. u ma nsemmix iżjed affarijiet għal issa.", "Mr Chairman, kulħadd kien jaf li f'Posta Ltd. kellna mismanagement.", "L- erba' ta' fuq kienu jafu u ma joqgħodux jiġu jgħidulna li hawnhekk tidħol il-politika għaliex hemm miż-żewġ naħat imdaħħlin fihom.", "Jien naħdem ma' kulħadd, u staqsu jekk fil-bordijiet hemmx kull tip ta' ħaddiema.", "Jien naħdem ma' kull min jagħtini xogħlu u nirringrazzjah, bħalma nirringrazzja lill-bordijiet, lill-management u lill-ħaddiema kollha, mill-kbir saż- żgħir, għax permezz tagħhom il-kumpanniji li kienu in the red, li kienu mfarrkin ...", "Onor. Ċensu Galea, dak iż-żmien kienu mħawdin żgur il- ħaddiema ta' Posta Ltd.", "X'ma jitħawdux!", "Fil-minuti taf x'qalulhom lill- ħaddiema ta' Posta Ltd.?", "Biex ma jixtrux karozza sabiħa ħafna għax jekk jarawhom dawk il-ħaddiema li jagħmlu x-xogħol tagħhom bil-vannijiet, bil- muturi u bir-roti mkissrin jieħdu għalihom.", "Mela m'għandhomx raġun jieħdu għalihom il-ħaddiema?", "Kif jista' jkun li filli qed tgħid li m'għandekx flus u l-ħaddiema tal-Posta lanqas għandhom muturi u karozzi biex jaħdmu u mbagħad tixtri karozza ta' Lm16,000!", "Kif triduhom jaħdmu l-ħaddiema meta jaraw dan kollu?", "Mhux bilfors li kienu mdejqa!", "Sur President, madanakollu llum tistgħu tmorru tistaqsu lil dawn l-istess ħaddiema u jgħidulkom li meta ġejna biex infasslu kif ġejja Posta Ltd, jien tkellimt maż-żewġ unions u għidt lill-ħaddiema li huma jridu jgħixu hemm u għalhekk staqsejt lilhom kif riedu t-twieqi u fejn riedu l-air- conditioning.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet, u mela fuq, fl-uffiċini, bl- air-conditioning u l-ħaddiema mingħajr air-conditioning!", "Ara l-bord li kien hemm qabel kien jinteressah fejn se jagħmel air-conditioning għalih u mhux għall-ħaddiema!", "Mela mbagħad is-sena l-oħra jiġi l-Avukat Austin Sammut u jgħidli li ma nafx x'qed ngħid!", "Imissu jiġi issa l-Avukat Sammut ħalli nurih kemm kont naf x'qed ngħid!", "Għaliex m'għoġbithomx l-idea li d- Dipartiment tal-Posta jmur fejn kien is-Central Supplies?", "Għax ħadd ma kien se jdaħħal!", "Dik hi l-kuxjenza soċjali!", "Jew inkella l-kuxjenza soċjali hi li nonfqu Lm300,000 biex ikollna s-siġġijiet tal-fagu!", "Aħna veru nfaqna Lm300,000 imma taf min ħadhom il-parti l-kbira ta' dawn il- flus?", "Il-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni għax aħna qabbadna lill-ħaddiema tal-gvern biex jagħmlulna l-għamara u ma qgħadna nordnawha mingħand l-ebda kumpannija.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ara taħt il-Gvern preċedenti, minkejja li Posta Ltd. kien għad ma kellha xejn kienet diġa' ordnat l-għamara mingħajr ma ħarġet l-ebda tender.", "Din bħal tal-makni tal-biljetti tal-karozzi tal-linja.", "Dawn huma l-affarijiet li sibt jien.", "Imma jien m'iniex se naqta' qalbi u ninsab persważ li se nsolvuha din il-problema tal-ħaddiema ta' Posta Ltd.", "Jien kont, għadni u nibqa' ħaddiem u dejjem ikkonsultajt mal-ħaddiema.", "Mela ma jkollokx xi tgħid ma' l-unions!", "Imma ma jimportax għax jekk joqgħod kulħadd ma' mejda u jiddiskuti l-problemi jissolvew, basta l-ħaddiema ma jkollhomx tixwix.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok ikkonkludi d- diskors tiegħek.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-istaff kollu tal-ministeru tiegħi, mill-ikbar wieħed sa l-iżgħar wieħed li hemm.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill- bordijiet kollha u liċ-chairmen tal-paċenzja li jieħdu bija.", "Jien nawgura li s-sena d-dieħla nimxu 'l quddiem bħalma mxejna 'l quddiem din is-sena.", "Jekk ma nħarsux lejn l-ostakli imma nħarsu 'l quddiem naslu biex l-azjendi jibdew jgħinu lill-gvern u lill-ħaddiema.", "Grazzi, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni.", "Se npoġġi l- mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda mressqa u moqrija mill-Onor.", "Claude Muscat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra se tiġi sospiża għal ħames minuti.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.31 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Claude Muscat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "99", "FAVUR : 34", "L-Onor", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | | | |", "ASTENSJONI : Waħda", "L-Onor.", "Mintoff Dom", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond subartiklu (2) ta' artiklu 71 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll l-Ordni Permanenti 21 subinċiż (2), peress li l-voti ġew indaqs għandi dmir fil-kwalita' tiegħi li qiegħed nippresjedi dan il- Kumitat li neżerċita l-vot deċiżiv u din konformi mal-konswetudni ta' din il-Kamra, liema konswetudni tinkludi wkoll il-prinċipji kif elenkati fl- Erskine May, Edizzjoni 21, paġna 351 dwar il-casting vote u għalhekk qed nivvota kontra l-emenda proposta għall-Vot li għandna quddiemna.", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,612,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Ministeru għat-Trasport u Portijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru 98 din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU.", "100", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "ASTENSJONI : Waħda", "L-Onor.", "Mintoff Dom", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond subartiklu (2) ta' artiklu 71 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll l-Ordni Permanenti 21 subinċiż (2), peress li l-voti ġew indaqs għandi dmir fil-kwalita' tiegħi li qiegħed nippresjedi dan il- Kumitat li neżerċita l-vot deċiżiv u din konformi mal-konswetudni ta' din il-Kamra, liema konswetudni tinkludi wkoll il-prinċipji kif elenkati fl- Erskine May, Edizzjoni 21, paġna 351 dwar il-casting vote u għalhekk qed nivvota favur il-Vot li għandna quddiemna.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 37 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 38 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,343,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 38 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 39 - LIĊENZJI U TESTJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 567,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Liċenzji u Testjar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 39 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VIII - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,000,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għat-Trasport u Portijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot VIII għaddiet.", "Fid-9.40 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 37, 38, 39 u VIII taħt il-Ministeru għat-Trasport u Portijiet kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Issa nistieden lill-Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 20 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista -Estimi Ġenerali 1998", "Il-Ħames Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tad-Djar", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar- Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3); u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz taż Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il- Ħamis, 20 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.42 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL - SAFAR MINN DELEGAZZJONIJIET", "9593.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997, x'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' April 1997 kien hemm disgħin (90) delegazzjoni tal-Korporazzjoni Telemalta li jinkludu fihom delegazzjonijiet li jirrelataw għal taħriġ barra minn Malta.", "Dawn b'kollox ġew jiswew Lm 36,586.37.", "Ma nħossx li din l-informazzjoni għandha tingħata bid-dettall ta' kull safra individwali għax hija ta' natura kummerċjali u kunfidenzjali.", "Madankollu jien lest li ngħaddi din l-informazzjoni lill-Onor.", "Interpellant b'mod kunfidenzjali.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - SAFAR MINN DELEGAZZJONIJIET", "9594.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997, x'kien l- iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - SAFAR MINN DELEGAZZJONIJIET", "9595.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997, x'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d- delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l- biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - SAFAR MINN DELEGAZZJONIJIET", "9596.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997, x'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - QUOTATION NO.", "103/97", "W996.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-quotation no. 103/97 tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tat-tender specifications fuq il-Mejda tal-Kamra, jgħid min xeħet l-offerti u l-prezz li kkwota għal kull item, lil min ingħata x-xogħol u b'liema prezz?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tippreżenta kopja ta' xi specifications tat-tender b'riferenza tal- Quotation No. 103/97.", "L-offerti ntbagħtu minn:-", "1.", "Velprint Ltd.", "2.", "Visual Trends & Co. Ltd.", "3.", "Scancraft.", "4.", "Repro House.", "5.", "Ritescan.", "Il-prezzijiet ikkwotati huma kif jidhru fuq it-tabella ntitolata Supply and Delivery of Colour Separations for Annual Report 1996/97, li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-pubblikazzjoni tar-rapport annwali ngħata lill-Visual Trends & Co. Ltd bil-prezz ta' Lm1700.00.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN U AMBJENT - DIRECT ORDERS", "W1,034.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Fir-rigward ta' ħruġ ta' direct orders mill- Ministeru (inklużi d-dipartimenti, l-korporazzjonijiet u l-awtoritajiet konċernati), jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għall-perijodu bejn 01.11.96 sa 31.10.97: (i) kemm-il direct order inħareġ; (ii) għal-liema xogħol/servizzi/xiri nħareġ kull direct order; (iii) il-valur ta' kull direct order; u (iv) lil min ġie awarded kull direct order?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-perjodu mill-1 ta' Novembru 1996 u t-3 ta' Ottubru 1997, ingħataw żewġ \"direct orders\" fil-Ministeru tiegħi.", "Waħda minn dawn ingħatat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax-xiri ta' 25 user licence għal Map Info V4 għall-valur ta'Lm 11,413.75 mingħand Computer Aided Technologies Limited (CATS Limited).", "Direct order oħra ingħatat, bl- awtorita' tal-Ministeru tal-Finanzi, lill-kumpanija Meridian Enterprises Limited għax-xiri ta' karozza Hyundai Lantra GLS għall-Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru tiegħi, għall-prezz ta' Lm 5,000.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "W1,051.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li pazjenti jingħataw permess biex jidħlu l-Isptar San Luqa meta jkunu meħuda bil-karozza?", "Jekk dan hu permess, jista' l-Ministru jikkonsidra jistax jingħata permess lill-pazjenta bl-I.D. No. 0016232(m) li għandha diffikultajiet biex tidħol bil-mixi fl-isptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kull xufier ta' karozza li jigi jippreżenta ruħhu fil-bieb ewlieni (Main Gate) tal-Isptar San Luqa u jitlob permess biex jidħol u jwassal xi persuna li ma tistax timxi, is-Security Guard iħallieħ jidħol iżda jitolbu li wara li jwassal il-persuna joħrog il-vettura barra mill-konfini tal-Isptar San Luqa.", "Għaldaqstant ma jeħtieg l-ebda permess għar-raguni li semma l-Onor interpellant.", "Madankollu, jekk il-pazjenta bl-I.D. No. 0016232(M) ssib xi diffikoltajiet biex tidħol fil-konfini tal-Isptar din tista' tagħmel kuntatt jew mas-Security Services Section fuq Tel Nos.", "25951248, 25951317, 25951264 jew mal-Customer Care Services fuq Tel Nos.", "25951101, 25951474, u 25951183, u s-Sinjura tingħata l-għajnuna kollha meħtiega.", "------------------------------------------------------"]} {"filename": "19971112_140d_par.doc", "date": "1997-11-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 140 L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 140", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.05 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "140", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 1140", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1140", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1144", "RULING TA' MADAM SPEAKER 1159", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KONFERMA TAL-MINUTI TAS-SEDUTA NRU 138 TA' L-10 TA' NOVEMBRU, 1997 1161", "AĠĠORNAMENT 1165", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1166", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 139 li saret fil-11 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WSC - BEJGĦ TA' ILMA", "9141.", "L-ONOR.ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru 8821 dwar bejgħ ta' ilma mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fil-perijodu bejn l-1 ta' Marzu u t- 30 ta' Settembru 1997, peress li ċ-ċifra għall-bejgħ tad-dawl elettriku għall-istess perijodu diġa' nħarġet mill-Enemalta u peress li l-istess żewġ ċifri jinġabru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, liema ċifri kienu fuq sistema komputerizzata, jista' l-Ministru jara li l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari Nru 8821 tingħata mingħajr iżjed dewmien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li d- dħul fuq il-konsum ta' l-ilma għall-perijodu mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru, 1997 kien ta' Lm2,930,380.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlitx projections dwar kemm hu mistenni li jkollha dħul iktar wara ż-żiedet mħabbra fil-budget?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, l-estimi tal-korporazzjoni li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra qed jiġu riveduti għax ovvjament kienu bbażati fuq il-prezzijiet il-qodma u kif ikunu lesti nkun nista' nagħti dawn iċ-ċifri.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dan ifisser li l-Korporazzjoni ta' l-Ilma introduċiet rati ġodda mingħajr ma saret analisi ta' x'se jkun l-impatt fuq ir-revenue?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Li qed ngħid huwa li m'għandniex iċ-ċifri hawnhekk.", "Qed isiru l-estimi ġenerali tal-korporazzjoni u nimmaġina li jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub, il-korporazzjoni tkun tista' tagħtini din l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li nifhem li fil-każ ta' dawk li huma ammonti globali l-Ministru jkun irid domanda bil-miktub, jista' almenu jgħidilna jekk sarux projections fuq sample bills?", "Per eżempju, ssib lista ta' persuni li kienu jħallsu Lm8 ilma u tara kemm se jħallsu bir-rata l-ġdida; u tagħmel l-istess għal dawk li kienu jħallsu Lm10, Lm15 u Lm20 biex, bejn wieħed u ieħor, tkun taf kemm se jogħla l-prezz ta' l-ilma għall-konsumatur fuq l-istess konsum li kien jaħli qabel.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, bl-amment ma nistax ngħid għax iċ- ċifri ma nafhomx pero' nista' ngħid - forsi anke bħala risposta għal dak li staqsa l-Onor.", "Josef Bonnici - li permezz tar-rati l-ġodda li se jiġu introdotti mill-korporazzjoni, is-subvention tal-gvern se titnaqqas minn Lm14.5 miljun għal Lm6 miljun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li kien hemm żieda kemm fil-ħlas tal-meter ta' l-ilma kif ukoll fil-konsum, jekk il-meter jitħallas bil-quddiem u l-konsum jitħallas b'lura, iż-żieda fir-rati tal-konsum se japplikaw b'lura wkoll?", "Jiġifieri ż-żidiet fir-rati tal-konsum ta' l-ilma huma prospettivi jew huma wkoll retroattivi għall-perijodu li għadda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Irrid ngħid li bħalissa, minħabba li saret reviżjoni fuq it-tariffa ta' l-ilma u ta' l-elettriku, qed isir bulk reading tal-meters li hu mistenni jitlesta fi żmien tliet ġimgħat.", "Ovvjament dan ir-reading se jsir apposta biex ikun hemm a cut-off point.", "Għal dik li hija meter change, nista' ngħid li din se titneħħa u minflokha se tiddaħħal is-service charge għar-raġuni sempliċi li sal-lum il- korporazzjoni hija responsabbli għall-main prinċipali li jgħaddi mit-triq, filwaqt li l-house connection - dik il-fergħa li taqbad mill-main prinċipali għall-meter - taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-konumatur.", "Tant hu hekk li meta wieħed japplika sabiex idaħħal l-ilma jħallas il-frontage contribution lill-korporazzjoni.", "Issa li se jiġri hu li se titneħħa l- meter charge u minflokha se tiddaħħal is-service charge, li se ddaħħal lill- korporazzjoni responsabbli mhux biss għall-main ta' l-ilma imma wkoll tal- house connection.", "Effettivament malli tiġi introdotta din is-service charge, il-ħsarat li jista' jkollok mill-meter 'il barra se jibdew jitħallsu mill-korporazzjoni.", "Kif tafu, is-sistema kienet li kulmin kellu xi ħsara ried japplika lill- korporazzjoni sabiex imorru jsewwuhielu u kien iħallas deposit ta' Lm100 - li mbagħad baxxejnih għal Lm75 - u wara li jitlesta x-xogħol kien jirċievi l-kont finali.", "Din is-sistema issa spiċċat.", "(Interruzzjonijiet) Nafu li ħafna mid-djar huma qodma u l-meters kważi kollha kienu waslu biex jinbidlu.", "Dawn huma magħmulin minn galvanised piping u għandhom life span ta' 15-il sena u nafu li ħafna mill-meters li għandna għadda ħafna iktar żmien minn fuqhom.", "Irrid ngħid li għalkemm diġa' nbidel persentaġġ kbir għad fadal x'jinbidlu.", "Meta tagħmel dan it-tip ta' bdil ta' mains tidħol f'ħafna komplikazzjonijiet - għax issa m'iniex qed nitkellem biss fuq it-tibdil ta' xi biċċa pipe li jkun fih xi leak imma qed nitkellem fuq affarijiet ħafna ikbar minn hekk - għax żgur li t-tiswijiet li jsiru fit-toroq sabiex jirranġaw il-pajpijiet ta' l-ilma, kif jafu tajjeb il-kollegi tiegħi, iwassal għal ħafna complaints għax ma jsirx reinstatement tajjeb tat-trinek u jinqalgħu ħafna kwestjonijiet.", "Per eżempju, mhux l-ewwel darba li f'din il-Kamra ssemmiet it-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar li tbati minn dan id-difett.", "Allura biex nevitataw din is-sitwazzjoni eliminajna dak li kien isir qabel u llum il-ġurnata min ikollu xi ħsara kulma jrid jagħmel hu li jċempel lill-korporazzjoni sabiex issewwilu din il-ħsara a spejjeż tagħha.", "Mela s-service charge tkopri first and foremost il-ħsarat kollha li jista' jkollok sal-meter.", "Ovvjament il-plumbing li jsir mill-meter 'il ġewwa jrid jitħallas minn min ikun qd jgħix f'dak il-post.", "Ħaġa oħra li tkopri s-service charge hija l-frontage contribution li qabel kull min japplika għaliha ried iħallas ċerta somma.", "Għalkemm kien instab li s-somma li kienet titħallas sabiex wieħed idaħħal l-ilma ma kenitx tkopri l-ispejjeż, xorta jibqa' l-fatt li kienet titħallas somma sostanzjali.", "Issa peress li mill-meter 'il ġewwa trid tħallas għalih int u mill-meter 'l barra se tħallas għalih il-korporazzjoni, meta tapplika biex iddaħħal l-ilma m'inti se tħallas xejn.", "Jiġifieri permezz tas-service charge qed jiġu eleminati tliet charges oħra, il-meter charge innifisha, il- ħsarat li jista' jkollok u l-frontage contribution li kont tħallas meta tapplika għall-ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Apparti li l-Ministru ma rrispondiex dwar jekk ir-rati tal-konsum humiex retroattivi, qed nifhem sew li qiegħed jgħid li dak li se jdaħħal il-gvern mis-service charge u dak li kien idaħħal minn fuq il- ħsarat se jkun l-istess?", "Għax is-service charge minn Lm4 telgħet għal Lm24 fis-sena għal kull dar u l-Lm75 kont tħallashom meta tinqala' xi ħsara fil- kanna darba fill.", "Naħseb li l-Ministru jammetti li, permezz ta' din it- taxxa l-ġdida, il-gvern se jkollu ħafna iktar dħul.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, nitlob lill-Onor.", "Borg jiskużani talli ma rrispondejtux għall-ewwel domanda.", "Fil-fatt irrid ngħidlu li sakemm isir il-bulk reading il-prezz tal-konsum se jitħallas bir-rata l- qadima.", "Minn meta jsir il-bulk reading 'il quddiem se jibda jitħallas bir- rata l-ġdida, kemm fil-każ tal-konsum u anke fil-każ tal-meter.", "Rigward l-argument li qed jagħmel il-kollega tiegħi dwar id-differenza li hemm bejn il-meter charge u s-service charge, irrid ngħid li ma tistax tqabbel waħda ma' l-oħra għax huma żewġ affarijiet differenti u m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin.", "Jiġifieri ma tistax tagħmel comparison, kif jixtieq l-Onor.", "Borg.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, għandi diversi domandi x'nagħmel lill- Ministru", "fuq dawn it-tariffi ta' l-ilma.", "Il-Ministru qed jgħid li meta bniedem idaħħal is-servizz l-ewwel darba se jiffranka.", "Wieħed darba jdaħħal is- servizz u jiġih Lm70.", "Bit-tariffi l-ġodda kull bniedem se jiġi ntaxxat Lm24 kull sena - din hija l-qabża - u fejn qabel kien iħallas darba issa se jħallas Lm24 kull sena.", "Barra t-tabella tal-konsum domestiku, nixtieq li l-Ministru jgħidilna - għax fir-rapport tal-budget li tawna mhijiex ċara - kemm se jkunu t-tariffi għall-farmhouses.", "Qed nirriferi għar-raħħala, għal min irabbi l-baqar, il- mogħoż u n-ngħaġ.", "Per eżempju, kemm se jkunu t-tariffi tad-dawl u ta' l- ilma għall-industrija?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jekk il-farmhouse tintuża għal skop residenzjali t-tariffi huma ta' unit residenzjali.", "Jekk qed nifhem tajjeb, hu qed jirriferi għall-farmhouses fejn irabbu l-majjali u t-tiġieġ, jiġifieri l-irziezet.", "Fil-budget intqal li s-sussidju se jitneħħa minn fuq is-setturi kollha ħlief fuq is-settur domestiku pero' se jingħataw inċentivi fiskali kemm lill-industrija kif ukoll lis-settur agrikolu.", "Per eżempju, fil-każ tas-settur industrijali se jintgħataw inċentivi biex dawn jagħmlu impjanti ta' riċiklaġġ u ta' produzzjoni ta' l-ilma tar-reverse osmosis għax ħafna mil-lukandi għandhom impjanti tagħhom u ma jużawx l- ilma tal-gvern u ħafna mill-industriji wkoll jużaw ilma riċiklat.", "Is- settur agrikolu se jingħata inċentivi biex juża s-second class water.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-MDC, id-dipartiment ta' l- agrikoltura u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex wieħed jara kif dawn it-tip ta' inċentivi jistgħu jiġu attwati.", "Aħna ridna nħallu s- sussidju fuq is-settur domestiku li verament ħaqqu li jkun sussidjat, għax l-ilma veru għandu valur soċjali u fil-fatt s-sussidju li kien hemm baqa', cioe' l-persentaġġi ma tnaqqsux.", "Pero' ridna li jekk l-industrija qed tieħu sussidju m'għandhiex tkun il-korporazzjoni li tissusidja l- industrija, se mai għandha tkun xi istituzzjoni oħra governattiva li għandha r-responsabbilta' ta' l-industrija.", "(Interruzzjonijiet) Dan jafu tajjeb anke l-Onor.", "Ninu Zammit għax meta huwa kien inkarigat mill-Water Services Corporation pprova jagħmel l-istess ħaġa wkoll.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien staqsejt rigward potable water, l-ilma tax-xorb, mhux second class water.", "Jien qed nistaqsik kemm se jħallas ir-raħħal per cubic metre wara s-6 ta' Novembru għall-ilma tax-xorb biex jisqi lill- bhejjem.", "Il-Ministru għadu kemm qal li l-ammont sussidjat baqa' l-istess.", "(Interruzzjonijiet) Inti tikkonferma li żammejt il-volum ta' ilma li kien issuddijat l-istess?", "Inti konvint li l-prezz per cubic metre ta' l-ilma sussidjat żammejtu l-istess?", "Jimporta tagħtina t-tariffi u tgħidilna kemm kien il-prezz per cubic metre ta' l-ilma ssusidjat għal kull persuna u kemm ġej issa bit-tariffi l-ġodda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Huwa ovvju li potable water m'għandux x'jaqsam ma' second class water.", "Aħna qegħdin nitkellmu mad-dipartiment ta' l- agrikoltura ħalli naraw x'tip ta' inċentivi jistgħu jingħataw fuq l-ilma li jikkonsmaw dawn ta' l-irżieżet.", "L-Onor.", "Zammit staqsieni jekk ir-rati għadhomx l-istess.", "Fl-1993 ir-rati nħadmu fuq il-prezz ta' l-ilma fl-1993.", "Il-Gvern kien qed jagħti 90% subsidy fuq l-ewwel blokk u 80% fuq it-tieni blokk.", "Effettivament meta nħadmet ir-rata dakinhar ġiet 75c per cubic metre li ma kenitx korretta.", "Jekk jixtieq - u hu jaf - inġiblu l-figuri biex nipprovalu li anke dakinhar ma kenitx korretta dik ir-rata.", "L-Onor.", "Zammit dan jafu tajjeb għax huwa pprovat.", "Illum il-ġurnata effettivament ir-real cost of water huwa Lm1.10c per cubic metre.", "Mela jekk inti se tieħu 90% subsidy, effettivament tkun qiegħed tħallas 10% ta' Lm1.10c, li jiġu 11c per cubic metre.", "Jekk inti tieħu 80% subsidy se tħallas 22c per cubic metre.", "Qabel ir-rata kienet 7c5 imma din kienet ibbażata fuq il-prezz ta' l-1993, jiġifieri l- persentaġġ tas-sussidju baqgħu l-istess.", "Ir-reviżjoni fit-tariffa tirrifletti biss il-cost of water.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa ma jiġi ħadd mill-Oppożizzjoni u jgħidilna li l-cost of water żdied is-sena li għaddiet!", "Dan kien ilu jiżdied is-snin kollha Is-sena li għaddiet kien Lm1.10c u din is-sena baqa' Lm1.10c.", "L-unika differenza hi li l-Gvern Nazzjonalista ma kienx irreveda t-tariffa.", "Effettivament konna qegħdin inħallsu inqas milli suppost għax jekk is- sussidju kien ta' 90% u l-cost of water kien Lm1.10c, suppost ir-rata kienet bħal dik tal-lum.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq niċċara punt għax jiddispjaċini ngħid li l- Ministru hawnhekk qed jimmislijdja lill-Kamra.", "Qabel l-ilma ssussidjat għall-konsumatur - anke għalija u għall-Onor.", "Buhagiar u għalik, Sinjura President - kien jitħallas b'average ta' 13.2c per cubic metre.", "Issa bit- tariffi l-ġodda minn 13.2c tela' għal 16.5c per cubic metre, filwaqt li l- ammont ta' volum issussidjat naqas bi 18%.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li jien niftakar, imma naħseb li hu jiftakar iżjed minni.", "Jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Buhagiar fl-1993 kien jiġi jgħajjat f'din il-Kamra u jippriedka li l-ammont ta' ilma li teħtieġ kull persuna kellu jkun bejn 28 gallun u 30 gallun kuljum - hekk kien jgħidilna! - għax inkella ma kienx ikollha biex taħsel snienha jew biex tuża l-flushing tat-toilet, u llum niżżel dan l- ammont għal 16.5 gallun.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEKAER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, din il-ħaġa għadni ngħidha sal- lum.", "Daqshekk għandu bżonn il-bniedem.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 169 ta' l-1997 - Dikjarazzjoni ta' Vaganzi tal-Banek;", "Tabella li turi n-numru ta' bejjiegħa tal-pitrolju liċenzjati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9384; u", "Tabella li turi l-lokalitajiet fejn kien hemm sospensjonijiet ta' l- elettriku bejn Jannar u Otturbu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9496.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 168 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 14).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, on a point of order.", "Kif diġa' ġie rilevat il-bieraħ, fid-diskussjoni li kellna fis-seduta tal-bieraħt lura s-Sinjorija tiegħek kienet tatni l-permess sabiex inqajjem point of order imma, kif kont bdejt nitkellem ġbidtli l-attenzjoni li kien sar il- ħin u naturalment kelli nieqaf.", "Dak il-point of order jirrigwarda - u qabli dak l-istess point of order kien qajmu l-Onor.", "Francis Agius - ir- riżultat tal-votazzjoni fuq il-mozzjoni ta' proċedura.", "Jien għidt li skond Standing Order Nru. 86 dak il-vot li kien ġie rreġistrat b'35 favur u 33 kontra kien ħażin għax fil-verita' r-riżultat kien 34 favur u 34 kontra.", "L-iStanding Orders tagħna jikkontemplaw li meta riżultat ma jkunx jaqbel mar-realta' tal-vot għandu jiġi korrett.", "Allura wara li s-Sinjorija tiegħek kienet iddikjarat ir-riżultat tal-votazzjoni, jien qajjimt point of order u llum qed nerġa' nissottomettih għall-ġudizzju finali tiegħek għar- raġuni li, meta waqt il-votazzjoni ġie mgħajjat l-isem ta' l-Onor.", "Francis Agius, minkejja li hu wieġeb \"iva\", immedjatament wara u qabel ma ġie mgħajjat l-isem tad-deputat li kien imiss skond il-lista alfabetika, l- Onor. Agius ikkoreġa ruħu u qal li ried jgħid \"le\" u wera l-intenzjoni demokratika li wieħed jesprimi l-idea tiegħu u jivvota skond l-intenzjoni, ħaġa li kienet ċara f'moħħ kulħadd.", "Tant hu hekk li l-Onor.", "Lino Spiteri ma nafx kemm-il darba qalilna l-bieraħ, fost tant oħrajn, li l-Onor.", "Francis Agius ried jivvota \"le\" u li evidentement kien ħa żball.", "Sinċerament dak kien żball li fl-idea tiegħi jiġi ripetut ħafna f'din il-Kamra.", "Per eżempju, mill-unofficial transcript tas-seduta ta' qabel joħroġ li meta saret il-votazzjoni s-Sinjurija Tiegħek iddikjarat għal darba darbtejn il-mozzjoni bħala negatived.", "Issa jekk se noqogħdu għal din l- interpretazzjoni stretta ta' liema kelma toħroġlok, kull wieħed minna hawn ġew huwa suxxettibbli għall-iżball, kif fil-fatt għamlet Madam Speaker.", "Aħna konna preżenti u nafu li dak kien lapsus min-naħa tas-Sedja, lapsus li jista' jagħmel kulħadd.", "Ir-riżultat tal-votazzjoni ta' 35 favur u 33 kontra kien kontradett waqt il-votazzjoni (Onor. Membri: Hear, hear)", "Bir-rispett kollu lejn is-Sedja, meta fuq il-point of order imqajjem mill-Prim Ministru s-Sinjurija Tiegħek qratilna l-iStanding Order rilevanti u talbet biex il-votazzjoni titkompla, jien fhimt - u ma nitkellimx għal oħrajn - li s-Sedja kienet qed tiddeċiedi tajjeb, fis-sens li dak il-ħin il-votazzjoni li kienet għaddejja kellha titkompla peress li hawn regola - ma nafx hijiex miktuba jew le - li votazzjoni m'għandha qatt tiġi interrotta.", "Pero' biex wieħed jinterpreta riżultat ta' votazzjoni hemmhekk is-Sedja għandha d-diskrezzjoni, anzi għandha l-obbligu ngħid jien.", "Is- Sinjurija Tiegħek għandha żewġ scelti: jew l-iktar waħda sempliċi u ġusta u tirrifletti l-valur demokratiku tal-vot ta' kull deputat li jirrifletti dak veru li jrid hu ....", "Ara l-Onor.", "Perit Mintoff qal: Le.", "Sempliċement ried jgħid \"le\" u ma qalx: Ħadt żball u ridt ngħid iva.", "Qal \"le\" u kien ċar.", "L-Onor.", "Francis Agius qal \"iva\" momentanjament u qal: Skużawni, ħadt żball, mhux iva ridt ngħid imma ridt ngħid le.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi din il-Kamra, permezz tas-Sinjurija Tiegħek, għandha tagħmel l-eżerċizzju faċli u tgħid: Veru li l-Clerk of the House rrikordja tajjeb il-vuċijiet li qalu iva u le pero' dawk il-vuċijiet m'humiex ir-rifless tal-vot li sar għax l-Onor.", "Francis Agius għamilha ċara waqt il-votazzjoni li l-vot tiegħu kien le.", "Allura jidhirli li s-Sinjurija Tiegħek għandha tagħti ruling u tgħid li r-riżultat ta' dik il-votazzjoni m'huwiex 35 favur u 33 kontra iżda 34 favur u 34 kontra.", "Is-Sinjurija Tiegħek naturalment għandha l-option l-oħra wkoll.", "Is- Sinjurija Tiegħek tista' tgħid li dak il-ħin ġiet interrotta l-votazzjoni b'ħafna points of order, b'ħafna għajat u bi storbju sħiħ - bl-Onor.", "Debono Grech jispjegalna x'għandu jsir u m'għandux isir - u allura dak kien il-mument li ġiet interrotta l-votazzjoni għax kien hawn storbju fil- Kamra.", "Għaldaqstant is-Sedja tista' tordna li terġa' ssir il-votazzjoni.", "Inkun sodisfatt jekk is-Sinjurija Tiegħek jidhrilha li f'dawk iċ- ċirkostanzi l-votazzjoni għandha terġa' ssir pero' x-scelta demokratika li fil-fehma tiegħi rridu nagħmlu hi li l-vot veru tad-Deputat Agius ....", "L- Onor. Agius ma ġiex l-għada u l-pitgħada jgħid li jrid ibiddel il-vot imma dak il-ħin stess qal: Ħadt żball u rrid nikkorreġi ruħi.", "Mela skond ir- regoli u l-prinċipji tad-demokrazija hawnhekk għandu jiġi korrett ir- riżultat tal-vot.", "Fil-fatt inqala' każ preċiż hekk fil-Council of Europe - kien l-10 ta' Mejju, 1993 - meta deputat ivvota favur mentri fil-fatt ried jivvota kontra u talab biex il-vot jittieħed kif ġie korrett.", "Għax kif jista' jkun li President ta' Assemblea Parlamentari ma jilqax dan il-punt li ġenwinament deputat jgħid li jkun ivvota b'mod żbaljat għax tkun ħarġitlu kelma b'oħra u dak il-ħin stess jikkorreġi ruħu!", "Kif nistgħu ngħidulu: Le, issa vvotajt!", "Immaġina kieku kien vot ta' sfiduċja fil-gvern u xi ħadd jgħid li m'għandux fiduċja fil-gvern meta ried jgħid li għandu fiduċja.", "F'dik il-laqgħa tal-Kunsill ta' l-Ewropa, fost l-oħrajn, kien qam Mr Muller tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u qal hekk : \"If this were not possible democracy would be reduced to absurdity\" u effettivament il-membru parlamentari involut - ma nafx x'jismu - ngħata l-permess li l- vot jiġi rreġistrat skond l-intenzjoni proprja tiegħu.", "Sinjura President, hawn nista' npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dibattitu li sar fil-Kunsill ta' l-Ewropa fl-10 ta' Mejju, 1993.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, jekk wieħed jaqra Standing Order No. 86, li għalih qed jagħmel riferenza l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, isib li dan huwa kompletament irrilevanti għall-punt imqajjem minnu.", "Standing Order No. 86 jitkellem f'każ ta' konfużjoni jew żball dwar in-numri rapportati, jiġifieri wara li kull membru tal-Kamra jkun stqarr il-vot tiegħu u għal xi raġuni jew oħra l-Clerk of the House jitħawwad fin-numri waqt li jkun qiegħed jgħoddhom u jiġi jirrapportalek ħażin.", "Standing Order No 86 qiegħed ċar għax jgħid li:", "\"F'każ ta' konfużjoni jew żball dwar in-numri rapportati, il-Kamra għandha tagħmel votazzjoni oħra kemm-il darba l-istess ma tistax tiġi koretta xorta oħra.\"", "Il-każ li għandna quddiemna m'huwiex każ fejn il-Clerk of the House, jew inti, f'annotazzjoni mill-Clerk of the House, ħadtu xi żball dwar ir- rapport li qed isir lilek jew qed isir lill-Kamra.", "Il-każ huwa dwar membru ta' din il-Kamra li vvota mmedjatament wara li l- Whip tan-naħa tiegħu qam u għamilha b'mod ċar u solenni li n-naħa ta' l- Oppożizzjoni tixtieq li kull membru jgħid \"iva\" jew \"le\" biex l-affarijiet ikunu ċari.", "Mela kienet okkażjoni fejn wara li l-Whip ta' l-Oppożizzjoni qam jinsisti li kulħadd jgħid \"iva\" jew \"le\" ...", "U mhux minnu li l-membru konċernat kien l-ewwel wieħed jew minn ta' l-ewwel, għax jekk niftakar tajjeb kien il-ħames wieħed fil-lista.", "Mela jekk kien hemm xi ċans li xi ħadd seta' żbalja - u ngħidu: Il-aħwa xi żball ħa! - kellu jkun l-ewwel jew it-tieni wieħed, imma l-Onor.", "Agius kien ir-raba' jew il-ħames wieħed.", "(Interruzzjonijiet) Nittama li mhux qed tagħmel xi lapsus ieħor fuq jekk kienx ir-raba' jew il-ħames!", "Il-punt huwa li immedjatament wara li l-Whip ta' l-Oppożizzjoni talab li kulħadd jgħid \"iva\" jew \"le\", dan il-membru qam u vvota \"iva\", skond ix- xewqa tal-Whip tiegħu.", "Issa jien qed insostni li dan il-każ mhuwiex kopert minn Standing Order No. 86.", "Il-votazzjoni ħarġet u l-Onor.", "Agius qal \"iva\".", "U allura Standing Order No. 86 assolutament huwa irrilevanti għall- każ li għandna quddiemna.", "Kienet in-naħa ta' l-Oppożizzjoni stess li nsistiet fuq din il-proċedura.", "Il-proċedura tħaddmet kif xtaqitha hi.", "Dan il-membru għar-raġuni tiegħu vvota \"iva\".", "Issa kienx qed juża lapes jew le ...!", "U allura l-point of order imqajjem mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa rrilevanti.", "Anke riferibbli għal dak li ntqal dwar il-Council of Europe - il-Kap ta' l-Oppożizzjoni poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ruling li ngħata fl- Assemblea tal-Council of Europe - wieħed irid jirrimarka li l-iStanding Orders huma formalissimi fuq din il-ħaġa.", "Regolament Nru. 35 tal- Parliamentary Assembly tal-Council of Europe jgħid ċar li l-ebda membru ma jista' jbiddel il-vot tiegħu wara li jkun ivvota.", "As clear as that!", "Allura, Sinjura President, jien nissottomettilek li l-point of order li għandek quddiemek mhuwiex in order u mhuwiex aċċettabbli għar-raġunijiet li għadni kemm semmejt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Xtaqt nagħmel żewġ punti.", "L-ewwelnett wieħed irid jaqra sewwa l-Ordni Permanenti Nru. 86 li qiegħed jikkwota l-Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet) L-Ordni Permanenti Nru. 86 li nqara minn Madam Speaker, li ġie kkwotat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u li għadu kif issemma' mill-Prim Ministru, jagħmel differenza bejn żewġ frażi: \"konfużjoni\" jew \"żball dwar in-numri rapportati\".", "Mela għandek żewġ ċirkostanzi separati.", "Kieku l-interpretazzjoni ta' dan l-Ordni Permanenti hi kif qed jgħid il- Prim Ministru, kieku f'dan il-Parlament konna niġu fis-sitwazzjoni redikola li żball ta' l-Iskrivan tal-Kamra jiġi korrett u tiġi ordnata votazzjoni oħra, pero' jekk membru parlamentari f'din il-Kamra jagħmel żball ....", "Jiġifieri aħna, iż-żewġ naħat tal-Kamra, issa qed nirriduċu lilna nfusna f'din is-sitwazzjoni li, jekk l-Iskrivan tal-Kamra, impjegat tal- Parlament, ġenwinament ikun għamel żball, is-Sedja tista' tordna votazzjoni oħra pero' jekk membru parlamentari, xi ħadd minna - jista' jkun minn din in-naħa jew min-naħa l-oħra - b'aljenazzjoni temporanja ġenwinament jagħmel żball u ftit sekondi wara jqum u jgħid: Jien għamilt żball, jimporta li nagħmel korrezzjoni, ngħidulu: Le, għax l-Ordni Permanenti ma jħallikx.", "Jiġifieri hawnhekk, bir-rispett kollu lejn kulħadd, għandna Ordni Permanenti li jagħti privileġġ qawwi lill-impjegati ta' din il-Kamra u li ma jagħti l-ebda privileġġ lill-membri parlamentari ta' din il-Kamra!", "Jekk se nagħtu din it-tip ta' interpretazzjoni fejn jidħlu l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, allura veru li m'aħniex qed nagħmlu sens.", "U jidhirli li dwar dan għandi nerġa' nenfasizza r-ruling li rrifera għalih il-Kap ta' l-Oppoiżizzjoni u nistieden lil Madam Speaker u nistieden lill- Membri ta' din il-Kamra jaqrawh sewwa dak ir-ruling.", "Veru li l-Prim Ministru kkwota standing order tal-proċedura wżata fil- Kunsill ta' l-Ewropa - li jgħidlek li ladarba membru jkun esprima l-vot tiegħu mbagħad ma jistax ibiddlu - u veru li teżisti dik ir-regola pero' dik tapplika għal min ikun iddikjara apposta, kien jaf x'inhu jagħmel u qal li huwa ma jaqbilx ma' dik il-mozzjoni ta' proċedura.", "Dak hemhekk qed jitkellem fuq membru li jaf x'inhu jagħmel, li huwa attent u li jirrealizza l-implikazzjoni tal-vot tiegħu.", "Wara kollox, Madam Speaker, aħna kollha kemm aħna qegħdin hawn accountable għal dawk li vvotawlna, accountable għal dawk li tellgħuna f'dan il-Parlament u l-accountability tagħna rridu nesprimuha fl-espressjoni tal-vot tagħna li wara kollox huwa fl-interess tal-prinċipji demokratiċi.", "Jekk se nippermettu li dan l-iżball jibqa' għaddej, tafu x'inkunu qed ngħidu?", "Inkunu qed niċħdu d-dritt tal-votanti li tellgħuna hawnhekk li dak li jkun qed jivvota hawn ikun qed jivvota kif jixtiequ huma, qed jivvota in rappreżentanza tagħhom.", "Dan huwa wieħed mill- prinċipji tad-demokrazija.", "Fil-Kunsill ta' l-Ewropa jeżisti dak ir-regolament pero' meta nqala' dak il-każ, li tiegħu ngħataw d-dettalji kollha, wieħed jirrealizza li min kien qed jippresjedi dik is-seduta daħal fil-fond ta' dik il-kwestjoni u qal: Isma' dan żball ta' membru parlamentari u żgur li għandna nippermettulu jikkorreġi ruħu.", "Ladarba qegħdin fil-proċess li l-votazzjoni għadha għaddejja, jiġifieri għadha ma ngħalqitx, allura membru parlamentari li ovvjament ikun għamel żball - ovvjament huwa żball - għandu d-dritt li jikkorreġi ruħu inkella, kif ikkwota tajjeb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, inkunu qed nagħmlu parodija mid-demokrazija, inkunu anke qed nabbużaw mill- proċedura parlamentari u mid-demokrazija li hi rappreżentata f'din l- istituzzjoni.", "Jien naħseb li fuq din we should not take sides, Madam Speaker.", "Din m'hijiex kwestjoni tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni imma tal-membri parlamentari tagħna lkoll.", "Jekk se naċċettaw dawn it-tip ta' proċeduri jien nerġa' ngħid lil kulħadd - għamiltha kemm-il darba f'din il-Kamra - biex noqogħdu attenti għax ikollna problemi serji.", "Għandna nimxu bis-sens komun ġo din il-Kamra.", "M'aħniex kapaċi ż-żewġ naħat nimxu b'sens komun?", "Nirrealizza li jkun hemm komplikazzjonijiet u problemi, mela le!", "Ejja npoġġu bil-qiegħda u nitkellmu fuqhom dawk il-problemi pero' ma nistgħux naċċettaw din ir-regola.", "Li membru parlamentari jagħmel żball ġenwin u dak il-ħin, ftit sekondi wara, jiddikjara ruħu li huwa żbaljat u ma nagħtuhx iċ-ċans li jikkorreġi ruħu, dak ikun żball ikrah.", "Dejjem hekk sar, il-prassi dejjem hekk kienet u m'hemm l-ebda raġuni - l-ebda raġuni minkejja l-komplikazzjonijiet kollha - għaliex dan l-iżball m'għandux jiġi kkorreġut, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, bdejna nitkellmu fuq Standing Order No. 86 u tqanqlu żewġ punti.", "L-ewwel qam il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fejn qal li qed ikompli l-point of order li kien beda fis-seduta ta' qabel u li ma kellux il-ħin li jespandi fuqu.", "Jiena ma naqbilx assolutament għax anke jekk nikkwota mit-transcript li għandi quddiemi nsibu lill-Madam Speaker tordna biex il-votazzjoni titkompa.", "Mela l-point of order kien sar u s-Sedja tat id-deċiżjoni tagħha u l-votazzjoni tkompliet u għandna riżultat li qiegħed jirrispekkja ruħu anke fil-Minuti li għandna quddiemna.", "It-tieni nett, waqt il-votazzjoni ma kien hawn l-ebda storbju u konfużjoni.", "Il-konfużjoni tqanqlet min-naħa ta' l-Oppożizzjoni x'ħin l- Onor. Francis Agius ivvota \"iva\" u dak il-ħin qam l-għajat.", "(Interruzzjonijiet) Waqt il-votazzjoni ma kien hawn l-ebda storbju u konfużjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-proċedura tal-votazzjoni saret kif talab l- Onor. Ċensu Galea.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qed nispjega point of order, Madam Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Point of order tieħu preċedenza fuq ħwejjeġ oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja taf eżatt x'ġara dakinhar.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-votazzjoni saret bil-proċedura li talab l-Onor.", "Ċensu Galea, li talab li kulħadd jesprimi ruħu billi jgħid \"iva\" jew \"le\".", "Mela waqt li kienet għaddejja l-proċedura ma kien hemm l-ebda storbju għax kien hawn silenzju perfett.", "X'ħin l-Onor.", "Agius għal xi raġuni qal \"iva\", hemmhekk tqanqlet l-attenzjoni min-naħa tal-Gvern biex il-vot iddikjarat ma jitħassarx.", "Hemm tqanqlet l-attenzjoni.", "La qal \"iva\" hekk irid jiġi recorded u kulħadd qed jikkonferma li qal \"iva\".", "U wara li nġibdet l- attenzjoni li qal \"iva\", qam il-kjass min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Ħalli niftakru eżatt u nagħmlu s-sekwenza, shot by shot, ħalli nkunu nafu eżatt x'qed jiġri.", "L-aħħar punt li qanqal l-Onor.", "Lawrence Gonzi kien li hawnhekk membru parlamentari huwa sempliċement prokuratur ta' min jeleġġih.", "Veru li jeleġġik il-poplu imma inti m'intix il-mandatarju ta' dak il-poplu.", "Hawnhekk irid ikollok ir-rekwiżiti ta' membru parlamentari imma mbagħad trid teżerċita l-ġudizzju tiegħek, mhux il-ġudizzju ta' min itellgħek.", "Għalhekk li membru parlamentari, anke jekk jispiċċa mill-partit li jkun ħareġ miegħu, xorta jibqagħlu d-dritt li jżomm is-siġġu ta' membru parlamentari u ma jneħħihulu ħadd.", "Issa ma noqogħdux niżvijaw billi nżeffnu d-demokrazija fin-nofs u minflok prinċipju sagrosant nagħmlu kollox burdell, biex ma ngħidx xi ħaġa oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, għandi żewġ punti qosra.", "L-ewwelnett il-kelma \"konfużjoni\" fi Standing Order No. 86 m'hijiex qed tirriferi għal storbju.", "Il-kelma \"konfużjoni\" qiegħda dwar l-interpretazzjoni tar- riżultat tal-votazzjoni.", "Jiġifieri jista' jkun hemm konfużjoni dwar l- interpretazzjoni tal-vot, anke fi skiet perfett - li f'dan il-każ lanqas nistgħu ngħidu li kien il-każ - għaliex inkella jekk tagħti interpretazzjoni oħra jfisser li fi kwiet perfett qatt ma tista' tagħmel żball.", "Niġi għat-tieni punt, Madam Speaker.", "Jien inzertajt kont preżenti waqt id-dibattitu fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropea meta tqajmet il-kwestjoni li għadha kemm issemmiet.", "Hemmhekk mhux mozzjoni proċedurali konna qed niddiskutu imma kwestjoni serjissima.", "F'dik is-seduta kien preżenti l-Onor.", "Ċensu Moran u min-naħa tagħna kien hemm l-Onor.", "Joseph Psaila Savona, l-Onor.", "John Vella u jiena u konna qegħdin niddiskutu jekk għandux ikun hemm rakkmandazzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa li tirrikonoxxi d-dritt fundamentali għall-abort.", "Ma konniex qed niddiskutu mozzjoni proċedurali imma jekk għandniex napprovaw mozzjoni li tirrikonoxxi d-dritt għall-abort, liema mozzjoni kellha bżonn l-approvazzjoni ta' l-Assemblea Parlamentari.", "U l-istess, kien hemm grupp parlamentari partikolari li nsista għar-roll-call u biex kulħadd iqum bil-wieqfa u jgħid \"iva\" jew \"le\".", "U qam wieħed Pollakk, Malakovsky - li nimmaġina kien kontra l-abort - u flok qal \"le\" qal \"iva\".", "Is-sabiħa hi li kkorreġa ruħu wara li kienu laħqu vvotaw xi tmienja oħra u mhux dak il-ħin stess.", "Mela l-ewwel qal \"iva\", ivvotaw xi tmienja jew għaxra warajh, min \"iva\" u min \"le\", u mbagħad hu stess qajjem il-punt u qal: Jiena bi żball ivvotajt iva meta ridt ngħid le.", "M'hemmx għalfejn ngħid, qamet konfużjoni - forsi mhux daqskemm qamet konfużjoni hawnhekk - u qam ċertu storbju fil-kamra.", "Ħa nirriferi għad-debates ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Council of Europe, li għadhom kemm tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, u nikkwota:", "\"THE PRESIDENT: Malachowski wishes to change his vote from \"yes\" to \"no\"?", "U rrisponda wieħed mill-Awstrija:", "\"On a point of order, Mr President.", "I doubt whether once a vote has been given it is possible to change it.\".", "U r-ruling tal-President ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Council of Europe kien: \"The result has not yet been announced and before it is announced it is in order to make corrections.\".", "Mela l-interpretazzjoni tar-regolamenti hi li waqt li qed ssir il- votazzjoni inti tista' tbiddel il-vot.", "Tista' tbiddel il-vot tiegħek anke wara li jkunu vvotaw nies oħrajn, aħseb u ara meta l-Onor.", "Agius ikkorreġa ruħu dak il-ħin stess qabel ma vvota ħaddieħor!", "Mela l-intrepetazzjoni ta' dawk ir-regolamenti hi li inti ma tistax ma tgħid xejn, toqgħod kwiet biex ma jkunx hemm konfużjoni fl-interpretazzjoni tal-vot u mbagħad wara li jitħabbar ir-riżultat tgħid li ridt tivvota mod ieħor.", "U issa iktar u iktar bis-sistema elettronika li għandhom ċerti parlamenti oħrajn.", "Imma waqt li qed jittieħed il-vot, iva, ċertament nista' nbiddel il-vot dak il-ħin stess.", "U skond il-President tal-Kunsill ta' l-Ewropa anke wara li jkunu vvotaw nies oħrajn, basta ma jkunx konkluż il-vot.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, huwa xieraq li meta nikkwotaw, kif għadu kif għamel l-Onor.", "Tonio Borg, u nirriferu għal dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, nikkwotaw kollox fl-ambitu li sar f'dak id-dibattitu.", "L-ewwelnett, kontra dak li qed jgħid l-Onor.", "Tonio Borg artiklu 4 tar- regoli tal-Council of Europe jgħid ċar u tond li:", "\"Once he has voted, a member may not change his vote\".", "U bil-Franċiż ma jgħidux may imma jgħidu \"ne peut pas plus le modifier\", jiġifieri he simply cannot change it.", "Fid-dibattitu li semma l-kollega tiegħi, il-President ta' l-Assemblea Parlamentari kien kontra l-mozzjoni u favur dak li kien qed jiġi indikat minn dik il-persuna li riedet tbiddel il-vot tagħha u wieħed mill-membri preżenti lil min kien qed jippresjedi, qallu ċar u tond li r-regola li kkwotaw hija eċċezzjoni għax huma ma kkwotawx ir-regola li bniedem ma setax ibiddel vot.", "Tant kien hekk, li meta l-President ta' l-Assemblea Parlamentari ġie mistoqsi minn Mr Cox fuq liema bażi u għal liema regola kien qiegħed jirriferi meta qal li membru ma jistax ibiddel il-vot, dan staqsieh hekk:", "\"On a point or order, Mr President.", "If you are being advised by the clerks, will you please tell us under which of the Standing Orders you are making your ruling?\".", "- il-President irrifjuta li jwieġeb u qal hekk:", "\"It is my discretion to decide upon this\".", "Mela jekk qed nikkwotaw minn dak li ġara fil-Kunsill ta' l-Ewropa f'dik id- data nikkwotaw kollox u mhux nikkwotaw parti.", "Anzi ħalli nkompli ngħid x'intqal.", "Mr Cox kompla jgħid hekk:", "\"This was a very important debate.", "Whatever views may have been expressed, the debate was conducted with great dignity and one listened to the different points of view ...\"", "- isimgħuha din -", "\"... whether or not one agreed with them.", "With great respect to you, I must say that the vote has now become a farce.", "Whatever the figures that you are going to announce in a few moments, I do not believe that they will reflect the real vote and feelings of members.\"", "- anzi, he went further to say -", "\"Some members came in half way through the vote.\"", "- dik hija l-konfużjoni, tkun qed issir il-votazzjoni u l-membri jidħlu fin- nofs -", "\"One delegate, whom I do not know ...\"", "- hawn qed jgħid għal min ried ibiddel minn yes għal no -", "\"... did not understand the difference between voting \"yes\" and voting \"no\".", "I think that he should go into a corner and try to understand what has happened here today.", "It is farcical to allow someone who has clearly made his decision to vote the other way.\".", "Mela meta nikkwotaw, nikkwotaw kollox.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "(Interruzzjonijiet) No cross debates, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, xtaqt nirriferik għall-paġna 343 ta' l-Erskine May, li tolqot ukoll il-kwestjoni dwar il-votazzjoni.", "Kumbinazzjoni din il-parti ta' l-Erskine May tiġi qabel ir-regoli li jorbtu lill-iSpeaker dwar kif għandha tivvota fil-casting vote.", "Proprju dan iċ- chapter - ara l-ironija tal-ħajja! - huwa ċ-chapter li jispjega x'jiġri f'każ ta' varjazzjoni ta' vot bejn vot dikjarat meta ssir l-ewwel mistoqsija u l-vot li jirriżulta minn division.", "Proprju f'paġna 350, seba' paġni 'l hemm f'volum li fih elf faċċata, insibu ċ-chapter tal-casting vote ta' l-iSpeaker, li jgħidlek kif għandu jivvota l-iSpeaker, li għandu jagħti d-dritt lill-membru parlamentari li jitkellem u li trid tagħtih l- opportunita' u tipproteġi d-drittijiet tal-membri parlamentari.", "MADAM SPEAKER: Onor. Gonzi, ejja għall-punt, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa f'paġna 343 ta' l-Erskine May insibu paragrafu li jgħid hekk:", "\"The opinions of members are collected from their voices in the House and not merely by a division\".", "Issa ħalli niftehmu sew x'aħna ngħidu.", "Fl-ewwel mistoqsija li s-Sedja tpoġġi lill-Kamra, hemmhekk tieħu l-vot bil-vuċi tagħna, imbagħad id- division hi biss verifika ta' dak il-vot, l-ewwel vot.", "U hemm bżonn li ndaħħluha fis-sentimenti ta' rasna kollha kemm aħna, inkluż jien.", "Imma mbagħad ikompli jgħid:", "\"If their voices and their votes should be at variance, the voice will bind the vote.\"", "Li jfisser bil-kontra.", "Hawn hija d-differenza.", "Fil-mument meta inti tpoġġi l-ewwel mistoqsija, li għal ħafna minna hawnhekk din saret formalita' u ma nagħtux kas il-mistoqsija tas-Sedja, dik hi prassi żbaljata li daħlet hawn ġew.", "Il-mument kruċjali huwa l-mument meta s-Sedja tpoġġi l-ewwel mistoqsija u f'dak il-mument, minn fuq dan is-siġġu, x'ħin inwieġeb li jien qed nivvota kontra l-Mozzjoni ta' Proċedura li qed iressaq il-Gvern, il-vot tiegħi inkun diġa' esprimejtu, jekk imbagħad fil-ħin tad- division jirriżulta li l-espressjoni tal-vot tiegħi tkun ħarġet kontra l- espressjoni tal-vot tiegħi bil-vuċi.", "Erskine May, f'paġna 343, jgħid hekk:", "\"If their voices and their votes should be at variance, the voice will bind the vote.", "A Member therefore who gives his voice with the 'ayes' or 'noes' when the Speaker takes the voices, is bound if he votes to vote with them; although a Member has been permitted to correct his voice at the second call.\".", "Jiġifieri fl-Erskine May qed ngħidu li membru li fid-division ikun ivvota mod għandu permess jikkoreġi l-vot tiegħu bil-vuċi.", "Madam Speaker, dan huwa Erskine May, Edizzjoni 21.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debates.", "Min irid jitkellem jiġbidli l-attenzjoni u jitkellem.", "Onor. Anġlu Farrugia, jekk trid titkellem iġbidli l-attenzjoni u nagħtik permess titkellem.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, mela qed ngħidu li:", "\"A Member therefore who gives his voice with the 'ayes' or 'noes' ...\"", "- fl-ewwel sejħa tal-vot, mhux fid-division -", "\"... when the Speaker takes the voices, is bound if he votes to vote with them; although a Member has been permitted to correct his voice at the second call\"", "- jiġifieri fil-ħin li tittieħed id-division.", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Mr Speaker has condemned the practice of forcing a division by voice contrary to vote as 'irregular and unparliamentary'\".", "Din m'għandhiex x'taqsam għax tapplika għal min joqgħod isejjaħ id- divisions bla sens.", "Madam Speaker, jien nitlob li wieħed jirriferi għal dak li qed jgħid l- Erskine May, li wara kollox f'dan il-każ jorbotna fil-proċedura u fl- interpretazzjoni tal-proċedura tagħna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Dak li għadu kif ikkwota l-Onor.", "Gonzi jfisser li membru jista' jerġa' jikkoreġi ruħu wara li bil-vuċi jkun qal \"yes\" jew \"no\"?", "GĦax safejn naf jien ma jgħidx hekk l-Erskine May.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi, fil-qosor jekk jogħġbok.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta li toħroġ mill-Erskine May hija waħda sempliċi u jekk irid l-Onor.", "Farrugia nista' ngħaddihulu ħalli jaqrah.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nerġa naqraha:", "\"A Member therefore who gives his voice with the 'ayes' or 'noes' when the Speaker takes the voices, is bound if he votes to vote with them; although a Member has been permitted to correct his voice at the second call\",", "(Interruzzjonijiet) Allura issa lanqas bl-Ingliż m'aħna se niftehmu!", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, għandi point of order.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, dan li qed jgħid l-Onor.", "Gonzi japplika - u l-Onor.", "Membru dan jafu - f'każ li jkun hemm diskrepanza bejn dak li jkun intqal fil-votazzjoni u meta l-Iskrivan jiġi biex jgħodd il-voti.", "GĦalhekk jieħdu vot ieħor.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, il-membri tan-naħa l-oħra lili ġibduli l- attenzjoni li ġaladarba jingħata ruling irrid noqgħod għalih u ma nistax nikkummenta dwaru.", "Mela dan ifisser li bħalissa kulħadd qiegħed out of order għax is-Sedja diġa' tat ruling fuq din il-kwestjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, in-naħa l-oħra qed tibbaża l-argument tagħha fuq premessa sempliċi u qed tgħid li jekk deputat iqum u jesprimi l- vot tiegħu waqt id-division, dak ma jistax ibiddlu.", "Din hija l-premessa kollha li fuqha qed jiġi bbażat l-argument tal-Gvern.", "Mela ejja napplikaw l-istess prinċipju għal dak li ġara waqt li kien hawn l- ewwel call tas-Sinjorija Tiegħek għall-vot.", "Meta inti staqsejt min hu favur u min hu kontra, l-Onor.", "Francis Agius qal \"No\".", "Tant qal \"No\", li fit-transcript li kellna quddiemna hemm minuted li l-mozzjoni tal-Viċi Prim Ministru ġiet carried.", "Mela m'hemm l- ebda dubju li fl-ewwel vot li ġie mgħajjat f'din il-Kamra, l-Onor.", "Francis Agius ivvota \"No\".", "Mela ħalli napplika l-istess prinċipju li qed jibbażaw fuqu min-naħa tal-Gvern.", "Il-Gvern qed jgħid li ladarba tivvota, dak il-vot ma tistax tbiddlu.", "Mela jekk l-Onor.", "Francis Agius ivvota \"No\" fil- call......", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membri jafu li hemm żewġ stadji ta' voti f'din il-Kamra.", "L-ewwel hemm l-istadju tal-call u mbagħad hemm id- division.", "Mela jekk fl-istadju tal-call l-Onor.", "Agius qal \"No\" u dan huwa kkonfermat, jista' l-Onor.", "Agius fid-division jgħid \"Yes\"?", "GĦaliex jekk jista', multo magis, fl-istess division jista' jbiddel minn \"Yes\" għal \"No\" u \"No\" għal \"Yes\".", "Inkella m'għandniex prinċipju wieħed imma għandna prinċipji tal-lastku u niġbduhom skond ma rridu!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nixtieq niċċara ftit dak li ntqal mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mill-Onor.", "Hyzler.", "Qabel ma l-Onor.", "Agius qal \"iva\", kien hawn talba sabiex l-ismijiet tal-membri jinqraw bil-mod u sabiex kulħadd jgħid \"iva\" jew \"le\" b'mod li jinstema' ċar.", "Issa ejja nitkellmu dritt u ma noqogħdux nistaħbew wara subgħajna għax ħadd minna hawnhekk ma twieled il-bieraħ.", "Huwa evidenti li din il-mossa min-naħa ta' l-Oppożizzjoni saret sabiex fuq ir-radio jinstema' li l-kollega tagħna, l- Onor. Duminku Mintoff, qiegħed jgħid \"le\".", "(Interruzzjonijiet.)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Wara li l-Kamra wieġbet għall-ewwel mistoqsija min-naħa tas-Sedja, qam l-Onor.", "Censu Galea u talab biex kulħadd jivvota fuq il-kuxjenza tiegħu.", "Ftit sekondi wara l-Onor.", "Agius qal \"iva\" - u jien nifhem li qal \"iva\" skond il-kuxjenza tiegħu - u nstema' ċar.", "Dak il- ħin jiena qomt fuq point of order u kien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li qam jagħmel l-istorbju u mhux jiena.", "Jiena veru għandi leħni jgħajjat imma l- Kap ta' l-Oppożizzjoni, għaliex ried japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni .....", "(Interruzzjonijiet.)", "Ma nistax, għaliex kulħadd b'xi ħaġa fid-dinja!", "Imbagħad ngħidlek Plasmon baby!", "Ogħqod kwiet!", "Madam Speaker, jiena għidt li l-vot ma jistax jinbidel.", "B'riferenza għal dak li qal il-kollega tagħna, l-Onor.", "Austin Gatt, li l- ewwel aħna ngħidu \"iva\" u n-naħa l-oħra tgħid \"le\", u nibqgħu sejrin hekk ....", "(Interruzzjonijiet) Imma meta ġejna għall-prova ....", "Mhux billi toqgħod titqaddes għax imbagħad x'ħin tmut .....", "Fuq il-kuxjenza tiegħu, l- Onor. Agius ħass li din in-naħa għandha raġun.", "Kien ferħan u vvota favur il-Gvern!", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dan id-diskors l-Onor.", "Debono Grech irid jirtirah.", "Dak li qal issa fil-Kamra ma jistax jimputah lill-Onor.", "Agius.", "L-Onor.", "Agius dak il-ħin stess qal: Jien ħadt żball, u allura ma jistax jgħidlu li għamel hekk apposta biex jivvota favur il-Gvern.", "Din hija imputazzjoni ta' dak li għamel l-Onor.", "Agius u l-Onor.", "Debono Grech m'għandu l-ebda dritt jimputa, u għalhekk is-Sinjorija Tiegħek għanda titolbu jirtira dan id-diskors.", "Ħalli l-Prim Ministru jispiċċa f'kawża b'dak li qal barra dan il-Parlament imma dik hija kwestjoni oħra.", "(Interruzzjonijet) Dażgur li ma tibżax!", "MADAM SPEAKER: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, ma jistax ikun li kull darba li xi Membru f'din il-Kamra jagħmel punt politiku jqum l-Onor.", "Fenech Adami, qisu f'daqqa waħda qegħdin ngħidu xi affarijiet ta' barra minn hawn jew xi għarukażijiet.", "Hawnhekk għandna kull dritt li naslu għal interpretazzjoni politika tagħna ta' kull ħaġa li tagħmel in-naħa l-oħra, kif għandhom huma wkoll, u din m'hijiex imputazzjoni imma hija interpretazzjoni politika li hija leġittima u tista' ssir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Madam Speaker, naħseb li wasal il-ħin li nispjega eżattament x'ġara f'dak il-mument.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qabel ma l-Onor.", "Agius għall-ewwel darba f'dan il- Parlament jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq il-vot li ħa ....", "MADAM SPEAKER: X'inhu l-point of order tiegħek, Onor. Vella?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-point of order huwa li dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni aħna ma nistgħux naċċettawh għaliex kieku l-Onor.", "Agius esprima ruħu qabel il-vot f'din il-Kamra f'xi diskors konna nkunu nafu kif jaħsibha.", "Imma l-Onor.", "Agius għamel il-vot bħala l-ewwel espressjoni .....", "MADAM SPEAKER: Dan huwa tkomplija tad-diskussjoni dwar il-point of order li diġa' tqajjem u m'huwiex point of order ġdid.", "GĦaldaqstant nitolbok tpoġġi bil-qiegħda ħalli jkompli l-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sabiex forsi fl-aħħar min qed jismagħna jibda jifhem x'ġara, nista' ngħid li dak il-mument jiena kont diġa' vvotajt u kont ivvotajt \"le\".", "Kieku ridt nivvota \"iva\", kif qegħdin jipprovaw jgħidu min-naħa l-oħra ....", "Jiena qiegħed il-ħames wieħed fil-lista.", "(Interruzzjonijiet) Kont diġa' vvotajt malli saret l-ewwel mistoqsija u kont ivvotajt \"le\".", "F'dak il-ħin li kienet għadha tibda d-division u ntalab li nimxu bil-mod u li kulħadd jgħid \"iva\" jew \"le\" - u mhux kif nagħmlu s-soltu f'din il-Kamra ....", "F'dak il-mument ta' distrazzjoni kien li jien għidt iva.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, għandi point of order.", "MADAM SPEAKER: Se nagħtik ċans imma l-ewwel agħtih ċans jispiċċa.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat) L-Onor.", "Debono Grech, on a point of order.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Qed tara min jaqilgħu l-istorbju!", "(Interruzzjonijiet) Qed jigdeb fuqi.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, jien nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "Kull darba li nqum biex nitkellem ...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża.", "Fl-10.15 a.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Madam Speaker, jien m'għidtx li l-Onor.", "Debono Grech ma qalx dak il-kliem.", "Anzi kont qed ngħid li qal dak il-kliem proprju fil-mument li għajtuli sabiex nivvota u dik kienet waħda mid- distractions li kien hawn.", "Ma kienx hawn xi storbju kbir, bħalma nqala' eżattament dak il-ħin.", "Ma rajtux issa kif inqalgħet dik il-konfużjoni sħiħa?", "Kif nista' ninstema'?", "Jien ġejt deskritt bħala \"a quiet person\".", "Veru li jien \"a quiet person\" imma għandi vot daqs ħaddieħor.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien kelli impressjoni ħażina imma malli ndunajt għidt li kont għamilt żball.", "Issa jekk qed tgħidu li wieħed ma jistax jieħu żball, araw intom.", "Din tista' tiġri lilkom 'il quddiem u għalhekk huwa preċedent ikrah f'din il-Kamra.", "Jien mill-ewwel għidt li kont ħadt żball u kien żball ġenwin għax kont taħt l-impressjoni li aħna se ngħidu \"iva\" bħala Oppożizzjoni.", "Għidt \"iva\" fis-sens li ridt nivvota ma' l- Oppożizzjoni meta fil-verita' ridt ngħid \"le\".", "Il-proċedura li tintuża s- soltu f'din il-Kamra hi li jinqraw l-ismijiet, l-Iskrivan iħares lejna u sempliċement jimmarka.", "Madam Speaker, jien naħseb li kont ċar biżżejjed għax m'hijiex l-ewwel darba li esprimejt ruħi u kulħadd jaf x'inhi l-pożizzjoni tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, meta l-bieraħ staqsejtek jekk it- transcript li kelli quddiemi kienx kopja veritiera inti kkonfermajtli li hekk huwa.", "Mela ħalli nikkwota minnu ħalli naraw kif qamet il-kwestjoni kollha u se nsemmi l-points of order li tqajmu.", "Jien kont qed nindirizza lilek b'dan il-mod:", "\"Jekk joġgħbok, Sinjura President, noqogħdu attenti għax l-Onor.", "Spiteri wkoll semma preċedent fejn ġrat l-istess ħaġa u bqajna għaddejjin.", "Mela anke l-iStanding Order li qed tirriferi għalih jikkonferma l-pożizzjoni li qed nieħdu li l-vot sar u kien vot leġittimu.\"", "Inti hemmhekk irrispondejtna b'dan il-mod:", "\"MADAM SPEAKER: Jien qrajt l-iStanding Order u x'ħin qrajtu kemm kemm tajtuni ċans nispjega ruħi.", "Il-votazzjoni tkompli.", "(Interruzzjonijiet) Mhux issa, wara.\"", "Mela hemmhekk, Sinjura President, int kont diġa' tajt ruling fuq dan il- punt u għalhekk fuq dik il-bażi mbagħad il-votazzjoni setgħet tkompli.", "Mela dan il-point of order diġa' huwa settled.", "It-tieni punt tiegħi hu li l-point of order li għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni huwa referibbli għall-Ordni Permanenti Nru. 86.", "Issa nistgħu nargumentaw li Ordni Permanenti Nru. 86 huwa limitattiv wisq.", "Nistgħu nargumentaw ukoll li ixekkel jew ma ixekkilx ċerti espressjonijiet imma fuqu għandna nimxu.", "Huwa miktub b'mod ċar li m'hemm l-ebda possibbilta' ta' ambigwita'.", "Huwa veru li qed iħares lejn żewġ affarijiet imma t-tnejn huma referibbli għar-rappurtar tan-numri tal-votazzjonijiet.", "L-ewwel waħda hija l-konfużjoni u naqbel li \"konfuzjoni\" ma tfissirx neċessarjament storbju imma tista' tfisser konfużjoni fil-mod kif jitpoġġew in-numri meta jkunu qed jiġu rrapportati, jew isir żball meta jkunu qed jiġu rrapportati.", "Huwa ċar li l-iStanding Order Nru. 86 mhuwiex referibbli għall-każ li għandna quddiemna u toħroġ ċara wkoll mill-prattika ta' dan il-Parlament li meta jkun hawn żball, lapsus bħal dan, dak l-iżball jibqa' jgħodd għall-vot li jkun ġie espress.", "Għandna wkoll il-preċedent li semma l-Onor.", "Lino Spiteri li ġara fis-snin sittin, fejn din il-ħaġa ġrat diġa' u baqgħet tiġi kkonfermata.", "Jiġifieri għandna preċedent f'din il-Kamra stess.", "It-tielet punt li rrid nagħmel huwa riferibbli għall-iStanding Orders ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "M'hemm l-ebda ambigwita' f'dawk l-iStanding Orders u hija ħaġa ċara li l-uniku każ fejn ġiet deċiża bil-maqlub tmur kontra, mija fil-mija, l-iStanding Orders ta' l- Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "U għalhekk huwa kritikabbli, mija fil-mija, il-każ li ssemma fejn din ir-regola ma nżammitx.", "Regolament 35 tal-Kunsill ta' l-Ewropa huwa assolutament formali u jorbot li l-vot ma jistax jinbidel ladarba jkun ġie espress.", "Allura nerġa' nissottomettilek minn din in-naħa tal-Kamra li l-point of order li għandek quddiemek m'għandekx taċċettah.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Madam Speaker, nixtieq nagħmel żewġ punt fil- qosor.", "L-ewwel punt li rrid nagħmel huwa rigward l-iStanding Orders tal- Kunsill ta' l-Ewropa u l-argument li għamel l-Onor.", "Attard Montalto meta kkwota li a member may not change his vote, imbagħad meta qraha bil-Franċiż qal li ne peut pas tfisser that he cannot change his vote.", "Jien m'iniex xi lingwista u hawn min hu aħjar minni fil-Franċiż pero' naf li ne peut pas tista' tfisser kemm cannot u kif ukoll may not u din ġejja mill-verb pouvoir.", "Allura ma naħsibx li dak l-argument ireġi, assolutament.", "It-tieni punt li rrid nagħmel hu li l-point of order li qajjem l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jittratta dwar id-demokrazija f'dan il-pajjiż, għaliex li deputat jingħata l-opportunita' li jesprimi l-intenzjoni tiegħu reali permezz ta' vot hija fil-qalba tad-demokrazija f'pajjiżna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, nixtieq nibda billi nirriferi għal dak li qal il-Prim Ministru u mbagħad forsi nagħmel xi żewġ rimarki oħra.", "Hawn irrid nappella li din hija deċiżjoni importanti ħafna u, kif qalu xi membri min-naħa tal-Gvern, tispetta d-diskrezzjoni tiegħek, Madam Speaker, bħala President ta' din il-Kamra, u naħseb li hija diskrezzjoni li għandha tiġi eżerċitata bl-iktar regoli ta' sens komun u anke ta' prinċipji fundamentali li forsi nirriferi għalihom.", "Ħalli nibda billi nagħmel riferenza għall-argument tal-Prim Ministru fejn, waqt li kkwota mistoqsija preċiża li hu għamel lis-Sinjorija Tiegħek fis-seduta ta' qabel, talbek sabiex tikkonferma li dak it-transcript li kien qed jikkwota minnu kien jirrifletti preċiż dak li ġara f'din il-Kamra.", "Dan is-Sinjorija Tiegħek ikkonfermatu.", "Abbażi ta' dan l-istess transcript inti għidt:", "\"Mhux issa, wara\".", "Ir-riferenza tas-Sinjorija Tiegħek meta qalet \"mhux issa, wara\", kienet preċiżament għal kull punt ta' diskussjoni rigward xi jfisser dak il-vot u rigward anke d-diffikulta' li qamet għax, immedjatament wara żball mill- iktar ġenwin, l-Onor.", "Agius iddikjara li dak ma kienx il-vot li hu ried jitfa' u ma kienx jirrifletti l-intenzjoni vera tiegħu.", "U dan hu prinċipju fundamentali.", "Issa jien se nikkwota xi ħaġa oħra minn dan l- istess transcript, li l-Prim Ministru tant insista li jikkonferma kemm hu veritier.", "Fl-ewwel paġna ta' dan it-transcript insibu li meta Madam Speaker qalet dawn il-kliem:", "\"Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Mozzjoni ta' Proċedura kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?\",", "kien hemm membri li wieġbu \"Aye\" u oħrajn li wieġbu \"No\".", "Dejjem skond dan l-istess transcript, li l-Prim Ministru vverifika miegħek għal darba darbtejn, Madam Speaker, int wara għidt il-kelma \"negatived\".", "Jiġifieri jekk issa se nimxu b'din ir-regola, qisna qegħdin nassistu għal xi quiz, li kif tagħfas il-buttuna jirreġistra mill-ewwel u wara ma tkunx tista' tikkoreġi ruħek ...", "Mela hawn, bir-rispett kollu ...", "(Interruzzjonijiet) U dan aktar jiġġustifika li membru ta' din il-Kamra jkun uman daqs l- istess Speaker u jekk jieħu żball - u jien nieħu gost li n-nies ikunu umani, għax bħalma l-iSpeaker qalet \"negatived\" minflok \"carried\"...", "(Interruzzjonijiet) Niġu issa għall-kwestjoni ta' Standing Order No. 86, li għalija huwa ċarissimu.", "Jekk Standing Order No. 86 jitkellem fuq \"każ ta' konfużjoni jew żball dwar in-numri rapportati\", x'tista' tkun din il-konfużjoni jew żball dwar in-numri rapportati?", "Jien ngħid li jista' jkun żball riferibbli preċiżament għal meta għandek membru f'din il-Kamra li jkun ħa żball u allura tista' tqumlek anke konfużjoni dwar in-numri għaliex hemm diffikulta' ta' interpretazzjoni - kif fil-fatt kien hemm b'mod identiku fil-każ tal- Kunsill ta' l-Ewropa - dwar kif tgħodd dak il-vot.", "GĦandek tgħoddu ma' l- ewwel kelma li skattatlu, qisna qegħdin f'xi quiz, jew tgħodd l-intenzjoni?", "U hawn, qabel ma nagħmel argumenti oħra, naħseb li kif teżerċita d- diskrezzjoni tagħha s-Sinjorija Tiegħek, mhux biss jolqot prinċipji fundamentali tad-demokrazija imma jolqot prinċipji fundamentali iktar umani, iktar bażiċi fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "X'inhu dan l-iktar prinċipju fundamentali?", "Jekk aħna bnedmin liberi, kull att li jagħmel il-bniedem - nista' nqegħedha f'livell legali, f'livell morali, f'livel filosofiku, neħduha f'liema livell immaġinabbli tridu - irid jirrifletti l-intenzjoni vera tiegħu.", "Min jeżerċita l-professjoni ta' nutar, bħalma kienet tagħmel is- Sinjorija Tiegħek stess, u jkollu persuna quddiemu li ma tesprimix l- intenzjoni preċiża tagħha u n-nutar ikun laħaq kiteb, jagħmel korrezzjoni u jagħmel stilla taħt, safejn naf jien.", "Jekk int tmur biex tivvota u tieħu żball ma jgħidlekx: Le, ma tistax issa tikkorreġi ruħek.", "Allaħares il- membri ta' dan il-Parlament ma napprezzawx dan l-att mill-iktar fundamentali u mill-iktar bażiku fil-ħajja tagħna lkoll għax inkella nkunu qed nagħmlu assurdita` mid-demokrazija, assurdita` mill-prinċipji kollha l- iktar fundamentali li suppost nemmnu fihom lkoll.", "U niġu għal dak li ġara fid-debate tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "L-Onor.", "Attard Montalto għamel argument qawwi li għandna bżonn nikkwotaw kollox.", "Pero' jien niskanta li kollega, anke fis-sens legali, jgħidilna biex nikkwotaw kollox u mbagħad jieqaf jikkwota preċiżament qabel ma jagħti r-ruling il-President ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Għax eżattament wara dak li kkwota l-Onor.", "Membru, il-President qal hekk:", "\"The representative who wanted to change his vote first thought that he was being asked whether he was present and so said \"yes\".", "It was a misunderstanding\"", "U din għalija l-kruċjali.", "Mela una volta stabilit li persuna, hi x'inhi r- raġuni, dak il-ħin fehmet ħażin, għandha dritt li tikkorreġi l-vot.", "Imma jien nikkwota iżjed li ma kkwotax l-Onor.", "Attard Montalto.", "Lord Finsberg, li kien wieħed minn dawk li vvota favur - għax fid-dinja l- irġulija ma tfissirx li jekk int għandek vot favur u hemm xi ħadd li għandu vot kontra tipprova ssib metodi proċedurali biex dak il-vot kontra ddawru f'vot favur għax dak huwa kontra l-prinċipju fundamentali ta' l-onesta` u ta' l-irġulija bażika; allaħares nimxu hekk hawn ġew!", "(Interruzzjonijiet) - qal hekk:", "\"On a point of order, Mr President, the position is perfectly clear.", "Until you declare the voting closed there is nothing in the rules of procedure to say whether someone may or may not change his vote.\"", "U jien nagħmel dan l-argument għal dan il-Parlament ukoll.", "Fejn hawn xi regola f'dan il-Parlament li tgħid li membru ma jistax jibdel il-vot?", "Hawn x'imkien fl-iStanding Orders li jgħid dan?", "U issa rridu nagħżlu.", "Għax jew japplika artiklu 86, fejn allura konfużjoni dwar voti tinkludi konfużjoni ta' l-interpretazzjoni ta' l-iktar ħaġa fundamentali fil-ħajja tagħna, meta att ta' bniedem ma jikkombaċjax ma' l-intenzjoni tiegħu ...", "Madam Speaker, jien xtaqt li kieku smajt min-naħa l-oħra tal-Kamra lil min jgħid: Ejjew niddiskutu din il-kwestjoni b'mod kalm, b'mod legali u b'mod preċiż.", "Niskanta kif l-iktar regola fundamentali li nitgħallmu fi kwalunkwe kors tal-liġi, li dak li nagħmlu jrid ikun ekwivalenti għall- intenzjoni li jkollna f'moħħna inkella dak l-att ma jkunx validu, donnu li hawn min nesiha.", "Qed nieħu l-impressjoni li hawn min aktar jinteressah is- sofiżmu milli l-prinċipju.", "Għaliex qegħdin inwarrbu l-fundamentali kollha?", "Imma anke jekk se nargumentaw b'mod legalistiku, irridu nifhmu li għandna għażla.", "Għax jew artiklu 86 japplika għall-proċeduri ta' din il- Kamra - u hawn li għandna quddiemna huwa każ ta' konfużjoni dwar il-vot, anke interpretat fid-dawl tal-prinċipji li qed insemmi - u allura s- Sinjorija Tiegħek għandha d-diskrezzjoni li jew tikkoreġi l-vot abbażi tan- nies li kien hawn hawnhekk, mingħajr bżonn ta' vot ieħor, u tagħmel il- korrezzjoni li ntalbet li tagħmel; jew tuża d-diskrezzjoni u tgħid \"jittieħed vot ieħor\".", "Pero' jekk għall-argument artiklu 86 ma japplikax għall-każ in eżami, allura m'għandna l-ebda scelta oħra ħlief li nagħmlu - kif dejjem nagħmlu b'dawn l-iStanding Orders - u ngħidu: Mela issa għandna każ ta' lakuna u allura nirriferu għall-Erskine May.", "F'dan il-każ l-Erskine May jgħid ċar u tond li inti trid tieħu l-ewwel dak li kien iddikjarat minna lkoll, fejn għandna dikjarazzjoni ċarissima ta' l-Onor.", "Francis Agius li hu kien qiegħed jivvota kontra.", "M'għandniex scelta oħra u nkunu żbaljati jekk b'xi mod, b'imputazzjonijiet li nagħmlu u bl-argumenti li jsiru, nipprovaw nekwiparaw żball ġenwinissimu ta' misunderstanding, żball ta' persuna fostna li mill-ewwel ġie korrett .", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, se jkolli nwaqqfek.", "Smajnieh dan il- punt.", "Nitlob biex ma jkollniex ripetizzjoni ta' dak li jkun diġa' ntqal.", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, l-ewwelnett irrid nirreġistra li l- point of order qiegħed jiġi abbużat għax il-point of order m'huwiex debate - u għadna kemm smajna eżempju; smajna qabel ukoll, u miż-żewġ naħat tal- Kamra - u ma jeħux siegħa u nofs jew nofs seduta u nofs seduta.", "Dak huwa l- ewwel punt.", "It-tieni punt huwa li jien nirriżenti personalment ir-riferenzi li qed isiru għas-Sinjorija Tiegħek fid-diversi kontesti li saru.", "L-ewwel riferenza saret mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qagħad jindika u jfakkarna li inti ħadt żball kif sejjaħt mozzjoni \"carried\" jew \"negatived\" u issa anke saret riferenza għalik fil-professjoni privata tiegħek.", "Dawn l- affarijiet m'għandhomx ikunu.", "L-iSpeaker qiegħda fis-Sedja u x'jagħmlu n- nutara u x'tagħmel inti jekk stess tieħu żball - kif ħadu qablek diversi Speakers - anke jekk stess tagħmel xi ħaġa għarfa, m'għandux x'jaqsam ma' dak li nkunu qegħdin niddiskutu aħna.", "Li qegħdin niddiskutu aħna hawnhekk hija l-votazzjoni tal-Membri.", "Il-votazzjoni hija tal-Membri u mhux ta' l- iSpeaker.", "L-iSpeaker tivvota biss meta tiġi biex tagħti l-casting vote.", "(Interruzzjonijiet) M'iniex se ntawwal.", "Qed itul ħafna dan il-point of order dwar x'jgħid l-Erskine May u x'jagħmlu fil-Council of Europe.", "Madam Speaker, dan huwa żbaljat.", "L-ewwelnett aħna f'din il-Kamra ggwidati minn żewġ affarijiet, cioe' mill-iStanding Orders tagħna, mill-konswetudini tagħna, mill-prattika tagħna u mis-sensibbilta' tagħna wkoll.", "Jekk kemm-il darba ma nsibux soluzzjoni b'dawn it-tliet affarijiet imbagħad noħorġu minn din il-Kamra u tradizzjonalment immorru għall-Erskine May.", "Issa l-iStanding Orders għadhom kemm ġew iċċitati b'ċerta forza mill-aħħar kelliemi li kkwota artiklu 86 ta' l-iStanding Orders li m'għandu x'jaqsam assolutament xejn.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jerġa' jirripeti x'jgħid dan l-artiklu:", "\"In case of confusion or error occurring concerning the numbers reported...\".", "Mela l-confusion or error tkun ipso facto, wara li tkun saret il-froġa dwar ir-rappurtaġġ tan-numri li jsir wara u mhux waqt li qed tittieħed il- votazzjoni.", "Waqt li ttieħdet il-votazzjoni x'kellna?", "X'kien l-istat ta' fatt?", "Kellna votazzjoni kalma, ma kienx hawn interruzzjonijiet u r- riferenza għall-Onor.", "Debono Grech ma kenitx f'postha.", "Mhux ma kienx hemm intervent mill-Onor.", "Membru imma ma kenitx f'postha għax l-Onor.", "Debono Grech tkellem wara li l-Onor.", "Agius esprima ruħu.", "Dak l-ewwel punt.", "Bħala fatt l-Onor.", "Agius qal li hu esprima ruħu bi żball.", "Kulħadd jieħu żball.", "Jien personalment naċċetta li għamel żball.", "Imma mbagħad għandna t-tielet punt.", "X'inhija l-prattika ta' din il-Kamra u x'jgħidu l-iStanding Orders.", "L-IStanding Orders jgħidu:", "\"A member is not obliged to vote .\"", "- ivvotajna lkoll ħlief għall-Onor.", "Mintoff -", "\"Votes shall be taken openly and entered in the Minutes of the proceedings of the House. \"", "- jiġifieri mhux b'vot sigriet -", "\"The Speaker or the Chairman, as the case may be, shall forthwith ...\"", "- \"forthwith\", ma tistax toqgħod tieqaf fin-nofs -", "\"declare to the House the result or the division and shall state the number of the \"Ayes\" or \"Noes\".\"", "Ma toqgħodx tgħid dawk li ġew ikkorreġuti.", "Jekk ħarġitlek \"Aye\" ħarġitlek \"Aye\", u jekk ħarġitlek \"No\" ħarġitlek \"No\".", "Dawk huma l-iStanding Orders b'interpretazzjoni stretta, dejqa u iebsa.", "Issa x'jista' jimmitigahom jew idawwarhom?", "Il-preċedent.", "Sfortunatament għall-każ li qed tagħmel l- Oppożizzjoni l-preċedent huwa kontra tagħha.", "Jien iċċitajt każ fejn sar żball għax kont hawnhekk; u l-uniku membru ieħor li kien hawnhekk kien l-Onor.", "Perit Mintoff.", "L-Onor.", "Mintoff bħalissa mhux qiegħed hawnhekk pero' hawn membri oħra ħajjin mill- Leġislatura ta' l-1962 u ta' l-1966.", "Kien sar żball, anzi żball doppju.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, ma nafx għalfejn qegħdin jinterrompu min-naħa l-oħra.", "Niftakru qisu l-bieraħ.", "Konna fit-Tapestry Chamber ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, hemm għalfejn tinterrompini issa?", "Niftakru qisu l-bieraħ meta kien sar l-iżball.", "L-Onor.", "Sammy Abela kien ħa żball għax kien qed jikteb xi ħaġa, għolla wiċċu u ma kienx qed isegwi.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ippermettili, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nitolbok tikkonkludi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Il-bieraħ poġġejt bil-qiegħda imma llum ippermettili nikkonkludi l-argument.", "Dan il-punt li qed ngħid huwa kruċjali.", "Fuq dan qed tgħidli nikkonkludi, fuq il-preċedent?", "Nirrispettak pjenament imma fuq il-preċedent ma nistax nikkonkludi.", "MADAM SPEAKER: Ikkonkludi l-punt li qed tagħmel Onor. Spiteri, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nikkonkludi issa?", "Qiegħed in half flight.", "(Interruzzjonijiet) Dalwaqt nikkonkludi.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mela hemm il-preċedent li żewġ membri fl-istess seduta kienu ħadu żball - u min joqgħod jgħid li għax iċċajtaw bejniethom u ftehemu, nitlobhom biex ma jiddesagrawx il-memorja la ta' wieħed u lanqas ta' l-ieħor għax it-tnejn kienu leali lejn il-partit tagħhom u kien żball ġenwin ukoll - imma fil-vot ġie rreġistrat dak li vvotaw.", "Issa x'jifdal?", "Jifdal imbagħad li din il-Kamra by agreement - u mhux għax hemm dritt fl-iStanding Orders, mhux għax il-preċedent jagħti xi dritt - tista' taqbel li jsir xi ħaġa differenti minn dak irreġistrat.", "Imma kif dejjem ġiet iggwidata din il-Kamra minn Speakers preċedenti - u għal darba oħra niftaħ parentesi li r-riferenzi għall-Onor.", "Gonzi bħala Speaker waqt id- dibattitu nirriżentihom ukoll, għax meta kien Speaker kien Speaker, imma llum qiegħed politiku prattikanti; niċċitaw x'ikkwota l-iSpeaker dak iż- żmien, kien min kien, m'hemmx għalfejn noqogħdu nħalltu role ma' ieħor - jekk kemm-il darba jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li jmur oltre l-iStanding Orders, by agreement nistgħu nagħmluha.", "Jekk ma jkunx hemm qbil ma nistgħux nagħmluha.", "Sfortunatament - jew fortunatament - din hija raġuni li ġejja mill-prattika li daħlet f'dan il-Parlament, kif iddeskrivejtha int, Madam Speaker, li qegħdin nimxu b'mod addirittura riġidu.", "Qed ngħid għaż-żewġ naħat u mhux għall-Gvern biss - qed ngħid għall-Oppożizzjoni wkoll għax meta jumejn ilu l-Onor.", "Vella qal li se jmur jikkonsulta mal-Kabinett, in-naħa ta' l-Oppożizzjoni, tramite l-vuċi tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni, mill-ewwel ħarġet għalih u qaltlu: Mela inti tista' ssejjaħ Kabinett! - għax hawnhekk m'hawnx dik il-flessibbilta' li niċċaqalqu.", "Issa, l-aħħar punt ...", "Ippermettili issa, veru l-aħħar punt għal kollox.", "Wara kollox fuqhiex qed nitkellmu?", "X'inhija s-sustanza li hemm differenza fuqha?", "L-iżball li ħa l-Onor.", "Agius?", "Għalxiex trid twassal l- Oppożizzjoni, Madam Speaker?", "Hemm mozzjoni ta' proċedura li għaddiet minn din il-Kamra - u jien naqbel ma' dak li ntqal min-naħa ta' l-Oppożizzjoni dwar ir-ruling li ngħata, imma ma jimpurtax billi wieħed jelabora fuq dan - li qiegħda tipproponi kif tirregola d-dibattitu tal-Parlament dwar the motion to go into Committee fuq l-estimates għall-1998, li qiegħda tagħti ħin iżjed lil dan il-Parlament milli jipprovdu l-iStanding Orders.", "U importanti ħafna dan il-punt għax l-iStanding Orders jipprovdu - kif ġibidli l-attenzjoni l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Sceberras Trigona - għal seba' sittings plus tlett ijiem, waqt li l-mozzjoni ta' l-Onor.", "Vella - bħall- mozzjoni li kien iressaq fl-imgħoddi l-Onor. de Marco - tipprovdi għal iżjed minn hekk.", "Mela jekk stess immorru għas-sustanza u rridu bilfors inġibu l-casting vote - għax din it-tattika, din l-istrateġemma - il- casting vote m'huwiex for curtailing the time of the House imma huwa for extending the time of the House, jiġifieri ħa jkun bilfors favur n-naħa tal-Gvern (Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Jidhirli li smajt biżżejjed u se nirtira.", "Il-Kamra hija sospiża.", "Fil-10.45 a.m il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fil-11.50 a.m.", "RULING TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja semgħet il-point of order imqajjem mill-Onor.", "Kap ta' l-Oppożizzjoni u biex tasal għad-deċiżjonijiet tagħha kkonsidrat dan li ġej:", "i) Ordnijiet Permanenti Nri 86 u 55;", "ii) Erskine May paġna 343 - \"Voice and vote\"", "paġna 350 - \"Member Voting Twice in the Same Lobby\"", "paġna 362 iii) Council of Europe Rules u d-dibattitu li kien hemm riferenza għalih waqt id-diskussjoni;", "iv) Ikkonsidrat u wiżnet dak kollu li ntqal.", "Irid jingħad illi r-riferenza għall-proċeduri tal-Council of Europe saret biss biex is-Sedja tieħu idea komparattiva ta' x'jiġri f'fora oħra meta tinqala' s-sitwazzjoni li kellna quddiemna fis-Seduta Nru 138.", "Minn din ir- riferenza joħroġ illi tittieħdet l-aħħar kelma tal-votant sakemm il-vot ma ġiex iddikjarat magħluq.", "Dan joħroġ ukoll mill-Part VII - Voting, Rule 35 - Methods of Voting tar-Rules of Procedure tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "L-iStanding Orders tagħna - OP 86 - ma jipprovdux regola f'każ ta' żball manifest b'diskrepanza bejn il-vuċi u, għall-argument, l-intenzjoni tal- membru iżda jipprovdu biss għall-korrezzjoni jekk ikun sar żball fin-numri.", "Fl-Erskine May, paġna 343, joħroġ ċar illi sal-1946 il-vuċi dejjem itittieħdet bħala l-manifestazzjoni ta' l-intenzjoni: \"If their voices and their votes should be at variance, the voice will bind the vote\".", "Dan ġie nterpretat minn Membri ta' l-Oppożizzjoni, b'mod speċjali mill-Onor.", "Gonzi, illi r-risposta għall-ewwel tqegħid tal-mistoqsija għandha tgħodd.", "Dan is- Sedja tħoss li mhux argument loġiku u lanqas legali.", "Għaliex?", "Għaliex niġbed l-attenzjoni ta' kulħadd li meta jkun hemm sejħa għal division, għal votazzjoni, din effettivament m'hi xejn ħlief challenging id-deċiżjoni tas- Sedja li mistoqsija ġiet carried jew negatived u għaldaqstant huwa dak li jseħħ waqt id-division li jorbot.", "Is-Sedja qed tinterpreta din il-frażi bl-Ingliż mill-Erskine May, li għadha kemm ċitat aktar 'il fuq, bħala li hija l-vuċi fid-division li torbot.", "Il-każijiet fil-House of Commons mill-1970-71 'l hawn, fejn il-prattika deskritta hawn fuq ġiet ikkundannata mill-iSpeaker u l-Erskine May jgħid:", "\"Mr Speaker has condemned the practice of forcing a division by voice contrary to vote as irregular and unparliamentary\",", "m'hi xejn ħlief riflessjoni ta' l-iSpeaker.", "Għaliex?", "Għaliex minn paġna 550 ta' l-Erskine May toħroġ deskrizzjoni ta' meta kien permess li membru jagħti spjegazzjoni personali dwar il-vot tiegħu u sussegwentement għal dan l-iSpeaker ordna lill-Iskrivan jikkorreġi r-riżultat.", "Sew f'paġna 343, kemm ukoll f'paġna 350, joħroġ ċar illi meta membru kien permess li jikkorreġi ruħu dan sar għaliex kien hemm il-permess.", "Imkien ma jingħad li din kienet xi ħaġa li jippermettiha l-iSpeaker fid-diskrezzjoni tiegħu.", "Irid jiġi rrimarkat ukoll il-fatt li li permess jingħata ripetutament ma joħloq ebda prassi jew konswetudni fil-liġi tagħna.", "L-għoti tal-permess mill-Kamra m'hu xejn ħlief eżerċitu tad-dritt kostituzzjonali tal-Kamra li tirregola ruħha, u bl-ebda mod l-għoti tal-permess ma jfisser li l-Kamra qegħda ċċedi xi drittijiet jew prerogattivi tagħha, anzi qed teżerċitahom.", "Irid jiġi rrimarkat ukoll illi mill-intervent ta' l-Onor Spiteri, fejn iċċitalna dak li ġara f'seduti parlamentari ta' qabel, joħorġu żewġ affarijiet fil-mod kif jimxi l-Parlament tagħna.", "L-ewwel illi l-vot kif manifestat mill-vuċi m'hux revokabbli u jidher ukoll li kien hemm preżenti f'dik is-seduta li semma l-Onor.", "Spiteri ċerta camaraderie li żgur kien element nieqes fis-Seduta Nru 138.", "Meta kien hemm min żbalja f'ċirkostanzi oħra fil-Parlament tagħna dawn l-iżbalji ġew ikkorreġuti għaliex kien hemm il-permess tal-Kamra u dan rajnieh jiġri.", "Fis-seduta numru 138 dan il- permess ma kienx hemm u s-Sedja kellha timxi bil-giljottina tal-liġi fis- sitwazzjoni li seħħet fil-Parlament dak in-nhar, minkejja li moralment ma taqbilx u tiddeplora n-nuqqas ta' kompassjoni fil-konfront ta' xulxin.", "Irid jingħad ukoll illi meta tqajjem il-point of order fuq l-OP 86 u s- Sedja tkellmet f'nofs il-votazzjoni, is-Sedja f'dak il-mument rat jekk dan l-OP jistax jinqara u jiġi nterpretat sew bil-mod kif saret l- interpretazzjoni mill-Oppożizzjoni u sew kif saret l-interpretazzjoni min- naħa l-oħra u fil-fatt ordnat li l-votazzjoni tkompli.", "Dan sar għaliex fl- OP 86, wara l-kelma \"konfużjoni\", ma teżisti ebda comma u għaldaqstant dan l-OP irid jinqara u jiġi nterpretat skond dak li jgħid l-istess Ordni Permanenti, jiġifieri li jirregola żball fin-numri li jsir mill-Iskrivan.", "Għaldaqstant il-votazzjoni li seħħet fis-Seduta Nru 138 torbot lil dan il- Parlament.", "Irid jingħad ukoll skond l-Erskine May, paġna 362, illi:", "\"That a question, being once made and carried in the affirmative or negative, cannot be questioned again but must stand as a judgement of the House.\"", "Teżisti wkoll il-proċedura biex vot jiġi rexiss, imma din m'hijiex xi ħaġa li għandu jsir rikors għaliha spiss anzi tkun eżerċitata biss u wkoll b'mod ristrett f'każ ta' substantive motion.", "L-iskop wara din il-fakulta huwa li ma jirrestrinġix lill-Kamra u biex din il-proċedura tibda jrid ikun hemm avviż.", "L-Ordni Permanenti Nru 55 jirrifletti dan.", "Fl-aħħarnett irid jingħad - u dan biex ilkoll inżommu saqajna fl-art - illi dak li ġara fis-Seduta Nru 138 ġara f'mozzjoni proċedurali li effettivament fl-intier tagħha twessa' l-ħin tad-diskussjoni dwar il-budget - materja importanti għal dan il-Parlament u nazzjonalment kruċjali fil- mument - aktar minn dak li jagħtu l-iStanding Orders, u l-membru milqut għandu iċ-ċans kollu biex f'votazzjonijiet oħra aktar sostanzjali jagħti vot li jirrifletti aħjar l-animu tiegħu.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KONFERMA TAL-MINUTI TAS-SEDUTA NRU 138 TA' L-10 TA' NOVEMBRU, 1997", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Ċensu Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1997 din tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol . .", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"C\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Ċensu Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Intalbet votazzjoni u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju 1997 din ukoll tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Il-ħin sar.", "MADAM SPEAEKER: Iva, nikkonferma li wasal il-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol.", "L-Onor.", "Ċensu Galea", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qabel ma nibdew il-votazzjoni proprja, nixtieq nitlob li mhux biss kull membru jgħajjat \"iva\" jew \"le\" imma li l-microphone jinxtgħel ħalli jiġi rreġistrat il-vot ta' kull membru.", "MADAM SPEAKER: Jien jidhirli li hekk għandu jkun.", "Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva) Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Ċensu Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Peress li ntalbet votazzjoni, f'nofsinhar il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Ċensu Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra jaqra l-ismijiet ta' l- Onor. Membri.", "L-Iskrivan tal-Kamra beda jaqra l-ismijiet b'ordni alfabetiku u meta sejjaħ l-isem ta' l-Onor.", "Edwin Grech, l-Onor.", "Membru instema' jgħid \"iva\".", "Dak il-ħin qam ħafna għajat u storbju.", "MADAM SPEAKER: Tkompli l-votazzjoni.", "L-Iskrivan tal-Kamra kompla jaqra l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri b'ordni alfabetiku.", "VOTAZZJONI NRU 90", "FAVUR", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Grech Edwin | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | |Galea Pace | | |Victor | |", "KONTRA", "L-Onor", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "MADAM SPEAKER: Ir-riżultat tal-votazzjoni huwa 35 favur u 34 kontra.", "L- emenda \"B\" għaddiet.", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mhux se nitkellem fuq il-votazzjoni, Madam Speaker.", "Il-bieraħ filgħaxija, in-naħa ta' l-Oppożizzjoni ġibdet l-attenzjoni tas- Sedja għal dak li qed ikollna fl-istrangers gallery.", "Bħalissa kulma hemm fl-istrangers gallery huma tlieta min-nies u nstema' ċ-ċapċip.", "Din hija xi ħaġa li nafu lkoll kemm aħna li mhijiex permessibbli.", "MADAM SPEAKER: Inwissi lill-individwi li qegħdin fl-istrangers gallery li ma jistgħu jagħmlu l-ebda mossa għax niżgombra l-gallerija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Madam Speaker, irrid ngħid li għalkemm għidt \"iva\", u dak il-vot will stand, dik jien għidtha bi żvista għax ridt ngħid \"le\".", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nipproponi li jsir qbil f'din il-Kamra li meta ġenwinament xi ħadd jieħu żball, dan ikun jista' jikkorreġġih.", "F'dak il-każ nagħtu ċans lilu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "ONOR.", "MEMBRU: Ma jridux.", "MADAM SPEAKER: Xejn ma jeskludi li titkellmu aktar tard.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"C\", kif proposta mill-Onor.", "Censu Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "MADAM SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU 91 FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA: 35", "L-Onor", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda \"C\" m'għaddietx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, naħseb li hemm bżonn li ssir il- mistoqsija fuq l-approvazzjoni tal-Minuti kif emendati.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija ssir fis-seduta li jmiss.", "Trid terġa titla' fuq l-order paper.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Għad lanqas għandna indikazzjoni għal x'ħin se tiġi aġġornata s-seduta!", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din id-diskussjoni kollha li għaddejna minna matul dan il-ħin kollu kienet fuq l-approvazzjoni tal-Minuti.", "Saru l-emendi min- naħa l-oħra, ivvotajna fuqhom u ġew deċiżi.", "Aħna għamilna dan id-dibattitu kollu biex naqblu jew ma naqblux fuq x'forma għandhom jieħdu l-emendi u issa ddeċidejna x'forma għandhom jieħdu.", "Jien naħseb li per konsegwenza l- Minuti huma lesti.", "Jekk irridux nagħmlu vot fuqhom hija storja oħra.", "Jien naħseb li jekk nagħmlu dan, sempliċement inkunu qed nirrepetu dak li għamilna diġa'.", "Dan il-proċess kollu kien biex naslu kif għandhom ikunu l- Minuti.", "Issa l-korrezzjoni saret.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Allaħares ngħidu li jekk tgħaddi emenda allura l-mistoqsija prinċipali tkun għaddiet!", "Issa trid issir il-mistoqsija jekk naqblux mal-Minuti kif emendati.", "Il-Gvern jaqbel magħhom?", "Ma nafx!", "Forsi ma jaqbilx imma rridu ngħidu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Irridu naraw jekk huwiex worthwhile li kulħadd jiġi fil-5.00 p.m. biex nagħmlu division fuq ħaġa li diġa' għaddiet.", "Din li għandna quddiemna.", "U din trid tkun concession min-naħa tal-Kamra.", "Jekk hawn xi ħadd li joġġezzjona għal din, ma ssirx.", "Fejn hu l-common sense li noqogħdu nerġgħu niġu biex nagħmlu din il-votazzjoni!", "MADAM SPEAKER: L-Onor Mintoff għandu raġun.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Across the floor staqsejt lill-Onor.", "Mizzi għal x'ħin se naġġornaw - ma naħsibx li għandna nagħmlu seduta fis-2.00 p.m. minħabba din il-mozzjoni - u l-Ministru responsabbli mill-affarijiet tal-parlarment irid jirrealizza li din is-sitwazzjoni ħloqniha bil-mozzjoni ta' proċedura.", "Issa qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "Jekk is-Sinjorija Tiegħek titlob li jkun hemm qbil tal-Kamra biex nissospendu r-regolamenti u napprovaw il-Minuti issa, minn din in-naħa m'hemmx oġġezzjoni purche' jgħidilna li mhux se naġġornaw għas-2.00 p.m.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-aġġornament għas-2.00 p.m. kien determinat mill- argument li jista' jkun hemm bżonn ta' votazzjoni fuq dawn il-Minuti.", "Jien fhimt li l-proċedura li qed insegwu hija li għandna l-Minuti quddiemna u s- Sedja riedet tistaqsi jekk hemmx korrezzjonijiet.", "Il-korrezzjonijiet proposti kienu tlieta.", "Il-materja tal-korrezzjonijiet ġiet tackled u mxiet u l-Minuti qegħdin lesti.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER:.", "Din il-biċċa xogħol diġa' qamet il-bieraħ.", "Il-proċedura hi li nieħdu t-text kollu tiegħu.", "Wara li jien nistaqsi hemmx korrezzjonijiet għall-Minuti, nistaqsi wkoll jekk il-Minuti humiex konfermati.", "Jekk ħadd ma jgħid xejn nibqgħu għaddejjin.", "Issa jekk hemm il-qbil - u jidher li hawn il-qbil sakemm ma tgħidulix mod ieħor - jien npoġġi l-mistoqsija.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Irridu nimxu mar-regola.", "Is-Sinjorija Tiegħek ma tistax tagħmel il-mistoqsija jekk m'hawnx qbil.", "MADAM SPEAKER: Jien dan li qed ngħid.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien għidt li l-Oppożizzjoni lesta tagħti l- permess biex issir il-mistoqsija purche' nafu li l-aġġornament mhux se jsir għas-2.00 p.m. imma se jsir għas-6.00 p.m. Lest li jgħidilna hekk?", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, nikkonferma li se naġġornaw għas-6.00 p.m..", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: La l-aġġornament se jsir għas-6.00 p.m. m'hemmx oġġezzjoni li l-mistoqsija biex jiġu approvati l-Minuti ssir issa.", "MADAM SPEAKER: Il-Minuti kif emendati huma kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva) Il-Minuti għaddew.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lum l-Erbgħa 12 ta' Novembru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 1998 l-ewwel jum imħolli kollu għall-Oppożizzjoni.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "Skond il-ftehim milħuq din is-seduta tiġi mxandra diretta fuq il-PBS.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "(Interruzzjonijiet) Baqa' ħames minuti.", "Jekk m'hawnx rimarki se nagħmel il-mistoqsija.", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, naf li għabbejnik b'ħafna rulings u nista' nifhem pero', in vista ta' dak li ġie deċiż, il-pożizzjoni hi li prattikament inqatgħu l-aġġornamenti kollha fis-seduti kull meta jkollna division.", "Nagħmel appell biex fil-House Business Committee tiddiskutu din il-kwestjoni.", "L-effett ta' dak ir-ruling huwa li ma neħdux aġġornament meta jkollna division.", "Hemm bżonn li nsolvuha din.", "MADAM SPEAKER: Niddiskutuha.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-ħin ta' l-aġġornament kien f'nofsinhar, bir-ruling li tajt inti l-ħin skada fi 12.30 p.m u issa ma fadalx ħin għall-aġġornament.", "(Interruzzjonijiet) Essenzjalment dan ir- ruling ifisser li kull meta jkollna division m'hemmx aktar lok għall- aġġornament.", "MADAM SPEAKER: Din il-kwestjoni niddiskutuha malajr imma rridu niċċekkjaw il-ħinijiet li kellna fis-seduti l-oħra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed naqblu ż-żewġ naħat li l-ħin skada.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għall-lejla fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fis-12.55 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QAWRA - TISWIJA TA' TOROQ", "9152.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq il- Melħ, Triq tax-Xtut u Triq il-Qala, kollha fil-Qawra jiġu asfaltati sewwa biex jiġu evitati inċidenti li fihom jitkissru l-vetturi kif ukoll dawk li fihom iweġġgħu in-nies?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Xogħol fit-toroq imsemmija jsir skond il- prijoritajiet f'dan il-qasam li għandu quddiemu d-dipartiment.", "DRENAĠĠ - ENVIRONMENT PROTECTION REGULATIONS", "9405.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-Environment Protection Regulations dwar is-Sewer Discharge Control ta' l-1993, jista' l-Ministru jgħid x'għamel id-dipartiment konċernat biex jgħarraf lil min jitfa' skart industrijali fis-sistema b'dawn ir-regolamenti?", "X'miżuri qed jieħu biex dan l-iskart ma jitbattalx fis-sistema?", "Xi staff hemm fid-dipartiment li hu mħarreġ professjonalment għal dan il-monitoring?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li d-dipartiment għamel kampanja edukattiva b'sensiela ta' programmi fuq it-TV u adverts fuq il-gazzetti lokali kollha.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda hemm ftehim mad- Dipartiment tal-Pulizija biex il-permessi kollha ta' fondi industrijali ma jiġux imġedda jekk dawn ma jkollhomx id-Discharge Permit maħruġ mis-Sewer Discharge Control Unit kif trid A.L. 8 ta' l-1993; u ftehim mill-Awtorita tal-Ippjanar li fil-permess tal-bini jkun hemm il-kundizzjonijiet maħruġa minn dan il-Unit skond l-istess liġi msemmija.", "Rigward l-istaff ninsab informat li din il-unit qed tiġi mmexxija minn Scientific Officer (Staff professjonali) u minn supervisor li qed jiġi mħarreġ għal Spettur f'din l- istess unit.", "MALTA SHIPBUILDING XOGĦLIJIET", "9491.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ġej iqum ix- xogħol li qed isir fl-inħawi ta' bejn il-Malta Shipbuilding u ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol li qed isir ħdejn il-Malta Shipbuilding biex isir signal controlled junction hu stmat li jiswa Lm250,000.", "ONOR.", "PRIM MINISTRU - LAQGĦA MA' MONSINJUR TAURAN", "8987.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għal- laqgħa li l-Prim Ministru kellu ma' Monsinjur Tauran, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iddiskutewx l-introduzzjoni tad-divorzju f'Malta u jekk iva, x'kienu l-pożizzjonijiet taż-żewġ naħat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nħossx li jkun utli jew xieraq li nagħti dettalji dwar il-konversazzjoni kordjali li kelli mal-Monsinjur Tauran (u mhux Turan) aktar milli deher fir-rendikont uffiċjali ppubblikat dwar iż-żjara li għamilt fi Strasbourg.", "STAZZJONIJIET TELEVIŻIVI MALTIN", "9164.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti rċeviex xi ilmenti dwar ksur ta' copyright jew intellactual property piracy kontra xi stazzjonijiet televiżivi Maltin u jekk fl-affermattiv, meta saru, minn min, kontra min u xi programmi kienu jirrigwardaw?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt fit-3 ta' Ġunju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari numru 5992, ninsab informat li ma kienx hemm ilmenti oħra tax-xorta li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "PBS - PROGRAMMI", "9165.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Peress li riċentement il-General Manager tal-PBS qal li 70% tal-programmi li bdew jixxandru minn Ottubru mill-PBS huma produzzjonijiet lokali, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) kemm minn dawn il-programmi huma kompletament ġodda; b) kemm huma produzzjonijiet tal-PBS u kemm huma farmed out; c) min huma l- persuni u/jew kumpanniji li qed jipproduċu kull programm; d) kemm qed tħallas il-PBS għal kull produzzjoni; e) x'sistema ntużat biex il-PBS tara min hu nteressat biex jipproduċi programmi; f) jekk il-GWU ipprotestatx mal-PBS peress li kienet stqarret li hi kontra s-sistema tal-farming out?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li huwa minnu li aktar minn 70% tal- programmi li bdew jixxandru fuq Television Malta minn Ottubru mill-PBS huma produzzjonijiet lokali u li diġa' bdew iħallu impatt ġmielu mat- telespettaturi Maltin u Għawdxin.", "Dwar mistoqsija (a) ir-risposta hija 30%;", "Dwar mistoqsija (b) ir-risposta hija:- PBS 47% Co-Productions 21% Farmed Out 8% MEBC 7%", "(Il-bqija huwa kontenut kummerċjali)", "Dwar mistoqsija (ċ) ir-risposta hija:", "MPS BPC Smash RGB Citadel Productions", "Dwar mistoqsija (d) ma nħossx li hu fl-interess ta' kumpannija kummerċjali bħalma hi l-PBS li tiżvela din l-informazzjoni.", "Dwar mistoqsija (e):", "Is-sistema li ntużat hija dik li dejjem tħaddmet f'dan il-qasam kreattiv, jiġifieri permezz ta' skambji ta' ideat li joriġinaw minn sorsi differenti, kemm minn naħa tal-PBS u l-programmaturi tagħha, kif ukoll minn individwi u kumpanniji li javviċinawha bi proposti tagħhom.", "Jitħaddmu wkoll kriterji relatati ma esiġenzi tekniċi skond il-ħtiġijiet tal-programmi.", "Dwar mistoqsija (f):", "Saru diskussjonijiet mal-GWU dwar il-farming out fejn ġie spjegat li dan illum qed isir meta l-membri tagħha huma mpenjati serjament fil- produzzjoni ta' programmi oħra u għaldaqstant ma setgħux jiġu mgħobbija b'piżijiet ġodda rikjesti mill-iskeda ta' Ottubru.", "Il-protesti li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru kienu msejsa fuq il- fatt li għal xi żmien fil-PBS kien isir farming out meta l-istess impjegati tagħha kienu jitwarrbu jew ma jingħatawx xogħol biżżejjed.", "PBS - ĦADDIEMA", "9166.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema fulltime, part-time u fuq kuntratt mal- PBS mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum, f'liema gradi daħlu u x'inhi r- raġuni għaliex inħass il-bżonn li jiġu ngaġġati ħaddiema ġodda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum il-PBS impjegat żewġ persuni:", "Persuna b'kuntratt fil-grad ta' general manager; u persuna fuq bażi part- time fil-grad ta' clerk.", "Fiż-żewġ okkażjonijiet, il-kumpannija kisbet vantaġġ finanzjarju.", "PBS - KUNTRATTURI", "9167.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' persuni li huma meqjusa bħala kontributuri tal- PBS kif ukoll jindika x-xogħol li jagħmlu, ir-remunerazzjoni tagħhom u liema minnhom daħlu wara l-1 ta' Novembru, 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fl-ambjent pluralistiku tal-qasam tax-xandir f'pajjiżna żgur li mhux fl-interess ta' kumpannija kummerċjali bħall-PBS li tagħti din l-informazzjoni.", "KAMRA TA' L-AĦBARIJIET", "9168.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindika minn min kienet komposta l-kamra ta' l-Aħbarijiet fl-1 ta' Novembru, 1996 u minn min kienet komposta fl-1 ta' Ottubru, 1997 u jindika wkoll il-gradi relattivi?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll x'kienet ir- raġuni għal kull tibdil li sar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l- 1 ta' Ottubru, 1997 iċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet kien magħmul mill-istess persuni.", "Żewġ persuni, li għandhom kariga ta' Research Assistants u li x-xogħol tagħhom m'għadux meħtieġ fuq bażi fulltime, qed jitħarrġu bħala reporters.", "Il-karigi u n-nies li kienu jokkupawhom fl-1 ta' Novembru, 1996 kienu l-istess fl-1 ta' Ottubru, 1997.", "SKEJJEL - SKOLA SPORT", "9481.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar mil-liema lokalita' huma tfal/żgħażagħ li applikaw biex jieħdu sehem fl-Iskola Sport?", "F'liema dixxiplini ta' sport qegħdin jieħdu seheme fihom dawn il-persuni?", "X'tip ta' trasport hu available għal dawn il-persuni mil-lokalitajiet tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.", "Dawk li applikaw qed jieħdu parti f'dawn id-dixxiplini:", "Atletika, Baseball, Basketball, BMX, Bowling, Billiard and Snooker, Badminton, Football, Fitness għall-Adulti, Għawm għall-Adulti, Ġinnastika, Hockey, Judo, Netball, Powerlifting, Spirit Combat, Tennis, Taekwondo, Table-Tennis, Waterpolo, Weightlifting, Wrestling u Volleyball.", "Minħabba n-numru kbir ta' applikanti, imferxa minn diversi naħat, huwa kważi impossibli li jiġi organizzat trasport.", "Madankollu, b'kooperazzjoni u b'interess kbir hemm xi kunsilli lokali li qed jorganizzaw trasport għal dawk li applikaw mil-lokalita' tagħhom.", "SKEJJEL - TIBDIL STRUTTURALI", "9482.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-iskejjel Statali fil-fatt hu mistenni li fihom isiru tibdiliet strutturali?", "F'kemm-il waħda minn dawn l-iskejjel hu mistenni li jibda x-xogħol matul din is-sena skolastika?", "Meta hu mistenni, f'kull każ, li jitlesta ix-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PERSUNI LI MIETU", "9483.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-causes of death li hemm riferenza għalihom fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8392?", "Liema minn dawn l-imwiet fil-fatt seħħew fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għall- causes of death tidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8392 aktar kmieni f'din is- seduta.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ma tinġabarx statistika ta` kemm imwiet seħħew fuq il-post tax-xogħol.", "ĊIMITERJI - ĦADDIEMA", "9484.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni mpjegati fid-diversi ċimiterji li huma tal- Gvern?", "Xi grad ta' impjieg huma mpjegati fih dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' persuni mpjegati fid-diversi ċimiterji tal-Gvern huwa 41.", "Il-gradi tagħhom huwa kif gej:", "|Assistant Principal |1 | |Health Inspector | | |Chaplain |2 | |Supervisor |5 | |Deffien |13 | |Gardinar |1 | |General Hand |6 | |Watchman/Gate keeper |13 | |TOTAL |41 |", "FOOTBALL GROUNDS - XOGĦLIJIET", "9485.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' xogħlijiet saru mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu fi grounds tal-football jew sports facilities oħra, fil-perijodu 1/11/96 - 15/10/97?", "X'tip ta' offerti ħarġu f'kull każ?", "Kemm kienet l-istima ta' dan ix-xogħol f'kull każ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bejn il-perijodu 01/11/96 - 15/10/97, dan id- dipartiment fuq talba tal-kunsill lokali, biddel il-wire fencing tal- Għargħur Football Ground u bajjad u żeba' d-dressing rooms.", "L-ispiża għal dan ix-xogħol kienet ta' Lm1,350.", "SAĦĦA - POLYMORPHIS LIGHT REACTION", "9498.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9303, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li jbatu mill-kondizzjoni li tissejjaħ Polymorphis light reaction?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija m'hemmx records eżatti u jekk niftakru li qed ninkludu biss is-servizz pubbliku jidher li n- numru involut ta' persuni li jbatu mill-kondizzjoni li tissejjaħ Polymorphis light reaction huwa inqas minn 20 ruħ.", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "9499.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-konsulenti barranin kollha nvoluti ma' l-impjant tar-riċiklaġġ (f'kompost) f'Wied il- Għajn li kien hemm għal dawn l-aħħar tliet snin?", "Jista' jgħid min kien il- partner Malti f'kull każ?", "Kemm kienu l-ħlasijiet li saru lil dawn il- konsulenti f'kull każ?", "X'kienu l-istudji jew xogħlijiet li għamlu l- konsulenti f'kull każ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MOSTA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "9500.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 8856, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-lista ta' prijoritajiet għal xogħlijiet rigward sistema ta' drenaġġ f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'hemm l-ebda lista fissa ta' prijoritajiet għax kull talba għall-estenzjoni tad-drenaġġ hija fiha nnifisha ta' prijorita u l-każijiet jiġu trattati hekk kif jidħlu.", "MDC - PROPRJETA' MIKRIJA", "9501.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proprjeta' għandha mikrija bħala industrial space, l-MDC f'Santa Venera?", "X'inhu l-ħlas li tiġbor l-MDC mingħand dawn il-persuni?", "Xi spazju hu hekk okkupat għall-industrija?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu dawn il-fabbriki?", "Xi prodotti jiġu prodotti?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-MDC għandha din il-proprjeta' mikrija bħala industrial space f`Santa Venera:-", "|Fabbr|Spazju |Tip |Prodott|Hlas | |iki | |ta` |i |ta` | | | |Xoghol| |Kera | | | | | |LM | | | | | |fis-s| | | | | |ena | |M1 |946 |Plasti|Plastic|2838 | | |sq.m. |c |s | | | | |Produc| | | | | |ts and| | | | | |Inject| | | | | |ion | | | | | |Mouldi| | | | | |ngs | | | |M1A |1060 |Interi|Interio| 3180| | |sq.m. |or |r | | | | |Decora|Decorat| | | | |tions |ions | | | | |Produc| | | | | |ts | | | |M2A |216 |Woodwo|Furnitu| 648| | |sq.m. |rks |re | | |M2B2 |290 |Comput|Compute| 508| | |sq.m. |er |r | | | | |Assemb| | | | | |ly | | | |M2C |634 |Toilet|Hair | 1110| | |sq.m. |ries |Product| | | | | |s | | |M2D |277 |Woodwo|Furnitu| 831| | |sq.m. |rks |re | |", "SAĦĦA - MRI SCANS", "9527.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M'iniex f'pożizzjoni li nirrispondi għall-ewwel parti tal-mistoqsija.", "In-numru ta' MRI Scans li ġew riferuti mid-Dipartiment tas-Saħħa kien hekk:", "|Mejju | 2 | |Gunju | 3 | |Lulju |24 | |Awissu |20 | |Settembr|42 | |u | | |Ottubru |24 | | |(sal-15.10.9| | |7) |", "Din hija parti minn kooperazzjoni bejn is-settur governattiv u dak privat li kellha l-bidu tagħha fil-bidu ta' l-1997.", "SPTARIJIET - SERVIZZI ĠODDA", "9528.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTARIJIET - ACCOUNTABILITY", "9529.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8999?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-istrateġija preżenti taħseb biex il-management f'kull sptar tal-gvern jiġi msaħħaħ.", "Dan jinkludi wkoll fih il-proċess ta' accountability li jifforma parti integra f'kull sistema ta' management.", "Minn żmien 'il hawn ilha tinħass il-ħtieġa li jkun hemm tibdil sostanzjali fis-sistema finanzjarja u amministrattiva fil-qasam tas-Saħħa.", "Madankollu, wieħed ma jistax jifred dawn iż-żewġ elementi minn xulxin u għaldaqstant kull forma ta' tibdil għandu jimxi pari passu sabiex l- effiċjenza u l-eżitu tar-riforma ikunu ta' suċċess.", "Għal dan il-għan il-qasam ta' l-isptarijiet ġie magħżul bħala prijorita' biex jiġu ntrodotti sistemi u strutturi ġodda ta' tmexxija bl-iskop li jiġu mrawma l-aspetti ta' responsabbilta' u kontabbilta' fl-użu tar-riżorsi pprovduti.", "Ir-riforma bdiet bħala proġett pilota fl-iSptar Boffa.", "Ġew iddentifikati cost centres għall-infiq, għad-dħul u għall-kontroll finanzjarju u l- istokk.", "Ġew introdotti sistemi u proċeduri moderni ta' komputerizzazzjoni u kontabbilta', flimkien ma' sistemi interni ta' kontroll u rikonċiljazzjoni sabiex jiġi mnaqqas kemm jista' ikun ir-riskju ta' frodi, l-infiq żejjed u fl-istess ħin jiffaċilita' l-audit.", "Għaldaqstant ġie mfassal manwal ta' operazzjoni li jinkludi fih spjegazzjoni dettaljata ta' kull tip ta' xogħol li tinvolvi din is-sistema, kif ukoll ta' l-istaff amministrattiv neċessarju biex iħaddimha.", "Għaldaqstant, barra li ngħata taħriġ speċifiku lill-istaff ta' l-iSptar Boffa, ġew stabbiliti ukoll performance indicators u ġbir regolari ta' informazzjoni biex is-sistema tkun tista tiġi immoniterjata u evalwata.", "Din is-sistema hija maħsuba ukoll li tgħin lill-management fid-deċiżjonijiet tiegħu.", "Permezz ta' din ir-riforma, issa nafu x'inhi eżatt l-ispiża rikorrenti globali ta' l-iSptar Boffa.", "Dan hu possibbli għaliex kull transazzjoni li ssir mill-isptar qed tiġi allokata taħt cost centre speċifiku, li jiġbor fih il-performance individwali ta' l-istess cost centre - kemm f'dak li huma spejjeż kif ukoll l-użu ta' riżorsi umani nvoluti.", "L-analisi finanzjarja ta' l-informazzjoni miġbura u performance indicators kixfu fejn kien hemm xi nuqqas fis-sistema preċedenti , u issa dan in-nuqqas qed jiġi solvut bl-aktar mod effettiv.", "Barra minn hekk, il- management ta' l-isptar ġie mogħti miri speċifiċi għat-tnaqqis fl-infiq, liema miri għandhom jintlaħqu sa l-aħħar ta' din is-sena (1997).", "Dan l-istess proċess se jkompli jinfirex fl-isptarijiet l-oħra.", "Sadanittant ittieħdu diversi miżuri preparatorji f'dawn l-isptarijiet.", "Fl-iSptar Monte Carmeli inħatar kumitat ta' tmexxija, Mount Carmel Hospital Management Team.", "Il-funzjoni tat-team jinkludi ko-ordinazzjoni ta' l-attivita ta' kuljum fl-isptar u fis-servizzi tas-Saħħa Mentali fil- komunita', kif ukoll li jimplimenta l-programmi tas-Saħħa Mentali kif huma stabiliti mill-Kummissjoni tas-Saħħa Mentali.", "Fl-istess ħin it-team jipprovdi informazzjoni lill-Kummisjoni għas-Saħħa Mentali biex din ta' l- aħħar tkun tista' tippjana iktar fis-sod.", "Bħalissa qed isir auditing tas-servizzi kollha ġo l-isptar biex f'kull dipartiment isir magħruf il-funzjoni eżatta ta' kull impjegat.", "Dan bħalissa qed jinvolvi s-setturi tal-maintenance, farmaċija, laundry u l- istores u bil-mod irid jinfirex biex ikopri s-sezzjonijiet kollha ta' l- isptar.", "Sabiex jissaħħaħ il-management ta' l-iSptar Ġenerali t'Għawdex il- managment ta' dak li kien jissejjaħ l-iSptar il-Ġdid ġie amalgamat n flimkien ma' l-iSptar Ġenerali t'Għawdex.", "Miżura oħra kienet it-twaqqif mill-Prim Ministru ta' Kummisjoni sabiex tirikkomanda x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu sabiex jitjieb il-management u jkun hemm iżjed accountability fil-Kumpless ta' l-iSptar Ġenerali t'Għawdex.", "Fl-iSptar San Luqa l-proċess mistenni jibda iżjed tard.", "Ta' min jgħid li l-Patient Administration System li bdiet tiddaħħal f'dan l-isptar u qed tibda tagħti l-informazzjoni maniġerjali utili biex it-tisħiħ tal- management ikun marbut mil-livell ta' servizz.", "Mill-att finanzjarju dan il- proċess kollu jfisser li wieħed ikun jaf iżjed preċiż x'qiegħed jonfoq il- Gvern u fejn din l-ispiża tista' tiġi mnaqqsa jew miżjuda skond il-bżonn.", "B'hekk jiġi żgurat li ma ssir l-ebda ħela.", "Mill-att ta' management jiġi żgurat iktar tqassim tajjeb ta' riżorsi.", "Barra minn hekk beda jitħaddem id- Day Surgery unit kif ukoll tlestew il-pjanijiet ġodda għal management aħjar ta' l-Out-Patient Department.", "HEPATITE B - TILQIM PREVENTIV", "9530.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 9004, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri tal- pajjiżi Arab ġirien tagħna?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kuntrarju għall-istatistika li teżisti għal pajjiżi Ewropej, m'hemmx ċifri ppubblikati li jindikaw il-frekwenza ta' carriage ta' Epatite B f'pajjiżi Għarab tal-Mediterran.", "SPTARIJIET GOVERNATTIVI - REFURBISHMENTS", "9531.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9016?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIABETIĊI", "9532.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9020?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Qiegħed nippreżenta lista ddettaljata ta' pazjenti diabetiċi li preżentament jingħataw kura b'xejn.", "Total ta' pazjenti li jattendu għall-kura u mediċini b'xejn.", "MALTA SLH FLORIANA PAOLA GZIRA (Not Gozo)", "NUMRU TA' PAZJENTI 15602 9207 749 1705 917 Numru ta'pazjenti fuq l-Insulina 2145 1758 51 112 40 Numru ta' pazjenti fuq OHA 6504 3478 361 818 455 Numru ta' pazjenti fuq dieta fissa 6953 3971 337 775 422", "COSPICUA MOSTA RABAT QORMI GOZO", "NUMRU TA' PAZJENTI 591 1080 728 625 292 Numru ta' pazjenti fuq l-Insulina 25 55 75 29 N/A Numru ta' pazjenti fuq OHA 211 429 438 314 N/A Numru ta' pazjenti fuq dieta fissa 355 596 215 282 N/A", "MAJJAL/ĊANGA - PRODUZZJONI", "9665.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' produzzjoni tal-majjal u taċ-ċanġa, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rispettivament in-numri ta' baqar u ta' majjaliet fil-31 ta' Ottubru 1996 u kemm kienu l-istess ċifri fil-31 ta' Ottubru 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' baqar u majjaliet f'Ottubru ta' l-1996 u ta' l-1997 huwa skond it-tabella ta' hawn taħt:", "| |1996 |1997 | |Baqar |8683 |8835 | |Majjalie|8605 |8089 | |t | | |", "BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA", "9666.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu n-numri rispettivi ta' bdiewa, raħħala u sajjieda fulltime fil-31 ta' Ottubru, 1996 kif ukoll l-istess ċifri fil-31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-tagħrif mitlub qiegħed jiġi miġbur u r-risposta tingħata f'seduta oħra, biss jekk l-Onor.", "Membru għandu bżonn din l- informazzjoni urġenti, hu mitlub jagħmel il-misotqsija lill-ministru konċernat.", "MAJJAL - ESPORTAZZJONI", "9667.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' l-esportazzjoni tal-majjal, jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm ammont (kgs) ta' majjal ġie esportat kif ukoll il-valur ta' l-istess esportazzjoni fl-aħħar sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi mir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 8812 għada ma saritx esportazzjoni oħra.", "MDP - PRODUZZJONI TA' ĦALIB", "9668.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward tal-produzzjoni tal-ħalib, jista' l-Ministru jgħid għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997: (i) kemm kien l- ammont ta' ħalib li ġie mdaħħal l-MDP biex jiġi pproċessat (glalen/litri); (ii) il-valur totali mħallas lir-raħħala; u (iii) kemm kienu ċ-ċifri (1) u (2) fil-ħames snin preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - LAQGĦAT FL-INGILTERRA", "9676.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk waqt il-laqgħat li kellu riċentement fl-Ingilterra ma' l-awtoritajiet edukattivi ddiskutiex il- vantaġġi li gawdew minnhom l-istudenti, l-għalliema u ż-żgħażagħ tar-Renju Unit mill-programmi edukattivi ta' l-U.E. bħal Socrates, Leonardo u Youth for Europe?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fost is-suġġetti diskussi kien hemm ukoll il- programmi ta' l-UE fil-qasam edukattiv.", "L-awtoritajiet edukattivi Ingliżi jħossu li dawn għadhom programmi żgħar wisq u jolqtu ftit studenti fil- pajjiżi membri.", "Huma nkwetati bl-ammont ta' studenti barranin saħansitra minn pajjiżi oħrajn ta' l-UE li qed imorru l-Ingilterra u jibqgħu hemm u japplikaw għall-benefiċċji Soċjali tal-qgħad.", "Minkejja li dan l-abbuż żgur mhux maħsub bħala xi oġġettiv tal-programmi msemmija, wieħed mill-effetti tagħhom qed ikun dan l-abbuż mhux mixtieq.", "Fid-diskussjonijiet mal-UE il- gvern Malti se jżomm bħala priorita' l-qasam edukattiv, anki l-programmi msemmija.", "LUMINATA", "9677.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar kemm tinbiegħ luminata fi fliexken tal-ħġieġ; u fi fliexken tal-plastic?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill- Onor. Membru li ma tinżammx statistika dwar kemm tinbiegħ luminata fi fliexken tal-ħġieġ u fi fliexken tal- plastik.", "Fil-każ ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika, il-prezzijiet li jiġbor dan l- uffiċċju jintużaw biss għall-użu ta' l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut.", "LUMINATA FI FLIEXKEN TAL-PLASTIC", "9678.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għamilx studju dwar l-impatt fuq l-iskart u l-impatt fuq l-ambjent bl-introduzzjoni tal- luminata fi fliexken tal-plastic?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KORPI/ENTITAJIET GOVERNATTIVI", "9729.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ taħt it- 30 sena fid-diversi korpi u entitajiet governattivi fl-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma taqax taħt ir-responsabbilta' ta' dan id-dikasteru.", "ŻGĦAŻAGĦ - YOUTH EXCHANGES", "9730.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żgħażagħ Maltin li pparteċipaw f'Youth Exchanges barra minn Malta matul 1997?", "Kemm kien in-numru ta' żgħażagħ Maltin li marru għal korsijiet ta' studju barra minn Malta bl-għajnuna tal-Gvern matul is-sena 1997?", "Kemm minnhom attendew korsijiet dwar il-ħarsien ta' l-ambjent?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - PROGRAMMI TAL-U.E.", "9731.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk pajjiżna huwiex se jkompli jipparteċipa fil-programmi ta' l-U.E. Socrates, Leonardo u Youth for Europe III matul l-1998?", "Jekk fl-affermattiv, kemm se jiswa kull programm?", "Kemm se tħallas l-U.E.?", "Kemm se tħallas Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra"]} {"filename": "19970122_013d_par.doc", "date": "1997-01-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 13 L-Erbgħa, 22 ta'Jannar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 13 L-Erbgħa, 22 ta' Jannar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "13", "L-Erbgħa, 22 ta' Jannar, 1997", "WERREJ", "MINUTI 725", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 725", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 733", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL (IT-TIENI QARI) 734", "AĠĠORNAMENT 759", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 764", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 12 li saret fil-21 ta' Jannar, 1996 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QRATI - KODIĊI KRIMINALI", "115.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Billi f'subartiklu 4(1) tal-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, partikolarment fid-dispożizzjonijiet preliminari, insibu li:", "\"The criminal action is essentially a public action and is vested in the Government by whom it is prosecuted in the name of the Republic of Malta ....\",", "jidhirlux il-Ministru li flok il-kelma \"Government\", li tista' tagħti lok għat-tifsira ta' \"amministrazzjoni\" jew \"eżekuttiv\", tidħol il-kelma \"state\"?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant qed jiġi attivament studjat biex jiġi inserit f'abbozz ta' emenda għall-kodiċi li preżentement qed jiġi ippreparat.", "QRATI - KODIĊI KRIMINALI", "116.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għas-subartiklu 3(3) tal-Kodiċi Kriminali fejn insibu li", "\"The civil action is prosecuted before the courts of civil jurisdiction and compensation for the damage caused by the offence is thereby demanded\",", "jista' l-Ministru jieħu dawk il-passi meħtieġa biex issir emenda ħalli flok il-kelma \"offence\" tidħol il-kelma \"offender\"?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill-Avukat Ġenerali u qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' emendi oħra għall- Kodiċi Kriminali.", "SKEJJEL - PHARMACY TECHNICIANS", "117.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jilqa' d-diversi talbiet li għamlu l-istudenti fil-kors ta' pharmacy technicians li bosta minnhom kienu ġew rifjutati mill-Gvern preċedenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Hemm diversi talbiet u suġġerimenti li jaffettwaw il-kors ta' pharmacy technicians.", "Din is-sitwazzjoni qed tiġi studjata u ninsab informat li l- Institute of Health Care huwa ħerqan li tinstab soluzzjoni fejjieda f'dan ir-rigward.", "Kull parti nteressata qed tiġi mistiedna li tagħmel ir- rappreżentazzjoni tagħha dwar x'għandu jkun ir-rwol u l-kors ta' pharmacy technicians ħalli mbagħad dawn is-suġġerimenti jinġabru u jiġu ppreżentati f'laqgħa ta' diskussjoni li hemm il-ħsieb li tiġi organizzata aktar tard din is-sena.", "UNIVERSITA' - STUDJI POLITIĊI", "118.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li fl-Universita' ta' Malta jinbeda kors fl-istudji politiċi li jwassal għal Baċċellerat/Dottorat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Senat ta' l-Universita' diġa' approva r- regolamenti għal kors li jwassal għall-grad ta Baċellerat fl-istudji tal- politika u s-soċjeta' u fil-fatt dan il-kors kien intenzjonat li jiftah f'Ottubru li għadda.", "Ġara pero' li n-numru ta' applikanti għal dan il-kors kien wieħed inadegwat u allura kien ġie deċiż li dan il-kors jiftaħ is-sena d-dieħla, dejjem jekk kemm-il darba jkun hemm applikanti biżżejjed.", "ORDINANZA DWAR IL-KLIEB - INFORZAR", "119.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt qed tiġi nforzata l-Ordinanza dwar il- Klieb, Kap. 40, b'riferenza partikolari għal artikli 6, 9 u 10, inter alia?", "Tinħass il-ħtieġa li għandu jiġi emendat artiklu 11(1), partikolarment l- aħħar parti tiegħu fejn igħid li", "\"Pulizija jista' jiddistruġġi kelb jew jagħmel minnu xorta oħra\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): L-Ordinanza dwar il-Klieb, Kap. 40, kienet ġiet imħassra b'Att XXI ta' l-1985, Kap. 312, u sussegwentement emendata b'Att VIII ta' l-1990.", "Bis-saħħa ta' artiklu 12 ta' Kap. 312, l- SPCA kienet ġiet awtorizzata mill-ministru responsabbli għall-Pulizija, biex tieħu ħsieb il-qbid ta' sħabna l-klieb li jiġġerrew barra.", "Il- Pulizija għadha toħroġ il-liċenzja sabiex wieħed ikun jżomm kelb, pero' hemm ħsieb li jsiru l-emendi meħtieġa sabiex il-liċenzji biex jinżammu klieb jgħaddu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Kull suġġeriment għal xi emendi oħra li l-Onor.", "Interpellant jista' għandu, jiġi kkonsidrat.", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "120.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li barra li huma ċittadini Maltin għandhom ukoll iċ-ċittadinanza ta' pajjiżi oħra, partikolarment tas- segwenti pajjiżi: Ingilterra, Kanada, Amerika, Awstralja, New Zealand, Franza u Finlandja?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Minisrtu) (f'isem il-Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Niġbed l-attenzjoni ta l-Onor.", "Membru għall-fatt li t-total ta 4,860 jirrapreżenta n-numru ta' persuni li għamlu talba lid-Dipartiment taċ- Ċittadinanza u ta' l-Expatriates biex jikkonfermalhom id-dritt għal żewg ċittadinanzi jiġifieri, dik Maltija u l-oħra tal-pajjiz fejn preżentement huma jew fil-passat kienu emigrati.", "STATISTIKA - QGĦAD", "795.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għad-domanda parlamentari Nru. 322 fejn il-Ministru ntalab biex jippubblika ċ-ċifra tal-qgħad għal Ottubru, 1996;", "u b'riferenza għar-risposta tal-Ministru fejn kien qal li l-istatistika kienet qed tinġabar;", "U b'riferenza wkoll għad-domanda supplimentari għall-istess mistoqsija fejn il-Ministru kien assigura lill-Kamra li ċ-ċifri kienu lesti u li dawn kellhom jiġu ppubblikati fi żmien qasir mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika, u dan peress li skond il-proċedura normali ma kienx hu li jħabbar dawn iċ- ċifri;", "Issa li minn dak inhar sal-ġurnata li fiha qed issir din id-domanda dawn ċ-ċifri għadhom ma ġewx ppubblikati minkejja l-assigurazzjoni tal-Ministru;", "U minkejja dak li ntqal f'din il-Kamra, permezz ta' stqarrija maħruġa mill-ministeru fit-8 ta' Jannar 1997, il-Ministru ppubblika ċ-ċifra tal- qgħad għal Diċembru 1996, u dan għamlu mhux biss meta ma kenux għadhom ippubblikati ċ-ċifri ta' Ottubru u Novembru 1996, iżda meta hu stess kien irrifjuta li jagħti ċ-ċifra ta' Ottubru 1996 minkejja li din kienet għandu għax skond kif kien qal lill-Kamra l-proċedura korretta kienet li dawn ma jippubblikahomx hu iżda l-Uffiċċju ta' l-Istatistika;", "Jaqbel il-Ministru li f'dan il-każ ma mexiex ma' dak li kien qal f'din il-Kamra?", "Issa li l-Ministru deherlu li hu stess għandu jippubblika ċ-ċifra tal- qgħad għal Diċembru 1996, jista' l-Ministru allura jagħti wkoll iċ-ċifri tal-qgħad għal Ottubru u Novembru 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Nikkonferma li l- proċedura normali hi li ċ-ċifri dwar il-qgħad flimkien man-numru ta` nies jaħdmu jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika.", "Iċ-ċifra tal-qgħad għax-xahar ta` Diċembru kienet ġiet ippubblikata għax inħasset il-ħtieġa li jiġi korrett dak li kien ġie allegat f`ġurnal partikolari - \"il-mument\" tal-5 ta' Jannar 1997 - li ċ-ċifra tal-qgħad kienet qed toqrob is-7,000.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-istqarrija tal-ministeru tiegħi tas-7 ta' Jannar, 1997 - u mhux tat-8 ta` Jannar, 1997 - iċ-ċifra tal- qgħad li ngħatat għax-xahar ta` Diċembru 1996 ma kenitx dik uffiċjali għaliex dik kienet għadha qed tinġabar u għalhekk ma stajtx, u għadni ma nistax, nagħti dik iċ-ċifra fil-Parlament.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Japprezza l-Ministru li issa qegħdin lejn l-aħħar ta' Jannar u għad m'għandniex iċ-ċifri, anke dawk mhux uffiċjali, għal Ottubru u Novembru tas-sena l-oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Għalkemm jien ma nżommx ċifri, xorta waħda nagħmel ħilti kollha biex dawn jiġu ppubblikati kemm jista' jkun malajr u fil-ħin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-proċedura għadha dik tas-soltu li dawn iċ-ċifri taħdimhom il-Korporazzjoni għall-Impiegi u Taħriġ li mbagħad tgħaddihom lid- Dipartiment ta' l-Istatistika?", "Ma taħsibx li l-uffiċċju li huwa nkarigat minn dan ix-xogħol huwa wieħed effiċjenti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Dik hi l-informazzjoni li għandi u ma nafx jekk il- Korporazzjoni għall-Impiegi u Taħriġ hijiex qed tgħaddi dawn il-figuri lil xi ħaddieħor minn barra lill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-Ministru qal illi ċ-ċifri mhux qed iżommhom hu u peress li nifhem li l-Employment and Training Corporation hija taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru, jistax il-Ministru jikkonferma li l-ETC għaddiet iċ-ċifri għal Ottubru u Novembru lill-Ufiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika għall-pubblikazzjoni waqt li ċ-ċifri ta' Diċembru għadhom qegħdin jinħadmu mill-ETC?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Skond l-informazzjoni li għandi, l-Onor.", "Membru huwa korrett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jinformana meta ċ-ċifri ta' Ottubru u Novembru għaddew għand l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Dan ma nistax ngħidu pero' nkun nista' nirrispondik jekk din id-domanda tagħmilha bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru jidher li fehemni ħażin, u ġaladarba għamel allegazzjoni serja, ikun aħjar li jgħidilna ċar u tond jekk huwiex hu direttament li jkun b'dawn iċ-ċifri jew inkella jekk l-informazzjoni tasallux permezz ta' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Kif jaf l-Onor.", "Membru, meta ssirli domanda parlamentari din ngħaddiha lid-dipartiment jew lill-aġenzija konċernata biex mbagħad jagħtuni l-informazzjoni meħtieġa.", "L-informazzjoni li kelli fuq din il-mistoqsija kienet li dawn iċ-ċifri kienu qegħdin jinħadmu u li xi ċifri kienu lesti imma kienu għadhom ma ġewx ippubblikati uffiċjalment u allura jiena ma stajtx nagħmilhom pubbliċi fil-Parlament.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri jien għandi nifhem li ċ-ċifri mhux qed jgħaddu direttament għand il-Ministru imma qegħdin jgħaddu għandu b'xi mod indirett?", "Fi kliem ieħor, il-figuri l-ewwel imorru l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika u mbagħad forsi l-Ministru ikun jaf bihom wara, hux hekk?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Kif qal l-Onor.", "Membru, iċ-ċifri ma jiġux għandi direttament imma meta jkolli domanda jew meta jkun hemm xi aħbar fil- gazzetti li jiena għandi r-responsabbilta' li nagħti spjegazzjoni tagħha lill-poplu, allura hemmhekk ikun fl-interess tiegħi li jkolli dawn iċ- ċifri.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Naħseb li l-Ministru għandu jifhem li l-ewwel responsabbilta' tiegħu hija lejn dan il-Parlament u mhux lejn xi stqarrija.", "MADAM SPEAKER: Onor. Cassar, f'dan l-istadju int kellek tagħmel mistoqsija supplimentari u mhux statement.", "GĦaldaqstant, jekk jogħġbok, għamel il-mistoqsija tiegħek.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jifhem il-Ministru li l-ewwel responsabbilta' tiegħu m'hijiex li joħroġ xi stqarrija imma li jagħti l-figuri fil-Parlament, aktar u aktar meta dawn ikunu ntalbu permezz ta' interpellanzi parlamentari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jien nafhom id-doveri tiegħi imma fl-istess ħin irrid nimxi mar-regolamenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fir-risposta li ta għad-domanda prinċipali tiegħi, il- Ministru qal li fil-każ taċ-ċifri ta' Diċembru deherlu li ma kellux jimxi mar-regolamenti - skond dak li għadu kif qal issa - għax ried jikkoreġi affermazzjoni li saret f'gazzetta fejn kien intqal li ċ-ċifra kienet ta' 7,000, liema affermazzjoni kienet żbaljata, skond il-Ministru .", "Peress li fir-risposta tiegħu l-Ministru kien qal li ċ-ċifra li ssemmiet ma kenitx tajba, allura jekk għada jkun hemm rapport fil-gazzetta jew jekk xi ħadd f'din il-Kamra jiġi jgħid li f'Ottubru kien hawn qgħad ta' 8,000 u f'Novembru kien hawn qgħad ta' 9,000, dan ikun ifisser li sa l-għada aħna nistgħu nkunu nafu ċ-ċifri tal-qgħad?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jekk għada jkun hemm xi ħaġa fil-gazzetti bħal dak li qed tgħid int u xi ħadd jiġbidli l-attenzjoni għaliha, jien nitlob lill- ETC tagħtini spjegazzjoni ta' dik iċ-ċifra li tkun ġiet rapportata f'dik il-gazzetta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma jidhirlux il-Ministru li dan m'huwiex il-metodu li għandu jiġi adottat minnu bħala Ministru responsabbli mill-ETC fis-sens, li jekk ikun hemm allegazzjoni li l-Ministru jidhirlu li għandu jiċħadha allura f'dak il-każ huwa jippubblika ċ-ċifra, filwaqt li jekk iċ-ċifra tkun lesta imma ma ssir l-ebda allegazzjoni fuqha allura jkollna ndumu nistennew xi tliet xhur għall-pubblikazzjoni ta' dik iċ-ċifra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Dak li joħroġ fil-gazzetti jien inkun irrid nikkonfermah ma' l-oriġini ta' fejn toħroġ dik it-tip ta' nformazzjoni u għalhekk jekk fil-gazzetti tidher informazzjoni li jidhirli li hija ħażina hemmehkk nitlob li tingħata spjegazzjoni - f'dan il-każ mill-ETC - permezz ta' stqarrija.", "Kien hemm drabi oħra meta l-ETC ħarġet stqarrija biex tinnega dak li kien deher fil-gazzetti, imma forsi ma kenux saru domandi supplimentari daqs kemm saru illum f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: Din se tkun l-aħħar domanda supplimentari fuq dan is- suġġett għax wara kollox kulħadd għandu dritt li jingħata risposta għall- mistoqsijiet li jkun għamel.", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Inkun qed nifhem sewwa jekk ngħid li ċ-ċifri huma lesti imma li l-Ministru mhux se jagħtihom billi m'hemmx xi stqarrija fil- gazzetti jew peress li ħadd m'hu qed jagħmel kummenti fuqhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Madam Speaker, l-Onor.", "Interpellant qed jassumi ħażin.", "DJAR - POTER TA' REKWIŻIZZJONI", "798.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jikkonferma li m'hijiex il-politika tal-Gvern li matul din il- leġislatura terġa' tiddaħħal liġi li tagħtih il-poter li jirrekwiżizzjona postijiet li jkunu proprjeta privata, liema liġi kienet tneħħiet mill- Gvern preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Il-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jerġa' jagħti l-poter lid-Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali li jagħmel rekwiżizzjoni fi proprjeta' privata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għal li jista' jkun, il-Gvern m'għandux ħsieb li jagħti dan il-poter lil xi ħadd ieħor!?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, nispera li l-Onor.", "Gatt mhux qed jiċċajta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien m'inix imdorri niċċajta fuq dawn l-affarijiet u l-mistoqsija għamiltha għax ma naħsibx li r-risposta li tani l-Ministru hija sodisfaċenti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Le, il-Gvern mhux beħsiebu jagħti dan il-poter lil ħaddieħor.", "DJAR - ALLOKAZZJONIJIET", "799.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jindika kemm ġew allokati postijiet mid-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-1 ta' Novembru u l-31 ta' Diċembru 1996 u, jekk ġew allokati xi postijiet, jindika: l-indirizz ta' kull post;", "isem u/jew il-karta ta' identita' tal-benefiċarju;", "jekk il-fond ingħatax b'direct allocation jew bis-sistema tal-punti;", "jekk ingħata b'direct allocation, ir-raġuni għaliex ingħata hekk;", "jekk ingħata bis-sistema ta'punti, kemm kellu punti l-beneficarju, u", "jekk kien hemm applikanti oħra li kellhom punti aktar mill-benefiċarju, jindika l-isem u/jew il-karta ta' identita' tagħhom u r-raġuni għaliex il- post ma ngħatax lilhom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi tul il-perijodu ndikat id- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għamel 17-il allokazzjoni ta' postijiet li kienu jikkonċernaw każijiet urġenti ta' persuni homeless, familji b'mard serju, rikonoxximenti u bdil.", "Dwar l-allokazzjonijiet saru kollha bl-istess metodu li d-Dipartiment kien juża sal-25 ta' Ottubru 1996.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li mhix il-prassi li wieħed jagħti d-dettalji personali li qed jitlob.", "Madankollu, nistieden lill- Onor. Membru biex jekk irid jista' jmur għand id-Direttur ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali fejn ikun jista' jara liema każ irid.", "DJAR DE-REQUISITIONED", "800.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux beħsiebu jkompli bil-politika ta' de- requisitioning mibdija mill-Gvern preċedenti?", "Jekk fl-affermattiv, kemm jipprevedi li se jiġu de-requisitioned postijiet matul l-1997?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-proċess li d-Dipartiment kien beda biex issir spezzjoni ta' postijiet rekwiżizzjonati, raħal raħal, qed jitkompla u fejn qed jirriżulta li m'għadx hemm ħtieġa għar-rekwiżizzjoni, din qed titneħħa.", "Jien informat illi sa l-aħħar ta' din is-sena dan l-eżerċizzju beħsiebu jinżamm f'żewġt ibliet oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt , mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk il-Ministru għandu l-informazzjoni għad- dispożizzjoni tiegħu, jista' jgħidilna liema huma dawn iż-żewġt ibliet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Din l-informazzjoni, m'hijiex għad-dispożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Il-mistoqsija li se nagħmel titratta dwar meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni alternattiva mill-Awtorita' tad-Djar jew mid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali lil nies li jkunu joqogħdu f'substandard property.", "Ladarba każ bħal dan ikun diġa' ġie vetted mill- Awtorita' tad-Djar, għaliex id-de-requisition ma toħroġx mill-ewwel jiġifieri, mingħajr il-ħtieġa li terġa' ssir inspection għat-tieni u t- tielet darba?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jħoss li għandu jagħmel hekk, hekk isir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-Ministru qed igħid li d-de-requistion issir fejn ma jkunx hemm ħtieġa għar-rekwiżizzjoni.", "Dan x'ifisser?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Hawnhekk aħna qed ngħidu li qed issir l- ispezzjoni u allura, jekk kemm-il darba d-Dipartiment ikollu bżonn dak il- post, dak il-post iżommu f'liema każ ma jkollux għalfejn jagħmel de- requisition order.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Fil-fatt, dan l-eżerċizzju ta' spezzjonijiet kien sar diġa' f'diversi rħula u kien hemm il-ħsieb li jkun hemm de-requisition order.", "Dak il-proċess li kien diġa' nbeda f'diversi rħula qed jitkompla jew le?", "Fil-każ li tkompla, x'inhuma r-riżultati miksuba?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmilli mistoqsija bil- miktub ħalli nkun nista' nwieġbu f'iktar dettall.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, nerġa' nistaqsi lill-Ministru fuq id- domanda li għadni kif staqsejtu jiġifieri, jekk l-uffiċjali tad-Dipartiment diġa' jkunu għamlu l-ispezzjoni li hemm bżonn u l-individwu jkun ingħata l-allokazzjoni minħabba li l-proprjeta' tiegħu tkun substandard, jien ma naħsibx li jagħmel sens li d-dipartiment iżomm dik il-proprjeta' jew li dik il-proprjeta' terġa' tiġi allokata lil ħaddieħor minflok ma toħroġ de-requisition order mill-ewwel?", "Dan qed ngħidu għaliex jekk inti se tagħti post substandard lil xi ħadd, fi ftit żmien dan l- istess individwu se jerġa' jagħmillek talba biex terġa' tagħtih proprjeta' aħjar.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiena nixtieq li l-Onor.", "Abela jifhem li bejn post u ieħor hemm differenza.", "Kultant jiġri li biex bniedem joħroġ minn post dan jgħidlek li huwa kkundannat - u affarijiet simili - u jġiblek ċertifikati kontra ċertifikati biex jikkonferma dan, pero' mbagħad meta jiġi biex jieħu lura l-istess post dan jerġa' jġiblek ċertifikati oħra li jgħidu l-kontra ta' dawk iċ-ċertifikati li jkun ġab qabel.", "Kien għalhekk fil-bidu jien tkellimt fis-sens li kull każ irridu narawh għalih għaliex ġieli jkollok postijiet li jkollhom xi ħsarat żgħar u fuqhom iġibulek ċertifikati li jgħidu li m'humiex abitabbli imma mbagħad meta d-dipartiment jirranġahom ftit dawn il-postijiet isiru abitabbli.", "Għalhekk wieħed ma jistax jaqbad u jagħti de-requisition orders, biex ngħid hekk, bl-addoċċ aktar u aktar fid-dawl tal-problema kbira li għandna fil-housing.", "Hawnhekk irrid ngħid li, per eżempju, xebba omm b'ħamest itfal għamlet jumejn wara l-bieb tiegħi u dan qed isir għaliex hawn min jaħseb li għax jagħmel jumejn sħaħ wara l-bieb bilfors se jingħata post. Jiena nixtieq nieħu din l-opportunita' sabiex nappella lill-pubbliku biex ikun prudenti magħna u mad-desk officers, bħalma aħna - bħala ministri - inkunu prudenti magħhom.", "DJAR - ALLOKAZZJONIJET", "801.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' djar li kellu f'idejh id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fil-31 ta' Ottubru, 1996 u kemm minnhom kienu fi stat li jiġu allokati, maqsuma skond kull lokalita'?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jiena nformat li fid-data indikata d- Dipartiment kellu f'idejh 95 dar li minnhom, 18 biss kienu tajbin biex jiġu allokati.", "Dawn il-postijiet kienu mferrxin ma' Malta kollha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Fil-każ tas-77 post li l-Ministru qal li ma kenux tajbin biex jiġu allokati, allura fuq dawk il-postijiet se tinħareġ de- requisition order biex jingħataw lura lis-sid jew dawn il-postijiet se jibqgħu għand id-dipartiment?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ftit ilu għadni kemm għidt li jekk id-dipartiment jara li post nistgħu nirranġawh u nutilizzawh, allura f'dawk il-każi hekk isir.", "Dan qed ngħidu għax jekk wieħed jagħti l-lala, niggarantilkom li f'żewġ minuti dawn it-18-il post - li aħna nħallu għall-każijiet urġenti - jingħataw kollha u mbagħad għall-każijiet oħra urġenti ma jkollna xejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija suppliementari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Jiena ma kontx qed nirreferi għat-18-il post li huma tajbin imma għas-77 post l-oħrajn.", "Intom għidtu li hemm 95 post li minnhom, 18 jistgħu jiġu allokati u s-77 post l-ieħor m'humiex f'kondizzjoni li jiġu allokati.", "Issa dawn is-77 post se tagħtuhom direttament lin-nies billi toħorġu de-requisition orders, jew le?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jiena diġa' għidt x'inhi r-raġuni għal dan u se nerġa' nassigura lill-Onor.", "Abela li aħna qegħdin naraw x'nistgħu nirranġaw minn dawn il-95 post. Aħna ma nagħtux postijiet li m'humiex tajbin għall-abitazzjoni, anke jekk ikollu ftit nuqqasijiet għax dak il-ftit nipprovaw nirranġawh ukoll qabel ma nallokawh lil xi ħadd.", "Dan qed ngħidu għax f'dawn ix-xahrejn u nofs sirt naf li jekk inti talloka post li m'huwiex tajjeb lil xi ħadd ma tkunx qed tagħmel sewwa u allura jkun ferm aħjar li tirranġah qabel ma tagħtih lil dak li jkun.", "Dan għaliex inkella se jkollok ħafna pressure żejda, għax għalkemm tkun allokajt post, xorta waħda ma tkunx tista' tgħaddih lil dak li jkun.", "Aħna qed nimxu b'dan il-mod għax naħsbu li hekk hu l-aħjar li jsir għax wara kollox aħna progress irridu u mhux rigress.", "Dan ma jfissirx li dawn is-77 post li għandna huma daqstant ħżiena għax, wara kollox, aħna dak li hu ħażin x'nambuh!", "Mhux hekk!", "Biex jaqa' u noqogħdu nħallsu l- ispejjeż fuqu!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: B'dak li qal fir-risposta tiegħu l-Ministru jrid ifisser li l-Gvern se jibda jirranġa u jsewwi l-postijiet privati li huma rekwiżizzjonati?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, aħna qed nagħmlu ħilitna kollha biex qabel ma nallokawh, post ikun fi stat abitabbli.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta ' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' pajjiżi li persuni li ġejjin minnhom ma jirrikjedux visa biex jidħlu Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1033; u", "Kummenti magħmula minn dipartimenti u korpi li jaqgħu taħt l- Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar ir-Rapport ta' l-Awditur għas-sena 1995.", "Madam Speaker, l-entijiet li tagħhom qed inpoġġi l-kummenti għar-Rapport ta' l-Awditur għall-1995 huma: Il-Korp tal-Pulizija, l-Armata, il- Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id- Dipartiment ta' l-Informazzjoni, id-Dipartiment tal-Corporate Services fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-fergħa tat-Telegrafija Mingħajr Fili, il- Public Broadcasting Services Ltd. u s-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex.", "Irrid nenfasizza li qed inpoġġi dawn il-kummenti mingħajr ma nassumi r- responsabbilta' politika għalihom ħlief dik li nassigura li kemm jista' jkun se tiġi assigurata l-accountability u t-trasparenza fit-tmexxija amministrattiva tal-Gvern.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar persuni fil-Freeport Corporation li huma provduti b'mobile phones u l-kontijiet kull xahar bejn l-1991 u l- 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1048.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar:", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-ħaddiema tas-Sezzjoni Indafa Pubblika allokati mad- diversi Kunsilli Lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1021.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Jannar, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia huwa in possession of the House.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Madam Speaker, il-bieraħ filgħaxija kont qed nagħti diversi eżempji ta' inġustizzji li saru matul l-Amministrazzjoni preċedenti, liema inġustizzji saru f'kull dipartiment u f'kull sezzjoni fil- qasam governattiv.", "Biżżejjed insemmi, per eżempju, li fid-Dipartiment tas- Saħħa kien hemm numru ta' acting nursing officers li tħallew acting għal perijodu ta' għaxar snin u meta ġew biex jingħataw il-promozzjonijiet, l- parti l-kbira ta' dawk li tħallew acting għal għaxar snin u aktar, ma sarux.", "Tajjeb li ngħid li meta dawn marru biex jitkellmu, kien hemm min kien sinċier magħhom u qalilhom: Mhux għax ma ħaqqkomx taf, imma ...", "X'kienet din l-\"imma\", Madam Speaker?", "Kien hemm każijiet ta' transfers fid-Dipartiment tas-Saħħa - biex nibda nsemmi dipartiment dipartiment - fejn lil ċertu Deidun minn Naxxar - qed insemmih bill-permess tiegħu - tawh 14-il transfer u fil-fatt l-aħħar wieħed ħadu proprju f'St. Valentine's Day ta' l-1995.", "Hawnhekk ta' min jgħid li kellna każijiet fejn nurses ġew imġiegħla jaħdmu għal 15-il ġurnata sħaħ u ngħataw id-dritt ta' l-off duty wara l-intervent tal-General Workers' Union biex dawn il-ħaddiema setgħu jingħataw id-dritt kostituzzjonali li jgawdu l-frank tagħhom.", "Dawn il-każijiet kulħadd jista' jarahom.", "Iva, aħna nemmnu li l-Kostituzzjoni l-ewwel għandha tidħol biex tipproteġi lill-individwu u mhux niġu nsemmu l-Kostituzzjoni biex nipprovaw ngħidu għaliex \"persuna aggravata\" - kif inhi fil-liġi - mhijiex ikkwalifikata iktar meta aħna l-iktar li jinteressana huwa l-individwu.", "Biex inkompli ma' dak li kont qed ngħid rigward dawn in-nurses irrid ngħid li r-roster tagħhom kien darbtejn evening, darbtejn night, rest, tliet darbiet morning, darbtejn evening u mbagħad rest u off.", "Dawn kienu jieħdu l-off wara 15-il ġurnata!", "Dawn l-affarijiet kollha saru matul l- amministrazzjoni preċedenti.", "Semmejt dawn il-każijiet biex ma nsemmix l-inġustizzji ta' nies li għax kienu qed jagħmlu xogħolhom bħala uffiċjali għolja - bħala eżempju hawnhekk nista' nieħu lill-Pulizija - sofrew dannu personali billi tqiegħdet bomba wara darhom.", "Madanakollu l-Gvern preċedenti ma ħassx il- ħtieġa li, bħal m'għamel f'każijiet oħra, jagħti lil dawn l-uffiċjali ammont ta' flus ex-gratia talli taw lill-pajjiż ħafna mill-ħin u mill- enerġija tagħhom.", "GĦalhekk jien nistaqsi: Mela xi kriterju kien hemm f'dawn it-tip ta' konsiderazzjonijiet ta' ġustizzja, jekk trid issejħilha ġustizzja, meta dawn l-affarijiet huma lampanti?", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li meta ġiet biex issir ir- reorganisation instabu ħafna anomaliji u hawn biżżejjed insemmi, per eżempju, fattiga tieħu l-allowances u l-privileġġi kollha għax tkun pajżan ġod-Depot, imma jekk tkun qed tagħmel l-istess xogħol ġo dipartiment ieħor l-allowance ma teħodiex.", "Dawn huma inġustizzji li ġew ripetuti taħt l- Amministrazzjoni Nazzjonalista u dawn il-każijiet m'humiex limitati għal xi numru żgħir.", "Jien ċert li meta jibda jiffunzjona dan it-tribunal se jkollna eluf ta' investigazzjonijiet u dik iċ-ċifra li semma l-Onor.", "Austin Gatt, fejn qal li minn Mejju ta' l-1987 sakemm sar l-Ombudsman kien hemm 1,686 każ, se tinqabeż u mhux bil-ftit.", "Jien ninsab persważ li n-numru ta' każijiet ta' inġustizzji li saru u li għad iridu jiġu investigati mit- tribunal se jkun xi tliet darbiet aktar u għalhekk, meta tgħaddi din il- liġi, it-tribunal tant se jkollu xogħol li naħseb inkunu rridu nagħmlu aktar minn tribunal wieħed biex ilaħħqu mal-volum tax-xogħol.", "Madam Speaker, kif qed nitkellmu fuq l-inġustizzji jkun tajjeb jekk wieħed jgħid li Kapitlu 320 jiġifieri l-Att ta' l-1987 dwar il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, it-transfers ma kenux ikklassifikati bħala inġustizzja u allura ma setgħux jiġu nvestigati.", "Dan joħroġ ċar għax f'artiklu 6 li jagħti s-setgħat lil din il-kummissjoni, it- transfers ma jissemmewx.", "Jiena nistaqsi: Għaliex il-Gvern preċedenti ma riedx din il-kummissjoni tinvestiga it-transfers?", "Forsi għaliex kellhom f'moħħhom li jibqgħu jagħmlu transfers vendikattivi li minnhom saru bil- mijiet u bl-eluf!", "U kif imbagħad tiġi l-Oppożizzjoni u tgħid li dan id- dritt kien jeżisti meta individwu ma setax iressaq il-complaint tiegħu dwar transfer quddiem din il-kummissjoni peress li din ma kellhiex is-setgħat li tinvestiga transfers vendikattivi!", "Tan-naħa l-oħra jafu għalfejn saru dawn.", "Jiena nista' ngħid li mill-ewwel ġimgħat li l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern fl-1987, fil-Pulizija biss saru mijiet ta' transfers permezz ta' daqqa ta' pinna jew messaġġ mill-control room u l-għada filgħodu min jirrapporta hawn u min jirraporta hemm.", "Uħud minn dawn it- transfers saru bl-iktar mod viljakk fejn persuni li kienu jagħmlu xogħolhom fl-uffiċċju u li ma kellhom l-ebda rapporti li ma kenux qed jagħmlu xogħolhom, xorta waħda ħarġulhom it-transfer u dan ġara sempliċement minħabba l-kulur politiku tagħhom, jiġifieri għaliex kienu Laburisti.", "Ma setax ikun hemm raġuni oħra.", "Aħna ilna tliet xhur fil-gvern u mhux talli dawn l-affarijiet m'għamilnihomx talli dawk l-avukati u nies oħrajn, li matul l-elezzjoni li għaddiet taw kontribut qawwi lill-makna tal-Partit Nazzjonalista, li kienu ġew appuntati fuq bordijiet ta' kumpanniji parastatali, jidhirli li kważi kollha reġgħu ġew konfermati biex ikomplu jagħmlu xogħolhom.", "L-argument tiegħi huwa li meta l-Partit Nazzjonalista ressaq quddiem il-Parlament il-liġi dwar Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kellu f'moħħu li jibqa' jagħmel l-inġustizzji mal-Laburisti u dan sar bl-iktar mod ċar fil-qasam tat-transfers għaliex dawn lanqas biss ried jinvestigahom għaliex kif għidt, Madam Speaker, lill-kummissjoni ma tahiex din is-setgħa.", "Allura min bata dawn l-inġustizzji u min ma kellux fiduċja f'din il-kummissjoni, dan m'għandux ikollu rimedju?", "Il-Partit Laburista kien ċar mill-bidu nett fil-kampanja elettorali tiegħu fejn qal li kien lest li mill-ewwel ġranet tal-gvern joħloq dan it- tribunal biex jinvestiga dawn l-inġustizzji.", "Dan mhux qed ngħiduh għaliex il-Laburisti biss sofrew għaliex kien hemm ukoll Nazzjonalisti li jew għax ma kenux tal-klikka jew għax ma kenux tal-qalba, batew ukoll l-inġustizzji minħabba li xi nies li kienu nvoluti sew fil-Partit Nazzjonalista riedu jieħdulhom posthom minn f'ċerti uffiċini.", "Għalhekk kien hemm Nazzjonalisti wkoll li sofrew u anke dawn nistiednuhom biex iressqu l-ilmenti tagħhom għax dan huwa tribunal għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Ċertament se jkun hemm ħafna aktar Laburisti għaliex dawk l-iktar li sofrew inġustizzji taħt il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Mhux naturali li se jkun hemm ħafna minnhom dawn!", "Il-bieraħ l-Onor.", "Gatt donnu ried jgħid li dan l-abbozz ta' liġi li se jwaqqaf dan it-tribunal huwa indirizzat lejn il-partiġjaniżmu.", "Dan m'hu veru xejn.", "Kienet il-liġi ta' l-1987 li waqqfet il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji li ċertament kienet indirizzata lejn il- partiġjaniżmu għaliex ħallew barra dak li dehrilhom li m'għandux jiġi nvestigat biex b'hekk ikomplu jagħmlu dawn it-tip ta' inġustizzji.", "Dik hija ħaġa serja u hemm kienet d-diskriminazzjoni.", "Mela jgħid li hija diskriminatorja għaliex ħallejna l-konċett tal-kumpannija meta tiġi biex tiddefinixxi who is the aggravated person, jew inkella għaliex taħt klawsola 6 ta' l-abbozz ma daħħalniex is-setgħat kollha kif kienu fl- artiklu 6 tal-liġi l-oħra bħal, per eżempju, għaliex m'hemmx investigazzjonijiet dwar transfer tal-proprjeta' immobbli!", "Madam Speaker, l-Oppożizzjoni donnha riedet tagħti x'jifhem lill-poplu Malti li l-abbozz li qed niddiskutu huwa scelta inferjuri għax għandu diversi żvantaġġi, imma meta wieħed jara dan l-abbozz u jqabblu mal-liġi li kien hemm, Kap. 320, isib li hemm avvanzi kbar fis-saħħa tal-liġi u f'dak li huwa progress legali meta tiġi biex tinvestiga.", "Madam Speaker, se nitkellem issa dwar it-terminu u ngħid li fejn fil- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji dan it-terminu kien ta' tliet snin, it-tribunal li se jitwaqqaf b'dan l-abbozz ta' liġi se jkollu terminu ta' erba' snin biex jaħdem u jekk ikun hemm il-ħtieġa dan it- terminu jista' jibqa' jiġi mġedded regolarment għal perijodu ta' 12-il xahar.", "Mela diġa' għandna avvanz ta' sena fuq il-kummissjoni bħala perijodu biex jaħdem u tajjeb ngħidu ukoll li dan jiġġedded mill-Kamra, mentri meta taqra l-liġi dwar il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji jissemma ma nafx kemm-il darba l-prim ministru li hu l-factotum biex jiffunzjonaw dawn il-kummissjonijiet.", "Fl-abbozz li għandna quddiemna hemm diversi riferenzi għall-Kamra tar-Rappreżentanti għax il-Kamra kollha għandha tara jekk hux fl-interess tal-poplu li ċerti affarijiet jiġġeddux jew le.", "Din hija s-serjeta' u t-transparenza!", "Punt ieħor huwa li meta l-Gvern ta' qabel ġie biex jagħmel il-Kummissjoni għall-Invetigazzjoni ta' l-Inġustizzji dawn qalu li l-investigazzjoni trid issir fil-moħbi, fil-privat u li ċ-ċittadin m'għandux dritt jara għaliex saret dik l-investigazzjoni jew għaliex l-inġustizzja saret lil dik il- persuna partikolari.", "Dan ma tantx kien punt pożittiv meta niftaħru li rridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea u rridu nagħmlu kollox b'mod trasparenti!", "It-tribunal qed jagħmilha ċara li meta jibda jiffunzjona jkollu bilfors jagħmel ix-xogħol tiegħu fil-pubbliku għax il- pubbliku għandu dritt imur isegwi l-proċeduri u s-smigħ ta' dan it-tribunal.", "Din hija xi ħaġa pożittiva meta tikkomparaha mal-liġi li għadhom kemm tkellmu ħafna fuqha.", "L-Onor.Membri tan-naħa l-oħra qalu li mhux sew li l-president tat- tribunal jista' jkun uffiċjal pubbliku għaliex jista' jkollu konflitt.", "Jien nemmen li kemm jista' jkun dan m'għandux ikun uffiċjal pubbliku imma kemm hi iktar serja jekk immur fil-privat u avukat ikun chairman ta' kummissjoni.", "MADAM SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u għandek bżonn ta' extension.", "Xi ħadd jipproponi biex l-Onor.", "Farrugia jkompli jitkellem.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Farrugia jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "L-Att dwar il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kien jgħid li jista' jinħatar avukat b'esperjenza ta' 12-il- sena u ma kien hemm l-ebda kondizzjoni li ma jistax ikompli fil-prattika privata tiegħu jew li ma jistax jattendi uffiċċju legali li fih ikun hemm avukati oħra.", "Issa dan jista' jkun qed jinvestiga l-inġustizzji!", "L-iktar ħaġa skandaluża hija li għad-differenza tat-tribunal li se jiġi mwaqqaf, il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kellha s- setgħat li tieħu ħsieb ukoll l-investigazzjonijiet kriminali jiġifieri, li tara jekk saritx xi forma ta' inġustizzja fl-investigazzjonijiet.", "Din hija an investigation to the investigation.", "It-tribunal dan jeskludih b'mod ċar fix-schedule.", "Il-president tal-kummissjoni seta' kellu konflitt fuq ix- xogħol tiegħu waqt li jkun qed jinvestiga inġustizzja jew investigazzjoni li tkun għamlet il-Pulizija?", "Seta' dan abbuża billi għadda informazzjoni b'mod abbużiv?", "Biex inkunu ċari, l-istess liġi dan kienet teskludih f'artiklu 13 li jitratta s-secrecy of information, imma min jaf jekk ikunx għadda x'informazzjoni?", "U mbagħad xi ngħidu fil-każ li hu jkun investiga fuq x'investigazzjoni tal-Pulizija u mbagħad meta dan il-każ jiġi solvut u meta hu jkun spiċċa minn membru tal-kummissjoni, imur jassisti jew jidher għall-akkużat!", "Ma naħsibx li dan ikollu l-guts jagħmel hekk, pero' xogħlu jkun għamlu.", "Allura kemm hi aktar serja u responsabbli l-liġi kif qed tiġi proposta llum minn dan il-Gvern?", "Madam Speaker, aħna qed nagħmlu sew li nidħlu f'dawn il-punti biex ma jkun hemm l-ebda ċans t'abbuż.", "L-ewwelnett aħna qed ngħidu li l-proċeduri jridu jsiru fill-pubbliku u t- tieni nett qed ngħidu wkoll li min se jkun president ta' dan it-tribunal ma jistax ikompli bix-xogħol privat tiegħu.", "Mela niġu ngħidu illi remotament jista' jkollu konflitt l-uffiċjal pubbliku!", "Mela kemm jista' jkun hemm konflitti serji għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja jekk din ma ssirx hekk!", "Jien m'iniex qed ngħid li sar hekk, imma jekk sar hekk, min jista' jkun jafu dan jekk ma jiġix jgħidlek hu.", "Ta' min igħid, per eżempju, dan kien ikollu l-aċċessibilita' għall-files kollha tal-Pulizija.", "Meta l- kummissjoni kienet tibgħat għal spettur u tgħidlu li trid tkun taf x'għamel fit-tali investigazzjoni, kien hemm diversi każi fejn il-kummissjoni żammet il-files għandha għal diversi ġimgħat.", "Dawn kienu punti serji ħafna fl- amministrazzjoni ta' din il-kummissjoni u kien ċertament għal din ir-raġuni li l-kummissjoni ma kenitx tgawdi ċerta fiduċja.", "Kif jista' uffiċjal ikollu fiduċja meta wieħed imur quddiem avukat li jkun qed jippresjedi kummissjoni u fl-istess ħin għadu għaddej bix-xogħol privat tiegħu u dan irid jgħid - bilfors irid igħid għax hekk titob il-liġi - dwar dak kollu li hemm fil-files?", "GĦalhekk it-tribunal għamel sew illi fil-First Schedule (Part B) ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ċerti matters m'mhumiex subject għal investigazzjoni, fosthom hemm any investigation by the Police.", "Dan ovvjament għamilnih għall-protezzjoni u għas-serjeta' ta' l-affarijiet.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li artiklu 6 ta' l-Att dwar il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, igħid illi din il-liġi għandha l- power li tinvestiga kull tip ta' substantial injustice u tieqaf hemm, imma mbagħad din tirrestrinġi ruħha billi ċerti inġustizzji ma setgħetx tidħol fihom.", "Fil-fatt jien diġa' tajt l-eżempju tat-transfers u nista' nsemmi eżempji oħra.", "Mela meta qed inħares lejn inġustizzja, nista' b'xi mod ngħid li bniedem fil-ħajja pubblika jista' biss isofri inġustizzja għax ma jkunx ħa promozzjoni u li ma jistax isofri inġustizzja mod ieħor?", "Fost dawk li sofrew inġustizzji taħt in-Nazzjonalisti kien hemm missier il-Ministru Portelli - dan qed insemmih proprju għaliex il-Ministru m'huwiex qiegħed hawn, għalkemm xtaqt li kien hawn.", "Fl-1962 missier il-Ministru Portelli, li kien purtinar, ngħata transfer minn Ħaz-Zabbar għal skola fill- Mellieħa, u dan tant kien xokk kbir għalih li marad.", "Biex ikomplu l- ferita, minn hemm reġgħu tefgħuh Marsaxlokk u meta ibnu, jiġifieri l- Ministru Portelli li kellu biss 15-il sena, mar biex jara l-affarijiet kienu reġgħu tefgħuh il-Marsa.", "Dawn huma affarijiet li kienu jsiru regolarment mal-Laburisti.", "Jiena m'inix qed ngħid li ma sarux abbużi meta kien hemm il-Labour fil-gvern.", "Jekk dawn saru sar ħażin għax ħaġa ħażina hija ħażina dejjem, imma mhux li ma tagħtinix rimedju!", "Il-Gvern Nazzjonalista ma offriex rimedju għal dawn l-affarijiet imma llum kemm il- Laburisti u kemm in-Nazzjonalisti, huma min huma, għandhom ir-rimedju taħt dan l-abbozz ta' liġi.", "Min-naħa l-oħra l-bieraħ kien hemm min għaddi xi rimarki dwar ir- rikuża.", "F'Kap. 320 ma kien hemm l-ebda riferenza għall-Code of Organisation and Civil Procedure u l-unika emenda li hemm hija dik li biha dan l-Att kien ġie repealed fl-1995 meta saret il-Liġi dwar l-Ombudsman.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma l-bieraħ għamilna riferenza għall- applikazzjoni ta' l-artikli tal-Code of Organisation and Civil Procedure.", "Mela fuq ir-rikuża naqblu, pero' anke din qiegħda falza u hija differenti minn dik li qed nipproponu aħna.", "Fil-każ tagħna, kif inhu propost f'dan l- abbozz, għandek persuna waħda u jekk m'għandekx fiduċja fiha tista' titlob ir-rikuża.", "Fil-każ tal-kummissjoni qed tagħmel challenge lil membru wieħed minn tlieta u allura l-oħrajn jibqgħu hemmhekk.", "Tgħidli: Inti mhux kontra wieħed għandek?", "Iva, imma meta inti għandek tlieta qed jinvestigaw, kif se jkollok fiduċja billi xi ħadd se jieħu post wieħed minnhom meta t-tnejn l- oħra għadhom hemm?", "Ovvjament il-perfezzjoni m'hi qiegħda mkien, imma once li inti qed tara, trid tara kollox.", "Per eżempju, f'Kap. 320 ma kien hemm xejn dwar is-setgħat investigattivi, mentri b'dan li qed ngħidu aħna huwa ċar li t-tribunal jista' jagħmel dak kollu li hu meħtieġ, bħall-Qorti Superjuri, b'dawk id-dispożizzjonijiet kollha li hemm fil-Kodiċi ta' l-Organizzazzjoni u Proċeduri Ċivili, biex japplika dawk il-faċilitajiet ħalli jkun jista' jinvestiga.", "Il-bieraħ, per eżempju, għidt li t-tribunal jista' jinnomina espert biex jgħinu fl- investigazzjoni, xi ħaġa li ma kenitx possibbli taħt l-Att dwar il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Dan qed ngħidu għaliex anke min ikun qed jippresjedi t-tribunal jista' ma jkunx espert sabiex jinvestiga ċerti inġustizzji, .", "Per eżempju, meta tiġi biex tqabbel il- kaligrafija ta' xi ħadd bilfors trid tagħmel comparison tal-kaligrafija, u allura f'każ bħal dan kif se jasal għaliha l-president?", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn huma kollha punti saljenti sabiex wieħed ikun jista' jidħol aktar fl-investigazzjonijiet.", "Madam Speaker, irrid ngħid ukoll li kuntrarjament għal dak li kien isir taħt il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, meta dan it- tribunal jagħmel rakkmandazzjoni lill-Prim Ministru, dan taż l-aħħar irid japplika dik ir-rakkmandazzjoni.", "GĦalkemm kienu ftit, kien hemm każijiet fejn l-ex-Prim Ministru ma enforzax ir-rakkmandazzjoni li kienet saritlu.", "Jiena nista' ngħid li kien hemm każijiet li verament kienet sorpriża li ma ġewx rikonoxxuti mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien.", "Kien hemm każijiet ċari fejn pulizija - qed nerġa' nsemmihom għaliex dawn kienu ħafna - inqabżu fil-promotions u għalkemm il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kienet qaltilhom li kellhom dritt isiru surġent maġġur - kull surġent li jkun ilu għal ħafna snin fil-Pulizija ikun jixtieq dik in-naqra promozzjoni għal surġent maġġur qabel ma jispiċċa - il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien xorta ma rrikonoxxiex din ir-rakkmandazzjoni.", "Taħt dan l- abbozz ta' liġi, Madam Speaker, il-Prim Ministru bilfors irid japplika d- deċiżjoni tat-tribunal, u hawn se ngħid għaliex.", "(Interruzzjonijiet) Jien se ngħidlek għaliex, għalkemm, wara kollox, din hija subject to interpretation u allura wieħed għad irid jaraha taħdem, imma l-abbozz igħidlek li meta t-tribunal jiddeċiedi li lment huwa ġustifikat irid jara li d-deċiżjoni tiġi applikata skond il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Il-Public Service Commission tiffunzjona taħt il-Kostituzzjoni, mela r-rimedju qiegħed hemm.", "It-tribunal mhux qed jinvestiga x'għamlet il-PSC għax dan ma jistax jagħmlu.", "Ma jistax jgħid li l-PSC m'għamlitx xogħolha sew imma l- abbozz qed igħid li jekk ilment huwa ġustifikat - u meta nsemmu l-PSC hemm każijiet fejn il-Prim Ministru lil dan it-tribunal jista' jħallih jinvestiga każijiet li jaqgħu taħt il-liġi dwar il-Forzi Armati ta' Malta u l-PSC; mela allura l-PSC fil-fatt hi subject għal din il-liġi li qegħdin niddiskutu - il-Prim Ministru jrid isib ir-rimedju legali biex japplika d- deċiżjoni tat-tribunal.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li għax irridu nagħtu din l-interpretazzjoni allura ma tistax issir, għax jekk hemm bżonn issir emenda biex din tkun tista' tiġi nforzata.", "Din qiegħda ċara f'subklawsola 7 (11) li tgħid:", "\"Ikun id-dmir tal-Prim Ministru li jimplimenta r-rakkmandazzjonijiet tat-Tribunal...\".", "Allura l-Prim Minisrtu jrid isib metodu kif jinforzaha billi jistabbilixxi dawk il-proċeduri.", "Allura għalfejn qed jgħid hekk?", "Qed jgħid hekk għaliex jekk hemm xi problemi minħabba l-PSC irid isib is- soluzzjonijiet għalihom.", "Meta tela' Gvern Nazzjonalista fl-1987 kien hemm min tressaq quddiem il-PSC biex imbagħad kollox reġa' nqaleb.", "(Interruzzjonijiet) Imma intom sibtu sistema mal-PSC kif tirrimedjaw għal xi ħaġa li, forsi ġustifikament, kienet timmerita rimedju.", "Allura ladarba meta kien hemm il-PSC biss sibna rimedju, ma nsibux rimedju issa meta qed nagħmlu t-tribunal u meta l-PSC għadha hemm ukoll?", "Insibu rimedju legali.", "Mhux hekk?", "Ir-rimedju jrid ikun legali.", "Artiklu 115 tal-Kostituzzjoni jgħid li jekk xi ħadd jabbuża fil-PSC ma jistax jiġi eżaminat minn xi qorti.", "Aħna mhux hekk qed ngħidu.", "Aħna qed ngħidu li t-tribunal jerġa' jara l-ilment u jekk isib li hu ġustifikat d-deċiżjoni tiegħu tiġi nforzata.", "Trid toqgħod attent meta tara l-artiklu, għax din hija kwestjoni ta' interpretazzjoni; tista tkun wiesa' imma mhux daqshekk.", "Qed ngħid dan għaliex aħna rridu naraw kif napplikaw dak li tgħid il-liġi.", "Madam Speaker, niġi issa għaIl-każijiet li jista' jinvestiga t-tribunal.", "Il-Prim Ministru jista' jagħmel ordni fil-Gazzetta tal-Gvern li jissostitwixxi l-lista li hemm fit-Taqsima A, u - la semmejna l-PSC - iħalli t-tribunal jinvestiga affarijiet li jaqgħu taħt il-Public Service Commission u l-Armata bħalma huma promozzjonijiet, transfers, pension rights u affarijiet simili.", "Kien hemm każi fl-Armata ta' min ingħata paga bin-nieqes għax kienu ħadmuhielu ħażin jew ta' min ġie mċaħħad minn drittijiet ta' allowances, għax il-brigadier ta' dak iż-żmien deherlu li hekk għandu jagħmel u dan spiċċa li biex jieħu d-drittijiet tiegħu fuq paga jew allowance kellu jmur il- qorti.", "Huwa dokumentat li dawn l-affarijiet saru taħt Gvern Nazzjonalista.", "Għalkemm jien hawnhekk għandi d-dokumenti mhux se nsemmi l- ismijiet għax m'huwiex etikament sewwa.", "Għaldaqstant huwa tajjeb li t- tribunal issa jista' jinvestiga każijiet ta' pension rights u każijiet oħra mil-lat pekunjarju ta' dawk li qegħdin fl-Armata.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar it-transfers fl-Armata.", "Nista' ngħid li ntbagħtu n-nies anke Għawdex.", "(Interruzzjonijiet) Inti tmur Għawdex għaliex tħobbu imma hemm min joqgħod Malta u jkollu jmur Għawdex bilfors.", "Per eżempju, sa ftit ġranet ilu xi membri ta' l-Armata li bagħtuhom jaħdmu Għawdex kellhom jorqdu - issa ma nafx jekk irranġawlhomx il-kamra - f'substation ta' l-elettriku!", "Allaħares qatt ikun hemm short circuit għax la tinstab il-kamra u ċertament lanqas min ikun fiha!", "(Interuzzjonijiet) Min irid, jista' jara x'inhu l-kulur politiku tagħhom bħalma nafu jien!", "Issa jekk din saritx b'vendikazzjoni...", "(Interruzzjonijiet) Jekk it- tribunal ikollu lmenti bħal dawn għandu jinvestigahom u għalhekk huwa tajjeb li dan l-artiklu jiġi applikat.", "Madam Speaker, meta tara din il-liġi ssib li hija magħmula b'mod għaqli u mhux talli m'hiijex partiġjana - bħalma donnu bilfors ried jipperswadi l- Onor. Gatt bil-kritika tiegħu - talli hija rivoluzzjonarja fil-ħsebijiet tagħha għax fejn qatt kellna liġi f'Malta li jekk ma tkunx tista' tingħata xi ħaġa in kind din tingħata f'somma ta' flus?", "Hekk għandhom jitqassmu l- flus!", "Mela jiġi ministru u jagħżel xi erba' min-nies li jidhirlu hu u jagħtihom Lm2,000 jew Lm3,000 jew Lm30,000 ex-gratia għax ikunu għamlu xogħolhom sew!", "Veru li jkun hemm min ħaqqu pero' jkun hemm oħrajn li jkunu għamlu daqshom jew iktar.", "Per eżempju, jien naf każ ta' wieħed li waqt xogħlu qala' xebgħa sikkina tant li l-uniformi ntlietlu kollha demm u għalkemm fi żmien Gvern Nazzjonalista - ta' min jgħid li dan m'huwiex Laburist pero' m'huwiex tal-klikka jew ma kellux ħbieb b'saħħithom biżżejjed - dan għamel diversi rapporti iżda sal-lum għadu ma ħa xejn.", "Lil dan l-individwu aħna issa qed ngħidulu li se nagħmlu din il-liġi.", "Dawn huma affarijiet li jweġġgħu u għalhekk jien qed insemmihom.", "GĦalhekk din il-liġi hija revoluzzjonarja għaliex se tagħti wisa' lil kull min sofra xi inġustizzja sabiex din jippreżentaha.", "Aħna ma jinteressaniex jekk il- persuna għandhiex xi majority shareholding f'kumpannija.", "Jekk irid dak għandu rimedji oħra għax meta tiġi stabbilita xi kumpannija ġeneralment ikollha l-avukat tagħha u allura dawn għandhom min jgħinhom.", "Aħna li jinteressana huwa ċ-ċittadin li jsofri, dak li jżomm ġo fih, dak li ma għandux kenn u dak li ma jafx x'għandu jagħmel meta ma jkunx protett għax m'għandux liġi li tipproteġġih.", "Illum, grazzi għall-Partit Laburista fil- gvern, wara 90 ġurnata se jingħata dan ir-rimedju.", "Din hija s-serjeta' tal- Partit Laburista, li jwettaq dak li jgħid.", "Aħna qed ngħidu li se nagħmlu dak kollu li hu possibbli biex kulħadd ikun l-istess, għax m'huwiex sew li ma ngħixux bħall-aħwa fejn kulħadd ikollu l-istess drittijiet.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Gatt il-bieraħ għoġbu jikkwota lill-ex-Prim Ministri li għamlu ġieħ lil pajjiżna.", "L-Onor.", "Mintoff mhux ġieħ għamel lil pajjiżna imma għamlu ġenna ta' l-art u għad jiġi ż-żmien meta lkoll insellmulu.", "L-istess jista' jingħad fill-konfront ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici kellu raġun jikkritika l-liġi ta' l- 1987 meta din kienet ġiet ippreżentata u diskussa.", "Trid tagħmel bħalma għamilna llum, jiġifieri tara kif żviluppat il-liġi maż-żmien, mill-1987 sakemm twaqqaf l-Ombudsman, imbagħad nerġgħu nagħmlu kritika oħra.", "Per eżempju, ġiet f'idejja pubblikazzjoni fejn l-Onor.", "Eddie Fenech Adami kien qal: \"Nagħti Kelmti\".", "F'din il-pubblikazzjoni, li tikkonsisti f'ġabra ta' diskorsi, insibu li qabel l-elezzjoni ta' l-1981 il-Partit Nazzjonalista kien jgħid lill-poplu li jrid isir djalogu, li rridu niddiskutu l-problemi u li l-affarijiet iridu jsiru b'mod serju.", "Imbagħad meta waslet l- elezzjoni ta' l-1987 bdiet tissemma \"s-solidarjeta'\".", "Huwa tajjeb li lill- poplu Malti li qiegħed jismagħna ngħidulu x'qal l-Onor.", "Fenech Adami għax f'paġna 40 ta' dan il-ktieb insibu li hu kien qal li m'huwiex sew li tieħu promotion mhux għax inti tajjeb u ħaqqek imma għax inti tal-qalba.", "Hu kellu kull ċans jagħmilhom dawn l-affarijiet fid-disa' snin u nofs li għamel fil-gvern.", "Dażgur li dan m'huwiex sew!", "Imma f'dawn id-disa' snin u nofs ingħataw promotions lil tal-qalba?", "Issa ħalli jitwaqqaf it-tribunal u mhux waħdiet se jkun hemm, Onor. Gatt, bħalma għidt inti, imma eluf u eluf.", "Mhux l-1,600 ruħ li semmejt inti għall-perjodu ta' bejn l-1987 u l- 1995 imma trid tagħmilhom għal tliet darbiet.", "L-Onor.", "Fenech Adami kien qal ukoll li jrid l-indafa u ma jridx affarijiet li joħolqu suspetti.", "Issa qed nikkwota minn paġna 135 ta' l- istess ktieb, għax kienu ħarġu ħafna kotba oħrajn, imma qed nikkwota xi ħaġa żgħira għax inti, Onor. Gatt, ħaġa żgħira kkwotajt minn dak li qal l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.", "(Interruzzjonijiet) Imma meta l-Onor.", "Fenech Adami kien qed ikellem lin-nies kellu dan kollu f'moħħu u fill-fatt kien qal hekk: Irridu fuq kollox gvern nadif li ma jkollu l-ebda dell.", "Jiena llum nistaqsi: Jekk kemm-il darba wara disa' snin u nofs ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista ma kien hemm l-ebda dell ta' korruzzjoni jew dell ta' inġustizzji, kieku llum ma kienx ikun hemm il-ħtieġa li partit li jerġa' jitla' fil-gvern jibda jaħseb biex jinvestiga l-inġustizzji?", "Il- Gvern ta' qabel ma rnexxilux joħloq soċjeta' kif kien qal għax dawn l- affarijiet baqgħu jiġu ripetuti bl-aktar mod b'saħħtu.", "Ngħidlek li hemm eluf ta' inġustizzji x'jiġu investigati!", "Dawn huma affarijiet inkwetanti, Madam Speaker, anzi huma nkwetanti doppjament għax il-poplu kien qed jistenna li dawn l-inġustizzji ma jirripetux ruħhom imma fil-fatt saru, mentri aħna, fl-ewwel 90 ġurnata tagħna, mhux talli m'għamilniex inġustizzji talli l-Laburisti huma mistagħġba!", "Imma dik hija r-riċetta tagħna u n-Nazzjonalisti għalhekk ivvotawlna għax kellhom fiduċja li aħna se nimxu b'mod serju u nsostni li se jiżdiedu n-Nazzjonalisti li jivvotawlna għax aħna rridu nimxu b'mod ġust u mhux noħolqu inġustizzji bħalma ġara taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Per eżempju, fid-diplomatic service ukoll għandek nies Nazzjonalisti li, għax huma serji, għadhom hemm.", "U jekk tieħu oħrajn li huma diretturi f'banek - u għidt li minnhom hemm anke nies illi ħadmu mill-qrib mal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni - kollha ġew konfermati la darba kienu qed jagħmlu xogħolhom, għax kieku ma ġewx hekk konfermati.", "Hekk ġara meta l- Onor. Fenech Adami tela' fil-gvern fl-1987 u fl-1992?", "Hekk għamel fl-ewwel ġranet, ġimgħat u xhur tiegħu?", "(Interruzzjonijiet) Mela ma żammhiex kelmtu hawn!", "Fejn żammha kelmtu?", "Ma żammhiex kelmtu għax fil-fatt kien hemm avalanche ta' titjir ta' l-irjus u jekk irid - jekk jagħtuna l-permess - nippreżentaw lista tan-nies u ngħidlek illi l-Mejda tal-Kamra lanqas tkun biżżejjed!", "Dan ma ġarax fil-każ tal-Partit Laburista għax hu serju u meta kellem lill-poplu għal diversi drabi kien ċar u kellu l-kuraġġ li jimplimenta dak li jrid għall-ġid tal-poplu Malti kollu.", "Meta l-Partit Nazzjonalista kien ħa l-gvern kellu għaġġla kbira biex jagħmel xi ħaġa ħalli jagħti rimedju imma f'moħħu kellu l-makakkerija u l-ħsieb li jibqa' jagħmel l-inġustizzji, anke b'mod inqas b'saħħtu, bħalma huma transfers.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa mbierek u l-poplu Malti għandu jkun grat li fl-aħħar għandu r-rimedji kollha billi issa jista' jmur quddiem dan it-tribunal.", "IIlum ukoll, taħt Gvern Laburista, għad baqa' Nazzjonalisti kbar li għadhom għaddejjin qishom m'humiex huma, bil-karozza tal-kiri, bil-mobile telephones u b'kull ħaġa oħra.", "Kont tagħmilha din meta telgħu n-Nazzjonalisti fil-gvern!", "MADAM SPEAKER: Onor. Farrugia, reġa' skadielek il-ħin u għalhekk għandek bżonn il-leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn talba għal-leave of House.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-Kamra kollha li għoġobha testendili l-ħin.", "Irrid ngħid li kif telgħu n-Nazzjonalisti kien hemm każijiet fejn uffiċjali għolja fil-Pulizija mhux talli ma baqgħux igawdu dak li kien igawdi kulħadd, bħall-użu ta' karozza u benefiċċji simili, imma talli neħħewlhom anke ċerti faċilitajiet.", "Fil-każ tiegħi personali, per eżempju, għamilt snin sħaħ mingħajr servizz ta' karozza għaliex f'ċertu ħin kont immur l-Universita'.", "Dawn huma affarijiet li għalkemm m'għandhomx jirrepetu ruħhom, huma affarijiet li saru kontinwament taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Hawnhekk m'iniex qed nara l-każ ta' dak u ta' l-ieħor.", "Kull min jaħseb f'dawn l-affarijiet jinkwieta għaliex il- kelma li taw, jiġifieri li dawn l-affarijiet m'humex se jsiru, ma żammewhiex.", "Mill-banda l-oħra, l-Onor.", "Alfred Sant kien ċar fil-kelma li ta u wettaqha fl-ewwel 90 ġurnata tiegħu.", "Meta naraw kif se jiffunzjona t-tribunal insibu li l-proċedura hija totalment differenti minn dik stabbilita taħt l-Att dwar il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Il-proċedura hija importanti f'kull investigazzjoni għax jekk int ma tistabbilixxix mill-bidunett il-premessi ta' kif se taħdem, imbagħad jiġri li fl-investigazzjonijiet jinqalgħu l- problemi.", "Għaliex?", "Għaliex jekk jien qed nagħmel allegazzjoni quddiem it- tribunal, dak li jiena qed nagħmel l-allegazzjoni kontrih għandu jkollu d- dritt li jipprepara l-parti tiegħu.", "Din hija xi ħaġa li ma nsibuhiex f'Kap 320, Madam Speaker.", "Dan għaliex il-proċedura li kienet taddotta l- kummissjoni kienet sempliċi, jiġifieri li kif jirċievu ittra, anke jekk din tkun anonima, kienu jibqgħu għaddejjin.", "Imma l-persuna li qed jiġi allegat li għamlet inġustizzja wkoll għandha tiġi mogħtija d-drittijiet tagħha biex b'hekk l-affarijiet isiru b'mod ċar.", "Taħt l-abbozz li qed jiġi propost il- proċedura hija differenti għax meta int tippreżenta l-każ b'rikors li jiġi ppreżentat fir-reġistru tat-tribunal, dan ir-rikors ikun fih id- dikjarazzjoni tiegħek fuq xiex qed issejjes il-qafas ta' l-inġustizzja, ir- rapport tiegħek, id-dokumenti li trid tipproduċi u x-xhieda, u min-naħa l- oħra, l-uffiċjal li qed jiġi allegat li għamel inġustizzja - jista' jkun ex- ministru - ikollu l-istess applikazzjoni ta' proċedura riversa biex hu jagħmel ir-risposta tiegħu, kif ukoll għandu dritt li jippreżentaha fi żmien mhux iktar tard minn sebat ijiem.", "Allura b'hekk it-tnejn ikunu raw il-parti ta' xulxin - għalhekk hi sabiha li l-proċedura tat-tribunal tkun bill-miftuħ u b'mod apert taħt proċedura stabbilita, mela bil-magħluq - imbagħad it-tribunal jibda jinvestiga.", "Min ikun qiegħed fil-proċedura tat- tribunal, kemm naħa u kemm oħra, għandu dritt li jkollu jassistih avukat jew prokuratur legali jew persuna ta' fiduċja.", "Fil-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji ma konniex insibu din it-tip ta' proċedura peress li meta l-kummissjoni kienet tibgħat għal xi ħadd, dan lanqas kien ikun jaf x'se tistaqsih u fuqhiex se tkellmu.", "Il-kummissjoni kienet tibgħat għalih u tgħidlu biex iġib dak il-file, imbagħad dan jibda jiskopri l- affarijiet daqsxejn minn hawn u daqsxejn minn hemm.", "L-affarijiet m'għandhomx isiru hekk , qisna qegħdin naħbu xi ħaġa!", "Jekk hemm inġustizzja, is-soċjeta' għandha kull interess li tara li din ma ssirx għaliex inġustizzja hija xi ħaġa li tidħol in the very fulcrum tas-soċjeta' u allura s-soċjeta' għandha dritt li tkun protetta bi proċeduri legali sani li jkunu taħt qafas ta' liġi u mhux tħalli diskrezzjoni aperta.", "Madam Speaker, hawnhekk qiegħda ċara li meta jiġi biex jagħmel il- homework tiegħu, it-tribunal mhux biss għandu jara jekk saritx inġustizzja għall-fini tal-liġi imma għandu wkoll imur oltre minn hekk billi jara jekk saritx inġustizzja b'xi applikazzjoni ħażina ta' xi regolament jew - din tolqot ħafna lin-nies li qegħdin fiċ-Ċivil - id-dispożizzjonijiet ta' l- Estacode bħal, per eżempju, meta wieħed jiġi biex jinterpreta provvedimenti ta' l-Estacode, speċjalment każijiet fejn jidħlu drittijiet ta' leave jew ta' sick leave jew ta' scholarships jew dwar jekk għandekx dritt tieħu leave waqt li tkun qed tistudja fuq ċerti suġġetti fil-qasam tax-xogħol tiegħek - u affarijiet oħra bħal dawn.", "Dawn huma kollha tipi ta' inġustizzji li jistgħu jiġu nvestigati minn dan it-tribunal.", "Għalhekk, Madam Speaker, meta t-tribunal jagħmel dan kollu mbagħad irid jara jekk jistax japplika in kind dak li huwa dovut lejn min sofra l-inġustizzja u f'każ li ma jistax ikollu jagħżel il-parti l-oħra, jiġifieri li jagħtih somma flus.", "Għalkemm din m'hijiex l-aħjar soluzzjoni imma għallinqas ma tħallix fid-diskrezzjoni ta' xi ministru li quddiem il-camera tat- television joqogħod iqassam xi labra tad-deheb lil xi ħadd li l-ministru jidhirlu li kien daqshekk eroj u lil xi ħaddieħor ma jagħtih xejn.", "Għandu jkun xogħol it-tribunal li jagħti dak li hu dovut, għallinqas fi flus, meta dan ma jistax jagħti l-applikazzjoni tal-liġi li tkun inkisret biex saret dik l-inġustizzja.", "Madam Speaker, jien se nagħlaq billi ngħid li l-ikbar inġustizzja li kienet se ssir fiċ-Ċivil kienet meta dak iż-żmien l-Onor.", "Austin Gatt deherlu li tkun ħaġa tajba għall-policy tal-Gvern li fid-dipartimenti", "jkun hemm nies ta' l-istess kulur politiku tal-gvern li jkun qed imexxi.", "Dan kien ikun ifisser li kap ta' dipartiment serju u li jaf xogħlu tajjeb, għax Nazzjonalista, ma jistax jaħdem ma' ministru Laburista biex japplika l- policy of the day, għax jekk ikun hemm Gvern Laburista dan il-kap irid ikun Laburist.", "Kieku wieħed bħal dak jaqtgħulu rasu!", "Allaħares saret din il- ħaġa - hu jaf iktar minni għax kien hemm ħafna kontra tiegħu fuq din, anke mill-istess partit - għaliex kienet tinħoloq waħda mill-ikbar inġustizzji soċjali li qatt inħolqot f'dan il-pajjiż.", "Kieku lil dan it-tribunal kien ikollna nżidulu xi ħaġa oħra biex jinvestiga dawn l-inġustizzji!", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, b'ton ftit imqanqal u eċċitat, l-Onor.", "Farrugia pprova jipperswadi lill-Kamra li dan it-Tribunal tant se jkun differenti mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li hemm proprju bżonn li jitwaqqaf dan it-tribunal biex jinvestiga l-inġustizzji.", "U għaliex l-Onor.", "Farrugia bilfors - irid jew ma jridx - kellu jimposta l- argument hekk?", "Għax kulħadd jaf li bejn l-1987 sa meta twaqqaf l- Ombudsman - dan huwa l-perijodu li qed jirriferi għalih dan l-abbozz ta' liġi - kienet teżisti kummissjoni li proprju kienet tinvestiga l- inġustizzji.", "Għalhekk l-Onor.", "Farrugia jrid jiġġustifika li minkejja li kienet teżisti din il-kummissjoni, mwaqqfa taħt Gvern Nazzjonalista għal dak il-perijodu, kellha terġa' tiġi proposta liġi oħra biex twaqqaf tribunal li jkun jista' jinvestiga l-inġustizzji li saru fil-perijodu ta' bejn l-1987 u l-1995, jiġifieri sad-data ta' meta twaqqaf l-Ombudsman.", "Hawnhekk saħansitra ntużat il-kelma \"rivoluzzjonarja\" - mhux it-tribunal huwa rivoluzzjonarju għax inkella jkun jonqosna lil Madame Defarge biex tassisti għalih! - u ġejna assigurati li dan l-abbozz ta' liġi fih elementi \"rivoluzzjonarji\".", "Ħalli nibdew naraw min introduċa f'Malta l-konċett li ċ-ċittadin għandu d- dritt għal rimedju mhux biss meta tinkiser il-liġi fil-konfront tiegħu imma wkoll f'każijiet meta, għalkemm l-ebda liġi ma tinkiser, xorta waħda tkun saret inġustizzja fil-konfront tiegħu.", "Kien il-Partit Nazzjonalista li ntroduċa dan il-konċett f'Malta u fil- fatt, l-ewwel żewġ liġijiet - kif spjega tajjeb l-Onor.", "Gatt - li kien ressaq quddiem il-Parlament hekk kif rebaħ l-elezzjoni ta' l-1987 taw id- dritt liċ-ċittadin li jitlob rimedju fil-konfront tal-Gvern stess.", "Hawnhekk kellna partit li tela' fil-gvern wara sittax-il sena fl- oppożizzjoni.", "Jien ma kontx se nsemmih dan, imma la ssemmew dawn l- għadajjar issa se nagħmel ftit riferenza għall-oċean ta' inġustizzji li kienu saru f'dawk is-sittax-il sena, bħal per eżempju, kif kienu jidħlu n- nies fl-Armata u kif Għawdex sar is-Siberja tal-Maltin u Malta saret is- Siberja ta' l-Għawdxin.", "Żgur li ħadd ma jista' jgħid li dawn l-inġustizzji ma kellhomx relazzjoni mal-politika għax malli kienu jistrajkjaw in-nies, l- għada dawn kienu jiġu trasferiti għal Għawdex minħabba l-esiġenzi tas- servizz.", "(Interruzzjonijiet) Id-dritt ta' l-istrajk?", "Ħalli ngħidilkom fejn hu d-dritt ta' l-istrajk.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tinterrompux.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwel ħaġa, meta taħt Gvern Laburista strajkjaw it- tobba kienet għaddiet liġi li permezz tagħha mhux biss tkeċċew in-nies minn mal-gvern talli ġew projbiti għal għomorhom milli jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fi sptarijiet privati - allavolja mbagħad lanqas kien hemm bżonnha aktar din il-projbizzjoni peress li l-isptarijiet privati kienu għalquhom!", "Naturalment, imbagħad aġġornajna l-politika u bdejna nitkellmu favur l- isptarijiet privati u li għandna nsibu spazju għal kulħadd.", "Pero' jekk kien hawn gvern li l-ewwel żewġ liġijiet ....", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tinterrompux.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed nieħu gost b'dawn il-battibekki għaliex iżiduli l- ispirazzjoni!", "(Interruzzjonijiet) Jekk kien hawn gvern li ntroduċa proprju liġijiet li taw rimedji ġodda liċ-ċittadin - u se nispjega għaliex ġodda - fil-konfront tal-gvern, kien proprju l-Partit Nazzjonalista.", "L- ewwel liġi kienet dik ta' l-1987 li permezz tagħha l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ġiet inkorporata fil-liġijiet ta' Malta biex b'hekk, f'każ ta' inġustizzja jew f'każ ta' ksur kostituzzjonali, iċ- ċittadin mhux biss kien ikollu l-Kostituzzjoni bħala tarka ta' protezzjoni, kif kienet is-sitwazzjoni sa l-1987, imma kien ikollu wkoll il- Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Din il-wegħda kienet saret fil-Programm Elettorali tal-Partit Laburista ta' l-1971, meta jien kelli 14- il sena, u tafu meta irratifikaw id-dritt li wieħed jappella quddiem il- Kummissjoni Ewropea f'każ ta' inġustizzja li jikkommetti l-gvern?", "Fl-1 ta' Mejju ta' l-1987, disat ijiem qabel l-elezzjoni.", "Probabbilment għamluha għaliex kienu jafu li kienu se jmorru fl-oppożizzjoni u allura rraġunaw li aħjar jirratifikawha ħalli b'hekk jorbtu lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern!", "Madam Speaker, dan kien kalkolu ħażin għax li wieħed jagħti rimedji kontra l-gvern fl-amministrazzjoni kollha tiegħu u li wieħed iżid ir- rimedji liċ-ċittadin għalina dawn m'humiex irbit u lanqas xkiel.", "Ħaddieħor forsi kien jarah bħala xkiel, tant hu veru, li fis-snin tmenin meta l- Partit Soċjalista kien fil-gvern mhux talli minn dan il-Parlament m'għaddewx liġijiet biex iżidu r-rimedji liċ-ċittadin talli saru liġijiet biex il-qrati ma jkunux jistgħu jindaħlu lill-gvern fl-eżerċizzju tad- diskrezzjoni tal-ministri, bħall-famuż - anzi notorju ngħid jien - Att Nru. VIII ta' l-1981 li rrestrinġa sew id-dritt tal-qorti li tindaħal lill-gvern f'każ li jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu b'mod ħażin.", "Mela dik kienet l- ewwel liġi li għadda l-Partit Nazzjonalista.", "It-tieni liġi ma kenitx xi liġi li tagħti iktar drittijiet lill-gvern għax b'din il-liġi, il-Partit Nazzjonalista filwaqt li għaraf il-bżonn li titwaqqaf Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, ma qalx li din il-kummissjoni se teżamina allegazzjonijiet ta' inġustizzji bejn l-1971 u l- 1987 biss.", "Il-Gvern Nazzjonalista m'għamilx hekk iżda waqqaf kummissjoni li tinvestiga dawn l-inġustizzji u kwalunkwe inġustizzja oħra li setgħat saret minnu mill-1987 'il quddiem għax il-Gvern Nazzjonalista ma beżax iwaqqaf xi ħaġa hekk.", "Li kien rivoluzzjonarju f'dan l-Att Nru. XV, jiġifieri t-tieni liġi li għadda l-Partit Nazzjonalista fl-1987, kien li ta rimedju mhux biss lil min jidhirlu li nkisret il-liġi fil-konfront tiegħu imma wkoll lil min, għalkemm ma nkisret l-ebda liġi fil-konfront tiegħu, ġiet kommessa inġustizzja miegħu.", "Din kienet xi ħaġa kompletament ġdida għas-sistema legali tagħna.", "Ejja nieħdu każ ta' promozzjoni fejn xi ħadd ikun ħaqqu promozzjoni u din ma tingħatalux.", "Dan seta' jgħid li dik il- promozzjoni ma ngħatatlux minħabba diskriminazzjoni politika u seta' jressaq kawża fil-qorti.", "Pero' f'każ li din l-inġustizzja ma tkunx ibbażata fuq diskriminazzjoni politika, iċ-ċittadin ma kellu l-ebda rimedju sa l-1987 għaliex l-uniku rimedju li kellu kien il-qorti, li ma tidħolx fil-kwestjonijiet ta' ġustizzja fl-astratt imma tidħol fil- kwestjonijiet biss ta' ġustizzja skond il-liġi.", "Hija tistaqsik: \"Liema artiklu tal-liġi ġie miksur fil- konfront tiegħek?", "Liema artiklu tal-liġi l-gvern ma osservax fil-konfront tiegħek?\"", "U jekk il-gvern ma jkun kiser l-ebda liġi fit-twettieq ta' l- inġustizzja, inti ma jkollok l-ebda rimedju.", "Mentri fl-Att Nru. XV ta' l- 1987, aħna qagħdna attenti li nwessgħu l-konċett ta' inġustizzja ħalli mhux biss tinkludi ksur tal-liġi imma tinkludi wkoll kwalunkwe ħaġa li toħloq sens ta' inġustizzja fl-individwu.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Austin Gatt, kontrarjament għal dak li allega u nterpreta l-Onor.", "Anglu Farrugia, m'huwiex minnu li l-Gvern Nazzjonalista għamel xi lista u qal li l-każijiet li ma jaqgħux taħt din il-lista ma jistgħux jiġu nvestigati mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Dan assolutament m'huwiex minnu u dan qed ngħidu b'mod partikolari għall-allegazzjoni li saret mill-Onor.", "Farrugia fejn qal li qed jagħmlu Tribunal differenti għaliex filwaqt li qabel it-transfers ma kenux jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji mwaqqfa fl-1987, issa t-transfers jaqgħu taħt il-kompetenza tat- tribunal.", "Dan m'hu minnu xejn għax jekk wieħed iħares lejn Artiklu 6 ta' l- Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - il-liġi li għamilna aħna - isib li l-kummissjoni kellha l-poter li tinvestiga kull ilment li jsir minn persuna li jidhrilha li sofriet inġustizzja u mbagħad, mingħajr preġudizzju għal dan il-poter ġenerali li xi ħadd jallega inġustizzja, tkun xi tkun, il- kummissjoni, b'mod partikolari, pero' mingħajr il-preġudizzju għal dak il- prinċipju li tista' tinvestiga kull inġustizzja, hi x'inhi, għandha bħala poter partikolari li tinvestiga dik il-lista li hemm.", "Dik il-lista tinkludi, per eżempju, appointments ta' public officers, appointments u recruitment ta' membri ma' korpi parastatali, liċenzji jew permessi rikjesti bil-liġi, requisition orders u allokazzjonijiet ta' djar taħt il- liġijiet li jirrigwardaw id-djar.", "Pero' jekk il-każ tiegħek ma kienx jaqa' taħt dik il-lista, il-każ tiegħek xorta seta' jinstema' mill-kummissjoni.", "GĦalhekk id-difett ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa proprju li filwaqt li l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji mwaqqfa fl-1987 setgħet tinvestiga kull każ ta' inġustizzja ...", "Araw x'kontradizzjoni kien hemm fl-argument ta' l-Onor.", "Farrugia meta qal li l-kummissjoni setgħet tinvestiga anke l-aġir tal-Pulizija u għaliex ittieħdu jew ma tteħdux ċerti passi.", "GĦaldaqstant il-poter tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kien usa, għax filwaqt li din setgħet tinvestiga kull każ ta' inġustizzja, klawsola 6 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tgħidilna li t-tribunal ikollu l-poter li jisma' biss każijiet ta' inġustizzja li jidhru fi klawsola 6 (a), (b), (ċ), (d) u (e).", "Fi kliem ieħor, jekk il-każ tiegħek ma jaqax taħt wieħed mill-ħames provvedimenti li hemm fi klawsola 6 dan ma jistax jiġi eżaminat mit- tribunal il-ġdid.", "Madam Speaker, issa qed naraw kif l-Onor.", "Farrugia daħal fin-nasba għax waqt li qed jallega li dan it-tribunal hemm bżonn jitwaqqaf għax se jkun xi ħaġa rivoluzzjonarja u ġdida, imbagħad għar-rigward ta' l- iktar ħaġa importanti, jiġifieri x'jista' jinvestiga, insibu li dan jista' jinvestiga inqas affarijiet minn kemm setgħet tinvestiga l-kummissjoni li twaqqfet fl-1987.", "Allura jien nistaqsi xi bżonn kien hemm li jkun hemm dan it-tribunal meta għal ftit inqas minn disa' snin kienet teżisti kummissjoni li kellha kull dritt li tinvestiga kwalunkwe allegazzjoni ta' inġustizzja, anke jekk din saret taħt Gvern Nazzjonalista?", "Biex nevitaw il-konfużjoni fit-termini, meta nsemmi \"kummissjoni\" nkun qed nirriferi għall-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li twaqqfet fl-1987 u meta nsemmi \"tribunal\" inkun qed nirriferi għat-tribunal li qed jiġi prospettat f'dan l-abbozz ta' liġi li qed jippreżentaha l- Ministru Mangion.", "Meta aħna ngħidu \"gvern\" mhux qed nirriferu għal dawk li għandhom ir-responsabbilta' politika imma għal kull impjegat ċivili li għandu l-iċken nitfa ta' responsabbilta' fl-amministrazzjoni u hawnhekk jien persważ li aħna ma nippretendux li l-politiċi għandhom ikunu responsabbli għal dak kollu li jista' jsir fl-amministrazzjoni.", "Meta ngħidu \"inġustizzja\" aħna malajr immorru fuq inġustizzja li saret b'motiv politiku imma dan m'huwiex minnu għax tista' ssir inġustizzja anke mingħajr motiv politiku.", "Per eżempju, xi kultant tista' ssir inġustizzja mingħajr ħsieb, jiġifieri, filwaqt li jien nista' nikkaġuna inġustizzja lil xi ħadd apposta b'ċerta malizzja u ħażen, inġustizzja tista' ssir anke bi traskuraġni jew minħabba żball amministrattiv.", "Inti tista' wkoll tieħu deċiżjoni u temmen, in buona fede, li dik hija l-aħjar deċiżjoni illi tista' tieħu fiċ-ċirkostanzi partikolari u mbagħad, meta ħaddieħor jiġi biex jinvestiga l-għemil u l-aġir tiegħek, jgħidlek li żbaljajt u minħabba f'dak l-iżball li għamilt ħloqt inġustizzja.", "Madam Speaker, għalhekk din li bilfors irridu ngħidu li l-kummissjoni li twaqqfet fl-1987 kienet għal skopijiet partiġjani sempliċement għax waqqafniha aħna, huwa argument li ma jreġix għax aħna stess ridna li din il-kummissjoni tkun tista' tinvestiga anke l-aġir tagħna.", "Inti kif tista' takkuża l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji bħala partiġjana meta mbagħad inti se toħloq dan it-tribunal li se jitwaqqaf bl- istess metodu, kelma b'kelma, li bih kienet ġiet appuntata u kostitwita l- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji?", "Dan għaliex ġara?", "Għax bir-rivoluzzjoni kollha li semmielna l-Onor.", "Farrugia, f'dan l-abbozz ta' liġi hemm żewġ terzi minnu meħud kważi kelma b'kelma mill-Att dwar l- Investigazzjoni ta' Inġustizzji u hemm qisu terz minnu, inkluża l-Iskeda, li hija riproduzzjoni kelma b'kelma ta' l-Ombudsman Act - issa niġu għal dan l-Att fejn se nsemmu min għamlu u għaliex ma sarx qabel - li għamilna aħna.", "Jien m'iniex qed ngħid li dawn huma identiċi, kelma b'kelma, għax hemm xi affarijiet li m'humiex l-istess, imma fil-parti 'l kbira tiegħu dan l-abbozz ta' liġi huwa kkopjat kważi kelma b'kelma mill-Att dwar l- Investigazzjoni ta' Inġustizzji u mill-Att dwar l-Ombudsman.", "Allura inti kif tista' takkuża lill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li bill-mod kif kienet komposta kienet partiġjana meta fl-istess ħin trid twaqqaf tribunal li se jiġi kompost bl-istess metodu u bl-istess proċedura li bihom twaqqfet din il-kummissjoni?", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax fl-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji l-membri tal-kummissjoni kienu jiġu maħtura mill-President fuq parir tal-Prim Ministru, eżattament kif se jiġi maħtur issa t-tribunal.", "U min seta' jkun chairman fuq il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji?", "Iċ-chairman kellu jkun maġistrat, imħallef, ex-maġistrat, ex-imħallef jew avukat li għandu 12-il sena esperjenza fil-professjoni legali.", "U min se jkun iċ-chairman ta' dan it- tribunal il-ġdid li hemm propost f'dan l-abbozz ta' liġi?", "Imħallef, ex- imħallef, maġistrat, ex-maġistrat jew avukat li għandu 12-il sena esperjenza fil-professjoni legali.", "Jien m'iniex qed nikkritikaha imma qed ngħid ...", "(Interruzzjonijiet) Allura kif tista' tgħajjar lilna partiġjani għall-mod kif għamilna l-Kummissjoni meta inti qed tipproponi tribunal li l-mod kif jiġi kompost huwa identiku għal kif kienet il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji!", "Issa niġi għall-argument tiegħi.", "Jekk il-kummissjoni kioenet simili għal dan it-tribunal, għaliex twaqqaf dan it-Tribunal meta n-nies kollha li setgħu allegaw inġustizzja setgħu jmorru quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzja?", "It- taħwid, li tant spjegah b'mod ċar l-Onor.", "Gatt, huwa dan: Jekk xi ħadd allega illi saret inġustizzja fil-konfront tiegħu fl-1990 u mar quddiem il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u din ċaħditlu l-każ tiegħu għax qalet li ma kenitx talba ġustifikata, liema d-deċiżjoni tal- kummissjoni kienet ġiet ikkonfermata mill-Prim Ministru, din il-persuna tista' terġa' tmur quddiem dan it-tribunal jekk dan l-Abbozz ta' Liġi jsir Att?", "Tirrispondi kif tirrispondi għal din id-domanda - wieħed jista' jargumenta jekk dan il-każ jistax jinfetaħ fi stadju ta' kumitat - se naraw l-inġustizzja li se tinħoloq f'din is-sitwazzjoni.", "Qed ngħid dan għax għalkemm huwa veru li l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji qiegħda f'Part A ta' l-Ewwel Skeda - li tirriferi għal dawk l- istituzzjonijiet u persuni li kontra tagħhom ma tistax tallega li saret inġustizzja - iżda wieħed jista' jargumenta li peress li l-Kummissjoni kienet biss tirrikmanda u l-Prim Ministru kien jiddeċiedi jekk japprovax jew le r-rakkmandazzjoni tal-kummissjoni, jekk dak li jkun ikun tilef il- każ allura d-deċiżjoni ma tkunx ħaditha l-kummissjoni għax din tkun irrikmandat biss, imma d-deċiżjoni li jiġi miċħud l-ilment ikun ħadha l- Prim Ministru li m'huwiex wieħed mill-persuni eskluż mil-lista taħt il-Part A ta' l-Ewwel Skeda.", "Jien mhux qed ngħid li neċessarjament dan huwa l- argument li se jiġi aċċettat, pero' wieħed jista', b'mod serju, ipoġġi dan l-argument.", "Mela jekk dan huwa l-każ, se jiġri li dawk in-nies li allegaw inġustizzja qabel l-1987 u li marru quddiem il-kummissjoni fejn tilfu l-każ tagħhom issa ma jistgħu jagħmlu xejn - jiġifieri dawk huma persuni li allegaw inġustizzji kontra l-Gvern Laburista ta' bejn l-1971 u l-1987 - filwaqt li dawk il-persuni illi allegaw inġustizzja taħt Gvern Nazzjonalista u li tilfu l-każ tagħhom, se jiġu ppremjati billi jkollhom dritt - għal xi raġuni li m'hawn l-ebda spjegazzjoni tagħha fl-abbozz ta' liġi - li jerġgħu jiftħu l-każ li ġie deċiż kontra tagħhom mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzja.", "Issa ħalli nieħdu t-tieni ċirkostanza u ngħidu li inti ma tistax - nenfasizza ma tistax - tiftaħ każ ieħor jekk diġa' tkun mort quddiem il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Issa hawn ġejna aħjar!", "Jekk jiena taħt il-liġijiet eżistenti mort quddiem il-kummissjoni allura l- każ tiegħi issa spiċċa.", "Pero' jekk jien iddeċidejt li ma mmurx quddiem il- Kummissjoni għall-Investazzjoni ta' Inġustizzji, allura issa jien, li għal xi raġuni jew oħra - issa nidħol f'dawn ir-raġunijiet - ma osservajtx il- liġijiet kif kienu dak iż-żmien, issa se jingħatali d-dritt li mmur quddiem dan it-tribunal.", "U biex jiġġustifika dan l-Onor.", "Farrugia qal: Għax kif jista' jkollok fiduċja fil-kummissjoni!", "Forsi t-tali ma kellux fiduċja fil- kummissjoni.", "Din tfakkarni fi storja ħelwa li darba ltqajt magħha meta kont avukat fejn tnejn li sseparaw għamlu kawża ta' separazzjoni u meta l- imħallef li staqsa lill-konvenut biex jiġġustifika għaliex ma ppreżentax in-nota ta' l-eċċezzjonijiet tiegħu fi żmien 20 ġurnata - għax bil-liġi trid bilfors tikkontesta l-kawża fi żmien 20 ġurnata - il-konvenut wieġbu: \"Għax jiena m'għandix fiduċja fil-qrati\".", "U allura dan ma ppreżentahiex in- nota ta' l-eċċezzjonijiet.", "Jien kont għidtlu: \"Tajjeb, allura dawk li għandhom fiduċja fil-qorti fi żmien 20 ġurnata jridu jippreżentaw in-nota ta' l-eċċezzjonijiet u dawk li m'għandhomx fiduċja fil-qorti jistgħu jippreżentaw in-nota ta' l-eċċezzjonijiet tagħhom meta jridu!\"", "M'hemmx għalfejn ngħidilkom li l-imħallef m'aċċettax dan l-argument.", "Hawn l-istess ħaġa.", "Jekk jiġi xi ħadd jgħid li m'għandux fiduċja fl-Ombudsman, allura gvern tal-futur jista' jgħid li se jagħmel tribunal ieħor ħalli minkejja l- fatt li għandna l-Liġi dwar l-Ombudsman xorta waħda nagħmlu tribunal ħalli jirrevedi l-każijiet li ġew miċħuda mill-Ombudsman?", "Allaħares nibqgħu sejrin hekk!", "B'dak li qed jipproponi l-Gvern qiegħed jinħoloq nuqqas ta' serjeta' - minkejja l-allegazzjonijiet li issa għandna tmexxija \"serja u moderna\" - u sfiduċja fl-istituzzjonijiet għax qatt ma tkun taf meta każ jibda u meta jispiċċa.", "Din hija bħall-ħatra ta' Dr. Edgar Mizzi biex jidħol f'każijiet li diġa' ġew deċiżi minn imħallef.", "Issa se nibdew naraw li wara li tkun saret inkjesta minn imħallef - qed ngħidu minn imħallef li għandu l-garanzija kostituzzjonali ħalli żgur ħadd ma jgħid li ġie appuntat b'mod politiku - bħal fil-każ tal-bus ticketing machines, inkjesta li damet ħames xhur fil- pubbliku, u r-riżultati tagħha m'għoġbux lill-oppożizzjoni ta' dak iż- żmien, li issa qiegħda fil-gvern, mela allura issa nagħmlu super imħallef - x'inhuma dawn il-kwalitajiet kbar li jagħmlu lil Dr Mizzi 'l fuq minn kull imħallef u 'l fuq minn kull ġudikatura? - li jerġa' jiftaħ każ li ġie deċiż,issa mhux mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, imma addirittura minn imħallef.", "Jew inkella bħal fil-każ ta' Posta Limited, li ġie nvestigat mill-Awditur, id-Direttur tal-Verifika, figura sanċita fil-Kostituzzjoni, din il-persuna issa tagħmilha wkoll ta' super awditur u tidħol ukoll fi kwestjonijiet li diġa' ġew deċiżi mill-organi kompetenti.", "L-istess fuq il-kwestjoni ta' l-Awżiljari, liema każ dam is- snin biex jiġi nvestigat mill-Kummissjoni Permanenti Kontra l- Korruzzjoni.", "L-ewwel imorru għand wieħed u jgħidilhom \"le\" u mbagħad imorru għand ieħor u jgħidilhom \"le\", jiġifieri din ma kenitx l-ewwel għażla tagħhom, u mbagħad immorru għand Dr. Edgar Mizzi u lil dan ngħidulu biex jinvestiga anke dawk l-affarijiet li fihom hemm deċiżjoni definittiva ta' imħallef, ta' l-Awditur u tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.", "Dan li jġib l-isfiduċja fl-istituzzjonijiet!", "L-isfiduċja fl-istituzzjonijiet teżisti għax minflok ma ntejbu ċerti organi nagħmlu organi fuq l-organi, kif fil-fatt se jkun dan it-tribunal.", "Kien hemm ħafna nies li taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista marru bl- ilment tagħhom quddiem il-kummissjoni għax allegaw li fil-konfront tagħhom saret inġustizzja u minkejja dan, issa xorta waħda qed noħolqu tribunal biex jerġa' jeżamina dak il-perijodu.", "Hawnhekk tibda tinxtamm ir-riħa tal- partiġjaniżmu!", "Ara l-Partit Nazzjonalista ma setax jagħmel mod ieħor għax għall-perijodu ta' qabel l-1987 ma kienx jeżisti dan it-tribunal u għal wara l-1987 il-Gvern Nazzjonalista waqqaf il-kummissjoni biex tikkontrolla lilu stess.", "Allura fejn qiegħed il-partiġjaniżmu tal-kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji?", "In-nies li ġew appuntati huma personalitajiet pubbliċi u se nsemmihom b'isimhom għax kulħadd jafhom.", "L-ewwel wieħed kien Dr. Joseph Galea Debono illi naħseb li anke n-naħa l- oħra għandha fiduċja fih għax - jekk m'iniex sejjer żball - ġie konfermat bħala chairman ta' organiżżazzjoni tat-turiżmu (NTOM).", "L-ieħor kien Dr Joseph Said Pullicino li dak iż-żmien kien avukat u li wara sar imħallef - waqt li kien imħallef baqa' jisma' l-każijiet illi kellu quddiemu fil-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - u aktar tard, f'Lulju ta' l-1995, sar ukoll Prim Imħallef.", "Kien hemm ukoll Dr. Ramon Rossignaud li huwa l-uniku bniedem li għadu hemm għax minkejja l- introduzzjoni ta' l-Att dwar l-Ombudsman, il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji għadha qiegħda teżamina l-aħħar batch ta' każijiet.", "Safejn naf jien ħadd qatt ma kkritika l-mod ta' kif imexxi l- affarijiet Dr Rossignaud, li issa qiegħed ukoll f'bordijiet oħra bħal dak ta' l-appell ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għal żmien qasir kien hemm ukoll Dr. Guido Saliba bħala chairman tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Hawn xi riħa ta' partiġjaniżmu fin-nomina ta' dawn in- nies?", "Assolutament li m'hawnx.", "Prova ta' dan huwa li kien hemm diversi nies li taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista lmentaw minn xi ħaġa quddiem il-kummissjoni u mhux talli rebħu l-każ tagħhom talli ngħataw rimedju u f'ċerti każijiet anke kumpens finanzjarju.", "Mela l-periklu li jiġu ntrodotti dawn it-tribunali huwa illi toħloq sfiduċja f'istituzzjonijiet li ġew aċċettati u allura tibbenefika lil dawk in-nies li jidhrilhom li m'għandhomx fiduċja fil-kummissjoni u li fil-fatt ma marrux quddiemha.", "Issa dalwaqt nibdew nisimgħu li xi ħadd ma jmurx quddiem il-qorti għax m'għandux fiduċja fiha u allura jieħu l-liġi f'idejh!", "Għalhekk l- Oppożizzjoni ma taqbilx mal-konċett innifsu ta' dan it-tribunal u mal-mod kif se jiġi appuntat.", "L-Onor.", "Farrugia kważi qabel li jmissu jkun hemm projbizzjoni li l- president ta' dan it-tribunal ikun uffiċjal pubbliku pero' qal: Din qed taraw?", "Ma tafux li taħt il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji l-avukati li kienu ġew appuntati fuq il-kummissjoni xorta waħda setgħu jeżerċitaw il-professjoni legali tagħhom!", "Jiena naħseb li l-fatt li jista' jinħatar uffiċjal pubbliku joħloq ħafna iktar ħsara, liema ħsara hija ħafna iktar immedjata mill-argument li tista' taħtar avukat li jkollu l-prattika privata tiegħu u allura dan jista' jiġi f'konflitt ta' interess.", "Dan qed ngħidu għax f'każ li dan ikollu konflitt ta' interess tista' tintalab rikuża taħt il-liġi l-antika.", "Fil-bidu, l-Onor.", "Farrugia qal li ma tistax tagħmel dan imma wara kkorreġa ruħu.", "Qabel, f'każ ta' konflitt ta' interess u kif hemm prospettat ukoll f'dan l-abbozz, wieħed seta' jitlob li l-każ tiegħu ma jinstemax minn persuna partikolari jew inkella anke li l-persuna stess - forsi għax tkun tat parir xi darba fuq il- kwestjoni - tagħżel li hi ma tismax dak il-każ.", "Imma kemm hu ikbar il- periklu li fil-liġi - jiena ma naħsibx li bi żball saret hekk imma bi ħsieb - m'hemmx l-iskwalifika milli tkun president ta' tribunal jekk int tkun uffiċjal pubbliku.", "Dan ngħid li sar bi ħsieb għax peress li ħafna affarijiet ġew ikkopjati kelma b'kelma mil-liġi tagħna dwar il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, allura dak li m'huwiex ikkopjat fil- fatt ma ġiex ikkopjat bi skop; iva bi skop.", "Forsi diġa' għandna xi ħadd f'moħħna li hu uffiċjal pubbliku u li jaqa' taħt il-kwalifiki ta' dan l- abbozz u allura rridu nlestu t-triq billi ngħidu li uffiċjal pubbliku jista' jkun f'dan it-tribunal!", "Issa kull fejn hemm awtorita' jew tribunal b'poter ġudizzjarju - \"poter ġudizzjarju\" ifisser li jkun hemm kawża jew tilwima bejn żewġ partijiet u persuna trid tiddeċiedi għandux raġun wieħed jew l-ieħor - u fil-każijiet kollha fejn hemm kummissjonijiet jew tribunali li jiddeċiedu, ħafna drabi uffiċjal pubbliku huwa espressament eskluż.", "Anke fil-każ tal-Public Service Commission - għax il-Public Service Commission hija l-awtorita' mwaqqfa mill-Kostituzzjoni sabiex tieħu ħsieb id-dixxiplina fis-Civil Service - proprju għax għandha dan il-poter ġudizzjarju, l-uffiċjali pubbliċi huma esklużi milli jkunu membri tal-Public Service Commission.", "Anke imħallef jew maġistrat ma jistax ikun uffiċjal pubbliku fl-istess ħin, jiġifieri l-mument li huwa jssir maġistrat jew imħallef ma jibqax uffiċjal pubbliku għax jidħol fl-isfera tal-ġudizzjarju u mhux iktar fl- isfera ta' l-eżekuttiv.", "Meta inti mpjegat tal-gvern tagħtih ukoll il- poter li jiddeċiedi qed tgħid li membru ta' l-eżekuttiv - għax uffiċjal pubbliku sakemm ma jirriżenjax jibqa' uffiċjal pubbliku - qed tagħtih ukoll poter li jiddeċiedi.", "Din is-sitwazzjoni kemm jista' jkun għandha tiġi evitata għax tista' tagħti lok għal abbuż.", "Mhux qed ngħid li bilfors iwassal għal abbuż imma, iva, jista' jagħti lok għal abbuż għax ikun hemm it-taħlita tal-funzjonijiet u jista' jagħti lok għal abbuż ukoll għax uffiċjal pubbliku li jaħdem mal-gvern irid jiddeċiedi wkoll jekk il-Gvern għandux raġun jew le.", "Hawnhekk għandna wkoll implikazzjonijiet finanzjarji u mhux sempliċiment ngħidu li teżisti inġustizzja u allura jista' jkun li jagħti kumpens finanzjarju wkoll.", "Jien niftakar li fil-bidu, il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji kienet tat direttiva li fejn jistgħu jissewwew l-inġustizzji jissewwew, pero', bħala regola, il-kumpens finanzjarju kellu jinħadem biss mill-1 ta' Ottubru ta' l-1987 'il quddiem, jiġifieri dak li wieħed sofra mill-1 ta' Ottubru 1987 'l quddiem.", "Fil- fatt, Alla ħares din ma għamlitx hekk għax tant kien hemm każijiet ta' inġustizzji li tressqu u li ġew aċċettati mill-kummissjoni, illi kieku l- kummissjoni kellha tagħti kull sold lil kull min verament kien ħaqqu, jien naħseb li kien jinħoloq deficit finanzjarju kbir fil-Fond Konsolidat kawża biss tal-kumpens finanzjarju li jingħata bis-saħħa tal-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "GĦalhekk jien naħseb li huwa żball li uffiċjal pubbliku m'huwiex eskluż mit-tribunal li qed jiġi prospettat f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Madam Speaker, issa x'poteri għandu dan it-tribunal, apparti l-fatt li l- lista hija exhaustive - kif spjega qabli l-Onor.", "Gatt - jiġifieri dawk l- affarijiet biss jistgħu jiġu kontestati quddiem it-Tribunal?", "L-ewwel ħalli niġu għall-poteri li għandu t-tribunal f'każ li dan jidhirlu li ġiet kommessa inġustizzja fil-konfront ta' xi ħadd.", "Il-Membri tal-Gvern li tkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi qalu - nispera li fhimt tajjeb l- argument ta' l-Onor.", "Farrugia - li f'każ li jkun hemm allegazzjoni ta' inġustizzja minn impjegat pubbliku u t-tribunal jasal għad-deċiżjoni li ġiet kommessa din l-inġustizzja, it-tribunal flimkien mal-Kummissjoni għas- Servizz Pubbliku nsibu soluzzjoni għal din il-problema għax wara mbagħad, skond dan l-abbozz, il-Prim Ministru huwa obbligat iwettaq id-deċiżjonijiet tat-tribunal.", "Ġaladarba dan l-abbozz igħid hekk, il-Public Service Commission hekk għandha tagħmel, jiġifieri għandha tara kif issib xi proċeduri biex id-deċiżjonijiet tat-tribunal jiġu osservati.", "MADAM SPEAKER: Onor. Borg, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE CASSAR : Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Borg ikompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva) Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Madam Speaker, kont se ngħid li l-iżball ta' dan l-argument huwa li dan it-tribunal se jiġi mwaqqaf b'liġi ordinarja mentri l-Public Service Commission hija parti mill-Kostituzzjoni, l-ogħla liġi tal-pajjiż.", "GĦalhekk meta l-Kostituzzjoni u dan l-abbozz ta' liġi jaħbtu flimkien allura jċedi dan l-abbozz ta' liġi u mhux il-Kostituzzjoni.", "Fil-fatt, il- problema li kellu anke l-Gvern ta' qabel kienet proprju li peress li ħafna inġustizzji jiġu allegati minn mpjegati pubbliċi fil-konfront tal-gvern, allura ħafna mill-inġustizzji li kienu jiġu allegati jaqgħu proprjament taħt il-Public Service Commission.", "Għaliex?", "Għaliex il-Kostituzzjoni tgħidlek li biex tidħol mal-gvern u biex timxi 'l quddiem u anke biex timxi lura - jiġifieri biex jittieħdu passi dixxiplinarji kontra tiegħek - una volta li int ħaddiem mal-gvern, bilfors irid ikollok l-approvazzjoni tal- Public Service Commission.", "Huwa veru li l-Prim Ministru jiffirma l- appointment u li jiffirma d-deċiżjoni ta' promozzjoni kif ukoll dik ta' dixxiplina, imma l-Prim Ministru huwa marbut bil-Kostituzzjoni li jimxi skond il-parir u d-deċiżjoni tal-Public Service Commission.", "Jekk ma togħġbux dik id-deċiżjoni l-unika ħaġa li jista' jagħmel il-Prim Ministru hija li, għal darba biss, jirriferiha lura lill-Public Service Commission u f'każ li l-Public Service Commission tibqa' ssostni d-deċiżjoni tagħha, bil- Kostituzzjoni kif inhi llum, il-Prim Ministru ma jista' jagħmel xejn aktar.", "Allura inutli li tgħid li dan l-abbozz ta' liġi jistabbilixxi li l-Prim Ministru jrid jimplimenta bilfors id-deċiżjonijiet tat-tribunal, għaliex m'huwiex hekk.", "Fil-passat kien hemm każijiet fejn impjegati pubbliċi marru quddiem il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji dwar xi promozzjoni, rebħu l-każ tagħhom - kultant anke wara ħafna snin - ir-rakkmandazzjoni favurihom marret quddiem il-Prim Ministru li, minn-naħa tiegħu, ikkonferma d-deċiżjoni tal-kummissjoni, imma meta mbagħad din id-deċiżjoni ġiet riferita lill-Public Service Commission, li hija mwaqqfa mill-Kostituzzjoni u allura hija wkoll indipendenti ....(Interruzzjonijiet) Issa nisperaw li ma toħroġx l-idea li nagħmlu PSC mhux indipendenti ħalli mbagħad din tibda taqbel mat-Tribunal.", "Jiena ma naħsibx li dan huwa l-ħsieb tal-Gvern u għalkemm kollox huwa possibbli, nittama li dan m'huwiex il-ħsieb tiegħu.", "Allura f'dawk il-każijiet li qed insemmi xi stajt tagħmel?", "Inti ma stajt tagħmel xejn iktar, għallinqas f'dik li hija promozzjoni fis-servizz pubbliku, ħlief li temenda l-Kostituzzjoni.", "Issa f'dan ir-rispett hawnhekk hawn xi ħaġa differenti ?", "Anke kieku wieħed kellu jaċċetta l-argument ta' sieħbi l-Onor.", "Gatt u jgħid li l-individwu jkun jista' jingħata xi ħaġa oħra bħala kumpens, dan l- abbozz m'huwiex qed jgħid hekk għaliex it-tribunal, jekk jidhirlu li għandu jagħti rimedju, għandu jgħid dak ir-rimedju x'inhu u jekk ir-rimedju huwa ta' promozzjoni għandu jgħid li dik il-persuna għandha tiġi promossa għaliex sofriet inġustizzja fil-passat.", "Issa jekk din il-persuna hija impjegat pubbliku, taħt subartiklu 7 (11) l-unika ħaġa li jista' jagħmel il-Prim Ministru f'dak l-istadju hija li jirriferiha lill-Public Service Commission.", "It-tribunal imma ma jistax jagħtik rimedju finanzjarju qabel ma jkun jaf x'se tiddeċiedi l-Public Service Commission.", "Anke jekk il- Public Service Commission tiddeċiedi li m'għandu jkun hemm l-ebda rimedju u t-tribunal jiddeċiedi li għandu jkun hemm kumpens finanzjarju, dan ifisser allura li jingħata kumpens finanzjarju għal xi ħadd li skond it-tribunal jidhirlu li sofra nġustizzja imma li skond il-Public Service Commission, imwaqqfa mill-Kostituzzjoni, jidhrilha li dik l-inġustizzja ma saritx fil- konfront ta' dik il-persuna.", "Naħseb li l-Awditur hawn jaqbeż fuqna lkoll għaliex inkella jibda jiġri li bniedem jingħata kumpens finanzjarju bi ksur tal-Kostituzzjoni, għax jekk il-Kostituzzjoni tagħti l-poter lill-Public Service Commission sabiex wieħed javvanza fis-Servizz Ċivili, l-ebda istituzzjoni oħra ma tista' tindaħal lill-Public Service Commission f'dak ir-rigward.", "Tista' tirrakkmanda u tgħidilhom: Isma', it-tribunal iddeċieda hekk, intom se tiddeċiedu mod ieħor?!", "Dak jista' jsir, imma li wieħed jipprova jinjora d-deċiżjonijiet tal-Public Service Commission - dejjem naturalment jekk nemmnu li l-Public Service Commision għandha tkun indipendenti u se tkun buffer zone bejn il-gvern u l-impjegati tiegħu - naħseb li dan ma jistax isir u wisq nibża' li jekk isir tkun qed tinkiser il-Kostituzzjoni għaliex qed jingħata kumpens finanzjarju f'każijiet fejn il-Public Service Commission qed tgħid li m'għandu jingħata xejn għax ma tkunx saret inġustizzja.", "Tant hu veru, li ftit snin wara li tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern fl-1987, kienu ġew emendati r-regolamenti ta' dixxiplina tal-Public Service Commission, bi qbil mal-Public Service Commission stess, fejn il-każijiet deċiżi mill-Public Service Commission setgħu jiġu riveduti f'każ ta' applikazzjoni manifestament ħażina ta' inġustizzja.", "L-Onor.", "Membru donnu ried jimplika li dawn reġgħu nfetħu fuq bażi partiġjana imma dan m'hu veru xejn.", "Jien kelli każi li rbaħthom u oħrajn li tliftlhom, jiġifieri l-fatt li titlef u tirbaħ juri kemm il-Public Service Commission kienet indipendenti - hawn min kien jgħid min-naħa tagħna li forsi kienet indipendenti ż-żejjed - u kemm kienet indipendenti wkoll il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Ara ma tmorrux taħsbu li għax wieħed kien imur quddiemha u jgħidilha biex tara x'tista' tagħmel għax hu tesserat fil-partit, il-kummissjoni kienet taqbad u tagħtih il-kumpens!", "Kemm iġġelidt ma' nies u nies iġġieldu miegħi għax deherna quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u minkejja li l-inġustizzja ġiet kommessa taħt Gvern Laburista xorta waħda tlifna l-każ!", "Jiġifieri, anke ċ-ċifri stess ....", "(Interruzzjonijiet) Iva, skond l- opinjoni tal-kummissjoni, imma xi ħadd irid jaqtagħha u hawn hu l-argument kollu tiegħi li xi ħadd irid jaqtagħha s-sentenza!", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk, l-ewwel noħolqu l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, imbagħad nagħmlu l-Ombudsman, imbagħad nagħmlu t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u organi oħra bħal dawn, għax inkella din is-sistema tagħti aptit lin-nies biex darb'oħra l-istess gvern, jew gvern ieħor, jerġa' jagħmel tribunal biex jirrevedi l-Ombudsman.", "L-Onor.", "Membru qal li forsi ma jkollhomx fiduċja fil-Kummissjoni.", "Forsi jien m'għandix fiduċja fl-Ombudsman u allura billi dan ġie appuntant b'żewġ terzi tal-Parlament, forsi lanqas għandi fiduċja fil-Parlament.", "Jiġifieri, Allaħares nibqgħu sejrin b'dawn l-argumenti.", "(Interruzzjonijiet) Iva, raġunijiet serji, imma int ma ġibtx argument serju wieħed biex turi għaliex il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kienet partiġjana.", "Ipprovajt issib xi differenzi żgħar bħal, għax mhux fil-pubbliku jew għax fil-pubbliku, imma m'humiex raġunijiet ta' sustanza li jiġġustifikaw li persuna ma tmurx quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kif ġiet kostitwita dak inhar.", "Għalhekk bil-kostituzzjoni tat- tribunal ikif inhi issa hemm is-suspett tar-riħa tal-partiġjaniżmu.", "Issemmew ukoll każijiet ta' allegati inġustizzji fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Jien ma rridx nidħol fid-dettalji ta' x'kien isir qabel imma jekk hawn partit li minflok ma qagħad jara kif ma jiġix imfittex għar- rimedju ta rimedju liċ-ċittadin, kien proprju l-Partit Nazzjonalista.", "Jien semmejt l-Att ta' l-1987 li permezz tiegħu l-Konvenzjoni Ewropea ġiet inkorporata fil-liġijiet ta' Malta, semmejt it-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u kont se ninsa li l-Gvern Nazzjonalista kien ukoll emenda l-Kodiċi ta' Proċedura Civili, ħassar l- emendi li kien għamel il-Gvern Soċjalista bl-Att Nru VIII ta' l-1981 li biha eskluda ħafna affarijiet li jagħmel il-gvern mill-iskrutinju tal- qrati.", "Mhux talli ħassar dik il-liġi talli għamel liġi li permezz tagħha għamilha iktar faċli biex wieħed jattakka deċiżjoni ta' ministru jew ta' uffiċjal pubbliku billi għamel lista sħiħa ta' każijiet meta wieħed jidhirlu li l-gvern aġixxa b'mod ħażin jew b'mod irraġonevoli fil-konfront tiegħu, jiġifieri mingħajr ma jkun kiser l-ebda ittra espressa tal-liġi.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Ikun hemm istituzzjoni, awtorita', ministru jew uffiċjal pubbliku li skond il-liġi jkollu dritt li jagħti permess jew liċenzja, jew inkella li jħassar liċenzja, u dan jagħmlu billi jieħu konsiderazzjonijiet irrilevanti into account jew inkella billi jinjora konsiderazzjonijiet li ma messux injora.", "Kien bis-saħħa ta' l-emendi li għamilna għall-Kodiċi ta' Proċedura Civili li ċittadin, li forsi ma riedx jallega ksur tal- Konvenzjoni Ewropea jew ma riedx imur quddiem il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, xorta waħda seta' jmur quddiem il-qorti u jallega li l-eżerċizzju ta' dik id-diskrezzjoni fil- konfront tiegħu kienet waħda irraġonevoli.", "Dan seta jagħmilha sa l-1981 għax imbagħad, meta ntrebħet il-kawża tal-Blue Sisters - fejn l-ex Ministru Moran kien impona kondizzjoni fuq dan l-Isptar li biex jopera jrid jagħti mill-inqas 50% tas-sodod lill-gvern - u l-mibki Imħallef Herrera iddeċieda li dik il-kondizzjoni hija illegali.", "U allura, wara li f'dik is-sentenza l- qorti kienet qalet li l-Ministru tas-Saħħa kien eżerċita d-diskrezzjoni tiegħu b'mod irraġonevoli, kienet saret liġi biex il-qorti ma tkunx tista' teżamina x'jagħmel il-Ministru tas-Saħħa.", "Din kienet l-oriġini tar-raġuni għaliex il-gvern ta' dak iż-żmien kien emenda l-liġi.", "Aħna din it-tip ta' leġislazzjoni mhux talli m'għamilnihiex talli ħassarniha u minflok żidna r- raġunijiet għaliex iċ-ċittadin jista' jħarrek lill-gvern quddiem il-qorti.", "Imbagħad, fl-1995, il-Gvern Nazzjonalista introduċa l-Ombudsman.", "Ħaddieħor kien iwiegħdu l-Ombudsman u kien saħansitra jsemmih fil-programm elettorali - bħalma kienet wegħda espressa wkoll dik li nirratifikaw il- Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Individual Right of Petition - imma minkejja li din kienet wegħda espressa għal 16-il sena, din taret mar-riħ.", "Meta pprovaw jiġġustifikaw għaliex ma ntroduċewx il-liġi dwar l-Ombudsman ir-raġuni li ġabu kienet li ma kellhomx ċans.", "F'16-il sena ma kellhomx ċans jintroduċu l-liġi dwar l- Ombudsman!", "Ara l-Att dwar il-Klieb li għadda fl-1985 - kumbinazzjoni llum l-Onor.", "Sandro Schembri Adami għamel domanda parlamentari dwaru lill-Prim Ministru - domna ma nafx kemm-il seduta fl-istadju tat-Tieni Qari u fil- Kumitat fejn flejnih artiklu wara l-ieħor.", "Fil-fatt, fl-1985 din kienet l- unika liġi sħiħa li għaddiet fil-Parlament u biżżejjed ngħid li jekk wieħed iħares lejn il-ktieb tal-leġislazzjoni ta' l-1985 tgħidx kemm isibu irqiq.", "U mbagħad jiġu jgħidulna li ma kellhomx ċans jagħmlu l-Att dwar l- Ombudsman!", "Ara biex jingħalqu l-iskejjel tal-Knisja u biex lanqas biss jingħataw donazzjonijiet lill-iskejjel tal-Knisja jew inkella biex issir liġi li biha jitkeċċew it-tobba u biex jekk jistrajkaw ma jkunux jistgħu jeżerċitaw il-professjoni privata tagħhom, għal dawk kien hemm żmien biex ngħaddu liġijiet, anke jekk niltaqgħu s-Sibt filgħodu wkoll!", "Pero' jaħasra, f'16-il sena sħaħ ma kienx hemm żmien biex jgħaddi l-Att dwar l- Ombudsman!", "Issa l-verita' hija ħaġa oħra!", "Aħna nafu li l-Gvern Laburista la kellu r-rieda politika u lanqas l-interess li l-jkollu l-Ombudsman biex jiġi jiftaħlu u jeżaminalu l-files ħalli jara jekk ikkommettiex xi inġustizzja.", "Jekk nafu li f'16-il sena ta' Gvern Soċjalista saħansitra saret liġi biex il-qrati ma jkunux jistgħu jindagaw id-diskrezzjoni tal- ministru, imbagħad se nagħmlu Ombudsman li joqgħod jinvestiga lill-istess Gvern?!", "Kif diġa' għidt, ir-raġuni vera kienet li ma kienx hemm ir-rieda politika.", "Madam Speaker, għall-kuntrarju aħna wara li rajna s-suċċess tal- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għidna: Ejjew nipperfezzjonaw din is-sistema.", "Għalhekk, f'dan ir-rigward ħadna l-pass kuraġġuż li nwaqqfu l-Ombudsman.", "Aħna għidna wkoll li biex isir Ombudsman, dan mhux biss irid jinnominah il-gvern jew imkella jinnominah il-Parlament b'maġġoranza sempliċi biss imma l-liġi - jien niftakar li l-Att dwar l- Ombudsman kien l-ewwel wieħed li ddiskutejna hekk kif sirt ministru u dħalt fil-Kabinett - għamilniha b'mod li biex xi ħadd isir Ombudsman dan irid ikollu l-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-Membri tal-Parlament.", "Fil-fatt, lanqas għal imħallef ma għandek bżonn żewġ terzi tal-Parlament biex tappuntah għax hemmhekk kulma trid hija r-rieda tal-prim ministru, imbagħad biex tneħħih trid żewġ terzi tal-Membri tal-Parlament.", "L-uniku uffiċjal ta' dan il-Parlament li biex isir għandu bżonn l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Membri tal-Parlament huwa l-Ombudsman.", "Dik hija s-serjeta'!", "Is- serjeta' hija li ħadna dan il-pass illi biex nagħmlu l-Ombudsman fil- prattika rridu bilfors - dan għamilnih peress li f'dan il-Parlament l-ebda partit politiku ma għandu jew qatt kellu maġġoranza ta' żewġ terzi f'dawn l- aħħar 70 sena - naqblu ma' l-oppożizzjoni u f'każ li ma naqblux, l- Ombudsman ma jsirx.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li mbagħad aħna pperfezzjonajna s-sistema billi għidna li l-Ombudsman mhux biss ikun jista' jiddeċiedi l-affarijiet li jitressqulu quddiemu, jiġifieri l-complaints, imma jkun jista' jindaga ċerti affarijiet spontanjament u mingħajr ma ħadd jitolbu.", "L-effett tajjeb u benefiku ta' din il-liġi rajnih riċentement waqt l-istrajk tal-ġuħ li għamlu ż-żgħażagħ ħdejn il-monument ta' Sir Paul Boffa f'liema każ, l- Ombudsman uża l-liġi li konna għamilna f'dan il-Parlament li proprju tagħtih id-dritt li jeżamina spontanjament każijiet li jidhirlu li huma fl- interess pubbliku li wieħed jeżaminhom, f'dan il-każ kien li jintemm dak l- istrajk tal-ġuħ.", "GĦalhekk l-Ombudsman kien perfezzjonament tas-sistema li konna waqqafna aħna għall-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji .", "Din il-liġi tant kienet tajba, li partijiet minn dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, partikolarment fejn tidħol l-iskeda ta' l-affarijiet li ma jistgħux jiġu indagati mit-tribunali, huma meħudin kelma b'kelma mill- Att dwar l-Ombudsman.", "Issa jien m'iniex se nidħol fid-dettal fuq x'qalet l-Oppożizzjoni Laburista dwar din il-famuża skeda li qiegħda wkoll fl-Att dwar l-Ombudsman u fuq l-oġġezzjonijiet li qajmet bħal, per eżempju, meta l-Oppożizzjoni Laburista kienet kkritikat u qalet: X'jiġifieri li s-Servizz ta' Sigurta' li twaqqaf b'liġi s-sena li għaddiet se jkun eskluż mill-operat ta' l- Ombudsman?", "Fil-fatt din kienet waħda mir-raġunijiet li kienet ressqet l- Oppożizzjoni Laburista b'oppożizzjoni għall-iskeda li hemm fl-Att dwar l- Ombudsman li, kif diġa' għidt, hija l-istess skeda li ġiet introdotta f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk l-Oppożizzjoni Laburista kienet qalet ukoll: Aħna ma nafux li f'pajjiżi barranin l-ikbar dnubiet isiru proprju mis- servizzi ta' sigurta'!", "Madam Speaker, issa jekk jien immur infittex f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, x'insib f'Taqsima A ta' l-Ewwel Skeda?", "Insib li l-aħħar istituzzjoni li wieħed ma jistax jagħmel ilment kontra tagħha hija proprju s-Servizz ta' Sigurta'.", "U dan għaliex?", "GĦax din hija kkopjata kelma b'kelma mill-Att dwar l-Ombudsman.", "Jien skantajt kif l- Onor. Farrugia qal li il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji setgħet tinvestiga anke lill-Pulizija dwar kif jittieħdu l-proċeduri kriminali jew le.", "Wieħed għandu jgħid li skond l-Att dwar l-Ombudsman, il- mertu ta' investigazzjoni kriminali ma jistax ikun is-suġġett ta' investigazzjoni u jien ma naf bl-ebda każ fejn il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji indaħlet fil-mertu ta' investigazzjoni kriminali, jiġiferi f'liema direzzjoni kellha timxi l-Puluzija.", "Naturalment, jekk persuna tissawat ...", "MADAM SPEAKER: Jekk joġgħobkom, tinterrompux,.", "Onor. Borg tista' tkompli.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, bil-permess tiegħi l-Onor.", "Membru jista' jitkellem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, bil-permess ta' l-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Naħseb li l-Onor.", "Borg mhux qed jikkwotani tajjeb.", "Jien qed nifhem l-argument tiegħu imma il-punt tiegħi huwa li fil- kummissjoni seta' kien hemm avukati li kellhom l-uffiċju legali tagħhom u allura kellhom aċċess għall-files ta' investigazzjonijiet kriminali li setgħu saru.", "Dan hu li ridt ngħid, għalkemm imbagħad dħalt ukoll fil-punt li ma kienx il-każ li l-kummissjoni jkollha aċċess għal kull informazzjoni li saret fl-investigazzjonijiet kriminali għax seta' jsir xi abbuż.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Napprezza l-punt li għamel l-Onor.", "Farrugia, pero' xorta waħda ma narax għaliex b'xi mod din kellha timpinġi fuq l- imparzjalita' u fuq in-nuqqas ta' partiġjaniżmu fid-deċiżjonijiet tal- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "L-argument tiegħi hu li dan l-abbozz ta' liġi jeskludi wkoll mill-operat tiegħu l- investigazzjonijiet kriminali li jsiru mill-Pulizija, jiġifieri, il-mertu ta' l- investigazzjonijiet kriminali.", "Anke l-Att dwar l-Ombudsman jeskludi l-investigazzjonijiet kriminali.", "Niftakar lill-Onor.", "Farrugia - qabel ma sar deputat - jikkritika lili u lill-Puluzija għaliex l-Ombudsman ma jistax jidħol fi kwalunkwe investigazzjoni kriminali.", "Jien kont għidt kemm- il darba - fil-fatt kien sar anke ftehim ma' l-Ombudsman - li l-Ombudsman jista' jidħol f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Puluzija.", "Ejja ngħidu li persuna tiġi trattata ħażin - mhux neċessarjament tiġi msawta imma tiġi insulentata jew inkella ttrattata ħażin mill-Pulizija waqt l-interrogatorju - dak jaqa' kemm taħt l-Ombudsman kif ukoll taħt din il-liġi.", "Li ma jaqax taħt l-Ombudsman u taħt din il-liġi - dan il-punt konna għamilnih ċar fl- istadju tal-Kumitat meta ddiskutejna l-Att dwar l-Ombudsman - huwa l-mertu ta' l-investigazzjoni.", "Allaħares l-Ombudsman jew it-tribunal jibda jistaqsi: GĦaliex mortu tinvestigaw f'dik id-direzzjoni u ma mortux f'direzzjoni oħra?", "Qiegħed ngħid dan, Madam speaker, għax hija inġusta l-kritika li reġa' għamel l-Onor.", "Farrugia fejn staqsa għaliex ma twaqqafx il-police complaints board jew il-police complaints authority.", "Ir-raġuni għaliex dan baqa' ma twaqqafx - minkejja li kien hemm il-ħsieb li dan isir - kienet li dan ġie sorpassat bit-twaqqif ta' l-Ombudsman.", "Issa se nispjega u ngħid kif anke fir-rapport li għamlet l-Management Systems Unit dwar il-Puluzija, din waslet għall-istess konklużjoni għaliex iċ-ċittadin li jidhirlu li għandu ilment kontra l-Pulizija m'għandu xejn xi jżommu milli jmur għand l- Ombudsman jew li jmur - kif kienet qabel - quddiem il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "M'hemm l-ebda artiklu fil-liġi li jżomm lil kwalunkwe persuna li jidhrilha li l-Pulizija mxiet ħażin fil-konfront tagħha milli tagħmel l-ilment tagħha.", "Allura l-problema li kienet se tinqala' - u din il-problema hija sottolineata anke fir-rapport li għamel David Spiteri Gingell ta' l-MSU rigward il-Puluzija - fir-rigward tal- pulizija kienet din: Allura kemm-il organizzazzjoni se nagħmlu biex tinvestiga inġustizzji jew abbużi li saru mill-Pulizija?", "Mela jekk pulizija jimxi miegħek ħażin u jarrestak illegalment tista' tagħmel kawża fil-qrati, tista' tmur ukoll quddiem l-Ombudsman u issa se nagħmlu wkoll il- Police Complaints Authority.", "Peress li l-Ombudman jista' jiddeċiedi li ma jidħolx f'ilment meta jkun hemm rimedju ieħor, b'dan li qegħdin tipproponu qed toħolqu mod kif tikkomplikaw iktar l-affarijiet f'dan il-pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Jiena naf li se tgħidli li hemm ċerti pajjiżi li għandhom kemm l-Ombudsman kif ukoll il-police complaints authority, imma hemm anke pajjiżi li għandhom erba' tipi ta' security services, jiġifieri m'għandniex nieħdu kollox imma nieħdu biss it-tajjeb ta' pajjiżi barranin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, bil-permess ta' l-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Membru, ma naħsibx li qed jara d-distinzjoni.", "Ħalli nagħti eżempju: meta uffiċjal tal- Pulizija għandu rapport kontra l-Kummissarju, se tgħidlu jmur għand l- Ombudsman?", "Dan hu l-punt.", "Il-protezzjoni mhux qiegħda hemm u din hija xi ħaġa li wieħed irid jinkwadraha fiċ-ċirkostanza tagħha.", "ONOR.", "TONIO BORG: Allura quddiem min għandu jmur?", "Irrid infakkar li l- Ombudsman li huwa maħtur b'żewġ terzi tal-Parlament u għandu sistema ta' indipendenza u allura ma nistgħux insibu aħjar minnu għax, kif spjegajt qabel, l-Ombudsman hu nominat b'żewġ terzi tal-Parlament - lanqas l- imħallfin m'huma nominati b'dan il-mod.", "Fl-abbozz ta' liġi li konna ressaqna fl-aħħar tal-leġislatura l-oħra, jidhirli li fil-każ ta' l-Awditur ukoll kien hemm il-proposta li n-nomina ssir b'żewġ terzi għax illum dan lanqas huwa hekk.", "L-uniku uffiċjal li trid maġġoranza ta' żewġ terzi biex tinnominah huwa l-Ombudsman u allura dan għandu inqas protezzjoni mill- police complaints authority?", "Fil-fatt l-Ombudsman kien għamel ftehim bil- miktub - kont ippubblikajtu jien meta kont ministru responsabbli mill- Pulizija - mall-Kummissarju tal-Pulizija dwar dak kollu li jista' jiġi nvestigat u l-unika ħaġa li ma tistax tiġi nvestigata hija l-mertu nnifsu ta' l-investigazzjoni kriminali u r-raġuni hi li jekk tagħmel hekk allura l- Ombudsman isir Kummissarju tal-Pulizija.", "Dan ma jistax ikun għax wara kollox il-gvern, hu min hu, irid imexxi, għax l-oħrajn huma monitoring mechanisms, mekkaniżmi kif wieħed jista' jikkontrolla, imma fl-aħħar mill- aħħar kulħadd jerfa' r-responsabbilta' tiegħu.", "Per eżempju, ir-responsabbilta' tal-liġijiet hija tagħna għax aħna nagħmluhom, nistgħu niġu kkritikati u nistgħu niġu kontrollati mill- opinjoni pubblika, imma mbagħad id-deċiżjonijiet aħna neħduhom.", "Ma nistgħux noħolqu xi ħadd 'il fuq mill-Parlament.", "L-istess fil-każ tal- gvern, tista' tikkontrollah, tagħti iktar poteri lill-qrati, tagħmel l- Ombudsman, imma mbagħad fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjonijiet il-gvern irid jeħodhom, ma tistax toħloq xi ħaġa 'il fuq minnu.", "Jien nieħu gost li fir- rapport li sar mill-MSU waslu proprju għall-konklużjoni fejn qalu: Aħna jidhirlina li dan il-ftehim bejn l-Ombudsman u l-Kummissarju tal-Pulizija - jidhirli li kien sar lejn tmiem l-1995 jew il-bidu ta' l-1996 - huwa sodisfaċenti għal dak li huwa ilment taċ-ċittadin kontra l-Korp tal- Pulizija u ma jidhrilniex li għandna nagħmlu xi ħaġa oħra.", "U l-police board li hemm prospettat fir-Rapport, m'huwiex il-police complaints authority imma huwa bord li jagħmel assessment tal-business plan tal-Korp tal-Pulizija, li jara l-performance tiegħu u - kif fhimtu jiena - li jista' jaġixxi bħala bord ta' appell minn deċiżjonijiet tal-Kummissarju tal- Pulizija fuq każijiet ta' dixxiplina, imma m'huwiex il-police complaints authority li jisma' l-ilmenti taċ-ċittadin.", "Jien naħseb li din hija konklużjoni tajba.", "Veru li rridu nikkontrollaw il-Pulizija imma b'daqshekk ma rridux issa ngħabbu lill-Pulizija b'kontrolli tali mod li kulħadd jibda jibża' jarresta u jieħu ċerti inizjattivi minħabba l-biża' li jista' jiżbalja.", "Biżżejjed hemm problemi li jipprevjenu lill-Pulizija milli jieħdu ċerti azzjonijiet.", "Huwa faċli li ma tiżbaljax jekk ma tagħmel xejn u ma tieħu l-ebda deċiżjoni, imma mbagħad dak ikun żball ta' ħajtek kollha.", "Min jaħdem u jieħu d-deċiżjonijiet bilfors li xi darba jiżbalja.", "Jien skantajt kif min-nies kollha li wieħed seta' jsemmi li forsi sofra xi żvantaġġ, kellu jissemma l-Korp tal-Pulizija bl-allowances u l-vantaġġi finanzjarji li għandhom.", "Qed ngħid dan għax jekk wieħed iqabbel l- allowances u l-vantaġġi finanzjarji tal-lum ma' ta' ħames snin ilu, mhux ma' t'għaxar snin ilu, jiġifieri jien mhux qed nikkompara llum ma' żmien il- Gvern Soċjalista imma qed nikkompara l-aħħar xhur tal-Gvern Nazzjonalista ma' erba' snin qabel fejn kien hemm ukoll il-Gvern Nazzjonalista, wieħed isib li bis-saħħa tal-ftehim li kien sar bejn il-Ministru Louis Galea - il- Ministru ta' l-Intern ta' qabli - u l-Management and Personnel Office fl- Uffiċju tal-Prim Ministru, beda jitħallas l-overtime li qabel ma kienx jitħallas awtomatikament.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet l-ispiża telgħet minn xi Lm40,000 għal Lm340,000 u hawnhekk irrid ngħid li l-overtime - hawnhekk jgħallimni l-Onor.", "Farrugia - ma jeħdux l-ispettur, is- supretendent, l-assistent kummissarju, d-deputat kummissarju jew il- kummissarju imma jieħdu l-kuntistabbli u s-surġent.", "Fil-fatt, jekk teżisti problema din ġejja mill-fatt li dawn tant ħadu żidiet bejn overtime u extra duty li s-sena li għaddiet li l-ispiża telgħet għal Lm900,000 u meta wieħed jagħmel il-kalkoli jsib li f'ċerti każijiet, surġent u kuntistabbli setgħu qalgħu daqs spettur.", "Għalhekk hawnhekk wieħed jista' jikkritika li tajna ż-żejjed imma mhux li tajna n-nieqes.", "Mela se noqogħdu nfettqu għax ma ngħatatx xi allowance!", "Meta wieħed iqabbel il-kondizzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija bħal, per eżempju, il-25 sena servizz li reġa' ntroduċa l- Partit Nazzjonalistam fejn illum, jekk kuntistabbli jidħol fil-Korp tal- Pulizija ta' 18-il sena jista' joħroġ bil-pensjoni ta' 43 sena - dan ikun l-iżgħar pensjonant - u jkun jista' jaħdem.", "Għaldaqstant dan ma jeħux biss il-pensjoni - fejn ir-regola hija li jekk tieħu pensjoni ma tistax taħdem qabel ma tagħlaq 65 sena - imma min jaħdem fil-Korp tal-Pulizija u fl-Armata - u jekk il-Gvern attwali jressaq l-abbozz ta' liġi li konna ppreparjna aħna dan jingħata wkoll lil min ikun fil-prison service - jista' jieħu l-pensjoni wara 25 sena.", "L-Onor.", "Farrugia pprova jiġbidli saqajja għax kont inqassam il-labar tad- deheb lil dawk li kienu jagħtu servizz jew jagħtu xogħol beyond the call of duty.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li għal snin twal ħadd ma kien jagħti xejn - hawnhekk mhux qed nirriferi biss għall-Gvern Laburista imma anke għall-Gvern Nazzjonalista - imma mbagħad, fis-sena u nofs li għamilt ministru, jien deherli li xi ħadd li għamel azzjoni erojka - hawnhekk mhux qed nirriferi għal dak il-pulizija li jagħmel dmiru bħal, per eżempju, jaqbad ħalliel għax wara kollox dak huwa xogħlu, imma għal dak il-pulizija li jkun off duty mal-mara tiegħu u jara wieħed armat jagħmel hold up f'gabbana tal-lottu u mingħajr ma jkun armat dan jiġri warajh u jaqbdu - jiena deherli li għandi nippremjah.", "Ġieli jien kont niġbed l- attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija u ġieli l-Kummissarju tal-Pulizija kien jiġbed l-attenzjoni tiegħi.", "Jiena kont nagħmel dan mhux biex nidher jiena imma biex nipprova ninkorraġġixxi lil dawn in-nies.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma trid tiddeċiedi.", "L-ewwelnett, jiena stajt nimxi minn ċertu mument 'il quddiem u bilfors kelli naqta' linja għax inkella xogħli kien jispiċċa biss li noqgħod inqassam il-medalji tad-deheb lill-Korp tal-Puluzija!", "MADAM SPEAKER: Onor. Borg, reġa' skadielek il-ħin.", "GĦandek bżonn il- leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn talba għal-leave of House.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-Kamra talli għoġobha testendili l- ħin.", "Kif kont se ngħid, imbagħad kien hemm il-każ tal-Fire Brigade li fl- għargħar li kellna s-sena li għaddiet raw dawl inemnem x'imkien fil-bogħod, marru fuq il-post u salvaw wieħed li litteralment kien qed jegħreq fil- karozza tiegħu.", "Jiena deherli li dawn għandhom jieħdu l-labra tad-deheb - kif hawn minn sejħilha hawnhekk.", "Jiena ma nafx li kien hemm xi każijiet lampanti li kellhom jieħdu din il-medalja u ma ħaduhiex, imma ma naħsibx li dan kien l-aħjar eżempju li wieħed seta' jsib biex ngħidu li l-Gvern Nazzjonalista ħlief inġustizzji ma kienx jagħmel, għax allura ħadd ma jibda jagħmel xejn ħalli żgur ma nieħdu l-ebda żball.", "Jiena ngħid li meta jitwaqqaf dan it-tribunal, kemm intom u kif ukoll l- istess tribunal, tindunaw li mhux kull min jidhirlu li ma ħax promotion jew li ma ħax il-labra neċessarjament tkun saret inġustizzja fil-konfront tiegħu.", "Mela hawn xi ħadd f'dan il-pajjiż li se jammetti li ma ħaqqux jieħu promotion jew li ma ħaqqux jieħu l-labra tad-deheb fuq il-pavru tiegħu!", "(Interruzzjonijiet) Kemm kelli nkwiet minħabba pulizija Nazzjonalisti li din ma ħaduhiex!", "Dan kien l-inkwiet li kelli!", "(Interruzzjonijiet) Imma x'tagħmel?", "Trid tiddeċiedi.", "Jiena niftakar li meta inti kont editur ta' dak il-fuljett tal-Pulizija kont għamilt tliet medalji fil-faċċata (Interruzzjonijiet) Kienet ilha ma tingħata medalja minn żmien Strickland, għax kien hu li ta l-aħħar medalja, u kienet ingħatat waħda lill-ex-Kummmissarju Alfred Calleja.", "Jien kelli l-kuraġġ li ngħid li ma jistax ikun li nibżgħu nagħtuhom dawn il-medalji għaliex inkella se nirfsu kallijiet ta' ċerti nies li forsi jkunu viċin, anke tiegħi - mhux viċin il-partit - li jgħidu: Ara dak il-Laburist ħadha u n- Nazzjonalist ma ħadhiex.", "Kemm qlajt kritika minħabba f'hekk!", "Imma kif diġa' għidt trid tiddeċiedi.", "Allura ħadd ma jieħu l-medalja tal-long service, meta kien hemm min kien ilu 30 sena fil-Korp, u dan sempliċement għaliex nibżgħu nieħdu deċiżjoni?", "Imma issa ma rridux immorru fl-estrem u ngħidu li kull min ma ħax promotion u kull min ma ħax il-medalja allura ngħodduhom bħala l-famużi każijiet ta' inġustizzji li saru taħt Gvern Nazzjonalista.", "GĦalija huwa kważi kumpliment li wieħed jgħid li dawn huma l-każijiet ta' inġustizzja taħt Gvern Nazzjonalista għaliex li kieku kellna nsemmu l-inġustizzji li kienu jsiru qabel kieku ma nispiċċaw qatt.", "Madam Speaker, jiena dan li kelli xi ngħid dwar dan l-abbozz u jidhirli li l-mod kif qed jiġi propost u r-raġuni nnifisha għaliex qed jitwaqqaf dan it- tribunal fiha riħa ta' partiġjaniżmu.", "L-aħħar appell u l-aħħar argument tiegħi huwa illi kieku kellna naslu għall-konklużjoni li hemm ħtieġa ta' tribunal - ħaġa li ma narawhiex, anzi dan it-tribunal se jaġevola lil min kien traskurat jew lil min ma riedx imur għar-rimedji li kienu ġew provduti lilu minn Gvern Nazzjonalista - flok jagħmel tribunal, wieħed seta' jemenda l-Att dwar l-Ombudsman ta' l- 1995 billi jgħid li bħalma l-Ombudsman - li huwa appuntat b'żewġ terzi tal- Parlament u li llum qed jinvestiga kull każ u kull ilment ta' inġustizzja li ssir minn kwalunkwe persuna f'Malta - beda jopera fil-15 ta' Mejju ta' l- 1995, dan ikun jista' jibda jara każijiet minn 1987 'il quddiem.", "Għalkemm ma naqbilx ma' dan l-argument, xorta ngħid li kieku kellna naslu għall- argument li bilfors trid issir xi ħaġa, l-aħjar mod - mingħajr ma nikkomplikaw l-affarijiet u mingħajr ma nagħtu riħa ta' partiġjaniżmu - kien ikun li minflok nagħmlu dan it-tribunal konna nemendaw il-liġi u ngħidu li l-Ombudsman jista' jibda jopera mid-9 ta' Mejju ta' l-1987 lil hawn minflok mill-15 ta' Mejju ta' l-1995.", "Imma lanqas dan ma sar u għalhekk l-Oppożizzjoni ma tista' qatt taqbel ma' dan it-tip ta' abbozz għar-raġunijiet li diġa' semmejt.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Madam Speaker, fil-ftit minuti li baqgħalna llejla nixtieq li nirrimarka li proprju fl-ewwel abbozz li qed jitressaq quddiem dan il-Parlament qegħdin naraw attitudni negattiva minn-naħa ta' l- Oppożizzjoni, liema attitudni kienu ta' spiss jixlu lilna biha.", "Bdejna b'din il-wirja negattiva fuq ħaġa li l-poplu kien daqstant ċar fuqha.", "L-Oppożizzjoni qegħda ġġib l-argument li kemm ilu li fetaħ il-Parlament ressaqna abbozz wieħed, filwaqt li huma fi żmienhom matul il-perjodu tal- bidu kienu ressqu tmien abbozzi .", "Dan huwa argument li jipprova jaljena lin-nies għax fil-fatt mhux in-numru ta' abbozzi li jkollok quddiem il- Kamra li jgħodd imma l-kontenut u s-sustanza tagħhom kif ukoll dak li fil- fatt inti tasal biex twettaq.", "Jiena niftakar li fil-leġislatura l-oħra mhux l-ewwel darba li konna nispiċċaw b'aġenda mimlija abbozzi ta' liġi imma mbagħad ftit minnhom fil-fatt kienu jersqu għad-diskussjoni quddiem il- Kamra.", "L-attitudni tagħna meta konna fl-oppożizzjoni kienet li nimxu pass wara pass li fl-aħħar wasslitna għal rebħa elettorali storika.", "Anke meta qegħdin fil-gvern, aħna se nibqgħu bl-istess metodu fejn il-pass tagħna jkun wieħed fis-sod biex dak li nagħmlu nagħmluh sewwa u mhux mgħaġġel bħalma forsi kien imexxi l-Gvern Nazzjonalista.", "Ħafna drabi, il-Gvern ta' qabilna kien jagħmel passi mgħaġġlin u kif igħid il-qawl Malti \"qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel\", mentri aħna nixtiequ nimxu b'pass meqjus u sod li jwassalna fid-direzzjoni t-tajba.", "Żewġ elezzjonijiet ilu jiġifieri, disa' snin ilu, il-Partit Nazzjonalista, fost ħafna slogans oħra, kellu l-famuża għajta għal \"ġustizzja\", pero' naħseb li llum il-poplu diġa' tana l-verdett tiegħu dwar kemm fil- fatt dawn irnexxilhom iżommu din il-wegħda.", "Il-poplu tkellem ċar dwar il- mod kif mexa l-Gvern Nazzjonalista tant li fl-elezzjoni li għaddiet kien hemm swing li qatt ma kellna bħalha.", "Dan il-fatt wassal għal ħafna tħassib anke fost l-istess Oppożizzjoni Nazzjonalista għax wara l-elezzjoni bdew jiltaqgħu u jistaqsu lilhom infushom: Għaliex ġarrabna din it-telfa?", "GĦaliex kien hemm swing daqstant kbira?", "Dwar dak li ġara nħass li kellha saħansitra ssir diskussjoni fost il-kunsilliera ta' l-istess partit.", "Illum il-Partit Nazzjonalista jinsab għaddej mill-istess perijodu li kien għadda minnu l-Partit Laburista wara l-1987 li meta l-partit tagħna jħares lura ċertament jara kemm tgħallem minnu.", "Imma llum aħna għandna l-mandat tal-poplu biex immexxu u meta nistaqsu għaliex kien hemm dik is-swing kollha favur il-Partit Laburista, wieħed bilfors jasal għall-konklużjoni li dan ġara minħabba l-mod li mexa bih il-Gvern Nazzjonalista.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-Gvern preċedenti wettaq ħafna inġustizzji u ħniżrijiet mal-poplu tagħna u għalkemm jiena ma tantx inħobb nuża kliem bħal dan, jidhirli li f'dan il-kontest għandi nuża lingwaġġ bħal dan.", "Hawnhekk pero' rrid inkun ċar fis-sens li dawn l-inġustizzji ma sarux mal- Laburisti biss imma saru wkoll ma' diversi nies li kienu jagħtu l-fiduċja tagħhom lill-Partit Nazzjonalista.", "Nies li sa l-elezzjoni li għaddiet kellhom simpatija mal-Partit Nazzjonalsita illum qegħdin jgħidu li kif jitwaqqaf dan it-tribunal se jkunu minn ta' l-ewwel li jressqu l-ilmenti tagħhom quddiemu.", "Dan qed jiġri proprju għaliex anke nies li kellhom simpatija lejn il-partit li llum qiegħed fl-oppożizzjoni qegħdin jaraw l- inġustizzji li kienu jsiru.", "Il-poplu kien tant imdejjaq u urtat li r- riżultat ta' l-elezzjoni huwa proprju riflessjoni ta' dik is-sitwazzjoni.", "Ta' min jgħid li fostna kien hemm min ma basarx li r-rebħa tagħna kienet se tkun ta' dimensjoni hekk kbira u dan għaliex forsi ftit kienu dawk li rrealizzaw li s-sitwazzjoni kienet iggravat daqstant.", "Imma fir-realta' dik kienet is-sitwazzjoni u llum il-ġurnata aħna għandna l-verdett u l- mandat ċar tal-poplu.", "Is-swing daqshekk ċara li kien hemm hija dovuta għall-fatt li ma kienx hemm sezzjoni partikolari tal-poplu li vvotat lill- Partit Laburista imma vvotaw lill-Partit Laburista dawk in-nies li qabel kienu fdaw fil-Partit Nazzjonalista li se jwettaq il-ġustizzja, ħaġa li fil- fatt baqa' m'għamilhiex.", "B'dan li qegħdin nagħmlu issa qed inżommu kelmtna mal-wegħda li konna għamilna lill-poplu qabel l-elezzjoni.", "Fil-kampanja elettorali u fid-diversi snin ta' tmexxija tiegħu, il-mexxej tagħna kien jaċċenna għal żewġ punti ewlenin jiġifieri, li trid issir ġustizzja ma' min isofri x'inġustizzja u li min ikun wettaq l-abbuż irid jagħti rendikont ta' għemilu.", "Jiena nemmen li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa wieħed li qed jagħti tifsira ċara lill-mandat u lil dik il-wegħda solenni li kienet saret, għalkemm hawn min qal li din hija liġi diskriminatorja u partiġjana.", "Hija sfortuna li hawn min qed jieħu din l-attitudni għaliex jiena nemmen li meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ma vvotawlux il-Laburisti biss imma vvotawlu anke n-Nazzjonalsti u jien insostni li l-poplu vvota b'dak il-mod għaliex huwa ried jikkundanna l-inġustizzji li kienu qegħdin isiru f'dan il-pajjiż.", "B'dan l-abbozz ta' liġi qed nagħtu ċans lil kulħadd, hu x'inhu t-twemmin politiku tiegħu, li jersaq quddiem dan it-tribunal li se jitwaqqaf biex jieħu rimedju għal dawk l-inġustizzji li jħoss li saru fil- konfront tiegħu.", "Issa drajniha l-attitudni min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista li huma kienu qishom infallibbli - forsi dan kien fattur ieħor li kontribwixxa għat-telfa li ġarrab - u li donnu kulma kien jagħmel kien perfett.", "Bil-mod kif qed tħares lejn dan l-abbozz, l-Oppożizzjoni qisu trid tgħid li ma jistax ikun li saru xi inġustizzji fid-disa' snin li għamlet fil-gvern, bejn l-1987 u l-1996.", "Qisu qed igħidu li dan ma jistax ikun!", "Jekk bħala Partit Nazzjonalista temmnu fit-trasparenza u fid- demokrazija - suppost - allura m'għandkomx minn xiex tibżgħu jekk isir dan it-tribunal.", "Jekk inti temmen verament li ma sarux inġustizzji mill-partit tiegħek allura m'għandekx minn xiex tibża' u anzi għandek tkun minn ta' l- ewwel li tgħid li taqbel għax m'għandekx faħam miblul.", "Sfortunatament din hija l-attitudni li ħadet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li sa ftit ilu kienet tgħajjarna ħafna li aħna konna negattivi - \"Il-partit tal-le\" - u li konna nipprovaw nostakolaw kollox.", "Il-verita' ma kenitx kif kienu jgħidu huma imma jidher li l-Oppożizzjoni sfortunatament se tmur għal dawk it- tattiċi li tant kienu jikkritikaw.", "Fit-twaqqif ta' dan it-tribunal, aħna bażikament qegħdin nimxu konformi mal- politika li pridkajna jiġifieri, li jkun hemm it-trasparenza.", "L-ewwel ħaġa li qed ngħidu hija li kollox għandu jsir fil-miftuħ u fil- pubbliku biex b'hekk kulħadd jara b'għajnejh u kulħadd ikun jista' jgħarbel il-verita' tal-fatti kif prodotti u kif finalment anke jiġu deċiżi.", "Minbarra hekk, id-deċiżjonijiet tat-tribunal għandhom jiġu rapportati lil din il-Kamra li tirrappreżenta liż-żewġ fehmiet politiċi tal-pajjiż u dan ifisser li jkun hemm iċ-ċans li dawn id-deċiżjonijiet jingħataw public light quddiem il-Kamra kollha.", "Din fiha nnifisha hija xhieda ħajja tat- trasparenza li ppriedka l-Gvern tal-ġurnata meta kien qiegħed kulma jmur iżid aktar il-maġġoranza li kellu.", "Madam Speaker, apparti dan jien naħseb li punti importanti oħra huma dawk li għandu jkun hemm fair hearing u li dan isir fi żmien raġonevoli.", "Dan it- tribunal se jkun wieħed indipendenti għax jekk aħna verament irridu li ssir il-ġustizzja hemm bżonn li nagħtu l-liberta' lil dawk li se jiġġudikaw biex fid-deċiżjonijiet tagħhom ikunu imparzjali u billi jisimgħu liż-żewġ partijiet involuti.", "Fl-istess ħin aħna ma rridux li l-affarijiet jibqgħu jkaxkru għal żmien interminabbli u għalhekk nixtiequ li l-ġustizzja ssir fi żmien raġonevoli ħalli mbagħad inkunu nistgħu nibdew inħarsu 'l quddiem u mhux nispiċċaw dejjem inħarsu lejn il-passat.", "Madam Speaker, fil-fatt wieħed mill-provvedimenti ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li joħloq terminu ta' żmien - dan huwa ta' sitt xhur - li matulu għandhom jitressqu l-każi quddiem dan it-tribunal.", "Dan ifisser li l-poplu kollu għandu sitt xhur ċans biex iressaq dawk il-każijiet fejn ħass li sofra x'inġustizzja u min ma jeħux din l-opportunita' mhux se jkollu ċans jagħmel hekk wara dan it-terminu għax inkella se nibqgħu nhewdnu dejjem fuq l-inġustizzji u fuq il-passat.", "Jien naħseb li l-metodi li din il-liġi tistabilixxi biex nilħqu din il-linja ta' ġustizzja huma ċari u trasparenti biżżejjed.", "Madam Speaker, wieħed irid jgħid ukoll li l-ġustizzja mhux biss trid issir imma trid tidher li qed issir u għalhekk huwa importanti li dan it- tribunal ikun trasparenti.", "Il-metodi li bihom qed jitwaqqaf dan it- tribunal huma flessibbli b'tali mod li ma jorbtux idejn dik il-persuna li trid taġixxi jew li din il-persuna tkun imxekkla b'ħafna burokrazija żejda.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li min ikun qed jiġi akkużat kif ukoll min ikun qed jagħmel l-akkużi in kwestjoni għandhom id-dritt itellgħu persuna ta' fiduċja tagħhom.", "Aħna m'aħniex qed nagħmlu restrizzjonijiet dwar min tkun din il-persuna ta' fiduċja - sew jekk hijiex politikanta jew avukatessa jew xi ħabib - imma din qed inħalluha fil-liberta' ta' dak li jkun.", "MADAM SPEAKER: Onor. Cilia, sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE CILIA: Iva.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Jekk jogħġbu l-Ministru Mizzi jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 24 ta' Jannar, 1977 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni sabiex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 1997 - It-Tieni Jum (Imħolli kollu għall-Gvern).", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura li għaddiet fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 15 ta' Jannar, 1997 id-diskors ma għandux jieħu iktar minn sagħtejn u s- seduta għandha tiġi trasmessa diretta fuq it-televiżjoni permezz tal-PBS.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn ċerta statistika jinduna li daqskemm hi lampanti l-problema tad-droga, daqstant ieħor hija lampanti l-problema ta' l-inċidenti tat-traffiku f'Malta.", "Skond din l-istatistika jirriżulta li fil-fatt aktar qegħdin imutu nies b'inċidenti tat-traffiku milli bid-droga.", "Madam Speaker, minkejja li saru diversi toroq li nistgħu nipparagunawhom ma' dawk ta' pajjiżi oħra żviluppati li ħadu anke t-titlu for safety on the roads, u minkejja l-propaganda li qiegħda ssir permez tat-televiżjoni u tal- media - u tajjeb li l-inizjattivi bħal dawn jiżdiedu - l-inċidenti f'pajjiżna mhux talli baqgħu jsiru iżda talli żdiedu b'mod allarmanti.", "Meta wieħed iħares lejn l-inċidenti fatali li kien hawn, isib li dawn ma seħħewx f'dawk it-toroq li huma mħarbtin jew f'dawk li m'humiex daqshekk tajbin - minkejja l-isforzi li jsiru min-naħa tad-Dipartiment tat-Toroq - imma l-inċidenti fatali seħħew proprju f'dawk it-toroq li saru riċentement bħal, per eżempju, f'dak l-inċident li nqala' nhar l-Ewwel tas-Sena f'Regional Road jew l-inċident li seħħ f'Tal-Barrani jew inkella meta karozza qabżet minn fuq il-pont tal-Marsa għal isfel.", "Is-sena l-oħra kellna madwar it-30,000 inċident tat-traffiku li meta wieħed jipparagunahom ma' l-200,000 karozza li hawn reġistrati f'Malta, dan ifisser li bħala medja, waħda minn kull sitt vetturi kienet involuta f'xi inċident tat-traffiku.", "Din ir-rata ta' inċidenti tat-traffiku hija wisq allarmanti.", "Meta imbagħad wieħed janalizza għaliex qed isiru dawn l- inċidenti, mir-rapporti li jsiru mil-Pulizija spiss jirriżulta li l-kawża tkun dik ta' misjudgement.", "Hawnhekk pero', hemm bżonn naraw li nidħlu aktar fil-fond ta' dawn il-kawżi għax meta karozza tkun tfarket jew inqalbet inkella inqasmet min-nofs, wieħed imbagħad ma jistax jgħid jekk dik il-karrozza fil-fatt kellhiex xi difettt fil-makna tagħha Anke meta jmut xi ħadd f'xi inċident tat-traffiku, ċerta informazzjoni ma tkunx tista' tinġabar u għalhekk m'huwiex biżżejjed li fir-rapport tal-Pulizija jingħad biss li l-inċident ġara minħabba misjudgement on the part of the drivers.", "Hemm bżonn li nkunu nafu aktar fuq il-kawżi vera ta' l-inċidenti li qed isiru fit-toroq tagħna għax waħda mill-kawżi, per eżempju, tista' tkun is-sewqan esaġerat, jiġifieri, l-over speeding.", "Huwa fatt li jekk jinqalgħalek xi ħaġa waqt li tkun għaddej bi speed eċċessiv wieħed ma jkunx faċli li jikkontrolla l-karrozza, aktar u aktar ċerti karrozzi ġodda b'makna kbira li hawn daż-żmenijiet.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-istatistika li qed nikkwota hija dik li tiġi ppubblikata mill-Uffiċċju ta' l- Istatistika.", "Kull meta jiena tkellimt fuq dan is-suġġett, kemm-il darba għidt li t- toroq tagħna m'humiex imdawlin biżżejjed.", "Hawnhekk m'iniex qed ngħid li t- toroq tagħna għandhom jiddawlu qishom xi christmas tree imma almenu għandu jkun hemm dawk il-cat lights fil-kantunieri, mal-bankini kif ukoll fil- periferija tat-triq.", "Dawn it-tip ta' dwal jistgħu jsiru faċilment u bi spejjeż żgħar.", "Rigward l-użu tal-breathalyser, nixtieq nissuġġerixxi li min jiddaħħal l- isptar wara xi inċident tat-traffiku għandu jsirlu t-test tal-breathalyser biex b'hekk insiru nafu jekk waqt l-inċident dak li jkun kienx taħt l- influwenza tax-xorb.", "Hawnhekk jien nistaqsi: Il-Pulizija jew l- awtoritajiet ta' l-isptar qegħdin jieħdu dan l-aspett in konsiderazzjoni?", "Irrid nagħmel enfasi wkoll sabiex il-Pulizja jew l-awtoritajiet ta' l- isptar jaraw jekk dawk li jkollhom xi inċident tat-traffiku jkunux taħt l- influwenza tad-droga jew inkella ta' xi mediċinali bħal, per eżempju, dawk li jittieħdu f'każ ta' influwenza li bl-antihistamines li fihom jistgħu jraqqduk xi ftit.", "Hemm bżonn li nibdew niġbru din it-tip ta ' informazzjoni ħalli b'hekk jibda jkollna r-raġunijiet reali li qed jikkawżaw dawn l-inċidenti tat-traffiku li qed iħallu tant niket fil- familji tagħna.", "Fl-aħħar nixtieq insemmi l-bżonn li f'ċerti toroq prinċipali ndaħħlu ir- road tv cameras sabiex ikollna mezz kif nidentifikaw dawk il-karrozzi li b'xi mod ikunu qegħdin jiksru r-regolamenti tat-traffiku.", "Jiena tal-fehma li b'dawn ir-road tv cameras flimkien ma' żieda fis-superviżjoni tat-toroq mil-pulizija għandna ntejbu s-sitwazzjoni b'dik li hija sigurta' fit-toroq tagħna.", "Għaldaqstant jien nappella b'mod speċjali lil dawk li jieħdu ħsieb il-kontroll tat-traffiku għax wisq nibża li għalkemm is-Sezzjoni tat-Traffiku ilha stabilita din mhix qiegħda teżerċita kontrolli effettivi biżżejjed fit-toroq tagħna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sinjura President, fid-diskors tal-Budget tal-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi għal din is-sena ntqal li l-Gvern beħsiebu jattiva l-Joint Negotiating Council.", "Fil-fatt l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali jipprovdi għal dan il-Joint Negotiating Council li huwa meqjus bħala dak il-makkinarju meħtieġ għan-negozjati dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati governattivi.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li l-oriġini ta' dan il-Joint Negotiating Council kien fil-fatt il-Labour Co-ordination Committee li kien ġie fis-seħħ immedjatament wara t-Tieni Gwerra Dinjija u li ftit wara kien ġie sostitwit bit-twaqqif tal-Malta Government Joint Council.", "Madam Speaker, dan il- kunsill kien kompost minn tmien rappreżentanti tal-gvern u tmien rappreżentanti tal-ħaddiema u l-funzjoni tiegħu kienet li jitratta kwalunkwe materja li għandha x'taqsam mal-ħaddiema governattivi.", "Id- deċiżjonijiet f'dan il-kunsill kienu jittieħdu bl-unanimita' u maż-żmien jirriżulta li l-kunsill ma tantx kien jiffunzjona kif kien mixtieq tant, li wara ftit żmien ma baqax jiltaqa' bl-istess regolarita' u li beda jkun hemm ħafna dewmien fit-trattazzjoni ta' kwestjonijiet li kienu jitressqu quddiemu.", "Wieħed jista' jgħid li bħala riżultat ta' dik is-sitwazzjoni nibtet il- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku illi l-funzjoni tagħha kienet li tieħu ħsieb l-ingaġġ, il-promozzjonijiet u diversi affarijiet oħra li jirrigwardaw l-uffiċjali pubbliċi.", "Ta' min jgħid li din il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tant kienet suċċess li saħansitra sar provvediment għaliha fil-Kostituzzjoni tagħna u llum wieħed iqis din il- Kummissjoni bħala makkinarju integrali tas-servizz pubbliku.", "Madam Speaker, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku pero' ma titrattax il-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-uffiċjali pubbliċi u allura kien hemm diversi aspetti li baqgħu mingħajr rimedju.", "Kien proprju għalhekk li sar provvediment fil-liġi li tittratta dwar ir- relazzjonijiet industrijali għat-twaqqif tal-Joint Negotiating Council, anzi għal mekkaniżmu sħiħ li jirrigwarda l-metodu ta' kif kwestjonijiet ta' natura industrijali li jikkonċernaw impjegati tal-gvern jistgħu jiġu riżoluti.", "Madam Speaker, nibda bin-negotiating committees wieħed jista' jgħid li dawn il-kumitati jieħdu ħsieb setturi partikolari bħal, per eżempju, l- għalliema u n-nurses.", "Dwar il-kompożizzjoni tagħhom l-liġi tipprovdi li għandu jkun hemm erba' rappreżentanti tal-gvern u erba' rappreżentanti ta' dik it-trade union li tirrappreżenta l-akbar numru ta' uffiċjali pubbliċi fis-settur konċernat.", "F'dawn in-negotiating committees jintlaħaq ftehim biss jekk ikun hemm unanimita' fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Jekk ma jkunx hemm din l-unanimita' allura l-kwestjoni tiġi riferita - qisha forma ta' appell - lill-Joint Negotiating Council.", "Il-Joint Negotiating Council huwa previst fuq skala nazzjonali u dan għandu jkun kompost minn tmien rappreżentanti tal-gvern, erba' rappreżentanti tal-General Workers' Union u erba' rappreżentanti tal- Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin.", "Anke d-deċiżjonijiet tal-Joint Negotiating Council jistgħu jittieħdu biss b'unanimita' u ladarba tittieħed deċiżjoni dik tkun torbot liż-żewġ naħat.", "X'jiġri meta ma jintlaħaqx ftehim?", "Kwalunkwe grupp - jiġifieri r-rappreżentanti tal-Gvern jew tal- General Workers' Union jew tas-CMTU, jista' jagħmel talba liċ-chairman sabiex dan jinforma lill-Ministru li ma ntlaħaqx ftehim u l-Ministru mbagħad huwa marbut li jirriferi l-kwestjoni lit-Tribunal Industrijali.", "Fi kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-Servizz Pubbliku, it-Tribunal Industrijali huwa kompost ftit differenti mit-Tribunal Industrijali li jieħu ħsieb kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-settur privat, għax fil-fatt dan huwa kompost jew miċ-chairman u żewġ membri inkella minn chairman waħdu.", "F'każ li t-Tribunal ikun kompost minn chairman u żewġ membri, ċ-chairman ikun bażikament magħżul mill-Prim Ministru bis-saħħa tas-subartiklu 26(2), wieħed mill-membri jkun magħżul miċ-chairman biex jirrappreżenta lill-ħaddiema bil-mod kif hemm imsemmi fl-istess artiklu u l- membru l-ieħor ikun magħżul mill-Prim Ministru ad hoc biex jirrappreżenta lill-Gvern.", "Jekk it-Tribunal ikun jikkonsisti f'chairman waħdu allura l- għażla ta' dan ssir mill-Prim Ministru bis-saħħa tas-subartiklu 26(4)(b).", "Id-deċiżjonijiet tat-Tribunal Industrijali jsiru bi qbil bejn il-membri, pero' f'każ li ma jintlaħaqx dan il-qbil allura d-deċiżjoni tittieħed miċ- chairman waħdu billi jeżerċita l-funzjonijiet kollha t'arbitru.", "Huwa importanti li l-liġi tipprovdi li t-Tribunal ma jistax jieħu konjizzjoni tal-kwestjonijiet li jaqgħu taħt il-Public Service Commission u li d- deċiżjoni tat-Tribunal Industrijali f'dan il-każ hija soġġetta għas-setgħa suprema tal-Kamra tad-Deputati.", "Jien naqbel fil-prinċipju li għandu jiġi attivat il-Joint Negotiating Council biex b'hekk jiġi attivat il-mekkaniżmu kollu f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur pubbliku.", "Ta' min isemmi pero' li r-raġuni prinċipali għaliex il-Malta Government Joint Council ma kienx suċċess probabbilment kienet minħabba fir-rekwiżit ta' l-unanimita'.", "Fl-Industrial Relations Act hemm l-istess rekwiżit, kemm għan-Negotiating Committee kif ukoll għall- Joint Negotiating Council, pero' din il-liġi sabet soluzzjoni billi issa hemm il-possibilita' li ssir riferenza lit-Tribunal Industrijali li jrid jiddeċiedi l-każ jekk ma jintlaħaqx ftehim fil-livell ta' dan il-Joint Negotiating Council.", "Il-problema li nara llum f'dan il-mekkaniżmu kollu hija illi jidher li hemm wisq kontroll mill-Gvern speċjalment, fl-għażla taċ-chairman kif ukoll minħabba fil-fatt li d-deċiżjonijiet kollha jkunu soġġetti għall-Kamra tad-Deputati.", "Jien insostni li għandha tiġi emendata l-Industrial Relations Act qabel ma jiġi attivat dan il-mekkaniżmu.", "Naturalment jekk jiġi attivat dan il-mekkaniżmu jista' jservi skop utili f'dak li għandu x'jaqsam mal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal- Gvern.", "L-emendi li nħoss li għandhom isiru huma sabiex jitneħħa, jew għallinqas jiġi limitat, il-kontroll tal-Gvern fl-għażla taċ-chairman u sabiex mhux id-deċiżjonijiet kollha jiġu soġġetti għall-Kamra tad-Deputati iżda biss dawk id-deċiżjonijiet li jdaħħlu lill-Gvern f'xi obbligi finanzjarji għax f'każijiet li jinvolvu lill-Gvern f'xi spiża finanzjarja bilfors irid ikollok l-awtorizzazzjoni tal-Parlament.", "Altrimenti deċiżjonijiet li m'għandhomx implikazzjonijiet finanzjarji għall-Gvern ma nħossx li għandhom ikunu sottomessi għall-Kamra tad-Deputati bħal fil-każ tad-deċiżjonijiet tal-qrati u ta' tribunali oħra.", "Jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li jekk iseħħu dawn l-emendi allura tiġi garantita l-fiduċja li għandu jkun hemm f'dan il-makkaniżmu.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, nhar it-Tnejn li għaddew is-Sinjorija Tiegħek poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' sentenza li ngħatat mill- qrati tagħna nhar il-Ġimgħa 17 ta' Jannar.", "Mhux se noqgħod insemmi l- ismijiet tas-sentenza, imma peress li hija sentenza mportanti naħseb li ta' min ifakkar lill-Gvern dwar ċerti konsegwenzi li joħorġu minnha.", "Dan minħabba li kull darba li xi liġi tiġi ddikjarata li tmur kontra l- Kostituzzjoni, skond l-emendi li konna ntroduċejna s-sena li għaddiet hemm l-obbligu li l-qorti tinforma lill-Parlament ħalli l-Parlament ikun jista' jirregola ruħu ma' dik is-sentenza.", "Naħseb li b'din is-sentenza se tinfetaħ epoka ġdida fuq dan is-suġġett għaliex il-qorti ddeċidiet li ma tistax issir diskriminazzjoni bil-liġi kontra t-tfal illeġittimi, jekk nistgħu nużaw dik il-kelma għax wara kollox, kull bniedem huwa maħluq xbieha t'Alla u allura jgawdi ċerti drittijiet għall-fatt li huwa bniedem.", "Meta ngħidu li tarbija hija leġittima jew illeġittima naturalment inkunu qed nużaw termini biex wieħed jiddistingwi bejn persuna li titwieled fiż-żwieġ u persuna li titwieled barra miż-żwieġ.", "Din is-sentenza hija mportanti għaliex waqqfet id- diskriminazzjoni li kienet teżisti taħt il-liġi tas-suċċessjoni bejn tfal leġittimi u tfal illeġittimi.", "M'hemmx dubju li meta 150 ilu ġiet introdotta din id-diskriminazzjoni il-Kodiċi Ċivili tagħna kien qed isegwi kodiċijiet ta' pajjiżi oħrajn li kienu jirraġunaw li l-uniku mod kif tipproteġi ż-żwieġ bħala istituzzjoni - naħseb li aħna lkoll naqblu li ż- żwieġ għandu jkun protett, nistgħu ma naqblux dwar kif għandu jiġi xolt jew inkella kif għandu jiġi annullat, imma iż-żewġ partiti politiċi jaqblu u jemmnu li l-familja hija istituzzjoni importanti - kien billi tippenalizza lit-tfal li jitwieldu barra ż-żwieġ ħalli b'hekk ikun hemm differenza bejn min jiżżewweġ u min ma jiżżewwiġx.", "Naturalment il-kritika għal dan il-ħsieb hija: Allura biex tipproteġi ż-żwieġ għandek tippenalizza lil dak li ma kenitx id-deċiżjoni tiegħu jekk jitwieledx leġittimu jew illeġittimu?", "Ħadd ma jagħżel kif jitwieled u allura, għalkemm forsi dawn l-ideat kienu jagħmlu sens f'dawk iż-żminijiet, dawn il-kodiċijiet li kienu jeżistu f'diversi pajjiżi Ewropej maż-żmien jew tbiddlu jew inkella, kif ġara fil-każ tal-Belġju u kif ġara anke fil-każ tagħna, il-qrati ddeċidew li jmorru kontra l-Konvenzjoni Ewropea.", "Fil-każ tal-Belġju, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li din it-tip ta' diskriminazzjoni m'hijiex ġustifikata f'soċjeta' demokratika.", "Madam Speaker, qed insemmi dan il-każ għaliex jien niftakar li fl-ewwel diskors li għamilt f'dan il-Parlament fis-7 ta' April, 1992, kont għidt li nisperaw li matul din il-leġislatura jkollna emendi fil-Kodiċi Ċivili biex inneħħu d-diskriminazzjoni kontra t-tfal illeġittimi.", "Jien m'għidtx hekk għax kelli xi interess personali f'din il-materja, imma għaliex qatt ma stajt nifhem l-argument kif, bħala insara, nitkellmu kontra l-abort - u sewwa nagħmlu - għax ngħidu li l-bniedem għandu drittijiet inaljenabbli mill-mument tal-konċepiment u allura l-abort għandu jibqa' projbit bħala reat fil-Kodiċi Kriminali - safejn naf jien, sal-lum għallinqas, ħlief xi vuċi dissidenti 'l hawn u 'l hemm, hemm qbil miż-żewġ partiti li l- abort għandu jibqa' konsidrat bħala reat kriminali - u fl-istess ħin inħallu fil-kodiċijiet tagħna l-penalizzazzjoni u d-diskriminazzjoni kontra l-omm li twelled it-tifel jew it-tifla barra ż-żwieġ u dan minflok ma tmur tagħmel abort barra minn Malta.", "Safejn naf jien, abort li jsir barra minn Malta m'huwiex reat għax l-abort ma jkunx sar hawnhekk jiġifieri, għalkemm f'każ bħal dan tista' tgħid li l-abort huwa immorali imma m'huwiex illegali.", "Per eżempju, fl-Irlanda kien hemm provvediment li l-Irlandiżi ma jistgħux imorru barra mill-pajjiż biex jagħmlu abort.", "Aħna qatt ma kellna provvediment bħal dan imma l-provvediment li għandna huwa li ma tistax tikkommetti abort f'Malta.", "Mela allura tfajla li temmen li għandha twelled it-tifel jew it-tifla tagħha u ma tmurx barra minn Malta biex tagħmel abort, minflok ngħidulha prosit, ngħidulha li l-Kodiċi Ċivili ta' Malta sa ftit ilu kien jgħid - għax wara s-sentenza dan naturalment ikollu jiġi emendat - li jekk ikollha tifel leġittimu u tifel ieħor illeġitimu - kif kien il-każ li dwaru nqatgħet din is-sentenza - lit-tifel mwieled barra ż-żwieġ ma tistax tħallilu iktar minn terz tal-minimum li tista' tħalli lit-tifel leġittimu.", "Per eżempju, jekk jien għandi tifel imwieled fiż-żwieġ u l-ieħor imwieled barra ż-żwieġ jien ma nistax inħallilhom indaqs peress li lit-tifel illeġittimu ma nistax inħallilu iktar minn one-third tal-minimum li nista' nħalli lit-tifel leġittimu, jiġifieri terz ta' dik li aħna din insejħulha l-leġittima.", "Dan huwa l- każ eżatt bħal dak li ġie deċiż f'din il-kawża.", "Din tant kienet inġustizzja kbira li l-Gvern preċedenti kien fil-fatt ħejja Abbozz ta' Liġi - li hemm riferenza għalih fis-sentenza - biex dini d- diskriminazzjoni tispiċċa, liema Abbozz sfortunatament ma laħaqx għadda minn dan il-Parlament.", "L-appell tiegħi huwa li aħna għandna r-regola fil-qorti li inti tiddeċiedi biss il-każ dwar il-fatti tal-kawża li jkun hemm quddiemek, allura ġara li minħabba din ir-regola, meta l-imħallef qal li l-Kodiċi Ċivili, in kwantu jiddiskrimina kontra t-tfal illeġittimi, huwa kontra l- Konvenzjoni Ewropea, l-imħallef kellu jillimita ruħu biss għall-każ li kellu quddiemu.", "Il-każ li kellu quddiemu dan l-imħallef kien ta' tifel illeġittimu - jiġifieri mwieled barra ż-żwieġ - li kien ġie magħruf mill- missier tiegħu.", "Meta jkun hemm tifel illeġittimu jkun hemm il-fakulta' li l-missier jgħarfu, jiġifieri, it-tifel jibqa' illeġittimu xorta waħda imma għallanqas meta jitwieled il-missier imur għand il-Pulizija jew għand id- Direttur tar-Reġistru Pubbliku u jagħraf lil dak it-tifel imwieled barra ż- żwieġ huwa t-tifel tiegħu, biex b'hekk fl-att tat-twelid ma jkunx hemm imniżżel \"unknown father\".", "Peress li dan il-każ kien ta' tifel illeġittimu li kien ġie magħruf mill-missier, il-qorti ddeċidiet li dan il-każ se japplika biss għal dawk il-provvedimenti tal-liġi li jiddiskriminaw kontra t-tifel illeġittimu magħruf mill-missier.", "Hawnhekk ta' min igħid li jeżistu tfal illeġittimi li ma ġewx magħrufa mill-missier pero' l-qorti, per eżempju, tkun iddikjarat f'kawża li ssir mill-omm għan-nom tat-tifel, li l-missier ta' dik it-tarbija huwa n-negozjant Mr X jew inkella xi persuna oħra - li allura tista' tirtu għalhekk qed insemmi dak il-każ.", "Allura jekk ma nemendawx il-Kodiċi Ċivili se jiġri li tispiċċa d- diskriminazzjoni kontra t-tfal illeġittimi magħrufa mill-missier, filwaqt li fil-każ tat-tfal illeġittimi li għalkemm ma ġewx magħrufa mill-missier il-qorti tkun ddikjarathom li huma tfal illeġittimi ta' xi ħadd partikolari, ikollha ssir kawża kostituzzjonali oħra.", "F'dan il-każ nixtieq nappella l-ewwel lill-Ministru tal-Ġustizzja biex iressaq quddiem dan il-Parlament dak l-Abbozz ta' Liġi li kien qed jipproponi l-Gvern preċedenti rigward it-tfal illeġittimi kollha, kemm dawk magħrufa mill-missier kif ukoll dawk li għalkemm m'humiex magħrufa mill- missier il-paternita' tagħhom tkun ġiet deċiża mill-qrati Maltin, għax inkella se noħolqu ċerti anomaliji.", "Aħna għalhekk konna emendajna l-liġi biex is-sentenzi tal-qorti fejn liġi tiġi dikjarata nulla, li tmur kontra l- Konvenzjoni Ewropeja, dawn is-sentenzi jiġu kkomunikati lill-Parlament permezz tiegħek, Madam Speaker, biex f'dan il-każ din is-sentenza nużawha biex nemendaw u neqirdu kull diskriminazzjoni bla raġuni li hemm kontra t- tfal illeġittimi.", "Madam Speaker, it-tieni appell tiegħi huwa biex il-Gvern ma jappellax għax jien naħseb li din hija sentenza ġusta bażata fuq il-kuxjenza tagħna ta' nsara.", "Anke jekk ma tkunx nisrani xorta waħda għandek kuxjenza, imma ma naħsibx li t-tfal għandhom jiġu penalizzati sempliċement għax jitwieldu barra ż-żwieġ, għalhekk qed nappella lill-Gvern biex ma jappellax minn din is-sentenza ħalli l-istess sentenza tgħaddi f'ġudikat.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il- Ġimgħa, 24 ta' Jannar 1997 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif ikkomunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - DJAR", "802.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jinforma l-Kamra kemm għandha djar ta' abitazzjoni l-Joint Office u kemm minnhom huma vojta maqsuma skond kull lokalita'?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt għandu mal-1741 post b'kera residenzjali.", "Minn dan l-ammont il- postijiet vojta li jaf bihom id-dipartiment huma:-", "|Lokalita|Numru | |Valletta|9 | |Cottoner|5 | |a | | |Msida | | |Pieta | | |Ħamrun |2 | |Żabbar |1 | |Rabat |2 |", "DIPLOMATIC MAIL BAGS - ABBUŻ", "863.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħidilna x'passi ttieħdu mis-27 ta' Ottubru, 1996 'l hawn biex jipprevjenu l-possibbilta' ta' abbuż fl-użu tad-\"diplomatic mail bags\" bejn il-Ministeru f'Malta u l-Ambaxxati barra minn Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma jidhirlix illi kien jenħtieġ li jittieħdu prekawzjonijiet straordinarji, wara s-27 t'Ottubru 1996, biex tilqa' kontra l-possiblita' ta' abbuż fl-użu ta' valiġġi diplomatiċi Maltin bejn il- Ministeru f'Malta u l-Ambaxxati barra minn Malta.", "Il-proċedura ta' kif il- kontenut ta' dawn il-valiġġi jiġi ippreparat, kemm f'Malta kif ukoll fl- Ambaxxati Maltin barra, u kif dan jiġi reġistrat fid-dokumentazzjoni li titħejja ma' kull valiġġa ilha fis-seħħ għal bosta snin, u qatt ma ingħata lok, safejn jiena nformat, għal abbuż fl-użu tal-valiġġa kemm minn xi uffiċjal pubbliku jew minn xi individwu privat.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi każi ta' dubbji serji, u mhux allegazzjonijiet biss, nistiednu jgħaddili l-informazzjoni biex jittieħdu l- miżuri neċessarji kollha.", "PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA - PASSAPORT DIPLOMATIKU", "864.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: - (a) jekk mis-27 ta' Ottubru, 1996 'il hawn inħariġx xi passaport diplomatiku Malti lil xi persuna ta' nazzjonalita' mhux Maltija u jekk iva, kemm inħarġu, lil min u għal-liema raġunijiet; (b) jekk mis-27 ta' Ottubru, 1996 'il hawn kienx hemm xi persuna jew persuni ta' nazzjonalita' mhux Maltija li talbu passaport diplomatiku Malti jew lill-Ministeru f'Malta jew f'xi waħda mill-ambaxxati Maltin barra minn Malta u jekk iva, min kienu u għal-liema raġunijiet għamlu t-talba tagħhom; u (ċ) x'inhi l-policy tal-Gvern Soċjalista dwar il-ħruġ ta' passaporti diplomatiċi Maltin lil persuni ta' nazzjonalita' mhux Maltija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-ħruġ ta' passaporti diplomatiċi Maltin isir biss mill-Uffiċċju tal-Passaporti f'Malta.", "Dan l-Uffiċċju jaqa' taħt ir- responsabbilta' tal-Prim Ministru.", "Il-Ministeru tiegħi jawtorizza lill-Uffiċċju tal-Passaporti biex joħroġ passaporti diplomatiċi Maltin lil dawk il-persuni li jkunu intitolati għall- ħruġ ta' passaport bħal dan kemm il-darba l-applikant jissodisfa l-kriterji deċiżi mill-Kabinett tal-Ministri f'dan ir-rigward fl-24 ta' Lulju 1989.", "Direttiva amministrattiva li kienet ingħatat fl-1990 in konnessjoni ma' dan kienet tispjega car li `Passaporti Diplomatiċi jinħarġu biss lil dawk l- applikanti li jissodisfaw il-kriterji (deċiżi mill-Kabinett) basta dawn l- applikanti normalment għandhom dritt li jinħarġilhom passaport ordinarju Malti.'", "Jiena nformat illi l-Ministeru tiegħi ma rċieva ebda talba, mis-27 t'Ottubru, 1996 'l hawn, għall-ħruġ ta' passaport diplomatiku Malti minn xi persuna, jew f'isem xi persuna, li m'għandhiex nazzjonalita' Maltija.", "UNJONI EWROPEA", "865.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta għadhiex qed tiġi mistiedna tassoċja ruħha ma' dikjarazzjonijiet magħmula u pożizzjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea fuq kwestjonijiet li jaqgħu taħt il-Politika Estera u ta' Sigurezza Komuni, kif kien qed isir sakemm kien għad hemm id-Djalogu Strutturat ma' Malta, u kif għadu qed isir ma' Ċipru u mal-Pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant?", "Jista' jgħid x'pożizzjoni ħadet Malta f'kull okkażjoni li ġiet mistiedna mis-26 ta' Ottubru, 1996 'il hawn jekk fil-fatt ġiet mistiedna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Malta m'għadhiex tiġi mistiedna tassoċja ruħha ma' dikjarazzjonijiet magħmula u pożizzjonijiet meħudha mill-Unjoni Ewropea fuq kwestjonijiet li jaqgħu taħt il-Politika Estera u ta' Sigurezza Komuni.", "Madanakollu, Malta qed tkompli ssegwi mill-qrib dawn il-pożizzjonijiet ta'l- Unjoni Ewropea u f'ċerti każi Malta qed tiddikjara li taqbel mal-kontenut u l-għanijiet tad-dikjarazzjonijiet magħmula, bħal fil-każ tal-Konvenzjoni Bakterjoloġika.", "(Convention on the Prohibition of the Development, Production and Stockpiling of Bacteriological [Biological] and Toxin Weapons and Their Destruction).", "Tajjeb li jingħad ukoll li fl-Aide Memoire li ntbagħtet lill-Ministri ta' l- Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropeja, riferenza speċifika ġiet magħmula għal dan l-iskop, fejn żammejna l-għażla li ningħaqdu mad- dikjarazzjonijiet ta' l-Unjoni, skond il-każ.", "Erġajt tennejt din il- pożizzjoni meta jien indirizzajt lill-Ministri ġo Brussels f'Novembru li għadda.", "Din il-proċedura hi konformi mad-diskussjonijiet li jien kelli fi Brussels f'Novembru 1996 fejn l-Unjoni Ewropeja rrispondiet posittivament għax-xewqat tagħna li nżommu r-relazzjonijiet ta' bejnietna mill-aktar qrib.", "UNJONI EWROPEA - PROGRAMM \"ARIANE\"", "866.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta talbitx jew hix fi ħsiebha titlob sabiex tipparteċipa fil-programm \"Ariane\" ta' l-Unjoni Ewropea (li huwa programm ta' għajnuna għal xogħol letterarju b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' traduzzjonijiet ta' xogħlijiet letterarji) u jekk fi ħsiebna nipparteċipaw, minn fejn se titħallas l-ispiża għall- parteċipazzjoni tagħna?", "Jista' l-Ministru jgħid minn fejn kienet titħallas l-ispiża għal din il-parteċipazzjoni kieku aħna kellna nkunu membri ta' l- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Direttur tal-Libreriji u Arkivji qatt ma ġie mitlub biex jistħarreġ il-possibbilta' li Malta tipparteċipa f'dan il- programm li għandu bħala għan it-tixrid ta' xogħlijiet letterarji li huma rappreżentattivi tal-kultura ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni.", "Staqsa lill-Uffiċċju tar-Rettur ta' l-Universita' kif ukoll lis-Sur Godfrey Demarco, Segretarju Permanenti fil-Ministeru li kien responsabbli mill-Kultura.", "Dawn ikkonfermaw li qatt ma kkonsidraw il-parteċipazzjoni f'dan il-programm.", "Għaldaqstant, jidher li Malta ghadha ma kkonsidratx il-possibbilta' li tipparteċipa fil-programm 'Ariane'.", "UNJONI EWROPEA - PROGRAMM \"RAPHAEL\"", "867.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta talbitx jew hix fi ħsiebha titlob sabiex tipparteċipa fil-programm \"Raphael\" ta' l-Unjoni Ewropea (li huwa programm li għandu l-għan li jgħin u li jikkomplimenta azzjonijiet ta' importanza Ewropea fil-Kamp tal-wirt kulturali) u jekk fi ħsiebna nipparteċipaw, minn fejn se titħallas l-ispiża għall-parteċipazzjoni tagħna?", "Jista' l-Ministru jgħid minn fejn kienet titħallas l-ispiża għal din il- parteċipazzjoni kieku aħna kellna nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "\"EUROPEAN AIR TRAFFIC CONTROL ORGANISATION\"", "882.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex qed issegwi l-iżviluppi dwar ir- riorganizzazzjoni tal-\"European Air Traffic Control Organisation (Eurocontrol)\" li dwarha l-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea addotta konklużjonijiet fit-13 ta' Diċembru, 1996, ġaladarba Malta hija membru tal-Eurocontrol?", "Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni qed taddotta Malta fir-rigward ta' din ir-riorganizzazzjoni b'mod partikolari dwar is- sħubija fil-Eurocontrol ta' l-Unjoni Ewropea nnifisha?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Malta qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi dwar l- amendi li qegħdin jiġu proposti għall-konvenzjoni ta' l-European Organisation for the Safety of Air Navigation magħrufa bħala l-EUROCONTROL.", "Dawn l-iżviluppi seħħu fi ħdan l-Eurocontrol; Malta ħadet parti f'diversi laqgħat tal-kumitati tal-Eurocontrol fejn ġew diskussi dawn l-emendi.", "Il- proposta' li l-Unjoni Ewropeja tkun ukoll membru tal-Eurocontrol tolqot mill-qrib lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja u għaldaqstant din il- proposta' qegħda tiġi studjata' minnhom.", "L-ammendi għall-Eurocontrol jippermettu s-sħubija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Eurocontrol għalkemm dawn l- amendi għad iridu jiġu riveduti iżjed.", "Malta m'hijiex kontra li l-Unjoni Ewropeja tkun membru ta' l-Eurocontrol jew li ssir riorganizzazzjoni tal- Eurocontrol.", "SKEJJEL - STIPENDJU TA' L-ISTUDENTI", "911.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li l-bonus ta' Ġunju u ta' Diċembru ta' l-istudenti jibda jidħol fil-Bank Account awtomatikament jew inkella joħroġ ma' l-istipendju ta' l-aħħar tax-xahar sabiex jiġu ffrankati l-flus filwaqt li jsir inqas xogħol f'dan ir-rigward mill-iskrivani ta' l-uffiċċju ta' l-istipendji fl-Univerista'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Kollega jirriferi l- mistoqsija lill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzi billi l-ħlas tal-bonus jaqa' taħt il-kompetenza tiegħu.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "935.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jiswa lill-Gvern resident f'dar ta' l-anzjani tal-Gvern u ċioe': (1) San Vincenz De Paule - Luqa; (2) Ħaż-Żmien - Mtarfa limiti tar-Rabat; (3) Dar ta' l-Anzjani fl-Imsida; (4) Dar ta' l-Anzjani fil-Mosta; (5) Dar ta' l- Anzjani fiż-Żejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:Ir-residenti fid-djar ta` l-anzjani tal-Gvern qegħdin jiswew lill-Gvern l-ammont li jidher hawn taħt.", "L-ammont mogħtija huma għas-sena 1995 peress li l-accounts tad-Dipartiment għas-sena 1996 għadhom ma ngħalqux.", "L-ammont mogħti għad-dar ta` l-anzjani taż-Żejtun huwa għas-sena 1996.", "1.Residenza ta` San Vinċenz de Paule Lm14.97.", "2.", "Dwar id-dar ta` l-Anzjani ta` l-Imtarfa, id-dipartiment għadu mhux f`pożizzjoni li jagħti l-ammont għax sa Ġunju li għadda, dan il-post kien jagħmel parti mir-Residenza ta' San Vincenz de Paule.", "F`Ġunju 1996 tlestiet l-ewwel fażi tad-dar għall-anzjani u x-xogħol fuq it-tieni fażi għadu għaddej.", "3.", "Dar ta` l-Anzjani fl-Imsida Lm 7.98 4.", "Dar ta` l-Anzjani fil-Mosta Lm 5.25 5.", "Dar ta` l-Anzjani fiż-Żejtun Lm 7.90", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI", "951.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm l-Ordni/Notice tal-Gvernatur/Presidenzjali għall-esproprjazzjoni saret fl-1965, raħal b'raħal:- (a) kemm minn dawn ġew finalizzati; (b) kemm minn dawn għadhom pendenti; (c) kemm minn dawn għadhom ma rċevewx in-notice to treat; (d) kemm minn dawn qegħdin fi trattati fuq prezz u għadu ma sarx ftehim fuqhom; (e) kemm minn dawn huma ta' sidien mhux magħrufa; (f) kemm minn dawn jinsabu mwaħħlin peress li l-Avukat tad-Dipartiment tal-Lands għadu ma ffinalizzax l-eżami tiegħu tad-Dokumenti; (g) meta hu maħsub illi dawn jiġu finalizzati; u (h) meta hu maħsub illi l-persuni konċernati se jitħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M' hemm xejn aktar x'inżid għat-tweġiba li tajt għall-Interpellanza Numru 461, u speċjalment għall-ewwel parti ta' dik it- tweġiba.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI", "952.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm l-Ordni/Notice tal-Gvernatur/Presidenzjali għall-esproprjazzjoni saret fl-1966, raħal b'raħal:- (a) kemm minn dawn ġew finalizzati; (b) kemm minn dawn għadhom pendenti; (c) kemm minn dawn għadhom ma rċevewx in-notice to treat; (d) kemm minn dawn qegħdin fi trattati fuq prezz u għadu ma sarx ftehim fuqhom; (e) kemm minn dawn huma ta' sidien mhux magħrufa; (f) kemm minn dawn jinsabu mwaħħlin peress li l-Avukat tad-Dipartiment tal-Lands għadu ma ffinalizzax l-eżami tiegħu tad-Dokumenti; (g) meta hu maħsub illi dawn jiġu finalizzati; u (h) meta hu maħsub illi l-persuni konċernati se jitħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M' hemm xejn aktar x'inżid għat-tweġiba li tajt għall-Interpellanza Numru 461, u speċjalment għall-ewwel parti ta' dik t- tweġiba.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI", "953.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm l-Ordni/Notice tal-Gvernatur/Presidenzjali għall-esproprjazzjoni saret fl-1967, raħal b'raħal:- (a) kemm minn dawn ġew finalizzati; (b) kemm minn dawn għadhom pendenti; (c) kemm minn dawn għadhom ma rċevewx in-notice to treat; (d) kemm minn dawn qegħdin fi trattati fuq prezz u għadu ma sarx ftehim fuqhom; (e) kemm minn dawn huma ta' sidien mhux magħrufa; (f) kemm minn dawn jinsabu mwaħħlin peress li l-Avukat tad-Dipartiment tal-Lands għadu ma ffinalizzax l-eżami tiegħu tad-Dokumenti; (g) meta hu maħsub illi dawn jiġu finalizzati; u (h) meta hu maħsub illi l-persuni konċernati se jitħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:M' hemm xejn aktar x'inżid għat-tweġiba li tajt għall-Interpellanza Numru 461, u speċjalment għall-ewwel parti ta' dik it- tweġiba.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI", "954.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm l-Ordni/Notice tal-Gvernatur/Presidenzjali għall-esproprjazzjoni saret fl-1968, raħal b'raħal:- (a) kemm minn dawn ġew finalizzati; (b) kemm minn dawn għadhom pendenti; (c) kemm minn dawn għadhom ma rċevewx in-notice to treat; (d) kemm minn dawn qegħdin fi trattati fuq prezz u għadu ma sarx ftehim fuqhom; (e) kemm minn dawn huma ta' sidien mhux magħrufa; (f) kemm minn dawn jinsabu mwaħħlin peress li l-Avukat tad-Dipartiment tal-Lands għadu ma ffinalizzax l-eżami tiegħu tad-Dokumenti; (g) meta hu maħsub illi dawn jiġu finalizzati; u (h) meta hu maħsub illi l-persuni konċernati se jitħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M' hemm xejn aktar x'inżid għat-tweġiba li tajt għall-Interpellanza Numru 461, u speċjalment għall-ewwel parti ta' dik it- tweġiba.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI", "955.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm l-Ordni/Notice tal-Gvernatur/Presidenzjali għall-esproprjazzjoni saret fl-1969, raħal b'raħal:- (a) kemm minn dawn ġew finalizzati; (b) kemm minn dawn għadhom pendenti; (c) kemm minn dawn għadhom ma rċevewx in-notice to treat; (d) kemm minn dawn qegħdin fi trattati fuq prezz u għadu ma sarx ftehim fuqhom; (e) kemm minn dawn huma ta' sidien mhux magħrufa; (f) kemm minn dawn jinsabu mwaħħlin peress li l-Avukat tad-Dipartiment tal-Lands għadu ma ffinalizzax l-eżami tiegħu tad-Dokumenti; (g) meta hu maħsub illi dawn jiġu finalizzati; u (h) meta hu maħsub illi l-persuni konċernati se jitħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M' hemm xejn aktar x'inżid għat-tweġiba li tajt għall-Interpellanza Numru 461, u speċjalment għall-ewwel parti ta' dik it- tweġiba.", "ĦARĠIET KULTURALI", "985.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 541, filwaqt li nenfasizza li jiena qatt ma kelli x'naqsam ma' deċiżjonijiet konnessi mas-servizz tat-trasport fil-ħarġiet kulturali, jista' l-Ministru f'ġieħ it-trasparenza li hi tant għal qalb anke dan il- Gvern, jagħti l-informazzjoni sħiħa dwar il-kwotazzjonijiet li bihom wasal għall-aħjar offerta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO:Id-Dipartiment tal-Kultura ikkonfermali li fiż- żmien li l-Onor.", "Interpellant kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-istess ħarġiet kulturali, ma kellux x'jaqsam ma' deċiżjonijiet konnessi mas-servizz tat-trasport in kwestjoni.", "Qiegħed ngħaddi kif kont wegħedt lill-Onor.", "Interpellant b'mod informali (minħabba n-natura kummerċjali tas-servizz involut kif diġa' spjegajtlu), kopja tal-kwotazzjonijiet imsemmija.", "Pero', peress illi ma' kien jeżisti l-ebda kuntratt li jorbot lid- dipartiment li jagħmel użu minn xi servizz partikolari, biex ma' jibqgħu l- ebda dubbji f'moħħ l-Onor.", "Interpellant, ninformaħ li għadni kif tajt ordni biex l-arranġamenti preżenti jieqfu minnufih u dawn jibdew isiru skond il- 'Legal Notice' oriġinarjament indikata minnu.", "PROGRAMM YOUTH EXCHANGES", "986.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 540, peress li d-dokument li poġġa l-Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra fih żball fit-totali taż-żgħażagħ barranin li żaru Malta fil-programm tal- Youth Exchanges, jista' l-Ministru jressaq l-istess dokument bit-totali jaqblu ma' xulxin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'riferenza għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru qiegħed inressaq id-dokument mixtieq bit-total ta' żgħażagħ barranin li żaru Malta fil-programm ta' \"Youth Exchanges\".", "|PAJJIZ |DATI |PARTECIPANT| | | |I | |Waldkraibu|25/05/96-08/0|16 | |rg (GER) |6/96 | | |Wirral |03/09/96-17/0|11 | |(UK) |9/96 | | |Slovakia |03/09/96-17/0|17 | |(Bratislav|9/96 | | |a) | | | |Strabane |01/09/96-15/0|15 | |(NI) |9/96 | | |Berlin |02/09/96-12/0|11 | |(GER) |9/96 | | |Rome (IT) |02/09/96-12/0|12 | | |9/96 | | |Veneto |03/09/96-10/0|18 | |Region |9/96 | | |(IT) | | | |Salerno |02/09/96-12/0|07 | |(IT) |9/96 | | |Naples |01/09/96-13/0|15 | |(IT) |9/96 | | |Paderborn |07/10/96-21/1|14 | |(GER) |0/96 | | |Rieti (IT)|04/11/96-12/1|09 | | |1/96 | | |TOTAL | |145 |", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - ĦADDIEMA", "1021.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti dettalji dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema li qed jaħdmu fid-diversi dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid f'liema gradi huma mpjegati?", "Fil-preżent, ma' liema kunsilli lokali huma allokati dawn l-impjegati permezz ta' kuntratti li għandhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Dettalji ta' numru tal-ħaddiema tad-dipartiment flimkien mal-gradi tagħhom tinstab f'paġni 378 u 379 tal-estimi ġenerali għas-sena finanzjarja 1997.", "Mid-Dipartiment tal-Lands hemm persuna waħda fil-grad ta' Prinċipal mislufa mal-Kunsilli tas-Siġġiewi.", "Lista fejn turi l-ħaddiema tas-Sezzjoni Indafa Pubblika bil-grad u kif allokati mad-diversi Kunsilli Lokali tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BIDNIJA/WARDIJA - TRASPORT PUBBLIKU", "1022.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jibda jopera xi tip ta' trasport pubbliku li jaħdem min u għal Bidnija u l-Wardija rispettivament?", "Jista' dan is-servizz jinbeda bi prova biex eventwalment isir fuq roster fiss?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li qatt ma kien hemm talba għall- servizz għall-Wardija.", "Minbarra dan jien infurmat ukoll li għalissa mhux possibbli għall-karozzi tal-linja li jitilgħu l-Wardija.", "Fir-rigward tal- Bidnija, wieħed irid jara x'talba hemm qabel tkun tista' tittieħed xi deċiżjoni.", "Għalhekk pero' huwa importanti li l-estenzjonijiet ta' servizzi jsiru għal dawk l-inħawi fejn tabilħaqq ikun se jsir użu mis-servizz tal- karozzi tal-linja.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - AMBULANZA", "1023.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jassigura li fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar terġa' titqiegħed ambulanza stand-by għall-użu ta' l- emerġenzi, b'mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf?", "Billi llum hawn il- faċilita' tal-fire engines fl-inħawi tax-Xemxija, jistgħu jinbdew diskussjonijiet mal-Ministru responsabbli mill-Pulizija biex din l- ambulanza titpoġġa fl-istess inħawi fejn hemm il-fire station?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA::: Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant ser tiġi kkonsidrata.", "KENNEDY GROVE - DRENAĠĠ", "1024.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wasslet għal fawran tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Kennedy Grove fil-ġimgħat li għaddew?", "X'tip ta' xogħol hu mistenni li jsir biex jassigura li dan id-drenaġġ ma jibqax ifur f'dawn l-inħawi?", "Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAN PAWL IL-BAĦAR - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "1025.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal għall-qtugħ fil-provvista ta' l-ilma fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar f'dawn il-jiem?", "Jista' l-Ministru jassigura li l-qtugħ ta' l-ilma f'dawn l-inħawi jonqos kemm jista' jkun u dan biex jiġu evitati problemi bla bżonn kemm għar- residenti kif ukoll għal bosta barranin li jqattgħu l-btajjel tagħhom fl- inħawi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalissa il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma qed twettaq xogħol ta' tiswijiet fuq ħsarat fuq main tad- distribuzzjoni u devjazzjoni ta' main ieħor fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa u l-Imbordin.", "Dawn ix-xogħlijiet kellhom isiru b'konnessjoni ma' xogħlijiet oħra li qed twettaq il-Korporazzjoni Enemalta.", "Din hi l-unika inċidenza ta' sospensjoni attwali fil-provvista ta' l-Ilma fl-inħawi ta' San Pawl il- Baħar.", "Il-korporazzjoni qed tieħu ħsieb li dan ix-xogħol isir fl-aqsar żmien possibbli.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ĦLAS GĦALL-ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "1026.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex dawk li kellhom l-art tagħhom esproprjata jitħallsu ta' din l-art?", "Kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom jieħdu ħlas ta' l-art esproprjata?", "Kemm hu stmat li hu l-valur tal-proprjeta' esproprjata?", "Meta hu mistenni li dawn in-nies jitħallsu kollha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:M' hemm xejn aktar x'inżid għat-tweġiba li tajt għall-Interpellanza Numru 461, u speċjalment għall-ewwel parti ta' dik t- tweġiba.", "BUĠIBBA - KUMITAT TA' AZZJONI", "1032.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 509 u 516, filwaqt li b'daqsxejn immaġinazzjoni wieħed jista' jsib xi risposti f'mistoqsija parlamentari numru 509, wieħed ma jsib xejn fuq jekk l-upgrading ta' lokalitajiet turistiċi oħra, bħalma huma Paceville, il-Qawra u Wied il- Għajn hux se jsir pari passu ma' dak ta' Buġibba, jista' l-Ministru jagħti tweġiba għal din il-parti tal-mistoqsija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA:L-Onor.", "Interpellant jaf li diga' twaqqaf Kumitat ta' Azzjoni dwar Bugibba.", "Peress li ħafna mill-postijiet turistici kienu thallew fi stat ħazin ħafna huwa l-ħsieb ta 'din l-Amministrazzjoni li x-xogħol ta' upgrading ma jieqafx f'Bugibba biss.", "VISA - PAJJIŻI BARRANIN", "1033.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 522 ċioe' jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li minnhom Malta tirrikjedi visa?", "Se jkun hemm xi tibdil f'din il-qagħda?", "Fuq liema kriterji se tiġi bbażata d-deċiżjoni tal-Gvern il-ġdid f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, illi persuni li huma ċittadini ta' pajjiżi li l-pajjiż tagħhom ma jidhirx fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, jirrikjedu visa biex jidħlu Malta.", "Fil-preżent m'hemmx ħsieb ta' tibdil fil-policy preżenti, jiġifieri li kull talba biex titneħħa il-ħtieġa ta' visa minn xi pajjiż li minnu s'issa Malta tirrikjedi l-ħtieġa ta' visa, tiġi kkonsidrata fuq il-merti tagħha.", "FREEPORT CORPORATION -\"MOBILE PHONES\"", "1048.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid:- (i) min huma l-persuni li huma pprovduti b'\"mobile phones\" mill-Freeport Corporation; (ii) xi grad kellhom meta ngħataw dan is-servizz u xi grad għandhom issa; (iii) meta ngħataw dan is-servizz; u (iv) x'kien il-kont f'kull sena u jekk possibbli kull xahar?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ninforma lill-Onor Membru li d-dettalji mitluba huma kif jidhru f`Tabella 1 u 2 li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta."]} {"filename": "19971201_161d_par.doc", "date": "1997-12-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 161 It-Tnejn, 1 ta' Diċembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 161", "It-Tnejn, 1 ta' Diċembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "161", "It-Tnejn, 1 ta' Diċembru, 1997", "WERREJ MINUTI 1", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER 1", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 6", "MOZZJONIJIET ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI TAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ GĦAS-SENA 1997/1998 8", "AĠĠORNAMENT 29", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 34", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 160 li saret fid-29 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li, rigward il-każ imqajjem mill-Onor.", "Ċensu Galea fis-seduta ta' nhar il- Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 dwar rapportaġġ fil-ġurnal \"The People\", din il-gazzetta minn jeddha ppubblikat korrezzjoni tar-rapport in kwestjoni u l- Onor. Membru informani li huwa sodisfatt.", "Rigward il-każ imqajjem mill-Onor.", "Louis Deguara fis-seduta ta' nhar is- Sibt, 29 ta' Novembru, 1997 dwar rapport li xxandar fuq l-istazzjon tar- radju \"Super 1\", ninforma lill-Kamra li ntlaħaq ftehim bejn l-Onor Membru u l-istazzjon in kwestjoni dwar korrezzjoni għal dan ir-rapport.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "9953.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li mit-timetables li ġew imħabbra - f'każ ta' dawk l-istudenti li s-sena d-dieħla se jersqu kemm għall-eżamijiet tal-GCSE (London), kif ukoll tal-MATSEC - jidher li ħafna minn dawn l-eżamijiet se jsiru fl-istess ġranet u fl-istess ħin, b'mod li dawk l-istudenti li kellhom iċ-ċans li joqogħdu għall-GCSE u għall-MATSEC issa tilfu dan iċ- ċans, jista' l-Ministru jintervjeni biex it-timetables ma jaħbtux flimkien ħalli l-istudenti jkollhom iċ-ċans jagħmlu kemm l-eżamijiet tal-MATSEC kif ukoll dawk tal-GCSE?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant kemm għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari Nru 5,417, fis-Seduta Nru 64, kif ukoll għar- risposta li kien ta l-predeċessur tiegħi fil-leġislatura preċedenti għall- mistoqsija parlamentari Nru 24,077, li tagħha qiegħda titqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.", "F'dawn ir-risposti hawn spjegat ir-raġunijiet li għalihom m'huwiex possibbli dak li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri li t-timetables ta' l-eżamijiet issettjati mill-Universita' ta' Malta jsiru b'mod li ma jaħbtux ma' l-eżamijiet ta' Londra tal-GCSE.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Allura ma jistax jinstab rimedju biex dawn l- eżamijiet ma jsirux flimkien ħalli student, li jkun irid joqgħod kemm għall-eżamijiet tal-MATSEC kif ukoll għal dawk tal-GCSE, ikun jista' jagħmel dan?", "Jiena diġa' semmejt din il-problema meta konna qegħdin niddiskutu l-estimi tal-ministeru ta' l-edukazzjoni fil-Kumitat ta' Provvista, u għalkemm naħseb li huwa veru li m'huwiex possibbli nirranġaw it-timetables ta' barra, naħseb li nistgħu nirranġaw it-timetables ta' l- eżamijiet tal-MATSEC.", "Lil dak l-istudent li jkun irid jagħmel kemm l- eżamijiet tal-MATSEC kif ukoll dawk tal-GCSE, għaliex m'għandniex nagħtuh dan iċ-ċans?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li din il-kwestjoni rridu nittrattawha bis-serjeta' kollha meħtieġa.", "Meta l-amministrazzjoni preċedenti kienet daħħlet l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC, kont appoġġjajt din id-deċiżjoni minkejja li kont naf li fiha ċerti żvantaġġi.", "Jien ħassejt li wara 30 sena ta' indipendenza s-sistema edukattiva ta' pajjiżna m'għandhiex tkun ikkontrollata minn bordijiet ta' eżamijiet barranin.", "Imma jekk issa m'aħniex qegħdin naqblu li l-eżamijiet ta' l-\"O\" Level u ta' l-\"A\" Level għandhom jiġu ssettjati hawn Malta, allura għandna nħassru l-esperjenza kollha ta' l-aħħar snin u l-istudenti tagħna jerġgħu jibdew joqogħdu għall-eżamijiet ta' Londra, ta' Cambridge u ta' Oxford.", "Nixtieq infakkar li waħda mir-raġunijiet li għaliha l-amministrazzjoni preċedenti kienet ħadet dik id-deċiżjoni kienet li minn pajjiżna kienu qegħdin jinħarġu kważi ¥0.5 miljun fis-sena f'reġistrazzjonijiet għal dawn l-eżamijiet.", "Dawn id-dettalji m'humiex qegħdin fit-tweġiba għal din il- mistoqsija parlamentari pero' jiena lest nagħmel kopja tagħhom u ngħaddihom lill-Onor.", "Interpellant.", "Issa jiena naħseb li m'għandniex nieħdu biss il- konsiderazzjoni finanzjarja meta nitkellmu dwar l-eżamijiet ta' barra imma għandna nikkonsidraw ukoll li s-sistema edukattiva nazzjonali titlob li l- eżamijiet ikunu mfasslin hawn Malta filwaqt li nżommu d-dimensjoni internazzjonali f'moħħna, xi ħaġa li jiena naħseb li għandha tiġi kkorreġuta.", "Ta' min jgħid li l-adoloxxenti tagħna huma wħud mill-ftit fid- dinja li fl-istess ħin li jkunu jridu jagħmlu s-sillabu ta' l-Universita' ta' Malta biex jagħmlu s-SEC, ikunu jridu jagħmlu wkoll is-sillabu ta' l- eżamijiet ta' Londra, u jiena ma naħsibx li għandna biex niftaħru b'dan il- fatt. Fil-fatt, minkejja li daħħalna s-SEC u l-MATSEC, il-ġenituri baqgħu jħallsu kważi ¥0.25 miljun fis-sena lill-bordijiet ta' l-eżamijiet barranin ħalli wliedhom ikunu jistgħu jagħmlu kemm l-eżamijiet ta' l-Universita' ta' Malta kif ukoll dawk ta' barra.", "Sinċerament, jiena ma naħsibx li għandna niddeċiedu li ma nħallux lill- istudenti Maltin jersqu għall-eżamijiet barranin mil-lum għal għada pero' m'għandniex inħeġġu lill-adoloxxenti tagħna biex f'eta' daqshekk żgħira jagħmlu s-sillabu ta' l-Universita' ta' Malta kif ukoll is-sillabu tal- GCSE.", "Jien ma nistax nifhem għaliex uħud mill-għalliema u mill-ġenituri qed jimbottaw lill-adoloxxenti biex jagħmlu dawn iż-żewġ tipi ta' eżamijiet bilfors.", "Ta' min jgħid li dawk l-istudenti li qegħdin joqogħdu għall- eżamijiet fil-livell avvanzat qed jagħmlu l-eżamijiet ta' l-Universita' ta' Malta biss u allura iktar u iktar ma nistax nifhem għaliex l-adoloxxenti ta' 14 jew 15-il sena jridu jagħmlu ż-żewġ sillabi.", "Allura l-mistoqsija hija: Is-soluzzjoni għal din il-problema hija biss dik li nirranġaw it- timetable?", "Jekk inhu hekk sa ċertu punt din nistgħu nirranġawha pero' jekk irridu nkunu serji m'għandniex naraw din il-problema minn dan il-lat biss.", "Ta' min jgħid li waqt li kont preżenti għall-prize day tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi, ir-rettur ġustament kien qajjem il-punt li minħabba li dawn l- eżamijiet qegħdin isiru kmieni, l-aħħar sena skolastika tas-sekondarja qiegħda tispiċċa kważi f'Marzu.", "Fil-fatt jikkalkolaw li l-proċess edukattiv sekondarju ta' pajjiżna jispiċċa sena qabel minn dak ta' studenti ta' pajjiżi oħrajn.", "Madanakollu, Madam Speaker, jiena qiegħed f'diskussjonijiet ma' l-Universita' sabiex forsi għal din is-sena nirranġaw l-ikbar clashes li hemm ma' l-eżamijiet tal-GCSE, li huma l-physics, il- Franċiż, l-environmental studies u l-human biology, billi dawn isiru fil- bidu ta' Ġunju, pero' m'jien qiegħed inwiegħed xejn.", "Kull ministru ta' l- edukazzjoni li kien hemm qabli dejjem irraġuna bħali, jiġifieri li jew l- istudenti tagħna joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC biss, jew inkella nerġgħu ndaħħlu l-eżamijiet ta' barra, xi ħaġa li jiena ma naħsibx li tagħmel sens edukattivament.", "Madam Speaker, jien nistaqsi wkoll: Għaliex il-ġenituri u l-għalliema m'humiex qegħdin jagħtu parir lill-istudenti biex joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC biss?", "Forsi għandhom xi dubji dwarhom?", "Jekk m'għandniex fiduċja biżżejjed f'dawn l-eżamijiet jew inkella għandna xi suspetti li l- affarijiet m'humiex qegħdin isiru b'mod serju, allura għandna naffrontaw din il-problema u nieħdu ċerti passi.", "Jiena personalment inħoss li l-ewwel m'għandna nagħmlu hija li naraw x'inhi r-raġuni vera għaliex l-għalliema u l-ġenituri qegħdin jimbottaw lil uliedhom sabiex jagħmlu żewġ tipi ta' eżamijiet minflok wieħed.", "Jista' jkun li dawn qegħdin jgħidu lill- istudenti li aħjar jieħdu żewġ ċansijiet milli ċans wieħed pero' jiena ma naħsibx li dan l-approach jagħmel sens edukattivament għalkemm nista' nifhmu mil-lat uman.", "GĦalhekk jekk min-naħa l-oħra l-għalliema u l- ġenituri għandhom ċerti suspetti u nuqqas ta' fiduċja dwar kif qegħdin jitmexxew dawn l-eżamijiet, allura għandna niffaċċjaw din il-problema u naraw kif nibnu fiduċja sħiħa f'dawn l-eżamijiet.", "Fix-xhur li ġejjin irridu naraw kif insaħħu s-sistema tas-SEC u jekk hemm bżonn nitgħallmu anke mill-esperjenza ta' bordijiet u ta' universitajiet barranin.", "B'daqshekk ma nħossx li nkunu qegħdin numiljaw ruħna għax wara kollox is- sistema universitarja stess taċċetta li fil-finals jiġu l-external examiners sabiex jassiguraw li l-affarijiet isiru fuq livell internazzjonali.", "Jiena ngħid li jekk irridu li fis-snin li ġejjin naffaċċjaw bis-serjeta' din il-problema rridu nsaħħu s-sistema lokali ta' l-eżamijiet, nassiguraw li jkunu ta' livell internazzjonali u li jkollhom rikonoxximent minn universitajiet barraninin.", "M'għandniex insibu problema biex ikollna dan ir- rikonoxximent, imma mbagħad f'ġieħ il-ġid tagħhom stess għandna naraw li wliedna jagħmlu sillabu wieħed u mhux żewġ sillabi differenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Naħseb li l-Ministru rnexxielu jipperswadini f'dan is-sens!", "Pero' nixtieq nistaqsih jekk humiex qegħdin isiru xi tentattivi biex is-SEC u l-MATSEC ikunu rikonoxxuti minn universitajiet barra minn Malta.", "Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, liema huma dawn l- universitajiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Universita' nnifisha m'għandhiex problemi biex il-gradi tagħha jiġu rikonoxxuti minn universitajiet oħra, lanqas mill-aqwa universitajiet.", "L-uniku suġġett li ma kellniex rikonoxximent għalih kien l- Ingliż, li huwa suġġett importanti ħafna, għax kien hemm xi nuqqas min-naħa ta' l-impjegati ta' l-Universita' biex jibagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa.", "Wieħed irid japprezza li m'huwiex faċli li torganizza sistema ta' eżamijiet għal mill-inqas 5,000 ruħ.", "Din jiena nifhimha u nifhem in- nuqqasijiet li għandna pero' ma nistgħux nibqgħu ngħidu li għandna n- nuqqasijiet u ma nagħmlu xejn imma għandna niffaċċjawhom.", "Meta kont tlabt statistika ta' kemm kien hemm applikazzjonijiet għall- GCSE fl-1996 - hawnhekk m'iniex qed nirriferi għan-numru ta' studenti imma għan-numru ta' applikazzjonijiet għas-suġġetti differenti, għaliex student wieħed jista' japplika għal tliet suġġetti differenti - sibt li kien hemm iktar minn 15,000 applikazzjoni, jiġifieri sal-lum għadna nagħtu madwar ¥254,000 lill-Universita' ta' Londra.", "Biex tagħqad, f'Malta ma nħallsux biss ir-registration fees imma qegħdin nissussidjaw dawn l-eżamijiet ta' barra b'iktar minn ¥20,000.", "Jiġifieri t-taxpayer Malti qiegħed iħallas ¥20,000 bħala operating costs u kif ukoll għas-supervision.", "GĦalhekk ġaladarba l-Maltin għandhom fiduċja fil-bord ta' l-Universita' ta' Londra u ladarba l-Universita' ta' Londra għandha relazzjonijet tajba ma' l- Universita' ta' Malta, għaliex ma npoġġux rasna flimkien, naraw x'inhuma n- nuqqasijiet tagħna u naraw kif nistgħu nsaħħu l-eżamijiet tagħna b'kollaborazzjoni ma' l-istess Universita' u nikkonvinċu lill-għalliema u lill-ġenituri Maltin li se nipproduċu l-istess kwalita' ta' eżamijiet li tipproduċi l-Universita' ta' Londra u b'hekk innaqqsu ftit iktar ġenn mis- sistema edukattiva tagħna?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid x'garanziji hemm kontra leakages fil-kontenut tal-karti ta' l-eżamijiet tal-MATSEC?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, jista' jkun hemm ħafna garanziji miktubin fuq il-karta imma n-nuqqas ta' fiduċja fl-eżamijiet lokali ma tirrigwardax biss il-leakages.", "Fil-fatt hemm ħafna aspetti oħrajn li rridu nagħtu kas, fosthom dak ta' min jissettja l-karta.", "Min se jissettja l-karta?", "Min ma jistax jissettjaha?", "U min jista' jimmarkaha?", "Waħda mill-problemI li għandna hija li, minħabba fid-daqs ta' pajjiżna, għandna numru limitat ta' persuni li jistgħu jikkorreġu l-karta.", "Jekk fl-istess ħin imbagħad ngħidu li kull min jgħallem tfal li se jagħmlu l-eżamijet ta' l-\"O\" Level u ta' l-\"A\" Level ma jistax jimmarka l-karta, kemm se jibqgħu nies li jkunu jistgħu jikkoreġġuha?", "Din hija waħda mill-problemi li pajjiżi oħrajn ikbar minna m'għandhomx.", "Biex tagħqad, hemm dawk li jagħtu l-privatijiet li l-biċċa l- kbira jkunu jgħallmu wkoll.", "Din hija t-tip ta' għajnuna u expertise li jiena nixtieq li jkollna minn universitajiet, bħalma hi dik ta' Londra, li għandha ħafna esperjenza f'dan il-qasam.", "Pero' ċerti affarijiet li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, ċerti constraints u ċerti ċirkostanzi lokali u nazzjonali aħna rridu naħsbu kif se nsolvuhom, għaliex l-Universita' ta' Londra għandha l-lussu li qiegħda taħdem f'territorju ħafna ikbar u ċerti problemi li għandna aħna ta' personnel lanqas biss jiltaqgħu magħhom.", "Irridu niftakru wkoll li ħafna drabi l-karti ta' l-eżamijiet ta' barra - għalkemm ma rrid nallarma lil ħadd - jiġu korreġuti hawn Malta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l-politika tal- Gvern dwar is-City and Guilds?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk l-Onor.", "Interpellant isegwi dan il-qasam, jaf li s-City and Guilds għaddej minn agunija.", "Dan ifisser li sakemm aħna nibqgħu nagħmlu dawn l-eżamijiet inkunu qegħdin nagħmlu eżamijiet skaduti.", "Fl-Ingilterra qegħdin iħossu li dawn m'għadhomx tajbin għalihom iżda għall- ex-kolonji, u allura ma naħsibx li nkunu serji jekk nimxu għal xi ħaġa li l-Ingliżi stess qegħdin jgħidu li m'hijiex tajba għalihom.", "L-istess Universita' ta' Londra qiegħda taħdem fuq dik li hija l-B.Tech. pero' għadhom m'humiex konvinti li dak li qed jagħmlu biex jieħu post is-City and Guilds huwa dak li jixtiequ jagħmlu bis-serjeta'.", "GĦalhekk aktar kemm naħdmu flimkien biex nagħmlu affarijiet imfasslin għalina skond il- bżonnijiet tagħna pero' bi kriterji internazzjonali, aktar ikun jaqblilna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino Orlando, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Nixtieq nespandi ftit fuq l-argument li ressaq l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, din id-darba fir-rigward ta' l- eżamijiet ta' l-Universita'.", "Ma jaħsibx il-Ministru ta' l-Edukazzjoni li hemm il-possibbilta' li l-biża' li jkun hemm nuqqas ta' serjeta' meta niġu biex nikkorreġu l-karti ta' l-eżamijiet ta' l-Universita' jiżdied minħabba s-suġġeriment li sar fil-budget, cioe' li l-istudenti li jmorru tajjeb ħafna fl-eżamijiet tista' tinħafrilhom il-loan li tingħatalhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena m'iniex se nkun profeta u ngħid x'se jiġri erba' snin jew ħames snin oħra pero' dan il-punt qam meta bgħatna studenti maturi mid-dipartimenti tal-gvern biex jieħdu xi grad jew xi kwalifika mill- Universita' u jkunu ffirmaw kuntratt li jgħid li jekk ma jgħaddux jeħlu multa ta' madwar ¥10,000.", "Pero' rrid ngħid li ma rriżultax li għaliex kien hemm dan il-kuntratt - li naħseb li jista' jkun ftit aħjar milli hu - kien hemm tbagħbis fil-karti, jew ingħataw marki li mhux suppost ingħataw minħabba li kien hemm din il-penali.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq l- eżamijiet ta' l-Universita', naħseb li wasal iż-żmien li nħarsu bis- serjeta' lejn il-mod kif qegħdin jingħataw il-kwalifiki.", "Lili jispjegawli li hemm korsijiet professjonali li fl-aħħar bilfors trid taħdem bl-eżamijiet, bħalma huwa l-kors tat-tobba, per eżempju.", "Fil-kors tat-tobba ma tistax taħdem bis-sistema tal-credit, is-sistema Amerikana, fejn takkumula l-credits u meta jkollok ċertu ammont ta' credits tikkwalifika awtomatikament.", "Pero' għandna ħafna korsijiet fl-Universita' fejn għandna taħlita ta' credits u ta' eżamijiet.", "Hemm tliet stadji.", "Hemm fejn jingħataw assignments, hemm fejn isiru testijiet u mbagħad jingħataw credits, u hemm dawk li fl-aħħar ikollhom l-eżami.", "U jiena ma naħsibx li f'ħafna korsijiet hemm għalfejn ikollna din is-sistema pastardjata.", "Jekk se naħdmu bis-sistema tal-credits, din trid issir b'mod serju u ma jkunx hemm eżami fl-aħħar li jagħżel it-tajbin mill-ħżiena, bħall-ġudizzju universali, imma taħdem bis-serjeta' matul is-sena u takkumula l-credits.", "SPORT - GĦOTI TA' FAĊILITAJIET", "10061.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema għaqdiet sportivi rrifjutaw li l-faċilita' sportiva tal-gvern li jutilizzaw tingħatalhom b'ċens?", "X'kienet ir-raġuni jew x'kienu r-raġunijiet f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-preżent il-Kunsill Malti għall-Isport qiegħed għaddej f'laqgħat mal-clubs sportivi dwar l-għoti ta' faċilitajiet sportivi u b'hekk m'huwiex floku li fil-preżent jingħataw l-ismijiet tal-clubs li rrifjutaw dawn il-faċilitajiet sportivi u r-raġunijiet għaliex f'kull każ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, aħna qegħdin ngħidu li rridu ngħinu lil dak l-isport li jagħtina riżultati pożittivi, għalkemm forsi mhux popolari daqs il-football u l-waterpolo, li huma l-iktar żewġ dixxiplini sportivi popolari f'pajjiżna.", "Peress li mill-kuntratti li diġa' saru ma' xi għaqdiet sportivi se jidħlu biss ¥16,000 fis-sena, kif jista' jkun li b'dan l-ammont hekk żgħir ta' flus l-Kunsill Malti għall- Isport jgħin lill-isport inqas popolari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx jekk fhimtx sewwa d-domanda.", "L-Onor.", "Interpellant qed jifhem li dawn il-faċilitajiet sportivi se jgħaddu biss lill-clubs tal-waterpolo u tal-football?", "Jekk inhu hekk, ngħidlu li dan m'huwiex il-każ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiena qed ngħid li mill-kirjiet lill-25 għaqda tal-football u waterpolo, fosthom anke għaqdiet nazzjonali li huma rinomati li huma finanzjarjament b'saħħithom, dan il-kumitat kulma daħħal kien ¥16,000.", "Ovvjament meta tiġi biex tagħmel kirjiet lil sport inqas popolari u inqas b'saħħtu finanzjarjament, dawn se jkunu inqas.", "Dan ifisser li l-ammont ta' flus ma jirrispekkjax l-ammont ta' għajnuna li jista' jagħti l-Kunsill Malti għall-Isport lil għaqdiet sportivi żgħar.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwelnett m'humiex biss dawn il-25 għaqda li ngħataw kirjiet.", "Nista' ngħid li se jkun hemm iktar għaqdiet, anke għaqdiet ta' dixxiplini sportivi oħrajn li se jingħataw kirjiet, bħalma hu l-Luxol Basketball Club ta' St Andrews.", "Imma qed nifhem sewwa lill-Onor.", "Interpellant li qed jimplika li għandna ndaħħlu iktar mill-kirjiet?", "Qed jgħid li jmissna għollejna iktar il-kera lill-clubs tal-waterpolo u tal- football, li għaddejnilhom xi faċilita', għaliex setgħu jħallsu aktar milli qegħdin nitolbuhom?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jien qed ngħid li l-Malta Football Association, per eżempju, kienet tħallas tant kera fis-sena u issa din il- kera tnaqqset.", "Qed ngħid ukoll li peress li n-nefqa tal-gvern għall- isport tnaqqset b'xi ¥80,000, huwa evidenti li dan il-kumitat m'huwiex se jkollu flus biżżejjed biex jgħin lil dawn l-għaqdiet.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma ninsewx li se jkun hemm fondi anke mil- lotterija u, apparti minn hekk, irridu nirrikonoxxu l-ġid kbir li għamlu b'ħafna sagrifiċċju dawk li jmexxu dawn l-għaqdiet sportivi.", "Ħafna minn dawn il-persuni jagħmu anke sagrifċċji finanzjarji personali biex jiżviluppaw il-faċilitajiet tagħhom u ġieli joħorġu garanziji bankarji fuqhom personali.", "GĦalhekk jiena u n-naħa tal-Gvern kollha - għax wara kollox din hija politika tan-naħa tal-Gvern - ma naqblux li ma' dawn il- piżijiet u s-sagrifiċċji li jkollhom jagħmlu dawk li jmexxu dawn l- għaqdiet, inżidulhom kirjiet kbar.", "Ma naħsibx lanqas li s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant jintlaqa' biċ- ċapċip mill-assoċjazzjonijiet sportivi!", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti n-nefqa fuq is-servizz tal-life-saving bejn id-19 ta' Lulju u l-14 ta' Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10,213.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 202 ta' l-1997 - Regoli ta' l-1997 biex jemendaw ir- Regolamenti għad-Dħul ta' l-1997 ta' l-Universita' ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 203 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (Emenda Nru 3);", "Emendi għall-Bye-Laws tal-Borża ta' Malta datati 25 ta' Novembru 1997;", "Lista ta' prodotti mediċinali investigati mid-Dipartiment tas-Saħħa minħabba żieda fil-prezz bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10,217; u", "Tabella li tagħti l-ammont ta' VAT refunds li saru bejn Jannar u Ottubru 1996 u fl-istess perijodu matul l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10,232.", "MADAM SPEAKER: Grazzu, Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 200 ta' l-1997 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma (Att Nru XXIII ta' l-1991).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 199 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kuluri għall-Użu fi Ħwejjeġ ta' l-Ikel; u", "Avviż Legali Nru 201 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Tikkettjar u l-Preżentazzjoni ta' Ħwejjeġ ta' l- Ikel.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, kif jitlob l-Artiklu 19 tal-Kostituzzjoni ta' l-Organizzajoni Dinjija tax- Xogħol li tagħha Malta hija membru, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-instruments for the amendment of the Constitution of the International Labour Organisation adopted by the Conference at its eighty-fifth session li saret fid-19 ta' Ġunju, 1997 f'Ġinevra;", "Konvenzjoni Nru 181 tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol dwar private employment agencies; u", "Rakkmandazzjoni Nru 188 tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol dwar private employment agencies.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Grech.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI TAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ GĦAS-SENA 1997/1998", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 1997 sat-30 ta' Settembru 1998 kif maħsub fl-Att Numru XXVIII ta' l-1990 dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, qed inressaq għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena li tibda mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-30 ta' Settembru, 1998.", "Kif juri r-rapport li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ispiża tlaħħaq għal ¥1,460,733, maqsumin kif se ngħid.", "Hemm nefqa kapitali ta' ¥40,930, hemm somma ta' ¥270,020 għal programmi u inizjattivi u hemm somma ta' ¥1,149,783 għan-nefqa rikorrenti.", "Din in-nefqa hija dettaljata fl-estimi li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra ftit tal-ġimgħat ilu.", "Irrid ngħid ukoll li din in- nefqa totali ta' ¥1,460,733 m'hijiex se tinħareġ kollha mill-Fond Konsolidat matul din is-sena li ġejja.", "Fil-fatt mill-Fond Konsolidat se joħorġu biss ¥1.1 miljun u allura l-ammont ta' ¥1.46 miljun se jintlaħaq skond kif dettaljat fin-noti li nistgħu naraw fl-estimi.", "Fil-fatt dawn jgħidu li l-korporazzjoni se tirċievi biss sovvenzjoni ta' ¥1.1 miljun għas- sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru, 1998.", "Id-differenza bejn din is-somma u dik li qiegħda tipproponi bħala expenditure l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ - tammonta għal ¥1,460,733 - se tkun magħmula kif se nispjega.", "L-ewwel hemm it-¥300,000 bħala sovvenzjoni mill-gvern għall- aħħar tliet xhur tas-sena 1997, li hija meħuda bħala l-ewwel tliet xhur għas-sena finanzjarja 1997/1998.", "Imbagħad is-¥60,733 li jibqa' se jinħarġu minn fondi li normalment kienet iżżomm il-korporazzjoni.", "Fil-fatt irrid infakkar lil sħabi, kemm ta' din in-naħa kif ukoll tan- naħa l-oħra, li s-sena l-oħra waqt dan id-dibattitu kont għidt li l-ETC ma kenitx waħda minn dawk l-entitajiet statali li ma żżommx kontroll strett fuq l-infiq tagħha.", "Anzi nista' ngħid li l-korporazzjonijiet l-oħrajn li smajna dwarhom - jew li se nisimgħu dwarhom fil-ġranet li ġejjin - imisshom jieħdu eżempju mill-ETC.", "Pero' kont għidt ukoll, Madam Speaker, li xorta waħda hemm x'wieħed jirranġa u x'itejjeb biex ir-riżorsi finanzjarji u umani li l-ETC għandha għad-dispożizzjoni tagħha jintużaw aħjar.", "Fil-fatt kont għidt li jidher ċar li wasal iż-żmien li nagħmlu evalwazzjoni profonda dwar l-operat ta' l-ETC u kont issuġġerejt l-oqsma prijoritarji li l-ETC kellha taħdem fuqhom għal din is-sena li qegħdin fiha.", "L-ewwel minn dawn l- oqsma prijoritarji li kont issuġġerejt kien li l-ETC, flimkien ma' l- employers tas-settur privat, tidentifika dawk il-ħaddiema fl-oqsma tal- manifattura u kif ukoll tas-servizzi li jistgħu jispiċċaw mingħajr xogħol jekk ma jingħatawx it-taħriġ meħtieġ li għandhom bżonn fil-preżent jew li se jkollhom bżonn fil-futur qarib.", "Kont issuġġerejt ukoll li rridu nidderieġu l-operaturi ekonomiċi tagħna lejn produzzjoni u servizz ta' l-ogħla kwalita' li jirrendi l-aktar qligħ, kemm għalihom u kemm għall-ħaddiema tagħna, u naraw x'taħriġ jeħtieġ isir biex il-ħaddiema jilħqu dawk l-istandards u dak il-livell meħtieġ għal din it-tip ta' attivita' ekonomika, fejn il-mira għandha tkun dik ta' total quality performance.", "Fl-istess ħin issuġġerejt li l-ETC trid tipperswadi lill-unions li l-flessibbilta' hija desiderabbi u importanti, basta l- employers joħolqu l-opportunitajiet għat-taħriġ meħtieġ biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jsiru flessibbi.", "Kont wissejt ukoll li l-flessibbilta' ma għandhiex twassal biex l-employers jisfruttaw lill-ħaddiema.", "Ir-raba' kumment li kont għamilt kien li l-ETC trid tassigura li t-taħriġ jingħata l-aktar lil dawk li għandhom bżonn, kemm dawk li qegħdin jaħdmu imma huma kkonsidrati li huma unskilled, u kemm dawk li huma unskilled u jinsabu qiegħda.", "Ma nistgħux nibqgħu naċċettaw, per eżempju - din hija xi ħaġa li kont osservajt fir-rapporti tas-sena l-oħra - li 24% biss ta' dawk li huma qiegħda jintgħażlu jew jattendu għall-korsijiet li tipprepara l- ETC.", "Kont għidt ukoll li l-ETC trid tibda tinteressa ruħha anke mis-settur tal-management development, billi huwa fatt li dan is-settur s'issa kien ittraskurat u huwa magħruf li l-aktar intrapriżi li jkollhom inkwiet, kemm dawk kummerċjali kif ukoll dawk industrijali, huma dawk fejn m'hemmx management imħarreġ sewwa u professjonali.", "Kont urejt ukoll, Madam Speaker, li l-ETC għandha tkun proattiva u taħdem ma' l-employers u l-imsieħba soċjali biex jiddiversifikaw f'operazzjonijiet li jagħmlu enfasi fuq il-produzzjoni u s-servizz ta' kwalita' billi din hija t-triq li twassal għal suċċess ekonomiku.", "Spiċċa dak iż-żmien fejn nikkuntentaw ruħna bi profitti għoljin li jistgħu jibqgħu sejrin għal ftit taż-żmien imma mbagħad wara ma nkunux kompetittivi iktar u allura jkollna nagħlqu l-fabbriki u jibda jiżdied il-qgħad.", "Fl-aħħar kont għidt li fuq kollox irridu naslu sabiex nikkonvinċu kemm lis-settur pubbliku u kemm lis- settur privat li min ma jinvestix fir-riżorsi umani jkun qed jiffirma l- kundanna ta' l-intrapriża tiegħu.", "Għalhekk f'din l-ewwel parti ta' dan id- dibattitu nixtieq nagħmel aċċen għal kif l-ETC bdiet twettaq u qiegħda tasal biex tilħaq dawn il-prijoritajiet li għadni kemm semmejt.", "L-ewwel li se nitkellem huwa fuq il-performance ta' l-ETC f'din is-sena li qegħdin fiha billi nisħaq fuq dawk il-kisbiet li għamlet fit-twettiq tal-miri li għadni kemm semmejt.", "Meta wieħed jitkellem fuq il-performance ta' l-ETC, l-ewwel ħaġa li jrid isemmi hija li, kuntrarjament għal dak li kienet tgħid l-Oppożizzjoni meta kienet fil-gvern u anke waqt dan id-dibattitu s-sena l-oħra, mhux kollox deher li kien ward u żahar fit-tmexxija ta' din il-korporazzjoni.", "Dan joħroġ mill-memorandum estensiv tal-mangement letter li l-awdituri kienu bagħtu lill-bord tad-diretturi ta' l-ETC mar-rapport finanzjarju għas-sena 1995/96, li ġie għall-konjizzjoni tagħna iktar tard wara d-dibattitu tas- sena l-oħra.", "Allura kien hemm żmien biżżejjed biex dan jitressaq għall- attenzjoni tiegħi, jew tal-ministru li kien ikun fil-gvern min-naħa ta' l- Oppożizzjoni kieku l-elezzjoni ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista.", "F'dan il-memorandum l-awdituri jelenkaw disa' punti li fl-opinjoni tagħhom kellhom bżonn jitranġaw.", "Jiena se nsemmi ftit min dawn il-punti u iktar 'il quddiem inpoġġi xi karti fuq il-Mejda tal-Kamra biex nipprova dak li qed ngħid.", "Wieħed mill-punti importanti li kienu semmew kien dak li jikkonċerna dawk li huma magħrufa bħala l-Industrial Development Act training grants.", "Punt ieħor kien jitkellem dwar l-amminstrazzjoni tal-korsijiet għaliex, kif diġa' għidt, persentaġġ żgħir biss ta' dawk il-persuni li kienu qegħdin jirreġistraw kienu jiġu magħżula biex jattendu għall-korsijiet li kienet toffri l-ETC.", "Kien hemm ukoll kummenti fuq l-amminstrazzjoni ta' l-iskemi ta' l-impjiegi u kummenti fuq l-ispiża rikorrenti u l-ispiża kapitali.", "Kien hemm kummenti mhux favorevoli fuq is-sistema tal-payroll, kien hemm kummenti fuq is-sigurta' tas-sistema tas-software tal-computers, kummenti fuq il-kustodja u l-ħarsien ta' l-assi fissi li għandha l-korporazzjoni u fl-aħħar kien hemm kumment fuq it-titlu għall-proprjeta' li tippossjedi l- korporazzjoni.", "Din il-management letter hija datata 22 ta' Ottubru, 1996 u għal raġunijiet li jafhom hu biss, l-ex-chairman ta' l-ETC wieġeb lill-awdituri għal din l-ittra fit-28 ta' Jannar, 1997, u minflok qalilhom li se jagħmel ħiltu kollha biex jirranġa dawn l-affarijiet li kkummentaw fuqhom u jieħu l- pariri li kienu qed jagħtuh, ħaqqaqa magħhom.", "L-awdituri weġbuh fl-istess ġurnata li kitbilhom u reġgħu sostnew l-osservazzjonijiet tagħhom li dehrilhom li kellhom isiru.", "Wara dak iż-żmien ġie fformat il-bord il-ġdid tat-tmexxija tal-korporazzjoni li ħtarna fl-1 ta' Frar u rrid nuri kif dan il-bord il-ġdid mexa b'mod differenti fejn jidħlu dawn is-suġġerimenti li kienu qed jagħmlu l-awdituri fil-management letter.", "Fil-fatt, kif jirrapporta ċ-chairman il-ġdid tal-korporazzjoni, is-Sur Tonio Portughese, fil-ftuħ tar-rapport annwali ta' l-ETC li jien poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra, il-bord il-ġdid adotta attitudni professjonali lejn l-awdituri billi talabhom jagħmlu interim audit.", "Dan l-interim audit is-Sur Porteghese talbu biss erba' xhur wara li kien ġie fformat il-bord il-ġdid ħalli jkun jista' jara sarx progress fuq il-pjan ta' azzjoni li tfassal biex jitranġaw l-affarijiet li ġibdu l-attenzjoni għalihom l-awdituri stess.", "Irrid ngħid li għal dan ix-xogħol ma qabbadniex awdituri ġodda imma qabbadna l-awdituri li kellha l-ETC fis-snin ta' qabel għaliex l-affarijiet hekk għandhom isiru.", "U bi pjaċir nista' ngħid li sar progress sostanzjali fuq l-items kollha li l-awdituri kienu ġibdu l-attenzjoni għalihom is-sena ta' qabel.", "Dan jista' jiġi vverifikat mill-memorandum għall-management letter ta' din is-sena li wkoll se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Meta wieħed iqabbel il- kontenut ta' dawn iż-żewġ memoranda jsib li l-korporazzjoni tassew għamlet progress f'dak li huwa l-operat tagħha.", "Ejja nieħdu, per eżempju, l-item dwar l-amministrazzjoni u nitkellmu dwar it-training grants li l-ETC tamministra f'isem il-Malta Development Corporation għall-finijiet ta' l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Fl- ewwel memorandum tagħhom l-awdituri kienu qalu:", "\"We have in previous years repeatedly set out our views ...\"", "- jiġifieri din ma kenitx l-ewwel darba li għamlu dawn il-kummenti imma għamluhom sena wara l-oħra, izda la l-bord u lanqas iċ-chairman ma taw kashom -", "\".... about the ways in which the payment of training grants is administered by the Corporation.", "In our opinion, many of the weaknesses pointed out in previous years still exist, especially with reference to the following:", "The possibility of inconsistencies in the duration of training periods allowed within similar trades and employee experience; and", "the lack of appropriate authorisation procedures, especially in the case of amendment and updating of standing data.\".", "B'kuntrast ma' dan, fl-interim audit li talab iċ-chairman il-ġdid dwar l- istess item tat-training grants ta' l-IDA, l-awdituri qegħdin jgħidu:", "\"We have satisfactorily performed tests on the controls introduced as a result of restructuring which took place in the administration of the IDA training grants within the training division.", "We have also satisfactorily noted that controls over the completeness and accuracy of input are being carried out properly and evidenced.\".", "Dan ukoll jistgħu jiċċekkjawh l-Onor.", "Membri tal-Kamra mill-karti li beħsiebni npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GĦalhekk din is-sena kien hemm tnaqqis fil-vot ta' l-IDA training grants għaliex żidna l-effiċjenza u naqqasna l-abbużi li kien hemm qabel.", "Dan il-vot niżel ukoll għaliex jidhrilna li kien qed isir ħafna abbuż serju li għad jista' jiġi nvestigat u allura ma kienx hemm bżonn li jibqa' kif kien.", "Jekk inqabblu l-items l- oħra li kont semmejt u li fuqhom irrimarkaw l-awdituri fir-rapport tagħhom is-sena l-oħra, insibu li tant sar progress sodisfaċenti li lanqas biss jissemmew fil-memorandum ta' din is-sena.", "Fil-fatt din is-sena ma nsibux kummenti dwar l-amminstrazzjoni tal-korsijiet u l-amministrazzjoni ta' l- iskemi ta' mpjiegi.", "Lanqas insibu kummenti dwar ir-revenue expenditure u l- capital expenditure, u lanqas ma kien hemm kummenti fuq il-payroll system u kummenti fuq l-application of software security.", "Ħalli ngħaddi issa biex nitkellem dwar ir-ristrutturazzjoni li, fl-opinjoni tiegħi, kellha ssir fl- ETC.", "Ir-rapport dwar l-operat ta' l-ETC, li kont ikkummissjonajt mill- ispeċjalisti Dr G Baldacchino, PJ Baldacchino u J Brincat, poġġejtu fuq il- Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Mejju li għadda.", "Dan ir-rapport kien jenfasizza tliet fatturi; l-ewwel li l-korporazzjoni ma kellhiex viżjoni jew, jekk kellha viżjoni donnu li fiż-żmien li kienet ilha mwaqqfa donnu tilfitha; it- tieni li l-ETC kienet fil-periklu li tispiċċa vittma tal-burokrazija tagħha stess; u t-tielet li s-sistema ta' reklutaġġ intern għall-vaganzi li jinħolqu kienet qiegħed twassal għal riċiklaġġ u staġnar ta' ideat u snajja'.", "Meta rajt hekk, niftakar li kont ktibt liċ-chairman il-ġdid u indikajtlu l-linji stateġiċi li deherli li kellhom ikunu segwiti mill-ETC.", "Jiena deherli li l-ETC kellha bżonn li tiġi rianimata billi jkun hemm ċertu tibdil, l-ewwelnett li jsir tisħiħ u ristrutturazzjoni ta' l-istruttura maniġerjali tal-korporazzjoni u t-tieni li jiġu introdotti sistemi ta' kontroll biex l-accountability tal-korporazzjoni ssir iktar effikaċi.", "Kont għidt ukoll li l-ETC għandha tagħti attenzjoni speċjali lejn l-uffiċċju li għandha f'Għawdex, li huwa kkonsidrat bħala taqsima għalih.", "Fl-aħħar kont għidt ukoll li l-ETC għandha tifrex ħidmietha minn sempliċement aġenzija tradizzjonali li tipprovdi taħriġ u tgħin fis-sejbin ta' impjiegi għal sistema proattiva li twassal għal forom ġodda ta' xogħlijiet u karrieri.", "Kien għalhekk li l-bord tad-diretturi mhux biss iddiskuta r-rapport ta' l- esperti li konna qabbadna meta kkummissjonajt ir-rapport iżda ħa wkoll diversi miżuri li deherlu li kienu opportuni.", "Fost dawn il-miżuri kien hemm dik fejn il-bord tad-diretturi, permezz ta' qbil unanimu, iddeċieda li jirriorganizza u jirristruttura l-korporazzjoni f'ħames diviżjonijiet operattivi, jiġifieri d-diviżjoni għas-servizzi ta' impjiegi, id-diviżjoni għas-servizzi ta' taħriġ, it-taqsima għal Għawdex, it-taqsima għar-riċerka u informazzjoni u taqsima għar-riżorsi umani.", "U r-riżultati ta' din ir- ristrutturazzjoni diġa' bdew jidhru, kif se nispjega iktar 'il quddiem f'dan id-dibattitu.", "Irrid niżvela wkoll li malli l-bord iddeċieda fuq din l-istruttura l- ġdida u malli għadda biex jiftaħ ir-reklutaġġ għall-postijiet li nħolqu permezz tagħha, l-istess bord għadda biex ħatar bord ta' għażla indipendenti.", "Dan il-bord ta' l-għażla ma kellu l-ebda membru tiegħu li kien jaħdem ma' l-ETC jew jaħdem fil-ministeru tiegħi.", "Din kienet għażla kompletament indipendenti biex ix-shortlisting u l-intervisti jagħmilhon dan il-bord bla ebda indħil min-naħa tal-ministru, la minn nies politiċi oħra u lanqas miċ-chairman jew mill-bord tad-diretturi.", "Jidhirli li s- serjeta' titlob aġir bħal dan u mhux bħal ma kien isir meta l-Oppożizzjoni kienet fil-gvern fejn iċ-chairman magħżul kien ikollu l-aħħar kelma fuq il- ħatriet għall-vaganzi li jinħolqu.", "Wara li jsir l-ewwel interview, kien jagħmel it-tieni interview huwa u mbagħad l-għażla tiegħu kienet tmur għall- approvazzjoni tal-ministru.", "Aħna għidna li se mmexxu b'mod modern u serju u allura l-bord inkariga bord ta' l-għażla indipendenti li, kif diġa' għidt, l-ebda membru tiegħu ma kien jaħdem fl-ETC jew fil-ministeru tiegħi.", "Allura dak li jiddeċiedi dan il-bord indipendenti jitressaq quddiem il- bord tad-diretturi u la jkun hemm indħil miċ-chairman u lanqas mill- ministru.", "GĦalhekk meta ngħidu li rridu nkunu gvern tal-Maltin u l- Għawdxin kollha, dan mhux biss ngħiduh bis-serjeta' imma nwettquh bil- fatti.", "Hekk qegħdin nagħmlu fil-każ ta' reklutaġġ għal postijiet li nħolqu fil-korporazzjoni.", "Madam Speaker, jiena naħseb li se nieqaf hawnhekk f'din l-introduzzjoni tiegħi sabiex nagħti l-opportunita' lil sħabi l-membri ta' din il-Kamra, kemm minn din in-naħa u kemm min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, biex jagħmlu r- rimarki tagħhom.", "Ninsab ċert li l-Oppożizzjoni se tiffoka fuq ħaġa waħda biss, jiġifieri fuq iċ-ċifra tal-qgħad li f'dawn l-aħħar ftit xhur - iktar u iktar meta resaq il-budget, fejn din il-kritika kkargat - smajna ħafna dwarha.", "Minkejja dan, meta niġi biex nagħlaq dan id-dibattitu, ikolli l- opportunita' nwieġeb għal din il-kritika u nuri kif it-titjib fil- performance tal-korporazzjoni, flimkien mar-ristrutturazzjoni u r- rianimazzjoni li rnexxielna ndaħħlu fl-isfond tal-politika ekonomika ġenerali tal-Gvern, kif imħabbra f'dan il-budget, se twassal ukoll biex anke din il-problema tal-qgħad, li m'hijiex problema kbira, negħlbuha.", "Nitlob formalment il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d- dokumenti li rriferejt għalihom f'din l-introduzzjoni tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Silta minn management letter tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ datata 22 ta' Ottubru 1996 dwar IDA training grants; u", "Silta minn memorandum of audit findings tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ datat 30 ta' Settembru 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, biex inwieġeb mill-ewwel għall-aħħar kumment tal-Ministru, għaliex il-bqija ta' l-affarijiet li qal huma miktubin fir-rapporti u ilna nisimgħuhom, ngħidlu li kien hu li s-sena l- oħra ħareġ bil-kliem u stagħġeb li kien hawn eluf ta' nies jokorbu għax- xogħol.", "Issa aħna nafu li fl-aħħar ta' Ottubru tas-sena l-oħra kien hemm 5,400 persuna jirreġistraw għax-xogħol u din is-sena dawn żdiedu għal 7,100 jew iktar.", "Jiġifieri aħjar jara x'irid isir u mhux jgħidilna biss x'qalu l- awdituri!", "L-Onor.", "Evarist Bartolo, fis-Seduta Nru 471 tat-13 ta' Novembru, 1995 kien qal dan il-kliem:", "\" .... rapporti li jkunu sbieħ, glossy u b'ħafna ritratti iżda mbagħad ma jkunx hemm l-informazzjoni sostanzjali li wieħed ikun qed jistenna meta jiġi biex janalizza qasam tant importanti tal-ħajja, bħalma hu l-qasam tax-xogħol, u allura iktar joqgħod attent u jinkwieta.\".", "Għalhekk meta nara rapport bħal dan jiena ninkwieta, u ninkwieta wkoll b'dak li għadu kemm qal il-Ministru, li bbaża dan ir-rapport ta' l-awdituri fuq qasam wieħed, li qed jipprova jgħidilna għaliex fir-rapport m'hemmx analisi serja ta' dak li qed jiġri u li qed jipprova joħroġ 'l barra mill- argument li rridu niddiskutu llejla.", "Jien m'iniex se nikkritika l- bordijiet ta' qabel jew il-bordijiet tal-lum għaliex naf li kulħadd jagħmel dmiru u naf li kull gvern jipprova jibni fuq l-ieħor, imma l-ETC ma tistax taħdem f'dan il-baħħ.", "Jekk fil-pajjiż hawn staġnar, jekk fil-pajjiż hawn nuqqas ta' investiment, kif tista' taħdem l-ETC?", "Kif tista' ssib impjiegi meta m'hawnx vaganzi ta' mpjiegi?", "Għalfejn tħarreġ lin-nies meta l- impjiegi qegħdin jonqsu?", "L-ETC ma tistax taħdem fil-baħħ!", "Dan hu li jmissu jfissrilna r-rapport.", "Jiena lill-Ministru ilni ngħidlu biex iwieġeb fuq ir-rapport li huwa qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Mejju, fejn f'paġna 49 fost l- oħrajn qegħdin jgħidulu li dment li jkun hemm opportunitajiet ta' xogħol fis-suq, il-persentaġġ ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol jista' jonqos b'ħidma iktar effettiva mill-ETC.", "Pero' fil-pajjiż m'hawnx xogħol u għal dan jiena ma nwaħħalx fl-ETC, ma nwaħħalx fil-bordijiet u lanqas fil- ħaddiema imma nwaħħal fil-politika tal-Gvern.", "Jekk nieħdu, per eżempju, il- job vacancies insibu li s-sena l-oħra kien hemm 6,330 u din is-sena skond ir-rapport li għadu kemm ġie ppreżentat kellna 5,277, jiġifieri kellna 1,053 job vacancy inqas mis-sena l-oħra.", "Dan huwa l-istat li qiegħed fih pajjiżna.", "Niġu issa għar-rapport li l-Ministru pprova jaħrab minnu.", "Ħalli nerġa' nikkwota lill-Onor.", "Evarist Bartolo, din id-darba mid-diskors li għamel fis-seduta tat-28 ta' Novembru 1994.", "Huwa qal:", "\".... tgħid fejn irnexxielha tasal u mbagħad għandu jkun hemm ukoll sezzjoni fejn tiddeskrivi xi problemi li tiltaqa' magħhom u tagħti ġudizzju dwar fejn ma rnexxilhiex tagħmel biżżejjed.", "Naturalment aħna qegħdin f'dinja ta' nies imperfetti u wieħed realistikament ma jistenniex li korporazzjoni li għandha xogħol diffiċli, bħalma għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, tressaq rapport li mill-bidu sa l- aħħar ikun jgħid kemm sejrin tajjeb u li qed jirnexxu f'kull ħaġa li jagħmlu.\".", "L-Onor.", "Evarist Bartolo aktar 'l isfel fl-istess diskors kompla jgħid:", "\"GĦalina kull kisba hija importanti, għaliex wara kollox ħafna minna, bir-raġun, ngħidu li r-riżors uman huwa l-uniku ġid naturali li għandu l-pajjiż u allura l-iżvilupp tar-riżorsi umani f'pajjiżna huwa tajjeb għall-pajjiż kollu u għandu jifraħ bih kulħadd, hu min hu fil-gvern u huma x'inhuma l-fehmiet politiċi ta' min qed iwettaq dan l-iżvilupp.", "Ma rridux inkunu daqshekk moħħna żgħir li ma neħdux pjaċir bi żvilupp bħal dan.", "Fejn il-korporazzjoni jkollha raġun tagħmel sewwa li tiftaħar b'dak li tkun għamlet, imma mbagħad naħseb li jkun tajjeb li nibdew nagħmlu assessments reali ta' l-affarijiet biex fejn nirnexxu ngħidu li rnexxejna u fejn ma nirnexxux nipprovaw nifhmu għaliex ma kienx hemm suċċess u naraw x'għandu jsir biex intejbu l-affarijiet.\".", "Dan kien qalu l-Onor.", "Evarist Bartolo u għalhekk illum kont nistenna li l- Ministru jagħtina tifsira tal-qagħda li hawn fil-pajjiż u mhux jgħidilna li ttieħdu diversi miżuri strateġiċi sabiex nassiguraw li l-korporazzjoni tkun rianimata u ssir waħda proattiva u li twieġeb għall-isfida tal-millenju l- ġdid.", "Kont nistenna wkoll li r-rapport jagħmel analisi sewwa tal-qagħda fil-pajjiż, tal-cost effectiveness, ta' x'qed jiġri min-nies li m'humiex qegħdin ikomplu jirreġistraw, kemm minn dawn li ġew redundant sabu mpjieg eċċ. Jien dan kont nistenna li nsib fir-rapport anke jekk il-Ministru ma jsemmihomx, imma l-figuri li għandna quddiemna - dan la hu tort ta' l- impjegati, la hu tort tal-bord u forsi lanqas huwa tort tal-Ministru nnifsu imma huwa tort tal-Gvern - juru li qegħdin f'qagħda ħażina.", "Li jrid jifhem il-Ministru huwa li f'din is-sitwazzjoni l-ETC inqabdet f'morsa u li l-importanti huwa kif se jinstab ix-xogħol.", "GĦaliex għalfejn iħarrġu lin- nies meta għandna din il-qagħda fil-pajjiż?", "Din il-problema la se nsolvuha billi ngħidu x'qalu l-awdituri u lanqas se nsolvuha billi nnaqqsu l- grants.", "Ħalli ngħaddi issa għal dak li qed jingħad fir-rapport annwali.", "Fl-ewwel paġna nsibu:", "\"Il-Korporazzjoni ntalbet tkun aktar konkreta, dinamika u pro-attiva ....\".", "F'paġna 2 insibu:", "\"Qed jitħejja wkoll video pubbliċitarju ġdid u aġġornat li jippreżenta l-ħidma tal-Korporazzjoni b'mod effettiv\".", "F'paġna 8 insibu: \".... il-Korporazzjoni qed tippromwovi l-ħolqien ta' Politika Nazzjonali għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani li jkunu jaqblu dwarha l- imsieħba soċjali.\".", "F'paġna 11 insibu:", "\"Il-Korporazzjoni ssieħbet ukoll fl-Assoċjazzjoni Ġinevra - Malta li qed tkun ta' għajnuna siewja biex tiżviluppa relazzjonijiet ta' kooperazzjoni fl-Isvizzera.\".", "Mela issa anke l-ETC poġġejniha ma' l-Isvizzera!", "Forsi fl-aħħar il- muntanji ta' l-Isvizzera nġibuhom hawn u l-baħar Mediterran nitfgħuh hemmhekk!", "Imma din serjeta' fil-qagħda li qiegħed fiha dan il-pajjiż?", "Imbagħad f'paġna 14 insibu:", "\"Il-Korporazzjoni qed tfittex ukoll li tqabbel l-istandards u r- riżultati tagħha ma' leaders stabbiliti fis-settur privat u għal dan il-għan qiegħda fil-proċess li tissieħeb fil-Malta Benchmarking Group.\".", "F'paġna 15 insibu:", "\"Il-Korporazzjoni qiegħda ssegwi linji moderni ...\" - dan il-Gvern kollox modern għandu minbarra kif isib ix-xogħol! -", "\".... fil-qasam ta' rikonoxximent formali u nformali lid-dipendenti tagħha.\".", "Jien dan ma nafx xi kliem hu u ma nafx x'irid jgħid bih il-Ministru.", "Għalija dan huwa kliem żejjed li assolutament ma jfisser xejn.", "Is-sena l-oħra l-Ministru ppreżenta r-rapport u qal - donnu nesa li kien fil-gvern, u allura nittama li din is-sena fehem li qiegħed fil-gvern - li n-numru ta' nies bejn is-16 u d-29 sena li qegħdin jirreġistraw huwa kbir.", "Dan in-numru s-sena l-oħra kien ta' 2,466 u din is-sena huwa ta' 2,873, jiġifieri llum għandna 470 żagħżugħ u żagħżugħa bejn is-16 u d-29 sena aktar li qegħdin jirreġistraw.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dawk bejn it-30 u 39 sena.", "Is-sena l-oħra kellna 1,335 u din is-sena għandna 1,622, jiġifieri għandna żieda ta' 287ruħ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jista' l-Onor.", "Cassar jgħidilna minn fejn qed jieħu din l-informazzjoni?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiena nitlob lill-Ministru jara r-rapport li ppreżenta din is-sena u r-rapport li ppreżenta s-sena l-oħra.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jiġifieri nkun korrett jekk ngħid li l-Onor.", "Cassar qed jgħid li din l-informazzjoni qiegħda kollha fir-rapport?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Iva.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: L-Onor.", "Cassar qed jikkonfermali li din l- informazzjoni li qed jaqra qiegħda fir-rapport u allura għandu jkun kuntent li tajnih dik l-informazzjoni kollha!", "ONOR.", "JOE CASSAR: Imma trid tara wkoll ir-rapport tas-sena l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx kif il-Ministru m'huwiex qed jifhimni għaliex li jrid jagħmel huwa li jiftaħ iż-żewġ rapporti, iqiegħdhom ħdejn xulxin, jagħmel il-kontijiet u jara li jiġu għal dak li qed ngħid jien.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jiena staqsejt din id-domanda għaliex bil-mod kif kien qed jitkellem l-Onor.", "Cassar kien qed jgħid li din l-informazzjoni aħna ma tajnihielux.", "Imma l-informazzjoni li qed jagħti issa lill-Kamra qiegħda fir-rapport u allura ma jistax jgħid li r-rapport m'huwiex jagħtih l-informazzjoni li suppost jagħtih.", "Fil-fatt f'dak ir-rapport hemm informazzjoni iktar mir-rapport tas-sena l-oħra.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien għidt li fir-rapport m'hemmx analisi.", "Dawn il- figuri li qed insemmi l-Ministru jaf fejn qegħdin imma jiena ridt analisi tagħhom.", "Jiena ridt inkun naf għaliex qiegħed jiżdied il-qgħad u għaliex qiegħed jiżdied f'kull saff ta' l-eta'.", "Nieħdu, per eżempju, il-figuri ta' dawk bejn l-40 u d-49 sena.", "Is-sena l-oħra kien hemm 1,266 qiegħda bejn dawn l-etajiet u din is-sena għandek 1,565, jiġifieri żieda ta' 299.", "Bejn il-50 u iktar is-sena l-oħra kellek 667 qiegħda u din is-sena hemm 841, jiġifieri żieda ta' 174.", "Dawn huma l-figuri tal-qgħad imma l-Ministru qiegħed jehda bir-rapporti finanzjarji.", "Il-Ministru qatt ma qalilna, per eżempju, li sa Settembru kellu 1,121 li huma redundant u li sa Ottubru żdiedu 907, jiġifieri b'kollox kellu 2,028.", "Dan jirriżulta minn mistoqsijiet parlamentari li ġentilment għoġbu jwieġeb il-Ministru stess.", "Madam Speaker, matul is-snin li l-ETC ilha mwaqqfa għamlet ħidma kbira.", "Bejn l-1991 u l-1992, per eżempju, sabet impjiegi għal 1,625 ruħ, is-sena ta' wara żdiedu għal 1,706, fl-1993/94 żdiedu għal 2,478, fl-1994/95 żdiedu għal 3,113 u fl-1995/96 żdiedu għal 3,317.", "Jiġifieri sa l-1996 l-ETC irnexxielha ssib 12,239 impjieg.", "Issa x'ġara din is-sena?", "Din is-sena nstabu biss 2,538 impjieġ, 600 inqas fil-privat u 1,800 inqas fis-settur pubbliku, jiġifieri erġajna morna lura tlieta jew erba' snin.", "U dawn huma figuri li qegħdin fir-rapporti u mhux figuri li vvintajthom jiena, kif ħaseb li qed nagħmel il-Ministru.", "Mela x'qed jiġri f'dan il-pajjiż?", "Fejnhom l-impjiegi?", "Jiena m'iniex qed ngħid li l-impjegati m'humiex qegħdin jagħmlu ħilithom biex jimpjegaw lin-nies imma qed ngħid li dan juri li fil-pajjiż m'hawnx xogħol.", "L-istess nistgħu ngħidu għar-ratio bejn placements u vacancies.", "Dan filli kien ta' 52% u filli sar 48%.", "Il-Ministru s-sena l-oħra kellimna fuq il-long-term unemployed.", "Fid- debate tas-Seduta Nru. 5 tas-16 ta' Diċembru, 1996 qalilna hekk:", "\"Din hija problema kbira u hawn fl-opinjoni tagħna l-ETC ma akkwistatx riżultati tajba.", "Barra minn hekk irrid ngħid ukoll li fl-opinjoni tiegħi l-ETC lanqas ma ndirizzat tajjeb grupp kbir ta' unemployed li għandhom bejn it-18 u d-29 sena u li jammonta għal 2,466.", "Huwa tajjeb li għall-ħajja tax-xogħol tkun ippreparat f'diversi affarijiet - bħal f'xi snajja' - pero' hawnhekk aħna qed nitkellmu fuq grupp ta' ħaddiema li huma żgħar fl-eta'.", "Jien nifhem li llum meta wieħed ikun ilu 40 jew 45 sena jaħdem irid ikun ippreparat li jbiddel ix-xogħol tiegħu, imma l-fatt inniffsu li hemm grupp sostanzjali ta' nies ta' eta' żgħira li fl-ewwel sena ma jafux fejn iridu jaħdmu, jinkwetak ħafna u din il-figura qed tirrepeti ruħha.\".", "Hawnhekk il-Ministru verament laqat il-musmar fuq rasu għaliex din is-sena din il-figura qiegħda tirripeti ruħha u ġralu kif qal hu stess minkejja li joqgħod jaqra r-rapporti!", "F'dan id-diskors kompla jgħid:", "\"GĦalhekk jidher li lanqas hawnhekk l-ETC ma għarfet, ma studjat jew indirizzat din il-problema biżżejjed.\".", "Dan kien kliem profetiku tal-Ministru s-sena l-oħra.", "Veru laqat il-likk!", "Ħalli naraw issa n-nies kemm qegħdin idumu jirreġistraw.", "Jiena kont nifraħ lill-Ministru kieku ċ-ċifri li ppreżentalna kienu mod ieħor għaliex f'dan il-qasam irridu naħdmu flimkien imma l-qagħda tal- pajjiż hi dik li hi.", "Per eżempju, in-nies li ilhom jirreġistraw minn 25 ġimgħa sa 52 ġimgħa din is-sena żdiedu b'453 għaliex sa Settembru tas-sena l-oħra kienu 980 u din is-sena saru 1,430.", "Dawk li ilhom jirreġistraw iktar minn 53 ġimgħa s-sena l-oħra kienu 2,242 u din is-sena żdiedu b'631 għal total ta' 2,873; u nistgħu nibqgħu sejrin hekk f'kull kategorija.", "Dan huwa s-suċċess li ġab gvern ġdid, gvern dinamiku, gvern proattiv, gvern modern u gvern maniġerjali.", "Kif diġa' għidt, Madam Speaker, il-qgħad huwa kbir u żdied f'kull saff ta' l-eta', żdied fost iż-żgħażagħ, żdied fost dawk li għandhom 30 sena u aktar u żdied fost dawk li għandhom aktar minn 50 sena.", "Barra minn hekk il- problema tal-qgħad hija mifruxa f'kull settur.", "Pero' kif diġa' għidt fir- rapport ma nsibu l-ebda analisi dwar dan.", "Lanqas dwar il-part-timers ma nsibu l-ebda analisi.", "Permezz ta' risposta għal mistoqsija parlamentari, il-Ministru qalilna li l-part-timers li kellhom ukoll full-time job minn Lulju sa Settembru - għalkemm fir-risposta hemm Diċembru imma naħseb li dan huwa żball tat-tipa għaliex ma naħsibx li l-Ministru seta jkun jaf x'se jiġri f'Diċembru! - naqsu, u anke hawnhekk wieħed irid joqgħod ftit attent.", "F'dan id-dibattitu li kont qed nikkwota minnu, il-Ministru kompla jgħid:", "\"Per eżempju, jien sibt li mis-60 persuna li kienu qed jiġu trained, irnexxielhom isibu impjieg fis-settur privat għal 50 minnhom.", "Minkejja dan kollu hemm bżonn li jsir iktar xogħol u l-ETC għandha bżonn taħdem ma' aġenziji differenti.", "Per eżempju, l-ETC taħdem l- iktar ma' l-Eden Foundation u hemm il-possibbilta' li tista' tkabbar dan ix-xogħol.", "Hemm bżonn li dan ix-xogħol ikun ta' fejda għal dawn in-nies, u aħna se naraw li nagħtuh l-importanza li jixraqlu.\".", "Issa din is-sena kien hemm biss 41 persuna li kienu qegħdin jiġu trained, jiġifieri anke hawnhekk kellna tnaqqis.", "Irrid ngħid ukoll li min kiteb dan ir-rapport irid ikun ftit aktar uman għaliex b'dak li qed jingħad hawnhekk, jiġifieri li xi persuni b'diżabilita' minbarra li daħħlu xi ħaġa tal-flus tħalltu ma' ħaddiema oħra, huwa insult lil dawn in-nies għaliex fid-dinja kulħadd għandu l-jeddijiet tiegħu, kulħadd għandu d-difetti tiegħu u kulħadd għandu l-ħtiġijiet tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar anke l-istess esperti li semma l-Ministru .....", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: L-Onor.", "Cassar qiegħed jgħid li hemm partijiet minn dan ir-rapport li huma miktubin b'ċertu disprezz lejn xi sezzjoni taċ- ċittadini tagħna.", "Dan m'hu veru xejn u għalhekk dan il-kliem irid jirtirah.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jien qed ngħid li fl-opinjoni tiegħi l- kliem \"minbarra li daħħlu xi ħaġa tal-flus, tħalltu ma' ħaddiema oħra\" m'għandux jingħad f'rapport bħal dan.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li għandi jedd għall-opinjoni tiegħi!", "Jiena dejjem emmint li s-soċjeta' trid tħares lejn min huwa mwarrab u dejjem emmint li s-soċjeta' m'għandha twarrab lil ħadd u li m'għandha tħalli lil ħadd taħt il-bankina.", "U għalhekk qed ngħaddi dan il-kumment dwar dan il-kliem għaliex ma rridx li dawn l-affarijiet jiġru f'dan il-pajjiż.", "Ix-xogħol huwa ċavetta għal min għandu ħteġijiet speċjali u jisgħobini li nkiteb dan il-kliem f'dan ir- rapport.", "Ħalli niġi issa għall-qasam tal-koperattivi.", "Is-sena l-oħra dawn kellhom ¥5,500 ivvotati għalihom imma minn dawn ma ntnefaq xejn minnhom u allura din is-sena ma ġie vvotat xejn.", "F'dan ir- rapport il-Ministru qalilna li qed isir kors għall-ġardinara imma jiena naħseb li kien ikun aħjar kieku dawn il-ġardinara ġew imħarrġa u mħejjija għax-xogħol u mbagħad bl-għajnuna ta' dawn il-ftit flus - għax naf li l- flus ikunu għand id-dipartiment - jagħmlilhom koperattiva.", "B'dan il-mod dawn il-flus almenu kienu jservu biex ftit nies isibu x-xogħol.", "Fir-rapport insibu wkoll: \"Il-popolarita' tal-job centre dejjem qiegħda tikber.", "GĦalhekk, għall- ewwel darba, għall-kumdita' ta' dawk li jfittxuh, il-job centre beda jiftaħ għall-pubbliku kull jum wara nofs inhar kif ukoll is-Sibt fil- għodu.\".", "Iżda minkejja dan filwaqt li s-sena l-oħra l-job centre rnexxielu jsib 1,075 impjieg, din is-sena sab biss 851 impjieg.", "Mela minkejja li l-job centre qed jiftaħ filgħodu u filgħaxija sab 224 impjieg inqas.", "Nixtieq ukoll nistaqsi lill-Ministru: X'se jiġri mill-programm Leonardo da Vinci?", "Diġa' ġie deċiż li Malta tilfet kollox?", "X'se jiġri mir-reġistrar?", "Min se jieħu ħsieb ir-reġistrar?", "Dan se jibqa' jsir darba fil-ġimgħa, darbtejn jew tlieta?", "Se jitwaqqaf job centre ieħor kif intqal fir-rapport?", "L-ETC se tibqa' f'Ħal Far jew sejra x'imkien ieħor?", "Il-fiera tal-karrieri se tkompli ssir?", "Qed ngħid dan għaliex din is-sena ma kenitx se ssir u mn'Alla li qajjimna l-punt aħna mill-Oppożizzjoni għaliex għamilt mistoqsija lill-Ministru u dan qalli li m'huwiex mistieden u staqsejt ukoll lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura u wera li m'hemmx ħsieb li din il- fiera ssir.", "Imma mbagħad f'daqqa waħda l-Prim Ministru waqt li kien Għawdex lill-Għawdxin qalilhom li l-fiera se ssir hemmhekk u s-sitwazzjoni tranġat.", "X'se jiġri mbagħad mill-grants ta' l-IDA?", "Il-Ministru qalilna li naqsu, imma se jkomplu?", "Bejn l-1987 u l-1995 kien hemm 1,116-il kumpannija li bbenefikaw minn dawn il-grants u l-ħaddiema mħarrġa kienu 36,858.", "Fl- istess seduta tas-16 ta' Diċembru ta' l-1996 il-Ministru qalilna:", "\"Madam Speaker, ma ssemma xejn fuq il-grants li tamministra l- korporazzjoni.", "Din hija a trading grant scheme li l-korporazzjoni qed tieħu mingħand il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.", "Din l- iskema tipprovdi sussidju għal dawk il-kumpanniji fil-qasam tal- manifattura li jimpjegaw nies u jħarrġuhom fuq il-post tax-xogħol.\".", "Imma x'se jiġri mill-IDA?", "X'se jiġri mis-settur tal-manifattura li kien jibbenifka minn dawn il-grants?", "GĦaliex se tonqos l-ispiża?", "Mhux aħjar innaqqsu xi ħaġa oħra?", "Ħalli nkompli issa fuq ir-rapport.", "Fir-rapport insibu suġġeriment li min japplika quddiem in-National Employment Authority, jekk jitlef il-kawża, irid iħallas.", "Imma dan se jsir?", "Jiena nixtieq li l-Ministru jgħidilna wkoll x'ħidma qiegħda ssir ma' dipartimenti u għaqdiet oħrajn, bħalma huma l-għaqdiet tas-self-employed, apparti l-fiera tal-karrieri.", "Per eżempju, x'sar mir-rapport ta' l-ORT, aġenzija Iżraeljana?", "Saru ħafna mistoqsijiet f'din il-Kamra biex inkunu nafu jekk dan ir-rapport tlestiex u mir-risposti li ngħatajna fhimna li m'huwiex finalizzat, imma issa f'dan ir-rapport qed jingħad li dan ir- rapport tlesta.", "Allura dan ir-rapport tlesta jew ma tlestiex?", "U jekk dan ir-rapport huwa lest, nistenna li l-Ministru jqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Allura nitolbok taqtgħu mir-rapport li għamilt u j'Alla taqta' wkoll il-kliem li semmejtlek qabel li ntqal fuq ċerti nies.", "F'dan ir-rapport hemm figura importanti ħafna dwar il-ħidma ta' l-ETC.", "Jissemma ngaġġ differenti ta' xogħol reġistrat matul l-1996, li huma nies li jsibu impjieg ġdid jew li jbiddlu l-impjieg tagħhom, u li kienu 42,930.", "Jiena nistaqsi: Din l-attivita' għadha sejra?", "Jew inkella minħabba l- kollass fl-investiment anke dawn naqsu?", "Fil-programm elettorali tal-Partit Laburista qalu ħafna affarijiet, fosthom li l-politika ġdida Laburista tħares l-interessi tan-nies tax-xogħol kollha.", "Kienu qalu wkoll li l-mira ewlenija ta' politika ekonomika għandha tkun dik li tassigura l-ogħla livell possibbli ta' mpjiegi.", "Imma llum nafu li dawn huma affarijiet li ma seħħew għaliex il-figuri li tana l-istess Ministru jġiegħluk titħasseb.", "Dawn huma figuri tassew inkwetanti, huma figuri li juru li l-ekonomija ta' dan il-pajjiż sejra lura.", "Pero' kif diġa' għidt dan la huwa tort ta' l- impjegati jew tal-bordijiet imma huwa tort tal-Gvern.", "Dan ir-rapport ma fihx spjega imma n-numri tifhimhom waħdek u tifhimhom sewwa jekk tgħarbel, taqra u tqabbel ma' affarijiet oħrajn.", "Nerġa' ngħid li jiena kont nistenna li r-rapport jidħol f'dawn il-problemi u li l-Ministru ma joqgħodx jiġi jgħidilna x'qalulu l-awdituri, bħalma għamel is-sena l-oħra.", "Kont nistenna li l-Ministru jagħtina analisi ta' x'qed jiġri f'dan il-pajjiż u ta' x'se jagħmel biex jinħoloq ix-xogħol.", "Ftit ilu lill-Ministru għamiltlu mistoqsija parlamentari u fir-risposta tiegħu qalli hekk:", "\"Gvern Laburista ta lil dan il-pajjiż Kostituzzjoni msejsa fuq ix- xogħol.\"", "U xogħol fil-pajjiż m'hawnx!", "Sabiħa din!", "U jekk il-Ministru għad-diskorsi li se jsiru matul dawn il-jumejn ta' dibattitu se jibqa' jwieġeb b'dan il- mod, ma naħsibx li lil dan il-pajjiż se ngħinuh.", "Jeħtieġ li dan il-Gvern ikollu politika serja u politika li tkattar ix-xogħol.", "Jeħtieġ li l-Gvern joħloq ambjent li jkattar ix-xogħol u li l-ETC ikollha l-wisa' kollha fejn taħdem, fejn issib l-impjiegi lin-nies u fejn tħarriġhom fit-teknoloġija moderna biex isibu x-xogħol u mhux jitħarrġu għal xejn.", "Sur President, jiena dan nixtieq li l-ETC tagħmel u j'Alla tagħmlu.", "Nawgura wkoll lill-Ministru li għas-sena d-dieħla jkollna rapport li juri li l-qagħda rranġat.", "Kull gvern irid jaħdem għall-ġid tal-poplu u għalhekk j'Alla sena oħra jkollna rapport li jagħtina stampa ċara ta' sitwazzjoni li m'għadhiex kif inhi llum.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, l-Onor.", "Cassar ħass li parti mir- rapport huwa miktub b'mod inġurjuż, biex ngħid hekk.", "Jien rajt il-paġna 12 li tirriferi għal dak li għamlet il-korporazzjoni għal dawk il-persuni b'diżabilita' li jsibu x-xogħol, fejn hemm miktub li l-korporazzjoni kisbet żewġ kuntratti temporanji fejn xi wħud minn dawn in-nies setgħu jieħdu l- opportunita' biex jakkwistaw esperjenza tax-xogħol.", "Imbagħad hemm sentenza li tgħid hekk:", "\"Minbarra li daħħlu xi ħaġa tal-flus, tħalltu ma' ħaddiema oħra u tejbu u tgħallmu ħiliet ġodda.\".", "Huwa veru li d-drafting tal-Malti - għaliex jiena naf li l-Onor.", "Cassar huwa dilettant ħafna tal-lingwa Maltija - forsi m'huwiex daqshekk feliċi imma m'hemm xejn ħażin li tgħid li dawn in-nies \"minbarra li daħħlu xi ħaġa tal-flus, tħalltu ma' ħaddiema oħra u tejbu u tgħallmu ħiliet ġodda.\"", "Jiġifieri ma naħsibx li l-Onor.", "Cassar huwa korrett, imma ħalli niġi issa għas-suġġett tal-lum.", "Dwar dawk li huma financial statements ta' l-ETC, jekk tara dak li ntnefaq bejn l-1996-97 issib li kien hemm total ta' madwar ¥1,167,000. u f'dak li huwa propost fl-estimi għall-1997-98 għandna żieda ta' iktar minn ¥300,000, għaliex issa qed nitkellmu fuq budget ta' aktar minn ¥1,460,000.", "Hawnhekk wieħed jara l-impenn tal-Gvern f'dak li huwa investiment.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għall-Employment and Training Services Act, liema liġi daħlet in vigore fl-1992.", "Artiklu 41 ta' dan l-Att jgħid li l- ministru responsabbli għall-edukazzjoni jista' jagħmel regolamenti biex isaħħaħ il-funzjoni ta' din il-liġi, li hija l-funzjoni li għandha x'taqsam mas-servizz ta' mpjiegi u taħriġ, u hawn tidher is-serjeta' ta' dan il- Gvern.", "U kellha tkun inizjattiva tal-Partit Laburista sena wara li tlajna fil-gvern, biex jinħareġ avviż legali - Avviż Legali numru 117 - li jitkellem dwar regolamenti importanti ħafna dwar il-kwalifiki okkupazzjonali u nazzjonali, jiġifieri dwar kif għandhom jiġu kkategorizzati dawk il-persuni li qegħdin jaħdmu u kif ukoll dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq il-kapaċitajiet tagħhom u fuq il- livelli ta' ċertifikazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li hija in konformita' ma' dak li jeżisti fl-Ingilterra u anke fil-kontinent u xi ħaġa li hawn Malta qegħdin nagħmluha għall-ewwel darba proprju wara sena ta' Partit Laburista fil-gvern.", "Il-Partit Nazzjonalista qatt ma ħass il-ħtieġa li jwaqqaf kunsill nazzjonali għall-kwalifiki okkupazzjonali u llum aħna qegħdin ngħidu li f'dan il-kunsill għandu jkun hemm rappreżentanza kemm tal- korporazzjoni li qegħdin nitkellmu fuqha, għandu jkun hemm rappreżentanti mit-taqsima ta' l-edukazzjoni, mill-Universita' ta' Malta, mill-Kulleġġ Malti dwar l-Edukazzjoni Vokozzjonali, mit-taqsima li tirrappreżenta t- trade unions Maltin u anke mit-taqsima li tirrappreżenta lill-employers.", "Din hija xi ħaġa li hija importanti ħafna biex nibdew naraw kif se nistabilixxu strateġija nazzjonali għal dawn il-kwalifiki għaliex huwa inutli li nitkellmu fuq dawk li qegħdin jaħdmu u fuq dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u mbagħad ma jkollniex sistema ta' livelli ta' ċertifikazzjoni.", "Il-pajjiż issa jrid jibda jiffunzjona b'mod professjonali imma dawn huma affarijiet li biex tagħmilhom irid ikollok kollox organizzat taħt sistema legali, kif sar permezz ta' dan l-avviż legali li, kif jidher mill-Gazzetta tal-Gvern, ġie in vigore f'Awissu ta' din is-sena.", "Issa, kif se jiġu klassifikati l-kwalifiki okkupazzjonali?", "L-ewwelnett hawnhekk qegħdin ngħidu li kull tip ta' xogħol se jiġi mqassam skond il- kategorija li hija elenkata taħt diversi heads.", "Per eżempju, l-iktar kategorija għolja, il-ħames kategorija, titkellem - u hawnhekk se nikkwota - fuq:", "\"kompetenza li tkun tinvolvi l-applikazzjoni ta' firxa sew ta' prinċipji fundamentali u teknika komplessa fi ħdan varjeta' ta' kuntesti wesgħin u li ta' spiss ma jkunux jistgħu jitbassru.", "Jidhru b'mod ċar l-awtonomija personali sostanzjali u responsabbilta' ta' spiss sinjifikattiva għax-xogħol ta' l-oħrajn u għall-allokazzjoni ta' riżorsi sostanzjali, l-iess bħalma jidhru responsabbiltajiet personali għal kull analiżi u dijanjosi, disinn, pjanifikazzjoni, eżekuzzjoni u evalwazzjoni;", "Din il-kategorija se tiġbor fiha kemm dawk li qegħdin jirreġistraw u kemm dawk li qegħdin jaħdmu għaliex aħna ma rridux li l-leġislazzjoni toħloq xi diskriminazzjoni, għalkemm se niċċertifikaw kemm lil min qed jaħdem u kemm lil min qed jirreġistra għax-xogħol.", "B'dan il-mod il-pajjiż ikun jaf ukoll x'livell għandna f'dak li għandu x'jaqsam ma' employees.", "Kategorija oħra tinkludi dawk li għandhom responsabbilta' għax-xogħol ta' persuni oħrajn u kategorija oħra titkellem dwar persuni li għandhom ir- responsabbilta' li ta' spiss ikollhom bżonn il-kontroll u t-tmexxija ta' oħrajn.", "Irrid ngħid ukoll li meta wieħed jikklassifika dan kollu, ikun jista' jikkategorizza wkoll it-taħriġ li torganizza l-ETC.", "Dan l-avviż legali fih innifsu huwa żvilupp pożittiv għal dak li għamlet l-ETC s'issa u huwa importanti ħafna li nagħtu d-dinjita' li hija mistħoqqa f'dik li hija ċertifikazzjoni lil dik il-persuna li qiegħda tfittex ix- xogħol jew li qiegħda taħdem.", "Illum bilfors irridu nitkellmu f'dawn il- livelli u l-liġi trid tibqa' tevolvi.", "Jiena m'iniex qed ngħid li huwa biżżejjed li wieħed jimxi fuq dan l-avviż legali pero' huwa tajjeb li f'din is-sena ta' ħidma tal-Partit Laburista fil-gvern wasalna wkoll biex nikkategorizzaw l-iskills kollha tal-workforce.", "Dan qed nagħmluh bl-iktar mod responsabbli u b'mod li huwa aċċettat f'pajjiżi żviluppati iktar minna mingħajr ma nersqu ħafna lejn l-Unjoni Ewropa.", "Qed ngħid dan għaliex meta tqabbel din il-legal notice ma' ċerti direttivi li jitkellmu fuq il- workforce fl-istess Unjoni Ewropea, issib li din il-legal notice hija superjuri.", "Dan qed ngħidu biex nuri lill-poplu Malti li aħna qegħdin immexxu b'ċerta responsabbilta', b'ċerta serjeta' u b'ċerta dinjita'.", "Il-Partit Laburista dejjem kien serju fit-tmexxija tiegħu u dak li huwa tajjeb għal pajjiżna jagħmlu mingħajr il-bżonn li jiġi mkaxkar minn xi ħadd.", "Dan irridu nagħmluh għall-ġid ta' dawk li jaħdmu, kemm dawk li huma unskilled u dawk li huma skilled f'kull tip ta' xogħol, u wkoll għal dawk li qegħdin jirreġistraw biex b'hekk id-dinjita' tagħhom tibqa' dejjem miżmuma fl- intier.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, nixtieq nibda l-intervent tiegħi billi nitkellem dwar il-part-timers.", "Tajjeb li wieħed jinnota li filwaqt li qiegħed jiżdied il-qgħad, qed ikompli jiżdied ukoll in-numru ta' nies li jaħdmu part-time.", "Minn dan ir-rapport ta' l-ETC jirriżulta li tul is-sena li għaddiet kien hawn 13,769 ħaddiem li kellhom part-time job bħala a primary job, u jekk wieħed jieħu t-total tal-gainfully occupied population u jżid magħhom dawn il-ħaddiema jasal għall-konkużjoni li n- numru ta' part-timers li kellhom part-time job bħala a primary job jilħqu ċ- ċifra ta' 9%.", "Jirriżulta li 5.2% tal-gainfully occupied population, meta tgħodd ukoll dawn il-part-timers huma rġiel u 17.6% huma nisa.", "Allura jidher ċar li meta nitkellmu fuq dawk li għandhom part-time bħala a primary job, jiġifieri dawk li m'għandhomx full-time job ukoll, in-nisa huma aktar.", "Imbagħad hemm ukoll dawk il-part-timers li għandhom a full-time job, u t- total ta' dawn huwa ogħla minn dawk li għandhom a part-time job bħala a primary job.", "Fil-fatt dawn jammontaw għal 14,102 u hemm aktar irġiel milli nisa għaliex hemm 11,148 li huma irġiel u 2,954 li huma nisa.", "Sur President, qabel il-budget, it-taqsima żgħażagħ tas-CMTU pproponiet li wieħed għandu jikkonsidra li jkun hemm tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol u kien hemm anke għaqda oħra, il-Graffiti, li xtaqet li din il-miżura tiġi kkonsidrata.", "Kien hemm imbagħad il-Kamra tal-Kummerċ li ħarġet kontra din il-proposta.", "Il-verita' hi li meta jitnaqqsu n-numru ta' sigħat ta' xogħol tiżdied in-nefqa għal min iħaddem minħabba tiftix u taħriġ ta' nies ġodda u sabiex tiġi kkordinata workforce akbar.", "Barra minn hekk naħseb li huwa diffiċli li jitnaqqsu n-numru ta' sigħat ta' xogħol mingħajr ma titnaqqas ukoll il-paga.", "GĦalhekk huwa aktar importanti li jkun hemm aktar flessibbilta', inqas restrizzjonijiet u aktar inċentivi li jħajru lill- employers iħaddmu nies fuq bażi part-time.", "Huwa importanti wkoll li l-part- timers ikollhom id-drittijiet tagħhom salvagwardati.", "Mill-magazine \"The Economist\", f'waħda mill-ħarġiet ta' Ottubru ta' din is-sena, jirriżulta li f'pajjiżi Ewropew fejn hemm anqas restrizzjonijiet fuq is-sigħat ta' xogħol, hemm aktar ħaddiema part-time u anqas qgħad.", "Fost dawn insibu l-Olanda fejn għandek 38% tal-workforce li huma part- timers u r-Renju Unit fejn għandek 24% tal-workforce li huma part-timers.", "Min-naħa l-oħra fil-pajjiżi Ewropew fejn għandek persentaġġ anqas ta' part- timers, mill-workforce bħal Franza, il-Ġermanja u anke l-Italja, issib li l- qgħad huwa ogħla.", "F'pajjiżna, minkejja li tul dawn l-aħħar snin kien hemm żieda fin-numru ta' ħaddiema part-time minn sena għall-oħra, in-numru ta' part-timers bħala persentaġġ mill-workforce għadu pjuttost baxx u dan jispjega wkoll għaliex għandna livell ta' qgħad pjuttost għoli.", "Irrid ngħid ukoll, Sur President, li f'pajjiżna għandna part-timers f'kull livell.", "Issib cleaners fl-iskejjel li huma part-timers u ssib ukoll li 56% ta' l-istaff akkademiku fl-Universita' huma part-timers.", "Fil-qasam tas-saħħa għandna nurses - li fil-parti l-kbira huma nisa - u anke tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa li huma part-timers.", "Minn diversi mistoqsijiet parlamentari li saru f'din il-Kamra tul din il-leġislatura, jirriżulta li ċerti dipartimenti tal-Gvern m'għandhomx informazzjoni dwar il-ħaddiema part-time, fosthom id-dipartiment tal-VAT.", "Imbagħad id-dipartiment ta' l- agrikoltura, per eżempju, għar-rigward ta' bdiewa u sajjieda, ma jafx kemm minn dawn huma full-timers u kemm minnhom huma part-timers.", "Iżda mbagħad issib li fil-port ta' l-Imġarr f'Għawdex jafu kemm hemm sajjieda part- timers u kemm hemm sajjieda full-timers.", "Jiġifieri hemm diskrepanza minn dipartiment għall-ieħor dwar informazzjoni dwar ħaddiema part-timers fid- diversi dipartimenti.", "Irrid ngħid li l-amministrazzjoni Nazzjonalista ħasbet fiż-żewġ kategoriji ta' part-timers, kemm dawn li għandhom a full-time job u kemm dawk li m'għandhomx.", "Dawk li għandhom part-time bħala a primary job ibbenefikaw min-national standard order li ħarġet f'April ta' l-1996 u li permezz tagħha għandhom dritt għal pro-rata ta' kull tip ta' leave, tal- vacation leave, tas-sick leave, tal-bereavement leave u tal-maternity leave.", "GĦar-rigward ta' part-timers li għandhom ukoll full-time job, l- amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ħarġet konċessjoni li jħallsu income tax fuq 15% biss tad-dħul mix-xogħol part-time u dan kien għen anke sabiex iktar nies jiddikjaraw id-dħul mix-xogħol part-time fl-income tax return tagħhom.", "Fid-diskors tal-budget issemma li l-Gvern se jinkorraġġixxi użu aktar wiesgħa ta' flexitime iżda ma ntqal xejn dwar kif dan għandu jsir.", "Ta' min jgħid li l-Gvern, fejn irid, jaf jagħtihom l-inċentivi, bħal meta kien hemm it-tnaqqis ta' 25% mill-kontribuzzjoni tan-national insurance dovuta minn min iħaddem f'kull każ ta' impjieg ta' ħaddiem ta' 40 sena jew aktar li jkun ilu jirreġistra għax-xogħol għal ċertu żmien.", "Iżda din hija miżura li kienet ikkupjata minn żmien l-amministrazzjoni NazzjonalistaIżda.", "Il- Gvern ma setax jagħmel l-istess fil-każ tal-part-timers għaliex prinċipal qatt ma jaqbillu jħaddem żewġ part-timers flok full-timer wieħed fir- rigward ta' kontribuzzjonijiet tan-national insurance.", "Fil-fatt minn mistoqsija parlamentari li għamilt dan l-aħħar jirriżulta li filwaqt li l- liġi ma tagħmilx distinzjoni bejn ħaddiema full-time u part-time, is-sehem tal-prinċipal huwa ta' wieħed minn għaxra tal-paga bażika sakemm l-impjieg ikun ta' tmien sigħat jew aktar fil-ġimgħa, iżda l-inqas kontribuzzjoni li tista' titħallas hi dik li għandha titħallas mal-paga minima nazzjonali.", "Dan ifisser li prinċipal qatt ma jaqbillu jħaddem iktar minn part-timer wieħed flok full-timer għaliex l-inqas kontribuzzjoni tan-national insurance li jista' jħallas hija dik li titħallas mal-paga minima nazzjonali, ikunu kemm ikunu s-sigħat ta' xogħol li jaħdem dak il-part- timer.", "Sur President, f'sitwazzjoni fejn l-impjiegi full-time huma mhedda, jekk irridu għallinqas nistgħu nagħtu l-opportunita' lil min iħaddem li jimpjega nies fuq bażi part-time.", "Bla dubju din tkun soluzzjoni parzjali għall- qgħad f'pajjiżna - ninsisti li tkun soluzzjoni parzjali - iżda wieħed kien jistenna li tiġi indirizzata l-problema tal-ħlas tan-national insurance contributions ta' min iħaddem, anke biex jitħajru jitħaddmu persuni part- time li ma jkollhomx diġa' impjieg full-time.", "Dan għaliex għal dawk li diġa' għandhom impjieg full-time ma terġax titħallas il-bolla għall-impjieg part-time, għax tkun diġa' qed titħallas ma' l-impjieg full-time.", "Għalhekk is-sitwazzjoni preżenti qiegħda tiffavorixxi lil min diġa' għandu full-time job u allura għandna l-konċett ta' min mejjet għall-qatra u min mejjet fis- sakra.", "Tant hu hekk li, kif diġa' għidt, in-numru ta' part-timers li għandhom ukoll a full-time job huwa ogħla min-numru ta' dawk li l-part-time job tagħhom huwa a primary job.", "Sur Presdient, illum xtaqt nitkellem ukoll dwar iż-żgħażagħ u kif l-ETC tindirizza l-problema tan-nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol f'pajjiżna għaż-żgħażagħ.", "Tajjeb li wieħed isemmi li f'pajjiżna hawn mat-80,000 żagħżugħ u żagħżugħa.", "Għandna mas-17,000 li qegħdin jipparteċipaw f'xi sistema edukattiva; għandna 2,900 li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol; għandna mas- 7,000 li jaħdmu mal-gvern; għandna kważi 800 fil-Forzi Armati; u għandna ma' l-2,200 li jaħdmu f'korporazzjonijiet parastatali u entitajiet kummerċjali tal-gvern.", "Dan ifisser li madwar 50,000 żagħżugħ u żagħżugħa jew qegħdin jaħdmu mas-settur privat jew inkella huma totalment esklużi mil- labour supply, jiġifieri huma żgħażagħ li qatt ma wrew ix-xewqa li jaħdmu.", "Lill-Ministru Edwin Grech għamiltlu mistoqsija parlamentari dwar dawn iż- żgħażagħ u għadni qed nistenna tweġiba.", "Irrid ngħid pero' li l-mission statement tal-Gvern fir-rigward taż- żgħażagħ fl-estimi għas-sena li ġejja jirriferi għan-national youth policy, li bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha ssemmi l-qasam ta' l-impjiegi.", "Iżda minkejja l-wegħda elettorali li ż-żgħażagħ isibu xogħol adattat għalihom skond il-kapaċitajiet tagħhom u minkejja ż-żieda fil-qgħad fost iż- żgħażagħ ta' taħt it-30 sena, fil-budget kien hemm inċentivi biss għal min iħaddem nies ta' 'l fuq minn 40 sena.", "Dan l-istess żball jirripetih ir- rapport annwali ta' l-ETC għas-sena 1996/1997, fejn fl-appendiċi ta' l- istatistika jirriżulta li f'Settembru ta' din is-sena kellna 42% ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol kienu żgħażagħ taħt it-30 sena.", "Ta' min jgħid li dan huwa l-ogħla persentaġġ f'dawn l-aħħar snin għax jekk wieħed iħares lejn is-snin li jelenka l-istess appendiċi ta' l-istatistika fir-rapport ta' l-ETC, wieħed isib li l-figura għall-1993 kienet ta' 39%, il-figura għall-1994 kienet ta' 33%, il-figura għall-1995 kienet ta' 38%, fl-1996 kienet ta' 40% u din is-sena hija ta' 42%.", "Tabella oħra li hawn mehmuża mar-rapport ta' l-ETC tirriferi għan-numru ta' minuri li nstabu jaħdmu.", "Din turi li bejn l-1996 u l-1997 kellna total ta' 103 każ ta' minuri li nqabdu jaħdmu u dan ukoll huwa numru pjuttost qawwi fejn snin oħra għaliex bejn l-1992 u l-1993 kien hemm 19-il każ, bejn l-1993 u l-1994 kien hemm 27 każ, bejn l-1994 u l-1995 kien hemm 85 każ u bejn l-1995 u l-1996 kien hemm 119.", "Huwa veru li dan jirrifletti wkoll li l-ETC qiegħda tagħmel xogħolha aħjar imma mill-banda l-oħra dan juri li għandna problema ta' minuri li qegħdin jinqabdu jaħdmu illegalment.", "Minkejja dawn iż-żewġ problemi reali li wieħed isib f'dan ir-rapport ta' l- ETC - jiġifieri li l-persentaġġ taż-żgħażagħ li qegħdin jirreġistraw għax- xogħol u l-persentaġġ ta' minuri li nqabdu jaħdmu llegalment huma fost l- ogħla f'dawn l-aħħar snin - l-istess rapport juri li ftit li xejn ingħata importanza l-qasam tax-xogħol fost iż-żgħażagħ.", "L-unika inizjattiva li tissemma f'dan ir-rapport tirrigwarda l-fatt li uffiċjali tal-Youth Employment Section żaru 16-il skola biex jitkellmu ma' studenti ta' l-aħħar sena sekondarja bħala parti mill-ischool leavers programme.", "U jiena nistaqsi: Il-Youth Employment Section ta' l-ETC hija b'saħħitha biżżejjed?", "Għandha biżżejjed ħaddiema?", "Il-ħaddiema li jaħdmu f'din is-sezzjoni huma mħarrġa biżżejjed u għandhom biżżejjed tagħmir biex jagħmlu x-xogħol tagħhom?", "Għaliex minkejja li l-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija tant kbira, f'dan ir-rapport ma jidhirx li hemm inizjattivi biżżejjed tajbin u biżżejjed qawwijin sabiex niffaċċjaw din il-problema.", "Irrid nagħlaq, Sur President, billi nissolleva punt ieħor.", "Filwaqt li s- sena l-oħra minn 7,000 li tħarrġu fl-ETC madwar nofshom kienu żgħażagħ taħt it-30 sena, dan il-fenomenu rrepeta ruħu anke din is-sena.", "Fil-fatt minn 7,267 li għamlu xi kors ta' taħriġ fil-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, kważi nofshom huma żgħażagħ taħt it-30 sena.", "Iżda hemm differenza, Sur President, għaliex filwaqt li bejn l-1995 u l-1996 il-korporazzjoni irnexxielha ssib impjieg lil 72% ta' dawk li għamlu xi kors, is-sena l-oħra rnexxielha ssib impjieg lil 45% biss ta' dawk li rrikorrew għandha.", "Dan juri li hawn problema ta' nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol, anke għal dak li jirrigwarda ż-żgħażagħ ta' taħt it-30 sena.", "GĦalhekk jiena nappella lill-ETC sabiex tagħti ferm aktar importanza lil din il-kategorija ta' nies.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Is- Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA (Segretarju Parlamentari): Sur President, nieħu pjaċir nara min jipprepara ċ-ċifri u ċertament li dawn għandna nikkonsidrahom u nanalizzawhom, imma meta nisma' ċerti kelliema min-naħa ta' l-Oppożizzjoni nibda ngħid li dawn bilfors insew il-passat li għadhom ħerġin minnu.", "Allura naħseb li nkunu qegħdin naqdu dmirna sewwa jekk nitfgħu l-attenzjoni tagħna għal dak li sab il-Ministru Grech fl-ETC, korporazzjoni abbużata u ħafna drabi manipulata, b'riħa tinten ta' partiġjaniżmu.", "Min ma jiftakarx, per eżempju, il-famuża skema ta' l-Awżiljari li kienet marbuta mal-qasam tax-xogħol?", "Min ma jiftakarx il-kwestjoni tal- files li għebu jew ma nstabux aktar?", "Forsi dawn il-files setgħu jagħtuna xi tagħrif fuq kif kienu qed jiġu abbużati ċerti affarijiet, imma fid-dlam tal-lejl, minn ġurnata għall-oħra, Alla jbierek dawn il-files għebu!", "Anke numru ta' computers, li forsi setgħu jipprovduna b'informazzjoni li tista' tkun ta' ġid u ta' għajnuna għall-Gvern tal-lum, spiċċaw mitlufa.", "X'kienet ir-raġuni vera li ġegħlithom iżarmaw lid-dipartiment tax-xogħol meta f'Repubblika bbażata fuq ix-xogħol ċertament li d-dipartiment tax- xogħol għandu rwol ewlieni.", "Kemm konna nisimgħu dwar kuntratti ta' pampaluni, ta' ħbieb ta' dak u l-ieħor, li kienu marbutin anke ma' dan il- qasam u anke ma' l-iskema ta' l-Awżiljari!", "Imma l-agħar ħaġa kienet li ma kien hemm l-ebda ppjanar, ma kien hemm l-ebda viżjoni u lanqas kien hemm il- professjonaliżmu li wieħed jistenna minn entita' bħalma hija l-ETC.", "Biżżejjed ngħidu li ċerti skedi kienu qegħdin jinħarġu mingħajr ma wieħed janalizza jew jimmoniterja x'inhu jiġri, bħalma ġara, per eżempju, fil-każ tal-famuża skema sabiex jgħinu lis-self-employed, fejn ħarġu l-miljuni ta' liri imma minn xtara xi trakk jew xi van.", "Saħansitra kien hemm min xtara garaxx u wara erbat ijiem Alla jbierek falla!", "Dawn huma l-affarijiet li kienu jiġru fil-qasam tax-xogħol.", "Dan hu li sab sieħbi l-Ministru Grech meta ħa over l-inkarigu l-ġdid tiegħu.", "Issa x'sar din is-sena, f'din l- ewwel sena ta' Gvern Laburista?", "L-ewwelnett dan il-Gvern ordna diversi rapporti.", "Din hija xi ħaġa li għamilniha sistematikament f'diversi oqsma, għaliex it-taħwid enormi li sibna u l-affarijiet mistura fil-pajjiż kienu xi ħaġa inkredibbli.", "Dan għamilnih għaliex wegħedna trasparenza, għaliex wegħedna li l-affarijiet joħorġu aktar fil-beraħ u ċertament li dawn ir-rapporti għenu biex dan isir quddiem il-poplu tagħna.", "Bdejna nipprovdu wkoll aktar taħriġ speċjalizzat u anke riċerka xjentifika.", "Kif diġa' għidt, jiena nieħu pjaċir li jkun hemm min isemmi ċ-ċifri, u huwa veru li fis-soċjeta' tagħna għandek nies li minħabba l-eta' tagħhom ma jistgħux isibu xogħol, u jekk ma nirrealizzawx dan inkunu qegħdin naħarbu mir-realta' tal-ħajja.", "Issemmew partikolarment iż-żgħażagħ li meta jiġu biex ifittxu x-xogħol l-ewwel li jitolbuhom hija l- esperjenza.", "Mela dan huwa żvantaġġ marbut ma' l-eta' pero' ħafna drabi bl- entużjażmu li jkollhom dawn iż-żgħażagħ huma kapaċi jegħlbu dan in-nuqqas.", "Settur ieħor li wkoll għandu l-handicap ta' l-eta' huwa s-settur tal- 45 year-olds and over pero' dan il-Gvern, kif rajna anke fil-budget, diġa' qed jaħseb għal dawn in-nies.", "Huwa veru li t-tagħlim u l-iskills li għandhom dawn in-nies ħafna drabi jkunu limitati, għaliex fil-passat ma kienx hemm l- opportunitajiet ta' edukazzjoni li hemm illum, imma din hija r-realta' u huwa ħażin ħafna li jkollok kap ta' familja li jrid jaħdem pero' ma jsibx fejn.", "GĦalhekk l-ewwel dmir tagħna huwa li ngħinu sabiex dawn il-kapijiet tal-familja jsibu posthom fis-soċjeta'.", "Fil-fatt għall-ewwel darba f'pajjiżna - għalkemm din hija problema li ilha teżisti s-snin imma donnu għall-membri ta' l-Oppożizzjoni ma kien hemm xejn ħażin - f'dan il-budget qegħdin ninkorraġġixxu lill-employers iħaddmu persuni ta' din l-eta' billi qegħdin ngħidulhom li l-Gvern se jħallas parti mill-kontribuzzjonijiet tas- sigurta' soċjali ta' dawn il-ħaddiema.", "Jiena m'iniex qed ngħid li b'dan il- mod sibna s-soluzzjoni perfetta jew is-soluzzjoni dejjiema imma żgur li qegħdin nagħmlu pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Sur President, nista' ngħid li aħna mpenjati anke sabiex insibu x-xogħol għaż-żgħażagħ.", "Nista' ngħid li bħalma għamilna riċentement bejn il- ministeru tad-djar u s-segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ, bħalissa għaddej eżerċizzju ieħor bejn rappreżentanti mill-ministeru tal-ħarsien soċjali, l-ETC u s-segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ.", "Dan huwa importanti għaliex biex negħlbu sfidi bħal dawn ma jista' jinqata' għalih ħadd imma rridu naħdmu f'unjoni u bħala gvern magħqud.", "Fil-fatt qegħdin nistennew li matul is-sena li ġejja jkollna targets preċiżi fejn irridu naslu fuq dan il-punt.", "Din is-sena l-koperazzjoni mad-dipartiment tax- xogħol rajniha terġa' tikber għaliex biex negħlbu l-problemi fil-qasam tax- xogħol irridu naħdmu flimkien.", "Dan il-Gvern irid jaħdem b'sistemi moderni u bil-metodi xjentifiċi li hemm bżonn.", "Fi tmexxija bħal din huwa importanti wkoll li jkun hemm konsultazzjoni ma' kull min huwa interessat f'dan il-qasam, xi ħaġa li l-ETC sa ftit xhur ilu ftit li xejn kienet tagħmel, u mhux ikun hemm biss il-kelma tal-ministru.", "Qegħdin naraw ukoll li jkun hemm espansjoni fl-ekonomija u li niżviluppaw industriji ġodda li huma partikolarment marbuta mal-qasam turistiku li tant huwa vitali għal pajjiżna għaliex il-Gvern Nazzjonalista donnu qatt ma ta importanza lil dan il-qasam.", "U dan kollu qed isir fl-ewwel xhur ta' dan il-Gvern.", "Sur President, jiena ma nixtieqx nagħmel xi intervent twil pero' naħseb li kien importanti li nagħmlu saqajna ma' l-art, li naraw x'kienet ir- realta' tas-sitwazzjoni fil-qasam tax-xogħol u li bħala gvern nagħtu direzzjoni ċara, preċiża u konkreta f'dan il-qasam.", "Il-qasam tax-xogħol qatt ma kien xi ħaġa li jaqta' qalb Gvern Laburista u ninsab fiduċjuż li r- riżultati li se jinkisbu fis-snin li ġejjin f'dan il-qasam se jkunu ta' awgurju għall-pajjiż u anke għalina bħala rappreżentanti tal-poplu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq nagħti l-kontribut tiegħi f'dan id- dibattitu dwar l-ETC billi nqajjem problema li fil-fehma tiegħi hija problema serja, li forsi hija sintomu tan-nuqqas ta' ħsieb ta' dan il- Gvern.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-bidliet sostanzjali li saru fiċ-ċifri ta' l-istatistika dwar l-impjiegi mill-ETC mill-aħħar ta' l-1993 sa l-1997.", "Is-Segretarju Parlamentari Gavin Gulia poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ittra datata 30 ta' Jannar 1997, li l-ex-chairman ta' l-ETC kien bagħat lill- ministru responsabbli mill-ETC ta' dak inhar.", "Din l-ittra tgħid bl-iktar mod ċar:", "\"We are conducting an exercise in order to revise the gainfully occupied figures from 1980 until 1995 so as to incorporate changes due to data misclassifications arising from untimely reporting by employers and input errors.\".", "Li jkun hemm xi korrezzjonijiet hija xi ħaġa li ssir fi kwalunkwe statistika pero', kif tindika l-ittra, dawn il-korrezzjonijiet kellhom imorru lura għall-1980.", "Iżda dan il-Gvern, jiena ngħid b'nuqqas ta' ħsieb, irreveda biss il-figuri minn Settembru ta' l-1993 sa Settembru ta' l-1997, u l-bidliet huma sostanzjali.", "Jekk inħarsu, per eżempju, lejn l-istatistika tal-gainfully occupied ta' Settembru ta' l-1996, kif kienet ippubblikata u kif ġiet riveduta, insibu tnaqqis ta' madwar 4,000.", "Issa l-implikazzjoni ta' din il-bidla parzjali ħolqot diffikultajiet kbar biex wieħed ikun jista' jagħmel analisi serja ta' l-istatistika, u jiena naħseb li dan il-Gvern irnexxielu jagħmel xi ħaġa li qatt ma saret mill-Indipendenza 'l hawn.", "Illum għandna break serja fis-series ta' l-istatistika, b'mod li lanqas tista' biss tagħmel graph ta' l-impjiegi li tmur lura minn issa sa għaxar snin ilu, għax ikollok tieqaf fl-1993, għaliex s'hemmhekk jaslu ċ-ċifri riveduti.", "Jien ngħid li din hija irresponsabbilta' kbira li waqfu hemmhekk, għaliex dawn it-tip ta' revisions nejja - għax, kif tgħid l-ittra ta' l-ex-chairman ta' l-ETC, wieħed irid imur to the logical begining - influwenzaw anke l-istatistika tal-GDP.", "Qed ngħid dan għaliex kif kulħadd jaf - neħħi l-membri tan-naħa l-oħra li huma responsabbli mill-ETC, imma tajjeb li jkunu jafu - il-GDP hija maħduma b'żewġ modi, waħda skond l-infiq u l-oħra skond id-dħul, li huwa bbażat fuq l-impjiegi.", "Bħala konsegwenza ta' din il-bidla, li ħaditna lura biss sa l- aħħar ta' l-1993, il-GDP ġie aġġustat 'l isfel b'xi ¥10 miljun u, jekk tara l-economic survey li għadu kif ħareġ dan il-Gvern, issib ħafna asterisks u jgħidulek li ċ-ċifri ta' qabel l-1994 ma tistax tqabbilhom ma' dawk ta' wara għaliex hemm bidla fil-mod kif qegħdin jiġu mkejla l-impjiegi.", "Prattikament hemm bidliet f'kull settur ta' l-impjiegi u allura din introduċiet a break in the series.", "Ma jistax ikun li għal dawk li huma employment figures ma tistax tmur lura iktar minn tlieta jew erbgħa snin, qisu d-dinja ta' l-istatistika għal dan il-Gvern bdiet mill-aħħar ta' l- 1993!", "Din hija xi ħaġa redikola u hija xi ħaġa li la turi rispett lil min qed jagħmel ir-riċerka f'pajjiżna u lanqas turi l-ebda rispett lill- istituzzjonijiet barranin li jippubblikaw l-istatistika ta' Malta.", "Dan huwa żball li jrid jiġi rrimedjat mill-aktar fis għaliex ma jistax ikun li bħala konsegwenza ta' din il-bidla jkollna break in the series, meta suppost li r-reviżjoni bdiet minn meta nstab li kien hemm xi diffikultajiet fiċ-ċifri.", "Wieħed jinnota, per eżempju, li kien hemm bidliet sostanzjali fis-settur ta' l-agrikoltura u fis-settur tal-kostruzzjoni.", "F'dawn iż-żewġ setturi dejjem ikun hemm ċerta diffikulta' biex wieħed jiddetermina min ikun qed jaħdem part-time u min ikun qed jaħdem full-time u allura jkollok ċerti bidliet, pero' dawn il-bidliet saru biss sa ċertu perijodu.", "Issa l- Ministru at some stage se jqum jgħid li din għadha l-ewwel fażi imma l- credit institutions li jagħmlu l-analisi fuq Malta ma jistgħux jistennew sakemm it-tieni fażi tar-revisions ta' l-istatistika, inkluż tal-GDP, tkun lesta u mbagħad ikunu jistgħu jitkellmu fuq l-ekonomija Maltija.", "Fil- fehma tiegħi, Sur President, il-Ministru Grech u s-Segretarju Parlamentari Gulia ngħataw parir li m'huwiex aċċettabbli għal pajjiż żviluppat.", "Kieku l-bidliet ġew spjegati u wieħed ikun jista' jifhem x'ġara u x'ma ġarax forsi tkun tista' sserraħ moħħok, pero' meta tħares lejn iċ-ċifri u tara fiex irriżultaw - se nikkonċentra fuq statistika li tittratta s-self- employed, għaliex jiena ilni nsemmi ċerti problemi li qed jiffaċċja dan is- settur - issib xi ħaġa li lanqas titwemmen.", "Qed nirriferi hawnhekk għal tabella li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Onor.", "Gavin Gulia fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet, tabella li turi kif ġew aġġustati ċ-ċifri tas-self- employed minn Jannar 1996 sa Settembru 1997 xahar b'xahar.", "Skond l-istatistika kif kienet ipubblikata, minn Ottubru tas-sena li għaddiet sa Settembru ta' din is-sena n-numru tas-self-employed naqas b'956.", "Issa jien kont ili għal żmien niġbed l-attenzjoni tal-Gvern li fis- settur tas-self-employed kellna diżastru pero' kien hemm min merieni u qal li ma kienx veru li ċ-ċifri naqsu daqshekk.", "(Interruzzjonijiet) Il- Ministru qed jgħidli li jien ħadt żball imma jiddispjaċini ngħidlu li huma ħadu żball - u żball oħxon - għaliex waqt li ċ-ċifra fit-tnaqqis tas-self- employed qabel ir-reviżjoni kienet ta' 956, iċ-ċifra wara r-reviżjoni niżlet għal 245.", "Allura huwa l-Ministru li ħa żball għaliex waqt li jiena kont ngħid li ċ-ċifri tas-self-employed qed jonqsu b'ritmu qawwi, jekk huwa kien au courant ma' l-istatistika riveduta u kien jaf li dan ma kienx minnu, allura jmissu qal li l-problema qiegħda fir-revisions ta' l- istatistika.", "Imma mhux hekk ġara għax meta tara l-istatistika mhux biss issib li bir- reviżjonijiet it-tnaqqis tas-self-employed niżel għal 245 - għaliex għad m'għandniex iċ-ċifri kollha kif ġew riveduti; kulma għandna huma ftit tabelli li ġew imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra u xi tabelli fl-\"Economic Survey\"; imma spjegazzjoni għaliex dan ġara m'għandniex - imma ssib li ċ- ċifra ppubblikata f'Jannar ta' l-1996 kienet 16,337 u ċ-ċifra riveduta kienet ta' 15,870, jiġifieri tnaqqis ta' 467, dejjem minħabba data problems, misclassifications etc. Imbagħad iċ-ċifra ppubblikata f'Settembru ta' l-1997 kienet ta' 14,926 u ċ-ċifra riveduta kienet ta' 15,472.", "Jiġifieri minflok inaqqsu issa bdew iżidu.", "Tajba din!", "Mela f'Jannar ta' l-1996 naqsu b'467 u f'Settembru ta' l-1997 Alla jbierek żdiedu b'546!", "U kif diġa' għidt, s'issa ma kien hemm l-ebda spjegazzjoni dwar dan.", "(Interruzzjonijiet) Imma aħna rridu nkunu sodisfatti għaliex din hija xi ħaġa serja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: (Interruzzjonijiet) Jiena rrid li dan il-Parlament ikollu spjegazzjoni dettaljata u m'iniex se nieqaf sakemm ikollna din ir- risposta għaliex l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod.", "(Interruzzjonijiet.)", "Sur President, jiena ma nterrompejt lil ħadd, u ma nafx għalfejn il- Ministru qiegħed jitbaqbaq.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Bonnici, għandek il-protezzjoni tas-Sedja.", "Kompli, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Ministru qed jgħid li qiegħed jiskanta.", "Imma issa intom qegħdin fil-gvern u ilkom fil-gvern għal dawn l-aħħar 15-il xahar.", "Ċifra li kienet turi tnaqqis ta' 457 fis-self employed, iddawret f'żieda ta' 546.", "Min se jemmen li hemm raġuni valida għal dan?", "Jiena rrid nemmen li hemm xi raġuni valida u rrid nemmen li qegħdin f'pożizzjoni li għandna xi ħaġa li tagħmel sens, pero' jekk inħares lejn il-pattern tal- bidliet, speċjalment għal dak li jirrigwarda s-self-employed, għad irrid nifhem xi żball jista' jwassal biex in-numru tas-self-employed fi żmien Gvern Nazzjonalista jonqos b'457, u fi żmien Gvern Laburista jiżdied b'546!", "Hawnhekk il-Ministru għadu qed jagħtina parti żgħira ta' l-istampa li wasslet għal discontinuity fl-istatistika ppubblikata u li wasslet għal diffikultajiet kbar biex wieħed jinterpreta x'qed jiġri.", "GĦalhekk jeħtieġ li mill-aktar fis possibbli naraw li r-revision ta' l-istatistika tinbeda mill-1980, kif kien qal fl-ittra tiegħu l-ex-chairman ta' l-ETC lill- ministru ta' dak iż-żmien.", "Issa, bir-rispett kollu, Sur President, jien nifhem li biex wieħed lesta ċ-ċifri ta' dawn l-aħħar erba' snin, sinjal li lesta l-istatistika tas-snin ta' qabel ukoll - għax hawnhekk imbagħad jibdew jidħlulek is-suspetti - għax biex wieħed jirrevedi l-figuri tal-lum irid ikun irreveda l-figuri ta' qabel, u mhux jibda bil-maqlub jew jaqbad xi ħaġa minn denbha, kif għamel dan il-Gvern.", "Il-Gvern imissu beda jirrevedi mill-1980 u baqa' nieżel sal- lum u mhux bil-maqlub, għaliex issa għandna discontinuity fl-istatistika.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħid li m'għandix x'ngħid.", "Kemm għandi x'ngħid, Sur President!", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn għall-ewwel darba f'għaxar snin il-qgħad żdied b'iktar minn 1,500 u allura dan il-Gvern tal-Labour qed ifalli proprju fl- iktar qasam li kien jgħid li għandu biex jiftaħar bih.", "Imma s'issa l- passat wera li dan il-partit dejjem falla f'dan is-settur u qed ifalli llum ukoll għaliex it-termometru ta' l-ekonomija tagħna, jiġifieri t-termometru ta' l-impjiegi u t-termometru tal-qgħad, qiegħed juri li l-ekonomija tagħna għandha deni ta' żiemel li sfortunatament, bil-miżuri mħabbra fil-budget, se jibqa' tiela' għaliex huma miżuri goffi u esaġerati u li se jkomplu jwasslu għal iktar qgħad.", "Jiena ma nixtieqx nara iktar qgħad, anzi nixtieq li l-Gvern jimxi b'policy li twassal għal tnaqqis fil-livell tal-qgħad imma mhux hekk qed jiġri.", "Dan għaliex bil-policy ta' sħab il-ministru responsabbli mill- ħarsien soċjali, huwa se jkun iffaċċjat bi problema ferm ikbar għaliex inti ma tistax timbotta 'l fuq il-cost tal-produzzjoni b'mod goff, kif għamel dan il-Gvern fil-budget, u ma tistax tirrevedi dawn iċ-ċifri bla ħsieb u tieqaf fin-nofs.", "Anke t-tfal ta' l-iskola jitgħallmu li l-ewwel tibda mill- bidu u mhux mill-aħħar għaliex inkella mhux titfixkel u titgerbeb imma tagħmel diversi żbalji wkoll!", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari l- Onor. Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Segretarju Parlamentari għas-Self Employed): Sur President, jiena kont qed nistenna li l-Onor.", "Josef Bonnici jagħmel l- intervent tiegħu fuq dan l-argument, partikolarment wara l-pubblikazzjoni ta' artiklu li kiteb huwa stess f'\"The Sunday Times\", li kien jgħid proprju dak li qal illum.", "L-Onor.", "Membru qabad ma' biċċa minn korrispondenza li jiena poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra nhar il-Ħamis, meta konna qegħdin niddiskutu s-self-employed fil-Kumitat ta' Provvista.", "Pero' nfakkar lill- Onor. Membru li jien ma qegħedtx biss il-korrispondenza li huwa konvenjentement qiegħed jiċċita minnha llum, cioe' l-ittra li l-ex-chairman ta' l-ETC, is-Sur Lawrence Zammit, kien bagħat lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, imma qegħedt ukoll korrispondenza oħra li ġġib id-data ta' l-20 ta' Settembru ta' l-1996.", "Issa nispera li ma nibdewx ngħidu li l-iswed huwa abjad u l-abjad huwa iswed!", "Kulħadd jaf li fl-20 ta' Settembru ta' l- 1996 ma kienx hawn Gvern Laburista imma Gvern Nazzjonalista.", "Din l-ittra datata 20 ta' Settembru, 1996 hija miktuba mill-ex-chairman ta' l-ETC, is-Sur Lawrence Zammit, lill-ex-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani, il-Perit Michael Falzon, li kien responsabbli wkoll mill- ETC, u tgħid hekk:", "\"Hon.", "Minister,", "The Employment and Training Corporation and the Economic Planning Division of the Ministry of Finance have been working over the last three years ...\"", "- nirrepeti \"over the last three years\", jiġifieri l-aħħar tliet snin ta' Gvern Nazzjonalista -", "\"... on having an accurate database as possible of persons in employment.\".", "Dan ifisser li l-ETC indunat li l-istatistika li kienu qegħdin jippubblikaw dak iż-żmien - l-istess ċifri li kienu qegħdin jiġu ppubblikati sa ftit ilu - kienet żbaljata.", "U din hija sempliċi biex tispjegaha, Sur President.", "Mela x'kien qed jiġri?", "Meta xi ħadd jiġi biex jaħdem bħala self-employed, dan għandu jimla dik li ngħidulha engagement form u jibgħatha lill-ETC, jekk ikollu naqra kortesija.", "Mela jekk jiena Gavin Gulia rrid nibda naħdem ta' avukat, irrid nimla engagement form u nibgħatha lill-ETC, biex ninformahom li bdejt naħdem għal rasi.", "U meta jiena nibgħat dik l-engagement form, in-numru tas- self-employed fir-reġistru tas-self-employed jiżdied b'wieħed.", "GĦalhekk, jekk għall-grazzja ta' l-argument kien hemm għaxra self-employed f'dik id- data li jiena bgħatt l-applikazzjoni tiegħi, dawn minn għaxra saru ħdax.", "Pero' l-istatistika ma tinġabarx biss għal min jibda imma tinġabar ukoll għal min jispiċċa - żgur li l-Ministru Grech ikollu l-opportunita' li jispjega aktar fid-dettal dwar dan, għaliex din għandha x'taqsam mad- dikasteru tiegħu, pero' naturalment jiena staqsejt u ndagajt u naf li dan li qiegħed ngħid huwa sagrosant u preċiż - u meta jiena Gavin Gulia nispiċċa minn self-employed, nibgħat termination form lill-ETC u nitneħħa minn fuq ir-reġistru tas-self-employed.", "Imma x'kien qed jiġri?", "Kien qiegħed jiġri - forsi din hija l-ispjegazzjoni li qed jistenna l- Onor. Josef Bonnici, u għandu kull dritt għaliha ....", "(Interruzzjonijiet) Imma dan intom kontu tafuh u m'għandix għalfejn nispjegah jien.", "Forsi inti ma kontx taf imma l-Perit Michael Falzon kien jaf.", "Imma ħalli ngħidu li għall-grazzja ta' l-argument ma kontux tafu x'kien qed jiġri.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejtekx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Gulia, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, kont qed ngħid li jekk jiena kont nibgħat it-termination form illum, din ma kenitx tiġi rreġistrata llum stess.", "U dan l-Onor.", "Cassar kien jafu, u jaf li dak li qed ngħid huwa sagrosant.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar on a point of order.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Sur President, hawnhekk kulħadd għandu jindirizza lis- Sedja.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GAVIN GULIA: M'inix nindirizza lilu, Sur President.", "Li kien qed jiġri wkoll huwa li kemm l-engagement forms u kif ukoll it-termination forms ma kenux qegħdin jintbagħtu fil-ħin.", "GĦalhekk ġara li ġara fl-ETC, u din mhux aħna ndunajna biha imma ndunaw bih il-kollegi tagħna tan-naħa l- oħra u kixfithom il-korrispondenza.", "Per eżempju, ikun hemm min jaqleb għal self-employed fl-1994 u jibgħat l- engagement form fl-1995.", "Allura dan jiġi rreġistrat li beda jaħdem bħala self-employed fl-1995, mentri suppost jiġi indikat li beda fl-1994.", "L- istess jista' jingħad għat-termination forms.", "Jekk xi ħadd jibgħat termination form sena wara li jkun spiċċa bħala self-employed, l-ETC tirreġistrah bħallikieku waqaf mix-xogħol f'dik il-ġurnata li jirċevuha u mhux f'dik il-ġurnata li fil-fatt jieqaf.", "GĦalhekk kellna taħwid kbir fl- istatistika u naqbel perfettament ma' l-ex-Gvern Nazzjonalista li beda dan l-eżerċizzju għaliex dawn ma kenux qegħdin jirriflettu r-realta' u l- verita', u barra minn hekk dan ma kienx ġust.", "L-Onor.", "Josef Bonnici, b'ċertu emozzjoni, qal li jrid ikollna rispett lejn min jagħmel ir-riċerki.", "Imma allura għandna nimxu fuq statistika li m'hijiex reali?", "Dan huma kienu jafuh u anke aħna nafuh u għalhekk komplejna b'dan l-eżerċizzju li bdew huma.", "Sur President, kont qed ngħid li dan ma kienx ġust għaliex kien hemm min kien jibda bħala self-employed fl-1996, jiġifieri taħt Gvern Nazzjonalista, imma jibgħat l-engagement form fl-1997, u jiġi rreġistrat bħallikieku żdied mas-self-employed taħt Gvern Laburista.", "Hawn żgur li jaqblu miegħi mill-Oppożizzjoni, imma l-argument iregi wkoll meta xi ħadd li jieqaf minn self-employed fl-1996 jibgħat it-termination form illum u allura jidher li naqas fi żmienna.", "Dan hu li kien qed jiġri.", "Nerġa' ngħid, Sur President, dan kienu jafuh u għalhekk bdew dan l-eżerċizzju.", "Imma jiddispjaċini ngħid li kien hemm traskuraġni enormi għaliex fi tliet snin ma waslux biex jippubblikaw l-istatistika riveduta.", "Imma ħalli nkompli fuq dak li qal l- Onor. Josef Bonnici.", "L-Onor.", "Bonnici qal li jmissna nistħu u li ma jagħmilx sens li din il- biċċa xogħol bdejniha b'lura.", "Qal ukoll li jmissna bdejniha mill-1980, u jiena ngħidlu li jekk aħna bla sens, huma bla sens aktar minna għax huma hekk ukoll bdewha.", "L-Onor.", "Josef Bonnici ma qarax il-korrispondenza kollha.", "Qara l-ittra li rċieva l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, l-Onor.", "Edwin Grech, imma ma qarax dik li rċieva l-Perit Michael Falzon, meta kien responsabbli mill-ETC.", "Din l-ittra, fit-tielet paragrafu tagħha, tgħid hekk:", "\"It is advisable that any amendments to publish data be effected in December 1996 and backdated to previous years.\".", "Jiġifieri l-ex-chairman ta' l-ETC, is-Sur Lawrence Zammit - li għamluh huma - fl-20 ta' Settembru, 1996 kien qiegħed jinforma lill-ministru ta' dak iż- żmien li dawn ir-reviżjonijiet kienu ilhom jagħmluhom, li kienu qegħdin jagħmluhom backdated u li huwa advisable li jagħmluhom backdated.", "U safejn naf jien - imbagħad jilluminani l-Ministru responsabbli mill-ETC meta jiġi biex jagħmel il-winding-up - il-Perit Michael Falzon ma bagħatx jgħidlu li se jagħmel xi diżastru għaliex dan se jkollu effett fuq il-GDP, kif qiegħed jgħid l-Onor.", "Josef Bonnici.", "Dak iż-żmien ma ntqal xejn minn dan kollu u issa qegħdin jakkużawna li qegħdin nagħmlu eżerċizzju backdated!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Bonnici, jiena ngħid li din il-korrispondenza qabżitlek għaliex lanqas fir-rapport tiegħek f'\"The Sunday Times\" ma semmejtha, u qed ngħid hekk għaliex din jiena esebejtha mal-korrispondenza l-oħra u inti għoġbok tiċċita biss parti mill-korrispondenza.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici on a point of order.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Gulia qed jgħid li din il-korrispondenza qabżitli imma dan m'hu veru xejn.", "L-unika ħaġa li tgħid din il- korrispondenza huwa li l-istatistika għandha tiġi backdated.", "Jiena għalhekk għidt li l-istatistika għandha tmur lura għall-1980.", "Jiġifieri dak li qed jgħid l-Onor.", "Gulia huwa konsistenti ma' dak li qed ngħid jiena, imma s-Segretarju Parlamentari għadu ma spjegax x'ġara fis-settur tas-self- employed.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, din l-ittra li rċieva l-Perit Michael Falzon tkompli tgħid:", "\"It is expected that December 1996 data be published around March/April 1997.\".", "Jiġifieri kienu se jibdew biha, kienu se jibdew b'ta' l-1996.", "Allura kieku ppubblikawha dak iż-żmien, kont tqum Onor. Josef Bonnici u tgħid li qiegħed isir diżastru fl-istatistika?", "(Interruzzjonijiet) Le, ma kont tgħid xejn minn dan kollu.", "Aħna komplejna bl-eżerċizzju li bdejtu intom.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, Gvern Laburista m'hu jagħmel l-ebda gabirjola u m'hu qed jagħmel xejn ġdid jew li jiddipartixxi minimament minn dak l-eżerċizzju li kienet qiegħda tagħmel l-ETC taħt Gvern Nazzjonalista.", "Dak li beda Gvern Nazzjonalista qed inkompluh aħna.", "Imma aħna għamilna aktar għaliex aħna dan għamilnih f'sena waħda u Gvern Nazzjonalista lanqas f'erba' snin ma rnexxielu jasal!", "Pero' jiena naf għalfejn l-Oppożizzjoni qiegħda toqmos.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Tonio Borg, jekk jogħġbok, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, dawn hekk iridu.", "GĦalihom bad news is good news!", "Imma meta kienu bdew eżerċizzju huma stess, għaliex ma kellhomx fiduċja fl-istatistika li kienet toħroġ l-ETC, rikbu fuq il-karru xorta waħda u bdew jgħidu li s-self-employed naqsu bi 800, b'900, b'1,000 eċċ. (Interruzzjonijiet) Onor. Josef Bonnici, la qed tinterrompini għandek xi interess.", "(Interruzzjonijiet) Dan kien kollu għal xejn għaliex issa ġew f'cul de sac għaliex ħriġna r-riżultati ta' dak l-eżerċizzju li bdew huma stess u filli kienu qegħdin jiftaħru li s-self-employed naqsu b'1,000 filli rrealizzaw li naqsu b'183.", "GĦalhekk l-Onor.", "Bonnici ma rraportax tajjeb il- bieraħ f'\"The Sunday Times\" meta qal li s-self-employed naqsu b'250.", "(Interruzzjonijet) Intom tgħajruna bil-politika tal-calculator, imma l- calculator intom ma tafux tużawh.", "Flimkien ma' l-artiklu ta' l-Onor.", "Bonnici hemm ippubblikata wkoll tabella li turi li f'din is-sena, minkejja l-kliem kollu li ntqal, is-self-employed naqsu b'183, mentri fi żmien l- amministrazzjoni Nazzjonalista, bil-viżjoni ta' l-Unjoni Ewropea, bil-VAT u bl-inizjattivi tas-settur privat, is-self-employed naqsu b'240.", "Dan kollu juri li fi żmienna r-ritmu tat-tnaqqis naqas.", "U jridu jew ma jridux, jogħġobhom jew ma jogħġobhomx, ikollkom jibqgħu biha.", "(Interruzzjonijiet) Mur ara, Sur President, kieku bdejna dan l-eżerċizzju aħna!", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, jressaq l- Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornat.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 2 ta' Diċembru fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 1997/98 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "---------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fid-dibattitu dwar il-budget, meta konna qegħdin niddiskutu l-qasam ta' l-intern, jiena erġajt urejt illi r- rata tal-kriminalita' f'pajjiżna din is-sena żdiedet, u erġajt urejt il- preokkupazzjoni tiegħi li f'ċerti oqsma żdiedet b'mod allarmanti ħafna.", "Qed ngħid erġajt urejt għaliex dan jiena kont diġa' tkellimt u ktibt dwaru.", "Meta f'dan il-Parlament għidt illi r-rata ta' kriminalita' fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena żdiedet b'5.2%, jiġifieri r-reati kollha rrapportati lill-Pulizija fl-ewwel seba' xhur tas-sena żdiedu b'5.2%, ħsibt li se jkun hemm xi forma ta' reazzjoni min-naħa tal-Gvern, imma ma kellna assolutament l-ebda reazzjoni.", "Meta jiena għidt li fl-ewwel seba' xhur tas-sena, minn ċifri ppubblikati mill-Gvern stess, ir-reati vjolenti, attentat ta' qtil, feriti ta' natura gravi, omiċidji u dawn l-affarijiet, żdiedu b'100%, jiġifieri rdoppjaw, ħsibt illi se jkn hemm xi forma ta' reazzjoni min-naħa tal-Gvern imma ma kellna assolutament l-ebda reazzjoni.", "Meta għidt illi r- reati ta' natura sesswali, li l-vittmi tagħhom ħafna minnhom ikunu nisa u tfal, fl-ewwel seba' xhur tas-sena żdiedu b'145%, ħsibt li se jkun hemm xi forma ta' reazzjoni min-naħa tal-Gvern, imma ma kellna assolutament l-ebda reazzjoni.", "Meta għidt u anke ktibt li fl-ewwel seba' xhur tas-sena s-serq, bħala serq globali, żdied u li s-serq hekk imsejjaħ urban, jiġifieri serq minn areas residenzjali, żdied ukoll b'9%, ħsibt li se jkun hemm xi forma ta' reazzjoni min-naħa tal-Gvern, imma assolutament ma kellna l-ebda reazzjoni.", "Meta għidt dan id-diskors, il-Prim Ministru f'ħin verament qasir, qal: L- Onor. Borg ma jafx li l-Pulizija biddlet is-sistema ta' kif tirreġistra r- reati u daħħlet sistema komputerizzata?", "Donnu l-Prim Ministru ried jgħidilna li b'din is-sistema komputerizzata qed jiġu rreġistrati aktar reati. |mma dan m'huwiex minnu.", "Imma anke kieku kien minnu, din is- sistema daħlet f'Awissu, u kien għalhekk li jiena qabbilt dak li ġara fl- ewwel seba' xhur ta' din is-sena ma' dak li ġara fl-ewwel seba' xhur tas- sena li għaddiet, ħalli ħadd ma jakkużani illi m'iniex inqabbel like with like.", "Dan apparti l-fatt illi ma saret l-ebda differenza f'ċerti reati fil- mod kif qed jiġu rrapportati issa.", "Per eżempju, ma kien hemm l-ebda tibdil fil-mod kif jiġu rreġistrati r-reati sesswali jew ir-reati ta' frodi, iżda xorta waħda kien hemm żieda sostanzjali f'dawn it-tip ta' reati, mhux biss fl-ewwel seba' xhur tas-sena imma anke fix-xahar ta' Awissu - meta ġiet introdotta s-sistema l-ġdida - fix-xahar ta' Settembru u anke fix-xahar ta' Ottubru.", "U l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu, Sur President, hija li flok nirrikonoxxu li hemm problema, nipprovaw naħbuha jew inkella nipprovaw nipperswadu lin-nies li kollox miexi sewwa meta fil-fatt m'huwiex hekk.", "Li huwa aktar inkwetanti m'huwiex li kien hemm żieda ta' 5.2% fir-reati totali, għaliex jista' jkun li żdiedu ċerti reati illi m'humiex daqshekk gravi, imma f'dawk ir-reati serji - bħar-reati vjolenti kontra l-persuna, il-ħsara volontarja kontra l-persuna, ir-reati ta' natura sesswali u r- reati ta' frodi - kienet reġistrata żieda u f'ċerti oqsma, bħal fil-qasam tal-frodi, kien hemm żieda ta' 1000%.", "GĦalhekk ejja nirrikonoxxu li hemm problema u mhux nipprovaw nipperswadu lin-nies li kollox huwa normali għaliex biddilna s-sistema!", "Nerġa' ngħid, is-sistema daħlet f'Awissu u jiena semmejt iċ-ċifri ta' qabel Awissu, imma jidher li min-naħa tal-Gvern qegħdin jipprovaw jikkonslaw billi jgħidu li l-valur ta' l-affarijiet misruqa din is-sena naqas!", "Imma għalija dan huwa aktar inkwetanti għaliex jekk żdied is-serq imma naqas il-valur totali ta' l-affarijiet misruqa, dan ifisser li qegħdin jintlaqtu aktar nies.", "Mela minflok qed ikun hemm serqa waħda tajba, qed ikun hemm ħafna serqiet differenti f'ammonti iżgħar li qegħdin jaffetwaw aktar nies, l-aktar dawk li għandhom mezzi limitati bħall- anzjani.", "Fid-dibattitu tal-budget dwar l-intern issemmiet ukoll il-protezzjoni ċivili, din id-darba mill-Ministru Mizzi illi ta l-impressjoni illi fi żmien il-Gvern Nazzjonalista ma sar xejn f'dan il-qasam.", "Issa jiena għamilt sena u nofs ministru tal-protezzjoni ċivili u niftaħar - mhux f'ismi personali imma għan-nom tal-Gvern Nazzjonalista - li jekk kien hawn gvern li ħa l-qasam tal-protezzjoni ċivili bl-akbar serjeta' u mhux biss bil-kliem imma wkoll bil-fatti, dan kien il-Gvern Nazzjonalista.", "L- ewwelnett kien Gvern Nazzjonalista illi fassal il-protokoll finanzjarju mal- Gvern Taljan, sabiex inkunu nistgħu nieħdu sussidju qawwi finanzjarju fil- qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Kien ukoll Gvern Nazzjonalista li uża dan il- protokoll finanzjarju sabiex jagħmel għall-ewwel darba f'Malta pjan nazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Fil-fatt konna ġibna esperti mill-Italja li damu hawnhekk mill-inqas sena jaħdmu u jistudjaw, u ħarġu bi pjan ta' kif għandna nilqgħu f'każijiet ta' emerġenzi naturali.", "Kien Gvern Nazzjonalista wkoll illi uża dan il-protokoll finanzjarju sabiex għall-ewwel darba f'Malta jinxtraw żewġ fire-engines ġodda fjamanti, għax Alla jbierek il-Pulizija ma kellhiex fire-engines ġodda u dejjem kienet tiddobba bis-second-hand!", "Kien biss f'Awissu tas-sena li għaddiet illi taħt il-protokoll Taljan inġabu żewġ fire-engines Taljani li jqumu ¥80,000-il waħda sabiex inkunu nistgħu nsaħħu l-ġlieda kontra t-tifi tan- nar fuq l-art.", "Qed ngħid Taljani għaliex, taħt il-protokoll finanzjarju, meta tixtri xi ħaġa trid tixtriha bilfors mis-suq Taljan, għaliex huma l- flus Taljani li jifformaw is-sussiddju fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Barra minn hekk, sakemm inġabu dawn il-fire-engines ġodda nxtraw xi fire- engines oħra second-hand mill-Ingilterra.", "Imbagħad ikun hemm min jiġi f'dan il-Parlament u bil-wiċċ tost kollu jgħid li fil-qasam tat-tifi tan- nar ma sar xejn, meta jiena naf kemm il-Gvern Nazzjonalista ta importanza lill-fire brigade fil-qasam tal-Korp tal-Pulizija.", "Din hija ipokrezija mill-kbar nett, bħalma hija ipokrezija wkoll u nuqqas ta' realta' li wieħed jgħid li l-Gvern issa se jixtri lanċa mill-Italja għat-tifi tan-nar.", "Dik il-lanċa għat-tifi tan-nar kont ftehemt dwarha jiena personalment mal- ministru tal-protezzjoni ċivili, Franco Barberi, illi ġie Malta f'Settembru tas-sena li għaddiet, u kkonkludejna agreement sabiex nużaw il-protokoll finanzjarju Taljan sabiex, wara li saħħaħna l-fire brigade għat-tifi tan- nar fuq l-art, ikollna għall-ewwel darba mezz adegwat kif nikkombattu n-nar meta jinqala' fuq il-baħar.", "Forsi ftit jafu wkoll li sa l-1992 lanqas kellna lifter, dak is-sellum twil li bih wieħed jista' jilħaq nar f'bini ta' aktar minn ħames sulari.", "Meta jiena staqsejt x'kienu jagħmlu qabel l-1992 f'każ li jkun hemm ħruq f'bini ta' 13-il sular, qaluli li kienu jistennew sakemm in-nar jinżel sal- ħames sular.", "Jiġifieri kien ukoll bis-saħħa ta' Gvern Nazzjonalista li nġab il-lifter, li qiegħed f'idejn il-fire brigade tal-Korp tal-Pulizija, li bih tkun tista' titla' sa 11-il sular biex tkun tista' tagħmel it-tifi tan-nar.", "Sur President, jiena naħseb li din il-ħaġa li kulma saret min-naħa hija tajba u kulma sar min-naħa l-oħra hija ħażina hemm bżonn li naqtgħuha, hemm bżonn li nikbru ftit f'dan il-Parlament.", "Din kont nistenniha mingħand ħaddieħor imma mingħand il-Ministru bla Portafoll kont nistenna xi ħaġa aħjar.", "Lanqas ma kont nistenna illi jattakkana fuq il-fire station tax- Xemxija.", "Qabel il-fire brigade kienet ibbażata l-Furjana u Corradino, u jekk kien ikun hemm xi ħruq San Pawl il-Baħar, Buġibba jew Santa Maria Estate, il-fire engine riedet titlaq minn Corradino.", "Veru li xi kultant kienu jaslu f'20 minuta, imma kemm kien ikun aħajr kieku kellna fire station fin-north ta' Malta?", "GĦalhekk konna għamilna fire station fix- Xemxija u ftaħniha f'temp qasir ta' erba' xhur biex tkun tista' sservi n- naħa tat-Tramuntana ta' Malta u tajnihom l-aħjar equipment li kellna.", "Issa jekk ħaddieħor fis-sena li għaddiet neħħa l-equipment tajjeb u poġġa l- equipment antik, m'huwiex tort tal-Gvern Nazzjonalista imma tort ta' min qed imexxi llum.", "Sur President, fi żmienna konna nieħdu l-qasam tal-protezzjoni ċivili bis- serjeta' mhux biss fil-pjan nazzjonali imma anke f'affarijiet żgħar.", "Per eżempju f'Malta ma kienx hawn għajnuna lill-għaqdiet tal-life-saving?", "Mela aħna mdawrin bil-baħar, nirċievu miljun turist fis-sena u ma kellniex sistema organizzata u megħjuna mill-gvern għal-life-saving!", "GĦalhekk f'Ġunju ta' l-1996 il-Gvern Nazzjonalista kien issussidja b'eluf kbar ta' liri lill-għaqdiet volontarji, bħas-St.", "John Ambulance, is-St.", "John Rescue Corp u r-Red Cross, sabiex ikunu jistgħu jorganizzaw b'mod aktar professjonali l-life-saving fix-xtut tagħna.", "Biex ma norganizzawx ħafna affarijiet f'salt b'mod li l-workload tant tkun qawwija li ma jsir xejn, għidna li se nibdew bi tliet bajjiet li kienu Għajn Tuffieħa, l-Għadira u Pretty Bay f'Birżebbuġa.", "Meta ftit tal-ġimgħat ilu staqsejt domanda dwar x'qed jiġri din is-sena, il-Prim Ministru qalli li dak li sar is-sena li għaddiet sar bl-għaġġla għaliex kienet ġejja l-elezzjoni - għalkemm ma nafx x'għandha x'taqsam l-elezzjoni mal-fatt li nbeda life-saving service f'dawn it-tliet bajjiet - li saret fi tliet bajjiet biss, li saret fil-weekends biss u li l-Gvern Laburista se jingaġġa lifeguards professjonali.", "Illum lill-Prim Ministru staqsejtu fejn inbeda s-servizz tal-life-saving f'pajjiżna.", "Jiena ħsibt li se jgħidli fil-bajjiet kollha imma semma l- istess bajjiet li konna għamilna aħna, jiġifieri l-Għadira, Pretty Bay u Għajn Tuffieħa.", "Meta staqsejt meta qed isir qaluli li qed isir fil- weekends, fil-Ħdud u fil-festi.", "Imbagħad staqsejthom: Il-lifeguards professjonali fejn qegħdin?", "U r-risposta kienet li din is-sena ma ġie ngaġġat l-ebda lifeguard.", "Irrid ngħid li jiena dan m'iniex qed ngħidu biex nikkritika, imma ma jagħmilx sens li wieħed jikkritika dak li jagħmel ħaddieħor għal xejn b'xejn u b'mod stupidu u mbagħad jagħmel l-istess ħaġa!", "Sur President, l-appell tiegħi lill-Gvern huwa sabiex ma naħsbux biss għall-emerġenzi u għad-diżastri naturali l-kbar imma naħsbu wkoll għall- affarijiet iż-żgħar.", "Pajjiżna huwa pajjiż turistiku fejn jiġu 1.1 miljun turist fis-sena u allura jkun tajjeb li norganizzaw b'mod iktar professjonali u regolari s-servizz tal-life-saving fix-xtut tagħna.", "Fl- Għadira ma tistenniex li jmutu nies, għaliex il-livell ta' l-ilma huwa baxx, imma meta ssib ruħek f'diffikulta' huwa differenti.", "Fil-fatt ftit ilu mietet persuna pero' kieku konna organizzati aħjar forsi din ma kenitx tmut.", "GĦalhekk jeħtieġ li naħdmu sabiex dawk it-traġedji li nistgħu nevitaw inkunu f'pożizzjoni li nevitawhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, fl-aħħar ġimgħa ta' Ottubru, jiġifieri bejn wieħed u ieħor bħal-lum xahar, l-aġenzija Sedqa organizzat il-konferenza internazzjonali bl-isem ta' \"Euro-Med Networking In Substance Abuse Prevention\".", "Din kienet konferenza ferm interessanti u kellha attendenza tajba ħafna, li turi li l-professjonisti f'dan il-qasam, sew jekk huma għalliema, sew jekk huma social workers eċċ., huma sensittivi ferm u jqisu xogħlhom mhux biss bħala forma ta' dħul iżda bħala missjoni.", "Waqt din il-konferenza ġie ppreżentat ir-rapport ESSPAD, il-European School Survey Project on Alcohol and other Drugs, li kien sar fost l-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji u ħareġ ukoll ir-rapport dwar x'patterns u attitudes ħarġu minn dan is-survey.", "Sur President, filwaqt li kulħadd jagħti importanza kbira lill-abbuż mid- droga - u bir-raġun, għaliex din tista' titqies bħala l-qerda u l-pesta fost iż-żgħażagħ - forsi ma nagħtux daqstant importanza lill-abbuż mill- alkoħol.", "L-alkoħol ma jidhirx li hu qerriedi daqs id-droga iżda daqstant ieħor jista' jwassal għal sitwazzjonijiet xejn feliċi.", "Id-differenza bejn l-alkolħol u d-droga huwa li filwaqt li l-fatt li wieħed jixrob huwa soċjalment aċċettabbli, li tieħu d-droga m'huwiex soċjalment aċċettabli.", "Huwa għalhekk li forsi ma nagħtux daqstant importanza lill-alkoħol għaliex, ngħiduha kif inhi, m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn jekk wieħed jixrob bil-limitu u bil-galbu.", "Kif joħroġ mir-rapport ESSPAD, is-sitwazzjoni fost iż-żgħażagħ m'hijiex waħda allarmanti, iżda fl-istess ħin joħroġ ukoll li t- tfal tagħna huma esposti għax-xorb.", "Il-birra u l-inbid huma parti mill- kultura tagħna ta' kuljum u ma neħduhiex bi kbira li tifel tat-13-il sena waqt xi party jew waqt xi tieġ jieħu flixkun birra jew inkella jieħu l- inbid waqt l-ikel.", "Filwaqt li huwa llegali li jinbiegħ l-alkoħol lill-minorenni, jiġifieri dawk ta' taħt is-16-il sena, minn dan is-survey joħroġ li dawk it-tfal li ġew intervistati qalu li huma jiksbu x-xorb mill-bars, pubs u discos, u din għandha tiftħilna xi ftit għajnejna dwar l-importanza ta' l-enforcement tal- liġijiet u li min imexxi dawn l-ambjenti ta' divertiment għaż-żgħażagħ għandu jħoss ruħu responsabbli mid-dmirijiet tiegħu lejn dawn iż-żgħażagħ.", "Interessanti wkoll li minn dan is-survey joħroġ il-fatt li bosta żgħażagħ jammettu li x-xorb jista' jagħmillek ħsara iżda xorta waħda jibqgħu jixorbu.", "Għalhekk huwa ferm importanti li jitkompla u jiġi intensifikat il- programm ta' primary prevention u jiġi estiż il-programm ta' secondary prevention ma' żgħażagħ li nqisuhom at risk.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "Hemm bżonn li niftakru fil- grupp ta' żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena li ma nistgħux nilħquhom mill- iskola, għalkemm suppost għadhom jattendu l-iskola.", "Għandna numru sostanzjali ta' żgħażagħ li jitolbu exemption, numru li s-sena l-oħra tela' għal madwar 500, imma agħar minn hekk għandna numru ta' żgħażagħ li jfallu l-iskola billi jipproduċu ċertifikat mediku fit-tul.", "Allura forsi huma dawn iż-żgħażagħ li huma l-iktar at risk għaliex la qegħdin jintlaħqu bil- programm ta' primary prevention u wisq inqas qegħdin jintħalqu bil- programm ta' secondary prevention.", "Hija problema wkoll li fost dawk li jabbużaw mill-alkoħol, irrispettivament jekk humiex żgħażagħ jew le, ftit huma dawk li jammettu li għandhom problema u jfittxu l-għajnuna, għalkemm l-għajnuna hawn fejn issibha.", "Insemmi fost l-oħrajn Dar iż-Żernieq fil-Furjana li nfetħet fl- 1995 u li tagħmel xogħol imprezzabbli f'dan il-qasam.", "Hemm ukoll għaqdiet volontarji bħalma huma l-Alcoholics Anonymous u l-Oasi f'Għawdex.", "Li hemm bżonn huwa li dawn l-istituzzjonijiet ikollhom professjonisti biżżejjed biex ilaħħqu max-xogħol b'mod professjonali kif jixtiequ.", "Jeħtieġ ukoll li nkunu aktar konxji tal-problemi li jġib miegħu x-xorb eċċessiv.", "Hemm problemi li jolqtu s-saħħa tal-persuna nnifisha imma hemm ukoll problemi li jaffetwaw lil dawk ta' madwarhom.", "B'din il-problema jipperikolaw ukoll ix- xogħol tagħhom u tiżdied l-inċidenza ta' vjolenza sew fuq familjari kif ukoll waqt xi ġlieda fit-triq.", "Żgur li problema gravi ħafna hija x-xorb u s-sewqan.", "Għalija din hija problema ħafna iktar gravi għaliex issa m'għandekx biss dawk li huma meqjusa bħala alkoħoliċi imma tidħol ukoll firxa usa' ta' nies li jkunu sejrin lura d-dar minn xi ċelebrazzjoni tal-familja, bħal xi tieġ jew xi party.", "U issa li qegħdin joqorbu l-festi tal-Milied, din l-eventwalita' hija aktar probabbli jekk ma jiddaħħalx deterrent.", "Statistika fl-Ewropa tindika li bejn 25% u 40% ta' l-inċidenti fatali huma kkawżati minn persuna xurbana.", "Insibu wkoll li terz tal-vittmi huma vittmi innoċenti għaliex huma ma jkunux taħt l-effett tax-xorb.", "Studji xjentifiċi fl-Amerika juru li r-riflessi waqt is-sewqan jibdew jiġu affettwati meta fid-demm ikollok livell ta' 20mg fil-mija ta' alkoħol, jiġifieri grokk wieħed, iżda jiġu affettwati ħafna aktar meta jkollok 50mg fil-mija ta' alkoħol fid-demm, jiġifieri madwar tliet grokkijiet.", "Dawn huma l-livelli fuq l-irġiel għaliex in-nisa huma iktar suxxettibbli għax-xorb.", "Imma din hija statistitka magħrufa u għalhekk ma nistax nifhem għaliex donnha qegħdin inkaxkru saqajna biex f'pajjiżna jidħol il-breathalyser test, li jista' jservi ta' deterrent li jwassal sabiex ikollna inqas inċidenti b'relazzjoni max-xorb.", "Sur President, nafu li abbozz ta' liġi hemm.", "Infatti dan inqara għall-ewwel darba f'din il-Kamra fil-31 ta' Lulju ta' l-1995 u li jonqos huwa li jiġi diskuss.", "Din in-naħa tal-Kamra, sa mit-tieni seduta ta' dan il-Parlament, f'Diċembru li għadda, qajmet dan is-suġġett.", "Ir-risposta tal-Prim Ministru dik inhar kienet li l-Gvern se jaħdem fuqha matul din is-sena, jiġifieri l- 1997.", "Aktar tard, f'Seduta Nru. 116, il-Prim Ministru - hawnhekk se nikkwota - qal:", "\"Il-pjani tal-Gvern ta' qabel biex jintroduċi l-breathalyser test kienu pjani li baqgħu fir-ramel u aħna qed neħduhom b'aktar serjeta'.\".", "Huwa faċli li bil-kliem tgħid li qed tieħu l-affarijiet bis-serjeta', imma x'qed jiġri fir-realta'?", "Għaliex għandna qegħdin inkarkru saqajna?", "L-1997 waslet biex tispiċċa u l-mistoqsijiet baqgħu dejjem ġejjin minn din in-naħa tal-Kamra u ftit tal-ġimgħat ilu kemm jien u kemm l-Onor.", "Tonio Borg erġajna staqsejna x'se jiġri.", "Ir-risposta li ngħatajna kienet li sa l- aħħar ta' din is-sena m'huwiex possibbli li niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi għaliex il-Gvern għandu prijoritajiet oħra u għalhekk se niddiskutuh sena oħra.", "Allura qed nerġgħu nipposponu għal aktar żmien, qed nerġgħu nipposponu din il-problema.", "Il-ġimgħa l-oħra smajna li l-multa għal min jinqabad isuq taħt l-effett tax-xorb se tkun ta' ¥200 u dan se jkun regolat mill-breathalyser test.", "Imma ma jidhirlekx, Sur President, li hawnhekk għandna każ fejn qegħdin inpoġġu l-karru qabel iż-żiemel?", "F'dan l-abbozz ta' liġi jingħad li l- multa għal min jinqabad taħt l-effett tax-xorb l-ewwel darba hija ¥200 u ¥500 f'każ li ma tkunx l-ewwel darba.", "Tissemma wkoll is-sospensjoni tal- liċenza.", "Jiġifieri hawn fuq xiex wieħed jaħdem.", "Imma ma kienx ikun aħjar li qabel noqogħdu nitkellmu fuq il-multi naraw kif dan l-abbozz, li qed jiġbor it-trab fuqu, niddiskutuh biex imbagħad ikun jista' jidħol fis-seħħ u eventwalment nimplimentawh?", "Huwa f'dan l-istadju li rridu nibdew nitkellmu dwar il-multi.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-ikbar deterrent hija s- sospensjoni tal-liċenzja iktar milli l-multi, għaliex min jiflaħ iħallas ¥200 jiġi jaqa' u jqum mill-flus imma jekk teħodlu l-liċenzja iktar se jħossha.", "Sadanittant, Sur President, bosta ġenituri jinsabu ferm imħassbin.", "Dan l-aħħar twaqqfet l-assoċjazzjoni ġenituri nħarsu lil uliedna, u fost l-għanijiet tagħha din l-assoċjazzjoni għandha l-għan li tqajjem kuxjenza, tinsisti ma' l-awtoritajiet biex jieħdu miżuri bl-iskop li jonqsu kemm jista' jkun l-inċidenti tat-traffiku dovuti għal xorb żejjed, u biex isir kontroll effettiv u serju fuq il-konsum ta' l- alkoħol fost dawk taħt l-eta' u dawk is-sewwieqa li jixorbu ż-żejjed u jsuqu l-vetturi.", "Dawn il-ġenituri qegħdin ukoll jistaqsu ċerti mistoqsijiet, fosthom x'qed iżomm id-dħul tal-breathalyser test.", "Il- ġenituri qed jistaqsu wkoll x'effett tista' tħalli l-happy hour, fejn ix- xorb jinbiegħ bi prezz baxx, u naturalment iħajjar aktar nies jixorbu wara li jkunu diġa' xorbu mhux ħażin.", "Sur President, jiena nagħlaq billi nħeġġeġ sabiex il-breathalyser test jidħol illum qabel għada.", "M'huwiex biżżejjed li nitkellmu dwar multi u dwar x'nixtiequ naraw isir.", "Dan irid isir kemm jista' jkun malajr biex verament ikun ta' deterrent għal min qiegħed isuq taħt l-effett tax-xorb.", "Fuq kollox issa li wasal iż-żmien tal-Milied u tal-festi, jeħtieġ li tiħrax il-kampanja li x-xorb u s-sewqan ma jmorrux flimkien u dan naturalment għall-ġid tas-soċjeta' in ġenerali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 2 ta' Diċembru fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - EX-PROPRJETA' TAL-KNISJA", "9980.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien għad baqa' kuntratti xi jsiru u applikazzjonijiet biex jiġu pproċessati taħt id-diversi skemi ta' xiri jew fidi ta' ex- proprjeta' tal-Knisja?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninsab infOrmat li 44 applikazzjoni taħt id- diversi skemi, li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għalihom, jinsabu lesti u qegħdin fl-aħħar stadju tal-proċess, jigifieri se jsirilhom il- kuntratt relattiv.", "Elf mija sitta u ħamsin applikazzjoni se jibdew jew jinsabu f'xi stadju ta'proċessar.", "Tajjeb tkun taf illi għal skop ta' propaganda politika partiġġjana l- Gvern Nazzjonalista kien qabad u ħareġ iż-żewġ skemi \"Ixtri darek\" u \"Ifdi ċ-Ċens\" bla ma qabel iggerja lill-Uffiċċju Konġunt biex ikun kapaċi jaħdimhom bix-xogħol kollu li fihom, fosthom il-fidi taċ-ċens.", "L-Uffiċċju Konġunt qed jagħmel sforz qawwi biex jorganizza ruħu, biex jagħmel dak kollu meħtieġ mill-ftehim li kien sar bejn l-Istat u l-Knisja.", "L-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet ta' dawn l-iskemi hija parti waħda biss mill-eżerċizzju massiv li dan l-uffiċċju jrid u qiegħed jagħmel.", "F'kelma waħda qed nagħmel dak li l-Gvern preċedenti m'għamilx mill-1992 sa Ottubru tal-1996.", "DJAR - EX-PROPRJETA' TAL-KNISJA", "9981.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien qed jistma fil-Budget li l-Gvern idaħħal mill- bejgħ ta' l-ex-proprjeta' tal-Knisja matul l-1997 u kemm fil-fatt daħħal s'issa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fl-Estimi għas-sena 1997, il-Gvern stima li jdaħħal is-somma ta' Lm1.2 miljun mill-bejgħ ta' proprjeta' tal-Knisja.", "Ninsab informat li sat-23 ta' Novembru, 1997 l-Uffiċċju Kongunt kien ġabar is-somma ta' Lm723,182 mill-bejgħ ta' ex-proprjeta' tal-Knisja.", "DJAR - EX-PROPRJETA' TAL-KNISJA", "9982.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Fir-rigward tal-proprjeta' li kienet tal-Knisja, jista' l-Ministru jgħid kemm kien it- total ta' applikazzjonijiet taħt kull skema ta' xiri kif ukoll kemm ġew konklużi kuntratti u kemm daħħal flus il-Gvern għal kull skema sa l-aħħar ta' Ottubru 1997?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill- Onor. Inerpellant għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2206 mogħtija f'Seduta Nru 24 ta' din il-legislatura.", "L-informazzjoni, sa l-aħħar t'Ottubru 1997, dwar il-kumplament tal- mistoqsija, hija kif jidher hawn taħt:", "|Skema |Kuntra|Dħul | | |tti |Totali | | |Konklu| | | |żi | | |Xiri ta' |240 |Lm | |proprjeta' | |475,680 | |mikrija | | | |Fidi ta'ċens |4 |7,350 | |perpetwu | | | |revedibbli | | | |Fidi ta'ċens |- |--- | |temporanju | | |", "DJAR - RIKONOXXIMENTI", "9983.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid min jiddeċiedi jekk persuna li tapplika għar-rikonoxximent tiġix milqugħa jew le t-talba tagħha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jiddeċiedi liema talbiet għar-rikonoxximent humiex ġenwini jew le.", "KUNSILLI LOKALI", "9984.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid huwiex beħsiebu jiddelega l-istallazzjoni u manutenzjoni ta' fanali u lanterni lill-kunsilli lokali matul l-1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-istallazzjoni u manutenzjoni tad-dwal tat-toroq bħalissa qiegħda ssir mill-Enemalta.", "Diskussjonijiet biex parti minn dan ix-xogħol jgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali għadhom fi stadju prematur, l- aktar minħabba problemi loġistiċi u economies of scale.", "KUNSILLI LOKALI - RAPPREŻENTANZA FUQ KORPORAZZJONIJIET", "9985.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rappreżentanza tal-kunsilli lokali fuq ċerti korporazzjonijiet hijiex se tkun implimentata matul l- 1998?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8605.", "TURIŻMU - TITJIRIET", "10180.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibdew it-titjiriet bejn Malta u l-Awstralja?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-aspetti nvoluti fl-operazzjoni ta' servizz bejn Malta u l-Awstralja qed jiġu mistħarrġa mill-Air Malta wara li ġie konkluż l-Air Services Agreement bejn iż-żewġ pajjiżi.", "AIR MALTA - ROTOT ĠODDA", "10181.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibdew joperaw rotot ġodda mill-Air Malta?", "Għal liema pajjiżi?", "B'liema frekwenza se joperaw dawn it- titjiriet?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Kumpannija Nazzjonali tinsab kontinwament impenjata dwar il-possibbilta' ta' rotot ġodda iżda mhux prudenti li nagħti iżjed informazzjoni qabel ma jkunu ġew finaliżżati t-trattativi meħtieġa.", "GĦAWDEX - TISWIJA TA' BANKINI", "10186.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-bankina fi Triq Ta' l- Għajn Fontana peress li dan ix-xogħol ilu wieqaf minn Settembru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress illi l-bankina kif proposta sejra ddejjaq ħafna l-karreġġjata bir-rizultat li sejra ttellef il-free flow of traffic f'post traffikuż ħafna, sejjer l-ewwel jittieħed il-parir tat-Traffic Control Board ta' Malta biex wara tittieħed deċiżjoni x'jista' isir biex tinstab soluzzjoni finali.", "KUNSILLI LOKALI - GĦAWDEX - FONTANA", "10187.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali tal-Fontana ġie mwiegħed attachment ta' erba' persuni f'Marzu li għadda u s'issa għad ma ġara xejn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa mistenni li kull Kunsill Lokali f'Għawdex dalwaqt ikun assenjat erba' ħaddiema mis-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex.", "GĦAWDEX - MEJN TA' L-ILMA", "10188.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex ix-xogħol previst biex jitbiddel il-mejn ta' l- ilma fi Triq Kappillan Hili, Fontana għadu ma sarx?", "Din it-triq tinsab fi stat diżastruż, qed ikun hemm inkonvenjenzi kbar għar-residenti u fl-istess ħin il-ħsarat qegħdin ikomplu jikbru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "GĦAWDEX - TRIQ IL-MULEJJA - TARMAK", "10189.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex Triq il-Mulejja, Fontana għadha ma ngħatatx tarmak meta s-servizzi kollha lesti u t-triq hija abitata?", "Din it-triq għadha fl-istat oriġinali tagħha u kull meta tagħmel ix-xita ikun diffiċli li wieħed jidħol fiha minħabba t-tajn u ċ-ċaflis.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp flimkien mal- Kunsill Lokali ta' Fontana qegħdin jistħarrġu l-aħjar soluzzjoni għall- problemi fosthom ta' livelli li hemm biex tigi asfaltata t-triq imsemmija.", "KUNSILLI LOKALI - GĦAWDEX", "10190.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma sarx ftehim mal-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz, Għawdex bħalma sar ma' kunsilli oħra f'Malta u meta jaħseb li se jsir dan il-ftehim?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispecifika ghal-liema ftehim qiegħed jirriferi.", "GĦAWDEX - DAWL FI TRIQ QALB TA' ĠESU'", "10191.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jissaħħaħ id-dawl fi Triq Qalb ta' Ġesu' u 'l isfel mill-Knisja fi Triq ta' L-Għajn, Fontana?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-provvista tad-dawl fi Triq il-Qalb ta' Ġesu' hija adegwata, waqt li x-xogħol meħtieġ biex titjieb il-provvista tad-dawl fi Triq il-Għajn sejjer isir flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "PENSJONIJIET", "10193.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm titnaqqas il-pensjoni kuljum ta' persuna li toqgħod: (i) f'Dar ta' l-Anzjani tal-Gvern; u (ii) fir-residenza San Vinċenz de Paule?", "F'każ li din il-persuna tiġi rikoverata fi sptar tal-Gvern, jerġa' jsir tnaqqis ieħor fil-pensjoni?", "Jekk fl-affermattiv, b'kemm (fi flus)?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċedura dwar tnaqqis fil-pensjoni ta' persuna rikoverata (i) f'Dar ta' l-Anzjani tal- Gvern, u (ii) fir- residenza San Vincenz de Paule, huwa kif ġej:", "(i) Fil-każ kemm ta' Pensjoni Kontributorja kif ukoll Pensjoni mhux Kontributorja, r-rata ta' tnaqqis mill-pensjoni tiġi stabilita wara li ssir reviżjoni tal-assi monetarji tal-benefiċċjarju fid-dawl ta' kull tibdil fl- istess assi.", "Il-proporzjon meħud bħala kontribuzzjoni lill-Welfare Committee huwa ta' 60% tad-dħul kollu b'massimu ta' Lm1460 fis-sena.", "(ii) Fil-każ ta' pensjoni kontributorja ir-rata ta' tnaqqis, f'każ ta' single persons, hija ta' 40% tar-rata tal-pensjoni filwaqt li f'każ ta' koppja miżżewġa r-rata ta' tnaqqis hija ta' 16% meta waħda mill-partijiet tkun rikoverata u ta' 40% meta jkunu rikoverati t-tnejn.", "Fil-każ ta' Pensjoni mhux Kontributorja, il-pensjoni tieqaf u minflokha l- persuna titħallas allowance li r-rata preżenti tagħha hi ta' Lm3.57 fil- ġimgħa.", "F'każ ta' meta persuna tiġi trasferita kemm minn Dar ta' l-Anzjani tal- Gvern jew minn San Vincenz de Paule u tiġi rikoverata fi sptar tal-Gvern ir- rata tat-tnaqqis fil-Pensjoni Kontributorja tkun ta' 40% jekk tkun single u 16% jekk parti minn koppja miżżewġa.", "Tajjeb jingħad ukoll li f'każ li persuna tiġi rikoverata mill-bidu nett fi sptar tal-Gvern, tnaqqis mir-rata tal-pensjoni kemm kontributorja u kemm mhux kontributorja jsir biss wara li l-persuna kkonċernata tkun ilha rikoverata fl-istess sptar għall-perijodu ta' aktar minn sitt xhur.", "Wara dan il-perijodu ta' sitt xhur, it-tnaqqis isir kif spjegajt aktar kmieni f'din it-tweġiba.", "KUMMISSJONI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10194.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' reġistrati quddiem il-Kummissjoni dwar Persuni b'Diżabilita'?", "Kemm minnhom jieħdu xi forma ta' benefiċċju?", "Liema kategorija ta' diżabilita' huma intitolati għalih?", "X'inhu l-benefiċċju u kemm hu f'kull kategorija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "PENSJONANTI ROMOL", "10195.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti romol f'pajjiżna?", "Kemm huma rġiel u kemm huma nisa?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li statistika globali ta' romol irġiel u nisa ma tinżammx mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "L-unika statistika hija dik tan-numru ta' romol li qed jirċievu Pensjoni Kontributorja tar-Romol.", "Preżentament dan in-numru huwa ta' 12,644.", "Jista' jkun hemm romol oħra li mhumiex qegħdin jirċievu pensjoni kontributorja għaliex żwieġhom għal xi raġuni jew oħra ma ħallsux il- kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali jew kienu ħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali r-romol stess, u ppreferew jirċievu pensjoni kontributorja fuq il-record ta' kontribuzzjonijiet tagħhom.", "Kif għidt, statistika ta' dawn ma teżistix fid-dipartiment.", "S'issa m'hemm l-ebda raġel jirċievi Pensjoni Kontributorja tar-Romol.", "Bl- emendi li għadna kemm ħabbarna f'dan il-Budget, se ineħħu anomalija li kienet qegħda ttellef id-dritt ta' raġel sabiex hu jikkwalifika għal Pensjoni tar-Romol.", "B'dawn l-emendi nistennew li mill-bidu tas-sena d- dieħla jkollna l-ewwel talbiet għal Pensjoni Kontributorja tar-Romol minn Irġiel.", "FURJANA - PJAZZA SIR LUIGI PREZIOSI", "10196.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex baqa' ma nbediex il-proġett fi Pjazza Sir Luigi Preziosi, Floriana?", "Meta se jinbeda dan ix-xogħol li ilu ppjanat is-snin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MALTA SOCIETY OF ARTS & COMMERCE", "10197.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-għalliema tal-Malta Society of Arts & Commerce, jista' l-Ministru jgħid b'liema rata ta' ħlas jaħdmu dawn l-għalliema?", "Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jikkonferma jekk dawn humiex dovuti xi arretrati fuq din ir-rata mill-1995 'il hawn?", "Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li dawn l-arretrati jitħallsu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-għalliema tas-Soċjeta' Maltija ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ, li huma kollha mpjegati fuq bażi part-time tħallsu u jitħallsu għal-lezzjonijiet mogħtija fis-snin skolastiċi 1996/97 u 1997/98 bir-rati kif se nsemmi:", "* Suġġetti kklassifikati mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni bħala vokazzjonali Lm2.46 is-siegħa * Suġġetti kklassifikati mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni bħala akkademiċi Lm3.57 is-siegħa", "Dawn ir-rati ġew riveduti fil-1995 u saret talba lill-Ministeru tal- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali biex is-Soċjeta' tingħata l-flus neċessarji biex is-salarji tal-għalliema tas-Soċjeta' jiġu riveduti.", "Iċ- ċekk mit-Teżor biex jitħallsu l-arretrati wasal ftit ġranet ilu, u qed jittieħdu passi biex dawn l-arretrati jitħallsu.", "Ir-rati reġgħu ġew riveduti b'effett mill-1 ta' Jannar, 1996 u ftit ġranet ilu saret talba oħra lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jiġu pprovduti l-fondi meħtieġa ħalli jitħallsu l-arretrati fejn dovuti.", "Din it- talba saret immedjatament wara li s-Soċjeta' rċeviet iċ-ċekk għal arretrati ta' l-1995.", "MOSTA - TRIQ DUN KARM SCIBERRAS", "10198.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9393 dwar arblu tad-dawl, jista' l- Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fi Triq Dun Karm Sciberras, bejn Plot 30 u Plot 31, fil-Mosta u dan peress li l-problema tal-linji li hemm fl- inħawi ilu hemm żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.", "TELEMALTA - SPONSORSHIPS", "10199.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jiżvela kemm u lil min tħallsu sponsorships mit- Telemalta tul is-sena 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TELEMALTA - ARRETRATI TAL-ĦADDIEMA", "10200.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk fadalx xi ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta li għandhom jieħdu xi arretrati?", "Ta' kemm-il sena għandhom jitħallsu?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn jitħallsu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TELEMALTA - LEAVE", "10201.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindaga għalfejn qed isibuha tant diffiċli biex jingħataw leave ħaddiema tas-Security Section tal-Korporazzjoni Telemalta in vista tal-fatt li fl-iStrategic Resource Audit iċ-Chairman kien qal li hemm ħafna ħaddiema żejda f'din is-sezzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TELEMALTA - SAHRA", "10202.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna kemm ħadu overtime tul din l-aħħar sena: iċ-Chief Security Officers; u Security Guards mal-Korporazzjoni Telemalta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ATTARD - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "10203.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx ħsieb li jingħata s-servizz ta' drenaġġ fi Triq iz-Zahar, Ħ'Attard in vista tal-fatt li hemm residenti ta' din it-triq li ilhom snin twal mingħajr dan is-servizz essenzjali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "10204.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntrattur tħallasx tax-xogħol li għamel fi Triq Ta' Xkora, Mosta meta għamel xogħol ta' drenaġġ f'din it-triq?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hijiex se tingħata tarmac ladarba x-xogħol ta' drenaġġ jkun intemm?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILLI LOKALI - FINANZJAMENT", "10205.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-finanzjament tal- kunsilli lokali għal din is-sena 1997/98 huwiex se jkun jinkludi it-tibdil tal-konfini li se jkun approvat meta l-Kummissjoni Elettorali tara li jkun il-waqt?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-finanzjament tal-kunsilli lokali għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu, 1998 mhux se jkun milqut mit-tibdil tal-konfini li se jkunu approvati mill- Kummissjoni Elettorali.", "KUNSILLI LOKALI - GĦAJNUNA MILL-UE", "10206.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm u min huma l-kunsilli lokali li gawdew minn programmi ta' għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea u jsemmi x'kienu dawn il-programmi u kemm ħadu flus b'din l-inizjattiva ta' finanzjament?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il- finanzjament tal-Med-Urbs lill-Kunsill Lokali tal-Mosta ġie sospiż?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MOSTA - MEJNIJIET TA' L-ILMA", "10207.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jinbidlu l- mejnijiet ta' l-ilma fi Triq iċ-Ċinju, Triq l-Alwetta u Triq l-Aħwa Galea, kollha fil-Mosta, peress li r-residenti ta' dawn it-toroq qegħdin jilmentaw mis-servizz baxx ta' l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AIR MALTA - TITJIRIET", "10208.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Issa li l-Air Malta għandha l-Fifth Freedom Rights fir-Russja, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-linja nazzjonali ta' l-ajru mhijiex beħsiebha tkompli tgħin u ssaħħaħ is-suq Russu; tpoġġi ajruplan darba, darbtejn fil-ġimgħa bi skeda biex jibdew titjiriet anke fix-xitwa bejn Malta, Moscow u St. Petersburg?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Air Malta m'għandiex Fifth Freedom Rights fir- Russja.", "PA - PROPRJETA' SKEDATA", "10209.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjeta' skedata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-Mosta?", "Jista' jgħid x'zoni hemm skedati fil-Mosta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar.", "EDUKAZZJONI - ĠIMGĦA TAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "10210.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-ingaġġ ta' ċertu persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, biex jieħu ħsieb il-PR tal-Ġimgħa tax-Xjenza u Teknoloġija?", "Minn min ġie mqabbad?", "Fuq liema kriterji?", "B'liema ħlas?", "Dan il-persuna qed jiġi wżat biss għal din il- ġimgħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "10211.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu passi biex dawk il-persuni li għandhom il-karta r- roża u li jgħixu ma' xi qraba jew xi ħaddieħor fl-istess dar; fejn il-meter mhux reġistrat f'isem min għandu l-karta r-roża, jista' jibbenefika mill- eżenzjoni tal-ħlas ta' service charge tad-drenaġġ u tar-rati l-ġodda ta' l- ilma?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Onor Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "PULIZIJA - SERVIZZ TA' LIFEGUARD", "10212.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Fis-sajf li għadda, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema ġranet ġie provdut servizz ta' lifeguard u f'liema bajjiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li s-servizz ta' lifeguard ġie pprovdut f'dawn it-tliet bajjiet :", "* (Għadira Bay (Mellieħa) * (Pretty Bay (Birżebbuġia) * (Golden Sands (Għajn Tuffieħa)", "Is-servizz ġie pprovdut matul il-weekends u fil-festi pubbliċi mid-19 ta' Lulju sal-14 ta' Settembru, 1997.", "PULIZIJA - SERVIZZ TA' LIFEGUARDS", "10213.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- Lm30,000 ivvotati għall-Budget ta' l-1997 sabiex jinħoloq servizz ta' lifeguards ta' livell professjonali, jista' l-Prim Ministru jgħid: kemm intnefqu mis-somma in kwestjoni; kif intnefqet din is-somma; u kemm-il lifeguard ġie ngaġġat matul is-sajf li għadda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-mistoqsija, it- tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li matul is-sajf li għadda ma ġie ngaġġat l-ebda lifeguard.", "Is-servizz tmexxa minn għaqdiet voluntarji li huma r-Red Cross, is-St.", "John Ambulance u s-St.", "John Rescue Corps.", "GĦAWDEX - BIR TAŻ-ŻEJT", "10216.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru mal-bdiewa Għawdxin li se jisfaw mingħajr art agrikola wara li l-Gvern iddeċieda li jħaffer il-bir taż-żejt ġewwa Kerċem?", "Kemm-il tomna raba' se tittieħed?", "Kemm huwa stmat il-valur tal-prodott agrikolu li għandhom preżentement il-bdiewa?", "Jikkonsidra l- Prim Ministru li dawn il-bdiewa tingħatalhom art oħra alternattiva għal dik li se tittieħed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diġa' ġie mħabbar permezz ta' stqarrija tal-Gvern tad-19 ta' Novembru, 1997, hekk kif jispiċċa t-tħaffir tal-bir f'Għawdex, l- art fejn isir it-tħaffir tiġi reklamata għall-kondizzjoni li kienet fiha qabel u tiġi mogħtija lura lill-inkwilini biex ikomplu jaħdmuha.", "L-interruzzjoni temporanja f'attivita' agrikola tirrigwarda madwar 10 tomna raba' għal żmien ta' madwar tmien xhur.", "Għalkemm it-telf tal-prodott agrikolu se jkun minimu, il-bdiewa kkonċernati se jiġu kkumpensati.", "Dan kollu ġie stipulat fil-kuntratt li l-Gvern għamel ma' l-inkwilini ftit xhur ilu.", "Bħalissa l-art fiha qamħ.", "Il-valur ta' dan il-prodott jiġi stmat ftit qabel ma l-art tiġi okkupata għat-tħaffir jekk dan il-qamħ ikun għadu ma nħasadx.", "PRODOTTI MEDIĊINALI - ŻIEDA FIL-PREZZ", "10217.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-prodotti mediċinali li ġew investigati mid-dipartiment dwar il-ġustifikazzjoni taż-żieda fil- prezz mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ottubru, 1997?", "(Itemized)", "Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-prodotti mediċinali li ġew investigati mid-dipartiment li l-prezz tagħhom ġie mraħħas?", "(Itemized)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "LUKANDI ĠODDA - PROĠETTI", "10218.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10125, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-data meta l-proġetti msemmija ġew imressqa għall-approvazzjoni ta' l-HCEB, minn min, f'liema kategorija u f'liema lokalita'?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant li tikkonċerna biss dawk il-proġetti pendenti li dwarhom saret applikazzjoni wkoll mill-HCEB hija kif ġej :-", "APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI QUDDIEM IL-PLANNING AUTHORITY U LI ĠEW IPPREŻENTATI LIL H.C.E.B.", "|PROĠE|LOKAL|APPLIK|KLAS|META | |TT |ITA |ANT |SI |SARET L-| | | | | |APPLIKAZ| | | | | |ZJONI | | | | | |LIL HCEB| |Fervi|Sliem|G. |4 |01.06.88| |us |a |Fenech|Star| | |Hotel| | | | | |Almar|M'Sca|A. |3 |03.04.95| |Hotel|la |Cutaja|Star| | | | |r | | | |Hotel|M'Sca|T. |4 |10.10.97| |Proje|la |Fenech|Star| | |ct | | | | | |Xemxi|Xemxi|A. |2/3 |01.05.95| |ja |ja |Vella |Star| | |Hotel| | | | | |EXT | | | | | |Etvan|X'Sca|J. |3 |17.05.95| |Hotel|la |Carabo|Star| | |EXT | |tt | | | |Solem|Mtarf|Polida|4 |31.05.95| |ar |a |no |Star| | |Hotel| | | | | |EXT | | | | | |Atlan|Gozo |G. |3 |14.01.95| |tis | |Farrug|Star| | |Hotel| |ia | | | |EXT | | | | | |Caval|St.Ju|N. |4 |25.06.97| |ieri |lian'|Mifsud|Star| | |Hotel|s | | | | |EXT | | | | | |Festa|Melli|C. |4 |21.09.96| |val |eħa |Mizzi |Star| | |Proje| | | | | |ct | | | | | |San |M'Xlo|P. |4 |12.01.95| |Souci|kk |Galea |Star| | |Hotel| | | | | |Xara |Mdina|J. |4 |04.05.96| |Palac| |Zammit|Star| | |e | |Tabone| | | |Ramla|Ramla|T. |4 |09.04.97| |Bay | |Galea |Star| | |EXT | | | | | |St. |Gozo |V. |4 |21.01.97| |Patri| |Borg |Star| | |ck's | | | | | |EXT | | | | | |Regin|Sliem|A. |3 |05.09.94| |a EXT|a |Fenech|Star| |", "LUKANDI ĠODDA - PROĠETTI", "10219.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10125 il-Ministru tat-Turiżmu stieden lis-sottofirmat biex jagħmel l-istess mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru, jista' għalhekk il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma l- proġetti għal-lukandi ġodda li hemm pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "Meta saret l-applikazzjoni f'kull każ, minn min, f'liema kategorija u f'liema lokalita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "ENEMALTA - UNACCOUNTED FOR LOSSES", "10220.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti l-unaccounted for losses matul l-1993 1994, 1995, 1996 u din is-sena?", "Jista' jgħid kif dawn bdew jitniżżlu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Unaccounted for Units fis-snin mitluba mill-Onor.", "Membru huma dawk imniżżla hawn taħt:-", "1992/93 19.64% 1993/94 14.81% 1994/95 17.26% 1995/96 13.84% 1996/97 8.20% (6 xhur sa Marzu 1997)", "Għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1997, il-kontijiet kienu għadhom ma ngħalqux.", "Dawn il-losses jitniżżlu bit-titjib u tisħiħ tas-sistema tad- distribuzzjoni, bl-użu ta' meters aħjar, tibdil tal-meters malajr, inspections, siġilli aħjar, u aktar kontrolli amministrattivi oħra.", "ENEMALTA - BEJGĦ TA' ELETTRIKU", "10221.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'inhu maħsub rigward il- possibbilta' li l-Korporazzjoni Enemalta tingħaqad mal-Grid ta' Sqallija sabiex tkun tista' tbiegħ xi elettriku kif ukoll tkun tista' ssolvi l- problema ta' power cuts fit-tul lokalment?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dan il-proġett minbarra li jiswa ħafna flus, iġorr miegħu problemi tekniċi kbar, u dan ammettewh uffiċjali għoljin ta' l-ENEL meta kont tkellimt magħhom.", "Naħseb li għadu prematur ħafna biex wieħed jogħqod jenfasizza wisq fuq dan il-proġett.", "ENEMALTA - TELF", "10222.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm se jkun it-telf (rikorrenti) tal- Korporazzjoni Enemalta matul l-1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-Estimi għas-sena 1997/98 li tispiċċa fit-30 ta' Settembru, 1998, kien previst li l-Korporazzjoni EneMalta tispiċċa b'telf ta' Lm6.423 miljuni.", "Bir-rati l-ġodda ta' l-elettriku, gass u tnaqqis ta' l-użu tal-pitrolju, flimkien ma' aktar effiċjenza fuq ix-xogħol u l-operat ta' l-Korporazzjoni EneMalta, ikun hemm ċans tajjeb li l-Korporazzjoni tnaqqas sewwa dan it- telf u forsi jirnexxilha tkun breakeven.", "Il-varjazzjoni ta' kuljum fil-prezzijiet taż-żejt u l-valur tad-dollaru Amerikan, jikkonfermaw li l-figuri msemmija hawn fuq jibqgħu bħala estimi u li jistgħu jinbidlu maż-żmien.", "ENEMALTA - RATI ĠODDA TAD-DAWL", "10223.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm se ddaħħal il-Korporazzjoni Enemalta minħabba r-rati l-ġodda tad-dawl imħabbra fil-Budget?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Huwa stmat li f'sena l-Korporazzjoni ser idaħħal madwar Lm4.5 miljuni aktar bir-rati l-ġodda.", "Din il-figura hija ferm il-bogħod mit-telf ta' aktar minn Lm15.7 miljuni li kienu previsti fl-estimi tad-Diviżjoni ta' l-Elettriku qabel ġew fis-seħħ ir-rati l-ġodda.", "HOUSEHOLDS LI M'GĦANDHOMX SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "10224.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni finali mill-Gvern dwar jekk fil-fatt households li m'għandhomx is-servizz tad-drenaġġ u jużaw il-fossa; humiex se jiġu esklużi mis-sistema l-ġdida ta' tariffi fuq id-drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nikkonferma li proprjetajiet li mhumiex imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ mhux se jintalbu ħlas għas-servizz tad-drenaġġ.", "SAĦĦA - MARD TAL-KANĊER", "10225.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għar-rapport li deher f'\"in-nazzjon\"; f'paġna ta' nhar is-27/11/97 rigward fejqan mill-mard tal- cancer, jista' l-Ministru jagħti iktar informazzjoni fuq meta tista' tibda tingħata din it-tip ta' kura?", "Il-Gvern jista' jgħid min hu nkarigat biex imexxi tali kura fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Niddeplora bil-qawwa l-aġir tal-gazzetta kkonċernata li ma ndenjatx li tiċċekkja l-fatti ma min jifhem.", "L-artilku li deher fil-ħarġa tas-27 ta' Novembru 1997 ta' \"in-nazzjon\" huwa irresponsabbli.", "Waħda mill-persuni msemmija fl-artiklu kellha laqgħa mad- Direttur tad-Dipartment ta' l-Onkoloġija.", "L-opinjoni medika lokali hija li dak li qed jingħad dwar din it-tip ta' kura mhuwiex ġustifikat sakemm ma jiġix sostanzjat xjentifikament.", "Dan ifisser provi xjentifiċi rigorużi magħrufin bħala clinical trials, li jkunu rikonoxxuti bħala validi fil- ġurnali xjentifiċi esperti wara skrutinju bir-reqqa tar-riżultati.", "Nafu mill-esperjenza u fil-prattika li aktar ma wieħed ikun sensazzjonali f'dak li jallega li huma l-kisbiet, aktar wieħed jiddubita l-verita' ta' dak li jkun qed jiġi allegat.", "Jeżistu nies esperti f'pajjiżna li jistgħu jagħtu parir ċar u xjentifiku u kellha tittieħed l-opinjoni ta' dawn qabel ma wieħed jippublika stejjer mimlija sensazzjonaliżmu li ma jagħmlu xejn ħlief iżidu il-miżerji u -t-tbatija ta' min ikun diġa milqut mill-mard.", "Irrid niddeplora dan it-tip ta' ġurnaliżmu irresponsabbli li ma jagħmilx unur lill-pajjiżna u li jqajjem paniku.", "Kien messu iċċekkja l-fatti qabel.", "Nirrimarka wkoll li espert fis-saħħa pubblika u kollega f'dan il-Parlament li qe jagħmilli din id-domanda f'dan is-sens, missu jaf aħjar kif wieħed għandu jaġixxi f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "BAĦRIJA - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "10226.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar meta se tinbidel is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Baħrija?", "Fiex waslu l- applikazzjonijiet neċessarji biex dan ix-xogħol ikun jista' jinbeda?", "Liema applikazzjonijiet ġew approvati u liema le?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BAĦRIJA - SUBSTATIONS", "10227.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar kemm-il substation inbniet fl- inħawi tal-Baħrija fil-perijodu 1/11/96 -31/10/97?", "Kemm-il substation oħra hi meħtieġa fl-inħawi?", "Meta mistenni li jinbnew dawn is-substations?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-perjodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 sal-31 t'Ottubru, 1997 ma nbniet l-ebda substation fl-inħawi tal-Baħrija.", "Minn studju li sar riċentament jirriżulta li hemm bżonn ta' substation oħra fil- Baħrija fl-inħawi tal-knisja iżda minħabba li m'hemmx art tal-Gvern fejn tista' ssir, m'hux mistenni li l-proġett isir fi żmien qasir.", "DUNDJANI", "10228.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar kemm hu n-numru ta' dundjani li mistennija jkunu available f'Malta mis-suq lokali għall-ġimgħat li ġejjin?", "X'inhi ż-żieda fil-produzzjoni għal dan il-perijodu tas-sena meta mqabbla mal-produzzjoni ta' l-1996 fl-istess perijodu?", "X'tip ta' konċessjonijiet ingħataw għal dundjani mportati?", "Kemm ġiet liċenzjata mportazzjoni tad- dundjani f'dan il-perijodu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata aktar il-quddiem.", "QŻIEQEŻ", "10229.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar kemm kien in-numru ta' qżieqeż li kienu tattooed kull ġimgħa fil-perijodu 1/1/97 - 23/11/97?", "Kif jitqabbel dan in-numru ta' tattoees li sar din is-sena kull ġimgħa meta mqabbla ma' dak li kien hemm fl-istess perijodu fl-1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li talab hu tinġabar xahar b'xahar għar-raġunijiet ta' amministrazzjoni ta' l-industrija.", "Fit-tabella hawn taħt issib id-dettalji kollha:", "Xahar 1996 1997 Jannar 11, 046 12, 784 Frar 11, 257 12, 192 Marzu 10, 787 11, 136 April 12, 083 13, 774 Mejju 11, 263 12, 498 Gunju 10, 630 11, 734 Lulju 11, 258 13, 510 Awissu 10, 482 9, 103 Settembru 12, 012 12, 285 Ottubru 9, 165 12, 969 Novembru 13, 046 N/A Dicembru 8, 605 N/A Total 131, 634 121, 985", "* Huwa kkalkolat li sa' l-aħħar tas-sena 1997 it-total jkun madwar 146, 000.", "TAXXI INTERNI - VAT REFUNDS", "10232.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' VAT refunds li saru xahar b'xahar, minn Jannar sa Ottubru tas-sena 1996 u ta' din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "TAXXI INTERNI - VAT REFUNDS", "10233.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li cheques ta' VAT refunds jaslu għand il-persuni konċernati aktar minn xahar wara d-data li hemm fuqhom?", "Kelli okkażjoni fejn dawn il-kwalitajiet ta' cheques rajthom personalment.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, għalkemm iċ- cheques tar-refunds tal-VAT ikunu diġa' ġew iġġenerati mis-sistema komputerizzata, jista' jkun hemm numru minnhom li tkun tinħtieġ aktar verifikazzjoni fuqhom.", "SIGURTA' SOĊJALI - ĊERTIFIKAT TA' MARD", "10234.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 10097 li oriġinarjament kienet saret lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' rigward il-ħlas ta' Lm1 għal kull ċertifikat ta' mard, jista' l-Ministru jgħid jekk: (i) din il-miżura tapplikax biss għal min jiġi ċċertifikat minn tabib f'ċentri tas-saħħa jew bereġ; (ii) jekk din il-miżura tapplikax biss għall- ħaddiema tal-gvern u dawk f'kumpanniji parastatali; u (iii) minn se jiġbor il-flus mingħand l-applikant għal benefiċċju ta' sick leave?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għad-diskors tal- budget fejn wieħed jista jifhem ċar li l-ħlas ta' lira jsir minn kull impjegat li jieħu ċertifikat maħruġ minn tabib taċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Is-sistema għall-ġbir tal-ħlasijiet dovuti tiġi mħabbra qabel l- 1 ta' Jannar 1998.", "SPTAR ĠENERALI - XIRI TA' TAGĦMIR", "10235.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9834 tat-12 ta' Novembru, 1997 u 10078 tal-20 ta' Novembru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum tħallset is- somma ta' Lm42 348.920 fuq tagħmir ghall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Huwa stmat ukoll li sa l-aħħar ta' din is-sena ser jitħallsu Lm 31 860 fuq tagħmir li diga' huwa ordnat.", "GĦAWDEX - DIPARTIMENT TA' PROĠETT U ŻVILUPP", "10236.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 10085 u ċioe' jgħid kemm hemm ħaddiema fir-Rodent Control Section?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemm seba'impjegati fir-Rodent Control Section, inkluz is-Supervisor.", "DISKORS TAL-BUDGET - FLEXI-TIME", "10237.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed titwettaq biex jiġi regolat il-flexi- time imsemmi mill-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tal-Budget?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Minħabba fil-provvedimenti attwali ta' Wage Regulation Orders eżistenti, l-introduzzjoni tal-flexitime tkun teħtieġ amenda apposta fil-Conditions of Employment (Regulation) Act (Cap 135).", "Għal dan il-għan, u qabel ma tittieħed xi azzjoni dwar dan is-suġġett, iridu jsiru konsultazzjonijiet kemm mal-Unions kif ukoll ma' l- Assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem.", "FIERA TAL-KTIEB - PARTEĊIPANTI", "10238.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-parteċipanti fil-Fiera tal-Ktieb u kemm nies żaru l-fiera?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-Fiera tal-Ktieb li saret għall-ewwel darba fin- Naxxar kien hemm 49 parteċipant.", "Kien hemm uħud li kellhom aktar minn stand wieħed.", "In-numru ta' nies li żaru l-fiera qabeż it-30,000.", "Dan hu rekord ta' kemm ilha ssir il-fiera.", "DISKORS TAL-BUDGET - ILMA/DAWL/DRENAĠĠ", "10239.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9736 u mistoqsijiet supplimentari li saru fis-seduta tas-27 ta' Novembru, 1997 (Seduta 154) jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern Malti għall-konsulenza li hu semma?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Gvern Malti ma ħallas xejn għall-konsulenza dwar tariffi ġodda ta' l-elettriku.", "EDUKAZZJONI - ĠIMGĦA EWROPEA KONTRA D-DROGA", "10240.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9916 u t-tweġiba mogħtija fis-26 ta' Novembru, 1997 (Seduta 153) jista' l- Ministru jgħid liema skejjel sekondarji għamlu attivitajiet matul il-Ġimgħa Ewropea kontra d-Droga?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PENSJONIJIET - KAŻ B'ID NO.", "816531(M)", "10242.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-persuna li għandha l-ID No. 816531(M) u l-NI No. 035984D, jista'l -Ministru jara li jsir ri-eżami tal-pensjoni li beda jieħu wara li rtira fil-5/12/92?", "Skond l-informazzjoni li għandi l-paga tal-grad (fid- Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili) ta' din il-persuna ġie rivedut backdated b'dan il-mod:", "|Sena |Salarju|Salarju | | |qadim |rivedut | |1989 |2522 |2522 | |1990 |2678 |3089 | |1991 |2866 |3494 |", "Skond li qed tirċievi din il-persuna (meta tneħħi ż-żidiet għall-għoli tal-ħajja mill-1992 'il hawn) ma jidhirx li laħaq il-livell taż-żewġ terzi, jekk kemm-il darba hu intitolat għalih.", "Jista' għalhekk l-Ministru jara li din il-persuna tingħata tifsira xierqa u jekk hu dovut, issirilha reviżjoni addatta?", "Tista' tintbagħat tifsira bil-miktub direttament lil din il- persuna?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-benefiċċjarju ġie nfurmat biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "LASER POINTERS - IMPORTAZZJONI", "10243.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' kemm ġew importati Laser Pointers matul is-sena 1997?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien l-ammont totali ta' numru?", "Kemm-il importatur qiegħed idaħħal kwalitajiet differenti ta' dan l- apparat elettroniku?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhux possibbli li d-dipartiment jagħti statistika tan- numru ta' laser pointers li ġew importati fl-1997 għax dawn m'humiex imsemmija speċifikament fit-Tariffa tad-Dwana.", "Għall-istess raġuni lanqas m'hu possibbli li mis-sistema kompjuterizzata tad-Dipartiment jiġi indikat kemm-il importatur qiegħed idaħħal kwalitajiet differenti ta' dan l-apparat elettroniku.", "LASER POINTERS", "10244.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Il-Gvern huwa konxju mill-periklu li jistgħu jikkaġunaw il-Laser Pointers?", "X'passi sejjer jieħu l-Gvern biex jipprojbixxi dawn il-Laser Pointers?", "Il-Pulizija hija aware mill-inċidenti serji għas-sewwieqa f'dan l-apparat elettroniku ġdid, partikolarment f'idejn it-tfal?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar il-periklu u l-importazzjoni ta' laser pointers, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kelliex rapporti ta' nċidenti kawżati bl-użu ta' dan l-apparat.", "POLITIKA DWAR L-IMMANIĠĠJAR TA' L-ISKART", "10246.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Abbozz ta' Politika dwar l- Immaniġġjar ta' l-Iskart li kien ippubblikat dan l-aħħar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dan l-abbozz illum huwa pubbliku, u għalhekk din il- mistoqsija tmur kontra l-ispirtu ta' Standing Order 27.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "10247.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar qabel l-14 ta' Awissu, 1997 u kemm minnhom ġew ipproċessati xahar b'xahar s'issa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BOATHOUSES - POLICY", "10248.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux policy fuq il-boathouses f'diversi partijiet ta' Malta?", "Jista' l-Gvern jgħid fil-qosor fiex tikkonsisti din il-policy?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-mod kif jaħseb il-Gvern preżenti fuq l-issue tal- Boathouses, ġie dikjarat kemm il-darba fi stqarrijiet u diskorsi li saru minn din in-naħa, kemm fl-oppożizzjoni kif ukoll issa li qegħdin fil-Gvern.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "10249.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet intefgħu sabiex jitkabbar il-proġett ta' l-Isptar f'Tal- Qroqq?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PJAN LOKALI TAN-NOFSINHAR TA' MALTA", "10250.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mil-liema vot qiegħed jitħallas ix-xogħol fuq il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar u xi ħlasijiet saru s'issa?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: l-ispejjeż għax-xogħol fuq il-Pjan Reġjonali (mhux Lokali) għan-Nofsinhar ta' Malta qed jitħallsu mill-Vot 31 tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "Sa l-aħħar ta' Ottubru 1997 saru dawn il-ħlasijiet:", "Membri tal-Kunsill u esperti...................4,670 Salarju liċ-Chairman u overtime lill-istaff....3,627 Kera ta' Karozzi u Fuel........................1,930 Servizzi ta' Informazzjoni....................3,242 Apparat ta' l-Ufficcju.........................2,202 15,671.", "NOFSINHAR TA' MALTA - XOGĦOL TAT-TFASSIL", "10251.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tat- tfassil tal-Pjan tan-nofsinhar ta' Malta mill-kumitat immexxi mill-Perit Lino Bianco u meta hu maħsub li jkun lest dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ix-xogħol tat-tfassil tal-Pjan ta' Żvilupp Soċjo- Ekonomiku għan-Nofsinhar ta' Malta beda f'Mejju ta' 1997 wara li fix-xahar ta' qabel kien twaqqaf il-Kunsill ta' l-Ippjanar.", "L-ewwel fażi tat-thejjija tal-Pjan, cioe il-preparazzjoni tar-Rapporti Tekniċi, hija lesta.", "Din saret wara konsultazzjonijiet diretti mal- partijiet kollha konċernati, kemm dipartimenti u aġenziji tal-Gvern, kif ukoll organiżżazzjonijiet u entitajiet mhux governattivi.", "Fuq quddiem nett kien hemm il-11-il-Kunsill Lokali li jiffurmaw ir-Reġjun.", "Bħalissa qegħdin ikunu assenjati il-proposti kollha li ħarġu minn dawn ir- Rapporti Tekniċi ħalli wara tkun tista' tingħata priorita xierqa bħala parti minn pjan ta' implimentazzjoni.", "Skond il-Brief li kien ingħata l-Kunsill ta' l-Ippjanar mill-Gvern iktar kmieni din is-sena, hu maħsub li l-abbozz finali tal-Pjan ta' Żvilupp għan- Nofsinhar ta' Malta kien ikun lest sa l-aħħar ta' Jannar 1998.", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊJALI/IMPJEGATI", "10268.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9777, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq xiex qed jittieħdu passi dixxiplinarji quddiem il-PSC?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-passi dixxiplinarji li qed jittieħdu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku huma kif ġej :", "Tlett Gwardjani qed jiġu akkużati li aġixxew b'mod inġust u inuman ma' priġunier.", "Wieħed minn dawn il-gwardjani qed jiġi akkużat ukoll, f'każ separat, li nstab barra mill-ħabs waqt il-ħin tax-xogħol u li kien taħt l- influwenza ta' xorb alkoħoliku.", "Tabib qed jiġi akkużat li naqas li jisgura li jagħti l-kura medika, bil-frekwenza meħtieġa, lill-priġunier.", "Kuntistabbli qed jiġi akkużat b'insubordinazzjoni, li aġixxa b'mod diżordinat, li ħabat għal uffiċjal tal-ħabs u uża kliem oxxen, abbużiv jew insolenti lejn l-istess uffiċjal.", "Assistent Prinċipal, Uffiċjal Eżekuttiv u Skrivan qed jiġu akkużati li, b'mezzi kontra l-liġi, għamlu qliegħ bi ħsara għall-Gvern, għamlu dikjarazzjoni jew stqarrijiet foloz jew taw tagħrif falz, iffalsifikaw atti awtentiċi u pubbliċi u għamlu użu minnhom u li, bħala uffiċjali pubbliċi, għamlu użu ħażin minn flejjes tal-Gvern.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI BARRANIN", "10269.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9780, jikkonferma l-Prim Ministru li l-Bord tal-Viżitaturi ma ġiex mgħarraf li kien hemm allegazzjonijiet ta' swat?", "Jikkonferma li d-Direttur tal-Ħabs ġie mgħarraf b'dawn l- allegazzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-Direttur ġie mgħarraf biss b'każ wieħed li ma rriżultalux li kien jinħtieġ li jiġi nvestigat mill-Bord tal-Viżitaturi billi kien preżenti il-viċi Chairman tal-Bord waqt l-inċident.", "Dwar il-każijiet l-oħra ninsab infurmat li t-tabib tal-Ħabs ma rreferihomx lid-Direttur tal-Ħabs.", "Issa li dawn ġew għall-konjizzjoni tiegħu ser jiġu b'mod preliminarju nvestigati minnu u wara jekk ikun hemm bżonn jiġu riferuti lill-Bord tal-Viżitaturi.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "10270.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 9783, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk ittieħdux passi dixxiplinarji kontra dak jew dawk l- uffiċjali li għamlu dak l-iżball?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-iżball min-naħa ta' l-uffiċjali kien wieħed ġenwin li ma jirrikjedix passi dixxiplinarji.", "Fil-fatt wara li l-priġunier wera nuqqas ta' qbil ma' l-informazzjoni li kien ingħata, l- uffiċjali mill-ewwel wegħduh li kienu ser jiċċekkjaw l-informazzjoni, kif fil-fatt sar.", "AMBAXXATA MALTIJA F'PARIĠI - TKEĊĊIJA TA' NIES", "10271.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li f'temp ta' xahar irriżenjaw jew tkeċċew tlieta mill-erba' mpjegati Franċiżi ta' l-Ambaxxata Maltija f'Pariġi ċioe' segretarja li kienet ilha hemm sitt snin, xufier li kien ilu tliet snin u domestic servant li kien impjegaha l-Ambaxxatur preżenti fil-bidu ta' l-1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19970609_077d_par.doc", "date": "1997-06-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 77 It-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 77", "It-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.17 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "77", "It-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1997", "WERREJ MINUTI 1144", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1144", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1149", "ORDINIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA", "MALTA MARITIME AUTHORITY (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 1150", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-EUROCONTROL", "EUROCONTROL (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 1151", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI 1151", "AĠĠORNAMENT 1171", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1177", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1199", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Il-minuti jistgħu jiġu konfermati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li l- Onor. Louis Deguara u l-Onor.", "Michael Frendo kienu preżenti għas-seduta tal- bieraħ u fuq il-Minuti qegħdin imniżżlin bħala assenti.", "MADAM SPEAKER: Mela l-ismijiet ta' l-Onor.", "Michael Frendo u l-Onor.", "Louis Deguara għandhom jinqatgħu mil-lista tal-membri assenti.", "Il-Minuti issa jistgħu jiġu konfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 76 li saret fid-9 ta' Ġunju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ALE - SNIETER KONFISKATI", "5922.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm snieter ikkonfiskati mill-kaċċaturi f'idejn l-ALE illum?", "Kemm ingħataw snieter lura lil sidhom qabel ma dawn ittellgħu l-qorti fl- aħħar tliet xhur?", "Għaliex fil-każijiet l-oħrajn is-snieter ma ngħatawx lura qabel ma sidhom ittella' l-qorti?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li sat-28 ta' Mejju, 1997 kien hemm 95 senter miżmuma mill-pulizija ta' l-administrative law enforcement wara li dawn ġew meħuda mingħand kaċċaturi.", "Matul dawn l-aħħar tliet xhur ma kien hemm ebda każijiet fejn snieter ingħataw lura lil sidhom qabel proċeduri fil-qorti.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "5955.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi issa jidher ċar li l-proġett ta' Buġibba mhux se jkun lest fiż-żmien stabilit, jista' l- Ministru jgħid x'inhu t-time-frame il-ġdid li se jiġi mogħti?", "X'attenzjoni se tittieħed biex fl-istaġun turistiku l-ambjent ikun imħares mix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni li allura se jkun hemm?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ix- xogħlijiet li għalihom daħlet responsabbli t-Taqsima tax-Xogħlijiet fl- aħħar ta' Frar ta' din is-sena, inklużi wkoll dawk ix-xogħlijiet li ġew miżjuda wara dik id-data, kienu lesti fid-data li ġiet stabilita mill- Gvern, jiġifieri fil-31 ta' Mejju, 1997.", "Għad fadal xi affarijiet żgħar li m'humiex lesti li fejn ix-xogħol l-ieħor kbir li sar huma ta' entita' żgħira.", "Dawn huma t-twaħħil ta' fanali mad-dawra tal-kosta biex tkompli tissebbaħ id-dehra ta' Buġibba u l-junction bejn Pioneer Road u Salina Coast Road.", "Dawn ix-xogħlijiet mistennija li jkunu lesti sa l-aħħar ta' Ġunju.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru wara l-31 ta' Mejju, 1997 seta' jara d- differenza kbira fid-dehra ta' Buġibba minn dak li kienet qabel Frar għal dik li hi issa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li jekk fhimt sew il-Ministru qal li l-arbli tal-promenade se jitwaħħlu sa l-aħħar ta' Ġunju, hemm xi implikazzjoni fuq l-investigazzjoni li hija għaddejja bħalissa mill-Pulizija rigward l-għoti tat-tender?", "Qed ngħid dan għaliex saru allegazzjonijiet li xi ħadd kien jaf b'xi dokumenti jew b'xi ħaġa simili.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma nafx għal liema arbli qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, pero' jien naħseb li jekk hemm xi inkjesta għaddejja m'hijiex etika li nitkellmu fuqha qabel titlesta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk fhimtu sew lill-Ministru waqt li kien qed jaqra r-risposta - għax għaġġel xi ftit waqt li kien qed jaqraha - qal li għad fadal li jitwaħħlu l-arbli mal-promenade u li dan ix-xogħol se jsir sa l- aħħar ta' Ġunju.", "Allura jista' l-Ministru jgħid hemmx xi implikazzjoni fuq l-investigazzjonijiet li tħabbru li kien hemm fuq il-gazzetti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma hemmx.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: GĦalkemm probabbilment m'iniex se ningħata tweġiba għal din il-mistoqsija li se nagħmel minħabba li l-ministru konċernat mhux qiegħed hawn, xorta waħda nixtieq nistaqsi lill-Ministru li qed inwieġeb minfloku biex jgħidilna x'jaf dwar dawn l-investigazzjonijiet.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien m'iniex investigatur u allura ma nafx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Li l-Ministru Mizzi m'huwiex investigatur nafuh ilkoll u ma għandux għalfejn joqgħod jgħidilna, pero' billi qed jirrispondi għall-Ministru Buhagiar li m'huwiex hawn, jien sempliċement staqsejtu jekk jafx jirrispondi - u għidt li nippretendi li se jgħidli li ma jafx għaliex suppost li qed jirrispondi l-Ministru Buhagiar li m'huwiex fil-Kamra - għall-mistoqsija li staqsejtu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lanqas il-Ministru Buhagiar m'huwa investigatur.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-Ministru Mizzi huwa ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u huwa responsabbli wkoll għall-Pulizija, jista' jobbliga ruħu li jindaga fiex waslu l-investigazzjonijiet?", "F'dan is-sens il-Ministru Mizzi huwa responsabbli għall-investigaturi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Zammit Dimech il-Prim Ministru huwa responsabbli mill-Pulizija u jien qiegħed fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru.", "BORMLA - TRIQ SANTA LIENA - PROVVISTA TA' ILMA", "5968.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti ta' Block C u Block F, fi Triq Santa Liena, Bormla se jkollhom is-servizz ta' l-ilma biex b'hekk ikunu jistgħu jgħixu fir-residenza tagħhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tinsab f'kuntatt mad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni tal-Bini biex xi problemi tekniċi li għad hemm dwar livelli ta' toroq u tqegħid ta' kanen għall- provvista ta' l-ilma jiġu solvuti u b'hekk l-ilma jitwassal lil dawn iż- żewġ blokki fl-iqsar żmien possibbli.", "MALTA GANTRY MANUFACTURING LTD - KONSULENTI", "5380.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min huma ż-żewġ konsulenti li ġew ingaġġati mill- Malta Gantry Manufacturing Limited?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu twil il-kuntratt li għandhom, humiex full- time jew le, kemm jitħallsu, l-kwalifiki tagħhom, ir-reponsabbiltajiet tagħhom u jekk saritx sejħa pubblika u jekk iva, fejn u meta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TUG MALTA - FLEET OPERATIONS MANAGER", "5381.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min hu l-fleet operations manager li ngħata kuntratt definit mit-Tug Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul tal-kuntratt, huwiex full-time jew le, kemm jitħallas, il-kwalifiki tiegħu u jekk saritx sejħa pubblika, u jekk iva, fejn u meta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TA' L-ISTATISTIKA - EKONOMISTI", "5382.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min huma s-sitt ekonomisti u l-istatistical advisor li ngħataw kuntratt definit mad-Dipartiment ta' l-Istatistika?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul tal-kuntratt, humiex full-time jew le, kemm jitħallsu, l-kwalifiki tagħhom u jekk saritx sejħa pubblika u jekk iva, fejn u meta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għall- ewwel parti tal-mistoqsija ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W316.", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, iva kienet saret sejħa pubblika li dehret fil-gazzetti lokali bejn is-6 u l-24 ta' April, 1995.", "Fl-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ġew impjegati sitt ekonomisti fi skala 10, b'kuntratt definit għal sena, ħamsa minnhom bid-data tad-19 ta' Awissu 1996 u ieħor fit-23 ta' Awissu, 1996.", "Ġie mġedded ukoll kuntratt definit għal sena mit-2 ta' Jannar, 1997 ta' statistical advisor.", "MALTA SHIPBUILDING - PROFESSJONISTI", "5383.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-erba' tobba u avukat li ngaġġa riċentement il- Malta Shipbuilding?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-erba' tobba ngaġġati riċentement mal-Malta Shipbuilding Company Limited huma:", "Dr. Stephen Camilleri, M.D. Dr. Noel Caruana, M.D. Dr. Anthony Formosa, M.D. Dr. Patrick Frendo, M.D.", "Il-kumpanija ma ngaġġat l-ebda avukat riċentement u l-avukat tagħha, Dr. Philip Sciberras LL.D., ilu jagħti s-servizzi tiegħu mill-1980.", "MSU - PROJECT MANAGER", "5384.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu l-project manager li ġie mpjegat mill-MSU b'salarju ta' Lm14,000 u jekk saritx sejħa għall-applikazzjonijiet u fejn?", "Jista' l- Prim Ministru jgħid ukoll x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu u t-tul tal- kuntratt?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 4287 fit-22 ta' Mejju 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jirriżultalux li meta l-MSU kienet tingaġġa konsulenti fl-imgħoddi u fl-amministrazzjoni l- oħra, kenitx toħroġ call for applications?", "Jekk jirriżultalu dan, jista' jgħid kemm-il darba ħarġet call for applications?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jirriżulta li hemm każi fejn effettivament meta ħarġu calls for applications u kien hemm tnejn li applikaw twaqqaf il-proċess li bih kienet qed issir l-għażla, intgħażlet persuna oħra li lanqas biss kienet applikat, ġiet appuntata fuq struzzjonijiet taċ-chairman u minnufih ġiet mibgħuta Kastilja bħala s-segretarja privata tal-persuna li dak iż- żmien kien l-assistent personali ta' l-Onor.", "Fenech Adami, li kien il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien.", "Effettivament l-informazzjoni li għandna hija li kien hemm diversi każi ta' dan it-tip.", "VALLETTA - TRIQ SANT'URSOLA - GARAXXIJIET", "5574.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li fil-mistoqsija parlamentari numru 4293 għall- mistoqsija tiegħi biex il-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li ż-żewġ garaxxijiet li hemm fil-bini mwaqqa' fi Triq Sant'Ursola kantuniera ma' Triq San Nikola, l-Belt Valletta kienu ġew okkupati mingħajr ma ħareġ tender, il-Ministru rrisponda fit-23 ta' April li wieħed minnhom \"kien gie allokat fuq bażi temporanja bħala alternattiva\";", "Peress li fil-mistoqsija parlamentari numru 4949, magħmula fil-25 ta' April, għall-mistoqsija tiegħi biex il-Ministru jgħid lil min ġie allokat il-garaxx li hemm fil-bini mwaqqa' fi Triq Sant'Ursola kantuniera ma' Triq San Nikola, l-Belt Valletta, il-Ministru rrisponda li \"irriżulta li fil- kantuniera ta' Sant'Ursola ma' Triq San Nikola, l-Belt Valletta ma hemm l- ebda garaxx\";", "Peress illi jien fiż-żewġ domandi ddiskrivejt il-garaxxijiet bl-istess kliem preċiż bħala li qegħdin \"fil-bini mwaqqa' fi Triq Sant'Ursola kantuniera ma' Triq San Nikola\", imma evidentement iż-żewġ risposti tal- Ministru huma kontradittorji;", "jista' l-Ministru jgħid għal-liema garaxx kien qed jirriferi fl-ewwel risposta, lil min ġie allokat dan il-garaxx, għaliex ġie allokat lilu u b'liema poteri seta' jingħata mingħajr tender?", "Jista' wkoll il-Ministru jgħid għaliex ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4949 issemmi garaxx fil-kantuniera bejn iż-żewġ toroq, li peress li jien mill-Belt naf li m'hemmx, meta fid-domanda tiegħi jien staqsejt dwar garaxx \"li hemm fil-bini mwaqqa'\" bejn iż-żewġ toroq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4293 tirrigwarda ż-żewġ garaxxijiet li hemm biswit Triq L-Ibjar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Japprezza l-Ministru li din hi t-tielet jew ir-raba' darba li qed issir domanda fuq l-uniċi żewġ garaxxijiet li hemm fil-blokk sħiħ li qed nitkellmu dwaru?", "Dawn iż-żewġ garaxxijiet ma għadhomx f'idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali imma qegħdin f'idejn il-Land Department u fil-fatt jien informat li filwaqt li wieħed minnhom huwa okkupat mingħajr tender l-ieħor huwa okkupat ukoll u milli nista' nifhem mir-risposta originali dan ingħata bħala alternattiva.", "GĦalhekk jien qed nagħmel numru ta' domandi biex niskopri jekk dan huwiex minnu.", "Issa filwaqt li għall-mistoqsija parlamentari numru 4293 ingħatajt ċertu tip ta' risposta, għall-mistoqsija parlamentari numru 4949 ingħatajt risposta oħra.", "Allura almenu l-Ministru jista' jiċċekkja li f'dan il-post hemm żewġ garaxxijiet biss u jiddetermina x'inhi l-pożizzjoni fuqhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, nixtieq li l-ewwel niċċekkja l- informazzjoni li qed jagħti l-Onor.", "Interpellant għax lanqas jien ma jien sodisfatt ħafna bl-informazzjoni li ngħatajt.", "SKEJJEL - TEXT-BOOKS", "5679.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu text books lit-tfal ta' l-iskejjel primarji fl-1995 u fl- 1996?", "X'kien l-ammont kull sena?", "Hemm xi ħsieb li din l-iskema, li l-ħsieb warajha kien li t-tfal jixtru u jkollhom il-kotba tagħhom li jibqgħu tagħhom, tkompli fis-snin li ġejjin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Bejgħ ta' kotba:", "1995/1996 10,085 kotba Lm 6,752.05 1996/1997 21,487 kotba Lm15,241.75", "Inkwantu għall-mistoqsija dwar jekk hemmx xi ħsieb li din l-iskema tkompli fis-snin li ġejjin, ir-risposta hija fl-affermattiv.", "Nittama li wieħed mir- riżultati tal-kampanja favur il-qari se jkun li iktar ġenituri jitħajru jixtru kotba għal uliedhom, fosthom it-text books.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI FIŻIKA", "5680.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li l-Ministru ħabbar li l-edukazzjoni fiżika se tkun eżaminabbli, jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex se jsir wara li jkun rivedut is-sillabu nazzjonali jew inkella immedjatament minn dan l-eżami li ġej, jiġifieri jiżdied mal-ħames suġġetti l-oħra?", "Jekk mhux se jsir eżaminabbli minnufih, jista' l-Ministru jgħid mil-liema klassi se jkun u mil-liema data se jseħħ dan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa qed issir reviżjoni tal-kurrikulu u l- evalwazzjoni, li hija mod dirett biex l-għalliem ikollu feedback kemm it- tagħlim tiegħu hu effettiv, għandha titqies bħala parti mill-proċess tal- kurrikulu kollu kemm hu.", "Dan jgħodd ukoll għall-edukazzjoni fiżika.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Regolamenti għall-ħarsien ta' l-għasafar u tal-fenek selvaġġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6185.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar text-books pubblikati mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni bejn l-1990 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5681; u", "Informazzjoni dwar il-Kumitat Tomorrow's Teachers imwaqqaf mill- Fakulta' ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita', bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5683.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokument dwar is-sejħa għall-offerti għal dawl fit-toroq f'Bugibba, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6301.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tat-Turiżmu nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ċirkolari maħruġa mill-Kumitat ta' Azzjoni ta' Bugibba dwar sponsorship campaign, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6214; u", "f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Analiżi ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol taħt Part I tar-Reġistru f'Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6164; u", "Tabella li turi n-numru ta' Formoli ta' Bidu ta' Impieg mibgħuta lill- ETC dwar persuni li joqogħdu fil-11 u t-12-il Distrett, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6303.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Critical Overview dwar Posta Limited maħruġ f'Jannar 1997;", "Kopja tar-rapport ta' l-investigazzjoni mill-pulizija fuq il-Bulkmail Contract ma' Euromail Limited maħruġ f'Marzu 1997;", "Kopja tar-rapport tat-tieni investigazzjoni mill-pulizija fuq il- Bulkmail Contract ma' Euromail Limited maħruġ f'April 1997; u", "Kopja tar-rapport dwar allegati abbużi fuq l-Information Technology System u Accounting System f'Posta Limited maħruġ f'Mejju 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 77 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Swimming Pools (Drittijiet għall-Analiżi ta' l-Ilma);", "Informazzjoni dwar impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa li għandhom permess jagħmlu xogħol barrani, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6193;", "Tabella li turi n-numru ta' sigħat li ħadmu overtime impjegati fil- Medical Records ta' l-Isptar San Luqa matul April u Mejju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6196; u", "Informazzjoni dwar infermiera fid-diversi sptarijiet u ċentri tas- saħħa u ħlasijiet li jieħdu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6215.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDINIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA", "MALTA MARITIME AUTHORITY (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta\" jkun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-EUROCONTROL", "EUROCONTROL (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nippropona t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali huwa in possession.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, dalgħodu kont qiegħed nispjega x'inhuma is-sitt għanijiet ewlenin li għalihom qed titwaqqaf din il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Paragrafu ieħor f'din il- mozzjoni jispjega kif din il-kummissjoni għandha tkun magħmula mic-chairman u numru ta' membri li ma jkunx iżjed minn 16 li fil-fehma tal-ministru jkunu jirrappreżentaw diversi oqsma ta' l-edukazzjoni, l-amministrazzjoni, l-ġenituri, l-ekonomija, il-kultura u l-unions.", "Fil-fatt il-membri ta' l- ewwel kummissjoni jirriflettu dawn l-oqsma kollha għaliex kollha huma nies li jagħtu kontribut validu f'xi wieħed jew aktar minn dawn l-oqsma li semmejna.", "Il-punt li nixtieq nagħmel hawnhekk huwa li għalkemm dawn huma kollha ġejjin minn xi organizzazzjoni, ma ntgħażlux hemmhekk bħala xi rappreżentanti ta' dawn l-organizzazzjonijiet.", "Qed ngħid dan għaliex ridna li l-kummissjoni nagħtuha l-liberta' kollha biex tkun tista' topera u min ikun membru tagħha ma jkunx qiegħed jorbot lill-organizzazzjoni li ġej minnha.", "Fil-fehma tagħna din tgħin sabiex ikun hemm aktar spirtu liberu fil-kummissjoni u sabiex il-membri jkunu jistgħu jidħlu fil-kwestjonijiet li jkunu qegħdin jistudjaw u jikkonsidraw.", "Dan ma jfissirx li fuq kull ħaġa jridu joqogħdu jieħdu l-pożizzjoni ta' l-organizzazzjoni uffiċjali li huma jifformaw parti minnha.", "Qed ngħid dan għaliex meta ħabbarna t-twaqqif ta' din il-kummissjoni u l-lista tal-membri, kien hemm diversi organizzazzjonijiet li staqsewna għaliex ma ħtarniex rappreżentant minnhom.", "Dan m'għamilnihx għax m'għandniex pjaċir bin-nies li kkuntattjawjna iżda għaliex ma ridniex li din il-kummissjoni tkun qisha xi kunsill rappreżentattiv tal-protoganisti ewlenin fil-qasam edukattiv u fil-qasam tal-ħajja pubblika f'pajjiżna.", "Barra minn hekk f'kunsill rappreżentattiv ta' dak it-tip, in-nies li jkunu preżenti ma jkunux jistgħu jikkonsidraw l- aspetti tal-kwestjonijiet edukattivi b'mod ħieles imma jkunu l-ħin kollu attenti għall-kariga uffiċjali li għandhom u għall-pożizzjonijiet li l- organizzazzjonijiet tagħhom jista' jkollhom.", "Kif diġa' għidt, dawn huma kollha nies b'moħħ indipendenti, nies li kollha jagħtu kontribut validu fil- qasam tagħhom u m'hemmx dubju li biex il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni tagħmel xogħolha sew u twettaq dmirijietha se jkollha - bħall- kummissjonijiet simili f'pajjiżi oħra - tinvolvi fix-xogħol tagħha nies oħrajn.", "Kif diġa' għidt dalgħodu, jien m'għandix dubju li hemm individwi oħra minn oqsma differenti tal-ħajja li żgur għandhom kontribut validu x'jagħtu fl-edukazzjoni.", "Jien nittama li din il-kummissjoni tibda taħdem b'sistema ta' sotto-kumitati fuq aspetti differenti ta' l-edukazzjoni biex dawn ikollhom ċans li jagħtu s-sehem tagħhom.", "Fix-xhur li għaddew saret ħidma sabiex kemm jista' jkun dak li nkunu qed nagħmlu fl-edukazzjoni nagħmluh bħala sforz komuni.", "Qed nagħmlu konsultazzjonijiet sħaħ u kontinwi mal- protagonisti ewlenin tal-qasam edukattiv, jiġifieri ma' l-edukatturi nfushom, mal-Malta Union of Teachers u mal-ġenituri permezz ta' l- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi.", "Dan qed nagħmluh għax meta niġu biex nieħdu deċiżjoni qed ninvolvu fil-konsiderazzjoni ta' x'deċiżjoni għandha tittieħed lin-nies milquta f'dak il-qasam.", "Linja bħal din tista' tidher li tieħu aktar żmien imma ċertament li fl-edukazzjoni dejjem għandna żewġ tensjonijiet kontra xulxin; min-naħa waħda għandna t-tensjoni ta' l-għaġġla li hemm bidliet urġenti li għandhom iseħħu u min-naħa l-oħra li l-bidliet iridu jkunu maħsuba u kkonsidrati sew għaliex fl-edukazzjoni huwa faċli tagħmel żball pero' mbagħad huwa diffiċli biex issewwih.", "Għalhekk huwa importanti li l-linja deċiżiva li mexjin biha tkun linja ta' prudenza ħalli naraw li jsiru l-bidliet li hemm bżonn isiru sabiex nagħtu nifs u ħajja ġdida lill-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Hemm bżonn li nikkonsultaw u niddiskutu l-ħin kollu dwar dak li nkunu qed nagħmlu.", "Aħna rridu noqogħdu attenti li f'kull inizjattiva li nagħmlu, kemm dawk li għamilna fix-xhur li għaddew kif ukoll dak li se nagħmlu fix-xhur li ġejjin, nissieħbu u fiha nsieħbu lill-pratoganisti ewlenin tal-ħajja edukattiva, jiġifieri lill-edukaturi, lill-ġenituri, lill-istudenti u anke lil nies f'oqsma oħra tal-ħajja li huma involuti fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Aħna bdejna u se nkomplu mmexxu f'din il-linja għax naħsbu li din hi linja li se tagħti l-aħjar riżultati.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li diġa' għamilna konsultazzjonijiet twal u serji ma' l-iskejjel primarji u fil-fatt fl-aħħar ta' dan ix-xahar se nibdew nikkonsultaw ma' l-għalliema ta' l-iskejjel sekondarji u ta' l- Universita' sabiex naraw x'hemm bżonn jinbidel fl-eżamijiet tal-Matsec ħalli dan l-eżami jaqdi iktar il-bżonnijiet ta' l-istudenti u ta' l- iskejjel tagħna.", "Ta' min jgħid ukoll li aħna bdejna sensiela ta' konsultazzjonijiet anke mal-qasam post-sekondarju u fil-fatt uħud minnhom diġa' qed jagħtu l-frott.", "B'hekk inkunu qed insaħħu l-qasam post- sekondarju ħalli l-bieb ta' l-Universita' ma jibqax ikkontrollat biss mis- sistema preżenti ta' żewġ A Levels tal-Matsec, tliet eżamijiet intermediate u Systems of Knowledge.", "L-istituzzjonijiet post-sekondarji għandhom ikunu mfassla b'mod li jkunu mmirati kemm għal dawk l-istudenti li jkunu jridu jaqbdu d-dinja tax-xogħol kif ukoll għal dawk li jkunu jridu jkomplu jistudjaw.", "Fid-dinja tal-lum ix-xogħol u l-istudju saru iktar marbutin flimkien u spiċċa dak iż-żmien fejn wieħed kien iqatta' perijodu minn ħajtu jistudja u perijodu ieħor jaħdem.", "Illum min jaħdem, minn żmien għal żmien ikollu jerġa' jirritorna għall-istudju għax dak li nkunu tgħallimna ftit snin qabel ma jibqax jgħodd u għalhekk jkollna nerġgħu naġġornaw dak li nkunu nafu.", "Huwa importanti li s-sistema edukattiva tagħna tkun tirrifletti din il-bidla li qed isseħħ u li se tkompli sseħħ kemm fid-dinja tal-lum u iktar u iktar fid-dinja ta' għada.", "Madam Speaker, ċertament waħda mit-temi li l-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni se jkollha taffronta hija kif jista' jkun hemm integrazzjoni aħjar fil-livelli differenti ta' l-edukazzjoni ħalli livell jipprepara lill- istudenti għal-livell ta' wara.", "Aħna rridu nikkonsidraw ukoll li noħolqu sistemi miftuħa ta' edukazzjoni adulta - f'pajjiżna dawn għad ma għandniex biżżejjed minnhom - ħalli min ikun irid jerġa' jaġġorna lilu nnifsu jsib sistema kif jagħmel dan.", "Per eżempju, ċertament f'dan il-qasam hemm spazju kbir għall-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda għan-nisa li jkunu waqfu mil- karriera tagħhom biex jieħdu ħsieb il-familja u mbagħad ikunu jridu jerġgħu jirritornaw lura għad-dinja tax-xogħol jew għad-dinja ta' l-istudju.", "Hemm bżonn li nsaħħu opportunitajiet għalihom f'dawn l-oqsma.", "Din hija waħda mir- raġunijiet għaliex pajjiżna - f'ċerti oqsma aktar minn oqsma oħra - meta tqabblu ma' pajjiżi oħra ta' l-Ewropa għandu pjuttost parteċipazzjoni baxxa ta' nisa fid-dinja tax-xogħol.", "M'għandix dubju li waħda mill-kwestjonijiet li din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni se tkun qed taffronta hi li tistudja liema huma dawk l-aspetti fis-sistema edukattiva tagħna li minħabba fihom in-nisa u t-tfajliet għadhom fi żvantaġġ.", "Għad għandna oqsma sħaħ ta' l-edukazzjoni fejn in-nisa ftit li xejn huma preżenti.", "Tajjeb li nistudjaw x'qed iżomm lill-bniet milli jkunu preżenti f'ċerta oqsma.", "Dan ċertament ma jagħmilx ġid la lilhom u lanqas lill-pajjiż.", "Irridu naraw ukoll x'inhuma l-problemi li għandna fil-livell primarju u dak sekondarju li jaħdmu kontra żvilupp sħiħ tan-nisa fl-edukazzjoni.", "Il-kummissjoni, kif diġa' għidt, hija magħmula minn nies ta' kwalita' għolja.", "Fil-fehma tiegħi huma nies ta' opinjonijiet differenti u nies li bejniethom għandhom esperjenza u talent li jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Dawn in-nies ġejjin minn oqsma differenti u għalhekk għandhom esperjenzi differenti.", "Bejniethom hemm diversita' u rikkezza ta' opinjoni, esperjenza u orjentament u m'għandix għalfejn naħseb li m'huwiex se jagħtu kontribut kbir.", "Waħda mill-affarijiet li ġieli lmentaw minnha ċ-ċittadini f'pajjiżna kienet il-biża' li ma' kull bidla fl-amministrazzjoni se jkun hawn skossi kbar fis-sistema edukattiva.", "Din hija xi ħaġa li ma tagħmilx ġid.", "Kultant anke meta jkollok intenzjoni tajba biex tbiddel għall-aħjar, jekk il-bidla ma tkunx ippjanata sew aktar tispiċċa tagħmel ħsara milli ġid.", "Allura jien naħseb li struttura bħal din tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni, li kif diġa' għidt tressaq ir-rapporti tagħha lill-Parlament u li mbagħad jiġu diskussi fit-tul kemm fil-Parlament kif ukoll fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, tista' tgħin biex ikun hawn aktar linja komuni u linja li ma tħallix lok għal terremoti u għal skossi fit-tfassil tal- policies edukattivi f'pajjiżna.", "Ġieli kelli ħbieb min-naħa l-oħra jgħiduli li f'pajjiżna għandu jkun hemm sistema fejn iż-żewġ partiti jaqblu flimkien fuq policies ta' l-edukazzjoni.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa żbaljata.", "Hemmhekk inkunu qed nagħmlu l-partitokrazija u mhux id-demokrazija.", "Inkunu qisna qed niftehmu bejnietna minn wara dahar in-nies.", "Naħseb li huwa aktar għaqli u naslu aktar fit-tul u b'mod aktar san u pożittiv jekk il- protagonisti ewlenin ta' l-edukazzjoni - tkun xi tkun l-amministrazzjoni tal-ġurnata - jieħdu sehem bir-riċerka, bir-rakkmandazzjonijiet u bil- kritika tagħhom fit-tfassil ta' policies edukattivi ġodda.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni, fil-fehma tiegħi, se toffri spazju biex dan ikun jista' jsir.", "Jekk kull amministrazzjoni timxi bil-policy li qabel tieħu deċiżjoni kruċjali fil-qasam edukattiv tikkonsulta u tisma' sewwa x'għandhom xi jgħidu n-nies li huma nvoluti f'dak il-qasam allura ma jkollniex lok għal skossi u għal terremoti bla bżonn fis-sistema edukattiva.", "Ċerti bidliet li ġieli seħħew taħt amministrazzjonijiet differenti, anke jekk l-intenzjoni kienet tajba, ma ħallewx ir-riżultat mixtieq.", "Fost temi oħra li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni se tkun trid tiffaċċja hi s-sitwazzjoni ta' l-għalliema.", "Illum il-karrieri differenti għal min jistudja kibru, twessgħu u nfirxu aktar minn qabel.", "Irridu naraw x'għandna nagħmlu biex inkomplu nħajru nies ta' kwalita' intelletwali u morali tajba biex jaqbdu t-triq biex isiru għalliema.", "Din hija xi ħaġa li rridu nieħdu ħsiebha bis-serjeta' għax inkella nistgħu naslu f'sitwazzjoni fejn 'il quddiem ikollna problemi serji.", "F'pajjiżna għandna nuqqas ta' għalliema f'ċerti suġġetti, bħal per eżempju l-matematika, il-physics, l- accounts, il-graphical communication u l-computer studies li huma suġġetti li jiġu mgħallma fil-livell sekondarju.", "Meta ma jkollokx biżżejjed għalliema fil-livell sekondarju, l-istudenti se jkunu mċaħħda minn tagħlim importanti.", "Barra minn hekk se jkollok problema li m'intix tipprepara biżżejjed tfal u żgħażagħ biex ikomplu jistudjaw dawk is-suġġetti tant kruċjali aktar 'il quddiem.", "Għalhekk irridu naraw kif se nieħdu ħsieb problema bħal din.", "Diġa' għandna maħsuba xi passi li nittama li fi ftit snin iħallu l-frott mixtieq.", "Problema serja li jrid ikollna l-kuraġġ naffaċċjawha hi kif se nħajru aktar gradwati ġodda u għalliema żgħażagħ imorru jgħallmu fil-primarja.", "Sfortunatament li tgħallem fil-primarja għadha meqjusa xi ħaġa ta' inferjorita'.", "Irridu nifhmu għaliex qed jiġri dan u rridu naraw x'passi hemm bżonn nieħdu sabiex inħajru aktar gradwati ġodda jmorru jgħallmu fil- primarja.", "Jekk mhux se jirnexxielna nagħmlu dan, fi żmien ħamsa jew għaxar snin jista' jkollna problema serja ħafna.", "Mill-primarji bdew jispiċċaw u se jkomplu jispiċċaw dawk li kienu ġew imħarrġa fil-kulleġġ qabel ma l- Universita' beda jkollha l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni tagħha.", "Ikun żball jekk b'xi mod jew ieħor ma nikkoreġux din l-impressjoni żbaljata u ma jirnexxielniex nħajru gradwati ġodda u żgħażagħ jibdew jgħallmu fil- primarja.", "M'għandux aktar jitqies li min imur jgħallem għamel hekk għax ma rnexxilux jingħata post fis-sekondarja.", "L-edukazzjoni primarja hija mportanti u essenzjali ħafna u hija l-pedament li fuqha rridu nibnu futur u hemmhekk għandna bżonn li jkollna l-aħjar għalliema.", "U fost l-aħjar edukaturi li għandna fil-pajjiż hemm dawk li marru kontra l-kurrent - minkejja l-preġudizzji kollha li għad hemm tat-tagħlim fil-primarja - u għażlu li jgħallmu fil-primarja.", "Il-kwestjoni tal-preġudizzju għandha għeruq twal u fondi u rridu nippruvaw nifhmu għaliex hemm dan il-preġudizzju.", "Waħda minnhom hi li l- ħajja ta' għalliema fl-iskejjel primarji hija aktar diffiċli, għaliex kif inhi s-sistema tagħna, dawn ftit li xejn għandhom ċans jiltaqgħu bejniethom, m'għandhomx ċans joħroġu mill-klassi għaliex jridu l-ħin kollu jibqgħu mat-tfal.", "M'għandhomx ċans, imqar darba fix-xahar, jiltaqgħu bejniethom u jirriflettu ftit fuq x'qed jiġri fl-iskola u jfasslu futur għal dik l-iskola biex jagħtuha l-identita' u l-viżjoni li jixtiequ.", "Għalhekk hemm bżonn li fis-sistema tagħna ndaħħlu dawn l-opportunitajiet u b'hekk inkunu qed ngħollu l-kwalita' ta' l-edukazzjoni.", "Irridu nagħtu ċans lill-għalliema tal-primarja biex ma jkunux biss qishom Charles Chaplin fil- \"Modern Times\", maqbudin fil-makna ta' kuljum u lanqas biss ikollhom ċans ikunu jafu x'qed jagħmlu.", "Għalhekk huwa mportanti ħafna li l-għalliema tal- primarja jingħataw iċ-ċans li jħarrġu lilhom infushom, li jkollhom l- iżvilupp professjonali li għandhom bżonn u li jingħataw l-informazzjoni biex iġeddu u jaġġornaw il-kapaċitajiet tagħhom.", "Jekk ma nagħmlux hekk ma jkollniex ċans intejbu l-edukazzjoni fil-primarja.", "L-aħħar punt fil-mozzjoni huwa li l-kummissjoni għandha tkun iffinanzjata mill-gvern b'vot annwali sabiex din tkun tista' tagħmel ix-xogħol tagħha.", "Kif diġa' għidt, f'pajjiżi oħra kummissjonijiet bħal dawn huma ffinanzjati kompletament mis-settur privat.", "Fil-każ tagħna, biex nibdew qegħdin ngħidu li għandu jkun il-gvern li jiffinanzja x-xogħol ta' din il-kummissjoni, pero' fl-istess ħin qegħdin nistiednu lil setturi oħra biex ukoll jagħtu l- kontribut tagħhom sabiex din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tkun tista' tagħmel ix-xogħol tagħha.", "Fil-fatt qed ngħidu li hija tista' wkoll tattira u tiġbor fondi għall-ħidma tagħha minn sorsi privati.", "Tkun idea tajba ħafna jekk is-settur privat ukoll jagħti sehmu f'dan il-qasam għaliex m'hemmx dubju li l-qasam ta' l-edukazzjoni huwa wieħed importanti ħafna tant li lanqas hemm għalfejn nenfasizzaw l-importanza tiegħu.", "Huwa qasam li minnu jiddependi l-futur tal-pajjiż u tat-tfal u żgħażagħ li għandna fis-sistema edukattiva.", "Jiena nagħlaq billi nawgura li bix-xogħol li se tkun qed tagħmel din il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni inkunu qed ngħinu biex intejbu l- kwalita' ta' edukazzjoni li noffru fl-iskejjel tagħna għaliex meta nagħmlu dan inkunu qegħdin insaħħu u ntejbu l-futur għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Għalhekk jien nitlob li dan il-Parlament japprova t-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Madam Speaker, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill- Ministru għall-istedina tiegħu biex f'dan id-dibattitu wieħed jagħmel diskors bil-kalma, kemm jista' jkun oġġettiv u bla għaġġla fuq suġġett li huwa ta' importanza kbira għall-pajjiż u huwa suġġett delikat u sensittiv.", "Jien diġa' kelli diversi okkażjonijiet fejn iddikjarajt x'inhi l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni dwar l-edukazzjoni.", "Il-pożizzjoni tagħna hija li f'dan is-settur partikolari l-interess ta' wliedna u tal- pajjiż inpoġġuh l-ewwel u qabel kollox.", "Il-pożizzjoni tagħna hija waħda ta' kollaborazzjoni iktar milli ta' oppożizzjoni.", "Aħna rridu kemm jista' jkun infittxu l-consensus minflok politiċizzazzjoni partiġjana, u l-motivi li jispiraw lill-Oppożizzjoni f'din id-direzzjoni huma ċari, minħabba l-fatt li l-edukazzjoni hija qasam vitali u delikat, speċjalment fiċ-ċirkostanzi tal-lum fejn il-poplu tagħna għandu bżonn direzzjoni, strateġija ċara u stabbli, li tevolvi f'kontinwita' minn amministrazzjoni għall-oħra biex l- iżvilupp edukattiv jinbena saff fuq saff.", "M'hemmx dubju li f'dan il- kontest ma naffordjawx il-ħela ta' żmien fl-ebda kontroversja inutli; ma naffordjawx naħlu enerġija f'inizjattivi li ma jkollhomx direzzjoni; ma naffordjawx li fis-settur ta' l-edukazzjoni nimbarkaw fuq avventuri bla ħsieb; ma naffordjawx li l-pożizzjoni dwar l-edukazzjoni tkun waħda ispirata minn xi ideoloġiji u ideat, wisq iktar jekk dawn ikunu sorpassati, u ma nistgħux naffordjaw pożizzjoni li tkun preġudikata.", "Meta ngħid dan id- diskors ma rridx niġi mifhum bħallikieku qed nippriedka l-kwalitajiet is- sbieħ minn xi punto di vista ta' xi Fariżew, anzi bil-kuntrarju dan id- diskors huwa mibni fuq il-fatt li jien konxju ħafna li l-iżvilupp li għandna fil-pajjiż huwa frott tal-ħidma ta' amministrazzjonijiet differenti; huwa żvilupp ta' kwantita' ta' ġid li jkun twettaq minn kwantita' ta' protagonisti, ħaddiema, uffiċjali u professjonisti f'kull qasam, hi x'inhi l-opinjoni politika tagħhom.", "Id-diskors tiegħi huwa ispirat ukoll mill-fatt li jekk jien konxju li matul iż-żmenijiet twettaq kwantita' ta' ġid, daqshekk ieħor inħossni konxju li matul iż-żminijiet, taħt amministrazzjonijiet differenti ntilfu opportunitajiet siewja li kieku għarafna neħduhom u nisfruttawhom konna nkunu f'pożizzjoni ħafna aħjar milli qegħdin fiha llum.", "Nemmen li matul il- medda u l-firxa taż-żmien ntilfu opportunitajiet li kienu importanti għall- iżvilupp edukattiv u kulturali tal-poplu tagħna.", "Huwa dan l-iżvilupp edukattiv u kulturali li huwa l-bażi ta' kull żvilupp ieħor fl-oqsma l-oħra tal-ħajja, li jagħmel id-differenza kollha fil-kwestjoni fundamentali tal- kwalita' tal-ħajja.", "Meta wieħed jibda jitkellem fuq dawn is-suġġetti jista' joqgħod iħares lura u jagħmel diskorsi twal u validi dwar l- akkwisti li l-amministrazzjoni tiegħu setgħet kisbet a favur l-evoluzzjoni ta' dan l-iżvilupp edukattiv.", "Pero' anke kieku wieħed jagħmel dan it-tip ta' diskors, fl-opinjoni tiegħi, dejjem irid isir mill-perspettiva ta' kemm hi twila t-triq u ta' kemm għad fadal xi jsir biex tassew inkunu qegħdin fil-pożizzjoni li nagħtu lill-poplu tagħna dak l-istrument ta' edukazzjoni fis-sens wiesgħa li għandna bżonn fid-dinja tal-lum.", "Madam Speaker, kif spjega l-Ministru, jien ngħid li llum aħna, bħala Maltin, ma nistgħux nagħmlu sistema edukattiva li l-karatteristika prinċipali tagħha hija ta' kompetizzjoni bejnietna l-Maltin, sistema li turi kemm aħna l-Maltin nistgħu nkunu lħaqna livelli ta' intelliġenza, maturita' u għerf a paragun ma' Maltin oħra.", "Biex pajjiżna jkun jista' jtejjeb il-kwalita' tal-ħajja u jkun jista' jiżviluppa l-kompetizzjoni tagħna l-Maltin fir-rigward ta' l-iżvilupp tal-ħiliet u tat-talenti tagħna, il-kompetizzjoni trid tkun mal-bnedmin tad-dinja kollha.", "Dan għaliex, kif għidna kemm-il darba, id-dinja għaddejja - biex ma ngħidx għaddiet - minn rivoluzzjoni ta' entita' enormi, ta' istatura bħal dik tar-rivoluzzjoni industrijali.", "Illum il-ġurnata bir-rivoluzzjoni ta' l-elettronika, ta' l- informatika u tat-teknoloġija tal-computers nafu li t-tkattir tal- prosperita' jiddependi minn din il-ħidma flimkien ma' kompetizzjoni ta' ħafna swieq u oqsma oħra.", "Hija kompetizzjoni li tirrikjedi li jsir dak kollu possibbli biex jekk jista' jkun ma jkunx hawn lanqas bniedem wieħed fostna l-Maltin u l-Għawdxin li ma jkunx ingħata l-opportunita' effettiva li jiżviluppa l-ħiliet, il-potenzjal, il-kreattivita' u l-intelliġenza tiegħu.", "Meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien stedinni nservi bħala shadow minister f'dan id-dekasteru jien ħassejt li r-rwol tiegħi għandu jkun li nappoġġa u ngħin b'entużjażmu dak kollu li jkun fid-direzzjoni t-tajba u għall-ġid ta' pajjiżna f'dan is-settur.", "Jien fhimt li f'dan id-dekasteru huwa importanti li nimbotta dak li huwa għall-ġid komuni u mhux dak li jista' temporanjament jidher li jkun fl-interess tal-partit, fl-interess partiġjan.", "Ridt nipprova sabiex f'dan is-settur inħares lejn il- kwestjonijiet li jqumu minn żmien għal żmien fid-dawl ta' l-interess nazzjonali u nipprova nagħti mill-aħjar li nista' l-kontribut umli tiegħi għall-konsolidament u għat-twessiegħ ta' l-arja tal-consensus li jien nemmen li f'dan is-settur hi meħtieġa u essenzjali għall-ġejjieni.", "Safejn naf jien dak kollu li għamilt u għidt matul dawn is-seba' xhur ta' dan il- Gvern huwa xhieda ta' dan li qed ngħid anke jekk mhux dejjem ġejt mifhum minn kulħadd u anke jekk mhux dejjem sibt min jaqbel ma' dan it-tip ta' atteġġament.", "Jien nemmen li l-ġid tal-pajjiż jitlob li wieħed jimxi f'din il-perspettiva u anke l-kummenti li qed nagħmel illum hawnhekk huma ispirati minn dan il-motiv ta' kif wieħed għandu jħares, nerġa' ngħid, lejn kollox, imma b'mod partikolari lejn il-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Madam Speaker, jien naturalment segwejt b'attenzjoni kbira mhux biss dak li qal illum il-Ministru f'din il-Kamra imma dak kollu li kien qed jiġri fil-qasam ta' l-edukazzjoni f'dawn is-seba' xhur tal-Gvern il-ġdid.", "Kelli diversi okkażjonijiet fejn ħassejt li għandi naqbel u ħassejt li għandi nfaħħar ħafna minn dak li wieħed jara u jisma' fuq dan is-suġġett u apprezzajt ukoll li l-Gvern il-ġdid, permezz tal-Ministru tiegħu, kien qiegħed jieħu dan l-atteġġament li jkompli jibni fuq it-tajjeb li sab, li jkompli bl-isforzi biex jirranġa fejn hu dgħajjef u fejn jista' jkun żbaljat.", "Allura l-atteġġament tiegħi hu li nirriżerva l-ġudizzju, nagħti ċans u nara kif se tiżviluppa d-direzzjoni li qed jagħti l-Gvern.", "Wieħed jaqbel mal-biċċa l-kbira tad-diskors tal-Ministru - dan id-diskors smajnieh drabi oħra, mill-istess Ministru u anke mill-Ministri preċedenti fl- amministrazzjoni li minnha jien kont nagħmel parti, b'enfasi differenti.", "Imma fuq kwantita' ta' argumenti hemm qbil li nkomplu f'dawk id- direzzjonijiet li huma bażi tajba għall-evoluzzjoni ta' edukazzjoni ta' kwalita'.", "Jien fhimt li f'dan il-kamp edukattiv qegħdin nersqu iktar lejn sitwazzjoni fejn tkun tista' tiġi adottata dik li bl-Ingliż insejħulha a bipartisan approach.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħu l-Ministru Bartolo deher li kien qed jgħid li m'għandniex nagħtu l-impressjoni li fuq l-edukazzjoni qed nagħmlu xi ħaġa li fuqha jaqblu ż-żewġ partiti għax inkella nistgħu nagħtu l-impressjoni li qed nagħmlu eżerċizzju ta' partitokrazija u mhux ta' demokrazija.", "Jien, bir-rispett kollu, naħseb li wieħed irid jifhem aħjar x'irridu nfissru meta ngħidu li fil-qasam edukattiv għandna bżonn a bipartisan jew a multipartisan approach.", "Fl-edukazzjoni l-ħsad tal-frott tal-miżuri, d- deċiżjonijiet, il-policies u l-istrateġiji li wieħed jadotta ma jsirx f'temp ta' sena jew tnejn, lanqas f'temp ta' leġislatura, imma jsir f'temp u fi żmien ħafna itwal.", "Il-Ministru Bartolo semma 10 u 15-il sena.", "Allura huwa importanti ħafna li wieħed jagħti lil kull min huwa nvolut f'dan il- kamp messaġġ ta' djalogu kostruttiv kontinwu, ta' evoluzzjoni kontinwa imma ta' direzzjoni li għandha ċerta stabbilta' u kontinwita'.", "Madam Speaker, meta wieħed jara x'inhi l-mozzjoni li għandha quddiemha l- Kamra llum li biha l-Gvern se jwaqqaf Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni, ir-reazzjoni spontanja ta' kulħadd, anke ta' sħabi, hija waħda pożittiva u qed ngħidu li din hija ħaġa tajba.", "Ma' l-ewwel daqqa t'għajn wieħed itendi li jgħid li nistgħu mmexxu, pero' jekk fl-edukazzjoni rridu nagħtu kontribut li huwa validu ma nistgħux aħna naqblu b'mod simpliċistiku.", "Wara li smajt lill-Ministru Bartolo jispjega ħafna dettalji - nista' ngħid li naqbel mal-biċċa l-kbira ta' l-affarijiet.", "Iżda nista' ngħid li l-Gvern jaħseb li jrid jagħmel hekk u by and large aħna naħsbu li din hija fid-direzzjoni t-tajba, allura npoġġu bil-qiegħda nċapċpu u ngħidu li naqblu?", "Ma naħsibx li dan huwa l-eżerċizzju li aħna rridu nagħmlu.", "Ma naħsibx li nkunu qed naqdu dmirna jekk aħna nittrattaw din il-mozzjoni sempliċement skond kif tolqot l-għajn.", "L-ewwelnett għaliex l-edukazzjoni hija suġġett ta' importanza kbira, u anke għaliex wara li flejtha u wara li smajt l-ispjega tal-Ministru, bilfors ikolli ngħid li għad għandi riżervi fuq din il-Kummissjoni.", "Meta wieħed jirrifletti sewwa fuq din il-mozzjoni donnu jsib kif jgħid l-Ingliż that there may be more than meets the eye, li taħt il-brix proverbjali tal-wiċċ hemm kwesjtonijiet importanti li fl- opinjoni tiegħi jenħtieġu spjega u amplifikazzjoni.", "Għalhekk fl-ispirtu tal- ġid li aħna nixtiequ li jsir fil-qasam ta' l-edukazzjoni minn din in-naħa nixtiequ nispjegaw id-diffikultajiet li aħna għandna.", "Il-Ministru ġab il- mozzjoni hawn għaliex qed jagħti piż kbir u rilevanza kbira lir-rwol ta' din il-Kummissjoni u allura wieħed bilfors irid jagħmel skrutinju tajjeb ta' dak li aħna verament qed nagħmlu.", "Meta naħseb fuq din il-mozzjoni nibda nistaqsi lili nnifsi jekk dan huwiex każ ta' idea tajba li tista' qed issir b'mod ħażin.", "Qed ngħid dan għaliex fid-diskors kollu ta' din il- mozzjoni, fil-kostruzzjoni anke ta' din il-kummissjoni, hawn diskors xi ftit kontradittorju.", "Aħna qed naraw li s-sinjal li wieħed jista' jagħti minn din il-kummissjoni jista' jkun sinjal li huwa żbaljat.", "Fuq din il- kwesjtoni rrid nispjega punt punt għaliex naħseb li l-affarijiet jistgħu, u setgħu, saru aħjar.", "Ħalli nibda minn punt li m'għandux x'jaqsam miegħu l- Ministru responsabbli mill-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Madam Speaker, aħna għandna Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li jiltaqa' regolarment biex suppost jippjana l-ħidma ta' dan il-Parlament.", "Dan il-Kumitat iltaqa' u ħadd ma semma li ġejja mozzjoni għad-diskussjoni.", "Imbagħad nhar l-Erbgħa fil-għaxija waqt il-ħin ta' l-Aġġornament skoprejna li se naġġornaw għat-Tnejn fil-għodu - jiġifieri llum - biex niddiskutu l- mozzjoni li għandna quddiemna bil-ħsieb li nagħtu l-approvazzjoni tagħna għad-deċiżjoni tal-Gvern li jwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni, u rċevejna l-aġenda nhar il-Ġimgħa li għaddiet.", "Madam Speaker, jien naħseb li dan m'huwiex mod tajjeb ta' kif għandna nimxu.", "Għaliex jekk is-suġġett huwa ta' daqstant importanza, u jekk qed ngħidu li rridu nagħtu opportunita' lill-Parlament biex jagħti ħarsa wiesgħa fuq is- suġġett ta' l-edukazzjoni, kif nistgħu nagħmlu diskussjoni mil-lum għal għada?", "Madam Speaker, jien naħseb li m'għandux jibqa' jiġri hekk għaliex inkella bil-kliem inkunu qed ngħidu li nixtiequ nittrattaw l-affarijiet bis- serjeta', pero' x'ħin niġu fuq il-bank tal-prova din is-serjeta' ittir mar- riħ u nibdew nagħmlu teatrin minn affarijiet serji imma fil-verita' jkun hemm ukoll ħwejjeġ li m'humiex ta' serjeta'.", "Jekk niddiskutu l-mozzjoni - li hija maħsuba li tqanqal diskussjoni fuq l-edukazzjoni - b'dan il-mod, naħseb li ma jagħmilx ġustizzja lanqas ma' l-isforzi ta' min irid li s- suġġett jiġi trattat bl-ikbar serjeta'.", "Madam Speaker, imbagħad hemm il-punt l-ieħor li jien nagħtih ċerta importanza.", "Il-Gvern qed jipproponi li jwaqqaf Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni meta l-Gvern diġa' waqqafha.", "Din il-Kummissjoni bdiet taħdem diġa' u issa l-Gvern qed jitlobna li napprovaw din il-kummissjoni.", "Madam Speaker, għadu frisk f'moħħna d-diskors tiegħek ta' nhar is-Sibt li għadda meta int tkellimt dwar il-perspettiva nazzjonali tal-Parlament Malti minkejja li huwa prodott ta' ideat politiċi differenti.", "M'iniex ċert li din il-kummissjoni tista' tiġi kwalifikata bħala \"Kummissjoni Nazzjonali\".", "Hawnhekk hawn punt li naħseb li rridu nagħtu kasu.", "L-ewwelnett jekk wieħed jaqbad il-versjoni tal-policies aġġornati tal-Partit Laburista u jara ftit kif kienet imsawra l-proposta fil-ktieb \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\", il-politika ġdida Laburista, f'paġna 81 isib miktub hekk:", "\"Ikun hemm Kummissjoni Nazzjonali ta' l-Edukazzjoni li jieħdu sehem fiha rappreżentanti minn kull qasam importanti tal-pajjiż u li xogħlha jkun li ssegwi dak li hu għaddej fl-edukazzjoni, tagħti ħarsa fit-tul lejn dak li hemm bżonn fil-futur u tagħmel minn kollox biex tgħolli l- kwalita' ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ f'pajjiżna.\"", "Jiġifieri hawnhekk dak iż-żmien l-idea kienet li jkun hawn Kummissjoni li tkun magħmula minn rappreżentanti minn kull qasam importanti tal-pajjiż.", "Jiena nistaqsi: Huwa veru li din il-kummissjoni hija magħmula minn rappreżentanti minn kull qasam importanti tal-pajjiż?", "Jien nixtieq nistaqsi wkoll x'konsultazzjoni saret dwar it-twaqqif ta' din il- kummissjoni.", "Nafu li jkun hemm konsultazzjonijiet fuq it-tfassil tal- curriculum minimu nazzjonali u konsultazzjonijiet fuq kwestjonijiet oħrajn li jolqtu l-qasam edukattiv, imma fuq it-twaqqif ta' din il-kummissjoni ma' min saret konsultazzjoni?", "Ġie rrapportat fil-gazzetti li meta l-Ministru kien qiegħed ikellem lill- kapijiet ta' l-iskejjel waqt is-seminar li sar fil-Lukanda Diplomat, huwa qalilhom, fost ħwejjeġ oħra, li qed jaħseb biex jippubblika white paper fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni kollu kemm hu.", "Dan is-seminar sar fl-20 ta' April.", "Ftit wara, minflok ma ħarġet il-white paper, twaqqfet mill-ewwel din il-kummissjoni.", "Tħabbru l-ismijiet fil-gazzetti u issa qegħdin hawnhekk sabiex niddiskutu l-mozzjoni, fejn hawn magħrufa wkoll it-terms of reference tagħha.", "Allura ma' min saru l-konsultazzjonijiet dwar din il- kummissjoni?", "Fi ħdan liema organi saru?", "Fejn ġiet diskussa?", "Għax nerġa' ngħid li aħna m'aħniex qegħdin nagħmlu xi think tank - ħaġa li kull Ministru u kważi kull membru ta' din il-Kamra għandu dritt jagħmel - imma qegħdin hawn biex tiġi mwaqqfa kummissjoni li l-Gvern jixtieq li jagħtiha l- awra ta' kummissjoni nazzjonali.", "Għalhekk naħseb li wieħed ma jistax f'nifs jgħid li l-affarijiet iridu jsiru b'mod ta' sħubija imbagħad jipproponi kummissjoni li konsultazzjonijiet dwar il-funzjonijiet u l- kompożizzjoni tagħha bażikament ma jkunu saru ma' ħadd.", "Hemm punt ieħor Madam Speaker, li xtaqt li kieku l-Ministru rrifera għalih anke fl-introduzzjoni tiegħu.", "Sal-lum, il-qasam ta' l-edukazzjoni huwa regolat bil-Liġi dwar l-Edukazzjoni - liġi li għandna nsegwu - u fost ħwejjeġ oħra din il-liġi tipprovdi għal Kunsill għall-Edukazzjoni.", "Hemm Kunsill għall-Edukazzjoni li huwa mwaqqaf bil-liġi u l-kompożizzjoni tiegħu m'hjiex waħda ad hominem; m'hijiex kompożizzjoni skond il-persuni partikolari li huma imma hija rappreżentattiva fejn parti minnhom huma nominati mill-kunsilli ta' l-iskejjel u oħrajn mill-ministru.", "Il-liġi tispeċifika bi preċiżjoni li f'dan il-kunsill irid ikun hemm rappreżentant ta' kull skola u li l-membri maħtura mill-ministru jridu jirrapreżentaw lill-pubbliku in ġenerali, fosthom membri biex jirrappreżentaw lill- iskejjel tal-Knisja Kattolika f'Malta u lill-iskejjel l-oħra li m'humiex skejjel ta' l-Istat.", "Dan hu kunsill għall-edukazzjoni mwaqqaf b'liġi u jien nistaqsi: Dan il-kunsill qiegħed imwaqqaf?", "Huwa nominat?", "Ġie mitlub il- parir dwar it-twaqqif ta' din il-kummissjoni?", "Għandna liġi li taħseb għal kunsill għall-edukazzjoni li għandu l-funzjonijiet li jagħti pariri fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-edukazzjoni, sew kif jidhirlu xieraq dak il-kunsill jew inkella kif jiġi riferit lilu mill-ministru.", "Huwa kunsill li għandu funzjoni mogħtija lilu b'liġi li jħejji pjainjiet għall- iżvilupp ta' l-edukazzjoni u għal integrazzjoni aħjar tas-servizzi edukattivi f'Malta - dawn il-funzjonijiet kien qed jirriferi għalihom il- Ministru fl-introduzzjoni tiegħu - u għandu l-funzjoni li jagħti pariri lill-ministru dwar kull proposta ta' emenda għad-dispożizzjonijiet ta' l- Att dwar l-Edukazzjoni nnifsu.", "Jiena nifhem il-preokkupazzjoni tal-Ministru li jħares lejn dan il- Kunsill għall-Edukazzjoni u jistaqsi jekk dan il-kunsill jaħdimx jew jekk iltaqax, u jekk iltaqa' kemm-il darba ltaqa'?", "Il-Ministru qalilna li l- parti tal-kunsill kienet l-aktar waħda li ma ħadmitx fil-liġi.", "Dan il- kunsill fil-fatt iltaqa' biex iwettaq il-funzjoni tiegħu kull meta kien hemm proposti ta' tibdil fil-liġi, meta kien hemm proposti ta' bidliet strutturali fil-qasam edukattiv bħal meta kien hemm il-proposta ta' twaqqif tal-Junior College u fuq insistenza tal-Malta Union of Teachers, iltaqa' wkoll sabiex jiddiskuti s-settur post-sekondarju u sabiex jagħti pariri u jagħmel proposti.", "Fil-fatt qabel u għamel skema ta' kif għandu jiġi ttrattat is-settur post-sekondarju.", "Iltaqa' xi darba oħra anke biex jiddiskuti kwestjonijiet marbutin mat-teknoloġija ta' l-informatika u jien informat li mid-dehra din kienet laqgħa li ma tantx kellu suċċess.", "Jien nifhem li wieħed jista' jgħid li l-Kunsill għall-Edukazzjoni għandu wisq forma ta' assemblea u huwa wisq kbir - fil-fatt dan fih rappreżentant minn kull skola fejn hemm kunsill ta' l-iskola, imbagħad numru, li ma jkunx ikbar minnu, ta' nies oħra li jirrappreżentaw il-pubbliku ġenerali, l- iskejjel tal-knisja, l-iskejjel fondazzjonali, l-iskejjel privati u oqsma oħra fil-qasam edukattiv - pero' huwa metodu li tiġi l-Parlament u ma tgħidx x'se jsir mill-Kunsill għall-Edukazzjoni?", "Dan se jitneħħa, se jiġi riformat jew se jitħalla hemm?", "Aħna ma nafux x'se jiġri minnu dan il- kunsill, apparti li qiegħed hemm bil-liġi.", "Il-liġi tesiġi li ma jistgħux isiru bidliet fl-Att dwar l-Edukazzjoni hawnhekk qabel dawn il-bidliet jiġu riferiti lil dan il-Kunsill għall-Edukazzjoni.", "Jien ma nafx jekk l-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-Ministru għall-Ewwel Qari intbagħatx lil dan il- Kunsill għall-Edukazzjoni u lanqas naf jekk dan il-kunsill huwiex imwaqqaf u minn min hu magħmul.", "Fi żmien meta kien imwaqqaf kien hemm rappreżentanza miż-żewġ naħat tal-Kamra, jekk m'iniex sejjer żball mill- istess Onor. Bartolo u mill-Onor.", "Tonio Borg.", "Hawnhekk qed nagħmlu kummissjoni meta ma ġietx riżolta l-kwestjoni tal-Kunsill għall- Edukazzjoni.", "Madam Speaker, punt ieħor huwa li aħna qegħdin ngħidu li din hija kummissjoni nazzjonali.", "Pero' kummissjoni nazzjonali tkun kummissjoni li tkun magħmula kollha kemm hi minn persuni nominati u appuntati personalment mill-Ministru?", "Persuni li jċemplulhom mill-ministeru u jgħidulhom li l- Ministru se jwaqqaf kummissjoni dwar l-edukazzjoni u qiegħed jistiednek biex isservi fuqha?", "Imbagħad wieħed irid jagħti r-risposta dwar jekk jaċċettax jew le.", "Jiena qed ngħid: Hekk għandha ssir, jew inkella għandha tkun magħmula minn nies li jirrappreżentaw l-oqsma differenti?", "Nerġa' ngħid li fil-proposta kif fhimtha jiena kif hija mfissra fil-proposti tal- Partit Laburista qabel l-elezzjoni kellha tkun magħmula minn persuni li jirrappreżentaw l-oqsma differenti.", "Lil min qed jirrappreżentaw in-nies li għandna fuq il-kummissjoni?", "X'konsultazzjoni saret, Madam Speaker?", "Qegħdin ngħidu wkoll li din se tfittex finanzi mis-settur privat u nixtiequ li jkollha ċerta miżura ta' suċċess anke f'dan ir-rigward.", "Imbagħad wieħed isib li s-setturi kostitwiti li l-aktar li jirrappreżentaw dawn is-setturi bil-kemm issibhom rappreżentati.", "Veru li ssemmiet il- figura tas-Sur Tony Cassar.", "Is-Sur Tony Cassar huwa magħruf għall- imprenditoria' tiegħu, pero' qiegħed hawn a titolo personale mhux biex jirrappreżenta l-fehma tal-Federazzjoni ta' l-Industrija.", "Il-Ministru qal li hu ma xtaqx li l-kummissjoni tkun magħmula minn nies li jkunu qegħdin jirrappreżentaw proprju l-fehmiet ta' dawn il-korpi kostitwiti.", "Pero' bir- rispett kollu jien ngħid li kieku ridna li l-kummissjoni twettaq il- funzjonijiet tagħha u tilħaq l-objettivi tagħha, kif hemm fit-terms of reference, il-persuni nominati fuqha kellhom jiġu mill-firxa ta' l-oqsma differenti tal-kamp edukattiv u ta' l-oqsma relatati.", "Il-Ministru kien qiegħed jgħid li ma jridx li jkollu kummissjoni li tirrepetilu l-ġudizzji u l-evalwazzjonijiet li jisma' minn ġo ħdan il-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, l- Universita' u setturi oħra, imma jrid li jkollu struttura li tħares minn barra lejn dawn l-affarijiet.", "Jien m'iniex ċert jekk din l-istruttura li l- Ministru jridha li tħares minn barra għandhiex tkun kummissjoni nazzjonali.", "Jista' jkun li hija ħaġa tajba li l-Ministru jkollu din l-istruttura biex tagħtih feedback u tagħmillu studji, riċerka u rapporti li m'humiex għaddejjin mill-kanali tas-soltu tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, tal-korpi kostitwiti, ta' l-assoċjazzjonijiet involuti u ta l-unions.", "Imma ma naħsibx li għandha tkun kummissjoni nazzjonali.", "Jien nemmen illi ma tantx jista' jkollok kummissjoni nazzjonali leġittima meta tkun magħmula u nominata b'dan il-mod.", "Madam Speaker, jiena m'għandi l-ebda kumment negattiv x'nagħmel fuq il- kompetenza tal-membri li jiffurmaw din il-kummissjoni, pero' meta kien qiegħed jitkellem il-Ministru qalilna li din il-kummissjoni m'għandhiex poter eżekuttiv imma trid tkun kummissjoni li jkollha awtorita' morali.", "Qal li jrid ikollha dak il-livell ta' awtorita' morali kif għandu l- Ombudsman, pero' l-Ministru jaf li l-Ombudsman għandu din it-tip ta' livell ta' awtorita' morali għax intgħażel bi proċess ta' consensus u b'konsultazzjoni.", "Meta għażilna l-Ombudsman l-affarijiet għamilnihom kif għandhom ikunu.", "M'hemmx dubju li l-Ombudsman għandu din l-awra ta' awtorita', din il-leġittimita' li forsi ftit awtoritajiet fil-pajjiż għandhom daqskemm għandu hu, għaliex tajjeb jew ħażin f'pajjiżna din it-tip ta' awtorita' morali li l-Ministru jrid li jkollha l-kummissjoni nazzjonali tiġi anke mill-mod ta' kif isiru l-affarijiet.", "Għalhekk jista' jkun li jkollna the makings of a good idea, imma l-metodu li tiġi adoperata bih ikun kontro-indikat għall-objettivi u l-iskopijiet li wieħed irid jilħaq.", "Irrid ngħid li meta wieħed jgħid \"struttura nazzjonali\" jkun qed jimplika struttura li tibbilanċja bil-fatti u fid-deher l-ispectrum sħiħ u li tirrifletti l-pluraliżmu ta' l-ideat soċjo-politiċi differenti li jkun hawn fil-pajjiż.", "Jiena ma nkunx qed inkun onest mal-Kamra u mal-Ministru jekk ma ngħidx li filwaqt li m'għandi xejn x'ngħid dwar il-kompetenzi professjonali tan-nies li qed jiġu nominati fuq din il-kummissjoni, ma nistax ma ngħidx li l-miżien ixaqleb bil-kbir lejn ċertu orjentament ta' ħsieb soċjo-politiku li fil-pajjiż kulħadd jafu.", "Jien naħseb li biex ħaġa tkun verament nazzjonali ma rridux nagħmluha hekk, pero' f'dan il-każ ma narax li kien hemm l-iċken tentattiv biex l-Oppożizzjoni tiġi involuta u tagħti l-kontribut kostruttiv tagħha.", "Gvern Nazzjonalista, mhux fi struttura waħda imma f'diversi okkażjonijiet, ipprova jikkonsulta man-naħa l-oħra u stedinha biex tkun preżenti ħalli tagħti l-kontribut tagħha, pero' f'din l-okkażjoni ma kienx hawn lanqas l-iċken tentattiv biex wieħed forsi jitlob għal xi suġġerimenti.", "Ħadd m'hu marbut biex josserva dawk is- suġġerimenti li jingħataw, imma fl-ispirtu li rridu naħdmu flimkien għall- ġid tal-pajjiż naħseb li dan irridu nagħmluh bil-fatti u mhux bid-diskors.", "Madam Speaker, jidhirli li dan il-punt huwa mportanti għax meta wieħed iħares lejn it-tielet term of reference tal-kummissjoni jara li qiegħed jingħad li l-kummissjoni għandha:", "\"Tagħmel rakkmandazzjonijiet għal bidliet li jkun hemm bżonn biex l- edukazzjoni f'Malta tkun waħda effettiva u tiżgura li l-pajjiż ikollu nies bil-ħila meħtieġa għas-soċjeta' u għall-ekonomija moderna tal- futur.\".", "Fl-opinjoni tiegħi dan it-term of reference huwa brief essenzjalment politiku - qed ngħid politiku fis-sens tajjeb tal-kelma mhux fis-sens politiku partiġjan - fejn dan il-grupp ta' nies irid jagħti pariri u rakkmandazzjonijiet dwar l-għażliet għall-futur ta' pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi l-kompożizzjoni ta' din il-kummissjoni setgħet tkun ħafna aktar bilanċjata milli fil-fatt hi - b'mod li tirrifletti aħjar is-sitwazzjoni fil-pajjiż - anke għaliex fil-pajjiż ma kienx hawn diskussjoni karga fuq dan is-suġġett ta' l-edukazzjoni u dan huwa mertu anke tal-Ministru.", "Allura la ma kienx hawn din l-atmosfera ta' politiċizzazzjoni fuq dan is- suġġett, fl-opinjoni tiegħi, kien ikun ħafna aħjar li kieku l-metodu li għażilna għall-kompożizzjoni tagħha kien differenti.", "Madam Speaker, irrid ngħid ukoll li ma nafx kemm huwa fair u etiku li wieħed jagħmel kummissjoni, jinnomina n-nies, jippubblika l-ismijiet tagħhom, jiġi jagħmel mozzjoni fil-Parlament, jagħtihom terms of reference u mbagħad jiġi jgħid lill-Oppożizzjoni biex tapprovahom.", "Kieku l- affarijiet kienu bil-kontra u jien bħala ministru ta' l-edukazzjoni kont immur fuq l-Onor.", "Bartolo b'lista ppubblikata ta' nies diġa' magħżula u li diġa' bdew jaħdmu u allura ma nistax nerġa' lura minn kelmti, kien ikun fair u etiku?", "Jiena naħseb li kieku l-Ministru kien fil-pożizzjoni tiegħi kien jagħmel diskors feroċi f'din il-Kamra.", "Mhux hekk biss, imma lanqas huwa fair ma' l-istess nies li huma nnominati fuq dik il-kummissjoni li tesponi isimhom bla ma tikkonsulta lil ħadd u mbagħad tmur u titlob l- approvazzjoni u l-kunsens tal-Kamra.", "Irrid ngħid li l-Ministru għamel sforz biex isib l-aħjar nies kompetenti, kapaċi u rappreżentattivi, imma din l-idea tajba seta' ħadimha ħafna aħjar u l-fatt li ma ħadimhiex aħjar nibża' li jnaqqas mill-impatt u l-effett li seta' jkollha.", "Nerġa' ngħid li jekk il-Ministru jrid jagħmel think-tank, kitchen cabinet, brains trust, grupp ta' nies li jkun responsabbli bażikament lejh ...", "Huwa veru li nistgħu niddiskutu x-xogħol ta' din il- kummissjoni hawnhekk - wara kollox dan il-Parlament m'hawn ħadd li jista' jżommu milli jiddiskuti kwalunkwe ħaġa taħt il-kappa tax-xemx - imma finalment il-kummissjoni hija responsabbli lejn il-Ministru u jiena ma jkollix diffikulta' jekk il-Ministru jgħid li għandu bżonn kumitat ta' ċertu tip ta' esperti u se jagħżel esperti li ġejjin mid-diversi oqsma tal- kamp edukattiv għaliex iħoss li minbarra d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, id- dipartimenti fi ħdanu, l-Universita' u ħafna affarijiet oħra xorta jixtieq li jkollu opinjoni fformata minn grupp ta' nies li jaraw l-affarijiet b'mod aktar detached.", "Kieku għamel hekk jiena kont ngħid li din hija ħaġa trasparenti, il-Ministru jrid kumitat biex jagħtih il-pariri, għandu dritt li jagħżlu hu, għandu dritt li jkollu dan il-kumitat, nafu fejn aħna u nawgurawlu li dan il-grupp ta' nies ikollu l-akbar suċċess.", "Imma li mbagħad tipprova ddaħħal din is-sitwazzjoni taħt it-titlu ta' \"nazzjonali\" ...", "Jien jidhirli li l-metodu ta' kif saru l-affarijiet ma jiġġustifikax li l- kummissjoni tissejjaħ \"nazzjonali\".", "Għalhekk jien naħseb li f'sitwazzjoni bħal din ma jistax jonqos li jkolli dawn ir-riżervi fuq din il-kummissjoni.", "Għad irrid nifhem eżattament xi trid tagħmel, kif se tagħmlu u kif se taġixxi, għalhekk naħseb li l-affarijiet jistgħu jsiru ħafna aħjar.", "Jien nixtieq - ma nafx il-Gvern għadux fil-waqt li jirrikonsidra din is- sitwazzjoni - li l-affarijiet nagħtuhom l-ispinta fid-direzzjoni li ddikjara li jrid jagħtihom il-Ministru u fid-direzzjoni li nixtieq neħodhom jien.", "Madam Speaker, it-terms of reference tal-kummissjoni huma ġeneriċi u wesgħin ħafna u meta wieħed jibda jiflihom ftit iktar isib li ma joħroġx għal kollox ċar jekk din il-kummissjoni hijiex se tkopri s-settur kollu edukattiv jew inkella hijiex se tiffoka fuq xi parti minnu.", "It-terms of reference huma ġeneriċi u wesgħin ħafna.", "Il-Ministru qalilna li l- kummissjoni m'għandux executive powers imma fl-istess ħin it-terms of reference tagħha jgħidu li din il-kummissjoni se jkollha d-dritt tagħmel l- awditjar soċjali, funzjoni li għandha n-natura ta' eżekuzzjoni ta' xi ħaġa partikolari.", "F'dan l-awditjar soċjali diġa' hemm mibni fi ħdan id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni l-capability, il-funzjonarji, l-uffiċjali pubbliċi li suppost qed jiġbru t-tagħrif meħtieġ ħalli jkun jista' jsir dan l-awditjar, dan il-quality assurance programme li għadna fil-bidu tiegħu.", "Madam Speaker, nifhem li l-Ministru jista' jħossu frustrat meta jiġi ffaċċjat mill-burokrazija tad-dipartiment.", "Jien ormai għandi esperjenza ta' kważi għaxar snin fis-settur pubbliku u nistqarr li kultant is-sistema tad-dipartimenti tal-gvern toħloqlok sensila ta' diffikultajiet biex tkun tista' timplimenta l-programm tiegħek.", "Allura jista' jkun li l-Ministru jrid jipprova jkollu din l-istruttura li permezz tagħha jniggeż aktar lil din il-burokrazija sabiex timxi 'l quddiem.", "Pero', x'se tkun ir-relazzjoni bejn din il-kummissjoni, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-ministeru?", "Kif għidt aktar kmieni, t-tielet term of reference tgħid li din il-kummissjoni:", "\"Tagħmel rakkmandazzjonijiet għal bidliet li jkun hemm bżonn biex l- edukazzjoni f'Malta tkun waħda effettiva u tiżgura li l-pajjiż ikollu nies bil-ħila meħtieġa għas-soċjeta' u għall-ekonomija moderna tal- futur;\".", "Forsi, dan m'huwiex ukoll mission statement tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni?", "Mhux dan hu x'suppost jagħmel dak li qabel konna nafuh bħala d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Mhux dan hu x'suppost tagħmel l- Universita'?", "Allura x'se tkun ir-relazzjoni tal-kummissjoni ma' dawn l- affarijiet kollha?", "Fid-diskors tal-Ministru saret riferenza għan-national minimum curriculum fejn nafu li għaddejjin proċessi biex dan jiġi aġġornat ħalli jkun jista' jirrifletti aħjar l-esperjenza li nkisbet minn kemm ilu jeżisti għal dawn l- aħħar snin u biex inbiddluh ukoll ħalli jintlaħqu obbjettivi li naqblu fuqhom ilkoll, jiġifieri li nsostnu l-kwalita' ta' l-iżvilupp tal- personalita' taċ-ċittadini tagħna u l-kwalita' ta' l-edukazzjoni, imma ntaffu kemm nistgħu t-tensjoni li tiġi minn enfasi mill-iktar esaġerata fuq l-eżamijiet bħala l-uniku mezz ta' stima ta' assessment tal-livelli li jkunu ntlaħqu.", "Imma l-kummissjoni dwar in-national minimum curriculum kif se tidħol u x'se tieħu over minn dak il-proċess li għaddej bħalissa?", "Meta ngħidu li l-kummissjoni se tagħmel awditjar soċjali dwar kif ikunu qegħdin jitmexxew u jingħataw is-servizzi edukattivi, qed ngħidu li għandha l-poter li tinvestiga l-affarijiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u tagħmel monitoring ta' l-attivitajiet u l-performance tagħha?", "Naħseb li l-Ministru ta kjarifika tal-frażi \"awditjar soċjali\" u tkellem dwar kif jixtieq jara li jiġi analizzat l-assenteiżmu u l-fenomenu tal- bullying fl-iskejjel tagħna.", "Imma anke hawn, biex nanalizzaw l-assenteiżmu u l-bullying irridu proprju kummissjoni nazzjonali?", "Għax il-fenomenu ta' l- assenteiżmu u tal-bullying u fenomeni oħrajn ikunu jridu jiġu analizzati u evalwati fil-livelli kollha.", "Jien jidhirli li f'dan is-settur il- kummissjoni tirrikjedi li tkun ħafna iktar bilanċjata għaliex fil-fatt tista' tagħti ċertu orjentament partikolari u tista' anke tidduplika x- xogħol li jagħmlu ċerti dipartimenti bħad-dipartiment għall-iżvilupp tal- curriculum, id-dipartiment ta' l-operations, id-dipartiment li jaħseb għall- ħteġijiet kontinwi tas-servizzi ta' l-istudenti, id-dipartiment li jieħu ħsieb l-edukazzjoni ogħla u dik ta' l-adulti.", "Jiġifieri hawn numru sostanzjali ta' uffiċjali edukattivi li suppost huma kwalifikati u mħarrġa biex jagħmlu ħafna minn dan ix-xogħol.", "Allura jien nixtieq inkun naf kif se tkun ir-relazzjoni bejn ix-xogħol li qed isir mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u x-xogħol l-ieħor li se tagħmel din il-kummissjoni.", "Meta l- Ministru kien qiegħed jitkellem dwar ix-xogħol tal-kummissjoni qal li din se tkun tista' tagħmel hearings dwar kif se tgħaddi għall-istudju, kif se tagħmel ir-riċerka u kif se tiżviluppa l-opinjonijiet tagħha.", "Meta tgħid li se tagħmel hearings ifisser li l-laqgħat tal-kummissjoni se jkunu kollha pubbliċi?", "Se jkun hemm l-aġenda li ssir pubblika jew inkella l-kummissjoni tiddeċiedi meta tagħmel ix-xogħol tagħha li huwa pubbliku?", "Irrid ngħid li mbagħad hemm ukoll punti li jirrigwardaw ċerti dettalji bħal, per eżempju, jekk jaqbilx li wieħed jiċċirkoskrivi x-xogħol ta' dan l-uffiċjal eżekuttiv - magħżul mis-settur pubbliku - li se jkun maħtur billi jħejji l-estimi annwali u jippreżentahom għall-approvazzjoni tal- kummissjoni.", "Jien għandi rispett kbir għall-kompetenzi u l-esperjenza ta' l-uffiċjali pubbliċi - ħdimt ma' ħafna minnhom u meta tqis iċ-ċirkostanzi li jaħdmu fihom m'hemmx dubju li dawn jagħtu riżultati pożittivi ħafna.", "Pero' nixtieq nistaqsi jekk jaqbilx li wieħed jintrabat li din il-kariga timtela bilfors minn uffiċjal pubbliku.", "Ma stajniex ngħidu li preferibbilment ikun uffiċjal pubbliku u f'każ li all things being equal allura għandu jintgħażel l-uffiċjal pubbliku?", "B'hekk lill-kummissjoni wieħed iħallilha ċ-ċans li tkun tista' anke timraħ biex tfittex l-aħjar nies bl-aħjar esperjenza u bl-aħjar kwalifiki.", "Irrid ngħid ukoll li ma tantx jien favur il-mod kif jiġu mpjegati n- nies, li kif jingħad fil-mozzjoni jinħatru miċ-chairman tal-kummissjoni.", "Jien naħseb li l-ħatra għandha tiġi approvata mill-kummissjoni bħala kummissjoni u mhux sempliċement miċ-chairman waħdu.", "Naħseb li jkun aħjar jekk wieħed se mai jagħti l-fakulta' lill-kummissjoni li tista' timpjega - jidhirli li m'għandux jorbotha li timpjega biss minn fost l-uffiċjali pubbliċi imma għandu jgħid \"preferibbilment ikunu uffiċjali pubbliċi\" - u jħalli ċerta deċiżjoni ta' dan it-tip għad-diskussjoni mhux tac-chairman waħdu imma tal-kummissjoni kollha kemm hi.", "Fl-opinjoni tiegħi l-ħatra ta' l-impjegati għandha tiġi vestita fil-kummissjoni u mhux fiċ-chairman.", "Tajjeb ukoll li meta wieħed jitkellem fuq ir-rapport li jitressaq lill- Parlament jistabilixxi meta għandu jitressaq dan ir-rapport annwali għaliex hawnhekk qegħdin ngħidu \"jitressaq rapport annwali dwar il-ħidma tagħha\".", "Fil-mozzjoni li kellna dwar it-teknoloġija ta' l-informatika l-pożizzjoni kienet li dan ir-rapport annwali, jekk m'iniex sejjer żball, irid jitressaq f'April.", "Jien naħseb li wieħed irid jistabilixxi meta għandu jitressaq l-ewwel rapport annwali.", "La ħassejna l-bżonn li fil-kummissjoni l-oħra dwar it-teknoloġija ta' l-informatika anke nistabilixxu x-xahar meta għandu jsir ir-rapport annwali, stajna anke hawnhekk nagħmlu l-istess ħaġa.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru qalilna li lill-kummissjoni jridha tagħmel monitoring u jridha li tkun watchdog.", "Imma din il-kummissjoni x'se tifli eżattament u ta' liema policies u pjani se tagħmel monitoring?", "Ta' kull ħaġa dwar l-edukazzjoni taħt il-kappa tax-xemx?", "Jiġifieri jien naħseb li b'xi mod wieħed irid joħloq qafas ta' pjan, ikollu policies li huma stabiliti u dokumentati sabiex wieħed ikun jista' jagħmel monitoring tagħhom.", "Għaliex jekk qed nesiġu din il-funzjoni ta' evalwazzjoni x'se jiġi evalwat?", "X'inhuma l-objettivi preċiżi li ġew stabiliti f'dan il-kamp?", "Meta wieħed jiġbor l-informazzjoni, jidentifika l-ħteġijiet u jagħmel l- auditing ma' xiex se jqabbel l-miri?", "Jien jidhirli li m'hawnx biżżejjed framework stabilit li fi ħdanu wieħed irid jopera.", "Għalhekk naħseb li kien ikun ħafna aħjar kieku din il-kummissjoni twaqqfet b'metodu tali li tirrappreżenta iktar l-bilanċ ta' l-opinjonijiet soċjo-politiċi differenti li hawn fil-pajjiż.", "Wieħed ikun qiegħed idaħħal rasu fir-ramel jekk jgħid li din il-kummissjoni għandha din il-firxa.", "Jien għandi kull rispett għan- nies kollha li ġew nominati mill-Ministru sabiex iservu fuqha, imma min- naħa l-oħra wieħed ma jistax ma jsostnix dan il-kumment li qegħdin nagħmlu.", "Jien ngħid li fir-rigward ta' dan is-settur ta' l-edukazzjoni rridu direzzjoni, strateġija u viżjoni ċara.", "Il-fatt li qed nagħmel dawn il- kummenti fuq il-kummissjoni ma jfissirx li qed ngħid li m'hemmx bżonnha imma qed ngħid li għandu jkun hawn struttura - sejħilha kummissjoni jew kunsill - li tagħti ħarsa aktar mill-għoli ta' x'qed jiġri f'dan is-settur.", "Jien naħseb li struttura bħal din tista' tagħmel il-ġid, bil-proviso li tkun magħmula u d-deċiżjonijiet isiru b'metodu aħjar minn dak li hemm.", "Il- ministeru ta' l-edukazzjoni ma jeħux ħsieb biss l-iskejjel statali imma huwa responsabbli għall-edukazzjoni kollha fil-pajjiż, f'kull qasam u livell.", "Madam Speaker, jiena naħseb li f'dan is-settur irridu nersqu lejn sitwazzjoni fejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tisvesti ruħha kemm jista' jkun, mill-għoti tas-servizz innifsu.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha funzjoni enormi għaliex hi stess hi involuta fl-għoti tas-servizz.", "Din tiddedika l-biċċa l-kbira ta' l-enerġija tagħha biex tagħti dan is- servizz a skapitu ta' funzjonijiet oħra importanti bħalma huma l- funzjonijiet regolatorji li permezz tagħhom tirregola s-settur kollu kemm hu, l-funzjoni li tippjana, l-funzjoni li tagħmel dak li f'din il-mozzjoni qed jissejjaħ l-awditjar soċjali, l-quality assurance u l-monitoring, u dan a skapitu tal-funzjoni li tikkordina u a skapitu tal-funzjoni li tgħin lill- Gvern u lill-Parlament jiffissa l-prijoritajiet li huma meħtieġa għall- iżvilupp ta' pajjiżna.", "Jiġifieri jiena naħseb li hawn bżonn ta' struttura nazzjonali li tiggwida l-ministeru u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, u jekk din l-istruttura tkun magħmula tajjeb tista' tagħmel ħafna ġid.", "Madam Speaker, jien nemmen li għandna bżonn ta' strateġija nazzjonali u pjanifikazzjoni integrattiva f'dan is-settur u ma nafx jekk din il- kummissjoni nazzjonali li qiegħda tiġi proposta hawn hijiex fil-pożizzjoni li tipprovdi dan, li nagħmlu strateġija nazzjonali u li nippjanifikaw ma naħsibx li hija funzjoni biss tal-ministeru ta' l-edukazzjoni imma jrid ikun hemm l-involviment tal-partijiet kollha li għandhom interess u kontribut x'jagħtu f'dan is-settur.", "Ngħid ukoll li l-partijiet kollha flimkien iridu jaħdmu għal din l-istrateġija nazzjonali għall-edukazzjoni li fuqha jimxi l-pajjiż, hemm min hemm fil-gvern, għaliex jiena nemmen li fil-qasam ta' l-edukazzjoni ma nistgħux nippjanaw skond il-perspettiva tal- gvern tal-ġurnata, għaliex hemm ħwejjeġ li jmorru 'l hinn mill-firxa taż- żmien li xi gvern jista' jipproġetta għalih innifsu bħala ż-żmien li fih iwettaq il-programm tiegħu.", "Naturalment meta qed nitkellmu fuq strateġija nazzjonali qegħdin ngħidu li trid tkun xi ħaġa li hi ħajja u li tkun tista' tiġi riveduta b'mod sistematiku, konsistenti u regolari.", "Huwa tajjeb li f'dan il-proċess mhux biss il-ministru, imma anke d-deputati ta' din il- Kamra - kif anke nsista l-Ministru nnifsu - ikollhom id-dritt u d-dmir li jagħtu l-kontribut tagħhom ħalli din l-istrateġija tiġi aġġornata kemm jista' jkun b'mod maqtugħ mis-sentimenti partiġjani.", "Meta ngħid hekk bl- ebda mod ma rrid infisser li l-Gvern tal-ġurnata m'għandux id-dritt li jinfluwenza b'mod tajjeb, speċjalment fejn għandhom x'jaqsmu l-għażla ta' ċerti prijoritajiet, s-settur li qegħdin nitkellmu fuqu.", "Imma li jkun hawn strateġija nazzjonali maħsuba u kemm jista' jkun maqbula naħseb li huwa ta' ġid għall-pajjiż kollu kemm hu, biex meta jkun hemm il-bidla fil-gvern - hawnhekk naqbel mal-Ministru - ma jseħħux rivoluzzjonijiet fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Għaliex bidla fil-gvern tista' ġġib bidla f'ċerti prijoritajiet pero' għandu jkun hemm evoluzzjoni u mhux rivoluzzjoni.", "Jiena naħseb li d-diversi kwestjonijiet li qabad il-Ministru llum għandhom jintrabtu kollha f'qafas ta' viżjoni, strateġija u pjan, għaliex huwa fil- kontest ta' dak il-pjan li wieħed ikun jista' jsegwi l-iżviluppi li jkunu qegħdin isiru.", "Jien nixtieq li fl-għeluq ta' din id-diskussjoni l-Ministru forsi jirreferi b'iktar preċiżjoni u jgħid jekk din il-kummissjoni hijiex se jkollha l-inkarigu li ssegwi dak li qed tagħmel l-Universita'.", "Per eżempju, il-qasam terzjarju jaqa' fit-terms of remit ta' din il- kummissjoni?", "U la qed insemmi l-Universita' nixtieq ngħid li m'għandniex nagħtu l-impressjoni li kwalunkwe importanza li tingħata lill-Universita' tista' tkun xi darba xi importanza żejda, għaliex l-Universita' hija l-post fejn jiġu fformati l-għalliema u s-suċċess tal-bidliet u r-riformi tal- mentalita' u ta' l-attitudni li huma meħtieġa jridu jinħmew proprju ġo l- Universita'.", "Jien nemmen li biex il-bidliet li huma meħtieġa fil-qasam edukattiv ikunu jistgħu jiġu assimilati fis-sistema, irridu nagħtu importanza primarja lill-formazzjoni ta' l-għalliema li qiegħda ssir fl- Universita', għax inkella, wisq nibża', li nkunu qegħdin nagħżqu fl-ilma.", "Għalhekk naħseb li wieħed jagħmel sew li jagħti importanza kbira lis-settur primarju, imma rridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux diskors li jista' jiġi interpretat - anke jekk il-Gvern ma jkunx irid li jfisser hekk - bħallikieku l-Universita' ngħatat jew qed tingħata importanza żejda għaliex jien naħseb - anke minn dak li nsegwi u li nara - li l-Universita' rridu niżvolġulha r-rwol tagħha ta' pace setter , ta' struttura li tifformola l-mentalita' u l-attitudini, li toħloq il-klima u l-ambjent kulturali u li ġġib magħha żvilupp ta' kreattivita', ta' innovazzjoni u analisi kritika.", "Mingħajr dawn il-kwalitajiet ir-riformi li l-Gvern irid jagħmel jogħtrulu u ma jirnexxulux.", "Jien naħseb li f'dan is-settur ma nistgħux nimxu 'l quddiem jekk wieħed ma jgħinx lill-Fakulta' ta' l- Edukazzjoni sabiex torjenta ruħha aħjar għat-taħriġ professjonali ta' l- għalliema u anke għat-taħriġ ta' diversi support staff li huwa meħtieġ f'dan is-settur.", "Il-ġimgħa li għaddiet jiena u l-Ministru Bartolo attendejna għall- Konferenza Ġenerali Annwali tal-Malta Union of Teachers u hemmhekk wieħed seta' jara d-diversita' ta' opinjonijiet, atteġġamenti u attitudnijiet li jeżistu fil-korp professjonali ta' l-għalliema.", "Madam Speaker, jekk irridu nimxu lejn l-iżviluppi fil-qasam ta' l-edukazzjoni li għalihom kien qed jirriferi l-Ministru, hemm bżonn li tingħata iktar importanza lil dan is- settur.", "Jiġifieri jekk wieħed mhux se jħares lejn l-Universita', b'mod partikolari lejn il-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, u jipprova jifhem ftit x'inhu l-prodott li qed tagħti l-Fakulta' u kemm dak il-prodott huwa mħejji biex jimplimenta l-bidliet li huma meħtieġa, allura naħseb li jista' jkollna ċerti problemi.", "Waħda mill-problemi li rrifera għaliha l-Ministru - naħseb li hija waħda akuta u reali - hija dik li ħafna għalliema li joħorġu mill-Universita' jsibuha diffiċli li jmorru jaqdu d-dmirijiet tagħhom fl-iskejjel primarji ta' l-Istat.", "Numru ta' għalliema, li donnu dejjem qed jiżdied, isibuha wkoll diffiċli li jmorru fi kwalunkwe skola ta' l-Istat u b'xi mod jagħżlu anke l-iskejjel li huma ta' natura oħra bħalma huma skejjel tal-Knisja, privati jew fondazzjonali.", "Jien jidhirli li fil- formazzjoni ta' l-għalliema mhux biss hija importanti l-formazzjoni akkademika, teknika u professjonali imma anke ndaħħlu sens ta' missjoni, vokazzjoni u mpenn.", "L-għalliem irid iħares lejn din il-professjoni mhux bħala għażla ta' mpjieg komuni imma bħala għażla vokazzjonali u ta' missjoni li jrid jidħol għaliha.", "Meta niġu għas-settur edukattiv fil-qasam tekniku, jiena naqbel ħafna ma' dak li kien qed jgħid il-Ministru dwar l-importanza li l-edukazzjoni teknika u teknoloġika ma tibqax biss għażla tat-tieni klassi.", "Pero' biex ma jibqax ikun hekk irridu nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu.", "M'hemmx dubju li biex pajjiżna jiżviluppa għandu bżonn ħafna aktar nies li huma ppreparati aħjar fid-diversi ħiliet ta' l-industrija tas-servizzi, tal- manifattura u tat-teknoloġija ta' l-informatika u għalhekk irridu noħolqu l- istrutturi biex dan nagħmluh.", "Ta' min ifakkar li kien hemm il-proposta li jitwaqqaf kulleġġ ta' l-arti, xjenza u teknoloġija applikata, proposta li diġa' kien sar ċertu ammont ta' xogħol fuqha.", "Il-ħsieb tal-Gvern preċedenti kien li din l-istruttura tibda topera fis-sena skolastika li se tibda f'Settembru li ġej u allura bilfors li nistaqsu x'se jiġri eżatt f'dan is-settur.", "Se tkun għaddiet sena skolastika oħra u dawk l-ideat li kienu ġew żviluppati se nwaqqfuhom għal kollox?", "Se niffriżawhom?", "Se nbiddluhom?", "Kif se nbiddluhom?", "Huwa importanti li ssir xi ħaġa konkreta li tgħolli l-istatus ta' dan il-qasam ta' tagħlim imma li wkoll ittejjeb il- kwalita' tat-taħriġ u tat-tagħlim f'dan is-settur, inkella, fl-opinjoni tiegħi, inkunu qegħdin inpoġġu subgħajna fuq il-ferita u nagħmlu d- dijanjosi imma ma nkunux qegħdin nipprovdu l-kura li hija meħtieġa għaż- żmenijiet tal-lum u li forsi jmissna applikajna diġa' u li żbaljajna li ma applikajnihiex qabel, skond il-bżonnijiet li kellna.", "Nerġa' ngħid li jiena naħseb li t-taħriġ ta' l-għalliema huwa qasam li wieħed għandu jiffoka fuqu u l-istess jista' jingħad għat-twaqqif ta' struttura li tieħu ħsieb dan il- livell post-sekondarju u l-livell vokazzjonali fl-oqsma tat-teknoloġija u f'oqsma tekniċi li huma importanti.", "Imbagħad hemm punt ieħor li jiena naħseb li rridu nagħtuh imbottatura b'iktar urġenza.", "Il-Ministru qalilna li meta tħares lejn l-iskejjel tara li skola li tkun qed tagħmel suċċess hija skola li għandha l-kap tagħha li għandu viżjoni, li kapaċi joħloq relazzjoni ma' l-għalliema u li kapaċi joħloq skema ta' tisħib bejn għalliema u ġenituri, filwaqt li skola li m'hijiex ta' suċċess hija skola fejn il-kap u l-għalliema ma rnexxilhomx jilħqu dawn il-kwalitajiet.", "Jien kelli l-opportunita' - il-Ministru jkollu opportunitajiet iktar minni - li nattendi għal ċerimonji ta' għoti ta' premjijiet sew fl-iskejjel tal-gvern - l-aħħar li attendejt kien fl-iskola tas-Siġġiewi - kif ukoll fi skejjel tal-knisja u privati.", "Ftit taż-żmien ilu jiena u l-Ministru konna flimkien fl-okkażjoni tal- premjazzjoni fl-iskola ta' Santu Wistin.", "Din l-iskola, bħala kap, għandna lil Fr. Ray Francalanza, persuna denja li qed tiġi nominata fuq din il- kummissjoni.", "Meta tkun f'din l-iskola tħossok tapprezza l-ambjent, l- atmosfera, is-sens ta' missjoni u l-viżjoni li għandha din l-iskola.", "Fil- ftit ħin li għamilt hemm smajt bit-talenti ta' l-istudenti u bil-kontribut li jagħtu l-ġenituri.", "L-investiment tal-ġenituri f'din l-iskola mhux investiment tant ta' flus imma huwa iżjed investiment ta' enerġija u ta' ħsieb.", "Smajt ukoll dwar il-mod kif l-għalliema huma magħqudin bejniethom biex lil din l-iskola jġibuha 'l quddiem.", "Jien kelli ċans nisma' d-diskors ta' Fr. Francalanza u meta mort l-iskola ta' Sant'Agatha, ir-Rabat smajt ukoll id-diskors tal-kap ta' dik l-iskola.", "Il-kapijiet ta' dawn l-iskejjel meta jitkellmu jgħidu li l-viżjoni u l-identita' ta' l-iskola tagħhom jarawha f'din il-perspettiva.", "Per eżempju, fl-iskola ta' Santu Wistin jingħataw sensiela ta' premjijiet għall-valuri; - premju għall-valur tad- dixxiplina, premju għall-valur tas-sħubija u premju għall-valur tal- parteċipazzjoni.", "Għaliex qed ngħid dan, Madam Speaker?", "Għaliex imbagħad, sfortunatament meta tmur fi skola ta' l-Istat issib li l-head ta' dik l- iskola, anke meta tkun head b'kapaċita' kbira, kważi tħossha li ma tistax titkellem fuq il-viżjoni u l-identita' ta' l-iskola tagħha.", "Jiena naħseb - u ma naħsibx li l-Ministru qiegħed 'il bogħod minn dan il- ħsieb - li l-bidla radikali fis-settur ta' l-iskejjel ta' l-Istat trid tiġi billi nagħtu awtonomija u identita' lill-iskejjel tagħna.", "Jekk l-iskejjel ta' l-Istat mhux se jsiru skejjel b'identita' kif inhuma l-iskejjel tal- knisja, fondazzjonali u privati, u m'aħniex se naslu.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Madam Speaker, kont qed nitkellem fuq l-identita' ta' l-iskejjel u hawnhekk irrid nagħmel dikjarazzjoni billi ngħid li ma rridux nitilqu bl-idea li kulma jsir fl- iskejjel privati, tal-knisja u fondazzjonali huwa l-aqwa li wieħed jista' jimmaġina taħt il-kappa tax-xemx fl-edukazzjoni, għaliex hemm ħafna skejjel ta' l-Istat, primarji, kindergartens u sekondarji li x-xogħol li jsir fihom jiżboq fil-kwalita' lix-xogħol li jsir f'diversi skejjel li m'humiex ta' l-Istat.", "Jiġifieri meta nkunu qed nitkellmu hekk irridu nifhmu li m'aħniex qegħdin nikkonsolidaw il-preġudizzju inġust li jeżisti f'diversi każi kontra l-iskejjel ta' l-Istat, għax kultant ċertu gwaj li jista' għandna fl-iskejjel ta' l-Istat inġibuh aħna stess - meta ngħid aħna m'iniex qed ngħid għaċ-ċittadini Maltin in ġenerali - bil-mod dispreġġattiv u inġust li bih kultant nitkellmu fuq l-iskejjel ta' l-Istat.", "Pero' aħna ma nistgħux inpoġġu l-iskejjel ta' l-Istat tagħna ġo strait-jacket b'mod li jkollok kemm ikollok kapijiet ta' skejjel tajbin, ikollok kemm ikollok għalliema tajbin u jkollok kemm ikollok ġenituri li jikkollaboraw iridu jagħmlu dan kollu ġo qafas li jorbothom u minflok jagħti lok u sfog għall- enerġija u għall-kreattivita' kollha jiffrustrahom minħabba s-sistema li hemm.", "Jiena jiddispjaċini li l-proċess ta' aktar awtonomija, identita' u deċentralizzazzjoni li l-amministrazzjoni preċedenti bdiet fil-qasam ta' l- iskejjel statali ma ġiex imbottat b'aktar enerġija u b'aktar qawwa.", "Kien hawn min gerger li aħna konna qed ngħaġġlu wisq.", "Jien ma rridx li mmorru ħafna passi iktar 'il quddiem milli fil-fatt hija kapaċi tassorbi s- sistema, imma jista' jkun li lil dawk li jgergru li qed ngħaġġlu wisq ma ngħaġġlux magħhom u lill awk li huma kapaċi jassorbu ritmu ta' progress iktar mgħaġġel nagħtuhom iċ-ċans li dak ir-ritmu jaqbduh, għaliex naħseb li dan huwa l-qofol ta' kollox.", "Jekk nħarsu lejn l-Iskola San Andrea, per eżempju, insibu li din l-iskola sa ħames snin ilu lanqas kienet teżisti bħala idea embrijonika.", "F'dan il- każ kien hemm grupp ta' ġenituri li ltaqgħu u ftehmu li jwaqqfu din l- iskola fondazzjonali, resqu għand l-awtoritajiet pubbliċi biex jitolbu l- permessi tal-bini u biex jitolbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa u sabu huma stess fondi kapitali biex jibnu l-iskola, imbagħad ippjantawha, bnewha f'ħakka t'għajn u llum għandna skola ta' ċertu livell u skola li tidher li qiegħda tagħti ċerti riżultati.", "Din l-iskola la għandha bżonn toqgħod tistenna sena u nofs biex timpjega l-għalliema jew l-istaff li jrid jieħu ħsieb it-tindif jew li jridu jagħmlu ħaġa jew oħra u lanqas trid tgħaddi minn kwantita' ta' burokrazija biex tiddeċiedi li, per eżempju, tagħmel post għall-isport jew biex tieħu inizjattivi oħra.", "Allura minħabba f'hekk din timxi u jiena nemmen li meta l-iskejjel ta' l-Istat ikollhom l-istess faċilitajiet, jaslu biex jikbru.", "Jekk ma nagħtuhomx l-istess faċilitajiet inkunu qegħdin inqabblu żiemel li għandu l-liberta' kollha li jimxi ma' żiemel ieħor li nkunu rbatnielu saqajh - mhux like with like - u ngħidu li ż-żiemel li rbatnielu saqajh m'huwiex tajjeb daqs iż-żiemel l-ieħor.", "Jien naħseb li f'dan is-settur irridu nkomplu mexjin fid-direzzjoni li aħna mexjin pero' bi spinta akbar.", "Naħseb ukoll li l-Minstru, bil-pariri ta' kull min hu konċernat, għandu jibda jindentifika numru ta' skejjel li jaf li għandhom il-kapaċita' li jassumu din ir-responsabbilita' u jżidilhom kemm jista' jkun l-awtonomija.", "Naturalment jien naqbel mal-Ministru fejn qal li dan id-diskors ikun kollu fieragħ jekk ma tagħtix l-appoġġ u s- support meħtieġ biex dan ikun jista' jsir.", "Irridu noqogħdu attenti li f'din ix-xewqa tagħna li naraw l-iskejjel ta' l-Istat jieħdu iktar awtonomija, ikollhom iktar identita', iktar liberta', iktar deċentralizzazzjoni u inqas burokrazija, ma nispiċċawx - kif hemm il- periklu li nispiċċaw - bil-kapijiet ta' l-iskejjel isiru managers ta' skola u jispiċċaw minn kapijiet ta' skola.", "Jien naħseb li jrid jinstab il-metodu kif ma niġux f'sitwazzjoni fejn f'dawn l-iskejjel - li se ngħabbuhom b'poteri amministrattivi u poteri għan-nefqa tal-finanzjament li jkun irid jingħatalhom u li nistennew mingħandhom ċertu role modelling - il-kap ta' l-iskola jkun id-driver akkademiku ta' dan il-learning community li jrid imexxi u jkun il-persuna li trid tiġri wara min qed inaddaf, wara min qiegħed iqassam il-ħalib, wara min isewwi ħaġa u min isewwi oħra imma tkun dik il-persuna li verament qiegħda timbotta din il-komunita' kollha kemm hi u tkabbar l-atmosfera ta' tisħib, ta' team work, ta' kollaborazzjoni bejn għalliema u ġenituri.", "Jiena naħseb li jekk lill-kapijiet ta' l-iskejjel ma nagħtuhomx dan is-support allura ma naslux.", "Ma naħsibx lanqas li dan is- support, jekk irridu nibdew bis-serjeta', jista' jibqa' fil-forma sempliċement ta' xi skrivan fulltime jew wisq agħar ta' xi skrivan part- time.", "Jekk ġo dawn l-iskejjel m'aħniex se npoġġu nukleu amministrattiv, skond il-qies ta' l-iskola, b'nies li għandhom ċerti kapaċitajiet li jistgħu jassumu ċerta responsabbilta' u b'direttiva lill-kapijiet li jiddelegaw ċerti funzjonijiet amministrattivi ta' kuljum lil dan in-nukleu amministrattiv, allura jista' jkun li t-tentattiv tagħna sabiex inwasslu lill-iskejjel ta' l-Istat jimxu iktar lejn din id-direzzjoni, jiltaqa' ma' xi diffikultajiet.", "Huwa f'dan il-kontest fejn imbagħad wieħed irid jibda jitkellem fuq il- konċett ta' l-iskola bħala learning community u li wieħed jista' jiżviluppa l-konċett ta' learning society, konċett li iktar kemm naqra fuqu, iktar nifhem kemm huwa meħtieġ biex nilqgħu għall-isfidi tar- revoluzzjoni xjentifika u teknoloġika li għandna quddiemna.", "Huwa fil- kontest fejn skola għandha dawn il-possibilitajiet li wieħed jista' jgħid li f'din il-komunita' ta' nies b'ideat u talenti differenti rridu niżviluppaw it-talenti ta' kulħadd b'dan il-mod li qed insemmi.", "Huwa importanti wkoll, Madam Speaker, li wieħed jagħmel iktar enfasi milli forsi qegħdin nagħmlu li l-iskola għandha tkun l-aqwa organu tar-riċerka.", "Fir- rivista \"The Teacher\" li toħroġ l-MUT kien hemm artiklu bl-isem ta' \"Learning Community - Professional Community and the School as a Centre of Enquiry\".", "Jiena jidhirli li f'dan l-artiklu ta' ċertu Sir Thomas Giovanni li huwa professur ta' l-edukazzjoni u l-amministrazzjoni fi Trinity University f'San Antonio, Texas, fl-Istati Uniti ta' l-Amerka, jispjega ħafna minn dawn l-ideat li kien qed jitkellem dwarhom il-Ministru llum.", "Dan l-artiklu jispjega li biex dawn l-ideat jintlaħqu u biex jiġi żviluppat il-konċett ta' learning society huwa importanti li l-iskola tkun organu ta' riċerka hi nnifisha.", "GĦalhekk anke meta niġu għal-livell ta' awditjar soċjali u għal-livell ta' monitoring irrid naraw li dawn ukoll iridu jkunu funzjonijiet li jsiru anke fil-livell ta' l-iskejjel tagħna.", "Dan il- proċess ta' evalwazzjoni, ta' awditjar, ta' quality assurance jrid isir ukoll fil-livell tal-grass roots.", "Dan il-mekkaniżmu jrid jiġi mħaddem f'dawn il-livelli ta' l-iskejjel tagħna, għaliex naħseb li l-ħidma ssir bil- bosta aħjar jekk inkunu kapaċi nagħmluh b'dan il-mod milli jekk ikollna xi grupp ta' nies li b'mod ċentralizzat ikunu jistgħu jiżviluppawh minn fuq.", "Huwa importanti ħafna li l-affarijiet nagħtuhom bażi kemm jista' jkun tajba.", "Punt ieħor li ssemma u li huwa wkoll importanti huwa dak dwar id- dixxiplina, Madam Speaker.", "M'hemmx dubju li din in-naħa taqbel li għandu jkun hemm reviżjoni tal-Kodiċi tar-Regoli tad-Dixxiplina.", "Din hija ħaġa li għamilna riferenza għaliha fil-manifest elettorali tagħna u naħseb li dan huwa suġġett li rridu nagħtu kontribut fih ilkoll kemm aħna.", "Huwa suġġett li jrid jiġi evolut mid-diskussjonijiet bejn għalliema, ġenituri u anke studenti u rrid nirrimarka li fuq din il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni m'iniex qiegħed nara preżenza ta' xi ħadd li ġej mill-qasam studentesk.", "Jiena naħseb li dan m'huwiex sinjal pożittiv u ma nkunux qed nagħtu messaġġ tajjeb meta ma ndaħħlux il-preżenza ta' studenti.", "Rigward il-preżenza tal-ġenituri ma tantx nistax' nikkummenta għaliex in-nies li ġew nominati fuq din il-kummissjoni ma nafhomx kollha.", "It-tema tad-dixxiplina naħseb li huwa suġġett li wieħed irid jaffrontah.", "Il-ġimgħa l-oħra l-Ministru kellem lid-delegati ta' l-MUT dwar dan is- suġġett u qalilhom li ma nistgħux insibu s-soluzzjoni billi mmorru għan- nostalġija ta' l-imgħoddi.", "M'hemmx dubju li jiena naqbel ma' dan għaliex jien għadni qed inrabbi u naf li d-dixxiplina fuq iż-żgħażagħ u fuq it-tfal żgur li ma tistax issir bil-mudelli, bil-metodi, bl-ispirazzjonijiet u bis- sistemi ta' valuri ta' 20, 30 u 40 sena ilu.", "Pero' anke mill-esperjenza tat-trobbija, jien insib li hemm elementi ta' formazzjoni ta' dixxiplina li jirrikjedu xi forma ta' regolamentazzjoni tal-ħajja.", "Jien ngħid li jekk liż-żgħażagħ u lit-tfal m'aħniex se ngħinuhom jiżviluppaw ġo fihom infushom id-dixxiplina li jimmaniġjaw il-ħin għad-dispożizzjoni tagħhom, naħseb li nidħlu fl-inkwiet, kif diġa' forsi dħalna, għax ġieli tinduna li l- istudenti m'għandhomx il-kapaċita' li jimmaniġjaw il-ħin tagħhom biex iqassmuh bejn dak li għandu jkun ħin għad-divertiment, dak li għandu jkun ħin għat-television, dak li għandu jkun ħin għall-istudju u dak li għandu jkun ħin għall-isport.", "Jiġifieri din hija wkoll kwestjoni ta' eżerċizzju, ta' infużjoni ta' mentalita' u ta' kultura li trid tibda sa miċ-ċokon.", "Aħna qegħdin - kif qalilna Dr Joe Mifsud fil-paper li ta lill-MUT - ngħaddu lill-iskejjel funzjonijiet li sa numru ta' snin ilu konna nagħmluhom aħna l-ġenituri, konna nagħmluhom fi ħdan il-familja u l- kommunita' tagħna meta nibagħtu lit-tfal tagħna l-knisja, il-mużew jew f'għaqdiet l-oħra.", "Illum dan qed jonqos u qegħdin nippretendu li l- iskejjel jgħinu lit-tfal tagħna jiżviluppaw iktar f'dan is-settur.", "It-tema tad-dixxiplina jien ma narahiex biss bħala mod ta' kif it-tifel iġib ruħu fl-iskola u lanqas għandna nħarsu lejha mill-ottika dejqa ta' kif ġie liebes it-tifel jew t-tifla, kif qata' xagħarhu, kemm hu nadif, kif qiegħed joqgħod fil-klassi, hux qed jirrispondi jew hux qiegħed ikun tifel li l- imġieba tiegħu qiegħda tiddisturba lit-tfal l-oħrajn imma għandna narawha mill-bidunett fis-sens pożittiv tagħha, bħala kultura sabiħa u pożittiva.", "Jiena naħseb li meta wieħed qiegħed jirrikonsidra l-kurrikulu minimum nazzjonali, parti mis-soluzzjoni tad-dixxiplina fl-iskejjel tagħna trid issib ir-rwol tagħha f'dan il-kurrikulu.", "Naturalment, imbagħad jifdallek il- kwestjonijiet l-oħrajn, bħalma hija l-indixxiplina li hija marbuta mal- problemi soċjali li wieħed ikollu fi ħdan il-familji u l-indixxiplina ta' karattri ta' tfal li jkollhom diffikulta' kif jikkontrollaw l-imġieba tagħhom u affarijiet oħra ta' dan it-tip.", "Allura naħseb li dan is-suġġett tad-dixxiplina huwa wkoll suġġett ta' importanza kbira.", "Madam Speaker, irrid nagħlaq billi ngħid li f'dan is-settur ta' l- edukazzjoni nixtiequ li nagħtu l-kontribut tagħna u rrid nappella lil kull min għandu l-poter li jieħu d-deċiżjonijiet li l-opportunita' li fuq dan is- suġġett nitkellmu b'ekwanimita', anke jekk b'ideat diversi - naqbel mal- Ministru li d-diversita' fl-ideat, il-kontroversja sana u l-kritika għandhom ikunu mixtieqa u mhux imwarrba, imma altru meta nikkritikaw, altru meta għandna kontroversja u altru meta hemm qafas sħiħ li ma naqblux fuqu - ...", "Jien naħseb li hawnhekk għandna l-opportunita' li lil pajjiżna nagħtuh din il-perspettiva li għalina lkoll ġo din il-Kamra l-edukazzjoni hija ħaġa għażiża, hija ħaġa li m'għandhiex tkun bank ta' partiġjaniżmu, ta' azzjoni partiġjana, ta' pika u ta' politiċizzazzjoni inutli.", "Aħna rridu nuru li lkoll flimkien aħna impenjati li nagħtu l-aħjar opportunitajiet lil uliedna, speċjalment lil dawk li jgħixu f'ċirkostanzi li b'xi mod jistgħu jiżvantaġġawhom, sew jekk huma ċirkostanzi ta' faqar materjali, sew jekk huma ċirkostanzi ta' faqar soċjali u wisq iktar jekk huma ċirkostanzi fejn ikun hemm diżabilita' jew bżonnijiet speċjali u aħna lkoll irridu ngħinuhom.", "Jekk inhu possibbli, jien xtaqt li wieħeg jagħti ħarsa mill-ġdid lejn il- mod ta' kif qed tiġi magħmulha din l-istruttura, Madam Speaker.", "GĦalhekk jekk qegħdin ngħidu li rridu li jkun hawn sforz nazzjonali, jiena nemmen li dan l-isforz nazzjonali nistgħu nilleġittimawh aħjar jekk l-affarijiet isiru b'mod differenti minn kif qegħdin nagħmluhom.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Madam Speaker, illum kelli l-opportunita' li nisma' kemm lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali jitkellem dwar il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni u kif ukoll lix-shadow minister min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, li wkoll ta l-veduti tiegħu dwar din il-kummissjoni.", "Mingħajr tlaqliq ngħid li kważi bqajt ftit sorpriża meta l-Onor.", "Louis Galea tkellem dwar kif ġiet maħtura din il-kummissjoni, u qed ngħid dan għaliex niftakar li ftit xhur ilu l-iskejjel kienu ġew ippreżentati b'dokument bl-isem ta' \"Tomorrow's Schools\".", "Dan fi żmien l- amministazzjoni Nazzjonalista u l-ministru dak iż-żmien kien il-Perit Michael Falzon.", "Mingħajr ma nafu kif u minn fejn inqalgħet din il- kummissjoni - li żgur ma kenitx kummissjoni daqstant wiesgħa u mifruxa fil- qasam edukattiv - ippreżentawlna dan id-dokument, \"Tomorrow's Schools\", meta l-affarijiet kienu diġa' fait accompli.", "Jiena niftakar li kien qam għagħa sħiħ għaliex ħafna mill-edukaturi dehrilhom li ma kenux rappreżentati, li ħafna mill-affarijiet kienu ġejjin aktar minn fuq għal isfel milli minn isfel għal fuq u li ma staqsewx għall-opinjonijiet tagħna u ta' ħafna nies li kellhom esperjenza ta' snin twal fl-edukazzjoni.", "Imbagħad ipprovaw ilaqqgħuna settur settur sabiex niddiskutuh u nagħtu l- veduti tagħna.", "Jien għalhekk illejla nerġa' ntenni kif bqajt sorpriża meta l-Onor.", "Louis Galea fid-diskors tiegħu donnu ried iċajpar il-funzjoni ta' din il-kummissjoni u ried jgħid li kieku din il-kummissjoni għaddiet minn hawnhekk allura hija kien ikollha l-barka ta' kulħadd u tassew kienet tista' tissejjaħ kummissjoni nazzjonali.", "Jien nistaqsi kif dakinhar ma ntqalx l-istess diskors.", "Mhux kummissjoni kellna wkoll u mhux ukoll kienet qiegħda tiddiskuti l-iktar ħaġa importanti fil-pajjiż, jiġifieri l-qasam edukattiv?", "Bħal kull wieħed u waħda mill-membri li hawn hawnhekk, jien nemmen li l- edukazzjoni trid tkun ferm 'il fuq mill-politika u nemmen li min jaħdem fil- qasam edukattiv jaf aktar minn ħaddieħor kemm kull edukatur irid ikun 'il fuq u 'l bogħod mill-politika.", "Il-missjoni ta' kull edukatur hija l-ġid ta' kull tifel u tifla fis-soċjeta'.", "Jien ngħid li fiż-żmien li qegħdin fih, mingħajr għaġġla - imma mbagħad ma rridux indumu ħafna u lanqas inkarkru saqajna ħafna - bilfors li trid issir xi ħaġa fl-edukazzjoni.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem minn dak li smajt jew li qrajt imma aktar mill-esperjenza tiegħi personali ta' 21 sena fil-qasam edukattiv.", "Jiena naf x'rajt ma' wiċċi u naf ma' xiex kellna nitħabatu jiena u sħabi li qegħdin jaħdmu bil-qalb kollha sabiex itejbu l-qagħda ta' l-edukazzjoni f'Malta.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' sabiex insemmi persuna li hija kollega tiegħi.", "Qed nirriferi għal Miss Pace, edukatriċi li l-ġimgħa l-oħra ħadet il- premju \"Ħaddiem tas-Sena\", u li minkejja l-ambjent li trid taħdem fih u minkejja li kellha kurrent kbir - u naf x'jien ngħid għaliex naf fejn kienet qed taħdem u naf fejn qed taħdem - irnexxielha toħloq skola b'viżjoni.", "Miss Pace, biex ngħid hekk, hija s-simbolu ta' l-edukaturi kollha jaħdmu fejn jaħdmu, sew jekk huma fl-iskejjel ta' l-Istat, sew jekk huma fl-iskejjel tal-Knisja, sew jekk huma fl-iskejjel privati u sew jekk huma fl-iskejjel ta' xi fondazzjoni.", "Min irid jaħdem u min irid jasal jagħmel ħiltu u jieħu l-inizjattiva biex jasal.", "Issa ħalli nitkellem ftit dwar l-għanijiet li għalihom twaqqfet din il-kummissjoni.", "Jiena m'iniex se noqgħod nidħol fuq il-mertu tal-persuni li ntagħżlu fuq din il-kummissjoni; dawn huma nies li ġejjin mill-oqsma kollha ta' l- edukazzjoni u huma nies li t-twemmin tagħhom huwa differenti pero' dan ma jfisser xejn għaliex għalina l-aktar ħaġa importanti hija li huma nies integri u li jħobbu l-edukazzjoni.", "Dawn għandhom l-biċċa xogħol iebsa li fejn l-edukazzjoni f'Malta hija tajba jkomplu jtejbuha u fejn hemm il-ħażin jirranġawh, u hemm ħafna u ħafna affarijiet x'jirranġaw.", "Jiena nara li s- sitwazzjoni li għandna bħalissa fl-edukazzjoni hija maqsuma f'erba' setturi differenti li diġa' rriferejt għalihom; l-iskejjel ta' l-Istat, l-iskejjel privati, l-iskejjel tal-knisja u dawk li huma mmexxijin minn xi fondazzjoni.", "Allura x'inhu l-iskop ta' din il-kummissjoni?", "Ħalli nerġa' ndur għall-esperjenza tiegħi u ngħid li l-agħar ħaġa li tista' tiġri hija meta jkollok lil xi ħadd iqabbillek edukazzjoni li tingħata f'settur ma' edukazzjoni li tingħata f'settur ieħor.", "Minkejja li l-edukaturi kollha li hemm jaħdmu fl-iskejjel ta' l-Istat jagħmlu minn kollox biex kemm jista' jkun jgħollu l-livell ta' l- edukazzjoni 'l fuq, dejjem jaqilgħuha fuq rashom għax diżgrazzjatament donnu hawn stigma li meta nsemmu l-iskejjel ta' l-istat qisna qegħdin insemmu l-iktar skejjel li qegħdin 'l isfel fil-kategorija ta' l- edukazzjoni Maltija.", "Din hija xi ħaġa li żgur m'għandhiex tkun.", "L-Onor.", "Louis Galea semma l-prize days ta' l-iskejjel privati u ta' l-iskejjel tal- knisja.", "Jien m'għandi xejn kontrihom u nista' ngħid li għandi neputijiet imorru hemmhekk, pero' forsi 'l quddiem l-Onor.", "Galea jkollu opportunita' li jdur aktar prize days u jara l-isforz kbir li jsir f'dawn l-iskejjel mill-kapijiet, mill-assistenti kapijiet, mill-għalliema u mill-istaff kollu biex jipproġettaw kemm jista' jkun tajjeb lill-iskola tagħhom.", "Jien ngħid li kull edukatur li jixtieq li jara lill-edukazzjoni timxi 'l quddiem ikollu viżjoni fil-limitazzjonijiet tiegħu biex l-iskola li jkun qed iservi fiha tkun l-aqwa skola mhux biss tal-lokal - għaliex f'ħafna postijiet hemm aktar minn skola waħda - imma wkoll fuq livell nazzjonali.", "Jekk noqogħdu nqabblu skola ma' oħra u settur ma' ieħor ma nagħmlux ġid, lanqas għall- edukaturi.", "Dan bħal meta jkollok tfal li jkunu intelliġenti u oħrajn li jkunu anqas intelliġenti u lil ta' l-ewwel ngħolluhom 'il fuq filwaqt li lil dawk ta' l-aħħar noqogħdu nqabbluhom ma' l-oħrajn.", "Jien nista' ngħid li anke l-lokal lil tkun tinstab fih l-iskola tagħmel differenza.", "Jekk tassew irridu li jkun hemm sforz wieħed irridu naqbdu id xulxin għax b'hekk l-isforz ikun ġej minn kull naħa.", "MADAM SPEAKER: Onor. Camilleri ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Iva, nibqa' in possession.", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Ministru Bartolo sabiex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Ġunju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjoni biex titwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - it-Tieni Qari; u", "xi agenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Madam Speaker, il-ġimgħa li għaddiet żewġ Membri ta' l- Oppożizzjoni rrimarkaw dwar in-nuqqas ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Nixtieq li nieħu din l-okkażjoni biex nirribatti dak li qalu l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista, b'mod speċjali l-Onor.", "George Pullicino u l-Onor.", "Ċensu Galea, meta qalu li fis-settur tal-bini kollox jinsab wieqaf u li kien hemm tnaqqis ta' 42% fin-numru ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien ma nafx minn fejn ġabu din l-informazzjoni dawn il-kelliema iżda dak li qalu żgur m'huwiex minnu, għax kieku vverifikaw l-affarijiet u kieku ħadu l-medja ta' l-applikazzjonijiet li saru f'dawn l-aħħar erba' snin - dawn wieħed jista' jsibhom fil-pubblikazzjonijiet li toħroġ kull sena l-Awtorita' ta' l- Ippjanar - kienu jaraw li l-affarijiet m'humiex kif qed jgħidu huma.", "Tant hu hekk li fl-1992/93 kien hemm medja ta' 634 applikazzjoni kull xahar, fl- 1993/94 il-medja niżlet għal 607, fl-1994/95 kien hemm medja ta' 621 u fl- 1995/96 il-medja kienet ta' 624, filwaqt li l-medja għall-aħħar tliet xhur li għaddew hija ta' 659 applikazzjoni fix-xahar.", "Jiġifieri mhux talli l- applikazzjonijiet ma naqsux talli din is-sena s'issa kien hemm żieda ta' 9.45% jew kważi 10% aktar milli kien hemm is-sena l-oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, lill-Onor.", "Pace ngħidlu li l- informazzjoni li kkwotajt fil-ħin ta' l-aġġornament il-ġimgħa l-oħra ġibtha minn erba' mistoqsijiet parlamentari u dik iċ-ċifra wasalt għaliha abbażi tad-dħul li kellha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dawk li huma applikazzjonijiet ġodda u ħlasijiet ta' fees.", "ONOR.", "BERTU PACE: Madam Speaker, jekk l-Onor.", "Pullicino qed jgħid li kkwota mill-mistoqsijiet parlamentari aħjar jiġbed l-attenzjoni tal- gazzetta tal-Partit Nazzjonalista għaliex din ġabet li n-numru ta' applikazzjonijiet naqas b'42% u l-istess għamlet il-gazzetta \"The Times\" fejn qalet li kien hemm \"a sharp drop in development permit applications\".", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, lill-Onor.", "Bertu Pace ngħidlu li jien m'iniex l-editur tal-gazzetta \"in-nazzjon\".", "Jien diġa' ġbidt l- attenzjoni għat-titlu ta' l-artiklu li rrifera għalih pero' rrid ngħidlu li kieku qara l-kontenut tar-rapport ta' dak li ntqal waqt il-ħin ta' l- Aġġornament isib li dan huwa korrett.", "ONOR.", "BERTU PACE: Pero' jiddispjaċini ngħid li l-heading ta' \"in- nazzjon\" iqarraq għaliex jgħid \"42% anqas\".", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, kieku l-Onor.", "Pace ndenja ruħu jaqra l-kumplament tar-rapport naħseb li r-risposta kien isibha.", "ONOR.", "BERTU PACE: Ir-rapport qrajtu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ma naħsibx.", "ONOR.", "BERTU PACE: Madam Speaker, issa ħalli ngħidlu x'tgħid l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u se nikkwota minn statistika maħruġa minnha stess.", "Din tgħid:", "\"A sharp increase in the number of receipts was again recorded during April.", "In fact an increase of almost 10% was noted in the three-month average compared with the same period last year.\".", "Mela mhux talli l-applikazzjonijiet ma naqsux talli f'dawn l-aħħar tliet xhur, ikkomparati ma' l-istess perijodu s-sena l-oħra, żdiedu b'10%.", "Allura dan igiddeb dak kollu li qalu ż-żewġ kelliema ta' l-Oppożizzjoni.", "Madam Speaker, kritika oħra li sikwit nisimgħu hija li l- applikazzjonijiet tal-Gvern għall-proġett ta' Buġibba ġew ipproċessati fi żmien qasir komparat ma' l-applikazzjonijiet tal-pubbliku in ġenerali.", "Xebgħu jgħidu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvat dawn l- applikazzjonijiet fi ftit ġimgħat.", "Filwaqt li nsostni li l-Gvern dejjem issottometta l-applikazzjonijiet meħtieġa għar-rigward tal-proġett ta' Buġibba, nixtieq nistaqsi jekk il-Gvern Nazzjonalista ssottomettiex applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dak li jirrigwarda x-xogħlijiet li saru fit-Triq tal-Barrani u l-inħawi ta' madwar.", "Jiena nitlob lill-Oppożizzjoni sabiex tiċċekkja jekk kenitx talbet permessi għal dawn ix-xogħlijiet u nistenna tweġiba mingħandhom.", "Tajjeb ukoll li nsemmi li l-applikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista biex dan ikun jista' jagħmel alterazzjonijiet fil-headquarters tiegħu sabiex jagħmel l-istudios tat-television ġiet ipproċessata wkoll fi żmien record.", "Din l-applikazzjoni daħlet fl-24 ta' Marzu u ġiet approvata fit-28 ta' Mejju, 1997.", "Dan ukoll huwa record għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "GĦalhekk jien nistaqsi jekk kenitx inħasset il-ħtieġa li jsir environmental impact assessment jew jekk kienx sar assessment dwar problemi ta' parking li setgħu jinħolqu.", "Kemm dam jitħabat il-Partit Laburista wara li tefa' l- applikazzjonijiet tiegħu biex jibni l-Kwartieri Ġenerali fil-Ħamrun!", "Kemm instabu skużi u katletti!", "Il-Gvern Laburista bħalissa huwa mpenjat bi sħiħ biex jirriforma l-awtorita', biex jagħmilha aktar effiċjenti, aktar trasparenti u aktar accountable u għal dan il-għan twaqqaf sotto-kumitat tal-Kabinett biex flimkien ma' dawk kollha nvoluti, flimkien mal-Kamra tal- Periti, esperti legali u membri ta' l-istess awtorita', mill-aktar fis possibbli u fid-dawl tad-diversi studji u rapporti li tħejjew, iressaq it- tibdiliet meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, jiena qed nintervjeni għaliex ma rridx li xi ħadd minn barra li qed jisma' din it-trasmissjoni jifhem li l- Onor. Bertu Pace qed jgħid li l-applikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista qisha li tpoġġiet fuq xi fast track u li ġiet ipproċessata b'mod li ma sarx skond kif inhu miftiehem u kif suppost isir il-proċess.", "Għandna nkunu ċari ħalli l-poplu ma jiġix żgwidat.", "ONOR.", "BERTU PACE: L-applikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ingħatat prijorita'.", "(Interruzzjonijiet) Jien nitlob lill-Onor.", "Pullicino sabiex jikkompara kemm ħadet żmien l-applikazzzjoni tal-Partit Laburista u l- applikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ħalli jara kemm tpoġġiet fuq fast track.", "Jekk il-Partit Nazzjonalista verament jemmen li hemm bżonn issir riforma fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'għandux joqgħod ixewwex u jipprova jindika li l-Partit Laburista għandu xi skop li jaħtaf lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar taħt idejh.", "Dan m'hu veru xejn għax aħna kulma rridu huwa li ssir riforma - fil-fatt qed issir wara ħafna studju - biex il- pubbliku jkun moqdi aħjar u jkun hemm trasparenza u accountability.", "Jekk il-Partit Nazzjonalista jemmen f'dawn l-affarijiet m'għandux joqgħod jikkritika imma għandu jkun hu stess li jressaq suġġerimenti ħalli t-tibdil li hemm bżonn isir mill-aktar fis.", "Issa li ġej is-sajf ta' sikwit iqum is-suġġett dwar il-ħtieġa li l- pubbliku jkollu aċċess tajjeb għax-xtut.", "Madwar Malta hawn numru sabiħ ta' xtut u bi ftit ħsieb u spejjeż jista' faċilment jinħoloq aċċess għalihom għall-konvenjenza tal-pubbliku in ġenerali.", "Dan l-aħħar kien hemm artiklu tajjeb f'\"The Times\" li fih kien hemm li l-Gvern għandu jagħmel ħiltu kollha sabiex ix-xtut, speċjalment dawk bil-blat, jiġu żviluppati ħalli l- pubbliku jkun jista' jgawdihom.", "Dan hemm bżonn li jsir, partikolarment fin-nofsinhar ta' Malta, bejn Birżebbuġa u l-Ġnejna.", "F'din il-parti ta' Malta l-uniċi żewġ aċċessi li hemm għall-baħar huma Wied iż-Żurrieq u GĦar Lapsi.", "L-area policy li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ippubblikat dan l-aħħar dwar Wied iż-Żurrieq titkellem dwar il-bżonn li jsir upgrading billi jitkabbar il-car park u jissebbħu l-ħwienet.", "Hemm ukoll involviment kbir mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi.", "Hawnhekk irrid ngħid li jiddispjaċini li m'hemmx l-istess ippjanar għal GĦar Lapsi fejn il-bżonnijiet huma kbar.", "Meta titlaq min-naħa ta' Ħaġar Qim jew min-naħa ta' Villa Monsinjur Gonzi fid-direzzjoni ta' GĦar Lapsi tħossok dħalt f'żona fejn kien hemm xi gwerra għax it-toroq u l-inħawi jinsabu fi stat diżastruż.", "Issib toroq kollha trab u ma tara ebda sinjali tat-traffiku jew xi sinjal li jimmarka d- direzzjoni għal GĦar Lapsi.", "Meta u jekk jirnexxilek tasal ħdejn GĦar Lapsi ssib diżastru ieħor b'kullimkien imkisser u mimli ħofor u saħansitra t-taraġ , għat-tieni darba fi żmien sena, reġa' nqala' kollu għax ix-xogħol sar ħażin.", "Fil-parking area m'hemm l-ebda sinjali ta' żebgħa u numru kbir ta' karozzi jkunu pparkjati fuq il-blat bil-konsegwenza li minn hawn u fi ftit żmien ieħor, meta jibdew jinżlu l-karozzi tal-linja, l-konfużjoni tkompli tikber.", "Din is-sitwazzjoni issa saret insapportabbli u fis-sajf in- nies ikunu ppakkjati ħdejn il-baħar qishom sardin għax minkejja li GĦar Lapsi huwa mdawwar b'bajjiet mill-isbaħ u tajbin ħafna għall-għawm ħadd qatt ma pprova joħloq aċċess diċenti ħalli l-pubbliku jkun jista' jinfirex.", "Għandu jinħoloq mod ta' aċċess għad-dilettanti tas-sajd li għandhom dgħajsa u li ma għandhomx minn fejn iniżżluha bil-konsegwenza li biex igawdu d- delizzju tagħhom dawn iridu jew imorru Birzebbugia jew inkella jitilgħu lejn in-naħa ta' fuq ta' Malta.", "L-ispazju tal-car park jista' jitkabbar u jirdoppja faċilment, bħalma jistgħu jitpoġġew faċilment numru ta' bankijiet.", "GĦandu wkoll ikun hemm landscaping fl-inħawi.", "Dawn ix- xogħlijiet huma iktar u iktar meħtieġa peress li numru kbir ta' scuba divers barranin jagħmlu użu mill-inħawi u dan ukoll fid-dawl li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tippjana li bejn Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi jinħoloq marine park li żgur għandu jkun ta' attrazzjoni kbira għal kulħadd.", "Jien nistenna li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi - flimkien ma' għaqdiet oħra li jinsabu f'dan il-lokal - jinvolvi ruħu sabiex jagħmel rappreżentazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħalli dawn jiġu inkorporati fil-pjanijet lokali.", "Jekk kulħadd jaħdem għal dan il-għan jien ċert li Għar Lapsi jissebbaħ daqs kull post ieħor f'Malta.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Madam Speaker, ftit tal-ġimgħat ilu l-Gvern Laburista organizza konferenza nazzjonali fil-Jerma Palace Hotel.", "Il-politika tal- Gvern għal parteċipazzjoni mill-aktar wiesgħa setgħet tidher anke fit- tfassil tal-pjan ta' żvilupp ekonomiku u soċjali għan-nofsinhar ta' Malta li ġie diskuss waqt din il-konferenza.", "F'din il-konferenza ltaqgħu dawk kollha li b'xi mod għandhom konnessjoni man-naħa t'isfel ta' Malta sabiex flimkien mal-Prim Ministru u mal-ministri responsabbli mill-ambjent, mit- turiżmu, mit-trasport, mix-xogħlijiet, mill-kostruzzjoni, mill-edukazzjoni u mill-kunsilli lokali jiddiskutu dan il-pjan.", "Il-Partit Laburista kien ilu jgħid li lil dawn in-naħat kien se jagħtihom dik l-attenzjoni li tixraqilhom u fil-manifest elettorali tagħna stess dan l-għan huwa mfisser ċar.", "Madam Speaker, pero' sfortunatament mhux l-istess jista' jingħad għal dak li sar f'dawn in-naħat mill-Gvern preċedenti f'dawn l-aħħar disa' snin u nofs għax għalkemm kienu saru ħafna wegħdiet fil-fatt sar ftit li xejn.", "Ftit ġranet qabel l-elezzjoni l-Gvern Nazzjonalista pprova jitfa' lin-nies tal-Kottonera fil-lixka billi qalilhom li se jinbeda proġett turistiku li jgħaqqad ix-xatt tat-tlett ibliet flimkien, xewqa tan-nies tal-Kottonera kollha.", "Fil-fatt kien ġie ppubblikat fuljett mill-isbaħ mill-Partit Nazzjonalista dwar dan il-proġett bit-tibdil kollu mixtieq min-nies ta' dawn in-naħat, inkluż il-Baċir Nru. 1, u dan il-fuljett intbagħat fid-djar kollha tat-Tieni Distrett.", "Minħabba li saret il-wegħda li l-Kottonera waterfront kienet se tingħata dik id-dehra tant mixtieqa min-nies kif ukoll minħabba li ttieħdet biċċa sostanzjali mit-Tieni Distrett, il-Partit Nazzjonalista ħaseb li se jtella' t-tieni kandidat minn dan id-distrett, pero' mhux hekk ġara għax dawn in-nies kienu ilhom jisimgħu ħafna wegħdi li fil-fatt minnhom ma sar xejn.", "Madam Speaker, in-nies tal-Kottonera u dawk tat-Tieni Distrett reġgħu wrew il-lealta' tagħhom lejn dak il-partit li kull meta kien fil-gvern dejjem ta kas ta' l-interessi taċ-ċittadini kollha, ġejjin minn fejn ġejjin u mingħajr ebda distinzjoni.", "Fil-fatt mal- bidla fil-gvern in-nies tat-Tieni Distrett raw b'għajnejhom l-impenn tal- Gvern lejn dawn in-naħat.", "Bit-twaqqif ta' planning council fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali dawn in-nies se jkunu jistgħu jibdew jaraw titjib fil- lokalitajiet tagħhom, liema titjib ilu tant mistenni u mixtieq.", "Il- kunsilli lokali se jkollhom sehem dirett f'dan ir-rigward għaliex il- planning council se jkun qed jikkordina s-sottomissjonijiet li jagħmlu l- kunsilli lokali fuq dak li jixtiequ jseħħ fil-lokal tagħhom.", "Din l- istanding conference għandha quddiemha diversi temi għal konsiderazzjoni, fosthom l-ambjent, l-infrastruttura, it-turiżmu, l-iżvilupp ekonomiku u kummerċjali, l-edukazzjoni, il-kultura, l-isport u l-aspett soċjali ta' dawn in-naħat.", "Madam Speaker, fil-ħin li għad fadalli nixtieq ngħid kif l- aspett soċjali jolqot lid-distrett tiegħi u nagħmel xi ftit punti fuq l- iżvilupp li qed iseħħ fil-Fgura.", "Rigward l-aspett soċjali nixtieq nibda billi ngħid xi ħaġa fuq in-numru ta' nies qiegħda li hemm fit-Tieni Distrett li qed jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru.", "In-numru ta' nies qiegħda f'dan id-distrett huwa wieħed konsiderevoli.", "Fil-fatt jekk naraw kemm kien hemm nies jirreġistraw f'Novembru ta' l-1996 insibu li f'Bormla kien hemm hemm 209, fil-Birgu kien hemm 62, fil-Fgura kien hemm 161, fil-Kalkara kien hemm 50, fl-Isla kien hemm 123 u fix-Xgħajra kien hemm 11-il persuna.", "Dawn kollha flimkien jammontaw għal 716-il persuna.", "Hawnhekk wieħed ma jridx jinsa jsemmi wkoll lil dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol li joqogħdu f'dik il-parti ta' Ħaż-Żabbar li tagħmel mat-Tieni Distrett.", "Minn hawn nixtieq nieħu l- okkażjoni sabiex nifraħ lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali li flimkien ma' l- ETC organizza xahar ta' taħriġ għal diversi mpjiegi fil-każin tal-banda San Ġorġ ġewwa Bormla.", "Jien nemmen u nħoss li inizjattivi bħal dawn għandhom isiru iktar spissi, speċjalment f'dawk il-postijiet fejn in-numru ta' persuni qiegħda huwa għoli għaliex dawn in-nies għandhom bżonn kull għajnuna u attenzjoni sabiex isibu l-impjieg li jixirqilhom.", "Madam Speaker, problema soċjali oħra li qed tiġi indirizzata bl-ikbar serjeta' hija dik tal-housing.", "Fil-fatt din il-problema tinħass l-iktar fit-Tieni Distrett, b'mod partikolari fil-Kottonera.", "Minħabba l-effetti tal-gwerra, li issa ilhom 'il fuq minn 50 sena f'dawn in-naħat, hemm ammont ta' abitazzjonjiet li huma nieqsa minn ħafna bżonnijiet bażiċi.", "Per eżempju, biżżejjed ngħid li hemm djar li għandhom soqfa perikolużi, għandhom ħafna umdita' u ma għandhomx kamra tal-banju jew imqar toilet.", "Fi kliem ieħor, dawn id-djar ma laħqux mal-progress li sar tul dawn l-aħħar snin.", "Saret drawwa li wieħed jilmenta dwar l-istat ħażin ta' dawn l- abitazzjonijiet, pero' aħna lkoll nafu li problemi bħal dawn ma jiġux solvuti mil-lum għal għada għax dawn il-problemi tant tħallew jikbru li jrid jgħaddi ż-żmien sabiex jiġu mtaffa.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq nieħu l- okkażjoni sabiex nifraħ lil sieħbi, il-Ministru tad-Djar, għall-attenzjoni u għall-impenn li qed jagħti sabiex din il-problema tibda tittaffa.", "Kif qalilna l-Ministru stess, il-Gvern għandu proġett kbir imħejji għal bini ta' djar ġewwa Pembroke u fl-istess waqt ħejja pjan ta' slum clearance biex jibni blokk ta' appartamenti fil-Kottonera.", "Biżżejjed ngħid li qed isiru pjanijiet għal proġetti fi Triq San Ġwann, fi Triq Mariano Gerada, fi Triq il-Pellegrinaġġ f'Bormla u fi Triq il-Papa Alessandru VII ġewwa l-Birgu.", "Madanakollu għalkemm qed issir din il-ħidma kollha min-naħa tal-Gvern hemm bżonn li min jiflaħ jagħmel il-parti tiegħu wkoll għaliex ma jistax ikun li l-Gvern jagħmel kollox hu u kulħadd jippretendi post b'xejn mingħand il- Gvern.", "Madam Speaker, problema soċjali kbira oħra li teżisti f'dawn in-naħat hija li l-popolazzjoni qed tixjieħ.", "Fil-fatt l-ammont ta' anzjani li jgħixu f'dawn in-naħat huwa kbir ħafna u ħafna minnhom jgħixu weħidhom, ħafna drabi fi djar li saru kbar wisq għalihom.", "GĦalkemm ħafna mill- anzjani ta' dawn in-naħat ikunu jixtiequ jibqgħu jgħixu fil-komunita' li trabbew fiha jkun kważi impossibbli għalihom li jagħmlu dan għax ma' l- anzjanita' jinħolqu problemi ta' mard u ta' dipendenza u meta timrad jew ma tibqax indipendenti tkun trid bilfors iddur għall-għajnuna.", "Fil-fatt ħafna minn dawn in-nies qed jinkitbu fi djar ta' l-anzjani, pero' minħabba li l- ammont ta' talbiet simili dejjem qed jikber il-waiting list qed tiżdied minn ġurnata għal oħra.", "Hawn irrid ngħid b'sodisfazzjon li f'Bormla qed tinbena dar ta' l-anzjani biex tkun tista' tilqa' t-talbiet ta' dawn l- anzjani li jgħixu fil-Kottonera.", "Fil-fatt din id-dar, li hija l-ħolma ta' ħafna anzjani mill-Kottonera, se tilqa' fiha 67 anzjan.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar it-tibdil li ilna nistennew li jseħħ ġewwa l-Fgura.", "Madam Speaker, il-Fgura rat tibdil enormi f'dawn l-aħħar 20 sena u minn raħal ċkejken illum għandha popolazzjoni ta' kważi 12,000 ruħ.", "Uħud mill- problemi li jeżistu f'dan il-post inħolqu minħabba t-tibdil kbir u mgħaġġel li sar f'dawn l-aħħar 15 jew 20 sena.", "Problema oħra li kienu u li għadhom ibatu biha ħafna min-nies ta' dawn in-naħat hija l-istat verament ħażin li tħalliet fiha Żabbar Road.", "Din it-triq hija traffikuża ħafna għax minnha jgħaddi t-traffiku kollu lejn in-naħa t'isfel ta' Malta u minnha jgħaddu trakkijiet, containers u heavy vehicles oħra.", "Issa li qed isir dan il- proġett kbir ta' Żabbar Road inħoss li għandu jsir studju dwar il-mezzi ta' trasport li jkunu jistgħu jgħaddu minn din it-triq għax naħseb li hemm bżonn li tinstab triq oħra minn fejn ikunu jistgħu jgħaddu l-heavy vehicles li jkunu sejrin għal postijiet oħra.", "Il-proġett ta' Żabbar Road huwa wieħed ta' min ifaħħru ħafna għax qed isir b'serjeta' liema bħalha u b'effiċjenza kbira.", "Fil-fatt innotajt li s-servizzi kollha, fosthom l- ilma, id-drenaġġ, il-cable television u l-water culverts qed jiġu mgħoddija minn taħt il-bankini fuq iż-żewġ naħat tat-triq.", "Dan l-eżempju għandu jittieħed u jiġi attwat kull meta jkun se jsir xogħol simili f'toroq oħra għax b'hekk niffrankaw li t-toroq isiru qishom xi zip, jinfetħu u jingħalqu ma' kull ħsara li tista' tinqala' minn żmien għal żmien.", "Ix-xogħol f'din it-triq qabad ritmu mgħaġġel u dalwaqt naraw ir-riżultat ta' dan ix-xogħol li kien wieħed organizzat u ppjanat.", "Madam Speaker, hawnhekk irrid infakkar li l-Gvern preċedenti ried li x-xogħol ta' din it-triq isir mill- Kunsill Lokali tal-Fgura minkejja li l-finanzi vvotati lil dan il-kunsill lokali żgur li ma kenux biżżejjed.", "Pero' għall-kuntrarju dan il-Gvern mill- ewwel wera l-impenn tiegħu sabiex din it-triq hekk traffikuża tingħata dik id-dehra li jixirqilha u fil-fatt hekk qed isir.", "Xogħol ieħor li ta' min ifaħħru għax sar bil-għaqal u konna ilna nistennewh kien dak li sar fi Triq il-Liedna u fi Triq il-Kampanella.", "Fil- fatt filwaqt li qabel kulħadd kien jiskarta dawn iż-żewġ toroq illum wieħed jitgħaxxaq meta jgħaddi minnhom.", "Ta' min jinnota li bħalissa għaddej xogħol estensiv fuq ħafna toroq fil-Fgura għax l-istat ta' dawn it-toroq tħalla jmur lura ħafna.", "Fil-fatt minkejja dan l-impenn min-naħa ta' l- amministrazzjoni ċentrali l-ġdida għad hemm ħafna toroq li għadhom qed jistennew li xi darba tmisshom din ix-xorti.", "Insemmi każi bħal Triq Mondion, Triq Baldassare Lanci, Triq Vincenzo Maculano u Triq Ġdida fi Triq il-Karmnu.", "Minkejja li hemm ħafna djar lesti f'dawn it-toroq l-istat tagħhom huwa verament ħażin.", "Jien ċert li dawn it-toroq u oħrajn bħalhom ma jdumux ma tmisshom ix-xorti li jsir ix-xogħol fuqhom sabiex jiġu mtejba.", "Problema oħra li jħabbtu wiċċhom magħha r-residenti tal-Fgura hija s- sitwazzjoni fit-trasport pubbliku.", "Hemm bżonn li f'lokal bħall-Fgura, li kiber tant f'qasir żmien, isir tibdil fil-mod ta' kif jitħaddem it-trasport pubbliku.", "Illum ħafna mir-residenti tal-Fgura jkollhom joqogħdu jistennew fuq l-istages sakemm jiġu karozzi tal-linja li jitilqu mill-venda ta' Ħaż- Żabbar.", "Naturalment il-karozzi tal-linja jimtlew matul it-triq qabel ma jgħaddu quddiem l-istages kollha tal-Fgura bil-konsegwenza li n-nies ta' dan il-lokal idumu jistennew għal ħinijiet twal biex jirkbu.", "Wieħed jista' jimmaġina x'sitwazzjoni jkun hemm waqt il-peak hours u kemm idumu jistennew dawn in-nies biex jirkbu!", "GĦalhekk f'komunita' li qed tkompli tikber inħoss li għandu jkun hemm studju dwar il-possibbilita' li jkun hemm venda tal-karozzi tal-linja tal-Fgura.", "Sakemm naslu għal xi konklużjoni dwar din il-venda, nixtieq nagħmel proposta lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex il-karrozzi tal-linja jibdew jitilqu minn Ħaż-Żabbar iktar ta' spiss u jekk hemm bżonn fil-peak hours jitilqu vojta.", "B'hekk inkunu nistgħu nsolvu ftit il-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom ta' kuljum ir- residenti tal-Fgura.", "Madam Speaker, irrid ħafna iktar ħin biex inkompli nelenka l-problemi li tħallew jakkumulaw matul is-snin f'dan id-distrett.", "Jien ċert li l-Gvern għandu biċċa xogħol kbira biex f'dawn in-naħat isir dak l-iżvilupp li tant ilhom jixxenqu għalih in-nies tat-Tieni Distrett.", "Aħna konvinti, għax qed naraw b'għajnejna, li l-Gvern Laburista se jżomm il-wegħda elettorali tiegħu li l-kwalita' tal-ħajja taċ-ċittadini ta' dawn in-naħat titjieb.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EDUKAZZJONI - TEXT-BOOKS", "5681.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ppubblikati text- books mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bejn l-1990 u l-1996, sena b'sena?", "X'kotba ġodda jew reprints qed jiġu mħejjija bħalissa?", "Hemm xi pjan ta' x'kotba jenħtieġ li jiġu ppubblikati matul il-ħames snin li ġejjin u ta' liema suġġett?", "Kif u minn min tittieħed id-deċiżjoni fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni dwar liema kotba għandhom jiġu ppubblikati?", "Hemm xi vot maħsub apposta għal dan l-iskop fil-budget ta' din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dwar pubblikazzjoni ta' text-books mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bejn l-1990 u l-1996 sena b'sena - il-lista li ġiet provduta mis-Sur Maurice Demarco li kien inkarigat mit-text-books fil- perijodu ndikat mill-Onor.", "Deputat tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall- qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar jekk hemmx kotba ġodda li qed jiġu mħejjija bħalissa, ir-risposta hija fil-pożittiv.", "Mill-konsultazzjonijiet li kellna dwar l-edukazzjoni primarja ssemma' l-bżonn ta' kotba fil-Malti, l-Ingliż u l-Istudji Soċjali.", "Dwar reprints dawn isiru kull meta tinħass il-ħtieġa biex jinbidlu kotba li jkunu ilhom fl-idejn, u li ma jkunux aktar fi stat serviceable.", "Dwar min jieħu d-deċiżjoni fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni liema kotba għandhom jiġu ppubblikati, ninforma lill-Onor.", "Deputat li deċiżjoni bħal din tittieħed mid-Direttur li taħtu taqa' s-Sezzjoni tat-Textbooks b'konsultazzjoni ma' l-uffiċjal inkarigat mit-text-books, u l-Education Officers konċernati, fid-dawl tal-ħteġijiet li jinħolqu minn żmien għal żmien fl-iskejjel.", "SKEJJEL - MTAĦLEB", "5682.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li dik li kienet l-iSkola ta' l-Imtaħleb saret flok Division 7 tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, dan ifisser li l-Gvern abbanduna l-idea li dan il-post isir ċentru ta' riabilitazzjoni għad- delinkwenti żgħażagħ?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett huwiex se jitwettaq f'xi post ieħor jew inkella se jiġi abbandunat definittivament?", "Jekk inhu hekk, għal-liema raġunijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fuq deċiżjoni li ttieħdet fuq bażi ta' prijorita' l-iskola ta' l-Imtaħleb għaddiet għand id-Dipartiment tal-Correctional Services biex tiġi utilizzata għal ħabsin żgħażagħ li jbatu bil-problema tad-droga.", "Dan ma jfissirx li l-gvern abbanduna r-responsabbiltajiet tiegħu favur ir- rijabilitazzjoni taż-żgħażagħ delinkwenti.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li għalkemm dan il-proġett mhux abbandunat, biex wieħed jipprovdi dawn il-faċilitajiet ma hix xi ħaġa ħafifa jew li titwettaq malajr kif jaf hu mill-esperjenza ministerjali tiegħu tal-passat riċenti.", "SKEJJEL - TOMORROW'S TEACHERS", "5683.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li hu waqqaf Kumitat imsejjaħ Tomorrow's Teachers?", "X'inhuma l-iskopijiet tiegħu u min huma l- membri li jiffurmawh?", "Meta hu maħsub li dan il-kumitat itemm il-ħidma tiegħu?", "Dan il-kumitat huwa kumplimentari jew supplimentari għall- Kummissjoni li kien waqqaf il-Ministru predeċessur tiegħu li kien ħareġ ir- rapport Tomorrow's Schools?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le.", "Il-Kumitat Tomorrow's Teachers ġie mwaqqaf b'inizjattiva tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta.", "L-informazzjoni mibgħuta lili minn Dr Ronald Sultana, ko-ordinatur tal- proġett tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "OMBUDSMAN - KAŻI IMRESSQA", "5708.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' mpjegati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li ressqu xi każ quddiem l- Ombudsman minn Ottubru, 1996 'il hawn?", "Kemm kienu dawn il-każi li ngħataw raġuni mill-Ombudsman u x'kumpens ħarġet id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minn Ottubru 1996 'l hawn id-diviżjoni rċeviet 14- il każ mingħand l-Ombudsman li tressqu minn impjegati tad-Diviżjoni.", "Minn dawn il-każi:", "a) erbgħa ġew magħluqa u l-Ombudsman iddeċieda li m'għandhomx każ.", "b) tnejn waslu fl-istadju finali ta' deċiżjoni mill-Ombudsman", "c) id-Diviżjoni għamlet is-sottomissjonijiet tagħha lill-Ombudsman dwar it- tmien każi l-oħra.", "DIPARTIMENT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - BILJETTI TA' L-AJRU", "6041.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru W374 dwar ix-xiri ta' biljetti ta' l-ajru mid- Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopji tal-kwotazzjonijiet li d-dipartiment ġabar matul l-1996 biex seta' jiddetermina ma' liema aġenzija ta' l-ivvjaġġar jipprenota l- exchanges taż-żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENT", "6042.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru W382, jista' l-Ministru jgħid jekk il-\"le\" li biha wieġeb il-mistoqsija tfissirx: a) li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament huwiex se jinħatar bħala konsulent fil-Ministeru jew; b) li l- Ministru għadu m'hux f'pożizzjoni li jgħid jekk din il-persuna hijiex se tinħatar konsulent jew le?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: (a) Le.", "(b) Le.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - SITI", "6043.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4462, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li, skond il-Ministru, qed jagħmel is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti biex is-siti kollha li jintużaw mid-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu jintużaw bl-aħjar mezz u bl-akbar effiċjenza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-konsiderazzjoni in kwestjoni għadha ma ġietx iffinalizzata.", "Malli din tiġi konkluża, ma nsib l-ebda diffikulta' li ninforma l-Kamra dwar dan.", "SEGRETARJU TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - RAPPREŻENTANT MILL-BJELORUSSJA", "6044.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4463, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali mit- Taqsima Sport li attendew għal-laqgħa li s-Segretarju għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti kellu ma' rappreżentant mill-Bjelorussja f'Marzu li għadda?", "Jista' jgħid ukoll x'għamel id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport bħala segwitu għal dik il-laqgħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-uffiċjali mit-Taqsima Sport li attendew għall- laqgħa msemmija huma s-Sur Tony Ghio, Kap tat-Taqsima Sport u s-Sinjorina Rose Moran, Liaison Officer fis-Segretarjat Parlamentari.", "Wara l-bdil ta' idejat li saru waqt il-laqgħa li saret f'Marzu sar draft ta' suġġetti li fuqhom jista' jsir ftehim ta' exchanges fl-isport.", "ŻGĦAŻAGĦ - ĊELEBRAZZJONIJIET", "6045.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li għamel il-Gvern biex jiċċelebra l-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ fil-21 ta' Marzu li għadda?", "Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri għal kull attivita' separatament?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "RABAT - DISCO KONTRA R-RAZZIŻMU/INTOLLERANZA", "6046.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4470, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod tanġibbli d- disco li sar fir-Rabat kien \"marbut mat-tema kontra r-razziżmu u l- intolleranza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VAT", "6149.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5959 li oriġinarjament saret lill-Prim MInistru u li issa ġiet riferuta lilek, u b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W643 u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid jekk bniedem li żżewweġ qabel ma mar kors barra minn Malta u sadanittant xtara l-ewwel dar tiegħu f'Malta u qed ilestiha u jħallas il-VAT fuq ix-xogħol li jsir fiha, kif se jintlaqat bit-tibdil li se jsir fil-liġi?", "F'każ li wieħed ikun għadu ma ppreżentax id-dokumenti lid-dpartiment għax informawh li jrid ikun ilu sena u nofs joqgħod Malta qabel ma jaċċettawlu l- karti għall-proċeduri biex jieħu l-VAT lura, x'inhi l-pożizzjoni u xi jrid isir?", "Fejn jista' japplika biex jieħu r-refund?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Skond il-klawsola 3 (1) (b) tal-Iskema, persuna trid tkun għexet f'Malta għal 18-il xahar matul l-aħħar 24 xahar qabel l- applikazzjoni.", "Jekk din il-kondizzjoni ma tkunx sodisfatta, il-persuna ma tistax tapplika u tibbenefika mill-iskema.", "Jekk iva, tista' tapplika fid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "PBS - KUMPANNIJA TA' SIGURTA'", "6156.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-kumpannija ta' sigurta' li hija ingaġġata mill- PBS Limited għal sorveljanza?", "Min huma d-diretturi u l-azzjonisti tas- soċjeta' hekk imqabbda?", "Meta ġiet imqabbda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-kumpannija hi Sterling Security Co Ltd.", "Id-diretturi u azzjonisti ta' din il-kumpannija huma s-Sur Neville Fenech u s-Sur Carmelo Attard.", "Il-kuntratt ġie fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1997 wara li ħarġet sejħa għat-tenders.", "Ġejt informat ukoll li l-kuntratt ta' qabel kien ingħata lil kumpannija oħra bla ebda sejħa għal quotations jew tenders.", "RAĦAL ĠDID - IPOĠEW", "6163.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk dak li ġie rrapportat li qal l- Aġent Direttur ta' l-Informazzjoni lill-Gazzetta l-\"Alternattiva\" (ħarġa tad-29/5/97 - 12/6/97) ġiex rapportat eżatt f'artiklu taħt ir-ras \"X'qed jiġri fl-Ipoġew\"?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk l-Aġent Direttur ta' l-Informazzjoni kkonsultax ruħu ma' l-Awtoritajiet tal-Mużew qabel ma ta tagħrif dwar l- Ipoġew ta' Raħal Ġdid?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm biss impreċiżjoni waħda fir-rapport fuq l-Ipoġew fil-ħarġa tal-Gazzetta 'l- Alternattiva' tad-29.05.97 - 12.06.97.", "Din kienet li l-problemi strutturali msemmija fl-istess artiklu 'għadhom ma ġewx solvuti'.", "Fil-fatt kif jirriżulta mill-istess artiklu instabet soluzzjoni għal kull waħda mill- problemi msemmija.", "L-informazzjoni maħruġa mill-Aġent Direttur ta' l-Informazzjoni kienet provduta mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6164.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti \"analysis by occupation of unemployed persons registered under Part 1 of the Register of Applicants for Employment għax- xhur Diċembru, 1996 - Marzu, 1997 kif diġa' ta lil din il-Kamra għax-xahar ta' Novembru, 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6164 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "\"L-ORIZZONT\" - ARTIKLU \"BINI STORIKU MITLUQ\"", "6165.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex lest li jilqa' s- suġġerimenti li saru f'artiklu \"BINI STORIKU MITLUQ\" li deher fil-ħarġa ta' l-\"orizzont\" ta' l-20 ta' Mejju, 1997 - paġna 10?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni ilu żmien iwettaq xogħol ta' restawr fuq Bini Pubbliċi, monumenti u fortifikazzjonijiet.", "L-idea illi propjeta governattiva tiġi mgħoddija lill-kunsill lokali hija tajba, biss il-Gvern mhux f'pożizzjoni illi jwettaq xogħol ta' restawr fuq il-proprjeta' kollha tiegħu.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - SAFAR FUQ DELEGAZZJONIJIET", "6166.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5157, jista' l-Ministru jgħid x'ġie diskuss fil-laqgħat li attenda għalihom id-direttur tad- Dipartiment tal-Ħarsien Soċjali fi Strasbourg dwar is-Social Charter?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Peress li d-Direttur tas-Sigurta' Soċjali preżentament qiegħed barra minn Malta fuq xogħol, l-Onor.", "Interpellant jingħata risposta f'xi seduta oħra.", "NASSABA/KAĊĊATURI - LIĊENZJA", "6185.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li min qed jagħmel l-eżami għal-liċenzja ta' nassab u/jew kaċċatur ma jsaqsix lill-kandidati domandi li m'humiex riflessi skond l-Avviz Legali ta' din is-sena u jsiru domandi bħal kemm għandha tkun twila x-xibka meta dan mhux iktar neċessarju taħt il-liġi l-ġdida u min fuq iwaħħlu lill- kandidati għax ma jwieġbux dak li llum mhuwiex iktar sanzjonat b'liġi?", "Il-Ministru jara li jekk hu l-każ dan għandu jiġi mistħarreġ biex jinqatgħu darba għal dejjem abbużi minn min jista' jkollu xi interess li jagħmel dawn l-iżbalji intenzjonati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nista' nassigura lill-Onor.", "Membru li d-domanda li rrifera għaliha qatt ma ġiet mistoqsija, lanqas meta l-qies tax-xbiek kien inkluż fir-regolamenti.", "Dan għaliex hemm domandi ferm aktar importanti x'wieħed jista' jistaqsi, bħal, per eżempju, meta jiftħu d-diversi staġuni, jew meta jkun staġun magħluq għall-kaċċa u l-insib.", "Barra minn hekk jiġu mistoqsija wkoll domandi oħra rigward l-identifikazzjoni ta' l-għasafar.", "L-applikanti ġodda kollha għal-liċenzja tal-kaċċa u l-insib jintbagħatilhom fuljett li juri l-għasafar li jistgħu jiġu kkaċċjati u impinġija bil- kuluri, kif ukoll ir-regolamenti preżenti (Kopja tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta).", "Id-domandi li jiġu magħmula huma kollha fuq dan il-materjal li kif jaf l-Onor.", "Membru, ma jinkludux daqs ta' xbieki.", "SPTAR SAN LUQA - BANK TAD-DEMM", "6186.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid hux veru li d- demm donat mill-pubbliku fil-Bank tad-Demm u wkoll fiċ-Ċentru fl-Isptar San Luqa, jinbiegħu lill-isptarijiet privati meta dawn jagħmlu d-domanda għalih?", "Jekk verament jinbiegħ il-Ministru jara li għandu ikun hemm skema ta' ħlas relattiv għad-donaturi ta' dan id-demm għax jekk ma ssirx allura hija ċara li ikun qed isir qliegħ a skapitu ta' nies li l-intenzjoni tagħhom żgur ma kenitx oriġinarjament li ssir negozju bid-demm li jingħata?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Skond il-kodiċi tal-etika tas-Soċjeta Internazzjonali tat-Trasfużżjoni tad-Demm, ma jistax isir l-ebda negozju bid-demm.", "Għalhekk la jista jinbiegħ u lanqas ma jistgħu d-donaturi jiġu mħallsa.", "Dawn il-kodiċi dejjem ġew segwiti hawn Malta mis-Servizz Nazzjonali tat- Trasfużjoni tad-Demm.", "KUMMISSJONI GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "6187.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Il-Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ilment tiegħu dwar inġustizzja ġie ġustifikat mill-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji proprju f'Mejju ta' din is-sena, jingħata mill-aktar fis r-rimedju issa mistħoqq?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hija prattika stabilita li, meta l-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji tissottometti rapport lill-Prim Ministru fejn tkun qed issir rakkomandazzjoni pożittiva, qabel inkun f'pożizzjoni li ngħid jekk id-deċiżjoni tal-kummissjoni għandhiex tiġi aċċettata jew le, parti minn dan ir-rapport l-ewwel jintbagħat lid-dipartiment jew lill- organizzazzjoni konċernata għall-kummenti u sabiex jiġu stabbiliti l- implikazzjonijiet ta' dik ir-rakkomandazzjoni.", "F'dan il-każ partikolari, ir-rapport tal-Kummissjoni wasal l-Uffiċċju tal- Prim Ministru fit-13 ta' Mejju, 1997 u bħalissa qed jitwettaq il-proċess msemmi fl-ewwel paragrafu ta' din it-tweġiba.", "STQARRIJA DOI 829", "6192.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-istqarrija tad-DOI 829 fuq rapport dwar l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew magħżula l- membri?", "Jikkonsidra li l-Kumitat kellu jinkludi lid-Direttur, lis- Supritendent u lis-Senior Principal ta' l-istess sptar fost l-oħrajn?", "Kemm- il darba ltaqa' il-Kumitat u ma' min?", "Meta mistenni jikkonkludi ir- rapport?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kumitat imsemmi huwa magħmul minn nies kompetenti fl-oqsma ta' l-amministrazzjoni u tmexxija u f'dawk tas-servizzi medici u ta' l-infermiera.", "Il-kumitat irid jagħti ħarsa oġġettiva lejn it-tmexxija u l- organizzazzjoni ta' l-Isptar t'Għawdex u għalhekk m'hemmx membri fuqu li huma involuti direttament fit-tmexxija ta' l-istess sptar.", "Il-kumitat beda jiltaqa' fis-16 ta' Mejju, 1997 u sal-lum ltaqa' tmien darbiet.", "Huwa mistenni jissottometti r-rapport tieghu fi zmien xahrejn mill- ħatra tiegħu.", "S'issa l-kumitat iltaqa' ma' uffiċjali ta' l-Isptar fosthom il-Consultant Advisor, il-Principal Anzjan, il-Manager għas-Servizzi u ta' l-Infermiera, ma' diversi konsulenti u speċjalisti, mad-Departmental Nursing Managers, ma' Nursing Officers responsabbli mid-diversi taqsimiet ta' l-isptar, ma' uffiċjali nkarigati mit-Taqsima tal-Manutenzjoni, mit-Taqsima ta' l-X-Rays, mit-Trasport, mill-kċina, mill-istores, mill-farmaċija, mill-Klinika Dentali, mit-Taqsimiet tat-Terapija, milll-Poliklinika, mil-Laboratorju, ma' rappreżentanza tat-tobba li jaħdmu l-isptar, mal-General Workers' Union u mal-Malta Union of Midwives and Nurses.", "SAĦĦA - UFFIĊJALI LI JAGĦMLU XOGĦOL BARRANI", "6193.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm impjegati ġewwa d-dipartiment li għandhom permess uffiċjali li jaħdmu xogħol barrani?", "Liema grad jokkupaw preżentement?", "Jista' l- Ministru jipprovdi breakdown ta' xogħol differenti li għandhom permess jagħmlu barra x-xogħol mal-Gvern?", "Fejn huma posted fis-servizz?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - CASUAL WARD CLERKS", "6194.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema postijiet kienu ġew posted temporanjament il-Casual Ward Clerks fl- 1 ta' Mejju, 1997?", "Issa li nħatru l-Ward Clerks ġodda, jista' l-Ministru jipprovdi breakdown ta' fejn ġew posted?", "Se jkun hemm postijiet li mhumiex sejrin ikunu covered?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fit-3 ta' Ġunju, 1997 ġew appuntati 118 Ward Clerical Assistants li ġew ippustjati kif jidher hawn taħt:", "|Sptar San Luqa |72 | |Sptar Monte Carmeli |11 | |Sptar Boffa |9 | |Residenza San Vincenz de |16 | |Paule | | |Dipartiment tal-Kura |1 | |Primarja | | |Dipartiment tas-Sahha |7 | |Pubblika | | |Medical Stores |2 | |Total |118 |", "Id-Dipartiment tas-Saħħa qed jieħu passi biex jiġu appuntati 14 Ward Clerical Assistants oħra flok dawk l-14 li rrifjutaw il-ħatra mal-Gvern.", "B'hekk in-numru totali ta' Ward Clerical Assistants mal-Ministeru tiegħi jkun 132.", "Hemm ukoll 12-il Ward Clerical Assistant li kienu mpjegati fuq bażi każwali u ma ġewx appuntati fuq bażi permanenti.", "Dawn inżammu fl-impjieg tagħhom fuq bażi każwali.", "SPTAR SAN LUQA - NIGHT SHIFTS", "6195.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-ħaddiema li joħorġu minn night shift qegħdin jitħallew jidħlu overtime l-għada stess u mhux waqt l-off tagħhom?", "Għaliex tul dan l- overtime l-ħaddiema mhux jieħdu break imma jitħallsu tal-ħin kollu?", "Jidhirlu l-Ministru li din is-sistema tpoġġi l-ħaddiema taħt stress kif fil- fatt qed jiġru ġewwa l-Medical Records ta' SLH?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninformak li l-ħaddiema ta' l-Medical Records li daħlu overtime wara night shift għamlu dan minħabba l-fatt li kien hawn back log kbir ta' xogħol.", "L-overtime hu offrut lil kulħadd mingħajr ebda diskriminazzjoni u ma kien hemm l-ebda ilment mill-ebda impjegat rigward xi stress.", "Il-ħaddiema jieħdu break u ta' dan ma jitħallsux, iżda fejn il-break ma ttiħiedx dawn tħallsu tiegħu.", "SPTAR SAN LUQA - MEDICAL RECORDS", "6196.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ħaddiema tal-gradi differenti li ħadu overtime ġewwa l- Medical Records ta' St. Luke's Hospital?", "Jista' l-Ministru jipprovdi breakdown ġurnata b'ġurnata tul April u Mejju ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-ispiża totali li tħallset bħala overtime tul Mejju u April 1997 ġewwa l- Medical Records?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħaddiema tal-gradi differenti li ħadmu overtime ġewwa l-Medical Records tul April u Mejju 1997 huma:", "GRADE HADDIEMA Clerk 1 EN 1 Seamstress 1 H/Orderly 1 Timekeeper 2 H/Assistant 26", "Lista ta' gradi u ħaddiema globali bil-ħinijiet ġurnata b'ġurnata tul dawn ix-xhur tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta iżda rapport iddettaljat ta' kemm kienet l-ispiża totali u min kienu l- persuni qegħdin jinġabru mis-Salary Section.", "Kien ikun aktar ta' sodisfazzjon li kieku l-Interpellant talab breakdown ta' l-overtime u ta' TIL li kien isir fil-Medical Records ftit xhur ilu, b'hekk jiġi evalwat sewwa kemm kien isir xogħol qabel max-xogħol li qed isir issa.", "DR. DIMITRIJ TABACOV - SERVIZZI", "6197.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk id-dipartiment huwiex sejjer jibqa' jagħmel użu mis-servizzi ta' neurokirurgu Dr Dimitrij Tabacov għal din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-kuntratt ta' Dr Dimitrij Tabakov, Neurokirurgu jintemm fil-31 t'Awissu, 1997.", "Id-dipartiment diġa' għandu żewġ neurokirurgi oħra skond il-manpower plan preżenti.", "BINI - REGOLAMENTI ĠODDA", "6206.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jindika meta hu maħsub li jiġu ppubblikati r-regolamenti ta' bini ġdid?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li bil-mistoqsija tiegħu l-Onor.", "Membru ried jirriferi għar-regolamenti ġodda tal-bini u mhux ir-regolamenti ta' bini ġdid.", "Jekk hu hekk, ġejt informat li d-draft ta' l-enabling act qiegħed bħalissa għand l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika sabiex ikun finalizzat.", "Hu ppjanat li l-enabling act tkun ippubblikata sa l-aħħar ta' din is-sena u r-regolamenti jibdew deħlin fis-seħħ fi stadji diversi matul is-sena d- dieħla, sabiex jingħata żmien adegwat biex kemm il-periti, kif ukoll il- kuntratturi jiġu aġġornati fuqhom.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - MEMBRI", "6207.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5459 ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5226 nixtieq ninforma lill-Ministru li t-talba tiegħi tirriferi għar-rapporti kollha relattivi u relevanti għall-evalwazzjoni fuq ix-xogħol u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għamel sa Jannar 1997 u r-rakkomandazzjonijiet kollha relattivi u relevanti li l-bord il-ġdid għamel fuq kif l-istess kunsill għandu jaħdem għas-snin li ġejjin, liema evalwazzjoni u rakkomodazzjonijiet il-kunsill talab jagħmel fl-ewwel xahar tal-ħidma tiegħu xi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru ta' l- Edukazzjoni f'Jannar 1997.", "Għaldaqstant, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha relattivi u relevanti għal din l- evalwazzjoni msemmija hawn fuq u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦABS ĊIVILI - ĦLAS TA' KONTIJIET", "6208.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5355 ċioe'jista' jgħid kemm sa l-aħħar ta' April ġew committed u tħallsu kontijiet mill-vot kapitali u mill-vot rikorrenti tal-ħabs ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5355 fis-Seduta Numru 64 fit-12 ta' Mejju, 1997.", "ARTISTI ŻGĦAŻAGĦ TA' L-EWROPA", "6209.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5294 ċioe' jgħid jekk il-ministeru jew xi dipartiment li jaqa' taħt l-istess ministeru tax għajnuna finanzjarja lill- artisti żgħażagħ Maltin sabiex jipparteċipaw fil-Biennale ta' l-Artisti Żgħażagħ ta' l-Ewropa u tal-Mediterran li qed issir bħalissa f'Turin, fl- Italja?", "Jekk fl-affermattiv, min kienu l-artisti li ġew megħjuna u kemm kienet din l-għajnuna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5294 f'Seduta Nru. 76.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - ATTIVITAJIET", "6210.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5237 ċioe' jgħid x'inhu l-programm ta' attivitajiet u l-pjan ta' ħidma li għandu l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għal din is- sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - IMPJEGATI", "6211.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5236 b'riferenza għall-persuni mpjegati mill-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija (fulltime u part-time) minn Jannar 1997 'il hawn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6214.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6025 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' bħala l-Ministru responsabbli mill-kordinazzjoni fuq il-proġett ta' Buġibba u l-Qawra tista' tgħid jekk awtorizzajtx lil xi awtorita' oħra kkonċernata mill-kumitat ta' azzjoni, li jiġbor il-flus għal street dressing?", "Jekk iva, minn hu awtorizzat li jiġbor il-flus u għalfejn se jkun użat dak li se jinxtara b'dawk il-flus miġbura?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Din kienet inizjattiva tal-Kumitat ta' Azzjoni ta' Buġibba.", "Kopja ta' ċirkolari li ntbagħtet mill-kumitat ta' Azzjoni dwar Sponsorship Campaign li fiha t-tagħrif kollu mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "6215.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' issa l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 4987?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĠNEJNA - LATRINI", "6222.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li fil-Bajja tal-Ġnejna jkun hemm faċilitajiet ta' toilets ladarba s'issa din il-bajja m'għandhiex dawn il-faċilitajiet?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lil-Ministru konċernat.", "ENEMALTA - TAQSIMA TAL-PETROLEUM", "6223.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament u li l-ilment tiegħu ġie ġġustifikat mill- Ombudsman, jingħata dak li ħaqqu issa mill-istess Korporazzjoni Enemalta?", "Kopja tar-rakkomandazzjoni qed tintbagħat separatament.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-Taqsima tal-Petroleum tal-Korporazzjoni Enemalta ħadet il-passi biex id-deċiżjoni ta' l-Ombudsman tiġi esegwita.", "PBS - KAŻ TA' PERSUNA", "6224.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jidhirlu l- Prim Ministru li l-każ tal-persuna li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament li ngħata raġun mill-istess Ombudsman għall-inġustizzja li sofra fil-PBS bħala promozzjoni jingħata r-rimedju mill-aktar fis peress li issa l-PBS qegħdin idumu biex idaħħlu l-ftehim kollettiv ġdid li m'għandux x'jaqsam mal-każ ta' dik il-persuna?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ma jistax jingħad li l- konklużjonijiet ta' l-Ombudsman kienu favorevoli għall-persuna li għaliha tirriferixxi l-mistoqsija.", "Filwaqt li l-management il-ġdid tal-Public Broadcasting Services Ltd iżomm preżenti kif imiss il-claim ta' l-imsemmija persuna, il-kuntest xieraq għall-konsiderazzjoni sħiħa tiegħu huwa dak tat-tfassil pendenti ta' Ftehim Kollettiv ġdid.", "ETC - STUDJU STRATEĠIKU", "6237.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4726 u t-tweġiba mogħtija fit-12 ta' Mejju, 1997, jista' l-Ministru issa jgħid, issa li għadda l-aħħar ta' Mejju, jekk ingħatax ir-rapport dwar id-Dipartiment tax- Xogħol li kien semma' fis-16 ta' Diċembru, 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rapport imsemmi se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra malli jkun lest.", "ŻWEĠIJIET ĊIVILI", "6250.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żweġijiet ċivili bejn Maltin u barranin mis-sena li għaddiet 'il hawn?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' żweġijiet Ċivili bejn Maltin u barranin mis-sena li għaddiet sal- 31 ta' Mejju, 1997 kien ta' 256.", "SEPARAZZJONIJIET - KAWŻI ĠODDA", "6251.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda għal separazzjoni mill-ewwel tas-sena sal-lum?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: In-numru ta' separazzjonijiet li daħlu fil-1997 huwa ta' 57.", "SKEJJEL: GĦAWDEX - TECHNOLOGY A U B", "6252.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'Għawdex li qed jistudjaw Technology A u B f'din is-sena skolastika?", "Kemm kien is- sena l-oħra u kemm huwa maħsub li jkun hemm is-sena d-dieħla?", "Kif jikkomparaw dawn il-figuri, per capita, ma' Malta?", "Jekk hemm xi diskrepanza kbira għaliex jattribwiha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - SKOLA SAJF", "6253.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena, Skola Sajf hijiex se ssir ukoll f'Għawdex?", "Jekk iva, kemm hu maħsub li jkun hemm tfal f'dan il-programm f'kull raħal?", "Għaliex it-tfal intalbu jħallsu fee ta' Lm5?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li Skola Sajf din is-sena wkoll se ssir Għawdex.", "Barra fl-iskejjel primarji kollha, Skola Sajf se ssir ukoll fil-Munxar u Marsalforn.", "In-numru ta' tfal f'kull ċentru jiġi stabbilit proporzjalment skond il- popolazzjoni ta' kull skola.", "Kull skola/ċentru tieħu madwar 50% tat-tfal tar-raba', ħames u sitt klassi li jkun hemm f'dak il-belt/raħal.", "Il-ħlas ta' Lm5,00 li jintalab minn kull tifel/tifla jmur biex jitħallsu l-ispejjeż ta' materjal li jintuża fil-Craft, Edukazzjoni Fiżika, Arti u attivitajiet oħra.", "L-Onor.", "Interpellant messha taf li l-ħlas ta' Lm5 kien jintalab ukoll mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista li hija kienet tifforma parti minnha.", "SKEJJEL - KINDERGARTEN ASSISTANTS", "6254.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma setgħetx tintlaqa' t-talba ta' l-Instructors u Instructresses Għawdxin biex il-kors li qed jagħmlu f'Malta jsir f'Għawdex?", "B'riferenza għall-kors tal- Kindergarten Assistants, għaliex dan ma setgħex isir Għawdex għall- Kindergarten Assistants Għawdxin?", "Kemm hemm instructors/instructresses Għawdxin u Kindergarten Assistants Għawdxin separatament li qed jattendu dawn il-korsijiet f'Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - GĦAWDEX", "6255.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'Għawdex f'manutenzjoni ta' l-iskejjel Għawdxin din is-sena?", "F'liema skejjel sar jew se jsir dan ix-xogħol?", "Dan ix-xogħol se jsir mill-kuntratturi jew minn nies tal-Gvern?", "Hemm xi proġetti ta' bini ta' skejjel ġodda jew estensjonijiet ta' xi skejjel għal din is-sena kurrenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "6259.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija fuq ix-xogħol waqt il-qadi ta' dmirijiethom mis-sena l-oħra sal-lum?", "Kemm minn dawn il-każijiet kienu kawża ta' atti ta' vjolenza mwettqa fuq membri tal-korp minn persuni oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi mis-sena l-oħra sal-5 ta' Gunju, 1997, weġgħu 87 membru tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "17 minnhom kienu kawża ta' vjolenza minn persuni oħra.", "PULIZIJA - VETTURI LIĊENZJATI", "6260.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn karozzi privati liċenzjati llum?", "Kemm hawn vejikoli kummerċjali liċenzjati llum?", "Kemm huwa stmat illi hawn karozzi fit-triq il-lum illi m'għandhomx il-liċenzja tal-vettura mħallsa kif suppost?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "6261.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni taħt is-16-il sena li ttellgħu il-Qorti mill-pulizija minn Jannar, 1996 'il hawn?", "Jista' jekk jogħġbu jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom u għaliex ġew imtellgħin il- Qorti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - PERSUNI B'CONTROL CARD", "6262.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f'Malta w Għawdex li għandhom control card għal mediċini narkotiċi u psikotropiċi llum?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il riċetta għal dawn il- mediċini nħarġu mit-tobba fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: 21,326 control cards ġew maħruġa matul is-sena li għalqet fil-31 ta` Diċembru, 1996.", "Minn dawn 19,807 nħarġu lir-residenti f`Malta waqt li 1,519 il-card nħarġu lill-residenti Għawdxin.", "L-informazzjoni dwar ir-riċetti għadhom qed jinġabru u l-informazzjoni tingħata f`xi seduta oħra.", "QRATI - ADVISORY COMMITTEE", "6267.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-ħidma ta' l-Advisory Committee għall-Qrati Maltin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-terms of reference ta' dan l-Advisory Committee huwa kif ġej:-", "1.", "Jiddentifika dawk l-artikli tal-liġi tal-Proċedura Ċivili li qegħdin joħolqu problemi fl-implimentazzjoni tagħhom.", "2.", "Jissuġġerixxi miżuri kemm leġislattivi kif ukoll amministrattivi biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, b'mod partikolari li l- ġustizzja ssir fi żmien raġjonevoli.", "3.", "Jorganizza aħjar l-istitut tal-Master.", "4.", "Jiddentifika dawk il-miżuri amministrattivi li jridu jittieħdu u jiġu implimentati biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni ċivili tal-Qorti.", "5.", "Jissuġġerixxi emendi għar-Rules of Courts eżistenti.", "6.", "Jissuġġerixxi emendi jekk jinħass il-bżonn għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili bil-għan il-proċeduri jitħaffu aktar.", "Għandha ssir ukoll analisi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja b'mod maħsub u gradat biex ikun jista' jitfassal pjan għat-titjib fil-Qrati tagħna.", "Kull suġġeriment ikun irid jinkludi wkoll pjan ta implimentazzjoni.", "Il-kworum tal-laqgħat ta' dan il-kumitat ikun ta' sitta, biex b'hekk ikun aktar flessibbli u jiffunzjona aħjar, u huwa mistenni li jagħmel rapport ta' l-anqas darba kull sitt xhur.", "Dan ir-rapport jiġi mgħoddi lill- President tal-Qorti u lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "P.A. - PERMESS PA 3430/93", "6272.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex filwaqt li l-permess PA 3430/93 ġie approvat mill- Heritage Advisory Committee u b'hekk seta' isir it-tibdil fil-faċċati tad- dar, il-permess bid-data 8/6/89 ħareġ emendat, jiġifieri bil-kondizzjoni li s-sid ma setgħex ibiddel il-faċċata tad-dar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "RABAT - TRIQ ALESSANDRO CURMY - PLOT NO.", "51A", "6273.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġewx ippreżentati fil-Joint Office il-pjanti tal-Plot No. 51A, Triq Alessandro Curmy, Tal-Virtu', Rabat għall- approvazzjoni mill-istess uffiċċju l-klawsoli tal-kuntratt ta' l-enfitewsi, billi fuq l-imsemmija plot qed jinbena bini li mhux konformi ma'l-area ta' Tal-Virtu' u lanqas skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li Plot 51 ġiet akkwistata mill-emfitewta preżenti fl-1967.", "Permezz ta' kuntratt li sar fl- 1987 l-emfitewta għaddiet nofs din il-plot lil ħuha.", "Billi t-trasferimenti saru ħafna qabel Frar 1993, jiġifieri d-data minn meta beda jseħħ l-Att ta' l-1992 dwar it-trasferiment tal-proprjeta' lill- Gvern, l-approvazzjoni tal-pjanta kellha ssir mill-Enti Ekklesjastika.", "Rigward il-punti l-oħra li l-Onor.", "Membru semmiet, l-Uffiċċju Konġunt beħsiebu jsegwi l-każ biex jara li l-kondizzjonijiet tal-kuntratt jiġu esegwiti mill-emfitewta.", "CATAMARAN VICTORIA EXPRESS", "6274.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Billi b'riferenza għall-istqarrija tal-MIMCOL jirriżulta li ġew eżaminati proposti varji biex jitħaddem il-Catamaran Victoria Express bejn Malta w Għawdex, kif ukoll ġew ikkonsidrati xi offerti minn operaturi privati; u billi skond l-istess stqarrija nstab li l- options ma kenux vijabbli mingħajr sussidju sostanzjali mill-Gvern, jista' l-Ministru jelabora iktar (jew ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra) l-options li ġew eżaminati kif ukoll min kienu l-operaturi privati u d-diskussjonijiet li saru magħhom biex joperaw is-servizz tal-catamaran bejn Malta w Għawdex?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx talba formali lill-Gvern għas-sussidju meħtieġ u fl-affermattiv, x'kienet it-tweġiba tal-Gvern?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 6274 hija s- segwenti:-", "Il-MIMCOL flimkien mal-Gozo Channel ikkonsidraw l-operazzjoni tal- Catamaran bejn Malta u Għawdex fuq bażi ta` joint venture bejn il-Gozo Channel u Virtu Ferries Co Ltd.", "Saru kalkoli fuq dawn il-premessi:-", "1.", "Isiru medja ta` ħames return trips bejn Malta u Ghawdex kulljum matul is-sena.", "2.", "Jinżammu l-istess tariffi tal-vapur.", "3.", "Isir trip wieħed fil-għodu bejn Sa Maison u lura u trip ieħor fil- għaxija fuq l-istess rotta.", "It-trips l-oħra jsiru bejn l-Imġarr u ċ- Ċirkewwa.", "4.", "Ma jiġux impjegati aktar nies biex joperaw is-servizz.", "5.", "Jimtlew medja ta` 75% tas-seats tal-Catamaran.", "Biex il-Catamaran ma jagħmilx telf taħt dawn il-kondizzjonijiet ried jingħata sussidju ta` Lm102,000 mill-Gvern f`forma ta` eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fuel.", "Ir-raguni hija li l-Catamaran huwa ineffiċjenti fejn għandu x`jaqsam il-konsum tal-fuel.", "Saret offerta minn kumpannija zgħira Taljana Tropeamar biex tikri l- Catamaran għax-xhur tas-sajf.", "Operaturi oħrajn għamlu enquiries fuq l- operazzjoni tal-Catamaran għal ftit ġimgħat fis-sajf iżda ma għamlu l-ebda offerta konkreta.", "L-aħjar offerta kienet tal-Virtu Ferries Co Ltd li offriet li tikri l- Catamaran għal sena sħiħa bil-possibbilta' li tiġġedded fit-tmiem tal- kuntratt.", "Il-kiri tal-Catamaran lil din il-kumpannija privata ġie approvat mid- diretturi tal-Gozo Channel f`laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tat-12 ta` Mejju, 1997.", "SPTAR ĠENERALI - ĊENTRU TAD-DONAZZJONI TAD-DEMM", "6275.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta nfetaħ iċ- Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u kemm hu n- numru ta' donaturi li marru jagħtu d-demm mill-ftuħ tiegħu sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-donazzjoni hijiex tlaħħaq mad-domanda ta' l-Isptar ta' Għawdex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iċ-Ċentru tad-Donazzjoni tad-Demm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex infetaħ fis-17 ta' Frar, 1996.", "Minn dak iż-żmien sas-6 ta' Ġunju, 1997 1340 donaturi marru jagħtu d- demm.", "Fl-istess perijodu nħarġu 1067 units tad-demm għall-pazjenti.", "Din l- aħħar figura ma tinkludix demm li ġie cross-matched fl-Isptar San Luqa u mibgħuta lill-pazjenti tal-Isptar ta' Għawdex miċ-Ċentru Nazzjonali tat- Trasfużjoni tad-Demm.", "KUMITAT TA' AZZJONI GĦAL GĦAWDEX", "6276.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid meta twaqqaf l-Action Committee for Gozo?", "Min huma l-membri tiegħu u l-kategoriji li jirrappreżentawh?", "Kemm-il darba ltaqa' l-Action Committee for Gozo?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Kumitat ta' Azzjoni għal Għawdex twaqqaf fit-28 ta' Frar, 1997.", "Fih rappreżentanża tal-Ministeru tat-Turiżmu, tas- Segretarjat Parlamentari għal Għawdex, tal-kunsilli lokali u tas-settur kummerċjali.", "Għalkemm l-Action Committees li twaqqfu dan l-aħħar jżommu xi laqgħat formali bħal kumitati l-oħra, u fil-fatt saru diversi laqgħat mill- Gozo Action Committee, l-għan tagħhom huwa li jwettqu azzjoni u jaraw li s- xogħol ippjanat jitwettaq minn min għandu jwettqu u fiż-żmien stipulat.", "Minn żmien għal żmien il-kumitat jikkooptja persuni li jinħass li għandhom kontribut x'joffru f'oqsam partikulari.", "SPTAR ĠENERALI - XOGĦLIJIET", "6277.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta nbdew ix- xogħlijiet fid-Dipartimenti tal-Casualty u ta' l-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u meta hu mistenni li dawn ix-xogħlijiet jintemmu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "6278.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' single parents li qegħdin jitolbu post/dar alternattiva?", "Kemm kien in-numru ta' single parents li applikaw għal xi flat/maisonette eċċ, fid-diversi applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Fid-diversi ħarġiet imsemmija f'para.", "2 kemm kienu dawk li akkwistaw dar ta' akkomodazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Hemm 81 applikazzjoni pendenti minn single parents mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal akkomodazzjoni.", "Tul l-aħħar ħames snin l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 454 applikazzjoni minn single parents.", "50 minnhom ibbenefikaw.", "REVENUE SECURITY CORPS - SULDATI", "6279.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati fir-Revenue Security Corps?", "Kif inhuma stazzjonati dawn is-suldati u x'remunerazzjoni għandhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fir-Revenue Security Corps hemm 164 membru li minnhom żewġ huma uffiċjali.", "Dawn huma mqassmin kif ġej:", "|Headquarters RSC |11 | |Sigurta mal-Banek (Malta u|96 | |Ghawdex) | | |Taqsima ta' |9 | |Investigazzjoni | | |Taqsima ta' Skorta ma flus|8 | |Xoghol bix-shift |37* | |Hal Far bil-gurnata |1 | |Banderoles Board |2 | |Total |164 |", "* Shift fuq bażi ta' Day, Night, Rest, Off.", "Bħala remunerazzjoni l-membri tal-Revenue Security Corps jitħallsu l-istess bas-suldati f'Taqsimiet oħra ta' l-Armata u skond il-gradi rispettivi.", "Din tinkludi wkoll il-ħlas ta' Lm10 allowance li tingħata kull xahar lill- membri tal-Forżi Armati ta' Malta, il-paga doppja lil min jaħdem il-Ħadd u trade allowance għal dawk li għandhom il-kwalitajiet meħtieġa.", "Is-sahra, partikolarment għal dawk li jaħdmu mal-Banek, titħallas bir-rata ta' siegħa u nofs għal kull siegħa.", "TARZNA TA' MALTA", "6280.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bl-ammont ta' xogħol fit-Tarzna f'dawn l-aħħar xhur?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, m'iniex.", "FORZI ARMATI - ROADBLOCK", "6281.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti rendikont ta' liema sezzjonijiet tal-Forzi Armati jagħmlu roadblocks; in-numru ta' roadblocks li saru minn kull entita' separata tal-Forzi Armati f'Malta u Għawdex matul l-1996; in-numru ta' każijiet pożittivi ta' droga li nqabdet waqt roadblocks minn kull entita' separata; it-total ta' nies arrestati fuq droga minn kull entita' separata mill-Forzi Armati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li Forzi Armati għandhom tliet taqsimiet li, fost xogħlijiet oħra, huma responsabbli li jwettqu road blocks f'Malta u f'Għawdex.", "Dettalji dwar ir-road blocks li twettqu matul l-1996 huma murija hawn taħt:", "a. Numru ta Road Blocks", "'B' Company, 1st Regiment - 686 'C' Company, 1st Regiment - 116 Air Defence Battery, 2nd Regiment (Għawdex biss) - 133", "b. Sejbiet konnessi mad-droga", "'B' Company, 1st Regiment - 5 'C' Company, 1st Regiment - 17 Air Defence Battery, 2nd Regiment - -", "c. Persuni Arrestati", "L-għadd ta' persuni li nżammu mis-suldati u ġew riferuti lill-Pulizija għal investigazzjonijiet kien:", "'B' Company, 1st Regiment - 7 'C' Company, 1st Regiment - 45 Air Defence Battery, 2nd Regiment - -", "Ta' min jinnota li l-figuri mogħtija dwar sejbiet konnessi mad-droga mhux bilfors jissejħu każijiet pożittivi ta' droga.", "Dan jiddependi mill- investigazzjonijiet tal-Pulizija u skond kif jinqatgħu l-kawżi fil-Qorti.", "PULIZIJA - KAŻI TA' PORNOGRAFIJA", "6282.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ġietx informata bil-każ serju ta' pornografija fost studenti ta' 15-il sena li ġara f'dawn l-aħħar jiem fil- Kulleġġ ta' St. Edward's?", "Japprezza l-Prim Ministru li ġenituri tat-tfal li jattendu f'dan il-Kulleġġ huma ferm inkwetati għaliex skond uliedhom din il-pornografija kienet tinkludi wkoll bestjalita'?", "Għaliex l-awtoritajiet tal-Kulleġġ ma' bagħtux l-informazzjoni li għandhom dwar films li ntwerew fuq in-network tal-computers tal-Kulleġġ biex anke jiġi żgurat li m'hemmx xi bejgħ li qiegħed isir lil tfal taħt l-eta'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "DIPARTIMENT TAD-DWANA U SISA - INSPECTOR I", "6283.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proċess biex jiġu mimlija l-vakanzi għall-Inspector I fid-Dipartiment tad-Dwana u Sisa wara l- Internal Interview Kompetittiv li sar f'Awissu, 1996 u li r-riżultati tiegħu ħarġu fi Frar, 1997?", "Kemm-il vakanza teżisti għal grad ta' Inspector I u Inspector II fl-istess dipartiment?", "Meta hu mistenni li jimtlew dawn il-vakanzi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bir-riforma, il-gradi ta' Inspector I u II ġew amalgamati fi grad wieħed ta' inspector.", "Bħalissa hemm sitt vakanzi fil- grad ta' inspector u vakanza waħda fil-grad ta' Senior Inspector.", "Qed issir ħidma biex dawn il-vakanzi jimtlew kemm jista' jkun malajr.", "MARSA - TISWIJA TA' TRIQ", "6284.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fuq il-ħsara li hemm f'Assumption Street, il-Marsa bejn Azzopardi Street u Isouard Street, fejn it-triq niżlet f'diversi bnadi?", "Jekk saret jew saru xi spezzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid x'rimedji se jattwa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Saret spezzjoni fit-triq u nstab li l-ħsara hi simili għal dik ikkaġunata mill-ħruġ ta' xi ilma li qiegħed iżomm fil- materjal tal-pedament tat-triq.", "Qed isiru aktar spezzjonijiet mal- utilities biex jiġi stabbilit x'qiegħed jikkawża din il-ħsara.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET TA' PERITI/INĠINIERA ĊIVILI", "6285.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kors universitarju huwa maħsub li jibda jwassal gradwati sabiex eventwalment ikunu jistgħu jipprattikaw bħala Periti u liema kors se jwassal gradwati sabiex eventwalment jipprattikaw bħala Inġiniera Ċivili?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - KORS TA' L-ARKITETTURA/INĠINERIJA ĊIVILI", "6286.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5940, jista' l-Ministru jikkonferma li l-gradwati li se joħorġu mill-kors B.Sc (Hons.)", "(Environmental Design) mhux se jkunu jikkwalifkaw għall- warrant ta' Perit?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FORZI ARMATI - FIGHTER JETS", "6288.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar fighter jets li jittajru fl-air space ta' pajjiżna bħalma jingħad li seħħ ix-xahar li għadda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-rapport li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Membru huwa kompletament infondat.", "Il-fatti huma dawn:", "Fit-22 u t'23 ta' April li għadda, erba' ajruplani tat-tip Aermacchi MB 339 tal-Qawwa ta' l-Ajru Taljana ġew Malta fuq taħriġ ta' navigazzjoni għal bdoti.", "Waqt li dawn l-ajruplani kienu Malta, saru arranġamenti sabiex il- Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta u d-Deputat Kmandant jingħataw titjira ta' familjarizazzjoni.", "It-titjira b'żewġ ajruplani kienet approvata mill- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u mid-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili.", "Kuntrarju għal dak li deher f'gazzetta lokali, l-ajruplani ma kienux armati b'missili iżda kellhom sempliċement tankijiet tal-fuel imwaħħlin mal- ġwienaħ.", "Nikkonferma wkoll li l-ajruplani kellhom l-marki li ajruplani militari normalment ikollhom miżbugħin fuq denbhom.", "FURJANA - TRIQ SANT'ANNA - UNDERGROUNDS", "6289.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date li fiha se jinbeda x-xogħol fl-undergrounds fi Triq Sant'Anna, il-Furjana?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Wara diskussjonijiet li saru mal-Kunsill Lokali u l-periti tal-proġett, instab li ma tistax tingħata assigurazzjoni li meta ir-refurbishment jitlesta l-ilma ma jibqax jidħol fil-mini u b'hekk hemm riskju li l-proġett oriġinali ma jirnexxiex.", "Fil-preżent, il-kunsill lokali, u d-Dipartiment tat-Toroq qed jikkonsidraw li l-mini fl-istat preżenti tagħhom jitnaddfu u jsirilhom art u dwal ġodda, filwaqt li jkomplu jsiru studji biex jiġi determinat jekk pjan pjuttost ambizzjuż, fejn it-traffiku lejn u mill-Belt jgħaddi minn taħt Triq Sant'Anna, ikunx jista' jitwettaq u t-triq preżenti issir pjuttost pjazza pedonali.", "FURJANA - BINJA VILHENA - XOGĦOL", "6290.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date li fiha se jinbeda x-xogħol f'Binja Vilhena u l-madwar fil-Furjana?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-setgħa għall-offerti għal dan ix-xogħol se tiġi ppubblikata t-Tlieta 10 ta' Ġunju, 1997.", "DIPARTIMENT TA' L-ISTATISTIKA - RETAIL PRICE INDEX", "6291.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Id-Dipartiment ta' l-Istatistika beħsiebu joħroġ figuri ta' Retail Price Index b'mod speċifiku għall-anzjani?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-Dipartiment ta' l-Istatistika qiegħed jikkonċentra r-riżorsi tiegħu biex itejjeb l-indiċi tal-prezzijiet kurrenti.", "Għaldaqstant, ma jidhirx illi fil-futur qrib se jibda jinħadem indiċi tal- prezzijiet speċifikament għall-anzjani.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SUWIĊIDJI", "6292.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm jirriżultaw każijiet ta' suwiċidju f'pajjiżna sena b'sena f'dawn l-aħħar 20 sena?", "Kemm minnhom, sena b'sena kienu taħt it- 30 sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qieghda tingabar u twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "SPTAR KAREN GRECH - ĦSARA FIL-LIFTS", "6293.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm damu bil-ħsara l-lifts fl-Isptar Karen Grech dan l-aħħar?", "Kemm ġew proposti operazzjonijiet minħabba li l-lifts ma setgħux jintużaw?", "Hu l-każ li jinbidlu dawn il-lifts?", "Jekk fl-affermattiv, hu l-każ li l-iżvilupp fl- Isptar San Luqa u Karen Grech irid jitkompla minkejja l-bini ta' sptar ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - LILLY OF THE VALLEY", "6296.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fl-iskola Lilly of the Valley fejn sar xogħol ta' bini jitneħħew il-fdalijiet li qed joħolqu inkonvenjent ta' trabijiet b'mod speċjalment fi Triq is-Sir, Mosta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - REGOLATURI/ VALVIJIET TA' ĊILINDRI", "6297.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li matul l-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm tender sabiex jinxtraw regolaturi u valvijiet ta' ċilindri tal-gass mingħand l- istess manufacturer minħabba raġunijiet ta' safety liema tender għaddiet għand l-Ombudsman wara li kien hemm xi objections minn xi bidder u wara li l-Korporazzjoni Enemalta stess kienet kisbet il-pariri tekniċi mingħand awtoritajiet stabbiliti bil-għan li jiġi assigurat livell ta' safety kif mitlub fi specifications internazzjonali, jista' għalhekk il-Ministru jiċċertifika jekk użu ta' valvijiet u regolaturi ta' manifattura differenti toffrix il-livell ta' safety mitlub skond standards internazzjonali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-valves u r-regolaturi tat-tip clip-on s'issa dejjem inxtraw mill-istess manifattur u huma skond standards ta' safety internazzjonali.", "Għandi nifhem li jeżistu tipi oħra ta' valves u regolaturi clip-on li joffru livell ta' safety internazzjonali.", "ENEMALTA - REGOLATURI TAL-GASS", "6298.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jirriżultalu l-Ministru li fis-suq hawn regolaturi tal-gass mingħajr l- awtorizzazzjoni mill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll mingħajr dawk tad- Dwana?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-taqsima tal-Gass tal-korporazzjoni m'għandha l- ebda provi rigward regolaturi mhux awtorizzati fis-suq.", "Fuq xniegħat fuq dawn ir-regolaturi kienu saru invstigazzjonijiet li rriżultaw fin-negattiv.", "B'danakollu kienet ħarġet twissija lid-distributuri mir-rappreżentanti tagħhom dwar dawn ix-xniegħat.", "Nirriferi ukoll għall-mistoqsija parlamentari numru 6139 li hija fuq l-istess suġġett.", "TELEMALTA - TRANSFERS", "6299.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' transfers li saru fil- Korporazzjoni Telemalta mill-1/11/96 sal-31/5/97?", "Minn fejn u għal fejn ġew transfered dawn il-persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li diġaż tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5844, li kienet tirrigwardja n-numru ta' postings li seħħew fil-Korporazzjoni Telemalta bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-20 ta' Mejju, 1997.", "In-numru ta' postings ġodda bejn il-21 u l-31 ta' Mejju, 1997 kienu jammontaw għal 11.", "Il-korporazzjoni tħoss li mhix etika li tpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' dawk il-ħaddiema li ġew effetwati mir- riorganizzazzjoni li qiegħda tagħti riżultati pożittivi f'dik li hija effiċjenza bħalma tixhed l-istess tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5844.", "TURIŻMU - RISTORANTI/NEGOZJI OĦRA", "6300.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ristoranti u negozji oħra marbuta mat-turiżmu li nfetħu mill-1/11/96 sal-31/5/97 f'kull lokal tal-11 u t-12- il distrett?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6301.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6128 li oriġinarjament saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, u ċioe' jista' jagħti tagħrif dwar jekk ħarġux tenders għal-lighting ġewwa Buġibba?", "Jekk ħarġet, meta sar dan u meta ġiet awarded?", "Lil min?", "Kemm ġiet tiswa din it-tender?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' din it-tender?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għandi nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għax-xiri ta' arbli dekorattivi (decorative lamp posts) għall-Proġett ta' Buġibba.", "Jekk dan huwa l-każ, ninformah li għal dan ix-xiri ħarġet sejħa għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-25 ta' April, 1997 taħt l- avviż CT 115/97.", "Din is-sejħa għalqet fit-8 ta' Mejju, 1997.", "Il-kuntratt ingħata lid-ditta MCE Ltd. għall-prezz globali ta' Lm70915, liema prezz jinkludi item ġdida (jiġifieri li ma kinitx inkluża fid-dokument ta' l- offerta oriġinali imma li nstab li kienet meħtieġa) li waħedha tiswa Lm18000 (Item 2 - Arbli b'tul ta' 3.52m).", "Inżid ukoll li, minħabba ż-żieda ta' dan l-item, l-offerta ta' MCE Ltd ġiet aċċettata fuq bażi ta' direct order kif jippermettu r-Regolamenti Finanzjarji.", "Iżda nagħmel enfażi li l- kuntratt, minbarra dan l-item, jikkonforma kompletament ma' l- ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fis-sejħa għall-offerta u, għalhekk, xorta waħda kien jintrebaħ minn din id-ditta fuq il-bażi tad- dokument oriġinali.", "Kif mitlub, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta kopja tad-dokument ta' l-offerti kif ippubblikat.", "P.A. - APPLIKAZZJONIJIET", "6302.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Minitru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul ix-xahar ta' Mejju, 1997?", "Kif jinqasmu dawn l-applikazzjonijiet raħal b'raħal, f'Malta w f'Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Numru ta' applikazzjonijiet għal żvilupp sottomessi għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul Mejju 1997:", "|Attard |11 |Nadur |3 | |Balzan | 4 |Naxxar |27 | |Birgu |1 |Paola |14 | |Birkirkara|35 |Pieta |5 | |Birżebbuġa|14 |Qala |6 | |Bormla | 2 |Qormi |26 | |Dingli | 7 |Qrendi |10 | |Fgura |12 |Rabat (Malta)|18 | |Fontana | 3 |Rabat |18 | | | |(Għawdex) | | |Furjana | 8 |Safi |6 | |Għajnsiele| 7 |San Ġiljan |14 | |m | | | | |Għarb | 1 |San Ġwann |24 | |Għargħur |12 |San Lawrenz |1 | |Għaxaq | 9 |San Pawl |36 | | | |il-Baħar | | |Gudja | 2 |Sannat |2 | |Gżira | 5 |Santa Luċia |2 | | | |(Malta) | | |Ħamrun |15 |Santa Venera |11 | |Iklin | 2 |Senglea |3 | |Kalkara | 3 |Siġġiewi |11 | |Kerċem | 5 |Sliema |21 | |Kirkop | 4 |Swieqi |7 | |Lija | 9 |Ta' Xbiex |2 | |Luqa | 4 |Tarxien |7 | |Marsa |16 |Valletta |11 | |Marsascala|23 |Xagħra |17 | |Marsaxlokk| 6 |Xewkija |3 | |Mellieħa |25 |Xgħajra |4 | |Mġarr | 5 |Żabbar |35 | |(Malta) | | | | |Mosta |21 |Żebbuġ |12 | | | |Għawdex) | | |Mqabba | 9 |Żebbuġ |13 | | | |(Malta) | | |Msida |14 |Żejtun |12 | |Munxar |10 |Żurrieq |27 |", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6303.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni lokal b'lokal fil-11 u t-12-il distrett elettorali li skond l-ETC sabu x-xogħol matul il-perjodu 1/11/96 u t-30/5/97?", "X'tip ta' xogħol sabu dawn il- persuni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' Formoli ta' Bidu ta' Impjieg li rċeviet l- ETC, ta' nies li joqogħdu fil-11 u t-12 il-distrett u li bdew jaħdmu matul il-perijodu 1/11/96 u 30/05/97 hu skond it-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TRASPORT BEJN MALTA W GĦAWDEX", "6304.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vjaġġi li saru bejn Malta w Għawdex u viċi versa fil-perijodu 1/4/97 u l-31/5/97?", "Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta w Għawdex fl-istess perjodu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill Onor. Interpellant għada qed tigi miġbura.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "6307.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-esportazzjoni ta' patata din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm-il shipment ta' patata kien hemm; meta telaq minn Malta u meta wasal fil-post ta' destinazzjoni kull shipment; kemm kien il-valur ta' kull shipment li fuqu tħallset il-freight u l-insurance; kemm kien il-piż ta' patata f'kull shipment; u x'tip ta' patata (eż. Alpha, Liseta) kien hemm f'kull shipment?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "DUNDJANI", "6308.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5883 dwar produzzjoni ta' dundjani?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet.", "PITKALIJA - PRODOTT AGRIKOLU", "6309.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' prodott agrikolu mibjugħ mill-Pitkalija fix-xahar ta' Mejju 1997 u kemm kien l-istess valur fl- istess xahar fil-ħames snin preċedenti (sena b'sena)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-valur tal-prodott agrikoli mibjugħ mill- Pitkalija f'Mejju, 1997 u l-ħames snin preċedenti kien kif ġej: |SENA |AMMONT (Lm)| |1992 |348,671 | |1993 |391,531 | |1994 |389,828 | |1995 |409,057 | |1996 |532,133 | |1997 |425,806 |", "PITKALIJA - PRODOTTI AGRIKOLI", "6310.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1992 sa l-1996 għall-perijodu bejn Jannar u April kemm kien il-valur ta' prodott agrikolu li l-bdiewa Għawdxin ġabu fil-Pitkalija ta' Malta?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-valur tal-prodott agrikolu li l-bdiewa Għawdxin ħattu fiċ-Ċentru tal-Pitkalija ta' Malta matul l-ewwel erba' xhur ta' kull sena kien hekk:- |SENA |VALUR | | |(Lm) | |Jan-April |107,385 | |1992 | | |Jan-April |116,613 | |1993 | | |Jan-April |139,666 | |1994 | | |Jan-April |157,359 | |1995 | | |Jan-April |219,315 | |1996 | | |Jan-April |217,288 | |1997 | |", "MAJJALI - ESPORTAZZJONI", "6311.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li dan l-aħħar intqal li se ssir esportazzjon ta' majjal bejn pajjiż Ewropew, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' majjal li se jiġi esportat (kgs); il-valur (per kgs); u jekk il-valur huwiex wieħed \"uniformi\" jew inkella hux marbut mal-grading tal-kwalita' tal-majjal?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor.", "Membru, kuntratt għall-esportazzjoni ta' 10,000 majjal ta' bejn 85 u 100 kilo ġie ffirmat nhar il-Ġimgħa 6 ta' Ġunju, 1997 bejn il-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (K.I.M) u mportatur Taljan wara ħidma intensiva minn naħa tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "L-Onor.", "Membru japprezza li dan il-kuntratt huwa wieħed ta' natura kummerċjali u għalhekk ma' nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni mitluba ħlief li ngħid li l-valur totali huwa kkalkolat li jiswa madwar Lm750,000.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI ON A CASUAL BASIS", "W646.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997 kemm ġew impjegati persuni on a casual basis fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż korpi statutorjament indipendenti, korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-Gvern għandu nteress u jekk fl-affermattiv, jindika fejn u f'liema grad?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997, ma ġiet impjegata l-ebda persuna fuq bażi każwali, la fid-Dipartiment ta' l- Affarijiet Barranin u tal-Ħarsien ta' l-Ambjent u lanqas fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA - IMPJEGATI ON A CASUAL BASIS", "W657.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997 kemm ġew impjegati persuni on a casual basis fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż korpi statutorjament indipendenti, korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il- Gvern għandu nteress u jekk fl-affermattiv, jindika fejn u f'liema grad?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' persuni li ġew impjegati on a casual basis fid-dipartiment tas-Saħħa bejn l-1 ta' Novembru 1996 u 31 ta' Marzu 1997 huwa 13, kif jidher hawn taħt:", "|GRAD |SPTA|SPTAR |SPTA|KURA|TOTA| | |R |MONTE |R |PRIM|L | | |SAN |CARMEL|BOFF|-ARJ| | | |LUQA|I |A |A | | |Staff |2 |1 |- |1 |4 | |Nurse | | | | | | |Enrolled|1 |- |- |1 |2 | |Nurse | | | | | | |Physioth|4 |1 |1 |- |6 | |erapist | | | | | | |Paramedi|1 |- |- |- |1 | |c Aides | | | | | | |TOTAL |8 |2 |1 |2 |13 |", "Fid-Dipartiment għall-Anzjani ġew impjegati dawn il-persuni on a casual basis. |Staff Nurse |1 | |Enrolled Nurse |3 | |Graduate Trainee |1 | |Apprentisti (ESTS) |2 | |Occupational |1 | |Therapist | |", "Dawn qed jaħdmu fir-Residenza ta' San Vincenz de Paule.", "1 Casual Enrolled Nurse li qed taħdem fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Imtarfa.", "Barra minn hekk ġew impjegati 20 Assisstenti Soċjali Każwali taħt l-iskema Home Care Help li d-dettalji tagħhom ingħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5517 mogħtija f'Seduta Nru. 67.", "SPTAR SAN LUQA - ST.", "MICHAEL'S WARD - PRIĠUNIERI", "W668.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex priġunieri li jkollhom bżonn jinżammu l-Isptar San Luqa ma għadhomx jinżammu ġo St. Michael's Ward li huwa ta' sigurta' kbira, iżda qegħdin jinżammu f'wards ma' pazjenti oħra meta dan kontra ċirkolari maħruġa żmien ilu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li hu l-konsulent mediku, li taħtu jkun qed jiġi kkurat il-priġunier, li jiddeċiedi f'liema parti ta' l-isptar għandu jinżamm l-istess priġunier.", "St. Michael's Ward hi intenzjonata biex fiha jinżammu priġunieri li jkunu jenħtieġu kura bażika u waqt perijodu ta' konvalexxenza.", "MOSTA- ILMA BIS-SADID", "W714.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministrut tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex jara li l-ilma fi Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħtajriet, il-Mosta ma jibqax jkun mimli bis-sadid?", "Informazzjoni konessa ma' din il-mistoqsija parlamentari qed tintbagħat separatament.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Minn investigazzjonijiet li saru mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fil-lokalita' kollha, inkluż fl- indirizz imsemmi, jirriżulta li l-ilma hu ċar ħafna.", "Xi ġimgħat ilu, sr xi xogħol fuq borehole f'dan il-lokal, liema xogħol forsi qanqal xi ftit sadid fis-sistema għal żmien qasir."]} {"filename": "19980316_200d_par.doc", "date": "1998-03-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 200 It-Tnejn, 16 ta' Marzu, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 200", "It-Tnejn, 16 ta' Marzu, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "200", "It-Tnejn, 16 ta' Marzu, 1998", "WERREJ MINUTI 1058", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1058", "TQEGĦID TA' KARTI 1063", "RULING 1064", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998 - KONTINWAZZJONI 1065 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB (KUMITAT GAMING BILL (COMMITTEE STAGE) 1066 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA (IT-TIENI QARI) THE MALTA TOURISM SERVICES BILL (SECOND READING) 1075 ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998 - KONTINWAZZJONI (VOTAZZJONI) 1082", "AĠĠORNAMENT 1083", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1113", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 199 li saret fit-13 ta' Marzu, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "AMBAXXATI - NUMRI TAT-TELEFON U TAL-FAX", "9295.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l- Viċi Prim Ministru jagħti lill-Kamra, għal kull ambaxxata, in-numri tal- linji kollha tat-telefon u tal-fax imħallsin minn fondi pubbliċi, kemm fl- ambaxxata nnifisha kif ukoll fir-residenza uffiċjali ta' l-ambaxxatur?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barrannin u ta' l-Ambjent): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il- mistoqsija ma taqax taħt Standing Order 27 tal-Kamra tad-Deputati.", "AMBAXXATI - IMPJEGATI", "11232.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' Maltin kif ukoll ta' barranin f'kull ambaxxata ta' Malta matul l-1997?", "Kemm kienet l-ispiża totali biex tinżamm u titħaddem kull ambaxxata matul l-istess sena?", "Jekk matul l-1997 ġew ingaġġati local personnel ġodda, jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega x'inhuma l-funzjonijiet ta' kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li tagħti l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "MUS LTD - PROĠETTI", "11331.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ftehim kollu li saru bejn l-Universita' u l-Malta University Services Ltd. - jew il-project management office - tat-tip kif imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 3935 bejn l-1 ta' Jannar, 1988 u l-31 ta' Ottubru, 1997?", "Jista' f'kull każ isemmi d-data ta' kull ftehim u jgħid għal liema proġett partikolari sar kull wieħed?", "Min kienu l-periti li f'kull każ ħadmu fuq kull proġett u li skond it-tweġiba li ngħatat fid- dawl ta' dan it-tip ta' ftehim aċċettaw li jitħallsu b'rata anqas mit- tariffa u li effettivament ikunu sub-contractors tal-MUS Ltd jew tal-PMO?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-lista ta' proġetti u l-periti li ħadmu fuqhom kif ukoll id-data ta' meta nbeda l-proġett hi kif ġej:", "Progett Perit Data", "Maths & Computer Sciences Blg.", "A. Torpiano 1989 Engineering Building J. Tonna 1992 Institute of Archaelogy D. DeLucca 1992 Matsec Building A. Torpiano 1992 IMO Building Extension D. DeLucca 1993 Biomedical Sciences Building A. Torpiano 1993 Sports Hall J. Falzon & J.M. Spiter 1993 Biology Building Extension A. Scerri & F. Montesin 1994 Institute of Agriculture E. Mintoff 1994 Maintenance Building E. Mintoff 1994 Herbarium Building C. Spiteri 1995 Lecture Centre Building R. England 1995 Multistorey Carpark M. Bonello 1996", "MUS LTD - IMPJIEGI", "11332.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif u meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ġiet impjegata ma' l-istess kumpannija fejn ħuha jokkupa l-ogħla kariga?", "Huwa etikament korrett li din il-persuna ġiet impjegata f'din il-kumpannija pubblika?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll id- data ta' meta nħatar id-direttur maniġerjali ta' l-istess kumpannija u kemm ilu preċiżament jokkupa din il-kariga?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-persuna indikata tiġi oħt il- Prof. Robert Ghirlando, Managing Director tal-Malta University Services Ltd.", "Din ġiet impjegata mill-kumpannija fuq bażi part-time fl-1 ta' Diċembru, 1992 bħala segretarja, kif ġew impjegati segretarji oħra part- time.", "Sakemm il-persuna indikata qed taqdi dmirha kif suppost u m'għandhiex kondizzjonijiet aħjar mill-impjegati l-oħra tal-kumpannija, ma hemm xejn li jmur kontra l-etika.", "Il-Prof.", "Ghirlando ilu jokkupa l-kariga ta' managing director mill-1 ta' Frar ta' l-1989.", "MUS LTD - SEWERAGE MASTER PLAN", "11333.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-project management office għandux xi ftehim mad-dipartiment tad-drenaġġ tat-taqsima tax- xogħlijiet pubbliċi, peress li fl-istess bini ta' din it-taqsima kien hemm persuna taħdem fuq il-proġett tad-drenaġġ u safejn hu magħruf ma jeżisti ebda ftehim għal project management services f'dan il-qasam?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt iffirmat bejn iż-żewġ partijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kull ċirkostanza, jeżistix jew le kuntratt ta' dan it-tip u igħid kemm tħallas il-project management office mit-taqsima tax-xogħlijiet għal dan is-servizz bejn l-1 ta' Jannar, 1995 u l-31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fuq talba tal-works division, li taħtha jaqa' d- dipartiment tad-drenaġġ, il-Malta University Services Ltd. kienet mitluba biex tgħin fil-project management tas-sewerage master plan.", "Il-MUS Ltd. kienet impjegat persuna għal dan il-għan.", "Dan l-impjegat kien fil-fatt jaħdem fil-bini ta' l-istess taqsima.", "Allavolja kien hemm ftehim dwar dan is-servizz, ftehim bil-miktub qatt ma ġie ffirmat u lanqas sar ħlas.", "Il-works division u l-MUS Ltd, flimkien ma' l-Universita', jifformaw il- project management office.", "MUS LTD - PERIT INKARIGAT", "11336.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif tqabbad il-perit biex iħejji l-pjanti għal sular addizzjonali fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni meta l-istess perit huwa mpjegat ta' l-Universita' u wkoll impjegat tal-Malta University Services Ltd.?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn l-Universita' u l-MUS Ltd. biex jingħata dan is-servizz, kif ukoll kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-MUS Ltd. u l-istess perit?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-perit li ħejja l-pjanti u l-applikazzjoni għall-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dan ix-xogħol tqabbad minn fost il-periti akkademiċi tal-fakulta' ta' l-arkitettura ta' l-istess Universita' ta' Malta, kif sar fuq il-proġetti l-oħra kollha ta' l- Universita' ta' Malta.", "Ladarba l-Malta University Services Ltd. hija kumpannija ta' l- Universita' u l-perit konċernat huwa mpjegat ta' l-Universita', ma kienx inħass il-bżonn ta' xi ftehim bil-miktub.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - ĦATRIET", "11451.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ħatriet fid- dipartimenti li għalihom hu responsabbli by direct nomination?", "Min kienu l- persuni nnominati, x'inħatru u għaliex intgħażlu huma u mhux ħaddieħor?", "Jikkonferma l-Ministru li din il-proċedura tivvantaġġa sew l-għażla ta' dik il-persuna meta l-post relattiv isir permanenti jew tippermettilhom jivvantaw aktar esperjenza meta japplikaw għal promozzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li ma saru l-ebda ħatriet by direct nomination fid-dipartimenti li għalihom jien responsabbli.", "Nassumi għaldaqstant li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għal xi ċaqliq ta' persuni li seħħew fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Jien informat li s-segretarju tad-direttur ġenerali ta' qabel iċċaqlaq u mar mas-segretarju permanenti.", "Uffiċjal edukattiv, filwaqt li żdiedlu x- xogħol ta' assistent personali tad-direttur ġenerali l-ġdid, baqa' wkoll jagħmel ix-xogħol tiegħu ta' qabel.", "Din m'hijiex pożizzjoni li tirrikjedi sejħa għal applikazzjonijiet.", "Hija għażla personali li tiddependi fuq relazzjonijiet tax-xogħol u fiduċja.", "L-uffiċjal edukattiv fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li ilu l-aktar f'din il-kariga, ġie seconded mid-dipartiment tal-curriculum management għal mad- dipartiment ta' l-istudent services and international relations.", "Dan qed jagħmel ix-xogħol ta' l-assistent direttur (international relations) li ġie seconded mill-amministrazzjoni preċedenti għal Strasbourg.", "Din il- pożizzjoni tinsab imblokkata sa Ġunju 1999 meta jirtira l-uffiċjal li ġie seconded fi Strasbourg.", "Li kieku din iċ-ċaqliqa ma saritx dan il-post seta' jintilef.", "L-informazzjoni dwar ċaqliq ieħor tinsab fi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari Nru. 12663 mogħtija f'seduta 196.", "Ta' min jinnota li l-mistoqsija ta' l-Onor.", "Gatt ma tirriferi għal ebda perijodu speċifiku.", "Għaldaqstant ikun interessanti jekk l-Onor.", "Interpellant jistaqsi lill-ministri ta' l-edukazzjoni fi żmien l- amministrazzjoni Nazzjonalista sabiex jispjegaw kif wara li ttieħdu għadd ta' għalliema minn ġol-klassi għas-segretarjat privat, dawn kważi kollha spiċċaw bi promozzjoni.", "F'dawn il-każijiet tista' teżisti l-legalita' ta' sejħa għal applikazzjonijiet, iżda dawn kollha kien ħaqqhom il-kariga?", "Ma kienx hemm ukoll oħrajn li kienet tistħoqqilhom il-promozzjoni?", "Kif persuna, wara li marret ma' ministru ieħor, baqgħet iżżomm il-post ta' uffiċjal edukattiv b'aċċess għall-interviews?", "Kif persuna oħra spiċċat f'kariga għolja ġewwa l-Universita'?", "Kif uffiċjal tad-diviżjoni, wara li baqa' barra mill-istructuring exercise, dan l-eżerċizzju tkisser u għamluh assistent direttur mingħajr portfolio u mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet?", "Kif kap ta' skola mar mal-foreign service u saħansitra spiċċa ambaxxatur?", "Kif persuna ingħatat ħatra ta' direttur ta' bord wara li l-imsemmi structuring exercise tkisser?", "Hemm aktar każijiet pero' naħseb li għalissa semmejtlu biżżejjed.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "11883.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-infiq fuq kapital u provvista fuq xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel tal-gvern fis-snin 1994, 1995 u 1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-infiq kapitali fuq xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel tal-gvern fis-snin 1994, 1995 u 1996 kien kif ġej:", "i) fl-1994 intefqet is-somma ta' Lm325,492 li minnhom Lm71,000 kienu ħlasijiet ta' overtime biex sar ix-xogħol.", "Ir-rendikont ta' l-infiq tas- somma, jiġifieri Lm254,492 hu kif jidher f'Dokument 'A' li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra;", "ii) fl-1995 intefqet is-somma ta' Lm259,587 (Dok.", "'B');", "iii) fl-1996 intefqet is-somma ta' Lm144,378.", "(Dok.", "'C').", "UNIVERSITA' - ĦADDIEMA", "12100.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li jiġu minn xulxin u li għandhom l-impjieg fl-Universita' ta' Malta?", "Liema grad qed jokkupaw?", "Meta ġew ingaġġati fl-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru.", "PIXXINA NAZZJONALI", "12144.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi tender għall- bar tal-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq matul l-1997 u l-1998?", "F'każ li t- tweġiba hija fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġet u min ingħata t- tender?", "Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, jista' jgħid min imexxi l-bar illum kif ingħata l-kuntratt?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt tal-kiri tal-bar tal-pixxina?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tmexxija tal-bar tal-pixxina nazzjonali qiegħda f'idejn Catering Ltd.", "L-unika sejħa għal offerti għall-kiri tal-bar ħarġet taħt l- amministrazzjoni preżenti fit-30 ta Mejju, 1997 u għalqet fl-20 ta' Ġunju, 1997.", "Is-sejħa relattiva ħarġet f'''In-Nazzjon'' tat-30 ta' Mejju, 1997 u ta' l-4 ta' Ġunju, 1997; f'''l-orizzont'' tal-31 ta' Mejju, 1997 u ta' l-4 ta' Ġunju, 1997; u f'''The Times'' tat-30 ta' Mejju, 1997 u ta' l-4 ta' Ġunju, 1997.", "Applikaw bl-offerta dawn li se nsemmi:", "D'Best - irid jiltaqa' mal-Bord; Catering Ltd. - Lm150 aktar mill-ogħla offerta kif ukoll somma oħra għall-użu tal-veranda; Anthony Formosa - Lm4,800 fis-sena; Pauline Azzopardi - Lm5,840 fis-sena; Grech Caterers - fuq tliet snin kif gej: Lm500, Lm750 u Lm1,000; Alex Busuttil - Lm1, 500 fis-sena; Alfred Azzopordi - Lm2,555 fis-sena; Hubert Grech - Lm730 fis-sena; Philip Pace - Lm3,200 b'zieda ta' 5% kull sena fuq ħames snin.", "Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti ma jidher li kienet saret l-ebda sejħa għal offerti, kif hi l-proċedura normali f'każi bħal dawn.", "Jingħad, għax m'hemm xejn bil-miktub, li dan il-ftehim sar ta' malajr fuq parir tal- MOC biex ikopri l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, li kienu sar hawn Malta f'Mejju 1993, u l-istess ftehim ġie estiż biex ikopri wkoll il-kampjonat tal-waterpolo tas-sajf 1993.", "It-tmexxija tal-bar tal-pixxina nazzjonali kienet ġiet mogħtija lis-Sur Philip Pace ta' 13, Karm Galea Street, Sliema sa mill-1993.", "Dan jidher mill-minuti tal-management committee ta' dak iż-żmien, fejn fil-laqgħa tat- 28 ta' Lulju, 1993 ġie speċifikat li kien ġie ffirmat ftehim bejn il- Maġistrat Ġino Camilleri, għan-nom tal-management committee, u s-Sur Philip Pace għal Lm2,500 dwar il-kiri tal-bar tal-pixxina nazzjonali, liema ftehim kien marbut sa l-4 ta' Ottubru, 1993.", "Is-Sur Philip Pace baqa' jkollu l-ftehim tiegħu mġedded kull sena għas- somma ta' Lm4,000 u qatt ma' ħarġet sejħa għal xi offerti.", "Barra minn hekk, mir-records tal-pixxina jinstab li dan Pace kien dejjem lura fil- pagamenti tiegħu, tant hu hekk li għad baqagħlu jagħti Lm3,215.39, fi ħlas lill-pixxina nazzjonali.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pool management committee kien żamm laqgħa ma' Catering Ltd, fejn kien ġie deċiż illi għandhom jibdew joperaw fil-kumpless minħabba l-istaġun tal-waterpolo u jsir il-ħlas relatat għall-ewwel perjodu.", "Il- kuntratt definittiv ma laħaqx ġie ffirmat għax spiċċa l-appointment tal- pool management committee u għalhekk f'dan l-istadju ma jistax jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk fhimt sew fit-tender tal-Catering Ltd. ma kienx hemm somma speċifika u t-tenderer kellu jħallas Lm150 aktar mill-ogħla offerta li ġiet sottomessa.", "Jekk inhu hekk, ma jidhirlux il-Ministru li tali tenders m'għandhomx jiġu aċċettati?", "Din hija wkoll prassi tal- contracts committee, li safejn naf jien ta diversi rulings li jispeċifikaw li jekk titlob tender, is-somma bilfors trid tiġi speċifikata.", "Il-Ministru huwa nformat dwar min huma x-shareholders tal-Catering Ltd.?", "Jekk inhu informat, jirriżultalu li dan huwa familjari - fis-sens ta' familja - tas- Segretarju Parlamentari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien se nivverifika dawn l-affarijiet li għadu kemm semma' l-Onor.", "Interpellant, pero' huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi naħseb li għandu jkun hemm reviżjoni ta' dan il-ftehim, aktar u aktar meta nafu li dan il-kuntratt lanqas laħaq ġie ffirmat, peress li sadanittant spiċċat il-ħatra tal-pool management committee.", "Naħseb li huwa l-każ li wieħed jerġa' jara l-affarijiet u fl-istess ħin nivverifikaw it-tagħrif li tana l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għar-rigward ta' l-aħħar kumment li għamel il- Ministru, qed nifhem sew li se terġa' toħroġ tender oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien se niddiskuti l-affarijiet mal-grupp li qed imexxi l-pixxina bħalissa u naraw x'inhi s-sitwazzjoni.", "Safejn naf jien, l- affarijiet ma kenux sodisfaċenti għal kollox u kienu diġa' bdew isiru xi diskussjonijiet ma' din il-kumpannija sabiex naraw x'għandu jsir.", "Pero' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li nagħmel minn kollox biex jiġu segwiti l-proċeduri regolari u li ma kenux jiġu segwiti qabel.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' bordijiet/kummissjonijiet u sezzjonijiet fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, flimkien ma' tagħrif dwar il-kompożizzjoni tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1286; u", "Kopja ta' dokumenti relatati ma' konferenza li saret dwar ir-Ramla l- Ħamra f'Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1347.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-istaff akkademiku tas-Centre for Communication Technology, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12336; u", "Tagħrif dwar il-popolazzjoni ta' l-istudenti fl-Universita' bejn l- 1990 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12736.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati ġodda fid-dikasteru li għalih kien responsabbli l-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996, u Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12261.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati ġodda fid-dikasteru li għalih kien responsabbli l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996, u Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12262.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "L-Onor.", "Ċensu Galea on a point of order.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, għandi point of order.", "Qabel ma jinqraw l-Ordnijiet tal-Ġurnata, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l-ewwel item ta' l-Ordnijiet tal-Ġurnata ma jistax ikun fuq l-order paper peress li subartiklu (4) ta' artiklu 28 ta' l-Att XXIII ta' l-1991 jispeċifika li d- diskussjoni fuq l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'għandhiex tieħu aktar minn żewġ seduti.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, nifhem li għandna bżonn ruling fuq dan il-punt li għadu kemm qajjem il-ħabib tiegħi imma naħseb li l-Onor.", "Membru huwa kompletament żbaljat.", "L-Att XXIII ta' l-1991 jgħid li d-diskussjoni m'għandhiex tieħu aktar minn żewġ seduti imma mbagħad tħalliha f'idejn il-Kamra li tirregola l-proċedura.", "Il-proċeduri tal-Parlament huma rregolati jew permezz ta' l-iStanding Orders jew inkella permezz tal-mozzjoni ta' proċedura li tirregola l-mod kif jaħdem il-Parlament bħalissa.", "Ċertament li l-liġi bl-ebda mod ma tispeċifika jew tagħmel xi limitazzjoni fuq il-mod kif dan il-Parlament jirregola x-xogħol tiegħu u allura l-kollega tiegħi għandu żball.", "Effettivament il-liġi dwar il-Water Services Corporation tgħid li l- Parlament m'għandux jieħu aktar minn żewġ seduti biex jiddiskuti l-estimi imma imbagħad sta għall-Parlament biex jirregola kif dawk iż-żewġ seduti jimxu 'l quddiem.", "L-Onor.", "Galea assolutament m'għandux raġun fuq dan il- punt u għandna nimxu 'l quddiem bl-aġenda kif inhi proposta.", "MADAM SPEAKER: Għandkom aktar x'iżżidu għall-konsiderazzjoni tas-Sedja qabel ma nissospendi biex nagħti ruling?", "(Onor. Membri: No)", "Fis-6.34 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-6.42 p.m.", "RULING", "MADAM SPEAKER: Fuq il-point of order imqajjem mill-Onor Censu Galea rigward il-fatt li fuq l-Ordnijiet tal-Ġurnata bħala l-ewwel item tidher il-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq l-estimi tad-dħul u l-infiq tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma; u skond artiklu 28 ta' l-Att Nru XXIII ta' l-1991, li jirregola l-istess Korporazzjoni, id-diskussjoni m'għandhiex tieħu aktar minn żewġ seduti; u din id-diskussjoni ġiet trattata fis-seduti numri 198 u 199 tat-13 ta' Marzu, 1998; is-Sedja eżaminat artiklu 67 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u prinċipalment subartiklu (1) ta' l-istess artiklu li jgħid:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Kostituzzjoni, il-Kamra tad-Deputati tista' tirregola l-proċedura tagħha stess.\".", "Is-Sedja rriferiet ukoll għal artiklu 6 ta' l-istess Kostituzzjoni li jindika s-supremazija tal-Kostituzzjoni soġġetta għal ċerti dispożizzjonijiet tagħha stess.", "Inter alia l-artiklu jgħid illi:", "\"... jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma' din il-Kostituzzjoni, il- Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.\".", "Għaldaqstant joħroġ ċar illi l-fakulta' tal-Kamra li tirregola l-proċeduri tagħha tieħu prevalenza fuq kull dispożizzjoni ta' liġi li tiddisponi b'mod ieħor anke għar-rigward ta' kif isir ix-xogħol fil-Kamra.", "Il-proċedura ta' din il-Kamra qiegħda tkun regolata sostanzjalment b'mozzjoni ta' proċedura li ġġib in-numru 60, kif emendata b'mozzjoni numru 81, u li ġiet approvata b'maġġoranza minn din il-Kamra.", "Għaldaqstant minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Att Nru XXIII ta' l-1991 dwar id-diskussjoni ta' l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-Kamra tad-Deputati, il-mistoqsija dwar l-approvazzjoni ta' l-istess estimi għandha ssir fis-seduta tal-lum skond il-Mozzjoni Nru 60 approvata minn din il-Kamra.", "Għalhekk il-Kamra tgħaddi għax-xogħol tagħha f'din is-seduta skond l- Ordnijiet tal-Ġurnata kif jidhru fuq l-agenda tas-seduta tal-lum.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998 - KONTINWAZZJONI", "Il-Kamra rriżumiet mit-13 ta' Marzu 1998 id-diskussjoni fuq din il- mozzjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni numru 86 imressqa mill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fit-13 ta' Marzu 1998, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB", "GAMING BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mill-11 ta' Marzu, 1998.", "Klawsola 40 - Prevenzjoni ta' money laundering.", "Clause 40 - Prevention of money laundering.", "(Posposta fil-11 ta' Marzu 1998)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Mr Chairman, wieħed japprezza li diversi kummenti li saru fl- istadju tat-Tieni Qari fuq klawsola 40 dwar ħasil ta' flus kienu rilevanti ħafna għad-diskussjoni.", "Kulħadd jaf illi l-abbuż normalment isir permezz tal-banek u tal-casinos, imma b'daqshekk ma jfissirx illi minħabba l- possibbilta' ta' money laundering wieħed għandu jagħlaq il-banek u jagħlaq il-casinos.", "Huwa importanti ħafna li jkun hemm leġislazzjoni li tagħmilha possibbli li jitnaqqas dan l-abbuż.", "Per eżempju, fi żmien Gvern Nazzjonalista kienu ġew proposti diversi liġijiet ta' natura finanzjarja u dawn kienu għaddew bil-kunsens sħiħ tal- Kamra.", "Waħda minn dawn il-liġijiet kienet kontra il-money laundering, b'rilevanza partikolari għall-qasam bankarju.", "Meta żmien twil ilu kienet għaddiet il-liġi tal-Kursaal, dan l-abbuż ma kienx daqstant komuni.", "Imma dan it-tip ta' reat illum infirex aktar u, kif diġa' spjegajt, wieħed mill- postijiet fejn jista' jsir ħasil ta' flus huwa l-casino.", "L-Avukat Ġenerali tar-Repubblika għaddieli emenda u qed jissuġġerixxi li nissostitwixxu l-emenda oriġinali kif proposta.", "Lili assigurani li tkellem ma' l-ispokesperson ta' l-Oppożizzjoni dwar l-industrija rigward din l-emenda, pero' qabel ma nressaqha formalment xtaqt nisma' l-kummenti tan-naħa l-oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena m'iniex għal kollox konvint mill- argumenti li qed jinġiebu għall-fatt li għandna emenda ġdida minflok l- emenda oriġinali.", "L-ewwelnett irrid ngħid li ma nistax ma napprezzax il- fatt li l-Gvern evidentement ħa nota ta' dak li ntqal fit-Tieni Qari ta' dan l-abbozz.", "L-argument li kont għamilt min-naħa tiegħi kien li f'din il- liġi aktar ma jkollna klawsoli li jkunu identiċi għal klawsoli ta' liġijiet oħra, ngħidu aħna l-Banking Act ta' l-1994 u l-Financial Institutions Act ta' l-1994, aktar inkunu qed nassiguraw li fejn jidħol casino ma jkunx hemm trattament divers minn dak li hemm f'liġijiet li huma mmirati biex nattiraw l-investiment lejn il-pajjiż.", "Fil-fatt jidhirli li anke fl-Investment Services Act hemm provvediment f'dan ir-rigward.", "Naħseb li l-emenda, kif oriġinarjament ippreżentata mill-Ministru lill- Kamra, u li tirrifletti r-rimarki li għamlet l-Oppożizzjoni fit-Tieni Qari, tkopri dawn il-prinċipji kollha.", "L-ewwelnett tkopri l-prinċipju li għandna nagħmlu l-akbar salvagwardji possibbli kontra money laundering.", "Kif għidt diġa,' għandna liġijiet li jattiraw l-investiment lejn pajjiżna fil-qasam ta' istituzzjonijiet finanzjarji, fil-qasam tal-banek u fil-qasam ta' l- investiment b'mod ġenerali.", "Ir-regoli li japplikaw f'dak il-każ meta uffiċjal tal-bank ikollu suspett fondat ta' money laundering, se japplikaw ukoll għal uffiċjali tal-gvern taħt il-liġi dwar il-logħob?", "Għax jekk ma nagħmlux hekk inkunu qed naqgħu fl-assurdita'.", "Fil-liġijiet kollha li għamilna biex nattiraw l-investiment lejn pajjiżna għamilna salvagwardji, uħud minnhom ebsin, biex jassiguraw li pajjiżna ma jsirx ċentru ta' ħasil tal-flus.", "Issa bl-istess argument li rridu l-investiment f'Malta, irridu wkoll din in-niche partikolari ta' attivita' kummerċjali, cioe' ta' casinos.", "Pero' naħseb li lkoll naqblu li s-salvagwardji li napplikaw għar-rigward ta' bank għandna napplikawhom ukoll għar-rigward ta' casino.", "Jekk ma nagħmlux hekk naqgħu fl-assurdita' - din kont aċċennajt għaliha fit-Tieni Qari - li dak li ma tistax tagħmel f'bank tista' tagħmlu f'casino.", "Dan m'huwiex sew.", "Se mai trid targumenta kif f'casino jkollok salvagwardji aktar iebsa u mhux inqas iebsa.", "Imma ħalli ma nidħlux f'dak l-argument u ngħidu li għandna nagħmluhom ugwali.", "Il-vantaġġi ta' l-emenda oriġinali huma li hija kkopjata minn liġijiet oħra - m'hemm xejn ħażin li tikkopja minn liġijiet oħra, anzi jkun aktar faċli biex tinterpretahom fil-qrati, u jiena stess kont tajt il-parir lill- Gvern biex nikkopjaw dak li għandna fil-Banking Act, fil-Financial Institutions Act u f'liġijiet oħra rilevanti - u li l-obbligi li għamilna fuq l-uffiċjali tal-banek jorbtu wkoll spetturi tal-gvern jew uffiċjali oħra maħtura taħt il-Gaming Act.", "Hekk irridu nagħmluha din il-liġi.", "Jena nappella lill-Gvern biex isostni l-loġika li hu stess kien aċċetta fl- emenda oriġinali tiegħu wara li konna ddiskutejna dan is-suġġett fit-Tieni Qari.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Se nikkwota minn artiklu 9 ta' l-Att ta' l- 1994 kontra Money Laundering, li jgħid hekk:", "''(1) Il-Ministru jista' jagħmel regoli u regolamenti in ġenerali kif ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni aħjar tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, u, in partikolari, jista' permezz ta' dawn ir-regoli jew regolamenti, jipprovdi għar-regolament u l-kontroll ta' banek, istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jipprovdi inter alia għal proċeduri u sistemi għal taħriġ, identifikazzjoni, żamma ta' records, rapporti interni u rapporti lill- awtoritajiet ta' sorveljanza għall-prevenzjoni ta' money laundering.", "(2) Il-Ministru jista' b'regolamenti jestendi d-dispożizzjonijiet kollha ta' dan l-Att jew parti minnhom u ta' regolamenti magħmula taħt dan l-Att għal kategoriji ta' azjendi u ta' professjonijiet li jwettqu attivitajiet li fl-opinjoni tal-Ministru jistgħu b'mod partikolari jintużaw għal finijiet ta' money laundering.", "(3) Ir-regoli u r-regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu jimponu pieni jew penalitajiet oħra rigward kull kontravvenzjoni jew nuqqas ta' tħaris ta' mhux iżjed minn multa ta' Lm20,000 (għoxrin elf lira Maltija) jew priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.\".", "Issa klawsola 40 ta' l-abbozz li għandna quddiemna tgħid hekk:", "''Il-Ministru responsabbli għall-finanzi bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-ġustizzja, jista' b'ordni jipprovdi linji gwida dwar l-imġieba ta' detentur ta' liċenza, spettur jew il-Bord għar- rigward ta' ċertu transazzjonijiet li jistgħu jagħtu lok għal xi suspett ta' money laundering, u jista' b'mod partikolari jipprovdi li d-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 kontra Money Laundering, ikunu japplikaw għal każino' b'dawk il-modifiki u addattamenti li jistgħu jiġu speċifikati fl-Ordni.''.", "Ma tistax taqbad l-artiklu tal-liġi kontra l-money laundering u kull fejn hemm il-kelma \"banek\" tissostitwiha bil-kelma \"casino'\" għax kieku nsolvu l- problema kollha.", "(Interruzzjonijiet) Le, din il-liġi tapplika għal kollox imma trid tiġi estiża speċifikament.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk il-liġi dwar il-money laundering ma tapplikax għal casino, nifhem li tista' testendiha taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Pero' jekk tapplika, allura kif inhi proposta din il-klawsola qed tillimita l-forza ta' l-awtorita' li tikkontrolla l-money laundering.", "Dan huwa l-punt tiegħi.", "Jekk ma tapplikax u allura hemm bżonn ordni tal-ministru biex testendiha, wieħed jista' jargumenta li għalkemm m'huwiex obbligat li japplikaha għal casino, fil-fatt se japplikaha u allura jrid jagħmel ċerti kondizzjonijiet u restrizzjonijiet.", "Pero' l-impressjoni tiegħi hi li kif inhi l-liġi dwar il-money laundering, tapplika għal kollox.", "Dawk li semma l-Ministru meta kien qed jikkwota mil-liġi huma eżempji ta' istituzzjonijiet l-aktar li għandhom x'jaqsmu ma' flus, jiġifieri istituzzjonijiet ta' kreditu u banek, u allura fil-liġi jridu jissemmew speċifikament.", "Nimmaġina li f'istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet oħrajn bħal casino, jekk xi ħadd imur b'somom kbar ta' flus u ma jkollux spjegazzjoni dwar minn fejn ikunu ġew, wieħed jista' jitlob il-verifiki neċessarji.", "Dan hu l-punt tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jiena kont se nipproponi li klawsola 40 issir b'mod ġenerali.", "Naħseb li jekk il-ministru tal-finanzi juża l- awtorita' taħt il-liġi dwar il-money laundering, ir-riżultat se jkun l- istess daqslikieku juża l-awtorita' taħt dan l-Att.", "Jiena kont se nissuġġerixxi - forsi din wieħed għandu jikkonsidraha - illi din il- klawsola tiġi taqra hekk:", "''Il-Ministru responsabbli għall-finanzi ...''", "- għalija il-kliem ''bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-ġustizzja'' m'humiex neċessarji u jekk wieħed irid jibqa' in line mal-provvedimenti li hemm dwar il-banek, jistgħu jitħallew barra -", "''... jista' b'ordni jipprovdi ...\".", "Il-punt tiegħi huwa li rridu nagħtu s-setgħa lill-ministru tal-finanzi biex jagħmel regoli u regolamenti in line mal-Money Laundering Act, b'riferenza speċifika għal casino.", "Fil-fatt dak hu li rridu nagħmlu aħna.", "Jien naħseb li l-Oppożizzjoni u l-Gvern għandhom l-istess direzzjoni.", "Mela ejja naqblu fuq il-konċett l-ewwel u mbagħad il-kliem joħroġ waħdu.", "Jien qed ngħid li din il-klawsola għandha tiġi b'dan il-mod:", "''Il-Ministru għall-finanzi jista' jagħmel regoli u regolamenti sabiex id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 kontra Money Laundering, ikunu applikabbli għal każino' ...''", "Forsi l-idea hija aktar fina imma b'mod ġenerali naħseb li hekk trid issir.", "Ħalli nerġa' nirrepeti x'għandi f'moħħi.", "Il-konċett huwa li l-ministru responsabbli mill-finanzi jista' jagħmel jew jipprovdi regoli u regolamenti sabiex id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 kontra Money Laundering ikunu applikabbli għall-casinos.", "Fi kliem ieħor qed nissuġġerixxu li r-regoli u r-regolamenti li jeżistu fil- liġi tal-money laundering ikunu japplikaw ukoll għal din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena li għandi f'moħħi m'hux li sempliċement nestendu l-provvedimenti li jeżistu fil-liġi tal-money laundering għal-liġi li għandna quddiemna imma li napplikaw il- provvedimenti ta' liġi li kienet saret sussegwenti għal dik tal-money laundering.", "Qed nirriferi għall-Att Nru. XXII ta' l-1994 dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji, fejn insibu li l-obbligi ta' l-ispetturi u uffiċjali li huma nkarigati mill-istituzzjonijiet finanzjarji huma marbutin b'mod dirett mal-provvedimenti tal-liġi kontra money laundering.", "Fil-fatt jidhirli li hemm provvedimenti simili anke fil-liġi li għandha x'taqsam mal- banking.", "B'din ir-rabta totali ma nkunux qegħdin sempliċement nestendu l- provvedimenti ta' din il-liġi għall-isfera ta' casino, imma nestendu wkoll l-obbligi tal-persuni nkarigati, jiġifieri ta' l-uffiċjali li jibgħat il- gvern stess, kif ukoll tal-licensee.", "Naħseb li jekk isir hekk, ir-rabta tkun ferm aktar totali milli kieku kellna nestendu biss id- dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-money laundering mingħajr ma ngħidu b'liema mod huma marbuta l-uffiċjali b'din il-liġi.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Subartiklu (3) ta' artiklu 25 ta' l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji, jgħid hekk:", "''Meta funzjonarju ta' istituzzjoni finanzjarja jkollu għalfejn jaħseb li transazzjoni jew transazzjoni proposta tista' tinvolvi money laundering, huwa obbligat li jimxi skond ir-regolamenti maħruġa taħt l- Att ta' l-1994 kontra Money Laundering u skond kull linja ta' gwida magħmula mill-Awtorita' Kompetenti.", "It-tħaris għad-dispożizzjonijiet ta' dan is-subartikolu ma għandux jikkostitwixxi ksur ta' konfidenzjalita'.\".", "Jiġifieri l-appell tiegħi m'huwiex biss biex li nestendu l-money laundering provisions għal-liġi dwar il-logħob imma li mbagħad nagħmlu wkoll l-obbligu fuq il-funzjonarji relattivi, f'dan il-każ il-licensees u l-ispetturi tal- gvern.", "Jiġifieri jekk nagħmlu l-emenda li qed isemmi l-Ministru u magħha nżidu l-provvedimenti ta' subartiklu (3) ta' artiklu 25 ta' l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - ovvjament b'xi tibdil fil-kliem - inkunu għamilna għall-casinos dak li sar fl-isfera finanzjarja.", "Dan hu l-argument kollu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Bir-rispett kollu, naħseb li dorna ċirku tond għax klawsola 40, kif ippropenejtha jien, tagħmel riferenza proprju għaż-żewġ istituzzjonijiet li għadek kemm semmejt inti.", "Klawsola 40 kif proposta fl-abbozz tgħid hekk:", "''Il-Ministru responsabbli għall-finanzi bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista' b'ordni jipprovdi linji gwida dwar l-imġieba ta' detentur ta' liċenza, spettur jew il-Bord għar-rigward ta' ċertu transazzjonijiet li jistgħu jagħtu lok għal xi suspett ta' money laundering ...''.", "U hawnhekk nistgħu nħallu barra l-kliem ''bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-ġustizzja''.", "Din il-klawsola tipprovdi l-istess gwida li ġiet indikata fil-liġijiet finanzjarji.", "Jien naħseb li mhux talli m'hijiex idea ħażina anzi hija pożittiva li ssir rabta ma' dawn il- liġijiet, fis-sens li tiġi indikata l-liġi li qed tissuġġerixxi int u r- regoli u r-regolamenti jkunu jirriflettu l-istess prinċipji.", "M'hemmx dubju li l-għan tal-Gvern u dak ta' l-Oppożizzjoni huma l- istess.", "Issa rridu naraw kif se nsibu l-makkinarju biex naslu għalih.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-fatt naħseb li rridu nagħmlu żewġ affarijiet, jiġifieri dak li għadu kif qara l-Ministru ndaħħluh bħala subklawsola (1) u mbagħad nikkopjaw subartiklu (3) ta' artiklu 25 ta' l-Att XXII ta' l-1994 u nagħmluh bħala subklawsola (2) ta' klawsola 40 biex ladarba tkun applikajt il-provvedimenti rigward money laundering għall- isfera tal-casino, tagħmel ukoll l-obbligu legali fuq il-funzjonarji relattivi - issa niġu għad-definizzjoni tagħhom; jien nipproponi li jkunu l- licensees u l-ispetturi, u jista' jkun hemm ukoll xi nies oħra - li jridu jimxu skond dawk id-dispożizzjonijiet.", "Għax inkella, fl-opinjoni tiegħi, tiġi f'anomalija legali li inti għandek il-poter li b'avviż legali testendi provvedimenti ta' liġi għall-isfera ta' casinos imma mbagħad ma jkollokx l- obbligu fuq l-individwu li jobdi dawk ir-regolamenti.", "Jien qed nissuġġerixxi li ssir l-emenda tal-Ministru - naqbel perfettament magħha - u magħha jiżdied dan li għandi kif qrajt jien biex meta funzjonarju jkollu għalfejn jaħseb li transazzjoni, eċċ., tikkostitwixxi breach ta' money laundering regulations, ikun obbligat li jirrapporta dak il-każ lill-awtoritajiet.", "Hawnhekk qed nipprova nagħmel rabta legali assoluta ma' dak li qed jipproponi l-Gvern, wara d-diskussjoni li kellna fil-Kamra, biex il-provvedimenti ta' money laundering japplikaw anke għal din l-isfera.", "Issa biex din norbtuha b'mod li tkun foolproof, għandna ngħidu li l-uffiċjali li rridu nidentifikaw ikunu żgur l-ispetturi tal-gvern kif ukoll dawk li għandhom liċenza.", "Issa tista' tgħid: Min għandu liċenza jrid jara t-tħaris tad-dover pubbliku?", "Din wieħed irid jiddiskutiha imma żgur li l-uffiċjali li jibgħat il-gvern biex jaraw kemm kien hemm ġbir ta' flus fuq l-imwejjed tal-casinos għal skopijiet ta' taxxa, għandu jkollhom ukoll il-funzjoni li jekk jiltaqgħu ma' każ li dwaru jkollhom xi suspett ta' ħasil ta' flus, dan jirrapportawh.", "B'dan il-mod dak li inti qed testendi tkun qed torbtu b'konsegwenzi anke fuq l-individwi li jridu jwettqu dak l-obbligu.", "L-argument tiegħi - forsi l-Avukat Ġenerali jifhem il-preokkupazzjoni tiegħi u nawgura l-aqwa pariri mingħandu - huwa dan: Fil-liġijiet dwar l- istituzzjonijiet finanzjarji evidentement japplikaw ir-regolamenti dwar money laundering - naħseb li fuq dan hemm qbil kemm mill-Gvern, kemm mill- Oppożizzjoni, kif ukoll mill-Avukat Ġenerali - imma għidna wkoll li l- uffiċjali huma marbuta bir-regolamenti.", "M'għidniex biss li l-ministru jestendi r-regolamenti ta' money laundering għall-banek jew għall- istituzzjonijiet finanzjarji imma għamilna l-obbligu b'mod personali fuq il- funzjonarji ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji.", "Jien naturalment m'iniex qed nipproponi li nikkopjaw dawn il-provvedimenti mingħajr ma nadattaw il- kliem imma qed ngħid li dak li fil-liġi ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji huwa obbligu personali fuq il-funzjonarji ta' istituzzjonijiet finanzjarji li diġa' hemm avviż legali japplika għalihom, f'dan il-każ għandu jsir obbligu fuq min għandu liċenza u fuq spetturi maħtura mill-Gvern taħt din il-liġi.", "Dan kulma qed nipproponi.", "Huwa evidenti li jiena m'iniex qed nipproponi li nikkopjaw il-kliem ''funzjonarji ta' istituzzjonijiet funzjonarji'' imma qed ngħid li għandu jidħol dan il-porvvediment li ġej:", "''Meta spettur ikollu għalfejn jaħseb li tranżazzjoni proposta tista' tinvolvi money laundering, huwa obbligat jimxi skond ir-regolamenti maħruġa taħt l-Att ta' l-1994 kontra Money Laundering u skond kull linja ta' gwida magħmula mill-Awtorita' Kompetenti.''.", "Jidhirli li jekk nagħmluha hekk ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin.", "Anzi b'dan il-mod ma nkunux qed inpoġġu lill-ispetturi maħtura taħt din ikl-liġi f'pożizzjoni aktar vantaġġjuża milli huma l-uffiċjali fl-istituzzjonijiet finanzjarji.", "L-Avukat Ġenerali jaqbel ma' din il-proposta?", "Jien qed ngħid li għandu jkun hemm dan l-obbligu fuq l-individwu, għax inkella se jkollna xi ħaġa vaga ħafna.", "F'dak li qed jipproponi l-Gvern s'issa nifhem l-iskop tajjeb li l-ministru responsabbli mill-finanzi, waħdu jew bl-assistenza tal- ministru tal-ġustizzja - naqbel mal-kollega tiegħi li hija immaterjali jkunx biss il-ministru tal-finanzi jew inkella flimkien mal-ministru tal- ġustizzja - jestendi l-provvedimenti tal-liġi kontra money laundering għal- liġi dwar il-logħob.", "Pero' l-provvedimenti tal-liġi kontra l-money laundering prinċipalment huma li jekk l-uffiċjali li huma responsabbli mit- twettiq ta' dik il-liġi jaraw suspett, jagħmlu rapport dwar il-każ.", "Dak hu l-obbligu prinċipali?", "(Interruzzjonijiet) Mela hawn mhux qed naqblu.", "Jien nissuġġerixxi li nissospendu ftit il-Kumitat ħalli nkunu nistgħu niddiskutu dan il-punt ma' l-Avukat Ġenerali.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, jien naqbel ma' dan, pero' qabel xejn nitlob il-permess sabiex l-emenda \"O\" għal klawsola 40 tiġi rtirata.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda ġiet irtirata.", "Fis-7.25 p.m. il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fis-7.40 p.m.", "THE CHAIRMAN: |l-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 40:", "''Z'' Klawsola 40 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok il-kliem \"Il-Ministru responsabbli għall-finanzi\" għandhom jidħlu l-kliem \"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 kontra Money Laundering u ta' l-artikolu 50 ta' dan l-Att, il-Ministru responsabbli għall-finanzi\"; u", "(b)minflok il-kliem \"d-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 kontra Money Laundering\"għandhom jidħlu l-kliem \"d-dispożizzjonijiet tas- subartikolu (1) ta' l-artikolu 9 ta' l-Att ta' l-1994 kontra Money Laundering\".", "''Z'' Clause 40 shall be amended as follows:", "(a) for the words \"The Minister responsible for finance\" there shall be substituted the words \"Without prejudice to the provisions of the Prevention of Money Laundering Act, 1994, and of section 50 of this Act, the Minister responsible for finance\"; and", "(b) for the words \"the provisions of the Prevention of Money Laundering Act, 1994,\" there shall be substituted the words \"the provisions of subsection (1) of section 9 of the Prevention of Money Laundering Act, 1994,\".", "Mr Chairman, nixtieq ukoll nipproponi din l-emenda:", "''AA'' Klawsola 40 preżenti kif emendata għandha tiġi enumerata mill- ġdid bħala subklawsola (1) tagħha, u minnufih wara subklawsola (1) kif enumerata mill-ġdid għandha tidħol is-subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(2) Meta spettur, jew impjegat ta' każinò jkollu għalxiex jaħseb illi xi negozju jew negozju propost f'każinò jkun jista' jinvolvi ħasil ta' flus, hu għandu jimxi skond ir-regolamenti maħruġa taħt l- Att ta' l-1994 kontra l-Money Laundering u kull regolament maħruġ taħt dan l-Att applikabbli dwar l-istess.\".", "''AA'' The present clause 40 as amended shall be renumbered as subclause (1) thereof, and immediately after subclause (1) as renumbered there shall be added the following subclause:", "\"(2) Where an inspector or a casino employee has reason to suspect that a transaction or a proposed transaction could involve money laundering, he shall act in accordance with regulations made under the Prevention of Money Laundering Act, 1994, and any regulation made under this Act, applicable thereto.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nifhem li wara diskussjonijiet mill-aktar kordjali li kellna bejnietna u anke ma' l-Avukat Ġenerali dwar drafting aħjar għal din il-liġi, l-Avukat Ġenerali għaraf il-validita' ta' l- argumenti li għamilna u napprezzaw id-drafting aħjar li qed issir permezz ta' dawn l-emendi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda ''Z'' għal klawsola 40.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"Z\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda ''AA'' għal klawsola 40.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"AA\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 40, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 40, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Fis-7.50 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "THE DEPUTY SPEAKER (L-Onor.", "Michael Bonnici): Il-Ministru ta' l- Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nipproponi l-konsiderazzjoni mill-ġdid fil- Kumitat ta' xi klawsoli ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE BORG: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li xi klawsoli ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jkunu kkonsidrati mill-ġdid fil-Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 6 - Funzjonijiet tal-Bord.", "Clause 6 - Functions of the Board.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, għal klawsola 6 nipproponi din l-emenda:", "''AB'' Minflok il-kliem \"jagħmel regolamenti\" f'paragrafu (g) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 6, għandhom jidħlu l-kliem \"jagħti parir lill-Ministru dwar għemil ta' regolamenti\".", "''AB'' For the words \"to make regulations\" in paragraph (g) of subclause (1) of clause 6, there shall be substituted the words \"to advise the Minister on the making of regulations\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda għal klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"AB\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 6, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 - Logħob fil-każino'.", "Clause 30 - Gaming in the casino.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, għal klawsola 30 se nipproponi din l-emenda:", "\"AC\" Minflok klawsola 30 għandu jidħol dan li ġej:", "\"Logħob fil-każinò.", "30.", "Il-Ministru jista' b'mod ġenerali jagħmel regolamenti li bihom jispeċifika l-patti u l-kundizzjonijiet skond liema regolamenti għandu jsir il-logħob f'każinò.", "Il-Bord jista' b'mod partikolari f'liċenza ta' każinò jispeċifika patti u kundizzjonijiet li ma jkunux patti u kundizzjonijiet projbiti bir-regolamenti, skond liema regolamenti għandu jsir il-logħob f'każinò.\".", "\"AC\" For clause 30 there shall be substituted the following:", "\"Gaming in the casino.", "30.", "The Minister may make regulations specifying in a general manner the terms and conditions according to which gaming is to be conducted in a casino.", "The Board may in a casino licence specify in a particular manner terms and conditions, being terms and conditions not prohibited by regulations, according to which gaming is to be conducted in a casino.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment qed nifhmu li l-emenda li qed issir issa, kif ukoll l-emenda preċedenti, huma ntiżi biex ikun ċar li r- regolamenti jsiru kollha mill-ministru.", "Il-funzjoni tal-bord hija limitata għall-ħruġ ta' liċenzja u din trid tkun skond ir-regolamenti jew f'kull każ ma tistax tkun kontra dak li hemm fir-regolamenti.", "THE CHAIRMAN: La m'hemmx aktar rimarki, se npoġġi l-mistoqsija.", "Il- mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 30.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda ''AC'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 30, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 30, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 35 - Cheques.", "Clause 35 - Cheques.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, għal klawsola 35 nipproponi din l-emenda:", "\"AD\" F'subkalwsola (1) ta' klawsola 35, minflok il-kliem \"regolament magħmul mill-Bord\" għandhom jidħlu l-kliem \"regolament magħmul mill- Ministru\".", "\"AD\" In subclause (1) of clause 35, for the words \"regulation made by the Board\" there shall be substituted the words \"regulation made by the Minister\".", "Din l-emenda tirrifletti dak li ftehemna dwaru, jiġifieri li l-Ministru se jagħmel ir-regolamenti u mhux il-bord.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din hija emenda oħra li qbilna dwarha.", "Id- direttivi jistgħu joħorġu mill-bord pero' r-regolamenti jsiru mill- ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 35.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"AD\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 35, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 35, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq niġbed l-attenzjoni li fit-table of contents, fit-test Malti, il-marginal note ta' klawsola 17 minflok ''Ċediment ta' liċenza ta' każino''' trid tiġi ''Rinunzja ta' liċenza ta' każino'''; fil- każ ta' klawsola 18 minflok ''Ħarsien ta' liċenza\" trid tiġi \"tħassir ta' liċenza\"; u għal klawsola 50 minflok ''Setgħa ta' għamir/regoli'' trid tiġi ''Setgħa biex isiru regolamenti''.", "L-uniku tibdil li jrid isir fit-test Ingliż tat-table of contents huwa għall-marginal note ta' klawsola 50 li minflok ''Power to make rules'' trid tiġi ''Power to make regulations''.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naqbel li jsiru dawn l-emendi u jekk ikun hemm xi żbalji żgħar oħra jistgħu jiġu kkoreġuti bl-awtorizzazzjoni li tajna lill-Iskrivan tal-Kamra.", "Fit-8.01 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta klawsoli 6, 30 u 35 mgħoddija b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "THE MALTA TOURISM SERVICES BILL", "Ikompli mit-23 ta' Frar, 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Grazzi, Madam Speaker.", "Wara pawsa daqsxejn twila fid-diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi, fl-aħħar qed nerġgħu niddibattu t-tema tat-turiżmu.", "Tajjeb li wieħed ifakkar illi din hija liġi oħra ġdida u innovattiva li qed tiġi introdotta minn dan il-Gvern.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi propost it-twaqqif ta' entitajiet innovattivi f'dak li jirrigwarda l-kamp turistiku.", "L-aktar tliet punti li jispikkaw huma t- twaqqif ta' awtorita' nazzjonali tat-turiżmu, it-twaqqif ta' direttorat tat- turiżmu u t-twaqqif ta' bord ta' l-appelli dwar it-turiżmu.", "Jiena m'iniex beħsiebni nidħol fl-aspetti tekniċi għax naħseb li kull wieħed u waħda minna naqblu ma' l-aspett globali ta' din il-liġi.", "Pero' tajjeb li ngħidu li din il-liġi taħseb biex tirregola dan is-settur u ġġibu jaħdem fuq linji aktar professjonali.", "Ħalli ngħid x'irrid infisser b'dan u se naqbeż fuq l-aspett mediku.", "Dan l-aħħar kellna każ ta' żewġ tobba barranin li riedu jimportaw xi tip ta' mushrooms biex ikunu jistgħu joffruhom bħala mezz ta' kura għall-pazjenti li jkunu morda bil-cancer.", "Sfortunatament il-Ministru Farrugia ma setax jaċċetta din is-sitwazzjoni għas-sempliċi raġuni li dawn it-tobba ma kellhomx warrant biex jipprattikaw fil-gżejjer Maltin.", "Fil-qasam tat-turiżmu l-liġi l-ġdida qiegħda tipproponi li dan is-settur ikun immexxi fuq linji aktar professjonali u li dak li diġa' jeżisti nħaddmuh b'mod aktar effiċjenti għall-gwadann ta' kulħadd, l-aktar ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Aħna ma nistgħux naffordjaw li nħallu l-industrija tat-turiżmu tilħaq dimensjonijiet relattivament kbar fl-ekonomija ta' pajjiżna u fl-istess ħin tibqa' taħdem fuq il-linji li qed taħdem fuqhom illum il-ġurnata.", "Filwaqt li f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea l-industrija tat-turiżmu tikkontribwixxi għal madwar 5.5% tal-prodott gross domestiku annwali, hawn Malta din l-industrija tikkontribwixxi għal madwar 20% tal-prodott gross domestiku u sservi biex timpjega madwar 6.7% tal- workforce tagħna.", "Ta' min jgħid li għalkemm dawn huma figuri uffiċjali, żgur li huma figuri konservattivi għall-aħħar.", "Fil-fatt hawn min jgħid li l-industrija turistika tikkontribwixxi mhux għal 20% tal-GDP imma għal madwar 30% tal-prodott gross domestiku filwaqt illi l-persentaġġ tal- workforce tagħna involuta f'din l-industrija m'huwiex 6.7% imma jista' jlaħħaq kważi tliet darbiet aktar minn hekk.", "Ikun hawn min jargumenta - kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra - li effettivament m'huwiex tajjeb li l-ekonomija ta' pajjiż tkun tiddependi daqstant fuq settur wieħed u tkun daqstant speċjalizzata.", "Iżda min-naħa l- oħra, dan il-kontribut qawwi ta' mill-inqas one-fifth tal-prodott gross domestiku jindika mill-inqas żewġ affarijiet pożittivi.", "L-ewwelnett it- turiżmu qiegħed jisfruttalek b'mod effiċjenti l-ambjent tipikament Mediterranju ta' pajjiżna, li huwa wieħed mill-ftit riżorsi naturali li joffri pajjiżna, u t-tieni li l-poplu Malti, kemm storikamement kif ukoll ġeografikament, dara jagħti servizz lill-barrani u allura x-xogħol konness mat-turiżmu jiġi bħala second nature għalina.", "Meta wieħed jara din id- dipendenza qawwija ta' l-ekonomija tagħna fuq is-settur turistiku bilfors li jifhem għaliex pajjiżna huwa ngranat proprju mill-pedamenti tiegħu biex ikun jista' joffri dan is-servizz.", "Dan kollu jġibni għall-punt importanti li ġaladarba l-industrija tat-turiżmu hija daqstant importanti għall- ekonomija tal-pajjiż, ma nistgħux nippermettu li nħallu dan is-settur jitmexxa b'mod arbitrarju.", "Kulħadd jaf li dan is-settur tant vitali għall- ekonomija tagħna huwa delikat ħafna u jista' jiġi influwenzat minn diversi fatturi li se naqsamhom f'żewġ gruppi.", "Hemm il-fatturi esteri li aħna bħala pajjiż m'għandniex kontroll fuqhom, u hemm imbagħad fatturi interni.", "Fost il-fatturi interni, l-ewwel ħaġa li tiġi f'moħħni llejla - u ma nistax ma nsemmihiex - hija proprju t-tneħħija tal-VAT.", "Dan il-pass mill- ewwel irrifletta ruħu fi tnaqqis ta' l-ispejjeż għal-lukandi tagħna u b'hekk dawn ġew f'pożizzjoni aħjar biex jikkompetu ma' lukandi barranin, speċjalment ma' dawk tal-pajjiżi ġirien tagħna.", "Fil-fatt, kif stennejna, b'effett ta' dawn il-miżuri interni, in-numru totali ta' turisti li żaru xtutna żdied b'ammont konsiderevoli.", "Li nerġgħu npoġġu t-turiżmu fit-triq it-tajba kienet waħda mill-prijoritajiet ta' Gvern Laburista ġdid u nassigurakom li din ma kenitx ħaġa faċli, speċjalment meta proprju fis-sena ta' qabel ma tlajna fil-gvern sfortunatament esperjenzajna a downward trend ta' 6% fit-turiżmu lejn Malta.", "U mhux billi l-Onor.", "Edwin Vassallo jiġi joqgħod jitgħajjar u jgħid li bit-tmexxija tagħna r-rata tan-negozju naqset, qisu dan kien kollu tort tagħna!", "Fil-fatt in-negozju kien ilu jnaqqas mir-ritmu tiegħu u waħda mill-akbar raġunijiet għal dan kienet proprju din id-downward trend fit-turiżmu illi seħħet fl-aħħar sena ta' tmexxija Nazzjonalista.", "Dan ġara minħabba l- multiplier effect ta' l-ekonomija għax peress li, kif diġa' spjegajt, l- ekonomija tal-pajjiż tiddependi ħafna minn dan is-settur, jekk dan imur ħażin awtomatikament kollox jibda jnaqqas ir-ritmu.", "Diġa' għidt li wara li writna din id-downward trend ta' 6% fit-turiżmu, fl-ewwel sena tat-tmexxija tagħna rreġistrajna żieda sabiħa fl-għadd ta' turisti li żaru pajjiżna, u dan meta madwar id-dinja kollha kien qed ikun hemm bidliet fit-trend tat- turiżmu.", "Naturalment hawnhekk qed nirriferi għat-turiżmu internazzjonali.", "Fil-fatt il-long-haul destinations saru aktar popolari, speċjalment f'dawk is-swieqi illi aħna tradizzjonalment niddependu fuqhom.", "F'din l-industrija m'huwiex biżżejjed li noqogħdu attenti aħna.", "Fatturi esteri li jkunu qed jiġru fil-pajjiżi qrib tagħna ftit jew wisq u tajjeb jew ħażin jistgħu jinfluwenzaw it-turiżmu.", "F'dan il-kontest ma nistax ma nsemmix żewġ avvenimenti importanti.", "L-ewwelnett hemm is-sitwazzjoni fil- Golf, li kienet bdiet tiżvolġi madwar xahar ilu, fejn is-sitwazzjoni kienet sejra minn ħażin għall-agħar.", "Għalkemm sakemm ġejna biex inkomplu niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi s-sitwazzjoni tranġat xi ftit, ħadd ma jista' jkun żgur li effettivament intlaħaq ftehim dejjiemi bejn il- protagonisti f'din il-ġrajja.", "Sitwazzjoni oħra li tista' faċilment taffettwa s-settur turistiku f'pajjiżna hija dik tal-Middle East, fejn jekk ikun hemm distabilizzazzjoni ta' l-ekonomija, awtomatikament aħna nieħdu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni u b'ċertu għaqal inkunu nistgħu nisfruttawha bl-aktar mod effiċjenti ħalli nattiraw aktar turisti lejn xtutna.", "Proprju l-bieraħ fl-aħbarijiet smajna li sabiex id-drachma Griega tiġi aktar aċċettabbli għall-EMU, il-Gvern Grieg qabel li jiżvaluta l- munita b'madwar 14%.", "Effettivament din is-sitwazzjoni lilna tista' tolqotna ħażin daqskemm is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani tista' tolqotna tajjeb jekk nisfruttawha tajjeb.", "Is-sitwazzjoni li żvolġiet fil-Greċja bl- iżvalutar fil-munita Griega, tfisser li fejn jidħlu s-servizzi turistiċi l- Greċja se tkun f'pożizzjoni li toffri prezzijiet aktar kompetittivi għas- swieq internazzjonali u allura l-Greċja se tkun għadma aktar iebsa biex aħna nkunu nistgħu nikkompetu magħha.", "Dan qed ngħidu biex nagħti eżempju ta' kif fatturi esterni jistgħu jaffettwaw is-suq turistiku tagħna.", "Sabiex napprezzaw aktar is-suċċess li qed jikseb Gvern Laburista f'dan is- settur, tajjeb li naraw x'qed jiġri fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, li l-Oppożizzjoni tħares lejhom kważi b'mod reverenzjali u trid li nissieħbu magħhom kważi b'għajnejna magħluqa.", "L-ewwelnett tajjeb li ninnotaw li s-sena l-oħra ż-żieda fl-għadd ta' turisti li waslu Malta kienet ta' madwar 5.4% filwaqt li ż-żieda medja fil-pajjiżi ewlenin ta' l- Ewropa, li ħafna minnhom huma membri ta' l-Unjoni Ewropea, kienet biss ta' 3.6%.", "Fil-fatt pajjiżna kellu r-raba' l-akbar rata ta' tkabbir fit-tourist arrivals meta mqabbel ma' pajjiżi ewlenin ta' l-Ewropa u qablu hemm biss Franza, Spanja u l-Greċja rispettivament.", "X'ifisser dan, Madam Speaker?", "Ifisser li f'dan is-settur aħna żgur li sejrin aħjar minn pajjiżi ferm akbar minna.", "Jien nixtieq li bil-permess tal-Kamra inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-percentage change ta' tourist arrivals f'pajjiżi Ewropej.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru ċifri globali dwar it-turiżmu maħruġa mill-World Tourism Organisation.", "Jiena persważ illi dan s-suċċess li kellna fit-turiżmu s-sena l-oħra m'huwiex b'kumbinazzjoni.", "Kulħadd jaf kemm dan il-Gvern iħares lejn it- turiżmu minn lenti pożittiva u jemmen li effettivament it-turiżmu għandu jkun il-mutur ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Għalhekk kif tlajna fil-gvern bdejna sensiela ta' proġetti li għenu u se jkomplu jgħinu biex din l- industrija tavvanza għall-ġid u l-gwadann tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Hawnhekk irrid nifraħ kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lill-Ministru Karmenu Vella għall-ħidma fejjieda tagħhom f'dan ir-rigward.", "Ġew innedija diversi proġetti turistiċi matul l-amministrazzjoni preżenti, fosthom il-proġett ta' Buġibba, u, kif jaf kulħadd, din is-sena se nkunu qegħdin nagħmlu enfasi fuq it-tisbiħ tan-nofsinhar ta' Malta, speċjalment Marsaxlokk, Birżebbuġa, kif ukoll Wied il-Għajn, li għal snin sħaħ fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti baqa' ttraskurat.", "U dan mhux qed ngħidu jien biss imma jgħiduh in-nies kollha li jgħixu fl-inħawi kif ukoll il-businessmen li jridu jaqilgħu x'jieklu minn hemmhekk.", "Dawn l- inħawi aħna se nieħdu ħsiebhom u nsebbħuhom biex inkunu nistgħu nattiraw aktar nies lejn dan ir-reġjun ta' Malta.", "F'dan il-Parlament għadna kif iddiskutejna abbozz ta' liġi li jittratta l- ħruġ ta' liċenzi għal casinos ġodda.", "Qed jissemma wkoll l-iżvilupp ta' golf course ġdid li 'l quddiem wieħed għad irid jitkellem dwaru.", "Dan iġibni għall-punt kruċjali ta' l-intervent tiegħi llejla li permezz tiegħu ridt naqsam xi ħsibijiet b'mod speċjali mal-membri tan-naħa l-oħra biex forsi fl-aħħar jifhmu min tabilħaqq għandu raġun fil-politika barranija ta' pajjiżna u kemm aħna nitkellmu bil-fatti u mhux bil-paroli sbieħ biss.", "Fis-26 ta' Novembru li għadda, meta ltaqa' l-EU Tourism Council - l- organu fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jaħseb biex jirregola l-kunsilli nazzjonali kollha tal-pajjiżi membri fi ħdan l-istess Unjoni u jikkorrispondi ma' dak li aħna qed nipprovaw inwaqqfu f'pajjiżna permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi - apparti li 13-il pajjiż qablu li jkollhom politika komuni fil-qasam tat-turiżmu, kien hemm żvolġiment interessanti għax ir-Renju Unit u l-Ġermanja ma qablux.", "Fil-fatt it-tkabbir fit-turiżmu ta' dawn iż-żewġ pajjiżi huwa iżgħar minn tagħna, allavolja għandhom riżorsi ferm akbar minn tagħna u wisq aktar milli ħallewlna biex naħdmu bihom ta' qabilna.", "Din hija proprju waħda mir-raġunijiet għalfejn għalissa aħna ma nħossuniex ippreparati biex nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea u minflok nippreferu li nistabilixxu a free-trade zone ma' din l- organizzazzjoni li aħna nirrikonoxxu li għandha ċerta importanza għal pajjiżna, speċjalment fil-kontest Ewro-Mediterranju.", "Tajjeb li wieħed jieqaf u jaħseb ftit fuq xi punti li jistgħu jaffettwaw ħażin lit-turiżmu tagħna kieku aħna kellna imminentement insiru membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd jaf illi l-Unjoni Ewropea għandha regoli u standards stretti ħafna dwar ċerti areas u jekk dawn ir-regoli jiddaħħlu f'pajjiżna, aktar u aktar jekk jiddaħħlu bl-għaġġla, żgur li jista' jkollhom riperkussjonijiet ħżiena fuq id-dħul mit-turiżmu tagħna.", "Ma rridx li ninftiehem ħażin.", "Jiena m'iniex qed nargumenta li sabiex ikollna prezzijiet aktar kompetittivi għandna nilliberalizzaw dan is-settur u nħallu lill-ħaddiema tagħna jaħdmu f'postijiet li jistgħu jkunu anke perikolużi.", "Pero' wieħed irid japprezza li peress li fl-EU hemm liġijiet u regoli stretti ħafna f'dak li jirrigwarda s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, jekk dawn ikollhom jiddaħħlu f'pajjiżna b'mod mgħaġġel jistgħu jħallu riperkussjonijiet ħżiena għax l-ekonomija fraġili tagħna forsi ma tkunx ippreparata għal dik il-bidla.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa dwar is-sistema ta' tassazzjoni.", "Kulħadd jaf kemm l-introduzzjoni tal-VAT affettwat ħażin lill-industrija tat- turiżmu u probabbilment kienet ir-raġuni ewlenija għad-downward trend ta' 6% li kellna fit-turiżmu fl-1996.", "Hemm ukoll diversi miżuri illi kieku nkunu membri sħaħ ta' l-EU ma nkunux nistgħu nimplimentawhom, fosthom il- forward buying rate li għandna mas-suq Ingliż.", "Inċidentalment dan ifakkarni f'dak li ġie rrapportat li qal il-kollega tan-naħa l-oħra, l- Onor. Refalo f'''The Sunday Times'' tal-15 ta' Frar, jiġifieri li t-tourist arrivals mis-suq Ingliż naqsu.", "Jiena ma nafx min għandu raġun pero' jien hawnhekk għandi tabella li tindika x'ġara s-sena l-oħra fir-rigward tat- tourist arrivals f'Malta.", "Din turi li s-sena l-oħra t-tourist arrivals mir- Renju Unit żdiedu.", "Fil-fatt fl-1996 kienu ġew madwar 300,000 mir-Renju Unit, filwaqt li fl-1997 ġew madwar 350,000 turist, jiġifieri kien hemm żieda ta' madwar 11%.", "Issa forsi lill-Onor.", "Refalo fehmuh ħażin pero' skond din it-tabella dak li ġie rrapportat li qal l-Onor.", "Refalo f'''The Sunday Times'' bit-titlu ta' ''Tourism Trends'' ma jirriflettix il-verita'.", "Din it-tabella tindika li apparti ż-żieda li kien hemm fit-turisti mir- Renju Unit, kien hemm ukoll żieda sabiħa fl-għadd ta' turisti minn pajjiżi oħrajn, fosthom mill-Ġermanja, fejn kien hemm żieda ta' 6%; mill-Olanda, fejn kien hemm żieda ta' 9%; mis-suq Belġjan, fejn kien hemm żieda ta' 19%; mis-suq Russu, fejn ukoll kien hemm żieda - anke fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti kien hemm żieda minn dan is-suq - ta' madwar 56%; u minn pajjiżi oħrajn fosthom l-Isvezja, l-Awstrija u l-Amerka.", "Effettivament nistgħu ngħidu li kien hemm żieda medja ta' 'l fuq minn 5% fit-turiżmu provenjenti lejn pajjiżna.", "Dawn il-fatturi kollha jindikaw illi f'dan is-settur mexjin tajjeb, pero' xorta m'aħniex kuntenti u nixtiequ nottjenu aktar u aħjar għal pajjiżna.", "Forsi jkun tajjeb li wieħed jipprova jippromwovi sferi speċjalizzati ta' turiżmu li nistgħu nressqu lejn pajjiżna, ngħidu aħna cultural tourism.", "M'huwiex biżżejjed li lil Malta nipprovaw inbigħuha għal skopijiet ta' turiżmu billi nuru ritratti tax-xtut ta' pajjiżna u nirreklamaw l-ambjent Mediterranju sabiħ tagħna, għax il-pajjiżi Mediterranji l-oħra għandhom piu' o meno l-istess affarijiet x'joffru.", "Pero ' meta wieħed iħares lejn Malta mil-lat ta' patrimonju Malti, dak li writna minn missirijietna, effettivament isib li l-pajjiż żgħir tagħna għandu ħafna x'joffri.", "Huwa diffiċli li ssib tempji bħal dawk li għandna aħna u għalhekk huwa tajjeb li nibdew nieħdu ħsiebhom aktar milli fil-fatt qed nagħmlu fil-preżent għax dawn jistgħu jattiraw lejn Malta turisti ta' ċerta klassi li għalkemm ikunu qed jagħmlu użu mill-infrastruttura daqs turisti oħrajn, iħallu aktar qligħ għax jonfqu aktar.", "Forsi jkun tajjeb li wieħed jaħseb ukoll fil-health tourism.", "Nafu li hawn Malta għandna biex niftaħru f'dak li għandu x'jaqsam ma' standards ta' mediċina u l-livell ta' tobba u speċjalisti tagħna huwa magħruf anke barra minn Malta.", "Hekk ukoll infirxet ir-reputazzjoni tajba li tgawdi anke barra minn Malta.", "Hekk ukoll infirxet ir-reputazzjoni tajba li tgawdi l-iskola medika Maltija, li hija fost l-eqdem fid-dinja.", "Għalhekk, fil-fehma tiegħi, is-servizzi kemm pubbliċi kif ukoll fil-privat, li toffri Malta fil- qasam mediku jistgħu jattiraw din il-kwalita' ta' turiżmu.", "Tip ieħor ta' turiżmu fejn Malta jista' jkollha potenzjal huwa dak fil- qasam ta' l-isport.", "Jien inħoss li hemm ħafna x'wieħed jista' jagħmel f'dan ir-rigward.", "Biżżejjed insemmu li l-pixxina nazzjonali tista' tiġi utilizzata aħjar, apparti li jekk jitwettaq il-proġett il-ġdid tal-golf course inkunu nistgħu nattiraw ukoll dak it-tip ta' turisti li jħobbu jipprattikaw dan l-isport.", "Fost setturi oħra ta' turiżmu speċjalizzat li wieħed jista' jikkonsidra li hemm huwa dak ta' l-agri-tourism, li jkollok setturi ta' nies li tinteressahom l-agrikoltura.", "Għalhekk il-proġett ta' l-organic farming li qed jipprova jwaqqaf sieħbi, il-Ministru Noel Farrugia, jista' jottjeni riżultati pożittivi mhux biss mil-lat ta' produzzjoni, imma anke mil-lat ta' turiżmu.", "Dawn huma punti li wieħed jista' jikkonsidra għat-titjib ta' dan is-settur.", "Biex nagħlaq irrid nerġa' ntenni illi effettivament is-settur turistiku huwa wieħed mis-setturi fejn dan i-Gvern, minkejja dak li sab ma' wiċċu meta tela' fil-gvern, overnight, f'temp ta' sena, irnexxielu jdawwar downward trend ta' 6% għal positive trend ta' 5.4%, jiġifieri kien hemm swing ta' 'l fuq minn 10%.", "Dan jindika illi f'dan is-settur bdejna b'pass it-tajjeb.", "Pero' m'aħniex se nikkuntentaw ruħna b'dak li sar.", "Nixtiequ nottjenu riżultati aħjar u tajjeb li wieħed jaħseb fuq il-linji li ssuġġerejt jiena.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, qed nitkellmu fuq settur li ċertament huwa delikat ħafna u proprju minħabba f'hekk wieħed irid jippjana bis-serjeta'.", "Naħseb li t-twaqqif ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu huwa pass fid-direzzjoni t-tajba biex wieħed ikun jista' jħares lejn il-futur b'ċertu ottimiżmu.", "Kif għidt, dan huwa settur delikat li jiddependi kemm minn dak li nagħmlu aħna bħala pajjiż u dak li jsir mill-awtorita', kif ukoll minn fatturi esteri li ma jiddependux direttament minn dak li jagħmlu l-Gvern Malti u l-istess Awtorita' tat-Turiżmu.", "Fil-passat kellna okkażjonijiet fejn minħabba problemi f'pajjiżi viċini tagħna, is-settur turistiku bata u għalhekk għidt li dan is-settur jiġi affettwat minn affarijiet li jiddependu minna u oħrajn li ma jiddependux minna.", "Pero' aħna rridu nħarsu lejn dawk l-affarijiet li l-gvern għandu jkun impenjat li jsaħħaħ u mat- twaqqif tagħha l-awtorita' għandha tagħmel l-almu kollu tagħha sabiex dak li jiddependi minna mhux biss inħarsuh imma nsaħħuħ.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jispeċifika x-xogħol u l-funzjonijiet ta' l-awtorita'.", "M'iniex se nerġa' nsemmihom għax kien hemm diversi kelliema li tkellmu dwarhom pero' bażikament l-awtorita' se jkollha l-funzjoni li tippromwovi u tiżviluppa lil Malta bħala destinazzjoni turistika.", "Nixtieq nagħmel xi rimarki dwar kif nistgħu nippromwovu lil pajjiżna biex ikun jista' jikkompeti aħjar ma' destinazzjonijiet oħra, speċjalment dawk li jikkompetu direttament magħna, bħalma hu Ċipru.", "Huwa inutli li f'pajjiżna jkollna ħafna 5-Star hotels - għalkemm huma importanti wkoll - jekk imbagħad ma jkunx hemm upgrading tal-prodott tagħna.", "Dan il-Gvern sa mill-bidunett wera biċ-ċar kemm qed iħares lejn upgrading tal-prodott turistiku u lejn ambjent aħjar f'pajjiżna.", "Wieħed jista' jsemmi l-proġett li tnieda, u li dalwaqt jibda jimmaterjalizza ruħu konkretament, dwar Marsascala, Birzebbuga u Marsaxlokk, postijiet li huma ffrekwentati minn għadd ta' turisti.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jirrimarka li m'għandniex nagħmlu upgrading tal-pajjiż sempliċement minħabba t- turiżmu, għax fl-aħħar mill-aħħar aħna ngħixu f'pajjiżna u għandna naraw li jissebbaħ għalina stess.", "Pero' ladarba t-turiżmu għalina huwa importanti ħafna, tajjeb li naħsbu f'dan is-settur meta nagħmlu upgrading ta' ċerti postijiet.", "Madankollu wieħed m'għandux jaħseb biss f'upgrading ta' nħawi differenti, bħalma sar f'Buġibba u bħalma hu proġettat li jsir f'Wied il- Għajn, Birżebbuga u Marsaxlokk, imma għandu jkun hemm apprezzament akbar ta' l-istorja u l-kultura ta' Malta.", "Ċertament li l-pajjiż ċkejken tagħna għandu ħafna x'joffri mil-lat ta' storja u kultura.", "Hija ħasra li diversi postijiet ħafna drabi jitħallew mitluqin meta nistgħu nisfruttawhom aħjar.", "Huwa obbligu tagħna li nieħdu ħsieb postijiet ta' storja kbira, bħal Ħaġar Qim u postijiet oħrajn għax dawn m'humiex biss wirt tagħna imma huma wirt dinji, li jista' jattira għadd ta' turisti lejn pajjiżna.", "It-temp f'pajjiżna normalment jiġbed ħafna turisti iżda tajjeb li naraw x'attivitajiet oħrajn nistgħu nkabbru sabiex niġbdu aktar turisti lejn pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-aspett edukattiv huwa importanti ħafna f'dan il-qasam, speċjalment it-tagħlim ta' l-Ingliż.", "Dan l-element nistgħu nisfruttawh billi nġibu aktar studenti barranin, b'mod speċjali fl-istaġun tas-sajf, biex fost affarijiet oħrajn jitgħallmu l-Ingliż.", "Ta' min jgħid li din l-attivita' għaddejja għal diversi snin.", "Huwa importanti li f'pajjiżna niżviluppaw aspetti oħra li jkunu ta' attrazzjoni għat-turisti fl-istaġuni meta t-temp ikun anqas sabiħ u allura jiġbed anqas turisti.", "Għalhekk għandna nirreklamaw aktar attivitajiet li jsiru matul is-sena, bħalma hu l-karnival, għaliex dan jista' jgħin sabiex aktar turisti jiġu jżuruna speċjalment f'dak iż-żmien meta l-istaġun tat-turiżmu ma tantx ikun tajjeb.", "Attivita' oħra li jkun tajjeb li nkomplu niżviluppaw hi għal skop ta' turiżmu - semmieha wkoll il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Karl Chircop - hija l- isport.", "It-temp tagħna jippermetti anke aktar minn ta' pajjiżi oħrajn u allura m'għandux ikun daqstant diffiċli biex wieħed iħajjar teams tal- football jiġu jagħmlu training camps f'pajjiżna.", "Dan biż-żmien jista' jsir sors tajjeb ta' income għalina.", "Nafu li ġieli ġew teams mill-Ġermanja meta l-istaġun ta' l-isport ikun wieqaf għal xhur sħaħ minħabba maltemp.", "Jekk naħdmu bil-għaqal f'dan il-qasam nistgħu naslu sabiex nispeċjalizzaw fit- turiżmu sportiv, mhux biss fis-sens li jkollna training camps f'diversi dixxiplini sportivi imma anke billi nippromwovu l-isport tal-baħar.", "Ilkoll nafu li pajjiżna huwa mdawwar bil-baħar imma naħseb li dan ir-riżors ma nisfruttawhx biżżejjed.", "Hemm diversi tipi ta' sport relatati mal-baħar u bi ftit kuntatti ma' organizzazzjonijiet kbar f'pajjiżi oħrajn, nistgħu naslu biex nattiraw ċertu turiżmu sportiv lejn pajjiżna.", "Ladarba semmejt il-baħar, tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni għal ċerti perikli konnessi mal-baħar u li normalment aktar niltaqgħu magħhom fl- istaġun tas-sajf.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li meta turist imur għal vaganza f'pajjiż ieħor, waħda mill-affarijiet li jfittex hija li jkollu vaganza bla periklu, kif wara kollox nagħmlu aħna meta nsiefru.", "Għalhekk għandna nassiguraw li jkun hemm aktar sigurta' fil-baħar, ngħidu aħna fejn jidħol is-sewqan ta' speedboats viċin il-bajjiet.", "Irridu naraw li ma nitilfux il-qaleb u l-ġbejna minħabba n-nuqqas ta' infurzar tal-liġijiet.", "Idea oħra li forsi wieħed jista' jiżviluppa hi l-użu aħjar tal-ftit spazji miftuħa li għandna f'pajjiżna li jistgħu jiġu żviluppati f'parks naturali.", "Diġa' ssemmiet iz-zona tal-Munxar li l-Gvern għandu l-ħsieb li 'l quddiem jiżviluppaha f'park nazzjonali.", "L-iżvilupp ta' l-ambjent naturali huwa importanti għax it-turist li jkun hawn Malta ma jkunx irid jara biss lukandi u bini sabiħ imma japprezza anke l-ambjenti naturali.", "M'huwiex biżżejjed li niżviluppaw l-irħula tagħna b'mod li jżommu l- identita' tagħhom u l-identita' tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.", "L-iżvilupp ta' l-ambjent naturali jista' u jattira tip ta' turist differenti minn dak li jiġi hawn minħabba x-xemx u l-baħar, turist li jħobb in-natura u li forsi jinteressawh speċi ta' flora u fawna li jeżistu f'ambjenti partikolari.", "Inizjattivi bħal dawn huma kollha sofrzi li l-piż tagħhom jaqa' fuq il-Gvern u fuq l-awtorita' ladarba din se ttitwaqqaf, pero' kulħadd irid jagħti sehmu.", "Jien nappella lil kull min hu involut fil-qasam turistiku sabiex ikun fair fil-prezzijiet li joffri.", "It-turist, barra li jfittex li jkollu prodott tajjeb, iħares ukoll lejn il-prezz, u għalhekk hemm bżonn li l- prezzijiet tagħna jkunu kompetittivi meta mqabblin ma' dawk ta' destinazzjonijiet oħrajn, speċjalment dawk li jikkompetu direttament magħna.", "Jekk ma noqogħdux attenti nistgħu flok nagħmlu l-ġid inkunu qed nagħmlu ħsara kbira lis-settur tat-turiżmu.", "Huwa importanti li l-istess nies li l-għajxien tagħhom jiddependi minn dan settur iħarsu l-ħobża ta' kuljum tagħhom billi joffru prezzijiet kompetittivi u mhux prezzijiet esaġerati.", "Ġaladarba qed insemmi lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur turistiku, tajjeb li nagħmel ukoll kumment dwar l-isfruttar tal-ħaddiema.", "Nafu b'każi fejn tfal taħt l-eta' jiddaħħlu jaħdmu fi stabilimenti, speċjalment matul ix-xhur tas-sajf.", "Apparti l-element ta' sfruttar, dan iwasal għal nuqqas ta' professjonalita' fis-servizz u kulħadd jaf li f'settur daqshekk vitali għal pajjiżna ma nistgħux ma nkunux professjonali.", "Dan jorbot ukoll mal-ħtieġa li l-ħaddiema li jaħdmu direttament fil-qasam turistiku għandhom ikunu trained.", "Dan ma japplikax biss għal ħaddiema ġodda imma anke għal dawk li diġa' qed jaħdmu f'dan is-settur u li għandhom jibqgħu jingħataw taħriġ minn żmien għal żmien.", "L-ITS li għandha funzjoni importanti f'dan l-aspett għandha tiġi mkabbra u msaħħa.", "Ħaddiema Maltin ġieli jilmentaw li l-hotels qed iħaddmu studenti barranin u li dan qed ikun ta' dannu għalihom.", "Irridu noqogħdu attenti għax dan jista' joħloq ċerta apatija fost il-ħaddiema Maltin bil-konsegwenza li ma jagħtux l-aħjar li jistgħu jagħtu.", "Huwa importanti ħafna li l-ħaddiema stess ikunu konxji mill-ħtieġa li jagħtu l-aħjar servizz lil min jiġi jżurna.", "L-awtorita' li qed tiġi proposta f'dan l-abbozz se jkollha funzjoni importanti għax se jkollha r-responsabbilta' li tissorvelja x-xogħol marbut mat-turiżmu biex tara li jintlaħqu ċerti standards skond id--demands tat-turisti li jiġu jżuruna.", "Il-Gvern imbagħad għandu jinforza pieni ħorox fuq min ikun irid iwebbes rasu u ma jikkollaborax ma' l-awtorita' għax fl-aħħar mill-aħħar dawn ikunu qed jagħmlu dannu kbir lil dan is-settur tant vitali għal pajjiżna, settur li ma nistgħux nirriskjaw li jingħata isem ħażin.", "Fl-aħħarnett nixtieq insemmi lill-kunsilli lokali.", "Inħeġġeġ sabiex l- awtorita' li se nwaqqfu tikkordina u tikkonsulta wkoll mal-kunsilli lokali.", "Tajjeb li l-istess kunsilli lokali - speċjalment dawk li l-lokalita' tagħhom tiġbed numru ta' turisti - jħossu u jifhmu l-bżonn ta' l-awtorita' u jressqu quddiemha proposti u suġġerimenti dwar kif il-lokalita' tagħhom tista' tattira aktar turisti.", "Ma' l-awtorita' jistgħu jiddiskutu wkoll id- diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ħalli flimkien jipprovaw isibu l-aħjar soluzzjonijiet.", "Għalhekk inħeġġeġ minn issa sabiex l-awtorita' u l- kunsilli lokali jaħdmu flimkien għall-ġid kemm taċ-ċittadini Maltin li joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet, kif ukoll għat-turisti li jiġu jżuruna.", "Madam Speaker, nagħlaq billi nawgura li l-awtorita' u dawk kollha involuti fis-settur turistiku, ipoġġu l-interess ta' pajjiżna qabel kull interess ieħor għax fl-aħħar mill-aħħar mit-turiżmu pajjiżna jdaħħal ammont sostanzjali ta' flus barra li hawn għadd kbir ta' mpjiegi li jiddependu direttament fuq dan is-settur.", "Huwa importanti li nkunu aktar professjonali fis-servizzi kollha relatati mat-turiżmu sabiex kemm jista' jkun dan is-settur daqshekk vitali għal pajjiżna jkompli jikber u jitkattar għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-Ministru Karmenu Vella jista' jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u Self-Employed): Madam Speaker, jiena nibda biex ngħid illi l-abbozz li għandna quddiemna mhuwiex kontroversjali, anzi ħadt gost li meta ressaqtu għat-Tieni Qari ġie ssekondat minn membru tan-naħa l-oħra.", "Irrid l-ewwelnett nirringrazzja lil kull min tkellem fuq din il-liġi għax meta tħares lejn il-kummenti, il- proposti u s-suġġerimenti kollha li saru, issib li kien hemm ħafna argumenti validi u kummenti li ta' min jagħti kashom.", "Madam Speaker, jiena għandi ħafna xi ngħid fuq dan il-qasam, dwar kif mar f'din l-aħħar sena illi ilna fil-gvern, dwar ix-xogħol li wettaqna, minn fejn tlaqna, fejn wasalna u forsi aktar importanti dwar x'qed nippjanaw u fejn qed nimmiraw li rridu.", "Pero' qabel ma nidħol aktar fid-dettall, nixtieq nikkummenta fuq dak illi ntqal sew minn sħabi ta' l-Oppożizzjoni kif ukoll minn sħabi ta' din in-naħa tal-Kamra.", "L-ewwel wieħed li tkellem fuq din il-liġi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kien proprju l-Onor.", "Michael Refalo, illi overall nista' ngħid li kien pożittiv ħafna u, kif diġa' għidt, saħansitra ssekonda l-proposta għat- Tieni Qari ta' dan l-abbozz, għalkemm ma qbiltx miegħu f'kollox.", "Per eżempju, żgur li ma qbiltx miegħu fuq il-kumment li l-għaqdiet ma ndunawx għal xiex kienu deħlin.", "Dan il-kumment lanqas biss nifhmu għax jekk hu kien jaf illi l-għaqdiet deħlin għal xi ħaġa b'għajnejhom magħluqin ma nafx għalfejn kien hu stess illi mbagħad issekonda din il-liġi!", "Jiena ngħidlu li mhux talli l-għaqdiet ma kenux jafu għal xiex huma deħlin, talli l-akbar kontribut illi kien hemm għat-tfassil ta' din il-liġi ġie proprju mill- għaqdiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-settur.", "Pero' ma naħsibx li wieħed għandu jagħti kas ħafna ta' kummenti bħal dawn għax ilkoll niftakru li konna smajna l-istess ħaġa qabel ma bdejna l-proġett ta' Buġibba, meta l- Onor. Membru tan-naħa l-oħra kien qal li dak il-pjan ma kienx se jirnexxi.", "Barra minn hekk, meta konna għidna li l-għan prinċipali għas-sena 1997 kellu jkun li nwaqqfu d-downward trend, l-Onor.", "Membru kien qalli li ma kienx se jirnexxili nasal għal dak li qed nimmira għalih.", "Pero' jiena konvint li bħalma wasalna fuq l-affarijiet l-oħrajn, b'ħidma sħiħa bejn is- settur pubbliku u s-settur privat, se naslu li nwettqu dak li għandna ppjanat.", "Jiena smajt b'attenzjoni kbira d-diskors ta' l-Onor.", "Refalo u nerġa' ngħid li mhux dejjem qbilt miegħu.", "Per eżempju, qal li l-privat se jkollu tlieta min-nies biss fuq is-set-up ta' l-awtorita' tat-turiżmu.", "Din ma nafx minn fejn ġabha għax nista' nassigurah li kull min se jkun innominat fuq l-awtorita' tat-turiżmu jrid bilfors ikun ġej mis-settur privat.", "Anke l-istess liġi tgħid li min se jkun innominat ma jistax ikollu mpjieg ieħor mal-gvern, ma' xi awtorita', jew ma' xi korporazzjoni oħra.", "L-iskop prinċipali hu proprju illi s-settur privat jingħata aktar say sabiex ikun jista' jagħti aktar kontribut attiv sew fil-policy, kif ukoll fl- implimentazzjoni tal-policies li għandhom x'jaqsmu mas-settur tat-turiżmu.", "Imbagħad l-Onor.", "Refalo qaleb id-diska u qalilna li xtaq li kien hu li għamel din il-liġi pero' meta kien responsabbli minn dan il-qasam kellu affarijiet aktar urġenti x'jagħmel!", "Jiena ngħid li kull ministru jkollu diversi affarijiet x'jagħmel, pero' jekk inti temmen li xi ħaġa għandha ċerta importanza għandek tagħtiha l-prijorita' tagħha.", "Imma mbagħad naraw li lanqas is-suċċessur ta' l-Onor.", "Refalo ma laħaq għamel din il-liġi!", "Għalhekk huwa pjaċir tiegħi li hija din in-naħa li qed tressaq liġi daqstant importanti, minkejja l-ħafna xogħol ieħor li qed nagħmlu.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli, għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nibqa' in possession.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998 - KONTINWAZZJONI", "MADAM SPEAKER: Billi aktar kmieni ntalbet votazzjoni fuq l-ewwel item ta' l-aġenda, se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Mozzjoni dwar l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma, kif imressqa mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, fis-seduta Nru. 198 tal-Ġimgħa, 13 ta' Marzu, 1998, u kif sussegwentement emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-Mozzjoni dwar l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, kif imressqa mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, fis-seduta Nru. 198 tal-Ġimgħa, 13 ta' Marzu, 1998, u kif sussegwentement emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "140", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-30 ta' Settembru, 1998 skond l-Att XXIII ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma, kif riveduti skond id-dokument li tqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra f'seduta numru 193 tat-2 ta' Marzu, 1998 ġew approvati.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 17 ta' Marzu, 1998, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob – it-Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Grazzi, Madam Speaker.", "Xi ġimgħatejn ilu, il- Prim Ministru ħabbar il-proġett tal-millennju u qalilna li l-Gvern beħsiebu jiżviluppa kumpless kummerċjali fuq is-sit tat-Teatru Rjal fil-Belt Valletta.", "Din l-aħbar kienet pjuttost ta' sorpriża għalina wara li konna ilna nisimgħu dwar il-proġett tal-Maltacom għall-bini ta' torri f'Paceville.", "Barra minn hekk, l-aħbar mill-ewwel tat lok għal kontroversja minħabba diversi fatturi fosthom l-użu propost, it-termini ta' kif se jingħata t-titlu lill-iżviluppatur, it-time scale, jiġifieri l-għaġġla li biha kien qed jiġi propost proġett bħal dan, u finalment - għalkemm ma tantx smajna dwar dan - minħabba l-mod kif huwa u jniedi dan il-proġett, il-Gvern għal darb'oħra njora l-proċess ta' ppjanar li kien ilu għaddej dwar il-Belt u njora l-istruttura li suppost tkun responsabbli mill- ippjanar, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fid-diskussjoni li kien hawn fil-pajjiż l-użu propost kien l-aktar li ta lok għall-kontroversja, għax hemm diverġenza bejn dak li qed jiġi propost mill-Gvern, dak li kellha maħsub l-Oppożizzjoni u dak li jixtieq il-poplu.", "Fil-fatt il-biċċa l-kbira tal-poplu Malti jixtieq li t-Teatru Rjal jerġa' jinbena eżatt kif kien u dan mhux biss għax jixtieq li jkollna teatru ta' l- opra imma għax kull min għandu moħħu f'loku irid li dak is-sit jerġa' jiġi żviluppat f'bini klassiku li jkun simbolu ta' eċċellenza.", "Meta Gvern Nazzjonalista beda bl-ippjanar ta' dan il-proġett ipprova jara li jkun rilevanti kulturalment filwaqt li jirrispetta dak li jrid il-poplu.", "Biex tirrispetta dak li jrid il-poplu mhux bilfors tagħtih eżattament dak li jkun irid imma għallinqas tipprova tinterpreta dak li jkun hemm wara x- xewqat tiegħu.", "Għalhekk kien hemm il-ħsieb li jagħti spazju lil disinjaturi u periti biex joħorġu b'espressjoni artistika tal-ġurnata, li mbagħad titpoġġa fil-kontest tal-Belt, ħalli l-bini li jitla' jkun bini ta' eċċellenza.", "Il-poplu Malti jrid it-Teatru Rjal kif kien għax f'moħħu jimmaġina li dak biss jista' jkun bini ta' eċċellenza pero' l-Gvern Nazzjonalista ried jipprova jniedi kompetizzjoni għal proġett li jkun monument uniku kemm fid-disinn kif ukoll fl-użu.", "Minkejja li dan il-pajjiż għandu storja kulturali ta' madwar 500 sena, m'għandu l-ebda bini ta' ċertu kobor u statura ddedikat għall-arti, li ħafna drabi tkun l-espressjoni taċ- ċivilta' ta' dak iż-żmien.", "Il-proġett li nieda dan il-Gvern m'huwiex wieħed ta' bini ta' eċċellenza l-ewwelnett għax se jitfassal - skond il-brief li poġġa l-Ministru fuq il- Mejda tal-Kamra - b'sistema ta' design and build u l-ebda bini ta' eċċellenza fid-dinja ma jkun magħżul u mibni b'sistema ta' design and build.", "B'din is-sistema ma jsirux proġetti ta' eċċellenza għax irid ikun hemm ċerti kompromessi ma' l-espressjoni artistika minħabba l-aspett finanzjarju, ngħidu aħna kemm se jirrendi l-proġett lill-iżviluppatur u kemm se tkun l-offerta tiegħu biex din tkun l-aħjar waħda u tintgħażel il- proposta tiegħu.", "Il-Gvern huwa konxju ta' dawn il-kompromessi u fil-fatt insibuhom entrenched fl-istess development brief.", "Waħda mill-oġġettivi li nsibu elenkati fil-brief hi li dan il-bini għandu l-għan:", "''... to provide a commercial development which has sufficient potential to generate revenue so as to support the provision of spaces and activities for cultural use at no additional cost.''.", "Mela se nipprovaw nibnu kumpless li biex fih inkunu nistgħu nipprovdu attivitajiet kulturali qed nagħtu ħafna minnu għal żvilupp kummerċjali biex l-aspett kummerċjali jkun jista' jżomm dak kulturali.", "Jiġifieri l-akbar prijorita' qed tkun li l-proġett ikun jista' jżomm waħdu.", "Il-brief jgħid li wieħed jippreferi li dawn il-commercial uses ikunu tourist-related commercial uses.", "Jgħid ukoll li \"35% by volume of the building envelope above ground level on the Royal Opera House site is to be handed over to Government to be used in a cultural capacity as a multi- purpose hall.\"", "Jiġifieri mill-bini kollu - se jkun hemm ħames sulari taħt is-sit ta' l-opera house, taħt Freedom Square - il-Gvern se jirriserva biss 35% tal-volum għal skopijiet kulturali.", "Dan il-volum ta' bini 'l fuq mill- art fuq is-sit tat-Teatru Rjal żgur li mhux se jirriżulta f'bini kulturali ta' importanza għax se jkun iżgħar mit-teatru li kellna fl-antik.", "Issa kulħadd jaf - din ħarġet anke meta konna qed infasslu ċ-ċentru ta' l-arti fi żmien Gvern Nazzjonalista - li dak il-bini kien pjuttost on the lower side ta' dak li llum huwa mistenni minn teatru modern.", "Issa f'daqqa waħda għandna gvern li suppost qed iniedi proġett ta' eċċellenza u minflok qiegħed jimmassimizza l-aspett kulturali qed jirriduċih għal terz biss ta' dak li kien hemm qabel.", "Il-bini li se jirriżulta se jkun dupplikazzjoni, u fuq l-istess skala, tat-Teatru Manoel u x'aktarx ta' l-istess daqs tal- faċilita' li qed tinbena f'St. James Cavalier.", "Fil-fatt f'dan l-istess brief insibu li f'St. James Cavalier se jkun hemm provdut teatru u ċinema ta' 120 seat u x'aktarx li l-bini żgħir li se jirriżulta minn dan il- proġett tal-millennju se jkun dupplikazzjoni tal-faċilitajiet li diġa' jeżistu.", "Dan ukoll huwa frott tal-viżjoni dejqa li għandu dan il-Gvern.", "Il-Gvern qed jibża' li l-investiment fil-kultura ma jirrendix, meta llum il- fatti juru l-kuntrarju.", "Sar studju mill-istess konsulenti li kien qabbad Gvern Nazzjonalista, li jindika li l-investiment f'faċilitajiet kulturali, wara ċertu perijodu ta' żmien jirrendu tliet darbiet daqs l-investiment li tkun għamilt.", "Madam Speaker, il-bini li qed jiġi pproġettat m'huwiex ta' eċċellenza għax huwa dak li bl-Ingliż ngħidulu ''a hybrid building'', jiġifieri bini ppastardjat, biċċa minn xi ħaġa u biċċa minn xi ħaġa oħra.", "Żgur li m'huwiex il-bini li tinħtieġ il-Belt biex tingħata l-ħajja fil- ħinijiet li verament għandha bżonnha għax jekk se tagħmel kumpless primarjament għall-użu kummerċjali wara ċertu ħin xorta se tieqaf l- attivita', għax kulħadd jaf li l-ħin tal-kummerċ fil-Belt huwa bejn id-9.00 a.m. u s-7.00 p.m. jew it-8.00 p.m. Pero' l-Belt tinħtieġ xi ħaġa aktar, tinħtieġ dik il-kalamita' għal xogħol u attivita' wara nofs il-lejl.", "Bħala kelliemi dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nixtieq nikkritika wkoll aspett ieħor ta' dan il-proġett, il-mod kif għal darb'oħra l-awtorita' ġiet mogħtija l-ġenb.", "Fil-fatt il-brief ma sarx mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma mill-works division u din hija xi ħaġa stramba għall-aħħar.", "Mhux veru li dan il-brief sar b'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma ġie ppreżentat lill-awtorita' ftit ġranet biss qabel ma kien ippreżentat lil din il-Kamra, minkejja li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ilha għal dawn l- aħħar tliet snin toħloq u torqom viżjoni għall-Belt Valletta u l-area kollha tal-Port il-Kbir, kif ħareġ anke fil-pjan lokali.", "Pero' minkejja dan il-Gvern għażel li jinjora lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ħareġ brief li, fil-fehma tiegħi, fih diversi konflitti ma' l-istess pjan lokali, per eżempju, fil-mod kif il-brief għall-proġett tal-millennju u l-pjan lokali għall-Belt Valletta jħarsu lejn dan is-sit partikolari.", "Il-brief tal-Gvern Laburista qed iħares lejn il-proġett tal-millennju sempliċement bħala opportunita' kif jiġġenera l-industrija tal-bini, opportunita' li permezz tagħha jista' jagħti kick-start lill-ekonomija u jerġa' joħloq l- investiment.", "Min-naħa l-oħra l-pjan lokali jitlaq minn viżjoni ħafna aktar għolja; għax iħares lejn il-Belt bħala world heritage city u jelenka dan is- sit partikolari bħala wieħed minn erba' siti ta' eċċellenza li jenħtiġilhom proġetti ta' eċċellenza.", "Kull żvilupp, kemm ta' restawr kif ukoll ta' bini ġdid, irid jirrinforza l-funzjoni tal-Belt bħala belt kapitali.", "Imma dan il-Gvern qed joħloq proġett fejn se jkun aktar importanti l-aspett kummerċjali, kemm se jirrendi u kemm se jqajjem lill-ekonomija, milli jirrinforza din il-funzjoni tal-Belt bħala belt kapitali.", "Dan il-proġett imur ukoll kontra l-pjan lokali għax iż-żieda tal-faċilitajiet kummerċjali u ta' l-entertainment x'aktarx li tikkaġuna żieda f'dak li l-local plan isejjaħlu \"tidal flow closely linked to normal working hours\", jiġifieri se żżid l-influss tan-nies f'dawk il-ħinijiet fejn diġa' jkun hemm ammont kbir ta' nies.", "Kif diġa' għidt, il-pjan lokali jindika dan is-sit bħala wieħed minn erba' siti prinċipali fil-Belt, li huma City Gate, it-Teatru Rjal, Sant'Iermu u Evans Laboratory.", "Fil-fatt jgħid hekk:", "''Any proposals which are put forward for individual parts of these areas will therefore be considered by the Planning Authority in the light of the wider development of the context.''.", "Jiġifieri kull proġett li jkun sottomess fuq dawn l-areas - it-Teatru Rjal huwa wieħed minnhom - irid bilfors jitpoġġa f'kontest aktar wiesa'.", "Il- viżjoni li kellu l-Gvern Nazzjonalista kienet li minbarra li jħares l- aspett tat-Teatru Rjal innifsu, iħares ukoll l-inħawi li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-sit, jiġifieri St. James Cavalier, Freedom Square u City Gate u fil-fatt kien jinkorporahom kollha f'viżjoni waħda, fi proġett wieħed.", "Issa qed naraw li City Gate tħalla barra minn dan il-proġett.", "Naħseb li r- raġuni hija li proġett għal City Gate lil żviluppatur privat m'hu se jirrendilu xejn u allura biex forsi ma nżidux il-piż lill-iżviluppatur tal- proġett fuq is-sit tat-Teatru Rjal, tħalliet barra parti essenzjali mill- viżjoni li suppost ikollna għal din l-area kollha.", "Il-pjan lokali jgħid ukoll li Freedom Square jinħtieġilha re-designing ta' l-ispazju vojt u pjuttost bla sens li għandha, pero' l-brief li ġie ppreżentat ma jgħid xejn dwar dan.", "Forsi anke hawn ir-raġuni hi l-aspetti kummerċjali tal-proġett kemm se jirrendi.", "Imma fl-istess ħin qed inħallu barra miżuri oħra li jistgħu jbiddlu u jtejbu l-użu u d-dehra ta' dak l- ispazju.", "Il-pjan lokali huwa speċifiku dwar x'jistenna mis-sit ta' l-Opera House u jgħid li hemm bżonn li jkun hemm ''a multi-purpose theatre and minor proportion of commercial uses\".", "Pero' issa qed naraw li dawn il- prijoritajiet qed jinqalbu kollha.", "Minkejja li qed jingħad li dan għandu jkun bini ta' eċċellenza, il-mod kif qed jingħata t-titlu tas-sit lill- iżviluppatur u l-għaġġla li biha se jkun iddisinjat, assolutament ma jixħdux dan.", "Qed jissejjaħ proġett tal-millennju u allura suppost li din tkun opportunita' ta' darba kull elf sena, pero' l-isfortuna hija li qed nagħmlu proġett mgħaġġel, se jkollna ngħixu b'dan l-iżball u żgur li m'aħniex se nilħqu l-għan aħħari li kellu l-Gvern Nazzjonalista, li bi proġett ta' natura unika jerġa' jqajjem il-Belt u jagħtiha dik il-ħajja li tant jixirqilha.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Grazzi, Madam Speaker.", "Forsi llum wieħed jippretendi li nirriferu ftit għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru nhar is-Sibt.", "Jien se ngħid biss xi ħaġa żgħira dwar dan is-suġġett.", "Kulħadd jagħti l-interpretazzjoni tar-riżultat kif irid hu pero' jiena persważ li l-poplu Malti jaf ir-riżultat favur min mar.", "Aħna kuntenti bis- suċċess li kellna u ma naħsibx li hi serjeta' min-naħa tal-Prim Ministru li jipprova jimminimizza s-suċċess li kellu l-Partit Nazzjonalista meta qal li naqqas mill-persentaġġ ta' voti.", "Huwa rrifera għas-Siġġiewi u qal li hemmhekk il-maġġoranza tal-bdiewa huma kontra l-Partit Nazzjonalista.", "Ma naħsibx li lill-poplu Malti tista' tistmah b'dan il-mod!", "Jiena naf li f'dak ir-raħal kien hemm xi issues lokali li tellfu l-voti lill-Partit Nazzjonalista.", "Imma jekk dan l-argument ireġi u l-bdiewa huma kontra l- Partit Nazzjonalista, żgur li s-sajjieda m'humiex għax f'Marsaxlokk il- Partit Nazzjonalista rdoppja l-voti!", "Imma dawn m'humiex argumenti li bihom tipprova tipperswadi lill-poplu li s-suċċess tal-Partit Nazzjonalista m'huwiex qawwi daqskemm fil-fatt hu.", "Aħna kuntenti bis-suċċess li kellna f'dawn l-elezzjonijiet u jiena persważ li dan huwa indikatur tajjeb ta' dak li qed jiġri fil-pajjiż u ta' kif qed jgħix il-poplu Malti.", "Madam Speaker, ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-qasam ta' l-anzjani.", "Filwaqt li l-gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien ta dinjita' u benefiċċji lill-anzjani, fis-16-il xahar li ilu fil-gvern il-Partit Laburista, dawn qed jisfumaw fix-xejn.", "Għall-ewwel bdejna naħsbu li dan qed jiġri għaliex il-Partit Laburista kien għadu dieħel fil-poter pero' aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed naraw li dik id-dinjita' u l-benefiċċji li rnexxielhom jakkwistaw l-anzjani taħt Gvern Nazzjonalista, qed jitilfuhom ftit ftit.", "Gvern Nazzjonalista kien daħħal ċerti servizzi għax emmen fil-policy li kemm jista' jkun l-anzjan għandu jibqa' jgħix f'daru, prinċipju li wara kollox anke dan il-Gvern stqarr li jemmen fih.", "Imma biex dan iseħħ trid iżżid is-servizzi li introduċa l-Gvern Nazzjonalista u mhux tipprova tnaqqashom.", "Qed nirriferi għas-servizz importantissimu tal-home help, fejn jintbagħtu l-helpers jgħinu lill-anzjani fid-dar tagħhom.", "Ċerti affarijiet iġegħluk tiddubita dwar l-intenzjoni ta' dan il-Gvern rigward l- anzjani.", "Qed jintbagħtu questionnaires bil-ħsieb li jitnaqqsu s-sigħat ta' servizz li dawn il-helpers qegħdin jagħtu lill-anzjani.", "Jiena ma ngħidx li f'ċerti każi ma kenux qed isiru abbużi pero' qed niltaqa' ma' każi fejn il- helper tmur biss sagħtejn fil-ġimgħa, jiġifieri minflok tmur darbtejn fil- ġimgħa, qed tmur darba biss.", "X'inhu jiġri, Madam Speaker?", "Jekk lill- anzjani trid tagħtihom l-inċentiv li kemm jista' jkun jibqgħu jgħixu f'darhom, m'għandekx tnaqqsilhom dak is-servizz imma żżidulhom.", "Naturalment dan qed isir bl-iskuża li ċerti anzjani qed jieħdu aktar milli ħaqqhom.", "Jiena nikkundanna l-abbużi li jkun hemm f'ċerti każi pero' mhux sew li timxi b'dan il-mod għax qed iwassal biex diversi anzjani qegħdin ibatu.", "In the long run ir-riżultat se jkun kontra l-policy li jrid il- Gvern għax l-anzjan se jkun jaqbillu japplika biex jidħol f'dar tal-gvern milli joqgħod id-dar tiegħu.", "Il-Gvern m'huwiex jinduna li l-policy li qed jimxi biha, fejn qed jgħid li jrid inaqqas ċerti servizzi minħabba abbużi li kienu qed isiru, tmur kontra dak li stqarr hu stess.", "Irrid insemmi servizzi oħra, bħalma huma dawk offruti fl-Isptar Zammit Clapp.", "Jekk fi żmien Gvern Nazzjonalista saret xi ħaġa tajba, żgur li kienet l-idea ta' dan l-isptar li serva ta' għajnuna kbira għal ħafna anzjani li kellhom ix-xorti li jgawdu mis-servizz tiegħu.", "Dan il-Gvern, b'raġunar li lanqas tista' ssejjaħlu loġiku, u bl-iskuża li jrid iżid is- sodod, qed jirrovina dan l-isptar.", "Aħna konna żidna s-sodod u kellna f'rasna li nżidu aktar imma ma tistax biex iżżid is-sodod tirrovina s- servizz li jagħti l-isptar.", "Jekk mill-Isptar Zammit Clapp se tneħħi d-day hospital, l-out-patients, il-physiotherapy u l-occupational therapy se tkun irrovinajt is-servizz eċċellenti li jingħata hemmhekk, kif dejjem ikkonferma l-Partit Laburista stess.", "Pero' hekk qed jiġri, Madam Speaker.", "Imbagħad hemm problema oħra, dik ta' l-admissions.", "Jiena ma nafx b'liema kriterju l-anzjani li jkunu ġejjin minn komunita' m'għandhomx dritt jidħlu fl-Isptar Zammit Clapp.", "Skond il-policy il-ġdida ta' dan il-Gvern, il-pazjenti kollha li jidħlu f'Zammit Clapp Hospital iridu bilfors ikunu ġejjin minn St. Luke's Hospital.", "Dan huwa inċentiv ieħor biex l-anzjani li jgħixu f'komunita' jitolbu li jiġu istituzzjonalizzati.", "Hawnhekk qed issir diskriminazzjoni għax kulħadd għandu dritt jibbenefika minn dan is-servizz.", "Barra minn hekk, b'dan il- mod, kif diġa' għidt, il-Gvern żgur li m'huwiex qed jinċentiva lill-anzjani biex jibqgħu jgħixu fi djarhom.", "Bl-iskuża tal-cost-effectiveness u biex ma jinħlewx flus, qed innaqqsu l-benefiċċji li kien igawdi l-anzjan fi żmienna.", "Irrid nirriferi wkoll għad-dar ta' l-anzjani ta' l-Imtarfa.", "Sakemm konna aħna fil-gvern konna diġa' lestejna l-ewwel fażi ta' din id- dar u konna bdejna anke t-tieni fażi tagħha.", "Wara l-elezzjoni, dan il- Gvern kompla bix-xogħlijiet u b'ċertu tibdil strutturali li għamel irrenda din id-dar differenti minn kif kienet ippjanata minna.", "Biex iżid l- occupancy, dan il-Gvern irrovina l-iskop kollu ta' din id-dar ta' l- anzjani.", "Aħna mill-ewwel għidna li d-dar ta' l-anzjani ta' l-Imtarfa ma kenitx se tkun biss għall-persuni indipendenti u konna ppjanajna li jkun hemm ward għad-dependent patients.", "Jiġifieri ppjanajna li din id-dar tkun tilqa' fiha anzjani li għandhom bżonn l-għajnuna u l-kura aktar minn ħaddieħor.", "Din id-dar tesa' madwar 106 anzjani; fosthom ħafna li huma dependent patients u oħrajn li huma kważi bedridden.", "Imma mhux sew li żżid in-numru ta' sodod u mbagħad ma żżidx l-istaff.", "Meta attendejt għall-inawgurazzjoni tat-tieni fażi, smajt lis-Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani jiftaħar li l-istaff kien se jiżdied biss b'erbgħa u li dawn ma kenux nurses.", "Kif jista' jkun li żżid in-numru ta' anzjani li għandhom bżonn nursing kuljum u ma żżidx in-nurses?", "Allura x'qed jiġri?", "Id-dar ta' l-anzjani ta' l-Imtarfa, li kulħadd jaf kemm hi sabiħa, saret agħar minn xi ward f'St. Vincent de Paule Hospital kif kien qabel.", "Dan huwa ħażin għax il-kwalita' ta' l-għajxien tal-pazjenti mhux qed ikun imħares.", "Meta żżid in-numru ta' anzjani li għandhom bżonn il-kura medika u n-nursing, u mbagħad ma żżidx l-istaff, bilfors li l-kwalita' ta' ħajja u l-livell ta' l-għajxien ta' dawn l-anzjani jonqsu u fil-fatt illum dawn qed ibatu.", "Il-Gvern qed jagħmel dawn l-iżbalji bl-iskuża tal-cost- effectiveness u bl-iskuża tal-finanzi.", "Naturalment jekk ikollok 90 ruħ fid- dar mod u jekk ikollok 105 mod ieħor.", "Dawn huma żbalji li minħabba fihom qed ibati l-anzjan u għalhekk qed ngħid li f'dan il-qasam morna lura ħafna.", "Jien minn qalbi nappella lill-Gvern għax jekk kien hemm qasam li taħt Gvern Nazzjonalita żgur li mar 'il quddiem - u kien rikonoxxut minn kulħadd illi sar progress u amiljorament fih - huwa ċertament il-qasam ta' l- anzjani.", "Ma nixtieqx li dan il-Gvern, bi skuża ta' ħaġa jew ta' oħra, jirrovina dak li akkwistaw l-anzjani fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Jekk dan mhux qed isir b'intenzjoni, allura għandu jirrimedja għalih.", "Is- servizzi li tajna fil-komunita', is-servizz li jagħtu Zammit Clapp Hospital, St. Vincent de Paule Hospital u d-djar ta' l-anzjani għandu jitjieb u mhux imur għall-agħar.", "Dan huwa l-appell li jiena nagħmel lil dan il-Gvern, biex id-dinjita' li l-anzjan akkwista fi żmienna, tkun rikonoxxuta u msaħħa.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 17 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBAXXATI MALTIN", "12284.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li l-Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 5485 magħmula mill- Onor. Adrian Vassallo, jista' jekk jogħġbu jagħti l-istess informazzjoni għas-sena 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba hija mogħtija fid-dettall fit- tweġiba li qed nagħti lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija parlamentari simili numru 11232 li għamilli huwa stess.", "STRATEGIC PLANNING UNIT - UNIT MANAGER", "12298.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kariga ta' Unit Manager fl-iStrategic Planning Unit ġietx mimlija?", "Min hi l-persuna magħżula?", "Xi kwalifiki ntalbu għal din il- kariga u kemm intefgħu applikazzjonijiet għaliha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-kariga ta' Unit Manager fl-iStrategic Planning Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imtliet mis-Sur Bijon K. Bhowmick.", "B'kollox intefgħu 23 applikazzjoni għal din il-pożizzjoni.", "Kopja ta' l- Avviż li ħarġet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal din il-kariga, li jagħti tagħrif dettaljat dwar x'inhu r-rwol ta' dan il-Manager, ir- responsabbiltajiet li huwa għandu jkollu, kif ukoll il-ħiliet u l- kompetenzi mistennija minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "CENTRE FOR COMMUNICATION TECHNOLOGY - STAFF", "12336.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-istaff akkademiku li hemm fis-Centre for Communication Technology ġewwa l-Universita' ta' Malta?", "Jista' jgħid ukoll (a) x'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom u xi kwalifiki għandhom; (b) liema suġġetti/units qegħdin jgħallmu; (c) x'kienet id-data tal-ħatra ta' kull wieħed minnhom; (d) taħt liema sejħa ta' l-applikazzjoni kull wieħed minn dawn ġie mpjegat; (e) xi kwalifiki kellu kull wieħed minnhom meta ġew impjegati u f'liema suġġett; (f) x'suġġett jew unit bdew jgħallmu meta ġew ingaġġati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ONOR.", "CILIA JOE - FAMILJARI", "12366.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu familjari tas-Segretarju Parlamentari għall-Isport biex imexxu l- canteen tal-kumpless sportiv tal-Marsa u tal-Pixxina Nazzjonali?", "Kienu ħarġu offerti?", "Kemm iħallsu kera għat-tmexxija tal-canteen f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarjat Parlamentari jiċħad kategorikament l-allegazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant bħala waħda totalment infondata.", "Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ukoll għat-tweġibiet diġa' mogħtija għall- mistoqsijiet parlamentari numri 11182 u 12144.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IKLA", "12370.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11845, jista' l-Ministru jgħid ma' min kienu mpjegati l-ħaddiema l- oħrajn li ħadu sehem fl-ikla għall-istaff u kemm kien in-numru tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ftit drabi li dawn l-istess ħaddiema assistew bil-ħlas?", "U, peress illi mill-ġurament tas-Segretarju Parlamentari sal-jum ta' l-ikla (19 ta' Diċembru) kien għadda biss xahar u nofs, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba dawn il-ħaddiema assistew bla ħlas?", "U liema tip ta' assistenza wettqu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li ħaddiema oħrajn li assistew lis- Segretarjat Parlamentari u lid-dipartimenti kkonċernati m'għamlux dan bħala ħaddiema ta' xi ħadd ieħor iżda l-ħidma mwettqa kienet dik ta' tip volontarja.", "Rigward in-numru mitlub naħseb li l-Onor.", "Interpellant kapaċi jagħmel il-kalkolu sempliċi li qed jitlob mill-mistoqsija tiegħu stess u mit-tweġiba li diġa' ngħata għall-mistoqsija parlamentari numru 11845.", "In kwantu għall-kumplament tal-mistoqsija ma tistax tiġi kkwantifikata l- assistenza bla ħlas li taw dawn il-ħaddiema.", "TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI - PROGRAMMI", "12408.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru xi taħdidiet ma' l-Eden Foundation jew ma' xi aġenzija oħra dwar xi programmi għal tfal bi bżonnijiet speċjali bħala kontinwazzjoni jew tkabbir tal- programmi eżistenti?", "F'liema oqsma hu indikat li jsiru dawn il-programmi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-fakulta' tal-edukazzjoni hija nvoluta f'diversi inizjattivi li l-għan tagħhom huwa l-ġid ta' tfal u adulti bi bżonnijiet speċjali.", "Bħalissa jinsabu għaddejjin erba' korsijiet f'livelli differenti bil-għan li nħarrġu aktar għalliema u personnel oħrajn sabiex persuni b'diżabbilta' jingħataw taħriġ skolastiku u vokazzjonali kif xieraq.", "Wieħed isemmi wkoll ir-riċerka li għaddejja fosthom l-evalwazzjoni tal- programm ta' l-inclusive education f'kull skola fejn dan il-programm jinsab għaddej kif ukoll studju tal-aspirazzjonijiet tal-ġenituri ta' tfal bid- Down Syndrome.", "Fir-rigward tal-Eden Foundation u aġenziji oħra, tajjeb wieħed ifakkar li diversi membri mid-Dipartiment tal-Psikoloġija qed jagħtu lil dawn l- aġenziji s-servizzi tagħhom bħala konsulenti fuq bażi volontarja jew bi ħlas.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix il-bosta xogħol li qed isir minn uħud minn dawn l-akkademiċi, fost oħrajn, sabiex f'Marzu tal-1999 tinġieb fostna hawn Malta r-Raba' Konferenza Ewropea tad-Down Syndrome.", "FURJANA - SALA ROBERT SAMMUT", "12428.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba, matul l-1997, inkriet is-Sala Robert Sammut li hemm fil-Furjana lil: dipartimenti oħra tal-gvern; u għaqdiet u entitajiet oħra li mhumiex tal-gvern?", "X'inhi r- rata tal-ħlas li jitlob il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għall-użu ta' din is- sala?", "Kemm daħħal il-ministeru minn dawn il-kirjiet?", "Kien hemm xi okkażjoni fejn il-ministeru ma talabx ħlas għall-użu ta' din is-sala minn għaqdiet jew entitajiet mhux governattivi?", "Jekk iva, kemm u lil min u għaliex sar dan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru huwa kif se nsemmi:", "Dipartimenti tal-Gvern: 26 darba għal total ta' 81 jum;", "Għaqdiet mhux Governattivi: 13-il darba għal total ta' 59 jum.", "M'hemmx rata ta' ħlas fissa.", "Bosta każi fejn l-attivita' hija soċjo- kulturali ma jintalabx ħlas.", "Il-ministeru minn dawn il-kirjiet daħħal Lm40.", "Rigward l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, kien hemm 12-il okkażjoni fejn il-ministeru ma talabx ħlas minn għaqdiet/entitajiet mhux governattivi.", "Dawn kienu:", "B.D.S. Bonsai Culture group Iljieli Mediterranji Għaqda Każini tal-Banda - darbtejn St Philip's Hospital Minus One - tlett darbiet Moviment Era Ġdida ANKI (Assoċjazzjoni Nazzjonali Kunsilliera Indipendenti) M.D.C.", "Kif għedt aktar qabel, dan jiġri minħabba li l-attivitajiet ikunu ta' natura soċjo-kulturali.", "SKEJEL - SUPPLY TEACHER", "12431.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11149, jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn it-tliet supply teachers baqgħu jaħdmu fis-sajf u l-oħrajn le?", "X'xogħol kienu qed jagħmlu dawn it-tlieta matul is-sena skolastika u għal xiex kienu ġew impjegati?", "Jekk ma kienux qed jgħallmu, jaħseb il-Ministru li kiser it- terms of reference ta' dawn is-supply teachers kif indikat fil-call for applications?", "Xi kwalifiki partikolari għandhom dawn it-tliet supply teachers li jintitolahom jagħmlu x-xogħol indikat fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari?", "Kemm tħallsu kull wieħed minmhom kull xahar matul is-sena skolastika u kemm tħallsu kull xahar u kull wieħed matul il-vaganzi tas-sajf?", "Għaliex ingħażlu dawn it-tlieta minn nies partikolari għax- xogħol imsemmi u ma ħarġitx call for applications?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-każ ta' supply teachers li baqgħu jaħdmu fis- sajf f'programmi għal studenti bi bżonnijiet speċjali kien hemm għalliem wieħed biss.", "Dan kien involut fil-proġett Wens fis-sajf fiċ-Ċentru Speċjali tas- Sannat, Għawdex.", "Dan l-għalliem hu wieħed minn żewġ għalliema li flimkien jieħdu ħsieb l- istudenti bi bżonnijiet speċjali li jattendu fl-iskola tas-Sannat, bl- għajnuna ta' tmien Kindergarten Assistants.", "Dan l-għalliem hu barrani, residenti f'Malta u li bħala kwalifiki għandu Bachelor of Arts Degree minn Queens College, New York kif ukoll Certificate for Teacher of Common Branch Subjects, Grades 1-6 in Day Elementary Schools kif ukoll għadd ta' korsijiet qosra.", "Dan l-għalliem għandu esperjenza ma' tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu fi skejjel ordinarji kif ukoll esperjenza magħhom f'physical therapy occupational u adaptive physical therapy li hu akkwista fl-Istati Uniti.", "Għax-xogħol li ħadem matul is-sena hu tħallas kif se nsemmi:", "Data Rata Sieghat Gross", "04.04.97 3.764 55 207.02 02.05.97 3.764 88 331.23 16.05.97 3.764 80.5 303.00 13.06.97 3.764 110 414.04 11.07.97 3.764 77.5 291.71 25.07.97 3.764 33.75 127.04 31.10.97 3.764 90 338.76 12.12.97 3.764 99 372.63 23.12.97 3.764 110 414.04", "Hu ntagħżel bħala ko-ordinatur tal-proġett għaliex kien hu biss miż-żewġ għalliema li aċċetta li jaħdem tul il-programm sħiħ tal-proġett.", "Dan il- proġett pilota kien ko-ordinat mill-Ministeru.", "Inħasset il-ħtieġa ta' supply teacher ieħor sabiex jikkoordina f'dan il-proġett minn Malta.", "Dan l- għalliem għandu grad ta' Baċellerat u PGCE.", "Ma ħarġitx call for applications.", "Fid-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta kien hemm supply teacher li baqa' jaħdem fis-sajf.", "Dan is-supply teacher kien qed jaqdi l-funzjoni ta' teacher-producer fil- Media Education Broadcasting Centre.", "Il-persuna konċernata:", "(a) intagħżel wara li kienet saret intervista regolari u partikolari għax- xogħol tal-Media;", "(b) għandu l-grad ta' baċellerat fil-communications;", "(c) baqa' jaħdem fis-Sajf għax l-istazzjon tal-Education 22'' (TV) m'għalaqx.", "It-tagħrif dwar il-ħlas ta' żewġ supply teachers għadu qiegħed jinġabar.", "BIRGU - DOE", "12476.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-ministeru għad-depot magħruf bħala DOE fil-Birgu?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn se jibdew jinġabru l-ħaddiema jekk se jiċċaqilqu minn hemm, kif hemm xniegħat persistenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Minħabba l-iżvilupp li se jsir fil-Kottonera d- depot tad-DOE tal-PWD sejjer jiċċaqlaq għal postijiet magħrufa bħala Tal- Verdala u tal-fataħ.", "VALLETTA - ATTIVITAJIET KULTURALI", "12504.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-programm msemmi fil-mistoqsija parlamentari numru 12294, jista' l-Ministru jgħid x'kontribut se jagħmlu l- Ambaxxati barranin, kummissjonijiet għolja istituti kulturali barranini, fil-proviżjoni ta' artisti, mużiċisti u/jew parteċipanti f'attivitajiet kulturali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'għandix x'inżid f'dan l-istadju mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12505 mogħtija f'Seduta Nru. 191.", "SKEJJEL STATALI - ALLOKAZZJONI FINANZJARJA", "12675.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni finanzjarja (1996/7 u 1997/8) mgħoddija lill-iskejjel ta' l-Istat (Primarji u Sekondarji separatament) f'San Gwann, Gżira u Msida?", "Jista' l-Ministru jgħid kif intnefqu l-flus għal dawn l-aħħar żewġ allokazzjonijiet finanzjarji (fil-każ ta' l-iskejjel hawn fuq imsemmija)?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kwotazzjonijiet miġbura mis- Surmast (Head) ta' l-iskola qabel ma sar l-infiq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-allokazzjoni finanzjarja li tiġi mgħoddija lill- iskejjel tiġi maħduma fuq sena finanzjarja u mhux sena skolastika kif saret fil-mistoqsija parlamentari.", "L-informazzjoni kif intnefqu l-flus fil-każ tal-iskejjel imsemmija tista' tingħata biss għas-sena finanzjarja li għaddiet.", "Qed ngħaddi direttament lill-Onor.", "Interpellant l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni finanzjarja u kif intnefqu l-flus mill-iskejjel tal- lokalitajiet imsemmija fil-mistoqsija.", "Skond ir-regolamenti finanzjarji, l-infiq li sar mill-iskejjel imsemmija ma kienx hemm il-ħtieġa li jsiru kwotazzjonijiet.", "QORMI - VALURI ARKITETTONIĊI", "12733.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ta' xiex inhu l-valur arkitettoniku ta': 58-63 Triq San Pietru, Ħal Qormi; u 39, Triq San Benedittu, Ħal Qormi?", "(G.C. 20/2/98)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iż-żewġ proprjetajiet in kwestjoni jinsabu fil-qalba tar-raħal ta' Ħal Qormi.", "Il-proprjetajiet għandhom il-karatteristiċi arkitettoniċi li huma l-essenza tal-qalba tar-raħal Malti.", "Kemm-il darba jitħalla li jintilfu aktar minn dawn il-karatteristiċi iktar ikun qed jikber ir-riskju li nitilfu għal dejjem il-qalba tar-raħal Malti.", "Il- protezzjoni mogħtija lil dawn il-proprjetajiet taħseb sabiex jiġu kkonservati l-karatteristiċi tal-post filwaqt li tippermetti għal xi tibdil u żidiet skond il-ħteġijiet tal-lum.", "Fiż-żewġ każi uffiċċjali ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-Heritage Advisory Committee spezzjonaw il- proprjetajiet, kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa.", "39, Triq San Benedittu, Ħal-Qormi", "Il-binja hi ta' sular wieħed bi kmamar imdawra ma' bitħa nterna.", "Fost il- karatteristiċi li għandha din il-proprjeta' insibu soqfa mibnija bil-kileb u xorok tal-qasba, alkova, ċangatura fil-kmamar kollha, kif ukoll barumbara.", "Saret applikazzjoni biex jinbnew garage u żewġ appartamenti f'għoli ta' tliet sulari f'area li huma permessi żewġ sulari biss.", "Waqt l- ispezzjoni ġie nnotat li nbeda x-xogħol u għalhekk ġie rrakkomandat li tinħareġ Stop Notice.", "Il-pjanti sottomessi ukoll ma jaqblux mal-proprjeta' in kwestjoni.", "L-iżvilupp propost jeqred totalment din il-proprjeta' u l- binja proposta ma tirrispettax l-ambjent karatteristiku tal-qalba tar- raħal.", "58-63 Triq San Pietru, Ħal-Qormi", "Il-bini hu ta' żewġ sulari u nbena għall-ħabta tas-seklu 19.", "Il-faċċata tal-proprjeta' hi ta' stil klassiku.", "Il-proprjeta' hi mqassma madwar btieħi interni u kmamar kbar u terrazzini fis-sular ta' fuq.", "Is-soqfa huma mibnija b'varjeta' ta' sistemi li jinkludu travi ta' l-injam, arkati, kileb u xorok tal-qasba.", "Bħalissa dan il-bini jinsab maqsum f'numru ta' proprjetajiet ta' sidien differenti.", "Saret applikazzjoni biex jitwaqqa parti minn dan il-bini, inkluż modifikazzjoni f'parti mill-faċċata.", "L- iżvilupp jipproponi numru ta' garaxxijiet fil-basement, oħrajn fil-pjan terren u appartamenti fuqhom.", "L-Awtorita' ħasbet biex tipproteġi din il- proprjeta' kollha.", "Dan sabiex ma jsirx tibdil f'partijiet, speċċjalment fil-faċċata, li jeqirdu s-simetrija tal-kompożizzjoni oriġinali tal-faċċata kollha, il-valur arkitettoniku u kuntestwali tal-proprjeta u l-aspett tal- qalba tar-raħal.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "12736.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kienet il- popolazzjoni ta' l-istudenti ta' l-Universita' fis-snin 1990-1997, maqsuma skond kull degree u sena ta' studju; (b) kemm kien hemm studenti ġodda ġejjin mill-iskejjel pubbliċi u privati; (ċ) kemm spiċċaw l-istudju tagħhom studenti meta jitqabbel ma' l-istudenti reġistrati għal kull kors ta' studju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tweġiba għall-partijiet (a), (b) u (c) tal- mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant tinsab f'Appendiċi I, II, u III li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI VOKAZZJONALI", "12741.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-infiq kull sena bejn l-1990 u l-1996 fuq l-edukazzjoni vokazzjonali (trade schools) fuq livell rikorrenti u livell kapitali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-infiq kull sena bejn l-1990 u l-1996 fuq l- Edukazzjoni Vokazzjonali (Trade Schools) kien kif se nsemmi:-", "fuq Livell Rikorrenti:-", "Sena Infiq", "1990 Lm328,000 1991 Lm360,000 1992 Lm400,000 1993 Lm528,555 1994 Lm588,600 1995 Lm591,500 1996 Lm407,650", "fuq Livell Kapitali:-", "Sena Infiq", "1990 Lm159,729 1991 Lm125,462 1992 Lm 81,608 1993 Lm 70,145 1994 Lm 60,294 1995 Lm 44,774 1996 Lm 73,943", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - REKLUTAĠĠ TA' PERSUNI", "12260.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika: minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi full-time, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir-reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ir-risposta tingħata f` xi seduta oħra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - REKLUTAĠĠ TA' PERSUNI", "12261.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika: minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi full-time, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir-reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din it-tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - REKLUTAĠĠ TA' PERSUNI", "12262.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika: minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi full-time, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir-reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12,262 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MIA - TINDIF", "12417.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-kuntratt anċillari tat-tindif tal-Malta International Airport li kien jinstab taħt konsiderazzjoni fit-3 ta' Diċembru 1998 skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9997, jista' l-Ministru jgħid: jekk dan il-kuntratt ingħatax u jekk iva, lil min ingħata; x'inhu x- xogħol mistenni mill-kuntrattur skond l-istess kuntratt; kemm jitħallas il- kuntrattur; meta nħareġ it-tender u meta ġie aġġudikat; minn min kien kompost l-adjudicating board li ddeċieda t-tender; min tefa' tender u kemm kien kull tender; kemm kienu ilhom snin jaħdmu fil-qasam tat-tindif kull tenderer meta tefgħu t-tender; u kemm kellhom ħaddiema mpjegati kull tenderer meta tefgħu t-tender?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-kuntratt tat-tender anċillari li għalih irriferejt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9997 ingħata lill-Greenlines Environmental Services Ltd.", "Il-kuntratt huwa għall-ġbir ta' skart mill-Malta International Airport u l- provvediment, inkluż it-tbattil regolari, ta' skips.", "Jiena nformat ukoll li t-tender ħarġet fil-5 ta' Lulju, 1997 u għalqet fl- 20 ta' Awissu, 1997.", "Ma nħossx li għandha tingħata aktar informazzjoni minħabba n-natura kummerċjali ta' ħafna mill-mistoqsijiet l-oħra li saru.", "MIA - TINDIF", "12418.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-kuntratti anċillari tat-tindif tal-Malta International Airport fdati lill-Ozosystems Ltd. u MCCS Ltd. (ara mistoqsija parlamentari numru 9997), jista' l-Ministru jgħid x'inhu x- xogħol mistenni minn kull kuntrattur skond l-istess kuntratt; kemm jitħallas kull kuntrattur; meta nħareġ it-tender u meta ġie aġġudikat; minn min kien kompost l-adjudicating board li ddeċieda t-tenders; min tefa' tender u kemm kien kull tender; kemm kienu ilhom snin jaħdmu fil-qasam tat- tindif kull tenderer meta tefgħu t-tender; u kemm kellhom ħaddiema mpjegati kull tenderer meta tefgħu t-tender?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-kumpannija Ozosystems Ltd. ngħatat ix-xogħol għat-tindif tas-soffitti u twapet.", "Filwaqt li l- kumpannija MCCS Ltd. ngħatat ix-xogħol għal provvista u l-manutenzjoni ta' airfresheners u sanitary bins.", "Jiena nformat ukoll li t-tender ħarġet fil-5 ta' Lulju, 1997 u għalqet fl- 20 ta' Awissu, 1997.", "Għall-kumplament tad-domandi nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12417.", "MIA - TINDIF", "12419.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-kuntratti ewlenin tat-tindif tal-Malta International Airport fdati lill-First Direct Limited, Commercial Cleaners Limited u MCCS Ltd. (ara mistoqsija parlamentari numru 9997), jista' l- Ministru jgħid: x'inhu x-xogħol mistenni minn kull kuntrattur skond l- istess kuntratt; kemm jitħallas kull kuntrattur; meta nħareġ it-tender u meta ġie aġġudikat; inn min kien kompost l-adjudicating board li ddeċieda t- tenders; min tefa' tender u kemm kien kull tender; kemm kienu ilhom snin jaħdmu fil-qasam tat-tindif kull tenderer meta tefgħu t-tender; u kemm kellhom ħaddiema mpjegati kull tenderer meta t-tefgħtu t-tender?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-kumpanniji First Direct Ltd., Commercial Cleaners Ltd. u MCCS Ltd. ingħataw ix-xogħol tat-tindif tat-terminal ta' l-ajruport.", "Kif sar dejjem fil-passat il-bini u l-art taħt ir-responsabbilta' tal-Malta International Airport plc ġie maqsum fi tliet żoni u kull żona ġiet allokata lill-kuntrattur separat.", "Jiena nformat ukoll li t-tender ħarġet fil-5 ta' Lulju, 1997 u għalqet fl- 20 ta' Awissu, 1997.", "Għall-kumplament tad-domandi nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12417.", "SPTARIJIET - OPERAZZJONIJIET", "12834.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm riserva ta' hip u knee prosthesis fl-1 ta' Jannar 1997 u fl-1 ta' Jannar 1998?", "Kemm saru operazzjonijiet taż-żewġ tipi tul l-1996 u l-1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-1996, il-manifatturi preċedenti tal-hip u knee proshesis kienu informaw lid-Dipartiment tas-Saħħa li l-prodott li kellhom kien se jitwaqqaf mill-produzzjoni.", "Huma iżda kienu lesti li jkomplu jissuplixxu lid-dipartiment bl-istocks li kellhom ġa manifatturati sakemm dawn jispiċċaw.", "Minħabba f'hekk fl-1996 ħarġet talba għal tender ġdida għal prosthesis, li din ingħatat f'Settembru ta' l-1997.", "Minħabba f'dawn iċ-ċirkostanzi - li l-Gvern ma kellux kontroll fuqhom - mhux possibbli li jingħata l-ammont ta' riserva fl-1 ta' Jannar, 1997 għax dawn kienu jinġabru minn għand l-aġent skond il-bżonn.", "Fis-sena ta' wara, meta bdiet isseħħ it-tender il-ġdida r-riserva ta' knee prosthesis fl-1 ta' Jannar, 1998 kien ta' 360, waqt li dak ta' hip prothesis kien ta' 180.", "SPTARIJIET - OPERAZZJONIJIET", "12835.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' valve replacement matul is-sena li għaddiet?", "Kemm hemm preżentement riserva ta' dawn il-valves?", "Meta nxtraw u meta ħarġet l-aħħar tender?", "Kemm kien in-numru li nxtara u kemm kienet l-ispiża?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' operazzjonijiet ta' valve replacement li saru fl-1997 kienu ta' 42.", "Ir-riserva preżenti hi ta' 4 aortic u 4 mitral valves.", "Il-heart valves kienu jinxtraw b'direct order individwali għal kull size.", "L-aħħar li nxtraw il-prezzijiet kienu:-", "- 33 mechanical heart valves għall-prezz ta' madwar Lm913-il wieħed.", "- 6 bioprosthetic heart valves għall-prezz ta' Lm900 'l wieħed.", "Dawn il-heart valves ta' sizes differenti ġew inkorporati f'żewġ tenders li preżentament ġew aġġudikati u qed jistennew il-Letter of Acceptance toħroġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "12836.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema u kemm kien in-numru ta' mediċini li kienu out of stock matul Frar 1998?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Rigward stock items out of stock fi Frar 1998.", "1.", "Enalapril 20mg tablets.", "2.", "Picolax 3.", "Sucralfate tablets.", "SPTARIJIET - KONSULENTI TA' L-ORTOPEDIJA", "12837.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kif inhuma mqassma l-operating sessions tal-konsulenti ta' l-ortopedija?", "Kemm saru operazzjonijiet tat-tip minor, intermediate u major minn kull konsulent matul is-sena 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Operating Sessions ta' l-Ortopedija huma mqassma hekk.", "Nhar ta' Tnejn Mr F. Zammit Maempel Nhar ta' Tlieta Mr C. Sciberras Nhar ta' Erbgha Mr C. Grixti Nhar ta' Hamis Mr A. Bernard Nhar ta' Gimgha Mr C. Apap Bologna", "L-operazzjonijiet minor, intermediate u major magħmula minn kull konsulent hu kif elenkat.", "Hawn taħt hawn in-numru ta' operazzjonijiet li saru fl-1997 fuq pazjenti li kienu taħt dawn il-konsulenti.", "Operation category Major Inter Minor N.S. Total", "Mr C Apap Bologna 193 159 92 13 457 Mr A Bernard 205 159 100 20 484 Mr C Grixti 198 197 97 8 500 Mr C Sciberras 190 265 437 116 1008 Mr F Zammit Maempel 195 217 102 9 523", "Operazzjonijiet li saru fl-1997 minn dawn il-konsulenti", "Major Inter Minor N.S. Total", "Mr C Apap Bologna 12 18 11 0 41 Mr A Bernard 91 46 23 2 162 Mr C Grixti 58 52 15 0 125 Mr C Sciberras 50 127 49 0 226 Mr F Zammit Maempel 61 54 15 0 130", "SPTARIJIET - THERAPEUTIC ABORTIONS", "12838.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux therapeutic abortions matul is-sena 1997 ġewwa l-isptarijiet governattivi?", "Jekk fl-affermattiv, kemm saru u x'kienet l-indikazzjoni medika?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għandi dikjarazzjonijiet iffirmati mill- amministraturi mediċi ta' l-Isptarijiet San Luqa, Boffa, Monte Carmeli u Għawdex kif ukoll mid-Direttur tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija li matul l- 1997 ma saru l-ebda therapeutic abortions.", "SPTARIJIET - OPERAZZJONIJIET", "12839.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is- sena 1997 sarux sterilising operations ġewwa l-isptarijiet tal-gvern?", "Jekk iva, kemm kien in-numru ta' pazjenti nisa u rġiel u x'kienet l-indikazzjoni medika?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-kirurġija skond il-Health Information System Unit, fir-reġistru tas-Surgical Operations, ma saru l-ebda vasectomy fis- sena 1997.", "Skond id-Direttur ta' l-Obstetrika u Ġinekoloġija sterilizzazzjoni wara operazzjonijiet ċesarji jsiru biss għal raġunijiet strettament mediċi jew psikoloġiċi.", "F'ċirkostanzi oħra, nisa mhumiex tqal issirilhom sterilizzazzjoni għal raġunijiet mediċi speċifiċi u x'aktarx fuq it-talba ta' psikjatra.", "In-numru preċiż ta' dawn il-każi mhux magħrufa, iżda hu limitat ħafna u jsir biss f'każi ta' neċessita' assoluta.", "BUĠIBBA - TISWIJA TA' TOROQ", "12932.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet li saru f'Buġibba u madwar, matul l-1997, kellhom jerġgħu jinqalgħu u jsiru mill-ġdid?", "X'kienet l-ispiża nvoluta f'dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kien hemm partijiet żgħar ta' wċuħ ta' toroq u bankini li saru mill-kuntratturi u li kellhom jitranġaw.", "Dan skond il- kondizzjonijiet tal-kuntratti li dawn kellhom mad-dipartiment, u li jżommu il-kuntratturi garanti għax-xogħol li għamlu għal żmien sentejn.", "B'hekk id- dipartiment ma daħal f'ebda spejjeż għal irranġar tax-xogħol li kien hemm bżonn.", "GĦAWDEX - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "12933.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta ħarġu t-tenders biex isir ix-xogħol anċillari fit-toroq ta' għawdex, biex jaslu s-servizzi tas-sit fejn se jsir it-tħaffir għaż-żejt?", "Kemm kien hemm kuntratturi li tefgħu t-tenders?", "X'inhi l-ispiża nvoluta?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ħareġ l-ebda tender biex isir xogħol anċillari fit-toroq ta' Għawdex biex jaslu s-servizzi fis-sit fejn se jsir it-tħaffir tal-bir.", "Ta' min isemmi li l-uniku servizz li kien meħtieġ jitwassal fuq is-sit kien dak ta' l-ilma.", "Ix-xogħol kollu relatat ma' dan is-servizz, inkluż xogħol fit-toroq t'Għawdex, ħadet ħsiebu l-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Xogħolijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mat-tħaffir tal-bir qegħdin isiru kollha mill-kumpannija Taljana Saipem SpA u l-aġenti tagħha.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET APPROVATI", "12934.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li fil-każi fejn applikazzjoni tiġi approvata in parti mill-Planning Authority, l-Awtorita' qed tinsisti li ma tagħtix refunds ta' flus li jkunu tħallsu dwar il-parti tal-proġett li ma tkunx ġiet approvata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "MMA", "12935.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-istruttura ta' tmexxija li hemm fil-MMA?", "Kemm hemm vakanzi f'kull sezzjoni tal-MMA?", "Kemm ilhom pendenti?", "Meta ħarġet l-aħħar sejħa biex jimtlew dawn il-vakanzi?", "Kemm ġew impjegati persuni wara dawn is-sejħiet?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-istruttura tat-tmexxija li hemm fl-Awtorita' Marittima ta' Malta hija riflessa f'paġna 9 tar-Rapport Annwali għall-1997 ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis- Seduta Numru 128 nhar it-Tlieta, 21 ta' Ottubru, 1997.", "Jiena nformat li fid-Direttorat tal-Portijiet nħolqot vakanza ta' Port Officer fis-17 ta' Marzu, 1997 u li saret sejħa għall-applikazzjonijiet fil- 25 ta' Novembru, 1997.", "Fid-Direttorat tal-Merchant Shipping, żewġ vakanzi ta' Flag and Port Control Inspectors inħolqu fit-12 ta' Marzu, 1997 u li għalihom saret sejħa għall-applikazzjonijiet fis-16 ta' Ġunju, 1997.", "Fil- Corporate Office ta' l-awtorita' nħolqu żewġ vakanzi ta' draughtsman/surveyors, waħda fl-20 ta' Ottubru, 1997 u li għaliha saret sejħa għall-applikazzjonijiet fil-11 ta' Novembru, 1997.", "Nħolqot vakanza oħra fis-17 ta' Frar, 1998 li s'issa ma saritx sejħa għall- applikazzjonijiet.", "L-ebda persuna għadha ma ġiet impjegata biex timla' dawn il-vakanzi kollha.", "AIR SERVICE AGREEMENTS", "12939.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Air Service Agreement ġie ffirmat mill- Gvern Malti ma' pajjiżi oħra mill-1.1.97 sal-lum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mill-1 ta' Jannar, 1997 ġew iffirmati ftehim dwar servizzi bl-ajru mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mar-Repubblika tal-Korea u ġew inizzjalati ftehim ma' l-Indja u ieħor mar- Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel.", "DIPARTIMENT TA' L-AVJAZZJONI ĊIVILI - SEZZJONIJIET", "12940.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-sezzjonijiet li llum jifformaw parti mid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili u li hemm il-ħsieb li ma jibqgħux taħt l-awtorita' tad-dipartiment?", "Taħt liema awtorita' se jispiċċaw dawn it-taqsimiet?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li hemm il-ħsieb li s- sezzjonijiet li għandhom funzjoni operattiva, u mhux regolatorja, u li huma dawk konnessi ma' tbassir tat-temp, tifi tan-nar, kontroll tat-traffiku tal- ajru, komunikazzjoni, bini, manutenzjoni u tiswijiet ta' trasport flimkien mal-enġinerija mekkanika u elettrika sejrin imorru mal-Malta International Airport plc.", "AIRPORT SECURITY COMMITTEE", "12941.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba u meta iltaqa' l-Airport Security Committee mill-1.1.97 sal-lum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi din id- domanda lill-Ministeru responsabbli mill-Airport Security Committee.", "PULIZIJA - BANDA TAL-PULIZIJA", "12942.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jitħallas għas-servizz tal-Banda tal-Pulizija meta din tieħu sehem fi programmi televiżivi jew okkażjonijiet oħra mhux ta' ċerimonja uffiċjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-banda tal-Pulizija tipparteċipa biss f'ċerimonji uffiċjali u waqt attivitajiet filantropiċi jew ta' public relations għall-korp.", "SOĊJETA' TA' L-ARTI, MANIFATTURA U KUMMERĊ", "12943.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-għajnuna li l-gvern jagħti lis-Soċjeta' ta' l-Arti, Manufattura u Kummerċ?", "X'għajnuna ngħatat matul l-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BALZAN - TRAFFIKU", "12944.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji biex il-kaos ta' traffiku li jkun hemm ħdejn it-Three Villages Bar, f'Ħal Balzan fejn jingħaqdu t- tlett irħula, jiġi eliminat bl-introduzzjoni ta' one-way traffic?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li wara li ntlaħaq ftehim bejn il- Kunsilli Lokali ta' Ħal Balzan u ta' Ħ'Attard ma' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għar-rotta ġdida għall-karozzi tal-linja, l-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku approva sistema ta' one way (ħlief għall-karozzi tal- linja) fi Triq San Anton u Triq il-Kbira, Balzan.", "Jiena nformat ukoll li din is-sistema għandha ttaffi ħafna mill-problemi eżistenti fiż-żona konċernata u għandha tiġi ntrodotta, bi prova, mit-13 ta' April, 1998.", "SERVIZZ TA' TRASPORT BL-AJRU", "12945.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti aktar dettalji dwar is- servizz ta' trasport bl-ajru propost bejn Malta u l-Afrika t'Isfel?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nurmu 12927.", "DJAR - KAŻ BIL-FILE NO.", "H 12012", "12953.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li jitħaffu l-passi proċedurali li għandhom iwasslu biex il-file No. H 12012 tal-Housing jiġi ffinalizzat?", "Meta ntbagħat inspector?", "X'kien ir-rapport?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ H12012 hu wieħed minn 106 każ ieħor mill-Belt Valletta biss ta' applikanti li qed joqogħdu ma' ħaddiehor u qed jiġi kkonsidrat magħhom.", "Spezzjoni tal-post fejn joqgħod l- applikant saret fit-30 ta' Jannar, 1998.", "AIR MALTA - TITJIRIET", "12954.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti aktar dettalji dwar il- ftehim li ntlaħaq bejn l-Air Malta u s-South African Airlines għal servizz bejn Malta, Cape Town u Johannesburg?", "Meta hemm il-ħsieb li jibda dan is- servizz u b'liema regolarita'?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-ftehim li għalih qed jirriferi l-Onor Interpellant, bħal kull Air Services Agreement ieħor, intlaħaq bejn awtoritajiet uffiċjali ta' l-Avjazzjoni Ċivili taż-żewġ pajjiżi, u mhux bejn il-linji ta' l-ajru ta' Malta u s-South Africa, u għalhekk nissuġġerilu li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet li huwa reponsabbli għad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili.", "SKEJJEL - MARIA GORETTI", "12955.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-Iskola Santa Marija Goretti, f'Sta.", "Luċija qegħda mingħajr Head?", "Minn meta?", "Meta se jkollha Head regolari?", "Japprezza l-Ministru li kemm ilha mingħajr Head din l-iskola, qed ikun hemm nuqqasijiet f'dik li hija organizzazzjoni u speċjalment dixxiplina?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - TOBBA", "12956.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-gradi ta' tobba li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa u li mhux suppost jipprattikaw fil-privat u li mhux suppost ikunu reġistrati mad- Dipartiment tas-CET?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-gradi ta' tobba li jaħdmu fid-Diviżjoni tas- Saħħa u li mhux suppost jipprattikaw fil-privat huma tobba barranin f'kull grad, houseman u tobba fil-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali u Direttur fl- Administrative Stream.", "TURIŻMU - TURISTI LI JŻURU MALTA", "12957.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' turisti li żaru Malta fix- xahar ta' Jannar, 1998 suq b'suq?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru globali ta' turisti li żaru Malta f'Jannar 1998 li kien ta' 38,154.", "Din l- informazzjoni għadha waħda proviżorja.", "Informazzjoni dwar suq b'suq għadha qed tinġabar.", "PA - ENFORCEMENT UNIT", "12958.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 1997 sa l-aħħar ta' Diċembru 1997, kemm-il azzjoni diretta ttieħdet kull xahar mill-Enforcement Unit ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "Fl-istess perijodu, kull xahar, kemm-il bini jew struttura llegalli twaqqgħet mis-sid stess?", "Kemm-il każ hemm pendenti fejn il-kawżi legali nqatgħu u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' teżerċita s-setgħet li tagħtiha l-liġi u twaqqa' l-istruttura jew bini llegali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tinġabar l- informazzjoni.", "PULIZIJA - ROAD BLOCKS", "12959.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks fin-naħa t'isfel, fin-nofs u fin-naħa ta' fuq ta' Malta bejn l-1/1/98 u 11/3/98?", "Dawn ir-road blocks jinkludu wkoll dawk li jsiru mill-pulizija li jkunu fl-għases?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fil-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant saru total ta' 1,140 roadblocks mill-Forzi tas-Sigurta'.", "Ninsab informat ukoll li ma tinżammx statistika dwar jekk ir-roadblocks mill-Pulizija jsirux fin-naħa t'isfel, fin-nofs jew fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "TRIQ TAL-BARRANI - BUS SHELTER", "12960.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tistax tagħmel bus shelter f'bus stop li hemm fi Triq Tal-Barrani mal-ħajt ta' Busuttil Petrol Station man-naħa ta' Ħal Għaxaq, minħabba li huwa ta' periklu kbir għan-nies li jagħmlu użu minn dak l-istage?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li jekk fil-post indikat mill- Onor. Interpellant jitwaħħal bus shelter jiżdied il-periklu peress li fit- triq m'hemmx bankina.", "POWER STATION - DELIMARA", "12961.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għamlitx xi studju dwar kif qed jiġu effetwati r-residenti li joqogħdu fl-inħawi tal-Power Station ta' Delimara, u dan fid-dawl ta' ċertu trab iswed li ta sikwit bosta residenti qed jinnotaw fid-djar tagħhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta m'għamlet ebda studju tat- tip indikat mill-Onor.", "Membru, iżda investigat l-ilment imsemmi.", "WIED IL-GĦAJN - SERVIZZI TAD-DAWL/ILMA", "12962.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward talba mis- sid tal-post Flat 2, \"St. Lawrence\", Triq il-Buttar, Wied il-Għajn biex jitneħħa d-dawl u l-ilma, liema talba qed tiġi miċħuda b'detriment għas-sid li qed jagħmel tajjeb għas-servizz li qed jieħu l-inkwilini li qegħdin hemm b'abbuż?", "Qed nibgħatlek id-dettalji tas-sid u l-inkwilini separtament.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda talba biex jitneħħa s-servizz ta' l-ilma mill-flat imsemmi.", "F'Settembru 1997, il-korporazzjoni rċeviet ittra mingħand avukat f'isem ir-residenti.", "Din l-ittra issuġġerit li l-korporazzjoni titlob l-għajnuna tal-pulizija biex isir dan ix-xogħol minħabba li meta ġew ħaddiema tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, is-sid b'mod abbużiv ostakolhom.", "Dawn it-tiswijiet fil-fatt seħħew ftit taż-żmien wara, taħt protezzjoni tal-pulizija kif suġġerit fl-ittra msemmija.", "ŻABBAR: XGĦAJRA - DRENAĠĠ", "12963.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar żbokk tad-drenaġġ fix-Xgħajra ta' Ħaż-Żabbar nhar il-Ħadd 8 ta' Marzu, 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex ma jirrepitx dan il- ħruġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TELEFONS - SERVIZZI ĠODDA", "12964.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal-linji tat-telefons ġodda u trasferimenti, lokalita' b'lokalita' fl- istadji kollha ta' l-għoti tal-linji, jiġifieri: talbiet reġistrati; feasible; non-feasible; li huma validated; u jistennew l-istallazzjoni?", "Jista' jgħid kemm ilhom pendenti f'kull stadju dawn it-talbiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "XANDIR - WHITE PAPER", "12965.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se toħroġ il-white paper li tirrigwarda l-qasam tax- Xandir f'Malta?", "Jista' jgħid x'inhu jżomm u għaliex damet daqshekk meta kien hemm indikazzjoni li kellha toħroġ żmien ilu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-ħruġ tal-white paper imsemmija mill-Onor.", "Membru jrid jitqies fil-kwadru sħiħ tal-programmazzjoni kollha tal-ħidma tal- Gvern li ovvjament timponi ċerti prijoritajiet.", "Il-white paper toħroġ fiż-żmien opportun.", "DJAR - APPUNTAMENT MA' UFFIĊJAL", "12970.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Peress li l-Ministru ma weġibx għad-domandi kollha fid- domanda oriġinali W1,342 imma spjega dak li hi proċedura stabbilita, jista' l-Minsitru jwieġeb għal kull domanda fid-domanda oriġinali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn xi nżid.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - ĦIDMA", "13001.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fil-qosor x'kien ir- riżultat tal-ħidma li wettaq id-Dipartiment tal-Mużewijiet f'Taċ-Ċawla, Għawdex u jekk tħejjiex rapport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "HIRE PURCHASE", "13002.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li jkun regolat b'liġi apposta l- ftehim tal-hire purchase?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant hu tajjeb, iżda ma jistax jibda jiġi mwettaq qabel ma jitlesta xogħol ieħor li hu aktar urġenti u pressanti.", "MFSC - KONSULENTI", "13003.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ta' l-MFSC fl-Ingilterra fl-aħħar sentejn ta' l-Amministrazzjoni Nazzjonalista?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-konsulenti fl-Ingilterra li kellha l-MFSC kienu Barry Mason u Lowe Bell Communications Limited.", "ĦADDIEMA REKLUTATI", "13004.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ħaddiema ġew reklutati f'dipartimenti u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu tul l-1995 u l-1996 sal-25 ta' Ottubru, 1996?", "Jista' l-Ministru jindika l-lokal li kienu jaqgħu fihom dak inhar?", "Kien hemm minnhom li ġew imqabbdin fl-aħħar xahrejn ta' qabel l- elezzjoni?", "Kemm kienu?", "Fejn iddaħħlu?", "Meta ddaħħlu?", "Minn fejn kienu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tagħrif mitlub jingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "13005.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Peress li l-vann bit-tail lift li kienet tintuża għat-trasport ta' persuni b'diżabilita' li jattendu l-Adult Training Centre f'Għajnsielem, Għawdex ilha ħafna ma tintuża minħabba ħsarat estensivi tant li kellha tiġi skrappjata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: x'mezzi qegħdin jintużaw għat-trasport ta' persuni b'diżabilita' li jużaw il-wheelchair biex jittieħdu minn u lejn dan iċ-ċentru; ħarġet offerta għal fornitura ta' vann bit-tail lift?", "Jekk fl-affermattiv, min kien ħa l-offerta u b'kemm ġiet meħuda; u jekk ma ħarġitx offerta, ta min hi l-vann bit-tail lift li qegħda tintuża u kemm qed jitħallas kuljum għas-servizz ta' l-istess vann?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-tmexxija ta' l-Adult Training Centre ta' Għajnsielem ma taqax taħt ir-responsabbilta` tiegħi iżda tas-Segretarju Parlamentari għal Għawdex.", "Għaldaqstant il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - SKOLA PRIMARJA", "13006.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola Primarja tal- Qala, Għawdex m'hemmx salva vita mas-sistema elettrika?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex immedjatament titwaħħal salva vita f'dan il-post tant delikat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma teżistix salva vita fl-iskola Primarja tal-Qala pero' fil-klassijiet tal-Year I u Year II li huma mgħammra bil-computers, hemm l-istallazjoni tas-salva vita.", "Sabiex titwaħħal salva vita għall-iskola kollha huwa meħtieġ li jsir xi tibdil fis-sistema ta' l-istallazzjoni elettrika kollha tal-iskola.", "Madanakollu, huwa maħsub li dan ix-xogħol isir fil-futur qrib.", "SPTAR ĠENERALI - IMPJEGATI", "13007.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il- ħsieb li jkunu mpjegati saċerdoti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex flok dawk li rtiraw bil-pensjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għadu qed jiġi kkonsidrat jekk u kemm għandhom jiġu mpjegati saċerdoti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex flok it-tnejn li rtiraw bil-pensjoni dan l-aħħar.", "SLIEMA POINT BATTERY - ĊENS TEMPORANJU", "13008.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fir-rigward ta' l-Avviż Nru. 68 li deher fil-Gazzetta tal- Gvern tas-6 ta' Marzu, 1998 (p. 1521) dwar għoti b'ċens temporanju għall-65 sena tal-proprjeta' magħrufa bħala Sliema Point Battery, (Triq it-Torri, Tas-Sliema), jista' l-Ministru jgħid: kemm hija l-area totali ta' din il- proprjeta'; kemm hija l-area diġa' mibnija ta' l-istess proprjeta'; u min qed jagħmel użu mill-istess proprjeta' fil-preżent?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-area totali ta' din il-proprjeta' hi ta' 3,010 metru kwadru.", "Il-bini fiha hi s-Sliema Point Battery, Fil-preżent din il- proprjeta' qed tintuża minn Food Chain (Holdings) Limited.", "SAJJIEDA - REFUNDS", "13009.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jara kif sajjieda fulltime bdew jieħdu refunds fuq użu ta' diesel li jintuża fl-industrija tas-sajd, liema refund jista' jkun relatat ma' kemm kull sajjied daħħal ħut fil-pixkerija fl-aħħar ħames snin kif ukoll mill-ammont ta' diesel iddikjarat bħala spiża ta' operazzjoni fir- return ta' l-income tax minn kull sajjied fl-aħħar ħames snin (jew perijodu raġonevoli ieħor ta' żmien)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 2116.", "MARSAXLOKK - TAL-MAGĦLUQ", "13010.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'area fil-Magħluq ta' Marsaxlokk se tiġi riżervata bħala post fejn is-sajjieda Xlukkarji jkunu jistgħu jonxru xbieki u jagħmlu xogħol ieħor relatat mat-tiswija tax-xbieki dejjem kif propost fil-proġett ta' irranġar tax-xatt ta' Marsaxlokk (liema proġetti kienu għall-wirja fit- Torri ta' Marsascala fil-weekend li spiċċa nhar l-1 ta' Marzu, 1998)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "FISHFARMS - ESPORTAZZJONI", "13011.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' l-esportazzjoni ta' ħut mill-fish farms fil-perijodu bejn 01.09.97 sa 28.02.98, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kien l-ammont (kg) ta' esportazzjoni; (b) il-valur ta' l-esportazzjoni msemmija f'(a); u (ċ) iċ-ċifri ta' (a) u (b) għas-sentejn preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba hija kif jidher hawn taħt: |Sena |Ammont |Valur | | |totali |totali | | |(tunnellat|Lm | | |i) |(miljuni)| |1.9.95 |634 |1.45 | |-28.02.96 | | | |1.9.96 - |800 |1.72 | |28.02.97 | | | |1.9.97 - |933 |1.90 | |28.02.98 | | |", "ĦUT - IMPORTAZZJONI", "13012.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, fir-rigward ta' importazzjoni ta' ħut f'pajjiżna fil-perjodu bejn l-1.10.97 sat-28.2.98: a) kemm kien l-ammont ta' ħut mhux proċessat li ġie mportat; b) il-valur ta' (a); c) jekk tħallsitx levy fuq l- istess importazzjoni u jekk fl-affermattiv, kemm kien l-ammont; d) kemm kienu l-valuri/ċifri f'(a), (b) u (c) fis-sentejn preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-figuri mitluba huma dawn:", "IMPORTAZZJONI TA' ĦUT MHUX PROĊESSAT, 1 TA' OTTUBRU SAT-28 TA' FRAR |Sena |Ammont |Valur (Lm | | |(tunnella|'000) | | |ti) | | |1997/98|421 |583 | |1996/97|316 |446 | |1995/96|406 |549 |", "Dwar parti (ċ) tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmilha lill-Ministeru konċernat.", "PIXKERIJA - ĦUT", "13013.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu bejn l-01.01.98 sal-11.03.98: (a) kemm kien l-ammont ta' ħut tal-qiegħ (bħall-dott, pagri, eċċ) li nbigħ fil- Pixkerija; (b) il-valur totali ta' (a); u (ċ) l-istess figuri ta' (a) u (b) fis-sentejn ta' qabel sena b'sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-figuri mitluba huma dawn:", "ĦUT TAL-QIEGĦ MIBJUGĦ FIL-PIXKERIJA, 1 TA' JANNAR SAL-11 TA' MARZU |Sena |Ammont |Valur (Lm | | |(tunnellati) |'000) | |1998 |31 |65 | |1997 |51 |97 | |1996 |23 |41 |", "KUNĊERTI", "13016.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi spiża tħallset għall- kunċerti ta' Fish, Bonnie Tyler u Spice Girls?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm xi ħlas ieħor in konnessjoni ma' dawn il-kunċerti u minn liema vot ittieħdu dawn il-ħlasijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ispiża li tħallset għall-kunċerti ta' Fish, Bonnie Tyler u Spicey Girls kienet ta' Lm9951, Lm9822, u Lm2440 rispettivament.", "Sar ħlas ieħor in konnessjoni ma' dawn il-kunċerti.", "Dawn l-ispejjeż tħallsu minn fondi ivvotati għan-National Parks li jaqgħu taħt il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "KALAXLOKK - PROĠETTI", "13017.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l- proġetti li l-ħaddiema ta' Kalaxlokk qegħdin jaħdmu fuqhom?", "Kemm hemm ħaddiema fuq kull proġett u meta hu maħsub li jitlesta kull proġett?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-proġett prinċipali li l-ħaddiema tal- Kalaxlokk qegħdin jaħdmu fuqu huwa dak ta` l-iżvilupp tat-Terminal lI fil- Malta Freeport.", "Dan il-proġett hu maħsub li jitlesta lejn l-aħħar ta` din is-sena u qed iħaddem madwar 425 persuna.", "Proġetti oħra fejn il-ħaddiema tal-Kalaxlokk huma nvoluti jikkonċernaw.", "1.", "Il-Geo-Technical survey li għaddejjin bħalisssa fic-Ċirkewwa li qed jimpjega disa' min-nies; u", "2.", "Ir-refurbishing ta` żewg fabbriki f`Bulebel li qed jokkupaw 12-il ħaddiem.", "GĦAQDIET SPORTIVI - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "13018.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu talbiet għal għajnuna finanzjarja minn għaqdiet sportivi u kulturali fis-sena 1996/1997 u s-sena 1998?", "Liema kienu l-għaqdiet li għamlu dawn it-talbiet u liema għaqdiet effettivament ingħatawlhom għotjiet?", "Minn liema voti ingħataw dawn l- għotjiet u x'kriterji kienu wżati sabiex saret l-għażla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "RAĦAL ĠDID - SIDIEN TA' FONDI FL-HOS", "13019.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx sidien ta' fondi fl-HOS ta' Wied Blandun, Raħal Ġdid li ma jistgħux jifdu ċ-ċens fuq il-proprjeta' tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni ta' din id-diffikulta' u jekk hux qiegħed isir xi ħaġa sabiex tissolva l-problema?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: F'din il-lokalita', ġew allokati 62 plot.", "L- Awtorita' tad-Djar m'għandhiex titolu legali fuq l-art.", "Id-Dipartiment ta' l-Art qed jieħu l-passi neċessarji għall-akkwist ta' l-art.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - PETROL/DIESEL", "13020.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id-dipartiment tal-gvern fid- dekastru tiegħu?", "Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?", "Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: M'hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrija mid-Dipartiment tal-Gvern li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.", "Il-kontroll qiegħed jinżamm li dawk l-uffiċjali li jsuqu karozzi mikrija fuq servizz iżommu log-book tat-trips li jagħmlu u l-petrol jew diesel jingħata lilhom skond kemm isiru trips.", "Barra minn hekk id-dipartimenti jassiguraw li l-ammont ta' flus minfuqa fuq karozzi, inkluż il-petrol jew id-diesel, ma jaqbiżx l-ammont ta' flus ivvotati fl-Estimi fuq din il-materja.", "Il-gradi (scales) li huma ntitolati li jżommu karozza għandhom għall- esiġenzi tas-servizz huma d-diretturi, diretturi ġenerali u segretarji permanenti li fil-kuntratt tas-servizz tagħhom huma ntitolati għall-karozza li jżommu għandhom.", "F'dawn il-każijiet teżisti threshold ta' petrol ta' 175 litru fix-xahar fil-każ tas-Segretarju Permanenti u ta' 150 litru fix- xahar fil-każ tad-Diretturi Ġenerali u Diretturi.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - PETROL/DIESEL", "13021.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id-dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu?", "Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?", "Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M' hemm l-ebda threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrija għand id-dipartiment tal- Gvern f'dan id-dikasteru ħlief fil-każ tad-Diviżjoni tas-Saħħa fejn hemm threshold ta' 30 litri petrol fil-ġimgħa għall-karozzi mikrija.", "Dawk ntitolati li jżommu karozza huma:", "1.", "L-uffiċjali li għandhom performance agreement.", "2.", "Diretturi u uffiċjali responsabbli minn Cost Centres.", "3.", "Supretendenti tal-Isptar San Luqa u r-Residenza San Vinċenz de Paule.", "4.", "Manager Nursing Services tas-servizzi fil-komunita'.", "5.", "Kap Eżekuttiv ta' FMSS.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - PETROL/DIESEL", "13022.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id- dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu?", "Jekk hemm, x'inhu dan it- threshold?", "Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "POSTA - ĦADDIEMA", "13023.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir rigward dawk il- ħaddiema li kienu mad-Dipartiment tal-Posta qabel ma twaqqfet Posta Ltd u li għażlu li jibqgħu jaħdmu fiċ-Ċivil minflok imorru ma' Posta Ltd peress li ħafna minnhom illum qegħdin fil-pożizzjoni anomala li m'għadhomx jaħdmu mal-Posta iżda għadhom imniżżlin bil-grad ta' meta kienu mad-Dipartiment tal-Posta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-ħaddiema dipartimentali tal- Posta li kienu fid-Dipartiment tal-Posta u għażlu li jibqgħu jaħdmu fid- dipartimenti tal-Gvern, flok imorru mal-Posta Limited, baqgħu igawdu l- istess kondizzjonijiet li ħadu taħt il-ftehim dwar re-grading u Assimilazzjoni tal-Gradi Postali li ġie ffirmat bejn il-unions u l-Gvern fl- 4 ta' Marzu, 1994 bid-data effettiva ta' l-1 ta' Jannar, 1991.", "Huma ġew mogħtija xogħol fil-gradi simili għal grad li fih ġew assimilati fil- ftehim.", "TOROQ - ASFALTAR", "13024.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tat-toroq kollha li se jsir xogħol ta' kisi permezz ta' tarmac, asfaltar, patching, pavimentar, eċċ fuq il-wiċċ tagħhom bħala parti mill-proġetti li se jsiru f'Birżebbuġia, Wied il-Għajn u Marsaxlokk?", "X'tip ta' kisi se jsir fuq kull waħda mit-toroq inklużi fil-proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-lista mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "Qajjenza - B'Bugia", "Triq il-Kitarristi Triq il-Merżuq Triq il-Batterija Triq il-Maddes Triq Mikiel Abela Triq l-Iżbark Triq id-Daqqaqa Triq l-Għannejja Triq Herakles Triq il-Mandolina Triq il-Folklor Triq il-Fossili Triq Ferretti Triq L-Għansar Triq Burlemach Triq De Redin Triq il-Ħajja Ewlenija Triq Anton Issel Triq Għerien", "It-toroq imsemmija hawn fuq se jinksew bit-tarmak (hot rolled asphalt).", "MARSASCALA FAŻI 1", "Triq is-Sikka Triq Thomas Ashby Triq il-Kannizzata Triq ix-Xedha Triq is-Siberja Triq is-Sajjieda Triq l-Irmiġġ Triq il-Baħħara Triq Nigel Dennis Triq il-Kappara Triq il-Vajrita Triq il-Likama Triq ir-Ridott Triq il-Katakombi Triq fi Triq is-Sikka Triq fi Triq Nigel Dennis Triq fi Triq il-Baħħara", "It-toroq imsemmija hawn fuq se jinksew bit-tarmak (hot rolled asphalt).", "MARSASCALA FAŻI 2", "Triq il-Miklem Malti Triq il-Mintba Triq is-Sliem Triq Patri Wistin Born Triq l-Mriekeb Triq Xnejn Abjad Triq il-Menhir Triq fi Triq iċ-Ċervjola Triq il-Qawwara Triq il-Majjistral Triq is-Sibbien Triq fi Triq il-Qaliet Triq fi Triq R Triq fi Triq Il-Qaliet", "It-toroq imsemmija hawn fuq se jinksew bit-tarmak (hot rolled asphalt).", "PA - PERMESSI", "13036.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li dawk li rebħu talbiet għal reconsideration ta' l-applikazzjoni tal-permessi jew appell jingħataw lura l-ħlas li ħallsu lill-Planning Authority?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "TURIŻMU - TURISTI", "13037.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu l-arrivals tat- turisti minn Franza, Ġermanja, Italja u l-Olanda f'Jannar u fi Frar 1998 rispettivament minn kull waħda minn dawn il-lokalitajiet?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12957.", "SKART - RIMI TA' SKART", "13042.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12539 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u ċioe' japprezza l-Ministru li mhux sew li skart ta' ristoranti u postijiet ta' l-ikel m'għandux jintrema' mal-bqija ta' l-iskart l-ieħor?", "Jikkonsidra li għandu jerġa' jittella' l-animal swill plant biex dan jiġi maħdum u jiġi wtilizzat aħjar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Min-naħa tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd il- policy hija li l-ebda skart mill-kċejjen tar-ristoranti u postijiet oħra ta' ikel m'għandu isib ruħu fl-irziezet tat-trobbija ta' l-annimali.", "Bħalissa il-Ministeru qiegħed jikkonsidra jekk terġax tibda titħaddem is- Swill Plant fid-dawl ta' riċerki li saru f'pajjiżi oħra għar-rigward tal- marda tal-BSE li splodiet imħabba ir-raġuni li mhux il-mard kollu jinqered bit-trattament tas-sħana.", "LONDRA - HIGH COMMISSIONERS MALTIN", "13056.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tar-risposta eżawrjenti li ta l-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 12107 magħmula mill-Onor.", "Chris Cardona u in vista tal-fatt li fir-risposta li ta l-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 10703 magħmula minni, hu ma rrispondix dak li staqsejt, jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi t-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija tiegħi, ċioe' jista' jgħid: kemm intnefqu flus minn fondi pubbliċi fi spejjeż ta' ġarr mill- Kummissarju Għoli is-Sur Richard Matrenza fit-tliet okkażjonijiet li huwa ġarr fi spazju ta' sitt xhur; u lil liema vot tal-mission jew tal-Ministeru ġew debitati dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena nformat illi meta l-Kummissarju Għoli Malti f'Londra, s-Sur Richard A Matrenza ġarr minn post għall-ieħor sakemm mar joqgħod f'numru 16 Kensington Square, li hija propjeta' tal-Gvern Malti, huwa ma daħħal lill-Gvern f'ebda spejjeż, peress li kellu biss xi lbiesi u ħwejjeġ personali oħra zgħar x'jieħu miegħu.", "AMBAXXATI - KONTIJIET TAT-TELEFON", "13057.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tar-risposta li ta l-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12629, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid għaliex hemm qabża minn LStg788.34 fil-1996 għal LStg3695.06 fil-1997 fil-kont tat-telephone tar-residenza tal-Kummissarju Għoli Malti fl-Ingilterra?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru in oltre jagħti l- kont għat-telefonati li saru mit-telephone tal-Kummissjoni Għoli Malti fl- Ambaxxata Maltija fl-Londra separatament għas-snin 1996 u 1997?", "Jista' jgħid jekk jeżistix il-mezz biex il-Ministeru jivverifika jekk it- telefonati koperti bil-kontijiet maħruġa jkunux kollha saru fuq xogħol ta' l-ambaxxata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - BINI TA' KAMRA", "13058.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex tinbena l-kamra li qegħda tittella' ħdejn l-Arts Room tal-Verdala Junior Lyceum, Bormla?", "Jekk hemm permess, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna għaliex dan il- permess ma twaħħalx mal-bini ta' din l-iskola kif suppost isir kull meta jinħareġ permess għal xogħol ta' kostruzzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "13059.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li ċentri tas-saħħa fosthom dak ta' Ħal Qormi se jiġu magħluqa matul il-lejl?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma ttieħdet l-ebda deċizzjoni li jinbidlu il- ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentri tas-Saħħa minn dawk preżenti.", "IMPJIEGI - PERSUNI 'IL FUQ MINN 61 SENA", "13063.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi l-Uffiċċju ta' l-Istatistika ppubblika ċ-ċifri ta' nies li jaħdmu bi qligħ u nies qegħda għax-xahar ta' Diċembru 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni 'il fuq minn 61 sena li kienu għadhom jaħdmu fl-aħħar ta' Ottubru/Novembru/Diċembru?", "Kemm minn dawn kienu self-employed, kemm minnhom kienu fuq bażi part-time/full-time?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni 'l fuq minn 61 sena li kienu jaħdmu fl-aħħar tliet xhur ta' l-1997 kien kif ġej:", "Xahar Settur Privat Settur Pubbliku Numru li minnhom kienu \"Self Employed\" Ottubru 2,546 92 1,385 Novembru 2,566 97 1,391 Dicembru 2,583 103 1,401", "Persuni 'l fuq minn 61 li kellhom full-time job u full-time kif ukoll part-time hu kif ġej:", "Ottubru 2,638 Novembru 2,663 Dicembru 2,686", "Filwaqt li n-numru ta' persuni li kellhom part-time biss hu kif ġej:", "Ottubru 1,823 Novembru 1,848 Dicembru 1,862", "PA - ALTERAZZJONIJIET", "13067.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dan l-aħħar approvatx xi proċeduri ġodda dwar kif alterazzjonijiet mill-pjanti approvati f'permessi, liema alterazzjonijiet isiru waqt li l-kostruzzjoni tkun għadha għaddejja, jiġu sanzjonati mingħajr ħtieġa ta' applikazzjoni sħiħa?", "Jekk kienet approvata proċedura bħal din, għalfejn għadhom ma kienux informati il-periti f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvat proċedura biex tirrisolvi amendi zgħar għal proposti ta' żvilupp.", "Din id-deċiżjoni tirrikjedi amenda fir-Regolament tal-Building Levy.", "Għaldaqstant din il- proċedura tkun imħabbra u implimentata malajr kemm jista' jkun wara li jkun sar dan it-tibdil b'avviż legali.", "TARXIEN FOOTBALL CLUB - POSTER", "13068.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12367, jista' l-Ministru jgħid jekk tħallsux flus mis- Segretarjat għall-pubblikazzjoni tar-ritratt, li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament, bil-logo ta' l-istess Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti fuq quddiem?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11677, 11853 u 12367.", "Filwaqt illi ħadt gost li l-Onor.", "Interpellant issa rrikonoxxa l-fatt li preċedentement kien żbaljat meta beda jirriferi għall-poster u mhux ritratt, jien informat li r-ritratt in kwestjoni la ġie mħallas u lanqas ippubblikat mis-Segretrjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti minkejja l-insistenza tiegħu.", "Nixtieq nispjega illi meta jingħata messaġġ mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport għal xi fuljett jew materjal ieħor ippubblikat minn għaqdiet sportivi, kulturali u taż-żgħażagħ li jintalbu minnhom stess, mhux l-ewwel darba li tintuża il- logo tas-segretrjat li huwa jirrappreżenta fil-kapaċita' uffiċjali tiegħu, kif żgur jaf l-Onor.", "Interpellant.", "Fil-fatt anke l-messaġġ li jiġi ppubblikat isir fil-kapaċita' uffiċjali tiegħu.", "Dawn it-tip ta' messaġġi jiġu ppubblikati f'fuljetti u materjal pubbliċitarju ta' għaqdiet simili madwar Malta u Għawdex kollu u mhux biss f'dawk tar-raba' Distrett Elettorali kif irid jagħti x'jifhem l-Onor.", "Interpellant.", "Kull għaqda hija fil-liberta' jekk takkumpanjax il-messaġġ bil-logo tas- Segretarjat jew le basta li l-messaġġ ma jinbidilx.", "Mhuwiex denju li l- portavuċi tal-Oppożizzjoni għall-isport jistiga indħil fl-awtonomija tal- għaqdiet sportivi u jipprova jindaħal f'x'tip t'attivitajiet jew ċelebrazzjonijiet għandhom jagħmlu.", "GĦAQDIET SPORTIVI/FILANTROPIĊI", "13069.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12825, jista' l-Ministru jgħid jekk għajnuna finanzjarja tinkludix sponsorships?", "Jekk fin-negattiv, tista' tingħata din l-informazzjoni għal dak li jirrigwarda sponsorships fl-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - KORS TA' INSTRUCTORS", "13070.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l- istudenti li qed isegwu l-kors ta' l-instructors bħalissa humiex se jiġu kkonsidrati bħala f'livell ta' Scale 13 meta jiggradwaw?", "Huwa minnu li dawn se jitilgħu skala waħda kull ħames snin sussegwenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "QAJJENZA - TISWIJATA' TOROQ", "13071.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fil- Qajjenza?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fuq it-toroq tal-Qajjenza se jkunu nbdew sa l-aħħar ta' Marzu (1998).", "ŻURRIEQ - VALLETTA ROAD", "13072.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għal Valletta Road, fiż-Żurrieq peress li din tinsab f'diżastru?", "Meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol f'Tal-Bebbux li jinkludi l-areas Triq Napuljun, eċċ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-passi meħtieġa li ttieħdu fir-rigward ta' Valletta Road iridu isegwu il-linji ta' pjan globali għar-restawr ta' toroq arterjali li jrid jiġi mfassal.", "Sadanittant tajt struzzjonijiet lis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tat-toroq biex tagħmel ix-xogħol temporanju li jenħtieġ il-wiċċ tat-triq biex ma jkunx hemm periklu għas-sewwieqa.", "Dwar titjib fit-toroq tal-Bebbux indikati, manutenzjoni f'dawn it-toroq issir mill-Kunsill Lokali u għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "WSC - BOREHOLES", "13073.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex wieħed jista' japplika għal borehole?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proċeduri biex wieħed japplika għall-borehole hija illi jikteb lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u jagħti d- dettalji ta' fejn jixtieq li jingħata permess u kemm hu beħsiebu jtella' li kellu jingħata l-permess.", "SERVIZZ ĊIVILI - INTERNAL PROMOTIONS", "13074.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura għall-mili ta' postijiet vojta (internal promotions) fid-dipartimenti tal-gvern kif ukoll fil-korporazzjonijiet meta kemm il-flejjes kif ukoll applikanti diġa' ġew identifikati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat illi l-mili ta' postijiet vojta (internal promotions) isir skond il-kriterji stabiliti fid-diversi ftehim.", "Fil-każ tad-dipartimenti tal-Gvern hemm 58 Ftehim differenti illi, fejn huwa l-każ, għandhom provvedimenti speċifiċi dwar kif għandhom isiru l- internal promotions.", "Ukoll fil-każ tal-korporazzjonijiet, hemm Ftehim Kollettiv illi jirregola kif jimtlew dawn il-postijiet vojta.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "PA - DIRETTORAT", "W1,286.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn kemm-il sezzjoni jew unita' ta' xogħol hu kompost id- Direttorat inklużi wkoll l-uffiċini taċ-chairman, bordijiet u kummissjonijiet fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Kemm hu n-numru totali ta' impjegati ta' kull grad li tħaddem magħha l-istess awtorita'?", "Kif inhuma mqassma f'kull grad u kategorija ma' kull sezzjoni jew unita' fl- uffiċini kollha ta' l-awtorita' inklużi bordijiet u kummissjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija komposta minn disa' units u 12-il sezzjoni.", "In-numru totali ta' mpjegati huwa ta' 336 u d- dettalji flimkien ma' dettalji tal-bordijiet u kummissjonijiet tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub aktar kmieni f'din is-seduta.", "PA - ĦADDIEMA", "W1,324.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinżamm kontroll sħiħ fuq il-koerenza u lealta' mitluba mill-ħaddiema kollha tagħha fit-twettiq ta' xogħlhom inkluż ukoll l-osservanza sħiħa tal-ħinijiet tax- xogħol?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-sistema tal-kontroll fuq koerenza u lealta' addottata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar huwa dak ta' superviżżjoni mis- supervisors/managers illi jieħdu r-responsabbilta' għall-impjegati li jaqgħu direttament taħthom.", "GĦal dak li huwa kontroll ta' ħinijiet, il-ħaddiema jridu jniżżlu l- ħinijiet li jidħlu u joħorġu w jiffirmaw fuq l-attendenza li tinġabar kwarta wara l-ħin tal-bidu u titqassam kwarta qabel ħin tat-tmiem tal- ħinijiet uffiċjali tax-xogħol.", "Meta jidħlu tard il-ħaddiema jridu jimlew formola apposta u din trid tkun iffirmata mis-supervisors diretti.", "GĦAWDEX - RAMLA L-ĦAMRA", "W1,347.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi għall-konferenza dwar ir-Ramla l-Ħamra f'Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kopja tad-dokumenti relattivi għall-konferenza dwar ir-Ramla l-Ħamra, f'GĦawdex kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "PA. - PA 2755/96", "W1,558.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'għandu x'jirrapporta dwar il-file tal-Planning Authority PA 2755/96?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din l-applikazzjoni saret lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar fit-2 ta' Mejju, 1996.", "L-iżvilupp jikkonsisti f'bini ta' showroom, uffiċċji u garaxxijiet fil- basement fi Triq Joe Gasan, il-Ħamrun.", "Il-permess għal dan l-iżvilupp inħareġ fis-27 ta' Frar, 1997.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - FOND KUMMERĊJALI", "W1,565.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: F'każ li d-Dipartiment ta' l-Artijiet joħroġ għall-offerti fond kummerċjali fuq talba ta' l-inkwilin stess wara li dan ikun laħaq ftehim ma' terza persuna dwar it-trasferiment ta' l-avvjament, liema ftehim ikun ġie sottomess lid-Dipartiment, jista' l-Ministru jgħid: jekk id- dipartiment għandux dritt ma jaċċettax il-ftehim bejn il-partijiet u jekk iva, x'inhuma l-kriterji applikabbli; u jekk it-terza persuna ma titfax l- ogħla offerta jew tirrifjuta li teżerċita right of refusal jekk l-inkwilin xorta waħda jitħallasx ta' l-avvjament mingħand min ikun tefa' l-ogħla offerta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-ftehim imsemmi mill-Onor.", "Membru bejn l- inkwilin u t-terza persuna jsir skond proċeduri stabiliti quddiem uffiċjal tad-dipartiment u allura m'hemmx lok li l-istess ftehim ma jiġix aċċettat.", "Ladarba fond jinkera, l-inkwilin preċedenti jitħallas l-avvjament stipulat fl-istess sejħa għall-offerti, ikun min ikun l-inkwilin il-ġdid."]} {"filename": "19980119_173d_par.doc", "date": "1998-01-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 173 It-Tnejn, 19 ta' Jannar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 173", "It-Tnejn, 19 ta' Jannar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "173", "It-Tnejn, 19 ta' Jannar, 1998", "WERREJ MINUTI 617", "KUNSENS GĦAL ATTI 617", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 617", "TQEGĦID TA' KARTI 621", "AĠĠORNAMENT TAL-KAMRA SKOND L-ORDNI PERMANENTI NRU.", "13 623", "RULING 629", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU (EMENDA NRU 2) TRAFFIC REGULATION ORDINANCE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (IT-TIENI QARI) 629", "AĠĠORNAMENT 644", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 648", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 681", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 172 li saret fl-14 ta' Jannar, 1998 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru I ta' l-1998 - Att ta' l-1998 li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PA - LOCAL PLANS", "9121.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta huwa mistenni li jiġu ffinalizzati kull wieħed mil-local plans li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Liema areas se jiġu affettwati b'dawn il-local plans?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-informazzjoni li għandi hija din:", "|Local |Lokalitajiet |Tlestija | |Plan | | | |Grand |Il-Belt, |Jannar | |Harbour |Il-Furjana, |1998 | | |Kordin, | | | |l-Isla, Birgu,| | | |Bormla, | | | |Kalkara, | | | |Ricasoli | | |Ta' Qali | |Jannar | | | |1998 | |North |Mellieħa, San |Marzu | |West |Pawl il-Baħar,|1998 | | |Mġarr, Mdina, | | | |Rabat, Dingli,| | | |Buskett, Wied | | | |iż-Żurrieq, | | | |Għar Lapsi u | | | |l-kampanja ta'| | | |madwar | | |North |Pembroke, Ta' |Dicembru | |Harbours |Sliema, San |1998 | | |Ġiljan, | | | |Pieta', Msida,| | | |Gżira, San | | | |Gwann, Swieqi,| | | |Ta' Xbiex | | |Gozo and |Għawdex, |Lulju | |Comino |Kemmuna |1999 | |Malta |H'Attard, |Dicembru | |Central |Hal-Balzan, |2001 | | |B'Kara, | | | |Għargħur, | | | |Hamrun, | | | |L-Iklin, | | | |Ħal-Lija, | | | |Mosta, Naxxar,| | | |Ħal-Qormi, | | | |Sta.", "Venera | | |Malta |Fgura, Gudja, |Dicembru | |South |Ħal Għaxaq, |2002 | | |Ħal Kirkop, | | | |Luqa, | | | |Marsascala, | | | |Mqabba, Paola,| | | |Qrendi, Safi, | | | |Siġġiewi, | | | |Tarxien, | | | |Xagħra, | | | |Żabbar, | | | |Żebbuġ, | | | |Żejtun, | | | |Żurrieq | |", "Madam Speaker, hawnhekk nixtieq nosserva li tul din is-sena mit-taqsima tal-local plans telqulna numru ta' uffiċjali professjonali u minħabba f'hekk inħolqu diffikultajiet fix-xogħol u, peress li dan il-proċess huwa relattivament ġdid għal Malta, m'huwiex daqstant faċli li jinstabu nies b'esperjenza u taħriġ li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Issa barra minn hekk it-taqsima tagħmel xogħol ieħor, bħalma huma development briefs u affarijiet bħal dawn, u mhux l-ewwel darba li jkollok taqla' xi nies minn fuq il-local plans u titfagħhom biex jagħmlu xogħol ieħor ta' malajr.", "Il-proċess ta' ppjanar lokali fih innifsu, jirrikjedi ħafna ħin, parti minħabba l-konsultazzjonijiet estensivi li jridu jsiru u parti oħra minħabba l-firxa wiesgħa ta' issues li jridu jiġu riżolti.", "Ta' min jgħid ukoll li f'ħafna pajjiżi Ewropej l-perijodu tat-tfassil ta' pjani lokali jitqies f'terminu ta' snin u mhux ta' xhur.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Peress li fil-local plans unit hemm tliet periti biss u minħabba li kulħadd jaqbel li x-xogħol li qed isemmi l-Viċi Prim Ministru għandu jsir, jista' jgħidilna jekk huwiex maħsub li n-numru ta' professjonisti f'dan il-unit jiżdied biex dan ix-xogħol xi darba jitlesta?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, bħalma jaf l-Onor.", "Mugliett, jiena ma nindaħalx direttament f'dak li huwa deployment tan-nies fil-Planning Authority pero' qiegħed kontinwament nimbotta lid-diriġenti biex dan l- eżerċizzju jsir fl-iqsar żmien possibbli.", "Fl-istess ħin pero' ma rridx nimbotta b'mod li nispiċċa nieħu rapporti li m'humiex professjonali.", "Li qed nipprova nagħmel jiena huwa li nara li dak li għandu jsir fil- parameters ta' dak li huwa possibbli - sakemm jibqa' professjonali u jsir b'mod korrett - isir fl-iqsar żmien possibbli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fid-dawl ta' dak li esprima diversi drabi meta kien fuq din in-naħa tal-Kamra u wkoll meta kien membru fuq l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li t-termini l-ġodda indikati għal dawn il-pjani lokali huma fit-tul wisq?", "Jiena ngħid li dawn jippreġudikaw anke l-proċess ta' l- applikazzjonijiet għall-iżvilupp, peress li ħafna drabi l-uffiċjali ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar jgħidu li ma jkunux iridu jiddeċiedu fuq areas fejn il-pjan lokali jkun għadu qed jiġi mfassal.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-pożizzjoni tiegħu bħala ministru, issa li qegħdin nitkellmu fuq time frame li jwassal anke sal-bidu tal-millennju l-ġdid, jara li dawn il-pjani lokali jsiru fi żmien iqsar minn dak indikat, minkejja dan in-nuqqas ta' uffiċjali u diffikultajiet oħra li semma?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Zammit Dimech u nixtieq li kien possibbli li dawn ma jeħdux it-tul indikat.", "Kif diġa' għidt, jiena qed nagħmel il-pressjoni kollha possibbli biex dawn il-pjani jkunu lesti pero' ovvjament niddependi mill-feedback li jagħtu l- professjonisti li hemm fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Id-dover tiegħi huwa li nara li dak li qegħdin jgħidu huwa veru u li dawn il-local plans ma jistgħux jitlestew iktar malajr milli qegħdin jgħidu.", "Qegħdin nagħmlu anke taħdidiet flimkien biex naraw kif nistgħu nagħmlu deployment ta' iktar nies b'mod li ma nkunux qegħdin innaqqsu x-xogħol minn fuq proġetti oħra.", "Din hija problema teknika pero' m'huwiex daqshekk faċli li ssolviha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Bħala risposta għall-mistoqsija parlamentari l-Viċi Prim Ministru semma xi diffikultajiet fix-xogħol.", "Jista' jgħidilna jekk kienx qed jirriferi għan-nuqqas ta' nies jew inkella għal affarijiet oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-nuqqas ta' personnel hija waħda mill-problemi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nixtieq inqajjem punt ieħor.", "Qed jiġri li l-applikanti, anke fuq permessi ta' entita' żgħira, qegħdin jirċievu nota fejn jgħidulhom li l-applikazzjoni tagħhom m'hijiex se tiġi kkonsidrata qabel ma jitfassal u jitlesta l-pjan lokali.", "Ma jaħsibx il- Viċi Prim Ministru li dawn il-każijiet għandhom ikunu limitati għal numru żgħir ta' proġetti u mhux għal proġetti ta' alterazzjonijiet u tibdiliet żgħar, xi kultant anke fl-istess bini?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, bħalma dejjem offrejt lill-Onor. kollega tiegħi nerġa' ngħidlu li, meta jkollu xi każijiet speċifiċi, jekk iġibhomli għall-attenzjoni tiegħi jkun aħjar għaliex ikolli fuq xiex nitkellem u nieħu passi.", "Ma naħsibx pero' li l-Onor.", "Galea huwa korrett meta jgħid li kien hemm każijiet bħal dawn fuq applikazzjonijiet żgħar.", "Pero' naf li dwar applikazzjonijiet għal proġetti fuq skala akbar kien hemm din it-tip ta' risposta.", "Ovvjament jiena mort il-Planning Authority u għidtilhom li din ma naċċettahiex, għaliex ma jistax ikun li l-investitur jistenna daqstant tul ta' żmien biex ikun hemm tibdil fil-local plan.", "Il-ħsieb huwa li jekk il- pjan lokali ma jkunx iffinalizzat, għallinqas ikun hemm diġa' ideat rigward il-land use, ħalli proposti ta' żvilupp ma jintefgħux fuq l-ixkaffa u jistennew li jispiċċa l-local plan imma jkunu jistgħu jiġu kkonsidrati anke fil-parameters tal-local plan li jkun hemm diġa' l-bidu tiegħu għalkemm forsi mhux iffinalizzat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk fhimtu tajjeb, il-Viċi Prim Ministru qed jgħid li s- south local plan huwa pproġettat li jkun lest fis-sena 2002.", "Jikkonsidra l-Viċi Prm Ministru li f'din il-parti ta' Malta hemm ċerti areas li ġew iffriżati fl-1988/1989?", "Per eżempju, fir-raħal taż-Żurrieq hemm madwar 20% li suppost huwa ffriżat.", "Qed ngħid \"suppost\" għaliex meta tmur fuq il-post tara li għandek għaxart itmien jew 15-il tomna raba' li, għalkemm imdawra b'boundaries, hemm toroq li jagħtu għaliha.", "Pero' meta individwu komuni japplika għal permess biex biċċa raba' li tmiss mad-dar tiegħu jaqsamha fi plots għal uliedu, jgħidulu: Le, għax l-art ġiet iffriżata fl-1988/89.", "GĦalhekk jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li l- Planning Authority għandha tara li fejn huwa ċar li m'hemmx każijiet ta' green areas, anke skond l-ischeme jew il-pjan regolatur, terġa' toħroġhom għall-iżvilupp, sabiex dawk li għandhom ir-raba' u jkunu jridu jibnu dar għat-tfal tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu dan?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, niftakar li dan is-suġġeriment l- Onor. Zammit kien għamlu hawn ġew fil-preżenza ta' l-uffiċjali u tal-membri tal-bord tal-Planning Authority u ċertament li dawn in-nies semgħu x'kellu xi jgħid l-Onor.", "Membru.", "Kif diġa' għidt, kif inhuma r-regolamenti jiena ma nistax nindaħal x'tagħmel il-Planning Authority għal dik li hija release ta' area jew local plans, pero' nassigurah li naqsam miegħu s-sentiment tal- bżonn li jkun hemm iktar ħeffa f'dawn id-deċiżjonijiet.", "Għalhekk għaddejjin il-ħin kollu bil-proċess li nipprovaw nagħmlu l-Planning Authority iktar effettiva u effiċjenti.", "Imma nerġa' nenfasizza li għal dawk li huma deċiżjonijiet tekniċi ta' kif u fejn ċerta art tiġi released, jiddependi mid-deċiżjonijiet li jieħdu t- tekniċi u l-professjonisti li hemm fil-Planning Authority u żgur li m'għandi l-ebda ċans u lanqas l-iskop li nindaħal fihom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minnbarra dak li semma l-Onor.", "Ċensu Galea dwar in-nuqqas ta' għoti ta' permessi fuq applikazzjonijiet żgħar, tajjeb ngħidu li n-nuqqas ta' ffinalizzar tal-local plans għandu effett fuq id-drafting tar-revised structure plan.", "Qed ngħid dan għaliex suppost li l-feedback mil-local plans kellu jiddireġina fid-drafting ta' l-istructure plan.", "Normalment l-istrategic planning unit u l-local plans unit jaħdmu flimkien u kien anke previst li jkun hemm ingaġġ ta' persuna li kellha tagħmel l- istructure plan review.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk din il- persuna bdietx taħdem?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Mugliett jagħmel mistoqsija bil- miktub biex inkun nista' nirrispondih għaliex m'għandix l-informazzjoni hawnhekk u ma nafx jekk dan ġiex ingaġġat jew detailed biex jibda x-xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'passi ttieħdu riċentement biex files ma jibqgħux imwaħħlin għal xhur sħaħ quddiem l-istess uffiċjali?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena qiegħed f'kuntatt mal-Planning Authority il-ħin kollu u mwasslilhom dawn l-ilmenti.", "Pero' jiena xbajt nitlob li jagħtuni l-file numbers speċifiċi ħalli nkun nista' nagħmel l- indaġni tiegħi u nagħtihom ir-rapport fuq dak il-file.", "Għaliex meta nkellem lill-case officers jgħiduli mod u meta niġi hawnhekk nisma' lill- kollegi tiegħi jgħiduli mod ieħor.", "Nerġa' ngħid, kull darba li mort inkellem lill-case officers dawn qaluli li hemm ġustifikazzjoni għaliex l- każijiet huma miżmumin.", "Ħafna drabi jkunu talbu informazzjoni mingħand il- perit u dan ma jkunx bagħtielhom jew ikun hemm rethinking mill- iżviluppatur.", "GĦalhekk jiena ssuġġerejtilhom li naħsbu f'sistema fejn jekk jgħaddi ċertu żmien u l-perit jibqa' ma jirrispondix, allura dak il-file jiġi put aside u ma jibqax fl-istream biex ikompli jżid man-numru li hemm jistennew.", "(Interruzzjonijiet)", "Nerġa' ngħidlek, jekk taf b'xi każijiet speċifiċi, agħtihomli.", "Dak irrispondejtek fuqu.", "Jiena jidhirli li l-każijiet li tajtni għaddejthom biex jagħtuk risposta fuqhom.", "(Interruzzjonijiet) Kull darba li mmur għand il-case officers jgħiduli li dan mhu veru xejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Viċi Ministru dwar dawk l-areas fejn it-toroq kienu pproġettati minn qabel u li 15%, 20% jew anke 25% minnhom huma mibnijin, jiġifieri huma diġa' committed.", "Li nixtieq huwa li l-Viċi Prim Ministru jagħmel pressjoni ħalli l-areas diġa' committed jiddaħħlu fl-ischemes ħalli b'hekk ikun hemm iżjed żvilupp.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena ċert li dan il-Planning Authority taf bih pero' li nagħmel pressjoni fuq areas partikolari huwa perikoluż għaliex imbagħad niġi akkużat min-naħa l-oħra li qed nindaħal lill-Planning Authority.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena m'iniex qed ngħid lill-Viċi Prim Ministru biex jagħmel pressjoni biex jinħareġ il-permess fuq xi area ta' 20 tomna barra mill-ischemes imma qed ngħidlu li l-kumplament ta' dawk l-areas li 25% minnhom huma żviluppati u li sa l-1987/88 kienu nħarġu l-permessi fuqhom - u ma jistax jiġi xi tekniku jew xi perit u jaqbad il-gomma u jħassar il- bini li huwa eżistenti - għandhom jiġu inklużi bħala area li tista' tiġi żviluppata.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'għandix x'inżid ma' dak li diġa' għidt, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' stabbilimenti ta' l-entertainment f'kull lokalita' li għandhom permess jiftħu sa wara l-11.00 p.m. u sa wara s- 1.00 a.m., bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10783.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' dropouts fl-ewwel sena minn korsijiet ta' l-Universita' bejn l-1993 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11091; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar proprjeta' mikrija mill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta fl-industrial estates flimkien ma' lista tal-kumpanniji li qed jokkupaw l-istess proprjeta', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9809.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar enerġija elettrika prodotta mill-Power Stations tal- Marsa u Delimara bejn l-1995 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11071; u Tabella li turi l-ammont u l-valur ta' prodotti tat-tabakk u xorb alkoħoliku importati matul l-1996 u bejn Jannar u Novembru ta' l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11189.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 3 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Portijiet.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt iffirmat f'Mazu 1997 bejn is-Sur Mario Azzopardi, Chief Internal Auditor fil-Korporazzjoni dwar is-Servizzi ta' l-Ilma u l-istess Korporazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10546.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10586.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "AĠĠORNAMENT TAL-KAMRA SKOND L-ORDNI PERMANENTI NRU.", "13", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, nixtieq nipproponi mozzjoni ta' Aġġornament tal-Kamra taħt l-Ordni Permanenti Nru. 13 fuq materja definita ta' importanza pubblika urġenti.", "Madam Speaker, naħseb li l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra u s-Sinjorija Tiegħek kollha qegħdin isegwu l-iżviluppi ta' dawn il-ġranet, partikolarment fuq materja li żgur qiegħda f'moħħ kulħadd.", "Qiegħed nirriferi għall-azzjonijiet industrijali li għaddej minnhom il-pajjiż bħalissa minħabba l-miżuri li ġew imħabbra fil-budget fil-5 ta' Novembru, 1997.", "Infakkar lill-Kamra li mmedjatament kif tħabbar il-budget kien hawn ir-reazzjoni mhux biss mill-Oppożizzjoni f'dan il-Parlament imma kważi b'mod unanimu fil-pajjiż kollu li l-miżuri mħabbra mill-Gvern kienu miżuri ħorox u li jolqtu l-aktar lil dawk li l-inqas jifilħu.", "Kien hemm diversi lmenti magħmula direttament lill-Gvern, partikolarment mill-unions, u l-Prim Ministru diversi drabi kellu l-okkażjoni jwiegħed li meta jkollu f'idejh l-effett tal-miżuri li tħabbru fil-budget, huwa kien dispost li jieħu azzjoni b'rimedju għal dawk il-miżuri jekk dawn jirriżultaw li huma ħorox iż-żejjed, partikolarment fuq min jiflaħ l-inqas.", "Minn dak iż-żmien għaddew xahrejn u nofs, Madam Speaker, iżda min-naħa tal- Gvern ma kien hemm l-ebda ċaqliq.", "Il-Prim Ministru webbes rasu, ma kellu l- ebda diskussjonijiet serji u utli mal-unions u b'riżultat ta' hekk xi jiem ilu bdew azzjonijiet industrijali mill-unions li eskalaw u li qegħdin jheddu l-ekonomija tal-pajjiż u allura jistgħu jheddu wkoll l-għajxien ta' bosta ħaddiema.", "Iċ-ċirkostanzi huma gravi, anzi huma gravi ħafna.", "Hemm bżonn li jsir dibattitu urġenti fuq din il-materja bit-tama li l- pajjiż ikun jista' joħroġ minn dawn id-diffikultajiet gravi li għaddej minnhom fil-preżent.", "GĦalhekk, Madam Speaker, kif titlob l-Ordni Permanenti Nru. 13 se ngħaddilek din id-dikjarazzjoni li tgħid hekk:", "\"Din il-Kamra għandha tiddiskuti l-qagħda li nħolqot fil-pajjiż b'riżultat tal-miżuri mħabbra fil-budget fil-5 ta' Novembru, 1997 li se jwasslu għat-tnaqqis fil-livell ta' l-għajxien tal-poplu Malti, b'mod li dawk li lanqas jifilħu se jħossu l-aktar it-tbatija li jġibu l-istess miżuri.", "Din il-Kamra għandha tinnota li s-sitwazzjoni li nħolqot fil-pajjiż hija riżultat ta' l-inkompetenza tal-Gvern li ma qiesx minn qabel l- effetti ekonomiċi u soċjali tal-miżuri mħabbra.", "Il-Kamra għandha b'mod partikolari tinnota l-inkompetenza tal-Prim Ministru li wara li wiegħed li jneħħi l-effett ħażin tal-miżuri żbaljati, baqa' m'għamel xejn sal-lum u ma tax widen bl-aktar mod irresponsabbli għat-talbiet tal-unions biex jiddiskuti madwar medja.", "Din il-materja hija definita ta' importanza pubblika urġenti għaliex qiegħda thedded li ġġarraf l-ekonomija tal-pajjiż b'riżultat li ħaddiema jistgħu jitilfu l-post tax-xogħol tagħhom jekk il-Gvern ikompli bis-suppervja tiegħu u ma jibdiex djalogu bis-serjeta' u urġenti ma' l-imsieħba soċjali.\"", "Madam Speaker, kif tgħid din id-dikjarazzjoni, l-iskop ta' dan id-dibattitu li qed titlob l-Oppożizzjoni huwa li jwassal lill-Gvern biex ipoġġi madwar mejda u ma' l-imsieħba soċjali kollha biex jiddiskuti s-sitwazzjoni li nħolqot fil-pajjiż b'riżultat tal-miżuri tal-budget li l-Prim Ministru wiegħed, kemm f'din il-Kamra u barra minn din il-Kamra, li jerġa' jikkonsidra meta jkun mgħarraf bl-effetti tagħhom.", "Skond dak li ntqal fil-pubbliku, anke l-General Workers Union illum ikkonsidrat l-effetti tal-budget u skond ma ntqal f'diversi aħbarijiet fuq ir-radjijiet tagħna, il-Prim Ministru kellu jiġi nformat b'dawn l-effetti tal-budget skond ir-riċerka xjentifika li għamlu.", "Allura suppost li f'dan il-mument il-Prim Ministru huwa mgħarraf bil-pożizzjoni tal-General Workers Union li jien nistqarr li ma nafx x'inhi.", "Pero' huwa ċar li anke l-General Workers Union mid-diversi dikjarazzjonijiet li saru qiegħda tistenna li l- Gvern jibda diskussjonijiet serji biex itaffi jew ineħħi l-effetti ħżiena tal-miżuri tal-budget.", "Għalhekk qed nipproponi din il-mozzjoni u se nagħti kopja tad- dikjarazzjoni lis-Sinjorija Tiegħek.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, ma rridx nidħol fir-rettorika fjakka u għajjiena tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Se nipprova nirrispondi għal dak li qed jissuġġerixxi bl-aktar mod oġġettiv u bl-aktar mod - din hija l-buzz word bħalissa - xjentifiku.", "L-ewwelnett il-budget għall-1998 għadda skond il-liġijiet ta' dan il- pajjiż u għadda minn dan il-Parlament kif huwa mistenni li jgħaddi, u l- miżuri li ħarġu minnu huma miżuri li huma leġittimi u legali.", "Nixtieqek tikkonsidra, Sinjura President, li l-argument ta' l-urġenza li qed iressaq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa kompletament misplaced, żbaljat, u għandek tiċħdu.", "Nixtieq nirrileva wkoll li effettivament il-budget li għadda kien fih miżuri iebsa li, kif spjegajna kemm-il darba f'din il-Kamra u barra minnha, kienu magħmula neċessarji mill-irresponsabbilta' tal-Gvern preċedenti li mexxa politika finanzjarja rresponsabbli.", "Għalija jaħti primarjament il- Kap ta' l-Oppożizzjoni u jaħtu wkoll il-maġġoranza tal-front benchers li għandu miegħu bħalissa, li mexxew politika finanzjarja li ma kenitx tagħti kas ta' x'jista' jiġri għada pitgħada bid-deċiżjonijiet żbaljati li kienu jieħdu filwaqt li jaħbuhom mill-poplu u jitfgħuhom taħt it-tapit.", "GĦalhekk bl-akbar responsabbilta' dan il-Gvern iddeċieda li jieħu miżuri iebsa meħtieġa ħalli niffrankaw li fiż-żmien li ġej dan il-pajjiż ikollu jiffaċċja kriżi finanzjarja enormi fil-budget pubbliku.", "Aħna għidna, qbilna u aċċettajna li dawn kienu miżuri iebsa, u għidna u rripetejna kemm- il darba li dan il-Gvern hu deċiż li meta jifli u jara l-impatt veru fuq iċ- ċittadini - mhux l-impatt mistħajjel jew li jiġi minfugħ minn ċerta kelliema ta' l-Oppożizzjoni - ikun lest jieħu miżuri korrettivi li jkunu japplikaw primarjament għal dawk iċ-ċittadini li l-inqas jifilħu miżuri iebsa.", "Dawk huma l-parametri li tkellimna fuqhom kemm-il darba u spjegajnihom kemm-il darba u konna ċari ma' kulħadd fuqhom.", "M'hemm l-ebda ambigwita' dwar din il-ħaġa.", "Hija ħaġa ċara wkoll, Sinjura President, li biex wieħed ikejjel u jifhem tabilħaqq l-impatt multiplikattiv ta' dawn il-miżuri, ma jistax sempliċement jistrieħ fuq xi stqarrija li għamel xi membru ta' l- Oppożizzjoni jew il-Kap ta' l-Oppożizzjoni imma jrid jgħarbel l-effetti tagħhom fuq il-livell differenti u fis-saffi differenti tas-soċjeta' tagħna u fl-oqsma differenti tas-soċjeta' tagħna.", "Il-Gvern qiegħed jagħmel dan u se jibqa' jagħmel dan ma' dawk il-partners soċjali li tabilħaqq huma lesti u disposti li jersqu 'l quddiem biex jagħtu s-suġġerimenti u l-analisi tagħhom mhux bħala kwestjoni ta' tixjir tal-bandieri imma sabiex niflu eżattament l-impatt ta' dawn il-miżuri iebsa li kellna nieħdu fuq livelli differenti tas-soċjeta' tagħna.", "Waħda mill-unions konċernati, il-UHM iddeċiediet li ma taċċettax il- miżuri li kienu proposti u għamlitha ċara li minnufih kienet lesta tieħu miżuri industrijali li fil-fatt qabdet u ħadet.", "Wara li għadda l-budget mill-Parlament, din għamlet proposti li jibdlu radikalment is-sens u t- tifsira tal-budget tal-Gvern u li jimminaw minn taħt is-serjeta' ta' dak kollu li konna qegħdin nipproponu, u pprentendew li minnufih naċċettawhom u ngħidu li għandhom raġun meta dawn il-proposti la huma vijabbli, la huma sostenibbli u lanqas huma realistiċi, u allura ddeċidew li jibdew l- azzjonijiet industrijali.", "Dan il-Gvern għamilha ċara, u nerġgħu nagħmluha ċara, li aħna se nibqgħu nissalvagwardjaw, inħarsu, niddefendu u nippromwovu d-dritt tal-unions kollha li joħorġu direttivi industrijali u d- dritt tal-ħaddiema kollha li jobdu u jimxu fuq dawn id-direttivi industrijali, ikunu liema jkunu.", "Imma mbagħad irridu nagħmlu ċara wkoll li rridu nħarsu u nirrispettaw ukoll id-drittijiet tal-ħaddiema kollha li jekk ma jridux u ma jixtiequx jobdu direttivi industrijali, allura ma jobduhomx.", "GĦalhekk jekk kellha titressaq mozzjoni ta' urġenza, jiena kont nistenna li kellna titressaq il-ġimgħa li għaddiet meta bdew jittieħdu dawn l- azzjonijiet industrijali u meta bdew jispuntaw fil-beraħ ċerti miżuri ta' illegalita' min-naħa tal-union konċernata, il-UHM.", "Qed nirriferi għal meta ttieħdu ċerti miżuri ta' theddid fuq ħaddiema li xtaqu li ma jobdux id- direttivi industrijali; għal meta ttieħdu ċerti miżuri ta' theddid fuq management li kellu d-dritt u kellu d-dover - skond liġijiet li għaddew u skond judgements li ħarġu mill-qrati tagħna - li jassigura bl-aħjar mod li jista' li s-servizzi li kienu qegħdin ikunu ħandikappati mir-reazzjoni industrijali jibqgħu għaddejjin.", "Jiena kont nistenna li mozzjoni ta' urġenza titressaq f'dak il-mument fejn l-azzjonijiet industrijali li kienu qegħdin isiru, kienu qegħdin jiġu akkumpanjati minn miżuri ta' illegalita' ċara u sfaċċata.", "Min-naħa tal-Gvern għamilniha ċara kemm-il darba li waqt li aħna qegħdin naqblu li għandu jkun hemm salvagwardja sħiħa fuq id-dritt tal-unions u tal- ħaddiema li jieħdu azzjonijiet industrijali, ma konniex qegħdin naqblu u lanqas naċċettaw li jsiru ċerti azzjonijiet illegali.", "Din għidniha u wrejniha kemm-il darba u qgħadna kawti u konna prudenti, u se nibqgħu prudenti.", "Se nibqgħu prudenti għaliex min jaħseb li biex tibdel deċiżjoni tal-Parlament hemm bżonn sempliċement li tagħmel azzjonijiet industrijali u takkumpanjahom b'theddid illegali, min jaħseb li dak huwa biżżejjed biex turi saħħtek ....", "Aħna ridna nagħmluha ċara bl-ikbar prudenza li l-Gvern ma kienx se jaqa' għarkubbtejh quddiem theddid bħal dan.", "Il-Gvern jibqa' dispost dejjem li jitkellem u jibqa' jsostni l-punt tiegħu li jieħu miżuri korrettivi wara studju serju ta' l-effetti reali - u mhux immaġinati - u wara li jifhem u jgħarbel dawn l-effetti, pero' m'huwiex lest li jħalli lil min joqgħod iġiegħlu joqgħod għarkubbtejh għaliex jieħu miżuri, at the limit, abbużivi.", "Tajjeb li ngħidlek, Sinjura President, li l-azzjonijiet industrijali li kien hemm riferenza għalihom f'dak li għadu kemm qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni huma effetti naturali u normali għal kull azzjoni industrijali, u bl-ebda mod m'huma joħolqu xi forma ta' kriżi jew urġenza fil-pajjiż.", "Nista' ngħidlek li s-sitwazzjoni tinsab kompletament taħt kontroll.", "Evidentement, jekk fl-uffiċċji tal-gvern, hemm min m'huwiex jirrispondi t-telefon, ovvjament m'huwiex jirrispondi t-telefon; u jekk hemm min m'huwiex jieħu l-E-mail, m'huwiex jieħdu; imma ma nistax nirrapportalek, Sinjura President, li fl-amministrazzjoni pubblika hemm xi kriżi speċjali minħabba l-azzjonijiet industrijali li qegħdin jittieħdu.", "Nista' nirrapportalek ukoll li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- importazzjoni u l-esportazzjoni kurrenti fil-pajjiż - hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-kapijiet, lill-membri u lill-amministrazzjonijiet kollha nvoluti, lilll-awtoritajiet tal-port, l-awtoritajiet tal-pulizija, l- awtoritajiet tas-Sea Malta, l-awtoritajiet tal-Freeport, l-awtoritajiet tad- dwana u awtoritajiet oħra li forsi qed ninsa nsemmi - bil-miżuri li ttieħdu matul din l-aħħar ġimgħa b'mod ċivili u raġonevoli, id-dħul u l- ħruġ ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni fil-pajjiż hija assigurata - ma ngħidx mija fil-mija - għal perċentwali għolja ta' dak li għaddej.", "Kien hemm problema li baqgħet tippersisti, fis-sens li kellna numru ta' containers li kienu destinati għall-fabbriki Maltin u anke għall- konsumaturi Maltin li weħlu fil-Freeport.", "Min-naħa waħda kien hemm azzjoni li saret mill-UHM vis-a-vis l-uffiċjali tad-dwana u min-naħa l-oħra kien hemm azzjoni li saret mill-UHM vis-a-vis il-ħaddiema tal-Freeport fejn fl- ewwel każ ingħataw direttivi li ma jiġix cleared cargo iddestinat għall- fabbriki Maltin u fit-tieni każ ingħataw direttivi li ma jċaqalqux containers li kienu ddestinati għas-suq lokali.", "B'riżultat ta' dan sal- bidu tal-ġimgħa li għaddiet inġemgħu madwar 500 jew 600 container fil- Freeport u għal xi żmien ma setgħux jinħarġu minn hemmhekk.", "Effettivament jibqa' l-prinċipju, Sinjura President, li jekk ikun hemm ħaddiema li ma jkunux jixtiequ jsegwu d-direttivi, dawk għandhom ikollhom l- ispazju u l-liberta' li jagħmlu dan.", "Ċertament ukoll jibqa' l-ħsieb u l- prinċipju li jekk management irid jagħmel ix-xogħol tiegħu, mhux biss għandu d-dritt imma għandu d-dover li dan jagħmlu.", "Fuq il-bażi ta' din il- ħaġa - apparti l-fatt li kien hemm illegalita' oħra li saret fil-Freeport fejn ġiet imblokkata d-daħla - f'operazzjoni li saret bl-aktar mod prudenti, ġie assigurat li numru sostanzjali ta' containers li kienu destinati għall-fabbriki Maltin jinħarġu mill-Freeport u jiġu mqassma lil dawn il-fabbriki.", "Kien hemm fabbriki li kienu qegħdin jiġu mbottati biex jispiċċaw mingħajr supplies għax-xogħol tagħhom imma bl-operazzjoni li saret illum u li se tibqa' ssir, dawn huma assigurati li ma jkollhom problemi ta' provvisti.", "Nerġa' nagħmilha ċara, Sinjura President, li min-naħa tagħna se nibqgħu mpenjati - u għalhekk m'hawnx is-sens ta' urġenza li pprova jqajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li waqt li nkunu prudenti u sodi, nosservaw kull ħaġa li tassigura l-legalita' f'dan il-pajjiż.", "Per eżempju, waħda mill-pretexts li nġabu għaliex il-UHM skalat l-azzjoni industrijali tagħha fuq il- Freeport kienet li l-Gvern ħareġ direttiva biex min isegwi d-direttivi tal- bidu tagħha ma jingħatax overtime.", "Effettivament il-ħsieb hekk kien, li ma jingħatax overtime fil-każijiet fejn jirriżulta li dak l-overtime ikun meħtieġ minħabba li tkun saret azzjoni industrijali.", "Imma kif ħarġet iċ- ċirkolari, meta ħarisna lejha, sibna li kienet miktuba f'sens li tgħid li min qed jagħmel azzjoni industrijali ma jingħatax overtime.", "Il-parir legali li ngħatajna kien li ħaġa bħal din kienet, at the margin, mhux indikata u allura minnufih irtirajna dik id-direttiva.", "Jiġifieri min-naħa tagħna qegħdin nagħmluha ċara - u għalhekk turi iktar fiċ-ċar li m'hemmx l- urġenza li qed jipprova jqajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li l-affarijiet f'dan il-pajjiż se jibqgħu sejrin b'mod ċivili anke meta ma jkunx hawn qbil, imma b'mod li jkun legali minn kulħadd kemm min-naħa ta' l-employer, kemm min-naħa tal-Gvern u kemm min-naħa ta' l-union jew unions ikkonċernati.", "Tajjeb ngħid ukoll, Sinjura President, li f'dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni hemm ċerta kontradizzjoni.", "Min-naħa qal li ma tkellimna u ma kkonsultajna ma' ħadd, u min-naħa l-oħra qal li effettivament hemm il- preżentazzjoni mill-General Workers Union ta' l-ideat u tal-veduti tagħhom.", "Nista' nikkonferma li kieku m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq din it-talba ta' urġenza li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kieku bħalissa fl-uffiċċju tiegħi qiegħed niltaqa' ma' delegazzjoni tal-General Workers Union li se tippreżentali r-rapport xjentifiku li kienu qegħdin iħejju u li tkellimna kif għandhom iħejjuh matul dawn l-aħħar ġimgħatejn, tliet ġimgħat, ħames ġimgħat u sitt ġimgħat.", "GĦalhekk nassigura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li l-Gvern se jistudja bl-akbar simpatija u interess ir-rapport tal-General Workers Union u mbagħad nikkonsidrawh għad-deċiżjonijiet finali li rridu nieħdu fil-kontest ta' dak li dejjem għidna, jiġifieri li fejn jirriżulta realment - u mhux fl-immaġinazzjoni ta' xi professur mill-front benchers ta' l-Oppożizzjoni - li hemm saffi tal-poplu tagħna li l-inqas jifilħu u l- aktar li tgħabbew b'piżijiet li ma jistgħux iġorru, allura nieħdu miżuri korrettivi meħtieġa.", "Għalhekk fuq il-bażi tar-rapport li tajtek hawn fi ftit kliem, Sinjura President, nerġa' nikkonferma li s-sitwazzjoni in ġenerali hija taħt kontroll bl-akbar prudenza.", "Ir-rapporti allarmisti li qrajna fil-ġurnali f'dawn l-aħħar ġranet sħabi u jiena konna qegħdin naqrawhom u nitbissmu imma nħalluhom, għaliex il-ġurnalisti kultant ikunu jridu jallarmaw u juru l-affarijiet aktar koroh milli huma, u titbissem anke meta tara dawk kollha li f'dawn l-aħħar xhur ipprovaw iċappsu kollox bl-iswed ma' kullimkien.", "Ma jimpurtax, imma minkejja dan kollu ninsabu fiduċjużi li l-affarijiet mexjin 'il quddiem.", "Ninsabu fiduċjużi li l-politika tal-Gvern hija soda u serja u bl-akbar prudenza wkoll nerġa' nikkonfermalek ir-rieda tal-Gvern li l- miżuri korrettivi jittieħdu skond u kif jinstab li dawk is-saffi tal-poplu tagħna li l-inqas jifilħu, jistgħu jkunu qegħdin jitgħabbew b'piżijiet kbar wisq.", "Allura, Sinjura President, nixtieq inpoġġi 'l quddiem it-teżi tiegħi li l- mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-proposta tiegħu li jkun hawn din id- diskussjoni b'urġenza m'hijiex fondata u nixtieqek ma taċċettahiex.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jiena smajt b'attenzjoni dak li qal il-Prim Ministru, u jkolli nikkonferma l-assessment li nagħmel jien ta' rresponsabbilta' kbira min-naħa tiegħu.", "Il-Prim Ministru jrid jagħlaq għajnejh għal dak li huwa magħruf minn kulħadd, irid jagħlaq għajnejh għall- fatt li l-pajjiż għaddej minn ġranet ta' kriżi.", "Smajna bit-theddida għall- impjieg tan-nies, u dan ma ntqalx min-naħa ta' l-Oppożizzjoni imma minn diversi nies li huma nteressati.", "U l-Prim Ministru jiġi hawnhekk u jgħidilna li s-sitwazzjoni hija għal kollox normali u in hand!", "Kulħadd jista' jasal għall-ġudizzju tiegħu pero' l-Prim Ministru, bil-mod kif qiegħed jittratta l-affarijiet, ma jridx jgħid il-verita' u qiegħed jipprova jaħbi s-serjeta' tal-pożizzjoni li ninsabu fiha bi ftit kliem sabiħ.", "Nixtieq nikkorreġi issa ċerti statements li għamel il-Prim Ministru.", "Huwa qal li l-budget għadda u ġie approvat mill-Gvern u allura l-ebda union m'għandha tipprova teħodha kontra jew tħassar dak li ddeċieda dan il- Parlament.", "Jiddispjaċini ngħid li d-diskors tal-budget ma jorbot lil ħadd għax dik hija dikjarazzjoni tal-policy tal-ministru imma l-miżuri li jiġu mħabbra jridu jiġu segwiti bl-attwazzjoni fil-liġijiet u fir-regolamenti li jkunu meħtieġa.", "Per eżempju, il-Water Services Corporation għad għandha l- budget tagħha mhux diskuss u mhux approvat minn din il-Kamra.", "Barra minn hekk, ir-revenue li hemm imsemmi fl-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta m'huwiex approvat minn din il-Kamra.", "Din il-Kamra tista' tesprimi ruħha anke fuq regolamenti li għadhom ma ħarġux għaliex, għalkemm il-miżuri ġew imħabbra fil-5 ta' Novembru, għalkemm kulħadd qed jitħaddet fuq it-tariffi l-ġodda ta' l-ilma, tad-drenaġġ u ta' l-elettriku, dawn it-tariffi għadhom ma jeżistux.", "Il-budget speech imressaq mill-Ministru tal-Finanzi ma jikkostitwixxix liġi u ma jorbot lil ħadd imma jridu jsiru regolamenti skond il-liġijiet.", "Meta dawn ir-regolamenti jsiru u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, din il-Kamra jkollha dritt tapprovahom jew ma tapprovahomx jew aħjar tressaq mozzjoni biex ma jidħlux fis-seħħ.", "Jiġifieri l-pożizzjoni llum hija - u hawn qiegħda l-irresponsabbilta' ta' dan il-Gvern - li għalkemm il-miżuri tħabbru fil-5 ta' Novembru u llum qegħdin fid-19 ta' Jannar, il-Gvern għadu ma ħax il-passi meħtieġa biex ikollna t-tariffi li ġew imħabbra fil-budget.", "Dawn sal-lum għadhom ma jeżistux u l-fatt li ssemmew fil-budget, nerġa' ngħid, ma jfisser xejn.", "U dan l-istat ta' inċertezza mill-5 ta' Novembru sal-lum hija karatteristika oħra ta' dan il-Gvern li fi 15-il xahar ħoloq inċertezza waħda wara l-oħra fejn tħabbru miżuri ebsin, ma ġewx attwati b'liġi, il-Gvern ma tax ċans lil dan il-Parlament jiddiskuti meta effettivament iridu jiġu jew ikun propost li jiġu fis-seħħ, qed iħalli ż-żmien għaddej u jwiegħed li se jbiddel dawk il-miżuri imma ma jgħidx kif, u sadanittant il-pajjiż jibqa' b'ferment b'azzjonijiet industrijali!", "Jien m'iniex se nidħol fil-legalita' o meno tal-miżuri li qegħdin jittieħdu mill-unions pero' din ukoll hija kwestjoni serja li tista' terġa' titqajjem iktar 'il quddiem f'dan il-Parlament.", "Aħna ngħixu f'dan il-pajjiż.", "M'hijiex l-ewwel darba li ttieħdu azzjonijiet industrijali; m'hijiex l-ewwel darba li ttieħdu azzjonijiet industrijali kif qegħdin jittieħdu issa; m'hijiex l-ewwel darba li din it-tip ta' azzjoni industrijali ġiet difiża bil-qawwa kollha mill-unions f'dan il-pajjiż.", "GĦalhekk naħseb li wieħed irid ikun irresponsabbli meta, filwaqt li dan ikun qed jiġri, jgħid li s-sitwazzjoni hija normali għaliex għandna l-Korp tal-Pulizija li qed jgħinna u l-containers rnexxielna noħorġuhom!", "Jekk se nidħlu fil-legalita' o meno ta' dak li jista' jsir meta għandek azzjoni industrijali, naturalment din tinteressana lkoll u jinteressana wkoll li dan il-pajjiż qatt ma joħroġ mil-legalita', pero' m'huwiex il-Prim Ministru li jiddeċiedi azzjoni hijiex legali jew illegali.", "Il-Prim Ministru dmir wieħed għandu, u dan huwa li ma jħallix l-affarijiet jeskalaw bla bżonn.", "U mill-5 ta' Novembru sal-lum għadda żmien biżżejjed biex dan il-Gvern imissu poġġa madwar mejda, tkellem mas-sieħba soċjali kollha u wiżen l-effett tal- miżuri li ħa.", "Verament, dawn l-effetti jmissu wiżinhom qabel ma ħadhom, għax hija ħaġa skandaluża li jiġu l-ministri u l-Prim Ministru hawnhekk u jgħidulna li se jwiżnu issa x'inhu l-effett tal-miżuri li ħadu.", "Hija xi ħaġa inkonċepibbli li jkollok gvern illi l-ewwel jieħu l-miżuri u mbagħad jgħid li se jara x'inhu l-effett tagħhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma dan il-Gvern diġa' ammetta li l-miżuri huma żbaljati u għalhekk il-Prim Ministru qed jibqa' jirripeti li lest jieħu azzjoni bħala rimedju għal dawk il-miżuri.", "Imma aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar is-sitwazzjoni fil-pajjiż se tmur lura.", "Huwa magħruf li l-ekonomija tal-pajjiż hija staġnata u se tkompli tistaġna, u għalhekk hemm bżonn li nneħħu l-inċertezzi kollha minn nofs.", "Dan il-Gvern għandu jiggverna u mhux joqgħod jistenna l-affarijiet jiġru waħedhom kif qiegħed jagħmel f'dan il-mument.", "Għandu jara kif din is- sitwazzjoni se ssolvi ruħha u d-dover tiegħu huwa li jitkellem mal- partijiet kollha u jsib soluzzjoni li hija fl-interess nazzjonali tal- pajjiż.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, frankament l-aħħar parti tad- diskors li smajt hija kompletament irrelevanti għat-talba ta' urġenza.", "Issa, jekk l-Onor.", "Fenech Adami jippretendi li xi ħadd se jikkopja l-istil tiegħu bħala prim ministru, jien m'iniex lest li nagħmel dan għaliex il- fallimenti li ġab warajh hu m'iniex lest nikkopjahom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien m'iniex dispost lanqas illi noqgħod naħbi kollox - kif kien jagħmel hu - taħt tlellix u kliem sabiħ meta mbagħad ir-realta' tkun kompletament differenti.", "Waħda mill-affarijiet li qegħdin nipprovaw nagħmlu hija li nikkorreġu n-nuqqas ta' direzzjoni li ħalla warajh u li kellu fi żmienu u din qegħdin nagħmluha b'ċerta serjeta' u bil-ħsieb.", "Jista' jkollu professuri u dutturi miegħu kemm irid imma the proof of the pudding is in the eating, u l-pudina li ħalla warajh tant hija mħawra bl- addoċċ illi jkollna bilfors ngħaddu minn żmien fejn naħdmu bi stil differenti minn tiegħu, u hekk qegħdin nagħmlu.", "Sinjura President, jiena m'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu ta' dak li qal fir-risposta tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għaliex huwa kompletament irrelevanti għall-kwestjoni, u nixtieqek tikkonsidra jekk hawnx każ ta' urġenza f'dak li għandna quddiemna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija sospiża sakemm niddelibera dwar dan il-każ.", "Fis-7.04 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-7.18 p.m.", "RULING", "MADAM SPEAKER: Is-Sedja kkonsidrat it-talba tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex il-Kamra tissospendi x-xogħol tagħha ħalli tiddiskuti l-materja msemmija fid-dikjarazzjoni li ġiet ippreżentata minnu.", "Qabel xejn is-Sedja tirrileva li kull talba li titressaq taħt l-Ordni Permanenti Nru 13 jenħtieġ li tissodisfa tliet rekwiżiti ċioe', li tkun materja definita, ta' importanza pubblika u urġenti.", "Id-dikjarazzjoni ppreżentata mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni tittratta materja li ilha suġġett ta' polemika politika sa minn mindu saret id- Dikjarazzoni Finanzjarja għas-sena 1998 u tittratta l-linji ġenerali proposti f'dik l-istess Dikjarazzjoni Finanzjarja.", "Għalkemm jista' joħloq ċerta preokkupazzjoni pubblika, il-fatt illi n- nuqqas ta' qbil ta' ċerti setturi fil-pajjiż issarraf f'dawn l-aħħar jiem f'azzjonijiet industrijali, fih innifsu ma jfissirx illi f'dan l-istadju u fil-mument tal-lum jeżisti l-element ta' urġenza mitlub mill-Ordni Permanenti 13, speċjalment meta kif intqal tajjeb f'din l-istess Kamra anke ċerti miżuri proposti mill-budget, li l-iktar li qed joħolqu kontroversja, għad iridu jiġu quddiem din il-Kamra għad-diskussjoni.", "Il-Kamra tgħaddi għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU (EMENDA NRU 2)", "TRAFFIC REGULATION ORDINANCE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Jannar 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Madam Speaker, l-introduzzjoni tal-breathalyser test tidher li għandha consensus wiesa' mhux ħażin u forsi nistgħu ngħidu anke bla kontroversji kbar.", "GĦandek il-Gvern li huwa favur li dan it-test jiġi ntrodott, għandek l-Oppożizzjoni li min-naħa tagħha kienet diġa' ressqet abbozz ta' liġi għall-Ewwel Qari - dan l-abbozz li għandna quddiemna llum huwa kważi identiku għalih għajr għall-isem ta' min qed jippreżentah u l-livell aċċettat li nbidel bi ftit - u għandek il-pubbliku in ġenerali li by and large nistgħu ngħidu li jaqbel miegħu wkoll.", "Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn ir-rapport tal-kumitat dwar il- prevenzjoni ta' l-inċidenti tat-traffiku, isib li n-numru ta' żgħażagħ li sar stħarriġ magħhom u ġew mistoqsija x'jaħsbu li għandu jsir biex jiġu evitati l-inċidenti, bħala l-ewwel prijorita' taw l-infurzar tal-liġijiet u bħala t-tieni prijorita' taw l-introduzzjoni tal-breathalyser test.", "Dawn l- istess żgħażagħ, fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, jaqblu wkoll li waħda mir- raġunijiet ewlenin ta' l-inċidenti tat-traffiku huwa proprju l-alkoħol.", "Naturalment huwa tajjeb li jiġi diskuss dan l-abbozz biex ikunu jistgħu jiġu ċċarati u spjegati xi punti minnu.", "Smajna lill-Ministru Mizzi jgħid li dan l-abbozz m'huwiex l-abbozz imressaq mill-Partit Nazzjonalista imma huwa kkoppjat mil-liġi Ngliża.", "Naturalment din wieħed jeħodha b'nofs ċajta imma d-domanda toħroġ waħedha, u hija: X'kienet ir-raġuni valida li għaliha dan il-Gvern ħa mill-inqas 14- il xahar biex iressaq dan l-abbozz ta' liġi?", "X'kien qed jaħseb li se jagħmel il-Prim Ministru meta f'din il-Kamra - hawnhekk qiegħda nikkwota - qal: \"Il-pjani tal-Gvern ta' qabel biex jintroduċi l-breathalyser test kienu pjani li baqgħu fir-ramel u aħna qed neħduhom b'aktar serjeta'.\".", "Wieħed jistaqsi: Imma s-serjeta' fiex tikkonsisti?", "Naturalment tista' tuża buzz- words u kliem sabiħ u tipprova timpressjona lil min jisimgħek imma affarijiet iktar minn hekk wieħed ma jistax jgħid li kien hemm.", "Madam Speaker, ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex kellu jittieħed dan iż-żmien kollu biex dan l-abbozz jitressaq għad-diskussjoni.", "Sempliċi emenda fil- livelli biex inkunu konformi mal-livelli aċċettati fl-Ewropa kienet tkun biżżejjed.", "Allura dan l-abbozz ta' liġi seta' tressaq xhur ilu u kieku llum forsi diġa' qegħdin ingawdu l-frott tiegħu u forsi tidħol ukoll il- kuxjenza li jekk xejn din il-liġi titqies bħala deterrent li min ikun se jsuq ma jixrobx.", "Din il-liġi kienet deskritta bħala liġi iebsa għal sitwazzjoni diffiċli u hekk hu, iżda fejn tidħol il-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem m'għandu jitħalla l-ebda ostaklu.", "Għalija din il-liġi m'għandhiex titqies biss li taqbad lil min jabbuża iżda, forsi kif diġa' għidt anke f'ċirkostanzi oħra fil-ħin ta' l-Aġġornament, għandha titqies li qiegħda tipproteġi wkoll lill- vittmi innoċenti.", "Nafu, per eżempju, li statistika ta' l-Unjoni Ewropea tindika li bejn 25% u 40% ta' l-inċidenti fatali huma proprju kkawżati mill- effett tax-xorb waqt is-sewqan.", "Imbagħad insibu li terz ta' dawk li jisfaw vittmi ta' dawn l-inċidenti jkunu vittmi innoċenti, jiġifieri ma jkunux taħt l-effett tax-xorb.", "GĦalhekk nittama li din il-liġi sservi ta' deterrent.", "Nixtieq nagħmilha ċara li din m'hijiex xi prohibition biex ma nixorbux imma qed jingħad li jekk wieħed jixrob, la għandu jkun ta' periklu għalih innifsu u wisq iżjed m'għandu jkun ta' periklu għal ħaddieħor.", "GĦalhekk hemm bżonn li tidħol il-kultura li min ikun se jsuq ma jixrobx.", "Madam Speaker, jiena ma narax din il-liġi bħala mezz ta' kif il-gvern idaħħal iktar flus għall-famuża kaxxa ta' Malta biex tintela' xi ħofra, iżda nemmen li għandha ġġiegħel lis-sewwieqa li jkunu aktar konxji tal-fatt li s-sewqan u x-xorb ma jmorrux flimkien.", "Allura ma jixorbux in the first place u jkunu jistgħu jiġu evitati inċidenti kemm żgħar u wkoll inċidenti fatali.", "Fil-fatt, waħda mir-raġunijiet għaliex tul dawn l-aħħar 14-il xahar din in-naħa tal-Kamra kienet ta' sikwit tistaqsi meta se jitressaq dan l-abbozz ta' liġi huwa proprju għaliex nemmnu li dan jista' jservi ta' deterrent.", "Jekk naraw x'ġara matul il-festi tal-Milied, nindunaw li meta ssemmiet il- multa ta' ¥200 u allura ħafna ħasbu li din il-liġi ġiet introdotta, in-nies qagħdu attenti.", "Statistika fl-Ewropa tindika li meta ġie ntrodott il- breathalyser test ir-rata ta' inċidenti kkawżati mix-xorb naqset u dan naturalment meta l-liġi kienet imħaddma sewwa.", "GĦaliex m'huwiex biżżejjed li min ikun qed isuq taħt l-effett tax-xorb jinqabad wara li l-inċident ikun sar, wara li persuni innoċenti jkunu sofrew danni jekk mhux ukoll il- mewt.", "GĦalhekk għandu jsir minn kollox biex dawn l-inċidenti jiġu evitati u ma jseħħu xejn.", "Naturalment nixtieq li kieku ma jseħħu xejn imma r- realta' hija ħaġa, oħra pero' b'dan il-mod almenu titnaqqas l-inċidenza tagħhom.", "Issa kemm din il-liġi se tkun suċċess jew le jiena norbotha ma' żewġ affarijiet prinċipali.", "L-ewwelnett norbotha ma' kampanja edukattiva li nafu li ssir u li tiġi eskalata fi żmien il-Milied, pero' jeħtieġ li din il-kampanja tibqa' sseħħ is-sena kollha biex il-poplu Malti jirrealizza fiex tista' twassal din il-problema.", "Hemm bżonn ukoll ta' kampanja edukattiva biex is-sewwieqa jagħrfu jirregolaw lilhom infushom u jaraw tassew ir-rilevanza ta' din il-liġi.", "It-tieni, din norbotha wkoll ma' kemm se tkun imħaddma sewwa mill-pulizija.", "GĦalija l-pulizija għandhom responsabbilta' kbira f'dan il-qasam, għaliex huwa bl-impenn tagħhom li rridu naraw li din tittieħed bis-serjeta'.", "Il-pulizija jridu juru li qed jimxu b'fairness ma' kulħadd u ma jistax ikun hemm abbuż ta' poter u favoritiżmi.", "Madam Speaker, din il-liġi ma tagħtix lok għal random sampling bħalma jeżisti f'pajjiżi oħrajn iżda artiklu 15 tal-liġi prinċipali jagħti poteri wiesa' lill-pulizija meta dawn jistgħu jagħżlu li jissottomettu lil xi sewwieq għat-test tan-nifs.", "Għalhekk il-pulizija nnifishom għandhom ikunu mħarrġa.", "Jiġifieri l-kampanja edukattiva ma tridx issir biss għas-sewwieqa imma trid issir ukoll għall-pulizija sew kif iħaddmu din il-liġi kif ukoll kif jagħrfu d-drittijiet tas-sewwieqa.", "Mill-banda l-oħra l-pulizija għandhom bżonn ikunu attrezzati sewwa biex din il-liġi tkun tista' tiġi esegwita.", "L-artiklu ġdid 15G jgħid hekk:", "\"Persuna meħtieġa li tagħti kampjun tan-nifs, tad-demm jew ta' l-urina tista' tista' tiġi miżmuma mill-pulizija sakemm il-pulizija jkun jidhrilha li dik il-persuna tkun f'kondizzjoni li ssuq.\".", "Wieħed jittama li l-loġistika ta' dan l-artiklu ġiet studjata, u jrid jara kif din il-persuna se tinżamm mingħajr ma l-pulizija tieqaf mis-sorveljanza tagħha fit-toroq.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll illi għandna bosta għases li ma jkunux miftuħa l-ħin kollu u matul il-ġimgħa kollha.", "Irridu nżommu f'moħħna wkoll li fl-istess karozza tal-persuna li tkun qiegħda ssuq taħt l-effett tax-xorb jista' jkun hemm persuni - familjari jew tfal ta' dik il-persuna - li ma jkunux jafu jsuqu.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk il- kliem \"miżmuma mill-pulizija\" tfissirx li dik il-persuna titqies bħala li qiegħda taħt arrest.", "Barra minn hekk kif inhu l-abbozz ta' liġi ma jistipulax għal kemm ħin il-persuna miżmuma tista' tinżamm.", "Min se jiddetermina meta din il-persuna ma tibqax miżmuma?", "Il-familjari se jiġu nformati li din il-persuna tkun miżmuma biex ma jinħoloqx inkwiet bla bżonn għal min ikun qed jistenna d-dar?", "Meta qegħdin ngħidu li persuna tkun miżmuma, dan ifisser li tkun miżmuma f'għassa tal-pulizija, f'ċentru tas- saħħa, fi sptar?", "U jekk persuna tkun miżmuma f'għassa, l-għases tagħna huma attrezzati biex persuni li jkunu f'din il-kondizzjoni jkunu miżmuma hemmhekk?", "Madam Speaker, wieħed irid jirrikonoxxi wkoll illi mhux dawk kollha li jinqabdu jsuqu taħt l-effett tax-xorb għandhom bżonn l-istess trattament.", "GĦandek dawk li se jaqbżu l-limitu bi ftit u għandek oħrajn li jinqabdu f'sakra li ma jarawx art.", "F'dan il-każ, il-miżuri jridu jkunu xi ftit differenti pero' l-abbozz ta' liġi ma jagħmilx differenza bejn dawn iż-żewġ każijiet u lanqas jagħmel differenza meta jkun biżżejjed li jittieħed it- test tan-nifs fuq il-post u meta jkun hemm bżonn jittieħed ukoll it-test tad-demm u ta' l-urina.", "Insibu li l-proviso fis-subartiklu ġdid 15E (1) jgħid hekk:", "\"Iżda l-uffiċjal tal-pulizija jista' b'żieda mal-kampjuni tan-nifs jeħtieġ ukoll kampjun tad-demm jew żewġ kampjuni ta' l-urina.\".", "Hawnhekk jidher ċar illi din qiegħda titħalla fid-diskrezzjoni tal- pulizija.", "Imma l-pulizija x'se jirregolahom dwar jekk jitteħidx it-test tan-nifs biss jew inkella jittieħed ukoll it-test tad-demm u ta' l-urina?", "Madam Speaker, fost dawk il-persuni li se jinqabdu, għandek dawk li se jinqabdu darba u ma jerġgħu jabbużaw qatt iżjed u allura din il-liġi tkun serviet l-għan tagħha, iżda jista' jkun li jkollok ukoll relapsers.", "Huwa minnu li l-abbozz ta' liġi jipprovdi għal min jabbuża għal aktar minn darba iżda fost dawn jista' jkollok il-perpetual relapsers li jkollhom il- problema ta' l-alkoħoliżmu u forsi ma jagħrfuhiex u ma jfittxux għajnuna għaliha.", "GĦalhekk bħala estensjoni ta' din il-liġi nixtieq nissuġġerixxi li dawn ir-relapsers, mingħajr ma tiġi miksura l-etika tal-privatezza, jiġu mħeġġa jitolbu l-għajnuna ta' l-aġenzija Sedqa permezz tal-programmi apposta li hija tagħmel sabiex jegħlbu l-problema ta' l-alkoħoliżmu.", "Naturalment, biex isir dan ikun meħtieġ li l-Gvern ma jkomplix bil-friża fuq l-ingaġġ tas-social workers.", "Hawnhekk nixtieq nirripeti dak li diġa' għidt f'ċirkostanzi oħrajn.", "Il- pajjiż ma jaffordjax li jitlef is-social workers.", "Ftit tas-snin ilu kellna l-problema li meta ġejna biex nimpjegaw social workers, sibna li ma kellniex social workers li kienu mħarrġa.", "Iżda issa t-taħriġ qiegħed hemm pero' għandna l-problema li l-Gvern m'huwiex jingaġġa s-social workers li hemm bżonn.", "Jiena ngħid li din il-problema se ġġegħelna nduru ċirku tond għaliex meta s-social workers jindunaw li m'hemmx futur għalihom f'din il- professjoni ġdida jibdew jaqtgħu qalbhom u mbagħad fi ftit snin oħra nibdew infittxu s-social workers u ma nsibuhomx.", "Mill-banda l-oħra, ma rridux inserrħu rasna li issa li hemm il-liġi u tittieħed bis-serjeta' allura se jissolvew il-problemi ta' l-inċidenti tat-traffiku għaliex nafu li mhux l- inċidenti kollha huma kawżati mix-xorb.", "Fil-fatt l-Onor.", "Joe Mizzi semma li s-sena l-oħra n-numru ta' l-inċidenti tela' għal iktar minn 15,000, pero' ma nafux eżattament x'ġara.", "Allura biex inkunu nistgħu nikkumbattu din il-pjaga jeħtieġ li nkunu nafu iktar dwar il-kawżi tagħha.", "Jeħtieġ li l-istatistika tkun waħda kwalifikata u tinżamm statistika separata għall-kawżi differenti u wkoll għall-grad, jiġifieri nkunu nafu jekk huwiex kawża ta' nuqqas ta' dawl fit-triq jew inkella ta' traskuraġni u kemm kien kbir l-inċident.", "Jeħtieġ ukoll li nkunu nafu fejn u x'ħin isiru l-inċidenti.", "Mill-general perception nafu li għandna ċertu black spots, nafu li jsiru f'ċerti ħinijiet u f'ċerti kundizzjonijiet imma l-general perception m'hijiex biżżejjed u għalhekk jeħtieġ li tibda tinżamm fine statistics ta' kif isiru l-inċidenti.", "Madam Speaker, nixtieq nirriferi għal ħaġa oħra li semma l-Onor.", "Mizzi fl- introduzzjoni tiegħu.", "Jiena fhimtu li qal li l-apparat li bih isir it-test tan-nifs se jkun fl-għases tal-pulizija u jittieħed minn spettur jew uffiċjal ogħla.", "GĦalhekk dak inhar stess staqsejtu dwar dan u huwa qalli li m'huwiex hekk u li jittieħed on the spot.", "Fil-fatt anke dan l-abbozz ta' liġi ....", "(Interruzzjonijiet) Jiena lilek fhimtek, pero' dak li fhimt jien fehmitu wkoll ''The Times''.", "(Interruzzjonijiet) Jimporta tħallini nispiċċa u ngħidlek x'irrid mingħandek?", "''The Times'' qed tgħid:", "''Breathalyser equipment would be kept in police stations and tests would be carried out by police inspectors or officers in a higher rank.''.", "Jiġifieri li nixtieq mingħand l-Onor.", "Mizzi huwa li jikkjarifika din il- pożizzjoni ħalli ma jkunx hemm misunderstanding, għaliex dak li fhimt jiena stajt nikkjarifikah miegħu u fhimtu, pero' ''The Times'' irrapportatu hekk.", "GĦalhekk ma naħsibx li jagħmel ħażin li fil-winding-up jikkjarifika din il-pożizzjoni ħalli ħadd ma jkun taħt impressjoni falza.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi b'appell, Madam Speaker.", "Dawk li tkellmu qabli sostnew li l-breathalyser test għandu jidħol mill-iktar fis possibbli pero' wieħed jittama li ma ndumux ix-xhur nistennew biex dan l- apparat jinġieb u jibda jintuża.", "Tajjeb ukoll li jkollna apparat biżżejjed għaliex inkella ħadd ma jeħodna bis-serjeta' jekk l-apparat ikun wieħed sporadiku u niġu f'sitwazzjoni fejn ikollna bżonn li jintuża imma ma jkunx at hand.", "Nittama wkoll - forsi din se tinstema' ħmerija pero' kultant huma l-ħmerijiet u l-ovvji li jagħmluhielek - li l-mouth pieces ta' l-apparat tal-breathalyser test qatt ma jkunu out of stock għaliex jista' jkollok il- liġi, jista' jkollok l-apparat imma mbagħad, kif jgħid il-Malti, għal ħabba bżar nirvinaw il-borma.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, l-Onor.", "D'Amato spiċċat il-kummenti tagħha billi qalet li se tagħmel l-aħħar punt u ttamat li dak il-punt ma jkunx ħmerija.", "L-ebda punt li jsir f'dan il-Parlament ġenwinament ma jista' jkun ħmerija; nagħmlu ħmerijiet meta jkun hemm suġġetti li m'għandniex nippolitiċizzawhom u nippolitiċizzawhom iż-żejjed, kif sikwit nisimgħu, u kif smajna fil-bidu ta' din is-seduta.", "Apparti minn hekk, żgur li l-punt innifsu m'huwiex ħmerija.", "Ir-riferenza hija għall-aspett prattiku u għall-aspett operazzjonali tas-sistema li se tidħol permezz ta' dan l-abbozz li għandna quddiemna, li jien persważ li se jgħaddi, u li matul iż-żmien jista' jiġi mtejjeb u mhux imneħħi, u allura huwa tajjeb li wieħed jagħti kas id-dettalji kollha li jagħmlu l-operat ta' dak li qed jiġi provvdut hawnhekk wieħed ongoing u li qatt ma jaqa' għax ikun hemm xi nuqqasijiet.", "Jien naħseb li hawn Malta ftit huma dawk li jafu eżattament x'inhuwa breathalyser għax billi ma jeżistix f'pajjiżna ma ġarrabniehx, imma jista' jkun li hemm lok fejn nagħmlu riflessjoni naqra iżjed profonda fuqu.", "Qed ngħid dan għaliex waqt li t-test tal-breathalyser ma ġarrabniehx, naħseb li ħafna minna li aħna sewwieqa, jekk inħarsu fil-mera, nafu li fi żmien jew ieħor aktarx stajna ħadna dak il-grokk inqas jew dik it-tazza inbid inqas, u mhux neċessarjament għaliex inkunu se nsuqu taħt l-influwenza tax- xorb imma għaliex huwa fatt ipprovat u fatt mediku li jekk kemm-il darba tieħu l-alkoħol dan jaffetwalek is-sensi tiegħek kollha, fosthom is-sensi tal-judgement waqt li qed issuq fit-triq.", "Trid tqis li waqt is-sewqan il- moħħ qiegħed il-ħin kollu jagħmel il-kalkoli u l-għajnejn qegħdin jirrelataw mal-moħħ u jgħidulek meta għandek toħroġ, meta għandek iżżid fl- ispeed, meta għandek tagħti brake u meta għandek tibqa' għaddej.", "U ma' kull grokk jew xarba alkoħol li nieħdu, anke jekk stess nibqgħu in command of ourselves, anke jekk stess dak li jkun ma jibdiex jixxengel jew jiċċaqlaq xi naqra, xorta waħda l-effett ikun tali li l-fakulta' tagħna tonqos.", "U anke jekk tonqos marġinalment, dak l-effet marġinali jista' jkun fatali jew inkella ta' ħsara kbira kemm għalina, kemm għal min ikun magħna u wkoll għal dawk li jkunu fit-triqat.", "Mela jekk stess aħna ma ġarrabniex l-użu tal-breathalyser għax aħna Maltin u nsuqu hawn Malta, meta nsuqu barra nsuqu b'iżjed attenzjoni għaliex nafu li qegħdin taħt id-dell tal- breathalyser.", "Jekk stess ma nsuqux aħna, persważ li hawn ħafna sewwieqa Maltin li kellhom iċ-ċans li jmorru barra u kienu ma' nies oħrajn ta' dak il-post li huma soġġetti għall-breathalyser u nnotaw id-differenza bejn dawn is-sewwieqa ħbieb tagħhom - jew anke sewwieqa professjonali bħat-taxi drivers eċċ. - u l-mod kif aħna l-Maltin inħarsu lejn is-sewqan.", "Wieħed mid-difetti tagħna - hawn min jgħid li din hija waħda mill- attractions tagħna li tagħmilna ħelwin imma jiena ma ngħidx hekk - huwa n- nuqqas ta' awtodixxiplina.", "In-nuqqas ta' awtodixxiplina tista' tkun xi ħaġa gustuża meta tkun sa ċertu limitu li lil dak li jkun ma tagħmlux inibit minn ħafna affarijiet u tagħmlu miftuh u mhux trid toqgħod tara x'inhu jaħbi wara dak li qiegħed jgħid, imma dan proprju għax ikun miftuħ ħafna u allura tgħid li m'huwiex sempliċement indixxiplinat imma huwa sinċier.", "Min-naħa l-oħra n-nuqqas ta' awtodixxiplina tista' tagħmilna ta' periklu mhux biss għalina nfusna imma anke għal ħaddieħor u meta nkunu barra - mingħajr ma noqogħdu nħarsu lejn il-barranin bħala xi ħaġa aħjar minna; ċertament m'humiex aħjar minna bħalma aħna m'aħniex aħjar minnhom - fejn hemm iżjed dixxiplina milli hawn fostna għandna ninnotawha u għandna naraw jekk kemm-il darba huwiex il-każ li ndaħħlu iżjed dixxiplina fina nfusna.", "Dan l-abbozz - mingħajr ma nidħol fl-irqaqat tiegħu - jiena minn dak il- lat qed narah.", "Qed narah mil-lat ta' deterrent li joffri, mil-lat ta' kważi biża' - ma rridx nuża l-kelma biża' - li jdaħħal fis-sewwieqa li għax jafu li hemm din il-liġi in vigore allura f'moħħhom hemm il-ħsieb li jekk kemm-il darba jabbużaw u jinqabdu, allura jistgħu jeħlu l-penali li hemm f'din il-liġi.", "Wieħed jista' jgħid li l-penali hija iebsa - għax jidhirli li għall-first time offenders hemm multa ta' ¥200 jew tliet xhur ħabs jew it-tnejn flimkien - u għalkemm f'dan il-Parlament u anke fl-istampa sar is- suġġeriment li dik tista' titnaqqas, wieħed jista' jifhem għaliex il- ministru konċernat u dawk li pproponew din il-penali għamluha b'dan il-mod.", "Għaliex?", "Għaliex l-iktar ħaġa importanti f'din il-liġi hija d-deterrent tagħha u dan rajnih anke meta l-liġi għadha m'hijiex qiegħda taħdem.", "B'kumbinazzjoni fl-Ewwel tas-Sena, meta akkumpanjajna lis-Sinjorija Tiegħek għal bibita għand il-President u mbagħad inżilna għand l-Arċisqof, aħna u nitkellmu osservajna - din osservaha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, osservajtha jiena, osservajtha inti, Madam Speaker, u osservajniha lkoll - li fil-lejl ta' qabel għall-Grazzja ta' Alla ma kienx hemm inċidenti gravi.", "U jekk kemm-il darba mmorru mil-lat prattiku u mhux nosservaw x'ġara l- għada, aħna li aħna ġenituri, aħna li aħna stess noħorġu u niftakru x'kien qed jiġri f'lejliet l-Ewwel tas-Sena u f'dawk il-festi, nosservaw li għall- ewwel darba kellna iżjed minn drabi oħra l-fenomenu - ngħidlu fenomenu għax ma tantx jeżisti hawn Malta - li partikolarment ħafna żgħażagħ imma anke kbar iggruppaw flimkien u ddeċidew li għal dik il-lejla jikru trasport kollettiv, jixxerjaw minibus jew coach biex waqt li r-responsabbilta' tkun fuq is-sewwieq li kien qed jaħdem dik il-lejla - hawnhekk insellem lil dawk li ħadmu f'dawk l-iljieli - huma li ħarġu biex jiddevertu għallinqas ma kellhomx il-ħsieb li jridu joqgħodu attenti kemm jixorbu.", "Xorta kien hemm min xorob iż-żejjed, xorta saru abbużi, xorta sar sfruttament minn uħud mill-organizzaturi imma għallinqas stajna naraw - u dan huwa l-punt tiegħi - li d-deterrent kien qed jaħdem.", "Għalkemm il-liġi kienet għada m'hijiex in vigore, kif għadha m'hijiex in vigore għaliex għad trid tgħaddi minn dan il-Parlament, għad irid ikun hemm l-equipment u għad iridu jsiru ħafna affarijiet, din diġa' wriet il-potenzjal tagħha u jiena naħseb li dak għandu jkun il-punt ċentrali li għandna nenfasizzaw aħna lkoll.", "Imma ma' dak il-punt trid torbot affarijiet oħra.", "Naturalment, trid torbot il-punt li semmiet l-Onor.", "D'Amato u punti oħrajn u trid torbot il-punt ta' l-edukazzjoni.", "L-edukazzjoni għandha tgħidlek li ħaġa għandek tagħmilha għax imissha ssir u m'għandekx tagħmilha għax ma jmisshiex issir u mhux għax teħel il-ħabs jew teħel multa.", "Sfortunatament pero' jrid ikun hemm id-deterrent, imma qabel id-deterrent trid tiġi l-edukazzjoni u din għandha tkun xi ħaġa mnisxla u msejsa fiż- żgħażagħ tagħna sa minn tfulithom.", "Hemm ħafna affarijiet li nistgħu ngħallmuhom liż-żgħażagħ tagħna sa minn meta jkunu għadhom fl-iskejjel primarji, u ċertament li dan għandna ngħallmuh bħala parti mill-edukazzoni ċivika li nagħtu lil uliedna u mhux bħala suġġet li trid tagħmel eżami fih.", "U din għandna tkun xi ħaġa li tieħu prijorita'.", "Nixtieq nagħmel ukoll punt dwar il-pulizija, mhux b'xi sens ta' kritika imma b'sens ta' inkorraġġiment ħalli jimxu kif jimxu l-pulizija ta' pajjiżi oħrajn, u qed inħares lejn pajjiżi oħrajn għaliex aħna żgħar wisq u tajjeb li nħarsu lejn dawk il-pajjiżi fejn il-wiċċ ma jgħoddx.", "Sfortunatament hawn Malta l-wiċċ jgħodd ħafna u jgħodd iż-żejjed.", "Għad hawn wisq rispett lejn il-wiċċ u waħda mill-affarijet li trid tiġri biex din il-liġi taħdem tajjeb hija li l-pulizija ma jħarsux lejn l-uċuh.", "Sar il-punt tekniku mill- kelliema preċedenti li l-pulizija jista' jkollhom ċerta diskrezzjoni li dejjem hija soġġettiva kif dak li jkun se jutilizzaha.", "Imma barra minn hekk, jiena ngħid li ma jridx ikun hemm għarfien tal-wiċċ.", "Jekk jiena nkun sejjer lejn id-dar u l-pulizija jwaqqaf lili għax ra li qed insuq b'mod perikoluż, m'għandux imbagħad għax jara li jiena membru tal-parlament, ex- ministru u ma nafx x'inqas - mhux iżjed! - ma jeħux il-passi li għandu jieħu.", "Dan m'għandux jagħti kas min jien jew min m'iniex.", "Il-pulizija li jwaqqaf lil dak li jkun għax ħass li qiegħed isuq b'mod mhux xieraq u b'mod li jista' jkun meqjus bħala perikoluż għalih innifsu u għall-bqija tas- soċjeta', sew jekk huma pedestrians kif ukoll jekk huma sewwieqa oħra, għandu jieħu l-passi li għandu jieħu darba li waqqfu.", "GĦaliex jekk kemm-il darba anke f'din il-ħaġa jidħlu l-uċuh, allura tabilħaqq dan il-pajjiż ikun qiegħed jiżżerżaq fuq il-qxur tal-banana iżjed milli għandu jagħmel.", "Din il-liġi trid torbot magħha affarijiet oħra li ntqalu, per eżempju, l- apparat li għandu jkollhom il-pulizija li qed jissemma u li se jkun fl- għases.", "F'pajjiżi oħrajn - qed nirriferi għal barra minn Malta apposta għaliex hemmhekk kien hemm l-esperjenza li aħna nistgħu nħarsu lejha - hemm apparat li jkun għand il-pulizija stess u li huwa portable.", "Nista' ngħid li jiena kont ma' nies qegħdin isuqu u waqffuna l-pulizija, u dawn twerwru malli waqqfuna għaliex jagħmlulek it-test dak il-ħin stess u dak il-ħin stess jistgħu jaraw min inti, jeħdulek in-numru tal-makna, jirrapportaw lura fejn għandhom jirraportaw, jiċċekkjaw fuq il-computer tagħhom, u minn hemm tinfetaħ storja li xejn ma tieħu pjaċir biha u xejn m'hi esperjenza tajba.", "Madam Speaker, xejn ma jsir mil-lum għal għada imma jiena persważ li l- ministru konċernat - f'dan il-każ il-ministru taħt il-Prim Ministru, il- Ministru Mizzi li fl-opinjoni tiegħi qiegħed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna f'dan il-qasam - flimkien ma' l-uffiċjali tal-pulizija li jagħtuh il- pariri u f'kordinament mal-ministeru tal-finanzi se jara, minkejja s- sitwazzjoni finanzjarja, li la se tidħol din il-liġi l-equipment bażiku li huwa meħtieġ jingħata lill-pulizija ħalli l-liġi ma tibqax a letter of law imma ssir attwalita'.", "GĦaliex jekk kemm-il darba jkun hemm id-deterrent imma ma jkunx hemm il-mezzi biex tenforzah imqar darba kultant ħalli l- poplu kollu kemm hu u s-sewwieqa kollha kemm huma jifhmu li m'hemmx il-liġi biss imma hemm ukoll x'jimplimentaha, allura tkun għamilt il-liġi għalxejn.", "Huwa rilevanti wkoll li titkellem dwar affarijiet oħra, per eżempju, li għandu jkun hemm anke social workers imdaħħlin f'dan il-qasam.", "Is-social worker għandu jkun imdaħħal f'diversi oqsma; ma nimmaġinax li se toqgħod tispeċjalizzah fuq qasam dejjaq imma għandu jkun speċjalizzat fuq qasam mhux daqstant dejjaq.", "U dan huwa qasam fejn jista' jkollok nies li jbatu mill-alkoħoliżmu u allura, kif qalet l-Onor.", "D'Amato, m'huwiex il-każ li tittrattahom biss billi twaħħalhom il-penali imma billi tidentifika - mingħajr ma tidħol iż-żejjed mil-lat personali tagħhom imma hemm l-obbligu tas-soċjeta' li tħares lejn dawn l-affarijiet - li għandhom bżonn analisi, li għandhom bżonn il-preskrizzjoni tal-kura u li għandhom bżonn it- terapija.", "Hemmhekk imbagħad jidħlu l-personnel li għandhom ikunu mdawra bħala attrezzament ta' dawn il-miżuri li qed jiġu proposti.", "Issemmiet ukoll il-freeze u jekk hemmx freeze fuq is-social workers.", "Jiena m'iniex intiż fid-dettal ta' dak li qiegħed jiġri imma persważ li dak li ssemma fil-budget speech u dak li qed jgħid il-Gvern m'huwiex fis-sens tal-kelma freeze.", "Il-kelma freeze trid toqgħod attent ħafna kif tużaha għaliex dak li tiffriża jiġi mmobilizzat.", "F'dan il-każ, li nifhem li qiegħed jiġri - u naf li dak hu li qiegħed jiġri u li dik hija l-intenzjoni - huwa li jrid ikun hemm ħafna iżjed għarfien li ma tistax timpjega bl- addoċċ u ma tistax tibqa' timpjega b'mod li l-public sector jiżdied u jiżdied.", "Imma biex ikun hemm għarfien għaqli jrid ikun hemm miegħu l- għarfien simultanju li f'dawk il-postijiet fejn jeħtieġ li tagħmel reklutaġġ trid tagħmlu, u dan huwa mistqarr b'mod ċar anke fil-budget speech u huwa preċiżament dak li għandu jiġi ppratikat f'dan il-pajjiż.", "Mill-bqija, Madam Speaker, naħseb li sta għalina bħala membri parlamentari li nsostnu din il-liġi u nirrikmandaw kif tista' ssir aħjar, u fuq kollox huwa piż fuqna bħala rappreżentanti tal-poplu kollu li nkunu aħna li nagħtu l-ewwel eżempju f'dan il-qasam.", "Jien persważ li se jkun hemm minna - għal darb'oħra nista' nħares lejn il-mera - li f'xi ħin jew ieħor se nkunu fuq in-naħa l-ħażina ta' din il-liġi imma għandna nfittxu li nagħrfu li jista' jkun hekk, għandna nfittxu li kemm jista' jkun ma jkunx hekk u għandna nkunu l-ewwel nies li nagħtu l-eżempju.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, xtaqt nibda dan l-intervent tiegħi billi nkun kemmxejn drammatiku u, minflok ma ngħid li qegħdin niddiskutu emenda għall-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku, Kap. 65, ngħid li qegħdin naraw kif nistgħu nagħmlu biex innaqqsu l-effetti negattivi li jħalli x-xorb - biex ma nsemmix id-drogi wkoll - fuq il-fakultajiet mentali tas-sewwieqa.", "Illum m'hemmx għalfejn wieħed jgħaddi sal-bar jew sal-pub għax il-parties privati saru s-sors ewlieni biex wieħed ilegleg xi qatra żejda.", "U naturalment meta dak li jkun jiġi biex imur lura d-dar bil- karozza jrid imur u allura altru li vettura f'idejn sewwieq xurban hija arma omiċida - jew suwiċida - u permezz ta' l-introduzzjoni tal- breathalyser test qegħdin nipprovaw innaqqsu dan ir-riskju.", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar x'effett tħalli d-droga fuq il-bniedem.", "Riċentement, waqt li konna qegħdin niddiskutu l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi, żidna s-psychotropic drugs mal-lista ta' drogi li jaffetwaw is- saħħa mentali.", "Forsi l-membri parlamentari li huma tobba aktar jistgħu jelaboraw fuq din il-ħaġa ...", "(Interruzzjonijiet) Hija ħaġa tal-mistħija li min-naħa tal-Gvern hawn deputat wieħed biss preżenti.", "Jiena nifhem li l- Prim Ministru għandu xi laqgħa importanti x'jattendi imma kont nippretendi li l-Ministru mingħajr Portafoll għandu jkun preżenti ħalli għallinqas jisma' s-suġġerimenti tagħna u b'hekk jiġu kkonsidrati.", "Huwa veru li mill- kmamar tagħhom il-ministri jistgħu jisimgħu x'inhu jingħad hawn ġew pero' hija verament ħaġa tal-mistħija li ma tara l-ebda ministru hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Inti qabel ukoll kont tiġbed l-attenzjoni tas-Sedja meta ma kienx ikun hawn ministri preżenti.", "Aħna qegħdin nagħmlu suġġerimenti utli u, billi mhux il-Kamra kollha jkollha l-opportunita' li tiddiskuti l-liġijiet fl-istadju tal-Kumitat - għaliex dawn jiġu diskussi fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi - jiena nħoss li ċerti suġġerimenti għandhom jiġu milqugħin waqt l-istadju tat- Tieni Qari.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, kont qed ngħid li rridu naraw x'inhi d-definizzjoni ta' droga u għalhekk ninsisti mal-Ministru li jieħu nota ta' dan is-suġġeriment li qed nagħmel.", "Barra minn hekk, persuna li tkun qiegħda ssuq karozza tista' tkun kważi rieqda fuq l-isteering wheel mhux għax tieħu l-cocaine jew il-cannabis imma għaliex tkun taħt l-effett ta' l-antihistamines, li huma pilloli li jittieħdu għal diversi tipi ta' mard.", "Infatti meta xi ħadd imur fi spiżerija biex jixtri dawn il-pilloli jiġi avżat biex, wara li jeħodhom, ma jsuqx u ma jużax ċertu makkinarju li jista' jkun ta' periklu għalih.", "Issa jiena naħseb li jista' jagħti l-każ li l-absorption ta' l-antihistamines tirriżulta mit-test tad-demm imma ma tirriżultax mill-eżami ta' l-urina, b'mod speċjali jekk it-test isir wara siegħa jew sagħtejn biss minn meta jkunu ttieħdu.", "GĦalhekk qed ngħid li rridu naraw x'qegħdin nifhmu bil- kelma ''droga'', ħalli l-pulizija jkunu ċari f'din il-materja.", "Nittama li dan is-suġġeriment jiġi milqugħ anke minn min jattendi għal-laqgħat tal- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Madam Speaker, s'issa tkellimt dwar l-effetti ta' l-alkoħol u d-droga pero' hemm affarijiet oħrajn li jistgħu jkunu kawża ta' inċidenti tat- traffiku, fosthom l-istat tat-toroq f'pajjiżna.", "Nafu li dan l-aħħar kien hemm fire-engine li skidjat u spiċċat imfarka minħabba ż-żlieq.", "Il- Ministru Mizzi qal li s-sena l-oħra kellna 15,000 inċident tat-traffiku u, jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm 20 fatalita'.", "Pero' ma nafux kemm minn dawn kienu sewwieqa, passiġġieri jew inkella pedestrians u allura tajjeb li jkollna din l-istatistika u nistudjawha.", "Jiena nifhem il- pożizzjoni finanzjarja tal-gvern imma din hija xi ħaġa li jenħtieġ li tiġi rranġata.", "GĦalhekk nissuġġerixxi li jkun hemm persuni apposta li meta jaraw xi ħsarat fit-toroq prinċipali jaraw li jittieħdu passi mill-ewwel u ssir it-tiswija minnufih.", "Jiena kont anke nikkritika lill-Gvern Nazzjonalista dwar dan in-nuqqas.", "Fil-fatt kont għamilt ħafna mistoqsijiet parlamentari dwar Triq Ħal Qormi fil-Marsa.", "Niftakar li l-Kunsill Lokali ta' Hal Qormi ma riedx jirranġaha għaliex qal li m'għandux flus imma mbagħad kienet ġiet irranġata.", "Imma bħal din it-triq hemm ħafna oħrajn, fosthom Triq l-Imdina li tibqa' tiela' sar-Rabat.", "Il-fatt li l-inċidenti tat-traffiku jiġu kkawżati anke mill-istat tat- toroq jikkonfermah ukoll ir-rapport li poġġa l-Ministru Debono Grech fuq il- Mejda tal-Kamra fejn l-Avukat Micallef Stafrace jsemmi proprju l-bżonn li jkun hawn ħarsien tajjeb tat-toroq tagħna.", "Per eżempju, isemmi dawk il- crossroads fejn min-naħa waħda għandek stop sign imma mill-opposite side m'għandek l-ebda stop sign, u allura tinħoloq konfużjoni u jsiru anke kolliżjonijiet.", "Isemmi anke n-nuqqas ta' signs adattati biex jiggwidaw lis- sewwieqa.", "Imbagħad għandna l-fenomenu tas-sleeping policemen, li qegħdin jiffjorixxu bħal mushrooms mingħajr l-ebda sinjal biex juruk li wasalt qribhom.", "Barra minn hekk, hemm uħud li qishom il-ħotba tal-ġemel u hemm oħrajn li qishom proprju sleeping policeman bħall-ħafna pulizija li ma jagħmlux biżżejjed superviżjoni fit-toroq prinċipali tagħna.", "Irrid ngħid li l-pulizija jmisshom jieħdu aktar interess u fejn ikun hemm bżonn ta' rranġar tat-toroq jirrapportaw lid-dipartiment konċernat sabiex b'hekk nevitaw l-inċidenti tat-toroq.", "Madam Speaker, nixtieq insemmi affarijiet oħrajn li fl-opinjoni tiegħi jistgħu jtellfu lis-sewwieqa milli jżommu dik il-konċentrazzjoni li hemm bżonn waqt is-sewqan.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-mobile telephones u għall-car stereos li jinżammu fuq volum għoli ħafna.", "Jiena ma nistax nifhem kif wieħed jista' juża t-telephone u jsuq, jew inkella jisma' d- diski bil-volum full on u mbagħad jippretendi li jisma' l-horn idoqq.", "GĦalhekk nitlob lill-Ministru mingħajr Portafoll jikkonsidra li tidħol xi klawsola fil-liġi f'dan is-sens biex dejjem innaqqsu l-inċidenti.", "Nixtieq insemmi wkoll l-għejja u l-istress.", "Hawn min, wara ġurnata xogħol ikun tant għajjien li jibda jogħnos fuq l-isteering.", "Ftit taż-żmien ilu, fit- triq fejn noqgħod jiena, bniedem tilef ħajtu proprju minħabba l-għejja għaliex beda jongħos u baqa' dieħel ġo arblu.", "GĦalhekk nagħmel appell lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu overtime fuq overtime, u allura ovvjament ikunu għajjenin ħafna biex joqogħdu attenti u jiftakru f'dik l-arma li għandhom f'idejhom, li tista' tkun ta' ħsara kemm għalihom u kif ukoll għal ħaddieħor.", "Nixtieq insemmi wkoll l-investigazzjonijiet fil-qrati fejn ikunu nvoluti, per eżempju, persuni li jkunu nqabdu taħt l-influwenza tad-droga.", "Ħafna drabi jiġri li l-investigazzjonijiet fil-qrati jieħdu tliet snin jew erbgħa u sadanittant il-persuna nvoluta tkun għamlet programm ta' riabilitazzjoni u tkun irriformat ruħha.", "Imma mbagħad tinqata' s-sentenza u titteħdilha l- liċenzja.", "GĦalhekk jiena nittama li jinstab rimedju biex min ikun ikun ikkaġuna l-mewt ta' xi ħadd bil-karozza, allavolja ma jkunx għadu nstab ħati, ma jkomplix isuq u forsi jkun kawża ta' aktar inċidenti tat-traffiku.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa dwar l-ispeed cameras.", "Jeħtieġ li dawn jiġu stazzjonati fid-diversi toroq fejn l-iktar isiru inċidenti ħalli b'hekk il-pulizija jkunu f'pożizzjoni li jwaqqfu lill-persuna li tkun fil- ħin ħalli la tkun ta' ħsara għaliha nnifisha u lanqas għal ħaddieħor.", "Nittama li dawn is-suġġeriment prattiċi li għamilt jiġu kkonsidrati b'oġġettivita' mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, ċertament li din hija liġi importanti u liġi li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuqha.", "Il-bżonn ta' din il-liġi beda jinħass tul iż-żmien, kemm minħabba ż-żieda qawwija ta' karozzi fit-toroq u kif ukoll minħabba li l-abbuż mix-xorb żdied mhux ħażin, mhux biss fil-lokalitajiet fejn wieħed imur biex jirrikrea ruħu imma anke fid-djar tagħna.", "L-Onor.", "Michael Bonnici semma bosta punti li ħafna minnhom jagħmlu sens pero' tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni li din il- liġi primarjament se tħares lejn effetti li jiġu kkawżati mill-influwenza tax-xorb u mid-drogi.", "Għalhekk għal ċerti affarijiet wieħed ikollu jistenna xi ftit ta' żmien, u fuq kollox trid tiġi mis-sewwieq li jara li ċerti affarijiet ma jagħmilhomx.", "Kien ikun utopiku li kieku din il-liġi ma ħassejniex il-bżonn tagħha għaliex kien ikun ifisser li aħna s-sewwieqa responsabbli biżżejjed u li noqogħdu lura milli nieħdu riskji waqt li nkunu qegħdin insuqu.", "U meta nsemmi riskji, dawn mhux biss jistgħu jiġu mix-xorb jew mill-effett tad- drogi imma anke meta jkun hemm nuqqas ta' attenzjoni.", "Kif intqal tajjeb ukoll, ir-riskju ma jkunx biss għas-sewwieq imma anke għal ħaddieħor.", "Għalhekk jiena ngħid li min jirraġuna li jista' jixrob b'mod esaġerat u ma jindaħallu ħadd, għaliex fl-aħħar mill-aħħar m'huwiex hu li se jbati, fl- opinjoni tiegħi jkun qed jirraġuna b'mod żbaljat u jkun qed juri kemm huwa egoista.", "Dan għaliex waqt li nkunu għaddejjin bil-karozza niltaqgħu kemm ma' sewwieqa oħrajn u ma' persuni li jkunu għaddejjin bil-mixi u kif ukoll ma' proprjeta' privata u anke ma' proprjeta' tal-gvern, li fl-aħħar mill- aħħar hija proprjeta' tal-poplu.", "Is-soċjeta' tagħna tammetti li d-droga hija problema iżda fejn jidħol l-alkoħol sfortunatament huwa aktar diffiċli li narawh bħala vizzju jew inkella bħala problema li tagħmlilna l-ħsara.", "Allura meta nitkellmu fuq id-droga mill-ewwel naċċettaw li din hija problema imma l-kwestjoni ta' l-alkoħol ftit li xejn narawha bħala problema.", "Jien inħoss li raġuni waħda hija li l-alkoħol huwa wisq aċċessibbli kważi kważi għal kulħadd.", "Il-kampanja ta' qabel il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, kif qal anke l-Onor.", "Lino Spiteri, tidher li ħalliet il-frott u għalhekk huwa importanti li kampanji bħal din isiru kontinwament.", "Ċertament li l-edukazzjoni hija l- qofol ta' kollox.", "Huwa veru li l-liġi toffri deterrent u huwa veru li wieħed jista' jilqa' biha pero' huwa veru wkoll li ma tistax tilħaq lil kulħadd u l-iktar ħaġa li jiena nara li tasal malajr biha hija l- edukazzjoni.", "Din it-tip ta' edukazzjoni għandha tibda minn meta t-tfal ikunu għadhom żgħar, u għalhekk għandu jinstab il-ħin u l-ispazju adattat sabiex fl-iskejjel tagħna ngħallmu lit-tfal xi ħsara jagħmlu x-xorb u d- droga speċjalment waqt is-sewqan u anke waqt attivitajiet oħrajn li l- bniedem ikun involut fihom matul il-ġurnata.", "L-importanza ta' edukazzjoni bħal din toħroġ anke fid-dawl ta' stħarriġ li kien sar ftit taż-żmien ilu fejn jidher li ż-żgħażagħ Maltin huma fuq quddiem nett fil-konsum ta' l- alkoħol sa minn eta' żgħira, u ċertament li dan ma jawgurax tajjeb għal dawk it-tfal u żgħażagħ li għada pitgħada se jkunu s-sewwieqa fit-toroq tagħna.", "Pero' m'għandniex naqtgħu qalbna u għandna nagħfsu iktar fuq l- edukazzjoni.", "L-enforzar tal-liġi wkoll huwa importanti u ċertament li hemm bżonn li dik il-liġi li tgħid li żgħażagħ taħt l-eta' ma jistgħux jikkonsmaw alkoħol f'ċerti lokalitajiet tiġi enforzata aktar mill-pulizija.", "Minn mistoqsija parlamentari li saret, jirriżulta li n-numru ta' tfal u żgħażagħ li nqabdu jixorbu fil-bars u lokalitajiet oħra f'sena waħda huwa verament minimu.", "Naħseb li anke l-owners tal-bars iridu jagħtu kas din il-liġi.", "L-inċidenti fatali kkawżati mill-influwenza ta' l-alkoħol huwa fattur ewlieni f'pajjiżna, tant li minn statistika li nġabret fi ktejjeb żgħir maħruġ mill- Uffiċċju tal-Prim Ministru - u miġbura mill-kumitat li għandu bħala chairman lill-Avukat Micallef Stafrace - jidher li 23% ta' l-imwiet huma kkawżati mill-effett ta' l-alkoħol fuq is-sewwieq.", "Tajjeb li wieħed jgħid li statistika eżatta ta' l-effett tax-xorb alkoħoliku fuq is-sewqan, jiġifieri dak li huwa l-cause and effect relationship, huwa diffiċli ħafna li jkollna għaliex m'għandniex statistika kompleta.", "GĦalhekk wieħed iħeġġeġ sabiex ikollna statistika aktar preċiża u aktar dettaljata - mhux biex noqogħdu ngħidu li s-sena li għaddiet kellna wieħed aktar u din is- sena għandna wieħed inqas u allura ngħidu li għamilna suċċess jew pass 'il quddiem! - biex permezz tagħha wieħed ikun jista' janalizza aħjar u b'mod xjentifiku din il-problema u nipprovaw insibu s-soluzzjonijiet għaliha.", "Sur President, permezz ta' din il-liġi se nipprovaw inneħħu l-periklu mit- toroq tagħna għalkemm irrid ngħid li kultant jiġuni ċerti dubji meta nisma' kummenti fis-sens li din il-liġi hija iebsa ż-żejjed.", "F'dawn l- affarijiet ma nistgħux nimxu b'half measures għax jew se nieħdu l-passi li għandna nieħdu jew inkella kważi aħjar ma nagħmlu xejn.", "Għalhekk hemm l- importanza ta' pieni ħorox għaliex apparti li jistgħu jkunu ta' deterrent għal min jabbuża, iservu wkoll għal min ma jridx jisma' sabiex jekk ma jismax bis-sewwa jisma' bid-dnewwa.", "Is-sena li għaddiet kellna ammont mhux ħażin ta' mwiet, fosthom anke ta' żgħażagħ, u hawnhekk tqum il-mistoqsija ta' kemm tiswa l-ħajja tal-bniedem.", "Għalhekk qed ngħid li ma nistgħux nimxu b'half measures, u għalhekk il-pieni għandhom ikunu ħorox ħalli jekk naraw li minkejja kollox id-deterrent f'din il-liġi m'huwiex biżżejjed anke għall-futur, allura wieħed jagħmel pieni aktar ħorox.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-ħajja tal-bniedem tiswa ferm u ferm aktar minn ¥200 multa jew inkella tliet xhur jew sitt xhur ħabs.", "Minbarra l-enforzar b'mod kostanti tal-liġi, importanti wkoll it-taħriġ lill-Korp tal-Pulizija għaliex m'huwiex biżżejjed li tgħaddi liġi mill- Parlament jekk imbagħad din il-liġi tibqa' fuq l-ixkaffa jew tkun hemm biex ngħidu li qiegħda hemm.", "Jiena nifhem li x-xogħol li jridu jagħmlu l- pulizija huwa xogħol iebes u wkoll delikat imma jeħtieġ li min-naħa tagħhom jifhmu li permezz ta' azzjoni f'waqtha jistgħu jsalvaw ħajja ta' bniedem u fin-nuqqas ta' dik l-azzjoni jistgħu jtellfuha.", "Għalhekk hemm bżonn li l- pulizija, speċjalment dawk li se jkollhom aktar x'jaqsmu mill-qrib ma' l- implimentazzjoni ta' din il-liġi, ikunu mħarrġa b'mod professjonali u fuq bażi regolari u mhux darba biss.", "Huwa importanti wkoll li jkun hawn sforz kollettiv.", "M'huwiex biżżejjed li l-Parlament Malti fi ftit jiem oħra japprova din il-liġi, m'huwiex biżżejjed li l-Korp tal-Pulizija jara li din il-liġi tiġi mħarsa imma jeħtieġ li jsir sforz kollettiv mis-sewwieqa nfushom u mill-owners tal-pubs u postijiet oħra tax-xorb li l-ewwel u qabel kollox għandhom ipoġġu quddiem għajnejhom is-saħħa u l-ħajja tal-bniedem u mhux ma jimpurtahomx mill- konsegwenzi li jistgħu jiġru wara b'effett ta' xorb żejjed.", "Li rrid ngħid, Sur President, huwa li meta jkunu jafu li ċerti individwi x-xorb jeħodhom mill-ewwel, jew inkella ma jafux jgħidu le u jibqgħu jixorbu, allura għandhom ikunu responsabbli - dejjem jekk huwa possibli - li jiġbdu l- attenzjoni ta' dawn il-persuni li jekk se jsuqu jistgħu jkunu ta' periklu mhux biss għalihom infushom imma anke għal persuni oħrajn.", "Għalhekk jiena iktar qabel semmejt l-edukazzjoni, għaliex trid tiġi mill-individwu li jagħraf hu stess jgħid le.", "Ovvjament dan jiġi biż-żmien u iktar kemm wieħed itambar sakemm fl-aħħar l-individwu jdaħħalha f'rasu u jirrealizza d- deni li jkun qiegħed jagħmel lilu nniffsu u lil ta' madwaru.", "Kif semmejt qabel, l-awtoritajiet għandhom jenforzaw il-liġi b'mod kostanti u dan ma jfissirx li l-liġi tiġi osservata, per eżempju, fil-festi fejn ċertament ikun hemm aktar okkażjonijiet fejn wieħed jixrob ftit iż-żejjed.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li inċident ma jinqalax biss kawża ta' min qed isuq, għaliex jista' jagħti l-każ li jkollok passiġġier fil-karozza li jkun qed itellef lix-xufier jew ikollok pedestrians li jkunu taħt l-effett tax- xorb alkoħoliku.", "GĦalfejn qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex għalkemm il-liġi fiha nnifisha ma tħarisx lejn dawn l-affarijiet - huwa daqsxejn diffiċli li wieħed jilqa' għal kollox - billi wieħed isemmihom ikun qed jiġbed l-attenzjoni ta' min qed jismagħna jew jaqra l-gazzetti u allura jservi ta' edukazzjoni bil-kontribut li nistgħu nagħtu aħna.", "GĦalhekk il- pedestrians għandhom jiftakru li jekk se jixorbu u mbagħad imorru fit-toroq tagħna, apparti li jkunu ta' periklu għalihom infushom minħabba li ma jkunux jafu x'inhuma jagħmlu, bħal dak is-sewwieq li jkun taħt l-effett tax-xorb jew id-droga, jistgħu jikkawżaw periklu serju anke għal min ikun qiegħed fit-triq, fosthom is-sewwieqa.", "Kif għidt qabel, nammetti li huwa diffiċli li l-liġi taħseb għal dawn il- każijiet li semmejt iżda fejn ma naslux b'mod legali għandna nipprovaw metodi oħrajn, l-ewwel u qabel kollox l-edukazzjoni, u huwa importanti li nibqgħu ntambru fuq l-edukazzjoni miċ-ċokon.", "Ftit qabel kien hawn min semma s-social workers, u f'pajjiżna għandna social workers li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Għandna wkoll għaqdiet volontarji li ilhom snin sħaħ jilqgħu għandhom nies li jbatu minn din il-problema ta' xorb esaġerat.", "Pero' tajjeb li wieħed jenfasizza l-punt li bħalma persuna li tieħu d-droga trid tkun hi li tersaq biex tfittex il-kura, anke l-persuni li jridu joħorġu mill-problema ta' l-alkoħol iridu jkunu huma li jfittxu li tingħatalhom l- għajnuna.", "Ħadd ma jista' jisforza lil ħadd.", "Dwar il-punt li l-gvern jimpjega aktar social workers, din tista' tkun soluzzjoni pero' meta m'hemmx ir-rieda li wieħed joħroġ mill-problema, billi jattendi għal xi korsijiet jew lectures li jsiru ċertament li ma jkunx qed jgħinu verament ġaladarba hu stess m'għandux ir-rieda li joħroġ mill-problema.", "Nixtieq nagħmel issa suġġeriment li nittama li jittieħed in konsiderazzjoni meta niġu biex nemendaw kif isiru t-testijiet tal-liċenzja.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li meta jkunu qegħdin isiru dawn it-testijiet, jiġu spjegati lil dawn is-sewwieqa ġodda r-responsabbiltajiet tagħhom bħala xufiera.", "Dan jista' jsir anke b'mod viżiv, fis-sens li jkun hemm lecturers mħarrġa apposta sabiex jagħtu lectures lil dawn iż-żgħażagħ dwar il- problema tax-xorb żejjed u d-droga u jfehmuhom li jistgħu jkunu kawża ta' inċidenti mhux biss lilhom imma anke lil persuni oħrajn fit-toroq tagħna.", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li l-prevenzjoni għandha tkun l- aqwa arma u għandha tkun inkoraġġita.", "Huwa inutli li noqogħdu nikbu wara li tiġri xi diżgrazzja.", "Li rridu nagħmlu huwa li naraw kif stajna nevitawha.", "Tajjeb għalhekk li nieħdu kemm jista' jkun passi f'din id- direzzjoni sabiex nipprevjenu aktar inċidenti.", "Din il-liġi għandha sservi ta' deterrent u għalhekk hija pass fid-direzzjoni t-tajba sabiex kemm jista' jkun innaqqsu l-inċidenti u fuq kollox l-imwiet fit-toroq tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joseph Psaila Savona.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Sur President, jekk hemm xi ħaġa li żgur naqblu magħha mhux biss iż-żewġ naħat tal-Kamra imma l-pajjiż kollu - u f'dan il-pajjiż rari jkun hemm xi ħaġa li naqblu magħha lkoll - din hija li hemm bżonn issir xi ħaġa dwar it-traffiku.", "It-traffiku sar xi ħaġa kaotika imma huwa a necessary evil, jiġifieri ma tistax tgħix mingħajru.", "Imma filwaqt li forsi 50 sena ilu kienet ħaġa pjaċevoli, llum il-ġurnata t- traffiku sar jolqot lis-soċjeta' tagħna minn kwalunkwe lat.", "Bħala tabib ngħid li llum il-ġurnata ftit mill-istress li jikkawża ħafna mard ġej minħabba t-traffiku.", "GĦaliex illum it-traffiku tant jafettwana, tant huwa ħaġa li jolqotna li jkun aħjar għalina kieku jinqalgħalna stress minn xi argument għaliex il-kedda tkun iżgħar.", "GĦalhekk m'hemm l-ebda dubju li din il-liġi hija ħaġa pożittiva u ħaġa li għandha tagħti riżultati tajba.", "Biex inkun qed nagħmilha ta' l-avukat tad-dimonju, ma nixtieqx li nibbażaw is- soluzzjoni tal-problemi kollha tat-traffiku fuq din il-liġi.", "Għandna ċerti tip ta' nies li jabbużaw, jixorbu iktar milli suppost u allura jqanqlu ħafna inċidenti u ħafna qsim ta' qalb.", "Jien ġejt milqut anke personalment f'dan is-sens u żgur li ma rridx ninftiehem li għandi xi ħaġa kontra din il-liġi pero' rrid nagħmel enfasi li din il-liġi m'hijiex se tkun the be all and end all tal-problemi kollha ta' l-inċidenti tat- traffiku.", "Barra minn hekk, għandi d-dubji tiegħi kemm ħafna mill-inċidenti fatali li jsiru huma kawża ta' alkoħol żejjed.", "Jiena aktar naħseb li dawn huma kawża ta' ksuħat u injoranza.", "Il-bieraħ il-Prim Ministru sejjaħ ċerti tendenzi \"macho\" u naħseb li waħda mir-raġunijiet ta' ħafna mill-inċidenti li jsiru fit-toroq tagħna huwa proprju r-riżultat ta' l-arroganza qawwija ta' wħud - mhux biss żgħażagħ imma anke kbar - li kif isibu pedala li tagħtihom ir-riħ quddiemhom, jagħfsuha ż-żejjed.", "Sur President, din il-liġi qiegħda tolqot żewġ affarijiet, it-traffiku u l-alkoħol, żewġ affarijiet li huma our daily bread and butter.", "Illum ma teżistix ħajja mingħajr traffiku, u min minna ma jeħux daqsxejn inbid ma' l- ikla ta' nofsinhar?", "Imma l-problema m'hijiex din id-daqsxejn inbid iżda li jekk tkun qed tieħu sempliċement mistura tas-sogħla, allura s-sinerġiżmu ta' l-alkoħol ġewwa l-ġisem tiegħek se jiżdied, anke jekk ikollok inqas minn 80mg alcohol per 100 ml of blood ġewwa fik, u dan huwa biżżejjed biex inti ma tkunx f'siktek.", "Fil-bidu ta' dan id-dibattitu, kien hemm daqsxejn element frivolu dwar minn fejn ġiet ikkoppjata din il-liġi - aħna għidna li ġiet ikkoppjata kelma b'kelma mil-liġi li tressqet fl-amministrazzjoni ta' qabel, u tan-naħa l-oħra jgħidu li ġiet ikkoppjata mil-liġi Ngliża - pero' m'għandix ħsieb li nfettaq fuq dan.", "Xtaqt aktar noħroġ l-enfasi li qed issir fuq l-enforcement.", "L-Onor.", "Abela qal li f'dawn il-kwestjonijiet m'hemmx half measures u li jrid ikun hemm ċertu ebusija ta' l-id.", "Imbagħad l-Onor.", "Anġlu Farrugia kważi qal li m'għandu jittieħed l-ebda xorb u li għandna nżommu l-livell li jippromwovu r-Russi li jgħidu li għandu jkun 0mg alcohol per 100 ml of blood.", "Jien ngħid li dawn huma estremitajiet li ma jirriflettux il-verita' tal-ħajja tal-lum.", "Sur President, din il-liġi għandha tkun ta' deterrent b'pieni qawwija pero' ma naqbilx ma' dak li qal l-abbli kollega l-Onor.", "Tonio Borg li qal li din il-liġi trid tiġi utilizzata kważi rarament.", "Huwa qal li m'għandux ikun hemm il-vessazzjoni u pulizija m'għandux iwaqqfek waqt roadblock u jagħmillek il-breathalyser test sempliċement għaliex jidhirlu li hekk għandu jkun.", "F'dan il-każ aktar naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Anġlu Farrugia, cioe' li din il-liġi tagħti lill-pulizija drittijiet estensivi.", "Allura x'qegħdin ngħidu b'din il-liġi, Sur President?", "Kif intqal diġa', il-Kodiċi Kriminali diġa' jillegalizza kontra min isuq mingħajr ma jkollu moħħu f'postu.", "GĦalhekk b'din il-liġi qegħdin indaħħlu l-biża' u huwa tajjeb li min jabbuża mill-alkoħol jiġi ppenalizzat u hekk għandu jkun meta nafu li s-sena l-oħra kellna 15,000 inċident u żieda ta' 140%.", "Imma sar xi studju xjentifiku fuq dawn iż-żidiet?", "Kif kont qed ngħid qabel, jiena ma naqbilx mal-fatt li ħafna mill-inċidenti jsiru minħabba l-intake ta' alkoħol.", "Hemm ħafna raġunijiet oħra għaliex ikollna inċidenti.", "Ħalli niġi issa għall-punti li l-iktar jinkwetawni.", "Huwa tajjeb li fformolajna din il-liġi, li qegħdin ngħidu li lkoll kemm aħna naqblu magħha, imma hemm l-infrastruttura warajha?", "F'din il-liġi jissemma l-ispettur li suppost jagħmillek il-breathalyser test, imma l- kwantitajiet ta' drabi li jiena kelli nagħmel rapporti, immur ġewwa għassa u għal xi raġuni jew oħra ma nsibx spettur ....", "Darba kelli inċident mediku u biex nissalvagwardja lili nnifsi mort biex nagħmel rapport, imma ma xtaqtx inkellem kwalunkwe kuntistabbli jew surġent imma xtaqt inkellem lill-ispettur.", "Qaluli li l-ispettur dak inhar kien imissu ż-Zurrieq u allura għidtilhom biex jagħtuni appuntament meta jerġa' jmissu ż-Zejtun imma qaluli li wara se jkun qiegħed on leave.", "Biex ma noqgħodx intawwal, spiċċajt għidt lill-kuntistabbli, li kien preżenti biex jagħmel rapport, li jiena kont mort hemmhekk biex nagħmel rapport ....", "(Interruzzjonijiet) Din ukoll hija xi ħaġa li tinkwetani, li liġi ta' ċerta serjeta' tiġi ppilotata b'ċerta frivolita'.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk l-Onor.", "Mizzi qed jiċċajta, allura neħodha bħala ċajta, u nidħak ukoll, u ma nkomplix fuqha!", "Imma hemm l-infrastruttura biex din il-liġi tkun tista' titħaddem?", "Għax jew min-naħa waħda din il-liġi se tkun ta' deterrent u ma nutilizzawhiex, u allura l-każ ta' l-ispettur fl-għassa mhux se jkollna bżonnu jew min-naħa l-oħra se nutilizzawha u se jsiru road blocks u ....", "Imma minn fejn se jiġu dawn l-ispetturi kollha biex jagħmlu dawn it- testijiet?", "Jinkwetani wkoll il-fatt li se jiġu wżati l-polikliniċi meta dawn tant għandhom xogħol.", "Barra minn hekk id-dipartiment ta' l-emerġenza huwa wieħed mill-iktar dipartiment importanti u kważi kull min jidħol hemm ikun qed jilgħabha bejn ħajja jew mewt.", "Dan il-lejl qattajtu kollu hemmhekk u stajt nara at first hand kemm l-istaff jaħdem b'dedikazzjoni biex jipprovaw isalvaw ħajjet il-bniedem.", "Dawn ikollhom aktar minn każ wieħed x'jieħdu ħsieb u l-ewwel ma jagħmlu hu li jaraw liema każ għandu bżonn l- iktar attenzjoni, imma mbagħad jidħollok każ li joħodlok ħafna ħin.", "(Interruzzjonijiet) Imma allura kull sewwieq li se jiġi mwaqqaf mill- pulizija se jiġi ttestjat għall-alkoħol u jsirlu l-breathalayser test, it-test tad-demm u t-test ta' l-urina?", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri li qed ngħid jien huwa li rridu nistudjaw bis-serjeta' u bir-reqqa kif fil-prattika se titħaddem din il- miżura.", "Ċertament li jiena nħoss li f'dan il-mument ma teżistix l- infrastruttura meħtieġa biex din il-liġi titħaddem kif inhi.", "Hawnhekk jidħol ukoll il-punt fejn se żżomm lil dawn il-persuni.", "Irridu niftakru li dawn ma jkunux taħt arrest, u dan apparti min se jiddeċiedi meta jiġu rilaxxati u wara kemm jiġu rilaxxati.", "Ħafna drabi lilna jtellgħuna bħala xhieda u jiena ġieli sibt ruħi f'din il-pożizzjoni, u nista' ngħid li l-waiting room fejn joqogħdu x-xhieda sakemm l-ispettur ikun jista' jkellimhom tinsab fi stat li twerwrek.", "Dawn issa għalaqnihom, pero' jekk se jkollna ħafna nies li qegħdin jistennew sakemm l-alkoħol jitlaħlaħ minn ġewwa ġisimhom biex tkun tista' tirrilaxxahom, jiena naħseb li se tinħoloq problema.", "Hawnhekk nerġa' nistaqsi: Meta l-pulizija jwaqqfu xi individwu li jidhrilhom li qiegħed isuq taħt l-effett ta' l- alkoħol u għandu livell ta' alkoħol għoli fid-demm, kif se jagħmlu biex jeħduh l-għassa?", "Se jgħidulu biex jimxi warajhom u allura jkompli għaddej bir-reat, jew inkella se jrikkbuh fil-karozza tagħhom?", "U jekk min iwaqqfu jkun tat-traffic, dan ser irikkbu warajh!", "Veru li din il-liġi kienet mistennija ħafna mill-poplu kollu u ċertament li hemm bżonnha imma nħoss li jrid isir iktar studju biex ma nirredikolawx ruħna.", "F'dan id-dibattitu ssemmiet ukoll l-edukazzjoni, pero' jiena ma naf li sar xejn li jindika lill-poplu x'għandu jistenna u x'għandu jagħmel jew ma jagħmilx.", "Il-poplu m'huwiex bħalna d-deputati ta' din il-Kamra li naqraw il-liġi qabel ma niġu hawnhekk u nitkellmu fuqha.", "Jiena naraha importanti ħafna li ngħallmu lill-poplu x'alkoħol jista' jieħu, jekk jistax jieħu ċerti misturi jew antihistamines miegħu u wara kemm ikun tajjeb biex isuq.", "Per eżempju, jekk persuna tkun ħadet grokk filgħodu, kemm għandha tistenna biex tkun tista' ssuq u ma tirriskjax li jinstab xi livell ta' alkoħol ġewwa fiha?", "Jiena nħoss li din il-liġi għandha tkun springboard għal ħafna affarijiet oħra.", "X'qiegħed nipprova ngħid hawnhekk?", "Jiena nixtieq li din tkun liġi fejn il-pulizija jieħdu atteġġament totalment differenti minn kif nafuha s'issa.", "Il-pulizija jittolleraw li aħna t-tobba ma noqogħdux nilbsu u neħħu s-seat belt wara kull vista li nagħmlu u niftakar li darba minnhom waqqafni pulizija tat-traffic u qalli: Hawn Joey!", "Jiena f'qalbi għidt: Dan għarafni, u jaf x'jisimni.", "GĦalhekk waqaft, imma bil-mod u manjiera li kompla miegħi u addio Joey u addio Chalrie ......", "X'qed nipprova ngħid, Madam Speaker?", "Apparti d-dover tagħna li ngħallmu lill-poplu permezz ta' public relations tajbin, permezz tal-media u affarijiet oħra, u apparti d-dover tal-poplu li min-naħa tiegħu għandu jfittex li jitgħallem, nixtieq li fil-pulizija nibdew naraw dik l- edukazzjoni li taf twassalna ħafna aktar biex ikollna traffiku li jimxi b'mod iktar regolari.", "Jiena ma nara xejn ħażin li naraw iktar pulizija tat- traffic iduru fit-toroq tagħna u jwaqqfu anke lil min ikun fil-fast lane imma qiegħed jimblokka t-traffiku u jindikawlu x'qiegħed jagħmel ħażin.", "M'għandniex naħsbu li l-pulizija jwaqqfek biss għax tkun għamilt xi kontravvenzjoni jew biex iwaħħallek xi ċitazzjoni.", "Jiena naħseb li l-mod u manjiera kif il-pulizija jimxu mas-sewwieqa għandha twassalna ħafna iktar, anke fejn tidħol din il-liġi.", "Nista' ngħid li għall-ebda sewwieq mhu xi pjaċir li jiġi mwaqqaf mill-pulizija f'nofs it-triq u naħseb li jkun aħjar li pulizija minflok jagħtik ad intendere li se jagħmillek il-breathalyser test, jgħidlek żewġ kelmiet u jħallik għaddej.", "Ħaġa oħra li tinkwetani, Madam Speaker, hija li s-sewwieqa jieħdu l- liċenzja ta' 18-il sena u jibqgħu għaddejjin biha sakemm jagħlqu l-61 sena u jekk imbagħad ikunu jridu jibqgħu jsuqu, imorru għand it-tobba biex jagħmlulhom a fresh medical test - għax hekk titlob il-liġi u wkoll minħabba l-insurance - u allura jkunu jistgħu jsuqu.", "Din hemm bżonn li ssir xi ħaġa dwarha.", "Jiena ngħid li għandu jidħol il-continual assessment għaliex bħalma student fl-universita' jkollu assessment kontinwu u waqt li jkun qiegħed jistudja tkun qed tindikalu fejn qiegħed jimxi tajjeb u fejn qiegħed jimxi ħażin, hekk ukoll tista' tagħmel mas-sewwieqa.", "Naħseb li għandha tidħol ukoll is-sistema tal-points mill-eta' ta' 18-il sena sa l- eta' ta' 61 sena u jekk persuna titlef ċertu numru ta' points allura l- liċenzja tagħha ma tiġix mġedda.", "Barra minn hekk, ma naħsibx li jagħmel sens li bniedem tagħmillu medical test ta' 18-il sena u tippretendi li għajnejh u widnejh se jibqgħu tajbin u li s-sensi u l-fakultajiet mentali tiegħu se jibqgħu tajbin sakemm jixjieħ.", "U dan m'iniex qed ngħidu biex it- tobba jkollhom iktar x'jagħmlu għaliex fix-xahar ta' Jannar kull tabib ikollu biżżejjed x'jagħmel.", "Madam Speaker, jiena bdejt id-diskors tiegħi billi għidt li din hija liġi tajba u liġi li l-poplu kien qed jistenniha imma minn dak li smajt f'din il- Kamra qisna qegħdin naħsbu li se nsolvu l-problemi kollha f'dan il-pajjiż.", "Jiena m'għandi l-ebda dubju li l-Ministru meta jiġi għall-winding-up se jgħid proprju dan imma, kif diġa' għidt, jiena din il-liġi naraha bħala springboard li tagħtina ċ-ċans nimxu għal affarijiet oħra, fosthom li nedukaw lill-poplu b'kull mezz għad-dispożizzjoni tagħna dwar x'għandu jieħu u x'ma għandux jieħu, u m'iniex qed nirriferi biss għall-alkoħol għaliex hemm sustanzi tossiċi oħrajn li jistgħu jħarbtulek il-fakultajiet mentali.", "Per eżempju, forsi nistgħu naslu biex ngħidu li l-pulizija jibdew jiċċekkjaw ukoll il-livelli għad-droga.", "Safejn naf jien din il-liġi ma tagħtix fakulta' lill-uffiċċjali tal-pulizija biex iwaqqfu persuni li jħossu li qegħdin isuqu taħt l-influwenza tad-droga.", "Nixtieq inqajjem issa punt ieħor dwar meta bniedem jista' jinqabad b'livell ta' alkoħol qawwi imma ma jkollux tort.", "Per eżempju, jista' jkun li aħna t-tobba nkunu qegħdin nattendu social function - jiġifieri ma nkunux fuq xogħol - u nabbużaw nieħdu grokk żejjed imma jiġri li tinqala' emerġenza.", "X'nagħmlu f'dan il-każ?", "Nirrifjutaw li nagħtu l-għajnuna tagħna għaliex inkunu ħadna iktar minn tliet grokkijiet?", "Huwa veru li nistgħu nirranġaw li jiġu għalina għaliex ma nkunux nistgħu nsuqu, imma l- emerġenzi ma jiġux b'dan il-mod.", "Meta tinqala' emerġenza, trid titlaq kollox minn idejk u tmur tara x'hemm bżonn isir.", "Jiena nista' nkun anke lay person li jkolli nwassal lil xi ħadd.", "Allura x'nagħmel?", "Ma nkunx is- Samaritan it-tajjeb għax ikun ħadt tliet grokkijiet?", "Jista' jkun ukoll li persuna ma tkunx taf x'qed tixrob, fis-sens li jitfgħulha ċerti sustanzi tossiċi fix-xorb tagħha b'ċajta.", "Jista' jkun ukoll li passiġġier jispiċċa jkollu jsuq hu għaliex is-sewwieq ma jkunx jiflaħ.", "Se jkun hemm ħafna okkażjonijiet bħal dawn u allura l-liġi trid tkun miftuħa biżżejjed biex il-qrati jkunu jistgħu jagħtu l-iżvog ħalli tkun tista' tiġi utilizzata b'mod tajjeb.", "Laħħar punt li nixtieq insemmi huwa l-iġjene.", "Dan il-punt diġa' ssemma' pero' tajjeb li nenfasizzawh.", "Qed jingħad li l-mouthpiece ta' l-apparat li jintuża għall-breathalayser test huwa disposable pero' jiena ngħid li l-persuna li se tiġi sottomessa għat-test għandu jkollha d-dritt li tiċċekkja hija stess dan.", "Anzi, ngħid li l-pulizija għandhom jagħtuha lill-persuna biex jiftaħha hu u b'hekk ikun hemm iċ-ċertezza u ma nħarsux lejn din il-liġi b'ċertu xettiċiżmu.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi ieħor li kien ippreparat fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista imma qiegħed jiġi diskuss f'din il-Leġislatura.", "Kif qalu membri oħra ta' din il- Kamra, huwa importanti ħafna li wieħed iħares lejn l-effett tax-xorb fuq l- istat mentali tal-persuna imma hemm affarijiet oħra li jistgħu jaffettwaw il-kapaċitajiet mentali tal-bniedem.", "L-ewwel punt li rrid insemmi huwa li meta l-liġi tgħid li jista' jkun hemm lok għal riskju sostanzjali għal saħħet il-persuna li jżomm lil dik il- persuna milli tinżamm responsabbli għal għemilha, allura hemm importanza kbira li ma jsir xejn li jista' jdaħħal dak il-lok għal riskju sostanzjali għal saħħet il-persuna.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli, skadielek il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden liIl-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta 20 ta' Jannar fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Madam Speaker, jekk hemm qasam fis- soċjeta' Maltija fejn qegħdin naraw differenza bejn id-disa' snin u nofs ta' amministrazzjoni Nazzjonalista u l-15-il xahar ta' amminstrazzjoni ta' Gvern Soċjalista, żgur li dan huwa l-qasam soċjali.", "Ngħid bla tlaqliq li f'dawn il-15-il xahar, dan il-Gvern irnexxielu jħarbat il-qasam soċjali kollu tal-pajjiż.", "Qed ngħid hekk għaliex meta tikkonsidra l-qasam soċjali kollu, tinduna li hemm sezzjonijiet differenti tas-soċjeta' Maltija li qegħdin jaraw id- differenza bejn kif kienu jgħixu taħt Gvern Nazzjonalista u kif qegħdin jgħixu llum.", "Qegħdin naraw differenza, per eżempju, fil-livell ta' l- għajxien li naturalment jiddependi mill-għoli tal-ħajja li dejjem huwa fattur importanti, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern.", "Aħna konna nirċievu ħafna kritika mill-Oppożizzjoni fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista dwar l-għoli tal-ħajja.", "Kienu jgħidu li l-ħajja qiegħda dejjem togħla u li l-Gvern m'huwiex qed jieħu rimedji għaliha.", "Kien hemm imbagħad il- kwestjoni tal-VAT u saret ħafna propaganda li bl-introduzzjoni tal-VAT il- ħajja se tkompli togħla pero' wara dawn il-15-il xahar ta' amministrazzjoni Laburista mhux talli qegħdin naraw li l-ħajja ma raħsitx, kif wegħdu fil- programm elettorali u fl-elezzjoni, talli ħadet rankatura kbira u minn ġurnata għall-oħra - mhux minn xahar għall-ieħor - qiegħda tkompl togħla.", "L-aħħar prova ta' dan, Madam Speaker, huma l-indiċi li ħarġu għax-xahar ta' Novembru.", "Qatt ma kien hemm hemm għoli tal-ħajja minn xahar għall- ieħor daqskemm kien hemm issa.", "Żgur li l-livell ta' l-għajxien ta' ħafna sezzjonijiet tal-poplu Malti jiddependi mill-għoli tal-ħajja u allura tajjeb li wieħed jinnota kemm kien isir għagħa fuqha fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Ħalli nfakkar x'kien qal il-Prim Ministru attwali, l-Onor.", "Alfred Sant, fis-17 ta' Ottubru, 1993 skond ma ġie rrapportat f'\"l- orizzont\" bit-titlu \"Splużjoni Kbira fl-Għoli tal-Ħajja\".", "L-Onor.", "Alfred Sant kien qal hekk:", "\"Jeħtieġ li l-poplu jipprotesta biex il-Gvern jiċċaqlaq u jagħti żidiet li jikkumpensaw għall-għoli tal-ħajja li qed ikun hemm minn ġimgħa għal ġimgħa.\".", "Hekk kien qal il-Prim Ministru attwali, Madam Speaker.", "Jiġiferi m'għandna niskantaw xejn li issa jkun hemm ċerti protesti mill-unions għall-għoli tal- ħajja li ġabha dan il-Gvern stess.", "Irrid ngħid li l-istand li ħadet il-UĦM u dawk l-unions li jridu jaraw li l-effett tal-miżuri mħabbra fil-budget ma jkunux daqshekk determinanti u kattivi speċjalment fuq min jiflaħ inqas, kienet stand raġonevoli ħafna speċjalment meta tara x'kienu jgħidu min-naħa l-oħra fl-oppożizzjoni.", "Jiena ma niskantax bl-atteġġament li qiegħda tieħu l-UĦM jew unions oħrajn kontra l-miżuri mħabbra fil-budget imma niskanta bl-istand li ħadet l-union li fi żmien Gvern Nazzjonalista ma kenitx titlef okkażjoni biex tikkritika u anke tagħmel strikes.", "Aħna nafu kif kienu jagħmlu l-istrikes fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, għaliex għal kull ħaġa ta' xejn kienu jwaqqfu l-airport u l-port, l-iktar żewġ arterji importanti f'pajjiżna, u addio turiżmu.", "Dak iż-żmien ma kenitx tiġihom ħasra mit- turiżmu għaliex fl-aqwa tas-sajf kienu jwaqqfulek l-airport minħabba kwestjoni ta' xi erba' loaders imma dak iż-żmien kollox kien leċtu.", "Allura wieħed jista' jikkonkludi li l-General Workers Union donnha rabbiet l-għaqal għaliex m'hijiex qiegħda tipprotesta kif kienet tipprotesta qabel.", "Issa għamlet a scientific study tal-miżuri mħabbra fil-budget, imma kulħadd jaf dawn x'effett kellhom u x'effett jista' jkollhom fuq il-poplu Malti għaliex il-kontijiet kulħadd jaf jagħmilhom.", "Niġu, per eżempju, għat-tariffi ta' l-elettriku.", "Persuna li kienet tħallas ¥90 fis-sena, inkluż il-ħlas tal-meter, bit-tariffi kif imħabbra fil-budget se tibda tħallas ¥133.79, jiġifieri żieda ta' ¥43.79.", "Jekk din il-persuna taħli 20 gallun ilma kuljum, minn ¥7.96 se tibda tħallas ¥59, jiġifieri żieda ta' ¥51.", "Jekk nieħdu dawn iż-żewġ kontijiet, jiġifieri l- kont tad-dawl u ta' l-ilma nkluż id-drenaġġ, insibu li persuna waħedha se jkollha żieda ta' ¥94.79 fis-sena.", "Dawn huma l-miżuri mħabbra fil-budget.", "Allura l-Gvern Soċjalista m'għandux għalfejn jieħu għalih meta nikkritikawh li huwa gvern li tilef il-kuxjenza soċjali u gvern li kien krudili u kattiv ma' ċerti sezzjonijiet tal-popolazzjoni.", "Barra minn hekk, ma naħsibx li s- sitwazzjoni se jtaffiha billi joħroġ xi rebates jew inkella billi jieħu atteġġament differenti meta jkollu quddiemu s-scientific study li għamlet il-GWU u jgħid li l-anzjani, il-pensjonanti u dawk il-familji li l-inqas jifilħu jagħtihom xi differenza mill-kont enormi li se jirċievu.", "Jiena għalhekk għidt li fil-qasam soċjali l-Gvern għamel ħerba sħiħa għax ittradixxa lill-ħaddiema.", "Madam Speaker, jekk hemm xi ħaġa li l-ħaddiema qegħdin jaraw differenza fiha żgur li din hija fil-mod kif kienu ttrattati taħt Gvern Nazzjonalista u kif inhuma ttrattati taħt Gvern Soċjalista.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka li taħt Gvern Nazzjonalista dejjem kien hawn xogħol għal min ried jaħdem.", "Fil-fatt dawk li jaħdmu bi qligħ żdiedu b'20,000 u d-dħul tal-ħaddiema ras għal ras iktar milli rdoppja.", "M'hemm l-ebda dubju li kull kategorija ta' ħaddiem kienet tgawdi kondizzjonijiet ta' xogħol aħjar taħt Gvern Nazzjonalsita.", "Iżda x'ġara f'dawn il-15-il xahar?", "Ħaġa li wieħed jikkonstataha kuljum hija li l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema qabdu t-triq għan-niżla.", "Illum il-unions m'humiex qegħdin jiġġieldu biex itejbu l- kondizzjonijiet tal-ħaddiema imma biex isalvaw l-impjieg ta' numru kbir ta' ħaddiema u biex il-ħaddiem ma jitlifx dak li akkwista fl-imgħoddi.", "Dan l-aħħar kellna l-kwestjoni tal-ħaddiema barranin u mingħajr ma trid ikollok tagħmel riferenza għal dak li kien jingħad fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u x'sar issa taħt Gvern Soċjalista.", "Hawnhekk għandi siltiet minn \"l-orizzont\" tad-29 ta' Ġunju 1991 fejn fl-editorjal kien ingħad hekk:", "\"Ebda Gvern ta' kuxjenza nisranija ma jista' jippermetti li xogħol li faċilment jista' jsir u jafu jagħmlu l-Maltin, isir minn ħaddiema barranin.\".", "Imma issa l-Prim ministru kellu l-ardir imur quddiem ġemgħa nies fl-Isla u jgħidilhom li se jġib ħaddiema barranin għall-Malta Shipbuilding għaliex, apparti l-kwestjoni taż-żmien, se jiffrankaw ¥200,000.", "Allura, biex lill- ħaddiem Malti ma jagħtuhx overtime, se jġibu l-ħaddiema Ċiniżi jew Pollakki!", "Jiena ngħid li trid tkun kuraġġuż biex tgħid dan id-diskors.", "Allaħares kien Prim Ministru Nazzjonalista, Allaħares kien l-Onor.", "Fenech Adami, li qal dan il-kliem għaliex kieku l-GWU mhux scientific study kienet tagħmel imma kienet twaqqaf il-pajjiż dak il-ħin stess!", "Kieku mhux il- miżuri li ħadu l-UĦM kienet tieħu imma kienet twaqqaf l-airport, il-port u kullimkien dak il-ħin stess!", "GĦalhekk jekk il-Gvern Laburista mingħalih li l-ħaddiem Malti m'huwiex jinnota dawn l-affarijiet, jiena ngħidlu li f'qalbu u fil-kuxjenza tiegħu qed jinnota d-differenza fil-mod kif kien ittrattat taħt Gvern Nazzjonalista u kif qed jiġi trattat taħt dan il- Gvern.", "Ladarba qiegħed nitkellem fuq il-ħaddiema u x-xogħol nixtieq insemmi wkoll in-nuqqas ta' xogħol li hawn u l-qgħad dejjem jikber, li skond l- aħħar figura li għandi huwa ta' 7,200.", "Hawnhekk jidħlu wkoll id-dinjita' u d-drittijiet tal-ħaddiema li ġurnata wara l-oħra, ġimgħa wara l-oħra u xahar wara l-ieħor dejjem qegħdin jitnaqqru.", "Jiena diġa' semmejt l-għoli tal-ħajja, pero' tajjeb li wieħed jgħid li kellna għoli tal-ħajja fuq affarijiet essenzjali bħall-ikel, pitrolju, gass, elettriku u ilma li taħt Gvern Nazzjonalsita żgur li qatt ma għolew daqshekk.", "Dawn huma affarijiet li ebda ċittadin Malti ma jista' jgħaddi mingħajrhom u allura meta nagħmlu dawn il-paraguni nindunaw li għalkemm dan il-Gvern jieħu għalih meta ngħidulu li m'għandux kuxjenza soċjali, il-fatti qegħdin juru li huwa veru li m'għandux kuxjenza soċjali.", "Niftakar li fi żmienna kienu jgħajruna li aħna xi gvern imbevuti bil- prinċipji ta' Thatcher - għax dak iż-żmien kienet għadha Prim Ministru ta' l-Ingilterra - imma jiena naħseb li gvern li jixbaħ lill-gvern ta' Thatcher huwa l-Gvern Laburista tal-lum li mhu jagħti kas xejn ta' l- affarijiet soċjali bl-iskuża tad-deficit, tal-ħofor, tad-dejn li sab u tal- cost-effectiveness.", "Dawn qegħdin jagħmlu kollox bl-iskuża li se jġibu lill- pajjiż fuq saqajh imma bil-miżuri li qegħdin jieħdu kontra dawk li jifilħu inqas fil-pajjiż, minflok 'il quddiem sejrin lura.", "Hawnhekk għandi r- rivista ta' Jannar/Marzu ta' din is-sena li toħroġ l-GĦaqda Pensjonanti tal- GWU - jiġifieri mhux l-APAN jew xi għaqda oħra tal-Partit Nazzjonalista - fejn fl-editorjal qalu:", "\"Aħna l-anzjani u l-pensjonanti bir-raġun kollu ngħidu li l-miżuri li ħa l-Gvern f'dan il-budget jolqtu ħażin lilna l-aktar.", "Meta wieħed iqis li dawn il-miżuri goffi japplikaw għalina daqskemm japplikaw għal min hu aħjar minna, u meta wieħed jikkonsidra li aħna nieħdu żewġ terzi taż-żieda għall-għoli tal-ħajja li tingħata lil dawn in-nies, il- pensjonanti bir-raġun għandhom għalfejn jilmentaw.\".", "Madam Speaker, kulħadd kien jaf kif se jiġi milqut b'dawn il-miżuri, u għalhekk ma kienx hemm għalfejn isir studju xjentifiku speċjali biex inkunu nafu kif se jaffettwawna.", "Illum smajna liċ-chairman ta' l-Enemalta jgħidilna li din il-korporazzjoni għandha 20% iktar ħaddiema milli għandha bżonn.", "Mur obsor!", "Imma allura x'ippretenda?", "Forsi ppretenda li Gvern Nazzjonalista jkeċċi lil dawk il-ħaddiema li mpjega Gvern Laburista ta' qabel?", "Fil-fatt bejn l-1 ta' Settembru 1986 u t-8 ta' Mejju 1987, jiġifieri meta tela' Gvern Nazzjonalista, il-Gvern Laburista kien impjega 3,835 persuna mal-korporazzjonijiet Telemalta u Enemalta.", "Dawn il-ħaddiema kienu hemm, u baqgħu hemm tul id-disa' snin u nofs ta' Gvern Nazzjonalista, u allura issa qegħdin jippretendu li ma jibqgħux hemmhekk?", "Nerġa' ngħid, dawn mhux Gvern Nazzjonalsita mpjegahom imma Gvern Laburista.", "Iżda aħna konna tajna l-wegħda li m'aħna se nkeċċu lil ħadd u fil-fatt ma keċċejna lil ħadd.", "U mhux talli ma keċċejnihomx, talli żidnilhom il-paga.", "Madam Speaker, meta wieħed jagħmel paragun bejn dak li sar fil-qasam soċjali taħt Gvern Nazzjonalsita u dak li sar s'issa minn Gvern Laburista jsib li hemm baħar jaqsam.", "B'għafsa ta' qalb ngħid li Gvern Laburisa suppost jagħti prominenza u prijorita' lill-ġustizzja soċjali fil-pajjiż imma qegħdin naraw li l-prijoritajiet spiċċaw jew m'għadhomx li kienu.", "Il- ħaddiem ġie ttradut u ngannat u qed iħossu ffrustrat għaliex wara 15-il xahar dak li wegħduh ma tawulux u żgur li m'humiex se jagħtuhulu.", "L- inkomptenza ta' dan il-Gvern tidher fiż-żewġ budgets li ressaq, u din ma tistax taħbiha billi kull darba titfa' t-tort fuq l-amministrazzjoni ta' qabel, fuq il-ħofor li sibt, fuq id-deficit u fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-pajjiż.", "Wasal iż-żmien li dan il-Gvern jiddeċiedi kif għandu jiggverna.", "Dan il-gvern suppost jemmen fil-ġustizzja soċjali u jissejjaħ gvern tal-ħaddiema imma issa qegħdin naraw fejn qegħdin verament l- interessi tal-ħaddiema.", "Jiena dan xtaqt nuri fil-ftit ħin li għandi, u żgur li l-unika ħaġa li rnexxielu jagħmel dan il-Gvern hija li jħarbat il- qasam soċjali kollu tal-pajjiż.", "Madam Speaker, ma nistax ma nerġax insemmi l-qasam ta' l-anzjani.", "Żgur li f'pajjiżna kien hemm rikonoxximent universali li dan il-qasam mar 'il quddiem taħt il-Gvern Nazzjonalista.", "Sfortunatament pero' dan il-Gvern qed jipprova jfarrak dan il-progress li sar.", "Jekk tħares lejn dawn il-15-il xahar, tinduna li lanqas biss kien hemm proġett wieħed ġdid fil-qasam ta' l-anzjani.", "Jekk saru xi affarijiet, dawn kienu tkomplija ta' proġetti tal- Gvern Nazzjonalista, fosthom id-dar ta' l-Imtarfa, id-dar ta' Bormla u d- day care centre f'Tas-Sliema.", "Kif qed ngħid, dawn m'għamlu xejn ġdid minn dak li suppost kellhom jagħmlu u dan juri l-ineffiċjenza, juri li m'humiex motivati biżżejjed u barra minn hekk qegħdin jaħbu l-inkompetenza tagħhom wara l-iskuża finanzjarja.", "Jekk niġu għall-attivitajiet ta' rikreazzjoni għall-anzjani, jistgħu jgħidulna li l-parties tal-Milied s-sena l-oħra ma sarux għaliex huma ħela ta' flus.", "Imma ħaddieħor għamilhom il-parties tal- Milied!", "U I-Milied mhux darba fis-sena jiġi?", "U jekk l-anzjani jieħdu gost bihom u nirrikonoxxu wkoll li huma ta' ġid għalihom, allura ġġib l-iskuża li se taħli ¥2,000 jew ¥4,00 u ma tagħmlilhom xejn?", "Dawn huma argumenti zoppi li żgur ħadd ma jaċċettahom.", "Madam Speaker, suppost għandna Gvern Soċjalista li jagħti prijorita' kbira lill-ġustizzja soċjali imma minn dak li qegħdin naraw, dan il-gvern tilef kull kriterju ta' ġustizzja soċjali.", "Dan il-Gvern moħħu biss fil- kliem bħal cost-effectiveness u m'għadux jemmen fil-prijorita' soċjali li dejjem kienet predominanti fit-tmexxija ta' kull gvern f'pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra taġġorna għal għada t-Tlieta, 20 ta' Jannar fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mil-Ministru Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Fid-9.25 p.m saret il-mistoqsija u għaddiet nem. con. u l-Kamra aġġornat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MDC - KIRI TA' PROPRJETA'", "9809.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra tagħrif dwar liema proprjeta' għandha mikrija bħala industrial space l-MDC f'Ħal Far, San Ġwann, Bulebel u l-Marsa?", "X'inhu l-ħlas li tiġbor l- MDC mingħand dawn il-persuni?", "Xi spazju hu hekk okkupat għal dawn l- industriji?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu dawn il-fabbriki?", "Xi prodotti jiġu prodotti?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "P.A. - PERMESSI", "10102.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9891, 9893 u 9894?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9891 ingħatat f'Seduta Nru. 158, għall- mistoqsija parlamentari numru 9893 f'Seduta Nru. 169, u għall-mistoqsija parlamentari numru 9894 f'Seduta Nru. 170.", "WSC - QLUGĦ TA' METERS", "10383.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għall-qlugħ ta' meters tal-ilma rċeviet il-Water Services Corporation mill-5/11/97 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll l-ammonti ta' kull kategorija ta' konsumaturi li minnhom saret it-talba għall-qlugħ tal-meters?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' servizzi maqlugħa f'Malta fil- perijodu ta' 1/10/97 sal-31/12/97 huma:-", "Ottubru 42 Novembru 433 Diċembru 519", "In-numru ta' servizzi maqlugħa f'Għawdex fil-perijodu ta' 1/10/97 sal- 31/12/97 huma:-", "Ottubru 7 Novembru 208 Diċembru 132", "SUR MARIO AZZOPARDI - CHIEF INTERNAL AUDITOR", "10546.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mil-liema data ġie jaħdem il- kuntratt ta' żmien li bih is-Sur Mario Azzopardi nħatar Chief Inernal Auditor?", "Jista' dan il-kuntratt li ngħata s-Sur Azzopardi jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kopja tal-kuntratt kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ENEMALTA - METERS", "10574.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk min għandu l-meter ta' l-ilma u d-dawl f'basement li huwa parti mid-dar jkollux iħallas ir- rata kummerċjali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għall- mistoqsija parlamentari numru 10747 (Seduta Nru.170).", "WSC - QLUGĦ TA' METERS", "10680.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10383 dwar qlugħ ta' meters?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10383.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - KARTA ROŻA", "10743.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10466 u ċioe' jista' jieħu l-passi biex dawk il-persuni li għandhom il-karta r-roża u li jgħixu ma' xi qraba jew xi ħaddieħor fl- istess dar fejn meter mhux reġistrat f'isem min għandu l-karta r-roża jkun jista' jibbenefika mill-eżenzjoni tal-ħlas ta' service charge tad-drenaġġ u tar-rati l-ġodda ta' l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-każ tal-ħlas tas-service charge fuq is- servizzi ta' l-ilma, għadu ma ġiex iffinalizzat mad-Dipartiment ta' l- Għajnuna Soċjali l-mod kif se jingħata l-benefiċċju lil dawk li jgawdu minn xi forma ta' social assistance.", "P.A. - PERMESSI", "10825.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'permessi nħarġu mill-Awtorita' tad-Djar jew mid- Dipartiment tad-Djar jew mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għat-twaqqif ta' kamra ta' 'l fuq minn 20 pied għat-trobbiija tat-tjur fuq il-bejt ta' flats tal-Gvern fi Pjazza Awrekarja fil-Housing Estate ta' San Gwann?", "Jekk ma nħareġ l-ebda permess, x'passi ħadet jew se tieħu l-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex jiġi mrazzan dan l-abbuż u ksur sfaċċat tal-liġi li ta' kuljum qed ikun ta' inkonvenjent reali mhux biss għal min joqgħod f'dawn il- flats iżda wkoll għad-detriment ta' residenti oħra li hemm f'dawn l- akkwati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Wara investigazzjoni li għamlet is-Sezzjoni ta' l- Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jirriżulta li wieħed mill-inkwilini bena struttura maħduma bl-injam u pjanċi fuq il-bejt ta' wieħed mill-blokki residenzjali li hemm fi Pjazza Awrikarja, San Ġwann.", "Irriżulta wkoll li ma nħarġu ebda permessi għal din l-istruttura li qed tintuża bħala gallinar jew barumbara għat-trobbija tal-ħamiem.", "Appena ġew sollevati dawn il- fatti, ġie servut Avviż biex Tieqaf u ta' Twettiq kontra l-persuna responsabbli talli għamel dan l-iżvilupp mingħajr permess.", "L-istess avviż ġie wkoll notifikat lill-Kummissarju ta' l-Artijiet peress li l-blokk inkwistjoni hija proprjeta' tal-Gvern.", "Il-każ ser jibqa jiġi segwit sakemm ikun eżawrit il-proċess kollu kif stabbilit fl-Att Numru 1 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "WSC - SERVIZZ TA' L-ILMA", "11006.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' talbiet biex jinqata' s-servizz ta' l-ilma f'Malta u f'Għawdex separatament fil-perijodu 1/10/97 - 31/12/97, xahar b'xahar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10383.", "DIABETIĊI - INSULINA", "10581.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex residenti tal-Belt li għandhom bżonn l-insulina qed ikollhom imorru jġibuha mill-Furjana anke fix-xitwa meta qabel kienu jiġbruha mill-Evans Laboratory, il-Belt stess?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 10552.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "10582.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għax-xahar ta' Novembru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma komplex jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u jindika għaliex l-ETC iddeċidiet li taqtagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li għax-xahar ta' Novembru 1997 ma komplewx jirreġistraw minn jeddhom kien ta' 449 (Malta) u 64 (Għawdex).", "In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Novembru kien ta' 74 (Malta) u 16 (Għawdex).", "| |Malta|Għawdex | |M'aċċettawx taħriġ|11 |9 | |Jirreġistraw u |48 |3 | |jaħdmu | | | |M'aċċettawx xogħol|4 |0 | |M'attendewx |10 |4 | |intervisti | | | |Investigazzjoni |1 |0 |", "ETC - INTERNAL WORKINGS", "10583.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-internal workings ta' l- ETC dwar l-istatistika dwar ix-xogħol relattiv għal Novembru, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar figuri ppublikati kienu dawk ta' Settembru 1997, liema figuri ġew impoġġija fuq il- Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru. 143, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9575.", "PROPRJETA' - TRASFERIMENTI", "10584.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta' inter vivos; u causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Novembru 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' kuntratti li ġew irreġistrati mad- Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Novembru, 1997 jammontaw għal 860 inter vivos u 129 causa mortis.", "ESTIMI SUPPLIMENTARI - VOT 35.34", "10585.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-Vot 35.34 (Incidental Expenses) ta' l-Estimi Supplimentari 1997, jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li ngħata l-kumpens imsemmi u għal-liema xogħol ngħata?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-kumpens ingħata lil Francesco Fenech Ltd.", "F`Jannar 1975 din il-kumpannija kienet xtrat f`judicial sale makkinarju li jimmanifattura ċ-ċeramika għas-somma ta` Lm 6926.", "Il-Gvern ipprova, għal xejn, jwaqqaf joint venture u fl-aħħar irrekwiżizzjona dan il- makkinarju u poġġa s-somma tax-xirja fil-Qorti.", "F`Ottubru 1987 il-kumpannija talbet kumpens għal makkinarju u għat-telf ta` dħul u profitt.", "Fl-1991 twaqqaf bord li kellu bħala Chairman il-Maġistrat Dr Noel Cuschieri sabiex jiddetermina l-kumpens.", "Dan il-Bord iddeċieda fuq is- somma ta` Lm 95,000 bħala kumpens.", "Fl-Estimi Supplimentari 1997 dan il-kumpens jidher bħala Lm 89,000 minħabba l-fatt li kien hemm savings ta` Lm 6,000 fil-Personal Emoluments tad-Dipartiment ta` l-Industrija li żdiedu mas-somma ta` Lm 89,000 biex intlaħaq l-ammont dovut.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "10586.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm laqa' talbiet għall-akkomodazzjoni akternattiva d- Dipartiment tas-Servizzi Soċjali maqsuma skond ir-raġuni tat-talba bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali safejn naf jien ma jilqax applikazzjonijiet għall-akkomodazzjonijiet alternattivi.", "Naħseb li dan huwa Lapsus Calami mill-Onor.", "Interpellant.", "Nassumi li l- Onor. Interpellant ried jgħid id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "Jekk dan hu l-każ, l-informazzjoni mitluba qed tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "FLEUR-DE-LYS - SLEEPING POLICEMEN", "10762.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' d-Dipartiment tat-Trasport jieħu ħsieb sabiex isiru rampi (sleeping policemen) f'Borg Street, Fleur-de-Lys?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Irriferejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għal konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "PULIZIJA - VITTMI TAL-KRIMINALITA'", "10763.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-intenzjonijiet u pjani tal-Gvern dwar għajnuna lill-vittmi tal-kriminalita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi dan is-suġġett qed jiġi studjat.", "PULIZIJA - UŻU TA' SAFETY BELTS", "10764.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema karozzi, bħala zona ta' manifattura, m'humiex obbligati li jinstallaw safety belts?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi skond l-Avviż Legali 108 ta' l- 1996, b'effett mill-1 ta' Ottubru, 1996 id-dispożizzjonijiet kollha tar- Regolamenti ta' l-1995 dwar l-Użu ta' seat belts fuq vetturi bil-mutur, pubblikati bl-Avviż Legali 129 ta' l-1995, bdew iseħħu u japplikaw ukoll dwar il-vetturi bil-mutur kollha, immaterjalment miż-żona ta' manifattura, huma ta' liema sena ta' produzzjoni huma, li kellhom provdut mekkaniżmu ta' seat belt sa minn meta ħarġu mill-fabbrika.", "PULIZIJA - SCUBA DIVING", "10765.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex minnu li r-rapporti li dehru fl-istampa, li persuna li ntbagħtet kors ta' scuba diving fl-Italja ġie trasferit mill-SAG għal xogħol f'għassa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi bħala parti mill-modernizazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, id-doveri u l-funzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id- diving team ta' l-SAG, issa ġew assenjati lill-Forzi Armati ta' Malta.", "Għaldaqstant il-membri tal-Pulizija kollha li kienu fid-diving team issa ġew assenjati xogħol ieħor.", "PULIZIJA - GĦASES TAL-PULIZIJA", "10766.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-għases tal-pulizija li jinfetħu dejjem, li jinfetħu skond l-esiġenzi u dawk li huma magħluqa?", "Kemm-il pulizija żdiedu fl-għases mill-1.1.97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5009 f'Seduta Nru. 61.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li n-numru ta' Pulizija fuq xogħol fid-Distretti fl-1 ta' Jannar 1997, kien ta' 822, li minnhom 23 telqu mill-korp.", "Fil-preżent in-numru ta' Pulizija fid- distretti jammonta għal 806.", "PULIZIJA - STABBILIMENTI TA' DIVERTIMENT", "10783.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti ta' l-entertainment u/jew tal-wine & spirits li għandhom permess biex ikunu miftuħin wara l-11.00p.m.; wara s- 1.00 a.m.; sas-7.00 a.m. u f'liema lokalitajiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nformat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ninsab informat ukoll li ma jinħarġux permessi biex it-tip ta' stabbilimenti msemmija fil-mistoqsija jinżammu miftuħin sas-7.00am.", "DETOX - PAZJENTI", "10852.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew persuni id-Detox fl-1997?", "Kemm minnhom kienu ġodda?", "Kemm kienu rġiel u kemm nisa?", "X'kienu l-etajiet tagħhom?", "Kemm minn dawn attendew fuq bażi regolari?", "Kemm kien hemm persuni matul l-1997 li attendew għal rehabilitation programme kontra l-abbuż ta' droga?", "Kemm spiċċaw il-kors, kemm telqu waqt il-kors, kemm kellhom eta' dawk li bdew il-kors?", "Kemm hemm persuni jattendu rehabilitation programme bħalissa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "UFFIĊJALI GOVERNATTIVI - EFFICIENCY BONUS", "10853.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali governattivi li huma ntitolati għall-efficiency bonus fil-kuntratt tal-ħatra tagħhom?", "Min huma?", "Kien hemm ħlas ta' efficiency bonus fl-aħħar ta' l-1997 u jekk iva, kemm?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-uffiċjali pubbliċi li huma ntitolati għall- performance bonus fil-kuntratt tal-ħatra tagħhom normalment huma dawk li jkunu ġew maħtura fil-pożizzjonijiet ta Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali u Direttur.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l- ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.", "Il-ħlas tal-performance bonus għas-sena 1997 jkun għadu ma sarx f'dan l- istadju l għaliex l-ewwel trid issir l-evalwazzjoni tal-ħidma ta' uffiċjali konċernati.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA 'L FUQ MINN 61 SENA", "10854.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni 'l fuq minn 61 sena li għadhom jaħdmu llum?", "Kemm huma self-employed?", "Kemm huma mal-partikular jew mal- gvern?", "Kemm minnhom huma fuq bażi part-time u fulltime?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - XOGĦOL PART-TIME", "10855.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li kellhom part-time employment matul is-sena 1997?", "Kemm kienu rġiel u kemm nisa?", "Kemm minn dawn kienu miżżewġin?", "Kemm nisa u kemm irġiel kellhom fulltime job ieħor?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li kellhom part time employment fl-aħħar ta' Settembru 1997 kien ta' 27,871:", "Irġiel 16,588 Nisa 11,283", "Kien hemm 6,350 mara li huma miżżewġin.", "Minn dawk li jaħdmu kien hemm 11,148 raġel u 2,954 mara li kellhm full time job.", "SUWIĊIDJI - KAŻI", "10856.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża ta' suwiċidju matul is-sena 1997?", "Kemm kien hawn attempted suicides?", "Kemm kien hawn overdosages matul is-sena 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li mit-tagħrif li wasal fid- Dipartiment tal-Health Information s'issa jirriżulta , wara verifika mad- Dipartiment tal-Puluzija, li n-numru ta' persuni li mietu b'suwiċidju fil- Gżejjer Maltin matul l-1997 huwa 16.", "Din l-istatistika hija proviżorja għax ċerti każi għadhom għaddejin l-investigazzjonijiet.", "Ninsab infurmat ukoll li minn tagħrif li jinsab fis-sistema tal- Health Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Settembru tal-1997 fl-iSptar San Luqa iddaħlu dawn il-każijiet 138 każ ta' avvelenament minn sustanzi solidi jew likwidi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenemt kienx inċidentali jew premeditat (ICD - 9 code E 980).", "19-il każ ta' avvelenament inċidentali , ikkawżati minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD - code E 850 - E 858).", "6 każi ta' attentat ta' suwiċidju u feriti kkawżati mill-persuna nnifisha (ICD - 9 codes E 950 - E 959: m'humiex magħduda il-każijiet li rriżultaw f'imwiet).", "SHELTERS FOR BATTERED WOMEN", "10857.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' battered women illi għamlu użu minn shelters for battered women matul is-sena 1997?", "Kemm kien in- numru ta' tfal li daħlu ma' dawn in-nisa u kemm nisa daħlu aktar minn darba?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif ġej.", "Sorijiet tal-Buon Pastur ------------------------", "Nisa 136 (mija w sitta u tletin) Tfal 110 (mija w għaxra) Daħlu iżjed minn darba 40 (erbgħin)", "Dar Adelaide Cini ------------------", "Nisa 7 (sebgħa) Tfal 14 (erbatax) Daħlu iżjed minn darba 1 (waħda)", "Istitut Ġesu` Nazzarenu ------------------------", "Nisa 6 (sitta) Tfal 8 (tmienja) Daħlu iżjed minn darba 1 (waħda)", "Total ------", "Nisa 149 (mija u disa` w erbgħin) Tfal 132 (mija u tnejn u tletin) Daħlu iżjed minn darba 42 (tnejn u erbgħin)", "Matul l-1997 ukoll, it-Taqsima Vjolenza Domestika tal-SWDP kellha ssib akkomodazzjoni f'postijiet li m'humiex Shelters lill- 7 nisa w uliedhom.", "PTA - BUS SHELTERS", "11015.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar kemm twaħħlu, xahar b'xahar u lokal lokal, bus shelters f'Malta u f'Għawdex fil-perjodu 1/1/97 - 31/12/97?", "Kemm hu mistenni li jitwaħħlu minn dawn ix-shelters fil- perjodu 1/1/98 - 31/12/98?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li matul l-1997 twaħħlu dawn il-bus shelters f'Malta.", "Frar - 3 f'Bormla, 1 f'Ħal Tarxien,1 f'Vittoriosa, 1 f'Birkirkara u 1 f'Ħaż-Żebbuġ.", "Lulju - 1 f'Ħal Qormi, 1 ħdejn l-Ajruport Internazzjonali, 1 f'Ħal Tarxien, 2 f'Ħaż Żabbar u 1 f'Birkirkara Bypass.", "Awissu - 1 f'Birkirkara Bypass, 2 fil-Qrendi, 1 fil-Bypass ta' Ħal Għaxaq, u 1 f'Bormla.", "Settembru - 3 fl-Imtarfa u 3 fl-Imsida.", "Novembru - 2 f'Birkirkara Bypass u 1 f'Baħar iċ-Ċagħaq.", "Diċembru - 1 fix-Xemxija, 1 fl-inħawi tal-White Rocks (St Andrew's) u 1 fil-Ħamrun.", "F'Għawdex:", "April:- 1 fix-Xewkija u 1 fl-Għarb.", "Mejju:- 1 fis-Sannat u 1 fl-Għasri.", "Ottubru:- 1 fix-Xagħra.", "Diċembru:- 1 fil-Fontana.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li hemm numru ta' bus shelters ordnati għand id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tat- Taqsima tax-Xogħlijiet għal diversi lokalitajiet f'Malta.", "Uħud minnhom huma kważi lesti u mistennija jitwahhlu dalwaqt.", "Dawn jinkludu bus shelters għal ħdejn l-Istitut ta' San Gużepp f'Sta Venera; f'Tal-Qroqq; ħdejn id-Dħul għall-Universita', f'San Pawl il-Baħar; f'Ħal Qormi u l- Balluta f'San Ġiljan.", "F'Għawdex hemm il-ħsieb li jsiru bus shelters fil-Qala, Kerċem, San Lawrenz u ż-Żebbug.", "PTA - TWAĦĦIL TA' TABELLI", "11016.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku twaħħal tabelli bil-ħinijiet li bejn wieħed u ieħor tkun se tgħaddi l-karozza tal-linja, b'riferenza b'mod partikolari għal diversi stages tar-rotta tal-karozza tal-linja li tgħaddi minn diversi toroq fiż-Żejtun, b'mod partikolari għal stage li jinsab fi Triq San Girgor, Żejtun faċċata tal-pjazza ta' wara l-knisja parrokkjali?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi studjat u jekk ikun possibbli jiġi attwat.", "KONVENZJONI ON THE PREVENTION OF ABDUCTION OF MINORS/CHILDREN", "11017.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Konvenzjoni On the Prevention of Abduction of Minors/Children ġietx ratifikata jew le?", "Jekk le, hemm il-ħsieb li din tiġi rratifikata fil-futur qarib?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal Hague Convention on the Prevention of Abduction of Minors/Children, li Malta għadha ma rratifikatx.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li saru u qegħdin isiru kuntatti mal- Ministeru konċernat sabiex din il-Konvenzjoni tkun ratifikata fl-iqsar żmien possibbli u wara li ssir il-leġislazzjoni meħtieġa.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-PALAZZI - VULTAĠĠ BAXX", "11018.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa konkreta sabiex tissolva l- problema li ċertu residenti, fi Triq il-Palazzi fiż-Żejtun, għandhom minħabba l-vultaġġ baxx ta' l-elettriku?", "Peress li minn stħarriġ li sar jidher li hemm bżonn li jinbidlu l-wires eżistenti u jsiru oħrajn eħxen, jista' dan isir fi żmien qasir?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol meħtieġ inbeda u se jitkompla biex sa l- aħħar ta' Jannar, 1998 tissolva l-problema ta' vultaġġ baxx.", "ŻEJTUN - TRIQ XROB L-GĦAĠIN - TISWIJA", "11019.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq Xrob il- Għaġin li tinsab bejn iż-Żejtun u Tas-Silġ minħabba l-istat diżastruż li tinsab fih u tinstab soluzzjoni ta' fejn imur l-ilma minħabba li m'hemmx fejn imur?", "Tajjeb wieħed iżomm quddiem għajnejh li minn din it-triq igħaddu bosta turisti ki ukoll Maltin.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Peress li t-triq imsemmija huwa responsabbli tagħha l-Kunsill Lokali, l-Onor.", "Intepellant mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "METEOROLOGICAL ASSISTANT", "11020.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' Meteorological Assistant u kemm kien hemm applikazzjonijiet validi?", "Kemm intgħażlu nies u min huma u xi kwalifiki għandhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li fl-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta' Meteorological Assistant kien hemm 25 applikazzjoni li minnhom kien hemm 22 applikazzjoni valida.", "Jiena nfurmat ukoll li nħattru dawk li ġew fl-ewwel erba' postijiet bl- għażla u dawk kellhom il-kwalifiki kif jidher hawn taħt:-", "- B.Sc 12 \"O\" levels, 4 \"A\" levels, 1 Intermediate - B. Comm, 12 \"O\" levels, 4 \"A\" levels, 1 Intermediate", "- 13 \"O\" levels, 3 \"A\" levels, 1 Intermediate - 11 \"O\" levels, 3 \"A\" levels, 1 Intermediate", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11021.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, u għad-dekasteru li għalih il-Prim Ministru huwa responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l- istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Minħabba l-informazzjoni konsiderevoli li trid tinġabar, it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11022.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal- Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l- istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Peress li l-informazzjoni mitluba tkopri perjodu ta' tmien snin, l-uffiċċjali inkarigati qegħdin iduru r-records tagħhom sabiex jinġabru d-dettalji meħtieġa.", "Għalhekk, l-informazzjoni mitluba qed tinġabar bil-galbu biex tingħata risposta aktar tard.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11023.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull agenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l- istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11024.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal- kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11025.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar- reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar tingħata risposta iżjed tard.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11026.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`seduta oħra.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11035.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqtugħa nies mill-ewwel parti tar- Reġistru matul ix-xahar ta' Diċembru u għaliex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li ġew maqtugħa minn fuq ir- reġistru, mill-ewwel parti tar-reġistru matul ix-xahar ta' Diċembru kien ta' 94.", "Ir-raġuni li wassal għall-qtugħ tagħhom kien kif ġej:-", "21 Jirreġistraw u jaħdmu 43 M'attendewx għall-intervisti 3 M'aċċetawx xogħol 25 M'aċċetawx taħriġ 2 Irrifjutaw xogħol minħabba kondizzjoni medika u ma ġewx ikkonfermati mit-tabib.", "ETC - KORSIJIET", "11036.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati korsijiet mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul ix-xahar ta' Diċembru; kemm ġew imħarrġa nies u kemm minn nies li kienu mħarrġa kienu qed jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-korsijiet li kienu organizzati mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul ix-xahar ta' Diċembru 1997 u n-numru ta' persuni li kienu qed jattendu għalihom hu kif ġej:-", "Numru ta' Persuni li Persuni Total Korsijiet qed oħra jirregistraw", "Computer Skills 23 76 175 251 Starting a Business 1 1 13 14 Retailing Skills 1 15 1 16 Customer Care 1 0 22 22 Job Seeking Skills 1 0 9 9 Shipping Clerks 1 0 15 15 Health and Safety 1 0 12 12 Woodwork 2 17 3 20 ------------------------------------------------------------------ Total 31 109 250 359", "TARXIEN - TRIQ SAN BARTILMEW", "11037.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-bini u l-ambjent fi Triq San Bartilmew, f'Ħal Tarxien huwiex b'xi mod imħares mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "EDUKAZZJONI - ORGANISATIONAL PSYCHOLOGIST", "11038.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10812 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-12 ta' Jannar, jista' l-Ministru jgħid jekk qattx kien jeżisti l-post ta' organisational psychologist fi ħdan id- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma jirriżultax li fid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni kien jeżisti post ta' Organisational Psychologist.", "ETC - RAPPORT", "11039.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Wara r-rapport dwar il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ imqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Mejju, 1997, jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tinbidel b'xi mod il-proċedura għar-reġistrazzjoni għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Is-suġġerimenti magħmula fir-rapport dwar l-operat ta' l-ETC minn Dr. G. Baldachhino, is-sur P.J. Baldacchino u s-Sur J. Brincat ġew eżaminati u nnotati mill-Bord tad-Diretturi.", "Ninsab informat li l-Bord huwa mpenjat li jtejjeb is-sistemi u l-proċeduri eżistenti biex jassigura li jitnaqqsu u jiġu minimizzati toqob li jistgħu japprofittaw ruħhom minnhom dawk li jkunu jridu jabbużaw mis-sistemi u proċeduri eżistenti, fuq il-bażi tas-sistema attwali.", "IMPJIEGI - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11040.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni b'diżabilita' nstabilhom xogħol matul ix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 1997, xahar b'xahar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Bejn Ottubru u Diċembru 1997, 30 persuna b'diżabilita' nstabilhom xogħol mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "Id- dettalji xahar b'xahar huma hekk:", "Ottubru 14-il persuna Novembru 12-il persuna Diċembru 4 persuni", "ENEMALTA - METERS TAD-DAWL", "11042.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm nies talbu biex jitneħħa l- meter tad-dawl matul Diċembru, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11007.", "ENEMALTA - CHAIRMAN", "11043.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għaliex ma ġġedditx il- kuntratt taċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta wara biss sena fil-kariga?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Gvern kien qiegħed biss jeżerċita l-prerogattiva li kellu.", "ENEMALTA - DEJN", "11044.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li s-somma li l-Ministru semma bħala dejn dovut lill-Korporazzjoni Enemalta hija ferm konsiderevoli, jista' jgħid x'qiegħed isir biex din tinġabar?", "Jista' l-Ministru jgħid kif din il-figura tinkwadra fl-istat finanzjarju deskritt mill-Gvern preżenti bħala \"ħofra\"?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ammont ta' debiti naqas għal Lm23,285,022, jiġifieri f'Diċembru, 1997 naqsu Lm5,174,842 meta wieħed jieħu konsiderazzjoni tal-kontijiet li ħarġu fl-istess xahar.", "Il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tkompli tara li dawn il-flus jitħallsu kif suppost.", "Wieħed irid jiftakar li fl-1997 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma riedet toħroġ il-kontijiet li kienu baqgħu lura qabel l-elezzjoni.", "Biex l-Onor.", "Membru jifhem x'kienet tfisser din il-ħofra li ma ħarġux kontijiet u għalhekk għal xhur sħaħ ftit daħal revenue, il-Gvern kellu javvanza Lm10 miljuni lill-Korporazzjoni Enemalta biex tkun tista' tonora l- obbligi tagħha, għax kieku l-anqas il-loans ma banek barranin ma kienu jitħallsu.", "Jidher li l-Onor.", "Membru għadu mhux konxju mit-tifsira tal-'ħofra' li jirriferi għaliha l-Gvern u lanqas ma l-entita' tagħha.", "Il-Gvern preżenti kien responsabbli biżżejjed li jara u jgħin lill-Korporazzjoni Enemalta tonora l-obbligi tagħha biex ma titlifx il-kredibbilta' ma banek u intrapriżi oħra barranin.", "ISLA - SINJALI TA' NO ENTRY", "11045.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni rigward No Entry signs fi Triq San Pietru u San Pawl kantuniera ma' Triq il-Kurċifiss ġewwa l-Isla, liema signs tpoġġew biex wara ftit żmien reġgħu tneħħew?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "11046.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk hemmx xi ħsieb li ssir reviżjoni (per eżempju rifużjoni) rigward it- tariffa fuq il-mediċina li ċertu ħaddiema bħal nurses għandhom dritt għaliha minħabba x-xogħol tagħhom?", "X'inhi l-proċedura rigward mard li l-ħaddiem jikseb mill-isptar/klinika li jkun jaħdem fiha?", "Saru talbiet simili, minn xi union tal-ħaddiema?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu l-kriterji stabbiliti għall-ħlas tat-tariffa ta' 50ċ fuq riċetti għall-mediċina b'xejn.", "Ma saret l-ebda talba uffiċjali f'dan ir-rigward.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizzaha lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "PTA - LOW FLOOR BUSES", "11047.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar fiex waslu d- diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni ta' karozzi tal-linja low floor f'Malta?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn is-sidien Għawdxin tal-karozzi tal-linja u l-Gozo Association dwar iż- żieda tal-karozzi tal-linja f'Għawdex?", "Kemm daħlu vetturi ġodda fis-servizz f'Għawdex wara li dan l-istess fteħim ġie ffirmat?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li dwar l-ewwel parti tal- mistoqsija ma kien hemm l-ebda żviluppi ġodda.", "Rigward it-tieni domanda, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5929.", "Jiena nformat li minn dakinhar 'l hawn daħlu fis-servizz 16-il coach li wieħed minnhom inbena Malta.", "Barra minn hekk hemm erbgħa oħra ordnati biex jinbnew f'Malta u 11 oħra li huma ordnati minn barra minn Malta li wħud minnhom diġa' jinsabu Malta iżda għadhom ma ġewx reġistrati.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - PARADISE STREET", "11048.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi f'Paradise Street, San Pawl il-Baħar wara l-bini tal- Bank of Valletta hemm biċċa art li qed tkun ta' periklu għal dawk li jgħaddu minn Paradise Street, b'mod partikolari għat-tfal, u billi din l- art hi mimlija kollha ilma u materjal ieħor li ntefa' fiha matul iż-żmien, jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji ħalli din il-biċċa art tingħalaq b'ċint biex jiġi evitat dan il-periklu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAJN SIELEM - TRIQ BAĦĦARA", "11049.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-Kamra jekk il-Kunsill Lokali ta' Għajn Sielem kellux tweġiba għat-talba li kien għamel sabiex fi Triq Baħħara, Għajn Sielem jitwassal is-servizz tad- drenaġġ?", "Nixtieq infakkar li fid-19 ta' Frar, 1997 kien ġie ippubblikat Avviż Nru. 145 fil-Gazzetta tal-Gvern li permezz tiegħu l-Gvern akkwista l- art sabiex dan is-servizz ikun jista' jitwassal f'din it-triq.", "Jiena jidhirli li issa għadda żmien biżżejjed sabiex servizz tant utli bħal dan jiġi provdut lir-residenti ta' din it-triq.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - INTERNAL AUDIT", "11050.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi pjani għandha l- Korporazzjoni Enemalta sabiex jitqabbad min se jagħmel l-internal audit ta' l-istess korporazzjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-preżent hemm il-kumpannija MSD li qiegħda tagħmel ix-xogħol ta' internal audit fil-korporazzjoni.", "Ma' l-uffiċjali ta' din il- kumpannija hemm ħaddiema ta' l-Enemalta jassistu f'dan is-servizz.", "ENEMALTA - CUSTOMER CARE", "11051.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema ditta ingħatat, matul l-aħħar 15-il xahar, inkarigu fuq Customer Care mingħand il- Korporazzjoni Enemalta; kemm intnefqu flus s'issa fuq dan l-istess inkarigu; u x'nefqa oħra hemm ippjanata fuq dan l-istess inkarigu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'Awissu 1997 id-ditta Grant Thornton ingħatat l- inkarigu biex tgħin lill-Enemalta terġa' torganizza fuq bażi soda u timmodernizza l-Customer Care Section tal-korporazzjoni.", "L-assistenza li mistennija toffri d-ditta kkonċernata hija mifruxa f'diveri stadji.", "Fl-ewwel stadju li mistenni jieħu disa' xhur, hemm ikkontemplati diversi eżerċizzji li jvarjaw minn riċerka għal programmi edukattivi.", "L-ispiża totali ta' l-ewwel fażi hija Lm25,031 li minnhom Lm6,031 huma spejjeż.", "S'issa tħallsu Lm5,562 f'pagamenti.", "L-istadji l-oħra tal-proġett jitkomplew aktar tard.", "ENEMALTA - KOMPUTERIZZAZZJONI", "11052.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal il-proċess tat- tender għas-sistema ta' komputerizzazzjoni fil-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li t-tender għas-sistema ta' kompjuterizzazzjoni għadha qiegħda tkun iġġudikata.", "ENEMALTA - BORD", "11053.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma x'inhi r-raġuni għalfejn il-Gvern ħass li waqt li kien ikkonfermat il-Bord kollu tal-Korporazzjoni Enemalta, kellu jinbidel iċ-Chairman ta' l-istess korporazzjoni wara biss sena mill- istess ħatra tiegħu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 11043.", "ENEMALTA - GENERAL MANAGER", "11054.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm applikaw persuni għal post ta' General Manager wara sejħa li saret għal dan l-iskop f'gazzetti barra minn Malta, u fiex wasal il-proċess għall-għajta ta' l- istess General Manager mal-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għalkemm kienu saru l-preparamenti kollha biex toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta' General Manager barra minn Malta, ġie sussegwentament deċiż li titqabbad ditta ta' konsulenti barranin biex tfittex nies ta' kalibru li jistgħu jimlew il-kariga msemmija.", "Minn dawk li ġew avviċinati ġew magħżula tnejn li ntbagħatu Malta għall intervista.", "Iċ-Chairman il-ġdid ta' l-Enemalta ħass li għandu jsir l-aħħar sforz biex jara jistax jinstab General Manager Malti.", "Fil-fatt ġew iddentifikati żewġ persuni li ġew intervistati u li dwarhom ser isiru rakkomandazzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi.", "Il-Bord tad-Diretturi tal-korporazzjoni għandu jieħu deċiżjoni fuq din il- ħatra fil-futur qrib.", "MALTACOM - SELF", "11055.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lil din il-Kamra d-dettalji kollha li jqis rilevanti rigward is-self li kien rapportat li għamlet il-kumpannija Maltacom mingħand il-Midland Bank?", "B'mod partikolari, jista' jindika b'mod dettaljat in-nefqiet ta' natura kapitali li se jkunu koperti bl-istess self?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Minħabba n-natura kummerċjali ta' Maltacom p.l.c. li ħadet post il-Korporazzjoni Telemalta, mhux fl-interess tal-istess kumpannija li tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "INĊIDENT- INVESTIGAZZJONIJIET", "11056.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar fiex waslu l- investigazzjonijiet li kienu saru mill-ministeru jew minn xi dipartiment tiegħu dwar allegat inċident li fih kien involut uffiċjal tad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, u perit inkarigat mill-Kunsill Lokali tal- Mellieħa, waqt xogħol b'inġenji tal-gvern li kienu qed jitwettqu fl- Għadira?", "X'passi ttieħdu s'issa dwar dan il-każ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat- tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6682.", "Sal-lum ma sar l-ebda żvilupp fuq l-allegat inċident peress li ma nstabux provi konkreti.", "TOROQ - TISWIJA", "11057.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji biex it-toroq li jibdew minn ħdejn ir-roundabout fil-Mosta li jieħdu lejn ir-Rabat, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr u l-Mosta, jiġu rranġati f'kull direzzjoni speċjalment fid-direzzjonijiet ta' l-Imġarr u tar-Rabat, billi dawn it- toroq jinsabu fi stat ħażin ħafna, iktar u iktar wara li matul dan l- istaġun għamlet xita iktar mis-soltu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat u l-passi meħtieġa jittieħdu fid-dawl ta' pjan globali għar-restawr tat-toroq arterjali li jrid jiġi mfassal.", "Sadanittant tajt struzzjonijiet lis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tat-Toroq biex tagħmel ix-xogħol temporanju li jenħtieġ il-wiċċ tat-triq biex ma jkunx hemm periklu għas-sewwieqa.", "BANEK - CREDIT CARDS", "11058.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' persuni li waqqfu l-użu tal-credit cards Maltin wara li tħabbru l-miżuri tal-miżati ta' Lm7.00 għar-renewal tal-cards?", "Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar l-age groups ta' dawk li talbu li jneħħu l-credit card facilities li kellhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minn Novembru ta' l-1997 sal-lum in-numru ta' credit cards li ġew ikkanċellati għaliex il-persuni waqqfu l-użu tagħhom kien ta' 2127.", "Ta' min jgħid li fl-istess perijodu kien hemm żieda ta' 1465 cards ġodda.", "Mhux possibbli li l-Banek jagħtu dan it-tagħrif bl-age group.", "PASSAPORTI - PASSAPORTI DIPLOMATIĊI", "11059.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna a) kemm inħarġu passaporti diplomatiċi ġodda bejn l-1 ta' Ġunju 1997 u l-31 ta' Diċembru 1997 u lil min?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li bejn 1 ta' Ġunju, 1997 u l-31 ta' Diċembru, 1997 inħarġu 13-il passaport diplomatiku ġdid.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6728 f'Seduta Nru. 85.", "AMBAXXATI MALTIN - KAROZZI TAL-GVERN", "11060.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal kull waħda mill-Ambaxxati Maltin barra minn Malta kemm hemm karozzi proprjeta' tal-Gvern Malti fl-1 ta' Jannar, 1998; liema tip u marka huma; meta nxtraw u kemm qamu; u x'mileage għandha kull karozza?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mistoqsija simili kienet saritli ftit tax-xhur ilu.", "Madankollu, filwaqt li ma kienx hemm tibdil sostanzjali fl-informazzjoni mogħtija minni qabel, xorta qed ikollna navviċinaw lill-missjonijiet Maltin kollha sabiex jgħidulna il-mileage ta' kull karrozza illum x'inhu.", "Għalhekk, nagħti tweġiba u dettalji aktar tard.", "WASHINGTON - AMBAXXATUR MALTI", "11061.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu l-akbar riżultati (achievements) ta' l-ambaxxatur Mark Micallef f'Washington bejn il-ħatra tiegħu u l-31 ta' Diċembru, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nħossx li għandi noqgħod nagħżel fost l-hekk imsejħa achievements li rappreżentanti tagħna ikunu għamlu matul żmien determinat.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li d-diplomazija hija ħidma kollettiva li ma titkejjilx b'dan il-mod.", "KUMMISSARJU GĦOLI F'LONDRA", "11062.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu l-akbar riżultati (achievements) tal-Kummissarju Għoli s-Sur Richard Matrenza f'Londra bejn il-ħatra tiegħu u l-31 ta' Diċembru, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nħossx li għandi noqgħod nagħżel fost l-hekk imsejħa achievements li rappreżentanti tagħna jkunu għamlu matul żmien determinat.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li d-diplomazija hija ħidma kollettiva li ma titkejjilx b'dan il-mod.", "RUMA - AMBAXXATUR MALTI", "11063.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu l-akbar riżultati (achievements) ta' l-Ambaxxatur Henry Degabriele f'Ruma bejn il-ħatra tiegħu u l-31 ta' Diċembru, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nħossx li għandi noqgħod ngħażel fost l-hekk imsejħa achievements li rappreżentanti tagħna ikunu għamlu matul żmien determinat.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li d-diplomazija hija ħidma kollettiva li ma titkejjilx b'dan il-mod.", "RIJADH - AMBAXXATUR MALTI", "11064.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu l-akbar riżultati (achievements) ta' l-ambaxxatur Emmanuel Farrugia f'Riyadh bejn il-ħatra tiegħu u l-31 ta' Diċembru, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nħossx li għandi noqgħod ngħażel fost l-hekk imsejħa achievements li rappreżentanti tagħna ikunu għamlu matul żmien determinat.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li d-diplomazija hija ħidma kollettiva li ma titkejjilx b'dan il-mod.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "11068.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-kuntratt ta' l-esportazzjoni tal-patata ma' l-aġent barrani, jista'l-Ministru jgħid meta jiskadi l-imsemmi kuntratt; meta hu maħsub li jinħarġu t-tenders għall-kuntratt il-ġdid?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-kuntratt preżenti dwar l-esportazzjoni tal-patata ta' Malta lejn l-Olanda jiskadi din is-sena.", "Diġaż jsir ix-xogħol meħtieġ bħala preparazzjoni sabiex jintlaħaq ftehim ġdid.", "POWER STATION - DELIMARA", "11069.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi commissioned il-Phase IIB ta' Delimara Power Station?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-proċess biex tiġi commissioned il-Phase IIB tal- Power Station ta' Delimara diġa' beda.", "Hu maħsub li dan il-proċess jitlesta mill-istadji kollha madwar tmien ġimgħat wara li suppost, iżda għadu ftit kmieni biex wieħed jagħti data bl-eżatt.", "AKWAKULTURA - FTEHIM", "11070.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl ta' dak li ntqal dwar il-ftehim bejn Malta u l-Libja fuq l-akwakultura matul l-aħħar ġimgħat, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan il- ftehim; x'inhuma l-objectives ta' dan il-ftehim; jekk dan il-ftehim jinkludix programmi ta' riċerka/produzzjoni u jekk fl-affermattiv kif u minn min se jiġu ffinanzjati l-istess programmi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "POWER STATIONS - MARSA/DELIMARA", "11071.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, għax-xahar kollu ta' Diċembru, 1997 (i) kemm kien l-ammont totali ta' enerġija elettrika li ħarġet mill-Power Stations tal- Marsa u Delimara; (ii) kemm kienet id-domanda kull ġurnata; kemm kienu l- istess figuri ta' (i) u (ii) għas-sentejn preċedenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "WIED IL-QLEJJA - PROĠETT", "11072.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-proġett ta' Wied il-Qlejja li ġie nawgurat dan l-aħħar, jista' l- Ministru jgħid sad-data ta' l-inawgurazzjoni kemm kienet l-ispiża totali; kemm minn din l-ispiża kienet lokali u kemm kienet dovuta għall- importazzjoni ta' materjal minn barra; kif kien finanzjat l-istess proġett?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 10753.", "DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR - DAY ONE PARTY", "11073.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni qiegħed jagħmel il- Ministeru għar-rigward l-ilmenti li qegħdin jidhru fil-gazzetti dwar il-każ ta' lejlet l-ewwel tas-sena bl-isem ta Day One party? (kopja ta' ittra li dehret f'gazzetta lokali qed tintbagħat separatament).", "Jidhirlu l-Ministru li l-fatt li dawk li għamlu booking ħallsu Lm16.00 kull wieħed/waħda, d-Dipartiment għal Ħarsien tal-Konsumatur għandux jara jekk dan kienx verament prezz ġust għas-servizz li ngħata f'din l- okkażjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu ma sarulhom l-ebda lmenti bħal dawk it-tlieta li dehru f'żewġ gazzetti lokali (tnejn kienu mill-istess persuna) dwar il-każ ta' lejlet l- ewwel tas-sena bl-isem ta' Day One Party.", "Għal din ir-raġuni l-ministeru m'hu jagħmel l-ebda investigazzjoni, iżda jekk l-ilmenti jsiru uffiċjalment mad-Dipartiment tal-Konsumatur, isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex dawk il-konsumaturi jiġu kkompensati jekk jirriżulta li l-prezz ta' Lm16 ma kienx ġust.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET FIL-PSIKOLOĠIJA", "11074.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11075, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-kors tal-Masters fil-Psikoloġija hux se jkun limitat għal xi numru speċifiku biss?", "Jekk iva, kemm-il persuna se titħalla ssegwi dan il-kors?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minħabba li l-kors tal-Masters fil-Psikoloġija huwa wieħed professjonali fejn l-istudenti jqattgħu nofs il-ħin tal- programm jipprattikaw taħt superviżjoni ta' psikologi mħarrġa, u minħabba li n-numru ta' dawn ta' l-aħħar huwa ferm limitat, possibbli li għal din id- darba jiġu mħarrġa mhux aktar minn 12-il kandidat.", "Ħames postijiet huma riservati għal kandidati fil-psikoloġija ta' l-edukazzjoni, erba' postijiet għal kandidati fil-psikoloġija klinika u tliet postijiet għal kandidati fil- psikoloġija tal-counselling.", "MTARFA - SERVIZZ TA' ILMA", "11075.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10774 u r-risposta li ngħatat fejn intqal li l-Awtorita' tad-Djar informat lill-Water Services Corporation li ġew installati l-Earth Electrodes u li jistgħu jinstallaw is-sistema ġdida ta' l-ilma, jista' l-Ministru jgħid meta l-Water Services Corporation se tagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MTARFA - SERVIZZ TA' ILMA", "11076.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10774, jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorita' tad-Djar informat lill- Water Service Corporation li ġew installati l-Earth Electrodes?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fix-xahar ta' Diċembru 1997 saru diversi kuntatti mal-Water Services Corporation, fejn dawn gew informati li l-Earth Electrodes gew installati u sabiex il-Water Services Corporation jinstallaw is-sistema ġdida ta'l-ilma.", "SKEJJEL STATALI - KOMPUTERIZZAZZJONI", "11077.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10713, jista' l-Ministru jgħid x'jisimhom il-programmi li qed jintużaw fl-iskejjel Primarji kif ukoll Sekondarji li ġew maħduma mis-Software Development Unit tas-Citeduc Centre for IT Education?", "Kemm-il programm ġie reġistrat għall-copyright?", "Liema huma dawk li ġew reġistrati għall-copyright u meta ġew reġistrati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadu ma wasalx il-Ministeru mill-entita' kkonċernata.", "Għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAROZZI - BDIL TA' NUMBER PLATES", "11078.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza kien għad ma nbidlulhiex in-number plate għan-number plates l-ġodda sal-ġurnata mogħtija mill-gvern bħala deadline?", "Kemm minn dawn kienu jappartjenu lid- dipartiment tal-gvern, korporazzjonijiet pubbliċi, korpi parastatali, azjendi pubbliċi, awtoritajiet governattivi u entitajiet oħra governattivi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10004.", "Jiena nformat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet m'għandux statistika dwar ta' min kienu dawn il-vetturi.", "EDUKAZZJONI - ĠIMGĦA TA' XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "11079.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10210, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-persuna msemmija f'dik il- mistoqsija għax-xogħol li hija għamlet rigward il-P.R. tal-Ġimgħa għax- Xjenza u Teknoloġija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ħlas għadu ma ġiex effettwat.", "KARTI TA' L-IDENTITA'", "11080.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir minnhom l-identity cards li qed jinġabru f'diversi lokalitajiet minħabba tibdil tan-numru tal-bibien u li dawn l- identity cards għadhom ma skadewx?", "Dan qed nistaqsih in vista tal-fatt li dawn l-istess identity cards ma ġewx distrutti quddiem lil min jipposjedihom.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, wara li l-Uffiċċju Elettorali jagħmel proċess ta' rikonċiljazzjoni fuq l-identity cards li qed jinġabru f'diversi lokalitajiet minħabba tibdil tan-numru tal-bibien, dawn jiġu distrutti mill-uffiċċju.", "EDUKAZZJONI - ADULT EDUCATION", "11081.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10733 li saret fil-15 ta' Diċembru dwar it- tnaqqis ta' fondi fil-vot dwar l-Adult Education?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tlabt lill-persuna nkarigata biex tagħtini d- dettalji kif ntnfequ t-Lm33,000 fuq edukazzjoni għall-Adulti s-sena li għaddiet.", "Il-persuna nkarigata tatni dawn id-dettalji fejn in-nefqa kien ta' Lm8,500:", "a. Xiri ta' l-istallazzjoni ta' sistema telefonika biex tirċievi l- applikazzjonijiet għal klassijiet ta' filgħaxija - Lm2,500.", "b. Pubblikazzjoni ta' ktejjeb li jagħti tagħrif dwar il-klassijiet ta' filgħaxija u għall-adulti - Lm700.", "ċ.", "Reklami fuq il-gazzetti ta' kuljum u tal-Ħadd - Lm2,500.", "d. Parteċipazzjoni fil-Carriers Convention u fil-Fiera tal-Ktieb - Lm900.", "e. Pubblikazzjoni ta' ktejjeb li jagħti tagħrif fuq il-korsijiet fis-settur post-sekondarju - Lm900.", "f. Provvisti u spejjeż oħra - Lm1,000", "Total - Lm8,500", "S'issa għadhom ma spjegawlix kif intnefqu Lm24,500.", "Għadni qed nistenna d-dettalji.", "S'issa jidher li dawn l-Lm24,500 ma ntnefqux għall-edukazzjoni għall-adulti.", "Jekk jirriżulta hekk ifisser li Lm13,000 ta' din is-sena huma żieda ta' Lm4,500 fuq is-sena l-oħra u m'hemmx lok għat-tnaqqis ta' attivitajiet jew korsijiet.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA", "11082.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10093, jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' konsulenza qed tagħti Dr. Mary Darmanin fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa?", "Għal kemm hu twil il-kuntratt?", "Il-konsulenza tagħha huwa fuq bażi part- time jew fulltime?", "Jekk qed tagħmel dan part-time, kemm-il siegħa qed taħdem fil-ġimgħa?", "Kemm qed titħallas Dr. Mary Darmanin għas-servizz ta' konsulenza li qed tagħti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dr Mary Darmanin qed tagħti servizz ta' kunsulenza fuq bażi part-time ta' mill-anqas 20 siegħa fil-ġimgħa għal perijodu ta' sena li bdiet fl-1 ta' Settembru, 1997 lis-Segretarjat Parlamentari għad- Drittijiet tan-Nisa skond kuntratt iffirmat bejn l-istess Segretarjat u l- Malta University Services fis-26 ta' Settembru 1997.", "Is-Segretarjat qed iħallas lill-Malta University Services Ltd is-somma ta' Lm3,414 ta' dan il-kuntratt.", "Dr Darmanin bħalissa għandha l-inkarigu li twaqqaf Ċentru ta' Dokumentazzjoni u Riċerka fid-Dipartiment Ugwaljanza tan-Nisa qegħda tagħmel studju dwar in-nisa Maltin fil-labour market.", "PROJECTS IN COOPERATION WITH INTERNATIONAL ORGANISATIONS", "11083.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jispjega x'inhuma l-projects in co-operation with international organisations imniżżla fl-estimi għall-1998, taħt Programmes and Initiatives, item 4332, u li għalihom hu stmat li d-Dipartiment għall- Ugwaljanza tan-Nisa, se joħroġ Lm26,000?", "Ma' liema għaqdiet internazzjonali se jsiru dawn il-proġetti?", "Kif se jitqassmu s-Lm26,000?", "X'inhi r-raġuni għaliex il-Gvern Malti se joħroġ dawn il-flus?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-projects in co-operation with international organisations imniżżla fl-estimi għall-1998, taħt Programmes and Initiatives, item 4332 u li għalihom hu stmat li d-Dipartiment għall- Ugwaljanza tan-Nisa se joħroġ Lm26,000 huma dawn li ġejjin:", "1.", "Proġett diġa' ffirmat mal-UNDP li għandu l-għan li jsaħħaħ il- leġiżlazzjoni nazzjonali għall-avvanz tal-mara f'Malta u jwaqqaf makkinarju ta rimedju.", "Waqt li l-UNDP se jiffinanzja l-proġett għas-somma ta' Lm23,000 il- kontribuzzjoni tad-dipartiment se tkun ta' Lm17,000 in kind.", "Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija parlamentari numru 8937 tat- 13 ta' Ottubru, 1997 li għamlet hi stess preċiżament fuq dan is-suġġett.", "2.", "Proposti għall-żewġ proġetti intbagħtu lill-UNIFEM Trust Fund li jagħti għajnuna għal xogħol biex tiġi eliminata l-vjolenza kontra n- nisa.", "Dawn iż-żewġ proġetti inħadmu flimkien mas-Social Welfare Development Programme.", "Proġett A jittratta l-ħolqien ta' strateġija nazzjonali għall-prevenzjoni ta' vjolenza domestika.", "Proġett B jittratta t-twaqqif ta' Programm ta' shelters u Assistenza Professjonali għal nisa li għadhom kif għaddew minn esperjenza ta' vjolenza domestika.", "Għal proġett A hemm propost li:", "UNIFEM jiffinanzja s-somma ta' Lm15,533 (80%)", "PSWR jiffinanzja s-somma ta' Lm2,000 (10%)", "SWDP jiffinazja s-somma ta' Lm2,000 (10%)", "Għal proġett B hemm propost li:", "UNIFEM jiffinanzja s-somma ta' Lm13,550 (75%)", "PSWR jiffinanzja s-somma ta' Lm2,200 (12%)", "SWDP jiffinanzja s-somma ta' Lm2,200 (12%)", "3.", "Bil-għan li ninkoraġġixxu u nagħtu appoġġ konkret lin-nisa entrepreneurs, saret proposta għall-proġett Setting up and Developing a Business Resource Centre for Equal Opportunities in Malta li ġie mressaq taħt il-programm imsejjaħ ECOS-OUVERTURE fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Dan seta' jsir bl-appoġġ tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.", "Hu maħsub li waqt li l-proġett se jqum 166,000 ECUs, is-sehem tal-PSWR fil-proġett hu kkalkolat li jkun ta Lm4,800.", "L-Organizazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jesiġu li waqt li jagħtu għajnuna finanzjarja sostanzjali, il-parti l-oħra turi l-impenn tagħha billi tikkontribwixxi wkoll għall-proġett.", "SKEJJEL - STUDENTI", "11084.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-Konferenza Stampa li saret f'Settembru tas-sena l-oħra, fejn il-Ministru kien ħabbar li se tibda tiġi ttrattata l-problema tal-basktijiet tqal li jkollhom iġorru l-istudenti kuljum għall-iskola, jista' l-Ministru jgħid x'sar f'dan il-qasam minn mindu saret il-Konferenza Stampa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni stinkat biex l- għalliema u t-tfal ta' l-iskola jkunu jafu l-mod korrett ta' kif għandhon jintlibsu l-basktijiet ta' l-iskola biex ma jikkaġunawx sforz fl-għonq jew id-dahar ta' min jilbishom.", "Saret insistenza biex l-għalliema jindikaw lit-tfal liema huma l-kotba li m'għandhomx iġorru fi ġranet partikolari u kif pitazzi rqaq għandhom jintużaw minflok dawk ħoxnin.", "Ċerti skejjel ipprovdew lockers fejn xi kotba jkunu jistgħu jitħallew l- iskola, u f'xi każi anke kotba doppji biex sett jitħalla l-iskola u sett ieħor jitħalla d-dar.", "Twaqqaf Heavy Bags Committee u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu qed jiġu kkonsidrati.", "SKEJJEL - SEKONDARJI", "11085.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li s-sena d-dieħla l- klassijiet sekondarji jingħataw is-somma ta' Lm20 kull klassi għax-xiri ta' kotba bħalma ngħataw lill-iskejjel primarji?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - SKOLA INTERNAZZJONALI TA' L-INGLIŻ", "11089.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10386, jista' l-Ministru jgħid min se jmexxi l-iSkola Internazzjonali ta' l-Ingliż, issa li l-Ministru qal li din se tgħaddi għand xi ħaddieħor?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Se jsiru diskussjonijiet ma' l-Universita' bil- għan li din l-iskola titmexxa taħt l-awspiċi tagħha.", "SKEJJEL TEKNIĊI", "11090.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-artiklu miktub mill-Ministru fil- ġurnal \"KULĦADD\" ftit xhur ilu, fejn ingħad li \"jkompli x-xogħol biex innaqqsu l-firda u d-distakk li teżisti bejn l-iskejjel tekniċi u l-bqija ta' l-iskejjel\", jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa u x'hemm ippjanat li jsir aktar 'il quddiem f'dan il-qasam?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET", "11091.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti ta' l-ewwel sena fil-korsijiet ta' l-Universita', kors kors, li s'issa ma komplewx il-kors u rriżenjaw mill-Universita'?", "Kemm kienu l-figuri simili għall-istess korsijiet fl-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET", "11092.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-rapport fil-ġurnal \"The Times\" (29/12/97) dwar il-possibbilta' li jsir kors dwar Land Surveying, jista' l- Ministru jikkonferma jew jiċħad dan ir-rapport?", "Jekk fl-affermattiv, hemm xi ħsieb li jsir ukoll xi kors dwar Quantity Surveying?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Universita' nformatni li ma kien hemm l-ebda rikjesta lill-Fakulta' ta' l-Arkitettura sabiex torganizza kors dwar Land Surveying.", "ĦAL LUQA - TWAĦĦIL TA' BOZOZ", "11106.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li f'Ħal Farruġ ingħad li diġa' twaħħlu 20 bozza u fi ftit xhur oħra se jitwaħħlu 40 bozza oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn kienux mitluba mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-proġett ta' l-istreet lighting f'Ħal Farruġ, li kien ilu mibdi bosta snin, issa tlesta.", "Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa kien għamel talba biex jiġi ffinalizzat dan il-proġett.", "KUNSILLI LOKALI - ALLOKAZZJONI", "11107.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid - skond dan il-Budget 1998 u fil-budget tas-sena l-oħra (1997), sena b'sena - b'kemm tnaqqset l- allokazzjoni għall-kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fl-1997 l-allokazzjoni totali tal-kunsilli lokali kienet tnaqqset b`miljun lira fuq dik tas-sena ta` qabel filwaqt li din is- sena t-tnaqqis kien ta` Lm 419,000.", "Dawn iċ-ċifri joħorġu mill-estimi finanzjarji.", "ĦAL LUQA - CULVERT TA' L-ILMA", "11108.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min se jkun responsabbli mill-culvert għall-ilma tax-xita f'Carmel Street u Wied il- Knejjes?", "X'sehem kellu l-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa fl-ippjanar ta' dan il-proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol tal-kostruzzjoni tal-culvert se jsir mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.", "Il-kunsill lokali ħa ħsieb iqabbad Perit biex jagħmel il-pjanti neċessarji għal dan il-proġett u li bħalissa qiegħed jagħmel dawn il- pjanti.", "ĦAL LUQA - ĠNIEN PUBBLIKU", "11109.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'sehem kellu l-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa fl- ippjanar tal-ġnien pubbliku li se jsir f'Ħal Luqa qrib Tumas (faċċata tal- ġibjun)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-idea u inizjattiva li jsir ġnien pubbliku kienet tal-kunsill u ntalbet l-għajnuna tal-Urban and Rural Landscaping Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Biedja u Sajd, biex tgħin f'dan il-proġett.", "MOSTA: TA' ŻOKRIJA - BINJA SPERANZA", "11110.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jkunu nstallati l-bozoz meħtieġa biex idawwlu l-entraturi għal Binja Speranza li tinsab f'zona magħrufa bħala Ta' Żokrija, fil-Mosta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar bozoz fil-lokalita' msemmija qed tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SPTAR SAN LUQA - POOL", "11111.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid minn kemm qed tintuża l-pool fl-Isptar San Luqa u kemm hemm responsabbli mill-pazjenti li qegħdin jużaw il-pool?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' pazjenti li għandhom appuntament fil- hydrotherapy pool ta' l-Isptar San Luqa huwa 62.", "Hemm fiżjoterapista waħda allokata fil-hydrotherapy pool.", "NTOM - SWIEQ BARRANIN", "11129.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jagħti dettalji tal-budgets li l-NTOM ħejjiet għal dawn is-swieq: Ingliż; Ġermaniż; Taljan; Franċiż; Olandiż/Belġjan/Lussimburgu; Russu; Amerikan; Awstrijak; Svizzeru; u pajjiżi ta'l-Ewropa ta' Lvant, sew f'termini ta' nefqa kif ukoll bi tħejjija ta' staġun u ieħor?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-budgets allokati mill-NTOM għall-1998 huma dawn:-", "|Ingilterra |Lm597,000 | |Ġermanja |Lm678,000 | |Italia |Lm275,000 | |Franza |Lm269,000 | |Benelux |Lm282,000 | |Russia |Lm114,000 | |Amerika/Canada|Lm216,000 | |Austria |Lm120,000 | |Svizzera |Lm117,000 | |Europa |Lm 58,000 | |tal-Lvant | |", "TURIŻMU - TURISTI LI JŻURU PAJJIŻNA", "11130.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jipprovdi lill-Kamra l-aħħar statistika maħduma relattivament għall-average length of stay tat-turisti li jżuru l-gżejer Maltin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar statistika maħduma relattivament għall-average length of stay hija ta' 9.2 ġranet għall-perijodu Jannar sa Lulju 1997.", "BORMLA - TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ - PJAZZA", "11131.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża sabiex saret pjazza fi Triq il-Pellegrinaġġ, f'Bormla ħdejn il-Parroċċa ta' Bormla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ispiża f'materjali u kuntratti in konnessjoni ma' upgrading ta' Pjazza Ġunju 1905, f'Bormla jammontaw għal Lm14,730.", "BORMLA - PJAZZA STA.", "MARGERITA", "11132.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex Pjazza Sta.", "Margerita, f'Bormla tingħata dehra aħjar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'hemm l-ebda ħsieb li x-xogħol imsemmi mill- Onor. Interpellant jibda din is-sena.", "Dan mistenni li jsir aktar 'il quddiem u jiddependi fuq l-allokazzjoni ta' finanzi lill-Kumitat tar- Riabilitazzjoni tal-Kottonera.", "GĦAJN DWIELI - MINA", "11133.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-Gvern miexi bil-pjanijiet tiegħu sabiex lill- ibliet tal-Kottonera tingħatalhom attenzjoni u peress li d-daħla ewlenija għal dawn l-ibliet hija l-mina ta' Għajn Dwieli; u peress ukoll li din il- mina tinsab fi stat li ma tantx jilqgħek, jista' l-Ministru jara li d-dehra ta' din il-mina tiġi mtejba?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fil-preżent qed tikkonsidra li tnaddaf il-mina ta' Għajn Dwieli.", "Xogħlijiet oħra jiġu kkonsidrati fil-kontest tal-pjan li qed isir biex tiġi rranġata iż-żona tal-Kottonera.", "ŻABBAR - TRIQ IL-PAPA ALESSANDRU", "11134.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Papa Alessandru, f'Ħaż- Żabbar tingħata kisja tarmak għax tinsab fi stat verament ħażin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FGURA - TRIQ IL-ĠDIDA FI TRIQ TAL-KARMNU", "11135.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Ġdida fi Triq tal- Karmnu, fil-Fgura tingħata kisja tarmak għax tinsab fi stat verament ħażin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "11136.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu pproġettat li tkun l-ispiża għall-bini tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ispiza għall-bini tad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla hija proġettata li se tkun Lm2,147,433.", "Din ma tinkludix l- għamara, purtieri,etc", "ENEMALTA - REGOLATURI CLIP-ON", "11139.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' importazzjoni ta' regolaturi taċ-ċilindri tal-gass tat-tip clip-on minn Novembru 1996 'il hawn, jista' l-Ministru jgħid: a) x'inhu l- ammont ta' regolaturi li ġew importati mill-Korporazzjoni Enemalta; b) x'inhu l-isem tal-manufacturer; c) x'inhu l-isem ta' l-aġent lokali; u d) x'inhu l-BSS code number tar-regolaturi li ġew importati mill-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minn Novembru 1996:", "A) Ġew importati 2,500 regolatur", "B) Il-manifattur huwa Kosan Teknova", "C) L-Aġent Lokali hu Auto Cycle Ltd.", "D) Il-PSS Code tar-regolaturi huwa - BS5750 Part 2 / BS 3016", "YOUTH FOR EUROPE III - KUMITAT", "11147.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-twaqqif ta' Kumitat dwar il-Youth for Europe III mis-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-Kumitat matul l-1997?", "Jista' l-Ministru jippubblika xi progress report tal-ħidma ta' dan il-kumitat s'issa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dan il-kumitat kemm ilu maħtur iltaqa' darbtejn fl- 1997 fejn f'dawn il-laqgħat ġew diskussi l-minuti ta' l-ewwel u l-unika laqgħa li kienet saret mill-kumitat preċedenti nhar id-29 ta' Lulju 1996, kif ukoll l-aspetti kollha dwar il-prospetti għaż-żgħażagħ fil-programm Youth for Europe III.", "Membri tal-kumitat kellhom laqgħat oħra informali dwar x'inhuma l- possibbiltajiet u x'inhi l-policy tal-Gvern f'dan ir-rigward.", "Il-kumitat qed ikollu diversi kuntatti internazzjonali ma żgħażagħ membri fi ħdan dan il-programm.", "Rapport ta' dawn it-trattattivi jingħataw fil-mument opportun.", "U.E. - PROGRAMM LEONARDO", "11148.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-aġenzija nazzjonali dwar il-programm tal-Unjoni Ewropea Leonardo għadhiex tiffunzjona jew le?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jippubblika xi progress report tal-ħidma ta' din l-aġenzija s'issa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-unit tal-koordinazzjoni Nazzjonali tal- programm Leonardo (European Union) huwa preżentement inattiv.", "Il-unit ġie mogħti l-parir mill-European Union biex temporanjament jissospendi l- attivitajiet tiegħu, sakemm iż-żewġ partijiet jirċievu struzzjonijiet mill- awtoritajiet għolja tal-European Union u ta' Malta.", "SKEJJEL - SUPPLY TEACHER", "11149.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk supply teacher jistax/tistax jibqa'/tibqa' taħdem/jaħdem ukoll fil-vaganzi tas-sajf?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm li baqgħu mpjegati fis-sajf li għadda u x'xogħol kienu qed jagħmlu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu ma wasalx il-Ministeru mill-entita' kkonċernata.", "Għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - IMPJIEG TA' ĦADDIEMA ŻGĦAŻAGĦ", "11150.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-regolamenti li ħareġ riċentement il- Gvern dwar l-impjieg ta' ħaddiema żgħażagħ, jista' l-Ministru jgħid jekk il- Ministeru tiegħu kienx ikkonsultat dwar dawn ir-regolamenti?", "Ma' min saru dawn il-konsultazzjonijiet?", "Jaqbel il-Ministru mar-regolamenti li żagħżugħ jista' jaħdem sa erba' sigħat f'ġurnata l-iskola?", "Il-Ministru jikkonsidra li dawn is-sigħat huma ħafna jekk inqisu l-homework, studju u rikreazzjoni li suppost ikollhom kuljum l-istudenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITY CADET SCHEME", "11151.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-proposta tal-Gvern li jwaqqaf il- University Cadet Scheme, jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet qiegħed imexxi jew se jmexxi ma' l-istudenti u ma' l-għalliema ta' l- Universita'?", "Jista' l-Ministru jippubblika xi forma ta' white paper biex il-pubbliku jkun jista' juri fehemtu?", "Din l-iskema se tkun volontarja jew obbligatorja?", "Se tkun tapplika wkoll għal studenti nisa?", "Din l-iskema se tkun applikabbli wkoll għall-apprendisti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fi żmien qasir se jsiru laqgħat konsultattivi dwar il-proposta.", "M'huwiex possibbli li, f'dan l-istadju daqstant bikri ta' konsultazzjonijiet, jingħata tagħrif konkret dwar din l-iskema.", "Dettalji dwarha jkunu jistgħu jiġu ppubblikati aktar 'il quddiem.", "Se nara li s-suġġerimenti ta' l-Onor.", "Membru jkunu kkonsidrati.", "EDUKAZZJONI - PROGRAMM SOCRATES", "11152.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: F'rapport f'The Sunday Times ta' April tas-sena l- oħra, il-Ministru kien rapportat li qal li mis-6,000 student universitarju Maltin madwar 100 student biss jibbenefikaw mill-programm Socrates.", "In vista ta' dan, jista' l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw studenti Maltin minn dan il-programm bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Diċembru, 1997?", "Fl-istess rapport intqal ukoll li fl-Universita' se titwaqqaf Information Desk biex l-istudenti jkunu konxji mill-benefiċċji u l-ischolarships ta' Socrates.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din l-Information Desk twaqqfitx jew le?", "Jekk le, għaliex ma' twaqqfitx?", "Jekk iva, meta ġiet imwaqqfa, min qed imexxiha u kemm qed tiswa kull sena lill-Kaxxa ta' Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu ma wasalx il-Ministeru mill-entita' kkonċernata.", "Għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORMI - TISWIJA TA' TOROQ", "11153.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li tissewwa t-triq minn ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok sar-roundabout ta' Ħal Qormi fejn jeżistu diversi ħofor b'periklu għal tant sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - RABAT", "11156.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħidilna b'kemm ittieħed il-kuntratt tat-tindif tat-toroq tar-Rabat meta ħarġet is-sejħa mill-Kunsill Lokali tar- Rabat?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk kienx hemm applikazzjonijiet oħra u x'kienu l-offerti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni trid tinġabar nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "BANEK - DĦUL MIT-TURIŻMU", "11169.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra biċ-ċifra ta' perċentwali li tiżdied ma' l-ammonti rrapportati mill-banek biex jiġi stabilit l-ammont ta' dħul mill-infiq tat-turisti fil-pajjiż?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' dħul mill-infiq tat-turisti hawn Malta kif irrappurtat mill-banek jiżdied bi 15%.", "P.A. - PERMESSI", "11178.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 10825 meta jkollu l- informazzjoni miġbura?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10825 ingħatat f'din is-seduta.", "MALTACOM - KUNTRATTI", "11180.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna kif u lil min ingħataw il-kuntratti biex l- exchanges tal-MALTACOM li qed jingħalqu jiġu mgħammra b'estimi ta' alarms?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Minħabba n-natura kummerċjali ta' Maltacom p.l.c. li ħadet post il-Korporazzjoni Telemalta, mhux fl-interess tal-istess kumpannija li tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ZEJTUN - DAY CENTRE", "11181.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li l- ġimgħa l-oħra wara attivita' fid-Day Centre taż-Żejtun xi anzjani li kienu qegħdin jittieħdu lura lejn darhom ġew afdati max-xufier biss u ma kienx hemm sorveljanza ta' social assistant?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li waħda mill-anzjani nieqsa mid-dawl, tgerbet mill-van, korriet u kellha tittieħed l-isptar bl-ambulanza minħabba li ma kelliex din l-assistenza?", "Kif ġew informati b'dawn in-nuqqasijiet, min jiġi minn din l-anzjana?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Huwa veru li l-ġimgħa l-oħra, anzjana minn Ħal Luqa, wara li twasslet mix-xufier quddiem il-bieb tad-dar tagħha, waqgħet u kellha tittieħed l-isptar.", "Dan ġara quddiem bintha stess li kienet qed tistenniha, u li minħabba li kellha jdejha okkupati m'għenitiex.", "Din l- anzjana dejjem issib l-għajnuna tas-social assistant, iżda dakinhar, is- social assistant kienet bil-leave u l-persuna li kellha tagħmilha ta' reliever ħassa ħażin ftit minuti qabel ma kellu jitlaq il-vann u għalhekk kien ix-xufier waħdu li kkumpanja lill-anzjana sad-dar tagħha.", "DJAR - H 9847", "11184.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għal każ H 9847, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lid- dipartiment milli jalloka l-fond Okella Agius, 16, Qormi Rd, Ħamrun li mhux jintuża għal skop residenzjali li każ fuq imsemmi li jinkludi anzjani ta' 80 sena u 70 sena li jekk jiġu allokati dan il-fond ikunu jistgħu jnaqqsu sew mit-taraġ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna indikata fil-każ, mhix il-kerreja legali tal-post min fejn qed tapplika u għalhekk il-post imsemmi ma jistax jiġi allokat lilha.", "SKEJJEL: BIGHI - KAROZZELLI", "11185.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar tliet karozzelli antiki li qed jitħallew jitmermru fl-Istores ta' l-Iskola ta' Bighi wara li tpoġġew hemm minħabba r-refurbishment li kien sar fil- Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu ma wasalx il-ministeru mill-entita' kkonċernata.", "Għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MUŻEW TA' L-ARTI - XOGĦLIJIET", "11186.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar xi xogħlijiet ta' Sciortino fil-Mużew ta' l-Arti li huma maqsumin u miżmuma fi stat ħażin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol fl-iskultura li jista' jkun qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa l-bozzett tal-ġibs, jiġifieri l- mudell preparatorju, imsemmi \"Monument għall-Imperu Ingliż\" (Temple of the British Empire).", "Dan ix-xogħol jagħmel parti mill-wirja permanenti tal- Mużew ta' l-Arti u jinsab fl-istess kundizzjoni li kien fiha meta nġieb Malta minn Ruma fl-1947.", "Għal ħafna snin kien miżmum fid-depożitu tal- Mużew, u nħareġ fil-kollezzjoni permanenti fl-1988.", "Dan ma setax jitpoġġa mal-bqija tax-xogħlijiet ta' Sciortino minħabba d-dimensjonijiet kbar tiegħu.", "Biex ma jitnaqqasx il-valur artistiku oriġinali tiegħu, li kollu kemm hu sar minn Antonio Sciortino, ġie għalhekk deċiż li ma jsirx xogħol ta' restawr fuq dak li sar minn idejn l-artist innifsu.", "Interventi ta' restawr fuq xogħlijiet tal-ġibs jiġu wkoll evitati kemm jista' jkun minħabba l-karatteristiċi materjali tal-ġibs, billi huwa riskjuż ħafna li jsir xi intervent restawrattiv b'kimiċi fuq xogħlijiet fil- ġibs.", "FURJANA - ART", "11187.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas lill- Ambaxxata Amerikana ta' l-art li hi magħluqa bil-bollards madwarha fil- Furjana?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-għeluq bil-bollards ta' l-art li hemm madwar il- Blokk fi Triq Sant'Anna, Floriana fejn tinsab l-Ambaxxata Amerikana qatt ma ġie ttrattat mid-Dipartiment ta' l-Artijiet a rigward ta' ħlas, peress li din il-kwestjoni dejjem kienet meqjusa bħala każ ta' sigurta'.", "SAĦĦA - DANGEROUS DRUG CONTROL CARD", "11188.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna għandha Dangerous Drug Control Card bħalissa?", "Kemm kien hemm f'Jannar 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' persuni li kellhom control card għal- mediċini Narkotiċi u Psikotropiċi matul is-sena 1997 kien ta' 23,482.", "Matul ix-xahar ta' Jannar 1997 in-numru ta' control cards maħruġa għal- mediċini Narkotiċi u Psikotropiċi kien ta' 2,683.", "TABAKK/XORB - IMPORTAZZJONI", "11189.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati tabakk fid-diversi forom (sigaretti, sigari, tabakk tal-pipa); u xorb alkoħoliku fil-1996 u fl- 1997 sew f'kwantita' kif ukoll f'ammont ta' liri?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "CATAMARAN VICTORIA EXPRESS", "11191.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10993, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-MIMCOL m'avvanzax it-talba quddiem il- Gvern biex is-servizz tal-catamaran jingħata sussidju taħt forma ta' eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fuel?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-MIMCOL ma ressqet ebda talba lill-Gvern għal sussidju biex jitħaddem is-servizz tal-catamaran għaliex ma kenitx ħaġa ġustifikata li titlob sussidju għal proġett li ma kienx vjabbli u sostenibbli.", "CATAMARAN VICTORIA EXPRESS", "11192.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Catamaran Victoria Express, mikri lill-kumpannija privata Maltija u li kien rrapportat li kien qiegħed jopera fl-Adrijatiku, inġiebx lura Malta biex jitħaddem bejn Sqallija u lura?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dan il-catamaran nkera għal żmien stabilit u f`dan iż-żmien il-catamaran huwa taħt il-kontroll effettiv tal-management tal-kumpannija privata.", "MV MĠARR - SERVIZZ BEJN MALTA U GĦAWDEX", "11193.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li waqaf is-servizz bejn Malta u Għawdex l-MV Mġarr?", "Dan il-bastiment se jinbiegħ u jekk fl- affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jiena nformat li s-servizz bejn Malta u Għawdex bl-MV Mġarr ma waqafx u dan il-bastiment mhux għal bejgħ.", "RAS IL-ĦOBŻ -DRENAĠĠ", "11194.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 10990 u ċioe' jgħid meta ġie kkummissjonat lill-EIA biex jgħin jistabilixxi s-sit għall-bini ta' mpjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ras il-Ħobż, liema proġett jifforma parti mill-Master Plan tad-drenaġġ għal Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll jekk dan l-EIA hux lest meta ġie ppreżentat lid-dipartiment kkonċernat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - TRASFERIMENTI TA' MPJEGATI", "11195.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn nofs Ottubru 1997 sal-lum, saru f'Għawdex trasferimenti ta' mpjegati mal-Gvern minn post għall-ieħor?", "Kemm minn dawn it-trasferimenti involvew persuni fi gradi tas-Servizz Ġenerali; kemm fi grad industrijali u kemm fi gradi oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "LIĠI TA' L-IMMIGRAZZJONI - TIBDIL", "11214.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jarax li għandha tinbidel il-Liġi ta' l-Immigrazzjoni fil-konfront biss ta' dawk il-persuni wlied il-Maltin li huma wkoll ta' nazzjonalita' Maltija, u dan fis-sens li dawn għandhom għall-inqas igawdu d- dritt awtomatiku ta' work permit mingħajr l-obbligu li jħallus Lm15 kull sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-persuni li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant kważi kollha setgħu, kieku riedu, jżommu jew jakkwistaw iċ- ċittadinanza Maltija.", "Għal diversi raġunijiet dan m'għamluhx jew ma jridux jagħmluh sabiex ikunu jistgħu jżommu ċ-ċittadinanza tal-pajjiż fejn twieldu jew li wirtu mingħand missierhom jewommhom.", "Għalkemm dawn il-persuni mhumiex ċittadini Maltin, xorta waħda jixtiequ jibqgħu jgħixu u jaħdmu hawn Malta.", "Minħabba din l-għażla tagħhom, iżda jridu jikkonformaw ruħhom mal-liġijiet Maltin dwar persuni li mhumiex ta' ċittadinanza Maltija, fosthom il-liġi tal-Immigrazzjoni.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "11215.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru issa jgħid huwiex f'pożizzjoni li jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9008 u dan peress li din il-persuna qiegħda tbati ħafna?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-persuna msemmija ġiet mitluba biex tmur fl-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex tirraporta kull tibdil li seta' kien hemm fiċ-ċirkostanzi tagħha.", "It-talba tagħha għall- Pensjoni tal-Eta' li saret f'April tal-1996 kienet ġiet miċħuda skond il- provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318).", "SANTA LUĊIJA - TRIQ IL-KAMELJA - FOND NRU.", "7", "11217.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li fuqha taqa' il-proprjeta' Nru. 7, Triq il-Kamelja, N/H 1, Santa Luċija kenitx tal- Knisja?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi żviluppi sabiex l-inkwilini ta' din il-proprjeta' jkunu jistgħu jixtru l-proprjeta' li jgħixu fiha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-art in kwestjoni hi ta' sidien privati, mhux tal-Knisja.", "Qegħdin jittieħdu l-passi relattivi biex l-esproprju tal-art jiġi ffinalizzat.", "GĦAWDEX - LAMPI", "11223.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm saru talbiet għal- lampi ġodda f'Għawdex, raħal raħal, minn Ottubru 1996 sal-lum?", "Kemm minnhom ġew approvati u f'liema rħula?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-mistoqsijiet li għamlet jikkonċernaw lill-Uffiċċju għas-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex.", "Għalhekk, nitlobha sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PULIZIJA - INĊIDENTI WAQT IX-XOGĦOL", "11224.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar 1989 sal-lum kemm nies, li huma membri tal-Korp tal-Pulizija, ġew kumpensati talli weġġgħu waqt il-qadi ta' dmierhom u jagħti l-ismijiet u d-dettalji tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "WSC - FLUS MINFUQA GĦAL GĦAWDEX", "11228.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9326, minn fejn jirriżulta li l-WSC bejn Ottubru 1996 u Marzu 1997 nefqet biss is-somma ta' Lm89,745 f'xogħlijiet ta' distribuzzjoni u tiġdid f'Għawdex meta l-vot disponibbli kien ta' Lm233,000, jista' l- Ministru jagħti r-raġuni għal dan in-nuqqas?", "Kemm-il kilometru ta' trinek sar f'dak il-perijodu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - INĊIDENT TAT-TRAFFIKU", "11236.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet dwar l-inċident fejn fit-18.10.97 miet tifel ta' 14-il sena li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?", "Jista' jispjega għaliex għalkemm waqa' suspett li l-inċident issuċeda ma' Pajero, il-pulizija ma' komplewx investigazzjonijiet fuq din il-linja ta' investigazzjoni li jintbagħtu għalihom is-sidien tal-Pajero?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kemm l-investigazzjoni tal- Pulizija kif ukoll l-Inkjesta tal-Maġistrat f'dan il-każ għadhom m'humiex konklużi.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "AMBAXXATUR MALTI F'BEJING - CHARLES VELLA", "W1,089.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar infiq għall-entertainment and hospitality mill-Ambaxxatur Charles Vella f'Bejing xahar b'xahar minn Jannar 1995 sa Settembru 1997 u jindika l-iskop ta' kull nefqa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Ambaxxatur Vella nħatar fil-kariga ta' Rappreżentant Prinċipali għal Malta f'Beijing f'Novembru 1995.", "Ma sarux spejjeż għal ospitalita' jew entertainment minnu sa l-aħħar ta' dik l- istess sena.", "Bejn Jannar 1996 sa l-aħħar ta' Settembru 1997 l-Ambaxxatur ta' Beijing nefaq dawn l-ispejjeż għal ospitalita' jew entertainment:", "1996", "|Mejju|Lm |Ikla għal delegazzjoni| | |98,79|Maltija immexxija | | |.0 |mill-Ispeaker | |Lulju|Lm |Ikla għall-Ambaxxatur | | |42,59|Ċiniż f'Malta | | |.0 | | |Awwis|Lm |Ikla għall-Personnel | |su |24,07|Manager tal-Bureau | | |.0 |għas-Servizz | | | |Diplomatiku Ċiniż | |Sette|Lm |Ikla għad-delegazzjoni| |mbru |71,06|Maltija ta' l-IPU | | |.0 | | | |Lm438|Ikla | | |,42.0|għar-Rappreżentanti | | | |Diplomatiċi | | | |tal-Pajjiżi | | | |tal-Commonwealth | |Novem|Lm119|Drinks u ikla | |bru |,21.0|għall-Konvokazzjoni | | | |Pacem in Maribus | |Diċem|Lm |Ikla għax-Charge' | |bru |39,39|d'Affaires Ċiprijott u| | |.0 |l-mara tiegħu |", "1997", "|Mejju|Lm |Laqgħa fir-residenza | | |12,50|għan-nisa | | |.0 |tar-Rappreżentanti | | | |Diplomatiċi | | | |tal-pajjiżi | | | |tal-Commonwealth | | |Lm144|Ikla għall-Ambaxxatur | | |,02.0|Ċiniż f'Malta u l-mara| | | |tiegħu. | | |Lm |Rigali (ċikkulata) | | |27,63|waqt żjara f'Baoding | | |.0 | | |Awwis|Lm120|Ikla għal delegazzjoni| |su |,41.0|minn Malta | |Sette|Lm128|Ikla għad-delegazzjoni| |mbru |,19.0|Ministerjali |", "Minbarra dawn l-ispejjeż, kien hemm ukoll:", "1.", "Nefqa ta' Lm67,12.0 għal rigali li jingħataw lill-Ambaxxaturi li jkunu se jispiċċaw minn Beijing.", "Il-kontribuzzjoni ta' l-Ambaxxatur Malti tkun ta' Lm2,31.0 kull darba.", "2.", "Kontribuzzjonijiet, li bejn wieħed u ieħor laħqu Lm23,14.0 mill- membri ta' l-istaff ta' l-Ambaxxata Maltija f'xi okkażjonijiet iżolati fejn ikun hemm il-ħtieġa ta' xi ospitalita' jew entertainment fuq skala żgħira.", "VALLETTA - SUR TA' MARSAMXETT", "W1,093.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fuq is-Sur ta' Marsamxett, fil-Belt Valletta lejl u nhar dejjem mixgħul, meta s-soltu jinxtegħel biss kif għandu jkun filgħaxija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-raġuni li l-istreet lighting kien qiegħed jinxtegħel lejl u nhar fil-lokalita' indikata mill-Onor.", "Membru ġiet investigata u rriżulta li dan kien kaġun ta' ħsara li kien hemm fuq il- linja ta' taħt is-sur ta' Marsamxett.", "Din il-ħsara issa rranġawha.", "VALLETTA: TRIQ MARSAMXETT - BOZZA", "W1,095.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li ssir bozza quddiem 65, Marsamxett Rd, Valletta fejn joqogħdu anzjani li dan l-aħħar sforz id-dlam li kien hemm; saħansitra attentaw li jisgassaw?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta qed tħejji l-estimi neċessarji għall-installazzjoni ta' bozza oħra mat-tnejn li diġa' hemm fit- triq indikata mill-Onor.", "Membru.", "Din l-istima se tiġi mgħoddija għall-approvazzjoni u, meta din tingħata, ix-xogħol neċessarju jsir flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "FURJANA - ĊENTRU TAL-BRIGATA LABURISTA", "W1,098.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min hu dak li b'mod irresponsabbli qed iħalli lil Fosos (u dawk ta' ħdejn iċ-Ċentru Brigata Laburista l-Furjana) bla dawl adegwat; u x'rimedji immedjati se jittieħdu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal dawl adegwat qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "FURJANA - TRIQ IL-KAPUĊĊINI -DAWL", "W1,099.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jara li jkun hemm dawl adegwat fi Triq Kapuċċini, kantuniera ma' Pjazza Robert Sammut, fejn l-Island Sound, il-Furjana, u li s'issa għadu ma ħax ħsieb li jsir, minkejja l-bżonn u l-pressjoni tar-residenti l-aktar anzjani?", "Jista' l- Ministru jara li din issir kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar dawl fi Pjazza Robert Sammut qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SAĦĦA - HELPERS", "W1,100.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament applikat għall-helper u ma tawhiex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-persuna li isimha ntbaghat separatament għamlet talba f'April 1997 għal helper u f'Mejju 1997 it-talba taghha giet diskussa mill-bord li kien mwaqqaf apposta.", "Dan il-bord deherlu li għalkemm din il-koppja ghandhom kondizzjoni medika, setgħu jgħinu lil xulxin u ma kienx hemm il-bżonn li jingħataw helper.", "Ġie spjegat ukoll li jekk iċ-ċirkostanzi jinbiddlu, is-Sezzjoni tal-Home Help għandha tigi nformata, u jerga jsir re-assessment tal-bzonnijiet ta' din il-koppja.", "AIR MALTA - TECHNICIANS", "W1,101.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid meta nitlew il-vakanzi għall-Air Malta fil-grad ta' Technican?", "Meta saru l-interviews?", "Meta bagħtu għan-nies?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ninforma lill-Onor. ħabib tiegħi li għad ma tteħditx deċiżjoni rigward il-mili ta' postijiet ta' technicians.", "ĊITTADINANZA - ĊITTADINANZA MALTIJA", "W1,104.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema stadju ta' pproċessar wasal il-każ tal-persuna mill-Imsida li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament bil-file OPM/807/94 għal ċittadinanza Maltija?", "Meta se jiġi ffinalizzat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant mistennija tittieħed fi żmien qasir.", "PULIZIJA - PS 782 U PC 968", "W1,106.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex PS 782 u PC 968, preżentement fl-Għassa ta' Ħaż- Żabbar u li ilhom jixtiequ jinżlu fid-Distrett ta' Wied il-Għajn, s'issa talbithom għadha ma ntlaqgħetx?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi m'hemm ebda talba pendenti kif qed jingħad.", "Informat ukoll illi Wied il-Għajn, li m'hux distrett tal- Pulizija, jifforma parti mid-Diviżjoni ta' Ħaż-Żabbar, minn fejn il- Pulizija jiġu assenjati duty f' Wied il-Għajn.", "PORT IL-KBIR - PROĠETT", "W1,109.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi proġett utli għal pajjiżna fil-Port il-Kbir?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar dan jekk fl-affermattiv?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal żewġ proġetti kbar li ġew imħabbrin mill-Gvern din is-sena li huma intiżi sabiex jikber il-kummerċ fil-Port u tingħata ħajja ġdida lil dawk l-inħawi li jmissu mal- Port.", "Dawn il-proġetti jinkludu l-bini ta' Yacht Marina u servizzi oħra anċillarji fl-inħawi tal-Kottonera.", "Il-proġett l-ieħor huwa l-bini ta' Cruise Passenger Terminal b'servizzi oħra anċillarji fl-inħawi tal-Belt.", "GĦal dawn il-proġetti ġew/sejrin jiġu mistiedna jipparteċipaw kumpanniji barranin.", "KUNSILLI LOKALI - ĦAMRUN", "W1,110.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun li taħtek taqa' r-responsabbli tiegħu, milli jara li ħdejn St Mary, Misraħ 7 ta' Ġunju, 1919, Ħamrun l-garaxx ma jinblokkax kullimkien bil-karozzi?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tneħħija ta' karozzi li jinblukkaw postijiet pubbliċi ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal- Ministeru, jew tal-kunsilli lokali.", "ĊITTADINANZA - ĊITTADINANZA MALTIJA", "W1,114.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema stadju ta' pproċessar waslet it-talba, tal- persuna mill-Gżira li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tal- ġenituri Maltin biex tingħata ċittadinanza Maltija?", "Dan hu każ ġenwin.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-każ li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa dwar ċittadinanza doppja.", "Dan il-każ ikun jista' jiġi kkonsidrat meta u jekk tibdil li qed jiġi propost għal-leġislazzjoni dwar ċittadinanza doppja jkun approvat mill- Parlament.", "MSIDA - BOWSERS TAL-PITROLJU", "W1,117.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta l-bowsers tal-pitrolju li jinstabu fi Triq is-Snajja', Msida bla ebda bżonn u b'periklu, se jitneħħew minn fejn jinstabu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-persuna għandha liċenzja biex tbigħ il-kerosene u tħalli l-vetturi tagħha ġo garaxx li qiegħed fit-triq imsemmija.", "Fuq il-vetturi li dan l-individwu allegatament iżomm ipparkjati barra fit- triq, il-każ qiegħed f'idejn il-Pulizija.", "GĦalhekk, nitlob lill-Onor.", "Membru biex jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SANTA VENERA: TRIQ ĠDID - CONTAINER", "W1,118.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jara li container li jinstab fi Triq Ġdida off Triq Santa Venera,.", "Msida jitneħħa, stante li dan qed iservi ta' abbuż għad-drogi u abbużi sesswali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti dwar dan il-container.", "ŻEJTUN: TRIQ SERAFIN XUEREB - BOZZA", "W1,119.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-bozza li kienet imwaħħla fi Triq Serafin Xuereb kantuniera ma' Triq Hector Dalli fiż-Żejtun u nqalgħet mingħajr ebda raġuni, terġa' titħwaħħal fil-post tagħha?", "Ninsab informat ukoll li l- Kunsill Lokali taż-Żejtun kien diġa' kiteb fuq din il-bozza.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-bozza indikata mill-Onor.", "Membru hija waħda minn erba' bozoz li jinsabu fi Triq Hector Dalli u li hemm pjan li jiċċaqalqu biex b'hekk ikun hemm tqassim ta' dawl aħjar fit-triq ikkonċernata.", "Minħabba li nqalgħu xi diffikultajiet, dan ix-xogħol ħa fit-tul aktar milli kien mistenni.", "Huwa maħsub li bil-koperazzjoni ta' kulħadd dan ix-xogħol ma jdumx ma jitlesta.", "BURDNARA", "W1,122.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma ċ-ċansijiet li persuna minn Ħaż- Żebbuġ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kellu missieru jaħdem ix-Xatt u li miet fis-17 ta' Ġunju, 1991, jieħu l-liċenzja ta' missieru ta' burdnar ix-Xatt, stante li meta miet missieru dan ta' l-aħħar kellu biss 14-il sena, u llum għandu l-eta' tiegħu biex jaħdem?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li r-regolamenti ta' l-1996 dwar il-ħaddiema tal-port li kienu japplikaw fl-1991, jagħmluha ċara li l-iben minuri ta' ħaddiem tal-port reġistrat li jmut waqt li jkun hekk reġistrat, jistgħa japplika għar-registrazzjoni fi zmien xahar mill-mewt ta' missieru jekk 'l fuq mis-16-il sena.", "Jiena nformat ukoll li peress li l-persuna msemmija kellu biss 14-il sena meta miet missieru dan tilef id-dritt li jitniżżel fir-Reġistru tal- Ħaddiema Prospettivi tal-Port.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - KAŻ TA' PERSUNA", "W1,123.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li mietet fil-5 ta' Jannar, 1998 u li ndifnet nhar l-Erbgħa fis-7 tax-xahar, f'qabar 41 fil- parti tal-Gvern fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, Raħal Ġdid titħalla mikxufa bla kaptelli jew ossia b'nofshom neqsin b'dispjaċir għall-familjari?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-difna saret regolari fil-qabar Nru. 41 fil-parti tal-Gvern kif imsemmi.", "Il-qabar ġie magħluq bil-kaptelli fl-aħħar ħin tal-ġurnata (7 ta' Jannar, 1998).", "Filgħodu żewġ kaptelli ġew imneħħija u tilar tal-ħadid tpoġġa biex jagħlaq il-bokka tal-qabar.", "B'hekk il-qabar kien lest għal difna oħra.", "Din hi proċedura ta' kuljum.", "Għalhekk fl-ebda ħin il-qabar ma' jitħalla mikxuf.", "VALLETTA - BUS SHELTER", "W1,124.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir bus shelter fuq is-Sur, id- Duwi Balli, fuq Fountain Street, Valletta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li minħabba nuqqas ta' riżorsi finanzjarji dan il-bus shelter ma jistax isir għalissa.", "Tajjeb li nsemmi li tul din ir-rotta madwar il-Belt illum hemm tmien bus stages li ħamsa minnhom diġa' huma koperti b'bus shelters ġodda.", "FORZI ARMATI - INGAĠĠ", "W1,126.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ingaġġ fil-Forzi Armati ta' Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed jiġi mistħarreġ kif u meta għandu jsir ingaġġ fil- Forzi Armati ta' Malta, dejjem fil-limitazzjoni tal-fondi allokati fil- Budget kif ukoll biex jiġi milħuq l-establishment approvat, fuq medda ta' żmien.", "POSTA - PUSTIERA GĦAWDXIN", "W1,127.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li l-pustiera Għawdxin li jaħdmu Malta jieħdu r-refund tal-Gozo Ferry bħalma jieħdu dipartimenti oħra?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-ħaddiema GĦawdxin kollha li jaħdmu f'Malta fl-Uffiċċju tal-Postmaster General qegħdin jieħdu r-refund tal-Gozo Ferry regolarment.", "GŻIRA - TRIQ NAZJU ELLUL - INKONVENJENT", "W1,130.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'passi regolari qed jittieħdu biex fi Triq Nazju Ellul, il-Gżira tfal ta' l-iskola ma' jibqgħux joħolqu inkonvenjent ikrah u perikoluż lir-residenti bil-logħob tal-ballun?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija ma rċeviet ebda rapport dwar tfal ta' l-iskola jilagħbu l-ballun fi Triq Nazju Ellul, il-Gżira, iżda l-Pulizija sejra żżomm dan il-post taħt sorveljanza sabiex tara li dan l-inkonvenjent u periklu ma jseħħx.", "EX-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA - ĦADDIEMA", "W1,132.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk il-persuni li kienu jaħdmu fis-Segretarjat Privat ta' l-Onor. ex-Ministru Michael Refalo (bħala Ministeru tal-Ġustizzja u l-Arti) u li kienu ġew nominati fuq xi bord ta' xi kummissjoni, korporazzjoni, enti statali jew parastatali, kumpannija, kumitat jew korp ieħor li l-gvern għandu xi nteress fih?", "Jista' l-Ministru jindika l-korp relattiv għal kull persuna?", "X'kienet ir- remunerazzjoni li kien jirċievi mill-korp relattiv u min kienu dawk il- persuni li kienu jaħdmu fis-Segretarjat Privat ta' l-istess ex-Ministru u ma kienu ġew nominati mkien?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nassumi li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal ħatriet fuq xi bord, eċċ, bi ħlas.", "Kien hemm żewġ membri ta' l-istaff tas-Segretarjat Privat ta' l-ex- Ministru Michael Refalo li kienu jservu fuq il-Bord tal-Mediterranean Conference Centre u ta' dan l-inkarigu kienu jircievu onorarium ta' Lm500 fis-sena kull wieħed.", "Dawn kienu s-Sinjuri E. Darmanin (Principal Officer) u J. Aquilina (Assistant Principal).", "Il-membri l-oħra tas-Segretarjat Privat (Amministrattivi, Eżekuttivi u Skrivani) li ma kienu fuq ebda board, eċċ kienu dawn:-", "Is-Sinjuri A. J. Cachia, P. Fenech, D. Chircop, D. Crockford, L. Caruana, M. Portelli, D. D'Alessandro, M. Cassar, L. Portelli u L. Russell.", "PA- PA 2965/97", "W2,009.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall- applikazzjoni numru PA 2965/97 li tinkludi wkoll il-bini ta' washroom ta' 'il fuq minn 20 metru kwadru fuq 12-il filata, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'liema mod ġiet sanzjonata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar din il- kostruzzjoni?", "Wara l-applikar ta' xi sanzjoni relatata, dan l-istess bini se jibda jiġi kkonsidrat bħala legali minkejja l-ksur tal-liġi?", "Fil-każ ta' din il-washroom, l-użu speċifiku ta' ħasil li għalih jiġi approvat il-bini ta' washrooms qatt ġie applikat jew minn dejjem sar użu differenti minn din il-kamra?", "Għal dan il-għan qatt saret xi applikazzjoni oħra ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar change of use ta' din il-kamra?", "Jekk fl-affermattiv, meta saret din l-applikazzjoni?", "Jekk fin-negattiv, issa li nġiebet l-attenzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, x'passi se tieħu l-istess Awtorita' dwar dan biex kollox jiġi osservat fil-kontest legali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-permess li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant jirrigwarda permess għall-bini ta' kamra fit-tielet sular (2nd floor) fuq post li għalih seta' nħareġ permess għall-kostruzzjoni ta' sular sħiħ.", "GĦaldaqstant il-kamra in kwestjoni, għalkemm deskritta bħala washroom mill-perit li ssottometta l-applikazzjoni, ma ġietx marbuta mal- kondizzjonijiet li normalment ikunu mposti fuq washrooms li jinbnew fuq il- bjut.", "Il-kwestjoni dwar l-użu ġiet ukoll mistħarrġa.", "L-użu ta' din il-kamra huwa speċifikat bħala washroom u hekk kif indikat fil-permess PA 2965/97.", "GĦaldaqstant din għandha tkun użata kif speċifikat.", "Wara investigazzjoni mis-Sezzjoni ta' l-Infurzar, jirriżulta li s-sid qed jużaha bħala barumbara għat-trobbija tal-ħamiem.", "Minħabba f'hekk inħareġ avviż, stop and enforcement, kontra l-persuna konċernata talli qed jagħmel użu mhux skond kif speċifikat fil-permess.", "Sakemm qed tiġi pproċessata din il-mistoqsija, ma ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni li tirrigwarda l-użu ta' din il- kamra.", "TOMBLI", "W2,010.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonsidra li mit-tombli l-Gvern jibda jieħu 25% mill-qliegħ bħalma kien isir qabel?", "Il-Ministru jaf li mit-tombli każin wieħed partikolari daħħal madwar Lm0.5 miljun?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Klawsola 11 (2) ta' l-Ordinanza dwar il-Lottu kif emendata fl-1990 tistipula li permessi għal sezzjonijiet ta' Tombla jinħarġu wara l-ħlas ta' Lm15 għal kull sezzjoni.", "Qabel din l-emenda, il- ħlas kien ta' 25% tal-valur tal-biljetti li riedu jkunu pprovduti mid- Dipartiment tal-Lottu.", "Din is-sistema kienet tinvolvi lid-dipartiment f'xogħol amministrattiv fuq kontroll tal-biljetti, kif ukoll spejjeż kbar għal produzzjoni ta' l-istess biljetti.", "GĦalkemm bħala dħul jidher li d-dipartiment qiegħed idaħħal inqas flus, fil-fatt, meta wieħed jikkonsidra li l-ispejjeż amministrattivi naqsu sostanzjalment u l-ispiża għall-produzzjoni tal-biljetti tat-tombla organizzati minn terzi persuni spiċċat għal kollox, id-dħul nett li fil- preżent qiegħed idaħħal il-Gvern huwa akbar.", "GĦat-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru ma nafx li hemm xi każin li jdaħħal nofs miljun lira Maltin mit-tombli."]} {"filename": "19940722_305d_par.doc", "date": "1994-07-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 305 Il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 305", "Il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.06 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 305", "Il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju, 1994", "WERREJ", "MINUTI 188", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 188", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 195", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ VALUR MIŻJUR", "VALUE ADDED TAX BILL", "It-Tieni Qari 195", "AĠĠORNAMENT 218", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 225", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 304 li saret fit-22 ta' Lulju, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MTARFA/RABAT - TISWIJA TAL-BYPASS", "20091.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata u miksija l-bypass ta' bejn l-Imtarfa u r-Rabat għax fost affarijiet oħra żgur li tgħin biex ittaffi t-traffiku qawwi li jgħaddi minn ġor-Rabat bla ħtieġa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti li ta dwar dan is-suġġett, il-Ministru għall-Ambjent fil-mistoqsijiet numri 10021, 13237 u 13703, kif ukoll it-tweġiba tiegħi għal mistoqsija numru 20334 fis-seduta numru 297.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi f'numru ta' mistoqsijiet simili dwar irranġar ta' toroq, il-Ministru wieġeb li l-Gvern qed isib kuntratturi li lesti jidħlu għax-xogħol ta' toroq, jista' l-Ministru jagħti aktar tagħrif dwar din il-problema u jgħid fil-fatt x'qiegħed isir?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant ried jgħid il- maqlub ta' dak li qal issa, għax fil-fatt m'humiex jinstabu kuntratturi biex jagħmlu x-xogħol ta' toroq.", "Mr Speaker, f'dan il-pajjiż għandna numru ta' kuntratturi attrezzati biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol u hemm minnhom li diġa' ħadu diversi xogħlijiet ta' toroq f'pajjiżna, iżda ġieli jinqala' l-każ li għalkemm ikun hemm xogħlijiet li jridu jsiru, ma jkunx hemm kuntratturi biżżejjed minħabba li dawn ikunu mpenjati fuq xogħlijiet oħra.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru, f'dawn l-aħħar xhur sar ħafna xogħol fuq toroq, fosthom toroq fil-kostitwenza tiegħu - dan kien kollu xogħol li kien ordnat mill-Ministru ta' qabli - li fih kienu impjenjati dawn il-kuntratturi kollha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nixtieq ninforma lill-Ministru li hawn triqat oħra li ilu li kellhom bżonn li jsir xi xogħol fuqhom, bħalma huma Triq il-Qbid mill-Ajru, l-Kalkara u toroq oħra fil-viċinanza u minkejja li għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari, ir-risposta dejjem kienet li dawn ix- xogħlijiet xi darba se jsiru se jsiru u fil-fatt sal-lum għadhom ma sarux.", "Jista' l-Ministru jgħid kif dawn għadhom ma sarux meta f'Għajn Dwieli ħdejn il-pompa tal-petrol, hemm bini li għalkemm għadu tiela', il-bankina diġa' lesta u t-triq imwittija u se titlesta dalwaqt?", "Jista' l-Ministru jispjega kif l-iżvilupp f'din it-triq sar b'ċertu mod u t-Triq il-Qbid mill-Ajru għadha ma saritx wara erba' snin sħaħ?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, naturalment hawn ħafna, ħafna toroq f'pajjiżna li għadhom ma sarux, iżda rrid ngħid ukoll li hawn ħafna u ħafna toroq li diġa' saru.", "Wieħed dejjem irid iħares lejn iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ ħalli b'hekk wieħed ikun jista' jieħu deċiżjoni għar- rigward ta' prijorita'.", "DINGLI - TRIQ RDUM DE PIRO", "20092.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Peress li Triq Rdum de Piro f'Ħad Dingli, magħrufa wkoll bħala Panoramic Road ġiet magħluqa minn kull aċċess permezz ta' travu ta' l-injam, jista' l-Ministru jgħid min awtorizza l- għeluq ta' din it-triq?", "Għaliex ingħalqet u qed toħloq problemi għal dawk li jridu jgħaddu mill- inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-art, li fuqha hemm it-travu ta' l-injam msemmi mill-Onor.", "Interpellant, hija art privata.", "DJAR - XIRI TA' PROPRJETA'", "20107.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għax-xiri ta' proprjeta' (djar) li qabel kienu tal-Knisja u wara l-ftehim bejn l-Istat u l-Knisja għaddew f'idejn il-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni li ġġib ir-referenza nru: JO/P/415/93?", "Peress li fis-17 ta' Awissu, 1993 l-applikanta irċeviet acknowledgement għat-talba tagħha biex tixtri l-fond imsemmi fl- ittra tagħha, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 289 talba għax-xiri ta' proprjeta' li qabel kienet tal-Knisja.", "Rigward l-applikazzjoni msemmija, dwar xiri ta' fond, din tiġi pproċċessat meta jkun; ffinalizzati l-policies relevanti.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jgħid għandux informazzjoni li qed jiġu riveduti l-kondizzjonijiet ta' proprjeta' li waqgħet f'idejn il- Joint Office u f'każ li ma jkunx hemm qbil, per eżempju rigward żieda fil- kera jew ċens, jintilef id-dritt tal-proprjeta'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni li għandi hi li la darba l-proprjeta' għaddiet f'idejn il-Gvern, din tibda taqa' taħt il-liġijiet relevanti għall- proprjeta' tal-Gvern.", "Li qiegħed isir huwa li meta tiġi għar-reviżjonijiet din tiġi reveduta skond dawk il-liġijiet tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru semma policies relevanti.", "Jista' għalhekk jgħid liema huma dawn il-policies relevanti li qiegħed jirreferi għalihom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bħalissa l-Joint Office qiegħed jaħdem biex jagħmel policies ħalli jkun hemm konsistenza fit-trattament ta' applikazzjonijiet li jirċievi ta' x'għandu jsir fit-tipi differenti ta' proprjeta' li waqgħet' f'idejn il-Gvern.", "Per eżempju, f'każ ta' proprjeta' residenzjali b'ċens perpetwu, il-Joint Office qiegħed jaħdem biex jagħmel policy kif għandhom jiġu ttrattati dawn il-proprjetajiet ħalli imbagħad kull każ simili jkun jista' jiġi ttrattat b'mod simili.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa minnu li ħafna minn dawn il-policies qegħdin jitfasslu fuq suġġerimenti li dehru fl-istampa bħalma huwa dawk li saru minn Nutar Tony Abela tar-Rabat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, huma n-nies responsabbli mill-Joint Office li qed iwettqu dawn il-policies.", "Il-persuna li semma l-Onor.", "Sant m'hi mdaħħla assolutament xejn f'dan l-eżerċizzju.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed ngħid sew meta ngħid li skond il-liġi ta' l-1976 r- regola hija li biex isir trasferiment irid isir bit-tender sakemm ma jkunx hemm politika li trid tiġi approvat minn dan il-Parlament bħala eċċezzjonijiet għat-tender?", "Jien naħseb li dawn il-policies xorta waħda jridu jiġu approvati mill-Parlament biex il-proprjeta' ma toħroġx bit- tender.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Li qed isaqsi l-Onor.", "Sant mhijiex kwestjoni ta' tendering, iżda dwar kif qed jiġu mfassla l-policies.", "L-ewwelnett qed tiġi analizzata s-sitwazzjoni tal-proprjeta' li ġiet f'idejn il-Joint Office biex inkunu nafu preċiż x'tip ta' proprjeta' teżisti.", "Imbagħad darba li jiġu definiti t-tipi ta' proprjeta' li jeżistu - naturalment diġa' beda jsir xogħol fuq ċerta tip ta' proprjeta' li evidentement jeżistu - l-Joint Office ikun f'pożijoni li jara x'tip ta' policy trid tiġi applikata f'kull każ.", "Imbagħad l-applikazzjonijiet li jsiru jiġu ttrattati skond dik il- policy.", "B'hekk ikun hemm mhux biss trasparenza fil-mod kif isiru l- affarijiet, iżda wkoll konsistenza kif tiġi milqugħa kwalunkwe applikazzjoni.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hijiex korretta l-informazzjoni li per eżempju, ħanut li qabel kien proprjeta' tal- Knisja fil-Belt il-kera minn Lm500 se titlalu għal Lm6,000.", "Peress li issa dan jaqa' taħt il-liġi li għandha x'taqsam mal-Gvern, jekk dan ma jaqbilx li l-kera għandha togħlielu b'dan il-mod, x'jiġri?", "Jista' jiġi żgumbrat?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Huwa minnu illi kien hemm dan it-tip ta' tibdil fir- rata tal-kera.", "Naturalment it-tibdil fir-rata tal-kera ma saritx għaliex sar it-trasferiment, imma għaliex kien żmien li tiġi reveduta l-kera.", "Jiena nformat illi jeżistu żewġ regoli differenti vis-a-vis jekk proprjeta' tkunx ta' persuna privata inkluża l-Knisja jew inkella tkunx proprjeta' tal- Gvern.", "F'każ li proprjeta' tkun tal-Gvern, il-Gvern jaqa' taħt ċertu regolamentazzjoni differenti.", "Naturalment, ladarba din il-proprjeta' partikolari waqgħet taħt il-kappa tal-Gvern, ġew applikati l-istess tip ta' kriterji li japplikaw il-Lands Department f'każi simili.", "MDINA - KONTIJIET TA' DAWL U ILMA", "20108.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Wara l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 16071 ta' l-14 ta' Frar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress biex il-kontijiet tad-dawl u ilma tar-residenti ta' l-Imdina jibdew isiru f'din il-Belt stess?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Jien informat li diġa' kienet ittieħdet id-deċiżjoni li għandha ssir laqgħa bejn uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u s-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina sabiex jiġu spezzjonati l-faċilitajiet disponibbli għas- servizz ta' kaxxier għal ġbir tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "M ARIO GALEA: X'kordinament jew pjanijiet għandha l-Korporazzjoni Enemalta, mhux biss biex ikun hemm koordinament mal-kunsilli lokali fejn jidħlu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iżda wkoll fuq xi xogħlijiet oħra li maż-żmien jistgħu jgħaddu f'idejn il-kunsilli?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment il-koordinament li hemm huwa permezz ta' nies li kienu nkarigati mill-Korporazzjoni Enemalta kif għamlet ukoll il-Water Services Corporation, biex il-kunsilli lokali jkollhom contact points preċiżi biex jkunu jistgħu jikkordinaw id-diversi talbiet magħhom.", "Dan il-koordinament jinsab għaddej u b'mod ġenerali miexi tajjeb.", "Naturalment mis-sena d-dieħla wieħed irid jara kif tevolvi s- sistema anke fejn kunsilli lokali jkollhom poteri addizzjonali.", "MDINA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "20109.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għassa tal-pulizija ta' l-Imdina ma tinżammx miftuħa għal 24 siegħa kuljum speċjalment fis-sajf meta jkun hemm ċaqlieq ta' nies u vetturi lejl u nhar?", "Għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat din l-għassa aktar miftuħa milli magħluqa u dan mhux għaliex il-pulizija jkun fuq ronda mal-Belt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Informat li minn meta żdied in-numru tal-Membri fil-Korp tal-Pulizija din l-Għassa qed tinfetaħ 24 siegħa kuljum.", "MDINA - TISWIJA TA' TOROQ", "20110.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Diversi toroq fil-Belt antika ta' l- Imdina għandhom bżonn manutenzjoni, jista' l-Ministru jara li dan isir fi żmien qasir?", "Liema huma t-toroq li hu pprogrammat li jsiru?", "X'materjal jintuża fit-triqat ta' din il-Belt?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Ambjent li taħtu jaqa' d-Dipartiment tad-Distretti li jieħu ħsieb il-manutenzjoni fil-bliet u rħula.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, għal mument tħawwadt, għax jiena mingħalija li jista' jikkorreġini l-Ministru li huwa responsabbli mit- toroq inkluż manutenzjoni tat-toroq.", "Jista' għalhekk il-Ministru jweġibni għaliex mhuwiex f'pożizzjoni li jirrispondi għal din il-mistoqsija?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Is-sitwazzjoni hija li għar-rigward ta' manutenzjoni ta' toroq u tal-bankini din tibqa' r-responsabilita' tal- Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jispjegalna eżattament għal-liema parti mix-xogħol ta' toroq huwa responsabbli?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Prattikament ir-responsabilta' tad-Dipartiment tat- Toroq huwa għall-bqija, jiġifieri l-bini ta' toroq ġodda, l-għoti tal-wiċċ bit-tarmac, u naturalment it-toroq kollha prinċipali kemm dawk arterji kif ukoll distributorji.", "L-unika ħaġa li l-Ministru għall-Ambjent jibqa' responsabbli għaliha hija l-manutenzjoni ta' toroq, jiġifieri dak ix-xogħol li jagħmlu d-distretti u li kien diġa' jsir mid-distretti separatament mid- Dipartiment tat-Toroq anke meta ż-żewġ Dipartimenti - tad-Distretti u tat- Toroq - kienu jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, ċioe' li jagħmlu l- manutenzjoni normali u bankini tat-toroq lokali.", "Fil-fatt is-sena d- dieħla, dawn ir-responsabilitajiet għandhom ukoll jgħaddu lill-kunsilli lokali.", "ONOR.", "ALRED SANT: Jiddispjaċini jekk forsi qiegħed indejjaq lill- Ministru, imma sabiex nifhmu eżatt x'qed ngħidu, jista' l-Ministru jgħidilna jekk patching ta' toroq jaqgħax taħtu jew taħt il-Ministru għall- Ambjent?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Patching ta' toroq jagħmel parti mill- manutenzjoni, għalhekk jaqa' taħt id-Dipartiment tad-Distretti li huwa parti mill-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jgħidlna b'liema loġika, l-għoti tal-wiċċ tat- triq bit-tarmac m'għandux jaqa' bl-istess mod taħt il-Ministeru għall- Ambjent?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Hemm distinzjoni bejn patching u resurfacing ta' triq.", "Il-patching huwa l-manutenzjoni normali, filwaqt li resurfacing tat- triq huwa xogħol straordinarju u allura huwa responsabilita' tad- Dipartiment l-ieħor.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħidilna min jiddeċiedi li triq għandha bżonn ta' resurfacing jew patching?", "Huwa l-Ministeru tiegħu jew il- Ministeru għall-Ambjent?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li minn dejjem hekk kien; din mhijiex xi distinzjoni li nħolqot issa.", "Din id-distinzjoni kienet teżisti qabel meta dawn id-Dipartimenti kienu parti mill-istess Ministeru.", "Jekk ikun hemm bżonn xogħol ta' manutenzjoni kbira fejn jkun hemm bżonn ta' resurfacing, allura d-Dipartiment tat-Toroq jidħol hu għal dan ix-xogħol.", "Għar-rigward ta' manutenzjoni ordinarja - isimha magħha, bil-loġika - jekk jiġi xogħol fid-dipartiment tiegħi li għandu x'jaqsam ma' dan, jiġi mgħoddi lill-Ministeru l-ieħor u ssir l-istess ħaġa jekk il- Ministeru l-ieħor iħoss li ċertu xogħol huwa ta' natura straordinarja li jkollu bżonn resurfacing jgħaddi x-xogħol lid-Dipartiment tat-Toroq.", "ONOR.", "ALRED SANT: Jaqbilx il-Ministru li fejn qabel min jiddeċiedi jekk xogħol jirrikjedi xi patching jew resurfacing kien jaqa' taħt l-istess dikasteru u allura kien hemm unified command, filwaqt li issa m'hemmx unified command u tista' tispiċċa b'sitwazzjoni fejn il-ballun jgħaddi minn dikasteru għal dikasteru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nassigura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jiena u l-Ministru Francis Zammit Dimech ma nilagħbux ping pong flimkien.", "Għalkemm l-logħba tat-tennis hija sabiħa immens, naħseb li mhuwiex il-każ li nagħmlu hekk fil-każ tat-toroq.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk insegwu l-istess loġika ta' dak li għadu kemm qal l-Ministru, jista' allura jgħidilna b'liema loġika rrisponda l- mistoqsija parlamentari numru 20091 f'din l-istess seduta fejn qed jirrispondi fuq mistoqsija jew jipproponi li jirrispondi mistoqsija li tirrifletti fuq xogħol ġdid u manutenzjoni fit-toroq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, din il-mistoqsija ġiet risposta bl- istess loġika.", "Dik il-mistoqsija kienet tirreferi għar-resurfacing tal- Bypass ta' l-Imtarfa u r-Rabat.", "Naturalment hemmhekk hemm ħafna affarijiet x'jsiru.", "Qabel ma jsir ir-resurfacing, irid isir ħafna xogħol fuq il- pedament tat-triq.", "Forsi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiftakar meta nbniet dik it-triq.", "Ix-xogħol li sar fuqha jidher mir-riżultati għaliex ma kienx hemm xogħol li kien dejjiemi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xogħol straordinarju, xogħol li bih trid tinqala' t-triq kollha u jsir il-kisi tagħna.", "Dan huwa xogħol straordinarju, hu huwa x-xogħol li jsir mid-Dipartiment tat-Toroq.", "Ir-risposta tagħna għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant, hija kif irrispondejtha bl-istess loġika ta' dak kollu li għidt s'issa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx żewġ diretturi separati, direttur wieħed fuq toroq ġodda u ieħor mas-sezzjoni ta' manutenzjoni ta' toroq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Hekk hu.", "Hemm id-Direttur tad-Distretti li huwa l- Perit Ray Farrugia li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent u l-Perit Lino Zammit li hu d-Direttur tat-Toroq, li jagħmel parti mid-Dipartiment tat-Toroq li huwa taħt il-Ministeru tat-Trasport.", "Il-loġika ta' din il- qasma kienet li t-toroq u t-trasport, prattikament ir-responsabblita' għal wiċċ tat-triq, huma mportanti li wieħed iħares lejhom mil-lat ta' trasport.", "Naħseb li jagħmel sens li l-affarijiet jkunu hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.JOE MIZZI: Peress li jkun hemm ilmenti minn ċerti kostitwenti li biex id-deputati jwasslu l-ilmenti tagħhom biex jitranġaw it-toroq u l- ħofor jew biex issir triq ġdida, is-sistema hi - forsi jista' jirrispondi l-Ministru għall-l-Ambjent - li d-deputat imur fid-distrett u jiddawwar ma l-area ħalli jurih l-affarijiet, allavolja tkun saret mistoqsija minn deputat ieħor biex isiru l-affarijiet?", "Jekk din hi s-sistema, jgħidilna jekk hux kull deputat għandu d-dritt li jmur ma' min hu responsabbli biex idur f'dawn it-triqat u jurihomlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: GĦar-rigward ta' toroq u resurfacing, nista' ngħid Mr Speaker li kull deputat huwa fil-liberta' li juża l-metodu li jixtieq hu.", "Jiena bħala deputat, li wkoll għandi l-kostitwenti tiegħi, meta kelli dawn il-problemi u l-ministru kien ħaddieħor, kont nikteb formalment fuq letterhead tal-Parlament għan-nom tal-kostitwenti tiegħi u nitlob li jsiru x-xogħlijiet għax dak kien id-dover tiegħi bħala deputat.", "Kont insewgi l-każ mal-ministru konċernat u ma' l-uffiċjali tad-dipartiment u meta kienu jsiru t-toroq kont ukoll fid-dover - u bi pjaċir - li ninformahom li jkunu saru t-toroq.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jikkonferma l-Ministru li l-MSU hija nvoluta biex isir pjan dwar liema huma dawk it-toroq li l-aktar li għandhom bżonn resurfacing?", "Jekk hu veru li dan ir-rapport qed isir, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Hemm rapport preliminari dwar ir-restawr tal-qafas tat-toroq f'pajjiżna, rapport impenjattiv ħafna u li jinvolvi miljuni kbar ta' liri biex ix-xogħol neċessarju jsir.", "Ta' min igħid li aktar 'il quddiem din is-sena se jiġu nvoluti l-kunsilli lokali għar-rigward tax- xogħlijiet u l-prijoritajiet li jridu jittieħdu biex isiru toroq fil- lokalitajiet.", "Din mhijiex kwestjoni li sempliċiment ikun hemm deċiżjonijiet għal-livell ta' l-MSU.", "L-MSU hija unit li tagħti l-pariri li wara jiġu kkonsidrati u d-deċiżjonijiet finali jittieħdu mill-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, la qed jissemmew id-Diretturi tat-Toroq u qed jirriżulta li direttur minnhom jaqa' taħt ir-responsabilita' tal- Ministru għat-Trasport jista' l-Onor.", "Frendo jgħidilna jekk huwiex informat jekk għandux x'jaqsam id-direttur tat-toroq li jaqa' taħtu ma' l-ammont enormi ta' skart li ntefa' fil-Wied ta' Sant'Antnin?", "Jien għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari dwar dan il-każ u ġejt mwiegħed li se jittieħdu passi biex għallanqas dan jitneħħa minn hemm, iżda mhux talli s-sitwazzjoni ma rranġatx, iżda talli qed ikompli jintefa' l-materjali hemmhekk.", "Dan huwa taħt ir-responsabilita' tad-Direttur tat-Toroq li jaqa' taħtek.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'iniex konxju li għadu qed jintefa' materjal f'dik l-area.", "Naf li f'xi mument kien hemm skop li hemmhekk isir xi forma ta' ġnien u xi forma ta' landscaping ta' l-area, b'hekk f'xi mument seta' ntefa' xi materjal għall-iskop li jsir il-landscaping.", "Eventalment irriżulta li dan il-landscaping ma kienx se jsir u jien tajt istruzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex ineħħu l-materjal li kien hemm.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jikkonfermax il-Ministru li biex tagħmel landscaping ma jintefagħx eluf ta' trakkijiet ta' materjal li jiġi għoli kważi tliet sulari u wiesgħa kważi daqs ix-Xagħra tal-Furjana u mbaħgad jibqa' hemm biex isir il-landscaping?!", "Dan biex jinqered il-wied!", "Mr Speaker joqgħod faċċata ta' dan il-wied u jaf x'qed ngħid.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena qed ngħid il-fatti kif inhuma mgħoddija lili mill-uffiċjali tad-Dipartiment.", "Mr Speaker, lill-Onor.", "Membru nista' ngħidlu li għandi informazzjoni li dak id-dumping sar b'mod konxju għax kien hemm l-intenzjoni li jsir landscaping b'dak il-mod.", "Sussegwentement dik id-deċiżjoni nbidlet.", "Għalhekk tajt struzzjonijiet biex dak il- materjal jitneħħa.", "Issa li dan il-punt reġa' tressaq għall-attenzjoni tiegħi, minnufih beħsiebni nerġa' nidħol f'din il-kwestjoni biex nara li l- istruzzjonijiet li tajt, jiġu segwiti.", "U nispera li inti, Mr Speaker, tkun tista' tivverifikali li dan sar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru jikkonferma li quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tressaq l-ebda pjan ta' landscaping għal dak il-wied?", "Tant m'hemmx pjanijiet, li meta jien personalment irrapportajt x'qed jiġri waqt laqgħa ta' l-Awtorita', id-Direttur stess, is-Sur Godwin Cassar, baqa' ċċassat.", "Fil-fatt dak il-ħin stess ikkuntattja lill-enforcement manager fuq it-telecell u qallu biex imur fuq il-post immedjatament ħalli jara x'ġara.", "Allura xi pjanijiet hemm?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, ma naħsibx li huwa korrett li nibqgħu nsemmu b'dan il-mod dan is-suġġett li diġa' ddiskutejnieh hawnhekk diversi drabi.", "Il-verita' hija li, tajjeb jew ħażin, b'kordinazzjoni mas-Segretarjat għall-Ambjent kien ippjanat proġett ta' landscaping - u issa jew se nitkellmu bl-iktar mod ċar u onest ma' xulxin, jew inkella noqogħdu nipprovaw noħolqu issue fejn ma teżistix - u kien ippjanat għal skop tajjeb.", "Fil-fatt il-pjan li dan il-proġett isir viċin l-impjant ta' riċiklaġġ kien bl-iskop li jiġi ameljorat l-ambjent ta' dawk l-inħawi.", "Meta qamet il-kwestjoni dwar jekk intefax materjal żejjed jew inkella - għax hemm din it-teorija wkoll - jekk ħafna mill-materjal li ntefa' hemmhekk intefax mir-Roads Department, kienx hemm diġa' jew inkella ntefax minn dumping oħra, ingħataw struzzjonijiet biex dak il-materjal jitneħħa.", "Mhux biss il-materjal li ntefa' minn entita' governattiva, imma anke dak li kien hemm diġa' jew intefa' minn terzi persuni.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk għadu hemm, kif qal il-kollega tiegħi, naraw is-sitwazzjoni.", "Pero' qed naraw oġġettivament x'għandu jsir.", "Din hija sitwazzjoni li min-naħa tal-Gvern oriġinat minn intenzjoni li jsir landscaping fis-sens pożittiv tal-kelma.", "Naħseb li l-Onor.", "Vella jaf biżżejjed li malli jsir dumping ta' materjal xi mkien, ħafna nies jibdew iwaddbu l-materjal huma wkoll u jkun impossibbli li tiddistingwi bejn dak li ntefa' minn bniedem u dak li ntefa' minn xi ħadd ieħor.", "Jekk reġa' hemm ħafna materjal f'dak il-post, wieħed irid jerġa' jara oġġettivament x'għandu bżonn isir biex dak il- materjal żejjed li m'għandux skop pożittiv, jitneħħa.", "Din l-issue diġa' ssemmiet u weġibna dwarha bl-aktar mod ċar.", "Imma li nipprovaw nagħmlu plejtu minn xi ħaġa li oriġinarjament kellha skop tajjeb u li fejn l- Awtorita' ħadet linja dwarha, ittieħdu l-passi neċessarji ...", "Din ukoll hija proċedura ġdida, jiġifieri li jkun hemm monitoring minn awtorita' indipendenti, anke fuq proġetti, li parti żgħira minnhom - għax f'dan il- każ mhux id-dumping kollu sar min-naħa tal-Gvern - tista' tkun governattiva.", "Issa bl-istess spirtu oġġettiv naraw x'inhi s-sitwazzjoni preżenti u dak li jkun hemm bżonn isir, isir.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar sospensjonijiet ta' l-elettriku, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 20634.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ VALUR MIŻJUR", "VALUE ADDED TAX BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Lulju, 1994.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, segwejt bl-attenzjoni li jixraq id- dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, jiġifieri l-Abbozz ta' Liġi dwar il-VAT.", "B'mod partikolari segwejt id-diskors tal-Ministru Dalli u apparti milli smajtu, ħadt l-inkarigu li bil-paċenzja kollha naqra għal darba tnejn dak kollu li kellu xi jgħid biex jispjega l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Segwejt ukoll b'attenzjoni kbira d-diskors li għamel il-kollega u ħabib tiegħi, l-Onor.", "Lino Spiteri, u barra li smajtu, ħadt l-inkarigu li naqrah ukoll.", "Minn dak li qal il-Ministru, wieħed jieħu l-impressjoni li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna se jtejjeb il- kondizzjonijiet ta' ħafna nies li aħna, min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, qed ngħidu li se jmorru lura.", "Jekk wieħed jieħu in konsiderazzjoni dak kollu li qal il-Ministru, jasal biex jgħid li kieku dak li qal huwa minnu, l- introduzzjoni tal-VAT għandha sservi biex ittejjeb is-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Pero' meta mbagħad wieħed jifli sewwa l-fatti, u anke d-diskors twil li għamel l-Onor.", "Lino Spiteri, isib fatti ċari li juru li bl- introduzzjoni tas-sistema fiskali tal-VAT, il-parti l-kbira tal-popolin, dawk li jaqilgħu l-anqas, se jbatu ħafna.", "Waqt li kont qed naqra dak li kellu xi jgħid il-Ministru, li qalu bl- akbar serjeta', kif ukoll dak li qal bl-istess serjeta' u b'konvinzjoni l- Onor. Lino Spiteri, rajt artiklu miktub mill-Ministru Bonello Du Puis, li fih staqsa \"Fejn hi s-Serjeta' ta' l-Oppożizzjoni?\".", "Dan l-artiklu kien jgħid hekk:", "\"Huwa b'sogħba li l-Oppożizzjoni mhux qed tagħraf il-bżonn li tkun kostrutttiva.\".", "Mr Speaker, diġa' għamilt referenza għall-ewwel kelliem minn din in-naħa, li kien l-Onor.", "Spiteri.", "Pero' ma semmejtx kelliema oħrajn, fosthom id- Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, l-Onor.", "George Vella, li tant kien konvinċenti fid-diskors tiegħu.", "Fil-fatt dan id-diskors qrajtu proprju wara li rajt l-artiklu ta' l-Onor.", "George Bonello Du Puis, u għalhekk m'għamiltx referenza għalih fil-bidu.", "Jien nistaqsi lill-Ministru Bonello Du Puis, li jħoss u jippretendi li hu ferm kompetenti għax kien Ministru tal-Finanzi: Wara li smajt lill-kelliema ta' din in-naħa, wara li rajt is-serjeta' li mxiet u għadha miexja biha din in-naħa tal-Kamra, meta b'risposta għar-rapport dwar l-impatt soċjali tal-VAT li ġie pubblikat min- naħa tal-Gvern, hija wkoll ippubblikat rapport - ntbagħat lilu bħalma ntbagħat lill-Ministri u l-Membri l-oħra tal-Gvern u ta' l-Oppożizzjoni - bħala evalwazzjoni tar-rapport tal-Gvern dwar l-effett soċjali ta' l- implimentazzjoni tal-VAT, għadek tirraġuna l-istess?", "Lest biex terġa' tikteb bl-istess mod li ktibt dak l-artiklu?", "Jiena naħseb li l-Onor.", "George Bonello Du Puis jaf b'liema mod l-Oppożizzjoni ppreparat ruħha u l- battalja kollha li qed tagħmel ħalli il-ħaddiem ma jitlifx dak li kiseb fix- xhur u fis-snin li ġejjin.", "Naħseb li l-Onor.", "George Bonello Du Puis ħaqqu jidħol hawn u jieħu parti mill-ħin tal-Kamra biex jgħidilna għaliex kiteb b'dak il-mod.", "M'għandix għalfejn noqgħod nikkwota minn dak li qal, imma ċerti affarijiet li qal, tassew jurtawk.", "GĦaliex, meta f'nofs l-artiklu li kiteb dwar il-VAT, il-Ministru qiegħed jgħid li aħna kulma aħna nagħmlu hu biex insaħħnu lill-poplu kontra l-VAT u biex inbeżżgħuh.", "Tant hu hekk li issa l-Partit Laburista beda jbassar x'jista' jiġri wara li tidħol il- VAT u tibda taħdem.", "Jiena ngħidlu: Naħseb li jkun f'waqtu li kieku - issa wara li ra dak kollu li aħna ppreparajna biex naraw l-effett li se jkollha l-implimentazzjoni tal-VAT - min-naħa tiegħu, jkun raġel biżżejjed, li jidħol u jikkorreġi ħafna mill-affarijiet li qal f'dak l-artikolu.", "Jien naħseb li jkun f'waqqtu ħafna kieku l-Ministru jgħid: Isma', jiena waqt li kont qiegħed nikteb inqast mis-serjeta' meta għaddejt u ktibt ċerti rimarki dwar dak li qegħda tagħmel l-Oppożizzjoni fuq il-Liġi tal-VAT.", "Mr Speaker, jien nibda minn hawn u ngħid: Kieku kellna nitkellmu bl- istess ton ta' l-Onor.", "George Bonello Du Puis - u ngħid jien kont impressjonat immens bil-mod disonest li mexa bih il-Gvern u mxew bih l- Ministri tal-Gvern f'dawn l-aħħar 11-il xahar mindu bdejna nitkellmu - (Interruzzjonijiet).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Bonello Du Puis, bil-permess ta' l-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Mr Speaker, jiena sorpriż kif l- Oppożizzjoni meta tisma' u tara affarijiet li ġraw fil-passat - u li aħna rajnihom jiġu attwati hawn - jitkellmu donnhom illum fuq din in-naħa hawn xjaten bix-xwabel u fuq dik in-naħa hemm is-setgħa ta' l-anġli.", "Jien ma nistax nifhem kif intom rajtu s-16-il sena li aħna għaddejjna in-naħa tagħkom, naħseb li rajtuhom b'nuċċali ieħor!", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx kif taraw l-affarijiet u għalhekk nikteb hekk għax inħossni xxokkjat.", "Jien naf x'sofrejna!", "MR SPEAKER: Jien naħseb li dan li qed tgħidu m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-Abbozz li qed niddiskutu.", "Jekk joġgħbu jkompli l-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Onorevoli Nutar George Bonello Du Puis, dan li kellek xi tgħid?", "MR SPEAKER: Naħseb li aktar ma niefqu minn dawn ir-rimarki malajr ikun aktar aħjar.", "L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Ma jimportax, jien nippermettilhom.", "Mr Speaker, jien sinċerament ħsibt li kien se jgħid xi ħaġa serja.", "Pero', nerġa' nirrepeti, ma kenux f'waqthom ċerti rimarki li hawn f'dan l-artiklu miktub mill-Onor.", "Du Puis, proprju wara li kien sema lil din in-naħa titkellemm - kien diġa' għamel l-intervent tiegħu l-kelliem prinċipali l- Onor. Lino Spiteri - jekk ma kienx miktub qabel għax dan miktub dan ix- xahar.", "(Interuzzjonijiet) Mela allura kollox sew għax qed titlob skuża.", "Ma kontx naf, qed titlob skuża.", "Jien qed ngħid li m'hijiex serjeta' u kont ħsibt li meta tajtu ċ-ċans biex jitkellem kien se jgħid xi ħaġa serja.", "M'għamel l-ebda spjegazzjoni li biha jiġġustifika ċerti rimarki li qal u jien lanqas għidthom kollha imma ħareġ għax ħaseb li jien kont se nkompli fuqhom.", "Il-mod diżonest li bih mexa l-Gvern f'din l-aħħar sena impressjonani.", "Dan hu l-argument tiegħi llejla u għalhekk jien f'dak li jirrigwardja l-ewwel parti tad-diskors tiegħu, meta rreferjt għal mod kif qed jaġixxi l-Gvern u li kien rifless fl-artiklu ta' l-Onor.", "Du Puis ma komplejtx fit-tul għaliex, nerġa' ngħid, l-aktar ħaġa li impressjonatni kienet il-mod li mexa bih il-Gvern f'din l-aħħar sena.", "Mr Speaker, nixtieq li niġbed l-attenzjoni għall-fatt li filwaqt li kien qed jipprepara t-triq biex iwassal dak li kellu fil-White Paper ta' Novembru li għadda u jpoġġih fl-Abbozz ta' Liġi kien diġa' beda jagħti indikazzjonijiet, permezz ta' l-affarijiet li kien qed jagħmel, kif għandhom jimxu u jaġixxu n-negozjanti u l-importaturi ħalli meta tgħaddi l-liġi u tiġi attwata jkunu preparati għaliha u jweġġgħu mill-inqas.", "Dan hu l-mod diżonest għax fejn daħlu l-importaturi u n-negozjanti l-Gvern ta indikazzjoni ċara b'liema mod għandhom jippreparaw ruħhom - issa ngħid il- mod - u fejn jidħol il-ħaddiem li llum tant qed nisimgħu ilħna jgħidu li mhux sewwa li min jirrappreżentah, sew mil-lat politiku kif ukoll industrijali, jaġixxi b'dan il-mod li jsiru protesti.", "Mela n-naħa ta' fejn jidħol in-negozjant u l-importatur il-Gvern urih kif għandu jimxi imma fejn tidħol il-kategorija ta' isfel li se tintlaqat il-ħaddiem ma beża' għaliha xejn u ġie jaqa' u jqum li titlef mis-saħħa li kellha u mil-mod kif kienet qed tgħix.", "Jien segwejt il-Gvern, bħalma segwih il-poplu kollu, u nnotajt li ilu mill-Budget l-ieħor - anzi minn qabel - dejjem iżid , b'mod ferm aggressiv u qawwi, it-tariffi u s-servizzi kollha li jagħti l-Gvern u li tant jeffettwaw lil min jaqla' l-inqas.", "Fl-aħħar xhur tas-sena l-oħra rajna lill-Gvern jgħolli r-rati tat-telephones, il-bolol, l-ilma u l- liċenzji.", "Il-liċenzji għollihom b'mod fenomenali u saħansitra ħoloq liċenzji ġodda li ħadd ma kien joħlom bihom.", "Ħadd ma kien joħlom li fuq toilet li kien ilu 40 sena f'garage, il-Gvern kien se jgħidlek li trid tħallas liċenzja!", "Ħadd ma kien joħlom li l-liċenzja għal naqra ta' sala fejn isir xi party ta' griżma jew magħmudija, fejn qabel kont tħallas Lm40 jew Lm50, issa trid tibda tħallas Lm80, u kieku mhux għax kien hemm reazzjoni mill-għaqdiet li jirrappreżentaw lil dawn in-nies, dawn il- liċenzji kienu jibqgħu telgħin sa Lm500!", "Imbagħad dan kollu jiġi rifless fuq il-ħaddiem, fuq min jiżżewweġ, fuq min iwelled, u fuq kull min juża dawn l-affarijiet.", "U min iweġġa' bihom l-aktar dawn l-affarijiet?", "Din kienet l-ewwel imbeccata għan-negozjant u għall-importatur, biex il-Gvern ikun laħaq għamel cushion ħalli meta tiġi implimentata l-VAT, is-sidien tas- swali ma jkollhomx għalfejn jagħtuh daqqa, meta hu jkun beża' tant għalihom u ħallihom jagħmlu li jridu - u issa ngħid aktar dwar dan - u hekk lill- Gvern ma joħorġuhx ta' ħmar f'dak li qed jgħid, li meta tidħol il-VAT il- prezzijiet ta' l-affarijiet ma jitilgħux.", "Pero' mhux il-liċenzji biss għolew.", "Quddiemi għandi l-Budget li ddiskutejna f'Diċembru li għadda .Sa dak inhar it-tariffi tat-telefon, ta' l-ilma u anke il-bolol kienu diġa' għolew u dawk kollu jridu inaqqru mis- saħħa tal-paga li jrid jaqbad l-ħaddiem.", "Aħna konna ġbidna l-attenzjoni fuq Tabella 7 tal-Budget - dik inhar proprju kien l-Onor.", "Josef Bonnici l- uniku Ministru f'din il-Kamra - u ddiskutejna dak il-punt fit-tul.", "Waqt li l-Gvern kien qiegħed jipprepara fil-Budget il-VAT ta' 15% kien tella' d- dazju b'15% fuq il-karozzi li ġejjin mill-Komunita'.", "Għaliex tella' d- dazju b'15%?", "Naturalment huwa qal li jrid jelimina d-dazju imma sadanittant huwa daħħal parti mid-dazju ta' 22% u l-kumplament għamlu fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi.", "Issa meta wieħed jeħodhom flimkien, isib li l-Gvern kien żied id-dazju b'15%.", "Imma meta ġejna għal dawk il-karozzi li huma importati minn barra l-Komunita' Ewropea, insibu li r-rata telgħet għal 10% - dan nistgħu narawh f'Tabella 7 tal-Budget.", "Mela dan kien kollu konsistenti ma' l-indikazzjoni ċara li kien qiegħed jagħti apertament il- Gvern lin-negozjant u lill-importatur, fejn kien qed jgħidu biex jaħseb għad-daqqa ta' meta tiġi l-VAT li din se tkun ta' 15% - jiġifieri bil-VAT se jiġi li jdaħħal inqas allura ħasbu għal dak it-telf xi sena qabel.", "U dan jidher ċar, Mr Speaker.", "Dak inhar jien ġbidt l-attenzjoni għal dan u wrejt lil tan-naħa l-oħra li kien hemm żieda ta' 10% u fuq oħrajn kien hemm żieda ta' 15% - jġifieri parti tan-non EC kienet ta'10% u ta' l-EC ta' 15%.", "U dan kien proprju l-pjan tal-Gvern li lill-istess negozjant jiktiblu l- iswed fl-abjad biex jurih li b'dan il-mod irid jimxi ħalli dak inhar li tiġi mplimentata l-liġi tal-VAT ma jħossx id-daqqa u b'hekk ikollu għalfejn joqgħod kwiet meta tidħol din it-taxxa u meta l-affarijiet jogħlew.", "Mr Speaker, din kienet indikazzjoni ċara tal-pjan tal-Gvern fejn qed jgħid lil dan is-settur biex idabbar rasu għal qliegħ bil-quddiem.", "Fil- fatt hekk għamlu u ħallewhom idabbru rashom bil-quddiem - hawn tidħol id- diżonesta tal-Gvern fejn ipprova jqarraq bil-poplu u għadu jqarraq bih sal-lum allavolja ilna niddibattu u niftħu għajnejn il-poplu bl-aktar mod ċar.", "Il-Gvern kellu l-kuraġġ jagħmel dan billi bl-iskuża tal- liberalizzazzjoni tal-prezzijiet, fetaħ il-bieb beraħ sabiex il-prezzijiet li l-importaturi ridu jgħollu, setgħu jgħolluhom proprju fil-perjodu bejn l- aħħar Budget li kellna u l-implimentazzjoni tal-VAT f'Jannar li ġej.", "Din hija diżonesta kbira min-naħa tal-Gvern u jien, dawn l-affarijiet mhux talli segwejthom bl-aktar mod serju talli anke għamilt xi domandi dwarhom.", "Dan inhar li ddibattejna u kont ġbidt l-attenzjoni għal dan; kien hemm ukoll l-Onor.", "Mifsud Bonnici u anke l-Onor.", "Josef Bonnici, li kien qal li b'dak li sar rigward iċ-ċaqlieq fir-reġistrazzjoni u d-dazju flimkien, il- Gvern kien se jitlef mid-dħul meta jiġu fl-aħħar tas-sena.", "Mill- indikazzjonijiet li hemm, meta tieħu kollox flimkien, jiġifieri t-tneħħija tal-boll u spejjeż oħra ta' transfer, anke mir-risposta għad-domanda parlamentari numru 20,070 li kont għamilt ftit ġranet ilu, jidher ċar li dak li se jdaħħal il-Gvern bejn dazju - sal-lum għadu dazju għax eventwalment dan isir VAT - u dak li jrid iħallas bħala reġistration fee fuq karozza ġdida, jirriżulta li m'huwiex minnu li l-Gvern se jitlef il- miljuni li qal anzi jien ngħid li pjuttost se jaqla.", "Għaliex?", "Għax il- Gvern diġa' kien ħaseb għal din l-eventwalita' u dan narawh minn kif mexa ma' l-importatur u n-negozjant.", "Mr Speaker, ftit ilu interessani artiklu ta' ġurnal dwar x'qal Ministru li għandu x'jaqsam ma' dawn l-affarijiet.", "Ġimgħa wara li ħareġ dak l- artiklu ta' l-Onor.", "George Bonello Du Puis li rreferejt għalih qabel waqt dan id-dibattitu.", "Il-ġurnal kien \"In-Nazzjon\" fejn qrat dan l-artiklu u kien dwar djalogu fuq il-VAT u kellu bħala headline \"Tnaqqis Sostanzjali fil-Prezz ta' l-iSpare Parts\".", "Naturalment jien qiegħed insegwi kollox biex, barra affarijiet oħra, inkun naf ukoll x'qiegħed jiġri mill-viċin fuq il-qasam tal-karozzi.", "F'dan id-djalogu li sar fil-Holiday Inn f'Tas- Sliema, kien tkellem proprju l-Ministru responsabbli dak inhar, l-Onor.", "Zammit Dimech.", "Dan kien qal li l-ispare parts tal-karozzi se jkunu wħud mill-prodotti li fuqhom se jkun hemm roħs sostanzjali bl-introduzzjoni tal- VAT.", "Illum dawn il-prodotti għandhom dazju li jvarja bejn 30% u 51%, li malli tidħol il-VAT dan id-dazju jitneħħa u tidħol minfloku ir-rata ta' 15%.", "Mr Speaker, jien ngħid li dan huwa kostitenti mal-mod kif mexxa bih il- Gvern meta bidel il-65% dazju fuq karozzi importati mill-Ewropa, u tellgħu għal 80% u issa qed jgħidu li meta tidħol il-VAT il-karozzi se jorħsu - kemm-il darba qaluha din tan-naħa l-oħra.", "Pero' llum nistaqsi jekk hux veru li raħsu l-karozzi.", "Jien ngħid li mhux talli ma raħsux il-karozzi ġodda - hemm argument ieħor għaliex għamlu dan - talli anke s-second hand cars telgħu b'aktar minn 30% u 40% bil-miżuri li ħa l-Gvern.", "Jien kont attendejt ukoll għal-djalogu li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fejn konna tkellimna fuq ir-roħs ta' l-ispare parts li kien semma l-Ministru Zammit Dimech.", "Jien nistaqsi lill-Ministru Zammit Dimech jekk qattx kellu l-okkażjoni li jmur jagħmel viżita lil dawn in-nies ħalli jgħidulek il-mod kif tela' l-prezz ta' l-ispare parts tal-karozzi dawn l-aħħar seba' u tmien xhur.", "Qatt kellek l-okkażjoni li tmur ġewwa xi wieħed minn dawn il-garages - minnhom hemm ħafna n-naħa ta' Tas-Sliema - ħalli jgħidulek b'liema mod li spare parts rduppjaw fil-prezzijiet?", "Allura dan mhux konsistenti mad- diżonesta tal-Gvern li ħadem b'dak il-mod fuq karozzi ġodda meta taparsi ta l-impressjoni li se jorħsu?", "Illum min imur jiċċekkja jsib li l-karozzi għolew u qed ikomplu jgħolew u qed jiġri hekk mhux minn barra - għax dan l- importanti - imma artifiċjalment minn hawn Malta, irrelevanti minn kemm jissaħħaħ jew jiddgħajjef id-dollaru.", "Dan l-istess diskors dwar il- karozzi japplika wkoll għall-ispare parts u allura mhux bilfors li wieħed igħid li kulma sar min-naħa tal-Gvern kien proprju pjan sabiex lill-poplu jaljenah billi ppermetta li f'dawn ix-xhur il-prezzijiet jesplodu.", "Mr Speaker bħalma ġibdu l-attenzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar l- eżaġerazzjoni fiż-żieda tal-prezzijiet meta morna nieħdu sehem f'laqgħat ta' djalogu, hekk ukoll ġibdu l-attenzjoni tal-Ministru meta staqsewh ukoll kif se jagħmlu tajjeb għal ċerti affarijiet li se jixtru bil-għoli sa l- aħħar tas-sena.", "Skond l-istess artikolu Il-Ministru għall-Ambjent irrisponda li l-Gvern se jinvestiga dawn ir-rapporti dwar prodotti li għolew minn barra biex jiżgura li l-prezz ma jkunx għola artifiċjalment.", "Għahekk jiena qed nistaqsi lill-Ministru jekk iċċekkjax dawn ir-rapporti u jekk mar jiċċekkja, jistax' jgħidilna x'kien ir-riżultat ta' dak li qed ngħidu aħna, jiġifieri li f'dawn l-aħħar xhur kull m'hu konness ma' karozzi għola.", "Lill-Gvern qiegħed nistaqsih ukoll x'inhi r-raġuni li mhuwiex qed jiċċaqlaq u qiegħed iħalli din is-sitwazzjoni.", "Jiena ngħid li l-Gvern qed iħalli din is-sitwazzjoni apposta għaliex nerġa' ngħid qiegħed jagħmel minn kollox biex jogħġob lill-employers, lin-negozjanti, lill-importaturi u lil dawk li dejjem imbottawh u għinuh u qiegħed jiġi jaqa' u jqum x'se jkun l- effett veru, jew x'diġa hu l-effett veru, fuq il-ħaddiem, fuq dawk li jaqilgħu l-inqas.", "Jien mort niċċekkja personalment u kkonfermajt li ħafna minn dawn li spare parts - il-parti l-kbira minnhom - telgħu b'40%, 45% u anke 50%.", "Jiena ħadt l-inkarigu wkoll li mort nistaqsi lil dawn li huma konnessi ma' l-aperturi ta' l-aluminium biex nikkonferma din il-politika qarrieqa tal-Gvern li qed jippermetti li kulħadd jagħmel li jrid, proprju f'perjodu meta għad hawn ilħna li qed jgħidu li m'hux sew li min jirrappreżenta lill- ħaddiem jipprotesta.", "Jien mort niċċekkja u qaluli li anke fejn jidħol aluminium ta' aperturi, minn tliet ġimgħat 'l hawn dan għola bi 15% jew 20%.", "U rrid nenfasizza li dan mhux minn barra għola imma minn Malta.", "Jien staqsejt lil tliet persuni li jixtru dan il-materjal mill-Italja jew xi pajjiż ieħor u jħallsu d-dazju li hu dovut u qaluli li l-prezz m'għoliex minn barra.", "Dawn ilhom imma jġibu materja prima għax-xogħol xi erba' snin u qed jgħidu li hawnhekk biss qed ikun hawn il-permess li jħallu lil min jgħolli l-prezzijiet artifiċjalment.", "L-istess nista' ngħid għall-injam u l-ħadid.", "X'għamlu?", "Minflok ma għollew il-prezz - dan ġara ħmistax ilu - naqqsu l-ammont tal-materjal b'20%.", "Per eżempju, jekk kont tixtri ħadida ta' għaxar piedi b'Lm1, illum bl-istess prezz se jagħtik waħda ta' tmien piedi.", "U dawn huma fatti li l- Gvern jista' jiċċekkjahom għax qed imisshom kulħadd.", "Dawn huma l-fatti li qegħdin jgħollu l-ħajja u li anke l-Gvern jaf bihom għax ġew riflessi fir- rata ta' l-inflazzjoni, li tant telgħet f'dawn l-aħħar xhur, u fir-rapporti li għandu l-Gvern.", "Allura x'inhi r-raġuni li l-Gvern m'huwiex jirreaġixxi?", "GĦaliex il-Ministru Zammit Dimech wiegħed li se jmur jinvestiga dawn ir- rapporti u li l-Gvern se jieħu passi dwarhom għax hu armat biex ma jħallix dawn l-affarijiet jiġru u ma għamel xejn?", "Meta mbagħad Alla jbierek ma nisimgħux b'każ wieħed minn dawn li qegħdin jagħmlu dan l-abbuż kollu kontinwament allura ma jfissirx li jkollna raġun ngħidu li dawn l- affarijiet qegħdin isiru u se jibqgħu jsiru bil-barka tal-Gvern sakemm tidħol il-VAT, ħalli kulħadd isib il-pożizzjoni soda tiegħu f'dawk li huma mportaturi u negozjanti?", "Din hi d-diżonesta' tal-Gvern!", "Dan hu li nixtieq nismagħhom jispjegawlna min-naħa l-oħra.", "Dan hu li hemm rifless fl-istudju li għamilna, qassamna u ppubblikajna.", "Nerġa' ngħid li dawn huma fatti li l- Gvern jafhom, imma qed iħallihom jiġru għax ma jistax jagħmel mod ieħor.", "Il-Gvern hu marbut ma' dak li jgħidulu l-Ewropej, ma' dak li jriduh jagħmel ta' l-Ewropa biex ikompli jilliberalizza, ma' politika li tressqu aktar lejn il-full membership fl-Ewropa, għax din hija l-mixja tal-Gvern u ma jistax jiċċaqlaq.", "Meta wieħed jara x'inhu għaddej bejn il-Gvern Malti u l-Komunita', jgħid kif jista' jiċċaqlaq il-Gvern meta l-European Commissioner li kien hawn fostna qal ċar u tond lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin biex inkomplu nintensifikaw il- liberalizzazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li qrajniha fil-ġurnali u li qed tirrifletti fuq il-Gvern għax dak kollu li qed jgħid, li se jikkontrolla, li hu armat u li mhux se jħalli l-prezzijiet jogħlew artifiċjalment, ma jistax jagħmlu.", "GĦaliex?", "GĦax bħalma diġa' għidt, hu fetaħ il-bieb u qalulu: \"Iva, qed togħġobna u kompli intensifika.\"", "U meta jkollok din il- politika tal-ġungla, fejn min hu b'saħħtu jagħmel dawn l-affarijiet u min hu l'isfel jinsab abbandunat minn min suppost qiegħed jieħu ħsiebu, li hu l- Gvern li tella', min irid jiċċaqlaq?", "Mhux ir-rappreżentanti tal-ħaddiema?", "Mr Speaker, dawn huma affarijiet li jbeżżgħuk.", "Qed narawhom jiġru, rajnihom jiġru f'dawn l-aħħar xhur u se jkomplu jiġru sa dak inhar ta' l- introduzzjoni tal-VAT, ħalli mbagħad il-Gvern to add insult to injury fl- ewwel xhur ta' l-introduzzjoni tal-VAT joħroġ jgħajjarna u jgħidilna: \"Qegħdin taraw kif l-liġi tal-VAT ġiet in vigore u l-prezzijiet ma splodewx\".", "U din hi l-logħba.", "Mr Speaker, ħalli niġi għal qasam ieħor.", "U jien wara li tkellmu sħabi b'tant abilita' m'inix se ntawwal, imma ma nistax ma nagħmilx referenza lejn settur ieħor.", "Wara li għamilt referenza għas-self employed u għall- businessman iż-żgħir - li qed jiġi skartat u abbandunat kompletament minn dak li qed jiġri - u d-diffikultajiet kbar li għandu u li se jkomplu jiżdiedulu fix-xhur li ġejjin, ma nistax ma nsemmix il-qasam tal-biedja.", "M'inix se nibqa' lura milli ngħid li dan il-qasam dejjem baqa' għal qalbi għax għamiltha ma' dawn in-nies u naf b'liema mod jaħdmu u kemm ibatu.", "U hawn l-istess, dan huwa settur li ftit intmiss.", "Kulħadd jaf li f'dawn l- aħħar snin kien hemm drive qawwija ħalli kemm jista' jkun Malta tersaq aktar biex togħġob lil tal-Komunita' ħalli forsi jibdew ikellmuna bis- serjeta' rigward il-full membership.", "Nafu wkoll li jekk hawn settur li huwa suxxettibbli għall-iċken daqqa' ta' kwantita' żejda jew nieqsa, huwa proprju l-qasam tal-biedja.", "Jien wieħed minn dawk li ili nsostni u insistejt fuq dan il-qasam mill-bidunett, mindu għall-ewwel darba ġie f'Malta espert - u hawn qed nirreferi għal Hagard Jacobsen - biex jagħtina indikazzjoni kif se tmur il-biedja f'Malta kieku Malta kellha tidħol fil- Komunita' Ewropea.", "Matul seminar li sar tliet snin ilu fejn kien hemm ukoll preżenti l-ex-Ministru Gatt, kien hemm espressjonijiet li jaqsmu l- qalb fosthom kien hemm avukat li studja l-Olanda - lanqas irrid insemmih għax nistħi - u qal: I feel more European than Maltese.", "Dawn huma affarijiet li ma ninsijhom qatt.", "Naf x'hemm fil-qlub ta' ħafna minn dawk tan-naħa l-oħra.", "Dak inhar kont qomt u staqsejt lill-espert preżenti x'jaħseb dwar dan is-settur lokali bħala espert li għadu ġej minn Brussels u li anke kellu intimidazzjoni qawwija mill-Għaqda ta' l-Ikel u Agrikoltura.", "Staqsejtu wkoll liema jaħseb li huwa l-prodott li l-bidwi Malti jista' jikkompeti bih mal-prezzijiet tal-prodotti varji li jipproduċu l-bdiewa fl-Ewropa.", "Dan irrispondini ċar u tond li kif inhi s-sitwazzjoni hawn Malta, bil-limitazzjonijiet li għandna, m'hemm l-ebda prodott li jista' jimmaġina li jista' jikkompeti ma' xi prodott mill-Ewropa bil-mezzi u t-teknoloġija kollha li għandhom fl-Ewropej u dak kollu li tagħtihom in- natura.", "Għaddew is-snin u xahrejn ilu kelli l-okkażjoni li mal-Leader tagħna, nattendi żewġ seminars li saru f'Haż-Żebbuġ u fir-Rabat ta' Għawdex.", "Dawn is-seminars kienu jittrattaw l-effett tal-VAT u l-futur tal-biedja f'Malta u ħadd ma wasal biex jikkonvinċi la lili, la l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u anqas u anqas lill-bdiewa preżenti li b'dak li qed jiġri u l-fatt li qed nersqu aktar lejn l-Ewropa l-bidwi għandu ċans li jaqla' l-għejxien tiegħu ta' nies.", "X'qiegħed jiġri issa, Mr Speaker?", "Il-Gvern jaf kemm hu diffiċli għall-bidwi li jaqla' l-għejxien tiegħu u kemm idum jistenna sabiex idaħħal flusu lura.", "Kultant il-biedwi jrid jistenna anke aktar minn sena sakemm idaħħal il-ħlas tal-prodotti tiegħu bħalma huma għeneb, patata u ħxejjex oħra li jittieħdu fil-Pitkalija.", "Dan hu sagrifiċċju żejjed li huwa differenti minn ta' ħaddieħor f'setturi oħra fejn wieħed jitħallas fil- pront.", "Allura la l-Gvern jaf b'din is-sitwazzjoni kollha fuq dan il- qasam, hekk diffiċli - u qalulu kemm hu diffiċli - għaliex lil dan is- settur qed ikompli jagħtih daqqa oħra li żgur se twassal biex il-bidja f'Malta - kif nafuha illum bħala full-timers - tinqered għal kollox?", "GĦaliex, bl-introduzzjoni tal-VAT, il-Gvern m'huwiex qed jinduna li qed iżid il-kalvarju tal-bidwi?", "GĦaliex il-Gvern li jaf kemm idum ma jdaħħal flusu lura qed ikomplu jimponi fuq il-bidwi żieda fuq il-prezzijiet diretti ta' pestiċidi u insettiċidi u servizzi, minbarra l-VAT li se jkun hemm fuqhom?", "Imbagħad smajna lill-Ministru Dalli jgħid li dwar dan il- bidwi se jkollu refund.", "GĦalhekk nistaqsi lill-Ministru Dalli: Int li taf li l-bidwi jkollu flusu kollha barra u taf bil-mod li jgħix u jqanċeċ, m'intix qed iżżidlu d-diffikultajiet tiegħu meta qed tgħidlu li jrid iqabbad lil min jeħodlu ħsieb ta' x'dieħel u x'ħiereġ ħalli jkun f'pożizzjoni li jitlob dawn ir-refunds?", "MR SPEAKER: Onor. skada l-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi li jkompli jinstema.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn qbil biex l-Onor.", "Micallef ikompli jinstema?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha u nwiegħed li ma ndumx ħafna.", "Qed ngħid affarijiet li jew ma ntqalux jew inkella ntmissu ftit.", "Mr Speaker, meta qed ngħid dan kollu, kif il-Gvern m'hux jieħu in konsiderazzjoni l-fatt li huwa stess qal li se jagħmel riforma radikali fuq dan is-settur?", "B'riforma radikali qed jgħid li jrid jispiċċa l-konċett ta' l-importanza strateġika ta' l- industrija tal-bidja - dan qalu l-Gvern.", "Jien ngħid li dan ifisser, ċar u tond, li l-Gvern se jkompli jżid id-diffikultajiet kbar li diġa' għandu l- bidwi.", "Meta tliet snin ilu kien ġie l-espert li ġab il-Gvern Haggard Jacobsen kien qal li ma jista' jara l-ebda prodott li jikkompeti, fil- prezz u mhux fil-kwalita' għax fil-kwalita' nipproduċu majjal aħjar minn kulħadd - forsi anke f'ħafna affarijiet oħra .", "Qed ngħid hekk li ma jmurx ikun hemm xi ħadd li jaħseb li qed nirreferi għall-kwalita'.", "Dik hija ħrafa tal-Gvern li jgħid li ntejbu l-kwalita' ta' ċerti affarijiet għax għal dik li hija kumdita', il-prodott ta' barra ħdejn tagħna ma joqgħodx għax tibda tgħid li dan għandu iż-żmien.", "Dak inhar tas-seminar jien stess ħadt miegħi laħam li kien ippakkjat f'County Down l-Irlanda sitt snin qabel ma wasal Malta.", "Dan għaddejtu lil Haggard Jacobsen li kont nafu u għidtlu biex joqgħod attent li ma jagħtuhx minnhu.", "Meta ra l-kaxxa skanta u staqsewni minfejn ġibtha.", "Dawn huma affarijiet li rridu nitkellmu fuqhom aktar 'il quddiem meta nkunu qed niddiskutu l-liġi tal-konsumatur.", "Mela se tispiċċa l-importanza strateġika ta' l-industrija tal-bidja u allura se tispiċċa l-protezzjoni, fis-sens li jiġi kkalkolat xi jkun ġie prodott lokalment qabel ma jiġi mportat frott, laħam jew prodotti oħra tal-biedja, ħalli mbagħad tinġieb biss id-differenza li tkun meħtieġa biex tissodisfa d- domanda.", "Din il-protezzjoni se tispiċċa wkoll, ladarba din l-industrija mhux se tibqa' meqjusa bħala industrija strateġika, jiġifieri li għandna bżonnha.", "Viva l-ambjent!", "Minflok din il-protezzjoni se jidħlu l-levies.", "U naturalment meta nersqu aktar lejn full membership fl-Unjoni Ewropea, anke dawn il-levies itiru.", "Hekk se jsir jew le?", "Dan huwa ċar.", "Malli jtiru dawn il-levies, tidħol il-VAT u jidħlu spejjeż oltre dawk li llum għandu l-bidwi, x'se jifdal mill-biedja Maltija?", "Nerġa' ngħid li qed nitkellem fuq settur li jien inħoss għalih u nħobbu.", "Meta mmur f'ċerti postijiet u nara dawk l-għelieqi miżmumin kif għandhom jinżammu, inħossni kburi.", "Imma x'se jifdal mill-biedja?", "Min se jkun f'pożizzjoni li jkompli jaħdem b'dak it-toqol kollu fuqu, meta jaf li l- Gvern mhux qed jagħti kasu?", "Mhux billi jiġu jgħidu li issa jġibu l-miljuni mill-Ewropa.", "Jien il-miljuni kont nippretendi li kellhom iġibuhom minn issa, għax il-bdiewa diġa' qed ibatu.", "Imma ejja ngħidu li kulma titolbu għal dan il-qasam se jagħtuhulkom u li veru se jagħtukom il-miljuni.", "Jien nistaqsi: Min hu dak iż-żagħżugħ, iben bidwi, li minkejja li jkollu l- għajnuna kollha tal-Gvern biex jattrezza ruħu, ikun jaf li fil-prezzijiet mhux qed jikkompeti mal-bdiewa ta' barra, u jibqa' f'dan is-settur, jieħu s- sussidju u jħossu inferjuri għax qisu qed jiġi merfugħ mill-pajjiż?", "Din hi l-pożizzjoni li se tiġi fiha l-biedja.", "Dan l-argument mhux qed ngħidu hawn biss; kont ngħidu anke lill-ex Ministru Gatt.", "Fil-fatt tkellimna dwar dan f'laqgħa f'Ħaż-Zebbug, u wara li spiċċat il-laqgħa u bqajna nitkellmu, ex kandidat tal-Partit Nazzjonalista qalli: Veru, Freddie; jien naħseb li l- Ministru Gatt, bħala l-bniedem responsabbli minn dan il-qasam, se jkun il- martri ta' din il-politika.", "Hemmhekk konna qed nitkellmu apertament ma' nies li forsi l-parti kbira tagħhom kienu l-istess kulur tal-Gvern.", "U jien lil dan l-individwu, li hu involut ħafna fil-biedja u jaf fuq xiex kien qed jitkellem, għidtlu li jekk il-Ministru se jkun martri ta' din il-politika, aħseb u ara kemm se jkunu aktar martri l-bdiewa li forsi m'għandhomx l- istess saħħa li għandu l-Onor.", "Gatt li, wara kollox dejjem jista' jmur jaħdem ta' perit!", "U jien nistaqsi lill-Gvern, kemm se jkunu martri aktar?", "GĦaliex dan il-qasam qed jitħalla jitkisser u jaqa' tant lura?", "Tant li l- aqwa bdiewa full-timers - jien niltaqa' ma' wħud minnhom - jgħidulek sinċerament li ma jifilħux ikomplu aktar f'din is-sitwazzjoni u se jkollhom jabbandunaw kollox.", "Mr Speaker, il-ftit li hemm li jagħmlu kuraġġ ngħidlek jien min huma, huma bdiewa li qabdu direttament ma' ċerti lukandi u jissupplixxuhom direttament huma b'dak li jipproduċu, għax il-bqija ma jistgħux jkomplu.", "Dawn jien niltaqa' magħhom kontinwament u kieku mhux għax mhux iqassmu prodotti bħal bajd, laħam u anke broilers, direttament lil ċerti lukandi, ma jkomplux.", "Mela la ma jkomplix min hu b'saħħtu u stabbilit u li qatta' ħajtu kollha f'dak ix-xogħol, min hu dak iż-żagħżugħ li se jagħmel il- kuraġġ f'sitwazzjoni bħal din, fejn tagħtih il-flus biex jidħol f'dan is- settur u jagħti l-kontribut tiegħu ħalli naċċertaw li Malta wkoll ikollha l- prodotti tagħha sa fejn hu possibbli.", "U dan hu li qed isir bil-VAT, qegħdin inkomplu ntaqqlu lill-bidwi, għaliex meta qed tgħidlu li jrid jistenna 18-il xahar biex jieħu lura r-refunds ta' dak kollu li ħareġ extra minħabba l-introduzzjoni tal-VAT tkun qed iddaħħlu fi spejjeż aktar.", "Meta tħallih dan iż-żmien kollu sakemm jiġbor flusu, tkun qed tagħmlu inqas kompetittiv.", "Dawn huma fatti li wieħed jista' jarahom għax qegħdin ngħixuhom u ma jistax ikun li n-naħa tal-Gvern il-politika ma tkomplix b'dan il-mod, għax għandna Gvern kommess ma' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid nerġa' ngħid li dan is-settur se jaqla' d-daqqa tal-mewt, anke jekk jagħtuna l- miljuni kollha li wieħed jista' jimmaġina u ngħadduhom lil min irid jarma mill-bidu f'dan il-qasam, għax dan ma jagħmilx kuraġġ meta jkun jaf li qed jiġi merfugħ.", "GĦax min irid ikompli f'dan il-qasam irid jiġi merfugħ u ħadd ma jieħu gost jiġi merfugħ.", "Illum lanqas l-għaqda li tant jaħdem għaliha Mr Speaker, fejn in-nies ma jkunux ġew 100% fit, ma jaċċettaw li jkunu merfugħin għax huma wkoll iridu jagħtu s-sehem tagħhom ħalli jħossu li qed jagħtu xi ħaġa lin-nazzjon.", "Mela min hu dan il-bidwi żagħżugħ jew kbir, hu min hu, li se jaċċetta li jkun merfugħ b'sussidji ħalli jkun jista' jikkompeti fil-prezz ma' prodotti li mbagħad malli nneħħu l-levies jibqgħu deħlin hawn Malta?", "Min hu dan?", "Min se jbigħ id-dinjita' tiegħu ħalli l- Gvern ikun jista' jibqa' miexi mingħajr ma jagħti almenu każ ta' dawn l- affarijiet li qegħdin jiġru.", "Mr Speaker jiena tkellimt dwar dak li għandi x'naqsam fih jiena u li se jintlaqat bil-VAT jiġifieri l-karozzi, spare parts u affarijiet oħra li huma konnessi.", "Semmejt ukoll il-qasam tal-biedja għaliex bħalma jaf il- kollega tiegħi l-Onor.", "Lawrence Gatt jiena dejjem bqajt konness ma' dan is- settur.", "Dan huwa qasam li dejjem kont miġbud ħafna lejh u hekk nibqa' għal ħajti kollha għaliex nerġa' ngħid dak li minħabba fih forsi anke avukati ħadu għalihom meta l-ltqajt magħhom - tgħidx kemm ittri rċevejt - li aħjar nagħmilha ma' bidwi għaliex isemper tnejn, igħidlek minn kollox imma jekk tkun ftehemt miegħu, tkun ftehemt.", "Dak inhar kont għidtilhom li fejn jidħol avukat l-għada fil-għodu jiġik b'xi ħaġa oħra biex ma biex ma jkomplix bil-ftehim.", "Kienu ħadu għalihom immens pero' llum ma rridx nidħol f'dan imma ngħid biss li bqajt niftakarha din.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, mhux għall-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qed ngħid - qed nirreferi għal min hu qiegħed f'pożizzjoni tajba f'waħda mill-korporazzjonijiet tagħkom.", "Dawn l-affarijiet jiena nħosshom u qed ngħidhom biex nurik li ladarba tiftiehem ma' dawn in-nies, tkun ftehemt.", "Hemm bżonn li l-Gvern jagħti kashom dawn in-nies għaliex dawn huma n-nies li qed iżommu settur li mingħajru lanqas nibqgħu nissejjħu nazzjon.", "Jekk tispiċċa l-biedja jispiċċa l-ambjent u dak kollu li jpaxxi l-għajn u għalhekk lill-Gvern nappellalu biex ma jkomplix itaqqal il-piż fuq il-ftit eluf ta' bdiewa li għad għandhom il-kuraġġ - żgur li ma jsibux xi ħaġa oħra x'jagħmlu u jkollhom jitilqu - li jkomplu jaħdmu f'dan is-settur.", "Mr Speaker tgħidx kemm għandi cuttings imma billi ħafna minn dak li kont se ngħid laħaq intqal mhux se nirrepeti.", "Nhar il-Ħadd kont qiegħed naqra \"The Sunday Times\" - nhar ta' Ħadd spiża ġmiela bil-ġurnali biex iżżomm ruħek aġġornat ma' dak li jkun għaddej ...", "Lanqas tiegħek m'hu se ngħid Onor. Josef Bonnici għaliex issa ġiet outdated allavolja ta' Lulju.", "Dak li qrajt f' \"The Sunday Times\" il-Ħadd li għadda laqatni mmensament għaliex kien miktub fil-paġna ta' \"A Christian Outlook.", "Infatti meta t-Tnejn fil- għodu ġbidt l-attenzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar dan l-artiklu huwa qalli li kien rah u li anke hu skanta b'ċerti affarijiet.", "Qiegħed nirreferi għal dak li nkiteb f'din il-paġna taħt it-titlu \"GWU's stand on VAT\".", "Lanqas hawn l-isem ta' min kiteb dan l-artiklu.", "Mur għidlu jmur ir- Ruanda bħala missjunarju!", "Jien qatt ma kont shaken fit-twemmin tiegħu la fis-sittinijiet u lanqas issa!", "(Interruzzjonjiet) Meta dan qed jgħid:", "\"This brings us to the VAT debate.", "VAT was one of the proposals included in the Electoral Programme of the Nationalist Party in 1992.", "That Party was voted in with a greater majority than it had in 1981 or in 1987.", "The PN can legitimately say that it has an electoral mandate to introduce VAT.", "Even the Labour Party acknowledges this.\".", "Ma nafx minn fejn ġabu dan li qal!", "Meta tara dawn l-affarijiet, almenu din l-biċċa ...", "Jien l-ewwel ma għidt Mr Speaker kien: Possibbli li min kiteb dan jemmen li dawk il-bdiewa li għadni kif tkellimt fuqhom marru jivvotaw għall-programm Nazzjonalista fejn kien hemm li se tidħol il-VAT?", "Possibbli dawk il-businessmen iż-żgħar li issa se jkollhom diffikultajiet kbar marru jivvotaw għall-Partit Nazzjonalista - li fihom qawwa kbira ta' votanti Nazzjonalisti u huma l-istess nies li kienu vvotaw għal-VAT li kienet proprju fil-programm tal-Partit Nazzjonalista - dawn huma setturi fejn hemm qawwa kbira sal-lum ta' votanti Nazzjonalisti - għaliex proprju fil-programm tal-partit kien hemm il-VAT?", "Possibbli dawk ix-xjuħ li qegħdin jgħixu mas-sorijiet - jien tant jimpressjonawni dawn ix-xjuħ - u li ħafna minnhom għandhom mat-80 jew 90 sena, ħarġu wkoll biex jivvotaw għall-VAT f'kull elezzjoni li semma' dan!", "Jiġifieri l-aħħar żewġ elezzjonijiet kienu f'idejn dawk ix-xjuħ ta' Ħas-Serħ ukoll, Onor. Borg u dan tarah mill-ktieb \"A Christian Outlook\".", "Dawn ukoll ivvotaw għall- VAT?", "Jien qiegħed ngħid dan biex nuri l-kwalita' ta' kitba li tinkiteb f'isem ir-reliġjon tagħna.", "Pero' dawn l-affarijiet iħasbuni.", "Naturalment dan il-ktieb ikompli jattakka lill-General Workers' Union għaliex ma ppubblikax rapport bħalma għamel il-Gvern u jgħid hekk:", "\"Can it be morally justified for a trade union or for anyone for that matter to force the view of the few on the majority.\".", "Il-kliem \"the few on the majority\" weġġgħuni.", "Ma naħsibx li konna daqshekk żgħar għax safejn naf jien ta' din in-naħa nirrappreżentaw nofs il- poplu.", "Jidher li min kiteb \"A Christian Outlook\" - f'isem ir-reliġjon tagħna, siker fit-twemmin Nazzjonalista tiegħu, li aktar tard dan it- twemmin ikabbru aktar u attakka wkoll lill-Union għax qal li mhijiex morally justified li tieħu azzjonijiet industrijali.", "U jien ngħidlu għaliex qed jgħid dan illum meta l-General Workers' Union iddikjarat bil- quddiem - mis-sena l-oħra - li se tagħmel battalja kontra l-introduzzjoni tal-VAT.", "Jien ma skantajtx meta ħarġu l-għaqdiet ta' min iħaddem biex jattakkaw l-id industrijali tal-moviment tal-ħaddiema u jgħidulhom li mhux sew jagħmlu hekk għax se jipperikolaw l-għajxin ta' ħafna ħaddiema u affarijiet oħra simili.", "Jien ma niskantax b'dawn l-affarijiet għaliex fil- bidu tad-diskors tiegħi għidt li l-Gvern ħa ħsiebhom b'mod li diġa' wriehom it-triq kif għandhom jippreparaw ruħhom ħalli ma jħossux l-effett tal-VAT.", "Jiġifieri l-Gvern diġa' għamlilhom il-cushion, anzi neħħilhom ir- restrizzjonijiet tal-price orders biex ma jinkwetawx bl-introduzzjoni tal- VAT.", "Allura min se joħroġ favur il-ħaddiem?", "Dak li neħħejtlu r- restrizzjoni tal-price order u għolla l-birra tiegħu b'2ċ!?", "Dak li se jiddefendi lill-ħaddiem jew min għolla l-prezz tal-minerali għal xejn b'xejn, li skond ir-rapport finanzjarju tas-sena ta' qabel kien qala' Lm1 miljun!?", "Jiġifieri dan kulma qed jagħmel huwa li jżid il-qliegħ tiegħu u l- Gvern xorta ma ċċaqlaqx għal dan.", "Għaliex?", "Għaliex fetaħlu l-bieb hu stess.", "Min jista' jiċċaqlaq?", "Dak li l-Gvern neħħilu l-price order biex iħallih jgħolli l-prodotti mingħajr ġustifikazzjoni ta' xejn?", "Dażgur li le.", "Pero' lanqas stennejt dak li intqal fil-paġna ntitolata b'isem ir- reliġjon.", "Jien domt ħafna nirrifletti fuqha.", "Jien wieħed minn dawk li ninsa ħafna għax wieħed minn dawk li kont għaddejt minn żmenijiet koroh fis- sittinijiet u wara li kkwalifikajt bħala technician mas-Signals, għax ġie ttappjat it-telephone tas-Sur Danny Cremona, li kien il-president tal- Partit Laburista u informajtu b'dan l-għada kelli nitlaq.", "Lil missieri, li kien jgħin ħafna fil-knisja, darba qalulu li fil-familja għandu wieħed li hu xitan u se jżommulu il-bulluttin.", "Darba waħħlu f'tabella bl-isem tal- pjazza \"Nerik Mizzi\" proprju mal-garaxx ta' fejn kont noqgħod jien mal- familja.", "Jiġifieri għaddejt minn ħafna affarijiet, imma lanqas affettwawni \"daqshekk\".", "Qatt ma żammejt xejn f'qalbi biex nipprova npattiha lil xi ħadd, għax dejjem għidt li din hija battalja li trid tiġġelidha.", "Imma mbagħad nieħu għalija meta ċerti nies jiktbu dawn l-affarijiet.", "U issa mhux qed ngħid biss għal dak li jingħad hawn.", "Anke \"Il-Ġens\" ħareġ jitkellem fuq il-VAT fl-Awstralja u f'pajjiżi oħra, u jien niskanta b'dawn l-affarijiet, għax m'għandhomx jitkellmu b'dan il-mod.", "Dak li kiseb il-ħaddiem ma kisbux bis-saħħa tagħhom, imma bis-saħħa tal- mexxejja tal-Moviment tal-Ħaddiema, bis-saħħa tal-General Workers' Union, bis-saħħa ta' Boffa, ta' Mintoff, ta' Karmenu u dawk kollha li mexxew il- Moviment tal-Ħaddiema.", "L-istandard of living li ksibna, ksibnieh bi tbatija kbira u għaddejna minn martirju morali u fiżiku liema bħalu, sabiex tajna lill-familja tal-ħaddiem iċ-ċans li tgħix bid-dinjita' li jixirqilha.", "U dan jafu kulħadd.", "Sa l-1971 la pensjonijiet diċenti ma kien hawn u lanqas pagi adegwati għall-ħaddiema.", "U kienu għadhom kemm spiċċaw disa' snin ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista .", "Dan kollu ksibnieh b'sagrifiċċju u ħidma.", "Għalhekk niskandalizza ruħi kif meta hemm it-theddida evidenti - u tajna prova ta' dan - li din is-sezzjoni ta' nies li aħna tant ħdimna biex ikollha d-dinjita' ta' bnedmin - u hawn qed nirreferi għall- pensjonanti, għall-familji bil-minimum wage u għal dawk kollha li l- istandard of living li qed igawdu llum jafuh lill-ħidma tal-Moviment tal- Ħaddiema - titlef dak li kisbet matul is-snin, ħadd m'hu qed jagħti kas.", "Ħadd m'hu qed jagħti kas tal-bidwi, tan-negozjant iż-żgħir, ta' dawk l-20% tal-poplu li llum qed jgħixu ta' nies bis-saħħa tal-liġijiet li taħthom jingħataw il-benefiċċji soċjali li għamel il-Moviment tal-Ħaddiema.", "Illum kulħadd qed jerġa' jxaqleb lejn naħa waħda.", "Mr Speaker, bl-aktar mod sinċier jien nappella anke lill-element żagħżugħ li llum hemm fil-Moviment tal-Ħaddiema.", "Fis-16-il sena li domna fil-Gvern lin-negozjant, lill-importatur u lil kulħadd tajnih iċ-ċans li jaħdem magħna għall-ġid tan-nazzjon.", "Ma kienx hemm importatur, negozjant jew proprjetarju ta' fabbriki kbar li ma daħħalnihx magħna biex jgħin ħalli ntejbu l-ġid tan-nazzjon sabiex minnu jgawdi kulħadd.", "Nieqaf hawn u nistaqsi: Kemm jafuhulna dan?", "Prova ta' din hija l-kwestjoni tal-VAT li qegħda thedded l-għejxien diċenti li rnexxielna nagħtu lil dik is-sezzjoni ta' nies li jaqilgħu l-anqas.", "Qegħdin naraw l-istess nies li fl-imgħoddi, fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet, kienu skjerati kontra l-Moviment tal- Ħaddiema u Alla jbierek jinsew li dak inhar anke aħna fil-Programm Elettorali tagħna tal-Gvern ta' l-1955 kellna \"Jekk Mhux Bħalkom, Mingħajrkom\" u kienu ħarġu għalina u għamlulna ħajjitna martirju.", "Iżda ma rridx inkompli fuq dan.", "Erġajna ġejna biex nagħżlu u nerġa' nappella liż-żgħażagħ biex ma jinsewx l-istorja u minn xiex għaddejna biex ksibna dan kollu, Nappellalhom jiftħu għajnejhom għaliex anke aħna konna twajbin iż-żejjed meta ħsibna li jekk indaħħluhom jaħdmu spalla ma' spalla magħna għall-ġid tan-nazzjon, se nrattbuhom u se jifhmu li għandu jkun hemm kontinwita' fil-ħajja diċenti ta' min qiegħed fl-istrata ta' isfel, jiġifieri min jaqla' l-anqas.", "Jidher li konna żbaljati għax fl-ewwel prova reġgħu ħarġu apertament u jidher li se jerġgħu jimxu bl-aktar ħruxija magħna.", "Dan jidher ċar u nappella lil min hu fil-Moviment li huma żbaljati dawk li jaħsbu li jekk jimxu bl-istess lingwaġġ tal-Gvern xi darba għad naslu biex nitkellmu l-istess ligwa.", "M'hemmx irġulija fin-naħa l-oħra.", "Jiena qed ngħid dan biex nirrispondi dak li bdejt bih, billi l-Onor.", "Bonello du Puis qal li min-naħa tagħna m'hemmx irġulija u m'aħniex kostruttivi.", "M'hemmx irġulija u m'humiex kostruttivi tan-naħa l-oħra, mhux aħna, għaliex il-mixja qarrieqa u diżonesta' li mxew biha matul dawn l-aħħar tnax-il xahar biex taparsi dak inhar li tiġi mplimentata l-liġi tal-VAT ma jkunx hemm effett, hija xi ħaġa li wieħed irid bilfors jistmerra.", "Nerġa' nappella lil dawk kollha li jagħmlu parti mill-Moviment tal-Ħaddiema biex issa li wasalna biex inċaqalqu l-arma ta' l- għaqda, l-arma li dejjem mexxiet il-Moviment tal-Ħaddiema ħalli ma jitkasbarx.", "Nappellalhom biex ilkoll inżommu l-irġulija u nkunu magħqudin ħalli b'dak kollu li nagħmlu, naċċertaw ruħna li l-ħaddiem ma jitlifx minn dak li kiseb s'issa.", "Għaliex jekk nibqgħu mexjin bil-mod li qed imexxi l- Gvern, lejn għaqda sħiħa ma' l-Ewropa, b'liġijiet bħal dawn li għandna quddiemna, il-ħaddiem se jieħu daqqa lura u jitlef dak kollu li kiseb.", "Mr Speaker, nappella lil kulħadd sabiex, bħalma għamilna fl-imgħoddi, magħqudin flimkien nagħtu s-sehem tagħna, għax bl-għaqda biss nistgħu nilqgħu għal dawn id-daqqiet li qed taqla' kontinwament is-sezzjoni tal- poplu li qiegħda fil-livell t'isfel.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Peress li m'hawnx quorum is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Skond Ordni Permanenti Nru. 11 il-Kamra ġiet sospiża fis-7.44 p.m. u rriżumiet fis-7.48 p.m.", "MR SPEAKER: Peress li hawn quorum is-seduta tista' tkompli bix-xogħol tagħha.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, m'hemmx dubju li din hija liġi li qajmet diskussjoni fil-pajjiż u probabbilment meta tgħaddi se tkun waħda mill- aktar liġijiet dibattuti.", "U naħseb li sakemm nibqgħu fil-limiti tar- raġjonevolezza, m'hemm xejn ħażin f'dan.", "Wara kollox, għalhekk qiegħed il- Parlament, biex jikkostitwixxi forum fejn jiġu dibattuti liġijiet u kwestjonijiet importanti fil-pajjiż.", "Ġaladarba qed insemmi l-Parlament, nappella biex id-diskussjonijiet dwar il-Kumitati tal-Kamra jintemmu; jekk hemm bżonn, kull naħa ċċedi xi ħaġa ħalli naslu fi ftehim sabiex jitwaqqfu dawn il-Kumitati, partikolarment dak li jkollu l-funzjoni li jiddiskuti l-liġijiet fid-dettalji tagħhom.", "B'hekk mhux biss ikun jista' jsir eżami aktar bir-reqqa tal-liġijiet li jitressqu quddiemna, imma nkunu nistgħu ukoll niddedikaw aktar ħin sabiex niddiskutu aspetti oħrajn tal-politika tal-Gvern, bħall-biedja li dwarha tkellem b'tant passjoni l-Onor.", "Freddie Micallef - ma qbiltx miegħu, imma ammirajt il-passjoni li tkellem biha dwar dak is-suġġett - u anke issues oħrajn, bħall-politika barranija, li jkunu jimmeritaw dibattitu.", "X'kienu r- raġunijiet li għalihom il-Gvern għażel it-triq li jdaħħal il-VAT?", "U x'kienu l-oġġezzjonijiet ta' dawk li - min għal raġuni u min għal oħra - mhux qed jabqlu ma' l-introduzzjoni ta' din is-sistema ta' taxxa?", "Il-Ministru Dalli, fl-introduzzjoni li għamel għal dan l-Abbozz, fl-4 ta' Lulju, għamilha ċara li l-Gvern qed iwettaq riforma kbira fis-sistema tat- taxxi indiretti f'pajjiżna.", "L-ewwelnett se jkun hemm l-eliminazzjoni kważi kompleta tas-sistema tad-dazji, u qed ngħid \"kważi kompleta\" għax naturalment id-dazji se jibqgħu għar-rigward ta' oġġetti mportati minn pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea.", "Imma li huwa aktar importanti hu mhux biss is-sistema imma anke l-mentalita' u l-loġika tad-dazji se tiġi eliminata.", "Il-Ministru Dalli semma l-eżempju ta' kif tinħadem il-VAT, kontrarjament għal kif tinħadem is-sistema tad-dazji.", "Per eżempju, illum oġġett li jiġi mportat u ma jasalx għand il-konsumatur għax jew jinkiser jew ma jinbiegħhx, una volta li jkun tħallas id-dazju m'hemmx refund fuqu, mentri bis-sistema tal-VAT jista' jkun hemm refund għall-oġġett li jkun ġie mportat tħallas il-VAT fuqu pero', għal xi raġuni jew oħra, dak l- oġġett ma jkunx ġie mibjugħ u allura ma jkunx ġie kkonsmat.", "GĦalhekk il- mira tal-Gvern hija li jkun hemm iktar ġustizzja mis-sistema ta' taxxi indiretti billi, filwaqt li jiġu eliminati d-dazji u r-rati differenti - ħafna drabi mingħajr raġuni jew loġika - jkun hemm flat rate ta' 15% li hija l-VAT li pero', kuntrarjament għas-sistema tal-lum, tkopri wkoll is- servizzi - b'din is-sistema se jkunu taxxabbli - u oġġetti oħra li llum m'humiex taxxabbli.", "Veru li dawn se jiġu taxxabbli pero' wieħed irid jikkonsidra din it-taxxa ġdida fuq dawn l-oġġetti fil-kontest ġenerali ta' l-eliminazzjoni tad-dazji u s-sistema tal-VAT innifisha.", "Il-Ministru wiegħed li din il-VAT se tkun revenue neutral fis-sens li, filwaqt li l-oriġini tad-dħul se jkun spostjat, the end result, bħala dħul finali, għandu jkun l-istess bħal dak tal-lum.", "Apparti minnhekk, affarijiet essenzjali li llum jintużaw minn kulħadd - naturalment x'inhu essenzjali jvarja skond il-ħteġijiet u skond iż-żmenijiet - se jiġu eżentati mit-taxxa tal-VAT.", "Dan huwa importanti għax hawn minn jikkwota pajjiż u hawn min jikkwota ieħor pero' li għandna quddiemna huwa dan l- Abbozz ta' Liġi li qed jeżenta lista sħiħa ta' affarijiet li huma essenzjali għall-ħajja ta' kuljum.", "Aħna ma nistgħux ngħidu li fil-futur ma tistax tista' tiġi mibdula, imma mhux anke d-dazji jistgħu jiġu mibdulin.", "Tista' tagħmel sales tax mingħajr ma tagħmel VAT.", "GĦalhekk dan l-argument li fil-futur jista' jinbidel, kollox jista' jinbidel bis-saħħa ta' liġi fil- Parlament.", "Dan l-Abbozz qed jagħmilha ċara li l-Gvern, biex jara li l-lower income groups żgur li ma jiġux milquta b'mod ħażin minn din it-taxxa, għamel lista ta' eżenzjonijiet.", "Forsi ftit kien hemm min semmieha fid-dibattitu li meta ngħidu li se jkun hemm ħafna affarijiet li se jkunu eżentati, il- proċess kollu li jwassal għall-bejgħ ta' l-oġġett eżentat ikun ukoll eżentat mill-VAT jew inkella wieħed jista' jitlob il-VAT lura li jkun ħallas jekk ikun xtara xi oġġetti li jwasslu għall-bejgħ ta' dak il- prodott finali.", "Il-VAT hija bbażata fuq il-politika ekonomika tal-Gvern.", "Ma nistgħux nifhmu din it-taxxa u għaliex qed tiġi ntrodotta jekk ma nifhmux ukoll dak kollu li wettaq il-Gvern Nazzjonalista fil-qasam tal-kummerċ f'pajjiżna mill-1987 'l hawn, minkejja l-kritika u minkejja l-oppożizzjoni li kellu.", "Mr Speaker, aħna ma ridniex li jkollna poplu li jkollu l-flus f'idejh u ma jistax jixtri dak li jrid.", "GĦalhekk neħħejna, kważi għal kollox, il- bulk buying, il-liċenzji u l-burokrazija li min jaf kemm ħolqot korruzzjoni, tidher jew ma tidhirx, nafu biha jew ma nafux biha, u ddaħħlet l-għażla ta' l-oġġetti.", "Dan kien ta' ġid għall-konsumatur jew le?", "Iva, kien ta' ġid għall-konsumatur.", "Tneħħew ħafna monopolji fejn ma kenux ġustifikati u t-tneħħijja tal-protezzjoni żejda wasslet li għall-flus li nħallsu nieħdu prodott aħjar.", "Il-VAT se tkompli f'din id-direzzjoni.", "Jekk se jitneħħew id-dazji u se jiġu sostitwiti bil-VAT, se tiżdied l- għażla, se jiġi liberalizzat iktar il-kummerċ, ħafna mill-afffarijiet se jorħsu, se jgħola wkoll allura indirettament l-\"istandard of living\" u se jkunu aktar aċċessibbli prodotti li jagħmlu l-ħajja iktar komda u moderna u ħadd ma jinħeba taħt protezzjoni li ma ħaqqux.", "Fl-introduzzjoni tal-VAT il-Ministru qalilna li l-Gvern se jitlef, bejn wieħed u ieħor, Lm45 miljun f'dazji li jiġbor llum, għalhekk il-VAT se tkopri wkoll is-servizzi.", "Hawn, iva , hija taxxa ġdida.", "Kieku wieħed kellu jagħmel voxpop u jistaqsi jekk irridux taxxa fuq is-servizzi naturalment li hekk weħidha miftumha mir-riforma ġenerali tat-taxxi indiretti żgur li ħadd ma jgħid iva.", "Hawn min iħobb it-taxxi?", "Tant hu hekk li r-referundum abrogattiv li jeżisti l-Italja u li, in parti, ġie kkoppjat fil-White Paper li ġiet preżentata f'Novembru li għadda jipprovdi li tista' issejjaħ referendum fuq xiex trid pero' ma tistax issejjaħ referendum fuq liġijiet fiskali.", "GĦaliex?", "GĦax huwa faċli li f'referendum tivvota le għal taxxa li tkun se tiġi ntrodotta jew inkella biex tħassar taxxi li jeżistu diġa'.", "Allura d-domanda li rridu nistaqsu hi jekk it- taxxa fuq servizzi li sal-lum ma kenux intaxxati hijiex meħtieġa u hijiex ġusta.", "M'hemmx dubju li anke jekk hija ġusta u meħtieġa sakemm tindara, kif indrat il-levy fuq l-ikel fir-ristoranti, se jkun hemm il-mistoqsijiet u se jkun hemm it-tħassib.", "Pero' t-taxxa tal-VAT, fuq is-servizzi u l- konsum ta' l-oġġetti li qabel ma kenux taxxabbli, trid tiġi apprezzata fl- isfond ta' riforma sħiħa, partikolarment it-tneħħijja tad-dazji u r-riforma tat-taxxi indiretti.", "Il-Gvern qed jgħid li din hija taxxa ġusta, għaliex peress li hi taxxa għall-konsum tintaxxa l-iktar lil min jikkonsma l-iktar.", "Barra minn hekk, l-affarijiet essenzjali li nikkonsmaw m'hux se jkollhom il-VAT u minn surveys li saru huwa xjentifikament provat li aktar ma familja jkollha dħul aktar tonfoq fuq is-servizzi bħala proporzjon ta' l- infiq tagħha.", "Id-dokument dwar l-impatt soċjali bit-twettiq tal-VAT, li ħareġ il-Ministeru tal-Finanzi dan ix-xahar, huwa bbażat fuq il-household budgetary survey ta' l-1988/89 u l-kritika ta' l-Oppożizzjoni dwar dan is- survey kienet li dan sar madwar sitt snin ilu u li dawk kollha li jaqilgħu inqas minn Lm50 fil-ġimgħa ma ġewx ikkonsidrati fir-riżultati ta' dan is- survey.", "Issa l-argument tiegħi hu li jekk f'dan is-survey instab li l- higher income groups jonfqu aktar bħala konsum u servizzi, allura meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-eżenzjonijiet isib li l-effett tal-VAT m'hux se jkun wieħed negattiv fuq il-lower income groups, ma naħsibx li f'dawn l-aħħar ħames snin din is-sitwazzjoni nbidlet.", "Anzi jekk inbidlet, inbidlet fis-sens li ġie aċċentwat iktar it-\"trend\", peress li żdiedu s- servizzi u għola l-\"istandard of living\", il-higher income groups qegħdin jonfqu iktar minħabba l-għażla u ż-żieda fis-servizzi li proprju se jiġu ntaxxati.", "Mis-survey joħroġ trend ċar li jgħid:", "\"The total expenditure on which a net effective neutral price effect is anticipated, ranges from around 82% of net income for households earning between Lm50 and Lm70 a week to some 57% on household income within the Lm150.\".", "U minkejja l-fatt li għaddew ħames snin, ma naħsibx li t-trend b'xi mod inbidel.", "Anzi jekk tbiddlet se tikkonferma iktar il-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport, u ta' l-inqas Lm50 huma nklużi wkoll f'dan ir-rapport, għaliex saret kritika li fil-fatt dawn m'humiex inklużi.", "Imma jien kont qed inwieġeb fuq l-ewwel kritika, jiġifieri għax għaddew ħames snin minn meta sar dan is-survey.", "Mr Speaker, il-VAT se teqred l-evażjoni tat-taxxa?", "Le, m'hijiex se teqred l-evażjoni tat-taxxa, għax bħalma hawn min jevadi t-taxxa ta' l- income se jkun hawn min jevadi t-taxxa fuq il-VAT, iżda issa ix-xibka se jkollha toqob iżgħar u idjaq minn fejn wieħed jista' jgħaddi.", "Per eżempju, ħafna mill-evażjoni tad-dazju m'hijiex daqstant fil-kuntrabandu pur u sempliċi li wieħed jaħbi oġġett minn tad-dwana, iżda jien nemmen li l-parti l-kbira ta' l-evażjoni tad-dazju ġejja għax minflok tikklassifika oġġett taħt kategorija b'dazju għoli, tikklassifikah taħt kategorija ta' dazju iktar baxx, jiġifieri l-evażjoni fid-dazju pjuttost ġejja mill- klassifikazzjoni qarrieqa ta' oġġett li jiġi klassifikat b'rata inqas milli suppost.", "GĦal ħafna mill-oġġetti li se nimportaw issa se jkun hemm rata waħda ir-rata tal-VAT, ir-rata ta' 15%.", "Anke jekk wieħed jitlaq minn dan il-punt biss ukoll jara li t-toqob tax-xibka minn fejn wieħed jgħaddi se jkunu idjaq.", "Il-fatt li din m'hijiex se teqred l-evażjoni ta' l-income, huwa veru iżda għall-ewwel darba se jkun hemm mezz aktar effiċjenti biex wieħed jista' jiġġieled din l-evażjoni għaliex il-proċess kollu mill- importazzjoni sal-konsum irid jgħaddi mill-fażijiet taxxabbli u mill- fażijiet - proprju għaliex taxxabbli - reġistrabbli.", "Din it-taxxa ma tagħmilhiex impossibbli li wieħed jevadi, iżda tagħmilha aktar diffiċli tant li minn fost in-negozjanti kien hemm il-kritika proprju fuq hekk għaliex issa hemm iktar ċans li wieħed jara kemm ċerti nies qed jaqilgħu.", "Hemm argumenti kontra l-VAT u mhux biss f'Malta iżda anke barra minn Malta għalkemm ma rridux ninsew li l-VAT f'kull pajjiż tiġi \"in various shapes and forms\".", "Hawn min per eżempju, jagħmel rata waħda fissa għal kollox u fuq kollox li mħaddma ħażin, naturalment tista' tipproduċi riżultati u effetti ħżiena.", "Dawn l-argumenti tajjeb li niddibattuhom fil-Parlament, pero' irridu noqogħdu attenti liema argumenti niddibattu fil-Parlament għaliex xi kultant ċerti argumenti li jinġiebu anke f'konferenzi politiċi naħseb li ma jkunux qed jingħadu bis-serjeta'.", "Hawnhekk qed nirreferi b'mod partikolari għal dak li ġie rrapportat f' \"l-Orizzont\" l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qal li issa anke l-quddies se jiġi ntaxxat bil-VAT.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici kienx rapportat ħażin, pero' f'kopja ta' ittra li nkitbet f' \"L-Orizzont\" minn xi ħadd li uża n-nom de plume \"Is-Sewwa\" qal kemm kienet tajba din il- konferenza politika fuq il-VAT li saret f'Għawdex.", "Minn din l-ittra laqtuni tliet punti li wieħed minnhom kien li l-Onor.", "Mifsud Bonnici qal li issa anke l-quddies se jiġi milqut mill-VAT għaliex hija attivita' li toħroġ minn vokazzjoni.", "Jiena ma naħsibx li l-offerti li jingħataw fis- sagristija biex jiġu ċelebrati quddies għall-erwieħ tal-mejtin nistgħu ngħidulhom li ġejjin minn attivita' li toħroġ minn vokazzjoni.", "Mill- katekiżmu li għallmuni l-ebda quddies ma jinxtara; wieħed jagħmel offerta lill-qassis li jiċċelebra, li żgur m'hijiex taxxabbli mill-VAT.", "Apparti minn dan jiena rajt stramb il-fatt li din il-kritika ġejja proprju minn bniedem li vvota favur l-Att X ta' l-1983 biex jinqerdu l-legati li n-nies jagħtu sabiex jiġi ċelebrat il-quddies għall-erwieħ tal-mejtin.", "Pero' naturalment ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: On a personal explantation, Mr Speaker.", "L- ewwelnett jiena ma vvutajtx biex jinqerdu l-legati piji.", "Jien insistejt, ħambaqt u priedkajt ma' Malta u Għawdex - ma jiddispjaċinix - u dak li ppriedkajt ġie aċċettat mill-awtoritajiet tal-Knisja f'Malta u f'Ruma li l- legati piji ta' iktar minn 25 sena wara l-mewt m'għandhomx jitħallew.", "U din daħlet bħala regola.", "Il-Knisja stess aċċettat, issa jekk l-Onor.", "Borg ma jaqbilx li 25 sena huwa perjodu suffiċjenti għas-sufraġġju ta' ruħ mejta allura hija kwestjoni oħra imma ma vvutajtx biex jinqerdu l-legati piji ħalli nkunu preċiżi.", "Issa għal dak li hemm f' \"L-orizzont\", jekk l-elemożina li s-saċerdot jirċevi tal-quddiesa ma tiffurmax parti mill-income tiegħu għall-finijiet ta' l-income tax għandu raġun l-Onor.", "Borg, pero' jekk l-elemożina tifforma parti mid-dħul ta' saċerdot - kif fil-fatt hija - għal finijiet ta' l- income tax allura għandi raġun jien.", "Pero' jien irrikonoxxejt li din il- Liġi hija liġi li tagħti pieni poteri lill-Ministru li għandu s-setgħa jgħid li dik l-attivita', għalkemm normalment hija attivita' ekonomika, xorta m'hijiex soġġetta għall-VAT.", "Jiġifieri jista' jeżenta l-għoti tal- quddies mit-taxxa u jekk ma jagħmilx dik l-eżenzjoni, allura hija soġetta għat-taxxa għaliex hija dħul minn vokazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-liġi li fil-fatt ivvota favur tagħha, fl-24 ta' Settembru 1984 ġiet dikjarata kontra l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna mill- Qorti Kostituzzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, din tirrikjedi spjegazzjoni personali.", "Jien jiddispjaċini doppjament għal dak li qed jgħid l-Onor.", "Borg, l-ewwelnett għaliex m'huwiex veru u t-tieni nett għaliex ġejja minn bniedem li żgur jaf x'qalet il-Qorti Kostituzzjonali.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ġiet dikjarata kontra l-Kostituzzjoni għaliex tiddiskrimina bejn il-Knisja Kattolika u reliġjonijiet oħrajn li m'għandhomx l-element tal-quddiesa, l-element tas-sagrifiċċju u allura ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini ngħid li dak li qed jgħid l- Onor. Borg m'huwiex veru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, hekk qiegħda issa jekk trid inġiblek is-sentenza.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fuq dan il-punt li għandu jkun hemm limitazzjoni għat-tul tal-perjodu tal-legati piji b'suffraġju tal-mejtin, il-Qorti Kostituzzjonali ma ppronunzjatx ruħha.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, wara din il-pawsa divina, argument li ġie ripetut ħafna drabi kien li l-VAT hija biss mediċina qarsa li rridu nibilgħu waqt li nsoddu mneħirna sabiex nakkwistaw it-tessera tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt il-maġġoranza tal-pajjiżi li għandhom sistemi li tixbaħ lill-VAT huma proprju barra l-Komunita'.", "Li din it-taxxa qed issir sabiex nidħlu biss hija veru in parti biss, għaliex jekk il-VAT tgħinna sabiex nidħlu fl-Ewopra - jeżisti mandat konfermat tliet darbiet ...", "Sa mill-kampanja elettorali ta' l-1981 l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista ħareġ bil-proposta li nidħlu fl-Unjoni Ewropea, dak iż-żmien Common Market imbagħad Komunita' Ewropea - kienu jbeżżgħu lin-nies mill- VAT.", "Mela allura din kienet parti mill-kampanja elettorali ta' l-elezzjoni ġenerali flimkien ma' issues oħrajn fosthom l-isssue ta' l-iskejjel Kattoliċi u l-issue tal-mod kif ma kien hawn l-ebda liberalizzazzjoni tal- kummerċ.", "Imma jekk din tgħinna sabiex inwettqu l-mandat biex nidħlu fl- Unjoni Ewropea - għax wara kollox il-maġġoranza tal-poplu vvotatilna għal tliet darbiet wara xulxin - allura jkun tajjeb li ndaħħlu l-VAT ukoll.", "Din hija raġuni waħda għaliex qed tiġi ntrodotta l-VAT.", "Il-VAT se nintroduċuha għaliex hija tajba u ġusta u għaliex tgħinna biex nidħlu fl- Unjoni Ewropea u dawn iż-żewġ affarijiet mhumiex kontradittorji.", "Jien nista' ngħid li l-abort u d -divorzju huma ħżiena għaliex il-Knisja tikkundannahom imma fl-istess ħin nista' ngħid ukoll li l-Knisja tikkundannahom għaliex l-abort u d-divorzju huma ħżiena fihom infushom.", "U din hija l-istess ħaġa.", "Aħna qiegħdin ngħidu li l-Unjoni Ewropea daħħlet il-VAT għaliex hija meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet ekonomiċi u politiċi tagħha li huma għanijiet tajbin.", "Issa dawk l-għanijiet ekonomiċi ta' l-Unjoni Ewropea huma tajbin mhux għaliex tgħid li huma tajbin l-istess Unjoni Ewropea u għax timponihom imma għax huma tajbin fihom infushom.", "L-Oppożizzjoni qajmet l-argument li apparti l-effetti rigressivi tat- taxxa - li din it-taxxa se tolqot lil min ma jiflaħx għaliha, ħaġa li mhijex sostnuta la mill-analiżi u lanqas mis-surveys xjentifiċi - se jkun hemm effett ħażin għaliex se toħloq ħafna burokrazija u mili ta' formoli u karti.", "Mr Speaker, jien naħseb li kull ħaġa li hija ġdida toħloq ċertu diżgwid sakemm tindara iżda li l-karti li hemm bżonn li wieħed jimla ma naħsibx li jkunu ħafna aktar komplikati minn karti oħra li llum timlihom kull persuna li tħallas it-taxxa u għandha negozju għal skopijiet tat-taxxa bħal formoli oħrajn tal-PT u bħall-PAYE aktar u aktar meta wieħed jikkonsidra li n-negozji żgħar ta' ċertu turnover limitat m'hemmx għalfejn jibgħatu return tat-taxxa tal-VAT ħlief - u jekk jien żbaljat jikkoreġuni - darba fis-sena.", "Hemm ukoll l-oġġezzjonijiet ta' l-akbar union fil-pajjiż li hija l- General Workers' Union.", "L-oġġezzjoni prinċipali tal-General Workers' Union - li tgħid li tirrappreżenta u tiddefendi l-interessi tal-ħaddiema - hija li minħabba l-VAT se togħla l-ħajja, se jinżel l-istandard of living u allura se jiġu affettwati proprju l-ħaddiema u nies oħrajn li m'għandhomx dħul biżżejjed.", "Min-naħa l-oħra l-Gvern qiegħed jeskludi li dan se jsir overall cioe' ċerti affarijiet se jogħlew iżda oħrajn se jorħsu u għall- lower income groups - meta wieħed jara x'tikkonsma din il-kategorija ta' nies - l-effett se jkun newtrali.", "Il-Gvern qed jgħid ukoll li fi kwalunkwe każ, jekk tiġi reġistrata overall xi żieda se jikkompensa lil dawk li jiġu milquta minn din iż-żieda.", "Issa s-sabiħa hija li l-General Workers' Union qed tgħid li se tibda sensiela ta' azzjonijiet industrijali minħabba l-effett tal-VAT meta din it-taxxa għadha lanqas biss bdiet titħaddem u meta għadu lanqas biss għadda l-Abbozz ta' Liġi mill-Parlament.", "Jien qed nirreferi għall-azzjonijiet industrijali mhux għall-kritika.", "Wieħed jista' jikkritika t-taxxa kemm irid qabel imma li wieħed jibda jagħmel azzjonijiet industrijali qabel ma din il-liġi tgħaddi mill- Parlament u qabel ma tiġi ntrodotta jien nemmen li dan juri nuqqas ta' serjeta'.", "Is-serjeta' titlob li jekk għandu jsir xi ħaġa l-ewwel imisshom iħalluha tiġi ntrodotta imbagħad jekk ikun hemm effetti ħżiena u l-Gvern ma jikkompensax għal dawn l-effetti ħżiena li jista' jkun hemm fit-teorija allura mbagħad wieħed jista' jieħu l-azzjoni industrijali.", "Safejn naf jien meta jkun hemm inkwiet industrijali l-azzjoni industrijali tkun il-miżura \"of the last resort\".", "Allura quddiem dan kollu wieħed mill-ewwel jiġih suspett raġonevoli u jistaqsi d-domanda li bħalma ġara fl-imgħoddi dawn l- azzjonijiet industrijali huma biss forċini fil-ġlieda tal-Malta Labour Party dwar il-kwestjoni tal-VAT.", "Din il-ħaġa mhijiex l-ewwel darba li ġrat.", "Kulħadd jaf li wara d-divorzju bejn il-Malta Labour Party u l-General Workers' Union wara t-tkaxkira ta' 13,000 vot ta' l-elezzjoni ta' l-1992 - għax dawn hemmhekk biss taparsi iddivorzjaw - dawn baqgħu jgħixu flimkien taħt l-istess saqaf ħalli ma nużax kelma aktar Maltija.", "Sa l-1991 fuq it- television kienu jmorru rappreżentanti tal-General Workers' Union - bħal Anġlu Fenech - jirrappreżentaw lill-Malta Labour Party bit-titolu ta' Malta Labour Party quddiem isimhom.", "Meta ġew il-vapuri tar-Royal Navy u l- Malta Labour Party ħa pożizzjoni kontra din il-ħaġa, l-General Workers' Union - li hija union u mhux partit politiku - ħadet pożizzjoni kontra wkoll għaliex qalet li jkun hemm il-possibilita' li dawn il-vapuri jġorru l-armi nuklejari u dan ikun ta' periklu għas-saħħa tal-ħaddiema tal- Port.", "Għalhekk din dawruha fi kwestjoni industrijali.", "Pero' mbagħad meta dawn il-vapuri daħlu f'San Pawl il-Baħar irtiraw id-direttiva bħallikieku kieku splodew l-armi nuklejari f'San Pawl il-Baħar il-ħaddiema tal-Port il-Kbir ma kenux jiġu affettwati!", "Meta l-Malta Labour Party ħareġ bil-bojkott kontra l-President Ċensu Tabone - u din kienet azzjoni purament politika - anke hawnhekk indaħlu u l-iskuża kienet għaliex il- President Tabone - kif għandu dritt skond il-Kostituzzjoni - biddel l- istaff tiegħu.", "Hekk jonqos issa, jsir President ġdid u dan ma jistax ibiddel l-istaff tiegħu!", "Għalhekk minħabba li l-President biddel l-istaff tiegħu huma ħarġu jibbojkottjaw lill-President Ċensu Tabone wkoll u għax għatas l-imgħallem għatsu huma wkoll.", "Dawn ibbojkottjaw lill-President proprju għax eżerċita d-dritt tiegħu!", "Sal-lum - anke wara t-taparsi divorzju - l-ġurnal tal-General Workers' Union \"L-Orizzont\". joffri servizzi b'xejn ta' riklami b'paġna sħiħa kuljum lill-Malta Labour Party.", "Dawn kienu jgħidulna li hawn Malta hawn moviment wieħed tal-ħaddiema maqsum f'żewġ fergħat - il-fergħa politika u l-fergħa industrijali.", "Issa skond il- politika ġdida ta' aġġornament dan m'għadux iżjed iseħħ imma l-fatti l- istess jibqgħu.", "Hemm l-istess nies kemm fil-fergħa politika kif ukoll fil- fergħa industrijali.", "Allura kif nistgħu nieħdu lill-General Workers' Union bis-serjeta' fuq din l-issue meta din dejjem irrifjutat li tieħu sehem f'kull xorta ta' diskussjoni, parteċipazzjoni, suġġerimenti jew involviment mal-Gvern fuq l-implimentazzjoni tat-taxxa tal-VAT?", "Il-fergħa industrijali għandha l-għamad li għax il-fergħa politika ta' l-hekk imsejjaħ moviment wieħed tal-ħaddiema tagħmel hekk din tagħmel hekk hi wkoll.", "Oġġezzjoni oħra li ssemmiet mill-ħabib tiegħi l-Onor.", "George Vella fis- seduta ta' l-20 ta' Lulju kienet li fil-fatt din mhijiex taxxa ta' 15% anzi hija taxxa ogħla għaliex għalkemm huwa veru li l-importatur iħallas 15% fuq il-valur tal-prodott importat mill-istadju meta jiġi mportat l-oġġett sakemm jiġi kkonsmat titħallas dejjem taxxa ta' 15%.", "Pero' t-taxxa ta' 15% - u hawnhekk qalha l-Onor.", "Vella - titħallas biss fuq il-value added.", "Mela allura dejjem fuq il-value added titħallas il-15% u l-konsumatur fil-fatt fl-aħħar mill-aħħar qed iħallas 15% fuq il-prezz ta' l-oġġett wara li jgħaddi mill-istadji kollha u wara li jingħaddu naturalment il-profitti wkoll mentri bid-dazji - u dan ma semmihx l-Onor.", "Vella - li għandna llum mhux hekk isir.", "Kuntrarjament għal dak li jiġri fil-VAT il-profitt tan- negozjant u l-importatur bħala persentaġġ jinħadem fuq il-valur ta' l- oġġett bid-dazju miżjud miegħu.", "Għalhekk in-negozjant li jimporta u kull min jittrasferixxi oġġett b'mod kummerċjali, meta jaħdem il-profitt tiegħu jaħdem ukoll il-profitt tiegħu fuq il-valur tad-dazju li qed jieħu l-Gvern u l-Gvern ma jieħu xejn minn dan kollu.", "Allura din l-operazzjoni fil-każ ta' l-importazzjoni kif inhi llum tirrepeti ruħha f'kull trasferiment kummerċjali bi skop ta' profitt sakemm l-oġġett jispiċċa f'idejn il- konsumatur.", "Għandek il-\"cascading effect\" tad-dazju li issa se jispiċċa u allura meta wieħed iħares lejn iż-żewġ sistemi m'huwiex korrett li wieħed jgħid li hija iktar minn 15% għaliex se jitħallas il-15% mhux biss fl- importazzjoni imma anke fil-\"value added\", meta llum għandek sistema li qiegħda tagħti l-qliegħ lin-negozjant u tagħtih id-dritt li jagħmel profitt anke minn fuq id-dazju u tikkastiga lill-konsumatur.", "Qabel ma nagħlaq xtaqt nirreferi għal-żewġ punti li tqajmu mill-Onor.", "Portelli li peress li huwa l-ispokesman fuq il-housing allura huwa naturali li d-diskors tiegħu kien ibbażat l-iktar fuq id-djar.", "L-Onor.", "Portelli qal li bid-dħul tal-VAT, jekk is-sid jagħmel tiswijiet fil-fond, fuq dawn is- servizzi jrid iħallas il-15% VAT u allura din se tiġi riflessa fl-għoli tal-kera.", "Issa ħalli nispjega ftit x'qed jgħid.", "Il-liġi tagħti dritt li sid il-kera jgħolli l-kirjiet b'10% ta' dak li jkun nefaq - nimmaġina li l- Onor. Portelli hawnhekk qed jinkludi l-VAT.", "Meta qed nitkellmu dwar din iż- żieda l-ewwelentt irridu ngħidu li meta l-ispiża ta' 10% tgħola aktar mill- kera, il-kera ma togħliex iktar mid-doppju.", "Mela din l-eventwalita' tapplika biss għal dawk il-każijiet fejn se jkun hemm żieda, pero' mhux aktar mid-doppju tal-kera u dik iż-żieda se tkun se mai 10% tal-15%.", "L-argument l-ieħor li semma imbagħad kien dwar meta l-inkwilini jaħslu t- taraġ tal-flat u allura suppost iħallsu l-VAT li trid tiġi maqsuma bejn kulħadd.", "Issa dawn fl-opinjoni tiegħi m'humiex argumenti serji, jistgħu jkunu teknikament validi in parti bħalma ...", "(Interruzzjonijiet) Jiena qgħadt kważi tliet sigħat nisma' lill-Onor.", "Portelli u ammirajt il- preparazzjoni tiegħu f'dan is-suġġett, pero' naħseb li fuq din ma kienx korrett bħalma ma kienx korrett ukoll meta qal li l-kirjiet tal- villeġġjatura se jkunu taxxabbli bil-VAT.", "Dawn m'humiex se jkunu taxxabbli għaliex l-10% VAT se tiġi applikata biss fuq il-guest houses.", "Jekk wieħed iħares lejn id-definizzjoni tal-liġi dwar x'inhuma guest houses u \"holiday furnished premises\", isib li din teskludi l-villeġġjaturi għaliex dawn m'humiex holiday premises.", "Holiday premises u guest houses japplikaw biss għat-turisti għaliex id-definizzjoni ta' holidaymaker fil-liġi huwa dak li ma jgħix f'Malta u lanqas joqgħod f'Malta għal perjodu ta' iktar minn tliet xhur.", "Jiġifieri din l-idea li b'xi mod il-kirjiet tal- villeġġjaturi se jkunu effettwati, hija eskluża b'mod ċar mil-liġi stess.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li din hija liġi li hija parti minn strateġija ekonomika usa' minn din il-liġi nnifisha.", "Hija ħolqa waħda biss minn katina twila li in parti ġiet iffurmata u in parti għad trid tinħoloq.", "Dawn ir-riformi ekonomiċi huma tajbin fihom infushom, huma tajbin ukoll għaliex iwittulna t-triq għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Il-VAT hija ħolqa importanti f'dan il-proċess li beda, għadu sejjer u l-Gvern għandu mandat mill-poplu sabiex ikompli sakemm issir l-aħħar ħolqa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, jiena ippruvajt insegwi d-debates tal-Parlament dwar din il-Liġi u nnotajt li kull darba li tkellmu kelliema min-naħa tal-Gvern, kemm meta tkellem il-Ministru, kemm meta tkellem is- Segretarju Parlamentari kif ukoll meta tkellmu kelliema oħra, dejjem ippruvaw jagħtu l-impressjoni u jiddefendu dak li jgħidu, li l-VAT hija liġi li m'hu se jkollha ebda effett soċjali.", "Tant insistew fuq dan il- punt li saħansitra ħarġu dokument imsejjaħ \"L-impatt ta' l-introduzzjoni tal-VAT fuq il-ħajja soċjali\" sabiex jippruvaw it-teorija tagħhom.", "Jiena dan id-dokument qrajtu u sibt diversi affarijiet fih fejn b'xi mod jew ieħor ippruvaw ipinġu li l-VAT mhux se jkollha effett għaliex se jkun hemm ċerti affarijeit li se jkunu zero rated, fost oħrajn xi affarijiet ta' l- ikel, servizzi ta' l-edukazzjoni u xi mediċini.", "Pero' kien hemm qasam wieħed soċjali li ftit li xejn issemma f'dan id-dokument li ġie ppublikat; il-qasam tad-djar.", "Jien naħseb li wieħed mill-oqsma soċjali importanti huwa proprju dan il- qasam u kulma intqal biss - kemm f'dan id-dokument kif ukoll fid-debate li issa ilu għaddej għal ħafna żmien - kien, li mhux se jkun hemm VAT fuq bejgħ ta' proprjeta', mhux se jkun hemm VAT charged meta l-proprjeta' tingħata b'ċens u mhux se jkun hemm VAT fuq il-kera.", "Pero' naħseb li billi tgħid hekk biss bl-ebda mod ma tkun qed teskludi l-effett reali fiskali li se jkollha l-VAT fuq il-propjeta'.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jistaqsi jekk f'dan il-pajjiż għandniex problema fejn jidħlu d-djar.", "Jekk wieħed jara x'jgħidu is-slogans tal-Partit Nazzjonalista u l-frażi li jħobbu jużaw il- kelliema tal-Gvern fid-diskorsi li jagħmlu fejn jgħidu li jixtiequ li kulħadd ikun sid daru u li l-Gvern qiegħed jaħdem biex kulħadd ikun sid daru, wieħed jasal biex jaħseb li dawn veru huma impenjati biex inaqqsu jew isolvu din il-problema.", "Pero' fir-realta' - anke minn diskorsi li jagħmlu ċertu membri tal-Gvern - tinduna li l-problema teżisti u qegħda tikber.", "Xi ftit ta' żmien ilu s-Segretarju Parlamentari nkarigat mid-Djar, illum il- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd, kien ammetta u qal li minkejja l- ammont ta' appartamenti li qed jinbnew u jitqassmu mill-Gvern, it-talba għall-akkommodazzjoni qegħda dejjem tikber.", "Allura żgur li din hija problema reali u soċjali f'pajjiżna.", "Meta n-naħa tal-Gvern jitkellmu b'dan il-mod wieħed jasal biex jgħid li probabbilment m'humiex japprezzaw l-entita' tal-problema għax kieku la jaslu biex jgħidu li din il-problema qed tissolva u anqas u anqas ma jaslu biex jgħidu li l-VAT mhux se jkollha l-ebda effett fuq id-djar.", "Mr Speaker ħa nippruvaw niflu ftit il-problema tad-djar imbagħad naraw kif il-VAT se taffettwa din il-problema.", "Il-problema tad-djar ġiet fuqna minħabba żewġ raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija li d-domanda għad-djar kibret u t-tieni raġuni hija li f'dan il-pajjiż il-proprjeta' għoliet u matul dawn l-aħħar ftit snin il-prezz tagħha sploda.", "Id-domanda għad-djar kibret għal raġunijiet demografiċi u soċjali.", "Fejn qabel għal 300,000 persuna kien ifisser li jkun hemm xi 100,000 familja, illum probabbilment 300,000 persuna tfisser 140,000 jew 150,000 familja.", "Illum id-domanda hija ikbar minħabba l-ħajja soċjali li qed ngħixu llum.", "Barra minn hekk, illum hawn ħafna one parent families u nsibu li ħafna ġuvintur u xebbiet ifittxu li jkollhom darhom.", "L-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti, minħabba l-ħidma li twettqet mill-Gvern Laburista fil-passat, tant għolew li llum ħadd, jew ftit, joqogħdu fi djar li m'għandhomx ċertu faċilitajiet.", "Għalhekk id- domanda kibret minħabba dawn ir-raġunijiet.", "Fl-istess waqt il-prezz tal-proprjeta' sploda u tajjeb li wieħed janalizza ir-raġunijiet.", "Hemm erba' fatturi li jispjegaw dan.", "L-ewwel fattur huwa li l-prezz ta' l-art għola b'mod esaġerat; it-tieni fattur huwa l-Government induced costs, jiġifieri dawk li ħlasijiet li jridu jsiru lill- Gvern sabiex jipprovdi ċertu servizzi; it-tielet fattur huwa l-prezz tal- materjal li jintuża fil-kostruzzjoni u r-raba' fattur huwa l-prezz tal- labour.", "Ikun tajjeb li dawn neħduhom waħda waħda, nirrelataw l-effett tal-VAT fuq kull fattur u nibdew mill-ewwel fattur, il-prezz ta' l-art.", "Kulħadd jaf ir-raġuni għalfejn il-prezz ta' l-art f'dan il-pajjiż sploda.", "Fl-1988, il-Gvern Nazzjonalista ppubblika l-iskemi temporanji tal-bini, li għadhom temporanji sal-lum imma fil-fatt saru permanenti.", "Permezz ta' dawn l- iskemi l-areas żviluppabbli ġew delineati eżatti, jiġifieri l-art li fuqha seta' jsir żvilupp ġiet identifikata preċiżament u kif sar dan l-eżerċizzju l-prezz ta' l-art, li kienet maqbuda f'dawn l-iskemi, għola mill-ewwel, minħabba l-fatt li setgħet tinbena.", "L-effett l-ieħor kien li l-ammont ta' art fejn jista' jsir l-iżvilupp huwa limitat u definit preċiżament.", "Jekk niftakar tajjeb dik il-ħabta kienet saret diskussjoni fuq l-iskemi u kien intqal f'dan il-Parlament mill-Ministru Falzon, li dak inhar kien Ministru għall-Ambjent, li f'din l-art li hemm fl-iskemi hemm provdut għal massimu ta' xi 40,000 residential unit.", "Illum, sitt snin wara jien ċert li aktar minn nofs dawn l-iskemi nbnew, għax nimmaġina li f'sitt snin inbnew 20,000 unit, jiġifieri issa l-ammont ta' art available għall-iżvilupp ċkien ħafna, mhux talli ċkien, talli l-art li fadal tista' tgħid li ġiet meħuda kollha mid-developers.", "Allura ladarba għandek domanda li dejjem qegħda hemmhekk - jekk mhux qed tikbirlek ukoll kif diġa' spjegajt qabel, u mbagħad għandek is-supply tiegħek dejjem tonqos, l-effett huwa li l-prezz ta' l-art dejjem qed jogħla.", "Issa biex inkun fair, irrid ngħid li fuq it-trasferiment ta' l-art m'hemmx VAT għax skond kif inhu l-Abbozz ta' Liġi llum ma tħallasx VAT fuq kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta.", "Pero', jien irrid infakkar li sentejn ilu meta konna rrivedejna l-ħlasijiet għal trasferiment ta' proprjeta', it-taxxa tal-boll telgħat minn 3.5% għal 7% u daħħalna t-taxxa l-ġdida ta' 7% fuq il-qliegħ kapitali, jiġifieri riċentement diġa' żidna taxxa fuq it-trasferiment tal-proprjeta'.", "Forsi wieħed jista' jgħid li jekk bniedem jixtri biċċa art biex jibni daru u ma tkunx tqum aktar minn Lm20,000 ma tiżdiedlux it-taxxa tal-boll, pero' r-realta' x'inhi?", "Ir- realta' hi li llum il-ġurnata huma ftit ħafna dawk iċ-ċittadini ta' dan il- pajjiż li jaffordjaw jixtru plot sabiex jibnu d-dar tagħhom fuqha.", "Jekk wieħed janalizza l-applikazzjonijiet li jsiru lill-Planning Authority jsib li ftit huma dawk in-nies li japplikaw sabiex jibnu l-post tagħhom fuq plot privata.", "Ikun hemm biss dawk il-ftit li huma ffortunati, li kif inhi s- sitwazzjoni llum jieħdu plot tal-Gvern - għaliex anke hawnhekk il-Gvern kien ħalef li plots tal-HOS mhux se jagħti aktar u din qegħda mniżżla fil- Pjan ta' Struttura - jew inkella jkunu dawk in-nies li jaffordjaw jixtru plots kbar biex jibnu l-vilel.", "Lil dawn ta' l-aħħar bil-VAT u mingħjarha ma naħsibx li tagħmlilhom ħafna differenza daqs kemm ma tagħmillhomx differenza t-taxxa tal-boll.", "Jiġifieri bħalissa l-art li qed tinxtara qed tibdel l-idejn mingħand developer għal għand developer ieħor u din hija r- realta' tas-sitwazzjoni.", "Meta developer li qiegħed jibni sabiex imbagħad jerġa' jbiegħ, jiġi biex ibiegħ dik il-proprjeta' , il-qliegħ tiegħu naturalment jikkalkolah fuq l-ispejjeż li jkollu u peress li ma jkunx ikkwalifika għat-taxxa tal-boll imnaqqsa ta' tlieta u nofs fil-mija il- profitt tiegħu jrid jagħmlu fuq it-taxxa tal-boll li jkun ħallas, jiġifieri ta' sebgħa fil-mija.", "Dan ifisser li hawnhekk għandna fattur li ġie mdaħħal f'dawn l-aħħar snin li permezz tiegħu illum il-ġurnata, minkejja li huwa veru li m'hemmx ħlas ta' VAT fuq trasferiment ta' proprjeta', il-prezz tal- proprjeta' għola diġa kif jaf kull min xi ftit jew wisq huwa intiż f'dan is- suġġett.", "Mela l-boll se jibqa' kif inhu, bis-sebgħa jew bit-tlieta u nofs fil- mija, u hemm it-taxxa fuq il-qliegħ kapitali li dejjem tinfluwenza l-valur tal-proprjeta' pero' hawnhekk rridu nsemmu wkoll dak li qal tajjeb aktar qabel l-Onor.", "Tonio Borg, li t-taxxa tal-VAT qed indaħħluha biex niffaċilitaw id-dħul tagħna fil-Komunita' Ewropea billi aħna nġibu l- ekonomija tagħna f'sistema ta' tassazzjoni bħal tagħhom.", "Jekk irridu noqogħdu ngħidu hekk allura għandna naraw naqra x'jagħmlu pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea u naraw jekk dawn iħallsux VAT fuq it-trasferiment tal- proprjeta'.", "Jekk wieħed iħares lejn il-Belġju isib li fuq it-trasferiment ta' proprjeta' dawn iħallsu VAT ta' 17 fil-mija barra t-taxxa tal-boll ta' 12.5 fil-mija.", "Ġo Franza, fuq it-trasferiment ta' l-art dawn iħallsu VAT ta' 13 fil-mija waqt li fuq bini lest iħallsu VAT ta' 18.5 fil-mija.", "Fl- Irlanda l-Gvern Irlandiż għandu kuxjenza soċjali naqra aktar milli għandhom il-Belġju u Franza għaliex ma jħallsux il-VAT fuq il-valur kollu imma fuq nofs il-valur u allura jispiċċaw iħallsu VAT ta' ħamsa fil-mija fuq il- proprjeta' li jixtru.", "Fil-Lussemburgu iħallsu VAT ta' 12 fil-mija fuq trasferiment ta' proprjeta' u fl-Olanda jħallsu bi 18.5 fil-mija.", "Kważi l- pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea jħallsu l-VAT fuq it-trasferiment tal- proprjeta'.", "Aħna nafu li l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea qed tisħaq mal-membri tagħha, permezz tas-Sixth Directive u direttivi oħra, biex tipprova tiħħarmonizza l-VAT fil-pajjiżi kollha.", "Allura l-Gvern li qed jaspira li xi darba se nifformaw parti minn din l-Unjoni bilfors li 'l quddiem se jkollu jdaħħal il-VAT anke fuq it-trasferiment ta' proprjeta' għax l-Unjoni diġa' qed tgħid lill-pajjiżi kollha li għandhom VAT rate ma taqbilx biex jaraw se jagħmlu u jġibu rata l-istess.", "L-Unjoni qed timponilhom rata, bejn wieħed u ieħor, ta' 15%, bħalma qed jipproponi llum il-Gvern.", "Jiġifieri dan rridu nżommuh f'moħħna li, għalkemm huwa veru li l-liġi li għandna quddiemna llum it-trasferiment tal-proprjeta' mhux se jkun soġġett għall-VAT huwa veru wkoll li fil-pajjiżi kollha ta' l- Unjoni Ewropea l-VAT titħallas fuq it-trasferiment tal-proprjeta'.", "U għada pitgħada jekk pajjiżna jkollu l-isfortuna li jifforma parti sħiħa minn din l-Unjoni se jkollna ndaħħlu l-VAT aħna wkolli għax hekk tikkmandana Brussels.", "Ikollna ndaħħlu l-VAT fuq trasferiment tal-proprjeta'.", "Mr Speaker, niġi issa għat-tieni fattur li huwa l-government induced costs; fattur ieħor li permezz tiegħu l-prezz tal-proprjeta' f'pajjiżna tant għola 'l fuq.", "Il-government induced costs huma dawk l-ispejjeż li bniedem jagħmel biex iħallas għas-servizzi li jipprovdilu l-Gvern.", "Jien ipprovajt nifli ftit il-liġi - forsi s-Segretarju Parlamentari jista' jikkorreġini - pero' jidhirli li ma hemm imkien fejn jgħid li servizzi provduti mill-Gvern se jkunu eżentati mill-VAT.", "Jien qed nirreferi speċifikament għal żewġ tipi ta' ħlasijiet.", "Kulħadd jiftakar li fl-ewwel Budget ta' Gvern Nazzjonalista, fl-1987, l-ewwel ħlas li kien ġie ntrodott fuq proprjeta' kien il-ħlas fuq il-permessi tal-bini.", "Qabel kienu jsiru ħlasijiet fuq it-triq u fuq id-drenaġġ u meta ġie ppreżentat il-Budget għall-1988 il-Ministru Falzon kien qal li se jintroduċu taxxa fuq \"is- saqaf\" ħalli permezz ta' din it-taxxa nkunu nistgħu nipproċessaw il- permessi tal-bini b'aktar effiċjenza; dik kienet l-iskuża.", "Kien qal li mhux sewwa li nagħtu servizz lill-pubbliku u l-Gvern ma jitħallasx tas- servizz li jingħata.", "GĦalhekk spiċċajna bit-taxxa tas-\"saqaf\", bil- contribution tat-triq u tad-drenaġġ.", "Meta saret l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dawn il-ħlasijiet kienu ġew riveduti u l-prezzijiet, speċjalment għas- servizz tad-drenaġġ, reġgħu għolew.", "GĦalhekk illum nixtieq nistaqsi: Il- VAT se tiġi charged fuq dan it-tip ta' Government induced costs?", "Meta bniedem japplika għall-permess tal-bini u jkollu jħallas Lm1000 bħala contribution irid iħallas Lm150 oħra VAT?", "Barra li jħallas it-taxxa lill- Gvern minħabba l-proċess ta' l-applikazzjoni se jħallas taxxa oħra fuq dik it-taxxa biex l-applikazzjoni tkun tista' tiġi proċessata ?", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li din it-taxxa, it-taxxa fuq il-permessi tal-bini kif inhi magħrufa il-Building Development Fee ma timxiex dejjem u l-istess ma' kulħadd.", "Per eżempju, meta ġiet introdotta għall-ewwel darba din it-taxxa kienet magħmula b'tali mod u manjiera li meta inti tapplika sabiex tibni, kemm jekk tibni sular 'il fuq mit-triq u kemm jekk tibni sulari taħt il- livell tat-triq, jiċċarġjawk tad-drenaġġ u tat-triq skond kemm għandek sulari fuq u taħt it-triq.", "B'kumbinazzjoni mbagħad kienet daħlet applikazzjoni sabiex jinbena car park fil-Furjana sitt sulari taħt it-triq u bl-għaġġla kollha ħarġet Legal Notice biex jeżentaw lill-proprjetarji ta' dan il-car park - li huma Hili u l-Elbros - mill-ħlasijiet ta' dawk il- basements kollha ta' taħt it-triq, ħlief għal wieħed.", "Hija ħaġa tajba li sar hekk, imma kellu jkun il-car park tal-Furjana biex nagħtu dawn l- eżenzjonijiet minn din it-tip ta' taxxa?", "Issa dan l-aħħar reġgħet ħarġet Legal Notice li permezz tagħha meta tapplika għall-permess, il-building development fee ma tistax teċċedi Lm300,000 fit-totalita'.", "U jien f'moħħi għidt, għaliex għamluha din?", "Imbagħad wara ndunajt.", "Hemm il-proġett ta' Manoel Island u biex japplikawh kieku kellek tikkalkola kemm trid tħallas contribution fuqu l-bambin jaf.", "Imma dan huwa sew, li għax ikun hemm min ikollu s-saħħa li jimponi fuq il-Gvern biex inaqqaslu t-taxxa jnaqqasielu?", "Imbagħad ikun hemm xi ħadd - din il-ġimgħa jien kelli klijent - li biex japplika għal permess ta' terraced house f'kantuniera, l-kont tal- contribution tiegħu kien ta' Lm2,000 u kieku bil-VAT kien jitla' għal Lm2,300.", "Huwa sewwa li nagħmlu dawn l-affarijiet meta għandna nies li se jaqilgħu dawk il-miljuni kollha mill-proġett ta' Manoel Island u mbagħad immorru neżentawhom mit-taxxi?", "Mr Speaker, daħlet ukoll il-building development fee u l-iskuża għaliha kienet li issa se jkollna struttura, se nkunu iktar effiċjenti fis-sistema ta' l-ipproċessar tal-permessi tal-bini u l-permessi se jinħarġu fi żmien tmien ġimgħat.", "Irrid ngħid ukoll li meta nbeda l-proċess kollu biex tiġi fformulata l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u meta sar il-Pjan ta' Struttura, kien hemm ċertu goodwill min-naħa tagħna, tant kien hemm goodwill min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista li għandna membru fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, imma llum il-ġurnata qed ikollna second thoughts fuq kif qed taħdem din.", "GĦaliex?", "GĦax minkejja l-ħsebijiet tajbin li kien hemm, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar sal-lum għadha m'għamlitx delivery.", "U din li l-funzjoni tagħha hi preċiżament sabiex timxi fuq il-policies tal-Pjan ta' Struttura fl-ippjanar fiżiku tal-gżejjer tagħna, irriduċewha qisha xi glorified PAPB.", "Il-bieraħ inzertajt attendejt għal laqgħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn kellhom quddiemhom erba' każi żgħar ta' permessi ta' bini.", "Każ li kont involut fih jien kien ta' persuna li kellu bini f'area qadima tar-raħal li kien idaħħal fih sitt karozzi u ddeċieda li jaqsmu f'garaxxijiet iżgħar u din l- applikazzjoni telgħet għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien ma nistax nifhem.", "Aħna suppost li qed nagħmlu dawn it-tip ta' istituzzjonijiet serji, bħall-Awtorita' ta' l-Ippjanar, biex imbagħad minnhom nagħmlu bord għall-permessi tal-bini?", "Jien jidhirli li dan ma kienx l-oġġettiv prinċipali ta' dan kollu.", "Imbagħad insibu li l-affarijiet li l-aktar li suppost kellha tagħmel din l-Awtorita', skond il-Pjan ta' Struttura, jiġifieri t-tfassil tal-pjani lokali, baqgħet m'għamlithomx.", "Ilha aktar minn sena u nofs taħdem fuq dawn il-famużi pjani lokali, imma sal-lum baqgħu ma waslux.", "Allura jien ngħid lin-naħa tal-Gvern: Intom, li waqqaftu din l-Awtorita' u li liċ-ċittadini Maltin li jridu jibnu qed iġġegħluhom iħallsu dawn il-building development fees kollha - u issa probabbilment fuq dawn il-fees se tiżdied ukoll il-VAT - kif tippretendu li dan il-poplu jħallas dawn it-taxxi, meta xorta m'huwiex moqdi?", "U m'hux moqdi għax l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma fehmitx dak li għidna aħna malli sar il-Pjan ta' Struttura.", "Il-kritika tagħna għall-Pjan ta' Struttura kienet li dan huwa pjan li sar mill-barranin li ma fehmux ir- realta' tal-ħajja soċjali f'Malta.", "Illum dak li qed jiġri huwa proprju konsegwenza ta' dan.", "Jekk tara kif qed taħdem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-preżent, issib li din qisha qed tippjana l-iżvilupp fiżiku ta' xi pajjiż ieħor u mhux ta' Malta.", "Għax l-ippjanar li qed isir huwa totalment maqtugħ mir-realta' ta' pajjiżna.", "Għalhekk ma nistgħux naslu u għalhekk mill-Awtorita' mhux qed jiġi delivered dak li suppost li ġie delivered u li fil-bidu tant kien hemm goodwill biex isir.", "Iġibu l-iskuża li fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm nuqqas ta' staff.", "Skond risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt jien, jirriżulta li minn complement ta' 350 ruħ, hemm 270, jiġifieri hemm vacancies għal 80 ruħ.", "Imma dak kien wieħed mill-punti ta' kritika li konna għamilna aħna.", "Aħna konna għidnielkom li qed tipproponu proċess burokratiku żżejjed u m'għandkomx nies biex iħaddmu dan il-proċess.", "Meta qed naraw dan kollu, il- Gvern, bil-wiċċ tost kollu, jiġi jgħidilna li se jimponi l-VAT fuq il-ħlas tal-fees li tiċċarġja l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Nixtieq li l-Ministru jikkorreġini jekk dan m'hux il-każ, ħalli fil-każ nieqaf fuq dan l- argument, imma jidhirli li jien korrett.", "Imbagħad, apparti dawn il-fees, hemm government induced costs oħrajn relatati mal-bini li se jkollhom il- VAT fuqhom.", "Per eżempju, jien naf li l-liġi tgħid li l-konsumatur mhux se jħallas VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Imma meta xi ħadd japplika għas-servizz tad-dawl jew ta' l-ilma, se jiġi eżentat mill-VAT?", "Fuq l-applikazzjoni għas-servizz tad-dawl illum trid tħallas Lm50.", "Allura issa se jkun hemm 15% VAT fuq dawk il-Lm50, jiġifieri Lm7.50 oħra?", "Meta tapplika għas-servizz ta' l-ilma, il-ħlas jiġi kalkolat skond il-każ.", "Dan il-prezz ukoll se jibda jkollu 15% VAT fuqu?", "Mela l-government induced costs huwa t-tieni fattur li jaffettwa l-prezz tal-proprjeta'.", "Jien nixtieq li l-Ministru jew is-Segretarju Parlamentari jgħiduli jekk dawn il- government induced costs, li tant għenu biex il-prezz tal-proprjeta' jisplodi 'l fuq, humiex se jkunu soġġetti għall-VAT.", "Ħaġa oħra li kkontribwiet biex il-prezz tal-proprjeta' jogħla, kienet il- prezz tal-materjal u ta' l-għodda.", "Ħafna mill-materjal li jintuża għall- kostruzzjoni jiġi produced lokalment.", "Per eżempju, il-ġebla Maltija m'hijiex taxxabbli u m'għandhiex dazju fuqha pero' issa se jkollha l-VAT ta' 15%, anke ż-żrar u r-ramel li minnu jagħmlu l-concrete u l-bricks se jkunu soġġetti għall-VAT ta' 15%.", "Il-ħadid ta' re-enforcement li jsir hawn Malta m'għandux dazju fuqu imma se jkun soġġett ukoll għal din it- taxxa.", "Iż-żebgħa li nipproduċu hawn Malta se titħallas il-VAT ta' 15% fuqha.", "Barra l-prodotti li nagħmlu Malta, dawk li m'għandhomx taxxa fuqhom bħalissa, hemm ukoll ħafna mill-prodotti li jintużaw fil-kostruzzjoni, fil- bini tad-djar u li m'humiex taxxabbli, u nsemmi ftit minnhom.", "Il-ħadid kollu li jintuża għall-kostruzzjoni - dak li jiġi minn barra minn Malta - bħalissa m'huwiex taxxabbli, bħall-angle iron, l-isteel plates, il-hollow sections, galvanised plane sheets, il-flat bars u r-round bars, il- corrugated sheets, il-heavy roll steel plates u anke l-iron square, imma issa permess tal-VAT se nibdew inħallsu 15% fuqhom ukoll.", "Ħafna mill- injam li jiġi f'Malta ma titħallas taxxa fuqu, bħal per eżempju, il-white u r-red deal timber, l-iroco, il-white u r-red oak u anke l-mahogany.", "Dan huwa injam li jintuża ħafna fil-kostruzzjoni u issa se nibdew inħallsu 15% taxxa fuqu.", "Fuq affarijiet oħra, bħall-plywood, chipboard u l-blockboard inħallsu dazju ta' 10% imma issa se jiġi bil-15%.", "Il-fibreboard li jintuża tant fl-għamara llum il-ġurnata, bħalissa qiegħed 6.5% u se jitla' 15%.", "Bħalissa id-dazju fuq il-katużi jvarja bejn 5% u 13%, imma issa se jitla' għal 15% wkoll.", "Is-sealer li nimportaw minn barra - dan anke nipproduċuh lokalment - bħalissa nħallsu 10% li se jitla' wkoll għal 15%.", "Nista' nibqa' sejjer hekk, Mr Speaker.", "Dan kollu huwa materja li huwa essenzjal għall-bini li ħafna minnu m'għandux taxxa fuqu jew inkella t- taxxa li hemm fuqu hija inqas minn 15%.", "U dawn kollha se jgħolew.", "Biex inkun preċiż u fair l-unika ħaġa li tintuża fil-bini u li għandha taxxa iktar minn 15% , li allura se tiġi ridotta probbabilment, hija s-sets tal- bathroom għax għandhom taxxa ta' 23% - is-set innifsu biss - u issa se tkun ta' 15%.", "Il-bqija anke ċ-ċeramika li din għandha 13% li nġibuha minn barra se titla' għal 15%.", "Jiġifieri l-prodotti kollha ta' kostruzzjoni, ħlief xi wieħed jew tnejn, se jgħolew.", "Allura mhux bilfors, ladarba l-prodott se jgħola għax se żżidulu t-taxxa fuqu, l-end product - il-proprjeta' - se togħla wkoll?", "Imma mhux din is-sabiħa.", "Is-sabiħa hija dik li qal l-Onor.", "Tonio Borg li t-taxxa tal-VAT ta' 15% minflok id-dazju tapplika għal dawk il-prodotti li jinġiebu mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela x'jiġri fil-każ ta' prodotti li mhumiex ġejjin mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "Per eżempju, f'pajjiżna nġibu ħafna għodod mill-Japan, China u postijiet oħra fl-Asja.", "Ta' min jgħid li ħafna mill-għodod li jinġiebu Malta għar-rigward ta' hand tools, pneumatic drills u l-għodda kollha li tintuża fil-kostruzzjoni, inklużi l-concrete mixers, huma kollha mingħajr dazju.", "Issa, meta tidħol is-sistema tal-VAT, dawn l-għodod li llum huma zero rated se jibda jkollhom 15% tax fuqhom.", "Trid tgħid ukoll li bħalissa ħafna mill-hand tools li jintużaw hawn Malta jinġiebu minn postijiet li mhumiex fl-Unjoni Ewropea.", "Bis-sistema ta' dazju li se tidħol, dawn l- oġġetti li bħalissa huma zero rated, per eżempju martell, se jibda jkollu 15% VAT fuqu u d-dazju peress li dan l-oġġett ġej miċ-Ċina.", "Jien ħadt prodott sempliċi bħal martell, pero' dan japplika wkoll għal għodod oħra.", "Wieħed jista' jimmaġina kif se jogħlew l-affarijiet meta se jkun hawn sistema li permezz tagħha mhux talli wieħed qed iżid minn 0% għal 15% tax, iżda qed iżid ukoll il-dazju.", "Wara kollox dan għalfejn se jsir?", "Se jsir biex aħna sempliċiment nidhru ġustużi mal-membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena naħseb li fil-mument li qed ngħixu aħna bħalissa, fil-fażi ta' żvilupp li qegħdin illum, pajjiżna ma jaffordjax li meta għad fadal tant xogħol ta' infrastruttura xi jsir, nimmissjaw iċ-ċansijiet li għandha u ma nilliberizzawx il-kummerċ.", "L-Onor.", "Tonio Borg qal li waħda mill-effetti tal-VAT se tkun il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ.", "Fejn se jiġi liberalizzat il-kummerċ?", "Dan se jiġi liberalizzat favur l-Unjoni Ewropea u mhux favur pajjiżi oħrajn li għandhom ħafna potenzjal ta' kummerċ magħna.", "Dan mhux talli se niliberalizzaw ma' dawn il-pajjiżi, iżda se nagħmlulihom aktar diffiċi biex nimportaw minn għandhom.", "Mr Speaker irrid ngħid li ħafna mill-apparat li jintuża fl-industrija tal- bini jiġi mill-Amerika, mill-Ġappun jew postijiet oħra fl-Asja.", "Issa b'dak li se jsir se nagħmlu ċert li biex ngħollu l-prezzijiet ta' dawn l-oġġetti.", "Għax barra li se nżidu l-VAT se nżidulhom id-dazju aktar milli kien hemm qabel.", "Jien naħseb li l-anqas fejn jidħol l-interess nazzjonali ma jaqbilna meta nafu kemm għandna bżonnhom dawn l-affarijiet.", "Anke f'dan is- sens il-Liġi tal-VAT tmur kontra l-interess nazzjonali għax bħala pajjiż ma jaqbilux li jitlef iċ-ċans li jgawdi minn dak il-potenzjali kummerċjali li hemm f'pajjiżi oħrajn, li minħabba labour irħis u abbundanza ta' raw material, nistgħu nġibu oġġetti hawn Malta bi prezzijiet relattivament ħafna irħas minn dawk tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "U dan għalfejn?", "Biex forsi xi darba nidhru sbieħ f'għajnejn l-Unjoni Ewropea u jgħidulna biex nidħlu membri magħhom.", "Jiena nħoss li f'din il-ħaġa, jekk f'xejn aktar, dik in-naqra self respect u dinjita' li kellu dan in-nazzjon, tlifnih meta nagħmlu dawn l-affarijiet għax m'aħniex inpoġġu l-interess ta' pajjiżna l-ewwel.", "L-interess ta' pajjiżna jitlob - fil-fażi ta' żvilupp li qegħdin fih illum - li kemm jista' jkun nużaw l-aħjar potenzjal li għandna ma' pajjiżi oħrajn u mhux nillimitaw ruħna għal trading block wieħed - l- Unjoni Ewropea - meta nafu kemm hemm pajjiżi oħra li jistgħu joffrulna affarijiet b'aktar mod konvinjenti u tajjeb għalina.", "GĦaldaqstant, apparti li din it-taxxa tal-VAT hija taxxa inġusta, fuq dan il-punt jien nħoss li l- VAT tmur ukoll kontra l-interess nazzjonali.", "Mr Speaker niġi issa għar-raba' fattur li jaffettwa l-prezz tal- proprjeta' u li huwa x-xogħol.", "Sal-lum is-servizzi li jingħataw fl- industrija tal-bini ma kienu jiġu ntaxxati xejn.", "Mentri issa nafu li dawn is-servizzi se jibdew jiġu ntaxxati, liema servizzi jinkludu wkoll is- servizz ta' perit li mal-kont tiegħu jrid iżid il-15% VAT.", "Hawn nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-periti.", "Aħna bħala periti - u hawn se nitkellem bħala perit - qegħdin f'sitwazzjoni miskina, bħala professjonisti.", "Aħna qegħdin niġbru t-taxxa għall-Gvern kull meta wieħed japplika għall-permess tal- bini.", "F'dan il-każ il-perit jiċċarġja lill-klijent għal contribution fee li imbagħad il-perit irid jiddepositaha l-bank ma' l-applikazzjoni.", "Mela d- dover tal-ġbir tal-building development fee qegħda fuq il-perit.", "Issa jekk se tidħol il-VAT fuq il-Government induced costs, il-perit se jiġbor ukoll il-VAT fuq il-building development fee, imbagħad, irid jiġbor ukoll il-VAT fuq is-servizz tiegħu bħala perit.", "B'hekk il-perit qiegħed jispiċċa jiġbor it-taxxa tal-Gvern xi tliet darbiet u għalhekk sejjaħt lill-perit bħala \"professjonist miskin\".", "Jiena jiddispjaċini li l-GĦaqda tal-Periti ma titkellimx fuq dawn l-affarijiet.", "Aħna l-periti f'dan il-pajjiż qegħdin f'sitwazzjoni redikola bħal din fejn qed inservu ta' tapp għall-Gvern billi niġbrulu t-taxxa u ħadd ma jitkellem.", "Nixtieq inkun naf x'sar minn dawk il- periti li hekk kif tela' l-Gvern Nazzjonalista fl-ewwel General Meeting li kellha l-Kamra tal-Periti ħarġu jgħidu li telgħet ix-xemx għax tela' Gvern Nazzjonalista.", "Issa fejn qegħdin dawn?", "GĦaliex mhumiex jitkellmu kif ġabna lilna l-periti dan il-Gvern?", "Il-Gvern ġab lill-periti tax collectors għal Gvern u s-servizz li suppost qiegħed jingħata lilna bħala periti bi dritt, ma jeżistix.", "Mhux lilna biss bħala periti issa imma lil kull min huwa involut fis-sistema fl-industrija tal-bini.", "Xi ħadd jipprova japplika għall-permess tal-bini u jkun jaf x'jiġifieri!", "Il-frustrazzjoni li hawn bħalissa f'dan il-qasam hija kbira minħabba l-mod xejn tajjeb li miexja bih l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dan mhux sewwa.", "Imma apparti dan kollu imbagħad meta tqabbad bennej, meta jiġu jagħmlulek il-qatran, meta jġibulek il-konkos, meta jiġu jgħaddulek il-ġebel mill-makna, meta jiġu tal-crane biex itellgħulek il-ġebel fuq il-bejt, meta jiġi l-bajjad, il-plumber, l- eletrician u l-ħaddiema l-oħra kollha, se jiċċarġjawk tal-VAT.", "Jiġifieri all along se jkollok fattur kostanti li qed ifisser li se jkollok an added cost ta' 15% fuq ix-xogħol u dan fl-aħħar mill-aħħar se jirrifletti fuq il- prezz tal-proprjeta' għaliex min jixtri l-proprjeta' ma jistax jitlob tax credit minn fuqha.", "Issa l-Gvern x'imkien qal li fil-każ ta' min jixtri proprjeta' se nagħmlu xi skema biex naġevolawh imma jien irrid nara x'inhi din l-iskema għaliex ma nistax nifhem kif din se taħdem u ngħid għaliex.", "Waħda mill- problemi kbar li qed toħloq il-VAT hija li fil-każ meta inti għandek prodott ta' ħanut tista' tgħid li dan il-prodott kien qiegħed fil-warehouse qabel ma ġiet introdotta l-VAT u b'xi mod tikkompensahom imma fil-każ tal- bini meta inti għandek bini li nbena wara Jannar ta' l-1995, dan se jkollu an added cost minħabba l-VAT.", "Il-bini li nbena u tlesta qabel mhux se jkollu VAT value fih.", "Allura se nispiċċaw b'żewġ valuri fuq il-proprjeta'?", "Se nispiċċaw b'valur wieħed għal dak il-bini li nbena wara l-1995 u b'valur ieħor għal bini li nbena qabel.", "Aħna nafu x'jiġri f'dan il-pajjiż meta jkun hemm dawn it-tip ta' anomaliji.", "Ikun hemm forsi ftit taż-żmien meta kollox ikun b'din id-differenza u wara ftit xhur kollox jiġi l- istess, jiġifieri kollox jgħola.", "U dan huwa eżattament li se jiġri.", "Jiena nistaqsi - u hawnhekk nixtieq li s-Segretajru Parlamentari jew il- Ministru jispjega - x'se jsir fuq il-każ ta' bini li jinbena qabel ma tidħol fis-seħħ il-VAT meta mqabbel ma' bini li jkun inbena wara li tidħol il-VAT meta jiġi biex jinxtara?", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar jibqa' in possession of the House.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada s-Sibt, 23 ta' Lulju, 1994 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, l-aħħar darba li tkellimt fl- Aġġornament tal-Kamra kont tkellimt fuq xi ħaġa ġdida għal pajjiżna li hija l-patients charter u llum xtaqt nitkellem fuq xi ħaġa relatata ħafna ma' dan.", "Il-Gvern ikkommetta ruħu ħafna li l-affarijiet fil-qasam tas-saħħa jitjiebu u qed isiru xi affarijiet għal dan il-għan, bħal, per eżempju, il- bini ta' l-isptar San Raffaele li suppost se jtejjeb is-sitwazzjoni fl- isptarijiet, u r-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa.", "Pero' xi ħaġa li naħseb li hemm bżonn issir u li s'issa f'pajjiżna għadha ma daħlitx, hija s- sistema tan-national charter of standards.", "Din hija sistema li d- Dipartiment tas-Saħħa fir-Renju Unit qed jimpenja ruħu li jintroduċi.", "X'inhuma dawn in-national charter of standards?", "Dawn huma standards li jkunu ġew stabbiliti mill-Gvern - ċertament b'diskussjoni kemm fi ħdanu, kif ukoll mal-pubbliku - u li jkun jafhom kulħadd, fejn il-Gvern jikkommetti ruħu li fit-tali oqsma jilħaq ċerti aspirazzjonijiet tal- pubbliku.", "Ħalli nieħu eżempju prattiku.", "Per eżempju, il-Gvern Ingliż diġa' kkommetta ruħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-waiting list għall-out- patients.", "Il-commitment huwa fis-sens li meta bniedem jingħata appuntament għall-Out-Patients, bilfors irid jinqeda fi żmien 30 minuta mill-ħin ta' l- appuntament.", "Sfortunatament f'pajjiżna għadna lura mmens f'dan il-kontest.", "Fil-qasam ta' l-Out-Patients hemm diżastru sħiħ.", "Ħafna pazjenti ma jkollhomx appuntament u numru kbir ta' pazjenti jkollhom l-appuntament għall-istess ħin, ħafna drabi għat-8.00 a.m., u mbagħad ġieli jdumu jistennew sigħat sħaħ biex jinqdew.", "Jien inħoss li meta l-Gvern qed jiddedika daqstant riżorsi għall-qasam tas-saħħa, għandu jaddotta dawn in-national charters standards u bħala l-ewwel eżempju jibda mill-qasam ta' l-Out-Patients.", "Fil-qasam ta' l-Emerġenza, il-Gvern Ingliż ikkommetta ruħu li l-ħteġijiet ta' kull pazjent li jidħol hemmhekk jiġu assessed immedjatament mit-tobba li jkun hemm.", "Fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' pajjiżna, hemm ħafna dewmien.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li l-Gvern jasal biex jikkommetti ruħu li jara li malli jidħol pazjent fl-Emerġenza, dan immedjatament jiġi eżaminat minn tabib u jsir assessment tal-ħteġijiet tiegħu, u l-pazjent ikun jaf li għandu dan id-dritt.", "Dawn huma n-national charter of standards.", "Dawn ikunu affarijiet li, kif għidt, ikun jafhom il- poplu kollu.", "Jiġifieri ċ-ċittadin ikun jaf li, per eżempju, jekk jidħol l- Out-Patients irid jinqeda fi żmien nofs siegħa mill-ħin ta' l-appuntament, u li jekk jidħol l-Emerġenza, immedjatament li jasal hemmhekk irid jiġi assessed għall-bżonnijiet tiegħu mit-tobba u mbagħad jistenna t-turn tiegħu skond l-urġenza tal-każ.", "National charter of standard ieħor li ġie addottat fl-Ingilterra jirrigwarda l-qasam ta' l-ambulanzi.", "Il-Gvern Ingliż ikkommetta ruħu li fl- ibliet l-ambulanza ma tistax iddum ma tasal iżjed minn 14-il minuta minn x'ħin tkun issejħet mill-pazjent.", "F'postijiet fil-kampanja, il-ħin stabbilit f'dan ir-rigward huwa ta' 19-il minuta.", "Jiena naħseb li wasal iż- żmien li dawn in-national charter of standards nagħmluhom u inutli noqogħdu nitkellmu li se nonfqu Lm50 miljun fuq sptar ġdid, inutli noqogħdu nitkellmu u niftaħru li se nonfqu miljuni ta' liri f'refurbishment jekk il- poplu ma nagħtuhx linji ċari ta' kif jista' jsirlu l-assessment tal- bżonnijiet tiegħu u tal-committment tal-Gvern f'dan ir-rigward.", "F'national charter of standard ieħor il-Gvern Ingliż qed jikkommetti ruħu fuq il-privatezza u d-dinjita' tal-pazjent.", "Pajjiżna għandu ħafna x'jimita lill-Ingilterra fil-qasam tal-privatezza.", "Hawn Malta għandna ħafna iffullar fis-swali ta' l-isptar u xi kultant ikun hemm sala li suppost ikun fiha tmien sodod u meta jkun hemm ħafna pazjenti li jkollhom bżonn il-kura, issib fiha ma' l-20 pazjent.", "Minħabba f'dan konsulent jew tabib li jkun irid jagħmel eżami fuq pazjent u jitkellem miegħu b'mod konfidenzjali ma jistax għax kulħadd geġwiġija u kulħadd ikun jaf bl- affarijiet ta' ħaddieħor .", "Ċertament li f'dan il-qasam għandna ħafna x'nimitaw lill-awtoritajiet Ingliżi u huwa tajjeb li meta l-Gvern qed jgħid li se jibni sptar ieħor u meta qed jgħid li se jkun hemm refurbishment, ikun lest li jikkommetti ruħu li jtejjeb il-privatezza tal- pazjenti.", "National charter of standard ieħor li l-Gvern Ingliż ikkommetta ruħu għalih - u jien naħseb li wasal iż-żmien li l-Gvern Malti jagħmel l-istess - huwa f'dak li jirrigwarda il-kanċellazzjoni ta' operazzjonijiet.", "Nisimgħu ħafna lmenti minn pazjenti li jkunu ilhom xhur sħaħ jistennew għall-operazzjoni imbagħad ftit ġimgħat jew inkella dak inhar stess li jidħlu l-isptar jgħidulhom li għal xi raġuni jew oħra l-operazzjoni tagħhom ġiet cancelled.", "Din hija ħaġa li f'pajjiżi żviluppati m'għandha ssir qatt u hawnhekk il-Gvern Ingliż irrikonoxxa dan il-fatt u kkommetta ruħu li taħt l-ebda ċirkostanza m'għandha tiġi kanċellata operazzjoni ta' pazjent li tkun se ssir dik il-ġurnata stess.", "Hawnhekk dan iċ-charter isemmi żewġ raġunijiet meta ħaġa bħal din tista' ssir: waħda meta tinqala' xi emerġenza u l-oħra meta xi ħadd mill-istaff li jkun involut fl- operazzjoni ma jkunx jista' jattendi minħabba raġunijiet ta' saħħa.", "Għal dawn iż-żewġ raġunijet biss operazzjoni tista' tiġi kanċellata.", "Imbagħad jekk dan jiġri, il-Gvern Ingliż ikkommetta ruħu li dik l-operazzjoni trid issir fi żmien xahar.", "L-istess għandu jsir f'pajjiżna; il-Gvern għandu jagħti indikazzjonijiet u guidelines ċari li meta xi ħaġa bħal din tinqala ...", "L-ewwelnett operazzjoni qatt m'għandha tiġi kanċellata dak inhar stess ħlief minħabba r-raġunijiet li semmejt u jekk dan isir id-Dipartiment għandu pubblikament jagħmilha ċara li l-operazzjoni ssir fi żmien raġonevoli", "National charter of standard ieħor li ġie adottat fir-Renju Unit huwa dak li jissejjaħ in-named nurse jew in-named doctor relationship.", "Kif taħdem is-sistema hawn Malta, pazjent l-isptar tieħu ħsiebu waħda minn diversi nurses li taħdem l-isptar u li tkun fil-ward u dan jikkrea diffikultajiet minħabba li kull ħames minuti n-nurse titbiddel u jekk jinqala' xi ħaġa ssib diffikulta' kbira biex tara min hu accountable.", "Fl-istess ħin il- pazjent iħoss ruħu mitluf minħabba li ma jkunx kapaċi jistabbilixxi relazzjonijiet personali tajbin ma' nurse li titbiddel il-ħin kollu.", "Din il-ħaġa tiġri kuljum fl-Isptar San Luqa.", "Il-Gvern Ingliż irrikonoxxa dak il-fatt u qed jagħti national charter of standard ieħor li l-pazjent fis- sala tieħu ħsiebu nurse partikolari.", "Dan għandu vantaġġi ċari għax l- ewwelnett il-pazjent jilħaq jistabbilixxi relazzjoni tajba ma' nurse li tibqa' miegħu l-ħin kollu u t-tieni nett dik in-nurse tħossha accountable u responsabbli u bħala riżultat ta' hekk tagħmel xogħolha aħjar.", "F'ċerti swali naf li hemm nurses li fiehmu l-utilita' ta' dan il-punt, ipprovaw jipprattikawh pero' minħabba d-diffikultajiet u n-nuqqas ta' staff li jeżisti ħafna minn dawn in-nurses sabuha diffiċli u għalkemm ħadu dik l- inizjattiva u dak il-pass 'il quddiem kellhom jerġgħu lura u jadottaw sistemi oħra primittivi.", "Ħaġa oħra li l-Gvern Ingliż ikkommetta ruħu biha hija li qabel ma pazjent joħroġ mill-isptar dan ikollu diskussjoni mal-professuri, mal- konsulenti, mat-tobba u man-nurses li jkunu ħadu ħsiebu, bil-ħsieb li meta joħroġ minn hemm ikun jaf eżattament x'marda kellu, kif ġiet trattata u x'inhuma l-pjani tal-konsulenti jew tat-tobba għall-quddiem.", "Kif inhija s- sistema hawn Malta llum ħafna mill-pazjenti jmorru għand it-tobba privati tagħhom u jgergru kif xi kultant lanqas biss jgħidulhom minn xiex għaddew, x'marda kellhom, x'se jsir u x'mhux se jsir.", "Xi kultant dawn ikunu mitlufin u lanqas biss ikunu jafu meta għandhom out-patient appointment f'każ ta' mard serju.", "Din il-ħaġa għadha tiġri f'pajjiżna.", "Jekk il-Gvern jikkommetti ruħu minn issa li pazjent ma jistax joħroġ mill-isptar jekk ma jkollux diskussjoni mal-professuri u mat-tobba tiegħu dwar x'kellu u x'inhuma l-pjanijiet għall-futur u jikkometti ruħu li l-konsulent ikollu diskussjoni anke mat-tabib privat tiegħu ...", "Per eżempju, ħafna mit-tobba privati jgergru magħna li l-pazjenti jispiċċaw imorru għandhom mingħajr ma jkun hemm kommunikazzjoni tajba mal-konsulenti li jkunu ħadu ħsiebhom fl- isptar.", "National charter standard ieħor jirrigwarda l-kommunikazzjoni bejn il- konsulenti u l-pazjenti fl-isptarijiet.", "Ħafna drabi l-konsulenti jgħaddu minn quddiem il-pazjenti tagħhom, jarawhom bi ftit kliem u l-pazjenti injoranti jkunu u injoranti jibqgħu.", "Dan l-aħħar irċevejna ċirkolari għax kien hemm xi pass 'il quddiem billi l-konsulenti ntalbu jiddedikaw ħin partikolari biex ikellmu lill-pazjenti u lil qrabathom.", "Jien ngħid li dan huwa pass tajjeb, pass li diġa' beda jsir, pass li jeħtieġ li jiġi żviluppat pero' hemm bżonn li l-Gvern jipprovdi iżjed faċilitajiet biex dan iseħħ iżjed fil-kumdita'.", "Qed ngħid dan għax bħalissa qed jiġri li l- konsulenti veru jkollhom diskussjonijiet mal-pazjenti u mal-qraba tal- pazjenti imma xi kultant dan jispiċċa jsir fil-kuriduri ta' l-isptar u b'ħafna għaġġla.", "Jien naħseb li hemm bżonn li f'din iċ-ċirkolari li ntbagħtet, li hija tajba, l-Gvern jikkommetti ruħu li jipprovdi faċilitajiet fejn dan jista' jsir.", "Jien nawgura li dawn l-affarijiet jittieħdu bis-serjeta' u nawgura li l-Gvern jadotta dawn l-istandards wara diskussjonijiet ħalli l-poplu jkun jaf xi drittijiet għandu u jkun jaf, per eżempju, li fi żmien 30 minuta li jmur fl-out-patients jinqeda.", "Għalhekk il-Gvern iħossu kommess li joħloq faċilitajiet biex dan iseħħ.", "Per eżempju, l-Gvern iħossu kommess li s-sistemi ta' l-ambulanzi tiegħu jkunu effiċjenti biżżejjed biex l-għanijiet u l-miri li jkun għamel hu stess jilħaqhom u b'hekk ikun qed ikejjel lilu nnifsu u l-poplu jkun qed ikejjel lill-Gvern f'dak li hu servizz tant essenzjali għall-pajjiż.", "Jien nawgura biex dan iseħħ bħalma awgurajt li nixtieq li tidħol f'pajjiżna s- sistema tal-patients' charter.", "Jien nixtieq nitkellem ftit fuq l-insurance companies għax qed ikollna ħafna ilmenti min-nies li jsiefru.", "Dawk li jsiefru jafu li hija ħaġa tajba li jkollhom medical insurance pero' bħalissa qed jiġri li ħafna nies qed imorru jagħmlu medical insurance u l-insurance agency titlobhom il-premium mingħajr ma ssaqsihom x'mard għandhom jew m'għandhomx.", "Mingħajr l-ebda mistoqsijiet dawn jintalbu jħallsu l-premium, dawn isiefru imbagħad jekk jiġu luru u jinqalagħlhom xi ħaġa jibdew ifittxulhom il-files ta' l-isptar u jistaqsuhom x'mard seta' kellhom u għal kull suspett jispiċċaw iżommu l- ħlas ta' dak li jkun.", "Jien hawnhekk nappella biex il-Gvern min-naħa tiegħu jirregola xi sistema fil-liġijiet tal-fair trading u jagħmilha obbligatorja li meta xi ħadd imur jagħmel medical insurance, l-insurance trid timla formola li fiha dak li jkun jiġi mistoqsi x'mard għandu, ħalli jekk jinqala' xi ħaġa, il-medical insurance ma jkollha l-ebda skuża biex ma tħallasx dak li jkun dovut minnha.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nawgura li dawn l-affarijiet li semmejt isiru ħalli ma nibqgħux nisimgħu ħafna lmenti bħal dawn, għax eventwalment huma ċ- ċittadini li jbatu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, l-Oppożizzjoni Laburista għadha kemm ġiet informata li ftit ilu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mozzjoni li tirregola l-mod kif qed jiġi propost li titmexxa ...", "MR SPEAKER: Mhux tpoġġiet fuq il-Mejda, imma ġiet reġistrata fil-Motion Book.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela ġiet reġistrata mozzjoni li tirregola l-mod kif għandha tkompli għaddejja d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq Valur Miżjud.", "Nixtieq nieħu ħames minuti biex nirrimarka ftit fuq it- tenur ta' din il-mozzjoni, li m'hi xejn ħlief mozzjoni ta' giljottina.", "Aħna, min-naħa tagħna, kemm-il darba smajna lin-naħa tal-Gvern tgħid li kulħadd se jingħata ċ-ċans jgħid dak li għandu xi jgħid f'dak li għandu x'jaqsam mal-Liġi tal-VAT.", "Għalhekk qed nikkonstataw li dik il-wegħda m'hix qed tiġi miżmuma.", "Barra minn hekk, nistaqsu fejn hi l-urġenza fil- mozzjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Il-Gvern ilu jgħid għal dawn l-aħħar xhur li jrid idaħħal it-taxxa tal-VAT ...", "MR SPEAKER: Point of order, il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li l-mozzjoni issa ġiet ippreżentata, ma nafx jekk jistax jitkellem fuqha, ladarba din se tidher fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: Għadha mhux qiegħda fuq l-aġenda.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, aħna diġa' ċċekkjajna dan il-punt u għandna l-informazzjoni li qegħdin in order li nagħmlu dawn ir-rimarki.", "Tikkonfermali, Sur President?", "MR SPEAKER: F'dan l-istadju ma jistgħux isiru rimarki fuq items li jkunu fuq l-aġenda.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-mozzjoni għad mhux qiegħda fuq l-aġenda u għalhekk qiegħed in order.", "It-tieni rimarka li xtaqt nagħmel għandha x'taqsam ma' l-urġenza, jew nuqqas ta' urġenza, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Abbozz ta' Liġi tal-VAT.", "Il-Gvern ilu jgħid għal dawn l-aħħar xhur li jixtieq idaħħal it-taxxa tal-VAT, imma dan l-Abbozz ta' Liġi ħallieh għall-aħħar xahar meta kellu jiltaqa' l-Parlament u issa qed jikklejmja li għandu din l-urġenza li jrid jimbottaha kollha.", "S'issa għadu ma tressaq l- ebda argument ċar u sostantiv dwar ir-raġuni għaliex għandu jkun hemm din l- urġenza kollha fuq it-taxxa tal-VAT u għaliex m'għandhiex titħalla diskussjoni sħiħa, piena u sinċiera fi ħdan dan il-Parlament.", "Jidher li dak kollu li ntqal dwar l-urġenza tat-taxxa tal-VAT m'huwiex ċar u m'huwiex sostanzjat.", "Kieku sar programmar tajjeb tal-Liġi tal-VAT bl-importanza li qed jgħid li jrid jagħtiha l-Gvern, u kieku kellha l-urġenza li l-Gvern qed jgħid li għandha - mingħajr ma jipprova dan - seta' pprogrammaha xhur ilu, u mhux iħalliha għax-xahar ta' Lulju.", "It-tielet rimarka tiegħi, Sur President, hija din.", "M'hemmx dubju li t- taxxa fuq valur miżjud, it-taxxa tal-VAT, hija suġġett mill-aktar kontroversjali għal pajjiżna.", "Fi kwalunkwe demokrazija parlamentari, meta jkun hemm suġġett jaħraq u ta' kontroversja bħal dan, għandha tkun il- prattika demokratika li l-kontroversja għandha ssir mija fil-mija, u titħalla ssir mija fil-mija, fi ħdan il-Parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Meta jsiru dawn ix-xokkijiet u dan it-tip ta' giljottini li ma jippermettux lill-Parlament jiddiskuti pienamente u sa l-aħħar xi ħaġa kontroversjali bħal din, allura s-sinjal qed jingħata: kontroversji bħal dawn ma jkomplux fil-Parlament biss, imma jittieħdu u jitkomplew barra l- Parlament.", "U dan huwa s-sinjal li mozzjoni ta' giljottina bħal din qed tagħti lill-poplu bħalissa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma nistgħux ma nikkundannawx dan il-mod anti-demokratiku u anke faxxist li bih qed jipproponi li jimxi l-Gvern tal-ġurnata.", "Ir-raba' punt li rrid nagħmel, Sur President, huwa li matul dawn l-aħħar sentejn u tliet xhur din in-naħa tal-Kamra, l-Oppożizzjoni Laburista, ħasbet li qed naħdmu fuq ċerti premessi għat-tmexxija ta' din il-Kamra u tax-xogħol ta' din il-Kamra.", "Min-naħa tagħna għamilna l-aħjar li stajna - u konna mija fil-mija sinċieri f'dak li għamilna - biex dawk il-premessi li ġew stabbiliti madwar sentejn u tliet xhur ilu, nosservawhom, u nosservawhom sa l-aħħar.", "L-aħħar rimarka li rrid nagħmel illum hija li din il-mozzjoni ta' giljottina li qed titpoġġa quddiem il-Kamra għall-ġimgħa d-dieħla qed timmina l-premessi li fuqhom bnejna l-koperazzjoni tagħna għat-tmexxija ta' din il-Kamra matul l-aħħar sentejn u tliet xhur.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, nixtieq nitkellem fil-qosor dwar ir-rwol ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "Nafu li taħt il-Ministeru tal- Ġustizzja hemm dipartiment li għandu x'jaqsam ma' l-Avukat Ġenerali.", "It is common knowledge li llum dan id-dipartiment huwa undermanned, jiġifieri m'hemmx biżżejjed avukati biex jagħmlu x-xogħol legali tal-Gvern.", "L-Avukat Ġenerali tar-Repubblika u l-avukati l-oħra fid-dipartiment għandhom diversi doveri ta' responsabilta' kbira, u dawn jinkludu pariri lill-Gvern, difiża tal-Gvern fil-qorti, eżami ta' proċessi kriminali, abbozzar ta' liġijiet, kif ukoll pariri lill-Gvern f'din il-Kamra stess.", "Għaldaqstant, kif wieħed jista' jara, fost dawn id-doveri hemm ħwejjeġ li huma ta' importanza kbira u bla tlaqliq nagħtuhom ġieh għad-dedikazzjoni.", "Jidher ċar li minkejja l-wegħda li kienet saret, kemm mill-Ministru kif ukoll min-naħa ta' l-Avukat Ġenerali, li dan id-Dipartiment se jiġi riorganizzat, fil-fatt din ir-riorganizzazzjoni ftit li xejn saret.", "Huwa evidenti li l-ewwel ħaġa li hemm bżonn li ssir hija li dan id-dipartiment jiġi organizzat skond id-doveri individwali li għandhom l-avukati f'dan id- dipartiment.", "Dawn id-doveri jistgħu jiġu maqsuma f'ħamsa.", "Jien m'iniex se nidħol fid-dettal, għax il-ħin ma jippermettilix, imma l-punt li rrid nagħmel huwa li jekk il-Gvern ma jkollux biżżejjed avukati fid-dipartiment, avukati li jkunu ta' ċertu kalibru, ma jistax jimxi kif għandu jimxi.", "Huwa ta' unur għal min qed iservi f'dan id-dipartiment li, minkejja li hemm nuqqas kbir ta' avukati, dawn bejniethom jagħmlu ħilithom kollha biex jaqdu d-doveri tagħhom bl-aħjar mod li jistgħu.", "Riċentement saret applikazzjoni li jekk m'iniex sejjer żball applikaw inqas minn 12-il avukat għaliha u ġew magħżula tnejn min-nies biss.", "Il-Ministru għamel diskors li kien interessanti imma li m'huwiex mera tal-verita' u ta' dak li attwalment qiegħed jiġri.", "Għaliex?", "Għaliex id-diskors tal-Ministru fih innifsu kien mimli affarijiet li huma tajbin, kien jawgura affarijiet sbieħ lil dawn iż-żewġ avukati li laħqu - jien nassoċja ruħi mal-ħsieb tal-Ministru fis-sens li għandhom jużaw l-etika u għandhom jagħmlu d-doveri tagħhom bl- akbar serjeta' - pero' evidentement dipartiment bħal dan ma tistax tmexxih mingħajr avukati ta' abbilta' u mingħajr numru sostanzjali ta' avukati.", "L- infrastruttura f'dan id-dipartiment irid jipprovdih il-Gvern.", "Evidentement ukoll il-post fejn jaħdmu l-Avukati Ġenerali tar-Repubblika u l-assistenti għandu jkun adegwat għax-xogħol li għandhom.", "Il-Gvern fl- aħħar Budget kien qal li se jalloka somma ta' ffit aktar minn Lm0.5 miljun biex huma jkunu jistgħu jaħdmu f'atmosfera u f'ambjent effiċjenti.", "Jiena kont issuġġerejt privatament li l-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, jekk jitlaq mill-Palazz - li kif għidt m'huwiex fornut adegwatament - għandu jmur fl-annex il-ġdid li nbena maġenb il-Qorti.", "Jien kont għamilt dan is- suġġeriment għaliex dan l-annex għalkemm qiegħed viċin il-Qorti m'huwiex tajjeb għall-iskop li għalih inbena.", "Intnefqu qrib il-Lm1 mijlun u l- problemi li kien hemm il-Qorti ma ġew bl-ebda mod solvuti bil-bini ta' dan l-annex, anzi min jaħdem il-Qorti jaf li l-problemi, bil-bini ta' dan l- annex, żdiedu.", "Per eżempju, l-fatt li għandek ir-Reġistru apparti mill- Qorti u l-fatt li għandek is-Sekond'Awla u l-Prim'Awla ta' dak li jissejjaħ il-Family Court apparti mill-Qorti, jagħmilha aktar diffiċli kemm għall- istaff, kemm għall-avukati kif ukoll għall-imħallef li min-naħa għall-oħra jipprovaw jaqdu funzjonijiet u dmirijiet differenti fl-istess ħin.", "Kif dejjem sostnejna aħna, il-Qorti għandha tespandi lateralment u l-post li l- iżjed jista' jiġi inkorporat fil-bini tal-Qorti huwa s-sulari ta' fuq tas- Savoy.", "Minkejja li l-Gvern jgħid li kellu esperti li qalulu li teknikament dan m'huwiex \"feasible\", aħna għidna lill-Gvern biex dawn l-opinjonijiet li ngħata l-Ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra għaliex l-opinjoni u l-pariri ta' l-inġiniera u l-periti li kkonsultajna magħhom, b'mod privat, indikaw totalment l-oppost.", "Huwa wkoll importanti li kull spazju li jeżisti fil-qasam tal-Qorti jiġi utilizzat u l-ispazju li hemm taħt il-Qorti li huwa utilizzat mill-Pulizija għandu jiġi nkorporat fil-Qorti u l-għassa tal-Pulizija għandu jinstab għaliha allokazzjoni jew post ieħor .", "Waqt li kont qed nitkellem fuq l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika rrimarkajt li l-użu tiegħu għandu jsir kif suppost.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għaliex wieħed m'għandux jimbarazza lill-Avukat Ġenerali billi jitolbu biex jagħmel xogħol li m'huwiex strettament fil- binarji ta' dak li għandu jagħmel.", "Per eżempju, wieħed m'għandux jimbarazzah billi jitolbu jagħmel risposti - jew drafts tagħhom - għal dak li jinħareġ per eżempju minni bħala spokesman tal-Ġustizzja għaliex dak m'huwiex ix-xogħol ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "L-Avukat Ġenerali tar-Repubblika qiegħed hemm mhux biex jirrispondi lill-ispokesman ta' l- Oppożizzjoni jew biex jipprepara d-drafts għall-Ministru biex jirrispondi lill-ispokesman ta' l-Oppożizzjoni għaliex hemmhekk tkun qed tidħol fin- natura politika u tkun qed timbarazzah.", "Jekk inti tistaqsih biex tara jekk dak li se jirrispondini l-Ministru huwiex libelluż jew le ma fiha xejn, imma li titolbu jipprepara d-draft tad-diskors naħseb li tkun qed timbarazzah u m'għandux isir hekk.", "L-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, jekk jidhirlu li jkun xieraq għandu jieħu l-ispunt u joħroġ b'liġijiet hu u mhux jimxi biss fuq il-binarji li jagħtuh id-diversi minsiteri dwar abbozzi ġodda.", "Nagħti eżempju,Abbozz li wieħed kien jippretendi li l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika joħroġ, għandu x'jaqsam mal-qasam kriminali.", "Aħna qrajna dan l-aħħar kif f'ċerti każijiet ikun hemm azzjonijiet li ma jaqgħu taħt l-ebda liġi imma fihom innifishom jistgħu jiġi klassifikati bħala delitti .", "Biex nieħu eżempju ta' dan - u hawnhekk l-Avukat Ġenerali għandu jieħu l-ispinta hu u jipproponi liġijiet u jekk ma jagħmilx hekk hu, forsi wieħed jikkonsidra li jiġu anke proposti b'mod privat hawnhekk bil-kunsens u bl-awtorita' tal-partijiet - nirreferi għal dak li l-Amerika qed isejħu bħala l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' stalking.", "Aħna nafu li ħafna drabi fi kwestjoni matrimonjali jkun hemm ċertu indħil li jiġi mill-partners.", "Riċentement smajna bil-każ - issemma ħafna fil-gazzetti internazzjonali - ta' Simpson.", "Hawn Malta kellna każijiet bħal dan fejn il-mara marret ħafna drabi wara r-raġel iddejqu, tinsulentah, tmur fuq il-post tax-xogħol tiegħu, eċċ. Jista' jiġri wkoll bil-kontra, jiġifieri r-raġel imur joqgħod fuq l-għatba fejn tkun il-mara.", "Huwa importanti li l-kwestjoni ta' stalking tidħol fil-liġijiet tagħna, għax forsi bis-saħħa t'hekk ikunu jistgħu jiġu evitati delitti ta' natura aktar gravi.", "Nafu li, per eżempju, meta titkisser għerusija, parti minnhom tista' ma tkunx matura u tipprova tagħmel pressjoni, jew anke vjolenza, fuq il-parti l-oħra.", "B'din il-liġi kontra l-istalking - bil-Malti rridu nsibu kelma għaliha - li fl-Amerika ġiet addottata kważi f'kull stat, wieħed ikun jista' jevita li 'l quddiem jiġru affarijiet aktar gravi.", "Jien abbinajt iż-żewġ punti li tkellimt dwarhom bil-ħsieb li nawgura lill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika biex iżomm ruħu aġġornat ma' liġijiet li jkunu qed isiru f'pajjiżi oħrajn, u fejn hu neċessarju joħroġ bl-ideat dwar abbozzar ta' liġijiet u jagħti parir in kwestjoni lill-ministru responsabbli.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, is- Sibt, 23 ta' Lulju, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MTAĦLEB - DAWL F'\"TAL-ĦAMRIJA\"", "20506.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għal bozza li hemm bżonn għall-kommunita' tal-Ħamrija, Imtaħleb l/o Rabat, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet u l-proċeduri meħtieġa sabiex f'dawn l-inħawi rurali tar-Rabat, ir-residenti jkollhom aċċess għas-servizz ta' toroq imdawwla sabiex jipprevedihom minn ħafna inkonvenjenza nkluża dik ta' sigurta'?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "VAPUR TAL-GOZO CHANNEL - ĦINIJIET TAR-ROTOT", "20507.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Matul l-ewwel xhur tas-sena xahar b'xahar, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-każijiet fejn ir-rotta tal-vapuri tal-Gozo Channel li joperaw bejn Malta u Għawdex kellhom jestendu l-ħin uffiċjali għar- rotta?", "Kemm kien il-ħin estiż f'kull każ u x'kienu r-raġunijiet?", "Min jawtorizza deċiżjonijiet bħal dawn?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Wieħed ma jistgħax jgħid lill-avarija ta' minuti f'iżjed jew inqas ħin ta' traġett tikkostitwixxi estensjoni jew riduzzjoni tal-ħin uffiċċjali tar-rotta.", "Ikun hemm każijiet fejn minħabba l-maltemp tinbidel ir-rotta, jew minħabba waqfien barra l-port sabiex vapur jistenna lill-ieħor iħott jew jgħabbi.", "Ma huwiex possibbli li tingħata statistika vjaġġ bi vjaġġ ta' ddettalji eżatti tal-ħinijiet meta wieħed iqies l-eluf ta' vjaġġi li tagħmel il-Gozo Channel.", "Fi kwalunkwe każ, il-Kaptan tal-vapur għandu il-gurisdizzjoni assoluta fuq in-navigazzjoni tal-vapur.", "PITKALIJA ĊENTRALI - SISTEMA KOMPUTERIZZATA", "20508.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li kien hemm madwar 13-il uffiċjali mill-MSU li ntbagħtu f'okkażjonijiet differenti sabiex jistudjaw il-possibilitajiet ta' kif tista' tiġi amministrata u ntrodotta is-sistema komputerizzata globali fil-Pitkalija Ċentrali?", "Għaliex wara li kien hemm dawn il-persuni nvoluti ġiet kumpannija privata fil-Mercury biex tagħmel l-istess analiżi ta' programming tas-sistema komputerizzata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Is-sistema kompjuterizzata fil-Pitkalija giet ipprovduta u mantnuta mill-MSU.", "Ghalhekk l-ufficjali tal-MSU jzuru l- Pitkalija kontinwament sabiex tithaddem is-sistema.", "Il-kumpanija privata giet ikkuntrattata mill-MSU u pprovdiet il-programm tal-kompjuter.", "SANT'ANDRU - BINI TA' LUKANDA", "20562.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Il-Ministru rċieva xi applikazzjoni għal bini ta' lukanda f'St. Andrews mil-Luxol Football Club?", "Kien hemm xi taħdidiet miegħek jew mas-Segretarju Parlamentari tat-Turiżmu li qabel kien jokkupa l-kariga tiegħek mal-Club Luxol Football Club dwar xi proġett turistiku f'St. Andrews?", "Jekk iva, x'inhu l-proġett maħsub?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-Ministeru ma rceva ebda applikazzjoni ufficjali mil-Luxol Football Club.", "Infurmat li Luxol kellhom abbokkamenti ma' sieħbi Dr Refalo dwar xi possibilta li jigi zviluppat sports Complex residenzjali biex jaqdi aħjar d-domanda esistenti għat-turismu ta' xejra sportiva.", "Jidher li l'progett għadu ma wasalx fli stadju li jigi sottomess lill- Board.", "SPTARIJIET - SPAŻJU GĦALL-BEJJIEGĦA TAL-FJURI", "20563.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonsidra li fuq ġewwa qabel tidħol ġo l- isptar jinħolqu spazji fejn bejjiegħa tal-fjuri jkunu jistgħu jbiegħu l- fjuri lil qraba tal-pazjenti?", "Billi dan il-feature nstab kważi f'kull sptar fl-Ewropa fejn ikun hemm bejjiegħa tal-fjuri u gugarelli għat-tfal, ma jaħsibx il-Ministru li għandu jsir xi ħaġa fuq dan?", "Billi l-pulizija għadha ma ħarġitx permess lil dawn il-vendituri li jbiegħu l-fjuri qrib l-isptar u billi jidher li qed issir oppożizzjoni banali minn xi sewwieqa tal-karozzi li jridu jaħkmu kull spazju u għalhekk qed jiktbu b'mod redikolu fil-ġurnali, ma jidhirlux l-Ministru li din il- kwestjoni għandha tkun riżolta jew billi jinħoloq spazju qrib l-isptar jew ġo l-isptar stess għal dawn il-bejjiegħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa maħsub li ħwienet tax-xorta li semma l-Onor.", "Membru jkunu nklużi fir-'Refurbishment Plan' Ġenerali ta' l-Isptar San Luqa.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, il-materja qed tiġi konsidrata.", "BUĠIBBA/QAWRA - BEACH CONCESSIONS", "20564.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11943, meta l-Gvern qed jirrevedi ċ-ċnus kollha ta' dawk li għandhom flats u djar tal-Gvern u anke qed jimponi ċnus qawwija fuq art li qed ibiegħ u fuq dawk li għandhom front gardens, jista' l-Ministru jikkonsidra li ċens ta' ftit aktar minn Lm1,000 għal Bognor Regis Acquatic Sports Club fuq biċċa art kbira bħal dik jiġi rivedut?", "Billi skond ir-risposta mogħtija għad-domanda imsemmija, iċ-ċens ilu ma jinbidel mill-1969, jiġifieri 25 sena, ma jidhirlux il-Ministru li l- Gvern għandu jirrevedi dan iċ-ċens u ċnus oħra redikoli għall-beach concessions oħra?", "Kemm hi l-area li qed tokkupa din il-beach concession?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rata ta' ċens ta'għotja enfitewtika ma tistax titbiddel tul l-istess konċessjoni.", "L-art hi ta' kejl circa 466 metri kwadri.", "BUĠIBBA/QAWRA - BEACH CONCESSIONS", "20565.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11943, jista' l-Ministru jgħid kemm hi kbira l-biċċa art tal-Gvern li qabdu u okkupaw is-sidien tas- Suncrest u s-Sunny Coast, fil-Qawra?", "Kemm ilu li okkupa din l-art?", "Fejn waslu l-passi li qed jieħu l-Gvern biex jirregolarizza l-pożizzjoni?", "Għandi nifhem li fil-ftehim aħħari s-sid se jiġi mġiegħel iħallas tas-snin kollha li ħa din l-art tal-poplu bla permess.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Waqt li nirreferi għat-Tweġiba li tajt għall-Interpellanza Numru 20517 inżid li l-art okkupata mis-Sunny Coast hi ta' circa 2900 metri kwadri.", "Din ġiet okkupata għall-ħabta ta' l-1983.", "KAŻIJIET TA' SALMONELLA MINN LAĦAM TAD-DUNDJANI", "20566.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx rapportati xi każi ta' salmonella minn laħam tad-dundjani?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultax li tul l-aħħar sena kien hemm każi rappurtati ta' 'Salmonella' f'persuni li ġew definittivament assoċjati ma' konsum ta' laħam tad-dundjani mniġġeż b'dan il-mikrobu.", "Ħafna drabi, iżda, wara li ssir investigazzjoni epidemjoloġiku tal-każ, ikun hemm suspett li l-ikel implikat fil-fatt ikun bajd, tiġieġ jew tjur ieħor.", "PULIZIJA TAT-TRAFFIKU - IĊĊEKKJAR TA' TRUKKIJIET", "20567.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il truck ġie ċċekkjat mill- Pulizija tat-traffiku biex jaraw jekk dawn ikunux ta' hazard għal sewwieqa oħra?", "Kemm-il sid jew kuntrattur ttella' l-Qorti dwar dan l-abbuż f'dawn l- aħħar sentejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ma jinżammx 'record' ta' kemm il- trakk jiġi ċċekjat u kemm il-xufier ta' trakkijiet jittellgħu l-Qorti, pero' niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant illi ħarġu diversi ċitazzjonijiet li jirrigwardjaw trakkijiet.", "Nista' ngħid illi l-Pulizija tat-Traffiku irraportaw u tellgħu l-Qorti persuni kif imniżżel hawn isfel fejn jirrigwardjaw kemm trakkijiet kif ukoll vetturi oħra.", "Dawn huma parti miċ-ċitazzjonijiet li jinġiebu mis- Sezzjoni tat-Traffiku iżda li jistgħu jirrigwardjaw trakkijiet.", "DESKRIZZJONI 1993 1994 TOTAL Sa Gunju", "Duhhan 276 197 473 Dwal 1909 653 2562 Sewqan Negligenti 1499 1433 2932 'Overloading' 70 28 98 'Silencers' 556 299 855 'Tyres' mikulin 455 274 729 Naqas Jghatti 124 60 184 Merkanzija mhux marbuta 9 14 23 Minghajr indikaturi 498 268 766 Minghajr 'Fire Extinguishers' 313 254 567 Minghajr 'mudflaps' 45 163 208 Minghajr 'handbrake' (difettuz) 9 10 19 Sewqan fuq il-'lane' ta' barra 113 78 191 Mhux fi stat tajjeb ta' tiswija 40 27 67", "TOTAL 5916 3758 9674", "TA' XBIEX - BANKIJIET ĠODDA FIX-XATT", "20588.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsiru bankijiet ġodda ħdejn ir- railings fix-Xatt ta' Ta' Xbiex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar is-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant.", "AWTORITA' TAD-DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "20595.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu t-talbiet li kellu d-Dipartiment tad- Djar fl-aħħar ta' kull sena, għall-akkomodazzjoni alternattiva bejn l-1980 u 1993?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nirreferi din id-domanda lill-Ministru koncernat.", "PULIZIJA - KAŻIJIET TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "20600.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentar Nru.19419, ċioe' kemm saru rapporti lill-pulizija dwar każijiet ta' vjolenza domestika fis-snin 1980, 1985, 1990, 1991, 1992 u 1993?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab informat li mindu bdiet tinżamm din l-istatistika ġew irrapurtati dawn il-każijiet:", "1992: 91 1993: 85", "Dawn jinkludu swat fuq il-mara, ir-raġel, tfal, ġenituri u/jew qraba.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab informat li mhux possibbli li nagħti informazzjoni dwar każijiet bħal dawn.", "PULIZIJA - KAŻIJIET TA' STUPRU", "20601.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari Nru.19420?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab informat li l-Pulizija kellha dawn ir-rapporti ta' stupru:", "1980 - xejn 1985 - każ wieħed 1990 - 4 każi 1991 - 5 każi 1992 - 5 każi 1993 - 5 każi", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ma nistax nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għaliex ma jinżammux 'records' speċifiċi dwar dan it-tip ta' każi.", "REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "20602.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Nistaqsi l-Ministru dwar mistoqsqsija parlamentari Nru. 20446, ċioe' jista' jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena xahar b'xahar, kemm kien in-numru ta' vetturi ġodda, trakkijiet, karozzi, muturi eċċ. li ġew irreġistrati f'Malta?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nissuġerixxi lill-Onor.", "Membru jagħmel il- mistoqsija lil Ministru tat-Trasport, Kummunikazzjoni u Teknologija, għax jien ma għandiex l-iċken idea pero' interesat li nkun naf.", "REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "20603.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Insaqsi l-Ministru dwar mistoqsija parlamentari nru.", "20446 ċioe' jista' jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena xahar b'xahar, kemm kien in- numru ta' vetturi, trakkijiet, karozzi, muturi eċċ li ġew irreġistrati f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Direttorat għal-Liċenzi u Ttestjar ta' Vetturi jaqa' taħt il-Ministeru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "LIĊENZJI TAS-SEWQAN", "20604.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ċittadini Maltin/Għawdxin li għandhom il-liċenzja tas-sewqan?", "X'inhija l-pożizzjoni ta' persuni barranin, biex dawn ikunu awtorizzati jsuqu l-vetturi f'pajjiżna kemm fuq btala kif ukoll meta jkunu residenti permanenti f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li n-numru ta' ċittadini Maltin li għandhom liċenzja tas-sewqan huwa 158,755.", "Persuni barranin li jkollhom liċenzja tas-sewqan barranija valida jistgħu jsuqu hawn Malta bil-permess tad-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet.", "Jekk kemm il-darba il-liċenzja tas-sewqan barranija ma tkunx valida, sabiex ikun jista'jsuq hawn Malta, barrani jrd jagħmel it-test tas-sewqan.", "Fil- każ ta' persuna li tkun hawn għall-btala kull ma jingħatala huwa permess bla ħlas validu għall-perjodu ta' tlett xhur.", "Filwaqt li residenti permanenti f'Malta tinħarġilhom liċenzja tas-sewqan lokali.", "MOSTA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "20626.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li bini f'San Pawl tal-Qlejja, Mosta għadu bla servizz ta' drenaġġ u t-triq imħarrbta, u barra minn hekk bini li qiegħed fl-aktar parti għolja għandhom pressa ta' l-ilma baxxa ħafna, jista' l-MInistru jieħu l-passi meħtieġa ħalli din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan il-kuntratt ta' xogħol ta' taħfir ta' dranaġġ u bini ta' Pumping Station qiegħed jiġi disinjat biex jiġi attwat is-sena d-dieħla.", "Wara li jitlesta dan ix-xogħol it-triq tkun tista' tiġi rranġata.", "Rigward il-pressa ta' l-ilma tlabt lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma tinvestiga.", "NAXXAR - BINI TA' ĊINT", "20627.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li fl-area ta' Budeq l/o Naxxar kien beda xogħol fuq ċint diversi snin ilu, liema xogħol kien waqaf, x'inhi r-raġuni li dan ix-xogħol waqaf?", "Xi indvidwi li ħadu l-inkarigu li jkomplu x-xogħol huma ġew imwaqqfa.", "Għaliex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant kien qed isir mill-kuntratturi taħt kuntratti maħruġa mid- Dipartiment tat-Toroq tal-Ministeru tat-Trasport Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill- Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TAĊ-ĊITTADINANZA - ĦRUĠ TA' WORK PERMITS", "20628.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Persuna b'ċittadinanza Ingliża li n-nannu tagħha huwa Malti, tista' tapplika biex tingħata work permit, jew ċittadinanza doppja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor Interpellant ma tax informazzjoni biex fuqha wieħed ikun jista' jiġbed xi konlużjonijiet.", "Per eżempju meta u fejn twieldet din il-persuna?", "Missierha u/jew ommha twieldu Malta?", "Hemm xi ħadd minnhom li għandu/għandha ċittadinanza Maltija?", "Jekk din il-persuna ma twielditx Malta ma jistax ikollha ċittadinanza doppja għaliex din tapplika biss għall-emigranti Maltin li twieldu Malta.", "Dwar jekk tistax tingħata 'work permit' dan jiddependi minn diversi fatturi u għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant biex jikkuntattja lid-Direttur tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates li wara li jistħarreġ il-każ, ikun jista' jinfurmah jekk skond il-'policy' preżenti jistax jinħareġ 'work permit' lill-persuna konċernata.", "ART MGĦODDIJA LILL-KUMPANNIJI PRIVATI", "20630.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' jekk jogħġbok tipprovdi lista tal-każi fejn art jew proprjeta' oħra għaddiet lill-enti jew kumpannija privata b'riżoluzzjoni tal-Kamra tar- Rappreżentanti, li wara ġew mgħoddija lill-enti jew kumpannija privata oħra bil-qbil tad-Dipartiment ta' l-Artijiet?", "Tista' jekk jogħġbok f'kull każ tagħti d-data ta' meta ġiet mogħtija l-awtorizzazzjoni għat-transfer ta' l- art jew proprjeta' konċernata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni relattiva qed tinġabar.", "ISLA - ALLOKAZZJONI TA' POSTIJIET", "20631.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari numru 20023 dwar allokazzjonijiet ta' postijiet fl-Isla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, risposta tinghata f'seduta ohra.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - INCOME TAX MIS-SELF EMPLOYED", "20632.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 20184 u 20440 fejn il-Ministru ta l- informazzjoni għall-aħħar assessment, tista' tingħata l-informazzjoni għal dawn l-aħħar 20 sena jew l-eqreb possibbli?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema komputeriżżata tad-Dipartiment ma taħsibx għall-ġbir ta' l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.", "ENEMALTA - IMPIEGI TA' LINESMEN", "20633.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 20461 dwar impiegi ta' linesmen ma' Enemalta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Iva, jistgħu jirreġistraw persuni bħala linesmen.", "Skond tagħrif li ngħatajt, il-persuni li ntbagħtu għal intervista kienu ilhom jirreġistraw skond it-tabella li tidher hawn taħt:", "1989 1991 1992 1993 1994", "Jannar 1 1 7 Frar 1 1 8 Marzu 1 1 April 1 2 6 Mejju 2 1 Gunju 1 1 1 1 Lulju 1 Awissu 1 3 Settembru 1 2 5 Ottubru 3 5 Novembru 1 2 4 Dicembru 5 1 4", "Ġew sottomessi 75 persuna għal intervista ma' l-Enemalta.", "Dawn kienu jinkludu persuni li qed jirreġistraw bħala 'linesmen', 'wiremen' u 'electrical fitters'.", "Il-lokalitajiet li fihom joqogħdu huma:", "Lokalita' Persuni", "Zurrieq 7 Birkirkara 6 Isla 5 Qormi 4 Rabat 4 Ghaxaq 4 Siggiewi 4 Zejtun 3 Attard 2 Birzebbugia 2 San Pawl il-Bahar 2 Gharghur 2 Xghajra 2 Zabbar 2 Marsaxlokk 2 Marsa 2 Valletta 2 Balzan 2 Sliema 2 Luqa 1 Naxxar 1 Kirkop 1 Mqabba 1 Santa Lucia 1 Gwardamangia 1 Gudja 1 San Giljan 1 Bormla 1 Rahal Gdid 1 Kalkara 1 Ta' Xbiex 1 Hamrun 1 Lija 1 Fgura 1 Gzira 1", "Biex wieħed jirreġistra għax-xogħol bħala 'linesman' m'hemmx ħtieġa ta' kwalifiki partikolari iżda biss il-ħajra għal dan ix-xogħol u wkoll li wieħed ikun lest li jitla' jaħdem fuq sellum fl-għoli.", "Skond ma ġiet infurmata l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, għadu ma ġie impjegat ħadd mill-persuni li ressqet il-Korporazzjoni.", "RISPOSTI GĦALL-MISTOQSIJIET PARLAMENTARI", "20634.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li tingħata risposta għall-kumplament tal-mistoqsija skond P.Q. 20413?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19611 il-kumplament tat-tweġibiet huma dawn:", "MISTOQSIJA NUMRU 17619", "Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li diġa' tajtu għall- Mistoqsija Parlamentari Nru. 17619 fis-Seduta Nru 259.", "Nixtieq inżid illi in-numru ta' dawk kollha li kellhom il-provista ta' l- elettriku huma:", "DOMESTIKU INDUSTRIJALI KUMMERĊJALI", "1993 150,115 910 40,458 1992 144,350 927 38,595 1991 140,984 882 37,437 1990 138,006 807 36,681 1989 134,561 784 35,803", "In-numru ta' meters ikun l-istess bħan-numru ta' Accounts, barra s- servizzi lill-Melita Cable TV u L-Awtorita' tat-Trasport fejn jingħataw servizzi diretti peress li l-konsum huwa kostanti.", "MISTOQSIJA NUMRU 18244", "Poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar is- sospensjonijiet ta' l-elettriku.", "KUNTRATT TA' XOGĦOL LIL RAMLA BAY", "20635.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' tingħata r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 19659?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19659 ngħatat f'Seduta Nru. 303.", "RAPPORT DWAR L-EX-MINISTRU GATT", "20636.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Tista' tikkonferma d-data li fiha tlesta r-rapport tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-każ ta' l-ex Ministru Gatt kif wkoll id-data li fiha dan ir-rapport ġie ppreżentat lilek mill-istess Kummissjoni?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ir-rapport dwar il-każ tal-Ministru Gatt tlesta mill- Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni fit-28 ta' Ġunju, 1994, u dan ġie mibgħut lili fit-30 ta' Ġunju, 1994.", "LIBJA - PAGAMENTI DOVUTI LIL AZJENDI MALTIN", "20637.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Tista' tikkonferma l-ammont globali dovut fi ħlas lil diversi ditti u azjendi Maltin min-naħa Libjana?", "Tista' tagħti breakdown dettaljat ta' l-ammonti dovuti lill-azjendi u entijiet kummerċjali li għandhom investimenti tal-poplu fihom?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Id-diversi ammonti huma ta` natura kummercjali u ma nhossx li dawn ghandhom jigu rivelati pubblikament.", "Inzid nghid illi wara l-vizita li l-Ministru Dalli u jien ghamilna f`Tripli nhossu li wasalna fi ftehim biex somom sostanzjali dovuti lil Malta jigu onorati fil-futur qarib.", "TUNEŻIJA - KWESTJONI DWAR IL-LINJA MEDJANA", "20638.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Wara l-istqarrija li saret mill-Prim Ministru dwar il-kwestjoni pendenti mat-Tuneżija, kien hemm xi żviluppi ġodda bejn iż-żewġ pajjiżi dwar dan il-każ?", "In-naħa Tuneżina wieġbet għad-diversi rappreżentazzjoniiet li saru min- naħa tal-Gvern Malti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: F`dan l-istadju m`ghandi xejn xi nzied ma l- istqarrija li ghamilt f`din id-domanda, fl-20 ta` Gunju.", "KOREA TA' FUQ - KUNTATT DIPLOMATIĊI WARA L-MEWT TA' KIM IL SUNG", "20639.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Kien hemm xi kuntatti diplomatiċi bejn il-Gvern Malti u dak tal-Korea ta' Fuq wara l-mewt ta' Kim il-Sung?", "F'dawn l-aħħar sebgħa snin kemm kien hemm okkażjonijiet li fihom uffiċjali tal-Gvern - inklużi uffiċjali tal-Ministeru tiegħek - żaru Pyongyang?", "X'kienet in-natura ta' dawn iż-żjarat?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Wara l-mewt tal-President Kim Il Sung ntbaghat messagg ta` kondoljanzi mill-President ta` Malta ghan-nom tal-Gvern u tal- poplu Malti.", "Ghall dak li jirrigwarda t-tieni parti tal-interpellenza f`April 1991 - Delegazzjoni Parlamentari Maltija, immexxija minn li Speaker tal-Kamra tar- Rapprezentanti Dr. L. Gonzi marret Pyong Yang sabiex tattendi ghall-85 Konferneza Inter Parlamentari.", "F`Mejju 1991 - Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta` l-Affarijiet Barranin u Gustizzja il-Prof.", "G de Marco, li dak iz-zmien kien il-President tal-45 Sessjoni ta` l-Assemblea Generali tal-Gnus maghquda, ghamel vizita ufficcjali fil-Korea ta` Fuq.", "F`Settembru 1991 - L-Ambaxxatur E. Saliba zar ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu Korean biex jiehu sehem fis-7 Laqgha Ministerjali tal-Grupp Asjatiku fil-Grupp tas-77.", "F`April 1992 - L-Ambaxxatur Alfred Zarb li kien akkumpanjat mic-Charge d`Affairs ta` Malta f`Beijing irrapprezenta l-Gvern Malti fic- Celebrazzjonijiet f`eghluq it-80 sena tal-President Kim Il Sung.", "F`Mejju 1992 - L-Ambaxxatur E. Saliba pprezenta l-Kredenzjali tieghu bhala Ambaxxatur ta` Malta ghar-Repubblika Demokratika tal-poplu Korean.", "ŻJARA TA' DEPUTAT INGLIŻ", "20640.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: X'kienet in-natura taż-żjara f'Malta tad-Deputat Ingliż Michael Colvin fl-1992, li skond il-British Register of Members' Interests jingħad li ġie fostna bħala mistieden tal-Gvern Malti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Id-Deputat Parlamentari Ingliz Michael Colvin li gie Malta f`Novembru 1992, kien wiehed min 4 Parlamentari Inglizi li zaru Malta wara stedina li saritilhom mill-Gvern Malti.Barra li ttiehdu jzuru postijiet storici kellhom laqghat mal-Prim Ministru, l-Vici Prim Ministru, il-Kap ta` l-Oppozizzjoni, kif ukoll ma Membri Parlamentari ohra.", "KIM IL SUNG - KONDOLJANZI", "20642.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid:-", "(1) X'inhuma r-relazzjonijiet ta' Malta mar-Repubblika Demokratika tal- Poplu tal-Korea (D.P.R.K.)?", "(2) X'inhi r-raġuni li l-President u/jew il-Gvern ma bagħatx kondoljanzi lill-Poplu Korean għall-mewt tal-President Kim Il Sung?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ir-relazzjonijiet bejn Malta u DPRK huwa kordjali kif kienu ghal-dawn l-ahhar 7 snin.", "Il-kondoljanzi intbaghatu kif kien xieraq fl-14 ta` Lulju mill-President ghan-nom tal-Poplu Malti.", "KUNSILL NAZZJONALI TA' L-ISPORT", "20645.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: X'sar mill-pjan tal-predecessur tiegħek biex jitwaqqaf Kunsill Nazzjonali ta' l-Isport?", "Peress li t-twaqqif ta' Kunsill bħal dan jista' jagħti spinta lill- isport, ma jaħsibx li aktar ma jitwaqqaf malajr ikun aħjar?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar-risposta għall-Mistoqsija Nru. 19872 dwar l-istess suggett.", "GROUND TAL-FOOTBALL - KIRI LIL GĦAQDIET SPORTIVI", "20646.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Liema huma dawk il-grounds tal-football li għall-istaġun li jmiss se jinkrew lill-għaqdiet/assoċjazzjonijiet tal-football?", "X'inhi s-somma involuta f'kull każ?", "Liema huma dawk il-grounds tal-football li se jingħataw bla kera lill- għaqdiet/assoċjazzjonijiet sportivi?", "Il-Ministeru tiegħek għandu xi talbiet speċifiċi minn għaqdiet għal għoti/kiri ta' xi grounds tal-football?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Il-grounds tal-football li huma mikrija lill-għaqdiet-assoċazzjonijiet huma biss dawk li jaqgħu taht il-ftehim li kien sar mal-Malta Football Association, fosthom dawk f` Ta` Qali u ta` Pace Grasso.", "Is-somma involuta hija ta` Lm10,000 għal Ta` Qali u LM3,000 għal dak ta` Pace Grasso, somma li trid titħallas lill-Kummissarju ta` l-Artijiet.", "Ma hemm l-ebda ground li jingħata b`kera lill-għaqdiet-assocazzjonijiet tal-football.", "Il-Gvern jagħti l-facilita lill-clubs li jagħmlu użu mill- grounds li għandu għad-dispozizzjoni tiegħu w ma titħallas l-ebda kera.", "Hemm xi talbiet minn għaqdiet għal għoti-kiri ta` xi grounds tal- football,iżda s`issa dawn ma ġewx milqugħa għaliex il-policy eżistenti hija kif spjegata hawn fuq.", "DROGA - KAŻI MRESSQA L-QORTI", "20647.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Mill-1 ta' Jannar sal-lum kemm kien hemm nies li tressqu quddiem il-Qorti talli:", "1.", "Kienu fil-pussess tad-droga; 2.", "Inqabdu jittraffikaw id-droga; u 3.", "Inqabdu jieħdu d-droga?", "Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba li tajt għall- Mistoqsija Parlamentari numru 18132, informat li l-istatistika għal Mejju u Ġunju qed tinġabar.", "EX-PROPRJETA' TAL-KNISJA - XIRI TA' POSTIJIET MILL-INKWILINI", "20648.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm talbiet quddiem il-Joint Office bejn il-Gvern u l- Knisja għax-xiri ta' djar minn dawk li joqogħdu fihom?", "X'ġara mit-talba li ġġib ir-referenza JO/P/415/93?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 20107."]} {"filename": "19971122_151d_par.doc", "date": "1997-11-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 151 Is-Sibt, 22 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 151", "Is-Sibt, 22 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.16 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "151", "Is-Sibt, 22 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 443", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 443", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 445", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 150 li saret fil-21 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "BIEDJA U SAJD - REKLAMAR", "9622.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti (i) lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; (ii) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; (iii) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) kemn intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; (v) lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-gvern) li ġew użati; (vi) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; (vii) kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) lista ta' kumpannija ta' l-iscanning li ġew użati; u (xi) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Jirriżulta li ma saru l-ebda spejjeż f'reklamar u f'xogħlijiet oħra msemmija fil-mistoqsija.", "OPM -REKLAMAR", "9623.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru mingħajr Portafoll: B'riferenza għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti (i) lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; (ii) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; (iii) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; (v) lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-gvern) li ġew użati; (vi) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; (vii) kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) lista ta' kumpannija ta' l-iscanning li ġew użati; u (xi) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Ninsab informat li bejn April u Settembru ta' din is-sena l- korporazzjoni Telemalta kompliet tagħmel użu mill-istess aġenziji ta' reklamar li kienu jintużaw qabel l-1 ta' Novembru 1996, b'żieda ta' waħda, MPS Ltd.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li l-informazzjoni mitluba hija waħda ta' natura kummerċjali u għaldaqstant inħoss li m'għandix inqiegħed din l- informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-Onor.", "Membru jista' jirriferi għandi biex jara l-informazzjoni mitluba minnu b'mod konfidenzjali.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono) L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, għal din id-domanda, li saret lill- ministri kollha mill-Onor.", "Austin Gatt, il-ministri kollha taw ir-risposta tagħhom u għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Mizzi x'inhi r-raġuni li hu mhux qed jagħti din l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, mhux l-ewwel darba li saret osservazzjoni min-naħa l-oħra tal-Kamra li ministru ma jkunx preżenti biex iwieġeb interpellanza.", "Nista' naċċerta lil kulħadd li f'każijiet bħal dawn jien niġi ppreparat biex nirrispondi għan-nom ta' sħabi u saħansitra nkun anke għamilt ir-riċerka meħtieġa.", "Imma jkolli nistqarr li ma nafx għaliex Membru li jkun għamel interpellanza ma jkunx preżenti fil-ħin li tingħata tweġiba għad- domanda tiegħu.", "Sinjura President, nikkonferma li lill-Onor.", "Interpellant jien lest nurih b'mod konfidenzjali d-dokumenti u l-affarijiet kollha li qed jistaqsi fuqhom; u ġaladarba jkun rahom imbagħad ikun jista' japprezza aktar għaliex qed insostni li din l-informazzjoni għandna nitrattawha b'mod konfidenzjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Għal dan it-tip ta' xogħol toħroġ tender?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond għal liema xogħol qed tirriferi, għax filwaqt li għal ċertu xogħol m'hemmx in-neċessita' li toħroġ tender, ċertu xogħol ieħor jitlob li toħroġ sejħa għal offerti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hi sospiża għal ħames minuti.", "Il-Kamra ġiet sospiża fid-9.20 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Inkomplu bix-xogħol tagħna.", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nerġa' niġbidlek l-attenzjoni li lanqas issa m'hawn quorum.", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membri jqumu bil-wieqfa ħalli ngħodd in- numru ta' dawk preżenti.", "Fuq ordni tas-Sedja, l-Onor.", "Membri preżenti qamu bil-wieqfa.", "MADAM SPEAKER: Peress li reġa' m'hawnx quorum, il-Kamra hija aġġornata għal-lejla fis-6.00 p.m. u dan skond il-mozzjoni ta' proċedura li qed tirregolana.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, l-istess mozzjoni ta' proċedura tippermetti seduta fis-2.00 p.m. u għaldaqstant nitlob lis-Sedja tirrikonsidra jekk għandniex niltaqgħu dak il-ħin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-mozzjoni li tirregola l-ġranet ta' diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista tispeċifika l-ħin li fih għandha tibda s-seduta.", "Għaldaqstant din il-Kamra għandha taġġorna għal-lejla fis- 6.00 p.m.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-mozzjoni ta' proċedura tgħid li jista' jkun hemm seduta fis-2.00 p.m. Issa ġaladarba l-Kamra qed tiġi aġġornata, awtomatikament għandha taġġorna għas-2.00 p.m.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mizzi, niġbidlek l-attenzjoni li mal-mozzjoni ta' proċedura hemm l-iskeda li qiegħda torbotna.", "L-iskeda tispeċifika li llum kellu jkollna seduta filgħodu u oħra filgħaxija, waħda li tibda fid-9.00 a.m. u oħra li tibda fis-6.00 p.m. L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nitolbok li żżomm quddiem għajnejk li l- mozzjoni ta' proċedura tippermettilek li ssejjaħ il-Kamra fis-2.00 p.m. Issa apparti l-mozzjoni ....", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla fis-6.00 p.m. Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Meta ġie mgħajat quorum, il-qanpiena daqqet?", "MADAM SPEAKER: Iva, daqqet.", "ONOR.", "MEMBRU: Le, ma daqqitx.", "ONOR.", "MEMBRU: Aħna ma smajnihiex.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, 22 ta' Novembru, fis- 6.00 p.m.", "Fid-9.26 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "9624.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad- dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpannija tal-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U INDUSTRIJA - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "9625.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' April, sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal- kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpannija ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA - AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "9626.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq f'kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta'kumpannija ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija se titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "9627.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad- dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill- mezzi tal-media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji (barra dik tal- Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta'l- istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpannija ta' l- iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant rigward aġenziji tar-reklamar li ġew użati bejn l-1 t' April sal-31 ta'Ottubru, 1997 mill-Ministeru u d-dikasteru li għalih jien responsabbli se titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - ĦADDIEMA", "9882.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu ħaddiema mal- kunsilli lokali mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet, kunsill b'kunsill u liema proġetti ngħataw jesegwixxu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba diġa ngħatat mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8580, Seduta 131.", "Dawn il-ħaddiema qed jesegwixxu xogħol ta' manutenzjoni ġenerali u mhux fuq xi proġetti partikolari.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "9883.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il- Gvern s'issa mit-tariffi għal rimi ta' skart fil-Miżbla tal-Magħtab?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l-Gvern s'issa ma daħħal l-ebda flus mit-tariffi għar-rimi ta' skart fil-Miżbla tal- Magħtab.", "It-talbiet għal ħlasijiet ta' rimi li saru f'Ottubru qegħdin fil- proċess li jintbgħatu lill-kuntratturi li għamlu użu mill-miżbla tal- Magħtab.", "WSC - SERVICE CHARGE", "9927.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9831?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "P.A. - TEMPJI/FDALIJIET STORIĊI", "9928.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru studji ta' tempji jew fdalijiet storiċi oħra mill- Planning Authority fil-perijodu li ilha mwaqqfa?", "Liema kienu t-tempji jew fdalijiet li fuqhom saru studji fil-perijodu msemmi?", "X'tip ta' riżultati nkisbu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tingħata l-informazzjoni.", "P.A. - TRAFFIC IMPACT ASSESSMENTS", "9929.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il Traffic Impact Statement (TIS) ġew sottomessi lill- Planning Authority fil-perijodu li ilha mwaqqfa kull sena jew parti minnha?", "Kemm minn dawn l-istatements kienu mill-privat, kemm mill-istess gvern?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "P.A. - ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENTS", "9930.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il Environmental Impact Assessment (EIA) ġew sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kull sena, mit-twaqqif tagħha?", "Kemm minn dawn l-EIA's kienu dawk dwar applikazzjonijiet tal-gvern?", "F'dan il-każ, liema kienu d-dipartimenti tal-gvern involuti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "PEMBROKE - PJAN TA' AZZJONI", "9931.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'tibdil sar fil-Pembroke Action Plan matul l-1997?", "Jista' jekk jogħġbu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti tal- Planning Authority f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "SAĦĦA - ANTIBIOTIĊI", "9938.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9796?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DJAR - POLICIES", "9939.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema policies tad-Dipartiment tad-Djar inbidlu fil-perijodu 1/11/96 - 31/10/97?", "X'kienu l-bidliet f'dawn il- policies?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Hemm żewġ policies li nbidlu, waħda hi li għal post alternattiv, ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet minn għarajjes u l- oħra li dawk li għandhom dħul anqas minn Lm4,000 jiġu ppreferuti fl- allokazzjonijiet ta' postijiet.", "Barra minnhekk, għamilna policy illi ċ-ċwievet ta'dawk il-postijiet tal- Uffiċċju Konġunt li jitbattlu jridu jgħaddu mill-ewwel lid-Direttur tad- Djar għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex l-allokazzjonijiet isiru mid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "Dan sar sabiex flok ma jkun hemm żewġ dipartimenti jallokaw għal skop residenzjali jkun hemm dipartiment wieħed biss responsabbli minn dawn l-allokazzjonijiet.", "FORZI ARMATI - MEMBRI", "9944.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Forzi Armati ta' eta' ta' anqas minn 30 sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' uffiċjali u suldati fil-Forzi Armati ta' eta ta' anqas minn 30 sena hu kif jidher hawn taħt:", "| |Uffic|Sulda| | |jali |ti | |Forzi Regolari |26 | 657 | |(inkluzi r-Revenue | | | |Security Corps) | | | |Airport Company |- |26 | |Air Traffic Control |11 |28 | |Corps | | | |Total |37 |711 |"]} {"filename": "19970715_096d_par.doc", "date": "1997-07-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 96 It-Tlieta, 15 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 96", "It-Tlieta, 15 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "96", "It-Tlieta, 15 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 787", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 787", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 796", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "ĦRUQ F'BINI FIL-QASAM INDUSTRIJALI TAL-MARSA 797", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 798", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU", "NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "AUDITOR GENERAL AND NATIONAL AUDIT OFFICE BILL (IT-TIELET QARI) 799", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JAGĦMEL PROVVEDIMENTI SPEĊJALI", "DWAR PROĊEDURI QUDDIEM QRATI", "JUDICIAL PROCEDURES (SPECIAL PROVISIONS) BILL (IT-TIENI QARI) 800", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GARANZIJI TA' SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR", "SMALL ENTERPRISES (LOAN GUARANTEE) BILL(IT-TIENI QARI) 805", "AĠĠORNAMENT 818", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 824", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 840", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Hemm korrezzjonijiet għall- Minuti?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, l-Onor.", "George Pullicino huwa mniżżel bħala assenti meta fil-fatt kien preżenti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Anke l-Onor.", "Joe Farrugia u l-Onor.", "John Attard Montalto kienu preżenti imma tniżżlu bħala assenti fil-Minuti.", "MADAM SPEAKER: L-ismijiet ta' l-Onor.", "John Attard Montalto, l-Onor.", "Joe Farrugia u l-Onor.", "George Pullicino għandhom jinqatgħu mill-lista ta' l- Onor Memri li jidhru bħala assenti.", "Il-Minuti issa jistgħu jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-Minuti kif riveduti huma kkonfermati.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 95 li saret fil-15 ta' Lulju, 1997 ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ASFALT - ATTARD - TRIQ IN-NUTAR ZARB", "7032.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Lino Spiteri) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' responsabbli nnotatx li t-tarmac li ngħata fi Triq in- Nutar Zarb, Ħ'Attard, diġa' niżel fil-ġnub tat-triq, l-iżjed fid-direzzjoni tar-Rabat?", "Jista' jgħid jekk inġibditx l-attenzjoni tal-kuntrattur jew kuntratturi u x'passi rimedjali se jittieħdu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Id-dipartiment jaf b'dan id-difett u qed tittieħed azzjoni mal-kuntrattur responsabbli.", "Fil-fatt il-ħlas finali fuq dan il-kuntratt għadu ma sarx.", "PONTIJIET - SPEZZJONIJIET", "7085.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux spezzjonijiet u testijiet regolari fuq l-istruttura tal-bridges ta' Regional Rd, f'San Ġiljan, speċjalment fuq il-pilastri ta' l-istess bridges?", "Jekk fl-affermattiv, meta l-aħħar li saru u min għamilhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 7023 li prattikament tittratta fuq l- istess suġġett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, fil-fatt ir-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru 7023 tgħid li se jibdew isiru testijiet fuq il- pilastri tal-bridges li hemm f'Regional Road u l-Ministru ta anke indikazzjoni li se jsiru testijiet fuq pilastri ta' bridges oħra wkoll.", "GĦalhekk jista' l-Ministru jgħidli x'tip ta' testijiet se jsiru u meta hu mistenni li jibdew isiru dawn it-testijiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiddispjaċini li fil-file m'għandix din l-informazzjoni u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel mistoqsija bil- miktub ħalli jkun jista' jingħata r-risposta meħtieġa.", "HOUSING - GĦAWDEX - TAĊ-ĊAWLA", "7254.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill- Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta nbena l-aħħar blokk ta' flats fil-post magħruf Taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex?", "Kemm-il flat fih il- blokk?", "Kollha huma okkupati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): L-aħħar blokk ta' tmien flats u li hu magħruf bħala blokk \"L\" inbena fl-1991 u l-appartamenti kollha ġew allokati b'bejgħ taħt avviż numru 41 u avviż numru 43, liema avviżi deheru fil-Gazzetta tal-Gvern fil-21 ta' Novembru, 1991 u fid-29 ta' April, 1993 rispettivament.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm ħarġu maisonettes u garages f'Għawdex dan l-aħħar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fil-fatt dan l-aħħar f'Għawdex ħarġu tmien maisonettes:- tnejn minnhom f'Kerċem, tnejn fil-Qala, tnejn fix-Xagħra u tnejn f'Victoria.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li magħhom ħarġu tmien garaxxijiet, tnejn għal kull raħal li semmejt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-applikazzjonijiet għall-bini ta' dawn il-maisonettes u meta ħarġu t-tenders għall- kostruzzjoni tagħhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Safejn naf jien dawn inbnew taħt Gvern Laburista.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien ma staqsejtux taħt liema gvern inbnew imma meta saru l-applikazzjonijiet għall-bini u meta ħarġu t-tenders għall-kostruzzjoni tagħhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Lill-Onor.", "Interpellant nissuġġerilu li jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih id-dati eżatti, pero' kif għidt diġa' l-kostruzzjoni saret taħt Gvern Laburista.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Forsi l-Ministru jista' jindikalna taħt liema gvern saret il-kostruzzjoni, jiġifieri jekk hux taħt dan il-Gvern jew taħt il- Gvern Laburista li spiċċa fl-1987?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien lil sieħbi nixtieq ngħidlu li kieku ma kienx għall-Gvernijiet Laburista ta' bejn l-1971 u l-1987 kieku konna niġu globu għax matul id-disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista housing estates tal-gvern ma telgħu mkien.", "Pero' biex inwieġeb għad-domanda li għamilli l-Onor.", "Gatt, nikkonferma li kont qed nirriferi għall-Gvern ġdid imwaqqaf mill-Partit Laburista, li skond il-Partit Nazzjonalista kellu jitlef l-elezzjoni b'20,000 jew bi 23,000 vot u spiċċajna biex minflok ħa tkaxkira kbira l-Partit Nazzjonalista.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-Gvern għandux xi proġetti oħra għal Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Iva, dan il-Gvern għandu proġetti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Apparti d-diskors ta' propaganda li ma kellu x'jaqsam xejn - għax wara kollox jien ridt nasal għal domanda sempliċi - bħalma l- Ministru għoġbu jgħidilna li dawn il-maisonettes inbnew taħt dan il-Gvern, jista' jgħidilna jekk fil-fatt il-bini bediex taħt dan il-Gvern?", "Jekk il- bini nbeda taħt dan il-Gvern, jiftakar jekk it-tenders relattivi nħarġux fi żmienu jew qabel?", "Il-Ministru jiftakar jekk l-applikazzjoni lill- Planning Authority saritx minnu jew mill-ministru ta' qablu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, lill-Onor.", "Ċensu Galea diġa' għidtlu li l-bini ta' dawn il-maisonettes sar minn Gvern Laburista u nemmen li l-Onor.", "Gatt fehemni wkoll.", "Il-kelma \"bini\" hija bil-Malti u l- kelma \"kostruzzjoni\" ġejja mit-Taljan u ma naħsibx li għandi għalfejn ngħid li dan il-bini ġie \"kostruwit\", għax wara kollox naħseb li l-Onor.", "Interpellant iktar jieħu pjaċir jekk nuża l-kelma \"nbena\".", "GĦall-mistoqsijiet l-oħra li għamilli l-Onor.", "Interpellant diġa' ssuġġerejt lil sieħbu, l-Onor.", "Ċensu Galea, biex jagħmilli domanda bil- miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ladarba l-Ministru qed jogħġbu joqgħod jilgħab bil-kliem, jista' jgħidilna jekk dawn il-maisonettes kenux under construction meta hu ħa over bħala ministru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Safejn naf jien dawn ma kenux under construction.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Allura jista' l-Ministru jiftakar jekk l- applikazzjonijiet għall-permess tal-bini kenux diġa' saru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, għat-tielet darba se nwieġeb għal din il-mistoqsija.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda parlamentari bil-miktub inkun nista' nagħtih id-dati eżatti ta' meta saru l-applikazzjonijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru semma xi proġetti għall-ġejjieni, jista' jgħidilna fiex jikkonsistu dawn il-proġetti?", "Nittama li ma jgħidlix biex nagħmillu l-mistoqsija bil-miktub!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li meta nsemmu l-proġetti u l-inizjattivi li għandna, ċerti deputati min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jgħidu li qed inwaqqfu s-suq.", "Qed nara lill-Onor.", "Austin Gatt jitbissem.", "Nikkonferma li għandna diversi proġetti pero' lill-Onor.", "Interpellant għalissa m'għandix għalfejn noqgħod ngħidlu fiex jikkonsistu.", "Meta jasal iż-żmien opportun nitħaddtu, bħalma għamilna meta ħriġna l-applikazzjonijiet għall-maisonettes.", "(Onor. Membri: Hear, hear) MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dawn il-proġetti jinkludu li l-Gvern jestendi l- ischemes preżenti, jiġifieri jestendi l-art li tista' tinbena?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jiena ma nħossx li għandi nwieġeb mistoqsijiet bħal dawn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Mhux aħjar li l-Ministru jgħidilna li hu stess ma jafx x'inhuma l-pjanijiet!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'huwiex hekk, Madam Speaker, u dawn l- insinwazzjonijiet ma naċċettahomx.", "DJAR - GĦAWDEX - TA' KASSJA", "7255.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill- Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġu l-applikazzjonijiet għall-bini ta' djar fuq il-plots fil-post magħruf bħala Ta' Kassja fil- Qala, Għawdex?", "Kemm hemm postijiet mibnija u abitati?", "Kemm hemm taħt kostruzzjoni?", "Fadal spazju għal iktar bini fl-istess area?", "Jekk fl- affermattiv, kemm jesa' iktar djar l-ispazju disponibbli?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-HOS plots ħarġu fis-snin 1988, 1989, 1990, 1991 u 1993.", "Is-27 plot huma fl-istat li ġej:", "17 lesti u okkupati; 1 fi stat avvanzat u okkupat; 6 fi stat avvanzati u mhux okkupati; 2 taħt kostruzzjoni; u 1 qed jinbena mill-Awtorita' tad-Djar bħala maisonette.", "Bħalissa hemm biċċa art li se tiġi żviluppata fi 18-il maisonette.", "(Interruzzjonijiet) Minn hawnhekk jidher kemm l-Onor.", "Cassar qabel kien qiegħed jinsinwa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ladarba l-Ministru għoġbu jgħid li min għamel l-aħħar domanda supplimentari kien qiegħed jinsinwa, jista' allura fuq il-każ partikolari tal-plot tal-Qala jgħid jekk dan huwiex sit li kien identifikat u li fuqu diġa' kien sar xogħol sostanzjali, għal dak li jirrigwarda ppjanar mill-Awtorita' tad-Djar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jiena qgħadt nibgħat lil ħaddieħor ġo Għawdex biex jispezzjona u r-rapport li għandi huwa eżatt u noqgħod fuq dak li għandi miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena ma nafx x'għandu miktub il- Ministru quddiemu pero' qed nistaqsih jekk kenux ittieħdu passi mill- Awtorita' tad-Djar u mid-Dipartiment għall-Manutenzjoni u Kostruzzjoni taħt il-ministeru tad-djar biex, flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta, jinqala' cable li hemm f'dik is-site ħalli jkunu jistgħu jinbnew il-maisonettes li qed isemmi.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, aħna qegħdin nagħmlu dak kollu li hemm bżonn u infatti għamilna kumitat għal Għawdex.", "Dan qiegħed jiffunzjona tajjeb u diġa' qegħdin isiru numru ta' xogħlijiet f'dan is-sit.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qrajtlek eżattament dak li għandi hawn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, b'kull rispett lejn il-Ministru u lejn dak li għadu kif qrali, jien speċifikament staqsejtu jekk jafx li l- Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment għall-Manutenzjoni u Kostruzzjoni taħt il-ministeru tad-djar, flimkien ma' l-Enemalta, kienu qegħdin jaħdmu biex jinqala' cable li għaddej minn hemmhekk ħalli jkunu jistgħu jinbnew dawn il- maisonettes li qed isemmi l-Ministru.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għal xi xogħlijiet li saru mill-amministrazzjoni preċedenti, nista' ngħidlu ma nafx bihom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiġifieri l-Ministru fetaħ file totalment ġdid fuq is- sit partikolari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub nkun nista' nwieġbu.", "DJAR - GĦAWDEX - TAL-FAL", "7272.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill- Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għall-bini ta' djar taħt il-HOS fil-post magħruf Tal-Fal, fir-Rabat, Għawdex?", "Kemm hemm djar okkupati u kemm hemm li għadhom taħt kostruzzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-HOS plots ħarġu fis-snin 1988, 1989 u 1991.", "Is-76 plot huma fl-istat li ġej:", "44 lesti u okkupati; 1 lest imma mhux okkupat; 6 fi stat avvanzat u mhux okkupati; 2 fi stat avvanzat u okkupati; 1 taħt kostruzzjoni; 1 qed jinbena mill-Awtorita' tad-Djar bħala maisonette; 10 se jiġu żviluppati mill-Awtorita' tad-Djar bħala maisonettes; u 11 affetwati b'kawża l-qorti", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna meta saret l-applikazzjoni u meta ħareġ il-permess għall-plot partikolari f'Tal-Fal, li fil-fatt qed jinbena mill-Awtorita' tad-Djar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub inkun nista' nwieġbu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Rigward l-art li hemm fir-Rabat, fejn se jinbnew il-maisonettes, jista' l-Ministru jgħid hux se jibqa' xi xtur ta' art available għall-Kunsill Lokali tar-Rabat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, nikkonsidra s-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant għaliex naħseb li dan huwa l-iskop tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.TONY ABELA: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn is-76 plot f'Tal- Fal qegħdin b'kuntratt u kemm għadhom fuq konvenju?", "Jista' jgħid jekk il- kawża li hemm fuq 11-il plot minnhom hijiex minħabba titolu jew inkella minħabba li qegħdin jikkontestaw il-fatt li l-gvern ħa din il-proprjeta' għall-bini?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, fit-tweġiba li għandi quddiemi m'għandix dawn id-dettalji u għalhekk nistieden lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nkun nista' nwieġbu kemm fuq il-kuntratti kif ukoll fuq ix-xorta tal-kawża.", "DJAR - GĦAWDEX - TAL-BARMIL", "7273.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Anton Tabone) staqsa lill- Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġu l-applikazzjonijiet taħt il-HOS għall-bini ta' djar fil-post magħruf Tal-Barmil, ix-Xewkija, Għawdex?", "Kemm hemm djar okkupati u kemm qegħdin taħt kostruzzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx spazju disponibbli għal aktar bini f'dik iż- żona ?", "Jekk fl-affermattiv, għal kemm?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: II-HOS plots fil-post magħruf Tal-Barmil, ix- Xewkija, Għawdex ħarġu fis-snin 1987, 1988, 1989, 1990 u 1993.", "Is-77 plot huma fl-istat li ġej:", "60 lesti u okkupati; 11 fi stat avvanzat u okkupati; 4 fi stat avvanzat u mhux okkupati; u 2 taħt kostruzzjoni.", "L-art li hemm mhux mibnija qiegħda outside the development zone.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6954.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol f'Ġunju, 1997; kif ukoll jgħid kemm inqatgħu appelli fl-istess perjodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): F'Ġunju ta' l-1997 l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol irċeviet 47 appell li minn dawn 20 inqatgħu mill-Ewwel Parti tar-Reġistru.", "Fl-istess xahar ġew deċiżi 123 każ u minn dawn 50 kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC.", "Dawn il-50 jinkludu dawk li kienu jirreġistraw għax-xogħol u nqatgħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jirriżultalu l-Ministru li hemm it-trend li l-appelli quddiem il-bord qed jiżdiedu?", "Jekk hu hekk, għal xiex jattribwixxi din it- trend?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, la jien u lanqas il-bord ta' l-ETC ma ndunajna b'din it-trend, pero' billi qam dan il-punt f'din il-Kamra jiena se nerġa' nistaqsi u se ninvestiga jekk dan huwiex veru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi fir-rapport dwar l-ETC li l-Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kien hemm is-suġġeriment li min ried jappella kontra xi deċiżjoni ta' l-ETC quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol kellu jħallas xi flus, jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan is-suġġeriment aċċettahx jew jekk s'issa saritx xi ħidma fuqu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Il-bord ta' l-ETC għadu ma nformanix huwiex se jiddeċiedi li jkun hemm bidla f'dan ir-rigward.", "Jekk ikun hemm, nieħu ħsieb li ninforma lill-Onor.", "Interpellant.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6955.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom fil-perijodu Ġunju, 1997?", "Jista' jindika x-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: In-numru ta' persuni li rreġistraw għax-xogħol f'Ġunju ta' din is-sena wara redundancy fl-impieg preċedenti tagħhom kien ta' 190.", "Ix-xogħol preċedenti tagħhom huwa mqassam kif ġej:", "|Construction | 3 | |Tourism/Hotels/Ca|18 | |tering | | |Manufacturing |52 | |Mechanical/Metal/|52 | |Building | | |Woodwork | 4 | |Retail/Wholesale |23 | |Other services |38 |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jirriżultalu l-Ministru li l-politika ekonomika, anke kif kienet fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, li jekk ikun hemm problemi f'xi postijiet tax-xogħol tal-manifattura allura dawn jagħlqu u mbagħad jinfetħu oħrajn, fil-fatt għadha sseħħ anke llum?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Dan ma jirriżultalix, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jaħseb li hemm xi differenza jista' jagħmel mistoqsija bil- miktub lill-ministru konċernat.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6956.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC għax- xahar ta' Ġunju, 1997?", "Jista' jindika għaliex l-ETC iddeċidiet li taqtagħhom mir-reġistrazzjoni?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: In-numru ta' nies li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom matul ix-xahar ta' Ġunju, 1997 kien ta' 505.", "In- numru ta' nies li nqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC kien ta' 89.", "Ir-raġuni li l-ETC ħadet id-deċiżjoni biex taqta' dawn in-nies hija kif ġej:-", "|M'aċċettawx taħriġ |57 | |Instabu jaħdmu |16 | |M'aċċettawx xogħol | 1| |Ma marrux |15 | |għall-intervista | |", "Hawnhekk irrid nagħmel il-punt li n-numru ta' 505 li ma komplewx jirreġistraw hija ċifra li aħna m'aħniex kuntenti biha.", "Għadna nsibu x'inhi r-raġuni għala n-nies ma jibqgħux jirreġistraw.", "Numru sostanzjali minnhom ikunu sabu xi xogħol imma ma nkunux għadna rċevejna r-return mill- employers tagħhom, pero' qed ikun hemm numru sostanzjali ta' nies oħrajn li ma jagħtux raġuni għaliex ma jkomplux jirreġistraw.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena din iċ-ċifra naraha xi ftit għolja.", "Fil-fatt ilha għolja għal dawn l-aħħar xhur.", "GĦalhekk jista' l-Ministru jgħidilna jekk min-naħa ta' l-ETC hijiex qiegħda ssir xi analisi - forsi anke billi tikkuntattja lill-persuni konċernati - biex jaraw dan l-effett fejn hu?", "Jista' jgħidilna jekk din l-analisi tindikax x'tip ta' xogħol dawn il- persuni kienu qegħdin japplikaw għalih ma' l-ETC?", "Hemm almenu xi eżerċizzju li huwa għaddej mill-ETC?", "Jekk hemm, x'parametri għandu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kemm jiena u kif ukoll il-bord ta' l-ETC indunajna b'din iċ-ċifra li konsistentement qiegħda tkun għolja.", "GĦalhekk il-bord ta' l-ETC qiegħed jistudja din is- sitwazzjoni u jkolli r-rapport f'idejja fil-ġimgħat li ġejjin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan l-istħarriġ huwiex se jidħol anke fis-sitwazzjoni tax-xhur ta' qabel, fejn ukoll kien hemm numru sostanzjali ta' nies li ma baqgħux jirreġistraw?", "Qed ngħid dan għaliex din hija problema ta' kulħadd u ta' min wieħed jara eżattament x'inhi.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Issa għaddew għaxar snin u l-Gvern Laburista se jinvestigaha din il-ħaġa!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nafx jekk il-Ministru għandux hawnhekk l- informazzjoni li se nitolbu, pero' jista' jagħtina indikazzjoni jekk in- numru li ngħata jinkludix fih preponderanza ta' nisa jew ta' rġiel, anke fil-każ tax-xhur preċedenti?", "Jista' jagħtina indikazzjoni vaga ta' l- etajiet tal-persuni nvoluti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Din hija domanda daqsxejn diffiċli.", "L-Onor.", "Cassar qalilna li dawn in-numri u ċifri qegħdin iġennuh!", "Imma jekk l- Onor. Gatt jagħmilli mistoqsija bil-miktub, inkun nista' nagħtih tweġiba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jaf il-Ministru li huwa stess qal li ċ-ċifra hija allarmanti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, ma naħsibx li l-Onor.", "Cassar qiegħed jistenna risposta għaliex dan li qal ma jfisser xejn.", "QRATI - KAWŻI", "6957.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti; kemm ġew deċiżi kawżi, kategorizzati skond kull qorti kompetenti; kemm kien hemm kawżi pendenti, kategorizzati skond kull qorti kompetenti għax-xahar ta' Ġunju, 1997; u kemm kellu kawżi pendenti kull imħallef fl-aħħar tax-xahar?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENTI", "6958.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' trasferiment ta' proprjeta' fir-Reġistru Pubbliku matul Ġunju, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Matul Ġunju ġew reġistrati dawn in-noti ta' atti ta' trasferimenti ta' proprjeta', inklużi atti causa mortis u testmenti pubbliċi:", "|Malta |1,614 | |Għawdex | 118|", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: L-ewwelnett, jiena ma nistax nifhem kif it-testmenti għandhom x'jaqsmu ma' din id-domanda għaliex safejn naf jien dawn ma jidħlux fit-trasferiment ta' proprjeta'.", "Jidhirlu l-Ministru li dan jirrifletti ammont sostanzjali inqas ta' trasferimenti fuq is-sena l-oħra?", "Jista' jgħidilna kemm minn dawn kienu kuntratti ta' enfitewsi jew trasferimenti tal-Housing Authority?", "Jista' l-Ministru jgħidilna kemm minn dan l-ammont ta' 1,614 huma trasferimenti ta' negozju li qed isir bejn il-Maltin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-ewwelnett lill-Onor.", "Interpellant ngħidlu li kull meta kellna mistoqsija li tirrigwarda atti ta' trasferimenti fi proprjeta' fir-Reġistru Pubbliku dejjem kienu jinġabru n-noti kollha komplessivament.", "Din hija mistoqsija li saret diversi drabi u dejjem hekk sar.", "Barra minn hekk, safejn naf jien ma tinżammx statistika fir-Reġistru Pubbliku dwar jekk humiex enfitewsi jew trasferimenti bejn Maltin jew barranin.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub fejn jispeċifika xi jrid, inkun nista' nara jekk din l-informazzjoni tistax tingħata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Il-Ministru jirriżultalu li dan l-ammont ta' trasferimenti huwa sostanzjalment inqas mit-trasferimenti li saru s-sena l- oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Biex inkunu aktar preċiżi, jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub inkun nista' nagħtih id- dettalji xahar b'xahar mill-ewwel tas-sena mqabbla mas-sena li għaddiet.", "QRATI - MULTI", "6959.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multi mposti mill- qrati li kien għad baqa' jinġabru fl-aħħar ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tkun tista' tingħata f'seduta oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jinstab post ieħor jew inkella iktar minn post wieħed fejn jitħallsu l-multi fil-qorti?", "Il- post fejn preżentement jitħallsu l-multi huwa ħdejn waħda mill-awli u huwa żgħir wisq; meta jkun hemm is-seduti tat-traffic u tal-collisions il-queue jispiċċa joħroġ kważi sa ħdejn il-lifts.", "Jien naħseb li dan m'huwiex post adegwat u ċertament ma jistax ikun hemm kaxxiera waħda, almenu f'dawk il- ġranet, u jkun jixraq ukoll jekk ikun hemm post iktar adegwat.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, il-queues li qed ikun hemm il- qorti ġejjin minħabba l-fatt li qed niġbru arretrati ta' multi li tħallew sentejn mingħajr ma jinġabru.", "Fil-fatt, minħabba t-tul tal-queues, il- ġimgħa l-oħra sar arranġament ad hoc biex kemm jista' jkun in-nies jinqdew malajr.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jikkonsidra l-Ministru li l-ġbir ta' dawn il-multi jsir f'ċerti għases tal-pulizija?", "Jien ma naħsibx li dan joħloq xi problemi amministrattivi kbar u fl-istess ħin il-pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li qed isir studju bejn dipartimenti konċeranti, inkluż il-pulizija u anke d-dipartiment tal-liċenzji flimkien mal-qorti, sabiex insibu l-aħjar mezz u l-aktar wieħed effiċjenti għall-ġbir ta' multi.", "Sakemm jintlaħaq dan l- arranġament - nispera li sa l-aħħar tas-sena jkun fis-seħħ - il-multi se jibqgħu jinġabru l-qorti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' impjegati fis-servizz ċivili bejn l-1987 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7138;", "Informazzjoni dwar każijiet ta' kaċċaturi u nassaba mtellgħa l-Qorti bejn Jannar u Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7143;", "Tagħrif dwar priġunieri Maltin u barranin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7381; u", "Dokument li jikkorreġi żball ta' typing li deher fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 7164 li ngħatat fis-seduta numru 94 ta' l-14 ta' Lulju 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja tal-pjanta li turi kif huwa maħsub l-iżvilupp fl-area maġenb id- dar ta' l-anzjani fl-Imsida, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7139.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Emendi għall-Bye-Laws tal-Borża ta' Malta maħruġa mill-Kunsill ta' l- iStock Exchange ta' Malta skond l-artikolu 8 (2) ta' l-Att dwar il- Borża ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti dettalji dwar tobba part-time fil-general practitioner service, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7140;", "Lista li turi n-numru ta' impjegati u l-grad tagħhom, fl-Isptar San Luqa, l-Isptar Monte Carmeli u r-Residenza San Vincenz de Paule, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7379; u", "Kopja ta' ċirkolari mibgħuta lit-tobba mid-Direttur tas-Saħħa Pubbliku fit-18 ta' Jannar 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7384", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-prezz ta' kull kilo laħam taċ-ċanga bejn l-1981 u l- 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7395.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "ĦRUQ F'BINI FIL-QASAM INDUSTRIJALI TAL-MARSA", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, dalgħodu kien hemm ħruq ġewwa bini fil-qasam industrijali tal-Marsa li ġie mgħoddi lill-ministeru riċentement - fil-fatt l-affarijiet ġew iffinalizzati l-ġimgħa li għaddiet.", "F'dan il- bini kien hemm maħżuna xi dokumenti qodma tar-Reġistru Pubbliku li tqiegħdu hemmhekk il-ġimgħa l-oħra.", "Dawn kienu ipoteki li t-terminu tagħhom skada - għaliex ilhom aktar minn 30 sena - ir-reġistru tagħhom u xi indiċijiet qodma imqattgħin, li huma wkoll riprodotti u qegħdin fl-Insinwa u li m'għadhomx jintużaw aktar.", "Ma kien hemm l-ebda dokument ta' xi valur jew utilita' partikolari.", "Nixtieq inżid li dawn in-noti ta' ipoteki li ġew trasferiti hemmhekk kienu qegħdin f'bini li jinsab f'South Street, liema dar se tibda tiġi wżata bħala ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali biex tiġi stabilita' x'kienet il- kawża ta' dan il-ħruq.", "Meta tkun lesta, ir-rapport inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hemm mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, il-Ministru qal li għadhom ma jafux x'kienet il-kawża tan-nirien, jekk kienx inċendju doluż jew inkella wieħed aċċidentali.", "Jien xtaqt nistaqsi lill-Ministru għal liema snin kienu jirriferu dawn l-ipoteki.", "Jien jidhirli li madwar għaxar snin ilu kien beda proġett ta' microfilming ta' l-atti li jidħlu fir-Reġistru Pubbliku.", "Qed insemmi dan għaliex l-arkivji, mhux biss tar-Reġistru Pubbliku imma anke ta' oqsma oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tal-ġustizzja u kunsilli lokali, dejjem qegħdin jikbru.", "Għalhekk jien naħseb li dan l-inċident forsi jilluminana biex nagħmlu microfilming tad-dokumenti kollha, għaliex illum jista' jkun inċident li forsi ma kellux konsegwenzi serji, imma jista' jkun hemm inċidenti oħrajn b'konsegwenzi serji ħafna, fejn forsi jkun hemm ċerti dokumenti li ma tkunx tista' tirriplejsjahom malajr.", "MADAM SPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, dawn id-dokumenti li semma l-Ministru kienu fir-Reġistru Pubbliku jew inkella fl-arkivji tan-Nutar tal-Gvern?", "MADAM SPEAKER: Hemm aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) Il- Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, id-dokumenti li ġratilhom ħsara huma noti ta' ipoteka li għaddew 30 sena minn fuqhom u jkunu ġew preskritti u allura ma jinżammux aktar fir-Reġistru Pubbliku imma jitwarrbu f'xi post minflok jinqerdu.", "Kien hemm ukoll indiċijiet qodma mqattgħin li l-kopja tagħhom qiegħda r-Reġistru Pubbliku.", "Għar-rigward tat-tieni mistoqsija li għamel l-Onor.", "Borg ngħid li, iva, il-problema ta' l-arkivjar m'hijiex waħda faċli.", "Tajjeb li ninnotaw li jsir arkivjar fi tliet postijiet u l-manutenzjoni tagħhom ma tantx hija feliċi.", "Barra minn hekk baqa' numru kbir ta' atti oriġinali għand in- nutara u dan il-post li ġie mogħti lill-ministeru bħala storage - dan huwa post kbir ħafna fuq erba' sulari - huwa ntiż biex jibda jsir proċess ta' arkivjar fejn jiġu scanned id-dokumenti kollha ħalli effettivament dak li jkun scanned imbagħad jiġi stored f'post għalih u l-oħrajn jinżammu f'post ieħor.", "Dan kien il-bidu ta' dan il-proċess.", "Nispera li l-inċident tal- ħruq ma jkunx indikattiv ta' xi malawgurju!", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordinijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq it- Tielet Qari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, nipproponi t-Tielet Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta billi jipprovdi għall-Karigi ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Issa biex niddikjara l-vot fuq dan l-abbozz ta' liġi, skond artiklu 66 tal-Kostituzzjoni, hemm bżonn li s-Sedja taċċerta ruħha li hemm ta' l-inqas żewġ terzi tal-membri tal-Kamra li qegħdin jivvotaw favur, jiġifieri 46 membru.", "Se nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex isejjaħ l-ismijiet tal- membri kollha, bħallikieku qed issir division, biss il-bibien m'humiex se jkunu magħluqin, jekk jidħol xi membru waqt li jkunu qed jissejħu l- ismijiet il-vot tiegħu xorta jingħad.", "Se nitlob lill-Onor.", "Membri jiddikjaraw b'mod ċar jekk humiex favur billi jqumu bil-wieqfa skond ir-regolamenti.", "Il-vot jiġi ddikjarat minni fl- aħħar meta jitlesta dan l-eżerċizzju.", "Naturalment fl-aħħar kull membru tal- Kamra huwa xorta waħda liberu li jitlob division wara li nkun iddikjarajt il-vot.", "L-Onor. | | | | | | | | | |Abela Carmelo| | | |Galea Censu | | | | |Abela Joseph | | | |Galea Louis | | | | |Abela Tony | | | |Galea Pace | | | | | | | | |Victor | | | | |Agius Chris | | | |Gatt Austin | | | | |Agius Francis| | | |Gonzi Lawrence | | | | |Attard | | | |Grech Edwin | | | | |Montalto John| | | | | | | | |Bartolo | | | |Gulia Gavin | | | | |Evarist | | | | | | | | |Bonnici Josef| | | |Herrera Jose' | | | | |Bonnici | | | |Hyzler George | | | | |Michael | | | | | | | | |Borg Joseph | | | |Mangion Charles| | | | |Borg Karmenu | | | |Mifsud Bonnici | | | | | | | | |Antoine | | | | |Borg Tonio | | | |Mintoff Dom | | | | |Brincat Leo | | | |Mizzi Joe | | | | |Buhagiar | | | |Muscat Claude | | | | |Charles | | | | | | | | |Buhagiar | | | |Muscat Richard | | | | |Louis | | | | | | | | |Camilleri | | | |Pace Bertu | | | | |Maria | | | | | | | | |Cardona Chris| | | |Portelli Alfred| | | | |Cassar Joe | | | |Psaila Savona | | | | | | | | |Joe | | | | |Chircop Karl | | | |Pullicino | | | | | | | | |George | | | | |Cilia Joe | | | |Pullicino | | | | | | | | |Orlando Jeffrey| | | | |Dalli Helena| | | | Refalo Anton | | | | |Dalli John | | | | Refalo | | | | | | | | |Michael | | | | |D'Amato | | | | Sant Alfred | | | | |Helen | | | | | | | | |De Marco | | | | Sceberras | | | | |Guido | | | |Trigona Alex | | | | |Debono | | | | Schembri | | | | |Giovanna | | | |Adami Sandro | | | | |Debono Grech| | | | Spiteri Lino | | | | |Joe | | | | | | | | |Deguara | | | | Tabone Anton | | | | |Louis | | | | | | | | |Farrugia | | | | Vassallo | | | | |Anġlu | | | |Adrian | | | | |Farrugia | | | | Vassallo | | | | |Jean Pierre | | | |Edwin | | | | |Farrugia Joe| | | | Vella George | | | | |Farrugia | | | | Vella John | | | | |Michael | | | | | | | | |Farrugia | | | | Vella Karmenu| | | | |Noel | | | | | | | | |Fenech Adami| | | | Zammit Ninu | | | | |Eddie | | | | | | | | |Frendo | | | | Zammit Dimech| | | | |Michael | | | |Francis | | | | | | | | | | | | |", "MADAM SPEAKER: Ir-riżultat tal-votazzjoni huwa 68 favur u ħadd kontra, b'wieħed assenti.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL- VERIFIKA", "AUDITOR GENERAL AND NATIONAL AUDIT OFFICE BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport Pubbliku u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l- Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li jistabbilixxi d- dmirijiet ta' Awditur Ġenerali u l-mod kif l-Awditur Ġenerali jagħmel rapport lill-Parlament, u li jipprovdi għall-mod kif għandhom jingħataw flejjes lill-Uffuċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-mod li bih il-Kontijiet u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għandhom jiġu verifikati u jsir rapport dwarhom, kif ukoll kull ħaġa anċillari u konsegwenzjali għal dan.\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JAGĦMEL PROVVEDIMENTI SPEĊJALI DWAR PROĊEDURI QUDDIEM QRATI", "JUDICIAL PROCEDURES (SPECIAL PROVISIONS) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Lulju, 1997 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali sabiex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, għandi pjaċir ngħid li d- diskussjoni li qanqlet din il-liġi, waħda teknika ħafna, kienet pożittiva u kellna kritika valida u kostruttiva.", "Jien naħseb li dan huwa indikattiv ta' kemm dan il-Parlament qed jilħaq livell aktar għoli fejn, filwaqt li jżommu l-prinċipji politiċi li jħaddnu, il-Membri jagħmlu l- osservazzjonijiet tagħhom bi ħsieb wieħed sabiex l-affarijiet jitjiebu.", "Jien b'sodisfazzjon ninnota li fuq materja, bħalma hija l-ġustizzja - u li l-ġustizzja mhux biss issir fi żmien raġonevoli imma tidher li qed issir - mhux talli naqblu fuqha fil-prinċipju talli naqblu fuq liema binarji għandna nimxu.", "Dan huwa tajjeb għax ikun ħela ta' ħin li nibdew proċess fl-amministrazzjoni tal-qrati - li fih innifsu huwa qasam diffikultuż u fih problemi li ilhom jintirtu għexieren ta' snin - u tingħata direzzjoni li tkun f'linja li ma jkunx hemm qbil sħiħ fuqha.", "Jista' jkun hemm dettalji li ma naqblux dwarhom - affarijiet li jistgħu jiġu rranġati - imma jkun tajjeb li jkun hemm qbil nazzjonali fuq l-linja ġenerali għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq materja li hija ta' interess nazzjonali.", "Fil-fatt għadna kif għaddejna żewġ mozzjonijiet li jolqtu l-edukazzjoni u għalkemm waqt id-diskussjoni kien hawn nuqqas ta' qbil fuq xi dettalji, anke hawn, lil kull min hu interessat bgħatnilu ndikazzjoni pożittiva li f'materji apolitiċi u ta' importanza nazzjonali r-rappreżentanti tal-poplu jiġbdu ħabel wieħed.", "Qed ngħid \"apolitiċi\" għax bla dubju ta' xejn l-indipendenza tal-qrati, kif qiegħda sanċita mill-Kostituzzjoni, imma iktar u iktar kif tiżviluppa f'kull pajjiż demokratiku, hija xi ħaġa aċċettabbli minn kulħadd u huwa prinċipju li naħseb kulħadd jagħmel ħiltu biex isaħħu iktar.", "Saru riformi ta' proċedura, kemm taħt amministrazzjoni Laburista kif ukoll taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, li fuqhom kien hemm qbil bil-għan li x- xogħol jitħaffef u dawn ir-riformi dejjem kienu xprunati mill-fatt li għandu jkun hemm tħaris assolut ta' l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Appuntu huwa l-obbligu tal-leġislatur u ta' l-eżekuttiv li jipproteġu u jsaħħu l- indipendenza tal-qrati.", "Dan il-prinċipju fundamentali, li ż-żewġ naħat naqblu fuqu, jitfa' responsabilita' sħiħa fuq il-ġudikant li għandu funzjoni importanti ħafna li fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja jara li l- proċedura tiġi segwita bl-iktar rigorożita' fl-aħjar interess taċ-ċittadini li għal diversi raġunijiet ikollhom - mhux għax ninkoraġġixxi li jagħmlu hekk għax ikun aħjar jekk jiftiehmu - jirrikorru għall-qrati.", "Meta l- leġislatur jagħti poteri lill-ġudikant biex iħaffef il-proċedura, irridu nifhmu iktar kemm hija kbira r-responsabbilta' tal-ġudikatura li għandha l- case management f'idejha.", "L-Onor.", "Austin Gatt irrifera għal dan il-fatt ukoll u naħseb li qegħdin naqblu.", "Inutli li jkollna subtitles sħaħ fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, li jgħidu kif għandhom jimxu l-kawżi mill-punt tat-tluq sakemm jiġu riżoluti, għax l-importanti hu li min għandu l-poteri leġislativi u min għandu r-responsabbilta' li jmexxi l-qrati għandu jimxi bl-ikbar rigorożita'.", "GĦaliex jekk il-pubbliku jaħseb li jkun hemm dan in- nuqqas allura jidħol l-element - lili ma jogħġobnix u ċertament ma jogħġob lil ħadd - ta' nuqqas ta' fiduċja miċ-ċittadin u tibda taqra ċerta kritika u kummenti fil-gazzetta li żgur ma jagħmlux ġid.", "Aħna għandna fiduċja assoluta fl-integrita' tal-ġudikatura li teżerċita' l-poteri tagħha bl- aktar mod rigoruż.", "Huwa importanti li jsir il-case management neċessarju biex tiġi rispettata d-data li tingħata għas-sentenza u b'hekk jiġi rrispettat ukoll l-aspett emozzjonali ta' dik il-persuna li tkun ilha tistenna biex tingħata s-sentenza, ħafna drabi wara proċess li per necessita' jkun twil.", "Mhux qed ngħid li biex issir ġustizzja s-sentenzi jridu jinqatgħu qisna qed nipproduċu z-zalzett.", "Dan m'huwiex il-proċess tal-qrati għaliex biex issir ġustizzja huwa kważi element neċessarju li jkun hemm it-tul ta' żmien.", "Ix- xhieda jridu jagħtu d-depożizzjoni tagħhom, irid ikun hemm il-kontro-eżami neċessarju, ikun hemm l-eċċezjonijiet u kull mezz li kull parti għandha bi dritt iġġib biex tmexxi 'l quddiem il-każ tagħha.", "Altru li l-proċedura kollha ċertament tirrikjedi ż-żmien.", "F'dak il-proċess kollu huwa importanti ħafna l-case management u l-poteri li l-ġudikant għandu biex imexxi l-każ 'il quddiem jien nemmen li għandu jeżerċitahom.", "Pero' wara li dan il-proċess ikun inħema u tingħata data għas-sentenza allura għandu jsir kull sforz biex dak l-appuntament jiġi osservat.", "Inħoss li huwa dritt li persuna ma ddumx tistenna biex tingħata sentenza.", "Dan qed ngħidu għax mhux sew li minħabba dawn l-affarijiet tintilef bil-mod il-mod il-fiduċja fil- qrati.", "GĦandu jsir kull sforz biex tikber il-fiduċja fil-qrati li hija istituzzjoni importanti ħafna f'soċjeta' demokratika.", "Dalgħodu l-Onor. de Marco qal li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja hija servizz soċjali.", "Veru hija servizz soċjali għax il-ġustizzja hija dritt daqskemm hija dritt il-pensjoni, is-servizz tas-saħħa u kwalunkwe servizz ieħor li s-soċjeta' tħoss li għandha tagħti biex tgħolli l-livell ta' l- għajxien taċ-ċittadini.", "Huwa essenzjali wkoll li l-avukati li jipprattikaw fil-qorti jaġġornaw ruħhom - miniex se ngħid xi ħaġa kontra l-avukati għax jien professjonalment ma nipprattikax ta' avukat imma dejjem ipprattikajt ta' nutar - u nemmen li fil-parti l-kbira tagħhom dan qed jagħmluh u iktar ma jgħaddi ż-żmien qed jifhmu li aħjar jorganizzaw ruħhom u jispeċjalizzaw f'oqsma differenti biex b'hekk ikunu jistgħu jagħtu servizz aktar effiċjenti lill-klijenti tagħhom u jkunu jistgħu jmexxu l- każijiet rispettivi tagħhom aktar 'il quddiem.", "Madam Speaker, issa wara li għamilt din l-introduzzjoni nixtieq nagħmel riferenza għal xi punti li tqanqlu waqt id-diskussjoni biex nikjarifika ċerti affarijiet.", "Kif diġa' għidt, f'Marzu ta' din is-sena bdiet s-sistema tad-diary fil- Qrati Superjuri.", "Tajjeb ngħidu li għalkemm din is-sistema jistgħu jħaddmuha l-imħallfin tal-Qrati Superjuri, id-deputati reġistraturi huma mħarrġa sew fit-tħaddim tagħha għax qabel ma daħlet in vigore ingħataw taħriġ estensiv u qed isir monitoring ħalli fejn ikun hemm xi diffikultajiet dawn jiġu smoothed out.", "Jiġifieri min ma jużax is-sistema m'għandux skuża li ma jafx iħaddimha għax id-deputati reġistraturi huma kollha mħarrġa fiha.", "F'April/Mejju tlabt li jagħtuni rapport dwar dan u fil-fatt ikkonfermaw li d-deputati reġistraturi huma kollha mħarrġa fit- tħaddim ta' din is-sistema.", "Tqanqal ukoll il-punt dwar l-arbitration u ntqal korrettement li l-liġi dwar l-arbitraġġ kienet għaddiet fi Frar tas-sena l-oħra, bi qbil bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Pero' jkolli ngħid li minn dak iż-żmien sakemm jien ħadt ir-responsabbilta' ta' l-amministazzjoni tal-ġustizzja ma kien sar xejn biex dan iċ-ċentru ta' arbitraġġ jitwaqqaf.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq arbitraġġ domestiku u mhux fuq arbitraġġ internazzjonali.", "Jien inħoss u konna qbilna wkoll li dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ jista' joffri venues u fora oħra, fejn litigazzjoni bejn partijiet fil-qasam tal-kummerċ, fil- qasam tat-traffiku u fil-qasam tal-kuntratti tista' tiġi riżoluta bl-iktar mod mgħaġġel u effiċjenti.", "GĦalhekk huwa importanti li dan iċ-ċentru ta' arbitraġġ nimbuttawh 'il quddiem.", "Sfortunatament wara li għaddiet il-liġi ma kien sar xejn f'din il-linja biex nirrealizzaw dan l-arbitraġġ.", "Tant hu hekk li hemm żewġ konvenzjonijiet inkorporati fil-liġi li huma l-UN Convention on the Recognition and Enforcement of Foreign Arbitral Awards ta' l-1958 u l-Konvenzjoni on the Settlement of Investment Disputes between States and Nationals of other States ta' l-1965 li sal-lum għadhom m'humiex ratifikati.", "Huwa neċessarju li dawn iż-żewġ konvenzjonijiet jiġu ratifikati biex l-arbitraġġ internazzjonali jista' jkun effettiv.", "Tajjeb ngħid li l-ministeru ħa l-inizjattiva biex nibdew il-proċess b'diskussjonijiet mal-ministeri konċernati ħalli kemm jista' jkun malajr nirratifikaw dawn il-konvenzjonijiet.", "Konna ħsibna wkoll minn qabel biex għal din is-sena jkun hemm Vot ta' Lm40,000 ħalli ċ-ċentru jkun jista' jibda jitwaqqaf.", "Dan qed ngħidu bħala background information biex nilqa' għal diversi talbiet li saruli minn practitioners ta' diversi setturi tal- kummerċ u anke tal-qasam ta' l-insurance.", "GĦalhekk ngħid li f'ħaġa apolitika bħal m'hi l-amministrazjoni tal-ġustizzja huwa tajjeb li jkun hemm qbil ħalli wieħed ikompli bl-inizjattivi li b'viżjoni ċara mbarkajna fuqhom.", "Ovvjament jekk ikun hemm bżonn li jsir ċertu tibdil li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta' dawk il-proċeduri m'għandniex nibżgħu nagħmluh.", "GĦaldaqstant biex tippromwovi l-affarijiet fl-amministrazzjoni tal-qrati huwa importanti li jkollok il-qbil ta' kull min hu kkonċernat, jiġifieri tal-ġudikant, tal-prattikant u tal-qasam amministtrativ.", "GĦalhekk twaqqaf l-advisory committee li qed jagħmel monitoring ta' dawn il-proċeduri li ġew introdotti, wħud minnhom ftit xhur ilu.", "Diġa' qed ikun hemm xi proposti u indikazzjonijiet ta' tibdil amministrattiv u fejn hu neċessarju anke tibdil ta' natura legali u ta' dettall biex l-affarijiet ikunu qed jaħdmu fuq binarju iktar effiċjenti.", "Punt ieħor li tqanqal kien dwar il-bżonn li jkun hemm set ta' liġijiet aġġornati.", "Dan huwa importanti għax sfortunatament il-Law Revision Commission li twaqqfet fl-1980 ma tantx mexxiet dan il-proġett 'il quddiem.", "Pero' tajjeb jingħad ukoll li bħalissa qed isir proof reading tal-liġijiet kollha li huma formatted, anke fuq CD, li jkunu aġġornati sa l-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena.", "Nisperaw li sa Ottubru ta' din is-sena jkun hemm proof reading tal-volumi kollha.", "Hemm madwar erba' teams li qed jaħdmu fuq dan il-proof reading u s'issa jidher li sar progress konsiderevoli.", "Dan qed ngħidu biex nassigura li l-Law Revision Commission mhux biss joħorġu edizzjoni aġġornata tal-liġiijiet imma simultanjament qegħdin naħdmu fuq proċess biex ikun hemm skema li taġġorna l-liġijiet.", "Il-hardware u s- software diġa' qiegħed available, ġiet magħżula persuna mill-ministeru li hija mħarrġa f'dan ir-rigward u qed tingħata taħriġ addizzjonali mill-MSU ħalli l-proċess ta' aġġornament tal-liġiijiet jibqa' għaddej fuq binarju paralleli mal-proof reading biex joħroġ is-sett tal-liġijiet li jkun aġġornat sa din is-sena.", "Madam Speaker, dan qed ngħidu biex inwieġeb għas- suġġerimenti u għall-ideat li qsamna matul din id-diskussjoni - nerġa' ntenni li kienet diskussjoni interessanti li ċertament min segwiha ħa interess partikolari fiha - u biex nuri li għaddejjin inizjattivi ħalli ċerti problemi amministrattivi jkunu effettivament indirizzati.", "Madam Speaker, jien mhux se noqgħod nidħol fid-dettall fuq il-maġġor parti ta' l-artikli li hemm qbil fuqhom.", "Kien hemm ċerti suġġerimenti dwar uħud minnhom li huma validi, bħall-kwestjoni taċ-ċertifikat tat-tabib jew tal-kirurgu dentali li għandu jkun konfermat b'affidavit.", "Dan huwa suġġeriment tajjeb u rridu ninkluduh fl-abbozz ta' liġi.", "Dan ma jbiddel xejn mill-iskop ta' l-emenda, li tabib jew kirurgu dentali ma joqgħodx jittella' l-qorti biex jikkonferma bil-ġurament rapport li jkun ta u b'hekk jaħli sigħat twal minħabba fi proċeduri li jistgħu jkunu għaddejjin biex jixhed viva voce f'ġuri jew inkella f'każijiet simili.", "Aħna żammejna dejjem il-prinċipju li l-akkużat jista' jitlob li t-tabib, l-ispeċjalista jew il-kirurgu jiġi cross examined biex jagħti x-xiehda tiegħu viva voce.", "In-nuqqas ta' qbil - lanqas huwa totali n-nuqqas ta' qbil għax kien hemm min qabel u kien hemm min ma qabilx - tqanqal fuq l-emenda li qed nissuġġerixxu fejn qed ngħidu li x-xiehda fil-kumpilazzjoni tista' titqies bħala prova.", "Sal-lum - kif spjegaw il-kollegi tiegħi - ix-xiehda li tingħata fil-kumpilazzjoni tintuża aktar biex tikkonferma jew le dak li jingħad viva voce fil-qorti, u jekk ikun hemm nuqqas ta' qbil bejn dak li jingħad fil-qorti u bejn dak li jkun intqal fil-kumpilazzjoni, il-ġudikant jew il-ġurati jikkonsidraw dak li jingħad viva voce biss u dak li jkun intqal u ġie maħluf fil-kumpilazzjoni fil-preżenza ta' l-akkużat ma jkunx meqjus bħala prova.", "Din hija l-użanza sal-lum u bl-emenda li qed nintroduċu - għalkemm l-Onor. de Marco tkellem kontra tagħha b'ċerta abbilta` għax ovvjament huwa magħruf bħala avukat difensur fil-qasam kriminali - naħseb li qegħdin inżommu l-bilanċ li huwa meħtieġ.", "Dejjem qegħdin inżommu l-prinċipju li l-akkużat, ħlief f'każijiet eċċezzjonali - dawn kienu aċċettati qabel u ovvjament se jibqgħu aċċettati llum - jista' jġib lil dak ix-xhud u jagħmillu l-kontro-eżami viva voce.", "Dak huwa dritt ta' l-akkużat li huwa importantissimu u dejjem jibqa' ssalvagwardat, pero' wieħed irid iħares ukoll lejn id-drittijiet tas-soċjeta' li għandha tkun protetta mill-kriminal.", "Illum huwa fatt aċċettabbli li kriminali jistgħu jkunu iktar organizzati, iktar aggressivi u jaġixxu barra minn kwalunkwe limiti jew parametri tal- liġi, allura m'għandniex nibqgħu lura milli nintroduċu dawk il-miżuri li jgħinu lill-istess soċjeta' tipproteġi lilha nfisha.", "Pero' fl-istess waqt dawk il-miżuri għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali ta' l- akkużat, għandhom jirrispettaw ovvjament il-Kostituzzjoni u kull dritt ieħor li joħroġ mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Jiġifieri hawnhekk irridu nfittxu kemm jista' jkun id-differenza bejn ħaġa u oħra li m'hijiex daqstant netta, forsi aktar differenza ta' valuri.", "Wieħed irid jagħmel evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi li jkunu qegħdin jipprevalu u allura rridu naraw kif anke b'mezzi legali aħna nagħtu għodda aħjar lil dawk l-istituzzjonijiet li jridu jipproteġu lis-soċjeta', kif l- istess soċjeta' fuq kollox tippretendi bi dritt.", "Naħseb li m'hawnx bniedem li qed jismagħni - jekk hawn xi ħadd li qed jismagħna f'din il-ġurnata tas- sajf, meta ħafna nies naħseb qegħdin ħdejn il-baħar - li ma jaqbilx li s- soċjeta għandha tkun protetta.", "Għalhekk sakemm aħna nirrispettaw id- drittijiet fundamentali ta' kulħadd inħoss li hija responsabbilta' tagħna li nintroduċu dawk il-miżuri amministrattivi neċessarji biex jattrezzaw u jħarrġu iktar lill-pulizija jew kwalunkwe istituzzjoni ntiża biex tipproteġi s-soċjeta' u ma rridux noqogħdu lura milli nintroduċu dawk il- miżuri legali li lil dawn jagħtuhom dik in-naqra iktar saħħa ħalli jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jipproteġu lis-soċjeta'.", "In-nuqqas ta' qbil huwa fejn l-emenda li qed tiġi proposta qed tgħid li d-depożizzjoni tax-xhieda li tingħata fl-istadju tal-proces-verbali - jew inkella ta' l-inkjesta, ħalli nkunu iktar preċiżi - tista' tinġieb bħala prova sew kontra jew favur l-imputat jew l-akkużat bla ħsara għad- dispożizzjonijiet tal-proviso ta' subartiklu (2) ta' artiklu 646 li għandhom japplikaw.", "Issa l-proviso jgħid li x-xhud dejjem irid jinġieb fil- qorti biex jiġi eżaminat viva voce.", "Pero' f'dan ir-rigward, wara li assistejt għall-espożizzjoni li saret minn diversi Membri tal-Kamra, inħoss li meta wieħed jikkonsidra kif tkun kondotta l-inkjesta, meta l-akkużat ma jkunx preżenti, fejn ma jkunx hemm il-preżenza ta' avukati, fejn ix-xhud li għamel id-depożizzjoni ...", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi li l-Onor.", "Mangion ikompli jinstema'.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mangion ikompli jinstema', il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha, pero' mhux se ndum.", "Waqt l-inkjesta jkun hemm ċirkostanzi - li ġew spjegati b'ċertu graphic detail matul id- diskussjoni u kien importanti li jiġu analizzati hekk - fejn ix-xhud jista' ma jkunx fl-aħjar sitwazzjoni reali, mhux għax ikollu xi pressjoni, mhux għax ikun hemm xi theddid imma forsi ċ-ċirkostanzi jistgħu, anke indirettament, jinfluwenzawh fid-depożizzjoni li jagħmel, iktar u iktar meta la l-akkużat - ovvjament sa dak il-punt ma jkunx għadu ġie identifikat preċiżament - ma jkun preżenti u lanqas l-avukat li jista' jimposta diversi mistoqsijiet.", "Għaldaqstant fl-istadju ta' Kumitat hemm il-ħsieb li jitressqu xi proposti li għandhom jiġu analizzati fid-dettall ħalli nwettqu l-għan li qbilna fuqu, ċioe' li nissanaw il-forzi ta' l-ordni nazzjonali ħalli jaqdu dmirijiethom aħjar u joffru protezzjoni aħjar liċ- ċittadini li jippretendu bi dritt li dan nagħmluh.", "Fl-istess waqt ma rridux nagħmlu hekk billi nimmitigaw jew nheddu b'xi mod id-drittijiet tal- persuna akkużata.", "Madam Speaker, jidher li fuq l-emendi l-oħra li qed jipproponi dan l- abbozz ta' liġi hemm qbil perfett u kulħadd iħoss li dawn se jgħinu xi ftit.", "Mhux qed ngħid u nippretendi li hemm xi tibdil radikali imma se jgħinu xi ftit biex fejn teżisti ċerta inċertezza tiġi ċċarata darba għal dejjem.", "Għax l-inċertezza fiha nnifisha m'hi healthy għal ħadd, ma sservi għall-ebda raġuni ħlief biex japprofitta ruħu minnha min ikun ħafna iktar litiguż u jkun irid iqanqal xi problema oħra fuq kwestjoni li tkun ġiet deċiża wara ħafna proċeduri twal.", "Jiġifieri l-emendi li għanda quddiemna huma ntiżi biex it-tobba, il-kirurgi dentali jew speċjalisti - minħabba x- xogħol importanti tagħhom - ma jkolhomx għalfejn joqogħdu jistennew sigħat twal fil-qorti, sakemm ovvjament ma jkunx hemm it-talba min-naħa ta' xi parti jew mill-qorti stess li dawn jiġu eżaminati viva voce.", "Jiġifieri iktar hija miżura mill-aspett ta' amministrazzjoni iktar effiċjenti.", "Anke l-emenda li għamilna fis-sens li l-ħatra ta' periti trid tkun imniżżla bil- mktub u tiġi notifikata mill-esperti konċernati, hija intiża biex ma jkun hemm l-ebda diżgwid liema espert ikun ġie nkarigat.", "Tqanqal ukoll il-punt li għandna nsaħħu l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Naqbel perfettament ma' din l-idea imma kif jgħidu it's easier said than done għar-raġuni sempliċi li dan huwa uffiċċju li biex ikollok counsel li jkun effiċjenti jrid ikollu ċertu ammont ta' esperjenza u kompetenza.", "Hija realta' li l-istrutturi tas-servizz ċivili, f'dawk li huma salary scales ma tantx huma attraenti għall-avukati ta' esperjenza u kompetenza.", "Bħala riżultat ta' dawn iż-żewġ attributi l-income tagħhom bilfors li jkun ħafna iktar sostanzjali minn dak li jista' joffri l-gvern.", "Naħseb li l-ministri ta' qabli ċertament iltaqgħu ma' din il-problema li għadha teżisti llum.", "Meta wieħed jitkellem fuq riorganizzazzjoni, anke fil-qasam tas-servizz ċivili huwa importanti li ċerti oqsma ta' natura maniġerjali u ta' natura professjonali li, għalkemm huma ftit, iridu jiġu kkonsidrati f'kategorija għalihom.", "Dawn in-nies f'livell maniġerjali li għandhom id-drive u n- knowhow biex imexxu u jkunu amministraturi tajbin huma importanti għall- makna taċ-ċivil biex is-servizz jimxi b'mod effiċjenti.", "Mhux qed ngħid li m'hemmx imma ma nistgħux nattiraw iktar minn din il-kategorija ta' nies li għandu bżonn iċ-ċivil - qed ngħid għall-qasam ta' l-Avukati Ġenerali li ċertament għandu bżonn dawn in-nies - minħabba l-istrutturi tas-salary scales li jipprevalu llum.", "Jien nappella wkoll lill-unions li meta jkunu qed jinnegozjaw, barra milli jiġġieldu għad-drittijiet tal-membri tagħhom - naqbel li l-ewwel u qabel kollox jiġu d-drittijiet tal-membri tagħhom - iridu jifhmu li t- tmexxija taċ-ċivil fid-dipartimenti differenti hija wkoll essenzjali u importanti għall-pajjiż.", "Allura għandhom jaċċettaw meta jkun hemm talba biex ċerti kategoriji ma jkunux neċessarjament klassifikati minħabba l- bżonn reali li jkun qed jinħass, għax inkella nkunu qed innaqqsu l- effiċjenza.", "L-Avukat Ġenerali jrid jabbozza l-liġijiet kollha li jiġu tabled hawnhekk kif ukoll jagħti pariri lid-dipartimenti għax, anke fejn id- dipartimenti għandhom l-avukati tagħhom, qed jiġri li ħafna minnhom jerġgħu jiġu għand l-Attorney General biex jieħdu parir qabel ma jgħadduh lill-kap tagħhom.", "Mela l-fatt li inti tqabbad avukat ma' dipartiment mhux dejjem qed jilħaq ir-riżultat meħtieġ għax l-idea kienet li d-dipartiment ikollu l- avukat tiegħu u allura ma joqgħodx jirrikorri għall-parir legali għand l- Avukat Ġenerali, pero' qed ikollna każijiet fejn il-kap tad-dipartiment jgħid lill-istess avukat li aħjar jikkonsulta ma' l-Attorney General ħalli jaraw l-implikazzjonijiet kollha tal-problema legali.", "Allura, minkejja li jkun hemm l-assistenza ta' avukati fid-dipartimenti, dawn xorta qed jerġgħu jaqgħu fuq l-Avukat Ġenerali.", "Jiġifieri l-problema ma ġietx relieved b'dan il-mod.", "Waħda mill-problemi tal-farming out hija - għalkemm fil-prinċipju tidher idea tajba u nassigura li qed issir konsiderazzjoni fil-fond tagħha din - li effettivament wara li jkun sar ix-xogħol kollu qed jiġi eżaminat mill- ġdid mill-Avukat Ġenerali, allura rridu nevalwaw kemm dan se jnaqqas mix- xogħol ta' l-Avukat Ġenerali.", "Jekk irridu verament naqbdu l-barri minn qrunu huwa importanti li ċerti kategoriji fis-servizz ċivili ma jkunux marbutin ma' skali.", "Fl-opinjoni tiegħi il-kategoriji professjonali li nħossu u naqblu li huma essenzjali għat-tmexxija għandhom ikunu kkonsidrati fi skala differenti jekk aħna rridu li nsaħħu dipartimenti bħalma huwa ta' l-Avukat Ġenerali.", "Madam Speaker, nagħlaq hawnhekk u nirringrazzja lil kulħadd għall- kontribut siewi li ta fid-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sinjura President, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill- Kumitat Permanenti għall-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GARANZIJI TA' SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR", "SMALL ENTERPRISES (LOAN GUARANTEE) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, nixtieq nibda billi ngħid li l-għan ta' l-abbozz ta' liġi li qed nipproponu huwa sabiex jinkoraġġixxi t- twaqqif ta' impriżi żgħar ġodda u l-espansjoni ta' intrapriżi bħalhom permezz ta' għoti ta' self li jkun f'parti minnu garantit mill- Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta.", "Din il-liġi hija importanti sabiex inkattru n-negozju u l-intrapriżi ż-żgħar.", "Kif dejjem sħaqna meta tkellimna dwar l-industrija qed ngħidu li huwa ħażin li dan is-settur tant importanti jaħdem f'vacuum.", "Aħna dejjem għidna li fl-ekonomija tal-pajjiż irid ikun hemm dak il-bilanċ li hu meħtieġ bejn il-qasam tal-manifattura, servizzi u servizzi tas-suq.", "Issa l-qasam tal-manifattura jrid jiġi bbażat fuq erba' elementi.", "L- ewwelnett hemm l-istrateġija li għandu l-Gvern fil-politika industrijali.", "Huwa importanti li nżommu fostna lil dawk li diġa' nvestew, speċjalment il- foreign direct investment u mhux biss inżommuhom fis-sens li l-intrapriża tibqa' topera minn hawn Malta, imma nżommu dak il-persentaġġ li qed jidħol fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jiġifieri jekk tikber l-ekonomija dak il- persentaġġ f'termini assoluti għandu jikber ukoll.", "It-tieni element huwa li wieħed irid dejjem jattira intrapriżi ġodda minħabba r-ristrutturazzjoni ta' ħafna kumpanniji.", "It-tielet element huwa dwar l-intrapriżi lokali fejn hemm il-ħtieġa ta' ristrutturazzjoni biex ikunu jistgħu jilqgħu għall- kompetizzjoni f'suq aktar aħrax.", "U r-raba' element huwa l-kreazzjoni u l- iżvilupp ta' dak li għandu x'jaqsam ma' l-intrapriżi żgħar u medji, pero' f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna aħna qed nitkellmu fuq qasam li huwa iżgħar mill-intrapriżi ż-żgħar.", "Issa dawk li aħna nqisu bħala intrapriżi ta' entita' micro nistgħu naqsmuhom f'ħames kategoriji.", "Għandna dak li huwa t-tradesman tradizzjonali, li huwa qasam frammentat.", "Għandna t-tieni qasam li huwa s- semi-developed garage industry, per eżempju, il-mastrudaxxa u dak li jaħdem l-aluminium.", "Għandna it-tielet binarju li huma n-nies li jaħdmu fil- crafts.", "Ir-raba' hija l-intrapriża li tkun aktar orjentata lejn il- manifattura fejn ikollok produzzjoni attiva, biex nieħdu eżempju jkollok sistema ta' plastic injection.", "Imbagħad il-ħames qasam huwa għal affarijiet iktar ambizzjużi u innovattivi.", "Pero' fiex jikkonsistu l- intrapriżi ta' entita' żgħira?", "Fil-fatt jekk tara kif dawn huma pprattikati f'pajjiżi differenti ssib li d-definizzjoni ta' intrapriża ta' entita' żgħira m'hijiex waħda kostanti, jiġifieri l-elementi huma differenti.", "Per eżempju, hemm min jieħu l-element ta' l-impjiegi, hemm min jieħu l-element tat-turnover, hemm min jieħu l-element ta' l-investiment u hemm min jagħmel thresholds differenti.", "Li nafu żgur huwa li fl-Ewropa tal- Punent kellna splużjoni f'dawk li huma SMEs.", "Madam Speaker, in-numru ta' mpjegati fl-SMEs ivarja skond il-pajjiż.", "Per eżempju, fil-Ġermanja u fi Franza hemm stipulat minimu ta' 50 impjegat u fil-pajjiżi tal-Benelux, jiġifieri l-Belġju, l-Olanda u l-Lussemburgu, jitolbu minimu ta' 100 impjegat.", "Min-naħa l-oħra fir-Renju Unit, jiġifieri fl-Ingilterra, fl-Iskozja, f'Wales u fl-Irlanda ta' Fuq, il-medja ta' mpjegati fl-SMEs hija ta' 200 impjegat.", "Pero' fl-Italja - u xi ftit aħna nassimilaw ruħna magħhom - in-numru ta' mpjegati huwa ridott ħafna.", "Fil- fatt filwaqt li fl-impriżi ż-żgħar in-numru ta' mpjegati huwa ta' bejn l- 20 u 50, fl-impriżi medjani jkollhom bejn 50 u 99 impjegat.", "Issa jekk naraw il-mod li bih qed nikkategorizzaw il-kumpanniji f'Malta nsibu li s- sistema li qed nadottaw hija ta' ammont iżgħar minn dik ta' l-Italja.", "Kulħadd jaf li hawn Malta n-numru ta' kumpanniji kbar m'huwiex kbir u n- numru ta' ħaddiema huwa ristrett u għalhekk irridu nieħdu figuri iżgħar minn ta' pajjiżi oħra li huma ikbar u iktar industrijalizzati minna.", "Pero' aħna nafu wkoll li filwaqt li fl-Ewropa kien hemm it-tendenza li kumpanniji ta' ċertu kobor jiċkienu, kemm entitajiet kif ukoll intrapriżi pubbliċi, f'Malta wieħed ma jsibx din it-trend.", "Fil-fatt f'Malta għaddejjin minn fażi fejn ħafna kumpanniji, biex isiru iktar effiċjenti u kompetittivi, qed jirristrutturaw jew ikabbru l-produzzjoni.", "Ir-raġuni li għaliha f'dawn l-aħħar żmenijiet fl-Ewropa kien hemm din l- isplużjoni fl-SMEs m'hijiex l-istess għal kull pajjiż.", "Per eżempju, aħna nafu li fl-Ingilterra daħal il-konċett ta' entrepreneurship u l-kultura li ġiet imxerrda fost l-Ingliżi hija dik li l-industrijalist iż-żgħir għandu jiġi megħjun kemm jista' jkun.", "Jekk nieħdu n-Netherlands insibu li hemmhekk sar żvilupp għax biex tiġi solvuta l-problema tal-qgħad kien hemm drive qawwija fil-qasam ta' l-impriżi ż-żgħar.", "Probabbilment fl-Italja r- raġuni għala l-industrija ż-żgħira kibret kienet li ħafna industriji bdew jikkonċentraw fuq il-core business u bdew jagħmlu ċertu sourcing out ta' l- intrapriża li ma kenitx il-qofol ta' dak li kienu qed jipproduċu.", "Ħaġa li tat spinta lill-industrija ż-żgħira hija li fid-dinja ta' llum il- flessibbilta' bdiet issir iktar kompetittiva.", "Fil-fatt ġeneralment f'intrapriża kbira jkun hemm inqas flessibbilta' milli f'intrapriża żgħira.", "Madam Speaker, hawn Malta aħna bħala gvern ninsabu kommessi li ngħinu lin- negozjant iż-żgħir u li nipparteċipaw b'mod attiv fir-ristrutturazzjoni ta' l-industrija lokali.", "Dan huwa meħtieġ għax bħala politika aħna ddikjarajna li maż-żmien il-protezzjoni li qed tingħata lill-industrija lokali b'mod strutturat eventwalment trid tiċkien sakemm tispiċċa.", "Fil-fatt nista' ngħid li f'dawn l-aħħar seba' jew tmien xhur ittieħdu passi konkreti u attivi min-naħa tal-Gvern sabiex ikun hemm ir-ristrutturazzjoni ta' l- industrija Maltija.", "Per eżempju, il-Gvern insista li l-istitut imsejjaħ IPSE jinfetaħ ħafna qabel iż-żmien biex jippromwovi lill-industrija ż- żgħira.", "Dan l-istitut, li llum qed jiffunzjona u qed jagħti l-frott mistenni, huwa parti minn dak li aħna nikkonsidraw bħala essenzjali għar- ristrutturazzjoni ta' l-industrija Maltija.", "F'dan il-post aħna mhux biss sibna l-koperazzjoni min-naħa ta' l-MDC biex tippromwovi l-IPSE imma sibna wkoll l-koperazzjoni minn oqsma oħra li qegħdin fil-proċess li jkomplu jifirxu, bħal ngħidu aħna l-banek - fil-fatt hawn ta' min jgħid li tliet banek prinċipali ħadu lok hemmhekk - u oqsma oħra, bħalma hija l-METCO.", "L- idea dejjem hija li jkollok a one-stop place.", "Jiġifieri meta inti għandek l-intenzjoni li tkabbar in-negozju tiegħek jew tiftaħ negozju ta' natura normalment manifatturali, għalkemm mhux bilfors, għandek il-post fejn issib dawk il-counsellors biex jgħinuk.", "Għandek qasam ieħor li huwa importantissimu li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni industrijali.", "Jien nista' ngħid li l-IPSE miexi b'ritmu mgħaġġel biex jorganizza mhux biss seminars imma wkoll study groups ta' informazzjoni sabiex il-post ikun jipprovdi ċertu tagħlim utli.", "Fl-istess ħin huwa l-post li jieħu in konsiderazzjoni l-problemi li ndustrijalist żgħir jiffaċċja.", "Nista' ngħid ukoll li l-uffiċċju ta' l-MDC ta' Għawdex ġie ttrasferit minn taħt il- ġurisdizzjoni diretta, biex ngħidilha hekk, ta' l-MDC għal dik ta' l-IPSE għaliex sibna li jkun aktar utli li l-uffiċċju ta' Għawdex ikun addestrat għall-industrija ż-żgħira, għalkemm l-uffiċċju ta' Għawdex xorta jibqa' jagħti servizz lill-industrija l-kbira.", "Huwa għajb u ħasra li dan il-post attrezzat u sabiħ kellu użu verament limitat.", "Il-problemi għall-industrija ż-żgħira huma varji u fost diffikultajiet oħra nsibu problema ta' spazju, problema ta' pariri tekniċi, problema ta' finanzjament - u hawnhekk tidħol direttament din il-liġi li qed nitkellmu fuqha - problema ta' support management u problema ta' mismatching.", "Aħna qed nittamaw li bis-saħħa ta' dan l-istitut inkunu f'pożizzjoni li naqdu u ngħinu aħjar lil dak li jkun jixtieq jiftaħ negozju għal rasu jew jespandi negozju eżistenti.", "GĦalhekk, kif diġa' għidt, dan il-Gvern diġa' beda r- ristrutturazzjoni ta' l-industrija Maltija, mhux biss permezz ta' l-IPSE, imma ħadna wkoll passi oħrajn importanti bħal meta emendajna l-liġi li għandha x'taqsam ma' l-iżvilupp industrijali.", "Kien hemm ħafna affarijiet li kien jeħtiġilhom jinbidlu f'dik il-liġi - m'iniex se nidħol fid-dettall għaliex diġa' tkellimna fuqha - u għamilna dak li kien xieraq biex ċerti oqsma ta' l-industrija Maltija, kemm dawk b'investiment barrani kif ukoll dawk b'investiment lokali jew mixed, jibbenefikaw minn dawn l-emendi.", "Imma f'dik il-liġi daħħalna wkoll il- konċett ta' l-industrijalist iż-żgħar u biddilna d-definizzjoni tiegħu biex ikun jista' jgawdi minn benefiċċji akbar.", "Waħda mill-aktar affarijiet li ntlaqgħet tajjeb hija li niżżilna l-potenzjal ta' min jissellef b'imgħax ssussidjat, is-soft loan.", "Minn Lm100,000 it-threshold niżżilnih għal Lm21,000 u l-konkorrenza li kellha l-MDC nista' ngħid li kienet sodisfaċenti ħafna.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l-MDC innifisha ġiet riorganizzata biex taqdi aktar il-funzjoni ewlenija tagħha, jiġifieri li tattira aktar investiment lejn pajjiżna.", "Fl-imgħoddi l-MDC kien il-post li joffri ċertu tip ta' servizz meta jkun hemm potenzjal ta' investiment minn barra.", "Waqt li żammejna dan is-servizz għal min jixtieq jinvesti minn barra, kabbarnih għal min diġa' wera l-fiduċja f'pajjiżna u fl-istess ħin qed nagħtu attenzjoni xierqa lill-investiment industrijali min-naħa tal-lokal.", "Xtaqt ngħid ukoll li l-MDC ilha żmien twil ma jkollha numru daqshekk sostanzjali ta' applikazzjonijiet għal intrapriżi li huma feasible u li hemm possibbilta' qawwija li jiġu approvati.", "Bħalissa hemm aktar minn 40 applikazzjoni li qed jiġu kkonsidrati b'mod attiv.", "Ilna żmien twil ma jkollna dan in-numru, anzi kien biss fl-aqwa tagħha li l-MDC kellha dawn l- applikazzjonijiet kollha.", "Ovvjament dan wieħed jieħu pjaċir bih u m'hemmx dubju li l-Oppożizzjoni taqsam magħna dan l-appreżżament peress li dan huwa qasam li jitlob il-commitment taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-industrija, bħat- turiżmu u l-financial services, huwa qasam fejn wieħed għandu jpoġġi l- interess tal-pajjiż dejjem quddiem nett.", "(Interruzzjonijiet) Forsi mhux f'dawn l-oqsma biss imma iktar u iktar f'dan il-qasam partikolari.", "Jien nixtieq issa nirriferi għal din il-liġi in partikolari li qed toffri credit guarantee scheme fuq bażi ċkejkna għal min hu ċkejken.", "Jekk naraw il-liġi nsibu li taħt id-definizzjoni ta' \"attivita' li tikkwalifika\" hemm diversi indikazzjonijiet ta' min jista' jikkwalifika.", "Ngħid \"indikazzjonijiet\" għax l-idea hija li d-definizzjoni titħalla wiesgħa.", "Dan għaliex huwa importanti li min jiġi biex japplika, jekk ikollu negozju li jidher li huwa vijabbli, għandu jkollu kull possibbilta' li ma jiġix eskluż.", "Id-definizzjoni tgħid li:", "\"\"attivita' li tikkwalifika\" tfisser attivita' li fil-fehma tal- Korporazzjoni tkun tikkonsisti f'negozju, sengħa jew kummerċ li jikkonsistu sew fil-manifattura, titjib, assemblaġġ, proċessar, tiswija, preservazzjoni jew manutenzjoni ta' kull għamla ta' oġġett, materjal jew kommodita`, jew l- għemil ta' servizz fuq tagħmir, impjant jew makkinarju li jkollu x'jaqsam ma' l-industrija tal- manifattura.\"", "Fl-istadju tal-Kumitat se ninkludu wkoll il-qasam li jipprovdi s-software li m'huwiex imdaħħal fit-test prinċipali bħala \"qualifying activity\".", "Fl-abbozz ta' liġi hemm ukoll id-definizzjoni ta' \"impriża żgħira\" u din tgħid hekk:", "\"\"impriża żgħira\" tfisser persuna li tkun qed timpjega bejn persuna u għaxar persuni - inkluż il-Prinċipal - li jkollha jew tkun qed tħaddem impjant, makkinarju jew tagħmir li l-valur net tagħhom ma jkunx ta' iżjed mill-ammont ta' Lm30,000 u li ma jkollhiex qligħ totali fis-sena li jkun ta' iżjed mill-ammont ta' Lm100,000.\"", "Wieħed jista' jargumenta dwar il-parametri ta' dawn iċ-ċifri li semmejt u jien lest li nisma' suġġerimenti fl-istadju tal-Kumitat.", "Hemm min qed jgħid li t-thresholds huma ftit baxxi, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' investiment ta' tagħmir, imma fl-istess ħin wieħed irid jara x'inhu l- iskop ta' din il-liġi.", "L-iskop huwa biex ngħinu lil min hu ċkejken, lil min jixtieq jibda u lil min ikollu proġett li huwa vijabbli imma ma jkollux il-garanziji neċessarji li huma meħtieġa biex jieħu self mingħand il-bank.", "Allura din il-liġi se tkopri dak it-tip ta' business meta jkun hemm proġett vijabbli li jista' jirrendi u wieħed ma jkunx f'pożizzjoni li jissellef, mhux għax il-proġett imnifsu mhux tajjeb imma għax ma jkollux x'jagħmillu tajjeb.", "Hawnhekk qed naraw partnership bejn l-MDC u l-banek lokali għax se jieħdu r-riskju bejniethom, bi proporzjon li niġi għalih iżjed 'il quddiem.", "Qed naraw b'mod attiv li l-banek u l-MDC qed japprezzaw li hemm ċertu spirtu ta' entrepreneurship fost il-Maltin u fl-istess ħin qed japprezzaw - u nista' ngħid li qabel ma proponejna din il-liġi kkonsultajna mal-banek - li permezz ta' din is-sistema, l-MDC u l-banek flimkien se jsolvu problema li kienet teżisti minħabba ċerti parametri li kellhom il- banek.", "Dawk il-persuni li jistgħu jibbenefikaw permezz ta' din il-liġi huma l-kummerċjanti, il-partnerships, il-limited liability companies u anke l-koperativi.", "Din il-liġi hija interessanti għax se jkollok security of last resort.", "L-applikazzjonijiet għal self assistit jistgħu jiġu kkonsidrati biss jekk dawn ikunu esklussivament għal għanijiet kummerċjali li jkunu jinkludu l-iżvilupp ta' xi proġett, il-ħolqien ta' negozju, espansjoni ta' negozju u titjib fl-effiċjenza, inkluż ix-xiri ta' ħażniet u ta' materja prima.", "L-applikazzjoni m'għandhiex titqies ab initio jekk tkun maħsuba għas-sostituzzjoni ta' faċilitajiet bankarji eżistenti, għall- iffinanzjar ta' ħlasijiet ta' imgħax, għall-akkwist ta' ishma ta' kumpannija jew ħlasijiet li jirrigwardaw ix-xiri ta' ishma tal-membri ta' soċjeta'.", "Huwa importanti wkoll li wieħed iqis x'se jkun is-sehem tal-bank f'din il- liġi.", "L-ewwelnett il-bank ikun meqjus eliġibbli jekk ikun approvat mill- MDC u l-funzjoni tiegħu hija li jidħol ma' l-MDC għal self assistit.", "Il- liġi qed issejjaħ dan it-tip ta' self bħala \"self assistit\", fis-sens li l- bank ikun deherlu li l-proġett huwa wieħed kummerċjalment vijabbli imma sfortunatament l-individwu ma jkollux x'jagħmillu tajjeb u għaldaqstant il- bank ma jkunx jista' jsellfu taħt il-parametri normali li jaħdem bihom.", "Allura aħna ħriġna bl-idea li anke f'dawn il-każijiet l-MDC u l-bank flimkien għandhom jieħdu l-piż tal-garanzija.", "F'liema proporzjon?", "Il- proporzjon jiddependi jekk ikunx negozju ġdid jew negozju stabilit.", "Fejn għandek negozju ġdid l-MDC se tidħol għall-maġġoranza, jiġiferi 60% tal- garanzija u l-bank jagħmel tajjeb għal 40%.", "GĦal dawk il-kumpanniji li ilhom tliet snin jew iktar il-proporzjon huwa differenti għax l-MDC tkun lesta li tieħu 70% tar-riskju.", "Hawnhekk wieħed għandu japprezza li l-Gvern qed iwettaq bil-fatti dak li wiegħed fil-programm elettorali li nagħtu spinta lill-industrija lokali u ngħinu lill-industrijalist iż-żgħir.", "Barra li rajna l-emendi li ressaqna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-IDA għandna liġi oħra li b'mod attiv se tgħin lill-industrijalist iż-żgħir.", "Minħabba li l-MDC se tidħol għal dan il-piż tqil illimitajna s-somma għal Lm10,000 - din la hija somma żgħira u lanqas hija somma kbira - bħala massimu.", "Per eżempju, jekk wieħed jieħu s-self kollu, l-MDC se tkun qed tagħmel tajjeb għal Lm6,000 u jekk l-impriża tkun ilha stabilita għal iktar minn tliet snin tkun qed tagħmel tajjeb għal Lm7,000 bħala sigurta'.", "L-MDC se tagħti speċi ta' letter of comfort lill-banek biex tinkoraġġihom isellfu lil dawk li jidhrilhom li huma nies li għandhom proġett vijabbli u proġett li huwa kummerċjalment pożittiv u li minħabba n-nuqqas ta' finanzjament kieku l-proġett kien jibqa' fuq l-ixkaffa.", "Iż-żmien biex dan is-self assistit jitħallas lura huwa indikat ukoll fil-liġi.", "Aħna rajna li ż-żmien għandu jkun minn sentejn sa ħamsa.", "GĦamilna wkoll premium ċkejken ta' 0.5% - bilfors kellna nagħmlu hekk minħabba l-amministrazzjoni ta' dan it-tip ta' self - li biha l-MDC tkun tista' tamministra s-self li jista' jiġi mgħoddi lill-individwu.", "Meta rajna l-premiums fuq imgħax ta' banek oħra barranin li kienu qrib it-2% jew il-1.5% aħna niżżilna l-premium tagħna kemm stajna biex ma jkunx piż fuq l-entrepreneur.", "GĦidna wkoll - u għamilniha ċara - li waqt li jiġi mogħti s-self dik l- impriża se tkun segwita, jiġifieri mhux jingħatalha s-self imbagħad l- operat tagħha ma jkunx segwit.", "Dan kif se jsir?", "Dan se jsir billi l- korporazzjoni u l-bank awtorizzat kull sitt xhur iridu jingħataw tagħrif, kontijiet, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra li jidhrilhom li huma meħtieġa.", "Jien nara li pass bħal dan altru li huwa konsiljabbli.", "Jekk ikun hemm affarijiet li ma jkunux sejrin fl-aħjar direzzjoni tingħata opportunita' biex il-korporazzjoni u l-bank jagħtu parir lill-individwu ħalli jbiddel ir-rotta li jkun qabad.", "Jista' jkun, per eżempju, li l- prodott ta' dak li jkun ma jkunx qed jiġi ppakkjat tajjeb.", "Ħaġa oħra li hija importanti ħafna - u nagħmilha ċara wkoll - hja li minkejja kull ħaġa li hawn hawnhekk, l-MDC u l-bank għandhom id-dritt li jirrifjutaw l-applikazzjoni.", "Jiġifieri jekk wieħed japplika u jidhirlu li jrid ikabbar in-negozju tiegħu jew jagħmel negozju ġdid mhux bilfors se jsib fait accompli u l-MDC jew il-bank se jsellfuh.", "Din l-opportunita' għandha tkun immexxija bl-aktar mod serju biex jekk in-negozju jiġi kkonsidrat vijabbli jieħu self, imma jekk l-MDC u l-bank, fil- professjonalita' tagħhom, jidhrilhom li l-proġett mhux vijabbli jew l- affarijiet mhumiex għal kollox sani, tajbin u preċiżi, allura l-MDC u l- bank mhux la kemm jaqbdu u jagħtu l-barka tagħhom f'dawk iċ-ċirkostanzi.", "Nixtieq ngħid ukoll li għamilna kuntatt ma' l-European Investment Bank dwar funding ta' ċerti proġetti.", "Nista' ngħid li jidher li dak li għandu x'jaqsam ma' l-European Investment Bank għal żmien twil ġie ttraskurat anke mill-Gvern preċedenti u kien hemm diversi opportunitajiet li l-pajjiż ma ħax vantaġġ minnhom.", "Fil-fatt meta wieħed jitkellem fuq il-kwestjoni ta' l- European Investment Bank irid japprezza li dan ma jsellifx lill-kumpanniji ta' micro entity meta s-self ikun ta' inqas minn ECU 50,000.", "L-MDC qed tistudja l-possibbilta' kif tista' tuża fondi disponibbli mill-EIB biex tkun tista' tinnegozja ma' numru ta' industrijalisti żgħar.", "Nista' ngħid li l-EIB hija l-entita' li se tkun responsabbli għall-management tal-MEDA programme.", "Din l-iskema semmejniha diversi drabi f'dan il-Parlament u Malta hija pajjiż li tista' tibbenefika mil-konċett li twieled żmien ilu f'Barċelona.", "Peress li pajjiżna jinsab fil-Mediterran u mhuwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea - kieku kien membru ta' l-Unjoni Ewropea ma setax jibbenefika - se jibbenefika bis-saħħa ta' din l-iskema.", "Qed nagħmel din ir-rimarka għax mhijiex l-ewwel darba li nkunu qed niddiskutu xi suġġett fil-Parlament u jqumlek xi Membru min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u jgħid illi kieku Malta baqgħet miexja fit-triq biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea kien ikollha dik l-opportunita' jew l-opportunita' l-oħra.", "Din hija opportunita' li Malta kienet titlef kieku baqgħet miexja f'dik id- direzzjoni.", "Huwa tajjeb li meta wieħed jagħmel argument dan jissostanzjah b'mod bilanċjat.", "Huwa ovvju li hemm affarijiet li Malta kienet titlef kieku baqgħet miexja f'dik id-direzzjoni.", "Jekk m'iniex sejjer żball hemm investiment ta' ECU 5 biljun - jekk mhux ftit iżjed ukoll - allokat għall- pajjiżi tal-Mediterran u nistgħu ngħidu li Malta tista' tibbenefika minn dawn il-fondi wkoll.", "Ovvjament Malta mhijiex se tibbenefika fl-ammont daqs ċerti pajjiżi li ma kellhomx ftehim ta' assoċjazzjoni imma tista' tibbenefika b'mod attiv.", "L-MDC qed tipprova tara kif tista' tutilizza fondi minn dan il-protocol biex ittejjeb iz-zoni industrijali.", "Sur President, nixtieq nagħmel resume' dwar l-intenzjoni tal-Gvern f'dan il-qasam.", "Il-Gvern irid jgħin lil kull industrijalist li jidhirlu li jeħtieġlu l-għajnuna, kemm jekk huwa kbir, kemm jekk huwa medju kif ukoll jekk huwa żgħir.", "Din il-liġi hija indirizzata lejn in-negozjant, l- industrijalist u l-entrepreneur li huwa ċkejken.", "Ta' xejn noqogħdu nnippriedkaw, kemm min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kif ukoll min-naħa tal- Gvern, li nixtiequ ngħinu lill-industrija lokali jekk dawn id-diskorsi ma nsarrfuhomx f'fatti billi jsiru l-liġijiet apposta.", "Din hija liġi importanti għax tagħti għajnuna lil min hu ċkejken.", "Nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nirringrazzja pubblikament lill- konsulent tiegħi, l-accountant Paul Vella, li ħareġ b'din l-idea, tani l- pariri dwarha u abbozza l-liġi flimkien ma' l-uffiċċjal ta' l-MDC u l- Attorney General.", "Nirringrazzjah għall-għajnuna kontinwa li tani biex dan l-abbozz inġibuh quddiem il-Parlament ħalli jkun jista' jiġi applikat.", "Nistieden issa l-kummenti tal-kollegi tiegħi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, smajt b'interess lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija u tajjeb ngħidu li l-Oppożizzjoni hija favur dan it-tip ta' żvilupp, anzi nista' nikkonferma li kien qed jiġi ppjanat żvilupp simili, kif nispjega iktar 'il quddiem.", "Wieħed bilfors irid jara dan l-iżvilupp f'dawl pożittiv, li jgħin kemm jista' jkun lill- industriji u lill-intrapriżi ż-żgħar biex ikunu jistgħu jiddiversifikaw u jkunu jistgħu jissellfu b'mod iktar faċli u biex ikunu jistgħu jillinkjaw ma' kumpanniji barra minn Malta ħalli jżidu l-esportazzjoni.", "Nixtieq ngħid li meta qrajt dan l-abbozz ta' liġi l-ewwel reazzjoni tiegħi kienet li donnu kien fih xi ħaġa nieqsa, għax ftit ilu għaddejna liġi - li prattikament kienet maħduma mill-amministrazzjoni preċedenti - fejn bi qbil bejn iż-żewġ naħat għamilna emendi għall-Industrial Development Act, li permezz tagħhom l-MDC bdiet tipprovdi self issussidjat lill-kumpanniji.", "Pero' l-Ministru kien introduċa limitu ta' Lm21,000, jiġifieri l-kumpannija ma tkunx tista' tissellef inqas minn Lm21,000.", "Issa dan l-abbozz qed jipproponi miżuri għal kumpanniji li jisselfu sa Lm10,000.", "GĦalhekk wieħed jistaqsi x'jiġri f'każ li wieħed ikun irid jissellef somma li l-ammont tagħha jkun in between.", "Fejn għandna kumpanniji li jissellfu minimum ta' Lm21,000 jistgħu jieħdu loan issussidjata, imma dawk li jissellfu sa Lm10,000 mhux se jieħdu loan issussidjata iżda se jieħdu garanzija u se jkollhom iħallsu rata ta' imgħax iktar lill-MDC għall-ispejjeż ta' l-amministrazzjoni.", "Nerġa' nistaqsi x'jiġri bejn l-Lm10,000 u l-Lm21,000?", "GĦaliex hemm dan il-gap?", "Naħseb li dawk li jaqgħu f'din il-kategorija huma żvantaġġati għax kif qed nifhimha jien m'hemm imkien ipprovdut għalihom.", "Forsi dan jista' jiġi rranġat fl- istadju tal-Kumitat għax ma jkunx tajjeb li wieħed iħalli dawn il-gaps.", "Meta konna qed niddiskutu l-emendi għall-IDA u konna għidna li l-limitu ta' Lm21,000 huwa għoli wisq u wieħed għandu jagħti loans sussidjati anke sa Lm5,000, ir-risposta li kien ta l-Ministru dak iż-żmien kienet li se jkollna abbozz speċifiku għall-intrapriżi ż-żgħar.", "GĦalhekk kont aċċettajt il-pożizzjoni u qbilna bħala kumitat fuq dan il-limitu ta' Lm21,000 għax kien se jkollna abbozz ta' liġi ieħor.", "Issa għandna dan l-abbozz ta' liġi li qed jipprovdi għal self li jasal biss sa Lm10,000 u allura in between m'huwiex kopert.", "Issa hemm punt ieħor li nħoss li huwa ta' żvantaġġ.", "Waqt li wieħed li jissellef ammonti ferm ikbar taħt l-IDA jiġi mogħti sussidju, meta wieħed jissellef ammont ferm iżgħar mhux talli mhux qed jiġi mogħti sussidju - veru li qed jiġi mogħti garanzija, li wkoll huwa pass importanti - imma qed jiġi ċċarġjat rata ta' 0.5% imgħax iktar mill-MDC.", "Nifhem li l-MDC għandha l-ispejjeż tagħha iżda nistaqsi: Għaliex bil-0.5% u mhux bil-0.25%?", "Sar xi costing dwar xi spiża tinvolvi din l-iskema biex tamministraha?", "Jekk saret forsi kienet tkun idea tajba li wieħed jara dan it-tip ta' studju.", "Onestament ngħid li nixtieq li nsaħħu dan l-abbozz billi noffru iktar għajnuna u mhux biss noffru garanziji.", "L-intrapriżi ż- żgħar ikollhom diffikultajiet biex jiffinanzjaw il-proġetti tagħhom u fejn ikollok intrapriżi li jibdew biż-żgħir jafu jispiċċaw ferm ikbar u allura huwa importanti għall-ekonomija tagħna li nagħtu kemm jista' jkun l- inċentiv biex dawn l-intrapriżi ż-żgħar ikunu jistgħu jibdew joperaw.", "Dik hija l-ewwel ħaġa li laqtitni meta rajt dan l-abbozz ta' liġi u naħseb li din nistgħu niddiskutuha fl-istadju ta' Kumitat.", "Punt ieħor li laqatni wkoll huwa l-fatt li dan qiegħed intiż prinċipalment għall-industrija tal-manifattura.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li jkun ferm aħjar kieku wieħed iwessa' din id-definizzjoni.", "Il-Ministru diġa' semma li taħt \"qualifiying activity\" irid idaħħal dawk il-kumpanniji li jipproduċu computer software, pero' barra dawn naħseb li hemm attivitajiet oħra li jistgħu jikkwalifikaw ukoll.", "Per eżempju, internet server li jkun ikun qiegħed joffri servizz lill-ekonomija tagħna billi jinvesti fl-apparat u jipprovdi l-faċilita' li wieħed jista' jmur fuq l- internet.", "Hawnhekk jidher li dan it-tip ta' servizz huwa eskluż u ma nifhimx għaliex għandu jkun eskluż, speċjalment meta llum l-internet huwa wżat mhux biss fil-households, miċ-ċittadini kollha biex ngħid hekk, imma huwa wżat b'mod estensiv mill-industrija tal-manifattura.", "Fil-fatt, kif irrimarkajt proprju l-ġimgħa li għaddiet, minn survey li sar minn Grant Thornton jirriżulta li f'Malta, bħala persentaġġ fl-Ewropa kollha, għandna l-ogħla użu tas-servizz ta' l-E-mail u ta' l-internet mill-kumpanniji żgħar u ta' daqs medju.", "Jekk m'iniex sejjer żball 55% tal-kumpanniji Maltin li rrispondew għal dan il-kwestjonarju ndikaw li jużaw l-internet, waqt li l- medja ta' l-Ewropa hija ferm inqas, xi 20% jew 22%, u anke f'pajjiżi bħall- Ġermanja, l-Italja u l-Greċja hija biss ta' 19%.", "Jiġifieri hawnhekk nixtieq li forsi nespandu d-definizzjoni daqsxejn aktar.", "Waħda mid-diffikultajiet li kont niffaċċa, anke meta kont responsabbli mill-MDC, kienet li l-MDC kultant tiffoka wisq fuq il-manifattura.", "Għandna n-National Tourism Organisation li tiffoka fuq it-turiżmu, imma min qed jiffoka fuq setturi oħra tas-service industry?", "Għandna istituzzjoni li tħares lejhom?", "Jien m'iniex ngħid li għandu jkollna istituzzjoni neċessarjament separata pero' l-MDC għandu jkollha rwol aktar attiv fil- qasam tas-service sector.", "Jekk wieħed jara f'dawn l-aħħar disa' jew għaxar snin fejn kienu qed jiġu ġġenerati l-impjiegi jsib li s-settur tas-servizzi żdied b'mod radikali minħabba diversi żviluppi.", "Per eżempju, illum issib li l-manifattura tagħmel sub-contracting tas-services minn kumpannija oħra minflok ma timpjega n-nies hija direttament.", "Allura jekk kumpannija kbira bħall-SGS u kumpanniji ta' dak id-daqs ikunu jridu jnaddfu l-fabbrika, dawn mhux neċessarjament se jimpjegaw n-nies magħhom imma se joħorġu kuntratt lil xi kumpannija oħra biex tipprovdilhom dan is-servizz.", "Tajjeb wieħed jgħid li dawn il-kumpanniji żgħar li jipprovdu servizz lill-industrija li tesporta għall-ewwel darba se jkollhom iħallsu tassazzjoni għaliex bis-sistema l-ġdida tad-dazji u sisa li daħlet ftit tal- ġimgħat ilu se jkollhom taxxa fuq it-turnover, li fil-fehma tiegħi hija taxxa li tagħmel ħsara lis-settur iż-żgħir u hija taxxa bla bżonn.", "Meta kellna din l-isplużjoni f'dawn is-service providers, li donnhom m'humiex inklużi hawnhekk f'din id-definizzjoni, ma nistax nifhem kif illum qegħdin nagħmlulhom sistema ta' tassazzjoni ġdida li tagħmlilhom aktar diffiċli biex jipprovdu s-servizzi għaliex issa l-kumpannija li tesporta m'għandhiex dik il-clawback fuq is-servizzi u allura dan huwa żvantaġġ.", "Jidher li donnu m'hemmx ħsieb ċar biżżejjed min-naħa tal-Gvern dwar dawn is-service enterprises u qed nissuġġerixxi li dan ix-xogħol fil-fatt għandha tagħmlu wkoll l-MDC.", "Wara kollox din hija l-Malta Development Corporation u allura m'għandhiex tiffoka biss fuq il-manifattura.", "Allura naħseb li jkun pass għaqli li f'dan l-abbozz inwessgħu d-definition ta' \"qualifying activity\" biex tinkludi dawn is-service providers li għalkemm ma jidhrux direttament fil-manifattura pero' qed jissupplixxu s-servizz tagħhom lill-manifattura.", "Allura jkun ferm aħjar li ninkoraġġixxu dawn l-attivitajiet anke bi skemi bħal dawn.", "Madam Speaker, il-Ministru semma li l-MDC se tipprovdi letter of comfort ta' madwar Lm6,000 jew Lm7,000.", "Kif diġa' għidt, tajjeb li forsi din tiżdied għaliex naħseb li qed inħallu barra dawk l-intrapriżi li l- investiment tagħhom ikun inqas minn Lm21,000 u allura ma jaqgħux taħt l-IDA u lanqas jaqgħu taħt dan l-abbozz għax ma jistgħux jissellfu aktar minn Lm10,000.", "Jiġifieri wieħed irid jara jekk għandux ikun hemm assistenza b'xi sussidju żgħir biex jinkoraġġixxi wkoll lil dawn l-intrapriżi.", "Din il- liġi ma tipprovdix għal dawn, anzi qed iżżid ir-rata ta' premium mill-MDC tas-servizz li tkun qed tagħti.", "Tajjeb li wieħed jaħseb fuq dawn l-issues.", "Jiena nassumi li l-MDC ma tagħmilx charge ta' 5% ETS fuq dan is-servizz ukoll!", "Ħalli nkompli daqsxejn ukoll fuq diversi partijiet minn dan l- abbozz li huma pjuttost tekniċi.", "Sħabi li se jitkellmu aktar tard, kif ukoll fl-istadju ta' Kumitat, se jevalwaw dawn l-issues ferm aktar fid- dettall.", "Pero' nixtieq niftaħ daqsxejn id-diskussjoni.", "Il-Ministru, per eżempju, semma l-issue ta' l-Ewropa, l-issue tal-MEDA funds, l-issue tal-European Investment Bank u naħseb li l-Ministru tassew għandu biċċa xogħol quddiemu.", "Qed ngħid dan għaliex meta pajjiż applikant jara x'inhuma l-possibbiltajiet li jista' jkollu bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea u x'inhuma l-possibbiltajiet li jista' jkollu meta jiffriża l- applikazzjoni tiegħu, m'hemmx dubju li jsib li x-xogħol tal-ministeru responsabbli mill-industrija llum huwa ferm aktar diffiċli u diffikultuż għaliex ma jistax jutilizza l-fondi u s-sistemi kollha li hemm available taħt is-sistema Ewropea.", "Fil-fatt dawn mhux biss qegħdin jitkellmu fuq structural funds, fejn allura hemm biljuni kbar ta' ECUs li jmorru għand il- pajjiżi li huma membri diġa', pero' qegħdin jaħsbu wkoll sabiex parti minn dawn l-istructural funds jinbidlu u jsiru fondi għal dawk il-pajjiżi li se jsiru membri.", "Wara s-summit li sar f'Amsterdam u wara d-diskussjonijiet li saru jidher li, għaliex aħna ħadna t-triq li niffriżaw l-applikazzjoni tagħna, awtomatikament allura qegħdin niffriżaw ukoll il-parteċipazzjoni f'dawk li qegħdin isejħulhom l-enlargement funds.", "Fost il-pajjiżi li se jibbenefikaw minn dawn il-fondi hemm Ċipru u pajjiżi oħrajn li qegħdin 'l quddiem fil-lista għan-negozjati.", "Issa meta wieħed iħares lejn it-tip ta' fondi li għandna available u t-tip ta' fondi li jista' jkollna available barra minn dan il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, m'hemmx dubju li min ikun oġġettiv irid jagħraf li qegħdin f'pożizzjoni ta' żvantaġġ.", "Din hija xi ħaġa li tista' tipprovaha u li tista' tikkalkolaha, u l-pajjiżi stess li huma nvoluti f'dawn l-iskemi bħall-Irlanda, per eżempju, jgħallmuna kemm hemm possibbiltajiet li wieħed jutilizza dawn il-fondi massiċċi.", "Qed ngħid massiċċi għaliex hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq xi ftit miljuni fis-sena imma fuq biljuni ta' ECUs fis-sena, u allura bħala pajjiż għandna dan l- iżvantaġġ.", "Irrid ngħid li tassew nistagħġeb meta nisma' lill-Ministru jgħid li għalkemm m'aħniex se nidħlu fl-Unjoni Ewropea jista' jkollna vantaġġ taħt il-MEDA funds.", "Nistagħġeb l-ewwelnett għaliex il-proġetti taħt il-MEDA funds iridu jkun linked ma' xi pajjiż li diġa' huwa membru.", "Fil-fatt jiena kont qiegħed naħdem fuq proġett li kien jikkombina Ċipru, Malta u l- Irlanda, u kienet tidħol l-Irlanda għaliex dan huwa pajjiż li diġa' huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sakemm aħna nibqgħu barra qegħdin nitilfu l- possibbilta' li nkunu ċentru fil-Mediterran li jikkombina ma' pajjiżi oħra li m'humiex membri - bħall-Marokk, l-Israel, it-Turkija u ġirien oħra tagħna - u b'hekk inkunu f'pożizzjoni ferm aktar qawwija u pożizzjoni li tagħti ferm aktar benefiċċji lill-industriji tagħna, kemm l-industrija tal- manifattura kif ukoll dik tas-servizzi.", "GĦalhekk qed ngħid li l-pożizzjoni tagħna llum hija waħda ta' żvantaġġ.", "Jiena m'jien nara l-ebda vantaġġ mir- rotta li qabad il-Gvern u nixtieq inkun naf jekk hemmx xi investiment li ġej lejn Malta għaliex m'aħniex se nsiru membri.", "Fil-fatt l-informazzjoni li għandi jiena hija li hemm investimenti li kienu se jiġu u sfortunatament m'humiex ġejjin jew għaliex qegħdin jistennew jew biex jaraw kif se jiżviluppaw ir-relazzjonijiet.", "Dan huwa żvantaġġ kbir għal pajjiżna meta għandek madwar għaxar pajjiżi oħra queuing up biex isiru membri ta' l- Ewropa.", "Irrid ngħid li din m'hijiex xi ħaġa ta' dogma jew ta' twemmin u toqgħod tgħid \"GĦax aħna nemmnu fl-Ewropa.\".", "Aħna nemmnu fl-Ewropa bħala proċess ta' integrazzjoni u proċess politiku li se jwassal għal Ewropa ferm akbar u ferm aktar importanti fil-qasam ta' l-industrija u fil-qasam ta' l- ekonomija internazzjonali.", "Kif diġa' għidt, il-Ministru qed jgħid li għandna xi vantaġġi għaliex se nibqgħu barra mill-Ewropa.", "Jiena nista' nagħti eżempju ċar ta' żvantaġġ li qegħdin insofruh anke llum minħabba li m'aħniex qegħdin fl-Ewropa.", "GĦandna l-iżvantaġġ li kull turist Ingliż li jiġi hawn Malta qed ikollu jħallas departure tax lill-Gvern Ingliż ta' £Stg 10 aktar milli kieku jmur Spanja, il-Greċja jew l-Italja.", "Issa jekk jiġu madwar 400,000 turist mill-Ingilterra, dawn ilaħħqu s-somma ta' £Stg 4 miljun, jiġifieri madwar Lm2.5 miljun.", "Jista' l-Onor.", "Attard Montalto jgħid x'jista' jagħmel bħala ministru responsabbli mill-industrija b'Lm2.5 miljun?", "GĦalhekk wieħed irid iqis ukoll dawn l-affarijiet u meta għandna dawn l-iżvantaġġi li qegħdin inħossuhom b'idejna u li qegħdin jaffetwawna b'mod li jpoġġuna f'pożizzjoni ta' żvantaġġ allura wieħed bilfors irid jiġbed l-attenzjoni tal-poplu Malti.", "Qed ngħid dan, Madam Speaker, għaliex jiena nemmen li l-poplu Malti għadu ma jafx biżżejjed fuq l-issues ta' l-Ewropa u x'vantaġġi jew żvantaġġi jista' jkun hemm.", "GĦandna wkoll l-iżvantaġġ li ċerta industrija li tesporta lejn l-Ewropa, minħabba li aħna m'aħniex membri, trid tgħaddi minn ċertu proċess pero' kieku nsiru membi ma jkollniex għalfejn ngħaddu minn dak il-proċess.", "Barra minn hekk, jekk l-industrija Ġappuniża, per eżempju, tiġi Malta u tesporta lejn l-Ewropa fil-qasam ta' l-elettronika, il-valur miżjud f'Malta jrid ikun madwar 60% tal-prodott.", "Pero' jekk din tmur l-Irlanda, il-Portugall, il-Greċja jew l-Italja jew f'xi pajjiż li eventwalment se jidħol fl-Ewropa, il-value added li jkollha tagħmel f'dak il-pajjiż huwa ta' 45%.", "Allura meta nitkellmu dwar investiment barra mill- Ewropa nsibu li Malta qiegħda fi żvantaġġ li se jibqa' għal snin twal.", "Dan tant jirrikonoxxuh mill-Ewropa li meta s-sena li għaddiet kellna diskussjoni mal-Kummissarju Bangemann waqt il-konferenza tal-ministri ta' l- industrija u jiena qajjimt dan il-punt, dan qalli: GĦandek raġun, imma d- diffikulta' hija li jekk l-Ewropa tnaqqas dan il-limitu għal pajjiżi bħal Malta u pajjiżi oħrajn li għad għandhom association agreement, nibżgħu li nitilfu l-impjiegi.", "Anke fuq l-formazzjoni ta' a free trade area fil- Mediterran, fejn ikun hemm il-possibbilta' li l-value added ta' Malta jiżdied ma' dak tat-Tuneżija, li wkoll għandha agreement ma' l-Ewropa, huma indeċiżi meta se jagħmluha u dan għaliex hemm żvantaġġ kbir.", "Pero' aħna nistgħu nieħdu short cut f'dan il-qasam kollu u dawn it-tip ta' constraints nistgħu negħlbuhom ferm aktar malajr jekk nibdew l- accession negotations.", "Jekk imbagħad dan il-Gvern, wara li jinnegozja jħoss li xorta m'għandniex nidħlu fl-Ewropa peress li fil-programm elettorali tiegħu kellu li se jirtira l-applikazzjoni għas-sħubija, allura għandu jagħmel referendum.", "Jiena naħseb li din hija s-sistema matura kif wieħed għandu jimxi u jekk nibqgħu għaddejjin f'din it-triq se jkollna żvantaġġi kbar.", "Min-naħa l-oħra l-vantaġġi jekk nibqgħu għaddejjin f'din it-triq onestament għadni qed nistenna biex nisma' dwarhom.", "U huwa tajjeb li nħarsu lejn dawn l-affarijiet għaliex meta wieħed iqis li għandna l- opportunita' pjuttost unika li pajjiżna, ċkejken kemm hu ċkejken, ikollu l- abilita', il-vuċi u r-riżorsi li tlifna minn wara l-gwerra 'l hawn; għaliex meta kien hemm ir-restructuring ta' l-Ewropa peress li konna kolonja Ingliża, il-Gvern Amerikan kien iddeċieda li Malta kellha tieħu ħsiebha l- Ingilterra.", "L-Ingilterra ħadet ħsiebna sa ċertu punt għaliex tatna ċerti fondi għal reconstruction works imma ma kienx hemm ir-reconstruction ta' l- industrija li kien hemm f'pajjiżi bħall-Ġermanja, Franza u l-Italja għaliex aħna bqajna barra taħt il-Marshall Aid.", "Niftakar li fid-diskussjonijiet li kienu saru, il-Partit Laburista ta' dak iż-żmien kien jinsisti li Malta kellha tkun inkluża f'dan it-tip ta' programm massiċċ ta' assistenza.", "Imma llum għandna programm ieħor massiċċ ta' assistenza, programm li qiegħed iġib il-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant aktar viċin lejn l-Ewropa ekonomikament u li se jipprovdi dawn l-enlargement funds li aħna mhux se nikkwalifikaw għalihom minħabba l-iffriżar ta' l-applikazzjoni tagħna minn dan il-Gvern.", "Madam Speaker, nixtieq inħares ukoll lejn is-small and medium sized enterprises li wieħed qed jaħseb li jgħinhom billi joffrilhom dawn it-tip ta' garanzij, u dan huwa tajjeb għaliex il-banek tagħna għandhom ċerti limitazzjonijiet.", "Il-Ministru semma' l-EIB funds u jiena niftakar li l- Europen Investment Bank kien ipprovda ċerti fondi biex jiġu utilizzati bħala venture capital.", "Pero' kif qal il-Ministru nammetti li lanqas fl- amministrazzjoni preċedenti ma rnexxielna nużaw dawn il-fondi kollha għaliex il-banek kellhom jużawhom biex isellfu għal proġetti ta' ċertu riskju pero' ma kenux attrezzati biex jagħmlu l-analisi neċessarja biex jutilizzaw dawn il-fondi.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet jiena kelli diskussjonijiet ma' uffiċjali ta' l-EIB u bdejna naraw kif nistgħu noħolqu xi restructuring fund bi preparazzjoni għal dawn il-fondi mill-Ewropa billi nużaw parti mill-EIB funds.", "Min-naħa tiegħu l-European Investment Bank kien jinsisti - u bir-raġun - li l-banek lokali għandhom ikunu nvoluti direttament biex jitgħallmu kif jutilizzaw dawn it-tip ta' fondi u jassessjaw il-proġetti.", "Dan għaliex b'dan il-mod ma jibqgħux biss jaċċettaw garanzija fuq proprjeta' fejn mhux dejjem jagħmlu evalwazzjoni tajba biżżejjed tal-profitability u l-possibilitajiet ta' investiment.", "Allura jkollok sitwazzjoni li min għandu l-proprjeta' jkun jista' jissellef u min għandu nnovazzjoni u jkun enterprising biżżejjed biex ikun jista' jiżviluppa f'ċertu settur, għaliex ma jkollux il-proprjeta' fuqhiex jissellef ħafna drabi jsib li ma jagħtuhx widen.", "Dan l-abbozz ta' liġi jipprovdi għalhekk u jwassal għal tnaqqis ta' din it-tip ta' problema pero' jiena naħseb li kien ikun ferm iktar interessanti u utli kieku kien hemm element ta' sussidju lejn dawn l-SMEs billi, kif diġa' semmejt, jinħoloq restructuring fund għal dawn l-intrapriżi żgħar.", "B'hekk wieħed ikun qed jagħti self mingħand il-banek bir-rati kummerċjali plus ir-rata addizjonali ta' 0.5% imgħax lill-MDC.", "Dan il-fond jista' jiġi utilizzat biex inaqqas ċertu piż tas-self u allura jkun qed jiftaħ il- possibbilta' ta' dan l-abbozz fid-direzzjoni li milli qed nifhem jien sfortunatament la hija kkontemplata f'dan l-abbozz u lanqas fl-IDA, minħabba li kif emendajniha ftit tal-ġimgħat ilu hemm il-limitu ta' Lm21,000 li wieħed ma jistax jinżel inqas minnu.", "Hemm diversi dettalji importanti f'dan l-abbozz ta' liġi li wieħed jista' jitkellem fuqhom u li finalment iġibuh into operation.", "Ta' min jgħid ukoll li jekk dawn id- dettalji ma jkunux mirquma biżżejjed naturalment il-liġi ma tkunx effettiva.", "Insibu, per eżempju, li biex tikkwalifika għal din it-tip ta' garanzija ma jridx ikollok aktar minn għaxar impjegati - u jiena ma naħsibx li dan għandu jitnaqqas għalkemm wieħed jista' jiddibatti jekk għandux ikun 15 - jew ma jridx ikollok turnover ta' aktar minn Lm100,000.", "Mela jekk kumpannija għandha għaxar impjegati u wage bill ta' Lm40,000, allura se tillimitalha t-turnover għal Lm100,000?", "Jiena ngħidlek li kumpannija ma tistax issostni għaxar impjegati b'turnover ta' Lm100,000.", "Fil-fehma tiegħi, dan m'huwiex turnover realistiku, għaliex fil-verita' jekk se tħaddem għaxar impjegati Lm40,000 se jmorru għas-salarji tagħhom u allura ma tkunx tista' tiġġenera dawk is-salarji b'turnover ta' Lm100,000 imma jkollok bżonn iktar minn hekk.", "Allura jekk wieħed se jieħu bħala bench- mark in-numru ta' impjegati, li skond dan l-abbozz ta' liġi huwa limitu ta' għaxra, allura jrid jiġi kkontemplat turnover ferm akbar minn Lm100,000 - anke d-doppju - għaliex fid-dinja tal-lum ma jistax ikollok workforce ta' għaxra min-nies b'turnover daqshekk baxx.", "Jien ngħid li għandna ninkorraġġixxu lil dawk l-industriji li jkollhom turnover pjuttost kbir, anke industriji li jaħdmu fil-computers u fis-software, li l-prodott tagħhom huwa pjuttost aktar expensive, għax awtomatikament dan se jżidlek it-turnover.", "Jien naħseb li l-limitu tat-turnover irid jiġi rrikonsidrat bir-reqqa għaliex jista' jkun ta' impediment.", "Huwa veru li skond dan l- abbozz ta' liġi l-ministru jista' jawtorizza bidliet, imma wieħed irid joqgħod attent għaliex din tkun f'forma ta' eċċezzjoni u mhux biex tbiddel is-sens tal-liġi, għax allura konna ninkluduha fil-liġi mill-ewwel.", "Jiġifieri jien ngħid li jekk hemm xi ħaġa li tidher li fiha ċerti limitazzjonijiet trid tbiddel il-liġi u mhux tħalliha għaddejja.", "Ma naħsibx li dak huwa mod tajjeb ta' kif wieħed għandu jimxi.", "Nixtieq ngħid ukoll li wieħed kien jistenna li jara aktar spjegazzjoni dwar xi proċeduri jew x'tip ta' guidelines se toħroġ l-MDC, għax jekk tħares proprju lejn subklawsola 11 (2) din tgħidlek li l-MDC għandha d- dritt tirrifjuta applikazzjoni.", "Imma skużi, jien naħseb li jrid ikollna xi ħaġa aktar fis-sod għaliex din imbagħad twassal għal ċerti diffikultajiet.", "Naħseb li l-MDC irid ikollha xi guidelines fuqhiex timxi, jiġifieri l-liġi trid tagħtiha direzzjoni.", "Anke l-MDC stess trid tagħti direzzjoni lil min ikun qed japplika biex ikun jaf li hu ġie ttrattat b'mod adegwat.", "Inħeġġeġ lill-Ministru biex jikkonsidra li jippubblika dawn il-guidelines għaliex huma importanti biex l-iskema taħdem b'mod effettiv, għaliex huwa ferm faċli li jkollok diffikultajiet kbar meta tkun qed taħdem b'xi ħaġa li tkun vaga wisq.", "Jekk dawn il-guidelines għadhom ma ġewx ippreparati għandhom jiġu ppreparati u jiġu ppublikati ħalli wieħed ikun jaf fejn qiegħed.", "Naf li m'huwiex faċli li wieħed jagħmel dawn il-guidelines imma għalhekk għandhom isiru dawn il-giudelines biex l-MDC tkun taf fejn qed timxi u fl- istess ħin min japplika jkun jaf fejn qiegħed.", "Madam Speaker, jien nagħlaq billi ngħid li dan l-abbozz ta' liġi ċertament ikompli fuq il-passi li konna qegħdin naħsbu fuqhom aħna, anzi fil-każ ta' l-IDA il-pjan tagħna kien li ninżlu għal self sussidjat ta' Lm5,000, u meta ddiskutejniha mal-Ministru hu qal li jippreferi jillimita s- self għal mhux inqas minn Lm21,000.", "Dan l-abbozz ta' liġi sa ċertu punt jipprovdi soluzzjoni għal din il-ħaġa, pero' naħseb li għad fadal xi jsir biex wieħed ikun jista' jaddattah għall-ħteġijiet ta' pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "Qabel nibda bid- diskors tiegħi nixtieq nirrispondi għal xi punti li semma' l-Onor.", "Josef Bonnici.", "L-Onor.", "Membru qal li bl-emendi l-ġodda li ġew introdotti riċentement is-ceiling niżel minn Lm100,000 għal Lm21,000 u semma' bir- raġun li mbagħad hemm gap minn Lm21,000 'l isfel.", "Forsi l-kollega tiegħi ma rrealizzax li f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hawn mekkaniżmu li meta jiġi użat ripetutament jista' jilħaq il-Lm21,000 u anke aktar.", "Ir-raġuni hi li meta applikant ikun ottjena self assistit sa Lm10,000, u jagħmel repayment ta' Lm3,000 jew Lm4,000 mill-Lm10,000, ikun jista' jerġa' japplika għal garanzija oħra għal self assistit, jiġifieri għal Lm4,000.", "Jiġifieri jekk hu jkun ikkonsma Lm4,000 minn dawk l-Lm10,000 li jkun ħa, ikun jista' jerġa' japplika għand il-bank sabiex jerġa' jieħu self assistit ta' Lm4,000.", "Allura fil-fatt fuq perijodu ta' żmien ikun ibbenefika minn self assistit li jeċċedi l-Lm10,000.", "Il-kollega tiegħi semma' wkoll li l-abbozz ta' liġi ma jsemmix is-settur tas-servizzi pero' fil-fatt naħseb li din sfuġġietlu wkoll peress li \"qualifying activity\" hija mfissra hekk:", "\"\"qualifying activity\" means an activity which in the opinion of the Corporation consists of a trade, craft or business which consists either in the manufacture, improvement, assembly, processing, repair, preservation or maintenance of any goods, materials, or commodities, or servicing of equipment, plant or machinery in relation to the manufacturing industry.\".", "Jiġifieri taħt it-tifsira ta' \"qualifying activity\" hemm ukoll inkluż \"servicing of equipment, plant or machinery in relation to the manufacturing industry\".", "S'intendi dawn huma affarijiet li forsi wieħed fl- istadju ta' Kumitat ikun jista' jirfinahom u jidħol fihom aktar fil-fond.", "Iżda bla dubju, waħda mill-wegħdiet li qiegħda tiġi mwettqa minn din l- amministrazzjoni hija dik li ngħinu finanzjarjament lill-intrapriża ż- żgħira u lil dawk li jaħdmu għal rashom fis-settur tal-manifattura sabiex jiġu aġevolati l-piżijiet li jerfgħu fil-kors tal-kummerċ tagħhom u sabiex, kif qal tajjeb il-Ministru, ikunu f'pożizzjoni li jirristrutturaw ruħhom maż-żmien bl-għan li jkunu jistgħu jikbru u jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu investimenti aktar siewja, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' makkinarju u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi umani.", "Dan l-abbozz ta' liġi, Madam Speaker, jista' jiġi kkonsidrat bħala kumplimentari għall-abbozz ta' liġi li konna ressaqna ftit ġimgħat ilu biex emendajna l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, li ġie approvat bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dawn iż-żewġ liġijiet huma kumplimentari, fis- sens li t-tnejn huma indirizzati lejn it-tkattir ta' l-intrapriża ż-żgħira, anke jekk jiddistingwu ruħhom fil-mod kif tingħata din l-għajnuna.", "Fil- fatt bl-emendi fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali l-intrapriża ż-żgħira tista' llum tibbenefika minn sussidji fl-imgħaxijiet pagabbli fuq self mill- Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.", "Aħna konna ndunajna li l-intrapriża ż-żgħira ma tkunx tiflaħ tagħmel investiment ta' Lm100,000, kif kien jipprovdi l-istess Att qabel ma għaddew dawn l-emendi, u għalhekk sabiex l- azjenda tiġi aġevolata ħassejna li s-ceiling għandu jinżel għal Lm21,000.", "U qed nieħu pjaċir li l-Ministru semma li hemm konkorrenza tajba għal dan il-benefiċċju wara li għaddew dawn l-emendi.", "Aħna mill-ewwel irrealizzajna li l-inċentivi li oriġinarjament kienu jeżistu kienu inċentivi li setgħu jibbenfikaw minnhom biss kumpanniji kbar ħafna, għaliex huma biss setgħu jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu investiment ta' dak il-kobor.", "Għalhekk issa l-intrapriża ż-żgħira ġiet f'pożizzjoni li tista' tibbenefika għaliex is- ceiling ta' Lm21,000 ċertament li huwa ħafna aktar aċċessibbli għaliha.", "Pero' l-Gvern ħass li hemm kategorija oħra ta' kumpanniji li din l- għajnuna ta' self issussidjat ta' Lm21,000 ma tapplikax għalihom.", "Qed nirriferi għal dawk il-kumpanniji żgħar ħafna, b'mod partikolari għall- istart-ups, li jkunu qegħdin ifittxu investiment u għajnuna li tkun inqas minn dik li hemm ikkontemplata taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Hija din il-kategorija li ispirat lil din l-amministrazzjoni sabiex tressaq dan l-abbozz ta' liġi.", "Il-Gvern huwa konxju ta' dan u għalhekk inħossu li dawn m'għandhomx jiġu njorati, bħallikieku ma jeżistux jew bħallikieku m'għandhomx kontribut validu x'jagħtu lill-ekonomija ta' pajjiżna in ġenerali.", "Jiena ma nixtieqx nirrepeti dak li qalu l-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u l-Industrija u l-Onor.", "Josef Bonnici pero' l-idea wara dan l- abbozz ta' liġi fil-qosor hija li l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp tidħol hi bħala garanti għal self li n-negozjant iż-żgħir jikkwalifika għalih mill-banek kummerċjali.", "Naturalment imbagħad hemm il-kondizzjoni li dan is-self ma jridx jeċċedi s-somma ta' Lm10,000 at any given moment in time, pero' kif spjegajt teknikament l-applikant jista' jkun qiegħed jibbenefika minn ammont superjuri għal Lm10,000 għaliex jekk huwa jkun ħallas parti minn dak l-ammont xejn ma jżommu milli jottjeni faċilita' fuq il-bilanċ.", "Dan ifisser li jekk ikun ħa loan ta' Lm10,000 u jkun ħallas nofsha dan ma jipprojbihx milli jerġa' japplika għal self assistit ta' Lm5,000.", "Ghalhekk l-assistenza li qiegħed jipprovdi dan l-abbozz m'hijiex f'forma ta' soft loan mogħtija mill-MDC, bħal fil-każ ta' l- għajnuna mogħtija taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, imma hija dik ta' garanzija li tinħareġ mill-istess korporazzjoni favur min ma jistax jew ma jiflaħx jagħti garanzija personali jew patrimonjali lill-banek kummerċjali.", "Fil-kors normali ta' l-affarijiet, il-banek jitolbu lil min ikun jixtieq jissellef garanzija speċifika biex tagħmel tajjeb għall-flus li jkunu qegħdin jipprovdulu u meta dan ma jkunx possibbli għaliex l- applikant ma jkollux biżżejjed proprjeta' allura din l-applikazzjoni tfalli, pero' issa din l-applikazzjoni tiġi salvata bis-salvauomo tal- garanzija parzjali li se tipprovdi l-MDC.", "Madam Speaker, f'dan l-abbozz qegħdin ngħidu li dan l-inċentiv mhux biss huwa aċċessibbli għall-partnerships u għal-limited liability companies imma huwa aċċessibbli wkoll għat-traditional sole trader, dak li jopera n- negozju tiegħu mingħajr il-paraventu ta' kumpannija.", "Taħt l-Att dwar l- Iżvilupp Industrijali dan ma kienx ikkonsidrat u allura ma kienx jikkwalifika għall-benefiċċji u inċentivi li wieħed jista' jieħu taħt l- istess Att pero' llum, kemm taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali u kif ukoll taħt dan l-abbozz ta' liġi, is-sole trader jista' jibbenefika minn din l-assistenza.", "Inħossu li dan kien importanti li ndaħħluh proprju għaliex hawn ħafna u ħafna attivita' kummerċjali li m'hijiex immexxija minn limited liability companies imma minn negozjanti żgħar li jippreferu jmexxu n-negozju tagħhom b'responsabbilta' legali personali.", "GĦalhekk issa dawn il-liġijiet se jikkristallizzaw f'din id-direzzjoni, fis-sens li minn issa 'l quddiem kull liġi li għandha x'taqsam ma' inċentivi għall-intrapriża ż- żgħira se tkun qiegħda tkopri lil-limited liability companies kif ukoll bis- sole traders.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili.", "Sar il-ħin.", "Tibqa in possession?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Iva, Madam Speaker.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, jressaq l- Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa 16 ta' Lulju 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Madam Speaker, jien naħseb li l-poplu Malti kollu jiftakar li l-Partit Laburista fil-kampanja elettorali ta' l- aħħar elezzjoni kellu slogan li kien jgħid \"L-GĦoli tal-Ħajja Jifnik.\"", "Fil- fatt il-billboards li kienu jġibu dan is-slogan kienu mferrxa ma' Malta kollha biex jipprovaw jipperswadu lill-Maltin kemm il-ħajja kienet qed togħla.", "Jien naħseb li jekk dak iż-żmien l-għoli tal-ħajja kien jifnik illum joqtlok mill-ewwel!", "Dan kien slogan ta' propaganda qarrieqa, irħisa u ta' ngann li għen ħafna lill-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni għax kien hemm min ivvutalhom minħabba li ħass li l-Gvern Nazzjonalista ma kienx kapaċi jikkontrolla l-għoli tal-ħajja.", "Fil-fatt ħafna kienu dawk li bdew iħalltu l-VAT ma' l-għoli tal-ħajja - wara kollox din kienet l- intenzjoni tal-propaganda li kien qed jagħmel il-Partit Laburista - fosthom il-mara tad-dar li emmnet li f'ċerti każi l-għoli tal-ħajja kien ġej mill- introduzzjoni tal-VAT u għalhekk ġaladarba l-Partit Laburista kien wiegħed li se jneħħi l-VAT ħafna emmnu li l-ħajja kienet se torħos taħt Gvern Laburista ġdid.", "Ta' min ifakkar li l-Prim Ministru, dak iż-żmien kap ta' l-oppożizzjoni, mhux biss wiegħed li mat-tneħħija tal-VAT il-ħajja mhux se tkompli togħla imma wkoll li din se traħħas il-ħajja.", "Jien naħseb li kulħadd għadu jiftakar meta darba minnhom l-Onor.", "Alfred Sant deher fuq it-television imdawwar b'ħafna prodotti ta' groceries biex juri kemm kienet qed togħla l- ħajja.", "Fil-fatt dan l-aħħar ġurnal lokali semma l-fatt li jekk sa Ottubru li għadda l-prodotti li kellu mdawrin miegħu l-Onor.", "Sant kienu jiswew Lm51.62 illum dawn għolew b'iktar minn Lm3.50, jiġifieri b'7%.", "GĦalhekk m'hemmx dubju li taħt il-Gvern Laburista l-ħajja kompliet togħla u, kif għidt diġa', jekk dak iż-żmien il-ħajja kienet qed tifni lill-poplu Malti llum żgur li qed tifnih iktar.", "Madam Speaker, issa l-Gvern Laburista wettaq il-wegħda li jneħħi l-VAT u jdaħħal id-dazju u s-sisa u nistgħu naraw jekk il-ħajja raħsitx verament jew le.", "Fil-fatt niskanta kif il-propaganda li dan il-Gvern kien jagħmel qabel l-elezzjoni għadu jagħmilha sa llum.", "Kif għidt diġa', meta l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni kien iħallat il-VAT ma' l-għoli tal-ħajja.", "Tant hu hekk li niftakar li fil-25 ta' Lulju, 1994 meta kienet qed issir id- diskussjoni fuq l-abbozz ta' liġi li kien qed jipproponi li jdaħħal il-VAT, tan-naħa l-oħra kienu qalulna dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Trid tkun tgħix barra minn hawn jew inkella jkollok l-ikel u l- mediċini tiegħek jaqgħu mis-sema bħall-manna biex tmeri l-fatt li kemm l-ikel u l-mediċini f'dawn l-aħħar għaxar snin għolew drammatikament.", "Intom tiftaħru li billi l-ikel u l-mediċini huma zero rated dawn m'humiex se jaffettwaw lill-anzjani, pero' dan mhu veru xejn għax l- anzjani diġa' qed ibatu ħafna minn żidiet mhux kontrollati ta' l-ikel u tal-mediċini.\".", "Jekk dan id-diskors kien jgħodd għal dak iż-żmien naturalment dan għadu jgħodd għal-lum ukoll għax, għalkemm illum l-ikel u l-mediċini huma zero rated ukoll u m'hemmx dazji jew taxxi fuqhom, ma tgħaddix ġurnata li ma jkunx hemm xi prodott ta' l-ikel jew xi mediċina li ma togħliex.", "Madam Speaker, illum qed naraw l-istess propaganda li kienet issir qabel l-elezzjoni, anzi jkun aħjar jekk ngħid li qed naraw kummiedja sħiħa għax għalkemm permezz tal-media l-Gvern qed isemmi l-prodotti u s-servizzi li raħsu, meta tmur tixtri xi prodott jew tuża xi servizz minnhom tinduna li dawn fil-fatt ma jkunu raħsu xejn.", "GĦalhekk bħalma l-Partit Laburista daħak bil-poplu Malti qabel l-elezzjoni dan qed ikompli jidħak bih issa.", "Il-poplu Malti, speċjalment l-anzjani, l-iktar li jikkonsma huma affarijiet essenzjali li ma jistax jgħaddi mingħajrhom.", "Biżżejjed insemmi l-kafe' li qed jogħla kuljum, il-ġobon u l-ħalib.", "GĦalhekk il-propaganda kbira li qed issir li l-prezz taċ-ċinema raħas b'5ċ jew b'10ċ ma tipperswadi lil ħadd għax illum kulħadd qed jinduna, li għalkemm il-Partit Laburista tela' fil- gvern bil-propaganda ta' l-għoli tal-ħajja, f'dawn it-tmien xhur u nofs il- ħajja mhux talli baqgħet tiżdied imma talli ħafna ħaddiema, pensjonanti u anzjani qatt ma sabu ruħhom agħar mil-lum.", "Hawn ikun tajjeb jekk nagħmel parentesi billi ngħid li qatt ma kien hawn skarsezza ta' mediċini, li huma intitolati għalihom b'xejn dawk l-anzjani u l-pensjonanti li għandhom il-karta r-roża u l-karta s-safra, daqskemm hawn illum.", "Ta' min jgħid li fl-isptar u fil-polikliniċi tagħna mhux talli hawn skarsezza ta' diversi mediċini imma talli ċerti nies li għandhom mard kroniku ma jistgħux jgħaddu mingħajr uħud minn dawn il-mediċini u għalhekk qed ikollhom imorru jixtruhom bi prezz dejjem ogħla.", "GĦalhekk il-problema tal-mediċini, li l-Gvern Laburista tant kien isemmi meta kien fuq in-naħa l- oħra, hija xi ħaġa oħra li żgur li ma rnexxielux isolvi.", "Madam Speaker, għalhekk meta wieħed jikkonsidra kollox bilfors ikollu jgħid li taħt il-Gvern Laburista l-ħajja kompliet togħla u li dan ma għamel xejn biex iraħħasha.", "Hija daħka fil-wiċċ li l-Prim Ministru qed ikompli jinsisti li bit-tneħħija tal-VAT u bl-introduzzjoni tat-taxxa tad-dwana u s- sisa l-ħajja bilfors trid torħos.", "Aħna nafu li dan mhux veru pero' l- Gvern Laburista, permezz tal-propaganda li qed jagħmel fuq l-istazzjonijiet tar-radio, fuq it-television u fuq il-gazzetti, qed ikompli jinsisti li dawn l-affarijiet se jorħsu.", "Jien persważ li dawk l-affarijiet li llum raħsu xi ftit, minħabba li ċ-ċirkostanzi ġabu lil ċerti negozjanti f'qagħda li qed ikollhom jagħmlu dak li ma jridux, fi ftit ġimgħat dawn se jerġgħu jogħlew u l-Gvern m'hu se jkun jista' jagħmel xejn għal dan għax ikun jaf li hemm ġustifikazzjoni għaliex sar dan.", "Madam Speaker, hawnhekk ma nistax ma nsemmix is-servizzi.", "Il-Prim Ministru qed jipprova jipperswadina li s-servizzi se jorħsu wkoll.", "Fil- fatt, fost is-servizzi li qal li se jorħsu kien hemm il-hairdressers, il- panel beaters u l-machanics.", "Jiena ma nafx b'liema serjeta' tista' tipperswadi lill-poplu Malti li s-servizzi se jorħsu għaliex tneħħiet il- VAT.", "Jiena ngħid li anke kieku stess kien hemm roħs ta' ftit ċenteżmi issa, min hu sidu mechanic jew panel beater, meta tmur għandu ħmistax jew tliet ġimgħat oħra, li ma jżommlokx aktar milli kien iżommlok qabel?", "Din hija s- serjeta' tal-fatti!", "Għalhekk jiena rrid nagħlaq biex ngħid li l-propaganda qarrieqa illi għamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni qed ikompli għaddej biha.", "Jiena ngħid li l-Gvern mhux il-ħajja rnexxielu jraħħas.", "Ħaġa biss irnexxielu jraħħas fil-pajjiż kemm ilu fil-gvern, il-propaganda rħisa li qabel kien jagħmel u li issa għamilha aktar irħisa.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, meta l-Partit Laburista kien fl- Oppożizzjoni kienet issir ħafna kritika dwar il-ħabs.", "Kważi, kważi kienu jpinġuh qisu waslet l-aħħar tad-dinja fil-qasam tal-ħabs.", "Dan minkejja l- isforzi kbar li għamel il-Gvern ta' qabel anke biex iżid l-ispiża kapitali li kienet non-eżistenti fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Laburista u li żdiedet għal ċifra ta' Lm800,000 mix-xejn.", "Dawn intefqu fil-bini ta' diversi oqsma ġodda fil-ħabs innifsu, kif ukoll bit-tqegħid ta' l-ewwel ġebla ta' ħabs ġdid, li ma sarx biss biex wieħed ikun jista' jilqa' għaż- żieda fil-popolazzjoni tal-ħabs - illum għandek mal-250 priġunier at any one moment in time - imma wkoll sabiex tkun tista' ssir klassifikazzjoni aħjar tal-priġunieri.", "Għalhekk ta' min wieħed jinnota x'ġara fit-tmexxija tal-ħabs f'dawn l-aħħar tmien xhur.", "Qed isiru abbużi fil-ħabs ta' Kordin minkejja l-ħafna kliem fieraħ li kien isir qabel l-elezzjoni.", "Anke fil-programm elettorali ntqal li se jkun hemm tmexxija trasparenti, ġusta u umana fil-konfront tal-priġunieri u li se jsir titjib fit-tmexxija tal-ħabs innifsu.", "Naħseb li m'hemmx qasam fl- intern li bħalissa għaddej minn inkjesti fuq inkjesti fuq fatti li ġraw wara l-elezzjoni daqs kemm hemm fil-qasam tal-ħabs.", "Jiena mhux se noqgħod nerġa' nsemmi l-kwestjoni tal-priġunier li unikament fl-istorja tal- ħabsijiet ġie maħtur konsulent tad-Direttur tal-Ħabs fuq sigurta'; lanqas se noqgħod insemmi ċerti abbużi wkoll li qegħdin isiru fl-outside gate, fejn priġunier jixrob inbid jew birra ma' uffiċjal tal-ħabs, meta l-alkoħol lanqas suppost jidħol fil-ħabs; imma nsemmi ċerti fatti li wħud minnhom ġraw riċentissimu, wieħed minnhom ftit tal-ġranet ilu.", "F'dan il-kas anke l- kura medika dwar il-priġunieri qed tagħti lok għal ċertu nkwiet bejn l- awtorita' tal-ħabs u l-bord tal-viżitaturi tal-ħabs.", "Ftit ġranet ilu kien hemm kas ta' priġunier illi kellu sintomi li juru li kellu xi ħaġa serja fil-pulmun tiegħu.", "L-awtoritajiet mediċini tal-ħabs jew ma nvistawhx u nvistawh bit-telephone, jew inkella nvistawh ħażin b'mod li ma tteħditx il-kura medika mmedjata.", "Minħabba f'hekk din il-persuna kienet f'qagħda kritika sal-punt illi kellha tittieħed l-isptar.", "Issa forsi wieħed jgħid li dawn huma affarijiet li jiġru.", "Imma li wieħed jiddejjaq huwa li meta l-bord tal-viżitaturi pprova jintervjeni u jagħmel il-funzjoni tiegħu skond il-liġi - jiġifieri li jħares id-drittijiet u l- interessi tal-priġunieri - minflok li d-direttur wera apprensjoni, ir- rapporti li għandi huma li l-bord tal-viżitaturi ġie ttrattat b'mod goff u anke arroganti mill-awtoritajiet tal-ħabs, inkluż l-awtoritajiet mediċi.", "Issa dan il-bord tal-viżitaturi qiegħed jagħmel xogħol tajjeb il-ħabs u għandu jingħata aktar rispett.", "Nisperaw li din il-friction li forsi kien hemm minħabba dan l-inċident serju li seta' kellu riperkussjonijiet kbar ħafna bejn il-bord u l-awtoritajiet tal-ħabs tispiċċa, fl-interess tal-ħabs stess.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat jiena staqsejt diversi mistoqsijiet li kixfu ċerti abbużi illi saru fil-ħabs innifsu.", "Per eżempju, kien hemm każ fejn uffiċjal tal-ħabs dar division fil-ħabs stess biex jiġbor firem minn fost il-priġunieri kontra uffiċjal tal-ħabs ieħor.", "Naturalment lili jasluli r-rapporti u d-dover tiegħi huwa li l-ewwel nivverifika li huma veri.", "Imbagħad għamilt mistoqsija parlamentari - kienet domanda numru 6905 - li kienet tgħid hekk:", "Jista' l-Prim Ministru jindaga rapporti li wasluli illi xi uffiċjali tal-ħabs daru f'division jiġbru l-firem b'petition mill-priġunieri kontra uffiċjal tal-ħabs ieħor?", "Ir-risposta kienet: Iva, il-każ ġie nvestigat u se jittieħdu passi dixxiplinari.", "Biex nifhmu x'ġara, qegħdin nitkellmu fuq uffiċjali tal-ħabs li jiġbru l- firem tal-priġunieri kontra uffiċjali oħrajn!", "Kellna każ ieħor fejn żewġ priġunieri nżammu fiċ-ċelel tagħhom mingħajr ħwejjeġ.", "Mhux priġunier wieħed, imma tnejn.", "Żewġ priġunieri tpoġġew b'kastig f'ċella mingħajr ħwejjeġ.", "Għamilt domanda parlamentari wkoll dwar dan, u r-risposta kienet li l-każ qiegħed jiġi nvestigat - dan kien f'April li għadda - mill-bord tal-viżitaturi tal-ħabs.", "Kellna każijiet ta' serq fil-ħabs stess.", "Fil-ħabs, l-aktar post li suppost huwa safe, ukoll qed isir is-serq.", "Fil-fatt mit-taqsima tan-nisa ġie misruq deheb.", "Issa meta tidħol il-ħabs, l-effetti personali tiegħek, inkluż id-deheb, jiġu mqiegħda f'safe jew f'locker.", "Minn dan il-locker insteraq id-deheb tat-taqsima tan- nisa u għadna għaddejjin bl-investigazzjonijiet.", "Ma nafx x'kienu r- riżultati ta' l-investigazzjonijiet, jekk id-deheb insteraqx minn priġunieri jew minn uffiċjali oħra tal-ħabs.", "Kien hemm każ fejn uffiċjali tal-ħabs ġew fl-idejn fil-ħabs stess - dawn huma fatti li ġraw mill-elezzjoni 'l hawn - fil-preżenza ta' priġunieri.", "Donnu dan ir-rapport huwa veru wkoll għax qed issir investigazzjoni dwar dan il-każ u ma kienx hemm ċaħda min naħa tal-Gvern.", "Kellna persuni oħrajn li suppost huma l-aħjar fost l-uffiċjali - għax jifformaw parti mill- ispecial response team - li fil-mument meta suppost kienu għassa mar- rifuġjat Libjan li kien għaddej proċeduri ta' estradizzjoni - imbagħad ma ġiex estradit lejn il-Libja imma mar rifuġjat fl-Isvezja - għax kienu qed jittieħdu miżuri ta' sigurta' speċjali fil-konfront ta' dan ir-rifuġjat - dan ma kienx kriminali - dawn instabu taħt l-inflwenza tax-xorb barra l- ħabs.", "Meta sejħulhom, flok wieġbu mill-ħabs stess wieġbu fis-sakra minn barra l-ħabs.", "Qegħdin jittieħdu passi dixxiplinari oħrajn kontra dan l- inċident.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li huwa diffiċli tmexxi l-ħabs.", "Jiena naf x'jiġifieri għax għamilt sena u nofs responsabbli politikament għall-ħabs u dejjem jinqalgħu inċidenti.", "Pero' inċidenti ta' dan it-tip b'daqshekk frekwenza u regolarita' fi żmien relattivament qasir naħseb qatt ma kien hemm fil-ħabs innifsu.", "Għalhekk wieħed irid jistaqsi f'idejn min qiegħda t-tmexxija fil-ħabs u jekk din it-tmexxija hijiex difettuża.", "Wieħed irid jistaqsi wkoll jekk dawn l-inċidenti serji jinqalgħux minħabba nuqqas ta' sorveljanza.", "Jiena mhux se nippretendi li l-ħabs, fejn għandek affollament ta' 250 priġunier, jimxi fuq ir-rubini.", "Mhux se nippretendi li ma jinqalgħux inċidenti, imma meta jinqalgħu dawn it-tip ta' inċidenti b'daqshekk regolarita' xi ħadd irid jistaqsi x'qed jiġri fil-ħabs!", "U naħseb li fil-ħabs qed jiġri rebus.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, fis-seduta tal-bieraħ tkellimt fuq problemi li qegħdin jiffaċċaw sħabi r-retailers u li kienu qed jiġu kkawżati mill-inġustizzja li qegħda ssir magħna permezz ta' reklamar li jħabbar dak li huwa suppost roħs, b'riżultat tal-liġi tad-dwana u s-sisa.", "Qed nerġa' nitkellem mhux biss għaliex irrid ngħaddi xi kummenti rigward dak li qal l-Onor.", "Gavin Gulia fis-seduta ta' dalgħodu, iżda huwa importanti wkoll li nagħtu kas tat-taħwid li bħalissa hawn fis-suq.", "L-Onor.", "Gulia ssorprendieni ħafna għax minflok ma rrisponda dawk il- mistoqsijiet li l-bieraħ għamiltlu, qal xi ħaġa rigward il-kwestjoni tas- sistema tat-traffiku fil-Mosta.", "Din il-kwestjoni rrid naqtagħha fil-qasir.", "Meta din is-sistema ġiet deċiża, jiena kont kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Għadni naħseb li dik kienet l-aħjar soluzzjoni.", "Illum naf li hemm qbil ma' kulħadd rigward soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni u din hija li tinfetaħ triq li s'issa għadha magħluqa.", "Naħseb li l-Onor.", "Gulia jista' jagħti l-kontribut tiegħu f' dan ir-rigward.", "Din il-ħaġa kulħadd jaqbel magħha, nkluż il-kunsill lokali, u tkun tista' ssir jekk kemm-il darba l- Gvern jiddeċiedi li jiftaħ triq li s'issa għadha magħluqa.", "Ngħaddi immedjatament għas-sitwazzjoni li rrid nitkellem dwarha u nikkwota parti mid-diskors li għamilt il-bieraħ jiena stess rigward ir- reklamar li qiegħed jagħmel il-Gvern.", "Jena għidt u se nikkwota:", "\"Dawn huma riklami li qegħdin ideffsu f'moħħ il-poplu li l-ħajja bdiet torħos u fejn m'hemmx roħs ir-raġuni hija għaliex in-negozjant qiegħed jagħmel qligħ żejjed, profiteering.", "Dawn ir-riklami qegħdin jingannaw għaliex huma aħbar finta għax bil-liġi tad-dwana u s-sisa l-ispejjeż tan-negozju għolew.", "Kellna taxxi fuq taxxi u għalhekk dawn huma riklami li qegħdin jixhdu l-pandimonju li dan il-Gvern jinsab fih.\"", "Madam Speaker, għandna liġi li kienet maħsuba biex traħħas il-ħajja pero' fil-fatt l-liġi tad-dwana u sisa ntroduċiet sistema ta' taxxi fuq taxxi u ħlas fuq ħlas u r-riżultat tagħha jirrifletti ruħu f'żieda fl-ispejjeż tan- negozju.", "Is-Segretarju Parlamentari jista' ma jabqilx miegħi pero' fil-fond ta' qalbu, speċjalment meta kien ikun preżenti għal dawk il-laqgħat mal- Prim Ministru, jaf x'taħwid din il-liġi qiegħda toffri lin-negozjant.", "Ma nistgħux ma neħduhiex kontra dawn ir-reklami għaliex dawn huma maħsuba biss biex jirikattaw speċjalment lil dawk li joffru servizz, lil dawk li jipproduċu, kif ukoll lill-bejjiegħa ta' l-istess servizz.", "Huma reklami - nerġa' nsostni dak li għidt il-bieraħ - li permezz tagħhom qegħdin noħorġu lil tal-ħwienet ħallelin.", "Qegħdin inġiegħlu lill-konsumatur jipprova jemmen li l-prodotti roħsu pero' fil-fatt dawn ma jkunux roħsu.", "Dan kollu huwa roħs dan huwa finta għaliex l-ispejjeż tan-negozju għolew.", "Madam Speaker, ix-xogħol qed jieqaf, qiegħed ibati s-suq u l-Gvern se jispiċċa jiġbor inqas taxxi.", "Se nispiċċaw inżidu l-qgħad u permezz ta' dawn l-affarijiet se noħolqu problemi kbar fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jiena żammejt lill- Onor. Gavin Gulia responsabbli mhux biex nitgħajjar jew inkella biex inkun negattiv iżda għaliex għandi fiduċja fih.", "Nemmen li bit-terms of reference li għandu fil-qadi ta' dmirijietu, bħala segretarju parlamentari għas-self employed, hu jista' jagħti kontribut f'dan is-settur.", "Jiena għamiltlu dawn il-mistoqsijiet.", "Meta kien se jqum dalgħodu biex jitkellem, ħsibtu li kien se jirrispondi pero' ma rrispondiex.", "Dawn il-mistoqsijiet jien nagħmilhom fil-pubbliku sabiex il-pubbliku, b'mod inġenerali, jevalwa kemm dawn ir- reklami huma prodott ta' gvern serju.", "Jiena staqsejt ukoll jekk il-Gvern ħax permess mill-industrijalisti li l- prodotti tagħhom qegħdin jidhru fir-reklami, speċjalment tat-television, u li skond il-kalkoli tal-Gvern il-prezz tagħhom roħos.", "It-tweġiba ma smajthiex.", "Il-Gvern jaċċetta li permezz tal-liġi tad-dwana u s-sisa huwa għabba lin-negozju b'taxxi fuq taxxi u saħansitra wasal biex talabhom lura flus li kienu tħallsu bħala refunds tal-VAT?", "Jammetti l-Gvern li din l- ispiża tar-refund li trid titħallas lill-gvern min-negozjant hija spiża fuq kull negozju, u llum jew għada trid titħallas għaliha mill-konsumatur?", "Fil- kalkoli tiegħu ta' kif qed jallega li l-prezzijiet roħsu, il-Gvern qed jikkalkula ż-żieda fl-ispejjeż tan-negozju?", "Qed jikkalkula li mhux kull negozju għandu l-istess spejjeż?", "Mhux kull negozju jista' jbiegħ prodott b'dak il-prezz li l-Gvern qed jikkalkula li jkun roħos jew li suppost roħos Jekk l-Onor.", "Gulia jaħseb li rrisponda għal dawn il-mistoqsijiet meta dalgħodu qal li issa r-retailers mhux jiġbru l-flus għall-gvern kull tliet xhur, bħalma kienu jagħmlu permezz tal-VAT, jiena ngħidlu li dik ir- risposta hija ħrafa oħra.", "Hija parti minn informazzjoni żbaljata.", "Ir- retailer, bis-sistema preżenti, qed iħallas it-taxxa lill-gvern u mbagħad jiġborha minn fuq il-konsumatur.", "Din hija l-verita'.", "Illum il-ġurnata mhux ir-retailer li jħallas il-VAT wara li jkun ġabarha, wara li jkun sar il-bejgħ kull tliet xhur pero' ir-retailer li qed iħallas it-taxxa lill- Gvern u mbagħad dan l-istess retailer jew negozjant, jiġbor minn fuq il- konsumatur mal-bejgħ it-taxxa li jkun ħallas lill-Gvern.", "In-negozjant irid jiġbor it-taxxa lill-Gvern minn fuq il-konsumatur.", "Saħansitra wkoll irid jiġbor it-taxxa ta' prodotti li dak l-istess retailer jikkalkola li mhux se jinbiegħu jew li se jintilfu.", "B'hekk ir-retailer se jispiċċa jħallas iktar milli jkun ġabar.", "Madam Speaker, ir-retailer bil-cash register kien u bil-cash register għadu.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li ma' dan żdied il-ħlas ta' l-ETP fuq it- turnover.", "Aħna rridu noqogħdu attenti għax għandna sitwazzjonijiet - l- Onor. Gavin Gulia dawn ma semmihomx - li marru iktar għall-agħar milli kienu.", "Fil-fatt f'parti mill-editorjal ta' \"The Retailer\" - volume 13 issue 5 - insibu lill-GRTU tgħid hekk:", "\"Mhux biss il-wholesaler baqa' mgħobbi bil-ġbir fit-taxxa daqskemm kien qabel iżda tilef il-vantaġġi li kellu taħt il-VAT għax ir-refund issa m'huwiex fuq kollox, anke jekk 5% ETP hija net mhux gross bħalma kienet il-15% VAT.", "Iżda xorta waħda l-wholesaler se jibqa' bl- ispejjeż bħalma huwa fuq is-servizzi li huwa jixtri u li fuqhom jeħel l-ETS u l-prodotti l-oħra li fuqhom jeħel l-ETP\".\"", "Madam Speaker, illum id-diffikultajiet kbar li għandna fis-settur tan- negozju se jirithom ir-retailer li min-naħa tiegħu se jgħaddihom lill- konsumatur.", "Punt importanti ieħor li rridu nifhmu huwa li settur kbir mir-retailers huma importaturi.", "Fil-fatt dawn ukoll għandhom il-problemi tagħhom li żdiedu meta tneħħiet il-VAT.", "Jien nixtieq nikkwota parti oħra mill-istess editorjal ta' \"The Retailer\" li għadni kif semmejt, liema editorjal jittratta dwar l-importaturi li huma wkoll distributuri u retailers.", "Dan jgħid hekk:", "\"Permezz ta' dawn it-taxxi l-ġodda aħna ħloqna problemi kbar.", "Ikun vantaġġ li t-taxxa prinċipali titħallas at source u l-oħra titħallas wara iżda l-biċċa l-kbira ta' l-82% ikkomplikat l-affarijiet wisq.", "Nifhmu li din hija s-sitwazzjoni li għandna bħalissa f'pajjiżna u nawgura li din is-sitwazzjoni ma tkompliex u biex dan isir kulħadd irid jagħmel dmiru biex dawn id-diffikultajiet joħorġu iżjed fil-beraħ u kulħadd jitkellem dwarhom.\".", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 16 ta' Lulju fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mil-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "7138.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mas-Servizz Ċivili kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm kienu dawk ingaġġati ġodda kull sena u kemm kien in-numru ta' dawk illi rtiraw kull sena fl-istess żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella li tipprovdi l-parti l-kbira ta' l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Jien infurmat li dawn il-figuri ma jinkludux lil dawk l-impjegati tal-Gvern li kienu mpjegati b'kuntratt jew fuq bażi part-time/casual.", "Lanqas ma jinkludu lill- membri tal-Forzi Armati ta' Malta.", "Jien infurmat ukoll li l-informazzjoni dwar in-numru ta' mpjegati tal- Gvern li jirtiraw mis-Servizz Pubbliku meta jkunu laħqu l-eta tal-pensjoni bdiet tinżamm ukoll mill-Management and Personnel Office b'effett mill-1996.", "Għalhekk, għas-snin ta' qabel, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru sabiex jitlob din l-informazzjoni lid-Dipartiment tat-Teżor u tas- Sigurta Soċjali.", "MSIDA - ŻVILUPP", "7139.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta kif inhuwa maħsub illi jsir żvilupp fl-area sa maġenb id-dar ta' l-anzjani fl-Imsida kif ukoll l- area ta madwar Ċensu Farrugia Str, Msida?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kopja tal-pjanta li turi kif inhuwa maħsub l- iżvilupp fl-area maġenb id-dar ta' l-anzjani fl-Imsida tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - TOBBA FIL-GP SERVICE", "7140.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba part-time fil-GP Service llum?", "Kemm jitħallsu s-siegħa?", "Kif jaħdmu u kemm ħadmu sigħat wieħed wieħed fix-xahar ta' Ġunju?", "Kemm minn dawn il- part-timers jaħdmu bil-lejl fil-festi u f'weekends?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bħalissa hemm 13 -il tabib li qed jaħdmu part-time fil-general practitioner service.", "Dawn jitħallsu bir-rata ta' Lm 3.75 fis-siegħa għal xogħol li jsir matul il- ġimgħa u bir-rata ta' Lm 5.00 għal xogħol li jsir fil-Ħdud u festi pubbliċi.", "Il-ħinijiet tax-xogħol huma dawk miftehma mad-Dipartiment sa massimu ta' 12 - il siegħa fil-ġimgħa.", "Matul ix-xagħar ta' Ġunju kien hemm 19 - il tabib jaħdmu part time u il- ħinijiet tax-xogħol kienu mqassma kif jidher fuq il-lista li ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' PATOLOĠIJA", "7141.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi diversi persuni li qed jattendu l-polyclinics għas-servizz tal-patoloġija qegħdin jgħidulhom li għandhom bżonn ta' xi suletti speċjali, jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li għandhom bżonn dawn is-suletti humiex intitolati għalihom b'xejn?", "Dan qed nistaqsih għaliex anke fil-każ fejn dawn kellhom il-karta r-roża qalulhom ukoll li dawn kellhom jinxtraw mill-privat.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-Suletti (orthotics) preżentament ma jinħadmux mid-dipartiment tal-Padoloġija u m'humiex provduti b'xejn l-anqas lill min għandu il-karti r-roża.", "DELIMARA - PARK NAZZJONALI", "7142.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid ta min hija l-art illi fuqha se jinbena l-park nazzjonali ta' Delimara?", "Fil-kas ta' persuna privata li għandha l-art fl-area indikata u tuża din l-art għall-kaċċa jew insib, din se tkun tista' tagħmel dan wara li jinbena l-park?", "Jekk hemm art ta' persuni privati fl-area msemmija, din se tiġi approprjata mill- Gvern għal skopijiet pubbliċi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - KAĊĊATURI/NASSABA MRESSQA L-QORTI", "7143.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kaċċaturi u nassaba mtellgħin il- Qorti mill-ewwel tas-sena 'il hawn xahar b'xahar?", "X'kienu r-regolamenti li allegatament kisru dawn il-persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li n-numru ta' kaċċaturi u nassaba mtellgħin il-Qorti bejn Jannar u Ġunju 1997 kien ta' 57.", "Tabelli bit-tagħrif mitlub tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "WIED IL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "7247.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6355?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Breakdown tan-nefqa ta' Lm 1.3 miljun li huwa stmat li se jintnefqu fuq xogħlijiet li se jsiru fuq Wied il-Qlejja (Chadwick Lakes) hija kif jidher hawn taħt:", "1997 Lm 600,000 1998 Lm 300,000 1999 Lm 300,000", "SPORTS - INIZJATTIVI SPORTIVI", "7248.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb issa l-mistoqsija parlamentari numru 6796?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - GĦALLIEMA B'SUĠĠETTI XJENTIFIĊI", "7249.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6797?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6797 f'seduta 94.", "PEMBROKE - TALBA GĦALL-GĦOTI TA' GROUND", "7250.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6735?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6735 f'seduta 94.", "INIZJATTIVI KULTURALI - KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI", "7251.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6795?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORTS", "7252.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6233?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6233 f'seduta 94.", "VAT - DĦUL TAL-GVERN", "7336.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul tal-Gvern mill-VAT sat-30 ta' Ġunju, 1997 matul din is-sena?", "Minn liema kategoriji ta' xogħol daħlu dawn il-flus?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul mill-VAT bejn Jannar 1997 u t-30 ta' Ġunju, 1997 kien:", "Dħul (Gross) Lm51,401,844 Rifużjonijiet Lm11,156,670 Dħul (Net) Lm40,245,174", "Minn din is-somma, Lm38,998,621 ġew ittrasferiti fil-kont konsolidat tal- Gvern, filwaqt li s-somma ta' Lm1,246,553 inżammet bil-Below The Line A/C sabiex ikunu jistgħu jitħallsu rifużjonijiet tal-VAT.", "L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "7337.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni b'diżabilita' li fil-fatt sabu jaħdmu permezz ta' l-ETC fil-perijodu 1/11/96 u t-30/6/97?", "X'tip ta' xogħol fil-fatt sabu dawn il-persuni?", "F'liema grad daħlu jaħdmu dawn il-persuni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul il-perjodu ta' l-1 ta' Novembru 1996 u t-30 ta' Ġunju 1997, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet ix-xogħol għal 39 persuna b'diżabilita' li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Dawn il-persuni daħlu jaħdmu fix-xogħlijiet u l-gradi kif jidhru hawn taħt:-", "Cleaners 5 Nursery Labourers 2 Trimmer 1 Operators 3 Clerks 3 Crew Members 2 Sander 1 Counter Hand 1 Glass Sculptor 1 Room Attendants 3 Support Clerk 1 Handyman 1 Usher 1 Data Entry Operator 1 Cook 1 Inspector 1 Machine Operator 1 Assistant Clerks 2 assistant Cook 1 Driver 1 Kitchen Assistant 1 Houseman 1 Stores Assistant 1 Kitchen/Porter 1 Patissiere 1 Machinist 1", "KORPORAZZJONI PARASTATALI - PERSUNI TRASFERITI", "7338.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni minn korporazzjonijiet parastatali li fil-fatt l-MPO ta l-permess biex ikunu jistgħu jiġu trasferiti jew seconded ma' ministeri tal-Gvern?", "Mil-liema korporazzjonijiet huma dawn il-persuni?", "Mil-liema lokalita' huma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li diġa tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "7183 u nżid li l-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma jħossx li huwa meħtieġ li tinżamm ukoll informazzjoni dwar l-indirizz privat ta' dawn l- impjegati.", "SALINI - DRENAĠĠ", "7339.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex fl-inħawi ta' Salini (Kennedy Grove) qed ikun hemm riħa qawwija tad-drenaġġ?", "Jista' l- Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kellu jsir f'dawn l-inħawi u li fil- fatt baqa' ma sarx?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SALINI/QAWRA - TINDIF TA' KANAL", "7340.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir it-tindif tal-kanal tas-Salini u l-Qawra?", "Saret xi stima dwar kemm jiswa dan ix-xogħol?", "Meta hu mistenni li jinġabru dawn l-istimi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Preżentament inħareg kuntratt biex isir intervent fuq is-sistema tad-drenaġġ fis-Salini fejn se jinbidlu 350m tul ta' pajpijiet.", "Dan meħtieġ biex jinqatgħu ħsarat li għaliha suġġetta s- sistema l-qadima.", "Wara li jitlesta dan ix-xogħol id-Dipartiment jikkonsidra li jibda t-taħmil tal-kanal għal ħabta ta' April tas-sena d-dieħla.", "Dan iż-żmien ikun tajjeb biex jippermetti l'użu ta' braken fit-trasport ta' ħama, lejn dumping sites permessi.", "Biex isir dan ix-xogħol iridu jiġu pprovduti il-fondi neċessarji kif ukoll issir applikazzjoni biex jinħareġ il-permess relattiv mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-użu ta' pompa ħalli tiżdiet iċ-ċirkulazzjoni f'dan il- kanal.", "Ix-xogħol ta' taħmil ta' dan il-kanal u stallazzjoni ta' pomp huwa maħsub li jiswa madwar Lm70,000.", "Dan jinkludi iffurmar ta' kanal mhux usa minn 10m u huwa intiż biss li jerġa joħloq iċ-ċirkulazzjoni ta' l-ilma.", "PARKS", "7341.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal it- tfassil tal-parks li tagħhom kien hemm wirja riċentement?", "Jista' l- Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol konness ma' dawn il- parks?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se tkun l-ordni ta' prijorita' li se tintuża f'dan il-każ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-pjanti li saru sa issa qed ikunu raffinati fuq is-suġġerimenti li saru wara l-wirja li kien hemm.", "Ix-xogħol huwa maħsub li jkun jista' jibda wara li dawn il-proġetti jiġu approvati mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar, iżda l-ebda xogħol m'hu mistenni li jsir qabel is- sena d-dieħla.", "GĦAWDEX - OPERATURI TA' COACHES", "7374.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għaliex operaturi ta' coaches f'Għawdex dan l-aħħar ġew awtorizzati jixtru route buses mhux skond l- ispecifications rikjesti mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex dawn jintużaw bħala coaches għall-użu minn turisti f'Għawdex?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li meta fil-bidu tas-snin disgħin kienet ttieħdet id-deċiżjoni li għandhom jibdew jinbidlu l-karozzi tal-linja qodma, dawk il-kumpaniji li wrew interess li jipproduċu karozza ideali għall-kundizzjonijiet ta' Malta, kienu ntalbu jipproduċu u jġibu Malta prototype' ta' din il-karozza.", "Minn dawn kienu nġiebu ħamsa, mibnija fuq l-ispeċifikazzjonijiet oriġinali li kienet ħarġet l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku, u suppost li l-għażla kellha ssir minn fosthom.", "F'daqqa waħda, sena u nofs ilu l-Awtorita' iddeċidiet li tibdel l- ispeċifikazzjonijiet u marret għal karozzi tal-linja super-low-floor' bil- konsegwenza li dawk il-prototype buses' spiċċaw kienu nbnew għalxejn.", "Jiena nfurmat ukoll li dan l-aħħar, wara li sar il-ftehim bejn il-Gvern u l-Gozo Bus Owners Association, l-aġenti tal-kumpaniji li kellhom il- prototype buses, flimkien, talbu permess mill-Awtorita' biex ikunu jistgħu jbiegħuhom peress li kellhom talbiet għalihom minn sidien f'Għawdex.", "L- Awtorita' dehrilha li għandha tilqa' din it-talba bil-kundizzjoni li f'dawn il-karozzi tkun stallata s-sistema ta' l-arja kundizzjonata.", "Dan sar biex tonqos il-ħsara li saret lill-kumpaniji li bagħtu dawn il-karozzi wara li nbidlet il-policy għal waħda favur is-super-low-floor buses, kif ukoll għaliex il-coaches f'Għawdex jintużaw kemm għal xogħol bla skeda kif ukoll għal xogħol bi skeda.", "BORD TAL-KOPERATTIVI - LAQGĦAT MAL-PROPRJETARJI TAL-ĦWIENET", "7375.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6716 dwar Bord tal- Koperattivi dwar il-laqgħat mal-proprjetarji tal-ħwienet żgħar, jista' l- Ministru jgħid jekk kienx il-Bord tal-Koperattivi li beda l-laqgħat exploratorji msemmija fit-tweġiba tas-7 ta' Lulju?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Bord kellu talba minn għadd ta' propjetarji tal- ħwienet żgħar għall-laqgħa exploratorja, u din saret b'sodisfazzjon kbir għalihom.", "QASAM TAL-BIEDJA", "7376.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6717 dwar turisti - qasam tal-biedja, jista' l-Ministru jgħid meta bejn wieħed u ieħor se jsiru l-attivitajiet li semma fit-tweġiba tas-7 ta' Lulju?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Twaqqaf kumitat li qiegħed iħejji preparamenti għall-dawn l-attivitajiet.", "Fil-fatt intbagħtet ittra lill fuq min 40 għaqda volontarja fil-qasam tal-Biedja, Sajd, Ortikoltura, Trobbija ta' l-annimali eċċ, biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa biex ikun jista jibda jitwettaq dan il-pjan.", "RAĦĦALA - KORDINAMENTI MAL-MARA TAD-DAR", "7377.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6719 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tas-7 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid:- 1) kemm hawn ħwienet liċenzjati biex ibigħu ċanga friska minn dak li jirriżulta mill-kwestjonarju li sar; 2) kemm s'issa nħarġu ċertifikati mill-Biċċerija lil dawk is-sidien li jkunu xtraw ċanga friska; 3) kemm s'issa ħarġu awtorizzazzjonijiet lill-ħwienet tal-laħam mid-Direttur tas-Servizz Veterinarju;; 4) kemm saru spezzjonijiet fil-ħwienet biex jiġi żgurat li l- konsumatur qiegħed ikollu servizz ta' iġjene li jiggarantixxi l-aqwa kwalita' ta' laħam frisk; 5) meta se jiġi mniedi l-programm ta' marketing aħjar tal-laħam permezz ta' riċetti li jitqassmu mill-ħwienet tal-laħam lin- nisa tad-dar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAL-CASUALTY", "7378.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ingħataw xi sura ta' kura mill-Casualty Department fl-Isptar San Luqa matul ix-xahar ta' Mejju?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:", "ATTENDENZA FIL-CASUALTY", "Surgical 4382 Medical 1837 Paediatrics 894 ENT 238 Opthalmic 704 Gynae 115 Dental 161 Psychiatric 45 FTA 16 Surg.", "Adm.", "722 Med.", "Adm 643 Paed.", "Adm 206", "Operazzjonijiet 43", "Titjiriet bil-helicopter 3", "Sejħiet għall-Ambulanzi Stand by 734 W/Out Nurse 386 False Call 29 Kkanċellati 42", "F.T Clinic 362", "SPTAR SAN LUQA - IMPJEGATI", "7379.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati fl-Isptar San Luqa u x'inhu x-xogħol/grad/kariga tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess tagħrif dwar l-Isptar Monte Carmeli u l- SVPR?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' mpjegati maqsuma f'kategoriji ta' gradi fir-Residenza ta' San Vincenz de Paule huwa 939.", "Il-grad jew il-kariga msemmija tidddeskrivi, b'mod ġenerali, ix-xogħol li jagħmel kull impjegat.", "(a) fost il - 4 Airport Attendants hemm wieħed li qed jaħdem ta' xufier waqt li t-tlieta l-oħra jagħmlu xogħol ta' fattiga.", "(b) fost il- 5 Postpersons hemm 2 li qed jagħmlu xogħol klerikali, wiegħed qiegħed fuq maintenance, waqt li 2 oħra qegħdin jaħdmu fil-Laundry Section.", "In-numru ta' nies impjegati w il-grad tagħhom fl-Isptar San Luqa u fl- Isptar Monte Carmeli ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA - GENERAL PRACTITIONERS", "7380.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn general practitioners f':- a) Malta; u b) f'Għawdex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: F'Malta ma jeżistix reġistru speċjaliżżat ta' General Practitioners.", "Mir-Reġistru Mediku jirriżulta illi n-numru ta' tobba li joqgħodu Malta u li wara isimhom jew għandhom kwalifi fil-General Practice jew ma għandhom l-ebda post-graduate qualification hu :", "a) f'Malta 732", "b) f'Għawdex 43", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "7381.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?", "Minn liema belt u raħal jew pajjiż barrani huma ġejjin, flimkien man-numru ta' inmates għal kull lokalita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba. tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - TFAL LI JOĦORĠU QABEL IS-16-IL SENA", "7382.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet it-talba magħmula lid-Dipartiment għall-Eżenzjonijiet sabiex tfal jitilqu qabel mill- iskola u kemm fil-fatt ingħtaw eżenzjonijiet f'dawn l-aħħar erba' snin ta' l-iskola skolastika?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TA' QALI ACTION PLAN - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "7383.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern rigward il-proposti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fit-Ta' Qali Action Plan rigward faċilitajiet sportivi nazzjonali/internazzjonali fir-rigward ta':- 1) basketball (NWTQ 6) - estensjoni; 2) cycling (NWTQ 8) - għat-tfal, għar-rikreazzjoni u għall-elite sport; 3) athletics (NWTQ9) - marathon; half marathon, grass running track għal cross country u 400m synthetic running track; 4) football - estensjoni training facilities (NWTQ10); 5) model aircraft flying - estensjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - DRUG CONTROL SECTION", "7384.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara li d-Drug Control Section fid-Dipartiment tas-Saħħa ma jingħatawx struzzjonijiet tant inflessibbli li ġġiegħel lill-ħaddiema jkunu tant diffiċli ma' l-applikanti għal control card?", "Jaf il-Ministru li applikanti ġew mibgħuta lura għax minkejja li kellhom l-ID card fuqhom, kellhom in-numru ta' l-ID mhux imniżżel fl-applikazzjoni?", "Il-ħaddiema ma setgħux jiktbu n-numru huma fuq l-applikazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-ħaddiema tad-Drug Control Section jimxu dejjem skond l-istruzzjonijiet maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Ninsab kuntent ħafna li l-ħaddiema jobdu struzzjonijiet u ma naħsibx li huma inflessibli.", "Infakkar lill-Onor.", "Inrepellant li mingħajr Identity Card ħadd ma jista jinqeda kif ukoll ħadd ma jista jbiddel, iħassar jew jimmarka xi ħaġa fuq applikazzjoni ta' tabib.", "Meta xi ħadd iniżżel numru ta' Identity Card fuq applikazzjoni din tkun b'kaligrafija differenti u għalhekk dan jista jagħti lok għall-abbuż.", "F'materja daqstant importanti daqs kemm hi l-ħruġ ta' control card għall-mediċini narkotiċi u psikotropiċi m'għandhiex ikun hemm lanqas l-iċken dubju li l- partikularijiet tal-pazjent huma l-veri tiegħu.", "Hu għalhekk li d- Dipartiment jimpjega nies biex jiċċekkjaw u joħorġu control cards.", "Kopja ta' ċirkulari maħruġa mid-Direttur tas-Saħħa Pubblika f' Jannar 1996 li titratta dwar formuli ħodor għax naħseb li hi relatata mas-suġġett minnek imqanqal tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "ŻERRIEGĦA TAL-PATATA - IMPORTAZZJONI", "7390.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-importazzjoni ta' żerriegħa tal-patata għall-istaġun tas-sajf li jmiss (is-sena d-dieħla), jista' l-Ministru jgħid xi proċedura u x'kontrolli se jiġu wżati biex is-suq ma jiġix saturated b'ammont ta' żerriegħa li b'mod abbużiv tista' tintuża bħala patata għall-ikel ħalli b'hekk la jbatu l-bdiewa u lanqas il-konsumaturi?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'tip ta' żerriegħa tal-patata se tiġi mportata u mil-liema pajjiżi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Biex ma jiġrix dak li fil-fatt ġara s-sena l-oħra, meta s-suq ġie mifqugħ b'ammont żejjed ta' żerriegħa tal-patata, li tħalliet tiġi mpurtata mingħajr ebda kontroll, qegħdin isiru diskussjonijiet ma' dawk kollha konċernati u ma' l-Għaqdiet tal-Bdiewa biex l-ammont ta' patata taż-żriegħ impurtata tkun tirrifletti kemm jista' jkun l-ħtiġijiet tal-konsum lokali u għall-esportazzjoni.", "BDIEWA - ESPORTAZZJONI TA' PATATA", "7391.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1980 sa 1996, kemm kien il-prezz kull qantar imħallas lill-bdiewa li esportaw: (a) patata tax-xitwa; u (b) patata tas-sajf?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BIĊĊERIJA - BAQAR", "7392.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6471, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru (rjus) totali ta' baqar li tniżżlu għall-qatla l-biċċerija fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-aħħar ta' Diċembru fit-tliet snin (3) li għaddew (sena b'sena)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' baqar li tniżżlu għal qatla fil-biċċerija fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-aħħar ta' Diċembru, 1994-1996 huwa skond it-tabella hawn taħt:", "Year Malta Għawdex Total", "1994 1324 207 1531 1995 1893 130 2023 1996 1610 114 1724", "DIPARTIMENT TAL-BIEDJA - BINI TA' ĠIBJUNI", "7393.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Biedja għandux il-ħsieb li jibni ġibjuni għall-ħażna ta' run off water (għal skopijiet ta' irrigazzjoni) b'koperazzjoni mal-Ministeru tax-Xogħlijiet u jekk fl- affermattiv: (a) fejn hu maħsub li jinbnew dawn il-ġibjuni; u (b) kemm huwa l-vot allokat għal dan l-iskop fis-sena rikorrenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-Dipartiment tal-Biedja m'għandu l-ebda proġett ta' bini ta' ġibjun għall-ħażna ta'ilma tax-xita għal skopijiet ta' tisqija fis-sena rikorrenti.", "GĦAWDEX - IRZIEZET TAT-TJUR", "7394.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6636 fejn intqal li fil- gżejjer Maltin hawn 89 razzett (Għawdex) u 331 razzett (Malta) li ġew innotifikati mad-Dipartiment tas-Servizz Vetarinarju, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm minn dawn l-irziezet tat-tjur huma koperti bil-permessi kollha meħtieġa skond il-liġi; u (2) jgħid ukoll jekk uħud minn dawn l- irziezet tat-tjur għandhomx \"biċċerija\" magħhom u, jekk fl-affermattiv, kemm huwa n-numru ta' dawn l-irziezet li għandhom biċċerija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tkun tista' tingħata meta jkunu saru l-ispezzjonijiet fuq l-irziezet kollha.", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI VETERINARJI - MIŻURI ĠODDA", "7395.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6472 fejn intqal fir- risposta li \"l-bejgħ taċ-ċanga friska f'dawn l-aħħar snin baqa' jitbaxxa\", jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju taċ-ċanga friska kull kilo fis-snin 1980 - 1996 sena b'sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija numru 7395 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - TRASFERIMENTI/PROMOZZJONIJIET", "7412.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7040, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet l-OPM Circular rigward transfers u promotions u meta saru l-ħatriet tal-managers u tal-General Manager rispettivament tal-Housing Authority u b'seħħ minn meta saru dawn il-ħatriet?", "Meta nxtraw l-karozzi l-ġodda tal-Housing Authority sena b'sena f'dawn l- aħħar tliet snin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Peress li l-Awtorita' tad-Djar hija awtonoma ma taqax taħt OPM Circulars fir-rigward ta' transfers u promotions.", "Il-ħatriet saru b'effett mill-ewwel ta' Settembru 1996.", "Wara sejħa għall-offerti, fid-19 ta' Settembru 1996, il-Bord approva x-xiri ta' tlett karozzi tad-Ditta Daewoo.", "ĦAL FAR - CIRCUIT RACING", "7413.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-Gvern ċaħad it-talba tas-circuit racing għal track f'Ħal Far; u peress li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Ta' Qali Action Plan qegħda tipproponi li l-Motor Racing track għal auto cross ma tibqax f'Ta' Qali għax temmen li major impact sports għandhom jingħataw konsiderazzjoni f'Wied Fulija jew Tal-Merħla jew Landrijiet jew Magħtab jew Ta' l-Aħrax Quarry (Armier), (NWTQ16), jista' l-Ministru jgħid x'inhu l- ħsieb tal-Gvern rigward track għas-circuit racing f'wieħed minn dawn l- lokalitajiet proposti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUMMISSJONI GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI - (REF.", "OPM/144/1987/II/302)", "7419.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għaliha huwa ma aċċettax ir- rakkomandazzjoni ġustifikata tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji fil-każ imsemmi fl-ittra tad-Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru, li ġġib id-data tal-25 ta' April, 1997 (Ref.", "OPM/144/1987/II/302) u mibgħuta lill-persuna konċernata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif ġie nfurmat ir-rikorrent, jiena m'aċċettajtx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji f'dan il-każ wara li, bħalma kien jiġri qabel, ikkunsidrajt l-aspetti kollha tal-każ.", "Jiena ħassejt li l-kummenti, il-pariri u r- rakkomandazzjonijiet li saruli qabel wasalt għal din id-deċiżjoni saru b'sens ta' responsabbilta u mingħajr ebda preġudizzju.", "ŻWEĠIJIET", "7420.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid ta' liema nazzjonalita' kienu l- barranin li żżewġu ma' Maltin bi żwieġ ċivili fl-1995, 1996 u sal-31 ta' Mejju, 1997?", "Kemm mill-Maltin li żżewġu barranin, bi żwieġ ċivili, huma nisa u kemm huma rġiel?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.", "MEDITERRANEAN CONFERENCE CENTRE - ĦATRA TA' CHIEF EXECUTIVE", "7421.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema studju wasal il-proċess li nbeda qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996 u ġie sospiż kawża ta' l-istess elezzjoni dwar il-ħatra ta' chief executive tal-Mediterranean Conference Centre?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadu kemm inħatar Interim Board of Management li assuma r-responsabilita tal- management tal- Mediterranean Conference Centre mill-1 ta' Lulju, 1997.", "F' dan il-kuntest ma emmx lok li jinħatar Chief Executive fl-MCC.", "SELMUN - GRUPP ACCOR", "7422.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-grupp ACCOR se jieħu post il-Maritim fit- tmexxija tal-lukanda Selmun?", "Jekk iva, x'inhuma r-raġunijiet li wasslu għat-tmiem tal-ftehim mal-management Maritim?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ACCOR humiex interessati ukoll f'Ħal Ferħ u f'proprjetajiet oħra turistiċi attwalment immexxija mill-Air Malta jew soċjetajiet sussidjarji tagħha?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: It-tmiem tal-ftehim mal-Maritim sar fi żmien l- amministrażżjoni preċedenti infatti l-ittra ta'terminażżjoni iffirmata mill- ex Chairman J.N. Tabone iġġib id-data ta' l-24 ta' Lulju 1996.", "Għaldaqstant naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf aktar minni x'kienu r- ragunijiet li wasslu għat-tmiem ta' dan il-ftehim.", "Il-kumplament tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali.", "ITS - DIRETTUR", "7423.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-avviż għall-applikazzjoni għal kariga ta' direttur ta' l- ITS, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-avviż ġie maħruġ mill-NTOM meta l- ingaġġ ta' personnel fl-ITS hu regolat bil-kondizzjonijiet ta' l-impjiegi mal-Gvern u jirrikjedi l-involviment tal-PSC?", "Jista' l-Ministru jgħid x'sehem kellha u/jew se jkollha l-PSC fil-proċess li jwassal għall-ħatra ta' direttur?", "Kemm u min mil-leading staff ta' l-ITS għandu esperjenza ta' seba' snin xogħol ta' tmexxija ta' lukandi ta' ħames jew erba' stilel?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ingaġġ ta' Direttur ta' l-ITS huwa fuq bażi ta' kuntratt għall-tlett snin u l- applikanti huma mistennija li jkollhom esperjenża vasta fil-Hospitality Management.", "L-avviż tas-sejħa ħareġ mill-NTOM bħalma kien isir qabel per eżempju fil-każ ta' l-impjieg ta' Lecturers u Assistant Lecturers.", "NOFS IN-NHAR TA' MALTA - LOCAL PLANS", "7424.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġiex stabilit time-frame sabiex jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' tfassil ta' Local Plans għaċ-ċentru u għan-Nofs in-Nhar ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "BARRIERI", "7425.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema barrieri qegħdin jintużaw għal rimi ta' skart ta' kostruzzjoni u x'tariffi qegħdin jintalbu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Barrieri li jistgħu jintużaw għar-rimi ta' skart huma dawk li jkunu elenkati minn żmien għal żmien mid-Dipartiment tal- Protezzjoni ta' l-Ambjent fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent.", "S'issa ma hemm l-ebda tarifffi stabbiliti.", "AIR MALTA - TITJIRIET GĦALL-ISTATI UNITI", "7426.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-Air Malta għax-xhur li ġejjin għat-titjiriet bl-ajru bejn Malta u l-Istati Uniti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6919.", "AJRUPORT - SIGURTA'", "7427.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi aspett ta' sigurta' fl-ajruport ta' Malta li m'huwiex aċċettabbli għall-Gvern ta' l-iStati Uniti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda aspett ta' sigurta' fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li mhux aċċettabli għall-Gvern ta' l- Istati Uniti.", "Il-miżuri ta' sigurta' fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta huma skond lis-Standards and appropriate Recommended Practices contained in Annex 17 to the Convention on International Civil Aviation, kif ġie ċċertifikat mill-FAA, US Department of Transportation, stess.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - MULTI LEVEL JUNCTION", "7428.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet għall-multi level junction ħdejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PJAN TA' STRUTTURA - MONITORING REPORT", "7429.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux konxju tal-fatt li l-monitoring report tal-Pjan ta' Struttura li qiegħed ikun studjat bħalissa huwa diġa' skadut għax ma jirriflettix il-politika ġdida dwar l-iSptar San Raffaele, il-housing f'Pembroke, xogħlijiet ta' toroq li saru f'Tal-Barrani, eċċ?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi ħsebijiet għandu sabiex dawn l- anomaliji ma jkomplux jirripetu ruħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "PULIZIJA - OVERTIME", "7432.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu dovut jew tħallas overtime lill-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar mill-1.1.96 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊITTADINI TA' NAZZJONALITA' RUSSA - VISA", "7433.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Minn mindu nbidlet il-policy dwar visa lil ċittadini Russi li żaru pajjiżna, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm xahar b'xahar ġew Malta persuni ta' nazzjonalita' Russa u kemm minnhom ingħatatilhom il-visa mill-airport stess?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - MACHINE READABLE PASSPORTS", "7434.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' machine readable passports li nbeda mill-Amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili, l-MSU u l-kumpanija li ntagħżlet biex tipprovdi s-sistema biex jiġu finalizzati l-kuntratti meħtieġa.", "Ninsab infurmat ukoll li dawn id-diskussjonijiet waslu fil-fażi finali.", "QRATI - ESPERTI TAL-QORTI", "7435.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma veri rapporti li dehru fl- Istampa li bħalissa hemm inkjesta għaddejja fuq ħlasijiet li saru lill- esperti tal-Qorti?", "Jekk huma veri, minn min hu kompost il-Bord ta' l- Inkjesta u min qed jiġi ndagat?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta meta jsiru?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nikkonferma li twaqqaf Bord ta' Inkjesta biex jirrapporta dwar ċerti ħlasijiet li saru għal xi rapporti tekniċi mqabbda mill-Qorti.", "Ma jidhirlix li hu għaqli f'dan l-istadju li nagħti iżjed dettalji.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI TA' ARTIJIET", "7436.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2386 u t-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex it- Lm13,000,000 dovuti bħala kumpens lis-sidien li tteħditilhom l-art mill- Gvern matul is-snin se jitħallsu?", "Kemm ġew ivvotati flus din is-sena għall- ħlas ta' dan il-kumpens?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Interpellanza numru 3274.", "Din is-sena ġew ivvotati LM 500 000 biex jitħallas parti mill-kumpens dovut.", "Dan hu l-istess ammont li kien qed jiġi allokat dan l-aħħar snin.", "QRATI - KAWŻI LI JINVOLU L-PRIM MINISTRU", "7437.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 201, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mid-9.12.96 kienx hemm kawżi oħra - mibdija qabel is- 26.10.96 - fejn il-Gvern ta' Malta kien attur jew rikorrent quddien il- Qrati Superjuri u l-kawża ġiet ċeduta jew kien appellant u ġie ċedut l- appell?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li mid-9 ta' Diċembru 1996 sa llum kien hemm erba kawżi fejn il-Gvern kien attur, rikorrent jew appellant li ġew ċeduti.", "Dawn kienu:", "Prim Awla Civili CGMO vs Gasan Insurance 11.03.97", "Prim Awla Civili CGMO vs Maurice Abdilla 14.03.97", "Prim Awla Civili Kontrollur tad-Dwana vs 19.05.97 Paul Camilleri", "Prim Awla Civili CGMO vs Gasan Insurance 23.05.97", "PTA - UNIFORMI ĠDIDA TAX-XUFIERA", "7446.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid min ħareġ bil-mudell ta' l-uniformi l- ġdida tax-xufiera tat-trasport pubbliku u kemm tħallas għal dan ix-xogħol?", "Dan il-persuna/jew persuni kkonsultaw rwieħhom ma xi mudelli oħra ta' trasport pubbliku barranin?", "Wara dan, se tingħata responsabbilta' għal uniformijiet oħra ta' dipartimenti oħra?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-uniformi l-ġdida li bdew jilbsu x-xufiera tal-karozzi tal-linja ntagħżlet mill-Għaqda tas-Sidien tal- Karozzi tal-Linja u kienet approvata mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "L-Awtorita' qed tinsisti mas-setturi kollha dwar il-ħtieġa li x- xufiera jkollhom uniformi.", "L-Awtorita' tħalli, bħal dejjem, f'idejn dawn is-setturi biex jagħżlu huma l-uniformi, bl-approvazzjoni ta' l-istess Awtorita'.", "Sakemm ma tingħażilx uniformi differenti, ix-xufiera kollha li jaħdmu fid-diversi setturi tat-trasport pubbliku huma obbligati jilbsu l- uniformi eżistenti li tikkonsisti f'qalziet blu u qmis ċelesti, li fuqha, fix-xitwa, jintlibes jersey blu.", "ITS - KARIGA TA' DIRETTUR", "7453.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk biex persuna tokkupa l-kariga ta' direttur ta' l-ITS għandux ikollha taħlita ta' esperjenzi sew fit-tmexxija ta' oqsma fit- turiżmu bħal per eżempju, lukandi u ħolqien u żvilupp ta' fergħat oħra mill- prodott turistiku kif ukoll esperjenza fit-tmexxija ta' istituzzjonijiet akkademiċi fil-qasam tat-turiżmu kif ukoll tagħlim, b'enfasi kemm tista' tkun inġenti bejn iż-żewġ aspetti?", "Jekk il-Ministru mhuwiex ta' din il- fehma, jista' jagħti r-raġunijiet għaliex ma jaqbilx?", "Jekk jaqbel, jista' jgħid għaliex fis-sejħa għad-direttur ITS tissemma esperjenza ta' 7 snin tmexxija ta' lukandi u xejn dwar kwalifiki akkadmiċi u esperjenza didattika?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Naqbel ma' l-ewwel parti tal-mistoqsija u ngħid lill-Onor.Interpellant li fl-aħħar parti tal-mistoqsija huwa żbaljat.", "Nistieden lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għas-sejħa għall-post ta' Direttur ITS, u jikkonferma li r-rekwiziti mitluba jkopru fost affarijiet oħra kwalifici akkademici li jsostnu l-esperjenża, kif ukoll li l-persuna magħżula għandha jkollha l-abbilita li tirrelata mas-sistema Edukattiva f'Malta fost ħwejjeġ oħra.", "TAXXI ĠODDA - LOTTERIJA ABBINATA MA' L-IRĊEVUTI", "7454.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' jiġi spjegat kif jittellgħu in-numri tal-lotterija abbinata ma' l-irċevuti wara l-introduzzjoni tat-taxxi l-ġodda?", "Dawn jittellgħu 12-il numru wieħed wieħed jew inkella tliet numri minn tlett gruppi differenti, viż wieħed ta' 31 numru (1-31) għat-tlugħ tan-numru li jikkonċerna d-data, wieħed ta' 100 (0-99) għal dak li jikkonċerna ċ- ċenteżmi u wieħed minn fost ir-registration numbers tat-taxxa tal-ħwienet?", "Kemm hu n-numru ta' ħwienet reġistrati għal dan il-għan?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numri tal- lotterija abbinata ma' l-irċevuti jitilgħu b'sistema kompjuterizzata.", "B'din is-sistema, l-ewwel jitilgħu tmien numri li jkopru n-numru tar- reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment.", "Wara jitilgħu n-numri li jkopru dak il- perijodu li jiġi qabel titla dik il-lotterija partikulari (e.g.", "1 sa 15 u 16 sa l-aħħar tax-xahar).", "Fl-aħħar jitilgħu n-numri li jkopru ċ-ċenteżimi li jidhru fuq l-irċevuta (00 sa 99).", "Hemm madwar għaxart elef stabbiliment reġistrati għal dan il-għan.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "7455.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7059, jista' l-Ministru jgħid:- it-8 każi marbuta mal-vizzju tal-logħob kemm kellhom żmien; 1) każ b'każ meta daħlu l-isptar Monte Carmeli l-ewwel darba; jew 2) każ b'każ meta kellhom l- ewwel appuntament tagħhom fil-Psychiatric Out-patients; jew 3) każ b'każ meta daħal għall-ewwel darba fil-Psychiatric Unit skond liema ġara l-ewwel?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Minħabba illi n-numru ta' pazjenti f'din il- kategorija huwa żgħir ħafna u faċilment jistgħu jiġu ddentifikati individwi bi ksur ta' kunfidenzjalita' medika, ma nħossx illi din l-informazzjoni għandha tingħata.", "Jekk l-Onor kollega jħoss illi din l-informazzjoni hija essenzjali ħafna jista jagħmel kuntatt dirett mad-Direttur tal-Psikjatrija fl-isptar Monte Carmeli.", "KENNIESA", "7456.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6878 li saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali u mbagħad lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward l-impjieg ta' kenniesa mal-Gvern fil-preżent peress li n-numru ta' kunsilli lokali li qed imorru għal mechanised sweeping kulma jmur qed jiżdied?", "Jista' jsir użu aħjar minn dawn in-nies, bħal tindif minn materjal goff, per eżempju, f'widien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali għandhom jitolbu knis manwali u għaldaqstant it-taqsima Ndafa Pubblika rebħet l- biċċa l-kbira ta' l-offerti maħruga s'issa.", "Fil-ftit, każi fejn intilfu l-kuntratti tal-knis, il-ħaddiema ġew ittrasferiti f'postijiet oħra u ngħataw xogħol ta' tindif.", "ENEMALTA - KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "7457.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti figuri tal-każijiet ta' dixxiplina fil- Korporazzjoni Enemalta, xahar b'xahar, matul l-1996 u l-ewwel sitt xhur ta' l-1997?", "Kemm kien hemm (jekk kien hemm) każijiet riferuti lil xi awtorita' oħra, per eżempju, pulizija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠURNALI LOKALI - INFORMAZZJONI", "7458.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega kif dehret informazzjoni f'diversi gazzetti meħuda mid- data taċ-Ċensiment, meta dan għadu ma ħariġx?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SKEJJEL - ĦADDIEMA", "7468.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm transfers ta' ħaddiema li qabel kienu fit-taqsima tal-Maintenance Unit u li ntbagħtu fl- iskejjel xi xhur ilu?", "Kemm minn dawn il-ħaddiema ġew trasferiti fil-Works Division jew f'xi dipartiment ieħor?", "Kemm hemm talbiet pendenti mingħand dawn in-nies biex jieħdu transfer?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fis-sezzjoni tal-Manutenzjoni tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni minn dejjem kien hemm numru ta' ħaddiema jaħdmu f'diversi skejjel.", "Biex is-sezzjoni titmexxa aħjar saret riorganizzazzjoni u l-228 General Hands intbgħatu jaħdmu jew fl-iskola tar-raħal tagħhom jew f'dik ta' l-eqreb lokalita'.", "Id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ħasset il-bżonn li biex is-servizzi ta' 75 impjegat jiġu utilizzati aħjar, jintbagħtu 74 fis-sezzjonijiet tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni u mpjegat wieħed fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "F'din ir-riorganizzazzjoni l-maġġoranza assoluta ta' dawn il-General Hands sabu posthom u qegħdin kuntenti fix-xogħol tagħhom.", "Hemm numru żgħir li għal skopijiet diversi jixtiequ jiċċaqalqu mill-iskola fejn illum qegħdin jaħdmu.", "Id-Diviżjoni qed tagħmel mill-aħjar biex fejn tara li l-ilment ikun ġustifikat tilqa' t-talba.", "SKEJJEL - ĊERTIFIKATI TA' MARD", "7469.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ċeritifikati ta' mard ta' tfal ta' (a) ġimgħa, (b) ġimgħatejn, (ċ) tliet ġimgħat, u (d) aktar minn tliet ġimgħat matul is-sena skolastika li għadha kemm spiċċat?", "Isir xi monitoring ta' dawn iċ-ċertifikati mill-Welfare Section tad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI", "7470.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi quddiem il- Qorti li fihom hemm involuta d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Kemm minnhom huma miġjuba mid-diviżjoni u kemm minnhom huma miġjuba kontra d-diviżjoni?", "Jista' l-Ministru jagħti fil-qosor is-suġġett ta' dawn il-kawżi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "FORZI ARMATI - MEMBRI", "W792.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi l-inqas rank ta' membru tal-Forzi Armati huwa dak ta' gunner, jidhirlu l-Prim Ministru li dan m'huwiex terminu korrett?", "Gunner huwa l-inqas membru fir- rank ta' reġiment ta' artillerija, għaldaqstant jidhirlu l-Prim Ministru li dawk ir-riferenzi bħal gunner, lance bombardier u bombardier għandhomx jiġu sostituti f'terminu aktar addattat, bħal suldat ta' l-infanterija (jew private), lance corporal u corporal u dawk li huma fis-sezzjoni ta' l- enġiniera jiġu msejħa sapper eċċ bħalma jsir f'armata Ingliża li fuqha l- AFM hija modellata?", "ONOR.", "ALFRED SANT:Filwaqt li napprezza l-eżattezza ta' l-Onor.", "Membru ġejt mogħti parir li ma jkunx jaqbel li jinbidlu n-nomenklaturi.", "Minħabba li l-membri tal-Forzi Armati ta' Malta jagħmlu xogħol li jappartjeni mhux biss lil kull qasam ta' l-armata iżda wkoll, dejjem fil-limitazzjonijiet tagħna, dak marittimu u ta' l-ajru, l-istess nies jistgħu jiġu ppustjati b'mod flessibbli minn taqsima għal oħra skond il-ħtiġijiet tas-servizz.", "GĦaldaqstant huwa essenzjali li jinżammu l-istess nomenklaturi f'kull unita' jew taqsima.", "Dawk użati llum huma dawk tradizzjonalment l-izjed applikabbli.", "MOSTA - TRIQ ĠUŻEPPI HYZLER", "W794.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti l-inkarigu lid-dipartiment konċernat biex ikun irranġat spuction tad-drenaġġ li ma jingħalaqx sewwa fi Triq Ġużeppi Hyzler, fil-Mosta peress li din toħloq problema ta' iġjene?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ngħataw struzzjonijiet biex tiġi rranġata il- manhole msemmija fil-mistoqsija parlamentari.", "WSC - EXTRACTION TA' ILMA", "W797.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' extraction ta' ilma mill-aquifer ġurnata b'ġurnata mit-28.4.97 sa l-10.7.97, f'Malta u Għawdex f'daqqa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI", "W798.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trains/modules li nżammu standby fil-perjodu mit-28.4.97 sa l-10.7.97, ġurnata b'ġurnata, u ta kemm production capacity kienet kull train/module li kienet out of order?", "ONOR.CHARLES BUHAGIAR:Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - UFFIĊJALI", "W799.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6598, jista' l-Ministru jgħid liema Branch Heads tal-WSC ġew demoted għal managers u minn min kienu komposti l-Interviewing Boards li kienu mdaħħla f'dawn id-demotions?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19970716_097d_par.doc", "date": "1997-07-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 97 L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 97", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "97", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 1997", "WERREJ", "MINUTI 841", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 841", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 849", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GARANZIJI TA' SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR", "SMALL ENTERPRISES (LOAN GUARANTEE) BILL (IT-TIENI QARI) 850", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 862", "AĠĠORNAMENT 877", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 883", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 96 li saret fil-15 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PALAZZ TA' BIGHI", "4904.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 714, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji tal-Gvern rigward l-użu tal-palazz ta' Bighi u l-bini fuq ix- xellug tal-palazz ta' Bighi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi konklużjonijiet sa llum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7240 f'seduta 94.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PARENTAL LEAVE", "5934.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem L-Onor.", "Lawrence Gonzi) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm kien hemm nisa u rġiel impjegati fis-servizz pubbliku li bejn April, 1996 u April, 1997 ħadu parental leave ta' sena u career-break parental leave ta' tliet snin?", "Tista' din l-informazzjoni tinqasam skond id-dipartimenti differenti u skond il-grad ta' l-impjegati?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Wara li fis-Seduta Nru. 71 kont tajt tweġiba temporanja għal din il-mistoqsija, issa qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li jagħti t-tagħrif mitlub.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6571.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq pavimentazzjoni fil-proġett ta' Buġibba?", "Kemm-il metru kwadru ta' pavimentazzjoni sar fl-istess proġett?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): L-informazzjoni mitluba tinsab f'din it-tabella:", "|Promenade |16,000 |LM130,000 | | |sq.m. | | |Bay Square | 5,000 | | | | |40,000 | |Toroq |20,000 | | | | |160,000 | |Postijiet | 2,000 | | |oħra | |12,000 | |TOTAL |43,000 | | | | |342,000 |", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Jidhirlux il-Ministru li, mal-valur tal-bricks u mal- valur tal-materjal l-ieħor li ntuża biex tqiegħdu dawn il-bricks, għandha tiġi inkluża wkoll is-somma li tħallset għat-tqegħid?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-fatt jien ma nafx jekk din is-somma hijiex inkluża fis-somma ta' Lm342,000.", "Ovvjament dan ma jistax ikun jafu l-Ministru għax ikun jafu biss min jiġbor l-informazzjoni, pero' jkun tajjeb jekk wieħed josserva li kieku dan ix-xogħol ma sarx il-qagħda ta' Buġibba kienet tibqa' mwiegħra.", "GĦalhekk l-iktar importanti m'huwiex jekk f'din is-somma li tajt hemmx inkluża s-somma li tħallset għat-tqegħid tal-bricks imma li dan ix- xogħol sar u ta r-riżultat mixtieq.", "ART - MELLIEĦA - ADVENTURE CAMPERS ASSOC.", "6936.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment ta' l- Artijiet l-ewwel talab kera ta' Lm70 lill-adventure campers association għal biċċa art fil-Mellieħa - liema somma tħallset - iżda wara li bdew il- protesti mill-kunsill lokali għolla l-kera għal Lm2,160?", "Jista' l-Ministru jiġġustifika din id-differenza kbira u jgħid min għamel l-istima oriġinali ta' Lm70?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu kienx involut f'xi stadju dwar id-deċiżjoni fuq il-kera?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Id-Dipartiment ta' l-Artijiet qatt ma talab kera mingħand l- adventure campers association iżda ħlas, peress li dan kien każ ta' permess temporanju.", "Mill-bidu nett il-ħlas ġie ffissat għal Lm20 kuljum, li globalment jammonta għal LM2,160.", "Bi żball ġenwin l-iskrivana li ħarġet l-ittra, li kienet turi li d-dipartiment ma kienx se jkollu oġġezzjoni għat-talba ta' l- adventure campers association, ħadmet is-somma globali fuq ir-rata ta' Lm20 fix-xahar flok Lm20 kuljum, b'riżultat li l-ammont globali tela' għal Lm70.", "L-adventure campers association ġiet mgħarrfa b'din l-iżvista u tħallset id-differenza immedjatament.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-talba għal din l-art saritx b'tender jew ingħatatx by direct order?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni m'hijiex qiegħda fil-file peress li din id-domanda ma kenitx tagħmel parti mill-mistoqsija oriġinali, u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub biex ikun jista' jingħata tweġiba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-Ministru konċernat m'huwiex preżenti, il- Ministru Mizzi jirriżultalu mill-file jekk qabel ma ngħatat l-art kienx hemm konsultazzjoni ma' jew riferenza lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil- miktub għax fil-file m'għandix din l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Jirriżultalu l-Ministru mill-file li effettivament kemm il-pussess tal-proprjeta' kif ukoll l-ammont ta' Lm2,160 tħallsu meta kienet inħarġet biss letter of intent, li kienet soġġetta għall- approvazzjoni tal-kunsill lokali, tal-pulizija u tal-Planning Authority, u li ma sarux konsultazzjonijiet qabel ma ħarġet il-letter of no objection mil-Land Department?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, lili dan ma jirriżultalix għax il-mistoqsija oriġinali kienet tittratta dwar ħlas mill-adventure campers association u għalhekk din l-unika informazzjoni li għandi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: GĦallinqas mill-file il-Ministru jirriżultalu li l- irċevuta tal-ħlas ma saritx fuq din l-assoċjazzjoni imma fuq ċertu Silvio Abela, bħala l-major shareholder jew id-direttur tal-kumpannija Limited Liability Company, liema kumpannija timporta u tbigħ it-tined li jintużaw mill-adventure campers association?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-file dan ma jirriżultalix.", "Lill-Onor.", "Interpellant diġa' għidtlu x'informazzjoni għandi fil-file u għal kwalunkwe informazzjoni oħra li jrid nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "ART - MELLIEĦA - ADVENTURE CAMPERS ASSOC.", "6937.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet enforcement notice kontra l-Land Department dwar art fil-Mellieħa mogħtija lill- adventure campers association, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu xi passi dixxiplinarji interni kontra min naqas?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet enforcement notice kontra l-Land Department, kif inhi l-konswetudni meta l-gvern huwa sid l-art.", "L- enforcement notice kienet tirrigwarda ċ-change of use.", "Jien sodisfatt li ma kien hemm l-ebda nuqqas min-naħa tal-Land Department fl-ipproċessar tat-talba ta' l-adventure campers association u għalhekk ma hemm għalfejn jittieħdu l-ebda passi dixxiplinarji.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li x-xogħol ta' tħammil sar minn makkinarju tal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, wara li effettivament kienet diġa' ġiet aċċettata l-kera ta' l-istess proprjeta'?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, m'għandix din l-informazzjoni peress li din ma ntalbitx fil-mistoqsija oriġinali u allura m'hijiex qiegħda fil- file.", "Għalhekk għal darb'oħra nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub biex ikun jista' jingħata din l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, kif jista' l-Ministru jsostni li ma kienx hemm nuqqas min-naħa tal-Land Department meta nħarġet enforcement notice mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra tiegħu?", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar żgur li għandha r-raġunijiet tagħha għaliex ħarġet enforcement notice.", "Fir-risposta hemm li \"l-enforcement notice kienet tirrigwarda ċ- change of use\", jiġifieri żgur li ma saritx applikazzjoni għal change of use mil-Lands u allura bilfors li kien hemm xi nuqqas min-naħa ta' dan id- dipartiment.", "Allura l-Ministru kif qed isostni li ma kienx hemm nuqqas?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mhux bilfors li ma kienx hemm applikazzjoni imma jista' jkun li din ma ġietx ipproċessata.", "Jien noqgħod fuq l-uffiċjali tal-Land Deparment u ma naħsibx li dawn se jagħtu informazzjoni skorretta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Kif jista' l-Ministru ma jirriżultalux li l-Land Department naqas fi dmirijietu ġaladarba nħarġet enforcement order mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra tiegħu?", "Din qalha l-Ministru stess fir- risposta oriġinali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma nafx kif l-Onor.", "Interpellant qed jibqa' jinsinwa li kien hemm nuqqas meta diġa' għidtlu ċar u tond li ma kien hemm l-ebda nuqqas.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qal li dan mhux bilfors ifisser li ma saritx applikazzjoni mil-Land Department għal change of use.", "Allura l-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jgħidilna jekk fil-fatt saritx xi applikazzjoni għal change of use?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dażgur li m'iniex f'pożizzjoni li ngħid dan!", "Jien nassumi li saret applikazzjoni imma jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq li tinġabar ċerta informazzjoni l-ewwel ħaġa li għandha ssir hija mistoqsija parlamentari bil-miktub", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna x'file għandu?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax normalment minbarra l-file tal- mistoqsijiet parlamentari jkun hemm file li jkun jikkonċerna l-materja kollha biex il-Ministru jkollu l-opportunita' li jara x'ikun qed isir f'dak il-qasam.", "GĦalhekk huwa importanti li l-Ministru jgħidilna x'file għandu miegħu biex inkunu nistgħu niggwidaw ruħna aħjar.", "Madam Speaker, it-tieni ħaġa li xtaqt ngħid hija li jekk stess nassumu dak li assuma l-Ministru - allavolja ma kellu l-ebda dritt li jassumi dan - li saret applikazzjoni mil-Land Department għal change of use, żgur li jekk ħarġet enforcement notice l-applikazzjoni ma kenitx ġiet ipproċessata.", "GĦalhekk nistgħu nassumu wkoll li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma ħaditx deċiżjoni għax naħseb kieku l-awtorita' ma kenitx toħroġ enforcement notice.", "Allura x'inhi l-pożizzjoni tal-Land Department?", "It-tielet nett, issa li ħarġet enforcement notice mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar, x'inhi l-pożizzjoni tal-Land Department fir-rigward ta' dawk li għadhom qed jużaw is-sit għal camping?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għall-ewwel parti tad-domanda rrid ngħid li fil-file ikun hemm background information dwar il-każ, biex jekk il-ministru jiġi mistoqsi xi mistoqsija supplimentari dan jara jekk il-background information tkunx qed tagħti dik l-informazzjoni biex ikun jista' jirrispondi.", "Min-naħa l-oħra jekk fil-background information ma jkunx hemm l-informazzjoni rikjesta wieħed irid japprezza li l-ministru ma jistax ikun informat b'kollox u għalhekk ikun irid iġib din l-informazzjoni mid- dipartiment.", "Imma madanakollu ġieli jkun hemm każi fejn id-dipartiment jagħti risposti skorretti jew saħansitra tingħata risposta li ma tkunx tirrifletti l-verita'.", "Per eżempju, fi żmien il-Gvern preċedenti filwaqt li, meta jien kont għamilt mistoqsija parlamentari biex inkun naf x'movimenti kienu qed jagħmlu l-bastimenti fil-portijiet tagħna, ngħatajt risposta li din il- mistoqsija hija ta' natura kummerċjali u allura ma stajtx ningħata d- dettalji li kont tlabt, dakinhar stess fuq gazzetta lokali ġiet ippubblikata informazzjoni fuq il-movimenti tal-bastimenti kollha għal dawk il-15-il ġurnata.", "Qed insemmi dan il-każ għax ikun tajjeb jekk l-Onor.", "Interpellant ikun jaf dawn l-affarijiet u fil-fatt jien għalhekk qed nispjegalu.", "(Interruzzjonijiet)", "Hawn jien nixtieq nerġa' ntenni li m'għandix l-informazzjoni mitluba imma jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub naċċertah li din tingħatalu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jaf il-Ministru li f'dan is-sit partikolari sar xogħol b'makkinarju tal-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix xi nżid ma' dak li ntqal il-bieraħ u llum.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri l-Ministru mhux jeskludi li sar xogħol mill- gvern fuq dan is-sit?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien diġa' għidt li ma għandi xejn x'inżid ma' dak li ntqal il-bieraħ u llum.", "ART - MELLIEĦA - ADVENTURE CAMPERS ASSOC.", "7089.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas mitlub mid-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-biċċa art fl- Għadira sabiex din tintuża bħala camping site mill-adventure campers association, liema ħlas eventwalment inbidel?", "X'kienet ir-rata ta' ħlas ġdid mitlub mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?", "X'wassal għal dan il-bdil fl- ammont ta' ħlas mitlub?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Mill-bidu nett il-ħlas ġie ffissat għal Lm20 kuljum, li globalment jammonta għal Lm2,160.", "Bi żball ġenwin l-iskrivana, li ħarġet l-ittra li kienet turi li d-Dipartiment ma kienx se jkollu oġġezzjoni għat- talba ta' l-adventure campers association, ħadmet is-somma globali fuq ir- rata ta' Lm20 fix-xahar flok Lm20 kuljum b'riżultat li l-ammont globali ammonta għal Lm70.", "L-adventure campers association ġiet mgħarrfa b'din l-iżvista u tħallset id-differenza immedjatament.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif ġralu wkoll il-Prim Ministru preċedentement, il- Ministru bi żvista semma figura ta' Lm261,000 pero' naħseb li riedet taqra Lm2,160.", "Hux hekk?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: GĦandek raġun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Dwar dan diġa' staqsejt qabel imma ma ngħatajtx risposta.", "Jista' l-Ministru jgħidli għaliex ir-riċevuta ma' ħarġitx fuq l- association imma ħarġet fuq Limited Liability Company, li hija persuna legalment, għal kollox differenti minn din l-assoċjazzjoni?", "Għax allura sar żball ġenwin ieħor mil-Land Department!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jekk l-Onor.", "Interpellant irid li jiġi kkonfermat jekk sarx xi żball, nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub biex tinġabar l-informazzjoni u jkun jista' jingħata tweġiba.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Il-Ministru llum ta din ir-risposta ripetutament.", "L-ewwelnett il-Ministru li lilu tkun indirizzata l-mistoqsija parlamentari għandu jkun hawn għax hu jkun jaf il- kontenut tal-file.", "Barra minn hekk m'huwiex veru li l-ministri hawnhekk jiġu biss bid-domanda u r-risposta u xi ftit tal-background information.", "Fi żmenijiet oħra l-ministri kienu jkunu ppreparati bin-knowledge u bix- xjenza tal-file.", "Jien bħala prim ministru mhux darba u tnejn kont inġib miegħi files relatati mad-domanda li tkun saret u mhux niġi hawn, kif għamel il-Ministru Mizzi bid-domanda u r-risposta u xejn iktar imbagħad meta nistaqsuh xi ħaġa jgħidilna li fil-file ma jirriżultax.", "Madam Speaker, il-punt li qed nagħmel huwa li din hija domanda fuq kwestjoni li tqajmet fil-pajjiż u m'huwiex possibbli li l-Ministru ma jafx il-background kollu ta' dawn id-domandi li qed isiru.", "M'huwiex sew li jiġi ministru ieħor u jgħidilna li jrid jikkonsulta l-file u trid issir domanda oħra.", "Issa daħal il-Ministru Buhagiar u forsi jirrispondi għad- domandi li saru.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, m'huwiex sewwa li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jgħid li fil-file hawn biss il-mistoqsija u r-risposta għaliha għax, kif għidt diġa', hawn il-background information.", "Biss naċċertah li jekk hawn wieħed f'dan il-Parlament li għandu esperjenza tal-mistoqsijiiet supplimentari huwa jien u naf ukoll x'risposti kont nieħu għall- mistoqsijiet li kont nagħmel.", "Żgur li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jistax jgħid dak li qed jgħid għaliex ħafna drabi hu personalment ma kienx ikun preżenti f'din il-Kamra fil-ħin tal-mistoqsijiet.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tindirizzawx lil xulxin.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena nista' ngħid li meta kont nagħmel supplementary question ma kontx ningħata risposta li trid tinġabar l-informazzjoni imma ħafna drabi r-risposta li kont ningħata kienet tkun li l-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, imbagħad konna niskopru li dan m'huwiex minnu għaliex dik l-informazzjoni li nkun tlabt tkun ħarġet f'xi gazzetta lokali.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb li nkunu korretti!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Issa li hawn il-Ministru Buhagiar nispera li jkun jista' jirrispondina hu għax qabel ma daħal għamilna xi domandi li ma setgħux jagħtuna tweġiba għalihom.", "Il-mistoqsijiet tiegħi kienu dawn.", "Għaliex id-Dipartiment ta' l-Artijiet ħareġ riċevuta tal-ħlas fuq Limited Liability Company, li m'hijiex l-association?", "Biex ġiet invellata din l-art, intużaw il-ħaddiema u l-makkinarju tal- ministeru tax-xogħol u kostruzzjoni?", "Għallinqas jien, li rajthom fiżikament, nista' ngħid li dawn huma l-indikazzjonijiet li ġbidt.", "Wara li ħarġet il-letter of intent mingħand il-Land Department, fejn informawhom li se jagħtuhom il-proprjeta' mingħajr ma jsibu oġġezzjoni - meta dawn kellhom iġibu l-konferma tal-kunsill lokali u tal-pulizija - kif ħallsu l-kera qabel ma sar agreement tal-kirja u ngħataw il-pussess tal- proprjeta' qabel ma ġie ffirmat - jekk ġie ffirmat - il-lease agreement?", "Meta bniedem jara l-kumpless ta' kif isiru l-kirjiet, anke kull tliet xhur, kif ma ħarġitx tender għal din il-proprjeta' imma jidher li ngħatat b'mod dirett?", "Jien iċċekkjajt mal-Gazzetta tal-Gvern u sibt li fl-ebda post ma jirriżulta li ħarġet tender biex tingħata din il-proprjeta' lil xi kumpannija jew oħra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, jiddispjaċini li ma kontx hawn fil-ħin imma d- domandi li saru nista' nirrispondihom.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'għandix informazzjoni fil-file imma naf il-każ u ma naħsibx li l-Onor.", "Mizzi jaf il- każ daqs kemm nafu jiena.", "Nibda biex nirrispondi mhux biss għad-domandi li għamel l-Onor.", "Tony Abela imma anke għal dawk li għamlu l-Onor.", "Austin Gatt u l-Onor.", "Ċensu Galea, li staqsew x'sar irregolari meta nħarġet enforcement notice fuq id-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Issa din id-domanda kont nistenniha mingħand l-Onor.", "Austin Gatt imma mill-Onor.", "Ċensu Galea ma kontx nistenniha, għaliex l-Onor.", "Membru jaf li l-Planning Authority toħroġ enforcement notice fuq is-sidien ta' l-artijiet u mhux fuq min ikun il- kerrej.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, għandi point of order.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, on a point of order.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, qed nagħmel point of order għaliex jien m'għamilt l-ebda tip ta' domanda rigward l-enforcement notice.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, ir-raġuni għaliex ħarġet enforcement notice fuq il-Land Department m'hijiex għax il-Land Department għamel xi ħaġa ħażina imma minħabba li kien hemm change of use li m'għamlux il-Lands imma għamlu ħaddieħor.", "Din ħarġet f'isem id-dipartiment għax id- dipartiment huwa sid l-art u mhux neċessarjament għax l-irregolarita' saret mid-dipartiment innifsu.", "Biex inkompli nirrispondi fuq l-istess ħaġa, meta ħarġet in-no objection min-naħa tal-Land Department għat-talba li kellu fuq din is-site partikolari - mhux il-permess - din kienet soġġetta għal żewġ kondizzjonijiet.", "Il-kondizzjonijiet kienu li kellu jinġieb il-clearance kemm min-naħa tal-kunsill lokali kif ukoll min-naħa tal-pulizija.", "Meta rriżulta ċar li la l-pulizija u lanqas il-kunsill lokali ma kienu ħarġu l- clearance tagħhom din in-no objection treġġgħet lura.", "Jiġifieri llum il- ġurnata qegħdin f'pożizzjoni fejn min ingħata no objection fuq l-art itteħditlu n-no objection lura.", "Rigward il-kwestjoni tax-xogħlijiet li saru hemmhekk, nista' ngħid li dawn jinqasmu fi tnejn.", "Ix-xogħol ta' tindif li sar hemmhekk kien parti minn kampanja kontinwa li għamel id-dipartiment sabiex inaddaf ir-rubbish u l-ħmieġ li jinġabar f'ċerti bnadi tal-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) M'hu kumbinazzjoni xejn!", "Jekk tmur hemmhekk, u anke fl-areas ta' San Pawl il- Baħar u ċ-Ċirkewwa, tinnota li dan ix-xogħol qiegħed isir bħalissa.", "Dan huwa xogħol li jsir mid-dipartiment u naturalment meta jkun riesaq is-sajf ix-xogħol jiżdied fejn ikun hemm il-bajjiet.", "(Interruzzjonijiet) Appuntu l- Għadira hija bajja u bħalissa hemmhekk qiegħed isir ix-xogħol.", "Il-Gvern għandu pjan biex matul il-ġimgħat li ġejjin isir xogħol ta' embellishment fit-triq li tagħti mill-Bypass ta' San Pawl il-Baħar saċ- Ċirkewwa u fost oħrajn dan ix-xogħol jinkludi l-junction li hemm meta titla' mill-Għadira u tkun sejjer lejn iċ-Ċirkewwa, li hija verament kera, fejn hemm triq li tagħti għall-Armier u triq oħra tagħti għaċ-Ċirkewwa.", "Hemm il-ħsieb li l-problema li hemm f'din il-junction tiġi indirizzata.", "Dan m'huwiex xogħol faċli għall-fatt li hemmhekk għaddej il-main li ġej mir-reverse osmosis plant taċ-Ċirkewwa u jrid jiġi ddevjat, imma dan huwa parti mix-xogħol ta' riabilitazzjoni li jrid isir mill-Gvern matul il- ġimgħat li ġejjin.", "Ix-xogħol ta' tindif li sar appuntu huwa parti minn dan ix-xogħol ipprogrammat.", "Huwa veru li kien hemm rikjesta sabiex jinkrew inġenji tal-gvern ħalli jsir xogħol ta' invellar ta' biċċa art u din m'hijiex xi ħaġa ġdida.", "Jekk iridu, lill-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni nista' ngħidilhom kemm-il darba l-garaxx tal-gvern għamel xogħlijiet fuq rikjesti tal-privat, naturalment dan iħallas għalih il-privat u f'dan il-każ saret l-istess ħaġa.", "Kien hemm rikjesta sabiex jinkrew l-inġenji tal-gvern bid-driver b'kollox ħalli jsir dan ix-xogħol ta' invellar; din ir-rikjesta saret through normal procedures u inkrew l-inġenji tal-gvern, jidhirli għal ġurnata waħda.", "F'risposta oħra li ngħatat - ma nafx jekk inqratx diġa' - jingħad li hemm ħlas ma' din il-ħaġa.", "Bħalissa qed jiġi evalwat ix-xogħol li sar u se jintbagħat kont tax-xogħol li sar.", "Ma nafx għalfejn qegħdin nagħmlu plejtu għaliex hemmhekk intużaw inġenji tal-gvern.", "Din hija xi ħaġa li ssir regolari.", "Kull min irid jista' jikri l-inġenji tal-gvern bħalma jista' jikri inġenji tal-privat.", "Forsi l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni ma jafux imma rrid infakkarhom li, fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, l-Gvern tant kien jeħodha bis- serjeta' din li jrid idaħħal il-garaxx tal-gvern fil-privat illi fit-trade fair ta' xi tlieta jew erba' snin ilu sa brochures għamlu biex jippromwovu s-servizzi tagħhom lill-privat!", "Jiġifieri ma nistax nifhem x'kien hemm ħażin li jinkera makkinarju tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Tonio Borg, jekk trid nista' nagħtik il-brochure li qiegħed miegħi hawnhekk.", "Issa nagħtihulek wara s-seduta.", "Jiġifieri ma nafx għalfejn qed isir dan il-plejtu għax inkrew l-inġenji tal-gvern għal dan ix-xogħol.", "Rigward il-kwestjoni ta' kif saret it-talba għall-kirja, bħas-soltu ssir talba lill-Land Department, dan jevalwaha u jekk tkun għal oġġett temporanju ma toħroġx tender.", "Ma nafx minn fejn ġabuha din li trid toħroġ tender.", "Il-policy tad-Dipartiment ta' l-Artijiet m'hijiex li toħroġ tender għal short leases u intom tafuha din għax kontu hemmhekk qabel u suppost tafuhom l-affarijiet!", "Kull darba li jiġi xi ħadd biex jarma xi ħaġa għal tant żmien ta' short lease, skond intom trid tinħareġ tender?", "Le, m'hemmx għalfejn toħroġ tender.", "Imma issa, minħabba din il-kwestjoni li kien hemm, inbidlet il-proċedura kollha tal-Land Department - in-naħa l- oħra jafuh dan għax intqal anke fil-pubbliku - u qabel ma bniedem jiġi l- Land Department biex japplika għal xi ħaġa jrid iġib il-permess ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex darb'oħra ma jerġax ikollna problemi bħal dawn.", "Min-naħa tal-Land Department l-affarijiet saru kif suppost, imma min-naħa ta' min ħa l-kirja l-affarijiet ma komplihomx kif suppost.", "(Interruzzjonijiet) Il-fatt li dak is-site qiegħed jintuża biex fuqu jintramaw il-kampijiet huwa minnu, pero' naħseb li jekk min-naħa ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm enforcement notice li tgħid li dan ma jistax isir, din għandha tenforza l-ordni tagħha fuq min qiegħed jabbuża.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Madam Speaker, issa li għandna l-kelma tal-Ministru li l-Għadira hija bajja, jista' jkollna l-kelma tal-Ministru li l-proġett dwar id-drenaġġ fix-Xemxija li kien imħejji - anzi kien inbeda - fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti, se jitkompla?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, qed nieħu pjaċir li l-Onor.", "Hyzler għamel din id-domanda għax jagħtini ċ-ċans li nispjega ftit iktar l-affarijiet.", "Fil-fatt diġa' rriferejt għall-kwestjoni tad-drenaġġ li kien hemm fix-Xemxija meta xi jumejn ilu saritli domanda mill-Onor.", "Censu Galea fuq fawran ta' drenaġġ fl- inħawi tal-Miżieb.", "Hemmhekk għandna problema li m'hijiex tal-lum imma ilha ġejja ħafna snin.", "Fl-amminstrazzjoni preċedenti saret pumping station ġdida fil-Pwales li fiha żewġ pompi u minnhom joħorġu żewġ transmission mains li jagħtu għall- outfall taċ-Ċumnija.", "Jien ngħid li dan huwa xogħol tajjeb u kellu bżonn isir sabiex ma jkollniex flooding ta' drenaġġ fix-Xemxija, pero' li ma laħaqx ġie rranġat hu li dawn iż-żewġ transmission mains meta jaslu fil- Miżieb jispiċċaw - dawn huma żewġ katusi kbar - f'katusa waħda li hija iżgħar minn dawn it-tnejn f'daqqa bil-konsegwenza li, meta jitqabbdu ż-żewġ pompi tal-Pwales u allura jintużaw iż-żewġ pajpijiet, dawn jispiċċaw f'pipe wieħed li huwa iżgħar minn dawk it-tnejn u allura jkollna l-problema ta' l- overflow tad-drenaġġ.", "Biex isolvu din il-problema l-amministrazzjoni preċedenti riedu jagħmlu gallery li tgħaddi mill-Pwales għaċ-Ċumnija u minflok ma jgħaddu d-drenaġġ minn ġol-pajpijiet jgħadduh minn din il-mina.", "Effettivament wara ġie skopert li ma kenux saru l-istudji neċessarji - jiġifieri ma tantx għandna għalfejn niddejqu hawnhekk u ngħidu li sar skandlu kbir għax forsi ma sarx studju biżżejjed fuq xi ħaġa! - u nstab li jekk il-mina ssir kif suppost hemm il-possibbilta' li tikkawża ħsarat fl- aquifer u allura taffetwa l-għelieqi fertili li hemm f'dik l-area.", "Madam Speaker, Gvern Laburista ġdid waqqaf dan il-proġett partikolari għax qabel ma ssir din il-mina hemm bżonn li jsir environmental impact assessment.", "Allura ħarġet tender li bħalissa qed tiġi ppubblikata fil- Gazzetta tal-Gvern fejn qed jintalab servizz ta' konsulenza biex dawk kollha li huma nteressati jitfgħu l-offerta tagħhom sabiex jagħmlu l- konsulenza neċessarja, in relazzjoni max-xogħlijiet tad-drenaġġ li jridu jsiru fin-north ta' Malta.", "Malli jintgħażel il-konsulent dan se jiġi mogħti l-inkarigu mhux biss li jiddisinja t-transmission main mill-Pwales għaċ- Ċumnija imma wkoll jorbotha ma' allokazzjoni ta' l-impjant tas-sewage treatment.", "Għaliex?", "Għax jekk iċċaqlaq il-location ta' l-impjant tas- sewage treatment trid iċċaqlaq ukoll il-location tat-transmission main u allura dawn irbatnihom flimkien.", "Meta jitlesta x-xogħol min-naħa tal- konsulent imbagħad isir l-EIA fuq ix-xogħol li jkun propost u meta jiġi deċiż permezz ta' l-EIA li mhux se ssir ħsara ambjentali jiġi kkommissjonat ix-xogħol tal-bini, kemm ta' l-impjant tas-sewage treatment kif ukoll tat- transmission main.", "Aħna nipprevedu li dawn l-affarijiet kollha jsiru matul din is-sena.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijet għadda.", "Ngħaddi għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Mnistru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar persuni b'kuntratt ma' dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Prim Ministru, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6962.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' trade agreement iffirmat bejn Malta u ċ-Ċina fid-9 ta' Lulju 1997; u", "Informazzjoni dwar persuni b'kuntratt ma' dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6964.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-kuntratt ta' impjieg ta' messaġġier fil-Ministeru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6966.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GARANZIJI TA' SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR", "SMALL ENTERPRISES (LOAN GUARANTEE) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Lulju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gavin Gulia huwa in possession.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Segretarju Parlamentari): Grazzi, Madam Speaker.", "Peress li fadalli ftit ħin għad-dispożizzjoni tiegħi mhux se nirrikapitola dak li għidt il-bieraħ.", "Fis-suċċint dħalna fit-teknikalita' u l-mekkaniżmu ta' dan l-abbozz ta' liġi u tkellimna dwar kif applikant ikun jista' jibbenefika minn garanzija li tagħmillu l-Malta Development Corporation.", "Din il-miżura hija ntiża għal dawk l-individwi li meta japplikaw għand bank kummerċjali biex jieħdu loan konvenzjonali ma jkunux f'pożizzjoni li jagħmlu garanzija jew li jorbtu l-proprjeta' jew jagħtu garanziji personali.", "Għalhekk il-Malta Development Corporation tidħol għalihom sabiex tagħmel tajjeb għal din il-problema u li kieku ma kienx għal dan l- abbozz ta' liġi dik l-applikazzjoni kienet tfalli u l-applikant ma kienx ikollu l-benefiċċju li jieħu self assistit.", "Madam Speaker, nixtieq li fil- ftit ħin li fadalli nitratta d-diskussjoni dwar aspett aktar wiesgħa ta' l- għajnuna.", "Meta gvernijiet differenti minn żmien għal żmien jgħidu li jixtiequ jgħinu lill-intrapriża ż-żgħira, it-tentazzjoni hija li wieħed imur direttament fuq l-assistenza finanzjarja li naturalment hi l-aktar ħaġa li tiġbed l-attenzjoni.", "Hemm forom oħrajn ta' għajnuna - u ma nistax ngħid li ma sar xejn dwar dan - pero' jenħtieġ li jsir iktar għax nemmen li maż- żmien intilef ħafna ground li wieħed seta jirkupra sabiex din l-għajnuna finazjarja jkun jista' jagħtiha iktar laħam u serjeta'.", "Hawn qed nirriferi għall-fatt li jeħtieġ li min jibda intrapriża żgħira jew min qiegħed diġa' jiġġestixxi intrapriża żgħira, kemm min qiegħed iħaddem limited liability company kif ukoll min huwa sole trader li jaħdem f'ismu proprju, hemm bżonn li jkun imħarreġ aħjar fil-management skills.", "Jien nemmen li f'pajjiżna għad għandna din il-mentalita' li meta nkunu rridu nibdew naħdmu għal rasna jkun tajjeb li nakkwistaw liċenzja - per eżempju, fil-qasam ta' l-elettriku hemm l-licence \"A\" u l-licence \"B\" - u ngħidu li aħna kkwalifikati biex nistallaw apparat elettroniku, pero' ma nirrealizzawx li meta se niftħu negozju għal rasna jeħtieġ aktar mis-sapjenza li tkun taf kif tistalla apparat elettroniku imma jkun jeħtieġ ukoll li wieħed ikun jaf kif jiġġestixxi n-negozju tiegħu stess u dan nistgħu nakkwistawh biss bit- taħriġ fil-ħila maniġerjali.", "Madam Speaker, nemmen li hawn nuqqas ta' nies li jaħdmu għal rashom u li jafu kif jimmaniġjaw ir-riżorsi, il-cash flow, il-finanzi u r-riżorsi umani tagħhom.", "Jekk wieħed ma jkollux din l-organizzazzjoni jista' jsib problemi fil-ġestjoni tan-negozju tiegħu.", "Allura tista' ssib min għandu l- entużjażmu biex jibda u jkompli jiġġestixxi n-negozju tiegħu, għandu r- riżorsi available, għandu l-assistenzi finanzjarji li jagħtih il-gvern minn żmien għal żmien u minkejja dan kollu wara sena jibda jsib id- diffikultajiet sabiex ilaħħaq mal-ħlasijiet li jrid jagħmel lill-kredituri tiegħu jew biex jiġbor il-flus mingħand id-debituri tiegħu.", "B'hekk jinqabad f'matassa ta' compliance obligations li mbagħad itellgħulu l- compliance cost u jispiċċa jiġġestixxi n-negozju tiegħu b'mod diżorganizzat.", "Jien naħseb li jekk aħna nagħtu spinta fl-edukazzjoni tal-ħila maniġerjali u nallaċċjawha ma' l-għajnuna finanzjarja naħseb li nkunu qegħdin fit-triq it-tajba li ngħollu l-istandards ta' dawk li jaħdmu għal rashom.", "Dan huwa mportanti għaliex il-vantaġġi huma two way, kemm għall-gvern stess u kif ukoll għal min hu self-employed.", "Għalfejn?", "Għaliex meta l-gvern ikun qed jagħti l-assistenza finanzjarja jrid jagħtiha tajjeb u mhux kemm jaqbad jagħti hand outs u ma jkunx jaf jekk il-persuna li se tibbenefika minn dawn il-faċiltajiet tkunx abbli fil-ġestjoni tan-negozju tagħha.", "Hawn nista' nieħu l-eżempju ta' ftit snin ilu meta fl-1989, taħt l- amminstrazzjoni preċedenti, kienet saret is-self-employed scheme.", "Din kienet idea tajba u kien hemm aċċess għal din l-iskema minn dawk in-nies li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-Reġistru tax-Xogħol.", "Jiġifieri dik l-iskema kient miftuħa għal Tom, Dick and Harry u allura ma tkunx taf jekk dak li jkun għandux il-kwalifiki meħtieġa sabiex jiġġestixxi negozju.", "Din l-iskema kienet tintitola lill-beneficiary li jieħu grant ta' madwar Lm500 mill-ministeru tal-politika soċjali u mbagħad seta' jibbenefika wkoll minn self sussidjat mingħand bank kummerċjali u l-gvern kien jagħmel tajjeb anke permezz ta' garanzija.", "Ġara li kien hemm ħafna nies li tqaċċtu minn fuq ir-reġistru tax-xogħol u dawn marru biex jibbenefikaw minn din l-iskema, imma llum skoprejt li fil-fatt din l-iskema ġiet abbundata mill-amminstrazzjoni preċedenti għaliex naturalment ma bdietx taħdem għax ma sarx monitoring tajjeb u allura wieħed ma setax ikun jaf kemm minn dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol qabdu xogħol bħala self-employed.", "Fil-fatt għad hemm il-problemi għaliex minn riċerka li għamilt skoprejt li hemm bejn Lm300,000 u Lm400,000 mill-flus li ħareġ il- Bank of Valletta li għad iridu jinġabru .", "Jekk tmur għand l-MDC, għand il- Bank of Valletta jew għand l-ETC kollha jgħidulek li ma jafux x'sar minnhom.", "Jiġifieri monitoring ma sarx u dak kien każ fejn litteralment il- gvern minflok ma għen ta hand outs ta' xejn b'xejn.", "Il-bieraħ ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija jgħid li l-affarijiet iridu jsiru bis-serjeta' u fl- abbozz ta' liġi stess hemm klawsola li tgħid li, minkejja li jkun hemm persuna who runs a qualifying activity, mhux bilfors li se jingħata dik il- faċilita'.", "Huwa mportanti li l-persuna li tikkwalifika għal dan is-self assistit tkun persuna serja u hawnhekk niġi għall-argument ta' kif se nkejlu min hu serju, jiġifieri liema persuna hija idonea biex tikkwalifika għal dan is-self assistit.", "Jien naħseb li l-mod ta' kif nistgħu nkejlu dan huwa proprju bil-ħila ta' dik il-persuna fil-management fejn inkunu nafu li din il-persuna almenu jekk ma jkollhiex l-esperjenza jkollha l-kwalifiki meħtieġa sabiex tiġġestixxi n-negozju tagħha.", "Allura huwa tajjeb li nibdew nallaċċjaw l-edukazzjoni ma' l-assistenza finanzjarja u fil-fatt minn din il-perspettiva huwa tajjeb li ngħid li f'Malta hemm bżonn li nibdew is- sistema tan-national vocational qualifications.", "Din hija sistema ta' ċertifikazzjoni għal min irid jaħdem f'okkupazzjoni partikolari li diġa' teżisti fl-Ingilterra, fil-Ġermanja u fi Franza.", "Hawn Malta din nistgħu nibdewha permezz tat-Training and Employment Services Act.", "Skond artiklu 41 ta' dan l-Att, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jista' jagħmel regolamenti sabiex jibdew joħorġu dawn in-national vocational qualifications.", "Hija ħasra li minn mindu twaqqfet l-Employment and Training Corporation ma sarux regolamenti f'din id-direzzjoni, imma ninsab fiduċjuż li matul din il-leġislatura se naraw l-ewwel regolamenti li jwaqqfu n-national vocational qualifications.", "Dan huwa mportanti għaliex in-national vocational qualifications jistgħu juruk li persuna hija kkwalifikata biex tagħmel attivita' partikolari.", "Per eżempju, l-Ingliżi diġa' qegħdin jiżviluppaw in-national vocational qualifications anke għal small businesses u dan ikun ċertifikat li jurik li l-persuna patikolari hija kapaċi tmexxi n-negozju tagħha.", "Riċentement kont mistieden għal seminar tajjeb ħafna li ġie organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ fejn espert Ingliż ipparteċipa fid-diskussjoni u kkonferma li l-Ingliżi waslu fl-istadju li joħolqu dawn in-national vocational qualifications għal small businesses.", "Dan l-espert ikkonferma wkoll li l-banek Ingliżi qegħdin iħarsu lejn in-national vocational qualifications anke biex jagħtu faċilitajiet bankarji.", "Jiġifieri persuna mhux la kemm tmur quddiem bank u tgħidlu li trid tiftaħ negozju jew li qed tiġġestixxi negozju u għandha bżonn tant flus, għax il-banek Ingliżi se jaslu fl-istadju li jitolbu n-national vocational qualifications ħalli jaraw xi kwalifiki għandha l-persuna li qed titlob l-assistenza.", "Madam Speaker, matul is-snin imxejna ħafna 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-assistenza finanzjarja.", "Permezz ta' l-emendi li saru għall- Industrial Development Act u anke permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi tajna spinta qawwija, pero' nħoss li we lost pace f'dak li għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni fil-ħila maniġerjali u naħseb li wasal iż-żmien li nagħtu attenzjoni sħiħa f'dan ir-rigward sabiex we make up for lost ground.", "Jien nemmen li wieħed ma jistax iħares lejn l-għajnuna finanzjarja u l- edukazzjoni fil-ħila maniġerjali bħala xi ħaġa separata imma dawn iridu jimxu pari passu biex jgħinu lil xulxin.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin inkopru dak li ma kienx ġie covered bl-emendi li saru għall-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali u issa għandna bażi soda ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-assistenza finanzjarja għall-intrapriża żgħira għax frixna s- sodda għal investiment aħjar.", "Issa rridu nagħtu spinta fl-edukazzjoni maniġerjali biex ikollna xenarju sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- intrapriża ż-żgħira li tkun tista' twassal għal livelli aktar għoljin fis- settur tas-self-employment.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Madam Speaker, kif diġa' qalu dawk li tkellmu qabli minn din in-naħa tal-Kamra, aħna naqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi, għalkemm mill-punto di vista tiegħi ma fhimtx għaliex kellu jitressaq.", "Qed ngħid dan fis-sens li l-poter li l-MDC tagħmel dawn it-tip ta' garanziji diġa' jeżisti fl-istatut tagħha, ċioe' permezz tal-liġi li twaqqafha.", "Jekk naraw artiklu 8 ta' Kap 202 insibu li fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħha l-MDC għandha l-obbligu li tiggarantixxi self u avvanzi lill-industriji.", "Allura bilfors li wieħed jistaqsi għaliex kellna nressqu abbozz ta' liġi meta fl- aħħar mill-aħħar kulma qegħdin ngħidu huwa li l-MDC se tgħin lill- industriji verament żgħar biex jakkwistaw self mill-banek.", "Fil-verita' l-MDC m'hu se toħroġ xejn, ħlief li naturalment se tieħu ċertu riskju li se titħallas tiegħu, għaliex fil-fatt l-MDC se titħallas 0.5% over and above ir-rata ta' imgħax li se jħallas in-negozjant lill- bank.", "L-MDC qed tagħti għajnuna lil dawk li ma jsibux garanzija minn x'imkien ieħor pero' wieħed jidħollu dubbju kemm fil-fatt din hija verament għajnuna.", "Jien xi kultant niddubita kemm ikun iktar faċli meta ma tgħaddix mill-għarbiel tal-bank u tmur għand xi ħadd ieħor biex jagħtik garanzija.", "Ma ninsewx li, kif qal il-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu, din suppost se tkun a security of last resort.", "Jien nawgura li tkun a security of last resort pero' min-naħa l-oħra qed tidħolli l-biża' li din se tkun xi mezz ta' kif il-banek jibdew ifarfru iżjed mill-applikazzjonijiet daqsxejn riskjużi li jkollhom.", "Aħna lkoll nafu kemm il-banek ħafna drabi jevitaw li jieħdu ċerti riskji u forsi għal kull applikazzjoni li ssirilhom jibdew jibagħtu lil dak li jkun iġib garanzija mingħand l-MDC.", "Allura dak il-bank manager li sa ċertu punt irid imur id-dar b'moħħu mistrieħ jibda jibagħtek għand l-MDC u fil-verita' minflok ma jkun qed jgħinek ikun qed iżidlek id- dewmien u jkun qed jgħaddik min għarbiel ieħor forsi bla bżonn.", "Jien nawgura li ma jsirx hekk u nawgura li l-banek ikunu responsabbli iżjed, pero' rrid nirreġistra din il-preokkupazzjoni tiegħi għaliex meta wieħed ikun diġa' ġie ffaċċat b'ċerta attitudni mingħand il-bank jibda jidħollu d- dubju li jekk se tagħtihom din it-tieqa minn fejn joħorġu se jaħtfuha b'idejhom it-tnejn.", "Sinjura President, jien diġa' esprimejt l-opinjoni tiegħi li sa ċertu punt dan l-abbozz ta' liġi ma kienx hemm bżonnu - għaliex l-MDC diġa' kellha dan il-poter mill-funzjonijiet stabiliti fil-liġi - pero' ladarba tressaq u aħna qed naqblu miegħu, ta' min jara x'se jkun l-effett tiegħu, għaliex fil-verita' x'hemm bżonn li l-MDC tagħti self jew tiggarantixxi self iktar milli hemm fil-liġi?", "Allura ovvjament wieħed jibda jidħollu d- dubju li l-poteri li l-MDC diġa' kellha issa ġew limitati.", "Fil-verita' fl- istatut ta' l-MDC ma kien hemm l-ebda limitu biex tagħmel dawn it-tip ta' garanziji.", "Mela filwaqt li wieħed fit-teorija seta' jmur għand l-MDC minħabba li l-bank ma jkunx sellfu għaliex ma kellux biżżejjed security, l- MDC skond il-policies li setgħu jistabilixxu d-diretturi tagħha setgħet tagħmel dawn l-affarijiet.", "Il-fatt li ma tagħmilhomx hija kwestjoni oħra, pero' biżżejjed ngħid li skond l-istatut ta' l-MDC din tista' ssellef kemm trid u jagħmel tajjeb għaliha l-ministru direttament mingħajr il-bżonn li jiġi fil-Parlament.", "Voldieri jien għandi d-dubji tiegħi dwar il-bżonn li ngħaddu liġi f'dan is-sens.", "Il-Ministru qed jgħid ukoll li din il-garanzija se tkun xi tip ta' letter of comfort għall-manager tal-bank.", "Kollox sew, ma nafx x'forma eżatt se tieħu din il-garanzija imma qed nifhem li se tieħu forma ta' letter of comfort.", "F'dan il-kontest nawgura li din il-letter of comfort ma tiġix użata bl-istess mod kif ġiet użata din il-ġimgħa stess mill-Ministru Debono Grech fil-kontest tad-diretturi tal-Posta.", "Dik kienet forma ta' rikatt oxxen li jien naħseb li għad jitniżżel fl-istorja bħala wieħed mill-iktar atti krudili ta' gvern fil-konfront tad-diretturi appuntati minnu stess.", "GĦalhekk nawgura li dawn il-letters of comfort ma jintużawx b'dan il-mod għaliex ma tantx inħossni komdu bil-kelma \"comfort\"!", "L-Onor.", "Bonnici fl-invervent tiegħu qal li biex nissellfu sa Lm21,000 stajna nduru fuq l-IDA u issa permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi nistgħu nissellfu sa Lm10,000 u l-gap ma ħsibniex għaliha.", "L-Onor.", "Gulia mbagħad qal li ħsibna għaliha fis-sens li jekk kemm-il darba tħallas lura ammont mill-Lm10,000 li tkun issellift tista' terġa' tissellef sa Lm10,000 oħra.", "Il-verita' hi li forsi kien ikun iżjed għaqli kieku minflok ma għamilna ceiling ta' Lm10,000 konna nivvalutaw il-proġett skond il-feasibility tiegħu u nagħtu garanziji skond il-valur u l-mertu tal-proġett.", "Jien qed nassumi li jekk dawn l-applikazzjonijiet se jgħaddu mill-IPSE, kif issuġġerixxa l-Ministru, dawn se jistudjaw il-proġett skond il-valur tiegħu u mhux se jgħidu: Ara, aħna nistgħu nagħtu sa Lm10,000, mela jekk dan għandu għajnejh blu nagħtuh u jekk għandu għajnejh ħomor ma nagħtuhx u viċi versa!", "Ma naħsibx li dak se jkun il-kriterju.", "Naħseb li l-kriterju se jkun il-valutazzjoni, jiġifieri kemm huwa validu l-proġett.", "Allura jien forsi hawnhekk ma tantx naqbel li għandna nillimitaw ruħna għal Lm10,000.", "Ladarba se nilleġislaw, allura iktar naqbel li għandna nagħmlu ceiling fuq kemm l-MDC għandha toħroġ garanziji, għaliex jekk tara l-liġi ssib li m'hawn xejn li jillimita l-poter ta' l-MDC li tiggarantixxi Lm500 miljun għall-argument.", "Aħna qegħdin il-ħin kollu preokkupati b'din l-idea li se ngħinu liż-żgħir.", "Jien għandi daqsxejn ta' ossessjoni għaliex inħossni xi ftit migdum li dan il-Gvern tela' bl-għajta li se jgħin liż-żgħir u allura forsi qed inħoss li dan huwa eżerċizzju kontinwu ta' ingann.", "Bilfors inkun xi ftit preokkupat b'dan għaliex il-verita' hija li m'hemm l-ebda skop li tillimita għal Lm10,000.", "U jekk aħna qegħdin nitkellmu fuq iż-żgħir, anke fid-definizzjoni, min hu żgħir?", "Fid-definizzjoni ta' \"impriża żgħira\" qegħdin ngħidu li jista' japplika min għandu sa għaxar impjegati, equipment sa Lm30,000 u turnover ta' Lm100,000.", "Imbagħad jekk naraw il-liġi li għaddejna ftit ġimgħat ilu fid- definizzjoni ta' \"impriża żgħira\" - fejn ovvjament dejjem biex ninċentivaw u naġevolaw lil min ma jidħolx fis-sistemi u mingħalina qed nagħmlu xi opra - illimitajna ruħna għal dik il-persuna li tbigħ b'inqas minn Lm12,000.", "Allura fl-istess nifs, fl-istess sessjoni tal-Parlament u fl-istess leġislatura għandna żewġ definizzjonijiet ta' \"intrapriża żgħira\" li huma miles apart.", "Lanqas biss għandhom x'jaqsmu ma' xulxin!", "F'waħda qed ngħidu li biex tkun żgħir irid ikollok turnover ta' Lm100,000 u fl-oħra qed ngħidu li biex tkun żgħir irid ikollok turnover ta' mhux iżjed minn Lm12,000.", "Xi kultant ngħid li qed nagħmlu dan kollu purament biex nintgħoġbu u assolutament ma jkun hemm xejn ta' sustanza warajh.", "Jien kont nippretendi li jsiru guidelines.", "X'se jkunu dawn il-kriterji?", "Aktar qabel jien għidt li għandhom imorru jivvalutaw il-proġett, pero' fil-liġi ma nsibu xejn dwar dan.", "Fil-liġi qed jingħad li hu eliġibbli min għandu hekk, hekk u hekk, pero' fl-aħħar ngħidu - speċi qiesna qed nagħmlu xi tender tal-gvern! - \"the Corporation shall have the right to declare not eligible any application\" mingħajr ma tagħti raġuni.", "Għaliex ma tagħtix raġuni?", "Jien nippretendi li kemm-il darba xi ħadd jikkwalifika li huwa żgħir għall-iskopijiet imniżżla, għandu jkollu raġuni għaliex l- applikazzjoni tiegħu ġiet irrifjutata.", "Għax ma ninsewx li aħna qed ngħidu li jikkwalifika min ma jistax jissellef mill-bank għax m'għandux adequate security jew business track record.", "Kollox sew, hemmhekk naqblu mija fil- mija, pero' mbagħad tgħid \"kemm-il darba ma jistax jagħti garanzija personali.\"", "Issa min ma jistax jagħti garanzija personali?", "Kieku ngħidu li ma jistax jagħti \"garanzija personali tajba\" nifhimha għaliex ovvjament garanzija personali ta' Kajju u garanzija personali ta' Tizju m'hijiex l- istess garanzija personali, pero' hawnhekk tgħid: \"cannot be otherwise secured by personal guarantees\".", "Garanzija personali kulħadd jista' jagħtiha, jiġifieri hawn jew se nikkwalifikawha jew inneħħuha għax inkella dik se tintuża bħala skuża biex ma nagħtu lil ħadd.", "Il-liġi tgħid li ma tagħtix self jekk wieħed ikun jista' jagħti garanzija personali iżda ma tikkwalifikax hijiex tajba jew le dik il-garanzija.", "Allura jekk wieħed jifliha daqsxejn jinduna li din tfisser li m'hu se jagħti lil ħadd.", "Issa jekk naraw għalxiex jistgħu jintużaw dawn il-flus ma jidhirx li hemm inklużi r-riċerka, in-knowhow u l-investiment fit-teknoloġija.", "Dawn huma affarijiet li aħna minn din in-naħa nixtiequ li nagħtuhom spinta.", "Jien ma nixtieqx li neskludu dawn l-oqsma li tant għandna bżonn nidderieġu l- industrija tagħna lejhom.", "Fl-abbozz qegħdin ngħidu li se ngħinuhom biex jixtru stocks u materja prima għal project development, starting up a business, pero' mhux għal research, mhux għan-knowhow, mhux biex tikri l- expertise, mhux biex tinvesti fit-teknoloġija.", "Dawn huma oqsma li aħna għandna nimbottaw.", "Forsi wieħed jgħid li nistgħu ndaħħluha taħt \"efficiency improvements\", pero' kont nippreferi kieku narahom hemmhekk għaliex għandna nagħtu messaġġ ċar lill-industrija li għandha tinvesti f'dawn l-oqsma wkoll.", "Issemmiet il-kwestjoni tal-MEDA - ċertament li dwarha jista' jispjega daqsxejn aħjar l-Onor.", "Joe Borg - u kont sorpriż meta smajt lill-Onor.", "Attard Montalto, anke f'dan il-kontest, jipprova jgħaddi botta kontra s- sħubija fl-Ewropa billi jgħid li aħna se nitilfu mill-fondi tal-MEDA.", "Il- fondi strutturali li aħna konna ntitolati għalihom kieku sirna membri jew kieku nsiru membri - J'Alla forsi naraw id-dawl u ż-żewġ naħat tal-Kamra nerġgħu naqbdu dik it-triq - m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-fondi tal-MEDA.", "Il-fondi tal-MEDA huma l-frak ta' taħt il-mejda meta pparagunati mal-fondi strutturali.", "Jien m'għandix id-dettalji - żgur li l-Onor.", "Borg jista' jgħidilna - pero' l-impressjoni li għandi hija li d-differenza hija enormi.", "Mhux hekk biss, biex inkunu fair huwa importanti li ngħidu li biex tipparteċipa mill-fondi tal-MEDA trid neċessarjament tkun ragruppat fi proġett ma' pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela biex xi ħadd li m'huwiex fl-Ewropa - kif allura qed jissuġġerixxi l-kollega li nkunu aħna - jibbenefika minn dawn il-fondi, irridu nkunu assoċjati ma' pajjiż membru ta' l-Unjoni fi proġett.", "Voldieri, kieku aħna membri, aħna nistgħu mmorru fuq l-Alġerija u fuq il-Marokk u ngħidulhom biex nagħmlu proġett flimkien.", "U aħna stess, apparti li nkunu bbenefikajna mill-fondi strutturali, inkunu bbenefikajna wkoll mill-fondi tal-MEDA.", "Jien ngħid lill-kollega tiegħi li jekk kemm-il darba tkun membru ta' l-Unjoni, apparti li tgawdi mill-fondi strutturali li huma erba' jew ħames darbiet iżjed minn tal-MEDA, tgawdi wkoll mill-fondi tal-MEDA kemm-il darba inti stess tidħol fi proġett ma' żewġ membri li ma jkunux membri ta' l-Unjoni.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel fil-qosor għaliex m'għandix ħin huwa dwar limitazzjoni oħra jew area oħra fejn qegħdin ngħidu li wieħed ma jistax jissellef.", "Din hija għal xiri ta' membri biex xi ħadd joħroġ mill- partnership, \"buying out of a partnership\".", "Jien anke mill-esperjenza tiegħi ta' partnerships sibt li meta għandek soċji li ma jaqblux bejniethom, u ħafna drabi s-soluzzjoni ta' kif iġġiegħel din l-intrapriża terġa' tqum fuq saqajha huwa billi xi ħadd jitlaq 'il barra, billi xi ħadd jakkwista x-shares ta' l-ieħor.", "Kważi kważi jien kont inpoġġi dik bħala prijorita' u mhux neskludiha.", "Jien stess għandi esperjenza għax għandi klijenti li fin-negozji tagħhom they just don't see eye to eye mal-partners tagħhom, ma jistgħux jiftehmu u m'għandhomx il-flus biex wieħed jixtri x- shares ta' l-ieħor u allura jkun jista' jkompli n-negozju waħdu.", "Ejja ngħidu li l-business ikun tajjeb, bi prospetti tajbin imma minħabba l-piki u n-nuqqas ta' qbil il-business ma jistax jimxi.", "Għaliex qed teskludih dan?", "GĦall-kuntrarju ta' dak li hemm f'subklawsola (2) ta' klawsola 3, li tgħid li l-applikazzjoni għal self ma tiġix approvata jekk tkun għal \"ħlasijiet li jirrigwardaw ix-xiri ta' ishma tal-membri ta' soċjeta`\", jien ngħid li jekk aħna naraw li l-proġett qed imur lura minħabba diffikultajiet bejn is-soċji għandna nkunu pro-attivi aħna stess u ngħidulhom li t-triq tagħhom hija li wieħed joqgħod u l-ieħor jitlaq.", "U aħna għandna ngħinu lil min jixtieq jibqa' hemmhekk billi nissussidjawlu l-ħlasijiet li jrid jagħmel lis-soċju tiegħu biex ikompli n-negozju.", "Jien nixtieq nagħlaq hawnhekk għax dan huwa l-ħin li kelli allokat.", "Ngħid biss li nawgura li din il-liġi m'hijiex se tkun skuża biex il-banek jivvintaw xi burokrazija ġdida u jibdew jibagħtuk 'l hemm u 'l hawn u jżidu l-uġiegħ ta' ras għan-negozji.", "Nissuspetta sfortunatament li hekk se jiġri u nixtieq nara aħjar x'tip ta' garanziji se jintalbu minn dawn in-negozji fil-konfront ta' l-MDC.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Grazzi, Madam Speaker.", "Qabel xejn, peress li l-bieraħ kellna laqgħa tal-Foreign Affairs Committee u ma stajtx insegwi lill- Ministru, jista' jkun li se nqajjem xi punti li forsi jkunu diġa' ssemmew, pero' mbagħad fil-winding up il-Ministru jista' jagħmel xi kummenti dwarhom jekk irid.", "L-ewwelnett aħna naqblu ma' l-għan ta' l-abbozz, ċioe' \"sabiex jinkoraġġixxi t-twaqqif ta' impriżi żgħar ġodda u l-espansjoni ta' impriżi bħalhom permezz ta' għoti ta' self li jkun f'parti minnu garantit mill- Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta\".", "Dan l-abbozz huwa żgħir u l- kontenut tiegħu ristrett ħafna.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid li minfloku setgħet anke saret emenda oħra għall-Industrial Development Act jew addirittura stajna ħallejna l-affarijiet kif kienu, u bilfors li l-Onor.", "Hyzler jidħlulu ċerti dubbji meta anke l-għanijiet li għalihom twaqqfet l- MDC jipprovdu li l-korporazzjoni tista' tagħti faċilitajiet bankarji.", "Pero' issa għandna dan l-abbozz quddiemna li l-ewwelnett jipprovdi għall- kondizzjonijiet sabiex impriża żgħira tkun tista' tikkwalifika biex tieħu din il-faċilita'; u t-tieni nett jipprovdi l-proċedura li trid tiġi segwita sabiex jingħata dan is-self li huwa msejjaħ \"self assistit\".", "Il-liġi tispeċifika l-ammont massimu tas-self assistit, iż-żmien tas-self jew tal- garanzija, safejn tkun tkopri l-garanzija u x'jiġri fil-każ ta' insolvenza jew falliment ta' impriża assistita.", "Hemm provvediment dwar il-ħlas tal- premium fuq l-imgħax lill-MDC; hemm ukoll provdut li l-impriża assistita trid tagħti informazzjoni meħtieġa perijodikament lill-MDC u lill-banek; u hemm poteri ta' riżerva.", "Jien elenkajthom għax, għalkemm naqblu ma' l- għanijiet ta' din il-liġi, ma naqblux mal-kondizzjonijiet u mal-parametri dwar kif se titħaddem din is-sistema ta' garanzija għal self lil impriżi żgħar.", "Ma naqblux l-ewwelnett dwar id-definizzjoni ta' l-attivita' li tikwalifika għal din l-iskema.", "Għalkemm il-bieraħ l-Onor.", "Gavin Gulia pprova jindika li l-kamp tas-servizzi jaqa' wkoll bħala attivita' li tikkwalifika, pero' sakemm din id-definizzjoni ma tiġix mibdula jew irranġata b'xi mod, jidher ċar li l-qasam tas-servizzi huwa eskluż, ħlief għal dawk is-servizzi limitati ħafna li jirrigwardaw tagħmir, impjant jew makkinarju li jkollu x'jaqsam ma' l-industrija tal-manifattura.", "Jiġifieri jekk ikollok bżonn issewwi xi makna jew xi apparat allura l-persuna li tagħti dak is-servizz ta' tiswija ta' makkinarju tkun intitolata, pero' s- servizz in ġenerali, per eżempju, is-servizz fil-qasam tat-turiżmu u affarijiet simili huma esklużi mid-definizzjoni ta' attivita' li tikkwalifka.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll li anke l-qasam ta' l-agrikoltura u sajd huwa eskluż kompletament.", "Ma narax għaliex il-qasam ta' l-agrikoltura u sajd, u iżjed speċifikament il-qasam ta' l-agro-industrija, m'għandux jiġi mogħti din il-faċilita' ġaladarba qed nitkellmu fuq impriżi żgħar, u forsi l-iżjed settur fejn għandek impriżi żgħar huwa s-settur ta' l-agrikoltura u, in partikolari, is-settur ta' l-agro-industrija.", "Dak huwa l-ewwel punt li xtaqt nagħmel dwar l-attivita' li tikkwalifika.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar l-impriżi ż-żgħar.", "Fid- definizzjoni ta' \"impriża żgħira\" għandna tliet thresholds kumulattivi.", "L- ewwelnett tikkwalifika", "\"kumpannija, koperattiva jew persuna li ma timpjegax iżjed minn għaxra min-nies, inkluża hija nnifisha, jekk tkun individwu; li ma jkollhiex makkinarju jew tagħmir ieħor ta' valur ta' iżjed minn Lm30,000 u li t-turnover tagħha ma jkunx iżjed minn Lm100,000.\".", "Barra l-parti li tikkonċerna n-numru ta' impjegati, naħseb li t-thresholds l-oħrajn huma żgħar ħafna u allura huwa verament numru limitat li se jkun intitolat biex japplika għal din il-garanzija mill-MDC.", "It-tieni nett dawn it-thresholds ma jaqblux ma' xulxin.", "Nistaqsi lill-Ministru jekk fil-fatt sarux xi kalkoli għax jien, su due piedi, ngħid li jekk persuna tħaddimlek għaxra min-nies, jekk tieħu s-salarju gross ta' kull wieħed fis-sena ssib li miżerjament għandek Lm40,000 f'salarji.", "Issa jekk fl-istess waqt tiġi tgħid li dik il- persuna ma jistax ikollha turnover ta' iżjed minn Lm100,000 ngħidlek li b'dan il-parametru tispiċċa li l-ebda persuna li tħaddimlek iżjed min tnejn jew tlieta min-nies ma tikkwalifika.", "Jekk wieħed iħares lejn il-Companies Act - fejn għandek dawn it-tip ta' parametri u dawn it-tip ta' thresholds - isib li d-definizzjoni ta' \"soċjeta' żgħira\" hija ta' ħamsin impjegat u turnover ta' Lm2.2 miljun.", "Issa jien mhux qed ngħid li dawn għandhom ikunu t-thresholds għal dawn l-impriżi ż-żgħar, għax nifhem li hawnhekk qed nitkellmu fuq impriżi verament żgħar, pero' jekk inti se tieħu t-threshold ta' għaxar impjegati allura trid tipprova tistabilixxi l-istess proporzjon.", "Għalhekk jekk fil-Companies Act għandek 50 impjegat u turnover ta' Lm2.2 miljun allura għal għaxar impjegati wieħed jippretendi turnover ta' madwar Lm400,000 u mhux turnover ta' Lm100,000.", "Jien nissuġġerixxi li n-naħa tal- Gvern tagħmel ftit iżjed homework u tara jekk tridx tnaqqas in-numru ta' l- impjegati - jien ma naqbilx ma' dan - jew inkella tgħolli t-threshold.", "Għal dak li jirrigwarda l-makkinarju, min-naħa waħda għandna li l- makkinarju jew it-tagħmir li jkollha persuna ma jridx jeċċedi t-Lm30,000, imbagħad fl-emendi għall-Industrial Development Act li għadna kemm approvajna nsibu li biex intrapriża tkun intitolata għal soft loan b'rati ta' imgħax issussidjat, l-investment programme tagħha ma jridx ikun inqas minn Lm21,000.", "Mela biex intrapriża tkun tista' tieħu self b'imgħax b'rata sussidjata l-programm ta' investiment ma jridx ikun inqas minn Lm21,000 u min-naħa l-oħra l-makkinarju kollu ta' dawn l-industriji żgħar ma jridx jeċċedi t-Lm30,000.", "Hawnhekk hawn limitazzjoni kbira ħafna, hemm biss Lm9,000 fejn dawn l-intrapriżi jistgħu jibbenifikaw minn loan issussidjata flimkien ma' din it-tip ta' garanzija.", "Dan ifisser li jekk l-intrapriżi ż- żgħar jixtru makkinarju li jeċċedi t-Lm30,000, per eżempju, ikun jiswa Lm40,000 jew Lm50,000 jistgħu jieħdu loan issussidjata u min-naħa l-oħra ma jkunux jistgħu jitolbu lill-MDC biex toffri lilha nnifisha bħala garanti għal dak is-self.", "Nixtieq nagħmel xi punti oħrajn dwar l-aspetti ta' din il-liġi li aħna ma naqblux magħhom għax inħossu li hemm bżonn li jiġu rranġati.", "Per eżempju, xtaqt insemmi l-fatt li l-korporazzjoni hija responsabbli sussidjarjament, jiġifieri qed toffri garanzija sussidjarja.", "Din il-ħaġa tinkwetani ftit għax jista' jkun li min-naħa tiegħu l-bank jieħu l-atteġġament li, jekk l- MDC ma tidħolx bħala garanti solidali ma' l-imprenditur, ma jkunx kuntent li jagħti dak is-self għax ovvjament la l-MDC tkun qed tidħol biss garanti sussidjarja - u għalhekk l-ewwel il-bank ikun irid idur fuq l-individwu u jipprova jeħodlu l-assi tiegħu, u imbagħad fuq dak li jifdal - se jara li l- MDC tagħmel tajjeb għalih bil-garanzija tagħha.", "Għalkemm wieħed jifhem li l- MDC ma tkunx trid tidħol responsabbli direttament, min-naħa l-oħra jista' jkun li l-bank ma jkunx daqshekk kuntent li jaċċetta garanzija sussidjarja daparti ta' l-MDC, speċjalment jekk in-negozju li jkun se jibda l- imprenditur iż-żgħir ikollu ċertu element ta' riskju qawwi.", "Il-punt l-ieħor li nixtieq nagħmel huwa li ta' dan kollu l-MDC se tieħu premium charge.", "Jien nemmen li din il-faċilita' għandha tingħata kompletament mingħajr rikompens, daparti ta' l-MDC.", "L-MDC m'hijiex qiegħda hemm biex tkopri r-riskju tagħha imma qiegħda hemm bħala entita' tal-gvern li tagħti servizz biex tgħin lill-industriji, partikolarment lill- industriji ż-żgħar.", "Jien naħseb li ġaladarba li l-MDC se tagħti din il- faċilita' li tipprovdi garanzija għal self li jieħdu dawn l-impriżi ż- żgħar m'għandhiex tiegħu xi forma ta' administration fee għax fl-aħħar mill- aħħar meta din tittraduċiha fuq l-impriża ż-żgħira ssib li dan l- imprenditur iż-żgħir, apparti milli se jkollu jħallas imgħax lill-banek kummerċjali ta' 8% jew inqas - jekk ikun issussidjat - se jkollu jħallas 0.5% oħra lill-MDC bħala administration fee - biex insejħulha hekk - talli tkun qed tipprovdi din il-garanzija u allura l-piż tiegħu minflok se jonqoslu se jiżdied.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra għamlu riferenza għall- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea u qalu li l-Gvern qed jieħu miżuri li bihom jgħin lill-impriżi ż-żgħar u lill-industrija in ġenerali u allura ma jarax għaliex l-Oppożizzjoni dejjem issostni li l-industrija Maltija qed titlef mill-fatt li l-Gvern Laburista ddeċieda li jissospendi l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u li qed nitilfu l-benefiċċji kollha li sħubija sħiħa kienet toffri.", "Il-kumment li xtaqt nagħmel dwar dan huwa li huwa tajjeb li wieħed jipprova jgħin lill-industriji Maltin, b'mod partikolari lill-industriji ż-żgħar, pero' l-għajnuna li nagħtuhom fil- pożizzjoni li qegħdin fiha aħna trid toħroġ minn butna.", "Dan ifisser li l- Gvern Malti jrid jipprovdi kwalunkwe għajnuna li tista' tingħata lil dawn l- intrapriżi ż-żgħar filwaqt li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-intrapriżi ż- żgħar u l-intrapriżi kollha in ġenerali - intrapriżi żgħar in partikolari għax l-Unjoni Ewropea tipprovdi kemm għajnuna diretta kif ukoll għajnuna ta' natura teknika lil intrapriżi żgħar u tiffaċilitalhom l-ħajja tagħhom fis-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea - tingħatalhom għajnuna mill-istess fondi ta' l-Unjoni.", "Peress li aħna m'għadniex mexjin fid-direzzjoni ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea dawn il-benefiċċji kollha nitilfuhom.", "Wieħed jista' jsemmi għajnuna ta' natura finanzjarja f'dawk li huma fondi strutturali u fondi ta' koeżjoni.", "Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li skond \"Agenda 2000\", li ġiet ippublikata l-bieraħ, għadu kemm ġie deċiż mill- Kummissjoni - għal min jinteressah din l-informazzjoni se tkun available anke fuq l-internet - illi l-għajnuna finanzjarja li l-Unjoni Ewropea beħsiebha tagħti fis-snin li ġejjin se tiżdied sew.", "Għalhekk il-fondi strutturali mhux talli mhux se jispiċċaw talli minħabba t-tkabbir li se jkun hemm - apparti minn dak li qed isejħulu il-fond ta' tkabbir - l- għajnuna strutturali se tiżdied konsiderevolment.", "Ovvjament minn dan kollu aħna m'hu se nkunu intitolati għal xejn.", "Il-Ministru semma l-kwestjoni tal-programm MEDA u qal illi kieku aħna bqajna mexjin lejn it-triq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea konna nitilfu l- fondi li hemm available taħt dan il-programm.", "L-ewwelnett ta' min igħid li taħt il-Euro-Mediterranean partnership għandek żewġ dimensjonijet, ċioe' d-dimensjoni bilaterali - Malta m'hijiex intitolata għaliha ġaladarba jeżisti l-financial protocol ma' l-Unjoni Ewropea - u d-dimensjoni reġjonali.", "Minkejja li se nkunu ntitolati għall-fondi reġjonali, dawn se jkunu limitati ferm, u bħala membri l-intrapriżi tagħna xorta waħda kienu jkunu jistgħu jipparteċipaw u jieħdu minn dawn il-fondi.", "Fil-fatt jekk wieħed jagħmel il-kalkoli jsib li per capita jmissek madwar Lm5 fis-sena taħt il-programm MEDA filwaqt li taħt il-fondi strutturali, bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea, dawn iċ-ċifri jkunu ferm u ferm ogħla.", "Għalhekk ma naħsibx li l-argument li jekk aħna ma nkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea se nieħdu fondi mill-programm MEDA, filwaqt li jekk inkunu membri se nitilfuhom, huwa ta' min jaħli ħafna ħin fuqu għax ovvjament meta tgħid hekk tkun qed taħbi li taħt il-fondi strutturali aħna nkunu intitolati għal ħafna u ħafna iżjed, aktar u aktar issa li l-fondi strutturali se jiżdiedu sew.", "In oltre, l-impriżi tagħna, xorta waħda setgħu jipparteċipaw taħt il- programm MEDA kieku aħna kellna nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil- fatt taħt il-programm MEDA, jekk inti għandek proġett li jrid isir dan irid jinvolvi kemm lill-pajjiżi tal-Mediterran, li m'humiex membri ta' l- Unjoni Ewropea, kif ukoll il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "B'hekk dawn jagħmlu l-proġett flimkien.", "Għalhekk, kif diġa' għidt, kieku Malta kellha tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea, d-ditti u l-intrapriżi Maltin setgħu jipparteċipaw f'dan it-tip ta' proġett u ovvjament jieħdu l-finanzi wkoll.", "Sur President, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nagħmel riferenza għall-fatt li l-Onor.", "Gavin Gulia qal li din il-liġi u anke l-emendi li saru qabel għall-IDA taw spinta qawwija lill-industrija Maltija, b'mod partikolari l-industriji ż-żgħar.", "Li taw spinta oħra fil-proċess li kienu ilu għaddej għal dawn l-aħħar snin naqbel, imma li tgħid li dawn l-emendi partikolari li l-Kamra approvat ftit tal-ġimgħat ilu taw xi spinta qawwija jien għandi r-riservi tiegħi, b'mod partikolari minħabba l-punti li qajjimna matul dan id-dibattitu.", "GĦalhekk nispera li fl-istadju ta' Kumitat ikollna l-okkażjoni li nidħlu fihom u forsi nirranġaw xi affarijiet biex dan l-abbozz ta' liġi nagħtuh iżjed sens ta' realta' u ma jkunx biss paraventu fejn il-Gvern jgħid li għamel xi ħaġa għall-industrija ż-żgħira pero' imbagħad meta niġu għas-si u n-no nsibu li dak li hemm provdut fih ftit li xejn jista' jaħdem.", "Aħna rridu li dan l-abbozz ta' liġi jkun verament mezz biex l-industriji ż-żgħar - u meta ngħidu \"żgħar\" ma nfissrux neċessarjament li jkunu micro imma jkunu industriji żgħar fil-kontest Malti - ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Onor.", "Ministru Attard Montalto biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nirringrazzjak, Sur President.", "Skond il- ftehim li sar jien se nillimita l-winding up tiegħi billi nirrispondi għar- rimarki li saru mill-kollegi tiegħi tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Nibda biex nirrispondi lill-Onor.", "Josef Bonnici - se nirrispondi fis- sekwenza ta' kif saru l-interventi - li r-rimarka prinċipali tiegħu kienet li huma meta kienu fil-gvern kienu se jagħmlu xi ħaġa simili għal din il- liġi.", "Meta wieħed jikkonsidra l-fatt li din il-liġi tressqet minn Gvern Laburista u l-fatt li għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni kellna lill-Onor.", "Bonnici li qal li kellhom il-ħsieb li jagħmlu xi ħaġa bħalha, ovvjament jikkonkludi li l-Oppożizzjoni qed taqbel magħna.", "Jien ma rridx ngħid li f'kull liġi li qed inressqu f'dan il-Parlament l-Oppożizzjoni kważi dejjem tgħid li kellha l-ħsieb u l-intenzjoni li tagħmel liġi simili u analoga għaliha, imma iżjed ma jintqal diskors f'dan is-sens iktar nieħu pjaċir għax ninduna li hemm ċerta synergy, speċjalment fil-qasam ta' l-industrija.", "Il-kritika prinċipali fid-diskors ta' l-Onor.", "Bonnici kienet għaliex l- ogħla ammont ta' self ma jistax ikun iktar minn Lm10,000 u għaliex fil-liġi l-oħra dwar is-soft loans it-threshold huwa ta' Lm21,000 u allura l-ammont bejn l-Lm10,000 u Lm21,000 m'huwiex kopert.", "Fir-realta' qegħdin nitkellmu fuq żewġ għajnuniet separati u distinti kif jitħaddmu u x'joffru.", "Dan huwa żball li qed jidher kostantement fid-diskorsi mill-kollegi tiegħi ta' l- Oppożizzjoni għaliex qegħdin jipparagunaw din il-liġi ma' l-emendi li saru għall-Industrial Development Act.", "Aħna għamilniha b'liġi differenti proprju għaliex din il-liġi hija ntiża għal sezzjoni li hija partikolari, fis-sens ta' dawk in-nies li huma żgħar bħala entrepreneurs.", "It-tieni nett dak li qed toffri din il-liġi m'huwiex l-istess bħal dawk l-opportunitajiet li għandek taħt l-IDA.", "Allura ma tkunx qed tipparaguna like with like meta l-Oppożizzjoni ssemmi dan il-punt.", "Ħalli nispjega fejn ħa din id- distinzjoni.", "Meta inti tieħu soft loan taħt l-IDA it-threshold huwa ta' Lm21,000 u allura l-loan li se joffrilek il-bank u s-soft loan tal-MDC tammonta għal tnejn minn tlieta, għax is-soft loan tinħadem billi terz toħorġu l-MDC issussidjat u due terzi normalment jinqasmu billi l-individwu jġib nofs it- two-thirds mill-bank u terz joħroġhom hu.", "Jekk l-individwu se joħroġ Lm7,000 u se jissellef Lm7,000 oħra, mela fir-realta' bis-soft loan se jieħu inqas minn Lm10,000 għaliex se jieħu Lm7,000 u mill-bank probabbilment jissellef Lm7,000.", "Allura jien ma nifhimx l-argument li permezz ta' din il-liġi wieħed jista' jissellef sa Lm10,000 u permezz tal- liġi l-oħra sa Lm21,000, għaliex trid tagħmel il-kalkoli ta' Lm21,000 u mhux tieħu Lm21,000 in isolation u ma taħdimhiex kif suppost skond il-liġi l-oħra.", "Jiġifieri dan l-argument żgur li ma jreġix għax il-Lm21,000 jikkostitwixxu t-threshold imma l-MDC ma tagħtikx soft loan ta' Lm21,000 imma ta' Lm7,000.", "Jiġifieri dan li qed nipproponu b'din il-liġi, li qed tagħmel garanzija, huwa konċett totalment differenti.", "Waħda hija soft loan u l-oħra hija garanzija, imma li wieħed joqgħod fuq iċ-ċifri ma naħsibx li jkun preċiż.", "It-tieni kritika hija għaliex l-Lm10,000 mhux se jingħataw b'self issussidjat.", "Dan mhux se jingħata b'self issussidjat għax din hija skema differenti.", "L-iskema taħt l-IDA tagħti self issussidjat meta t-threshold tkun ta' Lm21,000 - dan it-threshold fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra kien ta' Lm100,000 - u din l-iskema hija biex nipprovdu garanzija ħalli min m'għandux x'jagħmillu tajjeb meta għadu proġett vijabbli jkun jista' jissellef Lm10,000, għax jekk illum imur il-bank jgħidlu li ma jistax isellfu.", "Issa niġi għad-diskors ta' l-Onor.", "George Hyzler.", "Ħafna mill-affarijiet li qal l-Onor.", "Membru ovvjament jien ma nistax nikkondividihom.", "Minn naħa waħda għandna kelliem li jgħid li din il-liġi kienet fil-pipeline u li l- Gvern preċedenti kellu xi ħaġa ppreparata f'din id-direzzjoni u min-naħa l- oħra l-Onor.", "Hyzler qed igħid li dan il-Gvern qed jipproponi din il-liġi biex jipperpetwa l-ingann - kliem iebes.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ħalli nikkjarifikaw l-affarijiet.", "Meta kont ministru ta' l-industrija, l-intenzjoni tiegħi kienet li taħt l-IDA inniżżlu t-threshold anke sa Lm5,000 - u din għidtha fil-kumitat meta konna qed nikkonsidraw l-emendi għall-IDA - u kien hemm l-intenzjoni li jkollna skema li tagħti self sussidjat anke sa Lm5,000.", "Kif inhi l-IDA issa qed tagħti self issussidjat sa Lm21,000 u meta jien għidt li kellna skema simili din kienet biex tilħaq il-bżonnijiet ta' dawk l-intrapriżi ż-żgħar.", "Dan li ridt infisser meta għidt li kien hemm xi ħaġa simili u mhux li kien hemm din il-liġi moħmija kif inhi.", "Dan mhux il-każ, biex niċċaraw l- affarijiet.", "Pero' taħt l-IDA kien se jkollna xi ħaġa li tindirizza l- bżonnijiet tas-small and medium-sized enterprises.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, napprezza dan il-kumment għax allura juri li l-ħsieb tal-Gvern Laburista kien kompletament innovattiv.", "Nirringrazzja wkoll lill-kelliem li ppreċiża l-intenzjoni li kellu l-Gvern ta' qabel li jnaqqas it-threshold sa Lm5,000 għal self issussidjat.", "Żgur li meta ġejna biex nippreparaw dan l-abbozz ta' liġi l-idea ma ħadnihiex minn dak li kien ħejja l-Onor.", "Bonnici għax fil-verita' ma kenitx hemm.", "(Interruzzjonijiet) Hija ħaġa faċli li forsi għada pitgħada jien inkun fuq il-bank ta' l-Oppożizzjoni u ngħid li kont se nagħmel hekk imma, kif għidt, ma nistgħux inkampaw bil-paroli biss mingħajr ma ngħaddu għall-fatti.", "Dan qed ngħidu għal kulħadd, mhux għal tan-naħa l-oħra biss imma għall-kollegi fuq kull naħa tal-Kamra.", "Aħna verament irridu ningħaqdu bħala Gvern u Oppożizzjoni biex l-industrija npoġġuha suq saqajha.", "Jien meta nitkellem fuq l-industrija nipprova ma nkunx partiġjan - forsi waqt li kont qed nitkellem fuq liġijiet oħra dan qatt ma għidtu - imma kien hemm ċertu animu partiġjan minn wieħed mill-kelliema u ma naħsibx li kien preċiż li jintqal ċertu diskors dwar l-għan ta' din il-liġi.", "L-Onor.", "George Hyzler qal ukoll li taħt din il-liġi għandhom jiġu nkorporati attivitajiet ta' research and development.", "Jekk wieħed jara d-definizzjoni ta' \"qualifying activity\" isib li hemm inklużi anke servizzi lill-manifattura, li bla dubju ta' xejn din tinkorpora ħafna mill-affarijiet li ssemmew mill-kollega tiegħi.", "Qiegħda hekk għal tapposta biex intrapriżi żgħar ikunu jistgħu jieħdu l- għajnuna għal ċerti ħwejjeġ li llum huma importanti għall-iżvilupp tagħhom.", "Sur President, nikkonkludi bir-rimarki li għamel l-Onor.", "Joe Borg.", "Jidher li hemm qbil ukoll fuq l-għan jekk mhux fid-dettall.", "Jiġifieri qed naqblu li s-sezzjoni ż-żgħira jinħtieġ li tiġi megħjuna.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq min hu verament żgħir u l-massimu tan-numru tal-ħaddiema huwa mniżżel għal għaxra.", "Veru wkoll li t-threshold ta' Lm100,000 bħala turnover meta pparagunat mal-massimu huwa baxx - u ma neskludix li fl- istadju ta' Kumitat imressqa emenda, kif għamilna fl-IDA - imma r-raġuni għal din kienet proprjament għax inti ma tistax tbassar x'se jkun l-effett ta' din il-liġi qabel ma tidħol in vigore.", "Tista' tagħmel pjanijiet, tista' tagħmel feasibility studies kif għamilna, imma l-effett dirett tagħha wieħed għad irid jarah meta tidħol fis-seħħ u l-ammont tat-threshold u l-ammont ta' investiment sar b'dan il-mod biex wieħed ikejjel ir- reazzjoni.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-abbozz jintebaħ li dawn it- thresholds jistgħu jiġu wkoll varjati, fis-sens li wieħed dejjem jgħolli jekk jara li l-konkorrenza mhijiex sodisfaċenti.", "Qed ngħid dan għax meta int qed toffri skema innovattiva bħal din trid toqgħod attent li tkun kapaċi tamministraha b'mod professjonali.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex konna daħħalna l-emenda - li mbagħad għaddejna liġi speċifikament għaliha - li l-MDC tista' tiddelega ċerti funzjonijiet, kienet proprju għax kellna din il-liġi f'moħħna, li ċertu xogħol jiġi ddelegat lill-amministraturi tal- banek, li huma wara kollox il-professjonisti li għandhom x'jaqsmu mas-self tal-flus.", "Nikkonkludi billi nikkummenta dwar ir-rimarki li saru dwar il-MEDA.", "L- aritmetika ta' l-Onor.", "Borg ma naqbel magħha xejn.", "Hemm żewġ proġetti in the pipeline.", "Jekk iseħħu Malta tgawdi ħafna minnhom.", "Tgawdi investiment ta' miljuni ta' ECUs u ma naħsibx li huwa sew li wieħed jipprova jimminimizza l-importanza tal-MEDA.", "Jien qatt ma mminimizzajt il-benefiċċji li seta' jgawdi minnhom il-pajjiż sempliċement għax kellna politika differenti.", "In-naħa ta' l- Oppożizzjoni għandha l-opportunita' u għandha d-dmir li meta jkun hemm okkażjonijiet fejn il-pajjiż jista' jibbenefika, kif inhi l-MEDA, wieħed m'għandux iċekken din l-opportunita' għal skopijiet oħrajn.", "Għaliex?", "Veru li aħna għażilna li għalissa - not in the foreseeable future, dik hija l- kelma eżatta - ma nisseħbux b'mod sħiħ ma' l-Unjoni Ewropea.", "Imma jekk ikun hemm skemi jew ħwejjeġ li l-pajjiż jista' jibbenefika b'investiment ta' miljuni m'għandhiex tkun l-Oppożizzjoni li timminimizza din l- opportunita'.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Borg, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni bl-ebda mod m'hu qed nipprovaw nimminimizzaw kwalunkwe benefiċċju li Malta tista' tieħu mill- MEDA jew minn kwalunkwe programm ieħor.", "Int għidt li aħna bis-saħħa tal- MEDA se nieħdu \"hekk\" u bi sħubija dan il-benefiċċju konna nitilfuh.", "Jien kulma għamilt huwa li ċċarajt il-punt għall-verita' tal-fatti.", "Bi sħubija konna nieħdu benefiċċji oħrajn ferm iktar sostanzjali.", "J'Alla mill-MEDA u minn programmi oħrajn, diment li aħna ma nkunux membri ta' l-Unjoni Ewropa, nieħdu u nisfruttaw li nistgħu.", "Jiġifieri ma rridekx tieħu l-impressjoni li aħna, b'xi mod jew ieħor, qed nipprovaw nagħmlu xi ħsara għall-possibbilta' li Malta tipparteċipa f'dawn il-programmi.", "Pero' jibqa' l-fatt - u nsostnuh - li bħala membri fl-Unjoni Ewropea konna nkunu ntitolati għal ferm u ferm iżjed.", "In-naħa tal-Gvern għamlet ir-riferenza li bi sħubija ma konna nieħdu kważi xejn u jintilfu ħafna benefiċċji.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikompli l-Ministru, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, l-Onor.", "Membru m'huwiex korrett li jgħid li l-Gvern qed jgħid li bi sħubija sħiħa ma konna niehdu xejn.", "Għadni kemm għidt li wieħed irid japprezza li l-Gvern huwa konxju ta' ċerti opportunitajiet li jeżistu.", "L-Onor.", "Borg qal li mill-MEDA, ras għal ras, il-benefiċċju jista' jkun ta' Lm5 kull persuna.", "X'qed jagħmel l-Onor.", "Borg?", "Qiegħed jieħu l- popolazzjoni tal-Mediterran u jagħmel diviżjoni b'ECU5.5 biljun!", "Interruzzjonijiet) Jien naf kemm l-Onor.", "Borg hu preċiż u ħadt pjaċir ħafna li kkjarifika l-pożizzjoni.", "Se ngħid xi ħaġa dwar l-item tar-restructuring ta' l-industrija Maltija.", "Jien jiddispjaċini ngħid li dwar dan aħna sibna li l-Gvern preċedenti ma għamel kważi xejn.", "Dik hija l-verita'.", "L-introjtu mill-qasam tal-levies suppost kien dedikat għar-restructuring ta' l-industrija Maltija.", "Dawn il- fondi ma ntużawx hekk.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni jgħidu li kieku konna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea aħna konna nieħdu benefiċċju u kien ikollna l- opportunita' li l-industrija Maltija tirristruttura ruħha.", "Niftakar kemm sħabi tan-naħa l-oħra - mhux huma imma l-antenati tagħhom - kienu jgħajru lill-Onor.", "Perit Mintoff u lill-Gvern ta' dak iż-żmien għax kienu jgħidu li jittallab biex jieħu l-għajnuna.", "Imma jien nista' nassigurahom li kull għajnuna l-Gvern għandu jipprova jara kif jista' jagħtiha, u mhux biss jeħodha, għar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija Maltija.", "Ir-restructuring riedet issir qabel sħubija fl-Unjoni Ewropea u mhux wara.", "Mela inti tista' tagħmel restructuring ta' l-industrija Maltija overnight!", "Ir-restructuring ta' l-industrija Maltija kellha ssir pass pass ma' l-applikazzjoni.", "Ma setax jiġi un bel''giorno u tissieħbu u l-industrija Maltija ma kenitx tkun geared biex tikkompeti!", "Ma rridx ngħid affarijiet allarmanti imma żgur li l- effett kien ikun allarmanti.", "U aħna għalhekk għidna li l-pajjiż m'huwiex ippreparat għal sħubija sħiħa.", "Dik hija l-politika li dejjem għidna.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex il-pajjiż ma kienx ippreparat għal sħubija sħiħa kienet proprju minħabba l-industrija.", "Restructuring ta' l-industrija Maltija kienet ineżistenti.", "Ma sar xejn mill-Gvern preċedenti biex jirristrutturaha.", "Tant ma sar xejn li kif il-pajjiż biddel is-sistema finanzjarja u daħlet is-sistema tal-levies, dawk il-flus kellhom jintużaw għar-ristrutturazzjoni imma ma ntużawx.", "Qed nitkellmu fuq ammonti sostanzjali li jġibu bejn Lm8 miljun u Lm12 miljun fis-sena.", "Dawk il-fondi kellhom jintużaw għall-benefiċċju tar-restructuring.", "Lill-industrijalisti qalulhom li l-levies huma hemm bħala protezzjoni ta' l-industrija Maltija u biex dawk il-fondi jkunu jistgħu jgħinu għar-restructuring.", "(Interruzzjonijiet) Ir-restructuring ma ssirx biss bil-flus, imma ssir b'ħafna affarijiet.", "Ma' tistax timmaġina li r-restructuring issir għax ikollok il-fondi għad-dispożizzjoni tiegħek.", "Kemm trid tmur 'il bogħod minn hekk!", "Sur President, aħna qed nagħmlu li nistgħu u minn kollox biex l- industrija Maltija npoġġuha fuq sisien li jistħoqqilha u nagħtuha l- għarfien li jistħoqqilha.", "Man mano, permezz ta' sensiela ta' liġijiet, qed naddestrawaha biex inħajruha biex tkun f'pożizzjoni li tista' tilqa' għall- kompetizzjoni fuq bażi globali u eventwalment mingħajr il-protezzjoni li llum hija meħtieġa għal ċerti oqsma.", "Nirringrazzja lill-kollegi tiegħi u lis-Sedja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att biex jinkoraġġixxi t-Twaqqif ta' Impriżi Żgħar, Ġodda u l-Espansjoni ta' Impriżi Żgħar Eżistenti bl-Għoti ta' Garanziji ta' Self mill- Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp ta' Malta\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-Membri tal-Gvern li se jipparteċipaw se jkunu s-Segretarju Parlamentari għas-Self Employed, l-Onor.", "Gavin Gulia, l-Onor.", "Helena Dalli u jien bħala l-piloting minister.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni se nkunu l-Onor.", "Josef Bonnici, l-Onor.", "George Hyzler u jien.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda l-mozzjoni tal-Ministru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarjiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif moqrija mill- Ministru Attard Montalto.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Att biex jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, qegħdin nagħtu bidu għal diskussjoni fuq abbozz ta' emendi għall-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "L-Att ta' l-1992 kien l-ewwel Att li kien imsejjaħ development planning act u kien intiż biex jipprovdi għall-ippjanar u l-kontroll ta' l-iżvilupp f'dan il-pajjiż u biex permezz tiegħu wkoll titwaqqaf awtorita' bil-poteri meħtieġa biex tilħaq dawn l-għanijiet.", "L-Att ta' l-1992 kien jipprovdi biex tinħoloq Awtorita' ta' l- lppjanar u jitkellem ukoll fid-dettall rigward x'għandhom ikunu l-poteri, il-funzjonijiet u l-kompożizzjoni tagħha.", "Jitkellem fuq it-twaqqif ta' development control commission - id- DCC - li kellha tkun speċi ta' sotto-kumitat.", "Kellha tkun parti mill- makkinarju deċiżiv tal-permessi ta' l-ippjanar fi ħdan il-Planning Authority.", "Dan huwa l-bord li l-biċċa l-kbira ta' l-applikazzjonijiet għal permessi fl-aħħar mill-aħħar, jgħaddu minnu.", "Kellu jinħoloq ukoll planning appeals board li kienet dik l-istruttura li min ma jkunx kuntent bid- deċiżjoni mogħtija lilu mid-DCC jew inkella mill-Planning Authority kellu fejn jappella.", "Kien hemm ukoll il-planning consultative committee.", "Dan kellu jkun imwaqqaf biex jagħti pariri kemm lill-Planning Authority u kemm lill-Gvern rigward x'ikun għaddej.", "Fi kliem ieħor dan l-Att kien jipprovdi biex ikollok dik l-awtorita' li jkollha kontroll sħiħ fuq l-iżvilupp.", "Meta ngħidu żvilupp qed nifhmu l-iżvilupp ta' pajjiżna, speċjalment l-iżvilupp urban, il-kontroll rigward il-ħarsien ta' l-ambjent u l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għandha wkoll il-poteri, b'dan l-Att, li tinforza dan il-kontroll.", "Wieħed mix-xogħlijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien li jiġi ppreparat pjan ta' struttura.", "Bħalma nafu dan kien sar, kien ġie diskuss u kien ġie aċċettat mill- Parlament u llum nistgħu ngħidu li jagħmel parti mil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Infakkar ukoll li meta din in-naħa kienet fuq il-bankijiet ta' l- Oppożizzjoni dejjem kienet tgħid li dan l-istructure plan taqbel miegħu - barra r-riżervi li għamilna enfasi fuqhom minħabba d-direzzjoni tiegħu u anke minħabba ċerti dettalji li aħna konna nħossu li kienu neqsin minnu - u dejjem għidna li naqblu mal-Planning Authority.", "Aħna naqblu li jkun hemm korp jew awtorita' li b'xi mod tikkontrolla dak li jsir f'dak li huwa żvilupp f'dan il-pajjiż.", "Wieħed irid jgħid li f'dawn il-ħames snin li qed toqrob lejhom il-Planning Authority mit-twaqqif tagħha sar ħafna xogħol.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-action plans ta' Pembroke u ta' Ta' Qali u l- pjanijiet lokali.", "GĦalkemm wieħed irid jammetti li waqajna xi ftit lura fil-pjanijiet lokali - biex ngħid hekk, qegħdin lura iktar milli wieħed kien jippretendi fil-bidu - il-proċess xorta miexi u wieħed jittama li jitħaffef.", "Nista' nsemmi, per eżempju, il-local plan ta' Marsaxlokk li diġa' huwa lest, il-local plan tal-Grand Harbour Area u l-local plan tan- North West li qed jiġi maħdum.", "Bħala funzjonijiet tal-Planning Authority kien hemm ukoll il-ħolqien ta' briefs - li allura huma suġġetti aktar iddettaljati - fuq suġġett partikolari.", "Per eżempju, kellna l-brief ta' Manoel Island u Tigne', kellna l-brief ta' Chambray, kellna l-brief tar- Ricasoli u kellna xogħlijiet oħra bħal dawn.", "Meta nitkellmu fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħafna nies tiġihom ħaġa waħda biss f'rashom, jiġifieri dak il-permess partikolari li ma ħadux jew li qegħdin jistennew.", "Pero' biex inkun qed nagħti idea fuq xiex qegħdin nitkellmu u sabiex inkunu qegħdin nitkellmu b'mod korrett, wieħed irid ipoġġi fil-perspettiva x-xogħlijiet kollha li tagħmel il-Planning Authority.", "Irrid ngħid li fil-Planning Authority hemm ħafna funzjonijiet li l-poplu, għalkemm qed jiggwadanja l-benefiċċju tax-xogħol, m'huwiex japprezza li qiegħed isir.", "Qed ngħid dan għaliex fil-Planning Authority hemm setturi u diviżjonijiet oħra li prattikament ħadd qatt ma jisma' fuqhom.", "Qed nirriferi, per eżempju, għall-istrategic planning u għal-local planning, dak li jagħmel ix-xogħlijiet tal-local plans li jinvolvi ħafna diskussjonijiet, ħafna konsultazzjoni u ħafna studji ħalli fl-aħħar mill- aħħar joħorġu r-rakkmandazzjonijiet li jkun hemm f'dawn il-pjanijiet.", "Għandek imbagħad l-environmental management fejn huwa veru li hemm ċerti affarijiet li jistgħu jaħbtu ma' dak li jagħmel l-environment protection department li huwa dipartiment ieħor fil-ministeru tiegħi, pero' anke hemmhekk hemm linja li tinġibed bejn dak li jagħmel dan id-dipartiment u dak li jagħmel id-dipartiment ta' l-ambjent proprju.", "Għandek imbagħad il-parti tal-Planning Authority li tieħu ħsieb it- trasport, dik li tissejjaħ it-transport planning.", "GĦandek imbagħad is-settur - dan huwa l-iktar settur li miegħu l-poplu jorbot l-idea tiegħu tal-Planning Authority - tad-development control, dak is-settur li jieħu ħsieb il-permessi tal-bini - biex inpoġġuha b'mod crude u jifhimna kulħadd - u li jieħu ħsieb li jikkontrolla fejn għandu jinbena, kif għandu jinbena u taħt liema kwalita'.", "Hemm imbagħad l-enforcement section li huwa s-settur li jieħu ħsieb li jara li l-liġijiet qegħdin jiġu rispettati, li jara li l-kondizzjonijiet maħruġa mal-permess tal-bini qed jiġu rrispettati u li jara li fejn ma jkunx hemm osservanza tar-regolamenti jittieħdu l-miżuri neċessarji.", "Imbagħad hemm il-mapping unit li jagħmel xogħol bil-kwiet pero' xogħol iddettaljat ħafna u xogħol interessanti.", "Irrid ngħid li dan ix-xogħol wassal biex ftit tax-xhur ilu pproduċew mappa ta' Malta b'mod dettaljat u b'mod assolutament professjonali.", "Fil-fatt naħseb li din hija l-ewwel darba li mappa ta' Malta saret b'dan id-dettall minn riżorsi purament Maltin.", "Hemm imbagħad żewġ dipartimenti oħra biex jagħmlu b'kollox id-disa' units f'din l-Awtorita'.", "Wieħed huwa l-land survey li jieħu ħsieb ir-riżorsi ta' art li fadal f'dan il-pajjiż u kif wieħed jagħmel il-pjanijiet u kif iqassamhom; imbagħad għandek il-business unit, li jieħu ħsieb l-impjegati, il-finanzi u t-teknoloġija ta' l-informatika li tirrikjedi awtorita' bħal din u li tirrikjedi xogħol professjonali u xogħol speċjalizzat bħal dan li qegħdin insemmu.", "Bħalma qegħdin naraw, hemm ħafna units u ħafna xogħol li jiena ċert li ħafna nies li jsemmu l-Planning Authority lanqas biss għandhom idea li dan qed isir hemm ġew.", "Din hija xi ħaġa li nistgħu niġu għaliha aktar 'il quddiem meta forsi wieħed jista' jistaqsi: Il-Planning Authority għandha bżonn il-fondi tal-gvern?", "Għaliex ma tiġġenerax biżżejjed qligħ għaliha nnifisha biex tkun tista' tgħix mingħajr ma jkollha sovvenzjoni tal-gvern?", "Wieħed irid jifhem li dawn ix-xogħlijiet fihom infushom ma jirrendux qligħ pero' b'xi mod trid tħallas għalihom.", "Allura trid tara - u dawn huma l- eżerċizzji li rridu nagħmlu iktar 'il quddiem - jekk kemm-il darba għandux ikun hemm ħlasijiet ta' dawn is-servizzi li l-Planning Authority u l-units tagħha jkunu qegħdin jagħmlu għall-benefiċċju tal-poplu in ġenerali u anke bħala servizz li jistgħu jutilizzawh dipartimenti oħra u - kif fil-fatt isir - jiġu mitluba li jagħtu lil dipartimenti oħra.", "Jiena qed ngħid dan kollu bħala background, Madam Speaker, ħalli nkunu nafu fuq xiex qegħdin nitkellmu u ma' xiex qegħdin nittrattaw.", "Jien ngħid li f'dan il-background u f'dawn is-snin li ilha wieqfa l- Planning Authority din kibret, u kibret għaliex hekk jitlob is-set-up tagħha.", "Din kibret għaliex titlob ċerti kompetenzi u ċerti nies professjonali u kibret għaliex minħabba fid-doveri li joħorġu mil-liġi li waqqfitha.", "Bi pjaċir ngħid li dawn il-units kollha fi ħdan il-Planning Authority - sa Settembru tas-sena l-oħra l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet ħadet mingħand il-gvern b'Lm10.5 miljun u għas-sena 1996/97 hemm l- approvazzjoni għan-nefqa ta' somma flus li tiskorri l-Lm1 miljun u allura wieħed irid jara li dawn il-flus jintnefqu tajjeb u jagħtu s-servizz mistenni - huma mħaddmin min-nies ta' professjonalita' kbira.", "Kif għidt dan ngħidu bi pjaċir u mhux bi plaġjariżmu u la biex nagħmel kumplimenti u lanqas biex nintgħoġob.", "Jiena kuntent u konvint li l-Planning Authority fi ħdanha llum qed tiġbor l-aħjar elementi professjonali li għandu l-pajjiż f'dawn ix-xjenzi u d-dixxiplini.", "Pero' filwaqt li għandna l-istruttura u l- fondi vvotati u bla dubju ta' xejn għandna n-nies li għandhom l-aqwa kompetenzi f'dawn ix-xjenzi, wieħed jistenna li s-servizz li jingħata minn din il-Planning Authority, u l-perception li n-nies ikollhom tas-servizz li jistennew minn din l-awtorita', għandu jkun ħafna aħjar minn dak li kien s'issa.", "Li nista' ngħid jiena huwa li l-Planning Authority għall-ewwel kellha dawk it-teething troubles li fil-bidu wieħed jaċċettahom.", "Hawnhekk jiena mhux biss qed nitkellem bħala ministru responsabbli għall-Awtorita' ta' l- Ippjanar imma qed nitkellem b'esperjenza ta' persuna li kont nirrappreżenta lill-Partit Laburista fuq il-bord ta' l-istess awtorita' sa mill-bidu nett u allura nista' ngħid li rajtha tiżviluppa u għixt ħafna mill-mumenti deċiżivi tagħha.", "Kif diġa' għidt, fil-bidu kien ittollerat u aċċettat li jkollok xi teething troubles, u kien hemm teething troubles għaliex meta jkollok struttura daqshekk kbira u daqshekk ikkumplikata ma tistax ittellaqha timxi mill-ewwel.", "GĦalhekk jiena minn hawnhekk bl-ikbar sinċerita' nixtieq insellem lill-imħuħ li fil-bidu ivviżwalizzaw li għandu jkun hemm din l-awtorita', din il-kumplessita' ta' xogħol li jrid isir li rrid nammetti qabel kien ikun sparpaljat mad-dipartimenti tal-gvern.", "Dan kien isir minn dak li qabel kien il-planning area (permits) board - il-PAPB - fejn ma kienx hemm dan il-holistic concept li jkollok awtorita' li għandha l-influwenza li tagħmel it-timbru tagħha fuq l-iżvilupp kollu tal- pajjiż.", "GĦalhek jiena nsellem lil kull min kien hemm, kemm lill-Maltin u kemm ovvjament l-għajnuna li kellhom bżonn fil-bidu minn esperjenzi barranin biex bnejna din l-awtorita'.", "Nerġa' ngħid, din aħna qatt ma konna kontra tagħha u nibqa' ntenni - u nirripetiha kull darba li nitkellem - li anke dan il-Gvern irid li din l- awtorita' tibqa' ħajja, tibqa' tgawdi l-awtonomija tagħha - mhux indipendenza ovvjament - tibqa' tagħti servizz u tibqa' tkun ta' bżonn kbir għal dan il-pajjiż.", "Pero' aħna nemmnu wkoll li din l-awtorita', wara li għaddiet mit-teething troubles tagħha, issa daħlet fi żmien li jġiegħlna nirreaġixxu billi nipprovaw inġibu l-affarijiet aħjar milli kienu s'issa.", "Meta l-Planning Authority bdiet tikber fil-firxa kbira ta' poteri u ta' influwenzi fuq dak li jseħħ fil-pajjiż, bdew jikbru r-regolamenti u bdew ifaqqsu l-policies.", "Dan m'iniex qed ngħidu f'sens dispreġġattiv għaliex il- policies jinħolqu għaliex ikun hemm il-bżonn li tikkontrolla, imma meta llum il-ġurnata wieħed iħares lura, jistaqsi: Imma x'ġara?", "Hemm wisq burokrazija?", "Hemm wisq diffikultajiet?", "Hemm nuqqas ta' personnel?", "Qed jiġri xi ħaġa?", "Hemm xi korruzzjoni?", "Hemm min irid ifixkel?", "Hemm min irid imexxi l-affarijiet imma ma jistax?", "Dan l-aħħar kien hawn l-għajta popolari li n-nies qegħdin idumu ma jinqdew, li m'humiex kuntenti, li m'hemmx trasparenza, li m'hemmx accountability, li jekk imorru jkellmuhom ma jkellmuhomx u affarijiet bħal dawn.", "Jiena dan m'iniex qed ngħidu biex nakkuża lill-Planning Authority għaliex dawn huma affarijiet li jiena bħala membru fuq il-bord kont nismagħhom u min jaf kemm-il darba ddiskutejnihom flimkien mal-pjaga l-kbira ta' l-enforcement madwar il-mejda tal-bord.", "Illum jiena li ilni tmien xhur responsabbli minn din l-awtorita', ridt bilfors nerfa' r-responsabbilita' li jekk nistgħu - u hekk nippretendi, nittama u għandi l-fiduċja li bi l-għajnuna ta' kulħadd se jirnexxielna - nirranġaw din l-awtorita' mhux b'mod li nqasqsulha ġwienħajha, mhux biex inneħħulha l-awtonomija, mhux biex nikkontrollawha bħalma hemm min qed jaħseb, imma biex nagħmluha iktar effiċjenti, iktar trasparenti, iktar ekonomika u iktar aċċettabbli għan-nies li la hemm ir-regolamenti, iridu jew ma jridux, bilfors ikollhom kuntatt ma' din l-Awtorita'.", "Madam Speaker, naħseb li ma nkunx qiegħed nagħmel xi dispett lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar jekk ngħid li sfortunatament f'dawn l-aħħar snin l- image tagħha f'għajnejn in-nies waqa' 'l isfel ħafna.", "Lanqas ma nkun qed nesaġera jekk ngħid li f'dawn it-tmien xhur bħala ministru ħlejt nofs il- ħin tiegħi fuq il-problemi tal-Planning Authority għaliex l-ammont ta' ittri u complaints li nirċievu kontinwament huwa esaġerat.", "Jiena m'iniex qed ngħid li l-ittri li nirċievu fuq il-Planning Authority huma kollha ġustifikati għaliex fejn għandek sistema ta' kontroll kull min talab xi ħaġa, u skond ir-regolamenti ġustament ma ħadhiex, iħoss li xi ħadd qed inaqqarlu d-drittijiet tiegħu u allura dejjem jgħid li hemm diskriminazzjoni, li hemm nuqqas ta' bilanċ u li ma kenux fair miegħu.", "Barra dawn l-ilmenti, li ovvjament wieħed jidra jeliminahom, hemm ukoll dawk li jkunu ġenwini, fejn trid tħares fil-fond u tara għaliex l- affarijiet ġraw b'dak il-mod.", "Bħalma jafu l-mexxejja tal-Planning Authority, jiena kont f'kuntatt magħhom kontinwament u kont nirriferi għall- attenzjoni u għar-reazzjoni tagħhom ċerti complaints u allegazzjonijiet li kont nirċievi u li kont naħseb li kien worth it li jarawhom.", "Allura jiena rraġunajt b'dan il-mod: Meta qegħdin f'din is-sitwazzjoni, għaliex jiena meta dħalt fil-ministeru ma sibt l-ebda rapport jew l-ebda bidu ta' xi ħaġa li jindika li l-ministri ta' qabli responsabbli minn din l-awtorita' kienu qegħdin jirriflettu dan il-concern, dan l-inkwiet, dan in-nuqqas ta' sodisfazzjon tan-nies u jaraw għaliex qed jiġri?", "Mela qed tippompja l- flus, għandek struttura li bażikament għandha r-riżorsi u l-kapaċitajiet u hija tajba imma l-end result m'huwiex qiegħed jissodisfa lill-poplu.", "Allura hemm xi ħaġa ħażina along the line u jiena għalhekk kont nippretendi li nsib xi rapport dwar dan.", "Ilkoll nafu, Madam Speaker, li kienet għajta popolari li parti mit-telfa tal-gvern ta' qabilna kienet ġejja minħabba l-Planning Authority.", "Jien m'għamiltx l-istudju li għamel il-Partit Nazzjonalista llum fl-Oppożizzjoni imma ċert li dan għamluh u nemmen ukoll li meta din l-għajta kienet tingħad kien hemm parti verita' fiha għaliex kien hemm eluf ta' nies li ma kenux kuntenti bil-mod kif din l-awtorita' kienet qiegħda taħdem.", "Issa hawnhekk aħna qegħdin nagħmlu eżerċizzju oġġettiv, bilanċjat u bil-kuxjenza ħalli dak li m'huwiex perfett - fid-dinja m'hawn xejn perfett - nagħmluh kemm kemm aħjar.", "U nixtieq li dawk l-affarijiet negattivi li jkolli nsemmi fuq il-Planning Authority throughout dan id-dibattitu mbagħad ma jkunx hemm xi ħelu li jonfoħhom u jkabbarhom u jgħid li jiena qiegħed insawwat lill- Planning Authority.", "Kull meta se nagħmel riferenzi negattivi - u dan ngħidu minn qalbi - dan m'iniex se nagħmlu biex nindika lil xi ħadd, m'iniex se nagħmlu biex noskura lil xi ħadd u lanqas biex naqta' qalb dak li jkun imma biex nagħmillu l-kuraġġ.", "Jiena lil dan se ngħidu: Sal-lum jekk ħarisna fil-mera sibna li għandna dawn id-difetti.", "Ejja nipprovaw nanalizzawhom flimkien u ejja nipprovaw nirranġawhom għaliex din hija awtorita' li trid tibqa' tgħix u trid tkun ta' servizz għaċ-ċittadin.\".", "Jiena qed nagħmel din ir-rimarka bil-quddiem għaliex sfortunatament f'dan il-pajjiż ma nistgħu naraw xejn dritt u b'mod oġġettiv jekk mhux b'mod partiġjan jew inkella b'mod preġudikat.", "Jekk hemm min irid jagħmel xi kummenti oħra, jista' jagħmilhom kemm irid għaliex lili ma jdejquni xejn.", "Pero' qiegħed niddikjara solennement li aħna għandna l-intenzjonijiet tajbin kollha u dawn għamilthom drabi oħra u nkompli nagħmilhom.", "Jien naf x'għandi fil-kuxjenza tiegħi u għandi responsabbilta' u mbagħad ninjora kompletament allegazzjonijiet li jkunu infondati.", "U jekk nagħmel xi rimarki negattivi - kif qed nagħmel diġa' - fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, dawn qed nagħmilhom għaliex huwa fl-interess li nagħmluhom.", "Ma nistgħux nitbissmu lejn xulxin u ngħidu li kollox sewwa u nitfgħuh taħt it-tapit.", "Jiena għalhekk qed ngħid li meta ħadt over il-ministeru skantajt li l- kollegi tiegħi li kellhom kompetenzi f'din il-materja iktar minni - għaliex wieħed minnhom kien perit u jifhem iktar f'dawn l-affarijiet, u dan m'iniex qed ngħidu b'umilta' - ma kienu għamlu l-ebda rapport u l-ebda studju li għallinqas kien beda l-proċess ta' l-analisi ħalli naraw għaliex l- affarijiet kienu sejrin daqshekk ħażin, jekk huwa veru kienu sejrin daqshekk ħażin.", "Għaliex hawn hi l-problema.", "Inti trid tagħmel analisi ħalli tkun taf jekk il-perception tan-nies u dak li qed jgħidu fuq l- Awtorita' ta' l-Ippjanar huwiex veru.", "Imbagħad jekk hija daqshekk ħażina trid tara fejn huma d-difetti u jekk issib dawn id-difetti tieħu l-miżuri ħalli tirranġahom.", "Madam Speaker, id-dibattitu li se jsir f'din il-Kamra li nistenna li jkun interessanti ħafna, wieħed irid ipoġġih ukoll fil-parametri ta' pajjiżna.", "Qed ngħid dan għaliex hemm differenza bejn meta jkollok awtorita' ta' l- ippjanar f'pajjiż kbir u meta jkollok awtorita' ta' l-ippjanar f'pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Pajjiżna huwa a small island state fejn it-territorju huwa żgħir u fejn l-iżvilupp, għall-grazzja t'Alla, huwa kbir.", "Allura inti, fl-istess ħin li taf li inti ristrett b'territorju li huwa limitat, trid tipprova tlaqqa' flimkien l-eżiġenzi ta' l-iżvilupp, l-eżiġenzi tat- tkabbir ekonomiku u l-esiġenzi tal-ħarsien tal-livell soċjali.", "Dawn huma fatturi li llum qegħdin nitkellmu ħafna fuqhom.", "Barra minn hekk hemm anke l-konċett tal-vulnerability fejn inti iktar m'inti żgħir u ristrett u għandek obbligi ta' nazzjon, ta' pajjiż, inti tkun soġġett li titlef il- bilanċ iktar malajr.", "Dan japplika għal ħafna affarijiet.", "Japplika, per eżempju, għal kif neħilsu mill-iskart li għandna.", "Dak li jiflaħ pajjiż ieħor aħna ma nifilħux għaliex m'hemmx proporzjon dirett bejn l-ammont u l- kobor u meta jkollok iċ-ċokon li għandna aħna, il-proporzjon jitlaq 'l barra mil-linja dritta u jibda jkun ta' periklu.", "F'dan il-każ irrid ngħid li m'huwiex faċli għal kull bord jew awtorita' ta' l-ippjanar f'pajjiż żgħir bħal tagħna li żżewweġ flimkien u żżomm il- bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ħarsien ta' l-ambjent tagħna.", "Aktar u aktar meta dan inpoġġuh fil-kontest li dan l-istess ambjent irridu nħarsuh u rridu nissalvagwardawh imma fl-istess ħin, irridu jew ma rridux, ikollna nieħdu jew niddistruġġu partijiet minnu biex niżviluppawhom għall- bżonnijiet soċjali u ekonomiċi tagħna, ħalli mbagħad naqilgħu x'nieklu mill- iktar settur ekonomiku qawwi ta' pajjiżna, jiġifieri t-turiżmu.", "Allura ma rridx inkun jien li nkun responsabbli mija fil-mija li rrid inżomm dan il- bilanċ għaliex huwa bilanċ prekarju u diffiċli u mhux la kemm wieħed iżommu.", "Jiena dan la qiegħed ngħidu biex niskuża naħa u lanqas ħaġa oħra imma biex ikollna dibattitu on an even keel u nitilqu fuq linja dritta fejn naraw l-affarijiet b'mod oġġettiv.", "GĦaliex wieħed jista' jgħid li kollox sewwa u jħares in-naħa l-oħra, jew jista' anke jikkritika bl-addoċċ u wkoll jħares in-naħa l-oħra, imma jekk irridu nkunu ġusti ma' min għamel sagrifiċċji biex waqqaf l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u biex bil-kuxjenza kollha jmexxiha sewwa - għalkemm forsi mhux dejjem irnexxa kif wieħed kien jixtieq - irridu nkunu ġusti ma' l-esiġenzi li titlob tmexxija ta' awtorita' bħal din.", "Jekk niġu għall-kontroll ta' l-iżvilupp, li bħalma diġa' għidt huwa l- ikbar uġigħ ta' ras ta' din l-Awtorita', Madam Speaker, inti trid tara wkoll l-esiġenzi u d-drawwiet li għandna u l-iskumdita' ta' soċjeta' żgħira bħal tagħna fejn kulħadd jaf lil kulħadd u fejn kulħadd sfortunatament imdorri jimbotta ħalli jipprova jieħu dak li għandu jieħu.", "Min-naħa l-oħra mbagħad irridu naraw l-esiġenzi u d-drittijiet li għandhom l-applikanti għal permess ta' żvilupp.", "Per eżempju, inġib quddiem għajnejja investitur li qiegħed jipprova jinvesti biex ikompli jdawwar ir-rota ta' l-ekonomija.", "Dan l-investitur għandu overdraft mal-bank ta' miljuni ta' liri u kull xahar li l-applikazzjoni tiegħu qiegħda tittardja qiegħed jiekol mill- profittabilita' tal-proġett li kellu f'rasu u li jista' jwasslu addirittura f'pożizzjoni li jekk tittawwal iżżejjed, biex ngħid hekk, ittellfu mill- profittabilita' ta' dan il-proġett.", "M'hemmx dubju li dawn il-fatturi kollha - u jiena m'iniex insemmi kollox għaliex inkella ma tispiċċa qatt - huma kollha affarijiet li jidħlu f'din l- l-istorja ta' kif għandna nħarsu, kif għandna nikkritikaw u kif għandna nipprovaw nirranġaw din l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħalli tkun iktar effiċjenti.", "Aħna ma nistgħux nagħtu kas erba' jew tmien fatturi biss u ninjoraw il-biżibilju ta' fatturi oħra li jidħlu f'din il-kwestjoni kollha, għax jekk nagħmlu hekk jiena ċert li kemm min hu knowledgeable fuq barra u kemm il-professjonisti li hemm fl-awtorita' jidħku bina u jgħidulna: Isma', intom m'intomx taraw il-problema kollha kemm hi imma qegħdin tħarsu lejn biċċa minnha.", "U dan la jkun ġust ma' min qed iħaddem l-awtorita', la jkun ġust mal-poplu li jisma' mingħandna x'għandna ngħidu fuqha u lanqas ikun qed jgħin biex naslu għal dik is-soluzzjoni li hija ġusta u hija dik li rridu ħalli jkun hemm ekwita' u ġustizzja ma' kulħadd.", "Aħna qegħdin ngħidu ċar u m'hemmx argument li l-bżonn ta' kontroll qiegħed hemm u Allaħares jintilef.", "Allaħares jintilef għaliex innaqqsu mis- saħħa li għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Allaħares jintilef għaliex ikollna l-korruzzjoni fl-awtorita'.", "Allaħares jintilef għaliex nitilfu l- professjonalita' fl-awtorita'.", "Allaħares jintilef għaliex irridu ngħaġġlu u nipprovaw inniżżlu l-livelli ta' kontroll; Allaħares jintilef għaliex ikun hemm min jimbotta u jkun hemm il-korruzzjoni fl-awtorita'.", "Dawn l- affarijiet kemm-il darba ppriedkajthom fl-awtorita' u għidthom ukoll kemm ili ministru.", "U dawn għidnihom bla ma qatt ippuntajna subgħajna lejn ħadd imma bħal meta l-kapillan jitla' fuq il-pulptu u jippriedka ħalli wieħed joqgħod attent.", "Il-kappillan ma jsemmix it-tali jew it-talija u lanqas aħna - kif se ngħid iktar 'il quddiem - fl-istudji li għamilna rigward il- Planning Authority ma għamilna xi witch-hunt u lanqas għidna li se nipprovaw nagħmlu xi inkjesta.", "L-ewwelnett ma kienx hemm fiex.", "Kien hemm min ipprova jinterpreta li qegħdin nagħlu xi witch-hunt u li qegħdin nipprovaw nagħmlu xi inkjesta fuq xi ħadd pero' - din dejjem għidtha u nkompli ngħidha - l-istudji li għamilna aħna għamilnihom b'mod miftuħ u b'mod apert u bl-iskop wiesa' li tiġi analizzata l-awtorita' kollha u mhux xi individwi.", "Kieku jkollna informazzjoni fuq xi individwi nagħmlu inkjesti fuq l-individwi pero' għall-grazzja ta' Alla sal-lum ma kellix għalfejn ngħid li se ninvestiga dipartiment jew individwu partikolari.", "Nerġa' ngħid, dan m'iniex qed ngħidu biex nintgħoġob ma' xi ħadd imma qed ngħidu għaliex il-fatti huma fatti u minkejja l-allegazzjonijiet kollha li jkollna ma rridux niġġeneralizzaw u nagħtu l-impressjoni li kollox miexi bl- addoċċ, pero' mhux kollox qiegħed jagħti r-riżultati li wieħed kien jistenna.", "Bħalma għidt, Madam Speaker, il-Gvern Laburista mill-bidu qal li din hija sitwazzjoni li hemm bżonn tirranġa ruħha.", "Aħna ma stajniex nibqgħu mexjin kif konna u ma stajniex nibqgħu nisimgħu t-tgergir.", "Aħna ma stajniex nibqgħu nżommu 'l bogħod u ngħidu li m'għandniex x'naqsmu u li din hija awtorita' awtonoma u allura ma jimportaniex.", "Nerġa' ngħid - u dawn se nagħmilhom kważi bħala stqarrijiet ta' fidi, biex ngħid hekk - aħna nemmnu li l-awtorita' għandha rwol importanti ħafna x'taqdi f'dan il-pajjiż.", "Nemmnu wkoll li bħal kull awtorita' u dipartiment ieħor din qiegħda hemmhekk mhux għall-gost li teżisti imma għas-servizz taċ-ċittadin, biex iċ- ċittadin jieħu dak is-servizz li għandu jieħu.", "Allura ladarba din hija ssovvenzjonata mill-fondi pubbliċi - jiena ċert li anke l-privat jagħmel hekk - wieħed għandu jkun ċert li din topera b'effiċjenza, li tħaddem ċertu ekonomija, li tkun effettiva u iktar u iktar li tkun trasparenti.", "Illum l- għajta tat-trasparenza qiegħda kullimkien imma wieħed ma jistax jaċċetta li ma jkollokx trasparenza f'awtorita' bħal din, speċjalment meta jirrealizza li qegħdin nitkellmu dwar proġetti u applikazzjonijiet li jilħqu l-miljuni ta' liri u mhux ftit mijiet ta' liri.", "Biex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tilħaq dawn l-għanijiet irid ikollha policies li jkunu magħrufa minn kulħadd u li jkunu available.", "Bħala ċittadin, jiena għandi jkolli dritt li ngħid: X'inhi l-policy tal-Planning Authority fuq il-caravans?", "X'inhi l-policy tal-Planning Authority fuq id- dish antennas?", "Jiena m'iniex qed ngħid li din l-informazzjoni ma teżistix imma qed ngħid li għandi jkolli aċċess għaliha u qed ngħid x'inhuma l- prinċipji u kif se nagħmlu minn kollox biex dawn jidħlu iktar fil-prattika.", "Wieħed jistenna wkoll li dawn il-proċeduri jkunu applikati b'ċerta regolarita' u konsistenza u kemm jista' jkun ikun hemm soġġettivita' mill- inqas ħalli mhux wieħed jinterpreta l-policy mod u ieħor jinterpretaha mod ieħor.", "GĦaliex inkella jkun hemm min jgħidlek: Mela lil dak tawh permess u lili ma tawnix meta prattikament għandna l-istess kondizzjonijiet!", "Dan il-Gvern jemmen ukoll, Madam Speaker, li jrid ikun hemm ċerta espedjenza.", "Bil-Malti nużaw il-kelma \"ħeffa\" pero' ma rridx nifhem għaġġla u ferfuxija, fis-sens li qattusa għaġġelija tagħmel friegħ għomja, imma nifhem għaġġla u effiċjenza fl-istess ħin, fejn ċertu ħin u ċertu tul ikun aċċettabbli imma beyond that ikun daqsxejn waħda ż-żejjed.", "Wieħed irid jara wkoll li taħt l-ebda ċirkostanza - inkluża l-imbottatura biex tgħaġġel - m'għandu jkun hemm tnaqqis jew ipperikolar tal-professjonalita' u l-imparzjalita' ta' l-uffiċjali tal-Planning Authority li jagħmlu x- xogħol tagħhom kif għandhom jagħmluh, u dawn fihom infushom ifissru integrita' u onesta'.", "Qed ngħid dan għaliex huwa faċli u hemm ħafna lok fejn dawn in-nies li qegħdin f'din l-awtorita' jkunu esposti għat- tentazzjoni pero' dan kulħadd jafu.", "Jiena minn hawnhekk insellem lil dak l- uffiċjal li ftit ġimgħat ilu mar jirrapporta lis-superjuri tiegħu attentat biex jikkorrompuh ħalli jaċċetta xi flus sabiex jagħmel l-affarijiet li mhux suppost jagħmel.", "J'Alla l-impjegati kollha tal-Planning Authority iħarsu lejn dan l-eżempju ħalli jkun hemm min ipoġġi l-eżempju kif għandhom jimxu l-affarijiet.", "Jiena konvint li l-biċċa l-kbira minnhom - forsi ma neskludix li xi wieħed jew tnejn setgħu żbaljaw - huma nies li jagħmlu x- xogħol tagħhom bis-sinċerita' u bl-onesta' u nawgura li dan kollu jkompli jsir.", "Dan il-Gvern jemmen ukoll li biex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar topera b'mod effettiv irid ikun hemm djalogu kontinwu bejnha u bejn min jistenna s- servizzi mingħandha, bħalma huma l-periti li kontinwament jiġu f'kuntatt magħha.", "Allura jrid ikun hemm makkinarju kif dan il-kuntatt ikun assolutament kontinwu u anke approfondit u l-istess iċ-ċittadin, li huwa dak li qed jistenna s-servizz ta' l-awtorita'.", "Il-bilanċ li wieħed irid iħares f'dan il-pajjiż għandu ċertu piż li fl-aħħar mill-aħħar jitlob mill- awtorita' li jkun hemm ċertu professjonalita' u ġudizzju li jkun impersonali - kważi kważi ġustizzja tal-qrati, biex ngħid hekk - u wkoll ċertu għaqal.", "Pero' l-iktar ħaġa importanti hija li t-tħaddim ta' din is- sistema jgawdi r-rispett u l-fiduċja tal-poplu u li jkun fdat minnu għaliex jekk inti tagħmel dawn l-affarijiet kollha tajbin pero' ma tasalx biex tirbaħ ir-rispett tal-poplu li jkun qiegħed jistenna servizz mingħandek, allura tista' ma tagħmel xejn.", "Qisek għandek raġel ta' l-affari tiegħu u serju imma li n-nies jaħsbu li huwa raġel ħażin.", "Dak huwa miskin pero' xorta se jħarsu lejh b'għajn kerha.", "GĦalhekk aħna nemmnu li rridu nagħmlu minn kollox biex din l-awtorita' bir-riformi li nistgħu nissuġġerixxu llum u drabi oħra, u wkoll bil-mod kif taħdem, tirbaħ ir-rispett u l-fiduċja tal- poplu.", "Din f'għajnejn in-nies għandha tkun awtorita' li tkun irrispettata u fejn dak li jkun ibaxxi rasu u jgħid: La ddeċidiet hekk, allura jien inbaxxi rasi u naċċetta, u dan għaliex ma jkollux is-suspetti ta' nepotiżmu, ta' korruzzjoni u ta' affarijiet magħmulin bl-addoċċ.", "U dan qed ngħidu ħalli nkunu poġġejna l-affarijiet fil-perspettiva t-tajba.", "Fl-isfond ta' dan kollu, Madam Speaker, x'għamilna ħalli naraw li nirranġaw is- sitwazzjoni?", "L-ewwel ħaġa li għamilt, bħalma għidt, bejn l-esperjenza li kelli fuq il- bord u anke l-ewwel xogħol li bdejt nisma' min-naħa l-oħra mill-aspett differenti ta' ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fejn bdejt nara punti di vista differenti, hija li tlabt li jkun hemm rapport fuq il-management ta' din l-awtorita' mingħand xi ħadd li huwa indipendenti u li qatt ma kellu x'jaqsam magħha, f'dan il-każ is-Sur Carmelo Farrugia, li f'Diċembru tani dan ir-rapport.", "Irrid ngħid li dan ma kienx intiż biex joqgħod jinqara min-nies fis-sens ta' stil letterarju imma kien rapport tekniku preliminari rigward l-ewwel impressjonijiet kif wieħed jista' jirranġa din l-awtorita'.", "Irrid ngħid li jiena apprezzajt immens il-fatt li immedjatament li kien hemm din l-imbottatura, il-management team tad- Direttorat ta' l-Ippjanar għamlu rapport ħalli s-Sur Carmelo Farrugia jkun jista' jarah max-xogħol li kien qed jagħmel ħalli jipproduċi rapport iktar sostanzjali.", "Kif qed ngħid, dan kien rapport tajjeb u fih ħafna x'wieħed jogħmod.", "GĦalhekk kienet ħasra li min kien hemm qabli ma kienx imbotta lill-Planning Authority biex tagħmel dawn it-tip ta' rapporti ħalli hi stess tibda tħares lejn il-mera u tgħid: Dawn huma l-affarijiet li nista' nirranġa ħalli nkun iktar effiċjenti.", "GĦalhekk ukoll nikkundannahom talli m'għamlu assolutament xejn f'dan il-kontest pero', kif qed ngħid, f'Diċemrbu konna qbadna t-triq ħalli nipprovaw nirranġaw l-affarijiet.", "Ir- rapport tas-Sur Farrugia u r-rapport tal-Planning Directorate ikkumplentaw ħafna lil xulxin pero' iktar tard kien hemm dan l-aħħar rapport li qed insemmi u li, biex ngħid hekk, kien verżjoni riveduta ta' kollox.", "Dan wasal għandi għall-ħabta ta' l-aħħar ta' Ġunju u jinkludi l-aħħar rakkmandazzjonijiet li l-Planning Authority għamlet b'mod formali - għax imbagħad, biex ngħid hekk, kien hemm ruxxmata rakkmandazzjonijiet - ħalli jgħinu biex din l-awtorita' titbiddel.", "Issa meta aħna konna qegħdin nirċievu dan il-feedback kollu jien diġa' kont kuntent sa ċertu punt, u għidt: Mela fl-aħħar the ball has started rolling.", "Xi ħadd jaf li jridu jsiru riformi, xi ħadd qed jinduna li hemm bżonn li nbiddlu l-affarijiet u lest jgħinna ħalli nbiddluhom.", "Allura bejn entużjażmu żejjed - forsi kien hemm anke min ma kienx daqshekk entużjażmat - u bejn, nazzarda ngħid, anke xi interessi, kien hemm taħlita ta' affarijiet x'wieħed jista' jagħmel.", "GĦalhekk jiena ħallejt li l- affarijiet jiddiġerixxu ruħhom bil-mod il-mod ħalli jibdew jissettiljaw u jibdew joqogħdu.", "Pero' sadanittant fil-Planning Authority kien diġa' qiegħed jiġi rifless ċertu tibdil żgħir - li seta' jsir mhux neċessarjament bil-liġijiet - f'dak li huwa l-mod kif jitħaddmu l-affarijiet.", "Jiġifieri fil-Planning Authority qed tqum kuxjenza u qamet kuxjenza li hemm bżonn li l-affarijiet jitbiddlu.", "Iktar tard, Madam Speaker, wasalna biex nifformalizzaw l-azzjoni li ridna nieħdu biex l-affarijiet jirranġaw u eventwalment wara li kont irrelatajt xi darbtejn fil-Kabinett dwar x'kelli l-ħsieb jew x'ridt li nagħmel u ovvjament wara diskussjonijiet u konsultazzjonijiet kemm mal-Planning Authority u kemm ma' nies li stajt nafda fihom ħalli jgħinuni, ġie deċiż li jitwaqqaf sotto-kumitat tal-Kabinett.", "Fil-fatt dan is-sotto-kumitat kellu l-iskop li jagħmel reviżjoni tal-leġislazzjoni, ta' l-istruttura u tal-mod kif topera l-Planning Authority.", "Hawn ta' min jgħid li l-mandat kien li nagħmlu rakkmandazzjonijiet għal emendi fl-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp u fuq il-proċeduri ta' l-awtorita' biex niddiskutuhom fil- Kabinett ħalli finalment inkunu nistgħu nimplimentawhom.", "Kif diġa' għidt, dan is-sotto-kumitat tal-Kabinett ġie mwaqqaf fuq l-insistenza tal-Prim Ministru u tajnih din is-saħħa kollha bħala sotto-kumitat - bis-segretarju tal-Kabinett stess bħala segretarju - għaliex ridna nuru kemm din l- awtorita' hija importanti u ridna li kulħadd ikun jaf li f'rasna minn dejjem kellna l-ħsieb li nagħmlu l-affarijiet sew u b'mod serju għall- aħħar.", "Fuq dan is-sotto-kumitat ovvjament kien hemm ic-chairman tal-Planning Authority, kien hemm rappreżentanti mill-Federation of Industry, mill- Kamra tal-Periti, mill-management efficieny unit u magħna kellna wkoll lil Dr Hugh Peralta li minn hawn nirringrazzjah tax-xogħol li għamel - aktar 'il quddiem se nirringrazzja lill-membri kollha li taw kontribut kbir f'dawn il-laqgħat li għamilna f'dan il-kumitat - li tlabnih biex ikun advisor politiku u mbagħad kien anke l-bniedem li għamel l-ewwel draft ta' l-emendi li għamilna.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li mill-ewwel kien jidher li jekk ridna nagħmlu x-xogħol bis-serjeta' ma stajniex naqdu l-mandat li tana l-Kabinett.", "Jien ħadt ir-responsabbilta' li nfiehem lill-Kabinett li ma kienx possibbli nagħmlu reviżjoni daqshekk wiesgħa ta' dak li talab fil- leġislazzjoni, fl-istruttura u fl-operazzjoni at one go, aktar u aktar meta f'daqqa waħda minħabba li l-affarijiet bdew isiru akuti u bdejna nsibu aktar tgergir u l-perception bdiet tikber li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sejra ħażin, iddeċidejna li jkun utli jekk nagħmlu xi ħaġa mmedjata ħalli nipprovaw insolvu parti minn din il-problema.", "Allura ddeċidejt, bi qbil mal-Kabinett, li għal din id-darba nikkonċentraw iktar fuq l-emendi li se nressqu quddiem il-Parlament fuq dak li huwa l-proċess tal-kontroll ta' l- iżvilupp, jiġifieri d-development control.", "U hemmhekk għidna li l-iktar li jgergru n-nies, l-iktar li jintlaqtu u l-iktar li hemm interface mal-poplu huwa fejn jidħlu talbiet għal permessi ta' żvilupp u dawn il-permessi jiġu approvati jew mhux approvati jew inkella jiġu miżmuma.", "Allura għidna li l- ewwel eżerċizzju li nagħmlu se nagħmluh biex nipprovaw noħolqu emendi u suġġerimenti f'din il-linja.", "Irrid ngħid li din li qed nagħmlu llum la hija s-soluzzjoni finali għall- problemi li għandha l-Planning Authority, la hija l-ewwel u l-aħħar emenda li se nagħmlu u lanqas qegħdin ngħidu li biha sibna ċ-ċavetta ta' kollox.", "Ħalli nagħmluha ċara.", "Dawn huma l-ewwel ftit emendi għal-liġi dwar l- ippjanar u nittama fil-Bambin li nerġa' niġi hawn drabi oħra b'emendi oħra għal din il-liġi għaliex għandha ħafna x'wieħed jeżamina u fuqhiex wieħed jitkellem u hemm ħafna fejn nirranġaw.", "U għal min qed jikkritikana bil- quddiem u qed jgħid li m'aħna se nsolvu xejn, irrid ngħid li qed nagħmlu l- aħjar tagħna.", "Dan żgur huwa aħjar milli għamel min kien hawn qabilna li qagħad jikkritika u ma ssuġerixxa xejn u m'għamel xejn.", "Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-ħafna nies li kitbulna u bagħtu s-suġġerimenti tagħhom.", "Mhux kulħadd jagħmel complaints, mhux kulħadd jakkuża bil-korruzzjoni, mhux veru.", "Kien hemm ħafna ċittadini li bagħtu suġġerimenti, ittri kostruttivi u materjal li jgħinek biex tifforma opinjoni ta' kif għandhom imorru l- affarijiet u ta' dan jien nirringrazzja lil kulħadd.", "Mela qed ngħid ċar li dawn huma l-ewwel batch ta' emendi li se nipprovaw għax wara kollox billi nippriedkaw hawnhekk u nagħmlu liġijiet, huma n-nies li hemm fil-Planning Authority li jridu jħaddmuhom dawn il-liġijiet.", "Jien ngħid bil-quddiem li ninsab konvint li jekk jingħataw the right guidance u l-fiduċja li jixirqilhom se jħaddmu dawn l-emendi ħalli jkollna r-riżultat li qed nistennew.", "Ma nistax neskludi li nsib xi iblaħ jew tnejn li jipprovaw jagħmlu l-bsaten fir-roti.", "Nispera li ma jsirx hekk pero' jekk kemm-il darba naslu għal dawn l-affarijiet jien nitlob li min ikun li jekk jara li ma jaqbilx ma' din is-sistema, jekk assolutament ma jkunx jista' jaċċetta dawn l-affarijiet, aħjar ikun onest u jgħid li ma jridx jaħdem f'dak l-ambjent, li ma jaqbilx u li ma jridx jagħmel dawk l- affarijiet milli jibqa' f'postu u jfixkel dak li jkun qed jiġri.", "Dan qed ngħidu mingħajr l-ebda rifless fuq ħadd imma qed ngħidu b'mod ġenerali.", "Dan għidtu meta ħadt il-ministeru, meta mort id-Direttorat ta' l-European Union u meta għajjat lin-nies tiegħi fil-ministeru u għidtilhom: Isma', min irid jaħdem miegħi jien nagħtih il-fiduċja u hu jagħtini l-fiduċja imma min ma jaqbilx, minflok ma joqgħod hawn itellef, għandu jkun raġel u jgħid li dan ix-xogħol ma jgħoġbux, li ma jaqbilx ma' dawn l-affarijiet u nkunu nistgħu nitkellmu forsi jikkonvinċini jew nikkonvinċih.", "Li ma nixtieqx żgur huwa li jkun hemm min jagħmel il-bsaten fir-roti.", "Issa ħalli naraw daqsxejn fuq fuq - dwar dan se jkollna ċans nitkellmu aktar il-quddiem - fhiex jikkonsistu dawn it-tibdiliet li qed nitkellmu fuqhom.", "Kif għidt, is-sotto-kumitat iltaqa' ħafna drabi wara xulxin għal sigħat twal bil-konsulenzi li kull wieħed kellu bżonn.", "Fil-każ tal-Planning Authority, is-Sur Fabri li huwa c-chiarman, kellu miegħu kontinwament lill- Perit Godwin Cassar u nirringrazzjah minn hawnhekk - mhux qed niddejjaq ngħid li qiegħed hawnhekk - għax huwa bniedem li ilu mill-formolazzjoni tal-Planning Authority u għadu sal-lum jaħdem fil-policies tagħha u kien indispensabbli biex jgħin ħalli nkunu nafu fuqhiex qegħdin nitkellmu.", "Kien ta' sodisfazzjon enormi għalija li kellna ċ-ċans li l-Planning Authority u d-direttur tagħha jkollhom diskussjoni faccia a faccia kontinwament mal-Kamra tal-Periti, ħaġa li ma nafx kemm kienet issir qabel, imma f'dan il-kumitat intlaħaq ċertu ammont ta' qbil li wassal biex għamilna affarijiet li dak iż-żmien ma kenux isiru.", "Kien hemm qbil fuq ħafna affarijiet u se ngħid x'għamilna biex qbilna fuqhom.", "Kien ikun hemm dan id-dibattitu kontinwu, dan il-qbil u nuqqas ta' qbil bejn il-Kamra tal- Periti u d-Direttorat tal-Planning Authority.", "Mela aħna, kif qed ngħid, għandna taħlita ta' emendi fil-proċeduri u taħlita fil-liġijiet.", "Waħda mill-affarijiet li naħsbu li għandha importanza u li tista' tgħin biex tmexxi s-sistema aħjar hija l-ħolqien ta' direttur fil-Planning Authority li se jkun responsabbli mill-amministrazzjoni u mill-audit.", "(Interruzzjonijiet) Jien se nsemmihom biss u mhux se nidħol fid-dettall, imbagħad niddiskutuhom aktar fit-tul waqt id-dibattitu.", "Fil-kompożizzjoni tal-bord tal-Planning Authority m'aħniex qed naraw tibdil u jiddispjaċini li mhux qed ikun hemm tibdil u ngħid għaliex.", "Jien dejjem kont nhewden li nistgħu naslu għaż-żmien meta jkun hemm aktar awtonomija u inqas rappreżentanza tal-gvern fuq dan il-bord, pero' jiddispjaċini ngħid li bis-sitwazzjoni li sibna u d-diffikultajiet li għad hemm għadu kmieni biex il-gvern ineħħi jew inaqqas mill-membri li għandu fuq il-bord.", "Allura għalissa ġie deċiż li l-kompożizzjoni tibqa' kif inhi bit-tama li 'l quddiem tant timxi tajjeb u tant ikun hemm żvilupp f'din l- awtorita' li nkunu nistgħu nnaqqsu minnhom.", "Iddeċiedejna wkoll u qed nirrikkmandaw fl-emendi li l-kompożizzjoni tad- DCC, il-kumitat li jieħu ħsieb il-permessi tal-bini, it-tliet membri li normalment kienu jiġu mgħoddija mill-Planning Authority għad-DCC, dawn illum mhux se jkunu membri tal-bord stess imma se jkunu magħżula mill- Planning Authority minn barra l-bord ħalli kemm jista' jkun inżommu aktar l- indipendenza taż-żewġ korpi, jiġifieri tad-DCC u tal-Planning Authority.", "Għalkemm nemmen li għandu jkun hemm id-dibattitu fil-pubbliku, li għandu jkun hemm il-laqgħat pubbliċi u li l-vot finali kemm tad-DCC u kemm tal- Planning Authority għandu jsir fil-pubbliku, inħass - dwar dan kien hemm qbil - li jekk ikun hemm talba, id-deliberazzjonijiet bejn il-membri tal- bord tad-DCC u tal-Planning Authority jsiru fil-magħluq.", "Dan nafu mill- esperjenza u naħseb li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici jaqbel miegħi li meta tkun qed tiddeċiedi fuq każ ħafna drabi ma tkunx liberu mija fil-mija biex tagħmel il-mistoqsijiet tiegħek wara li tkun smajt in-naħat kollha għaliex ikollok l-iżviluppaturi qegħdin hemmhekk bl-interessi tagħhom, iċ-ċittadini li jkollhom il-perceptions tagħhom u malli tagħmel ċerti mistoqsijiet bl-iktar mod bonarju biex tqajjem id-dubji ħalli tgħin lilek innifsek u lil sħabek jifformaw opinjoni u tiġi interpretat li qed titkellem kontra jew favur il-każ.", "Meta jiġri hekk ma tħossokx liberu u tasal f'pożizzjoni li tgħidli mhijiex tajba biex tilħaq ġudizzju serju u tgħid: Aħjar ma nistaqsihiex din għax nista' ninbagħad jew nidher ikrah.", "Mela allura qegħdin ngħidu li hemm il-fakulta' li jekk xi ħadd jitlob id- deliberazzjonijiet - wara kollox dan huwa proċess li jsir fil-qrati tagħna fejn għandek il-ġurati li wara li jisimgħu x-xhieda fil-pubbliku jiddeliberaw fil-privat imbagħad joħorġu bil-vot lest - fil-każ tal- Planning Authority qegħdin ngħidu li l-vot isir quddiem il-pubbliku.", "Tkellimna wkoll u hemm emendi dwar kif se jkun kompost il-bord ta' l- appell u wara li rajna li qed ikun hemm wisq tendenza legalistika fid- deċiżjonijiet tal-bord ta' l-appell iddeċidejna li l-persuna prinċipali, li hu ic-chairman, ikun bniedem versed fil-planning iktar milli fl-aspetti legali.", "Il-bniedem legali se jibqa' hemmhekk imma se nnaqqsu kemm jista' jkun it-tiġbid fit-tul.", "Madam Speaker, ħaġa interessanti li se noħolqu f'dawn ir- rakkmandazzjonijiet huwa l-users' committee.", "Għaliex se nagħmluh dan?", "Dan se nagħmluh għaliex bħalma għidt xtaqna li jkun hemm aktar rappreżentanza fuq il-bord tal-Planning Authority pero' ma stajniex nagħmluha għalissa.", "Dan il-users' committee li qegħdin noħolqu huwa l-kumitat ta' dawk l- entitajiet li huma the end users, jiġifieri ċ-ċittadin u l-iżviluppatur, li t-tnejn jintlaqtu mid-deċiżjonijiet ta' l-awtorita', il-periti u l- kunsilli lokali li jaħdmu magħha u l-għaqdiet ambjentali li huma wkoll interessati.", "Jiġifieri se noħolqu dan il-bord li jkun ta' bejn seba' u ħdax- il ruħ u se naraw li kull għaqda ta' entita' nazzjonali jkollha membru fuq dan il-bord ħalli jkun watchdog, f'sens pożittiv, u jkun riflessjoni ta' dak li jgħidu n-nies, u jkun jista' jgħid li qed jaraw li hemm wisq tlajjar, jew li għandhom xamma ta' hekk.", "Biss dan il-kumitat li se jkun qed jissorvelja x-xogħol m'huwa se jkollu l-ebda dritt li jindaħal lill- Planning Authority.", "Jien ma rridx bord fuq bord, dan ma jeżistix.", "Dan lanqas se jkollu dritt li jmur iqalleb fil-files tal-Planning Authority, għax se jkun maqtugħ minnha kompletament u se jirrapporta lill-ministru ħalli dawk il-complaints li jkollu jressaqhom lili u jien nara li l- affarijiet jiġu notifikati u rranġati.", "'II quddiem irridu naraw kif jaħdmu l-funzjonijiet tiegħu.", "Ħaġa oħra li qbilna dwarha kienet li ċerti policies, li kif għidna jkun hemm bżonn numru minnhom, għandhom ikunu approvati mill-Gvern.", "Għaliex?", "GĦax wara kollox il-Gvern għandu l-policies tiegħu.", "Il-Gvern jitla' fuq mandat elettorali u għandu għanijiet li jrid iwettaq, allura ma jistax ma jkunx hemm affjatament bejn il-Planning Authority u l-Gvern.", "Għal min diġa' qiegħed jikteb bl-addoċċ fil-gazzetti fuq dawn l-affarijiet, irrid ngħid li l-istructure plan kien approvat mill-Gvern b'maġġoranza minn dan il-Parlament, ir-review ta' l-istructure plan eventwalment ġiet approvata mill-Kabinett u mgħoddi mill-Parlament u anke l-local plans iridu jkunu approvati mill-Gvern.", "Jiġifieri hawn qegħdin nitkellmu fuq proċess fejn il- Gvern irid jara li dawk il-policies huma konsistenti mal-politika tiegħu.", "Dan ma jfissirx li se japplikahom hu u li se joqgħod jiddeċiedi jekk dik il- policy japplikahiex mod lil xi ħadd u mod ieħor lil xi ħaddieħor.", "Din trid tapplikaha l-Planning Authority imma l-Gvern ikollu say f'dawk il-policies u ovvjament il-proċeduri jitħaddmu.", "Għalhekk kien hemm qbil li jiġi ppubblikat manual li fih ikun hemm il- policies, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri kollha li jitħaddmu mill- Planning Authority, għaliex wieħed mill-akbar ilmenti li kien hemm mill- Kamra tal-Periti kien li tant ħerġin policies li tkun taf b'erba' u teħel fil-ħames waħda.", "Per eżempju, tagħmel l-applikazzjoni u jgħidulek għax għandek din u din u din.", "Dan qalitu l-Kamra tal-Periti u aħna qegħdin nemmnu li jgħin ħafna jekk ikun hemm manual uffiċjali ta' dawn il-policies.", "Jien bħala ċittadin għandi d-dritt li jkolli manual ħalli nkun naf x'inhuma l-policies, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri tal-Planning Authority.", "Għidna ukoll li r-review ta' l-istructure plan ġiet approvata.", "Il-liġi fil-preżent tgħid li l-pjan ta' struttura jrid jiġi rivedut kull sentejn imma rajna li fil-prattika dan impossibbli li jsir għax diġa' qegħdin lura b'numru ta' snin.", "Allura qed ngħidu li l-istructure plan, li wara kollox huwa xi ħaġa massiva, jiġi rivedut kull ħames snin ħalli jkun hemm iż- żmien li jitbiddel u jsir ix-xogħol li għandu jsir u fl-istess ħin ikun hemm ċerta kontinwita' u konsistenza.", "Pero', kif diġa' għidt, jekk f'dawk il-ħames snin isir tibdil fil-gvern u dan ikollu priorities u politika differenti mill-Gvern ta' qablu, dan ma jistax jibqa' marbut b'dak l- istructure plan.", "Aħna nemmnu u qed nissuġerixxu li bi qbil, b'riżoluzzjoni parlamentari u b'diskussjoni fil-Parlament ċerti policies għandhom jiġu mibdula within the structure plan innifsu.", "Rigward dak li huwa l-kontroll ta' l-iżvilupp, aktar milli tibdil fil- liġi rajna tibdil f'dik li hija proċedura fejn għidna li għandu jkun hemm aktar konsultazzjoni u koperazzjoni bejn il-periti u l-uffiċjali ta' l- awtorita' u aktar qbil bejn il-perit li qed ipoġġi l-applikazzjoni u min qiegħed jaċċettaha.", "Il-legal notice tagħti d-dritt lill-periti li jagħmlu ċerti xogħlijiet bla ma jkollhom għalfejn joqogħdu jagħmlu applikazzjoni lill-Planning Authority u jistennew fit-tul u bi qbil mal-Kamra tal-Periti u l-Planning Authority wessajna numru ta' żviluppi żgħar, u mhux daqshekk żgħar, li jistgħu jsiru mingħajr ma jkun hemm għalfejn isir dan ix-xogħol burokratiku kollu.", "Dan qed isir biex nipprovaw innaqqsu x-xogħol u nħaffu għax l-objettiv finali huwa t-tħaffif tax-xogħol tal-Planning Authority u li jkun hemm aktar flow ta' permessi ħerġin.", "Ħafna drabi nisimgħu li fl- ekonomija qed ikun hemm ċertu staġnar peress li mhux qed jingħataw permessi biżżejjed u allura mhux qed ikun hemm xogħol biżżejjed.", "Hemm argumenti oħra għal dan pero' parti mir-raġuni tista' tkun din in-naqra ta' bottleneck li qed ikun hemm fil-ħruġ tal-permessi.", "Allura aħna rajna li jkun validu jekk kemm-il darba permess ta' żvilupp, minflok ma jgħodd għal sena, kif kien sal-lum, nestenduh għal tliet snin.", "Jekk kemm-il darba min ikun applika għal permess ma jagħmel xejn f'dawk it-tliet snin irid japplika mill-ġdid, jekk ikun beda x-xogħol u jiskorru t-tliet snin jista' jitlob għal extension u jekk kemm-il darba jkun hemm bżonn ta' aktar extensions kull darba jrid japplika għalihom.", "Sal-lum kien hemm il-famużi tmien ġimgħat biex tingħata risposta għall- applikazzjoni li tkun għamilt, pero' nafu li bl-intenzjonijiet kollha tajbin li kien hemm fil-bidu din ma ħadmitx.", "Allura issa qegħdin ngħidu li se ntawlu l-perijodu u nagħmluh ta' tliet xhur u qed inżommu f'rasna wkoll li dan hopefully se jkun fil-background ta' tħaffif mil-load tal-permessi li se jkollha l-Planning Authority minħabba dawn il-miżuri li qed nitkellmu fuqhom.", "Din diġa' hemm min qed jipprova jkun kontroversjali fuqha pero' se nipprovawha ħalli naraw kif tmur.", "Jiġifieri issa se nagħmlu sistemi differenti f'dawk li huma exempt works u fil-general development order li jistgħu jħaffu l-load minn fuq il-Planning Authority u anke l-appelli.", "Waqt il-kumitat u waqt xi laqgħat oħra saru ċerti kalkoli by rule of thumb fejn irriżulta li bis-saħħa ta' dawn l-emendi li qegħdin nagħmlu x-xogħol se jitħaffef xi ftit u allura se jkun hemm iktar ċans li l-uffiċjali tal- Planning Authority jikkonċentraw aktar fuq dawk l-applikazzjonijiet li jkunu deħlin.", "Allura se nagħtu perijodu ta' tnax-il ġimgħa u jekk kemm-il darba tibqa' ma tingħata l-ebda risposta - se nkun onest dwar x'inhu l- iskop, biex nipprovaw nimbottaw lill-Planning Authority biex taħdem kemm kemm iktar bil-ħeffa - ikun ifisser li l-permess ġie aċċettat.", "Issa dan ma jfissirx li min japplika għal xi proġett ta' għoxrin blokk flats u fi tlett xhur ma jirċievi xejn għandu jifhem li ingħata l-permess.", "Din irridu nispjegawha aħjar.", "Aħna qegħdin ngħidu li dan il-provvediment huwa l-kontra ta' dak li kien hemm qabel, għax qabel is-sistema kienet li jekk ma tirċievi xejn tqis li huwa refusal.", "Is-sistema li se nagħmlu issa tapplika jekk kemm-il darba t- talba tal-permess tkun għal oġġett li jkun qiegħed fejn diġa' hemm local plan, diġa' hemm il-linja, diġa' hemm ċerti parameters u trid tkun qed titlob dak li hu skond il-policies tal-Planning Authority.", "Ma jridx ikun x'imkien fejn hemm permess biss għal tliet sulari, imbagħad tapplika għal erba' jew ħames sulari u għax l-applikazzjoni tiġi mwarrba - diġa' qegħdin nikkontemplaw li jista' jkun hemm korruzzjoni f'dan is-sens - wara li jgħaddu tliet xhur taħseb li għandek il-permess.", "L-applikazzjoni trid tkun taqbel mal-policies ta' dak il-post.", "Li titlob għal permess ta' tliet sulari fi three storey area iva, imma ma tistax titlob għal xi ħaġa li m'hijiex fil-policies ta' fejn qed tapplika.", "Dan irridu niddiskutuh aktar il-quddiem, pero' mbagħad ovvjament jekk il-Planning Authority ikollha bżonn tieħu aktar fit-tul trid tiktiblek ittra rreġistrata fejn tagħtik ir- raġunijiet u jkollha estensjoni ta' 26 ġimgħa oħra.", "Ovvjament dan ma japplikax għall-proġetti l-kbar u fejn ikun hemm bżonn ta' environmental impact assessment jew inkella environmental impact statement, għax f'dak il- każ jibda jiskorri ż-żmien minn hemmhekk.", "Issa qed ngħidu wkoll li d-dritt ta' l-appell se jitwal u dak li jkun irid jagħti notice ta' l-appell fi żmien 30 ġurnata, pero' mbagħad qegħdin nagħmlu timeframe - jista' ma jirriżultax tajjeb imma qed nipprovaw - biex l-affarijiet ma jibqgħux għaddejjin ix-xhur u s-snin.", "Irridu nkunu sensittivi lejn dak li jgħidu n-nies u dan hu l-iskop ta' l-eżerċizzju.", "In-nies jgħidulek li ma jafux meta se jerġgħu jisimgħu l-appell u aħna qegħdin ngħidu li l-ewwel hearing tiegħu għallinqas irid isir fi żmien tliet xhur ħalli tkun taf fejn qiegħed.", "Tajna wkoll ċerti drittijiet lill- individwu li jkun milqut b'conservation order, jiġifieri meta toħroġ ordni fejn ċertu bini jew raba' ma jkunx jista' jitmiss, l-individwu jkollu d- dritt li jkun jaf x'wassal għal dik id-deċiżjoni u kif ukoll li jikkontesta dik id-deċiżjoni fi żmien 30 ġurnata, minbarra ovvjament li jkollu d-dritt li jappella minnha.", "F'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet u l-votazzjonijiet fil- Planning Authority u fid-DCC għamilna l-proċedura - u hemm qbil fuqha din - li ma jistax ikun li nibqgħu inħallu lill-membri jastjenu waqt it-tehid ta' deċiżjoni.", "Ħaġa li dejjem konna niddibattuha waqt il-laqgħat kienet jekk membru jistax jastjeni.", "Aħna qed ngħidu li dan huwa korp kważi ġudizzjarju u jien ma nistax nimmaġina kif f'qorti jista' jkollok żewġ ġudikanti li jastjenu għax għandhom id-dritt li jastjenu.", "Allura hawnhekk qegħdin insostnu li kull membru għandu d-dritt u l-obbligu li jiddeċiedi favur jew kontra, imma ma jistax jastjeni għaliex inkella jkun qiegħed iħarbat il- votazzjoni.", "Issa rigward il-proċeduri f'dawk li huma permessi tal-bini, apparti li kif semmejt ikun hemm il-manual tal-policies - din m'hijiex parti mill-liġi pero' huwa tajjeb li ngħidha hawnhekk - qbilna wkoll fuq dik li hi l- proċedura li trid tiġi segwita, jiġifieri meta ssir l-applikazzjoni, meta tiġi aċċettata, kif tiġi pproċessata, meta tiġi maqtugħa u xi jsir warajha.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li jrid ikun hemm aktar affjatament bejn ir- receiving officer u l-perit privat li jressaq l-applikazzjoni.", "Se jkun hemm anke minuting ta' dawk il-pariri li jingħataw lill-periti privati huma u jiddiskutu l-iżvilupp u se jkun hemm anke l-possibbilta' li l-perit stess jaħdem il-fees li għandu jħallas meta qegħdin nitkellmu fuq dawk li jgħidulhom lump payments - dawn ikunu standard u l-oħrajn jinħadmu minn ħaddieħor - imbagħad se jkun hemm ukoll check list ta' x'għandu bżonn il- perit meta jipprova jitfa' applikazzjoni.", "Għaliex?", "Għax ikun hemm ħafna tgergir li wara li jaċċettaw l-applikazzjoni jdum xahar jew xahrjen jistenna, mingħalih se jieħu risposta, u mbagħad jibagħtu jgħidulu li jonqos xi ritratt, xi pjanta jew xi ċertifikat.", "Dawn huma kolla affarijiet li jistgħu jagħtu lok għal abbuż u li jgħinu biex itawlu l-proċess.", "Mela issa hawnhekk qegħdin nitkellmu mhux fuq tibdil fil-liġi imma fuq tibdil fil-proċedura.", "Ħaġa mportanti li l-periti kienu dejjem igergru kontra tagħha kienet li meta jidhru quddiem id-DCC u jiġu rinfaċċati b'refusal ta' l-applikazzjoni tagħhom u jingħataw ir-raġuni, dawn ma jkunux ippreparati biex jirrispondu immedjatament b'mod studjat għal dawk ir- raġunijiet.", "Allura qegħdin ngħidu li meta l-każ ikun ġie rrifjutat mill- case officer - jiġifieri l-uffiċjal li jkun qed jistudja l-każ fil-Planning Authority biex wara jgħaddih lis-superjuri tiegħu jew inkella lid-DCC - għal deċiżjoni finali - dak ir-rapport għandu jintbagħat bil-quddiem lill- perit ħalli dan ikun ippreparat għalxiex se jkollu jargumenta biex jaqbeż għall-klijent tiegħu.", "Imbagħad il-perit ikun tenut li jibgħat is- sottomissjonijiet u l-argumenti tiegħu bil-miktub lid-DCC.", "Allura meta l- kumitat jiltaqa' jkollu quddiemu l-verzjoni tal-case officer u l-verzjoni tal-perit u b'hekk ikun qed jisma' ż-żewġt iqniepen.", "Consideration f'dan il-każ ma jkunx hemm aktar għax tkun diġa' saret pero' jkollu dritt għall-appell.", "Dawn huma dettalji li niddiskutuhom aktar 'il quddiem.", "Jien qed nitkellem b'mod ġenerali dwar x'jista' jiġri.", "Tkellimna wkoll u għamilna rakkmandazzjonijiet rigward drittijiet ta' third parties.", "Bħalma taf is-Sinjorija Tiegħek, ftit xhur ilu kellna deċiżjoni tal-qorti li tat aspett differenti għad-drittijiet ta' third parties li jkunu mdaħħlin f'dawn l-affarijiet.", "Aħna għidna li filwaqt li rridu nirrispettaw dak id-dritt, ovvjament irridu nillimitawh għal dawk li jkunu għamlu sottomissjonijiet kuntrarji għall-iżvilupp mill-bidunett.", "Dawn ikunu parti in causa mill-bidu u jidħlu f'liema stadju jridu.", "Ovvjament hemm ukoll dawk li huma sottomissjonijiet vessatorji - dawk biex jaħlu ż-żmien - imma dak wieħed irid jaħseb għalihom aktar 'il quddiem.", "Bażikament dawn huma r-riformi li tkellimna fuqhom.", "Forsi qabżuli xi affarijiet imma ovvjament meta mbagħad nibdew niddiskutu nibdew insemmuhom.", "Irrid ngħid ukoll li ma' l-emendi tal-liġi - għax aħna ridna nagħmlu xi ħaġa ħafna magħluqa f'dan il-qasam ta' l-ippjanar tal-permessi - ippublikajna wkoll dak li ngħidulu instrument of delegation.", "Hawnhekk għamilniha ċara u ddistingwejna liema huma dawk il-każi li għandhom jiġu diskussi u deċiżi mill-case officers, liema huma dawk il-każi li jistgħu jibqgħu fil-livell tad-DCC mingħajr ma jitilgħu quddiem il-Planning Authority u liema huma l-każi li għandhom imorru quddiem il-Planning Authority.", "U dan għaliex għamilnih?", "Jien dan insistejt fuqu għaliex bl- intenzjonijiet kollha tajbin, abbużi saru.", "Fil-passat jiddispjaċini ngħid li saru abbużi fejn każi ta' ċertu kobor u ta' ċerta entita' flok ġew quddiem il-Planning Authority baqgħu fil-livell aktar baxx tad-DCC jew inkella fil-livell tal-case officers.", "L-entita', l-kobor u l-impatt ta' ċerti proġetti kienu tali li kienu jitolbu l-invervent tal-board tal- Planning Authority u mhux li l-piż jintrefa' mid-DCC.", "Dawn huma affarijiet li ġraw, affarijiet li anke wieħed ipprova jinvestiga u jara għaliex.", "U jiena għalhekk ngħid li meta nibda nisma' u naqra f'ċerta sezzjoni tal- media li dawn l-affarijiet se jfallu, meta min qed jidderieġi jmissu jaf aħjar - għaliex fost id-diretturi hemm min kien imexxi din l-awtorita', u jaf x'qed ngħid, għax kellu ċerta influwenza fuq id-DCC permezz ta' ċerti nies ....", "Żgur li min huwa responsabbli jmissu jara li ma jħallix ċerta kitba għaddejja fuq il-gazzetti tiegħu.", "Dawn l-affarijiet ifallu jekk inħallu nies bħalma kien hemm f'ċerti żmenijiet li kienu addirittura jpoġġu l-files fejn iridu huma u jressquhom quddiem id-DCC meta jgħidulhom huma.", "Imma dan inħalluh għal aktar 'il quddiem.", "Jien nista' ngħid hawnhekk - u jistgħu jixduh il-membri tal-Planning Authority - li fi tmien xhur qatt ma ppruvajt ninfluwenza lil ħadd fid-DCC jew fil-Planning Authority.", "Qatt ma bgħatt ittri jew nies biex jinfluwenzjaw, kif kien jagħmel ħaddieħor.", "Hekk kien jagħmel ħaddieħor.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li hemm bżonn iktar indipendenza tad-DCC u hemm bżonn aktar awtonomija.", "B'hekk nies serji jitħallew jaħdmu bis-serjeta' u mhux jiġu nfluwenzati imbagħad bl-ipokrezija kollha nikkritikaw lill- Planning Authority.", "Jien meta kkritikajt dejjem għamiltu bl-ikbar sinċerita'.", "Meta nara li hemm bżonn nikkritika, jien se nikkritika b'mod kostruttiv, pero' qatt ma jien se nindaħal fejn m'għandix nindaħal.", "Qatt m'jien se ninfluwenza fejn m'għandix ninfluwenza, kif kien isir qabel.", "Għalhekk għamilna institute of delegation li jiddefinixxi ċar fejn għandhom jidħlu l-kompetenzi.", "Biex ma jiġrix bħal meta kellna każ ta' 40 tomna art li ġew żviluppati fejn Ħaż-Żebbuġ.", "Jien kont membru fil-Planning Authority u qatt ma konna nafu b'dan il-kas għaliex in-nies tad-DCC għaddewh f'dak il- livell.", "Dan m'għandux ikun.", "Hemm ċerti affarijiet li għandhom jaslu sa ċertu livell.", "Il-case officers għandu jkollhom ċerti kompetenzi, li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell tagħhom, imma hemm ċerti affarijiet li minħabba l- kobor tagħhom u minħabba s-sensittivita' tal-post fejn ikunu, għandhom jitilgħu quddiem il-board tal-Planning Authority li għandu jkun ultimament responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet.", "Barra hekk, bi pjaċir ngħid li kien hemm ukoll - din ġiet ippubblikata u poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra - dik li hija magħrufa bħala general development order, il-GDO.", "Semmejtha diġa' u nispjega fil-qasir x'inhi.", "Il-periti wara kollox huma professjonisti li għandhom il-kompetenzi u r- responsabbiltajiet tagħhom.", "Dawn mhumiex ebeti.", "Kien hemm ftehim li lill- periti nagħtuhom kemm kemm iktar free hand u aktar poter f'dak li jistgħu jagħmlu.", "B'hekk, per eżempju, biex tagħmel tieqa żgħira ma toqgħodx tmur għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Qed inġib eżempju redikolu imma kemm il- Kamra tal-Periti u kemm jien inħossuna kuntenti li żviluppi żgħar - u forsi kemm kemm aktar kbar mill-eżempju li ġibt - jistgħu jsiru bla ma joqogħdu jgħaddu mill-burokrazija ta' l-applikazzjonijiet.", "Għaliex għamilnieh dan?", "Dan m'għamilnihx biex inċekknu jew inneħħu l-awtorita' tal- Planning Authority.", "Lanqas għamilnieh biex nagħtu xi poter lill-periti imma biex ikun hemm servizz aħjar liċ-ċittadin li jgħid: Isma' jien mort għand perit u rranġajt.", "Dan qisek mort għand tabib, jagħmillek dak li jista' jagħmel hu u jibagħtek l-isptar jekk ikun hemm bżonn.", "Imma hemm żgur ħafna affarijiet li l-perit jista' jagħmel bla ma joqgħod jidħol f'din il-ħafna burokrazija.", "Din il-GDO il-ġdida twessa' ħafna din il-kompetenza.", "Minn hawn nappella lill-periti li jridu jkunu responsabbli għaliex issa qegħdin nitfgħu fuqhom responsabbilta' aktar biex jimxu ma' l-ordnijiet u mar- regolamenti tal-policy.", "Jien, Madam Speaker, naħseb li nieqaf hawnhekk għaliex il-ħin jidher li sar pero' ngħid waħda biss.", "Dan li qegħdin nagħmlu - nerġa' nirripeti lili nnifsi - qegħdin nagħmluh bħala l-ewwel attentat ħalli nippruvaw nirranġaw l-operat tal-Planning Authority.", "Qegħdin nagħmluh bl- intenzjonijiet tajbin kollha u b'għan wieħed, l-għan li din l-awtorita' tkun aktar effiċjenti u li ċ-ċittadin ikun moqdi aħjar.", "Wara li mill-ġdid nerġa' nirringrazzja l-membri kollha tal-bord li għinuna biex naslu għal dawn il-ftit emendi li qed inressqu, nappella għall-koperazzjoni ta' kulħadd.", "Huwa fl-interess ta' kulħadd li pajjiżna jiġi mħares mill-over development u mill-ispekulaturi, li sfortunatament ma jarawx l-interess ġenerali jew l-ambjent, imma xi wħud minnhom jaraw li jagħmlu erba' soldi malajr.", "Sfortunatament hemm min jipprova jġiegħel lil min jaqbeż u jinjora r-regolamenti u jagħlaq għajn waħda jew tnejn.", "Dawn ir-regolamenti jistgħu ma jkunux perfetti, u 'l quddiem nistgħu nibdluhom ukoll, imma rridu nammettu li m'aħniex allat.", "Aħna fallibbli u jekk il'quddiem - u anke waqt id-diskussjoni - nikkonvinċi ruħi li xi emendi mhumiex fid- direzzjoni t-tajba, lest li nagħmel l-emendi li hemm bżonn.", "Din mhijiex xi liġi li nistgħu ngħidu li niżlet mill-Monte Sinai u rridu naċċettawha.", "Qegħdin nagħmlu xi ħaġa li nippruvaw nagħtuha dik il-bixra li tkun effettiva.", "Suġġerimenti tajba huma dejjem milqugħin u ma tagħmilx differenza jekk ikunux ġejjin mingħand sieħbi, min-naħa l-oħra, mingħand il- periti jew mingħand l-FOI; l-aqwa li jkunu suġġerimenti tajbin ħalli nagħmlu Planning Authority effiċjenti.", "Jien konvint, Madam Speaker, li fl-aħħar tad-dibattitu, wara li nkunu smajna d-diskussjonijiet - li jien nippretendi li jkunu tekniċi u anke professjonali ħafna u lest biex nismagħhom - inqum hawn u ngħid: Iva, għad għandi fiduċja li dawn l-emendi li se ndaħħlu se jkunu mħaddmin tajjeb minn nies professjonisti li hemm fil-Planning Authority u se jkunu mħarsin mill- periti li jridu jħaddmuhom.", "Jien konvint li anke l-poplu se jara titjib u se jkun aktar sodisfatt.", "Ovvjament il-poplu jrid jifhem li nbiddlu kemm inbiddlu, r-regolamenti se jibqgħu xorta.", "Wieħed ma jistax ma jagħmilx regolamenti.", "Il-poplu ma jistax jaqbad u jneħħi r-regolamenti u jagħmel li jrid.", "Jien qed inwissi minn hawn bħalma wissejt diġa' anke drabi oħra li dan huwa l-ewwel batch ta' emendi.", "Jien nista' ngħid minn issa li l-intenzjonijiet huma li dan l- istess kumitat li ħareġ dawn l-emendi, issa se jagħmel emendi dwar l- enforcement.", "Din hija l-iktar pjaga li hawn fil-pajjiż li kulħadd jieħu l- liġi f'idejh u kulħadd jagħmel li jrid.", "Jekk il-Bambin irid, darb' oħra nerġa' niġi hawnhekk b'batch ta' emendi li jipprovaw jagħmlu l-enforcement aktar effettiv.", "Dan mhux qed nagħmluh għalina jew għall-Planning Authority imma qed nagħmluh għall-ġid tal-poplu Malti.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "F'12.00p.m id-diskussjoni ġiet interrota u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum, l- Erbgħa, 16 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fil-ħin li għandi rrid nagħmel riferenza għad-diskors li għamel l-Onor.", "Joe Cassar fl-Aġġornament ta' nhar it-Tnejn, 7 ta' Lulju, 1997.", "L-Onor.", "Membru għamel attakk mill-iktar partiġjan kontra tiegħi, speċjalment dwar il-qasam tax-xogħol u l-koperattivi.", "Meta qrajt it- transcript tad-diskors tiegħu ftit stajt nifhem x'ried jgħid tant kemm kien imħawwad id-diskors li għamel.", "Veru li kienet seduta ta' fil-għaxija u wieħed ikun xi daqsxejn għajjien imma bħal ħafna drabi oħra, li issa din il- Kamra drathom, id-diskors ta' l-Onor.", "Cassar kellu karatteristiċi partikolari.", "Politiku li jiġi fil-Parlament u jgħid affarijiet li hu stess ma jkunx jaf humiex veri mhux talli ma jkunx politiku serju u responsabbli iżda jkun politiku li jikkontradixxi dik il-fiduċja fdata lilu mill-elettorat.", "L-Onor.", "Membru kkritikani li r-rapport fuq il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, li kont ordnajt jien meta ħadt il-kariga ta' ministru, ma kien hemm ebda follow-up tiegħu.", "L-ewwelnett meta poġġejt dan ir-rapport fuq il- Mejda tal-Kamra kont stqarrejt li, għalkemm kont aċċettajt ir-rapport, ma kienx ifisser li jien kont naqbel ma' dak kollu li kien jgħid.", "Ir-rapport kien fih ħafna affarijiet li kont naqbel magħhom u kien hemm oħrajn li ma kontx.", "Veru li kont ktibt liċ-chairman tal-bord il-ġdid ta' l-ETC fejn jien mhux biss għaddejtilhom ir-rapport imma ndikajtilhom ukoll id- direzzjonijiet strateġiċi ġodda li jien personalment deherli li kellu jieħu l-bord.", "Lill-Onor.", "Cassar ngħidlu li ma kien hemm l-ebda kontradizzjonif'dak li wettaq il-bord ta' l-ETC.", "Fil-fatt il-bord tad- diretturi approva, per eżempju, li jsir dik li jgħidulha customer perception survey.", "Barra minn hekk, waqt li jibqa' għaddej bix-xogħol normali tiegħu, iddeċieda li biex l-ETC tiġi rianimata, jagħti konsiderazzjoni lil dak li joħroġ minn dan is-survey.", "Jiġifieri anke l- kummenti tal-pubbliku se jkunu miġbura u analizzati b'mod xjentifiku.", "Dan biex l-affarijiet isiru kemm jista' jkun professjonalment u bis-serjeta', u mhux kif jaħsibhom l-Onor.", "Cassar.", "Ma ninsewx li l-istess rapport jgħid li taħt l-amministrazzjoni preċedenti - meta kien responsabbli għall-ETC l- Onor. Cassar, - l-ETC ma kellhiex politika ċara u politika ġenerali dwar il-qasam tax-xogħol.", "L-Onor.", "Cassar qal li meta tara ċ-ċifri kollha f'daqqa ssib li ma fihom l-ebda tifsira.", "Jien lill-Onor.", "Membru ngħidlu li wara tant snin li kien ilu responsabbli għall-ETC, baqa' ma jifhimx l-istatistika u ċ-ċifri li kienet u għadha toħroġ l-istess ETC.", "Per eżempju, il-metodu kif tinġabar l- istatistika u kif tinħadem għadu l-istess bħal qabel.", "Id-differenza hija li l-istatistika qed toħorġ b'mod aktar regolari milli kienet fi żmienu, għax aħna amministrazzjoni trasparenti u hekk irridu nibqgħu sejrin.", "Jekk iċ-ċifri għall-Onor.", "Cassar ma jfissru xejn, dik hija problema tiegħu.", "Allura għalfejn jitlob din l-informazzjoni kollha jekk lanqas huwa kapaċi jifhimha u janalizzaha?", "L-Onor.", "Membru issa qed jammetti li tant għandu tagħrif u statistika għad-dispożizzjoni tiegħu - grazzi għall-Gvern li qed jagħtihielu - u tant iffanga f'din l-informazzjoni li lanqas jaf x'ser jagħmel biha u lanqas jaf kif se jinterpreta din l-istatistika li kostantement u ad nauseam jitlob huwa stess!", "L-Onor.", "Cassar qalilna li minn dan ir-rapport li kont ikkummissjonajt ma sar xejn.", "Hawn aktar għaxxaqha għax qed juri li la jsegwi dak li tagħmel l-ETC mill-media, la jsegwi l-informazzjoni li tingħata mill-Parlament u lanqas iżomm kuntatt mad-direttur appuntat mill-kap tiegħu stess fuq il- bord ta' l-ETC.", "Ħalli nagħtih daqsxejn ħjiel dwar x'qed tagħmel l-ETC.", "Huwa semma l-funds ta' l-IDA, l-Industrial Development Act.", "Dan huwa fond li l-Gvern jagħti biex jitqassam fl-industrija.", "L-Onor.", "Cassar imissu jaf li f'dan il-fund sibna rebus.", "Dan kien ir-rebus li l-istess awdituri kienu indikaw fil-management letter tagħhom mar-rapport tas-sena l-oħra fuq il- finanzi u t-tmexxija tal-korporazzjoni.", "Ngħidlu x'għamilna s'issa.", "Il- bord appuntat minni mill-ewwel talab li noħolqu action plan biex in- nuqqasijiet serji indikati fil-management letter - u hawnhekk nixtieq inpoġġi kopja tal-management letter ta' l-awdituri wara r-rapport li għamlu s-sena l-oħra - jiġu indirizzati u solvuti.", "U din ta' l-IDA hija waħda biss minnhom.", "Fuq din il-materja l-Onor.", "Cassar imissu jaf li l-ETC u l- MDC għaddejin b'eżerċizzju ddettaljat biex jistabilixxu kriterji ċari, serji u trasparenti li fuqhom diġa' mħaddma l-iskema ta' l-IDA.", "Din hija ħaġa li l-awdituri rrapportaw li kienet nieqsa ħafna fi żmien l- amministrazzjoni l-oħra.", "Semma wkoll ix-xogħol fil-komunita'.", "Anke dan dejqu lill-Onor.", "Cassar!", "Irrid nikkonfermalu li dawk l-iskemi fejn l-ETC taħdem mal-komunita' mhux biss għadhom għaddejjin imma saħħaħnihom minn dak iż-żmien 'l hawn.", "Ikkummenta wkoll dwar ir-reġistrar.", "Li rrid ngħidlu lill-Onor.", "Cassar hu li jinsab miżinformat ħafna dwar x'qed jiġri.", "Aħna mhux reġistrar aktar rigoruż beħsiebna nerġgħu nintroduċu.", "Aħna se nintroduċu sistema ta' reġistrar u taħriġ marbutin flimkien biex b'hekk nindirizzaw aktar direttament il-ħtiġijiet partikolari tan-nies bla xogħol.", "Issa ngħaddi biex inwieġeb b'mod aktar ġeneriku għall-kritika rħisa, żleali u mhux informata ta' l-Onor.", "Cassar.", "L-Onor.", "Cassar imissu jkun jaf li mindu ġie ppubblikat ir-rapport li rrefera għalih hu, waqt li l-bord tad-diretturi baqa' għaddej bix-xogħol normali tiegħu, dejjem sab il-ħin biex jiddiskuti dan ir-rapport biċċa biċċa sa ma jasal biex jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu lili u lill- ministeru tiegħi ħalli mbagħad jien ngħaddih lill-Gvern.", "U allura tajjeb li nfakkar lill-Onor.", "Cassar li waqt li kien qed jagħmel dan kollu, il-bord ħa wkoll diversi inizjattivi ġodda biex nagħmlu l-ETC aktar pro-attiva.", "Fost dawn insemmi, per eżempju, t-taħriġ li beda għas-self employed wara talba ta' sieħbi l-Onor.", "Gavin Gulia.", "Proġett ieħor huwa t-taħriġ ġdid li qed nagħmlu għall-qasam tat-turiżmu li qed isir b'kordinament ma' l- Institute of Tourism Studies u ma' l-MHRA.", "Insemmi wkoll it-taħriġ li qed nagħmlu għall-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Hawnhekk qed nagħtu taħriġ għas-sewwieqa biex indaħħlulhom sens ta' customer care.", "Jekk qara l-gazzetta tal-lum seta' jara wkoll l-inizjattiva li bdejna ma' l-FOI u l-MDC biex nagħmlu night institute for further technical education, biex ikollna taħriġ kontinwu tal-gradi tekniċi li hemm tant bżonn fl- industrija tagħna.", "B'hekk mhux biss nassiguraw l-impjiegi eżistenti iżda nattiraw aktar investiment barrani għall-pajjiżna.", "Irrid infaħħar ukoll l- inizjattiva l-oħra li ħadet l-ETC f'dak li ngħidulu xahar ta' impjiegi u taħriġ li għamlet tul ix-xahar ta' Mejju fil-Kottonera.", "Din il-ħaġa se tiġi rripetuta matul ix-xahar ta' Awissu f'San Pawl il-Baħar u f'Wied il-Għajn.", "Imbagħad għandna programm ieħor f'Ottubru li se jsir fil-Mosta.", "Altru milli l-ETC m'għamlet xejn, bħalma qal hu.", "Permezz ta' dawn l-inizjattivi l-korporazzjoni qed issir aktar u aktar pro-attiva u iktar trasparenti għall-ħtiġijiet taċ-ċittadin.", "Issa ħa ngħid xi ħaġa fuq il-koperattivi.", "L-Onor.", "Cassar azzarda jgħid hekk:", "\"Illum nafu f'liema stat qiegħed il-bord tal-koperattivi u l-fond tal- koperattivi.\"", "Iżda waqaf hemm u għandu raġun jieqaf hemm għax jaf f'liema stat ħalla dan il-qasam meta huwa stess kien responsabbli għalih.", "Li ma semmiex l-Onor.", "Membru hu li fi żmienu l-fond ċentrali waqaf jiffunzjona wara li hu, meta kien segretarju parlamentari - mhux jiena jew il-bord li waqqaft jiena imma hu fiż-żmien l-amministrazzjoni l-oħra - biddel ir-regolamenti mingħajr konsultazzjoni ta' xejn mal-koperattivi.", "Għamilha li huma l-koperattivi stess li jikkontribwixxu għal dan il-fond mingħajr ma kkonsultahom xejn u qabad u biddel ir-regolamenti.", "Dan l-għemil ta' l-Onor.", "Cassar wassal biex kisser għal kollox il-fiduċja reċiproka li għandha teżisti bejn ir- rappreżentanti tal-koperattivi u l-bord tal-koperattivi rispettivament.", "U għalhekk għandi pjaċir inħabbar hawnhekk fil-Kamra li, wara konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha, ġew imħejjija regolamenti ġodda biex dak li kisser l-Onor.", "Cassar jerġa' jitranġa.", "Fi ftit żmien ieħor beħsiebni nippreżenta dawn ir-regolamenti f'din il-Kamra li bħalissa qegħdin għand l-Attorney General.", "Kontra dak li rrapporta l-Onor.", "Cassar irrid nirrikonoxxi x-xogħol siewi li qed jagħmel il-bord il-ġdid tal-koperattivi li waqqaft jien.", "Biżżejjed ngħid li minn Ottubru ta' l-1996 s'issa, in-numru ta' koperattivi ġodda tela' għal sitta.", "B'hekk in-numru totali ta' koperattivi li qegħdin jiffunzjonaw fil-preżent issa tela' għal 40.", "Dan ifisser, Madam Speaker, li 15% tal-koperattivi eżistenti bdew jiffunzjonaw taħt it-tmexxija Laburista, jiġifieri fl-aħħar tmien xhur.", "Altru li mhux kollox imkisser fil- koperattivi, bħalma qal l-Onor.", "Cassar.", "Dan in-numru ta' koperattivi u ż- żieda li nrexxielna nagħmlu huwa sinifikanti ħafna, speċjalment din is-sena meta qegħdin niċċelebraw l-50 sena mit-twelid tal-Moviment tal-Koperattivi f'Malta.", "Kien fl-1947 li twaqqfet l-ewwel koperattiva agrikola taħt l- ordinanza u r-regolamenti li kienu saru mill-Gvern Laburista ta' dak iż- żmien.", "Dan iċċelebrajnieh nhar il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997 fil-fiera tan- Naxxar bit-twelid ta' żewġ koperattivi oħra.", "Jiġifieri meta jiġi l-Onor.", "Cassar f'din il-Kamra u jiddiskrivi l-istand li kellhom l-koperattivi bħala wieħed fqir din is-sena, dik affari tiegħu.", "Jista' jgħid li jrid, aħna ma naqblux miegħu u lanqas il-kwantita' ta' nies li żaru dan l-istand ma jaqblu miegħu.", "Dakinhar ta' l-aġġornament, l-Onor.", "Cassar ma ra xejn sejjer tajjeb fil- ministeru tiegħi.", "Aħna nħallu liċ-ċittadini biex jiġġudikaw jekk is- servizzi li qed noffrulhom humiex kif konna wegħdnihom fil-programm elettorali tagħna.", "Dan kien programm li jagħżilna mill-partiti l-oħra billi l-poplu għamel l-għażla ċara tiegħu.", "Kienet għażla li tat mandat b'maġġoranza assoluta biex il-Partit Laburista jerġa' jieħu t-tmexxija ta' dan il-pajjiż u jmexxih b'mod modern u b'mod trasparenti għall-ġid taċ- ċittadini kollha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Madam Speaker, dan l-aġġornament se niddedikah fuq is- servizz pubbliku.", "Irrid nistaqsi dwar kemm hu ppreparat is-servizz pubbliku li jilqa' l-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali tal-pajjiż fil-ġejjieni qarib qabel jaqleb il-millenju l-ġdid.", "Insemmi biss li s-servizz pubbliku fit-totalita' jiġbor l-impjiegi ta' eluf kbar ta' nies.", "Meta wieħed iqabbel il-proporzjon taċ-ċifri ma' dik tas-settur privat isib li s-servizz pubbliku huwa mgħobbi b'numru ta' nies li hu ferm iżjed għoli minn dak meħtieġ għal pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li fil-ġurnali dehru rapporti li kienu jgħidu li d-Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed iniedi kampanja biex jagħti award lil kull min ikun ta sehem eċċezzjonali matul is- sena ta' qabel.", "Din l-inizjattiva hija tajba għax b'hekk forsi d-dehra tas- servizz mal-pubbliku titjieb u toħloq ftit motivazzjoni fiċ-ċivil.", "F'rapport ieħor is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħabbar li n-numru ta' uffiċjali mpjegati mal-MITTS niżel għal inqas min- nofs minn dak li kien sitt xhur ilu meta kien għad hemm l-MSU u ġie ddikjarat uffiċjalment li t-tberbiq ta' flus f'dan ir-rigward issa qed jiġi evalwat aħjar.", "Madam Speaker, istituzzjoni li għalkemm ilha teżisti għal numru ta' snin hi kważi minsija hija l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Fil-fatt meta dan l-aħħar il-Prim Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' din il-kummissjoni jien stagħġibt bin-nuqqas ta' informazzjoni li fih għax għalkemm dan suppost jagħti informazzjoni dwar l-andament taċ-ċivil in ġenerali din l-informazzjoni ma jagħtihiex.", "Jien nistqarr li ma nafx jekk ir-rapporti ta' qabel kienx ikun fihom xi forma ta' ġudizzju fuq il-miri u l-aspirazzjonijiet tas-servizz pubbliku b'mod ġenerali, pero' li kummissjoni ta' daqstant importanza tippreżenta rapport daqshekk fjakk la jirrifletti tajjeb fuq min ippreżenta r-rapport u lanqas fuq iċ-ċivil bħala istituzzjoni pubblika li trid twieġeb għax-xogħol li qed titħallas għalih.", "Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għandha tirrifletti l-polz tas- servizz, anzi biex ngħid hekk għandha tkun ir-ruħ taċ-ċivil, jiġifieri dik il-pressa li tagħti l-ħajja lis-servizz pubbliku.", "Ladarba d-dehra ġenerali tas-servizz pubbliku hija waħda mwiegħra, l-kummissjoni ma tistax taħrab mir-responsabbilta' tagħha u mill-piż ta' dan in-nuqqas, pero' naturalment dan il-piż irid jinġarr ukoll minn oħrajn.", "Madam Speaker, is-servizzi li jagħtu d-dipartimenti tal-gvern lill- pubbliku qed jilħqu l-livell mixtieq?", "Nieħdu d-Dipartiment tal-Posta, kemm kif kien kif ukoll kif inhu bħalissa, fejn ittra impostata lokalment ma tasalx dakinhar stess imma l-għada.", "GĦalkemm hemm dipartimenti li ħaqqhom l- ikbar tifħir, bħad-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni ta' l-Artijiet, hemm oħrajn li ma nafux fejn jinsabu.", "X'impatt qed tħalli l-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku biex l-effiċjenza fiċ-ċivil tkun tista' tinħass verament u mhux fil-ħolm biss?", "L-ebda kampanja ta' pubbliċita' professjonali ma tista' tbiddel dak li hu reali.", "Fil-fatt jingħad li l-livell ta' dixxiplina u ta' effiċjenza fis-servizz ċivili huwa ferm fqir, kemm jekk dan tikkalkolah dipartiment dipartiment, kif ukoll jekk tikkalkolah fuq bażi ta' eluf ta' impjegati li ma jagħtux rendikont ta' xogħolhom.", "Madam Speaker, bħalma l-Awditur tal-Verifika suppost li jerfa' l-piż tar- responsabbilta' għal dak li hu nfiq pubbliku billi jiċċekkja u jivverifika dak l-infiq li jkun sar b'mod straordinarju, hekk ukoll il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għandha tħares madwarha biex tara li l-impjegati fid- dipartimenti tal-gvern qed jagħtu s-servizz mitlub minn min iħallas it- taxxa.", "Dan ma jfissirx li l-membri tal-kummissjoni għandhom jagħmluha ta' pulizija għax illum jeżistu metodi tajbin biżżejjed għal tmexxija professjonali fejn messaġġ li jkun mogħti mill-ogħla livell jasal fl-inqas livell.", "Pero' li jiġri huwa - bħalma qed jiġri fid-Dipartiment tal- Verifika - li l-enerġija ta' din il-kummissjoni qed tinħela fuq eżerċizzju inutli ta' ftit importanza jew ta' portata li tista' ssir mil-livelli eżekuttivi, bil-konsegwenza li kollox ikun jidher miexi sew, fis-sens li flus il-poplu qed jintnefqu sewwa meta, bħalma jaf kulħadd, l-ineffiċjenza, l-iskartar, l-għażż u s-serq huma rampanti.", "Fil-fatt iktar iva milli le, wara nofs inhar lill-uffiċjali ta' dipartiment tal-gvern għandek issibhom jilagħbu l-logħob fuq il-computer.", "Dawn huma fatti magħrufa biżżejjed, pero' ħafna drabi min ikun responsabbli lanqas biss ikun irid ifittex x'inhuma l-funzjonijiet veri ta' l-istituzzjoni tiegħu, aħseb u ara kemm jasal biex iġib lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dik li suppost hi, jiġifieri li tispira l-ideal ta' karriera fiċ-ċivil u li tnissel fiduċja f'min iħallas it-taxxa biex b'hekk iċ-checks and balances fiċ-ċivil ikunu jiffunzjonaw sew.", "Hawnhekk ma rrid nirriferi bl-ebda mod għal xi individwi speċifiċi, anzi nista' ngħid li jien qed nirriferi għall- istituzzjoni.", "Madam Speaker, hawn ikolli nistaqsi: L-individwi li servew f'din il- kummissjoni kif ippersonifikawha fl-imgħoddi?", "Fil-fatt kien hemm kummissjoni li pprovat tikser il-barrieri kbar li sabet quddiemha, pero' r- riżultat kien diżastruż għax l-ideat kienu antikwati u maqtugħin mir- realta' tal-ħajja u min ried jagħmel xi ħaġa għamel sforz dgħajjef imma ħaseb li ħadd ma jaf daqsu u spiċċa biex iktar għamel deni milli ġid.", "Hawnhekk qed nirriferi għal dak il-famuż eżami li kien sar biex principals jilħqu senior principals fejn ir-riżultat aħħari kien li min kellu l- kapaċita' neċessarja spiċċa disgustat u diżappuntat biex seta' jintlaħaq l- iskop ta' min ħoloq dan l-eżerċizzju mill-bidu nett ħalli jiġu aġevolati oħrajn għal skopijiet politiċi.", "Madam Speaker, dan kollu sar taħt il-kappa ta' lbies nadif legali u minkejja dan kollu l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku aċċettat li tiġi abbużata biex tkun l-istrument li bih jitwettqu ċerti inġustizzji.", "Hija verament ħasra li fost dawk l-individwi li ħadu dawn id-deċiżjonijiet, liema deċiżjonijiet fid-deher kienu jidhru ġusti imma fil-fatt kienu inġusti ħafna, hemm min reġa' ingħata responsabbiltajiet oħra anke taħt din l-amministrazzjoni.", "Dawn l-individwi wrew biċ-ċar li huma m'għandhomx viżjoni ta' tmexxija moderna imma madanakollu llum dawn xorta għadhom igawdu l-fiduċja ta' l-istituzzjoni tas-servizz pubbliku.", "Din hija verament ħasra għax il-progress ibati meta nies magħluqin ġewwa d-dlam ta' l-imgħoddi jibqgħu influwenti.", "Madam Speaker, għalhekk jien illum irrid nieħu l-okkażjoni li nappella lill-Gvern preżenti biex jara sew min għandu jitpoġġa fuq awtorita' daqstant importanti bħalma hi l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u biex jistudja x'għandhom ikunu l-veri funzjonijiet ta' din il-kummissjoni.", "Il- Gvern għandu jara wkoll li din il-kummissjoni jkollha pjan ta' azzjoni li jmur oltre ċ-ċifri aritmetiċi bla sens u li din tkun verament il-mutur tar- riforma.", "L-amministrazzjoni preċedenti kienet taħseb li s-servizz se jitjieb permezz tal-MSU li kien immexxi mill-barranin, pero' din l- amministrazzjoni għandha tara li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku taqdi l-ħteġijiet tas-servizz verament u tnissel fl-ispirtu ta' kull impjegat dik il-ħtieġa ta' bidla biex ikollna servizz pubbliku verament modern u effiċjenti.", "Madam Speaker, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għandha tispira riformi mingħajr pressjoni, liema riformi għandhom isiru permezz ta' inizjattivi ġenwini li jsiru mid-dipartimenti tal-gvern stess u protetti mill-prinċipji u mill-gwidi ta' l-istess kummissjoni.", "Din għandha tara wkoll li r-riżultat tal-performance tagħha ma tfasslux fuq il-bażi ta' kemm isiru laqgħat jew ta' kemm joħorġu sejħiet għal applikazzjonijiet imma fuq kemm kwalunkwe ċittadin li jkun talab servizz mingħand dipartiment ikun inqeda tajjeb u malajr, kif ukoll fuq kemm l-amministrazzjoni pubblika tista' tibda tiftaħar li tgawdi l-iżjed perċentwal baxx ta' abbuż fis-sick leave.", "Din il-kummissjoni għandha tiftaħar li s-servizz ċivili ħa diversi inizjattivi biex ikabbar il-livell ta' l-għajxien u l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.", "Madam Speaker, huma dawn il-parametri li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għandha turi fir-rapporti futuri tagħha.", "Din il-kummissjoni tiswa lit-taxpayer madwar Lm150,000 fis-sena imma jekk wieħed jara x'kontribut tat din il-kummissjoni u l-membri individwali tagħha fl-imgħoddi ssib vojt kbir.", "Kieku wieħed kellu jevalwa t-tajjeb li jista' joħroġ mill- funzjonijiet u mir-responsabbiltajiet ta' din il-kummissjoni żgur li jsib li ċ-ċivil għandu jkollu ġejjieni li jkun kburi bih.", "Hija ħaġa ċerta li meta f'ċirkostanzi diffiċli ċ-ċivil juri biċ-ċar li huwa kapaċi jilħaq l- ogħla livelli dawn ir-riżultati jibdew jitpoġġew fil-vera perspettiva tagħhom ħalli min ikun jixraqlu l-mertu jieħdu f'waqtu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa 16 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - FONDI", "7093.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-fondi vvotati għall-1997 għal Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija globalment kienu intnefqu sat-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sat-30 ta' Ġunju 1997, il-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija uża s-somma ta' Lm68,367 mill-voti vvotati għas-sena 1997.", "BARRAKKA TA' FUQ - TELESCOPES", "7203.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara jistgħux isiru t- tiswijiet meħtieġa jew jinbidlu t-telescopes fil-Barrakka ta' Fuq fil-Belt?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-manutenzjoni tat-telescopes fil-ġonna hija responsabbilta' tal-kuntrattur li għamel dawn it-telescopes.", "Sfortunatament dawn huma soġġetti kontinwament għal vandaliżmu.", "Il- kuntrattur se jiġi mitlub jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.", "TAXXI INTERNI - KUNTRATTI", "6961.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta' inter vivos; u causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Ġunju, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' kuntratti li ġew rreġistrati mad- Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Ġunju, 1997 jammontaw għal 959 inter vivos u 152 causa mortis.", "IMPJIEGI", "6962.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għall-perijodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni:- (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (c) on a casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid- dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll efettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Prim Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni ndikati taħt (b) u (c) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Żewġ tabelli (A) u (B) li juru l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-ministeru tiegħi għall-perijodu 1 ta' April, 1997 sat-30 ta' Ġunju, 1997 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "L-Onor.", "Membru għamel l-istess mistoqsija lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bin-numru 6971.", "Dan il- Ministru ser jagħti tweġiba separata, inkluża informazzjoni dwar il- Korporazzjoni Telemalta.", "IMPJIEGI", "6963.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għall-perijodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni:- a) b'kuntratt indefinit; b) b'kuntratt definit; c) on a casual basis; d) konsulenti; u e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni ndikati taħt (b) u (c) ipoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "IMPJIEGI", "6964.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għall-perjodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997, kemm ġew impjegati persuni:- a) b'kuntratt indefinit; b) b'kuntratt definit; c) on a casual basis; d) konsulenti; u e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il- Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal- kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il- Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni ndikati taħt (b) u (c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tqiegħdet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IMPJIEGI", "6965.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għall-perjodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997, kemm ġew impjegati persuni:- a) b'kuntratt indefinit; b) b'kuntratt definit; c) on a casual basis; d) konsulenti; u e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-kas tal-persuni ndikati taħt (b) u (c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJIEGI", "6966.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għall-perjodu 1 ta' April sal-31 ta' Ġunju, 1997 kemm ġew impjegati persuni:- a) b'kuntratt indefinit; b) b'kuntratt definit; c) on a casual basis; d) konsulenti; u e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji ndipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-kas tal-persuni ndikati taħt (b) u (c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fil-ministeru tiegħi mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju,1997 ġiet ingaġġata persuna waħda b'kuntratt definit.", "Din il-persuna ġiet ingaġġata bħala Messaġġier.", "Kopja tal-kuntratt definit tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ma ġiet impjegata ebda persuna b'kuntratt indefinit.", "Nixtieq inżid, iżda li hemm proċeduri għaddejjin biex ic-Chairman tal- Planning Council tal-Pjan ta' Żvilupp għan-Nofsinhar jiġi mogħti kuntratt definit fuq bażi part-time.", "Dwar it-tielet parti tad-domanda, ma ġew imqabbda ebda konsulenti ġodda fil-ministeru tiegħi u fid-dipartiment u kummissjonijiet li jaqgħu taħti fl- istess perijodu.", "Rigward transfers li ngħataw fil-ministeru tiegħi fl-istess perjodu, dawn kienu kif ġej:-", "|Head Office |3 | |Qrati ta' Malta |5 | |Permanent Law reform |1 | |Commission | | |Dipartimenti tal-Kunsilli |1 | |Lokali | |", "KAĊĊA/INSIB - LIĊENZJA", "7144.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikanti jistennew ħalli jagħmlu l-eżami biex ikunu jistgħu jingħataw liċenzja biex jikkaċċjaw u jonsbu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-applikazzjoni għal-liċenzja tal-kaċċa u/jew ta' l- insib lill-kummissarju tal-Pulizija.", "Dan jgħaddihom lid-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent biex isir l-eżami qabel ma toħroġ il-liċenzja.", "L-aħħar lista li ntbagħtet lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent waslet fit-8 ta' Lulju, 1997.", "Din kien fiha 122 applikant li joqogħdu Malta u 31 li joqogħdu Għawdex.", "L-eżamijiet isiru kull nhar ta' Sibt, għaliex instab li l-attendenza tkun aktar faċli għall-applikanti; kull darba isir għal madwar 60 applikanti.", "L- applikanti li isimhom deher fuq il-lista li d-dipartiment irċieva fit-8 ta' Lulju, 1997 kollha ġew informati meta se jsirilhom l-eżami; kif inhuma nformati dawk l-applikanti kollha li isimhom deher fuq il-lista mwassla qabel it-8 ta' Lulju, 1997.", "Għalhekk id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent m'għandu l-ebda applikazzjoni pendenti li dwarha ma tteħditx azzjoni.", "KAĊĊA - ANNIMALI MAQBUDA", "7145.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown tad-diversi għasafar, rettili jew annimali oħra li ġew f'idejn id-dipartiment din is-sena u s-sena l-oħra?", "Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' dawn il-ħlejjaq f'kull każ u kif ġew f'idejn id-dipartiment?", "Kemm mietu waqt li kienu qed jieħdu ħsiebhom il-membri tad-dipartiment u x'sar mill-oħrajn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Matul l-1996 u anke matul din is-sena id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ġie mitlub l-għajnuna in konnessjoni ma' annimali ħajjin jew mejtin kemm minn dipartimenti oħra tal-Gvern bħad-Dwana u l-Pulizija kif ukoll minn membri tal-pubbliku li huma konxji mill-bżonn ta' miżuri favur il-ħarsien ta' l-annimali:", "Matul l-1996, l-annimali li ġew konfiskati u kienu f'idejh id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent kienu dawn:", "1) Għasafar 1188 eżemplar maqsumin hekk:", "a) 71 għasfur ta' l-għana ħajjin importati illegalment mit-Tunisija.", "b) 335 għasfur ta' l-għana ħajjin importati b'dokumenti foloz mill- Ingilterra.", "c) 223 għasfur ta' l-għana ħajjin importati illegalment mil-Libja.", "d) 195 għasfur ta' l-għana ħajjin importati illegalment mill-Italja.", "e) 287 ġlud ta' l-għasafar kollha protetti kemm f'Malta kif ukoll fl- Eġittu (tajr tal-priża, Irsieset, Egretti u tajr ieħor ikkulurit) maqtula u importati llegalment.", "f) 2 Barbaġann ħajjin importati illegalment mill-Eġittu.", "g) 3 tajr tal-priża wieħed minnhom ħaj, importati llegalment mil-Libja.", "h) 72 għasafar fil-maġġoranza protetti, kollha feruti li ġew miġjuba mill-pubbliku Malti.", "2) 165 rettili maqsuma hekk:", "a) 147 fekrun ta' l-art importati llegalment mill-Libja.", "b) 5 ġlud ta' sriep importati llegalment mil-Libja.", "c) 2 ġlud ta' kukkudrilli importati llegalment mil-Libja.", "d) 7 speċi ta' gremxul ħajjin maqbuda mill-pulizija kollha mportati mingħajr dokumenti.", "e) 4 speċi ta' sriep ħajjin maqbuda mill-pulizija kollha mportati mingħajr dokumenti:", "3) Mammiferi - 2 eżemplari", "a) Avorju ta' iljunfant importata bla dokumenti mill-Eġittu.", "b) Ġilda ta' Leoparda importata llegalment mil-Libja.", "Matul 1997 l-annimali li ġew f'idejn id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent sal-ġurnata tal-lum kienu dawn:", "a) 220 għasfur ta' l-għana ħajjin importanti llegalment mit-Tunisija.", "b) 139 ġlud ta' l-għasafar protetti (Pelikani, Palettuni, Irsieset, għasafar tal-baħar u tal-plajja, tajr tal-priża, u għasafar ikkuluriti oħra) importati mill-Eġittu, illegalment f'bagalji abbandunati mingħajr tikketti u ndikazzjoni ta' sidhom.", "c) 86 ġlud u karkassi ta' għasafar protetti maqbuda lokalment.", "d) 10 għasafar protetti u feruti miġjuba mill-pubbliku.", "2) Mammiferi - 82 eżemplari", "a) 81 biċċa avorju maħdum importat bla dokumenti.", "b) 1 farfett il-lejl protett u mejjet.", "3) Rettili - 304 eżemplar", "a) 304 fekruna ta' l-art importati illegalment mill-Libja.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li dawk l-annimali importati llegalment li kienu ħajjin, ma kenux trasportati skond il- kondizzjonijiet ta' l-IATA (International Air Travel Association) u għalhekk minħabba l-kondizzjonijiet ħżiena li kienu fihom, perċentaġġ għoli mietu wara ftit sigħat.", "L-eżemplari l-oħra għadhom f'idejn id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent minħabba li l-każi għadhom sub judice.", "FORZI ARMATI - AIR SEARCHES", "7146.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rikjesti għall-air searches mill-air squadrom ta' l-AFM is-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' operazzjonijiet ta' salvataġġ li wettqu l-helicopters ta' l-Armata s-sena l- oħra u din is-sena?", "Kemm ġew salvati nies is-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' pazjenti trasportati mill-isptar ta' Għawdex is-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FORZI ARMATI - SULDATI", "7147.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' suldati li kellhom is-servizz meħtieġ biex jikkwalifikaw għal-long and efficient service medal illi ngħataw il- membri tal-Forzi Armati taħt l-amministrazzjoni l-oħra?", "Kemm ingħataw minn dawn il-medalji u kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati li għalkemm kellhom iż-żmien meħtieġ ma ngħatawx din il-medalja?", "Billi din il-medalja tingħata fuq rakkmandazzjoni ta' l-uffiċjal kmandant tas-sezzjoni partikolari, fejn din ma ngħatatx, hemm raġunijiet bil-miktub għaliex ma ngħatax?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Skond l-Avviż Legali Numru 105 ta' l-1990 il-Midalji għal Servizz Twil u Effiċjenti jingħataw lil dawk il-membri li jkunu għamlu b'kollox 18-il sena ta' servizz effiċjenti b'karattru u kondotta impekkabbli matul iż-żmien kollu.", "L-Uffiċjali Kmandanti tar-Reġimenti huma obbligati li jirrakkomandaw biss lil dawk li matul is-servizz kollu tagħhom ikunu pprovaw lilhom infushom b'kull mod denji li jirċievu l- midalja.", "Ninsab informat li l-għadd ta' suldati li kellhom is-servizz meħtieġ taħt l-Amministrazzjoni l-oħra kien ta' 439.", "Minn dawn 384 ingħataw din il-midalja filwaqt li l-bqija ma kkwalifikawx.", "Ninsab informat ukoll li mhux bilfors li jingħataw raġunijiet bil-miktub fejn ma ssirx rakkomandazzjoni.", "Iżda kull individwu li ma jkunx ikkwalifika għandu d- dritt iressaq il-każ tiegħu lill-Uffiċjal Kmandant tar-Reġiment tiegħu kif ukoll lill-Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta skond il-proċeduri normali tal-militar.", "SAĦĦA - TRASPORT TA' MORDA LEJN L-ISPTAR", "7148.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu r- rikjesti għal trasport ta' morda lejn l-isptar permezz ta' ambulanzi s-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm minn dawn ir-rikjesti kienu fil-fatt hoaxes?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|RIKJESTI |RIKJEST|RIKJESTI| |BIN-NURSE|I |HOAXES | | |MINGĦAJ| | | |R NURSE| | |8819 |4099 |275 |", "SENA 1997 (SAL-LUM)", "|RIKJESTI |RIKJEST|RIKJESTI| |BIN-NURSE|I |HOAXES | | |MINGĦAJ| | | |R NURSE| | |4632 |2775 |153 |", "PULIZIJA - BOMBI HOAXES", "7149.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta' bombi hoaxes irrapportati lill- pulizija jew lill-Armata f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Fejn suppost illi kienu dawn il-bombi li wara li saret it-tfittxija għalihom b'ħafna ħela ta' ħin biża' u ħela ta' flus il-poplu, ma nstab xejn?", "Dawn il-hoaxes jiġu nvestigati mill-pulizija?", "Jekk iva, kien hemm xi każ fejn persuni tressqu l-qorti f'dan iż-żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba dettaljata tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - SAFAR", "7253.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6361?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6361 f'Seduta Nru. 94.", "ĊUMNIJA - IMPJANT", "7359.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-pjani għat-tisfija tad-drenaġġ li kellhom iwasslu biex fis-sena 2000 ma jkunx hawn affluent li jintefa' direttament fil-baħar, jekk ma jkunx issaffa?", "Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq l-impjant taċ-Ċumnija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-pjani għas-sistema tad-drenaġġ fit-Tramuntana ta' Malta huma mfassla fis-sejħa għall-offerti li ġiet ippubblikati biex id- Dipartiment tad-Drenaġġ jakkwista s-servizz ta' konsulenti biex jiġi mfassal Master Plan għal din iz-zona.", "L-Onor.", "Interpellant diġa' ġie mwieġeb f'dan ir-rigward f'mistoqsija parlamentari numru 6984.", "Għal dak li għandu x'jaqsam man-Nofs in-Nhar ta' Malta, d-Dipartiment tad- Drenaġġ mistenni li joħroġ sejħa għall-offerti ta' konsulenza biex jiġi mfassal Master Plan għal din iz-zona biex jitħarsu l-interessi kollha possibbli u jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tal-proġett meħtieġa.", "F'Għawdex ix-xogħol ta' disinn finali ta' l-impjant jista' jinbeda la darba l-istudju ta' l-impatt ambjentali jkun intemm.", "Dan l-istudju huwa mistenni li jinbeda din is-sena.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "7365.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum din is-sena?", "Mil-liema skejjel kienu ġejjin l-istudenti li għaddew?", "Jista' l-Ministru jgħid (bħala numru totali) kemm kien in-numru ta' studenti li ġabu \"A\" f'kull suġġett li qagħdu għalih?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TURIŻMU - SELF-CATERING ESTABLISHMENTS", "7366.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sodod li hemm reġistrati mal- Ministeru tat-Turiżmu f'dawk li huma self-catering establishments?", "Kif inhuma maqsuma dawn is-sodod fid-diversi nħawi ta' Malta u Għawdex lokal lokal?", "Ta' liema kategorija huma s-sodod hekk reġistrati?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7064.", "H.C.E.B - BINI TA' LUKANDI ĠODDA", "7367.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-bini ta' lukandi, guest houses u holiday appartments għand l-H.C.E.B. mill- 1/11/96 sal-lum?", "F'liema lokalita' jinstabu?", "Ta' liema grad huma l-istabbilimenti li talbu tali permess?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "MAJJAL", "7368.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' majjal li nqatel kull ġimgħa (f'numru u f'piż) mill-1/5/97 sal-lum?", "Kemm minn dan il-majjal kien ta' grade A u kemm ta' grade inqas?", "Kemm kien l-ammont ta' majjal li ma nbiegħx f'dan l-istess perijodu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qegħda tinġabar.", "ĠNEJNA - LATRINA", "7369.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema hu l-Ministru responsabbli li jara li tinbena public convenience fil-bajja tal-Ġnejna billi diversi domandi parlamentari li saru dwar dan is-suġġett lill-Ministru tas-Saħħa u lil dak tax-Xogħlijiet Pubbliċi ngħataw ir-risposta \"l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel id- domanda lil Ministru konċernat\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-artikolu 33(1)(b) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali jgħid li waħda mill-funzjonijiet li jista' jkollhom il- Kunsilli Lokali hija li jibnu, li jżommu fi stat tajjeb u li jagħmlu manutenzjoni tal-latrini kollha.", "Din il-funzjoni ġiet delegata lill- kunsilli lokali b'effett mill-1 ta' Jannar, 1994 permezz ta' l-Avviż Legali Nru. 91 ta' l-1993.", "EDUKAZZJONI - KORSIJIET POST-SEKONDARJI", "7385.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6711, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jikkonsulta mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ li żgur għandha ċifri li jistgħu jwasslu biex jinkiseb tagħrif dwar kemm studenti li ma jkomplux jistudjaw ikunu sabu xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - INĠINIERA RIĊERKATURI", "7386.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6710 u t-tweġiba mogħtija fil-11 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid għaliex la hemm ħtieġa ta' għaxar riċerkaturi temporanji qegħdin isiru biss intervisti biex jimtlew ħames postijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ETC - IMPJEGATI", "7387.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ġodda ġew impjegati mill-ETC f'dawn l- aħħar xhur u f'liema grad/xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li diġa' kienu jaħdmu fl-ETC ingħataw promozzjoni u f'liema grad/xogħol, f'dawn l-aħħar xhur?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Mill-1 ta` Jannar, 1997 sal-lum, il-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ ma kellha ebda reklutaġġ ġdid.", "Filwaqt, ingħataw tlett promozzjonijiet; mill-grad ta` Managers għall-Senior Managers.", "RAĦAL ĠDID/ĦAL TARXIEN - TRAFFIKU", "7388.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' skema tat- traffiku għaż-zona ta' Ħal Tarxien u Raħal Ġdid?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ġejjieni qarib huwiex se jsir xi tibdil?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - SKOLA TAL-MUŻIKA JOHANN STRAUSS", "7389.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6720, jista' l-Ministru jgħid kemm studenti qed jieħdu sehem fil-Master Classes tal-vjolin fl-iSkola tal-Mużika Johann Strauss?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MELLIEĦA - TOROQ TAL-BDIEWA - TISWIJA", "7396.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għal dak li ntqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3272 u peress li ma ngħatax risposta adegwata għall-mistoqsija parlamentari numru 6473, liema żewġ mistoqsijiet parlamentari saru dwar tiswijiet ta' toroq rurali, jista' allura l-Ministru jgħid għas-snin bejn l- 1976 u l-1996 sena b'sena: kemm kien il-vot allokat għal dan it-tip ta' xogħol; kemm attwalment intnefqu flus kull sena; u kemm baqa' kontijiet pendenti x'jitħallsu fuq is-sena 1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-vot kapitali tat-toroq rurali bejn l-1976 u 1987 kien allokat lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Id-dettalji mitluba mill-1988 sal-1996 huma hekk: |Sena |Vot |Nefaq | |attwali|Allokat | | | |Lm |Lm | |1988 | 32,000| | | | |18,486 | |1989 | 30,000| | | | |53,598 | |1990 | 40,000| | | | |25,070 | |1991 | 40,000| | | | |26,400 | |1992 | 30,000| | | | |26,690 | |1993 | 30,000| | | | |28,516 | |1994 | 30,000| | | | |29,243 | |1995 | 30,000| | | | |30,000 | |1996 |100,000 |179,870|", "Fuq is-sena 1996 baqa' pendenti madwar Lm6,000.", "BDIEWA/SAJJIEDA - SUSSIDJU", "7397.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Dwar l-iskemi ta' self lill-bdiewa u s-sajjieda, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju li ħareġ il-Gvern taħt l-iskema ta' self sussidjat fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Lm8638.88.", "NAĦAL - TROBBIJA", "7398.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward it-trobbija tan-naħal u preċiżament dwar il-\"friegħ\" imsemmija fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6476, liema \"friegħ\" intqal li jiġu mislufa għad-dakkir, jista' l-Ministru jgħid: (i) x'tip ta' razez ta' friegħ għandu d-dipartiment; u (ii) jekk id-dipartiment importax friegħ fl- aħħar seba' snin u jekk fl-affermattiv, mil-liema pajjiż u meta seħħew dawn l-importazzjonijiet tal-friegħ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: (1) ir-razezz ta' friegħ tan-naħal li d-Dipartiment tal-Agrikoltura għandu u li juża għad-dakkir huma dawn:-", "(a) Hybrids li l-irgejjen tagħhom ġew impurtati minn New Zealand fl-1993.", "(b) Apis mellifera mellifora- jiġifieri n-naħla s-sewda Maltija.", "(c) Crosses bejn in-naħla Maltija min-naħla mportata minn New Zealand.", "(ii) Id-dipartiment importa 300 ferħ naħal Package Bees jiġifieri ammont ta' naħal b' reġina magħhom iġda mhux fuq it-tilari.", "Dawn ġew importati minn New Zealand f'April 1993.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - ACCOUNTANT", "7399.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-mistoqsija parlamentari numru 6594 ġiet indirizzata bi żball lill-Ministru tal-Biedja u Sajd, jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur ġietx ingaġġata xi persuna bħala accountant/financial manager/financial controller/financial consultant mal- Water Services Corporation u, jekk fl-affermattiv, jgħid jekk inħarġitx call for application, kemm interna jew esterna u meta nħarġet; x'inhuma l- job requirements u s-salarju marbut ma' dan il-job; minn iffirma l-approval ta' l-aċċettazzjoni tan-nomina ta' l-istess applikant (ovvjament min-naħa tal-Bord)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: F'dawn l-aħħar xhur ma ġiet ingaġġata l-ebda persuna bħala Accountant/Financial Manager/Financial Controller jew Financial Consultant mal-Water Services Corporation.", "TOROQ TAL-BDIEWA - TISWIJA", "7400.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 6596, 3272, 3268, 3267, 3264 u 3259, jikkonferma l-Ministru li mhux se jsir l-ebda xogħol fuq tiswijiet/asfaltar ta' toroq rurali fis-sena rikorrenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-vot allokat għall-1997 diġa' ntnefaq peress li qabel l-elezzjoni b'mod l-aktar irresponsabbli u għal skopijiet partiġjani, minħabba l-Elezzjoni Ġenerali li saret fOttubru 1996, saru xogħlijiet ħafna aktar milli kienu vvotati flus għalihom.", "BIĊĊERIJA - PROĠETTI", "7401.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6595 peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6595 il-Ministru tkellem biss fuq amministrazzjoni, jista' allura l-Ministru issa jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 6422 u ċioe' xi proġetti ta' natura kapitali iwettaq il-Ministru fil-perijodu mill-elezzjoni (1996) sal-lum biex jirrimedja s-sitwazzjoni fil-Biċċerija li hu stess sejħilha \"diżastruża\"?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Li s-sitwazzjoni fil-biċċerija f'Ottubru 1996 kienet waħda diżastruża ntqal mhux minni biss iżda wkoll min diversi uffiċjali għolja tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd, mill-Kumitat l-antik kif wkoll il- ġdid tal-Koperattiva ta' min Irabbi l-Majjal (K.I.M.), min diversi proċessuri tal-laħam fi ħdan il-Federazzjoni ta' l-Industrija (F.O.I.) u min diversi raħħala u produtturi li jagħmlu użu mill-Biċċerija.", "Għal aktar informazzjoni dwar il-bosta nuqqasijiet li kien hemm fil- biċċerija nirriferi l-Onor.", "Membru għal Position Paper li jiena kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta Nru. 29 ta' l-14 ta' Frar, 1997 waqt id-diskussjoni fuq l-Estimi Ġenerali.", "Għal dak li jirrigwarda x-xogħlijiet li saru biex ninforma lill-Onor.", "Membru li fost ħafna xogħlijiet oħra kien hemm dawn li ġejjin:", "1.", "Tibdil ta' piping ta' l-isteam u l-ilma tal-biċċerija kollha.", "2.", "Tiswija ġenerali ta' l-incineratur li reġa' ġie kummissjonat mill-ġdid.", "3.", "Introduzzjoni ta' Safety ammomia gas return system fis-sistema ta' l- Annonia għaċ-Chillers.", "4.", "Installazzjoni ta' condensors u ta' sistema awtomatika fis-sistema tal- friża tal-freon.", "5.", "Overhauling tas-sistema kollha tad-dehairing machine;", "6.", "Tiswija ġenerali tas-Singing Machine li issa qed taħdem tajjeb regolarment;", "7.", "Tiswija ġenerali ta' wieħed mill-boilers li kien ilu ma jaħdem ix-xhur:", "8.", "Tibdil tat-trollies kollha li jġorru l-laħam, u", "9.", "Rinnovazzjoni totali ta' tliet chiller chambers.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - APPLIKAZZJONIJIET", "7402.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet jew talbiet pendenti quddiem id-Dipartiment ta' l- Artijiet sabiex ikun hemm camping sites ġodda?", "Meta saru dawn it-talbiet u min għamilhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "U.E. - 4TH FRAMEWORK PROGRAMME", "7403.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet sal-lum għall-4th Framework Programme ta' l-Unjoni Ewropea u l-INCO/DC programme ta' l-Unjoni Ewropea?", "F'kull każ min għamel dawn l- applikazzjonijiet?", "Min kienu l-partners proposti f'kull applikazzjoni?", "X'kienu l-proġetti proposti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għall-INCO/DC Programme, l-applikazzjonijiet isiru direttament lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea.", "Għall-4th Framework Programme, sal-lum saru ħafna applikazzjonijiet, iżda Malta bħalissa qed tipparteċipa fi tliet proġetti.", "Dawn huma:", "1.", "Il-Proġett Biomaerl (Maerl Biodiversity: Functional Structure and Anthropogenic Inputs) li jaqa' taħt il-MAST Programme (Marine Sciences)", "Malta Partner: Biology Dept.", "University of Malta", "Koordinatur: University Marine Biological Station (Scotland)", "Partners oħra: Universite de Bretagne Occidentale (France) Universidad de Santiago de Compostela (Spain) University of Alicante (Spain)", "2.", "Il-Proġett MEDUSE (The Mediterranean DUSt Experiment: Monitoring and Prediction of the Atmospheric Transport and Deposition of Desert Dust in the Mediterranean Region) li jaqa' taħt l-Environment and Climate Programme.", "Malta Partner: Euro-Mediterranean Centre on Insular Coastal Dynamics", "Koordinatur: Mediterranean Research Centre (Italy)", "Partners oħra: Institut Pierre Simon Laplace (France) University of Athens (Greece) University of Heraklion (Greece)", "3.", "Il-Proġett ABEL (Automated Back-end European Line), li jaqa' taħt l- ESPRIT Programme.", "Malta Partner: SGS-Thomson Microelectronics Ltd (Malta) Koordinator: SGS-Thomson SA (Grenoble, France)", "Partners: ESEC SA (Cham, (Switzerland) FICO (Zevenaar, The Netherlands) SGS-Thomson SRL (Agrate, Italy)", "KUNSILLI LOKALI - ĦLAS TA' DPF U ISC", "7404.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallsu D.P.F. u I.S.C. il-kunsilli lokali f'applikazzjonijiet ġodda bejn Ottubru 1996 u l-aħħar ta' Ġunju 1997 xahar b'xahar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĊANGA - IMPORTAZZJONI MILL-BELĠJU", "7405.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx importata canga mill-Belġju bejn is-27 ta' Ottubru, 1996 u llum?", "Jekk iva, meta ġiet mportat u f'liema kwantitajiet?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "ĠNIEN TA' L-ARGOTTI - HERBARIUM", "7406.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati flus mill- Universita' għall-bini ġdid tal-Herbarium fl-Argotti Gardens, Furjana?", "Jista' jgħid fiex wasal dan il-proġett wara li l-pjanti kienu ġew approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar is-sena l-oħra?", "Kemm intnefqu flus sal-lum fuq dan il-proġett?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAFAR", "7414.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 6991 u t-tweġiba mogħtija għall-istess u għall-mistoqsijiet supplimentari fis-seduta tal-11 ta' Lulju, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma \"s-sorsi oħrajn\" li semma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 6991 f'Seduta Nru. 92 tal-11 ta' Lulju, 1997, u għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet supplimentari li kont tajt.", "P.A. - PERMESSI", "7430.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irċeviet applilkazzjonijiet għal permessi l-Awtorita' ta' l- Ippjanar xahar, xahar minn Ottubru sal-lum?", "Kemm minn dawn huma applikazzjonijiet ta' tiġdid jew emendi ta' permessi u kemm minnhom huma ta' xorta oħra (renewal or amended applications or others)?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "RAZZETT TA' ĦBIBERIJA - DRENAĠĠ", "7431.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għall- estensjoni tal-main tad-drenaġġ ħdejn ir-Razzett ta' Ħbiberija ġietx mogħtija lil xi kuntrattur partikolari?", "Jekk ir-risposta, hi fl- affermattiv, x'completion date ingħata l-kuntrattur partikolari?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "B'KARA - TRIQ L-AĦWA HYZLER", "7438.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 651 u t-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid f'liema prijorita' fost il- prijoritajiet l-oħra qiegħda Triq Aħwa Hyzler, f'B'Kara?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "7440.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid - xahar b'xahar mill-1.1.97 - kemm kien hemm inċidenti tat- traffiku li fihom miet xi ħadd; u weġġa' xi ħadd gravament?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - -OUTSIDE GATE", "7441.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il priġunier hemm impjegat jew assenjat xogħol ma' l- Outside Gate tal-Ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri li jaħdmu fil-viċinanzi ta' l-Outside Gate ivarja skond il-ħtieġa u t-tip ta' xogħol.", "PULIZIJA - PASSI KONTRA ŻEWĠ MEMBRI", "7442.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4733 u t-tweġiba għaliha, jista' l- Prim Ministru jgħid fiex waslu l-passi dixxiplinarji?", "Ittieħdu passi fil- Qorti għal sewqan eċċessiv u perikoluż?", "Ġew sospiżi l-pulizija nvoluti?", "Indarab xi ħadd fl-inċident u x'kienet in-natura tal-ġrieħi tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-proċeduri dixxiplinarji għad m'humiex konklużi filwaqt li ma ttieħdux proċeduri fil-Qorti.", "Iż-żewġ kuntistabbli ma ġewx sospiżi mis-servizz.", "Wieħed minn dawn il-kuntistabbli kien sofra ksur ta' kustilja u kiser ukoll idu, liema ġrieħi ġew klassifikati bħal ta' natura gravi.", "SKEJJEL - MANUTENZJONIJIET", "7443.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4623 u t-tweġiba għaliha, dwar proposta mid-Direttur tal-Ħabs li priġunieri jaħdmu f'manutenzjoni ta' l-iskejjel, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti tweġiba għal din id-domanda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "LOHOMBUS CORPORATION - RATI TA' IMGĦAX/SUSSIDJU", "7444.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 69 u t-tweġiba għaliha, jista' l- Ministru jekk jogħġbu jgħid fiex waslu, jekk bdew, it-taħdidiet bejn il- Ministeru, l-Awtorita' tad-Djar u l-Lohombus Corporation sabiex jitjiebu l- kondizzjonijiet tar-rati ta' l-imgħax fuq self għad-djar għall-familji bi dħul baxx?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6150."]} {"filename": "19970201_022d_par.doc", "date": "1997-02-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 22 Is-Sibt, 1 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 22 Is-Sibt, 1 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "22", "Is-Sibt, 1 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 56", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TARZNA TA' MALTA", "MALTA DOCKYARD (AMENDMENT) BILL (L-ISTADJI KOLLHA) 56", "AĠĠORNAMENT 100", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 101", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 21 li saret fil-31 ta' Jannar, 1997 ġew konfermati.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Skond il-Mozzjoni Nru. 39 tal-31 ta' Jannar 1997 ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TARZNA TA' MALTA", "MALTA DOCKYARD (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar it- Tarzna ta' Malta, Kap. 207\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, huwa b'sens kbir ta' dover u ta' responsabbilta' li l-Gvern qed iressaq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi dwar il-bidliet meħtieġa fl-Att dwar it-Tarzna ta' Malta.", "Hemm interess nazzjonali kbir f'dak li qed nipproponu llum li jirrigwarda l-fatt li t-Tarzna hija azjenda ta' l-ikbar importanza fil-pajjiż u li fl-opinjoni tagħna tirrappreżenta wkoll pilastru ewlieni ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Hija fonti ta' ħafna xogħol u ta' ħafna snajja' b'esperjenza industrijali li hija l-iktar waħda qawwija f'pajjiżna.", "Hemm urġenza kbira f'dak li qed nagħmlu għax kif kulħadd jaf kulħadd, it-Tarzna, speċjalment f'dawn l-aħħar żmenijiet, iffaċċjat u qed tiffaċċja problemi u sfidi kbar.", "Għalhekk wasal iż-żmien li flimkien mal-ħaddiema, il-Gvern, dan il-Parlament u l-poplu kollu, jidħlu flimkien għall-isfida li tassew niffaċċjaw dawn il-problemi u b'sens ta' realiżmu u ta' viżjoni inħejju u nimxu fit-triq li ma twassalx biss għas-soluzzjoni tagħhom imma wkoll għall-pożizzjoni li minnha t-Tarzna ta' Malta, kif dejjem emmint jien u kif dejjem emmen il-Partit li llum jinsab fil-Gvern, tkun azjenda mill-iktar importanti, effettiva, moderna u effiċjenti fil-Mediterran.", "Jien nixtieq nibda billi nsemmi l-vantaġġi kbar li għandha t-Tarzna ta' Malta fil-kontest tar-riżorsi ta' pajjiżna u fil-kontest tax-xogħol li qed tagħmel.", "L-ewwelnett it-Tarzna tagħna għandha l-vantaġġ kbir tal- lokazzjoni ta' pajjiżna għax pajjiżna qiegħed f'pożizzjoni mill-aħjar - u mbagħad il-kontorni naturali tiegħu - biex jidħol, jippenetra u jissoda ruħu fil-qasam tax-xogħol tat-tiswija tal-vapuri.", "Għalhekk dan huwa xogħol tradizzjonali, xogħol li f'pajjiżna żviluppa matul is-sekli għax għalkemm bħala pajjiż aħna ma tantx għandna assi naturali, ċertament il-pożizzjoni tagħna u l-mod fiżiku kif din il-gżira hija mibnija tagħtina vantaġġ naturali fil-qasam tat-tiswija tal-vapuri.", "Għaldaqstant hemm ħtieġa li dan il-vantaġġ naturali nindokrawh, nissodawh u nagħtuh is-saħħa kollha meħtieġa.", "Imbagħad matul is-snin, anzi jien ngħid matul is-sekli, il-popolazzjoni tagħna fit-Tarzna rabbiet snajja' industrijali ta' l-aqwa kwalita' u ta' l- aqwa kalibru.", "Is-snajja' tal-poplu tagħna fl-oqsma l-oħra, bħalma huma dawk tat-turiżmu u ta' l-industrija, huma riċenti għax inbnew f'dawn l- aħħar ftit għexieren ta' snin, mentri kif diġa' għidt is-snajja' industrijali li hemm fit-Tarzna ilhom is-sekli mibnija u allura matul is- snin twal li ilha taħdem it-Tarzna, ir-riżors kbir ta' dan il-pajjiż, in- nies, sabu fit-Tarzna fonti li minnhom setgħu jitjiebu, jissaħħu u allura jagħtu iktar u iktar input u kontribut lill-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Barra minn hekk, Sinjura President, l-importanza tat-Tarzna hija li matul dawn l-aħħar 20 sena jew aktar, żviluppat sistema ta' tmexxija li fiha ħadu sehem ewlieni l-ħaddiema.", "Kienet sistema li biha waqt li l-assi tat-Tarzna li kienu proprjeta' tal-poplu - matul is-snin il-Gvern ħadhom over l-ewwel mingħand il-barrani li kien militari, li kien tas-servizzi barranin, imbagħad mingħand kumpannija barranija - b'deċiżjoni ta' dan il- Parlament baqgħu tal-poplu, sehem importanti fit-tmexxija ta' dawn l-assi tħalla f'idejn il-ħaddiema tat-Tarzna, skond regoli li huma spjegati fl-Att prinċipali li qegħdin nemendaw.", "Allura huwa importanti li aħna nkunu żguri li s-sehem li jagħtu l-ħaddiema fit-tmexxija tat-Tarzna jibqa' jiġi salvagwardat waqt li jitħarsu l-vantaġġi naturali tat-Tarzna u l-aspetti tal-proprjeta' li hemm fit-Tarzna li huma tal-poplu, kif ukoll inħarsu 'l quddiem biex nassiguraw li kemm l-assi tat-Tarzna jimxu 'l quddiem u jiġu żviluppati u anke il-ħidma, ix-xogħol, l-impjieg tal-ħaddiema u l-għajxien tal-familji tagħhom jibqa' jiġi garantit b'mod raġunevoli, b'mod modern u b'mod serju.", "Issa jiena nista' nagħmel storika sħiħa ta' x'ġara fit-Tarzna matul is- snin.", "Nista' nitlaq mis-snin tletin, jew mis-snin ħamsin, jew anke mis- snin sittin jew sebgħin, imma ma naħsibx li għandna naħdmu b'dan il-mod, Sinjura President.", "Jien nemmen li għandna nħarsu lejn il-problema li għandna quddiemna bħalissa u nistaqsi: X'inhu l-isfond tagħha?", "L-isfond tagħha lanqas huwa l-isfond lokali iżda huwa l-isfond ġenerali ta' l- industrija tat-tiswija tal-vapuri f'dawn l-aħħar għaxra, għoxrin sena jew aktar.", "Huwa veru li fil-qasam tat-tiswija tal-vapuri matul dawn is-snin il- kriżi baqgħet endemika, baqgħet perenni.", "Huwa veru li kien hemm kondizzjonijiet diffiċli fil-qasam ta' l-industrija tat-tiswija tal-vapuri u anke tal-bini tal-vapuri fejn il-kompetizzjoni baqgħet dejjem aktar tirranka.", "Ħafna drabi din il-kompetizzjoni lanqas kienet ġusta għax kien ikun hemm sussidji għaddejjin min-naħa ta' l-Istati u l-awtoritajiet reġjonali biex jippreservaw l-impjiegi fit-tarznari li kienu addetti magħhom u matul is-snin baqgħet għaddejja ristrutturazzjoni qawwija.", "Allura l-isfond huwa sfond Mediterranju.", "Jekk aħna qed ngħidu li nemmnu - jien personalment nemmen - li t-Tarzna għandha l-vantaġġi naturali kollha biex tkun waħda mill-aqwa, jekk mhux l- aqwa tal-Mediterran, irridu nassiguraw li din it-Tarzna tkun qed taħdem kemm jista' jkun b'mod kompetittiv u għaldaqstant għandna nħarsu lejn il- kondizzjonijiet tat-tarznari li jdawruna fil-Mediterran.", "M'hemmx dubju li matul l-aħħar snin sar sforz qawwi ta' ristrutturazzjoni serja minn ħafna impjanti u azjendi tat-tarznari fil-Mediterran u anke 'l hinn minnu, fil- Greċja, fi Spanja, fl-Italja u fi Franza.", "L-isforzi saru u qed isiru u llum qed niffaċċjaw profil ta' tarznari oħra li aktar ma jgħaddi żmien, aktar se jkunu qegħdin f'pożizzjoni li jikkompetu magħna.", "Anke kieku all things being equal fit-terms ta' tmexxija tagħha t-Tarzna kienet miexja fuq bażi raġonevoli, hija imperattiva u kienet tkun imperattiva li t-Tarzna tifhem u taħdem ħalli s-sens kompetittiv tagħha u l-pożizzjoni kompetittiva tagħha issaħħaħha vis-a-vis l-bidliet li qed jiġru fit-tarznari li jinsabu f'kompetizzjoni magħna.", "Imma mbagħad iktar minn hekk - allura issa se mmur għall-focus lokali - hija ħaġa ċara li fit-Tarzna ta' Malta kienu qed jiżviluppaw problemi kbar finanzjarji u problemi kbar ta' tmexxija.", "Anke hawn nista' nidħol f'polemika kbira - jien dejjem inkun lest li nidħol f'polemika - imma ma naħsibx li quddiem kwestjoni nazzjonali tkun ħaġa serja min-naħa tiegħi li llum noqgħod nippolemiċizza fuq raġunijiet li sebgħa, għaxra, ħmistax-il sena ilu ġara dak u ma ġarax l-ieħor.", "Għalfejn?", "Jien nippreferi nħares lejn il-problema kif inhi.", "F'dan is-sens, għalija, nerġa' ngħidha, l- indikazzjoni ta' jekk l-affarijiet humiex sejrin ħażin jew tajjeb hija l- mistoqsija: Ix-xogħol li qed isir qiegħed irendi jew le?", "Ix-xogħol li qed jitħaddem qiegħed jipprovdi biżżejjed ħalli l-azjenda tkun tista' tħallas il-pagi u tagħmel profitti biżżejjed biex imbagħad twaddab ċertu ammont mill-qligħ għall-investiment u b'hekk tħares 'il quddiem?", "Jien nifhem li f'kontest bħalma huwa dak tat-Tarzna hija ħaġa diffiċli li tistaqsi jekk it- Tarzna hijiex qed tagħmel profitt għax kważi l-ebda tarzna fil-Mediterran m'hi qed tagħmel profitt.", "Allura din m'hijiex kwestjoni li wieħed jistenna li t-Tarzna tkun qed tagħmel profitt u allura tinvesti, imma kwestjoni li tistenna li jkun hemm sitwazzjoni kontrollata f'dak li għandu x'jaqsam mad- dħul ta' l-azjenda u minn dik is-sitwazzjoni kontrollata wieħed ikun jaf x'inhu l-ammont raġonevoli ta' sussidju li jkun meħtieġ ħalli l-azjenda tibqa' miexja 'l quddiem.", "Waħda mill-affarijiet li laqtuni meta dħalt Kastilja kienet proċedura li biha kull tlieta jew erba' ġimgħat bdew jaslu għandi - qabel kienu jaslu għand l-ex-ministru tal-finanzi - proċeduri li biha ċ-chairman tal-Kunsill tat-Tarzna jibgħat jgħid lill-Gvern li għall-erba' ġimgħat li ġejjin għandhom daqstant flus x'joħorġu, fil-bank baqagħlhom daqstant u se jkun hemm shortfall ta' daqstant flus u allura ma nistax nibagħtilhom dawn il- flus ħalli jkunu jistgħu jilqgħu għal din il-ħofra - biex nuża din il- kelma.", "Il-figuri kienu eċċitanti għax kienu jlaħħqu is-Lm700,000 u t- Lm800,000.", "Għalhekk hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar żibeġ!", "Ħaġa bħal din rajtha li hija ħażina kemm għall-Gvern u ċertament wkoll ħażina għat- Tarzna.", "It-Tarzna kienet ġiet ridotta f'sitwazzjoni fejn qisha Oliver Twist, dejjem jiġi jistaqsi għal iktar!", "Jien għidt: B'hekk is-sitwazzjoni qed tmur għall-aħjar jew qed tmur għall-agħar?", "Is-suspett tiegħi kien ġustifikat li b'sistema bħal din l-affarijiet kienu sejrin mill-ħażin għall-agħar.", "Tajjeb li mill-ġdid, mingħajr ma nidħol f'polemika, nerġa' ngħid li what counts huma r-riżultati.", "Mingħajr ma nidħol f'wisq dettalji, Sinjura President, nixtieq naqra ftit ir-riżultati finanzjarji miksuba mit-Tarzna f'dawn l-aħħar snin u meta tarahom bilfors ikollok tinkwieta.", "Jien se naqra l-figuri ta' qligħ u telf qabel il-ħlas ta' taxxa li għamlet it-Tarzna mill-1991 'il quddiem.", "Jekk id- dħul ikun iktar mill-ħruġ, għandek qligħ u jekk id-dħul ikun inqas mill- ħruġ, għandek telf u allura jien rajt jekk it-Tarzna għamlitx qligħ jew telf f'dawn l-aħħar snin.", "It-Tarzna kienet qed tagħmel it-telf, imma li se nuri jien huwa kif it-telf skala 'l fuq b'rata kbira f'dawn l-aħħar snin.", "Fl-1991 it-telf kien ta' Lm2.9 miljun, piu' o meno; kien hemm ftit aktar imma ħalli nagħmlu rounding off taċ-ċifri.", "Fl-1992 it-telf kien ta' Lm4.2 miljun, fl-1993 it-telf kompla teila' għal Lm5.4 miljun; fl-1994 tela' għal Lm5.05miljun; fl-1995 it-telf kompla tiela' għal Lm12.5miljun u għas- sena li għaddiet it-telf qabeż iċ-ċifra ta' Lm13 miljun.", "Issa magħhom irridu nżidu ħlasijiet oħra li suppost saru u li baqgħu ma sarux.", "Skoprejna li t-telf reali, l-iżbilanċ bejn dħul u ħruġ fil-qasam tat-Tarzna qiegħed miexi fuq il-livell ta' bejn Lm15 miljun u Lm16 miljun fis-sena.", "Dan jiġi ffinanzjat billi kull tlieta jew erba' ġimgħat il-Gvern tasallu din it-talba min-naħa tat-Tarzna biex jibgħat cheque ta' madwar Lm800,000.", "Jien mill-ewwel għamiltha ċara li pożizzjoni bħal din m'hijiex sostenibbli, la għat-Tarzna nnifisha għax it-Tarzna ma tistax tgħix b'dan il-mod - qed issir qisha dipartiment tal-gvern u mbagħad ma nkunux nafu xi jsir b'dawk il-flus - u lanqas hi sostenibbli għan-naħa tal-Gvern.", "Il-flus iridu jiġu minn x'imkien, u dawn jridu jiġu mit-taxxi tal-poplu.", "Imbagħad jekk il- flus ikunu qed jittieħdu għal dan l-iskop, dawn iridu jitnaqqsu minn skopijiet oħra.", "Per eżempju, id-differenza bejn it-telf ta' l-1994 u t- telf ta' l-1996 tlaħħaq iċ-ċifra ta' Lm10 miljun.", "Kieku bqajna bit-telf ta' l-1994, is-sena li għaddiet konna niffrankaw - jekk dik hija l-kelma - Lm10 miljun.", "Issa b'dawn l-Lm10 miljun konna nistgħu nibnu tliet skejjel u, kif għidtha kemm-il darba, min jiggwadanja meta nibnu tliet skejjel?", "Jiggwadanjaw it-tfal tal-ħaddiema, fosthom il-ħaddiema tat-Tarzna, għax inkunu qed nagħtuhom opportunita' għall-quddiem biex jitgħallmu f'ambjent aħjar u modern u b'hekk ikunu jistgħu jassiguraw il-futur tagħhom.", "Allura tispiċċa bl-għażla: X'inhu l-aħjar?", "Li tagħlaq għajnejk qisu ma ġara xejn u tibqa' twaddab Lm10 miljun jew Lm15 miljun fis-sena fit-Tarzna mingħajr ma taf x'se jiġri bihom, anzi taf li m'humiex se jrendu, jew tara kif tagħmel biex dan id-deficit tnaqqsu ħalli tkun tista' tinvesti fl- iskejjel?", "Din hija mistoqsija li kulħadd jifhem.", "Din hija dilemma li kulħadd jifhem, inklużi l-ħaddiema tat-Tarzna għax lili kemm-il darba jċempluli biex jgħiduli li jifhmu li hemm bżonn issir xi ħaġa.", "Allura aħna x'għamilna?", "Aħna għidna li hemmhekk ma nistgħux nibdew infajru s- soluzzjonijiet, ma nistgħux naqbdu u nimponu l-proposti tagħna, imma hemm bżonn li jkollna veduta ċara ta' x'inhuma l-aqwa problemi fit-Tarzna u bi qbil maċ-Chairman tal-Kunsill tat-Tarzna illi mill-bidunett fehem l-urġenza u saħaq fuq l-urġenza ta' din il-ħaġa - qed nitkellem dwar il-ħabib tiegħi Sammy Meilaq - qbilna li nikkommissjonaw rapport mingħand is-Sur Cassar White biex iħares lejn it-Tarzna u fi ftit paġni jgħidilna x'inhuma l-aqwa problemi li qed tiffaċċja t-Tarzna.", "Dan huwa rapport li sar u nsistejt li jsir fi ftit ta' żmien għax ma ridtx illi nkopru l-oqsma kollha li fihom hemm problemi u nidħlu aħna biex insolvu l-problemi kollha tat-Tarzna, imma ridt rapport ta' ftit ġranet illi jidentifika x'inhuma l-problemi strateġiċi tat-Tarzna.", "Imbagħad minn hemm nimxu 'il quddiem.", "U hekk ġara.", "Is-Sur Cassar White għamel rapport li kien serju u effettiv ħafna.", "Dan ma kienx intiż li jkopri l-oqsma kollha li fihom it-Tarzna għandha problemi imma rapport li fl-opinjoni tiegħi, bl- aktar mod professjonali, identifika x'inhuma l-aqwa problemi li rridu niffaċjaw.", "Jiena, bi qbil maċ-Chairman tal-Kunsill tat-Tarzna, ippublikajna dan ir-rapport u bgħatnih minnufih lill-ħaddiema kollha tat- Tarzna biex ikunu jafu l-istampa li qed toħroġ ħalli anke b'hekk nistimulaw interess u dibattitu pubbliku fuq din il-kwestjoni ta' urġenza nazzjonali.", "Minnufih wara sejjaħna laqgħa f'Kastilja biex naraw x'għandu jsir.", "Jekk ikollok problema li qiegħed tpoġġi fuq il-mejda, huwa importanti li din il- problema tiffaċċjaha u toħroġ b'soluzzjonijiet għaliha.", "F'din il-laqgħa li għamilna f'Kastilja kien hemm rappreżentati il-Kunsill tat-Tarzna, il-General Workers' Union, il-management professjonali - u jiena nsistejt li l-management professjonali wkoll ikun rappreżentat bħala parti mit-tmexxija tat-Tarzna biex ikollna wkoll l-ideat u s-suġġerimenti tiegħu - u r-rappreżentanti tal-Gvern li kienu l-Ministru ta' l-Ekomonija u l-Finanzi, il-konsulent tiegħi fuq affarijiet politiċi u legali, Dr George Abela u uffiċjali oħra tal-Gvern.", "F'dik il-laqgħa kulħadd qal tiegħu u kulħadd qabel fuq l-urġenza illi mmexxu 'l quddiem b'soluzzjonijiet.", "Kulħadd qabel ukoll li s-soluzzjonijiet iridu jkunu maqbula u mhux imposti.", "Allura la rrikonoxxejna li din il-kwestjoni ta' urġenza u importanza nazzjonali trid timxi 'l quddiem bi qbil bil-parteċipazzjoni tal-forzi kollha involuti, qbilna li titwaqqaf task force li tkun komposta minn dawk l-elementi kollha li għandhom stake fit-Tarzna u l-Gvern huwa stakeholder fit-Tarzna għax jirrappreżenta lill-poplu.", "Din it-task force li tirrrappreżenta l-istakeholders fit-Tarzna timxi 'l quddiem fuq tliet linji.", "L-ewwelnett timxi 'l quddiem billi tara x'inhuma l- problemi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli finanzjarji fit-Tarzna għax waħda mill-problemi li fuqha s-Sur Cassar White enfasizza kienet illi t- Tarzna, azjenda li timpjega 4,000 ruħ u għandha turnover ta' madwar Lm30 miljun, lanqas kellha sistema finanzjarja li minn xahar għal xahar tikkontrolla d-dħul u l-ħruġ tagħha.", "Ma kienx hemm management accounts li kienu aġġornati.", "Dawn kienu waqgħu mill-anqas sena u nofs jew sentejn lura anke fuq din l-għodda li hija indispensabbli biex azjenda timxi 'l quddiem.", "Mela l-ewwel punt tat-task force kien illi tiffaċċja din il-problema u ssolviha.", "It-tieni punt kien illi tara kif se jiġi żviluppat pjan strateġiku għat- Tarzna fuq sitta jew seba' snin illi jissettja oġġettivi ta' investiment, ta' produttivita', ta' xiri u ta' bejgħ u ta' livelli ta' impjiegi, ħalli b'dan il-mod, anke b'konsulenza barranija, inkunu nistgħu naslu sabiex it- Tarzna mhux biss nindirizzawha fejn għandha tmur, imma wkoll nissettjaw, sena b'sena, targets raġonevoli li għandhom jintlaħqu kemm mill-Gvern, kemm mit-Tarzna nnifisha u kemm ukoll mill-unions konċernati.", "Imbagħad għidna wkoll li din it-task force trid tinvestiga s-sistema tat- tmexxija interna fit-Tarzna ħalli tara hemmx mod kif intejbuha u nimmodernizzawha.", "Dawn kienu t-tliet oqsma li fihom it-task force kienet se timxi 'l quddiem fil-ġimgħat li kien baqa' minn Novembru, Diċembru u Jannar.", "Nista' ngħid min kienu dawn il-membri tat-task force; għall-Gvern kien hemm bħala chairman u mbagħad kien inħatar chairman tat-task force, Dr George Abela, li diġa' irringrazzjajtu fil-Parlament u nerġa' nirringrazzjah tax-xogħol imprezzabbli li għamel tul l-operazzjoni kollha u Dr Noel Zarb Adami.", "Jirrappreżenta l-ħaddiema tat-Tarzna, kien hemm il- President tal-Kunsill tat-Tarzna, is-Sur Sammy Meilaq u d-Deputat President, is-Sur Alfred Micallef.", "GĦan-naħa tal-management kien hemm is- Sur Spiru Aquilina li huwa l-general manager u s-Sur Lawrence Bilocca li għandu x'jaqsam mal-finanzi tat-Tarzna.", "GĦan-naħa tal-General Workers' Union kien hemm delegazzjoni li tkopri l-oqsma differenti ta' l-union li huma konċernati mit-Tarzna, jiġifieri kien hemm is-Sur Joseph Sapiano, is- Sur Tony Coleiro tal-Metal Workers Section, is-Sur Vincent Micallef tal- PSSA, li huwa wkoll wieħed mill-managers tat-Tarzna, u kien hemm ukoll is- Sur Charles Cassar ta' l-STPSA.", "Dawn kienu l-membri tat-task force b'segretarjat li pprovdejna aħna miċ-Ċivil, is-Sur Mario Cacciattolo.", "Din kienet l-istruttura li ħdimna biha biex naraw kif se nimxu ħalli nsolvu din il-problema.", "L-ewwelnett f'dak li għandu x'jaqsam ma' kontrolli finanzjarji aġġornati tat-Tarzna, it-task force minnufih ħadet miżuri u ddaħħlu sistemi ta' kontrolli li għalkemm għadhom m'humiex aġġornati mija fil-mija, issa resqin biex għallinqas xahar b'xahar, nerġgħu niġu għal sistema fejn it-Tarzna jkollha dawk li jissejħu management accounts aġġornati.", "B'hekk inkunu nafu x'inhu għaddej u kif qed jintnefqu u jakkumulaw l-ispejjeż, biex imbagħad inkunu nistgħu naraw jekk il-proġetti humiex ikunu vijabbli jew le għax mhux imbilli ġġib vapur fil-baċiri tat-Tarzna.", "Jekk biex iġġib dan il- vapur tkun qed tgħid li se tlesti x-xogħol fi tlett ijiem u, fl-istess ħin li qed tagħmel hekk biex iġġibu, qed tagħti prezzijiet baxxi ħafna u mbagħad biex tilħaq tlesti f'dawk it-tlett ijiem tagħmel aktar u aktar overtime ħalli tlaħħaq tlesti f'dawk it-tlett ijiem li lanqas biss ikunu jistgħu jintlaħqu, allura x'se jiġri?", "Se jiġri li ħadt biċċa xogħol bit- telf - ħafna drabi dan ikun telf kbir - u biex tlaħħaq tagħmel dik il-biċċa xogħol bit-telf qed tkompli żżid l-ispejjeż biex tagħmilha.", "Issa jirriżultalna li t-Tarzna lanqas kellha sistema ta' kontrolli finanzjarji biex tkun tista' tkejjel jekk hux qed jiġri hekk jew le, u meta kien qed jiġri hekk to what extent u għal liema toqol u għal liema piż ħaġa bħal din kienet qed twassal.", "GĦalhekk kien u għadu essenzjali li jkun hemm kontrolli finanzarji li jagħtu kejl ta' kif ikun għaddej l-andament tat- Tarzna minn xahar għall-ieħor.", "It-tieni ħaġa li ħadmet fuqha din it-task force kienet fuq kuntatti li jinsabu għaddejjin u li żviluppaw sew ħalli nsibu konsulenza barranija - insistejna li tkun konsulenza barranija - li imbagħad jista' jkollha ċertu ammont ta' familjarita' max-xogħol tat-tiswija tal-vapuri li flimkien mat- tmexxija tat-Tarzna u flimkien ma' min ikun responsabbli mit-Tarzna taħdem ħalli tipprepara u tħejji l-pjan strateġiku li rridu għat-Tarzna fuq bażi ta' ħamsa, sitta jew seba' snin tkejjel u tara x'inhuma s-swieq li t-Tarzna trid tmur fihom, tara x'inhuma l-investimenti li jridu jsiru fit-Tarzna, tara x'inhuma t-targets ta' produttivita' li rridu nlaħħqu, mbagħad tara u tipproġetta l-istruttura ta' mpjiegi fit-Tarzna sena wara l-oħra ħalli l- impenji ta' kulħadd ikunu magħmula f'qafas li jkun qafas li kulħadd ikun jaf 'il fejn qed nimmiraw.", "Meta ngħid hekk ma jfissirx li pjan bħal dan ikun riġidu u li jekk jinqalgħu ċirkostanzi differenti ma jistax ikun mibdul, imma għallinqas - kull kumpannija serja timxi b'dan il-mod - ikollok direzzjoni fit-tul li torbot l-investimenti, l-impenji u l-miri ta' impjiegi u ta' produttivita', ma' xi ħaġa li taraha globalment u li għandha sens ta' direzzjoni.", "Din kienet it-tieni parti tax-xogħol li bdiet it-task force u li jinsab avvanzat sew.", "It-tielet qasam li ħadmet fuqu t-task force kienet dik li nagħtu ħarsa lejn it-tmexxija interna fit-Tarzna.", "Kull azjenda għandha s-sistema ta' tmexxija tagħha; kull azjenda għandha t-tajjeb u l-ħażin fit-tmexxija tagħha.", "Kull azjenda għandha dak li jista' jinbidel, għandha dak li m'għandux għalfejn jinbidel u għandha dak li jrid jinbidel biex tilqa' għall-isfidi li jkunu ġejjin iktar 'il quddiem.", "Ħaġa bħal din - dan huwa qasam li professjonalment kont involut fih - trid tiffaċċjaha billi kemm jista' jkun tipprova ġġib stampa oġġettiva ta' x'ikun għaddej f'dik l- azjenda.", "Għax jekk tkellem liċ-chief executive jew liċ-chairman jgħidlek ħaġa, jekk tkellem lil persuna responsabbli mill-kontrolli finanzjarji jgħidlek xi ħaġa oħra, jekk tkellem lil personnel officer jgħidlek xi ħaġa oħra, u jekk tkellem lil ħaddiem fuq ix-shop-floor jew lil foreman jgħidlek xi ħaġa oħra.", "Għalhekk kulħadd f'azjenda, hi x'inhi din l-azjenda, mhux it-Tarzna biss, iżda kull azjenda, kulħadd għandu l-perspettiva tiegħu fuq ix-xogħol li jkun għaddej u fuq it-tmexxija li jkun hemm.", "Għaldaqstant li għandna nagħmlu aħna huwa li nisimgħu lil kulħadd u b'mod xjentifiku nevalwaw kif dawn il-forzi u r-relazzjonijiet kollha qed jorbtu flimkien b'mod koerenti.", "Allura l-proposta tat-task force li baqgħet miexja fuqha kienet li jingaġġa lill-konsulent li huwa espert fir-relazzjonijiet soċjali fi ħdan l-impriżi - Dr Godfrey Baldacchino - biex jitkellem u jevalwa lil kulħadd u jagħti stampa ċara - din tkun l-istampa tiegħu magħmula fuq il- pedament ta' osservazzjoni xjentifika u professjonali - tas-sistemi interni fit-tmexxija tat-Tarzna.", "Dr Baldacchino għamel ix-xogħol tiegħu u ppreżenta rapport għax aħna nemmnu li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru wara bibien magħluqa għax inkella iktar iqanqlu suspett u jimminaw il-bażi li fuqha tista' ssir ir- riforma.", "Mela r-rapport ta' Dr Baldacchino dwar kif qed titmexxa internament is-sistema tat-Tarzna fir-relazzjonijiet bejn il-ħaddiema, l- management, il-Kunsill, il-union u d-diversi strutturi tat-Tarzna, bħalma huma d-dipartimenti differenti u l-kumitati tax-xogħol, jagħti stampa kif kienu qed jorbtu u jaħdmu flimkien dawn l-istituzzjonijiet.", "Kif diġa' għidt r-rapport ta' Dr Baldacchino huwa wieħed xjentifiku u serju.", "Hemm biċċiet minnu li jien ma naqbilx magħhom, hemm biċċiet mill-punti li naħseb li huma ġustifikati u hemm biċċiet minnhom li jista' jkollok żewġ opinjonijiet u anke tlieta fuqhom.", "Jien naf li dan ir-rapport qajjem ferment fost ħafna ħaddiema tat-Tarzna għax qisu ma kienx ġust biżżejjed mal-kontribut li huma jagħtu fl-azjenda u ma jirriflettix eżattament ir- realta' soċjali tat-Tarzna.", "Naf ukoll li kien hemm nies min-naħa tal- management li ħassewhom offiżi b'ċerti punti li tqajmu fir-rapport.", "Jien ngħid li rapport bħal dan huwa sempliċement bażi għal diskussjoni.", "Allura min-naħa tat-task force ċertament ma kienx il-każ li b'xi mod jew ieħor ir- rapport jiġi adottat mija fil-mija jew ikun ir-rapport li jieħu over id- deċiżjonijiet tat-task force.", "Fil-fatt dak li ġara; it-task force użat id- dokument ta' Dr Baldacchino bħala bażi għad-diskussjoni, kellha wkoll l- indikazzjonijiet u l-veduti tagħha dwar x'għandu jsir, u mbagħad ħarġet b'listi ta' proposti dwar x'għandu jsir biex intejbu l-istruttura tat- tmexxija tat-Tarzna.", "Jien kelli laqgħa mal-membri tat-task force l-għada li mxew b'dan il-mod u rrealizzajna l-urġenza u l-interess nazzjonali ta' dak li konna qed nagħmlu.", "Irrealizzajna li l-qbil tat-task force kien fuq għadd ta' punti li huma punti estensivi, huma punti ta' importanza u interess u li jkopru ċertu ammont ta' impenn min-naħa ta' dawk kollha konċernati, jiġifieri l- ħaddiema, rappreżentanti tagħhom, il-union u ċertament ukoll il-Gvern.", "Allura kien hemm bżonn li f'dak li jsir ikun hemm sens ċar ta' direzzjoni, sens u rieda ċara li hemm bżonn li r-riformi fit-Tarzna jimxu.", "GĦidna wkoll li għalkemm uħud mir-rakkmandazzjonijiet tat-task force ma kenux unanimi u kien hemm ċerti riżervi fuq uħud minnhom, it-task force kienet qed tinsisti b'mod unanimu li dawn jiġu implimentati u jiġu implimentati, nerġa' ngħid, b'urġenza u b'sens ta' rieda u determinazzjoni.", "Jiena qbilt li għandu jkun hemm din l-urġenza u kien hawnhekk li għidna li fl-istess ħin kull bidla proposta m'għandhiex tinterrompi lanqas l- iskadenza li taħt il-liġi attwali fi Frar għandha ssir l-elezzjoni tal- Kunsill tat-Tarzna, jiġifieri biex ħaddiema jiġu eletti minn sħabhom ħalli jirrappreżentawhom fit-tmexxija tat-Tarzna.", "Allura urġenza tintrabat ma' urġenza oħra; urġenza tal-problema li ma nħallux aktar l-affarijiet ikomplu mexjin mingħajr ma jkun hemm riformi għaddejjin, u l-urġenza l-oħra li kemm jista' jkun nagħtu sens ta' sigurta' u sens ta' ċarezza fit-tmexxija tat-Tarzna marbuta ma' l-iskadenza ta' l-elezzjonijiet li se jibqgħu jsiru fi Frar.", "Allura jiena stess, bi qbil, fehemna u ftehemna li biex nuru l- importanza nazzjonali u l-urġenza tal-kwestjoni, għandna nressqu, jekk ikun hemm bżonn ta' bidliet fil-liġi, malajr kemm jista' jkun fil-Parlament il- bidliet meħtieġa fil-Liġi dwar it-Tarzna ta' Malta.", "Dan isir b'ċerta urġenza biex nimmarkaw aktar u aktar is-serjeta' ta' l-interess nazzjonali f'din il-ħaġa u allura hemmhekk il-proposta żviluppat li l-ewwel okkażjoni raġonevoli għad-diskussjoni fil-Parlament kienet l-1 ta' Frar, liema data timmarka wkoll ma' l-iskadenza dejjem riesqa ta' l-elezzjonijiet tal- Kunsill tat-Tarzna.", "Inressqu b'urġenza din id-diskussjoni imma mbagħad inħallu id-dibattitu fuq il-Liġi dwar it-Tarzna ta' Malta għaddej quddiem dan il-Parlament fl-1 ta' Frar.", "GĦaliex kien hemm bżonn li jitressqu bidliet bħala emendi għal-Liġi dwar it-Tarzna ta' Malta, Sinjura President?", "Ir-raġuni kienet li parti mill- konklużjonijiet li waslet għalihom it-task force kienu konklużjonijiet li, iva, kienu jimplikaw li tinbidel il-Liġi dwar it-Tarzna ta' Malta fuq il- linji li għandu quddiemu dan il-Parlament.", "Jiena naħseb li l-aħjar ħaġa tkun li nsemmi waħda waħda l-miżuri li qbilna fuqhom il-Gvern u task force għall-implimentazzjoni tar-riforma fit-Tarzna u mbagħad nindika liema minnhom jappartjenu għal-liġi li għandna quddiemna.", "Hemm lista ta' 35 miżura li mhux kollha huma miżuri ta' portata kbira - xi wħud minnhom huma miżuri ngħidilhom jien amministrattivi - imma for the record, ikun tajjeb li nsemmihom kollha.", "L-ewwelnett il-miżuri proposti u maqbula kienu jikkonċernaw il- kompożizzjoni tal-Kunsill tat-Tarzna.", "Kien hemm il-qbil li għandhom isiru emendi fil-Liġi dwar it-Tarzna, ta' Malta, Kap. 207 biex fil-Kunsill tat- Tarzna ikun hemm rappreżentanza ugwali bejn il-kunsilliera eletti minn fost il-ħaddiema tat-Tarzna u dawk nominati mill-Gvern.", "Aħna għidna li hemm bżonn li jkun hemm restructuring tal-Kunsill tat-Tarzna biex minflok ma jibqa' kif inhu bħalissa, jiġifieri li l-membri tal-Kunsill ikunu kollha eletti mill-ħaddiema tat-Tarzna, ikun hemm erba' membri li jibqgħu jiġu eletti mill-ħaddiema, erbgħa li jiġu nominati mill-Gvern u ċ-chairman ta' dan il-kunsill ikun nominat mill-Gvern.", "Il-punt l-ieħor hu illi d-deputy chairman imbagħad ikun nominat minn fost l-erba' ħaddiema eletti.", "It-tieni punt kien illi t-terminu tal-Kunsill tat-Tarzna għandu jkun ta' erba' snin meta bħalissa hu ta' sentejn.", "Dan iservi biex jagħti perspettiva aktar fit-tul lil dawk li jkunu appuntati u jagħtihom ukoll ċans li jaħdmu ħalli l-pjan strateġiku li qed naħsbu fih ikun jista' jitwettaq b'koerenza u konsistenza.", "Punt l-ieħor li għidna - u din hija importanti wkoll għax tirrispekkja eżattament kif qed naraw li għandu jkun hemm kompetenzi separati fil-qasam tat-Tarzna - hu li l-general manager, id-deputy general manager, il- financial controller, il-managers fil-personnel office u s-security guards m'għandhomx dritt jikkontestaw l-elezzjoni għall-Kunsill tat-Tarzna.", "Dan qed nagħmluh ħalli jkun hemm ripartizzjoni tal-funzjonijiet b'mod li jkun kemm jista' jkun trasparenti u allura kulħadd ikun jaf li kunsillier għandu ċerti funzjonijiet, security guard jew xi ħadd fil-personnel office għandu funzjonijiet oħra u qed jirrispondi għal pressjonijiet ta' xogħol li huma trasparenti.", "GĦidna wkoll li f'dak li għandu x'jaqsam ma' parti mil-liġi eżistenti ...", "Il-poplu forsi ma jafhiex din, imma l-Liġi dwar it-Tarzna ta' Malta eżistenti tagħti lil kulħadd, lil kull ċittadin Malti, dritt li jikkontesta l-elezzjoni għall-Kunsill tat-Tarzna.", "Per eżempju, inti, Sinjura President, kieku ma kontx Speaker, u kont ċittadina komuni, taħt il-liġi eżistenti kien ikollok id-dritt li tikkontesta għall-Kunsill tat-Tarzna, anke jekk m'intix ħaddiema jew impjegata fit-Tarzna.", "Issa aħna qed ngħidu li dik għandha titneħħa u għall-elezzjoni għall-Kunsill tat-Tarzna jistgħu joħorġu biss dawk in-nies li huma mpjegati jew ħaddiema fit-Tarzna.", "Dawn huma fundamentalment il-punti li joħorġu mill-emendi li għandna quddiemna.", "Dawn huma l-affarijiet li bihom il-liġi preżenti qed tiġi emendata.", "Imbagħad hemm miżuri oħra f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsill li ġew deċiżi mit-task force and that we are putting them on record ta' dan il- Parlament.", "L-ewwelnett qed ngħidu li l-membri kollha tal-kunsill jista' jkollhom karigi fuq il-kumitati eżekuttivi li jitwaqqfu minn żmien għal żmien.", "Dawn il-kumitati eżekuttivi jitwaqqfu mill-Kunsill tat-Tarzna stess u l-kunsilliera fuq dawn il-kumitati jkunu delegati permezz ta' deċiżjoni taċ-chairman tal-kunsill.", "It-tieni nett qed ngħidu li ebda kunsillier elett - u din hi importanti - ma jista' jibbenefika minn promozzjoni waqt li jkun qiegħed jokkupa din il-kariga.", "Qed ngħidu wkoll li għandu jidħol fis-seħħ kodiċi ta' etika għall-membri tat-Tarzna, simili għall-kodiċi ta' etika li jeżisti fid-dipartimenti fuq bordijiet fis-settur pubbliku.", "Dan huwa dak li għandu x'jaqsam mal-Kunsill tat-Tarzna li parti minnu, kif diġa' għidt, huwa rispekkjat fl-emendi li qed inressqu dalgħodu.", "Sinjura President, issa se nsemmi l-miżuri li ġew deċiżi dwar il-kumitati tax-xogħol.", "L-ewwelnett it-terminu tal-kumitati tax-xogħol se jitwal minn sena għal sentejn.", "Punt ieħor huwa li d-departmental manager għandu jkun iċ-chairman tal-kumitat tax-xogħol fit-Tarzna.", "Il-funzjonijiet tal- kumitati tax-xogħol iridu jkunu marbuta ma' issues li jkattru l- produttivita' u l-kwalita' tax-xogħol u li jtejbu l-effiċjenza.", "Il-focus tagħhom għandu jkun preċiżament it-titjib u l-modernizzar fix-xogħol tat- Tarzna.", "Deċiżjoni oħra kienet li kull chairman tal-kumitat tax-xogħol għandu jiddiskuti mas-segretarju tal-kumitat tax-xogħol il-minuti tal- laqgħa ta' qabel, l-aġenda għal-laqgħa li jkun imiss u min se jiġi mistieden għal dik il-laqgħa.", "Il-foremen u l-imgħallmin għandhom jibdew jiġu nvoluti f'dawn il-laqgħat sabiex b'hekk din l-istruttura tippermetti li jkun hemm affjatament għaddej fuq issues li għandhom x'jaqsmu max- xogħol, ħalli permezz ta' din il-miżura jkun hemm aċċertazzjoni li kulħadd ikun involut u mhux ċerti deċiżjonijiet jittieħdu mingħajr ma dak jew l- ieħor ikun jaf li qed jittieħdu, anke meta jikkonċernaw direttament ix- xogħol u r-responsabbilitajiet tiegħu.", "Deċiżjoni oħra dwar il-kumitati tax-xogħol hija li kull chairman tal- kumitat tax-xogħol għandu jiddeċiedi d-data u l-ħin tal-laqgħa li jmiss flimkien mas-segretarju tal-kumitat tax-xogħol u għandha ssir laqgħa tal- kumitat tax-xogħol ta' l-inqas darba kull tliet xhur.", "Barra minn hekk id- deputy chairman tal-kunsill flimkien mad-deputy general manager production għandhom jikkoordinaw il-kumitati tax-xogħol.", "Dan huwa fir-rigward tal- kumitati tax-xogħol.", "Ngħaddi issa għal dak lli jirrigwarda deċiżjonijiet dwar relazzjonijiet industrijali.", "L-ewwelnett jibdew negozjati bejn il-management u l-General Workers' Union li jwasslu għal ftehim kollettiv sħiħ u uffiċjali.", "X'inhu l- punt hawn?", "Jirriżultalna li fil-fatt fit-Tarzna, bid-differenza ta' azjendi oħra, m'hemmx ftehim kollettiv ġenerali li jorbot lit-Tarzna b'mod ġenerali.", "F'azjendi oħra, kbar jew żgħar, hemm collective agreement sħiħ imma fit-Tarzna ma hemmx u allura rajna li tajjeb li din tiġi regolarizzata u għaldaqstant se jibdew dawn it-tip ta' negozjati għal ftehim kollettiv ġenerali li jorbot lit-Tarzna kollha kemm hi.", "Punt ieħor huwa li l-Kunsill tat-Tarzna japplika d-dritt li jeżenta l- general manager, id-deputy general manager u l-human resources manager jew personnel manager, għidlu li trid, minn sħubija fi trade union.", "Dawn in- nies m'għandhomx ikunu membri ta' trade union imma għandhom jirrappreżentaw biss il-management professjonali u l-mod kif jaħdem il-management professjonali biex imexxi 'l quddiem l-għanijiet strateġiċi tat-Tarzna.", "Punt ieħor ta' deċiżjoni hu li l-ebda membru tal-kumitat tax-xogħol m'għandu jkun shop steward.", "Anke hawn nifirdu l-funzjonijiet u r- responsabilitajiet.", "Min qiegħed jirrappreżenta l-union m'għandux ikun membru tal-kumitat tax-xogħol biex ikun hemm bilanċ bejn il-kompetenzi u r- responsabilitajiet u b'hekk ikun jista' jinstab bilanċ bejn il- pressjonijiet ta' xogħol differenti li jqumu f'kull sitwazzjoni li tirrifletti produzzjoni u li tirrifletti deċiżjonijiet maniġerjali.", "Deċiżjoni oħra kienet li jitwaqqaf mill-ġdid - kien imwaqqaf imma ma baqax jaħdem, u issa se nerġgħu inwaqqfuh - il-joint consultative committee b'rappreżentanti mill-management u tal-General Workers' Union fil-branki differenti tagħha.", "Ix-xogħol ta' dan il-kumitut ikun li jagħmel monitoring u mbagħad aktar minn hekk, jagħmel suġġerimenti għat-titjib tagħhom.", "Deċiżjoni oħra kienet li kull kwestjoni li tinqala' fuq livell ta' dipartiment u li hija hekk imsejħa trade union business, jiġifieri materja li tirrigwarda trade union, għandha l-ewwel tiġi diskussa bejn il-manager tad-dipartiment konċernat u x-shop steward, imbagħad għall-ebda raġuni m'għandu uffiċjal tal-union imur bil-każ fl-uffiċċju tal-union jew jinvolvi lis-segretarjat tal-union qabel ma l-manager konċernat ikun informat b'dan il-pass.", "Anke hawnhekk jenħtieġ li niċċaraw kif is-sistema trid taħdem u niċċarawha biex ikun hemm aktar trasparenza u biex kulħadd tinżammlu l- possibilita' li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu waqt li jkun jaf kif ħaddieħor qiegħed jaġixxi, dejjem skond id-definizzjoni tar-responsabilitajiet tiegħu.", "Punt ieħor li ġie deċiż huwa li l-ħaddiema eletti fuq il-kunsill għandhom jirriżenjaw minn kull kariga trade unjonistika sakemm idumu jokkupaw il- kariga ta' kunsilliera.", "Jiġifieri anke hawn aħna nixtiequ li nifirdu l- irwol trade unjonistiku ta' ħaddiem jew rappreżentant ta' ħaddiem mill- irwol tiegħu bħala rappreżentant tal-ħaddiem fuq il-kunsill.", "U din hija xi ħaġa li ħassejna li hija importanti biex ma jkunx hemm split responsibilities fl-istess kariga fl-istess persuna.", "Deċiżjoni oħra kienet li l-ħaddiema, membri tal-kunsill bħala diretturi, ma jistgħux jiġu mitluba mill-union tagħhom biex jobdu xi direttiva tal- union jew biex jipparteċipaw f'xi azzjoni industrijali.", "Dan qed isir biex anke hawn, kemm jista' jkun il-karigi u l-funzonjonijiet jibqgħu trasparenti u kulħadd jibqa' jirrifletti l-funzjoni li għaliha qiegħed jaħdem f'din l- organizzazzjoni kbira ta' kważi 3,500 ruħ li tissejjaħ it-Tarzna ta' Malta.", "Imbagħad kien hemm ċerti deċiżjonijiet tat-task force li huma ftit jew wisq ta' natura mixxellanja.", "Dawn huma ta' natura dipartimentali imma for the record naħseb li jkun tajjeb li dan il-Parlament ikun informat u aġġornat bihom.", "Per eżempju, hemm id-deċiżjoni li x-ship repair manager għandu jkun informat u aġġornat bis-siwi, jiġifieri bil-cost effectiveness, reali tax-xogħol li jkun qed isir fuq il-vapur jew kull proġett ieħor fdat lilu.", "Ħafna drabi meta jkun hemm xi forma ta' proġett kbir għaddej, min ikun qiegħed responsabbli minnu ma jkunx jaf jekk dak li qed isir ikunx qed irendi jew le.", "Tista' tgħaddi ġimgħa jew ġimgħatejn fuq dak ix-xogħol u jista' jkun li dak li qed isir ma jkunx qed irendi u allura dan ma jkollu l-ebda ċans li jikkontrolla u jbiddel il-ħidma li tkun qed issir.", "GĦalhekk hemm bżonn li iva, ikun hemm sistema li biha dan ix-ship repair manager li jkun qed jaħdem fuq xi proġett ikollu informazzjoni għaddejja l-ħin kollu ħalli jkun jista' jikkontrolla l-affarijiet kif għaddejjin.", "Deċiżjoni oħra kienet li kull informazzjoni meħtieġa biex ix-xogħol ikun effiċjenti u cost effective, għandha titwassal sa l-imgħallem biex b'hekk anke l-imgħallem ikun aġġornat fuq kif ikun sejjer ix-xogħol.", "Deċiżjoni operattiva hija fejn qed ngħidu li din is-sistema ta' informazzjoni għandha tiżviluppa mas-sistema komputerizzata li trid tidħol it-Tarzna u min se juża din is-sistema għandu jkollu taħriġ xieraq.", "Din hija ħaġa ovvja u tajjeb li ngħiduha, iżda jien ma għandix dubju li din tiġi fitted fil-pjan strateġiku li jkun qed jitħejja għat-Tarzna.", "Parti minn dan il-pjan strateġiku jkun jitkellem ukoll dwar is-sistema ta' komputerizzazzjoni li trid tinħadem fit-Tarzna jekk tabilħaqq fis-snin li ġejjin se nkunu effiċjenti, moderni u kompetittivi mat-tarznari l-oħra fil-Mediterran illi rristrutturaw ruħhom u qed jirristrutturaw ruħhom bil-kbir biex iżommu ruħhom fil-wiċċ.", "Sinjura President, deċiżjoni oħra hija li jitwaqqaf bord biex jikkontrolla l-għotja ta' allowances, liema bord ikun inkarigat li jagħmel intensive spot checks ħalli jikkontrolla l-abbużi.", "Deċiżjoni oħra kienet li jiġi inċentivat ix-xogħol fil-gradi kollha u tinbena relazzjoni iktar soda bejn il-ħlas xieraq għal xogħol tajjeb.", "Deċiżjoni oħra kienet li jinħoloq post ta' human resources manager, li fl- antik konna lil dan kollna ngħidulu personnel manager.", "Imbagħad deċiżjoni oħra li fl-opinjoni tiegħi din għandha importanza hija li tinfetaħ il-possibbilta' ta' reklutaġġ ta' management minn barra t- Tarzna wara li tkun ingħatat opportunita' xierqa għal reklutaġġ intern minn min ikun kwalifikat.", "Dan ir-reklutaġġ minn barra jista' jinkludi wkoll reklutaġġ ta' barranin.", "Aħna nħossu li hemm ukoll il-bżonn li jkun hemm titjib fil-management professjonali tat-Tarzna u hemm bżonn li dan il- management ikun iktar attrezzat biex jieħu ħsieb il-funzjonijiet ta' tarzna moderna.", "M'hemmx dubju li fit-Tarzna hemm ċertu trawwim intern u l- kultura tal-management trid tinbidel.", "Jeħtieġ li l-kultura tal-management fit-Tarzna timmodernizza ruħha u allura jeħtieġ li barra li l-management ikun iktar f'pożizzjoni li l-ewwelnett jitħarreġ hu, ikollu wkoll miegħu nies ġodda li filwaqt li jiġu infilzati fis-sistema jkunu jistgħu lit- tmexxija tal-management jagħtuha sens iktar modern u jkollhom spirtu li jwettqu u jirnexxu.", "M'iniex qed ngħid li m'hemmx dan l-ispirtu, iżda qed ngħid li hemm bżonn li jkun hemm iktar.", "Qed ngħid ukoll li l-metodi li nużaw biex naslu għal dan it-twettiq iridu jkunu metodi dejjem iktar ġodda u mhux bilfors metodi li writna, imma jkunu metodi li nitgħallmuhom aħna.", "Sinjura President deċiżjoni oħra kienet li l-Commercial and Sales Department għandu jiġi msaħħaħ sabiex jaqdi l-funzjoni tiegħu ta' market intelligence, niche marketing, advertising u public relations.", "Għandu jiġi kkonsidrat l-ingaġġ ta' trainees fil-marketing li mbagħad iridu jingħataw l- apprendistat meħtieġ mill-istess Tarzna.", "Deċiżjoni oħra kienet li jsir reġistru ta' dawk il-ħaddiema dikjarati bħala disabled, liema ħaddiema jiġu offruti l-possibbilta' li jirtiraw kmieni mix-xogħol.", "B'dan il-mod anke t-Tarzna tkun qed tirreġistra l- minimu ta' 2% tal-ħaddiema tagħha bħala disabled skond kif tipprovdi l- liġi.", "Deċiżjoni oħra hija li għandu jiġi aġġustat il-proporzjon eżistenti bejn il-ħaddiema diretti u dawk indiretti.", "Ġie deċiż ukoll li għandha titwaqqaf employee suggestion scheme sabiex l- impjegati jagħmlu suġġerimenti għal titjib fix-xogħol tagħhom bħalma jeżisti f'kumpanniji oħra.", "Il-31 deċiżjoni hija li għanku jkun hemm programmi regolari ta' taħriġ fit-tħaddim tas-sistema parteċipattiva.", "Għandhom jiġu organizzati laqgħat fost il-ħaddiema kemm dawk f'karigi industrijali, u mhux industrijali kif ukoll f'dawk maniġerjali.", "Deċiżjoni oħra hija li għandhom jiġu ridimensjonati l-kumitati eżekuttivi eżistenti fit-Tarzna.", "Jintqal, u kulħadd jaqbel magħha din, li bħala numru hemm wisq minn dawn il-kumitati.", "Hemm funzjonijiet ta' kumitat li jirbħu fuq funzjoni ta' kumitat ieħor u b'hekk iddaħħal ċertu ammont ta' konfużjoni.", "Allura hemm bżonn li dawn il-kumitati eżekuttivi jiġu razzjonalizzati ħalli jkunu aktar effettivi fix-xogħol tagħhom, u dan dejjem taħt id-direzzjoni tal-Kunsill tat-Tarzna.", "Il-miżura li se nsemmi hija wkoll miżura ta' importanza, dejjem fuq bażi interna għat-Tarzna, imma li tirrispekkja l-fatt li r-riżorsi li qed tuża t- Tarzna se jkunu mmexxija b'effettivita' u b'serjeta'.", "Id-deċiżjoni tgħid hekk, Sinjura President: Il-purchasing committee għandu jkollu relazzjoni ċara ma' l-internal audit u l-Gvern għandu jkollu rappreżentant fuq dan il- kumitat.", "Punt ieħor li aħna bħala Gvern m'għandna l-ebda riżerva jew dubbju li se nwettquh, hu li bil-kuntatti tiegħu ma' gvernijiet oħra il-Gvern jgħin sabiex jakkwista xogħol għat-Tarzna.", "Diġa' għaddejjin kuntatti ma' pajjiżi fil-Lvant Nofsani u pajjiżi oħra ħalli l-interess tagħhom li jkollhom tiswijiet fuq ċerta bażi regolari ma' tarzna li jistgħu jkollhom fiduċja fiha jiġi ggwidat u attirat lejn it-Tarzna ta' Malta.", "Dawn l-isforzi bdejnihom, se nibqgħu għaddejjin bihom u ninsabu fiduċjużi li fiż-żmien li ġej inkunu nistgħu nmexxuhom 'l quddiem biex jagħtu l-frott.", "Sinjura President, l-aħħar deċiżjoni hija li għandu jsir monitoring fuq bażi regolari tar-riforma fil-management tat-Tarzna, preferibbilment mit- Tarzna stess.", "Dan ifisser li trid tissaħħaħ u titkattar l-internal audit li hemm bżonn li jkun hemm b'mod regolari fit-Tarzna.", "Sinjura President, semmejt dawn il-miżuri b'ċerta dettall għar-raġuni li tajjeb li nifhmu li qed naħdmu - kif jgħidu - all steam forward fuq din il- ħaġa.", "Mhux parti biss qegħdin inwettqu imma hemm pjan sħiħ ħalli dak li għandu x'jaqsam ma' l-isfida tat-Tarzna nkunu qegħdin nilqgħuh b'mod koerenti u serju.", "Ovvjament ħafna minn dawn il-miżuri li semmejt ma jidħlux fil-Liġi tat-Tarzna dwar it-tarzna ta' Malta imma se jkunu implimentati bħala parti mill-pakkett sħiħ illi bih ikun hemm riforma fit- tmexxija tat-Tarzna.", "Dawn huma deċiżjonijiet raġonevoli u fl-opinjoni tiegħi deċiżjonijiet ta' importanza u urġenza nazzjonali li qegħdin juri kif trid issir it-triq.", "Din it-triq trid issir billi waqt li nżommu lil kulħadd on board u jaqbel li għandu jsir xi ħaġa u jaqbel x'għandu jsir, ma nagħmlux targets li ma jistgħux jintlaħqu, imma nagħmlu targets li huma raġonevoli għax bi sforz sħiħ jistgħu jintlaħqu.", "Jien nemmen li l- ħaddiema tat-Tarzna jifhmuha din il-ħaġa u fid-diskussjoni li kellna magħhom jiena u Dr George Abela nhar it-Tnejn li għadda, fejn tqajmu ħafna punti u smajna l-veduti ta' kulħadd, rajna li kulħadd kien qed jaqbel.", "Hemm bżonn li din il-problema kbira li għandna quddiemna li hija sfida nazzjonali kbira, niffaċċjawha b'kuraġġ, b'immaġinazzjoni, b'rieda u b'sens illi kulħadd għandu x'jagħti.", "Meta jiena ssuġġerejt li din il-laqgħa nagħmluha llum, ridt li b'dan nagħti sinjal ta' kemm il-Parlament jimpurtah mit-Tarzna, tant, illi qiegħed jiltaqa' s-Sibt, l-1 ta' Frar, 1997 f'seduta speċjali ħalli jimmarka l-importanza nazzjonali li jħoss li t- Tarzna għandha.", "Ċertament qatt ma kien il-ħsieb tagħna - il-bieraħ issorprendejt ruħi li l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Gonzi tkellem għal dak it-tul kollu fuq il-giljottini - li fuq din il-kwestjoni nipproponu l- giljottina.", "Il-proposta tagħna kienet, għadha u tibqa' illi din id- diskussjoni li bdiet dalgħodu tibqa' sejra sa kemm hemm bżonn.", "Ma għidniex li se nieqfu f'nofs inhar.", "Jekk hemm bżonn nibqgħu sejrin sat- Tnejn fil-għodu għax l-urġenza hemm qiegħda.", "U hija urġenza għax fil-bqija tal-Mediterran kulħadd beda jirriforma u jirristruttura t-tarznari tiegħu.", "Allura aħna se nibqgħu lura?!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Aktar minn hekk, il-pjan li qed nagħmlu jimmarka bl-aktar mod ċar il- koerenza tagħna li se nżommu.", "Se nżommu mal-perspettiva tagħna, li kif dejjem wegħedna, nirrispettaw u nsostnu l-ħtieġa illi l-parteċipazzjoni demokratika tal-ħaddiema tat-Tarzna fit-tmexxija tibqa' rispettata skond l- iskadenzi eżistenti.", "Għaldaqstant jien inħoss illi quddiem din l-isfida dan il-Parlament għandu jkun unanimu illi jaqbel li dawn il-bidliet huma bidliet ta' importanza.", "Dawn il-bidliet mhux sejrin isolvu l-problema mil- lum għal għada imma se jkunu pass ieħor fit-triq illi nsolvu l-problemi u nassiguraw illi t-Tarzna terġa' ssir - għalija dan huwa target ta' l-akbar importanza - l-aktar tarzna effettiva u moderna fil-Mediterran.", "Għandna l- vantaġġi naturali biex nagħmluha din il-ħaġa.", "Din mhux bħal industriji oħra illi m'għandhomx dawn il-vantaġġi naturali għax iridu jġibu kollox minn barra, jridu jaħdmu kollox għal barra u m'għandhomx is-snajja' tradizzjonali li għandha t-Tarzna.", "Nerġa' ngħid lit-Tarzna għandha bażi ta' vantaġġi naturali li rridu nirkbu fuqha.", "U nirkbu fuqha b'sens ta' determinazzjoni u ta' impenn.", "Madam Speaker, nerġa' ninsisti li hemm bżonn li nkomplu għaddejjin fuq pjan strateġiku tat-tul għat-Tarzna.", "Dan huwa bidu ġdid għat-Tarzna u l- impenn ta' dan il-Gvern huwa li dan il-bidu ġdid jissarraf f'sitwazzjoni li fiha flimkien mal-ħaddiema tat-Tarzna nilħqu, sena wara l-oħra, t-targets li hemm bżonn ħalli tassew it-Tarzna tagħna tkun waħda moderna u effettiva kif qed ngħidu.", "Nemmen ukoll li mhux biss il-ħaddiema tat-Tarzna jridu jkunu magħquda f'din il-ħidma, imma anke l-Maltin u l-Għawdxin kollha jridu jkunu magħqudin magħna f'dan l-isforz li qed nagħmlu biex tassew nassigura riforma fit-tmexxija tat-Tarzna.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Meta wieħed jisma' d- diskors li għadna kemm smajna, partikolarment il-parti konklussiva, u jiftakar fid-diskors li sar il-bieraħ mill-Ministru Vella fuq il-fatt li dan il-Parlament qed jiltaqa' f'seduta li qed tissejjaħ speċjali, illum is- Sibt l-1 ta' Frar, meta hawn fil-Belt qed tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Pawl, meta jisma' dan kollu wieħed bilfors jgħid li din hija xi ħaġa urġenti.", "Xi tfisser urġenti?", "Urġenti tfisser xi ħaġa li trid issir illum għax jekk issir għada jkun hemm preġudizzju.", "Urġenti tfisser, fil-fehma tal-Gvern, li ma laqax is-suġġeriment ta' l-Oppożizzjoni li l-Parlament jiltaqa' t-Tnejn fil-għodu għaliex dak inhar ikun tard wisq.", "Jekk il-Prim Ministru nduna bil-kriżi tat-Tarzna issa, allura jkolli ngħid - din qed ngħidha \"hekk\" - li l-iktar hobby favorit tal-Prim Ministru huwa l-irqad u għandu jkun raqad raqda twila ħafna għal ħafna snin!", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Agħjat)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed ngħid li l-Prim Ministru raqad raqda twila għax donnu issa, f'dawn it-tliet xhur li ilu Prim Ministru, induna li hemm kriżi fit-Tarzna.", "Il-verita' x'inhi?", "Il-verita' hi li l-kriżi tat-Tarzna ilha magħna, ilna nipprovaw insibu soluzzjonijiet għaliha u baqgħet magħna.", "Effettivament, jekk wieħed jara l-istorja tat-Tarzna jsib li mill-1963 sal- lum din hija l-ħames darba li dan il-Parlament ġie msejjaħ biex jiddiskuti jew liġi ġdida dwar it-Tarzna jew inkella emendi għaliha.", "Huwa tajjeb li niftakru li, kif qed ifakkarna l-Onor.", "Lino Spiteri li dak inhar kien deputat ...", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Lino Spiteri qed jgħid li konna qbilna miegħu.", "Jien niftakar dawk iż-żmenijiet daqs l-Onor.", "Lino Spiteri u għalkemm dak iż-żmien ma kontx deputat kont niġi nirrapporta għal \"The Times\" biex naqla' xi sold u allura jien ukoll niftakar dik is-seduta.", "Nerġa' ngħid, huwa importanti li niftakru, kif fakkarna l-Onor.", "Lino Spiteri - u kont se nfakkar jien ukoll - li fl-1963, Att Nru. I li approva l-Parlament - dak iż-żmien ma kienx Parlament ta' pajjiż indipendenti - kien jismu The Malta Drydocks (Temporary Provision) Act.", "Dak iż-żmien il- Gvern immexxi wkoll mill-Partit Nazzjonalista kien ġie fil-Parlament u f'sitwazzjoni vera ta' kriżi kien qal: Jien se neżerċita r-responsabbilta' tiegħi għat-Tarzna, għall-ħaddiema tat-Tarzna u għat-Tarzna bħala industrija ta' importanza nazzjonali għal pajjiżna.", "X'ġie jagħmel f'dan il- Parlament dak inhar il-Gvern immexxi mill-mibki Gorg Borg Olivier?", "Ġie jispjega l-kriżi li kienet inħolqot fit-Tarzna u li kienet ilha li bdiet - għax biex immorru għall-bidu tagħha rridu mmorru lura għas-snin ħamsin.", "Bejn l-1955 u l-1958, meta allura kien hemm Gvern Laburista, bdiet l- ikbar kriżi tat-Tarzna billi f'daqqa waħda l-Gvern Ingliż iddeċieda li kellu jarmi t-Tarzna ta' Malta, deherlu li m'hemmx bżonn li t-Tarzna ta' Malta tkompli bil-funzjoni li kellha sa minn 150 sena qabel, li sservi l- interessi tan-Navy Ingliża, u kien qal lill-Gvern Malti mmexxi mill-Partit Laburista li ried inaqqas sostanzjalment in-nies li jaħdmu fit-Tarzna, kif ukoll li t-Tarzna tiġi konvertita għal waħda kummerċjali.", "Dan wassal għal kriżi kbira li wasslet lill-Gvern Laburista ta' dak inhar biex jirrinunzja għall-poter, imur fit-toroq, juża lill-ħaddiema tat-Tarzna u tiġi rtirata l- Kostituzzjoni.", "U meta ġiet irtirata l-Kostituzzjoni fl-1958 rajna li ngħatat fuq platt l-opportunita' lill-Gvern Ingliż li jeħles mir- responsabbiltajiet tiegħu versu l-poplu tagħna, u l-ħaddiema tat-Tarzna b'mod partikolari, għaliex qasam it-Tarzna fi tnejn, ikkonverta biċċa minnha f'tarzna kummerċjali u taha lid-ditta Bailey, waqt li żamm parti mit- Tarzna għall-bżonnijiet tan-Navy Ingliża.", "Għax Gvern Malti ma kienx hawn peress li l-Partit Laburista, fil-kriżi kbira tat-Tarzna, ħalla l-poter minn idejh.", "Meta fi Frar ta' l-1962 il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni sab quddiemu mill-ewwel il-problema tat-Tarzna, l-ikbar problema li kellha t- Tarzna sa dak inhar.", "U l-Gvern ta' Dr Gorg Borg Olivier kien ġie f'dan il- Parlament, ippreżenta l-ewwel liġi tiegħu ta' dik is-sena u qal li hemm bżonn nagħmlu dak li jixraq fl-interess tal-poplu tagħna u fl-interess tal- ħaddiema.", "Effettivament, għall-ewwel darba fl-istorja tat-Tarzna ta' Malta, il-kontroll u l-amministrazzjoni tagħha għaddew f'idejn il-Gvern Malti.", "Nerġa' ngħid, b'dak l-Att ta' l-1963 it-Tarzna tagħna għaddiet direttament f'idejn il-Gvern Malti li min-naħa tiegħu għamel ħiltu biex jibda jibni mix-xejn il-futur tat-Tarzna.", "Maż-żmien żviluppaw il-problemi u ftit tas-snin wara, effettivament tliet snin wara, il-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista reġa' ġie f'dan il-Parlament u għamel mhux iktar Att temporanju imma għamel Att sostanzjali li permezz tiegħu waqqaf għall-ewwel darba f'pajjiżna korporazzjoni pubblika.", "Illum nitkellmu fuq il- Korporazzjoni Enemalta, fuq il-Korporazzjoni Telemalta u fuq il-Water Services Corporation, pero' l-ewwel corporation, li kienet il-Malta Drydocks Corporation, twaqqfet bl-Att XV ta' l-1968 fuq proposta ta' gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Dan hu l-mod kif il-gvernijiet ħadu ħsieb it-Tarzna f'din il-kriżi li ma qatgħet qatt.", "Imbagħad fl-1968 kien hemm kriżi, il-kriżi tal-futur stess tat-Tarzna.", "U l-Gvern Malti, nerġa' ngħid immexxi mill-Partit Nazzjonalista, x'għamel?", "Għamel att ta' espropriju.", "Dak li kien għamel il-Gvern Ingliż fis-snin ħamsin meta l-Partit Laburista kien irrinunzja għall-gvern u ta t-Tarzna lil kumpannija privata Ingliża, il-Gvern Malti mmexxi minn Gorg Borg Olivier ġie f'dan il-Parlament u bis-saħħa ta' liġi ta' pajjiż indipendenti - għaliex fil-frattemp, fl-1964 Malta kienet saret nazzjon - qal: Issa din it-tarzna bil-proprjeta', bl-art u b'dak kollu li hemm fiha, m'hijiex iktar proprjeta' ta' xi ħadd ieħor, mhux iktar xi investiment tal-Gvern Ingliż, mhux iktar ta' xi kumpannija privata, imma issa saret tal-poplu Malti.", "U tajjeb li dawn l-affarijiet niftakruhom għaliex, nerġa' ngħid, ma tistax tħares lejn il-problemi tat-Tarzna billi tagħmel task force.", "Tagħmel xogħol tajjeb it-task force imma ma tkunx skopriet l-Amerika bħall- Kristofru Colombu!", "Assolutament mhux hekk.", "It-task force kitbet għall- konjizzjoni ta' kulħadd dak li diġa' kien miktub minn ħafna qabel u fiċ- ċirkostanzi serviet biex il-Gvern jgħid: Ara, għandi rapport u sibna x'inhi d-duda fit-Tarzna.", "Għadu kif qalilna x'inhuma dawk l-affarijiet li t-task force qed taqbel fuqhom u nikkummenta iktar 'il quddiem fuq hekk.", "Pero' tajjeb li ngħid li din il-korporazzjoni, l-ewwel korporazzjoni pubblika tat-Tarzna ta' Malta, twaqqfet b'Att XV ta' l-1968 li saret liġi proprju bil-firma tal-Gvernatur Ġenerali ta' dak iż-żmien, Sir Anthony Mamo, fl-10 ta' April 1968.", "Naturalment f'dik il-liġi kellna nagħtu l- istruttura ta' kif se titħaddem din il-korporazzjoni.", "Jien m'iniex se nidħol fid-dettalji kollha ta' x'hemm f'dik il-liġi li hija mudell u serviet ta' mudell għal korporazzjonijiet oħra li twaqqfu aktar tard b'liġi f'pajjiżna, imma nirriferi - għaliex dak hu li għandna quddiemna llum - għal artiklu 5 li waqqaf il-bord tal-korporazzjoni.", "Għaliex irridu naraw kif żviluppat din l-istorja li llum qegħdin nipprovaw nirranġaw bil-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Kif kien il-bord tat-tmexxija meta saret il- Malta Drydocks Corporation fl-1968?", "Il-bord tat-tmexxija kien magħmul minn chairman u minn erba' sa tmien membri.", "U tajjeb li naraw kif kienu jiġu nominati dawn il-membri.", "Subartiklu 5 (3) kien jgħid illi dawn għandhom jintgħażlu minn persuni li għandhom esperjenza ta' u wrew kapaċita' fi ħwejjeġ dwar industrija, kummerċ, finanzi, xjenza, il-professjonijiet, l-amministrazzjoni jew organizzazzjoni ta' prinċipali jew ta' ħaddiema.", "Mela mat-take-off din il- Korporazzjoni tat-Tarzna kellha jkollha bord kif inhuma l-boards tal- korporazzjonijiet kollha li saru minn dak inhar sal-lum, magħmula minn nies illi għandhom esperjenza u wrew kapaċita' kif għidt, f'industrija, kummerċ, finanzi, xjenza, professjonijiet u organizzazzjoni ta' ħaddiema jew ta' prinċipali.", "Dak kien il-mod kif kellha titmexxa l-corporation.", "Illum - issa nikkumenta dwar x'ġara wara - meta nħares anke lejn il- korporazzjonijiet kbar u importanti li għandna, nara li l-metodu li għadu jiġi adottat mill-Gvern tal-lum, minni li kont Prim Ministru sa ftit xhur ilu, mill-gvernijiet ta' qabel u minn dan il-Parlament li ddibatta t- twaqqif tal-Water Services Corporation u ma nafx ta' kemm corporations oħra, dejjem huwa li fil-bord ta' korporazzjoni għandek tipprova tfittex li tinnomina nies li għandhom ċerti kapaċitajiet, inkella you're courting disaster.", "Illum with hind sight naħseb li dan jgħidu kulħadd anke għat- Tarzna.", "Jekk inti ma tipprovax tara li jkollok l-aħjar nies b'esperjenza fit-tmexxija tkun qiegħed tissogra, u tissogra mhux ftit.", "Issa llum għaliex hemm bżonnha din il-liġi?", "Irridu nifhmu l-veru bżonn x'inhu, u l- veru bżonn ġej mill-esperjenza u mhux ġej mit-teoriji, imma mir-realta' tal- ħajja, mir-realta' ta' l-amministrazzjoni tat-Tarzna.", "Fl-1968 kellna korporazzjoni ġdida li qegħda tfittex kif taħdem fis-suq ġdid kummerċjali, mhux iktar bix-xogħol dejjem ġej tan-Navy Ingliża, ix-xogħol ta' l- Ammiraljat, ix-xogħol tal-militar, imma tarzna illi kellha l-backing tal- pajjiż warajha, tarzna illi kulħadd kien jgħid li għandha fiha numru ta' nies - lanqas insejjaħlu nukleu, għax nukleu tfisser xi ħaġa żgħira, u meta tkun qed titkellem fuq 5,000 u 6,000 ruħ ma tgħidx biss nukleu - b'esperjenzi kbar ta' xogħol u bi skills tajbin.", "Fil-fatt it-Tarzna serviet bħala l-bejta ta' ħafna skills fil-pajjiż.", "Jiġifieri kien hawn din il-fiduċja kbira illi t-Tarzna tista' tirnexxi.", "Imma x'ġara?", "Ġara dak li kien ġara diġa' qabel illi sfortunatament kien hawn u għad hawn partit politiku jismu l-Malta Labour Party li dejjem ħares lejn it- Tarzna bħala għodda politika.", "U x'ġara meta wara l-1968 qrobna għall- elezzjoni ta' l-1971?", "Il-General Workers' Union riedet żidiet għall- ħaddiema tat-Tarzna, ħaġa leġittima għal kull union, u ftit xhur qabel l- elezzjoni bdiet strajk, strajk ta' seba' xhur.", "Mhux strajk fejn ħarġet lill-ħaddiema tat-Tarzna u qaltilhom: Oqogħdu d-dar bi strajk mingħajr ma tieħdu l-paga.", "Le, mhux dak kien il-metodu.", "Il-metodu kien li tordna strajk ta' numru żgħir ta' nies li bih tipparalizza t-Tarzna u l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kellu jaffronta sitwazzjoni fejn għal seba' xhur sħaħ fit-Tarzna ta' Malta, b'aktar minn 5,000 ruħ jaħdmu hemm u jirċievu l-pagi, dik it-Tarzna ma kellhiex xogħol.", "Mhux għax ma kienx hawn xogħol għat-Tarzna, imma għaliex b'deċiżjoni politika, biex il-Partit Laburista jieħu vantaġġ elettorali fl- elezzjoni ta' Ġunju 1971, sar dak l-istrajk u l-ħaddiema ppretendew iż- żidiet.", "Imbagħad tela' Gvern ġdid u sar Prim Ministru ġdid, kif l-Onor.", "Sant illum huwa Prim Ministru ġdid, ġdid għal tliet xhur.", "U niftakru x'ġara.", "Il-Prim Ministru l-ġdid, li kien jagħti l-barka tiegħu għall-istrajkijiet li kienu qed isiru fit-Tarzna u li kien jgħid kemm ħaqqhom żidiet il- ħaddiema tat-Tarzna, sejħilhom fi Pjazza Gavino Gulia, għajjarhom u qalilhom: Tridu tagħżlu; trid tispiċċalkom is-sonża; insew iż-żidiet u neħħu dawn il-ħafna regolamenti li għandkom tal-unions; irid ikun hemm flessibilita' sħiħa; neħħuha din li ma tridux taħdmu bix-shift, tridu tibdew taħdmu bix-shift; u tridu tagħżlu; jew tagħżlu lili, il-Prim Ministru, u tobdu u jonqsulkom il-pagi ...\".", "U lill-management naqqsulhom il-pagi wkoll u qalulhom biex jagħżlu.", "U l-ħaddiema dak inhar kienu għollew idejhom u qalulu biex jibqa' hu Prim Ministru, imma kienu ġew ittraduti bil-wegħdiet elettorali li kienu saru qabel għax malli l-Partit Laburista sab ruħu fil-gvern għamel din il-meskinita' ma' dawk in-nies li kienu ssagrifikaw ruħhom biex jaraw dan il-partit tagħhom fil-gvern.", "Hekk ġara fl-1971 u dak inhar il-wegħda li kien għamel il-Partit Laburista ma kenitx li jagħti t-tmexxija sħiħa tat-Tarzna lill-ħaddiema.", "Jekk wieħed jaqra d-diskors li sar fil-ftuħ tal-Parlament fl-1971 isib li l-Gvern kien qal li se jbiddel il-liġi biex jagħti lill-ħaddiema rappreżentanza fil-bord tat-Tarzna billi nofs il-bord jiġi elett minnhom, waqt li n-nofs l-ieħor u ċ-chairman ikunu nominati mill-Gvern.", "Effettivament bejn l-1971 u meta saret liġi oħra f'dan il-Parlament fl- 1975 ġraw ħafna affarijiet.", "Ġara li f'Malta - u mhux biss f'Malta biex inkun fair - kien hawn ħafna diskorsi dwar parteċipazzjoni tal-ħaddiema u kulħadd jissottoskrivi għall-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, tant li nsibu ċitazzjonijiet; jiġifieri quotations; anke mill-enċikliki tal-Papiet, eċċ. U hija ħaġa tajba.", "Jiena m'iniex wieħed li nagħti lip service lil dan il- qasam imma nemmen tassew fil-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-postijiet tax- xogħol tagħhom.", "Pero' f'dawk iż-żmenijiet meta konna għadna fi stat ta' battalji kbar ta' ideoloġiji, meta Malta kienet qiegħda tiġi ispirata mill- esperjenzi tal-pajjiżi komunisti, meta f'Malta qalulna kemm kellna nammiraw is-sistema ta' ħaddiem student kif ħadmet fiċ-Ċina, per eżempju, u importajnieha hawn Malta proprju f'dawk is-snin li qed nitkellem fuqhom, nofs is-snin sebgħin, u daħħalna f'Malta rivoluzzjoni kbira billi għidna: Ara, se nagħmlu bħaċ-Ċiniżi, se nagħmlu l-istudenti-ħaddiema jew il- ħaddiema-studenti.", "U hekk għamilna u ġibna diżastru f'pajjiżna.", "Anke fil-qasam tat-tmexxija tal-ħaddiema konna għaddejjin minn dawn l- attwazzjonijiet ta' ideoloġiji u kienu qalulna li l-mudell m'huwiex dak tal- pajjiżi komunisti, taċ-Ċina jew ta' xi pajjiż simili, imma hemm mudell li jgħodd għalina u li rnexxa, il-mudell tal-Jugoslavja.", "Kienu jgħidulna li l- mudell tas-self-management m'hux il-mudell Ġermaniż tal-co-determination fejn għandek sistema ta' parteċipazzjoni tal-ħaddiema li veru għandhom parteċipazzjoni f'ċerti livelli ta' l-attivita' ta' l-azjenda li tkun, imma qalu li l-mudell veru li jgħodd għalina kellu jkun il-mudell Jugoslav ta' self-management, minn isfel sa fuq mill-ħaddiema stess.", "Min jinteressah u jagħmel ir-riċerka jsib volumi miktuba, artikli, analisi u studji soċjoloġiċi u m'humiex dwar kemm hi sabiħa din is-sistema ta' self- management!", "Effettivament il-Gvern ta' dak inhar kien ġie fil-Parlament u kien ressaq emenda għal artiklu 5 tal-Liġi dwar it-Tarzna ta' Malta li għadni kif semmejt u daħħal il-provvediment li l-bord tat-Tarzna ma jkunx kif kien wiegħed fid-diskors ta' l-inawgurazzjoni tal-Parlament, nofs bin- nofs bejn rappreżentanti tal-ħaddiema u l-Gvern, imma they went the whole hog u qalu li tmienja mill-bord ta' disgħa min-nies jiġu eletti mill- ħaddiema u mbagħad dawk it-tmienja jinnominaw chairman għall-bord.", "B'hekk beda dan l-esperiment ta' self-management, esperiment li teoritikament seta' jirnexxi kieku l-elezzjonijiet tat-Tarzna kienu elezzjonijiet li bihom verament kienu jiġu eletti n-nies li kapaċi jmexxu u li verament jirriflettu s-sentimenti tal-ħaddiema kollha u mhux ta' biċċa mill- ħaddiema.", "Irrid ngħid li l-Partit Nazzjonalista anke f'dak iż-żmien - dak iż-żmien kien fl-Oppożizzjoni u fl-1978 diġa' kont jien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista - ried jagħti s-sehem tiegħu u għidna: Iva, din il- parteċipazzjoni anke f'livell ta' self-management tista' tirnexxi jekk ikun hemm serjeta' u għalhekk offrejna l-kandidati.", "Hawn irrid insemmi lil Furtu Selvatico.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Furtu Selvatico kellu l- kuraġġ li f'ambjent ostili joħroġ bħala kandidat għall-elezzjoni tal- Kunsill tat-Tarzna u għamel record għax fl-ewwel elezzjoni li ħareġ fiha kien l-iktar bniedem li ġab voti mill-ħaddiema tat-Tarzna.", "Aħna - meta ngħid \"aħna\" ma nkunx qed nirriferi biss għall-Partit Nazzjonalista, imma għall-poplu Malti wkoll - ħadna daqsxejn ta' sospir u għidna: Mela hemm ċans li t-Tarzna tibda titmexxa bis-serjeta' għax jekk tela' Furtu Selvatico u jekk jitilgħu oħrajn li l-interess tagħhom huwa biss il-ġid tal- ħaddiema tat-Tarzna u mhux l-interessi politiċi ta' xi partit, jista' jkun hemm is-salvazzjoni fit-tmexxija tat-Tarzna.", "Pero' t-tama tagħna kienet qasira ħafna għax ma damx wisq ma wasal iż-żmien li Furtu Selvatico effettivament wasal f'sitwazzjoni li ma jistax jidħol it-Tarzna.", "Fil-fatt miet bl-ikbar dispjaċir f'qalbu għaliex ipprova jagħti l-aħjar biex isalva lit-Tarzna mill-istat li kienet fih u spiċċa bl-ikbar umiljazzjoni li ġie mhedded li jiġi msawwat, tant li lanqas seta' biss jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tat-Tarzna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn l-affarijiet iridu jingħadu għax jekk ma jingħadux inkunu qed nidħku bina nfusna.", "Lill- Prim Ministru ngħidlu biex ma jilludix ruħu.", "Jien nagħtih il-kredtu kollu li se jipprova jirranġa t-Tarzna u j'Alla jirnexxilu, pero' t-triq hija twila ħafna u ħafna itwal mill-emenda li qed inressqu llum!", "Madam Speaker, qed ngħid dan kollu l-ewwelnett għax irrid ngħid li jien personalment u sħabi ta' din in-naħa għat-Tarzna nħossu ħafna.", "Dan mhux qed ngħidu bil-kliem issa imma qed ngħidu bil-provi.", "Jien semmejt lil Dr Gorg Borg Olivier li fuq it-Tarzna għamel żewġ liġijiet li huma landmarks fl-istorja tagħna, fl-istorja tat-Tarzna u fl-iżvilupp soċjali ta' pajjiżna, partikolarment il-liġi ta' l-1968 li waqqfet il-Korporazzjoni tat- Tarzna.", "Dawk huma landmarks li dejjem urew kemm il-Partit Nazzjonalista jħares lejn it-Tarzna bħala azjenda ta' importanza nazzjonali, bħala xi ħaġa li nixtiequ li narawha tirnexxi.", "Jien kelli nerfa' r-responsabbilta' wkoll li nipprova nara li t-Tarzna tirnexxi.", "Lill-Onor Alfred Sant ngħidlu: Taf xi problemi kelli jien meta sirt Prim Ministru f'Mejju ta' l- 1987?", "Lanqas għaddew 24 siegħa minn x'ħin dħalt f'Kastija li ma rċevejtx telefonata fejn staqsewni: Kif se nħallsu lill-ħaddiema tat-Tarzna?", "Jien li qabel la kont ministru u wisq inqas prim ministru, bdejt nistaqsi x'isir is-soltu.", "Qaluli li s-soltu jkun hemm ministru, isejjaħ lil wieħed miċ- chairmen tal-banek, per eżempju tal-Mid-Med Bank, u jgħidlu biex jagħtihom il-flus; imbagħad jgħaddu ħmistax-il-ġurnata oħra u jsejjaħ liċ-chairman tal-Bank of Valletta u jgħidlu biex jagħtihom il-flus hu.", "Jien għidtilhom: Hekk kien isir?", "Niftakar li jien kont bgħatt għad-Deputy Governor tal- Bank Ċentrali u għidtlu: Hekk isiru hawnhekk l-affarijiet?!", "U dak kien qalli: M'hemmx x'tagħmel.", "Pero' mbagħad l-affarijiet malajr bdew jikkomplikaw ruħhom għax m'għaddiex wisq żmien li ma ġewx għandi ċ-chairmen tal-banek u qaluli li għandna problema.", "Il-problema kienet li l-awdituri barranin ma redux jikkonfermaw l-accounts tal-banek għax it-Tarzna kellha tagħti ma nafx kemm-il miljun, dejn li kien dejjem tiela' - fl-1988 kien hemm Lm42 miljun - ...", "Kienu qaluli li they were querying the accounts u ma kenux se jikkonfermawhom jekk ma nagħtihomx garanzija u ngħid li l-Gvern huwa responsabbli għal dawk il-miljuni kollha.", "Effettivament kellna nagħżlu li ma nissograwx lill-banek.", "U jien flimkien ma' sħabi bdejt inħabbel kif se noħorġu minn din il-ħofra kbira illi writna fl-1987.", "Ara dik veru ħofra kienet!", "Anke llum hija ħofra u fuq din naqbel mal-Prim Ministru.", "Dik ħofra kbira, imma rridu naraw min ħaffirha din il-ħofra u s- soluzzjoni biex dik il-ħofra nimlewha trid tagħti kas ta' l-istorja reali tat-Tarzna li jien qed niddeskrivi mhux għall-pjaċir ta' l-istorja imma biex din il-Kamra u min għandu interess li jismagħna jifhmu x'inhi l- problema.", "Il-problema m'hijiex li niġu l-Parlament is-Sibt fil-għodu u ngħidu li għandna kriżi u li din il-liġi ma tistax tistenna sa nhar it- Tnejn.", "Dan x'daħk hu!", "X'daħk hu dan!", "Lil min qed nimpressjonaw billi ngħidu li rridu niġu s-Sibt hawnhekk biex niddiskutu din il-liġi għax it- Tnejn ikun tard wisq?", "Din x'serjeta' hi, x'verita' hi!", "Din x'verita' hi tal-Prim Ministru!", "Dawn gimmicks u aħna nafu li l-Prim Ministru jemmen fil- gimmicks.", "Allura ġejna s-Sibt fil-għodu fil-festa ta' San Pawl - kieku jien kont nieħu pjaċir immur, kif għamilt għal ħafna snin, fil-Knisja ta' San Pawl u nkun preżenti għall-Pontifikal.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Niftaħar li għal ħafna snin għamilt hekk u kont nieħu pjaċir, kif kienu jieħdu pjaċir l-Onor.", "Austin Gatt u l-Onor.", "Guido de Marco, u kif naħseb li kien jieħu pjaċir l-Onor.", "Sandro Schembri Adami!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, ħalli nkomplu għax veru għandna problema nazzjonali quddiemna u nieħu pjaċir jekk f'dan il-pajjiż jirnexxilna jkollna consensus bejn il-Gvern, l-Oppożizzjoni u ħafna oħrajn dwar x'hemm bżonn isir mit-Tarzna.", "Dan huwa bżonn, bżonn ta' interess nazzjonali.", "X'għamilna fl-1987?", "L-ewwelnett fl-ewwel xhur il-Gvern reġa' mhux biss kellu joħroġ il-flus tat-Tarzna kull ġimgħa u kull ħmistax, minbarra flus oħrajn tal-Kalaxlokk, ta' Kalafrana u ma nafx ta' kemm affarijiet oħra, mhux biss kellna din il-problema tal-flus, imma t-Tarzna għal darb'oħra riedet iż-żidiet.", "Kienu qed jgħidu li riedu ż-żidiet li kien jistħoqqilhom għax jaħdmu - jien ma ngħidx li ma jaħdmux - u riedu ż-żidiet a kwalunkwe kost.", "U l-Gvern immexxi minni kien qal li jekk qed jintalbu ż-żidiet - iż- żidiet il-ħaddiema kollha jkunu jriduhom - irridu naraw ukoll kif nistgħu nipprovaw inpoġġu lit-Tarzna fuq saqajha, u għalhekk bdew id- diskussjonijiet.", "Tajjeb li nsemmi li meta bdejna d-diskussjonijiet sibna ċerta koperazzjoni mill-Kunsill tat-Tarzna u effettivament kien sar qbil mal-Kunsill tat-Tarzna li l-ewwel ħaġa li kellna nagħmlu kienet illi nitolbu rapport; ma morniex għand konsulent.", "Dan l-aħħar l-ewwel konsulent li ħejja r-rapport kien is-Sur Cassar White li qaluli li miet il-papa' tiegħu u li l-funeral tiegħu kien illum.", "Minn hawn nagħtih l-għomor f'ismi u f'isem sħabi.", "U rrid ngħid li min jagħti s- servizz tiegħu, jismu x'jismu u jagħtih lil liema partit fil-gvern jagħtih, ħaqqu r-ringrazzjament tagħna, allavolja nikkritikawh u allavolja ma naqblux mar-rapport tiegħu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U din l-idea li għax chairman ikun serva lill-partit l-ieħor meta kien fil-gvern nibdew ngħajruh, jew għax xi chairman issa qed iservi lil dan il-gvern allura nibdew ngħajruh, hija idea żbaljata.", "F'pajjiżna m'għandniex il-lussu ta' ħafna nies għaliex pajjiżna huwa żgħir ...", "(Interruzzjonijiet) M'għandix memorja qasira, għandi memorja twila ħafna u naf x'qed ngħid.", "Kont qed ngħid li wieħed irid jara daqsxejn x'kienet is-sitwazzjoni dak inhar u x'kienu r-reazzjonijiet għaliha b'mod partikolari min-naħa tal- Kunsill tat-Tarzna stess.", "Per eżempju, iċ-chairman tal-Kunsill tat-Tarzna, is-Sur Sammy Meilaq, kien tkellem fuq hekk u qal li hu kien qabel li jsir rapport mis-senior management.", "Se nikkwota minn \"l-orrizzont\" tal-Ħamis, 17 ta' Marzu, 1988, fejn ġie rrapportat li:", "\"Il-Kunsill Nazzjonali tal-General Workers' Union wissa lill-Gvern li l-Union ma tkunx responsabbli għall-konsegwenzi serji li jistgħu jinqalgħu jekk kemm-il darba l-Gvern jimplimenta l-proposti li saru mis-senior management tal-Malta Drydocks u li bihom titneħħa jew jitnaqqar id-demokrazija industrijali li teżisti fit-Tarzna permezz tat-tmexxija mill-ħaddiema nfushom bis-sistema tas-self-management.\".", "Jagħmel tajjeb il-Prim Ministru li jaqrahom il-gazzetti forsi jerġa' jiffriska l-memorja u jiftakar li dak li qed jiddiskuti llum f'dan il- Parlament kien tqajjem fl-1988, disa' snin ilu, bħala wieħed mill-ewwel atti tal-Gvern immexxi minni biex nipprovaw insibu soluzzjoni.", "U mhux il- Gvern tiegħi kien għamel il-proposta imma the people who know.", "Fil-fatt anke fir-rapport ta' Baldacchino qrajna li hemm dan id-dissidju, dan l- inkwiet kontinwu għaddej bejn il-ħaddiema u s-senior management.", "Kien is- senior management li kien għamel rakkommandazzjoni u qal li t-tmexxija hija ħażina u li t-Tarzna ma tistax tibqa' miexja b'dan il-mod.", "Il-Gvern tiegħi kien gvern tad-djalogu, li jitkellem u li kemm jista' jkun ma jimponix.", "Forsi llum ikun hawn min jgħajjarni u jgħidli li dak hu d-difett, li ma nimponix, pero' aħna b'hekk tlajna, bl-għajta tad-djalogu.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, għalhekk ukoll inżilna għaliex aħna ma rfisniex fuq l-irjus tan-nies wara li dħakna bihom.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ħalli nkompli għaliex dawn wara żewġ rapporti skoprew l-Amerka, skoprew li hemm bżonn ibiddlu l-bord tat-Tarzna!", "Jiena nistieden lill-Gvern u lil kull min jinteressah ifittex daqsxejn il-ġurnali ta' dak iż-żmien.", "Diġa' kkwotajt dak li kien ġie rapportat fis-17 ta' Marzu.", "Hemmhekk intqal li teżisti \"theddida għad-demokrazija industrijali\" u li \"l-Prim Ministru\" - dak iż-żmien kont jien - \"ikollu jerfa' l-piż ta' dak li jista' jiġri f'pajjiżna\".", "Mela jien ikolli nerfa' l-piż għaliex hemm theddida għad-demokrazija industrijali.", "It-theddida - biex nifhmu - kien rapport tas-senior management fejn intqal li hemm bżonn bidla fil-mod kif jimxi l-Kunsill tat-Tarzna.", "Ħalli nkomplu naraw x'kien jiġi rapportat dak iż-żmien.", "F'\"The Weekend Chronicle\" tad-19 ta' Marzu 1988 insibu li :", "\"Drydocks workers determined to safeguard industrial democracy.\".", "Barra minn dawn wieħed jista' jsib kemm irid kitbiet fuq kif kienet il- qagħda f'dawk iż-żminijiet.", "Dawn li qed nikkwota huma sempliċement numru limitat ta' gazzetti.", "Jekk wieħed jara \"it-Torċa\" ta' l-20 ta' Marzu isib li kien ġie rapportat li:", "\"Il-General Workers' Union m'hix lesta li tħalli l-parteċipazzjoni titfarrak.\",", "u nsibu wkoll li:", "\"Wieħed minn żewġ rapporti li ftit ilu ħejjew is-senior management tat- Tarzna qanqal għadab kbir fost il-ħaddiema billi fih raw attakk dirett fuq is-sistema tat-tmexxija tat-Tarzna mill-ħaddiema stess.", "Fir- rapport tagħhom is-senior management stqarrew li huma kontra l- istruttura preżenti tal-Kunsill tat-Tarzna u jridu li dan ikun magħmul minnhom, minn ħaddiema u minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet finanzjarji bħalma huma l-banek.\".", "Inċidentalment il-punt dwar rappreżentanza differenti huwa eżattament dak li hemm fir-rapport tas-Sur Baldacchino li dan il-Gvern m'aċċettax f'din il- parti tiegħu.", "Ir-rapport ikompli li:", "\"B'reazzjoni għal dan, iktar kmieni din il-ġimgħa fit-Tarzna stess id- delegati, ix-shop-stewards u l-kumitati tax-xogħol ġew imlaqqgħa u tfissrulhom il-punti kollha ta' x'fih ir-rapport, l-iktar dawk is- suġġerimenti li ġew meqjusa anti-demokratiċi.\".", "F'\"it-Torċa\" ta' l-20 ta' Marzu nsibu wkoll li:", "\"L-attentat biex titkisser il-parteċipazzjoni tat-Tarzna kienet sorpriża ...\"", "Issa ġeneralment il-kelma \"attentat\" nużawha f'każ ta' qtil, jekk tkun trid tirriferi għal meta tipprova tagħmel xi ħaġa tgħid \"tentattiv\".", "Il-kelma \"attentat\" nużawha għal xi ħaġa kriminali u jmissu jaf.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Fenech Adami, ippermettili, jekk jogħġbok.", "Diġa' waqqaft lill-Onor.", "Debono Grech u minn dak il-ħin l-Onor.", "Membri kellhom jindunaw li dak it-tip ta' aġir ma nixtiequx hawnhekk.", "Huwa importanti li hawnhekk nimxu b'serjeta'.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Grazzi, Sinjura President.", "Nixtieq nikkwota minn \"it-Torċa\" ta' l-20 ta' Marzu, 1988 li tirrapporta x'qal is-Sur Sammy Meilaq, u nsibu hekk:", "\"Kienet sorpriża li meta ħareġ dan ir-rapport tas-senior management instab li dan kien ibbażat fuq tibdil li kisser il-Liġi tat-Tarzna.", "Sammy Meilaq għamel riferenza għall-mod tassattiv li r-rapport jesiġi li dan isir.", "Ir-rapport jibda billi jgħid: \"The present systems of electing the Directors of MDD by popular vote only must be changed.\"\".", "Allura għaliex qisna qed niskopru l-Amerka llum!", "Hawn mhux talli mhux qed niskopru l-Amerka għax dan kollu ilu magħruf ...", "Mhux kif qal l-Onor.", "Spiteri meta għamilt riferenza għall-hobby li qal li għandu l-Prim Ministru.", "Jien nixtieq li għandi dan il-hobby għax wieħed milli nbati biex norqod.", "Li ridt ngħid hu li trid tkun rieqed biex tgħid li qed tinduna issa.", "Li kieku l-Prim Ministru qalli: Iva, konna nafu b'din is- sitwazzjoni, dażgur li konna nafu, pero' issa jien f'pożizzjoni li nieħu azzjoni għax issa jien Prim Ministru, kont ngħidlu: Kollox sew, tieħu azzjoni, imma stajt tkellimt mod ieħor.", "Dażgur li seta' tkellem mod ieħor.", "Issa mhux qed ngħid li l-Prim Ministru ma tkellimx mod ieħor fl-1988 jew ma nafx meta, imma qed ngħid għat-12 t'Ottubru li għadda, jiġifieri 11-il ġurnata qabel l-elezzjoni li għaddiet.", "X'qal dak inhar il-Prim Ministru meta mar ikellem lill-ħaddiema tat-Tarzna?", "F'gazzetta minnhom tat-12 ta' Ottubru li għadda insibu ritratt li juri ħafna tixjir ta' bnadar u l-kliem \"Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-mexxej tal-Partit Laburista, Dr Alfred Sant waqt mass meeting għall-ħaddiema tat-Tarzna\".", "Dak inhar kien ġie rapportat li:", "\"Gvern Laburista ġdid jassigura li t-Tarzna se tibqa' mmexxija mill- ħaddiema tat-Tarzna.", "Aħna ma naqblux ma' min jipprova jimmina t- tmexxija tat-Tarzna.\".", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura f'ġieħ is-sewwa, f'ġieħ il-verita', min hu onest fil-politika?", "Min għandu r-rispett tal-verita' fil-politika?", "Min hu serju fil-politika?", "Bir-rispett kollu jkolli ngħid li sħabi u jien tal- Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni u fil-gvern dejjem tkellimna bl-istess mod.", "Issa għandna l-buzz words tal-Prim Ministru li huma \"onesta', serjeta', verita'\".", "X'onesta' politika hi li inti li kont fl-Oppożizzjoni sa tliet xhur ilu mort tkellem lill-ħaddiema tat-Tarzna u twegħedhom li malli tkun fil-gvern, fis-26 ta' Ottubru, 1996, mhux se tmissilhom din il- kwestjoni tal-Kunsill tat-Tarzna?", "U mhux dak inhar biss.", "Din hija onesta', serjeta' u rispett tal-verita'!", "Din la hija onesta', la hija rispett tal-verita' u lanqas hija serjeta' imma hija diżonesta' politika, nuqqas ta' serjeta' politika u nuqqas ta' verita' politika. lllum lill- Prim Ministru ngħidlu: Prosit, kellek il-kuraġġ li tiġi hawn u minkejja dak kollu li għidt, se tbiddel il-liġi u se jkollok is-support tagħna.", "Issa jien diġa' għidt li s-support tagħna u l-kredtu m'huwiex biex narmu s- self-management.", "Mhux veru; aħna konna lesti li nħalluh, basta jkun self- management serju, mhux self-management fejn nafu li l-elezzjonijiet isiru billi jkun hemm lista ta' nies li jiddeċiedu fuq block vote waqt li terz tal-ħaddiema li huma ta' kulur politiku ieħor ma jkollhom ebda ċans li jkollhom rappreżentanza fuq il-Kunsill tat-Tarzna.", "Jien stess, f'waħda mill-ħafna laqgħat li kelli meta kont immexxi d-diskussjonijiet mal-Kunsill tat-Tarzna, liċ-chairman tat-Tarzna, Sammy Meilaq, għidtlu: Għax ma ddaħħlux sistema ta' proportional representation?", "Jekk intom teleġġu disa' min-nies fuq il-bord, agħmluha bis-sistema kif aħna mdorrijin nivvotaw f'Malta, jiġifieri s-single transferable vote biex in-nies ikollhom għażla, l-ewwel jivvotaw lil dak, it-tieni lil ieħor u t-tielet lil ieħor.", "Dan kien qalli: Ma tarax, biex imbagħad ikun hemm wieħed li fl-ewwel count iġib 200 vot u jispiċċa jitla'!", "Kien qalli li min ikun fuq il-Kunsill tat- Tarzna jkollu l-backing tal-parti l-kbira tal-ħaddiema tat-Tarzna jiġifieri ta' dawk il-ħaddiema li politikament jaqblu mal-Kunsill tat-Tarzna.", "Din hija r-rovina tat-Tarzna fis-snin twal mill-1963 'l hawn.", "U jekk din mhux se tiġi rranġata nistgħu nbiddlu bordijiet u nistgħu nagħmlu bordijiet kemm irridu ...", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk fit-Tarzna se jibqa' jkun hemm biss il-blue-eyed boys tal-partit, jekk se nibqgħu b'dawn l-affarijiet allura nistgħu nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet għax it-Tarzna tibqa' ma teħux ir-ruħ.", "Jien nittama u nawgura lill-Prim Ministru li dan it-tentattiv tiegħu jirnexxi.", "Issa niġi għal kif komplejt niggverna jien fl-1987, wara l-elezzjoni.", "Aħna fhimna li l-problema tat-Tarzna kienet problema li riedet soluzzjoni fit-tul u għamilna diskussjonijiet li nassigurakom li lili personalment fnewni, diskussjonijiet ta' qtigħ il-qalb.", "Niftakarna, per eżempju, ngħidu li ż-żidiet jeħduhom jekk ikun hemm ftehim fit-tul.", "Niftakar l-isfida tat- Tarzna li toħroġ ċekkijiet lill-ħaddiema biż-żieda fil-pagi tagħhom u jien ikolli nordna lill-banek li ma jonorawx dawk iċ-ċekkijiet u f'perjodu ta' ftit sigħat nara kif jintbagħtu ċekkijiet mill-Gvern lill-ħaddiema tat- Tarzna fid-djar kollha tagħhom bil-pagi dovuti lilhom mingħajr iż-żidiet.", "Niftakarna nqattgħu sigħat f'Kastilja nara kif u min se jaħdimli bil- computer iċ-ċekkijiet tal-ħaddiema tat-Tarzna u kif se nżommulhom iċ- ċekkijiet li ħareġ illegalment il-Kunsill tat-Tarzna biex ma jsirx abbuż minn flus il-poplu tagħna.", "Kienu sigħat u ġranet li fnewna u ħdimna b'qalbna kollha.", "U lill-Kunsill tat-Tarzna kont ngħidlu: Aħna rridu ngħinukom, aħna nemmnu fit-Tarzna, aħna jidhrilna li t-Tarzna tista' tikkontribwixxi għall-ġid ta' pajjiżna.", "Wara ma nafx kemm xhur ta' diskussjonijiet, wara ma nafx kemm theddid li allaħares jintmiss il-Kunsill tat-Tarzna ...", "Tista' tgħid li fuq il-Kunsill tat-Tarzna lanqas titkellem ma stajt, la mal-kunsill stess u lanqas mal-General Workers' Union.", "Hekk kienet is-sitwazzjoni, pero' b'danakollu għamilna ftehim li jiena ngħid li kien ftehim landmark, ftehim li sal-lum ma sarx bħalu u naħseb li qatt m'hu se jsir bħalu.", "Għamilna ftehim li l-ewwelnett il-bażi tiegħu kienet l-onesta', il- fiduċja reċiproka u l-appell li għandna naħdmu flimkien u nafdaw lil xulxin.", "Jekk wieħed jaqra dak l-agreeement li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra minni stess, isib li l-ewwelnett konna għidna x'inhu l-iskop u nsibu miktub hekk:", "\"L-iskop ta' dan il-ftehim hu li bl-għajnuna li se jagħti l-Gvern taħt dan il-ftehim it-Tarzna ssaħħaħ il-qagħda finanzjarja u kummerċjali tagħha billi titqiegħed fuq bażi soda u vijabbli.", "Dan il-ftehim għandu jagħmel ukoll lit-Tarzna iktar faċli li titmexxa, issir iktar kompetittiva u effiċjenti.\".", "U kif ridna nagħmluh dan?", "L-ewwelnett għamilna stocktaking tas-sitwazzjoni u rajna f'liema stat tinstab it-Tarzna.", "Għax mhux illum tinsab falluta t- Tarzna, ilha falluta.", "Il-kalkolu ta' dak inhar kien illi aħna pposponejna l-ħlas ta' dejn li t-Tarzna kellha mal-banek f'pajjiżna, dejn li dak inhar, fl-1989, kien jammonta għal Lm42,399,395.", "Aħna konna għidnielhom li se nagħtuhom moratorium, nirranġaw aħna mal-banek, inħallsulhom l-imgħaxijiet mal-banek għal 10 snin sħaħ, li għadhom ma għaddewx.", "Issa dawn l- imgħaxijiet kienu jlaħħqu Lm2.5 miljun, mhux ċajt.", "Dan apparti ammonti oħra li jridu jitħallsu.", "Dak inhar it-Tarzna kellha tagħti Lm3.2 miljun f'national insurance contributions li naqqsuhom mill-pagi tal-ħaddiema u m'għaddewhomx lid-dipartiment u Lm1.6 miljun f'PAYE li ġabruha, żammewha u m'għaddewhiex lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Madam Speaker, dak inhar aħna għidnielhom: Ejjew nagħmlu a fresh start.", "Wara li għamilna stocktaking finanzjarju - mhux issa sar l-istocktaking finanzjarju, Onor. Sant, ilu li sar; dik kienet l-ewwel ħaġa li għamilt jien meta tlajt fil-gvern u inti qed tagħmel bħali; j'Alla tirnexxi iżjed! - tajnihom nifs, pero' għalija l-iktar ħaġa importanti kienet li mhux biss allokajna Lm1 miljun fis-sena biex jintnefqu fuq ħteġijiet ta' natura kapitali, mhux biss għamilna dak il-posponiment, kif għidt, tal-ħlas u ħfirnielhom Lm1.6 miljun li kellhom jagħtu lill-Gvern għall-użu ta' Baċir Nru. 6, imma mbagħad rajna bis-serjeta' u bl-għaqal kollu x'għandha bżonn verament it-Tarzna.", "U għamilna ġimgħat niddiskutu x'għandha bżonn it- Tarzna, liema hi l-għajnuna ġusta biex twassalha li tkun vijabbli.", "Kellhom il-konsulenti tagħhom - jekk m'iniex sejjer żball il-konsulent finanzjarju/ekonomiku tagħhom kien is-Sur Carmelo Farrugia - u ma nafx kemm saru laqgħat sakemm wasalna għaċ-ċifri.", "Aħna ma ridniex li nagħtu l- għajnuna qisha f'borża mtaqqba, tidħol fiha u tibqa' ħierġa imma l- importanti hu li l-flus li joħroġ il-Gvern kull sena f'dan il-perjodu ta' għaxar snin ikun marbut ma' dak li jissejjaħ added value - issa għandna l- value added tax, imma ma nidħlux fiha - jiġifieri x-xogħol veru li tagħmel it-Tarzna bil-ħaddiema tagħha.", "Allura ridna naraw kemm hu dak l-ammont ta' xogħol tal-ħaddiema u għamilna ftehim, li qbilna fuqu, li fl-ewwel sena, fl- 1989 nagħtuhom 28% ta' l-added value.", "Jiġifieri m'għidniex Lm1 miljun, Lm5 miljun, Lm10 miljun fis-sena, imma għidnielhom li aktar ma jaħdmu, iktar ma jkun hemm added value, iktar jieħdu għajnuna mill-Gvern.", "Din kienet il- loġika ta' kif it-Tarzna ssir vijabbli.", "Ridna ninċentivaw lill-ħaddiema tat-Tarzna, lill-Kunsill tat-Tarzna biex iktar ma jaħdmu, iktar jieħdu għajnuna.", "Pero' mbagħad għidna li din m'hix xi ħaġa li għandha tibqa' għall- eternita' bl-istess ċifra ta' 28%.", "U s-Sinjorija Tiegħek tifhem li 28% tfisser iktar minn kwart tal-pagi, iktar minn kwart ta' dak kollu li jidħol fl-added value, li m'huwiex ftit.", "Għalhekk għidna li fl-1990 ir-rata tkun 21%, fl-1991 20%, fl-1992 17% u fl-1993 16%.", "Issa dawn kienu projections?", "Dażgur li kienu projections.", "Dawn ma kenux invenzjonijiet u ma kienx il- ħolm ta' xi ħadd.", "Dan kien ir-riżultat ta' diskussjonijiet estensivi, dettaljati u serji li għamilna mal-Kunsill tat-Tarzna.", "Naturalment in return it-Tarzna għandha tagħmel xi ħaġa.", "U aħna għidnielhom: Kif se tnaqqsu l-ispejjeż tat-Tarzna?", "U f'paragrafu 11 tal-ftehim hemm li l- Kunsill tat-Tarzna jobbliga ruħu li jintroduċi l-miżuri proposti minnu stess u li jirrappreżentaw savings lit-Tarzna ta' Lm2,762,184 kif jidher f'anness numru 3 ma' l-agreement.", "Mela tant konna serji li bi ftehim it- Tarzna stess qaltilna li hija kapaċi tagħmel savings ta' Lm2.7 miljun on its own.", "Issa l-Prim Ministru qal li se jġib konsulenti barranin.", "Jiena qatt ma kelli ebda diffikulta' li jiġu konsulenti barranin kull meta jkollna bżonnhom.", "U hekk konna għamilna f'dan l-agreement li se nikkwota minnu:", "\"B'riferenza għall-paragrafu 9 - \"Esperti Barranin\" - il-Kunsill u l- Union li jirrappreżentaw lill-ħaddiema diġa' laħqu ftehim illi r- rakkomandazzjonijiet ta' l-esperti m'għandhomx jinkludu sensji, tnaqqis tal-kondizzjonijiet fundamentali tax-xogħol u ...", "- ismagħha Madam Speaker -", "\"... tibdil fis-sistema demokratika tat-tmexxija mill-ħaddiema.\".", "Qbilna mat-Tarzna li nġibu esperti barranin u ġibnihom.", "Il-Gvern ħallas għalihom flus kbar, pero' l-Kunsill tat-Tarzna tant kien iebes li anke f'dan l-agreement daħħal il-kondizzjoni illi jekk dawn il-konsulenti barranin jiġu b'xi proposta li titneħħa t-tmexxija demokratika mill- ħaddiema, allura qalulna minn qabel li dik ma tkunx aċċettabbli.", "L-Onor.", "Sant jifhem id-diffikultajiet kbar li kelli jien, għaliex ma kellix Kunsill tat-Tarzna li jimbotta lill-partit tiegħi.", "Hu qiegħed f'pożizzjoni differenti.", "Hu llum qiegħed jagħmel din il-liġi bl-appoġġ tal-General Workers' Union.", "U nerġa' ngħid li hu tajjeb u nieħu pjaċir li ġara hekk, pero' nixtieq li fil-pajjiż kulħadd jifhem illi jien u l-Gvern tiegħi pprovajna, li mxejna bl-iktar mod responsabbli, serju u li jirrispekkja l- verita' tal-qagħda tat-Tarzna.", "Wasalna għal ftehim mal-Kunsill tat-Tarzna.", "L-unika ħaġa li t-Tarzna qaltilna li ma setgħet qatt taċċetta hija li nbiddlu l-kompożizzjoni tal-Kunsill tat-Tarzna.", "Illum għandna liġi li proprju tagħmel eżattament bil-maqlub u qiegħda tbiddel il-kompożizzjoni tal-Kunsill tat-Tarzna, miżura li jiena naqbel magħha.", "Qed ngħid dan kollu, Madam Speaker, biex meta nitkellmu fuq it-Tarzna, inkunu veritieri, ngħidu l-verita'.", "Il-Gvern immexxi minni għamel ħiltu kollha.", "U l-Gvern kien għamel ħaġa oħra f'dan l-agreement.", "Konna għidna li waħda mill-problemi tat-Tarzna żgur kienet li kien hemm wisq nies u għad hemm wisq nies.", "Dak iż-żmien kien hemm kważi 5,000, illum niżlu sa 3,400 u nerġa' ngħid li għad hemm nies wisq.", "Aħna qatt ma ridna nkeċċu n-nies u ma keċċejna lil ħadd, pero' fl-1989 għamilna ftehim li bih għidna li għandna naraw kif nistgħu neħilsu ftit mill-pagi u minflok inħallsuhom pensjoni.", "Huwa piż fuq il-Gvern xorta waħda u allura piż fuq il-poplu tagħna, imma almenu t-Tarzna ma tibqax b'dawk il-pizijiet.", "Għalhekk daħħalna dik li sejjaħnielha l-early retirement scheme.", "Issa niġi għal Att XXVII ta' l-1989, li fil-fatt kien tressaq biex nemendaw il-Liġi tat-Tarzna b'mod li din tkun tinkorpora ftehim landmark ieħor li għamilna fl-1989.", "Dik il-liġi, kif hemm miktub fiha stess, kienet intiża biex tagħti effett lil dak l-agreement.", "Biddilna wkoll, fuq xewqa tat-Tarzna, il-liġi dwar l-elezzjoni taċ-chairman tal-Kunsill.", "Qabel kien hemm xi ħaġa finta, kienu jiġu eletti tmienja u mbagħad it- tmienja jeleġġu chairman; allura Sammy Meilaq kien jikkontesta, iġib l- iktar numru ta' voti u mbagħad kienu jinnominawh chairman; meta mbagħad isir chairman jirriżenja mill-Kunsill u ssir casual election jew bye- election - ma nafx x'jgħidulha - biex jitla' ieħor floku.", "Aħna għidna li din hija farsa u qbilna li jiġu eletti disgħa u dawk id-disgħa jeleġġu minn fosthom iċ-chairman.", "Dik it-tieni emenda.", "It-tielet emenda fil-liġi kienet li aħna, minbarra l-għajnuna li wegħedna bbażata fuq il-value added, għidna wkoll li niggarantixxu lit-Tarzna li tista' żżid l-overdraft tagħha sa Lm3.5 miljun.", "Jiġifieri minbarra l-flus li tajniehom, għidnielhom li jista' jkollhom problemi ta' cash flow għaliex m'għandhomx working capital biżżejjed u allura l-Gvern se jiggarantilhom overdraft sa massimu ta' Lm3.5 miljun.", "Dak iż-żmien l-overdraft ma kenitx Lm3.5 miljun; ma niftakarx kemm kienet.", "Imbagħad fil-liġi daħħalna l- konċett li semmejt qabel ta' l-early retirement scheme, skema li permezz tagħha l-ħaddiema tat-Tarzna ta' ċerta eta' setgħu jagħżlu li ma jibqgħux fit-Tarzna u jkunu intitolati għall-pensjoni skond il-liġi.", "Madam Speaker, ma naħsibx li xi ħadd jista' jgħid li l-Gvern immexxi minni m'għamilx ħiltu.", "Ma jistax ikun li jkun hawn xi ħadd li onestament jgħid li ma pprovajniex.", "U bqajna nipprovaw, Madam Speaker, għaliex il- kriżi baqgħet hemm u fl-1994 erġajna lura jekk mhux back to square one, kważi back to square one għaliex reġa' kellna l-istess problemi fejn il- ħaddiema jridu ż-żieda, il-Kunsill tat-Tarzna jgħidilna li ma jistax jagħti ż-żidiet u allura kellna naraw kif nagħmlu biex nerġgħu naqbdu l-problema tat-Tarzna, kif ngħidu bil-Malti, minn qrunha u naraw 'inhuma verament il- problemi.", "Pero' x'ġara min-naħa ta' l-Oppożizzjoni?", "X'pożizzjoni kien qed jieħu l-Kap tal-Partit Laburista, illum il-Prim Ministru Alfred Sant?", "Jien għandi \"l-orizzont\" tal-Ħamis, 22 ta' Settembru, 1994.", "Dak inhar kien tħabbar il-ftehim li bih kien twaqqaf il-bord għat-tmexxija tat-tarznari u dan kien li qal l-Onor.", "Alfred Sant:", "\"Il-kelliem Laburista qal li jkun pass lura jekk il-bord għat-tiġdid tat-tarznari jservi biex b'xi mod inaqqas l-awtonomija tal-Kunsill tat- Tarzna.", "Bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu dan il-kunsill għadu sal-lum il- mudell ewlieni f'pajjiżna għal tmexxija ta' azjenda kbira mill-istess ħaddiema.\".", "Irrid nispjega ftit x'kienet il-komplikazzjoni hawnhekk.", "L-ewwelnett f'dak il-ftehim aħna konna għamilna bord għat-tiġdid tat- tarznari għax l-ikbar ġennata li saret f'dan il-pajjiż kienet meta fis-snin sebgħin kellna tarzna u bnejna oħra.", "Dak inhar għamilna l-ikbar ġennata mil-lat ekonomiku, mil-lat soċjali, mil-lat nazzjonali u mil-lat finanzjarju, li qatt saret f'pajjiżna.", "Mhux hekk biss.", "X'sibt meta jien irbaħt l-elezzjoni fl-1987?", "Sibt illi din il-famuża tarzna tal-Marsa, il- Malta Shipbuilding kellha 2,222 impjegat - numru li żgur tiftakru - li minnhom 1600 kienu ndikati bħala trainees.", "Immaġinaw 2,222 ħaddiem u madwar 1600 minnhom fil-kotba imniżżlin bħala trainees.", "X'kienu dawn it- trainees?", "Kienu nies li daħħluhom fl-aħħar sitt xhur qabel l-elezzjoni.", "Kienu nies li daħħluhom biex jirbħu l-elezzjoni li mbagħad fil-fatt tilfuha.", "Dawn huma affarijiet li jien nispera li kulħadd f'din il-Kamra jibqa' jiftakarhom.", "L-Onor.", "Sant jgħid: Ma nitkellmux fuq l-imgħoddi.", "Ma tistax ma titkellimx fuq l-imgħoddi jekk trid issolvi l-problema tat-Tarzna.", "U aħna fl-1994 għidna: Possibbli li f'pajjiżna se nibqgħu b'dawn iż-żewġ tarzni?", "Din it-tarzna li kellna nibnu l-vapuri fiha ...", "Ġibna kuntratt politiku skond is-sistemi ta' dak iż-żmien, kuntratt għal bini ta' vapuri għar-Russi u dawn għadhom marbutin il-Marsa, u għadhom ma tħallsux.", "Għal disa' snin sħaħ aħna tħabatna biex insolvu l-problemi tagħhom u jien persważ li l- Gvern u l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi qed jipprovaw isolvu din il- problema.", "Kemm ipprovajna aħna!", "Anke jien mort Moscow u ltqajt ma' diversi uffiċjali mill-President 'l isfel u saru wegħdiet biex forsi fl- aħħar naslu.", "Din hi t-Tarzna ġdida li bnejna; dan hu r-riżultat li tatna.", "U l-problema kbira tal-Gvern tiegħi kienet kif dawn l-1,600 ruħ ma' xi 6,000 oħra li daħlu mal-Gvern jew f'korpi tal-Gvern sitt xhur qabel l- elezzjoni insibilhom ix-xogħol u nirregolarizza l-pożizzjoni tagħhom għaliex dawn kienu daħlu bi ksur tal-liġi.", "Jien ħadt pjaċir dan l-aħħar - diġa' semmejtha f'dan il-Parlament u nerġa' nsemmiha - nisma' lil Anglu Fenech li meta staqsewh fuq programm fuq ir-radju liema kien l-isbaħ mument li jiftakar li kellu bħala Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union jgħid li dan kien il-ftehim mal-Gvern Nazzjonalista li bih ġiet regolarizzata l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li daħlu qabel l-elezzjoni b'mod irregolari.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għaliex jien hekk kont wegħedt.", "Jien ma nwiegħedx ħaġa u nagħmel oħra, almenu safejn naf jien!", "Jiena kont wegħedt hekk għaliex fhimt il-gravita' ta' dak li kien għamel il- Gvern ta' l-ex Prim Ministru Dr Karmenu Mifsud Bonnici.", "Jiena fhimt il- gravita' elettorali li għamel meta ta impjieg lil 8,000 ruħ fi żmien sitt xhur qabel l-elezzjoni u jiena għidt li jiena nifhem iċ-ċirkostanzi ta' dawn in-nies li sabu ruħhom f'pożizzjoni li kellhom jaċċettaw dan ix-xogħol għaliex ma kellhomx xogħol ieħor.", "Jiena jgħidt li m'iniex se neħodha kontra tagħhom u għidt li kont se nsib mod kif nirregolarizza l-pożizzjoni tagħhom u nsibilhom xogħol utli.", "Dan kien il-programm ta' ħidma tad-disa' snin u nofs tiegħi fil-Gvern.", "Hawn niġi għall-agreement ta' l-1994.", "Fl-1994 għidna li ma nistgħux nittrattaw lix-ship repair yard għaliha u t- Tarzna l-oħra għaliha.", "U waħda mill-affarijiet li qbilna fuqha kienet li din id-distinzjoni trid tispiċċa u jkollna tarzna waħda.", "Qbilna li din tkun il-Malta Drydocks u li fiha ninkorporaw dak kollu li kien hemm tajjeb u utli fil-Malta Shipbuilding.", "Pero' għidna wkoll li m'aħniex se naqbdu l- 2,000 ruħ li kien hemm fil-Malta Shipbuilding u nitfgħuhom fid-Drydocks u ngħidu: Ara kemm aħna bravi solvejna l-problema!", "Għidna: Le, aħna fil- ftehim se nintrabtu li nsibu xogħol alternattiv għall-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding u nintrabtu wkoll li jekk it-Tarzna jkollha bżonn ta' nies, l- ewwel iridu jeħduhom mill-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding - u tgħidx kemm għamlu biex ma jeħduhomx!", "Naħseb li l-Gvern għad għandu din il-problema llum għax jekk m'iniex sejjer żball anke fir-rakkmandazzjonijiet tat-task force jew ta' Dr Baldacchino hemm miktub li ma jeħdux nies minn tal-Malta Shipbuilding jekk ma jkunux verament trained.", "Din hi nitfa ta' problema li għandu l-Prim Ministru ta' llum għal li kelli jien.", "Aħna għidna: Iva, din il-problema rridu nittrattawha b'dan il-mod.", "Kulħadd jaf li ħloqna żewġ kumpanniji - joint venture - b'investiment tal-Gvern biex numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fil-Malta Shipbuilding tajnihom xogħol alternattiv u produttiv li għandu jwassal biex ikun hemm qligħ.", "Tgħidx x'għamlulna!", "Tgħidx kemm kellna problemi u ostakoli mill-General Workers' Union biex jonoraw il-ftehim!", "Madam Speaker, allura jien bilfors nistaqsi jekk dan il-Gvern huwiex qed jifhem x'inhi l-problema.", "Hawn ukoll the chickens have again come home to roost għax hawn qegħdin taħsdu dak li żrajtu.", "Aħna niftakru kif kontu tiddeskrivu l-ħaddiema tat-Tarzna.", "Dr Karmenu Mifsud Bonnici kien jgħidilhom The Eight Army, li huma l-ikbar battaljieri.", "Intom tafu kif użajtuhom.", "Kellna l-problema li kienu jsejħulha l-problema tan-nukleari u ġie vapur Ingliż, l-Ark Royal, u qalu: L-imblokk tal-port.", "Tiftakruhom dawn l-affarijiet?", "Fl-1984 kellna l-kriżi kbira fl-edukazzjoni tal-pajjiż u l-kriżi kbira mal-Knisja u f'meeting li kellu Dr Karmenu Mifsud Bonnici fil-Belt qalilhom: Intom il-ħaddiema tat-Tarzna, intom l-aristokrazija tal-ħaddiema.", "Qed nara lill-Onor.", "Anġlu Farrugia jidħak.", "Ma nafx kienx spettur hemm dakinhar, imma nsomma, l-esperjenza fil-ħajja kollha tgħodd!", "Madam Speaker, dawn huma affarijiet li rridu niftakruhom.", "F'dawn is-snin kollha l-problema tat-Tarzna kienet waħda; meta jkun hemm gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, lill-ħaddiema tat-Tarzna jittrattahom b'onesta', b'serjeta' u b'rispett tal-verita'; u meta jkun hemm fil-gvern il-Partit Laburista, jisserva bihom, jisserva bihom il-ħin kollu u jisserva bihom anke meta jkun fl-Oppożizzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Anzi, forsi l- iktar li jisserva bihom hu meta jkun fl-Oppożizzjoni.", "Din hija d- differenza kbira u t-traġedja tat-Tarzna ta' pajjiżna.", "J'Alla l-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, jirnexxielu jġib din it-traġedja għall-final tagħha u qatt iktar it-Tarzna ma jkollha dawk il-problemi.", "Kemm se ndumu ngħidu li jekk irid isir strajk għax l-Oppożizzjoni Laburista ma taqbilx mal-VAT, allura jgħidu lill-GWU torganizza strajk ġenerali u jgħidulna biex noqogħdu attenti għax tat-Tarzna ħerġin bit-trakkijiet, kif ħarġu tant drabi fl-imgħoddi mill-1958 'l hawn?", "Mhux darba u tnejn saret din!", "Dan hu l-gwaj kbir tat-Tarzna.", "It-Tarzna għandha futur?", "Dażgur li għandha futur it-Tarzna f'pajjiżna.", "Aħna dejjem għidna li rridu li pajjiżna jkollu funzjoni marittima li għandha x'taqsam mal-baħar.", "Din il-gżira f'nofs il-Mediterran tgħix minħabba din il-funzjoni tagħha ta' gżira f'nofs il-Mediterran u aħna ngħidu li rridu nfittxu dawk l-avenues ġodda u qodma ta' attivita' ekonomika li hija marbuta mal-baħar.", "Illum għandna l-Freeport u ma nafx kemm jiġu vapuri hemmhekk kull ġimgħa.", "Dawn qabel ma kenux jidħlu f'pajjiżna.", "Illum aħna qegħdin fiċ-ċentru u f'pajjiżna għandna sistema ta' trasbord u dan is-servizz ukoll għandna bżonnu.", "Dan hu servizz ġdid li ma kienx jeżisti qabel għax ma kenux jiġu 'l hawn dawk il-vapuri.", "Aħna qed ngħidu li dażgur it-Tarzna għandha futur, pero' jrid ikollha tmexxija serja u ma jridx ikollha tmexxija partiġġana.", "Irid jispiċċa l-iskandlu tad-diskriminazzjoni fit-Tarzna, irid ikun hemm serjeta' fit-Tarzna.", "Fl-aħħar programm elettorali tagħna aħna għidna x'għandha tkun it-Tarzna għal pajjiżna.", "Ippermettili Sinjura President naqra dik il-parti mhux twila li hawn fil- programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-aħħar elezzjoni dwar it- tarznari f'pajjiżna.", "Dan is-settur ma jistax jibqa' jibla' miljuni kbar ta' liri f'sussidji kull sena.", "Eureka!", "Il-Prim Ministru nduna li qed jibilgħu l-miljuni!", "Kieku qabad il-Budget tas-sena l-oħra kien ikun jaf li s-sena l-oħra belgħu Lm12 jew Lm13 miljun.", "Kieku ra l-estimi għal din is- sena kien jinduna li se jerġgħu jibilgħu ma nafx kemm miljuni.", "Dażgur li qed jibilgħu l-miljuni!", "Dawn huma allokazzjonijiet ta' riżorsi limitati li għandu pajjiżna li jistgħu jkunu utilizzati b'mod aktar produttiv f'setturi oħra.", "Jien naqbel mal-Prim Ministru li tista' tiffranka Lm10 miljun u b'dawk il-flus tibni tliet skejjel jew sptar jew tagħmel it-toroq.", "Dażgur li tista' tagħmel dan!", "Jekk issibu diskorsi tiegħi, jekk m'inix sejjer żball tal-Budget ta' l-1988 meta kellna deficit sostanzjali fil-Budget - ma niftakarx ta' kemm - issibu li l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien qalet: X'għarukaża dan id-deficit!", "Niftakar li kont qomt u għidtilhom: GĦiduli mnejn triduni naqta'.", "Naqta' l-għajnuna lit-Tarzna?", "Anke għal dik is- sena miljuni kienu.", "Dawn huma r-realtajiet.", "Illum il-Gvern u l-Onor.", "Alfred Sant biddlu l-folja kompletament minn dik ta' qabel l-elezzjoni.", "Diġa' għidtilkom, fl-aħħar kwotazzjoni li għamilt ta' l-Onor.", "Alfred Sant rapportata fil-gazzetti fit-12 ta' Ottubru 1996, 11-il ġurnata qabel l- elezzjoni, dan ma marx jgħidilhom: Isma', intom hemm bżonn inneħħulkom din il-kwestjoni tas-self management għax għamiltu rovina biha u rridu naqtgħulkom hekk u nagħmlu hekk.", "Le, ma qalx hekk iżda mar hemmhekk jgħidilhom: Ivvotaw lili għax jien nagħtikom assigurazzjoni li d- demokrazija tal-ħaddiema se nħalliha u l-kunsill mhux se mmissulkom.", "Iva din serjeta'?", "Hawn lill-Prim Ministru ngħidlu: Inti l-buzzwords tiegħek huma \"onesta', serjeta', u verita'\", u mbagħad tifhem kollox bil-maqlub għax il-performance tiegħek fl-Oppożizzjoni sas-26 ta' Ottubru 1996 u l- performance tiegħek illum fil-gvern, f'ħafna affarijiet, hija proprju l- oppost ta' dak li inti kont titkellem fuqu.", "Ħa nkompli nikkwota mill-programm elettorali tagħna:", "\"GĦalhekk irridu nkomplu għaddejjin bir-riformi li bdejna biex inneħħu d-duplikazzjoni li teżisti bejn iż-żewġ tarznari f'pajjiżna\".", "Aħna nafu x'qed nagħmlu.", "Ma jistax ikun li d-dock tal-Marsa Shipbuilding qiegħed hemm u mbagħad it-Tarzna ma tistax tużah għax hemmhekk hemm management differenti.", "Jew inkella hemm il-problema l-oħra tan-No.", "1 Dock.", "Le, dak ma nistgħux inneħħuh għax it-Tarzna għandha bżonnu u ninsew il- bżonnijiet ta' Bormla u tal-Kottonera kollha.", "Dak ukoll hu bżonn urġenti ieħor li dik il-parti ta' Malta ngħolluha kif hemm bżonn, kif għandhom dritt ir-residenti ta' dik il-parti ta' Malta u li aħna konna mexjin f'dik it-triq u j'Alla dan il-Gvern ikompli.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna konna qed ngħidu li nneħħu d-duplikazzjoni li teżisti bejn iż-żewġ tarznari.", "Dawn iż-żewġ entijiet u l-faċilitajiet tagħhom għandhom jiġu amalgamati f'azjenda waħda u hawn nerġa' niġi għall-bord tar-riforma tat- tarznari.", "L-Onor.", "Alfred Sant kien kritiku dak iż-żmien u qal: Dan ma jfissirx li se tneħħulhom l-awtonomija u se tidħlu intom flokhom?", "Aħna kellna li se naraw kif induru u ngħidu: Kollox sew, il-kunsill inħalluh, pero' ma jistax ikun li dan il-kunsill jibqa' jaħdem għal rasu mingħajr ma jagħti kas tal-ħaddiema l-oħra li hemm fil-Malta Shipbuilding u mingħajr ma jagħti kas tal-pjan, li qbilna fuqu, illi dawn it-tarznari jiġu amalgamati.", "Allura għamilna bord li fih kien hemm kemm rappreżentanti tat-Tarzna kif ukoll rappreżentanti tal-Malta Shipbuilding.", "Ma niftakarx kif kienet preċiż ir-rappreżentanza, pero' kien bord li kellu jagħraf globalment x'hemm bżonn isir biex it-tarznari jimxu 'l quddiem.", "Altru milli aħna kontra t-Tarzna, anzi qed ngħidu:", "\"Irridu nwessgħu l-viżjoni ta' din it-Tarzna ġdida għal waħda ta' inġinerija ġenerali u mhux ta' tiswija ta' vapuri biss iżda wkoll li tibni proġetti f'Malta u barra minn Malta.", "Din l-azjenda trid tkun attrezzata, organizzata u mmexxija b'mod li tkun kapaċi tidħol għal dan ix-xogħol billi tikkompeti bi prezzijiet tas-suq li jħallulha l- qligħ.\"", "Imbilli tbiddel il-kunsill u tagħmlu kif se nagħmluh, m'hu se nsolvu xejn jekk l-ewwelnett ma nirrealizzawx li d-dinja nbidlet.", "Jekk aħna qed naħsbu li jista' jkollna tarzna, li llum timpjega 3,400 - qabel kienet timpjega d- doppju u iktar - u ngħidu li din se nsibulha xogħol għax skond it-teorija ta' Sammy Meilaq hawn kriżi fit-tarznari l-oħra tal-Mediterran u dawn se jagħlqu u għaldaqstant kulħadd se jiġi fit-Tarzna ta' Malta u jkollna xogħol kemm irridu, hija illużjoni.", "Din hija fantasija.", "Il-verita' hija li x-xogħol ta' tiswija ta' vapuri naqas b'mod drastiku.", "Dan qisna qed ngħidu li l-karozzini li kien hawn mitt sena ilu f'Malta għandhom kollha joħorġu fit-toroq għax hawn ix-xogħol għalihom!", "Huwa utli li llum ikollok il- karozzini, imma biex iġorru lit-turisti.", "L-istess it-Tarzna.", "Ma nistgħux noqogħdu ngħidu li qabel it-Tarzna kienet timpjega 5,000 u 7,000 ruħ.", "Illum is-suq m'għadux dak li kien.", "Għadek issewwi vapuri, pero' il-metodu u l-esiġenzi saru differenti.", "Kollox sar differenti, anke il-metodu kif il- kumpanniji jużaw il-vapuri tagħhom huwa differenti.", "Id-dinja nbidlet.", "Jiġifieri mhux veru li hemm xi suq u li xi darba nistgħu ngħidu li rnexxielna nġibu dan is-suq lejn Malta.", "Irridu nbiddlu din il-mentalita' li sfortunatament għadha ingrained f'moħħ dawk li s'issa kienu jmexxu t- Tarzna.", "Inkompli nikkwota:", "\"Hemm bżonn li min imexxi din l-azjenda jifhem li l-ġejjieni ta' dan is-settur u l-avvanz tal-ħaddiema li jaħdmu, fih hu t-tiġdid u l- vijabilita' u mhux is-sussidji.\"", "Aħna għamilna agreement għal għaxar snin bis-sussidju on a descending scale għax għidnilhom li mhijiex xi ħaġa reali li tibqgħu tirċievu s-sussidju għall-eternita'.", "Xi darba din trid tasal għall-final.", "U nawgura lil dan il- Gvern li jwassalha għall-final kemm fl-interess tal-ħaddiema tat-Tarzna kif ukoll fl-interess ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, inkompli nikkwota:", "\"L-esperjenza wrietna li s-sistema ta' tmexxija li ntużat fit-Tarzna ma tatx ir-riżultati mistennija.\"", "U hawn qiegħda - jiena ngħid - id-diżonesta' politika.", "Aħna għidnilhom b'dan u waqt meetings li għamilt għidt li ma jistax ikun li jien nirbaħ l- elezzjoni u nħalli l-affarijiet kif inhuma.", "Ir-riżultat x'kien?", "L-għada Sammy Meilaq ta press conference fejn qal li l-Partit Nazzjonalista qatt ma kellu għal qalbu l-interessi tal-ħaddiema tat-Tarzna.", "Il-verita' ħarġet meta f'intervista - jew ma nafx x'kienet - Sammy Meilaq qal li hu, bħala chairman, għamel gwerra bierda lill-Gvern tal-Partit Nazzjonalista.", "Aħna mingħalina qed nittrattaw ma' l-irġiel bis-serjeta' fl-aħjar interessi tal- ħaddiema u tal-pajjiż u issa għandna dikjarazzjoni espliċita' li l- interlokutur prinċipali tagħna, il-bniedem li miegħu konna qegħdin nittrattaw u li jien iltqajt miegħu ma nafx kemm-il darba biex wasalna għal ftehim fl-1989, issa jiddikjara li kien qed jagħmel gwerra bierda.", "Imbagħad niskantaw li hemm diżastru fit-Tarzna!", "Min jiskanta?", "Ħadd ma jiskanta li hemm diżastru fit-Tarzna.", "Min-naħa tal-Gvern sar minn kollox biex it-Tarzna tingħata l-għajnuna biex tirriforma ruħha imma sfortunatament min-naħa ta' min imexxi ma kienx hemm impenn daqstant serju biex issir ir-riforma kif meħtieġ.", "Il-problemi tat-Tarzna huma magħrufa.", "Huma jafu li għandhom bżonn management aħjar milli għandhom.", "Hawnhekk mhux qed nirriferi għall-kunsill jew għall-bord tad-diretturi imma għall-managers.", "Hemm bżonn li l-managers ikollhom iktar responsabbilta' u awtonomija, li l-Union ma tibqax tiddetta f'kollox hi u li l-kumitati tax-xogħol ma jibqgħux ifixklu l-management tat- Tarzna.", "Issa kellna r-rapport ta' persuna li nirrispettah għall-kwalifiki akkademiċi tiegħu, Dr Baldacchino, u qal dan kollu.", "Grazzi, skopra l- Amerika!", "Eureka oħra din!", "Kristofru Kolombu skopra l-Amerika!", "Dan kollu kulħadd jafu.", "Id-diffikulta' kollha kienet li ma kienx hemm il- kooperazzjoni.", "Id-diffikulta kienet li l-General Workers' Union ma rieditx tgħin biex jinstabu s-soluzzjonijiet u li l-Kunsill tat-Tarzna ma riedx isib is-soluzzjonijiet għax kien qed jagħmlilna gwerra bierda.", "Issa kuntent Sammy Meilaq għax il-Partit tiegħu qiegħed fil-gvern.", "Issa qal li mhux se jikkontesta l-elezzjoni u lanqas id-deputy tiegħu m'hu se jikkontesta l-elezzjoni.", "Issa ma nafx jekk il-Prim Ministru hux se jinnominah xorta waħda jew hux se jkun konsulent!", "Sammy Meilaq huwa bniedem kapaċi u intelliġenti, jiġifieri mhux qed ngħid kontra tiegħu.", "Sammy Meilaq huwa bniedem li jħobb it-Tarzna imma mbagħad għandu d-difett li meta tidħol il-politika, his first allegiance tmur hemm.", "\"Sfortunatament, min-naħa ta' min imexxi ma kienx hemm impenn daqstant serju biex issir riforma kif meħtieġ.", "Ir-riżultat hu li llum it- Tarzna tinsab f'pożizzjoni fallimentari li qiegħda thedded l-impjieg tal-ħaddiema kollha involuti.\".", "Dan huwa miktub.", "Dak li għamlu fir-rapporti aħna kellna l-kuraġġ niktbuh fil-programm elettorali tagħna.", "Ara l-Programm Elettorali tal-Partit Laburista tkellimx hekk!?", "Ara jekk qalulhomx dan li aħna ktibna bil- miktub!?", "Aħna mhux inġibu l-voti rridu imma rridu niġu eletti bis- serjeta'.", "Jekk in-nies jidhrilhom li ma jeleġġawnix, jien ma jiddispjaċini xejn.", "Issa qiegħed Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Allura!", "Imma jien kont onest u ma dħaktx bin-nies tat-Tarzna.", "Il-Partit Laburista u l-Prim Ministru daħak bin-nies tat-Tarzna u daħak bihom sa l-aħħar mument.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-aħħar li kellimhom fit-12 ta' Ottubru, 1996 wegħedhom li l- Kunsill tat-Tarzna mhux se jmissu.", "Jien nifraħlu - din mhux bi kritika qed ngħidha - imma l-verita' trid toħroġ ukoll li daħak bihom.", "Imbagħad inkompli għal dik li hija l-viżjoni tagħna.", "X'għidna li se nagħmlu għat-Tarzna?", "GĦidna:", "\"Gvern ieħor immexxi mill-Partit Nazzjonalista jara illi", "- naħseb huwa tajjeb li dan li se naqra nirriflettu fuqu -", "\"jiġu allokati fondi, anke bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea, biex it- Tarzna tiġi attrezzata kif imiss; \".", "Din hija importanti.", "Fil-laqgħat li kelli ma' tat-Tarzna matul id-disa' snin u nofs li kont fil-gvern, kienu jgħidulna: Bilfors li l-Gvern irid igħinna għax l-Unjoni Ewropea ara x'qed tagħmel għat-tarzna tal-Greċja, għat-tarzna ta' Palermo u għat-tarzna fil-Germanja.", "Araw x'għajnuna qed jagħtu.", "Kif nistgħu aħna nikkompetu jekk ma tagħtuniex għajnuna!", "Aħna għidnilhom li nagħtuhom għajnuna sakemm nifilħu pero' aħna kellna wkoll il- prospettiva ta' x'jista' jiġri u l-verita' hija waħda: Kieku Malta ddaħħlet fl-Unjoni Ewropea konna bi dritt nitolbu għajnuna għat-tarzna tagħna biex nimmodernizzawha u biex nagħmluha kompetittiva.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Gvern se jċaħħadha minn din l-għajnuna.", "Veru ma kenitx readily available.", "Ma kontx se nkun jien il-Prim Ministru llum, l-1 ta' Frar ngħid: Ara ġiebtha l-għajnuna.", "Pero' kont ngħid: Iva, meta Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea ikollha dritt ta' fondi biex nirristrutturawha biex it-Tarzna tagħna tkun tarzna moderna li tista' tikkompeti u mhux li nibqgħu nagħtu l-għajnuna għall-eternita'.", "It-tieni proposta tal-Partit Nazzjonalista kienet li:", "\"Isiru t-tibdiliet meħtieġa biex fit-tmexxija tat-Tarzna jiddaħħlu nies b'esperjenza fit-tmexxija ta' azjendi li jridu jikkompetu fis-suq internazzjonali.", "Dan iservi wkoll biex ikun hemm l-kontroll meħtieġ li d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu b'sens kummerċjali li jassigura l- vijabilita' immedjata u futura ta' din l-azjenda.\".", "Dażgur li għidnilhom lill-ħaddiema tat-Tarzna!", "Għidnilhom li ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Għidnilhom li effettivament għandhom bżonn għajnuna ta' nies li għandhom esperjenza u aħna rridu ngħinuhom biex ikollkom in-nies ta' esperjenza.", "Fid-disa' snin li għaddew bl-agreement ta' l-1989 u bl-agreement ta' l-1994 diġa' tajnihom din l-għajnuna u vvotajnilhom Lm1 miljun kull sena biex jinvestuhom.", "Fl-aħħar paragrafu fil-programm elettorali tagħna daħħalna li:", "\"Fit-Tarzna ġdida tispiċċa darba għal dejjem id-diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema u l-politiċizzazzjoni li tant għamlu u qed jagħmlu ħsara lil din l-azjenda.\".", "F'dan il-paragrafu poġġejna subgħajna fuq il-ferita u lill-elettorat Malti u b'mod partikolari lill-ħaddiema tat-Tarzna, għidnilhom li dan huwa l- gwaj.", "GĦidnilhom li jekk ma taqtgħux dan il-gwaj, qatt m'intom se tieħdu r- ruħ.", "Issa llum ġejna hawn fil-Parlament f'din li qed isejħulha \"seduta speċjali\", naturalment speċjali għaliex illum is-Sibt.", "Ma ridtx nibqa' għaddej fuq dan l-argument, imma l-Prim Ministru qal li din hi \"l-ewwel okkażjoni\" li seta' jġibha.", "Jiena ma nafx, imma seta' jġibha l-bieraħ għax il-bieraħ fil-għodu ltqajna.", "Xorta waħda kiser il-ftehim li kellna.", "Jiġifieri ltqajna llum għaliex illum \"l-ewwel okkażjoni\" jifhimha l-Prim Ministru biss.", "Imma hu hekk, kollu gimmicks ...", "Illum l-1 ta' Frar inzerta San Pawl, imma ma ġara xejn, ma morniex.", "Aħna se nivvotaw favur din il-liġi u se nivvotaw favur din il-liġi mhux għaliex aħna ma nemmnux illi jista' jkun il-każ li l-ħaddiema jkollhom tmexxija tagħhom, pero' l- esperjenza tat-Tarzna tagħna wriet li l-ħaddiema ma għarfux jagħmlu nies fit-tmexxija li kapaċi jmexxu lit-Tarzna.", "U allura r-risposta lill-poplu u lill-ħaddiema tat-Tarzna għandha tkun: Ara x'għamiltu b'idejkom?", "Eleġġejtu għal sena wara l-oħra nies illi ma mexxewx it-Tarzna tajjeb.", "Araw x'għamiltu?", "Illum dan l-esperiment li ġie tant imfaħħar - nista' noqgħod naqra ħafna quotations kemm huwa esperiment sabiħ - effettivament spiċċa bil-mod li qed narawh jispiċċa.", "U proprju l-ikbar paladini ta' dak l-esperiment - għandna l-Perit Mintoff li żgur huwa wieħed minnhom ukoll u qed ngħid dan f'sens pożittiv u mhux negattiv - illum se jkollhom jgħidu b'darhom mal-ħajt - jiena naħseb imisshom jgħidu mea culpa, imma mhux se jgħidu hekk - li l-interess nazzjonali jitlob li nabbandunaw dan l- esperiment li tant irnexxa.", "Jiena għandi quddiemi media release li nħarġet miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fl-24 ta' Marzu, 1996 u se niċċita minnha:", "\"Dr Sant fisser kif il-Partit Laburista jaqbel li t-tarznari għandhom jibqgħu jkunu sostnuti bħala azjendi li jitmexxew fuq il-prinċipju tal- parteċipazzjoni diretta tal-ħaddiema.", "Il-Partit Laburista ma jaqbilx li s-sehem tal-ħaddiema fit-tmexxija fit-tarznari għandu b'xi mod jitnaqqar.\".", "Jekk tridu, nista' nkompli naqra imma issa verament nieqaf hawn għax inkella ma nispiċċa qatt.", "Pero' nista' naqralkom parti mill-konferenza ta' l-aħbarijiet li kienet saret mill-General Workers' Union meta konna qegħdin niddiskutu l-ftehim ta' l-1994.", "Dwar it-tilwima li kien hemm bejn il-Gvern, it-Tarza u l-Union dawn qalu:", "\"Din it-tilwima qamet proprju għaliex biex igħin finanzjarjament u hekk naslu għal qbil dwar il-ftehim kollettiv, il-Gvern ried li naqblu miegħu biex isir tibdil fil-kompożizzjoni tal-Kunsill tad-Drydocks billi dan, minflok ikun elett mill-ħaddiema, jinqasam f'erba' membri li jibqgħu jiġu eletti mill-ħaddiema u erba' membri maħturin mill- Gvern.\".", "Dan kien li jien kelli quddiemi.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din kienet is-sitwazzjoni li kelli niggverna fiha għal disa' snin u nofs sħaħ u kburi b'dak li għamilt u kburi li t-Tarzna għadha hemm.", "Jien kburi li nista' niġi hawn u b'wiċċi minn quddiem ngħid li jien kont onest, jien kont serju, jien ma gdibtx lill-ħaddiema tat-Tarzna.", "Jien kburi wkoll li lill-pajjiż ġegħeltu jagħmel sagrifiċċju biex it-Tarzna tibqa' miexja.", "Jien kburi fl- għażliet li għamilt li sena wara l-oħra rajt il-pajjiż miexi 'l quddiem u nkaxkru lit-Tarzna warajna.", "Hekk ridt nagħmel, hekk għamilt u hekk ġara.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Issa l-Prim Ministru għandu quddiemu problema oħra għax se jaħsad dak li żera'.", "U minn qalbi, f'isem il-poplu Malti, l-appell lill-Gvern huwa: Tmurx lura, hemm bżonn li din il-problema nazzjonali tat-Tarzna tiġi riżolta.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nippumpjaw Lm15 miljun fis-sena fit- Tarzna.", "Hemm bżonn ta' kuraġġ tad-deċiżjonijiet.", "U l-Prim Ministru għandu r-riħ fil-qala', m'għandux il-bsaten fir-roti tal-unions, m'għandux il- bsaten fir-roti tal-Kunsill tat-Tarzna; m'għandux il-bsaten fir-roti ta' Sammy Meilaq; u allura jekk ma jirnexxilux, issa t-tort se jkun tiegħu, tal- Prim Ministru.", "Jien nista' niġi hawn u ngħid li ma rnexxilix nsolvi l- problemi tat-Tarzna, pero' kburi b'dak li għamilt u t-tort mhux tiegħi.", "L- Onor. Sant ma jkunx jista' jinħeba wara subajgħ għax l-Onor.", "Sant għandu l- possibbiltajiet kollha biex din il-problema - kif diġa' għidt u kif ngħidu bil-Malti - jaqbadha minn qrunha u jsolviha.", "L-Onor.", "Sant m'għandux bżonn la joqgħod jistenna x'se tgħidlu t-task force - għax ma qaltlu xejn ġdid - la għandu bżonn ir-rapport ta' Cassar White u lanqas għandu bżonn ir- rapport ta' Baldacchino.", "Huwa għandu bżonn jagħmel dak li hu meħtieġ biex it-Tarzna verament tqum fuq saqajha.", "L-iktar ħaġa mixtieqa u neċessarja hija li t-Tarzna tabbanduna l-metodi ta' l-imgħoddi tagħha u biex tagħmel dan irid ikun il-Partit Laburista li jabbanduna l-metodi tiegħu.", "Ma jistax jibqa' għal kull okkażjoni jdeffes fin-nofs lill-ħaddiema tat-Tarzna.", "Ma jistax joqgħod jgħidilhom li huma l-aristokrazija tal-ħaddiema jew li huma l-Eighth Army tal-pajjiż.", "Ma jistax jgħidilhom, kif qal l-Onor.", "Alfred Sant, li huma l-bejta ta' l-ideat xellugin kollha fil-pajjiż.", "Dan hu li jrid jagħmel.", "Jekk il-Partit Laburista verament ma jridx jibqa' jisserva bil-ħaddiema tat-Tarzna, allura l-problema tat-Tarzna rridu nsolvuha għall- ġid ta' kulħadd.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jien ikolli nerġa' nirrimarka kemm hawn stil ta' ġenerazzjonijiet f'din il-Kamra għax l-istil li għadna kemm smajna huwa folt, antikwat u mibni fuq il-passat, l-istess approach li tellef lill-Onor.", "Fenech Adami l-aħħar elezzjoni; antikwat, folt u jitkellem fuq il-passat.", "Imbagħad waħda mill-affarijiet interessanti li smajt illum ...", "GĦax jien kont interessat li nsir naf għaliex kien hemm dik il-vicious opposition kollha min-naħa ta' l-Oppożizzjoni biex niltaqgħu s-Sibt, l-1 ta' Frar u fil-fatt ipprovajt nimmaġina x'setgħet kienet ir- raġuni.", "Kien hemm xi indikazzjonijiet fil-gazzetti, imma meta qrajthom ħsibt li hawn xi ħadd li jrid jiġbed is-saqajn.", "Pero' llum ikkonfermajna li l-vicious reason għaliex ma riedx jiltaqa' llum kienet li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ried imur il-festa ta' San Pawl!", "(Interruzzjonijiet) Din hija r-raġuni!", "Huwa tajjeb ħafna li dan hu l-kejl li bih l-Oppożizzjoni titkellem fuq is-serjeta' nazzjonali tat-Tarzna!", "Ried imur il-festa ta' San Pawl l-Onor.", "Fenech Adami!", "Dan għandu kull dritt li jmur il-festa ta' San Pawl, imma skużi, allura hekk qed ikejjilha s-serjeta' tat-Tarzna wara dawn id-diskorsi twal li għadu kemm għamel dwar kemm jeħodha bis-serjeta' t- Tarzna?", "(Interruzzjonijiet) Ried imur il-festa ta' San Pawl!", "Onor. Fenech Adami, jekk trid tista' tmur għax jekk titlaq issa forsi tilħaq biċċa minnha!", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Fenech Adami semma u tilef ħafna żmien jgħid x'għamel u x'ma għamilx, imma x'għamel u m'għamilx irid jitkejjel fuq il-bażi tar- riżultati.", "Aħna x-xogħol tat-Tarzna kejjilnih fuq il-bażi tar-riżultati u anke l-Onor.", "Fenech Adami, minkejja l-kliem sabiħ, antikwat u folt tiegħu wkoll irid jiġi mkejjel mir-riżultati li ta.", "Fil-fatt jien nixtieq inħares lejn ir-riżultati li ta l-Onor.", "Fenech Adami wara dak il-ħafna stinkar li għamel, wara dak il-ħafna xogħol li daħal għalih u wara dawk il-ħafna sigħat li ħela jiġri jibgħat iċ-ċekkijiet!", "Minn kif tkellem darba minnhom jien immaġinajt li hu u x-xufier tiegħu qed imorru għand kull ħaddiem tat- Tarzna jqassmu ċ-ċekkijiet!", "L-Onor.", "Fenech Adami semma wkoll il-passat imbiegħed, u anke hawn, f'dan il-każ jien ma ammirajtx imma nnotajt il-mod kif tgħawġet l-istorja moderna ta' pajjiżna bl-iktar mod partiġjan.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mdorri b'din it-tattika li jsemmi l-passat f'kull ħaġa li jgħid għax dan il- bniedem donnu ma jeżistix bla passat, imma mbagħad meta jsemmi l-passat isemmih b'ċertu mod partiġjan u mgħawweġ li wieħed bilfors ikollu jgħid: Dan qed jibqa' jgħix b'ċerta klikka politika u soċjali li ma joħroġx minnha u qed jibqa' jagħmel din l-interpretazzjoni?", "Madam Speaker, l-Onor.", "Fenech Adami semma wkoll il-memorja ta' Dr Borg Olivier.", "Hawnhekk ikolli nikkonkludi li Dr Borg Olivier kien mexxej, Prim Ministru u Kap ta' l-Oppożizzjoni dehen imma ma naħsibx li l-Onor.", "Fenech Adami qed iżomm l-istatura tal-predeċessur tiegħu, anke bil-mod kif iġib ruħu u bil-mod żleali ta' kif jitkellem.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Borg Olivier kien bniedem rett u onest u ċertament iż-żlealtajiet politiċi ma kenux parti mill-make-up tiegħu, imma f'dan il-każ il-Kap ta' l- Oppożizzjoni preżenti juriha l-ħin kollu, anke fil-mod żleali kif jinterpreta l-istorja u kif jitkellem dwarha.", "Sinjura President, jien nista' noqgħod nagħti l-verżjoni sħiħa ta' x'ġara fl-1957, fl-1958 u fis-snin '60.", "Waħda mil-laqgħat speċjali li kienu saru fis-snin '50 kienet biex il-poplu Malti u GĦawdxi jirreġistra n-nuqqas ta' qbil tiegħu ma' l-Ingliżi li dak iż-żmien kienu jmexxu lil dan il-pajjiż minħabba l-mod kif kien qiegħed jhedded il-ħaddiema u l-impjiegi tal- ħaddiema tat-Tarzna.", "Dak iż-żmien bl-aktar mod leali l-Onor.", "Borg Olivier u l-partit tiegħu kienu vvotaw fil-breakthrough resolution favur il-miżuri li kienu qed jittieħdu u kienet saret bl-aktar mod leali.", "Imma hawnhekk illum smajna verżjoni kompletament partiġjana, distorted u l-istoriċi jistgħu jgħidulna kemm kienet żbaljata.", "Imbagħad tkellem ukoll fuq it-tarzna bħala għodda politika.", "Skużi!", "Mela l-Partit Nazzjonalista matul is-snin ma baqax juża lit-Tarza bħala għodda politika?", "Il-miżuri li kienu jittieħdu matul is-snin biex ixewxu l- ħaddiema tat-Tarzna biex jipprovaw ipoġġuhom f'dawl ħażin u l-kampanja publiċitarja ta' propaganda dejjem għaddejja biex joskuraw lit-Tarzna x'kienu?", "Kieku ridt stajt nidħol f'din il-perspettiva jien ukoll, mela le, imma dak m'huwiex l-approach tiegħi.", "L-approach tiegħi huwa li nistaqsu x'inhuma l-problemi u l-isfidi li qed niffaċċjaw u nimxu minn hemm.", "Jiena smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li m'huwiex sew il-mod kif qed jiġu trattati ċerti chairmen għax qed jiġu attakkati u kkritikati f'dak li jagħmel il-Gvern preżenti.", "Qisna qed nagħmlu xi persekuzzjoni ta' xi nies meta fil-fatt kulma qed nitolbuhom lil dawn in-nies hu li jkunu accountable b'mod ċivili.", "U għandhom bżonn ikunu accountable ħafna min- nies li appunta l-Onor.", "Fenech Adami (Onor. Membri: Hear, hear) għax id- deċiżjonijiet li ħadu kienu deċiżjonijiet irresponsabbli, kienu underlined mill-Gvern stess u qisu ma ġara xejn.", "Iva, għandhom ikunu accountable, mela le, imma fuq dawn qed taħarqu qalbu l-Onor.", "Fenech Adami?", "In-nies li wara l-1987 sfaw vittma ta' persekuzzjoni għaddejja u li kienu jaħdmu tajjeb mal-Gvern Laburista preċedenti, imbagħad meta tela' l-Gvern tiegħu ġew persegwitati, ġew turufnati, ġew eżiljati u ġew trasferiti, dawn qed ninsewhom Onor. Fenech Adami?", "GĦax aħna m'aħniex qed ninsewhom taf!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna mxejna u nibqgħu nimxu b'mod ċivili ma' kulħadd.", "Ma nagħmlux il-vendikazzjonijiet li għamiltu intom, imma l- affarijiet ma ninsewhomx.", "Hekk kontu tgħidu intom \"taħfer iva, imma tinsa le\".", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet)", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal: Ara kemm domna naħdmu, kemm għamilna għat-Tarzna.", "U jien lill-Onor.", "Fenech Adami ngħidlu: Dak li għamilt int jiġi ġġudikat bir-riżultati li jagħti.", "Anke dak li nagħmlu aħna, mela le.", "Dak hu li qed ngħidu, ir-riżultati jagħtu indikazzjoni jekk hux veru ħdimt tajjeb jew le Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Per eżempju, wara dak ix-xogħol kollu li qed tgħid li għamiltu jien ħarist ftit lejn x'kienu r-riżultati fil-qasam tat-Tarzna.", "Fl-1986, l-aħħar sena sħiħa ta' tmexxija Laburista f'dawk is-snin, it-Tarzna kienet qed titlef Lm4 miljun.", "Is-sena li għaddiet, li kważi kienet kollha kkappeġġjata minn Gvern Nazzjonalista, it-Tarzna kienet qed titlef Lm15 miljun.", "Minn Lm4 għal Lm15 miljun.", "Dan hu r-riżultat tax-xogħol kollu li għamiltu?", "Hemmhekk il-figuri jagħtu indikazzjoni.", "U l-figuri x'juru?", "Juru li anke jekk nassumu li ħadem kemm qal li ħadem l-Onor.", "Fenech Adami kien qed jagħżaq fl-ilma, u baqa' jagħżaq fl-ilma u xorta ġie jiftaħar li kien qed jagħżaq fl-ilma.", "Per eżempju, qalilna li twaqqaf il-bord għat-tiġdid tat-tarznari fl-1993/1994.", "Madam Speaker, dan il-bord effettivament kważi qatt ma tlaqqa' u anke meta kienu jitolbu biex jitlaqqa' qatt ma kienu jlaqqgħuh u kien spiċċa qisu xi forma ta' ministru tal-finanzi jitkellem ma' naħa u jitkellem ma' oħra.", "Imbagħad anke hawn nistaqsu għar-riżultati.", "Skond ma għadu kif qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni dan suppost kellu jkun il-bord li jġedded l-istrutturi tat- tarznari, jmexxi 'l quddiem, jagħti l-pariri, jikkonsolida u jdaħħal pjan strateġiku, imma x'kienu r-riżultati?", "Meta twaqqaf dan il-bord, madwar tliet snin ilu, it-Tarzna kienet qed titlef Lm5 miljun, u s-sena li għaddiet, nerġa' ngħid, it-Tarzna kienet qed titlef Lm15 miljun.", "Prosit tar-riżultati!", "Prosit kemm kien effettiv il-bord!", "Prosit kemm ħadem tajjeb il-bord biex inaqqas it-telf!", "Mhux talli ma tnaqqasx it-telf waqt li kien għaddej talli minn Lm5 miljun tela' għal Lm15 miljun!", "U kull darba tibqa' din il-ħaġa.", "Mhux ir-retorika falluta ta' l-imgħoddi li dejjem iħares lejn il-passat, imma x'kienu r-riżultati.", "Dan huwa l-istil ta' dan il-Gvern.", "Jien għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi li stajt nitlaq fuq rigmarole sħiħ, interpretazzjoni storika ta' x'inhi t-Tarzna.", "Interessanti mela le!", "Imma dan huwa l-kompitu tagħna llum?", "Le.", "Il-kompitu tagħna llum huwa li nħarsu 'l quddiem, li nagħmlu bidu ġdid u jiena nifhem li b'dak li qed nagħmlu qed nieħdu aktar responsabbiltajiet.", "Dażgur li qed nieħdu aktar responsabbiltajiet!", "U qed neħduhom bl-aktar mod ċar.", "Mhux ovvju li issa aħna bħala Gvern, bħala poplu - jien l-ewwel wieħed - għandna responsabbiltajiet akbar għall-futur tat-Tarzna?", "Dan huwa s-sens ta' serjeta', li ngħidu li wasal iż-żmien li nerfgħu din ir- responsabbilta' għaliex hekk hu għall-ġid tal-ħaddiema kollha tat-Tarzna, għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "U qed nagħmluha din bla frattarija, bla ħafna retorika u dejjem nħarsu 'l quddiem.", "Din it-tattika ta' l-Onor.", "Fenech Adami li dejjem iħares lejn il-passat u jitkellem biss fuq il-passat żvintatlu fl-aħħar elezzjoni.", "Jien nawguralu li jibqa' sejjer hekk, jibqa' jitkellem fis-snin li ġejjin fuq il-passat.", "Mela le!", "Nieħu gost nisimgħu jien, nieħu gost mhux għaliex ikun qed jogħġobni dak li jgħid imma nieħu gost għaliex hija t-tattika, hija l-istrateġija li se tkompli żżomm lilu u lill-partit tiegħu fl-oppożizzjoni.", "U milli smajna naħseb li hemm bżonn jgħaddu iktar żmien fl-oppożizzjoni ħalli jitgħallmu jkunu oppożizzjoni, ħalli jiġġeddu ftit għaliex issa għadda ż-żmien diġa' u għadna ma smajniex ħlief ripetizzjoni ta' l-istess argumenti ta' qabel l- elezzjoni li kienu falluti u skaduti.", "Mela inħarsu lejn il-futur, Sinjura President.", "Dan huwa l-mod kif qegħdin nagħfsu fuq ix-xogħol tat-Tarzna għal li ġej.", "Jiena smajt lill-Onor.", "Fenech Adami li apparti milli tkellem fuq il- landmarks tax-xogħol li għamel għat-Tarzna kkwota minn dak li għidt jiena matul l-aħħar snin - u nibqa' koerenti ma' dak li għidt.", "Iva, jiena nħoss li hemm bżonn li nsostnu il-parteċipazzjoni sħiħa tal-ħaddiema fit-tmexxija tal-Tarzna.", "Inħossha din u skond iċ-ċirkostanzi li għandna rridu nixmu 'l quddiem.", "Nerġa' ngħid li l-aħjar mod kif fiċ-ċirkostanzi attwali, bil-wirt li ħallielna l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu, bl-inkuranza tagħhom għall- kwestjoni tat-Tarzna, bil-mod kif l-istrateġija tagħhom kienet li jwaddbu kollox taħt it-tapit - l-aqwa li mingħalihom qed jgħattu l-affarijiet - l- aħjar mod kif niddefendu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-ħaddiema fit-tmexxija tat-Tarzna hija bit-triq li ħadna, bit-triq li qed nieħdu.", "M'għandi assolutament l-ebda problema biex nagħmel din l-ammissjoni u m'iniex se noqgħod naħli paragrafi ta' retorika biex insostni dan il-punt.", "Dan huwa l-konvinċiment tiegħi, li dan huwa l-aħjar mod, l-iktar mod onest u serju kif aħna nistgħu nsostnu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-ħaddiema fit-tmexxija tat-Tarzna li aħna kommessi għaliha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imbagħad l-Onor.", "Fenech Adami qalilna li huma kienu pproponewhom dawn l- affarijiet u beda jsemmi rapporti ta' managers li qalu ħafna affarijiet.", "L- Onor. Fenech Adami għandu jifhem ftit l-istil ġdid li qed inħaddmu f'dan il- pajjiż fejn mhux billi jkollok gvern li jmexxi l-affarijiet waħdu.", "Aħna mhux hekk qed naħdmu.", "Jien nifhem li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għadu ma għarafx il-loġika li biha jitqabbdu ċerti nies, isiru ċerti rapporti, jkun hemm fażi ta' diskussjoni u nimxu minn hemm.", "Dażgur li ma fehemx!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li kien tela' fuq l-għajta tad-djalogu u jien ngħid li tilef fuq l-istess għajta għax għalkemm wiegħed id-djalogu, ma wettqux.", "Illum qed igħidilna li kellna rapport tal-managers professjonali li riedu hekk u aħna ridna hekk.", "Din ħadd ma riedha.", "Jien ħsibt li meta spjegajt kif ħdimna aħna kien se jifhem l-istil ġdid li bih inwasslu għall- affarijiet.", "Il-proposti li għandna quddiemna m'humiex proposti ...", "Il- Prim Ministru qalilna li dawn l-affarijiet missna għamilnihom mill-ewwel.", "Le, dan m'huwiex stil modern ta' tmexxija imma huwa stil antikwat, donnu hawn xi Mose' jismu l-Prim Ministru tal-ġurnata li minn Kastilja jiddetta l- affarijiet!", "Ma tarax!", "Aħna mill-bidu għidna li mhux se naħdmu hekk u li se ninvolvu lil kulħadd.", "Meta tkellimt l-ewwel għal tapposta spjegajt pass wara l-ieħor kif imxejna.", "Dwar ir-rapport tal-konsulent Cassar White l-Onor.", "Fenech Adami qalilna li dan ma kellniex bżonnu għax l-affarijiet kienu jgħiduhomlna minnufih.", "Le, dan huwa mod antikwat u mod kariżmatiku, taparsi, ta' kif tmexxi l- affarijiet.", "Din it-tip ta' tmexxija spiċċat minn pajjiżna u minn kullimkien għax l-affarijiet ma jsirux hekk.", "Għalhekk bi qbil maċ-chairman tal-Kunsill tat-Tarzna għamilna rapport biex inkunu nafu kif inhuma l- affarijiet.", "Ir-rapport ta' Cassar White kien maħsub biex iqajjem diskussjoni u kuxjenza fost in-nies tat-Tarzna u barra ħalli kulħadd jirrealizza l-urġenza ta' din il-ħaġa.", "Huwa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni preżenti li ma jarax urġenti aktar milli jattendi għall-festa ta' San Pawl, pero' l-poplu Malti u Għawdxi jifhem l-urġenza u s-serjeta' ta' din il- ħaġa.", "U l-aktar li jkompli jitlef kredtu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa meta jippretendi li mhux sew li qed niltaqgħu is-Sibt, f'seduta speċjali, biex niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi.", "Għaliex mhux sew?", "Dażgur li dan huwa sew.", "Il-Parlament, b'dak li jagħmel, qiegħed jagħti tifsira u sinjal ta' l-importanza li jirrikonoxxi issue bħal din.", "Għall-Kap ta' l- Oppożizzjoni dawn huma gimmicks.", "Il-gimmicks hu biss jista' jagħmilhom f'dan il-pajjiż mid-dehra!", "Illi jinsisti li ma niltaqgħux illum ħalli jkun jista' jattendi għall-festa ta' San Pawl m'hijiex gimmick!", "Għalih li niltaqgħu illum f'seduta speċjali hija gimmick.", "Qed jispikkaw il- kontradizzjonijiet f'dan l-istil antikwat ta' tmexxija u jien nawgura lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jibqa' jagħmilhom għax saru jixirqulu u nieħu gost narah għaddej biha din il-ħaġa.", "Jien nieħu gost nara l-istil tiegħu li jkompli jżomm lura t-tiġdid fil-partit u fl-Oppożizzjoni u nirringrazzjah talli qed jagħmel ix-xogħol ta' din in-naħa iktar faċli.", "Issa ħalli nkompli għaddej bl-istil ta' kif naslu għad-deċiżjonijiet.", "Aħna ma rridux li f'ħaġa bħal din il-Gvern jgħid ħaġa u jimxi kif ipprova jagħmel l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu.", "Għandna ndaħħlu lil kulħadd fil- proċess ta' diskussjoni.", "Jien nista' niggarantixxi li hekk ħdimna u għalhekk irringrazzjajt, u nibqa' nirringrazzja, lil Dr George Abela għax- xogħol li għamel għax kien hu l-bniedem li ħalla lir-rappreżentanti kollha jiddiskutu.", "L-Onor.", "Fenech Adami qal li ma kellniex bżonn task force u qal li l-Prim Ministru għandu jiddeċiedi.", "X'jiġifieri!", "Mela dawn l- affarijiet isiru hekk!", "Kif tista' tkun aċċettat li qed tagħmel l- affarijiet bis-sens u bis-serjeta' jekk taħdem b'dan il-mod!", "Anzi jien kont il-bniedem li nsistejt li", "apparti milli jkun hemm ir-rappreżentanza tal-Kunsill tat-Tarzna, tal- General Workers Union u tal-Gvern, mela le, indaħħlu lill-managers tat- Tarzna biex jipparteċipaw.", "L-Onor.", "Fenech Adami kkwota dak li għidt jien fi Pjazza Gavino Gulia qabel l-elezzjoni.", "Jekk jaqra sew dak li għidt dakinhar isib li jien kont diġa' qed ngħid ukoll li fl-ambitu' tax-xogħol li jrid isir biex it-Tarzna titpoġġa fuq saqajha u ssir l-iktar tarzna moderna u effettiva fil-Mediterran iridu jiġu involuti l-ħaddiema u anke l- managers professjonali.", "Jien din kont għidtha bla mistħija ta' xejn u inti kont miegħi, Onor. Vella.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hawnhekk qiegħda l- koerenza.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hekk hu.", "ONOR.", "MEMBRU: Dak biċċa kkwota biss!", "Hemm hi d-diżonesta'!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk qiegħda l-koerenza u aħna għalhekk ridna nkellmu lill-ħaddiema nhar it-Tnejn, biex ngħidulhom: Araw il-koerenza tagħna fejn qiegħda!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Aqraha kollha!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan huwa l-aħjar mod u l-iktar mod effettiv fiċ- ċirkostanzi li qed niffaċċjaw biex insostnu u nerġgħu nsaħħu l- parteċipazzjoni sħiħa tal-ħaddiema fit-tmexxija tat-Tarzna li aħna nemmnu fiha u nibqgħu nemmnu fiha.", "Sinjura President, huwa għalhekk li l-proċess li wassal għal-laqgħa ta' llum m'huwiex xi proċess li ħa deċiżjoni dwaru bniedem wieħed jew il-Gvern waħdu, imma huwa proċess li fih ħdimna ma' nies minn oqsma differenti bl- interessi tagħhom u bil-perspettiva tagħhom.", "Fil-fatt aħna għalhekk wasalna sa hawn.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li dan huwa l-bidu!", "Mhux ovvju li dan huwa l-bidu!", "M'hemmx għalfejn tgħidilna, Onor. Fenech Adami, li dan huwa l-bidu.", "Dan aħna stess għidnih.", "Dan huwa bidu ta' proċess li bih immexxu dejjem iktar bis-serjeta' l-affarijiet tat-Tarzna ħalli din terġa' ssir l-iktar tarzna moderna u b'saħħitha tal-Mediterran.", "Dan għandu jsir għax, nerġa' ngħid, it-Tarzna għandha bażi ta' vantaġġi naturali li b'mod maniġerjali rridu naħdmu fuqhom ħalli nesplojtjawhom u nagħmlu affarijiet li jrendu fit-Tarzna u b'hekk it-Tarzna tkun tista' terġa' titpoġġa fuq saqajha minkejja l-problemi li qed niffaċċjaw globalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tat-tiswija tal-vapuri.", "Jien ma kontx nippretendi li l-Onor.", "Fenech Adami se jdaħħal lill-Unjoni Ewropea f'din il-ħaġa wkoll, għalkemm naf bl-ossessjoni tiegħu li jrid idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox, ossessjoni li issa miċħuda mill-Maltin u l-GĦawdxin għax il-poplu jifhem li għandu jkollna biss rabta mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea, liema rabta mbagħad tabilħaqq tkun soda bejnietna.", "Issa mhux biss il-poplu Malti u GĦawdxi fehem li din hija l-aħjar triq għal Malta imma fehmuha wkoll il-pajjiżi kollha tal- Mediterran u ta' l-Unjoni Ewropea li din il-ġimgħa, kif diġa' ħabbarna, iddeċidew li jagħmlu l-laqgħa tagħhom tal-Euro-Med hawn Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦalhekk kulħadd qed jifhimha din il-ħaġa u li f'dawn l-aħħar xhur nibqgħu għaddejjin qisu ma ġara xejn bil-kantaliena li anke għat-Tarzna suppost tinżel il-manna mis-sema kieku konna membri sħaħ ta' l- Unjoni Ewropea, frankament ma tistax titwemmen għax kulħadd jaf li taħt il- politika li għandha x'taqsam mat-tiswija tal-vapuri u mal-bini tal-vapuri fl-Unjoni Ewropea t-Tarzna tispiċċa kompletament impoġġija mal-ħajt fil- kantuniera mingħajr ma tista' tiċċaqlaq.", "Dan huwa l-punt u din hija r- realta' u għalhekk se nagħmel bracket fuq din il-ħaġa.", "Sinjura President, kieku rrid jien nista' noqgħod naħli l-ħin nitkellem kif tkellem l-Onor.", "Fenech Adami, jiġifieri b'ħafna retorika.", "Qed jgħiduli \"mmuffata\" imma jien ngħidilha retorika antikwata sew.", "Aħna jekk irridu nistgħu nagħmluha din ir-retorika wkoll, imma għalfejn?", "Il-punti saru, l- argumenti tpoġġew 'il quddiem u għalhekk naħseb li rridu nħarsu 'l quddiem.", "Dan huwa l-istil ta' dan il-Gvern li jħares 'il quddiem mingħajr ħafna xinxilli u trombi.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li anke waqt li kien għaddej dan ix-xogħol - għax staqsewna fejn hi din l-urġenza - u konna resqin lejn dan il-Parlament konna qed naħdmu biex aħna, bħala Gvern, inkunu nistgħu ngħidu minn issa min se jkunu l-membri fuq il-Kunsill tat- Tarzna li se jkunu appuntati mill-Gvern.", "Jiena nista' ngħid minn issa ħalli anke l-ħaddiema tat-Tarzna jkunu jafu b'liema serjeta' ersaqna għal din il-biċċa xogħol.", "U jkunu jafu b'liema ħsieb u b'liema idea aħna ridna li l-membri appuntati mill-Gvern ikunu nies li jispiraw serjeta' u fiduċja fix-xogħol tagħhom.", "Ridna li jkunu nies li tassew għandhom fidi fit-Tarzna u għandhom fl-esperjenza tagħhom li se jġibu 'l quddiem lil din l-ażjenda ħalli flimkien mal-ħaddiema eletti tat-Tarzna jkunu jistgħu li l- istrateġija li se twassal biex it-Tarzna biex issir l-aħjar waħda fil- Mediterran jimplimentawha.", "Nixtieq li anke din il-Kamra jkollha konoxxenza minn issa min huma dawn il-membri li l-Gvern biħsiebu jappunta skond it- termini ta' din il-liġi.", "L-ewwelnett se nsemmi l-membri.", "Biex jirrappreżenta lill-Ministeru tal-Finanzi, li se jkollu konnessjoni ċara u diretta mal-finanzjament tat-Tarzna, se jkun hemm appuntat is-Sur Albert Attard, li bħalissa huwa permanent secretary fil-Ministeru tal- Finanzi.", "Qed naqrahom b'mod alfabetiku ħalli ma jkun hemm l-ebda riflessjoni fuq ħadd għaliex qed naqrahom b'dan il-mod.", "It-tieni wieħed huwa s-Sur Gorg Borg, li għalija huwa wieħed mill-aqwa managers li għandna fis-settur privat hawn Malta u huwa bniedem serju u jaf kif għandha titmexxa ażjenda kbira.", "Kull fejn kien jaħdem f'dawn l-aħħar 20 sena jiena dejjem bqajt impressjonat bl-approach serju tiegħu.", "It-tielet wieħed se jkun Dr Joseph Micallef Stafrace illi huwa persuna ta' kompetenzi kbar, ta' kwalitajiet professjonali impekkabbli, bniedem illi diġa' ta ħafna lil dan ill-pajjiż u nieħu gost li aċċetta li jkompli jagħti aktar lil dan il- pajjiż il-kontribut tiegħu fil-Kunsill tat-Tarzna.", "Ir-raba' membru li se nkunu qegħdin nipproponu huwa s-Sur Frans Spiteri, bniedem li għandu karriera twila mat-Tarzna kien wieħed min-nies li fis-snin sebgħin għas- snin tmenin kienu qegħdin imexxu t-Tarzna u nirringrazzjah ukoll li l- esperjenza tiegħu poġġiha għas-servizz tagħna f'din l-istrateġija kbira li se nimxu biha lkoll flimkien ħalli nwettqu l-ideal tagħna li nagħmlu lit- Tarzna mill-ġdid l-aktar ażjenda moderna u effettiva fil-Mediterran.", "Bħala Chairman tal-kunsill aħna se nkunu qed nissuġġerixxi lil Dr Noel Zarb Adami, bniedem li għandu kompetenzi kbar fil-qasam tat-tmexxija tal-gvern, fl-oqsma akkademiċi u xjentifiċi u bniedem li għandu din id-drive li jista' jagħmel impatt serju fuq it-tmexxija tat-Tarzna.", "Ta' min jgħid li Dr Noel Zarb Adami kien ġie appuntat Chairman ta' Telemalta ftit ta' żmien ilu u meta għamilnielu l-proposta u rrifletta fuqha kiteb biex jgħidilna li jħoss li la qed noffrulu din il-kariga li hija impenjattiva ħafna, ikun aħjar li forsi jkun aħjar li ma jibqax Chairman ta' Telemalta.", "Din hija talba serja u ta' integrita' professjonali.", "Aħna qed naqblu mal-proposta u waqt illi għal xi żmien Telemalta tkun qegħda mmexxija mid-Deputy Chairman, se nipproċedu fi ftit żmien ħalli nappuntaw chairman ġdid għal Telemalta.", "X'inhi l-istampa li qed noffru f'dan il-profil ta' nies, Sinjura President?", "Qegħdin noffru profil ta' kunsill illi id-f'id mal-ħaddiema eletti, ikunu jistgħu, minn lati differenti tal-kompetenzi li għandhom, jagħtu sinjal ċar u sinjal tajjeb ta' kif aħna ninsabu impenjati li l-istrateġija għall-futur tat-Tarzna tkun waħda progressiva, moderna li tagħti kas tar-realtajiet soċjali tal-pajjiż ta' Malta, tat-Tarzna nnifisha u tar-realtajiet kummerċjali li jdawruna.", "Jiena konvint li b'dan il-kunsill, b'dawn il- membri fuq il-kunsill se nkunu qegħdin f'pożizzjoni tajba ħafna li tassew nagħmlu l-progress li jixtieq il-poplu Malti u Għawdxi kollu fil-qasam tat- Tarzna.", "Ngħid ukoll li waħda mill-affarijiet li se tkun qed tiġi nvestigata hija l-ħtieġa, kif diġa' għidt fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi, li jkun hemm aktar rinforz tal-management professjonali, speċjalment fil-livelli ta' fuq nett, u naħseb li l-bord il-ġdid li se jieħu over ix-xogħol tat-task force ikun qiegħed f'pożizzjoni li jieħu passi - u jkollu l-appoġġ sħiħ tagħna f'dawn il-passi - biex anke jirristruttura l-management tat-Tarzna u jagħti wkoll iċ-ċans li fit- tmexxija tat-Tarzna jidħlu fejn hemm bżonn uċuh ġodda.", "Sinjura President, jiena nerġa' mmur lura fuq il-punt li tlaqt minnu.", "It- Tarzna għandha vantaġġi naturali li fuqhom nistgħu nibnu operazzjoni kummerċjali ta' l-aqwa valur.", "Naħseb li għandna nagħtu dan is-sens ta' fiduċja lill-poplu Malti u Għawdxi meta nitkellmu fuq it-Tarzna u wkoll lill-ħaddiema u l-impjegati tat-Tarzna.", "Il-futur qiegħed f'idejhom u ma jridux joqogħdu jisimgħu dawn id-diskorsi tal-passat ikkamlati li jipprovaw jiddevjaw l-attenzjoni li smajna illum, jiddispjaċini ngħid.", "Irridu nħarsu 'l quddiem u nibnu fuq il-vantaġġi naturali tat-Tarzna.", "Mhux veru li kollox iswed fil-qasam tat-Tarzna, anzi hemm prospetti li jekk naħdmu fuqhom u għalihom jidhru u jinħassu.", "Ħa nagħtik aħbar, Sinjura President, li tindika dan li qed ngħid.", "Il-Vistafjord, il-kuntratt tal-Cunard huwa wieħed mill-kuntratt li t-Tarzna dejjem tiġri warajh.", "Ninsabu nformati li issa reġa' ġie kkonfermat l-kuntratt tal-Vistafjord għal April 1997, biċċa xogħol kbira, intrebaħ mit-Tarzna ta' Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela mhux veru li m'hemmx dawl.", "Anzi hemm dawl, hemm ċans tajjeb li nibnu fuq il-vantaġġi naturali u l-pessimiżmu li prova jinjetta l-Kap ta' l- Oppożizzjoni f'dan il-qasam huwa pessimiżmu li huwa dettat minn operazzjoni partiġjana.", "Aħna fuq in-naħa ta' din il-Kamra ninsabu fiduċjużi, anzi konvinti li lkoll flimkien b'għaqda, b'sens ta' ħila u ta' rieda, b'impenn u b'kunsill tat-Tarzna li se jkollu dan il-valur, kemm min-naħa tal- ħaddiema eletti u kemm min-naħa tal-persuni li se jappunta l-Gvern, dan se jkun tassew bidu ġdid għat-Tarzna, bidu ta' proċess li bih sena wara l- oħra, pass wara l-ieħor inkunu qed inpoġġu mill-ġdid lit-Tarzna bħala pilastru ewlieni ta' l-ekonomija Maltija, bħala tarzna li hija l-iktar waħda moderna u effettiva fil-Mediterran.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta, Kap 207 tal-Liġijiet ta' Malta, ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni 39 mgħoddija fis-seduta tal-bieraħ 31 ta' Jannar, 1997 il-Kamra issa tirriżolvi ruħha f'Kumitat sabiex tiddiskuti dan l-istess abbozz ta' liġi.", "F'12.00 p.m. skond il-Mozzjoni Nru 39 tal-31 ta' Jannar 1997, il-Kamra għaddiet għall-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ordni għal kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 5 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, din hija l-klawsola li qed tagħmel il- bidliet strutturali fil-qasam tal-Kunsill tat-Tarzna.", "Bil-bidliet li qed jiġu suġġeriti l-kunsill se jkun magħmul minn erba' ħaddiema eletti mill- ħaddiema kollha tat-Tarzna u erba' persuni li jkunu appuntati mill-Prim Ministru.", "Qiegħed jiġi suġġerit ukoll li ċ-chairman jiġi appuntat mill- Gvern.", "Il-bidla qiegħda tgħid ukoll li kull impjegat tal-korporazzjoni jista' jivvota u jista' jkun nominat għall-Kunsill tat-Tarzna fost il- membri eletti, imma qiegħda teskludi lill-general manager, lid-deputy general manager, lill-financial controller, lill-managers fil-personnel office u lis-security guards milli jkunu jistgħu joħorġu bħala kandidati għall-Kunsill tat-Tarzna.", "Ir-raġuni hija biex dawn il-persuni li għandhom ċerti karigi ta' sigurta' jew ta' fiduċja fit-Tarzna ma jkunux soġġetti għall-pressjonijiet ta' min, kif nafu aħna, joħroġ għall-elezzjoni.", "Imbagħad qed ngħidu wkoll x'għandha tkun il-proċedura biex jiġi rimpjazzat kunsillier li jispiċċa mill-kariga, jirtira mill-kariga.", "Il-klawsola titkellem ukoll dwar rimunerazzjoni għall-membri tal-kunsill u x'jiġri jekk ikun hemm konflitt ta' interess fil-qadi tal-funzjonijiet ta' membri tal-kunsill.", "Qed tissuġġerixxi wkoll kif għandha ssir l- elezzjoni f'ċerti każi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, kif intqal fit-Tieni Qari, minn ħafna żmien ilu f'din il-Kamra konna ta' l-opinjoni li jsiru tibdiliet f'din il- linja, pero' aħna wkoll ta' l-opinjoni li jridu jsiru xi tibdiliet oħra biex nassiguraw demokrazija vera fit-Tarzna u anke biex nassiguraw li gruppi ta' ħaddiema - u hawnhekk issemma l-management tat-Tarzna - ikollhom ħafna iktar ċans ta' rappreżentanza fit-Tarzna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni diġa' semma li qabel aħna konna għamilna proposti biex l-elezzjoni tal- kunsill minflok issir fuq bażi ta' block vote kif qed issir illum issir fuq bażi ta' proporzjonalita' li tassigura r-rappreżentanza vera tal-ħaddiema kollha tat-Tarzna.", "Mr Chairman, nixtieq nipproponi emenda f'dan is-sens li tgħid hekk:", "\"A\" Ħassar il-paragrafu (c) ta' klawsola 2 ta' l-Abbozz u daħħal minfloku dan li ġej:-", "\"(c) Minflok is-subartikolu (10) għandu jidħol dan li ġej:", "\"Kull meta jkollha ssir elezzjoni tal-membri eletti tal-Kunsill, jew ta' xi wieħed jew aktar ta' dawk il-membri, l-elezzjoni għandha ssir bis-sistema tar-rappreżentanza proporzjonali permezz tal-vot singlu trasferibbli skond il-provvedimenti tat-Tlettax-il Skeda għall-Att Nru XXI ta' l-1991 li mutatis mutandis għandhom japplikaw għal dan l- Att.", "L-elezzjoni għandha titmexxa mill-Kummissjoni Elettorali mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni ta' Malta li jkollha wkoll is-setgħa li tagħmel regolamenti għat-tmexxija u sorveljanza ta' dik l- elezzjoni, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u ta' kull regolament magħmul bis-saħħa tiegħu, l-elezzjoni għandha ssir f'dak iż- żmien li l-Kummissjoni jidhrilha xieraq.\".\".", "\"A\" Delete paragraph (c) of clause 2 of the Bill and substitute with the following:-", "\"(c) For subsection (10) thereof there shall be substituted the following:-", "\"Whenever an election of the elected members of the Council or any one or more of them, is required to be held, that election shall be held using the system of proportional representation by means of the single transferable vote in accordance with the provisions of the Thirteenth Schedule to Act XXI of 1991 which mutatis mutandis shall apply to this Act.", "The election shall be held, conducted and supervised by the Electoral Commission set up in accordance with article 60 of the Constitution of Malta which may also make regulations for the conduct and supervision thereof and, subject to the provisions of this Act and to any regulations made thereunder, the election shall be held at such time or times as the Commission may deem appropriate.\".\".", "Mr Chairman, jiena nerġa' nenfasizza li din l-emenda qegħdin inressquha biex inkomplu nsaħħu l-mod kif l-elezzjonijiet isiru b'mod ħafna iktar ekwu milli jsiru llum.", "Fit-Tarzna hemm popolazzjoni ta' madwar 3,400 ruħ, u allura għandek spectrum sħiħ ta' ideat, opinjonijiet u interessi.", "Aħna nemmnu li jekk irridu verament li jkun hemm iktar ċans li jirrappreżentaw dan l-ispectrum ta' interessi u ta' opinjonijiet, dawn l-erba' membri tal- kunsill għandhom jiġu eletti b'mod li jirrappreżentaw lill-ħaddiema kollha u mhux lis-sezzjoni tagħhom biss.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, dan il-punt jiena ddiskutejtu wkoll biex nara jekk għandux jiġi kkonsidrat, imma t-tweġiba li ngħatajt hija li arranġament bħal dan bl-ebda mod m'hu se jilħaq il-miri li qed ipoġġi l- Onor. Membru għax jekk qed jgħid li kif inhi s-sistema bħalissa tinkoraġġixxi l-block vote - naħseb li dak huwa l-punt tiegħu fil-prattika għax allura jrid jispjega jekk jogħġbu ...", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-punt huwa li s-sistema kif inhi tinkoraġġixxi u tirriżulta li sezzjoni ta' opinjoni partikolari fit-Tarzna, opinjoni waħda u interess wieħed, jkollha rappreżentanza assoluta fil-kunsill li kompletament temarġina lil dawk kollha fit-Tarzna li jista' jkollhom opinjonijiet u interessi differenti.", "Mill-ħafna rapporti u affarijiet oħra li saru jien fhimt ukoll li kien hemm xi idea li fil-kunsilli eletti ssir xi ħaġa biex jeleġġu xi membru tal-management, per eżempju, u milli jidher din fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ġiet discarded.", "Jekk irridu nilħqu l-oġġettiv li membru tal-management ikollu ċans li jiġi elett mill- management tat-Tarzna - jekk tieħu miċ-chargeman 'il fuq, per eżempju - jekk tkun bis-sistema ta' proportional representation hemm ċans li jittella' wieħed li fuq il-Kunsill tat-Tarzna jagħti l-veduti reali tal- management fil-kunsill.", "Dan huwa pass pożittiv, dan qed nagħmluh bis- serjeta' kollha, b'mod li nkomplu nersqu lejn is-soluzzjonijiet.", "Kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni aħna għexna bil-problemi.", "Jien ippresjedejt ħafna laqgħat tal-kumitati li saru - u mhux veru li ma ltaqa' qatt dan il-kumitat komuni li kien hemm għat-tiġdid tat-tarznari - u laqgħat oħra ġew ippresjeduti minn Joe Zammit li llum huwa s-Segretarju tal- Kabinett, bniedem ta' fiduċja tal-Prim Ministru għaliex appuntah Segretarju tal-Kabinett, u l-Onor.", "Sant jista' jistaqsih x'konna nagħmlu f'dawn il- kumitati u l-problemi li kien ikollna u kif wasalna biex għamilna struttura ta' trasferibbilta' tal-ħaddiema biex nassiguraw li l-ħaddiema ma jbatux.", "X'ma ltqajna qatt!", "Li qed ngħid huwa li hu importanti li nuru bis-sħiħ li rridu rappreżentanza vera ta' kulħadd fit-Tarzna u dan huwa l-mod kif dak nassigurawh.", "U jiena b'qalbi kollha nixtieq li min-naħa tal-Gvern jaċċettaw din l-emenda għaliex inkunu għamilna pass ieħor, fl-opinjoni tiegħi pożittiv, lejn it-tneħħija ta' hurdles u problemi li jista' jkun hemm fit- Tarzna.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena ħarist lejn din il-kwestjoni biex nistaqsi jekk bis-sistema proporzjonali nistgħux nilħqu riżultat aħjar.", "Imma le, m'hemm xejn teknikament fis-sistema tar-rappreżentanza proporzjonali li qed jissuġġerixxi li se tassigura - jekk hemm, jgħidilna l-Onor.", "Membru - li tilħaq it-targets li qed isemmi hu.", "Bażikament l-Onor.", "Dalli qiegħed jgħid li jistgħu jiġu esklużi ċerti kategoriji ta' ħaddiema.", "Skużi!", "Imma bl- istess mod is-sistema ta' rappreżentanza proporzjonali l-istess ħaġa se tagħmel.", "Jekk inti għandek għaxra min-nies li qed jikkontestaw u għandek block vote fuq sitta minnhom, bis-sistema ta' proportional representation se tibqa' fejn int. (Interruzzjonijiet) Dażgur li iva.", "Mela le!", "Erġa' aħdimha ftit u tara.", "Ġie diskuss ukoll l-argument tiegħu li se tkun discarded l-idea li jkun hemm xi slot għall-managers biex itellgħu rappreżentant tagħhom.", "Din ma ġietx maqbula.", "Għal liema raġuni?", "Għaliex aħna qed ngħidu li jekk veru se tkun rappreżentanza tal-ħaddiema, il-manager qua manager huwa ħaddiem u allura mhux qed jitla' qua manager imma qed jitla' qua ħaddiem fil- Kunsill tat-Tarzna.", "Il-problema mhux dik kienet.", "Il-problema kienet li l- Kunsill tat-Tarzna kien jiltaqa' fl-assenza tal-managers, allura dik il- problema tiġi solvuta imbagħad billi l-bord tat-tarzna meta jiltaqa' jkollu l-preżenza tal-management hemmhekk, imma mhux li jkun hemm stratifikazzjoni u jitilgħu nies li huma eletti mill-management u daqstant nies li huma eletti mill-ħaddiema.", "Dik hija sistema li tinnega l-parteċipazzjoni qua parteċipazzjoni u ġiet discarded għalkemm kien qed jipproponiha Baldacchino.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Id-differenza hija magħrufa għas-sistema ta' l- elezzjoni - mhux għall-elezzjoni tal-Kunsill tat-Tarzna biss - jiġifieri il-valur tal-proportional representation bis-single transferable vote as against is-sistema li teleġġi kunsill - illum huwa ta' erbgħa - u allura tmur u tivvota lil erbgħa min-nies.", "Is-sistema tal-block vote, minnha nnifisha tinkoraġġixxi li jkun hemm agreement fejn jgħidu: Dawn huma l- erbgħa li jridu jitilgħu, mela agħtihom l-ikbar numru ta' voti mit-Tarzna għax hekk ma jiġrix li jekk tivvota lil xi ħadd ma tivvotax lill-ieħor, tista' tivvotalhom l-erbgħa.", "Mill-1975 'l hawn ilhom isiru l-elezzjonijiet u l-esperjenza konkreta hija illi jkollok ...", "Jien niftakar li meta qajjimt l-argument fid-diskussjoni qaluli: Le, ma jistax ikun għax tfisser li jekk xi ħadd ikollu 200 vot jew 250 vot jitla'.", "Jidhirli li kienu semmew 200 vot għax il-kwota tiġi one-tenth minn disgħa; jivvotaw madwar 2,500, mela b'250 vot jitla'.", "Qaluli: Mela aħna se naċċettaw li xi ħadd jiġi fuq il-kunsill u għandu biss 250 vot favur tiegħu?", "Dik mhix tajba, irid ikollok 2,000 vot jew 1,800 vot.", "Dak huwa ħażin, mentri is-sistema tas-single transferable vote - iktar mis-sistema proporzjonali naturalment, huma t-tnejn flimkien - tagħti l-possibbilta' illi anke jekk inti m'għandekx spectrum wiesa' ħafna li jappoġġjawk xorta tagħtik ir- rappreżentanza.", "Naturalment dejjem jibqa' l-fatt li jekk l-oħrajn jagħtu l-preferenzi lin- nies li jridu jagħtuhom xorta huma jitilgħu u mhux l-ieħor, pero' din tagħti ħafna iktar possibbilta'.", "Issa din tista' tiġi defeated minn kif jivvotaw in-nies, pero' dik kwestjoni tagħhom.", "Illum jekk ikun hemm numru ta' nies fit-Tarzna li jgħidu: \"Ejjew ilkoll nivvotaw lil dawn l-erbgħa min-nies\", dawk se jitilgħu, mentri jekk inti tagħmel is-single transferable vote hemm ċans li jkollok numru ta' kandidati li joħorġu, jagħmlu pooling bejniethom u jaslu għall-kwota, u l-kwota tkun ħafna inqas għax f'dan il-każ il-kwota tiġi one-fifth tal-voti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, naħseb li din l-emenda tagħmel ħafna sens għaliex minn mindu ġiet proposta għall-ewwel darba din is-sistema - safejn naf jien fl-1921 - din dejjem ipproteġiet ukoll il-minoranzi, b'rispett lejn min għandu opinjoni ta' maġġoranza.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn l- istorja elettorali ta' pajjiżna l-unika darba li xi ħadd tella' erbgħa minn erbgħa kien darba biss, kumbinazzjoni fl-ewwel elezzjoni li saret fl-1921, imma għaliex inzerta li l-formazzjoni politika - issa qed napplika l- prinċipju għall-elezzjonijiet politiċi - ġabet maġġoranza ta' xi 85% jew 86%.", "Imma fl-elezzjonijiet li saru dejjem f'pajjiżna - qed nirriferi għall- elezzjonijiet politiċi issa - dejjem f'kull distrett ħadd ma ħa s-siġġijiet kollha.", "Li kieku applikajna s-sistema Ingliża dak li kien jiġri, il-first by the post għax dak li b'vot inqas ma jkunx qabeż dik l-għatba l-voti tiegħu jintremew.", "Ħalliha li mbagħad ġiet ivvintata sistema oħra li biha anke dan l-iskop jista' jiġi megħlub.", "Pero' fit-Tarzna m'għandniex distretti u allura iktar u iktar japplika tajjeb il-proportional representation by means of the single transferable vote", "Issa min huma dawn il-minoranzi?", "Jistgħu jkunu minoranza ta' opinjoni, tista' tkun opinjoni industrijali, politika, ta' qasma kif spjega l-Onor.", "Dalli dwar it-tip ta' xogħol li jagħmlu.", "Dan ma jfissirx li jekk jien noħroġ bħala manager se jivvotawli n-nies li jaħdmu miegħi fil-management u li għandhom grad maniġerjali biss imma jista' jkun li jien noħroġ bħala manager u jivvotawli dawk u jivvotawli wkoll ħaddiema li jammiraw it-talenti tiegħi bħala manager.", "Jiġifieri mhux argument li lill-manager se jivvotawlu biss dawk li huma fil-livell maniġerjali.", "F'dan il-mument li qbilna fuq is-Second Reading, u qed ngħidu li din hija liġi ta' interess nazzjonali, iktar u iktar naħseb li jkun għaqli li l-Gvern jaċċetta din l-emenda sabiex fit-Tarzna jkun rappreżentat anke min qiegħed fil-minoranza bħala opinjoni.", "Jekk naraw l-esperjenza ta' dak li ġara f'dawn l-aħħar snin fl-elezzjonijiet nafu li teżisti maġġoranza u teżisti minoranza u wħud minn dawk fil-minoranza batew, batew ħafna u għadhom ibatu sal-lum, u għal snin twal ġew diskriminati milli jieħdu sahra sempliċement għaliex m'humiex membri fil-General Workers' Union u rebħu kawżi kostituzzjonali u lanqas għadhom tħallsu sal- lum.", "Jiġifieri ma noqogħdux issa nidħlu fl-atmosfera ta' l-Utopja u ngħidu li ma jeżistux dawn l-affarijiet.", "Nafu li jeżistu u l-proportional representation filwaqt li tissalvagwarda d-drittijiet tal-maġġoranza tirrispetta wkoll id-drittijiet tal-minoranza.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, dan il-Parlament għandu ħabta li l- ewwel jagħmel pass 'il quddiem u jiffoka u mbagħad meta nagħmlu pass 'il quddiem nersqu biċċa minnu lura - mhux kollu minnu lura imma biċċa minnu lura.", "Għalfejn qed nitkellmu fuq minoranzi fit-Tarzna?", "M'hemmx minoranzi fit-Tarzna, hemm interess wieħed, hemm l-interess tat-Tarzna kollha.", "Ejja nieħdu dak bħala l-ewwel punt u l-punto di partenza.", "Hemm interess ieħor, hemm l-interess tan-nazzjon kollu.", "Jekk intqalu żewġ affarijiet li kienu korretti, sew mill-Prim Ministru u sew mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li jikkondividi kulħadd huwa li hemm problema li trid tiġi indirizzata.", "Qed tiġi indirizzata.", "Il-mod li qed tiġi ndirizzata bih iwarrab - bl-Ingliż \"obviates\" - u jeqred l-oġġezzjonijiet jew aħjar il-bażi tal-proposti li wieħed jifhimhom, anke f'kontest storiku, ta' dan li qiegħed jingħad.", "Għaliex?", "Għax dak li ġie propost u dak li qbilna lkoll unaninament - nem. con. kif osserva l-Onor.", "Gonzi, mhux jien - huwa li mmorru għal sistema ġdida.", "X'inhija s-sistema l-ġdida?.", "Is-sistema l-ġdida hija li t-treġija tat-Tarzna se tinbidel.", "Għandek erbgħa mix-shop floor, hu min hu qiegħed fix-shop floor, u għandek ħamsa minn barra.", "Il-Prim Ministru semma diġa' l-ħamsa min-nies li qiegħed jinnomina l-Gvern u naħseb li l-Oppożizzjoni setgħet tapprezza li dak li qed jipproponi l-Gvern huwa mhux sempliċement bidla fil-metodu imma ħafna iktar profond minn hekk.", "Ħaristu lejn l- ismijiet u tajtu kashom l-ismijiet għax persważ li qed tisimgħu b'attenzjoni.", "Dak huwa l-iffokar li konna qegħdin nagħmlu u li għandna nkomplu nagħmlu f'ġieħ il-pajjiż, f'ġieħ it-Tarzna u f'ġieħna lkoll.", "It-tieni nett, x'inhu l-punt li qiegħed jippropni fl-emenda l-Onor.", "Dalli?", "Dan huwa biex tiddaħħal dik li tissejjaħ il-possibbilta' ta' functional representation.", "Iva, l-iskop huwa li tipprova ddaħħal functional representation ħalli permezz tal-mod kif tivvota ma jkollokx dak li huwa l-first past the post, jitilgħulek in-nies li l-iżjed għandhom appoġġ.", "Imma l-functional representation mhux hekk iġġibha imma ġġibha billi taqbad sezzjoni sezzjoni u tgħid li kull sezzjoni se ttella' wieħed jirrappreżentaha.", "Jekk tagħmel hekk, terġa' tiġi għall-punt ta' l-Onor.", "Tonio Borg li qed titkellem fuq il-minoranzi u taqleb il-konċett li qbilna fuqu fis-Second Reading li nbiddlu t-tip ta' treġija tat-Tarzna.", "Issa ħalli ma ntawwalx għaliex mhux il-ħsieb li d-diskussjoni toqgħod titwal.", "Hemm żewġ punti oħra, jekk stess iddaħħal is-sistema tal-proportional representation tas-single transferable vote - għax dik se tidħol - hawnhekk lanqas tgħodd il-proportional representation la għandek kostitwenza waħda.", "Li għandek biss huwa s-single transferable vote fejn il- vot jgħaddi minn bniedem għall-ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nispiċċa.", "Bis-single transferable vote f'kostitwenza waħda m'hemmx proporzjonalita'.", "Mela allura l-iskop li qiegħed jiġi propost fil-kontest tat-tħassib li ġie espress - dan jien nifhmu - xorta waħda jerġa' jiġi obviated b'dawk in-nies li jgħidu li jridu lil dawk il-persuni biss u jivvotaw għal tlieta jew għal erbgħa minnhom biss.", "Għalhekk is-single transferable vote m'huwiex se jsolvi l-preokkupazzjoni - din hija xewqa tajba - li għandha l-Oppożizzjoni.", "L-aħħar punt huwa li għandna nagħtu kas ta' x'qal il-Prim Ministru u x'għamilna aħna lkoll flimkien.", "Hawnhekk rari nagħmlu xi ħaġa li naqblu fuqha, jkun kif ikun id-dibattitu.", "Meta naslu biex naqblu fuq deċiżjoni - jintqal x'jintqal fid-dibattitu u ninterpretawh kif ninterpretawh barra - għallinqas ngħidu li qbilna fuqha.", "Hawn ġew qbilna on the core point.", "Fil-management nitkellmu ħafna fuq il-qalba.", "Wasalna kif wasalna, l-bidla għandha sseħħ.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra għandhom jagħtu kas ta' x'qal il- Prim Ministru bi tweġiba għax-xewqa jew preokkupazzjoni tagħhom.", "Il-Prim Ministru qal li r-rappreżentanza tal-management se tkun assigurata billi għandek dan il-bord ġdid b'forma ta' kompożizzjoni ġdida u meta jkun hemm affarijiet li għandu jkun imdaħħal fihom il-management, lil dan se jsejjaħlu hu.", "Dan qed jgħidu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Hawnhekk hawn nies li huma chairmen ta' kumpanniji u allura jafu kif għandek taħdem.", "Id-demokrazija industrijali hija ħaġa u t-treġija tajba hija ħaġa oħra.", "Issa mbagħad jibqa' l-punt - dan għadu ma ġiex indirizzat - ta' jekk isirux inġustizzji jew le.", "Jekk naqilbu folja ġdida m'hemmx għalfejn noqogħdu niftħu l-ġrieħi tal-passat.", "Għalhekk ikun tajjeb li jekk jeżistu l-ġrieħi indewwuhom ħalli jingħalqu u nibdew veru a clean sheet.", "Jiena naħseb li bir-rieda tajba m'hemmx għalfejn noqogħdu nirrikmandaw din il- ħaġa.", "Ir-rieda tajba u, fuq kollox, is-sens jgħidlek li għandek tibda folja ġdida fuq kollox.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, jien sinċerament naħseb li din m'hijiex kwestjoni li ma niffokawx fuq il-ħaġa.", "Anzi qegħdin nagħmlu din il- proposta biex niċċentraw aktar il-problema b'mod ċar biex l-objettiv li għalih ilkoll kemm aħna qegħdin nimmiraw - jiġifieri li jkun hemm sistema ta' tmexxija li min-naħa waħda tiggarantixxi l-effettivita' u min-naħa l- oħra tiggarantixxi l-parteċipazzjoni li ġġib xogħol u kontribut aktar effettiv daparti tal-workforce - inkunu nistgħu nilħquh aħjar.", "Il- proposta li qegħda tagħmel l-Oppożizzjoni m'hijiex li tattakka jew tnaqqas b'xi mod mill-effettivita' tas-sistema l-ġdida.", "Aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq is-sistema l-ġdida.", "Fuq is-sistema l-ġdida - kif innota tajjeb il-Ministru tal-Finanzi - l-Oppożizzjoni qablet.", "L-Oppożizzjoni qed taqbel li l-Kunsill tat-Tarzna jkun magħmul minn erba' persuni nominati mill-Gvern u erba' persuni eletti mill-ħaddiema u ċ-chairman nominat mill- Gvern.", "Fuq dan il-core qed naqblu, nappoġġjawh u qed nawgurawlu kull suċċess immaġinabbli possibbli.", "Jien veru din inqisha bħala paġna ġdida fl-iżvilupp tat-Tarzna u nittama li kull ħaġa li se tibda tinkiteb fuqha tkun kemm jista' jkun pożittiva u kostruttiva, imma anke mid-diskussjoni li kien hawn fit-Tieni Qari wieħed ma jistax jaħrab mir-realta' li parti mill-problema hija l-atteġġament tal- ħaddiema nnifishom, is-sense of belonging tal-ħaddiema innifishom illi huma jħossuhom parti minn din l-impriża, imma dan is-sense of belonging - għal diversi ċirkostanzi li ma rridx noqgħod nidħol fihom - jew ġie falsifikat jew inkella ġie mmartirizzat.", "U jekk aħna rridu li l-korp tal-ħaddiema kollu kemm hu jħossuhom li qegħdin fuq bażi ta' ugwaljanza li mbagħad dan jispira fihom is-sens ta' iktar impenn, għandna noffrulhom l-aħjar option, l-aħjar għażla, l-aħjar sistema ta' kif neleġġu.", "Mela hawnhekk m'aħniex immissu l-core tas-sistema li qbilna fuqha.", "Id-diverġenza hija fuq kif neleġġu dawn l-erbgħa.", "Il-proposta li għandna fil-liġi llum hija li nsegwu s-sistema li segwejna f'dan il-kamp s'issa, u l-proposta li qegħdin nagħmlu aħna hija li ntejbuha, li niċċaraw iktar x'inhija l-pożizzjoni; mhux bil-kontra, li nisfokaw, imma li niffokaw iktar biex inkunu nistgħu nagħmluha.", "Ma nġabx argument wieħed kontra l-proposta ta' din in-naħa li hija maħsuba li, kif qegħdin fis-saħna tal-mument ta' din il-paġna l-ġdida, nissorvolaw dan l- argument li probabbli għada pitgħada jista' jerġa' jqum.", "Għaliex?", "Għaliex l-unika ħaġa li ntqalet hija li l-proposta ta' l-Onor.", "John Dalli kienet qed tgħid li għax nixtiequ li gruppi jew parti minn din il-workforce li tista' għal raġunijiet differenti tħossha emarġinata tista' b'xi mod ma tibqax emarġinata.", "Ir-risposta kienet li s-single transferable vote ma jiggarantihulekx dan.", "Veru li ma jiggarantihulekx imma l-fatt li jiena nista' nipprova minnu nnifsu jagħtini ċertu rimedju.", "Jekk imbagħad ir- riżultat huwa dak li jkun jiena naċċettah b'ħafna iktar rieda tajba milli naċċetta riżultat li jista' jiġi impost fuqi, mhux biss minħabba s-sistema imma minħabba l-maniġġi li s-sistema li segwejna sal-lum tippermetti b'ħafna iktar faċilita' mis-sistema li qegħdin nipproponu aħna.", "Għaldaqstant jiena jaħseb li ta' min jagħti piż lil din il-kwestjoni.", "Ma nixtieqx li l-Gvern jinterpreta ħażin dak li kien qed jgħid l-Onor.", "John Dalli.", "L-Onor.", "John Dalli fil-proposta tiegħu ma kienx qiegħed jipproponi li l- klassi tal-managers teleġġi tagħha, li l-klassi tal-formen jeleġġu r- rappreżentant tagħhom, li l-klassi taċ-chargmen jeleġġu tagħhom eċċ. L- Onor. Membru mhux hekk kien qed jipproponi, imma kien qed jgħid li bis- sistema li qegħdin nipproponu l-ħaddiema jistgħu jekk iridu jagħżlu xi manager u l-grupp tal-managers li huma ta' ċerta entita' jistgħu jħossu li f'alleanza anke ma' ħaddiema oħrajn fil-kunsill itellgħu persuna mhux għax hija manager imma għax ikollhom fiduċja fiha, għax tkun integra u għax tkun tista' tagħti kontribut.", "Il-fatt li persuna tkun manager huwa immaterjali.", "Fl-aħħar nett nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru: Ladarba l-kunsill jiġi fformat x'se jkun ir-rwol task force?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, filwaqt li naqbel ma' ċerti affarijiet li qal l-Onor.", "Spiteri, naħseb li din in-naħa ma tistax taqbel li meta qed inressqu din l-emenda ma niffokawx fuq realta' li teżisti fit-Tarzna, cioe' li hemmhekk jeżistu l-minoranzi.", "Il-minoranzi politiċi lili ma jħabblulix wisq rasi, għalkemm dawn jeżistu fit-Tarzna, iżda ma rridx niffoka fuq dak li għaddejna minnu qabel.", "Naħseb li fit-Tarzna hemm ħaddiema li minħabba l-attitudini vocifera - biex insejħulha hekk - tal- ħaddiema sħabhom jħossu li m'għandhomx fejn jirrikorru u li m'humiex protetti fuq il-post tax-xogħol.", "Jien naħseb li dan imur 'l hinn mill- politika, jiġifieri din m'hijiex kwestjoni ta' jekk il-ħaddiem huwiex Laburist jew Nazzjonalist.", "Fit-Tarzna l-kultura tax-xogħol żviluppat b'mod li hija intimament marbuta ma' azzjoni politika qawwija - skond il-ħaddiema li jaħdmu hemm din jgħixuha ta' kuljum - u din iġġiegħel lil ċerti nies li joqogħdu bi kwiethom u kultant isofru quietly.", "Fil-fatt parti mis- suċċess li kien ikollu l-mibki Furtu Selvatico fl-elezzjonijiet kien ġej proprju minn dan.", "Il-ħaddiema ma kenux jivvotawlu sempliċement għax kienu Nazzjonalisti imma għax kienu jaraw fih tarka għad-drittijiet tagħhom.", "Furtu Selvatico kien bniedem li ma kienx jibża' jitkellem hemm ġew.", "Jien bdejt nitkellem fuq dan għaliex dan huwa l-interess li rridu nipproteġu meta nressqu din l-emenda.", "Jien ma nistax naqbel ma' l-istatement li għamel l-Onor.", "Spiteri li qal li jekk tipproponi li jsir is-single transferable vote - STV - ma jkunx hemm proporzjon fl-elezzjoni.", "Jien naħseb li bħala prinċipju matematiku dan bilfors li huwa skorrett għax f'dawn l-elezzjonijiet bil-proportional representation il-proporzjon jeżisti biss internament f'distrett wieħed.", "Per eżempju, mill-Ewwel Distrett id-deputati jiġu eletti bl-istess proporzjon ta' voti li kien hemm mit-total li ġew ivvotati.", "M'hemmx proporzjon bejn deputat elett mill-Ewwel Distrett, ieħor elett mit-Tieni Distrett u ieħor elett mit-Tielet Distrett għax il-kwoti huma differenti.", "Għalkemm hemmhekk hemm l-isproporzjonalita', l-proporzjonalita' tibqa' fil- kostitwenza u għalhekk fil-każ ta' l-elezzjoni tat-Tarzna hemm il- proporzjonalita'.", "Il-Prim Ministru qed igħid li mhux veru li se nilħqu l- vantaġġ li qed ngħidu li se nilħqu.", "Jien se nagħtih eżempju sempliċissimu.", "L-għażla li għandna bażikament hija bejn sistema ta' elezzjoni li hija sistema maġġoritarja kif inhi llum - din hija sistema klassika Ingliża ta' first past the post, the winner takes all u min iġib 51% tal-voti jirbaħ kollox u d-49% l-oħrajn ma jkunu rappreżentati mkien - u sistemi proporzjonali li huma maħluqa biex numru ta' votanti li huma inqas mill-maġġoranza jsibu metodu kif ikollhom ir-rappreżentanza wkoll.", "Din hija d-distinzjoni klassika bejn iż-żewġ sistemi.", "Issa ħalli napplikaw sistema għat-Tarzna.", "Ejja nassumu li minn 3,200 ħaddiem li hemm fit-Tarzna - bejn wieħed u ieħor - jivvotaw 3,000 minnhom.", "Bis-sistema li qed jipproponi l-Gvern u kif inhi llum, jekk ikun hemm block vote ta' 1,600 ħaddiem - jiġifieri jkun hemm 1,600 ħaddiem jivvotaw block vote ta' erbgħa min-nies, kif se tkun l- elezzjoni issa - dawn itellgħu lill-erba' persuni u jekk l-1,400 l-oħra jivvotaw lill-persuni oħra, dawn ma jidhru mkien.", "B'din is-sistema huwa veru li għandek maġġoranza ta' 1,600 vot minn 3,000 pero' hija maġġoranza żgħira li biha ttella' l-block vote.", "Jekk għall-istess numri tapplika l- STV, bażikament qed tgħid li l-kwota f'dan il-każ se tkun 600 u l-1,600 persuna li vvotaw il-block vote ma jtellgħux erbgħa imma probabbilment itellgħu tlieta - dan m'huwiex żgur - għax minn żewġ kwoti b'1,200 jibqa' 400 vot.", "Mela jekk nassumu li dan jitla' wkoll, almenu l-minoranza ta' 1,400 li vvotat bil-kontra jkollha rappreżentanza ta' bniedem wieħed.", "Dan huwa l-vantaġġ.", "Din in-naħa qed tgħid li la issa ġiet l-opportunita' biex nemendaw - jekk hemm il-ħsieb mill-ħaddiema stess li jkun hemm block vote ta' 1,600 kontra block vote ta' 1,400 - għandna nagħmlu sistema li tista' tgħin li jkun hemm rappreżentanza iktar wiesgħa u mhux ikun hemm - kif jgħidu dejjem għas-sistemi maġġoritarji - il-maġġoranza ta' 1,600 li tirbaħ kollox?", "Din hija l-proposta ta' din in-naħa għaliex aħna nemmnu li iktar ma jkun hemm rappreżentanza wiesgħa fil-kunsill hu aħjar għall- ħaddiema tat-Tarzna.", "Jien mhux se noqgħod niddistingwi bejn management u linja politika.", "Per eżempju, jista' jkun hemm - jien ma nafx biżżejjed fuq il-ħaddiema tat- Tarzna - l-eletricians li jgħidu li għandhom bżonn lil xi ħadd minnhom li jirrappreżentahom, pero' mhux bħala electricians, għax jista' jkollok nies li qegħdin jipparteċipaw fl-elezzjoni bi skop partikolari, anke internament, mit-Tarzna.", "Din in-naħa jidhrilha li huwa ħafna aħjar li nagħtu opportunita' ta' rappreżentanza milli jkollna sistema fejn maġġoranza żgħira tista' tiddomina lill-minoranza li hija kbira.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nixtieq inżid xi ħaġa ma' dak li ntqal.", "Irridu naraw daqsxejn kif se tkun il-kompożizzjoni tal-kunsill u r-raġuni għalfejn se jkun hemm dik il-kompożizzjoni.", "In-naħa tal-Gvern, biċ- chairman b'kollox, qiegħda hemm biex il-Gvern ikollu l-aħħar say ta' l- affarijiet kif isiru - dan huwa sewwa, aħna m'aħniex qegħdin nargumentaw ma' dik il-linja - u l-erba' membri qed jiġu eletti mill-ħaddiema fil- kunsill, id-decision making body, biex kemm jista' jkun jirrappreżentaw l- opinjonijiet tagħhom fid-deċiżjonijiet li jittieħdu u jiġu assigurati li meta jittieħdu d-deċiżjonijiet all points of view ikunu ġew ikkonsidrati.", "Allura x'inhu ħażin li tipprova - nerġa' ngħid hawnhekk m'aħniex qed infittxu garanziji - tagħmel sistema fejn il-points of view tal-ħaddiema jkollok spectrum sħiħ tagħhom u mhux ikollok point of view waħda tal- ħaddiema għaliex jittellgħu minn block wieħed li jaħseb b'mod wieħed u li forsi għandu interess wieħed minn popolazzjoni ta' 3,400?", "Mhux aħjar li almenu ngħidu li l-parti tal-kunsill li trid tagħti l-ħsieb tal-ħaddiema, li trid teluċida l-moħħ tal-ħamsa l-oħra fuq il-konsegwenzi tad- deċiżjonijiet fuq il-ħaddiema u kif jimpattaw fuqhom, jekk jista' jkun iġġib esperjenzi varji?", "X'fiha ħażin din?", "Mhux aħjar anzi jekk ikun hekk?", "It-Tarzna ma timxix aħjar b'dan il-mod u l-ħaddiema ma jmorrux aħjar b'dan il-mod?", "Dażgur li jmorru aħjar b'dan il-mod!", "Nixtieq nerġa' nirripeti u nenfasizza dak li qalu sħabi.", "Aħna m'aħniex nattakkaw il-core, u m'aħniex qed ngħidu li ma naqblux mal-proposta fundamentali li qiegħda ssir.", "Imma allura għalfejn nistennew?", "Il-Liġi tat-Tarzna issa qegħdin inbiddluha u nafu li mhux se jkun għada meta jkollna l-opportunita' li nerġgħu niddiskutu u nemendaw din il-liġi għaliex dawn l-affarijiet ma jsirux kull erba' ġimgħat.", "Dan aħna qegħdin ngħiduh anke mill-esperjenza tagħna, u aħna nistgħu nagħtu esperjenzi validi fuq dan is-suġġett u anke fuq suġġetti oħrajn.", "Jaqbel li jsir hekk għaliex b'hekk tkun qed tassigura l-ownership fil-Kunsill tal-ħaddiema kollha tat- Tarzna u ħadd ma jħossu li huwa maqtugħ barra jew emarġinat.", "Jekk wieħed mill-motivi tal-parteċipazzjoni huwa li tinstiga u timmotiva l-ħaddiema li jagħtu iktar u jipproduċu iktar għaliex għandhom sehem f'dak li qed jiġri u mid-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu, huwa ta' ġid li kulħadd iħoss li b'xi mod għandu sehem u ma jibqax ikollna sezzjonijiet fit-Tarzna li jħossuhom sempliċement skartati.", "Jekk aħna verament irridu mmorru għall- qalba tal-parteċipazzjoni u naraw xi tfisser il-parteċipazzjoni vera, dan ma jfissirx li jkollok erba' siġġijiet okkupati mill-ħaddiema.", "Il- parteċipazzjoni tfisser dawk x'se jirrappreżentaw, kif se jbiddlu d- deċiżjonijiet u x'possibbilta' għandhom li d-deċiżjoniijiet jsiru aħjar milli kieku jsiru mingħajrhom.", "Dik hija l-parteċipazzjoni.", "Bil-mod kif aħna qegħdin nissuġġerixu, fl-opinjoni tagħna, nistgħu nagħtu - qed ngħid nistgħu nagħtu għaliex jiena naqbel li m'hu qed ikollna l-ebda assigurazzjoni - l-possibbilita' li jkollna varjazzjoni ta' ideat u allura madwar dik il-mejda tal-kunsill jistgħu joħorġu deċiżjonijiet aħjar.", "B'dan il-mod iktar u iktar għandek l-assigurazzjoni tal-ħaddiema kollha li huma kellhom iċ-ċans ikollhom rappreżentat hemmhekk u allura iktar hemm ċans li jħossuhom parti minn dak li aħna lkoll qegħdin nipprovaw indaħħlu fit- Tarzna, iħossuhom parti tal-bidliet li nispera li dan il-kunsill jibda jinstiga.", "Jiena lil dawn il-membri tal-kunsill nawguralhom kollha kemm huma, mill-ewwel sa l-aħħar wieħed - ħafna minnhom nafhom personalment, iktar minn nofshom naħseb li ħdimt magħhom ukoll, jiġifieri nafhom tajjeb - li jidħlu għal din il-biċċa xogħol iebsa u noffrulhom l-għajnuna tagħna kollha anke minn din in-naħa biex kemm jista' jkun insibu s-soluzzjonijiet għal din il-problema kbira li hija t-Tarzna.", "Pero' ejja nagħmlu l-pass sħiħ almenu f'din il-ħaġa għax mhux se jkun hemm ċans malajr li nerġgħu niġu hawn, niddiskutu u nagħmlu emendi bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, smajt ir-rimarki kollha li saru u nerġa' ntenni li l-kwestjoni ta' jekk għandhiex tinbidel is-sistema tal-vot ġiet diskussa b'riferenza għall-argumenti li jkun hemm managers jew sezzjonijiet oħra li jkollhom ċans aħjar li jkunu rrappreżentati.", "L- evalwazzjoni ta' l-argumenti li saru - u kienu jixbhu ħafna l-argumenti li saru dalgħodu - hija li b'dik is-sistema ma żżidx il-possibbilta' b'mod sostanzjali, anke b'mod li huwa rilevanti fiċ-ċirkostanzi attwali, u allura ġiet skartata.", "Nerġa' ngħid li saret fid-diskussjoni riferibbli għall- kategoriji u gradi differenti tal-ħaddiema tat-Tarzna.", "Jiena personalment ma naqbilx li wieħed jaħdem b'dak il-mod, li nipprovaw nagħtu aktar ċans lis-sezzjoni ta' managers, per eżempju, għax naħseb illi hija kontro- produttiva.", "Min-naħa l-oħra mbagħad naqbel anqas u anqas li għandna nifhmu li għandu jkun hemm xi forom ta' kurrenti fost il-ħaddiema f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif nevalwaw il-voting patterns.", "Nemmen li jiġru dawn l- affarijiet u ngħid li m'għandniex ninkoraġġuhom għax imbagħad wieħed jista' jagħmel l-istess ħaġa fl-elezzjonijiet kollha li jsiru fuq il-postijiet tax- xogħol.", "U tagħmel sens li aħna jkollna sistema allura li tibda bili tirrikonoxxxi li għandu jkun hemm xi forma ta' firdiet fost il-ħaddiema?", "Ma naqbilx magħha f'dan is-sens.", "Allura l-pożizzjoni tiegħi ma ċċaqalqitx wara l-argumenti li smajt.", "Kien hemm mistoqsija li saret mill-Onor.", "Louis Galea dwar x'se jiġri mit- task force u kellu raġun jistaqsiha.", "Il-ħsieb hu li t-task force tgħaddi l- funzjonijiet tagħha issa lill-kunsill il-ġdid meta dan jiġi fformat imma ċertament ikun hemm bżonn li jibqa' għaddej koordinament bejn in-naħa tal- Gvern, in-naħa tat-Tarzna u l-General Workers' Union għax din ta' l-aħħar ovvjament m'għandhiex rappreżentanza fuq il-kunsill.", "Mr Chairman għandi emenda li hija ta' natura testwali, jiġifieri f'dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif tpoġġa t-text Ingliż, bidla kosmetika ta' grammar.", "Mr Chairman, għal klawsola 2 għandi din l-emenda:", "\"B\" Minflok it-test Ingliż tal-paragrafu (c) tal-klawsola 2 għandu jidħol dan li ġej:-", "\"(c) in subsection (10) thereof for the words \"Whenever an election of the members of the Council\" there shall be substituted the words \"Whenever an election of the elected members of the Council\"; and\".", "\"B\" For the English text of paragaraph (c) of clause 2 there shall be substituted the following:-", "\"(c) in subsection (10) thereof for the words \"Whenever an election of the members of the Council\" there shall be substituted the words \"Whenever an election of the elected members of the Council\"; and\".", "Din hija sempliċement bidla testwali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "John Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fis-12.45 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fis- 12.50 p.m.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "John Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "10", "FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |Debono |Pullicino George | |Giovanna | | |Deguara Louis|Pullicino Orlando Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-Emenda \"A\" ma għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membr: No) Carried.", "L-Emenda \"B\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 6 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 6 of the principal Act.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li issa hemm rappreżentanza mibdula fil- kunsill, klawsola 3 qiegħda tipprovdi għal kif jiġi kostitwit il-quorum, li qegħdin ngħidu li jiġi kostitwit min-nofs il-membri li jkunu fil-kariga f'dak iż-żmien.", "Dan l-artiklu jitkellem ukoll dwar x'jiġri meta kemm ic- chairman li huwa maħtur mill-Gvern u kemm id-deputy chairman maħtur minn fost il-membri eletti jkunu assenti mil-laqgħa.", "F'dak il-każ qegħdin ngħidu li jidħol biex imexxi l-laqgħa wieħed mill-membri maħtura mill- Gvern.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Dispożizzjoni transitorja.", "Clause 4 - Transitory provision.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, klawsola 4 hija klawsola ta' natura transitorja li tgħid kif se jidħlu fil-kariga l-membri - kemm eletti kif ukoll dawk maħtura - tal-kunsill.", "Hemm id-data ta' meta dawn jidħlu fil- kariga - id-19 ta' Frar, 1997 - u meta dawn itemmu l-kariga tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Klawsola 1 titkellem dwar it-titlu ta' din il-liġi li għandna quddiemna.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emenda.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 37 mgħoddija fis- seduta tal-bieraħ, 31 ta' Jannar, 1997 il-Kamra issa se tgħaddi għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi .", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta, Kap. 207\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1997 li jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta Kap. 207\" ikun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Frar, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997", "Il-Ħames Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Frar 1997, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-1.00 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAMRUN - TALBA GĦAL AKKOMMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "517.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm li l-okkupanta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu taħt separate cover) bil-file No. (H 12170) tingħata akkommodazzjoni alternattiva?", "Meta se ssir inspection?", "Jekk saret inspection, x'kien l-eżitu?", "U jekk l-inspection għada ma saritx, meta se ssir?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien infurmat illi hemm 579 applikazzjoni minn dawk li jsostnu li qegħdin fil-periklu u dik li għaliha qed issir riferenza hija waħda minn dawn.", "Barra minn hekk l-applikanta trid bilfors tmur il- Ħamrun u għalhekk hu f'dan id-dawl li l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata.", "SIGURTA' SOĊJALI - BONUS DOVUT", "518.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-persuna mill-Ħamrun li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu taħt separate cover jingħata l-bonus dovut lilu u li ma ħadux bejn Novembru u Diċembru, 1995 u mill-1 ta' Jannar sas-17 ta' Mejju, 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna msemmija fl-interpellanza applikat għal Bonus ta` Ġunju fit-12 ta` Diċembru, 1996.", "L-applikazzjoni ntlaqgħet u l-persuna diġa` tħallset dak il-Bonus dovut lilha għall-perjodu li kienet tirċievi Għajnuna Soċjali, jiġifieri mis-27 ta` April, 1996 sas-17 ta` Mejju 1996.", "Mit-18 ta` Mejju 1996 dan il-Bonus beda jitħallas mal-Pensjoni Kontributorja li l-persuna issa qed tirċievi.", "MARSA - TALBA GĦAL AKKOMMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "519.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista'l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu issa li saret inspection f'dar fil-Marsa li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu taħt separate cover biex l- okkupant tingħata akkommodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt illum għall-mistoqsija tiegħu numru 517.", "Iċ-ċirkostanzi taż- żewġ każi huma simili.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PERMESS GĦALL-KMAMAR", "520.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħroġ il-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar lil Simon Micallef u Paul Micallef rigward permess għall- kmamar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant ma fihiex informazzjoni biżżejjed biex tiġi kkunsidrata.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - RAPPORTI AWDITJATI", "521.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx kien hemm xi rapporti awditjati mill- Gvern rigward l-Isptar Zammit Clapp Hospital?", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-Uffiċċju ta' l-Awditur għamel eżami ta' l-operat ta' l-Isptar Zammit Clapp matul is-sena 1993.", "Kummenti dwar l-imsemmi operat dehru fir-Rapport ta' l-Awditur għas-sena 1993 li ġie ppreżentat fil- Kamra tar-Rappreżentanti fil-24 ta' April, 1995 u reġa' deher fir-Rapport għas-sena 1994 li ġie ppreżentat fil-14 ta' Mejju 1996.", "Il-\"Financial Statements\" ta' l-Isptar imsemmi jiġu ċċertifikati minn kumpanija ta' \"Accountants\" u Awdituri privati.", "VALLETTA - TRIQ SAN MARK - KAROZZI PPARKJATI", "536.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jara li ma jipparkjawx karozzi aktar fi Triq San Mark, il- Belt Valletta, speċjalment fil-għodu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ipparkjar ta' vetturi ġewwa Triq San Mark, il-Belt, huwa pprojbit.", "IL-Pulizija qed tagħmel patrols sabiex tiżgura li ma jkunx hemm ksur tar-regolamenti tat-traffiku.", "GĦAWDEX - KONSULENT DR MICHAEL VELLA HABER", "2134.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li Dr Michael Vella Haber li hu konsulent tiegħu, sa l- elezzjoni ġenerali ta' Ottubru, 1996 kien il-President tal-Kumitat Distrettwali tal-Partit Laburista ta' Għawdex?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll x'kienu il-karigi tiegħu fi ħdan il- Partit Laburista mill-1987 sa l-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fir-rigward ta' l-ewwel mistoqsija nikkonferma.", "Fir- rigward tat-tieni, l-istess kariga bhal tal-lum hlief li fl-1987, Dr Vella Haber kien ukoll kandidat fi hdan il-Partit Laburista.", "KUNSILLI LOKALI", "2135.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid hux lest li jilqa' s-suġġeriment magħmul mill-Kumitat għall-Ħlasijiet tal-Ħteġijiet Speċjali tal-Kunsilli Lokali f'paġni 5 u 6 ta' l-aħħar rapport tiegħu u ċioe' li jiddaħħlu formuli awtomatiċi għall-fondi kollha (kif diġa' hemm għal xi wħud) biex b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż li kull sena jirrikorru l-Kunsilli Lokali biex japplikaw għall-fondi speċjali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li is- suġġerimenti tal-Kumitati, imsemmija,prima facie, jagħmlu ħafna sens.", "Infatti diġa' qed isir studju mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex jiġi stabbilit kif u sa fejn hu possibli li dawn is-suġġerimenti jiġu applikati minn din is-sena stess fil-kuntest tal-\"Fondi peċjali\" li għalihom qed jiġi provvdut is-somma ta' LM 2.5 miljun.", "DJAR - TAL-KNISJA", "2136.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri tal-kummissjoni nkarigati biex jiddentifikaw art li kienet tal-Knisja u li tista' tinbena bil-għan li tintuża għall-akkomodazzjoni soċjali?", "X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed minnhom li ġiegħel lill-Gvern jagħżilhom?", "X'inhuma t-\"terms of reference\" tagħhom?", "Għandhom żmien definit biex jissottomettu rapport u kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Il-mistoqsija għandha ssir lill-Prim Ministru, għalkemm il-biċċa il-kbira ta'dan it-tagħrif diġa' ingħata lill-media.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "2137.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 111, jista' l- Ministru jgħid li meta qal li l-iżjed każ antik hu ta' l-1988 hu kien qed jirriferi għall-klassifikazzjoni l-ġdida li saret meta d-dipartiment ġie riorganizzat u kull \"file\" ingħata numru ġdid bil-konsegwenza li hemm applikanti li fil-fatt kienu ilhom japplikaw minn ħafna snin qabel?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien infurmat illi l-applikazzjoni li għaliha qed issir riferenza hija l-iżjed waħda antika skond in-numru ta'l- applikazzjoni fuq il-\"computer\" minn kważi 4700 li sab ma' wiċċu l-Gvern wara il-25 ta'Ottubru 1996.", "RAPPORT \"HEALTHY TUCK SHOPS\"", "2138.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar- risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 820 mill-Prim Ministru fejn ta lista ta' rapporti kkummissjonati mill-Gvern (bħal Tarzna, San Raffaele, Pulizija, eċċ.) jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-għan tar-rapport kkummissjonat lis-Sur Godfrey Xuereb u ntitolat \"Healthy Tuck Shops\"?", "Għal dan ir-rapport se jitħallas Lm700 ukoll?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapport kummissjonat lis-Sur Godfrey Xuereb, li hu nutritionist kwalifikat, kellu dawn l-għanijiet:", "li jiġi analizzat id-dokument tat-tender tat-Tuck Shops li fil-mument qiegħed fis-seħħ fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni;", "li jiġi stabbilit jekk dan id-dokument hux qiegħed jiġi segwit minn min ħa t-tender; u", "li jiġu proposti rakkomandazzjonijiet meħtieġa sabiex it-Tuck Shops isiru postijiet fejn jiġi promoss il-messaġġ ta' \"Nutriment Tajjeb għat-Tfal Tagħna\" u li jkunu konformi mal-policies tad-Diviżjoni tas-Saħħa (policies li kienu ġew approvati mill-Kabinett preċedenti).", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, t-tweġiba hi fin-negattiv.", "KUMMISSJONI GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI - ILMENTI", "2139.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Fir-rigward tal- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji u relattiv għall- perjodu minn mindu twaqqfet sa meta beda jiffunzjona l-Ombudsman, jista' l- Prim Ministru jgħid (1) x'kien in-numru ta' ittri li rċeviet sena b'sena? (2) x'kien in-numru ta' \"complaints\" relattivi sena b'sena? (3) in-numru ta' \"complaints\" sena, sena li: (a) ġew aċċettati; (b) ġew miċħuda; (ċ) ġew irtirati; (d) marru \"sine die\"; u (e) ġew abbandunati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Ta' min jgħid li d-differenza fit-total ta' complaints bejn it-taqsimiet (2) u (3) tirrappreżenta n-numru ta' każi li kienu għadhom qed jiġu nvestigati.", "SKEJJEL - STUDENTI", "2236.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti f'kull eta' li jattendu skejjel pubbliċi maqsuma bejn skejjel primarji u sekondarji?", "Fil-każ ta' l-iskejjel primarji, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti dettalji dwar kemm hu n-numru ta' tfal ta' kull skola primarja li għandu l-istat f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar u tingħata meta titlesta.", "ENEMALTA - ARBLI TAD-DAWL", "2237.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jieħu l-passi neċessarji biex diversi arbli tad-dawl mifruxa ma' Malta li ħdejhom twaħħlu arbli ġodda jinqalgħu?", "B'mod partikolari, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-arbli tad-dawl qodma li hemm fit- triq li mix-Xemxija tieħu għal Għajn Tuffieħa jinqalgħu?", "Kemm, normalment, kull sena jinqalgħu u jinbidlu arbli tad-dawl?", "Kemm fil-preżent hu n-numru ta' arbli tad-dawl li l-Korporazzjoni Enemalta għandha \"available\" għall-użu lokali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dawk l-arbli li ħdejhom twaħħlu arbli ġodda jinqalgħu skond il-programm tax-xogħol.", "Fil-każ tat-triq li mix-Xemxija tieħu għal Għajn Tuffieħa, dawn l-arbli sejrin jitneħħew wara li jinqalgħu l-linji minn fuq l-arbli l-qodma għal fuq il-ġodda fil-ġejjieni qrib.", "Hu stmat li kull sena l-EneMalta tuża madwar 1500 arblu.", "L-istokk preżenti hu ta` 57 u diġa` ttieħdu passi biex jinxtraw arbli kif meħtieġ.", "Ta` min jgħid li din l-ordni ttardjat xi ftit minħabba x-xogħol mhux tas-soltu minħabba l-proċess ta` l-Elezzjoni Ġenerali.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA DWAR KSUR TA' REGOLAMENTI TAL-KAĊĊA", "2238.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' persuni li tressqu quddiem il-Qorti mill-Pulizija dwar abbużi konnessi mar-regolamenti tal-kaċċa?", "Mil- liema lokalita' kienu dawk akkużati?", "F'liema xahar tas-sena nqabdu, skond il-pulizija jiksru r-regoli tal-kaċċa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor Membru jindika l-perijodu li dwaru jrid ikun jaf l-informazzjoni mitluba.", "ENEMALTA - \"CABLES\"", "2239.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi minn żmien għal ieħor il-\"cables\" imdendlin tal-Korporazzjoni Enemalta jinqatgħu u jagħmlu ħsara fi proprjeta' jew prodotti tal-bdiewa, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid x'inhi l-\"policy\" tal-Korporazzjoni Enemalta dwar il- ħlas tad-danni?", "Kif għandu jagħmel bniedem li tiġrilu ħsara minħabba xi problema bħal din, biex ikun jista' jieħu l-kumpens tal-ħsara li tkun saritlu?", "Fil-każ tal-bdiewa, rapport mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura hu biżżejjed, jew hawn ukoll ħtieġa ta' rapport mill-Pulizija u minn perit privat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Każ ta` kumpens jinqala` jekk l-EneMalta tkun responsabbli tad-danni li jsiru.", "Jekk id-danni jsiru minħabba affarijiet li l-EneMalta ma jkollha l-ebda kontroll fuqhom, fosthom il-maltemp, l- EneMalta ma tkunx responsabbli.", "Din hija `policy` li l-EneMalta dejjem imxiet bieha u hija skond il-liġi ċivili tal-pajjiż.", "DUNDJANI - IMPORTAZZJONI", "2243.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni jew kumpanniji li mportaw dundjani minn barra fil-perjodu meta l-\"levy\" kienet imnaqqsa bin-nofs minn 80c għal 40c il-kilo?", "Kemm kien l-ammont ta' dundjani li fil-fatt ġie importat?", "X'effett kellha din l-importazzjoni fuq il-produtturi lokali tad- dundjani?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: 1.", "In-numru ta' kumpaniji li mpurtaw dundjani tal- friża fil-perjodu meta l-'levy' kienet mnaqqsa kien ta' 7;", "2.", "L-ammont ta' dundjani li fil-fatt ġie mpurtat kien 78.5 tunnellata li jammontaw għal madwar 13,000 dundjan;", "3.", "Meta wieħed jqis li l-produzzjoni lokali din is-sena kienet biss ta' madwar 18,000 dundjan din l-importazzjoni mhux suppost li kellha x'effett fuq il-produtturi lokali għalkemm jidher li xi produtturi ma' rnexxilhomx ibiegħu d-dundjani kollha.", "4.", "Ta ' min iżid jgħid li kieku kien hemm ippanar serju, u li kieku ttieħdu l-miżuri neċessarji mill-Ministru ta' qabli, ma' kienx jkun hemm il-ħtieġa li jiġu mpurtati dundjani minn barra.", "Fid-dawl tan-nuqqas tal-produzzjoni lokali għal raġunijiet li l-Onor.", "Membru jafhom sewwa, ma' kienx hemm triq oħra ħlief li jiġu mpurtati dundjani biex id-domanda tkun moqdija.", "ĦUT - LIĊENZJI GĦALL-ESPORTAZZJONI", "2244.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' liċenzji li ħarġu għall-importazzjoni ta' ħut matul Novembru u Diċembru 1996?", "Kemm kien l-ammont (piz) ta' ħut li ġie liċenzjat li jiġi mportat?", "Kemm kien l-ammont ta' ħut li fil-fatt ġie mportat?", "Kemm-il darba kienu preżenti l-uffiċjali tas-sajd waqt il-ħatt ta' dan l-istess ħut importat?", "X'effett kellha din l-importazzjoni fuq il-prezz tal-ħut lokali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: 1.a) Għar-rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija l- Onor. Membru huwa mitlub jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat;", "1.b) L-ammont ta' ħut importat:", "Novembru - hut tal-friza 69,185 kg hut frisk 1,567 kg", "Dicembru - hut tal-friza 34,337 kg hut frisk 1,222 kg", "2.", "L-uffiċjali tas-Sajd ikunu preżenti dejjem minbarra meta l-ħut ikun fil-panura u ppakkjat.", "3.", "Mhux possibli li wieħed jgħid x' kien l-effett ta' din l-importazzjoni fuq il-prezz tal-ħut lokali u dan għax il-prezz tal-ħut lokali jiddipendi minn diversi fatturi u l-aktar fuq kemm jkun il-qbid lokali.", "KAMRA TAL-KUMMERĊ - STUDJU WARA S-SERVIZZI TAS-SUQ", "2362.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid jekk studju li kien previst li jiġi kkummissjonat mill-Kamra tal-Kummerċ flimkien mal-Federazzjoni ta' l-Industrija u finanzjat mill- fondi tal-protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, dwar l- industrija tas-Servizzi tas-Suq (\"Marlut Services\") f'Malta hux se jiġi kkummissjonat, u jekk se jiġi kkummissjonat, meta huwa previst li jsir dan u jekk hux se jkun finanzjat mill-fondi tal-protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onorevoli interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - \"CHANNEL\" 22", "2431.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal- Ministeru tiegħu dwar \"Channel\" 22?", "Kemm hemm nies li speċifikament huma mħarrġa għal xogħol televiżiv?", "Fejn u meta ġew imħarġa?", "Il-Ministeru huwa sodisfatt bil-programmar ta' dan il-kanal edukattiv?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: \"Education 22\", il-kanal edukattiv hu rresponsabilta' tal-\"Media Education and Broadcasting Centre\" li jifforma parti mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għall-Adulti u Studji Ogħla fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Il-kanal qiegħed jimxi fuq żewġ binari, wieħed ta' edukazzjoni skolasika li tagħti appoġġ lill-kurrikulum f'kull livell, filwaqt li l-ieħor hu mmirat għal udjenza adulta bi programmi ta' xejra ta' edukazzjoni għall-ħajja u dik kulturali.", "Iċ-Ċentru hu mmexxi mill-Uffiċjal Edukattiv inkarigat mill-Media.", "Iż-żewġ 'teacher producers full-time' huma għalliema ikkwalifikati li jaħdmu flimkien ma 'l fuq minn għoxrin għalliem kontributur li jiktbu, jipproduċu u jippreżentaw il-programmi.", "Dawn l-għalliema huma għalliema ikkwalifikati u speċjalizzati f'materji diveresi.", "Minbarra min hekk, huma ħadu sehem f'korsijiet li koprew aspetti differenti tax-xandir u li saru kull sena għal dawn l-aħħar tmin snin u b'mod anqas regolari qabel.", "Esperti barranin ġew mistiedna jikkontribwixxu għal uħud minn dawn il- korsijiet.", "Il-kanal edukattiv għadu kif irċieva premju lokali għal l-aħjar programm tat-tfal f'Malta.", "Minkejja l-fatt li hu għadu kif jiftaħ ġa kellu okkażjoni jagħti sehmu fi produzzjoni internazzjonali għall-adulti flimkien ma għadd ta' pajjiżi bl-għajnuniet ta' l-ILO u l-EBU.", "Din is-sensiela mistennija tidher ma ddumx fuq l-istess kanal.", "SKEJJEL - PREVENZJONI MID-DROGA/ALKOĦOL", "2432.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 898 u t-tweġiba tagħha, jista' l-Ministru jgħid kemm saru \"seminars\" magħrufa bħala \"Chemical Abuse Awareness Programme\" sena b'sena fl-aħħar snin - mill-1990 sa l-1996?", "Kemm attendew studenti, maqsuma kull sena u maqsuma bejn dawk li jattendu skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Privati?", "Fejn saru f'kull każ?", "Liema kienu l-iskejjel tal-Knisja u Privati li studenti tagħhom attendew dan il-Programm?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Chemical Abuse Awareness Programme sas-sena skolastika li għaddiet (1995/1996) kien isir għall-istudenti li jattendu skejjel tal-Gvern.", "Is-sessjonijiet kienu jsiru fil-Martin Luther King Hall, St Patricks.", "Fuq talba tal-Private Schools Associations u wara diskussjonijiet mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni l-istudenti ta' l-iskejjel privati bdew jattendu dawn is-seminars minn din is-sena skolastika (1996/97).", "Għaldaqstant beda jintuża ċentru ieħor dak ta' Savio College, Dingli u l-istudenti kemm ta' l-iskejjel tal-Gvern kif ukoll ta' l-iskejjel privati bdew jattendu għas-seminars f'wieħed minn dawn iċ-ċentri skond l- esiġenzi ta' numru, loġistika ta' trasport, ikel eċċ.", "Kif spjegajt fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 898 dawn is- seminars huma maħsuba għall-istudenti kollha tar-raba' klassi tal-livell sekondarju jew fil-kalssi ekwivalenti ta' l-iskejjel tas-snajja'.", "Dawn isiru s-sena kollha u jdumu tlett ijiem.", "Biex iħallu r-riżultat meħtieġ trid issir preparazzjoni u follow-up min-naħa ta' l-iskola.", "Is-seminars tal-Chemical Abuse Awareness Programme li saru mill-1990 sal- 1996 kienu average ta' 45 seminar fis-sena.", "Hawn taħt hawn xi figuri mitluba mill-Onor.", "Interpellant:", "Dawn huma kollha studenti mill-iskejjel ta' l-istat.", "Is-seminars saru kollha fil-Martin Luther King Hall, St Patricks:", "1990/91 3158 1991/92 3116 1992/93 3139 1993/94 3424 1994/95 3288 1995/96 3488 L-attendenza fiż-żewġ ċentri minn Ottubru sa Diċembru 1996 kienet:", "| |Skejjel|Skejje|TOTAL | | |statali|l | | | | |privat| | | | |i | | |Martin |725 |324 |1049 | |Luther King | | | | |Hall | | | | |Savio |520 |286 |806 | |College, | | | | |Dingli | | | | |TOTAL |1245 |610 |1855 |", "BICAL - DEPOŻITATURI", "2456.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-depożitaturi tal-BICAL issa li ġew likwidati xi \"assets\" li kellu dan il-bank?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Minkejja l-aħħar żvilippi li kien hemm, il- possizzjoni tad-depożitaturi għada l-istess peress li għad hemm diversi kawżi legali pendenti.", "BIBLJOTEKA NAZZJONALI", "2457.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Bibljoteka hemmx materjal li forsi jista' jiġi msejjaħ \"mixxellanju\" li qatt ma ġie eżaminat, skedat jew katalogat?", "Jekk hemm materjal ta' din ix-xorta, jista' l-Ministru jieħu ħsieb li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji jagħmel xi ħaġa dwaru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Skond il-Bibljotekarju ma jirriżultax li hemm xi dokumenti mixxelanji li ma humiex skedati - ħlief l-hekk imsejħa 'Dingli Papers' li huma diversi noti ta' Sir Adrian Dingli li huma 'loose in folders'.", "Wara li l-Assistant Librarian li tieħu ħsieb ir-riċerka ttemm il- kors fl-Arkivistika f'Ġunju li ġej se tiġi mqabbda tirranġa dawn il-karti u tiskedahom.", "BIBLJOTEKA NAZZJONALI", "2458.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi persuna fil-Bibljoteka li qed tagħmel ix-xogħol li kien jagħmel Dr Paul Cassar, bniedem ta' kultura kbira li ħadem ħafna f'dan il-qasam għall-pajjiż?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dr Paul Cassar kien ġie mqabbad jagħmel il- katalogu ta' grupp ta' dokumenti 'Reġistri della Camera del Tesoro' (Arch 644-662).", "Hu temm dan ix-xogħol u għadda l-manuskritt lill-Bibljotekarju.", "Il-Bibljoteka u l-Universita' għandhom diffikulta' biex isibu studjużi esperti biex ikomplu l-katalogu analitiku tal-volumi ta' l-Arkivju ta' l- Ordni ta' San Ġwann fuq bażi regolari.", "TARZNA TA' MALTA - SERVIZZI", "2459.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jinforma jekk kienx hemm servizzi li l-Partit Laburista ordna bejn Mejju u Novembru '96 mit-Tarzna ta' Malta?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kienet l-ispiża f'kull każ, jekk tħallsux il-kontijiet u meta tħallsu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC - KORSIJIET", "2460.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn nies li qed jattendu għall-korsijiet ta' l-ETC huma nies li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Mis-783 persuna li bdew kors ta` taħriġ mal- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ f`Jannar 1997, 289 minnhom huma persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Din il-figura turi titjib fuq il- persentaġġ reġistrat għall-perjodu Ottubru 1995 - Settembru 1996 skond kif murija fir-rapport annwali tal-Korporazzjoni.", "RAĦAL ĠDID - OQBRA PUNIĊI", "2461.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-oqbra puniċi li nstabu madwar sentejn ilu f'Għajn Dwieli, Raħal il-Ġdid?", "Jista' jgħid jekk dawn l-oqbra ġewx skavati kollha u jekk ġiex depożitat rapport tekniku dwarhom fil-librerija tal-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-oqbra li nstabu fl-1994 f'Għajn Dwieli ġew protetti billi tgħattew mill-ġdid, u li saret talba formali mid-Dipartiment tal-Mużewijiet biex dawn jiġu skedati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ir-rapport tekniku fuq dan ix-xogħol qiegħed fl-arkivji tal-Mużew.", "Huwa ttamat li fil-futur id-Dipartiment ikun f'qagħda li jikkolabora mal- Kunsill Lokali tal-lokalita' biex dawn l-oqbra ikunu jistgħu jitgawdew mill- pubbliku."]} {"filename": "19980624_232d_par.doc", "date": "1998-06-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 232 L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 232", "L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "232", "L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju, 1998", "WERREJ MINUTI 668", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 668", "TQEGĦID TA' KARTI 676", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT", "TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED 676", "AĠĠORNAMENT 696", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 700", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 231 li saret fit-22 ta' Ġunju, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZZJONI - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "14106.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l- Ministru: (i) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; (ii) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; (iii) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; (v) lista ta' l-istamperiji, barra dik tal-gvern, li ġew użati; (vi) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; (vii) kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) lista ta' kumpannija ta' l-iscanning li ġew użati; u (ix) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): It-tagħrif li ngħatajt bi tweġiba għal din l-interpellanza hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:", "Dok.A - Ministeru ta' l-Edukazzjoni/Dipartiment Servizzi Korporattivi;", "Dok.B - Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport Kultura w Arti;", "Dok.C - Dipartiment tal-Bibljoteki w Arkivji;", "Dok.D - Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali; Dok.", "E - Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Ninsab informat ukoll li d-Dipartimenti ta' l-Eżamijiet u tal-Mużewijiet, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija u l-Universita' m'għamlux użu minn aġenziji tar-reklamar matul il-perjodu ndikat fil-mistoqsija.", "AFFARIJIET BARRANIN - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "14107.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru hu responsabbli, jista': (i) jagħti lista ta' aġenziji tar- reklamar użati; (ii) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; (iii) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; (v) lista ta' l-istamperiji, barra dik tal-gvern, li ġew użati; (vi) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; (vii) kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) lista ta' kumpannija ta' l- iscanning li ġew użati; u (ix) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ skedi li jagħtu dettalji dwar aġenziji għal kampanji ta' reklamar użati matul il- perijodu 1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998 mid-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent (Skeda A) u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar (Skeda B).", "Id-Diviżjoni għall-Affarijiet Barranin ma ngaġġatx aġenziji ta' reklamar fil-perjodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "OPM - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "14108.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Prim Ministru hu responsabbli, jista' (i) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; (ii) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; (iii) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) kemm intnefaq f'kull waħda mill- mezzi ta' media li hawn Malta; (v) lista ta' l-istamperiji, barra dik tal- gvern, li ġew użati; (vi) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l- istampar; (vii) kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) lista ta' kumpannija ta' l-iscanning li ġew użati; u (ix) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI - HOSPITALITY", "14109.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 maqsuma skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nformat li l-ammonti li ntnefqu bħala hospitality fid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998 huma kif se nsemmi:", "Min/Dip.", "Servizzi Korp ¥8,745.56 Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ¥1,658.98 Dipartiment ta' l-Eżamijiet ¥72.87 Dipartiment tal-Mużewijiet ¥977.44 Fond għall-Istudji Internazzjonali ¥194.78 Kun Malti għax-Xjenza u t-Tekn ¥1,833.97 Universita' ta' Malta/Junior Coll ¥7,652.00", "In-nefqa bħala hospitality fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti kienet maqsuma kif se nsemmi: Segretarjat Parlamentari ¥1,340.60 Kultura ¥2,156.45 Teatru Manoel ¥212.49 Kunsill Malti għall-Isport ¥207.00", "Mid-Dipartiment tal-Libreriji w Arkivji ma ntnefaq xejn mill-hospitality vote fiż-żmien imsemmi.", "ĦARSIEN SOĊJALI - HOSPITALITY", "14110.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998, maqsuma skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): L-ammonti li ntnefqu bħala hospitality mid-dipartimenti u l-organizazzjonijiet li jaqgħu taħt dan il-ministeru bejn l-1 ta' Novembru, 1997 u l-31 ta' Marzu, 1998 huwa kif ġej:", "Min għall-Ħarsien Soċjali ¥2,371.78 Dipt tas-Servizzi Korporattivi ¥142.65 Dipartiment tax-Xoghol ¥133.53 Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali NIL Dipt għall-Ħarsien tal-Familja ¥337.25 Korp tax-Xogħol u Taħriġ ¥141.75 Kumm Nazz Persuni B'Diżabilita' NIL Sedqa NIL Prog Hidma Soċjali ¥84.48", "SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA - HOSPITALITY", "14111.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998, maqsuma skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): In-nefqa bħala hospitality mill-1 ta' Novembru 1997 sal-31 ta' Marzu 1998 hija hekk:", "Mid-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani ¥34.87 Mill-Isptar Zammit Clapp ¥998.79 (fuq party tal-Milied għall- istaff u għat-tfal) Ministeru ¥2,952 Segretarjat Parlamentari ¥3,028 Dipartiment għas-Servizz Korporattivi ¥28 Divizjoni tas-Saħħa ¥448.40", "EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI - FTEHIM KOLLETTIV", "15083.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 14497, jista' l-Ministru jpoġġi kopji tal- ftehim kollettiv fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tad- dokumenti mitluba mill-Onor.", "Interpellant kif se nsemmi:", "Dok.", "A - bejn il-Management tat-Teatru Manoel u l-Union Ħaddiema Magħqudin; Dok.", "B - bejn l-Universita' ta' Malta u l-Malta Union of Teachers; Dok.", "C - bejn l-Universita' ta' Malta u l-Union Ħaddiema Magħqudin/General Workers' Union.", "Rigward Dok.", "A ta' min jippreċiża li l-ftehim ġie ffirmat fl-20 ta' Frar, 1992 u mhux kif deher bi sviżta fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14497.", "NTOM - FTEHIM KOLLETTIV", "15084.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14499, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu u s-Self Employed): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-ftehim kollettiv bejn l- Organiżżazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu u l-Union Ħaddiema Magħqudin kif ukoll dak bejn il-Mediterranean Conference Centre u l-Union Ħaddiema Magħqudin.", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - SURVEYS", "15085.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14292, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tas-surveys li saru fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Qed inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tas-surveys li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Inżid ngħid li l-household budgetary survey 1995 m'huwiex jingħata għax kien sar biss għall-użu ta' l-uffiċċju.", "BIEDJA U SAJD - SURVEYS", "15086.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14290, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-clients survey fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Tlabt lid-dipartiment biex jipprovdi kopja ta' dan ir-rapport lill-Onor.", "Membru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata kopja tal-clients survey lill-Onor.", "Interpellant.", "Se mai għandha titqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli kull Membru jkollu l- possibbilta' li jara dan ir-rapport.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, ma nsib l-ebda diffikulta' li npoġġi kopja tas-survey fuq il-Mejda tal-Kamra imma jiena naħseb li huwa normali li ladarba l-interess ikun tqanqal mingħand xi Membru partikolari allura ngħaddu kopja lilu personali.", "Pero' se noqgħod għas-suġġeriment ta' sieħbi l-Onor.", "Censu Galea - ħalli ma nużax il-kelma \"kollega\" biex inkunu nafu x'qegħdin ngħidu - u npoġġi kopja ta' dan is-survey fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, l-Onor.", "Membru fid-domanda tiegħu ma talabx li jingħata kopja għalih imma li titqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra, ħalli tkun available għal kull wieħed minna.", "Din hi l-prassi ta' dan il-Parlament.", "MOSTA - TA' XKORA - XOGĦLIJIET", "15087.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jitkompla x-xogħol f'Ta' Xkora ġewwa l-Mosta meta diġa' tpoġġiet is-sistema tad-drenaġġ?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dawn huma kollha flus moħlija la x-xogħol ma tkompliex?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kosturzzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 15113", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Il-Ministru ħa xi passi konkreti matul l-aħħar 15-il ġurnata biex l-iżbroff ta' drenaġġ fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il- Baħar, il-Qawra u Kennedy Grove ma jkomplix?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nitlob lill-Onor.", "Censu Galea jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli jingħata l-informazzjoni mitluba", "SAĦĦA - KURA BARRA L-PAJJIŻ", "15088.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern iħallasx il-passaġġ ta' l-ajru lill- omm li takkumpanja lit-tfal tagħha għal kura barra minn Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-passaġġ ta' wieħed mill-ġenituri jitħallas meta ma jkunx hemm bżonn li t-tfal ikunu akkumpanjati minn nurse jew tabib u meta t-tfal ikunu taħt is-sitt snin.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-INFORMAZZJONI TEKNOLOĠIKA - SUR GODFREY ELLUL", "15248.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonferma l-Prim Ministru li s-segretarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall- Informazzjoni Teknoloġika, is-Sur Godfrey Ellul, irriżenja minn din il- kariga?", "Meta nħatar f'din il-kariga?", "Jekk jikkonferma din ir-riżenja, meta rriżenja?", "Ta raġuni għal din ir-riżenja?", "Jekk iva, x'kienet ir-raġuni jew raġunijiet?", "Intbagħtet ittra ta' riżenja?", "Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' riżenja?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Nikkonferma li s-segretarju tal- Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika, is-Sur Godfrey Ellul, irriżenja minn din il-kariga wara li kien inħatar f'din il-kariga b'seħħ mill-1 ta' Frar, 1998.", "Qed inpoġġi kopja ta' l-ittra ta' riżenja fuq il-Mejda tal-Kamra, liema kopja tissodisfa d-domandi l-oħra ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MITTS - PERSUNI LI TELQU", "15249.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ddeċidew li jitilqu l-impjieg tagħhom minn ma' l-MSU, illum MITTS, mid-9 ta' Diċembru 1997 sa l-aħħar ta' Diċembru 1997?", "Kemm kienu dawk il-persuni li ddeċidew li jitilqu l-impjieg minn mal-MITTS mill-1 ta' Jannar 1998 sa l-aħħar ta' Mejju 1998?", "F'liema gradi kienu dawn il-persuni?", "Kemm kien hemm persuni jaħdmu ma' l-MSU fis- 27 ta' Ottubru 1996?", "Kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-MITTS fl-aħħar ta' Diċembru 1997 u kif ukoll ma' l-EMU fl-istess żmien?", "Kemm hemm persuni jaħdmu llum mal-MITTS?", "Kemm hemm persuni jaħdmu llum ma' l-EMU?", "Kemm kien hemm persuni li ddeċidew li jitilqu l-impjieg minn ma' l-EMU mit-twaqqif tiegħu sa l-aħħar ta' Mejju 1998?", "Xi gradi kellhom dawn il-persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - IMPJEGATI", "15250.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati jaħdmu ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-1 ta' Novembru 1996 u kemm hemm impjegati ma' l-istess awtorita' llum?", "Kemm persuni telqu l-impjieg tagħhom minn ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum?", "Xi gradi kellhom dawn il-persuni?", "X'persuni ġodda ġew impjegati ma' din l-awtorita' mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum?", "Xi gradi għandhom dawn l-impjegati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MOSTA - TRIQ IT-TAMA - DRENAĠĠ", "15251.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid jekk quddiem ir-residenza 110, Triq it-Tama, Mosta hemmx leakage ta' drenaġġ li jista' jipperikola l-water supply ta' l-istess residenza u tal-ġirien?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn spezzjoni li saret mill-ispettur tas-saħħa tad-distrett ma jirriżultax li hemm xi leakage tad-drenaġġ fit-triq indikata.", "Qed isiru investigazzjonijiet oħra sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx xi inkonvenjent li jista jipperikola l-water supply.", "ARTIJIET - ART ALTERNATTIVA LILL-ONOR.", "DOM MINTOFF", "15252.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum it- trattattivi ma' l-Onor.", "Dom Mintoff, ċioe' t-trattattivi li qed isiru bejn l-Onor.", "Dom Mintoff u l-Kummissarju ta' l-Artijiet biex tingħata art alternattiva bħala kumpens għall-esproprjazzjoni flok dik li kellu f'Delimara, ġewx konklużi?", "Fil-każ li ġew konklużi, jista' l-Ministru jgħid x'qies fiha (f'metri kwadri) l-biċċa art li ġiet mogħtija lill-Onor.", "Mintoff?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Mintoff għamilx xi talba biex jingħata kumpens fi flus?", "Jekk iva, x'kienet is-somma mitluba?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Safejn jaf id-Dipartiment ta' l-Artijiet it-trattattivi bejn il-gvern u l-Onor.", "Mintoff għadhom għaddejjin u sa issa dawn kienu li tingħata biċċa art bħala kumpens għad-drittijiet u danni li l-Onor.", "Mintoff qed jippretendi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pulliċino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu l-kejl ta' l- art li qed jittratta fuqha l-Onor.", "Dom Mintoff?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Pullicino biex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nirrispondih.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pulliċino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jirrealizza l-Ministru li jiena diġa' tlabt din l-informazzjoni fil-mistoqsija bil-mitkub li għamit?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif diġa' għidt, peress li għadhom għaddejjin it- trattattivi m'inix f'pożizzjoni li nagħti din l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pulliċino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Minħabba li f'risposti preċedenti kien intqal li għaddejjin hemm ukoll trattativi għal kumpens ta' flus, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu dan l-ammont ta' flus?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li t-trattativi għadhom għaddejjin, m'inix f'pożizzjoni li nagħti din l-informazzjoni.", "ENEMALTA - ASSI KAPITALI", "15253.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Francis Agius) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-assi kapitali tal-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): L-assi kapitali tal- Korporazzjoni Enemalta jinkludu dawk l-assi li jidhru hawn taħt:", "i) Power Stations (Marsa u Delimara) flimkien ma' l-impjant ta' ġo fihom. ii) Distribution centres. iii) Substations. iv) Linji ta' l-elettriku taħt l-art, fl-ajru, u ġol-baħar. v) Kull apparat ieħor mas-sistema ta' l-elettriku. vi) Installazzjonijiet tal-Petroleum Division - 31st March/Wied Dalam/l- ajruport eċċ. vii) Installazzjoni tal-gass ġol-Qajjenza. viii) Uffiċini distrettwali fejn il-proprjeta' ta' l-art u l-bini hija ta' l-Enemalta. ix) Apparat u għamara fl-uffiċini u partijiet oħra ta' l-Enemalta. x) Vetturi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fid-dawl ta' kif wieġeb din il-mistoqsija u wkoll mistoqsija oħra riċentement, fejn kien qed jitkellem dwar il- liabilities tal-Korporazzjoni Enemalta, ma jħossx il-Ministru li għandu jagħti l-valuri kollha ta' l-items li semma u jagħtina wkoll il-valur totali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-mistoqsija kienet titlob biss x'inhuma l-assi u mhux il-valur tagħhom pero' ma nsib l-ebda diffikulta' li nagħti din l- informazzjoni jekk issirli mistoqsija oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pulliċino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li dan l-aħħar il-Ministru qal pubblikament li hemm il-possibbilta' li sezzjonijiet jew diviżjonijiet tal- Korproazzjoni Enemalta jiġu privatizzati, jista' jispjega lil din il-Kamra x'inhi l-policy tal-gvern dwar dan?", "Liema huma dawk id-diviżjonijiet jew dipartimenti fi ħdan il-Korporazzjoni Enemalta li dan il-gvern qiegħed jaħseb li jipprivatizza?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-gvern ma ħa l-ebda deċiżjoni f'dan ir-rigward, biss ikun lest li jikkonsidra l-options kollha li jkunu fattibbli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: GĦalkemm nifhem li l-Ministru m'għandux quddiemu l- istima ta' l-assi li semma, mill-informazzjoni li ġabar fiż-żmien li ilu responsabbli minn dan il-ministeru jista' jgħidilna jekk jaħsibx li l-assi huma ikbar mil-liabilities?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, m'għandix it-tagħrif mitlub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pulliċino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li mir-risposta li tani l-Ministru nifhem li l-gvern għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni, jista' jgħid għallinqas liema huma d-diviżjonijiet jew dipartimenti fi ħdan l-istess korporazzjoni li l-gvern qed jistudja jekk għandhomx jiġu pprivatizzati?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-preżent m'huma jsiru l-ebda studji dettaljati fuq l-ebda wieħed minn dawn is-setturi.", "Kif diġa' għidt, dawn huma options li jridu jiġu miflija fid-dettal iktar 'il quddiem.", "Jekk ikun hemm studji tanġibbli jew konkreti aħna na nsibu l-ebda diffikulta' li ngħarrfu lill- Kamra b'dak li nkunu qegħdin nagħmlu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, billi l-Ministru qed jgħid li m'hemm l-ebda studji dettaljati, nifhem li hemm studji mhux dettaljati.", "Jista' jgħid xi studji mhux dettaljati saru u fuq liema diviżjonijiet ta' l- Enemalta li l-gvern qed jikkonsidra li jipprivatizza saru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'hemm l-ebda studji għaddejjin, la dettaljati u lanqas mhux dettaljati.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pulliċino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' allura l-Ministru jgħidilna jekk l- istatement pubbliku li għamel kienx riflessjoni ta' diskussjoni fil- Kabinett?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni mill-Kabinett f'dan ir- rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Safejn naf jiena l-Ministru qed ikompli jirrispondi lill-Onor.", "Pulliċino fuq premessa li għamel hu, u jiena se nkompli bl- istess premessa.", "Issa jekk dik il-premessa hija żbaljata, allura jgħidilna li hija żbaljata.", "Qed ngħid dan għaliex jiena ma nistax nifhem kif tista' ssir dikjarazzjoni li l-gvern qed jikkonsidra li jipprivatizza partijiet mill-Enemalta meta m'hemm l-ebda studju u lanqas diskussjoni fil-Kabinett.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Xi ġimgħatejn ilu għamilt diskors li ġie ċirkolat permezz tad-dipartiment ta' l-informazzjoni dwar ir-rwol ta' l-Enemalta fuq xi ħaġa konnessa mat-tniġġiż.", "F'dan id-diskors - li jiena lest inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra - m'hemm l-ebda indikazzjoni li l-gvern se jipprivatizza jew qed jagħmel studju biex jipprivatizza xi partijiet mill- Enemalta imma qed jgħid biss li jkun lest li jikkonsidra options jekk dawn jirriżultaw li jkunu vijabbli.", "Nerġa' ngħid, m'hemm l-ebda studju dettaljat jew indikazzjoni dettaljata għall-privatizzazzjoni ta' ebda taqsima ta' l-Enemalta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pulliċino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jekk fhimt sewwa issa l-Ministru qed jgħid li l- gvern lest jikkonsidra options.", "Mingħand min qed jistennihom dawn l- options?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li din hija bħal tat-tiġieġa u l-bajda.", "L- options jiġu kkonsidrati jekk u meta jsiru studji dwar dawn l-issues infushom.", "ENEMALTA - SAHRA", "15254.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Francis Agius) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet flus globalment il-Korporazzjoni Enemalta għall-overtime mill-1990 sal-lum, sena b'sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-sahra mħallsa fis-snin indikati mill-Onor.", "Membru hi kif muri hawn taħt:", "¥ 1990 433,742 1991 567,976 1992 544,725 1993 778,316 1994 928,951 1995 848,293 1996 1,037,456 1997 1,296,395 1998 429,327 (Jannar sa Ġunju) MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-logos tas-City and Guilds of London Institute, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1647.", "MADAM SPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED", "Ikompli mit-22 ta' Ġunju 1998.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Refalo huwa in possession.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, qabel ma nkompli fejn ħallejt il- bieraħ nixtieq nieħu din l-opportunita' biex insellem lis-Sur Joe Bezzina li l-bieraħ, kemm aħna min-naħa tal-gvern kif ukoll l-oppożizzjoni, attendejna għall-funeral tiegħu.", "Jien l-aħħar li ltqajt miegħu kien xi 15- il ġurnata ilu fis-segretarjat fejn flimkien mal-General Workers Union ittrattajna l-kwestjoni tal-ħinijiet tal-mużew.", "Mill-ftit li ħdimt miegħu nista' ngħid li kien bniedem ta' l-affari tiegħu, ġentlom, u kien bniedem li għall-ħaddiem kien jagħmel kollox.", "GĦalhekk f'ismi u f'isem il-gvern nixtieq nagħti l-kondoljanzi tiegħi lill-familja tiegħu, speċjalment lil Dun Ġorġ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, nieħu l-opportunita' li ningħaqad ma' dak li għadu kemm qal is-Segretarju Parlamentari.", "Il-bieraħ ilkoll kemm aħna assistejna għall-quddiesa li saret fil-Bażilika ta' San Ġorġ, fejn kien hemm xhieda biżżejjed tar-rispett li kien hemm lejn din il-persuna li temmet ħajjitha b'mod verament traġiku.", "Kif jaf kulħadd, Joseph Bezzina kien bieżel ħafna, kien jimportah ħafna mill-proxxmu u dejjem jara kif jista' jgħin l-interessi tan-nies, b'mod partikolari, dawk fil-qasam tax- xogħol.", "GĦalhekk f'ismi u f'isem l-oppożizzjoni nwassal il-kondoljanzi lill-mara u t-tfal tiegħu, lil ħutu u lill-Kappillan tal-Fontana.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista' jieħu d-deċiżjoni tiegħu, naħseb li jkun għaqli jekk induru daqsxejn għall-proġett ta' Chambray.", "Forsi l-Oppożizzjoni se tgħid li dan huwa out of order imma dan m'hu out of order xejn għaliex huwa importanti li tqabbel like with like.", "Huwa importanti li naraw x'għamlet l-Oppożizzjoni meta kienet fil-gvern u x'deċiżjonijiet ħadet u nqabbluhom mad-deċiżjonijiet li qed jieħu dan il-gvern fil-konfront tal-proġett tal-Kottonera.", "Infakkar lill-poplu li fis-seduta tat-12 ta' Jannar 1993 kien tkellem l- Onor. Anton Tabone, dak iż-żmien ministru għal Għawdex.", "Huwa qal:", "\"Il-Forti Chambray kif inhi u llum huwa post li nistgħu nsejħulu r- renju tal-gremxul u m'għandu valur ta' xejn.", "Għandu biss potenzjal li qed jistenna lil min jivvalorizzah.\".", "Qal ukoll li dan huwa post \"crying for development\" u li b'sodisfazzjon jinnota li hemm Gvern Nazzjonalista li se jara li dan l-iżvilupp isir.", "Iżda l-istorja tal-Forti Chambray ma bdietx f'Jannar ta' l-1993 imma bdiet ħafna snin qabel.", "F'dik is-seduta l-Onor.", "Tabone kien qal ukoll li jiftakar li fis-sittinijiet kien ġie approvat proġett ta' lukanda b'capacity ta' 320 sodda fil-Forti Chambray.", "U tajjeb li nispjegaw x'kien ġara fis-sittinijiet.", "Per eżempju, hawn ġew ħadd ma qal li dak iż-żmien kien hemm tnejn minn nies, wieħed Federiċi u l-ieħor Riolo li wara bnew il-lukanda Ta' Ċenċ u ħadu partita raba' fl-istess inħawi ....", "Infakkar lill-poplu Għawdxi li waqt li kien qed isir il-bini ħadd ma kien jista' jidħol f'Ta' Ċenċ.", "Fil- fatt kull min ipprova jidħol kienu ġabulu l-pulizija u rrapportawh.", "Min jaf kemm iddefendejt każijiet ta' nies li ġew irrapportati lill-pulizija sempliċement għaliex kienu jmorru f'Ta' Ċenċ, 'l isfel ħdejn il-baħar, Issa dawn huma l-istess nies li one fine day fl-1966 fetlilhom jibnu din il- famuża lukanda f'Chambray.", "Jekk inħarsu lejn il-file insibu li l-avukat ta' dawn in-nies - illum mejjet u għalhekk mhux se nsemmih, anke għaliex ma nħobbx insemmi ismijiet - kiteb lil xi ħadd fil-gżira Għawdxija li kellu pożizzjoni u kien ukoll fil-Parlament - lanqas dan m'jien se nsemmih, anke għaliex dawn it-tnejn għandhom it-tfal tagħhom f'din il-Kamra - u bagħtlu ċerti dokumenti.", "Fl- ittra - hawn se nikkwota - qallu:", "\"The enclosed papers are being submitted to you formally but this present note is for you personally and privately.\".", "X'jirriżulta?", "Jirriżulta li l-Gvern Nazzjonalista fit-28 ta' Diċembru 1966 mhux biss kellu l-intenzjoni li jibni dan il-proġett imma ried ukoll li lil dawn iż-żewġ barranin - li kulħadd jaf wara x'għamlu f'Ta' Ċenċ, kemm bnew vilel eċċ. - ried jagħtihom ukoll ix-Xatt l-Aħmar bħala beach concession.", "Hawnhekk nieqaf ftit u nistaqsi lill-Oppożizzjoni: Meta dan l-avukat kiteb lill-Membru Parlamentari Għawdxi u flimkien ma' xi dokumenti li qallu li qed jibgħathomlu fil-miftuħ bagħtlu wkoll ittra minn taħt, u meta pprovajtu tagħtu dan it-territorju hekk kbir bix-Xatt l-Aħmar b'kollox lil dawn iż- żewġ Taljani, ma kien se jiġri xejn?", "Din l-ittra tkompli tgħid:", "\"I have talked to Paul Borg Olivier ...\"", "- dakinhar il-ministru għat-turiżmu u kultura -", "\"..... and he has assured me that he will make the board -", "- jiġifieri l-bord tat-turiżmu -", "\".... proceed with urgency if he receives an indication in this sense from the council.\"", "Naturalment hawnhekk kien qiegħed jgħid għall-kunsill ċiviku ta' GĦajnsielem.", "Din l-ittra tkompli: \"If you agree to this procedure I think that you could find ways and means to convince the council members.\".", "Din hija l-biċċa xogħol, Madam Speaker.", "Il-Partit Nazzjonalista ried jagħti l-Forti Chambray u x-Xatt l-Aħmar lil dawn iż-żewġ barranin u allura sar ftehim bejn dan l-avukat Malti u l-Membru Parlamentari Għawdxi li din l- ittra ma juruhiex u jaraw kif jikkonvinċu lill-kunsill ċiviku ta' Għajnsielem, idawruh u jimmanuvrawh biex ix-Xatt l-Aħmar flimkien mal-Forti Chambray jingħata lil dawn iż-żewġ barranin.", "Pero' l-istorja ma waqfitx hemmhekk għaliex dawn kellhom intopp wieħed, u kien intopp kbir.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-membri tal-kunsill ċiviku ta' Għajnsielem, li f'moħħhom kellhom li fix-Xatt l-Aħmar tinbena fabbrika tas-siment u għalihom dan il-proġett kien aktar importanti mill-proġett ta' Chambray għaliex kienu jafu li waqt li l-fabbrika tas-siment kienet se tħaddem ħafna u ħafna nies dan il-proġett li kien se jingħata lill-barranin b'bejgħ .....", "Mela kieku ma kienx għall-membri tal-kunsill ċiviku ta' Għajnsielem kieku x-Xatt l-Aħmar illum huwa tal-barranin, bħalma huwa Ta' Ċenċ, u kif kien l-offshore f'Ta' Ċenċ, għaliex kulħadd jaf li dan għadda għand il-familja Cassar.", "Fil-fatt meta n-Nazzjonalisti telgħu fil-gvern waqqgħu l-kawża bir-riżultat li llum il-poplu Għawdxi ta' Sannat ma jistax imur f'dik il-parti tal-bajja ta' Ta' Ċenċ għaliex hija wkoll tal-privat.", "Mela kieku ma kienx hemm il-kunsill ċiviku ta' Għajnsielem li għaraf il- mossa li dawn kienu se jagħmlu meta kienu se jagħtu x-Xatt l-Aħmar, kieku llum lanqas nistgħu ninżlu fix-Xatt l-Aħmar għaliex huwa tal-barranin.", "Biex jgħaġġlu dan il-proġett u biex ix-Xatt l-Aħmar jingħata lill-barranin, għamlu draft ta' agreement - għandi kopja tiegħu hawnhekk - u għaddewh bil- ġirja lill-kunsill ċiviku ta' GĦajnsielem, mingħalihom li dan se jaqbel magħhom u din l-art kollha, il-Forti Chambray u kif ukoll ix-Xatt l-Aħmar jingħataw lil dawn iż-żewġ Taljani.", "Kif qed ngħid, il-membri tal-kunsill ċiviku ta' GĦajnsielemi opponew u qalulhom li jekk dan il-proġett tal- lukanda jrid isir, bl-ebda mod ma jrid ikun jinkludi x-Xatt l-Aħmar bħala private beach concession jew għal xi skop ieħor.", "Hawnhekk nieqaf ftit u nistaqsi lill-Oppożizzjoni: Fejn kontu meta fis- 26 ta' Jannar 1967 għamiltu agreement biex tagħtu x-Xatt l-Aħmar lil żewġ Taljani?", "Lill-poplu Malti u Għawdxi m'għidtulux x'kontu se tagħmlu?", "Allura kien onest l-Onor.", "Anton Tabone li kellu l-files kollha f'idejh u mbagħad jiġi jgħidilna li fis-sittinijiet kienet se tinbena biss lukanda?", "Jew inkella din kienet parti mill-istorja li kienet tikkomprendi wkoll ix- Xatt l-Aħmar?", "Kienet ħaġa tajba li x-Xatt l-Aħmar nagħtuh kollu b'bejgħ lill-barranin?", "Niftakar li l-Onor.", "Tabone kkritika wkoll lil Dr Karmenu Mifsud Bonnici, l-agreement li kien għamel u l-fatt li għamlu lejliet l- elezzjoni.", "Kien qal ukoll li ladarba huma qegħdin fil-gvern se jaraw kif jiżviluppaw il-Forti Chambray.", "Jiena għandi dan l-agreement f'idejja u nixtieq nispjega lill-poplu Malti u Għawdxi li dan l-agreement li sar fit-8 ta' Mejju 1987 kien jgħid li l- kumpless turistiku ta' Chambray, li kien jismu Fort Holidays Ltd., kien se jingħata għal sena u li l-management tal-kumpless kellu jħallas mhux inqas minn ¥10,000 għal dik is-sena bil-kondizzjoni li:", "\".... il-kumpannija Fort Holidays Ltd. tkun intitolata għal 75% tal- profitti li jsiru fil-perjodu tal-management agreement iżda tiggarantixxi lill-Gvern is-somma ta' ¥10,000.", "F'każ li s-sehem tal- Gvern ikun ikbar minn dik is-somma, il-kumpannija Fort Holidays Ltd. tħallas lill-Gvern id-differenza fi żmien ġimgħa mill-għeluq tal- kontijiet mhux iktar tard minn Novembru ta' l-1988.\".", "Mela skond dan l-agreement f'sena waħda l-gvern kien se jdaħħal mhux inqas minn ¥10,000 bil-kundizzjoni li jekk il-profitti jkun iktar minn 75% allura l-kumpannija tħallas lill-gvern id-differenza.", "Imma għaliex dan il-ftehim kien għamlu Dr Karmenu Mifsud Bonniċi, dak iż-żmien Prim Ministru ta' Malta, ma riduhx.", "GĦalhekk marru għand l-Attorney General u taparsi talbuh parir jekk dan l-agreement huwiex validu jew le.", "Naturalment l-Attorney General qalilhom li m'huwiex validu u allura tterminawh u llum spiċċajna bil-kuntratt li ffirmaw.", "Imma dan il-kuntratt, fl-opinjoni tiegħi, għandu jiġi kkanċellat għaliex huwa kuntratt vvizzjat bil-frodi u b'kollox.", "Filwaqt li fl-agreement li għamel Dr Karmenu Mifsud Bonniċi dan il-kumpless ingħata għal sena waħda biss u l-gvern kien se jdaħħal mill-inqas ¥10,000, dawn minbarra li taw il-kumpless u l-Forti Chambray, taw ukoll 90 tomna raba' għall-prezz ta' ¥10,000 fis-sena għal 99 sena.", "GĦalhekk qed ngħid li dan kien kuntratt vvizzjat u ħażin, u aktar 'il quddiem nispjega kif minnu bbenefikaw biss Memmo u x-shareholders.", "Issa, Madam Speaker, il-liġi tgħidlek li meta jkun hemm il-vizzju tal- kunsens - u żgur li f'dan il-każ kien hemm frodi u kollużjoni .....", "Dan m'huwiex kuntratt li jagħmlu min ikun f'sensih u ta' l-affari tiegħu.", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu jiġi l-Onor.", "Anton Tabone u jikkritika lil Dr Karmenu Mifsud Bonniċi!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Jista' l-Onor.", "Refalo jispjegalna x'inhu l-vizzju tal-kunsens?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Il-Kodiċi Ċivili tgħidlek li f'każijiet fejn kuntratt li jkun sar ma jkollux kunsens tajjeb u fidil bejn il-partijiet, dak il-kuntratt tista' tannullah.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, jien nixtieq nagħmel point of order.", "Din ta' l-¥10,000 ilna nisimgħuha ad nauseam u għalkemm lin-naħa tal-gvern nikkorreġuhom, donnhom ma jridu jisimgħu b'xejn.", "GĦandi hawnhekk paġna 5 tal-kuntratt li sar biex jingħata l-Forti Chambray, fejn qed jingħad:", "''This emphyteutical grant is also being made and accepted against the payment of the premium of", "¥485,100 which sum is being paid to the issue of 485,100 fully paid-up shares ...\", , li jiġu 49% tal-proġett kollu.", "Dan ifisser li l-qligħ kollu li kien se jsir min fuq Chambray kien parti mill-consideration għal dan il-kuntratt, u dan mingħajr ma l-gvern joħroġ sitt ħabbiet.", "Imma dan il-gvern preżenti ma jgħidu qatt.", "Nixtieq nitlob issa l-permess tal-Kamra biex inpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' paġna 5 tal-kuntratt dwar il-Forti Chambray f'Għawdex.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, jiena kont qiegħed nitkellem fuq il- vizzju tal-kunsens, u kont qed ngħid li l-liġi tagħna tagħmel distinzjoni bejn kuntratt li jkun null ab inizio u kuntratt li jkun annullabbli, bħal meta l-kuntratt isir minn minuri u wara jirratifikah.", "Imma f'dan il-każ - u din ngħidha bis-sinċerita' kollha - dan huwa kuntratt li sar bi frodi u huwa kuntratt li għandu l-vizzju tal-kunsens.", "M'huwiex veru li bih kienu se jibbenefikaw iż-żewġ partijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi dan il-kuntratt għandu jaqa' għaliex m'huwiex għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Ħalli ngħid issa għaliex ma naqbilx ma' dan il-kuntratt.", "Kif jaf kulħadd, meta Gvern Nazzjonalista ta l-Forti ta' Chambray u l- artijiet ta' madwar, tahom lill-kumpannija ANTIMEN II li kienet reġistrata f'Monaco u l-ishma kollha tagħha kienu bearer.", "Dan ifisser li inti ma tkunx taf min verament jifforma l-kumpannija u għalhekk qatt ma jkun jista jiġi stabbilit jekk min hemm wara l-proġett huwiex bniedem serju.", "Dan huwa l-ewwel punt importanti.", "GĦaliex meta inti tagħmel kuntratt ma' bniedem, inti trid tara jekk dak il-bniedem għandux il-finanzi biex iħallsek.", "Imma l-Gvern Nazzjonalista aċċetta li jagħmel dan il-kuntratt xorta, allavolja l- ishma kollha ta' din il-kumpannija kienu bearer.", "Punt ieħor importanti huwa li skond dan il-kuntratt oriġinali l-gvern kien wiegħed li se jsib il-fondi biex jiġu restawrati s-swar tal-forti.", "Illum dawn is-swar huma fi stat mill-agħar u huwa kkalkolat li biex jiġu restawrati trid mhux inqas minn ¥1.5 miljun.", "Fil-fatt id-developer li hemm illum qed jgħid li ma jistax jirrestawra dawn is-swar għaliex skond il- kuntratt dawn suppost jirrestawrahom il-gvern.", "Mela l-gvern se jieħu ¥10,000 u daħal għal spiża ta' bejn ¥1.5 miljun u ¥2 miljun għar-restawr tas-swar.", "Ma rridux ninsew ukoll il-ħerba sħiħa li għamlu d-developers fil-post.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jew l-Onor.", "Refalo se jitkellem bis-serjeta' u fuq dak li huwa iswed fuq l-abjad, jew inkella ma jitkellimx.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, dan qiegħed jimmislijdja lill-Kamra.", "Pagna 34 tal-kuntratt tgħid:", "\"It is acknowledged by the partners that the Government of Malta will endeavour to obtain financial assistance and grants from sources supporting restoration of heritage assets.\".", "Mela l-gvern ma daħal għall-ebda commitment.", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra ħalli npoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' paġni 34 u 35 tal-kuntratt dwar il-Forti Chambray f'Għawdex.", "MADAM SPEAKER: Niġbdilkhom l-attenzjoni li għall-punt ta' kjarifika tridu l-permess ta' min ikun in possession.", "Kompli Onor. Refalo.", "(Interruzzjonijiet).", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, il-punt li qed nagħmel jiena huwa li bniedem irid ikun miġnun jew irresponsabbli ......", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech, point of order.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-Onor.", "Anton Refalo qiegħed kontinwament jikkwota minn files tal-gvern, peress li hija r-regola f'din il-Kamra li meta tikkwota minn xi dokument għandek tpoġġi dak id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra - anke biex ma nibqgħux fis-sitwazzjoni li fejn jaqbillu jikkwota u fejn ma jaqbillux ma jikkwotax - u peress li qiegħed iħoss li qiegħed jillumina ħafna lill-Kamra fid-dibattitu li għandha quddiemha tant li beda bi kwotazzjonijiet ta' 32 sena ilu, jista' jilluminana aktar, lilna u lil min qiegħed jismagħna, u jwiegħed u jagħti impenn assolut li jqiegħed il-files kollha li qiegħed jikkwota minnhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, jiena m'jien se npoġġi xejn fuq il- Mejda tal-Kamra għaliex jiena ma rrid inweġġa' lil ħadd.", "Jiena m'iniex bħall-membri ta' l-oppożizzjoni, Madam Speaker, ħsiebhom biss biex jaqbdu ma' wieħed jew l-ieħor, l-ewwel wieħed il-Prim Ministru.", "Imbagħad jgħidu li għandhom qalbhom safja u li jgħożżu l-valuri tal-familja!", "Aħna m'aħniex ta' dan it-tip.", "Ħsiebhom biss biex ikissru.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, point of order.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, l-ewwelnett l-Onor.", "Refalo qiegħed juri biża' kbir milli juri l-verita' u milli jimxi mal-proċedura tal-Parlament.", "Diġa' kkwota minn files tal-gvern u issa huwa obbligat li jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Din m'hijiex kwestjoni ta' oġġezzjoni.", "Jew ma jikkwotax minnhom, jew fejn jikkwota minnhom .....", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MADAM SPEAKER: Onor. Refalo, għamilt kwotazzjonijiet waqt id-diskors tiegħek?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena noġġezzjona li jqegħedhom fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MADAM SPEAKER: Onor. Debono Grech, ma sejjaħtlekx biex titkellem.", "Poġġi bil-qiegħda, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, jiena ma nsemmix nies.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, skond il-proċedura tal-Kamra meta membru jikkwota minn files - u m'għandux issa li qed nitolbuh ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra jipprova jaħbihom - huwa obbligat li jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GĦalhekk nitlob li tagħti ruling f'dan is-sens.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett membru jista' jkollu xi noti quddiemu u mhux files.", "U milli qed nifhem jiena, l-Onor.", "Refalo quddiemu għandu n- noti.", "Allura huwa skorrett li l-Onor.", "Zammit Dimech jgħid ...", "(Interruzzjonijet) Jiena mort ħdejn l-Onor.", "Refalo u rajt li l-file li għandu quddiemu ma fih xejn ħlief in-noti dwar id-diskors li qiegħed jagħmel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Tant huwa veru li l-Onor.", "Refalo qed jikkwota mill- files li fl-aħħar seduta beda jurihomlna u qalilna: \"Ara, għandi l-files u se nikkwota minnhom!\"", "U llum beda jikkwota minnhom, ikkwota x'qal l-Onor.", "Anton Tabone u mbagħad neħħihom minn fuq id-desk u poġġihom taħt.", "Imma la kkwota minnhom irid ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra, anke jekk qed jipprova jaħbihom.", "(Interruzzjonijiet).", "MADAM SPEAKER: Kulħadd bil-qiegħda.", "Onor. Refalo, jekk ikkwotajt minn xi files, jekk jogħġbok, poġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Issa kompli bid- diskors.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, jien għandi l-personal notes u dak li għidt ngħidu wkoll barra l-Kamra u min irid iħarrikni.", "MADAM SPEAKER: Mela n-noti li għandek iridu jitpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, skond l-istanding orders wieħed jista' jkollu quddiemu n-noti biex jiffriska l-memorja fuq dak li għandu jitkellem dwaru.", "U l-Onor.", "Refalo m'għandu xejn ħlief noti biex jgħinuh jiffriska l- memorja fuq dak li jrid jgħid.", "Allura ħadd m'għandu jeħodhomlu.", "Jekk is- Sedja trid kopja tagħhom, kif jispiċċa jgħaddilek kopja.", "Imma għandu bżonn iżomm dawk il-punti biex jiffriska moħħhu ħalli jkun jista' jitkellem fuqhom.", "MADAM SPEAKER: Jiena għidtlu jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra x'ħin jispiċċa.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, jiena rrid nagħmel punt ċar.", "Jien jidhirli li m'għandi npoġġi xejn fuq il-Mejda tal-Kamra għaliex ma rrid inweġġa' lil ħadd.", "Imma jekk tan-naħa l-oħra jgħiduli biex inpoġġihom, jiena npoġġihom.", "(Interruzzjonijet) Jimporta nitkellem jien issa?", "Qed ngħid dan għaliex dawn l-ittri nkitbu min-nies li llum huma mejta u għandhom it-tfal tagħhom f'dan il-Parlament, u allura ma jidhirlix li għandi npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Imma jekk tan-naħa l-oħra stess iriduni npoġġihom, allura jiena dispost inpoġġihom.", "(Interruzzjonijiet) Pero' aħna m'aħniex il-ħmieġ li huma huma, Madam Speaker!", "Ħsiebhom biss biex jattakkaw lill Prim Ministru!", "Jien ngħidilhom li kieku għandhom nitfa mill-onesta' li għandu l-Prim Ministru ....", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża.", "Fis-7.03 p.m. il-Kamra ġiet sospiża minħabba diżordni u rriżumiet fis-7.15 p.m.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, m'huwiex sewwa li filwaqt li qiegħed nipprova nesponi l-punt tiegħi, in-naħa l-oħra kontinwament jinterrompuni.", "GĦalhekk nitlob li l-ħin li fih qed jagħmlu dawn il-point of orders - jistgħu jagħmlu kemm iridu - ma jitnaqqasx mill-ħin allokat lili.", "Nitlob ukoll ruling f'dan is-sens għaliex m'huwiex sewwa li ma jħallunix nesprimi l-opinjoni tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Onor. Refalo, meta ntalbu l-punti ta' kjarifika, dawn saru bil-permess tiegħek.", "GĦall-point of orders m'hemmx bżonn permess.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Allura darb'oħra ma nagħtihomx permess!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, point of order.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, jiena tlabt biex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-files li qiegħed jikkwota minnhom.", "Diġa' hemm ordni mis-Sedja f'dan is-sens u din l-Onor.", "Refalo għandu jimxi magħha u mhux bl-iktar mod sfaċċat u f'għajnejn il-Membri kollha tal-Kamra u f'għajnejn il-media - nispera li ma jkunx hemm xi ħadd li jgħid li b'hekk qegħdin inxerrdu l-ansjeta'! - jipprova jaħbihom.", "(Interruzzjonijiet) Jekk qiegħed jagħmel hekk allura għandna nistabilixxu l-fatt li għamel hekk.", "Jiġifieri kellu l-files quddiemu, taparsi qiegħda tiġih il-mistħija li jikkwota minnhom u ma jridx ipoġġihom fil-mod sħiħ tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, l-Onor.", "Refalo għandu dritt ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, diġa' għidt li jekk jitolbuni n-naħa l-oħra jiena lest inpoġġi photocopy tal-karti li għandi wara li nispiċċa l- ispeech tiegħi.", "Pero' dan nagħmlu bil-kondizzjoni li huma talbu li nqiegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra u mhux għaliex ridt jiena.", "Issa nispiċċa d-diskors tiegħi, nagħmel photocopy u nagħtihielek.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, it-talba li saret min-naħa ta' l- Oppożizzjoni saret għaliex huwa normali li l-affarijiet li nikkwotaw minnhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Aħna ma tlabna xejn speċjali.", "MADAM SPEAKER: Kompli Onor. Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, kif diġa' għidt il-ftehim fuq il- Forti Chambray sar ma' ANTIMEN II, kumpannija reġistrata f'Monaco li l- ishma tagħha huma kollha bearer.", "GĦalhekk l-ewwel punt li għamilt huwa li trid tkun miġnun biex tidħol f'kuntratt bħal dan meta ma tkunx tista' tivverifika ma' min qiegħed tiddijlja.", "It-tieni punt li għamilt huwa li biex jiġu restawrati s-swar iridu jintnefqu bejn ¥1.5 miljun u ¥2 miljun.", "Issa, meta xi disa' xhur ilu jiena u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "George Vella, morna hemmhekk, rajna ħerba sħiħa.", "Anke l-Prim Ministru kien preokkupat ħafna bix-xogħol li kien qiegħed isir.", "Meta morna sibna crater, qisa splodiet xi bomba kbira, u tkissir ma' kullimkien.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Refalo jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri:Aye).", "Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Onor.", "Refalo kompla bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondat u lill-Kamra kollha ta' din l-estensjoni.", "Kont qed ngħid li ċ- ċimiterju li kien hemm ġie rvinat u l-lapidi tneħħew u ġew mitfugħin 'l hawn u 'l hemm.", "Ridna nkunu aħna li ġbarnihom u għidna li jkun utli li nerġgħu npoġġu watchman biex naraw li ma jibqgħux jitkissru u ċ-ċimiterju ma jibqax jiġi rvinat għaliex id-developer qabad kisser u farrak mingħajr kontroll ta' xejn.", "Madam Speaker, it-tielet punt tiegħi huwa li filwaqt li Memmo qed jgħid li f'Fort Chambray Co. Ltd ittrasferixxa mhux inqas minn ¥510,000, ftit li xejn issib fejn intnefqu dawn il-flus.", "Skond Memmo l-biċċa l-kbira ta' dawn il-flus tħallsu lill-periti Taljani mqabbdin minnu stess.", "Jgħid ukoll li nefaq is-somma ta' ¥100,000 biex jirranġa d-dar tat-tabib li hemm fil- fortizza iżda jiena nistieden lil kulħadd, anke lill-Membri ta' l- Oppożizzjoni, biex immorru sa Chambray, jidħlu f'din id-dar tat-tabib fil- fortizza u jaraw fejn dan il-famuż Memmo nefaq dawn il-¥100,000.", "Qed ngħid dan għaliex mhu veru xejn li Memmo nefaq is-somma ta' ¥100,000 f'din id- dar.", "U daqshekk ieħor mhu veru xejn li ħallas ¥150,000 lill-periti Taljani li qiegħed jgħid li qabbad.", "Niġi issa għar-raba' punt.", "Kif kulħadd jaf, Memmo għandu 51% mill-ishma f'Fort Chambray Co. Ltd.", "Barra minn hekk iżda, dan għandu wkoll dritt għal 23 mill-45 appartamenti li jridu jingħataw mill-iżvilipatturi Maltin lil Fort Chambray Co. Ltd talli għadditilhom id-drittijiet tagħha fuq l-art.", "Issa jekk ngħidu li kull appartamenti li qiegħed jinbena jiswa mhux inqas minn ¥60,000, dan ifisser li Memmo se jaqla' mhux inqas minn ¥1,380,000.", "Dan hu l-iskandlu ta' Chambray.", "Hawnhekk jiena nistaqsi: Il-poplu Għawdxi x'ħa jew se jieħu minn dan il-proġett?", "(Interruzzjonijiet) Nistieden lill-Onor.", "Dalli biex flimkien mmorru s'hemmhekk u naraw huwiex veru li dan Memmo nefaq ¥100,000 fid-dar tat-tabib u wkoll ¥150,000 bħala ħlasijiet lill-periti Taljani.", "Dan hu l-iskandlu.", "GĦalhekk qed ngħid li dan il-kuntratt huwa vvizzjat u fih riħa qawwija ta' korruzzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Meta trid immorru.", "Memmo żamm għalih 23 appartament li minnhom se jaqla' mill-inqas ¥1,380,000.", "Qed ngħid mill-inqas għaliex niftakru li dawn l-appartamenti qegħdin jagħtu għall-baħar.", "Niġi issa għall-ħames punt.", "GĦal Memmo dawn it-23 appartament ma kenux biżżejjed.", "Fil-fatt, għandu dritt ukoll għal 51% ta' l-isptar il-qadim, li skond il-pjan oriġinali għandu jiġi restawrat u jsir ċentru kummerċjali.", "Dan ifisser li Memmo għandu l-obbligazzjoni li jiżviluppa dan iċ-ċentru imma sal-lum ma kienx kapaċi jġib il-flus minn barra biex ir-restawr ikun jista' jibda.", "Mela dan - għaliex tajjeb li l-poplu jkun jaf dawn l-affarijiet u jkun jista' jqabbel like with like - barra li żamm 23 appartament li Alla biss jaf kemm se jaqla' minnhom, żamm ukoll 51% ta' l-isptar il-qadim u obbliga ruħu li jirrestawrah u jiżviluppah f'ċentru kummerċjali.", "Imma sal-lum, bil-wiċċ tost kollu, qiegħed jgħid li m'huwiex kapaċi jġib dawn il-flus minn barra.", "U dan kollu b'¥10,000 ċens fis-sena li jiena għandi d-dubji tiegħi jekk ħallashomx!", "U jekk dan iċ-ċentru kummerċjali meta jkun lest jikrih, kif diġa' qal, iħallilu qligħ tajjeb ukoll għaliex dan se jkun jiswa ¥350,000 oħra.", "Mela se jdaħħal ¥1,380,000, se jdaħħal ¥350,000 .....", "Sur President, qed nieħu pjaċir nara lill-Onor.", "Giovanna Debono u l-Onor Victor Galea Pace joħorġu 'l barra mill-Kamra għax huma Għawdxin u suppost għandhom għal qalbhom l-interess ta' Għawdex!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, kompli bid-diskors.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Ejjew fil-Kamra ħalli jkunu jafu l-Għawdxin x'għamiltu!", "(Interruzzjonijiet) Mhux għalik qed ngħid imma għal seħbitek meta vvotat għal-iskandlu tal-Forti Chambray.", "(Interruzzjonijiet) Ejjew 'l hawn u tisimgħu x'għamiltu għall-poplu GĦawdxi!", "(Interruzzjonijiet).", "Mela lill-Kottonera tridu tikkritikaw?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Refalo, qiegħed titlef il-ħin.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, tajjeb ngħidu li dan m'huwiex kuntratt fejn hemm l-obbliġi u d-drittijiet kemm ta' min qed ibiegħ u kif ukoll tax-xerrej imma huwa kuntratt fejn il-gvern għandu l-obbligi kollha u Memmo għandu d-drittijiet kollha u jagħmel li jrid.", "U għaliex il-gvern preżenti qiegħed jagħmillu pressjoni biex jagħmel dak li wiegħed, jiġifieri jirrestawra l-isptar il-qadim u jiżviluppah f'ċentru kummerċjali, iddeċieda li jbigħ sehmu lil negozjant Malti biex żgur ma jonfoq xejn fil-proġett ta' Chambray.", "Huwa hawnhekk fejn jidħol is-Sur Debono, il-famuż negozjant Malti li kulħadd jaf min hu.", "Anke l-Onor.", "Dalli jaf min hu s-Sur Debono.", "U l-poplu Għawdxi x'se jieħu?", "Dan huwa l-iskandlu u mhux l-agreement li għamel Dr Mifsud Bonnici kien ħażin?", "Dak kien kuntratt tajjeb.", "Minnu l- poplu Għawdxi kien se jieħu ¥10,000 bil-kondizzjoni li jekk il-profitti jkunu iżjed jieħu anke d-differenza.", "Ħalli niġi issa għas-sitt punt, Sur President.", "Jekk taqra l-kuntratt oriġinali ssib li dan ma jagħmel l-ebda restrizzjoni fuq it-trasferiment tad-drittijiet ta' Memmo.", "Dan il-kuntratt ma jagħmel l-ebda restrizzjoni lil Memmo fuq min jittrasferixxi x-shares tiegħu.", "Dan ifisser li x-shares li għandu jista' jbigħhom lil min irid u l-Gvern Malti ma jista' jagħmel xejn.", "Jiena nistaqsi lill-Onor Dalli: Veru li dan il-kuntratt ma jagħmel l- ebda restrizzjoni fuq min Memmo jista' jittrasferixxi x-shares tiegħu?", "(Interruzzjonijiet) Issa agħmel point of order ieħor, int li tifhem fil- kuntratti u għandek esperjenza fil-finanzi!", "Jekk il-kuntratt għamiltu inti, allura spjegalna għaliex il-kuntratt oriġinali ta' l-enfitewsi ma jagħmel l-ebda restrizzjoni fuq min Memmo jista' jittrasferixxi x-shares tiegħu!", "Kif jista' jkun li tati l-Forti Chambray u 90 tomna raba' u ma tagħmel l-ebda restrizzjoni fuq min jista' jittrasferixxi x-shares tiegħu?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: M'hemmx cross-debate.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Jekk tan-naħa l-oħra, il-partit ta' l-avukati, ifehmuni dawn l-affarijiet, dawn il-misterji kbar ......", "Trid tkun baħnan, imbeċilli u bla sens biex tagħmel kuntratti bħal dawn!", "Kif tista' tagħmel kuntratti bħal dawn?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, point of order.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, id-diskors kollu li qiegħed jagħmel l- Onor. Refalo fil-preżent huwa out of order.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli Onor. Refalo iżda orbot mas-suġġett.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, jiena naf li l-Onor.", "Dalli kien wieħed li kellu l-mano in pasta f'din il-biċċa xogħol u allura nixtiequ jispjegali din il-biċċa xogħol.", "Kif għamilna kuntratt ta' din l-entita' hekk kbira b'¥10,000 ċens fis-sena u tajna lil Memmo l-Forti ta' Chambray u 90 toma raba' - barra li s-swar ħallejnihom iperpru u rridu nonfqu bejn ¥1.5 miljun u ¥2 miljun biex nirranġawhom - u mbagħad lanqas għamilnielu restrizzjoni fuq lil min jista' jittrasferixxi x-shares tiegħu?", "Jiġifieri jekk dan jittrasferixxi x-shares lill-Mafja ta' Sqallija, il-Gvern Malti jrid jaċċetta?", "Tajjeb li l-poplu Malti jkun jaf ukoll li meta dan l-aħħar lil-Kap ta' l-Oppożizzjoni \"l-orizzont\" staqsietu \"Inti Chambray insejtu!\", huwa rrispondihom \"Ma nafx, jista' jkun!\".", "U meta staqsewh fuq iċ-ċens qalilhom li jmisshom tawh b'anqas.", "(Interruzzjonijiet) Ma jafx!", "Allura mhux veru meta qal li ma jafx?", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni veru ma qalx dan il-kliem, jiġi hawn u jgħid li ma qalux imma safejn naf jien hekk qrajt.", "Sur President, jiena qed nagħmel dawn il-punti biex wieħed ikun jista' jqabbel like with like.", "Ilna ħafna nitħaddtu fuq il-proġett tal-Kottonera pero' sal-lum ħadd ma qal x'ifisser u x'jimplika l-kuntratt ta' Chambray u jiena qed nelenka punt wara punt l-iskandli kollha li joħorġu minnu.", "GĦaliex dawn l-iskandli ma tarahomx meta tgħaddi r-riżoluzzjoni imma tarahom meta jibda jgħaddi ż-żmien u naraw ir-riżultati.", "Kif qed ngħid, issa Memmo qiegħed jinnegozja biex jittrasferixxi x-shares tiegħu lil negozjant Malti li min-naħa tiegħu ddikjara li lest jinnegozja dawn ix- shares ma' buyers oħrajn.", "GĦaliex din katina, wieħed ibiegħ lill-ieħor u dak ibiegħ lill-ieħor u l-gvern ma jistax jindaħal.", "Proprjeta' tal-poplu Malti u Għawdxi li qiegħda tinbiegħ b'mod skandaluż u l-gvern ma jistax jindaħal!", "Daħal ukoll is-Sur Pawlu Abela u la bella compagnia, daħal l-ex- chairman ta' l-Air Malta u kulħadd jerda' - skużani li kelli nuża din il- kelma, Sur President - minn dan il-proġett.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onor. Refalo.", "Tkun aħjar jekk ma ssemmix nies li ma jistgħux jiddefendu ruħhom.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Dan li qed ngħid jirriżulta mill-memorandum.", "Dan ngħidu hawnhekk u ngħidu barra għax din hija l-verita'.", "Sur President, issa Memmo qed jgħid li jekk il-gvern irid jakkwista parti żgħira mill-isptar il-qadim li hemm fil-forti jrid iħallsu flejjes kbar.", "Mela l-gvern tahulu b'¥10,000 imma jekk irid jakkwista mqar parti żgħira minnu jrid iħallas flejjes kbar!", "Jien ma rridx intawwal iżjed fuq dan il- kuntratt ta' Chambray pero' naħseb li l-poplu għandu stampa ċara x'ifisser għalih dan il-kuntratt.", "Nerġa' ngħid, dan huwa kuntratt li huwa vvizzjat mill-bidu sa l-aħħar u għalhekk ngħid li aħna m'għandniex nonoraw kuntratti bħal dawn.", "Il-poplu Malti u GĦawdxi ma ggwadanja xejn minn dan il- kuntratt.", "Huwa Memmo biss li ggwadanja minnu.", "Nerġa' ngħid, saħansitra kellna npoġġu watchman biex naraw li ma jsirx iktar looting ta' l-oqbra u l-affarijiet antiki li hemm.", "Dan barra s-siġar li qaċċtu u r-rebus sħiħ li għamlu.", "Pero' kif spjegajt aktar kmieni, din l-istorja ma bdietx minn dan il-kuntratt imma bdiet way back fl-1966 meta l-Partit Nazzjonalista fil- gvern ipprova jagħti x-Xatt l-Aħmar lil dawk iż-żewġ Taljani b'xiri assolut.", "Ħalli niġi issa għas-seba' punt.", "Minħabba dan il-proġett ta' Chambray kien hemm ħafna GĦawdxin li ntlaqtu ħażin.", "Dawk li kellhom ir-raba' hemmhekk u kienu jieħdu l-ilma minn hemmhekk spiċċaw tkeċċew u llum ħadd ma jista' jirfes hemmhekk.", "Nerġa' nistaqsi: Dawk il-¥1.5 miljun jew ¥2 miljun biex nirrestawraw is-swar minn fejn se nġibuhom?", "Jista' xi ħadd min-naħa l-oħra jispjegali minn fejn se nġibu dawn il-flus?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, point of order.", "ONOR.", "TONY ABELA: Sur President, dan huwa totalment misleading of the House u inti għandek tipproteġina.", "L-Onor.", "Dalli għadu kif poġġa żewġ dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra li juru li dan li qed jgħid l-Onor.", "Refalo m'huwiex minnu imma din l-istorja xorta qed jibqa' sejjer biha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jirrealizza s-Segretarju Parlamentari li l-kelma \"Kottonera\" ma semmihiex darba f'dan id-diskors ta' 70 minuta?", "ONOR.", "ANTON REFALO: Issa niġu għaliha l-Kottonera!", "(Interruzzjonijiet) THE DEPUTY SPEAKER: Kompli Onor. Refalo iżda nerġa' nitolbok biex tgħaqqad mas-suġġett.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, f'din il-biċċa xogħol m'hemmx ħabi.", "Meta tridu morru hemmhekk u tkunu tistgħu tikkonstataw fejn intnefqu l- ispejjeż li Memmo qal li nefaq u taraw ukoll f'liema stat jinsab fih il- forti.", "Pero' issa d-developers qegħdin jgħidu li ma jistgħux u ma jridux jirranġaw il-forti u allura rridu naraw minn fejn se nġibu ¥1.5 miljun jew ¥2 miljun biex nirrestawraw l-outer part ta' dan il-forti għaliex nieżel biċċa biċċa u jkun gwaj għall-Oppożizzjoni jekk jaqa'.", "Hemmhekk saret ħsara kbira.", "Dan nista' ngħidu għaliex jiena mort personalment.", "(Interruzzjonijiet) Meta tridu mmorru u tkunu tistgħu taraw il-ħsara li hemm u mbagħad tirrisponduna min se jħallas għal din il-ħsara u r-restawr li hemm bżonn.", "Issa, Sur President, jekk tidħol hemm ġew - tajjeb ngħidu li qabel ma kontx tidħol għax kien qisu assedjat u mgħasses minn kullimkien u biex ħadna żewġ ritratti wieħed kellu jgħaddi minn wara u jixxabbat - issib li f'din il-ħofra bdew telgħin dawn il-famużi 45 appartament fuq ġebel tal- franka li ma jaqbel xejn ma' l-ambjent.", "U jekk tmur Għajnsielem, fejn il- club tal-football, u tħares fid-direzzjoni ta' Chambray, issib li l-outline hija kompletament rovinata.", "Naħseb li fuq Chambray għidt biżżejjed u nieqaf hawn.", "Allura dan kien kuntratt tajjeb?", "Jista' xi ħadd mit-tliet deputati GĦawdxin fl-oppożizzjoni, speċjalment dawk it-tnejn li vvotaw għal dan il-proġett u li m'għandhomx il-wiċċ ikunu preżenti hawn, jgħidilna jekk dan kienx proġett tajjeb għall-poplu Malti u speċjalment għall-poplu Għawdxi?", "(Interruzzjonijiet) Naf li l-Onor.", "Galea Pace ma jaqbilx ma' dan il-proġett.", "Naħseb li dak hu l-uniku wieħed li qalbu tweġġgħu għall-poplu Għawdxi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onor. Refalo.", "Reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli għaddej bid-diskors tiegħek.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: No) Il-permess ma ngħatax.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, l-Oppożizzjoni qiegħda toġġezzjona għal din l-extension għas-sempliċi raġuni li d-diskors kollu ta' l-Onor.", "Refalo huwa rrelevanti għal dak li qegħdin niddiskutu u għall-bżonnijiet ta' dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ANTON REFALO: Ma jridux jisimgħu l-verita', Sur President!", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Refalo, ladarba hemm oġġezzjoni ma tistax tkompli.", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, kif kont qed ngħid lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Alfred Portelli, jiena ma nsib l-ebda diffikulta' li jitkellem l-ewwel huwa, basta jħallili l-aħħar nofs siegħa.", "Dan kulma nixtieq.", "THE DEPUTY SPEAKER: Possibbilment inżommu l-alternanza.", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Kif diġa' għidt, jiena ma nsib l-ebda diffikulta' jekk il-Ministru Portelli jitkellem qabli, basta jħallili nofs siegħa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Onor. de Marco, id-deċiżjoni tas- Sedja hija li tinżamm l-alternanza bejn naħa u oħra.", "Allura issa titkellem inti u mbagħad jitkellem l-Onor.", "Alfred Portelli.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, inizjalment jiena ma kelli l-ebda ħsieb li nipparteċipa f'dan id-dibattitu u dan mhux għaliex dan m'huwiex dibattitu importanti, dibattitu interessanti u dibattitu li m'għandux riflessi ekonomiċi pożittivi għal dak li jirrigwarda parti ta' Malta li ċertament jeħtiġilha l-attenzjoni kontinwa ta' dan il-Parlament.", "Xejn minn dan.", "Jiena nemmen li dan il-Parlament jagħmel tajjeb li jiddiskuti proġett għall-Kottonera u l-kuntratt relattiv għall-Kottonera.", "Anzi huwa essenzjali li l-pajjiż iħares lejn dawn l-affarijiet bl-iktar mod mhux partiġjan u bl-iktar mod apolitiku għal dak li jirrigwarda l-partiġjaniżmu għaliex din hija xi ħaġa ta' interess għal parti minn Malta li ċertament jeħtiġilha li jkollha l-attenzjoni kollha.", "Sur President, dan huwa żvilupp ekonomiku li ma jaffettwax biss lill-Kottonera imma jaffetwa lil Malta kollha pożittivament, u għalhekk għalija forsi huwa nuqqas fil-konfront tal- poplu tagħna li nagħtu l-impressjoni, anke remotament - u din qed ngħidha bl-iktar sinċerita' - li dan il-Parlament jinqasam bejn gvern u oppożizzoni in konnessjoni ma' dan il-proġett.", "Dan qed ngħidu għaliex mid-diskorsi kollha li smajt f'dan il-Parlament ċertament li kull naħa qed tgħid li jeħtieġ li dan il-proġett jimxi 'l quddiem.", "GĦalhekk huwa inkomprensibbli kif f'dan il-pajjiż għandna l- kapaċita' li fuq proġett li jaqblu miegħu kemm iż-żewġ naħat tal-Kamra u anke l-poplu Malti in ġenerali nikkreaw kriżi fil-Parlament, kriżi li hija riflessa wkoll f'pajjiżna.", "Jiena nemmen li b'dan il-mod minflok nagħmlu l- ġid, qegħdin nagħmlu d-deni.", "Issa jien konvint li l-ebda wieħed minn kull naħa tal-Kamra ma jixtieq jagħmel id-deni lil pajjiżu.", "Jien konvint li kull wieħed minna għandu l-ħsieb u l-konvinzjoni politika morali li jixtieq jagħmel il-ġid lil Malta imma donnu hemm xi xitan li b'xi mod jew ieħor, anke f'affarijiet li huma ta' ġid, jagħraf jifridna u jikkrea f'pajjiżna din it-tensjoni li fil-fehma tiegħi tagħmel ħafna ħsara lil artna stess.", "Fuq dan irrid nitkellem illum hawnhekk.", "Jien smajt lill-kollegi tiegħi miż-żewġ naħat jitkellmu fuq dan id- dibattitu.", "Kważi kważi ngħid li dan id-dibattitu se nagħmluh qisu serial jew soap opera.", "F'dan il-każ ma nafx insejjaħlux ''Waterfront'' jew ''Watergate'' imma filwaqt li kulħadd jirrikonoxxi l-validita' u n- neċessita' ta' dan il-proġett u filwaqt li kull naħa qiegħda tirreklama l- paternita' tiegħu, għandna d-diverġenzi tagħna dwar il-kuntratt li għandu x'jaqsam ma' kif dan il-proġett għandu jiġi pproġettat u attwat.", "B'riżultat ta' dan qegħdin nassistu għal sitwazzjoni fejn dan il-pajjiż għandu kriżi kostituzzjonali serja li qiegħda tinvolvi l-partit fil-gvern u għaliex huwa preċiżament il-partit fil-gvern li għandu kriżi, allura l- krizi tmur 'l hemm minn sempliċi kriżi interna fil-partit.", "Din hija kriżi li taffettwa lill-pajjiż kollu kemm hu, hija kriżi li timponi fuqna ta' l- oppożizzjoni ċerti obbligi u responsabbiltajiet u hija kriżi li ġabet u qiegħda tkompli ġġib staġnar fl-ekonomija ta' artna.", "Din hija r-raġuni għaliex jien tlabt li nitkellem illejla fil-Parlament.", "Sur President, jiena ma nistax niftaħar li għandi xi nannu jew xi ziju mill-Kottonera jew li twelidt il-Kottonera.", "Probabbilment bħal kull Malti ieħor għandi lil xi ħadd jiġi minni kullimkien.", "Voldieri kieku kelli noqgħod infittex probabbilment insib li għandi xi ziju li kien jgħix l- Isla, antenat ieħor kien jgħix Bormla u ieħor il-Birgu.", "Imma jiena ma nistax nifhem kif il-validita' ta' dan il-proċess jiddependi mill-fatt jekk l-antenati tiegħi kenux b'xi mod jew ieħor mill-Kottonera.", "Lili anke dan il-konċett li nersqu b'mod tant parrokkjali lejn dan il-pajjiż tagħna - qisu jien għandi naqbeż għall-Ħamrun u għall-Belt għax jien oriundo ta' dawn il-postijiet, u għandi naqbeż għal Tas-Sliema għax jien tlajt minn Tas- Sliema .....", "Huwa veru li kulħadd għandu jagħmel id-dover tiegħu bħala deputat elett minn distrett elettorali pero' hemm importanza li tiżboq din il-kwestjoni ta' distretti elettorali.", "Hemm affarijiet li jmorru 'l hemm minn dan.", "Kieku kellek tistaqsi lili, Sur President, jien ngħidek li jiena ċittadin tal-Kottonera daqs kwalunkwe wieħed li twieled fil-Kottonera.", "U bħala Malti u deputat ta' dan il-poplu Malti għandi kwalunkwe interess li nitkellem favur proġett li jġib il-ġid għal pajjiżna.", "Mela effettivament fejn inqala' l-malintiż?", "Kif qed ngħid, il-malintiż inqala' fuq il- kuntratt u mhux fuq il-proġett.", "Hawn il-kuntratt li ppropona l-gvern permezz ta' din ir-riżoluzzjoni li din in-naħa tal-Kamra u anke l-Onor.", "Mintoff sibna diffikulta' dwaru.", "Din hija l-verita' u din m'hijiex diffikulta' ta' kontenzjożita', Sur President.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-fatt li l-moll jiġi ttrasferit in piena proprjeta' bid-dritt ta' aċċess limitat għall-poplu Malti m'huwiex fl- interess tagħna.", "U kieku kelli nkun jien fuq in-naħa l-oħra, ngħid li għandhom raġun l-Oppożizzjoni jqajmu din l-oġġezzjoni.", "Jista' jkun li din il-kwestjoni diġa' ġiet trattata mal-consortium u meta l-gvern wiżen waħda u l-oħra sab li xorta waħda kellu jagħti din l-art in piena proprieta' għal 99 sena.", "Ħafna mill-kollegi tiegħi, kemm f'din in-naħa u kemm fuq in-naħa l-oħra, huma nies tal-professjoni legali u kulħadd jaf li inti u tagħmel kuntratt tipprova tieħu li tista' imma xi minn daqqiet ma tistax tieħu kulma tixtieq.", "Jekk hemm din is-sitwazzjoni, allura l-gvern għandu jispjegalna xi xtaqu u forsi jgħidilna li meta wiżnu waħda u l-oħra sabu li jkun iktar jaqbel li nagħtu din l-art in piena proprieta' inkella l-għasfur kien itir.", "GĦaliex dawn huma affarijiet li jiġru imma affarijiet li jistgħu jiġu ttrattati u negozjati kemm fil-Parlament, kemm fil-Public Accounts Committee jew xi kumitat ieħor kif issuġġerejna minn din in-naħa tal-Kamra, kif ukoll bejnietna.", "Ma narax li dik kellha tkun xi ħaġa li tifred lill-poplu Malti, li tifred gvern u oppożizzjoni u li tifred il- partit fil-gvern.", "Bil-għaqal u l-kalma nistgħu nottjenu dak li hu fl-aħjar interess ta' pajjiżna; dan huwa l-metodu li bih għandek tittratta.", "Possibbli li dan il-pajjiż għolla l-metodoloġija bħala xi ħaġa iktar importanti mis-sustanza?", "Possibbli pajjiżna għażel il-metodu tal-konfront totali bħala s-simbolu tiegħu?", "Possibbli li d-69 deputat, kollha kemm aħna, għandna l-kapaċita' li dak kollu li ma naqblux dwaru nagħmlu minnu muntanja ta' firda, meta jekk tiġi biex tagħsar issib li wara kollox il- firdiet tagħna tant huma minimi?", "U dan hu għaqli għal pajjiżna?", "Dan hu l- mod li rridu li f'dan il-pajjiż jiżviluppa?", "Jiena hawnhekk fejn inħossni nweġġa' sinċerament kemm meta nitkellem mal-kollegi tiegħi din in-naħa u kif ukoll in-naħa l-oħra għaliex ma nħossx li din id-diffikulta' għandha tifridna.", "Jiena ma nżomm lil ebda deputat minn ebda naħa bħala xi għadu politiku tiegħi.", "Għandna d-differenzi politiċi tagħna imma jiena m'għandi l-ebda għadu mill-ebda naħa tal-Kamra, la politikament u lanqas mhux politikament.", "Allura għaliex qegħdin niżviluppaw dan il-konċett ta' poplu mifrud f'pajjiżna?", "Issa għaliex qed nagħfas ħafna fuq dan il-konċett, Sur President?", "Jien nemmen li kull gvern jixtieq jinnegozja l-aħjar kondizzjonijiet għal Malta fi kwalunkwe kuntratt.", "There is no sacred cow f'dan il-kuntratt li qegħdin nagħtu lil Port Cottonera Ltd.", "Kont qed nisma' lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Anton Refalo jitkellem fuq il-kuntratt ta' Chambray.", "Dwar dan il- proġett konna għidna li se nħallu nofsu għall-poplu Malti.", "Anke Dr Edgar Mizzi fir-rapporti tiegħu kien qal li din kienet idea tajba.", "X'irrid ngħid?", "Irrid ngħid li m'hemmx għalfejn minn kull ħaġa nagħmlu battalja bejnietna u kważi kważi nagħmlu għal xulxin.", "Għaliex għandna naslu għal dan l-istat?", "Naturalment, Sur President, hawn ġew sar ħafna diskors.", "Per eżempju, aħna ssuġġerejna li mmorru quddiem Kumitat tal-Kamra ħalli naraw ċerti aspetti ta' dan il-kuntratt, pero' l-idea was shot down.", "GĦalhekk ma naħsibx li ġejna ttrattati tajjeb, speċjalment meta ntqal li aħna tradituri, li ma rridux il-proġett tal-Kottonera u li sempliċement qegħdin nitkellmu b'sens kritiku lejn dan il-kuntratt.", "Smajt ukoll id-diskors tajjeb ħafna li għamel l-Onor.", "Lawrence Gonzi, u meta jkun hemm min jistaqsini kif tkellem fuq il-barbecues, fuq is-sajjieda u affarijiet bħal dawn, jiena ngħidilhom li dawn il-projbizzjonijiet huma mniżżlin fil-kuntratt li tressaq quddiemna u mhux ivvintahom l-Onor.", "Membru.", "Nieħdu l-kwestjoni ta' l-aċċess.", "Kulħadd jaf li l-Prim Ministru Sant għoġbu jagħmel meeting fil-Birgu - taparsi sejħilha press conference - imma kieku dan il-kuntratt jingħata kif jixtieq il-Gvern, dan ikun ifisser li din il-press conference ma kienx ikun jista' jagħmilha hemmhekk.", "Jekk dan il-kuntratt jingħata kif inhu, biex il-Prim Ministru ta' Malta jagħmel press conference hemmhekk għandu l-ewwel jitlob lil min jingħata l-kuntratt - Amerikani, Maltin, pseudo Maltin, miżżewġin Maltin - biex jagħtuh permess jagħmel din il-press conference.", "U jekk dawn jiddeċiedu li jagħtuh il- permess allura jagħmilha imma jekk jiddeċiedu li ma jagħtuhx permess allura ma jagħmilhiex.", "Allura dan huwa tajjeb?", "Din hija l-kritika li qed nagħmlu.", "Nerġa' ngħid, jekk il-gvern jgħidilna li kieku m'għamilniex hekk allura dan iċ-ċans konna nitilfuh - u kull wieħed minna li kien ministru jaf li dawn l-affarijiet jiġru - jgħidilna li huma xtaqu jġibu kondizzjonijiet aħjar u li pprovaw kulma setgħu biex iġibu dawn il- kondizzjonijiet imma ma waslux u aħna nkunu konvinti minn dan u meta niżnu ħaġa ma' oħra niġbdu l-istess konklużjoni, allura nifhmu s-sitwazzjoni.", "Huwa veru li ma naqblux imma xi minn daqqiet fil-ħajja trid tieħu dik it- triq inqas ta' ħsara fiċ-ċirkostanzi li jkunu.", "Dan huwa l-metodu kif għandna nitkellmu f'pajjiż demokratiku.", "M'hemmx għalfejn minn daqsxejn ta' kuntratt - għaliex fl-aħħar mill-aħħar dan huwa daqsxejn ta' kuntratt; il- Ministru Buhagiar, li għandu l-esperjenza anke bħala perit, jaf li dan m'huwiex xi kuntratt strepituż - naraw kull ħaġa qisa fatalita'.", "Hemm affarijiet oħrajn x'niddiskutu bil-għaqal, mingħajr ma niġġieldu jew nitgħajru, u żġur li jekk niddiskutuhom insibu soluzzjoni.", "Hekk għandna nitkellmu f'dan il-Parlament.", "Sfortunatament pero' hemm affarijiet oħra li jistgħu jaqsmuna u jiena qed nagħmel minn kollox biex ma jaqsmuniex għaliex ma nixtieqx li dan jiġri.", "Pero' meta nitkellem fuq l-Unjoni Ewropea u l-possibbilta' li jkollna politika barranija bbażata fuq il-kunsens, ma nħossnix qed ''nikkonfoffa'' ma' xi ħadd għaliex jiena nemmen li dan huwa fl-interess tagħna u ikar ma nimmaturaw dan il-ħsieb aktar nagħmlu ġid.", "Meta dan l-aħħar kien hemm artiklu interessanti f'ġurnal miktub mill-kollega tiegħi l-Ministru Evarist Bartolo fuq il-bżonn tal-konverġenza, li segwa intervista fuq l-istess argument mill-Prim Ministru, jiena għidt li dan jista' jkun pass li jwassalna għall-consensus imma mhux imbagħad nieqfu hemmhekk.", "Jiena għidt li jekk dan huwa pass li jwassalna biex niftehmu fuq politika barranija komuni, allura għandbna ngħaddu minnu basta ma niqfux hemmhekk imma nimxu b'determinazzjoni u nagħmlu pass ieħor.", "Sur President, jiena ltqajt kemm-il darba ma' l-Onor.", "Mintoff u m'għandi xejn x'nistħi minn dan.", "Ċertament ukoll li kulħadd f'din il-Kamra għandu x'jitgħallem mill-esperjenza tiegħu ta' ħamsin sena f'dan il-Parlament.", "Ċertament ukoll li l-Onor.", "Mintoff għandu l-metodi u l-istil tiegħu, li mhux neċessarjament taqbel magħhom, imma wieħed jifhem li dan hu bniedem li jista' jagħtik u li jixtieq il-ġid ta' pajjiżna, anke mill-mod tiegħu ta' kif iħares lejn is-sitwazzjoni hu.", "U jiena hawn fejn ninkweta għaliex ma jistax ikun li billi jiena niltaqa' ma' l-Onor.", "Mintoff jew ma' xi ħadd ieħor minn din in-naħa l-oħra jew min-naħa l-oħra tal-Kamra, allura jien f'daqqa waħda sirt xi konspiratur jew konfoffatur.", "Għaliex qed ngħiduh dan?", "GĦaliex għandna nagħtu l-impressjoni li aħna l-politiċi ma nitħamlux, ma nkellmux lil xulxin u ma nafdawx lil xulxin?", "Alla biss jaf kemm fdajt ma' membri tal-partit oppost u kemm għinuni biex insibu soluzzjonijiet f'dawn it-32 sena li ili fil-Parlament u biex niddiskutu affarijiet skabrużi u antipatiċi fil-pajjiż!", "Dan hu li qed nipprova ngħid illum.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li m'huwiex għaqli u m'huwiex fl-interess ta' Malta li nittrasferixxu din l-art in piena proprieta' u ssuġġerejna li nżommuha fil-limiti ta' kuntratt u nitkellmu mal-gvern pubblikament jew anke mhux pubblikament dwar x'jista' jsir.", "Jista' jkollna raġunijiet li jipperswaduna ma nibqgħux ninsistu pero' jista' jkollna wkoll raġunijiet biex nibqgħu ninsistu u l-gvern jista' anke jisserva bina.", "X'irrid ngħid?", "Irrid ngħid li l-gvern jista' jgħid lill-grantee li ma jistax iċedilhom din l-art in piena proprieta' u jgħidilhom: Ara l-Oppożizzjoni xi plejtu qegħdin jagħmlu!", "Ħafna drabi bejn gvern u oppożizzjoni jkun hemm dan il- ftehim taċitu kif nieħdu l-aħjar kondizzjonijiet għall-pajjiż.", "Aħna nafu li l-kummerċjanti jiġbdu għalihom u jaraw biss kemm jistgħu jdaħħlu mill- proġett; dawn mhux se jħarsu l-interessi ta' Malta imma l-interessi tagħhom.", "Huwa xogħolna li naraw li minn dan il-proġett nieħdu l-iżjed li nistgħu għall-poplu Malti.", "Allura anke hawn jista' jidħol dan id-djalogu taċitu bejn gvern u oppożizzjoni.", "GĦalhekk lill-gvern ngħidlu: Użana kemm trid.", "Ħu l-vantaġġ li mill-oppożizzjoni qegħdin ngħidulek biex tgħid lil min qed tittratta miegħu: GĦandi l-oppożizzjonu warajja.", "Kif nista' nagħtikom din l-art in piena proprieta'?", "Ipprovajna naslu x'imkien, imma ara x'inqala' fil-pajjiż!", "Aħna għandna ngħinu lil xulxin.", "Kemm il-gvern għandu jfittex l-għajnuna ta' l-oppożizzjoni u kemm l-oppożizzjoni għandha tgħin lill-gvern, anke billi topponi.", "Dan huwa l-metodu kif il-politika, minn waħda ta' pika u ta' konfront totali, intellgħuha għal politika serja.", "Imma issa x'irnexxilna nagħmlu, Sur President?", "Irnexxilna nġibu s-sitwazzjoni li min huwa kontra dan il-kuntratt ġie deskritt bħala li huwa anti-Malti, traditur u affarijiet bħal dawn.", "Barra minn hekk, fl-intern tal-Partit Laburista hemm kriżi għaliex dak il-bniedem li ċertament jidentifika ruħu mal-Labour Party ħafna iktar minn kull wieħed mill-membri tal-Partit Laburista preżenti għaliex huwa jirrappreżenta l- istorja tal-Partit Laburista u huwa simbolu għall-Partit Laburista .....", "Dan bħalma għalina tal-Partit Nazzjonalista, Nerik Mizzi u George Borg Olivier huma s-simboli tagħna.", "Ma jfissirx li aħna ma nqasnihomx jew huma ma naqsux f'xi affarijiet, u ma jfissirx li kieku għext fi żmien Nerik Mizzi kont se naqbel miegħu f'kollox jew li qbilt f'kollox ma' Dr Borg Olivier.", "Fuq il-kwesjtoni tar-repubblika, per eżempju, bl-iktar mod apert ngħid li ma qbiltx ma' Dr Borg Olivier.", "Jiena vvotajt għar- repubblika, u naħseb li kelli raġun pero' nirrispetta l-opinjoni ta' Dr Borg Olivier u ma noħroġx ngħajru li huwa traditur ta' Malta għaliex deherlu li ma kenitx dik l-aħjar soluzzjoni f'dak il-mument politikament.", "Dan hu li qed nipprova nfiehem.", "Jiena ma nistax nagħmel il-battalji politiċi interni tal-Labour Party u m'għandi l-ebda dritt nagħmilhom; dawk huma problemi tal-Partit Laburista bħalma jkollu kwalunkwe partit pero' jiena sibt ruħi mgħajjar traditur ta' Malta, li qed nikkonfoffa mal-Perit Mintoff u nagħmel il-ħsara, li ili minn Novembru tas-sena l-oħra mmexxi lil Malta u li kkollaborajt mal-Perit Mintoff biex morna l-Libja, meta jiena lanqas remotament ma mort il-Libja.", "Voldieri mingħajr ma rrid anke jiena ndħalt f'din il-polemika hekk kbira.", "Issa jiena m'iniex bniedem polemikużi.", "Jiena bniedem li nemmen fil- prinċipji tiegħi - prinċipji li għidt x'inhuma bl-iktar mod apert - u bniedem flessibbli anke fl-applikazzjoni tagħhom, għaliex jekk ma tkunx flessibli fl-applikazzjoni tal-prinċipji tkun qed tagħmel ħsara kbira.", "Issa prinċipji huma tajbin biex tosservahom u ssegwihom pero' ma tistax tkun rasek tant stinata li ma jkollox il-flessibbilta' fl-applikazzjoni tagħhom.", "Ma tridx tkun tant stinat li għaliex ħaġa taraha mod, allura temmen li kull min ma jaqbilx miegħek dwarha huwa traditur ta' pajjiżek.", "Mela fuq biċċa kuntratt kellna qatt naslu għal dan il-vokabolarju!", "Aħna qatt ma kellna naslu għall-kwestjoni tal-problema ta' governita'.", "Kif diġa' għidt, Sur President, jien ma nistax ngħid li għandi dixxendenza mill-Kottonera pero' żgur li l-Onor.", "Mintoff jidentifika ruħu ma' l-istorja tal-Kottonera u huwa parti mill-Kottonera.", "Allura kif nistgħu ngħidu li huwa traditur!", "Tista' tgħid li ma taqbilx miegħu u tista' tgħidlu li ma jidhirlekx li għandu jivvota kontra għaliex ma jaqbilx mat-tali kuntratt.", "Din it-tip ta' kritika jiena nifhimha imma ma naħsibx li kien għaqli li tgħid li ma nistgħux ngħidu \"Malta l-ewwel u qabel kollox\" għaliex l-Onor.", "Mintoff ittradixxa din l-għajta li tant ġibdet Maltin warajha.", "Lanqas ma nemmen li għaliex wieħed ma jaqbilx ma' xi ħaġa allura għandu jirriżenja.", "Għalfejn qegħdn inkabbruhom l-affarijiet?", "Dażgur li għandna dritt nirrabbjaw, u min jaf kemm-il darba rrabjajt għaliex ħassejt li ma ġejtx itrattat tajjeb; forsi kellhom raġun huma u forsi kelli raġun jien imma din m'hijiex kwestjoni ta' min għandu raġuni u min għandu tort.", "Din hija kwestjoni ta' kif nixtiequ niżviluppaw ruħna.", "U dan hu li qed nipprova ngħid.", "Sur President, kif diġa' għidt ilna sejrin b'dan id-dibattitu.", "L-ewwel kellna l-ewwel parti tad-dibattitu, biex ngħid hekk, u l-vot ġie skonfitt.", "L-għada l-Prim Ministru mar il-Birgu, u dan, fl-opinjoni tiegħi, kien żball kbir.", "Jiena liIl-Prim Ministru nirrispettah ħafna, u hu jafu dan.", "Nirrispetta wkoll il-kalma artifiċjali li għandu.", "Qed ngħid \"artifiċjali\" għaliex jien naħseb li l-Onor.", "Alfred Sant artifiċjalment hu kalm imma effettivament ġewwa fih huwa vulkan.", "GĦalhekk jiena nammira l- kapaċita' li għandu li jikkontrolla n-nervi u t-tbatijiet - għaliex meta tiggverna għandek ħafna drabi tbatija - u l-affarijiet li huwa jikkonsidrahom bħala ostili għalih.", "Imma nistaqsi lill-Prim Ministru: Dak huwa l-metodu kif iġġib l-investiment f'pajjiżek, billi tmur tagħmel press conference fil-Birgu mimli tgħajjir u anke very much not in keeping mal- karattru tiegħek b'dak l-għajjat strepituż?", "Jaħseb xi ħadd li b'dan il-mod se niġbdu investiment barrani għal Malta?", "Anzi jiena naħseb li dan huwa l- aħjar metodu biex tbiegħdu.", "Sur President, jiena nsegwi r-radjijiet kollha imma partikolarment f'dawn il-ġranet segwejt ħafna s-Super 1.", "Imma għalfejn dawk l-innijiet eżultanti, qisna se mmorru alla riscossa, qisha La Marseillaise?", "GĦalfejn ninċitaw lin-nisa u 'l kulħadd iħallu d-djar tagħhom u jikkonverġu lkoll hemmhekk?", "GĦalfejn imbagħad taparsi hemm competition biex kulħadd jgħid humiex se jirbħu l-Italja fuq il-Cameroon jew il-Cameroon fuq l-Italja biex ikollhom iċ-ċans jgħidu xi ħaġa kontra l-Onor.", "Mintoff?", "Din x'serjeta' hi?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kien hemm telefonati waħda fuq l-oħra, min jgħid li l-Onor.", "Mintoff żmaga u min jgħid mod ieħor.", "Issa, Sur President, jiena forsi fost l-aktar nies li kkritikajtu lill- Onor. Dom Mintoff u kkritikajtu iebes, imma mbagħad f'affarijiet oħra għandi ċerti rabtiet miegħu.", "Imma jaħseb xi ħadd - u dawn huma ġurnalisti li ċertament iħobbu lill-Partit Laburista u għandhom leata' enormi lejn il- Prim Ministru Sant, pero' bl-imħabba u l-leata' kollha li jista' jkollok ma tista' qatt tiżboq l-limiti ta' dak li huwa tajjeb .....", "L-Onor.", "Tonio Borg qed ifakkarni li hemm dak li jissejjaħ eċċess tal-leġittima difiża.", "U jiena naħseb li dak l-għajjat strepituż biex kulħadd jikkonverġi lejn il- Birgu ġurnata wara l-oħra abbinat mar-rebħiet jew telfiet tat-teams tal- football huwa l-veru każ ta' eċċess tal-leġittima difiża.", "U din m'hijiex serjeta'.", "Pajjiżna jistħoqqlu ħafna iżjed minn hekk.", "Kif kont qed ngħid, ħafna minn dawn il-ġurnalisti jiena nafhom personalment u naf li huma ġurnalisti bravi, serji u li jafu x-xogħol tagħhom, pero' allaħares anke huma bħall-Prim Ministru Sant jitilfu rashom!", "Din kienet sfortuna, bħalma kienet sfortuna li kompla f'din il-linja anke fil-meeting ta' Bormla.", "Sewa xi ġid dan?", "Nistgħu ngħidu li lill-Partit Nazzjonalista swietlu ġid għaliex mingħajr ma trid il-firda f'partit tgħin biex jissaħħaħ il-partit tan-naħa l-oħra.", "Dan għandu mil-loġika tal-ħajja pero' anke jekk aħna ħriġna daqsxejn imsaħħin iktar, il-pajjiż ħareġ imsaħħaħ, id-demokrazija ta' pajjiżna ħarġet imsaħħa aktar?", "Dan hu li qed nipprova ngħid.", "Sur President, aħna għandna responsabbilta' kbira f'dan il-pajjiż.", "Kulħadd għandu l-ottika tiegħu, kulħadd għandu l-istil tiegħu u kulħadd għandu l-metodu tiegħu imma f'ċerti affarijiet il-linja ta' demarkazzjoni ma tistax tiksirha.", "Per eżempju, kif tista' ġġib lill-oppożizzjoni taqbel miegħek u tużaha biex tinnegozja meta qiegħed tpinġiha bħala traditriċi tal- Kottonera?", "Għaliex dan għandu jagħti lok anke għal public lynching?", "Nerġa' nirrepeti, jien ammirajtu lill-Onor.", "Mintoff, ammirajt l-istamina u r-reżistenza tiegħu.", "Forsi ħaddieħor ta' livell politiku u ta' stamina politika ħafna inqas minnu ma kienx ikun kapaċi jirreżisti dik il-pressjoni li saret fuqu siegħa wara siegħa, ġurnata wara ġurnata u diskors wara diskors.", "Issa jiena m'iniex Laburist.", "Jien Nazzjonalista imma anke jiena li tant kelli kwestjonijiet ma' l-Onor.", "Mintoff f'sens politiku - qatt ma kelli ebda kwestjoni miegħu fuq bażi personali anzi dejjem żammejt l-aħjar relazzjonijiet - ngħid li ma tittrattax bniedem li ilu għal iktar minn 50 sena deputat ta' dan il-pajjiż u bniedem li għal tant snin kien pr im ministru ta' Malta b'dan il-mod.", "Wieħed jista' jgħid ħafna affarijiet lin- nes fil-folla imma li tgħid lill-folla li l-Onor.", "Mintoff huwa traditur ta' Malta huwa inaċċettabbli.", "(Onor. Membri: Hear, hear) F'ċertu kontest dan weġġa' lilna lkoll.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit.", "Jiena m'jien qed nagħmel apoloġija għal ħadd.", "L-Onor.", "Mintoff m'għandux bżonn lil Guido de Marco biex jaqbeż għalih.", "L-Onor.", "Mintoff dam seba' sigħat jitkellem u lkoll smajnih.", "Min qabel miegħu, min ma qabilx miegħu, min jaqbel mal- metodu tiegħu, min ma jaqbilx mal-metodu tiegħu.", "Imma m'għandux bżonn lili difensur tiegħu, u lanqas qed nitkellem hekk biex niddefendih.", "L-Onor.", "Mintoff jaf jiddefendi lilu nnifsu, u kif jaf jiddefendi lilu nnfisu!", "Voldieri ċertament li dan m'iniex qed ngħidu biex niddefendih imma biex niddefendi l-bon sens ta' dan il-pajjiż u l-istituzzjoni tal-Parlament.", "Xi rrid ngħid, Sur President?", "Aħna ġejna f'dan il-Parlament biex niddibattu kwesjtoni li sfortunatament saret kwestjoni ta' kriżi nazzjonali.", "Il-Prim Ministru qal li jekk l-Onor.", "Mintoff ma jirriżenjax jew hu jew xi ħadd ieħor jivvota kontra jew anke jastjeni, huwa jikkonsidra dan bħala vot ta' sfiduċja fih.", "Issa aħna bħala oppożizzjoni bilfors għandna nivvotaw kontra għaliex aħna żgur li m'għandniex fiduċja fil-gvern.", "Anke jekk iġib l-aħjar kuntratt immaġinabbli imma jippreżentah bħala vot ta' fiduċja fil-gvern, bħalma hu l- budget, aħna bilfors nivvotaw kontra tiegħu.", "Allura dan kien għaqli?", "Dan hu l-mod li bih nixtiequ li d-demokrazija f'Malta timxi 'l quddiem?", "Sur President, jiena naf li n-nies qegħdin isegwu dawn id-dibattiti b'ċertu interess u anke anzjeta'.", "U minn ġurnata għall-oħra qegħdin jistaqsu: Se ssir elezzjoni jew m'hijiex se ssir elezzjon?", "Se jibqa' l- Prim Ministru Sant jew mhux se jibqa'?", "L-Onor.", "Mintoff se jirriżenja jew se jirriżenjaw it-tnejn li huma?", "Sadanittant dan kompla saħħaħ l-istaġnar fl-ekonomija tal-pajjiż li lkoll nafu li diġa' ma kenitx fl-aħjar tagħha.", "Ngħid ukoll li dan il-pajjiż ħaqqu aħjar mill-politiċi tiegħu.", "Dan il- pajjiż għandu dritt jippretendi ħafna iżjed minn kull wieħed minna u jistenna li aħna nużaw il-politika bħala strument ta' għaqda fin-nazzjon u mhux bħala strument ta' firda.", "Kemm hu faċli li ngħajru lil xulxin!", "Imma daqstant ieħor huwa diffiċli li nibnu l-pontijiet bejnietna.", "Pero' filwaqt li kull partit jixtieq li jkollu l-fiduċja tal-poplu biex jiggverna bl- aħjar metodu kif jaħseb li għandu jiggverna, fir-realta' hemm gvern u oppożizzjoni.", "Jiena ngħid pero' li aħna għandna nkunu kburin b'din l- alternanza.", "Jiena ma jinkwetanix verdett tal-poplu li jtellagħni fil-gvern u ma jdejjaqnix verdett tal-poplu li jqegħedni fl-oppożizzjoni.", "U dan huwa li rridu nsaħħu iżda mhux bil-mod kif qegħdin inġibu ruħna.", "Din hija resposabbilta' li rridu nerfgħu lkoll.", "Nhar it-Tnejn kulħadd kien qed jistenna li l-Prim Ministru se jagħmel il- winding-up kif kien qal.", "Allura hija serjeta' li l-winding-up ma sarx?", "Jien ma naħsibx li dik kienet serjeta'.", "Jekk il-Prim Ministru kellu l- possibbilta' li jsib xi soluzzjoni, allura seta' qalilna li d-dibattitu se jiġi nterrott għaliex hemm il-possibbilta' li tinstab soluzzjoni fl-aħjar interess tal-pajjiż u mhux noqogħdu ngħajru lil xulxin.", "Hemm xi ħaġa ħażina jekk ngħidu dan?", "Hemm xi ħaġa li għandha tħammrilna wiċċna jekk nagħmlu hekk?", "Dan hu li qed nipprova nfisser lill-Kamra u lil Malta kollha, li nagħmlu żball jekk nagħmlu teatrin mill-Parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk dan il-Parlament ma jibqax il-post fejn issir diskussjoni bis-serjeta', allura qegħdin nonqsu lill-eletturi tagħna.", "Madam Speaker, aħna għandna d-dover li naraw li Malta timxi 'l quddiem u jiena konvint li l-proġett tal-Kottonera huwa proġett li pajjiżna jista' jgawdi minnu.", "Jista' jkun pero' li l-gvern għandu bżonn lill-oppożizzjoni biex issaħħaħlu jdejh ħalli meta jiġi biex jittratta ma' dan il-consortium jieħu l-aħjar kondizzjonijiet għal Malta.", "GĦalhekk m'hemm xejn ħażin li l- gvern jisserva bina għall-ġid ta' Malta pero' mhux imbagħad niġu msejħa tradituri ta' Malta u tal-poplu tal-Kottonera.", "Dan huwa żball u għalhekk, jekk nistgħu ninnegozjaw kuntratt aħjar u mingħajr tgħajjir, allura għandna nwaqqfu dan id-dibattitu u naraw li nieħdu l-aħjar kondizzjonijiet għal Malta.", "Irridu nifhmu wkoll li jekk se nkomplu inweġġgħu lil xulxin, fir-realta' qegħdin inweġġgħu lil Malta u mhux lil xulxin.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi biex l-Onor. de Marco jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor. de Marco jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Onor. de Marco kompla bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha ta' din l-estensjoni tal-ħin.", "Kont qed ngħid, Madam Speaker, li dan il-pajjiż jistħoqqlu ħafna aħjar.", "Xi ħadd iċċita minn l-aħħar diskors illi kien sar meta telaq Chamberlain.", "Dak id-diskors kien sar ġol- Parlament Ingliż minn Leopold Amery, li kien iċċita l-kliem illi kien qal Cromwell lil Chamberlain, jiġifieri \"F'ġieh Alla, itlaq.\"", "Jiena nitlob lil Alla li ħadd minna ma jgħid dan il-kliem li xi wieħed minna stess.", "Aħna għandna bżonn l-għajnuna t'Alla biex nagħmlu d-dover tagħna hawnhekk u qatt m'għandna ngħidu dan il-kliem.", "Kull wieħed minna għandu jiffaċċja r- responsabbilta' li għandu ta' Maltin li aħna.", "Jista' jkun li jkollna fehma żbaljata; jista' jkun li anke l-metodu tagħna jkun żbaljat pero' rridu nifhmu li dan il-pajjiż ma jistax ikollu dibattiti bħal dawn, u li nkomplu dan id-dibattitu huwa żbaljat.", "Jew id-dibattitu jingħalaq bħalma għandu jingħalaq jew inkella xi ħadd jgħidilna li qegħdin isiru xi trattattivi bil- ħsieb li nġibu proposti ġodda u aħjar.", "Hekk jimxu parlamenti serji fid- dinja kollha.", "Jiena ma naqbilx ma' dan il-gvern u ma nistax nagħtih fiduċja pero' hemm affarijiet iktar importanti mill-fiduċja jew sfiduċja fil-ħajja parlamentari.", "L-iktar ħaġa essenzjali hija li nuru li pajjiżna m'huwiex pajjiż maqsum u li nafu nottjenu l-aħjar kondizzjonijiet mill-barranin.", "Tajjeb ukoll li nuru lill-barranin illi filwaqt li nieħdu pjaċir illi jiġu bl-investiment, m'aħniex se ninqasmu bejnietna għaliex wieħed isejjaħ dak l- investiment Amerikan, ieħor isejjaħlu investimet Libjan u ieħor isejjaħlu investiment Ewropew.", "Ma jiġi ħadd jgħidilna li altrimenti m'humiex se jġibu investiment f'pajjiżna!", "Ma jiġi ħadd jgħidilna dawn l-affarijiet lilna!", "Hija bl-għaraq ta' ġbina, bil-volonta', bl-imħabba lejn artna u bil- kapaċita' ta' kull wieħed minna li nġibu l-investimenti f'pajjiżna.", "Dan huwa l-appell tiegħi u għalhekk biss ridt nintervjeni biex dan il-pajjiż jifhem illi anke meta niżbaljaw ma rridux nonqsu lil xulxin u wisq inqas lil Malta.", "Tajjeb ukoll li nitgħallmu mill-iżbalji li kull wieħed minna jagħmel, għoli kemm hu għoli, żgħir kemm hu żgħir u għandu kemm għandu esperjenza hawn ġew.", "Malta hija importanti għalina lkoll.", "M'għandniex xi territorju kbir.", "Biċċa territorju żgħir għandna imma din Alla tana u għandna nibżgħu għaliha u nkunu aħna illi niddefenduha.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jiena wkoll nixtieq nagħti l- kontribut tiegħi f'dan id-dibattitu rigward il-mozzjoni li titratta l- proġett fix-xatt tal-Birgu.", "Aħna nħossu li dan il-proġett huwa ta' ġid mhux biss għall-Kottonera imma għall-pajjiż kollu, u għandi l-pjaċir ngħid illi jiena kont wieħed mill-membri tas-sub-committee tal-Kabinett li ttratta dwar proġetti ġewwa l-Kottonera.", "GĦadu kemm tkellem qabli l-Onor Guido de Marco li jiena ili nisimgħu f'din il-Kamra bħala deputat mill-1981 u s'intendi anke ħafna snin qabel meta kont niġi hawnhekk bħala ġurnalista.", "U nista' nassigurah illi kienet l-imħabba kbira li għandna tixgħel ġo qlubna għal pajjiżna li ġegħlitna nistinkaw kemm nifilħu sabiex naraw li dan il-proġett jinbeda fi żmien mhux 'il bogħod.", "Madam Speaker, bħala l-ministru tal-kunsilli lokali, flimkien mal- ministru tat-turiżmu u s-self-employed, l-Onor.", "Karmenu Vella, li ħadem ħafna fuq dan il-proġett, fit-2 ta' Ġunju ltqajt mal-kunsilli lokali ta' Bormla, l-Isla, il-Birgu u l-Kalkara.", "Nista' ngħid għalhekk li l-kunsilli lokali tal-Kottonera għandhom xewqa u rieda kbira li mill-kliem ngħaddu għall-fatti u naraw li dan il-proġett kbir u importanti għal pajjiżna u għall-Kottonera jitwettaq.", "Tajjeb ngħid ukoll pero' li għadna fiż-żmien opportun biex naraw li nġibu kondizzjonijiet aħjar għal pajjiżna.", "Kif nafu, Madam Speaker, Ħaż-Żabbar għandu parti li tagħmel mat-tieni distrett elettorali u parti li tagħmel mat-tielet distrett elettorali u huwa wkoll ir-raba' l-ikbar raħal ta' Malta.", "Fil-fatt sa l-1976 Ħaż-Żabbar kien magħqud kollu kemm hu mal-Kottonera.", "Kif qed ngħid, minħabba li parti minn Ħaż-Żabbar tagħmel parti mit-tieni distrett elettorali, il-kunsill lokli ta' dan il-lokal bagħtli ittra fejn kitbuli hekk:", "\"Onorevoli, il-bieraħ 16 ta' Ġunju 1998, il-kunsill tiegħi għadda din il-mozzjoni li jitolbok twassal lill-Onor.", "Prim Ministru:", "\"Il-Kunsill ta' Ħaż-Żabbar jiddeplora l-fatt li l-proġett li kien se jsir fix-xatt tal-Birgu ma ġiex mgħoddi mill-Parlament.", "Il-kunsill iħoss li dan il-proġett kien se jkun ta' siwi għan-naħa tagħna tas- south, speċjalment għal dawk ta' l-inner harbour.", "GĦalhekk aħna qegħdin inressqu din il-petizzjoni tal-kostitwenti tagħna li jagħmlu parti mit-tieni distrett elettorali, pero' huma fil-konfini tal- kunsill tagħna, biex l-Onor.", "Prim Ministru jsib mezz biex jerġa' jirrikonsidra t-twettiq ta' dan il-proġett.", "Din il-mozzjoni għaddiet b'ħames voti favur u tlieta kontra.\".\".", "GĦalhekk aħna erġajna ġibna din il-mozzjoni quddiem il-Parlament għaliex inħossu li dan huwa proġett li għandu jkun ta' ġid għal pajjiżna b'mod speċjali għall-Kottonera.", "Madam Speaker, nixtieq issa nitkellem ftit dwar x'għamel Gvern Laburista fil-Kottonera għar-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam ma' akkomodazzjoni soċjali.", "Gvern Laburista ħa ħsieb li jimbarka fuq diversi proġetti fil- Kottonera u dalwaqt joħorġu xi permessi ta' bini.", "F'dan il-każ tkellimna wkoll ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar biex tħaffilna l-permessi għaliex ma jistax ikun illi l-programm tal-gvern ma jsibx għajnuna biżżejjed, fis-sens illi ma jkunx hemm dik l-għaġġla biżżejjed sabiex il-proġetti jkunu jistgħu jitwettqu.", "Gvern Laburista qiegħed jimbarka wkoll fuq programm kbir ta' manutenzjoni tal-bini eżistenti ġewwa l-Kottonera.", "Jekk wieħed iżur ir-residenti ta' St Nicholas Married Quarters f'Bormla, per eżempju, isib li dawn illum huma iżjed kuntenti għaliex permezz tad- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar - dan jaqa' taħt il-ministeru tal- housing - qiegħda ssirilhom il-manutenzjoni meħtieġa.", "Jiena kemm-il darba żort il-familji li jgħixu f'dawn il-quarters, kemm qabel l-elezzjonijiet ta' l-1992 u l-1996 u anke fl-1971.", "Dan l-aħħar erġajt żorthom u nista' ngħid li madwar 15-il ġurnata oħra x-xogħol kollu ta' manutenzjoni jkun lest u b'hekk inkunu għollejna wkoll il-livell ta' għajxien ta' dan in- numru sabiħ ta' familji.", "Barra minn hekk qegħdin naraw kif dan ix-xogħol ta' manutenzjoni nestenduh għall-postijiet illi hemm fil-barracks ta' Verdala.", "Qegħdin nippropnu wkoll li jinbnew 24 post ġdid u li jsir refurbishing ta' erba' postijiet illi kienu tħallew abbandunati fuq is-sur ta' Santa Liena.", "Se nibnu wkoll 18-il post ieħor bħala sulari addizzjonali f'San Ġwann t'Għuxa, fejn se nipprovdu wkoll il-lifts, numru kbir ta' garaxxijiet u ħwienet.", "Minn hawnhekk wieħed jara kemm Gvern Laburista verament qiegħed iħares lejn il-ġid tar-residenti f'Bormla.", "Madam Speaker, Gvern Laburista għandu programm ta' bini ġewwa l-Kottonera għall-erba' snin li ġejjin, li jammonta għal spiża ta' ¥3 miljun, somma li ġġib nofs l-estimi ta' nfiq għall-bini għal sena sħiħa fil-programm ta' l- Awtorita' tad-Djar.", "Dan barra l-ispejjeż għall-acquisition ta' aktar minn 200 post biex issir slum clearance.", "Diġa' lestejna l-ewwel fażi tal- proġett ta' Santa Liena bdejna u dalwaqt inlestu t-tieni fażi u bil-ħsieb illi nibdew ukoll it-tielet fażi.", "Imbagħad jibqa' l-ikbar proġett, jiġifieri l-proġett ta' Triq San Ġwann ma' Triq il-Grazzji, il-proġett fi Sqaq Srejdek u l-proġett fi Triq San Franġisk.", "Kellna wkoll numru ta' laqgħat ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar biex inkunu nistgħu nżommu parti mill- faċċati li hemm fi Triq San Ġwann fejn ippjantajna wkoll ġnien.", "Minn hawnhekk wieħed jista' jara kemm qiegħed jitqal iktar ix-xogħol tal-housing għar-raġuni li trid tippjanta fuq faċċati diġa' eżistenti.", "F'dan is-sens nista' nsemmi l-biċċa xogħol kbira li qegħdha ssir ġewwa Triq Sant'Ursula fil-Belt Valletta għaliex bħala Gvern Laburista qegħdin nagħtu attenzjoni sħiħa lid-dawra tal-Port il-Kbir jew l-Inner Harbour Area li tikkomprendi l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, Bormla, l-Isla, il- Birgu u l-Kalkara.", "Nixtieq insemmi wkoll l-iskema l-ġdida ta' l-Awtorita' tad-Djar li permezz tagħha l-privat qiegħed jersaq biex ibigħ postijiet battala lill-Awtorita' tad-Djar.", "Xi erba' postijiet minn dawk li diġa' nxtraw jinsabu ġewwa Bormla pero' nixtieq nieħu din l-okkażjoni sabiex nħeġġeġ aktar lill-privat jersaq għand l-awtorita' u jbegħelha l-postijiet battala li għandu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ikolli niġbidlek l-attenzjoni għan- nuqqas ta' quorum.", "MADAM SPEAKER: Is-seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.", "Is-Seduta ġiet sospiża fid-8.50 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Peress li hawn quorum, nistieden lill-Onor.", "Portelli jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, bħal fil-postijiet l-oħra tal- Kottonera, f'Bormla hemm id-diffikulta' li f'ċerti toroq ma tistax tidħol b'makkinarju kbir bħal trakkijiet u cranes.", "Fost dawn it-toroq hemm, per eżempju, Triq Alessandru u Triq Nelson.", "GĦalhekk qegħdin attenti biex f'każ illi jkun se jsir xi żvilupp mill-privat naraw ikunx jista' jinstab aċċess għal dawn it-toroq li semmejt.", "Nappella wkoll lill-Bormliżi sabiex hekk kif jaraw li se jsir xi żvilupp mill-privat javżawna ħalli niftehmu mas-sidien tal-postijiet li jkunu qegħdin jitwaqqgħu sabiex nakkwistaw aċċess.", "Rigward il-Birgu ddiskutejna ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex inkunu nistgħu nwaqqgħu kantuniera fi Triq Papa Alessandru, iddiskutejna rigward il-faċċata tal-post u applikajna biex nibnu numru ta' flats b'sulari addizzjonali kemm f'Tal-Ħawli kif ukoll fil-Fortini.", "Fl-Isla wkoll għandna l-problema ta' l-aċċess għal ċerti areas, fosthom in-naħa ta' Triq is- Sirena.", "GĦalhekk l-istess appell li għamilt lill-Bormliżi nagħmlu wkoll lir-residenti ta' l-Isla biex jekk jaraw li l-privat qiegħed iwaqqa' xi bini u permezz t'hekk jinfetaħ aċċess allura nkunu nistgħu niddiskutu mas- sid u jkun jista' jsir slum clearance dik in-naħa wkoll.", "Barra minn hekk se jsir slum clearance fi Triq San Filippu.", "Rigward il-Kalkara qegħdin niddiskutu ma' żviluppatur ta' l-art li tlabnih jagħmel il-pjanti u jissottomettihom għall-approvazzjoni ta' l- Awtorita' tad-Djar.", "Se jsir ukoll ġnien u refurbishing sħiħ fi Triq is- Salvatur, jiġifieri fiż-żona ta' Bighi.", "Irrid ngħid li jiena nifhem lil min f'din il-Kamra qal li huwa meħtieġ illi jkun hemm ftehim bejn il-privat u l-gvern sabiex isiru joint ventures u huwa propju dan illi qegħdin nagħmlu.", "F'dan is-sens għaddejjin diskussjonijiet ma' żviluppatur ieħor rigward in-naħa l-oħra ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onor. Portelli imma se jkolli mwaqqfek għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Iva, Madam Speaker.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis 25 ta' Ġunju fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) – it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta – Kumitat (Kont.);", "Riżoluzzjoni dwar Enfitewsi temporanja ta' mollijiet, bini u dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla lill-Port Cottonera Limited – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "--------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Madam Speaker, bil-permess tiegħek xtaqt nispjega daqsxejn kif se naħdmu għas-seduti li fadal minħabba xi ħaġa li nqalgħat proprju llum.", "Ġejna informati mingħand l-Attorney General li l-liġi li temenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur trid tgħaddi minn dan il-Parlament mill-istadji kollha tagħha qabel id-29 ta' dan ix-xahar.", "Issa bħalma taf is-Sinjora Tiegħek id-29 huwa nhar it-Tnejn u hija festa pubblika, u dan l-abbozz fadallu jgħaddi minn din il-Kamra mis-second reading, ovvjament bil-vot, mill-committee stage u mit-third reading.", "Bil- mozzjoni ta' proċedura li għandna, dawn iridu jittieħdu fl-aħħar tas-seduta u allura ma nistgħux nagħmluhom kollha fi stadju wieħed.", "Il-Ministru Mizzi diġa' avviċina lin-naħa l-oħra biex forsi jkun hemm xi forma ta' arranġament ħalli aktar minn stadju wieħed jittieħed f'seduta waħda u b'hekk inkunu nistgħu nkunu prattiċi imma b'dispjaċir ngħid illi min-naħa l-oħra qegħdin jgħidu li ma jridux jikkoperaw.", "Dan qed ngħidu sabiex nispjega għaliex se jkollna naġġornaw il-Kamra għal għada l-Ħamis fejn, jekk jista' jkun, nibdew billi nieħdu l-vot tas-second reading.", "Ovvjament imbagħad hemm it-tielet qari ta' liġijiet oħra li nistgħu neħduhom għada wkoll ħalli nkunu għaddejnihom.", "Imbagħad jibqagħlna l- committee stage u t-third reading u allura jkollna nieħdu seduti l-Ġimgħa b'seduta wara nofsinhar u oħra filgħaxija.", "Qed nassumi li l-committee stage jkun spiċċa u b'hekk nieħdu l-voti filgħaxija imma mbagħad it-third reading, jekk kemm-il darba jibqa' dan-nuqqas ta' qbil sabiex ngħadduha f'seduta waħda, inkunu kostretti li nagħmluh f'seduta li jkollna s-Sibt wara nofsinhar.", "Nerġa' ngħid, dan l-abbozz ta' liġi jrid jgħaddi sad-29 ta' Ġunju.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, nixtieq nuri kemm hija sorpriża n-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar il-konfużjoni li jinsab fiha l-gvern.", "Kif jaf kulħadd, il-Parlament qiegħed jiltaqa' b'mod straordinarju biex niddiskutu mozzjoni li l-Prim Ministru qal illi hija waħda ta' fiduċja fil- gvern.", "Imma issa f'daqqa waħda l-gvern induna li għandu bżonn jagħmel seduti għada l-Ħamis, il-Ġimgħa wara nofsinhar u l-Ġimgħa fil-għaxija u s- Sibt!", "Dan bl-ebda mod mhu aċċettabbli għalina u huwa konferma li l-gvern m'għandu ebda sens ta' direzzjoni u ma jafx x'qed jagħmel.", "Jien ngħid lill-gvern illi min-naħa tagħna m'huwiex se jsib kooperazzjoni fuq dak illi ssuġġerixxa l-Onor.", "Vella li għandu jiġi diskuss f'dan il- Parlament.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kellux għalfejn iqum hawnhekk u jagħmel il-pożizzjoni daqshekk b'mod formali għaliex jiena diġa' għidt illi meta avviċinajnihom biex nipprovaw negħlbu din id-diffikulta' teknika, minkejja d-diskors ħelu u miksi kollu ġelu ta' sens nazzjonali, ta' persważjoni u ta' responsabbiltajiet minn ċerti elementi min-naħa l-oħra, qalilna li l-klima m'hijiex tajba u li m'humiex lesti jikkoperaw.", "Dan diġa' għidtu u allura l-Kap ta' l-Oppożizzjoni sempliċement qam biex ikompli jasserixxi l-arja li qed taħdem biha l- Oppożizzjoni, minkejja dak li qed jgħidu ċerti elementi oħra li jilagħbuha tal-paladini tad-demokrazija.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, jumejn ilu l-Onor.", "Jesmond Mugliett waqt l-Aġġornament għoġbu jagħmel numru ta' insinwazzjonijiet imma minkejja l-kliem kollu li qal ma wasalx biex spade jgħidilna spade.", "Proprju waħda mill-affarijiet illi jiena nixtieq hija li naqtgħu dawn l- insinwazzjonijiet u jekk xi ħadd irid jgħid xi ħaġa allura nistenna li mhux biss jgħidha ġewwa l-Parlament imma jgħidha b'vuċi ċara anke barra l- Parlament ħalli jkun possibbli li wieħed jieħu l-passi neċessarji kontra tiegħu.", "GĦaliex meta nduru mal-lewża, ninsinwaw u noħolqu d-dubju mingħajr ma ngħidu dak li verament nixtiequ ngħidu u nużaw il-Parlament minħabba l- immunita' parlamentari, allura bilfors wieħed jgħid li f'dak id-diskors m'hemm xejn konkret.", "U tajjeb illi niċċaraw ċerti affarijiet ħalli dawk in- nies li ntefa' dell ikrah fuqhom - qed nirriferi hawnhekk għall-membri tal- kumitati li għamlu l-adjudication fuq iż-żewġ każijijiet li semma l-Onor.", "Mugliett u li jistgħu jaħilfu li jiena fl-ebda ħin u fl-ebda mument ma ntervenejt ...", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-Ministru qal li jkun tajjeb li dan id-diskors isir barra mill-Parlament.", "Fil-fatt ħmistax jew tliet ġimgħat ilu dan id- diskors kien is-suġġett ta' artiklu li ktibt f'gazzetta.", "Jiġifieri jekk ried jieħu xi passi kontrija seta' ħadhom bl-ikbar liberta'.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, jiena naf x'qiegħed ngħid.", "Kont qed ngħid biex ma noqogħdux induru mal-lewża u ninsinwaw b'tali mod illi ma jkunux jistgħu jittieħdu passi għax ma jkun hemm xejn dirett.", "GĦalhekk nisfida lill-Onor.", "Mugliett jagħmel xi ħaġa diretta.", "(Interruzzjonijiet) Għid li jien korrot!", "Jekk taħseb li kien hemm xi korruzzjoni, allura kun dirett u mhux toqgħod tinsinwa.", "(Interruzzjonijiet) Inti kemm-il darba insinwajt hawnhekk li jiena b'xi mod jew ieħor involvejt ruħi fl-għażla li saret.", "(Interruzzjonijiet) lnti bdejt il-ħin kollu tgħid \"GĦax il-gvern iddeċieda \"jew \"Il-Gvern għażel\" u li jiena apposta ma dħaltx hawn ġew.", "GĦalhekk jekk kien hemm xi korruzzjoni f'dak li sar nisfidak toħroġ tgħidu ħalli dawk in-nies li kienu nvoluti fl-adjudication ikunu jistgħu jieħdu s- sodisfazzjon tagħhom fejn għandhom jeħduh.", "Madam Speaker, meta l-każ tal-hospital planners tressaq quddiem il- Kumitat tal-Kuntratti, saret id-diskussjoni u rriżulta li l-grupp illi kien qiegħed jiġi ndikat ma kellux il-kwalifiki eżatti skond it-tender.", "Kif qal l-Onor.", "Mugliett stess, il-kumpannija jrid ikollha esperjenza ta' għaxar snin f'dan il-qasam.", "Issa l-kumpannija li ntgħażlet hija splinter group ta' kumpannija rinomata li kienet ilha għal żminijiet twal tiffunzjona.", "Imma dawn kienu grupp ta' senior consultants u minħabba dik it-teknikalita' ma setgħux jieħdu t-tender u meta ħarisna lura lejn l-oħrajn rajna li kellhom diversi fatturi li ma jikkwalifikawhomx.", "Id-disinjaturi kienu se jintagħżlu fil-jiem ta' wara iżda minħabba li kienu ġejjin il-festi ma kienx jagħmel sens.", "U naħseb li l-Onor.", "Mugliett kien jiġi hawnhekk u jikkritikani iżjed kieku din ma ngħatatx bħala direct order u kien ikollu raġun.", "Biex ma nagħtux xi impressjoni ħażina, hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq direct order ta' miljuni imma fuq direct order li tlaħħaq inqas minn ¥100, 000.", "Din kienet ir-raġuni ċara għaliex ingħatat dik id- direct order u kieku ma ngħatatx, lill-Kaxxa ta' Malta kienet tiswilha mijiet ta' eluf ta liri għax konna naqgħu lura b'xhur sħaħ.", "Dan kien l- ewwel każ.", "Niġi issa għat-tieni każ.", "Tajjeb ngħid li l-kumpannija li tefgħat l-orħos applikazzjoni kieku riedet kellha kull opportunita' li tressaq il-complaint tagħha quddiem il- Contracts Committee.", "Tajjeb ngħid ukoll li r-regolamenti tal-Contracts Committee mhux aħna għamilnihom imma għamilhom il-Gvern Nazzjonalista qabel l-elezzjoni li għaddiet.", "Iżda meta dawn ressqu l-claim tagħhom, naqsu li jħallsu d-deposit li kellhom iħallsu u allura l-Contracts Committee ma setax jiddelibera fuq il-complaint li kien sar.", "Dan hu li ġara, xejn iktar u xejn inqas.", "Sadanittant tressqu proċeduri l-qorti u għaddew, ingħata l- kuntratt u x-xogħol beda.", "U nista' nassigura lill-Onor.", "Mugliett li r- rapporti li għandna mill-konsulenti, mid-dipartiment, mill-grupp paramediku u minn setturi oħra ta' tmexxija fl-isptar kollha huma favorevoli fejn jirrigwarda l-hospital planners.", "Kumbinazzjoni ltqajna ma' xi nies barra minn Malta u d-diskors li għadda bejn iż-żewġ naħat wera li aħna kellna biċċa raġun.", "GĦalissa se nieqaf hawnhekk dwar dan imma nixtieq li ma jsirux aktar insinwazzjonijiet.", "Jew jekk għandna xi ħaġa x'ngħidu u għandna l-provi, allura nitkellmu ċar and we call a spade a spade u mhux noqogħdu nduru mal- lewża.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, matul dawn l-aħħar xhur komplew isiru numru ta' xogħlijiet mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex inwettqu mill-aħjar li nistgħu l-mandat tal-Gvern Laburista ħalli s-settur tal- biedja f'pajjiżna mhux biss ikun qed jindirizza l-għan li l-bdiewa, is- sajjieda u r-raħħala jkollhom qliegħ ġust imma jilħaq ukoll l- aspirazzjonijiet taċ-ċittadini li jixtiequ jaraw is-settur tal-biedja jiżviluppa b'mod li jkun environment-friendly fejn ikunu rispettati aħjar kemm id-drittijiet tal-ħarsien ta' l-ambjent kif ukoll id-drittijiet tal- konsumatur.", "Madam Speaker, il-konsumatur u kif ukoll l-ekoloġist f'pajjiżna qiegħed kontinwament jagħmel il-pressjoni tiegħu biex il-prodotti f'pajjiżna kemm jista' jkun inkabbruhom bl-inqas użu ta' bexx u kimika sabiex il- produzzjoni lokali tkun aktar bnina u aktar naturali.", "L-oppożizzjoni Nazzjonalista qalet li dan il-gvern m'għandux direzzjoni politika u li ma kienx kapaċi jwettaq l-aġenda tiegħu kif wiegħed lill-elettorat qabel l- elezzjoni li għaddiet.", "Imma dan ma jirriżulta minn imkien u ma jirriżultax għal numru ta' fatturi.", "Bi pjaċir ngħid li wara x-xogħol kbir li għamlu l- export agriculture marketing board u numru ta' bdiewa ntroduċejna suq għall- esportazzjoni ta' ħxejjex imkabbra chemical-free lejn l-Ingilterra u rnexxielna nirbħu suq innovattiv għall-esportazzjoni tal-patata tal-qatgħa bajda li wkoll qiegħda titkabbar ħielsa minn kull bexx, kimika u sustanzi artifiċjali.", "U dan minkejja d-diffikultajiet finanzjarji u n-nuqqas ta' struttura li sibna.", "Fir-rigward ta' nuqqas ta' struttura, tajjeb ngħarraf lill-Kamra li minkejja dak kollu li ntqal dwar l-integrated pest management u sistemi oħra sostenibbli, li huma importanti biex nassiguraw produzzjoni ta' kwalita' għolja u li tipproteġi l-ħarsien ta' l-ambjent naturali, id- dipartiment ta' l-agrikoltura fl-ebda farm esperimentali jew x'imkien ieħor m'għandu laboratorju sabiex janalizza l-karatteristiċi tal-ħamrija u ta' l- ilma.", "Allura l-bdiewa tagħna ma jistgħux ikunu mgħarrfa u jkollhom f'idejhom il-mekkaniżmu biex isostnu iktar produzzjoni li tabilħaqq tkun organika.", "Pero', nerġa' ngħid, aħna mhux biss irnexxielna nsibu dawn is- swieq iżda pproduċejna kemm ħxejjex u kif ukoll frott organiku ieħor.", "Biżżejjed insemmi li l-esperti tal-FAO matul iż-żjara li kienu qed jagħmlu f'pajjiżna mhux biss kellhom iċ-ċans jaraw il-kwalita' għolja tal-prodott organiku tal-bettiegħ iżda wkoll iduquh.", "Ġew anke informati eżattament dwar dak li nkiseb u dwar dak li ġie applikat.", "Naturalment ir-riżultat ħallejnih għall-konklużjoni tagħhom.", "Dan kollu juri kemm il-gvern għandu f'idu l-polz tal-poplu u juri li minkejja l-limitazzjonijiet finanzjarji u n-nuqqas ta' struttura li writna fis-settur tal-biedja xorta konna konsistenti biex nikoordinaw bis-sħiħ ir- rabta li hemm bżonn tissaħħaħ ħalli fis-snin 2000 ikollna settur tal-biedja li jrendi kemm għall-benefiċċju tar-raħħala u tal-bdiewa, kemm għall- benefiċċju tal-konsumatur u kif ukoll għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "Dawn kollha huma argumenti li jagħtu kredibilita' lil dan il-gvern għaliex minkejja d-diffikultajiet kollha li ltqajna magħhom matul is-sena u nofs li ilna mmexxu lil pajjiżna l-poplu qiegħed dejjem ikun konxju u jħares b'determinazzjoni lejn it-twettiq tal-politika ġdida u moderna tagħna.", "Tajjeb nitkellmu wkoll dwar ix-xogħol li qed isir fuq il-mgħalef tal- bejjem.", "Bħalissa d-dipartiment ta' l-agrikoltura, flimkien mal-kooperattiva tar- raħħala u esperti oħrajn barranin, għaddej b'ħidma sabiex iżid il- produzzjoni tal-ħalib u jiddiversifika l-kwalita' tal-produzzjoni imma jibqa' jżomm l-istess merħla.", "Jiġifieri qegħdin naraw kif nipproduċu aktar ammont ta' ħalib bl-istess merħla u nipproduċu wkoll aktar varjetajiet ta' ħalib.", "Dan qegħdin nagħmluh għaliex aħna gvern serju, gvern trasparenti u gvern li verament jirrappreżenta r-rieda tal-poplu, poplu li jemmen fil-ġid ta' pajjiżna.", "GĦalhekk jekk is-soċjeta' tagħna trid tinvesti f'fabbrika ġdida tal-ħalib, dan il-gvern ġdid Laburista jieħu l-passi neċessarji għall- bini ta' din il-fabbrika bħalma qed jagħmel f'diversi inizjattivi oħra bħall-proġett ta' Bieb il-Belt u l-proġett tat-teatru l-imwaqqa' li ilhom abbandunati s-snin.", "Pero' biex nagħmlu dan il-pass, Madam Speaker, irridu nkunu kkonvinċejna lir-raħħala tagħna jżidu aktar il-produzzjoni tal-ħalib b'mod li tkun tirrifletti d-domanda tas-suq.", "Allura qegħdin isiru analiżi dwar kif nistgħu nipproduċu mgħalef li jgħin lill-baqra tipproduċi ħafna iktar glalen ta' ħalib u b'hekk l-industrija tkun tista' tintroduċi aktar varjetajiet ta' prodotti magħmula mill-ħalib frisk li matul l-aħħar sena u nofs komplew iżidu l-popolarita' tagħhom mal-konsumatur.", "Dawn huma kollha proġetti li l-gvern għaddej bihom ħalli jibqa' dejjem qrib iċ-ċittadini Maltin u GĦawdxin li tawh maġġoranza ta' aktar minn 7,800 vot biex jiggverna f'pajjiżna.", "Biex naraw li sas-sena 2000 il-produzzjoni agrikola tagħna tkun produzzjoni organika, irridu nistabilixxu produzzjoni organika skond iż- żmenijiet tal-lum u mhux noqogħdu nisimgħu x'kienu jgħidu tan-naħa l-oħra jew x'kienu joħolmu bih.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq produzzjoni organika kif xi ħadd kien jinterpretaha 10 snin jew 15-il sena ilu.", "Irridu nitkellmu fuq produzzjoni organika li hija rikonoxxuta u stabbilita fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq ngħid ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin fil-farm esperimentali ta' Ta' Qali se jibda pjan ta' trattament ta' fertilizzant naturali tat-tiġieġ, tal-fniek, tal-majjal u tal-baqar.", "Jekk kemm-il darba dan jirnexxi nkunu qegħdin noħolqu attivita' oħra li tkompli tappoġġja kwalita' għolja ta' produzzjoni organika għaliex wara li dan il-fertilizzant ikun ġie trattat mir-residwi ta' antibijotiċi u xi trattament mediku ieħor, dan jilħaq ċerti livelli organiċi u jkun jista' jiġi applikat mill-bdiewa fuq l-uċuħ tar- raba' tagħhom.", "Permezz ta' hekk inkomplu nassiguraw ukoll li sas-sena 2000 il-produzzjoni tagħna tkompli titjieb u jgawdi minnha kemm il-konsumatur Malti u GĦawdxi u kif ukoll it-turist li jista' jkun żgur li f'pajjiżna se jiekol ikel bnin, frisk u naturali.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis 25 ta' Ġunju fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mil-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "IMPJIEGI - TRAINEE HEALTH & SAFETY INSPECTORS", "W1,115.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli jekk l-applikanti għal Trainee Health & Safety Inspectors humiex se jidħlu mal-unit, issa li l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern ħareġ f'xi Settembru/Ottubru 1997 u anke saru l-interviews?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12,136 li hija dwar l-istess suġġett.", "CITY AND GUILDS OF LONDON INSTITUTE - LOGO", "W1,647.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl tar-risposta tiegħek għall- mistoqsija parlamentari numru W1,635 (Seduta Nru. 218 tat-22.5.98), jista' l-Ministru jgħid liema hu l-logo oriġinali li kien ġie intitolat fl-1995?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Biex inkun preċiż il-Coat of Arms tas-City and Guilds baqgħet l-istess.", "Inbidel biss dak li huma jsejħulu Lion Logo.", "GĦall-benefiċċju tal-Onor.", "Interpellant, kopja ta' dawn il-logos tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ANZJANI - TRASPORT", "W1,649.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li s- Segretarju Parlamentari għall-Anzjani qed jitlob li l-kunsilli lokali jħallsu għat-trasport ta' l-anzjani lejn id-day centres meta s'issa dan kien jitħallas mill-Gvern u jista' jgħid għaliex sar dan it-tibdil?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-segretarjat għall-Anzjani qiegħed ifittex kull kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali f'dan is-settur.", "Il- kollaborazzjoni ikkonsisti f'attivitajiet u parti f'sussidju tat-trasport mill-lokalita' għad-day centres konċernati.", "ANZJANI - DAY CENTRE", "W1,650.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li s- Segretarju Parlamentari għall-Anzjani nforma lill-Kunsill Lokali ta' Santa Venera illi l-proġett tad-Day Centre għall-Anzjani ma jistax jinbena qabel sentejn oħra minkejja li l-Kunsill Lokali lest li jagħmel il-kontribuzzjoni finanzjarja li kkommetta ruħu għaliha?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma kien hemm ebda ftehim ta' xi bini ta' day centre f'Santa Venera.", "Xi diskussjonijiet saru mal-kunsill lokali iżda mhux fuq bini ta' day centres f'dan il-lokal."]} {"filename": "19980209_182d_par.doc", "date": "1998-02-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 182 It-Tnejn, 9 ta' Frar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 182", "It-Tnejn, 9 ta' Frar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "182", "It-Tnejn, 9 ta' Frar, 1998", "WERREJ MINUTI 41", "KUNSENS GĦAL ATTI 41", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 41", "TQEGĦID TA' KARTI 48", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-POSTA (L-EWWEL QARI) 50 ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR IT-TELEKOMUNIKAZZJONI.(L-EWWEL QARI) 51", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 1997/98 - KONTINWAZZJONI 51", "AĠĠORNAMENT 73", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 80", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 115", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 181 li saret fl-4 ta' Frar, 1998 kienu konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru III ta' l-1998 - Att ta' l-1998 li jemenda l-Ordinanza dwar l- Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni; u", "Att Nru IV ta' l-1998 - Att ta' l-1998 li jemenda l-Att dwar Dazju tas- Sisa.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "NEW YORK: UFFIĊĊJU RAPPREŻENTATTIV - HOSPITALITY", "10047.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar infiq għall-entertainment and hospitality mill-Ambaxxatur Joseph Cassar u warajh l-Ambaxxatur Gorg Saliba fi New York, xahar b'xahar, minn Jannar 1995 sa Settembru 1997, u jindika l-iskop ta' kull nefqa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni dwar entertainment u ospitalita' fl-Uffiċċju Rappreżentattiv għall-Ġnus Magħquda ġewwa New York matul il-perijodu Jannar 1995 sa Settembru 1997.", "Madam Speaker, inkun l-aħħar bniedem li b'xi mod innaqqar id-dritt ta' l- Onor. Membri li jagħmlu mistoqsijiet parlamentari pero' nixtieq niġbed l- attenzjoni għall-ammont enormi ta' xogħol li titlob mistoqsija bħal din.", "Hawn qegħdin niġu mitlubin biex immorru kważi tliet snin lura u nagħmlu riċerka.", "Mistoqsija bħal din tqum ammont ta' flus, tinvolvi ammont ta' nies u ħin biex nagħmlu faxes u affarijiet bħal dawn.", "Meta jkun hemm materjal li hu important li jinġabar, dan jinġabar bil-qalb kollha imma hekk qed ikollna assolutament ħela ta' flus u żmien.", "Dan qed ngħidu bl-akbar spirtu sinċier.", "Mhux mistoqsija waħda saret b'dan il-mod u, biex ngħid il- verita', tlabt biex jagħmluli costing ta' kemm tqum mistoqsija bħal din.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWIĠIJIET/SEPARAZZJONIJIET", "10079.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Francis Zammit Dimech) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, bejn l-1993 u l-1997, kemm saru żwiġijiet, applikazzjonijiet għal separazzjonijiet, u separazzjonijiet?", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istatistika dwar it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija hija kif ġej:", "Applikazzjonijiet għal separazzjonijiet bejn l-1993 u l-1997 fis- Sekond'Awla huma kif ġej:", "|1993 |661 | |1994 |741 | |1995 |825 | |1996 |893 | |1997 |707* |", "* sa l-aħħar ta' Ottubru.", "Kawżi ta' separazzjonijiet ippreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili huma kif ġej:", "|1993 |51 | |1994 |113 | |1995 |116 | |1996 |148 | |1997 |100 * |", "*(sa l-aħħar ta' Ottubru)", "L-ewwel parti tal-mistoqsija ngħatat risposta għaliha fis-seduta ta' l-20 ta' Novembru, 1997.", "VALLETTA - PROVVISTA TA' ILMA", "10276.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex nhar il-Ħamis 20 ta' Novembru, 1997 fil-Belt Valletta ma' kienx hemm ilma?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba numru 10090.", "Din kien hemm mistoqsija simili u ngħatat risposta.", "WSC - TESTIJIET", "10526.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema testijiet isiru perijodikament mill-WSC sabiex ikun żgurat li l- ilma tax-xorb ikun ta' kwalita' aċċettabli u skond kriterji aċċettati mill- WHO?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma twettaq testijiet regolari sabiex jiġi assigurat li l-ilma jitwassal mis-sorsi tal- produzzjoni fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma jkun aċċettabbli għall-konsum mill-pubbliku.", "Dawn it-testijiet isiru mis-sezzjoni tal- laboratorju li jinsab fl-institute of water technology fi ħdan il- korporazzjoni u mid-dipartiment tas-saħħa.", "Ir-riżultati tat-testijiet jitniżżlu f'database u f'każ li l-livell tal- kwalita' ma jkunx konformi mal-kriterji msemmija, l-laboratorju isegwi l- miżuri neċessarji sakemm il-problema tissolva.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li dan l-aħħar kien hemm il-każ ta' numru ta' toroq fil-Fgura fejn l-ilma kien ikkontaminat mill-ammonia, jista' l- Ministru jgħidli jekk sarux investigazzjonijiet biex wieħed ikun jaf is- sors ta' dik l-ammonia?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, saru investigazzjoni u li ġara kien li kien hemm xi żmien meta l-provvista ta' l-ilma ġiet sospiża u waqt li l-provvista kienet sospiża u l-kanen kienu vojta, kien hemm leakage tad- drenaġġ.", "Dan daħal bis-suction ġol-kanen ta' l-ilma u spiċċa fid-djar tan- nies.", "Dik kienet ir-raġuni.", "Naturalment issa ġiet irrimedjata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, interessanti li l-Ministru jgħidilna li drenaġġ ġie sucked in fis-sistema tal-mains ta' l-ilma.", "Imma jista' l- Ministru jispjega lill-Kamra, u aktar u aktar lill-poplu, kif ilma tad- drenaġġ, f'sistema totalment differenti, seta' joħroġ minn dik is-sistema u jiġi sucked in fil-mains ta' l-ilma?", "X'miżuri qegħdin jittieħdu biex dan il- każ ma jirrepetix ruħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Normalment dan il-każ ma jqumx minħabba l-fatt li s-sistema tad-drenaġġ tgħaddi aktar 'l isfel minn dik ta' l-ilma.", "Li ġara kien li kien hemm sistema tad-drenaġġ qed tillikja.", "Peress li l-mains ta' l-ilma kienu vojta, setgħet saret din it-tip ta' suction.", "Fiżikament din ma tiġrix ħlief meta jkollok każ bħal dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mil-loġika tar-risposta nifhem li kien hemm qsim x'imkien fil-pajpijiet ta' l-ilma, għaliex kieku ma jkunx hemm suction.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, fhimt tajjeb.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Allura f'dak il-każ ma kenitx kwestjoni ta' suction!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, suction għal fatt li s-sistema tad-drenaġġ qegħda fil-fond aktar minn dik ta' l-ilma.", "Normalment l-ilma ma jitlax 'il fuq imma jinżel 'l isfel, inkluż id-drenaġġ.", "Kien hemm suction biex seta' jitla' għal ġol-mains ta' l-ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Refalo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif qed nitkellmu fuq id-drenaġġ, jista' l- Ministru jgħidilna jekk hux veru jew le li fi Spinola qed joħroġ d-drenaġġ?", "Donnu hemm kuntrast bejn min qed jgħid iva u min qed jgħid le.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-testijiet ta' l-ilma baħar f'Malta kollha, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, isiru mid-dipartiment tas-sanita' u mhux minna.", "Jiena qrajt bħalma qara hu dak l-artikolu li kien hemm fil- gazzetta, u s-sanita' qed tgħid li m'hemmx kontaminazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Fuq din tal-kontaminazzjoni ta' l-ilma, jista' l- Ministru jagħmel survey dwar kemm-il darba ġraw dawn il-każi f'Malta.", "Safejn naf jien fl-imgħoddi - mhux fl-amministrazzjoni l-oħra imma xi għoxrin sena ilu - kien hemm anke każijiet ta' typhoid.", "Jista' l-Ministru jgħid lill-poplu dwar kemm-il darba kien hemm kontaminazzjoni u jekk kienx hemm xi mard minħabba f'hekk?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kontaminazzjoni m'hijiex xi ħaġa ta' kuljum għax din hija xi ħaġa rari ħafna.", "Il-kontaminazzjoni fil-provvista ta' l- ilma li ġrat qabel dan il-każ kienet ġrat xi snin ilu fi żmien amministrazzjoni oħra, meta b'xi mod irexxielu jsib ruħu l-pitrolju ġo l- ilma.", "Dawn huwa affarijiet li jiġru meta jkollok inċident partikolari u, bħalma għidt, ma jkunux frekwenti.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq, jiena lest nagħmel is-survey li staqsa għaliha u ngħaddilu l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk kellux rapport tekniku fuq il-każ tal-kontaminazzjoni ta' l-ilma fit-toroq tal-Fgura?", "Jekk fil-każ kellu, jista' jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien ma tlabtx rapport tekniku imma tlabt li ssir investigazzjoni fuq kif ġara dan il-każ.", "Din m'hijiex xi ħaġa sabiħa li tiġri u rrid inkun ċert biex ma terġax tirrepeti ruħha.", "Ovvjament ir- rapport mhux qiegħed hawnhekk pero' nista' ngħaddih lill-Onor.", "Interpellant.", "WSC - SERVICE CHARGE", "10648.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9831, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li talbu li jaqilgħu l-meter ta' l-ilma mill-1 ta' Novembru 1997 sal-lum?", "Kif jitqabbel dan in-numru man-numru tax-xhur ta' qabel?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li t-talbiet għat-tneħħija tal-meters ta' l-ilma mill-1 ta' Novembru, 1997 sa l-10 ta' Diċembru, 1997 kien jammonta għal 664.", "Fix-xhur ta' qabel kien hemm dawn it-talbiet.", "|Jannar |20 | |Frar |16 | |Marzu |20 | |April |23 | |Mejju |27 | |Gunju |12 | |Lulju |39 | |Awissu |22 | |Settembru |30 | |Ottubru |42 | |TOTAL |251 |", "Madam Speaker, nixtieq inżid biċċa informazzjoni li daħlitli prorpju waqt li kont ġej hawnhekk.", "Nista' ngħid li fl-istess żmien li kien hemm talba biex jitneħħew 251 meter, saru aktar minn 1,500 applikazzjoni għal meter ġdid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, din l-informazzjoni li waslet lill- Ministru, kif iqabbilha ma' l-istess tip ta' informazzjoni fix-xhur u fis- snin ta' qabel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, l-informazzjoni li għandi qrajtha mill-karta li għandi quddiemi.", "Jekk irid ikun jaf, fil-każ jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "WSC - DIRECT ORDERS", "10673.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li bejn Awissu 1996 u Lulju 1997, il-Water Services Corporation għamlet 58 direct order b'valur totali ta' madwar Lm136,000, jista' l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti kull direct order?", "X'kien il-valur ta' kull direct order?", "Lil min ġiet awarded id-direct order?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "PA - PERMESS GĦAL ĠNIEN REĠJONALI", "11462.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8451 u t-tweġiba għaliha, issa li t-talbiet kollha li kienu saru mill-awtorita' ilhom żmien li ġew sodisfatti, tista' din toħroġ il-permessi mitluba?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sat-3 ta' Frar, 1998 ma kienx hemm tweġiba mill- applikant u mill-perit għal talba ta' pjanti ġodda li saret mill- Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp li jirrispettaw l-alignment tal- junction kif konfermat f'laqgħa bejn uffiċjali tat-taqsima tax-xogħlijiet u uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f' Diċembru li għadda.", "BURMARRAD - TRIQ IL-MAGĦSAR", "11540.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq il- Magħsar, f'Burmarrad tingħata wiċċ sodisfaċenti?", "Jista' l-Ministru jieħu wkoll il-passi neċessarji biex toroq oħra mhux lesti f'Burmarrad jitkomplew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq il-Magħsar, f'Burmarrad għada m'hijiex asfaltata peress li għadu qed isir l-iżvilupp fiha.", "Għalhekk hija meqjusa triq privata u l-manutenzjoni tagħha hija responsabbilta' tan-nies li bnew bini tagħhom għal fuq din it-triq.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex jara f'liema toroq f'Burmarrad tlesta l-iżvilupp u li fihom ukoll is-servizzi kollha sabiex 'il quddiem ikunu jistgħu jiġu asfaltati.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, Triq il-Magħsar hija triq li tista' tinbena biss fuq ġenb u safejn naf jien hija prattikament mibnija fuq ġenb.", "Nixtieq li l-Ministru jispjega eżatt it-tifsira li ta hu li din hija triq privata u allura hija responsabbilta' tar-residenti li jżommu t-triq li qatt ma kienet asfaltata fi stat tajjeb.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Skond il-liġi - u dan jafu tajjeb l-Onor.", "Interpellant - qabel ma triq tingħata l-asfalt jew inkella tiġi esproprjata, ma ssirx triq pubblika.", "Din hija d-definizzjoni legali ta' triq.", "Skond anke kif jgħid l-istess permess tal-bini, din it-triq trid tiġi fformata up to formation level min-nies li jibnu fiha.", "Wara li jsir ċertu ammont ta' żvilupp - jidhirli 80% tat-triq kollha - imbagħad jidħol id- dipartiment tat-toroq biex jagħtiha l-asfalt.", "Ladarba din tiġi asfaltata, din taqa' taħt il-kunsill lokali jekk hija triq lokali jew inkella taħt il-gvern ċentrali jekk hija arterial road.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, se nerġa' naqbad ma' triq li xbajt insemmi.", "Qed nirriferi għal Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.", "Nixtieq li l- Ministru jispjega eżatt x'se jiġri fuq din it-triq.", "L-ewwel kellna indikazzjoni li se ssir u issa riċentement kelli risposta oħra li tgħid li qabel ma jsir l-asfaltar, irid ikun hemm tisħiħ tal-foundation ta' din it- triq.", "Dan ifisser li l-Bambin biss jaf meta se ssir!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, din it-triq veru li ilu jistaqsini ħafna fuqha l-Onor. kollega.", "Hemmhekk hemm problema serja ħafna għax din it-triq qiegħda fuq geological fault, jiġifieri qasma.", "Meta saret it-triq, din il-qasma kienet ġiet bridged permezz ta' slabs tal-konkos bix- xibka fiha.", "Meta l-kuntrattur tal-Water Services Corporation għamel ix- xogħol, dan qabad, għamel it-trinka, għadda minn ġol-konkos u minn ġox- xibka u qata' kollox.", "B'dan il-mod, ir-re-enforcement tat-triq qatgħu kollu.", "Minħabba l-ġeologija tas-site, ma tistax tibni u tagħmel patching ta' triq.", "Din it-triq trid tinqala u tinbena mill-ġdid.", "Bħalissa, safejn naf jien, qegħdin isiru testijiet fuq din it-triq biex naraw x'tip ta' sub-base u pedament irid isirilha.", "Ladarba jiġi konkluż x'tip ta' xogħol hemm bżonn li jsir, allura wieħed imbagħad iħalli x-xogħol isir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ix-xogħol li qed jindika l-Ministru huwa xogħol ta' natura pjuttost qawwija pero' din it-triq ilha f'dan l- istat għal sena u tliet xhur sħaħ.", "Din mhijiex xi sqaq x'imkien imma hija l- main road ta' San Pawl il-Baħar, li minnha hemm it-traffiku tal-karozzi tal- linja għaddej, u mhux l-ewwel darba li jkollok sospensjoni tat-traffiku.", "Ma jistax ikun li nibqgħu f'din il-pożizzjoni sempliċement għaliex l-ewwel ma kienx hemm ftehim mal-kuntrattur u issa qegħdin ngħidu li rridu nirranġaw taħt.", "Almenu għandu jingħata wiċċ biex sakemm ikun hemm deċiżjoni l-affarijiet ma jibqgħux jitkissru kif inhuma.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, forsi l-Onor.", "Interpellant ma fehemx x'kont qed ngħid.", "It-triq se ssir u mhux mhux se ssir.", "Bħalissa qed isir testing ġeoloġiku fuqha biex naraw x'tip ta' bażi trid tingħata.", "Fir- rigward tal-kuntrattur, irrid ngħid li dan il-kuntrattur ma kienx tħallas parti mis-somma li kienet dovuta lilu għax-xogħol li għamel għall- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Naf li dawk il-flus li kienu dovuti lill-kuntrattur inżammu biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara li kkawża pero' l- flus li nżammulu m'humiex biżżejjed biex isir ix-xogħol li hemm bżonn.", "Ix- xogħol li hemm bżonn li jsir huwa wieħed kbir.", "STA.", "VENERA - TRIQ IL-PALAZZ L-AĦMAR", "11709.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Lino Spiteri) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-każ li r-residenti ta' Triq il-Palazz l-Aħmar, f'Sta.", "Venera ġew mgħarrfa li t-triq imħarbta tagħhom mhijiex inkluża fil-programm ta' l-1998?", "Jista' għallinqas ikun każ prijoritarju fl-Estimi għall-1999?", "X'jista' jsir biex l-istat ikrah tat-triq jiġi mtaffi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq il-Palazz l-Aħmar hija diġa' asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni tagħha jrid jieħu ħsiebha l-kunsill lokali.", "L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill- ministru kkonċernat.", "SAĦĦA - ĦLAS GĦAL SERVIZZI", "10906.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ta' nazzjonalita' barranija kellhom iħallsu għal xi servizz tas-saħħa fl-1997?", "Kemm kien it-total ta' flus li kellhom iħallsu u kemm inġabru s'issa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): In-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li kellhom iħallsu għal kura fl-Isptar San Luqa kien 1,707.", "It-total ta' flus li kellhom iħallsu kien ta' Lm297,093 u s'issa nġabru Lm126,540.", "Seba' persuni ta' nazzjonalita barranija kellhom iħallsu għas-servizz ġewwa l-Isptar Żammit Clapp.", "It-total ta' flus li kellhom iħallsu huwa ta' Lm1,505.00 u dawn tħallsu kollha.", "Fir-residenza ta' San Vincenz, fis-sena li għaddiet (1997) kien hemm pazjent wieħed biss barrani li kien iħallas.", "Dan kien ċittadin Awstraljan.", "Il-ħlas sa l-aħħar tas-sena kien Lm1,549.", "ETC - KORSIJIET TA' TAĦRIĠ", "10907.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm korsijiet ta' taħriġ offruti mill-ETC matul l-1997?", "Kemm attendew persuni għal kull kors fl-1997 u x'tip ta' korsijiet kienu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 10,907 rigward in-numru u t-tipi differenti ta' korsijiet offruti mill-ETC matul l-1997, kif ukoll in-numru ta' persuni li attendew għal dawn il- korsijiet.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "10908.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' serq rapportati lill-pulizija minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi fl- 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Kien hemm wieħed u tletin każijiet ta' serq irrapportati lill-pulizija minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi fl-1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Lista ta' reati li allegetament ikkommettew persuni mdaħħla l-ħabs taħt arrest preventiv matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10910;", "Lista li turi n-numru ta' sigħat ta' overtime maħduma minn uffiċjali fl-għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun matul l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11817;", "Kopja ta' schedule of quotations għall-breath alcohol testing equipment, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11843;", "Lista ta' transfers li ngħataw fil-Korp tal-Pulizija bejn id-9 ta' Mejju u d-9 ta' Lulju 1987, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11879; u", "Lista ta' uffiċjali li jiffurmaw il-Kumitat dwar il-liġi l-ġdida tat- Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11888.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' diplomatiċi li jieħdu ħsieb ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Portugall, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11760;", "Lista ta' diplomatiċi li jieħdu ħsieb ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Ġappun, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11765; u", "Lista ta' diplomatiċi fil-Kummissjoni Għolja għal Malta f'Londra li jieħdu ħsieb ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Irlanda, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 1221.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 39 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts in Theology and Human Studies (Honours) - B.A. (Hons);", "Avviż Legali Nru 40 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għad-Diploma in Social Studies;", "Avviż Legali Nru 41 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Dcotor of Philosophy - Ph.D. - fil-Fakulta' tax-Xjenza;", "Avviż Legali Nru 42 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Science in Agricultural and Veterinary Pharmacy - M.Sc.;", "Avviż Legali Nru 43 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil - fil-Fakulta' tax-Xjenza;", "Avviż Legali Nru 44 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għad-Diploma in Adult Training and Development;", "Avviż Legali Nru 45 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għad-Diploma in Social Work;", "Avviż Legali Nru 46 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. - fil-Fakulta' tat-Teoloġija; u", "Tagħrif dwar studenti fil-korsijiet tal-liġi, tat-teoloġija, tal- mediċina u ta' l-arkitettura, fl-Universita' bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W 1,209.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT(Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati ġodda fil-Korporazzjoni Enemalta mill-1 ta' Ottubru 1996 sa l-4 ta' Frar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11755; u", "Tabella li turi l-kwantita' u valur ta' tabakk u xorb alkoħoliku importat matul Diċembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11855.", "MADAM SPEAKER: Grazzi. ll-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar każijiet ta' overdose mdaħħla l-Isptar San Luqa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11932; u", "Tagħrif dwar każijiet ta' meniġite fl-Isptar San Luqa għall-perijodu bejn Awissu 1996 u Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11937.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-finanzjament għal kull kunsill lokali bejn l-1994 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11756;", "Tabella li tagħti tagħrif dwar bankini ġodda li saru minn kull kunsill lokali sal-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11758; u", "Tagħrif dwar infiq mill-kunsilli lokali fuq manutenzjoni ta' toroq sal- 31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11759.", "f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar korsijiet organizzati mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul l-1997.", "Tagħrif dwar impjegati ġodda u transfers li ngħataw fid-dikasteru tal- ministru responsabbli mill-ħarsien soċjali għall-perijodu bejn Lulju u Diċembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11395;", "Kopja ta' mistoqsija parlamentari numru 5937 li saret fil-11 ta' April 1988 lill-ministru tal-politika soċjali dwar ħaddiema awżiljarji, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11769; u", "f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar importazzjoni ta' patata taż-żriegħ għall-perijodu bejn l- 1 ta' Ottubru 1997 u s-6 ta' Frar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11804.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Ministru Mizzi.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-POSTA", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru għat-Trasport u Portijiet inressaq l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att ta' l- 1998 li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att ta' l- 1998 li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta jkun moqri l-Ewwel Darba?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l-Mozzjoni Nru. 118.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR IT-TELEKOMUNIKAZZJONI.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att ta' l-1998 biex jemenda Diversi Liġijiet dwar it- Telekomunikazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att ta' l- 1998 biex jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni jkun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: L-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 1997/98 - KONTINWAZZJONI", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, diġa' għaddiet l-ewwel seduta ta' din id-diskussjoni.", "Din kienet seduta li wieħed jista' jgħid li prinċipalment kienet meħuda mid-diskors tal-Ministru.", "Jekk tipprova tara x'inhu l- kontenut ta' dak id-diskors, issib li l-Ministru ġie hawnhekk biex jgħidilna li l-Gvern, meta ħa t-tmexxija ta' dan il-pajjiż f'Ottubru 1996, wiret basket ta' problemi f'dan il-qasam.", "Jekk wieħed ikompli janalizza x'kien il-kumplament tad-diskors ta' l-Onor.", "Portelli malajr jagħraf li dak li l-Ministru sejjaħlu basket ta' problemi ma kienx basket ta' problemi imma kien basket ta' programmi.", "Fil-fatt il-Ministru ġie jiftaħar bir- riżultati mhux ta' xi ħaġa li għamel hu, jew li għamlet l-Awtorita' tad- Djar, f'dawn l-aħħar 15-il xahar imma bir-riżultat ta' programm ta' ħidma li kellha l-Awtorita' tad-Djar matul is-snin ta' qabel.", "Aktar 'il quddiem nagħti spjegazzjoni ta' dan id-diskors.", "Naturalment wieħed irid jara x'kienu dawn il-problemi li semma'.", "Wieħed irid jara wkoll minn fejn telaq il-Partit Laburista f'dan is-settur u fejn wasal illum, sena u tliet xhur wara.", "Biex il-Ministru jkejjel fejn wasal irid l-ewwel jara minn fejn telaq, jara x'kienu l-wegħdiet elettorali f'dan is-settur u jara kemm minn dawn ġew imwettqa matul is-sena u tliet xhur li għaddew.", "Illum il-Gvern nesa assolutament x'kienu l-wegħdiet tiegħu.", "Dan kien qal lill-poplu li meta jitla' fil-gvern kien se jagħmel ħafna affarijiet.", "Madankollu llum qed jaħdem fuq il-programm ta' xogħol li tfassal mill-Awtorita' tad-Djar taħt l-amministrazzjoni l-oħra u qisu qed jipprova jnessi l-programm elettorali tiegħu dwar x'se tkun il-funzjoni ta' gvern regolatur li ried jara l-affarijiet mibdula għal kollox f'dan is- settur.", "Il-Partit Laburista kien jgħid lill-poplu Malti li dak li għamlet l- amministrazzjoni preċedenti kien kollu ħażin, barra minn loku u għal kollox fid-direzzjoni żbaljata ta' kif jiġu solvuti dawn il-problemi.", "Madam Speaker, għaddew sena u tliet xhur u għadda żmien biżżejjed biex il-Gvern jagħraf l-iżbalji u l-problemi ta' dakinhar.", "GĦadda żmien biżżejjed biex jagħmel programm fid-direzzjoni li tant kien wiegħed.", "Kienu qalu li jridu jagħmlu programm għal kollox ġdid li jkun differenti minn tas-snin ta' qabel.", "Għaddew dawn ix-xhur kollha u jekk wieħed jara x'inhuma l-iskemi li qegħdin jintużaw illum u jara x'inhuma l-punti ta' saħħa li ftaħar bihom il- Ministru fl-introduzzjoni tiegħu, malajr isib li m'hemm assolutament xejn ġdid.", "Issa jista' jkun li jiġi l-Ministru u jgħidilna li għandna affarijiet ġodda.", "Għandna, per eżempju, dik li tant ftaħar bih l-istess Ministru fl- introduzzjoni tiegħu li issa l-Awtorita' tad-Djar, f'ċerti każi, se toħroġ l-appartamenti u l-maisonettes u tbigħhom fuq il-pjanta.", "Kemm kien jgħid il- Ministru li l-Awtorita' tad-Djar m'għandhiex issir awtorita' għal kollox kummerċjali!", "Meta l-Awtorita' tad-Djar tmexxi 'l quddiem l-idea li se tbiegħ fuq il-pjanta, hi tkun qed tagħmel bħalma jagħmel kull kuntrattur privat ieħor u ma tkun qed tagħmel xejn f'dak li huwa programm ta' housing soċjali.", "Il-Ministru tkellem b'ċerta solennita' dwar nies li għandhom problema ta' housing.", "Issa lil dawn se ngħidulhom li lilhom messhom pjanta li fiha hemm imfassal post li forsi jinbena sena, sentejn jew tliet snin oħra?", "Tajjeb li wieħed jgħid kemm l-istess Ministru kien gerger kontra l- amministrazzjoni preċedenti meta l-Awtorita' tad-Djar għamlet emenda dwar f'liema stat kellha tqassam il-proprjeta'.", "Bosta mill-benefiċċjarji kienu qegħdin ikissru il-kamra tal-banju, il-madum u s-sistemi tad-dawl.", "Minħabba f'hekk l-Awtorita' tad-Djar qalet li minflok nibqgħu ngħaddu l- proprjeta' fi stat finished, nibdew ngħadduha fi stat semi-finished, bil- faċċata lesta.", "Jekk dik il-policy kienet ħażina, kemm hi ferm u ferm agħar il-policy li l-Awtorita' tad-Djar tqassam il-proprjeta' minn fuq il-pjanta!", "Madam Speaker, din is-sitwazzjoni tajjeb li wieħed jirrifletti fuqha.", "Irrid ukoll nagħmel riferenza għall-programm elettorali tal-Gvern.", "Issa għadda żmien biżżejjed biex naraw x'qal se jagħmel meta l-Partit Laburista jkun fil-gvern u attwalment x'qiegħed jagħmel.", "Forsi l-Partit Laburista kien jaf li dawn huma wegħdiet fierħa li ma jistgħux jintlaħqu.", "Riedhom biss bħala lixka u meta għaddiet l-elezzjoni fehem li jkun aħjar jekk jibqa' miexi bil-programm li kien hemm imfassal fis-snin ta' qabel.", "Kienu qaluli li se jkun hemm skemi ta' housing soċjali f'oqsma speċifiċi, dejjem bir-rispett ta' l-ordni tal-ħarsien tar-regolament ta' l-ambjent.", "F' \"Iċ- Ċittadini l-Ewwel\" hemm miktub li jingħataw u jinħarġu għall-bejgħ qatgħat ta' art għall-bini ta' djar bi prezz issussidjat.", "Għaddew sena u tliet xhur u kif nafu lkoll din il-wegħda rriżultat li kienet gimmick elettorali.", "Il-Gvern mhux qed iwettaq din il-wegħda u m'hu se jagħmel xejn biex ikun jista' jwettaqha aktar 'il quddiem.", "F' \"Iċ-Ċittadin L-Ewwel\" ukoll hemm imniżżel:", "\"Jingħataw inċentivi biex bini qadim, battal u f'qagħda ħażina jerġa' jiġi żviluppat biex jgħixu fih in-nies.\".", "Jien nistaqsi: Xi programm hemm dwar dan?", "X'bidliet hemm mill-programm ta' qabel biex dan il-bini verament jiġi wżat fil-futur?", "M'għandna l-ebda programm ġdid.", "M'għandna assolutament l-ebda bidla minn dak li kien hemm qabel.", "M'għandna l-ebda idea ġdida f'dan ir-rigward.", "Anzi meta l-Ministru tkellem nhar l-Erbgħa li għaddew, qalilna li l-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern, kulma għamel kien li biddel biss żewġ liġijiet għal skopijiet propagandistiċi.", "Kien qal li l-Gvern ta' qabel neħħa għodda importanti minn idejh u flok ta' ġid dan serva ta' ħsara.", "Ma qalilniex x'kienu dawk l-għodda f'idejn il-Gvern ta' qabel pero' wieħed jista' jifhem x'kienu.", "Hu kien qed jirreferi għal żewġ liġijiet li nbidlu fl-1995.", "Waħda minnhom kienet l-Att dwar id-Djar, li fi kliem il-poplu ġenerali huwa l-Att li permezz tiegħu eluf ta' proprjetajiet fil-pajjiż li ma kenux qed jintużaw għal skop ta' residenza kienu derekwiżizzjonati.", "Imbagħad kien hemm ukoll il-bidla fil-liġi tal-kera.", "Il-Ministru llum qalilna li dawk kienu żewġ liġijiet propagandistiċi li nbiddlu għal skop ta' voti, Madam Speaker.", "Tajjeb wieħed jistaqsi għaliex il-Gvern Laburista sal-lum għadu ma tax indikazzjoni ċara dwar jekk hux qed jgħaddilu minn moħħu li jerġa' jdaħħal mill-ġid il-poter tar-rekwiżizzjoni.", "Rigward il-liġi tal-kera għadu ma ddikjarax b'mod ċar jekk hux se jerġa' jbiddilha.", "Dawn huma domandi li numru sostanzjali ta' persuni li għandhom proprjeta' fil-pajjiż qed jistaqsu.", "Dawn qed jinkwetaw dwar dawn il-bidliet għaliex il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni kien ivvota kontra taħt skuża jew taħt oħra.", "Illum li qiegħed fil-gvern, il-Partit Laburista għadu ma ddikjarax b'mod ċar jekk hux se jbiddel il-liġijiet b'mod li nerġgħu lura għal pożizzjoni li konna qabel ta' l-1995, fejn il-gvern seta' jaħtaf il-proprjeta' u jagħtiha lil min ifettillu.", "Din hija diffikulta' li wieħed irid risposta ċara għaliha.", "Hemm ukoll punti oħrajn li ssemmew b'ċerta solennita' mill-Ministru u li rrifera għalihom bħala xi invenzjoni ta' dawn l-aħħar xhur.", "Fir-realta' dawn l-affarijiet kienu ilhom jiġu applikati u mħaddma mill-Awtorita' tad- Djar.", "Per eżempju, il-Ministru beda d-diskors tiegħu billi qalilna li bejn Ottubru 1996 u Settembru 1997 l-Awtorita' tad-Djar biegħet 423 proprjeta' lil inkwilini u ħarġet Lm3.3 miljun f'sussidji.", "Imbagħad biex inkomplu nagħmlu l-paraguni u nfehmu lil nies kemm imxiet tajjeb l-Awtorita' tad- djar matul is-sena li fiha mexxa l-ministeru hu, l-Onor.", "Portelli qalilna li fis-sena ta' qabel in-numru ta' persuni li bbenefikaw bis-saħħa ta' din l-istess skema kien ta' 197 u fl-istess perijodu l-Awtorita' tad-Djar ħarġet Lm1.5 miljun f'sussidju.", "Li ma qalx il-Ministru kien li l-423 kuntratt li saret riferenza għalihom huma kuntratti li nbdew u li finalment ġew konklużi bis-saħħa ta' skema li ħarġet fl-1995.", "Din kienet skema waħda, fost numru sostanzjali ta' skemi, li diġa' kienet teżisti u li għaliha applikaw mijiet ta' persuni biex jixtru l-proprjeta' li kienu joqogħdu fiha.", "Li ma qalx il-Ministru kien li dak li sar fi żmienu kien il- finalizzazzjoni ta' dak li ien ġie ppreparat u li kien intenzjonat li jkompli jissaħħaħ fl-1996 u fl-1997.", "Madam Speaker, il-Ministru ma ndenjax ruħu jgħid li din l-iskema li konna nidejna għada li kienet u dawk li forsi xtaqu japplikaw fi żmienna iżda kienu ineliġibbli għadhom sal-lum ineliġibbli.", "Imbagħad il-Ministru ftaħar ukoll li s-sena li għaddiet 500 familja qatgħu d-dejn tagħhom.", "Jien ma nafx minfejn ġab l-informazzjoni l-Ministru għaliex nafu li hemm numru ta' persuni li għadhom qed jissellfu mingħand il- Lohombus.", "(Interruzzjonijiet) Il-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant għamel ukoll il-wegħda li se joħroġ proprjeta' bil-kera.", "Min jaf kemm hawn nies li qegħdin jisimgħuna u jiftakru fil-kliem li kienu jgħidu tal-Partit Laburista li meta jkunu fil-gvern kienu se joħorġu l-postijiet bil-kera.", "Kienu jgħidu li din il-kera ma kenitx se tkun kif kienet toħroġha l- amministrazzjoni ta' qabel imma kera verament baxxa.", "Illum għaddew sena u tliet xhur, Madam Speaker, u għadu lanqas ħareġ post wieħed bil-kera!", "Barra minn hekk m'hemmx indikazzjoni li fil-futur qarib se jkun hemm xi postijiet li joħorġu bil-kera, aħseb u ara kemm se jkun hemm proprjetajiet li joħorġu b'kera aktar baxxa milli kien hemm fis-snin l-imgħoddija!", "Qalulna wkoll li se jkun hemm bidliet fl-iskemi li permezz tagħhom ikun hemm sussidju fuq il-kera.", "Hawnhekk ukoll nistaqsi lill-Ministru u lill- Awtorita' tad-Djar dwar x'tibdil sar f'dan ir-rigward.", "Kemm-il persuna bbenefikat minn skemi ta' kera aktar issussidjat?", "Kemm hemm persuni li llum qed iħallsu kera inqas milli kienu jħallsu sena u tliet xhur ilu?", "Jew ma kellhom assolutament l-ebda bidla f'dan ir-rigward u llum qegħdin iħallsu l-kirjiet skond id-dħul tagħhom?", "Il-Ministru Portelli wkoll qalilna li persuni b'diżabilita' jistgħu japplikaw għand l-Awtorita' tad-Djar u jinqdew kollha kemm huma.", "Dan huwa tajjeb, Madam Speaker, pero' llum fejn qegħdin?", "Anke hawnhekk qegħdin fl- istess pożizzjoni li konna aħna fiha, għax fi żmieni konna għamilniha sistema li, f'kull ħarġa għal applikazzjonijiet, l-Aworita' tad-Djar kienet tagħżel numru ta' postijiet li jkunu apposta għal dawk il-persuni li għandhom xi diżabilita'.", "Dawn il-persuni kienu jingħataw preferenza meta japplikaw għal post.", "L-istess, issemmew il-punti li jingħataw fuq spazju u fuq bini.", "Il-punti ma jingħatawx fuq in-numru ta' persuni f'kull kamra imma fuq in-numru ta' persuni f'kull metru kwadru.", "Din m'hemmx għalfejn ngħidha jien għax jafha l-Ministru u jafuha l-membri ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Jekk jaraw l- applikazzjonijiet tas-snin ta' qabel jaraw li kien hemm miktub ċar u tond li int tingħata ammont ta' punti jekk kemm-il darba jkollok spazju ristrett u jekk kemm il-darba jkollok over-crowding fid-dar.", "Il-Ministru qalilna wkoll li fi żmien sena u tliet xhur diġa' ħarġu tliet calls for applications għal appartamenti.", "Anke hawnhekk, il-Ministru u l- Awtorita' tad-Djar jafu daqsi li dawn huma appartamenti li kollha kemm huma kellhom il-permessi tal-bini maħruġ fi żmien l-amministrazzjoni ta' qabel.", "U mhux hekk biss, għax fil-parti l-kbira tagħhom it-tenders kienu diġa' nħarġu.", "Imma l-Ministru dan konvenjentement insieh u qalilna li sab basket ta' problemi.", "Forsi kellu problema ta' kif imexxi id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali u l-Awtorita' tad-Djar biex ikun jista' verament ikompli l-pjan ta' ħidma li kien hemm imfassal matul is-snin imgħoddija.", "Madam Speaker, aktar kmieni l-Ministru qalilna li din l-amministrazzjoni qed tħares biex tibni 2,466 appartament fis-snin li ġejjin.", "Jien nistieden lill-Ministru u lil kull Membru ta' din il-Kamra biex jaqbad il-lista li hemm ta' postijiet ipproġettati u jqabbilha ma' dak li kien hemm ipproġettat fl-1994/95.", "Aktar minn nofs il-lista ta' proprjetajiet li l- Ministru qed jgħid li jifformaw il-programm ta' ħidma ta' l-Awtorita' tad- Djar għas-snin li ġejjin, huma identiċi għal dak li kien hemm fl-1994/95.", "Dan għax l-Awtorita' tad-Djar dak iż-żmien kienet qed tfassal għat-tul.", "Kienet qed tara bis-serjeta' li jkun hemm programm ta' xogħol li jwassal mhux sa elezzjoni imma jwassal ukoll għaż-żmien ta' wara.", "Il-Ministru qalilna wkoll li meta daħal fil-ministeru wara amministrazzjoni Nazzjonalista kien sab li hemm 1,075 applikazzjoni għal 263 dar.", "Dan ifisser li kien hemm erba' applikazzjonijiet għal kull dar.", "Li ma qalilniex il-Ministru huwa li meta ħarġu 74 appartament ftit tax-xhur ilu, kien hemm appartament mibni jew imfassal għal kull 15-il applikazzjoni.", "Din hija qabża sostanzjali li żgur tindika d-direzzjoni żbaljata li miexi biha l-Gvern Laburista.", "Irrid ukoll nagħmel riferenza għat-tieni ħarġa ta' appartamenti.", "Qed nirriferi għall-appartamenti fi Triq Tas-Salina, Buġibba.", "F'dan il-każ kien hemm nota li tgħid li dawn l-appartamenti qed jitqassmu \"in advanced shell form\".", "L-applikazzjonijiet għalqu f'Diċembru li għadda u bħalissa qegħdin fl-istadju ta' l-allokazzjoni ta' dawn il-postijiet.", "Jien nistieden lill- Ministru, lil kull membru ta' l-Awtorita' tad-Djar u lil kull min irid biex imur jara jekk hemmx aktar minn żewġ filati ta' pedament f'dawn il- postijiet, li suppost se jingħataw \"in advanced shell form\".", "Jiġifieri l- applikanti mhux se jiehdu dawn il-postijiet illum imma min jaf kemm għad iridu jgħaddu xhur - nispera mhux snin! - qabel ma jmisshom.", "Nhar l-Erbgħa li għaddew il-Ministru ftaħar ukoll bit-tielet ħarġa ta' 69 appartament.", "Li ma qalx il-Ministru huwa li dawn id-69 appartament, tneħħi t-18 tal-Qala, diġa' ħarġu darba, darbtejn - u f'ċerti okkażjonijiet aktar drabi wkoll - mill-Awtorita' tad-Djar.", "Allura għalfejn qed niftaħru b'xi ħaġa li diġa' ħarġet aktar minn darba?", "Rigward l-appartamenti tal-Qala, il-Ministru rringrazzja lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li fi żmien ftit ġimgħat ħarġet il-permessi biex ikunu jistgħu joħorġu dawn il-postijiet.", "Jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet il-permessi so much the better għax almenu ma nibnux bl-amment, sar f'postijiet oħrajn.", "Pero' anke hawnhekk, ftit tas-snin ilu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet qed tgħidilna li min-nofs dan is-sit hemm għaddej cable ta' l-elettriku u ma jista' jinbena xejn fuq dan is-sit jekk kemm-il darba dan il-cable ma jinqalax.", "Tajjeb li l-Ministru jgħidilna jekk il-cable tneħħiex.", "Tajjeb li l-Ministru jgħidilna xi problemi se jkollhom il-persuni li jieħdu dawn il-postijiet jekk kemm-il darba l-cable ma jitneħħiex.", "Il- Ministru jrid jgħidilna wkoll kemm sewa - jew kemm se jiswa - dan ix- xogħol.", "Il-Ministru rrifera wkoll għall-proġett ta' l-Imtarfa.", "Dawn l-aħħar erba' ġimgħat bdejna naraw lill-Ministru idur mhux bil-karozza waħdu imma mdawwar b'xi television crew - f'waħda mill-okkażjonijiet deher anke mal- Prim Ministru biex jgħidilna kemm sab affarijiet ħżiena - u naturalment ħa l-opportunita' biex joħorġ b'xi waħda minn tiegħu u qalilna li l- amministrazzjoni preċedenti kienet qed tfassal appartamenti fl-Imtarfa b'Lm40,000.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru b'liema matematika wasal għal din il-konklużjoni, għaliex safejn naf jien imkien u qatt ma kien hemm din l-indikazzjoni!", "Il-Ministru qalilna - u mhux hawnhekk biss imma smajnieh fl-aħbarijiet ukoll - li l-ħidma fl-Imtarfa qed twassal biex ikun hemm it-toroq asfaltati bil-cables taħt l-art u li sa ftit xhur oħra se jkollna ma nafx kemm-il triq li tkun lesta.", "Jien nistaqsi lill-Ministru jekk dawn it-toroq u dawn il-cables taħt l-art humiex qed isiru b'riżultat tal-ħruġ ta' l-istess tender u permessi li kienu ħarġu qabel Ottubru 1996.", "Dawn ukoll jagħmlu parti minn basket ta' problemi li l-Ministru qed jgħid li wiret?", "Forsi l-ex- Telemalta, il-Water Services Corporation u l-Enemalta ma nformawhx kemm urew reżistenza fil-passat biex ma jkunx hemm dawn it-tip ta' servizzi li jgħaddu minn taħt l-art, kif fil-fatt se jgħaddu?", "Kienet biss id- determinazzjoni ta' l-amministrazzjoni ta' qabel li wasslet biex verament ikollna dawn is-servizzi li għandna taħt l-art.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li għal xhur sħaħ kien hemm diskussjonijiet u kontroversji ma' dawn il- koporazzjonijiet għax riedu li jibqgħu jimxu bis-sistema ta' dejjem, li ngħaddu d-dawl u l-cable tat-telephone permezz ta' l-arbli.", "Wara ħafna xogħol, l-Awtorita' tad-Djar kienet waslet biex ikkonvinċiet lil dawn l- awtoritajiet dwar il-ħtieġa li dawn il-cables jgħaddu minn taħt l-art, kif fil-fatt saru.", "Aħna niftaħru li saru, u li huma parti mill-pakkett ta' programmat li kellha l-Awtorita' tad-Djar fis-snin imgħoddija.", "Il-Ministru qalilna wkoll li sab \"għarukaża\" fl-Imtarfa għax kulma sab kien gym \"imkisser u maħruq\".", "Naturalment in-nies ta' l-Imtarfa jafu daqsi kemm sar xogħol fl-aħħar ħames snin ġewwa l-Imtarfa.", "In-nies ta' l- Imtarfa mhux biss jiftakru kemm intnefqu flus matul is-snin li għaddew imma jiftakru wkoll lill-ex-Prim Ministru ta' pajjiżna, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, jitla' l-Imtarfa ma' grupp ta' persuni b'żewġ trakkijiet materjal u jħotthom hemmhekk biex ma jħallix il-proġett jinbeda.", "Madam Speaker, din hija d-differenza.", "L-Oppożizzjoni ta' l-1989 x'għamlet?", "Riedet li dan il- proġett ma jinbediex u kienet organizzat dimostrazzjonijiet u reżistenzi.", "Dan jafuh il-persuni kollha li joqogħdu l-Imtarfa.", "Anke f'dan ir-rigward, il-Partit Laburista dejjem kien kontra l-progress, dejjem kien kontra t- tibdil.", "Ikun kollu inutli li ngħidu li dan m'huwiex minnu għax dan jafu kulħadd.", "Ħmistax ilu ħadt pjaċir meta mort u rajt ix-xogħol fuq il- gymnasium mitmum pero' hawnhekk ukoll il-progamm ta' xogħol fuq dan il- gymnasium seta' jitkompla fuq il-pjanti, fuq it-tenders u fuq il-permessi li kienu ħarġu taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "Ikun kollu inutli li nipprovaw ngħidu li dan mhux minnu għax dawn huma fatti li kulħadd jista' jivverifikahom.", "Jiġifieri anke fl-Imtarfa, m'hemm l-ebda inizjattiva ġdida li saret matul dawn il-ftit xhur li għaddew.", "Nista' nagħmel l-istess riferenza għal dak li għandu x'jaqsam ma' slum clearances.", "Hawnhekk ukoll il-Ministru qalilna - almenu kif irrapportat f'''The Times'' - li quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħalissa hemm 1,018 applikazzjoni.", "Nistieden lill-Ministru jgħidilna dawn l-1,018 applikazzjoni fejn qegħdin.", "Dan m'huwiex minnu u l-istess Ministru jaf li dan m'huwiex minnu.", "Jekk inħarsu lejn il-programm ta' slum clearances li hemm indikati fil-programm għas-sena finanzjarja 1997/98 nindunaw li qed inkomplu bl-istess programm u bl-istess proġetti - forsi b'xi bidliet żgħar f'xi wħud mill-pjanti - li kienu nbdew taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "Kien hemm ukoll riferenza għal Pembroke.", "Hawnhekk ukoll kien hemm tliet snin ta' ħidma mill-Awtorita' tad-Djar u mid-dipartiment tal-kostruzzjoni u maintenance fil-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni.", "Aktar tard konna wasalna biex ikun hemm programm lokali għal Pembroke li suppost kellu jkun iffinalizzat f'Awissu ta' l-1994.", "Dan kien dam aktar biex jiġi ffinalizzat min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar pero' ġie ffinalizzat aktar minn sena u nofs ilu.", "Issa għal raġunijiet li jafhom il-Gvern - żgur li ma jafhomx il-poplu Malti - qed jingħad li l-pjanti se jinbidlu.", "Qed jingħad li mhux se jitkompla dak li kien inbeda qabel għaliex hemm bżonn li jsir tibdil.", "Anke hawn il-Ministru qalilna li hemm xi applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Imma jekk l-Awtorita' ta' l- Ippjanar timxi a bażi ta' dak li fasslet hi stess, żgur li ma tistax tapprova dawn il-permessi sakemm il-Gvern ikun għadu ma mponiex il- pożizzjoni tiegħu fuq l-awtorita' fil-kwestjoni ta' Pembroke.", "Ir-rapport ta' ħidma ppreżentat mill-Ministru Portelli jagħmel riferenzi għal xogħol li suppost sar matul is-sena li għaddiet.", "Hija ħasra li m'hemmx idea waħda li hija ġdida u fil-fatt il-Gvern Laburista kompla fuq dak li kien tant jattakka u kien tant jgħid li huwa ħażin.", "Il-programm li għandna għas-sena li ġejja qed jippjana li nkomplu sejrin f'din it-triq u ma fih l-ebda indikazzjoni ta' dawk li kienu l-wegħdiet elettorali.", "Min- naħa tal-Gvern diġa' kien hemm xi ħadd li qal li hemm bżonn joqorbu lejn il- wegħdiet li għamlu imma donnu li l-Ministru dan il-kliem ma jagħtix kasu.", "M'għandna l-ebda indikazzjoni li l-Awtorita' tad-Djar għas-sena li ġejja se toħroġ xi appartamenti jew xi bini bil-kera.", "Forsi mhux se tagħmel dan għaliex biex tikri l-Awtorita' tad-Djar ikollha tonfoq aktar flus biex tagħmel il-finishing tal-postijiet.", "Naturalment il-Gvern jifhem li meta jikri jkollu dħul verament żgħir imqabbel man-nefqa li jkun għamel.", "Il-Ministru qalilna wkoll li se jsibu soluzzjoni billi jgħollu aktar sulari fuq il-proprjeta' li għandna.", "Fil-passat jien kont għamilt riferenza għall-problemi legali li ħaġa bħal din tista' tqajjem.", "Hemm persuni li għandhom partijiet mis-saqaf li huwa tagħhom b'kuntratt.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi x'se tkun il-pożizzjoni tagħhom il-mument li l-Gvern jibda jipprova jibni dawn il-postijiet.", "Tajjeb li wieħed jistaqsi x'se tkun ir- rakkmandazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar iż-żieda fl-għoli ta' dawn il-postijiet.", "Se tagħmel eċċezzjonijiet fuq proprjeta' tal-gvern biss?", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tikser numru sostanzjali ta' policies tagħha biex takkomoda l-Gvern u se tħalli kollox għaddej u tbaxxi rasha għat- talbiet li qed jagħmlilha l-Gvern?", "Dawn huma policies li wieħed irid jitkellem dwarhom u jara x'diffikultajiet hemm f'dan ir-rigward.", "Fl-estimi wieħed jista' jara wkoll x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk l- applikanti li qed jittamaw f'risposta pożittiva min-naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "F'ħin minnhom il-Ministru qal li l-awtorita' qed taħdem biex il- komdi jmorru għal rashom ħalli jagħmlu spazju għall-iskomdi.", "Dawn huma riferenzi pjuttost qodma min-naħa tal-Ministru u ngħid għalija ma kontx nistenna li se jkun hawn min jaqa' għal cliches li żmienhom għadda.", "Illum qegħdin f'pożizzjoni fejn min verament għandu bżonn l-għajnuna min-naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar qiegħed ikompli jitbiegħed mill-possibbilta' li jinqeda.", "Dan għaliex l-awtorita' kontinwament qed tgħid li se toħroġ dawn il-postijiet kollha għall-bejgħ.", "Din żgur li hija pożizzjoni għal kollox differenti minn dik li kien wiegħed il-Partit Laburista.", "Dak huwa l-bogħod minn dak li stenna l-poplu Malti.", "Sur President, hawn numru ta' punti oħrajn li se jitkellmu dwarhom kelliema oħra min naħa ta' l-Oppożizzjoni, punti li joħorġu mill-wegħdiet li kien għamel il-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni.", "Il-Partit Laburista wiegħed affarijet li kien jaf li ma kienx jista' jwettaq u dawn wegħidhom biss bħala lixka elettorali.", "Jekk wieħed jara l-programm ta' ħidma mill-ewwel jinduna li dawk huma affarijiet li la twettqu u lanqas hemm indikazzjoni li se jitwettqu.", "Hija ħasra li għandna gvern, li bħal f'tant oqsma oħrajn, uża l-qasam tal-housing bħala mod kif jisraq il-voti.", "Wara sena u tliet xhur m'għandna assolutament l-ebda indikazzjoni li dak il- programm se jitfassal.", "Kulma għandna hija indikazzjoni li qed nimxu fid- direzzjoni opposta.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L- Onor. Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Sur President, bħalma jaf kulħadd bħalissa qed niddiskutu sena ta' ħidma li għamel il-ministeru tad-djar.", "Qabel xejn nixtieq ngħid li meta nitkellmu fuq il-housing qed nitkellmu dwar aspett li fil-fehma tiegħi huwa mill-iktar umanitarju.", "Li jkollok saqaf diċenti fuq rasek m'huwiex kapriċċ.", "Nafu li matul iż-żmien il-poplu tgħallem u għax tgħallem qed ifittex li dejjem jgħix aħjar milli kienu jgħixu n-nies ta' qabilna.", "Jidhirli wkoll li l-aspett tal-housing huwa marbut ukoll ma' żewġ aspetti oħra mill-iktar importanti tal-ħajja.", "Huma żewġ valuri li jien stess ngħożżhom ħafna, u hawn qed nirriferi għall-ġustizzja u għall-ħniena.", "Dawn jidħlu ħafna fejn jidħol il-qasam tal-housing; ġustizzja għaliex jien nemmen ħafna li għandu jieħu min ħaqqu u l-ħniena għax ikun hemm każi fejn il-ħniena trid tiġi qabel kollox.", "Hawnhekk qed nisimgħu min tassew għandu għal qalbu l-problema tal-housing u min ta kasha l-aktar.", "Nixtieq li ma nidħolx f'polemika hawnhekk imma hemm kollox dokumentat dwar min kien il-partit li ħadem l-aktar fuq din il- kwestjoni tal-housing.", "L-iktar ħaġa li nistgħu ngħidu hawnhekk hija li l- housing hija problema endemika u ma tistax tispiċċa darba għal dejjem.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-problemi aktar jikbru.", "Nafu kemm il-ħajja qed issir iktar komplessa u minħabba f'din il-komplessita' bilfors li se jkollok il-problemi li aktar se jimmultiplikaw ruħhom.", "Biss jien ma nistħix ngħid li dan l-aspett soċjali fejn jidħol il-housing huwa sinonomu mal- gvernijiet Laburisti.", "Mill-kelliema Nazzjonalista smajna dwar x'sar fi żmien il-gvernijiet Nazzjonalisti.", "Dan huwa tajjeb u minnu, u ma tistax tiċħdu, imma mill-banda l-oħra ħadd ma jista' jiċħad li kien gvern Laburista li mill-bidunett beda jindirizza din il-problemau beda jindirizzaha ferm qabel ma sar it-twaqqif ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Dan qed insemmih mingħajr ma noqgħod inneħħi l-mertu ta'ħadd imma l- Awtorita' tad-Djar - mhux illum biss imma anke fis-snin ta' qabel - qiegħda hemm biex timplimenta politika ta' kontinwita'.", "Gvern ikollu l- programm tiegħu, iwettaq kemm jista' min dak il-programm imma mbagħad ma jfissirx li l-gvern ta' wara ma jkomplix fuq dak li jkun sab.", "Ikun hemm affarijiet li ma jkunx jaqbel magħhom, għax ikun jidhirlu li fil-programm tiegħu għandu affarijiet aħjar x'jagħmel, imma mill-banda l-oħra ma nistgħux ninnegaw u ngħidu li qabel ma sar xejn.", "Dan qed ngħidu għax meta nitkellmu fuq il-housing, l-Oppożizzjoni titkellem b'mod li qisu l-problemi bdew isolvuhom huma.", "Il-problema tal-housing irridu nħarsu lejha mingħajr partiġjaniżmu pero' mhux hekk qed isir hawn.", "Kien hemm kelliema Nazzjonalista li bdew isemmu anke flats u appartamenti li ngħataw u li nbnew.", "Wieħed minnhom huwa l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia li tkellem dwar kemm il-Gvern Nazzjonalista ndirizza tassew il-problema tal-housing u li kien hu li beda jsolvi din il-problema.", "L-Onor.", "Membru għadu żgħir u għalhekk naħseb li ma jafx kemm telgħu housing estates fis-snin sebgħin u tmenin taħt Gvern Laburista.", "Lill-Onor.", "Farrugia ngħidlu li jekk jagħmel ir-riċerka sewwa jsib li fi żmien il-gvernijiet ta' l-Onor.", "Dom Mintoff il-kiri ta' appartamenti u flats tal-gvern ttrippla.", "Anke meta ġejna għall-artijiet, Gvern Laburista ħafna minnhom tahom b'xejn u kien hemm artijiet oħrajn fl-aqwa postijiet ta' Malta li tahom bi ftit flus.", "Dawn kien tahom biex jinbnew djar diċenti għall-ħaddiema u kulħadd gawda minnhom.", "Imma mbagħad x'ġara?", "Imbagħad l-art bdiet togħla fiż-żmienijiet meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil- gvern.", "Din hija l-verita'.", "Imbagħad ikun hemm koppji żgħażagħ li jkunu jridu jidħlu għal din ir-responsabbilta' u appartament shell form ma jsibuhx b'anqas minn Lm30,000!", "Qabblu dak li għamel Gvern Laburista qabel ma tela' l-Gvern Nazzjonalista u x'ħalla l-Gvern Nazzjonalista u x'sab ma' wiċċu l-Gvern Laburista preżenti.", "L-Onor.", "Censu Galea semma Belt il-Ġmiel.", "(Interruzzjonijiet) X'fiha ħażin billi l-Imtarfa qed nirriferi għaliha bħala Belt il-Ġmiel?", "Dak iż-żmien kont immur jien ukoll Belt il-Ġmiel u kont nara l-appartamenti li kienu qed jinbnew.", "Kulħadd jaf li kien fihom elf difett.", "Dan qed ngħidu għaliex l- Onor. Censu Galea - li hu mid-distrett tiegħi - kien ukoll il-ministru nvolut u seta jara dawn l-affarijiet.", "Jien naħseb li n-nies ma kenux ikellmuh għaliex fl-aħħar ma bdewx jagħtu kasu.", "Ħafna nies kienu jiġu għandi biex igħiduli b'dawn il-problemi imma l-ilmenti tiegħi kienu jaqgħu fuq widnejn torox.", "Barra minn hekk irridu ngħidu wkoll dwar il-prezzijiet li bdew ħerġin biex jixtru dawk l-appartamenti li nbnew.", "(Interruzzjonijiet) Ma jistgħux jorħsu.", "Tafu li intom ħallejtu dejn min ras għal ras ta' Lm3,000?(Interruzzjonijet) Intom dħaktu bil-poplu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "M'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Illum qed jikkritikana għax se jixtru dar fuq il- pjanta.", "Sewwa!", "Mela fuq il-ħniżrijiet ta' bini li kien hemm ma qal xejn, u llum qed jikkundanna l-fatt li qegħdin jixtru fuq il-pjanta u se jaħdmu id f'id mal-kuntrattur!", "Allura kiem messkom tikkundannaw dawk l-avviżi kollha li jinġiebu fuq il-gazzetti fejn jgħidulek biex tixtri on plan.", "Jekk il- Gvern qed jagħmel ħażin, dak mhux ħażin ukoll?", "U ejjew inkunu serji f'dak li qed nagħmlu!", "Allura meta jagħmel hekk il-privat ma nikkundannawhx u meta jagħmel hekk il-Gvern, dan huwa ħażin.", "Il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni jgħidu li m'hu qed jiġi ppreżentat xejn ġdid imma meta nħarsu lejn il-ħidma li saret u li beħsiebha ssir insibu li x-xogħol qiegħed isir.", "Aħna qed ngħidu li rridu nibżgħu għall-ambjent u għalhekk qegħdin naraw kif l-ambjent ma nkomplux nisfruttawh b'mod negattiv.", "Fil-fatt anke hemm kummissjoni li qed tara kif artijiet jistgħu jinbnew mingħajr ma ssir ħsara irreparabbli għall-ambjent.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Fl-aħħar lanqas il-poplu ma emminhom bil-paroli tagħhom.", "Il-kummissjoni tar-reviżjoni tal-kera qiegħda tara x'inhuma l- problemi li qegħdin jiltaqgħu magħhom sew il-kerrejja kif ukoll is-sidien.", "F'dan il-qasam hemm problemi kbar u qabel ma tittieħed deċiżjoni jrid isir studju sewwa.", "Dan irid isir biex meta tittieħed id-deċiżjoni, din tittieħed fl-interess ta' kulħadd u mhux nagħmlu l-affarijiet nofs leħja.", "Nixtieq insemmi wkoll ħaġa oħra li lili tolqotni mill-qrib.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza anke għall-allokazzjoni ta' flats u appartamenti għal nies b'diżabilita'.", "Fil-fatt dan l-argument tqajjem ukoll mill- kelliema ta' qabli.", "Kien hemm min qal li kien hemm nies li għadhom diżgustati għaliex il-problema tagħhom ma ġietx indirizzata.", "Jien nissimpatizza ma' dawn in-nies imma dan ma jfissirx li l-ministeru jew l- Awtorita' tad-Djar mhumiex qed jagħtu kashom.", "Tajjeb li ngħidu li matul din is-sena 'l fuq minn 35 familja b'xi ħadd b'diżabilita' ġew allokati dar li ma jkunx fiha strapazz u li fiha jkunu jistgħu jgħixu komdi.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għal każ li ħadt ħsiebu jien.", "Dan kien kas ta' mara - se nirriferi għaliha bħala Mary Rose - li ssolva bl-għajnuna tal-Ministru Portelli, tas-segretarju tiegħu u tas-Sur Esposito.", "Mary Rose sabet ruħha f'sitwazzjoni li kellha titlaq mid-dar.", "Minħabba li ma kellhiex saqaf fuq rasha kellha ssib kenn ġo istitut tas-sorijiet, b'żewġt itfal minn tlieta wkoll b'diżabilita' kbira - fil-fatt tifel minnhom qiegħed l-isptar u d-diżabilita' tiegħu m'hemmx kura għaliha - u aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar ikollhom bżonn ta' min jgħinhom lil dawn in- nies.", "Din il-mara kienet tefgħet applikazzjoni fiż-żmien meta kien hemm il- Partit Nazzjonalista fil-gvern iżda jiddispjaċini ngħid li l-applikazzjoni tagħha kienet iddaħħlet taħt skema ħażina.", "Ġew allokati l-appartamenti kollha fejn kienu jaqgħu dawn in-nies b'diżabilita' u din il-mara baqgħet barra.", "Dan kien fi żmien il-Gvern preċedenti.", "Meta tela' Gvern Laburista jien ħadt il-każ quddiem il-Ministru Portelli u dan mill-ewwel beda jieħu ħsiebu.", "Wara li rajna l-qagħda kollha ta' Mary Rose - u kienet veru qiegħda f'qagħda tassew miskina - bdew jittieħdu passi u llum din il-mara qed tgħix kuntenta għaliex tawha appartament li huwa adattat għad-dizabilita' li għandhom it-tfal.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet.", "Jekk hemm nies li għadhom sal-lum ma nqdewx, nissimpatizza magħhom imma f'ġieh is-sewwa ejjew ngħidu l-verita'.", "Il-verita' hi li sew id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u anke min-naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar hemm bżonn li jtejju l- iskemi.", "Jiena ċerta li l-bord li hemm fl-Awtorita' tad-Djar llum se jmexxi b'kompetenza kbira u nispera li dawn l-iskemi jkomplu jitjiebu.", "Hawnhekk nixtieq li nagħmel suġġeriment żgħir.", "Ġieli jkun hemm bżonn li jsiru ħafna spejjeż minn familji biex jirranġaw id-dar tagħhom li mhux dejjem ikunu f'pożizzjoni li joħorġu somma hekk kbira.", "Forsi bi ftit studju jew b' xi forma ta' ftehim, l-Awtorita' tad-Djar tkun tista' tgħin lil dawn il- familji li ma joħorġux is-somma bulk mill-bidu.", "Ħaġa oħra li nixtieq insemmi hi li meta wieħed jiġi biex japplika għal skema, dan ikun irid jippreżenta ċerti dokumenti.", "Nafu li biex jinġabru dawn id-dokumenti jridu jitħallsu ħafna flus.", "Dan qed ngħidu ħalli nwassal il-messaġġ ta' dawk in-nies li ġejjin minn skala 'l isfel finanzjarja u jsibuha bi tqila ħafna biex iħallsu dawn il-belli liri għad-dokumenti.", "Forsi l-Awtorita' tad-Djar tkun tista' tistudja din il-problema ħalli kemm jista' jkun intaffu l-piż finanzjarju minn fuq dawn il-familji.", "Xtaqt li kelli iktar ħin, biss nemmen li dak kollu li qiegħed jagħmel il-ministeru qiegħed jagħmlu biex jimplimenta l-programm elettorali li ppreżenta l- Partit Laburista biex tela' fil-gvern.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Sur President, l-intervent ta' l-Onor.", "Camilleri ġiegħelni nitbissem għaliex l-Onor.", "Membru ġejja mill-istess lokalita' tiegħi u taf li l-aħħar flats li nbnew fir-Rabat inbnew fi żmien missieri, taħt Gvern Nazzjonalista fl-1969, u qassmuhom il-Labour f'Ottubru ta' l- 1971.", "Qed nirriferi għall-area ta' Għajn Qajjed, li nbniet fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt il-flus kienu mgħoddija fi żmien il-mibki l-Avukat Carmelo Caruana, li kien ministru tax-xogħlijiet, imbagħad il-flats qassmuhom Dr Daniel Micallef u l-mibki Paul Xuereb.", "Imma d-dinja hekk magħmula u llum għandna l-Onor.", "Alfred Portelli li jitla' l-Imtarfa u jiddandan bi ħwejjeġ li għamel ħaddieħor!", "Sur President, ħalli niġu għas- sitwazzjoni kif inhi llum.", "Il-Ministru Portelli kien qed jgħid li għal kull appartament hemm 15-il applikazzjoni.", "Illum ġejna f'sitwazzjoni fejn minkejja li hemm Awtorita' tad-Djar li kulħadd jaċċetta li qed tamministra sew, min-naħa tal-ministeru l-pjanijiet u l-enerġija qed jimxu bis-slow motion.", "Nista' ngħid li ftit ilu ġiet familja għandi u tant qatgħu qalbhom li jistgħu jieħdu dar mill- aħħar żewġ ħarġiet tal-gvern, li din il-koppja qalet li l-uniku mezz biex żgur tikkwalifika biex tieħu post hija jekk il-mara toħroġ pregnant u allura tieħu post bħala single parent.", "Hawnhekk qed naraw sa liema estrem lesti li jaslu n-nies illum sabiex ikunu jistgħu jieħdu proprjeta' tal- gvern.", "Pero' ħaġa li qegħdin naraw hija li l-Gvern naqas totalment u qisu elimina t-tama ta' dawk kollha li ġustament kienu qed jistennew li l-Gvern Laburista joħroġ postijiet għall-kera.", "Fil-fatt smajna lill-Onor.", "Sandro Schembri Adami jgħid li l-postijiet li ġew offruti b'kera jinsabu fi stat dilapidat, li lanqas huma tajbin għall-animali, aħseb u ara kemm huma tajbin għan-nies.", "Skond dan il-ktejjeb li għandna ppreżentat quddiemna, naraw li l-Ministru ma kienx kapaċi joħroġ b'ideat ta' kif se jtaffi l- problema tan-nies li jridu jikru u mhux jixtru.", "M'hemm ideat ta' xejn u dan juri li l-ħofra li jgħidu li sabu se jagħmluha barriera!", "Il-Gvern ħonoq il- kostruzzjoni privata f'dan il-pajjiż u minħabba f'hekk il-problema tal- housing qed taqa' fuqu b'mod aktar kritiku.", "Jekk il-Ministru Portelli għandu problema minn fejn se jġib il-flus, għandu d-dritt jitlob lill-Onor.", "Buhagiar sabiex hu jitlob li toħroġ presidential order għal fuq minn 4,000 plot, li ilhom ġejjin minn żmien twil ħafna.", "Eżempju ta' dawn huma l-plots tat-Torri tar-Rabat u Għar Barka - dejjem fir-Rabat - li ilhom mill-1979 u mill-1981.", "Hemm ukoll parti min- naħa ta' fuq mix-xagħra tal-Knisja ta' Had-Dingli u parti minn San Pawl il- Baħar.", "Dwar dawn il-plots il-Gvern għandu d-dritt joħroġ presidential order, jiddepożita l-flus fil-qorti, imbagħad la dawn in-nies jagħmlu l- kuntratt taċ-ċens u jagħmlu l-fidi, idaħħal ħafna iżjed mill-ammont li qed idaħħal illum.", "Dan minbarra l-fatt li llum iċ-ċens qiegħed idaħħlu l-Lands, waqt li jekk l-Awtorita' tad-Djar tbiegħ l-art, il-flus teħodhom hi - jekk dawn l-4,000 plot tbiegħhom b'Lm1,000-il wieħed, l-awtorita' ddaħħal Lm4 miljun - u b'hekk ikollha l-mezzi finanzjarji f'idejha biex tibni d-djar għall-kera.", "Jekk veru hemm l-ammont - u nemmnek li hemm dan l-ammont - ta' 5,000 applikazzjoni bejn nies li jrid jikru, nies li jrid jixtru jew nies li jridu residenza alternattiva b'kiri naħseb li wasal iż-żmien li kulħadd joqgħod bil-qegħda madwar mejda, u filwaqt li nagħtu importanza lill- ambjent, jekk hemm bżonn nibnu villaġġ żgħir fejn ikun hemm biżżejjed proprjeta' għall-anzjani li għandhom bżonn residenza u għan-nies b'diżabilita'.", "Il-problema ta' l-għoli tista' tiġi eliminata b'istallazzjoni ta' lift u, kif qal il-Ministru, jekk irridu nistgħu nitilgħu anke 12-il sular.", "Irrid ngħid xi ħaġa fuq ix-xiri ta' proprjeta' mingħand il-partikolar.", "Jekk din il-proprjeta' tkun fi stat dilapidat, rekwiżizzjonata jew mhijiex, m'għandekx bżonnha.", "Kulħadd jaf li tqum iżjed flus biex tirranġa l-antik milli biex tibni l-ġdid.", "Nixtieq ngħaddi kumment ukoll fuq dak li qalet l-Onor.", "Camilleri rigward l-Imtarfa.", "GĦal grazzja t'Alla l-Imtarfa nbdiet, qed tkompli u xi darba titlesta imma ma neliminax il-possibilita' li għad jitilgħu blocks ġodda.", "Jien ngħid li jekk hu possibbli, mingħajr ma wieħed iħarbat l-ambjent, għandu jfittex li jagħmilhom.", "L-Onor.", "Camilleri trid taċċetta l-fatt li saru ħafna żbalji, anke fi żmien il-Gvern Laburista ta' qabel, meta kien jiltaqa' board u f'temp ta' siegħa jew sagħtejn kien iqassam 200 appartament.", "Dawn l-appartamenti ingħataw fi stat dilapidat u jirriżulta li l-Gvern Nazzjonalsita kellu jagħti kumpens lin-nies li joqogħdu fi' blocks H u F biex ibiddlu s-soqfa.", "(Interruzzjonijiet) Dawn il-postijiet kienu ngħataw tale quale u bla garanzija, biex jekk issib il-għoġol tad- deheb dan ikun għalik u jekk jaqa' s-saqaf ikun għalik ukoll.", "GĦalhekk jien qed ngħid li l-Gvern jaqbillu jibni l-ġdid u mhux jipprova jirranġa l- antik.", "Jien nispera li fl-20 minuta li baqagħlu l-Ministru jserrħilna moħħna fuq il-kwestjoni tal-housing.", "Jekk hu veru li l-Ministru għandu l-enerġija u jrid jaħdem allura aħna lesti li ngħinuh.", "GĦalxejn noqogħdu nagħmlu omeliji ta' siegħa u kwart biex nipprovaw nagħtu l-impressjoni li nżilna mis-sema għax huwa x-xogħol tan-nies ta' hawn ġew u ta' l-Awtorita' tad- Djar li jrid iwassal biex insolvu din il-problema.", "Aħna naqblu li rridu nivvotaw il-flus għall-housing u naqblu mal-miżuri li jittieħdu biex tittaffa din il-problema, imma hemm bżonn li fuq affarijiet bħal housing noqogħdu bil-qegħda madwar mejda u nfasslu strateġija li verament tista' twassal biex intaffu din il-problema.", "Jekk il-Bambin irid, il-problema li hija kbira llum tittaffa ftit għada.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, meta l-Ministru responsabbli mid- djar beda d-diskors tiegħu qal li meta daħal fil-ministeru wiret \"a basketful of problems\".", "Altru milli a basketful of problems il-Ministru wiret a basketful of policies and procedures, għax kif qalu l-kelliema ta' qabli - u din qaluha anke kelliema min naħa l-oħra tal-Kamra - dan il-Gvern għadu jsegwi l-proċedura, il-politika u s-sistema kollha li kien nieda Gvern Nazzjonalsita tul disa' snin ta' amministrazzjoni.", "Veru li kien hemm ċertu konsolidament, fis-sens li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u l-Awtorita' tad-Djar qegħdin jaħdmu kemm jista' jkun flimkien u d- dipartiment tal-bini mar fil-ministeru tad-djar meta qabel kien jaqa' taħt il-Public Works, imma aktar minn dan il-konsolidament ma rajna xejn ġdid f'dan il-ministeru.", "Li tirranġa u tikkonsolida l-istrutturi ma jfissirx li qed tniedi politika ġdida.", "Ma twettqet l-ebda politika ġdida minn meta fl- 1994 Gvern Nazzjonalista kien qal li mhux se jqassam aktar plots b'xejn.", "Dik kienet politika li ġabet ħafna kritika u kienet użata wkoll kontra l- istess Gvern Nazzjonalista lejliet l-elezzjoni.", "Il-Partit Laburista fl- oppożizzjoni wiegħed il-plots biex imbagħad meta telgħu fil-gvern indunaw li ma setgħux iqassmu plots.", "Jekk inħarsu lejn taqsima 2.4 tar-rapport tal-ministeru nsibu li l- Awtorita' tad-Djar baqgħet għaddejja bil-policy tagħha li plots allokati taħt l-iskema tal-home ownership, u li jerġgħu jiġu fil-pussess tagħha, jiġu żviluppati f'maisonettes u garaxxijiet.", "Dan ir-rapport igħid ukoll li l-Awtorita' tad-Djar bħalissa qed taħdem fuq għaxar plots oħra.", "Din hija konferma li dan il-Ministru għadu għaddej bl-istess skema li kien nieda Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt il-ħidma ta' l-Awtorita' tad-Djar tista' tikklassifikaha fi tliet kategoriji.", "L-ewwel waħda hija dik li ngħidulha n- nefqa kapitali, li mbagħad tittrasforma ruħha f'allokazzjonijiet b'xiri jew b'kera.", "Imbagħad hemm it-tħaddim tad-diversi skemi.", "Hawnhekk għandna kontinwazzjoni kbira ta' dak li kien jagħmel Gvern Nazzjonalista.", "Imbagħad hemm ix-xogħol anċillari l-ieħor bħal kuntratti u pjanti.", "Fil-kritika tiegħu l-Ministru qisu qal li l-Gvern Nazzjonalista kien xħiħ u ma ried jagħmel xejn ma' min hu batut u issa f'daqqa waħda ġie Gvern Laburista u bil-bakketta maġika għandu soluzzjoni għal kollox u se jaqdi lil kulħadd.", "Irridu nżommu f'moħħna li hemm ċertu limitazzjoni loġistika ta' kemm gvern jista' jibni bini biex jallokah lin-nies.", "Jekk inħarsu fuq fuq lejn ir-rapporti ta' l-Awtorita' tad-Djar u tal-ministeru nsibu li m'hemmx varjazzjoni enormi fin-numru ta' appartamenti u maisonettes li ħarġu tul dawn l-aħħar ħames snin.", "Per eżempju fl-1993 tqassmu 51 appartament jew maisonette, fl-1994 tqassmu 85, fl-1995 tqassmu 225, fl- 1996 tqassmu 263 u fl-1997 tqassmu 74.", "Jekk wieħed iħares lejn in-nefqa kapitali jsib li fl-1994/1995 din kienet ta' Lm3.5 miljun, fis-sena ta' wara kienet Lm4.2 miljun u fis-sena li għaddiet kienet Lm3.4 miljun.", "Minkejja li Gvern Laburista qal li waħda mil-prijoritajiet tiegħu se tkun il-housing, spiċċa biex nefaq inqas milli nefaq Gvern Nazzjonalista fis- sentejn ta' qablu.", "Minkejja li noqogħdu ngħidu li għandna gvern ġdid li se jsolvi kollox għax għandu ħafna aktar kuxjenza milli kellu Gvern Nazzjonalista, il-fatti juru l-oppost.", "Issemma ħafna l-proġett ta' l-Imtarfa u l-Ministru qal li dan il-Gvern, xahar għal xahar, fl-Imtarfa qed jonfoq id-doppju milli kien jonfoq Gvern Nazzjonalista.", "Xtaqt kelli ftit ċifri f'idejja imma fil-weekend ma kienx possibbli li niċċekkjahom.", "Li rrid ngħid hu li l-Imtarfa huwa monument għall-Gvern Nazzjonalsita ta' kif għandu jsir housing.", "Il-proċess kollu juri li segwejna l-proċeduri ta' good urban planning.", "X'sab Gvern Nazzjonalsita fl-Imtarfa?", "Sab housing li kien konvertit minn flats li kienu ta' l-ingliżi u, kif qal l-Onor.", "Tony Abela qabli, ħafna drabi dawn ġew allokati lin-nies bil-ħsarat fihom.", "Kif tela' Gvern Nazzjonalista, għamel kompetizzjoni għal housing b'aspetti differenti.", "Din il- kompetizzjoni saret, intrebħet u beda l-iżvilupp.", "Hemmhekk aħna żviluppajna sistema ġdida ta' housing, dik li ngħidulha cluster housing.", "Hemm taħlita differenti ta' housing, għax hemm il-plots, hemm il-maisonettes u hemm il- cluster housing.", "M'għamilniex il-housing biss imma għamilna town centre u għamilna wkoll sistema ta' toroq.", "Illum il-Ministru għadu għaddej bl-istess tender li ħareġ Gvern Nazzjonalista.", "Kulma l-Gvern Laburista qed jagħmel huwa li jsegwi l-politika li kien nieda Gvern Nazzjonalista, kemm fit- twaqqih ta' slums , kemm fl-istallazzjoni ta' lifts, kemm fil-bini ta' sulari ġodda, kemm fil-politika ta' rekwizzizzjoni, kif ukoll fis-sistema tal-punti.", "Il-Ministru qal li qed jagħmlu xi ħaġa ġdida għax qed jallokaw il-housing fuq il-pjanti.", "L-Onor.", "Maria Camilleri qalet li hija ħaġa tajba li tqassam il-housing fuq il-pjanti imma għandi dubbju kbar fuq kemm hija tajba din is-sistema.", "Meta għandek proġett li qed jinbena, s-sit tal- kostruzzjoni huwa responsabbli minnu l-kuntrattur u terzi persuni m'għandhomx jidħlu f'dak is-sit għax ikun hemm ċerti responsabbilitajiet u ċerti perikli.", "Hawnhekk għandna ministru li nieda skema fejn kulħadd jista' jaqbad u jidħol għax jgħid li ħa allokazzjoni fuq il-pjanta u allura għandu dritt jidħol.", "Qegħdin nagħtu kas id-drittijiet tal-kuntrattur waqt li qed jibni u waqt li huwa responsabbli għas-safety f'dak is-sit?", "Rigward iż-żieda ta' sulari għandi dubji kbar ukoll.", "Qegħdin nagħtu kas l- implikazzjoni ta' affarijiet oħra?", "Hija soluzzjoni faċli ta' kif tista' tipprovdi numru kbir ta' housing units imma hemm implikazzjonijiet negattivi f'din il-politika.", "Per eżempju jekk qabel kellek bejt li kien iservi għal tmien inkwilini, jista' dak il-bejt jinqasam b'mod li jitħaddem tajjeb bejn 12-il inkwilin?", "Kif se nibdew insolvuhom dawn il-problemi?", "Xi ngħidu għall-iffullar?", "F'ċerti postijiet, bejn il-blocks m'hemmx l-open spaces neċessarji biex jittelgħu sulari ġodda.", "L-istess fir-rigward ta' parking spaces.", "Sa ftit ilu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet titolbok li għal kull dwelling unit, tipprovdi one car parking space.", "Issa se nżidu s- sulari u naħseb li se niġu naqgħu u nqumu minn din il-ħaġa.", "Per eżempju l- Pieta' u Ħal Tarxien m'hemmx post biex tipprovdi dawn il-garages.", "Hemm ukoll l-impatt fuq l-ambjent.", "Ġieli tara housing li diġa' huwa għoli meta tqis li l-bini madwaru huwa ta' żewġ sulari, u issa se ngħollu iktar.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi huwa l-proġett ta' Pembroke.", "Fir-rapport tiegħu l-Ministru qal li Pembroke għandu jkun eżempju għal programm ta' housing ġdid.", "Jekk irridu li Pembroke ikun eżempju tajjeb ta' housing, allura rridu nagħmlu l-ippjanar kif suppost.", "Din in-naħa tal-Kamra għandha dubji serji dwar kemm dan l-ippjanar qed isir kif suppost.", "L-ewwelnett l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tħalliet barra, twaqqaf steering committee u l- ippjanar qed isir mid-dipartiment tax-xogħlijiet.", "L-istess ġara bil- proċedura tal-Pembroke action plan.", "GĦamilna action plan u f'daqqa waħda ġejna naqgħu u nqumu li dak huwa dokument legali u biddilnieh għal kollox.", "Il-Ministru qal li sar traffic impact statement imma mhux qed jgħidilna x'qed jgħid dan it-traffic impact statement.", "Skond l-informazzjoni li għandi t-traffic impact statement jgħid li s-sistema ta' trasport hija eżawrita fl-inħawi u ma tistax tassorbi aktar karozzi.", "Imbagħad il-Ministru qalilna li f'Pembroke irid ikollna 1,200 unit ġdid.", "Li nħarsu biss lejn short-term goals huwa ppjanar serju?", "Qed inbiddlu s-sistema ta' traffiku u qed ninsew li kien hemm pjanijiet ħafna aħjar għas-sistema ta' traffiku bħal tunnels u junctions.", "Il-Ministru dan qed jinsieh.", "Dan mhux ippjanar veru, kif kien għamel Gvern Nazzjonalista fl-Imtarfa.", "GĦandna ministru li qed iħares biss lejn short-term planning u moħħu biss biex iżid in-numru ħalli jkollu okkażjoni jidher fuq it-television idoqq it-trombi, jistagħġeb b'kemm qed jagħmel u jgħid kemm ta' qablu m'għamlu xejn.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, nixtieq li l-Ministru jirrispondi xi mistoqsijiet li se nagħmillu.", "F'paġna 4 ta' l-accounts ta' l-Awtorita' tad-Djar hemm indikat li fl-1996 il-Gvern Nazzjonalista kien ivvota Lm2.5 miljun mill-Fond Konsolidat bħala sussidju lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fl-estimi li qed napprovaw illum hemm miktub li l-Gvern se joħroġ Lm1 miljun biss.", "Ifissirx dan allura li l-Gvern qed inaqqas Lm1.5 miljun mill- ispiża għal dan l-iskop?", "Rigward il-cash grants u development of plots - u l-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni kien jgħid li se jagħti l-plots - insibu li filwaqt li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kien hemm Lm300,000 ivvotati għal dawn il-plots, illum dan l-ammont niżel għal Lm64,000.", "Dan juri kemm kienu qarrqu bin-nies meta kienu fl-oppożizzjoni.", "Fil-fatt waħda mil- wegħdiet li kienu għamlu fil-programm elettorali kienet li ċ-ċittadini kollha se jkunu jistgħu jsiru sidien ta' darhom.", "Din il-wegħda baqgħet ma twettqitx.", "Qatt ma kien hawn persuni li saru sidien ta' darhom daqskemm kien hemm meta daħlet din is-sistema taħt Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt, fid-dokumenti għandna li llum iktar minn 60% tal-familji Maltin huma sidien ta' darhom jew se jkunu sidien ta' darhom fi żmien qasir.", "Il-programm elettorali tal-Partit Laburista kien jgħid hekk:", "\"Fost dawn il-miżuri nsibu bini ta' housing soċjali mill-gvern ...\"", "- u Gvern Nazzjonalista kien jagħmel dan ukoll -", "\"... u għoti ta' plots xierqa.għal bini bi prezz sussidjat f'zoni konformi mar-regolamenti tal-ħarsien ambjentali.\".", "Fejn huma dawn il-plots?", "Anke' f'din l-okkażjoni erġajtu dħaktu bin-nies.", "Nitlob li l-Ministru jispjegali għaliex il-Gvern reġa' biddel l-idea meta hawnhekk għandu miktub li kien se jagħti l-plots.", "Jekk inħarsu lejn paġna 10 ta' l-accounts ta' l-Awtorita' tad-Djar insibu li l-investiment li kienet tagħmel l-Awtorita' tad-Djar mal-Bank Ċentrali f'bonds, fl-1996 kien ta' Lm4 miljun u llum dawn niżlu għal Lm1.7 miljun.", "Wieħed jista' jgħid ħafna iktar fuq l-accounts imma se nsemmi l-aħħar waħda.", "Fl-1989, l-ewwel sena sħiħa ta' Gvern Nazzjonalista, kienu ntefqu LmLm3.5 miljuni fuq djar, bini u sussidji oħra.", "Fl-1995/1996, l-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista, dan l-ammont tela' għal Lm10.74miljun u fl-1996/1997, jiġifieri matul l-ewwel sena ta' Gvern Laburista, dan l-ammont niżel b'Lm100,000 biex issa għandna Lm10.62miljun.", "Il-Ministru jrid jispjega għaliex kien hemm dan it-tnaqqis kemm fl-investiment, kemm fl-infiq kapitali li għamlet l-Awtorita' tad-Djar kif ukoll f'sussidju li kien jagħti l-gvern għal proġetti ta' housing.", "Ma rridux ninsew li l-problema tal-housing hija problema soċjali u ħadd mhu kontra tagħha.", "Kull gvern jagħmel l-almu tiegħu, kemm Gvern Laburista kif ukoll Gvern Nazzjonalista, imma wieħed ma jistax jiddenegra l-ħidma kbira u sfiqa li saret mil-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.", "Qegħdin naħdmu għal aktar units imma huwa importanti li ma ninsewx li din il-problema tal-housing se tibqa' magħna.", "Din se tibqa magħna għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija li m'aħniex qegħdin nibżgħu għall-familja Maltija.", "Dan mhux tort tal-gvern imma l-ambjent soċjali f'pajjiżna se jiġġenera aktar bżonn ta' housing.", "Bil- mod il-mod il-familja Maltija qed titkisser u fejn ikun hemm single families dawn se jitolbu akkomodazzjoni alternattiva.", "Raġuni oħra hi li bħalissa fil-pajjiż hawn nuqqas ta' ġenerazzjoni ta' xogħol u tnaqqis fis-sahra.", "M'hawnx biżżejjed xogħol bħalma kien hawn fi żmien Gvern Nazzjonalista u ħafna nies se jibdew jirrikorru għand il-gvern biex jixtru jew jikru postijiet.", "Irridu noqogħdu attenti minn dak li konna ngħidu qabel, jiġifieri kif l-għarajjes se jħallsu dak il-piż meta jixtru post mingħand il-privat u kif se jħallsu l-ispejjeż biex ikollhom id-dar tagħhom.", "Jiena niftakar lill-Onor.", "Portelli jibki biki ta' Ġeremija meta kien fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni u kien iħobb jistaqsi kif l- għarajjes se jirnexxielhom iħallsu Lm20,000 għal plot għax imbagħad jiġu bżonn aktar flus biex jibnu u jattrezzaw id-dar.", "Illum dawn qegħdin f'sitwazzjoni agħar minn hekk.", "Qabel forsi kont iddawwar sold imma issa hemm ħafna nies li jew ma jaħdmux jew qegħdin f'sitwazzjoni li ma jistgħux jaqilgħu sold żejjed minħabba n-nuqqas ta' overtime jew ta' part-time job.", "Hawn nies oħra li qed isibu ruħhom f'diffikultajiet biex jonoraw il- commitments li daħlu għalihom fi żmenijiet oħra.", "Jiġifieri mhux li jitwiegħed jgħodd imma li tagħmel fil-prattika.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk il-Ministru huwiex se jaċċetta s- suġġeriment li hemm fir-rapport li ppreżentawlu fuq proprjeta' li tkun vojta.", "Il-Ministru għandu rapport f'idejh li qed jissuġġerixxi li dawk il- persuni li għandhom dar vojta u jħalluha f'dak l-istat għal aktar minn sentejn jew tlieta allura jew jerħu d-dar jew ikun hemm taxxa fuqha.", "Ir- rapport ikompli jgħid li aktar ma dar iddum vojta aktar għadha tkun it- taxxa.", "Jien m'iniex kontra li wieħed jara x'jagħmel bid-djar vojta.", "Din hija problema kbira għalina l-Maltin għax għandna kważi terz mid-djar tagħna li huma vojta jew qegħdin jaqgħu biċċiet, pero' l-Ministru għadu jgħid jekk huwiex se jaċċetta din il-proposta.", "L-aħħar appell tiegħi huwa dwar l-applikazzjonijiet li hemm fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġu rranġati djar qodma jew fil-qalba tar-raħal.", "Irrid ngħid li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed iżżomm iebes ħafna biex dawn id- djar jiġu rranġati kif suppost, u għalhekk nappella lill-Ministru biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu biex jitħaffef il-proċess.", "M'għandux ikun hemm burokrazija esaġerata li tiskoraġġixi ħafna nies li jixtiequ jakkwistaw xi dar fil-qalba tar-raħal.", "Rigward Pembroke irrid ngħid li fil-pjan li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista flimkien ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien hemm ipprogrammati 650 appartament.", "Illum qed ngħidu li dawn se jsiru 1,240.", "Dawn se jsiru 1,240 għaliex il-business park li kien se jsir ġewwa Pembroke se jiġi użat bħala housing unit.", "Qed jissemma li parti sostanzjali minn dawn il-plots - u l-Ministru jaf biha u nixtiequ li jweġibni - se jingħataw on a commercial basis u mhux bħala social housing.", "Hawnhekk irridu npoġġu jdejna fuq il-kuxjenza.", "On a commercial basis ifisser li dawn se jinbiegħu bi prezz mhux issussidjat li jista' jitla' sa Lm40,000 għal kull unit.", "Il-ministeru se jagħmel hekk biex ikun jista' jiġbor flus ħalli jagħmel il-proġetti tas-social housing?", "Fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kienu saru ħafna protesti li Pembroke se tiġi slum area minħabba l- kwantita' kbira ta' housing li hemm.", "Pembroke jiflaħ għal din il- kwantita' kbira ta' housing units li se nagħmlu u għat-traffiku li se jinħoloq?", "Jew vera se nagħmluh kerrejja oħra?", "Hemm bżonn li jkun hemm il- kwalita' u mhux il-kwantita'.", "Ma rridux nagħmlu kif ġara wara l-gwerra, jiġifieri nżidu ammont kbir ta' housing bl-addoċċ biex imbagħad dawn il- postijiet saru slum areas.", "Irridu nibnu djar diċenti, adattati għall- familja, fejn wieħed jista' jgħix bl-iktar mod ċivili u komdu.", "Nixtieq insemmi issa l-kwestjoni taż-żieda ta' sulari fuq bini diġa' eżistenti.", "Saru konsultazzjonijiet ma' dawk in-nies li qed jokkupaw dawn il- flats?", "Jew fejn irridu biss nagħmlu konsultazzjonijiet!", "Jew jaf li se jkollu oppożizzjoni mingħand in-nies konċernati u allura mhux se jagħmel konsultazzjoni imma se jgħaddi kollox bħala fait accompli, kif ġara bħal llum tmint ijiem meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvat applikazzjoni biex jiżdiedu s-sulari fil-flats ġewwa Ħ'Attard?", "X'se jiġri meta nżidu l- flats?", "Taf li mhux sular wieħed trid iżżid imma tnejn, minħabba l-kaxxa tal- lift u l-washrooms?", "Imbagħad xi ngħidu għall-over shadowing.", "Meta tgħolli se titfa' dell fuq il-bini ta' wara.", "Nafu xi problema kien hemm tas-Sliema meta nbena s-sea front u tellgħu bini ta' għaxar jew ħdax-il sular.", "Nafu kemm gergru n-nies li jgħixu fuq in-naħa ta' wara li ma jistgħux jaraw ix-xemx.", "Nispera li jiġu kkonsidrati dawn l-affarijiet u nispera li l-Ministru jwieġeb il- mistoqsijiet li għamiltlu.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, id-dekasteru tad-djar fih erba' taqsimiet li huma l-Awtorita' tad-Djar, id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, id-dipartiment tax-xogħol u kostruzzjoni u l-joint office.", "Ħafna drabi f'dan il-Parlament nitfgħu kollox flimkien u nitkellmu fuq is-sitwazzjoni tad-djar b'mod ġenerali mingħajr ma nagħmlu distinzjoni.", "Bħalissa quddiemna għandna r-rapport amministrattiv tas-sena l-oħra, l-audited accounts tas- sena l-oħra u l-estimi għas-sena d-dieħla ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "GĦalhekk illum suppost qed nikkonċentraw fuq l-Awtorita' tad-Djar u d- dibattitu li għamilna suppost huwa l-eżami ta' kif marret din l-awtorita' s- sena l-oħra u x'qed tippjana għas-sena d-dieħla.", "L-ewwel rimarka tiegħi hija dwar in-nuqqas ta' rispett li l-Gvern evidentement għandu lejn dan il- Parlament.", "Illum diġa' għaddew disat ijiem minn Frar u qegħdin niddiskutu l-estimi li bdew fl-1 ta' Ottubru, 1997 u jispiċċaw f'Settembru li ġej.", "Id-dewmien fil- preżentazzjoni ta' dawn l-estimi jixhed jew nuqqas ta' ppjanar min-naħa tal- Gvern fix-xogħol leġislattiv, jew nuqqas ta' ppjanar mill-Awtorita' tad- Djar li damet biex tippreżentahom jew biex tippreparahom - jien ma naħsibx li dan ta' l-aħħar huwa l-każ - u dan jixhed nuqqas ta' rispett lejn din il- Kamra.", "Il-loġika tgħidlek li għandek tiddiskuti l-estimi kemm jista' jkun viċin id-data li jkunu daħlu fis-seħħ, possibbilment qabel.", "Gvern m'għandux joffri lil din il-Kamra li tiddiskuti estimi ħames xhur wara li jkunu bdew jaħdmu.", "Nispera li tittieħed nota ta' din ir-rimarka għas-sena li ġejja imma ma nafx kemm se jiġri dan.", "Dan mhux l-uniku każ ta' estimi li se niddiskutuhom daqshekk tard.", "B'mod ġenerali dħalna fid-drawwa li l-ewwel jgħaddi ċertu żmien imbagħad nibdew niddiskutu estimi li jkunu diġa' in vigore.", "Minħabba f'hekk qegħdin fil-pożizzjoni li ħafna minn dak li jingħad huwa biss formalita' u xejn aktar.", "Fil-leġislatura ta' qabel, uħud mill-estimi kienu jiġu ppreżentati u diskussi qabel ma jibdew iseħħu.", "Ħafna minnhom kienu jiġu ppreżentati fl-ewwel xahar li jibdew iseħħu.", "Kif diġa' għidt, illum qegħdin niddiskutu l-Awtorita' tad-Djar, fejn kellna diskors ħallata ballata mill-Ministru.", "Kellna preżentazzjoni a fiume - kif jgħidu t-Taljani - ta' siegħa u kwart.", "Tant kien twil dan id- diskors li l-Prim Ministru stess kellu jgħaddilu rimarka biex iqassar ħalli jitkellem ħaddieħor.", "Lanqas biss ikkonċentra fuq l-Awtorita' tad-Djar imma beda jitkellem fuq ħafna affarijiet li, għalkemm jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, żgur li hemm żmenijiet oħra meta wieħed għandu jiddiskutihom.", "Nistgħu niddiskutu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali meta jrid il- Ministru u meta jrid il-Gvern, imma jekk fuq l-agenda għandna l-Awtorita' tad-Djar allura nippretendi li l-kontenut prinċipali tad-diskorsi jkunu fuq l-Awtorita' tad-Djar.", "Kieku rridu niddiskutu d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali żgur li hemm ħafna xi tgħid.", "Per eżempju wieħed jista' jgħid li minn mindu tela' Gvern Laburista, l-applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali żdiedu b'1,000, jiġifieri minn 4,195 f'Ottubru ta' l- 1996 telgħu għal fuq 5,000, imbagħad b'deċiżjoni tal-Ministru nqatgħu 300 koppja għarajjes li kienu applikaw biex issa għandna żieda ta' 700 applikazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ma kienx hemm 4,100 imma 4,600 applikazzjoni.", "Almenu l-Onor.", "Membru għandu jagħti l-figuri korretti .", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru jista' jirrispondi fil-ħin tiegħu.", "Rigward l-akkomodazjoni soċjali nista' nsemmi t-taħwid li hemm fl- istatistika.", "Wasalna fir-redikolaġni li jekk fl-1 ta' Jannar tistaqsi lill- Ministru kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti fil-31 ta' Diċembru, jgħidlek li kien hemm 4,000 u jekk terġa' tistaqsih l-istess mistoqsija fl- 1 ta' Frar dan l-ammont jonqos.", "L-istatistika ma tinżammx on a historical basis imma - u qatt ma fhimt kif kif issir kontra kull xjenza li hemm - tiċċaqlaq dejjem.", "Suppost l-istatistika hija xi ħaġa permanenti u recorded.", "Hekk qed jitmexxa d-dipartiment għall-akkommodazzjoni soċjali.", "Kieku kellna l-ħin hemm ħafna domandi li nistgħu nagħmlu.", "Per eżempju, kemm ingħataw djar lil applikanti li lanqas biss kellhom 60 punt?", "Kemm ingħataw djar mingħajr ma ġew inspected il-postijiet ta' l-applikanti?", "Kemm ingħataw djar lil applikanti li ma kellhomx imniżżel fil-file tagħhom li kienu qegħdin joqogħdu f'dangerous structure?", "Kemm dam jistenna l- applikant biex jieħu d-dar Nru. 5 Gardenia Street, Sta Luċija?", "Forsi dan kien wieħed mil-lucky ones li semma l-Onor.", "Schembri Adami!", "Kieku kellna l-ħin konna nidħlu fil-kwestjoni ta' jekk għandhiex isir inkjesta jew le f'dan id-dipartiment, imma dawn l-affarijiet inħalluhom għall-iktar 'il quddiem.", "Li hu żgur hu li minn mindu tbiddel il-gvern f'dan id-dipartiment tirrenja d-diżorganizzazzjoni.", "Naħseb li huwa ftit unfair dak li qed jiġri fid-dipartiment, fejn minflok jeħel il-Ministru kulħadd qed iwaħħal fl-Onor.", "Schembri Adami, qisu l-Onor.", "Schembri Adami huwa l- ministru!", "L-iskuża perenni li hemm fid-dipartiment hija - u dan qed ngħidu mill-esperjenza - li qed issir ħafna pressure interna mill-Onor.", "Schembri Adami.", "Jista' jkun li din id-diżorganizzazzjoni ġejja mil-fatt li dan l- aħħar il-Ministru qed jiddelitta ħafna bil-press u ħafna drabi qed narawh fuq it-television imur iżur il-postijiet flimkien ma xi erba' min-nies tad- dipartiment.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li jkun aħjar jekk nikkonċentraw sew fuq kif għandu jaħdem il-ministeru minflok noqogħdu nagħmlu dan it- teatrin!", "Madam Speaker, illum jien għandi problema kbira għax il-kritika li ridt nagħmel antiċipani fiha l-Onor.", "Schembri Adami.", "Fis-seduta preċedenti l- Onor. Membru għamel kritika iebsa u qal li m'hemm ebda tmexxija f'dan il- ministeru.", "Qal li dan il-ministeru m'għandux kuxjenza soċjali, li għandu bżonn jgħin lill-batut u jeħtieġ li jħaffef il-pass.", "Qal ukoll li l- ministeru m'għandux policy ġdida u li lanqas nafu x'inhi l-policy ta' dan il-ministeru.", "(Interruzzjonijiet).", "Din hija kritika li ġejja mil- backbenchers tal-Gvern.", "Il-kritika li tista' tiġi mill-Oppożizzjoni tista' ssaħħaħ biss din il-kritika.", "Tant għandna kritika qawwija ġejja mil- backbenchers tal-Gvern li r-risposta li jrid jagħti l-Ministru bilfors se tkun diretta lejn dak li ntqal mil-backbenchers tiegħu stess milli se tkun diretta lejn il-kritika li qajmet din in-naħa.", "Aktar sorprendenti minn hekk huwa li d-diskors ta' l-Onor.", "Schembri Adami kien diskors li kellu ħafna iktar ideat u suġġerimenti għall-inizjattivi milli smajna fid-diskors tal-Ministru.", "Bħas-soltu d-diskors tal-Ministru kien dwar kemm hu tajjeb il-Partit Laburista u kemm hu ħażin il-Partit Nazzjonalista.", "Sinċerament dawn id-diskorsi ta' storja huma ħela ta' ħin.", "Meta niġu f'dan il- Parlament u nagħmlu diskorsi li huma tajbin għal konferenzi politiċi jew għal meetings politiċi - u dan qed ngħidu għal kull min jagħmel dan it-tip ta' diskorsi - naħseb li nkunu qed naħlu l-ħin.", "Huwa għalhekk li fil-parti l-kbira tad-diskors tiegħi rrid nikkonċentra fuq dak li suppost qegħdin nagħmlu llum.", "Quddiemna għandna rapport amministrattiv u estimi finanzjarji ta' l- Awtorita' tad-Djar.", "Jekk wieħed jeżamina dawn ir-rapporti bir-reqqa, b'dispjaċir ikollu jinnota li taħt it-tmexxija ta' Gvern Laburista, l- Awtorita' tad-Djar sejra lura sew.", "L-ewwel fatt statistiku huwa li din is- sena, skond paġna 7 ta' dan ir-rapport, il-Gvern ħareġ 74 maisonette jew flat għal bejgħ.", "Dan ħadd ma jista' jmerih u l-Ministru għalxejn jipprova jagħmel xi start-ups oħra u jsemmi ċ-ċifra ta' 400 fid-diskors tiegħu.", "Jekk nieħdu l-average ta' l-aħħar disa' snin insibu li n-numru huwa ta' 153.", "Issa din is-sena nsibu li ħarġu għal bejgħ 74 appartament.", "Dan huwa falliment.", "Jien qed naqra minn paġna 7 tar-rapport li ssottometta l- Ministru.", "Il-Ministru kien issottometta tabella li tibda minn 1988 u tispiċċa fl-1997.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-Ministru jrid jissottometti xi ħaġa oħra jista' jagħmilha, imma jiena qed naħdem fuq in-numri li tani huwa stess.", "Din is-sena l-Awtorita' tad-Djar ħarġet 74 post biss mentri fis-snin ta' qabel ma tela' l-Ministru l-average kien ta' 153 post. Dan huwa falliment.", "Jekk inkompli ndawwar dan ir-rapport u nidħol fin-numru ta' tabelli li hemm dwar min qed jikkwalifika għal xiex bħala rati ssussidjati u imgħax issussidjat, insib li t-tendenza statistika hija li billi ma sarx revision ta' l-income brackets, kif kienu wegħdu li se jsir, illum il-parti l-kbira tan-nies li jikkwalifikaw għal xi tip ta' sussidju qegħdin jieħdu l-inqas ammont ta' sussidju possibbli.", "Jekk tieħu l-ewwel tabella li turi r-rati sussidjati ta' imgħax fuq self mil-benefiċċjarji tal-HOS, issib li l-ammont ta' nies li li qegħdin iħallsu bis-7% huwa 689, waqt li l-ammont kollu ta' min iħallas xi ħaġa inqas minn 7% huwa ta' madwar 500.", "Jekk tara t-tabelli l-oħra ssib li t-tendenza hija kollha l-istess.", "Hemm tendenza li qed ittella' 'l fuq fil-ħlas ta' l-imgħaxijiet.", "Dan qed jiġri għar-raġuni li għal xi żmien kien hemm bżonn li ssir revision ta' l-income brackets u din ma saritx.", "It-tielet stastatistika ta' falliment hija dwar kemm intnefaq f'capital expenditure mill-Awtorita' tad-Djar.", "Hawnhekk qed nikkwota minn paġna 25 tar-rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar li jagħtina breakdown ta' l-infiq li sar għal programm ta' bini ta' appartamenti u djar ġodda.", "Is-sena l-oħra l-Gvern kien ivvota Lm6 miljun għall-appartamenti u djar ġodda.", "Kulħadd qal li Lm6 miljun hija somma tajba.", "Fid-diskors tiegħu, il-Ministru kien qal li dan juri r-rieda tal-Gvern Laburista li jieħu din il-problema bis- serjeta' u jinvesti aktar fil-housing soċjali.", "X'insibu issa li daħlu l- accounts?", "Insibu li minn dawn is-Lm6 miljun, dan il-Gvern ħabrieki u maniġerjali irnexxielu jonfoq biss Lm3.3 miljun.", "GĦalkemm l-Awtorita' tad- Djar kellha Lm6 miljun ivvotati din ma kenitx kapaċi tonfoqhom u nefqet biss 50% tal-flus ivvotati lilha.", "L-Awtorita' tad-Djar kienet awtorizzata minn dan il-Parlament biex tonfoq Lm6 miljun u nefqet biss Lm3.3 miljun.", "Dan huwa l-istess ammont li kien nefaq il-Gvern Nazzjonalista fl-1994/95 u Lm0.7 miljun anqas milli nefaq il-Gvern preċedenti mmexxi mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar sena tiegħu.", "Ara mbagħad, jekk tmur għal paġna 25 tar-rapport hemmhekk nitkellmu fuq office expenditure u expenditure fuq il- karozzi - tara li hemmhekk kienu vvotati Lm42,000 pero' ntnefqu Lm62,000.", "Mela fuq id-djar l-infiq kien ridott b'50% mentri fuq l-uffiċċju u l- karozzi l-infiq żdied b'50%!", "(Interruzzjonijiet) Jekk kienu xtrawhom fi żmienna u waslu sena wara, naħseb li l-kuntrattur mingħand min inxtraw aħjar tkeċċuh!", "It-tieni ħaġa, ma nistax nifhem kif intom ivvotajtu Lm42,000.", "(Interruzzjonijiet) Darb' oħra għamlu l-kalkoli tajjeb, mhux iżżidhom wara.", "MADAM SPEAKER: Tindirizzawx lil xulxin.", "Onor. Portelli, issa rrispondih fil-winding-up.", "ONOR AUSTIN GATT: Mhux biss ġew ivvotati Lm6 miljun għall-bini tad-djar u l-Awtorita' tad-Djar ma kenitx kapaċi tonfoqhom pero' lanqas l-ammont ivvotat għas-sussidji ma ntnefaq.", "Is-sena l-oħra l-Parlament ivvota Lm4.3 miljun għan-nefqa fuq sussidji soċjali - dan jinsab f'paġna 26 tar-rapport - u din is-sena minn dawn l-Lm4.3 miljun li suppost sejrin fil-but ta' min għandu bżonn l-għajnuna nfaqna biss Lm3.5 miljun.", "Fi kliem ieħor infaqna 25% inqas milli kien ipproġettat.", "Jiena ngħid li din hija kollha kwestjoni ta' tmexxija ħażina.", "Bil-problemi u bil-ħofor kollha li jgħid li għandu, Gvern Laburista lill-Ministru tah Lm6 miljun biex jonfoq u dan ma kienx kapaċi jonfoqhom.", "Nefaq biss Lm3.3 miljun.", "X'konklużjoni trid toħroġ?", "Trid toħroġ il-konklużjoni li m'hemmx kapaċita' fit-tmexxija.", "Meta jkollok Lm4.3 miljun vvotati għal sussidji li ma jirnexxilekx tgħaddihom fil-but ta' min suppost jeħodhom, xi trid tikkonkludi?", "Trid tikkonkludi li m'hemmx direzzjoni fejn inti miexi.", "Dawn huma n-numri li tana l-Gvern stess biex naħdmu bihom.", "Eżempju ieħor tal-falliment joħroġ minn paġna 28, id-dħul mill-bejgħ tal- proprjeta', jiġifieri l-capital income.", "Is-sena l-oħra kien ipproġettat li jidħlu Lm5.5 miljun minn bejgħ ta' appartamenti ġodda u daħlu Lm4.4 miljun.", "Din hija diskrepanza ta' Lm1 miljun jew ta' 25%.", "U hawnhekk wieħed irid jistaqsi kif qed ikun hemm diskrepanzi tant kbar.", "U meta tara dawn id- diskrepanzi bilfors trid tikkonkludi li jew ma sarx ippjanar jew inkella apposta fuq il-karta qed inniżżlu numri sbieħ biex ħadd ma jikkritikana.", "Ir- realta' hija li minn dan ir-rapport joħroġ ċar li l-policy targets prinċipali tal-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni qatt ma ntlaħqu mill-Awtorita' tad-Djar.", "Il-policy aims tal-Partit Laburista kienu t- tqassim tal-plots.", "Din ftaħru ħafna biha u llum ma tidher imkien.", "Policy target oħra kienet ir-reviżjoni ta' imgħaxijiet.", "Kienu jgħidu li se jbaxxu l-imgħaxijiet li mbagħad din il-ħaġa ġiet spjegata li mhux jbaxxu l- interessi imma se jwessgħu l-income brackets.", "Hu evidenti li hawnhekk din ma saritx.", "Kienu semmew ukoll ir-riduzzjoni tal-prezzijiet li bihom jinbiegħu l-appartamenti u l-maisonettes imma lanqas din ma saret.", "Hawnhekk għandna rapport li jikkonferma dan il-fatt u li huwa kundanna kbira għall- politika li miexi biha l-Partit Laburista fil-gvern.", "Jien ipprovajt inqabbel in-numri li hawn f'dan ir-rapport ma' l-audited accounts.", "Il-Gvern, kif tirrikjedi l-liġi, barra r-rapport tal-ħidma amministrattiva, jippreżenta wkoll l-audited accounts.", "Sfortunatament meta tqabbel it-tnejn tispiċċa ma tistax taqbel.", "Għaliex?", "Ir-revenue - f'paġna 4 - ta' l-audited accounts huwa ta' Lm7 miljun imma r-revenue fir-rapport - f'paġna 28 u 29 - huwa ta' Lm11.8 miljun.", "Hemm diskrepanza bejn l-accounts u bejn dak li huwa rrapportat mill-Awtorita' tad-Djar ta' Lm4.8 miljun.", "Jien mort nara fil-balance sheet biex nara jekk forsi dawn humiex imniżżlin bħala żieda fid-debituri li għandha l-Awtorita' tad-Djar pero' l-unika żieda li sibt hija - fil-fatt huma mniżżlin bħala creditors flok debitors - żieda ta' Lm1.7 miljun.", "In-nota (6B) li takkompanja l-accounts tgħid:", "\"...represents amount of receipts and deposits in respect of sale of premises the context of which have not been finalised\".", "Ma stajt insib ebda figura oħra li toqrob l-Lm4 miljun diskrepanza bejn dak li jingħad fl-accounts bħala revenue u dak li huwa rrapportat mill- Awtorita' tad-Djar bħala revenue.", "Hemm diskrepanza wkoll f'dik li hi l- expenditure.", "L-audited accounts jgħidu li s-sena l-oħra l-Awtorita' tad- Djar nefqet Lm5.6 miljun waqt li r-rapport ta' l-istess Awtorita' tad-Djar - minn paġna 25 sa paġna 27 - jgħid li nefqet Lm10.6 miljun.", "Din hi diskrepanza oħra ta' Lm5 miljun.", "Jien nimmaġina li hemm spjegazzjoni pero' tajjeb li din l-ispjegazzjoni tingħata wkoll mill-Ministru għaliex ma naħsibx li hawnhekk qed nitkellmu fuq ċifri li huma żgħar.", "Ċertament dawn huma ċifri li jeħtieġu spjegazzjoni", "Fil-ftit ħin li baqagħli rrid nitkellem dwar l-estimi.", "Fuq il-bażi tan- numri li ngħatajna u r-record li għandha l-Awtorita' tad-Djar fl-infiq tal- flus, bilfors ikollna nieħdu dawn l-estimi with a pinch of salt.", "Suppost għandna projected estimates of expenditure ta' Lm11.6 miljun.", "Bażikament dawn huma rappreżentati minn nefqa kapitali ta' Lm6.365 miljun, nefqa soċjali ta' Lm3.6 miljun u nefqa rikorrenti ta' Lm1.6 miljun.", "Biex nibbilanċjaw - u safejn naf jien hija policy aim taż-żewġ naħat; kienet żgur tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista pero' naf li hija policy aim tal-Gvern mmexxi mill-Partit Laburista - l-Awtorita' tad-Djar suppost timxi fuq policy ta' self-financing.", "Din is-sena biex ikun hemm is-self- financing, barra l-kontribut solitu ta' Lm1 miljun mill-Fond Konsolidat, jidher li se jinħareġ Lm1.185 miljun minn bilanċ f'kont kurrenti.", "Again, jekk nirriferi għall-accounts, dan il-bilanċ fil-kont kurrenti ma nistax insibu.", "Barra minn hekk, l-Awtorita' tad-Djar se tissellef ukoll Lm558,000.", "Bejn self u flus li se toħroġ, l-Awtorita' tad-Djar se toħroġ Lm1.7 miljun.", "Dan wara li s-sena l-oħra kellhom jinbiegħu b'aktar minn Lm2 miljun f'investimenti biex jagħmlu tajjeb għall-infiq ta' din is-sena.", "Jiġifieri l-pożizzjoni finanzjarja long term ta' l-Awtorita' tad-Djar ma naħsibx li hija rosea wisq jekk wieħed jieħu in konsiderazzjoni x'sar is-sena l-oħra, x'se jsir din is-sena u x'għad irid isir fis-snin li ġejjin.", "Ċertament wieħed ma tantx jista' jemmen li s-sena d-dieħla se jintnefqu Lm6,365,000 kif inhuwa pproġettat fil-bini ta' djar.", "Infakkar li din is- sena kienu diġa' vvotati Lm6 miljun u minnhom intnefqu biss Lm3.3 miljun.", "Jiġifieri ma naħsibx li b'xi mod nistgħu nemmnu li dawn is-Lm6.365 miljun se jintnefqu.", "Nawguraw li jintnefqu, kif qal qabli l-Onor.", "Tony Abela.", "Aħna favur li jintnefqu l-flus fejn jidħol is-social housing pero' r- records s'issa ma jurux dan.", "(Interruzzjonijiet) Nispera li dawn is-Lm6 miljun plus mhux qegħdin iservu sempliċement biex tevitaw il-problema li tiġu attakkati li mhux qed tonfqu flus fuq il-housing.", "Fl-opinjoni tiegħi dan l-ammont tniżżel biex aħna ma nkunux nistgħu ngħidu li naqqastu l-vot għall-Awtorita' tad-Djar.", "Dawn daħlu hekk pero' l-biża tiegħi hi li meta niġu biex nirrivedu s-sena finanzjarja 1997/98 insibu li dawn il-flus ma jkunux intnefqu u jerġa' jiġri l-istess bħal ma ġara din is-sena.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, nibda biex nirringrazzja lill- kelliema taż-żewġ naħat għall-kontribut li taw f'dan id-dibattitu u, peress li ħin wisq m'għandix, nitlob lill-Onor.", "Membri sabiex jirriferu għad- diskors tiegħi fil-Kumitat ta' Provvista tal-Ħamis, 20 ta' Novembru, 1997.", "Dan għaliex ħafna mill-kritika li smajna f'dawn l-aħħar żewġ seduti fuq l- operat tal-ministeru tad-djar u tal-ousiHHousing Authority konna diġa' smajniha fid-dibattitu ta' l-estimi ġenerali, u fil-fatt diġa' rrispondejt għaliha b'mod dettaljat.", "U għal min qal li fid-diskors introduttorju tiegħi ma kkonċentrajtx biżżejjed fuq l-Awtorita' tad-Djar, ikolli ngħidlu li ma qagħadx attent għal dak li kont qed ngħid jien.", "Naturalment hija l- konswetudni li meta niġu biex nitkellmu fuq il-Housing Authority dak li jkun jifrex id-diskors tiegħu fuq l-aspetti kollha tal-housing, u allura bilfors li jien kelli ntawwal u nwessa' xi ftit id-diskors tiegħi.", "Madam Speaker, irrid nerġa' ngħid li qed nipproġettaw li nonfqu kważi Lm12 miljun għall-Awtorita' tad-Djar għas-sena 1997/98.", "Se noħorġu daqstant u se ndaħħlu bejn wieħed u ieħor l-istess ammont.", "Għal dik li hija nefqa kapitali nsibu li matul l-aħħar sena finanzjarja Gvern Laburista nefaq Lm3,413,914, liema somma marret kollha fuq programmi ta' bini ta' appartamenti, minbarra għal xi Lm61,000.", "Għamilna wkoll b'Lm660,000 xogħol ieħor pero' l-kontijiet għadna ma rċevejnihomx; u nista' nikkonferma li hemm somma oħra qawwija ta' Lm0.5 miljun li hija dovuta lil-Lands, li s'issa għadha ma tħallsietx għax it-transfer voucher għadu ma wasalx.", "Meta jitħallsu dawn l-ammonti se nkunu nfaqna aktar minn Lm4.5 miljun.", "Dan ifisser li fil-fatt se nkunu nfaqna aktar mill-ammont globali ta' Lm4 miljun li kien nefaq Gvern Nazzjonalista fis-sena 1995/96.", "Madam Speaker, jekk wieħed jara n-nefqa soċjali f'sussidji jsib li waqt li l-Gvern Nazzjonalista fis-sena 1995/96 kien nefaq Lm2,885,829, Gvern Laburista fis-sena 1996/97 nefaq is-somma sabiħa ta' Lm3,585,034; u qegħdin nistmaw li għas-sena 1997/98 se nonfqu bejn wieħed u ieħor madwar Lm3,648,000.", "L-istess fin-nefqa rikorrenti.", "Waqt li Gvern Nazzjonalista nefaq Lm3,677,907 Gvern Laburista nefaq Lm3,620,943, jiġifieri hawn m'hawnx differenza kbira.", "(Interruzzjonijiet) Ngħid għalija dan hu sinjal tajjeb.", "Aħna konna qegħdin nistmaw li se nonfqu ma' l-Lm4 miljun u fil-verita' rnexxielna nrażżnu l-ispiża rikorrenti għal Lm3.6 miljun.", "Dan hu sinjal ta' għaqal għax ifisser li ma tajjarniex flus f'affarijiet żejda.", "Issemma wkoll id-dħul minn bejgħ ta' proprjeta' tal-gvern u dħul rikorrenti ieħor.", "Meta wieħed iħares lejn id-dħul totali jsib li għas-sena 1995/96 taħt il-Gvern Nazzjonalista dan kien jammonta għal Lm6,887,635, mentri taħt Gvern Laburista s-somma li daħlet kienet iżjed għolja u fil- fatt daħħalna Lm7,771,021.", "L-istess dwar dħul rikorrenti.", "Meta wieħed jara s-sena 1995/96 isib li Gvern Nazzjonalista daħħal Lm3,587,212 waqt li Gvern Laburista daħħal Lm4,124,158.", "Hawnhekk xtaqt nagħmel riferenza wkoll għal item 7, li qiegħda f'page 10 tan-''Notes on the Accounts''.", "L-investiment minn Lm3,988,554 niżel għal Lm1,708,561 għax tħallset lura loan ta' l-ERF li għalqet fl-1997.", "Jiġifieri s-self li kienet daħlet għalih l-amministrazzjoni preċedenti qegħdin inħallsuh aħna.", "Dan li qed jgħid huwa korroborat minn dak li jidher f'note 6(a) ta' page 5 tan-''Notes on the Accounts''.", "L-istess il-cash grants on the development of plots - f'page 4 tan- ''Notes on the Accounts'' - dawn naqsu minn Lm387,422 fl-1996 għal Lm64,377 fl-1997 għax il-plots ilhom li ngħataw mill-1991.", "Ta' min jinnota wkoll li s-sussidju fuq ix-xiri tad-djar żdied minn Lm1,542,612 fl-1996 għal Lm2,353,335 fl-1997.", "Madam Speaker, ġrejt ġirja bil-figuri sabiex nuri kemm verament ħadem Gvern Laburista u kemm verament ħadmu kemm felħu l-ħaddiema kollha ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Dan huwa ċertifikat sabiħ u juri bil-fatti x-xogħol kbir li għamlet l-Awtorita' tad-Djar f'dawn l-aħħar 15-il xahar.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra qalu li jiena writt a basketful of policies u mhux a basketful of problems.", "Kull darba jgħidu li aħna qegħdin nimxu fuq il-passi tagħhom u jieħdu pjaċir jirriferu għal dik li huma jsejħulha kontinwita'.", "Ħalli nurihom fejn qiegħda l-kontinwita'.", "L-Awtorita' tad-Djar li wiret Gvern Nazzjonalista fl-1987 twaqqfet minn Gvern Laburista mmexxi mill-Onor.", "Perit Mintoff fl-1976.", "L-iskemi li wirtu huma wirtuhom mingħand gvernijiet Laburista tas-snin sebgħin u tmenin.", "Dan tan-naħa l-oħra jafuh u jekk hawn min minnhom għax forsi għadu żgħir ma jafx ċerti dettalji, jiena se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fotokopja tal- leaflets li fihom skemi ta' l-Awtorita' tad-Djar maħruġin taħt Gvern Laburista.", "Dawn jinkludu skemi dwar ix-xiri ta' postijiet residenzjali, l- iskema tal-home ownership, skemi tas-sussidji, skemi ta' rati ta' imgħax skond il-klassi ta' l-income u skemi għal allokazzjoni ta' postijiet b'kera.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, dan li qegħdin jgħidu ta' punti u mhux punti m'huwa xejn ħlief ħrafa.", "Jien ġbidtilhom l-attenzjoni kemm-il darba li s-sistema tal-punti bdiet taħt Gvern Laburista.", "Fil-fatt fil-leaflets li jien se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hawn spjegat is- sistema ta' punti skond l-income.", "(Interruzzjonijiet)", "Kien l-ex-Ministru Joe Brincat li kien introduċa l-polza, xi ħaġa li dak iż-żmien anke kien qabel magħha u faħħarha ħafna l-Onor. de Marco, speċjalment fejn jidħlu l-plots.", "Kulħadd jaf kemm mexa' b'mod ġust l- Avukat Brincat.", "Dak hu li wiret Gvern Nazzjonalista f'Mejju ta' l-1987.", "U kif pattewulna dan sħabna tal-Partit Nazzjonalista?", "Ħa nurikom kif pattewulna.", "Hawn quddiemi għandi ritratti li juru l-istat imkisser u mfarrak tal-gymnasium li hemm fl-Imtarfa.", "F'dan l-istat ħallih Gvern Nazzjonalista f'Ottubru ta' l-1996.", "Għandi wkoll ritratti ta' l-istess gymnasium wara li rranġah Gvern Laburista.", "Dawn ir-ritratti wkoll se npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Madam Speaker, qalu li jien writt ''a basketful of policies and procedures''.", "Ħalli ngħidilkom minn fejn tlaqna aħna.", "Kif dħalt fid- dipartiment sibt 4,600 applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva u sibt ukoll li ma kienx hemm statistika tajba u ma kenux qegħdin jaraw sewwa x'qiegħed jiġri.", "Illum il-ġurnata rranġajna ħafna affarijiet wara diversi taħditiet u laqgħat ma' min hu kkonċernat u wara li anke rajna dokumenti barranin, fosthom wieħed minn Glasgow.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont mort holiday hemmhekk, għaddejt apposta f'dipartiment tal-local council u ġibt miegħi ħafna tagħrif, mhux minn hemmhekk biss iżda minn diversi pajjiżi oħra.", "Madam Speaker, illum li frixna saqajna nistgħu nipproċedu b'aktar galbu u fil-fatt quddiemi għandi sample ta' professional questionnaire fuq in-numru ta' applikanti li hemm quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u dan id-dokument ukoll se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan il- questionnaire ħriġnih wara taħditiet ma' l-MEU, mad-dipartiment ta' l- istatistika u ma' numru kbir ta' għaqdiet, speċjalment ma' dawk li l- problemi soċjali sfortunatament jitfgħuhom f'ħoġorna.", "Illum dan il- questionnaire qiegħed nippreżentah lill-Kamra u nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu fuqu.", "Meta wieħed jara dan id-dokument isib kemm aħna verament qegħdin naħdmu bis-serjeta'.", "Nista' ngħid ukoll li dan id-dokument diġa' beda jintbagħat lil dawk kollha li għandhom applikazzjoni pendenti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Hawn nieħu l- opportunita' sabiex nirringrazzja lill-MEU, lill-Prim Ministru, kif ukoll lid-dipartiment ta' l-istatistika, lid-diretturi, lill-konsulenti tiegħi, lin-nies tal-ministeru u lil dawk l-għaqdiet kollha li ħadu sehem fih.", "Dan huwa xogħol li juri s-serjeta' fejn qiegħda u jien konvint li din is- serjeta' se tibqa' tissaħħaħ.", "Mir-risposti li jaslulna se nkunu nistgħu niġbru l-istatistika kollha, bħal dik li kien jitlob l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "Lill-Onor.", "Membru nirringrazzjah ta' l-interventi tiegħu u ngħidlu li hawn se jkollu statistika sħiħa, bid-dettalji ikollha, inkluż l- eta', l-income, eċċ. (Interruzzjonijiet) Qabel ma kellniex fuqhiex nippjanaw.", "Nispera li jieħdu gost jarawh għax hi xi ħaġa li turi d- direzzjoni u s-serjeta' tal-ministeru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR JEAN PIERRE FARRUGIA: Sempliċement biex nagħmel kjarifika.", "Naħseb li bl-ID card number biss wieħed jista' jiddetermina l-eta' ta' l- applikant.", "ONOR ALFRED PORTELLI: Li ġara huwa li jien ma sibt xejn u qed nagħti prova ta' kemm mhux veru sibt ''a basketful of policies and procedures''.", "Wieħed jiftakar wkoll li wieħed mill-eżempji mudelli ta' Gvern Laburista huwa Santa Lucija kollu.", "Il-kirjiet Gvern Laburista kien bdihom.", "L-iskema ta' sussidju tal-kera mill-privat xandarniha fil-policies tal-Gvern Laburista, imbagħad kien tela' l-Partit Nazzjonalista u kkopja l-idea li jagħti sussidju fuq il-kera ta' xi post tal-privat.", "Dawn huma ħwejjeġ dokumentati u għalhekk jien niskanta kif jitkellmu fuq continuity.", "Aħna tejjibna tliet skemi fi żmien qasir u għamilna wkoll tliet skemi ġodda, fosthom dik tad-disabled, u f'kull każ tajna s-somma sostanzjali ta' Lm2,300.", "Din mhijiex xi donazzjoni żgħira, għax naħseb li hija l-akbar donazzjoni fl-iskemi kollha li hemm.", "Skema oħra ġdida hija għal dawk li joqogħdu f'post tal-gvern, li verament huma batuti u ma jifilħux għal tiswijiet mill-bieb 'il ġewwa.", "Ħabbarna wkoll l-iskema nru 2 tax-xiri ta' proprjeta' mill-Awtorita' tad- Djar mingħand il-privat.", "Din l-iskema għamilniha pubblika wkoll ħalli b'hekk niggarantixxu t-trasparenza - fil-fatt l-avviż deher fil-gazzetti kollha ta' nhar il-Ħadd - u għandi l-pjaċir hawn inħabbar li aktar minn 22 sid ta' proprjeta' privata marru quddiem l-Awtorita' tad-Djar biex ikunu jistgħu jinnegozjaw.", "Din hija waħda mill-miżuri li tiġġieled il-proprjeta' battala.", "Irrid ngħid li għandna tliet sidien privati li qegħdin fi stadju preliminari avvanzat sabiex ibiegħu proprjeta' tagħhom lill-gvern u l-ewwel konvenju dalwaqt isir.", "Għamilna ħafna taħdidiet u sar ħafna xogħol, u kif qed naraw, l-affarijiet mexjin sewwa.", "Fejn hu l-biki ta' Ġeremija!", "Min- naħa tiegħi jien nista' ngħid li m'inix xi Ġeremija.", "Li nista' ngħid huwa li fir-realta' ħriġna maisonettes u appartamenti bi prezz orħos milli kien ħareġ Gvern Nazzjonalista.", "Għawdex l-istess.", "Ħallewhom sitt snin mingħajr ma joħorġu post wieħed!", "(Interruzzjonijiet) Issa qed jiddispjaċihom għax kellhom ċans joħorġuhom on plan u ma ħarġuhomx.", "Madam Speaker, biex ikollna organizzazzjoni aħjar, dehrilna li l-iskemi li kellu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għandhom jgħaddu f'idejn l-Awtorita' tad-Djar.", "(Interruzzjonijiet) Ma nħossx li għandi nidħol f'każi individwali imma min irid jista' bil-liberta' kollha jiġi jara l-files.", "Din għidtha kemm-il darba anke quddiem il-press.", "(Interruzzjonijiet) Aħna lil kulħadd naraw u għinna mijiet kbar ta' nies.", "M'għandniex għal kulħadd imma nista' nassigurah li ħdimna ħafna.", "Ta' dan jien nirringrazzja lill-istaff kollu.", "Madam Speaker, filwaqt li ħafna jnewħu dwar statistika u mhux statistika, sieħbi tan-naħa l-oħra tajjeb li jkun jaf li fl-1988 kien hemm 4,457 applikazzjoni pendenti, fl-1989 kien hemm 4,830 applikazzjoni, fl-1990 kien hemm 4,983 applikazzjoni, fl-1991 kien hemm 4,480 applikazzjoni u fl-1992 kien hemm 4,965 applikazzjoni.", "L-Onor Gatt, li qagħad jikkwota l-figuri, jaf li fl-1993 dawn huma niżżluhom għal 3,029 applikazzjoni, jiġifieri f'daqqa waħda qabdu u naqqsuhom b'2,000.", "(Interruzzjonijiet) Iva, din l- informazzjoni ħarġet minn risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 21,023, li l-Onor.", "Charles Buhagiar kien għamel lill-Onor.", "Censu Galea.", "(Interruzzjonijiet) Taf li mill-1991 sa l-1993 inqatgħu 2,700 applikazzjoni?", "Biex tiskonġra altru milli trid tkun pur!", "Madam Speaker, jien nieħu gost ukoll li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar waslet viċin ħafna li jinħareġ il-permess sabiex id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali jkun jista' jmur mill-Baviera għal Sa Maison.", "Tkellimna ħafna ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-permess qiegħed joqrob.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet sew li kien hemm kolonni li hija qalet li huma uniċi u allura ta' min iżommhom.", "Kif dejjem għidt, jien m'iniex kontra l-qerda, lanqas ta' ġebla waħda.", "Jien favur biss liaison aħjar bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Awtorita' tad-Djar.", "Jien nieħu gost inħabbar li f'dawn il-ġranet ħareġ il-permess mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' sular addizjonali fuq proprjeta' eżistenti tal-gvern.", "Dan se jkun proġett ta' Gvern Laburista li se jiswa aktar minn Lm7.5 miljun.", "Nafu li dan fih ħafna xogħol pero' wara l-isforzi kbar li għamilna nistgħu ngħidu li wasalna.", "Hawn l-istess nirringrazzja lid-dipartiment li ħadem ħafna sabiex illum għandna talba għal 1,018-il unit, meta qabel kulma kien hemm kien xi 40 talba biss mill-Gvern preċedenti.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, jien ma nħossx li għandi nagħti dettalji dwar meta se noħorġu aktar postijiet u jekk dawn humiex se jkunu b'xiri jew b'kiri pero' nista' ngħid li ħriġna tliet ħarġiet wara xulxin.", "(Interruzzjonijiet)", "Dażgur li m'aħniex inweġġgħu lill-privat b'dak li qed nagħmlu!", "Naċċertak li l-privat sejjer tajjeb b'dak li qegħdin nagħmlu.", "Fil-fatt minn hawn u ftit żmien ieħor se noħorġu mijiet ta' eluf kbar ta' liri fi proġetti, anke f'dawk li huma ġonna f'housing estates u bini ieħor.", "U la qed insemmi l- bini rrid ngħid li l-bini għandu jkun għall-ħaddiema u mhux kif kienu se jagħmlu huma.", "Dawn kienu se joħorġu cluster houses l-Imtarfa bil-prezz ta' Lm44,000 il-waħda!", "Madam Speaker, f'dan l-istadju nitlob formalment il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rriferejt għalihom qabel.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex il-Ministru Portelli jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rrifera għalihom qabel matul id-diskors tiegħu.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pubblikazzjoni maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar dwar skemi mnedija mill-istess Awtorita';", "Ritrattri li juru l-gymnasium fl-Imtarfa; u", "Kopja ta' kwestjonarju maħruġ mill-Ministeru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Infiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-30 ta' Settembru, 1998, skond l-Att dwar l-Awtorita' tad- Djar, Kapitlu 261.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Infiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-30 ta' Settembru, 1998, skond l- Att dwar l-Awtorita' tad-Djar, Kapitlu 261.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU.", "135", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 33", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | |Galea Pace | | |Victor | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1997 sat-30 ta' Settembru 1998 skond l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar, Kap 261, kienu approvati.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR JOE MIZZI Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 11 ta' Frar 1998, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR GUIDO de MARCO: Bil-permess tal-kollegi tiegħi xtaqt nikkommemora lil Louis Tortell, ex-Clerk of the House, li miet fis-6 ta' Frar.", "Louis Tortell kien xempju ta' kif impjegat pubbliku għandu jkun.", "Kien bniedem korrett, dedikat, jaf iżomm id-dinjita' tal-kariga tiegħu ta' Skrivan tal-Kamra u jaf ikun ta' għajnuna għal kull naħa tal-Kamra.", "Kien bniedem li kien iħares lejn il-Parlament bħala l-ogħla istituzzjoni u kien iserviha bl-aqwa almu u kapaċita' li kellu.", "Kien bniedem ukoll trasparenti, Sinjura President.", "Minn wiċċu kont tinduna moħħu x'qed jaħseb.", "Din il-kwalita' ta' trasparenza, li turi l- onesta kbira, għalija hija kwalita' rari ħafna fil-ħajja.", "Louis Tortell kellu din it-trasparenza.", "Kien bniedem kommess, dedikat, bniedem tad- dover u bniedem ġust.", "Kien bniedem appassjonat tal-fotografija u jien naħseb li min jara l- kollezzjoni tiegħu jsib fost l-aħjar ritratti ta' laqgħat tal-Commonwealth Parliamentary Association.", "Kien hu li permezz tal-fotografija mmortalizza, biex ngħid hekk, dawn il-laqgħat tas-CPA.", "Sinjura President, pajjiżna tilef civil servant li kien ta' eżempju għal ħaddieħor.", "Jien naf li min okkupa l-kariga ta' Clerk of the House u min qed jokkupa l-kariga llum ta' Clerk of the House jemmnu fid-dinjita' tal-kariga li għandhom.", "Hija kariga diffiċli, hija kariga li titlob minnhom deċiżjonijiet li ma tantx ikollhom ħin biex jikkonsultaw ruħhom biex ikunu jistgħu jagħtu l-parir meħtieġ.", "Pero' hija kariga delikata ħafna.", "Hija kariga li kull min jokkupaha għandu jagħraf jirbaħ l-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dan qiegħed isir.", "Louis Tortell ikkontribwixxa ħafna biex dan is- sens ta' etika jkun parti mill-acquis tal-kariga ta' Clerk of the House.", "Sinjura President, permezz ta' dan l-intervent tiegħi fil-Kamra nixtieq inwassal l-aktar kondoljanzi sinċieri tiegħi lill-mara u lill-familja tiegħu, u ngħidilhom li kellhom fid-dar tagħhom raġel tal-familja, raġel ta' eżempju, raġel li ċertament għen biex din l-istituzzjoni tal-Parlament iżommha għolja, bħalma hija responsabbilta' tagħna li nkomplu nżommuha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien nassoċja ruħi mas-sentimenti espressi mill-kollega tiegħi rigward is-Sur Louis Tortell, li ma kellix ix- xorti li nkun naf u għaliex meta dħalt hawnhekk kien diġa' spiċċa mill- kariga tiegħu.", "Nikkondividi bl-iktar mod komplet ir-rimarki li għamel il-kollega tiegħi rigward il-bżonn ta' aktar civil servants li jkunu assolutament dedikati għax-xogħol tagħhom u li jkunu lesti li jagħtu l-leata' tagħhom liż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Bħalma qal l-Onor de Marco, dawn ikunu ta' eżempju għal min jiġi warajhom.", "Il-kariga ta' Clerk of the House hija kariga li ġġorr ħafna responsabbilta'.", "Għalkemm lis-Sur Tortell jien ma nafux, qed jikkonferma l-kollega tiegħi li kien wieħed minn dawk li joqogħdu bl-iktar mod eżatt f'din id-deskrizzjoni ta' dan l-uffiċċju.", "Jien, flimkien ma' sieħbi, ngħaddi l-kondoljanzi tiegħi lill-familja tiegħu u nagħtihom is-sabar li f'okkażjonijiet bħal dawn kull familja tkun qed tistenna.", "Madam Speaker, qomt biex nitkellem fuq xi ħaġa li kienet topika ħafna dawn l-aħħar ġranet.", "Qed nirriferi għar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea rigward ir-relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' Malta.", "Bħalma kulħadd jaf, Madam Speaker, nhar il-Ħamis ġie Malta Mr Van der Linden, il-kap tal-unit li għandu relazzjonijiet ma' Malta flimkien mad-desk officer, is-Sinjorina Kotziger.", "Dan kien segwitu tal-mandat li ta l-Kunsill tal-Ministri lill- Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex tagħmel rapport dwar Malta wara l- indirizz li tajt jien, il-General Affairs Council, rigward l-orjentament ġdid tal-politika Maltija vis-a-vis l-Ewropa.", "Madam Speaker, dawn ġew jgħidulna x'kienet is-sustanza tal-komunikat.", "Jien anke f'din il-ħaġa stess nara ċertu rispett għaliex strettament il-Kummissjoni ma kenitx obbligata li tiġi tgħidilna x'se tirrikkmanda lill-Kunsill.", "Dan qed ngħidu biex inxejjen l-akkużi tan-naħa l-oħra li qalu li aħna b'xi mod qisna ridna naħbu l-fatti.", "Jien anke ġejt mistoqsi qabel dwar dan ir-rapport li issa se jiġi ppubblikat.", "Meta Van der Linden kien qed jgħidilna l-kontenut tar-rapport, dan qalilna li jippreferi li nkunu etiċi u nħallu r-rapport għallinqas l- ewwel jasal għand il-Kunsill.", "Jien naf kif taħdem il-Kummissjoni u kif jaħdem il-Kunsill u nafu li hemm numru kbir ta' uffiċini.", "Minħabba f'hekk l- affarijiet jillikjaw u joħorġu.", "Aħna tajna l-kelma li r-rapport kellu jistenna mill-inqas 72 siegħa - hekk kien il-kliem eżatt - u b'sens ta' rġulija ma konniex beħsiebna nagħmlu l-affarijiet pubbliċi.", "Ġara li l- gazzetti antiċipawna u xandru r-rapport kollu.", "Kien hemm min qal li dan ġabu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni minn x'imkien ieħor.", "Għalina ma jimpurtax billi ġara hekk, anzi ngħid li lilna għamlulna pjaċir għaliex rapport bħal dak mhux ta' min jaħbih, anzi ta' min ixandru ħalli jiftaħar bih.", "Il-ħażin hu li meta r-rapport sab ruħu fil-gazzetti mill-ewwel beda jidher li min kien qiegħed ixandru ra kif jagħmel biex anke jimmislidja lill-poplu.", "L- ewwel kien hemm kważi silenzju fuq dan ir-rapport.", "Ma kien hemm l-ebda reazzjoni mmedjata, bħalma naraw is-soltu mill-kanuni kollha tan-naħa l- oħra.", "Imbagħad beda jgħaddilhom bil-mod il-mod u bdew joħorġu biex ibeżżgħu lill-poplu, ibeżżgħu lill-industrija u jibdew jaljenaw mill-fatti konkreti li hemm fir-rapport.", "Per eżempju, ir-rapport jitkellem fuq \"third countries\".", "Għal dak il- partit li s-soltu jħobb jitkellem anke b'lingwa taljanizzata u jgħid \"pajjiżi terzi\", kien konvenjenti li jirriferi għal \"third countries\" bħala pajjiżi tat-tielet klassi.", "Pajjiżi tat-tielet klassi m'humiex \"third countries\" imma dan hu l-mod kif jibda jaġixxi xi ħadd li jimmanipola l- informazzjoni.", "Jien naħseb li min jaqra ċerti gazzetti jaf li ma jkunx qed jaqra l-fatti kif inhuma imma jkun qed jaqra verżjoni edited ta' kif il- gazzetti jridu lil dak li jkun jemmen.", "Issa x'ġara, Madam Speaker?", "Jiena nifhem għaliex kien hemm silenzju u f'daqqa waħda kien hemm min beda jara kif se jibda jattakka ħalli jipprova jġiegħel lill-poplu jemmen dak li qed jgħid.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex irrid infakkar li kien hemm min qal li ma' l-Unjoni Ewropea \"jew barra jew ġewwa\".", "Kienu jgħidulna: M'hemmx triq tan-nofs, jew barra jew ġewwa!", "Kien hemm min qal li Malta sparixxiet mill-Ewropa f'daqqa waħda u għax għadda Lussemburgu, ingħalaq il-bieb - bħal bieb ta' l-infern! - u min hu barra barra.", "Kien hemm min qal li \"tlifna t-train\".", "Jien ma nafx fejn kienet sejra din it- train!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Titterrompix Onor. Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ħadd m'għandu l-primat tal-qdusija u ħadd m'għandu l- primat tat-tjubija!", "Mela ma nibdewx ngħaddu kummenti personali!", "Kien hemm min qal li jekk ma mmorrux għas-sħubija se nkunu \"qażba tixxejjer mar-riħ\".", "Min qed jisma' dan id-dibattitu u min hu intelliġenti jiftakarhom dawn il-kummenti.", "Kien hemm min qal li aħna konna spiċċajna qisna \"l-orfni ta' l-Ewropa\", għax f'daqqa waħda biddilna r-rotta.", "Dawn l- istqarrijiet m'ilhomx li saru xi żmien twil u l-poplu jiftakarhom.", "Illum il- poplu qed jinduna kemm kien skorrett min għamel dawn il-previżjonijiet u dawn id-dikjarazzjonijiet ripetuti.", "Dawn saru mill-istess partit li għamel żmien twil jgħaddi ż-żmien bil-poplu jitkellem fuq dati li ma seħħux, fuq wegħdiet li ma ssarfux u fuq il-ħolm.", "Jien ma jridx nemmen li kien hemm min kien daqshekk miżinformat li kien jgħid ċerti affarijiet li minnhom ma ħareġ assolutament xejn.", "Iktar minn hekk, Madam Speaker, kienu jgħidu li ta' l-Unjoni Ewropea mhux se jitkellmu magħna jekk ma nneħħux il-customs and excise tax li għamilna.", "Jien m'għandix ċans noqgħod nikkwota l- gazzetti u numru enormi ta' kwotazzjonijiet pero' dawn jeżistu u ħadd ma jista' jmerihom.", "Li rrid ngħid hu li r-rapport stess dan ma jgħidux.", "Ma jgħidilniex biex l-ewwel nirranġaw it-taxxa imbagħad nitkellmu.", "Dan m'hu veru xejn.", "U jien hawnhekk se nuri kemm għal darba oħra, ripetutament u fuq counts differenti, l-Oppożizzjoni kienet żbaljata.", "Jien ma rridx nuża l-kelma \"ma tifhimx\" imma l-Oppożizzjoni hija żbaljata u m'hijiex korretta fl- assessment tagħha.", "Issa jew żbaljata minħabba f'hekk jew inkella żbaljata għaliex riedet tgħid hekk meta kienet taf li mhux veru.", "Nispera li huwa hekk imma qed tilgħab logħba differenti.", "Il-ġurnalisti - u dawn jistaqsu hekk għax ikunu mġegħlin - staqsew lil Van der Linden dwar din il-kwestjoni tat-taxxa.", "Dan qalilhom li l-mod kif issir it-taxxa huwa dritt ta' pajjiż sovran u li lilhom jimportahom sempliċement li l-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti.", "Dan huwa pajjiż sovran li jagħmel ir-regolamenti u l-liġijiet tiegħu pero' jintrabat li, meta jkun se jagħmel a free trade area, dawk li allegatament huma taxxi diskriminatorji bil-mod il-mod jiġu żmantellati fiż- żmien tagħhom.", "Kienu qalulna li dan li qed ngħidu aħna mhuwiex kompatibbli minħabba l- WTO.", "Jien ma nafx għaliex fid-dikjarazzjoni li ħarġet illum mingħand il- Partit Nazzjonalista jgħidu ċerti affarijiet u oħrajn ma jgħiduhomx.", "Il- konklużjoni ta' l-annex li hemm mar-rapport tgħid:", "\"The Malta communication does not raise problems with regards to compatibility with WTO rules.\".", "Dan mhux jien qed ngħidu imma l-Kummissjoni Ewropea.", "U allura l-professuri tan-naħa l-oħra possibbli ma jgħidux li għandhom bżonn jerġgħu jagħmlu l- homework fuq l-European Union u r-regolamenti tagħha?", "Qalu li ladarba biddilna l-policy vis-a-vis l-Unjoni tlifna l-flus tal-protokoll.", "Fil- gazzetti kien jingħad li pajjiżna se jitlef il-miljuni li kien hemm fir- Raba' Protokoll Finanzjarju.", "X'inhuma l-fatti, Madam Speaker?", "Il-fatti huma li kemm l-element ta' risk, jiġifieri l-ECU2 miljun, kif ukoll l- element ta' grant ta' ECU13 miljun se jiġu wżati.", "Nofshom diġa' kienu allokati għal ċerti proġetti u dawk huma kkonfermati li se jibqgħu mexjin.", "Hawn qed nitkellmu fuq ECU5 miljun għall-computerisation ta' l-iskejjel primarji, programm ta' satellita, scholarships u affarijiet bħal dawn.", "L- ECU6.5 miljun l-oħra hemm diġa' qbil li dawn jiġu ddevjati għar- ristrutturazzjoni ta' l-industrija.", "Hemm ECU30 miljun ieħor li xi ħadd kien qed jogħrok idejh u jieħu pjaċir li konna se nitilfuhom.", "Dawn ma ddejqux għaliex il-poplu Malti kien se jitilfhom imma kienu ferħanin għaliex il-Partit Laburista kien se jidher ikraħ mal-poplu.", "Dwar dawn il- flus jien irrid inserraħ ras il-poplu Malti għax l-indikazzjonijiet huma li l-Commission se tgħid lill-European Investment Bank li dan is-self m'għandhiex għaliex ma tirrikkmandahx ħalli jintuża għall-iskopijiet li ssemmew.", "Madam Speaker, x'kienu qalulna aktar tan-naħa l-oħra?", "Qalulna li l-Unjoni Ewropea ma tagħmilx relazzjoni speċjali imma jew tkun barra jew ġewwa, jew membership jew xejn.", "Qalu li ma ħadd ma tagħmilhom dawn ir-relazzjonijiet speċjali għax għandha biżżejjed kwestjonijiet biex tgħabbi rasha bihom.", "Jekk dan ir-rapport tal-Commission ma jispellix bl-iktar mod ċar relazzjoni speċjali ma' Malta fl-oqsma kollha, ma nafx kif irid ikun rapport li joħloq relazzjonijiet speċjali.", "Dawn mhux qed ngħidhom jien biex inbiegħu xi politika.", "Dan huwa t-tisrif ta' dik il-politika li qed nitkellmu fuqha u li n-naħa l-oħra kienu jgħidulna li qed noħolmu, li qed ngħidu l-ħmerijiet u li din m'hijiex prattika.", "Mela għandna partit li meta kien fil-gvern għamel ħafna wegħdiet u ma wasalx u issa fl-oppożizzjoni beda jgħid dawn il-ħmerijiet kollha.", "Jien naħseb li aħjar isir eżerċizzju ħalli wieħed jara kif jibda jiġbor ċerta kredibilita'.", "Għaliex Madam Speaker?", "Jekk wieħed jara r-rapport bl-iktar mod oġġettiv, bla passjoni politika u bla preġudizzju, huwa rapport li jagħti fl-iktar kliem ċar ċertifikat għall-viżjoni ta' Gvern Laburista.", "Il-Partit Laburista kellu programm, għamel proposta lill-Unjoni Ewropea u ta direzzjoni ta' xi jrid li tkun it- triq ta' pajjiżna vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "Issa dan huwa ċertifikat li ta' l-Unjoni Ewropea jridu jagħmlu dak it-tip ta' ftehim u jridu jidħlu f'dik it-tip ta' koperazzjoni.", "Jien ngħid li dan huwa ċertifikat li jgħid li r-relazzjonijiet ma' Malta huma mill-aħjar.", "Għax ma jistax ikun li jkollok relazzjonijiet m'humiex ottimi u tiġi bi proposti bħalma hemm f'dan ir-rapport.", "Mela dan huwa ċertifikat li l-viżjoni tagħna hija fattibbli.", "Min hu dak il-miġnun li se jagħmel ftehim fuq viżjoni li m'hijiex fattibbli u li ma tistax isseħħ!", "L-Unjoni Ewropea ma taħdimx hekk.", "U tan-naħa l-oħra jafu li meta ta' l-Unjoni Ewropea qed jgħidu li dan huwa l-programm ta' ħidma li rridu nagħmlu flimkien, fil-fatt ikunu qegħdin jgħidu li l-viżjoni tagħna se jaċċettawha.", "U dan ikompli jgiddeb lil min kien jiġi u jgħidilna li tkellimu mat-tali u mat-tali u għadhom ma fehmux x'qed titlob Malta u għadhom ma jafux il-Gvern Malti xi jrid.", "Jien ma naħsibx li jista' jkun hemm iktar ċar xi trid Malta minn kif inhu deskritt fir-rapport tal-Kummissjoni u nittama li l-Kunsill jaqbad u jadottah.", "Issa jekk dawn għamlu dak ir-rapport u ma jafux xi jridu, jien nerġa' ngħid: Min se jemmen lin-naħa l-oħra fuq dawn l-affarijiet.", "Fir- rapport hemm eżatt kelma b'kelma dak li ddiskutejna mingħajr fanfara, mingħajr storbju u mingħajr profeziji matul dawn l-aħħar 14-il xahar.", "Ħaddieħor qagħad ilablab u aħna qgħadna nistennew li l-fatti jseħħu.", "Jien ngħid li dan huwa ċertifikat ta' rieda tajba.", "Qed jgħid li Malta hija sieħba valida ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm min jgħid li din m'hijiex politika tajba għax m'hijiex fattibbli u hija politika li qed tbegħedna mill-Unjoni Ewropea.", "Aħna qed ngħidu li din hija l-politika tagħna.", "Dan huwa l-mandat li tana l-poplu u l-Unjoni Ewropea qaltilna biex niddiskutu ħalli din il- politika nsarrfuha f'fatti.", "U jidher ċar bla dubju ta' xejn li l-Unjoni Ewropea trid li ssaħħaħ l-irbit bejnha u bejn pajjiżna, prattikament f'kull qasam.", "Issa waqt li qed ngħid dan, Madam Speaker, ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li aħna qed noħolmu li dawn l-affarijiet se jseħħu mil-lum għal għada, bħalma kienu joħolmu tan-naħa l-oħra.", "Dawn l-affarijiet iridu ż-żmien.", "Iridu jsiru n-negozjati u l-affarijiet iridu jimmaturaw.", "Għalkemm aħna kuntenti b'dan ir-rapport għax huwa ċertifikat tal-viżjoni tajba li kellna, wieħed irid ikun kawt u jieħu ż-żmien tiegħu.", "GĦalkemm ikun hemm l-ottimiżmu, wieħed m'għandux igħid li dan se jseħħ mil-lum għal-għada Dan qed ngħidu biex il-poplu Malti ma jibdiex jaqa' vittma ta' propaganda.", "Qed ngħidu biex tan-naħa l-oħra ma joqgħodux igħidu li għaddew sitt xhur jew sena u ma ġara xejn.", "L-affarijiet fl-Unjoni Ewropea jieħdu ż-żmien u jien ngħid dan ir-rapport ġie malajr meta wieħed iqis kemm għandha x'tagħmel l-Unjoni Ewropea.", "Tan-naħa l-oħra kienu jgħidulna li dawn ikunu okkupati u mhux se jagħtu kasna.", "Jien ngħid li anke ż-żmien li ttieħed huwa sinifikattiv għalina, għaliex dan juri li kien hemm min ried bis-serjeta' jagħti l- attenzjoni tiegħu.", "Imbagħad kien hemm ir-reazzjoni għax partit politiku ma jistax iħalli oġġett bħal dan għaddej bla ma jipprova jibda jtellef mill- vantaġġi u mill-valur tiegħu.", "Per eżempju, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal: Il-Ministru Vella jaf x'inhu jgħid?", "Jien ngħidlu li l-ewwelnett jien nitkellem f'isem il-partit tiegħi u l-politika tiegħu, imma apparentement konna nafu x'aħna ngħidu.", "Huma kienu - u għadhom - jgħidu li aħna ma nafux x'aħna ngħidu imma jien ngħidlu li l- Unjoni Ewropea fehmuna.", "Tant fehmuna li kitbu eżatt dak li aħna rridu u qed jgħidulna biex nibdew niddiskutu ħalli naslu.", "Jiġifieri naħseb li nafu x'aħna ngħidu.", "Li niddubita hu jekk kienx jaf x'inhu jgħid min kien ilablab u jagħmel il-previżjonijiet minn meta fl-1990 tpoġġiet l-applikazzjoni.", "Dawn kienu qalu li jkun diżastru għal pajjiżna jekk ma nsirux membri f'sentejn.", "Imbagħad beda jgħid sitt xhur oħra, imbagħad sena oħra u mbagħad sentejn oħra.", "Jiġifieri jien naħseb li mhux jien ma nafx x'jien ngħid.", "Aħna qed nagħtu l-provi li konna nafu x'aħna ngħidu.", "Ħaddieħor irid jispjega.", "Jiġifieri aħjar nistaqsi lil tan naħa l-oħra jekk jafux x'inhuma jgħidu.", "Il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li konna se nġibu Lm30 miljun u fl-istess ħarġa ta' l-istess gazzetta l-Onor.", "Guido de Marco semma Lm50 miljun.", "Ġieli qalu Lm80 miljun ukoll.", "Jiġifieri lill-poplu aħjar jgħidulu huma jekk jafux x'inhuma jgħidu!", "Biex ibeżża' qal ukoll li issa kull protezzjoni għall-industrija se tispiċċa.", "Skużi, inti serju!", "Dawn il-kummenti saru minn min għamel commitment li jneħħi 400 levy.", "Huma qalu li dan mhux veru imma jien sibt id- dokumenti u sibt ukoll ktieb fejn kienu ġew identifikati dawn l-400 levy bla ma kkonsultaw lill-industrija.", "Issa qed ibeżża lill-industrija!", "Aħjar mar jikkonsulta ma' l-industrja dak iż-żmien milli qagħad jipprova jgħid lil ta' l-Ewropa li kienu se jneħħu 400 levy sa 1996.", "Dawn ma neħħewhomx dawn il-levies u issa qed inbatu l-konsegwenzi aħna.", "(Interruzzjonijiet) Ta' l-Unjoni Ewropea qalulna biex ma nagħmlux bħalkom, twegħdu u ma taslux.", "Madam Speaker, l-affarijiet aħna rridu nagħmluhom b'konsultazzjoni kontinwa mal-Federation of Industry, maċ-Chamber of Commerce u ma' kulħadd.", "Mar ibeżża' lin-nies u qalilhom li fi tliet snin iżarmaw.", "Inti kont tgħid li se nidħlu fl-ewwel mewġa.", "It-tliet snin huma l-istarting position ta' l- Unjoni Ewropea.", "Il-poplu Malti u l-industrija tħalli f'idejna.", "L-ewwel interess tagħna mhuwiex l-Unjoni Ewropea imma pajjiżna.", "L-ewwel interess se jkun ta' l-industrija Maltija u flimkien magħhom u bi qbil magħhom se nagħmlu l-affarijiet pass pass u b'mod gradat li tiflaħ għalih l- industrija.", "U dan jafuh ta' l-Unjoni Ewropea.", "U jien ngħid li inutli li jbeżżgħu bit-tliet snin.", "Aħna nagħmlu t-tnaqqis tal-levies u tal- protezzjoni skond kemm tiflaħ l-industrija.", "Qal li f'zona ta' kummerċ ħieles trid tilliberalizza s-servizzi wkoll.", "Għalfejn qed tipprova timmislidja lill-poplu?", "Għid lill-poplu li aħna, fil- kontest tal-WTO, diġa' tajna ftit commitment fuq servizzi.", "Is-servizzi l- kbar bħall-banking, l-insurance, it-turiżmu u l-maritime transport - u dan diġa' għidnihulhom lill-WTO - poġġejnihom fil-kontest tal-WTO ħalli jkun hemm liberalizzazzjoni f'dawn is-servizzi.", "Jafu l-poplu dan, jew ma jafux?", "Għalfejn qed inbeżżgħuh bihom?", "Jekk kemm-il darba qed jirriferu għas- servizzi ż-żgħar, jien ngħidlu li aħna se ninnegozjaw.", "Aħna m'aħniex ngħidulhom li aħna minn hawn bilfors se nixtru u aħna bilfors hawnhekk se nidħlu.", "Aħna għandna pożizzjoni li niddefendu l-interessi taż-żgħar.", "L-Onor.", "Fenech Adami l-bieraħ qal ukoll li Malta se titlef il-vantaġġ li tkun kredibbli.", "Skużi!", "Ma tkunx kredibbli meta inti għandek Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea li qed tiġi b'dan ir-rapport biex tagħmel dawn ir- relazzjonijiet kollha miegħek?", "Dan huwa ċertifikat tal-kredibilita' ta' dan il-Gvern.", "Huwa ċertifikat ta' kemm kellna viżjoni korretta.", "Dan juri wkoll kemm qed niġu rrispettati mill-Unjoni Ewropea.", "Kieku m'aħniex irrispettati kienu jgħidulna li m'għandhomx x'jaqsmu magħna.", "Il-kredibbilta' qed tiġi msarrfa f'dan il-każ.", "Li naf hu li l-kredibbilta' tnaqqret meta kien hemm min wiegħed li se jneħħi 400 levy sat-tali data u ma żammx kelmtu.", "Ha ngħidlek fejn hi l-kredibbilta'.", "Dan l-aħħar kelli l-okkażjoni u l-pjaċir li nħabbar li s-social development fund tal-Council of Europe tawna aċċess għal ECU 36 miljun, li ECU 26 miljun minnhom huma għall-isptar.", "Żgur li mhux kif qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li tlifna l-kredibbilta'!", "Għandna anke l-European Investment Bank li qiegħed jislifna l-flus.", "Fejn hu dan in-nuqqas ta' kredibbilta'!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal ukoll li Malta ntefgħet 27 sena lura.", "Probabbilment kien qed jirriferi għall-1971, meta tlajna fil-gvern aħna, għaliex konna sibna l-istess problemi, l-istess diffikultajiet finanzjarji u kellna nxammru aħna biex inbiddlu s-sitwazzjoni.", "Jien ngħid li kieku bqajna għaddejjin kif konna, Madam Speaker, mhux 27 sena konna mmorru lura imma konna nkissru dan il-pajjiż u konna mmorru lura għal qabel ma dan il- pajjiż daħħal is-servizzi soċjali.", "Kieku bqajna għaddejjin b'dak ir-ritmu konna nkissru l-probabbilta' u l-possibbilta' kollha li dawk is-servizzi nibqgħu għaddejin bihom.", "Issa meta naqra l-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista llum, Madam Speaker, jaqbadni d-daħk.", "Huma stess qegħdin jgħidu li wieħed jista' jimpressjona ruħu bin-numru ta' oqsma ta' koperazzjoni msemmija.", "Jiġifieri anke huma qed jammettu li timpressjoni ruħek meta tara dik il-lista kollha ta' oqsma li l-Unjoni qed tgħid li trid tikkopera magħna fihom.", "Huma jridu jaħdmu magħna fil-qasam politiku, fil-qasam ta' l-ambjent, fil-qasam soċjali, fil-qasam ta' l-industrija, fil-qasam tat-teknoloġija, fil-qasam tal-kultura, fil-ġustizzja, f'affarijiet tal-kriminalita' u fil- kuntrabandu.", "Semmili liema settur trid u ngħidlek: Iva, fir-rapport qegħdin jgħidu li f'dak is-settur ukoll iridu jikkoperaw magħna.", "Jiġifieri għandu raġun l-Onor.", "Joe Borg meta jikteb li wieħed jista' jimpressjona ruħu bin-numru ta' oqsma ta' koperazzjoni - din tissejjaħ freudian slip - u li qed jibża' li anke' l-poplu jimpressjona ruħu.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li qrajtha kollha!", "Huwa kompla jgħid li l-aktar arma qawwija fil- preżent saret dik ta' l-ingann u l-qerq, bħal fil-każ tal-politika ta' Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Madam Speaker, jien nistaqsi:Fejn hu l-qerq u l- ingann?", "Aħna x'wegħidna lill-poplu?", "X'għamilna sadanittant f'14-il xahar?", "X'ġibna f'14-il xahar b'konferma tal-politika tagħna?", "Dan jista' jissejjaħ qerq jew ingann?", "Il-qerq u l-ingann għamlu min kien dejjem iwiegħed u min kien jagħmel ir-rapporti u jżommhom misturin milll-poplu.", "Ara aħna, qegħdin nikkonsultaw kontinwament ma' l-industrija u mal-Kamra tal-Kummerċ.", "Lil dawn se ninvolvuhom aktar għax wara kollox il-pajjiż huwa ta' kulħadd.", "Il-pajjiż la hu tal-gvern, la hu tal-Partit Laburista u lanqas hu tal-Partit Nazzjonalista.", "Aħna rridu li l-partners f'din il-kwestjoni jieħdu huma wkoll ir-responsabbilta' tad-deċiżjonijiet ħalli din tkun xi ħaġa kollettiva.", "Madam Speaker, jien ngħid li l-qerq kien ikun kieku aħna biddilna l- mandat tagħna u kieku aħna biddilna l-wegħdiet tagħna.", "Ikun qerq jekk ma nagħmlux dak li l-poplu tana l-mandat għalih.", "Anzi jien ngħid li sal-lum żammejna kelmtna.", "U jien ngħid iktar minn hekk.", "Jien ngħid lill-poplu li dan il-Gvern se jkompli jżomm kelmtu.", "Dak li m'aħniex ċerti minnu mhux qegħdin inwegħduh.", "Jien nista' ngħid li mhux se jkun fil-bogħod iż-żmien meta jibdew in-negozjati proprja fuq dawn l-affarijiet.", "M'aħniex se nistennew is-snin.", "M'aħniex se nistennew xi kunsilli jew xi dokumenti joħorġu.", "Taħt il-presidenza Ingliża, Madam Speaker, għandna l- assigurazzjoni - jiġifieri qed nitkellem fl-ewwel sitt xhur tas-sena - li dan li qed ngħidu jiġi awtorizzat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u fi żmien qasir se jibdew id-diskussjonijiet.", "Dan, Madam Speaker, huwa l-aħjar li wieħed għalissa jista' jgħid f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "L-Oppożizzjoni qed tipprova tbeżża' u tgħid li se ndawru daharna għall-Ewropa.", "Imbagħad għamlu propaganda li se mmorru x'imkien ieħor.", "Minn dan kollu ma seħħ xejn.", "Aħna rbaħna l-fiduċja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn fehmuna - allavolja ta' l- Oppożizzjoni jgħidu li ma fehmuniex - u issa qed jitkellmu magħna.", "Jien ngħid lill-poplu Malti biex ikompli jafda lil dan il-Gvern li għal darba oħra ta prova li għandu viżjoni li hija prattika.", "Aħna qegħdin ngħidu li fil-preżent u taħt ċirkostanzi li nistgħu narawhom, din hija l-aħjar relazzjoni li pajjiżna jista' jkollu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' nfakkar ukoll, Madam Speaker, li proprju fil-konferenza ġenerali tal-partit li għaddiet ftit ġranet ilu, il-partit wiegħed - u jien ukoll tkellimt fuq din il-mozzjoni - li bl-iktar mod oġġettiv, mhux bil-passjoni, u bla preġudizzju aħna nibqgħu nżommu s-sitwazzjoni taħt kontroll.", "Wegħedna li se nibqgħu nistudjaw l-iżviluppi li jiġru f'pajjiżna, fir-reġjun u fl- Ewropa u naraw li l-politika tagħna tadatta ruħha skond iċ-ċirkostanzi.", "Aħna għidna li l-ewwel konsiderazzjoni tkun l-interess tal-poplu Malti.", "Aħna ma nimxux skond il-moda jew skond x'qed jagħmel ħaddieħor imma nimxu skond x'jaqbel fl-interess tal-pajjiż, fl-interess ta' l-industrija, fl- interess ta' l-ekonomija ta' pajjiżna u fl-interess ta' kull wieħed u waħda minna.", "Aħna gvern Malti l-ewwel u qabel kollox.", "Aħna Gvern li jrid jara l- interess tal-poplu tiegħu billi jsib l-aħjar relazzjonijiet, l-aħjar kondizzjonijiet u l-aħjar rabtiet li jista' jagħmel mal-partners tagħna kollha, fosthom l-Unjoni Ewropea.", "Hemm partners oħra Mediterranji u barra r- reġjun, imma fosthom hemm dik l-Unjoni Ewropea, li n-naħa l-oħra immedjatament malli tlajna pprovaw ibeżżgħuha li aħna m'aħniex se nkunu partners validi.", "Id-dokument li ngħata lilna nhar il-Ħamis minn Van der Linden wara kollox huwa ċ-ċertifikat ta' dawn it-taħdidiet kollha li kellna matul dawn is- snin.", "Dan sar mingħajr daqq, mingħajr ritratti u mingħajr ħafna headlines fil-gazzetti.", "Sar b'mod li fehmna lil xulxin u b'mod li nafu x'irridu.", "Jien għalija dak huwa l-akbar ċertifikat li dan il-Gvern jaf xi jrid jagħmel.", "Huwa l-akbar ċertifikat li l-Unjoni Ewropea aċċettat il-programm tagħna u jien nittama fil-Bambin li, bil-galbu u b'diskussjonijiet, nirrikkonoxxu li sia naħa u sia oħra għandha l-interessi tagħha x'tissalvagwardja.", "L-Unjoni Ewropea għandha l-interess tagħha u aħna għandna l-interess Malti.", "Nittama li flimkien naslu biex insawru dak il-programm ta' koperazzjoni u dawk id- deċiżjonijiet biex dawn ikunu fl-aħjar interess tal-poplu Malti.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 11 ta' Frar, 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "10909.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-ħabs fil-31 ta' Diċembru 1997?", "Kemm kien hemm fuq sentenza u kemm fuq arrest preventiv?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "Kemm kienu Maltin u kemm barranin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri residenti fil-ħabs fil-31 ta' Diċembru 1997 kien ta' 214, filwaqt li 20 priġunieri oħra qegħdin bil-prison leave.", "Il-214-il priġunier kienu mqassma kif ġej : -", "Iservu sentenza 118 Taht arrest preventiv 96 Irgiel 199 Nisa 15 Maltin 152 Barranin 62", "ĦABS ĊIVILI - ARREST PREVENTIV", "10910.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni miżmuma l-ħabs fuq arrest preventiv fl-1997?", "X'kienu r-reati li allegatament ikkommettew dawn il- persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li ddaħħlu l- ħabs taħt arrest preventiv matul l-1997 kien ta' 427.", "Ninsab informat ukoll li r-reati li allegatament ikkommettew dawn il- persuni hu kif jidher fit-tabella li npoġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWEĠIJIET", "10911.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żweġijiet reġistrati fl- 1997?", "Kemm kienu bejn Maltin u kemm bejn Maltin u barranin?", "Kemm kienu żweġijiet ċivili u kemm reliġjużi?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:-", "Matul l-1997 saru 2,037 żwieġ reliġjuż u 366 żwieġ ċivili.", "Minn dawn 1,861 żwieġ reliġjuż li 53 żwieġ civili saru bejn Maltin waqt li 146 żwieġ reliġjuż u 193 żwieġ ċivili saru bejn Maltin u barranin.", "Il-bqija 30 żwieġ reliġjuż u 120 żwieġ ċivili saru bejn barranin.", "IMPJIEGI", "11394.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Referibbilment għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni kollha mitluba, ħlief dik li tirrigwarda transfers, diġa' ngħatat b'dettal kbir u għall-perjodu aktar estensiv fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11099.", "Għar- rigward tat-transfers l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-", "1) Fil-Ministeru għat-Trasport u Portijiet saru erba' transfers fuq talbiet ta' l-individwi stess.", "Persuna oħra ntemmilha secondment fuq talba tagħha stess.", "2) Fl-Uffiċċju tal-Postmaster General kien hemm tlett transfers għall- Dipartimenti tal-Gvern, minn dawn tnejn saru fuq talba ta' l-istess individwi.", "4) Id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili kien hemm sitt transfers għall- Dipartimenti tal-Gvern li kollha saru fuq talbiet tal-individwi stess.", "5) Fid-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet kien hemm żewġ transfers li saru fuq talbiet tal-individwi stess.", "IMPJIEGI", "11395.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Referibbilment għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni : (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern gandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal- persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant f'mistoqsija parlamentari numru 11,395 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "IMPJIEGI", "11396.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Referibbilment għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI - CLEANERS/POST ATTENDANTS", "11432.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-impjieg ta' seba' part-time cleaners/post attendants fil-Pixxina Nazzjonali, jista' l-Ministru jgħid: 1) f'liema ġurnali deher l-avviż ta' Lulju għall-impjieg; 2) kemm-il darba deher f'kull ġurnal; 3) fejn jirrisjedu l-ħames persuni ngaġġati wara din is-sejħa; fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 10604 huwa traskritt: bħala \"mhux reġistrati għall-vot\"; 4) riferibbilment għall- avviż pubblikat f'Novembru 1997 fejn jirrisjedu l-14-il persuna li applikaw; u 5) fejn jirrisjedu t-tlieta li ġew short-listed?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u nitlob lill-Onor.", "Interpellant jitkellem ma' kollegi tiegħu ex-ministri Nazzjonalisti jekk kienux isegwu l-proċeduri li qed jesiġi bħalissa meta huma kienu jirreklutaw in-nies għall-Pixxina Nazzjonali.", "PIXXINA NAZZJONALI - CLEANERS", "11433.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-impjieg ta' part-time cleaners fil- Pixxina Nazzjonali, jikkonferma l-Ministru li l-fatt li ma saritx talba lill-ETC fis-sejħiet li saru f'Lulju u f'Novembru hu ksur tar-regolamenti tal-Gvern dwar kif għandhom isiru l-impjiegi?", "Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll li s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Joe Cilia kien jaf li kellhom jiġu mpjegati l-part-time cleaners minn qabel ma sar l-avviż fil- gazzetti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Sadanittant l-Onor.", "Interpellant jista' jikkonsulta ma' kollegi tiegħu li kienu ministri responsabbli mill-Pixxina Nazzjonali biex jivverifika jekk fi żmienhom irreklutawx in-nies għall-pixxina permezz ta' l-E.T.C.", "QORTI EWROPEA - IMĦALLFIN", "11434.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li qabel ma' l-Gvern formalment iddeċieda dwar in-nomina ta' Dr. Giovanni Bonello bħalha Imħallef għall-Qorti Ewropea, il-Prim Imħallef u l-Imħallfin Carmelo Agius u Joseph Filletti kienu ġew informati li l-Gvern kellu l-intenzjoni li jinnomina lilhom fl- ordni msemmija, li t-tlieta aċċettaw u ntalbet is-CV tagħhom biex tintbagħat lill-Kunsill ta' l-Ewropa?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien li avviċina lill-imħallfin imsemmija u fuq liema awtorita' aġixxa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - GĦASES TAL-PULIZIJA", "11650.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il fax machine hemm installati fl-għases tal-pulizija?", "F'liema għases huma hekk installati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-fax machines installati fl- għases tal-Pulizija huma mqassma kif ġej : -", "Sliema - 1 Msida - 1 Mosta - 1 Qawra - 1 Rabat (Għawdex) - 2 (waħda minnhom preżentement ma tiffunzjonax)", "PULIZIJA - PASSAPORTI", "11651.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern sabiex il-passaporti eżistenti jiġu mibdula f'machine readable passports?", "Meta se jibdew jinħarġu l-passaporti ġodda b'din is-sistema?", "Se jkun hemm xi ħlas speċjali sabiex jinħarġu passaporti b'din is-sistema?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninsab informat li qed tiġi kkonsidrata l-possibilta li s-sistema komputerizzata għal ħruġ ta' passaporti tkun tkopri karatteristiċi oħra, bħalma hi dik ta' stampar tar-ritratt direttament fuq il-passaport, waqt li tibqa' tintuża l-kunsinna preżenti ta' passaporti.", "Għalhekk, f'dan l-istadju m'hemmx pjani li l-passaporti validi fl-idejn jiġu mibdula ma oħrajn machine readable qabel jiskadu.", "Il-passaporti bis-sistema l-ġdida bdew joħorġu mill-24 ta' Diċembru 1997.", "M'hemmx ħlas speċjali biex jinħarġu passaporti b'din is-sistema.", "PULIZIJA - HOLD UPS", "11652.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-1997, kemm ġew irrapportati hold ups lill-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MDINA - MUŻEW TA' L-ISTORJA NATURALI", "11653.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern dwar il-Mużew ta' l-Istorja Naturali fl-Imdina?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern qiegħed jistudja l-futur tal-Mużew ta' l-Istorja Naturali li hemm fl- Imdina.", "Is-sena li għaddiet diġa' saru xi xogħlijiet ta' restawr fiq il- Palazz Vilhena li jospita fih dan il-Mużew.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "11654.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi ċ-ċifra globali ta' reati ta' serq irrapportati lill- Pulizija matul l-1997?", "Kemm minnhom kienu serq ta' vetturi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ċ-ċifra globali ta' reati ta' serq irrapportati lill-Pulizija matul l-1997 kienet ta' 7,443.", "Minn din iċ- ċifra 1,027 kienu serq ta' vetturi.", "PULIZIJA - MOĦQRIJA LILL-ANNIMALI", "11655.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna matul l-1997 ittellgħet il-Qorti akkużata b'moħqrija lill-annimali?", "Kemm minnhom instabu ħatja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi matul l-1997 ħames persuni tressqu l-Qorti b'akkużi ta' moħqrija lill-annimali.", "F'żewġ każijiet l- akkużati ġew misjuba ħatja, każ ieħor ġie dikjarat preskritt, filwaqt li żewġ każijiet oħra għadhom pendenti.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - RAPPORT", "11689.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru tiegħu fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- Ministeru tiegħu?", "Liema huma dawn ir-rapporti li ġew iffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Min għamel ir-rapporti ndividwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma jiġux ppubblikati?", "Min għamel ir-rapporti mhux ippubblikati?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - RAPPORT", "11690.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru tiegħu fil- perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu?", "Liema minn dawn ir-rapporti ġew iffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti?", "Min għamel ir-rapporti ndividwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud minn dawn ir-rapporti ma jiġux ippubblikati?", "Min għamilhom?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-uniċi rapporti kummissjonati fil-perijodu msemmi kienu dawn is-sitta għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar:", "1.", "Quantitative Analysis of the Permit Process magħmul minn Coopers & Lybrand;", "2.", "Investigation into the issue of Permit 2062/96 and reporting thereon, magħmul minn Coopers & Lybrand;", "3.", "Disaster recovery (IT) magħmul minn Joseph Tabone & Co.;", "4.", "Cost Management and Revenue Enhancement Review magħmul minn Coopers & Lybrand\";", "5.", "Report for fill at Tal-Mitħna Quarry magħmul minn Harrison & Company; u", "6.", "Freeport Application for Excavation of Site at Benghajsa magħmul minn TBA Structural Engineers.", "OPM - RAPPORTI", "11691.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkumissjonat mill- Ministeru tiegħu fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu?", "Liema minn dawn ir-rapporti ġew iffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dawn ir- rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Min għamel ir-rapporti ndividwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma jiġux ippubblikati?", "Min għamel ir-rapporti mhux ippubblikati?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-BIEDJA - ĦADDIEMA", "11692.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar kemm huma, lokal lokal, f'Malta u f'Għawdex in-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment tal-Biedja li qed jagħmlu xogħol f'dawn l-inħawi fuq bażi permanenti jew temporanja mingħajr mhu qed isir ħlas mill-kunsilli lokali għax-xogħol li wettqu?", "X'kien ix-xogħol li twettaq f'dawn l-inħawi fl-istess perijodu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Minħabba li x-xogħol u d-domanda tal-kunsilli lokali żdiedet relattivament, inħass il-bżonn mill-ufficjali tad- dipartiment li tinbidel is-sistema u jkun hemm grupp ta' ħaddiema fis-South u ieħor fin-North sabiex jikkordina x-xogħlijiet b'mod aktar flessibbli u aktar produttiv.", "BORDIJIET", "11693.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar liema huma l-bordijiet differenti li hemm f'kull wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "Min huma l-membri ta' kull wieħed minn dawn il-bordijiet?", "Meta twaqqfu għall-ewwel darba?", "Liema bordijiet ġodda twaqqfu/mhux inbidlu fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 7603 fejn hemm imniżżla l-bordijiet differenti u l-membri ta' kull wieħed minn dawn il-bordijiet.", "Ma' kienx hemm tibdil f'dawn il-bordijiet mid-data ta' dik ir-risposta.", "PESTIĊIDI", "11694.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitressaq quddiem il-Parlament l-abbozz ta' liġi dwar il-pestiċidi li kienet fi stadju avvanzat fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti?", "Meta hu mistenni li tersaq għad-diskussjoni l-liġi dwar is-sajd li kienet diġa' ppubblikata fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti u li għadha ma resqitx mill-ġdid quddiem dan il-Parlament?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-abbozz ta' liġi dwar il-pestiċidi qed jiġi ammendat u aġġornat mill-Pesticide Advisory Board biex ikun aktar konformi mal-ħtiġijiet ta' llum, waqt li dak dwar is-Sajd qed jiġi diskuss fid- dettal mill-Fisheries Advisory Board, flimkien mal-Koperattivi tas-Sajd.", "Meta jitlesta dan ix-xogħol, iz-żewġ abbozzi jkunu mressqa quddiem il- Parlament skond il-prioritajiet tal-gvern.", "PACEVILLE - PROĠETT", "11715.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'se jsir mill- proġett ta' Paceville?", "Jekk diġa' beda, fiex wasal?", "Kien hemm konsultazzjoni mar-residenti/business tal-lokal?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Waqt id-diskussjonijiet li saru matul is-sena li għaddiet bejn il-partijiet kollha konċernati u li jinkludu l-Ministeru tat- Turiżmu, il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, l-Awtorita ta' l-Ippjanar, il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan u r-rappreżentanti tal- Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) dwar l-upgrading ta' l-area ta' Paċeville ġew identifikati tlett problemi speċifiċi - l-aċċess għal Paċeville, l-ipparkjar tal-karozzi u l-area tal-Bajja ta' San Ġorġ.", "Ġew ukoll identifikati soluzzjonijiet għal dawn il-problemi:-", "i) Se ssir access road ġdida għall-Bajja ta' San Ġorġ minn naħa ta' Pembroke.", "Din it-triq diġa' ġiet approvata mill-Awtorita ta' l-Ippjanar u x-xogħol se jibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "ii) Il-problema ta' l-ippakkjar se tiġi megħluba bil-faċilitajiet li se jipprovdi l-iżvilupp tal-proprjeta' tal-Maltacom (Millenium project).", "iii) Qiegħed isir studju dwar it-tkabbir tar-ramla u r-refurbishment ta' l- area dwar il-Bajja ta' San Ġorġ.", "F'kull każ ir-residenti kienu rappreżentanti mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan.", "VALLETTA - TEATRU L-IMWAQQA'", "11716.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-ispazju tat- Teatru l-imwaqqa' ġewwa l-Belt Valletta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din il-kwestjoni mhijiex deċiżjoni biss tal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali iżda ta' dimensjoni nazzjonali.", "Malli jkun hemm xi deċiżjoni f'dan ir-rigward jiġi nformat il- pubbliku in ġenerali.", "ĦAMRUN - TISWIJA TA' TOROQ", "11751.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Atocia u t-toroq tan- naħa ta' Rabbat Estate, fil-Ħamrun se jingħataw it-tarmac għax jinsabu fi stat diżastruż?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol ta' asfalt ġdid fit-toroq tan-naħa tar- Rabbat jiġi programmat skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d- dipartiment.", "Triq Atocia hija diġa' asfaltata u għalhekk resurfacing fiha jrid isir mill-kunsill.", "SKEJJEL - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "11754.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jitqassmu flus lil kull kunsill skolastiku matul l-1998?", "Kemm tqassmu flus lil dawn il- kunsilli matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - ĦADDIEMA", "11755.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Korporazzjoni Enemalta minn Ottubru 1996 sad-data tar-risposta għal din id-domanda?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "KUNSILLI LOKALI - FINANZJAMENT", "11756.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni dwar il-finanzjament għal kull kunsill lokali mill-ewwel sena tal-ħidma tagħhom sa din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PA- APPLIKAZZJONIJIET MILL-KUNSILLI LOKALI", "11757.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas kull kunsill lokali ma' l-applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp lill-Planning Authority u jgħid x'kienu l-proġetti li kull kunsill lokali applika għalihom f'dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "KUNSILLI LOKALI - BANKINI", "11758.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont fi flus imħallsa minn kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar erba' snin biex inħadmu bankini ġodda u f'manutenzjoni ta' bankini?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bankini ġodda (f'metri) minn kull kunsill lokali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Din hi l-informazzjoni li laħqet inġabret bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari preċedenti magħmula mill-Onor.", "Membru fuq l-istess suġġett.", "KUNSILLI LOKALI - TISWIJA TA' TOROQ", "11759.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq minn kull kunsill lokali f'manutenzjoni ta' toroq f'dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din hi l-informazzjoni li laħqet inġabret bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari preċedenti magħmula mill-Onor.", "Membru fuq l-istess suġġett.", "PORTUGAL - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "11760.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Portugal; kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inkluż ir-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l- paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess reppreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali u l-bżonnijiet ta' Maltin fil-Portugal huma f'idejn id-diplomatiċi tagħna fl-Ambaxxata Maltija ġo Pariġi (kopja ta' l-ismijiet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għal qari aktar kmieni f'din is-seduta) u mill-Konsli Onorarji f'Lisbona u f'Oporto.", "L-uniċi spejjeż li jista' jkun hemm huma dawk tal-Konsli għall-posta, telefonati u faxes uffiċċjali.", "POLONJA - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "11761.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Polonja; kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l- paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali u l-bżonnijiet ta' Maltin fil-Polonja huma responsabbilta' ta' l-Ambaxxata tagħna ġo Bonn (l- ismijiet tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għal qari aktar kmieni f'din is- seduta) u mill-Konslu Onorarju f' Warsaw.", "L-uniċi spejjeż huma dawk tal- Konslu Onorarju għall-posta, telexes/faxes u telefonati fuq xogħol uffiċjali.", "RUSSJA - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "11762.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim MInistru jinforma lill-Kamra kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fir-Russja; kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l- paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u g) kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-vot għall-1998 biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż biex titmexxa l-Ambaxxata Maltija ġewwa r-Russja huwa ta' Lm 61,024.", "F'din l-Ambaxxata hemm jaħdmu:", "* 1 Second Secretary * 2 Segretarji, flimkien ma' oħra li taħdem staġġjonalment minn żmien għal żmien * 1 Sewwieq / Messaġġier * 1 Serva / Ħassiela", "Kif għidt fir-risposti li tajt għall-mistoqsijiet simili li saruli mill- Onor. Membru, ma jidhirlix li għandi nispeċifika r-rimunerazzjoni li jirċievu kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati.", "Nista' ngħid, iżda, illi, dejjem skond il-figuri fl-Estimi Ġenerali għal din is-sena, huwa stmat illi n-nefqa f'dawk li jissejħu Personal Emoluments fl-Ambaxxata Maltija ġewwa r-Russja tkun ta' Lm31,424.", "Bħalissa m'hemmx Ambaxxatur Malti residenti ġewwa Moska.", "L-uffiċċju okkupat mill-Ambaxxata Maltija f'Moska huwa mikri.", "Rigward id-domanda f'(f), infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi jiena diġa' tajt tweġiba ġenerika għall-mistoqsijiet simili li għamilli dwar l- Ambaxxati Maltin f'pajjiżi oħra.", "Dik ir-risposta ġenerika (ara mistoqsija parlamentari numru 5787) tapplika wkoll għal din il-mistoqsija.", "NETHERLANDS - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "11763.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fin-Netherlands; kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali u l-bżonnijiet ta' Maltin fin-Netherlands huma f'idejn l-Ambaxxatur Dr. John Buttigieg, residenti f'Malta u t-tliet Konsli Onorarji fi Breda, f'The Hague, u f'Alblasserdam.", "L-Ambaxxatur Dr. Buttigieg jirċievi honorarium ta' Lm2000 fis-sena li tkopri wkoll il-ħatra tiegħu ta' Rappreżentant Permanenti għall-Kunsill ta' l-Ewropa.", "L-uniċi spejjeż oħra huma dawk tal-Konsli Onorarji fil-qadi ta' dmirhom f'komunikazzjonijiet uffiċjali tat-telefon, posta u faxes.", "LIBJA - AMBAXXATA MALTIJA", "11764.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm tiswa lil Malta l-ambaxxata li hija għandha fil- Libya; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess Ambaxxata; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi l-ambaxxatur u kemm għandhom allowances oltre l-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t- terminu ta' l-appointment ta' l-istess ambaxxatur; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess Ambaxxata lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-vot għall-1998 biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż biex titmexxa l-Ambaxxata Maltija ġewwa l-Libja huwa ta' Lm 109,340.", "F'din l-Ambaxxata hemm jaħdmu:", "* 1 Ambaxxatur * 1 First Secretary * 1 Interpretu/Skrivan * 1 Segretarja/Tajpista * 2 Skrivani (li jieħdu ħsieb il-viżi) * 1 Sewwieq/Messaġġier * 1 Sewwieq/Handyman * 1 Serva/Ħassiela", "Kif għidt għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet simili li saruli mill- Onor. Membru, ma jidhirlix li għandi nispeċifika r-rimunerazzjoni li jirċievu kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati.", "Nista' ngħid, iżda, illi, dejjem skond il-figuri fl-Estimi Ġenerali għal din is-sena, huwa stmat illi n-nefqa f'dawk li jissejħu Personal Emoluments fl-Ambaxxata Maltija ġewwa l-Libja tkun ta' Lm 92,740.", "L-Ambaxxatur Malti residenti fi Tripli huwa uffiċjal pubbliku, u għaldaqstant m'għandux terminu fil-kariga li għandu bħala Ambaxxatur.", "L-Uffiċċju okkupat mill-Ambaxxata Maltija ġewwa Tripli huwa proprjeta' tal-Gvern Malti.", "Rigward id-domanda f'(f), infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi jiena diġa' tajt tweġiba ġenerika għall-mistoqsijiet simili li għamilli dwar l- Ambaxxati Maltin f'pajjiżi oħra.", "Dik ir-risposta ġenerika (ara mistoqsija parlamentari numru 5787) tapplika wkoll għal din il-mistoqsija.", "JAPAN - RELAZZJONIJIET BILATERALI/BŻONNIJIET TA' MALTIN", "11765.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Minisru jinforma lill-Kamra kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet ta' Maltin fil-Japan; kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre l- paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); e) jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali u l-bżonnijiet ta' Maltin fil-Ġappun huwa f'idejn id-diplomatiċi Maltin fl-Ambaxxata ġo Beijing (kopja ta' l-ismijiet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għal qari aktar kmieni f'din is-seduta) u mill-Konslu Onorarju f'Tokyo.", "L-uniċi spejjeż li jista' jkun hemm huma dawk tal-Konslu għall-posta, telefonati, etc. fuq xogħol uffiċjali.", "VALLETTA - TRIQ SAN NIKOLA - GARAXXIJIET", "11768.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex iċ-ċwievet tal- garages li għadhom kif inbnew mill-Gvern f'St. Nicholas Steeet, Valletta għadhom m'għaddewx f'idejn id-Dipartiment ta' l-Artijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li dawn joħorġu by public tender u jista' l-Ministru jivverifika jekk dawn il-garages hux qed jiġu okkupati llegalment minn terzi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-garaxxijiet qegħdin jiġu okkupati temporanjament minn evictees in konnessjoni ma' l-istess progett b'arrangament li sar mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "Għalkemm għad m'għandhomx titlu formali għal dawn il-garaxxijiet (li fil-fatt huma tnejn) hu ttamat li dil-problema tissolva fi żmien qarib.", "Ta' min jgħid li fil-progett kollu meta jitlesta se jkun hemm madwar għaxar garages u għalhekk aktarx illi possibbli li whud minhom joħorgu bit-tender kif suġġerit mill-Onor.", "Interpellant.", "AUXILIARES WORKER SCHEME - BORD TA' L-GĦAŻLA", "11769.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Bord ta' l-Għażla tal- Auxiliares Worker Scheme, kemm kien hemm nies li applikaw ma' din l-iskema u kemm minn nies li applikaw u għamlu l-interview daħlu fl-iskema?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kien ta l-Ministru tal-Politika Soċjali ta' dak iż-żmien għall-mistoqsija parlamentari numru 5937 ta' l-11 ta' April, 1988.", "Kopja tat-tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għal qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "11770.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti Ċivili li huma kawżi ta' annullament u separazzjonijiet li għadhom mhux appuntati?", "Meta ġew ppreżentati dawn l-kawżi?", "Min hu l-Imħallef li suppost ħa konjizzjoni tagħhom?", "X'beħsiebu jagħmel il-Ministru biex jirrimedja din is-sitwazzjoni fi żmien qasir?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kawżi pendenti ta` separazzjonijiet u ta` annullamenti li għadhom mhux appuntati jammontaw għal :", "SENA NUMRU", "Mit-3 ta` Settembru 1996 sal-31 ta` Dicembru 1996 61", "Mill-1 ta` Jannar 1997 sal-31 ta` Dicembru 1997 125", "Mill-1 ta` Jannar 1998 sal-31 ta` Jannar 1998 11", "Dawn il-kawżi ġew ippreżentati mit-3 ta` Settembru, 1996 `il quddiem.", "L-imħallef li suppost ħa konjizzjoni tagħhom huwa l-Onor.", "Imħallef V.A. De Gaetano LL.D. għalkemm illum il-ġurnata se jinstemgħu quddiem l-Onor.", "Imħallef Noel V. Arrigo LL.D. Sabiex jirrimedja għal din is-sitwazzjoni se titwaqqaf il-Qorti tal-Familja biex tieħu konjizzjoni, fost kawżi oħra, tal- kawżi ta` separazzjonijiet u ta`annullamenti.", "DJAR - AKKOMOZZJONI SOĊJALI", "11771.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna li, id- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tiġi akkomodata urġentement peress li tinsab homeless?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna indikata ma tistax tibda tiġi pproċessata qabel din tipproduċi d-dokumenti kollha meħtieġa.", "IMPJIEGI - EX-IMPJEGATI TAL-PHOENICIA", "11772.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-każ ta' ex-impjegati tal- Phonenicia li isimhom qed jintbagħat separatament?", "Peress li meta dawn spiċċaw mix-xogħol ngħataw ċekk li kien jinkludi sitt ġimgħat notice pero' ħadd ma qalilhom li jrid jħallsu l-kontribuzzjonijiet relattivi, jista' l- Ministru jgħid għaliex meta dawn indunaw bl-iżball u marru biex iħallsu dawn il-kontribuzzjonijiet, ma ġewx aċċettati u għalhekk ġara hekk?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li employer mhux tenut li jħallas kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali matul il-perijodu li fuqu l-impjegat ikun fuq in-notice.", "Matul il-perijodu tan-notice l-persuna assigurata hija dovuta tħallas il- kontibuzzjonijiet hi stess sakemm ma tkunx diġa' f'impjieg assigurabbli li minnu tkun qed titħallas il-kontribuzzjoni jew tkun intitolata skond l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali għall-kontibuzzjoni akkreditata.", "Mill-informazzjoni mogħtija fil-mistoqsija parlamentari jidher li l- persuni kkonċernati marru jindagaw dwar dan in-nuqqas ta' ħlas riċentament.", "Skond ir-records tad-dipartiment ma jidhirx li l-persuni msemmija qatt għamlu talba uffiċjali biex iħallsu dan in-nuqqas mill-1990 'l hawn.", "Jekk il-persuni msemmija marru jindagaw dwar in-nuqqas ta' kontribuzzjonijiet mħallsa wara l-10 ta' Settembru, 1996, u billi il- perijodu tan-nuqqas in kwestjoni jmur lura aktar minn ħames snin, id- Direttur tas-Sigurta` Soċjali hu prekluż bil-liġi tas-Sigurta` Soċjali li joħroġ il-permess biex dawn il-kontribuzzjoniet jitħallsu issa.", "Kif inhi l-konswetudini meta mistoqsija parlamentari tikkonċerna każijiet personali, l-persuni jiġu nformati individwalment dwar il-każ partikolari tagħhom.", "Huma se jkunu nformati wkoll, x'effett jista' jkollu dan in- nuqqas fuq xi benefiċċji li jistgħu jitolbu fil-futur, għalkemm mir-records tad-dipartiment, jirriżulta li n-nuqqas ta' kontribuzzjonijiet mhux mħallsa għall-perijodu ta' waqt in-notice mhux se jkollu effett.", "FURJANA - PARKEĠĠ FIL-MALL", "11779.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Il-Ministru jikkonferma jew le li fil-parti tat- toroq ta' quddiem il-Mall jista' jkun hemm il-ħsieb li jsir xi parking space u dan fix-Xagħra tal-Furjana jew biswitha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AMBAXXATI TA' MALTA", "11780.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi ħlasijiet cash biex jitħallsu mpjegati locally engaged fis- sena 1997 fl-ambaxxati ta' Malta f'Moska; Pariġi; Kajr; Tripoli; Riyadh; u Tuneż separatament u individwalment?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "AMBAXXATI TA' MALTA - MALTA BASED OFFICERS", "11781.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema mill-ambaxxati ta' Malta barra minn Malta, l-Malta Based Officers tħallsu cash għas-salarji fis-sena 1997 jew invarjabbilment jew xi minn daqqiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "AMBAXXATI MALTIN", "11782.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li l- Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4578 dwar kirijiet li jitħallsu għall-ambaxxati ta' Malta u għar-residenzi uffiċjali ta' l-ambaxxaturi, jista' jgħid f'liema każi speċifiċi saru xi ħlasijiet cash fis-sena 1997 u f'kull każ għal kemm kienu jammontaw dawn il-ħlasijiet f'liri Maltin u fil-munita tal-post?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "AMBAXXATI MALTIN BARRA MINN MALTA - XUFIERA", "11783.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li l- Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2021 dwar xufiera mpjegati f'ambaxxati ta' Malta barra minn Malta, jista' jgħid liema minnhom tħallsu cash fis-sena 1997 u f'kemm kienu jammontaw il-ħlasijiet cash f'liri Maltin u fil-munita tal-post?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "PRESIDENZA INGLIŻA - STQARRIJA", "11784.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk Malta ġietx mistiedna tassoċja ruħha ma' l-istqarrija maħruġa mill-Presidenza Ingliża fil-15 ta' Jannar, 1998 dwar il-konklużjoni tal-mandat tal-U.N. Transitional Administration for Eastern Slavonia (UNTRES)?", "U f'każ negattiv, jista' jgħidilna x'qed isir min-naħa tal-Gvern Malti sabiex l-Unjoni Ewropea. tibda tistedinna nassoċjaw ruħna ma' dikjarazzjonijiet u stqarriji magħumla minnha, kif kien isir sakemm konna għadna mexjin fit-triq tas-sħubija, dejjem jekk il-gvern irid li Malta terġa' tibda tiġi mistiedna?", "Waqt li f'każ affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li Malta ma assoċjatx ruħha ma' din l-istqarrija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi Malta ma ġietx mistiedna tassoċja ruħha ma' l-istqarrija maħruġa mill-Presidenza Ingliża fil-15 ta' Jannar, 1998 dwar il-konklużjoni tal-mandat ta' l-U.N. Transitional Administration for Eastern Slavonia (UNTRES).", "Fl-istess ħin tajjeb li ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sitt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-OSCE, li nżammet f'Copenhagen fit-18 u d-19 ta' Diċembru, 1998 u li jiena attendejt, fiċ-Chairman's Summary, il- Ministri nnotaw l-isfidi ġodda li l-OSCE fl-Eastern Slavonia qed titfaċċa meta l-mandat ta' l-UNTAES jispiċċa f'Jannar 1998, u l-ministri esprimew is- sodisfazzjon tagħhom li wara din id-data l-kooperazzjoni tinżamm mal-Ġnus Magħquda fil-qasam tal-police monitoring.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7726.", "BRUSSEL - LAQGĦA", "11785.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk jafx li Malta ġiet diskussa fil-laqgħa li saret fi Brussel fit-22 ta' Jannar, 1998 bejn il-Kummissarju Van den Broek u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Islanda li huwa fil-preżent iċ-Chairman ta' l- EFTA?", "F'każ affermattiv, jista' jgħidilna x'kien il-kontenut tad-diskussjoni dwar Malta?", "Jista' jgħidilna oltre jekk kienx hemm xi żviluppi fid-diskussjonijiet bejn Malta u l-pajjiżi ta' l-EFTA dwar ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l- EFTA u x'tip ta' relazzjonijiet għal futur qed jiġu diskussi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-laqgħa li saret fi Brussels fit-22 ta' Jannar, 1998 bejn il-Kummissarju Van den Broek u ċ-Chairman il-ġdid ta' l-EFTA, il- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Iżlanda, Mr. Halldor Asgrimsson, ġiet irrapportata fil-ħarġa ta' l-24 ta' Jannar 1998 tal-gazzetta internazzjonali, EUROPE, li tipprovdi informazzjoni lill-Press.", "Waqt il-laqgħa, l-EUROPE irrapportat li ssemmew ir-relazzjonijiet ma' Malta.", "Fil-fatt, il-ministeru jinsab informat li bħala proċedura l- Ministru Asgrimsson staqsa lill-Kummissarju Van den Broek x'kienu r- relazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea mal-Pajjiżi Ewropej li m'humiex membri ta' l-Unjoni, inkluż Malta.", "Van den Broek irrisponda li ma kienx qed jistenna li Malta tfittex is- sħubija tagħha fl-Unjoni fil-futur qarib, iżda kien jistenna li r- relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jkomplu jissaħħu.", "Dwar id-diskussjoni bejn Malta u l-pajjiżi ta' l-EFTA dwar ir- relazzjonijiet ta' Malta ma' l-EFTA, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara l-laqgħa preliminarja li delegazzjoni Maltija kellha ma' delegazzjoni ta' l-EFTA fid-29 ta' Awwissu, 1997 f'Ġinevra, ma kien hemm l-ebda żvilupp għalissa għalie il-parti Maltija għadha qed tistudja Draft Agreement li eventwalment jista' jwassal għall-bidu tan-negozjati.", "GĦAWDEX - PERSUNI ĦANDIKAPPATI", "11790.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10121, jista' l-Ministru jwieġeb it-tielet parti tal-mistoqsija, ċioe' kemm hu n-numru ta' persuni ħandikappati reġistrati f'Għawdex li għandhom impjieg mal-Gvern jew mas- settur privat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'referenza għat-tielet parti tal-mistoqsija parlamentari numru 10,121 ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni dwar persuni ħandikappati iżda dwar Registered Disabled Persons\".", "In-numru ta' Registered Disabled Persons f'Għawdex li għandhom impjieg mal- Gvern/Parastatali hu ta' 241 filwaqt li mas-Settur Privat hemm 135.", "GĦAJN SIELEM - TRIQ BAĦĦARA - DRENAĠĠ", "11792.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11049 ċioe' jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Kunsill Lokali ta' Għajn Sielem kellux tweġiba għat-talba li kien għamel sabiex fi Triq Baħħara, Għajn Sielem, jitwassal is-servizz tad-drenaġġ wara li fid-19 ta' Frar, 1997 kien ġie ppubblikat Avviż Nru. 145 fil-Gazzetta tal-Gvern li permezz tiegħu l-gvern akkwista l-art sabiex dan is-servizz ikun jista' jitwassal f'din it-triq?", "Jaqbel il-Ministru li issa għadda żmien biżżejjed sabiex servizz tant utli bħal dan jiġi pprovdut lir- residenti ta' din it-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Saru komunikazzjonijiet mas-Sindku ta' Għajnsielem dwar it-talba biex jitwassal is-servizz tad-drenaġġ fi Triq Baħħara, Għajnsielem.", "Dan ix-xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.", "ĦXEJJEX - IMPORTAZZJONI", "11794.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' l-importazzjoni ta' ħxejjex bħal pastard, kaboċċi u patata ta' l-ikel li fuqhom tneħħiet jew tnaqqset il-levy, jista' l-Ministru jgħid: Meta nħarġet in-notice li estendiet il-perijodu ta' importazzjoni mill- 31.1.98 sa 10.2.98; kemm huma l-ammonti (kg) ta' (a) kaboċċi, (b) pastard, (ċ) patata ta' l-ikel li għalihom inħareġ permess ġdid biex jistgħu jiġu mportati bejn 1.2.98 u 10.2.98; u min huma l-importaturi li ngħataw il- permess li jimportaw fil-perijodu 1.2.98 u 10.2.98?", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata fil-gazetta tal- Gvern.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - RAPPORT", "11795.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li d- Dipartiment ta' l-Agrikoltura għadda lill-Planning Authority bil-għan li jiġi faċilitat il-proċess kollu dwar applikazzjonijiet għal żvilupp ta' bini konness mill-Industrija tal-Biedja?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li dan ir-rapport huwa wieħed intern intenzjonat għad-diskussjoni ma' l-Awtorita tal-Ippjanar, ma nħossx li għandu jiġi ppubblikat f'dan l-istadju.", "Inżid ngħarraf lill-Onor.membru li jekk kemm il-darba huwa jrid kopja għall- informazzjoni personali tiegħu jiena lest li ngħaddilu kopja.", "SCHOLARSHIPS", "11796.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Ministru jgħid kemm Maltin ħadu scholarships mingħand gvernijiet barranin matul is-sena li għaddiet u min kienu l-gvernijiet li offrew scholarships?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-numru ta' Maltin li ħadu scholarships mingħand gvernijiet barranin matul is-sena li għaddiet kienu mqassma kif ġej:-", "PAJJIŻ NUMRU TA' MALTIN", "Ċipru (MTSD) 3 Franza 6 Ġappun 8 Ġermanja 5 Indja (MTSD) 2 Israel 5 Italja (Ġodda) ] 15 ] Italja (Imġedda) ] 28 ] Repubblika Ċeka 1 Singapore (MTSD) 2 Spanja 2 Tunis 3", "TOTAL : 81", "FURJANA - LIBRERIJA", "11797.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies għamlu użu mill- faċilitajiet tal-librerija tal-Furjana matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Matul is-sena 1997 huwa kkalkulat li dan in-numru ta' persuni li se nsemmi għamlu użu mill-faċilitajiet tal-Librerija Pubblika:", "Persuni", "Self ta' kotba mill-Libreriji ta' l-Adulti 79,518 u t-tfal mill-Librerija Pubblika", "Fis-Sezzjoni ta' Referenza 3,100", "Fil-Melitensia 1,761", "Fis-Sezzjoni ta' servizz ghal nies bi 1,206 bżonnijiet speċjali", "Self ta' kotba mill-Libreriji Reġjonali u 153,281 Ferghat", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦATRIET", "11798.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li ħareġ ir-riżultat ta' l-intervisti għall-ħatriet ta' Assistant Manager, Airport Security, jgħid kemm nies applikaw għall- intervista, kemm għaddew u kemm se jiġu mpjegati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li kien hemm 27 applikazzjoni għall- post ta' Assistant Manager Airport Security' li tnejn minnhom ma kienux eliġibbli għax waslu wara d-data ta' l-għeluq.", "Minn dawn għaddew ħames applikanti.", "In-numru li ser jiġu mpjegati għad irid jiġi konfermat mill-Kumitat tal- Kabinett dwar ir-Reklutaġġ skond il-proċeduri stabbiliti f'Diċembru li għadda.", "SAĦĦA - PARAMEDIC AIDES", "11799.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'rifernza għall-mistoqsija parlamentari numru 11606 dwar Paramedic Aides, jista' l-Ministru jgħid meta se joħroġ ir-riżultat?", "Kemm huwa n-numru li sejrin jiġu mpjegati?", "Meta se jibda l-kors?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M'għandix x'inżid mat-tweġiba tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 11606.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11800.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li qabel kienu jaħdmu għal rashom bdew jirreġistraw għax-xogħol f'Diċembru, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "11801.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar ċifri li għandu dwar in-numru ta' familji f'Malta li qegħdin fuq l-għajnuna soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' familji li jirċievu l-Għajnuna Soċjali f'Malta huwa ta' 8,924.", "SKEJJEL - FGURA - XOGĦLIJIET", "11802.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kien qed isir fl-iskola tal-Fgura waqaf u issa fl-imsemmija skola hemm inkonvenjenzi kbar għall-istudenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "QASAM TAL-BIEDJA - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "11803.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11581 u ċioe' jgħid kemm huwa l-ammont finanzjarju li l-Gvern se jalloka biex jgħin lill- qasam tal-biedja minħabba l-ħsarat ikkaġunati mill-maltempata tal-25.1.98?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: M' għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 11581.", "PATATA - IMPORTAZZJONI", "11804.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11730, dwar importazjoni ta' patata taż-żriegħ, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm (m.f.) u meta (data) waslet kull kunsinna ta' patata taż-żriegħ sal-lum; (ii) il-valur ta' kull kunsinna; u (iii) meta kienet id-data ffissata sa meta suppost waslet l-aħħar kunsinna?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba dwar l-ammont u d-data ta' importazzjoni ta' kull kunsinna ta' patata taż-żriegħ għall-perjodu 1.10.1997 - 06.02.1998 tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ii) Id-Dipartiment ma' jkollux informazzjoni dwar il-valur ta' dawn il- kunsinni.", "iii) L-ewwel data ffissata kienet it-30 ta' Novembru 1997 li finalment ġiet estiża sas-6 ta' Frar,1998 u dan biex jiġu akkomodati t-talbiet tal- Koperattivi tal-Bdiewa u tal-importaturi li kellhom domanda mingħand il- bdiewa li sofrew ħsara kawża tal-maltemp u x-xita qawwija li għamlet.", "Inżid ngħid li l-estensjonijiet li saru bla ebda mod ma' kienu fuq il-kwoti oriġinali stabbiliti.", "LUKANDI - BINI BLA PERMESS", "11807.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar totali ta' lukandi li għandhom xi bini bla permess jew mhux għal kollox konformi mal-permess (maqsuma bit-tip ta' nuqqas, f'dawn l-inħawi: (a) Buġibba u San Pawl il-Baħar, (b) Tas-Sliema u San Ġiljan; (ċ) Marsascala; u (d) Għawdex?", "(Jekk mhux possibbli li l-figura tingħata maqsuma bil-lokal kif mitlub, jista' jagħtiha bħala total għall- gżejjer Maltin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "TELEMALTA - SPONSOR LILL-ILJIET MEDITTERANJI", "11813.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk kenitx l-ewwel darba fis-sena li għaddiet li t-Telemalta sponsorjat l-Iljieli Mediterranji?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġa għidt fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10199, is-somma ta' Lm3,300 ingħatat għaż-żewġ edizzjonijiet ta' Iljieli Mediterranji.", "ENEMALTA - TNAQQIS TAL-POLLUTION", "11814.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Enemalta sabiex tnaqqas il- pollution li qed toħroġ mill-Marsa Power Station, speċjalment l-effett fuq it-tfal ta' l-iskola u r-residenti tal-madwar?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Enemalta, permezz ta' l-istrumenti u kontrolli fuq il-boilers tieħu ħsieb li l-ħruq tal-fuel fil-boilers ikun b'mod komplet biex tevita l-ħruġ ta' duħħan iswed.", "Issir manutenzjoni regolari fuq il-boilers u fuq impjant tal-ħruq tal-fuel għall-istess għan.", "Mis-sena l-oħra ġiet introdotta sistema ta' emulsjoni ta' l-ilma maż-żejt li tat riżultat tajjeb billi naqqset in-nugrufun kif ukoll in-Nitrogen Dioxide u oxides tan-Nitrogen.", "Billi l-impjant tal-Marsa nbena fi żmien meta l-istandards dwar l- emissjonijiet kienu inqas stretti, is-soluzzjoni sħiħa tinvolvi li jinbidel l-impjant u jsir ieħor iktar modern.", "Qed jitħejjew pjani għal dan, iżda hemm involut investiment kbir li ma jistax isir f'daqqa iżda gradwalment kif ikunu jippermettu l-finanzi tal-korporazzjoni.", "KOMPJUTERIZZAZZJONI", "11815.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jaqbel il-Ministru li proġett tant importanti bħall-computerisation u ta' spiża sostenzjali m'għandux ikollu l-involviment taċ-Chairman ġdid u dan minħabba konflitt ta' interess?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-Tender li qed jirreferi għalija l-Onorevoli Membru għadha ma ngħatatx u għalhekk mhux lok li wieħed joqgħod jispekula.", "Din it-Tender ħarġet qabel maċ-Chairman il-ġdid ingħata din il-kariga.", "Immedjatament kif inħatar Chairman min rajħ ħa passi biex jiddikjara l- interess li kellu u qabbad lid-Deputy tiegħu biex imexxi l-laqgħat fejn ikun qed jiġi diskuss din it-Tender.", "Jien diġa ħadt passi biex niżgura l- akbar trasparenza u korrettezza fl-għoti ta' din it-Tender.", "Il-każ ġie saħansitra irreferut lill-Awditur Ġenerali.", "ENEMALTA - KONFLITT TA' INTERESS", "11816.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fid-dawl ta' dak li deher f'The Malta Independent tal-Ħadd 1/2/98 p. 4 rigward possibbilta' ta' konflitt ta' interess għaċ-Chairman il-ġdid ta' Enemalta, jekk kienx jaf min qabel li dan iċ-Chairman ġdid inħatar, u li seta' għandu interess f'tender li jammonta għal Lm400,000?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iċ-Chairman ta' l-Enemalta mal-ħatra tiegħu iddikjara min rajħ u bil-quddiem l-interessi tiegħu fit-tender imsemmija u ddelega lid-Deputy tiegħu biex imexxi l-laqgħat fejn kien se jkun diskuss dan is- suġġett.", "Din hija l-istess proċedura li kien jimxi magħha l-Board taħt l- Amministrazzjoni ta' qabel meta xi membru tal-Bord kien ikollu nteress f'xi Tender li tkun għaddejja.", "ĦAMRUN - UFFIĊJALI STAZZJONATI FL-GĦASSA", "11817.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: B'rifernza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlametari numru 11282, jista' l-Prim Ministru jaqsam in-numru ta' sigħat ta' overtime li saru minn kull uffiċjal?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta..", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - OPERATIONS MANAGERS", "11818.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna min huma l-Operations Managers fil-Works Department u kemm ilhom jokkupaw din il-kariga?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalissa m'hemmx impjegati fil-Works Department li jokkupaw il-grad ta' Operations Manager.", "DIPARTIMENT TAL-HOUSING - PTO", "11819.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħidilna min hu l-PTO fil-Housing Department (Maintenance Section) u kemm ilu jokkupa din il-pożizzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-PTO huwa is-Sur John Spiteri.", "Hu ingħata din il-ħatra b'seħħ mill-10 ta' Lulju ta' l-1997.", "MARSA - STORES", "11820.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar kien hemm nuqqas ta' xi materjal essenzjali fl-istores tal-Marsa tal-Works Department?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nista nikkonferma li veru kien hemm nuqqas ta xi materjal fl-istores tal-Marsa.", "Dan kien dovut għar-raġuni li ma daħlux flus minn min kien ordna x-xogħol mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi billi dan id-Dipartiment jaħdem bis-sistema ta' below the line Accounts.", "ŻEJTUN - TRIQ ŻABBAR - RESURFACING", "11821.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11502 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid meta se jsir resurfacing ta' Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun peress li t-triq ilha abbandunata għal ħafna snin u minn informazzjoni li għandi mill-kunsilli xi disa' xhur ilu ġie espert tal-Public Works iżda kollox baqa' kif kien?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' Gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor.", "Interpellant li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita' billi dak li jirreferi għalih, fil-fatt huwa wieħed mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.", "SIĠĠIEWI - QASAM TAD-DJAR BINJA HESRI", "11822.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11639 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' fl-inħawi tal-Govt.", "Housing Estate ta' Binja Hesri fis-Siġġiewi hemm wisgħa kbira li se ssir ġnien pubbliku, jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li taħt din l- area jsiru garaxxijiet minħabba l-ħtieġa kbira li hemm f'dawn l-inħawi għal garaxxijiet privati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie innutat u deċiżjoni tittieħed wara diskussjonijiet li għandhom isiru mid- Dipartiment ta' l-Estates Management\".", "KTIEB AĠĠORNAT BIL-PREZZIJIET", "11823.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġi ppubblikat ktieb aġġornat li jindika l-prezz ta' oġġetti essenzjali u oġġetti oħrajn fis-suq lokali bħalma sar fl-ewwel edizzjoni ta' ktieb ta' din ix-xorta?", "Jista' dan il-ktieb jinkludi l-prezz kif kien fl-ewwel pubblikazzjoni u kif inhuma l-prezzijiet illum?", "Jista' dan il-ktieb jiġi stampat b'tipa aktar enlarged?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-ktieb imsemmi kien ġie ppubblikat wara l- introduzzjoni tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa.", "M'hemmx il-ħsieb li jerġa jkun ippubblikat.", "UNIVERSITA' - ACADEMIC STAFF", "11841.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm hemm academic staff bħalissa fl-Universita' ta' Malta; b) kemm minn dawn għandhom second degree; c) kemm minnhom għandhom doctoral degree; d) x'post u xi grad qed jokkupaw; u e) id-data ta' meta ħadu l-aħħar ħatra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - KUNSILL LOKALI", "11842.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11416, jista' l-Ministru: 1) iwieġeb il-mistoqsijiet (d) u (e) ta' l- istess mistoqsija parlamentari; u 2) jgħid x'passi se jittieħdu peress li l- Kunsill Lokali ma mexiex kif titlob il-liġi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awdituri tal-Gvern Lokali jridu jagħmlu verifika u jagħtu r-rapport tagħhom lill- Awditur Ġenerali għal Kunsill Lokali għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil- 31 ta' Marzu 1998.", "L-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali jipprovdi bl-Artikolu 61 li Kunsill ma jistax jawtorizza xi xogħlijiet li l-valur tagħhom jeċċedi l-vot annwali tiegħu jekk mhux bil-permess tal-Ministru responsabbli għall-Finanzi u għall-Kunsilli Lokali.", "Pero' l-istess Att ma jipprovdix għall-ebda rimedju jekk ikun hemm dan il-ksur tal-liġi hlief li l-President jista' fuq parir tal-Prim Ministru ixolji Kunsill fuq rapport ta' l-Awditur Ġenerali għal ksur persistenti ta' responsabbiltajiet finazjarji.", "Għaldaqstant wara li titlesta l-investigazzjoni li qed jagħmel id- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jekk jirriżulta li hemm diskrepanza fil- kontijiet jew li l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet tal-liġi ma kienux osservati l-Awditur Ġenerali ikun mgħarraf bil-każ biex jieħu l-azzjonijiet korrettivi li jidhirlu hu.", "Kull pass jrid jittieħed skond id- dispożizzjonijiet preżenti tal-leġislazzjoni dwar Gvern Lokali.", "BREATHALYSER - APPARAT", "11843.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11640 dwar l-apparat għall- breathalyser, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x- schedule ta' l-offerti bil-prezzijiet kif mitfugħa minn dawk li daħlu għal din it-tender?", "ONOR.", "ALFRED SANT: kopja ta' l-iskeda ta' kwotazzjonijiet mitluba mill- Onorevoli Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IKLA GĦALL-ISTAFF", "11845.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl tad-dokumenti annessi \"A\" - Government Hospitality u \"B\" - Alcazar Complex li jittrattaw l-istess funzjoni li saret fid-19 ta' Diċembru 1996 (\"A\" hija t-talba għall-awtorizzazzjoni ta' ħlas mill-Vot tal-Ministeru għal ikla għall-istaff tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Sport u \"B\" huwa l-kont ta' l-istess ikla), peress li s-somma ta' Lm284.05,0 ġiet imħallsa għal 68 set menu, u peress li l-istaff imsemmi jammonta għal 10 minn nies (PQ W70 u PQ 2262), jista' l-Ministru jispjega d-diskrepanza evidenti fin-numru ta' guests li pparteċipaw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "REVENUE SECURITY GUARDS", "11846.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11483 dwar ir-Revenue Security Corps, billi fir-risposta ġiet ikkwotata biss l-istqarrija dwar il-Forzi Armati ta' Malta, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) jekk sarux jew humiex qed isiru taħdidiet biex ir-Revenue Security Guards jiġu amalgamati ma' l- Armata; b) ma' min qed isiru dawn it-taħdidiet; c) jekk humiex qed jiġu nvoluti r-Revenue Security Guards infushom; d) taħt liema kondizzjonijiet se jiġu mpjegati dawk involuti; u e) x'se jkunu d-dmirijiet tagħhom fi ħdan l-Armata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li l-istħarriġ dwar il-futur tar- Revenue Security Corps ser tieħu madwar tliet xhur oħra.", "Għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid x'ser ikun l-eżitu tagħha.", "Numru ta' persuni, fosthom membri tar-Revenue Security Corps stess, ser jiġu kkonsultati qabel jitlesta r-rapport finali.", "EDUCATION MEDIA CENTRE - VIDEO CASSETTES", "11847.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Education Media Centre qed titlob ħlas ta' Lm10 għal kull video cassette li tirrekordja għall-iskejjel ta' l-Istat u dan anke meta l-video cassette jiġi pprovdut mill-istess skola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Uffiċjal Edukattiv inkarigat mill-Media Education and Broadcasting Centre iddikjara li l-MEBC qatt ma talab ħlas lil xi ħadd biex jirrikordja video cassette.", "Meta l-MEBC jixtri l-video cassettes jitlob refund ta' l-ispejjeż tax-xiri tal-cassettes.", "Jekk lill-Onor.", "Interpellant jirriżultalha dak li qed tgħid fil-mistoqsija tagħha nitlobha tagħtini t-tagħrif li għandha.", "PREVENTION AND MANAGEMENT OF ROAD TRAFFIC - STRATEGIC PLAN REPORT", "11848.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9926 u 10638 u b'referenza għar-Rapport tal-Kumitat Dwar il-Prevenzjoni ta' l-Inċidenti tat-Traffiku pg.", "11 li jgħid hekk dwar ir- rapport:", "\"Strategic Plan for the Prevention and Management of Road Traffic Accidents li tlesta f'Novembru 1996:", "\"... il-kumitat iħoss li dan hu rapport eċċellenti magħmul minn Planning Committee ....", "Hi ħasra li dan ir-rapport ma ngħatax pubbliċita' akbar.\", u fl-isfond ta' dan kollu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?", "X'żamm lill-Ministru milli jagħti pubbliċita' lil dan ir-rapport li jidher ċar li kien jistħoqqlu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil- ħin opportun.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11849.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni dawk li qed jirreġistraw għax- xogħol qed jintalbu jagħtu żewġ ritratti lill-iskrivani ta' l-ETC?", "(Kopja ta' ċirkolari qed tintbagħat separatament) Jirrikonoxxi l-Ministru li għal min hu bla xogħol din hija spiża żejda?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ir-raġuni li l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ qed titlob lil dawk li qed jirreġistraw biex jibgħatu żewġ ritratti hi waħda ta' kontroll.", "Huwa tajjeb li l-File ta' kull reġistrant ikun jinkludi ritratt ħalli kull persuna tista tkun identifikabbli.", "Ir-ritratt l-ieħor qed jinżamm fl-Area Office max-Shadow Card ta' kull reġistrant.", "Dan qed isir peress li diversi huma dawk li jinsew jieħdu l- karta ta' l-identita` magħhom.", "B'dan il-mod flok jerġgħu jintbagħtu lura, dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "11853.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11677, jista' l-Ministru jgħid liema ditta privata sponsorjat l-imsemmija attivita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li d-ditta privata li sponsorjat l- imsemmija attivita' hija Island Trophies.", "SAĦĦA - MEDIĊINI B'XEJN", "11854.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu items ta' mediċini b'xejn matul: 1) Diċembru 1997; u 2) Jannar 1998?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.", "TABAKK/XORB - IMPORTAZZJONI", "11855.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11189 kemm ġew importati tabakk u xorb alkoħoliku sew f'kwantita' kif ukoll f'ammont ta' liri matul Diċembru 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - CONTROL CARDS GĦAL MEDIĊINI", "11856.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu control cards għal mediċini narkotiċi u psikotropiċi matul Jannar 1998?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul ix-xahar ta' Jannar 1998 in-numru ta' control cards maħruġa għal-mediċini narkotiċi u Psikotropiċi kien ta' 2,393.", "Dawn jinkludu kartun mġedded.", "PITROLJU", "11857.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħ f'kwantita' pitrolju f'(i) Jannar 1997; (ii) Ġunju 1997 u (iii) Jannar 1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-bejgħ tal-pitrolju fix-xhur imsemmija fil- mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "Jannar 1997 2,513,970 litri Gunju 1997 1,424,740 litri Jannar 1998 682,575 litri", "PA - PROPRJETAJIET TURISTIĊI", "11858.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux il-każ li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tħejji pjan bikri biex f'każi fejn mhux prattikabbli li nuqqasijiet fi prorpjetajiet turistiċi jitneħħew mingħajr iżjed ħsara milli ġid għall-industrija tat- turiżmu sidien li naqsu u jammettu dan ikollhom il-qagħda regolarizzata, skond kondizzjonijiet preċiżi u bi ħlas ta' penali xierqa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex jiġu fformulati regolamenti aktar effettivi dwar l-Enforcement.", "Il-każijiet li rrefera għalihom l-Onor.", "Interpellant jiġu kkonsidrati f'dan l-isfond.", "DIPARTIMENT TAD-DJAR - TALBIET", "11878.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu talbiet id-Dipartiment tal- Housing għal tiswijiet ta' postijiet u kemm kienet is-somma li ntnefqet bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Jannar 1998?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n- numru ta' talbiet għal tiswijiet li saru lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar bejn Novembru 1996 u Jannar 1998 hu ta' 2,839 tlestew 2,405 biċċa xogħol.", "L-ispiża fuq dan ix-xogħol kienet ta' Lm 736,000.", "PULIZIJA - TRANSFERS", "11879.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew mogħtija transfers fil-Korp tal-Pulizija ġurnata b'ġurnata fl-ewwel xahrejn ta' wara l-elezzjoni ta' l-1987?", "Jista' jgħid ukoll f'liema sezzjoni kienu u f'liema sezzjoni ġew trasferiti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li bejn id-9 ta' Mejju 1987 u d-9 ta' Lulju 1987 in-numru ta' transfers mogħtija fil-Korp tal-Pulizija kien ta' 668.", "Tabella li turi d-dettalji ta' dawn it-transfers. tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra, aktar kmieni f'din is-Seduta.", "GŻIRA - MULTI LEVEL ROAD NETWORK - DISINJI/PJANTI", "11882.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-disinji/pjanti eċċ., tal-multi level road network fejn l-ex-tankijiet tal- gass, Gżira li kien hemm il-ħsieb li jitwettaq kif maħsub taħt Amministazzjoni Nazzjonalista?", "Meta kienu ħarġu t-tenders għal dan ix- xogħol?", "Kemm-il kuntrattur kien tefa' l-offerti?", "Min kien ħa t-tender jew lanqas offerta?", "Kemm kienu ħallsu l-kuntratturi għal ġbir tal-pjanti/disinji għal dan il-proġett?", "Kemm tħallsu l-arkitetti li ħejjew il-pjanti neċessarji jekk dawn kienu mill-privat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Peress li l-pjanti ppreparati mill-kuntratturi li tefgħu l-offerti għal-proġett imsemmi huma propjeta' tal-kuntratturi nfushom, ma nħossniex f'pożizzjoni li jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra ġaladarba ma sarx kuntratt għal bini tal-progett.", "Is-sejħa għal offerti ħarġet fit-23 ta' Frar 1996 u għalqet fis-7 ta' Mejju 1996.", "Il-kuntratturi ħallsu Lm70 għat-tender documents u kien hemm 5 ditti li tefgħu l-offerti.", "Ma kienx hemm spejjeż ta' Perizia minn n-naħa tal-Gvern peress li l-pjanti kellhom jiġu ppreparati bħala parti mit-tender submission mill-kuntratturi li kienu interessati jitfgħu offerti.", "SKEJJEL STATALI - MANUTENZJONIJIET", "11883.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-infiq fuq kapital u provvista fuq xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel tal- Gvern fis-snin 1994, 1995 u 1996, skola skola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI", "11888.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min kien magħmul dak li huwa sejjaħ f'xhieda tiegħu l- Qorti, it-Task Force dwar il-kampanja ta'reklamar tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dak li l-Prim Ministru sejjaħ f'xhieda tiegħu l-Qorti bħala Task Force kien magħmul minn uffiċjali minn diversi Ministeri u konsulenti li bejniethom kienu jiffurmaw il-Kumitat dwar il-liġi l-ġdida tat-Taxxa tad-Dwana u tas- Sisa.", "Lista sħiħa ta' dawn l-uffiċjali bil-kariga li kienu jokkupaw f'dak iż-żmien.tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "KOSTITUZZJONI TA' MALTA - ARTIKLU 93 - MAĦFRA", "11889.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11746 u l-korrispondenza mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta tat-3 ta' Frar, 1998, jista' l-Prim Ministru jqiegħed ukoll il-file tal-Pulizija li jġib ir-riferenza numru P3673/95?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li l-file msemmi huwa voluminuż, nistieden lill-Onor.", "Membru biex jagħmel arranġamenti ma' l-Uffiċċju tiegħi sabiex ikun jista' jiġi jara dan il-file.", "POWER STATION - DELIMARA", "11890.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward fiex wasal il-proġett tal- Phase II tal-Power Station f'Delimara?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-proġett Phase IIB ta' Delimara Power Station qiegħed ikun commissioned.", "ENEMALTA - ILMENTI", "11891.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa mis-sezzjoni tal- Korporazzjoni Enemalta li qed tieħu ħsieb l-ilmenti mressqa mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-sezzjoni responsabbli mill-Kunsilli Lokali fl- Enemalta tieħu ħsieb il-korrispondenza, talbiet, u lmenti mill-Kunsilli Lokali kif ukoll mill-pubbliku inġenerali.", "Din is-sezzjoni tara li dawn l- ilmenti jiġu ipproċessati mit-Taqsimiet rispettivi ta' l-Enemalta.", "Barra minn hekk inħolqot sezzjoni ġdida li tieħu ħsieb ilmenti li għandhom x'jaqsmu mal-bozoz maqtugħin.", "Sa llum il-maġġoranza ta' dawn il-bozoz saritilhom il-manutenzjoni meħtieġa u baqa' biss numru limitat li se jitranġaw dalwaqt.", "ENEMALTA - ĦSARAT BIL-MALTEMP", "11892.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm huma stmati l-ħsarat (Lm Maltin) li sofriet il-Korporazzjoni Enemalta fil-maltempata tal-ħadd 25 ta' Jannar, 1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "11893.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanti ħejja jew qiegħed iħejji d-Dipartiment tat-Toroq fl-inħawi Tal-Qroqq/B'Kara By Pass/Kappara Road/San Ġwann eċċ. għar-rigward ta' l-estensjoni ta' l-isptar il-ġdid fl-inħawi ta' l-Universita'?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif diġa' spjegajt drabi oħra, peress illi qed jiġu pjanati dawn il-ħafna proġetti msemmija fl-inħawi, id-Dipartiment tat- Toroq ma jistax jiffinalizza l-pjanijiet tiegħu għal-lokal tat-Tank tal- Gass qabel l-effett tat-traffiku li se jkun iġġenerat fil-lokal ikun ġie stabilit mill-organizzazzjonijiet li qed jippjanaw il-proġetti taż-żvilupp imsemmija.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI", "11894.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11576, jista' l- Ministru jgħid kemm kienu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol taħt il-Part I, Part II, u Part III (separatament) mhux biss matul ix-xahar ta' Ottubru imma wkoll għax-xhur ta' Novembru u Diċembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Minn informazzjoni li ngħatajt, in-nies li kienu qed jirreġistraw għax-Xogħol fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet parti tar- Reġistru, maqsuma f'nisa w irġiel, għax-xahar ta' Novembru 1997 u Diċembru 1997 huma hekk:", "Irgiel Nisa", "Novembru 1997", "Fl-Ewwel Parti 5967 1096 Fit-Tieni Parti 444 129 Fit-Tielet Parti 335 74", "Dicembru 1997 Fl-Ewwel Parti 6047 1102 Fit-Tieni Parti 428 116 Fit-Tielet Parti 324 71", "L-aħħar figuri ppubblikati uffiċjali huma ta' Ottubru 1997.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11895.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni rigward kemm inqatgħu nies mir- reġistrar minħabba li fil-jum tar-reġistrazzjoni kienu morda minkejja li ppreżentaw ċertifikat mediku?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dawn iċ- ċertifikati ta' mard mhux qed ikunu aċċettati mill-uffiċjal tar-reġistrar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Peress li m'hemm l-ebda perijodu ndikat fil- mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex tindika dan, sabiex tkun tista' tingħata risposta.", "KUMPANNIJA INTERPRINT - TAĦDIDIET", "11926.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi taħdidiet ma' persuni interessati fix-xiri tal-kumpannija Interprint?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Iva", "WSC - TISWIJIET", "11927.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi prijoritajiet qed tagħti l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għat-tiswijiet li għandhom isiru fi Triq Barbara, Mġarr biex b'hekk ikun possibbli li titkompla u titlesta t- triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MELLIEĦA - DAWL", "11928.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-playing field/ġnien f'Tal-Braġġ, il-Mellieħa ilha għal dawn l-aħħar xhur fid-dlam, jista' l-Ministru jieħu dawk il- miżuri meħtieġa sabiex din l-area terġa' tinxtegħel?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TOROQ - TISWIJIET", "11929.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu dawk il-miżuri urġenti biex isiru t-tiswijiet meħtieġa sabiex tissewwa t-triq mill-Mosta għall-Imġarr, peress li tinsab fi stat diżastruż u perikoluż mhux biss għar-residenti ta' l-Imġarr imma wkoll għal dawk il-mijiet ta' studenti li jattendu l- iskejjel ta' San Anton u San Andrea?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILLI LOKALI - WIED IL-GĦAJN - SINDKU", "11930.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti l-informazzjoni li issa ilha tintalab tul sena sħiħa u f'bosta interpellanzi fosthom 3151, 3760,4803, 7179, 9414 eċċ.eċċ.?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-inkjesta dwar l-ex-Sindku ta' Wied il-Għajn ġiet konkluża.", "Id-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali qed jistħarreġ dan ir-rapport sabiex tittieħed deċiżjoni skond id-dispożizzjoni tal-leġislazzjoni dwar gvern lokali.", "KUNSILLI LOKALI - ŻEJTUN - KUNSILLIER", "11931.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi ġodda fil-Kunsill Lokali Żejtun, fejn kunsillier ilu ma jattendi għal-laqgħat għal dawn l- aħħar tmien xhur u għadha ma saritx elezzjoni każwali?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10997, Seduta Nru. 170.", "Għalissa m'għandi xejn iżjed x'inżid.", "SPTARIJIET - KAŻIJIET TA' DROGA", "11932.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu każijiet b'overdose fl-1997?", "X'tipi ta' sustanzi kienu ntużaw?", "X'eta' kellhom dawn il-pazjenti u ta' liema sess kienu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li minn tagħrif miġbur s'issa li jinsab fis-sistema tal-Hospitality Activity Analysis jirriżulta li mill- ewwel ta' Jannar 1997 sa l-aħħar ta' Settembru 1997 fl-Isptar San Luqa iddaħlu 159 każ b'overdose.", "L-informazzjoni ddettaljata tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-sedu a.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "11933.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera impjegati mad-Dipartiment tas-Saħħa?", "Kemm minn dawn huma fulltimers u kemm part-timers?", "Kemm hemm SRN's u SEN's?", "Fejn qed jaħdmu sptar, sptar u poliklinika b'poliklinika?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' infermiera mpjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa 1384 li minnhom hemm 1207 fulltimers u 177 part-timers.", "In- numru ta' SRN's fl-isptarijiet u fil-Polikliniċi huwa 470 u ta' SEN's huwa 704 u qed jaħdmu kif jidher hawn taħt:", "SRN SRN SEN SEN Full Time Part Time Full Time Part Time", "Sptar San Luqa 320 57 324 54 Sptar Monte Carmeli 26 5 163 19 Sptar Boffa 12 4 48 8 Poliklinika Floriana 9 3 18 6 Poliklinika Gżira 4 1 10 1 Ploliklinika Mosta 8 2 9 - Poliklinika Rabat 4 - 9 - Poliklinika Paola 4 1 4 6 Poliklinika Bormla 1 - 7 1 Poliklinika Qormi 6 3 6 5 TOTAL 394 76 604 100", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI TAL-MARD", "11934.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jintużaw illi jagħmlu persuna eliġibbli sabiex tkun tista' tapplika għall-benefiċċju tal-mard?", "Kemm hawn minn dawn in-nies bħalissa, ċioe' nies li qed jirċievu dan il- benefiċċju?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall- għajnuna għal mard.", "Min jagħmel it-talba jrid ikun qiegħed ibati minn marda jew kondizzjoni kif elenkat fl-Ewwel Taqsima tal-Ħames Skeda u jissodisfa t-test tal-mezzi skond Taqsima Tnejn tat-Tmien Skeda.", "In-numru ta' benefiċċjarji li qed jirċievu l-għajnuna għal mard bħalissa huwa ta' 13,844.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONANTI", "11935.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li qegħdin fuq xi tip ta' pensjoni?", "F'liema kategoriji individwali jaqgħu dawn il-pensjonanti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 11935 ta' l-Onor.", "Karl Chircop.", "Sa l-aħħar ta' Jannar, 1998 kien hemm 49,949 il-persuna li jirċievu Pensjoni Kontributorja u 6,676 li jirċievu Pensjoni mhux Kontributorja.", "Il- pensjonijiet mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali huma maqsuma kif ġej:", "TABELLA A PENSJONIJIET KONTRIBUTORJI", "Pensjoni ta' l-Irtir u taz-Zewġ Terzi 31,514", "Pensjoni ta'l-Invalidita` 5,340 Pensjoni tar-Romol u Superstiti 12,684 Allowance ta' l-Iltima 15 Pensjoni tad-Dizabilita` 396 49,949", "TABELLA B PENSJONI MHUX KONTRIBUTORJA", "Pensjoni ta' l-Eta` 4,221 Pensjoni ghall-Ghomja 117 Pensjoni ghall-Persuni b'Dizabilita` 1,802", "Allowance għal Pensjonanti li jkunu rikoverati f'Istituti jew Sptar tal-Gvern 536", "6,676", "PENSJONANTI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "11936.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm pensjonanti tas-servizzi Ingliżi bbenefikaw mil-liġi l-ġdida li għadda l-Gvern fl-1997?", "X'medja ta' żieda kellhom dawn kull xahar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 11936 ta' l-Onor Karl Chircop dwar il-Pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi.", "Skond l-istatistika li għandu d-dipartiment, bis-saħħa tal-miżura tal- Budget ta' l-1997 b'effett mill-4 ta' Ottubru, madwar 1432 pensjonant tas- Servizzi Inglizi (fosthom anke romol) irċevew żieda fil-pensjoni tas- Sigurta` Soċjali.", "Madwar 1300 huma pendenti minħabba nuqqas ta' informazzjoni li hija meħtieġa.", "L-ispiża fuq il-pensjoni tas-Sigurta` Soċjali ta' dawn il-pensjonanti flimkien żdiedet b'madwar Lm9178 fil-ġimgħa jew aħjar Lm478,000 fis-sena.", "Dan ifisser li l-medja ta' żieda fil-pensjoni tas-Sigurta` Soċjali f'dawn il-każijiet kien ta' madwar Lm6.41 fil-ġimgħa.", "Dwar din il-miżura hemm aktar informazzjoni fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11277.", "SPTARIJIET - KAŻI TA' MENINGITE", "11937.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu każijiet ibatu b'Meningite fl-Isptar San Luqa f'dawn l-aħħar 18-il xahar?", "Ta' liema eta' kienu dawn?", "Kemm mietu minnhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din it-tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMI TA' CLERK 1", "11941.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati ta' l-eżami ta' Clerk 1 li kienu saru peress li l-interviews ilhom li saru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-riżultati ta' l-eżami msemmi mill-Onor.", "Membru kienu ħarġu fis-17 t'Ottubru, 1997.", "CHADWICK LAKES - TRAFFIKU", "11948.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li wieħed fost id-diversi lokalitajiet li ħafna familji jħobbu jżuru hu Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes), jikkonsidra l-Ministru li dan il-post ikun magħluq għat-traffiku nhar ta' Ħadd u fil-festi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-suġġeriment tal-Onor.Interpellant se jiġi kkonsidrat fil-pjanijiet previsti għall-proġett taċ-Chadwick Lakes.", "KALKARA - BDIL TA' BIEB", "11949.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara fiex waslet it-talba li għamlu r- residenti ta' Ray Flat, Block 2, Triq l-Isptar Navali, Kalkara sabiex ikun jista' jinbidel il-bieb tal-flat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li x-xogħol huwa approvat u l-bieb qed jinħadem mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tat-Taqsima tax- Xogħlijiet.", "DJAR - KERA", "11950.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi, u b'kemm, jista' sid il- kera ta' post residenzjali jgħolli l-kera lill-inkwilin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET - KAROZZI TAL-KIRI/MOBILE PHONES", "11951.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' karozzi tal-kiri; mobile phones użati fid-dikasteru li għalih kien responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mill-1 ta' Jannar, 1996 sas-26 t'Ottubru, 1996?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KAROZZI TAL-KIRI/MOBILE PHONES", "11952.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' karozzi tal-kiri; mobile phones użati fid-dikasteru li għalih kien responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mill-1 ta' Jannar, 1996 sas-26 t'Ottubru, 1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "11953.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies fil- Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq mill-ftuħ tagħha sas-26 ta' Ottubru 1996?", "Kemm kien hemm minnhom fulltime u part-time?", "Kif ġew impjegati, jiġifieri jekk ħarġitx sejħa fuq il-ġurnali jew mill-ETC?", "Minn liema lokalita' kienu dawk kollha impjegati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KAĊĊATURI/NASSABA - LAQGĦAT", "11954.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jaħseb il-Viċi Prim Ministru li kemm jista' jkun malajr għandha ssir laqgħa ma l-għaqdiet kollha konċernati tal-kaċċaturi u nassaba lokali u dan ukoll fl-interess ta' bdil tat-tagħrif kollu lill-membri kollha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tajt struzzjonijiet, u diġa' ħarġu l-inviti biex issir laqgħa mal-għaqdiet kollha tal-kaċċaturi fl-14 ta' Frar, 1998.", "GĦAWDEX - TRASFERIMENTI TA' IMPJEGATI", "11955.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru issa jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 11195 u ċioe' jgħid minn nofs Ottubru 1997 sal-lum, kemm saru trasferimenti f'Għawdex minn post għall-ieħor ta' impjegati tal-Gvern u kemm minn dawn it- trasferimenti involvew persuni fi gradi tas-Servizz Ġenerali; kemm fi gradi industrijali u kemm fi gradi oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-1 ta' Ottubru, 1997 sal-lum saru seba' trasferimenti ta' mpjegati tal-Gvern f'Għawdex minn dipartiment għall- ieħor.", "Dawn it-trasferimenti kienu jinvolvu tliet impjegati fis-Servizz Ġenerali, wieħed fil-grad ta' casual typist u tlieta fi gradi industrijali.", "GĦAWDEX - SUPERINTENDENT", "11956.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li s-Superintendent tal-Pulizija f'Għawdex m'għadux residenti fil-gżira kif kien qabel?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni u minn meta ġara dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fl-aħħar tas-sena li għaddiet il-Korp issaħħah permezz ta` Spettur ieħor f`Għawdex.", "Ninsab informat illi minħabba l-esiġenzi tas-servizz, mit-8 ta` Jannar, 1998 is-Supretendent li kien stazzjonat Għawdex, ġie stazzjonat il-Mosta.", "Pero` hu xorta baqa` responsabbli għad-Distrett ta` Għawdex.", "SPTAR ĠENERALI - ENGINEER", "11957.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru W936 tat-22 ta' Settembru, 1997, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu l-proċeduri sabiex jinħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-vakanzi ta' Mechanical Engineer u ta' Electrical Engineer fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex wara r-riżenji tal- persuni li kienu jokkupaw dawk il-karigi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq ngħid li fl-4 ta' Novembru, 1997 saru sottomissjonijiet lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku biex jimtlew dawn iz-zewg postijiet.", "Iżda minħabba l-miżuri li tħabbru mill-Gvern dan l-aħħar, l-Uffiċċju tal- Prim Ministru fil-25 ta' Novembru, 1997 rega' talab aktar informazzjoni biex tigi sottomessa lill-Kumitat tal-Kabinett dwar ir-reklutaġġ skond ċirkolari li ħarġet fit-22 ta' Diċembru, 1997.", "Din l-informazzjoni se tingħata dalwaqt.", "GĦAWDEX - VETTURI REĠISTRATI", "11958.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi reġistrati f'Għawdex f'tarf is-sena 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi rreġistrati f'Għawdex f'tarf is-sena 1997 huwa ta' 20,173.", "WSC - FLUS MINFUQA GĦAL GĦAWDEX", "11959.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11228 u ċioe' x'kienet ir-raġuni li l-Water Services Corporation f'Għawdex bejn Ottubru 1996 u Settembru 1997 nefqet biss is-somma ta' Lm89,745 f'xogħlijiet ta' distribuzzjoni u tiġdid, meta l-vot disponibbli kien ta' Lm233,000?", "Kemm-il kilometru ta' trinek sar f'dak il-perijodu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - MITĦNA TAX-XEWKIJA", "11960.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8798 tat-8 ta' Ottubru 1997, jista' l-Ministru jgħid jekk id-diffikulta' ingħelbitx biex ikun jista' jkompli r-restawr fuq il- Mitħna tax-Xewkija,l iema xogħol ta' restawr kien inbeda fi Frar 1996?", "X'passi ttieħdu minn dak inhar biex tingħeleb id-diffikulta' li waqfet ħesrem ix-xogħlijiet imsemmija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "HAMRUN - PJAZZA KAPPILLAN MUSCAT", "11961.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi fir-risposta għad-domanda parlamentari numru 11707 dwar il-Pjazza Kappillan Muscat, il-Ħamrun intqal li s-sejħa għall-offerti għall-proġett għad trid tinħareġ, jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-Ministru li x-xogħol jitlesta possibilment sa l-aħħar ta' Marzu, u żgur li kellu jitlesta sa qabel il-festa tal-parroċċa fl-ewwel Ħadd ta' Lulju, hijiex se tiġi onorata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma saret l-ebda wegħda lil ħadd marbuta ma' dati preċiżi meta se jitlesta ix-xogħol ħlief li x-xogħol se jsir matul din is- sena.", "TOROQ - XIRI TA' TRAFFIC HEADS", "11962.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 10687?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għall- mistoqsija parlamentari numru 10687.", "PEMBROKE - KORPORAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP", "11963.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-twaqqif tal- Korporazzjoni għall-iżvilupp ta' Pembroke?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif hemm indikat fil-Budget Speech il-Gvern issa qiegħed jara jekk u kif għandha titwaqqaf korporazzjoni bi sħab mas-settur privat.", "PEMBROKE - ŻVILUPP", "11964.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu indikazzjonijiet minn kuntratturi jew żviluppaturi privati li jixtiequ jissieħbu fl-iżvilupp ta' Pembroke?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għalkemm aħna kellna diversi kuntratturi u żvilluppaturi li kellmuna inkluż saħansitra l-kuntratturi mseħbin mal- GRTU, dawn kienu kollha laqgħat ta' informazzjoni u għadha ma saritx sejħa formali għall-kuntratturi lesti li jissieħbu mal-Gvern f'dan il-proġett.", "Għalhekk l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tistax tingħata f'dan l-istadju.", "PEMBROKE - PROĠETT", "11965.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu maħsub li jkunu maqsuma l- ispejjeż ta' l-infrastruttura bejn il-Gvern u l-iżviluppaturi privati fil- Proġett ta' Pembroke?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l- istadju għadu kmieni biex wieħed jagħti l-informazzjoni mitluba.", "TARXIEN - ROTTA TAL-LINJA", "11966.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tkun introdotta rotta tal-linja fl-inħawi ta' Triq George Caruana, Triq Dun Karm Sant u l- inħawi magħrufa bħala ta' Sardinja f'Ħal Tarxien peress li dawn huma ħafna 'l bogħod minn rotta eżistenti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-inħawi msemmija mill-Onor.", "Interpellant diġa' huma moqdija peress li jinsabu bejn rotot prinċipali - fuq naħa jgħaddu l-karozzi tar-rotot ta' Birżebbuġa u taż-Żejtun, u fuq in- naħa l-oħra l-karozzi tar-rotot ta' Wied il-Għajn u ta' Ħaż-Żabbar.", "AGRIKOLTURA - LEVIES FUQ IMPORTAZZJONI", "11967.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, għall perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 sal- lum, kienx hemm tnaqqis jew tneħħija ta' levies fuq importazzjoni ta' prodotti agrikoli u jekk fl-affermattiv fuq liema prodotti seħħ it-tnaqqis jew tneħħija ta' levies; meta (dati) seħħ it-tnaqqis/tneħħija ta' levies; jekk it-tnaqqis kienx temporanju jew permanenti; kemm kien it-tnaqqis f'kull levy fil-każ ta' kull prodott?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kull tnaqqis jew tneħħija ta' levies tiġi ppubblikata regolarment fil-Gazzetta tal-Ġvern skond l-Att dwar il- Promozzjoni ta' Prodotti Lokali (Kap 336).", "AKWAKULTURA - FTEHIM", "11968.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11070 u ċioe' dwar il-ftehim bejn Malta u l-Libja fuq l-akwakultura li ġie ffirmat dan l- aħħar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li kopja ta' dan il- ftehim tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt l-Aggornament tas-Seduta Nru. 174 (20.01.98)", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMI TA' SENIOR PRINCIPAL", "11974.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-riżultat ta' l-eżami għall-grad ta' Senior Principal fis-Servizz Pubbliku, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux investigazzjonijiet kif mitluba mill-Union Ħaddiema Magħqudin għal dan ir-riżultat mhux normali?", "X'kienu u x'kien ir-riżultat tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li r-riżultati ta' l-eżami għal grad ta' Senior Principal għadu kif ġie ppubblikat fil-5 ta' Frar, 1998.", "Il- Union Ħaddiema Magħqudin ma talbet l-ebda investigazzjoni dwar dan ir- riżultat.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMI TA' SENIOR PRINCIPAL", "11975.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-riżultat ta' l-eżami għall-grad ta' Senior Principal fis-Servizz Pubbliku, jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk dawk il-kandidati li weħlu fl-intevista estiża humiex se jingħataw opportunita', bħalma sar qabel, li jiġu eżentati mill-parti tal-kitba f'każ li jissejjaħ eżami ieħor?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-eżami għall-grad ta' Senior Principal li għadu kif sar taħt din l-Amministrazzjoni kien strutturat b'mod differenti minn dak li kien sar qabel.", "Il-parti tal-kitba ta' l- eżami ta' din id-darba kienet parti integrali mill-extended interview u ma kenitx failing.", "Għalhekk, il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru mhijiex relevanti.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMI TA' SENIOR PRINCIPAL", "11976.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Billi kien sar ħlas ta' Lm8 biex kandidati li għaddew mill-parti tal-kitba u weħlu fl- intervista estiża għall-eżami għall-grad ta' Senior Principal fis-Servizz Pubbliku jkunu jistgħu jappellaw mir-riżultat, u billi skond il- konklużjonijiet li saru mill-Ombudsman dan ma kien appell xejn, dan il-ħlas se jiġi ritornat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-fatti msemmija mill-Onor.", "Membru f'din il-mistoqsija ma jirriżultawx fil-każ ta' l-eżami għall-grad ta' Senior Principal li għadu kif ġie konkluż.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMI TA' SENIOR PRINCIPAL", "11977.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Billi fl-4 ta' Lulju 1997 il-PSC għamel sejħa għal eżami fil-grad ta' Senior Principal li r-riżultat tiegħu ġie ppubblikat fit-12 ta' Settembru u billi 40% tal- kandidati li għaddew mill-parti tal-kitba weħlu fl-intervista estiża u billi meta kienet saret sejħa oħra fl-19 95 inti bħala Kap ta' l- Oppożizzjoni kont oġġezzjonajt u kkritikajt il-fatt li f'dak l-eżami m'għaddewx kandidati fl-intervista estiża, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se tkun issa l-pożizzjoni tal-Gvern fir-rigward tar-riżultati ta' l- intervista estiża ta' dan l-aħħar eżami speċjalment vis-a-vis il-kandidati konċernati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-uniku wieħed mill-fatti msemmija mill-Onor.", "Membru f'din il-mistoqsija li huwa korrett, huwa d-data tas- sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għall-eżami tas-Senior Principal.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MANOEL THEATRE - MUŻIĊISTI", "W918.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-mużiċisti li ntemmilhom l-impjieg mal-Manoel Theatre?", "Fiex waslu d- diskussjonijiet?", "X'se jiggarantixxi l-gvern?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Gvern b'effett mid-9 ta' Settembru, 1997 xolja l-Orkestra tat-Teatru Manoel li kien fiha 43 muzicist.", "Fil-frattemp ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet pubblika ghall- formazzjoni t'Orchestra Nazzjonali ghall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjizjna, kompost minn 35 mużiċist.", "Mit-43 mużiċist tal-ex-Orkestra tat-Teatru Manoel, 42 applikaw għall-post fulltime mal-Orchestra Nazzjonali inklużi applikazzjonijit li ma kienx hemm postijiet vakanti għalihom.", "Fil-fatt, il-formazzjoni l-ġdida eskludiet il- possibbilta' ta' ingagg ta' erba' mużiċisti minħabba n-natura ta' l- istrumenti mużikali li kienu jdoqqu (3 trumbuni u katuba) kif ukoll persuna li kienet impjegata bhala Orchestra Manager.", "Id-diskussjonijiet mal-UHM li kienet tirrappreżenta l-maġġoranza tal- mużiċisti dwar dawk il-membri tal-ex-Orchestra tat-Teatru Manoel li ma sestgħux japplikaw għall-Orchestra Nazzjonali bejn is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, bdew minnufih biex jinstabilhom impjieg alternattiv.", "Filwaqt li l-Gvern fl-ebda ħin ma ggarantixxa impjieg mal-Gvern lil dawn il-mużiċisti (li qatt fil-fatt ma' kienu mpjegati tal-Gvern).", "Madankollu, l-Gvern impenja ruħu biex jipprova jgħin lill-mużiċisti milquta minn dan it-tibdil li seħħ.", "Dak li kien Orchestra Manager fil-fatt applika biex idoqq strument u ntagħżel.", "Persuna ohra li kienet part-timer mal-Johann Strass School of Music filgħaxijiet tqabbad għal numru ta' sigħat bħala supply teacher fid- Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Tnejn oħra ddeċidew li se jkomplu bl-istudju tagħhom.", "Persuna oħra ma kenitx lesta li tivjaġġa kif kien jitlob il- mestjier filwaqt li qed tiġi mistħarġa l-possibbilta' li persuna li kienet qabel fil-Forzi Armati ta' Malta tkun ingaġġata mal-Banda tal-istess Forzi Armata.", "HEALTH AND SAFETY INSPECTORS", "W1,241.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jidħlu dawk li applikaw u anke għamlu kors għal Health and Safety Inspectors?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Qegħdin jittieħdu l-proċeduri għall-ħatra ta' dawk l- applikanti li ġew magħżula mis-Selection Board u li ġew aċċetati mill- Universita' biex jagħmlu il-Kors li jwassal għal Diploma in Social Studies (Health and Safety).", "MARSA SPORTS COMPLEX - FAĊILITAJIET", "W1,139.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'aċċess aħjar għall-faċilitajiet hemm fil-Marsa Sports Complex biex jiġu utlizzati aħjar mill-għaqdiet kollha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Onor.", "Interpellant jispecifika x'irid ifisser bil-kliem \"aċċess aħjar\" ħalli nkun nista' nagħtih it-tweġiba li jixtieq li jkollu.", "PULIZIJA - RESERVED PARKING", "W1,146.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu u x'assigurazzjoni tista' tingħata dwar passi oħra li għandhom jittieħdu biex il-Kunsill Lokali tal-Belt b'kollaborazzjoni mal-pulizija tad-distrett jara li l-persuni f'wheelchair b'mod partikolari persuna li d-dettalji tagħha qed jitnbagħtu separatament, iħallulu mnejn jgħaddi bil-wheel chair fid-dar tiegħu u mhux jiġi ostakolat milli jidħol f'dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-persuna ndikata diġa' għandha l-faċilita' ta' reserved parking quddiem ir-residenza man-naħa l-oħra tat- triq, peress illi man-naħa tar-residenza mhux permess parking.", "Ninsab informat ukoll li l-pulizija ma kellha ebda rapport dwar ostakolu għall-aċċess fl-indirizz indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "PENSJONIJIET - OLD AGE PENSION SCHEME", "W1,185.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma kellhiex l-opportunita' taqa' fuq l-Old Age Pension Scheme?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talba tal- persuna li dwarha qed issir l-interpellanza ġiet milqugħa u l-benefiċċjarja ġiet informata.", "VETTURI", "W1,193.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi privati; minibuses; u taxis f'Malta u Għawdex?", "Kemm minnhom għad m'għandhomx il- liċenzja mħallsa/mġedda?", "Kemm minnhom, każ b'każ, ilhom fit-triq għal iktar minn 15-il sena?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' karozzi privati, minibuses u taxis illiċenzjati, li m'għandhomx liċenzja valida u li ilhom fit-triq għal aktar minn 15-il sena huwa kif ġej:", "| |Illiċen|M'għandho|GĦandhom| | |zjati |mx |iktar | | |sal-1.1|liċenzja |minn | | |2.97 |valida |ħmistax-| | | | |il sena | |Karozzi|164,837|7,069 |58,721 | |Privati| | | | |Minibus| | 8 | 136| |es |371 | | | |Taxis | | 8 | 211| | |244 | | |", "MSIDA: TRIQ REĠJONALI - TRAFFIKU", "W1,197.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kif se tiġi riżolta l-problema tat-traffiku fi Triq Reġjonali, fl-Imsida?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET U KOSTRUZZJONI", "W1,207.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li d- Dipartiment ta' l-Artijiet u Kostruzzjoni (Estates Management) mexa biex titlesta policy dwar il-kostruzzjoni/erezzjoni ta' kiosks?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-diskussjonijiet tal-working group li kien ġie mwaqqaf biex ifassal policy dwar il-kiosks issa waslu fit-tmiem u l-grupp dalwaqt ikun f'pożizzjoni li jressaq rapport finali.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "W1,209.", "L-OPNOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti fl-Universita' ta' Malta u kemm minnhom huma fil-kors tal- Liġi; tat-Teoloġija; tal-Mediċina; u ta' l-Arkitettura?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' studenti fl-Universita' huwa ta' 3422 irgiel, 3541 nisa b'total ta' 6963.", "It-taghrif mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra ghall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "DEHEB - ESPORTAZZJONI", "W1,210.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedet l-esportazzjoni fi prodotti tad-deheb din is-sena fuq is-sena l- oħra lejn l-Istati Uniti u lejn pajjiżi oħra b'mod inklusiv?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-esportazzjoni ta` prodotti tad-deheb lejn l-Istati Uniti u pajjizi ohra bejn l-1996 u l-1997 kienet hekk:", "|Pajji|1996 |Valur |1997 |Valur | |z |Numru |Lm |Numru |Lm | | |ta` | |ta`Ogg| | | |Ogetti| |etti | | | | | | | | |Stati|1,293,|7,810,|1,351,|9,285,7| |Uniti|925 |335 |385 |56 | |Germa| | | | | |nja |56,571|494,14|398 |10,103 | | | |7 | | | |Itali| | | | | |a |3,774 |22,976|26,249|209,903| |Svezj| | | | | |a |30,396|49,483|34,547|66,899 | |Renju| | | | | |Unit |6,732 |20,288|7,078 |20,125 | |Libya| | |2,000,| | | |487,32|2,126,|000 |1,729,0| | |4 |282 | |50 | |Total|1,878,|10,523| | | | |722 |,511 |3,419,|11,321,| | | | |657 |836 |", "FREEDOM OF MOVEMENT", "W1,213.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema stadju ta' ipproċessar wasal il-każ tal-persuna minn Tas-Sliema, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, (App.", "No. OPM/NAT/87/77) għall-freedom of movement?", "Dan għex Malta dejjem u ħutu bl-istess ċirkostanzi ulied l-istess ġenitur dawrulhom kollox biex kollha għandhom il-freedom of movement.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Membru għall- fatt li t-talba li hemm pendenti dwar il-persuna li qiegħed jirriferi għaliha fil-mistoqsija tiegħu hija għal ċittadinanza Maltija (u mhux freedom of movement) ninformah li dan il-każ għalissa huwa miżmum.", "Deċiżjoni dwaru għandha tittieħed fi stadju ulterjuri u sakemm ikun aċċertat li l-persuna konċernata żammet kondotta nadifa.", "PENSJONIJIET - PENSJONI TAS-SERVIZZ INGLIŻI", "W1,222.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-persuna li, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx il-pensjoni sħiħa tas- Servizzi Ingliżi?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-persuna kkonċernata ġiet informata biċ-cirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.", "TELEMALTA - TELEPHONE BOOTH", "W1,230.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid meta se jintlaqa' s-suġġeriment li ssir telephone booth fejn l-uffiċċju ta' l- Enemalta fi Sliema Rd, San Gwann fejn ir-roundabout?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għandi ninformak li rappreżentanti tal-Maltacom se jiltaqgħu mal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann sabiex jiġi deċiż l-aħjar post għall-installazzjoni ta' cardphone, jekk hu teknikament possibbli, fl- inħawi msemmija fil-mistoqsija.", "TRIQ REĠJONALI - SLEEPING POLICEMEN/CROSSING LINES", "W1,231.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jikkonsidra l-Gvern li jsiru crossing lines/sleeping policemen fit-Triq Reġjonali fejn ir-roundabout ta' fejn it-tank tal-gass int u tiela' għal San Gwann faċċata ta' l-Uffiċċju ta' l-Enemalta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li d-Dipartiment tat-Toroq li bħal issa qed jagħmel studju ta' din il-parti tat-Triq Reġjonali, se jikkonsidra l-aspetti kollha tat-traffic management biex il-junction Triq tas- Sliema/Triq Reġjonali tkun aktar safe u effiċjenti kemm għas-sewwieqa kif ukoll għall-pedestrian.", "FURJANA - SKIPS", "W1,234.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' skips fil-Furjana?", "Fejn jinstabu u fejn hu ttamat li jiġi nstallat fil-futur u fil-każ meta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' Euro Bins (Skips on Wheels) fil- Furjana huma mqassmin hekk:", "4 Bieb il-Belt 1 ħdejn il-Power Station il-qadima 1 ħdejn il-Middle Sea 1 ħdejn ix-showroom ta' Gasan", "L-aħħar tlieta jintużaw mill-kenniesa biex ibattlu l-krieret fihom.", "It-Taqsima Indafa Pubblika m'għandha l-ebda ħsieb li żżid in-numru.", "APPLIKAZZJONI GĦAL WORK PERMIT", "W1,239.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema stadju ta' pproċessar wasal il-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li nifhem li għandu applikazzjoni għal work permit?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-każ li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa dwar konferma ta' exempt person status lill-persuna li żżewġet ċittadin ta' Malta f'Jannar li għadda u mhux dwar work permit.", "It-talba dwar din il-konferma saret riċentement, jiġifieri fis-27 ta' Jannar 1998.", "Għalkemm normalment dawn it-talbiet jiġu pproċessati fi ftit jiem, jista' jiġri li jkun daħal numru mhux ħażin f'daqqa u allura wieħed ikun irid jistenna xi ftit sakemm jasal biex jinħadem il-każ tiegħu.", "Hu ttamat li dan il-każ jiġi pproċessat fi żmien qasir.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "W1,243.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi proġett ta' djar għall-anzjani f'Ta' Xbiex?", "Meta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Dar ta' l-Anzjani fil-Gżira qegħda viċin ħafna ta' Ta' Xbiex u għalissa m'hemm ebda ħsieb li tinbena Dar għall- Anzjani ġo Ta' Xbiex."]} {"filename": "19971127_154d_par.doc", "date": "1997-11-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 154 Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 154", "Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "154", "Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 551", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 551", "TQEGĦID TA' KARTI 560", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 1998 IL-ĦDAX-IL JUM STABBILIT MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ 560", "AĠĠORNAMENT 597", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 597", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 153 li saret fis-26 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MANUFACTURING AND SERVICES DEPARTMENT - PROĠETTI", "9879.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti kienu mwettqa mill-manufacturing and services department din is-sena u kemm kien id-dħul u l-ħruġ fuq kull proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Id-dipartiment tal-manifattura u servizzi ma' jagħmilx proġetti imma jagħmel xogħlijiet partikolari.", "In-numru ta' jobs li nfetħu minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena kien ta' 6,099 u minnhom tlestew 4,316.", "L-ammont ta' xogħol li tlesta kien ta' Lm971,486.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid xi informazzjoni fuq xi job partikolari nitolbu jkun aktar speċifiku.", "MOSTA - ALLEY 3 IN MAIN STREET", "9932.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk Alley 3, in Main Street, Mosta huwiex iddikjarat bħala aċċess pubbliku jew privat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Skond in-normi adottati mid-dipartiment ta' l- artijiet l-isqaq hu privat.", "LIĊENZJI - VETTURI KUMMERĊJALI", "10002.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi ħlas sar mis-sidien tal-vetturi differenti f'dak li hu ħlas ta' liċenzji għall-vetturi kummerċjali fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 1997 u l-31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jiena nformat li fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 1997 u l-31 ta' Ottubru, 1997 l-ammont imħallas f'liċenzji mis-sidien tal-vetturi kummerċjali kien ta' Lm 1,047,651.", "Jiena nformat ukoll li din l-informazzjoni ma tinżammx skond vetturi differenti.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk kif qed jgħid il-Ministru l-informazzjoni ma tinżammx kategorija b'kategorija, jista' forsi jqabbad lil min jiġborlu dan it-tagħrif?", "Naħseb li 'l quddiem ikun tajjeb li din l-informazzjoni tibda tinġabar regolarment.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, se nipprova niġborlu l- informazzjoni.", "Nieħu nota wkoll tas-suġġeriment li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant u nista' ngħidlu li jien hekk nixtieq ukoll għax ħafna mill- vetturi kummerċjali m'huma kummerċjali xejn.", "Din irridu nagħmluha ċara u tonda u allura se nibdew niġbru lista ta' dawk il-vetturi li huma verament kummerċjali u lista oħra ta' dawk li m'humiex, għalkemm ikunu reġistrati as such.", "FORUM GĦAL EKONOMIJA AĦJAR", "9732.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġni 61 u 62 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Forum għal Ekonomija Aħjar u ta' l-advisory council tiegħu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AMMINISTRAZZJONI ĠENERALI - CENTRAL MONITORING UNIT", "9733.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġna 63 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid min se jkunu l-membri tas-central monitoring unit u meta hu maħsub li jitwaqqaf?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-dettalji dwar is-central monitoring unit, kif ukoll dwar it-termini ta' riferenza u l-mekkaniżmu meħtieġ biex jissorvelja l-infiq pubbliku u jinforza rimedji, jitħabbru aktar tard.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru għandu time frame bejn wieħed u ieħor meta jaħseb li dan se jsir?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'għandix data eżatta imma nassigurah li se jsir fil- ġejjieni qarib ħafna.", "ENERĠIJA SOLARI - INĊENTIVI", "9734.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġna 69 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li jkun l-inċentiv għal enerġija solari?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema ta' inċentiv taħt forma ta' self bankarju b'rati baxxi ta' imgħax - li jistgħu jvarjaw minn bank għal ieħor - għad trid titfassal mal-banek kummerċjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiġifieri qed nifhem sew li l-inċentivi maħsuba mhux se jkunu direttament mill-gvern iżda mill-banek kummerċjali nfushom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ikunu soft loans jew subsidised loans.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern imbagħad iħallas xi ħaġa lura lill-banek kummerċjali jew ma' jidħol fiha xejn?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, ma jidhirlix li jkun il-każ.", "Diġa' saru xi taħditiet preliminari mal-banek u jidher li l-banek huma nteressati f'din l- iskema mingħajr ma' jkun hemm kontribut dirett min-naħa tal-gvern.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-banek se jibdew jisilfu kwalunkwe kapital jew l- ammont se jkun limitat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li l-ammont irid ikun in line ma' l-istandard rates li bihom jinxtara l-apparat ta' solar energy.", "Biss f'dan l-istadju għadna ma tkellimniex fuq dettalji ta' limits ta' self.", "KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL - FLEXITIME", "9735.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġna 71 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri konkreti beħsiebu jintroduċi l-Gvern biex jinkoraġġixxi l- flexitime?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern se jniedi ma jdumx taħditiet mal-partijiet konċernati dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri.", "DAWL U ILMA - TARIFFI", "9736.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġni 74 sa 83 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid kemm se jħallsu għall-ilma, dawl u drenaġġ il-familji ndikati f'kolonna A li llum iħallsu dak indikat f'kolonna B?", "Kolonna A Kolonna B", "5 persuni Lm 8.00 ilma Lm20.00 dawl", "5 persuni Lm15.00 ilma Lm40.00 dawl", "4 persuni Lm 7.00 ilma Lm18.00 dawl", "4 persuni Lm 7.00 ilma Lm40.00 dawl", "3 persuni Lm 6.00 ilma Lm15.00 dawl", "3 persuni Lm20.00 ilma Lm50.00 dawl", "2 persuni Lm 5.00 ilma Lm10.00 dawl", "2 persuni Lm19.00 ilma Lm38.00 dawl", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru għal dak li għandu x'jaqsam mal-konsum tad-dawl qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob id-dettalji l-oħra, dwar ilma u drenaġġ, lill-ministeru konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma ħa d-deċiżjoni finali tal-budget, il-Korporazzjoni Enemalta għamletx simulation exercise biex tapplika r-rati l-ġodda biex tkun taf l-effett soċjali li se jkollhom dawn iż-żidiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk niftakar tajjeb il-Korporazzjoni Enemalta għamlet żewġ eżerċizzji.", "L-ewwel kellha rapport ta' konsulenza li kien jitratta xi erba' scenarios differenti u mbagħad wara li saru dawn il- workings, sar eżerċizzju intern piu' o meno fuq il-linji ndikati mill-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta kien ġie kkonsultat qabel ma' tħabbru r-rati l-ġodda fil-budget?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dan l-istadju m'iniex f'pożizzjoni li nikkonferma jekk il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta ġiex ikkonsultat jew le f'dak li huwa dettall pero' nista' nikkonferma li kien ġie kkonsultat dwar iż-żidiet fir-rati.", "Għal dak li huwa simulation exercise li sar minn konsulenza privata, nista' nikkonferma wkoll li kienet anke saret presentation għaliex kont għamilt mezz li nattendi għaliha jiena stess.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: La l-Ministru semma' konsulenza privata, jista' jgħidilna min għamel il-konsulenza?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din saret mill-MSD consulting group.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qabel ma l-Ministru, bħala ministru responsabbli mill- finanzi, iddeċieda li jaqleb il-meter charge ta' l-ilma, kif ukoll it- tariffi ta' l-ilma, ġie ppreżentat b'simulation exercise mill-Water Services Corporation?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Min-naħa tagħna le pero' saru eżerċizzji dettaljati li ssodisfaw lit-tekniċi tagħna fil-ministeru tal-finanzi u saru wkoll diversi laqgħat ta' konsultazzjoni.", "Jiġifieri mhux sempliċement ippreżentaw paper u ħadniha bħala fait accompli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk qed nifhem sew, il-Ministru qed jikkonferma li simulation exercises formali min-naħa tal-Water Services Corporation ma sarux b'mod kif normalment u professjonalment isir meta jinbidlu tariffi bħal dawn.", "Ġeneralment dan isir billi tqassam il-kontijiet f'ċerti kategoriji, tara x'qed iħallsu n-nies għal dawn is-servizzi, imbagħad tapplika r-rati l-ġodda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dan l-istadju m'iniex f'pożizzjoni li nikkonferma dwar il-Water Services Corporation pero' rigward is-servizz tad-dawl hekk qegħdin nagħmlu; qed naqsmu l-konsum kull erba' xhur, nieħdu l-kontijiet bir-rata l-antika u l-kontijiet bir-rata l-ġdida, naraw iż-żieda f'kull ġimgħa fuq medda ta' 17-il ġimgħa, nagħmlu kalkolu ta' l-iskont ta' 3% jekk jiġi applikat u żieda fil-ġimgħa fuq bażi ta' 17-il ġimgħa bl-iskont.", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament trid tara l-ammont ta' konsum.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jiena qed nistaqsi jekk id-deċiżjoni li wasal għaliha l-Ministru kenitx ibbażata fuq simulation exercises professjonali, li normalment isiru mill-accountants u kif saru diversi drabi f'affarijiet oħra.", "(Interruzzjonijiet) Normalment dawn jiġu ppreżentati minn qabel biex wieħed ikun jaf l-effett soċjali x'se jkun.", "Forsi dawn l-exercises qed isiru issa?", "Skond l-informazzjoni li għandi, f'dak li jirrigwarda l-Water Services Corporation, il-Ministru ma' kellux simulation exercises available f'idejh biex jiddeċiedi.", "Il-Ministru jikkonfermah dan?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, jien nistax inwieġeb għal dak li jirrigwarda ministeru ieħor, pero' nista' ngħid li fil-każ tad-dawl, dan l- eżerċizzju sar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien m'iniex qed nistaqsi fuq ministeru wieħed imma qed nistaqsi jekk il-Ministru, qua ministru tal- finanzi, li ultimament irid jieħu d-deċiżjoni dwar jekk jgħollix it- tariffi ta' l-ilma jew le - mhux il-Water Services Corporation - ġiex ippreżentat b'simulation exercises mill-Water Services Corporation jew mill- ministeru biex ikun jista' jifforma deċiżjoni bbażata fuq ċifri u eżerċizzji serji u professjonali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nerġa' ngħid li jien ma niftakarx li kien hemm simulation exercises dettaljati, pero' I stand to be corrected fuq dan il- punt.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Għar-rigward ta' l- industrija, il-Ministru jista' jikkonferma jekk qabel ma' tħabbru l-miżuri sarx eżerċizzju dwar kif ir-rati l-ġodda ta' l-ilma u l-elettriku se jaffettwaw lill-industrija?", "Qed ngħid dan għax fil-ġurnali dehru ħafna kummenti, fosthom li min kien qed iħallas kont ta' Lm1,000 issa se jibda jħallas Lm60,000 jew żidiet oħra stratosferiċi.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk ħax in konsiderazzjoni kif dawn iż-żidiet se jaffettwaw lill- industrija?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qabel ma' ttieħdet id-deċiżjoni finali - qed nitkellmu għal xhur qabel il-budget innifsu - sar eżerċizzju tat-tip li qed jindika l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u fil-fatt sar liaison anke mal- korporazzjonijiet konċernati.", "Ġiet anke involuta l-MDC min-naħa tagħha u, jekk m'iniex sejjer żball, saret xi ħaġa simili anke fir-rigward ta' l- agrikoltura - għar-rati ta' l-ilma aktar minn tad-dawl - għall-impact li kien se jkollhom fuq dak is-settur.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Gvern huwa konxju li r-rati ta' l-ilma se jolqtu lir-raħħala b'ammont verament fenomenali?", "Il-Ministru konxju mill- effetti li se jkollu l-budget?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din kienet deċiżjoni korrettiva tal-Kabinett li ttieħdet fid-dawl tar-realtajiet ekonomiċi tal-pajjiż.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk poġġa r-realtajiet ekonomiċi quddiemu u ħa d-deċiżjonijiet opportuni, allura għandi nifhem illi l-Gvern huwa konxju perfettament ta' l-impatt tal-miżuri li ħa fil-qasam domestiku, fil-qasam ta' l-industrija u fil-qasam ta' l-agrikoltura?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ovvjament il-Gvern huwa konxju tal-miżuri kollha li ttieħdu, pero' nixtieq intenni dak li qal pubblikament għal aktar minn darba il-Prim Ministru, jiġifieri li wieħed irid jara l-impatt soċjali ta' dawn il-miżuri fuq medda ta' żmien u jekk ikun hemm bżonn il-Gvern jieħu miżuri korrettivi.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jiena ma nistax nifhem kif il- Ministru qed jgħid li wieħed għad irid jara l-impatt soċjali fuq medda ta' żmien għax dawn huma kalkoli.", "L-impatt soċjali mill-ewwel joħroġ jekk il- Water Services Corporation jew il-Korporazzjoni Enemalta jaqbdu l-kontijiet u jqabblu r-rati l-antiki mar-rati l-ġodda.", "Dan huwa eżerċizzju sempliċi ħafna u m'hemmx għalfejn jgħaddu l-ġimgħat jew ix-xhur biex wieħed jara l- effett x'se jkun.", "L-effett huwa matematiku u nafu x'inhu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnifsu japprezza li hemm differenza bejn impatt matematiku u impatt soċjali.", "Wieħed jista' jevalwa l-impatt matematiku anke qabel il-budget innifsu filwaqt li l- impatt soċjali wieħed irid jarah fuq medda ta' snin.", "Skond kummenti li dehru dalgħodu stess fil-gazzetti jidher li anke ċerti trade unions qed jifhmuh dan.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed ngħid li l-impatt huwa evidenti għax tista' taħdmu bil-quddiem.", "Jekk familja normali se tħallas Lm4 jew Lm5 aktar fil-ġimgħa bir-rati l-ġodda, nifhmu li l-impatt soċjali fuq din il- familja se jkun ta' Lm4 jew Lm5 tnaqqis mid-dħul tagħha u allura se jkun hemm tnaqqis fil-livell ta' l-għejxien.", "L-impatt soċjali huwa marbut fuq l-impatt taż-żieda li l-Gvern żgur kien jaf x'inhi u ma nafx x'irid jgħid biha l-Ministru meta qed jgħid li jrid jistenna biex jara l-impatt soċjali x'se jkun.", "L-impatt soċjali huwa ż- żieda li jimponu dawn it-tariffi.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena ma rridx nagħmilha ta' difensur ta' xi trade union pero', kif għidt aktar kmieni, anke wħud mit-trade unions illum stess qalu fil-gazzetti li għal dak li huwa impatt soċjali jrid jgħaddi ċertu żmien biex jaraw kif se jiġu effettwati l-membri tagħhom.", "Matematikament l- eżerċizzju sar qabel il-budget, pero' naħseb li hemm differenza kbira bejn il-mathematical workings u s-social impact tal-miżuri li ttieħdu.", "F'dan l- istadju m'għandix xi nżid aktar.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra il-mathematical workings li kellu fl-aspetti kollha taż-żidiet illi tħabbru fil-budget?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hawnhekk m'għandix available, biss inwiegħdu li ma' l- ewwel opportunita' li jkolli nqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-ġimgħa li bdiet fit-22 ta' Settembru kien hawn rappreżentant tal-konsulenti barranin Arthur Andersen hawn Malta?", "Dawn kellhom x'jaqsmu mar-rati tad-dawl u l- ilma?", "Għamlu xi xogħol ta' konsulenza f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Safejn niftakar sewwa Arthur Andersen huma l-foreign partners rappreżentati mid-ditta MSD Consulting, li semmejt aktar kmieni, biss id-dealings tagħna kienu strettament mal-konsulenti lokali.", "Jiġifieri għalkemm l-MSD Consulting jirrappreżentaw lid-ditta internazzjonali li semmiet l-Onor.", "Interpellant, ma' kellniex konsultazzjonijiet ma' konsulenti barranin f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Kemm ittieħed mill-konsulenza li tat id-ditta Arthur Andersen lill-MSD Consulting biex jiġu stabbiliti r-rati tad-dawl u l-ilma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jidhirlix li aħna aċċettajna s-scenarios tagħhom għax dehrilna li wħud minnhom kellhom impatt soċjali aktar qawwi minn dak li konna qed nipproponu aħna.", "Din qed ngħidha subject to correction.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jista' l-Ministru jgħidilna x'kienu r-rapporti ta' konsulenza li għamlet id-ditta Arthur Andersen, x'ħadu minnhom u x'ma ħadux, u kif affettwaw ir-rapporti ta' l-MSD dwar ir-rati tad-dawl u ta' l- ilma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-eħfef ħaġa li nista' nagħmel huwa li fil-ġejjieni qarib nippreżenta r-rapport tagħhom, li jinsab ippubblikat, biex kulħadd ikun jista' jasal għall-konklużonijiet tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm qamet din il- konsulenza lill-Gvern Malti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'għandix il-figuri hawnhekk, pero' jekk l-ONor.", "Interpellant jerġa' jagħmilli l-mistoqsija bil-miktub ma' nsib l-ebda diffikulta' li nwieġbu.", "LIĊENZJI TAL-GVERN", "9737.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għal paġna 86 tad-Diskors tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid liema huma b'mod speċifiku s-servizzi u liċenzji tal-gvern li se jiżdiedu, kemm kienu qabel u kemm se jkunu issa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, fil-budget kien hemm dikjarazzjoni ċara - jekk niftakar sew kien hemm paragrafu sħiħ - illi tindika li bejn wieħed u ieħor 20 jew 25 servizz se jiżdiedu u li minbarra dawn hemm oħrajn.", "Jiena ma nistax nifhem kif il-Gvern, tliet ġimgħat wara l-budget, għadu m'huwiex f'pożizzjoni li jgħid liema huma s-servizzi li se jogħlew meta nafu li, per eżempju, biex tagħmel ċertifikat tat-twelid qabel kont tħallas Lm2 u issa trid tħallas Lm5.", "Kif jiġġustifika l-Onor.", "Brincat, bħala ministru tal-finanzi, li hu għadu m'huwiex ċar dwar liema servizzi se jogħlew u b'kemm se jogħlew, speċjalment in vista tal-fatt illi fl-istess budget hemm kemm se jdaħħal aktar il-gvern?", "Jiena nifhem li meta tiġi stabbilita' ċifra ta' kemm se ddaħħal aktar, dan jista' jsir biss fuq eżerċizzju akkurat u speċifiku u mhux tinxteħet ċifra bl-addoċċ.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, jien nifhem l-intervent ta' l-Onor.", "Interpellant u naħseb li naqbel daqsxejn miegħu ukoll.", "Se nagħmel mezz biex forsi f'waħda mis-seduti tal-lum niżgura li jkolli d-data kollha u nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ĊITTADINANZA - ĊITTADINANZA MALTIJA", "10019.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9356, jista' l-Prim Ministru jgħid x'ċittadinanza kellhom l-applikanti sal- ġurnata ta' l-applikazzjoni tagħhom għal ċittadinanza Maltija li dawn għamlu minn Jannar 1997 'il hawn?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KUNSILLI LOKALI - KALKARA", "10020.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema bini jew artijiet għaddew lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara matul l-aħħar sena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: S'issa għadu m'għadda xejn imma qed isiru trattati biex tgħaddi parti mill-bini li qabel kien l-Isptar ta' Bighi.", "CREATIVE THINKING", "10021.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9346, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li juru bl-offerta li kienet saret mill- Prof. De Bono lill-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-Prof.", "Edward De Bono stess qalli bl-offerta li kien għamel lill-amministrazzjoni preċedenti u li din l-offerta kienet ġiet irrifjutata.", "TELEMALTA - SERVIZZ TAL-153", "10022.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li s-servizz tal-153 jerġa' jiġi fis-seħħ?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.", "8911.", "PA - DĦUL", "10023.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar minn ħlasijiet ta' DPF u ISC għal applikazzjonijiet ġodda f'Ottubru 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Risposta tingħata f'seduta oħra għax il-materjal għadu qed jinġabar.", "VOCATIONAL COLLEGE", "10024.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 8433, jista' l-Ministru jgħid lil min ġiet iċċirkolata d-discussion paper dwar it-twaqqif ta' kulleġġ li jkun jiġbor fih numru akbar ta' korsijiet vokazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li jippubblika white paper dwar dan is-suġġett?", "Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-discussion paper li rrifera għaliha?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI - ĊENS", "10061.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema għaqdiet sportivi rrifjutaw li l-faċilita' sportiva li jutilizzaw tingħatalhom b'ċens?", "X'kienet ir-raġuni f'kull każ?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VALLETTA - BDIL TA' BOZOZ", "10062.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bozza maqtugħa ġiet mibdula fil-Belt Valletta f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat?", "Kemm kien ilu li sar rapport lill-Korporazzjoni Enemalta f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "FLORIANA - TRIQ SANT'ANNA", "10063.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' upgrading ta' Triq Sant'Anna fil- Furjana?", "X'inhuma x-xogħlijiet li se jsiru?", "Se jkun hemm l-introduzzjoni ta' street furniture f'din it-triq ewlenija?", "It-triq hi ppjanata li tibqa' arterja prinċipali tat-traffiku?", "Jekk fl-affermattiv, huwa l-każ li jkun hemm street furniture taħt il-loġoġ?", "Il-loġoġ se jiġu mnaddfa minn barra u minn ġewwa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif ġie mħabbar, l-upgrading ta' Triq Sant'Anna se jkun is-suġġett ta' urban design competition, bħalma sar għal Triq ir- Repubblika, Valletta.", "Meta jkun il-waqt jitħabbru d-dettalji.", "Diġa' hemm qbil bejn il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Kunsill Lokali tal-Floriana dwar dan il-proġett.", "VALLETTA - TRIQ ŻAKKARIJA", "10064.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fi Triq Żakkarija l-Belt?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qiegħed isir dak kollu possibbli biex ix-xogħol jitlesta kif imwiegħed qabel il-Milied.", "Id-dewmien kien kaġun ta' ħruġ mill-ġdid ta' offerti minħabba xi teknikalitajiet.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddi issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mangion.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Memorandum u rapport dwar l-effiċjenza milħuqa mill-kunsilli lokali bejn Lulju u Settembru 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Memorandum and Articles of Association tal-kumpannija Air Malta;", "Explanatory Note to the new Memorandum and Articles of Association tal- kumpannija Air Malta; u", "Kopja tal-Minuti tal-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-kumpannija Air Malta li saret fis-26 ta' Novembru 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "IL-ĦDAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN : Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l- voti tal-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- Gvern.", "Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, jekk jogħġbu jressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nipproponi:", "VOT 20 - MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,296,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1998.", "VOT 21 - TEŻOR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,205,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Teżor, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 22 - PENSJONIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 735,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Pensjonijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 23 - TAXXI INTERNI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,596,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 - Taxxi Interni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 24 - DWANA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 4,446,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 - Dwana, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 25 - TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,862,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 - Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 26 - STATISTIKA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 598,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 26 - Statistika, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 27 - KUNTRATTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 327,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 27 - Kuntratti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 28 - KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 514,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - Kummerċ, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 29 - IMPORTAZZJONI U KUMMERĊ DOMESTIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,943,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 29 - Importazzjoni u Kummerċ Domestiku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT IV - MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,857,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1998.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 20 - MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,388\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,387\".", "Delete the figure \"Lm 10,388\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,387\".", "Mr Chairman, għaddiet sena minn mindu l-Partit Laburista tela' fil-gvern u fil-qasam tal-kummerċ Malta għadha għaddejja minn kriżi għall-oħra.", "Dan il-qasam baqa' mifni b'inċertezza u b'instabilita' u baqa' jbati mill- politika li għażel li jagħmel dan il-Gvern.", "Dan jixhdu kull min jgħix f'dan il-pajjiż u jixhduh ukoll il-figuri.", "L-istess Economic Survey, imqassam mad-diskors tal-budget, jgħid li għall- perijodu bejn Jannar u Settembru ta' l-1997 l-importazzjoni kienet ta' Lm22 miljun inqas minn dik ta' l-istess perijodu ta' l-1996 u Lm29 miljun inqas minn dik ta' l-istess perijodu ta' l-1995.", "Meta tanalizza dawn il-figuri tiskopri li parti kbira minn dan kien dovut ukoll għan-nuqqas ta' importazzjoni marbut ma' investiment għall-industriji f'pajjiżna.", "L- esportazzjoni domestika żdiedet minimament b'Lm2 miljun fl-1997 meta kkomparata ma' l-istess perijodu ta' l-1996 u naqset b'Lm27 miljun apparagun ta' l-istess perijodu ta' l-1995.", "Dawn huma biss pinzellati u figuri li jagħtu indikazzjonijiet imma jixhdu staġnar u tnaqqis fl- attivita' ekonomika li għandu jinkwieta lil kull min josserva l-andament kummerċjali f'dan il-pajjiż.", "Mr Chairman, dawn huma assessments li jrid jagħmel il-Partit Laburista fil-gvern u anke l-Ministru li huwa responsabbli minn qasam bħal dan.", "Meta titkellem ma' kull operatur ekonomiku f'pajjiżna - sew jekk inhu importatur, sew jekk inhu industrijalist, sew jekk inhu kummerċjant bl- imnut, kif ukoll kull tip ta' kummerċjant - issib li l-vitalita' ta' l- ekonomija tkissret u tfarrket għall-aħħar.", "Naturalment din hija xi ħaġa li l-poplu għandu d-dritt jistaqsi u li l-Oppożizzjoni għandha d-dover li tistaqsi għax dan huwa x-xogħol tal-Parlament.", "Min-naħa l-oħra huwa dover ħafna akbar tal-Gvern li jistaqsi għaliex dan qed isir u x'hemm bżonn isir biex din id-drop titwaqqaf u biex dan il-pajjiż jerġa' jieħu r-ruħ f'dan il- qasam tant importanti għall-ħolqien tax-xogħol, għall-ħolqien tal-ġid u għal-livell ta' għejxien li għandhom il-Maltin u l-GĦawdxin.", "Mr Chairman, għaddiet sena u r-risposti għall-mistoqsijiet li qed isiru lill-Gvern jindikaw bl-iktar mod ċar li l-mamma tal-problema li qed jiffaċċja l-pajjiż hija l-politika li għażel dan il-Gvern.", "L-istaġnar fl- ekonomija u fil-kummerċ huwa fil-parti l-kbira tiegħu government induced u dan huwa dovut prinċipalment għal tliet raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija l-kwestjoni tal-famużi ħofor.", "GĦal sena sħiħa l-Gvern m'għamel xejn ħlief tkellem fuq il-ħofor.", "Qal li kollox huwa fallut, li kollox huwa moribond u li għandu diffikultajiet kbar.", "B'dan kollu l-Gvern kien qed ifittex li b'effett ta' dan - kemm politikament kif ukoll bħala mezz ta' propaganda - jitfa' t-tort fuq l-amministrazzjoni ta' qabel.", "Fil-fatt dan huwa l- oġġettiv politiku ta' dak li qed jagħmel imma l-effett ta' dan kien ukoll li bla dubju ta' xejn il-Gvern ħoloq inċertezza u nuqqas ta' fiduċja kbira fil-pajjiż.", "Dan huwa r-riżultat ta' kif il-Gvern iddeċieda, bil-mod li għażel hu, li jieħu ħsieb il-problemi li normalment kull pajjiż ikollu quddiemu meta jkun fil-mixja ta' l-iżvilupp.", "Iżda anke meta dan il-Gvern jitkellem fuq il-ħofor, fl-istess waqt jitkellem fuq il-bejgħ ta' parti mill-ishma ta' ċerti kumpanniji jew korporazzjonijiet li malli tela' fil-gvern mill-ewwel għamel rapporti u pprova jbella' lill-pubbliku Malti li kienu falluti jew f'diffikultajiet finanzjarji kbar.", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għall-Malta International Airport u għat-Telemalta - żewġ kumpanniji li fil-fatt kienu taħt ir-responsabbilta' tiegħi fil-leġislatura ta' qabel din - li issa mirakolożament, wara li t-tnejn ġew pinġuti bħala kumpanniji falluti, jinsabu lesti - għallinqas parti minnhom - għall-bejgħ.", "Din hija osservazzjoni li the man in the street ma jistax ma jagħmilx.", "Kif jista' jkun li l-Gvern, wara li tant tkellem fuq dawn il-ħofor, issa sejjer ibigħ il-ħofor lill-investituri?", "Kif issa se jsib investituri li lesti jitfgħu l- flus tagħhom f'kumpanniji li l-Gvern qal li sejrin ħażin ħafna u li qegħdin f'tarf il-falliment?", "Ir-raġuni hi li dawn il-kumpanniji li qed nirriferi għalihom fil-fatt ma kienu f'ħofor xejn imma kienu u għadhom b'saħħithom biżżejjed biex iħallsu d-diversi impenji kbar li kellhom u huma b'saħħithom biżżejjed biex ikunu ta' attrazzjoni għall-investituri internazzjonali.", "Dan il-punt qed insemmih biss f'dan il-kontest għax jixhed ukoll kemm din l-issue tal-ħofor, meta tikkonfrontaha mal-fatt li żewġ kumpanniji prinċipali bħal dawn qegħdin jiġu offruti biex l-ishma tagħhom jew parti mill-ishma tagħhom jinbiegħu, ma kienet xejn ħlief kliem fieragħ, kliem bla sugu, kliem bla bażi u kliem ta' propaganda immirat biex jippreżentalna l- anno zero fil-bidu ta' leġislatura ta' gvern tal-Labour, kliem li sfortunatament għamel ħafna ħsara u ħoloq inċertezza u nuqqas ta' fiduċja kbira mhux biss fost in-negozjanti imma anke fost dawk li n-negozjanti jiddependu minnhom, jiġifieri l-konsumaturi, li malli tela' dan il-Gvern mill-ewwel ħadu atteġġament ta' wait and see għax ġew kkonfrontati b'sitwazzjoni bħal din.", "Fil-fatt din is-sena l-poplu għamilha jistenna.", "L-ewwel kien qed jistenna l-bidla proposta mill-Gvern, jiġifieri l-bidla fis-sistema tat- taxxa; imbagħad baqa' jistenna biex jara x'kien se jiġri minn dawn il-ħofor li kienu qed jissemgħu; u mbagħad wara li tressaq il-budget spiċċajna biex minflok il-Gvern għamel xogħlu u ħoloq klima ta' investiment sabiex il- kummerċ jiġi nkoraġġit u jsir bl-iktar mod liberu u ħieles, inħolqot klima eżattament bil-maqlub.", "Jiena m'għandix dubju li l-ministru responsabbli mill-kummerċ għandu problema enormi għax dan is-settur qala' daqqa tajba, anke minħabba dan il-kliem li sar.", "Mr Chairman, meta wieħed ikun fil- gvern irid joqgħod attent ħafna x'messaġġi jibgħat lill-pajjiż.", "Jidher li dan il-Gvern fl-interess tal-propaganda tiegħu ma jikkalkolax l-effett ekonomiku ta' dak li jkun qiegħed politikament jipprova jkollu riżultat għalih.", "Hekk ġara eżattament bil-kampanja sħiħa ta' aktar minn sena fuq il-ħofor; din ħolqot problema kbira ta' sfiduċja li laqtet u li għadha tolqot lis-settur kummerċjali.", "Forsi l-ewwel miżura li wkoll tat effett drammatikament ħażin f'dan is- settur kienet il-bidla fit-tassazzjoni li għamel dan il-Gvern, jiġifieri l- bidla mill-VAT għas-CET, li wkoll ħolqot problemi ta' government induced costs.", "Il-VAT ma kenitx xi sistema perfetta għaliex f'din id-dinja ħadd u xejn m'hu perfett, la jien, la l-Ministru u l-ebda politika ta' ebda partit.", "Kull politika għandha d-diffetti tagħha u kulħadd jagħmel l- iżbalji pero' hija ħaġa tajba li min jagħmel xi żball jieħu l-okkażjoni biex jirrikonoxxih u jagħmel kull mezz biex isolvih.", "Din il-bidlma mill- VAT għas-CET fil-konfront ta' dan il-Gvern kienet ukoll żball u jkun tajjeb li jirranġah.", "Huwa importanti li l-Gvern iħares lejn dawn ix-xhur li għaddew fir- rigward ta' kif qed taħdem is-CET u jieħu l-miżuri biex din ma tkomplix tkun ta' piż fuq il-qasam tal-kummerċ.", "Bis-sistema l-ġdida l-kummerċjant ma jistax jieħu refunds u allura qegħdin jinħolqu costs ġodda fil-qasam tal-kummerċ.", "Jidher li din is-sistema m'hijiex waħda li tinkoraġġixxi l- iżvilupp ta' dan il-qasam, għax naturalment biex tagħmel hekk irid ikollok ċerta umilta' fil-politika u din m'hijiex xi ħaġa dejjem komuni.", "Waħda mill-affarijiet li qed tiddistingwi lil dan il-partit fil-gvern hija eżattament l-oppost, jiġifieri s-suppervja intelletwali, illi meta jgħid ħaġa jwebbes rasu fuqha, ma jisma' minn ħadd u jkompli għaddej fit-triq tiegħu minkejja li jkun jidher ċar li din se tkun ta' rovina għall-pajjiż.", "Fil-fatt ħadd ma qabel mas-sistema fiskali li daħħal il-Partit Laburista, lanqas l-istess nies li riedu li titneħħa l-VAT, għax effettivament din qed tintaxxa l-business, ma fiha l-ebda provision ta' refunds u allura qed timponi government induced costs fuq il-qasam tal-kummerċ.", "Din hija waħda mill-affarijiet li mal-bidla fil-gvern il-poplu Malti u l-operaturi ekonomiċi għamlu żmien twil jistennew ħalli jaraw x'se jiġri minnha, imbagħad stennew biex jaraw x'se jiġri mil-ħofor u wara dik stennew biex jaraw x'se jiġri mil-budget.", "GĦalhekk aktar kmieni jien għidt li din kienet sena fejn kulħadd qagħad jistenna, fejn kulħadd kien mitluf fi problemi ta' inċertezza u fejn kulħadd kien qed jipprova jara kif dan il- Gvern kien se jmexxi l-politika tiegħu.", "Dan kien u għadu gvern li l- politika jagħmilha waqt li jkun għaddej, mingħajr pjanifikazzjoni u mingħajr ma jħares lejn l-effetti reali tal-miżuri li jkun qiegħed jieħu.", "Għal darb'oħra din kienet miżura li kellha effett negattiv ħafna fil-qasam tal-kummerċ u fuq in-nies tal-business għax hija sistema li minflok tagħti n-nifs lil min jopera f'dan il-qasam, tintaxxah u ma tagħtihx il- possibbilta' li jiġbor flusu lura bħalma kienet tagħmel il-VAT.", "Minkejja r-rappreżentazzjonijiet u d-diskussjonijiet twal li saru minn prattikament l-għaqdiet kollha nvoluti fil-qasam tal-kummerċ, il-Gvern xorta baqa' għaddej b'dak li kien iddeċieda li jagħmel għalkemm ħadd ma qabel mas-sistema li daħħal.", "Din il-ħaġa tista' tiġi kkonstatata anke mir- reazzjonijiet tad-diversi għaqdiet rappreżentattivi tan-nies f'dan il- qasam.", "Imbagħad, biex ngħaqdu l-mija u biex inkomplu għaddejjin b'din il- politika ħażina ta' Gvern Laburista, li bl-effett tagħha dan is-settur kompla jaqla' daqqa ta' ħarta, kien hemm u għad hemm il-politika barranija ta' dan il-Gvern, li prattikament neħħa l-viżjoni li kellu pajjiżna.", "Il- politika barranija ta' dan il-Gvern ġegħlitu jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Min ma jafx ir-realtajiet ta' pajjiżna u ma jafx kif il-kumdita' jew l-opportuniżmu elettorali jistgħu jaħdmu fis-sistema tagħna, ma jkunx jista' jifhem kif pajjiżna, li kien wasal fit-tarf nett tat-triq li kien qabad u li kien fuq nett fuq il-lista tal-pajjiżi li kellhom isiru membri, f'daqqa waħda rtira u tefa' kollox ġewwa l-friża filwaqt li pajjiżi oħra Ewropej qed jitqatlu bejniethom biex ikunu minn ta' l-ewwel li jidħlu membri fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk jiena ma nlumx lil min ma jistax jifhem l-intriċċi tal-politika Maltija u l- isfond li fih saru ħafna wegħdiet elettorali mill-Partit Laburista.", "Il-viżjoni li Malta tkun parti mill-Unjoni Ewropea kienet tat ħajja ġdida lis-settur kummerċjali li kien qed jaħdem u jżomm ruħu biex ikun jista' jilħaq l-isfidi li tagħtih għażla bħal din.", "Fil-fatt, kif semma' diversi drabi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-iżvilupp u d-dinamiżmu fl-ekonomija li kien hawn fis-snin meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, kien ukoll fuelled milf-fatt li kulħadd kellu viżjoni ċara ta' fejn Malta kienet sejra.", "Illum din tneħħiet minn dan il-Gvern għax dan mhux biss m'għandux viżjoni ċara, talli qed jipproponi viżjoni konfużjonarja għall-aħħar għar- relazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ukoll qed ikollu effett fuq il-qasam kummerċjali għax id-deċiżjonijiet li n-nies lesti jieħdu qed jerġgħu jipposponuhom, qed jerġgħu jaħsbu dwarhom u qed jistennew biex jaraw x'se jiġri.", "Din hija l-istorja tas-settur kummerċjali f'pajjiżna matul din is-sena li ilu fil-gvern il-Malta Labour Party.", "L-aktar ħaġa li kkaratterizzat dan is-settur hija l-istennija ta' x'se jiġri; l-ewwelnett għaliex m'hemmx viżjoni ċara ta' x'jista' jiġri, u t- tieni nett għaliex il-Gvern kontinwament qed jibgħat messaġġi ta' nuqqas ta' fiduċja f'dan is-settur, liema messaġġi qed imorru kontra t-tkabbir tal-kummerċ.", "Fil-fatt illum għandna gvern griż, bla kulur u bla viżjoni u li nistgħu ngħidu li ġab il-mewt tal-politika għax assolutament ma jpoġġix dak li qed jagħmel f'qafas ta' programm b'viżjoni ċara imma minflok ħoloq ħafna inċertezzi u dubji dwar fejn sejjer mil-lum għal għada.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa li tagħmel ħafna ħsara.", "Żgur li dawn il-policies m'humiex se jkabbru l-qasam tal-kummerċ u probabbilment lanqas m'huma se jnaqqsu d-deficit, anzi qegħdin ipoġġuna f'sitwazzjoni fejn probbabilment id-deficit se jkompli jikber u l-istaġnar ta' l-ekonomija se jkompli jagħfas.", "Minflok ma l-Gvern qed juża t-tkabbir ta' l-ekonomija bħala mutur biex l-għejxien ikun aħjar, qed jispiċċa biex itellef lil pajjiżna s-sens kollu ta' fiduċja fih innifsu u qed jimxi b'politika ta' wait and see, politika li tneħħi d-dinamiżmu mill-ekonomija li ġġib magħha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali kbar u serji.", "Mr Chairman, meta wieħed iħares lejn il-qasam fiskali jinduna li wara li l-Gvern biddel it-taxxa tal-VAT għas-CET, bla dubju ta' xejn kellu l-biżgħa li l-bidla li għamel ma kenitx se tagħtih il-finanzji neċessarji biex ikun jista' jamministra u jmexxi l-programmi tiegħu bħala gvern.", "GĦalhekk dan il-budget ra taxxi ġodda li huma wkoll parti mill-government induced costs f'dan il-qasam tal-kummerċ, mhux taxxi marbutin mad-dħul u mat-tkabbir tal- kunsum fl-ekonomija bħal fil-każ tal-VAT imma taxxi li jimpinġu direttament fuq ir-riżorsi neċessarji għall-għejxien tal-bniedem.", "Dawn it-taxxi jimpinġu direttament ukoll fuq il-ħolqien tal-ġid ekonomiku għax huma taxxi fuq dawl, ilma u affarijiet neċessarji oħra u allura fuq l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Din hija xi ħaġa li l-Gvern daħal fiha għax beda jbagħbas is-sistema fiskali li kienet tagħmel sens u minħabba f'hekk spiċċa biex tħabbel fil-ħabel tiegħu stess u kellu bilfors joħloq taxxi oħrajn biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' dħul li ġie minn għażla ħażina politika li għamel fil-qasam fiskali.", "Huwa kompla jgħaffeġ din il-froġa u issa għamel taxxi li jimpinġu direttament fuq min irid joħloq il-ġid ekonomiku.", "Dawk in-nies li bilfors iridu jużaw l-elettriku fix-xogħol tagħhom, se jkollhom problemi enormi meta jiġu biex iħallsu l-kontijiet u għalhekk għad irridu naraw x'se jkun ir-riżultat ta' dan kollu.", "Bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni fejn hawn għafsa kbira fuq il-kummerċ u allura l-operaturi kummerċjali qed jagħmlu minn kollox biex f'din il-klima jippruvaw ma jmutux u jirrestrinġu l-ispejjeż li għandhom, pero' aktar ma jgħaddi ż-żmien irridu naraw mhux biss x'se jkun l-effett fuq il-kummerċ imma wkoll x'se jkun l-effett inflazzjonarju ta' dawn it-taxxi li qed jiġu ppreżentati lil dawn is-setturi li żgur ma kellhomx bżonn min jagħtihom daqqa oħra daqshekk qawwija meta diġa' jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet kbar.", "Biex ikompli jsaħħaħ l-atmosfera ta' fiduċja u l-atmosfera fejn l- industrijalist u l-businessman iħoss ruħu komdu li jopera u jżid l- investiment tiegħu, dan il-budget qed jippreżentalna vroma oħra ta' l- introduzzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-assi kapitali, li tagħtik impressjoni ta' old Labour in new bottles u mhux ta' new Labour.", "Kif qal wieħed mill- membri min-naħa tal-Gvern f'artiklu li kiteb - qed nirriferi għall-Onor.", "Lino Spiteri - din il-miżura ma kenitx neċessarja, anzi kienet żejda u fil- fatt ħsara biss tista' tagħmel u ftit tista' tagħmel ġid.", "Ċertament li dan il-pass stajna għaddejna mingħajru għax ngħid għalija dan huwa żball li jkompli joħloq l-inċertezza u jkompli jdaħħal il-flieles f'ras in-nies.", "Tagħna hija ekonomija partikolari u dan huwa pajjiż żgħir fejn kull deċiżjoni li jieħu l-gvern ikollha effett qawwi fuq kif il-pajjiż jaġixxi ekonomikament.", "Huwa importanti li kull gvern joqgħod attent għal kull deċiżjoni li jieħu għaliex kull deċiżjoni li jagħmel, kemm jekk hija suġġerita minnu, kemm jekk hija suġġerita mill-burokrati, kif ukoll jekk hija suġġerita mill-ħassieba politika, ikollha effett immedjat u ħafna drabi tkun ta' ħsara dejjiema.", "Mr Chairman, biex inkomplu nżidu ma' atmosfera bħal din kien jonqos the cherry on the cake.", "Din kienet li f'sena waħda dan il-Gvern irnexxielu, to top it all, iġib instabbilta' politika f'dan il-pajjiż bil-ġlied u l- litigar li qed isir apertament bejnu u deputat tiegħu stess.", "Wara li stennejna biex naraw x'se jiġri mill-ħofor, wara li stennejna x'se jiġri mis-CET u wara li stennejna l-budget, issa l-qasam kummerċjali qed jistenna wkoll biex jara x'se jiġri minn din l-istorja ta' instabbilta' politika.", "Dawn huma kollha żbalji politiċi li ċ-ċittadin qed iħallas prezz wisq għoli tagħhom u l-Gvern għandu jagħmel minn kollox biex ibiddilhom u jegħlibhom.", "Il-kummerċ sab il-mewt fi żmien qasir ħafna u l-kummerċjanti kollha jinsabu nkwetati u nċerti dwar il-futur tagħhom għax kull qasam staġna b'mod mill- aktar drammatiku fi żmien record.", "Sabiex pajjiżna jimxi 'l quddiem huwa mportanti li jkollna stabbilta' politika u li l-ġlieda li għaddejja bħalissa tirrisolva malajr.", "Illum, wara sena, il-poplu qiegħed jipponta subgħajh lejn dan il-Gvern u qiegħed prattikament jgħidlu li s-sitwazzjoni li ninsabu fiha hija ċertament bil-maqlub ta' dak li kien wiegħed fil-programm elettorali \"Iċ- Ċittadin l-Ewwel\".", "Waħda mill-affarijiet li l-Partit Laburista kien wiegħed fil-programm elettorali kienet li t-taxxi ndiretti ma kenux se jolqtu l-konsum essenzjali.", "Din hija xi ħaġa li ddaħqek meta tiftakar fit- taxxi li għażel li jagħmel dan il-Gvern.", "Meta tiġi biex tagħmel politika fiskali ikollok diversi għażliet u dan il-Gvern għażel li jolqot il-konsum essenzjali li jaffettwa l-ħajja personali tan-nies.", "Dan inaqqas mil- likwidita' li għandhom il-households u jaffetwa wkoll il-qasam kummerċjali direttament għax iżid il-government induced costs għal kull min jopera f'dan is-settur.", "Din il-politika hija riżultat ta' l-għażliet ħżiena ta' dan il-Gvern u hemm bżonn li tieqaf għaliex qed tagħmel ħsara kbira lil pajjiżna.", "Il-Gvern m'għandux ikompli miexi fit-triq tas-suppervja intelletwali li saret tiddistingwih imma għandu mill-aktar fis jirranġa dawn l-iżbalji li għamel.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Chairman, ftit tal-ġimgħat ilu tkellimna fuq il- Korporazzjoni Enemalta - fil-fatt din kienet l-unika korporazzjoni li lħaqna ddiskutejna qabel il-budget - u biex ma nirrepetix dak li diġa' ntqal se nitkellem dwar l-iżviluppi li seħħew f'dawn l-aħħar ġranet.", "Se nitkellem fuq dak li żgur huwa l-aktar attwali u li jinteressa lil kulħadd, jiġifieri l-mod li bih dan il-Gvern irid isolvi l-problemi finanzjarji ġenerali li għandu, speċjalment dawk li għandha l-Korporazzjoni Enemalta, billi jgħaddi l-kontijiet fuq il-poplu kollu mingħajr ebda distinzjoni ta' xejn.", "F'Ottubru li għadda jien kont staqsejt x'deċiżjoni kien beħsiebu jieħu l- Gvern rigward it-tariffi tad-dawl.", "Dakinhar emmint ir-risposta li tani l- Ministru fejn qal li jekk jiġu aċċettati r-rati l-ġodda, l-impatt fuq l- oqsma kollha tas-soċjeta' Maltija jkun l-inqas possibbli.", "Żgur li statement bħal dan illum ma jistax jitwemmen.", "Saru kalkoli minn ħafna sorsi differenti, fosthom nies li m'għandhomx bias politiku, jiġifieri dawk li ma jxaqilbu lejn l-ebda naħa, u nstab li anke l-aktar rati konservattivi jindikaw żieda ta' 50% u dan biex ma nsemmix dawk li qed ikunu kkalkolati bħala żidiet ta' 2,000%.", "Żgur li fit-totalita' taż- żidiet, plus dawk ta' l-ilma u tad-drenaġġ, hawn kor ta' tgergir liema bħalu.", "Hawn għagħa kbira, kemm barra kif ukoll ġewwa l-Parlament.", "Anzi nasal biex ngħid li hawn maġġoranza eletta li ma taqbilx mat-tariffi kif suġġeriti mil-Gvern.", "Proprju din iż-żieda fl-elettriku serviet ta' kurrent li xegħel il-miċċa tas-sitwazzjoni esplussiva li għandna fil-pajjiż.", "Il- kliem li ingħad f'dawn il-ġranet, mhux fil-gazzetti u fil-media biss imma anke fost il-ħaddiema - kulħadd jaf li jien naħdem f'distrett fejn il- Partit Laburista hu l-aktar segwit - kien li l-budget kissirna, farrakna u se jaħleb iż-żgħir, li m'għandu mkien mnejn jiskappa.", "Huwa f'dan is-sens li dan il-budget m'huwiex aċċettabbli għall-poplu Malti kollu u nispera li f'din il-Kamra jkun hawn il-maġġoranza ta' deputati eletti li jdawru l-kors ta' dan il-budget, u m'iniex qed nirreferi biss għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Enemalta.", "Meta wieħed iħares lejn id-deficit nazzjonali tal-gvern, tkun xi tkun il- problema, ma jistax iħares biss lejn korporazzjoni jew dipartiment tal- gvern waħdu.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa l-ewwel żball li qed jagħmel dan il-Gvern għax hu spara għal saqajh meta ried jiġri u issa lanqas jimxi ma jista'.", "Kif tista' ssolvi l-problema tad-deficit meta neħħejt il-VAT li kienet bdiet tindara u daħħalt is-CET minflokha?", "Kif tista' ssolvi l- problema finanzjarja billi tagħmel sena sħiħa tibki xortik li tlajt fil- gvern, twaħħal biss f'ta' qablek, titkellem b'lingwa negattiva u ħlief ħofor 'l hawn u 'l hinn ma ssemmix?", "Min iħares lura jista' jimxi 'l quddiem?", "Jekk il-VAT kienet taxxa nġusta u bla bżonn, mela x'inhuma dawn it-taxxi fuq in-natura tagħna lkoll?", "Qed nirriferi għad-dawl, ilma u drenaġġ.", "Taħsbu li dawn huma l-aktar taxxi ġusti?", "M'hemmx alternattivi għalihom?", "Dan huwa l-bidu ta' nuqqas ta' kwalita' tal-ħajja fil-livelli kollha.", "Dan il-budget huwa lotterija ġdida negattiva, snowball ġdida, fejn se jkun hemm l-effett domino u fejn aktar nies li jiddependu fuq is- servizzi soċjali se jġorru l-piż finanzjarju b'dawn it-taxxi diretti li se jkollhom effett fuq l-għoli tal-ħajja.", "L-ilma, id-dawl u d-drenaġġ m'humiex essenzjali għall-ħajja?", "X'hemm aqwa minn dawn is-servizzi?", "Issa nagħmlu taxxa fuq l-arja wkoll!", "Dan mhux għoli tal-ħajja par excellence?", "Ħalli ngħaddi issa biex nitkellem dwar xi kalkoli li ħadd għadu ma merihom.", "Mr Chairman, it-tariffi l-ġodda se jissarfu f'żidiet sostanzjali għall- familji tagħna u jien ħdimthom fuq kontijiet attwali.", "Nieħdu, per eżempju, familja ta' erba' persuni li llum qed tikkonsma 1,000 unit ta' elettriku u tħallas Lm23 kull erba' xhur.", "Dan se jsir prezz \"modern\" ta' Lm34 - u dan mingħajr ma nieħdu in konsiderazzjoni ż-żieda fuq il-meter - jiġifieri żieda ta' 50%.", "Jekk din il-familja llum tikkonsma 2,700 unit ta' elettriku, jiġifieri aktar mid-doppju li tikkonsma l-ewwel familja li semmejt, waqt li llum din tħallas Lm64 kull erba' xhur, il-prezz \"modern\" se jitla' għal Lm117, jiġifieri żieda ta' 80%.", "Tajt dan l-eżempju għax anke f'dan il-każ jidher ċar li ż-żgħir proporzjonalment se jġorr aktar minn dak li jikkonsma iżjed, jiġifieri kull naqra dawl żejda li jikkonsma min jiflaħ iħallas tiswa' inqas minn dik in-naqra dawl żejda li jaħli min jikkonsma inqas dawl u li x'aktarx ikollu dħul inqas.", "Din m'hijiex ġustizzja soċjali għax din hija taxxa diretta fuq servizz li ħadd ma jista' jgħaddi mingħajru, inkluż il-pensjonant.", "Jekk nieħdu koppja anzjana li qiegħda fuq l-għajnuna soċjali u naraw x'ħallset qabel il-5 ta' Novembru u x'se tħallas issa bil-miżuri tal-budget insibu li jekk qabel kienet tirċievi kont ta' Lm9 għal 500 unit, issa dan se jsir Lm12.50, żieda ta' aktar minn 40%.", "Jekk qabel il-kont kien ta' Lm11 għal 600 unit, dan issa se jsir aktar minn Lm15, żieda ta' 43%.", "Filwaqt li kont li qabel kien ta' Lm13 għal 700 unit ta' elettriku, issa se jsir Lm19, żieda ta' 'l fuq minn 45%.", "X'ingħidu mbagħad għall-industrija li ġiet milquta bil-goff, b'żieda ta' 14% fir-rati tad-dawl.", "Id-differenza bejn it-tariffa ta' bil-lejl u dik ta' bi nhar għall-industrija hija biss ta' żewġ milleżmi u dan żgur li m'huwiex inċentiv biżżejjed biex iħajjar bis-serjeta' lill-industrija biex topera bil-lejl.", "Jiena ma naqbilx li m'hemmx alternattiva għal dan kollu.", "Dawn ir-rati setgħu ma kenux għoljin daqshekk u l-Gvern seta' ntaxxa servizzi u oġġetti mhux daqstant essenzjali fuq il-prinċipju ta' tassazzjoni fuq il-konsum, b'tali mod li jolqot l-aktar lil min jiflaħ u li jista' jinġabar b'aktar mod prattiku.", "Jekk inħarsu lejn l-estimi ta' l-Enemalta nsibu li għas-sena finanzjarja li għalqet f'Settembru 1997 - 11-il xahar minnhom taħt il-Gvern Laburista preżenti - id-dħul kien ta' Lm117 miljun u n-nefqa rikorrenti kienet ta' Lm127 miljun, jiġifieri żbilanċ ta' Lm10 miljun.", "Jekk dan tqabblu mas-sena finanzjarja li għalqet f'Settembru ta' l-1996, li kienet l-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista, issib li l-iżbilanċ kien ta' Lm5 miljun.", "X'ġara, Mr Chairman?", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru xi spjega jagħti għal dawn il-figuri.", "Dawn mhux jien ivvintajthom imma joħorġu minn paġna 350 ta' l- estimi ta' din is-sena u minn paġna 346 ta' l-estimi tas-sena l-oħra.", "Għaliex id-deficit fuq ir-rikorrent fl-ewwel sena taħt Gvern Laburista rdoppja minn Lm5 miljun għal Lm10 miljun?", "Dan huwa riżultat ta' effiċjenza u ta' tmexxija moderna u trasparenti?", "Fuq liema kriterji nħaddmu r-rati l-ġodda tat-tariffi?", "X'kienu l-konsiderazjonijiet soċjali u ndustrijali?", "Mr Chairman, jien naħseb li jekk aħna nagħmlu environment impact assessment biex naraw kif se jintlaqtu l-pjanti, il-ġebel, is-siti arkeoloġiċi, il-bebbux u annimali oħrajn, għandna naraw minn qabel x'se jkun l-impatt fuq Ċikku l-poplu minħabba din iż-żieda fir-rati tad-dawl.", "Fl-aħħarnett, biex żgur nitfgħu l-melħ fuq il-ferita, il-Prim Ministru qalilna li xorta m'aħniex se nsolvu d-deficit, anzi qalilna li dan se jiżdied u f'dan ir-rigward il-Ministru responsabbli mill-Enemalta tana stampa mill-aktar ħażina għat-tliet snin li ġejjin.", "Nafu x'aħna ngħidu?", "Nafu x'aħna nagħmlu?", "Dak li rriferejt għalih japplika bl-istess qawwa ta' l-argument għall-gass, għall-pitrolju u piżijiet oħra fil-qasam ta' l- enerġija.", "Nixtieq li l-Ministru jispjega r-raġuni għal ħafna kontradizzjonijiet li jinsabu fl-Enemalta.", "Kif niftaħru li l-Enemalta naqqasnilha dawk il-miljuni kollha li kienet iddaħħal mill-VAT u li l- unaccounted for losses niżlu minn 17% fl-1995 għal 8% din is-sena meta mbagħad mhux talli ma naqqasniex id-deficit f'din l-intrapriża parastatali talli dan se jkompli tiela'?", "Kif qed nipproteġuh lill-konsumatur?", "S'issa jidher li l-Enemalta qed tagħti lip service biss.", "Skond ir-rapport ta' l-Ombudsman, dan ix-xahar stess il-konsumatur xorta waħda se jibqa' minn taħt meta jiġi biex jieħu l- kumpens wara li ssirlu ħsara fl-apparat elettroniku tiegħu meta jkun hemm voltage surge.", "Jiddispjaċini ngħid li s-suġġeriment li hemm fil-budget rigward l-użu ta' l-enerġija solari jammonta għal gimmick ħadra - naturalment f'sens ekoloġiku - għax jidhirli li ma saret l-ebda konsultazzjoni serja ma' min jifhem f'din il-materja u s-suġġerimenti li ilhom isiru għal bosta snin lanqas biss ġew ikkonsidrati.", "Dan ġie wkoll irrapportat f'\"The Sunday Times\" tas-16 ta' Novembru.", "Fl-opinjoni tiegħi dan il-budget għamel farsa bis-slogan \"Iċ-Ċittadin l- Ewwel\", li bih il-Malta Labour Party rebaħ l-elezzjoni.", "Dan is-slogan fih żewġ kelmiet, l-ewwel kelma \"iċ-ċittadin\" u t-tieni kelma \"l-ewwel\", u proprju dan li ġara għax qegħdin jinqalbu l-prijoritajiet.", "Il-Gvern qed jgħid li l-ewwel prijorita' tiegħu hi li jissana l-finanzi pubbliċi meta bil-kejl tiegħu stess diġa' qed jgħid li mhux se jasal.", "Dan il-budget se jiftaħ beraħ is-saffi tan-nofs u t'isfel tas-soċjeta' Maltija, se jitfa' lura eluf ta' familji Maltin li f'disa' snin u nofs taħt Gvern Nazzjonalista kienu ntrefgħu xi ftit 'il fuq lejn il-klassi tan-nofs, almenu f'dak li huwa income.", "Pass wara pass, Gvern Laburista ġdid daħħalna f'impass mhux biss minħabba l-kriżi politika u l-mod kif qed jiġi mgħoddi dan il-budget li huwa forma ta' force feeding, imma fuq l-istess ideat u ħsebijiet ta' kif pajjiżna jista' u għandu jerġa' jieħu r-ruħ, inkluża dik soċjali.", "Jekk noqogħdu nistennew biex naraw kif in-nies se jintlaqtu bit-tariffi l-ġodda - bħaż- żarmar fin-negozju minħabba żieda fl-ispejjeż, nuqqas ta' kummerċ, instabbilta' politika, qgħad u għoli tal-ħajja - se nkunu qisna qed nesperimentaw fuq il-fniek ta' l-Indi.", "Hekk qed jiġi ttrattat iċ-ċittadin li suppost jiġi l-ewwel, bħall-fniek ta' l-Indi!", "L-ewwel naraw kemm se jgorr u mbagħad immelsuh wara s-swat li jkun qala'.", "Sur President, xogħol l-Oppożizzjoni huwa li tiftaħ l-għajnejn, turi x'qed jiġri u tipprova tantiċipa x'se jiġri.", "Jekk il-Gvern dan isejjaħlu tixwix u ma jeħdux bħala kritika analitika u kostruttiva, allura aħna se nkomplu nxewxu basta ngħidu l-verita'.", "Fl-aħħar iż-żejt jitla' f'wiċċ l-ilma.", "L-importanti hu li jkollok iż-żejt u li jibqagħlek l-ilma!", "Fid-dinja moderna u trasparenti li qed jibnulna tan-naħa l-oħra xejn ma tista' tieħu for granted!", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Mr Chairman, quddiemna llum għandna dibattitu dwar il-budget tal-kuraġġ.", "Il-Prim Ministru fl-intervent tiegħu fil- mozzjoni biex ngħaddu għal Kumitat ta' Provvista, iddeskriva dan il-budget bħala wieħed ta' kuraġġ.", "Din qed jirrepetiha kull fejn imur u kważi wasalna biex nibdew nemmnuh.", "Qabel xejn jien nixtieq li nifhmu x'inhu dan l-att kuraġġuż għaliex aħna nassumu li meta wieħed jitkellem fuq kuraġġ ikun qed jagħmel atti li jwassluh x'imkien.", "Per eżempju, jekk jiena nara karozza ġejja lejja u biex nitkessah naqbeż quddiemha, min jarani jgħid li jien miġnun u mhux kuraġġuż.", "Jekk min-naħa l-oħra jiena nara xi tarbija f'nofs ta' triq u naqbeż quddiem il-karozza biex insalvaha, dak ikun att ta' kuraġġ.", "Pero' ta' min wieħed jara jekk dan il-budget huwiex att ta' kuraġġ, jew forsi xi ħaġa oħra.", "Fil-kontest ta' l-ekonomija f'pajjiżna għas-snin li ġejjin, il-Gvern qed jiddeskrivi lilu nnifsu kuraġġuż għax se jikkumbatti d-deficit b'metodi u b'mezzi li jweġġgħu.", "Nafu wkoll li jeżisti dan il-famuż mostru - li bħall- Erskine May qiegħed fuq fomm kulħadd - li jgħidulu deficit u qed nagħmlu minn kollox biex nikkumbattuh.", "Naturalment m'hijiex l-intenzjoni tiegħi li nittratta l-qerq ta' din l-allegazzjoni għax jiena ċert li l-Onor.", "Dalli - li se jitkellem warajja - kif ukoll xi ħadd min-naħa l-oħra jaslu biex jitkellmu bl-istess mod, pero' nixtieq, anke għall-istorja, niċċara xi tliet punti.", "L-ewwelnett nixtieq ngħid li d-deficit li wiret il-Partit Nazzjonalista fl-1987 kien ta' Lm42 miljun - jew 7.7% tal-GDP - u dan fi żmien meta l- ekonomija kienet agunija.", "It-tieni nett, matul l-amministrazzjoni Nazzjonalista, ħlief fl-aħħar sena, dan id-deficit dejjem inżamm within manageable limits ta' bejn Lm30 miljun u Lm40 miljun, jiġifieri inqas minn kif kien sabu l-Partit Nazzjonalista meta ħa l-gvern f'idejh fl-1987 u kien biss proprju fl-1996, is-sena ta' l-elezzjoni meta deffes siequ l-Partit Laburista, li d-deficit sploda.", "Ir-raġunijiet għal dawn ġew ittrattati diversi drabi minn kelliema ta' din in-naħa u naħseb li l-Onor.", "Dalli jgħid xi ħaġa fuqha wkoll.", "Jiġifieri l-argument kollu li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien jonfoq u jberbaq il-flus ma jagħmilx sens u ma jsegwix.", "Irid jingħad ukoll li f'dan il-perijodu, jiġifieri ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, Malta nbniet prattikament mill-ġdid.", "L- infiq fl-infrastruttura kien enormi u allura anke l-infiq għandu jiġi eżaminat fil-kontest ta' dan.", "Naturalment minn dan gawda kulħadd, partikolarment is-settur privat, bl-investimenti li saru fl-infrastruttura, bil-politika ta' liberalizzazzjoni u bil-paċi industrijali u ċ-ċertezza li kien hawn.", "Imbagħad inbidel il-gvern u għall-ewwel darba l-gvern tal- ġurnata - l-istess gvern li għandu l-marda li jara l-ħofor - qed jissellef il-flus biex iħallas l-ispejjeż rikorrenti tiegħu.", "Dan qatt ma kellu għalfejn jiġri.", "L-ebda gvern qatt m'għamilha din.", "Il-gvern dejjem ġabar flus biżżejjed biex iħallas l-ispejjeż rikorrenti tiegħu, dawk l-ispejjeż li jżommu l-pajjiż għaddej kuljum.", "Mhux hekk biss, talli jekk ma niżbaljax, f'sena waħda ssellef daqs kemm issellef il-Gvern Nazzjonalista tul l-amministrazzjoni kollha tiegħu.", "Ħalli naraw xi jfisser dan għan- negozjanti.", "L-ewwelnett ifisser li l-Gvern qed jagħti sinjali ċari li m'huwiex f'pożizzjoni jew m'huwiex kapaċi jlaħħaq ma' l-ispiża ta' kuljum u qed jaqta' qalbu.", "Dan iwassal messaġġ fl-imħuħ tan-negozjanti li l-Gvern qed ifalli.", "Mhux biss, iżda l-argument tal-ħofor jikkontribwixxi bi sħiħ għall- istaġnar li hawn fl-ekonomija.", "Wieħed kien jistenna li wara li għamel sena sħiħa jeqred fuq il-ħofor, fejn seta' jara' b'għajnejh il-ħsara li ġab hu stess bid-diskors fil-vojt, il-Gvern kellu joħroġ budget li jnissel fiduċja fil-pajjiż, fin-negozjant, f'min jaħdem għal rasu u fil-konsumatur.", "Iżda l- Gvern baqa' għaddej joħlom bil-ħofor li bil-mod il-mod kulħadd sar jifhem li dawn ħoloqhom hu stess.", "Is-settur privat in ġenerali u dawk li jaħdmu għal rashom in partikolari, bħala l-mutur ta' l-ekonomija rikonoxxut miż- żewġ naħat ta' din il-Kamra, jiddependu fuq l-inċentivi tal-gvern u jistennew il-budget għax huwa strument importanti li l-gvern għandu f'idejh biex jixxpruna l-ekonomija.", "Iżda x'ġara?", "Ġara li ġie ppreżentat budget kattiv li għakkes lil kulħadd, partikolarment liż-żgħir.", "Fir- responsabbilta' tiegħi ta' kelliem għas-self-employed u għan-negozjanti ż- żgħar, ma nistax ma nikkummentax fuq l-effett negattiv li l-miżuri mħabbra se jkollhom fuq in-negozju.", "Illum għandna sitwazzjoni ta' staġnar - għadu kemm iddiskreviha b'mod tajjeb l-Onor.", "Frendo - fejn il-konsumatur qed jibża' jonfoq, l-investitur qed jibża' jinvesti u s-self mill-banek qed isir partikolarment għal restructuring ta' loans u mhux għal investimenti ġodda.", "Ma rridux ninsew li dan kollu qed isir fi żmien meta s-settur privat ħa dan il-famuż nifs ġdid.", "Mr Chairman, meta jiena qabel l-elezzjoni kont rajt dik l-istampa ħelwa ta' kopja żagħżugħa b'bukkett fjuri f'idejhom, bin-nannu quddiemhom u bil- kliem \"nifs ġdid għas-settur privat\", frankament ma fhimtx xi tfisser u għadni sal-lum ma nafx xi tfisser.", "Fejn qatt kont nobsor li dak il-messaġġ ma kienx ħlief wieħed minn sensila ta' qerq ta' partit li kien qed jipprova minn kollox biex jirbaħ il-voti!", "Aħna kuljum qed niltaqgħu ma' nies li waqgħu għall-propaganda u jgħidulna li ħadu nifs ġdid, pero' xtaqu li ma ħaduhx, jew inkella jekk dan huwa nifs ġdid ippreferew li jkollhom l- ażżma, bħalma ntqal lill-Onor.", "Brincat fil-programm \"Xarabank\" fuq it- televiżjoni.", "X'għamel dan il-budget għas-settur privat, partikolarment għaż-żgħir?", "GĦamel ħafna.", "Għabba lil kull negozjant, lil kull professjonist u lil kull min jaħdem għal rasu b'piżijiet li ma jiflaħx għalihom.", "Iż-żiediet fir-rati tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma splodew b'mod li ma jitwemminx.", "GĦan-negozjanti dan huwa piż li se jiġi rifless neċessarjament fil-prezzijiet tal-prodotti u servizzi u dan ibatih ukoll il- konsumatur, kif se jbati wkoll l-impożizzjoni ta' tariffa fuq id-drenaġġ, fuq liċenzji tal-vetturi, ħlasijiet ta' reġistrazzjoni u żidiet fil- premiums ta' assigurazzjoni fuq il-vjaġġi, fuq il-pitrolju u fuq l- ispirti.", "Dawn huma kollha piż fuq in-negozju daqskemm huwa piż insopportabbli għar-romol, għan-nisa tad-dar u għall-fqir.", "Mr Chairman, fl-aħħar mill-aħħar dan is-settur faqqruh.", "GĦaliex il-Gvern reġa' ħolom bid-dikjarazzjoni ta' l-assi kapitali jekk mhux biex inaffar lill-investituri u lil kull min wieġeb għas-sejħa tal-Gvern Nazzjonalista li jġib flusu minn barra?", "GĦalfejn saret it-taxxa ta' 15% fuq il-profitti tal-banek, meta fl-istess nifs il-Gvern qed iħajjar għal xi tip ta' privatizzazzjoni?", "Dan kollu għalfejn?", "Biex timlew il-ħofor?", "Din hija ħrafa oħra ta' min hu dilettant jikteb il-ħrejjef!", "Il-ħofra taħt dan il- Gvern - dan jgħidulna hu stess - se tikber għal Lm130 miljun.", "Allura tafu x'qegħdin tagħmlu!", "Hawnhekk niġi għall-eżempju li bdejt bih fil-bidu.", "Jien ma naħsibx li dan il-budget għandu jiġi deskritt bħala att ta' kuraġġ għaliex att li ma jwasslek imkien, anzi jwasslek biex tweġġa' biss, huwa att ta' ġenn u mhux ta' kuraġġ.", "Dawn huma miżuri ta' gvern li ma jafx minn fejn hu ġej u lanqas fejn hu sejjer, li ċaħad l-oriġini tiegħu, biegħ ruħu għal stil psewdo-maniġerjali u psewdo-modern u ma għarafx li bl-iskossi u bil-piżijiet tat-taxxi l-ekonomija mhux talli ma tfieqx talli tiċkien u tistaġna.", "Ħalli nsemmilkom xi wħud mill-inċentivi li lill-business se jqajmuh mir-raqda li qiegħed fiha bħall-bewsa tal-prinċep fi \"Sleeping Beauty\".", "Ejja nieħdu l-inċentiv favur l-użu ta' l-enerġija solari.", "Rajnih dan l-inċentiv?", "L-argument tal-Ministru kien li la issa għollejna l- kontijiet tad-dawl vale la pena li nixtru l-apparat għal enerġija solari.", "Ħalli nsemmi l-korporazzjoni għal-iżvilupp urban ta' Pembroke jew \"the charity begins at home corporation\".", "Irrid nispjega - għal min forsi xi darba jkun qed jaqra' dawn id-debates - li ftit tal-ġimgħat ilu qam kjass fil-pajjiż għax il-Malta Labour Party fil-gvern ta lilu nnifsu xi vantaġġi u ċeda d-drittijiet tal-gvern biex ikun jista' jinnegozja biċċa art f'Pembroke.", "Bħala inizjattiva għal dan fil-budget insibu li \"se jiġi assigurat b'mod aktar realistiku l-prezz ta' l-art.\"", "Ovvjament il-prezz ta' l-art jinkludi kemm dik l-art li se jittrasferixxi l-Malta Labour Party kif ukoll dik li għadu ma trasferixxiex.", "X'inizjattivi iżjed hemm?", "Qegħdin isemmulna \"a one-stop shop informative service\" għas-self-employed.", "Waqt li l-Onor.", "Gulia kien qed jitkellem fil-budget debate ta' Jannar, qal li s-segretarjat għas-self-employed twaqqaf biex ikun a one-stop shop.", "Kull problema li kellu jkollhom is-self-employed kellha tiġi ndirizzata lil dan is-segretarjat.", "Issa dan il-one-stop shop secretariat waqqaf a one- stop shop informative service.", "Jekk is-segretarjat kien il-one-stop shop imwiegħed, allura x'qed nagħmlu f'dan il-budget?", "Għalfejn one-stop shop ieħor?", "Kemm-il one-stop shop se nwaqqfu?", "Kemm se ndumu ntellgħu bżieżaq tas-sapun?", "Bil-pompa kollha qed inħabbru t-twaqqif ta' one-stop shop informative service li jibagħtek fil-one-stop shop parliamentary secretariat biex idawrek non stop mad-dipartimenti tal-gvern and to stop the shop!", "Fil-verita' aħjar naraw x'qed jagħmel dan is-segretarjat biex jiġġustifika l-eżistenza tiegħu.", "Is-segretarjat ħabbar xi rakkmandazzjonijiet ta' waħda mill-eluf ta' kummissjonijiet li twaqqfu taħt din l-amministrazzjoni.", "F'dawn ir- rakkmandazzjonijiet m'hemmx wisq x'tikkritika ħlief, fost l-oħrajn, waħda minnhom li ħawdet id-definizzjoni ta' \"self-employed\" billi rriferiet għalihom bħala \"benestanti\".", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Gulia qed jagħmilli sinjal li mhux hekk pero' jiena nirriferih għall-istqarrija li ħareġ hu stess.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-liġi tgħid hekk, allura s- segretarju parlamentari għas-self-employed kien imissu ġie msejjaħ \"is- segretarju parlamentari għall-benestanti\" u jekk il-liġi se ssir hekk għandu jinbidel l-isem.", "Meta lill-Prim Ministru kont staqsejtu x'inhi r- raġuni li dan is-segretarjat ingħatalu isem bl-Ingliż, qalli li għax l-isem huwa eleganti.", "Frankament ma nafx liema huwa l-aktar isem eleganti jekk hux \"benestanti\" jew \"self-employed\", pero' it-tnejn huma kliem importati f'pajjiżna u forsi wieħed jista' jagħmel xi tip ta' dibattitu dwar liema hu l-aktar isem eleganti.", "B'pompa kbira dan il-Gvern ħabbar ukoll skema ta' garanzija għal dawk in- negozji li ma jingħatawx self mill-banek minħabba li ma jkollhomx x'jagħmel tajjeb.", "Naturalment jiena kelli l-okkażjoni li nikkummenta dwar din l- iskema anke meta ġiet dibattuta f'dan il-Parlament u issa se ngħid biss li din ovvjament hija skema ta' l-MDC u mhux strettament tas-segretarjat; allura forsi m'huwiex il-lok li niddiskutuha hawnhekk.", "L-istess jista' jingħad għall-kwestjoni ta' l-għotjiet ta' l-artijiet għal garage industries u l-kwestjoni ta' l-IPSE, l-institute for the promotion of small enterprises, li huma proġetti li b'xi mod jew ieħor daħlu taħt dan is- segretarjat pero' huma ta' l-MDC u naturalment tal-ministeru ta' l- industrija.", "Proprjament x'qed jagħmel dan is-segretarjat?", "Tant hu minnu s-suspett li daħalli li dan is-segretarjat ma tantx għandu x'jagħmel, naturalment oltre l-propaganda, li fil-mission statement - f'paġna 148 ta' l-Estimi - mar-responsabbiltajiet tiegħu żiedulu l-funzjoni ta' watchdog fuq il-konsumatur.", "Fil-fatt fil-budget speech insibu dan il- kliem:", "\"... to create awareness among consumers on how to exercise their rights and educate and inform them how to obtain value for money\".", "Jien frankament nistqarr li din għadni ma ħsibtx biżżejjed dwarha - jista' jkun li qed nantiċipa u forsi ma nkunx korrett - u nifhem li fit-teorija forsi jista' jkun hemm vantaġġi li jkollok persuna li tibbilanċja l- interessi tas-self-employed ma' l-interessi tal-konsumatur, imma fil- verita' se jintlaħaq l-iskop propagandistiku li għalih twaqqaf is- segretarjat?", "Naħseb li huwa diffiċli li tipproġetta lilek innifsek bħala l- bully tas-self-employed u fl-istess ħin tkun il-bully tal-konsumatur.", "Din proprjament m'hijiex biċċa tiegħi u forsi jkun aħjar kieku wieħed kellu jirriferiha lil Phil Noble, jekk kemm-il darba dan jerġa' jiġi mistieden biex jippjana l-kampanja li jmiss għall-partit fil-gvern.", "Jekk jiġri hekk nawguralu biex apparti li jippjana kif tista' tirbaħ l-elezzjoni bil-qerq u tbellagħha lin-nies, jippjana wkoll kif wieħed għandu jiggverna għax frankament naħseb li korrejna bl-ikrah.", "Mr Chairman, lanqas fl-agħar żmenijiet tas-snin sebgħin u tmenin taħt amministrazzjoni Laburista ma rajna daqshekk taqtigħ il-qalb fost il- kummerċjanti, in-negozjanti u min jaħdem għal rasu.", "Dawn belgħu nifs ħażin u qed isibuha diffiċli biex jirkupraw minnu.", "Ma jidhirx li hemm tama qawwija għalihom u - kif inħobb ngħid jien - ma tantx jidher li hemm light at the end of the tunnel.", "Dawn qed jaqtgħu qalbhom.", "Il-pantomina u l- farsa li assistejna għaliha bil-bdil mill-VAT għas-CET għamlet il-ħsara u d- diskors interminabbli tal-ħofor ukoll għamel il-ħsara.", "Minbarra hekk, qisu ma saritx ħsara biżżejjed, il-Prim Ministru qed jitkellem dwar elezzjoni \"dalwaqt\".", "Jiena ngħid lill-Gvern biex ma jużax it-theddida ta' elezzjoni fil-vojt għax din se tkompli żżid l-inċertezza.", "Jekk għandu l-ġlied intern m'għandux jgħabbi lill-pajjiż bih għal skopijiet tiegħu għax il-pajjiż ma jiflaħx għal iżjed inċertezza.", "Jekk il-Prim Ministru jixtieq jieħu t-triq ta' l-elezzjoni għal raġunijiet tiegħu, bi privileġġ tiegħu, bi prerogattiva tiegħu, j'Alla jagħmilha, j'Alla jeżerċitaha, imma m'għandux joqgħod jhedded biha għax dak huwa perikoluż.", "J'Alla l-Prim Ministru jifhem li qabad ir-rotta żbaljata u j'Alla jitlaqha mill-aktar fis.", "Id-diżastru tal-Metalfond assorbejnih fil-ħofor li wiret il-Partit Nazzjonalista fl-1987 imma ma nafx kemm il-pajjiż jiflaħ jassorbi l-ħofor li qed jiġu kkreati taħt din l-amministrazzjoni.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, irridu nikkonċedu li dan il-Gvern ibbrilla f'ħaġa waħda għax kiser ir-record fil-ħolqien tal-kriżijiet li l- ebda gvern ma rnexxielu jagħmel f'daqshekk żmien qasir.", "Fl-ewwel sena tiegħu l-Gvern Laburista rnexxielu joħloq kriżi finanzjarja, kriżi politika, kriżi ta' identita' u direzzjoni u issa qed tlum fuq ix-xefaq kriżi ndustrijali.", "Dan il-Gvern mexa' fuq l-istess passi ta' gvernijiet Soċjalisti antiki u rnexxielu jgħaġġel it-taħbit tal-qalb tal-poplu Malti mhux kaġun ta' mħabba imma kaġun ta' l-inkwiet u l-frustrazzjoni li ġab fil- pajjiż.", "Erġajna ġejna f'sitwazzjoni fejn meta jiġu jżuruna n-nies minn barra jistaqsuna: Mela l-poplu Malti m'għadux jitbissem?", "U aħna bilfors ikollna ngħidulhom: Mela ma tafux li f'Malta reġa' għandna Gvern Soċjalista!", "Illum erġajna ġejna f'sitwazzjoni fejn il-pajjiż m'huwiex miexi u jinsab preokkupat ħafna - bħalma kien 10 snin ilu - kif se jissalvagwardja l-pożizzjoni li jinsab fiha u ma jitlifx milli għandu.", "Dan il-pajjiż ma jafx kif għandu jikkarga u jingrana biex joħloq il-ġid u jkun jista' jimxi 'l quddiem u jagħti passi ta' ġgant lejn is-snin li ġejjin għax għandu kriżi ta' identita' u direzzjoni.", "Fejn hu post il-poplu Malti llum, meta l-popli l-oħra ta' madwarna qegħdin jiskjeraw ruħhom fi blokki biex jissalvagwardjaw l-identita' tagħhom, is-swieq tagħhom u lilhom infushom?", "GĦandna gvern li qed jgħid lill-poplu Malti li postu m'hu mkien ħlief li jibqa' jxammem wara l-bieb ta' l-Ewropa.", "Dan wara li l-Gvern Nazzjonalista, b'ħafna taħbit, b'ħafna ostakli - mhux l-inqas minħabba ħafna dikjarazzjonijiet li kienu jsiru f'dan il-pajjiż - u b'ħafna problemi, irnexxielu jġib lil Malta f'pożizzjoni li bid-dritt tkun tista' l-ewwel waħda tibda tinnegozja fit- tkabbir il-ġdid li se jkun hemm fl-Ewropa.", "Illum għandna gvern li bl-aktar mod irresponsabbli, minħabba l-esiġenzi politiċi u elettorali tiegħu, qed jinsa x'inhu l-veru futur ta' pajjiżna u qed jinsa x'inhi verament l- istrateġija loġistika, ekonomika u politika li jrid juża u jagħmel għas- snin li ġejjin.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq kif se nirbħu l- elezzjoni ħames snin oħra imma qed nitkellmu fuq kif se jgħix il-poplu Malti ħamsin sena oħra.", "GĦandna bżonn nies kapaċi li jiddeċiedu aktar 'il bogħod mill-kaxxa tal-vot, li kapaċi jiddeċiedu 'l quddiem u jkollhom viżjoni ta' fejn irid imur dan il-pajjiż.", "Il-poplu Malti spiċċa mingħajr għan, mingħajr riga ta' kejl, ma jafx kif għandu jorganizza lilu nnfisu u l-azjendi tiegħu.", "Jinsab indeċiż dwar ċerti spejjeż li jrid jassumi biex itejjeb il-kwalita' ta' servizzi, ta' standards u ta' makkinarju, biex ikompli jimbotta bħalma kien jagħmel fl- aħħar snin sabiex l-azjenda tiegħu tiġi identifikata bħala waħda ta' kwalita', bl-ISO 9000 u bl-ISO 9002.", "Fi żmienna kulħadd kien tellieqa waħda biex ikollu ċ-ċertifikat ta' kwalita' għax kien jaf li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kienu se jinfetħulna l-bibien beraħ għal suq ta' 300 miljun ruħ minflok suq ta' 300,000 ruħ.", "Il-poplu m'għadx għandu targets.", "Fiex jista' jsir l-investiment f'pajjiżna?", "Basta noqogħdu b'ħafna clichès u b'ħafna kliem mitfugħ bl-adoċċ li se jiġi aktar investiment u li l-investituri qed iħarsu aktar lejna għax Malta issa qiegħda barra l-Ewropa!", "Jien nisfida lil xi ħadd sabiex jgħidli x'investiment ġej lejn Malta għax m'aħniex fl-Ewropa.", "Dawk li riedu jiġu Malta għax m'aħniex fl-Ewropa setgħu ġew ħafna snin ilu u setgħu jiġu sal- lum.", "Min ġej biex jagħmel prodott jew jagħti servizz f'Malta għax m'aħniex fl-Ewropa?", "F'pajjiżna hawn kriżi politika li ma nħolqitx b'kumbinazzjoni iżda bir-ras iebsa u b'kumpless Narċisista li jkollu bniedem li jrid jeqred lil kull min jheddidlu l-pożizzjoni tiegħu u li ma jittollera lil ħadd li jikkompetilu għas-supremazija.", "Kif spjega tajjeb sieħbi l-Onor.", "George Hyzler, is-sitwazzjoni ta' mishandling min-naħa tal- Gvern ħolqot kriżi kbira u żammet lura kull ħsieb ta' progress f'pajjiżna.", "Il-Partit Soċjalista fil-gvern m'hux kapaċi jimmaniġġja lilu nnifsu u jsolvi l-problemi nterni tiegħu u allura dawn mill-ewwel jiżbruffahom u jgħabbihom fuq il-poplu bl-effetti negattivi li jġibu magħhom.", "Donnu li dan il-Gvern ma jimpurtahx mill-effetti negattivi u fil-verita' ma nafx kemm jinteressah u kemm jagħti kas ta' xi tfisser li toħloq kriżi politika fil-pajjiż.", "M'iniex qed nirriferi għall-problema li l-pajjiż jinsab għaddej minnha llum - kulħadd jaf li n-nies qed jaħsbuha jekk fil-Milied li ġej jonfqux tant flus kif imdorrijin jagħmlu f'rigali - imma għall-fatt li l-Gvern illum poġġa fi kriżi l-eżistenza ta' dan il-pajjiż.", "Jien niftakarni għal bosta snin inbigħ lil pajjiżna għal investiment barrani u waħda mill-problemi kienet tkun jekk il-gvern tagħna, b'maġġoranza ta' wieħed, kienx wieħed stabbli.", "Dażgur li kien stabbli!", "Ara kemm-il gvern kellna b'maġġoranza ta' wieħed!", "Ara kemm-il gvern għamel ħames snin b'maġġoranza ta' wieħed!", "Mur għidha llum din wara dawn it- teatrini fil-Parlament u wara dan il-ħafna kliem fil-vojt li qed ikollna fil-pajjiż!", "Tlifna din il-possibbilta' u għarraqna ħafna aktar il- possibbilta' ta' investiment f'pajjiżna.", "Din hi r-realta'.", "Ħloqna kriżi finanzjarja; anzi mingħajr tlaqliq ngħid li ħolqu kriżi finanzjarja u issa drajnihom iparlaw fil-vojt fuqha.", "Kemm se jdumu jinħbew wara parventi!", "Kull problema li jkun hawn fil-pajjiż m'hijiex tagħhom.", "Daqqa jwaħħlu f'dak u daqqa jwaħħlu fl-ieħor, daqqa tort ta' nies minn Malta u daqqa tort ta' nies minn barra.", "Iqabbdu lil xi ħadd jagħmel rapport u jinħbew warajh biex taparsi qegħdin jagħmlu l-affarijiet li qed jgħidilhom hu.", "Alla jbierek qatt m'hu tort tagħhom!", "M'humiex kapaċi jerfgħu r-responsabbilta' ta' l-ebda deċiżjoni għax jafu li m'humiex kapaċi jiggvernaw, m'humiex kapaċi jmexxu fl-ebda sitwazzjoni u issa li qegħdin fil-gvern irrealizzaw li l-pajjiż ma tmexxihx billi toqgħod tiċċassa lejn il-problemi.", "Il- problemi għandek tidentifikahom, tanaliżżahom u ssolvihom waħda wara l- oħra.", "M'għandniex noqogħdu niskantaw għax ikollna xi problema.", "Il-ħajja ta' kuljum tibda bil-problemi, minn mindu jisbaħ!", "Dażgur li jkollok il- problemi meta tiġi biex tmexxi pajjiż!", "Pero' irid ikollok l-istoffa li tkun kapaċi teqfilhom u tirbaħhom.", "Huwa dan il-Gvern li ħoloq kriżi finanzjarja.", "Jiena kemm-il darba għidt li fl-ewwel budget tiegħu dan il-Gvern iffabbrika deficit ta' Lm110 miljun għax fl-1996 kien hemm dħul li ma wrewhx biex ikunu jistgħu juruh fis-sena ta' wara.", "Kienet deċiżjoni tal- Gvern li jagħmel budget insostenibbli b'deficit ta' Lm110 miljun.", "Fil- verita' dak il-budget ma kellux ikollu deficit ta' aktar minn Lm50 miljun u dan għal raġunijiet ta' darba.", "Nista' ngħid li konna wasalna fl-aħħar tal- proċess aġġustamenti fis-salarji u fil-pensjonijiet - fil-fatt kienu ħafna dawk li bbenefikaw minn dawn l-aġġustamenti - u huwa għalhekk li dak il- budget kien tela' daqshekk u hawn nista' nikkonferma li konna diġa' bil- ħsieb tal-miżuri li kellhom jittieħdu.", "Għal finijiet politiċi tiegħu dan il-Gvern għażel li jitfa' lill-pajjiż fi kriżi finanzjarja u din għadu ma ħariġx minnha.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax issa qegħdin naraw li d- deficit sena wara l-oħra qiegħed dejjem jikber.", "Mela s-sena l-oħra bdew bi programm ta' tliet snin biex il-budget itaffuh u issa qegħdin naraw li din is-sena se jkollna deficit ta' Lm125 miljun, u waqt li dejjem jgħidulna li jridu jtaffu din il-problema, qegħdin jgħidulna li d-deficit għas-sena d- dieħla se jkun ta' Lm134 miljun!", "Fil-budget hemm ċerti affarijiet li jiena ma nistax nifhimhom, fosthom dwar x'ġara mill-Malta Shipbuilding u għalhekk nixtieq nistaqsi lill- Ministru x'ġara hemmhekk.", "Aħna konna nagħmlu budgeting ta' bejn l-Lm4 miljun u Lm6 miljun f'sussidju għall-Malta Shipbuilding.", "Dawn x'sar minnhom?", "Il-Malta Shipbuilding sparixxiet?", "Le ma sparixxietx għax jekk tfittex issib li waqt li qegħdin ngħidu li għal din is-sena li ġejja lill- Malta Shipbuilding m'aħna qed nipprovdulha xejn mill-budget, fil-verita' se niffinanzjawha minn fond ieħor tal-gvern, dak li nsejħulu below the line.", "Kulma qegħdin nagħmlu huwa li qegħdin nitfgħu dawn l-Lm4 miljun f'below the line account - biex ma jidhrux bħala parti mid-deficit li għandu l-Gvern - u qed ngħidu li se nistennew ħalli naraw kif se jmorru l-affarijiet.", "Il-Ministru responsabbli mill-finanzi issa ħabbar miżura oħra brillanti fejn qal li tant huma serji li m'humiex se jagħmlu supplementary estimates aktar.", "Mur obsor!", "Ara s-supplementary estimates huwiex sempliċement eżerċizzju amministrattiv li kull ċifra li tidher fih riedet qabel l- approvazzjoni tal-ministeru tal-finanzi!", "Minflok ġie hawnhekk idoqq it- trumbetti u jipprova jbellagħha lin-nies kemm il-Gvern tiegħu huwa serju u kemm se jikkontrolla l-affarijiet, seta' faċilment qal lin-nies fil- ministeru tal-finanzi li m'hemmx aktar virements li ma kenux budgeted.", "GĦaliex qed ngħid hekk?", "Għax il-Gvern se jiġi f'pożizzjoni li bilfors ikollu jagħmel virements.", "X'se jagħmel il-Prim Ministru jekk il-Malta Shipbuilding se jkollha bżonn il-flus?", "Se jgħidilha biex tagħlaq għax hu laħaq qal li m'hemmx supplementary estimates?", "Se nerġgħu niġu għall- istess stejjer antiki ta' meta konna nagħmlu l-liġijiet, naraw b'liema rati se nissellfu u mmorru għand in-nies u ngħidulhom li minħabba dak li tgħid il-liġi ma nistgħux nissellfu aktar minn 3%?", "Imbagħad in-nies got wise to it u darba qalulu: Mhux int għamiltha l-liġi, neħħiha!", "Din hija r- realta' tal-gimmicks li qed ikollna.", "Tkellmu ħafna fuq il-ħofor.", "Jiena mhux fuq il-ħofor nixtieq nitkellem imma fuq id-dagħbien li kien sab Gvern Nazzjonalista fil-kwalita' tal-ħajja tal-poplu Malti.", "Niftakruh il-vit bla ilma?", "Niftakruhom it-toroq mudlama?", "Niftakruhom l-ixkafef vojta?", "Niftakruhom in-nies bla xogħol?", "Niftakruh ix-xogħol b'dixxiplina militari u b'nofs paga?", "Niftakruh ix-xogħol b'nofs ġimgħa?", "Niftakruhom l-iskejjel ma jiftħux?", "Niftakruha s-sistema tat- telekomunikazzjoni bl-iStrouger li kienet tħammrilna wiċċna mad-dinja kollha?", "Niftakruha vojta l-Universita'?", "Dawk kienu ħofor, ħofor fil- kwalita' tal-ħajja tal-poplu Malti!", "Il-Gvern Nazzjonalista ħa l-pass kuraġġuż tar-riskju.", "Dak hu l-kuraġġ, mela li tgħaddi l-problemi tiegħek lil ħaddieħor!", "Il-kuraġġ huwa li tieħu d-deċiżjoni u tgħid: Jiena rrid pajjiż ta' kwalita', li fih il-poplu Malti se jgħix komdu u se jgħix fuq l- istess livelli ta' pajjiżi u popli oħra żviluppati.", "Għalhekk aħna fil-bidu bdejna b'tama u b'fiduċja sħiħa fil-poplu Malti u għidna li l-pagi se jiżdiedu għax il-ħaddiem Malti ma setax ikompli bil-friża sfurzata tort il- falliment ta' gvernijiet Soċjalisti ta' qabel.", "U l-pagi żdiedu.", "Wieħed jista' jara li l-pagi tal-ħaddiema tal-gvern biss żdiedu b'madwar Lm70 miljun fis-sena - qed taraw fejn berbaqnihom il-flus! - u jekk ma' dawn ngħoddu kumpanniji parastatali nsibu li din iċ-ċifra titla' għal Lm100 miljun fis-sena.", "Issa ma naħsibx li hawn xi ħadd li jista' jgħid li l- ħaddiema tal-gvern huma mħallsin iżżejjed.", "Ma naħsibx li hawn xi ħadd li jista' jgħid li l-ħaddiema tal-gvern, mill-kbir saż-żgħir, meta tikkomparahom ma' l-impjegati fis-settur privat - u llum erġajt ġejt aġġornat bil-pagi li jieħdu - huma mħallsin iżżejjed.", "Mur ġibhom jieħdu n- nofs ta' dak li llum qed jieħdu, kif fil-fatt kienu jitħallsu qabel m'għamilna r-riformi li għamilna fis-settur pubbliku!", "Dak huwa t-tberbiq li jakkużawna bih!", "Aħna għidna li l-pensjonanti ma jistgħux jibqgħu lura u għalhekk żidna l- pensjonjiet b'Lm122 miljun fis-sena.", "Dak kien it-tberbiq ta' Gvern Nazzjonalista!", "Mela aħna lill-pensjonanti tagħna se nħalluhom fil-friża, bħalma diġa' daħħalhom dan il-Gvern?", "Il-pensjonanti tagħna se nħalluhom ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja u ma jistgħux jgħixu b'mod diċenti?", "Ir-risposta hija: Le.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien qal li ħadd m'hu se jibqa' lura f'dan il-pajjiż u għax emmen dak li qal u wettaq dak li emmen, tella' lil kulħadd 'il quddiem u ma qagħadx joqgħod ibellgħalhom il-mibgħeda u l- għira.", "Il-Gvern Nazzjonalista tella' liż-żgħir 'il fuq mingħajr ma niżżel 'l isfel lil ta' fuq.", "Aħna ridna li lill-poplu nagħtuh il-kumdita' li tixraqlu u erfajna l-piż u m'għaddejnihx lil ħaddieħor, bħalma qegħdin jagħmlu l-Onor.", "Alfred Sant u sħabu.", "Aħna erfajna l-piż, mexxejnih 'il quddiem u ma kellniex u lanqas kien se jkollna d-diżastru li għandhom illum.", "Id-diżastru ġabuh b'idejhom minħabba l-mod kif farrku l-bażi tat- tassazzjoni f'pajjiżna.", "Kieku ma neħħewx it-taxxa tal-VAT kienu jiġbru Lm50 miljun oħra fuq l- ammont li ġabru mis-CET fl-1997.", "Dawn il-Lm50 miljun tilfuhom b'kapriċċ u issa qed jipprovaw jissostitwixxuhom bl-aktar taxxi insolenti, kattivi u bla qalb li wieħed jista' jaħseb, b'taxxi li ma nistax nifhem kif politiku li jkun jaf x'qed jagħmel jista' qatt jagħmilhom.", "Il-Prim Ministru jħobb jagħmel ċerta osservazzjoni u jgħid: Allura qed tgħidulna li lill-poplu ffrankajnilu Lm50 miljun f'taxxi?", "Lill-Prim Ministru ngħidlu: Dażgur!", "Intom li tiftaħru li intom il-partit taż-żgħir għamiltu viljakkerija billi neħħejtu t-taxxi minn fuq min jiflaħ jonfoq u issa tridu bilfors tgħabbuhom fuq min ma jiflaħx jonfoq.", "Jekk ridtu aktar dħul, kellkom għalfejn iżżidu r-rati tad-dawl u ta' l-ilma?", "Forsi dak m'hux dritt bażiku taċ-ċittadin li jkollu d-dawl u l-ilma fid-dar tiegħu?", "GĦalfejn iż-żieda tagħmilha fuq l- arloġġ?", "GĦamilha fuq il-konsum.", "Taħsbu li meta konna fil-gvern ma kenux jiġu l-burokratiċi u jgħidulna biex nagħmlu dawn it-tip ta' taxxi?", "Lil dawn aħna dejjem għidnilhom li għandna nintaxxaw il-konsum.", "Dak hu il- kuraġġ.", "Araw kif se żżidu l-effiċjenza u mhux taqbdu u tintaxxaw kull arloġġ u toqogħdu kwieti l-aqwa li ddaħlu l-flus!", "Dak li għamiltu intom, għax biex issolvu l-problemi tagħkom ma ddejjaqtux tgħabbu bl-aktar mod miżerabbli liż-żgħir.", "Hawnhekk tibda tifhem id-diskors tax-xitan għax anke Faust mar għand ix-xitan u biegħ ruħu!", "Mr Chairman, kull deputat tan-naħa l-oħra li qiegħed jivvota favur dawn il-miżuri qed ibigħ ruħu u qed ibigħ kull ħaġa li taparsi jemmen fiha biex jibqa' fil-poter.", "Imma x'jiswa l-poter jekk inti tkun maqbud fih, jekk inti tkun mixtri minnu u jekk inti tkun tridu akkost ta' kollox?", "Dan ma jiswa xejn.", "Meta tkun qed tmexxi gvern mhux bħal meta tkun qed tmexxi xi kumpannija u tikkmanda 'l hemm u 'l hawn.", "Jiena kelli l-okkażjoni li mmexxi kumpannija u kelli wkoll l-opportunita' li nieħu sehem fit-tmexxija ta' gvern u lill-Prim Ministru nista' ngħidlu li dawn huma differenti minn xulxin.", "Jekk mingħalih li hu se jmexxi lill-pajjiż bl-istess mod qisu xi chief executive li qed imexxi xi ntrapriża kbira ngħidlu li qed jiżbalja bil-goff.", "Min forsi jaħseb li l-Prim Ministru huwa xi bravu għax jieħu d- deċiżjonijiet malajr u jagħmel l-affarijiet kif ifettillu malajr, ngħidlu li anke Ġaħan kien jieħu deċiżjonijiet ta' malajr!", "Il-problema hija kif tieħu deċiżjonijiet tajba malajr u mhux kif tagħmel deċiżjonijiet malajr!", "Din hija r-realta' tal-ħajja.", "Dan x'budget hu!", "Dan huwa budget ta' Ġaħan!", "Meta għamlu dan il-budget ma kenux jafu x'qed jagħmlu u riedu jaraw kif se jpaċu ħaġa ma' oħra.", "Raw il-ħofra li ħolqu bit-tibdil fit-taxxi u dak huwa l-babaw illi issa qed jiġri warajhom.", "Dak kien il-fantażma li qed jiġri warajhom.", "Bit-tibdil li għamlu mhux biss kellhom nuqqas ta' dħul mill-VAT, talli kellhom nuqqas ta' dħul mill-bolla, mill-income tax u minn kull ħaġa li tirrendi lill-gvern u ħolqu sitwazzjoni li qed iġġib kriżi fil- pajjiż.", "In-nies qegħdin joqogħdu lura milli jonfqu għax ma jafux x'se jiġri għada.", "Il-poplu jaf li l-kontijiet li ġejjin irid iħallashom bilfors, anke jekk ma jkunx f'pożizzjoni li jagħmel dan, inkella jeħel l- interessi fuqhom.", "Hawn ħafna aktar affarijiet fuqhiex wieħed jista' jitkellem bħal, per eżempju, il-capital assets declaration, li hija l-akbar ħmerija li tista' qatt terġa' ssir, pero' din forsi jkollna ċ-ċans nitkellmu aktar dwarha f'okkażjonijiet oħrajn.", "Dan il-budget qiegħed juri kemm dan il-Gvern ma' baqagħlux ruħ.", "U meta bniedem tneħħilu r-ruħ, xi jsir?", "Isir Frankenstein.", "Meta bniedem tneħħilu r-ruħ ma' jibqagħlu xejn għax ma jkollux viżjoni ta' xi jrid.", "Jibqa' biss jikkalkola kif se jibqa' jeżisti u ma' jimpurtahx minn affarijiet oħra.", "Imma aħna għalfejn qegħdin fil-politika?", "M'aħniex fil-politika biex ngħidu li aħna ministri jew li qegħdin fuq in-naħa tal- lemin flok fuq in-naħa tax-xellug ta' l-iSpeaker imma qegħdin fil-politika għax nemmnu f'xi ħaġa.", "Lill-sħabi tan-naħa l-oħra nistaqsihom fiex jemmnu llum u jekk jemmnux fiż-żgħir.", "Jekk inhu veru li l-Partit Soċjalista kien l-uniku partit f'Malta li jieħu ħsieb iż-żgħir, allura jien ngħid li ż- żgħir illum huwa iltim għax il-Partit Soċjalista ċaħdu u tefgħu quddiem ir- rixtellu ta' l-Ursolini!", "Il-Partit Soċjalista fil-gvern imissu jistħi għall-mod kif għamel dan il-budget u lil kull min qed jivvota favur dan il- budget ngħidlu li hu biegħ ruħu.", "Gvern li jaf x'inhu jsir u x'inhu jagħmel ma jistax jagħmel dawn l-affarijiet apposta.", "Sur President, jien nagħlaq billi ngħid illi l-irresponsabbilta' tal- Gvern ma toħroġx biss mill-mod kif għamel dawn it-taxxi imma agħar minn hekk toħroġ mill-fatt li donnu ma jimpurtahx kif dawn it-taxxi se jaffettwaw liż-żgħir.", "Jumejn biss qabel ma tkellem - mhux jumejn qabel il- budget - il-Prim Ministru staqsa lil min hu nkarigat mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kif dawn it-taxxi se jaffettwaw liż-żgħir.", "Imissu jistħi jagħmel statement bħal dan!", "Imissu jistħi jara l-impatt li se jkun hemm fuq iż-żgħir!", "Issa qed jgħid hekk għax qed issirlu kritika minn kullimkien?", "Imissu ra l-impatt li se jkollhom dawn il-miżuri u kkorreġih qabel ma għamel il-froġa!", "Allura wieħed jista' jlum lil-leaders tal-ħaddiema li qegħdin jgħidu li ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk u li dan il-budget m'huwiex aċċettabbli?", "U issa ġejna aħjar għax anke ħloqna kriżi ndustrijali f'pajjżna.", "Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni issa spiċċa u l-ħin li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Segretarju Parlamentari għas-Self-Employed): Mr Chairman, kellna l-opportunita' nisimgħu lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni tagħmel l-apprezzament tagħha fuq dan il-vot u bħas-soltu smajna ħafna kummenti voċiferi rigward il-qagħda tal-kummerċ fil-pajjiż, rigward il- qagħda tas-self-employed u rigward il-finanzi.", "Smajna lill-kelliema ta' l- Oppożizzjoni jenfasizzaw li hawn xi apokalissi jew xi Sodoma u Gomorra fil- kummerċ.", "Dawn joqogħdu jgħidu li aħna nitkellmu fuq il-ħofor u li b'hekk qegħdin nagħmlu ħafna ħsara lill-ekonomija u lill-kummerċ fil-pajjiż, imbagħad huma għadhom kemm għamlu siegħa u nofs jitkellmu fuq il-ħofor, fuq sitwazzjonijiet imnawra u fuq sitwazzjoni negattiva fis-settur kummerċjali u fis-settur finanzjarju.", "Din turi ċerta nkonsistenza u ipokrezija min- naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Pero' ħalli mmur direttament għas-settur li tiegħu jiena responsabbli.", "Jiena tpaxxejt nisma' lill-Onor.", "George Hyzler jagħmel il-kritika tiegħu dwar is-settur tas-self-employed u tpaxxejt mhux għax naqbel mal-kritika li għamel hu - ma naqbilx miegħu imma għandu r-raġunijiet tiegħu għalfejn jikkritika lil dan il-Gvern fuq il-performance rigward is-self-employed - imma għax bis-saħħa ta' Gvern Laburista għall-ewwel darba f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż hawn ħin allokat sabiex jiġi diskuss dan is-settur.", "Jiena smajt diversi kummenti u qrajt diversi stqarrijiet illi għamlet l- Oppożizzjoni dwar kemm kien eżerċizzju ta' propaganda l-ħolqien ta' segretarjat parlamentari għas-self-employed, pero' li ma rrealizzax il- ħabib tiegħi huwa li bis-saħħa ta' dan il-Gvern illum kellu ħin disponibbli għalih biex jagħmel il-kritika tiegħu dwar dan is-settur.", "Bis-saħħa tal- ħolqien tas-segretarjat parlamentari għas-self-employed hemm spokesman għas- self-employed fuq in-naħa ta' l-Oppożizzjoni, ħaġa li fl-istorja politika ta' Malta qatt ma' eżistiet.", "L-Oppożizzjoni setgħet, kieku riedet, tirriferi għas-self-employed - b'mod indirett naturalment - bħala \"ħalliel\", kif fil-fatt għamlet matul is-snin kollha li kienet fil-gvern.", "Mr Chairman, id-differenza kbira li seħħet matul din l-aħħar sena hija li għall-ewwel darba, deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra jistgħu jieħdu aġġornament biex jitkellmu fuq is-settur tas-self-employed, anke jekk iridu jagħmlu l-kritika tagħhom, għax permezz ta' l-inizjattiva ta' dan il-Gvern inħolqot awareness dwar dan is-settur.", "Allura għandi nenfasizza mill-bidu nett illi Gvern Laburista għolla lis-self-employed mill-istatus ta' dak li n-naħa l-oħra sejħet ''ħalliel'' għal status ta' rappreżentant tal-poplu u rappreżentant tal-komunita' kummerċjali.", "Dan huwa ċertifikat sabiħ ħafna li bih dan il-Gvern qed jagħti kredibbilta' lis-settur tas-self-employed.", "Ma nafx jekk il-ħabib tiegħi l-Onor.", "George Hyzler jaħsibx illi dan li qed nagħmlu llum huwiex eżerċizzju ta' propaganda.", "Jekk inhu hekk jiddispjaċini ngħid li kull min jitkellem min- naħa l-oħra allura, inkluż il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Hyzler, qiegħed ikun kompliċi f'eżerċizzju ta' propaganda.", "In-naħa l-oħra jafu li dan m'huwiex minnu.", "Huma ddispjaċihom illi din l-innovazzjoni li għamel Gvern Laburista għas-settur tas-self- employed m'għaddietilhomx minn moħħhom li jagħmluha huma, aktar u aktar meta dejjem ħasbu li kellhom is-support ta' dan is-settur.", "Din hija l- politika ta' l-għira tal-Partit Nazzjonalista rigward is-settur tas-self- employed.", "Naturalment għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista any bad news dwar dan is-settur is good news.", "Jiena niftakar meta għall-ħabta ta' Jannar ta' din is-sena bdew ifaqqsu l- istatistiċi dwar it-tnaqqis fis-settur tas-self-employed u dak li bdew jgħidu kien element qawwi ta' hyperbole.", "Jien kont ngħid: Imma dawn kif jafu aktar minna fuq it-tnaqqis tan-numru tas-self-employed?", "Daqqa taqra fuq ''In-Nazzjon'' li n-numru tas-self-employed naqas b'200 ruħ, daqqa jkun hemm xi artikolista li fuq l-istess ġurnal jikteb illi dan is-settur naqas b'100 ruħ, imbagħad f'daqqa waħda toħroġ stqarrija li tgħid li s-self- employed naqsu b'400 ruħ.", "U dawn qed jieħdu pjaċir jogħrku jdejhom u jgħidu: Ara mbierek Alla kif inhu l-istat tas-self-employed taħt Gvern Laburista!", "Imbagħad erġajna smajna li s-self-employed l-ewwel naqsu b'600 ruħ u mbagħad naqsu b'800 ruħ.", "U marru fuq il-fosos u qalu: Ara x'għarukaża!", "U għaddewna ġuri.", "Dan l-aħħar reġgħu qalu li n-numru tas- self-employed kien naqas b'1,000 ruħ u mbagħad reġgħu qalu li naqas b'900 ruħ.", "Voldieri lanqas huma stess m'huma ċerti fuq l-istatistiċi.", "Li ma jgħidux u li qatt ma qalu kien illi dejjem jikkonċentraw fuq statistiċi li qed jiġu ppubblikati wara Ottubru ta' l-1996.", "Għalhekk jien iddeċidejt li nagħmel naqra investigazzjoni dwar ċifri ta' qabel l-1996.", "Bil-viżjoni ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, li suppost tkattar il- fiduċja fil-kummerċ, u bl-impressjoni li l-VAT hija l-aqwa taxxa tad-dinja u li hija ħabiba tan-negozjant - għax in-negozjanti kienu qed jieħdu r- refunds u dan kollu - spokrejna li mill-1992 'l quddiem, bil-Partit Nazzjonalista fil-gvern, kien hemm tnaqqis konsistenti fis-settur tas-self- employed, sena wara l-oħra; in-numru tas-self-employed mill-1992 għall- 1993 naqas, mill-1993 għall-1994 naqas u mill-1994 għall-1995 reġa' naqas.", "Skond ċifri ppubblikati bis-sistema l-antika u bl-inizjattiva li s- settur privat kien se jfur bix-xogħol u li kienu se jinħolqu ħafna opportunitajiet, is-self-employed naqas għal 1,650 ruħ taħt Gvern Nazzjonalista.", "Imbagħad jiġu tan-naħa l-oħra jibku d-dmugħ tal-kukkudrilli u jgħidu li taħt Gvern Laburista n-numru ta' self-employed naqas b'200 ruħ, imbagħad b'500 ruħ u mbagħad b'1,000 ruħ u dan kollu!", "Wara li saret reviżjoni, skond l-economic survey li ġie ppreżentat fil- budget - u din jafu biha għax kienu bdewha huma - irriżulta li fil-fatt fis- settur tas-self-employed ma kienx hemm tnaqqis ta' 1,000 ruħ f'sena ta' Gvern Laburista imma li fl-aħħar ta' Settembru kien hemm tnaqqis ta' 296 ruħ u li mill-bidu ta' Novembu sal-ġurnata tal-lum kien hemm tnaqqis ta' 183 ruħ f'sena sħiħa.", "Mela għalfejn b'ħafna biki u theżżiż ta' snien bdew isemmu tnaqqis ta' 1,000 ruħ meta fil-fatt skoprejna li dan m'huwiex minnu u li ma teżisti l-ebda kriżi f'dan is-settur?", "Anke mir-reviżjoni ta' l- istatistika ...", "(Interruzzjonijiet) Issa nippreżentahom, tinkwetax!", "Mir- reviżjoni ta' l-istatistika rriżulta li matul l-1996, taħt Gvern Nazzjonalista, in-numru tas-self-employed kien naqas b'215-il ruħ.", "Skond statistika riveduta rriżulta li taħt Gvern Laburista r-ritmu tat-tnaqqis tbaxxa.", "Fil-fatt ma kienx hemm it-tnaqqis li kienu qed jgħidu tan-naħa l- oħra u dan kienu jafuh.", "Filwaqt li huma kienu qegħdin jirkbu fuq il-karru ta' l-istatistika l-qadima - dawk iċ-ċifri li kienu qed jiġu ppubblikati għax fuqhom kellhom jimxu - kienu jafu li kien għaddej eżerċizzju intern mill-Employment and Training Corporation għax it was an open secret li ċ- ċifri ma kenux qed jirriflettu r-realta'.", "Tant kienu jafuh dan li ġew f'idejja dokumenti li aktar 'il quddiem nixtieq inpoġġihom fuq il-Mejda tal- Kamra biex nikkonferma dan li qed ngħid u nirringrazzja lill-Ministru Edwin Grech talli għoġbu jgħaddihomli.", "(Interruzzjonijiet) Nifhem li tagħtuni permess!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ikun hawn permess jekk jiggarantielna li ċ-ċifri li qed jipprova jsawwatna bihom huma tajbin għax dawn huma stess ippreżentawhom.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nassigura lill-Onor.", "Membru li huma tajbin.", "Mr Chairman, sabiex niġġustifika dak li għidt qabel, jiġifieri li kienu jafu li kien għaddej dan l-eżerċizzju, se naqra ittra, datata 30 ta' Jannar, 1997 miktuba mis-Sur Lawrence Zammit, l-ex-chairman ta' l-ETC, u ndirizzata lill-Onor.", "Edwin Grech, liema ittra tgħid hekk:", "\"Hon.", "Minister,", "The Employment and Training Corporation and the Economic Planning Division of the Ministry for Economic Services and Finance has been working for the last four years at having as accurate as possible a database of persons in employment.", "We are conducting an exercise in order to revise the gainfully occupied figures from 1980 till 1995 so as to incorporate changes due to data misclassifications arising from untimely reporting by employers and input errors.\".", "Mela hawn qed jikkonferma l-fatt li l-ETC kienet ilha erba' snin għaddejja b'dan l-eżerċizzju.", "Ara xi traskuraġni kien hemm!", "Dak li setgħu jagħmlu huma f'erba' snin aħna għamilnih f'sena.", "Mr Chairman, nixtieq naqra wkoll ittra oħra.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Dalli, toqgħodx tinterrompini għaliex jien ma nterrompejtekx.", "THE CHAIRMAN: Onor. Gulia, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Fl-20 ta' Settembru ta' l-1996, l-istess Lawrence Zammit ta' l-ETC kien kiteb lill-ex-Ministru Michael Falzon, li kien responsabbli mill-korporazzjoni u qallu hekk:", "\"Hon.", "Minister,", "The Employment and Training Corporation and the Economic Planning Division of the Ministry of Finance has been working over the last three years on having an accurate database as possible of persons in employment.", "We have identified areas which require amendments in both the private and public sector.", "It is advisable that any amendments to publish data be effected in December 1996 and where possible backdated to previous years\".", "M'ilux kien hawn l-Onor.", "Josef Bonnici li qalilna li għamilnihom backdated.", "Mhux bilfors kellna nagħmlu hekk jekk kontu intom stess li kontu bdejtu tagħmlu eżerċizzju li jmur lura s-snin!", "L-ex-chairman ta' l-ETC qed jgħid lill-ex-Ministru Falzon li \"it is advisable\" li jkunu backdated.", "Hekk bdejtu intom u hekk komplejna aħna.", "Aktar 'il quddiem nixtieq ukoll inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li juru l-published figures tas- self-employed kif kienu qed jiġu ppublikati u r-revised figures li saru dan l-aħħar mill-Employment and Training Corporation.", "Dan kollu juri li d- decline fin-numru tas-self-employed qiegħed jonqos u li fil-fatt aktar naqas fl-1996 taħt Gvern Nazzjonalista milli din is-sena taħt Gvern Laburista.", "Mr Chairman, niġi issa għall-kwestjoni ta' l-istat ġenerali tal- business fil-pajjiż.", "Jien diġa' kkummentajt dwar il-fatt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ssemmi l-istaġnar u d-diżastri li hawn, pero' kulħadd jaf li din is- slowdown li qed nitkellmu fuqha ma bdietx fis-27 t'Ottubru ta' l-1996 imma bdiet għall-ħabta ta' l-1994 u 1995 u inċidentalment - issa se ngħid inċidentalment - bdiet ma' l-introduzzjoni tal-VAT.", "Smajna stqarrija magħmula mis-Sur Winston Zahra fejn qal li l-VAT kienet ir-raġuni għala t- turiżmu ħa daqqa 'l isfel.", "Issa kulħadd jaf li t-turiżmu huwa settur importanti ħafna fin-negozju tal-pajjiż u għalhekk huwa tajjeb li dan il- punt nenfasizzah għax jekk hawn xi slowdown, dan kollu ġej minn żmien Gvern Nazzjonalista.", "Irrid ngħid ukoll li matul din is-sena l- importazzjoni ta' l-affarijiet għall-konsum żdiedet b'Lm10 miljun u mhux naqset kif qalu huma.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq il-mediċini li semma l-aħħar darba l-Onor.", "Josef Bonnici imma fuq il-white goods, il- ħwejjeġ, l-ikel, eċċ.", "Mr Chairman, qalu wkoll li l-businesses iż-żgħar se jitkissru għax ma jifilħux għar-rati l-ġodda ta' l-ilma u ta' l-elettriku.", "Imma kemm jifilħu jkunu ipokriti!", "Ftit tax-xhur ilu Gvern Nazzjonalista kien ħareġ legal notice fejn għolla t-trading licences ta' nies li jaħdmu għal rashom b'rati sostanzjali.", "Qed nirriferi għal importers and wholesalers, chemists, hairdressing salons, real estate agents, jewellery shops, electrical and mechanical equipment, etc. Dawn minn Lm150 għolew għal Lm200 u minn Lm200 għolew għal Lm250.", "(Interruzzjonijiet) Intom qed tgħidu li aħna lit- tallara żidnilhom il-liċenzji minn Lm30 għal Lm40 meta intom żidtuhomlhom b'Lm50!", "(Interruzzjonijiet) Aħna kellna l-kortesija li dawn l-affarijiet insemmuhom fil-budget u ma nafx kif għandkom il-wiċċ tgħajru lilna b'ingann!", "Fil-budget speech ta' l-1993, fejn l-Onor.", "Dalli kien qed jipprepara u jwitti t-triq għal dawn iż-żidiet li għadni kemm semmejt, ma ntqal xejn dwar iż-żieda fit-trading licences tas-self-employed.", "Allura dan m'huwiex qerq?", "Tajjeb!", "Mela dawn jippreżentaw budget li jgħidu li huwa accounting exercise u mbagħad lis-self-employed jtellagħulhom l- ispejjeż across the board.", "Mr Chairman, jien ma tantx fadalli ħin għad-dispożizzjoni tiegħi, pero' nixtieq ngħid lill-Onor.", "Hyzler li aħna m'għamilniex rakkmandazzjoni biex is-self-employed jissejjaħ \"benestant\".", "Il-liġi tgħid li s-self-employed huwa dak l-individwu li la huwa mpjegat u lanqas jaħdem għal rasu imma dak li jgħix minn fuq il-kirjiet.", "Din hija anomalija legali u saret rakkmandazzjoni - mhux minni imma minn nies li jaħdmu għal rashom u li qegħdin fil-commission - fejn intqal li dan huwa ħażin u allura hemm bżonn li ssir reviżjoni għaliha.", "Persuna self-employed hija dik il-persuna li taħdem għal rasha.", "Min jaf x'kienet tgħid l-Oppożizzjoni kieku r- rakkmandazzjonijiet tas-self-employed fil-fatt ma ntlaqgħux.", "Dan xahar u nofs biss wara li ġew ippubblikati!", "Għandna l-pjaċir u s-sodisfazzjon li din il-kummissjoni ngħatat kredibbilta' għax fil-fatt għamlet rakkmandazzjoni biex jiġu mplimentati xi miżuri - sia rigward l-injury benefit tas-self-employed u anke għall-casual social assistants - u b'hekk ħafna nies se jieħdu l-benefiċċju din is-sena.", "Mr Chairman, jien ma fadallix aktar ħin biex inkun nista' nkompli nestendi l-argumenti tiegħi biss irrid ngħid li s-segretarjat tiegħi huwa impenjat f'xogħol ieħor, bħal dak tal-unit dwar ir-relazzjonijiet industrijali li se titwaqqaf dalwaqt.", "Din il-ġimgħa stess ħabbarna l- pubblikazzjoni tar-rapport tal-kumitat, sar ukoll kodiċi ta' prattika għad- diretturi eletti mill-ħaddiema u din is-sena wkoll se titwaqqaf awtorita' dwar il-kompetizzjoni ġusta u l-ombudsman għall-konsumatur.", "Dawn huma żviluppi importanti ħafna fejn is-segretarjat parlamentari se jkun involut f'xogħol dinamiku u f'ħidma intensiva għall-benefiċċju ta' dan is-settur.", "Mr Chairman, qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 30 ta' Jannar 1997 mibgħuta miċ-Chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali dwar statistika ta' nies jaħdmu bi qliegħ;", "Kopja ta' ittra datata 20 ta' Settembru 1996 mibgħuta miċ- Chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani; U", "Tagħrif u statistika dwar il-popolazzjoni ta' gainfully occupied.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Chairman, jiena ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Gulia juri tant entużjażmu biex jaqdi u jtejjeb il-kondizzjonijiet tas-self- employed u nifraħlu għax il-kondizzjonijiet li ħadem fihom kemm ilu segretarju parlamentari m'humiex tant sbieħ li jistgħu jinkoraġġuh biex jibqa' sejjer fil-linja tiegħu.", "Meta tipprova tirranġa l-kondizzjonijiet ta' settur mingħajr ma tipprova tirranġa sewwa l-kondizzjoni ġenerali ...", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk wieħed ikollu dieħes u fl-istess ħin għandu qalbu batuta, ikun tajjeb li tfejjaqlu d-dieħes imma l-ewwel għandek tfejjaqlu qalbu u mhux tfejjaqlu d-dieħes u titraskuralu qalbu!", "Naħseb li l-Onor.", "Gulia qed jifhem x'irrid infisser u għalhekk qed ngħid li m'għandniex nibqgħu nippruvaw nirranġaw id-dieħes qabel ma nirranġaw is- sitwazzjoni ġenerali.", "Kieku l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ indenja ruħu jkellimni qabel dwar din is-sitwazzjoni konna niffrankaw dan kollu.", "Imma peress li ma sar xejn minn dan jien qed nieħu ftit mill-ħin tiegħu biex ngħid dak li għandi ngħid.", "Barra minn hekk hu daħal kompliċi fl-istorja li qegħdin ixerrdu, jiġifieri li jien għamilt hekk biex tgħaddi ta' rasi, biex nidher sabiħ u għall-glorja tiegħi personali, pero' jiena ma nagħtix kas ta' dan.", "Fl- għeluq il-ħamsin sena mill-anniversarju tal-Parlament Malti, meta jiena kont ġejt mistieden biex nippresta ruħi u mmur għaċ-ċerimonji qisni xi statwa - din l-istedina ma kontx ilqajtha u kont tajt ir-raġunijiet tiegħi għala ma lqajthiex - kont għidt liż-żewġ naħat tal-Kamra li jien ir- rispett ma rridux taparsi, qisni mejjet u qed joħorġuli s-santi, għax kont sabiħ jew beatu, imma rridu jien għax nippretendi li jekk bniedem ikun irid jagħmel xi ħaġa għandek tagħtih iċ-ċans li jagħmilha.", "Dan hu r-rispett kollu li rrid u ma rridx rispett mod ieħor!", "Jiena ma kontx kellimtu qabel lill-Ministru responsabbli mill-finanzi u dak inhar ridt inkellmu għax indunajt - skond ma smajt - li l-affarijiet ma kenux se jsiru b'mod tajjeb u li bihom ma konniex se naslu.", "X'ħasbu li ridt jiena?", "Ħasbu li ridt inkun naf id-dettalji tal-budget biex immur nagħmel xi negozju?", "Possibbli l-Kabinett ħaseb li jien daqshekk kriminali li nasal biex nagħmel dan il- blackmail?", "Din kienet gidba u meta mbagħad tikkuntrastjaha ma' l-eloġju li għamel fuqi l-Prim Ministru fl-okkażjoni li għadni kemm semmejt tibda' tinduna li dan huwa prim ministru mingħajr boxla għax illum jaħsibha mod u għada jaħsibha mod ieħor.", "Jiena ma rridx li jkolli kuntatti personali qabel ma' l-affarijiet jirranġaw għax anke meta dawn ma jkunux personali jdawruhom kif iridu!", "Possibbli dawn emmnu li jien ridt nara d-dettalji tal- budget, li suppost ikunu sigrieti, biex napprofitta ruħi minnhom u b'korruzzjoni nagħmel profitt għalija nnifsi?", "Allura ħadd minnhom ma kellu l-ħila jiġi jgħidli x'kienet ir-risposta u li jekk din kienet il-verita' ma kienx se jkellimni ħalli ma jkunx kompliċi miegħi?", "Possibbli ħadd ma kellu l-kuraġġ jgħidli dawn l-affarijiet!", "Imbagħad il-Prim Ministru aktar wera li l-boxla marritlu meta mar quddiem il-konferenza ġenerali u ħela ż-żmien jiġġieled ma' l-ombra tiegħu nnifsu minflok ma ra kif se jikkumbatti l-għawġ li għandu fil-pajjiż, aktar u aktar meta qal - skond xniegħat li hawn u li qed ibeżżgħu lill-poplu - li jista' jaqbad u jagħmel elezzjoni ġdida.", "Il-Prim Ministru jmissu jaf li qabel ma jitkellem b'dan il-mod għandu almenu jikkonsulta ruħu mal-Membri tal-Kabinett.", "Qed ngħid hekk għax din għandha implikazzjoni kbira kemm fuq il-finanzi kif ukoll fuq is-sitwazzjoni tal-pajjiż u żgur li ħadd ma jixtieq li jkun hawn elezzjoni bħalissa.", "Jien nafhom ir-regolamenti u naf li meta xi ħadd ikun fil-Kabinett ma jistax jistaqsi dwar dak li sar, pero' għandu d-dmir li jkun jaf x'ma sarx.", "Jekk wieħed jikkommetti ruħu li jagħti pajjiżu lill-barranin u din il-proposta ma jressaqhiex quddiem il- Kabinett, ikun qed jerfa' ir-responsabbilta' personali għalih u jekk ma jsibx qbil dwarha xejn m'għandu jagħmel ħlief jaqbad u jirriżenja.", "Qed ngħid hekk biex wieħed ikun jaf kif għandu jimxi dan il-Parlament.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-grupp parlamentari jew il-konferenza ġenerali tal- partit għandhom jiġu kkonsultati biss jekk ikun hemm iż-żmien imma għandhom jiġu kkonsultati b'urġenza jekk il-prim ministru jkun serju u l-boxla ma tkunx marritlu.", "Skond l-informazzjoni li għandi dawn il-konsultazzjonijiet ma sarux u jiena ma nixtieqx li nibqgħu sejrin b'din l-istorja.", "Jien sal-lum għadni ma nistax nifhem kif malli tela' Gvern Laburista ma qalx mill-ewwel x'sab u ma sabx u ma ħax il-passi meħtieġa dak inhar stess.", "Issa diġa' għaddiet sena u milli jidher trid tgħaddi sena oħra qabel ma jittieħdu passi serji għax il-passi li qed jittieħdu m'humiex serji biżżejjed u jridu jgħaddu sentejn jew tlieta biex infiequ minn din il- marda.", "Jekk tgħid li l-passi li qegħdin jittieħdu huma serji tkun qed tidħaq bik innifsek u bil-poplu.", "Nispera f'Alla li ma tkunx qed tidħaq bik innifsek tant li taħseb li għada se taqa' l-manna mis-sema u li m'hemmx għalfejn jittieħdu miżuri aktar ħorox bħallikieku wrejna l-kuraġġ tagħna kollu għax urejna li l-pajjiż jinsab marid!", "Jiena ktibt dwar dan snin ilu u għalkemm dak inhar kont tajt is-sehem tiegħi ma kontx għamilt biżżejjed.", "Dan kien id-dnub li għamilt u nistqarru hawn.", "Jiena ma jmissnix smajt minn ta' madwari u ħriġt għall-elezzjoni għax kont nagħmel aktar ġid minn barra milli minn ġewwa imma issa ladarba qiegħed ġewwa ma nistax nerġa' nreġġa' l-arloġġ lura.", "Dak id-dnub tiegħi.", "Id-dnub tiegħi kien li dakinhar imissni għamiltha ....", "Għamiltha jien waħdi fid-distrett, jiġifieri d-dnub b'xi mod pattejt għalih, imma mhux qed ngħid li jien infallibbli.", "Kemm qalu dwar l-elezzjonijiet fl-imgħoddi u kemm ippruvaw isibu karti u affarijiet bħal dawn!", "Irrid nammetti wkoll li jien fl-imgħoddi għamilt żball ieħor - dan ammettejtu ma' kulħadd - meta tajt il- backing tiegħi lill-Karmenu Mifsud Bonnici, bniedem qaddis kemm tridu imma l-inqas wieħed li kien suitable biex imexxi l-partit u l-pajjiż.", "Dan kien żball imma minn dak inhar m'erġajtx għamiltu dan l-iżball għax qatt ma erġajt tajt backing lil ħaddieħor.", "Issa ħalli nitkellem dwar elezzjonijiet għax dan is-suġġett huwa importantissimu.", "Waħda mir-raġunijiet għala rriżenjajt minn prim ministru - din ma ridtx ngħidha dakinhar u kważi anke llum qed ngħidha b'nofs kedda - kien il-fatt li meta dak iż-żmien ridt nagħmel elezzjoni mingħajr ma noqgħod nistenna ħames snin, il-membri kollha tal-Kabinett ma kenux qablu miegħi.", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien kollha kienu.", "Jista' jkun li l-Onor.", "Lino Spiteri kien qabel miegħi - jiġifieri wieħed kien hemm li qabel miegħi, imma b'wieħed m'hu se tagħmel xejn! - u qed ngħid \"jista' jkun\" għax meta ċċekkjajt ma' nies oħra qaluli li l-Onor.", "Spiteri nesa x'kien verament ġara.", "Il-kwestjoni hi li din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn jiena kont tlaqt.", "Jien ma kontx għidt li jridu jew ma jridux il-membri tal- Kabinett, kont se nagħmel elezzjoni ġdida.", "Legalment kellhom raġun, kostituzzjonalment kellhom raġun u seta' kellhom raġun ukoll anke għall- interessi tal-pajjiż, għax il-kampanja moqżieża li kienet qed tagħmel l- Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien - li aħna dittatorjat u ħafna affarijiet minn dawn - allarmat lil kulħadd, inkluża l-Ewropa, u dawn ma tantx kienu ċirkostanzi sbieħ biex tagħmel elezzjoni.", "Għalhekk jiena kont baxxejt rasi.", "Sur President, qed ngħid hekk biex nuri li mhux veru li dejjem għaddiet tiegħi, kif qed jgħidu huma, u nista' nsemmi ħafna każijiet u ċirkostanzi oħra f'għomri fejn mhux dejjem għaddiet tiegħi.", "Allura dan il-ħafna gideb għalfejn qed isir?", "X'rebħet il-konferenza ġenerali dakinhar li minflok ma ammettiet li din hija sitwazzjoni serja, li jiena mhux veru rrid inwaqqa' l- gvern u li b'xi mod rrid nagħmel ħsara lill-partit imma nagħmel il-ġid irrid ...", "Ma taħsbux li konna nimxu aktar 'il quddiem kieku dawn qalu: Ejja naraw x'qed jgħid.", "Ejja niddiskutu dwar dak li qed jgħid, forsi aħna nagħmlu aħjar minn hekk.", "Jiena jiddispjaċini għal dak li ġara, mhux għalija, għax anke lili jfaħħruni għalkemm fl-istess ħin jgħidu li żmagajt u allura jriduni nitlaq.", "Imma min hu żmagat ma jkunx jaf li żmaga u jridu jgħidulu biex ikun jaf!", "Forsi din ukoll hija verita' pero' jekk żmagajt tridu tgħiduli fiex żmagajt għax inkella ngħid li m'għandkomx kuraġġ biżżejjed.", "Ħalli nammetti li ma wasaltx fejn ridt nasal u li rrid naħdem aktar.", "Imma issa ejja naraw f'liema sitwazzjoni ninsabu llum.", "Jiena għadni ma nistax nifhem kif nistgħu ngħidu li sa sentejn jew tliet snin oħra se naslu, għax aktar ma terfa' piż inqas ikollok saħħa.", "Meta għadek ħiereġ għat-tiġrija tgħid: Issa jien biex nilħaq il-post l-ieħor, li qiegħed ħames mili 'l bogħod, se nimxi ħames piedi f'sena mbagħad il- kurrent se jibgħatni għaxra lura.", "Se nimxi ħamsa u l-kurrent se jibgħatni għaxra lura.", "Il-budget qed jgħid li se nagħmlu ħames miżuri ħarxa ħafna - ħarxa fuq iż-żgħir, għaliex fuq il-kbir m'għamilna xejn - u nafu li l- kurrent se jitfagħna lura aktar milli kien qed jitfagħna qabel, għax id- dejn li konna qegħdin nagħmlu se jikber.", "Allura kif se naslu?", "Dan se nirranġawh billi nsibu scapegoat jismu Mintoff u ngħidu li dan ġie hawn biex jagħmlilna l-vleġeġ ta' San Bastjan?", "Qed tgħidu li tfajt il-vleġeġ għax middejt għonqi minflok m'għidt li jiena għandi 83 sena u ninsab marid u ma bgħattkomx tixxejru?", "Tfajt il-vleġeġ ta' San Bastjan għax għidtilkom x'għandu jsir u m'għandux isir, u intom lanqas biss irrispondejtuni, qisu ma ġara xejn, għax kellkom l-ordni li tagħmlu hekk?", "Dan x'parlament hu!", "Lanqas il-veduti tagħkom ma tridu tagħtu.", "Is-soltu wieħed jagħti l-veduti tiegħu, l-ieħor jirrispondih u mbagħad wieħed jikkommetti ruħu wara.", "Mhux wasalna f'din il-ħrafa fejn lanqas biss nirrispondu għal dak li jkun intqal!", "Fost l-affarijiet li semmejt, x'inhi l-aktar waħda fundamentali li tista' tfejjaqna bħalissa u tiftaħ in-negozju?", "Jien ma nafx min għandu raġun għax min jgħid li l-kummerċ waqaf u min jgħid li ma waqafx.", "Jiena nibża' nħares lejn l-istatistika għax din kulħadd jilgħab biha kif irid.", "Din mid-dehra l- ewwel lagħbu biha ta' qabilna u issa rridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm xi ħadd li biex jingħoġob joqgħod jilgħab biha hu wkoll!", "Il-verita' tinduna biha meta ddaħħal idejk fil-but biex mingħalik se tiġbor xi Lm200 u, mhux talli ma ssib xejn, talli tinduna li jkollok id-dejn u allura tibda' tikkonfondi x'se taqbad tagħmel.", "Din hi l-pożizzjoni li jinsabu fiha ż-żewġ naħat tal-Kamra llum u n-naħa l-oħra tinsab aktar fil-qamar minna għax m'għandhiex aktar ir-responsabbilta' u allura m'għandha xejn x'tagħmel ħlief tistenna sakemm il-poplu jiddejjaq minna u jtella' lilha.", "Din is-sitwazzjoni bl-ebda mod ma tista' tferraħna lilna.", "Dawn huma l- alternattivi li għandna f'dan il-pajjiż.", "Imma dan tajjeb għal pajjiżna?", "Tridu li jiġrilna bħall-Amerka, fejn 46% biss tal-poplu jivvotaw għall- president għax il-kotra tal-poplu m'għandhiex fiduċja fid-demokrazija kif inhi mħaddma?", "Hekk irriduh lil pajjiżna?", "Hekk irridu li jiġrilna, bħall- Amerka, fejn il-president jgħid li ħiereġ b'ċertu programm u mbagħad wara li jgħaddu erba' xhur jagħmel kollox bil-kontra?", "U hekk qed nagħmlu wkoll aħna issa jekk qed tgħidu li dan kien il-programm tagħkom.", "Ara l-programm tiegħi ma kienx hekk.", "Waħda mill-kondizzjonijiet li għamilt jien kienet li nitkellem fid- distrett tiegħi.", "Issa jien din m'għamilthiex biex nidher għax kieku dort bieb bieb kont nagħmel l-istess effett.", "Din għamiltha biex nuri l-veduti tiegħi u biex min ma riedx jivvutali ma jivvutalix.", "Lili vvutali min kien qed jismagħni ngħid li sagrifiċċju rridu nagħmlu u jekk dan ma nagħmluhx malajr iż-żgħir se jbati aktar.", "GĦaliex qed ngħid hekk?", "GĦax il-kbir jista' joħroġ il-flus barra l-pajjiż imma ma jistax joħroġ l-art li għandu.", "Il-president ta' l-FOI ħareġ jgħid li diġa' hemm ħafna li ħarġu l-flus.", "Jiena ngħidlu biex ma joqgħodx jikkonfondi għax dawk li setgħu joħorġu l-flus diġa' ħarġuhom u mhux qed jistennew biex jaraw x'se nagħmlu u ma nagħmlux!", "Allura inti ma tistax tafda fuq dak li hemm barra.", "U mhux talli ma tafdax fuq dak li hemm barra, talli trid tipprova tagħmel miżuri fejn dak li hemm barra taġevolah, allavolja meta qegħdin nissikkaw iċ-ċintorin, tissikkah biex iġibhom dawn.", "Għax issa ħarbu u ladarba telqu ....", "Basta ridna nkunu bħal nazzjonijiet oħrajn u għaġġilna biex inneħħu l-exchange control, biex inkunu moderni u nixbħu lill-Amerikani.", "Imma xi ġralna?", "Ġralna bħalma ġralhom Thailand, Malaysia u postijiet oħra li kienu mirakolużi f'din l-eta' moderna u issa f'daqqa waħda waqgħu żorba, spiċċaw fix-xejn u jridu jaraw kif jagħmlu biex jerġgħu jqajmu l-ekonomija tagħhom.", "Qed ngħid hekk biex ma noqogħdux insemmu s-social market.", "F'Londra hemm foundation ta' social market u kultant ikun hemm xi ħadd bħal Brown li jinduna li ma jistax jimxi bit-teorija tiegħu mingħajr ma jaħseb fiż-żgħir u joqgħod jikkwota l-foundation ...", "X'inhi din il-foundation?", "Lanqas ħadd ma jifhem.", "Meta inti f'daqqa waħda tara li n-nies tkun għafasthom iż- żejjed tibda tara kif se tbenġilha tikka.", "Din hi s-social market kollha!", "Din hi filosofija soċjali!", "Din hi xi ħaġa ġdida!", "Kulħadd hekk jagħmel.", "Anke fi żmien l-ilsira, meta xi ħadd kien jinduna li l-ilsir se jmut, kien jara kif jagħmel biex iżommu u jkun jistgħu jbigħu.", "Allura dan kellu s- social market dak inhar?", "Jew qed nitkellmu fuq is-social market biex taparsi vvintajna xi ħaġa?", "GĦalhekk l-aħħar darba tkellimt dwar dan.", "Sur President, issa nkompli fuq waħda mill-miżuri l-kbar li jmissu jagħmel, apparti mid-dover tiegħu lejn il-konferenza, li dawn il-miżuri li ssemmew hawnhekk jiġu diskussi fil-konferenza tal-partit, ħalli l-partit ikun jaf lil xiex qed jagħti backing.", "Dak id-dover tiegħu u minnufih, malajr.", "Jekk verament iriduni nivvota favur il-Gvern u ma mmurx kontra l- kuxjenza tiegħi, iridu jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Huma jafu li jiena ma nibżax jekk naslu f'sitwazzjoni fejn dan il-Gvern minflok ma jagħmel affarijiet soċjalisti ...", "Għax aħna Partit Soċjalista u jien ma nibżax ngħid li jien Soċjalista, bħalma jagħmel l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "Dak hu t-twemmin tagħna, anke meta minn aħmar ħafna nagħmluh pink, xorta jibqa' Soċjalista u ma tistax tgħidlu partit kapitalista.", "Dak għandu d- dover li jagħmlu u jien qed nagħtih notice li jekk dan ma jsirx ma jibqax jistenna li jien se nkompli ngħin f'dan il-Parlament.", "Din qed ngħidhielu hawnhekk bħalma qed ngħidlu li waħda mir-riformi l-aktar urġenti li hemm bżonn li ssir u li taffettwalu l-finanzi kollha tal-pajjiż, hija s- suġġeriment li għamilt jien dwar ir-riforma fuq l-art.", "Din hija importantissima.", "Jien għamiltlu suġġeriment li bih ma jbati ħadd, lanqas l-ispekulaturi, u jinfetaħ il-kummerċ u jagħmel flus biżżejjed biex inaqqas minn dan il-piż li għandna biex Malta verament tkun tista' timxi 'l quddiem mill-użu ta' l- art.", "Jekk aħna se nibqgħu ffossilizzati fuq l-idea bażwija, kerha, mhux vera u miġnuna ...", "Meta Malta u Għawdex kellna art kollha maħduma bis- siġar, ma kienx hawn isbaħ minnha u għalhekk kienu jsejħulha \"Malta piccolo fior del mondo\" għax anke kellna landscape mill-isbaħ.", "Malta kienet ġnien sħiħ u dawn l-affarijiet inqerrdu.", "Għandna ħafna art moxa għal raġunijiet finanzjarji u spekulattivi.", "Biss jekk m'aħniex se nieħdu deċiżjoni biex din il-fissazzjoni nneħuha u dik l-art li m'hi tagħmel xejn inħaddmuha, m'aħna se naslu mkien.", "Din hija waħda mill-affarijiet fundamentali u strutturali.", "Aħna għandna gżira li m'hi qed tagħmel xejn - qed nirriferi għal Filfla - għax fuqha hemm il-merill.", "Anke qabel kien hemm il-merill u kienet tinħadem.", "Din hija waħda mill-bravuri li għamel il-President li għandna u qal li biex ngħammru l-merill m'hu se jsir xejn fuq Filfla.", "Imma x'inhi r- raġuni vera?", "Biex ma niġġieldux ma' l-Ingliżi u nneħħu dawk il-balal li hemm fiq Filfla waħħalna fil-merill.", "Min jaf il-balal x'se jagħmlulu lill- merill!", "Jiġifieri l-merill jiddejjaq jekk naħdmu l-ħamrija imma ma jiddejjaqx li hemm il-balal!", "Issa dawn kienu żmenijiet meta konna aħna fl- oppożizzjoni u dawk in-nies li llum ħatfu l-partit f'idejhom għax għandhom il-media f'idejhom - tafu għal min qed ngħid imma issa ma rridux noqogħdu noħorġu ħafna ħmieġ fil-pubbliku - jaħsbu li lill-partit se jmexxuh minn imnieħru.", "Dawk dak iż-żmien kienu jagħmlu l-istess ħaġa.", "Meta xi ħadd mill-oppożizzjoni kien jagħmel xi kritika qawwija ħafna fuq din in-naħa, kienu jduru fuqu - għadhom hawn dawk li kienu jagħmlu hekk u kollha jistgħu jaħilfu - u jgħidulu: Le mhux hekk trid tagħmel għax aħna moderni.", "Ara tan- naħa l-oħra kemm huma moderni issa!", "Issa spiċċat il-modernita'?", "Meta aħna konna dik in-naħa kienu jgħidu li huma ċivili, moderni u dawn l- affarijiet.", "Allura jien issa qed ngħid li din Filfla rridu nużawha għal ħafna raġunijiet għax m''għandniex art biżżejjed.", "Kieku nistgħu nixtru biċċa art minn ta' ħaddieħor u nżiduha ma' tagħna, imma min se jagħtik l- art?", "Lanqas jekk l-art ma tkun qed tagħmel xejn, ħadd m'hu se jagħtik minn tiegħu!", "Min jaf il-ftit gżejjer li għandha l-Italja kemm iqumulha flus - dan mhux qed ngħidu biex nilgħab bil-kliem imma biex inkunu nafu xi tfisser ''sovranita'' - biex iżżommhom!", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn l-Italja tagħtina xi ħaġa lilna hija li ma tridx li Malta tiġi f'idejn ħaddieħor.", "Ħalli tkun f'idejna.", "Jekk jista' jkun tkun f'idejha għax dan l-interess tagħha.", "Jekk jista' jkun Malta tkun ma' l-Ewropa għax dan l-interess tagħha.", "Imma jekk aħna ngħidulha: Le sieħeb, mhux l-interess tagħna dan li nagħmlu hekk ....", "L-Italja jaqblilha tibża' għalina wkoll.", "Mur ara tixtrix xi biċċa art minn ta' l-Italja ħalli żżidha ma' tagħna għax qegħdin nikbru u m'għandniex fejn nespandu!", "Jekk ma nistgħux nakkwistaw mingħand ħaddieħor, aktar u aktar irridu nużaw bis-serjeta' dak li għandna u rridu naraw x'għandna nagħmlu u ma nagħmlux.", "Jiena dak inhar tajt is-suġġeriment tiegħi u dan jista' jinbidel għax hemm elf mod kif tilħaqhom l-affarijiet.", "L-uniċi nies li għal bidu jibżgħu huma dawk li jridu jispekulaw ħafna mhux ftit.", "Illum kulħadd jaf li jekk għandek art moxa u għada se jiġik il-permess, inti mhux 10% jew 100% se taqla' imma 600%.", "Pero' mbagħad sakemm jiġik il-permess jidħlu fatturi oħrajn, fatturi umani, fatturi ekonomiċi, b'wieħed jipprova jikkorrompi lill-ieħor u affarijiet bħal dawn.", "U aktar ma wieħed ikun kbir akbar ikunu d-dnubiet!", "Dan bħal meta wieħed ikollu dnubiet sesswali daqsxejn koroh u allura jrid iħallas aktar.", "Biex ma noqgħodx issa ....!", "Dak aħna ftit hawn fid-dinja.", "Dak se jdur kontra tagħna, mela ma jdurx.", "Dak diġa' huwa kontra tagħna mhux billi ngħidulu: Aħna taċ-ċittadin!", "Jekk aħna se naħsbu fil-ħaddiem, dak bilfors ikun kontra tagħna u għalhekk m'għandniex ngħidu dan il-ħafna kliem fil-vojt ta' ċittadin u mhux ċittadin.", "M'għandniex nibżgħu ngħidu li aħna partit tal-ħaddiema.", "Veru li għandna niddefinixxu l-frażi \"tal-ħaddiema\".", "Aħna ma rridux ngħidu li dawk li jaqgħu taħt din id-definizzjoni huma dawk biss li ma jafux jaqraw, dawk li ma jafux jiktbu, jew dawk li għandhom il-minimum wage.", "Lil dawn għandna ngħinuhom u l-komunita' għandha terfa' l-piż tagħhom.", "Imma l- ħaddiema m'humiex dawk biss imma dawk kollha li qegħdin fl-istat ta' taħt.", "Lil dawn in-nies aħna għollejnihom imma xorta ħaddiema għadhom.", "Kulħadd huwa ċittadin.", "Aħna lil dawk rridu nimmiraw li nolqtu għax huma s-sisien fuqhiex nistgħu nibnu kemm bħala nazzjon kif ukoll bħala partit.", "In-naħa l- oħra moħħhom mistrieħ għaliex hawn aħna naqbżu għalihom u huma għandhom spazju fil-klassijiet l-oħrajn.", "L-aħħar darba jiena semmejt l-Arċisqof u kien hemm ħafna li qalu li erġajna morna lura għall-antik meta kont niġġieled mal-Knisja.", "Kif tista' tgħid li rrid niġġieled mingħajr ma l-ewwel tara jekk dik hijiex xi ħaġa li l-Knisja tridx tagħmilha?", "Min jaqbad u jagħmel dawn l-affarijiet mingħajr ma tgħidlu inti?", "X'tippretendu li l-Knisja tiġi tgħidilna li għandha ħafna flus f'idejha għax kien hemm min kien ġeneruż ħafna magħha u issa se tagħtihomlna lura?", "Dan huwa antikwat?", "Mela kollox huwa antikwat għaliex kull ħaġa ġiet pruvata xi darba fid-dinja.", "Mela għiduli intom x'inhu modern u dawn l-affarijiet tgħiduhomlix hawn biss imma meta jogħġobkom tkellmuni għiduhomli fil-partit u fil-konferenza ġenerali.", "Jiena għandi ħafna aktar xi ngħid dwar dan pero' ma nixtieqx nieħu żmien aktar għax irid jitkellem il-Ministru.", "Sur President, jien la kelli u lanqas għandi ebda interess li nwaqqa' lil ħadd u se nivvota favur.", "Imma dan ma jfissirx li jiġri x'jiġri u nagħmlu x'nagħmlu biex nħammġu lill-partit, jiena se nibqa' f'din il- pożizzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, jien se nipprova nillimita ruħi għall- ħidma tad-dipartimenti li jidhirli li huma ewlenin u li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħi u huwa mportanti li fil-ħin li għandna available min-naħa tagħna niffokaw fuqhom.", "Naħseb li l-kritika li saret miż-żewġ naħat tal- Kamra, anke f'okkażjonijiet oħra, dwar id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, kienet ġustifikata.", "Jekk hemm dipartiment li nħoss li għandu jirrendi ħafna aktar u li fih aħna bħala gvern għandna l-impenn li nsaħħu l-isforzi tagħna, huwa bla dubju ta' xejn d-Dipartiment tat-Taxxi Interni, b'mod partikolari meta naraw l-ammont sostanzjali ta' flus li dan id-dipartiment irid jiġbor u li ilhom jakkumulaw għal bosta snin.", "Il-biżgħa tiegħi hi li dan id-dipartiment ġie watered down tul is-snin u din m'hijiex konsolazzjoni għalina bħala gvern.", "Il-ħidma tagħna fix-xhur li ġejjin trid tiġi ntensifikata f'dan ir-rigward għaliex dan huwa a revenue collecting source li huwa l-life blood ta' kull amministrazzjoni, hu x'inhu l-istil ta' tmexxija jew ideoloġija li biha qed jitmexxa l- pajjiż.", "Bħalissa għaddej proċess ta' ristrutturazzjoni biex dan id- dipartiment isir aktar effiċjenti, aktar cost effective - jekk hux se naslu jew le ż-żmien biss jagħtina parir - u t-taqsima ta' l- investigazzjoni u ta' l-auditing flimkien mat-taqsimiet tal-kumpanniji u tal-business se jissaħħu.", "Kif ħabbarna fil-budget, se jitwaqqaf unit tekniku legali, simili għal dak li għandhom l-Uffiċċju tac-CET - li kien l- Uffiċċju tal-VAT - biex ikun aktar faċli li jsir infurzar fil-ġbir ta' taxxa.", "Jien nittama li b'din l-istruttura d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jkun f'pożizzjoni li jiġbor fil-ħin aktar mit-taxxa dovuta u jara li t-taxxa verament titħallas minn kulħadd.", "Fil-fatt diġa' saru xi passi f'din id- direzzjoni.", "Jiena wieħed minn dawk li ma nħobbx noqgħod niftaħar, anzi dejjem ngħid li aktar ma jsir aktar ikun irid isir sforz intensiv.", "Mill- aspett pożittiv irrid ngħid li matul Settembru u Ottubru ta' din is-sena sar eżerċizzju biex jinġabru l-arretrati tat-taxxa li hija dovuta lid- dipartiment u minn dan l-eżerċizzju sar madwar 12,000-il ftehim mad- dipartiment biex jitħallsu l-arretrati tat-taxxa fuq medda ta' sena għall- kumpanniji u entitajiet kummerċjali u fuq perijodu ta' sentejn għall- ħaddiema u pensjonanti.", "Kif jistgħu jixhdu l-uffiċjali għoljin ta' dan id-dipartiment, aħna kellna meetings intensivi magħhom u qed nesiġu li fir-rigward ta' dawk li ġew jaqgħu u jqumu u lanqas biss ħassew il-ħtieġa li jagħmlu ftehim simili mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, il-liġi tiġi applikata bil-forza kollha.", "Kif diġa' ġie indikat f'okkażjonijiet oħra, biex jitħares aħjar l-interess tal-gvern fil-ġbir ta' taxxa u kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali, se jingħaqdu r-riżorsi li hemm fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u d- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ħalli jsir infurzar singolari u nittamaw li f'dan il-ġbir ikollna riżultati aktar mgħaġġlin, aktar effiċjenti u aktar effikaċi.", "Qegħdin nagħmlu wkoll pressjoni fuq l-MPO biex mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni jerġgħu jinġiebu lura nies li kienu diġa' jaħdmu f'dan id- dipartiment biex jiżdiedu n-nies għax għal dak li nixtiequ nagħmlu la għandna r-riżorsi fuq livell kwalitattiv u lanqas fuq livell kwantitattiv.", "Barra minn hekk għandna l-problema ta' chain of command fejn għandek uffiċjali għoljin li waslu biex joħorġu bil-pensjoni u oħrajn li għadhom kif ħarġu bil-pensjoni.", "Huwa mportanti li jkun hemm a management team ġdid, irrispettivament mill-eta' li jista' jkollu, li jkun jista' japplika ruħu b'ċertu dinamiżmu għall-isfidi kbar u importanti li għandu quddiemu d- Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Ma nistax ma nsellimx ukoll lid-Dipartiment tad-Dwana, liema dipartiment għen ħafna meta ġejna biex nintroduċu t-taxxa tas-CET - taqbel magħha jew ma taqbilx huwa immaterjali - u għamlu xogħol fejjiedi ħafna.", "Li kieku d- Dipartiment tad-Dwana m'għamilx l-input qawwi li għamel meta ġiet introdotta s-sistema ġdida ta' tassazzjoni, il-Gvern lanqas biss kien jirnexxielu jdaħħalha fil-pront, fil-ħemda u mingħajr skossi kif fil-fatt għamel.", "Fil-fatt id-Dipartiment tad-Dwana pprovda wkoll statistika minn fuq is-sistema ta' l-ASYCUDA li serviet bħala bażi importanti biex jittieħdu ħafna deċiżjonijiet u ġiet ippreparata u ppubblikata tariffa ġdida tad-dwana li fiha nnifisha hija biċċa xogħol kbira u voluminuża.", "La qed nitkellem fuq id-dwana rrid nuri l-apprezzament tiegħi għal kif ċertu re-deployment li sar dan l-aħħar - għalkemm għall-bidu dan kien ġie kritikat - wera li kabbar il-motivazzjoni tan-nies u saħħaħ l-effiċjenza ta' l-operat tad-dipartiment.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien biss bħala ministru responsabbli imma jgħiduh ukoll ir-riżultati li kellna f'dawn l- aħħar xhur f'dik li hija l-ġlieda kontra d-droga.", "Din hija ġlieda bla tmiem, qatt ma għandna nikkunslaw bil-kisbiet li nkunu għamilna imma rridu bħala apprezzament, jekk mhux għall-gvern għall-ħaddiema nnifishom, nuru l- impenn kbir li kien hemm mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dwana biex irnexxielna nagħmlu ċerti qabdiet kbar ta' eroina, biex isir surveillance aħjar fil-port u biex nintensifikaw il-ġlieda kontra l-kontrabandu tas- sigaretti għax din hija problema li għadha tifni sew lil pajjiżna.", "Il-miri ewlenin tad-Dipartiment tas-CET se jibqgħu li jispezzjonaw u jinvestigaw fuq operaturi tan-negozju, kif ukoll l-introduzzjoni tas- sistema ta' verifikazzjoni professjonali bbażata fuq random sampling biex jikkumbattu l-evażjoni tat-taxxa.", "Għalkemm ħafna kienu ddieħqu biha, inħoss li anke l-introduzzjoni tas-sistema ta' lotteriji li ntroduċejna, b'mod partikolari issa li estendejniha anke għall-irċevuti manwali, qed tgħin ukoll b'mod prattiku il-moralita' fiskali fil-pajjiż billi żiedet l- importanza li l-konsumatur jibda jitlob bi dritt l-irċevuta.", "Iżda naħseb li huwa tajjeb li fil-ħin li għandi nindirizzaw xi ftit mill-kritika li ġiet immirata lejn it-taxxa l-ġdida tas-CET mhux biss dik li saret fid- dibattitu tal-lum imma anke dik li saret f'okkażjonijiet oħrajn fejn kien hemm exchanges bejn gvern u oppożizzjoni.", "Tajjeb li wieħed jindirizza l- kritika ewlenija li saret min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għal din it-taxxa tas- CET.", "L-ewwel kritika kienet illi l-istima tad-dħul ta' Lm78 miljun mis-sistema tas-CET li ngħatat għas-sena ġdida li għandna quddiemna hija ammissjoni li l-Gvern se jdaħħal inqas mis-sistema tas-CET milli kien idaħħal mis-sistema tal-VAT, it-tieni kritika hija li r-rata tad-dħul mis-sistema tas-CET fl- ewwel erba' xhur tagħha kien ferm inqas minn kemm kien id-dħul tal-VAT fl- istess perijodu s-sena l-oħra jew fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena; u t- tielet kritika kienet li l-iżbilanċ finanzjarju tal-Gvern huwa tort tas- sistema tas-CET.", "Fl-aħħarnett kien hemm ukoll akkużi oħrajn li bis-sistema ġdida tas-CET żdiedet l-evażjoni tat-taxxa, se jintilef l-audit trail, kif ukoll naqset il-possibbilta' li tiġi nforzata l-liġi.", "Ħalli issa nindirizza ftit ftit din il-kritika.", "Mr Chairman, l-aktar kritika forceful li ppruvat tagħmel l-Oppożizzjoni kienet illi l-istima tad-dħul ta' Lm78 miljun mis-sistema tas-CET li ngħatat fil-budget hija ammissjoni li l-Gvern se jdaħħal inqas mis-CET milli kien idaħħal mis-sistema tal-VAT.", "Tajjeb li nieħu ftit ħin ta' din il-Kamra biex nuri kemm din l-allegazzjoni fil-fatt hija nfondata.", "Fl-1996 il-Gvern Nazzjonalista kien ikkalkula mis-sistema tal-VAT kien se jdaħħal Lm110 miljun.", "Fil-fatt spiċċa biex daħħal Lm78.6 miljun, jiġifieri tnaqqis ta' Lm31.4 miljun jew 28.5%.", "Għas-sena kurrenti l-Gvern Laburista kien stima li jdaħħal Lm90 miljun bejn VAT u CET.", "Din il-figura ġiet riveduta għal Lm80 miljun peress illi ammont ta' taxxa li qabel il-gvern kien idaħħal bħala VAT mhux se jdaħħalha bħala CET kif kien maħsub meta kienet għadha qed titfassal il-liġi tas-CET nnifisha, iżda se jdaħħalha, kif diġa' kellna l-okkażjoni li nispjegaw, taħt forom oħra ta' taxxi, speċjalment bħala excise duty u anke dik li hija import duty.", "L-indikazzjonijiet huma li dan l-ammont ta' Lm80 miljun se jinġabar kollu u hemm ċans tajjeb li se jinqabeż ukoll.", "Dan ifisser li minkejja li s-sistema tas-CET għadha lanqas biss bdiet taħdem sew, l-ammont ta' taxxa bejn VAT u CET għal din is- sena se jaqbeż sew dak tas-sena li għaddiet.", "Fil-fatt sa l-aħħar ta' Ottubru 1997, id-dħul mill-VAT kien ta' Lm 51.1 miljun u dak mis-CET kien ta' Lm16 miljun.", "Għas-sena d-dieħla l-Gvern qed jikkalkula li se jdaħħal Lm78 miljun li minnhom Lm75 miljun se jkunu CET u Lm3 miljuni se jkunu VAT.", "Din iċ-ċifra hija kwazi daqs kemm il-gvern daħħal kull sena mill-1995 sal- 1997 mis-sistema tal-VAT.", "Barra minn hekk din iċ-ċifra ma tinkludix ammont sostanzjali ta' taxxi li l-Gvern neħħihom mis-sistema tas-CET u se jdaħħalhom taħt forom oħra ta' taxxi.", "B'kollox dan l-ammont ilaħħaq għal madwar Lm6.8 miljuni u huma mqassmin f'diversi modi.", "Li kieku dawn l- ammonti kollha - m'għandix il-ħin li nidħol fihom fid-dettall - kellhom jibqgħu jinġabru bħala CET, kif kien jiġri taħt is-sistema tal-VAT, id-dħul globali mis-CET kien ilaħħaq għal madwar Lm92.8 miljuni jew kważi 18% aktar mill-ogħla ammont li l-gvern qatt daħħal f'sena waħda mill-VAT.", "It-tieni kritika li kellna hija li l-rata tad-dħul mis-sistema tas-CET fl- ewwel erba' xhur tas-sena kien ferm inqas minn kemm kien id-dħul tal-VAT fl- istess żmien is-sena l-oħra jew fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena.", "L- ewwelnett irrid nispjega li, s-sistema tas-CET, partikolarment fejn jirrigwarda l-ETP u l-ETS, għadha mhijiex fully operational u għaldaqstant wieħed ma jistax jikkompara r-rata tad-dħul mis-CET fl-ewwel erba' xhur, minn mindu daħlet, mar-rata tad-dħul mill-VAT fl-istess perijodu ta' żmien meta s-sistema tal-VAT kienet diġa' ilha taħdem għal sena u nofs.", "Lanqas ma jista' wieħed jikkompara r-rata tad-dħul mill-ETI li tinġabar mid- Dipartiment tad-Dwana mar-rata tal-VAT li kien jiġbor l-istess dipartiment taħt is-sistema ta' qabel, l-ewwelnett għaliex il-VAT li kienet tinġabar mid-Dipartiment tad-Dwana kienet tinkludi fiha element qawwi ta' refunds, u dan prattikament ma jgħoddx aktar fil-każ ta' l-ETI għax l-ammont ta' refunds li jista' jingħata lura huwa żgħir ħafna meta mqabbel mar-refunds tal-VAT, u t-tieni nett għaliex taħt is-sistema tas-CET ħafna mill-prodotti huma eżentati milli jħallsu t-taxxa at source.", "Dan jgħodd prinċipalment għall-materjal industrijali u makkinarju li taħt is-sistema tal-VAT kien soġġett għat-taxxa.", "Madanakollu l-indikazzjonijiet huma ċari li bis- sistema tas-CET il-Gvern se jirnexxielu jiġbor daqs kemm ġabar mis-sistema tal-VAT jew aktar.", "Jekk nieħdu x-xahar ta' Ottubru, minkejja li s-sistema tas-CET għadha mhijiex fully operational, id-dħul mis-CET biss kien ta' madwar Lm6.8 miljuni li huwa aktar mill-medja fix-xahar li l-gvern daħħal mis-sistema tal-VAT minn mindu bdiet taħdem fl-1995.", "Kemm verament irrendiet is- sistema tal-VAT wieħed għad irid jara għax wieħed jista' jkun jaf biss wara li jkunu tħallsu r-refunds kollha li suppost jitħallsu taħt din is-sistema.", "Irrid nagħmilha ċara li jekk wieħed jifli kemm il-gvern daħħal taxxa gross kull sena mit-taxxa tal-VAT u kemm ħareġ f'refunds isib li r-rata tar- refunds żdiedet kull sena u kollox juri li se tkompli tiżdied aktar ma s- sistema tal-VAT toqrob lejn it-tmiem tagħha.", "Wieħed isib illi fl-1995 għal kull lira li daħħalna bħala VAT il-gvern kellu joħroġ 16-il centeżmu refund.", "Fl-1996, għal kull lira li daħħal kellu joħroġ 29 ċenteżmu u din is- sena sa issa, il-gvern kellu joħroġ 'il fuq minn 25 ċenteżmu għal kull lira li daħħal mill-VAT.", "Din iċ-ċifra ta' l-aħħar mistennija tikber aktar ma s- sistema tal-VAT toqrob lejn it-tmiem tagħha.", "Fil-fatt matul l-aħħar erba' xhur ir-rata ta' refunds telgħet għal 35 ċenteżmu għal kull lira li l-Gvern daħħal bħala VAT.", "Għaldaqstant huwa inutli li wieħed isemmi kemm daħħal il- Gvern bħala taxxa tal-VAT u jipprova jqabbel dan ma' kemm il-gvern irnexxielu jdaħħal taxxa tas-CET għax għad hemm ammonti kbar ta' refunds tal-VAT li għad iridu jitħallsu lura lit-taxpayers.", "Bis-sistema tas-CET il-problema ta' refunds spiċċat u ċ-ċifri tad-dħul tal-gvern minn din t- taxxa huma reali uwieħed jista' joqgħod fuqhom.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel hu li l-iżbilanċ finanzjarju tal-Gvern huwa tort tas-sistema tas-CET.", "Kulħadd jaf li l-liġi tas-CET daħlet fis-seħħ fl- 1 ta' Lulju, 1997 u għaldaqstant wieħed ma jistax jgħid li l-iżbilanċ tal- Gvern huwa tort tas-sistema l-ġdida ta' tassazzjoni meta dan l-iżbilanċ ilu ġej minn qabel l-1995 u meta s-sistema tas-CET għadha bil-kemm hija fully operational.", "Tant hu hekk li filwaqt li s-sistema ta' l-ETI bdiet taħdem f'Lulju, is-sistemi ta' l-ETP u l-ETS bdew jaħdmu xahrejn ilu biss, jiġifieri f'Settembru u lanqas bdew jaħdmu għal kollox.", "Filwaqt li mad- Dipartiment tas-CET b'kollox hemm madwar 48,000 persuna reġistrata għal skop ta' taxxa, s'issa madwar 22,000 minnhom biss kien imisshom iħallsu xi ammont ta' taxxa ta' l-ETP jew ta' l-ETS.", "Irrid ngħid ukoll li filwaqt li kull sena persuna reġistrata u li topera 'l fuq mit-threshold trid tħallas l-ETP jew l-ETS fuq il-valur ta' l-attivita' ekonomika li tagħmel matul is- sena kollha, madwar 10,000 ruħ ħallsu t-taxxa dovuta fuq xahar wieħed biss filwaqt li madwar 12,000 ħallsu fuq xahrejn biss.", "Imbagħad hemm il-punt l-ieħor importanti li filwaqt li d-Dipartiment tas- CET jaqsam in-numru ta' taxpayers fi 12-il stagger, s'issa ħallsu t-taxxa żewġ staggers ta' taxpayers, wieħed f'Settembru u l-ieħor f'Ottubru.", "Għaldaqstant jekk wieħed isarraf it-taxxa dovuta mill-ETP u l-ETS f'disa' xhur, isib li t-taxxa li l-Gvern ġabar s'issa hija ta' madwar 27% biss ta' l-ammont attwali ta' taxxa li l-Gvern suppost ġabar f'dawn l-erba' xhur minn kemm ilha taħdem is-sistema tas-CET li kieku s-sistema ta' l-ETP u ta' l-ETS kienu fully operational.", "Jiena xtaqt nitkellem aktar fuq dan is- suġġett imma forsi jkolli din l-opportunita' darb'oħra.", "Jiena rrid ninnota l-isforzi li qed isiru fid-Dipartiment tat-Teżor sabiex dan itejjeb aktar l-operat tiegħu permezz ta' taħriġ ta' staff, ta' espansjoni ta' sistemi kompjuterizzati kif ukoll permezz ta' reviżjoni ta' proċeduri eżistenti bil-ħsieb li d-dipartiment jilħaq bl-aħjar mod possibbli l-funzjonijiet kollha tiegħu.", "Żewġ problemi li hemm bżonn li jiġu rimedjati minnufih huma n-nuqqas ta' staff f'dan id-dipartiment kif ukoll l-inadegwatezza tal-bini.", "Appena sirt ministru kont mort hemmhekk u ġejt milqut b'mod negattiv mill-qagħda mwera ħafna ta' dan id-dipartiment.", "Għalhekk jien kont tajt struzzjonijiet sabiex din il-problema tiġi rimedjata, pero' kif jaf kulħadd li fiċ-ċivil l-affarijiet jimxu b'pass ta' nemla wisq u jekk ma timmbuttahomx tispiċċa biex ma tasal imkien.", "Dipartiment ieħor li għandu ċerta importanza bħala revenue raising huwa dak tal-Lottu Pubbliku.", "Fil-budget qed ngħidu li l-fondi ta' dan id- dipartiment għandhom imorru għall-proġetti speċifiċi marbutin ma' l- edukazzjoni, mas-saħħa, ma' l-abbuż mid-droga, ma' l-alkoħol u mal-kultura.", "Wieħed irid jinnota li dan id-dipartiment mexa b'ċertu ritmu kif rifless miż-żieda fin-net profit tiegħu ta' dan l-aħħar.", "Bħalissa qed nemendaw ċerti liġijiet - għadna fi stadju ta' Kumitat - u daħħalna l-element ta' preżunzjoni biex fl-istess ħin jagħmilha aktar diffiċli għall-organizzaturi tal-logħob illegali li jkomplu bil-prattika tagħhom.", "Hawnhekk ta' min jinnota s-sehem attiv li qed jagħtu l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku, anke f'fora internazzjonali, li permezz tiegħu qed jiġu esposti għal aktar ideat moderni dwar dak li jkun għaddej fil-qasam tal-lottu u tal- lotteriji ġewwa l-Ewropa.", "Hawnhekk irrid insellem l-għażla ta' l-Awditur Ġenerali li dwarha qablu iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Huwa veru li llum l-Awditur Ġenerali ma jaqax taħt ir-responsabbilta' ta' dan il-ministeru, iżda rrid nuri l-apprezzament tiegħi għall-kunsens li kien intlaħaq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex l- Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jsir entita' awtonoma responsabbli lejn il- Parlament.", "Illum l-Awditur Ġenerali għandu s-setgħa li jagħmel rapporti speċjali lill-Kamra dwar l-effiċjenza, l-ekonomija u l-effettivita' ta' l- operat tal-gvern, u aħna nawguraw li huwa stess, bil-fondi addizzjonali li ġew ivvotati mill-Gvern f'dan il-budget, ikollu l-għodda neċessarja biex ikun jista' jaqdi dmiru bl-aktar mod effikaċi possibbli.", "Irrid insellem ukoll lid-Dipartiment ta' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l- Istatistika li l-ewwelnett għamel xogħol fejjiedi ħafna fuq l-iżvilupp ta' leġislazzjoni ġdida li taħseb għat-twaqqif ta' l-Istitut Nazzjonali ta' l- Istatistika.", "Fil-fatt, il-ġimgħa d-dieħla se nwaqqfu Statistics Board - dwaru nagħtu aktar informazzjoni lill-pubbliku fil-mument opportun - li se jkollu lis-Sur Reno Camilleri bħala chairman.", "Dan il-board se jieħu ħsieb it-tranżizzjoni mis-sistema preżenti ta' l-istatistika għal waħda aktar awtonoma u jkun responsabbli mhux biss lejja bħala ministru imma anke lejn dan il-Parlament kif diġa' għamilna fil-każ ta' l-Awditur Ġenerali.", "Nittamaw li anke fuq dan jirnexxielna nsibu l-kunsens ta' l-Oppożizzjoni.", "Bla dubju ta' xejn l-akbar sforz tad-Dipartiment tal-Kuntratti kien biex jiġu ppubblikati u aġġudikati numru ta' kuntratti li se jiġu ffinanzjati taħt il-Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja fi żmien stipulat mill- istess Protokoll biex il-finanzjament Taljan ma jintilifx.", "Mr Chairman, xtaqt issa ngħid kelmtejn fuq dipartiment li ħafna nies bilkemm jafu li jeżisti imma li jaqdi funzjoni mportanti ħafna u nħoss li qed jirsisti ħafna anke f'dik li hija termini ta' effiċjenza.", "Qed nirriferi għall-Uffiċċju tal-Proprjeta' Industrijali.", "Fil-fatt bħalissa għaddej xogħol fuq l-abbozz ta' liġi ġdid rigward it-trademarks.", "Dan qed jitfassal skond il-livelli internazzjonali kemm tal-WIPO, l-għaqda dinjija dwar proprjeta' intellettwali, u l-WTO u huwa mistenni li jitlesta sa Ġunju tas-sena d-dieħla.", "Fil-fatt saru konsultazzjonijiet mal-WIPO biex tidentifika dawk is-setturi li jistgħu jingħataw aktar għajnuna teknika u wara li l-liġijiet proposti jgħaddu mill-Parlament, il-Gvern jittama li jkun jista' jinnegozja kondizzjonijiet biex Malta effettivament taderixxi għat-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar dik li hija proprjeta' intellettwali.", "Dwar il-Borża ta' Malta, irrid ngħid li n-negozju tagħha matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena kien ħames darbiet aktar mis-somma tas-sena l- oħra.", "Din is-sena l-Borża ħejjiet programmi edukattivi ġodda fuq it- televiżjoni, fuq ir-radju u anke fuq il-gazzetti u hemm il-ħsieb ukoll illi jiġu ntrodotti sistemi elettroniċi li jippermettu lill-brokers li jagħmlu negozju mill-uffiċċju tagħhom stess u li s-sezzjonijiet tan-negozju jibdew isiru kuljum.", "Dan għandu jgħin sabiex l-investitur ikun moqdi aħjar u biex tiżdied il-likwidita' fis-suq.", "Il-Borża sa fl-aħħar qed taħseb biex timplimenta deċiżjoni li kellha tieħu żmien ilu biex tmur f'bini ġdid fejn illum hemm is-Central Mail Room.", "F'April ta' din is-sena rajna r-Reġistru tal-Kumpanniji jiġi ntegrat fiċ- Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji u l-aktar punt li nixtieq nisħaq fuqu huwa l-fatt illi dan iċ-ċentru mpenja ruħu bis-sħiħ biex isaħħaħ l-operat tiegħu.", "Aħna nafu li l-leġislazzjoni li kien hemm kienet maqbula bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra u għalkemm il-kummissjoni ta' Dr. Mario Felice ippreżentat formalment ir-rapporti tagħha l-bieraħ, fejn fis-sustanza aktar qed jitkellmu fuq interpretazzjoni milli fuq tibdil ta' liġijiet - nittama li wara din il-laqgħa nkun nista' ngħaddi kopja konfidenzjali lill-kelliemi ta' l-Oppożizzjoni dwar il-finanzi - hemm xi modifiki żgħar għal-liġijiet infushom u aħna nwiegħdu li dawn il-liġijiet jiġu modifikati biss jekk jirnexxielna nilħqu qbil ma' l-Oppożizzjoni, ħalli nżommu t-tradizzjoni li ġiet stabbilita tul is-snin li f'dak li għandu x'jaqsam ma' financial services mhux biss ikun hemm kontinwinita' imma jkun hemm bipartisan support ta' din il-leġislazzjoni, ħalli nagħtu lill-barrani l-messaġġ ta' stabbilita' illi jixraq lil dan is-settur.", "Qegħdin nagħtu l-impenn tagħna wkoll sabiex malli jippermetti l- parliamentary business tagħna, ngħaddu l-Insurance Business Act - nafu li din il-liġi ilha ġejja taħt diversi amministrazzjonijiet imma issa jidher li kollox huwa finalizzat fuqha - u bħal-leġislazzjonijiet l-oħra li kienu saru taħt l-amministrazzjoni l-oħra li kienu mmudellati fuq l-EU directives, aħna se niżguraw li minkejja li għandna pożizzjoni differenti ma' l-Unjoni Ewropea, l-Insurance Business Act tkun immudellata fuq il- European Union directives anke f'dan ir-rigward għall-kontinwita'.", "Qabel ma ngħaddi għal xi ħaġa oħra nixtieq insellem lill-uffiċjali ewlenin li huma responsabbli mill-Bank Ċentrali, mill-MFSC u mill-iStock Exchange u dan qed ngħidu bla ebda riflessjoni fuq l-individwi kompetenti li kienu jokkupaw dawn il-karigi qabel.", "Waħda mill-complaints li kont nirċievi malli dħalt fil-ministeru tiegħi kienet illi donnu ma kienx hemm sinerġija bejn dawn it-tliet istituzzjonijiet ewlenin, anzi kultant kien jgħaddi ż-żmien qabel ma dawn in-nies jiltaqgħu u jiddiskutu bejniethom il- marketing plans, il-marketing strategies u l-ħidma tagħhom għall-ġejjieni.", "Aħna pajjiż ċkejken b'riżorsi limitati u huwa importanti ħafna li istituzzjonijiet bħal dawn ikollhom sinerġija effettiva bejniethom.", "Qed nieħu gost illi twaqqaf standing committee bejn il-Bank Ċentrali, il-Malta Financial Services Centre u l-iStock Exchange ħalli b'hekk ikun hemm liaison aktar effettiv u aktar bdil ta' informazzjoni bejniethom.", "Nixtieq nirriferi wkoll għall-fatt li Malta bħalissa għandha ħeġġa kbira li taderixxi mal-Financial Action Task Force on Money Laundering, FATF, illi diġa' għandu 26 pajjiż firmatarju għalih.", "Aħna nemmnu li wara li nkunu evalwajna l-40 rakkmandazzjoni li tressqu għall-konsiderazzjoni tagħna, jekk aħna naslu biex naderixxu għall-FATF, inkunu qed inżidu aktar il-prestiġju ta' Malta bħala ċentru li mhux biss jemmen fis-servizzi finanzjarji imma huwa wkoll kontra l-money laundering fil-prattika u mhux fit-teorija biss.", "Ħalli niġu issa għal METCO.", "Għalkemm il-ħin li baqagħli biex nitkellem fuq il-METCO huwa limitat, dan bl-ebda mod ma jirrifletti xi nuqqas ta' importanza min-naħa tagħna lejn din l-organizzazzjoni, anzi għax aħna nħossu li l-METCO dejjem qdiet funzjoni importanti taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet.", "Kuntrarju għal dak li ġara qabel, fejn il-METCO dejjem kienet tiġi mwiegħda awment fis-subvention tagħha u qatt ma ġie rrealizzat xejn, din is-sena, minkejja l-constraints finanzjarji, aħna żidna s-subvention b'Lm150,000.", "Din forsi m'hijiex somma kbira imma meta wieħed jipparagunaha mal-budget tal-METCO isib li dan huwa ammont proporzjonalment sodisfaċenti u l-feedback li għandi huwa li d-diriġenti tal-METCO huma sodisfatti b'din iż-żieda għax ħassewha bħala għarfien tar- rwol importanti li din l-organizzazzjoni għandha fil-promozzjoni tal- kummerċ barrani.", "Huwa ironiku li gvernijiet oħrajn qatt ma żiedu dan il- vot minkejja talbiet ripetuti li kienu jsirulhom ta' kull sena.", "Rigward kummerċ barrani, ma nistax ma nsemmix il-ftehim milħuq mar- Repubblika Ċiniża u qed nittamaw li l-Joint Committee kummerċjali bejn iż- żewġ pajjiżi jiltaqa' fiż-żmien il-Għid ġewwa ċ-Ċina.", "Irridu nirrikonoxxu li ċ-Ċina dejjem kellha l-aqwa relazzjonijiet ma' gvernijiet Maltin għalkemm ovvjament il-breakthrough kienet saret taħt Gvern Laburista u aħna qegħdin nittamaw li nkomplu nibnu fuq il-pedamenti sodi li kienu saru fir- relazzjonijiet bejn Malta u dan il-pajjiż li għalkemm huwa mbiegħed, huwa ħabib ħafna tagħna.", "Niġu issa għall-istrateġija ġenerali tal-budget.", "Li ma semmewx tan-naħa l-oħra huwa li din id-darba għandna target li l-ispiża rikorrenti, jekk ma nżidux magħha l-public debt servicing, għandha tkun aktar baxxa mid-dħul ordinarju.", "Fil-fatt inħoss li jekk nilħqu dan l-oġġettiv inkunu diġa' għamilna pass żgħir imma importanti 'l quddiem.", "Kien hemm min qalilna li l-budget ma kien fih xejn biex ikattar it-tkabbir ekonomiku.", "Jiena ngħid li min hu serju jirrikonoxxi l-fatt illi l-aġġustamenti strutturali li qegħdin nimmiraw lejhom huma fihom infushom inċentiv għall-investiment.", "Jekk naraw x'qed jiġri fl-emerging economies ta' l-Ewropa Ċentrali kif ukoll tal-Lvant, u f'ċerti pajjiżi tan-North Africa bħall-Marokk u t- Tuneżija li mexjin sew lejn market economy, insibu li l-għan ewlieni tagħhom huwa li l-ewwel jindirizzaw il-fundamentals ewlenin u jġibu ċertu ordni fid-dar tagħhom.", "Dak huwa proprju li qegħdin nagħmlu aħna min-naħa tagħna u dak huwa l-messaġġ li għaddejna lill-IMF meta kellna konsultazzjonijiet magħhom ġewwa Hong Kong.", "Meta kellimnihom f'Settembru dawn ma setgħux ma jaqblux ma' dawn il-parametri.", "Issa nittama li ma jerġax jiġi l-Onor.", "Dalli u jitkellem kif tkellem ftit ilu fuq it- televiżjoni waqt dibattitu politiku.", "F'din l-okkazjoni l-Onor.", "Dalli qal li l-IMF qiegħda hemmhekk biss biex tagħtik parir u daqshekk.", "Lill-Onor.", "Dalli ngħidlu li hu jitkellem hekk għax pajjiżna għadu sal-lum ma ġiex dipendenti fuq din l-organizzazzjoni għax kieku kien ikollu jbiddel id-diska minnufih.", "Aħna tkellimna ma' ekonomisti u l-ewwel reazzjoni tagħhom kienet illi l-miżuri li fih il- budget huma deflationary u mhux miżuri inflationary kif ipprovaw ipinġuhom tan-naħa l-oħra fid-diversi interventi li għamlu f'dawn l-aħħar jiem.", "Xtaqt issa ngħid xi ħaġa fil-qosor fuq it-taxxa fuq il-banek u l- introduzzjoni tal-capital assets declaration.", "Fuq it-taxxa tal-banek, apparti milli nenfasizza l-fatt illi din hija a one-off tax, intenni dak li diġa' tennejt pubblikament, illi aħna moralment ħassejna ruħna ġustifikati li nagħmlu dak li għamilna iżjed u iżjed meta ż-żewġ banek ewlenin kienu talbu lura madwar ¥5 miljun f'dawk li huma VAT refunds f'dawn l-aħħar sentejn u nofs billi sfruttaw loophole fit-tassazzjoni tal-VAT.", "Issa, jekk din kenitx tax avoidance flok tax evasion hija kwestjoni ta' semantika, imma nħossu li moralment kellna raġun f'dak li għamilna.", "Fuq il-kwestjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-assi kapitali, għalkemm aħna naċċettaw il-kritika mingħand kulħadd u nagħtuha l-weight illi jixirqilha, inħoss li kien hemm xi ħadd partikolari li kien iebes iż-żejjed magħna meta tkellem fuq din it-taxxa - qed nirriferi għaċ-chairman ta' l-FOI - u pprova jdaħħal suspetti żejda u bla bażi.", "Aħna ħassejna li minkejja l-kjarifika li għamilna min-naħa tagħna, xorta waħda baqa' jtambar fuq dawn is- suspetti, anzi beda jgħid illi l-Gvern għamel backtracking exercise.", "Dan m'hu minnu xejn għaliex backtracking exercise ma jfisser xejn ħlief li tkun daqqejt l-irtirata.", "Jiena kulma kont għamilt huwa li elaborajt fuq dak li kien diġa' ċar fil-budget, u dan m'għamiltux għax kellna nbiddlu xi ħaġa mill-pożizzjoni tagħna imma għax ħassejt li minħabba t-ton allarmista li bih ħareġ min sa ftit ilu kien qed jgħidilna li hemm bżonn nattakkaw l- evażjoni tat-taxxa bil-mezzi kollha, kelli nagħmel din l-ispjegazzjoni.", "Sar ħafna paroli li b'riżultat ta' din il-miżura mill-budget 'l hawn kellna flight of capital, pero' jiena vverifikajt ma' l-awtoritajiet tal-Bank Ċentrali dwar dan u dawn ikkonfermawli li ma kien hemm l-ebda flight of capital evidenti f'dan ir-rigward.", "Mr Chairman, ħalli naqbad punt ieħor li ta' min wieħed jitkellem fuqu.", "F'okkażjoni minnhom Onor. Dalli qal illi fl-1996, li kieku ma kienx għall- flus li ħarġu fi qmuħ, arretrati ta' pagi u pensjonijiet, kieku d-deficit kien ikun ta' ¥50 miljun minflok ta' ¥110 miljun.", "Aħna rajna x'ħareġ fi qmuħ u x'ħareġ f'arretrati, u sibna li d-differenza kienet biss ta' ¥11 miljun u mhux ta' ¥60 miljun kif allega l-Onor.", "Dalli.", "Naħseb li kien ikun aktar għaqli kieku din il-Kamra ingħatat spjegazzjoni ta' kif id-deficit kien ittrippla f'sena waħda biss taħt l-amministrazzjoni l-oħra.", "Fil-fatt dik is-sena l-bilanċ kurrenti kien qaleb għan-negattiv bil-borrowing requirement tal-pajjiż jeċċedi n-nefqa kapitali nnifisha.", "Fil-fehma tiegħi, l-akbar żball u l-akbar qerq politiku min-naħa ta' l- Oppożizzjoni sar meta din ippruvat tagħti l-impressjoni li d-deficit ta' l- 1996 kien riżultat ta' żviluppi li seħħew matul dik is-sena biss.", "Min jifhem jintebaħ mill-ewwel li kien hemm build-up ta' diversi fatturi li kien ilu għaddej tul is-snin u li wassal għal din is-sitwazzjoni.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn tan-naħa l-oħra qegħdin jitkażaw bil-bejgħ ta' l-ishma li qegħdin nipproponu, meta parti mid-dħul tagħhom tul is-snin kien proprju bbażat minn sale of assets.", "In-naħa l-oħra jmissha spjegat ukoll kif tul is-snin l-ispiża tal-gvern kibret b'rata aktar mgħaġġla mid- dħul tiegħu, bix-shift minn tassazzjoni diretta għal dik indiretta tonqos milli żżomm it-tkabbir fir-revenue tal-gvern tas-snin ta' qabel.", "L-agħar aspett kien li t-tkabbir fl-ispiża tal-gvern kien infieq rikorrenti, karatteristika li ntweriet u kibret tul is-snin disgħin.", "Jekk min-naħa l- oħra nħarsu lejn l-ispiża kapitali, insibu li din baqgħet relattivament waħda stabbli.", "Daqstant ieħor huwa preokkupanti l-fatt, u anke l-mod, illi bih kiber id-debt servicing ta' pajjiżna tant li llum sar komponent sinifikanti ta' l-ispiża rikorrenti tal-gvern.", "Filwaqt li fl-1988 dan kien biss ta' ¥7 miljun, fl-1996 kien diġa' tela' għal ¥29.9 miljun.", "Imbagħad mill-1996 'il quddiem il-fiscal deficit eċċeda saħansitra n-nefqa kapitali tal-gvern filwaqt li s-self tal-gvern eċċeda l-fondi li kienu qegħdin jiġu deployed għall-akkwist u għall-formazzjoni ta' assi ġodda.", "Ta' min jiġbed l-attenzjoni tal-Kamra wkoll li tul dawn l-aħħar snin il-Gvern Nazzjonalista kellu 'l fuq minn ¥43 miljun f'dawk li huma sale of assets u ma naħsibx li huwa għamel dan għal raġunijiet ideoloġiċi biss.", "Punt ieħor li n-naħa l-oħra naqset milli ssemmi kien il-fatt li kien hemm tnaqqis fir-revenue tal-gvern proprju minħabba fit-tnaqqis ta' qliegħ ta' korporazzjonijiet fis-settur pubbliku.", "Dan l-aħħar ġbart informazzjoni dwar il-budgetary performance tal-Gvern Nazzjonalista tul l-1996, l-aktar billi dawn taw l-impressjoni li l-affarijiet marru l-baħar fl-ewwel xahrejn ta' Gvern Laburista.", "Fil-fatt ta' min wieħed isemmi li għalkemm it-target tagħhom kien deficit ta' 3.2% b'paragun mal-GDP, fl-ewwel quarter bejn Jannar u Marzu dan kien diġa' tela' għal 9.2%, fis-sitt xhur bejn Jannar u Ġunju tela' għal 10.3% filwaqt li sa Settembru dan kien tela' għal 12.4%.", "Kien biss il-fatt li l-affarijiet stabbilizzaw ruħhom xi ftit fl-aħħar tliet xhur li dan kien niżel għal 9.1%.", "Jiġifieri meta saret l-elezzjoni l- persentaġġ kien saħansitra akbar milli sibnih aħna fl-aħħar ta' din is- sena.", "Dan juri li sa Marzu ta' l-1996 is-sitwazzjoni kienet diġa' ħarbitlu sew lill-Gvern Nazzjonalista.", "Mr Chairman, bil-permess tiegħek, fil-ħin limitat li bagħaqli nixtieq nirriferi għall-famuża memo - li ssemmiet spiss - ta' l-Onor.", "Dalli lill- Kabinett Nazzjonalista u li l-kontenut tagħha qatt ma ġie żvelat lil din il- Kamra jew lil hinn minnha.", "Il-Ministru Dalli ħejja din il-memo f'nofs Lulju ta' l-1996 li setgħat waslet għand il-Prim Ministru u għand il- Priorities and Planning Sub-Committee iżda milli jidher qatt ma resqet quddiem il-Kabinett kollu.", "Tajjeb li ngħidu li din il-memo ħadet bħala punt tat-tluq tagħha l-budgetary deficit ta' ¥39 miljun li suppost kellu l- Gvern Nazzjonalista fl-1996.", "Hekk kif żviluppat is-sena finanzjarja, l-ex- Ministru tal-Finanzi beda jara li ċerti income targets ta' revenue sources ma kenux se jintlaħqu.", "Fil-fatt fil-memo bassar tnaqqis nett ta' ¥25 miljun fid-dħul primarjament minħabba l-VAT f'dak li huwa sejjaħ bħala the result of a hefty downturn in VAT receipts.", "Min-naħa l-oħra l-Ministru Dalli kien qed jara li filwaqt li l-ispiża kapitali kienet se taqbeż ¥2.5 miljun mis-somma approvata, dik rikorrenti kienet se tiżdied b'¥25 miljun.", "Fil-fatt f'Lulju l-Onor.", "Dalli kien diġa' qed jara quddiemu deficit ta' mill-inqas ¥86 miljun.", "Għalkemm skond il- memo tal-Ministru Dalli, il-Gvern ried jissellef aktar, dan ma kienx possibbli għaliex kien hemm shortage qawwija ta' flus fuq is-supply side.", "Fil-fatt, l-Onor.", "Dalli dak inhar mal-memo tiegħu kien għemeż comparative statement tal-cash flow movements ta' l-1995 u ta' l-1996.", "Il-partit li llum qed jgħajjar lilna bil-bejgħ ta' l-assi għaliex qed jgħid li qed nagħmlu dan għaliex għandna bżonn il-flus, kien irraġuna li kien hemm bżonn li ċerti dħul minn bejgħ ta' assi jimmaterjalizzaw jekk il- Gvern ried itejjeb il-qagħda finanzjarja tiegħu.", "Dak inhar, kulħadd jaf li l-focus tagħhom kien fuq il-White Rocks Complex, fuq l-ex-proprjeta' tal- Knisja u fuq l-ishma tal-Mid-Med Bank.", "Huwa tajjeb li meta tkellem dwar il- VAT compliance, il-Ministru Dalli kien ammetta li anqas nies kienu qegħdin jagħmlu dan.", "Fil-fatt fil-memo tiegħu kien qal li \"VAT compliance seems to be decreasing\".", "Huwa ta' min jinnota li f'din il-famuża memo, fost il- miżuri li l-Gvern kien qed jikkonsidra, kien hemm inċentiv lill-konsumatur biex jibda jitlob l-irċevuta fiskali permezz ta' lotterija.", "Għalkemm l- Onor. Dalli dejjem kien isostni li l-infieq huwa diffiċli biex tikkontrollah, meta kien ministru, fil-memo tiegħu lill-Kabinett, kien qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"In an effort to correct an escalating budget deficit, some corrective action needs to be considered also from an expenditure point of view.\".", "Għalkemm ma tantx baqagħli ħin għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nikkwota biċċa oħra minn dak li qal l-Onor.", "Dalli.", "Ftit ilu f'artiklu f'\"The Times\", l-Onor.", "Dalli ta x'jifhem li d-deficit kien problema primarja ta' l- 1996 biss iżda fil-memo tiegħu lill-Kabinett huwa kien qal hekk:", "\"This unhappy situation does not appear to be limited to 1996 but is expected to recur in 1997, even though VAT revenue is being estimated to go up to ¥100 million.\"", "Dan kollu juri l-istat ta' fatt li meta l-ministri tal-Partit Nazzjonalista kienu fil-gvern, ikkonfermaw l-element strutturali ta' dak li ħallew warajhom.", "Nixtieq li qabel nagħlaq ngħid kelmtejn fuq il-Korporazzjoni Enemalta għaliex inħossni fid-dmir li nitkellem dwarha.", "Irrid nispjega l-fatt li dak li għamilna dwar id-dawl ma sarx b'xi sens ta' kapriċċ min-naħa tagħna biex nippenalizzaw liċ-ċittadini Maltin.", "Quddiemi għandi l-Enemalta Corporation Financial Projections għat-tliet snin ending 30th September 2000 - li 'l quddiem se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra - liema dokument jgħid hekk:", "\"The situation holds true also in the case of electricity tariff rates which have not been revised upwards for the past 16 years.", "This despite the extensive capital investment incurred to be able to increase generation/distribution capacity in these last years or so.\".", "Li hawn inkwetanti huwa li kieku l-Enemalta ma żiditx it-tariffi tagħha kif għamlet din id-darba, kienet se tibqa' tikser il-Liġi ta' l-Enemalta nnifisha, u se nispjega għaliex.", "It-tielet paragrafu ta' artiklu 20 tal- Liġi dwar l-Enemalta jistipola li l-korporazzjoni għandha tiżgura li l- prezzijiet ta' l-elettriku għandhom dejjem jipprovdu li l-Enemalta jkollha sufficient revenue biex tkopri l-operating expenses tagħha inklużi t-taxxi, id-depreciation, u l-interest costs, li jkollha flus biżżejjed biex tilqa' l-loan repayments tagħha u jkollha flus biżżejjed biex ikollha riżervi biex tiffinanzja parti sostanzjali mill-cost ta' l-operazzjonijiet kollha tagħha.", "Dan kollu juri li meta aħna ħadna l-miżuri li ħadna ma kellna l- ebda alternattiva u li dak li sar ovvjament ma sarx b'xi sens ta' kapriċċ biex nippenalizzaw lil xi ħadd, la kbir u lanqas żgħir, fost is-soċjeta' Maltija.", "Mr Chairman, fil-ftit ħin li fadalli nixtieq inrodd ħajr lill-Kumpannija LIMSUK għax-xogħol li għamlet matul din is-sena.", "Illum dawn m'għadhomx joperaw mill-post li kellhom li kien mikri b'kera għolja mingħand ħu ex- Ministru Nazzjonalista imma qegħdin joperaw mit-Trade Centre fejn hemm il- METCO u l-MIMCOL u minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena huma esportaw lejn il-Libja 247 container li jammontaw għal total ta' US$13.6 miljun, u li huma kollha prodotti li ġejjin b'kollox minn 41 kumpanniji tat-tessuti li gawdew minn din ix-xirja.", "L-aħħar kumment tiegħi huwa fuq l-MOBC li kellha performance tajba ħafna matul din is-sena u nixtieq nitkellem ukoll dwar il-pjan ta' żvilupp ekonomiku kif imsemmi fid-Diskors tal-Budget.", "Ix-xogħol fuq dan il-pjan miexi tajjeb ħafna u nittamaw li wara li jkollu l-inputs neċessarji fih mid- diversi sorsi differenti u li wara li jsiru l-konsultazzjonijiet neċessarji mal-korpi kollha kostitwiti, sal-ħabta ta' Marzu 1998 inkunu f'pożizzjoni li nippubblikaw dan il-pjan b'mod uffiċjali għall-benefiċċju tas-soċjeta' Maltija in ġenerali.", "Nagħlaq b'punt ta' kjarifika għal xi ħaġa li staqsa l-Onor.", "Dalli fl- intervent tiegħu.", "L-Onor.", "Dalli staqsa kif il-Malta Shipbuilding ma tissemma imkien fil-budget.", "Jiena nikkonferma li l-Malta Shipbuilding din is-sena se tingħata treasury clearance advance ta' ¥4 miljun, u dan qed nagħmluh għax aħna nemmnu li billi dan huwa loan b'kondizzjonijiet speċifiċi, m'għandhiex tibqa' d-drawwa ta' l-imgħoddi li dan joħroġ min- naħa tal-Fond Konsolidat.", "Bħall-kelliema l-oħra, jiena wkoll kelli ħafna iktar xi ngħid, pero' intenni biss li aħna nħossu li l-budget li għamilna huwa wieħed li qed jitfa' l-ekonomija Maltija fid-direzzjoni tajba, huwa budget li għandu jwassal għall-ewwel passi tal-qawmien ekonomiku u finanzjarju ta' pajjiżna u huwa budget li aħna nemmnu sinċerament li għandu jibda jindirizza l- problema tad-deficit ta' dan il-pajjiż b'mod effettiv.", "Nixtieq issa nitlob il-permess tal-kumitat sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li semmejt aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Financial Projections tal-Korporazzjoni Enemalta għat-tliet snin li jagħlqu fit-30 ta' Settembru 2000, maħruġ fl-14 ta' Awissu 1997.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 20 imressqa mill-Onor.", "Michael Frendo.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fin-12.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għal Vot 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "112", "FAVUR: 34", "L-Onor", "Abela Tony Galea Pace Victor Agius Francis Gatt Austin Bonnici Josef Gonzi Lawrence Bonnici Michael Hyzler George Borg Joe Mifsud Bonnici Antoine Borg Tonio Mugliett Jesmond Cassar Joe Muscat Claude Dalli John Muscat Richard D'Amato Helen Psaila Savona Joe De Marco Guido Pullicino George Debono Giovanna Pullicino Orlando Jeffrey Deguara Louis Refalo Michael Farrugia Jean Pierre Tabone Anton Fenech Adami Eddie Vassallo Edwin Frendo Michael Vella John Galea Censu Zammit Ninu Galea Louis Zammit Dimech Francis", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "Abela Carmelo Farrugia Noel Abela Joseph Grech Edwin Agius Chris Gulia Gavin Attard Montalto John Herrera Jose' Bartolo Evarist Mangion Charles Borg Karmenu Mintoff Dom Brincat Leo Mizzi Joe Buhagiar Charles Pace Bertu Buhagiar Louis Portelli Alfred Camilleri Maria Refalo Anton Cardona Chris Sant Alfred Chircop Karl Sceberras Trigona Alex Cilia Joe Schembri Adami Sandro Dalli Helena Spiteri Lino Debono Grech Joe Vassallo Adrian Farrugia Anglu Vella George Farrugia Joe Vella Karmenu Farrugia Michael", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-voti kollha tal- Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ waħda wara l-oħra.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 20 - MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,296,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru 1997 din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "113", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "Abela Carmelo Farrugia Noel Abela Joseph Grech Edwin Agius Chris Gulia Gavin Attard Montalto John Herrera Jose' Bartolo Evarist Mangion Charles Borg Karmenu Mintoff Dom Brincat Leo Mizzi Joe Buhagiar Charles Pace Bertu Buhagiar Louis Portelli Alfred Camilleri Maria Refalo Anton Cardona Chris Sant Alfred Chircop Karl Sceberras Trigona Alex Cilia Joe Schembri Adami Sandro Dalli Helena Spiteri Lino Debono Grech Joe Vassallo Adrian Farrugia Anglu Vella George Farrugia Joe Vella Karmenu Farrugia Michael", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "Abela Tony Galea Pace Victor Agius Francis Gatt Austin Bonnici Josef Gonzi Lawrence Bonnici Michael Hyzler George Borg Joe Mifsud Bonnici Antoine Borg Tonio Mugliett Jesmond Cassar Joe Muscat Claude Dalli John Muscat Richard D'Amato Helen Psaila Savona Joe De Marco Guido Pullicino George Debono Giovanna Pullicino Orlando Jeffrey Deguara Louis Refalo Michael Farrugia Jean Pierre Tabone Anton Fenech Adami Eddie Vassallo Edwin Frendo Michael Vella John Galea Censu Zammit Ninu Galea Louis Zammit Dimech Francis", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 20 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 21 - TEŻOR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,205,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Teżor, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 21 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 22 - PENSJONIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 735,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Pensjonijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 22 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 23 - TAXXI INTERNI Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,596,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 - Taxxi Interni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 23 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 24 - DWANA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 4,446,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 - Dwana, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 24 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 25 - TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,862,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 - Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjonijiet taħt il-Vot 25 għaddiet", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 26 - STATISTIKA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 598,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 26 - Statistika, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjonijiet taħt il-Vot 26 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 27 - KUNTRATTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 327,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 27 - Kuntratti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjonijiet taħt il-Vot 27 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 28 - KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 514,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - Kummerċ, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjonijiet taħt il-Vot 28 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 29 - IMPORTAZZJONI U KUMMERĊ DOMESTIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,943,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 29 - Importazzjoni u Kummerċ Domestiku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjonijiet taħt il-Vot 29 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT IV - MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,857,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot IV għaddiet.", "Fis-12.40 p.m. il-Kamra rriużmiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29 u IV tal-Ministeru tal- Finanzi u Kummerċ kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lum il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 fis-2.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1998", "It-Tnax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-Kamra hija aġġornata għal-lum il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 fis-2.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fin-12.42 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TOROQ - PROĠETTI", "10101.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9878, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar taħt liema vot se jsir ix- xogħol ta' kisi ta' asfalt/tarmac, fl-inħawi tal-Belleview (numru sew ta' toroq) kif wkoll ix-xogħol konness ma' Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Xogħol li jsir f'diversi lokalitajiet tat-tip imsemmi mill-Onor.", "Interpellant isir taħt wieħed minn dawn it-tliet voti:", "Vote IX Capital", "Item 23 - Sundry road improvements Item 24 - Hot and cold asphalt programme Item 25 - Levelling and asphalting of private streets", "PA - PERMESSI", "10102.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9891, 9893 u 9894?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "SAĦĦA - ANTIBIOTIĊI", "10108.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9938?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it- tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - ĦLAS TA' SAHRA", "10112.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid, globalment, kemm tħallas overtime matul l-1997 lill-membri tal-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-ħlas globali li sar lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fir-rigward ta' overtime minn Jannar sa Ottubru 1997, kien ta' Lm595,558.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "10113.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Xahar b'xahar, mill-1.1.97, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il reat ta' serq ġie rapportat lill-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' każijiet ta' serq irrapportati lill-Pulizija, xahar b'xahar, bejn Jannar u Ottubru 1997 kien kif jidher hawn taħt :", "|Jannar |477 | |Frar |415 | |Marzu |568 | |April |677 | |Mejju |667 | |Gunju |577 | |Lulju |682 | |Awissu |805 | |Settembru |728 | |Ottubru |656 | |TOTAL |6252 |", "TASK FORCES", "10114.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il task force ġiet maħtura minnu fl-oqsma differenti tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - TFAL FUQ IL-MINI BUSES", "10132.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3979, jista' l-Ministru jara illi l-proċeduri normali jiġu mibdula, meta dan in-numru huwa esaġerat u jista' jkun ta' periklu, kif diġa' kellna każ riċentement?", "Peress li filwaqt li l-adulti huma bil-liġi obbligati li jilbsu s-seat belts, għat-tfal tagħna m'hemm xejn li jirregolarizza dan, jistgħu jittieħdu xi miżuri f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TOROQ - DAWL FIT-TOROQ", "10133.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4102, jista' l- Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru mal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali?", "Jekk saru, x'kienu l-konklużjonijiet?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta kellha diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali dwar is-servizzi ta' dwal fit-toroq, iżda, minħabba li dawn id- diskussjonijiet ma kinux konklussivi, ma nħossx li għandi nagħti tagħrif ieħor għalissa.", "GĦAWDEX - BINI TA' SEGRETERIJA", "10134.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7725, jista' l-Prim Ministru jgħid, issa li spiċċa x-xogħol ta' l-irranġar fuq l-imsemmija segreterija, kemm huwa l-ammont totali ta' flus li ħarġu għal dan ix-xogħol kollu?", "Jista' jgħid meta s-segreterija se tkun miftuħa għal pubbliku?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - ĠIBJUNI", "10135.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta u jekk hux se jissewwew il-ġibjuni li jinsabu bil-ħsara ġewwa l-Għasri?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - OPERATURI TAL-LANEĊ", "10136.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid għaliex operaturi tal-laneċ li jġorru t-turisti ma jitħallewx jorbtu l-laneċ tagħhom ġewwa l-Menqa f'Marsalforn biex iniżżlu lit-turisti sabiex iduru l-ħwienet kif ukoll biex jieklu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mhux minnu li \"operaturi tal- laneċ\" li jġorru t-turisti ma jitħallewx jorbtu l-laneċ tagħhom ġewwa l- Menqa f'Marsalforn biex iniżżlu t-turisti.", "Tant hu hekk li man-naħa ta' ġewwa tal-moll ta' Marsalforn, l-Awtorita' Marittima waħlet tabella li tindika li l-moll jista' jintuża biss biex jinżlu u jitilgħu il- passiġġieri.", "Wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-Menqa ta' Marsalforn hija zgħira u jrid ikun hemm kooperazzjoni mill-istess operaturi tal-laneċ biex kulħadd ikun jista' jopera.", "GĦAWDEX - VILLA RUNDLE", "10137.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4694, jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex issa li għaddew seba' xhur, għadu lanqas biss inbeda x-xogħol?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ix-xogħol ta' pavimentar f'Villa Rundle jinbeda meta jitlestew ix-xogħlijiet ta' l-istallazzjoni tad-dawl."]} {"filename": "19971020_126d_par.doc", "date": "1997-10-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 126 It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 126", "It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "126", "It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 1997", "WERREJ MINUTI 276", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 276", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 283", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR LOCAL AND OTHER LOANS (AMENDMENT) BILL (KUMITAT U TIELET QARI) 284 ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (IT-TIENI QARI) 304", "MOZZJONIJIET RIŻOLUZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TA' KUMMISSJONI DWAR L-INDUSTRIJA TAL-BINI F'MALTA (KONTINWAZZJONI) 311", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.2) EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.2) BILL (VOTAZZJONI) 314", "AĠĠORNAMENT 315", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 320", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 125 li saret fl-20 ta' Ottubru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - MARD INFETTIV", "8368.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mard infettiv rrapportati s-sena l- oħra u din is-sena u jagħti breakdown ta' kemm kien in-numru għal kull marda infettiva?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SAĦĦA - ENDOSCOPY", "8369.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' l-endoscopy din is-sena u x'tip ta' endoscopy kienu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' endoscopies li saru fl-Isptar San Luqa bejn Jannar 1997 u Awissu 1997 kien ta' 3,276, mqassma hekk :-", "|Cystoscopies | 833 | |bougie cystoscopies |80 | |prostate biopsies |48 | |oesoghogastro |1235 | |-duodenoscopies | | |colonoscopies |453 | |bronchoscopies |155 | |proctoscopies |378 | |ERCP's |48 | |oħrajn |46 | |TOTAL |3276 |", "FORZI ARMATI - ROAD BLOCKS", "8370.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-AFM din is-sena u x'kien ir-riżultat s'issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Mill-1 ta' Jannar, 1997 sat-30 ta' Settembru, 1997 il-Forzi Armati ta' Malta wettqu 566 road block f'Malta u 88 f'Għawdex.", "B'kollox ġew iċċekjati 6,664 vettura.", "Matul dan il-perijodu, total ta' 42 persuna ġew mgħoddija lill-Pulizija minħabba sejbiet ta' ammonti żgħar ta' sustanzi suspettati li kienu droga.", "Ġew maqbuda wkoll żewġ karozzi misruqa u pistola kkargata.", "Ma' dawn, ġew irraportati wkoll 188 kontravvenzjoni li eventwalment kollha ġew riferuti lill-Pulizija.", "PULIZIJA - ROAD BLOCKS", "8371.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks mill- Pulizija din is-sena u x'kien ir-riżultat s'issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8083 fis-seduta numru 123 tal-15 ta' Ottubru, 1997.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "8372.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tat ċitazzjonijiet is- sezzjoni tal-Pulizija tat-Traffiku u kemm tellgħu nies il-qorti din is- sena, u għaliex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi lista ta' ċitazzjonijiet mogħtija mill-Pulizija tat-Traffiku din is-sena, sal-31 ta' Awissu.", "Ma tinżammx statistika separata ta' kemm jittellgħu persuni l-qorti minn sezzjoni partikolari tal-Pulizija.", "Kull persuna li ma tħallasx it-traffic offence ticket tiġi mressqa l- qorti.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, jiena persważ li l-Prim Ministru, bħal kulħadd, huwa mħasseb biż-żieda ta' traffic accidents fatali f'pajjiżna, l- aħħar tnejn f'dan il-weekend.", "Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il- Kamra jekk il-Pulizija, in vista ta' l-irresponsabbilta' li kultant inkunu ħatja tagħha aħna stess, jien l-ewwel wieħed, li qed juru ħafna sewwieqa - mhux qed nirriferi għal dawk li mietu - hijiex qiegħda tagħmel pjan aġġornat biex tattakka l-għemil tas-sewwieqa fit-toroq?", "Huwa evidenti - u dan jirriżulta mhux biss mill-għadd ta' dizgrazzji fatali, li jista' jiddispjaċina biss għalihom mingħajr ma noqogħdu nidħlu fil-mertu ta' kif saru, anke għal min isuq każwalment fit-toroq - li dan il-pajjiż qiegħed jiġġennen fejn jidħol it-traffiku.", "M'hemmx regolamenti, m'hemmx attenzjoni u assolutament m'hemm l-ebda rażan.", "Jaf il-Prim Ministru li din hija xi ħaġa li rrimarka fuqha l-bieraħ stess espert tat- traffiku mqabbad mill-maġistrat ta' l-għassa fir-rigward ta' l-aħħar dizgrazzji fatali li kellna f'Tas-Sliema?", "Fiċ-ċirkostanzi jħoss - kif naħseb li jħoss; il-mistoqsija qed nagħmilha rettorika - li għandu jkun hemm pjan akut u immedjat?", "Dak li kien qed jiġri s'issa m'huwiex biżżejjed u allura għandu jkun hemm pjan aġġornat li bih turi li l-Pulizija hija konxja li teħtieġ tittieħed azzjoni ġdida, vigoruża u minnufih.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, jiena naqbel ma' l-Onorevoli ħabib tiegħi li f'dan il-qasam hawn problema akuta u jekk nibqgħu sejrin hekk din se twassal għal-livell ta' kriżi.", "Illum stess kellna diskussjoni fil- Kabinett fuq din il-problema u spuntat l-idea li hemm bżonn naraw x'jista' jsir mhux biss fuq il-livell tal-Pulizija imma anke fuq livelli differenti wkoll.", "Per eżempju, jirriżulta li waħda mill-affarijiet li wieħed jista' jinnota f'ċerti inċidenti li qed ikun hemm sewqan kmieni fil-għodu minn nies li jkunu qejjin min-night spots.", "Allura wieħed jista' jistaqsi jekk il- ħinijiet li fihom in-night spots qed jinżammu miftuħin matul il-lejl huwiex eċċessiv b'mod li żgħażagħ li jkunu qegħdin isuqu lura fil-għodu kmieni minn fejn qabel ikunu xorbu mhux ħażin, ikunu għajjenin u allura dan qed iwassal għal sewqan perikoluż.", "Allura, apparti mill-fatt li l-Pulizija għandha tkun impenjata bil-kbir ħalli nassiguraw li r-regolamenti tat- traffiku jiġu enforzati, apparti kif qal Dr Micallef Stafrace, dalgħodu jew il-bieraħ, li għandu jkun hemm impenn iktar fl-edukazzjoni tat-traffiku, għandna naraw ukoll jekk ċerti drawwiet ta' aġir soċjali li qed jiżviluppaw f'pajjiżna għandniex nirriflettu fuqhom minħabba li qed iwasslu għal din il-problema u dan aktar u aktar bin-numru ta' karozzi dejjem jiżdied fit- toroq tagħna.", "Il-Kabinett dalgħodu ddeċieda li għandhom jiltaqgħu l-ministeri li għandhom x'jaqsmu mal-Pulizija, mat-trasport u mas-saħħa, biex nevolvu kumitat li jippjana malajr kemm jista' jkun kif dawn l-oqsma differenti jistgħu jmexxu 'l quddiem eżerċizzju ġdid ħalli nilqgħu għal din il- problema.", "Dan l-eżerċizzju jrid jitħaddem malajr kemm jista' jkun għaliex ma nistgħux nibqgħu sejrin b'din ir-rata ta' disgrazzji, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda taċċellera.", "Il-ħsieb tagħna hu li jkun hawn kumitat, li jkun taħt il-presidenza ta' Dr Micallef Stafrace - jekk jaċċetta; I'm thinking aloud bħalissa - b'rappreżentanza tal-Pulizija u b'rappreżentanza wkoll tal-ministeru tas-saħħa jew ta' espert fil-qasam tas- saħħa biex fi żmien ta' tlieta, erbgħa jew ħames ġimgħat joħroġ bi pjan komprensiv li jkopri b'mod ċar il-qasam tal-Pulizija u jkopri wkoll l-oqsma l-oħra ta' mġieba soċjali li hemm bżonn issa f'sens responsabbli li naraw jekk għandniex nevolvu politika aktar stretta f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk m'iniex sejjer żball diġa' kien hemm leġislazzjoni ppreparata dwar il-breathalyser test.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li, qabel jew waqt li jkun hemm dan il-kumitat, idaħħal fis-seħħ din il-liġi?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, l-abbozz relattiv fil-każ tal- breathalyser huwa avvanzat ħafna.", "Il-ministeru għat-trasport u l-ministeru tas-saħħa qegħdin jiddiskutu l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-livelli tal- konċentrament ta' alkoħol fid-demm u l-avvjament ta' dan l-abbozz miexi 'l quddiem u se jibqa' miexi 'l quddiem, indipendentement minn dak li għadni kemm għidt ftit ilu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jiena naħseb li barra li nħarsu lejn il-breathalyser test, huwa importanti wkoll li nħarsu lejn l-introduzzjoni ta' l-MOT, żewġ affarijiet li kienet qiegħda taħdem fuqhom l- amministrazzjoni ta' qabel, kif ukoll dik ta' issa.", "Qed ngħid dan għaliex naħseb li s-soluzzjonijiet ma tistax tarahom iżolament għax ma tistax tara kampanja edukattiva biss imma trid tara kollox ma' kollox.", "Importanti wkoll li tidħol ftit iktar għaġġla fir-riforma tad-doveri tal-pulizija, speċifikatament fid-devoluzzjoni taċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku, li titkellem fuqhom id-domanda.", "Illum il-kawżi depenalizzati taċ-ċitazzjonijiet, jiġifieri dawk li jinstemgħu wara nofs inhar mill-kummissarji tal-ġustizzja, huma effiċjenti ħafna pero' kull darba li jkun hemm dawn is-seduti jkollok madwar 50 pulizija hemmhekk biex jixhdu fuq ċitazzjonijiet ta' no parking, fuq seat belts u fuq ipparkjar ta' karozzi fuq il-bankini.", "Dawn huwa affarijiet li faċilment jistgħu jagħmluhom il-wardens u b'hekk ma nimpenjawx dan in-numru ta' pulizija darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa fil-qorti.", "L-istess nista' ngħid għas-seduti hekk imsejħa \"tat-traffiku\" li jsiru mill-maġistrati fil-għodu.", "Għal dawn is-seduti, minflok 50 pulizija, ikollok madwar 70 jew 80 pulizija, għax dawn is-seduti jinvolvu ċitazzjonijiet ta' kolliżjonijiet, ta' eċċess ta' dħaħen u affarijiet bħal dawn u jkollok dan in-numru kbir ta' pulizija għaliex ħafna drabi dawn iċ- ċitazzjonijiet jingħataw mill-pulizija tat-traffiku li ġeneralment ikunu tlieta flimkien.", "Jiena naħseb li b'sistema ta' wardens imħaddma tajjeb mill-kunsilli lokali - din tidħol fir-riforma li qed issir fil-Korp tal- Pulizija - niffrankaw x-xogħol tal-pulizija u jkollna sistema aktar effiċjenti.", "Ma nafx jekk il-Prim Ministru jistax jikkummenta fuq il-ħsieb li għandu l-Gvern sabiex jaċċellera iktar milli huwa maħsub preżentement id-dħul tal- wardens fit-tħaddim tas-sistema tal-kunsilli lokali biex b'hekk norbtu kollox ma' din ir-riforma li qed issir fil-Korp tal-Pulizija u l-ħteġijiet li hemm bżonn biex wieħed jirregola t-traffiku b'mod iktar serju.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR: ALFRED SANT: Ċertament li din hija kwestjoni interessanti fis- suġġetti li qegħdin nitrattaw.", "Min-naħa tiegħi, jiena ninsab aktar anzjuż li jkollna l-modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija miexja 'l quddiem, anke fuq il-bażi ta' l-abbozz ta' liġi li se nressqu minn hawn u ftit ieħor.", "Bħalissa qiegħda ssir it-traduzzjoni bl-Ingliż ta' dan l-abbozz qabel jitressaq quddiem dan il-Parlament fis-sura finali tiegħu għad-diskussjoni.", "Jiena nemmen li huwa kruċjali li jkun hemm streamlining tax-xogħlijiet tal-pulizija u għalhekk qed isiru sforzi min-naħa taċ-Ċivil u min-naħa tal- Pulizija biex ikun hemm dan l-istreamlining ħalli l-pulizija jkunu aktar iffokati fuq ix-xogħol tagħhom.", "Ħafna mill-problemi kienu qed jinħolqu min- nuqqas ta' ffokar f'ċerti oqsma tax-xogħol tal-pulizija u allura, f'ħafna każijiet kien qed ikun hemm, u qed ikun hemm sal-lum, ċertu ammont ta' duplikazzjoni ta' riżorsi u ħela ta' żmien.", "Jiena nemmen li fuq dan il-binarju permezz ta' l-iffokar tar-riżorsi tal- Pulizija u l-isteamlining ta' l-istrutturi tagħhom, inkunu f'pożizzjoni aħjar biex nirrispondu għall-problema li qed jirrileva l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Fid-dawl ta' din il-problema tat-traffiku, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra s-sistema ta' points għad-drivers?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din hija waħda mill-ideat tajbin li ġew rilevati lilna, kemm min-naħa tal-Kanada u mingħalija anke mill-Awstralja.", "Din hija sistema fejn min jinqabad jagħmel kontravvenzjoni ta' ċerta serjeta' jitlef numru ta' punti.", "Jekk jibda bi 15-il punt, l-ewwel jitlef ħames punti, imbagħad jitlef għaxra u jekk imbagħad jispiċċa taħt ċertu numru jitlef il- liċenzja tas-sewqan.", "Allura b'din is-sistema taqbad aħjar - kważi b'mod awtomatiku - lil min qiegħed jabbuża.", "Frankament, biex inkun ċar, safejn naf jien għad m'hemmx pjani diretti sabiex tidħol din is-sistema imma nikkonferma li ġiet diskussa u nemmen ukoll li wara li nkunu aċċertajna ċerti strutturi tal-modernizzazzjoni li jkunu qed jaħdmu b'mod tajjeb, imbagħad nimxu għal din is-sistema li fl-opinjoni tiegħi hija sistema tajba.", "L-Onor.", "Gatt semma s-sistema ta' l-MOT.", "Kif tafu, din ħarġet white paper fuqha u ħarġu ċerti ideat.", "Irrid ngħid pero' li minkejja l-fatt li din is- sistema tqanqal ċerta impopolarita', beħsiebna nimplimentawha b'mod li tkun raġonevoli, b'mod li ma tpoġġix ċerti piżijiet żejda fuq iċ-ċittadini u ċertament b'sens ta' responsabbilta' għaliex l-istock ta' karozzi fit-toroq tagħna kemm jista' jkun irid ikun stock ta' karozzi li huma roadworthy u li tabilħaqq jipproteġu lis-sewwieq.", "Imbagħad ma' dan iridu niżguraw li jkun hemm sewwieqa li jżommu ċerta dixxiplina fit-toroq.", "MADMAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk baqax pulizija li qed jagħmlu xi xogħol klerikali, li m'għandux x'jaqsam strettament maż- żamma tax-xogħol ta' l-ordni pubblika?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nemmen li għad baqa' imma ma jidhirlix li baqa' ħafna.", "L-eżerċizzju li sar biex inneħħu l-pulizija li qed jagħmlu xogħol klerikali u nitfgħuhom fuq xogħol li huwa direttament tal-pulizija mexa 'l quddiem.", "Kellna l-problema li ridna nsibu nies miċ-Ċivil biex jidħlu u jagħmlu dan ix-xogħol għax ma kenitx idea tajba li nneħħu lill-pulizija minn fuq ix-xogħol klerikali u ndaħħlu nies ġodda minflokhom, għaliex inkella minflok inkunu qegħdin nużaw il-flus b'mod iktar effettiv inkunu qegħdin inżidu l-piżijiet finanzjarji.", "Allura sar eżerċizzju li permezz tiegħu ġew identifikati nies miċ-Ċivil li setgħu jagħmlu dan ix-xogħol klerikali tal-pulizija, bdew jingħataw it-taħriġ meħtieġ u bil-mod il-mod ħdimna fuq proċess li bih il-maġġoranza sħiħa tal-pulizija li kienu qed jagħmlu xogħol klerikali tneħħew minn fuq dan ix-xogħol.", "Għad baqa' numru ristrett ħafna ta' pulzija li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol pero' l-ħsieb huwa li minn hawn u ftit ieħor dan il-proċess ikun terminat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-qrati hemm drawwa li fl-opinjoni tiegħi tinvolvi ħafna ħin tal-pulizija għal xejn.", "Qed nirriferi għas-seduti hekk imsejħa \"tad-distrett\", fejn il-Pulizija tagħmel il-prosekuzzjoni u fejn jiġu ttrattati rapporti li jsiru fl-għases.", "F'dawn is-seduti jtellgħu lis- surġent, per eżempju, imħarrek mill-Pulizija stess sabiex jixhed, imma dan kull darba ma jixhidx għas-sempliċi raġuni li ġeneralment ikun każ ta' hearsay u allura, ladarba dan ikun għamel rapport, il-maġistrat jibagħtu 'l barra pero' l-Pulizija, minkejja li jafu li se jitla' għalxejn, jibqgħu jħarrkuh.", "Jista' l-Attorney General, per eżempju, jagħti direttiva biex lil dawn il-pulizija ma jħarrkuhom xejn ladarba ma jkunux se jixhdu?", "Naħseb li dan huwa ħela ta' ħin pero' milli jidher ħadd m'hu qed jieħu l- briga sabiex din jagħmliha.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-proċess ta' modernizzazzjoni li qegħdin naħdmu fuqu ġew rilevati għadd ta' proċeduri li jaħdmu fuqhom il-Pulizija u, kif qal l-Onor.", "Interpellant, huma time wasting aktar minn ħaġa oħra.", "Bħalissa qegħdin fil-proċess li nidentifikawhom u nagħmlu streamlining tagħhom, dejjem in line ma x'tgħid il-liġi eżattament illum.", "Jiġifieri huwa veru li hemm ċerti proċeduri legali li huma mibnija fil-liġi li jwasslu, anke permezz tal-proċeduri amministrattivi li ġew segwiti, biex ċerti proċeduri jibqgħu jsiru anke jekk m'għadhomx jagħmlu sens.", "Allura l-idea tagħna hija li tidħol liġi ġdida li tagħtina l-ispazju biex ikun hemm dan l- istreamlining ta' proċeduri li m'għadhomx jagħmlu sens u b'hekk ikunu jistgħu jitneħħew.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena napprezza l-modernizzazzjoni, l-istreamlining u t-tibdil ta' proċeduri, pero' bir-rispett kollu din li għadni kemm semmejt hija xi ħaġa li jgħixha kull avukat, kemm ta' din in-naħa kif ukoll tan-naħa l-oħra, u jafuha l-ispetturi tal-pulizija li huma prosekuturi.", "U kulma jrid isir huwa li xi ħadd jgħid biex lil dawn in-nies ma jħarrkuhomx iktar għaliex dan qed jinvolvi ħafna ħela ta' ħin.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirx li huwa daqshekk faċli għaliex xejn m'hu faċli f'din id-dinja.", "Din mhijiex kwestjoni li xi ħadd jagħti ordni biex lil dawn in-nies ma jħarrkuhomx iżjed għaliex mid-dehra jista' jkun hemm xi proċeduri preċedenti li jridu jsegwuhom.", "Allura l-aħjar li jsir huwa li nneħħulhom kollox f'salt permezz ta' streamlining tal-liġi.", "TURIŻMU - VAPURI TAT-TURISTI", "8373.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vapuri tat-turisti li żaru l-gżejjer tagħna din is-sena?", "Kemm ġarrew turisti dawn il-vapuri?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru)(f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Skond informazzjoni miġbura mill- Ufficċju Ċentrali ta' l-Istatistika, in-numru ta' vapuri tal-passiġġieri li żaru l-gżejjer Maltin minn Jannar sa Ġunju 1997 kien ta' 74, waqt li n- numru ta' passiġġieri għall-istess perjodu kien ta' 42,031.", "ETC - JOB PLACEMENTS", "8549.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC matul Lulju, 1997?", "Kemm placements kienu mas-settur privat u kemm placements saru mill- Job Centre minn Ħal Far u minn Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Il-placements li saru matul Lulju 1997 huma kif ġejjin:", "|Parastat| |23 | |ali | | | |Privat |Ħal Far |113 | | |Job Centre (Malta) |86 | | |Għawdex |1 | | |Job Centre |1 | | |(Għawdex) | |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna, dejjem jekk għandu l- informazzjoni hawnhekk, jekk instabux xi mpjiegi permezz tax-xogħol li l- ETC tagħti lill-kunsilli lokali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ovvajment ir-risposta għal din il-mistoqsija trid tingħata minn min hu responsabbli.", "Jiena m'għandix din l-informazzjoni fil-file u allura nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel mistoqsija bil-miktub lill-ministru konċernat.", "IMPJIEGI", "8550.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal impjiegi matul Lulju 1997 mis-servizz pubbliku, minn enti statutorji, minn enti u kumpanniji li l- gvern direttament jew indirettament għandu mill-anqas nofs l-ishma tagħhom u mis-settur privat, u jindika d-dipartiment, enti jew kumpannija kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): It-talbiet li saru matul ix-xahar ta' Lulju mis-settur privat kien ta' 256 u t-talbiet li saru minn entijiet statutorji u minn entijiet u kumpaniji li l-gvern direttament jew indirettament għandu mill-inqas nofs ishma tagħhom kien ta' 103.", "Qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi x-xogħol mitlub f'kull każ mis-settur pubbliku, esklużi d-dipartimenti tal-gvern.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "8551.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol għall- ewwel darba f'Lulju 1997?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba matul ix-xahar ta' Lulju 1997 kien ta' 755.", "VAPURI", "8552.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vapur u kemm total ta' tunnellaġġ ġie rreġistrat f'Lulju 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru W774.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, ir-risposta li l-Ministru rrifera għaliha tgħid li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fl-annual report u allura jiena rrid nistenna l-annual report biex inkun nafha.", "Fil-fatt, qabel ma ngħatat dik it-tweġiba, il-Ministru kien jagħti dawn iċ-ċifri xahar b'xahar regolarment.", "Allura s-suspett tiegħi huwa li xi ħadd ddeċieda li m'għandux jagħtihom iktar u għalhekk appella lill-Ministru biex nerġgħu mmorru għas-sistema ta' qabel.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, huwa veru li dawn iċ-ċifri qabel konna nagħtuhom, pero' dawn jiġu ppubblikati fl-annual report u allura l- Onor. Interpellant jista' jarahom fl-annual report li jmiss.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm vapuri li ma baqgħux irreġistrati taħt il-bandieta Maltija fl-istess xahar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, din hija mistoqsija kompletament differenti u ma nistax nirrispondiha off hand.", "(Interruzzjonijiet) L- istatistika ta' kemm jinqatgħu u kemm jiġu rreġistrati vapuri toħroġ darbtejn fis-sena.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'riferenza għar-risposta preċedenti li tani l- Ministru, xorta waħda ma nistax nifhem għaliex l-informazzjoni li tlabt qabel kienet tingħata u issa xi ħadd iddeċieda li m'għandhiex tingħata aktar.", "Din hija informazzjoni li tkun available għall-ministeru u tant tkun available li qabel kienet tingħata xi għaxart ijiem jew 11-il ġurnata wara li jkun għalaq ix-xahar.", "Issa biex inkunu nafu informazzjoni li hija readily available fil-ministeru rridu nistennew annual report li l-figura ta' Jannar, 1997 jagħtihielna f'Marzu, 1998.", "Ma naħsibx li dan huwa l-mod kif wieħed għandu jittratta lil dan il-Parlament, anke meta tikkonsidra l- fatt li nafu li dawn iċ-ċifri jiġu kkompilati kull xahar mid-dipartiment u l-Ministru jirċevihom kull xahar ukoll.", "Jiġifieri li noħolqu battibek fuq xi ħaġa li hija pubblika u m'hijiex xi sigriet ta' l-Istat, naħseb li hija xi ħaġa li m'għandhiex tiġri f'dan il-Parlament.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jiena naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li dan mhuwiex xi sigriet ta' l-Istat imma hija prattika li l- Awtorita' Marittima toħroġ l-istatistika darbtejn fis-sena u jekk jara l- aħħar statistika li ħarġet sitt xhur ilu jsib kollox fiha.", "Lill-Onor.", "Interpellant ngħidlu wkoll li l-istatistika li jmiss ħierġa dalwaqt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Georege Hyzler, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Allura għandi nifhem li minn issa 'l quddiem, ġaladarba dalwaqt ħiereġ l-annual report, kwalunkwe mistoqsija li se ssir f'dan ir-rigward m'hijiex se tingħata tweġiba?", "F'dak il-każ, din hija policy li hija adottata biss minn dan il-ministeru, jew hija policy li se jadottaw anke ministeri oħrajn għal dawn it-tip ta' mistoqsijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena ma nafx x'qed jifhem l-Onor.", "Interpellant għaliex jiena m'iniex qiegħed f'moħħu.", "Pero' rrid ngħidlu li fejn joħorġu annual reports u fejn ikun hemm statistika li tiġi ppublikata kull xahar, ma naħsibx li għandu jinħela l-ħin tad-dipartiment biex nirrispondu għal tali mistoqsijiet.", "X'se jagħmlu ministeri oħrajn ma nistax ngħidlu, jiena qiegħed nitkellem għall-ministeru tiegħi.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li l-istess mistoqsijia ġieli ssirilna għaxar darbiet għax l-ewwel issir minn membru u mbagħad issir minn xi membru ieħor.", "Dan ifisser li hawn ċerti membri li lanqas biss ikunu jafu x'mistoqsijiet inkunu rrispondejna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' servizzi tat-telefon mogħtija fis-7, 8, 11 u 12-il Distrett, kif ukoll in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl- istess distretti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8919.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' proġetti sottomessi lill-Gvern Taljan għall-finanzjament taħt ir-Raba' Protokoll Finanzjarju, u li għadhom ma ġewx approvati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8971.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi n-numru ta' studenti li applikaw u għaddew mill-GCE Oxford fil-livell Ordinarju u Avvanzat fis-sessjoni tas-sajf ta' l- 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9049; u", "Tabella li turi n-numru ta' kandidati li applikaw għal postijiet vakanti ta' Uffiċjal Edukattiv fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9050.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Financial Statements tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sitt xhur li għalqu fit-30 ta' Settembru 1996;", "Kopja tal-Financial Statements tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1996;", "Kopja tal-Financial Statements tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sitt xhur li għalqu fil-31 ta' Marzu 1997;", "Kopja ta' l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Telemalta għas- sena 1997/1998; u", "Rapport Annwali tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sena 1996/1997;", "F'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas- sena 1997/1998;", "Report and Accounts tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas- sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1996;", "Report and Accounts tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas- sitt xhur li għalqu fit-30 ta' Settembru 1996;", "Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1996/1997;", "Report and Financial Statements tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma għas-sitt xhur li għalqu fil-31 ta' Marzu, 1997; u", "Lista li turi t-toroq li għad irid isir xi xogħol ta' rikostruzzjoni fuqhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8850; u", "F'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-klassifika ta' eta' tan-nies li rreġistraw għax- xogħol fl-Ewwel Parti tar-Reġistru matul ix-xahar ta' Lulju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9045.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-impjegati fis-Segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja u fl-Uffiċċju tas- Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9000.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR", "LOCAL AND OTHER LOANS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali Clause 2 - Amendment of section 2 of the principal Act", "THE CHAIRMAN (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Sur President, klawsola 2 qiegħda temenda artiklu 2 ta' l-Att prinċipali.", "L-Att prinċipali jitkellem dwar limit ta' Lm100 miljun u issa, billi l-għan ta' l- abbozz ta' liġi huwa li jawtorizza lill-Gvern li jissellef somom addizzjonali sa ammont ta' Lm75 miljun mal-Lm100 miljun, qed inżidu Lm75 miljun.", "B'hekk, minflok il-kliem \"mitt miljun lira Maltija\" għandhom jidħlu l-kliem \"mija u ħamsa u sebgħin miljun lira Maltija\".", "Naħseb li din hija klawsola li tispjega lilha nnifisha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qabel ma din il-Kamra tawtorizza lill-Gvern biex iżid is-self b'Lm75 miljun, irrid nirrimarka li fl-istadju tat-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi tqajmu diversi punti li sfortunatament fil- winding-up li għamel il-Ministru ma ġewx ittrattati u jiena naħseb li għandu jkollna xi forma ta' risposta.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għall-fatt illi meta l-Ministru ressaq il-mozzjoni u għamel l-opening statement, huwa qal li d-deficit se jilħaq 12% tal-GDP.", "Jiena diġa' spjegajt għaliex din iċ-ċifra ta' 12% tal-GDP tidher li m'hijiex korretta u r-raġuni hija sempliċi.", "Fil-fatt, jekk wieħed jieħu Lm117 miljun, li huma 12% tal-GDP, jasal għall-konlużjoni li mis-sena li għaddiet għal din is- sena l-GDP naqas b'mod massiċċ.", "Allura nixtieq nerġa' nistieden lill- Ministru jispjegalna sew x'inhi s-sitwazzjoni.", "Nixtiequ jgħidilna l-GDP x'kien fl-ewwel xhur ta' din is-sena u jgħidilna wkoll x'ċifri kien qed jaħdem fuqhom meta kkalkola li d-deficit se jilħaq 12% tal-GDP.", "Jiena nixtieq nirrimarka li din hija xi ħaġa ta' importanza nazzjonali u nixtieq ukoll niftaħ parentesi oħra wara li smajna lill-Onor.", "Sceberras Trigona jitkellem dwar kemm għandu dejn il-Gvern.", "Fil-fehma tiegħi, qed ikollna sitwazzjoni fejn il-letters of comfort qed jiġu magħduda mad-deficit li għandna u noħorġu b'ċifri enormi.", "Din il- Ministru m'għamilhiex - ħalli nkun fair miegħu - imma jiena ma naħsibx li dan jagħmel ġid għal pajjiżna, speċjalment meta wieħed jikkonsidra l-aspett ta' l- istituzzjonijiet internazzjonali ta' credit rating u meta wieħed jikkonsidra li anke skond ir-rapport ta' l-IMF assolutament m'huwiex minnu li għandna madwar Lm1000 miljun bejn dejn u letters of comfort.", "Jien ngħid li rridu nkunu accurate.", "Jekk pajjiżi oħrajn jużaw is-central government obligations, allura għandna nitkellmu fuq dawk is-central government obligations u mhux noqogħdu nitkellmu u nkabbru l-problema biex imbagħad ngħidu kemm għandna ħofor u kemm hu fallut il-Gvern.", "Aġir bħal dan iħalli effett negattiv.", "Irridu nittrattaw il-problemi li għandna quddiemna u n-naħa tal-Gvern m'għandhiex tipprova tħallat il-ħass mal-basal għaliex inkunu qegħdin nagħmlu iktar ħsara milli ġid.", "Jekk irridu nżidu l- fiduċja fil-pajjiż, ma naħsibx li se nżiduha billi nippompjaw dawn iċ- ċifri.", "Dan kien it-tip ta' argument li ppreżenta llum wara nofs inhar l- Onor. Sceberras Trigona meta tkellem fuq id-dejn tal-Gvern, pero' għalkemm jiena ma stajtx inqum nirrispondi, għax kont diġa' tkellimt fuq dan l- abbozz, inħoss li dawn huma punti li huma ta' sinifikat kbir.", "U jekk immur lura għar-ratio ta' 12%, jagħmel differenza kbira li tkun taf jekk humiex 10% jew 12%.", "Għalhekk allura wieħed irid joqgħod attent u juża ċ- ċifri b'mod accurate u b'mod inqas konfuż milli sar s'issa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, I stand by the figure of Lm117 million li semmejt aktar kmieni.", "Forsi ċ-ċifra ta' 12% stands to be corrected.", "Biss nista' nassigura lill-Onor.", "Josef Bonnici li għalkemm m'għandix il- figuri tal-GDP, kif evolva matul dawn l-ewwel tliet quarters tas-sena, nista' ngħidlu li overall l-evolution kienet waħda pożittiva u ovvjament il- figuri jitħabbru meta jiġi ppubblikat l-economic survey.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, jekk tieħu ċ-ċifra tas-sena li għaddiet issib li l-GDP kien ta' Lm1,144 miljun.", "Issa jekk dan kien pożittiv, allura kien hemm xi tkabbir fih.", "Jiġifieri żgur li d-deficit ta' din is-sena m'huwiex ta' 12% tal-GDP.", "Issa qed jgħidilna li jista' jkun li ċ-ċifra ta' 12% m'hijiex korretta.", "Possibbli li ma jistax jgħidilna eżattament x'inhi l-figura?", "Wara kollox qegħdin nittrattaw ċifri ta' interess nazzjonali, li wieħed ma jistax jeħodhom b'mod leġġer.", "THE CHARMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, ma naħsibx li f'dan l-istadju għandna għalfejn noqogħdu nintilfu fuq il-preċiżjoni tal-figuri.", "Il-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Bonnici u l-mod kif wieġeb il-Ministru huma t-tnejn korretti.", "L-istima ta' l-iżbilanċ - nenfasizza li qed ngħid stima - għal din is-sena hija ta' Lm117 miljun.", "Ikollna stima aġġornata dak inhar li l- Ministru jressaq il-budget għaliex din tibqa' tiġi updated iżjed sa dak inhar.", "Hemm xi ħaġa li qiegħda tgħidli li nistgħu nkunu anke f'pożizzjoni aħjar pero' issa nkunu nafu fl-aħħar tas-sena meta jingħalqu l-kotba.", "Allura għalfejn toqgħod tagħmilha tal-profeta?", "Tajjeb li nkunu nafu li l- GDP - l-istima tal-parti tan-nefqa li tidħol fil-GDP tan-nefqa totali fil- pajjiż - jitkejjel at current market prices u mhux at factor cost jew affarijiet oħra, u dawn m'humiex affarijiet politiċi imma ta' statistika.", "Issa il-Ministru qed jgħid li din is-sena se jkun hemm żieda fil-GDP.", "Kif diġa' għidt, dwar kemm hija at current market prices, jiġifieri meta tieħu l-effett tal-prezzijiet mhux in real terms, għadna ma nistgħux ngħidu għalkemm jien ċert li fil-budget ikun hemm stima għall-qagħda u meta taħdem waħda ma l-oħra ssib il-persentaġġ attwali.", "Ma naħsibx li hemm għalfejn noqogħdu ngħidu b'reliġjożita' li huwa 12% jew li huwa 9%.", "Il- probabbilta' hija li se jkollna deficit li se jkun ekwivalenti għal madwar 10% tal-GDP.", "Imma għaliex se jkollna deficit ekwivalenti għal 10% tal-GDP għandna nqajmu xi punt politiku?", "Għandna problema kbira u rridu ngħidu li rridu nagħrfu li għandna din il-problema mingħajr ma noqogħdu ngħidu li hija Armageddon, l-aħħar tad-dinja jew l-apokalissi u ejja naqblu li għandna nindirizzawha.", "Dak l-iżjed li huwa importanti u mhux li noqogħdu naqblu eżattament kemm se tkun il-figura.", "Jekk il-figura tkun 9%, 10% jew xi ħaġa hekk, xorta waħda hija esaġerata u mhijiex sostenibbli.", "Qatt ma jmissna wasalna sa hawnhekk, imma issa qegħdin hawnhekk u għandna din il- problema nazzjonali.", "U ejja naqblu kif se nsolvu din il-problema iżjed milli x'inhi l-figura eżattament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Li nista' ngħid huwa li jekk nieħdu l-GDP tas-sena li għaddiet u nżidu ċ-ċifra ta' Lm117 miljun insibu li d-deficit huwa ta' 10%.", "Jiena naħseb li l-Gvern għandu jieħu pjaċir li d-deficit mhuwiex ta' 12%, għaliex il-problema mhijiex kbira daqs kemm kien qed jaħseb il- Ministru l-ġimgħa li għaddiet.", "Jiena qed inqajjem il-punt illi din iċ- ċifra tidher li hija żbaljata.", "Jekk inhi żbaljata ma nistgħux noqogħdu ngħidu li roughly hemm qegħdin, għax dawn huma affarijiet illi jkollhom impatt fuq ir-ritmu ekonomiku.", "Il-Ministru tal-Finanzi huwa responsabbli għall-istatistika wkoll u s-soltu bħal dan iż-żmien kien ikollna ċ-ċifri ta' l-ewwel quarter u anke tat-tieni quarter.", "Jekk il-Ministru m'għandux dawn iċ-ċifri ma ġara xejn, avolja nkunu qegħdin naħdmu daqsxejn fl-għama, pero' jekk ma kienx hemm growth allura bħala ratio tiġi 10% u jekk kien hemm tkabbir tal-GDP, din taf tiġi anke 9% u jiena naħseb li minn 9% għal 12% hemm differenza sostanzjali.", "Nixtieq li fuq dan il-punt ikolli risposta sewwa u mhux jgħidulna li se nkunu nafu eżatt meta jitressaq il- budget.", "Din mhijiex serjeta'.", "Jekk il-Ministru qalilna li d-deficit huwa ta' 12% u jiena qed ngħidlu li għandu żball, allura għandu jkun hemm korrezzjoni għal dak l-iżball.", "X'hemm ħażin li l-Ministru jgħidli li kien żbaljat u flok 12% jgħid li trid tkun 9.5%?", "Possibbli li din hija xi ħaġa daqshekk kbira?", "Għallinqas inkunu nafu li l-problema mhijiex ta' 12% imma ta' 9.5%.", "Nixtieq inkun naf ukoll għaliex iċ-ċifri waqfu milli joħorġu.", "Għaliex illum li qegħdin f'nofs Ottubru - u madwar ġimgħatejn oħra se jkollna l- budget - iċ-ċifri tal-GDP ta' l-ewwel quarter għadhom ma ħarġux?", "Din hija xi ħaġa li tħassibni u tinkwetani għaliex ma narax kif wieħed jista' jikkummenta fuq livell ta' attivita' ekonomika mingħajr ma jkollu t-tools.", "Għax meta ngħidu li hawn staġnar fl-ekonomija tgħidulna li qegħdin nesaġeraw u jekk ngħidulkom biex tagħtuna ċ-ċifri ma tirrispondux!", "F'din is-sitwazzjoni qegħdin.", "L-Onor.", "Lino Spiteri qal li għandna naraw x'nagħmlu sabiex insolvu din il-problema tad-deficit.", "Dan huwa punt tajjeb, pero' tajjeb li ngħidu li meta l-Ministru għamel il-winding-up ma weġibx fuq din il-problema, li diġa' qed tidher fis-CET u x'jista' jsir biex tiġi megħluba.", "Jiena tkellimt bl-iktar mod ċar u bit-tabelli quddiemi meta għidt li fuq l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena d-dħul mill-VAT żdied bi 12% u fl-ewwel tliet xhur tas- CET, imqabbel ma' l-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet, id-dħul naqas b'9%.", "Allura se noqogħdu nistennew 18-il xahar sabiex ngħidu li veru teżisti problema meta nafu li bis-sistema tas-CET qed ikollna dħul inqas?", "Jiena diġa' għidt li ma kienx għaqli li l-Gvern ibiddel is- sistema tat-tassazzjoni u dawn iċ-ċifri qed juruna li fil-fatt hekk hu għaliex għandna dħul inqas.", "U l-Gvern qiegħed jiġi f'din il-Kamra u jitlob biex iżid is-self.", "Jiena nistaqsi: Qegħdin nitilfu dawn il-flus għaliex il- GDP mar lura u allura s-sistema tat-tassazzjoni qegħda tirrendi inqas?", "Qegħdin nitilfu l-flus għaliex is-sistema hija ineffiċjenti?", "Qegħdin nitilfu l-flus għaliex jingħataw tant exemptions u b'hekk qed ikollna telf?", "Qegħdin nitilfu l-flus għaliex is-servizzi qed nintaxxawhom b'mod differenti u allura nfetħitilna toqba oħra?", "Nerġa' ngħid, dawn il-punti kellhom jiġu ttrattati fil-winding-up qabel ma għaddejna għall-istadju tal-Kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi biex naraw kif se nsolvu din il-problema.", "Aħna m'aħniex rubber stamp hawn ġew u ma ġejniex biss biex niddibattu klawsola klawsola.", "Kieku l-istadju tat- Tieni Qari ġie konkluż kif kien imissu ġie konkluż, dawn il-punti ma kontx inqajjimhom f'dan l-istadju.", "Imma jekk ma nagħmilx hekk ma jibqagħli l-ebda opportunita' li nqajjem dawn il-punti għaliex Il-Ministru ma rrispondinix għalihom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment os section 3 of the principal Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Rigward din il-klawsola m'għandix x'ngħid pero' b'risposta għal dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Josef Bonnici nixtieq ngħid li jista' jagħti l-każ illi t-tekniċi tagħna kienu wisq konservattivi u taw a worst case scenario meta kienu qed jikkwotaw il-persentaġġ tal-GDP.", "Jien naħseb li l-figura ta' Lm117 miljun hija approximation korretta u għalhekk għandna nimxu fuqha.", "(Interruzzjonijiet) Kif qal tajjeb l-Onor.", "Lino Spiteri fl-intervent tiegħu, għandna nistennew sa żmien il-budget biex ikollna figuri aktar approssimattivi.", "Dwar l-ippubblikar tal-GDP, nista' nassigura lill-Onor.", "Josef Bonnici li min-naħa tal-ministeru jew min-naħa tiegħi personali żgur li ma kien hemm l- ebda intervent biex dawn jiġu held back.", "In-nies li qed joperaw f'dawn id- dipartimenti huma l-istess nies li kienu joperaw taħt l-Onor.", "Bonnici meta kien hu ministru responsabbli għall-istatistika.", "Barra minnhekk, min-naħa tiegħi jien qed inħeġġeġ lid-dipartimenti konċernati biex ifittxu joħorġu l- figuri relevanti għas-sodisfazzjon tal-pubbliku in ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kieku, kif jgħidu l-Ingliżi, the tables were turned u jiena kont qiegħed in-naħa l-oħra tal-Kamra u l-Ministru Brincat kien din in-naħa, kontu tgħiduli li qed naħbi ċ-ċifri għaliex qegħdin f'sitwazzjoni fejn lanqas il-figuri ta' l-ewwel tliet xhur għadhom ma ġew ippubblikati.", "Jiena nerġa' nistaqsi: Għaliex dan?", "X'inhi r-raġuni?", "Hemm xi taħwida fl-imports?", "Hemm xi taħwida fl-exports u l-GDP ma jistax jinħadem?", "Hemm xi taħwida fit-turiżmu?", "Dan il-Parlament m'għandux ikun informat b'mod daqsxejn iktar dettaljat?", "Kieku the tables were turned, nerġa' ngħid, żgur li kont niffaċċja kritika qawwija li qed naħbi ċ-ċifri - dan kien it-ton tal-kritika li kienet issir qabel għalkemm ma naħsibx li kienet tkun kritika ġusta għax m'huwiex normali li jgħaddu għaxar xhur mis- sena u lanqas biss inkunu nafu x'ipproduċa l-pajjiż fl-ewwel tliet xhur!", "Jien ċert li n-nies qegħdin jagħmlu x-xogħol tagħhom pero' jekk hemm xi diffikulta', f'ġieħ it-trasparenza, naħseb li l-Kamra għandha tkun informata dwar din id-diffikulta'.", "Aħna konna nkunu kkritikati li nbagħbsu l-istatistika u jiena qiegħed ngħid li llum this Parliament is not being properly served għax għaddew għaxar xhur u lanqas biss nafu x'kienet il-produzzjoni fl-ewwel tliet xhur tas-sena.", "Nixtieq nirrimarka wkoll li l-Ministru fil-winding-up qalilna li tant hawn fiduċja fis-sistema preżenti li kien hemm Lm25 miljun li ġew subscribed minn \"others\", jiġifieri la mill-Bank Ċentrali u lanqas mill- banek kummerċjali.", "Din hija informazzjoni interessanti pero' sfortunatament hija informazzjoni parzjali.", "Għaliex biex jiena nkun naf x'sinifikat għandha il-figura ta' Lm25 miljun irrid inkun naf kemm hu t- total globali ta' l-offerti li ntefgħu.", "Aħna qed nitkellmu fuq somma ta' Lm75 miljun.", "Allura jiena nkun korrett li nikkonkludi li hemm Lm50 miljun li ġew subscribed mill-banek kummerċjali u mill-Bank Ċentrali?", "Veru li kien hemm xi Lm90 miljun li ġew subscribed u dawn kollha ġew mill-banek, barra mill-Lm25 miljun subsribed mill-privat?", "Barra minn hekk, din il-likwidita' kollha tal-banek ma nafx minn fejn ġiet u dan lili jinkwetani u jħallili s-suspett illi l-attivita' ekonomika ġġammjat, in-nies m'humiex qegħdin jonfqu u allura r-rota m'hijiex iddur.", "Li nista' ngħid huwa li meta titkellem ma' xi ħadd li jaħdem fil- kostruzzjoni jgħidlek li l-barrieri weqfin, li l-pagamenti m'humiex qegħdin isiru u meta jmorru għand il-banek jibagħtuhom jiġru 'l barra.", "Issa jekk il-banek għamlu over-subscription lill-Gvern b'xi Lm50 miljun u l-Gvern se jaċċetta l-offerta tal-banek, naħseb li wieħed irid jikkonsidra wkoll l-impatt ekonomiku li dan jista' jkollu biex ma niġux f'pożizzjoni li l-Gvern ikun qed jagħmel crowding-out lis-settur privat.", "It-tielet punt li nixtieq nagħmel huwa dwar il-foreign loans, għalkemm il- kelma \"foreign\" ma tidhirx f'dan l-abbozz.", "Xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar foreign loans?", "L-exposure li jista' jinbena fuq foreign loans hija xi ħaġa of concern.", "Anke rigward il-flus mill-Kunsill ta' l-Ewropa għall- Isptar San Raffaele, mkien ma jissemma jekk humiex grant jew loan.", "Fil- gazzetti ġie rrapportat li l-Kunsill ta' l-Ewropa se jiffinanzja nofs l- Isptar San Raffaele, jiġifieri xi Lm50 miljun, imma kif diġa' għidt imkien ma jissemma jekk dawn humiex grant jew loan.", "Issa fil-gazzetti ħarġet li se jagħtuna Lm20 miljun pero' nixtieq li l-Ministru jikkummenta dwar xi pjanijiet għandu għal foreign loans.", "Din hija xi ħaġa ta' interess kbir, speċjalment meta qegħdin nitkellmu fuq dawn iċ-ċifri kbar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Huwa preokkupanti illi dawn iċ-ċifri tal-GDP m'humiex qegħdin jiġu ppubblikati, pero' jiena iktar ninsab preokkupat li l- Ministru ma jafx x'inhuma dawn iċ-ċifri.", "Jiġifieri l-Ministru wasal biex jipprepara l-budget, li suppost huwa l-pjan ekonomiku għas-sena d-dieħla, u dan il-budget qegħdin nippreparawh f'vacuum sħiħ għaliex lanqas nafu kif morna din is-sena, lanqas nafu x'tip ta' ekonomija ġġenerajna din is-sena u ma nafux l-ekonomija tagħna kif inhi sejra.", "Dan huwa li jimmeraviljani l- iktar.", "Huwa ħażin li l-GDP figures m'humiex qegħdin jiġu ppubblikati pero' huwa tal-biki li għandna l-Ministru quddiemna u kważi qed jgħidilna - jekk qed nifhmu tajjeb - li lanqas hu ma jaf x'inhu l-GDP, liema setturi mexjin tajjeb, liema mexjin ħażin u x'inhi l-analisi li qed jagħmel u suppost dan qiegħed fl-aħħar irtokki biex jipprepara l-pjan ekonomiku għas-sena d- dieħla.", "Dawn affarijiet tal-meravilji!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Veru affarijiet tal-meravilji, Mr Chairman, għaliex tassew illi ż-żmien ibiddel il-bniedem!", "Tassew li ż-żmenijiet jitbiddlu u l- bnedmin jitbiddlu, imma mhux suppost jitbiddlu daqstant, la l-ex-Ministru tal-Finanzi, l-Onor.", "Dalli, li qam issa u lanqas sieħbu - jew ma nafx jekk hux sieħbu jew le - l-ex-ministru ta' l-ekonomija!", "Għaliex il-Ministru tal- Finanzi qiegħed jippilota dan l-abbozz fil-Committee stage u s-Sinjorija Tiegħek qiegħda tkun tolleranti u qegħda tħalli kummenti li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn mal-Committee stage.", "Jekk se nibqgħu sejrin hekk, ejjew nibdlu l-committee stage f'dibattitu politiku.", "Ħa noqogħdu sejrin b'dawn il-ksuħat!", "(Interruzzjonijiet) Mr Chairman, nista' nkompli mbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jindirizza lill-Kamra?", "Jekk irid għandu kull dritt u nieħdu pjaċir nisimgħuh, u iktar ma nisimgħuh iktar nieħdu pjaċir, għaliex ikun hemm x'tisma' mingħandu bħalma jkun hemm x'tisma' mingħandi.", "Ninsabu fil-Committee stage meta suppost qegħdin niddiskutu d- dettal ta' dan l-abbozz qasir li għandna quddiemna.", "Dawn l-affarijiet li qegħdin nitkellmu dwarhom tqajmu fis-Second Reading u issa l-Onor.", "Dalli saħansitra qiegħed jikkonkludi li l-budget qiegħed jitħejja mingħajr ma l- Gvern jaf x'inhi l-qagħda ekonomika.", "U ejja ma nesaġerawx!", "Jekk nesaġeraw hekk, id-dibattitu se jsir parodija ta' dak li suppost ikun hawn f'dan l- Parlament.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena tkellimt fuq li qed nisma' issa mingħand il- Ministru.", "Ma jiena qed nagħmel l-ebda konklużjonijiet fuq xi artiklu ta' xi gazzetta.", "Lanqas il-Ministru ma jaf x'inhu l-GDP għaliex kieku kien iwieġeb.", "Ma ridtx nikkonkludi hekk.", "Jekk jaf jgħidilna li jaf.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, jiena qed nisma' bl-istess attenzjoni li qiegħed jisma' l-Onor.", "Dalli.", "L-Onor.", "Brincat ma qalx li lanqas hu ma jaf.", "Bi tweġiba għal dak li qal l-Onor.", "Josef Bonnici qal illi l- pubblikazzjoni ta' l-istima tal-GDP fl-ewwel żewġ quarters - għaliex ta' l- ewwel żewġ quarters tista' tagħti - għadha ma saritx u ma jafx għaliex għadha ma saritx.", "Ma qalx li ma jafx x'inhuwa l-GDP jew li ma jafx x'inhi l- qagħda ekonomika.", "Jekk nibdew nagħmlu parodiji f'xulxin, dawn il-parodiji ma jiqfux għaliex insiru parodiji lkoll kemm aħna.", "Nerġa' ngħid li bi tweġiba għall-osservazzjoni li għamel l-Onor.", "Bonnici, il-Ministru qal illi l-figuri ta' l-istima tal-GDP - għaliex din stima tkun għadha - għadhom ma ġewx imxandra beyond March.", "Qal ukoll li l-ministeru tiegħu ma ndaħalx u ma jafx għaliex ma ġewx imxandra.", "Dak li qal, u mhux li ma jafx x'inhija l- qagħda ekonomika.", "Għar-rigward ta' kummenti oħra li saru, ngħid li m'aħniex qegħdin nipprovaw inkunu serji u dawk m'humiex affarijiet li neħduhom bil- leggerezza politika li qegħdin jiġu ttrattati biha.", "Il-punti politiċi jridu jsiru imma f'kontest serju.", "L-Onor.", "Bonnici qed iħares lejn il-Kap tiegħu u qed jistaqsi - djalogu tas-silenzju u mhux djalogu tal-ħrief għax ħrief m'humiex - jekk il-Kunsill ta' l-Ewropa huwiex se jagħtina xi grant.", "U ejja, Onor. Bonnici!", "Ma tafx x'jagħmel il-Kunsill ta' l-Ewropa?", "Il- Gvern qal - u jiena smajt bħalkom minn barra imma naf ninterpretah wkoll - li se javviċina lill-Kunsill ta' l-Ewropa għall-finanzjament ta' parti mill- isptar.", "Intom ukoll kontu avviċinajtuhom.", "Mela nsejtu li kontu fil- Kabinett?", "Issa għaliex irid javviċinahom?", "Għaliex l-istima u l- commitment ta' l-ispiża fuq l-isptar żdiedet.", "Tajjeb jew ħażin żdiedet.", "Allura trid terġa' tavviċina lil min kien se jipprovdi l-finanzjarjament minn barra biex jirrevedi dak il-finanzjament.", "Issa l-Onor.", "Bonnici lill- gallarija - għalkemm gallarija ma tantx hawn hawnhekk - qed jgħidilha li se jagħtuhomlna bi grant.", "Onor Bonnici, lanqas li ma għamiltx sentejn jew tliet snin ministru u lanqas li m'ilekx issegwiha l-qagħda ekonomika!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, dan mhux każ ta' point of order.", "Din hija diskussjoni fil- Committee stage u min irid jirrispondi jqum jitkellem warajja.", "Ejja nkun nafu kif jaħdem il-Committe stage!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma nafx għaliex l-Onor.", "Spiteri qed jgħidli li naf jew ma jafx u qed jitfa' ħafna dubbji.", "Jiena kont ċar u għidt x'deher fil- gazzetti.", "L-Onor.", "Spiteri ma jistax jimplika dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Għandna konferma li l-Onor.", "Bonnici l-gazzetti jaqrahom, bħalma naqrahom jiena.", "Imma forsi mhux dejjem taqra l-istess ħaġa u tinterpretaha bl-istess mod.", "Fil-gazzetti kien hemm parti minn dak li smajna f'dan il-Parlament u parti minn dak li ntqal f'xi waħda mil-laqgħat pubbliċi li l-mexxejja tal-partiti tagħna qegħdin jagħmlu.", "Jiġifieri waqgħet id-dinja għaliex ikun hemm iżjed espożizzjoni tal-kummenti ta' dak li qiegħed jiġri fil-media?", "Mhux pajjiż tal-media sirna issa?", "Għandna ħames gazzetti ta' kuljum u għandna żewġ mexxejja tal-partiti li kull nhar ta' Ħadd jiddedikaw ruħhom għall-politika, flok jisimgħu minn Alla u mill- Griegi jgħidu: Never on Sunday.", "Imma xi trid tagħmel!", "Fuq il-Council of Europe, fid-dibattitu ta' nhar l-Erbgħa smajna li saret talba għal iżjed finanzjament għall-isptar kif ġie rivedut.", "It-tweġiba għad trid tiġi imma l-Gvern qiegħed jittama li t-tweġiba se tkun tajba.", "Issa jekk hux se tkun tajba jew le għad iridu naraw.", "Allura jekk il-qagħda hija hekk għalfejn qegħdin nagħmlu dawn is-suppożizzjonijiet kollha, qisu wasalna għal stat fejn il-Gvern irid ikollu l-informazzjoni llum qabel għada?", "Mela dawn li qegħdin jistaqsu dawn l-affarijiet insew kif kienu jmexxu huma?", "Mela nsew x'tagħrif ma ngħatax f'dan il-Parlament?", "Mhux għaliex huwa tajjeb li ma jingħatax issa u għandu jingħata, imma mhux joqogħdu jilagħbuha tal-verġni meta żgur li huma xi ħaġa oħra u mhux verġni!", "Għar-rigward ta' dak li ntqal dwar it-take-up tal-loans li ħareġ il- Gvern, għal darba oħra, għalfejn qegħdin nimxu b'din il-manjiera?", "L- extension tal-loans għalqet fit-18 ta' Ottubru, jiġifieri din il-ġimgħa.", "Mela llum il-Ministru lanqas jista' jkun jaf eżattament x'applikazzjonijiet kien hemm wara l-extension, min applika u kif ġew analizzati.", "Allura mhux ksuħat li jsiru dawn il-mistoqsijiet!", "Dawn huma ksuħat politiċi, ħalli ma joqgħodx jieħu għalih l-Onor.", "Bonnici.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett noġġezzjona li l-Onor.", "Spiteri, bl-istil tiegħu, joqgħod jgħid li dawn huma ksuħat.", "Ta' min jgħid ukoll li waqt il- laqgħa tal-Public Accounts Committee l-uffiċjal tad-dipartiment kellu sheet quddiemu pero' ma riedx jgħidilna kemm kien it-take-up tal-loans qabel ma jikklerjaha mal-Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Dan kollu diskors żejjed u għandna jkollna naqra ordni kif nittrattaw lil xulxin hawn ġew.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ħalli nkun fil-qosor, Mr Chairman.", "Id-dettalji jistgħu jkunu għand il-Ministru u jekk irid jagħtihom, imma jekk għadu ma tahomx m'għandniex noqogħdu nagħmlu plejtu u niffantasizzaw li hemm crowding-out.", "Il-banek ħadu l-parti l-kbira tas-self, kif ġara fl-imgħoddi u hekk ġara fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra.", "L-Onor.", "Bonnici qiegħed juża x-xafra miż-żewġ naħat.", "Imma jekk trid taqta' x'imkien trid tuża naħa waħda tax-xafra u mhux iż-żewġ naħatl.", "Min-naħa qed jgħid li l-banek m'humiex jisilfu u min-naħa l-oħra qed jgħid li l-banek kellhom likwidita' u għalhekk ħadu l-loans li ħarġu.", "Issa l-Onor.", "Bonnici huwa ekonomista imma jien ngħid li lanqas lilu nnifsu m'hu jirrispetta, bħala ekonomista aktar minn politiku.", "Jew se tuża naħa tax-xafra jew inkella se tuża n-naħa l-oħra; ma tistax taqta' biha miż-żewġ naħat f'daqqa.", "Is-sitwazzjoni fil- pajjiż hija li hemm akkumulu ta' self, probabbilment għaliex il-konsum naqas.", "Issa biex infakkar lill-Onor.", "Bonnici, kienet il-policy tal-kollega tiegħu l-Onor.", "John Dalli meta ressaq il-budget għall-1996 - li kien rinforzat mill-policy monetarja tal-Bank Ċentrali - li jipprova jnaqqas il- konsum.", "Għalfejn se noqogħdu ngħidu affarijiet qisu qed jiġri xi ħaġa li ma kenitx ippjanata?", "Jista' jkun li l-konsum naqas għal raġunijiet oħrajn u allura hemm aċċellerazzjoni tat-tnaqqis, imma l-policy tal-budget ta' l- 1996 u anke ta' l-1995 ta' l-Onor.", "John Dalli - qiskom insejtu li għamiltu disa' snin fil-gvern intkom - kienet li jnaqqas il-konsum.", "Saħansitra għolla l-livell ta' l-imgħaxijiet li jistgħu jiġu ċċarġjati f'dan il- pajjiż.", "Allura l-banek kienu qegħdin jiċċarġjaw ċerti aspetti tas-self bid-9.5%.", "Allura tiskanta li naqas ċertu konsum?", "Jekk se tagħmlu diskussjoni anke fil-Committee stage - meta m'għandhiex issir - għamluha fuq punti relevanti u bis-serjeta', ħalli tkompli d-diskussjoni.", "Imma jekk kemm-il darba sempliċement qegħdin nilagħbu għall-gallarija, kemm tista' tilgħab ħażin għaliha l-gallarija, kif qegħdin tagħmlu intom!", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, se nintervjeni għaliex daħħalni fil-kredu l-Onor.", "Spiteri, kif iħobb jagħmel, anke meta jikteb fil- gazzetti.", "Naturalment għandu kull dritt jagħmel hekk u ma niddejqu xejn li jdaħħalna fil-kredu.", "L-Onor.", "Spiteri staqsiena jekk nafux li qegħdin fl- istadju tal-Kumitat.", "Dażgur li nafu li qegħdin fl-istadju tal-Kumitat u għalija fl-istadju tal-Kumitat irridu nidħlu f'dak li jgħidulu n-nitty- gritty.", "Il-Gvern għaliex irid Lm75 miljun oħra?", "L-Onor.", "Leo Brincat tana raġuni għal dan u qalilna li l-Gvern se jissellef din is-somma għaliex din is-sena d-deficit se jkun jammonta għal Lm117 miljun.", "Jiġifieri filwaqt li l-Prim Ministru qed jgħid li d-deficit se jilħaq il-Lm120 jew Lm130 miljun, il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ irriduċa dan id-deficit għal Lm117 miljun u llum ikkonferma li aktarx din hi l-figura t-tajba.", "Pero' meta kien qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qal ukoll li dan id-deficit huwa 12% tal-GDP.", "Allura huwa naturali li wieħed meta jisma' dan kollu jistaqsi lill-Ministru jekk huwiex veru li d-deficit huwa 12% tal-GDP.", "U jekk dan hu veru u l-Gvern għandu bżonn Lm75 miljun, sinjal li ġara xi ħaġa għaliex Lm117 miljun maħdumin fuq il-GDP tas-sena l- oħra jiġu 10%.", "Għalhekk dan ifisser li l-Ministru qed jistenna li din is- sena l-GDP minflok jitla' se jinżel.", "Aħna m'għandniex figuri pero' hija stramba li meta nistaqsu fuq dan ir- rigward il-Ministru jaħsel idejh billi jsemmi lit-tekniċi.", "Il-Ministru ma nnotax li l-figuri ta' l-ewwel tliet xhur, tat-tieni tliet xhur u tat- tielet tliet xhur ma ġewx ippubblikati?", "Possibbli li l-Ministru, waqt li qed jipprepara l-budget b'daqstant serjeta' - tant li qed jgħidilna li qed jagħmel sforz kbir biex iġib il-finanzi tal-gvern fuq saqajhom - ma jafx li l-figuri la huma available għall-pubbliku, la għalina l-Membri ta' dan il- Parlament u mid-dehra lanqas għalih stess?", "Għax jekk dawn il-figuri huma available għall-Ministru, dan għandu jgħidilna li l-figuri nħadmu imma għadhom ma ġewx iffinalizzati u ppubblikati.", "Jien nippretendi li l- Ministru għandu d-dover u d-dmir għalih innifsu li jkun jaf fuqiex qed jitkellem u li jindikalna l-figuri.", "U jekk kien hemm growth ta' 1% jew ta' 5% jew inkella kien hemm minus growth fil-GDP għandu jinformana.", "Dawn l- affarijiet jiġru f'diversi pajjiżi, u bid-diżastru li qed jgħidu li hawn fil-pajjiż - fil-fatt m'aħniex nisimgħu ħlief tinwiħ dwar kemm il-pajjiż hu fallut f'kollox - jien ma nistagħġibx li kien hemm minus growth fil-GDP.", "J'Alla dan m'huwiex il-każ pero' jien bilfors jgħaddili xi suspett minn moħħi u issa - wara li l-Ministru fid-diskors tiegħu stess qal li l-Lm117 miljun deficit ta' din is-sena jammontaw għal 12% tal-GDP - ma jistax ikun li aħna fl-istadju tal-Kumitat ma nistaqsuhx x'inhu jgħid għax jew għandu żball x'imkien jew inkella għandu jispjegalna x'ġara fil-GDP.", "Jien niskanta kif imbagħad jiġi l-Onor.", "Lino Spiteri u jipprova jnaqqas id- dibattitu f'dan il-Parlament billi jgħidilna li fl-istadju tal-Kumitat mhux suppost nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Jien anzi ngħid li fl-istadju tal- Kumitat dan hu xogħolna u f'dan l-istadju għandna nistaqsu lill-Ministru għaliex irid Lm75 miljun żieda mas-self li se jagħmel.", "Niskanta wkoll kif l-Onor.", "Spiteri, bħala wieħed mill-anzjani ta' dan il-Parlament - fil-fatt hu u l-Onor.", "Mintoff ilhom f'dan il-Parlament mill- 1962, għalkemm l-Onor.", "Spiteri kien nieqes għal xi żmien - jiġi jagħtina lezzjoni biex ma nħallux id-dibattitu jimxi.", "L-Onor.", "Leo Brincat kien imissu ta r-risposti fil-winding-up għaliex biex aħna fl-istadju tal- Kumitat nivvotaw favur jew kontra l-figura preċiża ta' Lm75 miljun irridu nkunu nafu l-Gvern verament għandux bżonnhom ħalli jekk jidhrilna li m'għandux bżonn dan l-ammont forsi nagħmlu emenda u ngħidu li, per eżempju, għandu jissellef Lm60 miljun u mhux Lm75 miljun.", "Għalhekk fl- istadju tal-Kumitat għandna nkunu nafu dan kollu u l-Onor.", "Spiteri jaf iktar minn kulħadd b'dan.", "Jien naf li l-Onor.", "Spiteri li jikteb ħafna artikli.", "Jien naqrahom kollha u nammirahom u anke ninterpretahom, bħalma wara kollox huwa jinterpreta ħafna mid-diskorsi tiegħi u wkoll il-mozzjonijiet tal-Prim Ministru.", "L-Onor.", "Spiteri huwa ġurnalist u jaf li lili u lill-Prim Ministru - hawnhekk qed niddefendih - jirrapportawna fuq dak kollu li ngħidu, tajjeb u ħażin.", "U ma jħallsuniex!", "Filwaqt li ħaddieħor jikteb l- artikli - good luck to him - u jikkummenta fuq kulħadd.", "Imma issa ejjew inkunu serji!", "Wara kollox, l-Onor.", "Spiteri stess ħafna drabi jgħidilna biex inkunu serji.", "Iva, fl-istadju tal-Kumitat dan il-Parlament għandu dritt jistaqsi mistoqsijiet bħal dawk li qegħdin nistaqsu aħna fuq dan l- abbozz ta' liġi.", "Il-Ministru qalilna li l-Gvern għandu bżonn jissellef Lm75 miljun oħra għax din is-sena se jkollu żbilanċ ta' Lm117 miljun pero' din iċ-ċifra ma tikkorispondix għat-12% tal-GDP, u din m'hijiex ċajta għax hemm differenza bejn deficit ta' 10% u deficit ta' 12%.", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti hawnhekk, kif qal l-Onor.", "Bonnici stess.", "F'artiklu ta' xi gazzetta - issa nsejt liema gazzetta kienet - ġie mistoqsi x'ifissru r-ratings ta' Moody's u Standard and Poor's. Aħna stess meta konna fil-gvern għamilna mod li jsiru ratings għal Malta u dawn kienu ratings tajbin.", "S'issa minn dak li smajna u qrajna jidher li r-ratings m'humiex ħżiena għal Malta u għalhekk f'ġieh is-sewwa u f'ġieh pajjiżna m'għandniex noqogħdu ngħidu li dan il-Gvern huwa fallut, kif qal l-Onor.", "Sceberras Trigona.", "Hawn pajjiżi li l-public debt tagħhom huwa ikbar mill- GDP, bħall-Italja u l-Belġju, u jekk m'iniex sejjer żball l-Ingliżi se jipprovaw iniżżluh għal 50%.", "Imma li aħna noqogħdu ngħidu li dan il-pajjiż huwa fallut, li dan il-pajjiż m'għandu kredibilita' ta' xejn, li dan il- pajjiż m'għandu jkollu l-fiduċja ta' ħadd, li dan il-pajjiż għandu ħafna letters of comfort tal-gvern ...", "Aħna ma nafux x'inhuma l-letters of comfort?", "Allura huwa rilevanti ħafna li l-Ministru jgħidilna x'inhi dik l- istorja li qal hu stess jumejn ilu jew il-bieraħ f'dan il-Parlament, ċioe' li d-deficit ta' din is-sena jammonta għal 12%.", "Id-deficit huwa ta' 12% jew le?", "Issa ma nippretendix li l-Ministru jgħidilna li huma t-tekniċi li jafu x'inhuma jħawdu għax huwa l-Onor.", "Brincat li huwa responsabbli għall- istatistika, għall-politika ekonomika u għall-finanzi tal-Gvern.", "Għalhekk il-Ministru Brincat għandu jagħtina r-risposti għall-mistoqsijiet tagħna u, jekk kien hemm żball u d-deficit mhux veru jammonta għal 12%, għandu jgħidilna li din il-figura hija ħażina għax il-kalkoli li qed nagħmlu llum, fl-20 ta' Ottubru, juru li d-deficit ta' din is-sena jammonta għal 10%.", "B'hekk almenu nkunu nafu kif mexjin l-affarijiet bis-serjeta'.", "Issa jekk il-Lm117 miljun ma jammontawx għal 12% tal-GDP imma għal 10% tal-GDP jien nistaqsi: Allura l-Prim Ministru kif imur jitkellem kull nhar ta' Ħadd u jgħid li din is-sena se jkollna deficit ta' Lm120 miljun ta' Lm130 miljun jew ta' Lm140 miljun?", "Din x'politika hi?", "B'din il-politika rridu nagħtu fiduċja lill-pajjiż?", "Jew qed nużaw din il-politika biex lil pajjiżna ngħaddsuh 'l isfel?", "Għal ġiehna llum qegħdin f'lejliet il-budget!", "Għalhekk, iva, fl-istadju tal-Kumitat għandna nagħmlu dawn il- mistoqsijiet u għandu jkollna risposti għal dawn il-mistoqsijiet għaliex lili jinkwetani l-fatt li l-Gvern ma ppubblika xejn fuq il-GDP ta' l-ewwel tliet xhur jew tat-tieni tliet xhur.", "Safejn naf jien is-soltu dawn il- figuri mhux biss jippubblikahom il-Gvern imma anke l-Bank Ċentrali.", "Fil- fatt il-Bank Ċentrali għandu l-obbligu li jagħmel ir-riċerki tiegħu ħalli jara kif inhi sejra l-ekonomija ta' pajjiżna, l-iktar issa li għandu l- politika monetarja f'idu, u mhux niġu għall-budget f'Novembru u mbagħad ngħidu li din is-sena morna lura!", "Il-ministeru suppost jaf xahar b'xahar kif għaddejja l-ekonomija, biex ma ngħidx ġimgħa b'ġimgħa.", "Allura possibbli li llum il-Ministru qed jgħidilna li ma staqsiex u ma jafx kif mar il-GDP din is-sena u qed jistenna l-budget biex jgħidilna kif morna?", "Bir-rispett kollu, il-Ministru ma jistax ma jsegwix dawn l-affarijiet u għalhekk aħna qegħdin ngħidu li ġaladarba għandna dan l-abbozz ta' liġi quddiemna għandu jkollna r-risposti għall-mistoqsijiet tagħna ħalli jew napprovaw dawn il-Lm75 miljun jew inkella ngħidu li l-Gvern għandu bżonn jissellef inqas.", "Imma l-argument li tant hawn fiduċja f'dan il-Gvern li kien hemm over subscription għal-loans u allura l-Gvern iddeċieda li jagħmel Lm75 miljun dejn iktar milli kien previst, m'huwiex argument serju u m'għandux jintuża biex inġibu abbozz ta' liġi bħal dan quddiem dan il- Parlament.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, m'hemmx għalfejn noqogħdu niddibattu l-proċedura imma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'għandux raġun.", "Fl-istadju tal- Kumitat niddiskutu d-dettall ta' l-abbozz ta' liġi u jekk se joqgħod jgħidli li jien jmissni nafhom sew l-affarijiet għax ilni f'dan il- Parlament mill-1962, ngħidlu li jiena nafhom l-affarijiet u naf li fl- istadju tal-Kumitat niddiskutu d-dettall ta' l-abbozz ta' liġi li jkollna quddiemna u mhux nagħmlu dibattitu, kif qegħdin nagħmlu bħalissa.", "Din hija l-proċedura.", "Issa l-konswetudini ta' xi drajna nagħmlu hija ħaġa oħra.", "Il- konswetudini hija li niftħu l-argument f'dan l-istadju pero' dan ma jfissirx li nqumu, kif għamel l-Onor.", "Bonnici u kif għamel anke l-Kap ta' l- Oppożizzjoni issa, u naslu għall-konklużjonijiet fuq premessa falza li għamilna aħna stess.", "Dan mhuwiex sewwa.", "Li wieħed jgħid li talab informazzjoni waqt l-istadju tat-Tieni Qari u ma ngħatatlux nifhimha, pero' mbagħad dan m'għandux joqgħod jasal għall-konklużjonijiet fuq premessi li ġabhom mill-arja.", "Dan m'għandux ikun u hemmhekk issirlu l-ħsara lill- pajjiż.", "Jekk se nitkellmu fuq il-ħsara tal-pajjiż għandna noqogħdu attenti li ma nenfasizzawx iż-żejjed id-defiċjenzi tagħna mingħajr ma nenfasizzaw ħafna l-capabilities tagħna.", "Sur President, kienet l-Oppożizzjoni li meta kien għadu bilkemm nixef ir- riżultat ta' l-elezzjoni fuq il-karta, bdiet ittambar u tbeżża' lill-poplu bid-diżastru li ġej fuq dan il-pajjiż.", "Qed ngħid dan għaliex issa qegħdin jilagħbuha tal-qaddisin, b'ħafna sanctimoniousness.", "Qaddisin m'humiex, bħalma m'iniex qaddis jien!", "(Interruzzjonijiet) Mela ma ninterpretawhomx aħna d-diskorsi u mela ma titkellimx int ukoll kull nhar ta' Ħadd!?", "Mhux għalhekk inti mħallas mill-poplu u kien hemm żmien fejn inti kont megħjun daqsxejn oħra wkoll.", "Onor. Fenech Adami, aħjar noqogħdu attenti għax id- dinja żgħira.", "Huwa tajjeb li ninterpretaw dak li ngħidu pero' għandna ninterpretaw b'sens ta' responsabbilta' fl-interess tal-pajjiż.", "Jekk jien nagħsar dak li ntqal u ninqala' lura mill-kontroversja, li jiena stess qed nikkontribwixxi għaliha, ngħid li l-punt li għandna nenfasizzaw hu li għandna diversi problemi.", "Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex jgħid kif ġew dawn il- problemi.", "Pero' issa ħalli ma noqgħodx naqla' kontroversja fuq dan il-fatt ukoll u ngħid biss li għandna l-problemi.", "Ejjew naraw eżattament x'inhuma dawn il-problemi.", "Illum se noqogħdu nkejlu kemm huwa l-persentaġġ tad- deficit kontra l-GDP?", "Illum se noqogħdu nagħmlu dan l-eżerċizzju ġurnata b'ġurnata?", "Ħalli nagħmlilkom dan l-eżerċizzju jien.", "Ejjew nieħdu l-GDP at market prices li kien hemm is-sena li għaddiet.", "Nassumu li kiber at market prices b'6% - m'iniex qed nitkellem in real terms - nieħdu l-figura ta' Lm117 miljun li ta l-Ministru u naslu għal deficit ta' 9.6% tal-GDP.", "Issa għax jien ħadt il-figuri li ssemmew u ħdimthom bil-calculator b'daqshekk qed ngħid xi ħaġa differenti mill-Ministru?", "Jien qed ngħid li din hi l- qagħda attwali imma għada s-sitwazzjoni se tkun differenti.", "Issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "John Dalli jafu - l-Onor.", "Bonnici jmissu jaf ukoll imma mhux dejjem juri li jaf - li iktar ma joqrob il-budget u iktar ma toqrob l-aħħar tas-sena wieħed iktar ikun qiegħed f'pożizzjoni li jitkellem b'mod definit għax ħafna mir-revenue tal-gvern jidħol l-iżjed lejn l-aħħar tas-sena.", "Anke meta jressaq il-budget il-ministru tal- finanzi, ikun min ikun, ukoll ikollu varjazzjoni - is-soltu l-budget jitressaq lejn l-aħħar ta' Novembru u l-bidu ta' Diċembru - minn meta tagħlaq is-sena u wara ċertu żmien joħroġ il-financial report li juri x'kienu l-figuri attwali, jew inkella minn meta fil-Gazzetta tal-Gvern joħroġ il-comparative return of revenue and expenditure xi xahar jew xahrejn wara li tagħlaq is-sena.", "Naturalment dan jiġri għaliex dawn huma kollha stimi, u fuq l-istimi ma tistax toqgħod titkellem bl-istess preċiżjoni li għandhom l-Għaxar Kmandamenti.", "Allura l-Onor.", "Bonnici din ma jafhiex!", "Affarijiet bħal dawn hu jgħallimhom, u hawnhekk qed nitkellem bl- ikbar serjeta'.", "Pero' l-parti politika tgħid li għandna nservu ta' harassment għall-ministru billi ngħidulu li jrid jagħtina l-qagħda preċiża to the second decimal point?", "Bħalissa l-istima hija ta' madwar 10% imma ċertament li m'hijiex 12% u dawn l-affarijiet għandna niċċarawhom.", "Pero' l- persentaġġ ta' 10% xorta hu kbir ħafna u għalhekk wieħed irid jara għaliex filwaqt li fl-1996 kien ipproġettat deficit ta' 3.3%, spiċċajna b'deficit ta' over 9%.", "Illum kellna stima ta' deficit li turi li dan se jkun ikbar minn dak li stmajt jien.", "Huwa veru li jien għamilt l-istima tiegħi fuq bażi teknika, pero' r-responsabbilta' politika f'isem il-Gvern mhux jien irrid inġorrha?", "Għalkemm wieħed jaħdem l-istima fuq il-bażi li jaslu għaliha t-tekniċi, ir-responsabbilta' politika tkun ta' min iressaq din l- istima.", "Illum sibna li dik l-istima m'hijiex eżatta, pero' ladarba joħorġu l-figuri finali nkunu nistgħu naraw eżattament kemm se tkun il-varjazzjoni u għaliex kien hemm dik il-varjazzjoni.", "Jien nispera li hawnhekk m'iniex qed inkun kontroversjali.", "Sur President, ħalli nkun inqas kontroversjali billi ngħid li l-qagħda tal-public deficit hija dik li hi.", "Għalfejn noqogħdu ngħidu li ma teżistix?", "Jekk teżisti, ejjew ngħidu li teżisti.", "Dan il-Gvern għandu xi interess - jien ma nafx għax wara kollox m'iniex ministru - li jgħid li teżisti din il-qagħda iktar milli fil-fatt teżisti?", "Il-qagħda teżisti u issa l-preċiżjoni tagħha nkunu nafuha fl-aħħar tas-sena jew as we go along.", "Il-letters of comfort u l-garanziji li hemm jeżistu wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Wieħed lanqas biss ikollu contingent liability fuq letter of comfort, pero' jien naħseb li m'hemmx bżonn noqogħdu nispjegaw dan il-fattur lil xulxin.", "Il-pubbliku jifhem li letter of comfort m'hijiex garanzija.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli.", "Jien naf x'qed ngħid.", "Hawn ilkoll qegħdin nisimgħu lil xulxin u jien qed ngħid dan biex niċċara l- affarijiet.", "Kont qed ngħid li letter of comfort m'hijiex garanzija ġaladarba l-azjenda tkun miexja tajjeb, għax imbagħad jista' jkun hemm ċirkostanzi - fil-fatt sieħbi l-Onor.", "Sceberras Trigona għal dan kien qed jirriferi - fejn letter of comfort - issa oqogħdu attenti u tantx toqogħdu ċċaqilqu raskom għax nikkwotakom u iktar nagħmel ħsara - ma tkun letter of comfort xejn imma tkun garanzija.", "Għalhekk din ma tibqax tissejjaħ iktar letter of comfort imma contingent liability.", "Fil-fatt hemm ċirkostanzi bħal dawn, bħad-Drydocks u oħrajn, imma ma naħsibx li hemm bżonn noqogħdu nsemmuhom waħda waħda.", "Sur President, għalhekk ikun tajjeb jekk ma noqogħdux insemmu l-problemi biss.", "Aħna għandna problemi - u mela m'għandniex problemi! - u jien wieħed minn dawk li nemmen li jekk jien marid għandhom jgħiduli li jien marid ħalli nkun nista' nikkura ruħi.", "Meta nsemmi l-problemi fil-kitba tiegħi jien ma nagħmilx dan biex nattakka jew biex nifraħ imma biex nagħrfu x'inhi s- sitwazzjoni ħalli b'hekk nagħrfu wkoll il-kapaċita' tagħna li negħlbuhom.", "Fil-fatt aħna hekk qegħdin ngħidu.", "Qegħdin ngħidu li għandna l-kapaċita' li negħlbu dawn il-problemi, imma dan għandna nagħmluh b'ċerta lealta' lejn il- pajjiż.", "Jien m'għidtx li dan għandna nagħmluh b'ċerta lealta' lejn xulxin, għax m'għadni nistenna mirakli minn imkien.", "Lejn xulxin m'aħniex se nsibu l-lealta' meħtieġa, imma lejn il-pajjiż m'aħniex se nsibuha?", "(Interruzzjonijiet) Onor. Fenech Adami, jien xorta waħda nirrispettak, kemm jekk tkun prim ministru kif ukoll jekk tkun kap ta' l-oppożizzjoni, għax l-importanti għalija huwa l-bniedem u mhux il-kariga tiegħu.", "Kont qed ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu semma l- credit rating ta' Moody's u Standard and Poor's. Imma l-Onor.", "Fenech Adami jaf x'inhi d-differenza.", "Id-differenza hija li meta aħna konna fl- oppożizzjoni u dawn il-konsulenti kienu jiġu jkellmuni personalment bħala bniedem tekniku - jien m'iniex xi espert, pero' tekniku biżżejjed, kemm minħabba l-karriera tiegħi fil-Bank Ċentrali, kemm minħabba x-xogħol tiegħi, kif ukoll minħabba l-mod kif inżomm abreast ma' l-affarijiet - flok għamilt l-affarijiet b'mod differenti ħafna meta kien sar assessment minħabba l-loan li kienet se tingħata lill-Freeport, għażilt li nagħmel l- affarijiet b'mod li l-ewwel u qabel kollox inżomm quddiem għajnejja d- dimensjoni nazzjonali.", "U llum il-ġurnata, kemm jekk inżommu d-dimensjoni nazzjonali quddiem għajnejna kif ukoll jekk ma nżommuhiex, l-esperti li jiġu xorta waħda se jdaħħlu subgħajhom u jgħawru ħalli jsibu dak kollu li jistgħu jsibu.", "Pero' huwa fatt li dak li jsibu m'huwiex sabiħ.", "Aħna rridu noqogħdu attenti li ma nkomplux inpinġu stampa iktar kerha milli hi, bħalma rridu noqogħdu attenti li nuru li hi x'inhi s-sitwazzjoni nistgħu noħorġu minnha.", "Pero', kif għidt diġa', rridu noħorġu minnha b'sens ta' lealta' lejn il-pajjiż u mhux billi, per eżempju, ngħidu li l-bieraħ il- privatizzazzjoni kienet tajba imma llum saret ħażina jew billi ngħidu li l- bieraħ il-privatizzazzjoni kienet ħażina u llum saret tajba.", "Mela dan il- pajjiż se jibqa' sejjer hekk b'kull naħa tbiddel il-qagħda tagħha skond kif ikun qed jonfoħ ir-riħ?", "(Interruzzjonijiet) Iva, dik hi l-impressjoni tiegħu.", "Il-Gvern preċedenti kien jgħid li m'huwiex favur il-privatizzazzjoni, imma kien hemm ċerti ċirkostanzi fejn qal li jrid jipprivatizza parzjalment permezz ta' riżorsi short-term ħalli sadanittant ikun jista' jieħu passi long-term.", "Pero' llum l-Oppożizzjoni, li meta kienet fil-gvern kienet qed tipprivatizza kemm minħabba raġunijiet ideoloġiċi kif ukoll minħabba raġunijiet li kellhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, qed tgħid li ma taqbilx mal-privatizzazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) U x'mhux veru!", "Interpreta dak li tgħid l-Oppożizzjoni!", "Qatt smajna lill- Onor. Fenech Adami jitkellem fuq il-privatizzazzjoni bħalma tkellem meta mar jindirizza - u ma ġralek xejn dakinhar, Onor. Fenech Adami, mhux imbilli ħsibt li se jiġrilek! - lill-kunsilliera tal-General Workers' Union?", "L-Onor.", "Fenech Adami nkwieta li kien se jiġrilu xi ħaġa imma fil- fatt ma ġralu xejn!", "Dawk nies ċivili.", "Intom ma tħarsux lejhom bl-istima li għandkom tħarsu lejhom.", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, toħorġux barra mis-suġġett.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, jien irrid nenfasizza l-punt li m'għandniex noqogħdu nbiddlu skond il-vantaġġ politiku li nistgħu nieħdu.", "Li nbiddlu minħabba l-esiġenzi ekonomiċi huwa mod, imma li nbiddlu minħabba l-vantaġġ politiku li rridu niksbu, kif għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, huwa mod ieħor.", "Fil-fatt dan hu li jagħmel il-ħsara lill-pajjiż, Onor. Fenech Adami!", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, jien nieħu pjaċir nisma' lill- Onor. Spiteri jitkellem pero' kultant ikolli diffikulta' biex ninduna 'l fejn tkun indirizzata l-kritika tiegħu.", "Aktarx li din il-kritika tkun indirizzata lejn iktar minn naħa waħda u għalhekk naturalment tkun trid tagħmel, kif kiteb huwa stess, ħafna eżerċizzji intellettwali biex tifhem sew xi jkun il-messaġġ.", "Jien nippretendi li nifhmu, jew almenu nifhmu fil- mod kif jaħdem moħħi għax jien jien u m'iniex ħaddieħor, pero' hawn nixtieq insemmi żewġ punti.", "Ħalli nibda billi nsemmi l-kwestjoni tad-deficit tal- Gvern.", "Jien nisma' lil min jgħid - fosthom lill-Ministru Brincat fil-winding-up illum stess - li l-Oppożizzjoni, anzi jien partikolarment, qatt m'għidt li d-deficit li għandna illum m'huwiex sostenibbli.", "Dan m'huwiex veru għaliex jien għidt ripetutament li d-deficit li qed jitkellem fuqu l-Gvern għal din is-sena m'huwiex sostenibbli, bħalma m'huwiex sostenibbli d-deficit li rriżulta s-sena l-oħra.", "Dan il-pajjiż ma jistax ikollu d-deficit li kellu s-sena l-oħra u lanqas jista' jkollu d-deficit li ġie ppjanat, għax lanqas kif ġie ppjanat m'huwa sostenibbli, iktar u iktar meta qed naraw li d- deficit żdied.", "Pero' jien dejjem ninsisti li għandna naraw ir-raġunijiet veri li għalihom qed jikber dan id-deficit.", "Huwa faċli ħafna li nsemmu d- deficit strutturali pero' rridu naraw xi tfisser din il-frażi.", "Sur President, jien li nista' ngħid huwa li r-record tal-Gvern tiegħi kien li fl-1987 konna bdejna b'deficit ta' 7.7% imma għax kellna l-kuraġġ li nissellfu minkejja li l-Oppożizzjoni ta' dakinhar kienet twerwer lin- nies li l-agħar ħaġa li jista' jkollu gvern huwa li jkollu żbilanċ fil- budget ...(Interruzzjonijiet) Dan m'hu veru xejn.", "Fil-fatt jien niftakarni nqum f'dan il-Parlament u ngħid li l-kotba ta' l-ekonomija kollha jitkellmu fuq il-fatt li l-public sector borrowing requirement għandu jkun ikbar mid-deficit tal-budget li jkollu kull gvern għaliex l- ekonomiji b'hekk biss jistgħu jiżviluppaw.", "Jien kemm-il darba għidt li meta l-ekonomija ma tkunx żviluppata bilfors li jkollna żbilanċ fid- deficit, pero' b'daqshekk ma jkun ġara xejn sakemm dan l-iżbilanċ ikun sostenibbli.", "Fil-fatt jien insostni li fid-disa' snin u nofs li għamilna fil-gvern il-budget deficit ta' kull sena kien wieħed sostenibbli, tant li filwaqt li fl-1987 kellna deficit ta' 7.7% fl-1995 dan niżel għal madwar 3.2%.", "Pero' fl-1996 lil dan il-Gvern irriżultalu deficit li m'huwiex wieħed sostenibbli.", "Jien, min-naħa tiegħi, eżaminajt dan kollu u, kif għidt diġa', rriżultali li l-ikbar chunk tad-deficit kien ġej mill-fatt li l-forecast ta' Lm110 miljun mill-VAT m'avverax ruħu u kien hemm shortfall ta' Lm31 miljun.", "Issa jien insostni - hawnhekk l-Onor.", "Membri tan-naħa l- oħra m'humiex qegħdin jaqblu miegħi - li dan is-shortfall kien daqshekk kbir għar- raġuni li l-Partit Laburista għamel sentejn sħaħ jgħid li hekk kif jirbaħ l-elezzjoni se jneħħi l-VAT.", "Dan għenu biex jirbaħ l-elezzjoni pero' issa qed igawdi r-riżultat.", "Biżżejjed nerġa' nsemmi x-shortfall ta' Lm31 miljun li kellu l-Gvern is-sena l-oħra fil-budget tiegħu.", "Għalkemm is- sena l-oħra kien ippjanat li l-budget deficit ikun jammonta għal madwar Lm40 miljun, dan fil-fatt tela' għal Lm71 miljun.", "Kif qal l-Onor.", "Spiteri, fl-aħħar xhur tas-sena jiġru ħafna affarijiet għax il-Gvern mhux dejjem jirnexxielu jdaħħal flus daqskemm jaħseb.", "Issa, sena wara, ilkoll nafu li l-Gvern Nazzjonalista, partikolarment il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien, kien għamel arranġamenti biex l-income tax arrears tad-Dockyard - li jammontaw għal Lm7.8 miljun - u s-Lm6 miljun tas- social security, jitħallsu lill-gvern.", "Pero' dan il-Gvern se jdaħħal dawn il-flus, li b'kollox jammontaw għal iktar minn Lm13 miljun, fil-budget ta' din is-sena.", "Jiġifieri mal-Lm31 miljun deficit li ġie kkaġunat minħabba n- nuqqas ta' dħul mill-VAT din is-sena hemm Lm13 miljun oħra, u dan meta l- Gvern stess qed jgħid li kellhom jidħlu s-sena l-oħra.", "Jekk wieħed jara l- ammont li daħħal il-Gvern mill-income tax u mill-VAT din is-sena jinduna li, filwaqt li f'Diċembru dan daħħal ammont relattivament żgħir, f'Jannar daħħal ammont kbir u għalhekk dawn il-flus faċilment setgħu jkunu attribwibbli għas-sena l-oħra.", "Fil-fatt is-sena l-oħra spiċċajna b'miscellaneous revenue item ta' Lm15 miljun.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li waqt il-budget, l-Onor.", "Lino Spiteri kien qal li dawn il-flus ma daħlux ''because of a change of policy by the new Government''.", "Hekk hemm miktub fil-budget speech tiegħu.", "Dan huwa kollu minnu għax parti minnhom kienu ġejjin minn dik li tissejjaħ ''privatizzazzjoni'' u għalhekk l-Onor.", "Spiteri fil-budget li għamel kien kiteb li hu, bħala l-ministru tal- finanzi, f'isem il-Gvern, bidel il-policy u ma kienx se jagħmel privatizzazzjoni u dan bil-konsegwenza li b'hekk il-Gvern ma daħħalx Lm15- il miljun oħra!", "Meta nara dan kollu, jien ngħid li d-deficit tas-sena l-oħra żgur li m'huwiex sostenibbli għax meta nara li Lm15 miljun ġejjin mill- privatizzazzjoni, ma nafx kemm-il miljun lira ġejjin mill-income tax u mill- VAT ...", "Allura f'din is-sitwazzjoni għandi naqta' rasi u ngħid li dan il- pajjiż kien mormi u spiċċa?", "Dażgur li le!", "Li kieku rbaħt l-elezzjoni jien - imma ma rbaħthiex; fortunatament għalija u forsi sfortunatament għall- pajjiż, imma dwar dan kulħadd jgħid li jrid - is-sitwazzjoni ma kenitx tkun l-istess.", "Pero' l-verita' hi li l-attenzjoni tal-Gvern - u dan kien il- famuż memorandum li għamilli l-ex-Ministru John Dalli ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, f'Ġunju tas-sena l-oħra l-Onor.", "Dalli qalli li kien se jkollna deficit ikbar milli vvotajna għaliex il-flus li pproġettajna li jidħlu mill-VAT ma kenux se jidħlu.", "Dik kienet ir-raġuni prinċipali għad-deċiżjoni tiegħi, tiegħu u ta' sħabi li nagħfsu aktar fuq il-VAT u mhux li nneħħu l-VAT għax ġejja l-elezzjoni.", "Issa l-Gvern neħħa l- VAT, mela jsofri l-konsegwenzi.", "Issa naraw mnejn se jġib il-flus.", "Ħalli niġi għall-punt l-ieħor li semma l-Onor.", "Spiteri.", "L-Onor.", "Spiteri semma l-privatizzazzjoni u qal li jien mort inkellem lill- GWU kontra l-privatizzazzjoni.", "Dan m'hu veru xejn.", "Jiena kont u għadni favur li dawk l-attivitajiet kollha tal-gvern li m'għandux għalfejn jagħmilhom hu, m'għandux jagħmilhom hu u għandna nipprivatizzaw.", "Jiena hekk nemmen; hekk kont nemmen u hekk għadni nemmen.", "Imma ma nemminx f'dak li qed jgħid il-Prim Ministru meta qed jgħid li kieku kien għalih ma jipprivatizzax, imma issa għax għandu l-ħofor - hu qed jgħid li mhux tort tiegħu imma tort tal-Gvern preċedenti - se jkollu jipprivatizza.", "Allura qed jgħid li se jkollu jbigħ biċċa mit-Telemalta u biċċa mill-Enemalta u se jagħmel hekk mhux għax jemmen fil-privatizzazzjoni imma minħabba d-deficit.", "Jien ma' dan ma naqbilx.", "Imma dan ma jfissirx li ma naqbilx mal- privatizzazzjoni.", "Dażgur li naqbel!", "Jekk il-Prim Ministru jgħidli li se jbigħ shares oħra mill-bank, ngħidlu: Mela le!", "Għalfejn għandu jkollna l-kontroll tal-bank?", "Kien hemm perijodu ta' transizzjoni li kien għaqli li ma tbigħx kollox f'daqqa.", "Imma għaliex m'għandux ibigħ shares mill-Korporazzjoni Telemalta?", "Fil-fatt fil-files għandhom isibu li l-Gvern kien qed jaħseb biex jaqsam il-funzjoni regolatorja tat-Telemalta mill-operazzjonijiet kummerċjali jew ta' servizz biex b'hekk inkunu nisgħtu nipprivatizzawha fis-sens li ma tibqax monopolju.", "U diġa' neħħejnilha parti mill-monolpoju meta daħħalna l-mobile telephones, meta tajna l-liċenzja għall-cable, meta tajna l-liċenzja l- oħra li għadna kif morna nawguraw ta' Elsat.", "Imma imbagħad mhux jiġi l- Prim Ministru u jgħidli: Jien ma naqbilx li nbigħ parti mit-Telemalta imma se jkolli nbigħha għax għandi bżonn il-flus\"!", "Dan huwa żbaljat għaliex allura lill-Gvern jien nista' nistaqsih: Allura xi darba dawn inti se terġa' tixtrihom?", "Jiġifieri se terġa' tinnazzjonalizzahom?", "F'ġieħ is- sewwa u f'ġieħ art twelidna, jiena naf li l-Onor.", "Spiteri huwa leali lejn art twelidu, imma din mhux tiktibha biss trid imma trid tittraduċiha f'fatti.", "Irridu wkoll nitkellmu bis-serjeta' u mhux jiġi jgħidli li jien biddilt il-pożizzjoni tiegħi fuq il-privatizzazzjoni!", "Jien naf li l-Onor.", "Spiteri huwa ntelliġenti daqsi u iktar minni u naf li jifhem daqsi u iktar minni, imma ma jiġix ibellagħli li jien biddilt il-pożizzjoni tiegħi!", "Il- pożizzjoni biddilha hu fil-budget speech għaliex qal li l-policy tal-Gvern tiegħu, bih bħala ministru tal-finanzi, kienet kontra l-privatizzazzjoni, u fil-fatt ''because of a change of policy by the new Goverment''.", "Issa jiġi l-budget u naraw x'jivvota l-Onor.", "Spiteri.", "Naraw jekk iqumx u jgħid li dan huwa żbaljat.", "Jien fil-gazzetti qrajt li l-Prim Ministru - forsi seta' kien il- Ministru Leo Brincat - qal li beda n-negozjati ma' l-unions fuq il- privatizzazzjoni tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Dan għalija huwa misteru għaliex ma tistax tipprivatizza minn issa sal-budget.", "Tista' tbigħ, tista' ddaħħal xi kumpannija fil-Korporazzjoni Telemalta u tgħidilha biex tixtri nofs jew kwart mit-Telemalta, imma dan huwa differenti ħafna milli jkollok azjenda u tgħid li se tipprivatizzaha.", "Issa naraw x'ġej.", "Imma ma jiġix l- Onor. Spiteri, f'ġieħ id-diċenza u r-rispett lejn xulxin, u jgħidli li jien biddilt il-pożizzjoni tiegħi!", "Meta jien mort nitkellem mal-GWU għidt preċiż dak li għidt hawn, jiġifieri li l-privatizazzjoni rridha bħala privatizzazzjoni u mhux bħala stopgap għall-Gvern li jgħid li ma jemminx fiha u mbagħad biex isodd it-toqba li għandu jgħid li se jbigħ.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li nibdew nitkellmu daqsxejn b'lingwa li tinftiehem u mhux bid-double speak u bl-interpretazzjonijiet.", "GĦandna nitkellmu b'lingwa sempliċi bil-Malti li jifhmha kulħadd bl-istess mod.", "U hemm bżonn li nifhmuh kollha bl-istess mod u naraw x'inhuma l-interessi veri ta' pajjiżna.", "Jekk dan il-Parlament irid jiddiskuti x'inhi privatizzazzjoni, nistgħu niddiskutiha imma jien il-kritika tiegħi nagħmilha.", "U fost il-ħafna affarijiet li għidt meta mort il-GWU, għidt dan ukoll għaliex naħseb li huwa tajjeb li dan il-pajjiż - li għal 12-il xahar kien maħkum mill-problema tad-deficit li hija problema reali ...", "Pero' m'għandniex ngħidu li għandna problema tad-deficit u li dan il-pajjiż se jegħreq.", "Soluzzjoni waħda hemm biex insolvu dan id-deficit u din m'hijiex li nagħmlu miżuri ta' awsterita' li jkomplu jkissru l-ekonomija.", "Illum il- gazzetti huma mimlija b'artikli f'dan is-sens.", "Kiteb rappreżentant tal- GRTU, kiteb is-Sur Godfrey Baldacchino u kitbu oħrajn u kollha qegħdin jgħidulna li l-awsterita' ġġib ħafna problemi.", "Li hemm bżonn huwa li l- ekonomija tqum fuq saqajha u li l-Gvern idaħħal it-taxxi.", "U hawn taxxi x'jidħlu!", "Jien il-bieraħ għidt, u se nerġa' ngħid, li l-Onor.", "John Dalli u jien konna għamilna eżerċizzju fuq r-returns tal-VAT ta' l-1995 u m'huwiex diffiċli biex tinduna fejn hemm evażjonijiet kbar.", "Dak hu li jmissu għamel il-Gvern.", "Imma dan l-Gvern, minflok ma ra fejn is-sistema tal-VAT kienet qiegħda taħdem verament u għalaq ix-xibka biex kulħadd ikollu jħallas - anke dawk li ma jmmorrux fil-moralita' fiskali - rema kollox il-baħar u daħħal sistema li ħolqitlu problema kif se jġib il-flus.", "U jagħmel ħażin li jgħid li għax għandu din il-problema se jġib il-flus bil-privatizzazzjoni.", "Jekk hu jidhirlu li għandu jipprivatizza jipprivatizza, imma m'hijiex raġuni tajba li jipprivatizza għax għandu bżonn urġenti tal-flus.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, huwa interessanti dak li qed jgħid l- Onor. Fenech Adami.", "Qed jgħid li hu u l-Onor.", "John Dalli għamlu exercise fuq ir-returns tal-VAT u li ma kienx diffiċli għalihom li jsibu min b'mod flagranti ma kienx qiegħed iħallas it-taxxa li għandu jħallas.", "Imma x'għamlu?", "M'għamlu xejn.", "Ġiet elezzjoni u ma qalu xejn.", "Qalu biss kemm huma tajbin l-affarijiet!", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nitkellem jien issa.", "Dawn marru quddiem il-poplu u ma qalu xejn.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Spiteri ma jiftakarx fl-ordni li kienet ħarġet mill-ministeru tal-finanzi biex l-importaturi kollha jagħtuna l-VAT number tal-persuni li bigħulhom dak kollu li mportaw?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Dan hu li għamiltu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Xejn m'huwa dak?", "Imbagħad għandek il- kategoriji kollha tal-VAT - inti m'għadekx ministru imma nistiednek sabiex tarahom bil-computer malajr issibhom - u jekk kien hemm 200 ironmonger tara d-differenzi bejn l-ironmongers; jekk kien hemm 500 avukat tara d- differenzi bejn l-avukati; jekk kien hemm 500 accountant tara d- differenzi bejn l-accountants; u jekk kien hemm min hu b'negozju ta' bar tara d-differenzi bejn min hu b'negozju ta' bar.", "Għajnejnha qegħdin f'wiċċna u widnejna qegħdin hawn.", "Aħna ngħixu f'pajjiż ħolqa u m'huwiex diffiċli biex tasal għal konklużjonijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Kulma għamel l-Onor.", "Fenech ADami huwa li qal x'eżerċizzju għamel fuq l-ironmongers.", "THE CHAIRMAN: Jien ngħid li suppost qegħdin niddiskutu klawsola 3.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Iva u ilna nofs siegħa nisimgħu lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jitkellem u jgħid affarijiet li jien se nweġibhom fi tliet minuti.", "Jiena ngħid li sewwa għamlu li għamlu dan l-eżerċizzju fuq l- ironmongers u sewwa għamlu li komplewh.", "Imma l-ironmongers kienu l-ikbar culprits?", "Dawk kienu l-ħatja?", "Fuq il-klassi professjonista x'għamlu?", "Fuq il-kapitalisti x'għamlu?", "Fuq is-sostenituri tagħhom x'għamlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nista' ngħidlek.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Se toqgħod tqum kull darba!", "Issa qum igħidli u semmihom b'isimhom.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Fenech Adami, irrispondi aktar tard.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Kollha kienu se jiġu ttekkiljati?", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma ċ-ċangaturi tat-triq ta' l-infern.", "Isimgħuh: Konna se nagħmlu hekk, konna se nagħmlu hekk.", "Imma minflok sejħu elezzjoni, qalu kemm qegħdin tajjeb u ma semmew xejn minn dan kollu!", "Lill-poplu qalulu li kollox qiegħed pinna u li kollox perfett.", "Imma x'għamlu fuq il-VAT?", "Aħna - nerġa' ngħidha għax qed nappellaw għad- diċenza lejn xulxin - ma waqqafna xejn minn dawk l-eżerċizzji li nbdew mill- VAT Office u meta l-Onor.", "Fenech Adami jgħid ....", "Toqgħodx tgħid ''ċiss'', ''ċiss'' ''ċiss''.", "THE CHAIRMAN: M'hemmx interruzzjonijiet.", "Kompli Onor. Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: X'jiġifieri ''ċiss''?", "Ma kellekx il-guts u ma kellekx affarijiet oħra li toħroġ qabel l-elezzjoni u tgħid: Jiena mhux biss qiegħed niġġieled biex inżomm il-VAT imma hemm dak, hemm dak, hemm dak u hemm dak - ismijiet li jagħrfuhom in-nies - li qegħdin jisirqu lill- poplu.", "Kellek il-guts tagħmel hekk?", "Mhux billi issa se toqgħod tgħid ''ċiss''!", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li ma tkunx irresponsabbli mal- ħbieb tiegħek!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iddaħħaknix taf!", "ONOR.", "LINO SPITERI: Eh, ddaħħaknix!", "Dażgur li ma tkunx irresponsabbli mal-ħbieb tiegħek!", "Iddaħħaknix taf!", "Ma noqogħdux sejrin hekk!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk nispiċċa minn hawn immur ngħix bil- pensjoni.", "U ħadd ma' jdaħħalni lura naħdem miegħu.", "THE CHAIRMAN: Onor. Spiteri, jekk jogħġbok kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Imma kemm inti baxx!", "Sewwa qallek dak.", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru!", "Qiegħed tifhmu int, Onor. Gonzi?", "Qiegħed tifhmu kemm qed ikun personali dan il-bniedem li baqa' hemmhekk għax intom m'għidtux kliem ieħor?", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli.", "Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross-debates.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Qiegħed tifhmu?", "Qed tifhem x'inhu jgħid, Onor. Gonzi?", "(Interruzzjonijiet) Għax ma tgħidx x'għamlu qabel l-elezzjoni ta' l-1987 miegħek?", "THE CHAIRMAN: Nitlob lill-Onor.", "Spiteri u lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex ma jibqgħux sejrin hekk.", "Qegħdin niddiskutu klawsola 3.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Imma qed tifhem x'inhu jgħid?", "(Interruzzjonijiet) Bil-mod!", "Tkellem il-generator ta' Kemmuna, l-Onor.", "Richard Muscat!", "Bil- mod taf!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: No cross debates.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Għax ma smajtx x'inhu jgħid?", "(Interruzzjonijiet) Iva ngħallimkom jien.", "Tant ngħallimkom li meta attakkaw lill-Onor.", "Gonzi fuq xi ħaġa simili għal dak li qed jattakani l-Onor.", "Fenech Adami, jien għidt li min qed jattakka lill-Onor.", "Gonzi ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Spiteri, kompli bid-diskors tiegħek fuq klawsola 3.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin bl-interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, l-Onor.", "Richard Muscat qed jistaqsini jekk Balzunetta hijiex hawnhekk.", "Ma nafx!", "Milli jidher hu jafha Balzunetta!", "Jien ma nafhiex u ngħidlu li qatt ma mort hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Dan id-diskors m'iniex se nippermettih.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Lili toqgħodx tidħolli f'dawn l-affarijiet.", "Ara inti fejn tmur u x'kont tagħmel!", "X'kull waħda!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Qisek wieħed tat-triq!", "Daqshekk waqajt baxx.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Waqa' baxx il-Kap tiegħek u jmissu jiskuża ruħu.", "Il- Kap tiegħek waqa' baxx u għalhekk għidtlu hekk, għax min hu nisrani ma jitkellimx hekk.", "THE CHAIRMAN: Onor. Muscat, biżżejjed.", "Kompli Onor. Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel il-punt li fl-aħħar tas-sena jidħlu ammonti ta' flus li effettivament jidhru f'Jannar.", "Xi jrid jimplika?", "Qed jimplika li aħna żammejna xi flus milli jidħlu?", "Aħna ma żammejna assolutament l-ebda flus milli jidħlu.", "Għaliex irridu mmorru fuq binarju li m'għandniex immorru fuqu apparti s-sħana meta nkunu offiżi personalment?", "GĦaliex jiena kont offiż personalment.", "Jekk għidt xi affarijiet li personalment huma ħżiena nirtirahom għaliex ma rrid inweġġa' lil ħadd imma jiena kont offiż personalment mingħajr ħtieġa.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena wkoll ħassejtni offiż personalment u jiddispjaċini jekk għidt xi kelma żejda, imma aħjar kulħadd iżomm il-kalma.", "THE CHAIRMAN: Kollox sew.", "Kompli Onor. Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Tajjeb li nżommu l-kalma pero' fuq dan il-punt tal- ġbir tal-flus ma kien hemm asolutament xejn miżmum lura.", "Saħansitra - niftakar mill-memorja - kien hemm waħda mis-subsidiaries ta' waħda mill- holding companies li għandna interess fiha - mhux se nsemmiha hawnhekk - li kellha dividend ta' ¥0.25 miljun u dawn staqsewni jekk għandhomx jiddikjarawh.", "Jiena għidtilhom: Dażgur li tridu tiddikjarawh la huwa dovut għal dik is-sena!", "Dażgur li għandna nħallsuh dan id-dividend jekk huwa dovut għal dik is-sena!", "Kif ma tħallsux?", "Għaliex il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jrid jgħid li fl-aħħar tas-sena għamilna xi ħaġa li biha żammejna l-flus milli jidħlu?", "Għaliex niddubitaw mill-integrita' politika ta' xulxin?", "Mela aħna boloh?", "X'affarijiet dawn!", "(Interruzzjonijiet) Mhux jien kont inkarigat mill-finanzi?", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-argument m'huwiex dan.", "Jiena m'għidtx li l- Onor. Spiteri bħala l-ministru tal-finanzi qabad u għamel dawn l-affarijiet apposta.", "Jien għidt li bħala fatt ġraw dawn l-affarijiet.", "Ħalli nerġa' nsemmi l-item li kien hawn interpellanza fuqu f'dawn il-ġranet.", "Kif sejħilha l-Ministru Leo Brincat, kien hemm transazzjoni li taħt il-Gvern tiegħi kellha ssir is-sena l-oħra.", "Issa din ma saritx għaliex kien hemm l- elezzjoni, għaliex il-Gvern kellu affarijiet oħra eċċ. Pero' bħala fatt, kien hemm ammont ta' flus li kien ippjanat u kienu budgeted for is-sena l- oħra.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-¥15 miljun ivvotati għall-privatizzazzjoni, imma nbidel il-gvern u, kif għandu kull dritt jagħmel, il-Gvern il-ġdid qal li se jimxi mod ieħor.", "Jiena m'iniex qed ngħid li l-Onor.", "Spiteri għamel xi ħaġa apposta biex ikabbar il-budget jew biex ikabbar id-deficit imma effettivament dawn jispjegaw kif kiber id-deficit.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jekk ipoġġiha hekk, kien hemm affarijiet li jmisshom saru u li l-Gvern ippjana li jagħmilhom u ma laħaqx għamilhom, jiġifieri mhux waqqafhom.", "Milli jidher il-Kap ta' l-Oppżizzjoni qed jikkwota bl- Ingliż min-notamenti li jkun hemm ma' kull ministeru, li niddubita kemm il- ministru jkun qrahom.", "Jiena tiegħi żgur li ma kellix ċans naqrahom imma xorta tibqa' responsabbilta' tiegħi.", "Issa l-Onor.", "Eddie Fenech Adami kkwotani fil-budget speech, imma fil-budget speech ma kien hemm xejn li jgħid li se nagħmlu privatizzazzjoni.", "Pero' jiena fl-għeluq tal-budget speech apposta - għax m'iniex iblah, għalkemm bravu ħafna, kif qal l-Onor.", "Fenech Adami, m'iniex lanqas - ftaħt il-bieb u għidt li hemm ċerti affarijiet li wieħed jista' jħares lejhom with an open mind.", "Dan hu li għidt jiena.", "Issa jekk dak iwassalx għall-privatizzazzjoni li se ssir issa, dak huwa argument ieħor.", "Iċ-ċirkostanzi huma differenti.", "L- atteġġament li qed jieħu l-Gvern, qed jieħdu għar-raġunijiet tiegħu li jiena ma nidħolx fihom.", "U meta jasal il-budget jiena nivvota man-naħa tal- Gvern bħalma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu jivvotaw man-naħa tiegħu għax aħna hekk nivvotaw.", "U se nivvota anke b'konvinzjoni għaliex - anke jekk inħarsu lejn ix-xena fl-Italja - meta jkollok problema, trid tieħu miżuri li jattakkaw dik il-problema u mhux miżuri li jkomplu jaggravaw dik il- problema.", "Naħseb li jekk inpoġġuha hekk, inkunu poġġejniha bl-aħjar mod li nistgħu npoġġuha.", "Għar-rigward ta' l-income tax u ta' ġbir ieħor, jiena diġa' kkummentajt u m'huwiex il-każ li b'xi mod jew b'xi fantasija tal-moħħ noqogħdu ngħidu li l-budget li għandna huwa xi ħaġa li ħoloq dan il-Gvern u li m'għandux jippreokkupana.", "Għaliex?", "L-Onor.", "Fenech Adami kkwota l-gazzetti tal- bieraħ u qal li dawn huma mimlijin b'ċerti artikli u semma wkoll rappreżentant tal-GRTU - kien qed jgħid għal Vince Farrugia - u semma' lil Dr. Godfrey Baldacchino.", "Issa ħalli nsemmilu artiklu ieħor jiena, għalkemm ma nħobbx insemmi ismijiet.", "Mhux jien qed ngħid li l-budget huwa strutturali, mhux in-naħa tal-Gvern qed tgħid li l-budget huwa strutturali.", "Lil Dr. Delia jemmnuh jew ma jemmnuhx?", "Dan la huwa ekonomista Laburista u lanqas ekonomista Nazzjonalista u kien Direttur tal-Bank Ċentrali u jgħid l- affarijiet kif għandu jgħidhom.", "Fil-fatt dan għamel analisi fil-magazine tal-Bank Ċentrali, fejn b'mod dettaljat spjega li għandna budget strutturali, deficit strutturali.", "Niġi issa għall-aħħar punt, Mr Chairman, għaliex naħseb li dejjaqt lilek u anke lili nnifsi.", "Jekk kemm-il darba għandna budget strutturali, jekk kemm-il darba għandna deficit strutturali, x'sens jagħmel li ma ngħidux li għandna problema reali?", "Ħadd m'għandu jkabbarha u lanqas iċekkinha imma m'għandhiex inħalluha taqtgħalna qalbna għax jekk kemm-il darba nimxu bis- sens, jekk kemm il-darba nkunu flessibbli fejn hemm bżonn inkunu flessibbli għandna l-kapaċita' li negħlbuha.", "Imma l-Oppożizzjoni lanqas din ma trid tammetti?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jgħid li l-budget kif irriżulta s-sena l-oħra u l-budget kif qed jirriżulta din is-sena m'humiex sostenibbli.", "Jiena bħala biċċa ekonomista - mhux xi ekonomista kbir - ngħidlu li ladarba l-budget huwa budget strutturali - u mhux x'irriżulta s- sena l-oħra jew din is-sena - allura m'huwiex sostenibbli.", "GĦalhekk irridu nieħdu l-aħjar passi li nistgħu nieħdu fiċ-ċirkostanzi biex inbiddlu s- sitwazzjoni.", "L-Onor.", "Fenech Adami jista' jgħid li dak li qed jagħmel dan il-Gvern ma jaqbilx miegħu.", "Jiena nista' ngħidlu li naqbel ma' 90% u ma naqbilx ma' 10%.", "B'daqshekk x'fiha!", "Nista' nbiddel il-proporzjonijiet ukoll, imma l-Gvern għandu dritt jieħu l-miżuri li jrid jieħu.", "Fuq il- miżuri tista' tikkritikah imma lkoll għandna nammettu li hemm din il- problema.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiġri x'jiġri, jiena dejjem sostnejt l-istess ħaġa.", "Huwa ħażin li ngħidu li kollox huwa tort tal-Gvern ta' qabel u li għandna deficit li ma nafux x'se nagħmlu bih.", "Dan m'huwiex minnu.", "Id- deficit m'huwiex sostenibbli u żgur li huwa strutturali.", "L-Onor.", "John Dalli f'kull budget speech kien jgħid x'għandna eżattament bħala spejjeż, per eżempju, 53% f'benefiċċji soċjali, 33% f'pagi tan-nies tal-gvern u 14% bħala administration.", "U kien jgħid: GĦiduli minn fejn se naqta'!", "Jien niftakarni nistaqsi l-istess domanda min-naħa l-oħra tal-Kamra meta ressaqna l-ewwel budget speech.", "Kont staqsejt: GĦiduli x'nagħmel.", "Ma nagħtix is-sussidji lid-Dockyard jew innaqqas il-pensjonijiet?", "U s- soluzzjoni li jiena sibt fid-disa' snin u nofs tal-Gvern tiegħi kienet li nkabbar l-ekonomija billi nżid ir-revenue.", "Hawn hi d-differenza bejn iż- żewġ naħat.", "Dażgur li dan il-budget huwa strutturali imma allura għandna naqtgħu l-pensjonijiet?", "Kulħadd qed jgħid \"le\".", "Imma allura nnaqqsu s- salarji?", "Jiena ma naqbilx lanqas li għandna nnaqqsu s-salarji.", "Allura niddemotivaw lin-nies u ngħidulhom li m'għandhomx prospetti ta' żidiet?", "Aħna m'għidniex li ma rridux nimlew il-ħofor - biex nużaw l-espressjoni tal-lum - imma dawn timlihom billi tiġbor il-flus mit-taxxi.", "U m'huwiex veru li aħna dan ma fhimniehx.", "Aħna mill-1992 fhimna li hemm bżonn surgical operation f'dan il-pajjiż imma mhux fl-infiq.", "Kulħadd jaqbel li għandna naqtgħu l-ħela, imma s-surgical operation li għamilna kienet fir-revenue.", "Għidna li ma jistax ikun li dan il-pajjiż ma jdaħħalx ir-revenue kollu skond il-liġijiet viġenti.", "GĦalhekk daħħalna s-sistema tal-VAT sabiex tgħinna nagħmlu dan.", "Aħna kellna l-kuraġġ indaħħlu l-VAT u ngħidu, għall- ewwel darba f'dan il-pajjiż, li se nintaxxaw 15% fuq is-servizzi għax hekk hemm bżonn.", "Dan kien ir-rimedju li tkabbar l-ekonomija, in-nies jaqilgħu iktar flus u jħallsu t-taxxi.", "Min-naħa l-oħra, dan il-Gvern qed jingħi kuljum kemm għandu deficit strutturali li m'huwiex sostenibbli - u dan huwa veru - u mingħalih se jsolvih billi neħħa l-ikbar għodda li kellu biex jiġbor il-flus.", "Jiena ma rridx nerġa' ndaħħal fil-kredu lill-Onor.", "Lino Spiteri imma almenu l-Onor.", "Spiteri kellu l-kuraġġ jikteb u jistaqsi: GĦamilna sewwa li neħħejna l-VAT u daħħalna s-CET?", "Għaliex ma neżaminawhiex din il-biċċa?", "U dan hu li qegħdin ngħidu aħna.", "Dażgur li rridu nsolvu l-problema tad-deficit!", "Imma din ma nsolvuhiex billi nġiegħlu lin-nies ibatu minn awsterita'.", "Insolvu l- problema tad-deficit billi ninkorraġġixxu u nkabbru l-ekonomija, ninkorraġġixxu l-flessibbilta' u nkabbru d-dħul tal-gvern.", "Dik hija l-qofol tal-kwestjoni kollha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, xtaqt nagħmel tliet rimarki.", "L- ewwelnett, min semagħni nikkummenta ftit wara l-intervent ta' l-Onor.", "Bonnici, semagħni ngħid li l-indications fuq il-GDP għal din is-sena huma overall positive.", "Jiġifieri din il-qlajja li l-Gvern lanqas għandu biss ħjiel tal-GDP għandha tiġi disclaimed darba għal dejjem.", "It-tieni nett, ma nafx għaliex qam l-element tal-foreign loans component fil-kontest tas-self li għandna hawnhekk.", "L-isem tal-liġi huwa dak li hu u m'għandna l-ebda intenzjoni li fil-kontest ta' dan il-liġi jkollna self barrani.", "It-tielet, nerġa' ngħid, li m'iniex sodisfatt li l-Uffiċċju ta' l- Istatistika ma ħarġux il-GDP figures.", "Sal-ġimgħa l-oħra stess kelli meeting kemm magħhom u kemm mal-head ta' l-Economic Planning biex ifittxu joħorġu l-istatistika kollha.", "Pero' nerġa' ntenni bl-ikbar responsabbilta' li żgur ma kien hemm l-ebda indħil min-naħa tiegħi, la personali u lanqas min-naħa tal-ministeru, biex dawn il-figuri ma jinħarġux għal xi raġuni jew oħra.", "Dwar il-kwestjoni ta' l-istocks li ħareġ il-Gvern, jiena fl-ebda mod ma rrid nagħti ad intendere li l-figuri ta' l-istocks huma xi sigriet ta' l- Istat li we do not want to disclose.", "Jekk wieħed jara over the years kif kienet tkun ir-ratio, isib illi r-ratio bejn is-Central Bank, il-banek kummerċjali u l-pubbliku dejjem kienet 2:5:2 u din id-darba ir-ratio hija l- istess.", "Fil-fatt is-Central Bank għandu xi ftit iktar minn ¥20 miljun u fil-każ tal-commercial banks għandek ¥54 miljun.", "L-aħħar osservazzjoni li rrid nagħmel hija fuq il-privatisation tal- Korporazzjoni Telemalta, għalkemm m'għandhiex x'taqsam mal-kontest ta' din il-liġi.", "Imma billi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta ad intendere - dejjem jekk fhimtu tajjeb - li l-privatisation tal-Korporazzjoni Telemalta kienet xi ħaġa li aħna għidna li se ssir qabel il-budget, jiena dan ma jirriżultalix, la min-naħa tiegħi u lanqas min-naħa tal-Prim Ministru nnifsu, li kien hemm indikazzjonijiet simili.", "Kulma kien hemm kienu xi konsultazzjonijiet mill-ministru kkonċernat mat-trade unions u xi laqgħat min-naħa tiegħi biex ngħidulhom overall kif inhi l-istrateġija tagħna f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jidher li qed naslu x'imkien.", "Il-Ministru Brincat qalilna li s-Central Bank ħa take-up ta' ¥20 miljun u l-commercial banks ħadu take-up ta' ¥54 miljun u others ħadu ¥25 miljun.", "Jiena qed nipprova nasal għal xi ċifra li tidher li hija fuq il-¥100 miljun.", "Bħala ekonomista rrid nistaqsi l-ewwelnett jekk huwiex għaqli li jkollok take-up daqshekk qawwi.", "Meta l-Bank Ċentrali jieħu take-up ta' ¥20 miljun, bażikament dan ifisser li l-Bank Ċentrali se jaqbad ¥20 miljun li għandu fil-vaults tiegħu u jgħaddihom lill-gvern.", "Il-Bank Ċentrali se jkollu l- bonds tal-gvern u at some stage se jidħol fis-suq biex jissapportja l-prezz u biex jagħmel ċerti operazzjonijiet monetarji.", "Pero' dak li jinkwetani huwa l-aspett ekonomiku għaliex issa qed nitkellmu fuq ċifri massivi ta' ¥100 miljun u m'għadniex nitkellmu fuq ¥30 miljun, kif konna nagħmlu qabel.", "Jiena nixtieq kieku l-Bank Ċentrali joqgħod naqra attent ukoll għaliex jekk jieħu take-up ta' ¥20 miljun f'daqqa jkun ifisser that new money is being created.", "(Interruzzjonijiet) Imma fuq perijodu ta' sena jew sentejn u mhux issir f'daqqa.", "Fil-verita' l-Gvern kulma jkun qed jagħmel huwa li jistampa l-flus.", "Jiena nispera li jittieħed ukoll in konsiderazzjoni l- fatt li mhux għaliex il-Bank Ċentrali jistampa b'¥20 miljun, allura l-Gvern bilfors għandu jaċċetta l-¥20 miljun.", "Għandhom il-monetary policy tagħhom u hemm l-istaff li għandu l-esperjenza, imma wieħed irid jistaqsi - għaliex għalkemm il-Bank Ċentrali huwa awtonomu, sa ċertu punt m'huwiex awtonomu għal kollox u l-ministeru tal-finanzi żgur ikollu ċerta informazzjoni - jekk ħadux in konsiderazzjoni li mill-Lm100 miljun, Lm20 miljun qed jeħodhom il-Bank Ċentrali, Lm54 miljun qed jeħduhom il-private banks u Lm25 million are being taken up by others.", "Qed ngħid dan għaliex ma tistax tiskossja s-sistema billi toħroġ somma kbira f'daqqa, speċjalment fil-każ tal-Bank Ċentrali.", "Id-deficit tas-sena li għaddiet kien ta' ¥108 miljun, bejn wieħed u ieħor, għallinqas hekk huwa ndikat fil-budget papers.", "Issa ¥108 miljun fuq ¥1,144 tal-GDP jiġu 9.4%.", "Jiġifieri l-persentaġġ tad-deficit tas-sena li għaddiet kien 9.4%.", "Allura jien interessat ħafna biex inkun naf jekk din is-sena aħniex se nkunu agħar mis-sena li għaddiet.", "Għaliex għalkemm il-pjan ta' l-Onor.", "Spiteri - meta kien ministru tal-finanzi - kien li d- deficit ikun ¥90 miljun u issa se jkun ¥117 miljun, jekk din is-sena sar it-tkattir ekonomiku jista' jkun li l-persentaġġ is not worse than it was last year.", "Imma ċ-ċifra ta' 12% li semmielna l-Prim Ministru hija allarmanti u dan wara li dan il-Gvern suppost ħa l-miżuri kollha biex itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja u wara li daħħal sistema ta' tassazzjoni ġdida, kważi unika fid-dinja, li tidher li qed tirrendi inqas.", "Dażgur li huwa inkwetanti!", "U l-messaġġ lis-suq finanzjarju huwa messaġġ negattiv ħafna.", "Min-naħa l-oħra jekk il-Gvern qed jgħid li d-deficit bħala persentaġġ tal-GDP se jkun bejn wieħed u ieħor bħal dak tas-sena li għaddiet, allura s-sitwazzjoni hija allarmanti wkoll pero' għallinqas is- sitwazzjoni m'hijiex agħar, kif qal il-Ministru tal-Finanzi meta ntroduċa dan l-abbozz ta' liġi.", "L-interess tiegħi m'huwiex sempliċement li nkun naf jekk huwiex 12% jew 12.1%, imma rrid inqabbel mas-sena li għaddiet u m'iniex qed nipprova nkabbar il-problema.", "Anzi qed nipprova ngħin lill- Gvern u lil pajjiżi billi ngħid li naħseb li hemm żball u ma jistax ikun li din iċ-ċifra qiegħda 12%.", "Probabbli hija iktar between 9% and 10%.", "Imma għaliex m'għandix ikolli risposta f'dan is-sens min-naħa tal-Gvern u jgħidli li hemm żball u li ċ-ċirkostanzi jindikaw li d-deficit se jkun taħt l-10% jew bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tas-sena li għaddiet?", "Fil- fehma tiegħi din tkun sitwazzjoni ferm iktar pożittiva għal pajjiżna.", "Dak kien il-punt prinċipali li ridt nagħmel.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor.Membri: No) Carried", "Klawsola 3 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nitlob lill-Kamitat biex jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Fit-8.10 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "PERMESS TAL-KAMRA", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nitlob il-permess biex inressaq it- Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess biex jitressaq it-Tielet Qari ta' dan l- Abbozz ta' Liġi?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija illi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ll-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-20 t'Ottubru, 1997.", "Il-mistosija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Grazzi, Madam Speaker.", "Fil-kors tad-diskussjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi ntqalu affarijiet li jirrigwardaw l-industriji ta' l- inbid, tal-birra u tas-sigarretti.", "Naturalment min qalhom min-naħa ta' l- Oppożizzjoni għandu kull dritt għall-veduti tiegħu u aħna għandna dritt li ninterpretawhom; u jien se ninterpretahom.", "L-enfasi li saret kienet li bit- tibdiliet li saru bħala riżultat tal-customs and excise tax il-prezz tal- birra u ta' l-inbid importat raħas iżjed milli raħas il-prezz ta' l-istess prodotti kif maħduma lokalment.", "Imbagħad il-kumment inqasam f'diversi partijiet.", "Kien hemm kumment kritiku soċjali fejn intqal li min jixrob inbid u birra li jqumu ħafna kellu ċertu roħs u għal min jixrob - kif jagħmlu l-parti l-kbira - inbid u birra ta' Malta kellu ħafna inqas roħs, sew f'sens relattiv kif ukoll f'sens assolut.", "Dak huwa kumment fattwali li mhux se noqgħod nidħol fih għax għalkemm għandu l-implikazzjonijiet tiegħu, jien ma qomtx biex nitkellem dwar dak l-aspett.", "It-tieni aspett tal- kummenti li saru kien li ttieħdet miżura li biha l-industrija lokali ġiet żvantaġġata fir-rigward ta' l-industrija li tikkompeti magħha barra minn Malta, meta qegħdin nitkellmu fuq is-suq Malti.", "Hawnhekk jiena nara d- defiċjenza tal-politika kollha kif kienet qiegħda titmexxa mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern, fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea, u anke kif kienu qed jirreaġixxu għaliha u jitkellmu dwarha dawk fl-industrija lokali li l- iżjed jinstemgħu.", "Għaliex, Madam Speaker?", "Jekk kien hemm xi ħaġa li kienet mhux biss impliċita imma espliċita fit- tħejjija għat-tmexxija 'l quddiem ta' l-applikazzjoni ta' Malta għas- sħubija fl-Unjoni Ewropea, din kienet li l-industrija ta' Malta trid tadatta biex tkun tiflaħ tieħu l-impatt - lanqas ngħidilha d-daqqa - u mbagħad il-kontinwazzjoni ta' l-impatt tal-ftuħ tas-suq.", "Meta tagħsar it- tħejjija kollha - apparti t-tħejjija li trid issir fis-settur amministrattiv - issib li din kienet il-preparazzjoni biex l-industrija tagħna tassorbi l-impatt meta ssib ruħha esposta għall-kompetizzjoni mill- importazzjoni.", "U llum min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kellna l-analisi li bil- miżuri li ttieħdu taħt is-CET - f'dan l-istadju m'iniex se noqgħod nidħol fil-merti komparattivi tagħha mal-VAT - l-industriji lokali kif rappreżentati mis-setturi li jipproduċu l-inbid u l-birra marru lura.", "Jiena nistaqsi: Kien qiegħed isir ristrutturar fl-ekonomija tas-settur industrijali bi tħejjija għal sħubija eventwali fl-Unjoni Ewropea?", "Jew inkella d-diskors kollu li kien qed jingħad u anke li ntqal illum kien diskors fl-arja?", "Jien qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex jien tkellimt - u għadni nitkellem - fuq l-Unjoni Ewropea u għidt li jekk wieħed iħares lejn is-sħubija llum, waqt li hemm impatti ekonomiċi li għad trid tkejjilhom, u waqt li hemm impatti finanzjarji li ħaġa ta' l-għaġeb f'dan il-pajjiż lanqas in-naħa tal-Gvern u wisq inqas in-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma ħarġu b'evalwazzjoni xi ftit konkreta fuqhom - kulma qegħdin nisimgħu huma estimates - waqt li għandek dan kollu, jista' jkun hemm impatt psikoloġiku pożittiv.", "Imma meta mbagħad tpoġġi kollox fil-kontest ta' l- argument ta' l-Oppożizzjoni u tħares lejha min-naħa tagħha jkollok tistaqsi: Imma dawn in-nies x'kienu jgħidu l-bieraħ?", "Dak li qed ngħid jien illum huwa ċar għall-aħħar u l-pożizzjoni tiegħi hija dik li hija u m'għandi l-ebda raġuni għaliex ngħid li m'għandux ikun hemm diversi opinjonijiet fil-pajjiż, fil-Parlament u fil-partit biex wieħed ikun jista' jistimula d-diskussjoni.", "Imma min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, min-naħa tal-promoturi tas-sħubija suppost kien hemm pożizzjoni ċara u definita.", "Suppost kellna partijiet ta' l-industrija tagħna li kienu ħejjew għas-sħubija, u l-iżjed partijiet li kienu avvanzati kienu proprjament is-setturi li jipproduċu l-inbid u l-birra.", "Illum qed nisimgħu - din mhux illum biss smajniha, imma ilna nisimgħuha - ir- ripetizzjoni tal-punt li dawn l-industriji se jieħdu daqqa ta' ħarta għaliex il-prezz tal-prodotti importati li jikkompetu ma' l-oġġetti li jipproduċu huma rħas minħabba kif ġew effettwati t-tariffi u l-levies, peress li fejn hemm levy m'hemmx l-excise tax on imports.", "Imma jekk il- punt huwa validu llum, allura l-bieraħ fuqhiex konna qegħdin nitkellmu, x'kienet din it-tħejjija suppost li ilha ssir sitt snin biex dik il-parti mill-industrija Maltija li tista' tikkompeti tabilħaqq tikkompeti?", "Għaliex mhux imbilli wieħed jitkellem b'mod ġenerali fuq dawn l-affarijiet; meta tiġi għall-ispeċifiku trid tara fejn l-argument kien korrett, fejn ma kienx korrett u allura fejn hemm bżonn allura jiġi modifikat.", "Jien ngħid li dan l-argument li sar ristrutturar hawn Malta m'huwiex korrett.", "Imbagħad trid tmur għal dawk is-setturi ta' l-industrija Maltija stess li jgħidu li kienu lesti biex nersqu iżjed lejn sħubija u tistaqsi x'inhuma jgħidu, għaliex dawn jitkellmu b'mod li taħsibhom li lesti li jiftħu l- bibien għall-kompetizzjoni.", "Illum jiġi kelliemi ta' l-Oppożizzjoni hawnhekk, jaf fuqhiex qed jitkellem, għamel l-argument b'mod b'saħħtu u qed jgħidilna li m'humiex kapaċi jikkompetu.", "Mela għad għandhom protezzjoni qawwija u minkejja dik il-protezzjoni li għad għandhom - li issa hija inqas milli kellhom tliet xhur ilu - m'humiex kapaċi jikkompetu u anke smajna li qisu hemm ħjiel ta' theddid għal xi mpjiegi!", "Dawn l-affarijiet għandhom iweġbuhom in-nies stess li ġew imdaħħla fl-argument għaliex meta jitkellmu l-politiċi jagħmlu l-argument f'kontest politiku.", "Nemmen li dan l-argument irid isir f'kontest industrijali.", "F'kontest politiku għal darba oħra ntqalu affarijiet f'dan id-dibattitu li ma jistgħux jitħallew għaddejjin.", "Intqal, per eżempju, li l-Gvern preċedenti lil dawn is-setturi ma kienx esponihom għal iżjed kompetizzjoni.", "Imma le, mhux hekk kien ġara.", "Kien ġara agħar minn hekk.", "Meta daħlet il-VAT - u jien għidt u nerġa' ngħid li l-VAT bħala mekkaniżmu għandha ċerta effiċenzja, anke fuq bażi komparattiva - il-Gvern kien ħa miżuri li baxxew unilateralment, mingħajr ma ħa xi ħaġa lura tagħhom għall-pajjiż, il-vantaġġ li kellhom fis-swieq tagħna proprju dawn l-istess prodotti li llum ġew imsemmija hawnhekk b'tant kommiżerazzjoni, fis-sens li l-element ta' protezzjoni ġie mnaqqas.", "U allura terġa' tiġi l-mistoqsija: Meta l-bieraħ il-Gvern Nazzjonalista kien qiegħed jgħid kemm ħa ħsiebhom lil dawn l-industriji, kien qiegħed jgħid il- verita' jew kien qiegħed misleading the public and even misleading those industries?", "Għaliex jien nafha - u nafha b'mod tekniku u b'mod dirett - li dawn in-nies kienu gergru - gergru privatament - għaliex il-protezzjoni u l-vantaġġ li kellhom fis-suq lokali kien naqsilhom.", "Ħalli nagħmel punt ieħor.", "Għaliex illum ngħidu x'inhi l-qagħda ta' l-Oppożizzjoni li ma tibqax fuq bażi oġġettiva u tammetti li kien hemm il-commitment li jitneħħew il-levies fuq 400 prodott mit-850 li għad hemm levy fuqhom?", "Madam Speaker, aktar kmieni l-kelliem tan-naħa donnu ried jagħti l-impressjoni li din kienet xi ħaġa leġġera u qal li din ma kienet xejn.", "X'jiġifieri ma kienet xejn!", "Il- Gvern preżenti jista' jgħid li din ma kienet xejn għaliex illum qiegħed fuq bażi differenti, imma meta l-Gvern preċedenti kien qiegħed iħejji għal sħubija skond il-programm tiegħu, din kienet tgħallem, għaliex kien hemm rabta min-naħa tiegħu li saret fuq bażi uffiċjali li kienet tgħid li se jneħħi 400 levy.", "U ma kienx hemm dawk l-affarijiet li smajna hawnhekk li kienu se jitneħħew l-irqaqat.", "Mela l-Unjoni Ewropea taġixxi fuq l-irqaqat?", "Mela jekk inti qed tipprova ssib sħubija ma' xi ħadd qiegħed titkellem fuq affarijiet li m'għandhomx importanza?", "Madam Speaker, jiena qomt biex nagħmel dan l-intervent għaliex huwa ċar li d-dibattitu kif sar il-bieraħ, u anke llum stess, m'huwiex qiegħed ikun fuq binarju tajjeb.", "Jekk kemm-il darba m'aħniex se niddiskutu dawn l- affarijiet fattwalment u oġġettivament, b'mod li ma jaħrabx mill-verita' u mir-realta', qatt m'hu se jkollna d-diskussjoni li għandu jkollna f'dan il- Parlament, jiġifieri diskussjoni li tpoġġi l-interessi ta' Malta l-ewwel u qabel kollox.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jidhirx li hawn rimarki minn kelliema oħra u għalhekk nistgħu ngħaddu għall-konklużjoni ta' dan is-Second Reading.", "Madam Speaker, kif kien mistenni, l-Oppożizzjoni nqdiet b'dan l-abbozz ta' liġi tekniku biex tinfexx fi kritika partiġjana favur il-VAT u kontra s- CET.", "Qed ngħid li dan huwa abbozz ta' liġi tekniku għaliex, minkejja dak li ntqal min-naħa l-oħra, dan l-abbozz huwa frott ta' diskussjonijiet intensivi li saru bejn in-nies tekniċi tal-ministeru u diversi fergħat tas- settur privat.", "Pero' kien ironiku li l-Oppożizzjoni nqdiet bih biex tinfexx fi kritika partiġjana favur il-VAT u kontra s-CET, donnha biex tpatti għal meta f'Ġunju li għadda kienet naqset f'dan il-Parlament li tiddiskuti t-taxxa l-ġdida bis-serjeta' li kien jixirqilha.", "Kulħadd jiftakar kif meta kellna l-liġi tas-CET għaddejja fil-Parlament kulħadd stenna li kien se jkollna xi maratona li ma tispiċċa qatt imma effettivament l-liġi kienet għaddiet bħal leħħa ta' berqa.", "Jiena ngħid li mhux talli l-Oppożizzjoni nqdiet b'dan l-abbozz ta' liġi biex tagħmel dan iżda, kif ammetta l-Onor.", "Dalli nnifsu, lanqas biss indenjat tindirizza l- liġi nnifisha mill-aspett tekniku, tant li l-Onor.", "Dalli qiegħed on record li qal li mhux se joqgħod jidħol fil-liġi nnifisha.", "Madam Speaker, huwa interessanti wkoll li wieħed jinnota li filwaqt li tal-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni kienu jgħidu li l-VAT kienet se trebbaħhom l-elezzjoni, issa biddlu d-diska għal kollox u donnhom qegħdin jallegaw li tilfu l-elezzjoni proprju minħabba l-VAT għaliex permezz tagħha pprovaw idaħħlu s-serjeta' fil-pajjiż.", "L-Onor.", "Dalli qalilna li meta kienet dieħla s-CET kellna nassistu għal drama bil-Gvern ibiddel il-ħin kollu għaliex ma kienx jaf kif iħaddem is-sistema l-ġdida.", "Jiena ngħidlu li l-mod kif daħħalna s-CET jikkuntrastja bil-kbira mal-mod kif daħħlu l- VAT, għaliex filwaqt li dan l-abbozz ta' liġi huwa frott tal- konsultazzjoni, tagħhom kien sar b'impożizzjoni.", "Din iġġibni issa għall- mod kif erbat ijiem ilu l-ex-Ministru Dalli ħareġ qatta bla ħabel kontra l- Gvernatur tal-Bank Ċentrali, is-Sur Manwel Ellul.", "Jiena nixtieq nistaqsi għaliex l-Onor.", "Dalli uża dan it-ton mas-Sur Ellul meta dan ta' l-aħħar fl-intervent tiegħu fil-konferenza li kien hemm tal-Mid-Med Bank ġewwa l-Holiday Inn, fil-fehma tiegħi, kien oġġettiv ħafna u qagħad attent ħafna li ma jkunx partiġjan.", "Donnu l-ex-Ministru Dalli nesa kemm huwa stess kien wissa lill-Gvern tiegħu biex jiġi mrażżan l- iżbilanċ li kellhom ftit qabel tilfu l-elezzjoni.", "L-ex-Ministru Dalli tant infexx f'isteriżmu li donnu, biex jagħti daqqa lill-Bank Ċentrali għaliex inbidel il-gvernatur, ħareġ jakkużahom anke li waqgħu lura fid-dati tal- ħruġ tal-quarterly report tagħhom.", "Min segwa lill-Onor.", "Dalli fl- intervent tiegħu fil-bidu tad-diskussjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi, semgħu jitfa' kważi ċerti dellijiet fuq il-Bank Ċentrali u jistaqsi għaliex il- Bank Ċentrali ma kienx għadu ħareġ ir-rapport tiegħu.", "Anzi, jekk fhimtu sew, qal li l-pajjiż - ħalli nipprova nikkwota min-notamenti li ħadt - jinsab \"at a standstill u ma nafux x'qed jiġri sewwa sew fl-ekonomija.\"", "Dan kollu għaliex ma kienx għadu ħareġ il-quarterly review tal-Bank Ċentrali!", "Madam Speaker, l-ewwelnett dan id-diskors qegħdin nagħmluh bir-report tal- Bank Ċentrali quddiemna għaliex tqassam fuq il-Mejda tal-Kamra proprju llum.", "Naħseb li din tifqa' l-bużżieqa tal-kritika li kien hemm min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Imma anke for the record u għal min forsi jrid isegwina, nixtieq niċċara l-fatt li r-rapport ħareġ proprju fi żmienu, kif kienu joħorġu rapporti oħrajn.", "Jiena tlabt daqsxejn ġbir ta' data biex nara x'kien isir fi snin oħra fl- ippubblikar tar-rapporti tal-Bank Ċentrali.", "Biex nagħti eżempju, fl-1995 ir-rapport ta' Ġunju ħareġ fil-25 ta' Lulju, 1995; filwaqt li r-rapport ta' Diċembru 1995 ħareġ fis-26 ta' Jannar, 1996.", "Fiż-żewġ każi kellek xahar minn mindu jkun għalaq il-quarter innifsu.", "Is-sena l-oħra r-rapport ta' Settembru lanqas kienu laħqu ppubblikawh sa l-elezzjoni ġenerali, tant li kellu joħroġ fit-13 ta' Novembru, 1996.", "Għaldaqstant jiena naħseb li l- Onor. Dalli kien qed jipprova joħloq a storm in a teacup dwar kwestjoni li kienet verament a non-issue u kien qed jaqbad ma' xi ħaġa sempliċement biex jattakka l-Bank Ċentrali għaliex inzerta nbidel il-gvernatur dan l- aħħar.", "Fuq il-kummenti li saru mill-Onor.", "Bonnici dwar Malta u l-Unjoni Ewropea, jiena ngħid li nawgura li l-kuntatti u t-taħdidiet li għandhom isiru bejn Malta u l-Unjoni jagħtu l-frott tagħhom.", "Nawgura li jkollhom eżitu ekwu u pożittiv u nappella lin-nies lokali, kemm lill-media u anke lill-politiċi taż-żewġ naħat tal-Kamra, biex f'ċirkostanzi bħal dawn, flok inpaxxu lill-barranin, biex mingħalina niskurjaw xi goal lokalment, nirrikorru għad-diplomazija ħiemda, kif qed jagħmel il-Gvern Laburista Malti dwar din il-kwestjoni.", "L-Onor.", "Bonnici nqabad f'morsa wkoll anke dwar l-effett li t-taxxi l- ġodda kellhom fuq il-prezzijiet, liema prezzijiet huma bassru li kienu se jogħlew bil-kbir.", "Tajjeb li dan il-punt infakkruh Huma ma kenux jgħidu li dawn il-prezzijiet se jibqgħu statiċi u lanqas kienu jgħidu li l-prezzijiet se jorħsu, anzi kienu qalu li l-introduzzjoni tas-CET kienet se ġġib inflazzjoni rampanti.", "Mela filli kellna l-Onor.", "Bonnici jgħajjarna għaliex għamilna xi aġġustamenti pożittivi fuq ċerti items li jattiraw s-sisa fuqhom; filli qabad mal-frażi \"minor adjustments\" li wżajt jien biex jgħid li l-prezzijiet kienu roħsu bi ftit; u filli qal li ħafna items li kien hemm fil-ktejjeb li ħareġ il-Gvern dwar il-prezzijiet ma kenux verament roħsu.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Bonnici insinwa wkoll li ddiskriminajna kontra l- industrija lokali meta aħna stess forsi ma ssikkajnihomx iż-żejjed biex iraħħsu biex dawn inħallulhom ċertu marġini ta' qligħ adegwat.", "Naħseb li you can't have the cake and eat it.", "F'ċirkostanzi bħal dawn trid tgħid x'għamilna, fis-sens jekk issikkajniex lill-industrija lokali jew jekk saħħaħniex il-protezzjoni tagħha.", "Jiena nistieden lill-Onor.", "Membru biex jitkellem maċ-ċittadini komuni dwar dan, kif għamilna anke bħala Labour Party meta għamilna l-opinion poll tagħna dwar dan is-suġġett.", "Għaliex qed ngħid hekk, Madam Speaker?", "Qed ngħid hekk għaliex wieħed isib, kif sibna aħna, li fil-maġġoranza tagħhom in-nies jemmnu li bit-taxxi l-ġodda l- prezzijiet jew naqsu jew baqgħu stabli, ħaġa li effettivament kienet it-tir tagħna sa mill-bidunett, jiġifieri sa minn qabel daħħalna t-taxxa tas-CET innifisha.", "Jekk se nitkellmu dwar loopholes fis-sistema tat-taxxi, l-iktar loophole kienet dik tal-liġi tal-VAT għaliex minħabba s-sistema tar-refunds, eluf ta' operaturi kienu kull darba qed jispiċċaw għandhom jieħdu mingħand il- gvern aktar milli l-gvern għandu jieħu mingħandhom.", "Tant hu hekk, li d- dipartiment tal-VAT matul is-sentejn u nofs li kienet ilha taħdem il-VAT, kellu jwaqqaf il-ħlas tar-refunds lill-eluf ta' operaturi sakemm il- pożizzjoni tagħhom tiġi verifikata.", "Dan apparti eluf ta' każijiet oħra li operaturi tan-negozju appellaw minnhom quddiem il-bord ta' l-appell.", "Dan kollu kien qed jirriżulta f'iġġammjar sħiħ tas-sistema burokratika li kienet titratta lil kulħadd l-istess u li kienet eliminat id-diskrezzjoni fid-deċiżjonijiet.", "Allura assolutament hija ħrafa li wieħed jgħid li l- iżbilanċ finanzjarju tal-gvern matul l-1996 kien tort tas-sistema l-ġdida ta' tassazzjoni.", "L-ewwelnett il-liġi daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju, 1997 u t-tieni nett is-sistema għadha lanqas biss hija fully operational.", "Ta' min jispjega li b'kollox hemm madwar 48,000 persuna jew kumpannija reġistrata għal skop ta' taxxa mad-dipartiment tas-CET.", "Naturalment, kull sena, kull wieħed minn dawn il-persuni jew kumpanniji reġistrati jrid iħallas taxxa fuq il-bejgħ mill-attivita' ekonomika li jkun għamel is-sena kollha, kemm-il darba l-valur tal-bejgħ tiegħu jaqbeż is-Lm6,000 fil-każ tal-provvedimenti tas-servizzi jew Lm12,000 fil-każ tal-bejgħ tal-prodotti.", "S'issa kulma rċieva d-dipartiment bħala taxxa tas-CET kien darba biss fil- 15 ta' Settembru, 1997 minn madwar 10,000 operatur.", "Dawn kważi kollha kienu bejjiegħa ta' prodotti u għalhekk it-taxxa dovuta minnhom kienet primarjament ETP.", "Għalhekk baqa' madwar 38,000 operatur li ftit ftit iridu jibagħtu t-tax return tagħhom meta jmisshom.", "Ta' min jgħid, Madam Speaker, li t-tax return li bagħtu dawn l-10,000 operatur taħt is-sistema tas-CET mhux biss kienet tkopri ix-xahar ta' Lulju imma wkoll l-kumplament tat-tax period tagħhom li kien għadu jaqa' taħt is-sistema tal-VAT.", "Din forsi tinstema' xi ftit komplikata imma jekk wieħed jifliha ftit bir-reqqa jifhem il-loġika tagħha.", "It-tieni batch ta' taxpayers huwa ta' madwar 11,000.", "Fil-fatt dawn kellhom jibagħtu t-tax return tagħhom sal-15 ta' Ottubru, 1997.", "Il-biċċa l-kbira ta' dawn huma operaturi li jipprovdu servizzi u għalhekk iħallsu l-ETS.", "Il-parti tat-tax period tagħhom li taqa' taħt is-sistema tas-CET hija ta' xahrejn biss, jiġifieri Lulju u Awissu, 1997.", "Il-kumplament, bħalma semmejt fil-każ ta' qabel, għadha taqa' taħt is-sistema tal-VAT.", "Imbagħad fil-15 ta' Novembru, 1997 id-dipartiment għandu jirċievu batch ieħor ta' tax returns illi jappartjenu lit-taxpayers li l-parti tat-tax period tagħhom li taqa' taħt is-sistema tas-CET tkun ta' tliet xhur, jiġifieri ta' Lulju, Awissu u Settembru, 1997.", "Mela l-ewwel kellek ta' xahar, imbagħad kellek ta' xahrejn u issa għandek ta' tliet xhur u nibqgħu sejrin hekk all along.", "Huwa veru li l-ġbir ta' l-ETI mid-dipartiment tad-dwana beda jsir mill-1 ta' Lulju, 1997 hekk kif bdiet isseħħ il-liġi tas-CET; u veru wkoll li kien hemm xi tnaqqis fid-dħul meta kkomparat ma' l-ammont tal-VAT li kien jinġabar qabel mill-istess dipartiment.", "Iżda hawnhekk wieħed irid joqgħod attent li jkun qed jikkompara like with like, iżjed u iżjed meta jikkompara l-ammont ta' VAT li kienet tinġabar qabel u l-ammont ta' l-ETI li jinġabar illum mill-istess dipartiment tad-dwana.", "Dan qed ngħidu għaliex taħt is- sistema tas-CET ħafna mill-prodotti huma eżentati milli jħallsu t-taxxa at source.", "Dan jgħodd prinċipalment għall-materjal industrijali u makkinarju illi qabel, taħt is-sistema tal-VAT, kienu soġġetti għat-taxxa, u kien wara ċertu żmien biss li din it-taxxa kienet terġa' tittieħed lura bis-sistema tar-refunds jew bis-sistema tad-deferred payments.", "Fis-sistema tas-CET, l-aktar li hemm bżonn ta' audit trail huwa fil-ġbir tat-taxxa ta' l-ETP, fejn prodott irid jgħaddi minn id għal oħra u fejn kull darba trid tinġabar it-taxxa, kif kien isir taħt is-sistema tal-VAT.", "Hawnhekk ukoll, kull min ibigħ prodotti li fuqhom ikun diġa' ħallas l-ETP meta xtrahom, għandu dritt li jitlob l-ammont ta' taxxa li effettivament ikun ħallas.", "Allura m'hu veru xejn li l-audit trail, bis-sistema l-ġdida b'xi mod jew ieħor, se tiddgħajjef.", "Dan għaliex l-obbligazzjonijiet taħt l- liġi tas-CET dwar irċevuti, fatturi, żamma ta' kotba, eċċ., għadhom l- istess bħalma kienu taħt il-liġi tal-VAT, anzi f'ċerti każi anke ssaħħu.", "Jekk nieħdu l-evażjoni tat-taxxa wieħed ma jistax jgħid li bis-sistema l- ġdida ta' tassazzjoni din l-evażjoni żdiedet.", "Jekk xejn, taħt is-sistema tas-CET wieħed jistenna li tonqos u dan għal diversi raġunijiet.", "L- ewwelnett, l-ETI tinġabar direttament mid-dipartiment tad-dwana, l-istess kif jinġabar id-dazju u kif kienet tinġabar il-VAT, imma bid-differenza importanti li bis-sistema l-ġdida m'hemmx refunds fuqhom u għalhekk l- abbuż ta' evażjoni mit-taxxa għandu jonqos u mhux jiżdied.", "L-ETS ukoll se tinġabar direttament mill-gvern, din id-darba mid- dipartiment tas-CET b'mod aktar sempliċi.", "M'hemm l-ebda raġuni għaliex hawnhekk għandha tiżdied l-evażjoni, anzi bil-maqlub.", "Jiena nemmen li l- fatt li r-rata tat-taxxa issa hija biss 5% u mhux 15%, kif kienet taħt il- liġi tal-VAT, għandu jnaqqas l-inċentiv li wieħed jipprova jevadi t-taxxa.", "Taħt is-sistema tas-CET l-unika taxxa li trid tinġabar minn operaturi tan- negozju hija l-ETP, iżda in-numru ta' operaturi li huma obbligati li jiġbru t-taxxa huwa ferm iżgħar minn dak taħt is-sistema tal-VAT.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-eluf ta' retailers u eluf oħra ta' operaturi żgħar li l-bejgħ tagħhom ma jaqbiżx Lm12,000 fis-sena jew Lm6,000 fil-każ tas-servizzi.", "Dawn m'humiex obbligati iktar li jiġbru t-taxxa.", "Għaldaqstant dawn kollha m'għandhomx skop li jevadu t-taxxa għaliex effettivament huma barra mis-sistema ta' taxxa nnifisha.", "Barra minn hekk peress li n-numru ta' operaturi li huma obbligati li jiġbru t-taxxa taħt is- CET huwa wieħed żgħir wieħed jista' jikkontrollahom ferm aħjar u b'mod iktar effettiv.", "Ħalli nagħti ħarsa qasira issa lejn l-enforzar tal-liġi nnifisha.", "Il-liġi tas-CET tipprovdi biex kull sena jittella' numru ta' operaturi minn kull sfera tan-negozju b'mod xjentifiku u at random biex dawn jiġu audited fil-fond minn awdituri professjonali.", "Dan jassigura li darba fis- sena jkun hemm numru ta' kotba ta' negozji kbar u żgħar, huma min huma, li jiġu eżaminati fil-fond.", "Provvediment bħal dan ma kienx jeżisti fil-liġi tal-VAT, u l-ażjendi kienu jintgħażlu skond iċ-ċirkostanzi.", "Allura dan il- provvediment fil-liġi tas-CET għandu jgħin bis-sħiħ fl-enforzar tal-liġi.", "Miżura oħra hija ż-żieda fil-multi dwar ksur tal-liġi.", "Miżura oħra kienet il-lotterija li, għalkemm sal-lum għadha ma ntrebħitx, żgur li għenet bis- sħiħ biex tqajjem kuxjenza akbar dwar l-irċevuti.", "Sadanittant id- dipartiment qiegħed jieħu miżuri biex ikabbar kemm jista' jkun iċ-ċans illi wieħed jirbaħ.", "Fil-fatt, it-tibdil beda jseħħ mil-lotterija li daħlet fis- 16 ta' Ottubru, 1997.", "Huwa ppjanat ukoll li l-lotterija ta' l-irċevuti mogħtija bl-idejn tibda tittella' fil-bidu tax-xahar id-dieħel minn hawn u ftit ġranet oħra.", "Barra minn hekk, naħseb li tajjeb li wieħed isemmi li d- Dipartiment tas-CET qiegħed jieħu miżuri amministrattivi konkreti biex isaħħaħ is-sezzjonijiet fi ħdanu, kemm dawk li huma konnessi ma' l- ispettorat kif ukoll dawk ta' l-enforcements anke billi jżid in-numru ta' spetturi.", "Jiena ma fhimtx l-osservazzjoni li saret min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, mingħalija mingħand l-Onor.", "Dalli, dwar ħaddiema li tkeċċew mill-impjieg.", "Ma jagħmilx sens li wieħed jgħid li hemm ħaddiema li qed jitkeċċew mill- impjieg biex wieħed ikun jista' jiffittja f'tax brackets ġodda bil-ħsieb li ma jħallasx taxxa.", "Hawnhekk jidher li r-riferenza qiegħda ssir għat- thresholds li hemm taħt is-sistema tas-CET.", "Li kieku t-thresholds huma marbuta man-numru ta' impjegati forsi wieħed kien jifhimha, iżda skond il- liġi tas-CET it-tresholds huma marbuta mal-valur tal-bejgħ u għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, l-argument ma tantx ireġi.", "Issemmew wkoll il-prezzijiet ta' l-ikel servut minn stabilimenti ta' l- ikel.", "Huwa assolutament żbaljat li wieħed jgħid li meta wieħed imur jiekol barra jkun qed jagħmel xi ħaġa ta' lussu.", "Jekk wieħed jara kif ikunu mimlijin ir-ristoranti fil-weekends, bil-Maltin, jinnota li hemmhekk ikollok l-istrata kollha tas-soċjeta' Maltija u mhux sempliċement xi high income earners li forsi għandhom xi mezzi iktar minn ħaddieħor.", "Wieħed irid joqgħod attent li ma jpoġġix kull sitwazzjoni fl-istess kategorija.", "Żgur li jekk wieħed imur jieħu xi ħobża jew xi pizza minn barra ma tistax issejħilha xi ħaġa ta' lussu.", "Barra minn hekk, wieħed irid iqis ukoll li hawnhekk wieħed qegħed jitratta ma' sfera marbuta mal-qasam turistiku.", "Ma kenitx tagħmel sens li wieħed inaqqas it-taxxa fuq il-lukandi biex ikun jista' jitbaxxa l-prezz ta' btala f'Malta u mbagħad iħalli livell ta' taxxa għolja fuq ir-ristoranti.", "Dan apparti l-fatt li kieku sar hekk kienet tinħoloq diskriminazzjoni bejn tal-lukandi u tar-ristoranti, ħaġa li effettivament ġejna mitlubin nikkonsidraw serjament fid-diskussjonijiet li kellna mal-korpi kostitwiti meta kienet qegħda titħejja l-liġi tas-CET.", "Wieħed mill-aħħar kummenti li xtaqt nagħmel huwa dwar ir-rifużjoni lil ażjendi li jesportaw.", "Ma jistax ikun illi ażjendi li jesportaw jibdew jaraw l-ammont ta' rifużjonijiet jonqsilhom.", "L-ewwelnett, is-sistema tar- rifużjonjiet tal-VAT għadha għaddejja u trid tibqa' għaddejja għal numru ta' xhur sakemm it-tax periods ta' l-operaturi kollha jkunu nqalbu mis- sistema tal-VAT għas-sistema tas-CET.", "It-tieni nett, taħt is-sistema tas- CET, kull min jesporta b'aktar minn 80% tal-produzzjoni tiegħu huwa kważi kompletament meħlus mit-taxxa tas-CET innifisha jew għax huwa eżentat mill- ewwel, jiġifieri at source, bħal fil-każ tal-materja prima jew oġġetti kapitali li jimporta minn barra, jew billi jieħu lura t-taxxa li jkun ħallas fuq prodotti mixtrija lokalment.", "Fattur ġdid li hemm taħt il-liġi tas-CET li ma kienx jeżisti taħt il-liġi tal-VAT huwa l-fatt illi anke minn jesporta inqas minn 80% tal-produzzjoni tiegħu xorta waħda huwa intitolat għall-eżenzjoni proporzjonalment minn tiegħu.", "Naħseb li f'dan l-istadju nagħlaq hawnhekk.", "Inħoss li b'dawn il-kummenti koprejt il-punti prinċipali li tqajmu min-naħa l-oħra.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jkompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-mozzjoni ta' proċedura Nru. 60 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TA' KUMMISSJONI DWAR L-INDUSTRIJA TAL-BINI F'MALTA (KONTINWAZZJONI)", "Ikompli mit-13 ta' Ottubru, 1997", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett huwa in possession.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, peress li d-diskussjoni fuq din il-kummissjoni dwar l-industrija tal-bini qiegħda ssir eżatt wara d- diskussjoni fuq l-ekonomija, forsi hawn min jaħseb li dan jista' jkun suġġett pjuttost sekondarju.", "Pero' tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu li l- ekonomija ta' pajjiżna hija mibnija fuq setturi differenti u wieħed minn dawn is-setturi huwa proprju s-settur tal-bini.", "Kif kont qed ngħid fl-ewwel intervent tiegħi, l-industrija tal-bini hija industrija importanti ferm għal pajjiżna u ħafna drabi hija wkoll meqjusa bħala t-termometru ta' l-ekonomija.", "Għax jekk l-industrija tal-bini tkun sejra tajjeb ifisser li l-ekonomija tkun sejra tajjeb u jekk l-industrija tal-bini tkun sejra ħażin ifisser li l-ekonomija tkun sejra ħażin.", "Din hija sitwazzjoni li qegħdin ngħixuha bħalissa għax fil-fatt kulħadd qed jitkellem fuq deficits u fuq ekonomija falluta, għalkemm mhux kulħadd jaqbel dwar kemm fil-fatt l-ekonomija hija falluta.", "Pero' huwa fatt - dan semmih qabli l-Onor.", "Zammit Dimech - li bħalissa l-industrija tal-bini għaddejja minn żmien ħażin u ntilfu numru kbir ta' impjiegi.", "Fil-fatt qed jingħad li ntilfu mal-200 impjieg.", "Ta' min jgħid li dawn il-200 impjieg li ntilfu huma mpjiegi diretti u allura wieħed irid jara wkoll kemm impiegi oħra indiretti jistgħu jintilfu.", "Għaliex l-industrija tal-bini m'hijiex biss dik tal-kostruzzjoni u tal-barrieri imma hija industrija li tinvolvi fiha s-snajja' tal-plumbers, electricians, kaħħala, mastrudaxxi, kif ukoll is-settur tas-servizzi, settur kbir ħafna.", "Qiegħed nirriferi hawnhekk għal dawk li jinstallawlek l-air-conditioning u affarijiet oħra bħal dawn.", "Il-fatt li l-industrija tal-bini tinkorpora fiha dawn is- setturi juri wkoll li din l-industrija għaddiet minn żvilupp kbir.", "Tista' tgħid li din l-industrija hija mera tal-livell ta' l-għajxien tagħna.", "Qabel, meta l-poplu Malti kien jgħix from hand to mouth, b'bini wieħed kien jifhem li tidħol f'dar li tipprovdilek akkomodazzjoni kontra l-klima u kontra l-elementi tan-natura.", "Imma llum nistennew ħafna iktar mill-bini.", "Nistennew ċerta kumdita' u ċerti servizzi bħalma huma air-conditioners, heating systems u affarijiet bħal dawn.", "Dawn l-affarijiet juru s- sofistikazzjoni u kemm hija sinjura s-soċjeta' tagħna; u dan imbagħad huwa rifless f'kemm huwa sinjur il-bini li jkollna madwarna.", "Pero' dan l- iżvilupp li wieħed jara fl-industrija tal-bini b'xi mod irid ikun rifless ukoll fil-liġijiet li jirregolawh.", "Din hija waħda mill-ideat wara din il- kummissjoni dwar l-industrija tal-bini, għax f'dawk ir-regolamenti li suppost jirregolaw lil dan is-settur qegħdin lura wisq.", "Ir-regolamenti li jirregolaw lil dan is-settur saru 'l fuq minn mitt sena ilu u ħafna drabi ma jirriflettu xejn mir-realtajiet ta' x'bini qegħdin nibnu.", "Fenomenu ieħor li wkoll huwa rifless fil-qasam tal-bini huwa l-prezz enormi li saret iġġib l-art, affarijiet li 20 sena ilu wieħed lanqas biss kien joħlomhom.", "Imbagħad, attached mal-fattur tal-prezzijiet, hemm l- istandards li jkunu imposti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Kważi fi kwalunkwe żvilupp li jsir, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar saret tesiġi ċerti standards ta' parking, li allura joħolqu realtajiet ġodda.", "Imbagħad hemm dawk li aħna fl-arkitettura ngħidulhom typologies, jiġifieri tipi ta' bini differenti, li ħafna drabi lanqas biss jidħlu fil-liġijiet u fir- regolamenti tagħna.", "U dawn it-tipi ta' bini ġodda wieħed irid jibda jindirizzahom għaliex meta għandek art li ġġib ċertu valur u għandek l- Awtorita' ta' l-Ippjanar li timponi ċerti standards ta' parking, ovvjament ir-riżultat naturali huwa li se jkollok bini, per eżempju, b'xi tliet livelli ta' parking.", "Dan joħloqlok esiġenzi ġodda bħalma huma l-bżonn ta' ventilazzjoni u l-bżonn ta' rampi.", "Ċerti pajjiżi li huma f'ċerti livell ta' żvilupp għandhom ċerti regoli li f'pajjiżna għadna 'l bogħod milli narawhom, bil-konsegwenza li llum il-ġurnata qegħdin naraw lill-Awtortia' ta' l-Ippjanar toħroġ permessi għal bini bħal dan imma mbagħad għandha lakuna fis-sistema tagħha fejn ir-regoli ta' ventilazzjoni, fire escapes u standards ta' dawl ma jeżistux u allura jkollha timponi standards kultant anke b'mod ad hoc.", "Barra minn hekk, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha l- problema li m'għandhiex nies li jagħmlu monitoring ta' dawk l-istandards li tkun imponiet għax m'għandhiex building inspectors imma għandha - kif jgħid tajjeb il-Ministru stess - enforcement officers li xogħolhom huwa differenti.", "Dawn jaraw jekk il-kondizzjonijiet inżammewx imma ċ-checking li kien isir b'mod regolari meta jkun tiela' xi bini, jiġifieri jekk il- qatran sarx kif suppost jew sarux id-drains, m'għadhomx isiru.", "Jekk wieħed jirrifletti naqra jara li llum ir-relazzjoni ta' min qed juża l-bini mal-bini nnifsu sar fiha ħafna aspetti differenti.", "Jekk nieħdu l- fabbriki, irridu naraw li dawn ikunu joffru sigurta' għall-ħaddiema li jaħdmu fihom.", "Jekk nieħdu l-iskejjel irridu nkunu ċerti li dawn huma msaħħna sew fix-xitwa u li ma jipprovdux iż-żejjed dawl tax-xemx matul is- sajf.", "Irridu naċċertaw ruħna ukoll li t-toroq tagħna ikunu ta' standards tajbin.", "Is-sewwieq huwa konsumatur ukoll u bħala konsumatur għandu ċerti drittijiet.", "Allura t-toroq iridu jkunu ta' ċertu standard u mhux l- konsumatur jispiċċa jkisser il-karozza.", "Hemm ukoll ir-relazzjoni tat- turist mal-hotel.", "F'pajjiżi barranin, ħafna drabi, ssib li turist jista' jfittex sid ta' hotel jekk din ma toffrix is-servizzi u s-sigurta' fil-bini kif suppost.", "Din hija r-realta' ta' relazzjonijiet differenti bejn dawk li jużaw il-bini u l-bini nnfisu u aħna rridu naraw li dawn ikunu parti mir- regoli u r-regolamenti li nikkontrollaw l-iżvilupp fil-bini nnifsu.", "Ħaġa li kultant ma nżommux f'moħħna f'dan il-pajjiż hija li l-bini stess jista' jkun catalyst ta' ċertu żvilupp u ta' ċertu image tal-pajjiż.", "L- Onor. Francis Zammit Dimech għamel aċċenn għal dan il-fattur fl-aħħar tad- diskors tiegħu meta semma l-proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti li kien nieda l- Gvern Nazzjonalista u tlesta sena ilu.", "Huwa tajjeb li l-pajjiż ma jibnix biss bini li huwa utilitarju imma jibni anke bini li jagħti ċertu image tas-soċjeta'.", "Qed ngħid dan għaliex il-bini utilitarju forsi jservi l-iskop għal xiex ikun iddisinjat, pero' ma jagħtik xejn iktar u ma jagħtix dik l-ispinta għall-iżvilupp ta' madwaru.", "Il-bieraħ kont qed nara \"The Sunday Times\" ta' Londra u kont qed naqra fuq żewġ mużewijiet, wieħed f'Manchester u ieħor f'Bilbao.", "F'dan ir-rapport intqal li dawn l-ibliet jagħmlu bini ta' ċertu impatt anke biex iġibu ċertu żvilupp madwarhom u jiena naħseb li dan huwa li kellu f'moħħu l-Gvern Nazzjonalista meta kien qed jibni ċ-Ċentru ta' l-Arti.", "Jien naħseb li f'pajjiżna rridu mmorru oltre milli nibqgħu nibnu sempliċement biex naqdu funzjoni.", "Irridu nibdew nibnu anke biex nuru li aħna poplu żviluppat u matur.", "Huwa tajjeb li kultant nieqfu u nħarsu b'mod sħiħ lejn l-industrija tal-bini u l-faċċati tagħha bin-nuqqasijiet u konsegwenzi tagħhom.", "Din il-mozzjoni li għandna quddiemna hija pjuttost wiesgħa għax il-funzjonijiet u l-oġġettivi ta' din il-kummissjoni huma pjuttost wesgħin u allura tagħtina l-opportunita' li nħarsu lejn din l-industrija b'mod wiesa'.", "Pero' waqt li qed niflu din il-mozzjoni għandna nħarsu wkoll lejn it-twaqqif ta' din il-kummissjoni konsultattiva minn dawn l-aspetti u nagħmlu ċerti mistoqsijiet.", "Per eżempju, irridu nistaqsu jekk is-set-up li qiegħed ikun propost f'din il- mozzjoni huwiex l-aħjar wieħed, jekk l-għanijiet kif elenkati humiex komprensivi, jekk hemmx ċertu overlap ma' ċerti awtoritajiet li diġa' jeżistu bħalma huma l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Universita'.", "Irridu naraw ukoll jekk hemmx xi għanijiet li mhumiex qegħdin ikunu indirizzati u allura u forsi qegħdin ninsew xi qasam ieħor partikolari li huwa importanti.", "Irridu nanalizzaw jekk il-funzjonijiet proposti jikkonformawx ma' l-għanijiet u jekk joħolqux duplikazzjoni ma' funzjonijiet ta' awtoritajiet oħrajn.", "Irridu naraw wkoll jekk il-mod kif inhu propost li taħdem din il-kummissjoni huwiex l-aħjar mod, jekk hijiex komposta mill- aħjar nies u jekk hijiex se tilħaq l-iskop li se tkun imwaqqfa għalih.", "Madam Speaker, qiegħed ikun propost li din il-kummissjoni tkun magħmulha minn disgħa min-nies u chairman, nagħtuha post, nivvotalwlha flus u nissekondawlha n-nies miċ-ċivil sabiex tagħmel ix-xogħol kif elenkat mill- oġġettivi, liema oġġettivi huma pjuttost wesgħin.", "Wieħed minn dawn l- oġġettivi huwa li tipprovdi forum fejn ikunu diskussi l-problemi u l- issues relatati mal-bini u ma' l-industrija tal-bini.", "Oġġettiv ieħor huwa li tagħti pariri lill-gvern u lis-settur privat ta' kif tkun upgraded, imtejba u monitored l-industrija tal-bini u fl-istess ħin tieħu in konsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari fil-gżejjer Maltin.", "Oġġettiv ieħor li għandha l-kummissjoni huwa li tħares lejn ir-regoli tal-bini.", "Hawnhekk wieħed għandu jinkludi kif isir il-kejl tal-bini, il-kuntratti tax- xogħol, kif ikunu ddettaljati l-working drawings, il-klassifikazzjoni tal- kuntratturi u t-tradesmen u l-quality assurance standards, jiġifieri kif ikun assigurat li l-kwalita' li bih isir ix-xogħol ikun dak speċifikat fil- kuntratt.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien nieda diversi kummissjonijiet biex jagħmlu dan ix-xogħol għaliex huma ħafna l-kuntratturi stabiliti li jħossu li jkollhom kompetizzjoni inġusta minn kuntratturi oħrajn li forsi għadhom jibdew.", "Issa qegħdin ngħidu li din il-kummissjoni dwar l-industrija tal- bini se tinkorpora dawn ix-xogħlijiet kollha.", "Oġġettiv ieħor ta' din il- kummissjoni hu l-health and safety standards li fil-fatt f'pajjiżna ma jeżistux.", "Imbagħad hemm l-oġġettiv l-ieħor li bih trid tifformola u ttejjeb it-training programmes u l-istrutturi għal taħriġ in the relevant fields of activity f'dawk l-oqsma relevanti għall-industrija tal-bini.", "Għandha wkoll l-oġġettiv li tagħmel monitoring of the property market, jiġifieri li żżom ċerta statistika fuq is-suq tal-proprjeta', u wkoll l- oġġettiv li tħares kwalunkwe kwestjoni oħra li the advisory board may determine from time to time.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onor. Mugliett.", "Sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, Madam Speaker, nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.2) BILL", "MADAM SPEAKER: Peress li aktar kmieni fis-seduta ntalbet votazzjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa, se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l- Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.20 p.m.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jkompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "73", "FAVUR : 35 L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius |Gatt Austin | |Francis | | |Bonnici |Gonzi Lawrence | |Josef | | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato |Psaila Savona Joe | |Helen | | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando | |Giovanna |Jeffrey | |Deguara |Refalo Michael | |Louis | | |Farrugia |Tabone Anton | |Jean Pierre | | |Fenech Adami|Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis| | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għat- Tlieta, 21 ta' Ottubru, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni dwar l-Industrija tal-Bini f'Malta - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni; u", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Madam Speaker, fil-ftit ħin li għandi se nipprova nitkellem fuq kemm hu meħtieġ li lkoll kemm aħna nagħmlu sforz akbar biex f'pajjiżna tiddaħħal aktar serjeta' u aktar dixxipplina fl-oqsma kollha tal- ħajja.", "Is-serjeta' u d-dixxiplina mhumiex biss responsabbilta' ta' l-Istat li jara li kulħadd jagħti sehemu u li l-affarijiet isiru sewwa imma hija l- ewwel u qabel kollox responsabbilta' ta' l-eluf ta' ġenituri li jmexxu l- familji u li jagħmluna nazzjon.", "Per eżempju, ta' min hi l-akbar responsabbilta' li jnisslu serjeta' u dixxiplina fl-eluf ta' żgħażagħ taħt is-16-il sena li fil-weekends jinżlu f'inħawi magħrufa għad-divertiment fejn litteralment qed jitħallew jagħmlu dak li jridu u li jogħġobhom?", "F'liema pajjiż ċivilizzat tara żgħażagħ ta' 13, 14 u 15-il sena jixorbu l- birra, l-inbid u l-akoħol mingħajr restizzjonijiet ta' xejn?", "Ħafna minn dawn iż-żgħażagħ jagħmlu dan anke fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom stess.", "Dan tista' tarah ukoll matul is-sajf fil-festi Maltin fejn tara mijiet ta' żgħażagħ, ħafna minnhom taħt is-16-il sena, litteralment mifqugħin bil- birra u l-whisky, meta f'pajjiżna huwa kontra l-liġi li dawn jinbiegħu lil żgħażagħ taħt is-16-il sena.", "Dan isir taħt għajnejn l-istess awtoritajiet tal-Pulizija u bil-barka ta' l-istess ġenituri.", "Ngħid għalija, ma kienet l-ebda sorpriża li minn riċerka li għamlet għaqda magħrufa lokali rriżulta li minn fost 20 pajjiż Ewropej, Malta hija fl-ewwel post u għandha l-ogħla rata ta' abbuż mill-alkoħol fost żgħażagħ taħt is-16-il sena.", "Kull min imur f'pajjiż Ewropew u anke l-Amerka, il- Kanada u l-Awstralja jinduna kemm għadna lura fil-qasam ta' protezzjoni liż- żgħażagħ mill-abbuż ta' l-alkoħol.", "Anzi nista' ngħid li lanqas biss bdejna.", "Safejn naf jien teżisti liġi li tipprojbixxi l-bejgħ ta' l-alkoħol liż-żgħażagħ taħt l-eta', iżda din teżisti biss fuq il-karta għax kulħadd qed jagħmel li jrid u li jogħġbu.", "Donnu f'dan il-pajjiż l-importanti huwa li naqilgħu xi sold; u jekk ikun hemm bżonn inbiegħu l-velenu, inbiegħuh ukoll.", "Riżultat inkwetanti ieħor huwa l-fatt li l-abbuż mill-alkoħol huwa relatat ma' l-abbuż mid-droga u riżultat ieħor inkwetanti wkoll huwa li l- abbuż mill-alkoħol huwa direttament konness ma' numru kbir ta' inċidenti tat-traffiku għaliex min ikun qed isuq ma jkollux ir-riflessi tajbin.", "Hawnhekk irrid nagħmel appell lill-Gvern sabiex mill-aktar fis possibbli jara li jibdew isiru t-testijiet tal-breathalyser, jiġifieri testijiet għall-għarrieda mill-pulizija ħalli jiġu kkontrollati dawk li jabbużaw mill- alkoħol.", "X'ingħidu mbagħad għas-sitwazzjoni tal-biki fid-diskoteki ta' pajjiżna, li ħafna minnhom jagħmlu li jridu u li jogħġobhom?", "Dawn idaħħlu żgħażagħ taħt is-16-il sena, naturalment ma tintalabx l-ID card fil-bieb, ibiegħulhom xorb alkoħoliku, u ma jikkontrollawx il-ħoss u l-istorbju biex ma ssirx ħsara lill-widnejn, u dan kollu jsir taħt għajnejn il-pulizija.", "Ma nistax ukoll ma nsemmix in-numru kbir ta' żgħażagħ taħt it-18-il sena li hawn jiġru bil-karozzi fit-toroq, ħafna minnhom b'karozzi reġistrati fuq nies adulti li suppost jafu aħjar.", "Jien nistgħaġeb mhux ftit bil- mentalita' Maltija.", "Qed ngħid dan għaliex meta l-ġenituri jiġu biex jagħżlu l-edukazzjoni ta' wliedhom, ħafna jfittxu u jixtiequ skejjel li barra li jagħtu edukazzjoni tajba joffru serjeta' u dixxiplilna, pero' mbagħad jagħtu l-mano libera lil uliedhom bil-konsegwenzi kollha li din iġġib magħha jew inkella jkunu minn ta' l-ewwel li jibdew igergru meta l- gvern tal-ġurnata jintroduċi xi miżuri ta' dixxiplina jew ordni pubblika għall-ġid ta' wliedhom stess.", "Huwa fuq dawn l-affarijiet li jmisshom jitkellmu u jilmentaw il-mexxejja tal-Knisja Maltija llum u mhux jipprovaw jilagħbu l-logħba politika tal-Partit Nazzjonalista billi jgħidu li qed tiżdied it-tensjoni politika, liema tensjoni, fl-opinjoni tiegħi, hija ineżistenti.", "Lill-mexxejja tal-Knisja nfakkarhom li l-Gvern Nazzjonalista ta' l-1987 kien tela' bl-għajta - din il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Fenech Adami, kien jirripetiha ħafna drabi - li se jsaħħaħ il-fibra morali tal-pajjiż.", "Imma r-riżultat kulħadd jafu għaliex f'disa' snin ta' tmexxija Nazzjonalista kellna splużjoni ta' serq, splużjoni fl-abbuż u tmexxija tad- droga, splużjoni fil-kriminalita' organizzata u spulżjoni oħra fit-tkissir tal-familja b'numru record ta' separazzjonijiet.", "Dan għaliex fil-pajjiż kienet iddaħħlet il-kultura li kulħadd jagħmel li jrid u li jogħġbu, min hu b'saħħtu jaħtaf l-aktar u li l-mexxejja tal-Knisja ftit li xejn jitkellmu.", "Ta' min ifakkar li kważi sena ilu l-Partit Laburista ħa f'idejh it- tmexxija tal-pajjiż bl-aktar mod ċivili u diċenti fl-istorja ta' Malta minkejja l-manuvri tal-Partit Nazzjonalista - bil-famużi dikjarazzjonijiet tal-photofinish meta baqgħu sa l-aħħar mument ma jammettux it-telfa - li jaqla' l-inkwiet u d-diżgwid.", "Jekk il-Partit Nazzjonalista mingħalih qed jipprova jilgħab il-logħba ta' qabel l-1987, meta kontinwament kien joħloq tensjoni, ngħidlu li sejjer żmerċ għax din it-tattika issa ndrat.", "Huwa d- dover taż-żewġ partiti u tagħna lkoll li filwaqt li nuru l-opinjonijiet diverġenti tagħna, nitgħallmu minn pajjiżi demokratiċi ta' madwarna li wara kull elezzjoni jerġa' jiġi kollox għan-normal u nies ta' opinjonijiet differenti jirrispettaw lil xulxin għax l-interess ta' pajjiżhom jiġi fuq quddiem nett.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, illejla nixtieq nitkellem dwar ir-rwol ta' ċerti ħaddiema li nsejħulhom social workers.", "Dan is- suġġett diġa' poġġejtu fuq l-aġenda tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali.", "Fil-fatt nhar it-Tlieta li għaddew bdejna niddiskutu dan is-suġġett - tkellmu diversi li għandhom x'jaqsmu mas-social work f'pajjiżna - u għada se nkomplu niddiskutuh.", "Xtaqt li fil-kapaċita' personali tiegħi, u mhux aktar bħala President tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali, inqajjem il- kwestjoni tal-bżonn li fid-dawl tal-lista twila ta' problemi soċjali li għandna fil-pajjiż u fid-dawl tal-lista qasira ta' min hu lest biex jaħdem fuq dawn il-problemi, inħeġġu u nużaw kull inċentiv possibbli fil-parametri eżistenti sabiex dik il-lista l-qasira titwal għallinqas indaqs biex tkun tista' ssolvi dawn il-problemi soċjali li għandna.", "Fi kliem ieħor qed inpinġi stampa ta' demand and supply għax min-naħa waħda qegħdin iffaċċati bi problemi soċjali u min-naħa l-oħra ftit huma n-nies iddedikati u mħarrġa biex ikunu jistgħu jsolvu dawn il-problemi.", "Mill-ewwel konstatazzjoni tal-fatti eżistenti jidher ċar li dan il-pajjiż għad għandu deficit kbir - hawn qed nirriferu għall-qasam finanzjarju u din m'hijiex kwestjoni jekk il-gvern huwiex blu, aħmar, orange jew kannella - fil-qasam ta' training u preparazzjoni ta' social workers u fuq kollox - dan huwa l- punt ċentrali ta' l-intervent tiegħi hawnhekk illejla - għandna nipprofessjonalizzaw il-vokazzjoni ta' social workers.", "Madam Speaker, ħalli naqsmu dan l-istatement fi tnejn.", "Minn naħa għandek is-sens ta' vokazzjoni tas-social worker għax jekk bniedem ma jkollux din il-vokazzjoni mhux se jsir social worker - dan ix-xogħol ma jsirx biex bniedem jieħu xi pocket money, jew bejn job u ieħor biex jimla l-karriera tiegħu jew għall-gost jew għal xi interess periferiku, għax aktar milli huwa job huwa vokazzjoni - u mill-banda l-oħra, min ikollu l-ġibda għal dan it-tip ta' xogħol, għandu jkollu rikonoxximent mill-Istat ta' Malta, ikun min ikun fil-gvern, biex lil din il-persuna nħeġġuha tgħin lill-għajrha billi taħdem fil-prattika u tiddedika ruħha għall-problemi soċjali li jiffaċċaw sħabha Maltin u Għawdxin.", "GĦalhekk nixtieq nipproponi formalment f'dan il-Parlament lill-Gvern preżenti biex mill-aktar fis possibbli jara b'liema mezz jista' jistituzzjonalizza l-professjoni tas- social workers b'mod li jagħtihom warrant - il-warrant li għandi jiena llum ta' nutar, il-warrant li stajt napplika għalih biex naħdem ta' avukat, il- warrant li bih l-Onor.", "Gonzi jaħdem ta' avukat - biex permezz tiegħu l- professjonisti jeżerċitaw il-professjoni tagħhom.", "Ovvjament, minbarra din il-liċenzja - għax għal ħafna nies il-warrant jammonta għal liċenzja biex dak it-tabib jaħdem, biex dak il-perit jaħdem, biex dak l-għalliem jaħdem, biex dak in-nurse jaħdem, biex dak in-nutar jaħdem - is-social workers għandu jkollhom ukoll ċerti dmirijiet.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nibdew nikkonsidraw attivament il-bżonn li f'pajjiżna jkollna social workers inċentivati, jiġifieri nagħmlulhom inċentiv billi nagħtuhom il-warrant li permezz tiegħu jkunu rikonoxxuti mis-soċjeta' għax- xogħol li jagħmlu, għad-dedikazzjoni li għandhom u għall-vokazzjoni tagħhom.", "Naħseb li permezz ta' din il-warrant se nassiguraw lill-pazjenti li min ikun qiegħed jaħdem ta' social worker ikun tassew awtorizzat, ma jkunx ċarlatan, ma jkunx qed jippoża ta' social worker u ma jkunx wieħed li għandu mnejn anke jabbuża mill-informazzjoni konfidenzjali li jisma' fuq xogħolu.", "Barra minn hekk jekk dak l-individwu ma jkollux warrant ma tkunx tista' tiġbidlu l-attenzjoni jekk ikun abbuża mill-informazzjoni li jkun ħa għax jgħidlek li hu m'għamel xejn ħlief qagħad jisma' li xi ħadd li kellu aptit jiftaħ qalbu miegħu, filwaqt li jekk ikollu l-warrant tista' tgħidlu li hu sema' dik l-informazzjoni fl-eżerċizzju professjonali tiegħu u allura ma setax jabbuża minnha billi jieħu xi passi għall-vantaġġ personali tiegħu.", "Mela min-naħa waħda hemm il-liċenzja li tikkwalifika lis-social worker biex ikun jista' jopera bħala social worker u min-naħa l-oħra hemm lista ta' dmirijiet li s-social worker għandu josserva.", "Wieħed mill-ewwel jinnota kemm huwa importanti dan, mhux biss għal dawk is-social workers li jaħdmu fis-settur pubbliku - bħal dawk li jaħdmu f'Mount Carmel Hospital, f'St. Luke's Hospital, mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, mas-social welfare development programme u dawk li jaħdmu ma' l-anzjani 'l hawn u 'hemm - imma anke għal dawk li jaħdmu fis-settur privat għax ikun tajjeb li simultanjament niżviluppaw dan is-settur ukoll.", "Ejja nkunu ċari.", "Għandna tobba kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis- settur privat, għandna avukati kemm fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, f'diversi korpi parastatali, dipartimenti u banek li jikkontrolla l-gvern kif ukoll fis-settur privat.", "L-istess nistgħu ngħidu għan-nutara u l- periti.", "Hemm dawk li jaħdmu mal-gvern u hemm dawk li jaħdmu mas-settur privat.", "GĦaliex m'għandniex inħeġġu lis-social workers billi nuruhom li bil-warrant li se nagħtuhom, se jkunu jistgħu jaħdmu mhux biss ma' dipartimenti tal-gvern, fejn diġa' hemm xi ftit social workers, imma anke mas-settur privat, anke bi klijenti jew pazjenti privati, dment li jkunu rikonoxxuti u dment li jkollna body li jkun jista' jissorvelja complaints fuq abbużi u complaints fuq nuqqas ta' dixxiplina ta' dan il-korp il-ġdid li dan il-pajjiż tant għandu bżonn?", "Qed ngħid dan għaliex il-lista ta' problemi soċjali f'pajjiżna, bħala pajjiż li qed jiżviluppa, qiegħda dejjem titwal u ma jistax ikun li dawn il- problemi nħalluhom jiġu solvuti minn jaf minn min - mis-suq jew minn xi forzi tat-temp, fejn forsi wieħed jinzerta jgħinu xi ħadd u l-ieħor jgħinu xi ħadd ieħor - imma għandu jkun hemm intervent sħiħ għax għalhekk aħna umani.", "Jekk taqta' idejk u jibda joħroġlok id-demm, ma tħallix il-forzi tas-suq u tan-natura jsolvulek il-problema imma tipprova tintervjeni billi għallinqas tagħmel biċċa elastoplast u tnaddafha minn xi infezzjoni.", "GĦalfejn din l-eżitazzjoni kollha u din l-ideoloġija kollha kontra intervent?", "F'pajjiżna għandna problemi soċjali, imma apparti mill-kawżi, l- motivazzjonijiet u r-raġunijiet li għalihom qegħdin jiżviluppaw dawn il- problemi soċjali, għandna bżonn ammont konsiderevoli ta' social workers fil- gradi differenti.", "Jiena ngħid li m'hemmx għalfejn ikollhom BA; anke diploma hija biżżejjed, u anke jekk għandhom ċertu training u expertise.", "Jiena lest ukoll li nirrikmanda li b'mod transitorju, għallinqas għall-15- il sena li ġejjin, dawk li diġa' għandhom ċertu ammont ta' esperjenza, din l-esperjenza tagħhom tiġi rikonoxxuta li tkun biżżejjed għall-warrant.", "Aktar 'il quddiem, ta' min jibda jikkonsidra wkoll kemm is-sistema ta' articles - li tintuża fl-Ingilterra għall-avukati, fejn biex issir avukat m'hemmx għalfejn tieħu kors teoretiku fil-liġi imma tilħaq billi tipprattika ma' avukat ieħor - nistgħu nużawha wkoll fis-social work, fejn huwa ovvju li l-qalba tax-xogħol tas-social worker hija l-prattika u żgur mhux it-teorija waħedha u jekk hux ta' min jirrikonoxxi transitorjament lil dawk kollha li diġa' ddedikaw ħinhom biex jgħinu sabiex id-daqqa ta' problema soċjali ma tinħassx bl-asprita' u l-aċidita' li tinħass s-soltu.", "Forsi mhux ta' min jgħin u jirrikonoxxi lil dawk id-diversi nies li b'sagrifiċċju kbir personali u anke b'sagrifiċċju finanzjarju jiddedikaw ruħhom għal min għandu bżonn ta' housing, għal min għandu bżonn ta' flus, għal min għandu bżonn ta' kura medika u għal min għandu bżonn ta' nursing fil-każ ta' anzjani jew midruba, billi nagħtuhom il-warrant?", "GĦandna ħafna minn dawn u naħseb li jkun tajjeb jekk il-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu biex inkunu nistgħu tassew inwassluhom lill-Gvern ħalli jagħti dan il-warrant lis-social worker, biex il-professjoni tiegħu tkun daqs professjonijiet oħra, biex tkun salvagwardata mill-Istat ta' Malta u biex tkun ukoll rikonoxxuta barra.", "Nifhem li dak li qed nitkellem fuqu huwa f'ċertu sens impost mill-Kunsill ta' l-Ewropa li, pajjiżna ilu membru tiegħu mill-1964.", "Artikli 13 u 14 tas-social charter jgħidu li l-Istat għandu mhux biss jirrikonoxxi imma għandu jippromwovi kull faċilita' biex ikun hemm assistenza soċjali garantita permezz ta' ħaddiema soċjali professjonali.", "Il-Council of Europe, bil-European social charter tagħha, qiegħda titlob lill-gvernijiet membri - Malta wkoll hija membru ta' dan il-European social charter - biex toħloq recognition uffiċjali.", "U x'hawn aħjar mill-warrant bħala recognition uffiċjali ta' dawn is-social workers li tant għandna bżonnhom f'pajjiżna?", "Jien mhux qed ngħid li dan għandna nagħmluh għax tgħidu s-social charter imma għax personalment nosserva li f'pajjiżna għandna bżonn ta' social workers kwalifikati.", "Dan l-aħħar sirt naf li minn mindu fl-1986 bdejna l-kors ta' social work, s'issa ggradwaw madwar 168 social worker pero' minn dawn 90 biss qegħdin jagħmlu social work.", "Dan ifisser li tlifna kważi 80 social worker li nvestejna fihom biex jitgħallmu fl-Universita' għax għal xi raġuni jew oħra dawn ma sabux lok fejn jaħdmu.", "Bir-rispett kollu nissottometti li dawn għandhom mnejn ma sabux fejn jaħdmu għax ma kellhomx recognition uffiċjali.", "Li kieku wara li ħadu d-degree ingħataw il-warrant, x'aktarx kien ikollhom aktar recognition, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis- settur privat.", "Għalhekk ir-rakkmandazzjoni personali tiegħi hija li nagħtu l-warrant lis-social workers biex b'hekk inkunu nistgħu nagħtu inċentiv u ħajja ġdida kemm lil dawk it-80 social workers moħlija - forsi siefru jew sabu job ieħor u allura l-pajjiż ma bbenifika xejn mill-kontenut ta' training u tagħlim li ngħataw - kif ukoll lil dawk li se jilħqu fil-futur.", "B'hekk dawk li jkunu qed jistudjaw biex isiru social workers jafu li fi tmiem l-istudju tagħhom se jiġu rikonoxxuti u se jingħataw warrant - ħalli ma jużawhx, imma jafu li jekk għandhom warrant għandhom ukoll tariffa tas- servizzi li se jagħtu u allura għandhom kumpens finanzjarju stabilit b'liġi, għandhom body li qed jaċċettahom u jissorvelja d-dixxiplina ta' kodiċi ta' etika li huma qed josservaw - u allura qed tagħtihom recognition b'ċerta serjeta'.", "B'hekk ma tagħtihomx biss recognition billi tagħtihom ċertifikat bil-bolla ħamra u tħallihom jiġru mat-toroq imma tkun qed tagħtihom ċertifikat xorta u fl-istess ħin tibqa' tissorvelja l-aġir tagħhom uffiċjali u professjonali.", "Jiena ngħid lill-Kamra li dan huwa l- way forward for the next 10 to 15 years.", "F'pajjiżna hawn ħafna problemi soċjali f'diversi oqsma, kemm fil-qasam tad-droga, ta' l-alkoħoliżmu, taċ- child abuse, tad-domestic violence u f'diversi oqsma oħra u allura għandna bżonn numru akbar ta' social workers.", "Illum għand min se jmur min jinqabad fi problema soċjali?", "Jekk imur għand it-tabib dan iħares lejh mill-aspett mediku biss; jekk imur għand il-qassis, dan l-għajnuna tiegħu se tkun limitata; jekk imur fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali; dawn jiċċekkjaw il-liġijiet tas-social asistance biex jaraw jekk dak li jkun huwiex intitolat għall-assistenza soċjali finanzjarja, imma social work as such m'hawnx provdut b'mod professjonali, ħlief għal xi waħdiet li jinsabu f'diversi dipartimenti tal-gvern u li huma pjuttost l-eċċezzjoni milli r- regola.", "Mela jidher ċar li pajjiżna għandu bżonn il-professjoni ta' social workers.", "Naħseb li l-Parlament fuq dan qiegħed jingħaqad miż-żewġ naħat tal-Kamra biex jagħti s-support tiegħu u biex jirrikmandah.", "GĦalhekk għada se nkomplu bil-hearings u se ninvestigaw x'qiegħda tagħmel l-Universita' biex tgħin kemm lil dawk li jmorru għall-B.A. - biex ikunu jistgħu jaslu biex jaħdmu u jieħdu l-warrant ta' social workers - kif ukoll lil dawk li jieħdu d-diploma ta' social work, biex naraw kif nistgħu inwassluhom biex jieħdu l- warrant ukoll.", "Se naraw is-senior social workers li jeżistu diġa' x'jonqoshom biex ikunu jistgħu jieħdu l-warrant u jkollhom il-liċenzja uffiċjali biex joperaw fil-pajjiż u se nisimgħu ukoll x'qed isir miċ-ċentru ħidma soċjali, mis-social welfare development programme, mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, x'qed jara li hemm bżonn is-CGMO fl-isptar, x'hemm bżonn f'Monte Carmeli u x'hemm bżonn minn dawk li jieħdu ħsieb id-drogati.", "F'dawn l-oqsma diġa' qegħdin naraw li hemm bżonn numru kbir ta' personnel u ta' social workers imħarrġin.", "Għaldaqstant, mingħajr ma nagħmlu piż żejjed finanzjarju fuq l-estimi tal-gvern - kulħadd jaf f'liema diżastru finanzjarju ninsabu - permezz ta' dan il-warrant se nagħtu recognition uffiċjali biex dak li jkun jiġi rikonoxxut għall-istudju u preparazzjoni li għamel biex isir social worker, jieħu l-għarfien uffiċjali min-naħa ta' l- Istat ta' Malta u jibqa' magħruf tul il-ħajja tiegħu dment li ma jiżloqx fin-niexef u jagħmel xi abbuż mill-professjoni tiegħu.", "Madam Speaker, nagħlaq billi ngħid li jidher li fuq din il-kwestjoni, li hija pjuttost kostatazzjoni ta' fatti fil-pajjiż, hawn pjuttost qbil miż- żewġ naħat biex ikollna social workers professionally recognised u għalhekk naħseb li l-Parlament jista' jingħaqad b'vuċi waħda u jgħid: Ejjew flimkien mill-iktar fis possibbli nagħtu warrant uffiċjali lis-social workers, kemm lil dawk li jiggradwaw mill-Universita' kif ukoll lil oħrajn li għallinqas transitorjament ikunu għamlu ċertu xogħol u jiġu rikonoxxuti minn bord indipendenti u mparzjali bħala li huma kwalifikati biex jingħataw warrant ħalli joperaw fis-soċjeta' Maltija kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis- settur privat.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta 21 ta' Ottubru, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif kommunikata mil- Ministru Mizzzi.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VAPURI - REĠISTRAZZJONI", "8552.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vapur u kemm total ta' tunnellaġġ ġie rreġistrat f'Lulju 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru W774.", "PLEASURE BOATS - REĠISTRAZZJONI", "8553.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati pleasure boats f'Lulju 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' boat u t-tul tagħhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru W774.", "VEJIKOLI - REĠISTRAZZJONI", "8554.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vejikoli ġodda f'Lulju 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' vejikolu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi ġodda li ġew irreġistrati f'Lulju 1997 huwa 1,059, maqsumin kif ġej: Karozzi privati 827 Vetturi kummerċjali 87 Vetturi għall-kiri 61 Buses u Mini-Buses - Muturi 84 TOTAL 1,059", "MOSTA - ROAD MARKINGS", "8849.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6091 mogħtija fis-Seduta Nru. 74 tat-03.06.97, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara li f'Valletta Road u Triq Durumblat fil- Mosta jsiru road markings li: (i) juru l-lanes differenti fit-triq; (ii) f'Valletta Road tinkiteb il-kelma slow qabel ma' l-vetturi jersqu lejn ir- roundabouts ta' quddiem ix-showroom tal-Mercedes u tas-Subaru; u (iii) fi Triq Durumblat tinkiteb il-kelma slow qrib il-kantuniera qabel iċ-ċimiterju tal-Mosta li hemm fl-istess triq; (iv) isiru parking lots biex jorganizzaw il-parking quddiem iċ-ċimiterju tal-Mosta fi Triq Durumblat; u (v) jerġgħu jsiru sinjali tal-give way mar-roundabout ta' quddiem ix-showroom tal- Mercedes u mar-roundabout madwar il-monument tal-Qalbiena Mostin li minkejja l-istruzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq kif jidher fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6091, dawn qatt ma saru?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol mitlub mill-Onor.", "Membru li jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali, jiġifieri quddiem il-\"Mercedes\" u quddiem is-\"Subaru Showroom\" tlesta u li jonqos huma xi sinjali tal-art quddiem is-\"Subaru\".", "Dan ix-xogħol mistenni li jitlesta llum.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "8850.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport aġġornat sad-data ta' meta tingħata t-tweġiba tal-lista tat-toroq f'Malta li għad irid isir xogħol ta' rikostruzzjoni u l-għoti ta' tarmac fihom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Lista li turi t-toroq li għad irid isir xi xogħol ta' rikostruzzjoni fuqhom kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MOSTA - TRIQ GIANNI VELLA", "8851.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Wara li twaqqaf steering committee bejn il-Ministeru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u l-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, jista' l-Ministru jgħid x'possibbiltajiet hemm li Triq Gianni Vella, fil-Mosta tkun mogħtija t-tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninforma lill-Onor.", "Membru li filwaqt li l- iSteering Committee imsemmi minnu jiddiskuti u jiddeċiedi fuq kwestjonijiet ta' policy, għandna programm fi ħdan il-Ministeru Co-Ordinating Unit bil- għan li qabel ma jitfassal programm ta' tiswijiet ta' toroq jikkordina ma' entitajiet diversi bħalma huma il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, l- Enemalta, u oħrajn biex jiżgura li s-servizzi jkunu fi stat tajjeb qabel ma jsir xogħol fuq it-toroq u jiġi evitat li l-istess triq ikollha terġa' tinqala' fi żmien qasir.", "Din il-Co-ordinating Unit diġa' iddiskutiet ix-xogħol fuq Triq Ġanni Vella fil-Mosta ma dawn l-entitajiet u malli tirċievi minn għandhom l- informazzjoni meħtieġa jkunu jistgħu jinkluduha fil-programm ta' toroq li għandhom jingħataw it-tarmac.", "MOSTA - ASFALTAR TA' TOROQ", "8852.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex jara li x-xogħol li jonqos li jsir f'zona Ta' Xkora u fi Triq Sir Aurthur Borton, il-Mosta b'konnessjoni ma' l-għoti ta' servizz ta' drenaġġ jkun lest u jekk ikun jista' jingħata wiċċ ta' tarmac lil dawn it-toroq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jonqos il-permess mill-Planning Authority għall- bini ta' pumping station biex dawn il-proġetti jkunu kompluti.", "MOSTA - POMPA TAD-DRENAĠĠ", "8853.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu passi biex jara x'inhuma d-diffikultajiet li qegħdin iżommu l- Awtorita' ta' l-Ippjanar milli toħroġ il-permess għall-bini tal-pompa tad- drenaġġ li jenħtieġ li ssir f'Ta' Xkora u fi Triq Sir Aurthur Borton, il- Mosta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha biss applikazzjoni waħda (PA5397/97) li tirriferi għall-bini ta' pompa tad- drenaġġ f'Ta' Xkora.", "L-applikazzjoni ġiet sottomessa fil-15 ta' Settembru 1997 bil-kontribuzzjonijiet neċessarji nkorretti u għalhekk l-applikazzjoni ġiet eventwalment validata fit-30 ta' Settembru 1997.", "Fid-9 ta' Ottubru 1997, id-Dipartiment tad-Drenaġġ ġie mitlub jirrevedi l- proposti tiegħu għaliex is-sit propost qiegħed fejn jiltaqgħu toroq road junction.", "Barra minn hekk, bdew konsultazzjonijiet mad-Dipartimenti ta' l- Agrikultura, tas-Servizzi ta' l-Ilma, tas-Saħħa u ta' l-Ambjent.", "MOSTA - TRIQ IL-KULTELLAZZ", "8854.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ladarba ġie deċiż li jkun mogħti t-tarmac lil Triq il-Kultellazz, Mosta it-tarmac ingħata lil maġġor parti tat-triq iżda baqa' partijiet fejn ma ngħatax tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tarmak se jingħata fit-triq kollha wara li l- parti li għada mhijiex asfaltata jingħatawlha l-livelli mis-surveyors ta' l- Awtorita' ta l-Ippjanar.", "TELEPHONES - APPLIKAZZJONIJIET", "8919.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għat-telefon f'kull wieħed mil-lokalitajiet tas-7,8, 11 u 12-il distrett elettorali?", "Kemm kien in-numru ta' servizzi li ngħataw f'kull wieħed minn dawn il- lokalitajiet fil-perijodu 1/1/97 sa 30/9/97?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - FTUĦ TA' ĦWIENET", "8920.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kondizzjonijiet li l- pulizija timponi fuq persuni li jkunu se jiftħu ħwienet ta' auto dealers?", "Barra minn dan, liema huma d-dipartimenti l-oħra li jimponu xi kondizzjonijiet?", "Jekk hemm dipartimenti oħra, liema huma dawn id- dipartimenti u x'kondizzjonijiet jimponu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-kondizzjonijiet li normalment il-Pulizija timponi fuq persuni li jkunu se jiftħu ħwienet ta` Auto Dealers huma li :-", "1.", "Ebda karozza ma tista` tiġi esebita għall-bejgħ barra l-garaxx.", "2.", "Ebda vettura ma tista` titħalla pparkjata barra l-garaxx.", "3.", "Ma jikkawża l-ebda nkonvenjent lill-ġirien.", "4.", "Il-Permess jista` jiġi mwaqqaf f`każ li tinkiser xi waħda mill- kondizzjonijiet.", "Barra minn hekk id-Dipartimenti tal-Gvern ikkonċernati, bħad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u d-Dipartiment ta` l-Ambjent, jimponu xi kondizzjonijiet oħra, fosthom li:", "1.", "Ebda tiswija fuq xi vetturi ma tista` ssir, kemm barra l-garaxx kif ukoll ġewwa l-garaxx.", "2.", "Ebda xogħol ta` spray painting/panel beating jew xogħlijiet ta` natura oħra ma jistgħu jsiru kemm ġewwa l-garaxx kif ukoll barra l-garaxx.", "ĦSAD TA' ĦAXIX", "8921.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li toħroġ it- tender tal-ħsad tal-ħaxix fl-inħawi ta' l-airport, li normalment toħroġ biex ir-raħħala jkunu jistgħu jaħsdu dan il-ħaxix?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-ħasda tal-ħaxix fl-inħawi ta' l-airport normalment issir f'Ġunju.", "Bħalissa qed isiru diskussjonijiet bejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Civili biex jistħarrġu l-possibbilta' li dan ix-xogħol jibda jsir min xi għaqda jew koperattiva jew grupp ta' produtturi tal-ħalib jew bdiewa.", "It-tender għal dan il-għan toħroġ fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "BUĠIBBA ACTION COMMITTEE", "8922.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien il-fond amministrattiv mill-BAC (Buġibba Action Committee)?", "Minbarra mill-flus li għaddew f'idejn dan il-kumitat mingħand il-gvern, kemm kien l-ammont ta' flus li nġabru mil-lokal mill-istess kumitat?", "Fiex intnefqu dawn il-flus?", "Mingħand min inġabru u x'xogħol sar bihom?", "Meta hu mistenni li jibda x- xogħol fuq it-tieni fażi u x'xogħol hu nkluż?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "FAO - RAPPORT", "8923.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Billi diversi drabi matul ix-xhur li għaddew kien hemm rapporti li se jinħadem pjan (kollu mill-Maltin) għall-biedja f'Malta sas-sena 2010 u fl- istess waqt qed jingħad ukoll li l-FAO qed tipprepara rapport fuq l-istess suġġett, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li jkun hemm żewġ rapporti f'daqqa?", "Liema minn dawn hu mistenni li jintuża?", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu ffinalizzati r-rapporti u kif se jiġi deċiż liema minnhom se jintuża?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iż-żewġ rapporti li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru huma komplimentari għal xulxin.", "Huwa mistenni li ż-żewġ rapporti jkunu ffinalizzati sa l-aħħar tas-sena.", "DJAR - XOGĦLIJIET TAL-BINI", "8934.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għar- risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8481 u b'mod partikolari għal dik il-parti tar-risposta li tgħid li hemm 146 unit ġodda ppjanati bħala żieda tas-sulari fuq bini eżistenti, jista' l-Ministru jgħid f'liema rħula u f'liema blokki fil-fatt se jsir il-bini indikat?", "Kemm se tkun iż-żieda ta' appartamenti u sulari f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-applikazzjonijiet li saru s'issa jkopru dawn il- postijiet:", "Appartamenti Sulari Zejda.", "Ghaxaq 36 2 Attard 12 2 Marsa 16 2 Gudja 24 2 Rabat 4 1 Ta'Xbiex 54 1 Total: 146.", "KUNSILLI LOKALI - BOZOZ", "8949.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet (mill-kunsill lokali u anke individwi) għal tiswija ta' bozoz f'dawn l-aħħar tliet xhur fiż- Żurrieq u kemm minn dawn ġew segwiti u kemm għad hemm pendenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dawn l-aħħar tliet xhur ġew irrapportati 116-il lampa li ma kenux qed jixegħlu fiż-Żurrieq.", "Minn dawn, 109 ġew irranġati u għad baqa' seba' biex jissewwew.", "ŻURRIEQ - TRIQ VALLETTA", "8950.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li 32 bozza minn 36 fi Triq Valletta, Żurrieq ilhom għal bosta jiem mitfija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ħsara fis-sistema ta' l-istreet lighting fi Triq Valletta fiż-Żurrieq ġiet irrapportata fl-14 t'Ottubru, 1997.", "Minn investigazzjoni li saret instab li l-contactor li jikkontrolla l-istreet lighting in kwestjoni kien difettuż u dan ġie rranġat l-għada.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - MEMBRI", "8970.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas- Science Education Network tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija?", "Min hu n-Network Co-ordinator ta' dan in-Network?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-Network Co-Ordinator tas-Science Education Network hija Ms Moira Dillon.", "Il-lista tal-membri ta' din in-Network hi kif ġej:", "Co-ordinator: Ms Moira Dillon Malta Council for Science and Technology", "Members: Ms Suzanne Gatt Department of Primary Education Faculty of Education University of Malta", "Prof. Frank Ventura Department of Mathematics, Science & Technical Education Faculty of Education University of Malta", "Mr David Purchase Department of Mathematics, Science & Technical Education Faculty of Education University of Malta", "Mr Joseph Buttiġieġ Science Centre St Patricks", "Ms Doris Borg Education Officer Education Division", "Mr Charles Sammut Education Officer Education Division", "Mr Charles Mizzi Director - General Education Division", "Dr Paul Pace Department of Mathematics, Science & Technical Education Faculty of Education University of Malta", "ITALJA - PROTOKOLL FINANZJARJU MA' MALTA", "8971.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 8270, jista' l-Viċi Prim Ministru għallinqas jagħti lista tal-proġetti sottomessi u jgħid liema dipartiment jew aġenzija governattiva il-Gvern Malti ppreżenta lill-Gvern Taljan sabiex jiġu ffinanzjati mill-Protokoll Taljan, iżda li l-Gvern Taljan sal-lum ma approvax?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-lista tal-proġetti sottomessi lill-Gvern Taljan għall-finanzjament taħt ir-Raba' Protokoll Finanzjarju, u li sal-lum għadhom ma ġewx approvati tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta..", "SEGRETARJAT - IMPJEGATI", "9000.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-impjegati u l-istaff ġewwa s-Segretarjat tiegħu u dak tas- Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani?", "X'kariġa jokkupaw individwalment?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SPTARIJIET - REFURBISHMENT", "9001.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'refurbishment twettaq ġewwa l-isptarijiet tul l-aħħar sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul din is-sena fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule sar ir-refurbishment ta' l-Ispiżerija, tal-Provision Stores u tal- Laundry Section.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - CGMO", "9002.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l- applikazzjoni għal ħatra ta' CGMO jew Director General fid-Dipartiment tas- Saħħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid ma' l-informazzjoni li kont tajt fit-twegiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6698 dwar l-istess suġġett.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "9003.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru hip and knee replacement operations tul l-aħħar sena?", "Jista' jgħid kull kirurgu kemm għamel minn dawn l-operazzjonijiet?", "Kemm isiru operation sessions għal dawn l-operazzjonijiet kull ġimgħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li minn Awissu tas-sena l-oħra sa Lulju ta' din is-sena saru 40 total hip replacement (THR) u 136 total knee replacement (TKR) fl-Isptar San Luqa.", "Il-Kirurgi li għamlu dawn l-operazzjonijiet kienu:", "KIRURGU THR TKR", "Mr A.Bernard 13 43 Mr. F. Zammit Maempel 8 28 Mr. C. Grixti 7 22 Mr C. Sciberras 6 19 Mr J. Casha 4 6 Mr C. Apap Bologna 1 6 Mr. R.Gatt 1 4 Dr. M. Slivka 0 5 Dr. G. Pecotic 0 2 Dr. J Balent 0 1", "Il-figuri tat-total hip replacement ma' jinkludux żewġ każijiet fejn saret reviżjoni ta' replacement eżistenti.", "HEPATITE B - TILQIM PREVENTIV", "9004.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-persentaġġ tal-popolazzjoni Maltija li hija carrier tal-Hepatite B?", "Kif titqabbel din iċ-ċifra ma' pajjiżi ġirien tagħna?", "Meta hemm il- ħsieb li jibda jsir tilqim preventiv tal-popolazzjoni kollha kif suġġerit mill-WHO?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Minn studju li sar f'Malta bejn Jannar 1992 u Diċembru 1993, il-prevalenza tal-Hepatite B fil-popolazzjoni Maltija kienet ikkwotata bejn 0.6% u 2.8 %.", "Iċ-ċifri ta' xi wħud mill-pajjiżi ġirien tagħna huma:", "PAJJIZ PERCENTWALI TA' CARRIERS TA' HBs AG", "Italja 3.1 % Greċja 1.2 % Spanja 1.2 % Portugall 1.25 % Franza 0.8 - 2.0 % Ingilterra 0.03 %", "Tilqim kontra l-Hepatite B ser jibda matul din is-sena skolastika għat-tfal ta' l-iskola fil-ħames klassi primarja.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "9005.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il- konsum ta': Enalapril 5mg; Enalapril 20mg u Istin tabs xahar b'xahar tul l- 1996/1997 u x'kienet l-ispiża globali ta' kull item?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni kif iridha l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri tal-konsum xahar b'xahar, teżisti biss minn Mejju 'l hawn jiġifieri wara li ġiet implimentata l-komputerizzazzjoni.", "ENALAPRIL 5mg x 10000: ENALAPRIL 20 mg x 1000:", "Mejju 156 Mejju 1 Gunju 567 Gunju 11 Lulju 255 Lulju - Awissu 320 Awissu 172 Settembru 210 Settembru 54 Ottubru (sal-llum) 257 Ottubru (sal-llum) 27", "SPIŻA GLOBALI LM 12037 SPIŻA GLOBALI LM 9275", "AMLODOPINE 5 mg x 28: AMLODOPINE 10 MG X 128:", "Mejju 1000 Mejju - Gunju 1142 Gunju - Lulju 1310 Lulju 280 Awissu 800 Awissu - Settembru 2023 Settembru 320 Ottubru (sal-llum)230 Ottubru (sal-llum) - SPIZA GLOBALI LM 25044 SPIZA GLOBALI LM 3528", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9045.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti klassifika ta' l-eta' tan-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-Reġistru f'Awissu/f'Settembru?", "Kemm minn dawk li kienu qed jirreġistraw kienu rġiel u nisa?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabelli li juru l-klassifika ta' eta' tan-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-Reġistru, maqsumin f'nisa w rġiel, għax-xahar ta' Lulju 1997 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "DIPARTIMENT TAL-KULTURA - WIRJIET", "9046.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8807 u t- tweġiba mogħtija fis-Seduta tat-13 t'Ottubru, jista' l-Ministru jgħid x'wirjiet kulturali se jsiru fil-ġejjieni qarib billi r-Reġistru Pubbliku mhux se jorganizza aktar wirjiet kif kien jagħmel qabel u se jħalli kollox f'idejn id-Dipartiment tal-Kultura?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "QRATI - TRIBUNAL GĦAL TALBIET ŻGĦAR", "9047.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet sal-lum quddiem it- Tribunal għal Talbiet Żgħar minn mindu twaqqaf?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fl-1996 tressqu 560 każ quddiem it-Tribunal dwar Talbiet Żgħar, filwaqt li fis-sena 1997 (sa l-aħħar ta Awissu) tressqu 384 każ quddiem l-imsemmi Tribunal.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - KOPERATTIVA TAL-MASTRUDAXXI", "9048.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Koperattiva tal-Mastrudaxxi limitata fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent hijiex se taħdem taħt Skema A jew Skema B?", "Kemm huma l-imsieħba f'din il-koperattiva?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9048 il-Koperattiva tal-Mastrudaxxi limitata fi ħdan il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni se taħdem taħt Skema B u n-numru ta'imsieħba s'issa hu ta' tmienja.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "9049.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li qed jitqassmu ċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet ta' l- Universita' ta' Oxford tas-sajf 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm qagħdu studenti għal dawn l-eżamijiet, f'liema suġġetti u xi gradi kisbu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Elf disa' mija u tmienja u tletin (1938) student Malti u mija disgħa u għoxrin (129) student Għawdxi resqu għall-eżamijiet ta' l-Oxford tas-sessjoni ta' Ġunju 1997.", "L-istudenti li għaddew mill-eżamijiet ġabu minn A sa C fil-Livell Ordinarju u minn A sa E fil-Livell Avvanzat hekk kif inhu muri f'Appendiċi A li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-Seduta.", "EDUKAZZJONI - UFFIĊJALI EDUKATTIVI", "9050.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li ħareġ ir-riżultat għall-postijiet ta' uffiċjali edukattivi mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kandidati u kemm minnhom se jiġu mpjegati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-Seduta.", "DIPARTIMENT TA' L-OUT-PATIENTS", "9066.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm raw pazjenti l-konsulenti kollha tal-Mediċina u tal-Kirurġija fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients sena b'sena, għal dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm għandhom sodod għad-dispożizzjoni tagħhom kull wieħed ġewwa l-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-istatistiċi mitluba huma dawn:", "Il-Konsulenti kollha tal-mediċina raw dawn in-numru ta' każi fl-Out- Patients:", "|SENA |KAŻI |FOLLOW-UP | | |ĠODDA | | |1993 |6885 |17394 | |1994 |8108 |20036 | |1995 |8039 |19956 | |1996 |6974 |19681 | |1997 |4908 |14385 | |Jannar - | | | |Settembru| | |", "L-istatistiċi għall-Out-Patients li jikkonċernaw id-Dipartiment tal- Kirurġija huma:", "|SENA |KAŻI |FOLLOW-UP | | |ĠODDA | | |1993 |7829 |16888 | |1994 |8251 |19281 | |1995 |9661 |21315 | |1996 |9765 |21496 | |1997 |6384 |14245 | |Jannar - | | | |Settembru| | |", "L-ispeċjalisti tal-Mediċina għandhom dawn in-numru ta' sodod:", "|KONSULENT |NUMRU TA'| | |SODOD | |Prof. A. Psaila |18 | |Dr A. Caruana Galizia|18 | |Dr. M. Vassallo |18 | |Dr. S. Montfort |18 | |Dr. C. Mallia |18 | |Dr. E. Pullicino |18 | |Dr. C. Mallia |18 | |Azzopardi | | |Prof. A. Fenech | 8 | |Dr. L. Buhagiar |19 | |Dr. J. Azzopardi |18 | |Dr. J. Cacciattolo |18 | |Dr. F. Farrugia |18 | |Dr. A. Galea Debono |20 |", "L-ispeċjalisti tal-Kirurġija għandhom dan in-numru ta' sodod:", "|KONSULENT |NUMRU TA' | | |SODOD | |Prof. L. Cutajar |14 | |Mr. Alex Attard |15 | |Mr. Arthur Felice |20 | |Mr George Felice |20 | |Mr N Formosa |15 | |Mr D Gatt |20 | |Mr K German |13 | |Prof. G. Laferla |20 | |Mr C Swain |20 | |Mr A Zammit |20 |", "Barra minn dawn hemm:", "1) 3 sodod oħra f'single rooms li jintużaw skond l-esiġenza ta' diversi konsulenti speċifiċi.", "2) 29 sodod fl-MS III 3) 20 sodda fid-Day Surgery Unit.", "Dawn id-49 sodda jintużaw minn kirurgi differenti skond il-bżonn.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "9067.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru total knee replacements minn meta bdew isiru fl-Isptar San Luqa sena b'sena, sal-ġurnata tal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni rigward il-bypass (CABG) open heart operations, inkluż dawk li saru f'Capua Palace?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fl-Isptar San Luqa saru 118 total knee replacements fl-1995, 138 fl-1996 u 76 din is-sena sa l-aħħar ta' Lulju.", "Saru 199 coronary aretery bypass graft fl-1995, 295 fl-1996 u 111 fl-1997 sa Ġunju.", "Apparti minn hekk saru 20 coronary artery bypass graft fl-Isptar Capua Palace f'Jannar 1997.", "SKEJJEL - SANTA LUĊIJA", "9068.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' kostruzzjoni wasal il-Junior Lyceum ta' Santa Luċija?", "Kemm hemm teachers u purtinara li qed jaħdmu f'din l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR SAN LUQA - SODOD", "9069.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod għad-dispożizzjoni ta' l-In-Patients fl-Isptar San Luqa?", "Kemm kellhom jitpoġġew pazjenti f'korsijiet f'dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fl-Isptar San Luqa hemm 902 sodod għad-dispożizzjoni ta' l-In-Patients.", "In-numru medju ta' sodod żejda kuljum fis-swali kollha ta' l-Isptar San Luqa kien:-", "Fl-1994 - 11.3 sodod kuljum Fl-1995 - 11.0 sodod kuljum Fl-1996 - 13.7 sodod kuljum.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9070.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies jirreġistraw għax-xogħol fil- preżent?", "Kemm minn dawn qed jattendu korsijiet organizzati mill-ETC?", "Kemm hemm courses ta' din ix-xorta għaddejjin bħalissa?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol f'Malta u Għawdex sa l-aħħar ta' Lulju 1997, kien ta' 6,855.", "L- aħħar figuri ppubblikati huma ta' Lulju.", "Il-korsijiet għaddejjin matul Settembru, organizzati mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ u n-numru ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol u li kienu qed jattendu għalihom hu kif ġej:", "Kors Numru ta' Numru ta' Korsijiet Persuni", "Managing Operations 1 1 Legel Clerk A 1 4 Legal Clerk B 1 7 Typing 1 2 Managing Finance 1 0 Computer Skills - Word 9 19 Computer Skills - Excel 9 19 Driver/Delivery 2 23 Starting a Business 1 2 Sage 4 26 Customer Care PTA 2 0 Spray Painting 1 3 General Trades/Literacy 3 38", "Gozo", "Computer Skills - Word 2 7 Computer Skills - Excel 2 0 Electronics 1 0", "SAĦĦA - DOWN'S SYNDROME", "9071.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn twelid b'każijiet ta' Down's Syndrome f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'eta' kellhom l-ommijiet ta' dawn it-trabi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infOrmat li l-istatistika mitluba mill- Onor. Interpellant bdiet tinġabar fuq bażi nazzjonali mill-1993.", "In-numru ta' twelid b'każijiet ta' Down's Syndrome u l-etajiet ta' l-ommijiet ta' dawn it-trabi kienu:", "SENA NUMRU ETAJIET TA' L-OMMIJIET", "1993 15 29, 30, 32, 33, 36, 36, 36, 38, 39, 39, 39, 40, 41, 43, 43.", "1994 7 27, 28, 34, 35, 37, 39, 42.", "1995 7 31, 31, 32, 33, 35, 38, 44.", "LABORATORJI ĠODDA", "9110.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għar-rapport li deher f'The Times fil-15 ta' Ottubru, 1997, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-Gvern iddeċidiex li ma jkomplix bil-pjanijiet tal-gvern preċedenti li jibni bini ġdid għal-laboratorji ntegrati?", "Il-gvern sempliċement se jirranġa l-Evans Laboratory?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dan il-Gvern iddeċidiex li ma jkomplix bil-pjanijiet tal-gvern preċedenti ta' proġett sħiħ għall-integrazzjoni tal- laboratorji tal-gvern?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ma nistax nifhem it-ton sarkastiku ta` din il-mistoqsija.", "L-Onor.", "Interpellant ħass li għandu jikkritika lill-Gvern għaliex se jiffranka eluf ta` liri ta` flus il-poplu billi minflok jinbena Laboratorju ġdid se jintuża l-Evans Buildings li huwa bini addattat għal- laboratorju.", "Il-Gvern b`determinazzjoni qawwija se jwettaq l-integrazzjoni tal- Laboratorji ta` l-Istandards ta` l-Industrija, tas-Saħħa Pubblika u dak tad- Dwana.", "Il-Gvern preżenti wera ħerqa li jwettaq dan il-proġett u juża it- 2.2 miljun Ecu`s taħt it-Tielet Protokoll Finanzjarju iffirmat bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Ittieħdu passi biex ġew maħtura l-membri ta` l-Awtorita` ta` Malta għall-Għemil ta` Standards f`Diċembru 1996 għax din kienet kondizzjoni biex jitkompla l-proġett kollu u reġa' ikkonvinċa l-Unjoni Ewropea li testendi ż-żmien għat-tmiem ta` dan il-proġett sa l-aħħar tas- sena 1999.", "Huwa tassew għajb illi dawn il-flus kienu ntilfu kawża ta` dewmien mill-Gvern preċedenti biex iwaqqf din l-Awtorita`.", "Kieku ma kienx għall-insistenza tal-Gvern preżenti kif ukoll l-interventi ta` l-Eċċellenza tiegħu Giorgio Boggio u tal-High Commissioner Graham Archer, kieku dawn il- fondi ma reġgħux ġew imġedda.", "Il-Gvern tiegħi hu determinat li jibdel l-Evans f`laboratorju nazzjonali modern u li dan ikun akkreditat mill-aktar fiss possibli.", "Dan il- laboratorju se joffri lill-industrija Maltija faċilitajiet ġodda biex tkun tista` ittejjeb il-kwalita` tal-prodotti li tipproduċi.", "UNIVERSITA' - PAST PAPERS", "9111.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8431?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8967 mogħtija f'seduta 125.", "UNIVERSITA' - KORS TA' M.SC IN ENVIRONMENTAL PLANNING", "9112.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8686, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li applikaw għal kors ta' M.Sc in Environmental Planning?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 20 persuna applikat għal kors ta' M.SC in Environmental Planning.", "SKEJJEL - PART-TIME CLERKS", "9113.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8687?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mill-1987 sal-lum saru tlett (3) sejħiet għal skrivani part-time jiġifieri fis-snin 1994, 1995, 1997.", "In-numru ta' applikanti huwa kif se nsemmi:", "1994 - 335 1995 - 329 1997 - 511", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIER BARRANI", "9138.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li priġunier barrani ġie msawwat minn uffiċjal tal- Pulizija fil-Ħabs?", "Veru li dan il-priġunier ittieħed fl-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li kien hemm priġunier li allega li kien ġie msawwat minn uffiċjal tal-Pulizija fil-ħabs.", "Dan il-każ ġie nvestigat u ma' irriżultax li kien hemm swat, iżda trażżin b'forza, minħabba l-atteġġament reżistenti tal-priġunier.", "Hu minnu li aktar tard, dan il-priġunier kellu jittieħed fl-Isptar Monte Carmeli billi beda juri sinjali ta' aġitazzjoni mentali.", "PULIZIJA - REATI", "9142.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu ċ-ċifri ta' reati rrapportati lill-Pulizija maqsuma f'infringements u cases tax-xhur ta' Awissu u Settembru 1997?", "X'kienu l-istess ċifri hekk maqsuma għal Awissu u Settembru, 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diġa' spjegajt fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8446 u 8759, minn Awissu kien hemm reviżjoni ta' kif il- Pulizija żżomm l-istatistika, u għalhekk rapport qed jiġi meqjus bħala każ wieħed case.", "Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant, ninsab informat li ċ- ċifri huma kif ġej : -", "1996 1997 'Infringements' 'Cases' 'Cases'", "Awissu 851 765 1415 Settembru 833 748 1290"]} {"filename": "19970120_011d_par.doc", "date": "1997-01-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 11 It-Tnejn, 20 ta'Jannar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 11 It-Tnejn, 20 ta' Jannar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "11", "It-Tnejn, 20 ta' Jannar, 1997", "WERREJ MINUTI 544", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER 544", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 544", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 551", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1997", "(L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI) 553", "AĠĠORNAMENT 575", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 575", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 10 li saret fit-15 ta' Jannar, 1997 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Nixtieq ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet kopja ta' sentenza tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili li kif dispost fl-artikolu 242 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Għaldaqstant inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tas-sentenza mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili dwar ir-Rikors Kostituzzjonali Nru 544/96AJM.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TAXXI INTERNI - REFUND", "55.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jara li persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu taħt separate cover - tirċievi refund tat-taxxa għall- perijodu 1984 sa l-1987 rispettivament?", "ONOR.", "LINO SPITERI (Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzi: Għalkemm nifhem l-ispirtu li bih għamel il-mistoqsija l-Onor.", "Interpellant, mhix se tkun policy tiegħi li nwieġeb mistoqsijiet ta` din ix-xorta.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li f'dan il-każ il-proċedura għandha tkun li tintbagħat ittra kunfidenzjali lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni.", "TAXXI INTERNI - REFUND", "56.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jara li persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu taħt separate cover - tirċievi refund tat-taxxa għas-snin 1984 sa l-1987 rispettivament?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domanda Nru 55.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR: ĦAMRUN - PERMESS GĦAL ĦANUT", "57.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar milli toħroġ il-permess biex persuna - isimha qed jintbagħat taħt separate cover - tkun tista' topera ħanut fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun bl-isem ta' \"Chez Maurice\", qabel \"Chez Domenique\" (ref.", "PA 6443/96)?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent): Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Sandro Schembri Adami li l-applikazzjoni bin-numru PA 6443\\96 għadha kif ġiet validata fl-24 ta` Ottubru, 1996 u waslet għand il-case officer fis-26 ta` Novembru, 1996 u għaldaqstant din l-applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata.", "EDUKAZZJONI - RELIEVER FUQ IL-PABX", "58.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li fuq il- PABX tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jkun hemm persuna oħra biex taħdem bħala reliever?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Fuq il-PABX hemm jaħdmu żewġ persuni u d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni qed tipprovdi reliever kull meta wieħed minn dawn il-persuni ikun bil-leave.", "Se jittieħdu passi biex dan is-servizz jitjieb għax il-ministeru qed ikollu lmenti li t-telefonati li jsiru mhux qed jiġu mwieġba.", "TELEMALTA - CUSTOMER SERVICES UNIT", "59.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma tal-Customer Services Unit fil-Korporazzjoni Telemalta?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Jien informat li n-negozjati mal- General Workers Union dwar ir-riforma tal-Customer Services Unit, kif ukoll ta' xi ftit gradi oħra, fil-Korporazzjoni Telemalta għadhom għaddejjin.", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "108.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Fl-1989 sar tibdil fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188) sabiex ċerti persuni, li ħafna minnhom jgħixu fil-Libja, ikunu jistgħu japplikaw għaċ- ċittadinanza Maltija.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċittadinanza Maltija mill-1989 sal-lum, sena b'sena?", "F'każi bħal dawn, kulma jrid jiġi pprovat huwa li jkun hemm dixxendenza ta' persuna mwielda Malta?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Subartiklu 3(4) ta l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188) jirrikjedi li sabiex persuna tkun tista' tapplika għaċ-ċittadinanza Maltija taħt l-istess artiklu l-persuna trid tipprova li hija dixxendent ta' persuna mwielda Malta u li tkun ċittadin ta' pajjiż li ma jkunx il-pajjiż li tkun tirresjedi fih, u li jkollha l- aċċess tagħha għall-pajjiż li tiegħu hija ċittadin ristrett.", "In-numri ta' persuni li applikaw u ħadu ċ-ċittadinanza Maltija taħt dan il- provvediment tal-liġi huwa kif jidher hawn taħt :", "|Sena |Nru. | |1989 | - | |1990 | 2 | |1991 |10 | |1992 | 2 | |1993 | 6 | |1994 | 3 | |1995 | - | |1996 | - |", "SPTAR SAN LUQA - REFURBISHMENT", "481.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jispjega kif u f'kemm- il fażi se jitkompla r-refurbishment tas-swali ġewwa St. Luke's Hospital matul il-ħames snin li ġejjin?", "Jista' jagħti time-frame speċifiku dwar dan ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Ir-refurbishing tas-swali fl-Isptar San Luqa jsir skond il-bżonnijiet tas-servizz tas-saħħa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Deguara, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Madam Speaker, nixtieq li l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il-bżonnijiet għax ma jistax ikun li nirċievu risposti mhux speċifiċi, anzi vagi daqshekk?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Lill-Onor.", "Interpellant nista' jgħidlu li għal din is-sena saru projections u li r-Refurbishing Committee se jieħu ħsieb it-tkomplija ta' refurbishing li jkun hamm bżonn fl-Isptar San Luqa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Deguara, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li kien hemm pjan għat-tieni fażi tar- refurbishment nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk din hijiex se tiġi allokata u, jekk fl-affermattiv, kemm-il sala se tkopri u jekk hijiex se toħroġ tender waħda għax-xogħol kollu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: GĦal din is-sena hemm diversi pjanijiet għar- refurbishing li fosthom hemm tliet swali fuq xulxin u l-Emergency Laboratory.", "Barra minn hekk, wara diskussjoni li kien hemm bejn il-MAM u l- Prim Ministru, hemm il-ħsieb li tiġi estiża parti mid-doctors' quarters.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Deguara, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li kemm-il darba ssemma wkoll in-nuqqas ta' spazju għall-medical records kif ukoll għall-medical stores u billi l- Ministru kien qal li se jkompli miexi bil-pjanijiet biex dawn l-istores jiġu trasferiti ġewwa Ta' Qali, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal dan il-proġett?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Preżentament għaddejjin diskussjonijiet mad- Director, Medical Stores dwar it-trasferiment tal-medical stores għal Ta' Qali.", "Rigward il-medical records, nista' ngħid li għaddejjin diskussjonijiet biex jinstab sit iktar adattat ħalli jkun jista' jinġabar kollox f'post wieħed.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "555.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fit-12 ta' Mejju, 1987 u fis-26 ta' Ottubru, 1996 kemm kien in-numru ta' mpjegati tal-gvern f'dawn il-kategoriji, fiċ-ċivil, f'korpi parastatali u f'industriji, li fihom il-gvern kellu sehem?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "Din l-informazzjoni tinkludi listi separati li juru n-numru ta' impjegati tal-gvern li, f'Mejju 1987 u f'Ottubru 1996 rispettivament, kienu qed jaħdmu ma' korpi parastatali, ma' kumpaniji kummerċjali li fihom kellu sehem il-gvern u ma' organiżazzjonijiet oħra tas-settur pubbliku jew mhux governattivi.", "PULIZIJA - INTERVIEWING BOARDS", "556.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri ta' l-interviewing boards fl-eżamijiet għall-ħatra ta' spetturi u surġenti tal-pulizija minn l-1992 sa' l-1996?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu dawn il-membri?", "X'kienet ir-raġuni li fit-tlett eżamijiet, kandidati li kellhom kredenzjali impekkabbli ta' servizz u standard tajjeb ta' edukazzjoni, ġew skwalifikati fl-interview?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-membri ta' l-interviewing boards għall-ħatriet ta' spetturi u surġenti tal-pulizija mill-1992 sa l-1996 kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iktar speċifiku.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'laqgħa riċenti li kien hemm ma' spetturi, maġġuri u surġenti tal-pulizija kienet qed tiġi diskussa r-riforma fuq il-bażi tar- rapport li sar fuq il-Korp tal-Pulizija.", "Ġie rapportat li r- rakkmandazzjonijiet li hemm, speċjalment dik biex jinqata' l-ħlas ta' l- overtime lill-pulizija, ġew milqugħa b'diżapprovazzjoni kbira min-naħa tal- pulizija għaliex dawn isostnu li din il-miżura se tkun ta' diżinċentiv għall-ħidma tagħhom.", "Ħaġa oħra hija li fir-realta' l-ħinijiet żejda li l- pulizija kienu jagħmlu fil-qorti u li qabel ma kenux jitħallsu tagħhom, fil-fatt qed jitħallsu għalihom illum.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, point of order.", "L-Onor.", "Interpellant għandu kull dritt jagħmel mistoqsija supplimentari, imma mhux li jagħmel statement.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Gatt, irrepeti dak li għidt f'forma ta' mistoqsija.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux veru li f'laqgħa riċenti li saret bejn il-Ministru Mizzi u spetturi, maġġuri u ranks oħra tal-Pulizija, u li fiha kien ġie diskuss ir-rapport riċenti li sar dwar il-korp, kien hemm diżapprovazzjoni kbira għall-proposta tal-Gvern li jinqatgħalhom l-overtime?", "Huwa veru li l-Gvern beħsiebu jirrevedi din id-deċiżjoni biex jiżgura li ma jkunx hemm diżinċentiv għall-membri tal- korp u għalhekk ma jaffettwax negattivament l-andament ta' xogħlhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq nikkjarifika għall-benefiċċju ta' l-Onor.", "Interpellant li r-rapport imħejji minn konsulenti mqabbda mill-Gvern, u dwar dan ir-rapport qed isiru konsultazzjonijiet fi ħdan il-Pulizija kif ukoll konsultazzjonijiet oħra ma' għaqdiet u mal-pubbliku in ġenerali biex nisimgħu l-veduti tagħhom.", "Id-deċiżjonijiet dwar riforma fil-Korp tal- Pulizija jittieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet, jiġifieri fl- ebda stadju dan ir-rapport ma jirrappreżenta xi deċiżjoni min-naħa tal- Gvern.", "MADAM SAPEAKER: Mistoqsija supplimentari.", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li f'din il- laqgħa li saret, ir-ranks tal-pulizija li kienu preżenti laqgħu dik ir- rakkmandazzjoni b'diżapprovazzjoni kbira?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nista' nikkonferma li matul din il-laqgħa saru kummenti kemm pożittivi u anke negattivi dwar diversi aspetti tar-rapport.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Prim Ministru għallinqas jinformana għaliex inħasset il-ħtieġa li membri tal-Korp tal-Pulizija li jmorru fuq xogħol tal- qorti, anke barra l-ħin tax-xogħol tagħhom, mhux se jibqgħu jitħallsu ta' l- overtime?", "Din il-miżura hija għal raġunijiet ta' ekonomija jew hemm xi raġunijiet oħra li l-Prim Ministru jista' jinforma lil din il-Kamra bihom?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Irrid nikkorreġi l-miżinformazzjoni li waslet lill- Onor. Interpellant għax, minkejja l-gideb li ġie mxandar fuq ċerti mezzi tax-xandir, is-sahra fil-fatt se tibqa' titħallas lil dawk il-pulizija li jmorru biex jagħmlu r-rappreżentanzi tagħhom fil-qorti.", "Nixtieq inżid li dak li se jiġru hu li sempliċement ikun hemm iktar kontroll fuq dawn iż- żjarat li jsiru fuq xogħol fil-qorti.", "MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hix se tkun il- politika tal-Gvern li l-pulizija jibqgħu jagħmlu extra duty?", "Meta qed ngħid extra duty nkun qed nirriferi l-iktar għar-ranks ta' kuntistabbli u surġenti peress li minn spettur 'l fuq ma jagħmlux extra duty.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-politika tal-Gvern hija li jdaħħal riforma serja fl-oqsma kollha tat-tmexxija fil-Korp tal-Pulizija, liema riforma se tkun imsejsa fuq ir-rapport tal-konsulenti li issa jinsab quddiem ir-ranks kollha tal-korp kif ukoll quddiem il-korpi kostitwiti u l-pubbliku in ġenerali sabiex fuqu ssir diskussjoni pubblika.", "PULIZIJA - PROĊEDURI KRIMINALI", "557.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proċeduri kriminali ttieħdu kontra membri tal-Korp tal- Pulizija bejn it-30 ta' Marzu, 1980 u t-12 ta' Mejju, 1987 u bejn it-13 ta' Mejju, 1987 u s-26 ta' Ottubru, 1996 u x'kien ir-rank f'kull każ?", "X'kienet in-natura ta' l-akkuża miġjuba f'kull każ individwali?", "X'kienet id- deċiżjoni tal-qrati f'kull każ partikolari u kemm għad baqa' każijiet pendenti?", "X'azzjoni amministrattiva ttieħdet dwar kull każ li fih il- qorti sabet ħtija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar proċeduri li ttieħdu kontra membri tal-Korp tal-Pulizija bejn it-30 ta' Marzu 1980 u t-12 ta' Mejju 1987 u bejn it-13 ta' Mejju 1987 u s-26 ta' Ottubru 1996.", "PULIZIJA - ASSISTENT KUMMISSARJU JOSEPH PSAILA", "574.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li fil-ġuri Repubblika vs Martin Gaffarena ħarġet b'mod l-aktar ċar li l-allegazzjoni li kien ġie mwettaq id-delitt kien ħolqien qarrieqi ta' provi foloz u peress li fl-artiklu 110 tal-Kodiċi Kriminali hemm ikkontemplat il-piena massima ta' ħames snin priġunerija miżjuda bi grad, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk u meta se jittieħdu passi kriminali kontra l-Assistent Kummissarju Joseph Psaila?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-każ li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant kien ġie investigat u dak iż-żmien ma rriżultax li kien hemm provi biżżejjed li jissostanzjaw proċeduri kriminali.", "Hu x'inhu, il-każ issa ilu li ġara aktar minn għaxar snin u għaldaqstant illum il-każ huwa preskritt.", "BIRKIRKARA - TRIQ ĠUŻE' ORLANDO", "649.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri sabiex Triq Ġuże' Orlando f'Birkirkara tiġi tinfed ma' Triq il-Knisja l-Qadima (R.D. File 9/96)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Peress li l-parti tat-Triq Ġuże' Orlando f'Birkirkara li għad trid tinfetaħ għadha ma ġietx żviluppata, hemm bżonn ta' instructions diretti mis-sidien tad-djar li hemm f'din it-triq sabiex l-art li fuqha trid tinbena tinxtara mill-gvern għan-nom tagħhom.", "Sintendi, dan ikun jista' jsir wara li jkunu ħallsu d-depositi neċessarji fl-Uffiċju tal- Kummissarju ta' l-Artijiet.", "BIRKIRKARA - TRIQ CARMELO BRINCAT", "650.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb sabiex it-Triq Carmelo Brincat, f'Birkirkara - in-naħa tal-Knisja l-Qadima - tiġi asfaltata u possibilment mogħtija t-tarmak?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-triq imsemmija diġa' hija mniżżla fil-lista ta' toroq li jenħtieġu l-asfalt, pero' dan ix-xogħol isir skond il- prijoritajiet.", "BIRKIRKARA - TRIQ AĦWA HYZLER", "651.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb sabiex it-Triq Aħwa Hyzler f'Birkirkara tiġi asfaltata u possibilment mogħtija t-tarmak?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-triq imsemmija diġa' hija mniżżla fil-lista ta' toroq li għandhom bżonn l-asfalt, pero' dan ix-xogħol isir skond il- prijoritajiet.", "TARZNA - SUSSIDJU", "652.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Skond il-ftehim eżistenti bejn il-Gvern u t-Tarzna, jista' l-Prim Minisru jgħid kemm tħallsu flus f'sussidju lit-Tarzna matul l-1995 u l-1996 u meta saru dawn il-pagamenti?", "Jista' jgħid ukoll id-data u l-ammont ta' kull pagament?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul l-1995 it-Tarzna tħallset Lm2,352,415 f'sussidju fuq xogħol maħdum filwaqt li matul l-1996 it-Tarzna tħallset Lm1,103,759.", "Dawn il-pagamenti saru f'għeluq kull sena rispettiva u ma nagħtawx fi flus imma f'sussidju li nqata' kontra ammonti akbar li l-Gvern kien għadda lit-Tarzna għall-pagi matul is-sentejn.", "PULIZIJA - BALLU TAL-MILIED", "653.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx x'investigazzjoni dipartimentali sabiex jiġu vverifikati rapporti li dehru f'gazzetta li waqt il-ballu tal-Milied tal-Pulizija, indaqq u tkanta l-Innu tal-Partit Laburista minn impjegati pubbliċi membri tal-Korp tal-Pulizija?", "Jekk din l-investigazzjoni għada ma saritx, jista' l-Prim Ministru jwiegħed lil din il-Kamra li jagħmel din l-investigazzjoni sabiex inċidenti bħal dawn ma jerġgħux isiru u jiġu identifikati l-persuni responsabbli?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li r-rapporti li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant qegħdin jiġu mistħarrġa.", "Ċertament ma nqisx li l-inċident allegat, anke jekk sar, hu tal-gravita' ta' inċidenti oħra li saru taħt il-Gvern preċedenti u li dwarhom ma sar l-ebda stħarriġ bħal, per eżempju, dak li sar waqt ikla għall-membri ta' l-SAG fl-1989 fejn kien attenda l-Ministru Nazzjonalista responsabbli mill-Pulizija ta' dak iż- żmien.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra video ta' dan l-inċident .", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Video li ttieħed waqt ikla għall-membri ta' l-SAG fl-1989 fejn kien attenda l-Ministru li dak iż-żmien kien responsabbli mill-Pulizija.", "SETTUR PUBBLIKU - TRANSFERS F'GĦAWDEX", "654.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il transfer ta' mpjegati pubbliċi nħareġ f'Għawdex mis-26 ta' Ottubru 1996?", "Jista' l-Prim Ministru jivverifika jekk dawn ġewx irtirati?", "Min kien responsabbli għall-ħruġ ta' dawn it-transfers f'Għawdex?", "Dawn it- transfers ħarġu bi ksur ta' xi ċirkolari, u jekk iva, liema kienet din iċ- ċirkolari?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Immedjatament wara r-riżultat ta' l-Elezzjoni Ġenerali ta' Ottubru 1996 kont tajt istruzzjonijiet biex tinħareġ ċirkolari mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex ma jingħatawx transfers lill- impjegati tal-gvern.", "Dan sar permezz ta' ċirkolari Nru. 28/96 li ħarġet fit-28 ta' Ottubru 1996.", "Din l-ordni ma kenitx tapplika għal dawk l-impjegati li kienu fis- segretarjati privati ta' ministri u segretarji parlamentari tal-Gvern ta' qabel u lanqas għal dawk li kienu meħtieġa fis-segretarjati privati ta' ministri u segretarji parlamentari tal-Gvern il-ġdid.", "Għal dan l-iskop kienu saru wkoll numru ta' trasferimenti f'Għawdex .", "Peress li qabel il-bidla fl-Amministrazzjoni t-transfers ta' mpjegati bejn id-dipartimenti tal-gvern f'Għawdex kienu jsiru mingħajr l-awtorita' ta' l- Uffiċċju tal-Prim Ministru kien hemm min fehem li ċ-ċirkolari msemmija ma kenitx tapplika għal dawn it-tip ta' transfers.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin għall-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Lista ta' surveys kummissjonati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-aħħar ħames snin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 919; u", "Lista ta' applikazzjonijiet eżistenti għal permessi tal-ħwienet fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 996.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI (Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 5 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Tnaqqis).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar l-għadd ta' mature students fl-Universita' ta' Malta, maqsuma bejn irġiel u nisa, bejn l-1990 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 807;", "Informazzjoni dwar l-għadd ta' studenti li ggradwaw mill-Universita' ta' Malta bejn l-1990 u l-1996, maqsuma skond id-diversi korsijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 808; Tabella li turi l-għadd ta' studenti li jattendu skejjel sekondarji tal-Gvern u li ġejjin minn diversi lokalitajiet fit-Tieni, it-Tielet u l-Ħames Distrett elettorali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 849;", "Informazzjoni dwar l-għadd ta' studenti Għawdxin li jattendu l- Universita' ta' Malta maqsuma skond id-diversi korsijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 990; u", "Lista ta' għalliema mill-iskejjel statali li mis-26 ta' Ottubru 1996 bdew jaħdmu f'segreteriji u ministeri, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1038.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport tal-kumitati maħtura skond il-Memorandum u riżoluzzjoni approvata mill-Kamra fil-21 ta' Mejju 1996 dwar Fondi għall-Ħtiġijiet Speċjali tal-lokalitajiet, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 751; u", "Skeda li tagħti d-dettalji dwar il-fondi li l-kunsilli lokali ġew allokati skond il-formula stabbilita bil-liġi għas-snin finanzjarji tal-kunsilli li jagħlqu fil-31 ta' Marzu 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1052.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 3 ta' l-1997 - Merchant Shipping (Prevention of Collisions) Regulations, 1997; u", "Avviż Legali Nru. 4 ta' l-1997 - Merchant Shipping (Signals of Distress) Rules, 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-dokumenti approvati waqt il-Konferenza dwar l- Immaniġġjar ta' l-Ilma li saret f'Marsilja, Franza, bejn il-25 u s- 26 ta' Novembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 846; u", "Kopja tar-rapport preżentat mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni lill-Ambaxxatur tal-Ġermanja dwar l-istat attwali tal-Berġa ta' Baviera, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 847.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti n-numru ta' applikanti għal akkomodazzjoni soċjali sa l-aħħar ta' l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 936; Tabella li turi n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva bejn l-1988 u l-1996, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 998;", "Tabella li turi l-għadd ta' talbiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva fit-30 ta' Settembru 1996 maqsuma fuq bażi ta' lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 999; u", "Informazzjoni dwar full-time staff complement fl-Awtorita' tad- Djar, fid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, fl-Uffiċċju Konġunt u fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fit-30 ta' Settembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1000.", "MADAM SPEAKER: Grazzi, Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar il-valur tal-prodott mibjugħ mill-Pitkalija matul l-1995 u l-1996, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 742;", "Tabella li turi kemm kien il-kontribut perċentwali tal-biedja u s-sajd għall-prodott gross domestiku tal-pajjiż bejn l-1981 u l- 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1014; u", "Informazzjoni b'żieda ma' dik li diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra fis-seduta numru 10 tal-15 ta' Jannar 1997 dwar ir- reġistrazzjoni tas-sajjieda full-time u part-time mad-Dipartiment tas-Sajd, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 738.", "MADAM SPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1997.", "(L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI)", "Tkompli mill-13 ta' Jannar 1997", "MADAM SPEAKER: Bis-saħħa tal-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tas-17 ta' Diċembru 1996, nistieden lill-impjegati tal- Public Broadcasting Services jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu dmirijiethom.", "Skond il-Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997 id-diskors kollu tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi (Ordni Permanenti Nru. 49) u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol kellu jkun fit- 8.30 p.m.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jekk jogħġbu, jibda d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sinjura President, ta' kull sena l-okkażjoni tal-budget hija bla dubju ta' xejn okkażjoni importanti ħafna fil-kalendarju ta' kull Parlament għaliex tagħtina l- opportunita' illi nħarsu 'l quddiem.", "Il-budget normalment jiġi ppreżentat qabel il-bidu jew fil-bidu tas-sena finanzjarja imma, skond il- Kostituzzjoni, mhux aktar minn tliet xhur wara il-bidu tas-sena finanzjarja u l-iskop li jsir proprju fil-bidu tas-sena finanzjarja huwa biex il-gvern tal-ġurnata jkollu l-opportunita' li jindika d-direzzjoni li jrid jagħti lill-pajjiż.", "Il-budget huwa mezz ewlieni ta' kif gvern jartikola b'mod konkret dawk il-policies li jrid jara li jiġu mwettqa fil-pajjiż.", "Naturalment, meta qegħdin f'okkażjoni ta' Parlament elett wara l-aħħar elezzjoni, u allura dan huwa l-ewwel budget ta' Gvern ġdid, is-sinifikat tal-budget tal-Gvern jieħu dimensjoni ħafna akbar.", "M'hemmx dubju illi l- elettorat kien qiegħed jistenna bil-ħerqa - u jiena ngħid anke b'ansjeta' - kif il-Gvern kien sejjer jipproponi illi jwettaq il-wegħdiet tiegħu.", "Il- poplu tagħna stenna u issa għandna quddiemna dan il-budget li naturalment irid jitlaq mill-fatti illi jirriżultaw mis-sena illi tkun għadha kif għaddiet.", "M'hemmx dubju li kull gvern irid iħares 'il quddiem u jrid ikompli jibni fuq dak illi jkun sab, kemm jekk ikun tajjeb, kemm jekk ikun inqas tajjeb u kemm jekk ikun ħażin.", "Allura hawnhekk bilfors irridu nagħtu ħarsa lejn il-passat.", "Jiena ngħid li f'okkażjoni bħal tal-lum, meta kellna bidla fil-gvern wara perijodu ta' għaxar snin, huwa utili li nagħtu ħarsa sew lejn is-sena li għadha kif spiċċat kif ukoll li nagħtu ħarsa wkoll lejn l-għaxar snin li għaddew.", "Naturalment ħarsa ħafifa ħafna - pinzellati - pero' ħarsa li jrid ikollha sinifikat ta' x'wiret dan il-Gvern u x'achievements għamel il-Gvern li jiena kelli l-unur u r-responsabbilta' illi mmexxi fl-għaxar snin li għaddew.", "L-ewwel ħsieb li jiġini hu proprju li minn dan l-istess bank li qed nitkellem minnu llum, għaxar snin ilu, fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru, jiena kont għidt li l-budget li kien ippreżenta l-Gvern Laburista għas-sena 1987 kien budget irrilevanti għall-poplu tagħna.", "Kont għidt li l-problemi politiċi, ekonomiċi u soċjali kienu tant kbar għal pajjiżna li l-budget li ppreżenta l-Gvern għal dik is-sena kien għal kollox irrelevanti fiċ- ċirkostanzi ta' dak inhar.", "Madam Speaker, kont għidt hekk għax żgur li din il-Kamra u l-poplu Malti jiftakru li għaxar snin ilu, qabel l-elezzjoni ta' l-1987, moħħ il-poplu tagħna kien ikkonċentrat fuq affarijiet li huma essenzjali għalih kollu kemm hu.", "Konna lkoll anzjużi fuq l-istat tad-demokrazija f'pajjiż, fuq il- libertajiet taċ-ċittadini tagħna kif ukoll fuq il-qagħda ekonomika tal- pajjiż.", "Fid-diskors tiegħi jiena kont għidt li l-ġranet li kienu ippreċedew dak id-dibattitu fuq il-budget, eżattament mill-aħħar ġranet ta' Novembru sal-5 ta' Diċembru, kienu forsi l-iktar ġranet ta' tensjoni u ta' diffikulta' politika li l-pajjiż qatt kellu fl-istorja tiegħu.", "Jiena kont għidt li l-partit tiegħi, li dak iż-żmien kien fl-Oppożizzjoni, kien sejjer jiġġieled l-elezzjoni fuq il-wegħda li jbiddel il-pajjiż radikalment fi tliet aspetti li żgur kienu ta' importanza għal kulħadd.", "Jiena kont għidt li kien hemm bżonn li l-pajjiż ikollu x-xogħol, il-ġustizzja u l-liberta'.", "Dak kien il-programm li jien kont poġġejt quddiem dan il-Parlament għaxar snin ilu.", "Jien kont mort quddiem l-elettorat tagħna bil-wegħdiet preċiżi li nerġgħu nagħtu demokrazija sħiħa lil pajjiżna u li nerġgħu nqajmu l- pajjiż ekonomikament ħalli jkun jista' jiżgura l-progress għal kulħadd u b'mod partikolari li jkun jista' joffri x-xogħol lil min ma kellux.", "Madam Speaker, is-sitwazzjoni li writt jiena meta l-partit tiegħi rebaħ l- elezzjoni kienet sitwazzjoni ta' pajjiż fejn l-ekonomija kienet fi kriżi kbira.", "Kellna stat ekonomiku li fih rajna l-qgħad jitla' għal ċifri li qatt ma konna lħaqnihom qabel tant, li f'Diċembru ta' l-1986 kien hemm ftit inqas minn 10,000 jirreġistraw għax-xogħol kif ukoll li kien hemm madwar 4,000 jaħdmu f'korpi militari, li jfisser li ċ-ċifra ta' nies ifittxu x-xogħol produttiv kienet tlaħħaq għal madwar 13,000 u 14,000 ruħ.", "Kellna sitwazzjoni fejn il-qagħda ekonomika ta' dawk il-ħaddiema li kellhom ix-xogħol kienet waħda ħażina peress li konna wasalna fil-ħames sena minn meta l-Gvern ta' dakinhar kien iddikjara friża sħiħa fuq żidiet fil-pagi u fuq titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Irrid inżid li mhux biss min kien jaħdem kellu l-pagi tiegħu ffriżati, imma anke dawk kollha li fis-soċjeta' Maltija kellhom bżonn l- għajnuna ta' l-Istat u dawk kollha li kienu jiddependu fuq il-pensjoni, kellhom il-benefiċċji soċjali tagħhom iffriżati għal ħames snin sħaħ.", "Barra minn hekk Madam Speaker, jien writt ukoll sitwazzjoni fejn il-pajjiż kien b'mod verament drammatiku nieqes mill-infrastruttura neċessarja biex ikun hawn il-progress fil-pajjiż.", "Hawnhekk nirriferi b'mod partikolari għas-sitwazzjoni tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fil-pajjiż, għas- sitwazzjoni dwar il-provvista ta' l-ilma u għall-bżonn urġenti li f'Malta jkollna airport terminal ġdid u sistema ta' telekommunikazzjoni moderna.", "Meta smajna l-qari tal-budget u mid-diskorsi kollha li qed isiru minn ġurnata għa -oħra min-naħa tal-Gvern, m'aħniex nisimgħu ħlief \"il-ħofor\".", "Nisimgħu fuq il-ħofor li sab dan il-Gvern fil-korporazzjonijiet u fil- finanzi tal-Gvern, ħofor li huma t-tema ewlenija tad-diskors li l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi ressaq għas-sena l-ġdida.", "Dari l-budgets tagħhom kienu jlaqmuhom u fil-fatt l-aħħar budget li kien ippreżenta l- Ministru Spiteri ħafna snin ilu - qabel dak tal-ġimgħa l-oħra - kien sejjaħlu l-\"budget ta' l-impjiegi\".", "Dan il-budget tas-sena 1982 kien wieħed li fil-fatt kompla jqawwi l-qagħda diżastruża tan-nuqqas ta' xogħol u minflok kien budget ta' l-impjiegi kien wieħed li permezz tiegħu l- impjiegi komplew jonqsu.", "Kieku kellhom jagħtu isem lil dan il-budget, naħseb li kien ikun jixraq li jsejħulu l-budget tal-ħofor għax dan huwa l- messaġġ li l-Gvern qiegħed jipprova jgħaddi lill-poplu tagħna.", "Madam Speaker, qed ngħid dan kollu mhux biex immur lura għaxar snin imma biex wieħed jifhem kemm dan il-Gvern huwa nieqes mill-ideat, kemm hu mifxul u kemm ma jafx x'se jaqbad jagħmel għaliex il-ħofor kienu jeżistu għaxar snin ilu wkoll.", "Dażgur li kellna l-ħofor!", "Kif diġa' semmejt kellna l- ħofor ta' dawk l-eluf kbar ta' nies, madwar, 12,000, 13,000 jew 14,000-il ruħ, ifittxu x-xogħol permanenti kif ukoll il-fatt li l-Gvern ta' dak inhar, fi sforz iddisprat qabel l-elezzjoni ta' Mejju ta' l-1987, kien impjega 8,000 persuna mas-settur pubbliku.", "Għaldaqstant il-Gvern ta' dak iż-żmien ħoloq ħofra kbira għall-Gvern il-ġdid ta' warajh, immexxi minni, li kellu jipprovdi l-finanzi għall-pagi ta' 8,000 ruħ li lejliet l- elezzjoni ddaħħlu jaħdmu fis-settur pubbliku .", "Kellna nsibu l-finanzi biex l-infrastruttura tal-pajjiż tissaħħaħ billi, per eżempju, naraw kif nibnu power station ġdida.", "Jien nixtieq infakkar li l-problemi tal-ħofor kbar li sibna fil-pajjiż dak inhar ma kenux ġew fuqna f'daqqa imma kienu l-frott tal-politika żbaljata tas-snin ta' qabel.", "Ta' min igħid li I-bżonn kien ilu jinħass li , per eżempju, inżidu l-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika.", "Is- soluzzjonijiet li kienu ġew adottati f'dan ir-rigward mill-Gvern ta' qabli kienu li nġibu power station antikwata, tas-snin ħamsin, minn Palermo li, minflok irmewha, tawhielna taparsi rigal.", "Soluzzjoni oħra kien li nġibu power stations li kienu mormija mill-Ingliżi, nagħmlulhom refurbishment biex imbagħad niġu ngħidu li qed nipprovdu infrastruttura ta' l-enerġija fil-pajjiż.", "Għalina dan kien metodu għal kollox żbaljat u quddiem dak l- investiment li kien meħtieġ, aħna ma qgħadniex ngħidu x'ħofra sibna fil- finanzi tal-Gvern imma proprju mill-bidu nett konna għidna b'kuraġġ kbir li l-finanzi nsibuhom.", "L istorja nafuha, Sinjura President.", "Hawn qed nirriferi għall-bidla kbira li seħħet fil-pajjiż fejn il-Gvern il-ġdid wiret sitwazzjoni fejn il- ġenerazzjoni ta' l-elettriku tlaħħaq mad-domanda tal-pajjiż kif ukoll fejn għandu programm ta' espansjoni biex qatt ma tonqos din il-ħtieġa tant essenzjali għall-iżvilupp kontinwu tal-pajjiż.", "Madam Speaker, ħofra oħra li sibna kienet il-kwestjoni ta' l-ilma li kienet ilha tiġi traskurata snin sħaħ.", "Il-Gvern tiegħi ma qgħadx jgħid li wiret sitwazzjoni finanzjarja li ma tippermettix li jagħmel l-investiment meħtieġ biex din il-parti ta' l-infrastruttura tissaħħaħ ħalli nkunu nistgħu nipprovdu darba għal dejjem l-ilma li għandna bżonn.", "Nafu li l- Gvern Laburista ta' qabel kien għamel lil Malta qisa passatur, peress li dak iż-żmien kienu jtellgħu l-ilma mill-water-table bi ħsara kbira għall- kwalita' ta' l-ilma li ntellgħu minn taħt l-art, u minkejja dan, xorta waħda l-provvista ta' l-ilma ma kenitx tissodisfa l-bżonnijiet.", "Illum din hija storja tal-passat li lanqas għandna bżonn nitkellmu fuqha.", "Jien qed insemmih hawn illum għaliex il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi u l- Gvern tiegħu għoġobhom iġibu l-iskużi li fil-budget tagħhom għas-sena 1997 u għas-sena 1998 mhux se jkunu jistgħu jwettqu l-programmi tagħhom għaliex sabu l-ħofor finanzjarji u deficit li ħalla l-Gvern Nazzjonalista.", "Il- problemi sibnihom aħna għaxar snin ilu, pero' aħna konna nafu x'għandu bżonn il-pajjiż.", "Kellna programm x'inwettqu u fil-fatt dak il-programm wettaqnih.", "Madam Speaker, l-istess nista' ngħid għas-sistema ta' telekomunikazzjoni.", "X'kienet il-mentalita' tal-Gvern ta' qabli?", "Il-mentalita' kienet li niddobbaw billi ġibna sistemi ta' telephones, il-famużi Strowger, li ħaddieħor kien remihom u aħna għidna li nistgħu niddobbaw bihom.", "GĦall- kuntrarju, fl-ewwel ġimgħat u fl-ewwel xhur ta' l-amministrazzjoni tiegħu il-Gvern tiegħi ħa d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa biex inġibu sistema ta' telekomunikazzjoni li hija state of the art u skond dak li jitolbu ż- żmenijiet ta' llum.", "L-istess ħaġa għamilna fil-każ ta' l-airport fejn aħna ma qgħadniex nittitubaw dwar kif se nġibu l-flus u x'irid isir, imma aħna kellna l-kuraġġ li nieħdu d-deċiżjonijiet biex l-investiment li kien hemm bżonn għall-infrastruttura tal-pajjiż isir kif fil-fatt sar.", "Jien nista' nkompli sejjer hekk b'lista twila ta' każijiet bħal dawn, pero' se nieqaf billi f'termini ġenerali ngħid x'ħallejna wara għaxar snin t'amministrazzjoni ta' Gvern immexxi minni.", "Hawnhekk se nagħti erba' ċifri li juru kif il-pajjiż, minn sena għall-oħra, pass wara pass wara pass - biex nuża l-espressjoni li tant iħobb juża l-Prim Ministru - għal għaxar snin sħiħ dan il-pajjiż qatt ma ħares lura imma dejjem ħares 'il quddiem u sab il-mod kif ikompli jkattar il-ġid.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sinjura President, fil-fatt iċ-ċifri jitkellmu weħidhom.", "Filwaqt li fl- 1986 kien hemm 115,000 persuna taħdem fil-pajjiż illum għandna ftit inqas minn 143,000.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan ifisser li f'dawn l-għaxar snin in-numru ta' nies jaħdmu żdied b'aktar minn 27,000, żieda annwali medja ta' 2,700 persuna li sabu postijiet tax-xogħol.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna konna tlajna bil-wegħda li nġibu x-xogħol; dik kienet l-ewwel għajta tagħna u sena wara l-oħra aħna qatt ma ħarisna lura.", "Wara għaxar snin inħoss is-sodisfazzjon kbir li l-Gvern tiegħi, sħabi u jien, qatt ma nqasna minn dik il-wegħda.", "J'Alla dan il-Gvern wkoll jirnexxielu jżid in- numru ta' nies jaħdmu minn sena għall-oħra, pero' dubji dwar dan hawn u għad irridu naraw x'sejjer jiġri.", "Hawnhekk ta' min jgħid li minbarra n- numru ta' kważi 143,000 persuna li għandhom a fulltime job hemm 12,000 oħra li minbarra xogħol permanenti għandhom ukoll xogħol part-time.", "Rajna wkoll il-fenomenu tax-xogħol fost in-nisa, miżżewġin u m'humiex, fejn in-numru tagħom kien jiżdied minn sena għall-oħra.", "Dan ġara għax l-opportunitajiet ta' xogħol ma kienux ristretti għall-irġiel biss u ma kienx hawn xi liġi, kif kien hawn fis-snin sebgħin, illi mara ma setgħatx tieħu post tax-xogħol ta' raġel.", "Aħna kburin li rnexxielna inkattru x-xogħol u ngħidu li din hi l-ikbar miżura tas-suċċess tal-Gvern immexxi minni f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Pero' aħna ma żidniex biss in-numru ta' nies jaħdmu.", "Kien hemm il-Prim Ministru ta' qabli li kien qal illi lilu jinteressah li l-ħaddiema jkollhom almenu il-paga minima u kien isostni li qabel ma' kulħadd ikollu l-paga minima ma kienx dispost li jawtorizza żidied fil-pagi.", "Aħna mhux hekk għamilna, Sinjura President, imma għall-kuntrarju, aħna rajna il-qligħ mix- xogħol, jiġifieri il-qligħ ta' dawk li jaħdmu bil-paga, jiżdied sena wara l- oħra u meta toqgħod bilqegħda tħares lejn in-numri, tgħid li veru għamilna suċċessi kbar.", "Madam Speaker, insemmi li d-dħul mill-impiegi fl-1986 kien ta' Lm231 miljun filwaqt li s-sena li għaddiet il-qligħ mill-impiegi tela' għal Lm561 miljun.", "Sinjura President, il-qligħ tal-ħaddiema Maltin fl- għaxar snin li għaddew żdied billi rdoppja u nofs.", "Is-sena l-oħra, bix- xogħol tagħhom il-ħaddiema daħħlu fil-but d-doppju u nofs ta' dak li kienu qalgħu għaxar snin ilu.", "Din hija l-miżura tas-suċċess illi l-Gvern tiegħi rnexxielu jagħmel!", "(Hear!", "Hear!)", "Mhux biss żdied id-dħul tal-ħaddiema imma żdiedu wkoll dawk li jissejħu trading profits, jiġifieri żdied ukoll il-qligħ għal min jinvesti u għal min qiegħed fin-negozju.", "Hawnhekk naraw li filwaqt li fl-1986 il-qligħ min- negozju, it-trading profits, kien ta' Lm143 miljun, fis-sena li għaddiet dan tela' għal Lm 297 miljun, jiġifieri iktar mid-doppju ta' dak li kien għaxar snin ilu.", "Hawnhekk se nsemmi wkoll iċ-ċifra l-oħra, li għalija hija mportanti daqs dawk li għadni kif semmejt, jiġifieri ċ-ċifra li turi kif marru dawk li għandhom bżonn min iwiżinhom, jiġifieri dawk li għandhom bżonn il- benefiċċji soċjali u dawk li jirċievu l-pensjoni ta' l-Istat.", "Madam Speaker, iċ-ċifri jitkellmu waħedhom għax fl-1986 il-benefiċċji soċjali li tqassmu laħqu l-ammont ta' Lm 66.5 miljun filwaqt li għas-sena li għaddiet dik iċ-ċifra telgħet għal Lm 140 miljun, li hija d-doppju ta' dik li kienet għaxar snin ilu.", "Dak hu li wiret dan il-Gvern!", "Wiret pajjiż li, jekk mhux pajjiż sinjur, żgur li nistgħu nsejħulu pajjiż fejn il-poplu tiegħu seta' jgħix tajjeb, seta' jsib ix-xogħol u fejn ix-xogħol huwa mħallas tajjeb kemm biex igħix kif ukoll biex ikun jista' jfaddal.", "Tajjeb li nsemmi hawnhekk li s-sena li għaddiet, il-flus fil-banek żdiedu, jekk m'inix sejjer żball, b'aktar minn Lm140 miljun.", "Dan huwa l-pajjiż li wiret il-Partit Laburista meta rebaħ l-elezzjoni tas-26 ta' Ottubru, 1996.", "Illum dan il-Gvern jgħidilna li wiret pajjiż mimli ħofor.", "Effettivament minn dak kollu li jingħad fil-budget speech u minn dak kollu li qed jingħad mill-kelliema tal-Gvern, l-ewwel wieħed fosthom il-Prim Ministru, wieħed malajr jifhem li ttieħdet deċiżjoni min-naħa tal-Gvern sabiex kulħadd ifittex il-ħofor ħalli imbagħad jiġi quddiem il-Parlament u l-opinjoni pubblika u jgħidlu: Araw x'pajjiż għandna, pajjiż mimli ħofor!", "Ma naħsibx li din għandha tkun il-viżjoni ta' partit li rebaħ l-elezzjoni wara għaxar snin fl-oppożizzjoni.", "L-għajta ta' dan il-budget messa kienet: Araw aħna x'kapaċi nagħmlu; ħa ngħidulu lill-poplu Malti kemm aħna kapaċi nwettqu dak li wegħdna.", "Dawn qishom li waqgħu mis-sħab, qishom ma kenux fuq il- bankijiet ta' l-oppożizzjoni għal għaxar snin sħaħ il-ħin kollu jiflu dak li kien qed jagħmel il-Gvern.", "Qisu f'daqqa waħda dawn waqgħu mis-sħab u qed jgħidu: Sibna l-ħofor, sibna ħofor li ma konniex nafu bihom; skużawna, intom li tajtuna l-vot tagħkom, li wegħdnikom ħafna affarijiet, li wegħdnikom li se nagħtukom paga li biha la jkollkom bżonn tagħmlu l- overtime, la jkollkom bżonn it-tieni job u lanqas li l-mara jkollha għalfejn tmur taħdem; aħna wegħdnikom li għax issa hawn gvern ġdid f'Malta ġejja l-ġenna ta' l-art.", "Imma issa x'inhuma jgħidulna?", "Qed jgħidulna: Le, jiddispjaċina li ħadna żball?", "Ma jgħidux li ħadu żball iżda jgħidulna li dawn huma l-fatti u allura f'dan il-budget m'hemm xejn, f'ta' wara mhu se jkun hemm xejn lanqas u mbagħad tliet snin oħra, forsi naraw għax imbagħad tkun waslet l-elezzjoni u allura nibdew inroxxu l-bżar.", "L-Onor.", "George Vella qed jgħid: Jew inkella ma nagħmlux budget.", "Din hija riferenza għad-data ta' l-elezzjoni li niġi għaliha aktar 'il quddiem u allura l- Onor. Membru għandu jkollu l-paċenzja li jistenna sakemm nasal għal dak il- punt.", "X'inhi l-elezzjoni?", "L-elezzjoni hija kompetizzjoni ta' min hu kapaċi l- aktar li jkattar il-ġid fil-pajjiż u hija ħaġa tajba li l-partiti jikkompetu bejniethom.", "Aħna, l-Partit Nazzjonalista, ħriġna quddiem il- poplu tagħna u għidnhielu li aħna nafu x'irridu għal pajjiżna u li se nwegħduh futur ċert u garanzija ta' sliem.", "Aħna writna pajjiż imfarrak u maqsum u bil-politika tagħna aħna erġajna ġibna l-għaqda u fejjaqna l- ġrieħi li kellu pajjiżna.", "Jien nieħu pjaċir li l-Prim Ministru ta' llum qed jgħid li jrid li l-pajjiż jibqa' miexi b'dan il-mod u jien persważ li se jagħmel ħiltu hu wkoll biex il-pajjiż jibqa' miexi hekk, pero' rridu niftakru li għaxar snin ilu l-pajjiż kien mimli ġrieħi u konna aħna li ġibna s-sliem fil-pajjiż permezz ta' politika għaqlija.", "Aħna wegħdna lill- poplu tagħna li rridu nkomplu nimxu fis-sliem.", "Pero' s-sliem jirrikjedi ħafna affarijiet fosthom, li jkompli jkun hawn ix-xogħol għal kulħadd, li minn xahar għall-ieħor u minn sena għall-oħra l-pajjiż ikollu fiduċja u kuraġġ fih innifsi kif wkoll li l-ekonomija ma tmurx lura anzi li tibqa' tavvanza u tibqa' tipprovdi x-xogħol b'qligħ veru għal kulħadd.", "GĦalhekk sena ilu, fl-aħħar budget li aħna għamilna f'dan il-Parlament, aħna konna għidna li l-politika ewlenija tagħna kellha skop preċiż illi ħadd ma jibqa' lura.", "GĦidna li din hi l-politika tagħna għax irridu niggarantixxu futur li fih ħadd ma jibqa' lura.", "Madam Speaker, hawnhekk se jkolli nirriferi - m'iniex se noqgħod nitkellem fit-tul - għall-programm elettorali li aħna ġibna quddiem il- poplu tagħna.", "Aħna għidna lill-poplu li issa hu l-mument li nagħtu ħarsa iktar mirquma u dettaljata dwar dawk l-oqsma fis-soċjeta' tagħna li għad għandhom bżonnijiet ikbar mill-kumplament tas-soċjeta'.", "Il-programm elettorali tagħna fil-fatt kien miżgħud bi proposti konkreti ta' kif aħna nistgħu ngħinu lil dawk li huma l-iktar batuti u ta' kif nistgħu nagħtu opportunitajiet ugwali, ħafna aħjar milli għandhom illum, lil dawk li huma b'xi mod żvantaġġjati .", "Imma meta taqra dan il-budget speech tgħid: Fejn huma l-proposti ta' dan il-Gvern?", "Kulma hemm hija proposta li ssir kummissjoni, jew ma nafx x'sejħulha, biex ikun hemm l-aċċessibilita' - din il-kelma qiegħda bl-Ingliż, jekk m'iniex sejjer żball - fid-dipartimenti tal-gvern.", "GĦalkemm din hija miżura kbira u tajba - m'iniex qed ngħid kontra tagħha, tafux - huwa kważi tad-daħk li taqra l-budget tal-Gvern Laburista, li dari tant kien jiftaħar li għandu għal qalbu - u għandu, jien m'iniex qed ngħid li le - lil min hu b'xi mod żvantaġġjat u mbagħad ma ssib xejn f'dan ir-rigward.", "Dawn qalu li se jagħmlulna d-dipartimenti tal-gvern iktar aċċessibbli u j'Alla jirnexxielhom jagħmlu dan, pero' żgur li mhux dan kien qed jistenna l-poplu tagħna minn dan il-Gvern.", "Sinjura President, aħna kellna l-ideat għal dan il-pajjiż u għidna x'inhi din il-viżjoni tagħna.", "GĦall-kuntrarju, il-Partit Laburista għażel tattika u strateġija oħra, anzi ngħid li għażel programm ieħor li kien miġbur fil- famuża frażi tal-Kap tal-Partit Laburista, illum il-Prim Ministru, fejn kien qal li hu lest jagħmel biss dak li jġiblu l-voti u li ma hu dispost li jagħmel xejn li b'xi mod jista' jtellfu l-voti bir-riżultat li issa se jaħsad dak li żera'.", "Il-Prim Ministru issa se jaħsad il-valur ta' dak il- kliem u ta' dawk il-wegħdiet li għamel.", "Huwa ried il-voti u dwar dan jien nifraħlu għax kważi single-handedly - sħabu ma jieħdux għalihom, għax żgur li hu kien fuq quddiem nett - irnexxielu jġib maġġoranza.", "Ċertament, b'sorpriża kbira għalija u għal sħabi rnexxielu jġib din il-maġġoranza permezz ta' politika li jgħid biss dak li jġiblu l-voti, iwiegħed biss dak li jista' jġiblu l-voti filwaqt li ma jgħid u ma jwiegħed xejn li b'xi mod jista' jtellfu l-voti.", "U issa the chickens have come home to roost.", "Madam Speaker, il-Prim Ministru kien wiegħed li se jieħu miżuri biex il- ħajja ma tibqax togħla.", "Fittxu bil-lenti fil-paġni tal-budget speech u araw hemmx xi miżura waħda li se ttaffi l-għoli tal-ħajja!", "Miżuri li se jgħollu l-għoli tal-ħajja ssib żgur!", "Dawk huma l-miżuri li semmielna l- Ministru Spiteri u li fuqhom se nitkellem iktar tard.", "Il-Gvern wiegħed li se jagħmel mod li l-ħajja ma tibqax togħla u, nerġa' ngħid, iflu, kelma wara l-oħra u pass wara pass wara pass, id-diskors tal-Ministru Spiteri u araw hemmx kelma waħda kif se torħos il-ħajja.", "Qed jgħidu li forsi se torħos il-ħajja meta jneħħu l-VAT, pero' fuq il-VAT nitkellem iktar tard.", "Fuq il-pagi kemm tkellem u għamel meetings u ltaqa' ma' nies u qalilhom: X'għarukaża, qed ikollkom taħdmu l-overtime!", "X'għarukaża, hawn 24,000 ruħ li għandhom part-time job!", "X'għarukaża, hawn 14,000 ruħ - jew ma nafx kemm hemm sew - li għandhom a fulltime job u mbagħad jagħmlu wkoll part- time job!", "X'għarukaża li n-nisa miżżewġa qegħdin joħorġu jaħdmu!", "Qalilhom: Issa vvotaw lill-Partit Laburista ħalli jagħtikom il-paga li sservikom biex intom, il-mara u l-familja tgħixu tajjeb, tibqgħu ssiefru u tixtru l-karozzi kif ukoll li tibqgħu tibnu d-djar tagħkom.", "Illum dawk in- nies li vvotaw lil dan il-Gvern għax emmnu lill-Onor.", "Sant, qed igħidulu: Fejn huma ż-żidiet fil-pagi?", "Fejn hu dak li wegħidtna?", "Pero' l-Onor.", "Sant qed jgħidilhom: Mela intom ħsibtu li l-affarijiet mil-lum għal għada?", "Dażgur li mhux mil-lum għal għada għax issa għandu ħames snin fil-gvern.", "Imma almenu ibda jew almenu rripetiha l-wegħda.", "Illum fejn hi l-promessa fil-programm tal-Gvern - mhux iktar tal-Partit Laburista - biex, jekk mhux din is-sena almenu ta' wara jew ta' warajha, il-pagi jsiru b'mod li ma jkollniex bżonn iktar overtime jew xogħol part-time job jew il-bżonn li l- mara miżżewġa toħroġ taħdem?", "Fejn hi din il-wegħda?", "Jekk qed jgħid li hawn il-ħofor fil-finanzi, għidilna x'se jiġri wara li tneħħi dawn il- ħofor, jekk xi darba jirnexxielek tneħħihom?", "X'sar minnha din il-wegħda?", "Issa se nitkellem daqsxejn aktar fit-tul fuq il-wegħda li jneħħi l-VAT li hija l-ikbar promessa politikament diżonesta li seta' jagħmel il-Partit Laburista.", "Ngħidilha proposta \"diżonesta\" għaliex kulħadd jaf illi pajjiż modern jeħtieġlu forma ta' tassazzjoni li hija fil-forma tal-VAT.", "Tista' ma sejjħilhiex VAT, tista' ssejħilha isem ieħor jew iktar minn isem wieħed, pero' hemm bżonn ta' sistema ta' tassazzjoni li għandha l-elementi li għandha l-VAT.", "Il-Partit Laburista, bl-ikbar diżonesta politika wiegħed li se jneħħi l-VAT, u, għidnieha qabel l-elezzjoni, għidtha l-bieraħ meta jiena u l-Onor.", "Sant morna fuq ir-radju RTK u se nerġa' ngħidha illum, li mhux veru li dan il-Gvern se jneħħi l-VAT għax dan ma jistax jagħmlu.", "Se jbiddlilha isimha, se jagħtiha forom oħra u se jipprova jagħtiha xi sura oħra, imma mhux veru li huwa se jneħħi l-elementi essenzjali tas-sistema tal-VAT u f'dan ir-rigward beħsiebni nkompli nitkellem aktar tard.", "X'ġara mill-elezzjoni 'l hawn?", "Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni u malli beda jifhem xi tfisser tiggverna, u mhux aktar li toqgħod tikkritika, dan intilef bir-riżultat li llum għandna Gvern mitluf, jiġifieri Gvern li ma jafx fejn se jagħti rasu.", "Għandna Gvern li assolutament qatt ma għaddielu min-rasu x'jiġifieri tiggverna, x'jiġifieri tfittex il-ġid, mhux ta' kif iġġib il-voti, imma li tmexxi l-pajjiż 'l quddiem.", "Madam Speaker, qalulna li sabu l-ħofor u li dan huwa l-Gvern li għall- ewwel sentejn ix-xogħol ewlieni tiegħu se jkun li jimla l-ħofor finanzjarji.", "Hawnhekk jiena ngħid: X'ironija!", "Ħamsa u għoxrin sena ilu kellhom kap ieħor tal-partit li kien qal li se jħaddem lil kulħadd fi żmien tlett xhur.", "Meta kienu saqsewh kif se jagħmel dan, kien qalilhom li dan se jagħmlu akkost li dawn joqgħodu jagħmlu l-ħofor u jerġgħu jimlewhom.", "Il-proposta ta' ħamsa u għoxrin sena ilu ukoll kienet fuq il- ħofor, kienu l-ħofor li l-ewwel iħaffruhom u mbagħad jimlewhom.", "B'hekk kien qal li se jagħti x-xogħol lil kulħadd fi żmien tlett xhur, imma mhux talli ma tax ix-xogħol fi żmien tlett xhur talli għal sittax-il sena kellna l-ikbar diżastru fil-qasam tax-xogħol fl-istorja ta' pajjiżna .", "Dawn mhux qed igħidu li se jagħtu x-xogħol billi l-ewwel iħaffru u mbagħad jimlew il-ħofor imma qed igħidu li għandhom programm t'attivita' kbira billi s'issa, f'dawn l-ewwel tlett xhur, għamlu xogħol kbir ifittxu l- ħofor!", "Donnu li l-istruzzjonijiet tal-Prim Ministru kienu biex jaraw kif jagħmlu ħalli kull fejn għandu x'jaqsam il-gvern joħorġu bill-konklużżjoni, anke permezz ta' rapport żgħir jew saħansitra superfiċċjali u redikolu, li dak il-qasam jew settur hu fallut.", "U allura, ġurnata wara l-oħra, bdejna naraw lill-Gvern ifittex il-ħofor finanzjarji tant li issa għandna lista sħiħa.", "Ftit wara li ħadu l-gvern f'idejhom kellna r-rapport fuq il-Management Systems Unit.", "Kemm kienu qalu fuq l-MSU!", "Kemm akkużi għamlu li din il- Unit kienet kollha ħela ta' żmien u li ma kienx hemm bżonnha!", "Fir-rapport li għamlu ...", "Fil-fatt naħseb li f'ċertu sens kien wieħed mill-iktar serju apparagun ta' rapporti oħrajn, u qed ngħid li dan kien serju għax il- Management Systems Unit għadha hemm.", "Il-Management Systems Unit twaqqfet bħala konsegwenza immedjata tar-rakkomandazzjonijiet tal-Public Service Reform Commission - li jiena kont waqqaft ftit wara l-elezzjoni ta' l-1987 - peress li kien inħass il-bżonn ta' riforma mill-għeruq ta' kif jaħdem is- Servizz Ċivili.", "Kien hemm bżonn ta' min jeskoġita r-riformi.", "Kien hemm bżonn, per eżempju, illi jkun hemm accountability b'mod illi jekk inti għandek kap ta' dipartiment, dak il-kap ma jibqax jfarfar minn fuq spallejh dejjem għall-eternita' imma dak irid ikun persuna li jerfa' r- responsabbilta'.", "Inħolqot ukoll sistema - nispera li dan il-Gvern iżommha, għax għadni ma fhimtx se jagħmel f'dan ir-rigward - illi meta jkun hemm vacancy fil-post ta' direttur ikun jista' japplika min ikollu ċertu livell fis-Servizz Ċivili biex imbagħad issir għażla b'mod oġġettiv, bis-serjeta' u mingħajr indħil - jien naf x'qed ngħid - u jintagħżel l-aħjar wieħed u tgħidlu: Int qiegħed f'din l-iskala tas-salarju għal tlett snin, għandek performance agreement, jiġifieri meta inti tieħu l-appointment ikollok l-objectives li trid tilħaq u kull sena jsirlek assessment fuq il-performance tiegħek.", "Daħħalna wkoll l-idea illi jekk inti tkun tajjeb ħafna jew tkun eċċelenti nagħtuk bonus ta' dik l-effiċjenza li tkun urejt.", "Mela issir kap ta' dipartiment meta jkollok erbgħin sena - jew iktar jew inqas - u tibqa' kap sa ma' tirtira bil-pensjoni ta' 61 sena kemm jekk tkun kapaċi u anke jekk ma tkunx!", "Dan kien li għamlet l-MSU mil-lat ta' management.", "Naturalment kienu qalu ħafna xorti bħal, ngħidu aħna: Għalfejn dawn l- esperti minn barra?!", "Xi triduhom dawn?!", "M'għandniex Maltin kapaċi?!", "Jiena naħseb li għandna Maltin kapaċi, imma mhux f'kollox għaliex ħadd ma jaf kollox.", "Pero' nista' nassigura lil din il-Kamra, Madam Speaker, illi biex stajna nibdew nagħmlu r-riformi bilfors kellna bżonn ta' numru ta' nies minn barra għax f'dan ir-rigward kellna reżistenza kbira.", "U lil dawn tifhimhom, għax il-bnedmin huma bnedmin!", "Mhux għal kemm tgħid li issa n- nomini tad-diretturi jibdew isiru b'dan il-mod għax hawn kien hemm bżonn ta' bidla fil-kultura tal-pajjiż.", "Il-Partit Laburista anke minn din approfitta ruħu tant li meta qabel l- elezzjoni kien hemm ċerti ċikostanzi ta' nies li riedu jilħqu - fil-fatt ma laħqux - il-Partit Laburista wegħedhom li jekk jitla' fil-Gvern jagħmilhom senior principals.", "Dan nafu għax qaluli personalment kemm qabel l- elezzjoni u anke wara u qalu wkoll li kien hemm min ivvota lill-Partit Laburista għax qal li jekk jitla' l-Partit Laburista se jilħaq senior principal.", "Aħna għidna: Din serjeta'!", "Aħna għidna li r-riforma rridu nagħmluha bis-serjeta' u għalhekk waqqafna l-Management Systems Unit.", "Waqqafna wkoll l-Staff Development Organisation - SDO - u l-Management and Personnel Office - MPO - fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-paraphernalia kollha li hemm bżonn biex tagħmel ir-riforma.", "It-tieni skop ewlieni li twaqqfet l-MSU kien biex f'Malta ndaħħlu dik li tissejjaħ it-teknoloġija ta' l-informatika, il-computerisation.", "Meta għaxar snin ilu l-partit tiegħi ħa l-gvern ma kenitx teżisti computerisation għax kien hemm biss is-Swatar minn fejn kienu joħorġu l- formoli u l-kontijiet ta' l-income tax u ta' l-ilma; mill-bqija tista' tgħid li ma kien hemm xejn aktar.", "Kif qed jgħid l-Onor John Dalli, hemmhekk kien sempliċement adding machine u nisperaw li issa ma jerġax ikollna ħafna adding machines!", "Għax qiegħed nibża' li hekk se jiġri.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna ridna viżjoni dwar tħaddim tal- computerisation biex eventwalment iċ-ċittadin jingħata servizz aħjar u viżjoni dwar kif il-Gvern jikkordina aħjar l-attivitajiet tiegħu.", "Għalhekk iddaħħlet il-computerisation fid-Dwana biex tagħti informazzjoni dettaljata dwar dak li jidħol mid-Dwana.", "Daħħalna il-computerisation ukoll fl- Uffiċċju tal-VAT, uffiċċju ġdid li bdejnieh mix-xejn u li nbena b'mod li l- qalba tiegħu kollha hija bbażata fuq is-sistema ta' l-informatika.", "L- Uffiċċju tal-VAT tista' tgħid li huwa paperless, m'hemmx karti jiġru minn post għal ieħor.", "Is-sistema komputerizzata li hemm hemmhekk tagħti informazzjoni ta' valur kbir lill-Gvern li jrid jamministra l-pajjiż.", "Dik kienet l-MSU.", "Issa x'ġara?", "Qrajna l-ewwel rapport li ħareġ u qalulna: Hawn hawn ħofra u sparpaljar ta' flus.", "Hemm wisq konsulenti barranin u m'għandniex ninvestu iktar hemmhekk.", "Effettivament il-Gvern malajr induna li kien qed jgħid ħafna ħmerijiet u qal li dik il-parti ta' l-MSU li se tibqa' se tibda tissejjaħ MITTS - huwa diffiċli li niftakar eżattament xi tfisser - imma se tibqa'.", "Fuq il-parti ta' l-informatika, lill-Gvern ngħidlu li mhux biss trid tibqa', iżda għandha tissaħħaħ kemm jista' jkun u jitkomplew il-programmi li kien hemm maħsuba.", "Ma nafx din id-darba kemm hu l-vot għal dan il- qasam, mingħalija xi Lm8 miljun.", "Irridu ħafna aktar, imma almenu skond il- budget qed nivvotaw xi Lm8 miljun għax huwa tajjeb li l-MSU tibqa' taħdem.", "Fid-diskors tal-budget intqal li l-Voti issa mhux se jkunu taħt l-MSU imma se jinqasmu bejn id-dipartimenti.", "Sinjura President, fi żmieni għamilna bil-maqlub; konna bdejna billi d-dipartimenti jkollhom il-Vot tagħhom biex huma jixtru dak li jkollhom bżonn imma mbagħad sibna li dan ma kienx għaqli.", "Fil-fatt rajna li jkun aktar għaqli li jkun hemm awtorita' ċentrali, id-dipartiment jinformaha dwar x'inhuma l-bżonnijiet tiegħu u dik l-awtorita' tixtri dak li jkun hemm bżonn, għax sibna li nkella jkun hemm ħafna deċiżjonijiet li għalkemm ikunu meħudin in good faith, wara jistgħu joħolqu problemi.", "Wara dak kollu li ntqal kontra l-MSU u l-ħofra li sabu, dan il-Gvern se jżomm l-MSU u sempliċement għamel dan l-irtokk li l-Vot ta' l-MSU billi qassmu fuq id-dipartimenti.", "Biex inkun preċiż ir-rapport qal, u l-Gvern aċċetta r-rakkmandazzjoni, li dik il-parti ta' l-MSU li għandha x'taqsam ma' dak li jissejjaħ operations review, jiġifieri kif jaħdmu d-dipartimenti u kif ir-riforma trid issir biex kull dipartiment ikun aktar effiċjenti fir-responsabbilitajiet tiegħu, ma tibqax fl-MSU iżda tmur mal-gvern.", "Effettivament jafu li diġa' kien hemm rakkmandazzjonijiet ta' l-MSU stess biex issa, ladarba l-proċess inbeda u beda jaħdem sew, din il-parti terġa' tmur f'postha, jiġifieri fid- dipartimenti tal-gvern stess.", "Il-funzjoni se tibqa' u allura jrid ikun hemm nies li jagħmlu dak ix-xogħol li kienet tagħmel l-MSU f'dan il-qasam.", "Qed ngħid dan għax dan kien l-ewwel rapport li fih skoprew l-ewwel ħofra.", "Imbagħad ġie t-tieni rapport - ma nafx jekk il-kronoloġija tiegħi hijiex preċiża imma f'moħħi hekk għandi rreġistrat - jiġifieri l-ħofra l-oħra tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Issa hawnhekk haw inġustizzja għax meta jkollok nies li għax huma public spirited u joffru ruħhom jew jaċċettaw li jkunu chairmen jew membri ta' bord, allura mbagħad meta jinbidel il-Gvern għandu jmur il-ministru l-ġdid u jgħidlu: Inti chairman jew inti direttur u għaldaqstant għandek ir-responsabilita' bil-liġi għax il-liġi tgħid li inti personalment responsabbli jekk, per eżempju, ma titħallasx il-bolla ta' l-impjegati.", "Naturalment dan ma jgħoddx għal tat- Tarzna għax dawn jistgħu ma jħallsux il-bolla!", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid ukoll għal dak li kien jiġri fi żmieni.", "Pero' dan mhux hekk.", "Il- ministru responsabbli, il-Ministru Buhagiar, mar f'seduta tal-bord u liċ- chairman qallu: X'se tagħmel?", "Jekk m'għandekx flus biex tħallas il-pagi u n-national insurance contributions għandek problema, għax jekk ma tħallasx il-pagi ara x'se jiġrilek, u jekk ma tħallasx il-bolla tista' tiġi mħarrek għax inti responsabbli.", "Imma din serjeta'?", "Din serjeta' kif titratta l- korporazzjonijiet tal-gvern?", "Lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma trid tgħidilha: Inti, bħala korporazzjoni, x'għamilt?", "U l-ewwel risposta tkun: Ipprovdejt l-ilma.", "(Onor Membri: Hear, hear) Spiċċat il-kriżi ta' l- ilma minn dan il-pajjiż.", "Kif għidt fil-pubbliku kemm-il darba, nerġa' ngħid li fl-aħħar sena li kellna kriżi - anzi diffikultajiet mhux kriżi bħalma kellna għaxar snin ilu - jiġifieri, li kellna nuqqas ta' ilma, kien ġie għandi l-ministru responsabbli minn dan il-qasam u bħala l-Prim Ministru għidtlu li qed nagħtih istruzzjonijiet biex jintnefaq kemm hemm bżonn ħalli s-sajf ta' wara jkollna ilma li hemm bżonn.", "U hekk ġara.", "Naturalment għad hemm problemi kbar oħra bħal dawk tad-distribuzzjoni u ta' nuqqas ta' diliġenza għal ħafna snin.", "Hawn mhux se nwaħħal f'xi gvern jew ieħor, imma jekk, per eżempju, tieħu din il-famuża Bugibba - \"famuża\" għax hemm ħafna x'tikkritika fiha - tara li l-iżvilupp sar b'mod haphazard u għad hemm mains ta' l-ilma taż-żewġ pulzieri li huma ftit pulzieri taħt il-wiċċ ta' l- art fejn hemm leakages enormi.", "Fil-fatt lili jgħiduli li Bugibba hu l-post fejn l-aktar hemm leakages, imma ma tistax tagħmel l-affarijiet mil-lum għal għada, u anke f'din il-Prim Ministru għandu raġun.", "Aħna mxejna b'ċerta strateġija fejn għidna li l-ewwel nipprovdu l-ilma.", "X'imkien smajt lill-Prim Ministru jitkellem u jistaqsi għaliex il-Gvern tiegħi iddeċieda li l-ewwel jipprovdi l-ilma.", "Qal, li l-ewwel messu pprovda ftit ilma u fl-istess ħin isodd it-toqob ta' taħt l-art billi jbiddel il-kanen.", "Tista' tagħmel hekk ukoll.", "Pero' kont tasal?", "Aħna għidna li l-provvista ta' l-ilma qegħda hemm.", "Issa ejja nibdew naraw, per eżempju, dwar l- unaccounted for water, fejn il-Water Services Corporation ma ddaħħalx il- flus ta' l-ilma kkonsmat mhux għax hemm il-ħela ta' ilma minn leakages imma għax għandna l-parti l-kbira tal-meters ta' l-ilma ma jaħdmux.", "F'dan ir-rigward, il-Water Services Corporation imbarkat fuq programm biex tibdel il-meters kollha, pero' dan ma jgħodd xejn.", "Li jgħodd huwa li l-Gvern rebaħ l-elezzjoni, qabbad lil xi ħadd jagħmillu rapport li jgħid hemm il- ħofor u kemm m'hemmx finanzi.", "Għarukaża l-Water Services Corporation falluta!", "Qisha din xi kumpannija li għandha ix-shareholders.", "Ix- shareholder tagħha huwa l-Gvern u allura biex ma tkunx falluta, jekk għandha bżonn il-flus, l-Gvern irid jivvotalha l-flus.", "Veru li l-Water Services Corporation riedu iktar flus għas-sena li għaddiet u aħna għidnilhom li l-ewwel għandhom jagħmlu l-kontijiet tagħhom sew u jġbru iktar flus imbagħad naraw f'hiex inkunu.", "Mhux tiġi tgħid li l-Water Services Corporation falliet!", "Imma l-paniku li qabdu l-Prim Ministru kif poġġa fuq is-siġġu ta' prim ministru kien: X'se naqbad nagħmel?", "U allura jrid isib l-iskuża u din sabha fil-ħofor li qed insemmi.", "It-tielet ħofra hi dik tat-Telemalta fejn qalu li din hija falluta wkoll.", "It-Telemalta, kif diġa' semmejt, għamlet rivoluzzjoni u llum aħna niftaħru li fit-telekomunikazzjoni flok pajjiż tat-tielet jew tar-raba' dinja, lill- pajjiż għamilnih wieħed modern.", "Dan ifisser li tkun modern u mhux li tpaċpaċ u tgħid li se tagħmel pajjiż modern u amministrazzjoni moderna.", "Trid tagħmel l-affarijiet moderni bħalma għamilna aħna fit-Telemalta fejn illum għandna sistema ta' telekomunikazzjoni moderna.", "Hawn Malta għandna wkoll il-mobile telephone u konna minn ta' quddiem nett fl-Ewropa li bdejna bil-mobile telephone.", "U l-mobile telephone għandna bżonnu.", "Ir-rapport issa qed igħidilna li meta daħlet is-sistema tal-VAT, it-Telemalta kellha kwestjoni mal-kumpannija Telecell dwar min għandu jħallas il-VAT.", "Għaldaqstant qed igħidu li t-Telemalta qed ikollha telf mill-kumpannija Telecell.", "Lili qaluli li din is-sena t-Telemalta mhux talli li mhux se titlef mit-Telecell talli se ddaħħal xi Lm100,000 imma skond dawn għandna ħofra oħra għax it-Telemalta qed titlef il-flus.", "Ngħaddu issa għar-rapport l-ieħor dwar Enemalta fejn qalu li din hija korporazzjoni falluta wkoll.", "L-Enemalta għamlet investimenti ta' miljuni kbar fil-power station u fid-distribuzzjoni.", "Aħna ma bqajniex bl-ideat l- antiki bħal, per eżempju, li biex tgħaddi l-cables għall-Mellieħa trid tagħmilhom overhead.", "Il-bieraħ kont qed nara programm tat-television fuq il- BBC World fejn qed jgħidu li dawn li l-overhead cables qed ikunu perikolużi għas-saħħa għax minnhom toħroġ ir-radiation u għalhekk ħażin meta tgħaddihom minn fuq il-bini.", "Hekk kien isir dari imma issa l-Enemalta qalet ma tridx tibqa' tagħmel hekk.", "Fil-fatt biex issaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fin-nord ta' Malta u għal Għawdex, l-Enemalta trid twassal il-voltaġġ bil-132KV, u kif se nwasslu dan, billi tgħaddi l-cables overhead jew billi nagħmel mina?", "L-Enemalta għamlet mina u jien ħadt pjaċir nara lill-Ministru Buhagiar imur jara l-mina għax għandu jkun lanqas biss kien jaf li qegħda ssir mina.", "Aħna hekk konna qed immexxuh il-pajjiż, billi naraw x'għandu bżonn u naturalment billi nġibu l-finanzi.", "Issa se nsemmi l- aħħar waħda dwar l-Airmalta.", "Meta jien mort mal-Prim Ministru fuq l-istazzjon tar-radju RTK, dan żellaq waħda fuq l-Air Malta u qal li din ukoll qed titlef il-flus mill- core operations tagħha.", "F'ġieħ l-imħabba tagħna lkoll lejn dan il-pajjiż, jien nappella lill-Prim Ministru: Aqtagħha din li qed tgħid li kollox fallut!", "Aqtagħha għax dan id-diskors jagħmel ħsara lil pajjiżna.", "Mhux veru li l-Air Malta hija falluta.", "Huwa ħażin li toqgħod tgħid li inti għandek il-problemi u li kollox huwa fallut u danakollu biex tmexxi kif trid int. Araw jekk ħariġx xi rapport s'issa fejn qal li mhux fallut.", "L- istess, x'imkien f'dawn il-ġranet smajt lill-Prim Ministru jitkellem dwar il-Malta International Airport fejn qal li din hija falluta wkoll.", "Kulħadd fallut hawn Malta!", "(Interruzzjonijiet) S'issa semmejt sitt ħofor, l-MSU, il-Water Services Corporation, it-Telemalta, l-Enemalta, l-Air Malta, u l- MIA pero' mbagħad il-ħofra l-kbira, kbira, kbira hija l-finanzi tal-Gvern għas-sena li għadha kif spiċċat.", "Madam Speaker, hawn qalulna li hawn \"diżastru\" u l-Ministru ta' l- Ekonomija u l-Finanzi tgħidx kemm għażaq - naturalment f'sens figurattiv - biex iħaffer il-ħofra tal-finanzi tal-Gvern.", "Naturalment dan kellu l- interess li jgħid: Ara jien kif ġejt imsallab!", "Jien, il-Ministru l-ġdid responsabbli mill-finanzi, ara x'ħallewli dawn!", "Ħallewli żbilanċ kbir.", "Issa ejja naraw daqsxejn din il-ħofra ta' dan l-iżbilanċ kbir li sab il- Ministru Spiteri.", "(Interruzzjonijiet) In-numri huma dejjem numri u jekk ngħidlek għaxra din tfisser għaxra u ma tfissirx disgħa.", "Il-Ministru Spiteri qalilna li l-iżbilanċ għas-sena li spiċċat, l-1996, huwa ta' Lm112 miljun u naturalment jekk tgħodd in-numri ġġibhom Lm112 miljun.", "Pero' mbagħad tibda tistaqsi: Kif ġew dawn il-Lm112 miljun?", "Skond il-kalkoli li għamilna aħna għall-budget tas-sena li għaddiet l-iżbilanċ kellu jkun ta' Lm39 miljun, anzi kemm kemm inqas, li kien ifisser 3.2% tal-prodott gross domestiku tal-pajjiż, liema żbilanċ huwa viċin dak li jissejjaħ l-aħjar, jiġifieri tkun fi stat ottimali skond kif tqisu l-Unjoni Ewropea.", "Mela aħna għidna Lm39 miljun u bis-somom li għamel il-Ministru Spiteri ġabhom Lm112 miljun, li jfisser żieda ta' Lm73 miljun fuq id-deficit li kkalkolajna aħna.", "Kif għidt, in-numri huma numri, u meta tgħoddhom hekk jiġu.", "Pero' mbagħad tibda tfittex daqsxejn taħt in-numri biex tara kif wasalt għalihom.", "Jien se nanalizza seba' items ta' dħul tal-Gvern bid- differenzi li rriżultaw fl-aħħar tas-sena li għaddiet.", "Madam Speaker, fid-Dwana nsibu li l-estimu li kien għamel il-Gvern immexxi minni kien li s-sena li għaddiet il-Gvern kellu jdaħħal Lm35.5 miljun.", "Fil-fatt il-Ministru Spiteri qed igħidilna li l-Gven daħħal Lm 32 miljun, jiġifieri daħħal Lm 3.5 miljun inqas.", "Hawn tibda tagħmel id- domandi: Imma d-Dwana xi tfisser?", "Din tfisser illi importajna affarijiet minn barra li fuqhom jitħallas id-dazju.", "X'insibu meta naraw x'importajna s-sena li għaddiet?", "Insibu li b'kollox importajna inqas mis-sena ta' qabel, pero' r-raġuni hija għaliex dawk li jissejħu industrial goods, jiġifieri oġġetti u materja prima għall-industrija, naqsu.", "Imma fuq dawk l- affarijiet m'hemmx dazju.", "Rigward consumable goods, jiġifieri dawk li huma oġġetti ta' konsum, dawk li huma oġġetti li nsejħulhom white goods u durables, l-ammont li importajna żdied u mhux naqas u l-loġika tan-numri tgħidlek li la importajna iktar affarijiet li fuqhom jitħallas id-dazju allura kellna ndaħħlu iktar u mhux inqas.", "Imma effettivament il-Ministru qed igħid li daħħalna inqas.", "Imbagħad, min irid, jista' jipprova jfittex ir-raġuni billi jara Statement No. 1 li hemm fil-budget speech, u hemm isib li ħdejn id-Dwana u s-Sisa hemm Lm3.5 miljun inqas u r-raġunijiet li jingħataw huma: it- tneħħija ta' dazju fuq prodotti mill-Unjoni Ewropea, tnaqqis fil-bejgħ ta' banderols tas-sigaretti u ħlasijet dovuti mill-Enemalta li ma laħqux daħlu fil-ħin.", "Jiġifieri hawnhekk għandna ammont li għandha tħallsu l-Enemalta u li, kumbinazzjoni, ma laħqitx ħallsitu sa l-aħħar tas-sena.", "Ma għamlux il- kalkolu u qalu li dawn se jitħlu mill-Enemalta imma qalu li ma daħlux u naturalment b'hekk id-deficit żdied.", "L-istess meta wieħed jara l-banderols tas-sigaretti, ma nafx meta u kif jixtruhom, imma forsi dawn kienu jafu li l-Gvern se jżid it-taxxa tas-sisa u allura ma xtrawhomx jew forsi flok f'Diċembru jixtruhom f'Jannar, pero' hawn qed igħidulna li ma daħlux u allura hawn għandna probema serja ta' Lm3.5 miljun inqas mid-Dwana.", "Imma dawn l-affarijiet għandna nemmnuhom!", "Jien m'irridx ngħid li xi ħadd bagħbas iċ-ċifri, għax dan mhux tbagħbis għax x'imkien iridu jidhru, u jekk ma jidhrux din is-sena jidhru s-sena d-dieħla.", "Pero' faċli ħafna li taġġusta u tgħid: U iva, dawn ħallihom għal sena oħra biex din is-sena jidher iktar!", "Hawnhekk għandna Lm3.5 miljun li mhux qegħdin spjegati għax kieku qegħdin spjegati, kieku kont ngħid: Iva, taf x'ġaralna, in-nies ma xtrawx fridges jew hi-fi quipment jew karozzi, imma dan ma ġarax meta tqis li b'kollox importajna aktar u mhux inqas mis-sena ta' qabel.", "Allura hawnhekk bilfos trid tfittex biex issib għaliex ġara hekk.", "Imma mbagħad issib li jgħid li l-Enemalta, ma nafx kemm hu l-ammont għax m'hawnx miktub, ma laħqitx ħallsitu dan l-ammont sa Diċembru, liema ammont naturalment tħallas f'Jannar jew f'xi xahar ieħor.", "Madam Speaker, punt interessanti ieħor li rrid nagħmel fuq id-Dwana huwa dwar x'inhu jiġri, jiġifieri dan il-pajjiż qed jikkonsma inqas kif indika l- Gvern għas-sena li għaddiet - jien diġa' għidt li le!", "Pero' x'igħid il- forecast tal-Gvern għas-sena li għadna kif bdejna?", "Qal li la daħħalna biss Lm30 miljun jew Lm32 miljun fl-1996, allura s-sena d-dieħla se ndaħħlu inqas?", "Ara ma tmorrux taħsbu li qal hekk, għax l-estmu għan-1997 huwa ta' Lm42 miljun.", "Mela f'din is-sena li għadna kemm bdejna, fuq dawk l- affarijiet minn barra li fuqhom jitħallas id-dazju, il-poplu se jħallas Lm10 miljun iktar!", "Allura jiena din iċ-ċifra ma nemminhiex.", "Jiena m'iniex qed ngħid li din hija x'imbrolju, għaliex dan huwa eżerċizzju li tista' tagħmlu, pero' dan huwa eżerċizzju konformi mad-direzzjoni tal-Gvern li jgħid kemm hawn ħofor u fil-fatt żied ħofra ta' Lm3.5 miljun li ġejja min- nuqqas ta' dħul mid-Dwana.", "Dwar l-income tax, fil-budget għall-1996 konna għidna li se ndaħħlu daqs is-sena ta' qabel, jiġifieri ftit inqas minn ¥100 miljun.", "Pero' l-Gvern preżenti qed jgħid li se jdaħħal Lm93 miljun, jiġifieri Lm7 miljun inqas.", "Allura inti tgħid: X'ġara?", "X'ifisser dan?", "Ifisser li n-nies ma ħallsux it-taxxa?", "Jista' jkun li n-nies ma ħallsux it-taxxa, imma x'inhi r-raġuni li se ndaħħlu Lm93 miljun minflok Lm100 miljun?", "Jien ma ngħidx li r-raġuni hija għaliex in-nies qalgħu inqas għaliex l-istess budget speech jgħid li n- nies fil-fatt qalgħu 8% iktar mis-sena ta' qabel.", "Allura x'ġara?", "Jekk tkompli tfittex, fi Statement No 1 anness mad-diskors tal-budget, issib li hemm nuqqas ta' Lm7 miljun mit-taxxa tad-dħul kawżat prinċipalment minħabba krediti li jingħataw mid-Dipartiment tat-Taxxi Nterni in konnessjoni mal-ħlas lura ta' dazju fuq stocks relatat mal-VAT.", "Mela mhux veru li dawn is-¥7 miljun ma daħlux!", "Il-parti l-kbira minnhom dawn tawhom bħala kreditu lin-nies li setgħu kien għad għandhom id-dritt għar- rifużjoni tad-dazju li kienu ħallsu sentejn ilu qabel ma daħlet it-VAT.", "Allura għaliex dan ma wrewhx hawnhekk?", "Għaliex ma qalux li veru daħlu dawk il-Lm100 miljun - bejn wieħed u ieħor għaliex ma nafx jekk kienx hemm xi ftit inqas!", "Li minnu żgur huwa li m'huwiex veru li mill-income tax daħlu Lm93 miljun imma li daħlu iktar.", "Qed taraw kif id-deficit, il-ħofra tal-Gvern, meta toqgħod tagħżaq sewwa malajr tkabbarha!", "Issa jiena nistaqsi: Il-Gvern kif wasal għad-deċiżjoni li bir-rati ta' l- income tax li għandna - li aħna konna naqqasnihom ħafna - id-dħul mill- income tax se jonqos?", "Dan m'hu minnu xejn għaliex meta tara x'qed jgħid għas-sena li għada kif bdiet issib li d-dħul mill-income tax se jkun ta' Lm114 miljun, jiġifieri Lm21 miljun iktar mis-sena li għaddiet.", "U hawnhekk jiena ngħid: Dan x'logħob hu?", "Dawn x'affarijiet huma?", "Lil min iridu jgħidu li ma jistgħux jagħmlu l-programm tagħhom għax sabu l-ħofor kbar?", "Nerġa' ngħid li l-ħofor għamluhom huma billi qagħdu jagħżqu biex ikabbruhom.", "Imbagħad wieħed irid joqgħod tfittex biex tara kif waslu għal din iċ-ċifra li qed isemmu ta' Lm112 miljun inqas fid-dħul.", "Hemm item oħra, dik li tissejjah miscellaneous receipts - din l-item m'għandhiex isem partikolari - fejn aħna konna għidna li minnha l-Gvern kellu jdaħħal Lm17 milljun fis-sena l-oħra.", "Tafu kemm daħħal?", "Lm2 miljun biss.", "X'ġara?", "Terġa' taqbad il-ktieb u ssib li dan it-tnaqqis ta' Lm15 miljun fid-dħul seħħ l-aktar minħabba bidla fil-policy tal-Gvern dwar bejgħ ta' proprjeta'.", "Eh, il-Gvern biddel il-policy?", "Aħna konna ngħidu li l- gvern għandu jinża kemm jista' jkun minn attivitajiet li m'humiex tiegħu proprji.", "Aħna lill-gvern irridu nnaqsuh u mhux inżiduh u allura fejn hemm attivitajiet li m'humiex direttament attivitajiet ta' gvern proprju, aħna għidna li bil-mod il-mod u bil-prudenza dawn għandna niżvestu ruħna minnhom, jiġifieri nbiegħuhom.", "Aħna konna għidna li għas-sena 1996 il- Gvern kellu jdaħħal Lm17 miljun u dan il-Gvern, għax qal li biddel il- policy, daħħal biss Lm2 miljun.", "Allura din ħofra?", "Din hija deċiżjoni politika.", "Dan il-Gvern biddel il-policy tal-Gvern ta' qabel u b'hekk hu żied id-deficit tas-sena 1996 bi Lm15 miljun.", "Hekk għandu jgħidlu lill- poplu u mhux jgħidlu li sab ħofra ta' Lm112 miljun!", "Jgħidlu: Jien biddilt il-policy fuq dan l-item u għaldaqstant ma daħħaltx Lm15 miljun.", "Madam Speaker, inkomplu nagħmlu dan l-eżami tal-ħofra l-kbira li sab il-Gvern billi ngħaddi għall-item \"Korporazzjonijiet\".", "Għandna l-korporazzjonijiet pubbliċi, bħall-Enemalta, li jagħmlu qligħ u l-Enemalta hija waħda li tagħmel il-qligħ!", "M'inix ngħid li m'huwiex tajjeb li tara daqsxejn x'inhu l-infiq u li tara r-repayment programmes li għandha humiex tajbin biżżejjed.", "Dażgur li trid tagħmlu dan.", "Pero' mhux se tiġix tgħidli li l-Enemalta falluta għax nidħak!", "L-Enemalta, bi ftehim mal-Ministru tal-Finanzi, kienet qablet li għas-sena 1996 tgħaddi mill- profitti tagħha s-somma ta' Lm3 miljun.", "Għal diin is-sena jidherli kien hemm bidla - istruzzjonijiet jew deċiżjonijiet, għidilhom li trid - u l- Enemalta m'għaddietx dawn it-Lm3 miljun fl-1996.", "Allura din hija ħofra jew hija deċiżjoni oħra?", "Tista' tgħidli li kienet deċiżjoni li l-Enemalta kienet kostretta li tieħu.", "Jista' jkun dan ukoll, pero' spjegali kif ġie dan in-nuqqas, mhux qisu: Issa ara x'ġara Lm3 miljun, oħra!", "Mela hawn għandna din il-ħofra li tkabbret bi Lm3 miljun oħra!", "Madam Speaker, se nkompli billi neżamina item \"Ħlas Lura mid-Dipartimenti\" għax din hija importanti peress li jitratta fuq il-kunsilli lokali.", "Il-Gvern daħħal Lm2.8 miljun, kważi Lm3 miljun, inqas milli kien hemm fil-budget u jispjegawlna li dawn huma flus li ma tħallsux mill-kunsilli lokali kif kien previst għaliex il-kunsilli lokali ma tawx kuntratti biżżejjed jew ma laħqux ħallsu lid-dipartimenti tal-gvern.", "Hawn tqum kwestjoni fundamentali fuq il-kunsilli lokali.", "Il-politika tagħna kienet li l-gvern innaqqsulu l-poter kemm jista' jkun bid- deċentralizzazzjoni u billi jsir infiq b'aktar kontroll u accountability.", "Ħadna ħsieb nagħmlu liġi dwar il-kunsilli lokali fejn l-accountability hija fl-essenza - ma tistax taħrabha - għax il-kunsill lokali ma jistax jimpjega nies, imma biex jagħti s-servizzi tiegħu l-kunsill lokali jrid jagħti kuntratt bit-tender u għalhekk aħna qatt ma ridna li l-gvern jgħaddi impjegati tiegħu lill-kunsilli lokali.", "Jekk dak jiġri jfisser ir-rovina tal-kunsilli lokali, ir-rovina ta' dak li rnexxielna nagħmlu fit-tliet snin li ilhom imwaqqfa l-kunsilli lokali, jiġifieri li jkunu accountable, li jaraw li jagħtu value for money kemm f'kuntratti li jieħdu dipartimenti tal- gvern u anke jekk jeħduhom kuntratturi privati.", "Jekk dan il-prinċipju jitneħħa kif qed jgħidu li se jagħmlu - dan qed ngħidu minħabba dak li qal il-ministru responsabbli l-Onor.", "Charles Mangion, fis-sens li issa lill- kunsilli lokali se jgħaddilhom l-impjegati tal-gvern - dak se jkun ir- rovina ta' kif il-kunsilli lokali ma jkunux kif kien s'issa l-gvern ċentrali, jiġifieri b'ħafna dipartimenti unaccountable u ħafna skartar, kif il-Prim Ministru qed jgħid li għadhom jagħmlu l-impjegati tal-gvern.", "Il- kunsill lokali għandu l-flus biex jamministrahom u jrid jamministrahom bl- aħjar mod u fl-interess ta' l-eletturi u dan jista' jiġi żgurat billi tibqa' s-sistema tal-kuntratti.", "Mela hawn żidna ħofra oħra ta' kważi Lm3 miljun li l-Gvern ħaseb li se jħallsuhom il-kunsilli lokali għaliex kellhom jagħtu kuntratti u dan fil-fatt ma seħħx.", "Allura x'diżastru hu dan?", "Din hija l-ispjegazzjoni tal-ħofra hekk kbira li qed nitkellmu fuqha?", "Issa se jkolli ngħaġġel għax qed nara li l-ħin għaddej.", "Mil-liċenzji l-Gvern daħħal Lm7 miljun inqas milli kien previst.", "Hawn ukoll tibda tistaqsi x'inhi r-raġuni għal dan u waħda mir-raġunijiet li tingħata hija li ġew importati karozzi inqas u allura l-ammont ta' flus mir- registration tal-karozzi kien xi ftit inqas.", "Kien hemm it-taxxa fuq id- dokumenti li wkoll naqset sew.", "Hawn nistaqsu x'ġara fir-rigward tat- trasferimenti ta' l-art?", "Staqsu lin-nutara x'ġara f'dawn l-aħħar ħames xhur in expectation ta' l-elezzjoni u mbagħad x'ġara b'riżultat ta' l- elezzjoni!", "Dażgur li naqas id-dħul mit-taxxa fuq id-dokumenti!", "Il-Gvern għandu jibda jgħid: Isma' jien bil-paroli tiegħi għidt ħafna xorti li bihom ġibt ħafna konsegwenzi u allura issa rrid inbatihom.", "Issa l-Gvern irid jaħsad dak li żera'.", "Item oħra hija l-liċenzji tat-television fejn qed jingħad li l-Public Broadcasting Services m'għadditx il-flus tal-liċenzji tat-television jew għax forsi ma ġabrithomx jew għal xi raġuni oħra.", "Allura noqogħdu ngħidu kemm għandna ħofor jew inkella għandna ngħidu: Isma' ejja ndaħħlu l-flus tal-liċenzji tat-television?", "Jekk il-PBS mhix tiġbor dawn il-flus aħjar ngħidu li dawn il-flus iridu jidħlu u mhux ngħidu li d-dinja se taqa' fuq rasna u l-pajjiż jinsab irrovinat għaliex ma daħlux Lm7 miljun mil-liċenzji tat-television u mit-taxxa fuq id-dokumenti!", "Insemmu d-Deutsche Welle.", "Mur obsor!", "Il-kuntratt tad-Deutsche Welle spiċċa għax ma ridniex aktar li biċċa art bħal dik tibqa' moħlija u ma ridniex id-diżastru li kienu se jikkaġunaw it-trasmissjonijiet li jsiru minn hemmhekk.", "Veru li tlifna madwar Lm400,000 imma allura dawn huma d- diżastri kbar li qed igħidu li għandna!", "Imbagħad hemm ir-realta' kbira li tolqot fil-laħam l-ħaj, jiġifieri li mill-VAT il-Gvern daħħal Lm31 miljun inqas milli kien previst!", "Din hija ħofra vera.", "Għal din il-ħofra ma qagħdux jagħżqu biex isibuha għax sabuha hemm.", "Din il-ħofra hija riżultat tal-paroli tal-Partit Laburista li wiegħed li se jneħħi l-VAT u li issa jrid isolviha.", "Hawnhekk għandu ħofra ta' Lm31 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk il-Gvern jeżamina u jara x'inġabar f'Diċembru, f'Novembru u f'Ottubru jinduna kemm daħħal inqas mill-VAT.", "Peress li l-Partit Laburista kien wiegħed li se jneħħi l- VAT in-nies ħadu r-riskju u meta n-nies marru f'dik il-kamra ż-żgħira li m'għandhiex purtieri warajha, ftakru li l-Partit Laburista qalilhom li se jneħħi l-VAT, ħadu dan iċ-ċans u tawh maġġoranza.", "Imma issa għandu ħofra daqsxiex x'jimla!", "Din hija l-vera ħofra li żdiedet mad-deficit tal- Gvern.", "Il-Gvern kif se jiġborhom dawn il-Lm31 miljun?", "Forsi jkun hawn xi iblaħ u jgħid li l-Gvern ta' qabel esaġera għax ma jistax ikun li jista' jdaħħal Lm31 miljun.", "Għal dan għandna r-risposti u issa se naraw l- istorja qasira ħafna tal-VAT li kienet daħlet fl-1 ta' Jannar 1995, jiġifieri mhux is-sena l-oħra imma ta' qabilha.", "Fil-Budget ta' dik is- sena l-Gvern qal li se jdaħħal Lm63 miljun minnha imma meta saru l- kontijiet għal dik is-sena skoprejna li mhux Lm63 miljun daħlu imma Lm80 miljun.", "Imbagħad wara li l-affarijiet ħadu s-sura li ħadu stajna nibdew nifhmu aħjar.", "Aħna konna għamilniha ċara li l-VAT se ndaħħluha b'mod li jekk inti m'intix qed tiddikjara l-qligħ jew it-turnover tiegħek, din is- sena jew is-sena d-dieħla jew ta' warajha se tinqabad.", "Fl-ewwel sena li fiha daħlet il-VAT din kienet l-impressjoni u l-konvinzjoni ta' kulħadd.", "Kif diġa' għidt, il-Gvern daħħal Lm80 miljun minflok Lm63 miljun u dawn ma kenux ta' sena sħiħa għax il-VAT effettivament ħadmet għal xi disa' xhur.", "Meta allura għamilna l-budget għas-sena 1996, aħna għidna illi la f'disa' xhur daħħalna Lm80 miljun - konna għad m'għandniex l-esperjenza ta' kif titħaddem il-VAT u kien għad hemm ħafna teething problems - fl-1996 kellna ndaħħlu ta' sena sħiħa u għalhekk jekk iżżid terz, jiġifieri Lm21 miljun, mat-Lm80 miljun jiġu bejn wieħed u ieħor l-Lm110 miljun.", "Aħna għidna li l-ekonomija kienet se tkompli tikber, id-dipartiment se jsir aktar effiċjenti fil-ġbir u b'mod realistiku kellhom jidħlu Lm110 miljun.", "Il-verita' hi li anke l-Lm110 miljun kienet ċifra konservattiva għaliex kieku l-VAT titħallas kollha kif suppost, mhux biss il-Lm110 miljun kienu jidħlu imma kienu jidħlu aktar ukoll.", "Sinjura President, irrrid infakkar li meta daħħalna l-VAT fl-1995 konna tkellimna ċar u għidna li aħna se ndaħħlu din is-sistema ta' tassazzjoni għax pajjiżna għandu bżonnha peress li l-VAT hija sistema moderna li tintaxxa l-infiq u tiżgura li aktar ma l-ekonomija tal-pajjiż tikber awtomatikament aktar jikber id-dħul tal-gvern.", "Aħna ma konniex qed naħsbu għall-elezzjoni, lanqas għas-sena 1997 jew 1998, imma konna qed naħsbu kif se jitħallsu l-pensjonijiet u s-servizzi soċjali, mhux din is-sena imma ħames jew għaxar snin oħra!", "Aħna għidna li rridu nilqgħu mill-bogħod biex niżguraw li l-gvern ikun f'pożizzjoni li s-servizzi soċjali f'pajjiżna mhux biss ma jmorrux lura imma jkomplu jitjiebu u b'kuraġġ kbir daħħalna l- VAT, allavolja konna nafu li tista' ttellifna l-voti.", "Mhux biss għamilna l- VAT imma x'tip ta' VAT, għax jekk tara x'sistemi ta' VAT hawn fid-dinja, fit-80 pajjiż u iktar li għandhom il-VAT, issib ruxmata ta' varjazzjonijiet.", "Il-VAT tista' tagħmilha b'enormita' ta' metodi differenti, pero' aħna għażilna l-metodu l-iktar qawwi, l-iktar effiċjenti biex nikkumbattu l-evażjoni tat-taxxi.", "Issa kulħadd qed jitkellem fuq il- moralita' fiskali imma ebda gvern m'għamel daqskemm għamel il-Gvern immexxi minni biex f'pajjiżna jkun hawn il-moralita' fiskali.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Mezz ewlieni biex bil-mod il-mod, pass wara pass wara pass, f'pajjiżna noqorbu lejn il-moralita' fiskali kien l-introduzzjoni tal-VAT u dan ħadd ma jista' jmerih.", "Din hija l-verita'.", "U kellna għażliet x'nagħmlu.", "Staqsewni jekk kontx naf li mill-VAT se ndaħħlu inqas u r-risposta hija: Iva, il-Ministru tal-Finanzi kien ġie f'Lulju - jekk m'iniex sejjer żball, forsi kien il-bidu ta' Awissu - u qalli li d-dipartiment qed jgħidlu li sa l-aħħar tas-sena flok Lm110 miljun se ndaħħlu madwar Lm90 miljun u staqsieni x'se nagħmlu.", "Jien għidtlu biex niddiskutu u naraw daqsxejn aktar fil-fond u, kif għidt fil-pubbliku, nerġa' ngħid hawnhekk li aħna kellna l-użanza - fl-opinjoni tiegħi tajba ħafna tant li nistieden lill- Prim Ministru jagħmel hekk ukoll - li jien, il-Ministru tal-Finanzi u ministri oħrajn, mhux il-Kabinett kollu, niltaqgħu ġurnata l-Girgenti biex naraw l-affarijiet daqsxejn aktar fil-fond.", "Aħna konna nafu x'kienu d- dikjarazzjonijiet ta' kulħadd għas-sena 1995 - ma konniex nafu wieħed, wieħed, għax ma jinteressaniex x'iddikjara ndividwu partikolari - u stajna naraw bil-kategoriji .", "Bis-sistema komputerizzata tal-VAT, x'ħin irid il-Ministru jista' jieħu l-informazzjoni u jgħid: Ħalli nara l-bars ta' Malta x'turnover kellhom.", "Tajjeb?", "Jew jgħid: Ħalli nara l-average tat- turnover tagħhom x'kien.", "Imbagħad jista' jgħid: Ħalli nara - insemmi każ li konna dħalna fih - l-ironmongers ta' Malta kollha x'iddikjaraw u mbagħad jagħmel il-paragun.", "Jista' jgħid: Ħalli nara l-avukati kollha x'iddikjaraw għall-finijiet tal-VAT.", "Seta' jgħid: Ħalli nara t-tobba jew l-accountants jew tal-fran x'iddikjaraw jew ħalli lil dak u lill-ieħor.", "Meta aħna rajna l-konvinzjoni tagħna kienet: Eh, dak li qed jgħid il- Malta Labour Party bdew jemmnuh in-nies, bdew jgħidu li jekk nivvotaw lil dak veru ma jagħfasniex bil-VAT.", "U dan aħna fhimnih u għaldaqstant kellna deċiżjoni x'nieħdu.", "U jien, kif nagħmel f'ċirkostanzi bħal dawn, lil sħabi għidtilhom: X'inhu sewwa?", "Mhux x'jaqblilna fl-elezzjoni, imma x'inhu sewwa?", "Għax dak huwa l-bottom line li trid tiddeċiedi fih.", "X'inhu dak li hu sewwa għall-pajjiż?", "Li aħna ngħidulhom: U iva, issa skansajtuha ma ġara xejn u ma jimpurtax, basta nirbħu l-elezzjoni.", "Id-deċiżjoni tiegħi u tal-ministri li kien hemm, li wara kienet ġiet konfermata fil-Kabinett, kienet li aħna ninforzaw il-liġi.", "Dik kienet ir-risposta meta aħna sirna nafu li hemm evażjoni u b'hekk tlifna l-elezzjoni bl-unuri għax aħna veru rridu l-moralita' fiskali.", "Min ħareġ bl-għajta li se jneħħi l-VAT huwa politikament diżonest u immorali għax m'huwiex jimxi fl-aħjar interess tal- poplu.", "Mexa biex iġib il-voti u il-voti ġabhom u rebaħ l-elezzjoni, imma issa għandu ħofra ta' Lm31 miljun inqas li ma rnexxilux jiġbor f'din is- sena u jrid jara din il-ħofra kif se jimliha u mhux għal din is-sena biss.", "Issa naraw x'se jiġri fuq il-VAT u nitkellem fuq dan aktar tard.", "X'inhu l- qofol ta' dan kollu li għidt?", "Jekk wieħed jgħodd dawk iċ-ċifri kollha li semmejt - ma naħsibx li hawn xi ħadd tant dilettant li qagħad jgħoddhom - imbagħad inaqqashom mit-Lm73 miljun extra deficit li kien hemm isib li baqa' deficit extra ta' Lm10 miljun biss.", "Imbagħad jekk wieħed irid jagħmel eżerċizzju ieħor, - jekk jiddelitta bin-numri - jinduna li fid-dħul tal-gvern kien hemm żidiet ukoll.", "Daħħalna Lm3 miljun mill-Bank Ċentrali aktar milli kien hemm fil- budget, daħħalna Lm2 miljun oħra mill-bolla tan-national insurance għax l- attivita' tal-ħaddiema tagħna kompliet tikber tant li l-gvern daħħal Lm2 miljun aktar.", "Kien hemm Lm5 miljun oħra li ġew minn għotjiet mill- protokolli finanzjarji li għandna ma' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u oħrajn.", "Hawn tibda tinduna kif din iż-żieda fil-ħofra tad-deficit, ta' l- iżbilanċ, tal-gvern tisparixxi kieku l-VAT tħalliet taħdem, kieku ma webbiltx lin-nies biex jevitawha u jevaduha.", "Issa l-gvern irid jara x'se jagħmel.", "Sinjura President, naħseb li huwa ċar minn dan il-Budget li meta l-Partit Laburista sab ruħu fil-gvern induna li ma jistax iwettaq dak li wiegħed u allura ried isib il-mod kif iwaħħal fil-Gvern ta' qabel.", "Il-verita' hi li l-Partit Laburista ma kienx ippreparat biex jieħu l-gvern f'idejh, ma kellux pjan konkret ta' azzjoni, ma kienx jaf x'se jagħmel fl-ewwel u fit- tieni ġurnata, anzi fl-ewwel mitt ġurnata, il-famużi first hundred days li bihom ħafna drabi jitkejlu l-gvernijiet il-ġodda.", "The first hundred days are practically over, għalkemm naħseb li għad baqagħlu xi ħaġa żgħira, madanakollu f'dawn l-ewwel mitt ġurnata ta' dan il-Gvern ħlief rapporti li jgħidulna kemm hawn ħofor kbar m'għandniex.", "Imma x'se jagħmel dan il- Gvern?", "Dan il-Gvern fejn se jwasslu lill-pajjiż?", "Mill-budget tipprova tiskopri hemmx xi ideat jew hemmx xi ħaġa konkreta li tispira u tħeġġeġ lill-poplu.", "Imma fejn huma dawn l-ideat?", "Fejn hu dan l-entużjażmu?", "Fejn huma dawk l-ideat ċari li suppost għandu partit li kien ilu għaxar snin jipprepara ruħu biex ikun fil-gvern?", "Dawn ma jeżistux.", "Jien nitħassru lill-Ministru Spiteri li kellu jiġi f'dan il-Parlament - mhux għax daħal issa qed ngħid hekk imma b'kumbinazzjoni - u minflok ma jagħmlilna diskors li jqajjimna lkoll, fejn fih jgħidilna li pajjiżna se jimxi 'l quddiem, li għandna fiduċja f'pajjiżna ...", "(Interruzzjonijiet) Le, dawn joqogħdu attenti li ma jgħidux li hawn sterilita' u lanqas igħidu li qed jissikkaw iċ-ċintorin, allavolja fil-fatt qegħdin jissikkawh.", "Madam Speaker, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari l-lejla smajt lill-Onor.", "Austin Gatt jagħmel mistoqsija supplimentari fuq il-Pulizija u fi press release rajna li mhux veru li lill-pulizija neħħewlhom l-overtime.", "Imma dawn b'min qed jidħku!", "Dawn qalulhom diġa' li ...", "(Interruzzjonijiet) Grazzi.", "L-overtime li jrid isir bilfors isir.", "Anke li l-overtime huwa ħela hija fissazzjoni.", "Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi żgur li jaf - u naħseb li l-Prim Ministru staqsa wkoll fuq dan - li jekk tieħu l-overtime kollu li tħallas is-sena li għaddiet issib li l- overtime fil-gvern kollu kien ta' madwar Lm5 miljun.", "Dażgur li Lm5 miljun huma flus!", "Imma issa minn dawn il-Lm5 miljun trid tara kemm hemm minnhom li huwa overtime li ma tistax tevitah bħal, per eżempju, l-overtime tan- nies li jaħdmu fl-isptarijiet ma tistax tevitah u hawnhekk jekk tieħu l- kategorija tan-nurses issib li aħna żidna - jew ma nafx x'għamilna - ma' dak l-agreement li għamlu ta' qabilna biex in-nurses ma jaħdmux 40 hour week imma jaħdmu 48 hour week.", "Aħna dan għamilnih biex dawn jakkomodaw lilna billi jaqdu lill-pazjenti, jiġifieri hemm elementi li ma tistax ma tħallasx overtime għalihom.", "GĦalhekk b'din il-famuża idea li se nsalvaw lill-pajjiż mid-diżastru finanzjarju u mill-ħofor illi wiret dan il-Gvern għax se nneħħu l-overtime qegħdin nidħku bina nfusna, anzi l-Gvern qed jidħak bih innifsu.", "Jien m'iniex qed ngħid li ma għandux jaqta' l-overtime għax biex niftehmu ċar, fejn hemm ħela u fejn hemm abbużi dan il-Gvern jagħmel sew li jaqta' l-overtime, kif wara kollox ipprovajt nagħmel jien ukoll.", "Pero' mbagħad lanqas ma rridu mmorru n-naħa l-oħra u ngħidu li s- soluzzjoni tal-problemi huma li naqtgħu l-overtime għax dan m'huwiex veru għax fil-fatt issa kont qed nara xi dokument jew xi risposta parlamentari - ma nafx minn fejn qrajtha eżatt - u sibt li ħafna mill-impjegati tal-gvern jitħallsu allowances aktar milli jitħallsu overtime,.", "X'inhuma dawn l- allowances?", "L-allowances huma dawk il-ħafna collective agreements li għamilna mal- kategoriji kollha tal-gvern tul dawn l-aħħar ħames snin - issa qed niftakar li din ta' l-allowances qrajtha fil-budget speech - illi minħabba raġunijiet tekniċi ta' kif tagħmel l-agreements, ħafna agreements jgħidu li minflok ma tagħti salarju biss, wieħed għandu jkollu l-basic salary plus allowance.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball dawk l-allowances jammontaw għad-doppju ta' l-overtime kollu li jitħallas mill-Gvern.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti għax għalkemm insemmu kemm kien hawn ħela u ħlief b'ħela u bi tberbiq ma nisimgħux, meta mbagħad nagħsru l-affarijiet insibu li fil- fatt il-problemi m'humiex dawk.", "Jien m'iniex qed ngħid li fejn hemm it-tberbiq dan ma għandux jiġi kkontrollat.", "Jien hekk ipprovajt nagħmel u nawgura li f'dan ir-rigward il- Gvern jirnexxielu aktar minni.", "Huwa tajjeb li l-ħaddiema ma jiskartawx, imma tafu kemm trid titħabat hux u kemm trid tħabbat wiċċek ma' unions malli tibda tagħmel iċ-charges meta xi ħadd jiskarta!", "Jekk taqbad il-files tad-dixxiplina fejn fihom hemm in-nies li ġew imħarrka għax ma kenux fuq il- postijiet tax-xogħol issib li mbagħad dawn jgħaddu bord u, ma nafx kif, jiġu liberati.", "Hawnhekk jien m'iniex qed nagħti tort liċ-chairmen tal- boards.", "Dawn veru huma problemi pero' mbagħad ma rridux immorru bl-idea li l-problemi tal-pajjiż huma t-tberbiq, f'overtime u f'mobile telephones.", "Innaqqsu n-numru tal-mobile phones, mela dawk irvinawh pajjiż!", "Dawn affarijiet!", "Dan bħal meta min għamel ir-rapport tat-Telemalta - hawnhekk bilfors li tidħak - irrimarka u qal: X'għarukaża, iċ-chairman u ċ-chief executive kellhom tliet mobile phones GSM!", "Issa li inti tikkritika lit-Telemalta għax fl-uffiċju taċ-chairman u taċ-chief executive kien hemm tliet mobile phones GSM tkun wasalt proprju fl-aktar affarijiet redikoli.", "Il-mobile phones GSM huma sistema tat-telefonija fejn prattikament it-telephone tinqeda bih kullimkien u nispera li f'Malta dalwaqt jidħlu dawn il-mobile phones.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li fil-programm kien hemm li dawn se jidħlu għall-ħabta ta' Mejju.", "Fil-fatt, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm telephone GSM u meta jien mort l-Awstralja, Singapore, Hong Kong u ċ- Ċina, kull fejn mort bit-telephone GSM kont taqbad ma' fejn trid.", "U dawn skandalizzaw ruħhom għax iċ-chairman u ċ-chief executive għandhom tliet telephones GSM!", "Imma din x'mentalita' hi!", "Sinjura President, aħna ma ġejniex hawn biex nitkellmu fuq il-passat imma biex nitkellmu fuq il-futur, u x'hemm fuq il-futur f'dan il-budget?", "ONOR.", "MEMBRU: Baħħ!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Hemm il-baħħ, kif qed jgħidli xi ħadd minn hawn wara.", "Aħna kellna sens ta' direzzjoni preċiża u se nibqgħu nagħmlu enfasi illi s-sens ta' direzzjoni kellu jkun, u għandu jibqa', li nwasslu lil Malta biex din tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa l-essenza għall-pajjiż.", "Issa jien nieħu pjaċir nara lill-Gvern jitgħawweġ, bending over backwards, kif jgħidu bl-Ingliż, biex jassigura lil kulħadd li hu mhux se jitbiegħed mill-Ewropa u jagħmel tajjeb li jgħid hekk.", "Pero' m'huwiex biżżejjed li jgħid hekk għax irid jasal għall-pass li twasslek il-loġika għalih, jiġifieri li tgħid: Iva, nistennew - jekk il-Gvern jidhirlu li jrid jistenna - għax finalment Malta trid tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma l-affarijiet ta' essenza.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Madam Speaker, kif semmejt il-bieraħ u kif se nerġa' ngħid illum, jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea m'aħniex se nieħdu l-benefiċċji li tagħti l- Ewropa.", "Dan diġa' pprova jagħmlu Prim Ministru Laburista ieħor, l-Onor.", "Dom Mintoff, billi kien kiteb lil James Callaghan u bagħat jgħidlu biex jara kif jagħmel u jirranġalu biex jagħtuh ftit għajnuna mill-fondi strutturali.", "Fil-fatt dan kien irrispondih lura u qallu: Ma tafx li intom m'intomx membri!", "Dawk il-fondi mhux għalikom qegħdin.", "Ngħidu kemm ngħidu u nersqu qrib kemm nersqu qrib ta' l-Ewropa, x'ifisser dan id-diskors?", "Jista xi ħadd jgħidilna xi jfisser għax jien ma nafx xi jfisser.", "Il-Gvern jgħid li għandna nżommu qrib l-Ewropa kemm jista' jkun.", "Jien għalija \"qrib l-Ewropa\" tfisser li tieħu l-vantaġġi li toffrilek l-Ewropa.", "L-ewwel vantaġġ hu li inti ssemma leħnek, li jkollok vuċi fil-kapitlu - kif ngħidu bil-Malti jew bil-Taljan - u li tkun hemm biex tiddeċiedi ma' l-oħrajn.", "L- Ewropa x'tiddeċiedi?", "L-Ewropa tiddeċiedi l-ewwelnett il-livell ta' l- għajxien tal-popli tagħha għax l-iskop ewlieni tagħha huwa li trid li bil- mod il-mod, pass wara pass wara pass - kif iħobb jgħid il-Prim Ministru - il-popli membri tagħha jkollhom l-istess livell ta' għajxien.", "Il-Partit Nazzjonalista hekk jemmen li aħna rridu nkomplu ngħollu l-livell ta' l- għajxien tal-poplu tagħna u mhux nikkuntentaw b'dak li għandna billi nagħtu aktar ġid lill-poplu tagħna.", "Min jara x'ġara fl-Unjoni Ewropea jaf li dan qed jiġri fil-pajjiżi membri bħal, ngħidu aħna, fl-Irlanda, fil- Portugal, fil-Greċja u fi Spanja.", "Sibu ktieb u araw kemm l-Irlanda ħadet f'għajnuna kemm ilha membru.", "L-Irlanda ħadet Lm9,000 miljun u dawn il-flus ħadithom biex, per eżempju, jirranġaw it-toroq, jibnu kanali ta' l-ilma, għall-biedja u anke għat-trasport.", "Ma għandi l-ebda dubju li kieku aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea konna nkunu nistgħu ngħidu li, per eżempju, Għawdex għandu dritt ikollu l-istess livell ta' għajxien ta' Malta u peress li għal dan il-għan għandna bżonn ta' vapuri nitolbu l-għajnuna għax-xiri tagħhom.", "Tgħidilhom li jiswew Lm20 miljun u jgħidulek: Iva nagħtuk 80% minnhom.", "Din kienet il-viżjoni tagħna.", "Anke meta sar dan il-famuż avis, jiġifieri l-parir fuq x'tieħu Malta jekk tidħol membru, bil-kalkoli ta' dak iż-żmien kienu qalulna: Iva tieħdu Lm34 miljun fis-sena.", "Dik tfisser sħubija fl-Unjoni Ewropa.", "Issa aħna għalfejn għalaqna l-bieb?", "Għalfejn dan il-Gvern qed jgħid u jibqa' jgħid li ma jridx jidħol fl-Ewropa?", "Irid ikun hemm, imħakkek kemm jista' jkun, imma wara l-bieb, barra mhux ġewwa!", "U kemm tħabatna aħna!", "Imbagħad igħidulna li ma dħalnix - sfortunatament huwa veru - għal ħafna raġunijiet li semmejnihom elf darba u li m'hemmx għalfejn noqgħod insemmihom illum.", "Pero' hi realta' illi kieku aħna diġa' dħalna fl-Ewropa, diġa' qed nieħdu l- benefiċċji, anke dawk finanzjarji, li ġġib magħha s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Imma dan il-Gvern ma jridx u jiena ngħid: Mhux forsi wasal iż- żmien li f'dan il-pajjiż, fuq issues li huma ta' importanza fondamentali u nazzjonali - mhux għal-lum biss imma għal għada wkoll - għandna nsibu consensus?", "Jiena darba kont għidt li wara kollox il-Partit Laburista u l- Partit Nazzjonalista m'humiex 'il bogħod fl-ideat fuq l-Ewropa, imma kienu qalu: Dażgur li qegħdin 'il bogħod, ma naqblu f'xejn.", "Issa qed imur il- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin l-ġdid u jgħid: Għax aħna m'aħniex 'il bogħod.", "U veru li m'aħniex 'il bogħod.", "Irid ikollok il-kuraġġ li tgħid: Iva, aħna dik hi d-destinazzjoni finali tagħna għax dik tagħmel il-ġid, inkella se jiġrilna li se naqgħu lura u jekk l-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' l-Ewropa ta' Lvant jidħlu qabilna aħna jkollna problema kbira ta' kompetittivita' ta' l-industrija tagħna u ħafna problemi kbar oħra.", "Jien għalhekk nistieden lill-Gvern u ngħidlu: Issa li rbaħt l-elezzjoni fuq din il-platform, jiġifieri li beżżajt lin-nies li jekk nidħlu fl-Ewropa tal-ħwienet u l-bdiewa se jbatu - li fil-fatt m'hu veru xejn, imma rnexxielek tirbaħ - u issa, li int stess qed tħoss il-bżonn li ma titbigħedx mill-Ewropa, u hawnhekk qed tagħmel ħaġa tajba, fix-xhur li ġejjin ejja naraw tabilħaqq x'jaqbel lil pajjiżna.", "Min-naħa tagħna m'għandna l-ebda dubju fuq dak li jaqbel lil pajjiżna.", "Jien naħseb li l-Partit Laburista wkoll miexi 'l hemm u, għalkemm għadu ma wasalx, hemm bżonn li jasal hu wkoll.", "Nistaqsi, x'hemm fil-budget li jagħti fiduċja lill-industrija tagħna b'xi miżuri ġodda ta' kif dan il-pajjiż jista' jkabbar l-ekonomija tiegħu.", "Jekk taqbad tfittex ma ssib xejn minn dawn u hawnhekk tara d-differenza kbira minn dak li għamilna aħna sena wara l-oħra fis-snin li għaddew.", "Aħna għamilna riforma fiskali fil-pajjiż billi l-income tax l-ewwel niżżilniha minn massimu ta' 65% għal 35%, imbagħad għenna lil dawk li jaħdmu, per eżempju fid-Dockyard jew x'imkien ieħor, u għandhom l-overtime jew lil dawk li għandhom part-time billi għamilnielhom rata ridotta ta' l-income tax.", "Fil-każ tan-nisa li jmorru jaħdmu - għax għall-ekonomija hemm bżonn li x-xogħol jitkattar - tajnihom rata ridotta ta' income tax fuq id-dħul tagħhom u, sena wara l-oħra, rajna kif ngħinu biex inżidu l-inċentiv għal min irid jaħdem biex ikun jista' jaħdem dejjem aktar.", "Diġa' semmejt, u se nerġa' nagħmel riferenza għaliha għax hija parti importanti ħafna mir-riforma li għamilna, li meta daħħalna l-VAT, fl-1995, fil-budget ta' l-istess sena konna għamilna emenda fil-liġi ta' l-income tax fejn għidna li aħna rridu l-moralita' fiskali u li aħna rridu neqirdu l- evażjoni tat-taxxa fuq id-dħul.", "Għal dan il-għan konna għidna li għamilna formola, li sejjaħnielha \"dikjarazzjoni spontanja\", fejn għidnielhom li rridu li kulħadd jgħid il-verita' fuq il-bażi ta' l-1994.", "Min kien jagħmel din id-dikjarazzjoni u jassigurana li d-dikjarazzjoni tiegħu għas-sena 1994 hija tajba, aħna naslu biex naqtgħulu l-arretrati kollha billi ngħidu li s- sena ta' qabel id-dħul kien jiġi 80% ta' dak ta' l-1994, tas-sena ta' qabel 10% inqas u tas-sena ta' qabel 10% inqas.", "Konna għamilna kalkolu li minn din il-miżura l-gvern kellu jdaħħal dik is-sena madwar Lm10 miljun imma meta għaddiet is-sena fil-fatt skoprejna li effettivament konna daħħalna Lm2 miljun biss.", "X'ġara?", "Ġara li kienet qabdet sew il-kampanja ta' l- Oppożizzjoni li bdiet tipperswadi l-opinjoni pubblika li se jneħħu l-VAT.", "Allura ma kienx hemm l-interess li wieħed jagħlaq il-kontijiet biex jirregolarizza ruħu mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni għax il-mezz kif dawn jistgħu jaqbduh kien se jispiċċa.", "U allura ħadu ċ-ċans.", "Madam Speaker, nerġa' nistaqsi, x'hemm fil-Budget li jitkellem fuq il-moralita' fiskali?", "Tiskanta li minflok ma' l-Gvern qal li s-sistema tal-VAT hija sistema li ġġib moralita' fiskali u allura se jsaħħaħha, x'qalilna?", "F'paġna 92 qalilna, per eżempju, li se jagħmel Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali.", "Aħna ngħidulu: Għamel kummissjonijiet kemm trid għall-moralita' fiskali, pero' jekk taħseb li billi titkellem fuq il-Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali n-nies se jkunu onesti, qed tqarraq bik innifsek.", "Jien smajt lill- Onor. Spiteri fuq it-television fil-programm \"Topik\" u, kważi minn taħt l- ilsien, qal: Anke l-Knisja għadha ma tkellmitx biex tgħid kemm hi importanti l-moralita' fiskali.", "Il-Knisja ilha elfejn sena tgħid li għandek tħallas lil Ċesare dak li hu ta' Ċesare!", "Barra minn hekk jekk qrajtu l-katekiżmu l-ġdid, il-Knisja tgħidlek li huwa dnub gravi li inti tevadi t-taxxa.", "Jien naħseb li dan ma jgħoddx jekk tevadi xi ħaġa żgħira b'diżattenzjoni.", "Meta inti tevadi t-taxxa tkun qed tonqos mill-karita' kristjana.", "B'danakollu n-nies xorta waħda għadhom jevadu t-taxxa, pero' issa li se jkollna l-Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali, se jisbaħ il-jum meta fil-għodu kulħadd se jibda jkun onest.", "Madam Speaker, fil-Budget Speech il-Ministru Spiteri kompla jgħid li se jagħmel Aġenzija Fiskali.", "Anke aħna kellna ċerta idea ta' kif tikkoordina l-ġbir tal-finanzi, pero' issa ġejja l-proposta l-goffa.", "Il-Ministru qal li mbagħad se jemenda l-liġi ħalli ladarba dan huwa serq soċjali, min jevadi t-taxxa jiġi meqjus li qed jikkommetti reat kriminali.", "Din hija xi ħaġa ġdida?", "Din m'hija ġdida xejn għax meta fl-1972 dan il-Parlament kien għamel l-amnestija li tiddikjara l-assets - u affarijiet oħra bħal dawn - kont tħallas 3% u jaħfirlek l-imgħoddi filwaqt li jekk tiddikjara ħażin kont tmur sentejn ħabs.", "Imma ħadd ma mar il-ħabs, tafux!", "Pero' ara ma tmorrux taħsbu li kulħadd għamel dikjarazzjonijiet tajba!", "Jiġifieri jekk il-Ministru Spiteri jaħseb li se jaqta' l-evażjoni għaliex se jgħid li dan huwa serq soċjali u li n-nuqqas ta' ħlas ta' taxxa se jagħmlu reat kriminali, naħseb għadu mhux qed jgħix b'saqajh it-tnejn ma' l-art.", "Jien ma neskludix li jkun hemm ċerti każijiet serji ta' frodi fiskali li jkunu jimmeritaw din il-piena, anzi safejn naf jien dan diġa' jeżisti fil-liġi - m'iniex ċert konniex biddilniha imma safejn naf jien diġa' jeżisti - imma li tgħid li din hija l-miżura kif iġġib il-moralita' fiskali, naħseb li assolutament ma tkunx ħaġa realistika.", "Sinjura President, dan il-Gvern tela' bil-wegħda li se jraħħas il-ħajja u x'għamel f'dan ir-rigward fl-ewwel budget tiegħu?", "Żied il-prezz tal- petrol, tad-diesel, tal-pitrolju, tal-liċenzji tal-vetturi, tar- reġistrazzjoni tal-vetturi, tas-sigaretti, ta' l-ilma u tal-posta.", "Jien naħseb li veru jrid ikollok ċertu ardir li tkun għadek ġej rebbieħ minn elezzjoni u kulma tagħmel huma miżuri proprju opposti ta' dawk il-wegħdiet li inti tkun għamilt.", "L-ikbar wegħda kienet it-tneħħija tal-VAT.", "F'din id-direzzjoni x'se jagħmel dan il-Gvern?", "Naturalment il-kliem għadu hemm u l-Ministru Spiteri ma setax jagħmel mod ieħor milli jgħid: \"Se nneħħu l-VAT\".", "Pero' diġa' għaddew tliet xhur u fl- ewwel tliet xhur suppost kien hawn ħafna konsultazzjonijiet ma' kulħadd biex ħalli mbagħad, fit-tieni tliet xhur, jagħmlu l-liġi biex titneħħa l- VAT.", "Il-verita' x'inhi?", "Jien stagħġibt mhux ftit meta nhar it-Tlieta mal- Ministru Spiteri kien hemm is-Sur Vince Farrugia, id-Direttur Ġenerali tal- GRTU li qallu: X'inhu, kkonsultajt?", "B'min qed tidħak!", "Ma' min ikkonsultajt?", "Issa jekk kien hawn xi ħadd li ħadha qatta bla ħabel fuq il- VAT u qal lin-nies biex jivvotaw kontra l-Partit Nazzjonalista għaliex il- Partit Laburista se jneħħi l-VAT, kienet il-GRTU.", "Miskin, Vince Farrugia kellu programm - fuq ma nafx liema FM radio li jien smajt biċċa minnu - u tgħidx kemm qala'.", "Qallu: Ikkonsultajt fi tliet xhur?", "Qallu: Darba ltqajt magħna, darba.", "X'konsultazzjoni hi din?", "(Onor. Membri: Hear, hear) X'konsultazzjoni hi din?", "Qallu: Jekk se tneħħiha għalfejn tħalliha agunija?", "Ministru Spiteri, daqsxejn kuraġġ u neħħiha u għidilna x'se tagħmel għax qatt m'għidtilna xejn.", "Se tagħmel white paper, imma x'serjeta' ta' gvern dan!", "X'serjeta' ta' partit dan li jsib ruħu fil- gvern b'wegħda waħda u qawwija, dik li jneħħi l-VAT, li ġabitlu l-voti u saħansitra tagħtu maġġoranza assoluta u tliet xhur wara għadu ma jafx x'se jagħmel, jew aħjar, ma jafx kif se jaħbi l-verita'.", "Għaliex il-verita' hi li l-VAT se tibqa'.", "Dik hi l-verita'.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Meta taqra l-ispeech tal-Ministru Spiteri tinduna li l-VAT se tibqa' għaliex il-VAT ma tfissirx il-liġi li għamilna aħna fil-forma preċiża li hi imma l-VAT tfisser metodu ta' tassazzjoni.", "Per eżempju, element ewlieni ta' dan il-metodu ta' tassazzjoni huwa li inti tesiġi li jkun hemm il- fiscal cash register, jiġifieri li kull operazzjoni li ssir trid tiġi reġistrata u aħna hekk għamilna.", "Għamilna l-fiscal cash register b'mod li anke min ma jħallasx il-VAT - jekk inhi attivita' eżenti bil-liġi kif inhi, bħal ngħidu aħna, xi ħaġa konnessa ma' l-edukazzjoni jew mas-saħħa - għandu l-obbligu li jagħtik l-irċevuta fiskali għaliex l-iskop tal-VAT huwa eżattament li tikkontrolla billi tagħmel ħiltek biex iddaħħal il-famuża espressjoni \"moralita' fiskali\".", "U x'qalilna l-Ministru Spiteri?", "L- ewwelnett, x'qalulna qabel l-elezzjoni, inkluż il-Prim Ministru?", "Kien qal: \"Eh, din il-kwestjoni tiġi deċiża b'konsultazzjonijiet wara l-elezzjoni\".", "Pero', l-Ministru Spiteri issa qalilna f'paġna 80 tal-budget speech - ħalli naqralkom biex jekk forsi xi ħadd ma semax sew jerġa' jismagħha:", "\"Għalhekk irridu li kull min ibiegħ prodotti jew jipprovdi servizzi .... \"", "(Interruzzjonijiet) Jien kont ngħinek.", "Inti qrajtu tajjeb taf, u bil- kalma kollha.", "\" ... jkollu l-obbligu li jkun reġistrat biex jagħmel dan ...\"", "- mela l-ewwel ħaġa trid tirreġistra -", "\".... u li jagħti riċevuta fiskali ta' kull ħlas li jirċievi.\"", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela se tneħħuha l-VAT!", "Jiena ngħid li mhux veru se jneħħuha, inkella nistieden lill-Ministru Spiteri jirriżenja issa.", "Dan għaliex malli qed idaħħal li f'kull attivita', jekk inti tbiegħ u jekk inti tagħti servizz trid tagħti riċevuta fiskali, jiġifieri riċevuta uffiċjali li jiċċekkjahielek id-Dipartiment tat-Taxxi Nterni u li inti ma tistax tevadiha, jekk imbagħad din ma jagħmilhiex allura jkollu jirriżenja, u jekk jagħmilha jkollu jirriżenja xorta għaliex tela' bil-wegħda li se jneħħi l-VAT u dan huwa l-element essenzjali tal-VAT.", "Inti se tkompli tintaxxa lil kull min jagħmel xi servizz kif ukoll lil min ibiegħ il- prodott.", "Dan hu l-qofol tal-VAT, pero' naturalment hemm affarijiet oħra, għax fis-sistema tat-taxxa nnifisha hemm dik li tissejjaħ audit trail, jiġifieri li tara x'jiġri f'kull stadju tal-proċess minn meta l-prodott jiġi minn barra, jinħadem, jinbiegħ u fl-aħħar jispiċċa għand il- konsumatur.", "Nhar it-Tlieta fil-programm \"Topik\" l-Onor.", "John Dalli staqsa lill- Ministru Spiteri: \"Imma l-audit trail se tneħħih?\", u l-Ministru Spiteri kien pront qal: \"Le, dażgur li le, l-audit trail se jibqa'.\".", "GĦalhekk lill-Ministru Spiteri ngħidlu li jagħmel kemm jagħmel white papers, hawnhekk qed jgħid li l-VAT se jħalliha u mhux se jneħħiha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Intom dħaktu bil-poplu u kontu diżonesti politikament.", "(Interruzzjonijiet) Iva qed nidbaqbaq!", "Mela ħalli nipprova nżomm il-kalma bħal meta l-Ministru Spiteri qara d-diskors tiegħu, għalkemm meta ma tkunx qed taqra l-foga aktar tiġik malajr.", "Imma nerġa' nistaqsi: Il-VAT se jneħħuha?", "Issa għamlilna dikjarazzjoni oħra u qalilna li biex ma jkunx hawn inċertezza fil-pajjiż id-dazju se jkun ta' 15%.", "Imma l-VAT m'hix 15%?", "Jiġifieri, minflok se jsejħulha VAT se jsejħulha dazju!?", "Imma jekk inhu hekk imbagħad naraw il-konsegwenzi għaliex kif inhi l-VAT, id-dazju tieħdu lura.", "Pero' din hija kwestjoni oħra.", "Sinjura President, qegħdin naraw li l-Partit Laburista tela' b'ċerti għajtiet li f'dawn l-ewwel mitt ġurnata tiegħu fil-gvern għadu ma qalilniex li se jimplimentahom, anzi l-indikazzjonijiet huma li m'humiex se jimplimentaw il-wegħdiet prinċipali tagħhom.", "Nerġa' ngħid, li f'dan il- pajjiż irridu nidraw ikollna kunsens nazzjonali, jiġifieri li jkollna qbil fuq l-affarijiet importanti.", "F'dan l-istadju jiena nistieden lill-Gvern jiffaċċja r-realta' għax irridu naraw kif is-sistema tal-VAT taħdem l- aħjar.", "Fil-programm elettorali tagħna aħna konna għidna li la issa daħlet is-sistema tal-VAT u nafu x'inhuma d-dikjarazzjonijiet tan-nies, issa nistgħu neżentaw ċerti attivitajiet.", "Wieħed minn dawk li ċempel lis-Sur Vince Farrugia fuq l-istazzjon \"Live FM\" qallu li jbiegħ l-imqaret fil- festi u jiena naħseb li dan għandu raġun li jiġi eżentat, imbasta m'għandux xi confectionery x'imkien u jagħmel, ma nafx kemm, affarijiet oħra.", "Jiena nappella bis-serjeta' lill-Gvern sabiex nagħmlu eżerċizzju veru.", "It-taxxi għandna bżonn niġbruhom, hu min hu fil-gvern, u rridu nħallsu s-servizzi soċjali u l-pensjonijiet u għada se jkollna bżonn iktar mil-lum .", "Mela ejja nkunu serji u ngħidu li veru rridu l-moralita' fiskali u nagħmlu liġijiet biex veru kulħadd iħallas dak li hu dovut.", "Sinjura President, il-miżuri diġa' semmejthom, pero' dawn huma ta' mistħija għal dawn in-nies li għadhom telgħin fil-gvern.", "Jekk nieħdu l- karozzi nsibu li żdiedet it-taxxa tar-reġistrazzjoni u żdiedu l-liċenzji.", "Żdiedu l-liċenzji fuq muturi tal-baħar, se jiżdied il-prezz ta' l-ilma li nixorbu - m'inix ngħid li jagħmel ħażin li jżid l-ilma għal dawk li jipproduċu l-ilma biex imbagħad nixorbuh, pero' anke hawn irid jara daqsxejn din xi tfisser - żdiedet il-posta, is-safar żdied b'Lm4, is- sigaretti b'10ċ-il pakkett kif ukoll ix-xorb u l-petrol.", "Dawn m'humiex żidiet żgħar.", "Sinjura President, iż-żieda fuq il-prezz tal-petrol ordinarju hija ta' 14%.", "(Interruzzjonijiet) Eżattament, daħħal il-VAT hemmhekk.", "Fuq il-petrol bla ċomb iż-żieda hija ta' 9% u fuq id-diesel 6%.", "Hawnhekk irridu niftakru l-effett li dawn se jkollhom fuq l-għoli tal-ħajja u hawn lill-Ministru ngħidlu li l-ħajja bil-budget li għamel żgur se togħla b'mhux inqas minn 1%.", "B'dawn il-miżuri bilfors li se jkollna għoli tal- ħajja ta' almenu 1% u dan minbarra l-għoli tal-ħajja f'affarijiet li jiġu minn barra u minħabba ħafna affarijiet oħra!", "Dawn huma miżuri diretti ta' dan il-Gvern li tela' bl-għajta li se jraħħas il-ħajja imma li fil-fatt qed jieħu miżuri li jgħollu l-ħajja.", "Il-pitrolju, li se jiżdied bi 28%, jintuża kemm minn ċerta kategorija ta' l-istrata soċjali tagħna kif ukoll mill-industrija u allura rridu naraw x'se jkun l-effett.", "Is-soltu nitkellmu kontra l-government induced costs u dan il-Gvern m'għamilx ħlief żied il-piżijiet fuq l-industrija u fuq il-familja.", "Dawn wieħed irid jikkalkolahom u jeħodhom b'serjeta' kbira, ħaġa li milli jidher dan il- Gvern m'għamilhiex.", "Imbagħad għandna l-promessi l-kbar.", "Se jkollna Forum għal Ekonomija Aħjar, li se jissostitwixxi lill-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku - \"kunsill\" sar \"forum\", \"ekonomija\" baqgħet \"ekonomija\" u l-kelma \"żvilupp\" saret \"aħjar\".", "(Onor. Membri: Hear, hear) U dan x'daħk hu!", "Allura għaliex m'għidtilniex li se tħallih Kunsill għall- Iżvilupp Ekonomiku li tista' tbiddlu u żżidlu miegħu!", "Mhux tiġi tgħidli li għamilt bravura kbira issa għax għandna l-Forum għal Ekonomija Aħjar.", "Dawn huma miżuri u inizjattivi li ħa l-Ministru Spiteri f'isem il-Gvern ġdid tal-partit tiegħu!", "Għandna wkoll l-aġenzija fiskali li diġa' semmejt.", "Fuq affarijiet soċjali ma hemm xejn u xejn.", "Imma possibbli ma stajtux tħarsu lejn xi settur u tgħidu: Dawn ħaqqhom żieda?", "Tkellimtu fuq oħrajn li dħaktu bihom, jiġifieri ex-servicemen tas-Servizzi Ingliżi fejn qed tgħidu li se tagħtuhom il-pensjoni sħiħa imma mhux għalissa għax imbagħad se taraw f'Ottubru.", "Noqogħdu attenti għax aħna lkoll ugwali f'dan il- pajjiż.", "Aħna għandna liġijiet u għandna wkoll il-liġi tal-Council of Europe, li titratta d-drittijiet fundamentali, li tgħidlek li fuq pensjonijiet ma tistax tiddiskrimina bejn ċittadin u ieħor b'kategoriji u fuq dan hemm sentenzi tal-Qorti Ewropea li jgħidu li dan ma tistax tagħmlu.", "Allura dawk l-impjegati tal-Gvern kollha li sa l-1978 kellhom il-pensjoni tas-servizz x'se jagħmlu bihom?", "Dawk li llum għadhom mal-gvern - minn 30,000 naħseb li hemm madwar 20,000 - u li għad għandhom id-dritt għall- pensjoni tas-servizz, x'se jagħmlu bihom?", "Se jiddiskriminaw kontra tagħhom?", "X'inhi din il-wegħda?", "(Interruzzjonijiet) Dawn ivvotawlkom, anzi kien hemm min ivvotalkom għalhekk biss.", "Issa naraw x'se jiġri meta niġu għas-si u n-no!", "GĦandna wkoll il-Fondazzzjoni Wirt Artna.", "Dawn l-ideat li qed ipoġġu quddiemna huma verament kbar u oriġinali tal-futur tal-pajjiż!", "Madam Speaker, lilna ħaġa waħda tinteressana jiġifieri, li l-pajjiż ikompli jiżviluppa.", "Jiena waqt li kont qed nisma' lill-Ministru Spiteri jaqra d-diskors tal-budget ma stajtx ma neħux pjaċir nisimgħu jgħid li s- sena li għaddiet il-Gross Domestic Product - jiġifieri kemm qala' l-pajjiż - żdied b'7.4%.", "Jien ħadt pjaċir nisimgħu jgħid li l-qligħ tal-ħaddiema żdied bi 8% u li d-dħul medju tal-ħaddiem Malti s-sena li għaddiet żdied bi kważi 6%, kf żdiedu wkoll il-profitti ta' min qiegħed fin-negozju b'6.7%, kważi 7%.", "L-inflazzjoni - jiġifieri kif jitkejjel l-għoli tal-ħajja - s- sena li għaddiet kienet ta' 2.9% - u dan skond l-indiċi uffiċjali li għadu ma nbidilx - u dan huwa wieħed mir-records ta' dan il-Gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ir-record tal-Gvern immexxi minni kien li rnexxielna nkabbru l-ekonomija, sena wara sena, għal għaxar snin sħaħ.", "Aħna rnexxielna nkattru x-xogħol fil-pajjiż u l-qligħ fil-pajjiż għal sena wara sena, mingħajr eċċezzjoni.", "Barra minn hekk spiċċajna biex kellna waħda mill-iktar rati ta' inflazzjoni baxxi li qatt kellna u dan minkejja l- ġid kollu li tkattar u l-qligħ kollu li kellna, liema affarijiet l- ekonomisti jgħidulek li normament iġibulek l-inflazzjoni.", "Dan huwa r- record li aħna kburin bih.", "Jiena lil dan il-Gvern u lill-poplu Malti nixtieqilhom suċċess.", "Pero' biex il-Gvern ikollu suċċess irid jidra u jrid jkun onest u billi kliem bħal \"verita'\" u \"moralita' fiskali\" m'għandhomx ikunu kliem li jgħidhom bix-xoffa biss imma jkunu kliem li jifhem il-valur veru tagħhom.", "Il-verita' hija waħda u ħadd m'għandu jibża' jgħidha.", "Il- verita' hi li dan il-Gvern wiret sitwazzjoni f'pajjiżna li jista', anzi, li għandu l-obbligu jibni fuqha.", "Dan il-Gvern mhux pajjiż mimli ħofor wiret imma pajjiż li kien miexi 'l quddiem b'ritmu mgħaġġel ħafna u J'Alla jibqa' sejjer hekk.", "(Onor. membri ; Hear, hear) MADAM SPEAKER: Nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għad-diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lill-istaff tal-PBS u nitlobhom jirtiraw mill- Kamra.", "Il-crew tal-PBS irtira mill-Kamra", "Id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t- Tlieta, 21 ta' Jannar, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - it-Tieni Qari.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997, il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 21 ta' Jannar, 1997, fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.31 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD - VJAĠĠI BEJN MALTA U GĦAWDEX", "741.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vjaġġi li saru permezz tal- Gozo Channel Co. Ltd bejn Malta u Għawdex matul l-1996?", "Minn fejn telqu dawn il-vjaġġi?", "Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li wżaw dan is-servizz?", "Kemm kien in-numru ta' vetturi li qasmu lejn u minn Għawdex fl-istess perjodu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vjaġġi li saru permezz tal-Gozo Channel Co. Ltd bejn Malta u Għwadex matul l-1996 kien jamonta għal 19,425 vjaġġ.", "859 vjaġġ telqu minn Sa Maison għall-Imġarr u lura, u 18,766 vjagg telqu miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr u lura.", "1,413,343 passiġġieri telqu miċ-Ċirkewwa u 1,314,556 telqu mill-Imġarr.", "322,156 vettura qasmu mic-Ċirkewwa u 319,526 vettura qasmu mill-Imġarr.", "PITKALIJA - BEJGĦ TA' PRODOTTI", "742.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-prodott mibjugħ mill- Pitkalija xahar b'xahar, matul l-1995 u l-1996, rispettivament?", "Kemm minn dan il-prodott inbiegħ mill-pitkala u kemm mill-kooperattiva?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari numru 742 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KUNSILLI LOKALI - FONDI SPEĊJALI", "751.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress illi fl-Orizzont tas-7 ta' Jannar, 1996 ġie rapportat li l-Gvern kien għadda lill-Kunsilli Lokali l-allokazzjoni rispettiva tagħhom ta' fondi speċjali, jista' l-Ministru: 1) jikkonferma jekk dan huwiex veru jew le; 2) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżoluzzjoni ta' din il- Kamra li tawtorizza dan il-ħlas; 3) jgħid jekk huwiex beħsiebu, u meta, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport, u l-karti rilevanti kollha tal-Kumitat li kien inkarigat jagħmel rakkommandazzjonijiet dwar l- allokazzjonijiet; 4) jgħid jekk ir-rapport tal-Kumitat ġiex accettat minnu fl-intier tiegħu u jekk le, fejn saru varjazzjonijiet; 5) jgħid jekk irċeviex xi protesti minn xi Kunsill Lokali u jekk fl-affermattiv minn min u fiex kienu jikkonsistu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nikkonferma li r-rapport tal-kumitati maħtura skond il-Memorandum li kopja tiegħu qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra mar- Riżoluzzjoni Nru 272 approvata minn din il-Kamra fil-21 ta' Mejju 1996 rigward Fondi għall-Ħtiġijiet Speċjali tal-lokalitajiet ġie ppreżentat nhar is-17 ta' Diċembru 1996 u jien aċċettajtu.", "B'konsegwenza awtorizzajt l- allokazzjonijiet u l-ħlasijiet rakkomandati.", "Kopja ta' dan ir-rapport li jinkludi r-Riżoluzzjoni mitluba mill- Onor.Interpellant qed inpoġġiha fuq il-Mejda ta' din il-Kamra illum stess.", "Parti minn dawn il-hlasijiet, jiġifieri dawk li jirreferu għall-Fond e(1) (Rikostruzzjoni tat-Toroq) diġa' tħallsu.", "Il-kumplament jitħallsu dalwaqt.", "Sa l-15 ta' Jannar 1997 id-Dipartiment tal_Kunsilli Lokali rċieva dawn ir- rappreżentazzjonijiet:", "- Xgħajra - għaliex, skond il-Kunsill, ma ġiex allokat fondi biżżejjed", "- Floriana - għaliex l-unika talba, li saret mill-Kunsill ma ġietx accettata.", "Tajjeb li l-Onorevoli Membru ikun jaf li:", "(a) skond il-Memorandum tar-Riżoluzzjoni li għaliha qed issir referenza, l-Kunsilli Lokali huma rappreżentati fuq il-Kumitati permezz ta' l- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.", "Dettalji dwar din ir-rappreżentanza jirriżultaw mill-kopji ta' l-ittri tal-ħatra li jinsabu f'Appendiċi D (1) u D (2) tar-rapport;", "(b) il-valur totali tat-talbiet kollha li rċieva d-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali fir-rigward tal-Fondi A,B,C, u E jammonta għall-aktar minn LM 31 miljun, u l-ammont totali approvat minn din il-Kamra għal dawn il- fondi kien LM 1.82 miljun, jiġifieri bir-rata ta' 17:1.", "Dan ukoll joħroġ mir-rapport fejn saru xi kummenti u ċerti suġġerimenti mill-Kumitati maħtura 'ad hoc'.", "SUPER 1 TV - TRASMISSJONI TAŻ-ŻJARA TAL-PRIM MINISTRU F'LISBONA", "776.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Peress illi meta l- Prim Ministru mar Lisbona s-Super 1 TV ittrasmetta diversi \"clips\" minn Lisbona u peress li biex dan isir ried jintuża apparat ta' riċezzjoni f'Malta li hu jew proprjeta' tal-Gvern jew Korp Parastatali jew kumpanniji tal-Gvern (bħal PBS), jista' l-Prim Ministru jgħid liema apparat ta' riċezzjoni ntuża, ta' min kien, jekk inħarġitx \"invoice\" għall-użu tiegħu, kemm kienet u jekk tħallsitx?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li l-apparat ta' reċezzjoni li ntuża kien Satellite Downlink Segment tal-Public Broadcasting Services Ltd.", "Il- P.B.S. Ltd ħareġ invoice lid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni ta' Lm750 għal airtime totali ta' ħmistax il-minuta li ntuża ndaqs bejn T.V.M. u Super 1 T.V.", "Ninsab informat ukoll li dan hu servizz provdut mid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni lill-istazzjonijiet tat-television kollha kemm dawk pubbliċi kif ukoll dawk privati.", "KUMMISSJONI GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI - APPLIKAZZJONIJIET", "777.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Fir-rigward tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji u relattivament għad-data tal-31 ta' Ottubru 1996, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra: (1) dwar in-numru ta' applikazzjonijiet li saru sena sena; (2) in-numru ta' deċiżjonijiet sena sena maqsuma skond dawk fejn intlaqgħet it-talba - anki parzjalment - dawk fejn le; (3) in-numru ta' deċiżjonijiet li l-Prim Ministru rrifjuta li jimplimenta maqsuma ukoll sena sena; (4) in-numru ta' deċiżjonijiet li l-Prim Ministru biddel maqsuma ukoll sena sena; (5) in-numru ta' deċiżjonijiet li ma setgħux jiġu mplimentati minħabba raġunijiet indipendenti mill-volonta' tal-Prim Ministru; (6) in-numru ta' talbiet pendenti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l- ngustizzji ma taqax taħt ir-responsabbilitajiet tal-Ministeru tiegħi.", "Għalhekk, l-Onor.Interpellant huwa mitlub li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "GOZO CHANNEL - BINI TA' TLIET VAPURI ĠODDA", "778.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkompli bil-bini ta' tliet vapuri ġodda għall-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Kif diġa ntqal fid-Diskors tal-Budget il- kwistjoni tal-Gozo Cahannel qiegħda tiġi mgħarbla sewwa biex tinsab soluzzjoni f'kuntest serju, b'kuntrast ma li sar qabel l-elezzjoni.", "F'dan il-kuntest ser jiġi mgħarbel ix-xiri tal-vapuri l-ġodda.", "KUMPANNIJA LI TOPERA S-SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "779.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-\"policy\" tal-kumpannija li topera s-servizz tal- helicopter bejn Malta u Għawdex fir-rigward ta' l-operazzjoni ta' dan is- servizz u b'mod partikolari jgħid jekk dan is-servizz huwiex se jieqaf?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Naghti risposta f'seduta ohra.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD - STRUZZJONIJIET MILL-MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET", "780.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Ministeru tiegħu qiegħed jagħti struzzjonijiet dwar l-assenjazzjoni tan-nies fuq il-vapuri tal-Gozo Channel kif ukoll dwar kif għandhom isiru r-\"rosters\" tal-ħaddiema?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Le, ma nikkonfermax.", "DELIMARA - DEUTSCHE WELLE", "796.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk l-amministrazzjoni l-oħra kellhiex xi pjanijiet minflok id-\"Deutsche Welle\"?", "Jekk iva, dawn x'kienu?", "Il-Gvern preżenti għandu xi ħsebijiet għall-inħawi msemmija?", "Jista' jikkonsidra li dik iż-żona tiġi rranġata bħala park naturali minħabba li fl-inħawi dik l-\"area\" biss hemm fejn in-nies tal-post jistgħu jmorru ftit fil-kamapanja?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv.", "Il-Gvern presenti għalissa se jara li jiġu żarmati l- istrutturi li ma fadalx bżonn għalihom.", "Is-suġġeriment ta` l-Onorevoli Membru qed jiġi kkunsidrat.", "MUNXAR - ŻVILUPP", "797.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk kienx hemm interess minn xi ħaddieħor jew mill-istess nies li jiżviluppaw l-Munxar?", "X'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar iz-zona tal- Munxar fid-dawl tal-Pjan ta' Struttura u r-Regolamenti li l-Awtorita' timxi magħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninformaNixtieq ninformaNixtieq ninformaNixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika applikazzjoni li ġiet sottomessa dwar il-Munxar kienet fl-1995.", "Wara li din l-applikazzjoni ġiet irtirata, l-Awtorita` qatt ma rċeviet xi applikazzjoni oħra dwar dan il-lokal.", "Skond il-`Key Diagram` anness fil-Pjan ta` Struttura, l-Awtorita` ta` l- Ippjanar tqis il-Munxar bħala żona ta` valur ekoloġiku u barra mill-area ndikata għall-iżvilupp.", "AWTORITA TAX-XOGĦOL", "804.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħtif dwar meta beħsiebu jappunta n-National Employment Authority li għadha mhijiex ifformata mit-18 ta' Ottubru 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Qegħdin jittieħdu passi biex titwaqqaf l-Awtorita` tax-Xogħol.", "ATTARD - ZEBRA CROSSING", "805.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li quddiem l-Isptar Monte Carmeli m'hemmx \"zebra crossing\" u dan qed ikun ta' detriment kemm għall-pazjenti kif ukoll għan- nies li jmorru l-isptar, għax it-triq faċċata ta' l-isptar hi traffikuża ħafna u skabruża biex taqsamha, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir \"zebra crossing\"?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Quddiem l-Isptar Monte Carmeli hemm pjanat li ssir \"traffic channelisation\" li tinkludi wkoll \"zebra crossing\".", "Issa trid issir esproprazzjoni ta' bicca art biex il-proġett jiġi attwat.", "SKEJJEL - \"PART-TIME CLEANERS\"", "806.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-applikazzjonijiet għal part-time cleaners ma' l-iskejjel jirriżulta li dawn se jitħallsu bil-Lm1 s-siegħa u jaħdmu tliet sigħat kuljum u barra minn hekk dawn se jħallsu Lm3 bolol fil- ġimgħa, bir-riżultat li se jaqilgħu biss Lm9 fil-ġimgħa?", "Jaħseb il- Ministru li jkun aktar opportun li dawn jitħallsu fulltime?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tingaġġa numru ta' part-time cleaners biex fejn hu possibli ċertu tindif isir barra mill-ħin ta' l-iskola ghall-benefiċċju tat-tfal u ta' l-ghalliema.", "Ir-rata ta' ħlas ta' dawn il-cleaners hija bbażata fuq il-minimu ta' l- iskala 20 li tapplika ghall-impjegati full-time f'dan il-grad.", "UNIVERSITA' - MATURE STUDENTS", "807.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm \"mature students\" fl-Universita' ta' Malta li (a) għalqu 23 sena; u (b) daħlu permezz tal-Maturity Clause, maqsuma f'irġiel u nisa sena b'sena mill-1990 sa' l-1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra għall-qari.", "UNIVERSITA' - NIES LI KKWALIFIKAW", "808.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nisa u rġiel ħadu lawreja, diploma jew ċertifikat mill-Universita' ta' Malta sena b'sena mill- 1990 sa l-1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba qieghda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "IMPJIEGI - IMPJEGATI", "809.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa u rġiel jaħdmu bħala (a) impjegati (employed); (b) impjegati għal rashom anke part-time bħala l- impjieg ewlieni tagħhom, sena b'sena mill-1990 sal-31 ta' Diċembru 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta` nisa u rġiel jaħdmu bħala (a) impjegati; (b) impjegati għal rashom anke part-time bħala impjieg ewlieni huwa kif ġej:-", "|Sena|Impjegati|Impjegati|Impjegati | | |għalal | | | | |rashom |part-time| | | | |bħal | | | | |impieg | | | | |ewlieni | |", "| |Rġie|Nisa|Rġie|Nisa|Rġie|Nisa| | |l | |l | |l | | |1990 |80,6|30,4|13,6|2,44|2,16|2,68| | |77 |24 |54 |1 |3 |3 | |1991 |81,5|31,6|14,4|2,70|2,53|3,33| | |55 |03 |74 |6 |9 |1 | |1992 |82,8|31,9|14,1|2,64|3,01|3,94| | |78 |80 |04 |7 |1 |5 | |1993 |83,0|32,9|13,7|2,50|3,04|4,22| | |36 |43 |77 |3 |3 |0 | |1994 |84,2|33,6|13,4|2,50|3,30|4,89| | |52 |63 |82 |3 |6 |6 | |1995 |87,2|35,8|13,7|2,55|4,13|6,50| | |95 |59 |75 |4 |2 |6 | |Set.1|88,7|37,8|13,4|2,52|4,71|7,22| |996 |68 |35 |73 |3 |1 |4 |", "ENEMALTA - CHAIRMAN/DIRETTURI", "810.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallsu (inklużi allowances jekk għandhom) kull wieħed iċ-Chairman u d-Diretturi tal-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ic-Chairman għandu onorarju ta` Lm5,000 fis-sena.", "Id- Deputy Chairman għandu Lm1,500 fis-sena.", "Id-Diretturi għandhom Lm1,000 kull sena kull wieħed.", "Id-Direttur minn Għawdex ikollu allowance tat- trasport ta` Lm240 kull sena.", "Dawn ir-rati huma anqas mir-rati li kienu jitħallsu lill-Bord li għadu kif temm il-ħatra fl-aħħar tas-sena li għaddiet, li kienu, Lm6,000 - Lm1,740 - Lm1,240 rispettivament.", "Filwaqt li d-direttur li kien minn Għawdex kellu Lm1,480.", "ŻURRIEQ - SKAVAR TA' KATAKOMBI", "811.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid (a) Fiex wasal l-iskavar tal- Katakombi Paleokristjani li nstabu fl-inħawi tal-Mitħna tax-Xarolla fiż- Żurrieq? (b) xi pjanijiet hemm għal dawn l-istess Katakombi? (ċ) Meta se jitkompla x-xogħol fuqhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-katakombi paleo-Kristjan qrib il-mitħna tax- Xarolla nstabu s-sena l-oħra minn ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi, waqt li dawn kienu qed iwessgħu Triq Sant'Andrija.", "Is-sejba giet irrappurtata lid-Dipartiment tal-Mużewijiet li minnufih wettaq investigazzjoni preliminari fuq is-sit b'riżultati pożittivi ħafna.", "Din l-investigazzjoni arkeoloġika ma setgħatx tinkludi l-kumpless kollu tal- katakombi, minħabba l-periklu ta' kollass fit-triq imsemmija, li tghaddi direttament fuq is-soqfa mxaqqa tal-katakombi.", "Ghal din ir-raġuni, ix- xoghol ta' skavi ma jistax jitkompla qabel ma jitneħħa dan il-periklu.", "Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant, li d-Dipartiment tal-Mużewijiet qieghed attwalment jikkollabora mad-Dipartiment tax-Xogholijiet Pubbliċi biex dan ix-xoghol ma jdumx ma jkun jista' jitkompla.", "Huwa ppjanat li meta jintemmu l-iskavi is-sit jiġi rranġat u miftuħ ghall- pubbliku ġenerali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali.", "DJAR - APPARTAMENT FIS-SULARI T'ISFEL", "812.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tad-Dipartiment li meta jitbattal appartament tal-Gvern fis-sulari t'isfel, jiġi ppreferut applikant anzjan u/jew b'mard li jinzerta joqgħod f'sular/i aktar għoli/ja fl-istess blokk ta' appartamenti?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Iva, dik hi l-policy.", "ISTITUZZJONIJIET GĦALL-KURA/ RIABILITAZZJONI TAD-DROGATI", "813.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari tiegħi numru 500 li riċentement saret lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja u ċioe' jista' jgħid kemm hawn istituzzjonijiet għall-kura u r-riabilitazzjoni tad- drogati li huma governattivi u liema huma?", "Kemm ġew ikkurati/riabilitati nies differenti matul din is-sena?", "Kemm minnhom għandhom anqas minn 30 sena?", "(Age groups: anqas minn 16-il sena, bejn 16 u 19-il sena; bejn l-20 u d-29 sena).", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirreferik għall-mistoqsija numru 500 u nitlob l- Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "QRATI - SENTENZI SOSPIŻI", "814.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'sentenza sospiża fil-preżent?", "Kemm minnhom huma bejn 16 u 19-il sena u kemm minnhom huma bejn l-20 u d-29 sena?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Fil-preżent hemm 67 persuna ta' bejn is-16 u d- 19-il sena u 202 persuna ta' bejn l-20 u d-29 sena li għandhom sentenza sospiża.\"", "ĦAMRUN - TRIQ ĦAL QORMI - BOZZA", "815.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb li tinbidel bozza tad-dawl maqtugħa li hemm fi Triq Ħal Qormi, fil-Ħamrun?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni EneMalta diġa` ħadet passi u għamlet il-manutenzjoni meħtieġa.", "ĦAMRUN - PJAZZA L-KAPPILLAN MUSCAT - XOGĦOL", "816.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda u meta mistenni jitlesta x-xogħol ta' titjib fi Pjazza l-Kappillan Muscat, fil- Ħamrun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tal-Bini u Nġinerija, li kien qed jieħu ħsieb dan ix-xogħol, bħalissa m'għandux pjanijiet immedjati biex jibda dan ix-xogħol.", "ĦAMRUN - ASFALTAR TA' TOROQ", "817.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t- tarmac lit-toroq/postijiet li ġejjin: Pjazza 7 ta' Ġunju, 1919; Triq Dun Frans Camilleri; Triq Bajada u Triq Willie Attard fil-Ħamrun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tat-Toroq jżomm lista ta' toroq f'Malta kollha li fihom irid isir dan it-tip ta' xogħol u t-toroq imsemmija qegħdin f'din il-lista.", "L-asfalt f'dawn it-toroq jsir skond il- prijoritajiet tax-xogħol.", "SERVIZZ ĊIVILI - TRASFERIMENT TAS-SUR ALBERT CALLUS", "818.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Billi skond ma kien rapportat fil-gazzetti tal-lum 13 ta' Jannar, 1996, il-Prim Ministru tenna l-bieraħ fil-għodu fiż-Żurrieq li, sussegwentement għall-Elezzjoni Ġenerali ta' Ottubru 1996, kien ta direttiva biex ma jsirux trasferimenti fis-Servizz Ċivili, u billi s-Sur Albert Callus, impjegat fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, ġie ordnat jirrapporta għax-xogħol f'post li fih qatt ma kien hemm u lanqas ma hemm vakanza konformi mal-grad tiegħu, jista' l- Prim Ministru jassigura li, fil-każ tas-Sur Callus min ta l-ordni ma pprovax jinjora jew idur mad-direttiva tiegħu biex ma jsirux trasferimenti?", "Għaldaqstant, jista' l-Prim Ministru jara li min ta l-ordni jirtiraha mill- aktar fis?", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'risposta għall-ewwel mistoqsija nassigura.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - GĦAMARA ĠDIDA", "819.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtratx għamara ġdida għall- Ministeru tiegħu f'House of Catalunya minn meta ħa l-ħatra?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kemm swiet u minn liema vot tħallset jew se titħallas?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għamara li nxtrat minn mindu ħadt il-ħatra kienu dawn: i) Sitt siġġijiet \"reproduct\" għall-prezz totali ta' Lm465.58 inkluża l- VAT.", "ii) Mejda għall-computer li tiswa Lm85.", "iii) Skrivanija għall-computer li tiswa Lm180", "iv) Skrivanija għall-computer u żewġ \"shelving units\" li kienu ordnati qabel ma jien ħadt il-ħatra li l-kont tagħhom għadu ma wasalx mill- Manufacturing and Services Department tad-Diviżżjoni tax-Xogħolijiet li għamlu x-xogħol.", "Dawn tħallsu jew se jitħallsu mill-Vot Kapitali tal-Ministeru - Rehabilitation of House of Catalunya.", "TARZNA TA' MALTA/MSU - RAPPORTI", "820.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'żieda mat- tagħrif li ngħata bi tweġiba għall-interpellanzi relattivi għar-rapporti dwar it-Tarzna u l-Management Systems Unit, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) Kemm-il rapport ikkummissjona l-Gvern mill-Elezzjoni Ġenerali ta' l- 1996 'il hawn? b) Liema kienu? c) Min tqabbad jagħmilhom? d) Liema minnhom tlestew? e) Kemm tħallas jew se jitħallas kull min tqabbad jagħmel rapport? f) Fuq liema bażi u/jew kriterji kien iffissat il-ħlas? g) Minn liema vot sar jew se jsir il-ħlas f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-Elezzjonijiet Ġenerali ta' Ottubru 1996 'il hawn ġew ikkummissjonati mhux inqas minn 16-il rapport.", "Ir-rapporti u min tqabbad jagħmilhom huma:", "1.Rapport Dwar il-Proġett ta' Sptar ġdid tal-Gvern tal-Qroqq - Piju Busuttil", "2.Rapport dwar il-Malta Drydocks: A Finance, Commercial & Management Overview - John Cassar White 3.Organisation and Management Review of the Malta Police Force - David Spiteri Gingell - Robert Silver", "4.MSU: A Strategic Review & Assessment - Alfred Mifsud", "5.Telemalta Corporation: Strategic Resources Audit - Tony Mejlak", "6.Rapport dwar il-Public Broadcasting Services Ltd - Joe A Grima", "7.Enemalta Corporation: Overview of the Current Financial Position of the Corporation - MSD Consulting Ltd", "8.Is-Sistema tal-Management fit-Tarzna Starri, Analii u Rakkomandazzjonijiet - Godfrey Baldacchino", "9.Water Services Corporation A Strategic Review and Assessment - Alfred Mifsud", "10.A Survey of Existing Building Maintenance Needs in State Schools and an Appraisal of the schools maintenance unit within the Education Division - J R Aquilina", "11.Healthy Tuck Shop - Godfrey Xuereb", "12.Overview of the set-up and operations of the Foundation for Science and Technology - Guido Mizzi", "13.Overview of the set-up and operations of the Foundation for Medical Sciences and Services - Deo Scerri", "14.", "Management Structure of the Enemalta - Zammit Tabona and Bonello", "15.", "Financial Audit on Air Malta - Zammit Tabona and Bonello", "16.", "Management Audit of the Entire Structure of the Planning Authority -Karmenu Farrugia", "L-ewwel 13-il rapport tlestew.", "Bħala linja ġenerali, il-konsulenti li għamluhom ġew offruti ħlas ta' Lm700 kull wieħed.", "Il-ħlas qed isir mill- contractual votes tad-Dipartimenti jew Organizzazzjonijiet rispettivi.", "SAĦĦA - \"WARD CLERICAL ASSISTANTS\"", "821.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-proċeduri dwar is-sejħa li kienet saret fl-4 ta' April, 1995 għall- mili tal-postijiet ta' \"Ward Clerical Assistants\" fid-Dipartiment tas- Saħħa?", "Billi l-eżami bil-miktub issa ilu li sar seba' xhur, u l- klassifikazzjoni ta' dawk li għaddew hi wkoll magħrufa, jista' l-Ministru jgħid meta u kif se jipproċedi dwar dawn il-ħatriet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA::: Is-sejħa għall-applikazzjonijiet qegħda tigi pproċessata.", "KUMMISSJONI REGATTA - MEMBRI", "822.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal- Kummissjoni Regatta li hemm fi ħdan il-Kumitat Festi Nazzjonali?", "Jista' jgħid minn meta bdiet il-ħatra ta' kull membru u sakemm hi valida l-ħatra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO:Il-membri tal-Kummissjoni Regatta huma s-segwenti:", "Vince Scicluna (Chairman) Paul Farrugia Joseph Sapiano Mario Camilleri", "Dawn kollha jifformaw parti mill-Kumitat Festi Nazzjonali.", "Iżda l- Kummissjoni tista' tagħżel li tikkoptja persuni li jidhrilha li huma bżonnjużi għall-organizzazzjoni u t-tmexxija tar-Regatta kemm tal-31 ta Marzu kif ukoll tat-8 ta Settembru.", "KUMPANNIJA OK CONGRESSI - XOGĦLIJIET", "823.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li l-kumpannija OK Congressi ta' Ruma titħallas għax-xogħol li għamlet b'konnessjoni ma' l-esibizzjoni ta' xogħlijiet ta' Osamu Tezuka li saret f'Malta f'Settembru li għadda bil- kooperazzjoni attiva ta' l-Ambaxxata Ġappuniża għal Malta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Billi l-kultura m'għadhiex tifforma parti minn dan il-Ministeru, xi kontijiet pendenti dwar attivitajiet kulturali issa ma jistgħux jitħallsu mill-voti tal-Ministeru tiegħi.\"", "MEDSERV - RAPPORT", "828.", "L-ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jikkummissjona Rapport dwar it- Trasparenza fit-Tmexxija tal-Medserv u biex jinvestiga diversi abbużi li ġew irrapportati mill-Oppożizzjoni Laburista fil-Parlament (Leġislatura preċedenti) u fil-gazzetti fosthom:- 1.", "Min huma l-membri tal-Bord tad- Diretturi tal-Medserv?", "Kemm ilhom f'din il-kariga?", "Min huwa il-General Manager jew Chief Executive?", "Iċ-Chief Executive huwa wkoll il-General Manager?", "X'inhu s-salarju u d-dħul kollu tagħhom? 2.", "Kif intgħażlu ulied ċ-Chief Executive biex jaħdmu mal-Medserv?", "Jkun hemm konflitt ta' interess jekk jiġi ppruvat li r-rappreżentant tal-Medserv fl-Albania hu wieħed minn uliedu?", "Kif u fuq liema kriterji?", "X'salarju għandu?", "Jkun hemm konflitt ta' interess jekk jiġi ppruvat li wild ieħor minn taċ-Chief Executive jirrappreżenta kumpannija li intgħażlet biex tagħmel ix-xogħol tal- computerisation fil-Medserv?", "Kif u fuq liema kriterji ntgħażel u xi ħlas għandu? 3.", "Tista' l-Medserv tiddeċiedi hi stess li tinbiegħ?", "Tista' hi stess tidħol f'konvenju ta' bejgħ tal-kumpannija lil terzi?", "Il-Gvern Laburista sab xi \"fait accompli\" f'dan ir-rigward?", "Il-Gvern jaqbel mat- trasferiment tal-Medserv lil terzi? 4.", "Jekk il-Medserv sejra tiċċaqlaq minn Manoel Island, minħabba żvilupp turistiku, jagħmel sens li investiet somma konsiderevoli f'xogħlijiet strutturali fl-Old Submarine Depot - \"il- Mecops\"?", "Jista' dan ix-xogħol u investiment jiġi utilizzat xorta waħda, jekk il-Medserv tibqa' Manoel Island u jsir żvilupp turistiku f'parti ta' Manoel Island? 5.", "Mill-Elezzjoni Ġenerali 'l hawn għaliex sitt impjegati \"casual\" saru tal-post, mentri żewġ impjegati \"casual\" - għax Laburisti - tkeċċew minħabba \"nuqqas ta' xogħol\"?", "Għaliex daħlu wieħed impjegat \"casual\" u wieħed impjegat \"part-time\" mill-elezzjoni 'l hawn?", "X'proċedura qed isegwi il-Gvern Laburista dwar impjiegi ġodda fil-kumpanniji fejn għandu sehem?", "Din il-proċedura ġiet mill-Medserv f'dawn il-każi?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nagħti tweġiba iżjed 'il quddiem.", "AMBJENT - RIMI TA' SKART", "829.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid billi t-total ta' skart domestiku ġġenerat mhux qiegħed ikun maħdum fil-biċċa l-kbira tiegħu (nifhem madwar xi 92%) mill-impjant ta' riċiklaġġ minħabba li dan qed jitħaddem bi \"throughut\" baxx, fejn qed ikun mitfugħ?", "ONOR.GEORGE VELLA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "ŻEBBUĠ - ESPROPRJAZZJONI", "830.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet esproprjata l- art fi Triq Ġdida fi Triq l-Għasfur, Ħaż-Żebbuġ?", "X'riferenzi għandha tad- Dipartiment ta' l-Artijiet?", "Tħallas rikompens ta' din l-esproprjazzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-esproprijazzjoni tal-art meħuda għas-substation ġo Triq l-Għasfura.", "Sar xi xogħol biex jiġi stabbilit it-titlu tal-art iżda għad hemm xi riċerki xi jsiru.", "(Nissuġġerixxu lill-Onor.", "Interpellant biex is-sidien imorru l-Enemalta biex forsi jaslu bonarjament bejniethom).", "SIĠĠIEWI - TRIQ IT-TANK -ĦAJT", "831.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'naħa waħda ta' Triq it-Tank, is-Siġġiewi ġie mibni ħajt mill-privat li qiegħed iżomm l-iżvilupp ta' bini lil dawk li xtraw art u għandhom il-permessi meħtieġa?", "X'passi sejrin jittieħdu kontra min bena dan il-ħajt?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - \"SHOOTING RANGES\"", "832.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 265 dwar Shooting Ranges, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidli ma' min qegħdin isiru l- konsultazzjonijiet?", "Meta hemm il-ħsieb li d-Draft Guidelines ikunu lesti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fit-tħejjija tad-Draft Guidelines, s`issa saru konsultazzjonijiet ma` diversi għaqdiet jew aġenziji, fosthom il-Ministeru responsabbli għall-Isports, id-Diviżjoni ta` l-Isports, il-Pulizija, id- Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent, id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura, il-Korporazzjoni għas-servizz ta` l-Ilma, l-Assoċċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali, il-Malta Shooting Federation, rappreżentanti tad-diversi għaqdiet ta` l-ambjent u tal-kaċċaturi, kif ukoll ma` partijiet oħra konċernati.", "Partikolarment saru diversi laqgħat ma` l-entitajiet governattivi.", "Bħalissa qed tkun iċċarata l-politika u l-pożizzjoni tas-Segretarjat il- ġdid responsabbli għall-isports qabel ma jsiru iktar konsultazzjonijiet mal- partijiet l-oħra konċernati.", "Malli din il-konsultazzjoni tintemm il-`guidelines` jitressqu għall- approvazzjoni ta` l-Awtorita`.", "AIR MALTA - ĦLASIJIET LID-DIRIĠENTI", "833.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lill-poplu dwar xi ħlasijiet kienu jingħataw lid-diriġenti tal-Linja Nazzjonali ta' l-Ajru Air Malta, bejn l- 1993 u l-1996, u ċioe' (a) Kemm kien is-salarju ta' l-ex-Chairman Joe.", "N. Tabone? (b) Kemm kien is-salarju u ħlasijiet oħra lis-Sur Tony Paris li kien direttur filwaqt li kien ukoll residenti barra l-pajjiż? (ċ) Min kienu u kemm kienu jitħallsu individwalment il-konsulenti maħturin mill-Air Malta fl-istess perjodu? (d) X'kien ix-xogħol ta' konsulenza li kienu jagħtu lill-Air Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tingabar u, sakemm il- pubblikazzjoni taghha ma tkunx detrimentali ghall-interessi kummercjali tal- Kumpannija Nazzjonali, nagħti twegiba f'seduta ohra.", "AIR MALTA - TITJIRIET IMĦASSRA", "834.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid: (a) X'kienet il-konkorenza għar-rotot ta' Ateni, Birmingham, Casablanca, Damasku, Tel-Aviv, Ginevra, Larnaca, Lisbona, Marseille, Oslo, Palermo u Stockholm fl-aħħar sena; u kemm titjiriet lejn dawn l-ibliet tħassru mil-Linja Nazzjonali Air Malta fl-istess żmien?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tingabar u, sakemm il- pubblikazzjoni tagħha ma tkunx detrimentali ghall-interessi kummercjali tal- Kumpannija Nazzjonali, nagħti tweġiba f'seduta oħra.", "AIR MALTA - IMPJEGATI/PROMOZZJONIJIET ĠODDA", "835.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġewx ingaġġati mpjegati ġodda u jekk ingħatawx promozzjonijiet lil impjegati oħrajn fl-Air Malta fil-perjodu bejn l-aħħar ta' Awissu u s-26 ta' Ottubru, 1996?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kienu (fiż-żewġ każi) u f'liema gradi ngħataw il-promozzjonijiet?", "ONOR.", "KARMENU VELLA:L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u, sakemm il- pubblikazzjoni tagħha ma tkunx detrimentali għall-interessi kummerċjali tal- Kumpanija Nazzjonali, nagħti tweġiba f'seduta oħra.", "AIR MALTA - IMPJEGATI", "836.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew ingaġġati mpjegati ġodda fl- Air Malta bejn Ġunju 1992 u Ottubru 1996 u kemm minnhom tpoġġew fi gradi eżekuttivi?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għal kull ingaġġ saritx dejjem sejħa pubblika, jekk mhux dejjem kien hemm sejħa pubblika, x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "KARMENU VELLA:L-informazzjoni mitlub qed tinġabar u, sakemm il- pubblikazzjoni tagħha ma tkunx detrimentali għall-interessi kummerċjali tal- Kumpanija Nazzjonali, nagħti tweġiba f'seduta oħra.", "AIR MALTA - XIRI TA' MATERJAL", "837.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-każi kollha ta' xiri ta' materjal, vetturi jew servizzi fl-Air Malta bejn Ġunju 1992 u Ottubru 1996 ġietx dejjem addottata s-sistema tat-\"tenders\" jew \"quotations\"?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każi ta' \"direct orders\" u jekk fl-affermattiv, liema kienu dawn il-każi u x'kienu l-ammonti nvoluti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u, sakemm il- pubblikazzjoni tagħha ma tkunx detrimentali għall-interessi kummerċjali tal- Kumpannija Nazzjonali, nagħti tweġiba f'seduta oħra.", "PULIZIJA - TAQSIMA TAT-TRAFFIKU", "838.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kontroll qed iżżomm it-Taqsima tat- Traffiku tal-Pulizija fit-telgħa tax-Xemxija, l-aktar fil-Ħdud u l-Festi, meta jkun hemm sriebet twal ta' vetturi għal sigħat twal kawżati minn \"parking\" bl-addoċċ qrib stabbilimenti turistiċi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fil-Ħdud u festi pubbliċi jkun hemm żewġ pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku jippatrolljaw l-inħawi tax- Xemxija u l-Mellieħa.", "WSC - RISTRUTTURIZZAZZJONI", "845.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra fiex wasal l- istudju dwar ir-ristrutturizzazzjoni mill-ġdid tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-istudju dwar ir-ristrutturizzazzjoni mill-ġdid tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jitlesta dalwaqt.", "Dan l-istudju jieħu in konsiderazzjoni r-rakkmandazzjonijiet li saru mis-Sur Alfred Mifsud fl-istudju tiegħu.", "Ir-ristrutturizzazzjoni tidħol fis-seħħ wara li dan l-istudju jkun approvat Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.", "MARSILJA - KONFERENZA DWAR L-ILMA", "846.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra dokumenti finali tal-Konferenza dwar l-Immaniġġjar ta' l-Ilma li nżammet riċentement f'Marsilja, Franza?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kopja tad-dokumenti approvati waqt il-Konferenza dwar l-Immaniġġjar tal-Ilma li nżammet f'Marsilja, Franza tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BERĠA TAL-BAVIERA - RAPPORT", "847.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tar-rapport li huwa kien irrapporta li ppreżenta lill- Ambaxxatur Kunz dwar l-istat attwali ta' Berġa tal-Baviera u dwar dak li hemm bżonn li jsirilha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kopja tar-rapport ippreżentat lill- Ambaxxatur Kunz dwar l-istat attwali tal-Berġa ta' Baviera tqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dan ir-rapport juri wkoll ir-restawr meħtieġ.", "VAT - SPETTURI", "848.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk investigax rapporti riċenti li spettur tal-VAT safa' mgħajjar u attakkat fil-Belt Valletta, waqt il-qadi ta' dmirijietu?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi ħa biex ikunu protetti l- ispetturi tal-VAT kontra aġir bħal dan, u x'passi konkreti ħa kontra s-sid tal-ħanut għar-rigward ta' l-aġir tiegħu u għal kull ksur tad- dispożizzjonijiet tal-liġi tal-VAT?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li d-Dipartiment tal-VAT irċeva rapport dwar l-inċident (li seħħ fis-7 ta` Jannar) skond il- proċeduri stabbiliti.", "Ittieħdu l-passi provduti fil-liġi u persuna ttellgħet il-Qorti fid-9 ta` Jannar, 1997.", "Il-proċeduri legali qegħdin ikomplu.", "Billi l-Onor Interpellant qiegħed il-mistoqsija tiegħu b`mod li qisu ried ikun jaf x`passi hadt jien personalment ikun xieraq ngħid illi - kif kelli okkażjoni ngħid fi stqarrijiet għall-Media b`intenzjoni preċiza - malli ngħatajt il-kariga jien għidt lill-Kummisarju tal-VAT li għandu dejjem u l- ħin kollu jimxi skond l-ittra u l-ispirtu tal-liġi.", "Dan jgħodd ukoll għall- implementazzjoni ta` kull liġi oħra li taqa` taħt dan il-Ministeru.", "Dak hu l-mod li jien nemmen li għandi nimxi, biex id-dipartimenti jkollhom spazju sħiħ biex jaħdmu bir-reqqa u b`mod awtomatiku.", "M`hemmx għalfejn ngħid, f`każ li nsib li dak li jmissu jsir, ma jsirx, ikolli l-obbligu nara għaliex.", "F`dan il-każ intenni li l-proċeduri legali nfetħu fid-9 ta` Jannar, 1997.", "L- Interpellant għamel il-mistoqsija tiegħu fit-13 ta` Jannar, 1997.", "Għalkemm l-Onor Sinjur, bħala avukat, hu midħla tal-Qorti nifhem li seta` ma kienx jaf x`seħħ hemmhekk.", "SKEJJEL - STUDENTI", "849.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm studenti li jattendu skola Sekondarja u Universita' li ġejjin minn dawn il- lokalitajiet: Raħal Ġdid, Fgura, Zabbar, Żejtun, Cospicua, Marsascala, Birgu, Isla, Marsaxlokk, Kalkara u Tarxien?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 1.", "Il-figuri relevanti ghall-iskejjel sekondarji tal-Gvern jidher f'Annexe A.", "2.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma jkollha l-ebda statistika dwar studenti Universitarji.", "3.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma tiġborx din l-informazzjoni dwar l- iskejjel tal-Knisja u Indipendenti.", "SIĠĠIEWI - PROVVISTA TA' L-ILMA", "850.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nħawi kbar mis-Siġġiewi tħallew bla ilma bejn il-Ġimgħa 10/1/97 u t-Tnejn 13/1/97?", "Jekk ir-raġuni kienet minħabba ħsarat, jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli u għaliex il-ħsara damet daqshekk biex issewwiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĊITTADINANZA - ĊITTADINAZA DOPPJA", "851.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb jemenda l-liġi Maltija dwar iċ- ċittadinanza doppja fis-sens li tfal imwielda barra minn ġenituri Maltin jew minn ġenituri li għandhom ċittadinanza doppja u li waħda minnhom tkun dik Maltija, jkollhom id-dritt iżommu ċ-ċittadinanza Maltija wara li jagħlqu d-19-il sena oltre ċ-ċittadinanza tal-pajjiż fejn huma jkunu twieldu, jekk dan il-pajjiż ikun jaċċetta ċ-ċittadinanza doppja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-bidliet li seħħew fil-Kostituzzjoni fl-1989 kienu intiżi biex persuni mwielda Malta li akkwistaw (jew jakkwistaw) iċ- ċittadinanza ta' pajjiż ieħor bħala riżultat ta' emigrazzjoni, ikunu jistgħu iżommu kemm iċ-ċittadinanza Maltija kif ukoll dik tal-pajjiż fejn ikunu emigraw.", "M'hemmx il-ħsieb li jsir xi tibdil fis-sens li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "KUMMISSJONI EWROPEA - JOINT AVIATION AUTHORITY", "852.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li l-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li l-\"Joint Aviation Authorities (JAA)\" - li hija organizzazzjoni informali li ġiet formata fl- 1990 mill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ta' numru ta' pajjiżi Ewropej - tiġi trasformata f'organizzazzjoni internazzjonali li fiha l-Unjoni Ewropea nnifisha tkun membru sħiħ flimkien mal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni, jista' l-Ministru, in vista tal-fatt li Malta hija membru ta' din l- organizzazzjoni jgħid jekk Malta tappoġġjax din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea u għalhekk x'pożizzjoni fi ħsiebha tieħu Malta f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Qabel xejn nixtieq nagħmel klarifikkazzjoni dwar dak li ntqal mill-Onor.", "Interpellant.", "Nixtieq nippreċiża li l-JAA kienet ilha mwaqqfa fuq bażi nformali sa mill-1970; fl-1990 il-JAA ma baqgħetx aktar għaqda fuq bażi nformali iżda saret tifforma parti mill- European Civil Aviation Conference (ECAC).", "Wara din id-data l-ECAC ħadet l- inizjattiva li tagħti lill-JAA status legali u fl-1995 ġiet proposta li tiġi stabbilita' konvenzjoni għall-JAA.", "L-European Union Commission ippubblikat White Paper li l-għan tagħha huwa li titwaqqaf awtorita' waħdanija li tkun resposabbli għal sigurta' fl-avjazzjoni ċivili.", "Din l- awtroita' tmur 'il bogħod minn dak li huwa propost għall-konvenzjoni tal- JAA u għaldaqstant din il-proposta' ta' European Commission qegħda tiġi diskussa mill-membri ta' l-JAA kif ukoll mill-membri ta' l-ECAC u dawk membri tal-European Union.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru bosta mill-pajjiżi ta' l- Ewropa fosthom Malta huma membri biss tal-ECAC u tal-JAA filwaqt li 15 il- pajjiż ieħor huma membri ukoll tal-Unjoni Ewropja.", "Bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet fost dawn il-pajjiżi u organizzazzjonijiet u għaqdiet li għandhom interess fl-industrija ta' l-avjazzjoni ċivili biex jaraw kif ser jiġu milquta mill-proposti li hemm fil-White paper.", "Minħabba li għad m'hemmx qbil fuq il-forma u l-poteri ta' l-Awtorita' proposta mill- Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea m'iniex f'pożizzjoni li ngħid x'se jkun l- atteġġjament ta' Malta dwar din il-proposta.", "MAPPA TA' L-EWROPA - FLUS \"EURO\"", "853.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: In vista tal-fatt li Malta ma tidhirx fuq il-mappa ta' l-Ewropa li hemm fuq il-flus \"Euro\" preżentati f'Dublin fit-13 ta' Diċembru 1996, u peress li dawn se jkunu l-flus ta' l-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin, jaqbel il- Ministru li l-Gvern għandu jagħmel dak kollu li hu neċessarju sabiex Malta tiġi tidher fuq il-mappa ta' l-Ewropa ta' fuq l-\"Euro\" qabel ma jkun tard wisq għax hu importanti għall-imaġini u għall-prestiġju internazzjonali ta' Malta li Malta tkun tidher u dan indipendentement mill-fatt jekk Malta għadx tkun membru ta' l-Unjoni Ekonomika u monetarja Ewropea, jew le?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Naħseb li l-Onor Membru jaf li dak li qed jirriferi għalih mhux xi żvilupp riċenti.", "Waqt li napprezza l-interess tiegħu, naħseb li jagħraf li l-~Euro~ se tkun karta tal-flus ta` l-Unjoni Ewropea.", "AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA EUROPEA - ISTITUT", "854.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: In vista tal-fatt li l-Gvern Nazzjonalista kien qed jikkonsidra li Malta ssir Membru ta' l-Istitut għall-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea f'Maastricht, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni f'dan ir-rigward u jekk ittieħdet x'kienet id-deċiżjoni?", "Jekk għada ma tteħditx deċiżjoni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti huwiex fi ħsiebu jieħu deċiżjoni dwarha fi żmien qasir?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni li Malta ssir membru ta` l-istitut għall- Amministrazzjoni Pubblika Ewropea.", "Il-Gvern Malti għadu qed jistudja din il-proposta.", "KUMMISSJONI EWROPEA - ŻVILUPP TA' TEKNOLOĠIJA", "855.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-Kummissjoni Ewropea għadha kemm nidiet proġett għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda għall-Iskejjel sabiex ikun hemm \"multimedia\" ġeneralizzata fl-iskejjel u sabiex l-iskejjel jiġu konnessi ma' fondi ġodda ta' informazzjoni u tagħrif, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux fi ħsiebu jsegwi l-iżviluppi f'dan ir-rigward sabiex eventwalment nitolbu l-Unjoni Europea ħalli nibdew nipparteċipaw f'din l- inizjattiva aħna wkoll, minkejja li jkollna nħallsu għaliha minn butna dment li nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra.", "UNJONI EWROPEA - OSSERVATORJU PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "856.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: In vista tal-fatt li l-Osservatorju Permanenti dwar l-Ambjent fi ħdan l-Unjoni Ewropea għadu kemm fetah servizz ta' informazzjoni \"on line\" dwar l-ambjent fl-Ewropa, aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha ta' l-Unjoni Ewropea, jaħseb il-Viċi Prim Ministru li jkun tajjeb kieku l-Gvern Malti kellu jitlob lill- Unjoni Ewropea sabiex il-Maltin ukoll jingħataw aċċess għal dan is-servizz?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir din it-talba?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninsab ċert li l-Onor.", "Membru jaqbel miegħi li filwaqt li jkun tajjeb li ċ-`ċittadin` ikollu servizz ta` informazzjoni aċċettabbli `on line` dwar l-Ambjent fl-Ewropa, ikun aħjar li l-ewwel nikkonċentraw l-isforzi tagħna biex nirranġaw l-Ambjent ta` madwarna mill- istat traskurat u minsi li sibnieh fih.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU - TINDIF MIT-TIFRIK TAL-VEJIKOLI", "868.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Billi ħafna drabi jiġri wara inċidenti tat-traffiku ta' ċerta entita' li fit-triq fil-post ta' l-inċident jibqgħu iż-żjut u l-frak tat-tifrik tal- vejikoli involuti għal ħafna żmien wara - bħalma għad hemm fl-inċidenti li ġraw fl-ewwel ġranet tas-sena, jista' l-Ministru jara li tidħol id-drawwa li minnufih isir it-tindif meħtieġ u mhux noqogħdu nistennew li dan isir miż-żmien u l-karozzi li jgħaddu mit-triq?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PEMBROKE - REVERSE OSMOSIS - MODIFIKAZZJONIJIET", "869.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l- preparamenti li kienu nbdew mill-Gvern Nazzjonalista sabiex il-WSC jagħmlu modifikazzjonijiet fl-Impjant tar-Reverse Osmosis f'Pembroke sabiex jitnaqqsu l-ħsejjes mill-istess impjant?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PEMBROKE - SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU", "870.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke dwar ir-rotta l-ġdida u żieda fil-frekwenza tas-servizzi in vista taż-żieda fin- numru ta' residenti u l-iżvilupp turistiku fil-lokal?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li hemm mill-anqas tliet proposti differenti dwar l-estenzjoni tas-servizz tal-karozzi tal-linja f'Pembroke, u peress li għadu ma kienx hemm xi forma ta' qbil dwar liema minn dawn il-proposti tista' tibda sseħħ, hu mistenni li jsiru aktar diskussjonijiet bejn il-partijiet konċernati.", "PEMBROKE - PJAN FINALI TAL-PJAN T'AZZJONI", "871.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar milli toħroġ il-Pjan Finali tal-Pjan t'Azzjoni għal Pembroke li kien approvat u ppubblikat xhur ilu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirreferi għall-risposta mogħtija f`PQ numru 80 u nżid li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qiegħda fi stadju li tagħmel konsultazzjoni ulterjuri ma` aġenziji oħra qabel ma tippubblika il-Pjan.", "ANNIMALI - PROTEZZJONI", "872.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali ta' pajjiżna f'dik li hi protezzjoni ta' dawk l-ispeċi ta' annimali mhedda b'estinzjoni?", "Billi f'pajjiżi barra minn xtutna jsir kummerċ fl-esportazzjoni ta' dawk l-ispeċi, kif inhuma nformati id-delittanti Maltin?", "X'kien is-sehem ta' Malta fil-Konvenzjoni CITES?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-domanda ma taqax taħt il-Ministeru tiegħi.", "Nissuġġerixxi għalhekk lill-Onor.", "Membru, biex jagħmel din id-domanda lill- Ministru konċernat.", "RIŻERVI NATURALI", "873.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad- Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern il-ġdid dwar riżervi naturali?", "Se jinżammu r-riżervi li ġew stabbiliti fl- aħħar snin?", "Hemm xi ħsieb li jinħolqu riżervi naturali ġodda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA:Hemm `habitats` partikolari li jridu jkunu protetti, u hemm numru ta` postijiet li jridu jinżammu bħala `riżervi` naturali.", "Irid jinżamm ukoll bilanċ fil-kuntest ta` l-ispazju ristrett li għandna f`pajjiżna.", "Infakkar l-Onor.", "Interpellant li l-istess Awtorita` tal-Verifika, żmien ilu tat parir biex ċertu riżervi naturali ma jibqgħux meqjusa bħala tali!", "AMBJENT - TBATTIL TA' SKART INDUSTRIJALI", "874.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad- Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma d-diffikultajiet li qed jiltaqa' magħhom id-Dipartiment ta' l-Ambjent u dak tad-Drenaġġ fl- implimentazzjoni tar-regolamenti ġodda dwar it-tbattil ta' skart industrijali fis-sistema tad-drenaġġ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Billi t-tbattil ta` skart industrijali fis-sistema tad-drenaġġ hija responsabbilta' tat-Taqsima tad-Drenaġġ, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tax- Xogħolijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "AMBJENT - SUSTANZI LI QED JAGĦMLU ĦSARA LILL-OZONE LAYER", "875.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ħidma qed jikkoordina d-Dipartiment ta' l-Ambjent biex jonqos l-użu ta' sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ozone layer?", "Fiex wasalna fil-programm li kien inbeda biex fuq livell nazzjonali jkun hemm eliminazzjoni totali tas-CFC's f'Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kien hemm ħafna azzjonijiet siewja sabiex jonqos l- użu ta` CFC`s u sustanzi oħra li jagħmlu ħsara lill-`Ozone Layer`, fosthom:", "(i) Il-Preparazzjoni ta` dokument (Country Programme) sabiex jistudja l- effett fuq l-industrija lokali wara l-eleminazzjoni totali ta` dawn is- sustanzi, u l-istrateġija li għandha tiġi adottata.", "(ii) Il-ħruġ ta` Ordni (L.N. 70\\90) li tabolixxi l-użu ta` `CFC propellants` fi `spray packs` u ħruġ ta` regolamenti (L.N. 133\\95) li jirregolaw l-użu, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta` dawn is-sustanzi.", "Dawn ir-regolamenti qed jiġu nforzati, b`reqqa kbira, mill-`Pollution Control Co-ordinating Unit` tad-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Ambjent, u", "(iii) Servizz ta` pariri lill-industrija lokali dwar alternattivi għall- sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ozone layer.", "PULIZIJA - GĦASSA TA' ĦAL BALZAN", "897.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li Ħal-Lija li bħala parroċċa tinkludi wkoll lill-Iklin m'għandhiex għassa tal- pulizija, jista' l-Prim Ministru jistudja l-possibbilta' li jinstab post biex tinfetaħ għassa?", "Jaf il-Prim Ministru li l-eqreb għassa dik ta' Ħal Balzan, ma tkunx miftuħa fuq bażi regolari filwaqt li ta' Ħ'Attard tkun magħluqa wkoll?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalissa m'hemmx il-ħsieb li tinfetaħ għassa tal- Pulizija f'din il-lokalita'.", "Ninsab informat ukoll illi l-għassa tal- Pulizija ta' Ħal Balzan qed tkun miftuħa fuq bażi regolari, u tingħalaq meta il-kuntistabbli li jkun għassa jkun meħtieġ barra.", "L-Għassa ta' Ħ'Attard tinfetaħ skond l-esiġenza tas-servizz.", "SKEJJEL - PREVENZJONI MID-DROGA/ALKOĦOL", "898.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Għall-kumplament ta' din is-sena skolastika, jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex fost l-istudenti isir xogħol ta' prevenzjoni minn droga u alkoħol?", "Hemm xi għalliema li qed jingħataw xi taħriġ speċjali biex jkunu jafu jiddentifikaw xi student li jkun qed jabbuża minn droga u/jew alkoħol?", "Peress li jidher li hemm numru mhux ħażin ta' studenti li jabbużaw minn droga u/jew alkoħol, jeżisti unit fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex jilqa' għal din il-problema?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol ta' prevenzjoni kontra l-abbuż mid-droga u l-alkoħol jingħata l-importanza mistħoqqa mill-awtoritajiet edukattivi matul is-sena skolastika kollha u s-Sezzjoni tal-Guidance and Councelling Services huwa l-Unit li jwettaq ħidma relatata ma din il-problema.", "Fil-livell sekondarju dan is-suġġett jiġi wkoll ittrattat mill-għalliema tal-Personal and Social Education (PSE) b'mod interattiv ma' gruppi żgħar ta studenti.", "Minbarra li jingħataw it-tagħrif meħtieġ, l-istudenti jitgħallmu kif jieħdu deċiżjoni, ikunu aktar assertivi u jkabbru l-istima u l-fiduċja fihom infushom peress li dawn il-kwalitajiet huma vitali meta wieħed jiġi biex jiffaċja problemi li għandhom x jaqsmu ma l-abbuż tad- droga u l-alkoħol.", "Il-PSE jiġi mgħallem fl-ewwel sentejn fil-Junior Lyceums u fl-ewwel tliet snin fl-iskejjel sekondarji l-oħra.", "Barra minnhekk, id-dipartiment għandu team ta' għalliema tal-guidance biex fir-raba' sena tal-livell sekondarju l-istudenti kollha, kemm dawk fl- iskejjel statali kif ukoll privati jingħataw l-opportunita' li jattendu wkoll seminar relatat ma' dan is-suġġett.", "Kull seminar idum tlett ijiem u jinżamm f'wieħed minn żewġ postijiet attrezzati apposta.", "Dawn is-seminars huma magħrufa bħala Chemical Abuse Awareness Programme.", "Fil-livell ta' skola jsiru bosta attivitajiet oħra dwar xogħol ta' prevenzjoni.", "Id-dipartiment jikkopera ma' organizzazzjonijiet volontarji fi sforz komuni.", "Hekk per eżempju teżisti kooperazzjoni sħiħa ma' l- aġenzija SEDQA biex kemm fil-livell primarju kif ukoll sekondarju t-tfal jingħataw informazzjoni dwar dan is-suġġett kif ukoll jiġu mgħejjuna fil- formazzjoni ta' l-attitudnijiet tagħhom.", "F'dan il-proċess edukattiv hemm il-ħtieġa li l-ġenituri wkoll jagħtu sehemhom xi drabi f'attivitajiet organizzati permezz tal-Kunsilli Skolastiċi.", "Il-Guidance and Councelling Services Unit torganizza wkoll korsijiet għall-ġenituri (jissejħu Parenting Skills Programme) u dawn jgħinu għal trobbija aktar effettiva ta l-ulied.", "L-għalliema tal-Guidance and Counselling Services Unit diġa' ngħataw u se jkomplu jingħataw taħriġ speċjali dwar dawn il-programmi kemm minn esperti Maltin kif ukoll barranin li jinġabu għal dan il-għan, minn żmien għal żmien.", "Ta' min ifakkar li fl-iskejjel kollha hemm numru ta' għalliema tal- guidance li x-xogħol tagħhom huwa kkordinat minn numru ta' Counsellors ikkwalifikati.", "Madankollu, inżid ngħid li kull għalliem fl-iskola għandu dover li jagħti sehemhu fix-xogħol ta' prevenzjoni mid-droga u-jew l-alkoħol.", "Ħafna mix- xogħol irid isir b'metodu kross-kurrikulari mill-għalliema kollha u speċjalment dawk tal-Home Economics, Studji Soċjali, Reliġjon, Chemistry u Bioloġija.", "Għalkemm sar u qed isir ħafna ħidma, dan ix-xogħol irid jitkompla, jiġi intensifikat u jinbeda minn eta' aktar kmieni.", "\"PRE-BOOKED ACCOMODATION AND CATERING PACKAGES\" - TNEĦĦIJA TAL-VAT", "903.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: B'riferenza għat-tneħħija tal-VAT fuq \"pre-booked accomodation and catering packages\" u s-sostituzzjoni ta' din it-taxxa b'levy ta' 5% kif imħabbra mill-Ministru fid-Diskors tal-Budget, jista' l-Ministru jinforma l- Kamra jekk dan il-benefiċċju japplikax ukoll għal btajjel pre-booked li ma jkollhomx inkluż fil-prezz element ta' catering - bħal per eżempju btajjel self-catering f'appartamenti, aparthotels u complexes u f'lukandi u stabbilimenti oħra ta' akkomodazzjoni fuq bażi ta' \"bed only\"?", "ONOR.", "LINO SPITERI : Iva.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "906.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-Vot għat-Toroq ilaħħaq Lm4.5 miljun, jista' l- Ministru jgħid minn dan l-ammont hu maħsub li jintefaq għar-riabilitazzjoni u kisi ta' toroq fil-lokalitajiet li ġejjin:- San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija, Marsascala, Marsaxlokk, Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, l-Msida, Ta' Xbiex, Marsalforn, Xlendi?", "Liema huma t-toroq li ġew inklużi fil-pjan ta' xogħol tal-Ministeru?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol ta' riabilitazzjoni u kisi ta' toroq ivarja ħafna fin-natura tiegħu minn triq għal oħra minħabba n-natura tal- pedamenti, kostruzzjoni, klassifikazzjoni, wiegħsa u fatturi oħra relatati ma' t-triq.", "Għalhekk ma jkunx possibbli li jingħata minn qabel l-ammont li jkun se jintefaq fil-lokalitajiet fejn jkunu ser isiru dawn ix-xogħlijiet u li jiġu nklużi fil-pjan tax-xogħlijiet skond ir-riżorsi finanzjarji li minn żmien għal ieħor jkunu disponibbli fil-Vot għat-Toroq.", "BUĠIBBA - TISWIJA TAL-VENDA", "907.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex jikkonsisti x-xogħol proġettat biex tiġi rranġata l-venda ta' Buġibba u x'nefqa hemm maħsuba għal dan ix- xogħol?", "Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?", "Jista' l-Ministru jagħti ukoll l-istess dettalji dwar ix-xogħol proġettat biex tiġi rranġata l-venda tal-Belt Valletta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li oriġinarjament l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kienet qed tippjana li tuża art li hemm qrib il-venda temporanja f'Buġibba ħalli ssir venda ġdida.", "Għal dan l-iskop tħejjew id- disinni, iżda mbagħad il-kunsill lokali oġġezzjona għall-użu ta' dan is-sit bħala venda, u minflok issuġġerixxa sit alternattiv li jinsab viċin Triq il- Fliegu.", "L-art li hi f'post ċentrali ħafna, hi amministrata mill-Joint Office, iżda tinsab b'kirja għand it-Telemalta.", "Għal dan is-sit ukoll tħejjew il-pjanti, iżda jidher li t-Telemalta ma kenitx lesta titlaq din l- art minn idejha.", "Dan l-aħħar bdew jitħejjew disinnji għal sit alternattiv ieħor li jinsab viċin Triq Domenico De Nizza u li wkoll kien suġġerit mill- kunsill lokali.", "In-nefqa għal dan il-proġett se tkun ta' madwar Lm100,000.", "Jiena nformat ukoll li bħalissa l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed taħdem fuq short u medium term plans bl-skop li jsir upgrading tat-terminus eżistenti fil-Belt.", "Ix-xogħolijiet li qed ikunu ppjanati, u li għalihom qed tkun ivvotata s-somma ta' Lm100,000, jinkludu l-għoti mill-ġdid tat- tarmak; il-kisi tal-platforms (bankini) b'materjal speċjali; installazzjoni ta' bus shelters; twaħħil ta' information boards; u bini ta' faċilitajiet aħjar kemm għal dawk li jaħdmu f'dan is-settur kif ukoll għal min juża t- trasport pubbliku.", "PA - PA 7105/94", "908.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 356 li tirrigwarda l- permess tal-bini PA 7105/94, jista' l-Ministru jgħid għaliex f'paragrafu 4 tar-risposta jingħad li f'din l-area ma kienx jenħtieġ skema ta' bini peress li l-art hija \"village core\" meta mbagħad għal permess miċħud Nru. PA 3234/94 (li huwa parallel) qiegħed jiġi enfasizzat li dan jiġi kkonsidrat fil-local plan meta jinsab ukoll bħal \"village core\"?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦOL - KORRIMENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "912.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati korrimenti fuq il-post tax-xogħol matul is-sena 1996, xahar b'xahar, lid-Dipartiment tax-Xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul is-sena 1996, id-Dipartiment tax-Xogħol irċieva 30 notifikazzjoni ta` korriment fuq xogħol, imqassmin kif ġej:", "|Jannar |3 | |Frar |2 | |Marzu |3 | |April |2 | |Mejju |3 | |Ġunju |3 | |Lulju |1 | |Awwissu |3 | |Settembru|2 | |Ottubru |2 | |Novembru |5 | |Diċembru |1 |", "SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "913.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi waqt is-seduta tal-14 ta' Jannar, il-Ministru tal-Kummerċ semma l- importanza tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol fl-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid x'rabtiet hemm bejn l-Korporazzjoni Enemalta u l-Kummissjoni li tippromwovi s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ma jirriżultax li sal-lum saru xi kuntatti formali bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol.", "ETC - TALBIET", "914.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ (ETC) kellha talbiet biex tibgħat ħaddiema fis-settur privat matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru u kemm saru \"placements\" matul ix-xhur imsemmija (a) f'Malta u (b) f'Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-talbiet li l-Korporazzjoni għall-Impjiegi u t- Taħriġ, kellha biex tibgħat ħaddiema fis-settur privat kienu kif ġej:", "F`Novembru 1996 - Malta - 502 Ghawdex -8 F`Dicembru 1996 - Malta - 216 Ghawdex -11", "Filwaqt li l-`placements` kienu kif ġej:", "F`Novembru 1996 - Malta - 215 Ghawdex - 2 F`Diċembru 1996 - Malta - 131 Ghawdex - 4", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "915.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-benefiċċji minħabba korrimenti fuq il-post tax-xogħol lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul is-sena 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 1996, kien hemm 6,134 talba għal benefiċċju tal-korriment fuq il-post tax- xogħol.", "DJAR - BEJGĦ TA' PLOTS", "916.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-plots iżolati jew biċċiet ta' art żgħar li bħalissa jaqgħu taħt il-Joint Office hux se joħorġu għall-bejgħ lill-pubbliku?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa l- Uffiċċju Konġunt bħala prijorita' qiegħed jiddentifika \"plots\" li huma tajbin għall-bini u li qegħdin fil-\"Building Development Area\" għal skopijiet ta' żvilupp soċjali.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant ġiet maħtura Kummissjoni biex tiddentifika fl-iqsar żmien possibbli dawk l-artijiet kollha li huma tajbin għall-iżvilupp soċjali.", "VALLETTA/COTTONERA REHABILITATION COMMITTEE", "917.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx jew hux se jkun hemm bidla fil-policy tal-Gvern preżenti rigward il-Valletta Rehabilitation Committee u l-Cottonera Rehabilitation Committee?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalissa qed jiġu studjati l-\"guidelines\" li fuqhom jimxu l-Kumitati tar-Riabilitazzjoni.", "Dan l-eżerċizzju għadu mhux komplut.", "TA' QALI ACTION PLAN", "918.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux jew intalbux li jsiru tibdiliet fit-Ta' Qali Action Plan li kien kważi lest sabiex ikun approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li dan il-Pjan ikun approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.JOHN ATTARD MONTALTO: Iva, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar talbet modifiki għall-pjan dwar l-estate industrijali/artiggjanali ta' Ta' Qali.", "Ta' min wiehed jinnota li għalkemm dan il-pjan ġie preżentat snin ilu, ma tantx jidher li kien hemm ħeġġa biex dan jigi approvat.", "Dan il-Ministru ma jistax jgħid meta huwa mistenni li dan il-pjan jigi approvat, iżda jista' biss jgħid li huwa mixtieq li dan iseħħ mill-aktar fis possibbli.", "Inżid, madankollu, illi minn meta bdejt nokkupa din il-kariga ħadt ħsieb li nara li l-estate ta` Ta' Qali jitnaddaf u ma jibqax il-post żdingat li kien.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - SURVEYS", "919.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi studji u \"surveys\" kienu ikkummissjonati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dawn l-aħħar ħames snin, minn min saru, kemm minnhom tlestew, u kemm ħallset l-Awtorita' għal dawn l- istudji?", "ONOR.", "GEORGE VELLA:L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - QBID TA' SNIETER U SHOT GUNS", "920.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 549, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet fejn ingħataw lura dawn is-seba' senters?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-lokalitajiet fejn ingħataw lura s-seba' snieter huma: Żebbuġ, Żejtun, Sliema, Naxxar u Żabbar.", "QORTI - ATTI NUTARILI", "923.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex atti nutarili (Reġistri) ta' qabel il-1950 ikun hemm il-possibbilta' li jiġu depożitati f'post ieħor oltre l-Arkivji ta'l-Atti oriġinali u li jkunu fil-kustodju tal-Gvern?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Interpellant hu informat illi r-Reġistri kollha ta' l-Atti Notarili diġa' jinsabu depożitati f'post differenti minn fejn huma depożitati l-Atti Oriġinali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jissuġġerixxi li r-Reġistri, li tagħhom huma Konservaturi n-Nutara Pubbliċi, jiġu miġbura mill-Gvern, ninformah li dan mhuwiex prattiku għal diversi raġunijiet kemm ta' spazju, kemm ta' finanzi u kemm ta' rizorsi umani.", "ĦABS ĊIVILI - DETENUTI", "924.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk detenuti fil-Ħabs għandhomx dritt ta' użu ta' computers għal skopijiet edukattivi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-librerija tal-Ħabs ta' Kordin hemm numru ta' computers, biex jintużaw għal skopijiet edukattivi, għad-dispożizzjoni tad- detenuti.", "Peress li bħalissa qed isir xogħol strutturali fil-librerija, l-użu ta' dawn il-computers kellu jiġi ristrett.", "Hemm ukoll computer fid-diviżjoni numru 7 li jintuża biss mill-priġunieri ta' din id-diviżjoni.", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI KORRETTIVI - RAPPORT ANNWALI", "925.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm jiswa kuljum kull detenut fil-Ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Skond ir-Rapport Annwali tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi għas-sens 1995, kull detenut sewa Lm16.06 kuljum.", "Dettalji ta' kemm sewa kull detenut fl-1996 għadhom qed jinħadmu.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - APPLIKAZZJONI PA 1698/95", "926.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra għaliex l-applikazzjoni PA 1698/95 għadha pendenti minkejja li xhur ilu ġejt informat verbalment li m'hemmx problema sabiex jinħareġ tali permess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Rigward l-applikazzjoni PA 1698\\95, għalkemm l- uffiċjal responsabbli kien diġa' għamel ir-rapport fuq il-każ żmien ilu, inħass il-bżonn illi ssir spezzjoni fuq il-post sabiex jingħataw iżjed dettalji fir-rapport.", "Ir-rapport finali għandu jitlesta fi żmien qasir.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "927.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-possibbilta' li minħabba t-talba ta' anzjani li dejjem qegħda tikber biex jidħlu f'dar ta' l-anzjani; il-Gvern jikkonsidrax fl- affermattiv, li jagħmel kuntratti ta' akkomodazzjoni full board ma' entitajiet privati li qegħdin jipprovdu dan is-servizz?", "Jidhirlu l-Ministru illi l-offerta tal-Kumpannija Old Age Concern Ltd, bis-sede fil-Mosta li tipprovdi dawn is-servizzi b'madwar Lm10 kuljum jiġi kkonsidrat favorevolment u jiġi effetwament attwat għat-talbiet magħmula mir-residenti tal-Mosta li ma jistgħux jiġu akkomodati fid-dar ta' l- Anzjani ta' l-istess lokal?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-futur qarib m`hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħmel kuntratti ta` akkomodazzjoni ma` entitajiet privati li qegħdin jipprovdu servizzi ta`akkomodazzjoni lill-anzjani.", "Din il-possibbilta' fil-futur mhix eskluża.", "SPTAR CAPUA PALACE", "928.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux minnu li l-Gvern qed jiġi jew ġie avviċinat sabiex jixtri/jieħu l- pussess/jakkwista il-pussess jew il-ġestjoni ta' Capua Palace Hospital sabiex fih jiġu kkurati każi ta' kardjoloġija?", "Huwa minnu li l-istess japplika fir-rigward ta' Saint Philip's Hospital li hu intiż li jintuża għal xi każi oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Gvern preżenti huwa favur l-isptarijiet u kliniċi privati u jħalli l-ispazju kollu biex dawn jipprattikaw f`Malta skond ir-regoli li joħroġ id-Dipartiment tas-Saħħa.", "Fil-preżent il-Gvern qed juża s-servizzi ta` Capua Palace Hospital għal każijiet urġenti ta` Kardjoloġija.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET SOĊJALI", "936.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti dettalji dwar kemm kien in-numru ta' applikanti għal- akkomodazzjoni soċjali fl-aħħar ta' l-1996?", "Min liema lokalita' kienu dawn l-applikanti?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Nirriferi l-Interpellant għar-risposta tal- mistoqsija parlamentari numru 720.", "WSC - BDIL TA' MAINS TA' L-ILMA", "937.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-mains ta' l-ilma li nbiddlu fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Xemxija matul l-aħħar ħames snin, mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "Kemm kien in-numru ta' house connections li nbiddlu f'dan l-istess perjodu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MELLIEĦA - TA' PENNELLU - ĠNIEN", "938.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex flimkien mal-Ministeru responsabbli mid-Djar jitkompla x-xogħol fuq il-ġnien li kien qed jiġi ppjanat f'Ta' Pennellu, Mellieħa bejn it-Triq is-Sifa u Triq Napuljun Caruana Dingli?", "Billi sit indikat kien diġa' ġie spezzjonat minn periti tad-Dipartiment tad-Djar xi xhur ilu u saru wkoll diskussjonijiet dwar dan ix-xogħol mal- kunsilli lokali, jista' jiġi assigurat li x-xogħol meħtieġ jitkompla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mhux magħruf li sar xi xogħol fis-sit imsemmi, għad li l-idea ta' ġnien pubbliku ġiet ikkonsiderata f'xi ħin bħala parti mill-programm tad-Dipartiment tal-Bini u Manutenzjoni tad-Djar.", "SPTARIJIET MONTE CARMELI/SAN VINCENZ DE PAULE - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "939.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li joqogħdu f'Mount Carmel u f'San Vinċenz de Paule minħabba li m'għandhomx familjari sabiex jieħdu ħsiebhom?", "Kemm minnhom għandhom diżabilita' mentali u kemm minnhom għandhom diżabilita' fiżika?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` persuni b`diżabilita` li joqogħdu f`Mount Carmel u f`San Vincenz de Paule li m`għandhomx familjari min jieħdu ħsiebhom huwa hekk;", "| |Numri |Numri | | |totali |ta` | | |ta` |dawk li| | |persuni |m`għand| | |b`disabi|homx | | |lita |familja| | | |ri | |Mount Carmel |229 |46 | |Hospital | | | |San Vincenz de|57 |20 | |Paule | | |", "Il-persuni b`diżabilita` mentali u dik fiżika huma mqassma hekk:", "| |B`disa|B`disa|Disib| | |bilita|bilita|ilita| | |` |` |` | | |Mental|Fiżika|Menta| | |i | |li u | | | | |Fiżik| | | | |a | |Mount Carmel |92 |103 |34 | |Hospital | | | | |San Vincenz |16 |17 |24 | |de Paule | | | |", "QORTI - KSUR TA' COPYRIGHT TA' SOFTWARE", "940.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn każijiet s'issa fil-Qorti dwar ksur ta' \"copyright\" ta' \"software\" tal-computers mindu ġiet emendata l-Liġi fl- 1992?", "X'kienet is-sentenza li ngħatat f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-1992, meta ġiet emendata l-Liġi relevanti, sas- 17 ta' Jannar, 1997, ġew imressqa quddiem il-Qorti żewġ każi ta' ksur ta' copyright ta' software tal-computers.", "Dawn iż-żewġ każi għadhom pendenti quddiem il-Qorti.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ LIMBORDIN - MANUTENZJONI", "989.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jieħu l-passi neċessarji biex it-Triq ta' Limbordin l/o San Pawl il-Baħar tiġi rranġata kemm jista' jkun malajr wara li xi ġimgħat ilu kien sar xogħol fuq it-tqegħid tal-cable f'din it-triq?", "X'wassal biex din il-parti tat-triq ma ġietx irranġata meta l-kumplament tat-triq ġiet mogħtija wiċċ ġdid?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol qiegħed isir mill-kuntrattur ta' l- Enemalta u l-Onor.", "Interpellant mitlub jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "UNIVERSITA' - STUDENTI GĦAWDXIN", "990.", "L-ONOR.ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'residenza f'Għawdex li qed jattendu l-Universita' f'Malta u x'korsijiet qed isegwu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "GĦAWDEX - TITJIB TA' SERVIZZ TA' TRASPORT BEJN IL-GŻEJJER", "991.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Billi s-servizz tat- trasport bejn Għawdex u Malta u lura huwa kkonsidrat ukoll bħala servizz infrastrutturali għal Għawdex meħtieġ daqs is-servizz ta' l-ilma u dawl u servizzi essenzjali oħra għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-ġżira, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex se jikkonsistu l-miżuri fit-titjib tal- kondizzjonijiet tat-trasport bejn Malta u Għawdex kif imwiegħed fil- programm elettorali tal-MLP \"iċ-Ċittadin l-Ewwel\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Gvern jirrikonoxxi l-importanza li jkun hemm servizzi adegwati u effiċjenti ta' trasport bejn Malta u Għawdex, fost l- oħrajn, għal skopijiet soċjali, edukattivi u ta' xogħol; għall-iżvilupp turistiku; għall-importazzjoni ta' provvisti meħtieġa; u għall- esportazzjoni tal-prodotti tal-gzira.", "Jenħtieġ li jkun hemm titjib fis-servizzi li jġibu iktar benefiċċju għal Għawdex u li jiffaċilitaw it-tkabbir ta' l-attivita' ekonomika u soċjali f'Għawdex.", "Il-miżuri meħtieġa f'dan ir-rigward ikunu nkorporati fil-Pjan ta' Żvilupp għal Għawdex li jrid jitfassal mill-Kunsill Reġionali li se jitwaqqaf.", "Il- Gvern jagħmel il-proposti tiegħu lill-Kunsill.", "Diġa' tħejjew proposti li jkomplu jiġu żviluppati.", "Sadanittant irid ikun ġurat li jingħata l-aħjar servizz possibbli.", "GĦAWDEX - PASSIĠĠIERI/ VETTURI LI QASMU L-GŻEJJER", "992.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri u kemm ta' vetturi li qasmu bejn il-gżejjer fuq il-mezzi tat-trasport tal-Gozo Channel mill-ewwel t'Ottubru 1995 sa l-aħħar ta' Settembru 1996, jiġifieri matul is- sena finanzjarja tal-kumpannija?", "Kemm mill-passiġġieri kienu b'residenza f'Għawdex, kemm b'residenza f'Malta u kemm minnhom kienu barranin?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' passiġġieri u vetturi li qasmu bejn il-gżejjer mill-1 ta' Ottubru 1995 sat-30 ta' Settumbru 1996 kien kif ġej:-", "|Numru ta' passiggieri |2,729,74| | |1 | |Vetturi |633,762 | |Passiggieri b'residenza|816,064 | |f'Ghawdex | | |Passiggieri b'residenza|910,363 | |f'Malta | | |Barranin |1,003,31| | |4 |", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - VETTURI", "993.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dawn il-vetturi:", "Fiat Uno 0-3653; Fiat Uno 0-3654; Fiat Uno 0-0048; Fiat Uno 0-3655; Mazda U-1160; Fiat Uno U-5921; Mazda U-3071; Mazda U-1161; Mazda U-1159; Mazda B- 1094 u Mazda O-0573.", "X'kondizzjonijiet kien hemm fuqhom: (a) jekk kienx b'xiri jew kiri; (b) jekk b'kiri mingħand min?", "Jekk ġew mibjugħa, lil min u meta u fejn ħarġet l-offerta għall-bejgħ u kemm kien il-prezz li bih ġew mibjugħa kull waħda?", "Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-vettura Alfa Romeo metallic silver li kienet tintuża miċ-Chairman?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li:", "Fiat Uno O-3653 Mikrija minn Sterling Parks u ritornata Fiat Uno O-3654 \" \" \" Fiat Uno O-3655 \" \" \" Fiat Uno O-5921 \" \" \"", "Skond riżoluzzjoni tal-Bord tad-Diretturi, il-vetturi hawn taħt imsemmija ġew evalwati indipendentament u l-impjegati li qabel kienu jużawhom ingħataw l-opportunita' li jixtruhom b'dak il-prezz.", "Mhux kullħadd ħa din l-opportunita u xi uħud mill-karozzi ġew mibjugħa lil-terzi persuni, bi prezz stabbilit mill-evalwazzjoni.", "|Fiat Uno |mibjugha lil |Lm1,50| |O-0048 |Emanuel |0 | | |Briffa | | |Mazda 323 |mibjugha |Lm2,50| |U-1159 |lill-Corinthi|0 | | |a Group | | |Mazda 323 |mibjugha lil |Lm2,50| |U-1160 |Mario Cuomo |0 | |Mazda 323 |mibjugha lil |Lm2,50| |U-1161 |Norman Cassar|0 | |Mazda 323 |mibjugha lil |Lm2,50| |U-3071 |Austin |0 | | |Calleja | | |Mazda 323 |mibjugha lil |Lm2,50| |O-0573 |Charles Abela|0 | |Mazda 323 |mibjugha lil |Lm2,00| |B-1094 |Louis |0 | | |Filletti | |", "L-Alfa Romeo li kienet tintuża' mic-chairman ingħatat lura lill-Muscats Motors b'part exchange ma' Alfa Romeo simili.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA GĦAWDXIN", "994.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 360 u billi l- Ministru wieġeb għax-xahar ta' Settembru minflok għax-xahar ta' Novembru kif mitlub, jista' issa jagħti l-istess tagħrif mitlub kemm għax-xahar ta' Novembru kif ukoll għax-xahar ta' Diċembru 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Iċ-ċifri mitluba għax-xahar ta` Novembru (mistoqsija parlamentari numru 360) u ta` Diċembru ma jistgħux jingħataw għaliex għadhom qegħdin jinġabru.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PERMESSI TAL-ĦWIENET", "996.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 483 dwar permessi tal- ħwienet, ġaladarba dawn il-ħwienet qegħdin joperaw mingħajr liċenzja tal- pulizija, lanqas permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'għandhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l- Enforcement Unit ta` l-Awtorita ta` l-Ippjanar qiegħda tindaga fuq dawn l- applikazzjonijiet tat-triq inkwistjoni sabiex tkun tista tieħu l-passi neċessarji fuq kull kas, fejn m'hemmx permessi.", "Mhux neċessarjament li jekk m`hemmx liċenzja tal-pulizija ma` hemmx permess ta` l-Awtorita ta` l- Ippjanar.", "L-applikazzjonijiet li jeżistu fi Triq l-Imdina, f`Ħaż-Żebbuġ tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DIPARTIMENT TAD-DJAR - KIRI TA' KAROZZI", "997.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 721 magħmula mill-Onor.", "Austin Gatt, jista' l-Ministru jgħid meta u mingħand min inkrew il-karozzi li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Housing u d-Dipartiment ta' l-Awtorita' tad-Djar li jaqgħu taħtu?", "Għalkemm żmien inkrew?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Qed nagħti l-informazzjoni addizzjonali mitluba dwar karozzi mikrija:-", "|Entita' |Data mikrija | |Ministeru |2 karozzi - | | |01.11.96 (1) | | |karozza waħda - | | |06.11.96 (2) | | |karozza waħda - | | |08.11.96 | | |karozza waħda - | | |25.11.96 | |Dipartiment |karozza waħda - | |ta' |13.09.96 | |Akkomodazzjoni| | |Soċjali | | | |karozza waħda - | | |27.07.96 | |Dipartiment |8 karozzi - | |ta' Bini u |13.09.96 | |Tiswija | | |tad-Djar | | |Uffiċju |karozza waħda - | |Konġunt |27.03.96 | | |karozza waħda - | | |10.04.96 | | |karozza waħda - | | |04.09.96 |", "Il-karozzi fl-ewwel tliet entitajiet kollha nkrew mingħand il-Butterfly Garage Ħamrun il kien ħa il-kuntratt ta' l-ex Ministeru ta' l-Ikel, Agrokoltura u Sajd, skond il-kuntratt datat 14 ta' Awissu 1996 (mhux 20.05.96 kif hemm fil-PQ 721/9) ħlief għal dik tad-Direttur ta'l- Akkomdazzjoni Soċjali li ilha tinkera mill-Buvell Garage ta' Ħal Qormi mill- 1987.", "Il-karozzi ta' l-Uffiċċju Konġunt inkrew mingħand R.Bezzina Car Hire Ltd.", "Bugibba fi Frar 1996.", "Il-karozzi kollha jinkrew \"as and when required\".", "(1) il-kirja ta' waħda minnhom twaqqfet fis-17.01.97 (2) użata mis-Segretarju Permanenti", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVA", "998.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'kien in-numru ta' talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni soċjali bejn is- snin 1970 sa l-1995, sena b'sena?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jiena informat illi m'hemmx statistika għall- perjodu 1970 sal-1987.", "Għan-numru bejn l-1988 sal-1995, l-Interpellant hu mitlub jara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 720.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVA", "999.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 720, jista' l-Ministru jgħid x'kien in- numru ta' talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva quddiem id- Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali fit-30 ta' Settembru, 1996 maqsuma fuq bażi ta' lokalita'?", "Jista' l-Ministru għal kull lokalita' jindika:- (a) in-numru ta' applikanti f'\"age groups\" ta' għaxar snin; (b) kemm applikanti huma miżżewġin \"single parents\" jew romol; (c) in-numru ta' applikanti skond is-snin li ilhom japplikaw u (d) in-numru ta' applikanti skond in-numru ta' tfal li għandhom?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar 'Single Parents' l-Interpellant hu mitlub jara r-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 720.", "F'Settembru in-numru ta' dawn kien ta' 65.", "DJAR - IMPJEGATI", "1000.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 722, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-istaff complement ta' l-Awtorita' tad-Djar u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu, liema informazzjoni tkun maqsuma skond kull grad?", "Jista' wkoll jgħid jekk kienx hemm nuqqas ta' ħaddiema fl-istess gradi fit- 30 ta' Settembru 1996?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - SKEMI TA' GĦAJNUNA", "1001.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 719, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l- iskemi ta' għajnuna maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-1976 u April 1987?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull skema: (a) meta bdiet u meta spiċċat? (b) kemm persuni applikaw u kemm ibbenefikaw? (c) kemm inħarġu flus f'benefiċċji?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi ma kenitx tinzamm statistika għall-perjodu msemmi.", "DJAR - SKEMI TA' GĦAJNUNA", "1002.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 718, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l- iskemi ta' għajnuna maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar bejn l-1976 u April 1987?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull skema: (a) meta bdiet u meta spiċċat? (b) kemm persuni applikaw u kemm ibbenefikaw? (c) kemm inħarġu flus f'benefiċċji?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat li ma nstabux records ta' skemi u d- dati tagħhom ta' bejn 1976 u 1987.", "Minn kotba ta' bejgħ ta' l-Awtorita' tad-Djar jirriżulta li bejn 1976 u April 1987 saru 401-il kuntratt ta' bejgħ ta' residenzi tal-Gvern lill- inkwilini.", "PRODOTTI ĊEREALI - IMPORTAZZJONI", "1011.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu sena b'sena mill-1981 sa l-1996: (1) it-tipi (prodotti) ta' ċereali importati? (2) l-ammont ta' kull tip ta' ċereali (kgs); (3) il-valur ta' kull prodott impurtat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Interpellant ġentilment mitlub jirriferi għat- `Trade Statistics`.", "PITKALIJA - BEJGĦ TA' FROTT", "1012.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1981 sa l-1996: (1) liema tip ta' frott inbiegħ mill-pitkaliji; (2) l-ammont (kg) ta' kull tip ta' frott; u (3) Il- valur annwali mħallas lill-bdiewa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BDIEWA - BINI TA' \"GLASS HOUSES\"", "1013.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1981 sa l-1996 kemm: (1) ingħatat għajnuna finanzjarja lill-bdiewa f'bini ta' \"glass houses\"; (2) x'\"area\" ġiet żviluppata għal dan l-iskop (ta' greenhouses)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BIEDJA U SAJD - GROSS DOMESTIC PRODUCTS", "1014.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1981 sa l-1996, kemm kien il-kontribut perċentwali għall-Gross Domestic Products tal-pajjiż mill-oqsma tal-Biedja u Sajd kif ukoll kemm kien kull ammont annwali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari numru 1014 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BIEDJA - \"SECOND CLASS WATER\"", "1015.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' provvista ta' \"second class water\" għall-użu ta' irrigazzjoni fit- Tramuntana tal-pajjiż?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA:Peress li f'dan l-istadju jinsabu għaddejin diskussjonijiet bejn il-Ministeru tiegħi u l-Ministeru tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni fuq dan is-suġġett, inkun f'pożizzjoni li nirrispondi għal din il-mistoqsija f'seduta oħra.", "MDP - PRODOTTI TAL-ĦALIB", "1016.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l- Ministru jgħid, sena b'sena minn meta bdew jiġu prodotti l-\"yoghurt\" il- \"fresh pasteurised skimmed milk\" kif ukoll il-\"mozzarella cheese: (1) Kemm ammont (kgs) ta' kull prodott ġie manifatturat; u (2) il-valur annwali ta' kull prodott?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor Membru l-MDP Ltd. hija ditta kummerċjali privata u għalhekk l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u ma tistax tingħata.", "TURIŻMU - VOT TA' LM500,000", "1017.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-mod kif u l-irjus li taħthom se jiġi allokat u minfuq il-vot ta' Lm500,000 mill-Protokoll ma' l-Italja li ġie provdut għas-sena finanzjarja 1997 fl-Estimi tal-Gvern li għadhom kif ġew imressqa quddiem il-Kamra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Risposta tinghata f'xi seduta ohra.", "ECONOMIC SURVEY", "1018.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tabelli pubblikati fl-Economic Survey minn paġna 139 sa paġna 153, jista' l-Ministru jipprovdi l-Kamra bl-aħħar update riċenti f'kull każ?", "ONOR.", "KARMENU VELLA:It-tabelli indikati huma numerati 5.1. sa 5.7.", "Dawn it-tabelli huma kollha aġġornati kif rikjest mill-Onor.", "Interpellant, bl- eċċezzjoni tat-tabelli 5.1u 5.3, li jirriferu għall-informazzjoni għal kull kwart ta sena u għalhekk jiġu aġġornati biss meta tingħalaq l-istatistika ta l-1996.", "Rigward it-tabella 5.7 s'issa m'hemm l-ebda tibdil.", "TABLE 5.2 Monthly Tourist Arrivals", "| |1993 |1994 |1995 |1996 | |OCTOBER |107,0|115,4|102,7|96,79| | |00 |96 |32 |4 | | |944,7|1,055|1,004|943,0| |January-O|99 |,056 |,411 |87 | |ctober | | | | | |% CHANGE |5.35 |11.67|-4.80|-6.11|", "TABLE 5.4 Tourist Arrivals by nationality", "JAN - OCT 1996", "|UNITED KINGDOM |347,101| |GERMANY |167,639| |ITALY |80,490 | |FRANCE |59,559 | |NETHERLANDS |44,468 | |SCANDINAVIA* |37,837 | |LIBYA |45,468 | |BELGIUM |20,364 | |AUSTRIA |14,364 | |SWITZERLAND |17,905 | |USA |10,448 | |OTHERS |97,444 | |TOTAL |943,087|", "* figure includes Denmark, Finland, Norway and Sweden.", "TABLE 5.5 Main Types of Tourist Accommodation", "BEDS - Dec - 96 HOTELS FIVE STAR 1,774 FOUR STAR 10,153 THREE STAR 8,500 TWO STAR 2,377 ONE STAR 372 TOTAL 23,176", "VILLAGE-COMPLEXES APARTHOTELS FIRST CLASS 7,398 OTHER 6,104 TOTAL 13,502", "GUEST HOUSES FIRST CLASS 358 OTHER 1,016 TOTAL 1,374", "HOSTELS 100", "HOLIDAY FURNISHED ACC.", "8,025", "TABLE 5.6 Hotel Monthly Occupancy Levels", "|1996 |5-ST|4-ST|3STA|2-ST|1-ST|COMP| | |AR |AR |R- |AR |AR |-VIL| | | | | | | |L & | | | | | | | |APAR| | | | | | | |T | | | | | | | |HOTE| | | | | | | |LS | |APRIL |66.8|70.5|43.7|34.2|6.8 |53.2| |AVERAG|47.1|54.8|36.9|21.9|4.0 |41.8| |E | | | | | | |", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA", "1031.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' nies li kienu jaħdmu bi qliegħ f'Malta u f'Għawdex fl-aħħar ta' Novembru 1996 f'kull qasam tal-ħidma ekonomika f'Malta kif ukoll igħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawk li jaħdmu bi qliegħ kellhom xogħol part-time bħala l-impjieg prinċipali tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B`riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1031, iċ-ċifri mitluba tan-nies li kienu jaħdmu bi qliegħ f`Malta u f`Għawdex fl- aħħar ta` Novembru 1996 f`kull qasam ta` ħidma ekonomika, ma tistax tingħata peress li l-informazzjoni għadha qegħda tinġabar.", "BORDIJIET/KUMMISSJONIJIET TAL-GVERN", "1034.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 388 ċioe' jgħid (a) kemm ġew kostitwiti Bordijiet u Kummissjonijiet mill-Gvern mill-elezzjoni 'l hawn; u (b) n-numru u l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li ġew maħtura f'dawn l- istess Bordijiet u Kummissjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni korretta sat-8 ta' Jannar 1997 hi dik li tinsab fit-tabelli li se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta.", "TAL-QROQQ - PROGRAMM TA' XOGĦLIJIET", "1036.L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif huma mqassma l-fażijiet tal- programm ta' xogħlijiet fuq ir-road network il-ġdid ta' Tal-Qroqq?", "X'inhuma d-dati li fihom huwa mistenni li titlesta kull fażi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Ix-xogħol li qed isir tal-Qroqq huwa fi stadju fejn id-diversi fażijiet huma ntegrati ġo xulxin u għalhekk wieħed ma jistax jitkellem fuq tlestija ta' fażi qabel oħra.", "Fil-programm ġenerali li ssottometta riċentament il-kuntrattur, il-'handing over' tal-proġett mistenni li ssir għall-aħħar ta' Marzu ta' l-1997.", "SKEJJEL:STATALI - GĦALLIEMA", "1038.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem/a mill- iskejjel statali kollha bdew jaħdmu f'segretarji jew uffiċċji ta' Ministeri jew Segreteriji Parlamentari mis-27 ta' Ottubru, 1996?", "Jista' l-Ministru jagħti lista persuna persuna fejn qed jaħdmu llum u f'liema skola kienu jaħdmu qabel is-27/10/96?", "Jista' l-Ministru jinforma min issotitwixxa lil kull persuna f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hemm żewġ Kapijiet ta Skola, Assistnet Kap ta Skola, tlett Għalliema u żewġ Instructors li bdew jaħdmu f Segreterija jew uffiċċju ta Ministri jew Segretarji Parlamentari: Lista ta' dawn il-persuni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta għall-informazzjoni ta l-Onor.", "Interpellant.", "ENEMALTA - AVERAGE DEMAND TA' L-ELETTRIKU", "1039.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-average demand ta' l-elettriku lill- Korporazzjoni Enemalta fil-ġimgħa li bdiet 05/01/97 u spiċċat fit-12/01/97?", "Kemm kien hemm turbini u boilers out of order illum (15/1/97) minħabba ħsarat jew manutenzjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT::: L-`average demand` ta` l-elettriku għall-perjodu indikat mill-Onor.", "Membru kienet ta` 209 Megawatts.", "KOPERATTIVI ĠODDA", "1040.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati koperattivi ġodda matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru u x'inhu l-isem tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul ix-xhur ta` Novembru u Diċembru 1996, ma ġiet reġistrata ebda koperattiva ġdida, waqt li l-Bord tal-Koperattivi kompla jistudja l-applikazzjonijiet imressqa minn gruppi diversi ta` ħaddiema interessati li jwaqqfu koperattivi ġodda.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ NIGEL DENNIS", "1044.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga kif Triq Nigel Dennis, f'Wied il-Għajn saret sqaq, peress li nbena ħajt privat f'wieħed mit-truf tagħha?", "Peress li din it-triq tħalliet abbandunata għal ħafna żmien u fil-preżent din it-triq hija mimlija ħofor, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li din it-triq tiġi asfaltata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fit-tarf tat-Triq Nigel Dennis, Wied il-Għajn hemm talba (PA/1195) biex jinħareġ permess għal l-iżvilupp ta' ġnien bħala estenzjoni għal lukanda fil-qrib.", "Jirriżulta illi s-sid ta' dan is-sit għalaq il-parti li trid titħalla għat-triq b'żewġ ħitan u qed jittieħdu passi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar b'\"enforcement notice\" biex il- pożizzjoni tiġi rregolarizzata.", "Għar-rigward ta' l-istat tat-triq, sakemm ikun jista' jingħata l-asfalt fiha il-formazzjoni u ż-żamma fi stat tajjeb trid issir minn min għamel żvilupp u bena bini li jħares għal fuq din it-triq.", "MARSAXLOKK - TAS-SILĠ - ILMA TAT-TISQIJA", "1045.L-ONOR. JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li l-bdiewa f'Tas-Silġ, limiti ta' Marsaxlokk, ilhom is-snin jilmentaw min- nuqqas ta' distribuzzjoni ta' ilma tat-tisqija fl-għelieqi tagħhom bil- konsegwenza li wħud minn dawn il-bdiewa qegħdin isofru minn danni kull meta l-ilma jfur minn ġiebja li hemm f'dawn l-inħawi kawża ta' diżlivelli bejn il-ġibjuni u meta l-bdiewa ressqu l-ilmenti tagħhom quddiem l- Amministrazzjoni Nazzjonalista ma sar xejn, u barra minn hekk din il-parti tħalliet barra mill-up-grading ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin, jista' l- Ministru jinvestiga u possibiliment jara li din il-parti tkun inkluża in vista ta' l-up-grading ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA:Hekk kif kont informat b'din il-problema tlabt li jsiru diskussjonijiet bejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-uffiċjal inkarigat mill-Impjant ta' Sant'Antnin sabiex isiru x-xogħolijiet meħtiega ħalli l-ilma jkun jista jittella fil-ġibjun ta'ħdejn il-fortizza Tas-Silġ.", "Qiegħed isir koordinament sħiħ bejn iż-zewġ dipartimenti sabiex dan ix- xogħol jigi inkluż fil-kuntratt ta' l-upgrading ta' l-Impjant ta' Sant' Antnin.", "Jekk dan ix-xogħol iseħħ, barra milli jsolvi l-problema eżistenti ta'dawn il-bdiewa, jkun ukoll possibli li raba ieħor li qabel ma kienx milħuq, jissaqqa bl-ilma ta' San Antnin.", "SPTAR CAPUA PALACE - CARDIAC SURGERY", "1046.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-privat li permezz tagħhom il-Gvern xtara xi forma ta' servizz tas-saħħa mis-26 ta' Ottubru sal-lum, kif ukoll huwa mitlub jgħid jekk fil-preżent huwiex qiegħed jinnegozja jew jikkonsidra li jinnegozja xi ftehim ġdid għax-xiri ta' servizzi tas-saħħa mingħand is-settur privat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-10 ta` Jannar, 1997 intlaħaq ftehim temporanju ma` l-Isptar Capua Palace biex każijiet urgenti ta` Cardiac Surgery jiġu operati hemmhekk.", "Possibbiltajiet oħra fil-futur qed jiġu studjati.", "SPTAR CAPUA PALACE", "1047.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq dan l-aħħar mas-sidien ta' sptar privat f'Malta li bih il-Gvern xtara servizzi tas-saħħa li ma setgħux jiġu provduti fl-isptarijiet tal-Gvern, liema ftehim issemma minnu waqt il- ħin tal-mistoqsijiet fis-Seduta Nru. 10 tal-15 ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor Interpellant jifhem li jekk inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-ftehim milħuq bejn il-Gvern u Capua Palace Hospital, inkun qed niżvantaġġja lill-istess Capua Palace Hospital f`negozjati futuri ma` entitajiet oħra li jkunu jistgħu qed jitolbu l- istess servizzi.", "Madankollu, jiena ma nsib ebda oġġezzjoni li nuri kopja ta` l-istess kuntratt lill-Onor Interpellant biex wieħed ikun jista jara li kollox sar b`mod trasperenti.", "MOSTA - ARBLU TAD-DAWL FIL-PJAZZA-", "1051.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu passi biex arblu tad-dawl fil-Pjazza tal-Mosta li qiegħed f'central strip quddiem bus stop prinċipali tal-pjazza u li miegħu hemm dawl li jagħti għal fuq il-parking jinbidel għaliex qiegħed fi stat perikoluż?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta diġa` kienet qed tieħu passi biex jitneħħa l-arblu msemmi mill-Onor.", "Membru.", "Fil-fatt diġa` tneħħew xi rifletturi u sar kuntatt mal-Korporazzjoni Telemalta biex jitneħħa `wire` li jissupplixxi telephone box.", "Dan l-arblu se jitneħħa fl-iqsar żmien possibbli.", "KUNSILLI LOKALI - FONDI", "1052.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid:- (a) kemm huma l-fondi allokati għal kull kunsill lokali; (b) kemm kien hemm żieda jew tnaqqis mis-sena l-oħra fil-fondi għal kull kunsill lokali; u (c) x'sistema uża l- gvern biex jitqassmu dawn il-fondi?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-iskeda tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta biex tagħti d-dettalji dwar il-fondi li kull kunsill lokali ġie allokat skond il-formula stabbilita mill-attikolu 55 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Att Nru XV ta' l-1993) u skond l-Għaxar Skeda ta' l-imsemmi Att, għas-snin finanzjarji tal-Kunsilli li jagħlqu rispettivament fil-31 ta' Marzu 1997 u l-31 ta' Marzu, 1998."]} {"filename": "19971127_155d_par.doc", "date": "1997-11-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 155 Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 155", "Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-2.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "155", "Il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997", "WERREJ", "MINUTI 560", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 560", "TQEGĦID TA' KARTI 565", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 1998 IT-TNAX-IL JUM STABBILIT MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT 566", "AĠĠORNAMENT 593", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 593", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Il-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, meta jkun il- każ li l-aħħar seduta tkun għadha kemm spiċċat, il-Minuti jistgħu jiġu kkonsidrati fis-seduta ta' wara biex ikun hemm iċ-ċans li jinqraw?", "MADAM SPEAKER: Jekk ikun hemm bżonn li jsir hekk m'għandux ikun hemm diffikulta'.", "Il-Minuti huma kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 154 li saret fis-27 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "INLAND REVENUE - DENUNZJA TA' L-ASSI KAPITALI", "9738.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġna 89 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid jekk id-denunzja ta' l-assi kapitali hijiex se tkun fl-istess format li kienet qabel u jekk le, kif se tkun?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Dettalji dwar il- format fid-denunzja ta' l-assi kapitali jitħabbru aktar tard.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nifhem li d-dettalji jistgħu jiġu mħabbra iktar tard pero' naħseb li l-Gvern kellu almenu idea ġenerali u ftit dettaljata dwar x'ried ifisser meta rrifera għad-denunzja ta' l-assi kapitali fil-budget.", "Din se tkun bejn wieħed u ieħor fuq l-istess linji li kienet qabel?", "Nistgħu almenu nieħdu linja ġenerali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna għad rridu nagħmlu konsultazzjonijiet mad- dipartiment konċernat u kif ikollna t-tagħrif neċessarju ninformaw lil din il-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Possibbli l-Gvern jew il-Kabinett li approva l-budget m'għandux xi ftit dettalji?", "Il-Ministru diġa' esprima ruħu u wara li tkellmet l-FOI qal li mhux se jinkludi assi monetarji li fuqhom hemm il- withholding tax.", "Jiġifieri idea żgur li kien hemm.", "Issa jekk kenitx qabel jew kenitx bħala reazzjoni, hija kwestjoni oħra.", "Possibbli ma ġiex diskuss u deċiż xi ħaġa dwar assi oħra li l-Gvern jista' jgħid li żgur li se jidħlu fid-denunzja?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid ma' l-istatement li għamilt meta weġibt lill-president ta' l-FOI.", "UNIVERSITA' - STIPENDJI", "9739.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-paġna 95 tad-diskors tal-budget, jista' l- Ministru jgħid liema riżultati se jikkonsidra bħala eċċellenti biżżejjed biex l-istudent li jiksibhom jiġi eżentat milli jħallas lura s-self li jkun sar minflok l-istipendju li għandu llum?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Napprezza li r-risposta hija waħda interim imma billi din il-frażi tniżżlet fil-budget, jiena jkolli nassumi li hemm skop għaliha u warajha hemm xi idea.", "Il-frażi hija ċara u kienet tgħid li \"jiġi eżentat mill-ħlas min iġib riżultati eċċellenti\".", "Id-domanda hija sempliċi: X'ifisser \"eċċellenti\"?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma tniżżlet dik il-frażi fil-budget kienx hemm xi kriterju li diġa' ġie applikat qabel?", "Jew inkella tniżżlet fil-budget sempliċement biex tkun tniżżlet u mbagħad wieħed jara wara!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nerġa' nirriferih għar-risposta li tgħid li \"tweġiba tingħata f'xi seduta oħra\".", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Napprezza li l-Ministru qiegħed jirrispondi għall- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, pero' qiegħed nikkwota mill-budget u ma nafx għaliex il-Ministru m'huwiex f'pożizzjoni li jirrispondi fuq xi ħaġa li diġa' ġiet deċiża u miktuba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li diġa' tajt.", "UNIVERSITA' - STIPENDJI", "9740.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: F'każ ta' studenti universitarji li din is-sena jispiċċaw b'suċċess kors ta' baċellerat u s-sena d-dieħla jirreġistraw għal kors tal- liġi, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-istudenti humiex se jiġu kkonsidrati bħala ġodda u għalhekk jirċievu biss self?", "Jew se jiġu kkonsidrati bħala studenti li bdew il-kors qabel Ottubru 1997 u għalhekk jibqgħu fuq is-sistema ta' l-istipendju preżenti?", "ONOR.", "JOE MIZZI(f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, bir-rispett kollu lejn il-Ministru mingħajr Portafoll, fil-budget kien tniżżel li ċerti studenti li se jidħlu mis-sena d-dieħla se tinbidlilhom is-sistema ta' l-istipendju.", "Bażikament m'humiex se jieħdu iktar stipendju.", "Il-Ministru, il-Kabinett u l-Gvern ikkonsidraw il-pożizzjoni ta' l-istudenti li qed insemmi fid-domanda?", "Qed nirriferi għal studenti li se jkunu spiċċaw b'BA degree u jaqilbu għal kors ieħor - bħalma huwa l-kors tal-liġi - li mir-raba' sena 'l quddiem huwa kkonsidrat bħala kors differenti.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk meta ttieħdet id-deċiżjoni tat-tneħħija ta' l-istipendju, il-Gvern kienx ikkonsidra minn qabel il-pożizzjoni ta' dawn l-istudenti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nerġa' nirriferi għar-risposta oriġinali.", "Ma nħossx li l-Onor.", "Membru għandu jagħmel mistoqsija supplimentari f'dan il-każ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena staqsejt jekk meta ttieħdet id-deċiżjoni tat- tneħħija ta' l-istipendji itteħditx in konsiderazzjoni l-pożizzjoni ta' dawn l-istudenti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn x'inżid.", "EDUKAZZJONI - MATSEC - MIŻATI", "9741.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti ġew eżentati milli jħallsu l-miżata tal-Matsec fl-1997, fl-1996 u fl-1995?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Onor.", "Interpellant se nirriferi għat-tagħrif mogħti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 9756, mogħtija f'Seduta Nru.142.", "PRIVATIZZAZZJONI TA' AZJENDI PARASTATALI", "9742.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għal paġna 96 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk \"l-azjendi parastatali oħrajn\" li rrifera għalihom, fis- sens li hu l-ħsieb tal-Gvern li jbigħhom lill-privat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-programm ta' privatizzazzjoni, kif intqal fid-diskors tal-budget, irid jitfassal b'mod maħsub u kordinat sew.", "Kien għalhekk li għalih qed nipproponu l-qafas leġislattiv u amministrattiv li semmejna fid-diskors tal-budget.", "Naturalment waħda mill-funzjonijiet li se jidħlu f'dan il-qafas hi dik li jkunu identifikati l-azjendi pubbliċi li għandhom ikunu inklużi f'dan il- programm ta' privatizzazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, qed nifhem sew li l-Ministru qiegħed jgħid li barra t-Telemalta u l-MIA, se jiġu privatizzati jew jinbiegħu b'mod dirett azjendi parastatali oħrajn?", "Jien qed nikkwota direttament il- kliem tal-budget.", "Jien korrett meta ngħid li r-risposta tal-Ministru timplika li minkejja li din il-frażi nkitbet, għad m'hemmx deċiżjoni min- naħa tal-Gvern dwar liema jistgħu jkunu dawn l-azjendi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, nikkonferma.", "Fil-budget ir-rabta tagħna hija biss ma' żewġ azjendi, jiġifieri mat-Telemalta u ma' l-MIA.", "Jista jkollna ċirkostanzi fejn meta qed ngħidu li jintlaħaq ftehim ekwu mal-privat, ma nkunux neċessarjament qed nitkellmu fuq privatisation imma, per eżempju, fuq management contract jew management agreement ma' l-azjenda.", "Jiġifieri hawnhekk naħseb li l-Gvern għandu l-options miftuħin għaċ-ċirkostanzi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jien naqbel perfettament mal-Ministru fejn qed jgħid li se jħalli l-options open pero' d-domanda tiegħi hija jekk ġewx individwati l-azjendi partikolari - barra l-MIA u t-Telemalta - li wieħed qiegħed jirriferi għalihom u jaħdem fuqhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "PRIVATIZZAZZJONI - DĦUL MIL-BEJGĦ TA' ASSI", "9743.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għal paġna 96 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid jekk meta l-Gvern qed jgħid li se jirriserva 20% mid-dħul tal-bejgħ tat- Telemalta u l-MIA għall-\"fond ta' ristrutturazzjoni u modernizzar\", ifissirx li 80% tad-dħul se jintnefaq din is-sena?", "Jekk le, jista' l- Ministru jgħid fejn se jmorru t-80% l-oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li 20% mid-dħul minn bejgħ ta' assi utilitarji mill-Gvern se jitqiegħed f'fond speċjali li se jkun amministrat minn awtorita' regolatorja ad hoc u li se jipprovdi għal ristrutturazzjoni u modernizzar soċjo-industrijali ta' pajjiżna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, fil-fatt xtaqt nagħmel tliet domandi supplimentari: L-awtorita' li semma l-Ministru lejn min se tirrispondi?", "X'se jiġri mit-80% l-oħra tad-dħul mill-bejgħ?", "Huwa ppjanat li dawn jintnefqu kollha din is-sena?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Gvern jutilizzahom bl-iktar mod prattiku possibbli, kif kienet għamlet l-amministrazzjoni ta' qabel meta kellha bejgħ ta' assi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jirrispondi dwar lejn min se tirrispondi din l-awtorita'?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tista' tispjegali aħjar x'qed tistaqsi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Se tkun hemm awtorita' awtonoma li se tamministra l- 20% tal-fond ta' ristrutturazzjoni u mmodernizzar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma rridx nuża l-kelma \"awtonoma\".", "Li qed ngħid huwa li flok se jaqbad u jalloka l-fondi huwa stess, il-Gvern se jallokahom wara li jkun għamel proċess intensiv ta' konsultazzjoni mal-korpi kostitwiti.", "Dan il-proċess ta' konsultazzjoni se jibda fil-ġranet li ġejjin.", "Once li jiġu identifikati l-areas fejn għandhom jiġu applikati, ovvjament il-Gvern jimxi ma' dan l-iskedar li jkun hemm qbil dwaru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dan il-Gvern qed jikkonsidra li parti minn dawn l-20% jista' jkun ukoll li jmorru għat-tarznari Maltin?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma nħossx li at this stage għandna nidħlu fir- restructure programme tal-Gvern.", "Il-Gvern mhux se jaqbad u jiddeċiedi l- affarijiet minn rajh u mingħajr konsultazzjoni.", "Qegħdin inwiegħdu pubblikament l-aktar konsultazzjoni wiesgħa.", "Aħna nħossu li dan għandu jidħol tajjeb fil-programm ta' ristrutturazzjoni li dwaru jkun hemm qbil mas-social partners Maltin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jiġifieri, jekk qed nifhem sew, il-Ministru m'huwiex jeskludi li parti minn dawn 20% imorru għat-tarznari Maltin.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid jew innaqqas mir- risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru għandu timeframe, anke jekk approssimattiv, għall-bejgħ tat-Telemalta u ta' l-MIA?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-timeframe huwa li dan isir fis-sena finanzjarja li qed nagħmlu budgeting għaliha.", "PBS - IMPJEGATI", "10025.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati full-time u part-time mal- Public Broadcasting Services?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid b'kollox kemm ġew dedikati flus għal dawn l-impjiegi full-time u part-time?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Mal-Public Broadcasting Services Ltd bħalissa hemm 201 persuna mpjegati full-time u tlieta part-time.", "Il-flus dedikati għal dawn l-impjiegi kienu jammontaw għal Lm1,322,554 għall-perijodu Jannar - Novembru 1997.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "10026.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema fil-bidu ta' din is-sena skolastika?", "Kemm minn dawn kienu studenti tal- B.Educ u kemm studenti tal-PGCE, kif ukoll kemm b'taħriġ professjonali ieħor?", "Kemm minnhom f'kull taqsima kienu rġiel u kemm nisa?", "Kemm ġew impjegati minn kull kategorija f'Għawdex?", "Għad fadal xi wħud minn dawn l- applikanti li għadhom ma ġewx impjegati?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tiegħu dwar kif se jimpjega lill-gradwati li se jispiċċaw f'Ġunju 1998?", "Kemm huwa kkalkolat li jkun hemm għalliema jew kapijiet ta' skejjel jew gradi oħra li se jispiċċaw mis-servizz bl-eta' matul din is- sena skolastika?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): In-numru ta' għalliema li ġew impjegati fil-bidu ta' din is- sena skolastika kien ta' 260.", "Minn dawn 162 kienu studenti tal-B.Educ; 77 kienu studenti tal-PGCE u 21 kienu studenti tal-Mater Admirabilis College.", "Studenti bil-B.Educ kien hemm 113 nisa u 49 irġiel; studenti tal-PGCE kien hemm 49 nisa u 28 irġiel; studenti tal-Mater Admirabilis College kien hemm 19 nisa u 2 kienu rġiel.", "In-numru ta' applikanti li ġew impjegati Għawdex f'kull kategorija kien kif ġej:", "| |Irgiel|Nisa | |B Educ |5 |2 | |PGCE |2 |3 | |College |Nil |Nil |", "Il-ministeru jimpjega lill-gradwati li se jispiċċaw f'Ġunju 1998 kif ġew impjegati s'issa l-gradwati kull sena minn kemm ilhom jiġu mpjegati gradwati.", "It-tagħrif rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija dwar kemm se jirtiraw bl- eta' matul is-sena skolastika 97/98 hu kif se nsemmi:", "|Kapijiet ta' |8 | |skejjel | | |Asst.", "Kapijiet |13 | |ta' skejjel | | |Għalliema |36 | |Instructors |6 | |Kindergarten |1 | |Assistants | |", "EDUKAZZJONI - SEGRETARJAT PRIVAT", "10027.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu rispettivament fis-segretarjat privat tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess ministeru?", "Jista' l-Ministru jgħid min huma, x'inhu l-grad tagħhom u x'inhuma r-responsabbiltajiet ta' kull wieħed u waħda minnhom?", "X'inhu l-ammont ta' allowance li jitħallsu?", "Kemm minnhom għandhom karozza għall-użu waqt il-qadi tad-dmirijiet ministerjali tagħhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Dok.", "'A' - segretarjat privat tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Dok.", "'B' - segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Brincat.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-lokalitajiet fejn inqata' s-servizz ta' l-elettriku bejn Jannar u Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10030.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar postijiet allokati mid-Dipartiment tad-Djar bejn is- 26 ta' Ottubru 1996 u Novembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10067.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "IT-TNAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ir-riżoluzzjonijiet jitqiegħdu għall-Vot fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol tas-seduta li jmiss.", "Issa nitlob lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent biex, jekk jogħġbu jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Sur President, nipproponi:", "VOT 13 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,301,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 14 - AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,183,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Ambjent, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT II - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 557,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Sur President, nipproponi:", "VOT 13 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,388\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,387\".", "Delete the figure \"Lm 10,388\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,387\".", "Sur President, naħseb illi taħt il-voti ta' dan il-ministeru jaqgħu ċerti items ta' importanza kbira bħal, per eżempju, l-affarijiet barranin, l- ambjent u l-ippjanar ta' żvilupp.", "Filwaqt illi fil-każ ta' l-affarijiet barranin u ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' tgħid li hemm nuqqas ta' qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, f'dak li jmiss ma' l-ambjent nista' ngħid li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom għal qalbhom dan is-suġġett u għandhom l-istess għanijiet.", "M'hemm l-ebda dubju li llum il-ġurnata ż-żewġ naħat tal-Kamra japprezzaw illi l-ambjent jikkondizzjona l-ħajja li ngħixu.", "Fuq l-ambjent jiddependi l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, il-ħobża ta' kuljum illi naqilgħu sena wara l-oħra.", "Illum qegħdin naraw illi m'huwiex biżżejjed li takkwista ċertu żvilupp f'sena waħda imma trid tara li meta tasal is-sena ta' wara żżid fuq dak l-iżvilupp ekonomiku li tkun għamilt.", "Biex dan l-iżvilupp ekonomiku ma jerġax ikollu l-impatt tiegħu fuq l- ambjent irridu nattakkawh miż-żewġ naħat tal-Kamra b'mod u manjiera li jkun hemm ċertu element ta' sinerġija.", "Mr Chairman, l-amministrazzjoni preċedenti għamlet ħafna f'dak illi huwa ambjent u kienet imxiet passi kbar u għalhekk meta fi Frar ta' din is- sena konna qegħdin niddibattu l-istess suġġett, jien kont inħsadt meta l- Viċi Prim Ministru qam u tkellem b'mod dispreġjattiv u b'mod li qisu qatt ma sar xejn.", "L-amministrazzjoni preċedenti mix-xejn kienet bdiet id- dipartiment ta' l-ambjent kif ukoll waqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Din l-awtorita' llum il-ġurnata tagħmel ħafna monitoring ta' l-iżvilupp ambjentali u ekonomiku tal-pajjiż.", "Biex nagħti l-benefiċċju tad-dubju ngħid li forsi l-Onor.", "George Vella ried jgħid ħdejn dak li kienet beħsiebha tagħmel din l-amministrazzjoni, dak li kien sar qabel relattivament m'hu xejn.", "Imma issa li għaddiet din is-sena qiegħed nara li dan il-Gvern qiegħed jaqa' fl-istess żball illi jaqgħu fih iċ-ċittadini Maltin.", "Aħna nafu li hija kultura tagħna li nitkażaw, imma mbagħad fejn imissna nagħmlu l-parti tagħna, dik il-parti ma' nagħmluhiex.", "Nitkażaw bil- ħmieġ fit-toroq u nikkummentaw dwar x'għandu jsir, imma mbagħad inkunu minn ta' l-ewwel li nitfgħu fejn ġie ġie xi saqqu jew xi skart illi ma jkollniex bżonn.", "Jiena wisq nibża' illi l-Gvern preżenti qiegħed jaqa' f'dan l-istess vizzju, il-vizzju tal-kompjaċenza.", "Din is-sena smajna ħafna kliem li se jsir \"hekk\" u li għandu jsir \"hekk\".", "Smajna li qegħdin isiru studji kbar u li s-sitwazzjoni qiegħda tiġi monitored, imma mbagħad tintemm is-sena, niġu għall-bottom line u naraw li fil-fatt ma nkunu akkwistajna xejn.", "Jien se nipprova nibbaża d-diskors tiegħi eżattament fuq dan il-vizzju tal-kompjaċenza.", "Qed nipprovaw nuru li qegħdin nagħmlu xi ħaġa meta fil-fatt m'aħna nagħmlu assolutament xejn.", "Ħalli nieħdu ftit eżempji ta' minn xiex għaddejna tul din is-sena.", "Biex nagħmlu dan irridu nevalwaw daqsxejn x'kellna qabel, xi kritika kienet tagħmel l-Oppożizzjoni Laburista dak iż-żmien, x'wiegħdet - dan jgħodd anke għall-Gvern Laburista tal-lum - u mbagħad naraw x'akkwistajna.", "Naħseb li ta' min jibda bl-akbar problema li għandu l-pajjiż, li hija l-problema tal-management ta' l-iskart domestiku u dak industrijali.", "Jiena niftakar illi fl-aħħar żmenijiet ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet bdiet is-separazzjoni ta' l-iskart mid-djar u dak iż- żmien konna ltqajna ma' diversi diffikultajiet għax il-poplu ma kienx għadu dara s-sitwazzjoni.", "Issa li nbidel il-gvern, jiena għamilt domanda dwar x'inhi l-policy tal-Gvern dwar dan u l-Viċi Prim Ministru rrispondieni hekk:", "\"Il-Gvern ħatar kumitat ta' tekniċi li kien jikkomprendi esperti fil- ministeru ta' l-affarijiet barranin u ta' l-ambjent, fil-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-bord konsultattiv dwar l-ambjent u entitajiet pubbliċi oħra.", "Dawn fasslu l-ewwel draft tal-waste management policy, liema draft issa ġie approvat mill-Kabinett.", "Hu maħsub li fi stadju suċċessiv, wara li d-dokument jiġi maqlub bil-Malti, dan jiġi ppubblikat għar- reazzjoni tal-pubbliku u anke bħala bażi għal konsultazzjonijiet u sottomissjoni ta' suġġerimenti li jinħass li jkunu neċessarji.", "Wara li d-dokument finali jerġa' jiġi approvat mill-Kabinett, tinħadem l-istrateġija kif tiġi implimentata din il-policy.\".", "Dan kellu jfisser li tul din is-sena rajna li l-Gvern preżenti reġa' beda l- inizjattiva ta' waste separation at source.", "Din m'għamilhiex fuq bażi nazzjonali, bħalma kien għamel il-Gvern ta' qabel, imma għażel żewġ postijiet u għamilha fuq livell distrettwali.", "Jumejn ilu, malli l-Onor.", "Vella ġie lura minn Brussels, għamel press conference fejn ħabbar id-draft waste management policy.", "Sur President, tul din is-sena rajna li rġajna spiċċajna fejn konna fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, jiġifieri bdejna l-waste separation at source u allura jekk ninsabu fl-istess livell li konna wasalna fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista fejn l-Onor.", "Vella kien qal li din falliet appena bdiet, illum ukoll qegħdin fi stat ta' falliment.", "Filwaqt li taħt Gvern Nazzjonalista din il-policy ta' ġbir ta' skart għallinqas kienet tasal sa l-impjant tar-riċiklaġġ u konna nieħdu xi ħaġa minnha, illum il-ġurnata dan l-iskart lanqas biss qed jasal fl-impjant tar-riċiklaġġ jew, jekk qed jasal, qed jasal ftit wisq minnu.", "Minn risposta oħra li tani l-Viċi Prim Ministru nistgħu ngħidu li ħafna minn dan l-iskart qed jispiċċa fil-Magħtab, post li dwaru sar ħafna tidwir u field inspections biex naraw fiex inhu u m'huwiex.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li filwaqt li l-impjant tar-riċiklaġġ, bil-problemi kollha li ħoloq għar-residenti, kien jagħtina l-compost, illum minn ġewwa l-Magħtab xorta qed joħorġu l-irwejjaħ li qed idejqu lir-residenti imma mhux qed jiġi prodott compost.", "Mr Chairman, l-impjant tar-riċiklaġġ kien il-bażi tal-policy ambjentali tal-Gvern Nazzjonalista.", "Dak iż-żmien il-Gvern kien jemmen li rridu nibdew naħsbu li oġġett, jekk jista' jkun, wara li nużawh nerġgħu nużawh u fejn ma nistgħux nerġgħu nużawh nirriċiklawh.", "Din kienet il-bażi tal-policy ambjentali tal-Gvern Nazzjonalista.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq trattament ta' skart u kif kulħadd jaf mill-iskart joħorġu l-irwejjaħ.", "Meta l- impjant tar-riċiklaġġ tpoġġa fuq il-mappa Maltija kien hemm ħafna complaints mir-residenti ta' Wied il-GĦajn, u dan bir-raġun għaliex ir-riħa hija waħda pessma.", "Dawn kienu teething troubles u kieku kien hemm ftit kompromessi, forsi wieħed kien jara x'inhuma l-problemi u kif setgħu jiġu riżolti, imma l-Gvern ta' qabel ma ngħatax iċ-ċans għax il-membri indipendenti tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-GĦajn u l-Partit Laburista approfittaw ruħhom biex jagħmlu issue politika minn din il-kwestjoni ħalli jiġu akkwistati l-voti.", "Bil-mod kif dan l-impjant ġie kkritikat, kont nippretendi li malli jitla' fil-gvern il-Partit Laburista kien se jkollu s- soluzzjoni f'idejh.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari fuq dan is-suġġett u fir-risposta tiegħu l-Viċi Prim Ministru qalli li dak li ma sarx f'disa' snin u nofs mhux se jiġi solvut f'seba' ġimgħat.", "Hawnhekk forsi nagħtih raġun għax din id-domanda kont għamiltha f'Diċembru tas-sena l-oħra, meta kien ilhom biss seba' ġimgħat fil-gvern.", "Qalli wkoll li saru diversi proposti lill-Gvern li wħud minnhom qegħdin jiġu kkonsidrati, u aktar tard qalli li:", "\"Rigward impjanti ta' riċiklaġġ ta' skart solidu jrid jingħad li pjanijiet futuri jridu jkunu marbuta ma' sistema ta' separazzjoni ta' skart mid-dar u għadu kmieni wisq biex jingħataw aktar dettalji.\".", "Meta staqsejt jekk il-bdiewa kenux qed jingħataw il-compost, għax kien jidher li l-impjant kien waqaf, ir-risposta kienet li:", "\"ma sar l-ebda tibdil fit-tħaddim ta' l-impjant ta' riċiklaġġ solidu minn kif kien qed jitħaddem fl-aħħar xhur\".", "GĦamilt imbagħad domanda oħra lill-Ministru tal-Biedja u Sajd fejn fir- risposta tiegħu, dan qalli li:", "\"L-impjant ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart solidu f'Sant' Antnin waqaf jaħdem minħabba ħsarat fil-bidu ta' Awissu.", "Ix-xogħol ta' tiswija tlesta fis-27 ta' Ottubru.\".", "Li qed nipprova ngħid hawnhekk huwa li dan il-gvern għamel l-istess affarijiet li kien għadda minnhom il-Gvern ta' qabel, imma peress li konna viċin l-elezzjoni l-Partit Laburista ried jagħmel show fuq dak li kien qed isir biex jappella għas-sentimenti ta' min kien qed ixomm l-irwejjeħ.", "Meta f'Ġunju li għadda wieħed minn sħabi għamel l-istess domanda li kont għamilt jien, il-Ministru qal li l-Gvern kien qed jikkonsidra numru ta' proposti dwar x'se jsir mill-impjant tar-riċiklaġġ, fosthom il-proposti li kienu saru mill-konsulenti Olandiżi.", "Qal ukoll li ntbagħtet delegazzjoni barra minn Malta magħmula minn uffiċjali tad-dipartiment.", "Mr Chairman, aħna wkoll hekk konna qed nagħmlu u konna qed nikkonsidraw ċerti proposti, fosthom il-proposti tal-konsulenti Olandiżi, u bgħatna delegazzjonijiet barra li żaru diversi stallazzjonijiet.", "Issa wara sena sħiħa l-Gvern Laburista wasal fejn kienet waslet l-amministrazzjoni Nazzjonalista!", "Per eżempju, għadna kemm smajna li f'Jannar tas-sena d-dieħla se tibda titħaddem teknoloġija ġdida.", "Hawnhekk m'għandna xejn solidu ħlief l- iskart!", "M'għandna xejn x'juri li din hija xi teknoloġija li se tagħti xi riżultati.", "GĦalkemm fir-risposta tiegħu l-Ministru sejħilha teknoloġija unika fil-kwalita' tagħha, fl-aħħar qalli li:", "\"Wieħed irid jara r-riżultati ta' din il-prova qabel jidħol f'kuntratt definit u fit-tul mal-promoturi ta' din it-teknoloġija.\".", "Din hija ħaġa tajba u m'iniex qed nipprova ngħid li l-problemi li jinvolvu l-ambjent u l-iskart huma faċli imma qed ngħid kemm kienet kattiva u barra minn lokha l-kritika li kienet issir qabel.", "L-istess diffikultajiet li kienet sabet l-amministrazzjoni ta' qabel qed isibhom illum dan il-Gvern.", "Niġi issa biex nitkellem dwar l-iskart industrijali, pero' qabel ma naraw x'għamel dan il-Gvern ħalli naraw x'kien għamel il-Gvern ta' qabel.", "Aħna konna nafu li l-agricultural water li konna qed nieħdu minn dan l- iskart likwidu kien jammonta biss għal 10%.", "Is-suċċess li kien sar f'dak li għandu x'jaqsam mat-tisfija tad-drenaġġ uriena li l-ammont jista' jikber jekk jinħolqu iktar plants li jbiddlu l-ilma tad-drenaġġ f'ilma agrikolu.", "Waħda mill-akbar problemi li kellna kienet it-tfigħ ta' skart industrijali fis-sistema tad-drenaġġ.", "GĦalhekk fl-1993 fassalna regolamenti li jikkontrollaw dan u fl-1993 inħolqot l-environment protection for sewer discharge control, bi ftehim mal-Pulizija u ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-għan kien li naraw x'jista' jsir biex dan l-iskart industrijali li jintefa' fid-drenaġġ jiġi kkontrollat.", "Meta kont qed infittex ħalli nkun naf iktar fuq dawn l-affarijiet, kelli diffikulta' biex insib min hu responsabbli biex jieħu ħsieb l-iskart industrijali li jintefa' fid-drenaġġ.", "Kont għamilt domandi lill-Ministru responsabbli mill-ambjent li rriferieni għall-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, u dan mir-risposta li tani deherli li aħjar immur x'imkien ieħor u allura staqsejt lill-Ministru ta' l-Industrija iżda dan qalli xott xott li m'għandux x'jaqsam.", "Fl-aħħar, ir-risposta li ngħatajt kienet li:", "\"Huwa maħsub li fil-futur jiġu mibnija aktar impjanti bħal dan.", "L- akbar problema hija n-nuqqas ta' tagħrif fuq regolamenti minn min jitfa' l-iskart industrijali fis-sistema.", "Hemm nuqqas ta' miżuri biex dan l-iskart ma jitħalliex imur fis-sistema, nuqqas ta' nies imħarrġa professjonalment u nuqqas ta' spezzjonijiet, sampling u monitoring.\".", "Forsi hemmhekk kien għadu kmieni wisq biex tilħaq issir xi ħaġa u allura f'Ottubru ta' din is-sena erġajt għamilt l-istess domanda.", "Fir-risposta tiegħu l-Ministru qalli li hemm ftehim mal-Pulizija biex il-permessi kollha ta' fondi industrijali ma jiġux imġedda jekk dawn ma jkollhomx discharge permit maħruġ mid-discharge control skond l-Avviż Legali tat-8 ta' Diċembru, 1993 u qalli wkoll li hemm ftehim ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jiġifieri l-Ministru kkwotali eżatt x'kien għamel il-Gvern Nazzjonalista.", "Dan ifisser li tul din is-sena ma sar assolutament xejn dwar il-kontroll ta' l-iskart li jintefa' ġewwa d-drenaġġ.", "Mr Chairman, dan il-Gvern falla f'dik li hija policy ta' mmaniġġjar ta' l-iskart fil-pajjiż u ma tantx nistgħu ngħidu li mxejna 'l quddiem f'dan il-kamp.", "Niġi issa għal dik li hija arja li nieħdu man-nifs.", "Hawnhekk ukoll pajjiżna għandu problema kbira għaliex huwa żgħir, traffikuż u għandu popolazzjoni densa ħafna.", "Jekk nieħdu l-carbon dioxide, li huwa gass tossiku, naraw li l-lvell tiegħu f'pajjiżna huwa ta' tmien tunnellati, waqt li dak ta' pajjiżi oħra huwa ta' seba' tunnellati.", "Sa għaxar snin oħra - u għaxar snin oħra m'huwiex 'il bogħod - dan il-livell irid jinżel għal 5.4 tunnellati, jiġifieri jrid jonqos bi 33%.", "Issa f'dan il-każ x'sar mill- Gvern?", "Tul din is-sena saru ħafna seminars u konferenzi dwar kif nistgħu nużaw mezzi oħra ta' enerġija u kellna wkoll konferenzi dwar kif nistgħu nikkontrollaw iktar it-traffiku, pero' l-unika ħaġa li għandna dwar dan fil-budget hija inizjattiva li tagħti vantaġġ lil min juża l-impjanti solari, il-vantaġġ ta' l-għoli fil-prezzijiet ta' l-enerġija elettrika.", "Minħabba dawn il-prezzijiet, individwu se jkun jaqbillu jinstalla l- enerġija solari!", "Biex inkun fair, irrid ngħid li fil-budget hemm ukoll il- vantaġġ li min jieħu xi loan għall-installazzjoni ta' impjanti solari jista' jeħodha b'inqas imgħax.", "Dwar dan l-aspett hemm affarijiet oħra li jistgħu jsiru.", "Irridu naraw, per eżempju, li jiġi introdott l-MOT.", "Tul l-aħħar snin ta' Gvern Nazzjonalista kien hemm kollox lest biex jiġi introdott dan it-test.", "Fil- fatt issa ħarġet white paper fuq l-istess prinċipji li kien hemm fl-aħħar żmien ta' Gvern Nazzjonalista.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem fuq affarijiet oħra li jħassbuni.", "Waħda minnhom hija l-mod kif l-industrija tat-turiżmu qiegħda tolqot l-ambjent.", "Il-popolazzjoni tagħna tirdoppja, titrippla u anke tikkwadrupla f'ċerti żmenijiet tas-sajf u nitħasseb ħafna meta nisma' lill-Prim Ministru jgħid illi sa ftit snin oħra rridu naslu biex ikollna ftit anqas minn żewġ miljun viżitatur fis-sena.", "Biex isir dan irid ikun hemm żvilupp b'mod regolari u naħseb li l-Ministru għandu jitkellem mal-Prim Ministru biex jaraw x'se jagħmlu dwar dan.", "Fl-1994 ksirna r-records kollha fit-turiżmu u minħabba f'hekk, din kienet l-iktar sena li fiha saritilna propaganda ħażina minħabba l-mod kif intlaqat l-ambjent u l-infrastruttura tagħna.", "Barra minn hekk dik is-sena kellha impatt qawwi fuq is-snin ta' wara.", "Jiġifieri ma nistgħux nimmiraw li jkollna dik il-kwantita' ta' turisti mingħajr ma naħsbu għall-infrastruttura.", "Jekk ma nagħmlux hekk se jbati l-ambjent u se tbati wkoll l-industrija tat-turiżmu.", "Imbagħad hemm il-proġett tal-millennju li se jagħmel dan il-Gvern.", "Fejn hemm it-Telemalta llum, jiġifieri fejn kien hemm il-Cable and Wireless qabel, se tittella' struttura ta' madwar 20 sular.", "Dan se jsir f'affari ta' ħames snin.", "Jien ma nafx kif dan se jaqbel mal-kultura u ma' l-ambjent ta' Malta.", "Barra minn hekk trid taħseb ukoll għall-infrastruttura.", "Issa dan se nagħmluh f'post fejn hemm densita' ta' traffiku, ta' nies u ta' entertainment spots u allura f'wieħed mill-iktar postijiet turistiċi ta' Malta rridu nerġgħu nibdew nirranġaw l-infrastruttura.", "Waħda mill-akbar complaints li kien ikollhom it-turisti kienet li Malta is a perpetual building site.", "Filwaqt li rranġajna Buġibba billi għamilnilha bankini sbieħ, fl-inħawi ta' Paceville se jkollna ġennata.", "Dwar dan għad m'hemm l- ebda dettalji u saħansitra sa ftit ilu kont għadni naħseb li fil-proġett tal-millennju l-options kienu għadhom miftuħin - għax la kien hemm ħruġ għal national tenders u lanqas kien hemm ħruġ għal xi disinji - imma milli jidher issa hija fatta.", "Dalgħodu stess rajt li f'risposta għal mistoqsija parlamentari ntqal li għal daqsxejn ta' trejqa se jkun hemm an urban design competition, imbagħad għall-proġett tal-millennju ma saret ebda sejħa għal xi ideat.", "Is-soltu, proġett bħal dan ikun xi ħaġa kulturali jew soċjali.", "U fil-fatt se jkun hemm xi ħaġa soċjali fih għax se jkun hemm madwar 350 unit għall-bejgħ bi prezz ta' Lm65,000-il wieħed!", "Issa aħna nafu li fl- inħawi ta' Tas-Sliema hemm madwar 700 appartament vakanti għax ma jistax jinstab bejgħ tagħhom, b'average price ta' Lm35,000, u se nibnu appartamenti f'Paceville li se jinbiegħu ¥65,000-il wieħed.", "Jingħad li l- estate agents ma qalulux le lill-Gvern għal dan.", "Dażgur li l-estate agents ma jgħidulux le lill-Gvern!", "Dawn aktar ma jkollhom minn fejn ibigħu, aktar ikun tajjeb għalihom.", "Huwa għall-businessman u għal min ikun irid jinvesti l-flus li se jkun hemm problema, apparti mill-fatt li l-poplu in ġenerali se jkollu jitwikka bl-affarijiet li se jkunu għaddejjin f'dak il-post.", "Jien ma nixtieqx nitkellem fit-tul dwar dan il-proġett għaliex forsi għadu fl-ajru pero' rrid ngħid li t-Telemalta, li sa ftit ilu kienet waħda mill- azjendi falluti li kellna, issa se tibda tbigħ il-proprjeta' u se jkollha flus biżżejjed biex tagħmel dawn il-proġetti.", "Dan se tagħmlu biex timpika ma' min għandu entertainment outlets f'dawk l-inħawi?", "Jien ma nafx kemm hu vale la pena li dan il-proġett isir.", "Ngħid għalija narah ġennata.", "Niġi issa għall-kwestjoni tat-tħaffir għaż-żejt ġewwa Għawdex.", "Aħna konna ġejna attakkati minħabba li ridna nagħmlu helicopter pad u air strip f'Għawdex, liema proġetti huma relattivament nodfa, għalkemm joħolqu ambjent ta' storbju.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien qed jipproġetta lil Għawdex bħala l-post where you get away from it all - jiġifieri tmur Għawdex biex la tara u lanqas tisma' - u issa se nagħmlu oil field hemmhekk b'mod li meta tmur Għawdex tibda tiltaqa' ma' trakkijiet u inġenji oħra simili.", "Ma jistax ikun illi dan il-Gvern jimbarka fuq proġett bħal dan mingħajr ma jagħti kas l-ambjent ta' GĦawdex.", "Għalkemm huwa qed iwiegħed li wara ċertu żmien iġib kollox għall-istat li kien qabel, jien ma naħsibx li dan jista' jkun.", "Mir-riċerka li għamilt sibt li jekk jinstab iż- żejt dan joħroġ xi nofs kilometru madwar il-ħofra, iż-żejt li joħroġ huwa irretrievable u l-ħsara li tkun saret ma tkunx tista' treġġagħha lura.", "Jiena m'għandi ebda dubju li l-Gvern se jagħti l-konsiderazzjoni neċessarja lil dawn l-affarijiet għaliex jien ċert li dan il-Gvern għandu għal qalbu lil Għawdex u lill-industrija tat-turiżmu daqskemm għandna aħna.", "Pero' jien naħseb li dawn l-aspetti għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni qabel ma wieħed jimbarka fuq proġetti bħal dawn.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi għidt li dan il-Gvern jipproġetta ħafna affarijiet imbagħad meta jgħaddi ż-żmien naraw li ma jkun sar xejn.", "Eżempju ta' dan hija l-kwestjoni tal-golf course.", "Aħna fi żmienna xtaqna li jkun hemm golf course oħra, u għalkemm l-ispazji huma żgħar u golf course tokkupa ħafna spazju, aħna għamilna mill-aħjar biex timmaterjalizza ruħha talba biex ikun hemm golf course bħala annexe ma' hotel.", "Nista' ngħid li dwar dan kien hemm ħafna problemi li ġew riżolti, fosthom kif se jsir il- landscaping ta' din il-golf course u kif se jkun hemm il-kwantita' ta' l- ilma meħtieġa.", "Il-bniedem li kien se jagħmel din il-biċċa xogħol kien ħaseb għall-ilma huwa stess, imma mbagħad konna weħilna fuq il-kimiċi li jkollu bżonn it-turf tal-golf course.", "Min kien kontra l-idea ta' golf course kien jgħid li dawn il-kimiċi kienu jagħmlu ħsara irreparabbli lill-aquifer.", "Għalhekk jien nistaqsi: Allura llum il-ġurnata hawn kimiċi li huma bio- degradable li ma jħarbtux l-aquifer?", "Ħalli issa ngħaddi biex insemmi biċċa propaganda oħra.", "Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar kien ħabbar fil-media li se jagħmel il-kosta li tmiss man- Naxxar aktar aċċessibbli għall-poplu, u hekk għandu jkun, li l-firxa ta' turisti u nies li jieħdu pjaċir bil-baħar tagħna tkun akbar.", "Pero' meta jien staqsejt lill-Ministru dwar din l-inizjattiva dan qalli li lanqas biss għad hemm applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-istess ħaġa għamlet il-fondazzjoni GAIA, Mr Chairman.", "Hawnhekk ukoll kien hemm ħafna daqq ta' trombi li se jibdew jieħdu ħsieb l-ambjent b'mod u manjiera li Għajn Tuffieħa se tibda taqta' l-frott ta' din l-għaqda volontarja, imma meta jien staqsejt lill-Ministru dwar dan qalli li jrid jiġi żviluppat management plan u li jekk il-pjan matul l-ewwel sena jirnexxi, imbagħad ikomplu jagħtu l-fiat biex tkompli fis-snin ta' wara.", "Meta għaddiet l-ewwel sena jien staqsejt jekk irnexxiex il-ħsieb tal- fondazzjoni u hu qalli li rnexxa u li tpoġġew il-bins, twaħħlu l-bollards u l-avviżi, saru xi clean-ups u ġew impjegati ħames part-time wardens, pero' jien naħseb li lanqas il-Ministru stess ma kien konvint dwar dan għaliex qal li l-management plan għadu qed jiġi studjat.", "Jien ma nixtieqx li ninstema' li qed inkun dispreġjattiv, kif kien il-Ministru rigward il- predeċessur tiegħu, u nifhem u napprezza d-diffikultajiet kbar li jkollu kwalunkwe ministru li jrid iħabbat wiċċu mal-ħarsien ta' l-ambjent, pero' jien inħoss li l-kritika għandha ssir bil-ġenwinita' kollha u mhux bħal dik il-kritika li kienet saret fuq il-Gvern Nazzjonalista meta kienet riesqa l- elezzjoni.", "Mr Chairman, jien ma jien konvint xejn rigward il-fatt li l-poplu qiegħed jingħata l-informazzjoni li jixraqlu dwar l-ambjent.", "Jien konxju mill-fatt li kellhom ikunu l-għaqdiet volontarji biex l-ambjent jitpoġġa fuq il-lista tal-prioritajiet ta' pajjiżna kif ilkoll kemm aħna nixtiquh.", "Xi ftit tal-ġimgħat ilu kont qiegħed nassisti għal okkażjoni fejn il- Ministru qal li l-għaqdiet volontarji għandhom l-appoġġ kollu tal-Gvern.", "Dażgur!", "Min ma jagħtix appoġġ lill-għaqdiet volontarji?", "Imma billi gvern jagħti appoġġ fl-ajru mingħajr ma jdaħħal idejh fil-but, ma naħsibx li dawn l-għaqdiet volontarji jimxu wisq 'il quddiem.", "Mr Chairman, jien nikkonkludi billi ngħid li l-ambjent jixraqlu aħjar.", "Allavolja l-Ministru preżenti, kemm mil-lat personali kif ukoll mil-lat uffiċjali jixtieq jagħmel kemm jiflaħ għall-ambjent, dan qiegħed ikollu - u nixtiequ jippermettili nuża din il-kelma - l-arroganza li jieħu fuqu wisq iktar milli jiflaħ għaliex minbarra l-ambjent huwa responsabbli wkoll għall- affarijiet esteri, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif ukoll l-andament ta' din il-Kamra.", "Kif rajna dan l-aħħar, l-andament ta' din il-Kamra forsi jixraqlu li jkollu ministeru għalih u fiċ-ċirkostanzi preżenti l-Ministru ftit qed jibqagħlu spazju biex lill-ambjent jagħtih l-attenzjoni li tixraqlu.", "Nirringrazzjak, Mr Chairman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR JESMOND MUGLIETT: Grazzi, Mr Chairman.", "Id-diskussjoni tas-sena l- oħra fuq il-voti tal-ministeru għall-affarijiet barranin u ta' l-ambjent kienet waħda mill-ewwel okkażjonijiet fejn il-Ministru esprima ċerta veduta fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Konna nafu li l-pubbliku kellu idea negattiva ta' din l-organizzazzjoni u dan kien anke ntwera f'ċerti diskorsi waqt l-elezzjoni.", "Dak iż-żmien kulħadd kien qed jistaqsi kif kien se jaġixxi l-Gvern Laburista fil-konfront ta' din l-awtorita'.", "Min-naħa tagħna konna għamilna diversi mistoqsijiet dwar jekk il-Gvern kienx se jibda jindaħal aktar fil-ħidma tagħha u konna staqsejna wkoll dwar jekk il- Gvern kienx se jnaqqsilha mir-rwol li għandha u jekk hux se jbiddel lin- nies sabiex jibda jimmanipulaha.", "Dak iż-żmien il-Ministru kien irrisponda għal dawn id-dubji li konna qajjimna u kien qal li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar kien jemmen fiha, anzi ried isaħħaħha.", "Qalilna li l-intenzjoni tiegħu kienet li fejn jista' jkun inaqqas it-tgergir u jagħmilha aktar user friendly.", "Dawn kienu l-intenzjonijiet tal-Viċi Prim Ministru u llum għandna warajna esperjenza ta' sena ħidma u għalhekk nistgħu naraw aħjar x'inhu l-andament.", "Kienet sena fejn kellna tibdil fil-proċeduri ta' kif jiġu pproċessati l-permessi.", "Mr Chairman, din kienet sena fejn kellna tibdiliet importanti fl-Att dwar Ippjanar ta' l-Iżvilupp u kellna wkoll bidliet fil-prijoritajiet, kif anke kienu identifikati f'ċerti pjanijiet u action plans.", "Din kienet sena fejn wieħed seta' jara kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet qed taħdem vis-a- vis dipartimenti oħra tal-gvern u llum quddiemna għandna rapport li żgur li se jkollna l-okkażjoni li niddiskutuh f'din il-Kamra.", "Fi kliem ieħor għandna biżżejjed materjal biex jgħinna nagħmlu ġudizzju dwar kif verament dan il-Gvern qiegħed iħares lejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Saru ħafna diskorsi dwar l-effiċjenza ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dwar kemm idumu biex jinħarġu l-permessi.", "Jien persważ li l-Ministru llum se jgħidilna kemm żdiedet l-effiċjenza bil-proċeduri ġodda, kemm tnaqqas iż-żmien biex wieħed ikollu risposta u jinħariġlu l-permess, u persważ ukoll li se jikkwota minn statistika li ħarġet fir-rapport.", "Sur President, jien naħseb li jekk verament irridu naslu biex nagħmlu ġudizzju fuq il-performance ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, irridu nħarsu lejn il-kwadru sħiħ u ma nitkellmux biss fuq applikazzjonijiet għal permessi għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'hijiex biss struttura li toħroġ il-permessi imma hija struttura li suppost għandha rwol ħafna iktar wiesgħa.", "Jekk irridu niġġudikaw jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hijiex qed taqdi l-funzjonijiet tagħha, irridu naraw l-aspett globali tagħha.", "Fil-fatt fis-sajf li għadda l-Parlament għadda emenda li tobbliga lid-direttorat ta' l-ippjanar li fi żmien 12-il ġimgħa jasal f'deċiżjoni fuq applikazzjoni normali li ma tkunx b'konessjoni ma' urban conservation area.", "Daħal iċ- chess clock principle, daħlet anke ċerta responsabbilta' fuq id- dipartimenti tal-gvern sabiex jagħtu r-rapporti tagħhom fi żmien xahar u daħlu wkoll ċerti proċeduri ta' vetting ta' permessi.", "Nista' ngħid li dawn kienu tibdiliet li minnhom rajna riżultati pożittivi - per eżempju, huwa tajjeb li llum qegħdin nirċievu l-case officer's report qabel applikazzjoni titla' għand il-bord - pero' mill-banda l-oħra dawn it-tibdiliet li daħlu fis-seħħ wara l-14 ta' Awissu, 1997 qed iħallsu prezz għalihom dawk li kellhom applikazzjoni mitfugħa qabel dik id-data.", "Għaliex qed ngħid hekk, Mr Chairman?", "Malli daħlu fis-seħħ il-proċeduri l-ġodda nbagħtet E-mail li fiha ntqal li l-applikazzjonijiet kollha li jidħlu wara l-14 ta' Awissu jridu jingħataw prijorita'.", "Issa qed jiġri li ċerti case officers u uffiċjali qed jiddedikaw il-ġurnata tax-xogħol għall-files li jkollhom iċ-ċirku isfar u mhux qed ikollhom ħin biex biex jaraw files ta' applikazzjonijiet li kienu daħlu qabel l-14 ta' Awissu.", "Fil-fehma tiegħi, din hija diskriminazzjoni ma' min kien tefa' l-applikazzjoni tiegħu qabel.", "II-bieraħ stess ċempilt fuq każ partikolari li ilu xahrejn imwaħħal għand il-case officer u qaluli li dan ġara għaliex il-prijorita' qed tingħata lil applikazzjonijiet li daħlu wara l-14 ta' Awissu.", "Qaluli wkoll li jekk il-każ huwa urġenti bħal, per eżempju, meta xi ħadd ikun se jiżżewweġ u għandu bżonn jibni dar, kulma jrid jagħmel huwa li jikteb ittra ħalli l-każ tiegħu jiġi kkonsidrat b'ċerta prudenza.", "Fil-fehma tiegħi dik m'hijiex l-unika urġenza li jista' jkollu bniedem għaliex jista' jkun hemm xi ħadd li jkun tefa' applikazzjoni għal xi change of use għax irid jiftaħ xi business.", "Ikolli nistqarr li dan m'huwiex l-ispirtu li kien hemm wara dawk l-emendi.", "Fl-emendi kien hemm affarijiet kontroversjali - bħal-limitazzjoni tad-drittijiet ta' terzi persuni u l-limitazzjonijiet ta' min għandu jara l-file - pero' nista' ngħid li f'ħafna mill-emendi l-intenzjoni kienet tajba.", "Imma biex dik l- intenzjoni tajba nittraduċuha f'azzjoni pożittiva, x'qegħdin nagħmlu?", "Qed nikkastigaw lil dawk li tefgħu applikazzjoni qabel l-14 ta' Awissu, 1997.", "Tibdil ieħor li joħroġ minn dawk l-emendi jirrigwarda l-bord ta' l- appell.", "Dan huwa settur importantissimu fl-istruttura ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Meta waqqaf din l-istruttura, il-Gvern Nazzjonalista ried jipprovdi aktar minn livell wieħed fejn tkun tista' tittieħed deċiżjoni, biex jekk wieħed ma jkunx kuntent bil-mod kif tkun ħarġet deċiżjoni f'livell ikun jista' jmur f'livell ogħla.", "Anke hawnhekk mhux kulħadd kien kuntent bl-andament tal-bord ta' l-appell u konna ġejna fl-istess sitwazzjoni tal-qorti, fejn isejħu xi għaxar appelli fl-istess ħin u biex jibda jinstema' l-każ tiegħek iddum tistenna xi sena.", "L-aħħar emendi li saru kienu ntenzjonati biex anke jipprovaw jirranġaw din is-sitwazzjoni u kienu jorbtu lill-bord ta' l-appell biex jibda jisma' l-każ wara tliet xhur.", "Huwa veru li dawn jgħajtulek wara tliet xhur pero' ż-żmien biex ikun aġġudikat appell xorta ma jidhirx li qed jiqsar għaliex imbagħad iddum ma ssir is-site inspection u ddum biex toħroġ is-sentenza.", "Jien sinċerament ngħid li mill-esperjenza personali tiegħi m'iniex qed nara l-effiċjenza mixtieqa fil-bord ta' l-appell.", "Sur President, ġimgħatejn ilu rajna ċerti tibdiliet fil-kompożizzjoni tal- bord ta' l-appell.", "Rajna bord minnhom jinbidel kompletament u bord ieħor jibqa' bla mittiefes.", "Jien m'iniex se nagħmel ġudizzju fuq in-nies li ntgħażlu - għaliex l-ewwel trid tagħtihom ċans jagħmlu l-performance tagħhom imbagħad tiġġudikahom - u lanqas ma jien se naqbad u ngħid li dawn huma ħbieb ta' xi ħadd, pero' nixtieq inkun naf għalfejn ħallejna bord kif kien u l-ieħor bdilnieh.", "Xi ħadd qalli li huwa importanti li minħabba l- kontinwita' dak il-bord ma jinbidilx, filwaqt li l-bord l-ieħor seta' jinbidel.", "Jien nixtieq inkun naf x'kienet ir-raġuni wara dan.", "Jien naħseb li l-bord ta' l-appell kważi huwa iktar importanti mid-development control commission għaliex filwaqt li wieħed jista' jkollu xi dubju fuq id-DCC, fuq il-bord ta' l-appell ma jista' jkollu l-ebda dubju.", "Dan kważi huwa fuq l-istess livell ta' qorti, fejn suppost li kollox huwa above ċerti ħsebijiet negattivi u above ċerti dubji.", "Għalhekk huwa tajjeb li jingħataw spjegazzjonijiet dwar għalfejn saru ċerti tibdiliet fil-bord ta' l-appell.", "Il-liġi tagħti poteri lill-Ministru li jbiddel is-set-up ta' dan il-bord, imma jien nawgura li fil-bord ta' l-appell kemm jista' jkun inżommu l- kontinwita' u nżommu l-fiduċja.", "Ma jistax ikun li nitilfu l-fiduċja fil- bord ta' l-appell għax imbagħad verament nibdew nitilfu l-fiduċja f'kollox.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar din is-sena kienet ħafna drabi fl-aħbarijiet għaliex kienet sena fejn kellna ċerti kontroversji f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp.", "Issa meta niġu biex nanalizzaw l-operat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, wieħed jista' jew joqgħod iħares lejn il-ħidma ta' l-awtorita' unit b'unit - per eżempju, il-local plans unit jew il-mapping unit; hekk għamel il-Ministru s-sena l-oħra u hekk għamlu l-ministri ta' qablu fis- snin preċedenti - jew inkella jħares minn barra u jara kemm l-awtorita' qiegħda verament taqdi l-funzjoni tagħha li toffri ppjanar integrat għal pajjiżna.", "Peress li naf li dalwaqt jerġgħu jiġu diskussi l-estimi ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar f'din il-Kamra, jien aktar xtaqt inħares lejn l- aspett globali tagħha u dwar kemm din verament qiegħda tagħmel ċertu interface pożittiv mal-ħidma ġenerali tal-gvern fil-pajjiż.", "Per eżempju, din is-sena kellna kontroversja dwar jekk kienx hemm ħtieġa ta' applikazzjonijiet għar-rigward tax-xogħlijiet li saru f'Buġibba.", "Fil-fatt saru ħafna mill-applikazzjonijiet pero' rajna ssir ċerta pressjoni fuq l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Rajna permessi jgħaddu f'xahar u nofs u rajna anke l-każ tal-junction ta' Buġibba, fejn il-pjanti lanqas biss kienu magħmula sew.", "Mr Chairman, din is-sena kellna kontroversja wkoll fuq stqarrija tal- Gvern stess dwar l-Isptar San Raffaele, fejn il-Gvern qal li jrid jirdoppja l-għoli tal-bini.", "Dan intqal mingħajr ma kien hemm ebda applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u sal-lum jien għadni ma nafx jekk saritx applikazzjoni f'dan is-sens.", "Għandna wkoll il-kontroversja fuq il- proġett ta' Pembroke u, flimkien ma' dan kollu, għandna wkoll lill-Prim Ministru jgħid li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda ddejqu għaliex qiegħda ssir \"stat fi stat\".", "Kellna anke każ fejn il-Prim Ministru qal li ċempel personalment fuq każ partikolari ta' koppja - li nzertaw klijenti tiegħi - li riedu jwaqqgħu post antik u ma nħarġilhomx il-permess.", "Kellna wkoll dikjarazzjoni mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni li l- Gvern kien se jibda jiddeċiedi hu kif se jiżviluppa art.", "Dawn huma kollha affarijiet li b'xi mod qegħdin ifixxklu l-ħidma ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Din is-sena rajna wkoll it-twaqqif tal-kunsill għall-ippjanar għan- nofsinhar ta' Malta, liema kunsill jista' jkun pożittiv u jista' jkun negattiv, skond kif issir il-ħidma.", "Dawn kollha kienu affarijiet li bdew iħassbu lil ħafna.", "Il-mod kif żviluppaw l-affarijiet wera li lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar qegħdin innaqqrulha mill-istatus tagħha.", "Ħafna drabi ngħidu li lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar rridu nsaħħuha imma fil-fatt qed nagħmlu bil-kontra.", "Il-Gvern ma jistax jgħid li jrid isaħħaħa mbagħad jużaha fejn jaqbillu.", "Ma jistax jużalha r-riżorsi u l-expertise tagħha mbagħad jipprova jitlaqha u jiżvestiha minn ċerta awtorita' li jista' jkollha fi proġett li kienet qed tistudja.", "Dan qiegħed jidher f'diversi proġetti.", "Mr Chairman, il-kumitat li qed jieħu ħsieb il-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta suppost twaqqaf biex jagħżel il-prijoritajiet f'dan ir-reġjun u fil-fatt diġa' kienet saret ħidma mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq dawn ir-reġjuni - kellna l-pjan lokali maħruġ mill-istess awtorita' dwar Marsaxlokk u kien hemm pjan lokali kważi lest fuq il-portijiet - pero' hemm area minnu, dik li tkopri Marsascala u Ħaż-Żabbar li m'hijiex koperta fil-pjan lokali.", "U jien hawn nagħmel dawn il-mistoqsijiet.", "Jekk ikun hemm bżonn isir xi xogħol ta' land use għal din l-area speċifika, dan se jagħmlu l-kunsill?", "Mhux l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija l-entita' li bilfors trid tagħmel dan ix-xogħol?", "Dan il-kunsill se jidduplika x-xogħol li qed tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jekk se jkun hemm duplikazzjoni se nkunu qed innaqqsu xi ħaġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax ma rridux nagħtuha kredtu?", "Issa jekk wieħed jara kemm il-Gvern tefa' nies fuq ix-xogħol mill- ewwel jinduna bl-importanza li qed jagħtih.", "Fil-fatt hemm jaħdmu madwar 20 professjonist - ħafna minnhom huma minn dipartimenti differenti pero' hemm numru kbir fosthom li ġejjin mid-dipartiment tax-xogħlijiet - li huwa numru kbir ħafna kkomparat ma' kemm hemm nies jaħdmu fil-local planning unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "F'dan il-każ hemm tliet periti u sitt technicians biex jaħdmu fuq erba' local plans, ħaġa li turi x'importanza qed jagħti l-Gvern liż-żewġ entitajiet.", "Anke fil-każ tal-kunsill ta' Għawdex, l-input, in terms of manpower, li hemm fuq dawn iż-żewġ proġetti simili juri li dak li qed tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed jingħata anqas importanza.", "Dan kollu jibda jġiegħlek tistaqsi jekk il-Gvern bediex jara l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħala xi ħaġa żejda.", "In-nuqqas ta' fiduċja tal-Gvern fil-ħidma ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jidher ukoll mill-proġett ta' Pembroke.", "Dwar Pembroke il-Gvern Nazzjonalista kien ħareġ action plan li kien iħares lejn l-aspetti kollha; kien iħares lejn il-housing, lejn it-trasport u anke lejn il- konservazzjoni.", "Pembroke għandu wkoll aspett storiku għaliex hemmhekk hemm ir-rifle ranges u l-barracks u l-Gvern kien iggrada dawn b'mod wiesgħa u anke għamel policies għall-konservazzjoni tagħhom.", "L-action plan kien jinvolvi wkoll business park li l-Gvern preżenti ma qabilx miegħu.", "S'hemmhekk naħseb li m'hemm xejn ħażin għax kull Gvern ikollu l- prijoritajiet tiegħu, pero' imbagħad f'daqqa waħda beda jingħad li l-Gvern irid jiżviluppa dak il-business park f'housing project u kien se jirdoppja l-housing units f'Pembroke.", "Minflok dak li kien hemm propost bħala business park kienu se jsiru xi 700 unit ta' housing ġdid.", "Huwa veru li jista' jkollok din l-intenzjoni imma għal hemmhekk kien hemm action plan li suppost huwa dokument legali u li suppost jidentifika ċerti affarijiet.", "Jekk ma taqbilx miegħu irrivedih imma mhux tiddikjara li trid tbiddel partijiet minnu u ma tagħmel xejn fuq dokument li ntnefqu l-belli liri fuqu!", "Jien naf li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet tkellmet anke ma' ċerti estate agents li qalulha li ma tantx kienu entużjasti dwar il- lokalizzazzjoni ta' dan il-housing project.", "U dan minbarra l-fatt li kien hemm ukoll ippjanat infiq kbir fuq l-infrastruttura biex isiru ċerti junctions, biex issir tunnel u biex tiddaħħal l-infrastruttura neċessarja.", "Issa l-Gvern anke dawn il-proposti li jħarsu fit-tul se jibda jinjora għaliex f'daqqa waħda qed nisimgħu li anke dan il-proġett tal-junction x'aktarx se jintefa' fuq l-ixkaffa.", "Fid-diskors tal-budget il-Gvern semma li se jwaqqaf il-Pembroke management office biex jieħu ħsieb dan ix-xogħol.", "Il-Gvern kien qed jaħdem id f'id ma' l-Awtorita' biex jistudja x'options ta' żviluppi differenti jista' jkun hemm fuq Pembroke biex imbagħad jagħżel waħda u fil-fatt għażel li jwaqqaf din il-korporazzjoni għall-iżvilupp ta' Pembroke.", "Jiġifieri wara li kien ilu jaħdem ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiżviluppa l- options u biex jiżviluppa l-guidelines, anke għat-tendering, f'daqqa waħda l-Gvern qed iwaqqaf dan il-Pembroke management office magħmul minn ruxxmata nies tad-dipartiment tax-xogħlijiet.", "Mela f'daqqa waħda se niżvestu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-funzjoni li tibqa' tħares u tiggwida dak li se jsir f'Pembroke u minflokha se jidħol responsabbli dipartiment ieħor għal dan ix-xogħol.", "Dan meta l-input tal-Gvern f'Pembroke se jkun biss fit-treġija ta' l-iżvilupp.", "Il-Gvern qed jgħid li ma jridx jagħmel l-iżvilupp hu imma jrid lli jagħmlu l-privat u għalhekk qed iwaqqaf din il-korporazzjoni.", "Mela l-Gvern l-ewwel juża lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex jiżvolġi ċerti ħsebijiet imbagħad jgħidilha li ma jixtieqhiex aktar mas-saqajn u jdaħħal lil xi ħaddieħor minnflokha.", "Din hija tattika li lilna tinkwetana.", "Attitudni negattiva oħra qegħdin ngħixuha f'dawn il-ġranet.", "Fid-diskors tal-budget issemmew żewġ affarijiet oħra li wkoll għandhom implikazzjoni fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-Onor.", "Psaila Savona tkellem dwar it- tħaffir taż-żejt, liema proġett ukoll iqajjem dubji u mistoqsijiet dwar kif il-Gvern qiegħed jittratta ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dwar jekk huwiex obbligat li jissottometti applikazzjoni.", "Jiena ngħid li huwa obbligat u qed ngħid hekk anke wara li rajt il-general development order ta' l-1993.", "Jekk wieħed iħares lejn il-fact book li kien ippubblikat wara l-emendi l-ġodda tal-liġi, isib li dan jgħid li: \"For the purpose of this section, development also means engineering or mining.\".", "Jien naħseb li tħaffir taż-żejt jaqa' taħt mining.", "Fil-fatt il-Gvern diġa' għamel dikjarazzjoni dwar liema hija l-art fejn se jħaffer għaż-żejt, u f'paragraph 38 ta' section 2 insibu:", "\"A department of the government or body corporate as aforesaid shall not dipose of land or promise the disposal of land for a specified use unless such a use has been approved by the Authority, or is allowed under a development plan or a subsidiary plan.\".", "Jiġifieri l-Gvern, qabel indika l-art li se tintuża għat-tħaffir taż-żejt, suppost li mar għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ħa l-go-ahead mingħandha.", "Issa aħna nafu li l-Gvern m'għamilx dan.", "Nistgħu nħarsu wkoll lejn diversi kategoriji ta' żvilupp li jissemmew.", "Category 5.3(1) tispeċifika liema żviluppi jista' jkollhom bżonn permess.", "Category 5.3(b) tittratta \"extracting petroleum or natural gas on land\".", "Jiġifieri l-fact book ippubblikat taħt dan il-Gvern jgħid ċar u tond li l-Gvern għandu bżonn ta' applikazzjoni għat-tħaffir taż-żejt, ħaġa li fil-fatt ma saritx.", "Fl- appendix ta' dan il-fact book insibu wkoll b'mod ċar li dan it-tip ta' xogħol għandu bżonn environment impact assessment.", "Mr Chairman, aħna qed ninsistu fuq dan mhux biss għax irridu nżommu l-proċedura.", "Meta xi ħadd imur japplika biex jagħmel extraction - l-unika extraction li ssir f'Malta hija tal-barrieri - jiġi mitlub jagħmel ħafna affarijiet bħal, per eżempju, waste management programme.", "Issa jekk il-Gvern ma jagħmilx applikazzjoni għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, se jeżenta lilu nnifsu mill-obbligu li jagħmel dawn l-affarijiet kollha, u jiena ċert li aġir bħal dan inaqqas il- fiduċja fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-aħħar proġett li xtaqt insemmi bħala eżempju ta' kif il-Gvern qiegħed jimxi huwa l-proġett tal-millennju l-ġdid.", "Il-Gvern għamel press conference - għalkemm diġa' kellna indikazzjonijiet li ried jagħmel dan il- proġett tal-millennju fuq is-site ta' Mercury House - fejn ta tagħrif dwar il-bini ta' dan l-iskyscraper ta' 318-il metru - daqs il-Chrysler Building ta' l-Amerka - u qalilna wkoll li sabiex jiffinanzja dan it-torri se jagħmel tliet blokki residenzjali ta' madwar 21 sular-il wieħed f'Pender Place.", "Il-Gvern qiegħed jipproponi l-bini ta' dawn it-tliet blokki residenzjali sabiex jiffinanzja l-bini ta' l-iskyscraper.", "Mill- informazzjoni li għandi jien, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija kontra dawn il-proġetti għax id-development briefs li kellha kienu jmorru totalment kontra li jkollok bini għoli f'din l-area.", "Jien ma naħsibx li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar waslet għal din il-fehma bi qżież imma waslet għaliha għaliex bdiet tħares kif għandha tħares lejn l-aspetti kollha.", "Bdiet tħares lejn l-aspetti residenzjali ta' l-area madwar Pender Place, lejn l- impatt li se jkollu żvilupp estensiv bħal dan fuq it-toroq u fuq it- traffiku li jgħaddi minn dawn it-toroq, lejn il-fatt li jekk isir proġett bħal dan se jkisser il-vijabilita' ta' proġetti oħra, jew jitkissru t- tnejn, u anke lejn is-suq eżistenti tal-proprjeta' li hawn.", "Kif qal l-Onor.", "Psaila Savona, aħna nafu li hemm madwar 700 appartament fiz-zona ta' bejn Tas-Sliema u San Ġiljan li huma vojta.", "Jiġifieri hija ġennata li noħorġu bi proġett bħal dan, liema proġett minflok se jiġġenera l-industrija tal-bini, li naħseb li huwa l-bottom line ta' proġett bħal dan, se jispiċċa jgħarraq lil ħafna nies li diġa' għandhom proprjeta' u ma jistgħux jiddisponu minnha fuq is-suq.", "Forsi l-bank sal-lum għadu jagħtihom backing lil dawn in-nies imma jekk se jgħaddu s-snin u jibqgħu ma jbigħux, minħabba li l-Gvern ikun faga s-suq tal-proprjeta', se jkollna ħafna nies li jfallu, Mr Chairman.", "Naħseb li ta' min iżomm f'moħħu wkoll l-investimenti li jagħmlu ċerti nies.", "Diġa' għidt, Mr Chairman, li tista' tħares lejn l-Awtorita' ta' l- Ippjanar unit b'unit u tara kemm żdiedet l-effiċjenza ta' kull unit, jew inkella tista' tħares lejha b'mod globali u tgħid kemm hija effettiva fiż- żamma tal-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' tkun effiċjenti f'units individwali - jien persważ li ma marritx lura f'units individwali - pero' xorta ma tkunx qiegħda taqdi l-mission statement tagħha.", "Tista' tkun effiċjenti mil-lat ta' kemm qed joħorġu malajr il-permessi jew kemm is-survey unit jagħti l-linja malajr, pero' mbagħad tista' tfalli fil-mission statement tagħha li żżomm il-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent.", "Dan jista' jseħħ għaliex il-Gvern iħalliha għal rasha, iħalliha toħroġ il-permessi, tagħmel il-mapep, tagħmel il-pjanti u r- rapporti u d-development briefs, imbagħad fejn jidhirlu jużahom u fejn jidhirlu jinjorahom.", "U dan huwa li qed jiġri u li qed iħasseb lil ħafna nies u jikkonferma d-dubji li kellna sena ilu, cioe' li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar lil dan il-Gvern qiegħda ddejqu.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-ħsieb tiegħi huwa li ngħid xi żewġ kelmiet dwar l-andament ta' dan il-Parlament, pero' qabel xtaqt naċċenna fil-qosor ħafna dwar is-suġġett li ġie ttrattat miż-żewġ kelliema ta' qabli.", "Hemm diversi aspetti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li wieħed jista' jsemmi imma hemm żewġ affarijiet li naħseb li huma importanti u li għandhom jiġu kkonsidrati minħabba t-tibdil li riċentement kellna fl-Att dwar Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "L-ewwel punt huwa dwar meta jkun hemm rakkmandazzjoni favorevoli min-naħa tad-direttorat ta' l-ippjanar għall-ħruġ ta' permess tal-bini u mbagħad id- DCC ma joqgħodx fuq dik l-istess rakkmandazzjoni.", "F'dan il-każ l-applikant ma jkollu assolutament l-ebda mod kif jikkontesta dik id-deċiżjoni ħlief li jagħmel aktar spejjeż għaliex ikollu jissottometti applikazzjoni għal reconsideration jew inkella jkollu jmur quddiem il-bord ta' l-appell.", "It-tieni punt huwa li ma jistax ikun li wara li applikant ikun ilu li ssottometta l-karti kollha lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dawn b'xi mod jew ieħor jiġu mislaid u wara ġimgħat sħaħ, kultant anke xhur, l-applikant jiġi mitlub biex jissottometti kollox mill-ġdid.", "Punt ieħor importanti huwa dwar meta jkun hemm applikazzjonijiet deċiżi mid-direttorat li mbagħad jiġu deċiżi b'mod differenti mid-DCC jew inkella iktar tard mill-bord ta' l-appell.", "Li jiġri hu li applikazzjonijiet sussegwenti minn nies oħrajn xorta waħda jibqgħu jiġu ttrattati bl-istess mod, anke wara li tkun inbidlet mid-DCC jew mill-bord ta' l-appell.", "Ħaġa oħra li tirrigwarda l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija li din għadha tinsisti li ma twettaqx ma' Malta kollha l-policy tal-community parking.", "Sfortunatment qed jiġri li qed ikun hemm diskriminazzjoni bejn applikanti f'raħal u applikanti f'irħula oħrajn.", "Rigward il-miżbla tal-Magħtab, ma jistax ikun li din tibqa' fis- sitwazzjoni li tinsab fiha llum.", "Erġajna morna lura għas-sitwazzjoni fejn kuljum qed ikollna rwejjaħ, dħaħen u toxic fumes, meta fi żmienna l- emissions kienu naqsu b'mod sostanzjali.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar it-tmexxija tal-Parlament, sena wara li nbidlet l-amministrazzjoni ta' pajjiżna.", "L-amministrazzjoni preżenti qiegħda tmexxi l-Parlament b'mod differenti milli kien jitmexxa qabel u wieħed jista' jinnota li b'konsegwenza ta' tliet mozzjonijiet li għaddew minn dan il-Parlament taħt il-Gvern preżenti, ħafna mill-iStanding Orders illum huma biss fuq il-karta u m'għadhomx japplikaw aktar għat-tmexxija ta' dan il-Parlament.", "It-tmexxija tal-Parlament illum qed tiġi rregolata bil- mozzjoni li ġiet diskussa fil-21 ta' April ta' din is-sena, mozzjoni li permezz tagħha l-Gvern ta lilu nnifsu d-dritt li barra l-laqgħat tradizzjonali tat-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa filgħaxija - ħlief f'xi eċċezzjoni - ikun jista' jlaqqa' l-Parlament filgħodu u filgħaxija mit- Tnejn sas-Sibt.", "Barra minn hekk, f'Mejju l-Gvern ressaq mozzjoni oħra, liema mozzjoni kienet aktar drastika, għaliex minflok il-laqgħat ta' filgħodu u filgħaxija mit-Tnejn sas-Sibt, il-Gvern ta lilu nnifsu wkoll il- possibbilta' li jlaqqa' l-Parlament filgħodu u filgħaxija mit-Tnejn sal- Ħadd.", "Barra minn dan, skond dik l-istess mozzjoni hemm ukoll il- possibbilta' li minflok ma jkun hemm biss laqgħat filgħodu u filgħaxija separatament, il-Gvern isejjaħ seduti li jibdew fid-9.00 a.m. u jibqgħu sejrin sa nofs il-lejl, bl-aġġornament jittieħed wara, liema possibbilta' seħħet għal aktar minn darba.", "Kellna anke okkażjonijiet fejn dan il- Parlament kompla għaddej bix-xogħol sas-1.00 a.m.", "Imma dan ma kienx biżżejjed għaliex fit-13 ta' Ottubru l-Gvern ġie hawnhekk b'mozzjoni oħra li tagħti wkoll il-possibbilta' li dan il- Parlament jiltaqa' mit-Tnejn sal-Ħadd għal tliet seduti kuljum.", "Dan ifisser li l-Parlament illum jista' jiltaqa' prattikament mit-Tnejn sal- Ħadd, f'ħinijiet li kultant ma jagħmlux sens.", "Ngħid għalija l-mod ta' kif qed jiltaqa' l-Parlament ħarbat il-ħidma ta' kif kull Membru parlamentari, fl-istess waqt li jkun qed jaqdi d-doveri tiegħu hawnhekk, jaqdi wkoll id- doveri lejn il-kostitwenti li jkunu eleġġewh.", "Dan li qed ngħid jgħodd għall- Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra imma naturalment l-iktar li jgħodd huwa għall-Membri ta' l-Oppożizzjoni u għall-back- benchers tal-Gvern.", "Sfortunatament ukoll, minn żmien għal ieħor insibu ruħna fil-pożizzjoni fejn minkejja li l-Gvern jgħid li hemm affarijiet importanti x'jiġu diskussi, il-Parlament ma jkunx jista' jkompli bix-xogħol tiegħu minħabba nuqqas ta' quorum.", "Hawnhekk nagħmel riferenza partikolari għal dak li ġara nhar is-Sibt li għadda waqt il-ħin ta' l-interpellanzi, fejn lanqas biss kien hawn quorum.", "Dak inhar min kien qed iwieġeb id-domandi, minflok ma refa' bis-serjeta' r-responsabbilta' li huwa għandu, beda jgħaddi kummenti fil-konfront ta' membri ta' din in-naħa għaliex dawn ma kenux hawnhekk.", "Fir- realta', hija regola ġenerali li n-naħa tal-Gvern trid tipprovdi l-quorum, u l-Ministru lil kien qed jgħaddi dawn il-kummenti suppost jaf aħjar għax matul l-għaxar snin li għaddew huwa talab għal quorum madwar 90 darba.", "Jenħtieġ li dan il-punt ukoll jiġi ċċarat b'mod partikolari fil-kwadru ta' kif aħna lkoll irridu nagħtu s-sehem tagħna, naqdu l-obbligi tagħna lejn il- poplu u lejn l-istituzzjoni tal-Parlament bir-responsabbilta' kif kull wieħed minna wiegħed meta ħa l-ġurament ta' membru parlamentari.", "Irridu nifhmu li hemm bżonn ta' programmar bis-serjeta'.", "Hemm bżonn li x- xogħol ta' dan il-Parlament ma jibqax jiġi programmat bil-mod kif qed isir illum.", "Jien nemmen li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra għandu wkoll jibda jara li jkun hemm programmar tal-ħidma ta' dan il- Parlament iktar fit-tul.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni iktar minn darba talbet li jkun hemm programmar għal numru ta' ġimgħat u li jkun hemm indikazzjoni ċara ta' x'se jsir f'dawk il-ġimgħat.", "Naturalment - u dan ukoll għidnieh iktar minn darba - jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn il- Gvern ikollu bżonn ibiddel dak li jkun programmat, imma aħna nemmnu li għandu jkun hemm programm ta' xogħol għal numru ta' ġimgħat bil-quddiem.", "B'hekk kull wieħed minna jkun f'qagħda li jagħti s-sehem sħiħ tiegħu fl- andament ta' dan il-Parlament.", "Mr Chairman, ma nistgħux nibqgħu fil-pożizzjoni li jiġi ffissat programm ta' xogħol imbagħad dak il-programm jinqaleb rasu 'l isfel u jinbidel għal kollox għal ma nafx kemm-il darba.", "B'dan il-mod, kull wieħed minna jkollu mill-ġdid jerġa' jara x'inhi l-pożizzjoni tas-sehem tiegħu f'dan il- Parlament.", "Intuża għal aktar minn darba l-argument li fuq l-aġenda tal- Parlament hemm numru ta' liġijiet pendenti, pero' jien naħseb li dan l- argument ma jreġix għaliex f'dak il-każ min ikun involut f'dawk il-liġijiet għandu jara li jkun il-ħin kollu on tip toes biex jara kif se tinbidel l- aġenda.", "Mr Chairman, waqt diskussjoni dwar waħda mill-mozzjonijiet li semmejt, l-Onor.", "Vella kien qal li m'huwiex sewwa li wieħed jippretendi li għax naħa tagħmel ħaġa, dak ikun tajjeb u meta n-naħa l-oħra tagħmel l- istess ħaġa, dan jitqies bħala xi ħaġa żbaljata.", "Jien infakkar lill-Onor.", "Vella dwar kemm-il darba fil-passat huwa ġie f'dan il-Parlament u nsista li l-membri parlamentari għandhom ikollhom il-possibbilta' li jippjanaw il- ħajja tagħhom u s-sehem tagħhom fil-Parlament u min jaf kemm-il darba qal li kull membru mhux biss għandu jiġi hawnhekk u jagħmel kwarta jitkellem imma għandu wkoll isegwi d-dibattitu kollu.", "Mr Chairman, nagħlaq billi ngħid li l-ispirtu tal-Parlament matul is- sena li għaddiet qala' daqqa ta' ħarta kbira.", "Jien nemmen li anke s-sehem tal-membri parlamentari individwali qala' daqqa ta' ħarta qawwija minħabba l-mod ta' kif qegħdin isiru s-seduti fil-Parlament illum.", "Dan m'huwiex ta' ġid għall-istess Parlament u għalhekk jien nappella sabiex jibda jsir programmar tax-xogħol ta' dan il-Parlament, liema programmar ikun għal numru ta' ġimgħat.", "Nappella wkoll sabiex dak li kien jingħad mill-membri tal-Gvern meta kienu fl-oppożizzjoni, jiġi mwettaq għall-ġid ta' pajjiżna u għall-ġid ta' dan il-Parlament.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Infakkar lill-kumitat li l-ħin li fadal huwa għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Mr Chairman, xi kultant lanqas inkun irrid nemmen lil widnejja meta nisma' ċerti affarijiet min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Qed nirriferi għal dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Jesmond Mugliett meta semma l- proġett li hemm ippjanat għal Pender Place.", "L-Onor.", "Membru qal li hija ħaġa ħażina li ntellgħu numru kbir ta' appartamenti f'dik l-area għaliex b'hekk investituri li għandhom appartamenti oħra fl-inħawi ta' Tas-Sliema ikollhom ibaxxu l-prezzijiet, jekk mhux ukoll ifallu, minħabba loans u overdrafts li għandhom mal-bank.", "Jien ma nixtieqx li dawn in-nies ifallu imma, jekk dan huwa l-każ, għandhom l-alternattiva li jbaxxu l-prezzijiet b'tali mod li jkunu jistgħu jintlaħqu mill-ħaddiema u mill-poplu in ġenerali.", "Tajjeb ukoll li nħeġġeġ lill-Ministru tad-Djar li jkompli jirsisti sabiex jara li joħorġu aktar appartamenti forsi din il-problema tad-djar inkunu nistgħu ntaffuha.", "Jien illum m'iniex beħsiebni nitkellem fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - fil-jiem li ġejjin, meta jitressqu l-estimi ta' l-istess awtorita', ikollna ċans niddibattu l-andament ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar jekk it- tibdil li għamilna rnexxiex jew le u nittama li nkunu anke nistgħu nwieġbu għal ħafna mill-punti li qajmet l-Oppożizzjoni - imma se nikkonċentra aktar fuq il-ministeru ta' l-ambjent.", "Nibda biex ngħid li matul is-sena li ġejja, dan il-ministeru għandu l-ħsieb li jingaġġa numru addizzjonali ta' environment officers, xjentisti u anke wardens.", "Ta' min ifaħħar l- inizjattiva li se jieħu l-istess dipartiment biex iqabbad numru ta' trainee environment inspectors li taħt superviżjoni se jagħmlu xogħol ta' spetturi ta' l-ambjent.", "Dan se jsir filwaqt li jkunu qed jattendu evening courses fix-xjenza ambjentali, li qed jiġu organizzati mill-Universita'.", "Se jiġi estiż ukoll l-air monitoring programme.", "Se jiġu monitored numru ta' lokalitajiet akbar biex niżguraw li l-livell ta' inkwinament ta' l-arja ma jaqbiżx il-limitu aċċettabbli.", "Meta filgħodu nkun nieżel mis-Siġġiewi, speċjalment f'ġurnata bla riħ, Ħal Qormi u l-Marsa lanqas ikunu jidhru miinħabba d-duħħan u ċ-ċlampu li jkun hemm miġbur fuqhom.", "Dawn huma nħawi nvażati bit-traffiku u huma wkoll imdawrin b'numru ta' industriji li jiġġeneraw ċertu ammont ta' inkwinament fl-arja.", "Madankollu ħadd m'hu qed jiġi informat bit-testijiet li jsiru għal dak li jirrigwarda l-arja u r- riżultati lil joħorġu minnhom.", "Dan huwa kontra dak li jiġri f'pajjiżi oħra, speċjalment Ewropej, fejn il-livell ta' tniġġiż fl-arja jixxandar fuq il- mezzi tal-media u wieħed faċilment jista' jsegwi s-sitwazzjoni minn fuq it- televiżjoni.", "Is-sena li għaddiet il-Gvern beda programm qawwi ta' riabilitazzjoni ta' inħawi ekoloġikament sensittivi.", "Apparti li ħafna minn dawn l-inħawi ġew degradati bl-użu ħażin tal-bniedem, ġew degradati wkoll b'kawżi naturali.", "Bdew jiġu mnaddfa wkoll il-widien u l-water courses li ħafna minnhom kienu nqerdu għal kollox bl-ammont ta' materjal u ħama li nġabar fihom.", "Barra minn hekk qed jiġu rranġati l-ilqugħ ta' l-ilma u jissewwew il-ħitan tas- sejjieħ li għall-ewwel darba ġew protetti bil-liġi.", "Mr Chairman, laqatni wkoll il-fatt li bdiet tinħass il-ħtieġa li jinġabru flimkien taħt kappa waħda fid-dipartiment ta' l-ambjent id-diversi għaqdiet ambjentali.", "F'dan id-daqsxejn ta' pajjiż hawn għad ta' taqsimiet ambjentali li ħafna minnhom jispiċċaw jagħmlu duplikazzjoni tax-xogħol bi spejjeż akbar u b'ħafna ħela ta' flus.", "Fost dawn nistgħu nsemmu d- dipartiment ta' l-ambjent, id-dipartiment ta' l-agrikoltura, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Universita' li qed jispiċċaw jagħmlu l-istess xogħol fuq bażi indipendenti minn xulxin.", "GĦalhekk għandu jsir sforz biex naraw li dawn jinġabru taħt kappa waħda u flimkien jaraw x'għandhom ikunu l- prijoritajiet fil-qasam ambjentali biex b'hekk tiżdied il-cost effectiveness.", "Eżempju ta' duplikazzjoni ta' xogħol qed isir fil-każ ta' l-environment impact assessments li jiġu mitluba mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar meta ssir applikazzjoni għal bini.", "Kif kulħadd jaf, assessment bħal dan jiswa eluf ta' liri, u xi kultant qed nispiċċaw nagħmlu environment impact assessments fuq l-istess inħawi.", "M'iniex qed ngħid li dan m'għandux isir imma naħseb li jkun aħjar kieku f'dawn il-każijiet jiġi kkummissjonat studju wieħed bl- għajnuna tad-dipartiment ta' l-ambjent u d-dipartiment ta' l-agrikoltura biex tiġi evitata l-ħela kbira ta' flus, riżorsi u xkiel żejjed għall- bdiewa tagħna.", "Per eżempju, jekk bidwi japplika biex jagħmel xi serer fl- inħawi ta' San Pawl il-Baħar u wara sena tidħol applikazzjoni oħra biex isiru serer oħra fl-istess inħawi, naħseb li l-environment impact assessment għandu jkun validu għat-tnejn u ma jkunx hemm il-ħtieġa li jsir environment impact assessment ieħor.", "Meta nsemmi l-ambjent, inkun qed nonqos jekk ma nsemmix ir-riżors ta' l- ilma li nużaw.", "Meta wieħed iqis li aħna nużaw l-ilma kuljum u għal kollox, naħseb li jkun tajjeb li tinqata' l-idea li l-ilma huwa xi kommodita' ambjentali li taqa' mis-sema.", "M'għandniex neħduha for granted li dan qatt m'hu se jonqos jew jispiċċa u allura ma nibżgħux għalih.", "L-ilma huwa riżors ambjentali li dejjem qed jiskarsa u jinsab taħt attakk kontinwu.", "GĦalhekk nagħmlu tajjeb li bħala gvern indaħħlu f'moħħ il-poplu li għandu jsir dak kollu possibbli biex nibżgħu għal dan ir-riżors.", "Huwa għajb li sal-lum il-ġurnata għadek tara bini residenzjali tiela' mingħajr ma jitħaffer bir jew ġiebja għall-ilma tax-xita.", "Huwa għajb li kontra kull regolament, l-ilma tax-xita ħafna drabi jintefa' fis-sistema tad-drenaġġ, bil-konsegwenza li ma' kull ħalba xita dan ifur u jispiċċa fl-għelieqi u fil-widien.", "Dan id-drenaġġ jagħmel ħsara kbira ambjentali għax joħloq inkwinament fl-ispieri u fir-riżervi ta' l-ilma ta' taħt l-art.", "Mr Chairman, din is-sena l-Gvern se jaħdem fuq produzzjoni akbar ta' second class water li jkun jista' jintuża fil-qasam tal-biedja u fl- industrija.", "Biex nagħti eżempju ta' kemm għadna lura f'dan il-qasam biżżejjed insemmi x'jagħmlu pajjiżi bħall-Amerka li għandhom riżorsi kbar ta' ilma imma għandhom ukoll kuxjenza ambjentali ħafna akbar minn tagħna.", "Minn studju li sar fl-Amerka nsibu li kull metru kubu ta' ilma li jiġi provdut lill-industrija, jintuża għal disa' darbiet qabel ma' jintefa' fis- sistema tad-drenaġġ bħala waste water.", "Ħafna industriji Amerikani diġa' qed jużaw treated sewage water fil-cooling systems tagħhom.", "Kulħadd jaf li l- Amerka huwa pajjiż li għandu ħafna xmajjar, għadajjar u riżorsi kbar ta' ilma, madankollu dan il-pajjiż xorta waħda għandu ħafna x'jgħallimna għax jagħti prijorita' lill-ilma ħafna aktar milli nagħmlu aħna f'pajjiżna.", "Meta nsemmi l-ilma ma nistax ma nikkundannax in-nuqqas ta' attenzjoni mill- amministrazzjoni Nazzjonalista li kontra l-liġi ħalliet b'mod abbużiv jitħaffru ammont kbir ta' boreholes għall-użu personali ta' individwi.", "Ladarba qed insemmi l-ambjent ma nistax ma nitkellimx fuq it-tniġġiż ta' l-arja li jsir prinċipalment minn tliet sorsi, fosthom it-tniġġiż kbir li jsir minn karozzi u vetturi kbar.", "Biżżejjed insemmi l-ħsara kbira li jagħmel il-petrol biċ-ċomb lill-ambjent, kif ukoll lis-saħħa tal-bniedem.", "Ħafna vetturi qed jitħallew iniġġżu l-arja minħabba l-istat traskurat li jitħallew fih.", "Jiddispjaċini ngħid imma hija ħaġa rari li tara lit-taqsima ta' l-enforcement tal-Pulizija twaqqaf xi vettura li tkun qed tarmi iktar duħħan milli suppost.", "Donnu li din it-tip ta' kontravvenzjoni ma teżistix.", "Meta l-Gvern preċedenti kien ġab makkinarju biex jiġi ttestjat jekk vettura tarmix duħħan aktar milli suppost, dan kien tħabbar fl-aħbarijiet b'ħafna pompa imma għal xi raġuni jew oħra dan l-apparat qatt ma ntuża.", "Barra minn hekk twaqqfu r-random spot checks li kellhom isiru.", "U la qed insemmi t- tniġġiż ta' l-arja, infakkar f'dak li kien intqal fl-1993 waqt id-dibattitu tal-budget mill-ministru ta' l-ambjent ta' dak iż-żmien.", "Dan kien qal li sfortunatment il-monitoring tal-kwalita' ta' l-arja qatt ma ġie tackled .", "Kien qal ukoll li kien se jsir eżerċizzju fuq air quality monitoring u parti mill-flus li kellhom jintnefqu kienu se jiġu mill-programm LIFE ta' l- Unjoni Ewropea.", "Kellhom jintnefqu wkoll madwar Lm105,000 biex isir environment auditing survey li rriżulta li kien biss paroli għaliex fil- fatt ma sar xejn.", "Kellu jsir ukoll il-clean air technology centre, pero' safejn naf jien rari nisimgħu b'xi surveys li saru minn dan iċ-ċentru.", "Meta nsemmi l-ambjent u l-użu bil-għaqal ta' l-enerġija, inkun qed nonqos jekk ma nsemmix in-nuqqas kbir li għandu pajjiżna u l-poplu in ġenerali f'dak li hu użu ta' enerġija solari, b'mod speċjali l-użu ta' solar water heaters.", "Ħafna pajjiżi Mediterranji ta' madwarna jagħmlu użu sħiħ minn din it-tip ta' enerġija u l-Gvern Malti, minkejja s-sitwazzjoni finanzjarja preżenti, ħass li f'dan il-budget kellu jdaħħal inċentiv favur l-użu ta' l-enerġija solari bili jagħti self b'imgħax baxx lil min jitħajjar jixtri dan it-tip ta' apparat.", "Hemm diversi tipi ta' apparat bl- aħħar teknoloġija fuq is-suq lokali u l-fatt li dan it-tip ta' apparat se jibda jinħadem hawn Malta mill-Malta Drydocks iwassal għal prezzijiet aktar moderati li jħajru aktar nies jixtruh.", "Ħafna żgħażagħ li jkunu jixtiequ jinstallaw dan l-apparat meta jkunu qed jibnu d-dar tagħhom, ta' spiss jaqtgħu qalbhom minħabba l-prezzijiet li f'xi każi ilaħħqu anke s-Lm700.", "Jekk jirnexxilna nipproduċu dan l-apparat bi prezz aktar baxx, inkunu qed nagħtu inċentiv ieħor barra l-inċentiv ta' soft loan li diġa' qed joffri l- Gvern.", "Barra minn hekk, bl-ammont ta' flus li jiffranka mill-kontijiet ta' l-elettriku wieħed ikun jista' jirkupra dawn il-flus malajr.", "Jiena personalment nuża dan it-tip ta' apparat u nista' nikkonferma kemm hu effiċjenti u kemm wieħed jaqbillu jagħmel użu minnu.", "Ħsara kbira lill-arja ssir ukoll mill-użu tas-CFCs.", "F'konferenza li kienet saret f'Copenhagen ftit snin ilu, Malta kienet wiegħdet li sa l-1995 kellha taqta' l-użu tas-CFCs.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk fil-fatt dan seħħx.", "F'pajjiżna diżgrazzjatament ftit nagħtu kas l-użu ta' l-enerġija.", "Dan japplika wkoll għal ħafna periti li filwaqt li dejjem joħorġu b'disinji ġodda ta' bini sabiħ u modern, jidher li ftit jagħtu kas kif il-bini li jiddisinjaw ikun energy efficient, jiġifieri li l-enerġija li jkun hemm f'dak il-bini ma tintilifx bl-addoċċ.", "Permezz tal-kobor tat-twieqi u tal- pożizzjoni ta' ċerti kmamar fid-dar biex jidħol aktar dawl naturali, jista' jkun possibbli li jitnaqqas l-użu ta' l-enerġija elettrika f'dik id-dar.", "Huwa redikolu għal pajjiżna li tidħol fi djar suppost moderni u fl-10.00 a.m. trid tixgħel id-dawl elettriku biex tara.", "Pajjiżi oħra jagħmlu dak kollu possibbli biex jibżgħu għall-użu ta' l-enerġija, imbagħad aħna, pajjiż bla riżorsi naturali iżda b'riżors kbir ta' sigħat twal ta' dawl tax- xemx, litteralment ma nagħmlu xejn biex dan ir-riżors nisfruttawh sal- massimu possibbli biex niffrankaw ammonti kbar ta' flus u nagħmlu ġid kbir lill-ambjent billi nnaqqsu l-użu ta' fuel fil-power station.", "Mr Chaiman, qasam ambjentali ieħor li nħoss li l-Gvern għandu jagħtih prioriita' huwa l-baħar ta' madwarna.", "Din is-sena l-Gvern se jkompli jagħti spinta biex qabel ma jintrema fil-baħar id-drenaġġ jiġi ttrattat ħalli tkompli titnaqqas il-ħsara kbira li qed issir lill-Baħar Mediterran.", "U la qed nitkellem fuq il-baħar, nissuġġerixxi lill-Ministru responsabbli mill- ambjent sabiex, flimkien mal-Ministru responsabbli mis-sajd u l-għaqdiet tas-sajjieda, issir diskussjoni ħalli f'ċerti zoni jinqata' s-sajd indiskriminat bil-parit għaliex qed jagħmel ħafna ħsara lill-istess sajjieda.", "Il-ħut irid jingħata ċ-ċans li jbejjed u jikber.", "Minkejja li pajjiżna hu mdawwar b'baħar mill-isbaħ, huwa nieqes ferm mill-marine parks li mhux biss iservu ta' ġid għall-ambjent imma jservu anke ta' attrazzjoni turistika u ta' attrazzjoni għal eluf ta' dilettanti tas-subacqua li jiġu jżuru lil pajjiżna kull sena.", "Mr Chairman, hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq il-bżonnijiet ta' l-ambjent u jistgħu jinkitbu paġni sħaħ fuq dan is-suġġett, pero' nagħlaq billi ngħid li bħala poplu rridu nkunu konxji mill-ambjent u rridu nkunu lesti wkoll biex nonfqu u ninvestu f'dan il-qasam.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Chairman, nibda biex ngħid li s'issa għadu qatt ma kelli ċ-ċans li nitkellem mal-Ministru konċernat fuq suġġett li huwa għal qalbi ħafna.", "Lanqas ma niddejjaq nistqarr li ħafna mill-affarijiet li qed jiġru issa u li kienu jiġru qabel lili jdejquni.", "Hawn irrid infakkar lil din il-Kamra li dan il-Ministru kien ix-shadow minister fiż-żmien meta konna fl-oppożizzjoni u kien il-bniedem inkarigat mill-partit biex jipprova jara li f'Delimara ma ssirx il-power station.", "Kien ukoll jemmen ħafna bl- esperti ta' barra u kien jaħseb li dak li jafu l-esperti ta' barra jgħodd u dak li nafu aħna ma jgħodd xejn.", "Jien se nitkellem mill-esperjenza personali qabel ma ninkwadra l-affarijiet f'posthom.", "M'iniex se ngħid x'kelli x'naqsam jien għaliex jien ma rridx nidħol f'affarijiet personali hawn ġew imma se ngħid x'kellu x'jaqsam ħaddieħor.", "Jiena diġa' semmejt il-każ ta' meta gabillott, fi żmien il-Gvern l-ieħor, ried jagħlaq l-għalqa tiegħu biex ma jipparkjawlux karozzi ġo fiha.", "Lil dan mill-ewwel għamlulu ċitazzjoni biex jieqaf.", "Meta mar jistaqsi għaliex qala' ċitazzjoni waqt li anqas min-nofs mil 'il bogħod ħaddieħor għamel skalm biex itella' l-muturi u bena kmamar kemm jiflaħ biex jaħżen il- prodotti u ħadd ma kellmu xejn, qalulu li dak mhux affarih u li hu ma missux għamel hekk.", "Issa dan m'għamel xejn ħlief bena żewġ pilastri ħalli jkun jista' jagħlaq bil-katnazzi.", "Imbagħad tlajna fil-gvern aħna.", "Il-Ministru kien ilu jaf żmien twil li meta kien għad hemm il-Gvern l- ieħor, il-baħar kollu ta' Delimara kont titqażżeż tarah għax biex il-ħmieġ li jkun hemm ġewwa joħroġ, iridu jagħmlu jumejn riħ fuq.", "Dan il-baħar li qabel kien ikun ċar kristall issa qed jitħammeġ b'żewġ affarijiet.", "Qed jitħammeġ bil-power station għax, tgħidilhom kemm tgħidilhom, l-outflow jibqgħu jitfgħuh fil-baħar.", "Huma jgħidu li dak huwa ilma ċar u pur imma jekk tarah malajr tinduna li m'hu ilma ċar u pur xejn għax ikun kollu xkuma tas-sapun.", "Dan dejjem ġej u peress li ma jilħaqx joħroġ 'il bogħod minn Malta biżżejjed sakemm idur ir-riħ, jispiċċa dejjem jakkumula.", "Konna maħmuġin, u kemm ilu dan il-Gvern, bl-ambjent taħt dan il-Ministru, sirna maħmuġin aktar.", "Imma dan m'hu xejn!", "Qabel konna nilmentaw li min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista ħallewhom jagħmlu l-bunkering inqas minn mil 'il bogħod mill-kosta.", "Issa mill- bunkering mhux żejt biss jitfgħu, għax kif ikunu hemmhekk inaddfu kollox.", "Allura jekk tgħaqqad iż-żejt mill-bunkering mal-ħmieġ tal-power station u xi ftit ħmieġ ieħor minn tas-sewage - għax il-pompi tas-sewers ta' Wied Għammieq daqqa jaħdmu u daqqa ma jaħdmux - ikollok l-isbaħ kawlata.", "Tant hija kbira l-kawlata li issa anke n-naħa ta' Għar Lapsi, fejn qegħdin nippompjaw l-ilma għad-desalination biex inkunu nistgħu nagħmluh tajjeb għax-xorb, meta r-riħ ikun jieħu 'l-ġewwa l-baħar qed ikun maħmuġ.", "Issa biex jitħammeġ Għar Lapsi kbira!", "U dan ma japplikax għal hawn Malta biss.", "Kemm ngħidu fuq Għawdex, Mr Chairman!", "Għawdex ukoll qed jitħammeġ.", "Dan qed ngħidu għax jekk hawn ħaġa li għalina suppost li hija prezzjuża, dan huwa l-baħar nadif.", "Il-mard li jista' jiġi minn baħar imniġġeż lanqas it- tobba ma jafu x'inhu.", "Imbagħad il-baħar huwa importanti wkoll għat-turiżmu.", "Aħna x'għandna x'noffru lit-turisti aktar minn baħar nadif?", "Issa x'qed jiġri?", "Minflok ma pprovajna nieħdu ħsieb dawn l-affarijiet, qegħdin nagħmlu ħilitna biex nagħmlu taxxa fuq id-drenaġġ ħalli mbagħad inkunu nistgħu nieħdu l-funds mill-Ewropa u nnaddfu l-baħar tagħna.", "Hekk qegħdin nagħmlu issa.", "Għaliex kellna nistennew u se nkomplu nistennew li nitħammġu aktar qabel ma nipprovaw nieħdu l-funds?", "Ma nafx u ma nistax nifhem.", "Dak li qed ngħid għal dik l-area naturalment japplika għal kullimkien għax kollox isir fuq il-karta u fir-realta' ma jsir xejn.", "Dan l-aħħar ħriġna wkoll - qed ngħid għall-Gvern tagħna issa, mhux l- oħrajn - ħafna pjanti fejn għidna li hemm ċerti postijiet li m'għandhomx jintmissu għaliex se jsiru national park.", "Xi jfisser \"national park\"?", "Ħalli ngħid x'qed isir fi Sqallija u xi jfisser national park.", "Sqallija għandhom waħda mill-aktar affarijiet sbieħ, li ma tantx hawn bħalha fid- dinja.", "Hemmhekk tista' tmur tara l-vulkan u tara n-nar ħiereġ u tista' tasal bil-mixi jekk trid.", "Biex tasal bil-mixi għandek 12-il siegħa tixxabbat u trid tkun ħafna iżgħar minni!", "Allura x'għamlu l-Isqallin?", "Veru li wara kollox m'intix se tara affarijiet speċjali billi tara daqsxejn duħħan imma tgħidx kemm imorru turisti!", "Min imur Sqallija x'se jagħmel jekk ma jmurx jara ħaġa bħal din?", "Mela dawn iddeċidew li jridu jippreservawh.", "X'għamlu?", "L-ewwelnett għamlu ristoranti biex min jitla' jkollu fejn jiekol.", "Għax jekk biex tara n-nar ikollok toqgħod bil-ġuħ, tispiċċa ma titla' xejn; jew tieħu l-ħobż miegħek u tħammeġ kullimkien!", "Imma mbagħad mhux hekk biss.", "Dawn ma qalux li ħadd ma jista' jaħdem l-art, anzi l-kontra.", "Hemmhekk riedu jagħmluh kampanja biex jippreservawh.", "Jekk inti biex tippreserva l-ambjent ma tħallix lill-bidwi jaħdem r-raba', dan il-post x'se jsir minnu?", "Dan mhux se jsir foresta meta qatt ma kien foresta!", "Taħt l-Etna hemm ħdura imma mhux eżatt fejn hemm in-nar!", "Allura aħna x'se nagħmlu?", "F'Delimara m'aħna se nħallu lil ħadd jaħdem ir-raba' għax se nagħmluh national park?", "Lilll-amministrazzjoni l-oħra konna ngħajruhom bil-barunijiet għax kien hemm nies li ma kellhomx permess u bnew fuq art tal-gvern.", "U dan sar meta suppost li kellna x-shadow minister biex dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Imma fuq dan ma ġara xejn.", "Qed insemmi dawn id-dnubiet biex ma nagħmluhomx aktar.", "Jien m'iniex qed insemmihom biex nivvendika ruħi minn xi ħadd, għax kieku kelli ċ-ċans kont ngħidhomlu f'wiċċu lill-Ministru, allavolja bgħatt ngħidlu ma' ħaddieħor li dawn m'humiex affarijiet li għandhom isiru.", "Ħalli nkompli ngħid x'għamilna aktar.", "Hemmhekk kellna d-Deutsche Welle, li kellhom equipment iqum ħafna flus, u ddeċidejna li ma nħalluhomx aktar hemm.", "Issa dan kien qed iġib il-flus u jgħin lill-power station, għax jekk kien hawn consumer li kien qed iħallas biz-zalza għall-elettriku - almenu fi żmieni - dan kien id-Deutsche Welle.", "Huwa veru li l-istruttura li kellhom hemmhekk kienet unsightly, imma kemm hija aktar unsightly ċ-ċumnija tal-power station?", "Imma issa rridu naraw x'se jsir bl-affarijiet li ħallew hemm.", "Se nħalluhom jitkissru?", "Se nħallsu biex iħottuhom, kif diġa' għamilna?", "Dawn ħallew il-bini f'kondizzjoni perfetta u, minflok tgħallimna mill-imgħoddi, bgħatna s- suldati hemmhekk u dan il-bini spiċċa.", "Jekk tmur tarah illum jaqbdek il- biki u tibda tistaqsi kif sentejn ilu dan kien post li fih kienu jaħdmu n- nies.", "Għidna li hawn se nagħmlu ġnien nazzjonali u wżajna l-kliem \"ġnien nazzjonali\".", "Imma dan il-ġnien ma jkabbar xejn, u jekk ġnien ma jkabbar xejn ma jistax jissejjaħ \"ġnien\".", "Il-Maltin jgħidulu mogħxa.", "Jien qed ngħid dan għaliex qed nagħmlu l-istess ħaġa kullimkien.", "Hemmhekk hemm ukoll erba' fortizzi u xi ħaġa li diffiċli titwemmen hija li l-fortizza lli l-aktar li hija miżmuma tajjeb hija dik fejn hemm il- majjali u l-baqar!", "Għax biex dan il-bniedem iżomm il-baqar jgħixu hemmhekk irid jieħu ħsieb il-post.", "Fit-tlieta l-oħra m'hemm xejn u llum waħda spiċċat għal kollox, ma tafx jekk kienx hemm fortizza jew le, oħra qed tispiċċa u oħra lanqas taf fejn suppost li qiegħda.", "Imma x'ġara?", "Ġara li lil dak li għandu l-baqar u l-majjali bagħtulu ittra u mlewlu ras daqshiex għax qalulu biex joħroġ minn hemmhekk peress li hemmhekk se ssir holiday area.", "Din se ssir area għal ġnien jew holiday area?", "Issa għal din il-holiday area la hemm proġett, la hemm ħaġa u lanqas oħra.", "Dan ġie jkellimni u għidtlu biex imur ikellimhom ħalli jgħidulu fejn se jpoġġuh b'dawk il-baqar u l-majjali li għandu.", "Dawn ma jistgħux jippretendu li dan jarmi l-bhejjem 'il barra wara dan iż-żmien kollu!", "Dan hu l-mod kif qed naġixxu, Mr Chairman.", "Qed isir kollox fuq il-karta.", "Ħallasna wkoll ħafna flus biex inġibu l-experts minn barra li ppubblikaw kotba u ma qrahom ħadd.", "Lanqas huma ma jaqrawhom dawn il-kotba, bl-istampi sbieħ kollha li għandhom!", "Dan l-istess bħal meta tmur tara l-kotba li kien ħareġ il-Gvern Nazzjonalista dwar il-power station.", "F'dawk il-kotba dik l- area tgħidx kemm tidher li kienet ġejja sabiħa.", "Mur araha llum u qabbilha ma' dak li hemm fuq il-kotba!", "Tkun taf x'jiġifieri meta toħroġ il-kotba biss!", "Issa meta tara hekk, tibda tgħid: Aħna se nibdluha din ir-rotta jew m'aħniex?", "Se nibdlu r-rotta u verament nibdew nieħdu ħsieb l-ambjent?", "L- ambjent huwa l-ewwel ħaġa li għandek taħseb għalih.", "Mr Chairman, wasalt biex nikkonkludi peress li llum ma tantx għandi ħin.", "Nilħaq nitkellem darb'oħra u jekk l-affarijiet jibqgħu ma jitjiebux, inkompli nattakka għaliex dak hu d-dmir tiegħi.", "Nerġa' ngħid li l-aktar importanti għal pajjiżna huwa li aħna nifhmu żewġ affarijiet.", "Irridu nifhmu li aħna konna privileġġati mid-destin li qegħdin fi gżira li m'għandhiex id-diffikultajiet li għandu ħaddieħor f'dik li hija area - din hija ħaġa fundamentali u mhux billi noqogħdu nġibu l-experts - u l-ħaġa l-oħra hi li f'pajjiżna ftit huma dawk il-ġranet fejn ma jkollniex riħ.", "Lil min jobgħod il-fatt li f'Malta jkollna r-riħ, ngħidlu ġidra u njorant għaliex allaħares ma kienx ir-riħ għalina għaliex kieku ntinna.", "Ir- riħ jieħu kollox.", "Allura aħna privileġġati li għandna n-natura stess li qed tnaddfilna l-arja kontinwament.", "GĦalhekk ir-riħ isfel iddejjaqna ħafna.", "U għandna raġun nibżgħu mir-riħ isfel!", "Għandna raġun niddejqu minn Settembru, għax dan hu l-aktar xahar ikrah, huwa xahar fejn ma jkunx hawn riħ, ikun hawn il-kalma u allura kull ħaġa li tkun xi ftit jew wisq tinten tibqa' ddur magħna.", "Imma mbagħad meta jkun hemm ir-riħ dan kollu jmur.", "Dan ma jfissirx li aħna m'għandniex il-problema li rridu nżommu l-arja nadifa.", "U l-akbar problemi li għandna ġejjin minn bini bħall-power station u mill-karozzi.", "F'Ateni, fejn għandhom klima aħjar minn tagħna, il-Gvern jipprojbixxi li f'ġurnata joħorġu aktar minn tant karozzi fit-triq, jiġifieri ma jitħallewx joħorġu karozzi daqs kemm hemm liċenzji.", "Issa aħna rajna li hu fl-interess nazzjonali li nagħmlu xi ħaġa fuq il-karozzi?", "Hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa għal ħafna raġunijiet u raġuni minnhom hija minħabba l-ambjent.", "L-akbar ħsara li għandna fl-arja ġejja mid-duħħan li joħroġ mill- karozzi.", "Il-Gvern irid jara x'inċentivi jista' jintroduċi biex il-karozzi li jistgħu jużaw il-petrol mingħajr ċomb jagħmlu dan billi jħallsu anqas taxxa u jkollhom anqas xkiel milli jkollhom dawk tal-karozzi l-oħrajn.", "Dawn huma affarijiet fundamentali li m'aħniex nieħdu ħsiebhom.", "Minflok qed noqogħdu naqbdu ma' ħafna nies fuq kull ħaġa ta' xejn, mingħalina qed nagħmlu xi ħaġa.", "U f'dawn l-affarijiet kollox imwaħħal kien u kollox imwaħħal baqa'.", "Nirringrazzjak, Mr Chairman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, fl-ewwel budget li ressaq Gvern Laburista dan il-ministeru ġie allokat seduta waħda, pero' din id-darba kien hemm it-talba u l-qbil li nagħmlu seduta għall-ambjent u seduta oħra għall-affarijiet barranin.", "Jiena ħsibt li min appoġġa l-idea li jkun hemm seduta sħiħa allokata għall-ambjent kellu ħafna xi jgħid fuq dan is- suġġett, pero' spiċċajna li fuq l-ambjent ma smajna xejn ħlief il-kummenti ta' l-Onor.", "Psaila Savona.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett tkellem fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - veru li din taqa' taħt id-dekasteru tiegħi imma dan jaf illi erbat ijiem oħra se jkollna ċ-ċans li niddiskutuha fil-fond - u l- Onor. Ċensu Galea tkellem fuq ix-xogħol tal-Parlament.", "Jiena ppretendejt li l-Oppożizzjoni għandha ħafna xi tgħid fuq l-ambjent imma fil-fatt mill-ftit li tkellmet fuq l-ambjent id-diskors kien iffokat fuq parti waħda biss tal- problemi li għandna.", "Mr Chairman, wieħed irid jammetti li l-ambjent huwa suġġett wiesa' ħafna imma l-Onor.", "Psaila Savona ħaseb li se jiġi hawnhekk sena wara li tlajna fil-gvern aħna u nkunu solvejna l-problemi kollha.", "Jiena m'iniex se noqgħod ngħid x'sibt imma tajjeb li ngħid kemm hu diffiċli biex terġa' torganizza dak li jkun ħareġ kompletament mill-kontroll strett tad-dipartiment.", "Is- segretarjat li kien hemm ma setax jiżviluppa għaliex kien għadu nieqes mill- istruttura, mill-personnel u mill-apparat.", "Sal-lum għad m'għandux post adegwat minn fejn jopera.", "Nista' ngħid ukoll li kien hemm viżjoni dejqa ħafna tal-mod kif kienet qiegħda tiġi ttrattata l-problema ta' l-ambjent.", "Id-diffikulta' f'dik li hija struttura kompliet żdiedet meta żviluppaw taqsimiet oħra ta' l-ambjent f'dipartimenti oħra.", "Għalhekk jien għidt li kien hemm oqsma li ħarġu mill-kontroll strett tad-dipartiment.", "Nafu li llum il-ġurnata l-public works għandhom taqsima ta' l-ambjent, id-dipartiment ta' l-agrikoltura għandhom taqsima ta' l-ambjent, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għandha l-environment monitoring unit, id-dipartiment tas-saħħa għandu dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent fuq is-saħħa u d-dipartiment tal-marittimu wkoll għandu sezzjoni li tieħu ħsieb il-pollution control.", "Jiġifieri hawnhekk għandna ħafna trufijiet.", "Kien għalhekk li aħna pprovajna nikkordinaw dawn it-trufijiet pero' dan ħadd ma semmieh.", "Waqqafna wkoll dak li huwa magħruf bħala consultative and advisory board fuq l-ambjent.", "Dan jikkonsisti minn nies li qed jagħmlu xogħol kważi volontarju u qed jaħdmu ħafna biex jipprovaw iġibu l-kordinazzjoni.", "Qed nuża l-kelma \"jipprovaw\" għaliex sfortunatament fiċ-Ċivil issib li jkun hemm ħafna reżistenza meta dipartiment jiġi miltub jitlaq xi poter minn idejh.", "GĦalhekk huwa diffiċli ħafna li terġa' tiġbor kollox lura, tiċċentralizza kollox u jkun hemm kordinazzjoni.", "L-iskop tiegħi kien illi nikkordinaw flimkien dawn l-oqsma differenti ħalli l-policy li l-Kabinett jaqbel fuqha, imbagħad toħroġ fid-dipartimenti differenti biex ikunu jistgħu jimplimentawha.", "Hemm min sal-lum qed jipprova qisu jilgħabha li ma jistax jifhem x'inhi l-istruttura u l-mod kif qed jitħaddem id-dipartiment.", "Għalkemm il-ministeru tiegħi m'huwiex responsabbli għall-ġbir taż-żibel proprju, jew għal-liema fertilisers jidħlu u ma jidħlux f'Malta, jew għall- gassijiet li jintefgħu fl-arja, il-policy xorta waħda trid toħroġ minn post ċentrali biex tiġi applikata kullimkien.", "Bħalissa hemm kompetenzi totalment differenti u hemm ħafna overlapping bejniethom.", "Meta wieħed jgħid li jrid jagħmel l-affarijiet sew, ikun jista' jagħmel dan jekk isib biex jaħdem u għalhekk naħseb li hija kritika inġusta meta min-naħa l-oħra jgħidu li aħna wegħedna li se nagħmlu xi ħaġa u m'għamilnihiex.", "Inti kif tippretendi li jien niġri jekk ikolli saqajja marbutin?", "Kif tippretendi li nimplimentaw l-affarijiet meta ġejna mxekkla bin-nuqqas ta' fondi għar-riċerka, bin-nuqqas ta' apparat u bin-nuqqas ta' nies?", "Dażgur li għandi pjanijiet dwar kif se jikber id-dipartiment!", "Imma għall-policy making trid xjenzjati u nies ta' ċertu kalibru u mhux nies manwali.", "Dawk jistgħu jmorru f'dipartimenti oħra fejn jimplimentaw il- policy.", "Jekk kemm-il darba trid ċentru fejn issir il-formolazzjoni tal- policy u fejn ikollok min jiġbor l-informazzjoni fuq il-kwalita' ta' l- arja, ta' l-ilma, tal-ħoss u affarijiet oħra, trid il-flus.", "Din hija waħda mill-problemi li qed niffaċċja.", "Ma nistax inkabbar id-dipartiment għaliex m'għandix il-finanzi neċessarji biex inkun nista' nagħmel dak li nixtieq.", "Barra minn hekk - jiddispjaċini jkolli ngħid dan, pero' ma jien se nagħmel ebda riferenza għal ħadd partikolari - kultant issib li min kien ikun mistenni jagħti ċertu kontribut, ma jagħtihx.", "Jiġifieri apparti l-problema ta' kordinazzjoni, fejn ikollok, per eżempju, sottomissjoni ta' linji dwar kif isiru l-environment impact assessments mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, ikollok ukoll il-problema li direttur, għal disa' xhur sħaħ, lanqas biss ikun irid iħares lejhom u allura kollox ikun wieqaf.", "Mr Chairman, rigward il-baħar jiena naqbel li dan huwa wieħed mill-aktar postijiet li rridu nibżgħu għalih għaliex huwa wieħed mill-akbar riżorsi u mill-akbar assets li għandna.", "Għalkemm jeżisti planning pollution control unit, dan sal-lum għad lanqas għandu action plan suret in-nies f'każ ta' tniġġiż mill-eluf ta' tankers li jgħaddu minn ġo dan il-baħar jew f'każ li xi riħ grigal iġib iż-żejt kollu n-naħa tal-grigal ta' Malta, fejn għandek l-istrutturi kollha tat-turiżmu, il-fish-farms u d-dħul ta' l-ilma li nixorbu minnu.", "Kellu jkun dan l-aħħar illi qbadna ninvolvu bis-serjeta' lir-REMPEC, iċ-ċentru li għandna dwar il-kontroll ta' l-inkwinament tal- baħar, biex dan il-pajjiż ikollu xi forma ta' action plan.", "Hemm bżonn li jkun hemm xi ħadd responsabbli, ikun hemm linja ta' kmand f'każ ta' emerġenza u li xi ħadd ikun lest biex jirrispondi għaliex ikunu ġraw ċerti affarijiet.", "L-Onor.", "Psaila Savona għamel riferenza fit-tul dwar ir-rimi ta' l- iskart.", "Jiena niskanta meta nisma' dawn l-affarijiet u fl-istess ħin nistaqsi: Possibbli li dan il-bniedem kien jifforma parti minn dak il- Gvern li kien responsabbli mill-Magħtab?", "Possibbli li dak iż-żmien ma kienx jaraha dik il-muntanja ta' żibel dejjem tikber, għaliex kulħadd kien jitfa' hemmhekk?", "Id-differenza hi li dak iż-żmien kienu jitfgħu kollox hemmhekk u dak li jinten jeħduh Sant'Antnin biex in-naħa t'isfel jiffumigawha bl-intejjen.", "Imma dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem.", "Mr Chairman, saret riferenza wkoll għall-kuntratt għat-tħaddim ta' area f'Golden Bay mill-Fondazzjoni GAIA.", "Jaf l-Onor.", "Psaila Savona li dak il- kuntratt kien magħmul mill-predeċessur tiegħi u lanqas hu kuntratt legali?", "Jaf li dan il-kuntratt lanqas għandu forma notarili?", "Jaf li f'dak il- kuntratt ingħataw artijiet privati lil dan il-management committee?", "Dan huwa kuntratt li ġie ffirmat proprju xahar qabel inbidel il-gvern u, minħabba fih, illum il-ġurnata għandna problemi mal-Kunsill Lokali tal- Mellieħa, mal-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr u mas-sidien ta' l-għelieqi privati.", "L-Onor.", "Membru issa qed jippretendi li naqbdu u nerġgħu nġeddu l- kuntratt qisu ma ġara xejn.", "Is-sena l-oħra jien kont semmejt il-mod kif kienu mexjin l-affarijiet.", "Dan bħal meta jkollok lil xi ħadd li jaqbad lil \"Xummiemu\" u jagħmel li jrid bih meta m'hemm xejn bil-miktub.", "Jien m'iniex se nżomm lil tal-Fondazzjoni GAIA milli jkomplu bil-management ta' dik l- area, imma kemm iridu jiġu spjanati affarijiet qabel.", "Irid isir kuntratt b'mod serju u mhux bl-addoċċ.", "Dawn huma l-affarijiet li din is-sena ħlejna ħafna enerġija fuqhom.", "L-istess ħaġa tista' tingħad dwar il-kuntratt tar- riserva ta' l-Għadira.", "F'dan il-każ ukoll ma jeżistix kuntratt u m'hemm xejn legali.", "Hekk kienu jsiru l-affarijiet qabel.", "Biċċa karta, erba uċuħ li jkollok grazzja magħhom u mexxi!", "Ma nistgħux inkomplu mexjin b'dan il- mod.", "Imbagħad l-Onor.", "Psaila Savona għamel kritika dwar l-impjant tar- riċiklaġġ ta' Sant'Antnin.", "X'ridtna nagħmlu f'dan il-każ?", "Nibqgħu għaddejjin b'kumpannija li kienet qed tieħu Lm24,000 fix-xahar biex, skond hi, tmexxi dan l-impjant!", "Ma stajniex inxolju l-kuntratt qabel u kellna nistennew sakemm jintemm.", "Kellna mbagħad nagħtu wkoll ċans li jitħarrġu n- nies.", "Issa nistgħu ngħidu li ħlisna minn dawn l-ispejjeż kollha u hemm erba' Maltin li kapaċi jmexxu huma.", "Se nesperimentaw fuq is-sistema ta' composting ta' l-iskart u dan se jagħmluh in-nies tal-gvern.", "Mhux se nġibu lil xi ħadd barrani li jieħu Lm24,000 fix-xahar biex ma jagħmel xejn.", "Imbagħad ġew jgħidulna li kien hemm ħafna affarijiet li stajna rranġajna.", "Ma tarawx li ma nistgħux naħdmu b'dan il-mod!", "L-Onor Membru tkellem ukoll dwar il-kwalita' ta' l-arja.", "Ħalli ngħidlu għaliex l-affarijiet ma kenux isiru u għaliex ħafna minnhom għadhom imblokkati u ma jistgħux jiġu rranġati.", "Fl-1994 kien hemm sejħa għal tenders maħruġa mill-environment protection department biex isir pilot air monitoring programme.", "Din is-sejħa ħarġet imma ma twaqqafx bord biex jevalwa t-tenders u għalhekk waqa' kollox.", "Fl- 1995 il-pollution control unit għamel ftehim ma' l-Universita' ta' Malta biex jagħmel background air monitoring research station, pero' kien hemm xi ħadd minn fuq li qal li dan ma jsirx.", "Fl-1995 reġa' kien hemm tender document biex jiġu l-analysers, dawk l-istrumenti li bihom tiġi analizzata l-kwalita' ta' l-arja għal parametri differenti, u din it-tender ukoll inżammet minn ta' fuq.", "Fl-1996 kien hemm kuntatti ma' l-Universita' ta' Venezja biex jiġi konkluż ftehim għar-riċerka fuq livelli ta' ċomb u cadmium - dan huwa importanti għax il-livell ta' ċomb fid-demm f'Malta huwa għoli - pero' għal darb'oħra reġa' ma kienx hemm kunsens minn min kien imexxi.", "Fl-1996 imbagħad kien hemm tender biex jinxtara analyser tas- sulphur dioxide - li ħafna minnu joħroġ miċ-ċmieni tal-power stations - pero' nstab li kien hemm żball fit-tender document u, Alla jbierek, ma reġgħetx ħarġet sejħa oħra.", "Fl-1996 ukoll kien hemm sejħa għal tenders biex ikollna l-analysers tal-carbon monoxide, jiġifieri ta' dawk id-dħaħen li jkun hemm f'postijiet fejn ikun hemm ħafna karozzi - jien naqbel li l- karozzi huma problema kbira u d-dinja kollha qed titkellem fuq ir- relazzjoni bejn il-bniedem u l-karozza u l-aspetti ħżiena ta' din ir-rabta li żviluppat matul iż-żmien - pero' li ġara kien li minkejja li kien hemm l- apparat, ma kienx hemm permess biex jinxtara dak li jgħidulu calibration gas.", "Mr Chairman, jien semmejt dawn l-affarijiet kollha għaliex l- Oppożizzjoni qalet li f'sena m'għamilna xejn u għalhekk jien qed nuri x'kellna nirranġaw qabel ma nibdew naħdmu.", "Qabel inkompli nikkumenta dwar l-iskart u l-kwestjonijiet purament ambjentali se nwieġeb ftit għall-kritika li għamel il-kollega tiegħi, l- Onor Mugliett, dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Nista' ngħid li ħadt pjaċir nisimgħu għaliex tkellem b'mod kostruttiv pero' nerġa' ngħid li d-diskors dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sar biex jimlew il-ħin, għaliex apparentement dwar l-ambjent m'għandhomx x'jgħidu.", "L-Onor.", "Mugliett irrepeta ħafna mill-affarijiet li ntqalu fid-dibattitu ta' sigħat twal li għamilna meta ddiskutejna l-emendi għal-liġi dwar l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Jien ħadt gost nisimgħu jgħid li dawn kienu tibdiliet pożittivi u li ġabu riżultati pożittivi.", "Qal ukoll li l-intenzjonijiet kienu tajbin.", "Għall-erwieħ!", "Fl-aħħar xi ħadd żganċa ruħu mill-kor li kien hemm fuq in- naħa l-oħra f'Lulju li għadda meta jien kont ġejt deskritt bħala li qed nipprova naħkem, nikkontrolla u nagħmel li rrid bl-Awtorita' ta' l- Ippjanar!", "Jien nispera li jkollna ħafna iktar ċans nitkellmu dwar dan meta jersaq quddiem il-Parlament id-dibattitu dwar l-estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fid-dibattitu llum issemmew żewġ affarijiet li xtaqt niċċarahom.", "Waħda minnhom tirrigwarda iit-tħaffir taż-żejt f'Għawdex.", "L-ewwelnett hawnhekk ngħidlu li għandu żball għaliex f'Għawdex mhux se jsir tħaffir għaż-żejt.", "F'Għawdex qed isir studju tas-saffi tal-blat.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Il-gazzetti taw din l-impressjoni.", "Intom għamiltu ħafna press statements u qatt ma ċċarajtuha din.", "Jien hekk ħsibt li f'Għawdex qed iħaffru għaż-żejt.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, m'huwiex l-iskop li f'Għawdex isir tħaffir għaż-żejt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jekk jinstab iż-żejt jittella' mill-baħar.", "Hemmhekk bir taż-żejt qed isir.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, m'hu qed isir bir taż-żejt xejn.", "Hemmhekk qed issir toqba fonda biex jiġu esplorati s-saffi tal-blat ħalli jaraw jaqblux ma' dawk li hemm f'postijiet oħra fejn instab iż-żejt.", "Bħalma qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jekk kemm-il darba jkun hemm indikazzjoni li fil-fatt hemm iż-żejt, dan isaħħaħ l-applikazzjonijiet li nistgħu nagħtu lil min se jagħmel l-esplojtazzjoni tiegħu iktar 'il bogħod.", "Dan huwa sampling.", "Rigward permessi, lill-Onor Mugliett nista' ngħidlu li għaddejjin pre-submission discussions ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jaraw x'hemm bżonn li jsir.", "Dawn marru fuq il-post kemm-il darba u nista' ngħid li dan il-proġett mhux se jibda għada imma għandu sa Marzu jew April tas-sena d-dieħla, u għalhekk se jkun hemm żmien biżżejjed biex isiru l- applikazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "Ħaġa oħra li ssemmiet mill-Onor.", "Ċensu Galea rigward l-Awtorita' ta' l- Ippjanar hija r-riferenza għat-telf ta' karti.", "Jien informat li veru li kien hemm file li kien mitluf jew mislaid u li nzerta kien fih applikazzjoni ta' klijent tiegħu, pero' li ma qalx l-Onor.", "Membru hu li dan il-file instab u li l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata bil-mod kif suppost tiġi proċessata.", "L-Onor.", "Mugliett semma wkoll l-kwestjoni tal-proġett tal-millennju.", "Dan huwa proġett li se tagħmel il-Korporazzjoni Telemalta, mhux il-Gvern.", "Jien naqbel li proġett tal-millennju mhux bilfors irid ikun f'forma ta' bini imma jista' jkun xi event jew xi ħaġa oħra, pero' rrid ngħid li dan il- proġett għadu qed jiġi studjat u għadna qed nisimgħu s-suġġerimenti dwaru.", "Il-Korporazzjoni Telemalta ddeċidiet li għandha dan il-proġett u se tagħmlu.", "Jien nista' ngħid lill-Onor.", "Mugliett li l-għoli ta' dan il- proġett qiegħed ħafna u ħafna iktar 'il bogħod milli qal hu u t-tliet blokki li semmewlu huma ħafna 'l bogħod minn kif se jkunu l-affarijiet.", "Jien naħseb li wieħed għandu jkun informat sew dwar l-affarijiet biex ma joqgħodx jitfa' ħafna dubji fuq affarijiet li ma jkunx ċert minnhom.", "(Interruzzjonijiet) Jien nista' ngħidlek li qiegħed ħafna 'l bogħod minn kif inhuma l-affarijiet u la tmur tiċċekkja tkun taf.", "L-Onor Mugliett qal ukoll li hemm xi ordni biex l-applikazzjonijiet li daħlu wara Awissu jingħataw prijorita'.", "Veru li ħareġ internal memo mingħajr awtorizzazzjoni imma dan ġie rtirat mill-għada stess.", "Qal ukoll li l-case officers qed jagħmlu tmien sigħat xogħol bla waqfien.", "Jien nixtieq li jagħmlu tmien sigħat xogħol bla waqfien, pero' l-fatt hu li dawn inġibditilhom l-attenzjoni li jridu jittrattaw il-każi kollha bl-istess ritmu.", "Jien m'iniex se noqgħod nitkellem dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar pero' jien żgur li meta niġu għad-dibattitu fuq l-estimi ta' din l- awtorita', jien se nqum hawnhekk b'wiċċi minn quddiem u sodisfatt li kien hemm ftit titjib b'dak li għamilna minkejja l-martirju kollu li għaddejtuna minnu hawnhekk f'Lulju li għadda.", "Għalhekk aktar kmieni jien għidt li ħadt gost li l-Onor Mugliett qal li t-tibdiliet li saru kienu pożittivi.", "Dawn taw riżultati tajbin u meta nagħmlu iktar riformi f'dak li hu enforcement, ħalli la jaħrab iż-żgħir u lanqas il-kbir, ikollna aktar riżultati simili.", "Kumment ieħor li sar kien rigward l-NGOs.", "Ingħatat l-impressjoni li l- NGOs qisna nsejniehom.", "Dawn se nitkellem fuqhom iktar 'il quddiem, pero' nista' ngħid lil din il-Kamra li diġa' saru rakkmandazzjonijiet li qegħdin jiġu studjati u nistenna li meta jasal iż-żmien joħorġu d-deċiżjonijiet dwar min se jiġi megħjun u min mhux se jiġi megħjun.", "Nerġa' lura għall- kwestjoni stretta ta' l-ambjent u l-iktar li rrid nikkonċentra huwa fuq dak li ntqal rigward l-iskart.", "L-Onor.", "Psaila Savona qal li aħna erġajna lura back to square one għaliex m'għamilna xejn ħlief dak lil għamel il-Gvern ta' qabel.", "Jien ngħidlu li l- Gvern ta' qabel kellu rapporti kemm ried.", "Biss biss, fl-1993, tliet snin qabel spiċċa mill-gvern, diġa' kellu r-rapport ta' Ramboll u f'Settembru 1996 kien hemm xita ta' rapporti għaliex il-kwestjoni kienet qed issir aktar akuta.", "L-Onor.", "Psaila Savona kien skorrett meta qal li kienu l- kunsilliera indipendenti tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn li bdew jagħmlu l-pressjoni.", "Il-poplu ta' Wied il-Għajn kollu u l- organizzazzjonijiet kollha bdew jagħmlu pressjoni fuq il-ministru preċedenti, li kien wiegħed li jekk kemm-il darba dan l-impjant se jibqa' jrejjaħ kien se jwaqqaf il-kuntratt ta' l-operazzjoni.", "Pero' il-kuntratt baqa' ma waqaf qatt minkejja li l-Gvern kellu ruxxmata rapporti.", "Li ġara kien li dan kien imwaħħal u mkaħħal ma' konsulent wieħed li ried ibegħelna bilfors it-teknoloġija tiegħu.", "Allura jekk inhu hekk, jien kif nista' naqbad ir-rapport li sar fl-aħħar xhur ta' qabel telaq sieħbi u ngħid li nistgħu ndaħħlu jdejna fil-but u nonfqu Lm4 miljun, Lm6 miljun jew Lm8 miljun?", "Dan apparti l-fatt li jekk indaħħal idejja fil-but ma nsib xejn għaliex ma tantx ħallewlna biex inkunu nistgħu nagħmlu proġetti!", "Mr Chairman, il-kwestjoni ta' l-iskart f'dan il-pajjiż m'hijiex waħda żgħira u jien kont nistenna li dwar dan is-suġġett għandna naħsbu l-istess.", "Kont nistenna wkoll li l-kelliem tan-naħa l-oħra jappella lis-sidien tal- barrieri - kif se nagħmel jien minn qalbi - sabiex dawn jikkoperaw mal- Gvern.", "Aħna qegħdin nipprovaw li nużaw il-barrieri b'talli mod li nerġgħu nitfgħu fihom materjal li ma jniġġiż l-ilma ta' taħt l-art.", "Ovvjament, dan isir bi ħlas u m'aħniex se neħduhomlhom.", "Aħna qed ngħidulhom biex naslu f'xi forma ta' ftehim fejn huma jerġgħu jieħdu lura ammont ta' flus għal kull tunnellata skart ta' dan it-tip li jidħol hemmhekk.", "B'hekk inkunu qed insolvu problema nazzjonali.", "Jien ħsibt li l-Onor.", "Membru se jappellalhom sabiex naslu għal ftehim u nsolvu din il-problema - għallinqas għal sitt snin jew sebgħa għaliex probabbilment wara jkollna nerġgħu niffaċċjawha - pero' minn dan kollu ma sar xejn.", "Tkun ħaġa tajba jekk dawk il-ħofor kbar li għandna f'din in-naqra ta' gżira nerġgħu nimlewhom b'dan il-mod, għallinqas meta tkun ġej Malta bl-ajruplan ma toqgħodx tara dawk it-toqob kollha.", "Mr Chairman, kif għidt qabel, jien ma kellix il-flus biex nagħmel dak li rrikkmandaw ir-rapporti, u barra minn hekk m'iniex lest li nonfoq sitt ħabbiet mill-flus ta' dan il-poplu qabel ma nkun naf fiż-żgur li se nieħu xi ħaġa lura.", "Aħna kellna ħafna proposti - hemm min irid jaħraq l-iskart b'temperatura għolja, hemm min irid jaħraq l-iskart u jiġġenera l-elettriku li mbagħad ibigħu, min jiffermenta l-iskart u jagħmlu composting, u hemm min jgħidilna biex nesportawh - u min kien qiegħed jistudja l-proposti ma qagħadx fuq ir-rapporti li għandna għaliex kulħadd jgħidlek li l-proposta tiegħu ma tħammiġx, ma tniġġiżx jew ma tarmix gassijiet.", "Ovvjament kulħadd irid ibigħ it-teknoloġija tiegħu.", "Qabel ma nagħmlu xi ħaġa rridu l-ewwel immorru on the spot ħalli naraw x'jiġri meta jitħaddem l-impjant, imbagħad niddeċiedu.", "Mhux naqbdu u nordnaw għaliex se nġibu l-flus mill-European Investment Bank!", "Dawn il-flus mhux xorta jridu jitħallsu lura!", "Aħna bgħatna lin-nies fil-pajjiżi fejn hemm dawn l-impjanti li ġew rrikmandati lilna.", "Għalhekk għadda dan iż-żmien kollu u għalhekk ftit mill-iskart qed jintefa' l-Magħtab.", "Dan mhux bi pjaċir tagħna qed isir.", "Issa qed niskruplaw għal felula meta hemm iljunfant sħiħ li ħallieh jikber il-Gvern ta' qabilna?", "Issa f'daqqa waħda l-iskruplu, sakemm qegħdin isiru l-istudji?", "Mr Chairman, l-aktar ħaġa faċli biex teħles mill-iskart hija li twaħħal inċineratur minn dawk il-kbar u taħraq kollox.", "Dan tkun tista tużah għall- enerġija wkoll imma jinvolvi ħafna spejjeż.", "Illum il-ġurnata għandna ftehim ma' kumpannija li żviluppat teknoloġija ta' composting f'tubi kbar tal-plastic u dawn se jagħmlulna prova għal sitt xhur, liema xhur se jkunu parti fix-xitwa u partii fis-sajf.", "B'dan it-tip ta' teknoloġija se naraw jekk nistgħux neliminaw l-aktar ħaġa inkwetanti, jiġifieri l-irwejjaħ u kulma se jqum lill-pajjjiż huwa biss Lm40,000.", "Din il-kumpannija se ġġib l-apparat, il-plastic u anke n-nies u se tieħu ħsieb ukoll il-ħlas tal-lukandi.", "B'hekk l-ispiża għalina se tkun żgħira meta mqabbla mal-miljuni rrakmandati fil-programmi ta' Brontmig u ta' oħrajn.", "Barra minn hekk, anke jekk kemm-il darba jirriżulta li s-sistema ma tkunx b'saħħitha biżżejjed biex tassorbi l-iskart kollu ta' Malta, wieħed jista' jutilizzaha għal Għawdex biex l-iskart t'hemmhekk jiġi ffermentat hemm stess bla rwejjaħ.", "B'hekk ma jkollniex għalfejn noqogħdu nġibu l-iskart bil-vapur minn Għawdex għal Sant'Antnin.", "Għaliex jekk hemm bżonn anke Għawdex nagħmlu impjanti żgħar, basta dawn ma jkunux ta' ħsara għal-ambjent u basta dawn ma jkunux jarmu rwejjaħ.", "B'hekk ikun hemm tnaqqis mil-load enormi li għandu fuqu Sant'Antnin.", "Dan huwa suġġett illi wieħed jista' jidħol fih aktar fit-tul.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq il-problema ta' l- iskart f'żewġ minuti, għax din hija problema komplessa u problema li għandha konsiderazzjonijiet soċjali.", "L-Onor.", "Psaila Savona staqsa x'għamilna fuq is-separation of waste.", "Anke ta' qabilna pprovaw jagħmlu xi ħaġa imma ma waslu mkien.", "Irridu nibdew bl- edukazzjoni.", "F'dan il-pajjiż żewġ affarijiet tista' tagħmel.", "Waħda hija li twaħħal il-multi u f'dak il-każ trid ħafna pulizija biex jimplimentaw ir- regolamenti.", "Din mijiex prattika għax ma jistax ikun li toqgħod teżamina x'intefa' fil-borża ta' l-iskart.", "Ħaġa oħra li tista' tagħmel hija li teduka u li d-dipartiment jieħu din il-problema bis-serjeta'.", "Id- dipartiment se jibda programm ta' seminars u ta' laqgħat li dalwaqt se jibdew fl-iskejjel.", "Għax huwa hemm li trid tattakka.", "Jekk hu possibbli rridu ntellgħu ġenerazzjonijiet li għandhom mentalita' differenti.", "Dawn ma tagħmilhomx mil-lum għal għada imma trid tagħmel xi ħaġa u mhux taparsi qed tagħmel u ma tagħmel xejn!", "Jiena m'għandix ċans noqgħod ngħid x'inhuma l- problemi f'dan il-qasam, fosthom il-problema tat-turiżmu u l- industrijalizzazzjoni.", "Dawn kollha jidħlu fil-kwestjoni pero' għall-mument irrid nirrifletti fuq jekk f'dan il-pajjiż għandniex l-affarijiet kif suppost.", "Għandna biżżejjed leġislazzjoni u strutturi biex nikkontrollaw l- ambjent?", "Diġa' semmejt il-problemi ta' l-implimentazzjoni.", "Aħna kellna laqgħat mal-kunsilli lokali u magħhom ħloqna ċerti proġetti, pero' mbagħad tistenna li jkollok feedback mingħandhom.", "Sal-lum nista' ngħid li dan il- feedback la huwa nkoraġġanti ħafna u lanqas huwa biżżejjed.", "Il-liġijiet li għandna huma effettivi biżżejjed?", "Il-liġi prinċipali li għandna dwar l-ambjent hija tajba biżżejjed jew irridu nibdluha?", "Jiena nista' ngħidlek li għandi min qiegħed jirrevedi din il-liġi ħalli kemm jista' jkun naraw x'nistgħu nirranġaw fiha biex inkunu nistgħu nimplimentaw l-affarijiet aħjar.", "Huwa fatt illi llum, bil-mod il-mod dieħla ċerta kuxjenza fuq l-ambjent.", "Anke ċerti industriji huma konxji u naf li wħud minnhom għandhom ukoll kuntatti ma' imprendituri privati biex l-iskart tagħhom ikunu jistgħu jeliminawh b'mod dirett.", "Hemm ukoll l-NGOs u hemmhekk ukoll hemm kuxjenza tajba.", "Sakemm tkun kuxjenza bilanċjata, sakemm ma jkunx hemm estremiżmu, aħna kuntenti li jkun hemm min iniggeż il-kuxjenza ambjentali fil-pajjiż.", "Issa wieħed irid jirrealizza wkoll ir-rabta li hemm bejn l-iżvilupp soċjali, l-iżvilupp ekonomiku u industrijali u l-ambjent.", "Kultant bla ma rridu ngergru illi qed nintlaqtu ħażin minn ċerti affarijiet.", "Huwa veru li qed nintlaqtu ħażin minn ċerti affarijiet imma hemm affarijiet oħra li assolutament ma tistax teħles minnhom.", "Dieħla wkoll l-idea - u din hija mportanti - illi huwa ħafna aktar irħis jekk inti tilqa' għall-ħsara ta' l- ambjent milli jekk tħalliha ssir u mbagħad tirranġaha.", "Sfortunatament anke biex tilqa' jrid ikollok il-mezzi finanzjarji u l-istrutturi neċessarji.", "Biex tilqa' trid tmur aktar fil-fond, trid tmur għal-livell ta' l- edukazzjoni.", "Iż-żewġ partiti jafu l-importanza ta' l-ambjent u t-tnejn jgħidu li għandhom politika dwar l-ambjent fuq l-aġenda tagħhom, pero' min jagħmel mod u min jagħmel ieħor.", "Ħafna drabi mhux il-politiku jiġġudika imma l-poplu.", "Dan irid jiġġudika jekk huwiex kuntent jew le b'dak li jkun għaddej.", "Jiena ngħid li għadna 'l bogħod minn dak li hu desiderabbli.", "Għad irridu naħdmu bis-serjeta' ħalli kemm jista' jkun ikollna linji ta' gwida biex inkunu nafu minn fejn tlaqna u fejn nistgħu naslu bla ma nkunu qed nagħmlu ħsara la għas-saħħa u lanqas għan-nies.", "Jiena nista' ngħid li diġa' għandna programm għal dawn is-sentejn jew tlieta li ġejjin. illi fuqu rridu nikkwantifikaw ir-realta' tas-sitwazzjoni ambjentali.", "Illum-il ġurnata ħadd ma jaf jgħidlek kemm għandek sulphur dioxide, nitrous oxide jew carbon monoxide fl-arja.", "S'issa m'għandniex din id-data u huwa importanti li jkollna.", "Dan japplika wkoll għall-baħar.", "Minkejja li ngħidu li dan huwa riżors li għandna bżonnu u li huwa importanti għal saħħitna, għad m'għandniex kwantifikazzjoni ta' kemm għandna tniġġiż ġol-baħar.", "Qed isiru ċerti studji, uħud minnhom anke fuq bażi personali, b'koperazzjoni ma' universitajiet oħra barra minn Malta, għal dak li huwa tniġġiż tal-kosta u għal dak li huwa l-effett tal- partijiet żgħar taż-żejt fuq il-flora u l-fawna tal-baħar.", "Qed isiru studji wkoll rigward kif jintlaqtu ċerti kreaturi tal-baħar bħall-bekkun u ħut ieħor.", "B'hekk inkunu nafu bil-quddiem meta l-ammont ta' tniġġiż jibda jsir perikoluż.", "Allaħares naslu s'hemmhekk biss, għax imbagħad ikun tard wisq!", "Għalhekk hemm koperazzjoni kbira f'dawk li huma programmi, ħalli kemm jista' jkun wieħed ikun jaf bis-sitwazzjoni minn qabel.", "Dawn huma l- problemi li joħorġu minn pajjiż li hu gżira u li hu żgħir.", "Dan hu pajjiż li għandu popolazzjoni kbira u fejn ir-rata ta' żvilupp hija qawwija.", "Huwa pajjiż fejn hemm żvilupp ekonomiku u fejn it-turiżmu qed jagħmel strain fuq l-infrastruttura.", "Dawn huma problemi li jrid jiffaċċja kulmin ikun f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Jiena ngħid illi din m'hijiex xi ħaġa illi għandha tagħlqilna għajnejna u ngħidu li aħna qegħdin nagħmlu l-affarijiet għalina weħidna, li dawn huma problemi li ħadd ma ffaċċja qabel u li aħna se nsibu s-soluzzjonijiet tagħhom u nwettquhom.", "F'dan il-kontest wieħed irid joqgħod attent anke illi ma jġibx ideat minn barra u jaqbad u jadottahom għax jaħseb illi la ħaddieħor qed jitkellem fuq teknoloġija, allura aħna nistgħu nagħmlu hekk ukoll u nsolvu l-problema.", "Qed ngħid dan fil-kontest ta' l-enerġija solari.", "Din mhijiex xi ħaġa li bdiet il-bieraħ.", "Saru esperimenti fit-tul f'dan li-pajjiż - anke ma' l- Awstrijaċi, taħt amministrazzjoni Laburista fil-passat - biex naraw kif nistgħu nisfruttaw mill-aħjar li nistgħu l-enerġija solari.", "Donnu li ma tgħallimniex il-lezzjoni.", "Dan hu l-gwaj.", "Min illum qed jitkellem b'din il-ħerqa kollha, qisha din hija ċ-ċavetta biex niffrankaw l-enerġija, irid jirrealizza li dik it-teknoloġija ma tatx ir-riżultati mistennija.", "Jiena naqbel li għandna nħeġġu lin-nies biex jagħmlu solar panels ħalli jsaħħnu l- ilma, imma ssaħħan l-ilma meta għandna x-xemx fis-sajf?", "Il-misħun tridu fix-xitwa!", "Allura m'għandniex nitilqu bl-idea illi għax pajjiżi oħra qed jitkellmu fuq ċerti teknoloġiji, aħna nistgħu naqbdu u nadottawhom.", "Dan hu suġġett li jekk tibda ddur miegħu ma tiqafx titkellem fuqu, Mr Chairman.", "Jiena xtaqt ngħid ukoll illi f'din il-kwestjoni aħna m'aħniex qegħdin biss nintrabtu li naraw sax-xtut tagħna u nieqfu hemmhekk.", "Kien hemm skop wara l-fatt illi l-ministeru tiegħi ġabar fih l-affarijiet barranin u l- ambjent.", "Inti llum ma tistax titkellem fuq problemi ta' l-ambjent b'mod parrokkjali għall-aħħar, għaliex kulħadd jaf illi l-ambjent jiġi mniġġeż anke mill-ġirien tiegħek u min-nies ta' madwarek.", "Jien semmejt il-baħar.", "Nistgħu noqogħdu attenti biex ikollna kontrolli fuq il-kwalita' ta' l- ilma, u hekk għandu jkun, imma mbagħad jekk ħaddieħor fl-istess baħar ikun qed jitfa' mijiet u eluf ta' tunnellati ta' skart u ta' drainage, dan żgur li se jkollu effett fuq il-ħut li aħna nieklu, fuq il-kwalita' ta' ilma li jkollna u fuq il-ħajja f'dan il-baħar.", "Hemmhekk jidħol l-iskop illi aħna, fuq livell internazzjonali, nikkoperaw u naħdmu f'dawk l-oqsma illi huma ta' benefiċċju għall-ambjent.", "Hawnhekk irrid ngħid li stennejt li xi ħadd min naħa l-oħra għallinqas isemmi dan il-kamp.", "Jiddispjaċini, nerġa' ngħid, li tan-naħa l-oħra telqu minn aspett too blinkered ta' l-ambjent.", "GĦalihom l-ambjent huwa l-iskart li għandna fit-triq u dawn l-affarijiet żgħar li qegħdin hawn Malta.", "Qed ngħid \"żgħar\" fis-sens relattiv, meta tikkomparahom ma' kollox, għax dawn huma problemi li qed inħossu, li qed ngħixu magħhom u li wkoll iridu jiġu solvuti.", "Imma issa ħalli naraw daqsxejn x'sar matul din is-sena bħala risposta għal min qiegħed jgħid li m'għamilna xejn.", "Kien hemm koperazzjoni u attivita' fil-qasam internazzjonali.", "Għall- ewwel darba għandna lil xi ħadd li qiegħed rappreżentant permanenti fuq il- UNEP, il-United Nations environment programme.", "Għandna wkoll koperazzjoni qawwija u spissa fil-laqgħat tal-Mediterranean action plan.", "Dan il-pjan beda fis-sebgħinijiet minn Barcelona u għadu wieħed mill-fora fejn isiru ċerti laqgħat regolari għall-pajjiżi ta' madwar il-Mediterran fuq dak li huwa ambjent.", "Wieħed irid jgħid ukoll li hemm il-ħsieb li l-11-il sessjoni ta' din il-konvenzjoni tinżamm Malta fl-1999.", "Hemm parteċipazzjoni qawwija wkoll f'dik li hija r-reviżjoni tal-parteċipazzjoni f'dan il-pjan, li jinkludi l-affarijiet tal-baħar, is-sajd u ħafna affarijiet oħra.", "Mr Chairman, aktar qribna, u allura b'effett dirett fuq il-kwalita' ta' l- ilma tal-baħar ta' madwarna, hemm il-programm METPOL.", "L-iskop wara dan il- programm hu li l-problemi tal-Mediterran jiġu eżaminati iktar fid-dettall u jsir monitoring ta' areas differenti fil-Mediterran rigward it-tniġġiż.", "Dan jikkumplimenta ħafna l-programm l-ieħor tal-UNEP, li huwa l-coastal area management programme, programm li jinħadem mal-United Nations environment programme u għandu l-iskop li jitlesta proġett għall-kosta tal- gżejjer.", "Dan il-programm għandu wkoll jintegra l-bżonnijiet u l-impatti soċjo-ekonomiċi u ambjentali tal-kosta ta' Malta.", "M'hemmx għalfejn ngħid li aħna komplejna nagħtu l-kontribut tagħna in konnessjoni mal-Liġi tal-Baħar tal-Ġnus Magħquda.", "Għamilna kuntatt ġdid u qed nagħtu rwol produttiv ħafna lir-regional marine pollution emergency response centre, li apparti li tajnieh post ġdid f'Pinto Wharf biex ikun jista' jespandi u anke jgħin fil- ħarsien ta' l-ambjent fil-Mediterran, qegħdin ukoll nikkoperaw miegħu ħalli jkun jista' jgħin biex jiġi fformolat action plan għat-tniġġiż tal-baħar li jiġi miż-żejt.", "Hawn Malta s-sena l-oħra u matul din is-sena kellna xi 23 inċident ta' tniġġiż tal-baħar li tajjeb jew ħażin - u hawnhekk irrid nirringrazzja lil min kien involut - minkejja n-nuqqas ta' pjanijiet u nuqqas ta' mod formali kif jiġu attakkati dawn l-ispills, irnexxielna nikkontrollawhom.", "Wieħed mill-commitments tiegħi huwa li nagħti s-saħħa u l-mezzi lill-pollution control unit ħalli b'mod ordnat ikun jista' jittratta dawn l-inċidenti.", "Mr Chairman, hemm ħafna affarijiet oħra li dħalna fihom.", "Jien ma tantx fadalli ħin, pero' nixtieq ngħid li fix-xhur li għaddew organizzajna ħafna seminars u anke laqgħat li forsi immedjatament ma jkollhomx dak l-impatt li wieħed ikun jixtieq.", "Meta tagħmel seminar tkun qiegħed tiddiskuti u meta tagħmel exhibition tkun qiegħed tqajjem awarenes.", "Hemm ukoll il-problema ta' l-ozone layer li min-naħa l-oħra ma smajna xejn fuqha.", "Dawn huma realtajiet li jweġġgħuna għax din hija xi ħaġa li tista' tagħmlilna ħsara daqskemm jagħmlilna l-ilma mniġġeż tal-kosta u daqskemm tagħmlilna ħsara l-konċentrazzjoni ta' gassijiet fl-arja fejn aħna ngħixu.", "Jiġifieri hemm ħafna affarijiet għaddejjin, u nixtieq li kieku kellna l-fondi neċessarji biex inkunu nistgħu nattwaw dawn l-affarijiet.", "Jien nista' ngħid li se nipprovaw nattwaw kemm jista' jkun minn dawn l- affarijiet.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel hu dwar dak li qal l-Onor.", "Ċensu Galea rigward il-Parlament.", "Huwa fatt li jien ukoll qed inżomm ir-responsabbilta' ta' kif jitmexxa l-Parlament.", "Jien mhux se nerġa' nirrepeti dak li ntqal.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat ġraw ħafna affarijiet hawnhekk u kien hemm awareness tagħhom barra minn dan il-Parlament.", "Jien ngħid ħaġa waħda biss.", "Forsi f'dawn l-aħħar ġranet ingħatat l-impressjoni li hawnhekk qisna gaġġa tiġieġ, kulħadd jiġġieled u jgħajjat.", "Naħseb li jkun matur ħafna jekk wieħed jgħid li rridu nitgħallmu minn dak li ġara.", "Bla ma noqogħdu nippuntaw subgħajna u naraw min għandu tort u min għandu raġun, ejja naraw li aħna għandna responsabbilta' lejn iċ-ċittadini li bagħtuna hawnhekk u niftehemu, bl-aktar mod bonarju, bħala nies intelliġenti, integri u responsabbli, li nsibu dawk is-soluzzjonijiet li jiggarantixxu d- demokrazija, jiġġarantixxu t-tmexxija ta' dan il-Parlament b'mod demokratiku u jagħtu l-ispazju u l-ħin lil dak il-gvern li jkun elett mill- poplu biex jiggverna, skond ma xtaq il-poplu meta eleġġieh.", "Mr Chairman, dan qed ngħidu bl-ebda preġudizzju u bl-ebda ppuntar ta' swaba 'l hemm u 'l hawn.", "Jiena nħoss ġo fija li lill-poplu għandna nagħtuh Parlament serju li jimxi kif għandu jimxi.", "Il-Parlament jista' jkollu d- differenzi tiegħu.", "Jista' forsi ma jkunx hemm qbil - u hekk għandu jkun, għax b'hekk toħroġ id-diskussjoni u b'hekk joħorġu l-ideat - pero' jien nemmen li wasal iż-żmien li ż-żewġ naħat ineħħu s-suppervja, inpoġġu rasna flimkien, naraw x'inhuma l-affarijiet li qegħdin jiddividuna u x'inhuma l- affarijiet li wasslu biex ikun hawn dan it-tip ta' atmosfera f'dan il- Parlament.", "Il-Gvern huwa lest li jiddiskuti ħalli nerġgħu npoġġu l- affarijiet on an even keel, jiġifieri kif suppost ikunu, b'rispett lejn l- awtorita' li għandu gvern elett, b'rispett lejn id-drittijiet ta' l- oppożizzjoni u iktar u iktar b'rispett lejn il-mandat li tawna n-nies li bagħtuna hawnhekk biex naħdmu mhux għall-ġid ta' l-oppożizzjoni jew tal- gvern imma għall-ġid ta' kull wieħed u kull waħda minnhom li hemm barra minn dan il-Parlament.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fil-5.30 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent irrapporta progress u d-diskussjoni kienet aġġornata, skond il-Mozzjoni Nru 98.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Ministru Mizzi jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1998", "It-Tlettax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent - Kontinwazzjoni (Affarijiet Barranin)", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ħamis, 27 ta' Novembru, 1997 fis- 6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fil-5.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNIVERSITA' - REVIŻJONI TA' KARTI", "10028.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet fl- Universita' għal revision papers: fil-livell Ordinarju tal-MATSEC; fil- livell Avvanzat tal-MATSEC; fil-livell Intermedjarju tal-MATSEC; u fl- eżamijiet finali tad-Degree Courses?", "Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu u kellu jinbidel ir-riżultat minn fail għal pass?", "Kemm daħħlet l-Universita' minn dawn it-talbiet?", "Kemm kien hemm talbiet simili f'dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar in-numru ta' kandidati li talbu reviżjoni tal-karti tal-eżami u t- tibdil li sar, hi kif ġej: Kull kandidat ħallas Lm15 li ġew mogħtija lura fil-każijiet fejn sar tibdil.", "| |Livel|Tib|Livel|Tib|Liv|Tib| | |l |dil|l |dil|ell|dil| | |Ordin| |Avvan| |Int| | | |arju | |zat | |er | | |1997 |160 |8 |206 |4 |126|3 | |Mejju | | | | | | | | |138 |1 |59 |0 |24 |1 | |Settem| | | | | | | |bru | | | | | | | | | | | | | | | |1996 |99 |4 |156 |1 |3 |0 | |Mejju | | | | | | | | |22 |0 |24 |0 |0 |0 | |Settem| | | | | | | |bru | | | | | | | | | | | | | | | |1995 |87 |4 |177 |2 |49 |4 | |Mejju | | | | | | | | |27 |0 |52 |0 |1 |0 | |Settem| | | | | | | |bru | | | | | | |", "In-numru ta' talbiet fl-Universita' għal reviżjoni ta' karti tal- eżamijiet finali tad-Degree Courses kien 76.", "Minn dawn it-talbiet erbgħa kellhom jinbidel ir-riżultat minn Fail għal Pass.", "Fl-aħħar tliet snin kien hemm dawn it-talbiet:", "1994 38 1995 41 1996 67", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - CHAIRPERSON", "10029.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-Chairperson tal- Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija tirċevix xi tip ta' rimunerazzjoni jew allowance?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fis-17 t'April, 1997 il-membri tal-Kunsill Malti għax-Xjenza w Teknoloġija unanimament irrrakomandaw illi ċ-Chairperson (wara li din intalbet tassenti ruħa) tingħata onorarju ta' Lm1,500 fis- sena.", "ENEMALTA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "10030.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9496, jista' l-Ministru jgħid fejn kienu l-lokalitajiet li fihom inqata' s- servizz tad-dawl xahar b'xahar minn Jannar 1997 sa Ottubru 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - ALLOKAZZJONIJIET", "10067.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati djar mid-Dipartiment tad-Djar mis- 26 ta' Ottubru, 1996 'il hawn: fil-Furjana; fil-Belt; fil-Ħamrun; f'Tal- Pieta'; f'Sta.", "Venera; u fil-Marsa?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu:- djar tal-Gvern; u djar ta' sidien privati (rekwiżizzjonati) f'kull lokalita'?", "F'liema lokalita' kienu joqogħdu dawk li ġew allokati djar fil-lokalitajiet imsemmija aktar 'il fuq, lokalita' b'lokalita'?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DISTRETT NRU.", "1 - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "10090.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jinqata' s- servizz ta' l-ilma ta' spiss fil-Belt, Floriana u l-Ħamrun f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "Fid-dawl tal-fatt li żdiedu r-rati għas-servizz ta' l-ilma, ma jidhirlux li l-konsumatur jixraqlu servizz aħjar?", "Hemm mezz kif il-volum ta' l-ilma msaddad li jsegwi kull perijodu ta' qtugħ jiġi mnaqqas mit-total ta' volum ta' konsum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦAMRUN - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "10091.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex inqata' d-dawl fil-Ħamrun dalgħodu il-21 ta' Novembru, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-provvista ta' l-elettriku ġiet sospiża f'parti mill-Ħamrun biex isiru xogħlijiet fuq il-linji ta' vultaġġ baxx.", "PENSJONI KONTRIBUTORJA", "10092.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna saret eliġibbli għall- pensjoni kontributorja xahar b'xahar mill-1 ta' Novembru, 1996 'il hawn?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' pensjonanti li ġew eliġibbli għal pensjoni kontributorja tas-Sigurta' Soċjali xahar b'xahar, minn Novembru 1996 sa Novembru 1997 hu kif ġej:", "|Novembru 1996 |283 | |Dicembru 1996 |251 | |Jannar 1997 |331 | |Frar 1997 |279 | |Marzu 1997 |337 | |April 1997 |230 | |Mejju 1997 |290 | |Gunju 1997 |208 | |Lulju 1997 |223 | |Awissu 1997 |246 | |Settembru 1997 |153 | |Ottubru 1997 |135 | |Novembru 1997 |73 | |Total |3,039 |", "SIGURTA' SOĊJALI - ĊERTIFIKATI TA' MARD", "10097.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Rigward il-ħlas ta' Lm1 għal kull ċetifikat ta' mard, jista' l- Ministru jgħid jekk: din il-miżura tapplikax biss għal min jiġi ċċertifikat minn tabib f'ċentri tas-saħħa jew bereġ; jekk din il-miżura tapplikax biss għall-ħaddiema tal-gvern u dawk f'kumpanniji parastatali; u minn se jiġbor il-flus mingħand l-applikant għal benefiċċju ta' sick leave?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SAĦĦA - HEAD-GEAR", "10098.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex head-gear li qed jiġi rrakkomandat minn konsulenti tal-gvern fil-qasam ta' mard fis-sistema respiratorja mhux qed jinstabu spare parts tiegħu?", "Jista' l-Gvern jieħu ħsieb li dawn isiru available peress li l-pazjenti konċernati jkunu ħallsu deposit ta' għexieren ta' liri Maltin fuq dan l- apparat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant probabbilment qed jirriferi fuq nasal C-PAP machines u mhux sempliċi head-gear.", "Il-head-gear jiġi mogħti ma' kull makna mill-bidu nett u ma fihx spare parts.", "L-ispare parts tas-C-PAP machines huma in stock.", "Wieħed ta' min isemmi li dawn il-makni jintużaw għal każijiet ta' Obstructive Sleep Apnoe fuq depositu li jiġi mogħti lura kolla jekk u meta il-makna tingħata lura l-isptar.", "Id-depożitu ma jingħatax biex jitħallsu l- ispare parts.", "Wieħed irid isemmi wkoll li Malta hija waħda mil-ftit pajjiżi li tagħti dawn il-makni b'xejn għal-użu tal-pazjent għax ħafna pajjiżi jew jikru l-makna lil pazjent jew il-pazjent jenħtieġ li jixtri l- makna u l-parts huwa stess."]} {"filename": "19920706_034d_par.doc", "date": "1992-07-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 34 It-Tnejn, 6 ta' Lulju, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 34", "It-Tnejn, 6 ta' Lulju, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "34", "It-Tnejn, 6 ta' Lulju, 1992", "WERREJ", "MINUTI ....................................................", "1001", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ............................", "1001", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ............................", "1008", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FIL-GVERN .........................", "1008", "AĠĠORNAMENT ...............................................", "1056", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ..........................", "1057", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 33 li saret fl-1 ta' Lulju, 1992, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MEMBRI PARLAMENTARI JAĦDMU MAL-GVERN", "1977.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Nixtieq nerġa' nistaqsi l- mistoqsija parlamentari Nru. 1308 tat-13 ta' Mejju 1992 lill- Prim Ministru dwar Membri Parlamentari li fil-mument qed jaħdmu taħt kull ministeru inklużi, dipartimenti tal- Gvern, intrapriżi parastatali, Universita' eċċ.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru):L-informazzjoni mitluba hi dik kif tidher hawn taħt: Onor. Wistin Abela Section Leader Clerk Lm3,370.12 pa Malta Drydocks Onor Josef Bonnici Senior Lecturer fl- Lm5,514 pa Universita' ta' Malta Onor Louis Buhagiar Lecturer part-time Lm1,026 pa fl-Universita' ta' Malta Onor Guido de Marco Professur part-time Lm3,282 pa Universita' ta' Malta Onor Michael Frendo Lecturer part-time Lm1,108 pa Universita' ta' Malta Onor Louis Refalo Direttur mal-Freeport Industrial Storage Ltd Onor John Rizzo Naudi Professur part-time fl-Univer- sita' ta' Malta Lm3,282 pa Onor Salvu Sant Customer Liaison Officer Lm5,386 pa Malta Drydocks", "Qiegħda ssir klassifikazzjoni tal-korpi parastatali u kumpaniji li fihom il-Gvern għandu xi ishma bil-għan li jiġi determinat ukoll rimunerazzjoni xierqa lil kull chairman, direttur jew Chief executive.", "Għaldaqstant mhux possibbli li tingħata l- informazzjoni mitluba fir- rigward ta' l-Onor.", "Louis Refalo.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Philip Muscat.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Id- domanda li għamilt ma kenitx intiża għal dawk il-membri li kellhom il-job qabel ma saru Membri tal-Parlament.", "Hawn nixtieq infakkar lill-Prim Ministru - ta' meta kien għadu Kap ta' l- Oppożizzjoni u meta l-Partit tiegħu kien fuq din in-naħa - kemm kien jikkritika lill-Gvern Laburista dwar political appointments!", "Fir-risposta tiegħu l-Prim Ministru għamel enfasi fuq dawk li kienu jaħdmu d-Dockyard jew inkella kienu lecturers mbagħad saru membri tal- Parlament, imma hemm oħrajn li ma semmihomx.", "Jien nistaqsih jekk kienx ġenwin meta kien fuq in-naħa ta' l-Oppożizzjoni jew inkella illum?", "Għax f'din il-kwestjoni qisu Dr Jeckyll and Mr Hyde.", "Fi żmien Gvern Laburista, is- salarju kien jiġi topped up, jiġifieri mhux jingħaddu ż-żewġ salarji flimkien, imma jiġi kkonsidrat l-ogħla wieħed.", "X'inhi l-policy tal-Gvern illum fuq il-political appointees li tant kontu tikkritikaw?", "Għax naħseb li l-poplu kien fehem li intom żgur m'intomx se tagħmlu bħalma kien jagħmel Gvern Laburista, mentri fil-fatt sar ħafna agħar, Qed nistaqsih ukoll jekk is-salarji humiex se jiġu added together jew inkella topped up.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L- ewwel kumment tiegħi huwa li mhuxiex minnu li jien irrispondejt b'xi enfasi fuq xi kategorija ta' nies.", "Jien irrispondejt għad-domanda li saritli li kienet tikkonċerna min huma d-deputati f'dan il- Parlament li għandhom remunerazzjoni oħra minn xi korpi parastatali jew mill- Gvern.", "Dik hi d- domanda li staqsejtni, u jien irrispondejtek għaliha.", "Jiġifieri jien ma nifhmux il-kumment tiegħu għax jien m'għażiltx x'nirrispondi, imma irrispondejt għal dak li staqsieni.", "Huwa staqsieni jekk inix sinċier issa u jekk kontx sinċier qabel.", "Jien kont sinċier qabel u sinċier issa.", "Fin-nomini li għamel il-Gvern f'diversi korpi parastatali, kumpanniji, eċċ., rajna li jkun hemm nies li jistgħu jaqdu mill-aħjar il-funzjonijiet li tajniehom.", "Naturalment ma tagħmilx sens li teskludi lil xi ħadd li għandu l-kwalitajiet tajbin imma li jkun ta' kulur politiku ieħor.", "Aħna dehrilna li għamilna nies li għandhom il- kompetenzi meħtieġa.", "Imbagħad l-Onor.", "Membru staqsieni dwar kif kienu s- salarji qabel u dwar it-topping up.", "Jien din ma nafx eżattament xi tfisser u ngħid għaliex.", "Qabel ic-chairmen tal-banek kienu jkunu membri ta' dan il-Parlament.", "Aħna ma nnominajna l-ebda chairman ta' bank mill-membri ta' dan il- Parlament.", "L-Onor.", "Membru staqsieni dwar min ħa appointment wara li ġie elett membru f'dan il- Parlament.", "Wara li ġew eletti f'dan il-Parlament ħadd ma ħa appointment.", "Kien hemm biss l- Onor. Louis Refalo li kellu diġa' appointment imma mill- bqija ħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Philip Muscat.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Mingħajr l-ebda skop personali, l-Onor.", "Richard Muscat huwa General Manager mal-kumpannija taż-żejt ta' San Luċjan, u dan sar wara l-1987.", "ONOR.", "MEMBRU: X'għandu x'jaqsam?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Id- domanda qegħda fuq wara li jiġi elett membru.", "L-Onor.", "Richard Muscat ilu għal ma nafx kemm-il sena wieħed mill- membri tas-San Luċjan Oil Company.", "Fil-fatt naħseb li din l-informazzjoni setgħet daħlet hawn ukoll.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Nerġa' nistaqsi lil-Prim Ministru għax din kienet issue kbira fi żmien li kien fl-Oppożizzjoni.", "Dawk il-kwantita' kbira ta' nies li ġew appuntati fuq bordijiet u korporazzjonijiet u li huma kważi mija fil-mija - għax hemm xi eċċezzjonijiet - ex- kandidati jew attivisti Nazzjonalisti huma l-aħjar?", "Mela allura dawk innominati fi żmien il-Gvern tal-Labour kienu l-agħar u dawk t'issa tajbin kollha?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li l-Onor.", "Muscat għandu żball għax aħna qatt ma għidna li xi ħadd li għandu xi affiljazzjoni politika, dan qisu għandu l-lebbra u ma jmissu xejn.", "Jien dik dejjem tkellimt kontra tagħha u għidt li m'għandhiex tkun f'dan il- pajjiż.", "Min hu attiv fil- politika, la hu ta' diżunur għalih innifsu u lanqas qed jagħmel deni lil xi ħadd, anzi qed joffri s-servizzi tiegħu lill-pajjiż.", "Għalhekk jien nistieden lill-Onor.", "Inter- pellant jara l-boards li ġew nominati u jara li hemm ċerti kriterji.", "Per eżempju, waħda mill- affarijiet li għamilna - almenu fl-iktar korpi u kumpanniji importanti - hi li nsistejna li jkun hemm accountant li jkun jista' jikkontribwixxi tabil- ħaqq fit-tmexxija tal- kumpannija jew korpi parastatali.", "Fil-fatt, jekk tara l-lista tal-boards kollha li saru tinduna li oġġettivament intagħżlu nies li fil-fehma tagħna se jikkontribwixxu minħabba l-kompetenza speċifika tagħhom, jiġifieri hemm raġunament kif saru dawn il-boards.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BNNICI: Mir-risposta li ta l-Prim Ministru għal din it-tweġiba għandi nifhem li l-Ministru u s-Segretarji Parlamentari li għandhom kariga fl-Universita' qed jitħallsu wkoll tax-xogħol li jagħmlu fl- Universita'?", "Mela ma jafx il-Prim Ministru li min kien jagħmel l-istess xogħol taħt Gvern Laburista - baqa' bil-kariga tiegħu fl- Universita' - ma kienx jitħallas tal-lectures li kien jagħti?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, ma nafx li kien hekk.", "Pero' nikkonferma li min qed jagħmel xogħol ieħor apparti u kien jitħallas għalih qabel illum baqa' jitħallas għalih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Prim Ministru ma jirrealizzax li bniedem ikun qed jieħu parti mill-ħin biex jiddedikah għall-Universita'?", "Allura l- Ministru jew is-Segretarji Parlamentari involuti kif jitħallsu ta' dak ix- xogħol fl- Universita'?", "Jien nittama li dan mhux qed jiġri wkoll għall- imħallfin.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien diġa' rrispondejt x'inhija l-pożizzjoni.", "Naħseb li l-ex- Prim Ministru jaf illi x- xogħol tal-ġurnata jiddependi minn kemm wieħed verament jiddedika ħin u nassigura li l- Membri tal-Gvern jiddedikaw il-ġurnata kollha u jagħmlu l- isforzi kollha biex jaqdu d- dmirijiet tagħhom.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Billi issa l-Prim Ministru qed jitkellem mod ieħor minn kif tkellem qabel u qed jirraġuna - għax qabel ma kienx, imma ma jimportax - jista' jgħid jekk ikkonsultax lin-naħa ta' l- Oppożizzjoni jekk hemmx xi nies effiċjenti adattati - dik li intom kontu tgħidulhom tal- klikka - biex jimlew xi vakanzi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nista' ngħid li ma' l- Oppożizzjoni ma kkonsultatx pero' effettivament innominajt nies li huma magħrufa għall- allegiance politika tagħhom.", "LOHOMBUS CORPORATION", "2897.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l- ispejjeż/charges/administration fees li applikant għall-self mill-Lohombus jkollu jħallas?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nagħti risposta f'seduta oħra.", "PJAZZA REĠINA - ĦWAT TAL-ĦAMIEM", "1187.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall- Ambjent: Hemm xi raġuni għaliex l-Gvern neħħa l-ħwat l- antiki ta' l-ilma li kienu madwar Pjazza Reġina li kienu jixorbu minnhom il- ħamiem?", "Il-ħamiem f'dik il-pjazza ma jsebbhux ukoll?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Il- ħwat tal-ħamiem qatt ma kienu xi ħaġa integrali mal-paviment ta' Pjazza Reġina, u għalhekk ma ġewx inkorporati mad-disinn il-ġdid.", "Jekk il-ħamiem f'dik il- pjazza jsebbaħx jew le hija xi ħaġa soġġettiva.", "VALLETTA - ARBLI TAL-FESTA", "1188.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall- Ambjent: Jidhirlu l-Ministru li għandhom isiru t-tappieri biex jgħattu l-ħofor jew it- toqob stess ta' l-arbli tal- festi, li hemm fi Triq ir- Repubblika l-Belt?", "Jaf li b'hekk jistgħu jkorru n-nies?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li sa ftit żmien ilu dawn it-toqob kollha kienu miksija b'tappieri tal-ħadid maħdumin apposta għall-qies.", "Jiġri iżda, li wara kull festa numru sostanzjali ta' dawn it- tappieri li jinqalgħu mid- dilettanti ta' l-armar tal- festa ma jinstabux.", "Il-Gvern diġa' ħa ħsieb sabiex jordna iżjed tappieri.", "VALLETTA - SPRALLI FI TRIQ ID- DEJQA", "1189.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall- Ambjent: Konxju l-Ministru għall-Ambjent mill-ispralli miżdudin u li minnhom ħerġin il-ġrieden f'postijiet fil-Belt Valletta bħal fi Triq id-Dejqa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat.", "POSTERS MAL-ĦITAN", "1190.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall- Ambjent: Qed tiġi nforzata l- liġi li mal-ħitan u ma' postijiet storiċi ma jibqgħux jitwaħħlu posters b'fildiferro?", "Min hu vestit b'responsabbilta' li jara li dan jitħares bla mittiefes?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kull kartellun imwaħħal ma' arbli tad-dawl, siġar jew ħitan f'postijiet pubbliċi (inkluż bini storiku) jinħtieġ permess min għand il-Pulizija u mingħand il-Bord ta' l- Estetika.", "Il-Pulizija għandha l-obbligu tieħu passi kontra min jinqabad jagħmel dan mingħajr il-permess meħtieġ.", "MESSAĠĠIERA FL-UFFIĊĊJU TAN- NUTAR TAL-GVERN", "1208.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru tal- Ġustizzja: Jista l-Ministru jgħid meta se jiġu mpjegati aktar messaġġiera fl-uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern?", "Jaf il- Ministru li n- nuqqas ta' messaġġiera qed jgħabbi lil dawk li hemm b'ħafna xogħol iktar milli wieħed jistenna?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani) (f'isem il- Ministru tal-Ġustizzja): M'hemmx iżjed x'inżid mar- risposta li ngħatat fil- mistoqsija Parlamentari Nru.328.KOPJI TA' TESTMENTI/KUNTRATTI", "1209.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Kemm iddum biex tieħu kopja ta' testment/ kuntratt mill-arkivji wara li jkun photocopied?", "Jekk min iħaddem il-photocopier ikun assenti, iddum aktar?", "Hemm bżonn ta' reliever għall- photocopies?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tal- Ġustizzja): Aktarx li l- Onor. Interpellant ried jistaqsi kemm iddum biex il-kopja tiġi photocopied.", "Normalment meta ma jkunx hemm domanda aktar mis-soltu għall-kopji, wieħed jista' jiġbor il-kopja li jrid fi żmien jumejn u ġieli anke l- għada li ssir l-ordni.", "Fl-arkivju hemm messaġġier li hu adett għax-xogħol tal- photocopying.", "Meta dan ikun bil-leave jew sick leave jitqabbad messaġġier ieħor minfloku biex jagħmel dan ix- xogħol.", "F'każ li it-tnejn jinzertaw bis-sick leave, is- servizz jitwaqqaf temporanjament ħlief għal każijiet manifestament urġenti meta wieħed mill-iskrivani volontarjament jagħmel l- photocopies taħt id-direzzjoni ta' l-Arkivist.", "KORS GĦALL-GWIDI", "2338.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Kemm kien hemm applikanti għall-kors għall-gwidi tat-turisti li se jibda f'Lulju ta' l-1992?", "Kemm kien hemm applikanti li jafu tajjeb bil-Ġermaniż, Spanjol jew Olandiż?", "Kemm intgħażlu minnhom għall-kors?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Is-sejħa għal kull min irid japplika biex isegwi kors għal gwidi għalqet fit-12 ta' Ġunju 1992.", "Applikaw 112.", "Peress li għad trid issir l-evalwazzjoni mhux possibbli li tingħata l- informazzjoni li qed tintalab.", "L-applikazzjoni skond il-lingwi magħżula jitqassmu kif ġej:-", "Ġermaniż 101 Olandiż 3 Spanjol 8 Russu 2 Svediż 1 Norveġiz 1", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi anke minn dak li ġie ppubblikat fil-media jidher li hemm nuqqasijiet kbar fondamentali ta' qbil bejn l-assoċjazzjoni tat-travel agents u l-unions tal-gwidi, nistgħux għallinqas inkunu nafu x'inhuwa t-thinking tal-Gvern fuq il-pożizzjoni attwali mingħajr neċessarjament ma jidħol fil-mertu ta' min għandu raġun jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Onor.", "Brincat staqsa kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-kors u jien weġibtu li kien hemm 112, li minnhom kien hemm 101 għat-Tedesk, eċċ. Issa dak li qed jingħad m'għandu x'jaqsam mad-domanda li qed jagħmel u jekk dan irid ikun jaf xi informazzjoni dwar f'liema stat waslu, għandu jagħmel mistoqsija u jien nirrispondih.", "AIR MALTA - COMPUTERISATION", "2339.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Serizzi Ekonomici: X'inhi r- raġuni li Air Malta għadha ma ntroducitx il-computerised fare construction, car hire u l- hotel bookings minkejja li l- KAMA Computer system tar- reservations ilha introdotta mas-sentejn u sal-lum għadha qed tintuża biss għal flight ticketing reservations?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jidhirli li m'għandix nagħti dettalji ta' l- attivitajiet purament kummerċjali ta' Air Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija suppli- mentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bir- rispett kollu lejn l-Ministru, jiena nħoss illi xi ħaġa bħal din hija ta' interess pubbliku, iżjed u iżjed billi minn stqarrijiet pubbliċi li saru, tidher illi hija waħda mill- ilmenti ġenerali ewlenin ta' l- association of travel agents.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Aħna m'għandniex x'naqsmu ma' l- attivitajiet purament kummerċjali ta' Air Malta.", "L- Onor. Brincat talabni kif daħlu fil-computer system tar- reservations pero' dawn mhumiex affarijiet li wieħed jiżvelahom.", "Niftakar darba jien kont għamilt domanda fuq l-ispeed ta' patrol boat, u dak inhar kienu qaluli li dawn mhumiex affarijiet li tgħidhom, u issa qed nirrealizza li kellhom raġun.", "(Interruzzjonijiet) Dawn affarijiet purament kummerċjali ta' Air Malta u ma jidhirlix li wieħed għandu jiżvela x'qed tagħmel Air Malta.", "TURIŻMU - DUTY FREE CONCESSIONS", "2340.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: X'wassal lil Gvern biex dan l-aħħar jintroduċi restrizzjonijiet ġodda fuq id- duty free concessions li kienet tgawdi minnhom l-Industrija tat-Turiżmu?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi):Fejn jikkonċerna l-Ministru tal- Finanzi ma ġewx introdotti restrizzjonijiet ġodda fuq xi duty free Concessions li tgawdi minnhom l-Industrija tat-Turiżmu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' jkun li forsi kemm ilu Ministru l-Onor.", "Dalli ma kienx hemm restrizzjonijiet ġodda, imma jekk wieħed jara l-andament tul dawn l-aħħar snin, isib li kien hemm deterioration fl- affarijiet.", "Tant hu hekk li fir-rapport annwali tal-Malta Hotels and Restaurants Association, ilmentaw proprju minn dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien ma nafx x'irid ifisser l-Onor.", "Interpellant.", "Jekk qed jirreferi għad-deterioration ta' tnaqqis fil-livell ta' sussidji li tingħata l- industrija tat-turiżmu naturalment l-interess ta' min qiegħed jinvesti mhux biss fit- turiżmu imma fi kwalunkwe settur ieħor fl- ekonomija, huwa li jara li kemm jista' jkun ikollu support finanzjarju u benefiċċji kemm jista'.", "U jien ma naħsibx li għandna noqogħdu nimmpressjonaw rwieħna ħafna u nieħdu at face value t-tip ta' kritika li ssir minn dawn il- lobby groups għal sussidji u finanzjamenti oħra.", "Kif jaf l- Onor. Interpellant, id-dmir tagħna hu li minn żmien għal żmien naraw kemm kull tip ta' sussidju li qed jingħata mill- Gvern huwa cost effective, kemm huwa sinkronizzat mat-tip ta' ekonomija li nkunu qed immexxu u kemm fil-fatt se jiġġenera ġid u investiment fit-tip ta' setturi li rridu u fil- livell li rridu.", "LUKANDI - RATI TAD-DAWL U ILMA", "2341.", "L-ONOR.", "LEO BRINCATstaqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Hemm xi ħsieb li tiġi milqugħa t-talba tal-lukandiera Maltin li l-kontijiet tad- dawl u l-ilma jibdew jiġu applikati bl-istess rati applikabbli għall- industriji oħra bħal dik tal-manifattura?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- kwestjoni tar-reviżjoni tat- tariffi tad-dawl u l-ilma għad trid tiġi kkonsidrata mill- Gvern u ma nħossx li għandhom isiru xi tibdiliet issa qabel ma din il-kwestjoni tkun konsidrata globalment għad- diversi tipi ta' konsumaturi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il- Ministru għall-Ambjent.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pjanta li turi art fl-Imrieħel li hija zoned għall-użu industri- jali, b'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 2790.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas- Sigurta' Soċjali.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali) : Inqiegħed fuq il- Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 62 ta' l- 1992 - Ordni ta' l-1992 dwar l-Awtorita' tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 11).", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' Air Service Licence (Amendment) lil Excelair Service Limited skond is-subartiklu (2) ta' l-artiklu 8 ta' l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili, Kap. 232.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FIL-GVERN", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nixtieq inressaq din il-mozzjoni:", "\"Illi minħabba l-mod irresponsabbli u nieqes mill-prudenza li bih il- Gvern qed imexxi r- relazzjonijiet barranin ta' Malta mal-Komunita' Ewropea, liema tmexxija qegħda twassal bla bżonn għall-umiljazzjoni ta' pajjiżna waqt li qed tħalli lill-poplu fl-għama dwar dak li jkun qed jiġri;", "Din il-Kamra m'għandhiex fiducja fil-Gvern.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekonda", "MR SPEAKER: Infakkar lill- Kamra li skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru. 33 ta' nhar il- Erbgħa, 1 ta' Lulju, 1992, id- dibattitu fuq din il- mozzjoni għandu jieħu seduta sħiħa, bil- ħin ta' l-Aġġornament b'kollox.", "Il-ħin għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l- Oppożizzjoni bl- aħħar nofs siegħa għall- Oppożizzjoni.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din in-naħa tal- Kamra għandha ħafna suġġetti u oqsma li fuqhom assolutament m'għandhiex fiducja fil-Gvern tal- ġurnata.", "Biss kien opportun li jitressaq dan il- vot ta' sfiducja fil- Gvern fuq il-qasam tar-relazzjonijiet barranin bejn Malta u l- Komunita' Ewropea għax wara għadd ta' snin li fihom dan il- qasam ġie ppreżentat bħala kolonna ewlenija tat-tmexxija ekonomika politika u socjali tal-Gvern fiż-żmien meta din il-kolonna b'mod car sfrondat, tillustra l-kriżi ta' kredibbilta' li għandu quddiemu l-Gvern Nazzjonalista.", "Fil- mozzjoni qed nużaw kliem iebsa, kliem bħal \"irresponsabbli u nieqes mill-prudenza\", u peress li s-soltu nippreferi nuża kliem kawt, inħoss li f'din l- okkażjoni l-kliem \"irresponsabbli u nieqes mill-prudenza\" huma preciżament kliem kawti fil-kontest ta' sitwazzjoni fejn wara snin illi fihom ma smajniex ħlief ftaħir, ideat fl-ajru u vagi dwar is-suġġett tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Komunita' Ewropea, fl-aħħar qed naraw kemm kollox qed jisfuma fix- xejn u l-pajjiż ġie mdaħħal fi sqaq illi hu ta' umiljazzjoni kemm għall- Gvern u kemm għall-pajjiż.", "M'hemmx dubbju, Sur President, li r- relazzjonijiet bejn Malta u l- Komunita' Ewropea huwa suġġett mill-aktar importanti u relazzjonijiet bejn Malta u l- pajjiżi Ewropej ewlenin huwa qasam essenzjali għat-tmexxija ta' pajjiżna u għandhom implikazzjonijiet enormi għall- ġejjieni.", "Allura apparti li nikkritika lill-Gvern għall- mod kif mexxa dawn ir-relazzjonijiet fis-snin li għaddew, nixtieq nibda bil-perspettiva tal- Partit Laburista dwar kif inħarsu lejn il-Komunita' Ewropea u x'naħsbu li għandu jkun il-qafas tajjeb għar- relazzjonijiet bejn Malta u l- Komunita' Ewropea.", "Għaliex waħda mit-tattici makakki tan- naħa l- oħra hija li tipprova tiskura dak li naħsbu aħna u dak li aħna nqisu li hu tajjeb fil-qasam tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Komunita' Ewropea.", "L-Oppożizzjoni Laburista ħasset u tibqa' tħoss li l- iżvilupp ta'l-għaqda Ewropea huwa żvilupp pożittiv u kostruttiv fil-qasam tar- relazzjonijiet internazzjonali u fl-iżvilupp ta' l-Ewropa.", "Din in-naħa tħoss li bla dubju ta' xejn, dawk il-pajjiżi li fl-imgħoddi ngħaqdu fil- Komunita' Ewropea u dawk li b'consensus popolari qed jitolbu li jingħaqdu mal- Komunita' jagħmlu hekk fil- perspettiva ta' dak li hu fl- aħjar interess tagħhom.", "Aħna nħossu li l-Komunita' Ewropea tista' tkun, għandha tkun u fil-fatt għad tkun fattur mill- aktar pożittiv fit-tmexxija ta' relazzjonijiet armonjużi internazzjonalment fuq bażi diplomatika, fuq bażi ekonomika u fuq bażi socjali.", "Aħna nħossu li kull socjeta' kemm jekk hi fl-Ewropa u kemm jekk hi barra mill-Ewropa trid tkejjel u tiddeciedi dwar ir- relazzjonijiet tagħha mal- Komunita' Ewropea skond l- interessi nazzjonali tagħha.", "U l- kejl ta' l-interessi nazzjonali huwa dejjem l-kejl li fuqu għandhom jiġu ġudikati l-interessi ta' pajjiż jew ieħor meta jasal biex jiddeciedi x'rabtiet irid jieħu mal-barrani.", "Aħna nħossu li huwa f'din il-perspettiva li Malta għandha tqis ir- relazzjonijiet xierqa bejnha u bejn il-Komunita' Ewropea.", "Il- Partit Laburista, kemm meta kien fil-gvern kif ukoll fl- Oppożizzjoni, dejjem qal li r- relazzjonijiet bejn Malta u l- Komunita' Ewropea jridu jitkejlu fid-dawl tal-fatt li pajjiżna huwa pajjiż żgħir fic- centru tal-Mediterran, parti mill-Ewropa u parti mil- Mediterran, b'karatteristici, b'kondizzjonijiet u b'assets li huma partikolari u specjali għalih.", "Allura mhuwiex utli li taqbad u tieħu mudelli ta' kif imxew pajjiżi oħra u blindly tapplikahom għal pajjiżna.", "Matul is-snin aħna insistejna li għandu jkun hemm relazzjoni mill-aktar qrib bejn Malta u l-Komunita' Ewropea u minħabba l-karatteristici partikolari ta' pajjiżna, dejjem sħaqna fuq il-fatt illi għandu jkun hemm relazzjonijiet ta' tip partikolari u speċjali li jirriflettu l-fatt li pajjiżna huwa daqstant partikolari u differenti minn pajjiżi oħra.", "Aħna dejjem qbilna li bejn Malta u l- Komunita' Ewropea, u għall- interess tal-Komunita', ta' Malta u tar-reġjun Mediterranju li tiegħu aħna ninsabu fiċ- ċentru, għandu jkun hemm l- eqreb relazzjonijiet possibbli.", "F'dan is-sens, il-Partit Laburista f'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet mal-Komunita' Ewropea kien reġa' għamel up-dating sħiħ tal-politika tiegħu u konna rajna t-toroq kollha li setgħu kienu miftuħa quddiemna, evalwajnihom bl-aktar mod prammatiku, analitiku, flessibbli u bl-aktar mod miftuħ.", "Konna tkellimna ma' kull min seta' kien interessat fir-relazzjonijiet ta' Malta u s-Suq Komuni, kemm hawnhekk kif ukoll barra, u hemmhekk konna wasalna għall- qafas ta' politika li dak iż-żmien konna ħassejna li hi sewwa u li hija l- aħjar għall-pajjiżna.", "Din il-politika titlaq mill- punt li wara li aħna nkunu għarbilna kollox, nsibu li l- kondiżżjonijiet li taħthom jaħdmu l-membri sħaħ li hemm fil- Komunita' Ewropea bejniet- hom mhumiex adattati għall- pajjiżna, kemm għar- raġunijiet politiċi li joħroġ mill-istatus u mill-aspirazzjoni ta' newtralita' ta' pajjiżna u kemm mill-kondiżżjonijiet ekonomiċi, soċjali u partikolari tiegħu.", "Għaldaqstant aħna kkonkludejna li t-triq ta' sħubija sħiħa mal-Komunita' Ewropea fiċ- ċirkostanzi attwali u prevedibbli għas- snin li ġejjin mhux se tkun tgħodd għall- pajjiżna.", "Allura konna għidna wkoll li fil-qafas tal-ħsieb hemm bżonn li jkollna wkoll l- eqreb relazzjonijiet possibbli bejn Malta u l-Komunita' Ewropea, li għandna nitkellmu u niżviluppaw mal-Komunita' Ewropea ftehim fit-tul li jwassal fuq medja ta' 20 sena jew anqas għal-ftehim ta' free industrial trade area - jiġifieri kummerċ industrijali ħieles, bejn Malta u l- Komunita' - u li allura għandu jwassal għall-kollaborazzjoni politika bejn Malta u l- Komunita' fuq bażi diplomatika, fuq bażi ta' gvernijiet u fuq bażi parlamentari u li wkoll jwassal għal-ammont ta' għajnuna finanzjarja li jkun xieraq u li jkun addatat għall- bżonnijiet ta' żvilupp ta' pajjiżna.", "Din hija l-proposta tal-Partit Laburista li kienet, għadha, u tibqa' valida ħalli aħna nevalwaw sewwa l- alternattivi l-oħra li jitpoġġew quddiemna.", "Aktar minn hekk, wieħed imbagħad ikollu jevalwa u janalizza dak li għamel il- Gvern dejjem fil-kontest ta' l- oġġettivi li l-Gvern nnifsu jqiegħed matul is-snin quddiem pajjiżna.", "Meta il-Partit Nazzjonalista - il-Gvern tal- lum - kien fl-Oppożizzjoni, fl- opinjoni tagħna dejjem baqa' jinsisti bl-aktar mod għama fuq il-ħtieġa li pajjiżna għandu jsir membru sħiħ tal- Komunita' Ewropea għax qalu li din hija l-aħjar triq għal pajjiżna.", "Matul dawn is-snin aħna segwejna dak li kienu qalu l-mexxeja Nazzjonalisti, evalwajna sewwa dak li kienu qed jgħidu, ipprovajna nagħrfu 'l fejn iridu jwasslu u pprovajna wkoll nidħlu fil- perspettiva tagħhom biex nifhmu kemm kien veru dak li huma kienu qed jgħidu, jiġifieri l- fatt li din kienet it- triq li twassal b'mod ħafif, b'mod ċar u b'mod dettaljat għal sħubija sħiħa ta' Malta fis-Suq Kommuni bħala l-aħjar alternattiva u bħala l-aħjar triq għalina.", "Imma kull pass li ħadu f'din it-triq, il-mexxejja Nazzjon- alisti fl-opinjoni tagħna kienu juru nuqqas ta' ħsieb, ta' responsabilita' u nuqqas ta' fehma u ta' għarfien ta' x'inhuma l-kondizzjonijiet illi llum huma inerenti fis-soċjeta' u fil-pajjiż Malti.", "Kull darba li aħna bdejna nevalwaw u nanalizzaw x'inhuma jgħidu u fejn huma jridu jwasslu, aħna sibna li l-ħin kollu konna qegħdin magħluqin minn retorika politika li kienet dik ir- retorika politika li forsi tappella lil ċertu nies, imma li meta din tagħsarha biex eżattament tifhem x'hemm warajha, issib li ma kien hemm xejn, tant li r-riżultat ħareġ il-ġimgħa li għaddiet.", "Il-Gvern Nazzjonalista ngħata tweġiba fejn il-Komunita' Ewropea qaltlu li t-talba tiegħu biex Malta ssir membru sħiħ tagħha għalissa m'hijiex se tintlaqa' imma se tiġi posposta għal wara li jkun hemm id-dħul ta' membri ġodda li bħalna mhumiex membri - l- pajjiżi ta' l-EFTA - u aktar tard wara li jkun sar aġġornament istituzzjonali, fir-regoli ta' kif titmexxa l- Kommunita' Ewropea.", "Dan sar fi żmien meta l-Gvern Nazzjonalista kien qed jistenna li jkollu sinjal li aħna konna se nibqgħu mexjin 'il quddiem.", "Fost il- pajjiżi li se jiġu preferuti se jkun hemm pajjiżi li għadhom lanqas biss applikaw biex huma jsiru membri sħaħ tas-Suq Kommuni u barra minn hekk hemm pajjiżi li applikaw wara li Malta kienet applikat.", "Allura, fil-kontest ta' dawn is-snin twal li Gvern Nazzjonalista kien ilu jgħid li huwa jħossu kommess biex idaħħal lil Malta fil-Komunita' Ewropea, aħna ma nistgħux ma narawx dan kollu.", "Matul is- snin twal li l-Gvern Nazzjonalista dam jiftaħar li huwa għandu dawn il-ħbieb kollha li qed jappoġġjawh, issa ma jistax ikun li aħna ma nirrealizzawx li f'din id- demarche ta' snin sħaħ, il- Gvern Nazzjonalista wasal f'tarf l-isqaq, b'umiljazzjoni cara li tpoġġiet fuqu minn dawk il-pajjiżi u minn dawk il- mexxejja li taparsi kienu ħbieb tiegħu - u b'riflessjoni fuq l- umiljazzjoni tal-Gvern Nazzjonalista - u b'umiljazzjoni wkoll għal pajjiżna.", "Li se nagħmel issa, Sur President, hu biss li se ngħaddi minn ħafna fatti li matul is-snin kienu jillustraw il-mod irresponsabbli, xejn xjentifiku, li bih in-naħa Nazzjonalista mxiet matul din it-triq biex hija waslet għal dan l-isqaq.", "Preċiżament, se mmur fil-bidu ta' Marzu 1979, ftit qabel ma kienet spiċċat il-bażi militari Ingliża minn Malta.", "F'meeting li kien sar fil-Gzira, ftit wara li l- Partit Nazzjonalista b'permezz ta' l-Eżekuttiv kien ħareġ bl- istqarrija li Malta għandha ssir membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea, il-Prim Ministru, dak iż-żmien Kap ta' l- Oppożizzjoni, kien iddikjara li t-triq tagħna, jiġifieri t- triq li huwa jdaħħal lil Malta fis- Suq Komuni, hija dik li tagħti sigurta' u direzzjoni ċara.", "L-Onor.", "Fenech Adami kien qal u se nikkwota:", "\"wasalna fil-bidu ta' Marzu u l-poplu Malti kien għadu ma jafx fejn sejjer.", "Allura f'pajjiżna bilfors tinħoloq nuqqas ta' fiduċja u nuqqas ta' investiment, pajjiżna bilfors ma jistax imur 'l quddiem kif nixtiequ aħna, għax t-triq tagħna hija dik it-triq li tagħti sigurta' u direzzjoni ċara għal pajjiżna.\"", "Il-fatti juru, Sur President, li 14-il sena jew 13-il sena wara li fi gżiritna saret din l-istqarrija, illum għadna ninsabu f'din il-pożizzjoni u ninsabu wkoll fil-pożizzjoni fejn qed jidher ċar li t-triq tagħna, dik tal- Prim Ministru u ta' sħabu li tagħti sigurta' u direzzjoni ċara, m'hu minnha xejn għax il-poplu tagħna għadu ma jafx fejn sejjer, bl-istess deċiżjoni li ħadu l-istess ħbieb tal-Prim Ministru Ewropej li hu kien stqarr li huma se jagħtuh l-appoġġ sħiħ tagħhom biex iwasslu lil pajjiżna għat-triq li riedu huma.", "Ir-responsabilita' kollha ta' matul is-snin għall-mod kif in- naħa Nazzjonalista mexxiet l- applikazzjoni - it-tama u t- tellieqa tagħha biex hija ddaħħal lil Malta fil-Komunita' Ewropea - toħroġ ukoll minn dak li kien qal il-Prim Ministru stess f'dak il-mass meeting tal-Gżira li kien sar f'Marzu 1979, eżattament qabel spiċċat il-bażi Ingliża.", "Fiha kien qal li hemm bżonn li jsiru studji kbar u serji, ħalli dak li kienu qed jipproponu huma jinħadem tajjeb.", "U għaldaqstant nixtieq nikkwota, Sur President:", "\"Biex il-politika tal- Partit Nazzjonalista għall-ġejjieni ta' pajjiż- na tirnexxi, hemm bżonn li nibdew naħsbu minn issa.", "Il-Partit stess, jiġifieri l-Partit Nazzjonalista stess, irid jagħmel l- istudji neċessarji biex naraw kif nintlaqtu meta nsiru membri tal-Komun- ita'.", "Hemm bżonn naraw x'perjodu ta'żmien għandna bżonn, it-tul ta' żmien li għandna bżonn sakemm insiru membri sħaħ.\".", "Sur President, minn dan kollu matul is-snin li għaddew, baqa' ma sar xejn.", "Il-Partit Nazzjonalista baqa' qatt ma ppubblika u qatt ma ta idea waħda ċara ta' kif kien qiegħed jistudja u kif kien qiegħed iwassal il-proġett tiegħu biex idaħħal lill-Malta fil- Komunita' Ewropea.", "Sur President, dan in-nuqqas ta' responsabilita' kien marbut wkoll ma' preżunzjoni li mill- bidu nett, ma kenetx żgħira - għax dawn qishom kienu sabu s- soluzzjoni mirakuluża biex lil Malta iwassluha fil-ġenna ta' l-art.", "Daqs sena wara il- meeting tal-Gżira, l-Onor.", "Fenech Adami kien qiegħed jiftaħar li l-għażla ta' Malta li tidħol membru sħiħ fis-Suq Komuni kienet xi salvauomo għal pajjiżna, u kien anke ipprova jinbex lill-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien li bil-proposta tiegħu kien tah xi salvauomo.", "Fis-6 ta' Lulju 1980 L-Onor Fenech Adami lill-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, kien qallu hekk:", "\"Aħna ngħidulu lill-Prim Ministru Mintoff: J'Alla jeħduna bis-serjeta'; j'Alla lill-Gvern Malti, li llum tilef is-sens ta' direzzjoni fil- politika tiegħu, jeħduh bis- serjeta'.", "U għalhekk, meta aħna sena u nofs ilu approvajna dik il- mozzjoni, li Malta tapplika biex issir membru sħiħ tas-Suq Komuni, għidna li din tista' sservi ta' salvauomo għalih, għax għidna li l- Komunita' u l-pajjiżi ta' l-Ewropa jafu li hawn Malta hawn l- alternattiva Nazzjonalista li lesta biex twettaq programm li huma verament konvinti li hu l-aħjar programm għalina l-Maltin.\".", "U hawnhekk nistaqsi: Din serviet ta' salvauomo?", "Veru li dawn ħaduna bis- serjeta'?", "Għax ir-riżultat ta' Lisbona juri ċar li fil-fatt il-Gvern Nazzjonalista tal-lum, mhux talli ma pprovdiex salvauomo għall-pajjiż, talli fil-fatt spiċċa ma jitteħidx bis- serjeta' mill-istess pajjiżi u l- istess ħbieb illi jiftaħar bihom.", "L-irresponsabilita', Sur President, toħroġ ukoll mill- kontradizzjonijiet illi baqa' joħroġ bihom il-Kap tal-Gvern u l-Partit tiegħu sena wara l- oħra, fil-mod kif ippreżenta l- ħerqa tiegħu biex Malta ssir membru sħiħ tas-Suq Komuni.", "Fil-bidu kienu jgħidu, per eżempju, illi xtaqu li Malta tidħol membru sħiħ tas-Suq Komuni jekk ikun hemm kondizzjonijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi xierqa.", "Biż-żmien id-diska nbidlet u saret illi m'hemmx alternattiva ħlief li Malta tidħol membru sħiħ tas-Suq Komuni.", "Allura x'jemmnu verament, li Malta għandha tidħol taħt kondizzjonijiet li jkunu xierqa, jew li m'hemmx alternattiva ħlief li Malta tkun membru sħiħ tas-Suq Komuni?", "Jiena ngħid illi ħaġa bħal din minnufih qatgħet saqajn il-Gvern Nazzjonalista anke meta ġie biex jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-Ewropej.", "Għax jekk tgħid li t-triq li qed tinnegozja fiha u tidħol għaliha m'hemmx alternattiva għaliha, min se jinnegozja miegħek ma jkollu l-ebda inċentiv biex jipprova jilħaq ftehim xieraq miegħek.", "Il- ġimgħa li għaddiet deher ċar li min-naħa tal-Komunita' Ewropea, m'hemm l- ebda għaġġla, ħerqa jew impenn biex jieħdu lill-Gvern Nazzjonalista bis- serjeta'.", "Kontradizzjoni oħra li smajna matul is-snin kienet dwar is- siwi strateġiku ta' Malta.", "Fl- 1987, ftit ġranet wara li sar Prim Ministru, l- Onor. Fenech Adami kien qed ikellem lill- Ambaxxaturi u qalilhom li Malta ma baqgħalha l-ebda siwi strateġiku u m'għandha tfittex l-ebda siwi strateġiku biex tipprova tivvalorizza ruħha diplomatikament.", "Matul is- snin, din l-opinjoni donnha qed tinbidel, għax issa l-argumenti li bdew jittressqu anke minn xi membri tal-Gvern, huma li Malta għandha tidħol membru sħiħ tal- Komunita' għax għandha xi siwi strateġiku, li tista' tivvalorizza fi ħdan il- Komunita' Ewropea.", "Din it-tip ta' kontradizzjoni, bil-mod il- mod tkompli tnawwar u tkompli turi nuqqas ta' serjeta' fit- tmexxija.", "U dan hu li ġara.", "Matul is-snin, dawn il-kontradizzjonijiet bejtu fil- mod kif il-Gvern Nazzjonalista kien qed imexxi l-argument tiegħu u wasslu biex ma jibqax jittieħed aktar bis-serjeta'.", "Punt ieħor, per eżempju, huwa dwar l-backing minn ħbieb barranin.", "Wieħed mill- argumenti li dejjem ipprovaw jinbxu biha lil din in-naħa kien li huma għandhom ħbieb kbar fost l-Ewropej.", "U allura lill-poplu Malti kienu jippreżentawlu l-punt li bil- ħbieb Ewropej kbar li għandhom, id-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea se jkun xi ħaġa mill- iktar ħafifa u wkoll li wara li tidħol fil-Komunita', Malta se ssib l-akbar appoġġ fost dawn il- ħbieb Ewropej.", "Imma r- realta' hija differenti, Sur President.", "Fi kwalunkwe sitwazzjoni diplomatika, fi kwalunkwe sitwazzjoni politika bejn stati sovrani hu l- interess nazzjonali li jirbaħ, u l-interess nazzjonali jiġi l- ewwel u qabel kollox.", "U meta tipprova tivvalorizza dawn l- affarijiet, jew tipprova tiftaħar bil-ħbiberiji u taħseb li l-ħbiberiji jwassluk biex tikseb xi vantaġġ, jew tkun qed tilludi ruħek jew inkella tkun qiegħed tipprova tinganna lill- poplu.", "Is-suspett fondat huwa li matul dawn is-snin, l- argument kollu favur li Malta tissieħeb membru sħiħ fis-Suq Komuni huwa bbażat fuq ingann u huwa bbażat fuq tlellix pubbliċitarju li jipprova jagħmel brainwashing tal-poplu Malti ħalli jaħseb li n-nirvana tal-politika barranija tagħna se tkun dik li nidħlu u nsiru membri sħaħ tas-Suq Komuni.", "Il-brainwashing joħroġ ċar anke f'wieħed mill- iktar slogans li jien inħoss li huma ta' shame għall-Maltin.", "Qed nirreferi għall-islogan ta' \"Pajjiżna l- Ewropa\", li bih il-Partit Nazzjonalista mexxa l- konferenza ġenerali tiegħu ta' sentejn ilu fejn qal li se japplika biex Malta ssir membru sħiħ tal-Komunita'.", "Pajjiżna mhuwiex l-Ewropa, pajjiżna huwa Malta, Sur President.", "Meta pajjiż japplika biex isir membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea, kif għamel il-Gvern Nazzjonalista f'Lulju ta' l- 1990, il-proċedura hija li l- Kummissjoni tistudja l-każ b'mod tekniku, tressaq il-parir tagħha li mbagħad jiddeċiedi jekk għandhomx jinfetħu n- negozjati jew le.", "Dan huwa proċess li jieħu ż-żmien, huwa proċess normali, burokratiku u tekniku u ġie segwit ukoll fil- każ ta' Malta.", "Mill-ġdid f'dan il-każ il-pubbliċita' Nazzjon- alista, hawn Malta speċjalment, kienet tgħid li kollox miexi fuq ir-rubini.", "Is-sena li għaddiet il-Prim Ministru mar Brussels biex jiltaqa' mal- President tal-Kummissjoni tal- Komunita' Ewropeja, Jacques Delors.", "L- għan ta' dik iż-żjara kien biex jimbotta iktar il quddiem it-talba ta' Malta biex issir membru sħiħ tas-Suq Komuni.", "Dak iż-żmien, Sur President, diġa' kien hemm indikazzjonijiet cari li t- talba ta' Malta kellha problema quddiemha.", "Ma kienx hemm il-ħerqa min- naħa ta' l-Ewropej biex it-talba ta' Malta tittieħed bis-serjeta'.", "Jiena naf, għax fl-istess ġranet li kien hemm il-Prim Ministru kont hemm jien ukoll, u l-indikazjonijiet li smajt jien nimmaġina li l-Prim Ministru semagħhom ukoll.", "Imma mhux din il-verżjoni li ngħatat lill-poplu Malti.", "Preciżament fil-23 ta' Lulju 1991, l-għada li l-Prim Ministru kien iltaqa' ma' Jacques Delors, il-Prim Ministru qallu hekk lill-poplu Malti: \"Nittamaw li fiż-żmien raġonevoli, jien ngħid illi l- aħħar tas-sena jew fil-bidu tas-sena d-dieħla\" - jiġiferi din is-sena - \"jkollna l- opinjoni tal-Kummissjoni tal- Komunita' Ewropeja dwar it- talba ta' Malta għal- sħubija fl-istess Komunita'.\"", "Sur President, dik l-opinjoni għadha ma ġietx attwata.", "It- teknici tal-Kumissjoni jinsabu hawn Malta din il-ġimgħa biex ikomplu jaħdmu fuqha.", "Iktar minn hekk, Sur President, l-għada l-Prim Minstru reġa' qal quddiem il- ġurnalisti fi Brussels li kollox jindika li Malta se tkun fost il- pajjiżi li se jidħlu fil-Komunita' Ewropea wara l- 1993, meta l-Komunita' tkun għaddiet għall-fażi li jmiss tat-tkabbir tagħha.", "Jiġifieri dak iż- żmien, f'Lulju tas-sena li għaddiet, il-Gvern kien jaf li hemm it-trouble fl- applikazzjoni tiegħu u kien qiegħed jinsisti li kollox miexi fuq ir- rubini.", "Il-poplu Malti kien qiegħed jiġi żgwidat u ngannat u kien qiegħed jiġi mitmugħ tlellix pubbliċitarju meta fil-fatt l-affarijiet ma kenux għaddejjin fuq ir-rubini kif kien ippreżentahom l-Gvern.", "L-agħar, Sur President, ġejja minn dak li kien hemm fil- Manifest Elettorali Nazzjonalista għall-elezzjoni ta' din is-sena.", "Se nikkwota minnu.", "Dan hu dokument li deher f'Jannar ta' din is-sena.", "Mill- ġdid hemm it-tlellix pubblicitarju u ingann premeditat, Sur President.", "\"Ninsabu fiducjużi li Malta se tkun fl-ewwel grupp ta' pajjiżi li jidħlu fil-Komunita' Ewropea.\"", "Id-deciżjoni ta' Lisbona hija ċara, Sur President.", "Fl-ewwel grupp ta' pajjiżi li se jidħlu fil-Komunita' Ewropeja mhux se jkun hemm Malta.", "Se jkun hemm il-pajjiżi ta' l-EFTA, fosthom dawk li għadhom ma applikawx, jew dawk li applikaw wara Malta.", "Il-kandidatura ta' Malta se tiġi mitqiesa fuq il- bażi ta' relazzjonijiet ta' l- assoċjazzjoni eżistenti li l- Komunita' se tibqa' tistudja kif tħaddem, u fuq il-bażi wkoll ta' djalogu politiku diġa' eżistenti.", "Jiġifieri mhux veru li kien hemm il- proċess riesaq li Malta se tkun fl-ewwel grupp ta' pajjiżi li se jissieħbu fil-Komunita'.", "Dan kien kollu ingann u għalhekk wieħed jiġġustifika l-kliem iebes li qegħdin ngħidu li qegħdin inressqu 'l quddiem f'din il-mozzjoni ta' sfiducja.", "Minnufih wara l-elezzjoni, bdew jispuntaw pubblikament l- indikazzjonijiet illi kien hemm it-trouble fil-mod kif kienet qed tiġi mpustata t-talba ta' Malta biex isir membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea.", "Dawn kienu qed jiġu ppubblikati fil- ġurnali u ma kienx hemm ħabi fihom.", "Il-Gvern Nazzjonalista semplicement ipprefera li jkompli jinjora dawn l- affarijiet, u kompla għaddej bit-tnabar pubblicitarji billi jgħid lill Maltin illi rigward it-talba tiegħu biex Malta ssir membru sħiħ tas-Suq Komuni kollox miexi fuq ir-rubini.", "Hawn għandi żewġ artikli ta' ġurnali serji - wieħed minn \"The Economist\" ta' Marzu ta' din is-sena, u l-ieħor minn \"Der Spiegel\" ta' April ta' din is-sena - fejn juru car li kienet għaddejja ħidma diplomatika intensa fi ħdan il- Komunita' Ewropea biex igħarblu ftit kif se jżidu l-membri tagħhom, u f'dak it-tip ta' process u f'dak it-tip ta' xogħol kien jidher car minn kull minn min kellu għajnejn biex jara, minn min kellu moħħ biex jifhem u minn min kellu widnejn biex jisma' illi l- applikazzjoni ta' Malta kienet dieħla f'ilmijiet li se jbegħduha minn dak li kienet trid tagħmel.", "Pero', l-Gvern ma qal xejn minn dan kollu, qisu ma ġara xejn u għalkemm il-Prim Ministru ftit qabel mar Lisbona għamel ġimgħa Rio, ma sar l-ebda xogħol diplomatiku u ma ngħatat l- ebda spjegazzjoni lill-poplu Malta dwar il- problemi li kienu qed jinqalgħu.", "Mhux ta' b'xejn kien hemm min qal car u tond li kien hemm bżonn jerġgħu jdawru ftit il-makna diplomatika tagħhom għax ma ħaddmuhiex tajjeb.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel qabel ma nagħlaq l- ewwel intervent tiegħi huwa dwar il-ħbieb Ewropej.", "Il-Prim Ministru kemm-il darba ftaħar kemm għandu ħbieb Ewropej u qalilna li kien hemm ħames Prim Ministri Demokristjani - fosthom, jekk niftakar tajjeb, ta' Lussemburgu u ta' l- Olanda - illi tawh l-appoġġ tagħhom biex jagħfsu ħalli Malta ssir membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea.", "Jien lest nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra artiklu li deher f'Novembru, 1989 f\"The Times\" dwar meta l-Prim Ministru ltaqa mal-Prim Ministru ta' Lussemburgo u dwar l-appoġġ lil Malta biex tidħol malajr kemm jista' jkun fil- Komunita' Ewropea.", "Jien nerġa' nfakkar li dan l-aħħar, il-Prim Ministru nnifsu semma dawk il- ħames Prim Ministri Demokristjani li tawh il-backing tagħhom fuq din il-ħaġa.", "Fil-ġimgħat ta' qabel li ltaqa' il-Kunsill tal-Ministri tal-Komunita' Ewropea f'Lisbona, il- grupp tal-pajjiżi tal-Benelux issot- tomettew memorandum fejn tkellmu dwar it-twessiegħ tal- Komunita' Ewropea.", "Huma qalu li l-ewwel priorita' trid tingħata lil dawk il-pajjiżi ta' l-EFTA u qalu wkoll li għal Malta, Ċipru u t-Turkija kulma kien hemm bżonn kien biss ftehim ta' assoċjazzjoni msaħħaħ.", "Jiġifieri l-Lussemburgu, l- Olanda u l-Belġju bejniethom qablu mhux li Malta għandha tidħol fil-komunita' ma' l- ewwel grupp ta' pajjiżi - kif qal il-Prim Ministru - imma li għandha titqanna - jekk se nużaw il- perspettiva tan-naħa tal-Gvern - billi tkompli taħdem fuq il-ftehim ta' l- assoċjazzjoni li kellha sa dak iż-żmien.", "Sur President, fuq il-bażi tas-serjeta' għall-mod ta' kif ġew ippreżentati l-affarijiet lill-pajjiżi kollha tal- Komunita', fuq il-bażi ta' kif verament sar ix-xogħol ħalli nevalwaw x'kien l-aħjar għall- Malta - ħaġa li għadha ma saritx sal-lum - issib li kellna naslu għar-riżultat li għall-Gvern Nazzjonalista kellu jkun diżastru fallimentari.", "Il- mexxejja l-kbar u l-ogħla rappreżentanti tal-pajjiżi tal- Komunita' Ewropea ltaqgħu flimkien u bejniethom ftehmu li kontra dak li ftaħru u qalu bih in- Nazzjonalisti fil- manifest Nazzjonalista fl- elezzjoni li għaddiet, Malta mhux se tkun fost l-ewwel grupp ta' pajjiżi li kellhom jidħlu.", "Jekk tħares lejn kif inhuma sejrin l-affarijiet, jidher ċar li qabel l-1997 m'hemm l- ebda ċans li anke jispuntaw negozjati għad-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea.", "Mela quddiemna għandna snin ta' vojt u ta' politika barranija li kkollassat u li se taffettwa s-setturi kollha ta' dan il- pajjiż li żgur issa m'għandux aktar direzzjoni.", "Erġajna tabilħaqq waqajna lejn Marzu ta' l-1979 u nkompli nikkwota dak li qal il-Prim Ministru:", "\"Il-poplu Malti għadu ma jafx fejn sejjer.", "Wasalna f'dan ix-xahar u lanqas il-popli l-oħra għadu ma jaf fejn aħna sejrin.\".", "Allura bilfors ikun hemm nuqqas ta' fiduċja tant li l-Gvern preżenti kemm minn dan il- Parlament u kemm mill-poplu Malti kollu wara l-ingann ta' l- aħħar elezzjoni jistħoqqlu vot ta' sfiduċja totali.", "Mr Speaker, inpoġġi dawn id- dokumenti fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Estratt minn \"In-Tagħna\" tat-Tnejn, 5 ta' Marzu, 1979;", "Estratt mill-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tas-6 ta' Lulju, 1980 paġna 21;", "Estratt minn \"Pajjiżna l- Ewropa - L-Interventi\" paġna 205;", "Estratt minn \"In-Nazzjon Tagħna\" ta' l-Erbgħa, l-24 ta' Lulju, 1991;", "Estratt minn \"In-Nazzjon Tagħna\" ta' l-Erbgħa, l-24 ta' Lulju, 1991;", "Estratt mill-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista - Elezzjoni 1992;", "Estratt mill-\"The Economist\";", "Estratt minn \"Der Spiegel\";", "Estratt minn \"The Times\" tad-9 ta' Novembru, 1989; u", "Estratt minn \"Europe: Agence Internationale d'information pour la Presse Luxembourg, Brussels\".", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Guido De Marco.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin): Mr Speaker, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni donnu qed jagħti l- impressjoni li r-rapport tas-summit li sar f'Lisbona - kif interpretat minnu - għandu bilfors ikun jogħġbu.", "Min jisma' lill-Onor.", "Sant jitkellem donnu jasal biex jiġbed il- konklużjoni li kif huma bdew jaqraw ir-rapport, dan għandu bilfors jaqbel mal- finalita' li wieħed iħares sa 20 sena oħra kif għandha tkun ir- relazzjoni ta' Malta mal- Komunita' Ewropea.", "Anke jien nobgħod nuża l- kliem iebes pero' hawn naraw ċertu ammont ta' ipokresija, Sur President, għax min qed jiġi jgħid li aħna qed numiljaw lil Malta, min qed jiġi jgħid li aħna wrejna ruħna nkapaċi u min qed jiġi jgħid li aħna għamilna aġir ta' inpreparazzjoni huwa l-istess bniedem, huwa l- istess partit politiku li qed igħid lill-Maltin kollha li l-Komunita' Ewropea mhux għalina.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni igħid li minħabba d-daqs tagħna, minħabba s- sitwazzjoni ekonomika soċjali tagħna u minħabba l- pożizzjoni tagħna fil-Mediterran ma jistax ikun li jkollna postna fil- Komunita' Ewropea.", "Dan huwa l-programm politiku tal-partit ta' l- Oppożizzjoni llum, li Malta ma tistax tilbes il-libsa u tieħu postha bħala pajjiż sovran u indipendenti bi drittijiet ta' pajjiż sovran u indipendenti fil-Komunita' Ewropea għax aħna pajjiż żgħir, bi problemi ekonomiċi tagħna u għax aħna pajjiż strateġiku.", "Qed igħid li dik il-libsa aħna ma nistgħux nilbsuha, għall inqas mhux qabel forsi 20 sena oħra.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni llum ikkundanna lill-partit tiegħu li jiġi magħruf mill-poplu Malti bħala l-partit li qed jiċħad lil dan il-pajjiż, żgħir kemm hu żgħir, id-dritt li huwa jkun parti mill-Komunita' Ewropea.", "Dan huwa l-mod kif avviċina s- suġġett.", "Aħjar ħafna minn meta kienu jgħidulna li ma nidħlux fil-Komunita' Ewropea għax altrimenti jkollna l-AIDS.", "Aħjar ħafna minn meta kienu jgħidulna li aħjar ma nidħlux fil-Komunita' Ewropea għax altrimenti tiġi l-Mafia.", "Minn daqshekk ħafna aħjar pero' xorta waħda huwa diskors ħafna anti-nazzjonali, dak li għamel illum il-Kap ta' l- Oppożizzjoni f'dan il-pajjiż Sur President.", "Pero' forsi huwa importanti li naraw it-triq li Malta qabdet u kif qed tkompli fit-triq tagħha lejn l- Ewropa.", "Xi ħadd semma l-kelma \"sqaq\" hawnhekk.", "Pero' l-isqaq hu dak li għadu kemm semma' l-Kap ta' l- Oppożizzjoni!", "Domna mexjin fi sqaq għal 20 sena sħaħ.", "Dak hu sqaq u mhux il-politika ta' dan il-Gvern li mhux biss ma tħarisx lejn sqaq imma tħares lejn triq li beħsiebna nimxuha sakemm naslu fit-tarf tagħha.", "Pero' din it-triq, dan il- Gvern li ngħata tliet mandati mill-poplu fl- 1981, fl-1987 u fl-1992 li saħħewna fil-ħsieb tagħna li nidħlu fil- Komunita' Ewropea, ma bdihiex illum, imma fl-1979.", "Fis-16 ta' Frar ta' l- 1979 l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fuq mozzjoni proposta mill-Onor.", "Fenech Adami u ssekondata minni, approva li:", "\"...", "Malta tiddikjara li mhux biss tifforma parti mill-Ewropa geografikament, storikament, kulturalment, imma taqsam mal-Komunita' Ewropea l- ideali ta' paċi, ta' liberta', ta' progress soċjali, ta' ameljorament kostanti ta' l-istandards tal-ħajja kif provvduti fit-Trattat ta' Ruma, u jirriżolvi li hu fl- interess ta' Malta li jibda negozjati mal- Komunita' Ewropea bil- ħsieb li tottjeni kondizzjonijiet tajba biex Malta ssir membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea; u", "li l-Partit Nazzjonalista għandu minn issa jieħu dawk l-inizjattivi biex igħinu biex Malta tottjeni dawk il-kondizzjonjiet ġusti li jrendulha possibbli l-aċċess tagħha għall-Komunita' Ewropea.\".", "Dan kien ideal u din hija sfida li l-Partit Nazzjonalista qiegħed quddiemu u quddiem il- poplu Malti kollu kemm hu.", "Din l-isfida ma ħadnihiex f'kontest irrealistiku, f'kontest barrani għas-sitwazzjoni tagħna, f'kontest li ma nirrealizzawx artna fejn hi qegħda jew f'kontest ta' ostilita' lejn xi naħa ta' dan il-baħar li jdawwarna, imma ħadniha b'sens totalment finali ta' pajjiż.", "Fl-1979 dan il-pajjiż ra l- iżvilupp veru tal-Komunita' Ewropea.", "Dak inhar ma kienx hemm queues ta' pajjiżi jistennew biex jidħlu fl- Ewropa; ma kienx hemm tkissir, twarrib tal-Warsaw Pact u l- affarijiet l-oħrajn kollha, u lanqas kien hemm problemi ta' gruppi fundamentalisti fin- North Africa u f'postijiet oħra.", "Dak inhar aħna rajna li dan il-pajjiz indipendenti għandu jimmira lejn l-Ewropa li jekk tagħraf tirrealizza ruħha, jekk tagħraf tikber kif inhu d- destin tagħha li tikber, u jekk verament trid illi fid-dinja li kuljum qed tkompli tevolvi. ikollha s-saħħa u mhux tispiċċa dipendenti minn potenzi oħrajn u mingħajr personalita' proprja, allura l-Ewropa trid issaħħaħ lilha nnifisha.", "Fit- Trattat ta' Ruma, li kien frott tal-ħsieb ta' tliet Demokristjani kbar - Konrad Adenhauer, Schumann u De Gasperi - aħna rajna sens ta' futur u rajna illi l- poplu Malti għandu jaqbad dik it-triq.", "Aħna għidna li pajjiżna huwa pajjiż żgħir, pero' għandna nivvalorizzaw il-valur strateġiku tiegħu.", "Aħna qatt m'għidna li m'għandniex nivvalorizzaw artna.", "Kif nistgħu nistennew illi l- barrani jivvalorizzana, jekk aħna ma nkunux fost l-ewwel nies li nivvalorizzaw artna?", "Anke kieku artna ma kellhiex valur, kien ikollna naraw x'nagħmlu biex nagħtu valur lil gżiritna, aħseb u ara kemm ikun żball kbir li narmu l-valur strateġiku li għandha Malta fil-Mediterran.", "Ikun żball kbir ukoll li wieħed jinterpreta żbaljatament dak li jkun intqal f'kontest u jagħtih xejra differenti.", "Aħna komplejna ngħidu li f'din l-Ewropa ta' għada, f'din l-Ewropa li qegħda ssir - u fl- 1979 meta ħadna din id- deċiżjoni ħadd ma kien qed joħlom bit-Trattat ta' Maastrich - hija t-triq ta' Malta.", "Aħna qatt m'għidna li jekk ma jkunx hemm din it-triq il-poplu se jmut bil-ġuħ jew jiġi rrovinat.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li jekk ma naslux għal din it- triq, Malta hija mitlufa.", "Xejn minn dan, imma Malta qed tagħżel dik it- triq għax fiċ-ċirkostanzi attwali ta' l-istorja u fil-mod kif qed jinterpreta ruħu l-futur, dak hu l-aħjar interess ta' artna.", "Din hi l- linja li qed nieħdu aħna.", "Aħna ma ħadniex il-linja li ngħidu: Ejja nidħlu fl- Ewropa għall-poeżija ta' l- Ewropa.", "X'għandha x'taqsam il- poeżija mal- politika?", "Aħna lanqas għidna li għandna nidħlu fl-Ewropa għax aħna dejjem iġġelidna lit-Torok u l-oħrajn kollha peress li aħna parti mill-Ewropa.", "Veru li dik hija l-istorja ta' Malta, imma l- istorja ta' Malta tal-bieraħ tista' tkun pedament ta' l- istorja ta' Malta ta' għada li hija dik li għandek tħares lejha fiċ-ċirkostanzi l-ġodda ta' pajjiż li qed jevolvi.", "Fl-elezzjoni ta' l-1981 aħna ksibna l-maġġoranza assoluta tal-voti u dak iż-żmien kieku tlajna aħna fil-gvern u bdejna l-proċess biex Malta tidħol fil-Komunita' Ewropea, probabbilment il-problemi u s- sitwazzjoni tal-lum ma kenux jeżistu anzi t-triq kienet tkun ħafna iktar għall-wita milli hi llum.", "Iżda aħna stennejna u wara li bil-għaqal għarafna u solvejna s- sitwazzjonijiet interni tagħna, stajna naslu għall-elezzjoni ta' l-1987.", "Dak inhar il-Partit Nazzjonalista reġa' qiegħed quddiem l- elettorat l- għażla li Malta tidħol fil-Komunita' Ewropea, u l-poplu Malti reġa' ta l- maġġoranza assoluta lil dan il- Gvern biex iwettaq il-programm tiegħu.", "Effettivament fis-16 ta' Lulju, 1990, għan-nom tal- Gvern u l-poplu Malti, kelli l- unur nippreżenta lill-Ministru De Michelis, li kien President tal- Kunsill tal-Ministri, l- applikazzjoni ta' Malta biex tidħol fil-Komunita' Ewropea.", "Dak inhar aħna konna ċari meta wrejna li għax hu pajjiż ta' fruntiera iħoss rabtiet ikbar u l-għeruq tiegħu ma' dak li lilu jappartjeni, jiġifieri l-Ewropa li minnha aħna nagħmlu parti storika, kulturali, socjali u ekonomika.", "Nenfasizza l-kelma ekonomika, Sur President, għax huwa tajjeb li nirrealiżżaw li l- importazzjoni u l-esportazzjoni ta' Malta ma' l-Ewropa titla' sa' 80%, iktar minn 90% tat- turżmu Malti ġej mill-Komunita' Ewropea u kwalunkwe aspett ta' l-iżvilupp, anke tas-saħħa finanzjarja tal-Lira Maltija hija ħafna marbuta mal-basket finanzjarju li jagħmel il- Komunita' Ewropea.", "Mela allura hawnhekk għandna mhux biss il- poeżija, u l-ġibda ta' l-għeruq ta' dan il-poplu fl-Ewropa imma anke li l-ġibdiet ekonomici ta' dan il-poplu jinsabu fil- Komunita' Ewropea.", "Issa meta għandna dawn l- affarijiet aħna sostnejna din l-applikazzjoni u li Malta għandha tħares lejn l- Ewropa bħala dik il-għaqda ta' pajjiżi li fl-iżvilupp tagħhom aħna rridu nkomplu niġu assocjati magħhom.", "Niftakar tajjeb ħafna d-diskors li kien għamel Gianni De Michelis meta qal li hu bħala Taljan kien jilqa' din l-applikazzjoni bi pjacir għaliex kellha potenzjal li ssaħħaħ is-sigurta' fir- reġjun tal-Mediterran li għalihom iż-żewġ pajjiżi jappartjenu.", "Hu kien qal li wkoll t-talba ta' Malta se tkun mistħarġa b'simpatija u dispożizzjoni favorevoli li tieħu in konsiderazzjoni r- realta' kulturali, socjali, storika u ekonomika ta' Malta.", "Il-Kap ta' l-Opppożizzjoni għadu kemm irrefera li aħna ingannajna lil xi ħadd.", "Fejn aħna ingannajna lil xi ħadd?", "Jiena qed niccita direttament id- diskors li kien għamel Gianni De Michelis kemm fil- kwalita' tiegħu ta' Ministru ta' l-Esteri ta' l-Italja u kemm fil-kwalita' tiegħu ta' President tal-Kunsill tal- Ministri li hemm din d- dispożizzjoni favorevoli tal- Kunsill tal-Ministri għall- applikazzjoni ta' Malta u effetivament fi spazju qasir ta' żmien, il-Kunsill tal- Ministri għadda l-applikazzjoni ta' Malta lill-Kummissjoni biex tiġi eżaminata fi Brussels.", "Aħna dorna diversi ministeri ta' l-affarijiet barranin u fost l-oħrajn morna l- Ingilterra, l- Irlanda, Spanja, Franza, il-Lussemburgu, Danimarka u postijiet oħra fejn għidna għaliex il-poplu Malti għażel li jingħaqad mal- Komunita' Ewropea.", "Aħna għidna li dan il-pajjiż għax għandu żewġ fatturi li fil-fatt fasslu l- istorja tiegħu iżjed, iħoss li l-bżonn li jankra ruħu ma' l-Ewropa.", "X'inhuma dawn iż- żewġ fatturi?", "Malta hija pajjiż żgħir li għandu valur strateġiku.", "Jekk hemm pajjiż li necessarjament għandu jħares lejn metodu li bih iħares il- futur tiegħu u tal- ġenerazzjonijiet li ġejjin, huwa preċiżament pajjiż li għandu dawn iż-żewġ fatturi, li fil-każ tagħna fasslu l-istorja ta' Malta tul is-sekli: dimensjoni limitata u pożizzjoni strateġika.", "Dawn neċessarjament jagħmlu lill-ġżira tagħna post li jeħtieġ li min ikollu r-responsabbilita' tat-tmexxija tiegħu, jagħraf jivvalorizzah b'mod li ma jesponiehx għall-periklu, b'mod li ma jħalli lil ħadd jisserva bih, b'mod li jħares dik is- sovranita', li Alla biss jaf b'kemm taħbit inkisbet u b'mod li jsaħħu fil-preżenza ta u flimkien ma' pajjiżi oħra li magħhom jaqsam l-istess ideali u futur.", "Dan hu li għidna aħna u m'għidnihx fil-vojt, imma fil-kontest tar-raġuni tagħna.", "Pajjiżi Skandinavi naturalment isaħħu lill-Ewreopa Komunitarja f'dak ir-reġjun.", "Jekk l- Awstrija tidħol fil-Komunita' Ewropea, issaħħaħ fil-Komunita' Ewropa l-orizzonti ta' l-Ewropa Centrali.", "U jekk Malta ssir membru, issaħħaħ fil-Komunita' Ewropea d-dimensjoni addizz- jonali Mediterranja tagħha.", "Aħna b'dan il-mod tkellimna u sostnejna l-kawża tagħna.", "Il- kliem li qal De Michelis dak inhar li ppreżentajna l- applikazzjoni tagħna u l- kliem li aħna smajna mingħand diversi personalitajiet li aħna tkellima magħhom, juri li huma jħarsu lejn dan il-valur strateġiku ta' Malta.", "Pero' aħna ma smajniex dan il-kliem biss, iżda smajna nies bħall-Onor.", "Sant li jgħidulek: Malta fil-Komunita' Ewropea!", "Dan ifisser li Malta jkollha dik is-saħħa politika li toħroġ mill-fatt li hija tkun flimkien mat- 12-il pajjiż l-ieħor, fejn fost pajjiżi oħra, l-Ġermanja għandha 85 miljun ruħ, l-Italja għandha 57 miljun ruħ, Franza għandha 56 miljun ruħ u l- Ingilterra għandha 56 miljun ruħ meta pajjiżna għandu inqas popolazzjoni mill-belt viċina tagħna ġo Sqallija, jiġifieri Catania?", "Dan il-pajjiż se jkollu din is-saħħa politika b'tali mod li fil-Kunsill tal- Ministri, fis- summits Ewropew se jkollu vuċi, post u preżenza ta' kif jista' jwassal il- fehmiet ta' dan il-poplu u l- fehmiet taċ-ċirkostanzi li fih jinsab?", "Żgur li hemm ħafna li jaħsbu bħall-Onor.", "Sant u jgħidulna: Dan il-pajjiż żgħir se ndaħħluh fil-Komunita' Ewropea biex ikollu din is- saħħa politika li minnha neċessarjament toħroġ is-saħħa ekonomika?", "Hemm diversi li jirraġunaw bħall-Onor.", "Sant.", "Jien nifhimhom għalfejn jirraġunaw hekk u għalfejn igħidu li s-saħħa politika li se tieħu artna fil-Komunita' Ewropea hija saħħa relevanti.", "Dawn jgħidu: Pajjiżi kbar se jkollhom dan il-pajjiż żgħir magħhom u se jkollu r-relevanza tiegħu fosthom?", "Nerġa' ngħid li lil dawn in- nies nifhimhom pero' ma nifhimx kif l-Onor.", "Sant jgħid hekk għax għandi nifhem li f'ċirkostanzi bħal dawn - fejn aħna qed nipprovaw inġibu għal Malta, din is-saħħa politika u ekonomika li joħorġu mill- preżenza tagħna fil-Komunita' Ewropea - anke huma jaraw li dan hu verament fl-interess ta' artna.", "Hemm min jaħseb li lil Malta aħjar inħalluha daqqa tħares lejn naħa u daqqa tħares lejn naħa oħra waħedha, qisna nikkundannawha biex tkun irrelevanti fl-istorja.", "Hemm min jaħseb li dan hu l-aħjar mod kif dan il-pajjiż jiġi newtraliżżat.", "Dan hu l-aħjar mod kif dan il-pajjiż jiġi ma jiswa xejn.", "Dażgur li nagħtuha xi għajnuna ekonomika jew xi forma ta' xi appoġġi, pero' ma nagħtuhiex id-dritt li Malta tieħu postha bħala pajjiż sovran u ndipendenti mal- Komunita' Ewropea li tħares 'il quddiem f'unjoni Ewropea, unjoni li hija destinata li tieħu rwol importanti fil-ħajja internazzjonali u li dan ikun fattur deċiżiv biex il-pajjiż tagħna wkoll, f'unjoni Ewropea jkun jista' jaqdi l-funzjoni tiegħu u l-futur tiegħu.", "Fil-mozzjoni qalulna li bl- aġir tagħna, aħna konna rresponsabbli u neqsin mill- prudenza.", "Liema att imprudenti għamilna aħna?", "Qgħadna attenti li ma nitkellmux iż-żejjed u qgħadna attenti kif nitkellmu u x'ngħidu.", "Naturalment aħna ridna nżommu lill-poplu nformat u mhux bħalhom.", "Dażgur li għandna nżommu lill-poplu nformat!", "Dażgur li meta konna mmorru f'postijiet konna nitkellmu magħhom u ngħidulhom x'inhi s-sitwazzjoni f'Malta!", "Konna ngħidulhom, per eżempju, li l-Onor.", "Sant qal li l-Gvern għandu, bis-saħħa tal-mandat tal-poplu, id-dritt li jinnegozja dwar id-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea.", "Dażgur li għidnielhom u imma għidnielhom ukoll li kif qal l- Onor. Sant stess hemm differenza teknika fil-mod kif aħna nħarsu lejn l-Ewropa u l- mod kif huma jħarsu lejn l- appartenenza f'xi forma fil- Komunita' Ewropea.", "Dażgur illi għidnielhom!", "Għidnielhom ukoll, bħalma għidna fil-bidu nett illi l-Oppożizzjoni hija oppożizzjoni li qed tħares lejn il-Komunita' Ewropea b'mod ħafna iktar assennat milli kienu jħarsu lejha qabel.", "Anke jien ħadt pjaċir naqra l-intervista li ta l-bieraħ il- kollega tagħna l-Onor.", "George Vella fejn qal li huma m'għadhomx biħsiebhom jgħalqu l-bibien tad-dħul fl-Ewropa.", "Dażgur li aħna nammiraw li saru dawn il-passi 'l quddiem, anzi aħna rriduhom jimxu iżjed 'il quddiem.", "Aħna rriduhom jiżganċaw mill-mod kif imposta l-argument tiegħu l-Onor.", "Sant illejla meta avvanza l-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern u rriduhom jaraw bħalna li aħna għandna mmexxu 'l quddiem id- domanda ta' Malta għad-dħul fil-Komunita' Ewropea biex flimkien nottjenu għal Malta l- massimu li huwa possibbli nottjenu.", "L-Onor.", "Sant għamel referenza għal Lisbona u qal li Lisbona kienet skonfitta, li Lisbona hija daqqa ta' ħarta, li Lisbona umiljat lil Malta u affarijiet oħrajn bħal dawn.", "U mill-mod kif beda jitkellem, kważi kważi deher li qisu ħa pjaċir b'dan l-aspett.", "Jien ma nafx jekk verament ħax pajċir, pero' jekk ħa pjaċir, dan mhux l-aħjar mod kif għandek tħares lejn in-nazzjon tiegħek, kieku huwa veru li Malta ġiet umiljata b'xi mod.", "Pero' issa ejja naraw x'joħroġ verament mis-summit ta' Lisbona.", "Mis- summit ta' Lisbona, Sur President, ħareġ ċar li jenħtieġ li l-unjoni Ewropea tkun fondata fuq prinċipji ta' demokrazija, kif qed jingħad fit- test li għandi quddiemi.", "\"The principle of a union open to European States that aspire to full participation and who fulfil the condition of membership is a fundamental element of the European construction.\".", "Mela f'din l-arkitettura Ewropea ġdida li aħna rridu nkunu parteċipi fiha, bħala l- ewwel element fundamentali hemm li din l-unjoni Ewropea hi miftuħa għall-Istati Ewropej u li dawn iridu jaspiraw biex jipparteċipaw fiha.", "Dan it- test ikompli jgħid:", "\"The European Council in Maastricht agreed that negotiations on accession to the Union on the basis of the Treaty agreed in Maastricht can start as soon as the Community has terminated its negotiations on known resources and related issues in 1992.\".", "Allura ma ngħalaq l-ebda bieb għall-ebda pajjiż Ewropew.", "Is-summit ta' Lisbona mbagħad għadda biex jeżamina d-diversi applikanti.", "Fost il-pajjiżi li applikaw hemm dawk li jappartjenu lill-EFTA - European Free Trade Association - li ftit taż-żmien ilu għamlu dak li jissejjaħ European Economic Area b'mod li daħlu fl-arja ekonomika tal-Komunita' Ewropea nnifisha.", "Allura l- pajjiżi tal-Komunita' qed igħidu li f'ċertu kontest, dan l-aspett diġa' huwa kważi fulfilled u ottenut.", "Komplew igħidu, Sur President, li f'dan il-kontest qegħdin jaraw li s- sitwazzjoni tagħhom hija waħda vantaġġjuża għaliex diġa' jipparteċipaw mill-istess European Economic Area.", "Pero' mbagħad dan id-dokument kompla jgħid hekk.", "\"Negotiations with the candidate countries...\"", "- u issa qed titkellem għall- pajjiżi kollha kemm huma u aħna inklużi -", "\"... will to the extent possible, be conducted in parallel, while dealing with each candidature on its own merits.", "The European Council agrees that this enlargement is possible on the basis of the institutional provi- sions contained in the Treaty on the union and attached declarations.\".", "Imbagħad imur jeżamina it-tliet pajjiżi l-oħra li m'humiex fl- EFTA u fuq it-Turkija igħid li kwalunkwe żvilupp jista' jsir biss abbażi ta' l- Association Agreement.", "Mela, l-applikazzjoni għall-membru fil-każ tat- Turkija ma tteħditx in konsiderazzjoni mis-Summit Ewropew ta' Lisbona.", "Meta jeżamina l-każ ta' Ċipru, dan id-dokument qed igħid li Ċipru għandu problemi li ġejjin mill-okkupazzjoni ta' parti mit-teritorju tiegħu għax mhux biss m'hemmx il- possibilta' li tgħaddi n- negozju minn żona għal oħra ta' Ċipru, imma lanqas in-nies ma jistgħu jiċċaqalqu minn post għal ieħor ta' Ċipru.", "Hawnhekk ir-rapport ikompli jgħid li meta l-freedom of movement tal- popli huwa punt rikonoxxut kif tista' Cipru tidħol fil- Komunita' Ewropea meta f'Ċipru stess dan ma jistax jintlaħaq?!", "Mela dan għal dak li jirrigwarda Ċipru taħt l-aspett ta' l-okkupazzjoni minn forzi barranin.", "Għal dak li jirrigwarda mbagħad l-aspetti l-oħra kemm Malta u kemm Ċipru - li kieku Ċipru ma kellhiex dik il- problema - għandhom l-aspetti tagħhom.", "M'hemm l-ebda diffikulta' li ma tistax tiġi superata u għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni l- kambjamenti istituzzjonali minħabba l-fatt tad-daqs li kemm Malta u kemm Ċipru huma gżejjer żgħar.", "Imkien m'hemm li minħabba dan id-daqs, il- futur ta' Malta li tidħol fil- Komunita' Ewropea huwa ostakolat.", "Kif kelli okkażjoni ngħid lil xi ġurnalist li ntervistani, il-mixja ta' Malta fl-Ewropa tkompli u f'Lisbona - filwaqt li ħarġu forsi fid- deher iktar dawn id- diffikultajiet u l-mod kif għandhom jiġu ttrattati - ġie kkonsolidat għal darb'oħra d- dritt li Malta tkun parti mill- Komunita' Ewropea.", "Mela waqt li hawn Malta għandna Oppożizzjoni li qed tgħidilna biex ma nħarsux lejha din is-sħubija fil-Komunita' Ewropea, Lisbona stess, anke bid- diffikultajiet kollha li jista' jkun hemm - għalkemm aħna kieku xtaqna li l- pożizzjoni tkun aħjar milli effettivament hi - mhux talli dan li qalet l-Oppożizzjoni m'għamlitux, imma talli qalet: Ejja nsibu t-triqat u ejja nsibu l-iżvilupp istituzzjonali li hemm bżonn.", "Allura aħna ġejna umiljati, jew hija umiljanti l-pożizzjoni ta' l- Oppożizzjoni li avolja Lisbona tkompli ssostni t-triq ta' Malta fil-Komunita' Ewropea, tiġi l- Oppożizzjoni hawn Malta u tgħid lill-poplu Malti biex jinsewha s-sħubija għax sofrejna umiljazzjoni f'Lisbona?", "L-umiljazzjoni qed insofruha aħna issa f'dan il- ħin meta għandek Oppożizzjoni kif espressa mill-Kap tagħha, tgħidlek diskors bħal dan, minflok ma tgħid: Ejja naħdmu flimkien u ejja naraw x'nistgħu nagħmlu biex inkunu fil-Komunita' Ewropea.", "Ejja nissaħħu ħalli s-saħħa politika tagħna fil-Komunita' Ewropea ma tonqosx.", "Insew il- ħmerijiet ta' l-AIDS li kienu jgħidu dari, insew il-ħmerijiet tal- Mafia li kien igħid dari l-Kap ta' qabel l-Onor.", "Sant u ejja naraw issa x'inhi verament it- triq ta' pajjiżna.", "B'dan il- mod għandna nimxu aħna.", "(Interruzzjonijiet) Ma ninsewhiex għax dawn kienu il- famous last words ta' l-ex Kap tal-Partit Laburista, l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, li ġew rinnegati wara li spiċċa.", "Sur President, aħna għandna bżonn inħarsu 'l quddiem b'fiduċja fil-poplu tagħna, b'fiduċja li dan il-poplu jemmen fih innifsu u b'fiduċja li dan il- poplu jixtieq illi jankra ruħu fi żvilupp ta' Unjoni Ewropea li magħha jista' jħares il-futur mingħajr ma jkollu l-preokkupazzjonijiet kbar li s'issa kellu tul il- medda ta' l-istorja tiegħu.", "Huwa veru li kieku aħna xi gżira żgħira mitlufa fl- Atlantiku bħalma hi l-gżira ta' Sant Elena, ħadd m'hu se jagħti kasek!", "Imma meta aħna gżira li qegħda fil-qalba tal- Mediterran u li għandha valur strateġiku, trid tuża' l-għaqal għaliex aħna rridu li din il-gżira tagħna tkun salvagwardata u tkun ankrata ma' futur sħiħ bħala artna.", "Aħna nixtiequ naraw illi din il-gżira tagħna ma tgħaddix mill-inkwiet kollu li għaddiet fis-sekli ta' l- istorja tagħha.", "Dan hu l- mod kif aħna nħarsu lejn il-futur.", "Jien għadni kemm ġej mis- Slovenja u mill-Kroazja u ltqajt mal-kapijiet taż-żewġ pajjiżi konċernati, pajjiżi ġodda, pajjiżi Meditteranji bħalna, pajjiżi li jemmnu ħafna fin- nazzjonaliżmu ta' arthom u fl-identita' nazzjonali li huma kisbu, imma t- tnejn kemm huma qaluli li l-mira tagħhom hija li jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "U dak li qaluli fis-Slovenja u fil-Kroazja, qalhieli Lech Walesa fil- Polonja u qalhieli Havel fiċ-Cekoslovakkja.", "Dawn qed jistaqsu kif jistgħu jiggarantixxu futur aħjar lil uliedhom u kif jistgħu jagħtuhom triq sħiħa li jinsew dak li qasam din l-Ewropa tagħna u l-Ewropa tkun arma effikaċi ta' paċi u mhux forza negattiva ta' gvern.", "Din hi l-isfida vera li għandhom l- Ewropej quddiemhom u hawn proprju jidħol l-post ta' Malta fl- Ewropa, Sur President.", "Li qegħdin ngħidu aħna huwa li pajjiżna għandu sfida quddiemu mentri aħna qed nagħmlu minn kollox biex pajjiżna jkun fl-ewwel enlargement.", "Dan li qed ngħid mhux aħna biss għidnih għax il- Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li aħna ngannajna lil xi ħadd.", "Andriessen innifsu li huwa l- Kummissarju inkarigat kemm mill-enlargement u kemm mill- affarijiet esteri, meta huwa kien qed jitkellem qal li:", "\"It is not beyond the bounds of possibility that six countries will be acceeding to the community and in the not too distant future, three of which Austria, Sweden and Finland have large similar and political and economic profiles.", "I believe that Norway and Switzerland will shortly join this group with Malta also as a possibility.\".", "Allura fejn qegħda dik li tgħidu li l-Onor.", "Fenech Adami daħaq bin-nies?", "Fejn qegħda li l-Gvern qed jidħaq b'xi ħadd?", "Fejn qegħda li aħna għidna xi ħaġa li turina li aħna ma konniex qegħdin insegwuha bl- aktar mod u bl- iktar interess kif għandna nsegwuha, meta għandek il-Commissioner li preċiżament huwa inkarigat mill-enlargement u mill- affarijiet esteri tal- Komunita' jgħidlek li għall Malta għandha tkun possibbli li hija tkun waħda li tidħol fil-Komunita' Ewropea mal-first enlargement.", "Aħna għandna nkomplu naħdmu biex nifformaw parti mill-first enlargement.", "Aħna għandna nemmnu li jekk inkomplu nkunu iktar attivi u nkomplu naħdmu flimkien, din il-possibilita' tista' ssir realta'.", "Pero' anke jekk xejn - indipendentement minn dan, il-mottiv politiku ta' dan il-Gvern u tal-poplu Malti - tibda tinduna bl-interess kbir li qanqlet il- kwestjoni Ewropea, huwa fatt li aħna xorta għandna nidħlu fil-Komunita' Ewropea.", "Anke jekk is-sena dieħla, sentejn oħra, jew tliet snin oħra ma jirnexxilniex aħna xorta se nkomplu ninsistu li nidħlu fil-Komunita' Ewropea li żgur hija l- aħjar triq għal Malta.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu aktar minn hekk u ngħidlu li l-pajjiżi l-oħrajn tal-Mediterran hekk jaqblu, hekk jemmnu u hekk jidhrilhom li hu fl-interess ta' Malta u tar-reġjun tal-Mediterran stess.", "Aħna tkellimna ma kulħadd, man-naħa ta' fuq u man-naħa ta' isfel u fil- verita' kollha qalulna li din hija l-aħjar triq għal Malta, l-aħjar triq għall-Mediterran u anke l-aħjar triq għall-Ewropa.", "Aħna qatt ma mpostajna l- applikazzjoni ta' Malta biex tidħol fil-Komunita' Ewropea bħallikieku dan huwa xi favur kbir li se jsir lilna l-Maltin, qisna m'aħna se nagħtu xejn lura.", "Qatt ma mpostajna d- domanda tagħna qisu li din hija xi one-way traffic li l- Komunita' Ewropea se tagħmel xi pjaċir enormi li se tiġborna.", "Kif nistgħu aħna n-Nazzjonalisti, qatt nimpostaw id- domanda ta' Malta biex tidħol fil-Komunita' Ewropea f'termini li jqiegħdu l- applikazzjoni tagħna qisna se niġu favoriti as a one-way traffic?", "Aħna ma nemmnux li din hija l- pożizzjoni.", "Aħna nemmnu li huwa ta' ġid għall-Malta li tkun ankrata mal-Komunita' Ewropea, pero' naħseb li huwa ta' ġid ukoll għall-Komunita' Ewropea li Malta tkun ankrata magħha.", "Voldieri neħħuha din l-idea ta' one-way traffic.", "Neħħu l-idea li qisu se jiġi xi ħadd jagħtina xi favuri.", "Aħna ma nemmnux fil-favuri.", "L-Onor.", "Sant, qal tajjeb li l- politika mhix il-mixja tal- favuri, imma hija l-mixja tal- valuri u kemm int għandek valur u kemm għandhom valur huma u kemm jaqbel għall-artna li aħna nidħlu.", "Dan huwa l-commitment tagħna, u rridu nemmnu f'dan il-commitment għax issa għandna r-responsabbilta'.", "Din mhux se tivvota favur partit u jitla' fil- gvern u wara ħames snin, tivvota favur partit ieħor u jitla' Gvern ieħor.", "Dan għandna f'idejna l- ġenerazzjoniijet futuri ta' Malta.", "Din hija l- isfida li hemm.", "Jekk in-naħa l-oħra m'għandhiex fiduċja fil-poplu u allura l-poplu m'għandux fiduċja fihom - kif urihom għal tliet elezzjonijiet wara xulxin - u jekk in-naħa l-oħra m'għandhiex fiduċja fiż- żgħażagħ ta' Malta, li jafu jieħdu posthom fl-Ewropa u jasserixxu kemm l-identita' nazzjonali tagħhom u kemm ir- relevanza Mediterranja tagħhom f'Ewropa li tagħha huma jappartjenu, aħna għandna din il-fiduċja.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sakemm Alla jagħtina s-saħħa kwalunkwe mezz ta' kif aħna nistgħu nwettqu l-ġid għal pajjiżna, kif aħna qegħdin narawh, u kif il-poplu tagħna jaqsam magħna dan il-ħsieb, aħna dan id-dover inkomplu nagħmluh lejn Malta tagħna li rridulha futur ankrat f'Ewropa libera, demokratika, soċjali u li ma tkunx fortizza li tħares 'il ġewwa imma Ewropa li tkun Ewropa li taf tħares 'il barra u torbot il-pontijiet man-naħat tar-reġjunijiet l-oħra.", "Jekk aħna nemmnu fis-sigurta' u fil- paċi dejjiema għal artna u għar-reġjunijiet illi lilhom aħna nappartjenu, nsibu li dan hu essenzjali ħafna.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien qed nieħu gost illi fl-aħħar wasalna biex f'dan il-Parlament ingħatajna l-okkażjoni biex nagħmlu niddibattu fuq is-Suq Komuni, l-Komunita' Ewropea jew kif inhi magħrufa llum, l-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid hekk għax meta f'Lulju 1990 l-Prim Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra t-talba tas-sħubija ta' Malta fis-Suq Komuni, dak inhar l-Onor.", "Mifsud Bonnici talab debate u l-Prim Ministru kien qal illi hija ħaġa stramba li jintalab debate għax kulħadd jaf x'inhu l-istand illi ż-żewġ naħat ħadu politikament.", "Wara l-kwestjoni ta' Lisbona smajna ħafna li qalu li l- Partit Laburista għandu ideat imħawdin u ma jafx fuqhiex qed jitkellem.", "Wara li segwejt b'attenzjoni dak illi qal l- Onor. DeMarco nista' ngħid illi jekk wieħed jagħsar id- diskors tiegħu jsib li terz minnu huwa retorika, terz minnu huwa insolenza lejn min għandu moħħu f'loku u terz minnu huwa ipokresija.", "Mr Speaker, fuq ir-radio dan tkellem b'ton ħafna iżjed differenti u biex forsi jiġbor l-appoġġ ta' xi ħadd qal illi qed jara li qed jinbet consensus bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "Wara l- Leader tiegħi, jien nixtieq nerġa' nagħmel dikjarazzjoni li l-consensus ta' bejnietna jeżisti biss fuq il-fatt illi aħna m'għandna xejn kontra l- Ewropa pero' s'hemmhekk jasal il- consensus tagħna.", "Minn hemmhekk it-toroq tagħna jinqasmu għax huma għandhom pjan u aħna għandna pjan ieħor.", "Qed isiru xi akkużi li aħna qed nieħdu gost li Malta saritilha xi ħsara.", "Jien mhux se noqgħod fuq il-livell tar- retorika ta' l-Onor.", "De Marco u se ninżel għal kliem Malti ċar ħalli jifhimni kulħadd.", "Aħna m'għandniex niġu strumentalizzati billi l-istand politiku u l-assessment serju li għamilna, jiġi nterpretat li aħna qed inċapċpu jew nieħdu gost illi saret xi ħsara lil Malta.", "L- argument qed jiġi spustat għal tapposta ħalli ma jidhrux il- falliment u d-disfatta li kellu l-Partit Nazzjonalista għax wara li wiegħed xi ħaġa lill- poplu, ċ-ċirkostanzi tal- ġurnata rriżultaw li kienu differenti.", "Aħna ma jimpurtaniex jekk is-sħubija kenitx ma' l-Ewropa, ma' l- Amerika jew mal-Libja.", "Dan il- Gvern bena l-foreign policy kollha tiegħu fuq wegħda - u lill-Onor.", "De Marco issa ngħidlu fuq liema konċett rebħu tliet elezzjonijiet - imminenti, wegħda li permezz tagħha donnu kien jidher li aħna konna se nkunu membri fil- Komunita' Ewropea għax il-prim ministri kollha qalulna li se jappoġġjawna.", "Pero' llum donnha nfaqgħet bużżieqa għax l-Ewropej qalulna biex nistennew daqsxejn fuq il- waiting list.", "Aħna mhux qegħdin nieħdu gost b'dan imma qegħdin nieħdu gost illi temporanjament l-Ewropa refgħet lil Malta minn xagħrha, għaliex ma ħallietx isir dak li ried il-Gvern tal-lum, jiġifieri li nidħlu fil-Komunita' Ewropea għalissa bid-diżgwid, bl- inċertezzi u bit- taħwid li hemm sakemm jiġu ffinalizzati l- istrutturi u l-mod kif se taħdem din il-Komunita'.", "Dan li rridu ngħidulu lill-poplu aħna.", "Aħna ma ġejniex hawnhekk biex nagħmlu dibattitu fuq il- kwantifikazzjoni tal-benefiċċji u tal-iżvantaġġi li jġib miegħu dħul fil-Komunita'.", "Aħna qegħdin ngħidu li f'dan il-każ - bħalma kien hemm f'artiklu ta' \"The Times\" tal-lum - għandna nieqfu, noqogħdu erba' passi lura u naraw daqsxejn eżatt din id-daħqa, din l- għajta u dan l-islogon politiku ta' l-Ewropa fil-fatt x'kien ifisser.", "Qed ngħid hekk għax l-Onor.", "De Marco ftaħar li rebħu tliet elezzjonijiet u semma ż- żgħażagħ ukoll.", "Hawnhekk għandna ngħidu li liż-żgħażagħ u lill- elettorat ma bigħulhomx il-fatti u l-verita' ta' l- Ewropa imma bigħulhom l- idea ta' l-Ewropa - il-konċett, bis- sabiħ u bit-tlellix tagħha jiġifieri bigħulhom it-tajjeb ta' l-Ewropa biss.", "Pero' llum qegħdin naraw li jekk ma neħdux ħsieb l-pajjiż tagħna aħna, ħadd mhu se jieħu ħsiebu għaliex ħaddieħor jara l- interessi tal-Komunita', u l- interessi tal-pajjiżi li jifformaw il-Komunita', u l- interess ta' pajjiżna jiġi t- tieni wara l- interessi tal- Komunita'.", "Jiena nieħu gost nisma lill- Onor. De Marco jagħmel eloġju għall-valur strateġiku ta' pajjiżna.", "Hawnhekk jibdew il- kontradizzjonijiet u aħna bbażajna d-deċiżjoni tagħna li nagħtu vot ta' sfiduċja lil dan il-Gvern, għax qed naraw opinjonijiet differenti.", "Il- Prim Ministru, fid-9 ta' Ġunju, 1987, ferħan ferħan għajjat lill-ambaxxaturi kollha u bla mistħija ta' xejn qalilhom li jħobb lil pajjiżu u li:", "\" ...", "Malta's strategic position as an unsinkable aircraft carrier is far less important than in the past.\".", "Mela hawnhekk il-Prim Ministru rema l-valur strateġiku tagħna u issa l- Onor. De Marco mhux talli għamel eloġju fuq il- valur strateġiku ta' Malta, imma talli qed igħid li l- Kommunita' Ewropea mhux se tagħmlilna xi pjaċir jekk idaħħalna fiha għax aħna se nikkontribwixxu bil-valur strateġiku tagħna!", "Dawn huma ftit mill-punti, Mr Speaker, li joħorġu mill- ewwel minn dak li qal l-Onor.", "De Marco.", "Jien mhux se noqgħod ngħid x'qal fuq il-Mafia, għax m'hemmx bżonn nidħlu fil-Kumunita' biex il- Mafia tkun hawn, għax il-Mafia qegħda hawn u qegħdin narawha fit-terroriżmu, fit- tmexxija tad-drogi bil-mod organizzat u fis-serq organizzat.", "Mela jekk hemm xi benefiċċju li se nieħdu għax nidħlu fil-Komunita', dan żgur li mhux se jkun il-Mafia, għax dan ħadnieh qabel dħalna fil-Komunita' u l-Gvern m'hu qed jagħmel xejn biex jikkontrollah.", "Pero' jien ngħid li jekk kemm-il darba verament nemmnu li pajjiżna għandna nibżgħu għalieh bħala sovran u indipendenti, rridu noqogħdu attenti u nkunu kawti fuq id- deċiżjonijiet li nieħdu.", "Għaliex ir-rapporti u l- istudji li qegħdin isiru, kollha jindikaw li iktar ma din l- istruttura supranazzjonali tikber u iktar ma jkun hemm ċentralizazzjoni tal-poter, iktar se jintilef l-iskop ta' l-indipendenza u s-sovranita'.", "U dan id- diskors qiegħed jiġi vvendikat mid-diskors li għaddej illum fuq is- sussidjarjeta', xi ħaġa li qabel il-vot tad-Danimarka ma ssemmietx, imma ssemmiet għaliex il-poplu Daniż wera li għandu sinsla u wera li se jżomm daqsxejn kawt ħalli jara l-affarijiet kif inhuma mill- bogħod, qabel jikkommetti ruħu mija fil-mija fil-Komunita'.", "U llum il-ġurnata, il- federalisti li huma favur li tissaħħaħ il- Komunita', qegħdin jipprovaw jiżviluppaw il-konċett tas- sussidjarjeta' biex forsi jerġgħu jakkwistaw il- fiduċja tal-poplu Daniż.", "Jiġifieri altru, Mr Speaker, li jiġu jgħajruna li aħna tkellimna fuq is-summit ta' Lisbona b'mod irresponsabbli u b'nuqqas ta' prudenza.", "Aħna tkellimna hekk għaliex bħalma qal tajjeb il- Leader tiegħi, il-Partit Nazzjonalista bena foreign policy ibbażata biss fuq linja waħda.", "Jien nixtieq naf kif jista' jkun li filwaqt li wieħed igħid - u hawn nikkwota dak li qal il-Prim Ministru fl- 1988 - li:", "\"it would be a mistake on the West's part, if Malta was taken for granted\",", "fl-istess ħin, bl-iktar mod propagandistiku, f'kull programm elettorali u kull fejn imur il-Prim Ministru jgħid li darna hija l-Ewropa u jagħti l- impressjoni li jekk nidħlu fl- Ewropa qisna se nakkiwistaw xi ħaġa li qatt ħadd m'akkwista qabel.", "Mr Speaker, il-Gvern tal-lum qed jaħsad dak li żera', qiegħed jaħsad il-ħsara li għamel.", "Mhux billi l-Onor.", "De Marco jiġi jagħmel appell b'mod isteriku biex naħdmu flimkien u niġbbu ħabel wieħed.", "Fejn qatt ħdimna flimkien, Mr Speaker?", "F'dan il-pajjiż kull meta kellna problemi ma' l- Ingilterra, mal-Libja, ma' l- Italja jew ma' xi ħaddieħor, dejjem sibna lin-naħa l-oħra kontra tagħna.", "Jien infakkar fil-laqgħat infami li kienu jinżammu, fil- famuża dikjarazzjoni ta' Malta, li għandha bħala firmatarji lil Henry Frendo, lil Evarist Saliba u lil Paul Mifsud, li llum huwa wieħed mill-owners tal- Melita Cable Television.", "Dawn kollha ħadu l-ħlas tagħhom talli kienu jmorru jiktbu dak il-ħmieġ fil-gazzetti barranin bħalma huma \"The Washington Times\" u \"The Times\" ta' Londra fejn iddikjaraw diversi affarijiet biex ikissru l-image ta' Malta!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien infakkar fil-ħsara li kienet issir bil- Malta File minn xi wieħed bħal Joe Licari, fil-mozzjonijiet maħmuġin u giddibin li kienu jagħmlu quddiem il-Parlament Ewropew fejn kienu jħeġġu lill- pajjiżi tal-Komunita' biex jieqfu milli jkomplu jitkellmu magħna fuq l-Association Agreement.", "Dan hu l-ħabel li konna niġbdu flimkien, Onor. De Marco!", "Allura llum se niġbdu l- ħbula magħkom?", "Aħna m'aħniex se niġbduhom għax konvinti li aħna qegħdin fid- direzzjoni t-tajba.", "Aħna għandna biżżejjed imħabba u responsabbilita' lejn il-pajjiż biex kieku ma konniex konvinti minn dan jew konna konvinti li intom qegħdin fid- direzzjoni t-tajba konna niġbdu ħabel wieħed magħkom.", "Pero' aħna għadna m'aħniex konvinti li intom qegħdin fit-triq it- tajba għaliex l-istudju li għamel il-Leader tagħna u l- membri l-oħra tal-Partit - u jien m'għandi l- ebda mertu għax ma kontx f'dak il-grupp - jindika b'mod car li l-linja li għandha tieħu Malta għalissa hija l-linja li qed nippriedkaw aħna.", "Jien nisfida lill-Partit Nazzjonalista biex igħidilna għamilx xi studji bħalma għamilna aħna.", "Dawn qatt ma kellhom id-diċenza jiġu jiddiskutu magħna l- istudji li għamlu biex waslu għall- konklużjoni li Malta jaqblilha li tkun membru sħiħ fil- Komunita' Ewropea minn issa.", "Dawn rebħu tliet elezzjonijiet għaliex lill-poplu ma fetħulux għajnejh u ma kienx jinteressahom li lill-poplu jgħidulu eżatt x'ifisser li tidħol fil- Komunita' Ewropea.", "Biex forsi l-Prim Ministru iktar tard ikollu ċans jirrispondini, nixtieq nistaqsi kif tidħol il- kwestjoni tan-newtralita' fil- kwestjoni kollha ta' l-Ewropa.", "Għandna dikjarazzjonijiet minn Douglas Hurd u mingħand l-ex- Prim Ministru tal-Belgium stess - u dan huwa ħabib tagħhom - Leo Tindemmans, illi fil- gazzetta tagħhom illum qegħdin jikkwotawh; li cemplulu biex jaraw il-kummenti tiegħu wara dak li ġara.", "Kif semma tajjeb il-Leader tiegħi, dan kien nvolut fil-Luxembourg Document li ġie diskuss qabel marru għal laqgħa ta' Lisbona u dak inhar kien diġa' jaf illi temporanjament se jirrakkomandaw lill- pajjiżi ta' l-EFTA biss.", "Għalhekk dan kollu huwa mogħdija ta' żmien u dan qed iqarraq bil-poplu.", "Allura mhux qed nieħdu gost li pajjiżna ma daħalx fl-ewwel grupp għal sħubija fil-Komunita' Ewropea?", "Aħna qed jiddispjaċina għaliex il-pajjiż qatt ma ġie fil-pożizzjoni li jitkarrab biex jidħol fl-Ewropa.", "U meta titkarrab, x'saħħa jkollok biex tinnegozja?", "In-newtralita' tkellimtu jew ma tkellimtux fuqha?", "X'mandat għandkom mill-poplu?", "X'se nagħmlu f'dak li hemm fil-Kostituzzjoni?", "Fil- kamp ekonomiku, xi studji għamiltu u kif se jintlaqqat il-ħaddiem iż-żgħir?", "Dak jinteressana l-iktar aħna.", "L- investitur jinteressana wkoll għaliex l- investitur huwa l- petrol li jħaddem il-makkinarju tal-pajjiż, pero' l- iktar li jolqotna huwa l-ħaddiem iż- żgħir.", "L-investitur li għandu l- venture capital u li għandu x'jinvesti, tajjeb jew ħażin iġaħġaħha imma l- ħaddiem tad- Dockyard x'se jiġri minnu jekk nidħlu fil-Komunita'?", "Xi studju għamiltu u x'garanzija għandkom illi d-Dockyard mhijiex se tagħlaq?", "Staqsu lill-Inter Services Group li hawn iduru hawn Malta bħalissa u taraw x'qegħdin jaħsbu fuq il-ħaddiema tad-Dockyard u x'ċans hemm li d-Dockyard tibqa' miftuħa!", "F'dan il-livell irridu ninżlu biex jifhimna l- poplu u mhux noqgħodu nitkellmu bir-retorika.", "Mhux kulħadd jaf x'ġara f'Lishona u x'qalu fuq Cipru?", "Dawn l-affarijiet xbajna naqrawhom issa u aħna li jimportana hu minn darna.", "Aħna qegħdin nagħtu sfiducja lill- Gvern għaliex il-Gvern qed jiġri wara għan politiku qisu qed jiġri wara r-riħ u dan hu l- ingann li għamiltu.", "Intom m'intomx boloh u mill-feedback li kien dieħel, intom kontu tafu li l-Ewropa kienet qed taħseb bil-mod li ħasbet u li qed titfa' kollox għal madwar sitta jew seba' snin oħra.", "Għalfejn din l-għaġla kollha?", "Jekk huma jirraġunaw b'dan il- mod, ikollok tiblagħha int l- ewwel wieħed, għax m'għandekx fuq xiex targumenta.", "Tan-naħa l-oħra għandhom igħidulna - u nistieden lill- Prim Ministru biex la jitkellem, jgħidilna wkoll - kif se jintlaqat is-settur tat- tarznari hawn Malta u kif se jintlaqtu dawk l-1,300 ħaddiem li jaħdmu ma' Air Malta jekk nidħlu fil-Komunita' Ewropea u jkollna d-deregulation ta' l- air fares.", "Kif se jintlaqtu l- agrikoltura u s-sajd?", "Nafu xi ħaġa jew spekulazzjonijiet biss għandna?", "Aħna qed inserrħu fuq il-fatt li jekk dawn jispiccaw mingħajr xogħol, ikun hemm il- Komunita' u mmorru niġbru xi ħaġa ta' l-unemployment fis- sasla.", "Dan li se nagħmlu?!", "Għandhom igħidulna fejn għamlu l-istudji u l-fatti kif inhuma.", "Jiena nemmen illi dawn it- tliet elezzjonijiet kienu mibnijin fuq il-qerq għaliex issa l-poplu Malti jidher li qiegħed jinduna b'dan kollu.", "Per eżempju, \"Il-Ġens\" ta' nhar il-ġimgħa li għaddiet l-ewwel qal li din hija daqqa ta' ħarta kbira mbagħad qal li huma ħasbu kbir u ttamawna wisq.", "Kien hemm li: \"Sħabna fl-Ewropa qalulna b'lingwaġġ fin ta' diplomazija biex nagħmlu l-homework tagħna.\".", "Din mhijiex il-gazzetta tagħna imma hija gazzetta illi tirrifletti certu settur ieħor tal-poplu - għandhom ħafna minnhom magħkom - illi qegħda tara wkoll li issa kulħadd qed jipprova jara l-pożizzjoni tiegħu kif se tkun.", "In-nies ta' l-insurances u l-ħaddiema mal-bank kif se jidħlu fil- kontest ta' dan kollu?", "Aħna ma nafu xejn kif se tkun l-Ewropa xahrejn oħra jew ħames snin oħra.", "L-istrutturi li qed jitbiddlu ma nafu xejn fuqhom għax m'għandniex say.", "U lanqas jiġi jgħidilna li jekk aħna nidħlu jkollna say, għaliex skond ir-rapport li taf bih inti, ta' De Guth, kulma se jagħtuk huma erba' siġġijiet fil-Komunita', minn xi 600 siġġu - inqas mill- Lussumburgu.", "Diġa' hemm id-differenza.", "Int lest li tkun ċittadin tat-tieni kategorija fl-Ewropa?", "Aħna m'aħniex lesti li nkunu ċittadini ta' din il- kategorija.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Aħna nemmnu li għandu jkollna dawk ir-rabtiet ma' l-Ewropa li bihom inkunu nistgħu ninnegozjaw, inkunu nistgħu nirrevedu l-pożizzjoni tagħna, u nkunu nistgħu nagħmlu t- talbiet tagħna, imma ma jiddettalna ħadd, u ma jagħtina ħadd dak li joħroġ mill- kunvent.", "Issa rrispondina, mhux għas- sodisfazzjon tiegħi imma għas-sodisfazzjon tal- poplu Malti.", "Il-poplu Malti suppost tellgħek hemm biex tidderieġi lill-pajjiż fl-aħjar direzzjoni u għall-aħjar avvanz ekonomiku tal-pajjiż u tal- poplu kollu.", "Dan jidher li mhux talli mhux qed iseħħ, talli deħlin head-on biex nitkissru ġo ħajt tal-konkos.", "Jien nixtieq li l-Prim jgħidilna x'se jiġri jekk kemm- il darba nkunu fil-Komunita', u l-investiment li xebgħu jitkellmu fuqu ma jiġix.", "X'garanzija għandek ta' l- investiment?", "Għaliex se jiġi l- investiment?", "Meta int tkun qiegħed f'Komunita' fejn jikkmanda s-suq ħieles, ħadd m'hu se jikkmanda lil ħadd biex jiġi jinvesti f'pajjiżek.", "Għaliex għandu jiġi jinvesti?", "X'se jiġri mill-poplu Malti f'daqqa waħda?", "Il-poplu Malti ntelliġenti, kapaċi jitgħallem, produttiv, responsabbli u jitkellem bl-Ingliż, allura għaliex ma ġiex l-investiment fis-sitt snin tagħkom mingħand sħabkom?", "Ilkom kważi sitt snin fil-gvern issa.", "Paċenzja ma ġiex fi żmienna, għax dak iż- żmien kellna lilkom idduru ma' l-Ewropa kollha, ixxewxu kontra tagħna, tgħidu kontra Malta u tagħmlu l-ħsara ħalli l- investiment hawn Malta ma jiġix.", "Din hija r-responsabbilta' tagħkom.", "Dan għamiltuh b'vendikazzjoni, mhux lejn il- pajjiż imma lejn il-poplu Malti kollu.", "Jekk tgħidilna li inti għandek xi garanziji li ġej l- investiment, jien ikolli ngħid li jekk dawn il-garanziji fihom is-saħħa u l-weight tal- garanziji li kellek mingħand il-prim ministri Demokristjani li qalulek li se jibbakkjawk, ngħidlek li se jkunu garanziji li mhux nitfugħhom fuq il- Mejda tal-Kamra, imma nitfugħhom fil- waste paper basket.", "Jien nixtieq li tpoġġi dawk id- dikjarazzjonijiet li għidt li għandek jew jekk għandek xi note verbal jew xi ittra fuq il-Mejda tal-Kamra, ħalli nkunu nafu min qed igħaddi ż-żmien b'min, jekk hux il-prim ministri, inkluż De Michelis, bik, jew int bil-poplu Malti.", "Xi ħadd x'imkien qed iħawwad.", "Din hija l-istampa li qegħdin nitkellmu fuqha.", "Dan huwa l- argument.", "Mela jiġi jgħidilna li aħna qed nieħdu gost li mhux se nidħlu fl-Ewropa!?", "Dan mhux kulħadd jieħu gost?!", "Kieku nafu li għandna xi ċavetta maġika jew xi formola li biha nistgħu naġevolaw u nirranġaw l- istandard of living ...", "(Interruzzjonijiet) Min għamel ħsara lil Malta?", "Min jiġi jgħidilna li aħna għamilna l- ħsara lill-poplu Malti?", "Il- Partit Laburista, li bena dan il-pajjiż, li sabu fqir fl-1971 u ħallieh sinjur fl-1987?", "L- istandard of living li intom kontu kapaċi tmorru tibnu fuqu biex tmorru b'wiċċkom minn quddiem fil-Komunita'?", "Illum intom għandkom parti mill- kredenzjali li bnejna aħna.", "U x'se tgħidilkom il-Komunita' llum wara kollox?", "Intom li għandkom hi suppervja.", "Din hija suppervja li tkunu mal- kbar, mal-Ġermanja u ma' Franza.", "Hekk tridu intom.", "Ara aħna, aħna npoġġu ruħna fid- dimensjoni ġeografika eżatta u fil-perspettiva li tagħmel sens.", "Aħna realistiċi u ma noqogħdux noħolmu bil-ftajjar biex imbgħad f'daqqa' waħda naqgħu għaċ-ċajt u għaż- żuffjett u niġu bħal tal- parabbola, li mmorru għat-tieġ minn ta' quddiem u jgħidulna: Morru fuq wara għax intom hemm postkom.", "L-umilta' hi li tmur fuq wara u mbagħad bil-mod itellgħuk fuq quddiem.", "Jien nixtieq li l-Prim Ministru jgħidilna wkoll xi studji għamlu u kif se jaslu biex jiddeċiedu fuq meta dan il-pajjiż, skond huma, se jkollu t- taħdidiet u n- negozjati mal-Komunita' Ewropea.", "Hawn nixtieq li jkun espliċitu u mhux joqgħod idur mal-lewża bħalma dar fil-press conference.", "Il-press confer- ence kienet ħasra li ma kenitx miftuħa għal iżjed nies, għax per eżempju meta xi ħadd staqsieh jekk jemminx jekk Malta tkunx ma' l- ewwel grupp, il-Prim Ministru, wara dawk il- garanziji kollha li kellu u l- kuntatti li għandu ma' Lisbona u l-oħrajn, qal li Malta mhijiex eskluża imma m'hijiex inkluża b'mod espliċitu.", "Issa jekk xi ħadd Malti jista' jifhimha din, nagħtih rigal.", "Qal li dan diffiċli.", "Ma rridtx nagħmilha ta' profeta!", "Issa ngidem il-Prim Ministru, għax wara li mar iddikjara ruħu fil-Kunsill lejliet id- deċiżjoni ta' Lisbona, u mar fil-Kunsill jassigurahom lil dawn in-nies u lill-poplu Malti kollu, ħalli tisma' d- dinja kollha li aħna għandna assigurazzjoni li se nkunu hemmhekk ...", "(Interruzzjonijiet) Dan mhux bil-maqlub xejn, inġiblek it-tape u isimgħu.", "Issa qed nistaqsih jekk kemm-il darba tistax tgħidilna - u hawnhekk staqsewk u xorta ma ħriġtx minnha u hawn niċċalinġjak tgħidilna - meta hu previst illi t-taħdidiet uffiċjali ta' Malta u l- Komunita' jibdew.", "Issa fit-13 tax-xahar immorru għand Douglas Hurd, imbagħad inġibu ftit kliem garbat b'mod diplomatiku u ninterpretawh bi kliem taljanizzat li ma jifhmu ħadd, u ngħidu li għamilna xi ħaġa.", "Għidilna x'inhu t-time-frame tagħkom?", "Meta taħsbu illi dan il-pajjiż se jibda diskussjonijiet bis-serjeta' biex jagħmel kuntatti veru mal- Komunita'?", "Qabel jitneħħew il-problemi ta' l-istituzzjonijiet li jridu jiġu rranġati fil-Komunita', u qabel ikunu lesti l-affarijiet ma' l-EFTA, jidher li Malta m'għandhiex ċans tibda titkellem.", "Nerġa' ngħid, jekk xi ħadd minnkom joqgħod jinterpretana li qed nieħdu gost, ngħid li intom ipokriti għax dan mhu veru xejn.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu illi aħna kontra l-Ewropa għaliex din hija l-opinjoni li żera' l- Gvern meta kien fl- Oppożizzjoni, illi aħna vixxeralment kontra tagħhom.", "Dan mhu veru xejn.", "Ħallik minn ta' Kajjin u ta' Abel.", "Il- Ministru għadu kemm semma li qabel il-Kroazja u s- Slovenja ma kenux parti mill-Ewropa, li aħna konna ngħidu li l-Ewropa mhix dik li tgħidu intom, mhix it-12-il pajjiż biss.", "L- istorja tatna raġun, l- Ewropa hija l-Ewropa li qed tinfetaħ, li tkellimna fuqha s-snin ilu u tkellimna fuq ħafna affarijiet oħra grazzi għall-Onor.", "Mintoff.", "Qed nieħu gost nisma' lill- Onor. De Marco jitkellem fuq il-Mediterran.", "Ftakru meta aħna konna qegħdin nipprovaw indaħħlu l-importanza ta' Malta fuq l- istampa strateġika tad- dinja u dħaktu bina għaliex domna ħames xhur inzommu l- konferenza ta' Helsinki wieqfa.", "Minagħlikom irredikulajtuna!", "Issa kulħadd jippoppa sidru u jiftaħar li issa dan il-konċett ġie mdaħħal kullimkien, li jekk ma jkunx hemm sigurta' fil- Mediterran m'hemmx sigurta' fl- Ewropa.", "Lanqas tistħu tgħiduhom dawn l-affarijiet!", "Kemm taħsbu li l- poplu huwa baħnan u jinsa!", "Taħsbu li l- poplu m'għandux gazzetti miġburin b'lura?", "Taħsbu li m'hawnx min jiftakar u jaqra?", "Allura għalfejn issa f'daqqa waħda sirna l-pampaluni ta' l- Ewropa?", "Issa sirna l-pampaluni wkoll tal-Mediterran f'daqqa waħda.", "Mr Speaker, jien ħadt gost li l-Prim Ministru uża ton kawt fil-konferenza stampa, għaliex issa huwa umiljat u jrid jew ma jridx dan l-aġġettiv ikollna ngħiduh bilfors.", "Għax meta wieħed ma jkunx umiljat, kieku jħabbar xi ħaġa jew jippjana xi triq.", "Jien semmejt il- Mediterran, semmejt l- Ewropa ta' għada u semmejt ukoll l- Ewropa ta' Abel u Kajjin għaliex dawn hemm kienu.", "U min jinteressah jaqra d-diskors li għamel l-Onor.", "Mintoff fl- 1978 fil-Kunsill ta' l-Ewropa, meta intom tlajtu organizzati biex tfixkluh u fejn huwa għajjar lill-Ewropa li m'għandhiex ruħ ...", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Illum l-Ewropa m'għandhiex ruħ u ma tiġiha ħniena minn ħadd.", "L- Ewropa jimpurtaha biss mill-but tagħha u jimpurtaha minn min għandu l- ġid.", "Pajjiż jidħol fis-select club ta' l-Ewropa meta jridu huma u mhux meta jrid hu.", "Jien naqbel ma' dak li ntqal li Malta għandha kredenzjali tajbin, imma x'jiswew il- kredenzjali?", "X'jiswa li int trid tiżżewweġ jekk il-parti l- oħra ma tridtx taf bik?", "Jiena qed nieħu gost li jidher li l- poplu jaf x'inhu jiġri.", "U anke fil-Partit Nazzjonalista issa hemm reazzjoni kbira, Mr Speaker.", "Meta taqra x'qed jinkiteb fil-gazzetti issa, tara ċerti diverġenzi ta' opinjonijiet.", "U jekk wieħed jaqra x'kiteb Roderick Pace li huwa esponent importanti ħafna tal-Partit Nazzjonalista l- bieraħ f'\"The Sunday Times\", dan bħal dak il-bniedem li issa xeba', bħal dak il-bniedem diżilluż u bħal dak il-bniedem li qata' qalbu, qal: Ejjew narmu kollox, ejjew ninsew dawn il-ħafna inizjattivi internazzjonali - hawnhekk qed jirreferi għal dawk l- inizjattivi ta' l-extra territorial spaces li kienu għamlu, il-Law of the Sea u affarijiet hekk li huma tajbin u allaħares ngħidu li huma ħżiena - ejjew ma nimlewx rasna bil-problemi tar-reġjun tal- Mediterran imma ngħaddsu rasna għall-Komunita', insibu postna hemmhekk u noqogħdu kwieti.", "Din hi r-responsabbilta', li inti qed tinża' ...", "U nixtieq li l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx ma dan it-tip ta' ħsieb minn membru tad- delegazzjoni li llum stess kellha laqgħa ma' l- Inter Services Group tal- Komunita'.", "Nispera li dawn l- affarijiet qalhomlhom ħalli jkun jafu kemm dan għandu sens miftuħ u kemm għandu opinjonijiet kbar tal-politika internazzjonali.", "Nerġa' ngħid, nitlob lill-Prim Ministru jgħidilna ċar u tond jekk jaqbilx, jew inkella jiċħad dak kollu li kiteb Roderick Pace, għax dan la jagħmel ġieh lill- ebda Malti u lanqas lill-ebda politiku fil- Mediterran, li kif ftaħar l-Onor.", "De Marco, għandu identita' Mediterranja, u jgħid li kulma rridu nagħmlu aħna hu li naraw fejn se nsibu postna fl- Ewropa, ikollna assigurazzjoni tal-fondi, inqassmu ċ- ċejċa lin-nies u noqogħdu kwieti.", "Din hi l-identita' li qed nagħtu lil dan il-pajjiż.", "Din hi l-politika li n-nies li jikkontribwixxu għall-formazz- joni tal-politika Nazzjonalista qed jesprimu fil-gazzetti.", "Dan li kiteb niżżel ismu, għax kieku kien anonimu ma nistgħux ngħidu min hu.", "Illum kien hemm ieħor li kiteb u ħareġ bl-istess ideat pero' dan ma ssugrax jikteb ismu.", "Dan ifisser li f'jumejn biss diġa' qed naraw din id- disfatta fil-partit u qed jiġri bħal meta l-bniedem ikun xeba' jogħla u jitla' biex jipprova jitla' mas-sur u mbagħad jinduna li ma jistax u jgħid li aħjar jagħmel għarix taħt is- sur u joqgħod hemm għall-kwiet.", "Il- politika Nazzjonalista hija politika ta' disfatta, politika ta' umiljazzjoni, politika li bilfors iġġib l-istmerrija tal- pajjiż u vot ta' sfiducja mill- kbar nett min-naħa tagħna.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, quddiemna għandna mozzjoni ta' sfiduċja fil- Gvern.", "Effettivament dak li smajna s'issa f'din il-Kamra llejla, juri b'mod ċar kif taħsibha l-Oppożizzjoni dwar ir-relazzjonijiet ta' Malta u l-Komunita' Ewropea.", "Din hija espressjoni totali ta' sfiduċja fil-poplu Malti.", "Iż-żewġ kelliema ewlenin, il-Kap u l- Viċi Kap tal-Partit Laburista għadhom kemm staqsewna b'enfasi kbira kif se jgħix il-poplu tagħna jekk nidħlu fil- Kommunita' Ewropea.", "L- Oppożizzjoni qed tgħid li Malta qatt ma tista' tidħol fil- Komunita' Ewropea.", "L-Onor.", "Vella għadu kemm qal li għalissa u l-Onor.", "Sant qal li għall-20 sena li ġejjin.", "Dawn iridu li aħna nibqgħu ngħixu b'dan il-mod u jekk aħna nipprovaw, b'xi mod, noħorġu mill-ambitu tal-mod kif qed ngħixu, allura t-Tarzna tagħlaq, is- sajjieda u dawk li jaħdmu fil-biedja se jmutu bil- ġuħ u l-industriji jagħlqu.", "Dawn ma jindunawx li b'dan l- atteġġjament juru l-isfiduċja kbira tagħhom fil-poplu tagħna?", "Jien ma nagħtihomx tort, għax effettivament f'iktar minn 16- il sena li damu jiggvernaw, bil-politika tagħhom ġabu lil pajjiżna pajjiż bla xogħol, pajjiż tallab, bil-ħaddiema jaħdmu nofs ġimgħa u b'qalbhom maqtugħha u pajjiż illi kien tilef il-fiduċja fih innifsu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Il-bidla kbira li wettaqna fil-ħames snin li għaddew kienet eżżattament li erġajna tajna fiduċja lill-poplu tagħna fih innifsu.", "U għalhekk jien naqbel ma' xi kummenti li saru mill-Oppożizzjoni llejla, fis- sens li meta wara s-summit ta' Lisbona ħarġu ċerti interpretazzjonijiet tal-konklużjon- ijiet tal-Kunsill Ewropew, il- poplu Malti bi ħġaru beda jistaqsi x'inhi din id- deċiżjoni.", "Kien hawn min tah l-impressjoni li għalqulna l- bieb ma' wiċċna.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, bil-mozzjoni tiegħu hekk qed igħid, li l- pajjiż jinsab umiljat.", "Huwa veru li meta l-poplu Malti, sema' din l-interpretazzjoni tad-deċiżjoni, fil-ġranet li għaddew kienet fuq fomm kulħadd il-mistoqsija dwar x'se jiġri minn Malta u dan għax il- Maltin iridu jħarsu 'l quddiem b'fiduċja u jkunu parti minn din l-Ewropa li teżisti u li qegħda tissawwar.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Veru li hawn din il-preokkupazzjoni fost il-poplu Malti li tinħass kullimkien, għax lill- popli Malti aħna tajnih viżjoni, għidnielu li hu kapaċi u li se nwassluh sal-Komunita', u allura meta jisma kliem bħal dak li hawn miktub f'din il- mozzjoni, żgur li jinkwieta.", "Kieku l-poplu Malti jaqbel ma' dak li qed igħidu huma u kieku veru l-bieb tal-Komunita' Ewropea ġie magħluq għal Malta, żgur li ninkwetaw.", "Allura xogħolna hu li lill-poplu tagħna ngħidulu li dak li aħna emminna fih għadu possibbli, għalkemm mhux faċli u qatt ma kien faċli.", "Aħna nappellaw lin-naħa l-oħra biex tkun sinċiera u tgħid il- fatti.", "Huma jemmnu jew ma jemmnux fil- Komunita' Ewropea u fl-Unjoni Ewropea li għadha m'għaddietx?", "L-Onor.", "Vella qal ħażin, għax meta jiġi ratifikat it-Trattat ta' Maastricht, il-Komunita' Ewropea ma tibqax tissejjah Komunita' Ewropea imma tibda tissejjah Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Inti għidt li diġa' hija Unjoni Ewropea, imma llum għadha mhijiex.", "Mr Speaker, lill-poplu Malti aħna ngħidulu li għandna funzjoni.", "Għalkemm aħna veru poplu żgħir, m'aħniex se mmutu bil-ġuħ.", "Kull darba jsemmulna lill-ħaddiema tal-Tarzna u jgħidulna li t-Tarzna se tagħlaq.", "Imma possibbli ma jafux li l-Komunita' għandha għajnuna biex lill-industriji li jistgħu jsiru effiċjenti tgħinhom ħalli jsiru effiċjenti?", "It-Tarzna tagħna bi tmexxija tajba tkun effiċjenti u tieqaf fuq saqajha, u aħna se nwasluha biex tieqaf fuq saqajha, kif se nwasslu wkoll lill-Malta Shipbuilding.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mr Speaker, aħna se naslu, pero' rridu noqogħdu attenti x'aħna ngħidu.", "Allaħares kellna napplikaw il- prinċipju li kien japplika l- Gvern l-ieħor - u quddiemna hawn ħafna li kienu ministri f'dak il-Gvern - u ngħidu: Kif jista' jkun li se tagħlaq industrija u tkeċċi 80 ruħ?", "Dawn kienu jaraw kif jagħmlu biex iżommuha fuq saqajha billi jekk tkun tagħmel is-sapun, per eżempju, iwaqqfu l- importazzjoni tas-sapun minn barra.", "Jekk ikunu jridu jagħmlu t-toothpaste, ma jħallux toothpaste minn barra jidħol f'Malta.", "Dik kienet il- politika industrijali tal-Gvern l-ieħor.", "Lil industriji bħal dawk il-Komunita' ma tgħinhomx, u tagħmel sew.", "Imma lil min irid ikun effiċjenti tgħinu bis- sħiħ.", "Possibbli l-Onor.", "Alfed Sant ma jafx x'ġara fi Spanja, fil-Greċja u fil- Portugal?", "Ma jafx bl- investimenti kbar li saru hemmhekk?", "Mela niġu nbeżżgħu lin-nies li se tagħlaq it- Tarzna jew xi industrija?", "Jekk xi industija mhijiex kapaċi tfendi - u l-poplu Malti llum qed jerfa' piż li jammonta għal miljuni ta' liri biex dik l- azjenda ma tagħlaqx - dan ma jistax jibqa' sejjer għall- eternita'.", "Mat-Tarzna aħna konna ċari meta għamilna ftehim li fih żmien stipulat, li qbilna li huwa żmien biżżejjed biex min imexxi, imexxi sew u t-Tarzna tkun tista' tqum fuq saqajha.", "Kieku ilna fil- Komunita' mhux dawk il-flus biss li qed nagħtu konna nagħtuha, imma forsi konna nkunu f'pożizzjoni aħjar ħalli ngħinu lit-Tarzna tkun fuq saqajha qabel m'hemm ippjanat li tkun.", "X'inhu sewwa sew l-argument ta' l-Oppożizzjoni?", "Jien issa mħawwad iktar milli kont qabel ma dħalt hawnhekk illejla.", "L- Oppożizzjoni taqbel li xi darba, għaxar snin jew 20 sena oħra, Malta tkun b'saħħitha biżżejjed ekonomikament ...", "Għax din hi r-raġuni.", "Dawn qed igħidulna li ekonomikament ma nifilħux insiru membri fil- Komunita'.", "Ara l-pajjiżi tal- Komunita' mhux hekk qed igħidulna.", "Meta l-Kummissjoni Ewropea bagħtet ir- rapport tagħha ma qalitx li Malta mhijiex kapaċi ekonomikament biex tidħol fil-Komunita', anzi qalet li Malta ma tippreżenta l-ebda insurmountable diffi- culty.", "Il-Komunita' għandha fiduċja f'pajjiżna iktar milli għandu l- Kap ta' l- Oppożizzjoni, l-Onor.", "Alfred Sant.", "Fl-24 ta' Ġunju, il- Kummissjoni tal-Komunita' bagħtet ir-rapport tagħha lill- Kunsill Ewropew u fil-parir tagħha qalet li Malta ma tippreżentax insurmountable economic difficulties.", "Diversi nies importanti li nafuhom iż- żewġ naħat u li qegħdin fil- burokrazija tal-Komunita' qalulna f'wiccna li aħna f'dawn il- ħames snin għamilna l- mirakli f'pajjiżna, li l- pajjiż nbidel u issa jiflaħ jidħol fil-Komunita'.", "F'ħames snin ma kienx lest li jidħol membru fil-Komunita'.", "Xi ħadd staqsa għaliex dan il-Gvern li tela' tliet darbiet bil-wegħda li jitlob li Malta tissieħeb fil-Komunita' Ewropea m'għamilx id- domanda għas-sħubija fil- bidu nett.", "Aħna fl-1987 ma applikajniex għaliex dak inhar wrietna pajjiż imfarrak, pajjiż li ma kellux l-istrutturi meħtieġa biex nistgħu nidħlu u ma ridniex immorru u flok ma jgħidulna kif qalulna issa li ma kienx hemm insurmountable difficulties igħidulna kif qalu lit-Turkija li jridu jistennew għax pajjiżhom għadu lura.", "Illum għandna dokumentat mill- Kummissjoni li pajjiżna tant għamel progress f'dawn il- ħames snin li għaddew illi l- ekonomija, l-istrutturi u l- qasam soċjali tagħna huwa tali biex pajjiżna jista' jiġi ntegrat fil-Komunita' Ewropea.", "Din hija l- verita'.", "Lill-Onor.", "Alfred Sant, nitolbu jagħamlilna dikjarazzjoni ċara issa, mhux x'jaħseb hu - għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu ħabta jikteb b'mod prolifiku sew u ħafna drabi meta jikteb jew jirrispondi għal xi intervisti li jsirulu jgħid li \"This is my personal position\" ...", "Hu kkwota wkoll - u din niġi għaliha aktar 'il quddiem - xi dikjarazzjonijiet li għamilt jien.", "Nista' nagħmel referenza għal xi dikjarazzjonijiet li għamel hu u ngħid, per eżempju, li ilu sejjer biha li m'għandux fiduċja fil-pajjiż.", "F'artiklu f'\"L-Orizzont\" tat-3 ta' April ta' l-1987 dwar progress fir- relazzjonijiet bejn Malta u s- Suq Komuni kien kiteb li:", "\"Il-Mexxejja tal-Partit Nazzjonalista għadhom mitlufa fil-ħolm dwar għaqda ta' Malta ma' l- Ewropa\".", "Mhux dak illi ġara issa.", "L- Onor. Alfred Sant qed igħid: \"L-Ewropa?", "Malta m'għandhiex ċans\".", "Kitibha fl-1987.", "Għaliex?", "Niġi proprju għall-aħħar dikjarazzjonijiet illi għamel aktar 'il quddiem fejn tinduna li din dejjem kienet it-trend tal-ħsebijiet tiegħu.", "Per eżempju, fil-\"Weekend Chronicle\" ta' l-20 ta' Frar, 1988 kien hemm miktub:", "\"There is a likelihood that if only to get rid of the \"irritant\" of having to think about the possibility of Maltese membership of the European Community, Community representatives will dangle the idea of developing first a Customs Union between the two parties\".", "Issa qed naraw għaliex.", "L- Onor. Sant il-ħin kollu qed igħid li Malta m'għandhiex tidħol fil-Komunita', Malta m'għadhiex kapaċi tikkompeti.", "U diġa' għamel il-forecast fl- 1988 ...", "Meta mort Brussels f'Lulju tas-sena l-oħra kellimt lill- President tal- Kummissjoni Jacques Delors - u għidt x'għidna u fuqiex tkellimna - u tkellimt ma' ħafna nies oħra dak iż-żmien ukoll, fosthom mal-Prim Ministru tal-Belġju Martens u ma' diversi commissioners ta' dak inhar.", "Jien nixtieq naf hu x'mar jagħmel.", "Dwar x'qalulu, tana xi hint.", "Issa hu x'qalilhom?", "Jien nitolbu li joħroġ it- trasparenza kollha hawn u jgħidilna meta sena ilu waqt illi jien kont qed inkellem lil Jacques Delors hu x'mar jagħmel hemm, lil min kellem u x'qalilhom dak inhar.", "Jien naħseb illi qalilhom dak illi jikteb fil-gazzetti.", "Meta jien mort biex inressaq il-każ ta' Malta skond il-mandat illi tani l-poplu għal tliet darbiet, l- Onor. Sant kien Brussels ukoll, u jien nistiednu jgħidilna x'qalilhom dak inhar u x'kienet il-pożizzjoni tiegħu.", "It- tendenza f'dawk id-dikjarazzjonijiet - u nerġa' ngħid għamel ħafna - li dejjem għamel l- Onor. Sant, jiġifieri l- leitmotiv dejjem kien li Malta mhix tajba għall-Komunita'.", "Jekk naqra \"The Times\" ta' l-4 ta' Novembru, 1989 \"E.C. Contractual Obligations\" ...", "X'għamel dak inhar?", "F'dan il- Parlament konna qed niddiskutu l-liġi biex nagħmlu levies fuq affarijiet importanti.", "X'konna qed nagħmlu?", "Konna qed nagħmlu pass 'il quddiem biex nippreparaw ruħna biex inkunu nistgħu nidħlu fil-Komunita'.", "Sibna sitwazzjoni fejn f'dan il- pajjiż biex timporta xi ħaġa kien ikun hemm il-Ministru u jrid jiffirmalek, u jkun hemm it-timbru tad-dipartiment li juri li għandek liċenzja.", "Aħna din qlibniha u għidna li ħlief fejn hemm bżonn nikkontrollaw għal raġunijiet ta' saħħa u affarijiet oħra, l-liċenzji spiċċaw u għidna li ċerti affarijiet jistgħu jibqgħu jidħlu f'Malta.", "Pero' biex nipproteġu lil dawk il-ħafna industriji li fi żmienhom kienu jgħixu biss għax kellhom protezzjoni assoluta, aħna għidna li ma rridux industriji bħal dawn imma rridu industriji li jekk għandhom bżonn għajununa fil-bidu nagħtuhiel- hom imma jekk mhux kapaċi jfendu għal rashom, aħjar ma jiftħu xejn.", "U allura minħabba li sibna sitwazzjoni, nerġa' ngħid ta' esklużżjoni totali ta' oġġetti li jikkompetu ma' prodotti Maltin, aħna ħriġna b'din l-idea.", "Aħna dan għamilnieh u l-Komunita' taf għaliex spjegajnielha li mhux qegħdin nimponu xi dazji, imma qed nieħdu miżura temporanja għax hemm bżonn nirristrutturaw l-ekonomija tagħna, għax hemm bżonn li ma nibqgħux niddependu fuq l-għajnuna kostanti mill- Gvern u għax hemm bżonn li min jiflaħ u għandu ċ-ċans li jkun b'saħħtu ngħinuh u min mhux saħħtu jagħlaq.", "U hekk ġara.", "Kien hawn tant fabbriki tat- tessuti li għalqu!", "Imma għall- grazzja t'Alla nistgħu ngħidu li l-ħaddiema kważi kollha li spiċċaw minn dawk il-fabbriki sabu xogħol ieħor.", "Anzi llum hawn id-diffikulta' li f'dak is-settur tat-tessuti m'hawnx nies biżżejjed biex jaħdmu!", "Imma meta l-Onor.", "Sant kiteb dan l-artiklu fl-14 ta' Novembru ta' l-1989 f'\"The Times\" ta' Malta, huwa kkritika lill-Gvern li kien qiegħed igħaddi dik il- liġi.", "Fl-aħħar paragrafu qal:", "\"The Government seems to believe that all it needs is a blaze of high- sounding rhetoric ...\"", "- u mhux l-ewwel darba li użaw il-kelma rhetoric", "\"... about European aspirations while the bread and butter issues are left to fend for themselves.", "So we have the spectacle of a major Bill, the Local Manufacturers (Promotion) Bill, moving through Parlament in full contradiction of contractual obbligations freely assumed with the EEC by the Government only last December.\"", "Meta waqt li f'dan il-Parlament konna qed ngħaddu liġi li huwa stess igħid li hija the Local Manufacturers (Promotion) Bill, meta għal żmien temporanju mponejna levies biex nipproteġu u nsaħħu l-industriji li jidhrilna li jistgħu jibqgħu fuq saqajhom, hu kiteb li aħna qed niksru l- ftehim mal- Komunita'!", "Imma aħna l-ftehim mal-Komunita' ma ksirniehx għax jafu li dik hija parti mill- politika tagħna biex inkunu nistgħu nifilħu nikkompetu meta nidħlu fil-Komunita' Ewropea.", "Imma l-Onor.", "Sant mhux hekk interpretaha dak inhar, Mr Speaker.", "Wieħed jista' jibqa' għaddej u nsibu li fit-23 ta' Marzu, 1990, f'\"L- Orizzont\", f'artiklu ieħor ta' l-Onor.", "Alfred Sant intqal :", "\"Sa mill-bidu nett kienu wissewna li din materja teknika li żgur iddejjaq lin-nies.", "Imkebbeb f'din it-twissija, żgur li kien il-parir, iddejquniex wisq.\".", "Qed igħid li l-Kommunita' qed igħidu lilna li rridu nidħlu: Iddejqunhiex wisq.", "Nagħmel riferenza oħra għal rapport ieħor datat 28 ta' Marzu, 1990 li kien jismu: \"MLP seeks new relationship plan with EEC\" fejn fost affarijiet oħra kien hemm li:", "\"...", "\"Dr. Mifsud Bonnici, saying that if such a proposal was made the EEC would accept it immediately, added that the agreement would also be beneficial from the political point of view.\"", "Illum jiġu jbellgħulna li għamlu żewġ pamphlets, li kellu f'idejh l-Onor.", "George Vella, illi huma superfiċjali għal kollox, u jgħidulna li għamlu studji kbar u rriżultalhom li ma jaqblilniex nidħlu fil-Kommunita!", "Dan m'hu veru xejn.", "Din hi l-pożizzjoni li kellhom huma.", "Il-kap ta' l- Oppożizzjoni ta' dikinhar, qal bl-iktar mod ċar li huma lill- Kommunita' jgħidulha li aħna mhux se nidħlu membru, għax aħna żgħar wisq, aħna m'għandniex dawn l-ambizzjonijiet, lilna agħtuna daqsxejn ta' għajnuna u noqogħdu kwieti.", "U l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qal li jaċċettawha mill- ewwel.", "Dażgur li jaċċettawha mill- ewwel.", "Dak li trid int, li tibqa' fejn int. Int pajjiż Ewropew u għandek id-dritt, skond it-trattat ta' Ruma, u anke skond it-trattat il-ġdid ta' Maastricht li ssir membru sħiħ tal-Komunita'.", "Għaliex hemm min jiddejjaq li Malta żgħira, li din il-biċċa blata - kif isejħilha l-Onor.", "Sant f'artiklu ieħor - kapaċi timxi.", "U żgur, jgħidulek tiġi ma saqajna!", "Oqgħod barra!", "Din hi l-proposta tal-Labour Party.", "U forsi għalhekk għorku jdejhom issa, għaliex qed jinterpretaw kif qed jinterpretaw id- deċiżjoni ta' Lisbona.", "U din se nerġa' naqraha:", "\"Dr. Mifsud Bonnici, saying that if such a proposal was made the EEC would accept it immediately, added that the agreement would also be beneficial from the political point of view.\"", "cioe' li jżommuna barra, ngħidu li rridu u ma jagħtux kasna!", "X'differenza tkun ġewwa!", "Tant hi differenti, Mr Speaker ...", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "Niġi aktar 'il quddiem fit-30 ta' Novembru tas-sena l-oħra, proprju lejliet l-elezzjoni.", "Kien hemm ir-rapport f'\"L- Orizzont\" tat-30 ta' Novembru 1991 li kien igħid li bil- politika tal-Malta Labour Party, pajjiżna jista' jinnegozja fi żmien qasir mis- Suq Komuni.", "Dażgur li tinnegozja, l-aktar jekk tirrinunzja għal dak li hu dritt tiegħek skond it- trattat u tgħidilhom kif reġgħu qalulna llejla li aħna żgħar wisq u m'aħniex kapaċi!", "(Interruzzjonijiet) F'dan is-sens veru li hemm konsistenza min-naħa tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni imma hija konsistenza negattiva.", "Fit-12 ta' Ġunju, 1990 meta l-Onor.", "Sant jekk m'inix sejjer żball kien qed jirrispondi wara wieħed mill-Kunsilli Ġenerali tagħna fejn kont tkellimt jien, reġa' qal li the European Community is not Europe u qal hekk:", "\"In this context, Labour should continue to dispel the well lubricated myth that the European Community is Europe.", "No, it is not.", "The EC is one important but partial way by which the European reality is organised.\"", "Mr Speaker, huwa veru li l- Ewropa mhijiex il-Komunita' Ewropea biss, imma huwa veru li l-Ewropa hija l-kalamita li qed tiġbed, tista' tgħid lill- pajjiżi kollha ta' l-Ewropa u rridu nifhmu għaliex.", "Ilum anke dawk il- pajjiżi li kienu jsejħulhom ta' l-Ewropa ta' Abel u li lill-Komunita' Ewropea kienu jsejħulha l- Ewropa ta' Kajjin, qegħdin fil- queue biex jissieħbu fis-Suq Komuni wieħed wara l-ieħor.", "Dawn anke fil-Komunikat tal- Kunsill Ewropew f'Lisbona issemmew fejn intqal li l- Ungerija u ċ- Ċekoslovakkja jridu jidħlu u r-Rumanija u l- Polonja huma interessati kif kienet interessata wkoll il- Jugoslavja, imma dawn għad fadlilhom biex jidħlu.", "Għaliex dawn mhux bħal Malta; fil- preżent they present insurmountable difficulties.", "Fil-fatt qalulhom li jridu jistennew imma għall-aħħar tas- seklu, jiġifieri sa seba' snin jew tmien snin oħra, jisperaw li dawn ukoll ikunu parti minn din l-Ewropa li kienu jsejħulha ta' Kajjin.", "Meta wieħed isegwi l- pożizzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni isib li hemm xi ħaġa li tispjega l-atteġġjament li ħa llejla.", "Huwa reġa' kiteb fl-4 ta' Frar ta' din is-sena, proprju erba' xhur ilu, u qal:", "\"The truth is that the measures which are needed for Malta to fit as member into EC rules and regulations, imply the destruction of much of Maltese industry.\"", "Araw l-isfiduċja li għandu l- Partit fl-Oppożizzjoni anke issa fil-pajjiż tagħna.", "U din hija l-fehma tiegħu, għax dan mhux rapport imma artiklu miktub minnu.", "Il-Kummissjoni Ewropea mhux hekk qalet, anzi għandha fiduċja fl- industrija tagħna iktar milli għandu l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dan jidher bil- miktub mir-rapport tal- Kummissjoni datat 24 ta' Ġunju, 1992.", "Aħna nafu li hemm diffikutajiet imma dawn bdejna naffrontawhom.", "Huma jgħidulna li m'għamilna xejn, imma aħna għamilna diversi affarijiet, fosthom strutturi fil-Gvern.", "Kif għidt drabi oħra f'dan il- Parlament, aħna għamilna segretarjat fil-foreign office li għandu dover preċiż li jimmoniterja dak li qed jiġri fil-Komunita' u jara aħna x'għandna bżonn u żgur li għamilna.", "Mhux talli min hu responsabbli f'kull Ministeru qed jagħti każ ta' dak li jrid isir biex nippreparaw ruħna ħalli nsiru membri tal- Komunita', talli għamilna ħafna iktar minn hekk.", "Illum qegħdin fil-pożizzjoni li eżaminajna b'attenzjoni - u dan mhux xi sigriet - l-advice li tat il- Kummissjoni fuq l-Awstrija u rajna x'għad fadlilna nirranġaw biex il-pożizzjoni tagħna tkun dejjem aħjar.", "Aħna qegħdin nirristrutturaw is-sistemi tat- taxxi tagħna u qegħdin naraw kif indaħħlu s-sistema tat- taxxa fuq dak li tonfoq biex nikkonformaw mal-pajjiżi l- oħra.", "Jiġifieri żgur li qed naħdmu, pero' l- Oppożizzjoni qed tgħix fil-ħolm jew fis-sħab u ma tafx eżattament x'qiegħed jiġri.", "Imbagħad fit-30 ta' Marzu l- Onor. Alfred Sant ġie intervistat minn \"The Times\" u dan ir-rapport kien iġib it- titlu \"Pragmatism, The Best Approach - MLP Leader\".", "Li tkun prammatiku, li teżamina s- sitwazzjonui u tiddeċiedi fil- konkret huwa tajjeb, pero' rridu noqgħodu attenti għaliex jekk tissostitwixxi l- prammatiżmu għall-prinċipju, jekk inti lest li lill- pajjiż tittrattah skond dak li jaqbillek f'dak il-mument biss iġġib diżastru.", "Allura kieku l-Onor Sant, imexxi lil pajjiżna, diżastru jkollna.", "Fl-aħħar ta' dik l-intervista huwa rapportat li qal:", "\"The people in the mandate they gave have given their mandate for the Government to continue its negotiations or open them.\".", "Hawnhekk rajna bidla sostanzjali għax għall-ewwel darba l-Kap tal-Partit Laburista, l-Onor.", "Sant, irrikonoxxa li effettivament, almenu l-aħħar elezzjoni kienet mandat lil dan il-Gvern biex ikompli jew jiftah n- negozjati, Mr Speaker.", "Allura x'hemm wara dan l-atteġjament ta' l- Oppożizzjoni?", "Mhux igħidu li huma kontra l-Komunita' jew li dan huwa żball kbir li qed isir fid-dinja tal-lum.", "Għall- kuntrarju jien nissottoskrivi b'mod iktar qawwi milli smajna s'issa min-naħa ta' l- Oppożizzjoni li d- dinja nbidlet u qegħdin naraw illi d-dinja nbidlet.", "Il-funzjoni li kellha din il-Komunita' Ewropea qegħda tikber u fis-snin li ġejjin se tkompli tikber.", "Aħna rridu li tkompli tikber u rridu li ma tibqax Komunita' Ewropea, imma ssir Unjoni Ewropea, biex ikollha funzjoni politika akbar milli għandha illum.", "X'qal l-Onor.", "Alfred Sant f'intervista li dehret f'\"The Sunday Times\" tal- 5 ta' April ta' din is-sena?", "Min kien qed jintervistah qallu:", "\"But one gets the impression that the political vision of United Ewrope is missing from your policy on the European Community.\"", "L-Onor.", "Alfred Sant irrisponda:", "\"In my opinion you cannot have a politcal vision in Malta unless it is tied to the reality lived by the people.", "The reality is that we are living on a small island, a rock ...\",", "- blata sejħilha l-Onor.", "Sant -", "\"... and it's almost inconceivable that you have a third of a million people living under the conditions enjoyed by the Maltese society.\".", "Jiġifieri l-Onor.", "Sant qed igħidilna li biex dan il-pajjiż ikompli jgawdi l- livell ta' ħajja li għandna għax aħna blata allura ma nistgħu naspiraw lejn l-Ewropa, u rridu nikkuntentaw b'li għandna għax jekk nipprovaw nidħlu fl- Ewropa flok immorru 'l quddiem se mmorru lura.", "Mr Speaker, il- verita' hi li l-Oppożizzjoni taf illi l-futur qed jurina li din l-Ewropa se tkun forza politika mhux biss forza ekonomika u hemm bżonn li pajjiżna jkollu jifforma parti mill-Ewropa fis-snin li ġejjin.", "Dan jafuh l-Oppożizzjoni, pero' jinkwadrawh kif għadni kif ikkwotajt lill- Onor. Alfred Sant, fl-aspett li aħna żgħar wisq u effettivament il- Kummissjoni fir-rapport tagħha qabdet ukoll - kif nista' ngħid kien mistenni - ma' dan l- argument, u meta titkellem fuq Malta u Ċipru flimkien - apparti dak li qal l-Onor.", "De Marco qabel li f'paragrafu 30 tal-parir tagħhom qalu li Ċipru għandu l-problemi interni tiegħu li naturalment fiċ- ċirkostanzi ma tantx jikkwalifikaw għall-membership - igħidu li:", "\"In the case of Malta and Cyprus, the adoption of the Community's acquis would appear to pose no insuperable problems, however both are very small states ...\".", "Nimmagina li l-Onor.", "Sant, is- sena l-oħra qalilhom li aħna a rock, aħna m'għandna xejn, u ngħixu bil-ħniena t'Alla.", "Ngħixu bil-ħniena ta' Alla, pero' bil-ħidma tagħna wkoll.", "Ikompli hekk:", "\" ... and the question of their participation in the Community institutions would have to be resolved in appropriate manner in accession negotiations.", "The Commission will address this question in its opinion on these countries' applications.\".", "X'inhuma jgħidu l-pajjiżi tal- Komunita'?", "Dawn qed igħidu li Malta hi matura biex issir membru tal-Komunita'.", "Aħna għandna l-Kunsill Ewropew fejn il-kapijiet tal-Gvern tal- pajjiżi membri jiltaqgħu darbtejn fis-sena u jiddeċiedu ħafna affarijiet.", "Bħalissa hemm 17-il kummissarju tal- Komunita'.", "Malta jkollha d- dritt li jkollha l-kummissarju tagħha.", "Qalu li dan hu pajjiż żgħir.", "Il-Komunita' s'issa għadha tiddeċiedi b'consensus, bil-vot ta' kulħadd.", "Allura ndaħħlu lil Malta?", "Lill-Onor.", "Vella ngħidlu li: għadna nġorru l-piż ta' dak li għamlu huma.", "U żgur li dellna tqil!", "U jgħidulna f'wiċċna li dellna tqil.", "U dan mhux għal li qed nagħmlu aħna imma għall-istorja tas-16-il sena tagħkom.", "Forsi l-Onor.", "Sant seta' fittex iktar fil-fond tad-dikjarazzjonijiet li għamilt jiena tul is-snin u kien isib li meta lili staqsewni jekk jien inqisx jekk Malta hijiex matura biex tidħol fil-Komunita', dejjem għidt iva, u meta kienu jgħiduli jekk hemmx diffikulta' kont ngħidilhom li jista' jkun hemm diffikultajiet istituzzjonali.", "Għax kif qal l-Onor.", "Sant, kulħadd ifittex l-interessi tiegħu.", "U almenu parti mill- gvernijiet fil-Komunita' qed jaraw l-interessi tagħhom.", "L-Onor.", "Sant f'wieħed mill- artikli li qrajt f'inverted commas - qal \"irritant\".", "Dan xi jfisser?", "Nistiednu jispjegali xi tfisser.", "Tista' tfisser minħabba l-mod intransiġenti tagħna.", "Dan huwa argument li nifhem li jista' jitqajjem, u mhux se naċċetta li jgħidulna li aħna pajjiż żgħir, aħna blata bi 360,000 ruħ.", "Intom tridu tiġu tgħidu li aħna jkollna bżonn il-vot tagħkom, u jekk jogħġobkom ma tagħtuhulniex, allura l- affarijiet ma jimxux?", "Intom tridu li meta jmisskom il- presidenza, ikollkom il- presidenza?", "Aħna qed ngħidu li rridu noqogħdu għar-regoli li hemm u qegħdin ngħidu li filwaqt li l-Oppożizzjoni ma tridx tidħol fil-Komunita' għal raġunijiet ekonomiċi, il- Komunita' qed tgħidilna biex nidħlu u mbagħad naraw jekk ikollniex il-presidenza.", "Għalhekk hija għarukaża din il- mozzjoni, Mr Speaker, u għalhekk tħammrilna wiċċna.", "Għax l-Oppożizzjoni mhux qed tara l-interess ta' Malta, imma qed tara l-interess ta' ħaddieħor.", "U dan mhux aċċettabbli f'pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk aħna mhux talli se nivvotaw kontra dak li hemm f'dik il- mozzjoni, imma talli huwa dmir tagħna li dik il- mozzjoni nemendawha biex tirrispekkja l-verita' tas- sitwazzjoni f'pajjiżna.", "Għalhekk, Mr Speaker, se nressaq din l-emenda:", "\"Ħassar il-kliem kollu wara l-kliem \"Illi minħabba l-mod irresponsabbli\" u daħħal flokhom dan li ġej:", "\"mħawwad li bih l- Oppożizzjoni qegħda tesprimi ruħha dwar ir- relazzjonijiet ta' Malta mal-Komunita' Ewropea, din il-Kamra:-", "(1) tħeġġeġ lill-Gvern biex ikompli bl-isforzi tiegħu biex Malta tissieħeb bħala membru sħiħ, kemm jista' jkun malajr, fil-Komunita' Ewropea u eventwalment fl- Unjoni Ewropea skond il- mandat rikonfermat lilu fl- elezzjoni tat-22 ta' Frar, 1992 kif jitlob l- interess nazzjonali;", "(2) tistenna li l- Oppożizzjoni ma ftixkilx it-twettiq tal-mandat mogħti lill-Gvern mill- elettorat;", "(3) tikkonferma l-fiducja fil-Gvern.\"\"", "Mr Speaker, jien għidt li din l-emenda tirrifletti l-verita' tas- sitwazzjoni.", "L-ewwelnett, diġa' għidt għaliex l- atteġġjament ta' l- Oppożizzjoni huwa irresponsabbli pero' se nikkjarifika iktar.", "L- atteġġjament ta' l-Oppożizzjoni huwa rresponsabbli f'dan il- mument kritiku għax filwaqt li huwa veru li qed tingħata ċerta interpretazzjoni lid- dokument finali ta' Lisbona li ma tirriflettix il-verita' tas- sitwazzjoni, l-Oppożizzjoni minflok ma qegħda tikkontradixxiha - kif għamilt jien fil- press conference li tajt nhar il-Ġimgħa u kkontradixxejt dik il-verżjoni ta' l- interpretazzjoni bil-fatti u biċ-ċitazzjonijiet kemm ta' dak li ntqal fil-Commission u kemm dak li qal il-Kunsill Ewropew - qegħda tirreaġixxi billi tagħmel mozzjoni ta' sfiduċja f'dan il-Gvern.", "Għalhekk l- atteġġjament huwa ta' Oppożizzjoni irresponsabbli, għaliex minflok ma jaraw l- interessi tal-poplu Malti, evidentement qegħdin jaraw interessi li mhumiex l-aħjar interessi tal-poplu Malti.", "Mr Speaker, jien qed ngħid li dan huwa mod imħawwad u mod irresponsabbli.", "L-ewwelnett jien nirringrazzja lill-Onor.", "Sant talli ġie hawn u beda jiċċitali x'għidt jien fl-1977.", "Kemm jien, kemm il-Partit tiegħi kif ukoll dan il-Gvern minn dejjem konna konsistenti, mhux fl-1977 meta beda hu.", "Jekk l-Onor.", "Sant imur lura għall-1967, isib li f'dan il- Parlament, il- Gvern immexxi minn Dr. Borg Olivier kien qal li kien beda bid- diskussjonijiet - u hu jaf għax dak iż-żmien kien impjegat fil-Foreign Office - u diġa' kien qal li l- interess ta' Malta huwa li xi darba 'l quddiem - u dak iż- żmien veru kien għadu xi darba 'l quddiem - issir membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea.", "Dak iż- żmien konna għidna li se nibdew bit-trattat ta' assoċjazzjoni, saru d-diskussjonijiet fuqu u ġie ffirmat f'Malta fil-5 ta' Diċembru, 1970.", "Dak iż-żmien il-Malta Labour Party kien għamel kritika mill-iktar qawwija u meta għamilna l- famuża debate f'dan il- Parlament, kienu ddiskrivewh bħala qassata.", "Jiena għidt li kellu bżonn ikun hawn ħafna qassatat bħalhom għax kienu tajbin ħafna u wrejna x'kien il- frott tagħhom.", "Jien niftakar preċiż x'konna għidna dak inhar.", "Imbagħad fl- 1971 kien hawn il-bidla fil-gvern u jien għadni kif irreferejt għall-piż li għadna nġorru u għall-kredibilita' tal-pajjiż minħabba dak li ġara dak iż- żmien.", "Fl-1979, aħna għamilna mozzjoni għax il-Gvern ta' dak inhar ma kienx jaf fejn kien sejjer, ma kienx kapaċi jiddeċiedi u jgħid li t-triq tagħna hija t-triq għall-Ewropa u dak inhar aħna tajnih salvauomo.", "Fis-16 ta' Frar, 1979, mill-Oppożizzjoni aħna pprovajna ngħidulu li din kienet it- triq għax minbarra r- raġunijiet ta' l-ekonomija - li kienu u għadhom importanti - aħna konna qed nifhmu x'qed jiġri f'din l-Ewropa.", "U dak inhar aħna għidna li l- Komunita' Ewropea bdiet b'sitt pajjiżi, imbagħad l- Ingliżi tħajru u De Gaulle sabbtilhom il-bieb ma' wiċċhom, reġgħu applikaw u reġgħu sabbtulhom il-bieb ma' wiċċhom, imbagħad fl-aħħar daħlu.", "Għaliex?", "Għax fl-aħħar il-Parlament Ingliż ikkonvinca ruħu li dak kien hemm bżonn għal pajjiżhom, u gvern wara l-ieħor baqgħu jipprovaw isieħbu lil pajjiżhom sakemm daħlu.", "Imbagħad, Mr Speaker, il-Komunita' kibret u l-membri saru disgħa.", "Fiż- żmien li konna approvajna dik il-mozzjoni kienu għadhom disgħa, pero' diġa' kienu għaddejjin id-diskussjonijiet dwar il-Grecja, li fil-fatt imbagħad daħlet ukoll bħala membru.", "Wara daħlu l-Portugal u Spanja u dak inhar rajna li din l-Ewropa qed tikber, qed tiġbed lejha lil dawk il- pajjiżi li kienu taħt id- dittaturi u qed tieħu funzjoni importanti, mhux biss għall- Ewropa stess, imma għar- relazzjonijiet internazzjonali kollha.", "Aħna konna ngħidulhom biex jiftħu għajnejhom, u dan għidnihulhom bil-miktub f'dik il-mozzjoni, Mr Speaker.", "Aħna għalhekk konna wżajna l- espressjoni \"salvauomo\", u għalkemm ma ħadux is-salvauomo għal kollox, xi ħaġa ħadu, għax almenu s-sena ta' wara għamlu forma ta' ftehim mal-Gvern Taljan.", "Mr Speaker, sa l- elezzjoni li għaddiet stess il- Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak inhar kien igħid \"Le għall- Ewropa\", anzi darba kien qal li jekk aħna nagħmlu ftehim hu jħassru, u ħareġ bil- ħmerijiet ta' l-AIDS, tal-Mafia u ħmerijiet oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-poplu Malti ħa r-ruħ meta ra bħala kap ġdid lill-Onor.", "Alfred Sant, li kien ħafna iktar realistiku, jew kif iddeskriva lilu nnifsu, prammatiku.", "U l-prammatiżmu tiegħu wasslu biex jirrikonoxxi li dan il-Gvern għandu mandat.", "Pero' xi ftit tat-taħwid għad għandna wkoll, għax biżżejjed naqraw il-ħarġa tal-bieraħ ta' \"The Malta Indepedent\" fejn f'paġna 17 insibu li:", "\"Luckily for us all, half the people of this tiny ...\"", "- u m'hemmx dubju li aħna żgħar, imma jekk noqogħdu ngħiduha ż-żejjed, nimpressjonaw ruħna -", "\"... but free land is still adamant on refusing to join the European Community ...\"", "- u dan ma nafx minn fejn jirriżultalu -", "\"... as members, unless the offer is extended to the entire Mediterranean region.\".", "Issa li aħna qegħdin fil- Mediterran huwa fatt ġeografiku u kulħadd jaf li aħna għandna kull interess fil-Mediterran.", "Imma jien ma nafx jekk din il- pożizzjoni espressa l-bieraħ minn wieħed mid-Deputati tal-Partit tiegħu fil- gazzetta hijiex il-pożizzjoni ta' l- Onor. Afredd Sant u tal-Partit tiegħu.", "Jekk il-pożizzjoni tiegħu m'hijiex li aħna nidħlu biss jekk jidħlu l- pajjiżi kollha tal-Mediterran jew almenu l-offerta għad-dħul fil- Komunita' ssir \"to the entire Mediterranean region\", nistiednu biex meta jirrispondi jgħid li din hija biss il-fehma ta' deputat partikolari u bl- ebda mod ma tirrifletti l- pożizzjoni tal-Partit tiegħu.", "Mr Speaker, hawn għandi notamenti li għadni lanqas bdejt nikkonsultahom dwar id- diversi rimarki li saru llejla.", "Pero' hemm certi affarijiet li naħseb li għandi ngħid xi ħaġa fuqhom.", "L-Onor.", "Vella rrefera għad-diskors li jien għamilt fil-bidu nett tal-Leġislatura l-oħra, meta laqqajt lill- ambaxxaturi kollha akkreditati għal Malta.", "Dak inhar għidtilhom li l-Gvern tbiddel u aħna se nkunu Gvern li jgħid dak li jemmen u jemmen dak li jgħid għax aħna m'aħniex ipokriti.", "Sa mill-ewwel xahar wara l-elezzjoni jien kont għidt li aħna nemmnu li l- interess nazzjonali jitlob li aħna nsiru membri sħaħ tal- Komunita'.", "Dak iż-żmien hekk għidna, issa hekk qed ngħidu, hekk se nibqgħu ngħidu, u mhux se mmorru għall-metodi antiki tar- rikatt.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dak kien ifisser dak id-diskors.", "Imma l-Onor.", "Vella xi kkwota minnu?", "Qal li jien għidt li Malta m'għadhiex the unsinkable aircraft carrier.", "Jien għid li allaħares jibqgħu jirreferu għal Malta, kif għamel Churchill, bħala l-unsinkable aircraft carrier!", "Dak iż-żmien spiċċa u jien għidtilhom li dak iż-żmien spiċċa mhux għax iddeċieda l-Gvern Malti, imma għax fl-1987 diġa' konna qed naraw il-perjodu tad-detente bejn l-Unjoni Sovjetika u l- West, imbagħad kellna l- ġustizzja storika li laqqajna liż-żewġ Presidenti ta' l- Amerika u ta' l-Unjoni Sovjetika f'pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Ġew hawn Malta meta jien kont il-Prim Ministru u int kont il-Kap ta' l-Oppożizzjoni (Interruzzjonijiet) F'pajjiżna qalu li spiċċat il-konfrontazzjoni u spiċċaw iż-żmenijiet tad- dinja maqsuma fiż-żewġ blokki.", "Lill-Onor.", "Vella ngħidlu li meta aħna vvotajna fl-1987 għall-emenda fil-Kostituzzjoni, iddefinejna x'inhi n- newtralita'.", "Kienu jużaw il- kelma \"ekwidistanza\" bejn iż- żewġ superpowers, pero' kien redikolu - u aħna aċċettajniha għax iċ-ċirkostanzi hekk kienu jitolbu - li ma jidħlux il- vapuri Amerikani u l-vapuri Russi fid-Drydocks tagħna, għax id-dinja kienet maqsuma.", "In- newtralita' li vvotajna għaliha aħna, dejjem għidnilha newtralita' kif iddefinejniha aħna, sui generis, igħidu bil- Latin.", "(Interruzzjonijiet) Dik se nżommha jien, dak li hemm fil-Kostituzzjoni nirrispettawh u dak qatt ma fixkilna u wisq inqas se jfixkilna issa milli nidħlu fil-Komunita'.", "Jekk taqraw x'qalet il-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju, issibu li fuq Malta ma semmietx in-newtralita', pero' fuq il-każ ta' l- Iżvizzera, ta' l-Iżvezja u tal- Fillandja qalet:", "\"... and its compatibility with the common foreign and security policy is however a particular concern.\",", "U nifhem għaliex a particular concern.", "Għax meta għandek l- Iżvizzera, per eżempju, huwa l-iktar pajjiż newtrali bl- iktar mod assolut, li ftit ilu kellhom referendum biex jidħlu fil-United Nations u l-poplu vvota kontra, u issa huma wkoll deħlin fil-Komunita'.", "Imma possibbli li ta' l-Oppożizzjoni ma jridux jiftħu għajnejhom, Mr Speaker?", "Illum il-Kummissjoni qed jgħidu a particular concern, għax jekk tmur bid- definizzjoni tan-newtralita' li għandhom fl-Awstrija u fl- Iżvizzera, allura veru it is of particular concern u jridu jaraw kif se jiffittjaw meta jidħlu fil-Komunita'.", "Pero' għal Malta, Mr Speaker, għax konna għaqlin, dak m'għandux ikun u jien nittama li ma jkun ta' ebda ostaklu biex Malta ssir membru sħiħ tal- Komunita'.", "Mr Speaker, dan huwa żmien ta' realiżmu, żmien li nkunu nafu x'qed jiġri madwarna.", "Id- dinja, nerġa' ngħid, inbidlet.", "Semmejt il-meeting bejn Bush u Gorbachev f'Malta fl-1989.", "Kulħadd jaf x'ġara wara, fejn kien hemm il-kollass totali ta' dawk il-pajjiż li kontu tgħidulhom il-pajjiżi ta' Abel u dawk kollha qegħdin fil-queue biex jidħlu fil-Komunita' għax din il- kalamita qegħda tiġbidhom.", "Imma kif ma tarawx li pajjiżna għandu bżonn li ma jkunx pajjiż appendiċi tan-naħa t'isfel, maqtugħ għalih innifsu, imma parti minn din l- entita' li qegħda ssir madwarna?", "Kif jista' jkun ma tirrealizzawx li din hi t-triq li veru għandu bżonn pajjiżna?", "Kemm intom verament prammatici u ma tarawx 'il bogħod minn imneħirkom?", "Il-mozzjoni tagħkom nerġa' ngħid, hija mozzjoni ta' sfiduċja fil- poplu Malti.", "Il- mozzjoni li ppreżentajtu llum hija mozzjoni ta' mistħija għax flok qegħda tħeġġeġ lill-Gvern biex ifittex l-interessi nazzjonali, qegħdin taraw sa mneħirkhiom u qegħdin tgħidu li Malta mhijiex kapaċi, hija żgħira wisq, Malta hija biċċa blata, kif qal l-Onor.", "Sant, u din il-biċċa blata ma jistax ikun li jkollha dritt li ssemma leħinha fil-Kunsill Ewropew.", "Din il- mozzjoni tagħkom hija ta' mistħija u jien nistieden lill-Onor.", "Sant biex jikkorreġi l-impressjoni ħażina li taw huma stess, u jkollu l-kuraġġ jiddikjara bl- iktar mod ċar li huma wkoll jaqblu li Malta ssir membru sħiħ tal-Komunita', għalkemm għadu mhux il-mument, pero' hemm għandna nwasslu lil pajjiżna.", "Hekk nifhem li hi l- pożizzjoni uffiċjali tal-Partit Laburista, għalkemm mhijiex ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, u nitlob lill-Onor.", "Sant jikkonfermaha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda l-emenda tal-Prim Ministru?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-ħin li fadal huwa kollu għad-dispożizzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex jagħmel il-winding up.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jiena ma tantx ninqala' biex ngħajjat u ma tantx ninqala' għar-retorika ta' l-avukati, u nista' nibda b'fatt kajman, b'xi ħaġa li jgħidu l-Ingliżi: The road to hell is paved with good intentions.", "It-triq għall- infern hija ċċangata bl- intenzjonijiet tajba.", "Illum il-Prim Ministru tana illustrazzjoni ċari li hemm ukoll in-naħa l- oħra ta' din l- istorja, jiġifieri li t-triq għall-infern hija ċċangata wkoll bl-intenzjonijiet ħżiena.", "M'hemmx dubju li ħafna mill- affarijiet li ntqalu llejla min-naħa tal-Prim Ministru huma mibnija fuq intenzjonijiet ħżiena, u fuq spostamenti arbitrarji ta' dak li għidna aħna.", "L-argument kollu li dak li qed ngħidu aħna b'xi mod joħroġ minn xi sfiduċja fil- poplu huwa derizorju u lanqas biss hemm bżonn li wieħed jieqaf fuqu.", "Jien nieqaf fuq punt wieħed.", "L-istess bniedem li ilu dawn is-snin kollha jisħaq fuq il- fiduċja, kellu l-wiċċ tost, f'Jannar ta' din is-sena, ipoġġi f'ismu u f'isem il- Partit tiegħu din id- dikjarazzjoni fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista:", "\"Ninsabu fiduċjużi li Malta se tkun fl-ewwel grupp ta' pajjiżi li jidħlu fil-Komunita' Ewropea.\".", "Illum ma kellniex ħlief krib hawnhekk, u fil-fatt qed jaqblu li Malta mhijiex dieħla ma' l- ewwel grupp ta' pajjiżi Ewropej.", "Allura kif nistgħu nagħtu kas jew nemmnu lil xi ħadd li jitkellem fuq il- fiduċja f'dan il- kontest?", "Dan huwa bniedem li għamel dawn is- snin kollha jitkellem fuq il- fiduċja, u fil-fatt m'għandu fiduċja xejn, iżda qed jisfiduċja u jinganna lill- poplu Malti.", "Mhux aħna qed ngħidu li l-Gvern umilja ruħu f'Lisbona, imma qed igħiduh l- osservaturi kollha barranin.", "Nista' wkoll inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra rapport ta' \"The Financial Times\" tad-29 ta' Ġunju, straight minn Brussels, li jgħid dan dwar il- laqgħa ta' Lisbona.", "\"The leaders chose diplomatic language to ease any disappointment on the part of Turkey, Cyprus and Malta.", "These three poorer southern countries have been told they must stay in the EC's waiting room, even though they all applied to join the EC before any of the EFTA states.\".", "Hekk iridu l-Prim Ministu lill- pajjiż tagħna, fil-waiting room tal- Komunita'?", "U dan jidher ferħan, qisu xi ħadd li mar il- knisja biex jiżżewweġ, l- għarusa ma dehritx u hu qed jistenna fis-sagristija u jfaħħar lill-għarusa li għadha kemm daħket bih quddiem kulħadd!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fuq dan l-istess suġġett, din il-ġimgħa l- magazine \"Newsweek\" qal:", "\"Unsurprisingly, the summitteers agreed with the Commission to put off membership negotiations with poorer candidates such as Turkey, Cyprus and Malta.\".", "Jiġifieri dawn qed jaċċettaw li l-Kummissjoni lilna qalgħethielna tal-fqar u tista' taqbiżna.", "Imma l-Prim Ministru assolutament ma jimportahx minn din il-ħaġa, u qed ikompli jinsisti li t-triq tiegħu hija t-triq li ddaħħal lil Malta fl-Ewropa u fil- Komunita' Ewropea.", "Biex jiġġustifika l-fatt li dam tliet snin jistenna biex japplika ħalli Malta tidħol fis-Suq Komuni, semma l-piż li kellu u li wiret minn qabel l- 1987.", "Dan huwa argument li ħadd m'hu se jifhmu u ħadd m'hu se jaċċettah, u fil-fatt huwa mod ieħor li juri li dak li qed jagħmel il-Prim Ministru huwa bbażat fuq intenzjonijiet ħżiena.", "Għax ma kien hemm xejn li jżomm lill-Prim Ministru Malti li fl-1987 japplika minnufih ħalli Malta ssir membru tal-Komunita' Ewropea.", "Sa tliet xhur wara li fl-1971 tela' l-Gvern Soċjalista ta' dak iż-żmien, u kien ikkritika t-trattat ta' assoċjazzjoni u qal li hu qassata, kienet saret applikazzjoni sħiħa għall-Komunita' - u fil-fatt jien kont wieħed min-nies li wassluha - li kienet tgħid ċar u tond li t-trattat ta' assoċjazzjoni li għandna mal- Komunita' mhuwiex tajjeb u li rridu nibdew negozjati minnufih.", "Jiġifieri fl-1987 xejn ma kien iżomm lill-Prim Ministru Fenech Adami wara li daħal Kastilja milli jagħmel l-istess, ħaġa u jitlob li Malta ssir membru sħiħ tas-Suq Komuni, imma din m'għamilhiex u dam jistenna tliet snin.", "Ir- raġuni li qed iġib, li hija l- piż li wiret, hija mill-ġdid mibnija fuq intenzjonijiet ħżiena, għax il-piż ħażin li kien qed iġorr ħażin kien il- piż taż-żerriegħa ħażina li waddbu n-Nazzjonalisti meta daru ma' l-Ewropa kollha jxerrdu s-sikrana dwar Malta.", "Dak kien il-piż li kienu qed iġorru.", "Aktar minn hekk, Sur President, hemm ir-retorika ta' disprezz li smajna llejla.", "Hawnhekk għandna nies li jħossu u jaħsbu li huma biss għandhom raġun u li dak li joħorġu bħala stat ta' fatt u bħala verita', hija xi ħaġa li kulħadd għandu jaċċettaha.", "Aħna ma naċċettawx l-argument li pajjiżna bilfors irid jidħol membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea.", "Aħna nħossu li l- Komunita' Ewropea hija fattur pożittiv u naqblu li l-membri tal-Komunita' Ewropea, fl- interess nazzjonali tagħhom, iridu jżidu l- unjoni tagħhom.", "Imma l-interess nazzjonali ta' pajjiżna jitlob mod ieħor.", "L- interess nazzjonali tagħna jitlob li ma nkunux membri sħaħ tal- Komunita', imma li jkollna l-eqreb relazzjonijiet possibbli, li jippermettulna nkomplu niżviluppaw il-politika u l-ekonomija tagħna.", "Il-Prim Ministru semma qassata.", "Jien ngħid li l- ġimgħa li għaddiet kellna qassata għall-Gvern Nazzjonalista għax wara dak iż-żmien kollu li kienu ilhom idaħħlu l-idea f'moħħ il-poplu li deħlin fuq ir-rubini fl- Ewropa, il-ġimgħa li għaddiet il- pajjiżi Ewropej qalulna li għalina l-bieb se jkun magħluq mill-inqas sa l-1997.", "Din hija realta' li twassalna mill- ġdid lura għas-snin sittin.", "Il-Prim Ministru pprova jgħid illi aħna qegħdin naqblu ma' l- Ewropej u qed ngħinu lill- Ewropej iżommu lil Malta barra mill-Komunita'.", "Assolutament dan mhuwiex il-każ.", "L- argumenti tagħna minn dejjem kienu jitilqu mill-interess nazzjonali, xejn aktar u xejn inqas.", "Fil-fatt, kultant il- Prim Ministru nnifsu lanqas biss jinduna li meta jkun qed jitkellem dwar Malta, l-Ewropa, jew il-Komunita' Ewropea, l- argumenti li jġib ma jkunux argumenti mfassla fuq ir- realta' u l-interess Malti, imma jkunu mfassla u meħuda kompletament minn dak illi qed igħidu l-Ewropej.", "Per eżempju, peress li l-Kummissjoni tal- Komunita' Ewropea qalet illi m'hemmx problemi insurmontabbli f'dak illi għandu x'jaqsam ma' l-ekonomija, il-Prim Ministru qal li dawn jaqblu magħna, u jekk nidħlu aħna, ma jkollniex problemi ekonomiċi.", "Il-Prim Ministru, li ilu fil-poter ħames snin, joħroġ b'argumenti bħal dawn, Sur President!", "Dak li kienet qed tgħid il- Kummissjoni kien li l-argumenti u l-problemi ekonomiċi ma jeżistux għall-Komunita' Ewropea.", "Pero' għall-Komunita' Ewropea, aħna qisna nemusa fuq dahar ta' iljunfant.", "Ħadd ma jista' jimmaġina li l-ekonomija Maltija tista' toħloq xi problema għall-ekonomija tal- Komunita'.", "Imma biex minn dan twassal għall-argument illi allura ma jkunx hemm problemi għall- ekonomija ta' Malta, ci vuole!", "Hawnhekk qed nagħmlu qabża mhux ta' immaġinazzjoni biss, imma qed nerġgħu mmorru lura lejn is-snin sittin, fejn kull ħaġa li kienet tintqal min-naħa Nazzjonalista kienet sempliċement tirrifletti l- ħsebijiet, il-moħħ u l- istruttura ta' ħsieb ta' pajjiżi li kellhom interess illi jiddominawna, iżommuna f'postna u ma jħalluniex niċċaqilqu minn fejn konna.", "L-istess ħaġa tiġri meta l- Prim Ministru joħroġ bl- argumenti li aħna naqblu b'xi mod mal-problemi istituzzjonali li qed iqajmu l-Ewropej dwar id- dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea.", "Aħna qatt ma qbilna u ddiskutejniha magħhom, imma aħna smajna li huma kienu qed jiddiskutu b'dan il-mod.", "Il- Prim Ministru qal illi jifhem illi huma jiddiskutu b'dan il- mod.", "Sa ftit snin ilu, l-Prim Ministru kien jgħid li Malta trid tidħol bil- kondizzjonijiet ta' membru sħiħ mingħajr ma tkun a second-class citizen.", "Illum minn kif tkellem, jidher illi diġa' ċċaqlaq minn dik il- pożizzjoni, u jidher ċar illi qed ikun hemm tidwir fil-kliem.", "(Interruzzjonijiet) Daqskemm dawwart kliem int!", "Inti speċjalista fit-tidwir tal- kliem! ...", "Illum ħareġ ċar illi l-Prim Ministru diġa' qed jaħseb b'mod illi jkun lest jaċċetta anke bidliet istituzzjonali li jdaħħlu lil Malta bħala a second- class citizen.", "(Interruzzjonijiet) Min janalizza dak li qal, min janalizza kif tkellem u min janalizza dak li ma qalx, jintebah li din diġa' qegħda f'moħħu.", "Jien se nagħti eżempju wieħed ta' kif il-Prim Ministru diġa' aċċetta li nkunu second-class citizens.", "Forsi ħafna nies għadhom lanqas tħajru jifhmu illi anke l-lingwa Maltija hija parti mill-mod kif tiddiskuti d-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea.", "Kieku aħna nkunu membri sħaħ tal-Komunita', il- Malti jiġi aċċettat biex jiġu mfassla l-liġijiet tal- Komunita' jew se jkollna naċċettaw li jkun hemm lingwa oħra li tiddetermina l-liġijiet interni tagħna?", "M'hemmx mistoqsija fuqha din, Sur President u l-Prim Ministru din diġa' ċedieha.", "Fl-aħħar ta' Jannar ta' l-1989, f'intervista li ta lil riċerkatura Ġermaniża, Heike Bartoly l-Prim Ministru qal li jkun lest li ma jagħmilx il- Malti bħala mod kif il-lingwi u l-liġijiet ta' Malta fil-Komunita' jiġu riflessi.", "Pero' issa diġa' aċċetta li l-Malti jċedih bħala mod kif il- liġijiet tal- Komunita' jkunu jieġu mfassla għal Malta.", "Mhux ta' b'xejn illi waqajna lura għas-snin sittin.", "Il-Prim Ministru qal li wara l-elezzjoni, jien għidt li għandna mandat biex ninnegozjaw.", "Veru li b'mod prammatiku, wara l-elezzjoni jien għidt li fl-opinjoni personali tiegħi, la l-Partit Nazzjonalista kien rebaħ l- elezzjoni, kellu l- mandat mill-poplu biex jiftħu n-negozjati mal-Komunita' fuq il-bażi li semmew huma.", "Imma dak iż-żmien żgur li ma kontx naf bil- ħadma li ħadmu lill- poplu Malti.", "Stqarrija li saret fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista kienet li jinsabu fiduċjużi li Malta se tkun fl-ewwel grupp ta' pajjiżi li jidħlu fil-Komunita' Ewropea.", "Pero' llum, il-Prim Ministru bl-aktar mod isteriku, akkużana u qal li qed immorru kontra l-interess ta' pajjiżna fi żmien tassew kruċjali.", "Dan il-kliem għadna kemm smajnih, u jekk kien hemm xi ħaġa isterika, kienet proprju dik.", "Il-Prim Ministru għadu fiduċjuż jew le?", "Fil- konferenza stampa li ta nhar il-Ġimgħa qal: \"M'inix ottimist u lanqas pessimist.\"", "Il-mod kif titfassal il-fiduċja f'dan iż-żmien huwa sempliċement inkredibbli, Sur President!", "L-argument tiegħi huwa li jekk il- pożizzjoni tiegħi qabel kienet illi dan il-Gvern għandu mandat biex jinnegozja, issa dik m'għadhiex il-pożizzjoni tiegħi, għax il- mod kif qed jitmexxa dan il- pajjiż, bit-tlellix, bl- argumenti fiergħa, bl- affarijiet illi jkunu kollha taparsi fiduċji u gideb, sempliċement biex jidħku bil- poplu, ħareġ ċar f'dan il-każ u qed joħroġ ċar f'każijiet oħra.", "Għalhekk jien m'inix lest aktar li naqbel illi għandhom mandat biex jinnegozjaw mal- Komunita'.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx fiduċja!", "Sur President, niġi għall- kwestjoni tal-kalkoli.", "Il-Prim Ministru ilu snin sħaħ igħid li d-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea hija kwestjoni politika.", "Kull meta pprovajna nwassluh għall-argumenti ekonomiċi, bħalma għamel illum, reġa' sfuma ruħu f'ħafna kliem li m'għandniex fiduċja fil- poplu, fl-industrija, fis- settur ta' l-offshore, eċċ. Sur President, m'hemmx dubju li l-binarju politiku falla.", "Dak li ġara f'Lisbona l-ġimgħa li għaddiet, juri ċar li l-binarju politiku li fuqu l-Prim Ministru prrefera jibbaża l- argument tal-Komunita' matul dawn is-snin kollha, falla.", "U dan mhux qed ngħidu jien biss, imma qed igħiduh il-ħbieb kollha tad-demokristjani Ewropej, fosthom il-grupp tal- Lussemburgu li m'aċċettax li Malta tidħol ma' l-ewwel grupp ta' pajjiżi li qed jinnegozjaw.", "Nerġa' ngħid li l-binarju politiku falla, Sur President.", "Ħalli niġu għall-binarju ekonomiku, għax il-Prim Ministru llejla, fl- opinjoni tiegħi bl-akbar irresponsabilita', reġa' pprefera jwaddab ftit ideat fl-arju, qisu torrero qed jiġri wara barri, u assolutament ma pprovax jifhem eżattament x'inhu l-argument ekonomiku.", "L-argument ekono- miku m'għandu x'jaqsam xejn ma' fiduċja u sfiduċja, Sur President, imma jorbot ma' punt wieħed: Jekk Malta tkun membru sħiħ tal-Komunita', trid taċċetta li tapplika r-regoli kollha tat-tmexxija tal- Komunita' Ewropea, u din m'hemmx dubji dwarha.", "Fi stqarrija wara l-oħra, il- mexxejja Ewropej qegħdin jinsistu fuq dan il-punt.", "L- argument tagħna huwa li r- regoli li japplikaw fil- Komunita' Ewropea huma mfassla għal dawk il-pajjiżi li huma membri tal-Komunita' Ewropea.", "Dawn ma jgħoddux għal pajjiżna għal raġuni waħda, għax huma regoli li huma tajbin għal pajjiżi kbar li għandhom ċerti riżorsi li aħna m'għandniex, bħalma huma r-riżorsi ta' nies, riżorsi ta' industriji u riżorsi ta' biedja.", "Allura la aħna m'għandniex dawn ir- riżorsi, dawk ir-regoli ma japplikawx tajjeb għalina.", "Kieku kellna napplikawhom, kif jrid japplikahom min ikun membru tas-Suq Komuni, l-ispiża tagħna tibda togħla, il-mod kif aħna nipproduċu l-affarijiet jogħla, il- produzzjoni tagħna ma tibqax kompetittiva, l- esportazzjoni tagħna tonqos u dak li għandu x'jaqsam mat- turiżmu jmur lura.", "Dawn huma affarijiet li l- ebda prim ministru Nazzjonalista ma jista' jinnega, allavolja dejjem jippreferu jevitaw dawn l-argumenti.", "Barra minn hekk, għandna dak il-qasam ekonomiku li jiddependi biss mis-suq Malti, li huwa protett, u li mhuwiex kompetittiv ma' l-oqsma internazzjonali.", "Kieku aħna kellna napplikaw ir- regoli kollha tal-Komunita' Ewropea, kif ikollna napplikawhom jekk nkunu membri sħaħ tal- Komunita', dak is-settur protett lokali jisfaxxa.", "Peress li l-ispiża tal- produzzjoni tagħna tkun baqgħet tiżdied, ma jidħol l-ebda investiment ġdid biex jikkompensa għal dak li nkunu tlifna.", "Dan huwa s- scenario għal dak li wieħed jibni, huwa scenario loġiku li joħroġ mir- realta' Maltija u l-ebda ammont ta' retorika politika ta' l- avukati m'hi se toħroġ minnha.", "L-argument l-ieħor, li llum ma semmihx il-Prim Ministru, huwa li biex jikkompensa għal dawn l-iżvantaġġi li jinqalgħu, il-Komunita' Ewropea tibda tagħti l-flus lill-pajjiż.", "Pero' jien ngħid li l-Komunita' ma tagħti l- ebda flus lis- settur produttiv, imma l-flus imorru f'cohesion funds, f'social funds, f'regional funds, fi structural funds, u fil-budget tal- Gvern, biex jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura li l-ebda wieħed minnhom neċessarjament ma jfisser żieda fil-kapaċita' produttiva tal- pajjiż.", "Ir- riżultat tas-sħubija sħiħa ta' Malta fil-Komunita' Ewropea jwassal għal tnaqqis dirett fis-saħħa produttiva tal- pajjiż, għax is- saħħa produttiva tal-pajjiż ma tibqax aktar kompetittiva fuq is-swieq internazzjonali.", "Tfisser ukoll li l-Gvern Malti jibda jirċievi ċerti ammont ta' flejjes fil-budget tiegħu.", "Dan bl-ebda mod ma jikkompensa wieħed għall-ieħor, u l-ebda ammont ta' retorika u kliem sabiħ ma jikkompensa għal din il-ħaġa.", "Il-Gvern Nazzjonalista ilu mill-1979 igħid li jrid idaħħal lil Malta membru sħiħ tas-Suq Komuni u għadu lanqas indenja ruħu jiffacċja din il- problema.", "Għalhekk qed ngħidu li l-Gvern huwa irresponsabbli għax kull darba qed jaħrab mir- realta'.", "Din hija realta' iebsa li tirrikjedi ċerti aċċettazzjonijiet min-naħa tagħna u l-Gvern Nazzjonalista baqa' jitma' lill-poplu Malti l-ħrejjef, kliem sabiħ u affarijiet li huma maħsuba biex jaljenaw.", "Sur President, il-viżjoni għall-ġejjieni minn dan kollu li smajna llum hija viżjoni li fl-opinjoni tiegħi għandha tħalli lill-poplu Malti biered għal kollox.", "Għax meta ġejna biex nitkellmu dwar x'irridu min-naħa l- oħra, ħlief is-soltu retorika dwar l-Ewropa ma smajniex u lanqas smajna, ħlief incidentalment, refer- enza għal pajjiżna, fejn jinsab pajjiżna, minn fejn ġej pajjiżna jew fejn sejjer pajjiżna.", "Pajjiżna jinsab fin-nofs tal-Mediterran u ma jistax jiddefinixxi viżjoni għall-futur semplicement billi jgħid li se jsir bicca waħda mill-Ewropa.", "L-argumenti kollha li smajna llejla min- naħa l-oħra, huma argumenti ta' inferiority complex, ta' nies li jibżgħu jiffaċċjaw ir- realta' bħala Maltin, u ta' nies li l-ħin kollu jqisu lilhom infushom - kif kienu qalu fil-Konferenza Ġenerali tagħhom - bħala li mhumiex Maltin, imma huma Ewropej.", "Din hija xi ħaġa li forsi tappella għal certi nies, imma f'viżjoni għat-tul hija xi ħaġa li qed tagħmel deni kbir lill- identita' tagħna.", "Aħna m'aħniex Ewropej biss, Sur President.", "Aħna nies tal-Mediterran, u l- viżjoni li rridu nipproġettaw ma tridx tkun viżjoni ta' nies li jridu jaħbu l-identita' tagħhom f'identita ta' kontinent kbir, imma ta' nies li qed jaċċettaw ir- realta' li fiha jgħixu u li minnha ħarġu.", "Il-Prim Ministru u sħabu m'għandhomx din il- viżjoni, imma jippreferu li jkunu taħt il-kappa ta' nies li forsi jidhru iktar fuq ix-xena internazzjonali, imma li fir- realta' mhumiex - u ma jistgħux ikunu - parti mill-identita' u mill- ħajja tagħna.", "Il-ħajja tagħna m'għandhiex tkun marbuta biss ma' l-Ewropa, imma għandha tkun marbuta mar- realta' tal-Mediterran.", "Din hija l-isfida tagħna, Sur President.", "L-isfida tagħna hija li aħna naccettaw li bħala pajjiż, ma nistgħux semplicement norbtu ma' min jidher l- iktar sabiħ, l- aktar kbir u l- aktar qawwi, imma nkomplu naħdmu f'viżjoni għat-tul ħalli pajjiżna tabilħaqq jersaq u jkun parti mill-identita' aktar wiesgħa tal- Mediterran.", "Issa din hija xi ħaġa li tinħass bħala xi ħaġa li mhijiex daqshekk centrali, u dan huwa l-kuraġġ politiku li għandna bżonn.", "Aħna għandna bżonn il- kuraġġ politiku li naccettaw li mhux biss inħarsu lejn ħames snin jew għaxar snin oħra imma aktar fit-tul.", "U dan ifisser li aħna bħala pajjiż nifhmu li għaddejna storja ta' poplu maqtugħ mir-realta' ġeografika fejn igħix.", "Għax taħt il- Kavallieri, taħt il-Franciżi, taħt l- Ingliżi, u issa taħt in- Nazzjonalisti, kull ħaġa li qed issir qegħda tkun maħsuba biex lil din il-gżira norbtuha ma' naħa waħda biss tal-Mediterran.", "Dan hu ħażin, Sur President, għax aħna ma nistgħux inkunu pajjiż li nkunu fruntiera sempliċement marbuta ma' naħa waħda biss.", "Aħna rridu nkunu fiċ- ċentru u mhux fruntiera.", "Għalhekk issa qed jispuntaw l-argumenti illi l- valur ta' Malta fil-Komunita' Ewropea huwa valur strateġiku.", "Bħalissa qed iqum l-argument illi jekk l-Ewropa għandha tħares lejn pajjiżna biex iddaħħal lil pajjiżna fiha, l- argument huwa strateġiku, li Malta trid tkun bastjun ta' l- Ewropa kontra l- fundamentaliżmu, kontra l- Għarab, kontra l- Musulmani u kontra l-Afrika ta' Fuq.", "Din hija r-realta' li qed tinxtered f'pajjiżna u tiġi proġettata f'pajjiżna.", "Minn hawn toħroġ il-viżjoni tal-ġejjieni, viżjoni li jkollha l-kuraġġ tgħid lill- poplu Malti li hu jinsab fiċ- ċentru tal-Mediterran, li għandu jkun ħabib mill-kbar u mill-aktar qrib tan-North u tas-South, u għandu jaħdem biex din il-ħolma tintlaħaq.", "Din il-ħolma mhijiex se tintlaħaq is- sena d-dieħla jew ħames snin oħra, imma se tintlaħaq għax trid tintlaħaq.", "U teħux passi llum jew għada li jaħbu minnek dik il-possibilita' fil-futur.", "Dan huwa l-kuraġġ li għandu jkollna aħna u li l-Gvern m'għandux, u ma jridx li jkollu, għax il-Gvern kulma jinteressah huwa, kif reġa' qal il- Prim Ministru, li hemm l- Ewropa, u allura nidħlu taħt l- umbrella tagħha.", "Hemm viżjoni oħra ta' pajjiżna, hemm viżjoni iktar 'il bogħod, viżjoni li hija aktar kuraġġuża, aktar qawwija u aktar trid li jkollok rieda u ħila.", "U din hija xi ħaġa li l-poplu tagħna jaf biha.", "Id-dmir tagħna mhuwiex li nitilqu mal-moda, id-dmir tagħna huwa li minn dak li hemm madwarna, nieħdu l- aħjar li nistgħu fl-interess nazzjonali, u fl-istess ħin nersqu biex għall-quddiem inkunu fattur importanti u ewlieni fil-bini ta' soċjeta' Meditteranja, li tabilħaqq aħna nkunu c-centru tagħha u mhux fruntiera fiha u fil-bordura ta' ħaddieħor.", "Ma rridx inwaddab aktar melħ fil-ġerħa kbira li għandu l- Prim Ministru.", "Veru li ħbiebu umiljawh il-ġimgħa li għaddiet, u naħseb li ta' min jifhem għaliex umiljawh.", "Sur President, umiljawh għar-raġuni illi ra kbir wisq u minflok innegozja kif kellu jinnegozja, ta kollox f'idejn ħaddieħor.", "X'jiġri meta tmur għand xi ħadd u tagħtih kollox f'idejh?", "Meta tmur għand xi ħadd u tagħtih kollox f'idejh mhux talli mhux se jistmak, u mhux talli se jwarrbek, imma talli jasal anke biex jumiljak.", "Il-Prim Ministru, din il-ġimgħa u l- ġimgħa li għaddiet, nerġa' nirrepeti, kien qisu dak l- għarus li mar biex jiżżewweġ fil-knisja u għadu jistenna lill-għarusa fis- sagristija, u jgħid kemm l-affarijiet huma sbieħ.", "Din hija xi ħaġa li lil pajjiżna tumiljah għax Gvern li huwa lest li jaċċetta umiljazzjoni bħal din u jibqa' għaddej qisu ma ġara xejn, mhuwiex Gvern ta' min jistmah.", "U l- poplu issa qed jinduna x'inhi t-tattika tal-Prim Ministru Fenech Adami u ta' sħabu, fejn jikkontrollaw il- mezzi tal-kommunikazzjoni u jipproġettaw propaganda għadd- ejja l-ħin kollu li kollox sejjer tajjeb.", "Meta l- affarijiet ma jmorrux tajjeb m'għandhomx il-ħila, il-kuraġġ jew il-fiduċja fil-poplu li jgħidulu li l-affarijiet mhumiex sejrin tajjeb.", "(Agħjat) Ir-realta' hija li d-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea ġiet dejjem ippreżentata mill- Gvern Nazzjonalista bħala l- pedament tal-politika barranija tiegħu, imma wkoll bħala l- pedament tal-politika ekonomika u soċjali tiegħu.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien qed jaħseb li se jibda jinnegozja s-sena li għaddiet.", "Dan qalu l-Prim Minsitru s-sena li għaddiet stess, iżda issa rriżulta li bl-umiljazzjoni ta' Lisbona, mhux veru li se jiġri hekk.", "Għax qabel l-1996 mhux se jkunu mitmuma u mhux se jsiru r- riformi istituzzjonali tal- Komunita', li bihom se jkun hemm is-second class citizens fil-Komunita' - u li llejla l- Prim Ministru diġa' indika li lest jaċċettah.", "Imbagħad jekk jibdew in-negozjati, dawn jibdew mill- 1997 'il quddiem.", "Jiġifieri bejn issa u l-1997, l-politika tal-pajjiż u tal- Gvern qegħda f'vojt, dan huwa vojt li bilfors iqanqal sfiduċja fil- pajjiż.", "Illejla l-Prim Ministru ma ta l-ebda indikazzjoni ta' x'beħsiebu jagħmel, imma sempliċement qal li se jipprova jidħol fl-ewwel pakkett ta' pajjiżi.", "Jiġifieri bħal dak l-għarus li baqa' jistenna lill-għarusa li mingħalih se tiġi, il-Prim Ministru se jibqa' jistenna.", "Imma waqt li hu se jistenna, il-pajjiż x'se jagħmel? x'se jsir mill-investiment?", "X'se jsir mill-arranġamenti li għandu mal-Komunita'?", "X'se jsir mill-investimenti finanzjarji fil-pajjiż?", "X'se jsir mill-koperazzjoni finanzjarja tal- pajjiż?", "X'se jsir mis-sigurta' tal-pajjiż?", "X'se jsir mill-politika barranija tal-pajjiż?", "Irridu nistennew.", "Il-Prim Ministru ma ta ebda indikazzjoni fejn sejrin u l-mistoqsija qed tikber.", "Il-Prim Ministru qal li daħħal il-levies - għalkemm din hija kontradizzjoni kbira - biex iressaq lil Malta aktar qrib tal-Komunita' Ewropea.", "Hawnhekk mid-dehra għadu ħadd ma qallu li dawk il-levies illi daħħal huma in kontradizzjoni totali mal-legalita', ma' l- ispirtu u mal- mod kif għandu jiġi amministrat il-ftehim ta' assoċjazzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "X'se jiġri mil- levies f'dan is-sens?", "X'se jiġri mis- sistema tal-biedja fil-pajjiż?", "Il-bdiewa għandhom jibdew jippreparaw illi se jinqerdu bil-kompetizzjoni li ġejja wara l-1997?", "L- industrija lokali, it-Tarzna u t-turiżmu, se jibqgħu jistennew sa l-1997?", "Dan il- baħħ kif se nimlewh, Sur President?", "Bħalissa l-Prim Ministru qal illi beħsiebu jibqa' jimbotta biex jidħol fl- ewwel grupp ta' pajjiżi.", "Jien ngħidlu li m'għandux l-iċken ċans illi jibda jinnegozja qabel l-1997.", "Sadanittant ikun hemm elezzjoni oħra u nimmaġina illi sa dak iż-żmien il-fiduċja li tkellem dwarha l-Prim Ministru, tkun inbidlet mhux ħażin, għax il-fiduċja kif qed jużaha l-Prim Ministru, hija fiduċja li hija bbażata fuq it- tiben, fuq ir-ramel u fuq il- baħħ.", "Biex nagħlaq nixtieq nerġa' mmur lura lejn l-1979, meta fil-Gzira l-Onor.", "Fenech Adami kien qal:", "\"Wasalna fil-bidu ta' Marzu u l-poplu Malti għadu ma jafx fejn sejjer.", "Wasalna f'dan ix-xahar u lanqas il-popli l-oħra ma jafu fejn aħna sejrin.", "Allura bilfors ikun hemm nuqqas ta' fiduċja u ta' investiment f'pajjiżna.", "Bilfors illi pajjiżna ma jistax imur 'il quddiem kif nixtiequ.\".", "Din hija r-realta' bħalissa, Sur President.", "L-ebda ammont ta' retorika ta' l-avukati ma tista' taħbiha u l-ebda duħħan m'hu se jaħbi r-realta' ta' kif qed isiru l-argumenti.", "Jekk mhux għal dejjem, l-Ewropej ma jriduniex għalissa.", "Din hija r-realta' illi waddbu l- Ewropej ma' wiċċ il-Prim Ministru ġimgħa ilu.", "Din fehemha kulħadd f'pajjiżna u mid-dehra l-uniku wieħed illi ma fehemhiex huwa l-Prim Ministru li għadu qed jistenna, jittama u jittallab.", "Aħna ngħidulu li ma naqblux ma' dan it-tip ta' tama, u ma' dan it- tip ta' talb, għax inqisuh li huwa tama u talb tal-mistħija.", "Għalhekk umiljana u m'għandniex fiduċja fih, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Issa ħalli nispjega daqsxejn lill-Kamra l- proċedura li se nużaw biex inkunu ċari kemm jista' jkun.", "Jien se npoġġi l- ewwel il-mistoqsija fuq l- emenda mressqa mill-Prim Ministru.", "Jekk dik l- emenda tgħaddi, wara npoġġi l- mistoqsija fuq il-mozzjoni kif emendata eventwalment.", "Jien informat miż-żewġ Whips, illi hemm ftehim illi jekk tissejjah division fuq l-ewwel mistoqsija li npoġġi, din tittieħed wara ħames minuti.", "Jekk imbagħad terġa' tissejjaħ division fuq it-tieni mistoqsija allura din tittieħed immedjatament.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il- Kamra ġiet sospiża fid-9.30 p.m. u rriżumiet fid-9.35 p.m. meta vvotat hekk:", "|VOTAZZJONI | | |NRU : 11 | | | | | |FAVUR: 34 |KONTRA : 31 | | | | |L-Onor. |L-Onor. | | | | |Bonello Du | Abela | |Puis George |Wistin | |Bonnici |Attard | |Josef |Montalto | | |John | |Bonnici |Bartolo | |Michael |Evarist | |Borg Tonio | Borg Carmel| |Cassar Joe | Brincat | | |Joseph | |Cuschieri |Brincat Leo | |Louis | | |Dalli John | Buhagiar | | |Charles | |Debono |Buhagiar | |Giovanna |Louis | |Deguara |Calleja Reno| |Louis | | |De Marco | Cilia Joe | |Guido | | |Falzon | Debono | |Michael |Grech Joe | |Fenech Adami| Farrugia | |Eddie |Michael | |Fenech Joe | Farrugia | | |Noel | |Frendo | Gatt George| |Michael | | |Galea Censu |Grech Edwin | | |S | |Galea Louis |Mangion | | |Charles | |Galea Mario |Micallef | | |Freddie | |Gatt |Mifsud | |Lawrence |Bonnici | | |Karmenu | |Gauci Borda | Mintoff Dom| |Lino | | |Hyzler |Mizzi Joe | |George | | | Mifsud | Moran | |Bonnici |Vincent | |Antoine | | |Mifsud | Muscat | |Bonnici Ugo |Philip | |Muscat |Nicholl Tony| |Claude | | |Muscat | Portelli | |Richard |Alfred | |Psaila | Refalo | |Savona |Anton | |Joseph | | |Refalo Louis| Sant Alfred| |Refalo |Sant Salvu | |Michael | | |Angelo | | |Rizzo Naudi | Schembri | |John |Adami Sandro| |Spiteri Carm|Spiteri Lino| |Lino | | |Tabone Anton| Vella | | |George | |Vella John | Vella | | |Karmenu | |Zammit Ninu | | |Zammit | | |Stanley | | |Zammit | | |Dimech | | |Francis | |", "L-emenda għaddiet.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "MR SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed issa stess.", "Billi ntalbet votazzjoni, din ittieħdet dak il-ħin stess, skond il-ftehim milħuq aktar kmieni, u l-Kamra vvotat hekk:", "|VOTAZZJONI | | |NRU.", "12 | | | | | |FAVUR: 34 |KONTRA : | | |31 | | | | |L-Onor. |L-Onor | | | | |Bonello Du | Abela | |Puis George|Wistin | |Bonnici |Attard | |Josef |Montalto | | |John | |Bonnici |Bartolo | |Michael |Evarist | |Borg Tonio | Borg | | |Carmel | |Cassar Joe | Brincat | | |Joseph | |Cuschieri |Brincat | |Louis |Leo | |Dalli John | Buhagiar | | |Charles | |Debono |Buhagiar | |Giovanna |Louis | |Deguara |Calleja | |Louis |Reno | |DeMarco |Cilia Joe | |Guido | | |Falzon | Debono | |Michael |Grech Joe | |Fenech | Farrugia | |Adami Eddie|Michael | |Fenech Joe | Farrugia | | |Noel | |Frendo | Gatt | |Michael |George | |Galea Censu|Grech | | |Edwin S | |Galea Louis|Mangion | | |Charles | |Galea Mario|Micallef | | |Freddie | |Gatt |Mifsud | |Lawrence |Bonnici | | |Karmenu | |Gauci Borda| Mintoff | |Lino |Dom | |Hyzler |Mizzi Joe | |George | | |Mifsud | Moran | |Bonnici |Vincent | |Antoine | | |Mifsud | Muscat | |Bonnici Ugo|Philip | |Muscat |Nicholl | |Claude |Tony | |Muscat | Portelli | |Richard |Alfred | |Psaila | Refalo | |Savona |Anton | |Joseph | | |Refalo | Sant | |Louis |Alfred | |Refalo |Sant Salvu| |Michael | | |Angelo | | |Rizzo Naudi| Schembri | |John |Adami | | |Sandro | |Spiteri |Spiteri | |Carm Lino |Lino | |Tabone | Vella | |Anton |George | |Vella John | Vella | | |Karmenu | |Zammit Ninu| | |Zammit | | |Stanley | | |Zammit | | |Dimech | | |Francis | |", "Il-mozzjoni, kif emendata, għaddiet", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l- aġġornament tal-Kamra għal- għada, t-Tlieta, 7 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar tiġdid u emenda għall-Att dwar it-Trasferiemnt ta' Artijiet tal-Gvern.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Kodiċi Ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u Bejjiegħa fit- Toroq - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skond il-ftehim tal-Kamra ta' l-1 ta' Lulju, 1992, il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta, 7 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.42 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-ftehim tal-Kamra ta' l-1 ta' Lulju, 1992.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Turiżmu, Rata ta' imgħax brl,Turiżmu, Rata ta' imgħax daj,Turiżmu, Rata ta' imgħax TURIŻMU - RATA TA' IMGĦAX", "2342.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Hemm xi ħsieb li is- Settur Turistiku jibda igawdi minn rati ta' l-imgħax favorevoli fuq self komparabbli għal dawk applikabbli lill- industriji tal-manifattura i.e.", "4% points taħt il-Bank rate massima ta' 8%?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skond Avviż Legali Numru 81 ta' l-1987, ir- rata massima ta' self kemm għall-industrija kif ukoll għat-turiżmu hija prattikament l-istess, jiġifieri ta' 7% ħlief fil-każ ta' advances li huma 1/2% anqas għall- industrija.", "L-istruttura tar- rati ta' imgħax tiġi riveduta skond il-politika monetarja li tiġi stabbilita' minn żmien għal żmien.", "Għalhekk nippreżumi li l- Onor. Membru qed jirreferi għas-self aġevolat taħt l- iskema ta' Inċentivi għall- Iżvilupp Industrijali li jinkludu rata ta' imgħax 4 punti taħt ir-rata ta' self normali applikabbli.", "Ta' min jgħid pero' li dan huwa ntiż biss għall-proġetti industrijali li l-prodotti tagħhom huma mill-anqas 95% għall- esportazzjoni u mhux kull industrija tal- manifattura hija ntitolata għal dan it-tip ta' self b'irħis.", "F'dan il- kuntest, tajjeb ukoll li nfakkar li fil- fatt is-Settur Turistiku diġa' jgawdi mill-iskema tal-Forward Buying Rate fl-isterlina għas- suq Ingliż.", "HCEB brl,HCEB bodg,HCEB HCEB", "2343.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Fid-dawl tal-kritika dejjem tikber għall-mod kif jaħdem l-HCEB, il-Gvern għandu xi ħsieb li jagħmel upgrading tal-funzjoni ta' dan il-board billi jagħtih aktar poteri biex jaqdi dmiru f'mod effettiv?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jistrih fuq ir-rimarki ġeneriċi li għamel il-President tal-Assoċjazzjoni tal- Lukandi u Stabbilimenti ta' l-Ikel fid- diskors tiegħu lill-membri tal- MHRA nitlob lill-Onor.", "Membru sabiex jissostanzja l- allegazzjoni li qed jagħmel.", "Ninforma lill-Kamra li c- Chairman tal-HCEB kiteb lill- President tal- MHRA u għamillu l-istess mistoqsija.", "Pensjoni tal-wens bare,Pensjoni tal-wens hyzg,Pensjoni tal-wens PENSJONI TAL-WENS", "2625.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jikkonsidra li jsiru t-tibdiliet meħtieġa biex qraba li jieħdu ħsieb ħuthom ħandikappati (bi żvantaġġ socjali) jitħallsu l- beneficcji socjali li bħalissa jingħataw lill-ġenituri?", "F'każi bħal dawn il-ġenituri jkunu mietu, b'hekk il-qraba jkollhom jieħdu ħsieb lil ħuthom.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: S'issa l-liġi tipprovdi li xebbiet u nisa romol li jkunu qed jieħdu ħsieb ta' qraba handikappati jistgħu japplikaw għall- għajnuna Soċjali, dik magħrufa bħala SAF.", "Bl-introduzzjoni tal-Pensjoni għall-Wens, ulied sew jekk ikunu ġuvintur, xebbiet jew romol, jistgħu japplikaw għal din il-pensjoni fil-każ li jkunu qed jieħdu ħsieb ta' ġenituri ta' 'l fuq minn 60 sena li jkunu fis-sodod jew f'wheelchair.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant li din il- pensjoni tiġi estiża fil-każ ta' qraba li qed jieħdu ħsieb persuna ħandikappata, irid jiġi kkonsidrat fid-dawl ta' prioritajiet oħra li minn żmien għal żmien it-tibdil fis- soċjeta'li qed ngħixu fiha titlob mill- liġijiet soċjali tagħna.", "Bdiewa,Talbiet għall-ħamrija farn,Bdiewa,Talbiet għall-ħamrija gatl,Bdiewa,Talbiet għall-ħamrija BDIEWA - TALBIET GĦALL-ĦAMRIJA", "2644.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall- ħamrija mill-bdiewa?", "Kemm ilhom pendenti dawn it- talbiet u kif jiġu preferuti bdiewa minn oħrajn?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 'il fuq minn 200 applikazzjoni pendenti minn bdiewa jinġarru xi 4000 trakkijiet ħamrija.", "Iż-żmien ta' kemm ilhom pendenti t-talbiet ivarja minn waħda għal-oħra.", "Jiġu preferuti talbiet li jkunu kemm jista' jkun qrib minn fejn tkun qegħda titneħħa l-ħamrija biex tiġi limitata d- distanza u l-ħin tat- trasport.", "Tingħata preferenza lil dawk il-bdiewa li jipprovdu trakkijiet huma stess u jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-gaffa li tkun qegħda tgħabbi l- ħamrija fuq trakkijiet tad- dipartiment.", "Priorita' tingħata wkoll għall-domanda ta' ħamrija mill- istess Dipartiment ta' l- Agrikoltura u Sajd jew Dipartimenti oħra tal-Gvern jew korpi Parastatali.", "Bdiewa,Għajnuna finanzjarja farn,Bdiewa,Għajnuna finanzjarja gatl,Bdiewa,Għajnuna finanzjarja BDIEWA - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "2645.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ic-cifra f'ammont finanzjarju għall-għajnuna li l-bdiewa ingħataw biex jixtru l-apparat għas-sistema drip irrigation matul il-perjodu ta' Mejju 1990 u 1991 u Mejju 1991 u 1992?", "Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ħadu l-għajnuna u kemm hemm pendenti?", "Kemm huwa kalkolat il- persentaġġ li jonforq il-bidwi naturalment meta jitnaqqas is- sussidju tad-dipartiment biex jibda jaħdem bis-sistema ta' drip irrigation?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Is-somma li ngħatat lill-bdiewa matul il-perjodu minn Mejju 1990 sa Mejju 1991 bħala għajnuna finanzjarja biex jixtru apparat tat-tisqija bid-drips kienet ta' Lm800 filwaqt li bejn Mejju 1991 u Mejju 1992 kienet ta' Lm10,000.", "In-numru totali ta' bdiewa li ħadu għajnuna fuq apparat tat- tisqija bid- drips s'issa huwa ta' 24 filwaqt li hemm 49 applikazzjoni oħra pendenti.", "Għajnuna finanzjarja fuq drips tammonta għal 50% tan- nefqa sal-għotja massima ta' Lm800.", "Għalhekk bejn wieħed u ieħor il-bidwi irid jonfoq il- kumplament jiġifieri l-50% l- oħra tan-nefqa.", "Rabat,Servizz tad-drenaġġ farn,Rabat,Servizz tad-drenaġġ falm,Rabat,Servizz tad-drenaġġ RABAT - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "2646.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi saru diversi rapporti li kawża tal-bowsers tad-drenaġġ li qed ibattlu f'Għar Barka, Rabat ir- residenti f'Nigret Road u ftit minn dawk fi Vjal il- Ħaddiem qed jilmentaw li il-volum tad- drenaġġ mhux ilaħħaq mas- sistema, u fil-fatt ta' sikwit qed ifur id-drenaġġ b'detriment li wkoll jisbokka fi djarhom, jista' l-Ministru jara kif jirrimedja sabiex dawn ir- residenti ma jkomplux jiffaċċjaw aktar inkonvenjenza?", "Jekk fl-affermattiv, meta se jsir xi ħaġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Awtoritajiet Sanitarji ġew informati fil- passat fuq it-tbattil illegali ta' drenaġġ mill-bowser f'Għar Barka.", "Għall-futur hemm maħsub li jsir relief main f'dawn l- inħawi biex itaffi l-problemi msemmija.", "Herd Book Nazzjonali farn,Herd Book Nazzjonali gatl,Herd Book Nazzjonali HERD BOOK NAZZJONALI", "2647.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x- xogħol ta' studju sar s'issa fuq il- Herd Book Nazzjonali?", "Jekk hemm xi forma ta' rapport, jista' l-Ministru jpoġġi dan fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- preparamenti u studji biex jiġi ntrodott il-Herd Book diġa' saru u bħalissa diġa' bdiet il- kampanja biex it-twelid ta' l- għerieħ jiġi reġistrat u l- għerieħ jiġu iddentifikati elektronikament.", "It-tieni stadju sejjer ikun il-Milk Recording li għall-mument sejjer jibda fuq bażi volontarja, għax wara kollox hu fl-interess tar-raħħal li jiġbor id-dettalji kollha fuq il- produzzjoni tal-merħla tiegħu.", "Raħħala farn,Raħħala gatl,Raħħala RAĦĦALA", "2700.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati raħħala ġodda permezz tal-Beef Intervention Scheme?", "Kemm kienu f'numru r-raħħala li rcevew l-għajnuna totali ta' Lm313,000 u kemm żdiedet il- produzzjoni ta' dawn ir-raħħala kalkolata maż-żieda ta' 11% iżjed ta' produzzjoni inġenerali?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-Beef Intervention Scheme mhix maħluqa biex jiġu rreġistrati raħħal ġodda, imma biex tissussidja l-qatgħat ta' laħam li minħabba li huma nferjuri jwaqqgħu l- prezz li jirċievi l- produttur.", "Għajnuna li semma' l- Interpellant jirċevuha l- produtturi kollha indirettament billi jdaħħlu prezz ġust għall- laħam taċ-ċanga.", "Baħrija,Xogħlijiet farn,Baħrija,Xogħlijiet falm,Baħrija,Xogħlijiet BAĦRIJA - XOGĦLIJIET", "2701.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jara kif jintervjeni sabiex jgħin lir-residenti tal-Baħrija li apparti l-problemi principali fosthom dawk tad-drenaġġ, dawl, ilma, reception ħażin tat- televiżjoni, trasport ecc, għandhom bżonn ħafna necessitajiet oħra bħala manutenzjoni fit-toroq, sinjali għad-direzzjoni tat-traffiku, manutenzjoni fl-playing field, bankini ġodda, tindif ta' ħaxix u bżonnijiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l- Ambjent?", "Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jinvestiga il-mod kif qed jiġi abbandunat dan ir-raħal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil- Baħrija hemm sistema tad- drenaġġ iżda minħabba li l-port hu l-bogħod mill-kumplament tas-sistema ta' drenaġġ mhux effikaċi li wieħed iqabbad il- fossa komuni magħha.", "Il-Korporazzjoni Enemalta mistennija tħaddem sub-station fil-Baħrija fi żmien qasir b'riżultat li titjeib il- provvista ta' l-elettriku fil- lokal.", "Ma hemm ebda problema ta' l- ilma fl-inħawi ħlief meta jkun hemm xi ħsarat.", "Tlabt lid-Dipartiemnt tax- Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar il- manutensjoni ta' toroq, bankini u playing field.", "Impjegati taħt is-16-il sena calr,Impjegati taħt is-16-il sena mifu,Impjegati taħt is-16-il sena IMPJEGATI TAĦT IS-16-IL SENA", "2747.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi kull sajf naraw mijiet ta' tfal taħt l-eta' jaħdmu f'xogħlijiet perikolużi specjalment wara li l-iskejjel jagħlqu fis-sajf, jista' l- Ministru jassigura lill-Kamra li din is-sena, aktar minn snin oħra, se jsir enfasi biex t- tfal ma jibqgħux jiġu esplojtjati minn sidien li jħaddmuhom sigħat twal u ħafna drabi f'periklu kbir?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It- tweġiba hi fl-affermattiv.", "Industrija tal-laħam,Makkinarju calr,Industrija tal-laħam,Makkinarju mifu,Industrija tal-laħam,Makkinarju INDUSTRIJA TAL-LAĦAM - MAKKINARJU", "2748.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi ġraw diżgrazzji serji fi stabbilimenti li jużaw makni li jqattgħu l-laħam, x'passi qed jittieħdu biex is-sidien ta' stabbilimenti jew fabbriki żgħar li jużaw dan il- makkinarju jiżguraw li hemm safety precautions akedkwati?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il- paragrafu 11 tar-Regolamenti ta' l-1986 dwar il-Fabbriki (Saħħa, Skansar u Ħsieb Ġenerali), AL 52 ta' l-1986 jipprojbixxi t-tħaddim ta' żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena fuq magni ta' l- ikkapuljat tal- laħam jekk iż-żagħżugħ ma jkunx imħarreġ sew dwar l-użu tal- magna u jekk ma jkollux persuna sodisfaċenti biex tagħmillu superviżjoni waqt ix-xogħol.", "Barra minn hekk hemm paragrafi oħrajn ta' l-istess regolamenti li jimponu obbligu fuq il- prinċipal li jara li kull makkinarju li jintuża jkun protett minn periklu għal min iħaddmu.", "L-uffiċjali tas- Sefety Unit iżuru l-istabbilimenti u fejn isibu xi ksur ta' regolamenti jieħdu passi.", "Taqsima Indafa Pubblika,Ilbies protettiv calr,Taqsima Indafa Pubblika,Ilbies protettiv falm,Taqsima Indafa Pubblika,Ilbies protettiv TAQSIMA INDAFA PUBBLIKA - ILBIES PROTETTIV", "2749.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Għaliex il-ħaddiema li jiġbru ż-żibel qatt ma jkollhom ingwanti biex jipproteġu lilhom infushom?", "Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li dawn il- ħaddiema qed jingħataw ilbies protettiv, ingwanti, boots eċċ fl-interess tas-saħħa tagħhom?", "Jista' l- Ministru jassigura lill-Kamra li dawn il- ħaddiema qed jingħataw is-sapun biex jinħaslu wara x-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ninsab informat illi l-ħaddiema msemmija jingħataw dawn l- oġġetti: a) par ingwanti kull meta jitqattgħu", "b) par boots kull sena", "c) tlett pari kalzetti fis-sena", "d) żewġ xugamani kull sena", "e) żewġ qomos u żewġ qliezet kull sena", "f) ncirata kull erba' snin", "g) sitt sapuniet kull xahrejn", "Ninsab informat ukoll illi kien hemm każi fejn ittieħdet dixxiplina kontra min inqabad bla ngwanti.", "Sfortunatament bħal f'każi ta' ħaddiema oħra, ħafna mill- ħaddiema ta' l- Indafa Pubblika jqisu l-ilbies ta' l-ingwanti bħala mpożizzjoni u jagħmlu minn kollox biex ma jilbsuhomx.", "Taqsima Indafa Pubblika,Ġbir ta' żibel calr,Taqsima Indafa Pubblika,Ġbir ta' żibel falm,Taqsima Indafa Pubblika,Ġbir ta' żibel TAQSIMA INDAFA PUBBLIKA - ĠBIR TA' ŻIBEL", "2750.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-ħsieb tal- Gvern li l-ġbir taż-żibel jibda jsir bil-lejl għallanqas f'certi nħawi traffikużi bħal Belt u Tas-Sliema biex jiġu evitati traffic jams kbar li qed jinħolqu mill-iscammels waqt li jkunu jiġbru ż-żibel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat- tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 149 (Seduta Numru 6).", "Ta' Qali,Park Nazzjonali calr,Ta' Qali,Park Nazzjonali falm,Ta' Qali,Park Nazzjonali TA' QALI - PARK NAZZJONALI", "2751.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal- Park Nazzjonali f'Ta' Qali?", "Din is-sena se jsir xi ħaġa?", "Meta se jitltesta dan il-Park li tant hawn bżonnu għar- rikreazzjoni tal-poplu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 1202 (Seduta 15).", "Xtut,Life Guards calr,Xtut,Life Guards bong,Xtut,Life Guards XTUT - LIFE GUARDS", "2752.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jikkonsidra l-Ministru li jħajjar lis-sidien tal-lukandi u stabbilimenti ta' l-ikel u divertiment fejn il-baħar biex jikkontribwixxu mal-Gvern ħalli f'bajjiet popolari jiġi introdott is-servizz ta' life guards bħalma hemm barra minn Malta?", "Meta wara kollox, huma dawn is-sidien li qed jagħmlu l- eluf tal-liri fi qliegħ kull sajf, jaħseb il- Ministru li dawn għandhom jikkontribwixxu għal servizz bħal dan?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li diġa' bdew taħdidiet ma' żewġ organizzazzjonijiet sabiex tiġi mfassla skema għal- Life Guards u fil-fatt naf li sar xi taħriġ għall-Instructors fuq dan is- suġġett.", "Skema bħal din trid ħafna preparamenti, taħriġ tan-nies, equipment ta' salvataġġ etc., u għalhekk trid tiġi studjata bir-reqqa.", "Birgu,Twaqqigħ ta' bini mizj,Birgu,Twaqqigħ ta' bini hyzg,Birgu,Twaqqigħ ta' bini BIRGU - TWAQQIGĦ TA'BINI", "2773.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post Nru. 52 Hilda Tabone Street, Birgu huwiex imdaħħal fi pjan ta' twaqqigħ ta' bini substandard, biex jitla' ieħor minfloku?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Għandi ninforma lill-Onor.", "Membru li studju dwar Vittoriosa (Il- Birgu) għadu qed isir u għalhekk ma tistax tingħata risposta f'dan l-istadju.", "Sptarijiet,San Luqa,Recompression Chamber mizj,Sptarijiet,San Luqa,Recompression Chamber gall,Sptarijiet,San Luqa,Recompression Chamber SPTARIJIET: SAN LUQA - RECOMPRESSION CHAMBER", "2774.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-recompression chamber li hemm l-isptar San Luqa ma ssirilhiex maintenance fiż- żmien li l- inqas ikun hawn nies li jistgħu jiġu bżonn dan is- servizz?", "Jidhirlu l- Ministru li dan l-aħħar meta saret il- manutenzjoni fuq din ir- recompression chamber ma kienx iż-żmien opportun minħabba l- istaġun li ninsabu fih u minħabba l-inċident li seħħ dan l-aħħar meta għaddas tilef ħajtu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informa li l-manutenzjoni msemmija ma kenitx tikkonsisti biss fit-test ta' rutina li jsir kull sentejn, imma kien meħtieġ ukoll li jitwaħħal ventilator fic-chamber.", "L- awtoritajiet ta' l- Isptar jikkonsidraw ukoll li c-chamber tintuża wkoll biex tingħata kura bil- hyperbaric oxygen u l- każijiet li jeħtieġu din il- kura huma l-aktar komuni fix- xhur tax-xitwa.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru jingħata servizz alternattiv fic-chamber ta' Kalafrana.", "Telephones,Kontijiet mizj,Telephones,Kontijiet zamf,Telephones,Kontijiet TELEPHONES - KONTIJIET", "2775.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il servizz tat-telefon ġie sospiż minħabba li ma sarx ħlas dovut lil Telemalta mill-1986 sal-lum, sena b'sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari tingħata f'xi seduta oħra.", "Valletta,Ufficcju ta' Telemalta mizj,Valletta,Ufficcju ta' Telemalta fene,Valletta,Ufficcju ta' Telemalta VALLETTA - UFFICCJU TA' TELEMALTA", "2776.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li l-ufficcju tal-licenzji tat-television fil-Belt hu żgħir wisq u nieqes minn kull kumdita u jeħtieġ post alternattiv?", "Jekk il-fergħa ta' Telemalta f'South Street, il-Belt hemm il-ħsieb li tnaqqas mill-istaff u l-ispazju li tokkupa, jista' l-Ufficcju tax-Xandir jiġi ntegrat fl-istess bini?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena nformat li l-ufficcju li għandha l- Korporazzjoni fil- bini ta' Bieb il-Belt ġie attrezzat b'mod li kemm l- impjegati kif ukoll il-pubbliku jkunu moqdijin tajjeb.", "Dan l-ufficcju fih l-għamara u l-apparat kollu meħtieġ biex jiffunzjona b'kumdita'.", "Public Broadcasting Services,Direttur ħaddiem mizj,Public Broadcasting Services,Direttur ħaddiem frem,Public Broadcasting Services,Direttur ħaddiem PUBLIC BROADCASTING SERVICES - DIRETTUR ĦADDIEM", "2777.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid hux se jkun hemm Direttur ħaddiem meta tiffunzjona kompletament l-Public Broadcasting Services Limited?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fil- Board tad-Diretturi tal-PBS Ltd., li huwa appuntat għall- perijodu li jista' jiġi mġedded, m'hemmx direttur ħaddiem.", "Xandir Malta,Impjegati mizj,Xandir Malta,Impjegati frem,Xandir Malta,Impjegati XANDIR MALTA - IMPJEGATI", "2778.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l- istaff tat-Taqsima tal-Licenzji ta' Xandir Malta humiex se jittieħdu mill-Public Broadcasting Service jew humiex se jaqgħu taħt xi awtorita' oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura kien stqarr li l-ebda mpjegat fid- diviżjoni Xandir Malta tal-Korporazzjoni Telemalta, ma jitlef l-impjieg.", "Din id-dikjarazzjoni tgħodd ukoll għal kull min f'Telemalta għandu x'jaqsam mal-ġbir tal- licenzji tat-Television.", "Karozzi,Pjanci bl-ittra Z buhc,Karozzi,Pjanci bl-ittra Z gall,Karozzi,Pjanci bl-ittra Z KAROZZI - PJANCI BL-ITTRA Z", "2796.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hemm karozzi li għandhom numru li jibda bl-ittra Z?", "Fuq liema kriterji karozzi jingħataw dan it-tip ta' numru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li vetturi li għandhom in-numru jibda bl-ittra Z jammontaw għal 3,329 li minnhom 788 huma vetturi kummercjali.", "Vetturi li jkunu eżenti milli jħallsu dazju jingħataw l-ittra Z. Dawn ikunu jappartjenu lill-diplomatici, persuni ħandikappati, emigranti li jirritornaw wara li jkunu għexu 20 sena barra minn Malta u l- barranin li jkun inħarġilhom permess jew għal xogħol jew għal residenza.", "Din l-ittra tingħata wkoll lill-vetturi ta' ndustrija lokali li jkunu eliġibbli għal din il-koncessjoni.", "Importazzjoni ta' ilma minerali buhc,Importazzjoni ta' ilma minerali dalj,Importazzjoni ta' ilma minerali IMPORTAZZJONI TA' ILMA MINERALI", "2797.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Kemm kien il-valur ta' l-ilma minerali importat f'Malta fis-snin 1985 - 1991, kull sena separatament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Membru hu ġentilment mitlub jirreferi għat- Trade Statistics.", "Birkirkara,Esproprjazzjoni ta' art buhc,Birkirkara,Esproprjazzjoni ta' art falm,Birkirkara,Esproprjazzjoni ta' art BIRKIRKARA - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "2798.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it- talba għal kumpens ta' art esproprijata għal skop pubbliku f'Birkirkara, magħmula mis-Sur Magri, File No. 514/76?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li mir-rapporti preliminari li saru ma jidhirx li hemm xi sid bl-isem ta' Magri.", "Dan is-sinjur hu mitlub li jmur għand id-Dipartiment ta' l-Artijiet u jinvestiga.", "Universita',Foundation Course bare,Universita',Foundation Course mifu,Universita',Foundation Course UNIVERSITA' - FOUNDATION COURSE", "2825.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta beda jsir il-Foundation Course fl-Universita'?", "X'kien in-numru totali ta' studenti li attendew il-kors?", "Kif tqassmu, sena b'sena?", "Kemm kien hemm studenti li għamlu aktar minn sena waħda f'dan il-kors?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-kors li jwassal għac- Certifikat fl-Istudji Fundamentali beda f'Ottubru 1987.", "Id-dħul fil-kors, fis-snin 1987 sa l-1991, kien kif ġej:", "Sena Għadd ta' Għadd ta' Certifikati Studenti miksuba fi tmiem il- kors", "1987 139 1988 - 78", "1988 190 1989 - 162", "1989 181 1990 - 82", "1990 168 1991 - 102", "1991 252 1992 - *", "*In-numru jiġi mogħti wara l- publikazzjoni tar-riżultati.", "Skejjel,Għalliema bare,Skejjel,Għalliema mifu,Skejjel,Għalliema SKEJJEL - GĦALLIEMA", "2826.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hu n-numru totali ta' warrants ta' għalliema li ħarġu mindu daħlet fis-seħħ il-liġi?", "Kemm minnhom huma warrants permanenti u kemm temporanji?", "Meta għalliem ikun għamel ħmistax (15)-il sena jgħallem b'warrant temporanju dawn awtomatikament jieħu warrant permanenti?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Mindu daħlet fis-seħħ il-liġi ta' l- Edukazzjoni (1988) ħarġu:", "4890 warrant Permanenti ta' l-Għalliema", "2440 warrant Temporanju ta' l-Għalliema --------------------------------------- 7330 warrant b'kollox. ---------------------------------------", "Meta għalliem ikun għamel 15- il sena jgħallem b'warrant temporanju l- ħruġ ta' warrant permanenti mhux awtomatiku.", "Subartiklu 3(d) ta' Artikolu 9 ta' l-Att ta' l-Edukazzjoni (1988) jagħmilha cara li dan il-ħruġ mhux awtomatiku.", "Skejjel,Għalliema bare,Skejjel,Għalliema mifu,Skejjel,Għalliema SKEJJEL - GĦALLIEMA", "2827.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'inhu n-numru ta' għalliema part-time li bħalissa huma impjegati ma' l-iskejjel:", "(a) tal-Knisja;", "(b) privati;", "(c) dawk li jgħallmu l- barranin?", "Kif inhu stipulat il-ħlas li jrid isir lil dawn l-għalliema?", "Tingħata konsiderazzjoni ta' kwalifiki meta jiġi iffissat il-ħlas jew hemm biss rata fissa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Skejjel,Għalliema bare,Skejjel,Għalliema mifu,Skejjel,Għalliema SKEJJEL - GĦALLIEMA", "2828.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hemm għalliema casual li bħalissa huma impjegati mal- Gvern?", "Kemm minnhom qed jaħdmu fil-primarji, sekondarji ecc?", "Kif jiġi kkalkolat is-salarju tagħhom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Bħalissa hemm 110 għalliema casual mad- Dipartiment ta' l- Edukazzjoni, li huma maqsuma hekk:", "Settur Sekondarju - 34", "Settur tas-Snajja' - 10", "Settur Post Sekondarju - 28", "Settur Primarju - 38", "Is-salarju tagħhom jiġi kkalkolat fuq in-numru ta' sigħat li jaħdmu u jitħallsu bir-rata ta' Lm2.46 is-siegħa skond ic-cirkolari E/1534/67.", "Ir-rata hija bbażata fuq is- salarju ta' Instructor I diviż bin-numru ta' sigħat li dawn jaħdmu matul is-sena skolastika.", "Dingli,Tindif pubbliku bare,Dingli,Tindif pubbliku falm,Dingli,Tindif pubbliku DINGLI - TINDIF PUBBLIKU", "2829.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Minkejja li l- Ministru qal li l-area tal- playing field f'Ħad Dingli u l- akwati tat-triq fejn San Pawl tal-Pitkali tnaddfu mill-ħaxix ħażin, terrapien u ħmieġ ieħor (Vide PQ 1351) naħseb li l- Ministru ġie informat ħażin mill-ufficjali tiegħu peress li l-post mhux biss ma tnaddafx iżda iż- żibel żdied u issa hemm ukoll il-ġrieden ibejtu.", "Jista' l-Ministru jordna t- tindif ta' dan il-post qabel ma jidħol sew is- sajf?", "Jaħseb il-Ministru li f'postijiet zdingati bħal dawn jibgħat lix-xummiemu biex jkunu informat sew dwar il-problemi kbar tal-ħmieġ fl-irħula?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- fatt illi mit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 1351 ta' l-Onor.", "Membru żdied it-terrapien fuq il-post imsemmi, ma jfissirx illi ma sarx xogħol ta' tindif.", "Fil- fatt fit-tweġiba tiegħi kont għidt illi l-area ġiet imnaddfa minn ħaxix ħażin u skart (saqqijiet, tankijiet, landi, boroż tas-siment u oġġetti goffi bħal dawn).", "Ninsab informat li dan ix-xogħol sar.", "Tlabt lid-Dipartiment tax- Xogħlijiet biex ineħħi t- terrapien imsemmi.", "Lija,Toroq buhc,Lija,Toroq falm,Lija,Toroq LIJA - TOROQ", "2889.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi surfaced Triq iż-Żagħar, Lija kif ukoll meta se jingħataw is-servizz tad- drenaġġ ir-residenti ta' din it-triq peress li issa din it- triq tinsab kollha mibnija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar it-talba għas-servizz tad-drenaġġ.", "Ix-xogħol ta' l-asfaltar ikun jista' jsir wara li jitlesta x- xogħol tad- drenaġġ.", "Zrar,Kwalita' buhc,Zrar,Kwalita' falm,Zrar,Kwalita' ŻRAR - KWALITA'", "2890.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 2569?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Meta żrar li jkun se jintuża għal patching ta' toroq jiġi fid- dumps tad-Dipartiment tax- Xogħlijiet, is-section tal- Quality Control tiġi nformata sabiex din tieħu kampjun u tagħmel testijiet necessarji.", "Hamrun,Ground tal-football manc,Hamrun,Ground tal-football frem,Hamrun,Ground tal-football HAMRUN - GROUND TAL-FOOTBALL", "2901.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Meta se jitkompla u jitlesta l-ground tal-football tal-Hamrun?", "Jaf il-Ministru li dan suppost tlesta sa l-aħħar ta' l-1986?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L- Onor. Interpellant hu mitlub li jirreferi għar- risposta ta' mistoqsijiet parlamentari numru 116, 990, u 1072 magħmula mill- Onor. Sandro Schembri Adami fuq l-istess suġġett.", "Ilma,Tħaffir ta' kanal bejn Fawwara/Żejtun manc,Ilma,Tħaffir ta' kanal bejn Fawwara/Żejtun dalj,Ilma,Tħaffir ta' kanal bejn Fawwara/Żejtun ILMA - TĦAFFIR TA' KANAL BEJN FAWWARA/ŻEJTUN", "2956.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid:", "(1) meta ħarġet it-tender ta' tħaffir ta' kanal għall- ilma bejn il- Fawwara u ż- Żejtun;", "(2) kemm tiswa din it- tender;", "(3) min kienu l-applikanti għal din it-tender;", "(4) liema kienet l-orħos offerta u kemm kienet l- offerta;", "(5) min ingħata t-tender?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien informat li ma ħarġet ebda tender għal tħaffir ta' kanal għall-ilma bejn il-Fawwara u ż- Żejtun.", "Zejtun,Provvista ta' ilma pora,Zejtun,Provvista ta' ilma falm,Zejtun,Provvista ta' ilma ŻEJTUN - PROVVISTA TA' ILMA", "2965.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d- dipartiment koncernat jipprovdi l-ilma lir- residenti fi Triq Luqa Briffa u toroq madwarha fiż-Żejtun peress li anke fil-Festa ta' Santa Katerina f'dan ir-raħal urewni l-vit miftuħ bla qatra ilma?", "Jaf il-Ministru li anke llejla meta kont fil-Qasam tad- Djar ta' Ganza, fiż-Żejtun dawnawn ma kellhomx ilma?", "L-istess dwar residenti li joqogħdu fi Triq Bir id-Deheb fl-istess raħal.", "Jista' l-Ministru jirrimedja dwar dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-problema ta' l- ilma f'parti minn Triq Luqa Briffa fiż-Żejtun, hija waħda ta' distribuzzjoni inadekwata u tispiċċa biss meta jitlesta l- proġett tal-main ġdid mill- ġibjun tal- Qrendi.", "Ta' min jgħid li hija biss il-parti tat-triq l-aktar fil-għoli li tbati minn nuqqas ta' ilma.", "Ma jirriżultalix li hemm xi problema ta' nuqqas ta' ilma fid-Djar ta' Ganza, fiż-Żejtun.", "Dwar Triq Bir id-Deheb, wara li ssewwew xi ħsarat f'din it- triq, il- provvista ta' l-ilma hija adekwata.", "Birkirkara,Telephones,AT/5082/90 sana,Birkirkara,Telephones,AT/5082/90 zamf,Birkirkara,Telephones,AT/5082/90 BIRKIRKARA - TELEPHONES - AT/5082/90", "2983.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jistħarreġ għaliex l- applikazzjoni għal telephone magħmula mill-Familja Borg ta' Block G, Flat 2, Laqxija Housing Estate, Birkirkara, fid-29 ta' Awissu 1990, għadha pendenti (Ref.", "AT/5082/90)?", "Peress li f'din l-aħħar sena, anzjana ta' 75 sena jew aktar, li għandha problema ta' saħħa nġabret tgħix mal-parentela tagħha f'din il-familja, telefon sar indispensabbli, jista' l-Ministru jieħu passi biex din il- familja tingħata telefon malajr kemm jista' jkun?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Skond policy dikjarata tingħata priorita lill-applikazzjonijiet għas-servizz tat-telefon minn persuni anzjani.", "Għaldaqstant il-Korporazzjoni Telemalta se tieħu ħsieb sabiex tipprovdi s- servizz kemm jista' jkun malajr lill-familja ndikata mill-Onor.", "Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Zabbar,Dawl fit-toroq pora,Zabbar,Dawl fit-toroq falm,Zabbar,Dawl fit-toroq ZABBAR - DAWL FIT-TOROQ", "2986.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta twaħħal bozza ġo Sqaq il-Burżett f'Ħaż-Żabbar (ħdejn id-dar Paradise bil- kunsens tas-sid)?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tara x'tista' tagħmel dwar is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Tarxien,Dar Normanna galm,Tarxien,Dar Normanna falm,Tarxien,Dar Normanna TARXIEN - DAR NORMANNA", "2987.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk Dar Normanna fi Triq Paola, kantuniera ma' Triq Lanzon F'Ħal Tarxien, għaddietx f'idejn il-privat?", "Jekk ir-risposta hija fl- affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kif din għaddiet għal privat u fuq liema kondizzjonijiet ingħatat?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-propjeta' li l- Onor. Interpellant qed isejjaħ Dar Normanna fil-fatt kienet id-Dar Numru 33 Triq Paola.", "Il-biċċa l-kbira ta' din id-dar kienet twaqqgħet biex tiġi fformata parti minn Triq Lanzon, iżda l-Gvern kien żamm il-faċċata ta' din il- propjeta' li kienet tikkonsisti f'Arkata Normanna.", "Il-Gvern wara sejħa għall- offerti biegħ il-fdal ta' din id-Dar, iżda għamel kondizzjoni li l-kompratur jew is-suċċessur tiegħu jobbligaw ruħhom li jippreservaw l-eżistenti \"Norman Arch\" u jinkorporawha fil-faċċata li tagħti fuq Paola Road.", "Naturalment din il- propjeta' hi wkoll regolata mill-Antiquities Protection Act.", "Pulizija,Reklutaġġ galm,Pulizija,Reklutaġġ gall,Pulizija,Reklutaġġ PULIZIJA - INGAĠĠ", "2988.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il sejħa saret għal pulizija kuntistabbli mill-1986 sal-lum - kull sena u f'liema xahar?", "X'kien in-numru ta' applikanti għal kull sejħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-1986 sal-lum saru sejhiet li jidhru hawn taht ghal ingagg fil- Pulizija.", "|SENA |XAHAR |NUMRU TA'| | | | | |APPLIKANT| | | | | |I | | | | | | | | | | | Total | Irgiel |Nisa | | | | | | | | |1986 |Jannar | 443 | 443 | - | |1986 |April |295 | 295 | - | |1986 |Awissu | 138 | 138 | - | | | | | | | |1987 |Frar | 127 | 127 | - | |1987 |April | 13 |13 | - | |1987 |Gunju |518 | 518 | - | |1987 |Ottubru |190 | 190 | - | |1987 |Dicembru| 200 | 200 | | | | | | | | |1988 |Settembr|100 | 100 | - | | |u | | | | |1989 |Mejju | 86 |86 | - | |1989 |Awissu | 132 | 132 | - | | | | | | | |1990 |Frar |20 |20 | - | |1990 |April |123 |73 |50 | |1990 |Awissu |86 |86 | - | |1990 |Novembru|40 | - |40 | |1990 |Dicembru|62 |62 | - | | | | | | | |1991 |Jannar |39 |39 | - | | |(Apprend| | | | | |isti) | | | | |1991 |April | 55 |55 | - | |1991 |Lulju | 69 |69 | - | |1991 |Awissu |88 |29 |59 | | |(Apprend| | | | | |isti) | | | | |1991 |Novembru|76 |47 |29 | | | | | | | |1992 |Jannar |97 |76 |21 | |1992 |Mejju |277 | 164 | 113 | | |(Trainee| | | | | |s) | | | | |1992 |Mejju |133 |76 |57 | | | | | | | | |(Apprend| | | | | |isti) | | | | | | | | | |", "Toroq,Ismijiet galm,Toroq,Ismijiet hyzg,Toroq,Ismijiet TOROQ - ISMIJIET", "2989.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: B'referenza għal dak li qal is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Censu Galea fl-aġġornament tas-Seduta ta' l-24 ta' Ġunju 1992, jiġifieri li r-referenza Housing Estate jew Binja tal- Gvern għandha tinqata' u minflok ir-referenza jsir biss l-isem tat-triq, hemm xi ħsieb biex jiġi assigurat li fejn m'hemmx ismijiet ta' toroq dawn isiru?", "Barra minn hekk jista' l-Ministeru għas-Sigurta' Socjali flimkien mal-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni jassigura li r-referenzi Housing Estate jew Binja tal- Gvern jiġu esklużi mill- indirizzi postali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant huwa wieħed validu u se nara li jiġi attwat, flimkien mal-Ministri u Dipartimenti oħra konċernati.", "Pulizija,Reklutaġġ galm,Pulizija,Reklutaġġ gall,Pulizija,Reklutaġġ PULIZIJA - INGAĠĠ", "2990.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega it- tibdil li wettaq fis-sistema tar- reklutaġġ tal-pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'mod generali wiehed jista' jghid li sal-lum is- sistema ta' reklutagg fil-Korp tal-Pulizija kienet li l-ewwel persuna tigi ngaggata fil-Korp u mbaghad tinghata xi forma ta' tahrig.", "Minn issa 'l quddiem is- sistema hi li persuna li tixtieq taghti servizz fil- Pulizija trid l-ewwel tirnexxi f'kors ta' edukazzjoni u tahrig imbaghad tigi ngaggata bhala membru tal-Korp.", "Fl-ahhar snin il-Gvern wettaq mizuri fid-direzzjoni li twassal ghall- livell ta' preparazzjoni u tahrig tal- Pulizija ahjar.", "Inħolqot l- ewwel l- Akkademja tal-Pulizija mbaghad giet introdotta l- Iskema ta' Apprendistat.", "Il- pulizija kienu jigu ngaggati wara li jaghmlu ezami pubbliku u kif jidhlu jaghmlu perjodu ta' 13-il gimgha tahrig fl- Akkademja.", "Fil-kaz ta' l- Apprendisti l-perjodu kien ta' 6 xhur u dak ta' l-Ispetturi Kadetti hu ta' sena.", "Issa hemm zewg skemi: wahda ta' Apprendistat ghal sena ghal zghazagh li huma taht it-18-il sena u l-ohra ta' 'Trainees' ghal sitt xhur ghal persuni 'l fuq minn 18-il sena.", "Il- process ghad-dhul fil-kors ma jkunx jikkonsisti biss f'intervista izda f''aptitude test' li se jkun gie kostruwit apposta.", "L-ezami mediku jifli aktar mis-sahha fizika u mentali.", "Hadd ma jsir pulizija jekk ma jkunx issodisfa l- kondizzjonijiet u l- ezamijiet kollha tal-korsijiet.", "Fir-rigward ta' promozzjonijiet ghal Surgenti se tigi segwita sistema li tixtiebah: l-ewwel tigi ezaminata l- 'performance' u l-imgieba ta' l- individwu tul iz-zmien li wiehed ikun serva fil-Korp u jekk ikun meritevoli jigi anness f'Kors u jekk wiehed jirnexxi fl-ezamijiet jigi promoss ghal surgent.", "Tajt struzzjonijiet li l- kwalita' tar-rizorsa umana li tapplika biex tidhol fil- Pulizija ghandha tirbah dejjem fuq kull konsiderazzjoni ta' kwantita.", "Ahjar ftit u tajbin.", "Ahjar 'complement' nieqes milli 'complement' mimli fin-numru u deficjenti fil-kwalita.", "Pulizija,Riforma galm,Pulizija,Riforma gall,Pulizija,Riforma PULIZIJA - RIFORMA", "2991.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinsabu d-diskussjonijiet mal-Management Personnel Office dwar ir-riforma tas- Servizz Pubbliku safejn din tolqot il-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ftit qabel l-ahhar elezzjoni l- Kummissarju tal- Pulizija ressaq il-proposti tal-Korp ghall-konsiderazzjoni ta' l- Ufficcju ta' Tmexxija u 'Personnel' fl-Ufficcju tal- Prim Ministru.", "Ftit wara li gejt fdat b'dan il-Ministeru, jien iddiskutejt dawn il- proposti sew mal- Kummissarju kif ukoll mal- 'Management and Personnel Office' fl-Ufficcju tal-Prim Ministru fid-dawl ta' riformi u ristrutturazzjoni li tinhass mehtiega fil-Korp.", "Kelli wkoll laqgha ma' l- Ufficcjali ta' l- Assocjazzjoni tal-Pulizija.", "Fil-jiem li gejjin se ninghata l-ewwel abbozz ta' proposti minn naha ta' l- 'Management and Personnel Office'.", "Bulebel iż-Żgħir,Bini ta' plots galm,Bulebel iż-Żgħir,Bini ta' plots hyzg,Bulebel iż-Żgħir,Bini ta' plots BULEBEL IŻ-ŻGĦIR - BINI TA' PLOTS", "2992.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2624 lill-Ministru għall-Ambjent, jista' l- Ministru ġentilment jgħid għaliex is-sidien li ħadu dawn il-plots fl-HOS f'Bulebel iż- Żgħir fl-1990 għadhom sal-lum ma jistgħux jibdew jibnu?", "Jekk skond il-Ministru għall- Ambjent il-problema mhix dik ta' drenaġġ, allura x'inhi l- problema?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien informat li l-problema kienet tikkonċerna kwestjoni dwar qlib ta' ilma għal ġo l-isqaq eżistent.", "Din il-problema issa ġiet solvuta billi saru t- tibdiliet meħtieġa.", "Zabbar,Trasport pubbliku pora,Zabbar,Trasport pubbliku zamf,Zabbar,Trasport pubbliku ZABBAR - TRASPORT PUBBLIKU", "3022.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma ma' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku biex jiġi assigurat li l-karozzi tal-linja, inkluż tax-Xgħajra jgħaddu mit-toroq li suppost jgħaddu minnhom, per eżemempju, dawn f'Ħaż- Żabbar suppost li jgħaddu minn Triq ix-Xgħajra għal Triq in-Nevew, Alessio Erardi u minn hemm għax-Xgħajra, mentri hemm min li minn Xgħajra Street jibqa' tiela dritt mill-istess triq bla ma jdur għal ġo dawn iż- żewġ toroq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qatt ma rċeviet rapporti dwar il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Il- każ issa se jkun mistħarreġ.", "Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Fire fighting vehicles micf,Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Fire fighting vehicles zamf,Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Fire fighting vehicles DIP TA' L-AVJAZZJONI CIVILI - FIRE FIGHTING VEHICLES", "3025.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm flus qamu ż-żewġ fire fighting vehicles li nxtraw mingħand id- ditta Taljana Baribi s-sena l- oħra?", "Dawn iż-żewġ fire fighting vehicles kienu ta' l-istess specifications bħaż-żewġ fire fighting vehicles li kienu nxtraw mingħand l-istess ditta Baribi madwar ħames snin ilu kif kien indikat?", "It-teknici tad-Dipartiment (DCA) accettaw dawn iż-żewġ fire fighting vehicles li ġew importati s-sena l-oħra u dawn jistgħu jintużaw b'mod efficjenti f'każ ta' ħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Civili ordna ż-żewġ fire fighting vehicles mingħand Baribi Spa u ħallas 75% ta' l- ammont totali tal-vetturi skond il-kuntratt.", "Minħabba li kien hemm xi kwestjonijiet rigward l-ispecifications tal-vetturi u nuqqasijiet oħra, id- Dipartiment ma' accettax dawn il-vetturi, ħassar il-kuntratti relattivi u qegħdin jittieħdu passi legali biex jiġu rkuprati l-flus li diġa' tħallsu għalihom.", "Industriji,Black listed micf,Industriji,Black listed dalj,Industriji,Black listed INDUSTRIJI - BLACK LISTED", "3026.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Hemm ditti/ kumpanniji lokali jew aġenti ta' ditti barranin li matul dawn l- aħħar ħames snin kienu black listed mill-Gvern?", "Jekk hemm xi ditti li kienu black listed, jista' l-Ministru jgħid minn huma u x'kienet ir- raġuni f'kull każ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm ditta waħda li ġiet blacklisted: V G Tiles Co Ltd, 1, Industrial Estate, Attard.", "Dan minħabba fi tqegħid ta' madum fil-Housing Estate ta' Santa Lucia.", "Ajruport,Kap Kmandant ta' l-Airport Company micf,Ajruport,Kap Kmandant ta' l-Airport Company zamf,Ajruport,Kap Kmandant ta' l-Airport Company AJRUPORT - KAP KMANDANT TA' L- AIRPORT COMPANY", "3027.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti r- raġunijiet għaliex is-SATCO, (Kap ta' l-Air Traffic Control Centre) ġie maħtur ukoll Kap Kmandant ta' l- Airport Company, meta kien hemm minn ta' lanqas tlett Maġġuri oħra li kienu Senior tiegħu bi ftit aktar minn għaxar (10) snin servizz?", "Billi dan l-ufficjal qed jagħmel biss xogħol ta' SATCO, fuq liema kriterju ngħata salarju ta' Assistant Head of Department bil-benefiċċji kollha ta' Assistant Head?", "Jidhirlu li preferenzi bħal dawn fid-DCA u fil-Forzi Armati qegħdin ikomplu jkissru l- effiċjenzi u l-armonija tant meħtieġa f'post hekk delikat bħalma huwa l-Airport?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma kien hemm l-ebda tibdil fil- principju tal-ħatra ta' Ufficjal Kmandant ta' l-Airport Company minn dak li l-Gvern dejjem segwa, minn mindu nħolqot l-Airport Company fl-1 ta' April 1979 fejn din il- ħatra dejjem kienet mogħtija lil min kien jokkupa l-kariga ta' SATCO.", "Permezz ta' l- Avviżi Legali 138 u 139 ta' l- 1991 li bihom ġie mwaqqaf l-Air Traffic Control Corps u ġiet riorganizzata din is-sezzjoni, il-post ta' SATCO kien stabbilit b'salarju ogħla minn dak ta' kwalunkwe rank/ appointment ieħor kemm fl-Air Traffic Control Corps kif ukoll fl- Airport Company.", "Hija ħaġa normali li l-post li jġorr miegħu l-ogħla salarju jkun dak l-aktar senior, u għalhekk hu assolutament loġiku li min jokkupa l-post ta' SATCO għandu jinħatar ukoll Ufficjal Kmandant ta' l- Airport Company għall-fini ta' l-Att dwar il- Forzi Armati ta' Malta (Kap 20)", "Is-salarji ta' l-istaff ta' l-Air Traffic Control Corps li jinkludu dik ta' SATCO m'għandhom l-ebda relazzjoni ma' dawk tas-Servizz Pubbliku (Civil)", "Għaldaqstant ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Interpellant qiegħed jgħid li saru xi preferenzi.", "Universita',Grants lil studenti musp,Universita',Grants lil studenti mifu,Universita',Grants lil studenti UNIVERSITA' - GRANTS LIL STUDENTI", "3036.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid:", "(1) kemm hu l-ammont totali ta' grants li rċevew l- istudenti universitarji f'kull sena mill-1987 sa l-1991?", "(2) kemm minn din is-somma tħallset lil studenti ħaddiema u kemm kien in- numru tagħhom f'kull sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Universita',Grants lil studenti musp,Universita',Grants lil studenti mifu,Universita',Grants lil studenti UNIVERSITA' - GRANTS LIL STUDENTI", "3037.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid:", "(1) kemm hu n-numru ta' studenti universitarji llum li qed jircievu grants, fakulta', fakulta' u sena sena?", "(2) hemm minn dawn l- istudenti li ma' jagħmlu xejn f'xogħol matul is- sena?", "(3) Ir-rata tal-grants per capita hija ugwali għall- korsijiet kollha?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Telephones,Mobile musp,Telephones,Mobile zamf,Telephones,Mobile TELEPHONES - MOBILE", "3038.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Kien hemm xi kumpanniji/individwi privati eċċ. li talbu lill-Gvern Nazzjonalista sabiex joperaw f'Malta Cellular Telephones?", "Jekk iva, il-Gvern se jkun konsistenti mal-politika ta' l- għażla u kompetittivita'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Gvern m'għandu ebda talba formali minn kumpanniji jew individwi sabiex joperaw ic- Cellular Telephone.", "Gallup Ltd.,Stħarriġ għall-ETC musp,Gallup Ltd.,Stħarriġ għall-ETC mifu,Gallup Ltd.,Stħarriġ għall-ETC GALLUP LTD - STĦARRIĠ GĦALL-ETC", "3039.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Ix-xogħol tal-kumpannija Gallup għall-ETC imqabbda mill- ODA beda?", "Għandu ħjiel meta se jispiċċa u jiġi ppubblikat?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-Labour and Skills Requirements Survey inbeda fl- aħħar ġimgħa ta' April, 1992 u issa qiegħed fil-final tiegħu.", "Numru sabiħ ta' ditti bagħtu lura mimli kwestjunarju li ġie maħruġ mill- ETC u d-ditta Gallup.", "L-ewwel riżultati huma mistennija għall-aħħar ta' Awissu, 1992, filwaqt li r- rapport proprju huwa mistenni għal madwar l-aħħar ta' Settembru, 1992.", "Banek,Bank of Valletta,Vannijiet sofistikati musp,Banek,Bank of Valletta,Vannijiet sofistikati bong,Banek,Bank of Valletta,Vannijiet sofistikati BANEK: BANK OF VALLETTA - VANNIJIET SOFISTIKATI", "3040.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Il-Bank of Valletta kemm għandu vans attrezzati u sofistikati?", "X'inhuma dawn l-attrezzaturi sofistikati, per eżempju, sirena, sigurta' ta' ftuħ, duħħan speċjali, eċċ?", "X'vannijiet intużaw mill-BOV fiż-żewġ serqiet li saru dan l- aħħar viċin u ġewwa l-ajruport?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-informazzjoni mitluba hi ta' natura konfidenzjali.", "Nassi- gura l-Onor.", "Interpellant li l- Bank of Valletta qed jieħu l- passi kollha dwar kwestjonijiet ta' sigurta'.", "Skejjel,Junior Lyceums musp,Skejjel,Junior Lyceums mifu,Skejjel,Junior Lyceums SKEJJEL - JUNIOR LYCEUMS", "3041.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm daħlu studenti fil-Junior Lyceums f'Malta u Għawdex subien, bniet separatament minn meta bdew sa Ottubru 1991 f'kull sena?", "Kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fil-Form V kull sena f'Lulju subien u bniet separatament minn meta nfetħu sa Ġunju, 1992 kull sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- informazzjoni jeħtieġ tinġabar u tingħata 'l quddiem.", "Ilma,Produzzjoni velk,Ilma,Produzzjoni falm,Ilma,Produzzjoni ILMA - PRODUZZJONI", "3054.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti dettalji sena b'sena mill-1987 'il hawn dwar:- Kemm kienet l-ispiża fuq produzzjoni ta' ilma?", "Kemm laħqet il-produzzjoni totali ta' l-ilma?", "Kemm minn din il-produzzjoni laħqet lill-konsumatur?", "Kemm inġabar ħlas għall-ilma?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "M.P. Clothing Ltd. velk,M.P. Clothing Ltd. bong,M.P. Clothing Ltd.", "M.P. CLOTHING LTD", "3055.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-agreement li permezz tiegħu il-MIMCOL għaddiet is-shares tal- kumpannija M.P. Clothing lill- ħaddiema u l-management?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Fil-fatt saru żewġ agreements li jidhirli huma ta' natura kummercjali u għaldaqstant mhux se jitqegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Minkejja dan se nagħti dettalji taż-żewġ kuntratti kif ġej:", "- 4800 ishma nbiegħu lill- kumpannija mwaqqfa għal dan l- iskop u li hija 100% tal- management għal prezz ta' Lm2 kull sehem li ġew imħallsa mal- kuntratt.", "- 24000 ishma nbiegħu għal Lm2 kull sehem lill-MP Clothing Workers Foundation li ġiet imwaqqfa għal dan l-iskop.", "Il- prezz se jitħallas f'perjodu ta' l-erba' snin li ġejjin mid- dividends li jitqassmu fil- futur.", "- il-MIMCOL se tirtira l- garanziji bankarji eżistenti fl-erba' snin li ġejjin.", "Kirkop,Serqa mill-każin tal-MLP velk,Kirkop,Serqa mill-każin tal-MLP gall,Kirkop,Serqa mill-każin tal-MLP KIRKOP - SERQA MILL-KAŻIN TAL- MLP", "3056.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-Pulizija fil-każ tas- serqa u ħsarat li saru fil- każin tal-MLP f'Ħal-Kirkop?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li min daħal fil-każin daħal mill-uffiċċju tas-servizzi soċjali li hemm ħdejn l-istess każin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.", "Ninsab informat li min daħal fil-Każin daħal wara li sgassa l-Ufficcju tas-Sigurta' Socjali li hemm ħdejn l-istess Każin.", "Plots tal-Gvern velk,Plots tal-Gvern falm,Plots tal-Gvern PLOTS TAL-GVERN", "3057.", "L-ONOR.", "KRMENU VELLA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn plots f'Malta u Għawdex li ġew allokati u li min ħadhom ma jistax jibda x- xogħol fuqhom għax il-Gvern għadu ma ħariġx lill- bdiewa?", "Jista' jgħid fejn qegħdin dawn il-plots u f'kull każ kemm ilhom allokati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mill- informazzjoni li għandi l-uniku sit f'Malta fejn hemm din il- problema hija dik ta' Wied Ħesri s-Siġġiewi fejn hemm madwar 30 plot li ilhom allokati 'l fuq minn sena.", "Il-bdiewa ngħataw post alternattiv mill-Gvern fejn għandhom jinbnew xi kmamar alternattivi mill-bdiewa stess.", "Dan il-proċess inbeda u wieħed jittama li fi ftit ġimgħat din il-problema tkun solvuta.", "Qrati,Persuni mressqa fuq serq velk,Qrati,Persuni mressqa fuq serq gall,Qrati,Persuni mressqa fuq serq QRATI - PERSUNI MRESSQA FUQ SERQ", "3058.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-iżgħar eta' ta' dawk li tressqu l-qorti fuq serq mill-1987 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet eta' media ta' dawk li tressqu l-qorti fuq serq mill- 1987 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti minn liema rħula jew bliet ta' Malta ġew l-ikbar numru ta' dawn in- nies?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Pulizija se tagħmel li tista' biex tiġbor it- tagħrif mitlub u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Ambjent,Konferenza dinjija velk,Ambjent,Konferenza dinjija demg,Ambjent,Konferenza dinjija AMBJENT - KONFERENZA DINJIJA", "3059.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Wara l-Earth Summit ta' Rio de Janiero, jista' l- Ministru jikkonferma li se jkun hemm pajjiżi li se joħorġu flus għall-fondi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hux se tkun ma' dawk li toħroġ il-flus jew ma' dawk li l-iktar se jibbenefikaw minn dan il-fond?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Matul il-konferenza ta' Rio kienu ħafna l-pajjiżi li ddikjaraw li kienu se jżidu sostanzjalment il-kontribut tagħhom f'dik li hi għajnuna sabiex il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu jagħmlu tajjeb għall- programmi ambjentali mfassla fl-Agenda 21.", "Fost dawn ta' min isemmi.", "Il-Kanada $100 miljun", "L-Amerika $150 miljun", "Il-Komunita' Ewropea $ 4 biljuni", "Il-Ġermanja Bejn $300 u $400 miljun", "Spanja $ 3 biljuni fuq 10 snin", "Il-Ġappun $ 7.7 biljuni fuq 5 snin", "L-Olanda $ 250 biljun", "Ma' dawn il-kontribuzzjonijiet iridu jiżdiedu l-inizjattivi li se jittieħdu mill- organizzazzjonijiet bħal UNDP, WMO, WHO u FAO fis-setturi rispettivi tagħhom.", "Huwa kkalkolat li madwar $5 sa $6 biljuni se jinġabru bħala flus \"ġodda u addizzjonali\" sabiex tkun iffinanzata l- Agenda 21.", "Hu maħsub ukoll li fl-47 Sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti se jkun hemm pajjiżi li se jagħtu ndikazzjoni tal- kontribuzzjoni tagħhom.", "Dwar it-tieni parti tad- domanda, Malta se tagħmel ħilitha sabiex timplimenta d- deċizjonijiet meħuda f'Rio u l- fond li se jinġabru sabiex jiffinanzjaw il-programmi taħt Agenda 21 se jitqassmu tramite l-makkaniżmi li diġa' jeżistu u jistgħu jiġu mwaqqfa.", "Hu l- ħsieb tagħna li jekk fejn dawn il-Mekkaniżmi japplikaw għall- Malta aħna nibbenefikaw minn dawn il- fondi.", "spil,Qormi,Triq Valletta falm,Qormi,Triq Valletta QORMI -TRIQ VALLETTA", "3060.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Tista' tgħid meta se tiġi allinjata, irranġata u asfaltata Triq Valletta, Ħal Qormi li hi mimlija ħofor u fi stat mill-agħar, l-iżjed minn qrib Rock Street sal-kantuniera ma' Mill Street?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat mid-Dipartiment tax- Xogħlijiet li t- toroq imsemmija qed jiġu msewwija regolarment peress li f'dik l-area hemm ix- xogħol konness mal-proġett tal- mina ta' Santa Venera.", "Qormi,Toroq spil,Qormi,Toroq falm,Qormi,Toroq QORMI - TRIQ SAN ĠWAKKIN", "3061.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jgħid meta se titwessa' Triq San Ġwakkin, Ħal Ħormi, fejn hi mibnija, biex il-qagħda tar-residenti tiġi mtejba?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Peress li din it-triq se tikber l- importanza tagħha, billi se ssir biex din in-naħa ta' Ħal Qormi tgħaqqad mal-bypass ta' l-Imrieħel jidher li jaqbel li wieħed jistenna sabiex jara x'volum ta' traffiku se jibda' jkun hemm qabel ma tittieħed deċizjoni dwar il-wisgħa ta' din it-triq.", "Qormi,Allinjament ta' Triq St. Edward spilQormi,Allinjament ta' Triq St. Edward falm,Qormi,Allinjament ta' Triq St. Edward QORMI - TRIQ ST.", "EDWARD", "3062.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2206 billi nifhem li d- data li fit-tweġiba ntqal li ġiet mitluba ġiet mogħtija, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid fiex waslet l-applikazzjoni in kwestjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- talba in kwestjoni għadha qed tiġi proċessata.", "Kirkop,Permessi tal-bini spil,Kirkop,Permessi tal-bini falm,Kirkop,Permessi tal-bini KIRKOP - PERMESSI TAL-BINI", "3063.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-bini Ref PAPB 1639/92 fil- Kirkop Phase II?", "Jaf li dawn l-applikanti w oħrajn qegħdin iġarrbu dewmien, minkejja li din hi art mogħtija mill-Gvern tali li hemm għarajjes li qegħdin isibu l- ippjanar tagħhom imfixkel?", "Jista' l-Ministru jagħmel xi ħaġa biex l-affarijiet jimxu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-applikazzjoni tal-bini ref.", "PAPB 1639/92 intbagħtet għall-konsiderazzjoni tal-Bord ta' l-Estetika fit- 3 ta' Lulju 1992.", "Spiżjara,Riżultati ta' l-eżamijiet cusl,Spiżjara,Riżultati ta' l-eżamijiet gall,Spiżjara,Riżultati ta' l-eżamijiet SPIŻJARA - RIŻULTATI TA' L- EŻAMIJIET", "3064.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Ir- riżultat ta' l-interview u/jew ta' l-eżamijiet li saru fil- bidu tas-sena għall-impieg ta' spiżjara mal-Gvern ħareġ?", "Jekk le, x'inhi r- raġuni?", "Il- Ministru jħoss li dawk li fil- fatt applikaw għal dan l- impieg f'Settembru tas-sena li għaddiet għandhom għall-anqas ikunu informati x'ġara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir- riżultat ta' l-intervisti li saru fil-bidu tas- sena għall- impieg ta' spiżjara mal-Gvern ġie ppubblikat f'Mejju 1992 u għalhekk dawk li fil-fatt applikaw setgħu jkunu jafu l- pożizzjoni tagħhom.", "Nixtieq ukoll nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 2727.", "Birkirkara,Servizz tad-drenaġġ cusl,Birkirkara,Servizz tad-drenaġġ falm,Birkirkara,Servizz tad-drenaġġ BIRKIRKARA - SERVIZZ TAD- DRENAĠĠ", "3065.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta se tiġi nstallata s- sistema tad-drenaġġ fi New Street in Gazzia Street, Birkirkara?", "Jekk dan se jieħu fit-tul, jista' l- Ministru jara li l-fosos li hemm f'din it- triq sarux skond il-liġi peress li dawn ifuru kontinwament għad-detriment ta' l-abitanti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: JIen informat li x-xogħol imsemmi se jsir mid- Dipartiment tax- xogħlijijet fi żmien qasir.", "Hamrun,Bini ta' ċint madwar għalqa cusl,Hamrun,Bini ta' ċint madwar għalqa falm,Hamrun,Bini ta' ċint madwar għalqa HAMRUN - BINI TA' ĊINT MADWAR GĦALQA", "3066.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li titnaddaf u jittella' cint skond il-liġi madwar l- għalqa li qegħda fit-tarf ta' Parish Priest Mifsud Street, qabel taqbad Villambrosa Street, Hamrun peress li fiha qed jintefa' kull tip ta' żibel u mbarazz ieħor u r-residenti qegħdin jilmentaw minn intejjen u kwantita' kbira ta' nemus u ġrieden li qed ikun hemm fl- imsemmija għalqa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartimenti koncernati.", "Banek,Lohombus cusl,Banek,Lohombus hyzg,Banek,Lohombus BANEK - LOHOMBUS", "3067.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru għas-Servizzi Ekonomici in vista tat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2642, jinforma lil Parlament jekk minn dawk il-persuni li qed igawdu sussidju mill-Gvern fuq l- imgħax tas-self li ħadu mill- Lohombus Corporation, hemmx minnhom separati minn mal-mara jew mar-raġel b'deciżjoni tal- Prim Awla tal-Qorti Ċivili jew b'separazzjoni bonarja jew b'xi forma oħra ta' separazzjoni mir-raġel u/jew mill-mara?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Taħt l- iskemi tagħha, l-Awtorita' tad- Djar tawtorizza sussidju ta' self li jittieħdu mill-Lohombus Corporation Ltd. lil dawk il- persuni li jkunu separati.", "Hamrun,Karozzi mitluqa cusl,Hamrun,Karozzi mitluqa gall,Hamrun,Karozzi mitluqa HAMRUN - KAROZZI MITLUQA", "3068.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1561 il-Ministru ta' l- Ambjent qal li l-ġbir ta' vetturi abbandunati hu kordinat mill-pulizija li fuqhom taqa' r-responsabilita' aħħarija, jista' l- Ministru jara li jitneħħew il-karozzi li reġgħu tħallew abbandunati fit- Toroq Kanun, Abela Scolaro u Miruzzi, l-Hamrun u li taħthom qed jintefa' ħafna ħmieġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Pulizija tad- Distrett tal- Hamrun ħadet azzjoni sabiex il-vetturi li ġew abbandunati fil-lokalitajiet imsemmija jitneħħew immedjatament.", "Il-parti l- kbira ta' dawn il-vetturi tneħħew iżda għad fadal numru żgħir ta' vetturi u dwar dawn il-pulizija qed tagħmel l- isforzi kollha sabiex jitneħħew minn dawn il-lokalitajiet fl- iqsar żmien possibbli.", "Se nkompli nsegwi l-ilmenti ta' l-Onor.", "Membru.", "Valletta,Bini kkundannat cusl,Valletta,Bini kkundannat falm,Valletta,Bini kkundannat VALLETTA - BINI KKUNDANNAT", "3069.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Għaliex il-block bini qadim u fi stat perikoluż li qiegħed il-Belt Valletta bejn St. Nicholas Street, St. Ursola Street u Old Wells Street mhux se jaqa' kollu iżda parti minnu biss?", "Huwa minnu li l-parti li mhux se taqa' hija kkundannata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li r-raġuni għaliex il-blokk mhux se jaqa' kollux hija li hemm djar fuq St Ursola Street li jinsabu fi stat relattivament tajjeb.", "Dawn huma djar kbar bi stil arkitettoniku ta' certu preġju u tkun ħasra li jkollhom jaqgħu.", "Dan sar fuq parir ukoll tal-Kumitat tar- Rijabilitazzjoni tal-Belt.", "Ma jidhirx li hemm rapporti li dawn id-djar jew parti minnhom huma kundannati.", "San Giljan,Permessi tal-bini buhc,San Giljan,Permessi tal-bini falm,San Giljan,Permessi tal-bini SAN ĠILJAN - PERMESSI TAL-BINI", "3073.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għar- risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2583, x'inhu x- xogħol propost fuq l-art in kwestjoni?", "X'inhu n-numru tal-permess li nħareġ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Dip tax-Xogħlijiet,Building Inspector bork,Dip tax-Xogħlijiet,Building Inspector falm,Dip tax-Xogħlijiet,Building Inspector DIP TAX-XOGĦLIJIET - BUILDING INSPECTOR", "3085.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid:", "(1) hux veru li dan l-aħħar persuna li kienet tagħmel xogħol ta' Building Inspector fil-Public Works ġewwa Għawdex ġiet trasferita lejn Malta?", "(2) Jekk hu veru, għal liema raġuni din il-persuna ġiet trasferita lejn Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- persuna li għamel referenza għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet trasferita għall-istess xogħol f'Malta sakemm isir stħarriġ dwar ilmenti li saru lill-Ministeru.", "Għawdex,Għases magħluqa bork,Għawdex,Għases magħluqa gall,Għawdex,Għases magħluqa GĦAWDEX - GĦASES MAGĦLUQA", "3086.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid:", "(1) hux minnu li l-għases tal-pulizija fl-irħula tal-Qala u ta' Għajnsielem jinsabu magħluqa u l-pulizija fl-għassa tan-Nadur irid ilaħħaq ma' dawn l-irħula wkoll?", "(2) veru li bħalissa l- għassa tal-pulizija tan-Nadur għandha s-servizz ta' surġent darba f'ġimgħa biss fejn qabel kien ikun hemm surġent stazzjonat il-ġimgħa kollha?", "(3) Jekk hu veru, għal liema raġuni qiegħed isir dan it- tnaqqis f'dan is-servizz u meta beħsiebhom jitranġaw dawn l- affarijiet biex il-poplu jkun moqdi aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Għasses tal- Pulizija tal-Qala u Għajnsielem jinfetħu regolarment fil- ħinijiet li huma prattikabbli għall- pubbliku u skond l- esiġenza tas-servizz.", "Mhux korretta l-informazzjoni li l- pulizija li jkun għassa n-Nadur irid jilħaq dawn il-postijiet ukoll.", "Fin-Nadur hemm Surġent stazzjonat u bħal kull membru tal-Korp meta d- doveri tiegħu jkunu aktar meħtieġa f'postijiet oħra dan jagħmel xogħol skond in-necessita' tal- mument.", "AWTS,Mili ta' vakanzi manc,AWTS,Mili ta' vakanzi mifu,AWTS,Mili ta' vakanzi AWTS - MILI TA' VAKANZI", "3088.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2661, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- proceduri stabbiliti biex jimtlew il-vakanzi ta' l-AWTS?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: M'hemmx vakanzi x'jimtlew fl- AWTS.", "Dawk il- ħaddiema casuals fl-AWTS li kienu ġew imqabbda jaħdmu rregolarment mill-Air Supplies qabel l-10 ta' Mejju 1987 se jingħataw appointments ta' Group A f'Dipartimenti tal- Gvern.", "Naxxar,Trade Fair Ground,Luna Park farm,Naxxar,Trade Fair Ground,Luna Park gall,Naxxar,Trade Fair Ground,Luna Park NAXXAR: TRADE FAIR GROUND - LUNA PARK", "3097.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Ħarġu permessi biex tintrama Luna/Fun Park fl-area barra l- grounds tat-Trade Fair in- Naxxar?", "Luna/Fun Parks simili li hawn madwar Malta huma koperti b'xi tip ta' insurance f'każ ta' korriment ta' min ikun qed jużahom?", "X'tip ta' insurance tintalab qabel joħorġu l- permessi jekk tintalab?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir- risposta hija fin-negattiv għall-partijiet kollha tal- mistoqsija.", "Inżid pero' ngħid li l- Pulizija qed tikkonsidra li timponi kopertura permess ta' assikurazzjoni għal attivita' li tista' tinvolvi korriment għal terzi persuni.", "Bormla,Firien farm,Bormla,Firien gall,Bormla,Firien BORMLA - FIRIEN", "3098.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Wasluli rapporti li fi Triq Madonna tal-Grazzja, Bormla spiss jidhru firien li jagħmluha mpossibbli li tħalli bieb miftuħ.", "Meta se jittieħdu passi ħalli dan l-inkonvenjent jittaffa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tas-Saħħa biex il-Pest Control Unit jieħu l-passi kollha meħtieġa dwar l-ilment imsemmi.", "Bormla,Toroq farm,Bormla,Toroq falm,Bormla,Toroq BORMLA: TRIQ IL-MADONNA TAL- GRAZZJA - RANĠAR", "3099.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Triq Madonna tal- Grazzja, Bormla ilha mħarbta għal snin sħaħ, b'inkonvenjent għal min joqgħod jew jaħdem hemm.", "Meta hemm il-ħsieb li tiġi asfaltata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Trasport pubbliku farm,Trasport pubbliku zamf,Trasport pubbliku TRASPORT PUBBLIKU", "3100.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Diversi bliet u rħula f'Malta espandew b'mod drammatiku f'dawn l-aħħar 20 sena.", "Hemm xi ħsieb li r-rotot tal- karozzi tal-linja jiġu aġġornati mad- domanda tal-lum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalma diġa' ntqal fi tweġiba għall- mistoqsija oħra li kien għamel l-Onor.", "Interpellant, is-servizz tat- trasport bil- karozzi tal-linja hu wieħed dinamiku li jinbidel minn żmien għall-ieħor skond il-ħtieġa u t-talba li jkun hemm.", "Sptarijiet,Zammit Clapp farm,Sptarijiet,Zammit Clapp gall,Sptarijiet,Zammit Clapp SPTARIJIET - ZAMMIT CLAPP", "3101.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: F'dawn l-aħħar xhur sal-lum kemm saru call for applications għal impjegati mediċi u paramediċi barranin ħalli jaħdmu f'Zammit Clapp Hospital?", "X'kienu l-postijiet li kien hemm il-ħsieb li jintlew?", "Kemm f'kull speċjalita' qed jintalbu ħaddiema?", "X'kondizzjonijiet ta' impieg inkluż pagi qed jiġu kkonsidrati jew offruti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ma sarux sejħiet għal applikazzjonijiet bħal dawk li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Membru.", "L-Isptar Zammit Clapp talab applikazzjoni għal fisjoterapisti u occupational therapists lokali.", "Hemm bżonn tliet fisjoterapisti u occupational therapists.", "Sptarijiet,San Luqa,Apparat farm,Sptarijiet,San Luqa,Apparat gall,Sptarijiet,San Luqa,Apparat SPTAR SAN LUQA - APPART", "3102.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 2448, cioe' kemm hemm apparat li jintuża fid-Dipartiment ta' l-Operazzjonijiet fl- Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech li huwa bil-ħsara?", "X'inhu dan l-apparat u kemm ilu bil-ħsara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li għandu jkun meqjus normali li kull apparat jista' jkun bil- hsara jew wieqaf minhabba wear and tear, manutenzjoni jew xi raguni ohra, ninsab informat li l-ebda hsara li tezisti f'xi apparat li jintuża fid- Dipartiment ta' l- Operazzjonijiet fl-Isptar imsemmi mhi qed tikkaguna xi twaqqif jew sospensjoni ta' xi operazzjoni.", "Ninsab informat ukoll li t- taqsimiet koncernati regolarment jaghmlu xoghol ta' manutenzjoni fuq l-apparata fl- Isptar.", "Rigward certi 'items' specifici ninsab informat li d- Dipartiment qed jistenna 'technician' mill- Italja (li jigi tliet darbiet fis-sena b'regolarita') biex isewwi hsara fuq il-'Paediatric Colonoscope' u zewg 'Gestroscopes' fil-qasam ta' l- Endoskopija filwaqt li 'Adult Colonoscope' ilu l-Italja minn April biex jissewwa.", "Hsara fid-'Dopler' tad-Dipartiment tal-Ginekologija issewwiet fiz- zmien qasir u minhabba suspetti li din setghet kienet hsara doluza qed isir stharrig fuq il-każ.", "Zwieġ Ċivili,Reġistraturi pora,Zwieġ Ċivili,Reġistraturi fenj,Zwieġ Ċivili,Reġistraturi ŻWIEĠ ĊIVILI - REĠISTRATURI", "3116.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: X'inhi r-raġuni li l-għadd ta' Reġistraturi taż- Żwieġ minn 60 tela' għal 80?", "X'isir mill-flus li l-Gvern jiġbor mir-reġistrazzjoni taż- żwieġ ċivili?", "ONOR.", "JOE FENECH: In-numru ta' Delegati tar-Reġistru taż- Żwieġ fil-fatt huwa ta' 73.", "Dan in-numru ta' Delegati huwa meħtieġ biex jibqa' jaqdi tajjeb l-esiġenzi tar-Reġistru taż-Żwieġ, bħal meta xi wħud minnhom ikunu morda jew imsefrin.", "In-numru tad- Delegati tar-Reġistru taż-Żwieġ qatt ma kien wieħed stabbilit iżda dejjem kien regolat miċ- ċirkostanzi u l- ħteġijiet tal- mument.", "Il-flus li jinġabru mir- reġistrazzjoni taż-żwieġ ċivili, bħal kwalunkwe dħul ieħor tal-Gvern, imur fil- Consolidated Revenue Fund.", "Banek,Bank of Valletta,Promozzjonijiet manc,Banek,Bank of Valletta,Promozzjonijiet bong,Banek,Bank of Valletta,Promozzjonijiet BANK OF VALLETTA - PROMOZZJONIJIET", "3117.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jispjega jekk inbidlitx il-procedura dwar promotion fil-Bank of Valletta Ltd?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-proċeduri dwar promozzjonijiet jiġu reveduti minn żmien għal żmien.", "Ftit żmien ilu ntlaqqgħu applikazzjonijiet minn persuni eliġibbli biex jintlew vakanzi eżistenti f'diversi gradi.", "L- applikanti se jiġu intervistati.", "Mrieħel Bypass,Blajjat spil,Mrieħel Bypass,Blajjat falm,Mrieħel Bypass,Blajjat MRIEĦEL BYPASS - BLAJJAT", "3118.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għat- tweġiba li l-Ministru tani għall-mistoqsija parlamentari numru 2459, jaf li m'hemm l- ebda barriers ħlief il-blajjat li semmejt jien?", "Jaf li dawn anke huma sporġuti fit-triq?", "Japprezza li dawn il-blajjat jikkostitwixxu periklu pubbliku?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- kummenti ta' l-Onor.", "Interpellant jikkonfermaw is- sitwazzjoni li teżisti fejn nies ineħħu l-barriers minn posthom.", "Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed jieħu passi biex jerġgħu jitqegħdu dawn il-barriers.", "Dalwaqt jibda x-xogħol ta' asfaltar ta' xi toroq fl-inħawi u mbagħad dawn it-toroq dalwaqt jinfetħu għat-traffiku u allura l-bżonn ta' dawn il- barriers u l-blokki jispiċċa.", "MDC,Fabbriki manc,MDC,Fabbriki bong,MDC,Fabbriki MDC - FABBRIKI", "3126.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid liema kienu l- fabbriki/proġetti li ġew approvati mill-1987 sal-lum mill-MDC:", "1. (i) diġa' bdew joperaw;", "(ii) qegħdin fi stadju avvanzat li jibdew jaħdmu;", "(iii) rtiraw l-applikazzjoni tagħhom u mhux se jibdew joperaw?", "2. x'inhu l-ġeneru tax-xogħol ta' kull waħda minn dawn il- fabbriki f'kull każ?", "3. x'għajnuna f-forma ta' grants soft loans ngħatat kull fabbrika/proġett?", "4.", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li kull fabbrika għandha proġettat li tħaddem, u kemm fil-fatt qed tħaddem?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "Santa Lucija,Xogħol ta' kostruzzjoni manc,Santa Lucija,Xogħol ta' kostruzzjoni falm,Santa Lucija,Xogħol ta' kostruzzjoni SANTA LUCIJA - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "3127.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għar- risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 1334, jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif minkejja l- proceduri din il- kostruzzjoni xorta tlestiet?", "Peress li hemm diversi kostruzzjonijiet simili li huma koperti bil- permessi, huwa l- każ illi din is-sitwazzjoni tiġi regolata, l-aktar jekk dawn il-kostruzzjonijiet huma utili w bżonnjużi għall- applikanti tal- permessi relattivi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li passi legali ttieħdu wara li deher artiklu f'gazzetti u l-bini kien ilu lest xi sentejn u nofs.", "Ma saret ebda talba biex il- garaxx imsemmi mill-Onor.", "Membru jiġi regolarizzat.", "Skejjel,Facilitajiet ta' rikreazzjoni gree,Skejjel,Facilitajiet ta' rikreazzjoni mifu,Skejjel,Facilitajiet ta' rikreazzjoni SKEJJEL - FAĊILITAJIET TA' RIKREAZZJONI", "3144.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: L- iskejjel kollha għanndhom jipprovdu facilitajiet ta' rikreazzjoni għall-istudenti tagħhom specjalment għal dawk ta' taħt it-tmintax (18)-il sena?", "Kif, allura, jispjega l-fatt li fi Triq Pariso, il-Gżira, mijiet ta' żgħażagħ barranin li jattendu skola f'din it-triq, jingombraw it-triq waqt il- breaks b'periklu għalihom peress li din it-triq hija waħda traffikuża?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Gżira,Sorveljanza mill-pulizija gree,Gżira,Sorveljanza,mill-pulizija gall,Gżira,Sorveljanza,mill-pulizija GZIRA - SORVELJANZA MILL- PULIZIJA", "3145.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH Staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jordna li ssir għassa mill-pulizija fi Triq Pariso, Gżira fejn hemm skola taż-żgħażagħ barranin, peress li matul il- breaks tagħhom dawn jingombraw it- triq, iwaqqfu it-traffiku u jseponu ruħhom għall-periklu?", "Jistgħu jittieħdu passi qabel ma tiġri xi traġedja kif kien ġara lil uħud mill-istudenti barranin f'lokalitajiet oħra s- sena li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għabbejt lill-uffiċjali u membri tal- Korp f'dan id- Distrett bir- responsabbilta' ta' l-istħarriġ u l-passi meħtieġa dwar l- ilment imqanqal mill-Onor.", "Membru.", "Diskoteki,Dħul ta' minoreni gree,Diskoteki,Dħul ta' minoreni gall,Diskoteki,Dħul ta' minoreni DISKOTEKI - DĦUL TA' MINORENNI", "3146.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: X'sorveljanza qed issir biex jkun żgurat li żgħażagħ taħt l- eta' ma jidħlux f'discos?", "Issir l-istess sorveljanza ma' żgħażagħ barranin kif issir fuq Maltin?", "Jaf il-Ministru b'rapporti kontinwi ta' dawk taħt l-eta' li qed jitħallew jidħlu f'discos f'Paceville, Buġibba u Għawdex?", "Speċjalment f'Għawdex, jaf il-Ministru li tlett ijiem ilu fuq programm tar-radju, omm u tifel ta' erbatax (14)-il sena stqarret bla tlaqliq li minkejja dak kollu li tagħmel, it-tifel tagħha jitħalla jidħol id-discos?", "F'Għawdex il-pulizija tagħmel spezzjonijiet biex tara li l- liġi qed tiġi osservata?", "Kemm-il darba matul Ġunju, il-Pulizija Għawdxija żaret discos u sabet tfal taħt l- eta'?", "X'passi ttieħdu kontra s-sidien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'dawn il-postijiet issir sorveljanza regolari mill-pulizija mingħajr ebda diskriminazzjoni bejn barranin jew Maltin.", "Filwaqt li ninsab informat ukoll li ma ġie osservat l-ebda ksur ta' liġi f'dan ir-rigward sejjer inkompli nenfasizza l- importanza ta' l-ilment imqanqal mill-Onor.", "Interpellant.", "Sptarijiet,San Luqa,Infermiera gree,Sptarijiet,San Luqa,Infermiera gall,Sptarijiet,San Luqa,Infermiera SPTAR SAN LUQA - NURSING STAFF", "3147.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Il- Ministru huwa konxju li ricentement tbiddlu n-nursing staff kollu tal-Visting Consultants Clinc (V.C.C.).", "B'riżultat ta' dan xi pazjenti li kellhom jaraw xi specjalista barranin li ġie Malta dan l- aħħar tħallew barra minħabba xi żbalji li saru fl-appuntamenti.", "Minħabba f'hekk dawn il- pazjenti se jkollhom jistennew sa Settembru b'detriment għal saħħithom.", "Jista' l-Ministru jinvestiga u jara li l-ebda pazjenti ma jbatu mill-iżbalji li saru fl-appuntamenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ebda pazjent li kellu appuntament b'mod regolari ma tilef dan l- appuntament biex jara speċjalista barrani li ġie Malta dan l-aħħar.", "Il-pazjenti kollha li kienu fuq il-lista uffiċjali ta' Dr Rodney Foale ġew invistati mill-imsemmi konsulent.", "L-awtorita' kompetenti fl- Isptar ma tistax tassumi responsabbilta' għal wegħdiet ta' appuntamenti li ma jitniżżlux fuq il-lista uffiċjali b'mod regolari.", "Jekk l-Onor.", "Membru jagħtini l- ismijiet tal-persuni konċernati nkun nista' nagħmel il-verifiki meħtieġa u ninformah b'dak li jirriżultali.", "Zabbar,Toroq pora,Zabbar,Toroq falm,Zabbar,Toroq ZABBAR - TOROQ", "3152.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2925, jistgħu t- toroq imsemmija jingħataw it-tarmac?", "Il-lejla kont ukoll Triq il- Ħofra u Triq il-Bur, f'Ħaż Żabbar u residenti ġibduli l- attenzjoni fuq it-toroq.", "Jistgħu jiġu rranġati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li Triq il-Ħofra għadha mhux żviluppata biżżejjed biex tiġi asfaltata.", "Triq il-Bur sejra titniżżel fil-programm ta' xogħol ta' l- asfaltar.", "Pace Grasso football ground cilj,Pace Grasso football ground frem,Pace Grasso football ground PACE GRASSO FOOTBALL GROUND", "3153.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jaqbel l-Ministru li jirrakomanda lill-Kabinett li, meta jiġu ffirmati l- kuntratti għal grounds ta' Pace Grasso u l-Istadium Nazzjonali li ftit ġimgħat oħra, il-figura ta' tlettax-il elf lira (£13,000) għaż-żewġ grounds bħala kera, għanda titnaqqas sostanzjalment għall-waħda nominali biex b'hekk l-MFA tkun tista' tqassam aktar finanzi lil klabbs, li kif jaf kulħadd, huma fi stat finanzjarja prekarja?", "Għaliex il-Gvern ma jgħinx fil-manutenzjoni u żvilupp ta' dawn il-grounds peress li għalkemm huma mogħtija b'kuntratt xorta baqgħu proprjeta' tal- Gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kien il-Gvern Soċjalista li ffissa l-kera ta' Lm10,000 fis-sena għal ground nazzjonali ta' Ta' Qali u Lm3,000 għal ground ta' Pace Grasso b'kuntratt li kien iffirmat f'Lulju ta' l-1985.", "Sa minn qabel ma saret talba tal-Premier League Standing Committee fil-memorandum li ġie ppreżentat lill-Gvern kien qed jiġi studjat il-kuntratt kollu b'konsiderazzjoni ukoll għad- dħul ieħor mill-MFA għal użu tal-grounds kollha.", "Għat-tieni parti tal- mistoqsija, nirreferi għall- klawsola ta' l-istess kuntratt li kien ġie ffirmat miż-żewġ partijiet.", "Malta Football Association,Rapport cilj,Malta Football Association,Rapport frem,Malta Football Association,Rapport MALTA FOOTBALL ASSOCIATION - RAPPORT", "3154.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Wara r-rapport li sar mill-MFA Premier League Clubs Standing Committee li ġie ippreżentat, fost l-oħrajn, lill-Gvern fl-4 ta' Mejju 1992, il-Ministru kellu taħdidiet dwar il-kontenut tiegħu ma' rappreżentanti ta' dan il- Kumitat?", "X'kien ir-riżultat, fis-sens, jekk ġewx identifikati arej specifiki fejn il-Gvern jista' jgħin biex jitjieb il-livell tal-football billi jiġu rranġati l-klabbs?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Hemm laqgħat ffissati għal nofs Lulju kif kien miftiehem mad- delegati ta' l-MFA meta dawn ġentilment ippreżentaw ir- rapport imsemmi.", "Football grounds,Xogħol strutturali cilj,Football grounds,Xogħol strutturali frem,Football grounds,Xogħol strutturali FOOTBALL GROUNDS - XOGĦOL STRUTTURALI", "3155.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Il- Ministru kellu talbiet mingħand l-awtoritajiet tal-football biex isir xogħol strutturali fil-grounds ta':-", "a) Stadium Nazzjonali; b) Pace Grasso; c) Silver Jubilee, Għawdex?", "Liema kien ix-xogħol li ntalab isir f'kull ground?", "Kien hemm ko-ordinament mal- Ministeru ta' l-Ambjent biex dan ix-xogħol jitwettaq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- tweġiba tiġi mogħtija f'xi seduta oħra.", "Pulizija,Hlas ta' xogħol extra cilj,Pulizija,Hlas ta' xogħol extra gall,Pulizija,Hlas ta' xogħol extra PULIZIJA - ĦLAS TA' XOGĦOL EXTRA", "3156.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'kien l- ammont totali (fi flus) li ħadu l-pulizija li għamli extra duty ta':-", "(a) Stadium Nazzjonali;", "(b) Pace Grasso;", "(c) Silver Jubilee, Għawdex f'kull każ separtament u għal dan l-istaġun tal- football li għadu kemm spicca?", "Il-ħlas kollu għadda għand il-Korp?", "Il-pulizija tħallsu kollha għax-xogħol li għamlu?", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid kemm fadal biex jitħallas lil, dawk il- pulizija li ħadmu fit-tliet grounds separatment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li matul l-istagun 1991/92 li ghadu kemm spicca l- pulizija hadmet l-\"extra duty\" li tidher hawn taht:", "|Fl-Istadium |Lm11,661.47,| |Nazzjonali |0 | | | | |F'Pace Grasso | Lm | | |1,809.87,0 | | | | |Fis-Silver |Lm | |Jubilee |1,954.58,7 | |(Ghawdex) | | | | | |Mill-flus li | | |jidhru hawn fuq| | |baqa' | | |jitħallas: | | | | | |Stadium |Lm | |Nazzjonali |4,184.24,6 | | | | |Pace Grasso | Lm351.80,0 |", "Kif jidher mill-informazzjoni moghtija mhux il-hlas kollu ghadda lill- Korp u ghalhekk ghad baqa' x'jithallas lill- pulizija tax-xoghol li ghamlu.", "Fil-kaz ta' Ghawdex il-pulizija thallsu tax-xoghol kollu li ghamlu.", "Universita', Ground tal-football cilj,Universita', Ground tal-football frem,Universita', Ground tal-football UNIVRSITA' - GROUND TAL- FOOTBALL", "3157.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal-klabbs tal- Premiet fil-memorandum tagħhom imsejjaħ \"Għall-ġid tal- Football Malti\", ġie ssuġerit li l-ground ta' l- Universita' jiġi żviluppat u rranġat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal- klabbs tal-Premier meta jkollhom bżonn.", "Jaqbel il-Ministru li jkollu diskussjonijiet mal-Ministru ta' l- Edukazzjoni u l- awtoritajiet ta' l-Universita' biex wieħed jara x'jista' jsir?", "Jistgħu jiġu dentifikati dawk l-affarijiet li hemm bżonn li isiru f'dan il-ground biex ji!ġi ameljorat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Id- dettalji msemmija se jiġu diskussi mad- diriġenti ta' l- M.F.A. u r-rappreżentanti tal- Premier League Standing Committee fil-laqgħa prevista.", "Fgura,Servizz tad-drenaġġ cilj,Fgura,Servizz tad-drenaġġ falm,Fgura,Servizz tad-drenaġġ FGURA - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "3158.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara għalfejn il-Gvern għadu ma ħax passi biex jirrimedja s- sitwazzjoni kerha ħafna tar-residenti fi Triq it-Tagħlim fil-Fgura u fi Triq il-Burqxiex fl-istess lokal li qed isofru minn drenaġġ li ġej mill- Government Housing Estate, Carmel Street, u li dieħel fid-jdar ta' l- istess lokal/toroq b'periklu kbir għas-saħħa tar-residenti - b/mod specjali Plot 74 \"Il- Ħolma\" Triq it-Tagħlim, Fgura fejn id-drenaġġ qed jispicca anke fil-bir ta' l-istess dar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "19970221_034d_par.doc", "date": "1997-02-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 34 Il-Ġimgħa, 21 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 34 Il-Ġimgħa, 21 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "34", "Il-Ġimgħa, 21 ta' Frar, 1997", "WERREJ", "MINUTI 788", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 788", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 797", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 1996", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT", "U LI JITRESSAQ L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRAZZJONI", "(ORDNI PERMANENTI NRU.", "82) 798", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (1997)", "APPROPRIATION (1997) BILL 830", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1996", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 1996 831", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT", "U LI JITRESSAQ L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI", "1996 (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82) 833", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1996)", "SECOND (1996) APPROPRIATION BILL 833", "AĠĠORNAMENT 834", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 835", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 858", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 33 li saret fid-19 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "MALTA LABOUR PARTY - PROPRJETA'", "1073.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjeta' tal-gvern hi mogħtija lill-Malta Labour Party; taħt liema titolu hi mogħtija; għal kemm kera/ċens fis-sena, meta sar l-aħħar ħlas tal-kera/ċens; jekk hemmx arretrati x'jitħallsu; u jekk iva, kemm hemm; u jekk ittieħditx xi azzjoni legali s'issa?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): B'riferenza ghall-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba, kif ukoll tabella oħra li tagħti l-istess informazzjoni għall-proprjeta' mikrija lill-Partit Nazzjonalista.", "Wieħed irid jinnota li bħalissa l-Partit Laburista għaddej b'diskussjonijiet mad-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex il-proprjeta tiegħu magħrufa bħala Il-Macina, Store 2, Senglea Bastion u Detached Hall, St. Angelo terġa tiġi mgħoddija lura lill-gvern.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, ma nafx jekk il-Ministru Mizzi jistax jirrispondini - xtaqt li kien hawn preżenti l-ministru konċernat - pero' xorta waħda se nistaqsih jekk jafx fiex jikkonsistu dawn id-diskussjonijiet u għaliex qed isiru, għaliex biex tgħaddi proprjeta' lura lill-gvern tista' sempliċement tirrinunzja għall-kera.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif qal l-Onor.", "Interpellant jien ma nafx nirrispondih, pero' jien persważ li jekk jagħmel mistoqsija bil-miktub l-ministru konċernat jagħtih l-informazzjoni li jkun jixtieq.", "LISBONA - EXPO '98", "2232.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Malta għadhiex se tipparteċipa fl-Expo '98 li se ssir ġewwa Lisbona s-sena li ġejja?", "Jekk fl-affermattiv, jikkonferma li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija se jikkoordina din il-parteċipazzjoni, kif kien mitlub jagħmel dan il- kunsill mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tal-Gvern preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ir-risposta għall-ewwel domanda hija \"iva\" u r-risposta għat-tieni domanda hija \"le\".", "FIS - RIĊERKA", "2341.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għall- Istudji Internazzjonali għandhiex xi lanċa jew dgħajsa li sservi għar- riċerka?", "Jista' l-Ministru jgħid, jekk fl-affermattiv, kif inxtrat, meta, mingħand min, b'liema sejħa għal offerti, min ħa d-deċiżjoni li tinxtara u xi tħallas biex inxtrat?", "Jista' l-Ministru jgħid għaldaqstant x'dgħajjes jew laneċ oħra ġew ikkonsidrati qabel inxtrat din u għaliex intgħażlet din id-dgħajsa?", "Jista' l-Ministru, b'mod dettaljat, jagħti x'intnefaq fuq din id-dgħajsa bħala spejjeż rikorrenti minn mindu nxtrat sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l-1996?", "Jista' l-Ministru jgħid kif intużat din id-dgħajsa xahar b'xahar fl-istess perijodu msemmi, kif ukoll x'inhu l-pjan ta' kif se tintuża din id-dgħajsa fit-tliet snin li ġejjin u x'inhu antiċipat li jintnefaq fuqha?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll fejn qiegħda din id-dgħajsa fil-preżent u x'inhu l-valur mekkaniku tagħha?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Id-dgħajsa msemmija fid-domanda tappartjeni lis-centre for insular and coastal dynamics li hu ċentru maħluq mill-Kunsill ta' l-Ewropa u jirċievi mill-kunsill sussidju annwali li jkopri l-ispejjeż kollha minbarra s-salarji.", "Skond il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, id-dgħajsa nxtrat f'Awissu 1991 mingħand id-direttur ġenerali fuq deċiżjoni tal-kumitat xjentifiku ta' l-ICOD u l-għażla, wara li ġew ikkonsidrati diversi alternattivi fuq is-suq Malti, saret fuq parir ta' rappreżentant tal-Inter- Governmental Oceanographic Commission u tal-Kunsill tal-Ewropa li kienu rawha.", "Skond il-Fondazzjoni l-lanċa ġiet magħżula għax kellha l- ispeċifikazzjonijiet neċessarji u kienet mgħammra bl-istrumentazzjonijiet aġġornati.", "Id-dgħajsa li kellha valur ta' madwar Lm22,000 fl-1989 - jeżistu dokumenti dettaljati dwar dan - inxtrat wara valutazzjonijiet professjonali b'Lm15,000, liema ħlas sar mill-flus li ġew mill-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Biex jgħin liċ-ċentru l-bejjiegħ aċċetta li l-ħlas isir fuq medda ta' żmien u aċċetta wkoll Lm2,000 anqas mill-valutazzjoni l-iktar baxxa.", "Din il-lanċa ġiet magħżula għaliex kienet ikkonsidrata li setgħet taqdi l-bżonnijiet taċ-ċentru biex jagħti bidu għal programm ta' riċerka fil-kosta ta' madwar Malta.", "Il-programm ta' riċerka nvolva diversi esperti nternazzjonali u tħaddem hekk:", "1991: Costal geomorphological survey in co-operation with University of Durham and MCST;", "1992: Oceanographic related survey measuring currents and other related activities in co-operation with University of Southampton and MCST; 1993: Bathymetric surveying at Mellieħa Bay in co-operation with CERP (Costal Environment Research Programme);", "1994: Sediment sampling exercises in Mellieħa Bay in co-operation with CERP.", "Bħalissa, id-dgħajsa qiegħda f'Manoel Island Repair Yard għal xogħol ta' manutenzjoni.", "L-aħħar valuation li sar fuqha kien fl-1993 u kien ta' Lm13,000.", "Minħabba li l-programm ta' riċerka fuq l-oceanography f'Malta ma żviluppax kif kien mistenni, il-pjan taċ-ċentru hu li d-dagħjsa tiġi mibjuha fix-xhur li ġejjin.", "Skeda ta' l-ispejjeż rikorrenti matul is-snin tidher hawn taħt:", "Il-medja ta' l-ispejjeż kull xahar għar-reġistrazzjoni u manutenzjoni tad- dgħajsa kienet:", "1992 Lm142 1993 Lm169* 1994 Lm 95 1995 Lm 76 1996 Lm 76", "* F'din is-sena saret bidla fl-istruttura tal-hull biex takkomoda apparat xjentifiku tar-riċerka li qamet Lm2,500.", "UNIVERSITA' - SPOTLESS COPERATIVE", "2373.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid: x'inhu x-xogħol ta' l- iSpotless Co-operative fl-Universita' u jekk tagħmilx xogħol barra l- Universita';", "Mindu ġiet imwaqqfa kemm intnefqu flus f'xogħol u materjal, sena sena, fl- Universita u lejn min hija accountable din il-koperattiva;", "Kien hemm koperattivi oħra involuti f'xogħol ta' kostruzzjoni fl- Universita'; u jekk iva, meta sar dan ix-xogħol, x'tip ta' xogħol sar u kemm kienet l-ispiża?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali) : Ix-xogħol ta' l-iSpotless Co-operative fl-Universita' hu dak ta' tindif fuq barra kollu tal-campus u manutenzjoni u kull xogħol ieħor relatat mal-manutenzjoni u l-upkeep, kif stipulat f'tender pubbliku maħruġ apposta.", "L-iSpotless Co-operative taħdem bħala kumpanija privata u għalhekk għandha d-dritt li tagħmel ix-xogħol kollu li trid u fejn trid.", "Jekk għandhiex xogħol ieħor barra l-Universita', wieħed irid jistaqsi lill- istess koperativa.", "Minħabba l-fatt li l-Koperativa Spotless taħroġ kontijiet għal kollox - materjal u xogħol inkluż - m'huwiex possibbli li tinħareġ lista separata kull sena għal xogħol u materjal.", "Pero' dawn li ġejjin huma l-ammont ta' invoices maħruġa minn u mħallsa lill-Koperativa Spotless fis-snin indikati:", "Sena Ammont", "1993 Lm 28,052 1994 Lm 41,361 1995 Lm 42,574 1996 Lm 39,019", "F'dak li hu xogħol ta' tindif, manutenzjoni u upkeep tal-Campus il- Koperativa hi accountable lejn il-Precincts Office.", "Iva, kien hemm koperattivi oħra nvoluti f'xogħol ta' kostruzzjoni fl- Universita'.", "Dan ix-xogħol sar minn 1993 sal-1996 u kienu pjuttost xogħlijiet żgħar li ma kenux ta' idejn il-kuntratturi kbar li kienu qegħdin jaħdmu fuq il-bini ta' l-Universita'.", "L-ispiża sena b'sena fis-snin indikati kienet:", "Sena Ammont 1993 Lm51,175 1994 Lm62,835 1995 Lm35,303 1996 Lm27,278 MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, jista' l-Ministru - ma nafx jekk għandux l-informazzjoni hawnhekk - jgħidilna kif tqassmu l-profitti ta' din il-koperativa lill-ħaddiema li jifformaw membri tagħha?", "Peress li din hija koperativa jien għandi nassumi li l-ħaddiema jieħdu sehem mill-profitti li jsiru.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq din l-informazzjoni jista' jagħmel mistoqsija bil-miktub lill-ministru konċernat.", "UNIVERSITA' - PERIT JOE FALZON", "2382.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Bertu Pace) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fiż-żmien ir-rettorat ta' Prof. Peter Serracino Inglott fl-Universita' tqabbadx il-Perit Joe Falzon mill-Fakulta' ta' l-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili biex jagħmel rapport dwar superviżjoni u kejl ta' xogħol li sar kejl tiegħu mingħajr qatt ma fil-fatt sar jew li inkella tħallas darbtejn u li sar fuq diversi bini fil-precincts ta' l-Universita?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir- rapport u jgħid x'passi ttieħdu u se jittieħdu fil-konfront ta' dawk li kienu responsabbli minn dawn in-nuqqasijiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Mill-mistoqsijiet li għamilna lil żewġ individwi li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant ma sirna nafu li hemm xejn minn dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant.", "RCC - ĦLAS TA' DANNI", "2556.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Imbilli Richard Cachia Caruana, l-assistent personali ta' l-ex-Prim Ministru, ġie rrapportat li ngħata Lm30,000 wara l-inċident li kellu, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet deċiża din is-somma meta wieħed iqis li numru kbir ta' ċittadini sofrew danni bħal Cachia Caruana u ma ngħataw l- ebda kumpens?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Gvern ta' qabel kien iddeċieda li talbiet għall- ħlas ta' kumpens ex-gratia lill-vittmi ta' xi att kriminali, inklużi dawk ta splużżjoni bil-bomba, kellhom jiġu kkonsidrati biss f'dawk il- każijiet li jinvolvu atti kriminali kontra l-interess pubbliku.", "Fil- każ tas-Sur Richard Cachia Caruana, l-Kabinett qabel li l-att kriminali kontrih kien wieħed li jaqa taħt id-deċiżjoni msemmija.", "Din id- deċiżjoni ttieħdet mill-Kabinett fis-16 ta' Settembru, 1996 u ġiet approvata mill-Prim Ministru fit-22 ta Ottubru, 1996.", "Il-payment voucher għal Lm30,000 inħareġ fit-22 ta' Ottubru, 1996 stess.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Madam Speaker, jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk il-policy f'dan il-qasam għadhiex l-istess waħda li kienet tiġi segwita mill-Gvern preċedenti f'każ li jkun hawn xi każijiet li jaqgħu f'dan il- kamp ta' atti kriminali li jsiru, per eżempju, kontra uffiċjali pubbliċi jew inkella b'konnessjonijiet evidenti ta' natura pubblika?", "Għar-rigward ta' kumpens, il-Gvern qed jadotta l-istess policy ta' qabel jew kien hemm xi okkażjoni fejn din setgħet tiġi riveduta?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għad ma kienx hemm okkażjoni fejn din tiġi riveduta imma se tiġi riveduta, mhux lanqas in vista ta' ċerti inkonsistenzi li jidher li l-politika antika kienet tiġi applikata biha.", "Jien għandi anke talba jew kummenti mingħand xi ħaddieħor li ħass ruħu \"offiż\", għall-fatt li l-każ li huwa qies li kien jaqa' taħt din il-politika u ma ġiex ittrattat bl-istess kriterji bħall-każ imsemmi f'din l-interpellanza.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "2884.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2495 f'paragrafu 1, jista' l- Ministru jgħid x'miżuri ħa sal-lum is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ biex jipprovdi staff li jagħmel it-tindif ġenerali tal-post tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u mil-liema Vot ġew meħudin l-ispejjeż konnessi?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): B'riferenza għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant, nixtieq ninformah li kienu ttieħdu passi mmedjati biex ikun hemm tindif ġenerali tal-post tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ wara li s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u l-Arti kien iltaqa' mal-membri tal-kunsill.", "Għaldaqstant tqabbad ħaddiem mid-Dipartiment tal-Kultura biex darbterjn fil-ġimgħa jwettaq xogħol ta' tindif ġenerali fil-post tal- kunsill.", "Ma jitħallsu ebda spejjeż żejda ta' dan ix-xogħol.", "MALTA UNIVERSITY SERVICES LTD. - PROJECT MANAGEMENT OFFICE", "2902.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Project Management Office tal-Malta University Services Ltd. għandux xi kuntratt mad-Diviżjoni tas-Saħħa biex dan jirċievi servizzi ta' project management fit-twettiq tar- refurbishment ta' l-Isptar San Luqa?", "Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jikkonferma li l-Project Management Office ta' l-MUS Ltd għandu jieħu madwar Lm0.25 miljun fi spejjeż u fees mid-Diviżjoni tas-Saħħa għal servizzi li ta bejn l-1993 u l-1996 li tagħhom għadha ma tħallset l-ebda lira?", "Jista' l-Ministru jgħid fil-fatt jekk il-Project Management Office għadx għandu uffiċċju u x'sehem għandu fil-programm ta' refurbishment ta' l- Isptar San Luqa?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-Project Management Office m'huwiex biss tal-Malta University Services Ltd imma huwa joint venture bejn l-Universita', il- Malta University Services Ltd, li hija kumpanija ta' l-Universita', u l- Works Division fi ħdan il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Il-Project Management Office kien qiegħed jinnegozja kuntratt mad- Diviżjoni tas-Saħħa għal servizzi ta' project management ta' l-Isptar San Luqa, iżda s'issa ma sar l-ebda ftehim.", "Il-Project Management Office għandu jieħu Lm206,551 għal spejjeż li għamel f'konnessjoni mar- refurbishment ta' l-isptar, imma s'issa għadu ma tħallasx.", "L-uffiċċju tal- Project Management Office fl-Isptar San Luqa se jingħalaq fl-aħħar ta' dan ix-xahar.", "UNIVERSITA' - ENTRATURA", "2903.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-entratura li twassal għall-Universita' s-sena l-oħra kenitx bdiet tinbena mingħajr il-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' l-Ministru jgħid min iddisinja din l-entratura, xi flus tħallsu biex sar dan id-disinn, kif ukoll igħid x'inhi l-istima biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa li jonqos fuq din l-entratura?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll b'mod dettaljat x'intnefaq fuq xogħlijiet ċivili ta' kostruzzjoni bejn l-1 ta' Jannar 1995 u l-aħħar ta' Novembru 1996 u lil min tħallsu l-pagamenti relattivi fuq din l- entratura?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ix-xogħol li sar fl-entratura l-ġdida sar fl-1995 u kien jikkonsisti prinċipalment fuq xogħol ta' pedamenti, biex ma jkunx hemm il- bżonn li terġa' tinqala' t-triq meta fil-fatt tinbena l-entratura kollha.", "Il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħareġ fil-21 t'Ottubru 1996.", "L-entratura ġiet iddisinjata mill-konsulenti England and England.", "L- Universita' ħallset Lm1,000 biex sar id-disinn.", "L-istima biex isiru x- xogħlijiet meħtieġa li jonqos huwa proġettat li se jiswa Lm80,000.", "Id- disinn ta' l-entratura jinkludi minbarra security guard room, faċilitajiet għal information and reception office, messengers office, kif ukoll l- uffiċini tal-Precincts Office.", "Fuq din l-entratura, l-Universita' ma ħallset xejn għal xogħlijiet ċivili ta' kostruzzjoni bejn l-1 ta' Jannar 1995 u l-aħħar ta' Novembru 1996.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna meta jaħseb li bejn wieħed u ieħor ikun lest ix-xogħol?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mill-iktar fis possibbli.", "Dan suppost li kien tlesta fl-1995 u jien persważ li mhux se jieħu daqskemm ilu biex jitlesta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Ministru jkun ftit iktar preċiż fid-dati?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li mhux se jdum daqskemm dam taħt l-Ammistrazzjoni preċedenti.", "UNIVERSITA' - VOT KAPITALI", "2904.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni b'mod dettaljat dwar x'kienu l-ħlasijiet li saru mill-Vot Kapitali ta' l- Universita' bejn l-1 ta' Jannar ta' l-1996 u l-aħħar Novembru ta' l-1996; lil min saru; fuq liema proġetti;u kif dawn il-ħlasijiet li saru li qed tintalab breakdown tagħhom jirrelataw ma' tenders pubbliċi li kienu pubblikati mill-Universita' jew mid-Dipartiment tal-Kuntratti?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll x'inhu l-programm ta' xogħlijiet li l-Universita' triq twettaq tul l-1997 mill-Vot Kapitali tagħha u jgħid ukoll x'inhi l-istima ta' kull proġett li jrid li jitwettaq?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.", "UNIVERSITA' - PROJECT MANAGEMENT SERVICES", "2905.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi kuntratt bejn il-Project Management Office tal-Malta University Services Ltd. u l- Universita' ta' Malta biex din ta' l-aħħar tirċievi project management services?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dan il- ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk fin-negattiv, jista' jgħid b'mod dettaljat xi tħallas lill-Project Management Office mill-Universita' għal servizzi li ta bejn l-1 ta' Jannar 1992 u l-aħħar ta' Novembru 1996?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-Project Management Office m'huwiex biss tal-Malta University Services Ltd. imma huwa joint venture bejn l-Universita', il- Malta University Services Ltd, li hija kumpanija ta' l-Universita', u l- Works Division fi ħdan il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Il-Project Management Office ġie mwaqqaf sabiex primarjament jieħu ħsieb il-building programme ta' l-Universita' u jitħallas mill- Universita' skond it-Tariffa fi Skeda K ta' l-Ordinanza li tirregola t- Tariffi tal-Periti.", "Il-Project Management Office tħallas kif jidher hawn taħt.", "Il-Project Management Office tħallas dawn il-flus għal servizzi professjonali ta' \"Perit\", jiġifieri disinn ta' bini, preparazzjoni ta' pjanti u d-dokumenti kollha neċessarji biex jinħarġu t-tenders, superviżjoni tal-bini, etċ, skond l-imsemmija skeda.", "Minn dawn il-flus, il-Project Management Office ħallas il-periti li għamlu d-disnn u x-xogħol ieħor fuq il-bini kif ukoll ħallas in-nies impjegati fil-Project Management Office u spejjeż oħra ta' l- uffiċċju.", "Sena Finanzjarja Ammont 1991/92 Lm 31,997 1992/93 Lm 31,311 1993/94 Lm163,496 1994/95 Lm135,420 1995/96 Lm 57,246", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhuma r-raġunijiet li l-Project Management Office ġie deċiż li jingħalaq?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda bil-miktub lill-ministru konċernat sabiex ikun jista' jieħu l- informazzjoni li talab.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - SKOLA PRIMARJA", "3008.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-estensjoni fil-bini ta' l-Iskola Primarja ta' Sannat, Għawdex li kellha tipprovdi iktar spazju ta' kmamar għall-klassijiet, hijiex se ssir jew le?", "Jekk le, x'żamm lura x- xogħlijiet meħtieġa?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Peress li l-estensjoni fil-bini ta' l-iskola msemmija hija fil- ħsieb tas-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex nissuġġerilu li jikkomunika mas-Segretarju Parlamentari għal-Għawdex, l-Onor.", "Anton Refalo.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, qed nifhem sew li jien intlabt nagħmel din id-domanda lil xi ħaddieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, qed jifhem sew.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Imma lil min irrid nagħmilha?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm il-proċedura normali; għamel il-mistoqsija u jgħidulek lil min tirriferiha.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jien qed nistaqsi biex inkun naf x'għandi nagħmel.", "Jiġifieri d-domanda nagħmilha lill-Prim Ministru?", "Għaliex normalment ma jsirux domandi lis-segretarji parlamentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-Segretajat għal Għawdex jaqa' taħt l-Uffiċċju tal- Prim Ministru u allura d-domanda għandha ssir lill-Prim Ministru.", "KUMPANNIJI TA' L-INSURANCE - WATER SPORTS OPERATORS", "655.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Fid-dawl tar-regolamenti dwar l-ispeedboats li huma inadegwati u li ftit li xejn qed jiġu nforzati, jista' l-Ministru jara li dawn ir-regolamenti jinbidlu biex kumpanniji ta' l-insurance jibdew jagħtu wkoll coverage lill-water sports operators?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Ir- regolamenti msemmija mill-Onor.", "Interpellant m'humiex ir-responsabbilta' ta' dan il-Ministeru.", "QRATI - LEĠISLAZZJONI TA' NATURA SUSSIDJARJA", "656.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess tal-pubblikazzjoni f'volumi tal- leġislazzjoni ta' natura sussidjarja -delegated legislation fid-Dritt Amministrattiv - li suppost inbeda taħt il-Gvern Nazzjonalista?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol meħtieġ għall-pubblikazzjoni sussidjarja mill-Law Revision Commission huwa fi stadju avvanzat iżda mhux mistenni li l-pubblikazzjoni ta' din il-leġislazzjoni ssir fil-futur viċin għaliex il-kummissjoni qed tagħti prijorita' lill-aġġornament tal- leġislazzjoni prinċipali li f'dan l-aħħar żmien żdiedet u tbiddlet ħafna.", "DJAR - POSTIJIET BATTALA", "657.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern fejn jirrigwarda postijiet vojta u li huma tal-privat biex fil-ħarsien sħiħ tad-drittijiet tas-sidien isir l-aqwa użu tagħhom u ma jitħallewx vojta?", "Sar xi studju f'dan is-sens?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jara r-risposta li jien tajt għall-mistoqsija numru 2489 fis-seduta numru 23.", "QRATI - KAWŻI TA' SEPARAZZJONI", "658.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew inizjati kawżi ta' separazzjoni quddiem il-qorti tul l-1995-1996?", "Kemm ġew inizjati kawżi ta' annullament quddiem il-qorti tul l-1995-1996?", "X'emendi fil-Liġi taż-Żwieġ 1975, kif sussegwentement emendata u kif emendata dan l-aħħar taħt Gvern Nazzjonalista bi kritika ta' l-Oppożizzjoni Laburista, se jiġu ppreżentati?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kawżi ta' separazzjoni li ġew ippreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fl-1995 jammontaw għal 116 filwaqt li fl-1996 kienu jammontaw għal 148.", "Kawżi ta' annullament li ġew ippreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fl-1995 jammontaw għal 70 filwaqt li fl-1996 jammontaw għal 60.", "Meta jasal il-waqt, l-emendi meħtieġa jitressqu skond il-proċeduri parlamentari stabbiliti.", "SPEEDBOAT REGULATIONS", "659.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l- iSpeedboat Regulations ta' l-1985 jiġu emendati biex jirriflettu l-esiġenzi u l-ħteġijiet tal-lum?", "Per eżempju, l-Prim Ministru konxju li r- regolamenti ma jagħmlux riferenza għall-użu ta' jetskis iżda jirriferu biss għall-ispeedboats u water skiing, u dan meta il-jetskiing żdied b'mod qawwi tul is-snin u dawn jinkrew f'Malta u f'Għawdex minn turisti u Maltin, u ġieli ssib anke tfal jużaw is-seacraft tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - INFIQ F'RIĊEVIMENTI", "660.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti li saru fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jew saru bl- użu tal-voti ta' flus li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin sena b'sena bejn l-1990 u 1996?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SANT'ANTIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "2718.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Ċensu Galea) staqsa lill- Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' mpjegati li fil-preżent qed jaħdmu mal-purification plant li hemm f'Sant'Antnin?", "Jista' l-Ministru jara li l-impjant jitħaddem kontinwament, b'mod li l- ilma li hemm meħtieġ mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għall-bdiewa, fil- fatt jiġi pprovdut lil dan id-dipartiment?", "Lil min aktar jiġi pprovdut ilma minn dan l-impjant?", "X'persentaġġi ta' l- ilma jintuża għall-industrija, u x'jifdal għall-agrikoltura?", "Kull kemm żmien isiru testijiet fuq dan l-ilma u x'riżultati qed joħorġu minn dawn it-testijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): In-numru ta' mpjegati fl-impjant ta' Sant'Antin huwa ta' 46.", "Minn dawn 32 jaħdmu fuq sistema ta' 4 shifts, waqt li l-bqija jaħdmu bil- ġurnata.", "L-impjant ta' Sant'Antnin jaħdem fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum, jiġifieri kontinwament.", "Madankollu s-sistema li biha jaħdem l-impjant hija waħda bioloġika u għaldaqstant xi drabi jista jkun hemm waqfien sakemm is-sistema terġa tiġi lura f'posta.", "Jista' ukoll ikun hemm waqfien minħabba raġunijiet ta' ħsara fl-apparat jew makkinarju.", "Il-waqfien fil-produzzjoni ta' l-ilma dejjem jinżammu qosra kemm hu teknikament possibli.", "L-ilma ta' l-impjant jintuża l-aktar mill-bdiewi, iżda persentaġġ ta' 25% jintuża mill- industrija (i.e. l-agrikoltura tieħu 75% ta' l-ilma).", "Testijiet fuq l-ilma, u anke fuq il-proċess tat-tisfija kollu, jsiru kuljum u r-riżultati jkunu fil-limitu kif stabbilit mill-WHO standards for irrigation of crops eaten raw.", "Jekk dawn il-limiti jinqabżu d- distribuzzjoni ta' l-ilma tieqaf sakemm ir-riżultati jerġgħu jiġu għan- normal.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar membri fil-Korp tal-Pulizija fil-5 ta' Frar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2732.", "Informazzjoni dwar parteċipazzjoni mit-Tarzna ta' Malta f'ship repair exhibitions li saru bejn l-1994 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3322.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 29 ta' l-1997 - Indiċi ta' l-Inflazzjoni għas-sena 1996;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 25 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1991 għaċ-Ċertifikat fl-Edukazzjoni għall- Gradwati;", "Avviż Legali Nru 26 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1990 għall-Kors tad-Diploma fl-Istudji tax- Xogħol;", "Avviż Legali Nru 27 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1988 għall-Kors għall-Grad ta' Baċellerat ta' l- Arti fl-Istudji Reliġjużi - B.A. (Rel.", "Stud.);", "Avviż Legali Nru 28 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1993 għall-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Engineering (Honours) - B.Eng.", "(Hons.);", "Lista ta' uffiċjali u membri tal-Kummissjoni Regatta 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W82; u", "Kopja ta' l-audited accounts tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali mill-1987 sa l-1995, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W116; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim iffirmat fis-7 ta' Frar 1997 bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali u l-Awtoritajiet tal-Knisja dwar id- Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3353; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Industrija inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-korrispondenza bejn il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u BOVIS International għat-tħejjija ta' rapport dwar Science and Business Park u għat-tħejjija ta' rapport dwar upgrading and management ta' l-oqsma industrijali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W111.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru tat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-konklużjonijiet tal-laqgħa ministerjali tal-European Civil Aviation Conference li saret fl-14 ta' Frar 1997, f'Copenhagen, id- Danimarka, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3369; u", "Kopja tal-kuntratt iffirmat fis-26 ta' Lulju 1993 bejn is-Sur Charles Aquilina u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dwar kiri ta' villa f'H'Attard, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 112.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar il-Ħidma tal-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s- Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 1996.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 1996", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRAZZJONI (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82)", "MADAM SPEAKER: Hemm xi arranġament bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra dwar kif se jsir ix-xogħol?", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, il-ftehim hu li l-ħin jinqasam indaqs bl- ewwel parti għall-Oppożizzjoni u l-aħħar parti għall-Gvern.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, nikkonferma.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq ir-riżoluzzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi nressaq din ir-Riżoluzzjoni:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u tliet miljuni, disa' mija u sebgħa u ħamsin elf, mija u wieħed u ħamsin liri Maltin (Lm403,957,151) li tirrappreżenta l-ammont kollu tar-Riżoluzzjonijiet approvati mill-Kumitat ta' Provvista, kif dettaljati fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali 1997 taħt il-Voti 1, 2, 4 sa 46, 48 sa 51 u I sa XIV tiġi mogħtija għan-Nefqa mill-Fond Konsolidat; u", "Illi l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1997).", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn il-Budget ta' l-1997 li qegħdin niddiskutu jara li l-poplu kellu ċerti expectations.", "Kuntrarju għal dak li kien jiġri fiż-żmien il-Gvern Nazzjonalista fejn il- poplu kien dara li lanqas biss jagħti kas ta' x'se jkun hemm fil-budget, din is-sena l-poplu stenna xi ħaġa ġdida.", "Pero' jidher li ma kien hemm assolutament xejn ta' novita' f'dan l-ewwel budget ta' Gvern Laburista.", "Qed ngħid hekk, Madam Speaker, għal diversi raġunijiet u l-ewwel raġuni prinċipali hija li ma kienx hemm żidiet lill-anzjani.", "Wara propaganda li kienet issir mill-Partit Laburista meta kien għadu fl- oppożizzjoni u kienu jgħidu li l-għoli tal-ħajja qed jifni lil kulħadd, wieħed kien jistenna li llum li l-għoli tal-ħajja qed ikompli jiżdied jingħataw xi żidiet, pero' minflok inħolqu biss taxxi.", "Donnu li b'kumbinazzjoni l-Gvern Malti żied it-taxxi proprju fuq l-istess l- affarijiet li l-Gvern Ingliż ftit tal-ġimgħat ilu kien ukoll żied it-taxxi fuqhom, jiġifieri l-fuel, is-sigaretti, ix-xorb u l-vjaġġi bl-ajru.", "Suppost li t-taxxi jsiru jew minħabba nfiq kapitali li jkun qed jiġi ntrodott mill-ġdid, jew biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċ ta' spejjeż li jkunu ntnefqu fis-sena ta' qabel, jew inkella biex jingħataw benefiċċji soċjali għal dawk li jkunu tassew jenħtiġuhom.", "Fil-każ ta' dan il-budget wieħed għandu jaħseb li dawn it-taxxi żdiedu biex jagħmlu tajjeb għall- iżbilanċ, pero' filwaqt li l-Gvern Laburista qed jgħid li sar ħafna nfiq żejjed, ħafna minn dawn il-flus intnefqu proprju fuq investimenti li riedu jsiru bilfors u li l-ispejjeż tagħhom jiġu rkuprati wara ċertu żmien.", "Madam Speaker, kulħadd jaf li meta tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista kien wiret l-istess sitwazzjoni ta' żbilanċ fil-kontijiet, pero' bid-differenza li ma' dan kien hemm ukoll tenders li kienu jinkludu xogħol ta' toroq ġewwa Kemmuna!", "Kien hemm ukoll xogħol ħażin li kien sar fil-Freeport li għalih kienu ntnefqu miljuni kbar ta' liri, silos li kienu strutturalment difettużi u li kellhom jiġu rranġati u għexirien ta' azjendi falluti.", "Dak iż-żmien kien hawn ukoll instabbilta' fil-pajjiż u llum huwa l-istess Gvern Laburista li jammetti li saru l-iżbalji.", "Minbarra dawn l- iżbalji kellna wkoll il-fatt li d-demokrazija kienet qed tiġi mhedda, apparti li kien hawn ħafna inġustizzji u kien hawn ukoll ħafna unemployment tant li biex iniżlu l-figura tal-qgħad kienu mpjegaw kważi 8,000 ruħ mas- settur pubbliku ftit taż-żmien qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Kawża ta' dan il-Gvern Nazzjonalisata kellu jġorr piż ta' kważi Lm30 miljun f'pagi għal dawn in-nies.", "Pero' minkejja dan, il-Gvern Nazzjonalista kien żamm il- wegħda tiegħu ma' dawn in-nies u ma keċċa lil ħadd..", "Mela waqt li l-Partit Laburista qed għid li ma jridx jammministra l- ekonomija tal-pajjiż bl-iskossi - u għandu raġun - il-Gvern Nazzjonalista wkoll ma kienx irid konfrontazzjoni dak iż-żmien.", "Pero' kif wieħed jista' jgħid li ma kellniex skossi f'dawn l-ewwel xhur ta' Amministrazzjoni Laburista ġdida?", "Rajna li, bħalma kien wiegħed, il-Gvern Laburista mal-ewwel rtira s-sehem ta' Malta fil-Partnership for Peace għax skond il-Partit Laburista dan kien imur kontra n-newtralita'.", "Jumejn ilu l-Onor.", "Guido de Marco ta spjega tajba ħafna proprju fuq dan is-suġġett.", "Pero' wieħed irid jara issa jekk il-fatt li ħriġna mill-Partnership for Peace hux se jfisser li nidħlu f'partnership ieħor.", "Nafu li fis-sajf li ġej ġewwa Madrid in-NATO se tagħmel konferenza importanti biex tara kif tista' tamalgama magħha, f'xi forma ta' assoċjazzjoni, lill-pajjiżi ta' l-East u qegħdin jitkellmu fuq \"a new set of European security institutions\".", "Issa naraw jekk fil-fatt il- Gvern Laburista hux qiegħed jaħseb li aħna niġu pparagunati man-naħa ta' l- East u nipparteċipaw ukoll f'din l-assoċjazzjoni l-ġdida u aktar 'il quddiem beħsiebni nagħmel mistoqsija parlamentari lill-Ministru ta ' l- Affarijiet Barranin jekk għandux il-ħsieb li Malta jdaħħalha f'dan in-new set of European security institutions.", "Pero' nafu, li jiġri x'jiġri, il- pajjiż illum il-ġurnata huwa mneżża' minn kull xorta ta' sigurta'.", "Il-Viċi Prim Ministru qal li llum it-theddida m'hijiex ta' gwerra imma huma affarijiet oħra bħal, per eżempju, tniġġiż ta' l-arja, tniġġiż tal-baħar, tniġġiż ta' affarijiet oħra, korruzzjoni, droga, eċċ., pero' llum il- ġurnata wkoll nistgħu niġu mhedda b'xi gwerer u wieħed irid jilqa' għal dan.", "Nafu x'ġara ftit ta' snin ilu meta konna qed infittxu għaż-żejt meta kien hemm theddida kbira min-naħa tal-Libja u pprovaw jattakkaw ukoll dak l-oil rig li kien qed iħaffer fl-ibħra territorjali Maltin.", "GĦad irridu naraw x'sigurta' se jkollu pajjiżna.", "Nafu kemm il-Gvern Laburista ta' qabel l-1987 kien preokkupat b'din il-materja.", "Jien nittama li l-Gvern iserraħ ras il-poplu Malti rigward is-sigurta' b'xi forma ta' ftehim ma' xi ħadd għax dak li hemm ma' l-Italja ċertament m'huwiex biżżejjed.", "Madam Speaker, kellna skossi oħrajn u nsemmi waħda minnhom li kienet proprju l-Gozo Channel, jew aħjar il-fares ġodda tal-Gozo Channel.", "Huwa veru li l-Gvern Nazzjonalista għamel il-kuntratt biex jinbnew żewġ vapuri oħra jew tlieta għall-prezz ta' xi ħaġa fuq l-Lm20 miljun, imma dak iż- żmien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien qed jaħseb għall-futur.", "Nafu u ntqal anke hawn ġew li ċerti vapuri m'humiex seaworthy.", "Dawn lanqas huma tajbin biex jivvjaġġaw, aħseb u ara biex iġorru dik il-merkanzija kollha!", "Jien naħseb li l-Partit Nazzjonalista kien qed jaħseb fil-futur meta hu ried li fil-futur qarib, ħamsa, sitta, seba' snin oħra jkollna l- aħjar trasport bejn iż-żewġ gżejjer.", "Li huwa żgur huwa li Gvern Nazzjonalista qatt ma kellu l-ħsieb li jintroduċi nollijiet ogħla mmedjatament imma gradwalment, sakemm il-vapuri l-ġodda jilħqu jiġu.", "Dan kien proprju l-ewwel skoss li ħa l-poplu Għawdxi u qed naraw kemm hemm diżgwid u kemm qed ikun hemm nuqqas ta' turisti u allura nuqqas ta' xogħol.", "Aħna dan ma ridnihx.", "Aħna nixtiequ li f'Għawdex ikomplu bil-business li kien għaddej biex il-poplu Għawdxi jkollu l-introjtu bħalma għandna f'Malta.", "Aħna ma rridux li pajjiżna jmur lura, anzi nagħmluha ċara li rridu lil pajjiżna jmur 'il quddiem.", "Madam Speaker, skoss ieħor kienu t-taxxi li qed jiġu ntrodotti.", "Ma ninsewx li l-Gvern Nazzjonalista għamel diversi riformi fit-taxxi u jien nistaqsi jekk il-poplu jiflaħx għal aktar riformi bl-introduzzjoni ta' taxxa ġdida minflok il-VAT.", "Nafu kemm il-Gvern Nazzjonalista ħadem biex inaqqas il-piż tat-taxxa diretta minn fuq il-poplu.", "Qabel l-ogħla persentaġġ ta' taxxa fuq id-dħul kien ta' 65% u aħna din niżżilniha għal 35%.", "Kien hemm aktar nies li nqabdu b'din it-taxxa milli kienu jinqabdu bit-taxxa tal-65%.", "Tneħħiet ukoll it-taxxa tas-suċċessjoni.", "Nafu wkoll kemm hemm koppji miżżewġin li jaħdmu t-tnejn li ffrankaw il-flus meta huma għażlu kompjutazzjoni separata tat-taxxa.", "Bl-introduzzjoni ta' flat rate ta' 17% taxxa fuq il-part-time job wieħed ma kienx qed jaħdem il-part-time job biex iħallas it-taxxa biss imma kien qed jibqagħlu l-flus f'idejh.", "Kien ta' benefiċċju kbir għal ħafna nies meta ġiet introdotta l-withholding tax għax uħud ma baqgħux jindikaw l-ammonti ta' flus li għandhom fil-banek u kienu jħallsu biss 15% taxxa fuqhom.", "Waħda mill-aktar miżuri importanti li daħlet f'nofs is-sena li għaddiet kienet li ħaddiem li jaqla' sa Lm4000 ma jħallasx taxxa.", "Dawn kienu kollha benefiċċji kbar għall-ħaddiem Malti.", "Jiena nittama li l-Gvern jirrikonoxxi dawn l-affarijiet u jagħmel xi ħaġa biex inaqqas it-taxxi diretti.", "Illum hija policy ta' diversi gvernijiet kemm fl-Amerka, fil-Ġermanja u fl-Ingilterra li jnaqqsu t-taxxi diretti u minflokhom idaħħlu taxxi indiretti.", "Madam Speaker, skoss ieħor kien proprju fil-kwestjoni tal-buses.", "Dawn kellhom jinbidblu u fil-fatt is-sena li għaddiet daħlu tlieta għalkemm kien hemm ordnijiet għal ħafna aktar għax meta l-Gvern Nazzjonalista ħareġ l- offerti kien hemm 150 li applikaw biex jibdlu x-char-a-bancs tagħhom.", "U issa se niġu status quo, jiġifieri se nibqgħu b'dawk ix-char-a-bancs li għandna qodma u mkissrin, li huwa disgrace.", "Jiena ma nistax nifhem kif din il-ħaġa se terġa' tiġi kkonsidrata mill-ġdid meta aħna tant ħdimna għaliha.", "Niftakru kemm qlajna kritika min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Ma ninsa qatt lill-ħabib kbir tiegħi, is-Sur Freddie Micallef, jinsisti li hemm bżonn li jinbidlu dawn ix-char-a-bancs mill-aktar fis u issa reġġajna kollox lura għal diversi raġunijiet.", "Dan huwa żball.", "Aħna rridu li jekk jista' jkun il-poplu Malti juża l-karrozzi tal-linja biex innaqqsu t-traffiku u t- tniġġis ta' l-arja.", "Imma se nerġgħu nwaqqfu kollox, forsi anke għal snin sħaħ, minħabba din id-deċiżjoni dwar ix-char-a-bancs il-ġodda.", "Jien hawnhekk nistaqsi x'sar minn dawk il-flus li ddepożitaw is-sidien tax-char- a-bancs, humiex se jieħdu xi imgħaxijiet fuqhom u jekk il-Gvern huwiex se jikkommetti ruħu li jagħti dik l-għajnuna li kien beħsiebu jagħti meta jiġu x-char-a-bancs il-ġodda.", "Hemm ħafna diżgwid bejn is-sidien tax-char-a- bancs, ma jafux x'se jiġri, ħadd ma jrid jirranġa x-char-a-bancs tiegħu u se nibqgħu f'sitwazzjoni verament ta' mistħija.", "Forsi l-Gvern Nazzjonalista kellu ftit tort f'din il-materja imma żgur li t-tort issa se jkun totalment tal-Partit Laburista li proġett bħal dan, li kien se jkun ta' utilita' kbira kemm għall-poplu Malti u kemm għat-turisti, se jħallih jittardja.", "Kellna wkoll diskors fuq id-Dockyard.", "Aħna qbilna mad-deċiżjoni tal- Gvern li jemenda l-Liġi dwar id-Dockyard u nawgurawlu li jkun hemm suċċess pero' wieħed irid joqgħod attent għaliex il-ħaddiema m'humiex kuntenti b'dak li sar u kważi saret protesta kontra d-deċiżjoni li ħa dan il- Parlament.", "Fid-Dockyard hemm nies kapaċi, nies tas-sengħa, nies ta' l- affari tagħhom u nies li jaħdmu, pero' għadna minnhom mogħmijin ħafna bil- politika.", "Jiena u ġej kont qed nisma' r-radju, u kien hemm semmiegħ li kkummenta li d-Dockyard hija mmexxija biss mill-General Workers' Union.", "Jekk il-General Workers' Union hija affiljata mal-Partit Laburista - għalkemm mhux direttament - jenħtieġ li l-politika tinqata' totalment minn hemmhekk.", "Jenħtieġ li l-ħaddiema tad-Dockyard jifhmu l-pożizzjoni li jinsabu fiha u d-dejn kbir li għandhom.", "Dawn għandhom jagħmlu l-kuraġġ, jaċċettaw id-deċiżjoni ta' dan il-Parlament u jaħdmu bi sħiħ bħalma awgura wkoll iċ-chairman il-ġdid, li min-naħa tiegħi nawguralu li jmexxi tajjeb u jkollu suċċess.", "Nafu li s-sena l-oħra d-Dockyard kellha telf ta' Lm12.5 miljun.", "F'dawn l- aħħar 25 sena, kien biss fl-1986 li d-Dockyard tellgħet turnover ta' Lm25 miljun meta kellha telf ta' Lm4 miljun.", "Dak iż-żmien kien hemm workforce ta' 4,300 u konna mexjin mhux ħażin.", "Proprju għaxar snin wara, jiġifieri fl-1996, skond ir-rapporti li ġew ippreżentati hawnhekk, it-turnover kien biss ta' Lm12.5 miljun, jiġifieri eżatt in-nofs ta' dak li kien għaxar snin ilu, u l-workforce kienet ta' 3,374.", "Barra minn hekk il-Gvern ippompja Lm10 miljun.", "Mela filwaqt li għaxar snin ilu d-Dockyard kellha turnover ta' Lm25 miljun b'4,300 ħaddiem, illum b'1,000 ħaddiema inqas qed tagħmel turnover ta' Lm12.5 miljun!", "Din hija serja ħafna u minn hawnhekk nagħmel l-appell li mil-lum 'il quddiem l-estimi finanzjarji tad-Dockyard għandhom jiġu għall-iskrutinju ta' dan il-Parlament.", "Bħalma l-estimi tal-Malta Maritime Authority, ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, tal-Korporazzjonijiet Telemalta u Enemalta u diversi korporazzjonijiet oħrajn jiġu għall- approvazzjoni ta' din il-Kamra, hekk ukoll l-estimi finanzjarji tad- Dockyard, fejn il-Gvern qed jippompja dawn il-miljuni kollha, għandhom jitressqu quddiemna Fil-Leġislatura l-oħra dan sar fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi imma kienet saret biss laqgħa jew tnejn.", "Iċ- chairman kien l-Onor.", "Lino Spiteri, illum Ministru tal-Finanzi, u nista' nifhem li mill-mistoqsijiet li kien għamel seta' jara l-importanza li l- finanzi tal-Malta Drydocks jiġu scrutinised minn dan il-Parlament.", "Madam Speaker, kif kont qed ngħid qabel, issa iktar se jkollna għoli tal- ħajja.", "Per eżempju, fejn qabel is-sales kienu jdumu 15-il ġurnata jew tliet ġimgħat biex tal-ħwienet ineħħu l-istocks li jkollhom u jġibu l- ġodda, illum qed naraw li dawn baqgħu sejrin kważi sa l-aħħar ta' Frar.", "Dan m'huwiex sinjal tajjeb għax juri li n-nies forsi ma xtrawx biżżejjed.", "Għalhekk kif kien igħid il-Partit Laburista hemm bżonn immedjatament li nikkontrollaw l-għoli tal-ħajja u naf x'qed ngħid.", "Nafu li l-prezzijiet ta' affarijiet essenzjali ta' l-ikel bħal kafe', zokkor u żejt qed jogħlew.", "Qed jogħlew ukoll il-mediċini - mhux dawk li ssemmew mill-ħabib tiegħi, l- Onor. Antoine Mifsud Bonnici, li forsi ma tantx jintużaw - li m'hemmx stocks tagħhom fl-isptar.", "Per eżempju, l-prezz tar-Renitec li jintuża għall-pressjoni għolja minn Lm8.24c tela' għal Lm8.72c.", "Issa kien hemm żmien twil li ma kienx hemm stocks ta' dan il-prodott fl-isptar.", "Mela l- għoli tal-mediċini qed jiżdied sewwa u fl-ispiżeriji ta' l-isptar mhux qed ikun hemm ċerti stocks.", "Tant hu hekk li n-nies li huma intitolati għal dawn il-mediċini - dawn qed iħallsu t-taxxa wkoll - qed ikollhom jixtruhom bi prezzijiet għoljin jew jingħataw xi ftit għal xi tlett ijiem.", "Jien naħseb li hemm bżonn li l-Gvern jikkontrolla l-għoli tal-ħajja.", "Huwa veru li dan m'huwiex faċli għax ċerti affarijiet jogħlew minn barra u żgur li l-lira sterlina, l-mark Ġermaniż u d-dollaru Amerikan jirriflettu fuq l- għoli tal-ħajja, imma hemm bżonn li l-Gvern jikkontrolla iktar mill-iktar fis possibbli ħalli ma jħallix lill-poplu jbati.", "M'huwiex biżżejjed li joħroġ lista ta' affarijiet u jiġġustifika jew le għalfejn għolew.", "Madam Speaker, se ngħid xi ħaġa dwar il-VAT u s-sistema ġdida ta' taxxi li qed tiġi proposta.", "Nafu li l-poplu Malti, b'mod speċjali r-retailers u n- negozjanti, f'dawn l-aħħar ġranet u f'dawn l-aħħar snin iffaċċjaw riformi kbar fit-taxxa.", "Il-poplu kważi kien dara s-sistema tal-VAT.", "Bis-sistema l-ġdida li qed tiġi ntrodotta u li għadha kif ħarġet white paper fuqha forsi veru se jonqsu xi charges minn fuq il-konsumaturi, pero' ta' min igħid li l-fiscal registers se jibqgħu.", "Jien nemmen li għandu jkollna moralita' fiskali għax m'huwiex sewwa li jkun hawn is-serq u l-ħaddiem iħallas kemm għandu jħallas imbagħad min jaħdem għal rasu jaqla' kemm irid mingħajr kontroll.", "Jien nemmen f'din il-ħaġa pero' l-poplu Malti ġie mqarraq ħafna għaliex kollox se jibqa' kważi l-istess.", "Għalhekk il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li l-VAT se tibqa' u li se jinbidel biss isimha u li l-affarijiet l-oħra se jibqgħu hemmhekk.", "Madam Speaker, dwar l-edukazzjoni se nitkellem biss fuq l-Universita'.", "Nafu li fl-1995 il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ivvota Lm5.8 miljun għall-Universita', fl-1996 ivvota Lm7.2 miljun - qabża ta' kważi Lm1.5 miljun - u f'dan il-budget ta' l-1997 il-Gvern Laburista qed jivvota Lm7.6 miljun, jiġifieri Lm400,000 iktar mis-sena l-oħra.", "Aħna veru rridu ninkoraġġixxu l-istudju.", "Fil-mission statement hemm kliem sabiħ dwar x'għandu jsir fl-Universita' imma wieħed irid joqgħod attent għax hemm miktub ukoll: \"The University will be made responsible to Parliament for its duties and responsibilities.\"", "Jien nifhem li peress li l-Gvern qed joħroġ dawn il-flus kollha - Lm7.6 miljun u forsi iktar ukoll - il- Parlament għandu jkun jaf dawn il-flus fiex qed jintnefqu u x'benefiċċju qed nieħdu minnhom ukoll.", "Pero' wieħed irid jara wkoll xi jfisser il-kliem \"the University will be restructured\" u l-fatt li se jkun hemm \"contractual arrangements with Government\" kif hemm imsemmi fil-mission statement.", "Jiġifieri rridu naraw jekk l-awtonomija ta' l-Universita' hix se tibqa' sħiħa bħalma inżammet fl-għaxar snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Issa se jkun hemm possibbilta' li l-Universita' \"will be made responsible to Parliament for its duties and responsabilites\" u l-finanzi tagħha se jiġu diskussi hawnhekk.", "Din wieħed jifhimha u jirraġunaha, aħseb u ara allura kemm hemm bżonn li l-finanzi tad-Dockyard, li qed tieħu dawk il-miljuni kollha, jersqu hawnhekk f'dan il-Parlament biex jiġu diskussi wkoll!", "Madam Speaker, fis-saħħa għandna sitwazzjoni li hemm bżonn li wieħed jagħti kasha sewwa.", "L-ewwelnett nafu li l-MAM, l-assoċjazzjoni tat-tobba, għamlet ukoll is-sottomissjonijiet tagħha dwar l-isptar il-ġdid.", "Jien nista' ngħid li domt naħdem l-isptar għal kważi 20 sena u naf kemm hemm bżonn li jkollna sptar ġdid.", "Irridu naħsbu għall-futur biex ikollna sptar adattat għall-ħtiġijiet moderni li qed jiżviluppaw madwarna.", "Jien hawnhekk nagħmel appell lill-Gvern biex mingħajr xeħħa jerġa' jikkonsidra malajr id- deċiżjoni tiegħu.", "Iż-żmien qiegħed jaħrab u mhux se jagħtina ċans nilħqu l- iskopijiet tagħna.", "Il-Gvern Nazzjonalista wkoll kien jgħid li l-Isptar San Luqa sar żgħir u l-Partit Laburista kien jgħajjarna li fil-wards hemm in- nies fil-kuriduri.", "In-nies għadhom fil-kuriduri għax l-ispazju ma tistax iġġebbdu.", "Dak huwa l-uniku sptar b'xejn u l-massa l-kbira tal-pazjenti hemmhekk imorru.", "Nammetti li hemm servizzi tajbin ta' tobba, ta' professuri u ta' nurses, bil-limitazzjonijiet kollha li hemm, pero' jenħtieġ li l- Gvern jikkonsidra bl-ikbar serjeta' li dak il-proġett ta' San Raffaele jitkompla.", "Il-MAM qalet li għandna nibdlulu ismu.", "Issa tgħidlu San Raffaele, tgħidlu San Luqa u tgħidlu San Pupulju dan sptar jibqa'!", "(Interruzzjonijiet) Trid issemmih għal San Pawl?", "Allura jien ngħid San Filep ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Issa se żżid San Ġorg ta' Ħal Qormi wkoll!", "Jenħtieġ li l-Gvern jieħu deċiżjoni fuq dan l-isptar.", "Huwa veru li dan huwa investiment qawwi li se jaħleb ħafna mill-Voti tal-budget, pero' jenħtieġ li dan l-isptar jinbena u jkollu l-aktar attrezzaturi moderni possibbli.", "Per eżempju, dan l-aħħar qrajna li saret operazzjoni ta' l- għajnejn fl-Ingilterra fejn intuża l-aktar apparat modern u sofistikat.", "Allura għaliex f'Malta m'għandux ikollna dawn il-faċilitajiet?", "Il-Gvern Nazzjonalista kien nefaq miljuni ta' liri f'equipment ġdid biex setgħu jsiru open heart surgeries kif ukoll diversi operazzjonijiet fuq l-irkoppa, dik tal-prostheses.", "Nafu li kellna u għad għadna speċjalisti kapaċi.", "Lil dawn l-ispeċjalisti li qed jitħarrġu tant tajjeb għandna nagħtuhom l- ispazju u l-apparat neċessarju għal sptar modern għax hekk jixraq.", "Jien ma naqbilx li meta jitlesta l-isptar il-ġdid, l-iSptar San Luqa għandu jsir sptar għall-anzjani.", "Naħseb li dan ikun żball għax filwaqt li ż-żewġ partiti politiċi jaqblu li l-anzjani għandna nżommuhom fil- komunita', ma rridux noħolqu dik l-istigma ta' Imgieret ieħor fl-iSptar San Luqa.", "Jew se nirriservaw dak l-isptar għal ċertu mard partikolari - u jekk hemm bżonn anke l-casualty tibqa' hemmhekk - jew inkella se nirrovinaw kollox.", "Jekk aħna ndaħħlu lill-anzjani hemmhekk nispiċċaw bħalma kien jiġri dari meta konna ndaħħluhom l-Imgieret.", "Dik kienet stigma kerha imma llum il-ġurnata l-affarijiet tbiddlu ħafna.", "GĦalhekk nittama li l-Gvern jieħu deċiżjoni serja f'din il-ħaġa u ma jħarisx lejn il-pika politika ħalli jkun jista' jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti kollu.", "Il-Gvern Nazzjonalista fl-1995 u fl-1996 kien ivvota Lm48 miljun għas-saħħa, għall- anzjani u għal family affairs.", "Illum il-ġurnata, għall-istess ħaġa, għalkemm saru xi ftit tibdiliet, il-Gvern preżenti qed jivvota Lm45 miljun, jiġifieri Lm3 miljun anqas.", "Din hija xi ħaġa serja għax fil-qasam tas- saħħa, fil-qasam ta' l-anzjani u fil-qasam soċjali tal-family affairs m'għandux ikollna xeħħa.", "Madam Speaker, sieħbi l-Onor.", "Tonio Borg diġa' tkellem dwar il-ħabs ta' Kordin u l-correctional services.", "Nafu li fl-1995 għal dan is-settur kien hemm ivvotati Lm800,000, fl-1996 is-somma vvotata kienet ta' Lm1.2 miljun u għall-budget ta' din is-sena l-Gvern Laburista vvota Lm1.3 miljun.", "Huwa tajjeb li wieħed iżid għax hekk hemm bżonn, pero' huwa tajjeb li ngħid ukoll li għal education and training for inmates fl-1996 il-Gvern Nazzjonalista kien ivvota Lm40,000 waqt li għall-1997 m'hawn ivvotat assolutament xejn, lanqas sold wieħed.", "Issa dan huwa importanti għax bħalma qegħdin naqblu li l-għajnuna li nagħtu lil persuni b'diżabilita' m'għandhiex tkun politiċizzata, li lil dawn in-nies m'għandniex inwarrbuhom u nemarġinawhom iżda għandna npoġġuhom fiċ-ċentru tas-soċjeta' Maltija u ngħinuhom b'kull mezz possibbli, allura dawn in-nies li qegħdin ġewwa l- ħabs irriduhom jirriformaw ruħhom allavolja ħafna minnhom huma riċedevi, jiġifieri joħorġu mill-ħabs u f'kemm ili ngħidlek jerġgħu jsibu ruħhom ġewwa.", "Anke għal dak li għandu x'jaqsam mal-community work service li ntroduċa l- Gvern Nazzjonalista għall-inmates tal-ħabs, filwaqt li fl-1996 kien hemm ivvotati Lm10,000 - barra minn Malta qed jużaw ħafna l-metodu li parti mill- piena tkun li tagħmel xogħol fil-komunita' mhux li toqgħod ġol-ħabs - f'dan il-budget m'hemm ivvotat xejn.", "Rigward training għal dawn in-nies, fl- 1996 l-Gvern Nazzjonalista kien ivvota Lm10,000 u din is-sena kulma hemm ivvotat huwa biss Lm1,000.", "Madam Speaker, kelli ħafna aktar xi ngħid pero' ma fadallix ħin u se nispiċċa proprju biex nitkellem dwar din l-istituzzjoni, il-Parlament.", "Ħdejja hawn l-Onor.", "Lawrence Gonzi li nafu kemm ħadem biex poġġa lil dan il- Parlament fil-pożizzjoni li qiegħed illum, bil-faċilitajiet kollha li għandna u jien nawgura li anke inti, Madam Speaker, iżżomm in high esteem il-pożizzjoni tal-Parlament anke b'servizzi oħra ġodda, b'mod speċjali fejn tidħol il-librerija.", "Jien nappella sabiex bil-flus ivvotati b'dan il- budget il-Parlament ikollu librerija mgħammra b'kotba aġġornati għaliex il- kotba li għandna bħalissa lanqas biss tista' tagħmel riferenza għalihom.", "Jien naf kemm l-iskrivani, l-ushers u kulħadd jagħti servizz f'dan il- Parlament, pero' jenħtieġ li jkollna librerija li tkun mgħammra b'kotba aġġornati.", "Barra minn hekk għandna bżonn ukoll ta' diversi faċilitajiet, b'mod speċjali fiż-żewġt ikmamar ta' l-Oppożizzjoni li fihom iridu joqogħdu 34 ruħ.", "Huwa veru li jien bħala Deputy Speaker għandi l-uffiċċju tiegħi, pero' naħseb li tkun ħaġa tajba li jkun hemm xi kamra - naf li s-Sedja diġa' qed taħseb dwar dan - adattata ħafna aħjar.", "Jien nirringrazzjak ukoll talli komplejt fuq l-inizjattiva li kienet ittieħdet mill-iSpeaker preċedenti fuq dak li jirrigwarda l-kors tal-computers li għadu kif sar u anke dwar il-kors ta' l-E-Mail.", "Jien attendejt għal dawn il-korsijiet li kienu tajbin ħafna u ngħidlek prosit talli żammejt din il-wegħda mal-Membri Parlamentari.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Madam Speaker, f'dan l-istadju ta' appropriation qaluli li nistgħu nitkellmu fuq kollox, of cabbages and kings, pero' peress li meta kien hemm id-diskussjoni fuq il-Vot tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa jien kont msiefra fuq xogħol parlamentari, ħassejt li kelli nieħu dan il-ħin sabiex nitkellem u nagħti l-opinjoni tiegħi fuq dan is-suġġett, minkejja li naf li dakinhar kien tkellem dwaru l-Onor.", "Richard Muscat.", "Jien nixtieq ngħid li anke fejn jidħol l-isem innifsu ta' dan is-segretarjat, jiġifieri \"Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan- Nisa\" huwa xi ftit, kif narah jiena, barra minn żmienu.", "Illum m'għadniex nitkellmu fuq drittijiet tan-nisa.", "Dan kien diskors ta' snin ilu meta d- drittijiet l-iktar bażiċi tan-nisa kienu miċħuda lilhom u llum dawn id- drittijiet, permezz ta' tibdiliet kemm fil-liġijiet, kemm fir-regolamenti u anke fil-prattiċi wżati anke mid-dipartimenti tal-gvern ġew mogħtija lin- nisa Maltin.", "Fid-dinja tal-lum nitkellmu fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa u ta' l-irġiel u dan il-qasam beda anke jiġi diskuss miż-żewġ sessi.", "Din il-ġimgħa kien hemm il-konferenza ta' l-IPU li saret f'New Delhi - attendejna għaliha jiena u l-Onor.", "Joseph Abela - li tatna indikazzjoni li dan is-suġġett ta' parteċipazzjoni qed jibda jiġi diskuss bejn in-nisa u l- irġiel u mhux iktar minn nisa waħedna, qisu aħna biss għandna din il-claim għal parteċipazzjoni!", "Iżda sfortunatament għall-Labour Party time stood still tul l-aħħar 10 snin ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tan-nisa.", "U issa qishom iridu jerġgħu jivvintaw ir-rota u jgħidu li jrid ikun għal darb'oħra l-Partit Laburista fil-gvern biex in-nisa jmisshom xi ħaġa.", "Imma fil-fatt il-verita' x'inhi?", "Il-verita' hi li veru li taħt Gvern Laburista kienu ttieħdu miżuri ta' titjib iżda kienu ttieħdu wkoll miżuri oħra li kienu sfaċċatament diskriminatorji kontra n-nisa bħal dak li l-mara ma setgħetx iżżomm jew tieħu xogħol li kien vakat minn raġel.", "Illum qed jgħidu li jridu jitnaqqew il-liġijiet biex titneħħa d-diskriminazzjoni.", "Iva, possibbli ma jafux li dawn il-liġijiet tnaqqew u ġew ukoll introdotti oħrajn ġodda?!", "Per eżempju, nistgħu nsemmu l-Liġi tal-Familja u l-European Convention on Human Rights.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall ta' liema liġijiet inbiddlu iżda nista' ngħid li minbarra l-bidliet fil-liġijiet sar ukoll tibdil fil-proċeduri dipartimentali sabiex ikun aktar assigurat l- implimentazzjoni ta' dawn il-bidliet u anke sabiex it-tibdil li sar jiġi rifless aktar.", "U hawn nixtieq insemmi wħud mill-prattiċi li nbiddlu.", "Insemmu, per eżempju, l-bidliet li saru fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar il-formoli li jirrigwardaw l-awtorita' tal-ġenituri; il-bidliet li saru fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fejn tidħol l-awtorita' tal-ġenituri fil-każ ta' tfal taħt l-eta' li jaħdmu; il-bidliet li saru fid-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi, fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern dwar formoli ta' kuntratti, fir-Reġistru Pubbliku u fid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Illum li jrid isir huwa li jitkompla x-xogħol fuq l-istess pedamenti li tħejjew mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern meta twaqqfu l-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara u d-Dipartiment għall-Ugwaljanza u li fuqhom issa, tajjeb ngħidu, ġie mwaqqaf is-Segretarjat għad-Drittijiet tan-Nisa, għalkemm kif diġa' għidt l-isem li ingħata ma joġgħobnix.", "B'hekk dawn il-leġislazzjonijiet ġodda li jidħlu fis-seħħ ikunu monitored biex jirrispettaw l-ugwaljanza.", "Fil-fatt jiena nara li l-aktar għan importanti li għandu jgħaqqad ix- xogħol kollu ta' dan is-segretarjat parlamentari f'kull qasam biex veru sseħħ l-ugwaljanza huwa dak tal-mainstreaming.", "Dan insibuh bħala prijorita', kif taf int, Madam Speaker, ukoll fil-\"Platform for Action\" li ħareġ minn Beijing u li ġie diskuss ukoll matul din il-ġimgħa f'New Delhi waqt il-Konferenza ta' l-IPU.", "Ħareġ ċar ukoll li d-deċiżjonijiet u l- inizjattivi li jittieħdu fejn tidħol l-ugwaljanza għandhom jirriflettu kif jaħsbuha mhux biss in-nisa imma wkoll l-irġiel.", "U l-ħsieb fundamentali tal- mainstreaming huwa li s-segretarjat għandu jassigura li f'kull liġi, inizjattiva jew proposta, tittieħed minn min tittieħed, sew jekk hija konsidrata bħala women's issue u sew jekk le, tkun tirrispetta l-prinċipju ta' l-ugwaljanza.", "Iżda dan ma jfissirx li kull ħaġa taħt il-kappa tax-xemx li hemm bżonn issir f'dan ir-rigward trid issir minn dan is-segretarjat parlamentari.", "Dan is-segretarjat irid jutilizza l-istrutturi u d- dipartimenti eżistenti u jara li dawn iwettqu x-xogħol.", "Per eżempju, jekk is-segretarjat iħoss li għandu jkun hemm well woman clinic m'huwiex ix- xogħol tas-segretarjat parlamentari li jwaqqfu imma x-xogħol tiegħu huwa li jara li dan jitwaqqaf mill-ministeru tas-saħħa.", "Eżempju ieħor huwa dak li li hemm f'waħda mill-proposti li nsibu fil- mission statement - hawnhekk se nikkwota bl-Ingliż għalkemm kont nippreferi kieku dawn kienu bil-Malti - li hija \"to increase employment and career opportunities for women who intend to join or rejoin the labour market by providing training and re-training programmes.\".", "Jekk aħna se naħdmu fuq is-sistema tal-mainstreaming, li hija l-aħjar sistema, allura dan ix-xogħol mhux tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa imma huwa x- xogħol tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u ta' l-ETC li fil-fatt għandhom strutturi diġa' stabbiliti biex dan ix-xogħol isir kif fil-fatt diġa' kien qed isir.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u ngħid li t-training u r-re- training m'hijiex xi inizjattiva ġdida ta' dan is-segretarjat imma huwa tkomplija tax-xogħol li diġa' kien isir fil-prattika.", "Meta wieħed iħares lejn in-numru ta' nisa li qed jaħdmu llum meta mqabbel ma' dak ta' 10 snin ilu ma jibqagħlu l-ebda dubju li n-nisa kellhom kemm opportunitajiet ta' xogħol kif ukoll opportunitajiet ta' training.", "Naturalment dan huwa proċess kontinwu li ma jistax jieqaf u naturalment jagħmel tajjeb is- Segretarjat Parlamentari li jagħraf din il-ħtieġa, imma jkun qed jagħmel tajjeb ukoll kieku jirrikonoxxi li dan ix-xogħol kien diġa' qed isir.", "Nixtieq nagħti eżempju ieħor ta' mainstreaming.", "Filwaqt li naqbel li dan is-segretarjat parlamentari għandu jħeġġeġ it- twaqqif taċ-child care centres jien jidhirli li din il-funzjoni m'għandhiex tkun waħda tiegħu u se ngħid għaliex.", "Dan jista' jħalli riperkussjonijiet oħra anke fl-attitudnijiet u jkun żball jekk iċ-child care centres jitqiesu bħala xi miżura li hemm bżonnha biex jinkisbu d-drittijiet tan-nisa.", "Meta jtiwaqqfu ċ-child care centres dan isir għall-benefiċċju tan-nisa u ta' l- irġiel biex fost affarijiet oħra jkun jista' jinħoloq iktar bilanċ bejn familja u xogħol.", "Nerġa' ngħid li jkun żball jekk ngħaddu l-messaġġ li ċ- child care centres se jitwaqqfu biex jibbenefikaw biss in-nisa għaliex allura se nibqgħu nsostnu l-konċett li r-responsabbilta' tat-trobbija ta' l- ulied hija tal-mara.", "Allura nistgħu ngħidu addio lill-konċett li kien beda jiddaħħal taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista, permezz tal-family law u permezz tal-parental leave, li r-responsabbilta' tat-trobbija ta' l-ulied huwa taż-żewġ ġenituri indaqs.", "Fil-mument li ngħaddu l-messaġġ li r- responsabbilta' ta' l-ulied hija ta' l-omm inkunu qed innaqqsu l- opportunitajiet ta' l-ugwaljanza.", "Jien nara wkoll bħala żball jekk naħsbu li l-introduzzjoni taċ-child care centres huwa l-qofol għall-kisba ta' l-ugwaljanza u tal- parteċipazzjoni.", "Hemm numru ta' miżuri oħra li jridu jittieħdu - iċ-child care centres m'humiex il-magic potion li hekk kif tagħmel lilhom in-nisa se jkollhom l-ugwaljanza - flimkien ma' miżuri oħrajn li diġa' ttieħdu mill- Gvern Nazzjonalista li għenu lin-nisa u lill-irġiel jibbilanċjaw il-ħajja tal-familja u x-xogħol.", "Hawnhekk nistgħu nsemmu l-introduzzjoni tal- parental leave, titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol part-time - aħna nafu li ħafna nisa jidħlu għax-xogħol part-time sabiex ikunu jistgħu jibbilanċjaw iktar il-familja u x-xogħol - u anke affarijiet bħall-iskola- sajf u matul is-sena l-oħra ...", "(Interruzzjonijiet) Jien qatt ma nterrompejtek Onor. Camilleri.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi x'sar minnha l- inizjattiva li kienet ittieħdet mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, u li kienet qed tiġi diskussa flimkien ma' l-MUT, dwar programm fejn tfal tal- kindergarten u ta' l-iskola primarja li kienu ta' eta' żgħira jibqgħu l- iskola taħt supervision biex jieħdu sehem f'attivitajiet kurrikulari, jagħmlu l-homework u jistudjaw.", "Qed ngħid li l-child care centres m'għandhomx jaqgħu taħt il-kappa ta' dan id-dipartiment għaliex naħseb li dawn iċ-ċentri għandhom ikunu taħt qafas aktar wiesgħa u għandhom jaqgħu taħt il-ministeru li huwa responsabbli mill-affarijiet tal-familja.", "Issa f'dawn l-Estimi xi nsibu?", "Insibu li min suppost għandu l-inkarigu li jħeġġeġ għandu Vot ta' Lm15,000 u li min suppost jimplimenta għandu Vot ta' Lm5,000.", "Dan ma jagħmilx sens għax min jimplimenta suppost li għandu jkollu Vot ħafna ikbar minn ta' min qiegħed iħeġġeġ.", "Issa meta nħarsu lejn il-Voti li hemm għat-twaqqif ta' dawn iċ-child care centres nindunaw li għadna fil-livell ta' diskors għaliex b'Lm20,000 ma tantx se jsiru affarijiet.", "Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara kien beda jagħmel xi xogħol - illum qed nisimgħu li ma kien hemm xejn ippreparat - u jkun ħażin ħafna u jkun ukoll ħela ta' ħin u ta' riżorsi jekk dan il-proġett inwarrbuh fil- ġenb.", "Madam Speaker, ngħaddi issa biex nitkellem dwar qasam ieħor fejn ukoll donnu li time stood still.", "Qed nirriferi għall-parti tal-mission statement fejn tgħid dan li ġej:", "\"To develop campaigns against community and domestic violence together with sexual abuse and provide the relative social assistance when the need arises.\".", "Jien naħseb li kulħadd sema' - almenu hekk nispera - li diġa' jeżistu s- social welfare development unit u d-domestic violence unit li parti mix- xogħol tagħhom huwa proprju li jgħinu lill-vittmi ta' vjolenza u anke biex tinxtered il-kultura kontra l-vjolenza b'mod partikolari fuq in-nisa u t- tfal.", "Jekk nagħtu daqqa t'għajn lejn x'sar minn Gvern Nazzjonalista dwar il-problema ta' vjolenza domestika nsibu li fl-1994 twaqqfu, kif diġa' għidt, l-SWDP u d-DVU, li min-naħa tagħhom imbagħad ħadmu qagħtih billi taw servizz dirett lill-vittmi tal-vjolenza domestika u n-numru tagħhom li qed jitolbu din l-għajnuna qiegħed dejjem jiżdied għax probabbilment qed jaraw li dan hemm post fejn, iva, tista' ssib min jgħinek.", "Twaqqfu żewġ support groups għal nisa abbużati; twaqqaf support-line permezz ta' linji tat- telefon anke flimkien ma' għaqda tan-nisa volontarja u anke taħt is- superviżjoni ta' sitt social workers ta' l-SWDP biex ikunu ta' għajnuna mmedjata għal min ikollu bżonn; sar xogħol flimkien ma' \"Dar Merħba Bik\" li hija d-dar immexxija mis-sorijiet għal dawn in-nisa; sar training għall- probation officers u l-pulizija; u saru guidlines għat-tobba, nurses, għalliema, counsellors, social workers u anke qassisin biex dawn ikunu jistgħu jagħrfu s-sinjali ta' domestic violence.", "Issa dan ix-xogħol huwa lest u qed jistenna li jiġi approvat mill-awtoritajiet biex jiġi ppubblikat u mqassam.", "Sar ukoll xogħol fit-tqajjim tal-kuxjenza dwar dan permezz ta' lectures, programmi fuq ir-radju, programmi u slots fuq it-television u fuq il-gazzetti.", "Id-domestic violence unit ħejjiet ukoll proposti biex tkun tista' tiġi emendata l-leġislazzjoni u b'hekk fost affarijiet oħra jkun hemm numru sħiħ ta' tibdiliet li bihom ikun hemm protezzjoni għall-vittmi u homehomanke joħorġu protection safety orders, eċċ. U għalhekk nieħu pjaċir nisma' li qed isiru tħejjijiet biex ikun hemm it-tibdil fil- leġislazzjoni għaliex dan huwa l-pass li jmiss wara x-xogħol li sar tul dawn l-aħħar snin, pero' hawnhekk jien qed nara ftit ta' l-inkonsistenza bejn dak li qed jingħad u dak li qed iseħħ għax huwa faċli li tagħmel statements, imma wieħed irid ikun saqajh ma' l-art.", "Li għandhom bżonn bħalissa l-SWDP m'huwiex il-kliem imma li jingħataw il- permess biex jingaġġaw aktar social workers sabiex ikunu jistgħu jagħtu dak is-servizz fil-livell mixtieq.", "Bħalissa l-ingaġġ tas-social workers ma jistax isir, mhux għaliex m'hawnx imma għaliex hemm employment freeze.", "Dan ir-recruitment għandu jsir qabel ma s-social workers li għadhom kif iggradwaw mill-Universita' jsibu xogħol x'imkien ieħor.", "Jiġifieri l- problema hija li l-SWDP għandhom bżonn ta' social workers, pero' jekk lil dawn m'aħniex se naqbdu u ningaġġawhom malajr, jistgħu jilħqu jsibu xogħol x'imkien ieħor u b'hekk inkunu tlifna l-opportunita' li nimpjegaw social workers kwalifikati u professjonali.", "F'din il-kwestjoni ma rridux inħarsu sal-ponta ta' mneħirna.", "Jekk aħna rridu nsostnu l-idea ta' strutturi li jgħinu lill-familja - mhux biss strutturi bħall-SWDP imma anke l-qorti tal- familija li jien naqbel ħafna magħha - allura ma naffordjawx li nibagħtu l- messaġġ li min jiggradwa mis-social work m'hemmx post għalih fejn jadħem.", "Jekk jiġri hekk allura minflok ikollna iżjed studenti - aħna nafu li bis- soċjeta' kif inhi miexja llum se jkollna bżonn ta' aktar social workers u mhux inqas - li jagħżlu din il-materja jkollna inqas.", "Madam Speaker, nixtieq issa nsemmi inkonsistenza oħra li seħħet dan l- aħħar u li qrajt dwarha fil-gazzetti jien u ġejja minn New Delhi.", "Għandna s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa jgħid li jrid iħeġġeġ aktar nisa sabiex jipparteċipaw fil-kunsilli lokali - fuq din żgur li m'aħniex se niġġieldu, anzi naħseb naqbdu id f'id kollha kemm aħna u ngħidu li hekk għandu jkun - u saħansitra nieda kampanja - prosit! - u nieda kors għan-nisa kandidati - prosit ukoll! - imbagħad min-naħa l-oħra għandek lill-Prim Ministru jgħid li se jingħata transfer lil mara li attendiet għal dan il-kors u li taħdem il-Foreign Office għaliex il- parteċipazzjoni tagħha fil-kunsilli lokali tista' tkun konfliġġenti max- xogħol tagħha.", "Mela b'idejja l-leminija qed ngħidilha kemm hi brava u kemm irrid nagħmilha aktar brava permezz tal-kors, u b'idejja x-xellugija qed ngħidilha li ma tistax tipparteċipa ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, setgħet kienet raġel imma issa aħna qegħdin nitkellmu fuq mara.", "Jiġifieri setgħet kienet raġel u xorta waħda konna ngħidu, imma l-fatt li hija mara forsi ngħid naqra iżjed jien.", "U ħadt bħala eżempju, par idejn għaliex dawn huma parti minn ġisem wieħed kif huma taħt l-istess dekasteru l-Onor.", "Alfred Sant u l-Onor.", "Helena Dalli.", "Ta' min wieħed ifakkar ukoll li m'hemm xejn fir-regolamenti tas-servizz pubbliku li jżommu lil din il-mara - setgħet kienet raġel - milli tikkontesta, la fuq livell lokali u lanqas fuq livell nazzjonali.", "B'din il-mossa wieħed jista' jgħid li l-Partit Laburista jrid joħnoq id- dritt ta' parteċipazzjoni minn fost il-ħaddiema validi - u dawn hemm ħafna minnhom - li jagħtu sehemhom fis-servizz pubbliku.", "Jiena nistaqsi: Ma jaħsibx il-Prim Ministru li mossa bħal din se tkun kontroproduttiva meta wieħed iqis li s-servizz ċivili jagħmel parti konsiderevoli mill-workforce f'Malta?", "Tgħid il-konflitt kien jibqa' jeżisti kieku din il-kandidata prospettiva ħarġet bħala kandidat indipendenti?", "Jiena ma nafx.", "Madam Speaker, fiż-żmien tal-lum m'għandniex nitkellmu fuq id-drittijiet tan-nisa jew ta' l-irġiel.", "Jekk verament irridu nimxu 'l quddiem, irridu naraw kif se nsaħħu l-parteċipazzjoni kemm tan-nisa u kif ukoll ta' l- irġiel f'kull qasam tas-socjeta'.", "Permezz ta' l-ideat tagħna u anke ta' kif nesprimu ruħna m'għandniex noħolqu ostakli u lanqas għedewwa u biex verament isseħħ l-ugwaljanza hemm bżonn l-impenn ta' kulħadd, tan-nisa u ta' l-irġiel.", "Nagħlaq billi ngħid li tul l-Amministrazzjoni Nazzjonalista n-nisa Maltin għamlu passi kbar.", "Naturalment għad baqa' xi jsir pero' dawn l-avvanzi setgħu jsiru permezz ta' inizjattivi long-term li qegħdin naraw il-frott tagħhom illum.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-edukazzjoni li tagħti lin-nisa l-kwalifiki neċessarji biex ikollhom aktar opportunitajiet ta' xogħol u karriera, u barra minn hekk il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika tkun iktar possibbli.", "Huwa inkoraġġanti li llum aktar minn nofs l- istudenti fl-Universita' huma nisa u jaqbżu t-3,000.", "Dan jindika li l-pass li jridu jagħmlu n-nisa Maltin għandu jkun ħafna iktar mgħaġġel minn dak li kien s'issa.", "Nagħlaq, Madam Speaker, billi ngħid li l-edukazzjoni trid tkompli twassal biex tbiddel il-mentalita' tan-nisa u ta' l-irġiel - jiġifieri m'hux ta' l- irġiel biss imma anke ta' ċerti nisa - f'dawk l-irwoli sterjotipati fis- soċjeta' Maltija, u dan naturalment għall-istess ġid tagħna lkoll.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, f'din l-aħħar ġurnata ta' diskussjoni dwar l-infiq tal-Gvern nixtieq nitkellem fuq suġġett li forsi ma jinvolvix xi nfiq enormi.", "Se nitkellem fuq ir-regolamenti tal-bini u standards relatati ma' health and safety regulations.", "Minkejja li l- implimentazzjoni ta' dawn l-istandards u r-regoli ma tiġix tqum ħafna flus lill-Gvern, l-implikazzjoni fuq il-kwalita' tal-ħajja tan-nies li jabitaw f'dan il-bini u s-saħħa u l-ħajja tal-ħaddiema li jaħdmu fil-kostruzzjoni u servizzi tal-bini hija enormi.", "Din il-ġimgħa reġa' kellna inċident fatali fuq post tax-xogħol, u bil-permess tiegħek, Madam Speaker, nixtieq nagħti l-kondoljanzi lill-familja tal-vittma.", "Kieku ma kenitx il-fortuna jew l-id t'Alla, forsi n-numru tal-vittmi seta' kien akbar.", "Il-Ministru Buhagiar f'diskors fl-għeluq ta' kors dwar is-sigurta' fuq il- postijiet tax-xogħol l-għada ta' l-inċident, qal li dan l-inċident seħħ bi traskuraġni.", "Ta' min jgħid li r-regoli dwar iċ-ċertifikar ta' cranes bħal dak involut fl-inċident in kwestjoni jeżistu, pero' dawn ir-regolamenti m'humiex aġġornati.", "Fil-każ tal-crane li tmiegħel, bħalissa r-regoli jgħidu biss li anke persuna sempliċement b'edukazzjoni sekondarja tista' tiċċertifikah u fil-fatt illum l-enġiniera qegħdin jitolbu li jkunu nies tekniċi li jagħmlu din iċ-ċertifikazzjoni.", "Meta konna qed niddiskutu l-Estimi tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, waqt il-winding-up, il-Ministru Charles Buhagiar kien semma t-twaqqif ta' building industry consultative committee u qal li wieħed mill-għanijiet ta' dan il-kumitat huwa li jinħoloq forum sabiex jibda jindirizza l-problema ta' l-istandards fuq il-post tax-xogħol u anke l-health and safety regulations.", "Madam Speaker, huwa tajjeb li naqbdu din il-problema minn qrunha minħabba diversi raġunijiet.", "In-numru ta' mwiet li qed ikollna fuq is-siti ta' kostruzzjoni hija raġuni biżżejjed, pero' hemm raġunijiet oħra wkoll.", "Kulma jmur, l-industrija tal-bini qiegħda ssir dejjem aktar sofistikata.", "Aktar ma jogħla l-valur ta' l-art aktar qegħdin nipprovaw nisfruttaw dak li nieħdu mill-art billi nibnu aktar b'mod intensiv, ninżlu aktar fil-fond, nibnu aktar fl-għoli u nibnu differenti.", "Xahrejn ilu kien hawn il-polemika tal-car-park ta' Tas-Sliema, każ fejn l-issue kienet x'kondizzjonijiet u standards għandhom ikunu imposti ma' permess tal-bini.", "F'dan il-każ il- kondizzjonijiet kienu jirrigwardaw fire escapes u l-bdil ta' arja fil- basement ta' dan il-bini.", "F'din il-kwestjoni qed idejjaqni l-fatt li ħafna drabi qed inkunu arbitrarji meta niġu biex nimponu dawn il-kondizzjonijiet .", "Ma jidhirlix li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet ħażin li mponiet dawk il-kondizzjonijiet, imma nibża' li dawk il-kondizzjonijiet kienu mposti dak inhar għax kien hemm public awareness għolja, għax meta jkun hemm każijiet oħrajn fejn il-public awareness ma tkunx daqstant għolja l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ma tidhirx li qed tkun daqshekk rigoruża fil-kondizzjonijiet li timponi.", "F'din il-polemika ħareġ ukoll in-nuqqas ta' struttura li l-Gvern ikollu sabiex l-awtorita' tagħmel monitoring ta' l-istandards li timponi hija stess.", "Fil-fatt jien inħoss li jeżisti ħafna taħwid f'dan il-qasam.", "Fil- fatt f'dak li għandu x'jaqsam ma' kostruzzjoni għadhom fis-seħħ il-liġijiet sanitarji miktuba fl-1980 u mbagħad għandna xi regoli oħra li nsejħulhom id- DC1 ta' l-1988, pero' bini u funzjonijiet moderni m'humiex regolati, jiġifieri ma jeżisti l-ebda kodiċi fuq regolamenti dwar nar, kontroll ta' ħsejjes u kwalita' ta' l-arja.", "Kif qal ukoll il-Ministru tax-Xogħlijiet, il-kitba fuq dawn il-kodiċi nbeda, u fil-fatt jiena rajt diversi booklets li diġa' huma lesti li jittrattaw diversi suġġetti.", "Hemm seba' booklets; wieħed jitkellem fuq is-siti ta' kostruzzjoni u demolizzjoni, wieħed jitkellem fuq l-integrita' strutturali, ieħor fuq sigurta' f'każ ta' nar, ieħor fuq sigurta' waqt l-użu, ieħor fuq aspetti ambjentali, hemm oħrajn fuq konservazzjoni ta' fuel u power u standards għall-housing.", "Fil-fatt jien għamilt it-traduzzjoni ta' l-ismijiet ta' dawn il-booklets peress li nkitbu bl-Ingliż u l-pass li jmiss kien it-traduzzjoni mill-Ingliż għall- Malti ta' dawn il-kodiċijiet.", "Naħseb kien ovvju li jinkitbu bl-Ingliż għax meta wieħed jikteb dawn il-codes l-ewwel jibda minn dak li jeżisti u jikkonsulta mal-codes of practice Ingliżi, Ewropej jew Amerikani, jadattahom għall-kondizzjonijiet ta' Malta u mbagħad ngħadduhom bħala liġi.", "Fil-fatt dawn il-kodiċi, wara li kienu mħejjijin, intbagħtu lill-Kamra tal- Periti u lill-Kamra ta' l-Inġiniera u mbagħad dawn għamlu l-kummenti tagħhom u ressqu s-suġġerimenti biex issa x-xogħol waqaf hemm.", "Meta tressqu l-Estimi l-Ministru Buhagiar kien qal li qabel ma titressaq il-liġi fil-Parlament għandu jingħata ċans lil dan il-kumitat sabiex jiddiskutiha għaliex skond hu waħda mill-ħafna implikazzjonijiet ta' dawn ir-regoli se tkun li l-prezzijiet tax-xogħol tal-bini se jogħla u għalhekk tajjeb li nistudjaw x'effetti se jkollhom.", "Anke jien naqbel li ssir diskussjoni wiesgħa.", "Dawn ir-regoli għandna nippubblikawhom biex inkunu nafu għalxiex qed nimmiraw għax ċerti investituri li jibnu qed jgħidu li aħjar ikunu jafu x'kondizzjonijiet se jiġu mposti fuqhom tliet snin oħra għax jibdew jibnu mill-ewwel u barra minn hekk ikun iktar diffiċli li dawk ir-requirements tipprovdihom meta l-bini jkun lest.", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar għandha timponi l-istess kondizzjonijiet għall-bini li jkun l- istess u mhux timponihom meta jidhrilha hi u jekk dawn ir-regoli jkunu pubblikati jkollha fuqhiex tirregola ruħha.", "Jien nemmen ukoll li fejn jidħol bini li jkun se jintuża għall-public use għandna ndaħħlu l- kondizzjonijiet, ir-regoli u l-standards tal-bini mill-ewwel.", "Fl-istess ġurnata li tressqu l-Estimi l-Ministru Buhagiar kien tkellem ukoll dwar l-enforcement tal-building regulations u din hija żona oħra griża, Madam Speaker.", "Qabel kien hawn il-building inspectors jew il-health inspectors li fost affarijiet oħra kienu jaraw jekk il-katusi humiex tajbin, jekk il-qatran huwiex tajjeb u jekk il-bitħa tkunx kbira kemm suppost tkun.", "Dan ix-xogħol kien isir waqt li jkun tiela' l-bini.", "Kif qal tajjeb il-Ministru Buhagiar illum dawn il-building inspectors saru enforcement officers u xogħolhom hu primarjament li jiċċekkjaw il- kondizzjonijiet li jkunu imposti mal-permess.", "Għalhekk building inspections m'huma qed isiru xejn.", "Jekk se nibdew nimponu l-building regulations - dawn kont qed nitkellem fuqhom qabel - ikun ovvju li jkollna bżonn it-twaqqif ta' building services inspectors.", "Dawn m'humiex nies li jiċċekkjaw il-katusi u l-qatran imma huma nies li jiċċekkjaw kondizzjonijiet bħal mechanical ventilation - kondizzjoni li suppost nibdew nimponu llum - għax m'għandniex nies li huma conversant ma' dawn it-tip ta' kondizzjonijiet.", "Jekk inħarsu lejn x'ġara fil-każ tal-car-park insibu li l-Gvern kien dar għall-konsulenti u talabhom jiċċekkjaw il- kondizzjonijiet li kien impona hu stess.", "Pero' l-Gvern ma jistax jibqa' jiddependi fuq il-konsulenti għal dejjem u barra minn hekk dan ma jaffordjahx.", "Għalhekk irid ikollna dawn in-nies li jkunu mħarrġa tajjeb.", "Jien niskanta kif hemm ivvotata nefqa ta' Lm50,000 biss għal dan il-building industry consultative committee.", "Qed ngħid dan għax din is- somma żgur mhux se tkopri t-taħriġ ta' dawn in-nies li kważi jrid ikun fuq livell ta' universita'.", "Dawn in-nies iridu jħabbtuha ma' l-inġinieri u mal-periti tal-kuntratturi privati.", "Madam Speaker, s'issa tkellimt biss fuq il-building regulations pero' fil- bidu tad-diskors irriferejt ukoll għall-health and safety regulations fuq il-post tax-xogħol.", "Ta' min isemmi li x-xogħol fuq dawn il-health and safety regulations kien inbeda mill-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas- Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol.", "Din il-kummissjoni twaqqfet fl- 1994 u hija magħmula minn tmien membri b'rappreżentanza ta' l-ETC, tad- Direttur tax-Xogħol u ta' l-għaqdiet tal-ħaddiema u ta' l-employers.", "Fost il-ħafna xogħol li għamlet din il-kummissjoni hemm speċifikament kodiċi ta' prattika għall-industrija tal-bini u kostruzzjoni li d-draft tiegħu huwa lest.", "Li jħassibni huwa li l-Ministru Buhagiar meta kien qed jirriferi għall- building industry consultative committee kien jaf li x-xogħol fuq dan il- kodiċi ta' prattika huwa lest pero' ma nkwadrahx fil-viżjoni tiegħu ta' kif se nagħmlu r-regolamenti.", "Dan il-kodiċi ta' prattika m'huwiex dupplikazzjoni tar-regoli tal-bini li aċċennajt għalihom qabel, imma aktar jirregola il-makkinarju u l-għodda li tintuża fuq il-post tax-xogħol, bħall-iscaffolding, il-ħbula, l-bulldozers, il-cranes - bħalma ġara fl- inċident ta' din il-ġimgħa - u l-ilbies protettiv li għandu jintuża.", "Dan il-kodiċi ta' prattika jimponi wkoll li fuq il-lantijiet ta' kostruzzjoni, fejn ikun hemm aktar minn kuntrattur wieħed, ikun hemm safety co- ordinators.", "Hemm il-biża' li l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali jgħaddi malajr dawn il-kodiċijiet mingħajr il-qbil ta' l-employers, tal-union u ta' l-FOI biex il-liġi ma tkunx shelved.", "Dan ikun pass ħażin għax anke f'dawn il- health and safety regulations għandna bżonn il-phasing minħabba li jgħollu wkoll l-ispiża tal-kostruzzjoni.", "Fil-fatt jekk nibdew nimponu dawn il- health and safety regulations, ħafna mill-għodda u scaffolding li hawn Malta bħalissa tista' ssir obsolete, jiġifieri hemm implikazzjoni ta' flus.", "Huwa tajjeb pero' li nippubblikawhom dawn il-kodiċijiet ħalli min ikun se jixtri makkinarju jkun jista' jirregola ruħu mill-ewwel.", "Pero' l-ispiża li qegħdin naraw ivvotata fil-budget ukoll ma tkoprix għall-inspectors li hemm bżonn.", "Ma nistgħux noqogħdu niddependu li jkollna l-pulizija jiċċekkjaw l-lantijiet tax-xogħol.", "Il-liġi timponi li jkun hemm inspectors u jekk ma nivvotawx flus għal dawn l-inspectors se ngħaddu dan il-kodiċi ta' prattika u nħalluh mingħajr is-snien neċessarji biex dan fil-fatt ikun effettiv.", "Madam Speaker, l-agħar ħaġa li tista' sseħħ hi li minħabba nuqqas ta' koordinazzjoni jew xi pika, xi wieħed minn dawn iż-żewġ aspetti ta' regolamentazzjoni li hemm bżonn fil-qasam tal-bini u kostruzzjoni jibqa' ma jkunx attwat.", "Fejn tidħol is-saħħa tal-ħaddiema u tan-nies li sejrin jużaw ċertu bini m'għandux ikun hemm pika.", "Kellna biżżejjed imwiet ta' persuni li jaħdmu f'dan ix-xogħol ta' kostruzzjoni għax f'dawn l-aħħar erba' xhur naħseb li mietu xi erbgħa min-nies.", "Sar ħafna xogħol fuq dawn il- kodiċijiet u jonqos biss l-aħħar spinta.", "Jekk ix-xogħol se jibqa' fuq il- karta r-responsabbilta' ta' l-imwiet fuq is-siti ta' kostruzzjoni tkun tagħna biss.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, meta kien qiegħed jagħmel id- diskors tiegħu b'risposta għal dak li konna għidna minn din in-naħa, l- Onor. Charles Mangion irrifera għalija bħala bniedem \"akkanit ħafna\" fuq il- kunsilli lokali.", "Nirringrazzjah ta' dan il-kumpliment, pero' jien nemmen li huwa d-dmir politiku tiegħi, anke mill-esperjenza li għandi bħala ex- kunsillier u bħala membru u president ta' l-Assoċjazzjoni Kulleġġ tal- Kunsilliera, li anke hawnhekk fil-Parlament inkompli naħdem biex kemm jista' jkun il-kunsilli lokali nkomplu niżviluppawhom.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex meta aħna niżviluppaw il-kunsilli lokali inkunu qegħdin naħdmu biex niżviluppaw il-komunitajiet.", "Madam Speaker, jien hawnhekk ukoll irrid nawgura lill-Onor.", "Charles Mangion għaliex għalkemm kull ministeru għandu r-responsabbiltajiet tiegħu, pero' jien nemmen li l-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali huwa vitali ħafna għall-iżvilupp tal-ħajja tagħna.", "Ir-responsabbilta' li għandu hija kbira għaliex meta qegħdin nitkellmu fuq il-kunsilli lokali qegħdin nitkellmu fuq l-iżvilupp tal-mod kif ngħixu.", "Allura importanti wkoll li f'dan il-Parlament nifhmu li d-dmir tagħna huwa li nħarsu l-eżistenza tal- kunsilli lokali kif imwaqqfa mill-Gvern preċedenti.", "Importanti li nifhmuh dan għaliex nerġa' ntenni li se niġu f'ċirkostanzi - se nitkellem dwarhom minn hawn u ftit ieħor - li se jipperikolaw l-iżvilupp tal-komunitajiet tagħna.", "Aħna responsabbli ta' dan kollu u rridu noqogħdu attenti li b'dak li nagħmlu ma nipperikolawx dak kollu li l-kunsilli lokali għandhom d-dmir politiku li jwettqu.", "Id-dmir tal-kunsilli lokali huwa l-protezzjoni tad- drittijiet taċ-ċittadin.", "Għandhom ukoll id-dmir li jsaħħu l-għaqda fost il- komunita' u li jippromwovu l-prinċipji demokratiċi u b'hekk ukoll jaslu biex jipproteġu l-ambjent.", "Nerġa' ntenni - dak li forsi l-Ministru Mangion seta' ma qisux daqshekk importanti - li dan kollu jgħin biex insaħħu s-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna.", "Fl-aħħar mill-aħħar ir-riżultat ta' dak kollu li nagħmlu hawnhekk u dak kollu li qed jagħmlu l-kunsilli lokali huwa biex lill- poplu ntejbulu l-kwalita' tal-ħajja li jgħix.", "Jekk inħarsu lura naraw li l- Gvern preċedenti ħadem biex il-poplu jgawdi livell għoli ta' ħajja, pero' ma riedx li jkun hu biss, bħala gvern, li jgħolli l-livell tal-kwalita' ta' ħajja, imma ried li jagħti l-inizjattiva u l-opportunita' lill-poplu stess li jieħu deċiżjonijiet fejn meħtieġa biex hu jtejjeb il-kwalita' tal-ħajja tiegħu.", "Allura ħadem biex ipprovda x-xogħol, iggarantixxa s-suq ħieles u offra wkoll it-trankwillita' u s-serħan tal-moħħ, f'kelma waħda kompla jaħdem biex isaħħaħ id-demokrazija.", "Dan kollu għen sabiex ikun hawn is- suċċess ekonomiku li jirrendi l-impjiegi u l-istabbilita' fil-ħajja tagħna.", "Issa rridu naraw li dak li akkwistajna ma nitilfuhx.", "Dan huwa mument importanti għax dak li akkwistajna malajr jista' jintilef jekk lill- kunsilli lokali nnaqqsulhom mill-effiċjenza fis-servizz ta' kwalita' u mill- organizzazzjoni tajba u adegwata li s'issa kienu l-hallmarks ta' dawn il- kunsilli.", "Għandna naraw ukoll l-importanza tal-kunsilli fit-tqassim ta' l- informazzjoni.", "Minn hawn u ftit ġimgħat oħra se jkollna l-elezzjonijiet għall-ewwel grupp ta' kunsilli lokali li proprju se jagħlqu l-ewwel full term tagħhom, jiġifieri tliet snin.", "Naturalment f'din l-esperjenza kollox għadu fil-bidu tiegħu u kulma qiegħed isir huwa bidu ta' tradizzjoni u bidu ta' regola ta' ħidma.", "Irridu naraw ukoll li l-ħidma tal-kunsilli lokali tieħu dimensjoni ekonomika għaliex din taffettwa wkoll il-qasam u l-ambjent tax-xogħol fil-komunita' u anke l-ħolqien tax-xogħol permezz ta' proġetti.", "J'Alla li 'l quddiem nisimgħu kemm kiber in-numru ta' ħaddiema li huma mpjegati mal-kunsilli lokali, kemm b'mod dirett kif ukoll b'mod inidrett, permezz tal-kuntratturi.", "Sabiex inkomplu nsaħħu dan kollu li semmejt rridu naraw li jissaħħaħ l- operat tal-kunsilli lokali u huwa f'dan il-kontest fejn jidħol id-dmir tagħna bħala membri parlamentari.", "It-tisħiħ ta' l-operat tal-kunsilli lokali nistgħu naslu għalih b'iżjed għarfien u rikonoxximent għall-politika u s-servizz li jagħtu l-istess kunsilli lokali, b'għarfien għan-nobbilta' tal-volontarjat u bil-parteċipazzjoni organizzata tal-poplu tagħna.", "Irridu nifhmu li meta qed nittrattaw il-kunsilli lokali nkunu qed nittrattaw xi ħaġa ħajja, produttiva u li hija forza li tista' verament ittejjeb il- livell tal-ħajja tal-poplu tagħna.", "Din għandha tkun ħidma li tissodisfa ċerti standards u 'l quddiem irridu nibdew nitkellmu anke minn dan il- Parlament sabiex infiehmu iktar x'għandha tkun l-aspettattiva tal-poplu tagħna fir-rigward ta' x'għandhom ikunu l-istandards fejn jidħol ix-xogħol tal-kunsilli lokali sabiex b'hekk huma jilħqu l-effiċjenza tagħhom.", "Meta l-Ministru Mangion tkellem fuq il-kunsilli lokali fid-diskussjoni tal-Voti tal-ministeru tiegħu kien ikkritika prinċipalment erba' punti; in- nuqqas ta' koordinament bejn il-kunsilli lokali u d-dipartimenti, il- kwestjoni tat-toroq, il-fondi u l-parteċipazzjoni tal-partiti politiċi.", "Ħalli nibda mill-ewwel punt, ċioe' in-nuqqas ta' koordinament.", "Dwar dan l- Onor. Mangion qal li fl-esperjenza tiegħu bħala shadow minister kien sab li problema komuni kienet in-nuqqas ta' xi koordinament mad-dipartimenti tal- gvern.", "U allura l-ewwel ħaġa li għamel, u forsi sab soluzzjoni għaliha, kienet il-famuża memo 95/96, u għal dawk li qegħdin jismimgħu se naqra silta minnha.", "\"Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali huwa l-awtorita' li jamministra r- relazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u d-dipartimenti.", "Għalhekk dan id-dipartiment ħass il-ħtieġa li jfakkar lill-kunsill lokali li kull inizjattiva li tista' tinvolvi xi ministeru jew dipartiment ieħor għandha tiġi koordinata minn qabel ma' dan id-dipartiment.", "\"Il-ħidma tal-kunsilli tkun effettiva skond kemm jirnexxielu joħloq u jtejjeb dan id-djalogu mad-dipartiment u l-awtoritajiet konċernati.\"", "Iva, aħna nemmnu li għandu jkun hemm koordinament, pero' il-biża' tagħna - mhux biss tagħna iżda ta' dawk kollha nvoluti - hija fir-rigward ta' fejn irid jasal dan il-Gvern b'dik iċ-ċirkolari u fejn irid jasal bil- koordinament li jrid joħloq.", "Dawk kollha li għandhom konnessjoni max- xogħol tal-kunsilli lokali għadhom m'humiex sodisfatti bir-risposta li ta l- Ministru Mangion.", "Għadha teżisti l-biża' fil-mod ta' kif qiegħed jinħadem dan il-koordinament u aħna minn hawnhekk nitolbu lill-Gvern biex jekk għandu xi programm malizzjuż f'dan il-konfront iwaqqfu u jekk għandu xi pjanijiet li huma perikolużi jħassarhom.", "Noqogħdu attenti li dak li nkunu qegħdin nagħmlu ma nagħmluhx b'intenzjoni li nistgħu nsejħulha tajba, pero' li l-eżitu tiegħu jkun kollu kemm hu diżastruż.", "F'Għawdex ma tantx jidher li hemm koordinament serju u nispera li l- Ministru Mangion jaf x'inhu jiġri f'dan ir-rigward.", "Kien hawn min iddeskriva lil Għawdex bħala kolonja.", "Ma nistgħux nitrattaw lil Għawdex b'mod totalment differenti, pero' qegħdin jiġru affarijiet fejn donnu min għandu l-liġi f'idejh qiegħed jagħmel li jrid.", "Hawnhekk qed nirriferi għal- laqgħat li saru iżjed minn darba, anke wara li tkellimna dwarhom, fejn is- Segretarju Parlamentari għal Għawdex qed jiltaqa' mas-segretarji.", "Dawn il- laqgħat qegħdin isiru bi ksur tar-regolamenti - qed nirriferi għall-Avviż Legali Nru. 198 ta' l-1996 - anzi biex inkun iżjed speċifiku ngħid li dawn ir-regolamenti kienu ħarġu fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16,379 tat-3 ta' Diċembru, 1996 u hawnhekk wisq nibża' li s-Segretarju Parlamentari għal Għawdex qiegħed jikser artiklu 25 li jgħid:", "\"Is-segretarju ....\"", "- qed jirriferi għas-segretarju tal-kunsilli lokali -", "\"... jew xi impjegat ieħor ma jistax jiġi intervistat jew jagħmel dikjarazzjonijiet pubbliċi, lanqas jikxef xi tgħarif li jkun sar jaf bih waqt il-qadi ta' dmirijietu, jekk ma jkunx hekk meħtieġ li jagħmel skond l-Att jew jekk ma jkunx hekk awtorizzat bil-miktub mis- sindku\".", "Jien hawnhekk qed nagħmel rakkmandazzjoni oħra lill-Onor.", "Charles Mangion sabiex jiġbed l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari għal Għawdex biex jekk irid jgħin fl-iżvilupp tal-kunsilli lokali jiltaqa' mas-sindki jew mal-kunsilliera.", "Jien nissuġġerilu li jara min hu li għandu rwol speċifiku għal dak ix-xogħol u jiltaqa' miegħu.", "Ma jistax ikompli jiltaqa mas- segretarji jekk dawn ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni tas-sindki.", "Nerġa' ntenni li jekk is-Segretarju Parlamentari se jibqa' sejjer b'dan il-mod ta' ħidma se jkun qiegħed itellef mill-kordinament li tant jixtieq l-Onor.", "Mangion.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali tkellem ukoll dwar it-toroq.", "Jien niftakar li meta l-Onor.", "Mangion kien fuq din in-naħa tal-Kamra kien jilmenta - mhux hu biss, anke il-gazzetti li jissapportjaw lill-Labour Party - li l-kunsilli lokali ma kenux jingħataw flus biżżejjed.", "Gazzetta minnhom, kull nhar ta' Tlieta, kienet iġġib paġna fuq il-ħidma tal-kunsilli lokali u ħlief ħofor ma kenitx issemmi.", "Illum donnu li għall-gazzetti ta' l-Oppożizzjoni il-ħofor spiċċaw.", "L-impressjoni li qed tingħata hija li l- kunsilliera Indipendenti Laburisti solvew dawn il-problemi .", "L-uniku bniedem li donnu għadu jehda bil-ħofor huwa l-Prim Ministru.", "Naħseb li jekk irid isolvi l-problema tal-ħofor aħjar imur għand xi sindku Laburist ħalli jgħidlu xi jrid jagħmel!", "Il-Ministru tal-Finanzi qiegħed jitbissem bħalissa u naħseb li fil-ministeru tiegħu solvewha l-problema tal-ħofor għaliex m'għadhomx isemmuha.", "Jien ngħid li rridu nkunu attenti u prattiċi għaliex il-problemi tal-ħofor illum għadhom hemm, pero' f'sens ieħor.", "Skond il-Ministru Mangion qegħdin jagħmlu eżerċizzju biex jipprovaw jiddefinixxu liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali u liema jaqgħu taħt il-gvern ċentrali.", "Il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali tgħid proprju fejn jidħol il-kunsill lokali u fejn jidħol il-gvern ċentrali.", "Din tiddefinixxi wkoll liema huma l-arterial roads, id-distributory roads, eċċ. L-Onor.", "Mangion qal li:", "\".... il-poplu b'hekk jista' jkun jara min qed jaqdi dmiru, jekk hux il-gvern ċentrali - u aħna nassumu dik ir-responsabbilta' - jew inkella l-kunsilli lokali\".", "Huwa tajjeb li naraw min qed jaqdi dmiru, pero' l-kunsilli lokali ma jistgħux jaqdu dmirhom jekk se nkomplu nnaqqsulhom il-fondi.", "Din hija interessanti.", "Meta nsemmu l-problema tal-fondi nsibu konċett interessanti ferm u hawn se nikkwota eżatt x'qal l-Onor.", "Mangion:", "\"Naqqasna ¥1 miljun lill-kunsilli lokali, pero' m'hux biex nissikkaw iċ-ċintorin, għaliex xorta se nispiċċaw b'deficit ta' Lm82 miljun.", "Din m'hijiex xi ħaġa li għamilna biex nibbilanċjaw il-budget għaliex xorta se jibqa' dan id-deficit.", "Aħna nemmnu li l-kunsilli lokali se jaħdmu id f'id mal-gvern ċentrali għax jifhmu li rridu nekonomizzaw, u jien insistejt li jkun hemm value for money.\".", "Għax ma jgħidx il-Ministru Mangion li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern qatt m'għamel ekonomija mal-kunsilli lokali!", "Jekk il-Ministru jaħseb li se jieħu value for money billi jagħmel ekonomija mal-kunsilli lokali u jnaqqsilhom Lm1 miljun, jiena ngħidlu li lil dawn se jġibhom f'pożizzjoni li ma jkunux jistgħu jiffunzjonaw b'mod responsabbli.", "Aħjar noqogħdu attenti għaliex jekk l-idea tal-Gvern preżenti hija li l-kunsilli lokali jagħtu value for money u fl-istess ħin il-Gvern qiegħed jippretendi li dan ix-xogħol iridu jagħmluh b'inqas flus f'idejhom, dan ikun ifisser li aħna qegħdin nagħmlu ekonomija ma' l-iżvilupp tal-komunitajiet tagħna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, il-Gvern Laburista li ġie elett f'Ottubru li għadda wara disa' snin u nofs ta' tmexxija Nazzjonalista, m'ilux li għalaq l-ewwel mitt ġurnata fl-amministrazzjoni u llum wasalna biex intemmu d-dibattitu dwar dan l-ewwel budget tiegħu.", "Kieku l- affarijiet ħadu l-kors normali tagħhom, kieku dan il-budget suppost tressaq mill-Gvern ta' qabel lejn tmiem is-sena l-oħra.", "Iżda bħalma deher ċar fl- aħħar xhur, wara li bdew jinkixfu ħafna borom, il-Gvern ta' qabel beda jinduna li l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż kienet qed taħrab minn taħt il- kontroll tiegħu u allura għażel li jagħmel elezzjoni kmieni.", "Il-Gvern ta' qabel immexxi mill-Onor.", "Fenech Adami għażel li ma jerfax ir- responsabbilta' quddiem l-elettorat dwar kif kienu qegħdin jitmexxew il- finanzi tiegħu.", "L-elettorat kellu ħjiel huwa wkoll dwar ħafna tberbiq żejjed u dwar nuqqas ta' trasparenza.", "Barra minn hekk ħafna ministri bdew isiru arroganti u l-Amministrazzjoni kienet qiegħda ssir kapriċċjuża ż-żejjed.", "Issa l-elezzjoni saret u r-riżultat jafu kulħadd.", "Iż-żmien ma jistenna lil ħadd u ż-żejt beda tiela' f'wiċċ l-ilma.", "Sibna ħafna ħofor kbar finanzjarji - biex nerġa' nuża l-istess kelma li uża l-Prim Ministru - mentri tan-naħa l-oħra jgħidu li dan m'huwiex minnu.", "B'riżultat ta' dan it- tberbiq kollu, il-pajjiż jinsab mgħobbi b'piżijiet kbar li ħallielu Gvern Nazzjonalista.", "Fid-dibattitu dwar il-budget, min-naħa l-oħra tal-Kamra, saru diskorsi biex jipperswadu lill-opinjoni pubblika li l-Gvern ivvinta ħafna ħofor artifiċjali.", "Qalu li dawn il-ħofor kabbarnihom peress li ċerti taxxi kienu għadhom ma nġabrux u affarijiet simili.", "Imma dawn ma kienu xejn ħlief diversivi biex jaljenaw u jfixklu lill-poplu.", "Wieħed wara l-ieħor qalu li taħthom kollox kien sejjer tajjeb u li ma kien hawn problemi ta' xejn, pero' għaliex għażlu li jagħmlu l-elezzjoni proprju xahar qabel meta suppost kellu jsir il-budget ħadd ma qal.", "Għamlu plejtu għaliex il-Gvern għolla s-sigaretti, ix-xorb, il-petrol, id-diesel u l-liċenzji, li huma affarijiet li huma għamluhom diġa'.", "Wieħed għandu jgħid hawnhekk: Meta inti ssib deficit ta' dan il-kobor kollu, allura ġġib ruħek qisu ma ġara xejn!", "Dan kif se tilqa' għalih?", "Kif kienu se jirranġaw il-problema huma kieku telgħu fil-gvern, bħalma kien għadu qed joħlom l-ex-Prim Ministru meta semma l-photo finish?", "Kieku rebħuha din x'kienu se jagħmlu?", "Kienu jgħollu l-VAT, kienu jgħollu l-bolla - taħt il-Gvern preċedenti sena wara sena din baqgħet togħla u minn balla saret bomba - u kienu jnaqqsu s- servizzi soċjali bħalma għamlu fl-aħħar budget tagħhom meta bdew inaqqsu ċ- children's allowance lil ċerti nies.", "Din kienet is-sitwazzjoni u qed ngħid dan biex kulħadd jinduna x'kien qed isir.", "Ma kienx hemm triq oħra għalihom u ma nistax nimmaġina x'setgħu jagħmlu.", "Il-punt kruċjali ta' dan kollu huwa li sa minn Lulju tas-sena l-ex- Ministru tal-Finanzi, l-Onor.", "John Dalli, beda juri tħassib serju mal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien li d-deficit kien se jkun ħafna akbar mis-snin ta' qabel.", "Il-qagħda finanzjarja kienet imwiegħra għax sa nofs is-sena li għaddiet id-deficit kien diġa' laħaq is-6% tal-prodott gross nazzjonali.", "Hawnhekk wieħed irid ifakkar li meta l-Onor.", "Dalli ressaq l-ewwel budget tiegħu erba' snin ilu kien daqq ħafna trombi u trumbetti u kien iddikjara li għal li ġej id-deficit kien se jinżamm fuq livell mhux aktar għoli minn 3% tal-prodott gross nazzjonali.", "Sa nofs is-sena li għaddiet id-deficit irdoppja u d-delegazzjoni tal-Fond Monetarju Internazzjonali li eżaminat il- finanzji tal-gvern stmat li kieku l-Gvern Nazzjonalista kellu jibqa' sejjer bl-istess ritmu d-deficit seta' jitla' anke għal 12%.", "Fil-fatt spiċċajna b'deficit qrib ħafna ta' 12% u dan ifisser li konna qegħdin nikkonsmaw ħafna iktar milli konna qegħdin nipproduċu.", "Il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni għamlu minn kollox biex iħarsu x'imkien ieħor minflok lejn ir-realta'.", "Għamlu kapital mill-fatt li matul is-sena li għaddiet l-ekonomija kibret b'rata ta' madwar 4% fejn qalu li għolew il- profitti, żdiedu l-flus fil-banek, żdiedu l-impjiegi u ħafna affarijiet oħra.", "Ħadd minnhom ma qal - għax dan ma kienx jaqblilhom jgħiduh - li fis- snin ta' qabel l-ekonomija kibret bl-istess rata u d-deficit qatt ma kien ogħla mill-medja ta' 3% tal-prodott gross nazzjonali.", "Is-sena l-oħra - inneħħu s-settur pubbliku - id-deficit kien ta' madwar Lm112 miljun, minflok it-Lm38 miljun tas-sena ta' qabel.", "Meta jkunu qegħdin jiġu ppompjati daqshekk miljuni ta' liri mhux bilfors li l-ekonomija tikber!", "Kieku għamlu deficit akbar l-ekonomija kienet tikber aktar, imma kemm minn dan il-kobor huwa reali?", "Il-punt kollu huwa illi l-Gvern Nazzjonalista fl- aħħar snin tilef il-kontroll u ġie jaqa' u jqum minn kriterji li hu stess kien stabilixxa u minflok ma żamm il-brejkijiet kif kellu l-obbligu morali li jagħmel, beda jirrejżja.", "GĦalhekk illum ninsabu f'hiex ninsabu.", "Dan żgur ħadd ma jista' jgħid li huwa tort ta' Gvern Laburista u kellhom raġun tan-naħa l-oħra li tathom rashom u għamlu elezzjoni bikrija u llum għandhom raġun ukoll li qed jagħmlu l-almu tagħhom ħalli dnubiethom ma jidhrux bil- beraħ.", "Madam Speaker, dnubiethom huma ħafna akbar minn hekk għaliex meta telgħu fil-gvern fl-1987, wara 16-il sena ta' tmexxija Laburista, dawn sabu dejn ta' Lm86 miljun u dak iż-żmien qalu li sabu gvern fallut, li sabu poplu batut u li ma kien hawn xejn.", "Illum wara għaxar snin ta' tmexxija Nazzjonalista d-dejn tal-gvern tela' għal kważi Lm500 miljun u ma' dan wieħed irid iżid ukoll li l-Gvern Nazzjonalista kien għamel garanzija uffiċjali - jew inkella letter of comfort - għal djun oħra li jwasslu għal kważi Lm500 miljun.", "Dawn ma jidhrux fl-estimi li għadna kif tkellimna fuqhom, pero' daħlu għalihom korporazzjonijiet, intrapriżi u awtoritajiet fis-settur pubbliku li jaqgħu taħt l-isfera jew inkella taħt l-umbrella tal- gvern.", "Mela dan ifisser li filwaqt li l-gvern kien qiegħed jgħid illi l- pajjiż kien qed isir aktar sinjur, konna qegħdin insiru ħafna aktar midjunin u b'rata kbira ħafna.", "Mela żieda ta' Lm1,000 miljun dejn f'għaxar snin hija ċajta!", "Mela meta kellna dejn ta' ¥86 miljun kellna poplu fallut, u b'dejn ta' ¥1,000 miljun x'għandna!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din is- somma, Madam Speaker, tirrappreżenta kważi l-valur tal-cake nazzjonali għal sena sħiħa jew inkella tqarreb ħafna s-somma totali ta' flus li għandhom imfaddlin il-Maltin kollha fil-banek ta' Malta.", "Dan id-dejn wikkewh lill- poplu Malti u b'xi mod iridu jħallsuh il-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu, jew jekk ma jħallsuhx, iridu jħallsu l-imgħaxijiet fuqu kull sena għal għomorhom, li jfisser kważi daqs id-dejn li aħna ħallejna warajna għal 15-il sena.", "Hawnhekk wieħed irid jgħid x'sar minn dawn l-Lm1,000 miljun għaliex kieku t-toroq ta' Malta huma miksijin bid-deheb u d-djamanti forsi tifhimha, imma dawn ħofor ukoll fihom!", "U l-mezzi tax-xandir jagħmlu tajjeb li dan li qed jingħad jispjegawh.", "Biex nibdew infejqu s-sitwazzjoni, l-ewwelnett irridu nrażżnu l-ħela u t-tberbiq.", "Aħna m'aħniex se nissikkaw ċinturini, kif qegħdin jgħidu tan-naħa l-oħra.", "Aħna rridu nkattru iktar ġid, irridu nsaħħu u nimmodernizzaw l-amministrazzjoni u rridu nentużjażmaw lill- Maltin, speċjalment liż-żgħażagħ, biex ir-riżorsi umani tagħna jkunu ħafna iktar imħarrġa għall-bżonnijiet tal-lum u rridu nfittxu metodi kif il- pajjiż ifittex iktar qligħ barrani.", "Wieħed irid jgħid ukoll, Madam Speaker, li taħt l-Amministrazzjoni l-oħra mhux kollox kien ħażin.", "Kien hawn affarijiet tajbin, u dan aħna se nagħrfuh u se nibnu fuqu pero' l-ħażin irridu nidentifikawh u nwarrbuh.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, wieħed aktar jiskanta kif l-Oppożizzjoni tieħu atteġġament negattiv u tirrifjuta li tagħraf il-ħtija tagħha.", "Il-poplu dan għarfu u bagħathom fl-Oppożizzjoni, u billi joqgħodu joħolqu diversivi u jipprovaw jgħattu l-ħsara li għamlu f'għaxar snin, aktar jagħmlu ħsara lilhom infushom u aktar ikomplu jitilfu l-kredibilita'.", "Dawn għall-ewwel qalu li l-poplu injorant, li ma fehemhomx u li ġie mqarraq bil-wegħdiet li se nneħħu l-cash registers u ħafna affarijiet oħra.", "Imma dawn huma affarijiet li ma jinżlux tajjeb mal-poplu u lanqas m'huma se jimpressjonawh.", "Id-diska l-ġdida wara li semgħu l-budget issa hija li l- Gvern m'għandu l-ebda direzzjoni u li ma konniex ippreparati biex immexxu l- gvern.", "Dawn huma affarijiet li huma tad-daħk daqskemm huma tal-biki.", "Is- sens ta' direzzjoni kien ċar sa minn qabel l-elezzjoni.", "Kien hawn min ried ibella' lill-poplu li dak iż-żmien konna qed inwiegħdu ħafna affarijiet u li ma konna se nwettqu xejn, imma aħna sa minn meta tlajna fil-gvern wrejna li konna nafu fejn sejrin u fejn irridu naslu.", "Kif wegħedna lill-poplu Malti ħriġna mill-Partnership for Peace, l- applikazzjoni għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea poġġejniha fil-friża u ħadna l- ewwel inizjattivi biex Malta tinseġ rabtiet iktar adattati kemm ma' l- Ewropa kif ukoll fil-Mediterran.", "Hawnhekk ta' min jgħid x'puplesija għandhom fuqhom l-Oppożizzjoni bil-konferenza li se ssir is-sena d-dieħla.", "Barra minn hekk waqqafna task force fit-Tarzna, lill-MSU tajniha dimensjoni ġdida, abbandunajna l-proġett ta' l-airstrip f'Għawdex u l-bini amministrattiv, saru ħafna rapporti strateġiċi u waqqafna ħafna bordijiet.", "Ma rridx ninsa wkoll, Madam Speaker, il-miżuri li ħadna biex mill-iktar fis possibbli nibdew inneħħu l-VAT.", "Il-budget li qiegħda tiddiskuti l-Kamra juri f'liema direzzjoni l-Gvern impenja ruħu li jmur, u l-impenn tiegħu diġa' beda jwettqu.", "Jekk tħares lejn il-miżuri li hawn fil-budget, li naf ċert li l-poplu semagħhom diġa', issib miżura wara l-oħra.", "Ikolli nieħu wisq tul biex insemmihom kollha u għalhekk se nsemmi ftit minnhom.", "Aħna ħadna miżuri biex insaħħu d- drittijiet tan-nisa u tas-self-employed u biex nimmodernizzaw is-servizz pubbliku.", "Għall-Korp tal-Pulizija għandna lista ta' miżuri li permezz tagħhom se nibnu xi blokkijiet u nsaħħu units strateġiċi u se nimmodernizzaw ħafna sections tal-ħabs.", "Dwar it-Tarzna ħadna l-passi neċessarji u ma qgħadniex nitlajjaw bħalma għamlu tan-naħa l-oħra għal għaxar snin sħaħ bil-konsegwenza li intrapriża bħal dik kienet qed tiżvina.", "Fl-ambjent sibna diżastru sħiħ u mhux talli ma sibniex fjuri, bħalma qalu huma, talli sibna intejjen u miżbliet.", "Fil-qasam ta' l- edukazzjoni sibna skejjel li ħafna minnhom għandhom bżonn ħafna xogħol ta' refurbishing.", "Ħadna passi fuq iż-żgħażagħ, fuq l-industrija, fuq is- saħħa, fuq il-housing u jekk toqgħod tfittex issib lista sħiħa.", "Aħna tajna Lm1.50c żieda fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja u l-pensjonanti tal-Gvern Ingliż minn Ottubru li ġej se jieħdu l-pensjoni kollha.", "Il-poplu jaf b'dawn l-affarijiet u jien ipprovajt insemmi xi ħaġa fuq fuq.", "Dan il-Gvern huwa kommess li jimxi b'metodi moderni.", "Fil-fatt se nagħmlu riformi mingħajr skossi.", "Dan huwa kollu magħruf għax illum il-poplu għandu l-mezzi kif jisma' x'inhu jintqal hawn ġew u għalhekk jisma' l-qanpiena ta' kulħadd.", "Il-Gvern u l-poplu għandhom quddiemhom problemi kbar u huwa dnub li jkun hawn min joqgħod jinħela fil-frivolita' ta' l-Oppożizzjoni li mhux biss hija bla sens imma hija skreditata bil-kbir fid-dawl ta' dak kollu li wettaq il-Gvern s'issa.", "Dan deher fl-aħħar elezzjoni.", "Dan huwa budget li ta r-riħ fil-qala lill-Gvern Laburista għaliex il-poplu wera li hu għatxan għal amministrazzjoni serja u moderna.", "Il-budget huwa mmirat biex jissodisfa dawn l-aspirazzjonijiet u t-tnassis u l-gideb ta' l- Oppożizzjoni m'huma se jxellfu xejn r-rieda u d-determinazzjoni tal-Gvern.", "Biex tiġbor ġieħha l-Oppożizzjoni trid tibda tfassal programmi li jkunu ta' fejda għaċ-ċittadin ħafna aktar minn dawk li qed ifassal il-Gvern.", "Fiċ- ċirkostanzi li qegħdin fihom il-poplu jrid azzjoni u jrid jara u jmiss b'idejh għax m'huwiex se jikkuntenta bit-tlablib.", "Kulħadd jiftakar li qabel ma telgħu fil-gvern tan-naħa l-oħra kienu qalu li se jeqirdu l- korruzzjoni bl-għeruq u x-xniexel, li se jwaqqfu s-servizz ta' tabib b'xejn, li l-poplu se jgħammar f'daru bla biża', li se jkun hawn fjuri telgħin ma' kullimkien u li se jkunu garanzija ta' trasparenza.", "Madam Speaker, jien nistaqsi lill-poplu jekk dan kienx kollu kliem fil-vojt li għadu jirbombja ġo widnejn il-poplu bħalma għadhom jirbombjaw il-wegħdiet kollha li ma wettqux.", "Dan kien budget realistiku, budget li għandu timbru ta' gvern serju u budget ta' gvern li jiffaċċja l-problemi u jipprova jilqa' għalihom.", "Il- Gvern se jagħmel dan kollu waqt li qal il-verita' kollha.", "Illum permezz tal-mezzi tax-xandir min jaħbi se jinkixef.", "Fil-fatt dak li għamlu fis- snin ta' qabel diġa' nkixef, għalkemm naħseb li ħafna affarijiet għadhom ma nkixfux u 'l quddiem għad iridu jinkixfu.", "Il-Gvern tal-lum impenja ruħu li jimxi fid-direzzjoni tat-trasparenza, sħiħa u assoluta.", "Is-serjeta' m'għandhiex prezz pero' magħha jrid ikun hemm ukoll l-effiċjenza li tikkaratterizza stil ta' gvern modern.", "Jien nittama li l-Gvern jidentifika kemm hawn dipartimenti li baqgħu lura fil-ġbir ta' taxxi dovuti lilu u hemm bżonn li nieħdu passi konkreti u malajr ħalli dak li huwa ta' Ċesri nagħtuh lil Ċesri.", "Jien naħseb li dan huwa budget modern, budget li jixraq il-poplu ta' Malta u Għawdex kollu u l-poplu huwa kuntent bih.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Madam Speaker, wara l-ewwel tliet xhur ta' tmexxija ġdida Laburista u wara li kważi temmejna d-diskorsi kollha li kellhom isiru f'dan il-budget, jidher ċar li Gvern Laburista ġdid xejn ma wiret sitwazzjoni finanzjarja sabiħa u komda.", "Gvern Laburista ġdid xtaq li jkun jista' joffri budget ferm aħjar milli stajna nagħtu liċ-ċittadin Malti u GĦawdxi u għalkemm aħna ninsabu determinati li nwettqu l-wegħdiet tagħna ma' l-elettorat, fost l-oħrajn anke sabiex ineħħu l-VAT, ma kenitx xi ħaġa faċli li tfassal budget li jappella wisq għall-poplu.", "Wieħed mill-akbar ideali li saħansitra huwa msawwar bih il-Partit Laburista huwa t-twaqqif u anke s-salvagwardjar tas-servizzi soċjali u dawn dan il-budget iħallihom bla mittiefsa.", "GĦalina huwa unur kbir li lill- poplu tagħna nipprovdulu servizzi soċjali li jixirqulu u minkejja s- sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra tal-pajjiż, dawn m'aħniex se nħalluhom jitnaqqru, la b'mod dirett u wisq inqas b'mod indirett.", "Qed ngħid dan għas- sempliċi raġuni li llum, tliet xhur wara l-elezzjoni, kulħadd jaf li waħda mill-affarijiet li x'aktarx kellhom f'moħħhom tan-naħa l-oħra - li kieku Alla ħares qatt il-poplu reġa' tellagħhom fil-gvern! - kienet li jerġgħu jiżvalutaw il-lira Maltija.", "Din il-mossa kienet tkun daqqa ta' ħarta għal dawk in-nies kollha li għandhom fixed income, fosthom ir-romol u l- pensjonanti.", "Jiena għadni kif għidt li l-ħarsien soċjali għandu jkun imfassal skond iċ- ċirkostanzi u l-potenzjal ta' pajjiżna.", "Il-welfare state li għandi l-unur ngħid li proprju konna aħna li waqqafnih f'Malta, jiddependi mill-politika li tiġi adottata f'diversi oqsma bħalma huma, per eżempju, l-oqsma tax- xogħol, ta' l-edukazzjoni, tas-saħħa, tal-housing u anke l-iżvilupp ekonomiku.", "Dan ta' l-aħħar huwa qasam importanti ħafna u rridu nsaħħuh.", "Kemm huwa b'saħħtu llum mhux se jkun biżżejjed għal għada u dan minħabba l- fattur ta' l-aging population - qed nitkellem dejjem mill-aspett tas- servizzi soċjali.", "B'riżultat tal-kisbiet kbar fil-mediċina llum għandek sitwazzjoni fejn, hawn Malta speċjalment, l-age expectancy hija għolja ħafna u qiegħda mas-76 sena għall-irġiel u mat-80 sena għan-nisa.", "Dawn huma figuri sbieħ għal tobba bħali u bħall-Onor.", "Adrian Vassallo, iżda forsi huma allarmanti għall-ekonomista u anke għall-politiku.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien il-proporzjon tal-popolazzjoni li tiddependi fuq is- servizzi soċjal aktar qed jikber u allura l-piż finanzjajru biex tkun tista' tiżgura livell ta' għajxien xieraq u mistħoqq lil dawn in-nies ukoll qed jikber.", "Sinjura President, aħna tal-Partit Laburista minn dejjem sħaqna li ċ- ċittadin jiġi fuq quddiem nett u kien għalhekk li vvotajna s-somma ta' madwar Lm52 miljun, jiġifieri Lm15 miljun aktar fuq l-aħħar somma vvotata mill-Gvern preċedenti.", "Din in-nefqa hija maħsuba biex tagħmel tajjeb għal diversi affarijiet, fosthom għaż-żieda fin-numru ta' pensjonanti u benefiċjarji li dejjem qed jiżdied minn sena għall-oħra, għaż-żieda fl- għoli tal-ħajja u sabiex dawk li jirċievu l-pensjoni tas-Servizzi Ingliżi ma jibqax ikollhom tnaqqis fil-pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "B'hekk inkunu qed inwettqu wegħda elettorali oħra.", "Aħna mhux talli mhux qed innaqqru s-servizzi soċjali, kif għamlu ta' qabilna, talli konna kapaċi nissalvagwardjaw is-servizzi soċjali eżistenti u nipprovaw intejbuhom.", "Nerġa' ngħid li aħna mhux se nnaqqru s-servizzi soċjali kif qed jagħmlu pajjiżi oħrajn anke membri ta' l-Unjoni Ewropea - fosthom l-Italja - li l- Gvern ta' qabel ipprova jdaħħalna fiha at all costs bl-għeruq u xniexel.", "Dan żgur li ma jagħmilx ġid f'dan ir-rigward.", "L-aging population mhux biss qiegħda tikkaġuna piż minħabba ż-żieda ta' benefiċċjarji iżda qed tkun diffiċli biex l-anzjani tagħna li ma jkunux jistgħu jduru bihom infushom u lanqas isibu lil min idur bihom isibu post fejn joqogħdu f'residenza governattiva.", "Din mhix problema li ġiet mil-lum għal għada.", "Il-qagħda kritika li tħalliet tiddeterjora hija waħda allarmanti ħafna u jkolli ngħid li din trid tiġi ndirizzata mill-aktar fis.", "Fil-fatt minkejja l-ħofra finanzjajra li sibna - l-Onor.", "Membri ta' l- Oppożizzjoni jafu li ħallew din il-ħofra - dan il-budget ħaseb għal żieda kbira fit-totali ta' fondi vvotati għall-anzjani.", "Iż-żieda li qed insemmi tlaħħaq għall-figura ta' 10% fuq is-sena ta' qabel u dan juri kemm il- kritika ta' l-Oppożizzjoni hija infondata.", "Waħda mill-akbar għajnuniet li se jkun qed jagħti Gvern Laburista ġdid lill-anzjani hija proprju t-tneħħija tal-VAT.", "Kulħadd jaf kemm din it- taxxa kkawżat għoli ta' prezzijiet fuq is-servizzi ż-żgħar u li l-prodotti li suppost li kienu zero rated, bħall-mediċini, xorta waħda għolew.", "Ta' min jgħid ukoll li dan il-budget ħaseb biex itejjeb is-servizzi li l- anzjani jingħataw fi djarhom.", "Naturalment konxji mill-problema ta' nuqqas ta' sodod fi djar residenzjali governattivi, kif ukoll mill-fatt li hija ħaġa sabiħa li kemm jista' jkun inħallu lill-anzjani tagħna joqogħdu fi djarhom, aħna ridna ntejbu dan is-servizz.", "GĦaldaqstant żidna s-somma vvotata għal home help b'madwar 20% fuq dik tas-sena l-oħra.", "Fil-fatt is- somma li kien hemm ivvotata s-sena l-oħra kienet ta' Lm588,000 u din is- sena qegħdin nivvotaw Lm700,000.", "Aħna żidna l-Vot tal-meals on wheels.", "Fil-fatt minn Lm14,000 il-Vot tellajnih għal Lm20,000.", "Barra minn hekk se niżguraw li dan is-servizz utli ma jibqax jiġi offrut biss lil ammont ta' nies prediletti iżda jinfirex b'mod aktar ġust.", "Jien għadni kif irċevejt risposta mill-Onor.", "Michael Farrugia, il-Ministru tas-Saħħa, għall-interpellanza li għamiltlu li turi li t-total ta' nies li gawdew mis-servizz tal-meals on wheels fl- 1996 kien ta' 785 persuna, li Alla jbierek 209 minnhom, jiġifieri iktar minn kwart, kienu minn Tas-Sliema.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Din hija xi ħaġa li trid tiġi ndirizzata ħalli niżguraw li l-meals on wheels jiġu mqassmin b'mod soċjalment ġust.", "(Interruzzjonijiet) Fil-każ tad-day centres ukoll qed inżidu l-Vot b'ammont kbir u fil-fatt minn Lm40,000 dan tellajnih għal Lm100,000.", "Fil-qasam tas-saħħa, wieħed mill-akbar nuqqasijiet fejn il-Gvern preċedenti falla bi kbir kien proprju fil-każ tan-nurses.", "Din il-problema raqdu fuqha sakemm imbagħad f'daqqa waħda stenbħu u raw kif se jagħmlu biex jipprovaw jiffaċċjawha.", "Fil-fatt waħda mil-miżuri li ħadu kienet li bdew iġibu xi nurses minn barra.", "Ħaġa li meta għamilniha aħna fil-każ tat-tobba fis-snin sebgħin tgħidx kemm qamu rwiefen u kemm tkażaw bina li m'huwiex sew li nipproponu tobba barranin fuq il-popolazzjoni Maltija, imbagħad l- istess ħaġa għamluha huma fil-każ tan-nurses.", "Tentattiv ieħor li sar sabiex iħajru liż-żgħażagħ Maltin jidħlu għal din il-professjoni kien dak ta' reklamar fuq il-mezzi tax-xandir, pero' meta wieħed jifli sew x'kien qed jiġri jinnota li dawk li jispiċċaw il-kors tal-B.Sc Nursing mill- Universita' jaqgħu taħt salary scale 12 mentri dawk li jkunu ħadu B.A. f'xi suġġett ieħor u jidħlu teachers jaqgħu taħt salary scale 9.", "Din il-ħaġa m'hijiex ġusta.", "Din x'serjeta' hi biex tattiraw in-nurses għal din il- professjoni hekk delikata, hekk impenjattiva u hekk vokazzjonali!", "Naturalment il-pass li kellna nieħdu meta wiritna din is-sitwazzjoni kien li żidna l-Vot għall-overtime b'aktar mid-doppju, għaliex jekk qabel dan kien ta' Lm230,000 illum il-ġurnata qiegħed ilaħħaq għal madwar Lm500,000 u b'hekk żgurajna li nżidu l-man hours.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li se nassiguraw li l-overtime jitqassam b'mod aktar ekwu u aktar ġust kemm f'dak li huwa short-term u anke f'każ long-term fejn qegħdin nipprovaw inħeġġu liż-żgħażagħ tagħna sabiex jidħlu għal dan il-kors.", "Fil-każ tat-tobba l-problema ma kenitx daqshekk kritika għalkemm din inħasset fis-settur tal-komunita'.", "Meta tlajna fil-gvern, il-kompliment ta' tobba jaħdmu fil-polikliniċi suppost kellu jlaħħaq għal 110, iżda fil- fatt sibna biss 68 jew 35% inqas milli suppost.", "Għalhekk introduċejna skema fejn ipprovajna nħajru lit-tobba li kienu telqu minn dan is-servizz ħalli jerġgħu jidħlu fuq bażi ta' part-time.", "GĦandi l-unur ngħid li wieħed minn dawk li bbenifikaw minn din is-sistema kien proprju ex-segretarju parlamentari min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u minn hawnhekk nawguralu li jkollu s-suċċess li jirritorna għall-professjoni tiegħu.", "Fil-fatt, ir- riżultat ta' din l-iskema kien wieħed sodisfaċenti.", "Problema oħra li sab ma' wiċċu Gvern Laburista ġdid kienet dik tad- deployment ħażin tat-tobba li jkunu għadhom jilħqu għax dawn minn fuq il- bank ta' l-iskola, biex ngħid hekk, m'għandhomx jiġu impjegati f'postijiet sensittivi bħalma hi l-emerġenza.", "Qed ngħid dan għax mhux darba jew tnejn nisma' b'każi ta' nies li jiġu rifjutati milli jiddaħħlu l-isptar, imbagħad wara jinstab li kellhom xi ħaġa serja.", "Lill-Onor.", "Michael Bonnici nixtieq ngħidlu li r-Renetec kien ilhom out of stock mis-sajf li għadda, jiġifieri minn żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista u allura issa ma noqogħdux nippopaw sidirna u ngħidu kliem bħal dan.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L- ewwelnett, dawn m'għadhomx out of stock għax issa waslu u nista' nikkonferma li qegħdin in stock.", "(Interruzzjonijiet) Kienu ilhom out of stock mis-sajf, jiġifieri taħt l-Amministrazzjoni tagħkom!", "Ara kemm kien ilhom!", "Madam Speaker, ħaġa li dejjem inkwetatni hi kif qatt ma tħabbru policies uffiċjali ta' kif tabib jista' jirriferi pazjent l-Isptar Zammit Clapp u fil-fatt qed nistenna risposta għal domanda parlamentari f'dan ir-rigward.", "Aħna minn dejjem qbilna li t-twaqqif ta' dan l-isptar kien pass għaqli għall-fatt li dan iservi ta' buffer sabiex ċerti pazjenti li jkunu għadhom kif sofrew xi marda akuta u jkunu diġa' ngħataw l-ewwel kura, jiġu riabilitati f'dan l-isptar sakemm ikunu jistgħu jerġgħu jmorru lura fil- komunita'.", "Peress li dan il-pass kien tajjeb u għaqli aħna beħsibna nsaħħuh għax inħossu d-dover li nissalvagwardjaw il-funzjoni tiegħu u li ma nħalluhx jiġi abbużat.", "Ma ninsewx li dawn is-sodod qed jiswew lill-gvern Lm60 kuljum, jiġiferi huwa tajjeb li wieħed jara x'jista' jagħmel sabiex jiżgura li l-pazjenti jiġu riferuti f'dan l-isptar b'mod soċjalment ġust.", "Nixtieq nagħlaq billi ngħid li l-Vot fil-qasam tas-saħħa u kura għall- anzjani se nkunu żidnih b'mod sostanzjali bis-somma ta' kważi Lm8 miljun aktar miċ-ċifra tas-sena l-oħra.", "Din hija prova ċara ta' kemm aħna kommessi li lill-poplu tagħna ntejbulu l-welfare tiegħu, li l-ħofor li ħallewlna tan-naħa l-oħra ma jaqtgħulniex qalbna u li l-poplu Malti u GĦawdxi mhux talli mhux veru ma fehemx lin-Nazzjonalisti, talli l-fiduċja assoluta li wera fina se nsarrfuhielu f'ġid għalih, għal uliedu u għal missierijietu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, huwa xieraq li ninnota li llejla l-Onor.", "Mugliett qajjem punt tajjeb meta qal li l-istandards li hawn fuq il-postijiet tax-xogħol m'humiex adegwati biżżejjed u qed ikun hawn l- imwiet.", "Naħseb li dan il-punt jgħaqqad lill-Kamra kollha flimkien għaliex huwa d-dover tal-Parlament kollu kemm hu li jara li jkun hawn leġislazzjoni ġusta u regolamenti tajbin sabiex nevitaw li jsiru dawn l-affarijiet.", "Dan qiegħed ngħidu bħala stqarrija għax naħseb li f'dan il-Parlament kulħadd jisgħobbih u jingħaqad miegħi sabiex inwasslu l-kondoljanzi lill-familji ta' dawk kollha li mietu f'dawn l-aħħar tliet xhur fuq il-postijiet tax- xogħol.", "Esklussivament dawn l-inċidenti qed iseħħu f'postijiet tax-xogħol li għandhom x'jaqsmu mal-bini u, jgħidu x'jgħidu l-kummentaturi, hija responsabbilta' ta' dan il-Parlament li jieħu ħsieb iressaq xi forma ta' leġislazzjoni biex jiġu upgraded il-liġijiet u r-regolamenti li għandna għal dan is-settur tal-kostruzzjoni u setturi oħra fejn hemm ċerti perikli fuq il-post tax-xogħol.", "Ovvjament meta ninsabu resqin lejn seklu ġdid, meta hawn teknoloġija avvanzata bħal din fejn kulħadd huwa modern u kulħadd qed jagħmel ħafna progress, li jibqa' jkollna mwiet fuq il-postijiet tax-xogħol hija għarukaża għall-poplu Malti kollu.", "Qed nieħdu gost nisma' lill-Onor.", "Psaila Savona u lill-Onor.", "Lawrence Gonzi jassoċċjaw ruħhom miegħi fil- promessa solenni li qed nagħti li malli jibda jaħdem il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali nikkonsidraw biex naġġornaw il-legal notices li hemm bżonn jiġu aġġornati f'dan is-settur.", "Madam Speaker, aspett ieħor tal-ħajja soċjali li qed jiġi njorat - naħseb li l-Parlament ikollu jagħti mandat ċar lill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali sabiex jidħol hawnhekk ukoll - huwa l-kwestjoni tal-gwerra kontra d- droga.", "Id-droga f'dan il-pajjiż daħlet bl-għeruq u x-xniexel f'kull raħal, f'kull belt u f'kull post fejn jiltaqgħu n-nies.", "Din hija theddida għaż- żgħażagħ u għat-tfal tagħna u peress li hemm tant flus involuti rridu nqajmu l-istituzzjonijiet kollha li jistgħu jagħtu daqqa t'id sabiex nieħdu ħsieb inrażżnu u jekk jista' jkun neliminaw din il-pjaga minn pajjiżna.", "Din hija pjaga li għandna bżonn l-għajnuna ta' l-istituzzjonijiet kollha f'dan il-pajjiż biex inkunu nistgħu nittekiljawha.", "Iż-żewġ punti li qajjimt s'issa huma ta' natura soċjali u bipartiġjana u għal darb'oħra naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jingħaqdu miegħi biex il-Kumitat għall- Affarijiet Soċjali jkollu kull mandat minn din il-Kamra sabiex jinvolvi ruħu kemm jista' jkun f'dan il-qasam.", "Madam Speaker, il-bieraħt lura l-Prim Ministru tkellem fuq l-atti kriminali kontra l-anzjani.", "Fil-fehma tiegħi, u naħseb fil-fehma tal- maġġoranza kbira ta' din li-Kamra, l-anzjani jeħtiġilhom livell ogħla ta' protezzjoni.", "Malta għandha popolazzjoni li kulma tmur qed issir aktar u aktar anzjana u għandna nagħtu ħafna aktar importanza lil dan l-aspett tal- protezzjoni, mhux biss għall-anzjani nnifishom, imma anke jekk irridu nagħmlu minn Malta pajjiż aktar attraenti għall-barranin, kemm bħala turisti li jiġu jżuruna għal żmien qasir, kif ukoll għal dawk li minn żmien għal żmien jiġu bħala residenti permanenti - u nisimgħu b'diversi queries ġejjin minn pajjiżi differenti biex barranin jiġu jgħixu hawnhekk bħala permanent residents; aħna nafu li dan l-istatus ta' permanent residence huwa diġa' f'niċċa legali għax dawn it-talin għandhom ċerti exemptions meta jiġu biex jissetiljaw hawn Malta, basta jkollhom ċertu income u ċertu wealth - lil dawn, li ġeneralment ikunu anzjani, aħna rridu nagħtuhom garanzija li mhux se jkun hemm muggings, kif hemm barra minn Malta - hawnhekk wisq nibża' li teżisti link bejn il-muggings u l-qasam tad-droga.", "Aħna ma rridux ingerrxuhom, kif tgerrxu minn pajjiżi oħra fejn ipprovaw jagħmlu ċentri internazzjonali għal permanent residents.", "Ħaġa oħra li wkoll tagħmel image ħażin lil Malta huwa n-negozju fil- bnedmin u sfortunatament f'dawn l-aħħar snin kellna ħafna minn dawn l- attivitajiet.", "Nafu b'dawk l-immigranti klandestini li inkaljaw fl-ibħra ta' San Pawl il-Baħar; smajna b'dawk l-Asjatiċi li kienu fi triqthom lejn il-Greċja u ma nafux x'ġara minnhom.", "Dawn l-affarijiet irridu nieħdu ħsiebhom b'mod bipartiġjan - m'hawnx aħmar jew blu, m'hawnx manifest ta' partit li ma jaqbilx mal-manifest ta' partit ieħor, dawn huma affarijiet bipartiġjani - u rridu ninvestigawhom fil-fond malli jibda jaħdem il- Kumitat għall-Affarijiet Soċjali.", "Naħseb li anke l-kummentaturi u l- ġurnalisti jistgħu jgħinu bil-kontribuzzjonijiet tagħhom f'dan il-qasam.", "Madam Speaker, niġi għal aspett ieħor soċjali li tqajjem mill-Prim Ministru meta żar l-Universita', li huwa s-suġġett tad-divorzju.", "Naħseb li fejn jidħol is-suġġett tad-divorzju hemm bżonn li nanalizzawh b'mod iktar skjett u analitiku, fis-sens li kulma wieħed qed jitkellem fuqu, għall-fini ta' din l-istituzzjoni, li hija istituzzjoni leġislattiva, huwa li bħala raġuni għax-xoljiment taż-żwieġ jiġi kkonsidrat is-separazzjoni għal din il- fini.", "Jekk is-separazzjoni tkunx kif kienet oriġinarjament l-Italja għal seba' snin, kif imbagħad saret għal ħames snin, jew kif issa saret għal tliet snin, imbagħad niddiskutu dan l-aspett fil-Committtee Stage għax nifhem li wieħed jista' ma jaqbilx ma' l-ieħor.", "Hawnhekk forsi jkun tajjeb li jintuża bħala qafas l-abbozz ta' l-Avukat Joe Brincat, ex- Ministru tal-Ġustizzja, li kien Membru ta' dan il-Parlament u bħala private member kien ressaq abbozz quddiem din il-Kamra.", "Tajjeb ukoll li fuq suġġett li jolqot lil kulħadd hawn Malta u li again imissu jkun hawn a bipartisan approach fuqu, nanalizzaw daqsxejn waħda - qed ngħid anke għall- kummentaturi fil-gazzetti kollha ...", "Allura with this in mind let me fly a kite issa ħalli kulħadd jispara fuqha.", "Għid li kieku għall-fini tad- divorzju hawn Malta wieħed iressaq suġġeriment li separazzjoni ta' ħames snin bejn raġel u mara jikkwalifika għal xoljiment ta' żwieġ.", "Naturalment għandi ħafna iktar xi ngħid fuq dan is-suġġet, imma ħalli nitlaqha hekk għalissa biex nara x'kummenti jista' jistimula dan il-punt li fuq kollox dan ikun il-qofol ta' kwalunkwe liġi ta' divorzju għar-relazzjonijiet bejn il-miżżewġin.", "Ovvjament din l-aktar parti li hi kontroversjali.", "Il-parti l- oħra, id-drittijiet tat-tfal li ma jkunux illeġittimi u d-drittijiet ta' manteniment, iktar u iktar għandu jkun hemm a bipartisan attitude għalihom, imma nibda biss b'dan il-punt tal-ħames snin.", "Minn hawn wieħed jibda jara, Madam Speaker, li hemm ċerti affarijiet f'dan il-pajjiż li jitolbu attenzjoni bipartiġjana u ovvjament għandna bżonn ta' istituzzjoni li tkun tista' tagħti iktar attenzjoni b'appoġġ bipartiġjan.", "Per eżempju f'dawn l-aħħar xahrejn f'dan il-Parlament ftit kien hawn diskussjoni dwar l-Uffiċċju tal-President.", "Naħseb ilna 14-il sena niddiskutu formoli differenti ta' kif l-Uffiċċju tal-President jista' jissaħħaħ billi jkollu iktar poteri - jew leġiżlattivi, jew kostituzzjonali, jew anke amministrattivi - li jieħu ħsieb affarijiet bħal dawn li qed insemmu li għandhom interess bipartiġjan.", "Dawn jistgħu jkunu affarijiet bħall- gwerra kontra d-drogi, bħall-Armata li ovvjament hemm bżonnha anke għall-gwerra kontra d-drogi.", "Madam Speaker, naħseb li l- Uffiċċju tal-President għandu jiġi rikonsidrat attivament u jinfela bl- iktar mod dettaljat ħalli nkunu nistgħu ngħollulu l-valur tiegħu fil-pajjiż u mhux inqimuh bħala idolu, imma billi ngħollulu l-importanza tiegħu u nirrispettaw dik l-importanza miżjuda, dak il-value added li tant nitkellmu fuqu f'termini ekonomiċi u finanzjarji imma ftit nitkellmu fuqu f'termini istituzzjonali.", "Naħseb li din l-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż għandna nżidulha iktar ir-rispett billi nżidulha iktar l-importanza.", "L-aspett tal-presidenza ovvjament iddaħħal meta b'mod bipartiġjan konna ddikjarajna Malta Repubblika biż-żewġ terzi f'dan il-Parlament - kont għamilt kontribuzzjoni żgħira permezz ta' teżi li għenet biex wasalna għal ftehim bipartiġjan.", "L-istess ħaġa meta kellna ftehim bipartiġjan fuq in- newtralita' fejn konna għamilna kontribuzzjoni żgħira permezz tan- newtralita' u l-aspett tal-majority voting f'dan il-pajjiż li wkoll daħlu biż-żewġ terzi f'dan il-Parlament.", "Bħal dan nissottometti li jista' jkun hawn aktar affarijiet li dan il-pajjiż ikollu ftehim ta' żewġ terzi, aktar affarijiet li jistgħu jkunu anke mqiegħda ogħla minn dan il-Parlament, ikunu mqiegħda taħt l-Uffiċċju tal-President bħala gwardjan tal- Kostituzzjoni, bħala gwardjan tar-Repubblika, bħala gwardjan tan- newtralita' u anke ta' dawn l-aspetti li aħna niftehemu fuqhom bejnietna.", "Ovvjament fid-dawl ta' l-aħħar riżultat elettorali wieħed jibda jara b'mod ċar li dak li jgħaqqadna m'huwiex il-kwestjoni ta' sħubija sħiħa fl- Ewropa, kif inhi x-xewqa tal-Partit Nazzjonalista - apparti li din ma kenitx kondivisa min-naħa ta' l-European Union għar-raġunijiet diversi tagħhom, fil-maġġor parti raġunijiet istituzzjonali; lanqas bl-IGC ma jidher li qatt seta' jkun hemm xi xaqq dawl li kieku baqa' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern Malta setgħet tidħol at par mal-membri li hemm illum fil-European Union - imma l-politika tal-Mediterran.", "U waslet f'ħoġorna, kważi mill-istilel, iż-żamma ta' l-Euro-Mediterranean Conference f'Malta.", "Nafu li kien hemm it-tellieqa bejn il-Marokk u t-Tuneżija peress li issa kien imiss pajjiż tas-south biex ikun il-host ta' din il-konferenza wara li f'Novembru ta' l-1995 kienet saret f'Barcelona.", "Nafu wkoll li s- Sirja kienet qed topponi li l-Iżreal imur ġol-Marokk jew ġot-Tuneżija u kien f'dan il-kontest li f'dawn l-aħħar xahrejn bdiet tissemma Malta.", "U jgħidu x'jgħidu n-Nazzjonalisti għal dik li hija l-paternita', hawnhekk m'hawn l-ebda dokument uffiċjali li juri li taħt Gvern Nazzjonalista marru joffru biex Malta tkun il-host ta' din il-konferenza.", "Dan juri kemm anke b'sinjal żgħir li ħriġna mil-PfP, il-pajjiżi Għarab have rallied għall- proposti ta' l-Arab League li din issir f'Malta għaliex Malta m'hijiex aktar mal-grupp ta' l-European Union.", "Naħseb li dan huwa ta' ġid kbir għal Malta li l-istorja li għandna mill-1971 'l hawn - u anke qabel - li kien beda l-Onor.", "Dom Mintoff fuq l-importanza li Malta jkollha politika barranija fil-kontest tal-Mediterran, u kont komplejt xi ħaġa fuqha jiena fis-snin tmenin u fis-snin disgħin permezz ta' l-IPU billi ġibna l- Konferenza tas-Sigurta' u Kooperazzjoni fil-Mediterran hawn Malta wara Malaga, u din se tkompli għaddejja bħala IPU initiative fost il- parlamentari tal-Mediterran u issa se tkun fil-livell tal-Ministri ta' l- Affarijiet Barranin.", "Din m'hijiex the be all and end all, anzi l- importanti se jkun il-follow-up ta' wara l-Euro-Mediteranean Conference, Madam Speaker.", "Hawnhekk naħseb li jekk ikollna Oppożizzjoni leali li tagħżel li din il-linja hija linja bipartiġjana, nistgħu naħdmu ħafna aktar bis-sens f'ħafna areas fil-Mediterran.", "Nibda billi nsemmi l-area ta' l- information technology.", "Din hija area li qiegħda tikber u diversi pajjiżi fil-Mediterran qegħdin jaraw kif jassoċċjaw ruħhom aktar mill-viċin ma' l-Ewropa permezz ta' l- Internet u permezz ta' ċentri ta' riċerka fl-informatika.", "Malta hija idealment sitwata u mhux biss ġeografikament.", "Nifhem li jista' jkollok anke vapur fil-Mediterran li joqgħod stazzjonarju u jkun hu ċ-ċentru ta' information technology networks, imma tkun trid ċertu ġurisidizzjoni u post sovran u mhux sempliċement vapur bil-bandiera li kulħadd jaf li din tista' titbiddel b'biċċa ċertifikat ta' bill of sale.", "Malta tista' toffri ħafna iktar bil-politika barranija tagħha li qed tipproġetta.", "Fil-fatt Malta la hija membru ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas qiegħda tipprova tkun; Malta la hija membru ta' l-Arab League u lanqas qiegħda tipprova tkun; Malta m'hija għadu ta' ħadd, lanqas ta' Iżrael, anzi hija ħabiba ta' kulħadd madwarha.", "Għalhekk bħala bidu Malta tista' toffri biex f'pajjiżna jkun hawn ċentru ta' teknoloġija u informatika tal-Euro-Med biex minnu nkunu nistgħu noħorġu s-sub-sectors li huma ta' interess fil-komunikazzjoni.", "Fil-verita' dawn l- aspetti kienu bdew jiġu diskussi hawn Malta fl-1972 u fl-1975 fir-Regional Oil Combatting Centre u fis-CSCE follow-up meeting ta' l-1979 li kien sar hawn Malta.", "Dawn ġew diskussi wkoll fl-1983 u fl-1985 taħt in-Non-Aligned Movement u taħt is-CSCE.", "Anke wara li fl-1984 ġibna l-Ministri ta' l- Affarijiet Barranin tal-pajjiżi mhux allinjati d-diskussjoni kompliet ġewwa l-Alġerija fl-1987 - wara li spiċċajna mill-gvern - u l-ex-Ministru Ċensu Tabone kien mar hemmhekk, kif kien mar ukoll fl-1990 fi Brioni fil- Jugoslavja, biex ikompli l-proċess li jgħaqqad is-south man-north f'kooperazzjoni.", "Għaliex qed ngħid dan, Madam Speaker?", "Qed ngħid dan għaliex dan huwa ż-żmien - hawn il-kwiet fil-qasam internazzjonali - li niżirgħu iktar kooperazzjoni u iktar relazzjonijiet bilaterali u mhux nagħmluha tas-Sur ta' l-Ewropa jew nagħmluha tas-snobs fuq il-membri l-oħra tas-south tal-Mediterran.", "Dan donnu kien qed ikun l- atteġġament tagħna.", "Aħna ridna nkunu qisna l-aħħar Ewropej fis-south - meta tinżel minn fuq għal isfel fiċ-ċentru tal-Mediterran - biex donnu ma jkollniex x'naqsmu ma' l-oħrajn u ma bdejniex naraw il-perikli li bdew jikbru, jikbru, jikbru min-naħa ta' isfel tal-Mediterran.", "Jien nissuġġerixxi li għandna nkunu ftit iktar intelliġenti u minflok inkunu snobs, koċċuti u injoranti nkunu ftit iktar umani, realistiċi u nagħmlu ftit programmi ta' kooperazzjoni meta l-inkwiet għadu ma faqqax bl-ikrah, imma dejjem jista' jfaqqa'.", "Iktar ma ninvestu u niżirgħu programmi ta' kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Mediterran u iktar ma nżidu l-programmi ta' stabilita' fl-area tal-Mediterran, iktar inkunu nistgħu nattiraw lejna kooperazzjoni ma' dawn il-pajjiżi u anke ma' pajjiżi lil hinn mill- Mediterran.", "Peress li għall-ewwel darba se nġibu hawn Malta ħmistax-il Ministru ta' l- Affarijiet Barranin ta' l-Ewropa flimkien mat-tnax-il Ministru ta' l- Affarijiet Barranin tal-Mediterran ikun tajjeb li nistiednu wkoll lil kbar tad-dinja biex ikunu preżenti bħala osservaturi.", "Jista' jkun hemm min jgħid li dan ma nistgħux nagħmluh għaliex ir-regolamenti huma diġa' stabbiliti.", "Hawnhekk irrid nissottometti li bħala host country għandna kull dritt li jkollna l-ħbieb tagħna hawnhekk.", "U għandna ħbieb, ġewwa ċ- Ċina, per eżempju - u minn hawnhekk nagħti l-kondoljanzi lill-poplu Ċiniż għat-telfa tal-leader kbir tagħhom, Deng Xiaoping - u allura jkun tajjeb li ċ-Ċina tkun preżenti għal dan il-Euro-Med meeting.", "Nixtieq ngħid li anke l-Amerika għandha tkun preżenti biex tosserva dak kollu li jkun għaddej għax hawnhekk qed nitkellmu fuq livell ta' global politics.", "Għalkemm f'Novembru ta' l-1994, qabel ma ħareġ il-mandat sħiħ, u f'Novembru ta' l-1995, meta saret l-ewwel laqgħa f'Barcelona, l-mandat kellu s-security aspect, sussegwentement dan beda jitnaqqas bil-mod il-mod.", "Imma jgħidu x'jgħidu dak is-security aspect bilfors se jibqa' jispikka għaliex is-sigurta' tal-Mediterran ma jistax ikun li tibqa' f'idejn pajjiżi minn barra l-Mediterran biss.", "Se jkollna nidħlu ġo fażi intermedja fejn dik is-sigurta' se jkollha tkun shared bejn pajjiżi barra mill-Mediterran u l-pajjiżi tal-Mediterran.", "Jien għalhekk qed insemmi l-aspett globali ta' din il-Euro-Mediterranean Conference.", "Naħseb li meta wieħed jara d-dimensjonijiet kbar li huma offruti biċ- ċaqliqa li m'aħniex qed inkomplu mexjin lejn full membership ta' l-Unjoni Ewropea u biċ-ċaqliqa l-oħra li rtirajna mill-Partnership for Peace, isib li l-orizzonti huma ħafna ikbar u ħafna iktar imdawlin għal Malta għall- ġejjieni immedjat.", "Rigward il-ġejjieni medium term hemm potenzjal kbir.", "Per eżempju, issa li se jkun hemm il-gas pipeline bejn il-Libja u l-Italja u ma nkunux marbutin bl-energy treaty commitments li ċerti pajjiżi membri ta' l- Unjoni Ewropea huma marbutin bihom, jista' jkollna opportunita' kbira li dan il-pipeline ma jgħaddix mill-ibħra Tuneżini għall-gżejjer Taljani imma jgħaddi minn Malta.", "Għalkemm dan ma japplikax għall-futur immedjat imma għal medium term jagħti wkoll idea ta' x'opportunitajiet oħra jibdew joħorġu fil-qasam ekonomiku u finanzjarju għall-prosperita' taċ-ċittadini Maltin kollha kemm huma.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: F'dawn id-diskussjonijiet li kellna dan l-aħħar ġimgħat ġew diskussi ħafna suġetti ta' interess.", "Pero' l-iktar ħaġa li xtaqt nagħmel riferenza għaliha - din semmiha wkoll il-Prim Ministru nhar l- Erbgħa li għaddew - hija l-kwestjoni tal-proklama li qajjem diversi drabi l-Onor.", "Tonio Borg.", "L-Onor.", "Membru donnu ta x'jifhem li l-Partit Laburista fil-gvern għamel din il-proklama biex xi ħadd jibbenefika minnha jew biex jaġevola lil xi ħadd, li ma kienx il-każ.", "L-ipokresija tan-naħa l-oħra toħroġ iktar meta jerġgħu jipprovaw jinterpretaw ir-rapport li għamel l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika fuq din il-proklama.", "Dan spjega t- teknikalita' li fuqha dawk it-tnejn li ġew akkużati fil-każ tal-mejta Mary Douglas ħadu l-proklama.", "L-Onor.", "Borg jibqa' jgħid li l-Kabinett Laburista donnu ma ħax il-pariri ta' dan ir-rapport.", "Minn hawnhekk jien ngħidlu biex jgħidilna dan il-parir fejn huwa.", "(Interruzzjonijiet) Forsi jgħidilna darba oħra!", "Qed ngħid dan għaliex meta dawn ġew misjuba ħatja fl-1988/89 - din hi t-teknikalita' li semma l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika fir-rapport tiegħu - dak iż-żmien l-artiklu li jitkellem fuq meta jsiru delitti kontra l-anzjani kien għadu mhux emendat fil-Kodiċi Kriminali.", "Din hija t- teknikalita'.", "Ċertament l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika jammetti illi kieku kellu quddiem għajnejh dan il-każ partikolari forsi wieħed seta' jara x'jista' jagħmel, li ma kienx il-każ.", "Meta tara din l-interpretazzjoni, li legalment wieħed għandu jifhimha mill-ewwel - u l-pubbliku għandu jiġi nformat dwarha - wieħed m'għandux jagħmel storja biex jipprova jħammeġ lill-Partit Laburista li għadu jitla' fil-gvern, donnu se jibda jagħmel dawn l-affarijiet bħalma kienu jagħmlu huma bl-iktar mod goff.", "Lill-poplu Malti rridu nfakkruh li taħt Gvern Nazzjonalista kien ingħataw record ta' proklami, anke b'mod skandaluż.", "Biżżejjed insemmu l-każ ta' Queiroz, bniedem li ingħata l-proklama u li kien inqabad b'ammont ta' droga li kien biżżejjed biex iforni lis-suq Malti għal sitt xhur.", "Ikun tajjeb li wieħed ifiehem dawn l-affarijiet lill-poplu Malti u dan biex ma nsemmux ċerti inċidenti li kienu saru taħt Gvern Nazzjonalista u li baqgħu misteri.", "Insejna kemm kien ikun hawn każijiet ta' splużjonijiet ta' bombi meta kien fil-gvern il-Partit Laburista, imbagħad meta sab ruħu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista lanqas biss tressqet persuna waħda l-qorti!", "Jiena nistaqsi: Min jaf x'kienu dawk il-bombi li kienu jkunu bil-mijiet u li kienu jwerwru lill-pajjiż?!", "Smajna ħafna fuq il-każ ta' Raymond Caruana u nafu wkoll li l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, ħass il-ħtieġa li jagħmel investigazzjoni hu.", "Safejn naf jien qatt ma kellna fl-istorja ta' dan il-pajjiż prim ministru Malti li jieħu x-xogħol tal-pulizija u joqgħod jagħmel l-investigazzjonijiet hu minflok jgħaddihom lill-Kummissarju tal- Pulizija.", "Barra minn hekk tajjeb li wieħed jgħid li politiku m'għandu jkollu l-ebda interess dirett fl-investigazzjoni ta' kwalunkwe tip ta' reat u mhux imur qabel il-pulizija fuq ix-xena tad-delitt.", "U hawnhekk jien nistaqsi lil min kien mar fuq ix-xena tad-delitt jekk kenux missew xi ħaġa minn hemmhekk u jekk le humiex lesti li jieħdu affidavit fil-proċeduri li għad iridu jsiru fuq dan il-każ sabiex wieħed jaċċerta ruħu li minn hemmhekk ma kien intmiss xejn.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Psaila Savona qed jiftaħ idejh.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom tinterrompux lil xulxin.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ma qiegħed nitfa' dellijiet xejn.", "Dawn huma fatti li lill-poplu Malti rridu nfakkruhomlu ħalli jkun jaf kif kontu taħdmu intom.", "Niġi issa biex nitkellem fuq każijiet konnessi mad-droga.", "L-Onor.", "Tonio Borg ftaħar - u kellu raġun - li fil-Freeport kien inqabad container bid-droga.", "U jien nistaqsih jekk jafx li qabel ma nqabad dak il- container kien hemm container ieħor mimli bid-droga li ġie identifikat li kien ukoll Malta u reġgħu ħaduh barra minn Malta bid-droga b'kollox.", "Kif dawn il-misteri ġraw dejjem meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil- gvern?!", "Dan il-każ li għadni kemm semmejt huwa dokumentat mill-Interpol.", "U jien nistaqsi: Għaliex meta twaqqfet id-drug squad ma sarx xi ħaġa li biha l-intelligence gathering, jiġifieri l-informazzjoni li tinġabar minn kull sezzjoni, bħall-Armata, id-Dwana u l-Pulizija, tiġi collated f'information centre fil-Korp tal-Pulizija?", "Għaliex meta twaqqfet id-drug squad ma saritx b'tali mod li ċerti nies ikunu wkoll imxerrdin mad- distretti?", "Mhux bilfors li se jkollok dawn it-tip ta' leakages!", "Kemm kien suċċess li l-NDIU taħdem mad-drug squad?", "L-informazzjoni li għandi jien hija li kien hemm anke tfixkil mad-drug squad.", "Allura jekk il-Ministru kien qed jara dawn l-affarijiet għaliex ħallihom isiru?", "Aħna rridu naraw li dawn id-dipartimenti fil-Korp tal-Pulizija, speċjalment id-drug squad, jissaħħu b'tali mod li, kemm jista' jkun, kif qal sieħbi l-Onor.", "Sceberras Trigona, ma jkun hemm l-ebda toqba li tagħti vantaġġ lil min għandu interess biex imexxi d-droga fil-pajjiż.", "U dan qed isir bil-fatti u m'hux nibqgħu nħarsu lejn il-misteri.", "Jien għamilt erba' domandi u dawn wieħed irid jirrispondihom.", "Fiż-żmien il-Partit Nazzjonalista kienu jibagħtu pulizija jagħmlu tfittxija bil-klieb fis-sea terminal, pero' l-klieb ma kenux jibagħtuhom ifittxu fil-bagalji!", "Jiena għandi d-dettalji kollha ta' dawn it-tfittxijiet fiż-żmenijiet reċenti taħt Gvern Nazzjonalista.", "Jiena nistaqsi: Għaliex meta kien jidħol il-vapur bil-Libjani u oħrajn, l- instructions kienu jkunu li joqogħdu 'l barra minn fejn jidħlu l-bagalji?", "Mela d-droga tidħol fl-arja!", "Mhux fil-bagalji tidħol id-droga?!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tinterrompux.", "M'hemmx cross debates.", "Onor. Farrugia kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jidher li l-Onor.", "Psaila Savona mhux qed jifhem il- punt, imma dawn huma fatti.", "Fil-Korp tal-Pulizija hemm nies li huma dedikati ħafna.", "Hemm każijiet - u din hija l-ipokresija Nazzjonalista - ta' pulizija li attendew mhux inqas minn 18-il kors fuq dog handling, imma fejn jidħlu każijiet tad-droga dawn dejjem twarrbu.", "Id-dog section - qed insemmiha għaliex dan huwa qasam importanti fl-investigazzjoni tad-droga u l-isplussivi - hija magħmula minn 28 pulizija pero' dejjem l-istess sitta min-nies jagħmlu x-xogħol.", "Il-pampaluni mhux talli ma jagħmlux ix-xogħol, talli dawk li suppost li qed jagħmlu shift mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m., bil- permess ta' xi ħadd jitħallew imorru jorqdu d-dar ħalli jistrieħu u mbagħad ikunu jistgħu jmorru jagħmlu l-extra duty mid-9.00 p.m. 'l quddiem u x'ħin jidħlu fil-għodu għajjenin jitħallew jorqdu fuq il-post tax-xogħol!", "F'dan is-sens kienu jiġu permessi l-abbużi.", "Dawn huma affarijiet li saru b'mod regolari u din qed ngħidha minn issa biex jekk hemm xi ħadd fil-Korp tal-Pulizija li jidhirlu li jista' jkollu xi free hand, ngħidlu li dawn huma affarijiet li se niġġeldulhom u m'hu se nħallu lil ħadd jabbuża mill-poter jew mill-ħela.", "Il-personnel qiegħed hemmhekk biex jiġi applikat sewwa u la qed insemmu l-personnel ngħid ukoll li jrid ikun hemm id-dinjita'.", "Il-Korp tal-Pulizija taħt in-Nazzjonalisti tħalla jitħammeġ għaliex meta jkollok l-abbużi trid tiġġeldilhom minnufih u jrid ikun hemm rapporti li l-pulizija u l-fizzjali qed iġibu ruħhom b'ċertu dekor u b'ċertu rispett anke bejn ir-ranks.", "Kien hemm każijiet - u ma tteħdux passi għaliex in-nies involuti nzertaw Nazzjonalisti għax kieku kienu Laburisti kieku ssallbu - fejn fizzjali jidħlu fis-sakra, jagħtu l- ordnijiet fis-sakra u qisu ma ġara xejn.", "Dan ma jistax jitħalla iktar u jien persważ li din is-sistema li kienet tirrenja fil-korp se tispiċċa kemm jista' jkun malajr.", "Madam Speaker, xtaqt nagħmel riferenza wkoll għall-iskwadra kontra d- droga li għandha tkun attrezzata aktar fil-ġlieda tagħha.", "Per eżempju, jiena nemmen li din l-iskwadra m'għandux ikollha karozzi ġodda biex kulħadd jarahom għaddejjin bihom, anzi s-sigriet għandu jkun li kemm jista' jkun ikollhom karozzi li jkunu camouflaged u second hand ħalli ma tantx jiġu identifikati għax b'hekk l-investigazzjonijiet isiru aħjar.", "Jiena naf li min imexxi d-drug squad dejjem ta s-suġġerimenti li qed nagħti jien illum.", "Għalfejn din l-iskwadra qatt ma ġiet ipprovduta b'sitta jew tmien karozzi second hand biex ix-xogħol ikun jista' jsir b'mod aktar komdu, milli jkollna ħafna xenxilli u mbagħad ma naslux għal ċerti affarijiet?", "Din hija l-ħela!", "Hawnhekk irrid nirriferi wkoll għall-ħela li hemm fil-Korp tal-Pulizija bħal, per eżempju, ġiri bl-addoċċ bil-karozzi minn nies li lanqas huma mdaħħlin fl-investigazzjoni.", "Alla jbierek dawn dejjem bil-karozzi ġodda, waħda wara l-oħra.", "Ir-rapport tad-Director of Audit jgħid li fl-1995 il- Police Department nefaq madwar Lm187,000 fi fuel biex jopera 315-il karozza.", "Meta l-Awditur ipprova jiċċekkja kif inħela l-fuel, minn 100 logbook erba' biss kellhom din l-informazzjoni.", "U qisu m'hu qed jiġri xejn għal sena wara l-oħra, ħela bl-addoċċ!", "Dan hu li kien qed isir fil-Korp tal-Pulizija riċentement taħt Gvern Nazzjonalista.", "Biex ma ngħidux ukoll li fil-każ tal-ħabs kellu jiġi l-Ombudsman jgħidilna li l-woman's jail is \"a joke\", għax hekk qal, \"daħka\".", "Per eżempju, sibna li dawn f'ċerti postijiet lanqas kellhom arja naturali, dawl u furniture.", "Ir-rapport jitkellem waħdu.", "Madam Speaker, niġi wkoll għall-moħqrija li sofrew il-Laburisti taħt Gvern Nazzjonalists u dan jidher bl-iktar mod ċar.", "Per eżempju, fir- rigward ta' eżami fid-Dwana għall-post ta' inspector of customs - kien twaqqaf selection board ftit qabel l-elezzjoni meta kien għad hemm in- Nazzjonalisti, għax illum ovvjament dawn qegħdin in-naħa l-oħra - għandi lista ta' 29 kandidat, nies kompetenti u kwalifikati imma għax Laburisti baqgħu lura, imbagħad kien hemm oħrajn li ma kenux tajbin daqshom u sabu ruħhom minn ta' quddiem.", "L-istess ġara, per eżempju, fil-qasam ta' l-MSU.", "Fi Project House hemm personnel li jagħmlu xogħol mal-kunsilli lokali u kien hemm każijiet ta' uffiċjali b'rank għoli li għax kellhom twemmin Laburista tawhom xogħol ta' labourers, imbagħad kien hemm min kellu kwalifiki ħafna inqas minnhom u spiċċa jiġri b'karozza tal-kiri, is-Sibt u l-Ħadd b'kollox, bil-petrol li għalih iħallas il-poplu Malti biex ikun jista' joqgħod idawwar lis-sinjura u t-tfal fil-weekends.", "Huwa tajjeb li ngħidu li aħna se nkunu għassa ħalli jekk naraw lil min qiegħed jgħaddi b'xi sistema ta' lussu a skapitu tal- pajjiż jiġi mwaqqaf immedjatament.", "Dawn huma abbużi li kienu jsiru regolarment taħt il-Partit Nazzjonalista.", "Madam Speaker, xtaqt ngħid ukoll xi ħaġa fuq il-qorti, speċjalment fuq is- sistema tal-master.", "Din hija sistema li bilfors kellu jgħaddi ċertu żmien biex wieħed jara kif taħdem.", "F'ċerti pajjiżi bħall-Ingilterra din is- sistema tidher li taħdem b'ċertu mod u hawn Malta għalkemm m'ilhiex li bdiet titħaddem nafu li għandha l-weaknesses tagħha u nafu wkoll li biex ikollok l-ewwel hearing ta' każ iridu jgħaddu kważi sena u nofs.", "Jiena m'iniex qed inwaħħal fl-Imħallef Arrigo li jippresidi għaliex għandi rispett kbir lejh - jaħdem daqs iljun u Allaħares m'hemmx hu - imma jekk ikollok l-ewwel hearing wara sena u nofs bilfors li l-kawża jkollha tiġi differita b'erba' xhur biex ikollok it-tieni hearing.", "Dawn huma affarijiet li wieħed għandu jarahom u jidħol aktar fil-fond fuq din is-sistema.", "Diġa' sar pass għaqli mill-Gvern Laburista li daħħal il-konċett tal-family court u nisperaw li dan jibda jaħdem kemm jista' jkun malajr.", "Ħaġa li wieħed għandu jara wkoll hija l-kwestjoni tan-notifiki lill- ġurati u lill-imputati fil-qrati ta' l-appell preseduti minn imħallef wieħed.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li nerġgħu nintroduċu s-sistema tal- posta reġistrata għal dawn in-notifiki, imbagħad f'każijiet ta' notifiki negattivi jintbagħat il-marixxal.", "Qed ngħid dan għaliex meta jkun hemm lista ta' xi 200 ġurat biex jiġu notifikati, il-marixxalli jispiċċaw litteralment jitkissru.", "Madam Speaker, qabel ma niġi biex nagħlaq dan l-intervent tiegħi nixtieq nappella lil kulħadd sabiex inħarsu 'l quddiem.", "Hemm ħafna x'wieħed jagħmel biex dan il-pajjiż jerġa' jqajmu fuq saqajh.", "Hemm bżonn li tidħol iktar dixxiplina u serjeta' fil-pajjiż u kulħadd għandu jagħmel il-parti tiegħu biex dan il-pajjiż għat-tieni darba wara disa' snin u nofs jerġa' jibda jieħu nifs mill-ġdid bl-iktar mod seren.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Madam Speaker, matul dawn il-ġimgħat li ilna għaddejjin bid-diskussjoni dwar il-budget, l-Oppożizzjoni tat l-impressjoni li dak kollu li sar fiż-żmien l-Amministrazzjoni tagħha kien kollu tajjeb u dak li ġie ppreżentat fl-ewwel budget ta' din l-Amministrazzjoni mill-ewwel qbadna t-triq għan-niżla.", "Hija t-tattika ta' l-Oppożizzjoni li tipprova ddawwar il-likk lejn in-naħa tagħha.", "Dan illum drajnih u nistgħu ngħidu li din it-tattika m'għadhiex titwemmen.", "Ir-riżultat ta' l-aħħar elezzjoni juri li l-poplu m'għadux jemmen aktar lill-Partit Nazzjonalista u hekk se jibqa'.", "Il-budget li ġie ppreżentat din id-darba, l-ewwel wieħed f'din l- Amministrazzjoni, huwa maħsub biex jagħti ħajja ġdida sewwa lill-qasam ta' l-ekonomija, dak soċjali u dak politiku, tliet oqsma li huma importanti ħafna fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Niġu għall-mission statement.", "Jien mhux se noqgħod ngħid għaliex dan huwa bl-Ingliż u mhux bil-Malti.", "Qabel kienu jsiru bl-Ingliż ukoll u jien hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-Oppożizzjoni minn meta qalbhom bdiet taħraqhom daqshekk għall-Malti, għax ma nafx fejn kien se jasal l-ilsien Malti li kieku baqgħu huma!", "Dak huwa suġġett li xi darba għad irridu niddiskutuh ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Kien fi kriżi hux!", "Naħseb li huma qegħdin fi kriżi!", "(Onor. Membri: hear hear)", "Meta wieħed jara dawn il-mission statements isib li ġew imfassla bi pjan serju, qegħdin mibnija biex jaqdu l-ħteġijiet tal-poplu u qegħdin hemmhekk ukoll biex jibdew isolvu l-aktar problemi akuti li jinsab fihom pajjiżna.", "Bilfors kellu jsir hekk għax meta wieħed jistaqsi x'inhu r-record tal- Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern isib li huwa record wieħed mimli bi problemi ekonomiċi li sallbu lil pajjiżna.", "U b'dispjaċir ikolli ngħid li b'konsegwenza ta' dan kollu llum kulħadd ikollu jerfa' dan il-piż li ġie mtaqqal minħabba diversi affarijiet.", "Ġie mtaqqal minħabba l-fatt li hemm eluf ta' liri li ġew investiti fi proġetti li ma tawx il-frott li wieħed kien qed jistenna, hemm ukoll eluf ta' liri li għosfru fil-baħħ u hemm ukoll il-piż li ġie mtaqqal minn telqa u traskuraġni, b'riżultat li anke maż-żmien beda jintilef kull sens ta' dixxiplina fit-tmexxija.", "Minħabba nuqqas ta' pjan serju anke fl-iżvilupp, jekk nieħdu biss il-qasam tad-djar naraw li din il-problema tant kibret li llum saret kriżi nazzjonali.", "Imbagħad nistaqsi jiena: Min hu mingħajr viżjoni, l-Oppożizzjoni li tat riżultat fjask f'kull settur li misset miegħu, jew inkella Gvern Laburista li f'dan il-budget diġa' ħa fil-konsiderazzjoni tiegħu l-interessi ta' units ekonomiċi u diġa' rabathom mal-bżonnijiet ġenerali tal-poplu tal- pajjiż?", "Nixtieq insemmi settur li kont naħdem fih jiena li huwa mera tal- falliment tat-tmexxija tan-Nazzjonalisti u juri wkoll anke l-ineffiċjenza li kien hemm anke tan-nies li kellhom.", "Meta kien hemm id-dibattitu dwar l-edukazzjoni l-Oppożizzjoni ftaħret kemm għamlet refurbishing u tiswijiet fl-iskejjel statali, u hekk għandu jkun.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel ma' din il-ħaġa.", "L-iskola li kont fiha jien messha x-xorti li tingħata lagħqa żebgħa u tibjida.", "Issa hawnhekk se ngħid kemm bqajt skandalizzata bit-tmexxija tal-maintenance.", "Biex tbajdet skola li kien fiha biss 12-il klassi, żewġ kurituri u ndana ħadu sitt xhur!", "Meta kont inċempel lit-taqsima tal-maintenance dejjem kienu jġibuli l-iskużi kollha pero' l-iktar darba li xxokkjajt ruħi kien meta darba wieħed minnhom kellu l-wiċċ jgħidli - dawn kienu nies li poġġew hemm in-Nazzjonalisti - li għandi nagħlaq għajn waħda għax peress li l-paga ta' dawn il-ħaddiema m'hijiex għolja dawn imorru jagħmlu xi ħaġa oħra.", "Jiena m'iniex kontra l-fatt li l-ħaddiema jmorru jagħmlu xi ħaġa oħra imma, meta suppost li waqt il-ġurnata tagħhom dawn ikunu qed jagħmlu dan ix- xogħol l-iskola u huma mħallsin minn flus il-poplu, nistenna li għallinqas jiġu jagħmlu nofs ta' nhar xogħol u mhux ma kont narahom imkien.", "Kif tridu li jkun hemm is-serjeta' u kif nistgħu nwaħħlu fil-ħaddiem meta min kien responsabbli kien qed jiftaħ il-bibien għall-korruzzjoni!", "Aħna dejjem nikkundannaw lil dawn il-ħaddiema pero' rridu nikkundannaw lil kulħadd għax il-ħażin kien qed isir kullimkien.", "Minbarra l-qasam fiżiku ta' l-edukazzjoni - jien naqbel li dan għandu jkun tajjeb għax jorbot ħafna mat-tagħlim - nixtieq nagħmel xi kummenti dwar ir-rapport li ħareġ dwar l-eżamijiet tal-Junior Lyceum.", "Irrid ngħid li r-riżultati li nkisbu matul is-snin ma jirriflettix ix-xogħol, id- dedikazzjoni u l-ħidma ta' l-għalliema.", "Jiena ilni ngħallem 21 sena u naf x'jiġifieri t-taqtigħ ta' qalb u t-tensjoni li jgħaddu minnha l-għalliema biex iwasslu t-tfal għall-eżami.", "L-eżami ma jiddependix biss fuq dak li jkunu għallmu l-għalliema imma hemm ħafna fatturi li jistgħu jgħinu jew jistgħu jtellfu.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li titfa' lit-tfal lura fl-eżamijiet hija t-tensjoni li taħkimhom meta dawn jersqu għall- eżami.", "Ħaġa li jiena ma narahiex li qed tirrifletti eżattament xi jsir fl- iskejjel huwa li ssib tfal li minkejja li tagħtihom il-parir biex ma joqogħdux għal dan l-eżami, xorta waħda jkunu jridu joqogħdu.", "Qed ngħid dan għax ħafna drabi jiġri li meta jibdew joħorġu l-persentaġġi ta' kemm tfal għaddew minn \"dik\" l-iskola u mill-iskola \"l-oħra\" nsibu illi li kieku nħallu lil dawk it-tfal biss li huma kapaċi jersqu għall-eżami insibu skejjel li dawn ikollhom passes kważi ta' 100%.", "Allura ma noqogħdux niddentifikaw xi skejjel partikolari, huma min huma, u ngħidu li huma aħjar minn skejjel oħrajn.", "Ladarba semmejt dan is-settur - kif qiegħed isir anke mill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, l-Onor.", "Evarist Bartolo, li diġa' ħa t-tfassil tal-curriculum bis-serjeta' - nixtieq nagħmel appell dwar is-suġġetti li joqogħdu għalihom it-tfal.", "Dak li qegħdin jitgħallmu t-tfal bħalissa ma nafx fejn qiegħed iwassalhom eżattament.", "Qiegħed iħallihom neqsin minn ħafna affarijiet.", "L- iktar ħaġa li qegħdin insostnu fuqha hija l-kreattivita' li lil dawn it- tfal tista' tagħmilhom iktar indipendenti u li għada pitgħada tista' tgħinhom anke biex jaqbdu l-karriera tagħhom.", "Hemm bżonn li lit-tfal innaqqsulhom it-tensjoni li għandhom billi noffrulhom xi ħaġa li iktar tiġbidhom lejn l-iskola ħalli jkunu jistgħu jitgħallmu.", "Minkejja li hemm ħafna setturi li nixtieq nitkellem dwarhom, il-ħin huwa qasir pero' nixtieq nitkellem ftit dwar in-nisa.", "Meta llejla l-Onor.", "D'Amato tkellmet dwar dan il-qasam donnha riedet tagħti l-impressjoni li s- suġġett tal-mara Gvern Laburista kien jieħdu ħafif ħafif, qisna konna qegħdin ngħaddu l-liġijiet biex nakkomodaw lin-nisa, u t-tibdil kollu li sar huwa dovut għall-Gvern Nazzjonalista li waqqaf il-Kummissjoni.", "Imma qegħdin 'il bogħod ħafna minn hekk!", "Tajjeb li ngħidu hawnhekk li qabel ma noqgħodu nitkellmu dwar drittijiet, wieħed għandu jara u jifhem x'kienet il- qagħda tal-mara u x'għamel il-Gvern Laburista biex lill-mara taha r-ruħ u taha d-dinjita'.", "Tajjeb li nfakkru li sa snin ilu - u mhux 'il bogħod - jekk il-mara kienet tinqabad tagħmel adulterju, bħalma kien jagħmlu r- raġel, minħabba li l-figura tagħha, minħabba li l-gender tagħha jidher aktar minn ta' raġel, jekk kienet tinstab ħatja kienet tista' tintefa' sa 20 sena ħabs.", "Mhix ċajta 20 sena ħabs!", "Jiġifieri kienet iġġorr is-salib kollu hi.", "U x'għamel il-Gvern Laburista?", "Minn att kriminali dan biddlu għal wieħed ċivili.", "Jekk mara kien ikollha tfal barra ż-żwieġ, dawn it-tfal ma kellhom drittijiet ta' xejn.", "Dawn it-tfal għall-omm biss kienu jeżistu imma quddiem is-soċjeta', għal-liġi Maltija, ma kellhom l-ebda dritt.", "Din hija ħaġa oħra li biddel il-Gvern Laburista u ħa passi biex lil dawn it-tfal jagħtihom l-istess drittijiet bħalma għad għandhom dawk it-tfal li jitwieldu fiż-żwieġ.", "Jekk insemmu dawn iż-żewġ liġijiet biss, dan ukoll jurina b'liema impenn daħal il-Gvern Laburista biex jgħolli l-livell u jagħti d-dinjita' lill-mara Maltija.", "(Onor. Membri: Hear hear)", "Reġgħet issemmiet ukoll il-liġi ta' l-1974 u ntqal li l-Gvern Laburista kien diskriminatorju mal-mara.", "Ejjew ma ndawrux fatti!", "Aħna għandna nistudjaw il-fatti fiċ-ċirkostanzi tagħhom, u anke l-liġijiet.", "U dak iż- żmien minħabba kif kienu l-fatti storiċi, bilfors li kellu jsir hekk.", "Wieħed irid jiftakar li f'dawk iż-żmenijiet kien qed isir ċertu taqlib u bilfors riedu jittieħdu miżuri sabiex kulħadd ikun jista' jiekol biċċa ħobż.", "Meta mbagħad l-ekonomija ssaħħet bis-saħħa ta' l-għaqal ta' Gvern Laburista, il-liġijiet tbiddlu.", "X'ma tax il-Gvern Laburista?", "Iċ- children's allowance?", "Il-maternity leave?", "Il-maternity benefits?", "Kien hemm lista sħiħa minn dawn, u nistgħu nibqgħu sejrin sal-ġurnata tal-lum.", "Il-Gvern Laburista se jibqa' bir-record f'idejh li kien hu li ta l-forza u s-saħħa lill-mara Maltija.", "Gvern Laburista, minkejja li huwa konxju tal-problemi kbar eżistenti, xorta waħda ressaq budget li se jkun il-bidu tat-triq sabiex pajjiżna jaqbad it-triq ta' l-istabilita' ekonomika.", "Dan huwa budget fejn l-infiq ta' flus il-poplu se jsir bil-għaqal f'investiment mingħajr tbatija żejda fuq iċ-ċittadin.", "B'dan il-budget il-Gvern Laburista wera li mill-ewwel irid isaħħaħ il-ġustizzja u d-demokrazija f'kull qasam tal-ħajja.", "Il-ġid, it-tagħlim, il-kultura, is-saħħa, u l-impenn politiku fil-fora internazzjonali sabiex Malta tkompli miexja bil-politika ta' newtralita' u non-allinjament u bis-sehem tagħha għall-paċi fil-Mediterran, b'dan kollu jridu jkomplu jifirxu għeruqhom biex b'hekk iċ-ċittadini kollha jieħdu sehem aktar sħiħ fil-ħajja ta' madwarhom.", "Ladarba semmejt il-politika ta' non-allinjament - u aħna nagħmlu parti mill-moviment li jġib l-istess isem - nixtieq nirriferi għall-parti minn diskors li kien għamel il-President tal-Colombia Samper fil-11-il summit li seħħ fl-1995 fejn fost affarijiet oħra kien qal hekk:", "\"I have often been asked during this last year what is the point of continuing with the movement if the end of the cold war should also mean the end of the non-alignment.", "My answer has always been that, yes, the cold war is over but this fact has not marked the end of poverty in the world.", "It has not removed the problems of the environment which we face, nor has it put an end to the concerns of our productive sectors and my answer has also been that on the contrary the collapse of the barriers which use to separate two worlds has marked the beginning of a new division in the world.", "We firmly believe that the people must be the nucleus of our movement to be stronger, more legitimate and more democratic.", "The Non- Aligned Movement must draw closer to our people.", "The citizens of all the countries must be the protagonists of the non-alignment at the end of this century and the beginning of the next millennium.", "Our objective as a movement must be the welfare of human beings, a people who have the right not to be aligned with poverty, not to be aligned with suffering, not to be aligned with pollution, not to aligned with drugs.\".", "Din hija l-politika li jemmen fiha l-Gvern Laburista u li beħsiebu jkompli jaħdem għaliha matul is-snin li ġejjin.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U hawnhekk nixtieq nispiċċa billi nagħmel appell lill-poplu kollu u ngħidlu li Malta tista' tkun ferm aħjar u kull wieħed u waħda minna għandna naħdmu għal dan l-impenn jekk tassew ilkoll kemm aħna nħobbu lil art twelidna.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni.", "Nirringrazzja lill- kelliema kollha tal-lum.", "Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1997 kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta'Jannar 1997, din id- division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fid-9.30 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija r- Riżoluzzjoni dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1997 kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Għandi nifhem li hawn xi ftehim dwar il-pairing?", "Il- Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien informajt lill-Oppożizzjoni li l- Onor. Mintoff jinsab indispost.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, bl-istess arranġament li spjegajna fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, l-Onor.", "Mintoff se jiġi paired ma' l-Onor.", "John Vella.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jekk jogħġbu jsejjaħ l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri.", "VOTAZZJONI NRU.", "21", "FAVUR: 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia | | |Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles| |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred| |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA: 33", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona | | |Joe | |De Marco |Pullicino | |Guido |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | | | | |", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1997) tqies li nqara l-Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 82.", "Kopja ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kienet tqassmet lill-Onor.", "Membri waqt is- Seduta Nru. 33 tad-19 ta' Frar, 1997.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il- Kamra tgħaddi mingħajr diskussjoni għax-xogħol li baqa' dwar l- Approprjazzjoni għas-sena 1997.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (1997)", "APPROPRIATION (1997) BILL", "MADAM SPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni skond l-Ordni Permanenti Nru. 82 u bis-saħħa tal-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar 1997, jistgħu jittieħdu l-istadji kollha fl-istess seduta.", "Il-Ministru tal-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1997.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1997).", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall- approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u tliet miljuni, disa' mija u sebgħa u ħamsin elf, mija u wieħed u ħamsin liri Maltin għas- servizz tas-sena finanzjarja 1997\" ikun moqri t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1997) inqara t-Tieni Darba.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 se ngħaddi biex inpoġġi l-mistoqsija fuq kull klawsola ta' dan l-Abbozz ta' Liġi mingħajr diskussjoni.", "Klawsola 2 u l-Iskeda, klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sinjura President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni 1997.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall- approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u tliet miljuni, disa' mija u sebgħa u ħamsin elf, mija u wieħed u ħamsin liri Maltin għas- servizz tas-sena finanzjarja 1997\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1996", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 1996", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar 1997, il- Kamra issa tgħaddi għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Supplimentari għas- sena 1996 fl-istadji kollha.", "Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sinjura President, għandi Messaġġ mingħand il- President ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President:", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux iżjed minn dsatax-il miljun, seba' mija u tlett elef u seba' liri Maltin (Lm19,703,007) għas-servizz tas-sena finanzjarja 1996 kif dettaljata fl-Iskedi hawn mehmuża.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Abbozz ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "21 ta' Frar 1997", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l- Estimi Supplimentari 1996, kif dettaljata fl-Iskedi hawn mehmuża.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 din id- division tittieħed issa stess.", "Għandi nifhem li għal din id-division hemm l-istess arranġamenti li kien hemm għad-division ta' qabel, jiġifieri li l-Onor.", "Mintoff ikun paired ma' l-Onor.", "John Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "22", "FAVUR: 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia | | |Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles| |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred| |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian| |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA: 33", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona | | |Joe | |De Marco |Pullicino | |Guido |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "Kopja ta' l-Iskedi msemmija fil-Mozzjoni kienu tqassmu lill-Onor.", "Membri waqt is-Seduta Nru. 33 tad-19 ta' Frar, 1997.", "Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1987 il-Kamra għaddiet mingħajr diskussjoni l-istadji li kien baqa' dwar l-Estimi Supplimentari.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, nipproponi:", "Illi somma ta' mhux iżjed minn dsatax-il miljun, seba' mija u tlett elef u seba' liri Maltin (Lm19,703,007) addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Voti kif dettaljati fl-Iskedi annessi għas-sena finanzjarja 1996.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjoni ġiet approvata mill-Kumitat ta' Provvista.", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 1996 (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82)", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sinjura President, nipproponi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn dsatax-il miljun, seba' mija u tlett elef u seba' liri Maltin addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat taħt il-Voti speċifikati fl-Iskedi approvati mill-Kumitat ta' Provvista; u", "Illi l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie meqjus li nqara l-Ewwel Darba skond Ordni Permanenti Nru. 82.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1996)", "SECOND (1996) APPROPRIATION BILL", "MADAM SPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni u bis-saħħa tal-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 jistgħu jittieħdu l- istadji kollha fl-istess seduta.", "Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (1996).", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall- approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn dsatax-il miljun, seba' mija u tlett elef u seba' liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1996\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 se ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija fuq kull klawsola ta' dan l-Abbozz ta' Liġi mingħajr diskussjoni.", "Klawsola 2 u l-Ewwel Skeda, Klawsola 3 u t-Tieni Skeda, Klawsola 1 u t- Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.55 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (1996).", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall- approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn dsatax-il miljun, seba' mija u tlett elef u seba' liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1996\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjakom.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Frar, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - it-Tieni Qari (Kont.).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Frar, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.57 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WSC - TALBIET PENDENTI", "2719.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet għas-servizz ta' l-ilma li għandha pendenti il-Water Services Corporation raħal b'raħal?", "Kemm minn dawn it-talbiet ilhom pendenti aktar minn sena?", "Kemm minnhom ilhom pendenti għal iktar minn sitt xhur?", "Fiż-żewġ każi f'liema lokalitajiet jinstabu dawn it-talbiet?", "X'wassal għal dan id-dewmien biex jingħata s-servizz ta' l-ilma f'dawn il-każi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġabret l-informazzjoni mitluba dwar is-servizzi ta' l-ilma.", "(i) SERVIZZI ĠODDA PENDENTI F'KULL LOKALITA FEJN HEMM IS-SISTEMA TAD- DISTRIBUZZJONI INSTALLATTA", "Dawn ilhom pendenti inqas minn tlett xhur.", "Balzan 1 Marfa 1 San Gwann 1 Qormi 2 Zurrieq 1 Bahar ic-Caghaq 1 Kirkop 1 Dingli 1 Santa.", "Venera 1 Rabat 1 Paola 1 Sta.", "Lucija 1 Ghaxaq 2 Gharghur 1 Pembroke 2 Qawra 2 Birkirkara 4 Marsascala 2 Siggiewi 4 Zebbug 4 Mgarr 3 Marsaxlokk 1 Tarxien 1 Swieqi 1 Hamrun 3 Birzebbugia 3 San Pawl il-Bahar 1 Mqabba 1 Kappara 1 Mosta 5 Kalkara 3 Naxxar 1 Bugibba 2 Fgura 3 Mellieha 6 Total 67", "(iia) SERVIZZI ĠODDA FEJN M'HEMMX IS-SISTEMA TAD-DISTRIBUZZJONI INSTALLATA:-", "Dawn l-applikazzjonijiet ilhom iktar minn sena:-", "Attard 11 Qormi 7 Birkirkara 11 Qrendi 1 Birzebbugia 9 Safi 1 Dingli 2 San Gwann 3 Fgura 3 Siggiewi 6 Ghaxaq 8 San Giljan 2 Gudja 1 Santa Venera 5 Hal-Far 1 San Pawl il-Bahar 10 Lija 2 Ta' Xbiex 2 Marsascala 13 Xghira 2 Marsaxlokk 3 Zabbar 8 Mellieha 9 Zejtun 5 Mqabba 1 Zurrieq 4 Mriehel 1 Zebbug 1 Msida 2 TOTAL 134", "(iib) DAWN L-APPLIKAZZJONIJIET ILHOM AKTAR MINN SITT XHUR:-", "Attard 7 Naxxar 1 Birkirkara 2 Qormi 1 Fgura 1 Siggiewi 2 Ghaxaq 1 Santa Venera 1 Manikata 1 Tarxien 1 Marsascala 7 Zabbar 4 Marsaxlokk 2 Lija 1 Mosta 2 Zejtun 1 Mellieha 4 Zurrieq 1 Mgarr 1 TOTAL 41", "(iii) TISWIJIET FUQ SERVIZZI MINĦABBA LEAKAGES:-", "Xogħlijiet pendenti xejn.", "(iv) XOGĦLIJIET TA' BDIL TA' SERVICES FUQ TALBIET TA' KONSUMATUR:-", "(a) applikazzjonijiet pendenti aktar minn sena xejn.", "(b) applikazzjonijiet pendenti aktar minn 6 xhur:6.", "Erbgħa minn dawn l- każijiet jikkonċernaw il-Housing & Construction Maintenance Department, filwaqt li tnejn l-oħra il-konsumaturi ipposponew dawn is-servizzi.", "Bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha madwar 45 kilometri ta' estenzjonijiet ta' mains fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l- ilma, li huma mifruxa ma' Malta kollha u li għadhom pendenti.", "Dawn ma sarux minħabba li l-prijorita teknika kienet li tintensifika l-proġett ta' telf ta' l-ilma b'tiftix u tiswijiet tal-ħsarat fil-mains; xogħlijiet biex tissaħħaħ il-provvista u proġetti li jkabbru l-flessibilita' tas-sistema tad-distribuzzjoni.", "Fattur ieħor ta' konsiderazzjoni huwa l-istat ta' toroq ġodda li m'humiex livellati u fformati.", "Meta t-toroq jkunu f'dan l-istat il-korporazzjoni ma tinstallax mains ġodda minħabba l-periklu ta' ħsarat waqt ix-xogħlijiet tal- formazzjoni tat-toroq.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - PUMPING STATION", "2720.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi ripetutament qed jasluli ilmenti dwar irwejjaħ (gases) li qed joħorġu mill-pompa tad-drenaġġ ta' ħdejn l-iskola San Pawl il-Baħar (tal-għażżenin), jista' l-Ministru jekk jogħġbu jieħu l-passi neċessarji biex din il-pompa (b'mod partikolari minħabba l-fatt li tinsab ħdejn l-iskola) ma tibqax toħloq inkonvenjenti bl-irwejjaħ li qed toħroġ?", "Kull kemm żmien isiru spezzjonijiet fuq din il-pompa?", "X'riżultati taw dawn l-ispezzjonijiet?", "X'tibdil hu mistenni li jsir f'dan il-lokal?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-ġranet li ġejjin, id-dipartiment beħsiebu iniedi xogħlijiet biex isiru ventijiet tul il-medda ta' katusi li jwasslu d- drenaġġ għall-pumping station ta' ħdejn l-iskola ta' San Pawl il-Baħar.", "Il- ħsieb wara dawn ix-xogħlijiet hu biex jinstab rimedju għall-gassijiet li qed jaslu fil-pumping station u li qed jikkawżaw l-inkonvenjent imsemmi.", "Il-pompi li huma nstallati f'din il-pumping station kif ukoll il- kumplament tal-impjant jiġu spezzjonati regolarment.", "Hemm ukoll allokati numru ta' għassiesa ma' din il-pumping station biex f'każ ta' ħsara teknika, dawn jinformaw immedjatament is-sezzjoni tal-pompi biex it- tiswijiet neċessarji jsiru fl-iqsar żmien possibbli.", "Fil-futur qarib, id-dipartiment beħsiebu jżid il-kapaċita' ta' din il- pumping station biex b'hekk tkun tista' tirċievi volum akbar ta' drenaġġ mill-inħawi.", "Ix-xogħlijiet konnessi ser jinkludu t-tibdil ta' pompi u makkinarju u alterazzjonijiet fis-sentina tal-bini.", "Se jittieħdu passi wkoll biex jitrażżan il-ħruġ ta' gassijiet fl-inħawi.", "PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP", "2732.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pulizija (nisa u rġiel separatament) li qed jaħdmu bħalissa fil-Korp tal-Pulizija?", "F'liema gradi jinsabu impjegati dawn il-pulizija?", "F'liema distretti tal- pulizija huma impjegati dawn il-pulizija?", "Billi dan l-aħħar intqal li l-għassa tal-pulizija ta' Ħal Lija mhux se tinfetah, jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid liema għases oħra mhux mistennija li jinfetħu, u jekk inhu l-każ liema għases hu mistenni li jingħalqu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-Korp tal-Pulizija hemm 204 nisa u 1645 irġiel.", "Dawn huma stazzjonati kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2454.", "UK - DEPARTMENT OF TRANSPORT", "2975.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li ppreparaw l-esperti Ingliżi mill-United Kingdom Department of Transport dwar t-training u t-testing tax-xufiera u wkoll dwar it-testing tal-vetturi li għandna, jew li jista' jkollna fit-toroq Maltin?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li r-rapporti li qed isemmi l- Onor. Interpellant għadhom qed jiġu evalwati u għalhekk inħoss li għadu kmieni wisq biex dawn ir-rapporti jiġu ppublikati.", "PUMPING STATIONS", "2976.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema areas ta' Malta u Għawdex is-sistema tad-drenaġġ għandha bżonn pompi biex tkun tista' taħdem b'mod tajjeb?", "Kemm hu n-numru ta' pompi nvoluti fis-sistemi differenti (lokal lokal)?", "Kemm hu n-numru ta' persuni li jieħdu ħsieb dawn il-pompi lokal lokal?", "Il-persuni li qed jagħmlu x-xogħol marbut ma' dawn il-pompi, xi grad huma mpjegati fih?", "X'żieda ta' personnel hu mistenni li jkun hemm f'dan il-qasam matul ix-xhur li ġejjin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-pumping stations li hawn jaħdmu bħalissa hawn Malta jammontaw għal 59.", "Dawn jinstabu fil-lokalitajiet hawn taħt imsemmija: Ċirkewwa, Mtarfa, Għadira.", "Gerbulin, Selmun, Manikata u Għajn Żnuber limiti tal-Mellieħa, Pwales, Fekruna, Steps Street, Għażżelin, tax-Xama, Sirens, Buġibba u Kennedy Grove limiti ta' San Pawl il-Baħar, Mġarr, Rabat, Mosta, San Pawl tat-Tarġa, Attard, Dingli u Dingli HOS, limiti ta' Ħad-Dingli, Ta' Srina limiti ta' Ħaż-Żebbuġ, Siġġiewi u Ħandaq limiti ta' Ħal-Qormi.", "Baħar iċ- Ċagħaq, Pembroke, San Ġwann,San Ġorġ, Paceville, Cavallieri u Glenfel Street, limiti ta' San Ġiljan, Ta' Xbiex, Gżira, Msida u Pieta', Marsamxett, Dar il-Mediterran u Lascaris limiti tal-Belt, Marina Street, Fisherman Street, Ta' Ċejlu, Marsa, Shipbuilding 1 u Shipbuilding II limiti tal-Marsa.", "Għajn Dwieli, Birgu, Kalkara, Rinella, Xgħajra u Wied Għammieq limiti tax-Xgħajra, Żabbar, Għaxaq, Żurrieq, B'Buġia, M'Xlokk u l-Qajjenza limiti ta' B'Buġia, Wied il-Għajn u s-Siberia limiti ta' Wied il-Għajn.", "Ta' min isemmi li b'kollox, f'dawn il-pumping stations, hemm installati 128 pompa.", "In-numru ta' persuni li jaħdmu bħala attendants fissi ġewwa wħud mill- pumping stations jammonta għal 61 u dawn qegħdin fil-pumping stations hawn taħt imsemmija: Għajn Znuber, Manikata, Pwales, Tax-Xama, Gżira, Marsa, B'Buġia, Wied il-Għajn, M'Xlokk u Wied Għammieq.", "Ma' dawn wieħed irid iżid 99 persuna oħra li jagħmlu xogħlijiet ta' tiswija u manutenzjoni kif meħtiega fil-pumping stations kollha hawn fuq imsemmija.", "Il-gradi tan-nies kollha f'din is-sezzjoni tad-dipartiment jinkludi inġiniera, uffiċjali tekniċi, ħaddiema tas-sengħa u ħaddiema operattivi.", "In-numru ta' personnel li jaħdmu fuq dan ix-xogħol jiġi stabbilit skond l- esiġenza tax-xogħol biss.", "Għalissa m' hemm l-ebda ħsieb li dan jinbidel.", "MALTA RACING CLUB - PRESIDENT TAL-POLO", "3041.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm raġuni għaliex il-President tal-Polo li hu membru ġdid fil-Kunsill tal-Malta Racing Club ma marx għall-Press Conference?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li l-membru msemmi ma attendiex għall-Press Conference minħabba raġunijiet ta' saħħa.", "MALTA RACING CLUB - MEMBRU FIL-KUNSILL", "3042.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li persuna li isimha qed jintbagħat separatament trid xogħol fulltime b'kuntratt filwaqt li hija ukoll membru fil-Kunsill tal-Malta Racing Club?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din hi materja li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kumitat.", "Il-persuna indikata għalkemm hi membru tal-Kumitat għandha kull dritt bħala ċittadin li tfittex xogħol fejn ikun hemm opportunita' ta' mpieg.", "MALTA RACING CLUB - PRO ĠDIDA", "3043.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-PRO il-ġdida u membru fil-Kumitat tal-Malta Racing Club li isimha qed jintbagħat separatament mill-ewwel ħadet il-post tal-PRO ta' qabel mingħajr ma' ġiet imqarr informata l-impjegata ta' qabel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ħatra tal-PRO fil-Kumitat il-ġdid tħabbret pubblikament waqt Press Conference li saret fit-3 ta' Frar 1997.", "Il- persuna indikata bdiet ix-xogħol ta' PRO fl-4 ta' Frar 1997, jiġifieri l- impjegata ta' qabel kienet konxja ta' din il-ħatra.", "TRIBUNAL TA'ARBITRAĠĠ", "3169.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress li fid-diskors tal-budget il-Ministru qal li kien ġie ddentifikat post fil-Belt għat-Tribunal ta' Arbitraġġ, jista' l-Ministru jgħid fejn hu dan il-post u hux proprjeta tal-Gvern?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-post li ġie identifikat għat-Tribunal ta' Arbitaġġ huwa 33, Triq Nofsinhar, il-Belt.", "Il- bini huwa propjeta' tal-Gvern.", "JUDICIAL STAFF SALARIES", "3170.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu maħsub li tintnefaq iż-żieda ta' Lm250,000 fil-Vot 33/12 Judicial Staff Salaries fl-Estimi?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iż-żieda li tidher taħt il-vot imsemmi se tagħmel tajjeb għall-allowances fis-salarji tal-ġudikatura għal salarji ta' diversi impjegati ġodda fil- Qorti kif ukoll għal xi allowances li jridu jitħallsu bħala riżultat tar- riforma fis-Servizz Pubbliku.", "WATER SERVICES CORPORATION - SUR RAY VELLA", "3171.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-Sur Ray Vella Chairman tal-Water Services Corporation huwiex l-istess persuna li direttament jew permezz ta' kumpannija proprjeta' tiegħu, għamel xogħol ta' elettriku u/jew ilma fil-bini taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-Sur Ray Vella li ġie maħtur Chairman tal- Water Services Corporation hu propjetarju tad-Ditta Ray Vella & Co. li għamlet xi xogħlijiet fil-bini tac-Ċentru Nazzjonali Laburista bħal ma għamlu diversi kuntratturi oħrajn, wara li dan il-kuntrattur rebaħ tender pubblika għax-xogħlijiet li għamel.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI - SINDKI GĦAWDXIN", "3172.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema sindki Għawdxin ltaqa' l-Onor.", "Segretarju Parlamentari għal Għawdex sal-31 ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sal-31 ta Jannar 1997, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex ltaqa mas-Sindki Ghawdxin kollha.", "KUNSILLI LOKALI", "3173.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress li fil-programm elettorali tal-MLP intqal li \"l-Kunsilli Lokali jingħataw rappreżentanza fuq il-bord tal-korporazzjonijiet statali li jipprovdu servizz essenzjali\" (p.e.", "Awtorita' ta' l-Ippjanar, Enemalta, Telemalta eċċ.) jista' l-Ministru: (1) jagħti lista tal-korporazzjonijiet kollha li fihom se jkunu rappreżentati l-kunsilli lokali; (2) jindika kif u minn min se jiġi nominat ir-rappreżentant; (3) meta hu maħsub li tiġi implimentata l-proposta?", "Kemm-il darba l-Ministru għadu mhux f'pożizzjoni li jagħti risposta għax qed isir xi studju jew konsultazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu proġettat li l-istudju jispiċċa u jkun hemm proposti konkreti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nassigura l-Onor.", "Interpellant li hija x-xewqa ta' din l-amministrazzjoni li din ir-rappreżentanza fil-bordijiet eċċ sseħħ fl-anqas żmien possibbli.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Membru għada qed issir konsultazzjoni ma l- assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex jiġi stabbilit f-liema korporazzjonijiet jkun l-aktar utli għall-Kunsilli Lokali li jkunu rappreżentati.", "QRATI - MAĠISTRATI/IMĦALLFIN", "3174.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid hux il-pjan tiegħu li matul din is-sena jżid in-numru ta' maġistrati u/jew imħallfin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iż-żieda fin-numru ta' Maġistrati u Mħallfin issir fil-mument opportun u meta jiddeċiedi l-Gvern.", "IMPJIEGI - KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL", "3207.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2929 l-Ministru reġa' semma l-kummissjoni li dejjem jgħid li qed tagħmillu rapporti; billi kemm il-Prim Ministru u Ministri sħabu dejjem xandru l-ismijiet tan-nies fuq kummissjonijiet li ħejjew jew qed iħejju rapporti; jista' l-Ministru jgħid għaliex hu ma jridx jgħid fil-Kamra minn huma n-nies fuq din il-kummissjoni li skond l-istess ministru issa ilha mwaqqfa?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1049 f'seduta numru 30, fejn għidt illi l-persuni nvoluti fit-tħejjija tar-rapporti xtaqu li isimhom ma jidhirx qabel ir-rapporti jkunu lesti.", "UNJONI EWROPEA - SOCIAL CHARTER", "3208.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2743 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-12 ta' Frar, 1997 dwar il-policy tal-Gvern dwar is-Social Charter ta' l-Għaqda Ewropea, jista' l-Ministru jgħid liema hi l- leġislazzjoni relevanti li beħsiebu jemenda?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hux qed iħejji xi leġislazzjoni ġdida dwar il-qasam soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Bħal ma jaf l-Onor.", "Interpellant, wara t-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 2743, jiena ndikajt li l-Esperti Indipendenti li huma responsabbli biex jeżaminaw ir-rapporti tal-pajjiżi li rratifikaw is-Social Charter tal-Kunsill ta' l-Ewropa kienu taw ġudizzju negattiv dwar Malta fuq diversi artikoli:", "Dwar ir-rapport għas-snin 1991 u 1992 il-Kumitat esprima ruħu li fl- artikoli li jidhru hawn taħt, Malta ma kinitx qegħda konformi mal- provedimenti taċ-Charter.", "Numru ta' l-artikolu u dwar x'hiex jitratta ----------------------------------------- 5 Id-dritt ta' organizzazzjoni 6 Id-dritt ta' negozjar kollettiv 7 Id-dritt tat-tfal u żgħażagħ għall-protezzjoni 8 Id-dritt tan-nisa mpjegati għall-protezzjoni 10 Id-dritt ta' taħriġ vokazzjonali 13 Id-dritt għall-għajnuna soċjali u medika 16 Id-dritt tal-familja għall-ħarsien soċjali, legali u ekonomiku 17.", "Id-dritt ta' l-ommijiet u tfal għall-ħarsien soċjali u ekonomiku.", "F'rapport sussegwenti, il-Kumitat żied ukoll l-artikolu 1 li jitratta dwar id-dritt għax-xogħol.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li l-artikoli li semmejt jitrattaw diversi liġijiet fosthom dik taċ-CERA, l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali, l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali u oħrajn.", "L-impenn tal-Gvern Laburista hu li jeżamina dawn il-liġijiet biex sa fejn hu possibli jsiru l-emendi neċessarji li wħud minnhom jidher li kellhom jiġu ndirizzati mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista snin ilu.", "Jidher ċar li bħal f'ħafna oqsma oħra, l-Amministrazzjoni ta' qabel kienet bid-diskors tgħid li qed tagħmel ħafna iżda bil-fatti ma sar xejn.", "SKEJJEL - GUDJA - SKOLA PRIMARJA", "3209.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jsir xogħol ta' manutenzjoni u riparazzjoni fl-iskola primarja fi Triq San Mark, il-Gudja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni ta' l- iskola Primarja tal-Gudja sar kollu ħlief xi xogħlijiet żgħar.", "Wieħed minn dawn ix-xogħlijiet hija t-tkomplija tat-tiswija tax-xifer tal- konkos sporġuta f'parti mill-faċċata li ma setgħetx issir minħabba wires tad-dawl.", "It-tieni xogħol pendenti huwa l-bdil minn toilets normali għal dawk tal- Kinder.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - MOVIMENTI KOPERATTIVI", "3210.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2928 dwar Koperattivi fi ħdan id-dipartiment, jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jimxi fuq l-Iskemi \"A\" u \"B\" li kien xandar il-Gvern ta' qabel biex il-ħaddiema jieħdu sehem mill-qligħ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif ġie spjegat tajjeb fil-budget il-koperattivi fi ħdan dan id-dipartiment se jitkomplew jissaħħu u qed isiru diġa arranġamenti biex jitwaqqfu żewġ koperattivi oħra.", "Żgur li hu l-interess ta' dan il-Gvern li l-ħaddiema jieħdu sehem mill-qliegħ tagħhom.", "ELEZZJONI ĠENERALI 1996 - ASSISTENTI KUMMISSJONARJI", "3211.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l-assistenti kummissjonarji li taw il- ħidma tagħhom fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-ħlas lill-Assistenti Kummissjonarji li ħadmu fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali sar.", "XOGĦOL - KUNTRATTI TA' XOGĦOL", "3242.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa mid-Dipartiment tax-Xogħol biex jiġi limitat l-użu ta' kuntratti ta' xogħol għal żmien definit?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-kuntratt tax-xogħol għal żmien definit huwa regolat bl-Artiklu 30 ta' l-Att li jirregola l-Kundizzjonijiet tal-Impieg u bl-Artikoli oħrajn ta' l-istess Att, fosthom l-Artiklu 34 (11) u l-Artiklu 34 (12).", "Ma sar xejn dawn l-aħħar għaxar snin mid-Dipartiment tax-Xogħol biex jillimita dan it-tip ta' kuntratt li huwa approvat mill-Liġi.", "Madankollu, id-Dipartiment jistħarreġ kull ilment li jirċievi minn ħaddiema li għandhom dan it-tip ta' kuntratt ta' xogħol, u fejn jinstab li hemm ksur tal-Liġi, jittieħdu l-passi neċessarji.", "Bħalma kien imwiegħed mill-Partit Laburista mill-oppożizzjoni fil-fuljett 'Inizjattiva għall-Viżjoni ta' Malta Moderna', paġna 8; numru 37, fejn inkiteb li 'L-użu tal-kuntratti ta' xogħol għal żmien definit ikun limitat għal ċerti tipi ta' xogħol biss u fejn kuntratti definiti jibqgħu jiġġeddu, jibdew jitqiesu bħala kuntratti indefiniti', illum il-Gvern Laburista għadu kommess li jirranġa din il-parti tal-Liġi.", "SKEJJEL - B'KARA - KINDERGARTEN", "3248.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Minħabba li B'Kara hi territorju estiż ħafna u allura hemm distanzi relattivament kbar mill-periferiji għall-iskola prinċipali ta' Triq Brared, jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jitwaqqfu ċentri ta' kindergartens fil-periferiji, per eżempju, n-naħa tal- Knisja l-Qadima u n-naħa ta' B'Kara Bypass biex tiffaċilita l-aċċess tal- ġenituri b'dawn it-tfal żgħar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għalissa m'hemmx ħsieb li jinfetħu ċentri ta' Kindergarten fin-naħat f'Birkirkara li semma l-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - B'KARA - TRASPORT LILL-ISTUDENTI", "3249.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal minn B'Kara li huma provduti bi trasport għall-iskejjel primarji ta' B'Kara minħabba li joqogħdu 'l bogħod ħafna?", "Minn liema toroq jiġu dawn it-tfal?", "Kien hemm talbiet minn ġenituri għal trasport u ma ġiex milqugħ?", "Kemm kienu dawn it- talbiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dawn it-tfal minn B'Kara huma provduti bit- trasport:", "School 'A' 95 School 'B' 137 Total 232", "Huma joqgħodu f'dawn it-toroq:", "Sqaq il-qattus, Olaf Gollcher, l-Aħwa Hyzler, Borg, il-Vittmi tal-gwerra, Virginio Monti, iż-Żernieq, Mro Camillerei, Ġ Camilleri, G Vella, Għargħur, Laqxija, il-Wegħdiet, Għar il-Ġobon, Karm Sammut, Mamo, Victory, sqaq il- Vitorja, Tumas Fenech, Nazju Falzon, Dun Karm, Ganu, Dom.", "Cachia, Ċensu Busuttil, Serracino Inglott, Naxxar, S. Sommier, Casolani, l-Aħwa Cannatici, Paris, Mules, Mannarino, Tumas Galea, is-Sienja, Pjazza Eroj, Mons. Ġius.", "Camilleri, il-Qalb Imqaddsa, Grech Delicata, Grazzija, St. Julians', St Mary, Calcidon Gatt, Mose' Gatt, Msida, Ġuże' Dimech Debono.", "Qatt ma kien hemm talbiet mill-ġenituri għat-trasport u dawn ma ġewx milqugħa.", "SKEJJEL - IKLIN - ĊENTRU TAL-KINDERGARTEN", "3250.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett li kien hemm fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti li jitwaqqaf ċentru tal- kindergarten fl-Iklin?", "Meta hu maħsub li jiftaħ dan iċ-ċentru?", "Xi spiża hemm ippjanata għal dan iċ-ċentru l-ġdid?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-proġett ta' ftuħ ta' Kindergarten fl-Iklin qed jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-Planning Authority Local Plans.", "RABAT - TOROQ TAL-BDIEWA - TISWIJA", "3267.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsebijiet għandu għal tiswija ta' toroq tal-bdiewa/kampanja fl-inħawi ta':-", "Tas-Salib - Buskett; Landrijiet - Mtaħleb; Bieb ir-Ruwa - Baħrija; Għamiri - Lunzjata; Raba' Memel - Wied ta' l-Isqof; Tar-Rużarju - Kunċizzjoni; Santa Katerina - Wied il-Qlejja;", "kollha limiti tar-Rabat, Malta, u x'vot hemm fil-Ministeru tiegħu għal dan l-iskop għall-1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif diġa' spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3259, il-Ministru ta' qabli, peress li kienet waslet l- elezzjoni nefaq flus bla ebda kontroll b'riżultat li hemm ħafna kontijiet pendenti li jridu jitħallsu mill-vot ta' din is-sena u s-sena d-dieħla.", "B'danakollu qed isir sforz biex minkejja din is-sitwazzjoni kerha li ħalla warajħ il-Ministru ta' qabli, isir dak ix-xogħol meħtieġ fid-dawl ta' prijoritajiet oħra li hemm.", "MĠARR - TOROQ TAL-BDIEWA - TISWIJA", "3268.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsebijiet għandu għal tiswija ta' toroq tal-bdiewa fil-kampanja fl-inħawi ta':- Binġemma; Mġarr ta' Ġewwa; Lippija, Żebbiegħ; Tbatija; Is-Santi; lkoll limiti ta' l-Imġarr, Malta u x'vot hemm fil-Ministeru tiegħu għal dan l-iksop għall-1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif diġa' spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3259, il-Ministru ta' qabli, peress li kienet waslet l- elezzjoni nefaq flus bla ebda kontroll b'riżultat li hemm ħafna kontijiet pendenti li jridu jitħallsu mill-vot ta' din is-sena u s-sena d-dieħla.", "B'danakollu qed isir sforz biex minkejja din is-sitwazzjoni kerha li ħalla warajħ il-Ministru ta' qabli, isir dak ix-xogħol meħtieġ fid-dawl ta' prijoritajiet oħra li hemm.", "MARFA - PERMESSI GĦAL BINI TA' BOATHOUSES", "3270.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga jekk ħarġux permessi ta' bini ta' boathouses fil-Marfa, fin-naħa fejn hemm il-moll il-qadim tal-vapur ta' Għawdex fuq in-naħa tar-Ramla Bay Hotel peress li reġgħu qegħdin jinbnew il-kmamar f'dawn l-inħawi?", "Jekk ma ħarġux permessi, jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li dawn ma jinbnewx u li dawk li qed jinbnew jitwaqqgħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nħareġ l-ebda permess mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar għall-bini ta' boathouses fil-Marfa, fin-naħa fejn hemm il-moll il- qadim tal-vapur ta' Għawdex u fuq in-naħa tar-Ramla Bay Hotel.", "F' din l- area speċifika ma ġie nnutat l-ebda bini ta' kmamar ġodda.", "Pero', f' inħawi oħra ta' l-Armier, ittieħdu l-passi skond il-liġi kontra t- tlugħ ta' boathouses ġodda.", "L-Awtorita' hija mpenjata li tieħu azzjoni diretta fuq dawn il-każi.", "NAĦAL - TROBBIJA", "3271.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati li jrabbu naħal f'Malta?", "X'hemm ipproġettat għal dawn il-persuni sabiex dawn ikollhom safety measures aħjar minn dawk preżenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: F'Malta hemm 214-il-persuna reġistrata bħala bee keeper sa l-aħħar ta' Jannar 1997.", "Rigward safety measures l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispjega xi jrid jgħid eżatt, peress li kull min jiftaħ kaxxa naħal jaf li jrid ikollu lbies protettiv.", "MELLIEĦA - TOROQ TAL-BDIEWA - TISWIJA", "3272.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsebijiet għandu għal tiswija ta' toroq tal-bdiewa/kampanja fl-inħawi ta':-", "Belliet Selmun Manikata naħa ta' l-Armier L-Aħrax Marfa Għerbulin", "lkoll limiti tal-Mellieħa u x'vot hemm fil-Ministeru tiegħu għal dan l- iskop fl-1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif diġa' spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3259, il-Ministru ta' qabli, peress li kienet waslet l- elezzjoni nefaq flus bla ebda kontroll b'riżultat li hemm ħafna kontijiet pendenti li jridu jitħallsu mill-vot ta' din is-sena u s-sena d-dieħla.", "B'danakollu qed isir sforz biex minkejja din is-sitwazzjoni kerha li ħalla warajħ il-Ministru ta' qabli, isir dak ix-xogħol meħtieġ fid-dawl ta' prijoritajiet oħra li hemm.", "MELLIEĦA - BINI TA' BOATHOUSES", "3273.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ħarġux xi kirjiet fil-limiti tal-Mellieħa ċioe' fil-kontrada tal-Marfa (ħdejn il-moll il-qadim tal-vapur ta' Għawdex) sabiex jinbnew boathouses?", "Jekk le, għaliex id-Dipartiment ta' l-Artijiet qed jippermetti persuni li japproprjaw ruħhom minn tali art u jibnu fuqha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nikkonferma li d-dipartiment ta' l-Artijiet dan l-aħħar snin ma ħareġ l-ebda kirja biex jinbnew boathouses fl-area msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Il-Gvern flimkien ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar qed jara x'passi għandhom jittieħdu biex il-problema ta' dawn l-istrutturi li telgħu bla permess tiġi mtaffa.", "PITKALIJA - BEJGĦ", "3290.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru issa jgħid kemm kien il-valur ta' bejgħ mill-Pitkalija xahar b'xahar minn Novembru 1996 sa Jannar 1997 u kemm kien l-istess bejgħ fl-istess xhur fil-ħames snin preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: | |Jannar |Novembru|Diċembr| | | | |u | | |Lm |Lm |Lm | |1991 |444,237|364,481 |393,755| |1992 |336,906|399,056 |414,099| |1993 |328,288|401,277 |367,736| |1994 |402,624|376,009 |482,990| |1995 |479,989|472,613 |384,713| |1996 |475,396|360,287 |407,624| |1997 |415,230| | |", "Dawn il-figuri ma jinkludux il-Ko-Operattiva t'Għawdex.", "ĦABS ĊIVILI - SEJBA TA' DROGA", "3291.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejba ta' droga saret fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin meta, u kemm kien l-ammont misjub, mit-28.10.96 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li mit-28 ta' Ottubru 1996 sal-lum kien hemm erba' każi ta' sejba ta' drogi fil-ħabs ta' Kordin.", "Id-dati ta' meta nstabet id-droga hu kif jidher hawn taħt.", "18.11.1996", "10.12.1996", "16.01.1997", "15.02.1997", "Tagħrif dwar l-ammonti tad-droga jinstab fil-proċessi relattivi u jkunu jridu jiġu elevati għall-finijiet tat-tweġiba.", "ĦABS ĊIVILI - ĦARBA", "3292.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li riċentement saret ħarba, jew tentattiv ta' ħarba mill-Ħabs ta' Kordin, u li ġew sparati tiri ta' arma tan-nar f'dan l- inċident?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nikkonferma xejn minn dan kollu.", "TARZNA TA' MALTA - TISWIJA TA' VAPURI", "3322.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qamet globalment il-parteċipazzjoni tal-Malta Drydocks f'ship repair expositions f'pajjiżi barranin, (1994, 1995, 1996)?", "F'liema pajjiżi saru dawn l-expositions?", "Kemm swiet kull parteċipazzjoni u kemm kien hemm persuni sabiex imwieġbu il-queries u min kienu dawn il-persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SAĦĦA - TOBBA", "3323.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2544 u s-sejħa għal General Pracitioners, jista' l- Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet sa l-ewwel sejħa u kemm wara li ġie estiż iż-żmien?", "Kemm minnhom ġew impjegati?", "Min huma t-tobba u x'etajiet għandhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li minn mindu ħarġet is-sejħa għat-tobba biex jaħdmu part-time fid-dipartiment tal-Kura Primarja, id- dipartiment irċieva 32 applikazzjoni.", "Sa llum ġew kkuntrattjati biex jaħdmu 15-il tabib .", "Dawn huma:", "Zammit Calcidon 77 sena Zammit Stanley 58 sena Ellul Joseph 66 sena Vella Mary 41 sena Patiniott Raphael 68 sena Bonello Louis 60 sena Wright Frances 41 sena Micallef Stafrace Kirill 26 sena Fiorini Aldo 37 sena Stabile Henry 71 sena Mallia Martin 35 sena Mallia Susan 30 sena Portelli Alexandra 30 sena Scerri Josanne 30 sena Baldacchino Andrew 37 sena", "RESIDENZI TA' BARRANIN F'MALTA", "3324.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jżomm l-istess kondizzjonijiet li kien hemm fl-Amministrazzjoni preċedenti għal residenti barranin li jagħżlu li jkollhom residenza permanenti f'Malta?", "Kemm kien l- ammont ta' persuni barranin li stabbilixxew ir-residenza permanenti tagħhom f'Malta matul is-snin 1988 sas-sena 1996 (sena b'sena)?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.", "Dwar it-tieni parti, l-informazzjoni mitluba hija kif jidher hawn taħt :", "SENA NUMRU TA PERSUNI*", "1988 48 1989 53 1990 122 1991 146 1992 136 1993 189 1994 189 1995 290 1996 248", "* Dan in-numru jinkludi n-nisa, t-tfal jew xi ġenitur/ġenituri tal-persuna li tkun applikat għall-permess ta residenza permanenti.", "ZABBAR - TISWIJA TA' TOROQ", "3334.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li Triq il-Baħrija u Triq Papa Alessandru VII, Zabbar, issa saru toroq mimlija djar residenzjali, u dawn it-toroq qatt ma ngħataw tarmac, u ma' kull ħalba xita jimtlew b'għadajjar kbar, jista' l- Ministru jara li dawn it-toroq jingħataw l-attenzjoni xierqa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tat-Toroq għandu diversi toroq privati bħal dawn imsemmija mill-Onor.", "Interpellant għall-asfaltar.", "Dawn isiru skond il-prijoritajiet lid-Dipartiment tat-Toroq għandu f'dan ir- rigward.", "Sadanittant kull sid li għandu ftuħ fuq triq privata huwa obligat li jżommha fi stat tajjeb sakemm tiġi asfaltata.", "ŻEJTUN - PROVVISTA TA' ILMA", "3336.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3089, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe' jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma hemmx sistema ta' ilma fi Triq Ġdida off Gidwat Lane, Bajja ta' San Tumas, l/o Zejtun?", "Għaliex dawk ir-residenti qed idumu daqshekk mingħajr il-provvista ta' l-ilma?", "Meta hemm il-ħsieb li jkollhom dan is-servizz?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li ż-żewġ toroq qegħdin fil-programm tax-xogħlijiet fejn irid isir estensjoni ta' mejnijiet ġodda.", "Dawn ix-xogħlijiet jitkomplew meta jiġi ċċarrat l-fond kapitali tal-Korporazzjoni u skond programm fuq skala ta' prijoritajiet.", "GĦAQDIET FILANTROPIĊI", "3337.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3090 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe' jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l- għaqdiet filantropiċi li d-dipartiment għandu financial agreements magħhom?", "Kemm huwa l-ammont ta' għajnuna li dawn ħadu kull sena għas-snin 1994, 1995 u 1996?", "Hemm xi għaqdiet filantropiċi oħrajn li japplikaw għal din l- għajnuna finanzjarja u għadu ma sarx ftehim magħhom?", "Liema huma dawn l- għaqdiet?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "VAT - REFUND LILL-BDIEWA", "3343.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' refund fuq il-VAT li tħallas (jew dovut) lill-bdiewa fulltime fis-snin 1995 u 1996, sena b'sena, u kemm kien in-numru ta' bdiewa kull sena li rċevew jew għad iridu jirċievu l-istess refund?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji fir-rigward ta' sajjieda?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "DĦUL TAL-GVERN - QASAM TAL-BIEDJA", "3344.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li l-Gvern daħħal bħala taxxa mill-qasam tal-biedja (jiġifieri mingħand il-bdiewa fulltime kollha) fis-snin 1993, 1994 u 1995 sena b'sena?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Dan it-tagħrif qatt ma nġabar u mhux possibbli li jinġabar billi s-software tal-computer mhuwiex imfassal b'mod li jista' jagħti din l-informazzjoni.", "SAĦĦA - SERVIZZ TAL-HOME HELP/CARE", "3350.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqafx xi bord biex imexxi is-servizz tal-Home Help/Care u jekk fl- affermattiv kif inhu kompost dan il-bord?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ilu li nħass il-bżonn li jitwaqqaf bord biex jitħaddem aħjar is-servizz tal-Home Help.", "Il-pass li jitwaqqaf issa ttieħed u qed jagħmel evalwazzjoni tas-servizz biex isiru rakkomandazzjonijiet.", "Dan il-bord huwa kompost hekk:", "- Mr. Victor Scerri - Mr.Antoine Pullicino - Ms.Emma de Lucca - Mr.Vincent Tonna", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE", "3351.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża attwali sena b'sena matul l-1994, 1995 u 1996 f'San Vinċenz de Paule: (a) f'pagi u salarji; u (b) f'overtime?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ispiża, sena b' sena matul l-1994, 1995 u 1996, f'pagi u salarji u overtime, f' San Vincenz de Paule, kienet hekk:", "1994 1995 1996", "Pagi u Salarji 2,841,418 2,989,551 3,138,967 Overtime 192,451 319,755 521,366", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - IMPJEGATI", "3352.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-salarju u overtime li tħallsu lil kull impjegat mill-grad ta' Principal sal-grad ta' Clerk fid-Dipartiment ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali u fid-Dipartiment tal-Familja u Affarijiet Soċjali matul l-1994, 1995 u 1996 sena b'sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Qiegħed hawnhekk nagħti breakdown tas-salarju u overtime li thallsu lill-impjegati mill-grad ta'Principal (AO) sal-grad ta' Clerk fid-Dipartiment ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali u fid-Dipartiment tal-Familja u Affarijiet Soċjali matul l-1994,1995 u 1996.", "DEPARTMENT OF ELDERLY & SPECIAL NEEDS", "Grades Basic Allowances Overtime", "1994 Principals Lm18,541 - Lm 782 Ass.", "Princ Lm21,464 - Lm 908 Exec.", "Off.", "Lm23,357 - Lm 248 Clerks Lm39,501 - Lm 147", "1995 Principals Lm23,353 - Lm2,284 Ass.", "Princ.", "Lm20,803 - Lm 433 Exec.", "Off.", "Lm19,840 - Lm 495 Clerks Lm35,861 - Lm1,210", "1996 Principals Lm21,878 Lm240 Lm 74 Ass.Princ Lm13,403 Lm113 Lm - Exec.", "Off Lm21,641 Lm569 Lm 678 Clerks Lm47,861 Lm380 Lm3,000", "DEPARTMENT OF SOCIAL & FAMILY AFFAIRS", "Grades Basic Allowances Overtime", "1994 Principals Lm6,634 Lm2,441 - Ass.", "Princ Lm5,602 Lm 916 Lm 36 Exec.", "Off.", "Lm8,644 Lm 988 - Clerks lm26,410 Lm2,998 Lm375", "1995 Principals Lm9,788 - Lm 477 Ass.", "Princ Lm4,761 - Lm 492 Exec.", "Off Lm10,647 - Lm - Clerks Lm20,772 - Lm2,226", "1996 Principals Lm7,623 - Lm1,436 Ass.", "Princ - - - Exec.Off Lm4,312 Lm232 - Clerks Lm17,701 Lm247 Lm3,237", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "3353.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat nhar is-7 ta' Frar 1997 bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali u l-Awtoritajiet tal-Knisja dwar id-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla u jgħid jekk kienx hemm xi varjazzjoni fuq l-abbozz oriġinali li kien miftiehem fi żmien l- Amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-fatt kien hemm numru ta' abbozzi ta' ftehim bejn l-Awtoritajiet tal-Knisja u d-Dipartiment għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali dwar id-dar ta' l-Anzjani ta' Bormla.", "L-ewwel abbozz sar fl-14 ta' Frar, 1996 waqt li t-tieni abbozz sar fis-27 ta' Marzu, 1996.", "It-tielet abbozz sar fis-6 ta' Settembru, 1996.", "Ir-raba' abbozz sar fid-19 ta' Settembru, 1996.", "Qatt ma sar ftehim finali dwar l- ebda wieħed minn dawn l-abbozzi.", "L-Att tal-Konvenju ġie ffirmat fis-7 ta' Frar, 1997, wara laqgħa li saret fejn ħadu sehem il-partijiet kollha flimkien.", "Kien hemm nuqqas ta' ftehim dwar punti legali fl-Att tal-Konvenju li kienet wasslet għal stalemate bejn l-avukat ta' l-Awtoritajiet tal-Knisja min-naħa waħda u l-Avukat Ġenerali u n-Nutar tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, stalemate li baqa' għal snin bla ma kien solvut.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat nhar is-7 ta' Frar, 1997.", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' HOME HELP/CARE", "3354.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid: (a) x'kien in-numru totali ta' anzjani li kienu qed jirċievu s-servizz tal-Home Help/Care fl-aħħar ta' kull sena fis-snin 1994, 1995 u 1996?", "(Malta biss) (b) X'kien in-numru ta' CSAs li kienu qed jagħtu s-servizz fl-aħħar ta' kull sena fis-snin 1994, 1995 u 1996?", "(Malta biss) (c) X'kienet l-ispiża attwali ta' dan is-servizz matul l-1994, 1995 u 1996?", "(Malta biss)", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li jirċievu s-servizz ta' għajnuna fid-dar u n-numru ta' CSA's li kienu jagħtu dan is-servizz (għal Malta biss) matul l-1994, 1995 u 1996, kienu:", "SENA BENEFIĊJARJI CSA'S", "1994 2,259 392 1995 2,457 425 1996 2,569 443", "L-ispiża attwali għas-servizz ta' għajnuna fid-dar matul l-1994, 1995 u 1996 kienet:", "SENA SPIŻA", "1994 669,438 1995 658,670 1996 712,802", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' HOME HELP/CARE", "3355.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid:- (a) x'kien in-numru totali ta' anzjani li kienu qed jirċievu s-servizz tal-Home Help/Care fl-aħħar ta' kull sena fis-snin 1994, 1995 u 1996?", "(Għawdex biss) (b) x'kien in-numru ta' CSAs li kienu qed jagħtu s-servizz fl-aħħar ta' kull sena fis-snin 1994, 1995 u 1996?", "(Għawdex biss) (c) x'kienet l-ispiża attwali ta' dan is-servizz matul l- 1994, 1995 u 1996?", "(Għawdex biss)", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru totali ta'anzjani li kienu qed jircievu s- servizz ta' kura u ghajnuna fid-dar f'Ghawdex kienu hekk: Dicembru 1994 - 773 Dicembru 1995 - 785 Dicembru 1996 - 790", "In-numru ta' assistenti socjali kazwali li kienu qed jaghtu dan iz-servizz f'Ghawdex kien hekk: Dicembru 1994 - 135 Dicembru 1995 - 136 Dicembru 1996 - 135", "L-ispiza attwali ta' dan is-servizz f'Ghawdex kien hekk: 1994 - Lm 198,637.00* 1995 - Lm 198,370.00* 1996 - Lm 235,243.00*", "1) * Dan it-total jinkludi l-hlas tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta Socjali li kien hekk: 1994 - Lm 42097.00 1995 - Lm 43997.00 1996 - Lm 46960.00", "2) * Ir-rata tal-hlas tal-paga kien ta' Lm 1.20 is-sieġħa matul is-snin 1994, 1995 u ta' Lm 1.50 is-sieġħa matul is-sena 1996.", "MARSA SHIPBUILDING", "3356.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2784 u 3044, peress li hemm aktar minn xhud wieħed li raw l-inċident li hemm riferenza għalih fil-mistoqsija, jiġifieri li kien hemm tliet tankijiet taż-żebgħa bojod u seratizzi ta' l- injam li ħarġu meta nfetaħ il-kexxun nhar it-3 ta' Frar 1997 viċin is-silo tal-qamħ, jista' l-Prim Ministru jindaga mill-ġdid?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandix aktar xi nżid ma dak li diġa għidt fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3044.", "PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP", "3357.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kuntistabbli tal-Pulizija u surġenti ġewwa Għawdex illi: (i) tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum; u (ii) fuq liema kriterju ġew magħżula dawk il-membri fil- Korp tal-Pulizija milquta minn dawn it-transfers?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-1 ta' Novembru 1996 sas-17 ta' Frar 1997 kien hemm ħames surġenti u disa' kuntistabbli ġewwa Għawdex li tbiddlilhom ix- xogħol tagħhom.", "It-transfers fil-Korp tal-Pulizija jsiru skond l-esiġenzi tas-Servizz u saru fuq l-istess kriterji użati qabel Novembru 1996.", "ENEMALTA - 'PETROLEUM PRODUCTS", "3358.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid meta se tiġi emendata t-tender tal-Korporazzjoni Enemalta Transportation of Petroleum Products in Bulk by Road and Sea li kienet ippubblikata fit-28 ta' Ġunju, 1996 skond avviż numru T/P/10/96 u li għalih iż-żmien għall-offerti għalaq fil-31 ta' Lulju 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-Tender li qed jirreferi għaliha l-Onor. membru diġa' ġiet aġġudikata u qiegħda fl-istadju li toħroġ il-Letter of Acceptance.", "ENEMALTA - IMPJEGATI ON LOAN", "3359.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega kif impjegati tal-Gvern u li qegħdin on loan mal-Korporazzjoni Enemalta li qed jaslu għall-pensjoni qed jingħataw informazzjoni li mhux se tingħatalhom is-somma dovuta lilhom jew li din se tkun drastikament inqas milli kienu qegħdin jistennew?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mhux il-każ li l-impjegati fil-kategorija li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant qiegħdin jingħataw informazzjoni li mhix se tingħatalhom is-somma dovuta.", "Iżda billi nqalgħu differenzi legali u amministrattivi dwar l- interpretazzjoni ta' l-Ordinanza tal-Pensjonijiet dwar l-ammont dovut lil dawn l-istess impjegati u oħrajn bħalhom, il-pensjoni u s-somma qegħdin jinħadmu ad interim fuq l-ammont li dwaru m'hemm l-ebda dubju li hu dovut.", "Qed isir xogħol biex fi żmien qasir tinstab soluzzjoni għal din il- problema.", "PULIZIJA - INKONVENJENT F'ĦAŻ-ŻABBAR", "3360.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Peress li f'żewġ toroq ġo Ħaż-Żabbar qed ikun hemm inkonvenjent: (i) fi Triq iċ- Ċulqana kantuniera ma' Triq G Agius Muscat permezz ta' dgħajsa kbira fit- triq; u (ii) fi Triq G Agius Muscat permezz ta' kwantita' kbira ta' kaxxi bi fliexken vojta tal-minerali jimblokkaw il-bankina, u peress li minkejja li saru diversi rapporti s'issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni, jista' l-Prim Ministru jesiġi li jitneħħaw dawn l-inkonvenjenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-Pulizija ħadet passi u l- inkovenjenti msemmija mill-Onor.", "Interpellant tneħħew.", "UNJONI EWROPEA - PROGRAMM LEONARDO", "3361.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux applikazzjonijiet s'issa da parti ta' Malta għall-parteċipazzjoni fil-programm Leonardo da Vinci ta' l-Unjoni Ewropea għal din is-sena, ġaladarba s-sejħa għall-applikazzjonijiet relattivi tagħlaq fl-1 ta' April 1997 (ara Ġurnal Uffiċjali Nru. C/381 tas- 17 ta' Diċembru 1996) u jekk hemmx il-possibilita' li jsiru applikazzjonijiet jew iżjed applikazzjonijiet da parti ta' Malta sad-data ta' l-għeluq ta' din is-sejħa?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PENSJONIJIET - PENSJONI TAS-SERVIZZI", "3362.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2027 magħmula minni, peress li l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali rrisponda li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra, u peress li sal-lum għadha ma ngħatatx risposta, jista' l-Ministru jagħtini risposta mitluba fil-mistoqsija fuq imsemmija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3034 dwar l-istess suġġett li dwaru m'għandix xi nżid aktar f'dan l-istadju, ħlief li ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' ex impjegati tas-Servizzi Ingliżi li ser jibbenefikaw mill-miżura mħabbra fl-aħħar diskors tal-Budget hu ta' madwar 4,043 kif indikajt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 2608.", "KONFERENZA EURO TRANSIT '96", "3363.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3112 magħmula minni u għar-risposta tal-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi li l-ministeru tiegħu ma kienx involut fit-tħejjijiet tal-konferenza msemmija fil- mistoqsija, jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija, peress li jien staqsejtu sabiex jgħid jekk Malta ġietx mistiedna u jekk ġiet ħaditx sehem, f'din il-konferenza u mhux jekk Malta kenitx involuta fit-tħejjiet għaliha?", "Jekk Malta ħadet sehem f'din il-konferenza, jista' l-Ministru jgħidilna x'kienet il-pożizzjoni li ħadet Malta fuq is-suġġetti diskussi fiha?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Naħseb li hemm nuqqas ta' ftehim.", "Jien għidt li dal- Ministeru ma kienx involut.", "Għalhekk l-Onor Sinjur għandu jifhem li mhux lili għandu jirreferi għad-dettalji li qed jitlob, jekk stess huma disponibbli.", "KUNSILL TA' L-EWROPA", "3364.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Kunsill ta' l-Ewropa addotta rakkomandazzjoni dwar Malta fl-14 ta' Jannar, 1997, dwar id-dritt tal-pulizija f'Malta li jkunu membri ta' trade union?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid eżatt x'kienet tgħid din ir-rakkomandazzjoni u x'beħsiebu jagħmel il-Gvern Malti biex jottempora ruħu ma' din ir-rakkomandazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Kumitat ta' l-Esperti Indipendenti appuntat taħt l-Artiklu 25 tal-European Social Charter, wara li eżamina t-Tielet Rapport ta' Malta dwar l-applikazzjoni tal-provedimenti ta' dan ic-Charter, li ppreżenta l-Gvern Nazzjonalista fl-1994, adotta konklużjoni negattiva fil- konfront ta' Malta a tenur ta' l-Artiklu 5 Right to Organise u a tenur ta' l-Artiklu 6 paragrafu 2 promotion of machinery for voluntary negotiations għar-raġuni li uffiċċjali tal-pulizija huma obbligati li jingħaqdu fil- Malta Police Association u ma kienux intitolati li jidħlu f'Union oħra jew assoċjazzjoni simili.", "Fil-laqgħa numru 581 tad-Deputati tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa li nżammet fil-15 ta' Jannar 1997, ġie rrikomandat lill-Gvern Malti biex jieħu konsiderazzjoni ta' din il-konklużjoni negattiva tal-Kumitat ta' Esperti u li fir-rapport li jmiss jagħti nformazzjoni dwar x'passi qed jittieħdu f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt il-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Ħarsien Soċjali flimkien ma' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali qed jistudja din il-konklużjoni u r- rakkomandazzjoni msemmija u jista' jagħti l-każ li tintalab second legal opinion lid-Direttorat ta' l-Affarijiet Legali tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "TAL-QROQQ - XOGĦLIJIET", "3365.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huma previsti li jitlestew ix-xogħlijiet fis-sistema tat-toroq f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-toroq f'tal-Qroqq mistenni li jitlestew sa l- aħħar ta' Marzu 1997.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "3366.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet tat- toroq li hu beħsiebu jesegwixxi huwiex se jżomm l-ispecifications kif tħejjew mill-MSU?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fit-toroq f'dawn l-aħħar snin dejjem sar skond l-ispecifications tad-Dipartiment tat-Toroq u dawn ser jibqgħu jintużaw sakemm ikun hemm il-ħtieġa li jsiru xi upgrades oħra.", "RAĦAL ĠDID - TOROQ", "3367.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma previsti għal junctions tat-toroq ħdejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata u meta huma ppjanati li jinbdew dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab nfurmat li diġa ntbagħtet applikazzjoni għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġu stallati traffic lights f'dan il- lokal.", "Dan huwa pass short term sakemm jiġu finalizzati u approvati pjanijiet oħra għal bini ta' multilevel intersection f'dan il-lokal.", "TAL-QROQQ - MINI", "3368.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża ta' Lm240,000 li semma sabiex inxtrat petrol station in konnessjoni max-xogħlijiet tal- mini f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li x-xogħolijiet msemmija mill-Onor. nterpellant huma r- responsabbilita' tad-Dipartiment tat-Toroq.", "Għalhekk, l-Onor.Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru għax-Xogħolijiet u Kostruzzjoni.", "EUROPEAN CIVIL AVIATION CONFERENCE\"", "3369.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kenitx rappreżentata fil-laqgħa Ministerjali tal-European Civil Aviation Conference li nżammet fl-14 ta' Frar, 1997 f'Copenhagen, id-Danimarka?", "Jekk Malta kienet rappreżentata, jista' l-Ministru jgħid minn min kienet rappreżentata u x'kienu l- konklużjonijiet ta' din il-laqgħa u x'pożizzjoni ħadet Malta fuqhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Kif jaf l-Onor.Membru minħabba li l-Partit tiegħu rtira l-ftehim dwar il-Pairing bejn il-membri ta' din il-Kamra jiena ma stajtx nattendi għall-ħames laqgħa Ministerjali tal-European Civil Aviation Conference (ECAC) fuq is-sistema ta' traffiku bl-ajru fl-Ewropa, li nżammet fl-14 ta' Frar, 1997 f'Copenhagen, id-Danimarka.", "Minħabba l-importanza ta' din il-laqgħa, Malta kienet irrappreżentata minn delegazzjoni komposta mid-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili u mill-Kap ta' l-Air Transport and Operations fl-istess Dipartiment.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista' tal-koklużżjonijiet prinċipali ta' din il-laqgħa kif approvat unanimament mir-rappreżentanti tal-34 Stat Membri tal-ECAC, fosthom Malta.", "NAZZJONIJIET UNITI - KANDIDATURA TA' MALTA", "3370.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-perjodu minn Marzu sa Diċembru 1997 il-gvern huwiex beħsiebu jippreżenta l-kandidatura ta' Malta jew ta' xi persuna ta' nazzjonalita' Maltija, għal xi pożizzjoni elettiva fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti jew xi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tagħha u, jekk iva, għal-liema pożizzjoni u meta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor. terpellant li f'dan l- istadju l-Gvern Malti m'għandux il-ħsieb li jippreżenta xi kandidatura ta' Malta jew ta' xi persuna ta' Nazzjonalita Maltija għal xi pożizzjoni elettiva fi ħdan il-Ġnus Magħquda jew xi waħda mill-aġenziji speċjaliżżati tagħha.", "Kif kien isir qabel, il-Gvern Malti xorta se jkompli jeżamina l- possibilita li l-Gvern jippreżenta xi kandidatura għal xi pożizzjoni li l- Gvern iħoss li din tkun ta' ġid u fejda għal pajjiżna.", "F'dan ir-rigward, tajjeb li jingħad li Malta din is-sena diġa ppreżentat kandidatura għal wieħed mill-postijiet li jridu jimtlew fuq il-Kummissjoni dwar il-Blata Kontinentali tal-Liġi tal-Baħar fl-elezzjoni li ser tinżamm ix-xahar id- dieħel.", "FURJANA - ĠNIEN TA' L-ARGOTTI", "3371.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iżvilupp min-naħa ta' l-Universita' li qed isir fl-Argotti?", "Min hu l-perit inkarigat?", "Kemm hu stmat li jqum il-proġett u kemm intnefaq s'issa fuq dan l-istess proġett minn mindu beda lejn l-aħħar ta' Settembru ta' l-1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Universita' qegħda tibni Herbarium fl-Argotti.", "Il-Perit inkarigat huwa Chris Spiteri li jaħdem mal-Malta University Services.", "Il-Proġett komplut huwa stmat li jqum LM80,000 (inkluża l-VAT)", "S'issa (19.02.97) intnefqu LM31,742 (Inkluża l-VAT).", "FURJANA - ĠNIEN L-ARGOTTI", "3372.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-intenzjonijiet ta' l-Universita' għall-ġnien botaniku ta' l-Argotti, speċjalment wara li l- Ministru tal-Biedja u Sajd wera x-xewqa li dan il-ġnien igħaddi kollu f'idejn l-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sa ftit ta' żmien ilu l-intenzjoni kienet li l- parti privata ta' l-Argotti u l-erbarju jerġgħu jgħaddu f'idejn l- Universita'.", "Kien intenzjonat ukoll li fi żmien sentejn minn wara li tittieħed il-parti privata, tittieħed ukoll il-parti pubblika.", "Hekk il- ġnien kollu jerġa jkun taħt il-kontroll tal-Universita' kif kien qabel 1973.", "Sa issa l-proċess jidher li ma jistax jiġi atwat minħabba nuqqas ta':", "* Finanzi biex issir ir-riabilitazzjoni tal-ġnien.", "* Nies biex jaħdmu f'dan il-ġnien.", "L-għanijiet li għalih dan il-ġnien kellu jerġa jgħaddi lura f'idejn l- Universita' huma:", "* Li jerġa jibda jiffunzjona l-erbarju u l-ġnien botaniku għal skop ta' riċerka.", "* Jiżdied ir-rwol edukattiv fil-livelli kollha iżda speċjalment botaniku u xjentifiku.", "* Iservi għal skopijiet ta' attrazzjoni pubblika u xjentifika.", "SAJJIEDA - ĦLAS TA' TAXXA", "3373.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Rigward il-qasam tas-sajd, jista' l-Ministru jgħid jekk bil- liġi li l-Gvern se jdaħħal minflok il-liġi tal-VAT, is-sajjied fulltimer huwiex se jħallas taxxa fuq makkinarju, inġenji, lixka, eċċ., li l-istess sajjied juża personalment fix-xogħol tiegħu u jekk fl-affermattiv, kemm se jkun il-persentaġġ li s-sajjied se jħallas skond il-White Paper proposta minflok il-VAT?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Il-ħsieb hu li tingħata l-għajnuna kollha possibbli lill-bdiewa u s-sajjieda u dan ikun jidher fid-dettal li jrid joħroġ, f'konsultazzjoni mad-Dipartiment konċernat.", "BDIEWA - ĦLAS TA' TAXXA", "3374.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Rigward il-qasam tal-biedja, jista' l-Ministru jgħid jekk bil- liġi li l-Gvern se jdaħħal minflok il-liġi tal-VAT, il-bidwi fulltimer huwiex se jħallas taxxa fuq xiri/importazzjoni tas-segwenti prodotti (għall- użu personali fix-xogħol tiegħu): a) żrieragħ; b) xtieli u pjanti; c) makkinarju (inġenji); d) pestiċidi; u e) apparat u pompi wżati għad-drip- irrigation, u jekk fl-affermattiv, b'liema persentaġġ se jħallas skond il- White Paper proposta minflok il-VAT?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Waqt li nirreferi lill-Onor Sinjur għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 3373 ngħarrfu li d-dettalji jinħadmu flimkien mad-Dipartiment konċernat,fl-aħjar interess tas-settur.", "UNIVERSITA' - LECTURE CENTRE", "3375.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbena xi Lecture Centre ġdid fl-Universita', b'konsegwenza li aktar spazji miftuħa jiġu mibnija?", "Il-bini eżistenti, speċjalment dak li nbena f'dawn l- aħħar snin, m'huwiex tajjeb biżżejjed sabiex jaqdi lill-istudenti?", "Jekk dan m'huwiex funzjonabbli sabiex jilqa' l-bżonnijiet tal-lectures, possibbli li jinbena sular ieħor fuq dawk eżistenti sabiex tiġi salvata aktar art miftuħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li hemm il-ħsieb li jinbena Lecture Centre ġdid fl-Universita'.", "Il-bini eżistenti, għalkemm tajjeb u funzjonabbli biex jaqdi lill-istudenti li jużawh m'huwiex biżżejjed biex jakkomoda n-numru ta' studenti li bħalissa qed jattendu l-Universita'.", "Id-deċiżjoni li jinbena Lecture Centre ġdid kienet ibbażata fuq il-bżonn immedjat ta' Lecture Halls li jkunu jistgħu jakkomodaw gruppi ta' ftit aktar min 200 student f'daqqa.", "Id-disinn ta' dan il-bini, fil-fatt jinkludi erba' swali minn dan it-tip, li sejrin ikunu jistgħu jinqassmu wkoll permezz ta' partition minn nofs, biex b'hekk ikun hemm ċertu flessibilita'.", "Il-bini propost jinkorpora wkoll żewġ seminar/lecture rooms li jakkomodaw bejn 50-60 student, kif ukoll għaxar seminar rooms għal bejn 20-30 student kull wieħed.", "Minħabba raġunijiet strutturali, estetiċi u b'konsiderazzjoni ta' l-ispazji li kien hemm bżonn dan il-proġett ma setgħax jinbena fuq il-bini eżistenti.", "ŻEBBUĠ - SERVIZZ TA' ILMA", "3379.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa ħalli jitwassal is-servizz ta' l-ilma lil dawk kollha li għandhom bini fi Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora, Ħaż-Żebbuġ peress li ħafna għandhom id-dar lesta iżda huma mingħajr servizz ta' l-ilma?", "(Qiegħed nibgħat under separate cover petizzjoni mir-residenti).", "Jista' l-Ministru jgħid meta bejn wieħed u ieħor se jitlesta x-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li ż-żewġ toroq qegħdin fil-programm tax-xogħlijiet fejn irid isir estensjoni ta' mejnijiet ġodda.", "Dawn ix-xogħlijiet jitkomplew meta jiġi ċċarrat l-fond kapitali tal-Korporazzjoni, u skond programm fuq skala ta' prijoritajiet.", "MEALS ON WHEELS", "3380.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet introdotta l-meals on wheels?", "Kemm flus ġew ivvotati sena b'sena minn meta ġie ntrodott dan is-servizz?", "Kemm u mil-liema rħula kienu n-nies li s'issa inqdew b'dan is-servizz?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Meals on Wheels ġiet introdotta fis-27 ta' Diċembru 1991.", "Il-flus li ġew ivvotati għal dan is-servizz sena sena, mill- 1991 'l hawn huwa kif ġej:", "SENA FLUS IVVOTATI", "1991 10,000 1992 10,000 1993 13,000 1994 12,000 1995 14,000 1996 14,000 1997 20,000", "Il-lista t'hawn taħt turi kemm huma l-klijenti tal-Meals on Wheels u minn liema rħula, ġejjin fil-preżent.", "Attard 5 Mosta 16 Balluta 1 Mtarfa 1 Balzan 17 Naxxar 10 B'Kara 49 Paola 27 Bormla 9 Qormi 10 Birgu 8 Qrendi 7 B'Bugia 3 Rabat 4 Burmarrad 2 San Gwann 10 Dingli 2 San Giljan 51 Fgura 6 Santa Lucia 3 Floriana 29 San Pawl il- Bahar 20 Ghaxaq 1 St.Venera 22 G'Mangia- St.Andrews 4 Pieta 19 Gzira 37 Senglea 9 Gudja 2 Sliema 209 Hamrun 56 Swieqi 11 Iklin 2 Ta' Xbiex 3 Ibragg 4 Tarxien 10 Lija 8 Valletta 29 Luqa 6 Zabbar 7 Marsa 7 Zebbug 10 M'Skala 7 Zejtun 4 Mdina 2 Zurrieq 2 Msida 24", "TOTAL 785", "SLIEMA - MALTA UNION CLUB", "3381.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet uffiċjali għaliex il-bini tal-Malta Union Club f'Tas- Sliema ma ġiex inkluż fil-lista ta' dawk il-postijiet protetti mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex ma jiġux imwaqqa' mill-Amministrazzjoni preċedenti?", "Jista' wkoll jgħid jekk hemmx il-ħsieb minn din l- Amministrazzjoni li tieħu l-passi meħtieġa sabiex din l-inġustizzja tiġi rranġata qabel ma ċ-ċens ta' dan il-monument storiku jgħaddi f'idejn il- privat ħames snin oħra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma jirriżultax li qatt kien hemm xi applikazzjoni mill-Amministrazzjoni preċedenti sabiex il-bini tal-Malta Union Club jiġi mwaqqa'.", "Kien hemm ittra mill-istess Union Club sabiex il-fond jiġi skedat u minkejja li saru diversi spezzjonijiet fuq il-post, ma ttieħdet ebda deċiżjoni finali.", "Preżentament il-każ qed jiġi studjat mill-Kumitat dwar il- Wirt Nazzjonali sabiex jingħata parir lill-Awtorita'ta' l-Ippjanar.", "PULIZIJA - MEMBRI TA' L-SAG", "3382.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex ser tittieħed azzjoni jew hijiex se ssir investigazzjoni dwar rapport li deher fil-ġurnal \"KullĦadd\" ta' nhar is-16 ta' Frar 1997, liema rapport jallega akkużi serji li ċerti membri ta' l- iSpecial Assignment Group nhar is-Sibt, 8 ta' Frar insultaw bi kliemhom u b'għemilhom lill-istess Prim Ministru?", "Jaf il-Prim Ministru li dawn l-istess membri ta' l-SAG qegħdin ta' spiss jippruvaw jipprovokaw membri oħra li m'humiex meqjusa bħala tal-qalba tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-każ li qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant qed jiġi nvestigat.", "QORMI - ĊENTRU RUŻAR BRIFFA", "3383.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-bini tal-canteen fiċ-Ċentru Rużar Briffa, tal-Mid-Med f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jien mgħarraf li l-ebda sejħa għall-bini tal-canteen fiċ-Ċentru Rużar Briffa, Mill Street, Qormi ma ħarġet mill-Bank.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "3410.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Fid-dawl tar- risposti li ta l-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2400 u 3118, ma jidhirlux li għandu jindaga u jirrispondi mill-ġdid?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le.", "IMF - RAPPORTI", "3421.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2839, jaf il-Prim Ministru li \"l-obbligi diplomatiċi kuntrattwali relatati mal-ħidma tal-FMI\" huma biss intiżi biex jipproteġu l-interessi ekonomiċi ta' l-istat u mhux biex jaħbu affarijiet li jistgħu jimbarazzaw politikament lill-Gvern?", "Ladarba hija l-fehma tal-FMI li t-tneħħija tal-VAT m'hijiex se tgħin iżda se tfixkel l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, jidhirlu l-Prim Ministru li f'ġieħ it-trasparenza u s-serjeta' għandu jgħid jekk jaqbilx ma' dak li qalet l-FMI dwar is-sostituzzjoni tal-liġi tal-VAT?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija numru 2839.", "MOSTA - SUBSTATION", "3422.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħidilna meta se ssir substation tant meħtieġa f'zona tal-Wej il-Mosta li oriġinarjament kienet se ssir fi Triq Santa Margerita?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan il-proġett hawn imsemmi u x-xogħol kollu dwar il-cable, hux lest?", "Qed nibgħatlek under separate cover kopja ta'petizzjoni li ntbgħatet liċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-1993 l-Enemalta bdiet il-proċedura biex takkwista biċċa art tal-Gvern biex tinbena substation f'tal-Wej, il-Mosta.", "Minħabba li din l-art tikkonsisti minn ġardina ma' dar privata, l-Enemalta kellha reżistenza milli takkwista l-art minn min qed juża l-art bħalissa.", "Dan it- tali sa ressaq il-każ quddiem l-ombudsman li qatagħha li l-Enemalta kellha dritt tieħu l-art tal-Gvern dment li jittieħdu l-passi meħtieġa skond il- liġi.", "Madanakollu, s'issa d-Dipartiment ta' l-Artijiet għadu ma għaddiex l- art lill-Enemalta li, biex tħaffef ix-xogħol, fl-1995 kienet stallat il- cables kollha neċessarji.", "ANZJANI - TQASSIM TA' IKEL", "3423.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid min kienet il- persuna (mara, jekk jista' jkun jagħtini l-partikolaritajiet) li nhar it- Tnejn 17 ta' Frar, 1997 għal xi 12.15 p.m. kienet qed issuq il-karozza K- 3383 li kienet qed tintuża fuq xogħol ta' tqassim ta' ikel lill-anzjani ġewwa Manoel Street, Gżira kif ukoll il-partikolaritajiet tal-persuna (raġel) li kien riekeb magħha?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ikel li jitqassam lill-anzjani jiġi ppreparat u mqassam minn kumpannija privata, il-Maltese Cross Corp. Billi din hija kumpanija privata ma jkollniex aċċess għall-informazzjoni rikjesta fid- domanda.", "Il-karrozza msemmija hija karozza privata.", "SAĦĦA - HIB VACCINE", "3424.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3088 qiegħed nirriferi għall-HIB Vaccine u għalhekk qiegħed nitlob kemm ġiet importata minn din il-kwalita' ta' vaccine?", "Hemm il-ħsieb li din it-tip ta' vaccine (HIB) tkun introdotta bħala obbligatorja bħal Tetanus, Polio u Diptheria?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-HIB li ġiet importata kienet kif ġej: 1994 1995 1996", "Tilqim kontra l-HIB 3595 3795 24970 (F'doza wahda)", "Tilqim kontra l-HIB 400 1500 3450 (flimkien ma tilqim iehor fl-istess doza)", "Kemm minn dan it-tilqim kien għall-użu privat jew għall-użu mid-Dipartiment tas-Saħħa huwa ta' informazzjoni kummerċjali u ma tistax tingħata f'dan l- istadji.", "It-tweġiba għat-tieni parti hija fin-negattiv.", "MOSTA - TISWIJA TA' TOROQ", "3426.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna meta se jsir ix-xogħol meħtieġ f'għoti ta' tarmac f'Triq Santa Margherita u f'Triq Awrora, fil- Mosta, fejn kienet ippjanata roundabout?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dawn it-toroq imsemmija humiex f'lista ta' prijorita' u f'liema stat ta' prijorita' qegħdin dawn it-toroq peress li hemm il-ħtieġa li jsir xi ħaġa f'dan il-post minħabba l-mard li qed jikkawża t-trab li hemm?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET", "W48.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jemenda l- Liġi tas-Sigurta' Soċjali biex self-employed, li bħalissa qed jieħu pensjoni mnaqqsa għax meta kien marid ma kienx ħallas il-bolol kollha, jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Interpellant li huwa prinċipju bażiku ta' kull skema kontributorja li l-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu qabel l-okkorenza tal-kontinġenza assigurta, jiġifieri, f'dan il-każ, qabel ma wieħed jilħaq l-eta' tal-pensjoni.", "Effettivament, l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) jesiġu li l-kontribuzzjonijiet, sew imħallsa u sew dawk akkreditati, jitqiesu sa l-eta' tal-pensjoni.", "Jidher li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal każ meta persuna li taħdem għaliha nnifisha setgħet ma kenitx intitolata għal benefiċċju tal- mard u għaldaqstant lanqas għall-kontribuzzjonijiet akkreditati.", "Sussegwentement il-liġi ġiet ammendata, b'danakollu l-persuna li dwar il- każ tagħha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, ġaladarba ma kenitx intitolata għall-kontribuzzjonijiet akkredidati, kienet obbligata tħallas il-kontribuzzjonijiet nieqsa qabel laħqet għalqet l-eta' tal-pensjoni.", "Fid- dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi mhux indikat li ssir xi emenda fuq il-linja ndikata.", "AMBAXXATURI MALTIN", "W49.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min huma d-diversi ambaxxaturi Maltin li bħalissa qed jaqdu d-doveri tagħhom bħala ambaxxaturi Maltin pajjiż, pajjiż?", "Liema huma dawk il- pajjiżi li kellhom l-ambaxxatur Malti għalihom mibdul wara l-elezzjoni li għaddiet?", "Liema ambaxxaturi oħra hu mistenni li jinbidlu matul iż-żmien li ġej?", "Kemm mill-ambaxxaturi preżenti qed iservu lil Malta għall-ewwel darba?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Ambaxxaturi Maltin li fil-preżent għandhom il- ħatra biex jaġixxu ta' Rappreżentanti Prinċipali skond il-klawsola 111 tal- Kostituzzjoni ta' Malta huma:", "|Is-Sur Charles |Residenti | |AQUILINA |f'Bonn, il- | | |Ġermanja | |Is-Sur George |Residenti | |BUSUTTIL |f'Canberra, | | |l-Awstralja | |Is-Sur Victor |Residenti fi | |CAMILLERI |Brussell, | | |il-Belġju | |Is-Sur Yves |Residenti | |DEBARRO |fil-Kajr, | | |l-Eġittu | |Is-Sur George |Residenti fi | |DOUBLESIN |Triplu, | | |il-Libja | |Is-Sur Emmanuel |Se jkun | |FARRUGIA |residenti | | |f'Riyadh, | | |l-Arabja | | |Sawdita | |Is-Sur George |Residenti | |SALIBA |f'Mosca, ir- | | |Russja (li fi | | |żmien qasir, | | |imur bħala | | |Rappreżentant | | |Permanenti | | |għall-Ġnus | | |Magħquda fi New| | | | | |York) | |Is-Sur Maurice |Residenti fi | |ABELA |Vjenna, | | |l-Awstrija | |Dr. Michael |Rappreżentant | |BARTOLO |Permanenti | | |għall-Uffiċċju | | |tal-Ġnus | | |Magħquda | | |f'Ginevra, | | |l-Isvizzera u | | |residenti | | |hemmhekk | |Dr. Albert BORG |Residenti | |OLIVIER |f'Washington, | |de PUGET |l-Amerka | |Is-Sur Vincent |Residenti | |CAMILLERI |f'Parigi, | | |Franza | |Is-Sur Henry |Residenti | |DEGABRIELE |f'Ruma, | | |l-Italja | |Is-Sur Richard |Residenti | |MATRENZA |f'Londra, | | |l-Ingilterra | |Is-Sur Francis |Ambaxxatur | |MONTANARO |għall- | |MIFSUD |Organizzazzjoni| | |ta' | | |l-ikel u | | |Agrikoltura | | |(Residenti | | |f'Ruma) | |Is-Sur Charles |Residenti | |VELLA |f'Beijing, | | |iċ-Cina | |Is-Sur Alfred ZARB|Residenti | | |f'Malta | |Is-Sur Saviour |Residenti | |BORG |f'Malta | |Il-Professur David|Residenti | |ATTARD |f'Malta | |Dr Daniel MICALLEF|Residenti | | |f'Malta | |Dr John BUTTIGIEG |Residenti | | |f'Malta |", "Minn wara l-elezzjoni t'Ottubru 1996, tnax-il Ambaxxatur li offrew ir- riżenja tagħhom minn din il-kariga kellhom l-offerta tagħhom aċċettata.", "Seba' minn dawn kienu residenti barra minn Malta, filwaqt li l-oħrajn kienu residenti f'Malta.", "S'issa nħatru Ambaxxaturi sostituti ġodda, residenti barra minn Malta, f'Riyadh u f'Parigi.", "Sadanittant, peress li l-Ambaxxatur li qabel kien qed iservi f'Ruma intbagħat Bonn, u dak ta' Londra intbagħat fi Brussell, inħatru żewġ Ambaxxaturi sostituti f'Ruma u f'Londra minflokhom ukoll.", "Inħatar ukoll Ambaxxatur mhux residenti barra minn Malta għall-Kunsill ta' l-Ewropa u għall-Olanda minflok Ambaxxatur li qabel kien jirrisjedi barra minn Malta, filwaqt li Ambaxxatur ieħor mhux residenti barra li kellu r- riżenja tiegħu mill-kariga aċċettata ġie sostnut ukoll.", "Ma' dawn it-tnejn, żdiedet il-ħatra ta' Ambaxxatur għal numru ta' organizzazzjonijiet fi ħdan il-Ġnus Magħquda għal wieħed mill-uffiċjali pubbliċi fil-Ministeru tiegħi.", "Ħadd mis-seba' Ambaxxaturi appuntati riċentement ma kienu jżommu ħatra bħal din qabel.", "Fil-preżent il-Ministeru tiegħi għadu qed jistudja l-aħħar offerti ta' riżenji mill-kariga ta' Ambaxxatur, li kien irċieva l-Prim Ministru, li għadhom ma ġewx deċiżi.", "LOCAL COUNCILS CONTRACT UNIT - XOGĦLIJIET", "W50.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir mill-Local Councils Contract Unit għal kull kunsill lokali u meta hu mistenni li jispiċċa u kemm hu l-ħlas relattiv?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W.31 (seduta nru.", "30)", "KUNSILLI LOKALI - TOROQ", "W51.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għamel resurfacing ta' toroq kull kunsill lokali matul l-1996?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpallant li peress li l- informazzjoni trid tinġabar, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "GĦAWDXIN - TRASPORT BIL-VAPUR", "W52.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti lista bl-ismijiet, indirizzi u ID numbers tal- persuni li waqt li jgħixu Malta kellhom pass tal-Gozo Channel biex jaqsmu għal Għawdex b'fare ridott biex iżuru l-qraba tagħhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ma nħossx li hija etika li jingħataw d-dettalji li talab l-Onor.", "Interpellant.", "Jirriżulta, per eżempju, li ċerti persuni li kellhom pass biex jaqsmu għal Għawdex b'fare ridott kienu jagħmlu hekk biex ikunu jistgħu jaraw lir-raġel jew lill-mara tagħhom.", "Dan ifisser li koppji bħal dawn għal xi raġuni jew oħra qegħdin jgħixu separatament u mhux xieraq minħabba l-provedimenti ta' l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad- Deputati li jingħataw dettalji li jirriflettu fuq il-kondotta jew il- karattru ta' persuni li ma għandhomx karigi uffiċjali jew pubbliċi.", "KAĊĊA - LIĊENZJI", "W53.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li l-Gvern idaħħal miż-żieda fil-liċenzji tal-kaċċa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "PEMBROKE - KWALITA' TA' ILMA", "W54.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W18, jista' l-Ministru jgħid jekk kull bejgħ ta' apparat ta' Reverse Osmosis domestiku, li ilu jsir għal żmien twil, huwiex illegali għax imur kontra l-Att ta' l- 1991 dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (Att Nru. XXIII ta' l- 1991)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, mhux kull bejgħ hu llegali: il-legalita' jew illegalita' tiddependi mill-eżistenza jew nuqqas ta' permess.", "PROGRAMM WEEKEND", "W55.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Peress illi fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2920 dwar il- Preżentaturi ta' Weekend il-Prim Ministru irripeta li \"m'għandu xejn x'iżid għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 824, 2075 u 2501\", jista' allura l-Prim Ministru jikkonferma li l-preżentaturi tal-programm Weekend fuq PBS jitħallsu bejn Lm80 u Lm95 kull wieħed għal kull programm minn Jannar li għadda s'issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nerġa' intenni minflok nirrepeti f'dak li għidt għall- mistoqsijiet preċedenti.", "MLP - WEGĦDIET TA' QABEL L-ELEZZJONI", "W56.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Peress li waħda mill-wegħdiet ewlenin tal-MLP immexxi mill-Prim Ministru tal-lum kienet li jagħmel minn Malta Svizzera tal-Mediterran, u karatteristika ewlenija tas- sistema demokratiku ta' l-iSvizzera hija konsultazzjoni kontinwa permezz tar-Referendum, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li wara li ammetta li żbalja meta naqas li jikkonsulta l-fehma ta' l-Għawdxin dwar in-nollijiet u sostna wkoll li huwa kontra r-Referendum dwar id-divorzju u s-sħubija fl- Unjoni Ewropea, allura din hija wegħda oħra li mhux qed titwettaq?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kont nippretendi mill-Onor.", "Membru li jifhem kif l- għajta politika ta' \"Malta Bħala Svizzera fil-Mediterran\" (li ġabet warajha l-appoġġ tal-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti fl-aħħar elezzjoni) dejjem kienet tfisser li rridu nagħmlu minn Malta stat Ewropew newtrali f'nofs il- Mediterran, pajjiż modern, miftuħ u ħabib tal-ġirien kollha tiegħu.", "Żgur li qatt ma fhimna li Malta għandha ġġib kull ħaġa li hemm l-Isvizzera f'Malta.", "M'hawnx post għall-alpi f'pajjiżna!", "Ċert li l-poplu Malti, bil- maqlub ta' l-Onor.", "Interpellant, fehem dan kollu bla ebda problema.", "DJAR - TISWIJA TA' DJAR", "W57.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall- avviżi 2 u 3 li reġgħu ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-14 ta' Frar, 1997 (P. 1028), jista' l-Ministru jgħid liema bini/djar b'soqfa perikolużi se jiġu msewwija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se jinbidlu s- soqfa perikolużi f'dawn il-postijiet tal-Gvern:", "Avviż 2:", "38, Okella Agius, Qormi Road, Marsa Block A, Ta' Giorni.", "60/1, Independence Square, Valletta.", "80/2, Merchants' Street, Valletta.", "80/3, Merchants' Street, Valletta.", "125/3, St. Paul's Street, Valletta.", "125/4, St. Paul's Street, Valletta.", "71, Gunlayer Street, Floriana.", "Avviż 3:", "13,.Windmill Street, Cospicua 5/2, St. Roque Street, Cospicua No. 4, Block F, Ġuże' Damato Street, Paola.", "Block 6, Flat 8, Garden Drive, Santa Luċija.", "Door 8, Block 10, Sta.", "Luċija.", "3, Block 8, Triq il-Miġja tal-Papa, Senglea Flat 4, Door 11, Block 5B, Triq is-Sur, Senglea No. 13, Block 4, Triq il-Vitorja, Senglea \"Philip\", Fishermans's Dwellings, M'Xlokk No. 13, Block 1, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Vittoriosa", "DJAR - KUNTRATTI TA' POSTIJIET", "W59.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinħareġ il-President's Order biex ikunu jistgħu jsiru l-kuntratti tal-postijiet li għadhom fuq konvenju minn sena ilu bħal dawk fiż-Żurireq Govt.", "Housing Estate (Nigret)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar diġa' ħadet passi mad- Dipartiment ta' l-Artijiet ħalli l-istess Dipartiment ta' l-Art jgħaddi t- titolu legali ta' l-artijiet in kwestjoni lill-Awtorita' tad-Djar ħalli jkunu jistgħu jiġu ffinalizzati l-kuntratti fuq dawn il-postijiet.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ASSISTENTI DIRETTURI", "W67.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2832 , jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-vakanzi li ġew identifikati fil-grad ta' Assistent Direttur?", "Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkolari li nħarġet lis-Segretarji Permanenti fil-Ministeri kollha f'Lulju ta' l-1996 u li fiha ssemma l-grad ta' Assistent Direttur?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li sar aktar minn tentattiv wieħed biex jiġi stabbilit in-numru ta' vakanzi fil-grad ta' Assistent Direttur imma dan l-eżerċizzju għadu ma ġiex finalizzat.", "Jien informat ukoll li, f'Lulju ta' l-1996, ma ħarġet l-ebda ċirkolari, la mill-OPM u lanqas mill-MPO, li fiha semma l-grad ta' Assistent Direttur.", "KUMITAT OLIMPIKU MALTI", "W80.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 2523, jista' l-Ministru jgħid, issa li l- Estimi tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali ġew approvati minn din il-Kamra, b'liema mod se jgħin lill-Kumitat Olimpiku Malti?", "Bil- Logħob ta' l-Islanda tliet xhur u nofs biss 'il bogħod, jista' l-Ministru jassigura li d-diskussjonijiet dwar il-quantum jiġu tradotti f'xi ħaġa konkreta mill-aktar fis?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, nista' nassigura li d-dikussjonijiet dwar il- quantum ta' l-għajnuna finanzjarja ġew mwegħda mill-Gvern Laburista ġdid lill-Kumitat Olimpiku Malti u se jiġu tradotti f'xi ħaġa konkreta fil-jiem li ġejjin.", "ŻVILUPP TAT-TALENT LOKALI", "W81.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 2760, minflok jagħmel affermazzjonijiet gratuwiti bħal li \"il-Gvern preċedenti, bil-politika mħaddma minnu, kien ħafna drabi jenfasizza l-użu tal-barranin minflok talent lokali sempliċement għax dawn kienu barranin\", jista' l-Ministru jgħid xi proġetti konkreti għandu l-Gvern ta' llum biex iħeġġeġ u jkattar l-iżvilupp tat- talent lokali?", "Jista' jgħid dan għal dak li għandu x'jaqsam ma' kull qasam ta' l-arti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħala persuna li kellha r-responsabbilta' ta' l- Arti fil-passat nispera li l-Onor.", "Interpellant jifhem illi l-promozzjoni tat-talent lokali għandu jkun proċess kontinwu.", "L-Onor.", "Interpellant se jkollu biżżejjed okkażjonijiet biex jara dan il- konċett jiġi mpoġġi fil-prattika tax-xogħol li jsir fi ħdan dawn l-oqsma kemm mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali kif ukoll fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti.", "KUMMISSJONI REGATTA - MEMBRI", "W82.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 2764 dwar il-membri tal-Kummissjoni Regatta, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittri tal-ħatra tas-Sur Sammy Busuttil u tas-Sur Frans Dingli bħala membri kooptjati fil- Kummissjoni Regatta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma jinħassx il-bżonn li lill-membri kooptjati f'kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Festi Nazzjonali tinħarġilhom sura ta' ħatra u dan minħabba l-fatt li s-servizz ta' dawn il-persuni jkun intiż għall-avveniment speċifiku bħal ma hu f'dan il-każ.", "Minflok poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' l-uffiċjali u l-membri tal-Kummissjoni Regatta.", "L-ismijiet indikati b'asteriska huma l-membri kooptjati, l-oħrajn huma membri tal-Kumitat Festi Nazzjonali li taħtu taqa' l-organizzazzjoni ta' Regatta ta' Jum il-Ħelsien u r-Regatta ta' Jum il-Vitorja.", "SPORT FOR ALL - BORD TAD-DIRETTURI", "W83.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 2767 dwar il-Bord tad-Diretturi tal-programm \"Sport for All\", jista' l-Ministru jgħid meta se titħabbar il- kompożizzjoni tal-Bord il-ġdid?", "Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' korsijiet wieħed jistenna li l-Bord se jorganizza?", "Jista' wkoll il- Ministru jgħid x'ifisser għalih u għall-Gvern tiegħu l-programm \"Sport for All\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta jitwaqqaf il-Bord tad-Diretturi tal- programm Sport for All, din il-ħatra tiġi mħabbra pubblikament.", "Il-Bord il-ġdid ikun jista' jikkonsidra x'tip ta' korsijiet għandhom jiġu organizzati.", "Naħseb li t-tifsira ta' Sport for All m'għandix tkun waħda ristrettiva iżda għandha tinftiehem kif proprju tindika l-fażi Sport for All.", "FIERA TAL-KARRIERI", "W84.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-Ministru fit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2918 qal li \"il-Fiera tal-Karrieri se ssir skond il- pjan\", jista' l-Ministru jgħid xi pjan seta' kien hemm biex issir il-Fiera meta, fil-fatt, ġimgħa biss qabel, il-Ministru stess stqarr, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2524, li l-Ministeru tiegħu kien qed jikkonsidra jekk din is-sena għandhiex issir il-Careers Convention minħabba li f'Settembru 1996 kienet ittellgħet ukoll attivita' li kellha wkoll element vokazzjonali u edukattiv?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kliem li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant \"il-Fiera tal-Karrieri\" se ssir skond il-pjan \"jirriferi għall- mod kif din il-fiera tittella' kull sena, sena f'Malta u sena f'Għawdex.", "Għalhekk hu ttamat li tibqa' ssir skond il-pjan eżistenti jiġifieri sena f'Malta u sena f'Għawdex.", "Il-fiera ta' din is-sena 1997 se ssir f'Għawdex.", "KUMITAT GĦALL-MILLENJU L-ĠDID", "W85.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 2833, dwar it-twaqqif tal-Kumitat għall- Millenju l-Ġdid, ġaladarba l-Ministru qal li s-Segretarju Parlamentari ta' taħtu għandu jkollu l-patroċinju ta' l-idea, jista' l-Ministru jgħid fejn fil-programm elettorali tal-Partit tiegħu, jissemma l-ħsieb, ix-xewqa jew il-pjan li l-Partit Laburista fil-Gvern iwaqqaf Kumitat bħal dan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma jidhirlix li biex jitwaqqaf xi kumitat, partikolarment tan-nutara li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant, hemm bżonn xi rabta ta' Manifest Elettorali.", "MEWT TA' MATTIA PRETI", "W86.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 2834 dwar iċ-ċelebrazzjoni tat-300 sena mill- mewt ta' Mattia Preti, jista' l-Ministru jgħid jekk issa huwiex f'qagħda li jagħti l-inforamzzjoni mitluba?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jidher li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kienu saru xi kuntatti informali ma' diversi reġjuni Taljani - bħal Kalabrija, Napli w Ruma li huma b'mod partikolari interessati fil- kommemorazzjoni tat-tielet ċentinarju mill-mewt tal-pittur Mattia Preti, li miet f'pajjiżna fl-1 ta' Jannar ta' 1699.", "Dawn il-kuntatti, li kienu saru kemm mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, kif ukoll mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Kultura, qegħdin jitkomplew għalkemm għadu ma sar l-ebda ftehim konkret.", "FURJANA - LIBRERIJA PUBBLIKA ĊENTRALI", "W87.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi, kif jagħmlu wkoll ħafna mill-kollegi tiegħu, il- Ministru uża l-isem \"Belissebħ\" flok il-\"Furjana\" fit-tweġiba li ta għall- mistoqsija parlamentari numru 2889, jista' l-Ministru jikkonferma li dan l- isem kien tneħħa b'Avviż Legali xi snin ilu, u li allura anke l-uffiċċju tiegħu stess mhux sitwat f'Beltissebħ (li ma jeżistix) imma fil-Furjana?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li r-riferenza għal-Librerija Nazzjonali ta' Beltissebħ li dehret fid-domanda parlamentari numru 2889 trid taqra \"Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana\".", "GĦAQDIET KULTURALI", "W88.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li mit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2888 dwar il-faċilita' li l-Gvern prċedenti kien se jagħti lill-għaqdiet kulturali li m'għandhomx sede proprja jidher li l- Ministru fittex l-informazzjoni f'post żbaljat, jista' l-Ministru jerġa' jivverifika l-qagħda dwar il-proġett u jagħti lil din il-Kamra l- informazzjoni ġusta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 2888.", "ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI", "W90.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi ċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi hu ssussidjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jgħid xi ħlas talab iċ- Ċentru lill-Kumitat Organizzattiv tal-konkors \"Sportivi tas-Sena\" biex dan ikun jista' jagħmel użu miċ-Ċentru għas-serata finali tal-konkors?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "QRATI - GĦAJNUNA LEGALI", "W93.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallsu l-avukati u l-prokuraturi legali appuntati biex jagħtu l-għajnuna legali u kemm każi ġew trattati minn kull wieħed minnhom matul l-1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond il-liġi ma hemm l-ebda dritt li għandu jitħallas l-ammont ta' Lm15 għal kull seduta u dan peress li hija diffiċli ħafna li jinsabu avukati ta' għajnuna legali mingħajr ħlas (għajr għall-out of pocket expences).", "Ma tinżammx statisika dwar kawżi ttrattati.", "QRATI - KAWŻI ĊIVILI", "W94.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi ċivili xahar b'xahar mill-1 ta' Ġunju, 1996 maqsuma skond kull Qorti kompetenti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba hija din:", "|Imhallef|Gu|Lu|Aw|Set|Ott|Nov|Di| | |n |l | |t | | |c | |On. |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 | |Filletti| | | | | | | | |On. |1 |0 |0 |0 |1 |0 |0 | |Manche | | | | | | | | |On. |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 | |Depasqua| | | | | | | | |le (Fam | | | | | | | | |Court) | | | | | | | | |On. |31|3 |0 |5 |14 |14 |8 | |Depasqua| | | | | | | | |le | | | | | | | | |On.", "F. |25|0 |6 |16 |25 |27 |12| |Camiller| | | | | | | | |i | | | | | | | | |On Magri|27|1 |0 |18 |19 |12 |8 | |On |21|14|12|137|172|132|10| |Arrigo |5 |7 |8 | | | |6 | |On |19|24|16|22 |20 |20 |22| |Degaetan| | | | | | | | |o | | | | | | | | |On |21|22|0 |8 |44 |22 |19| |Valenzia| | | | | | | | |On |49|37|11|23 |32 |33 |9 | |Caruana | | | | | | | | |Demajo | | | | | | | | |On.", "G. |81|13|0 |2 |42 |6 |25| |Camiller| | | | | | | | |i | | | | | | | | |Mag. |20|30|44|31 |55 |58 |32| |Scicluna| | | | | | | | |Mag. |19|30|44|33 |54 |58 |33| |Farrugia| | | | | | | | |Sacco | | | | | | | | |Mag. |19|31|43|33 |54 |58 |33| |Mallia | | | | | | | | |Mag. |20|30|45|32 |54 |59 |33| |Montebel| | | | | | | | |lo | | | | | | | |", "QRATI - ĠURIJIET PENDENTI", "W95.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Riferibbilment għall-ġurijiet pendenti, jista' l-Ministru jgħid meta twettaq ir-reat allegat f'kull ġuri?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Risposta tingħata f'seduta oħra wara li tkun inġabret l-informazzjoni.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "W96.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kull imħallef u maġistrat kellu kawżi pendenti quddiemu fil-31 ta' Diċembru, 1996?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kawżi pendenti quddiem kull Imħallef u Maġistrat fil-31 ta' Diċembru, 1996:", "|Qorti Kriminali |90 | |Appelli |393 | |Kriminali | | |Appelli |1098 | |Superjuri | | |Appelli |105 | |Inferjuri | |", "| |Ċivili | |Onor. J. Filetti |180 | |Onor. A. Manche' |753 | |Onor. F. |316 | |Depasquale(Family | | |Court) | | |Onor. F. Depasquale |574 | |Onor. F. G. Camilleri |681 | |Onor. A. J. Magri |1107 | |Onor. N. Arrigo |2294 | |Onor. V. De Gaetano |419 | |Onor. G. Valenzia |522 | |Onor. G. Caruana |683 | |Demajo | | |Onor. G. Camilleri |753 |", "| |Ċivil|Krimina| | |i |li | |Magt.", "M. Mallia |167 |11 | |Magt.", "A. Mizzi |- |304 | |Magt.", "J. Padovani |146 |379 | |Magt.", "S. Meli |- |212 | |Magt.", "Apap Bologna |- |2783 | |Magt.", "P. Vella |- |125 | |Magt.", "C. Peralta |- |3601 | |Magt.", "N. Cuschieri |- |517 | |Magt.", "D. Scicluna |243 |236 | |Magt.", "D. Montebello|745 |- | |Magt.", "Farrugia |977 |37 | |Sacco | | | |Magt.", "G. Grixti |- |1624 | |Magt.", "S. Demicoli |- |80 | |Magt.", "Micallef |- |1023 | |Trigona | | | |Magt.", "A. Lofaro |- |997 |", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENTI TA' PROPRJETA'", "W97.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti t-totali kull sena mill-1987 sa l-1997 ta' atti dwar trasferimenti ta' proprjeta' reġistrati fir-Reġistru Pubbliku?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: It-total ta' kull sena mill-1987 sa l-1997 ta' atti dwar trasferimenti ta' proprjeta' reġistrati lir-Reġistru Pubbliku kienu dawn:", "|1987 |7451 | |1988 |13595 | |1989 |11203 | |1990 |12956 | |1991 |13969 | |1992 |13055 | |1993 |10634 | |1994 |11604 | |1995 |12013 |", "L-istatistika dwar is-sena 1996 ma tistax tingħata għalissa peress li għadha qed tinġabar u peress illi l-istatistika ssir kull sena, huwa ovvju illi dik tas-sena 1997 ma tistax tingħata.", "QRATI - KAWŻI", "W98.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi f'Jannar 1997 kategorizzati skond il-Qorti li tat id-deċiżjoni u kemm kien hemm kawżi pendenti f'kull Qorti fl-aħħar ta' Jannar 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba hija din:", "|QORTI |DEĊIŻI|PENDENTI| |Qorti | 2 | 90 | |Kriminali | | | |Appelli | 14 | 407 | |Kriminali | | | |Appelli | 53 |1067 | |Superjuri | | | |Appelli | 12 | 104 | |Inferjuri | | | |Ċivili |283 |8318 | |Prim'Awla | | | |Maġistrati |160 |1725 | |Ċivili | | | |Maġistrati |970 |11150 | |Krim. | | |", "QRATI - MEMBRI TAL-ĠUDIKATURA", "W99.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallsu u x'allowances għandhom l- imħallfin u l-maġistrati?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Skond l-avviż legali numru 31/96 il-ħlas tal- membri tal-Ġudikatura huwa hekk:", "Prim Imħallef Lm10,722 fis-sena Imħallfin oħra Lm 9,322 fis-sena Maġistrati Lm 7,920 fis-sena", "Ma' dawn l-ammont, wieħed irid jinkludi ż-żidiet imħallsa fl-aħħar budget kif ukoll Expenses Allowance ta' Lm1,100 fis-sena u allowance addizzjonali ekwivalenti għal 15% tas-salarju fis-sena.", "GĦAWDEX - SIT TA' GĦAJN ABDUL", "W103.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Mużewijiet għandux dokumentazzjoni depożitata fl-arkivju tiegħu dwar is-sit ta' Għajn Abdul f'Għawdex?", "Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad- dokumentazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Mużew ta' l- Arkeoloġija m'għandux dokumentazzjoni arkivjata fuq is-sit ta' Għajn Abdul, fejn fis-snin sittin nstabu bċejjeċ tal-fuħħar li jmorru lura għal madwar il-5000 q.K.", "Sfortunatament, ma kienx possibbli li ssir dokumentazzjoni, minħabba li l- għar fejn instab dan il-fuħħar kien ġie meqrud għal kollox minn barriera tal-qawwi tal-post.", "Dawk il-biċċiet tal-fuħħar kienu nġabru waqt spezzjoni li kienu għamlu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, illum jinsabu konservati fil-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija.", "ENEMALTA - KONSUM TA' L-ELETTRIKU", "W104.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi l- bniedem, għalkemm ma jafx il-ġejjieni, dejjem irid jaħseb u jaħdem lejl u nhar, kemm fid-dawl u kemm fid-dlam, jista' l-Ministru jwieġeb għall- mistoqsija parlamentari numru 3040 dejjem bejn it-truf li jistgħu jaqtgħulna dawl ħajjitna ħesrem?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Huwa minnu li l-bniedem kif qal l-Onor.", "Membru, \"irid jaħseb u jaħdem lejl u nhar, kemm fid-dawl u kemm dlam\".", "Iżda, biex jaħseb m'għandux bżonn dawl, u wisq jimportah jekk hux għoli jew għadx jogħla.", "Wieħed mill-egħref kittieba Ingliżi kiteb żewġ opri magħrufa sewwa sew meta kien agħma.", "Biex taħdem id-dawl hu bżonnjuż u qed nagħmlu minn kollox biex dan ma jonqosx u biex jitgawda minn kulħadd bla sagrifiċċju.", "MOSTA: TRIQ IN-NAĦAL - PROPRJETARJI", "W106.", "L-ONOR EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni dwar minn huma l-proprjetarji ta' plots numri 8 u 9 fi Triq in-Naħal, il-Mosta. jew kif kienet magħrufa (N/S in Bridge Street)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Dawn iż-żewġ plots ma ġewx allokati mill- Awtorita' tad-Djar.", "Jidher li huma ta' sidien privati.", "KUMITAT KONSULTATTIV DWAR L-ARKIVJI NAZZJONALI", "W107.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li twaqqaf il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Arkivji Nazzjonali, jista' l-Ministru jafda f'idejn dan il-kumitat it-tifkira li jixraq li ssir tal-patrijotti Maltin li mietu bejn l-1798 u l-1800?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nilqa' s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru u se ngħaddih lis-Segretarju tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Arkivji Nazzjonali biex jiġi diskuss fl-ewwel laqgħa tal-kumitat.", "SAĦĦA NIES RESPONSABBLI MILL-ISTORES", "W108.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2018, jista' l-Ministru jgħid permezz ta' liema sejħa għall-applikazzjoni kienu mpjegati s-Sinjur Josiah Grech, Frank Farrugia, Louis Briffa u Vincent Cauchi li huma responsabbli għall-Main Stores, għall- Provision Stores, għall-Engineering and Maintenance Stores u għall-Bio- Medical Stores rispettivament?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhu s- salarju annwali gross ta' kull individwu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-Sur Josiah Grech ma kienx impjegat tal-Gvern.", "Is-servizzi tiegħu kienu qed jinxtraw bir-rata ta' Lm422 fix-xahar.", "Dan l- arranġament waqaf b'seħħ mill-1 ta' Frar, 1997.", "Il-grad u s-salarju annwali gross tat-tliet persuni l-oħra msemmija mill- Onor. Interpellant huma kif ġej:", "|Frank |Assistant |Lm4417| |Farrugia |Prinċipal | | |(I.D. | | | |646544M) | | | |Louis |Tradesman(Mec|Lm3339| |Briffa (ID|hanical | | |30557 M) |Fitter) | | |Vincent |Assistant |Lm4147| |Cauchi (ID|Principal | | |662353M) | | |", "Iż-żewġ Assistant Principals, jiġifieri s-Sur Farrugia u s-Sur Cauchi, ilhom impjegati mal-Gvern mill-1962 u l-1976 rispettivament.", "Dawn kienu bdew bħala Clerks u għalhekk daħlu permezz tas-sejħiet għall- applikazzjonijiet ta' dak iż-żmien.", "Is-Sur Louis Briffa nħatar Mechanical Fitter wara li temm b'suċċess tliet snin kors ta' apprentistat fis-suġġett u ottjena l-Journeyman's Certificate kif jinħtieġ qabel ma tradesman jinħatar mis-Servizz Pubbliku.", "F'każi bħal dawn ma kenitx toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.", "BOVIS INTERNATIONAL", "W110.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il- kumpannija BOVIS International għall-cost auditing li qegħda tagħmel fuq il- proġett ta' l-isptar il-ġdid mill-Vot Kapitali -Building of a New Hospital ta' l-1996?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt bejn il-Gvern ta' Malta u BOVIS International flimkien mat-terms of reference li permezz tiegħu minn fondi taħt il-Vot Kapitali tad- Diviżjoni tas-Saħħa qegħdin jitħallsu dawn BOVIS?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kull korrispondenza li kienet stambjata bejn il-Ministeru tal- Finanzi, il-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi, il-Ministeru għall- Iżvilupp Soċjali u d-Diviżjoni tas-Saħħa f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob li l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija jsiru lill-Ministru kkonċernat.", "Il-korrispondenza mitluba hija voluminuża, konfidenzjali u b'effetti kuntrattwali.", "MDC - KORRISPONDENZA MA' BOVIS INTERNATIONAL", "W111.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti inkluż il- korrispondenza kollha li kienet skambjata bejn il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u BOVIS International biex dawn iħejju rapport dwar Science u Business Park fuq art biswit l-Univerista'/Kalafrana kif ukoll biex iħejju rapport dwar upgrading u management ta' l-oqsma industrijali?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha li tħejjew kif ukoll ittri skambjati dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt ta' BOVIS International f'Marzu ta' l-1996?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- rapporti, il-korrispondenza mitluba mill-Onorevoli Interpellant, bl- eċċezzjoni li żewġ rapporti bi statistika fuq kumpanniji individwali li hija koperta bid-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalita' skond l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "ATTARD - UFFIĊĊJU ĊENTRALI TAL-PTA", "W112.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid b'liema sejħa pubblika inkriet il-villa f'Ħ'Attard li fiha hemm l-uffiċċju ċentrali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kirja li għaliha daħlet l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li ma kienet saret l-ebda sejħa pubblika mill-Bord ta' qabel, qabel inkera l-post eżistenti li minnu qed topera bħalissa l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku f'Ħ'Attard, għalkemm membri ta' dak il-Bord kienu żaru diversi postijiet oħra qabel inkera l- post eżistenti.", "Tajjeb li nsemmi li l-Awtorita' bħalissa qed tfittex b'urġenza akkomodazzjoni alternattiva peress li fuq il-post eżistenti ħareġ Avviż ta' Eviżjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li din irrifjutat applikazzjoni għal bidla fl-użu tal-post.", "Barra minn hekk, il-Bord il-ġdid mhux favur l- arranġamenti li kienu saru mill-Bord ta' qbael dwar il-kera u l- kondizzjonijiet.", "Kopja tal-kuntratt mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PTA - ĊENTRU AMMINISTRATTIV", "W113.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-1991 kien sar kuntratt bejn id- Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex art maġemb l-iskola primarja ta' San Gwann tgħaddi għand l-awtorita' biex fuqha tibni ċentru amministrattiv?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat li kellu jiswa dan il-bini?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku m'għadhiex interessata f'din l-art u għal-liema raġuni ttieħdet din id-deċiżjoni?", "Jista' l-Ministru għaldaqstant jgħid meta hu ppjanat li jsir kuntratt ta' rixendiment bejn id- Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex l- art terġa' tmur lura għand il-Gvern Ċentrali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux konxju li din l-art hi aktar meħtieġa għal skop edukattiv biex jingħata aktar nifs mill-iskola primarja ta' San Gwann?", "Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex dan il- kuntratt ta' rixendiment isir immedjatament?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-kuntratt li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant kien sar fid-9 ta' Jannar, 1991 dwar art li tinsab bejn il-ground tal-football, l-Iskola Primarja u Triq ir-Riħan.", "Erba' snin ilu kienu saru l-pjanti u d-disinnji għal dan iċ-ċentru, li kien stmat li se jiswa madwar Lm265,000.", "Dan l-aħħar saret reviżjoni u l-istima telgħet għal Lm307,000.", "Għaddejjin trattattivi bejn iż-żewġ ministeri fuq is-suġġett.", "FMSS - SPTAR ĠDID", "W114.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Medici jew il-Project Management Office responsabbli mill-bini ta' l-Isptar il-ġdid qattx irrifjutaw li l-konsorzju IRB, jiġifieri l-Impresem ta' Sqallija, Rainbow Mix Co. Ltd u G and P Borg Contractors Ltd. li kienu responsabbli mix-xogħlijiet ta' skavar u tat- toroq li jwasslu għas-sit ta' l-isptar, jingħataw xogħol bħala sub- contractors ta' Skanska fuq il-bini ta' l-isptar?", "Jista' jikkonferma l- Ministru li l-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi kienet lesta li tippermetti li dawn jingħataw xogħol bħala sottokuntratturi basta jirtiraw il-kawża li kienu għamlu kontra l-Gvern minħabba danni finanzjarji li sofrew kaġun ta' disinji ħżiena u tmexxija batuta tal-proġett?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-kuntrattur Skanska J.V. qatt ma għamel talba biex il-konsorzju I.R.B. jingħata xogħol bħala sub-contractor fuq il-bini ta' l-isptar.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija ma jidhirlix li hemm dokumentazzjoni f'dan ir-rigward.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - PROGRAMM ELDERHOSTEL", "W115.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2336, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm Elderhostel li tmexxi l- Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid x'tonfoq il-Fondazzjoni fuq dan il-programm u wkoll xi dħul finanzjarju jkollha minnu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif isir il-marketing għal dan il-programm?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: l-programm Elderhostel huwa programm ta' lectures, field trips u site visits għal perjodu ta' ġimgħatejn intiż għal gruppi ta' Amerikani/Kanadiżi ta' 'l fuq minn ħamsin sena u li għandhom interessi akkademiċi.", "L-ewwel kors sar f'Jannar ta' din is-sena u matul din is-sena hu mistenni li jsiru disa' courses oħra.", "L-ispejjeż kollha tal-programm huma koperti mill-ħlas li jsir mill- organizzazzjoni Elderhostel lill-International Office ta' l-Universita'.", "L- Elderhostel hi responsabbli għall-marketing ta' dan il-programm permezz tal- katalgu tagħha li joħroġ darbtejn fis-sena u li jitqassam f'diversi eluf ta' kopji mal-kontinent Amerikan.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI", "W116.", "L-ONOR.", "CHIRS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi flus irċeviet il- Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fil-perjodu l-1 ta' Jannar, 1986 sa l-aħħar ta' Jannar ta' l-1997, xahar b'xahar, għall-perjodu msemmi minn entitajiet Maltin jew barranin inkluż ukoll għotjiet jew ħlasijiet li saru mill-Gvern Malti?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont xahar b'xahar kif intnefqu dawn il-kontribuzzjonijiet kollha xahar b'xahar għal kull sena msemmija?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kien il-bilanċ tal-bank tal- Fondazzjoni għal kull xahar tal-perjodu msemmi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dħul li minnu l-Fondazzjoni ġemmgħet il-flus?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-mistoqsija tirrikjedi ħafna riċerka, ir- risposta tingħata f'seduta oħra.", "Sadanittant kopja ta' l-Audited Accounts mill-1987 sal-1995 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MIA - AIR TERMINAL", "W117.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tal- bini ta' l-air terminal il-ġdid fil-Gudja li ġie inawgurat fi Frar ta' l- 1992?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kien il-valur totali tax-xogħol esegwit filwaqt li jgħid ukoll kemm mill-ammont globali mħallas lill- kumpannija NOVITA' kienu \"extras and varIations\" tal-proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - AKKUŻATI FUQ TRAFFIKAR TA' DROGA", "W119.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx xi ħaġa biex persuna akkużata bit-traffikar ta' droga ma tingħatax pleġġ u b'hekk jitħallew jiġru mas- saqajn u lanqas ma jinżammu għal żmien tul jistennew fil-ħabs?", "Mingħajr ma jiġu ppreġudikati d-drittijiet ta' l-akkużat, jista' l- Ministru jwaqqaf xi tribunal speċjali biex jitħaffef il-proċess ta' dawn hekk akkużati biex jew jitneħħa d-dell minn fuqhom jew biex jeħlu il-ħabs jekk ikun ħaqqhom?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li diġa' saret emenda fis-sens illi persuni akkużati b'ċertu reat ta' droga ma jignħatawx il-benefiċċju tal-liberta' proviżorja sakemm jinstemgħu l-provi kollha tal- prosekuzzjoni basta dan isir sa 20 ġurnata.", "Wara 20 ġurnata il-kwestjoni tiġi fid-deskrizzjoni tal-Qorti.", "WARRANT'S BOARD - WARRANT PERMANENTI NRU.", "2638", "W122.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema kriterji il-Warrant Permanenti Nru. 2638 inħareġ; u jgħid f'liema data ħareġ dan il-warrant permanenti u min kien dak inhar iċ-Chairman tal- Warrant's Board?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-warrant 2638 ħareġ fil-21 ta' Diċembru, 1988.", "L-applikazzjoni ġiet proċessata mid-Deputat Direttur skond il-proċedura ta' dak iż-żmien peress li kien għadu ma twaqqafx it-Teachers' Warrants Board.", "L-applikant ma kellux il-kwalifika għal warrant permanenti.", "Jidher li bi żvista ġie rrakkomandat u mogħti warrant permanenti flok wieħed temporanju."]} {"filename": "19980313_198d_par.doc", "date": "1998-03-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 198 Il-Ġimgħa, 13 ta' Marzu, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 198", "Il-Ġimgħa, 13 ta' Marzu, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "198", "Il-Ġimgħa, 13 ta' Marzu, 1998", "WERREJ MINUTI 969", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 969", "TQEGĦID TA' KARTI 975", "MOZZJONIJIET MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L- ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998 976", "AĠĠORNAMENT 999", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1004", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 197 li saret fit-12 ta' Marzu, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "IRĦULA - HEIGHT LIMITATIONS", "11495 L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu riveduti l- height limitations fid-diversi rħula ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Skond il-pjan ta' struttura, il-layout u l-provisions l- oħra ta' l-iskemi, inkluż il-height limitations, jistgħu jiġu emendati bħala parti mill-proċess ta' tħejjija għall-pjani lokali.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li l- height limitations jistgħu jiġu emendati qabel jew inkella waqt it-tfassil tal-pjani lokali.", "Imma d-domanda mhux fuq hekk kienet iżda fuq height limitations.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li f'ċerti postijiet jiżdiedu l-height limitations?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu fil-każ tal-local plans li huma lesti jew kważi lesti?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Ma neskludix li l-Planning Authority tirrevedi l-height limitations f'partijiet differenti ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk dan l-aħħar sarux xi reviżjonijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk wieħed irid jitkellem f'dan is-sens, jista' jgħid li l-height limitations fuq il-blokki ta' fejn hemm il-housing estates tal-gvern diġa' ġew riveduti u hemm il-ħsieb li fuqhom jiżdied xi sular jew tnejn.", "Imma jiena ma nistax nitkellem għall-Planning Authority għax huma l-planners li jridu jiddeċiedu jekk ibiddlux il-height limitations jew le.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'wassal biex ikun hemm tibdil fil-height limitations f'postijiet tal-gvern iżda mhux f'postijiet privati?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-planners li hemm fil-Planning Authority qegħdin hemm biex jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet huma.", "Min-naħa l- oħra, meta l-Gvern jagħmel rakkmandazzjonijiet hu, dawn jiġu diskussi u jintlaqgħu, bħal fil-każ tal-housing estates tal-gvern, u dak huwa proċess ta' koperazzjoni bejn il-Gvern u l-Planning Authority.", "Pero' jiena m'iniex tekniku biex ngħid li fit-toroq tat-tali raħal 'il barra mill-village core se jkun hemm xi tibdil.", "Il-Planning Authority tirreaġixxi skond it-talbiet li jkollha, tagħmel policies u rakkmandazzjonijiet u jekk il-Gvern japprovahom imbagħad jiġu implimentati.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk niftakar tajjeb, f'Lulju li għadda saret emenda li kienet tgħid li kull policy ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha bżonn l-approvazzjoni tal-Gvern.", "Jiġifieri s'issa l-Viċi Prim Ministru ma rċieva l-ebda talba l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġu riveduti dawn il-height limitations?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Li nista' ngħid hu li m'ilux tlabthom jagħtuni idea ta' kif inhuma l-policies attwali.", "Niftakar li tawni paper qasira fejn ġie deskritt fuq linji ġenerali fejn għandek two-storey jew three-storey limitations.", "(Interruzzjonijiet) Dan bl-ebda mod m'hu qed jeskludi li jkun hemm rakkmandazzjoni min-naħa tal-Planning Authority sabiex f'ċerti rħula partikolari jiġu relaxed il-height limitations.", "Pero' ma nistax ngħid li fil-preżent hemm xi ħaġa li qiegħda tiġi kkonsidrata attivament fuq xi lokalita' partikolari, ħlief fuq il-blokki tal-gvern.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Ittieħdu xi deċiżjonijiet mill-Planning Authority fuq il-paper li għadu kemm semma l-Viċi Prim Ministru?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din il-paper ma ssemmix deċiżjonijiet imma tagħti l- istat tal-fatti kif qegħdin issa.", "Dan huwa elenku ta' l-irħula u l- postijiet fejn japplikaw it-two-storey and three-storey height limitations biex inkunu nafu x'inhuma n-normi li mexjin fuqhom sal-lum.", "Imma huma jafu x'se jissuġġerixxu l-ġimgħa d-dieħla, ix-xahar id-dieħel jew is-sena d- dieħla!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Fil-paper li ppreparat il-Planning Auhority hemm xi rakkmandazzjonijiet jew riferenza għat-talbiet mill-privat biex ikun hemm estensjoni tal-height limitations?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, ma kienx l-iskop ta' din il-paper li tagħmel elenku tat-talbiet li saru mill-individwi.", "Mingħajr ma nitlob l- informazzjoni, ninsab żgur li hemm ruxxmata ta' talbiet minn individwi sabiex itellgħu iktar minn dak li huwa permess.", "Meta kont fil-Planning Authority kont naf bihom - u nassumi li għadhom għaddejjin - għaliex jekk lil dak li jkun minflok permess għal erba' sulari tagħtih permess għal ħamsa, ħafna drabi jkun jaqbillu.", "Jiġifieri qed nassumi li hemm ħafna talbiet biex jogħlew iktar minn dak li huwa permess.", "Pero' jrid ikollok regolamentazzjoni u kontroll għaliex inkella nispiċċaw biex kulħadd itella' kemm ifettillu.", "Pero' ma nafx x'inhu l-iskop tal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Galea.", "Jekk hemm xi ħaġa partikolari li jrid ikun jaf dwarha aħjar jiġi għall-punt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, kif qal tajjeb il-Viċi Prim Ministru, din tat-talbiet għal żieda fil-height limitations m'hijiex xi ħaġa ġdida imma hija xi ħaġa kontinwa.", "Mingħajr ma nirriferi għall-ebda każ speċifiku, nixtieq inkun naf - iktar u iktar li l-Viċi Prim Ministru qed jammetti r-realta' li ħafna nies li jgħixu f'post privat jitolbu għal żieda fil-height limitation - x'wassal lill-Planning Authority biex tiddeċiedi li għandu jkun hemm żieda fil-height limitation fuq talbiet li saru mill-gvern u ma tiddeċidix l-istess fuq talbiet li saru fl-istess irħula minn nies li jgħixu f'post privat.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena qiegħed fil-pożizzjoni li meta l-kollegi tan-naħa l-oħra jippretendu li nieħu xi deċiżjonijiet jiena neħodhom, imma mbagħad meta jkun hemm l-awtonomija tal-Planning Authority fin-nofs allura rridu nibżgħu għaliha.", "Għalhekk nerġa' ngħid li jiena ma nindaħalx lill-Planning Authority jekk kemm-il darba jaċċettawx jew le talbiet mir-residenti ta' area partikolari sabiex jibnu aktar fl-għoli.", "Rigward li wieħed jindaga ħalli jara fejn jista' jżid sulari extra fuq il-housing estates tal-gvern, nista' ngħid li l-Gvern ippreżenta talba lill- Planning Authority.", "Il-Planning Authority għamlet l-istudju tagħha u issa qegħdin naħdmu flimkien dwar dawk it-talbiet li ntlaqgħu.", "Evidentement dwar dawk li ma ntlaqgħux, id-dipartiment konċernat m'huwiex se jagħmel affarijiet li m'għandux permess li jagħmel.", "Irrid ngħid ukoll li l-Gvern ma jistax jagħmel talbiet f'isem il-privat.", "Jiġifieri jekk hemm xi nies li jridu jagħmlu t-talba tagħhom, dawn għandhom imorru quddiem il-Planning Authority u mbagħad din tieħu d-deċiżjonijiet hi.", "Jien ma nistax nobbliga lill-Planning Authority biex fi Triq Psaila jew x'imkien ieħor tagħti tliet sulari minflok tnejn, jew tagħti erba' sulari minflok tlieta.", "Dawn huma affarijiet li trid tiddeċidihom hi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi din il-paper fuq il- Mejda tal-Kamra?", "Infakkar li f'seduta tal-Kumitat Permanenti dwar l- Affarijiet Soċjali, il-Planning Authority kienet ippreżentat paper oħra dwar kif għandhom jiġu wżati djar qodma.", "Ma naħsibx li dawn il-papers għandhom ikunu xi ħaġa sigrieta.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien fl-ebda ħin m'għidt li din hija xi ħaġa sigrieta u nwiegħed lill-kollega tiegħi li se npoġġi kopja ta' din il-paper - jiġifieri l-guidelines li qiegħda timxi fuqhom il-Planning Authority illum - fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jiena la nippretendi u lanqas irrid li l-Viċi Prim Ministru jindaħal lill-Planning Authority fid-deċiżjonijiet ta' xi triq partikolari, pero' ninsab żgur li f'ċerti każi ttieħdet deċiżjoni differenti bejn talbiet li saru għal postijiet tal-gvern u oħrajn li saru mill-privat fl-istess lokal.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'wassal lill-Planning Authority biex tagħmel dan?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nistieden lill-Onor. kollega tiegħi biex jagħmel din il-mistoqsija bil-miktub ħalli nirriferiha lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u nitlobhom jagħtuni r-raġuni tagħhom fuq bażi teknika u fuq bażi ta' planning, ħalli nkun nista' nirrispondih.", "PA -WHITE AREA", "11641.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Karmenu Borg) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tifhem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bil- kliem \"żona white area\"?", "Min għandu l-awtorita' li jgħid li din iż-żona ssir brown area, jiġifieri jkun jista' jsir żvilupp fiha?", "X'qed iżomm milli tittieħed deċiżjoni fuq dawk iż-żoni li huma f'building areas u, minkejja li issa ilhom is-snin immarkati hekk, il-proprjetarji tħallew bla risposta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: White area hija żona li għalkemm ġeografikament hi f'konfini ta' skema ta' żvilupp, din ma tkunx żviluppabbli.", "Filwaqt li l- istatus m'huwiex fiss daqs green area, m'huwiex il-każ li wieħed iqis li dawn iż-żoni għandhom ikunu żviluppati qabel ma l-pjan lokali tal-post jikkonsidra b'mod komprensiv l-użu ta' dawn il-white areas.", "B'dan il-mod dawn joffru opportunita' fil-lokalita' partikolari.", "Min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed isir eżerċizzju biex jiġu identifikati white areas li għalihom kien hemm applikazzjoni jew talba bil- miktub.", "Jista' jkun hemm każijiet fejn wara li jsir ix-xogħol ta' ppjanar meħtieġ, ikunu jistgħu jiġu rilaxxati qabel ma jitlesta l-pjan lokali rilevanti.", "Normalment dawn ikunu areas ta' daqs żgħir u dan irid isir fit- terminu u l-limitazzjonijiet tal-liġi.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - SEGRETARJAT", "12198.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li kien ta l-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2819 fejn inkluda s-c.v. tat-tliet membri tas- segretarjat tiegħu ta' dak iż-żmien, u b'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 6785 magħmula mill-Onor.", "Michael Frendo, jista' issa jagħti s-c.v. ta' kull wieħed mill-ambaxxaturi ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-c.v. ta' kull wieħed mill-ambaxxaturi ta' Malta.", "NAR TAL-FESTI", "12525.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nies korrew jew mietu bin- nar tal-festi mill-1994 'l hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li mill-1994 sa l-20 ta' Frar, 1998 mietu ħames persuni u korrew 27 persuna bin-nar tal-festi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Riċentement erba' kmamar tan-nar - waħda f'Ħal Lija, tnejn f'Birkirkara u waħda f'Ħal Luqa - irċevew ittra biex isibu post alternattiv fi żmien sitt xhur għaliex, skond l-explosives committee, qegħdin f'distanza ta' inqas minn 200 metru mill-abitat.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar biex wieħed ikun ċert minn dan?", "Barra minn hekk, hemm regola li tgħid li l-ebda bini m'għandu jitħalla jsir f'din id- distanza.", "GĦalhekk huwa ġust għall-Prim Ministru li dawn il-kmamar tan-nar ikollhom jagħlqu għaliex ħaddieħor bena viċin tagħhom, meta huma kien ilhom hemmhekk għal dawn l-aħħar 75 sena?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Meta qed nitkellmu fuq ħajja u mewt, il-kwestjoni tal- ġustizzja tiġi sekondarja.", "Jekk de facto hemm postijiet li jinsabu inqas minn 200 metru 'l bogħod minn kamra tan-nar, skond ir-regolamenti viġenti tkun qed thedded il-ħajja ta' dak li jkun, u amministrazzjoni serja ma tistax tinjora ħaġa bħal din.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' ġustizzja imma jekk hemmx theddida għall-ħajja.", "Aħna għandna r-responsabbilta' li nieħdu passi fuq ħaġa bħal din u dan se nagħmluh billi l-ewwel nistiednu lill- kmamar indikati jgħidulna b'mod raġonevoli jekk għandhomx alternattiva għal dak il-post.", "Jekk isibu alternattiva, il-Gvern ikun dispost jgħinhom biex jiċċaqalqu minn hemm, fid-difiża tal-ħajja taċ-ċittadin.", "Fil-każ li ma jsibux post alternattiv minħabba raġunijiet tekniċi u raġunijiet serji, allura niddiskutu biex naraw x'jista' jsir biex niddefendu l-ħajja, xejn aktar u xejn anqas.", "Ċertament pero' li dan għandu jsir 'il bogħod mill- piki u t-tixwix partiġjan, għax hawn aħna qed niddefendu l-ħajja taċ- ċittadin.", "Kif diġa' għidt, Madam Speaker, mill-1994 'l hawn mietu ħames persuni, u jien għadni niftakar wieħed mill-aktar mumenti li ħassejt skoss kemm ilni Prim Ministru.", "Niftakar li konna morna Għawdex biex nagħmlu l-launching tal-white paper fuq l-iżvilupp reġjonali ta' Għawdex u, meta konna qed nitkellmu mal- ġurnalisti, f'daqqa waħda ġew jgħidulna li mietu tnejn minn nies bi splużjoni ta' fabbrika tan-nar u meta morna hemm sibna ħerba sħiħa.", "Niftakar ukoll li l-familjari ta' dawk in-nies li sa ftit tal-ħin qabel kienu qegħdin jipprotestaw kontra dak li konna qegħdin nagħmlu biex nirrestrinġu l-problemi li qed jiġu kkawżati bil-murtali, ġew fuqi mbikkma jgħiduli biex ma nħallihomx jibqgħu għaddejjin bin-nar.", "GĦalhekk ejjew inkunu ċari u ma nipprovawx inxewxu b'dan il-mod.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kwestjonijiet ta' ħajja u mewt u dan il-Gvern għandu r- responsabbilta' li jagħmel minn kollox biex jiddefendi l-ħajja taċ- ċittadin.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Prim Ministru, dejjem jekk għandu t-tagħrif hawnhekk, jgħidilna kemm ittellgħu nies il-qorti u x'passi ttieħdu fir- rigward tal-każijiet li għadu kemm semma?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din hija mistoqsija tajba ħafna pero' jiddispjaċini ngħid li m'għandix l-informazzjoni meħtieġa.", "GĦalhekk nistieden lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nwieġbu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn l- inċidenti kienu dovuti minħabba li xi kmamar involuti qegħdin inqas minn 200 metru mill-abitat?", "Qed ngħid hekk għaliex, jekk m'iniex sejjer żball, dawk il-persuni li mietu f'Għawdex mietu waqt li kienu qegħdin jaħdmu n- nar.", "Jiġifieri jew ma mxewx ma' xi regolamenti jew inkella kien hemm xi raġuni oħra.", "Imma f'dan il-każ se mai għandek tenforza r-regolamenti li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u mal-kontroll.", "Naturalment ir-regolamenti qegħdin hemm biex jiġu mħarsa u biex jiġu enforzati, imma ma nistgħux ngħidu li kull inċident li jseħħ jiġri minħabba n-nuqqas ta' distanza ta' 200 metru.", "Allura jekk wieħed jibni f'din id-distanza abbużivament, għandek tgħid lill-kmamar tan-nar biex jagħlqu!", "Ta' min jgħid li waħda minn dawn il-kmamar tan-nar kienet ingħatat il- permess taħt Gvern Laburista.", "Allura kif l-ewwel tagħtih il-post u mbagħad tgħidlu biex jagħlaq!", "Jiena qed ngħid dan għaliex qed isirulna ċerti lmenti u mhux għax irrid inxewwex.", "Barra minn hekk, aħna għandha l-obbligu li nressqu dawn l-ilmenti quddiem il-Parlament, bħalma l-Prim Ministru, kif qed jgħid, għandu l-obbligu li jħares il-liġijiet.", "Mill-bqija, l- Oppożizzjoni taqbel li għandhom isiru kontrolli iktar serji fuq il-logħob tan-nar.", "Issa l-Prim Ministru qal li f'każ li ma jinstabx post alternattiv fl- istess area se jittieħdu miżuri oħrajn.", "Dan ifisser li dawn l-erbat ikmamar tan-nar jistgħu jibqgħu fejn huma, pero' jittieħdu miżuri ta' iktar protezzjoni għalihom u għal ħaddieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nerġa' ngħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq id-difiża tal-ħajja taċ-ċittadin.", "Kull regolament li qiegħed hemm biex jipproteġi l-ħajja taċ-ċittadin huwa regolament serju, huwa reġolament li jrid jitwettaq u jrid jiġi protett.", "Ma nistgħux noqogħdu ngħidu li dawk li mietu s'issa mietu minħabba n-nuqqas ta' 200 metru mill-abitat jew minħabba xi raġuni oħra.", "Dan x'għandu x'jaqsam!", "Allura issa se nibdew nagħlqu għajnejna għar-regolament tal-200 metru?", "GĦaliex dan hu li qed jgħid l- Onor. Membru.", "Mela r-regolamenti qegħdin hemm biex inwarrbuhom jew ninsewhom u nimxu fuq affarijiet oħra!", "Dan x'raġunament hu!", "Jew ir- regolamenti huma serji u jridu jiġu rrispettati kollha, jew inkella jekk m'humiex serji nbiddluhom.", "Imma mhux nosservaw parti minnhom u l- kumplament ma nosservawhomx.", "Issa jekk bħala stat ta' fatt f'ċerti postijiet m'humiex qed josservaw ir- regolament tal-200 metru, dażgur li m'għandniex nagħlqu għajnejna għalihom.", "GĦalhekk l-ewwel se naraw insibux postijiet oħra alternattivi, imbagħad jekk ma naslux skond il-mezzi tekniċi ta' protezzjoni li jeżistu, naraw kif nistgħu nilqgħu għal dik il-problema.", "U din hija fair u ġusta u żgur li b'dan il-mod għadna qegħdin nipproteġu l-ħajja taċ-ċittadin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Prim Ministru jaf li skond ir-regolamenti ma jistax jingħata permess għal kamra tan-nar jekk din ma tkunx 200 metru 'l bogħod mill-abitat.", "Allura jekk xi ħadd ifettillu jibni f'inqas minn 200 metru minn kamra tan-nar, dan ifisser li l-kamra tan-nar ikollha tiċċaqlaq kull darba li xi ħadd jibni qribha?", "Dan hu l-argument tiegħi u nixtieq li l- Prim Ministru jirrispondini.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-risposta hija faċli.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li din il-ħaġa ma tiġrix biss fil-każ tal-kmamar tan-nar imma wkoll fil-każ ta' l-irziezet.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membri li qed jgħidu li dan m'huwiex veru ma jgħixux f'dinja għaliex taħt il-Gvern preċedenti ġraw biżibilju ta' każi bħal dawn.", "Issa aħna dawn il-problemi m'aħniex se ninjorawhom u nħallu kollox għaddej, kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant.", "Jekk tagħlaq għajnejk jista' jmut xi ċittadin u jien ma rridx inkun responsabbli għal ħaġa bħal din.", "Allura hemm bżonn li nsibu alternattivi oħra u hemm bżonn li r-regolamenti jiġu rrispettati u jekk ikollna xi bottleneck naraw kif insolvuha, xejn aktar u xejn anqas.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-Prim Ministru għadu kemm semma l-każ ta' l- irziezet.", "Darba hawn ġew qamet il-kwestjoni li ċerti postijiet storiċi huma mikrijin biex jinżammu l-annimali fihom.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidlna jekk itteħdux passi?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li dan is-suġġett m'għandu x'jaqsam assolutament xejn ma' dak li konna qed niddiskutu, nistieden lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih risposta.", "PA - PA 3528/97", "12541.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika x'qed iżomm lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar milli toħroġ il-permess għall-PA3528/97?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: PA 3528/97 jirrigwarda change of use from store to pet shop, fejn hemm 54 sqm retail u 54 sqm storage.", "Fl-24 ta' Novembru, 1997 il-proposta ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l- Iżvilupp għar-raġuni li l-proposta stess kienet se tneħħi l-postijiet għal parking diġa' eżistenti u żżid aktar karozzi pparkjati fit-toroq.", "Fil-5 ta' Jannar, 1998 ġiet sottomessa r-rikjesta biex il-proposta terġa' tiġi kkonsidrata.", "Fit-12 ta' Frar, 1998 din l-istess rikjesta ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp, kemm għall- istess raġunijiet diġa' msemmija u kif ukoll minħabba l-fatt li l-propost parking għall-ħanut ma ġiex ipprovdut.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati ġodda fid-dikasteru li jaqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, għall-perijodu bejn Jannar 1988 u Settembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11564.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar reklutaġġ fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u fid- dikasteru li għalih hu responsabbli l-istess Ministru, għall-perijodu bejn Novembru 1996 u Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12251.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet ta' allowances lill-membri ta' l-istaff fl- Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11563;", "Tagħrif dwar reklutaġġ fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-istess Ministru, għall-perijodu bejn Novembru 1996 u Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12252.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar reklutaġġ fil-Ministeru tal-Finanzi u fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-istess Ministru, għall-perijodu bejn Jannar 1988 u Settembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11566.", "Tagħrif dwar reklutaġġ fil-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ u fid- dikasteru li għalih hu responsabbli l-istess Ministru, għall-perijodu bejn Novembru 1996 u Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12253.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Buhagiar", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L- ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1997/1998", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, nipproponi illi:", "\"Il-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat- 30 ta' Settembru, 1998 skond l-Att XXIII ta' l-1991 dwar il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.\"", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Peress li din il- mozzjoni qiegħda titkellem dwar l-estimi għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-30 ta' Settembru, 1998 u peress li l-Kamra quddiemha għandha żewġ settijiet ta' estimi, jista' l-Ministru jgħidilna liema estimi se napprovaw?", "Qed ngħid dan għaliex fuq il-Mejda tal-Kamra kienu tpoġġew estimi li ma jaqblux ma' dawk li l-Kamra għandha quddiemha bħalissa.", "Barra minn hekk, peress li l-Water Services Corporation Act jipprovdi li l-Water Services Corporation għandha tippreżenta l-estimi u l-ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra sa ċertu żmien, allura x'inhi l-proċedura korretta?", "Jiena m'inix ngħid li ma rridux niddiskutu imma qed nifhem li l- estimi li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fit-terminu li tgħid il-liġi qegħdin jiġu emendati b'din il-mozzjoni.", "GĦalhekk, x'inhi l-proċedura korretta, u x'estimi qegħdin nippreżentaw?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, qegħdin nitkellmu fuq l-estimi riveduti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra xi żmien ilu.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Biex inkunu korretti, issa l-Ministru uża l- kliem \"estimi riveduti\" imma mkien m'hawn li l-Kamra se tapprova l-estimi riveduti.", "GĦalhekk nitlob lill-Ministru biex jemenda l-mozzjoni u jgħid li qegħdin napprovaw l-estimi ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tali data, kif riveduti b'estimi ulterjuri tat-tali data.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, aktar 'il quddiem se nressaq emenda kif qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ħalli nibda issa d-diskors tiegħi.", "Meta qed nitkellmu fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, bħalma tgħid l-istess mozzjoni, qed nitkellmu fuq korporazzjoni li ġiet imwaqqfa bl-Att XXIII ta' l-1991 u li missjoni tagħha, biex insejħilha hekk, hija definit bħala:", "\"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' korp magħqud li jkun magħruf bħala l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, u għall-eżerċizzju u l- qadi minn jew f'isem dik il-korporazzjoni ta' funzjonijiet dwar l- akkwist, trasformazzjoni, manifattura, tqassim u bejgħ ta' ilma tax- xorb u ilma ieħor, u, skond ma jkun xieraq, għal trattament u rimi jew riċiklaġġ tad-drenaġġ u ta' l-ilma mhux tax-xorb u għall-użu mill-ġdid ta' l-ilma tax-xita ...\".", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq korporazzjoni li twaqqfet bl-għan li tkun responsabbli for the whole water cycle, jiġifieri għas-sorsi kollha ta' l-ilma f'pajjiżna.", "Jien nista' ngħid li matul ix-xhur li għaddew il- korporazzjoni mxiet biċċa sew sabiex twettaq l-għan li għalih ġiet imwaqqfa u nista' ngħid li, wara li ġie ppubblikat l-avviż legali nru.", "200 tas-sena li għaddiet, il-korporazzjoni għall-ewwel darba ħadet f'idejha ċerti funzjonijiet li ma kellhiex qabel għaliex kienu ġew esklużi.", "Fil-fatt il- korporazzjoni daħlet għar-responsabbilta' ta' l-immaniġġjar ta' l-ilma li nipproduċu permezz tat-trattament tad-drenaġġ u anke ta' l-ilma tax-xita.", "Huwa tajjeb li wieħed jifhem ukoll minn fejn telqet il-korporazzjoni f'Novembru ta' l-1996.", "Fil-bidu ta' Novembru ta' l-1996 sibna korporazzjoni li kienet finanzjarjament falluta, mingħajr tmexxija soda, mingħajr viżjoni u b'workforce demotivata għall-aħħar.", "Mil-lat tekniku kien hemm riżorsi umani kompetenti ħafna pero' dawn in-nies mhux dejjem kienu deployed bl- aħjar mod.", "Fil-fatt, kif intqal diversi drabi f'din il-Kamra, is-Sur Alfred Mifsud kien ġie mqabbad sabiex jagħmel studju dwar l-istat tal- korporazzjoni bejn l-aħħar ta' Ottubru u l-bidu ta' Novembru ta' l-1996.", "Dan ħareġ rapport bl-isem \"A Fresh Start\" u matul l-ewwel xhur ta' l-1997 bdejna nimplimentaw diversi proposti li kienu saru f'dan ir-rapport.", "Bla dubju ta' xejn, waħda mill-akbar problemi li kellha l-korporazzjoni - din diġa' tkellimna fuqha l-bieraħ - kien l-istat finanzjarju li kienet fih.", "Din is-sitwazzjoni rrilevaha s-Sur Mifsud fir-rapport li għamel pero' kienet magħrufa tajjeb ħafna anke mill-Gvern Nazzjonalista, għalkemm illum dawn m'humiex qed jammettuh.", "GĦalhekk tajjeb li wieħed ifakkar lil din il- Kamra kemm verament fl-1996 l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra kienu jafu bl- istat finanzjarju diżastruż li kienet fih il-korporazzjoni.", "Fil-fatt is-Sur Mifsud, f'paragrafu 4.13, qed jiċċita b'mod ċar l- informazzjoni li kellu l-Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien.", "Huwa jgħid hekk:", "\"It is clear that the Government was well aware of the financial problems of the WSC but chose simply to postpone them to posterity.\".", "Jiġifieri dawn kienu jafu bil-problemi imma ddeċidew li ma jagħmlu xejn fuqhom.", "Dan ir-rapport ikompli jgħid:", "\"In a letter dated 30 April, 1996 addressed by the Parliamentary Secretary for Water and Energy to the Minister of Finance and copied to the Prim Minister .... \"", "- mela l-Onor.", "Fenech Adami kien jaf ukoll -", "\"... it was stated:", "\"Inutli li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tagħmel diskussjonijiet u arranġamenti mal-kunsill lokali għal tisħiħ fid- diversi lokalitajiet kemm-il darba l-istess korporazzjoni m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex twettaq ix-xogħol.", "Din il-pożizzjoni se taqla' problemi serji fil-pajjiż fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.\"\"", "Bla dubju dawn il-problemi issa qed iħabbat wiċċu magħhom il-Gvern Laburista, u jekk qatt kien hemm prova li l-Gvern ta' qabel kien jaf b'dan, din hija appuntu din l-ittra li l-Onor.", "Ninu Zammit kiteb lill-Prim Ministru.", "Is-soluzzjoni proposta mill-ministeru tal-finanzi ftit wara li nkitbet din l-ittra fit-30 ta' April, 1996 insibuha f'ittra li nkitbet minn dan il- ministeru u li ġġib id-data tad-29 ta' Awissu, 1996.", "Hawnhekk se nerġa' nikkwota mir-rapport tas-Sur Alfred Mifsud, li fil-paragrafu 4.11 jgħid hekk:", "\"This level of subvention (i.e. ¥13.4 million) would increase Government's 1997 projected budgetary deficit, which is already standing at unacceptable levels, by a further ¥3 million.\".", "Mela hawnhekk irridu nirrilevaw żewġ punti.", "L-ewwelnett li l-Gvern ta' dakinhar kien jaf diġa' li l-qagħda finanzjarja u l-budget deficit kienu inaċċettabbli - ħaġa li meta għidniha aħna f'din il-Kamra ma nafx x'ma qalux - u t-tieni nett li din it-tip ta' subvention ma tistax tingħata għall-istess raġuni.", "Dan il-paragrafu jkompli:", "\"Consequently the Water Services Corporation should undertake as a matter of priority an overhaul of its tariffs structure and revenue collection.\".", "Mela s-soluzzjoni li l-ministeru tal-finanzi kien qed joffri lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet li jekk iridu jżidu r- revenue, allura ma jmorrux għandhom għall-flus imma jduru fuq is-sorsi tagħhom stess u jżidu t-tariffi.", "Hawnhekk irrid infakkar b'mod partikolari dak li ntqal mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista l-bieraħ, jiġifieri li l-Gvern Nazzjonalista qatt ma ried inaqqas is-sussidju lill-korporazzjoni.", "Imma minn din l-ittra jidher ċar li l-Gvern Nazzjonalista kien qed jagħmel capping fuq is-sussidju li kien se jagħti lill-korporazzjoni.", "U lanqas huwa minnu dak li qal l-Onor.", "Zammit Dimech li l-Gvern Nazzjonalista preċedenti qatt ma kkonsidra jew ħass il-bżonn li jerġa' jgħolli t-tariffi għas-settur domestiku.", "Allura skond it-terminoloġija tagħhom stess kien qed jgħid li, wara li fl-1994 għollew it-tariffi b'mod esaġerat, qatt ma kkonsidraw jew ħassew il-bżonn li jerġgħu jgħollu t-tariffi għas-settur domestiku.", "GĦalhekk l-Onor.", "Zammit Dimech ma kienx qed jgħid il-verita' għaliex mill-korrispondenza li għandna jidher ċar li mhux talli kkonsidrawha talli ġiet issuġġerita mill-ministeru tal-finanzi.", "Allura kif jgħid li qatt ma nħass il-bżonn li jsir hekk?", "Forsi meta jitkellem l-Onor.", "Zammit Dimech jkun jista' jirrispondini.", "Aktar minn hekk, fir-rapport li sar fl-1995 mill-Awdituri Manduca & Mercieca liċ-chairman ta' dak iż-żmien, is-Sur Tabone, dawn urew biċ-ċar li jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma tagħmilx xi ħaġa biex iżżid id-dħul tagħha, din kienet se tidħol fi gwaj finanzjarju kbir.", "Fil- fatt fl-1995 din id-ditta ta' awdituri għamlet diversi rakkmandazzjonijiet dwar kif il-korporazzjoni trid tirristruttura l-finanzi tagħha sabiex tkun tista' tiġi fuq saqajha mingħajr ma tkun ta' piż kbir fuq il-gvern.", "Hawnhekk għandi l-projections li kienu għamlu dak inhar u jekk wieħed jara x'kienu pproġettaw bħala revenue u bħala sussidju għall-1997 u l-1998, parallel ma' l-estimi li qed nitkellmu fuqhom illum, isib li dawn qalu li biex il-korporazzjoni ma tkunx ta' piż kbir fuq il-finanzjament tal-gvern din kellha bżonn iżżid ir-revenue tagħha għal ¥15,372,721, li jaqbel kważi sa l-inqas lira ma' dak li hemm propost fl-estimi għas-sena d-dieħla.", "Forsi b'kumbinazzjoni wkoll, f'dan ir-rapport qalulhom li s-sussidju li jrid jingħata fuq il-konsum domestiku jrid ikun ta' ¥6,286,968.", "Issa fil- fatt fl-estimi qegħdin nipproponu sussidju ta' ¥6 miljun, ċifri simili ħafna għal dik li kienet issemmiet minn dawn l-awdituri.", "Irrid ngħid bl-akbar serjeta' li jien ma kontx naf b'dan ir-rapport qabel ma ġew ippreparati l-estimi, jiġifieri din kienet koinċidenza.", "Imma dan juri biċ-ċar li l-mixja li qbadna biex inpoġġu l-korporazzjoni fit-triq it- tajba m'hijiex xi ħaġa li qed ngħiduha aħna biss, jew li qed jgħiduha n- nies tal-korporazzjoni llum, imma qaluha ħafna qabel fl-1995 meta l- awdituri pproġettaw il-figuri tagħhom.", "Iżda minkejja dan kollu ma ġara xejn u s-sitwazzjoni finanzjarja tant marret lura li f'Lulju u f'Settembru ta' 1996 il-korporazzjoni ma kellhiex flus biex tħallas il-pagi tal- ħaddiema tagħha.", "Din hi r-realta'.", "U dan mhux qed ngħidu jien imma joħroġ ċar mill-minuti tal-board meeting li kien sar fit-30 ta' Lulju, 1996 mid- diretturi tal-korporazzjoni fejn intqal li:", "\"The board has decided that payment of national insurance contributions and PAYE were to take precedence over the salaries and wages of the Corporation's employees, should the problem of insufficiency of funds arise.\".", "Mela kienu qed jgħidu li la m'għandhomx flus biżżejjed biex iħallsu l-pagi u l-bolla, se jħallsu l-bolla u l-pagi ma jħallsuhomx.", "Kif diġa' għidt, din reġgħet qamet fil-board meeting li sar fis-26 ta' Settembru, 1996 fejn intqal li:", "\"It was proving very difficult to obtain further loans from commercial banks and an exceedingly difficult liquidity position existed.\".", "Dan juri li fir-realta' l-Gvern Nazzjonalista dak inhar kien jaf li kellna korporazzjoni finanzjarjament falluta, u aħna minn hemmhekk tlaqna.", "U jiena ddedikajt l-ewwel parti tad-diskors tiegħi fuq din il-ħaġa għaliex irridu nkunu sinċieri ma' xulxin u nistabilixxu darba għal dejjem li aħna tlaqna mill-pożizzjoni fejn sibna korporazzjoni falluta.", "Dan l-aħħar saru diversi rapporti u proposti sabiex wieħed jara kif jista' jqajjem il-korporazzjoni fuq saqajha.", "Dan il-punt qed nagħtih daqstant importanza għaliex huwa inutli li jkollok korporazzjoni li tixtieq tagħmel ħafna xogħol jekk ma jkollhiex finanzi u għalhekk kien importanti għalina li l-korporazzjoni tiġi fuq saqajha finanzjarjament.", "Se nsemmi issa tliet proposti li saru mis-Sur Mifsud fir-rapport tiegħu \"A Fresh Start\".", "F'paragrafu 7.5, fost affarijiet oħrajn, is-Sur Mifsud jgħid hekk:", "\"The finance department needs rebuilding.", "The organisation needs to build its own finance department and it's own internal auditing department.\".", "Imbagħad f'paragrafu 6.2 (c) insibu hekk:", "\"WSC has to lower its production costs by taking control of certain operations.", "The most glaring example of this is the management of the RO plants which is still being done via a contractor.", "A separate subsidiary company to operate this side of the organisation as a separate cost centre seems to be the most practical solution\".", "Proposta oħra li għamel is-Sur Mifsud insibuha f'paragrafu 6.2 (a) u din tgħid hekk:", "\"Increase the normal revenue of the WSC by a revision of the tariff where it is manifestly inequitable.", "If these users have to be subsidised it is best for this subsidy to come out of the budget of the respective department concerned - for example, if industry needs subsidised water it should come out of MDC budget - and this will help to reduce wastage and lower the production costs of WSC.\".", "Tajjeb li wieħed jgħid li mhux is-Sur Mifsud biss kien għamel proposti dwar kif il-korporazzjoni tista' titqajjem fuq saqajha.", "Fil-fatt l- awdituri tal-korporazzjoni li għamlu l-audit għas-sena finanzjarja li spiċċat fit-30 ta' Settembru, 1996 kitbu ittra lill-management, fejn qalulhom:", "\"This precarious position reported both in the balance sheet as well as in the profit and loss account can be attributed to the following factors:", "(i) inappropriate water tariffs which by far do not cover the total cost of producing water;", "(ii) non-issuance of water bills for a six to nine month period;", "(iii) high level of unbilled production of water;", "(iv) poor debt-collecting procedures;", "(v) inadequate pricing of other services carried out by the Corporation which has in some cases not even recovered the cost of the service.\".", "Imbagħad l-awdituri qalu wkoll x'miżuri għandhom jittieħdu, u dawn huma:", "\"a revision of water tariffs; issuance of bills on regular basis and stricter measures to be taken on slow moving debtors; increase in meter rental charges; review of selling prices for all services to ensure that the established prices at least cover the related direct costs; tighter controls over variable costs such as wages and overtime payments; request for increase government subsidies to cover losses and the take-over of the operation of the RO plants which should lead to substantial savings.\".", "Madam Speaker, huwa tajjeb li naraw liema proposti il-bord tad-diretturi tal-korporazzjoni ħassew li kellhom jimplimentaw.", "Se nibda bl-aktar waħda li qajmet diskussjoni, jiġifieri r-reviżjoni tat-tariffi li ddiskutejna l- bieraħ f'dan il-Parlament.", "Nixtieq nieħu ftit ħin biex nispjega eżattament x'inhi l-istruttura tat-tariffi l-ġodda għaliex, minkejja li ilna ħafna nitkellmu fuqhom, sal-lum qatt ma kelli l-opportunita' li nagħti din l- ispjegazzjoni.", "Madam Speaker, qabel l-istruttura tat-tariffi kienet tinħadem permezz ta' meter charge ta' ¥3.76c fis-sena.", "Imbagħad kien hemm tariffa fuq il-konsum li kienet tvarja skond il-volum ta' ilma kkonsmat, u kien jingħata 90% sussidju fuq l-ewwel 5.5 metru kubu ta' l-ilma, 75% fuq it-tieni 5.5 metru kubu ta' ilma, u fuq li jifdal ma kien jingħata l-ebda sussidju.", "Il-cost ta' l-ilma fl-1994 kien stmat li jiġi 75c kull metru kubu imma on top of that wieħed ried iħallas għal diversi servizzi oħra li kienet tipprovdi l- korporazzjoni.", "Kif tafu, meta persuna kienet tmur biex tapplika għall-ilma kienu jkejlulha l-faċċata tad-dar u kienet tħallas dik li jgħidulha l- frontage contribution.", "Min kien ikollu xi ħsara kien imur għand il- korporazzjoni u kienu jitolbuh deposit ta' ¥100, imbagħad jagħmlulu l-kont u wara li jlestulu x-xogħol kienu jibagħtulu l-kont rivedut.", "Min kien ikollu l-meter ma jaħdimx kienu jmorru jiċċekkjawhulu u ta' dan ried iħallas ukoll.", "Mela kif qed naraw kien hemm ħafna tipi ta' ħlasijiet għas- servizzi li kienet tipprovdi l-korporazzjoni.", "Madam Speaker, aħna ridna niċċaqalqu minn dan il-konċett tat-tariffi bbażat fuq l-idea li l-korporazzjoni hija responsabbli mill-main ta' l-ilma li għaddej mit-triq u l-konsumatur huwa responsabbli mill-house connection u l-plumbing fid-dar tiegħu.", "Mill-esperjenza tal-korporazzjoni stess indunajna li ħafna telf ta' ilma kien ġej mill-house connections, dik il- parti li tgħaqqad il-main mal-meter tal-konsumatur u għalhekk qed isir ħafna xogħol biex dawn jinbidlu.", "GĦaliex meta t-telf ta' l-ilma jkun ġej mill-house connections se tbatih il-korporazzjoni u mhux il-konsumatur.", "Allura rajna li l-korporazzjoni tidħol responsabbli li tara li l-house connections ikunu fi stat tajjeb, u minn hemm ħareġ il-konċett tat-tariffi l-ġodda.", "Għaliex?", "GĦax jekk qed ngħidu li l-konsumatur huwa responsabbli mill-meter 'il ġewwa u l-korporazzjoni hi responsabbli mill-meter 'il barra - jiġifieri hi responsabbli għall-main u għall-house connection - dan ifisser li biex wieħed idaħħal l-ilma ma jridx iħallas imma se tagħmlu l- korporazzjoni għas-spejjeż tagħha.", "Din is-sistema bdiet wara li tħabbru r- rati fil-budget, u llum meta wieħed japplika sabiex idaħħal l-ilma m'għadux iħallas il-frontage contribution.", "Bl-istess mod, peress li l-house connection waqgħet taħt ir-responsabbilta' tal-korporazzjoni, min ikollu xi ħsara m'għadux iħallas ¥100 depożitu meta jmur jirrapporta.", "Mela eliminajna l-ħlas tal-frontage contribution għal dawk li jmorru joqogħdu f'dar ġdida, li normalment kienet tammonta għal mijiet ta' liri, u eliminajna wkoll somma sostanzjali lil min ikollu xi ħsarat.", "Dan ifisser ukoll li eliminajna l-konfużjoni ta' nies li kienu jmorru jilmentaw dwar il- kontijiet kbar li jkunu rċevew.", "Ħaġa oħra li ddeċidejna li għandha tkun mingħajr ħlas hija meta bniedem ikollu meter ta' l-ilma li ma jaħdimx tajjeb, għax għidna li jekk meter ma jkunx qed jaħdem tajjeb probabbilment il-korporazzjoni se tmur minn taħt għaliex se jimmarka ħażin, u allura ħsarat bħal dawn qed nirranġawhom għas- spejjeż tagħna.", "Mela b'kollox eliminajna tliet tariffi.", "Dan ifisser li l- konsumatur m'għadux iħallas meter charge imma se jibda jħallas service charge għaliex il-korporazzjoni minbarra li qed tagħtih is-servizz tal- meter qed twassallu l-ilma sal-meter u tara li s-servizz ikun fi stat tajjeb.", "GĦalhekk il-korporazzjoni għamlet il-workings tagħha u rat li dan iċ-charge għandu jkun ta' ¥24 fis-sena.", "It-tieni bidla li saret kienet fl-ammont ta' ilma ssussidjat.", "Qabel il- blokki kienu jkunu mkejlin b'unit ta' 5.5 metru kubu ta' ilma għal kull individwu, li jiġi 20 gallun ilma kuljum.", "Aħna rajna l-workings li kienu saru oriġinarjament meta nħadmu l-iskemi tat-tariffi l-ġodda taħt il-Gvern Nazzjonalista, fejn kien jidher li l-poplu Malti ġeneralment juża madwar 15- il metru kubu.", "GĦalhekk għidna li se nagħtu sussidju fuq 16-il gallun kuljum.", "Ħaġa oħra li biddilna u li qatt ma ssemmiet hawn ġew hija li qabel kien jingħata sussidju ta' 90% fuq l-ewwel blokk u 75% fuq it-tieni blokk.", "Iżda issa qegħdin ngħidu li s-sussidju ta' 90% fuq l-ewwel blokk se jibqa' pero' fil-każ tat-tieni blokk is-sussidju għamilnih 80%.", "Jiġifieri jekk wieħed juża għaxar galluni se jħallas tnejn minnhom fuq it-tieni blokk u mhux tnejn u nofs bħalma kien isir qabel.", "Madam Speaker, issa nixtieq nitkellem fuq il-kwestjoni tal-prezz ta' l-ilma.", "Issa jien ma nafx għaliex minflok l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jammettu li meta ħadmu l-prezz ta' l-ilma ħadu żball, jikkritikaw lilna li qed nirranġaw dan l-iżball.", "Meta kienu ġew biex jikkalkolaw il-prezz ta' l- ilma, dawn għamlu kalkolu fuq perijodu ta' ħames snin u rraġunaw li jekk l- unaccounted for water li kien jammonta għal 56%, jibda jitnaqqas b'5% fis- sena u b'riżultat t'hekk il-korporazzjoni jkollha aktar dħul - imma dan huwa skorrett u ngħid għaliex aktar 'il qudidem - allura l-prezz ta' l-ilma jinżel għal average ta' 75c per cubic metre.", "Imma r-realta' x'kienet?", "Ir- realta' kienet li mhux talli l-ammont ta' unaccounted for water ma naqasx talli tela' għal 68%.", "Mela l-kalkoli tagħhom kienu ħżiena u anke jekk għall-argument kienu korretti, jekk se tagħti sussidju fuq il-cost reali ta' l-ilma - għalkemm nifhem li ma tridx toqgħod tbiddel il-cost kull sena - effettivament trid tara x'inhu l-cost li għandek u tgħid li m'għadux aktar 75c imma sar ¥1.10c.", "Fil-fatt kien hemm żmenijiet meta l-cost ta' l- ilma kien ¥1.28c u kien hemm żmenijiet meta kien ħafna ikbar.", "GĦalhekk qed ngħid li l-Gvern preċedenti għamel żball kbir meta kkalkola l-prezz ta' l- ilma għaliex minflok ma ħadmu fuq il-valur reali tiegħu għamlu l-kalkoli tagħhom fuq valur ħafna inqas.", "Dan huwa żball li wieħed jista' jsejjaħlu tekniku u kien tort ta' ġudizzju żbaljat imma tan-naħa l-oħra dan ma jridux jammettuh.", "Huwa inutli li joqogħdu jgħidu li m'huwiex veru għaliex teknikament hekk hu.", "(Interruzzjonijiet) Ladarba huwa hekk, nixtieq li meta jitkellem l-Onor.", "Zammit Dimech jew xi Onor. Membru min-naħa l-oħra jispjegali kif, meta ndunaw b'dan l-iżball, ma ħarġux il-miżuri korrettivi.", "Kieku ħarġu miżuri korrettivi dak inhar, għalkemm kienu se jċaqalqu l- prezz ta' l-ilma, kienu se jkunu koperti għaliex ir-raġunar tekniku hekk jiddettalek.", "Imma għaliex m'għamlux hekk spiċċajna b'sitwazzjoni finanzjarja fil-korporazzjoni ħafna agħar milli setgħet kienet.", "Ir-realta' hi li n-nuqqas ta' rieda politika min-naħa tagħhom sabiex iwettqu dak li kien hemm bżonn li jwettqu wasslet biex lill-korporazzjoni tefgħuha fi stat finanzjarju diżastruż.", "Issa ħalli nkompli nitkellem fuq it-tariffi l- ġodda.", "S'issa għidna li dawn it-tariffi eliminaw ħafna ħlasijiet għal servizzi li kienet tagħti l-korporazzjoni, biddlu l-meter charge f'service charge, varjaw l-ammont ta' sussidju, varjaw il-unit ta' kif jitkejjel is-sussidju u varjaw il-cost ta' l-ilma biex sar aktar reali.", "Fil-budget intqal ukoll li hemm ċerti inċentivi finanzjarji li jridu jingħataw b'mod partikolari lis-settur industrijali u dak agrikolu li jkunu jridu jagħmlu skemi għal water re-use jew water treatment.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar dan bejn il-ministeru tal-finanzi u l-entitajiet konċernati sabiex jinstab l-aħjar mod kif nimmotivaw lill-heavy users ta' l-ilma sabiex jagħmlu investiment ħalli jkunu jistgħu jikkontrollaw l-użu ta' l-ilma li għandhom.", "Meta l-bieraħ tkellimna dwar dan, l-Onor.", "Zammit Dimech qal li fil-legal notice fuq it-tariffi ta' l-ilma daħħalna tariffa ġdida li ma konniex tkellimna fuqha fil-budget.", "X'inhi din it-tariffa ġdida li tkellem fuqha l- Onor. Zammit Dimech?", "Qabel, meta wieħed kien jagħmel reconnection tal- meter kien iħallas ¥1.", "Issa peress li minflok meter charge għamilna service charge il-probabbilta' hi li min ikollu post għall-villeġġjatura, kif jgħaddi s-sajf jaqla' l-meter u mbagħad jerġa' jwaħħlu u b'hekk jiffranka li jħallas is-service charge għall-perijodu li ma jkunx qed jużah.", "Aħna din ridna nevitawha għaliex kienet se tfisser ħafna xogħol għall-korporazzjoni u allura għidna li min jaqla' l-meter u jerġa' jwaħħlu qabel 12-il xahar, minflok ¥1 jeħel ¥30.", "Din hi l-istorja kollha u ma nafx fejn hi l-multa l-ġdida li qalu li daħħalna!", "Fid-diskussjoni tal-budget konna għidna li se nagħmlu sistema li permezz tagħha min iħallas il- kontijiet tal-utilities fi żmien 15-il ġurnata, jingħata skont ta' 3%.", "Naturalment imbagħad min jittratieni fil-ħlas bla raġuni se jibda jħallas l- interessi fuq il-kontijiet li jkollu.", "Madam Speaker, ġejt ikkwotat li kont għidt li issa hemm skema li permezz tagħha ċerti kategoriji ta' konsumaturi se jingħataw għajnuna soċjali u minnha se jibbenefikaw 62,000 familja.", "L-ewwelnett jien qatt m'għidt hekk u se ngħid eżattament x'għidt.", "Jien għidt li hemm skema li se tapplika għal min jieħu xi għajnuna soċjali, għal min jieħu xi tip ta' pensjoni u għal dawk li huma unemployed.", "Skond l-istatistika li tani d-dipartiment tas-servizzi soċjali, hemm 62,000 persuna li qegħdin jgħixu b'xi tip ta' pensjoni jew li qegħdin jieħdu xi tip ta' unemployment benefit, u dawn kollha jistgħu japplikaw għall-iskema.", "Pero' dan ma jfissirx li dawn kollha se jikkwalifikaw.", "Din l-iskema hemm means test marbuta magħha li jgħid, per eżempju, li biex wieħed japplika għal din l-iskema l-kapital tiegħu ma jridx jeċċedi ¥7,000 f'każ ta' kopja miżżewwġa u ¥4,000 f'każ ta' persuna li tgħix waħedha.", "L-iskema tgħid ukoll li biex wieħed jikkalkola l- kapital, il-valur tar-residenza tiegħu, il-valur tal-garaxx għall-użu personali, il-valur tal-karozza u tal-villeġġjatura m'humiex se jittieħdu in konsiderazzjoni.", "Jien jidhirli li din hija xi ħaġa tajba.", "Barra minn hekk, il-weekly income tal-pensjoni kontributorja tan-national insurance - jiġifieri dik il-pensjoni li ħafna nies jieħdu wara li jirtiraw - ma tridx taqbeż il-¥35.30c f'każ ta' min hu miżżewweġ u ¥26.60c f'każ ta' persuna waħedha.", "Jiġifieri kull min jieħu xi tip ta' pensjoni jew xi benefiċċju soċjali ieħor jista' japplika għal din l-iskema u jekk jikkwalifika jkun jista' jibbenefika minnha.", "Il-bieraħ lanqas naf kemm semmew li jikkwalifikaw nies għaliha, meta fir- realta' bħalissa hemm 5,000 persuna li qed igawdu minn din l-iskema.", "Barra minn hekk qabel kont tieħu biss sussidju ta' ¥3 fis-sena, mentri issa tista' tieħu sussidju ta' ¥24 fuq il-meter charge ta' l-ilma u tista' tieħu wkoll ¥24 sussidju fuq it-tariffa tad-drenaġġ.", "Jiġifieri llum hemm ħafna iktar għalfejn wieħed japplika għaliha.", "GĦax min kien se jmur japplika għal skema biex jiffranka Lm3 fis-sena!", "Din l-iskema ma kenitx tagħmel sens imma llum tagħmel ħafna iktar sens u aktar hemm għalfejn wieħed japplika għaliha.", "Allura qed nipprevedu li jkun hemm ħafna iktar nies li japplikaw għal din l-iskema ta' assistenza soċjali, imma jien qatt m'għidt li se jikkwalifikaw 62,000.", "Li naf żgur hu li hemm 62,000 li jistgħu japplikaw għaliha u jekk jiffitjaw f'dawn il-parametri se jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju.", "Aħna nafu, Sur President, li ħafna mill-kritika li saret min-naħa l-oħra, speċjalment fejn jidħlu t-tariffi ta' l-ilma, ma kenitx fuq ir-rata tal- konsum ta' l-ilma imma fuq is-service charge għaliex qalu li telgħet ħafna.", "Allura lil min verament għandu bżonn l-għajnuna eskludejnilu din is- service charge u għidnilu biex imur japplika għal din l-iskema ħalli ma jħallasx.", "Jiġifieri jien niċħad bl-aktar mod kategoriku li aħna b'dak li għamilna għafasna lil min ma jistax jħallas.", "Fil-fatt jekk wieħed jara t- tabella li l-bieraħ poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra jsib li bir-rata li se nagħmlu, lil dawk li jieħdu xi social assistance se naffettwawhom b'0.07%.", "Jiġifieri nkunu qed indaħħku n-nies bina meta ngħidu, kif qal il-bieraħ l- Onor. Eddie Fenech Adami, li se naffetwaw anke lil dawk li jieħdu s-social assistance, għax fir-realta' lil dawn se naffettwawhom b'0.07%.", "Sur President, jien naħseb li f'dan il-Parlament għandna nirrispettaw l- intelliġenza ta' xulxin jekk mhux tan-nies ta' barra.", "Aħna għandna nkunu onesti magħna nfusna għax inkella ma nafx kif nistgħu nkunu onesti ma' ħaddieħor.", "Pero' jidher ċar li l-onesta' f'tan-naħa l-oħra ma tantx issibha.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Meta qed jgħid 0.07%, il-Ministru jrid ifisser li 0.07% ta' l-account holders huma socially assisted persons, jew li s-socially assisted persons se jintlaqtu b'0.07%?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jekk l-Onor.", "Membru jara l- increase in year by revenue li se jiġġeneraw is-social assistance holders, bħala average meta mqabbel ma' kemm kienu jħallsu qabel, dik tagħtik 0.07%.", "Waħda mill-proposti li saret, kemm mis-Sur Mifsud u kif ukoll mill- awdituri meta għamlu r-rapport li rriferejt għalih qabel, kienet li l- operazzjoni ta' l-impjanti tar-reverse osmosis tittieħed lura mill- korporazzjoni.", "Din il-ħtieġa kienet ilha tinħass għal ħafna żmien għaliex nafu li meta jsir hekk il-korporazzjoni tiffranka madwar ¥1.3 miljun fis- sena.", "Dawn l-impjanti tar-reverse osmosis kienu ilhom jaħdmu fil-pajjiż għal 15-il sena.", "Issa jiena għandi rispett kbir lejn il-ħaddiema Maltin u għidt: Possibbli li fi 15-il sena ma tgħallmux iħaddmu dawn l-impjanti!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Buhagiar ikompli jinstema.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar ikompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Meta jiena tkellimt man-nies tal-korporazzjoni deher ċar li fil-korporazzjoni nnifisha kien hemm in-know-how u l-expertise sabiex dawn jitħaddmu.", "Mill-banda l-oħra aħna ridna li d-90 ruħ li kien qed iħaddem il-kuntrattur ma jispiċċawx bla xogħol.", "GĦalhekk bdew id- diskussjonijiet bejn il-korporazzjoni u l-kuntrattur, il-Polymetrics Seawater Systems Inc., u wara li saru diskussjonijiet l-Gvern iddeċieda li jieħu over l-impjanti.", "Dan ma tħabbarx fil-budget li għadda imma fil- budget ta' qabel, u konna għidna li forsi nistgħu nagħmluha b'mod phased.", "Pero' meta rajna kif kienet is-sitwazzjoni tal-korporazzjoni għidna li ma jistax ikun li noqogħdu nistennew is-snin biex nagħmluha.", "Allura bdejna nitkellmu mal-kuntrattur u għidnilu li sa l-aħħar ta' Settembru ta' l-1997 hemm bżonn li nieħdu dawn l-impjanti għax b'hekk il-korporazzjoni kienet tkun tista' tiffranka ¥1.3 miljun.", "Dan il-pass sar u l-ħaddiema li kien hemm ingħataw iċ-ċans li jiġu jaħdmu mal-korporazzjoni bla ma jinbidlilhom xejn mill-kondizzjoni tax-xogħol li kellhom qabel ma twaqqfet il-kumpannija Malta Desalination Services Ltd..", "Illum dawn l-impjanti qed iħaddmuhom il- Maltin u hawn nixtieq nirringrazzja lill-inġiniera nvoluti, b'mod partikolari lill-Inġ.", "Robert Schembri, li huwa l-kap tat-taqsima tad- desalination, għax kemm ilhom iħaddmu r-reverse osmosis plants huma, jiġifieri mill-1 ta' Ottubru sal-lum, qatt ma kellna problemi.", "B'hekk hu maħsub li l-korporazzjoni s-sena d-dieħla se tkun tista' tiffranka mill- anqas ¥1.3 miljun għax ladarba ħadnihom over fl-1 ta' Ottubru ma jidħlux fl- estimi ta' din is-sena.", "Ħaġa oħra li ġiet issuġġerita, kemm fil-proposti tas-Sur Mifsud kif ukoll fl-ittra ta' l-awdituri tal-kumpannija, kienet li d-dipartiment tal-finanzi tal-korporazzjoni jissaħħaħ.", "Aħna għamilna dan billi wara li rajna x'kienu l-vacancies li kien hemm bżonn jimtlew, ħriġna calls for applications u mlejna dawn il-postijiet.", "Meta s-sena l-oħra tkellimt fuq l-estimi tal- korporazzjoni kont għidt li hemm bżonn li f'din il-korporazzjoni jkollna head tad-dipartiment tal-finanzi.", "GĦaliex jiena ma nistax nifhem kif jista' jkollok korporazzjoni pubblika b'turnover ta' ¥21 miljun u ma jkollokx full-time financial controller impjegat magħha.", "Jiena ma nistax nifhem lanqas kif jista' jkun, meta għandek problema fil-ġbir tal-flus, li m'għandekx revenue and credit manger.", "GĦalhekk ħriġna applikazzjonijiet biex nimlew dan il-post ukoll.", "Bl-istess mod ma nistax nifhem kif il- korporazzjoni ma kellhiex internal auditor.", "Mela kellna korporazzjoni statali li suppost kienet hemm biex tara li flus il-poplu jintnefqu bl- aktar mod effiċjenti għax qed jingħataw is-subvention u din lanqas kellha internal auditor!", "Allura ħriġna l-applikazzjonijiet sabiex jinħatar internal auditor.", "Jien ħassejt li f'dan il-qasam il-management structure kien dgħajjef wisq u dan ħareġ mill-ittri u l-proposti li kienu jsirulna.", "Fil-fatt sar management structure ġdid bejn iċ-chief executive u d-division heads li kien hemm qabel.", "Dawn huma kollha affarijiet li kellhom bżonn isiru biex insaħħu l-management tal-korporazzjoni u biex ikollna struttura li permezz tagħha l-problemi finanzjarji li kien hemm f'din il- korporazzjoni jkunu jistgħu jiġu tackled.", "Matul is-sena li għaddiet ittieħdu diversi inizjattivi oħra fil-qasam amministrattiv sabiex il-korporazzjoni tibqa' tissaħħaħ.", "Per eżempju, għadu kif tlesta human resources manpower survey li permezz tiegħu, wara diskussjonijiet li jsiru mal-unions, nittamaw li d-deployment tan-nies ikun jista' jsir b'mod aħjar.", "Saret ukoll riforma fil-customer care fejn introduċejna s-servizz tal-freephone 157 li jista' jintuża kull jum, inkluż ħdud u festi, bejn is-6.00 a.m. u l-10.00 p.m., u li permezz tiegħu nagħtu servizz aħjar lill-konsumaturi tal-korporazzjoni.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar x'inizjattivi ħadna min-naħa teknika matul it-12-il xahar li għaddew.", "Problema mill-aktar importanti li riedet tiġi tackled - jien kemm domt fl-oppożizzjoni dejjem tkellimt dwarha - kienet dik ta' l-unaccounted for water, jiġifieri dak l-ilma li l- korporazzjoni tipproduċi bla ma titħallas għalih.", "Minn studji li għamlet il-korporazzjoni nnifisha kien instab li parti minn dan l-ilma jiġi leaked fis-sistema, parti minnu jinsteraq u parti minnu jirriżulta jew għax il- meters ma jinqrawx jew inkella għax jinqraw ħażin.", "Il-korporazzjoni kienet bdiet kampanja sabiex tipprova tbaxxi dan l-ammont pero' jiena filwaqt li naqbel li għandhom jiżdiedu t-tariffi, ngħid li għandna nkunu iktar effiċjenti.", "Aħna rridu nnaqqsu l-figura ta' l-unaccounted for water għaliex m'huwiex sewwa li nżidu t-tariffi biex inħallsu għall-ineffiċjenza tal-korporazzjoni.", "GĦalhekk nieħu pjaċir ngħid li filwaqt li fl-1995 kellna persentaġġ esaġerat ta' unaccounted for water ta' madwar 68%, jiġifieri tnejn minn kull tliet galluni ma konniex nafu x'qed isir minnhom, bil-mod il-mod din il-problema qed tiġi kkontrollata u niżżilniha għall- figura ta' 50%.", "Din xorta waħda hija figura kbira ħafna u xorta waħda m'hijiex aċċettabbli pero' għallinqas qegħdin inbaxxuha.", "Dan l-eżerċizzju kien inbeda taħt l-amministrazzjoni preċedenti u aħna qed inkompluh għaliex nemmnu li dak li huwa tajjeb għandna nibnu fuqu.", "F'Għawdex, per eżempju, naqqasna l-leakages - dawn jagħmlu parti mill- unaccounted for water - minn 30% għal 15%, jiġifieri naqqasnihom bin-nofs.", "Din hija xi ħaġa li jiena naħseb li l-korporazzjoni għandha għalfejn tiftaħar biha pero' hemm bżonn li jsir ħafna iktar xogħol f'dan il-qasam.", "Peress li matul is-sena li għaddiet naqqasna l-persentaġġ ta' unaccounted for water, dan ifisser li l-volum ta' l-ilma li nipproduċu seta' jitnaqqas għaliex aktar ilma beda jasal għand in-nies.", "Fil-fatt, is-sena li għaddiet il-korporazzjoni pproduċiet madwar 46.48 miljun metru kubu, li jirrifletti tnaqqis ta' 5.2% fuq il-produzzjoni meta mqabbla mas-sena ta' qabel.", "Barra minn hekk, illum hemm trains tar-reverse osmosis li m'aħniex qed nużawhom.", "Fil-fatt għandna xi ħames trains f'Pembroke u tliet trains fiċ-Ċirkewwa li bħalissa m'humiex qed jintużaw għaliex ladarba m'għadx hemm leakages allura aktar ilma qed jasal għand in-nies.", "Apparti l-ilma li pproduċejna mill- impjanti tar-reverse osmosis, tellajna 22 miljun metru kubu mill-aquifer u dan ukoll hu ammont ikbar mis-sena ta' qabel.", "Biex ma niġux ikkritikati li qegħdin inżidu l-ippumpjar minn taħt l-art, irrid nagħmilha ċara li din il- figura kibret daqshekk għaliex is-sena l-oħra ma tantx kellna overflows tad- drenaġġ għal ġo l-aquifer u allura stajna ntellgħu aktar ilma.", "Nixtieq ngħid ukoll li hemm bżonn li nieħdu ħsieb kull fejn għandna theddid għall- ilma tal-pjan.", "Ilna ħafna nisimgħu, per eżempju, bil-problema kbira li hemm f'Tal-Ħlas, Ħal Qormi fejn hemm borehole tal-WSC.", "F'dawk l-inħawi hemm għadd ta' rziezet li ħafna minnhom inbnew mingħajr permess.", "Issa, kull meta tagħmel ix-xita l-fosos tagħhom ifuru għal ġol-wied u jibqgħu sejrin dirett f'din il-borehole, bil-konsegwenza li jniġġsu l-ilma li hemm fl-aquifer u mbagħad ikollna noqogħdu nsaffuh.", "Peress li l-ilma m'għandux fejn imur, jintefa' fil-wied, jgħaddi minn qalb il-bini ta' Ħal Qormi u jikkawża ħafna problemi.", "Ir-residenti ta' din l-area, bir-raġun kollu, kull meta jsir wash-out igergru, u dan barra li l-korporazzjoni tikkalkola li ssofri miljuni kbar ta' liri minħabba dan it-tip ta' tniġġis.", "GĦalhekk jiena nħoss li dan il-każ partikolari ta' Ħal Qormi għandna nagħtuh l-attenzjoni meħtieġa kemm biex in-nies ma jbatux minn dan it-tip ta' inkonvenjent u wkoll biex nipproteġu l-ilma li għandna fil-pjan.", "Fil-fatt matul is-sena li għaddiet il-korporazzjoni ħadet diversi miżuri sabiex tara li dan isir u fost il-miżuri li ħadna kellna dik tal-boreholes.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha ftit iktar minn 100 spiera li minnhom ittella' l-ilma u l-privat f'Malta għandu 'l fuq minn 4,000 spiera.", "Jiġifieri jekk wieħed iqabbel l-ammont li qed jiġi ppumpjat minn spieri tal-privat ma' dak li qed tippompja l-korporazzjoni jsib li l- privat probabbilment qed itella' ħafna aktar.", "Aħna għidna li jekk irridu nitrattaw l-ilma tal-pjan, allura ma nistgħux nippermettu li jiġi sfruttat b'dan il-mod.", "L-ewwelnett għaliex aħna qegħdin nagħmlu kontroll fuq l- ippumpjar mill-ispieri tal-korporazzjoni biex il-kwalita' ta' ilma ma teħżinx, u t-tieni nett għaliex dan huwa riżors li ħaddieħor qed iħallas għalih u l-privat qed itella' kemm irid u ħafna drabi jispiċċa anke jbiegħu.", "Dan m'huwiex sewwa u jiena nħoss li għandu jkun hemm ċertu kontroll.", "Fil-fatt l-ewwel pass li għamilna kien li ħriġna applikazzjonijiet biex nirreġistraw il-boreholes, u jidhirli li hemm madwar 4,000 borehole li ġew reġistrati.", "Wara li titlesta r-reġistrazzjoni, se nieħdu passi biex naraw li dawn jiġu spezzjonati u mbagħad jitwaħħlilhom meter biex inkunu nafu kemm qed jieħdu ilma minnhom.", "B'hekk inkunu nafu x'inhu l-livell ta' sfruttament li qed isir minn dawn il-boreholes.", "Ħadna diversi miżuri oħrajn sabiex nipproteġu l-aquifer.", "Waħda minnhom - din forsi wieħed ma jifhimhiex mill-ewwel - kienet dik li nirreġistraw il- bowsers, xi ħaġa li kont tkellimt fuqha fl-estimi tas-sena l-oħra.", "Dan għamilnih ħalli nkunu nistgħu nikkontrollaw l-isfruttament li jsir minn min jikkommerċjalizza l-ilma, apparti li ridna nkunu ċerti li ma jkunx hemm min jittrasporta l-ilma f'bowser maħmuġ.", "Aħna ridna naraw li dawn ikunu liċenzjati u jiġu rregolati b'ċertu mod.", "Għamilna wkoll regolamenti dwar pompi u drilling rigs biex inkunu nafu iktar x'qiegħed isir fl-aquifer u biex inkunu nistgħu nagħmlu kontroll aħjar.", "Dan l-aħħar bdejna nagħmlu wkoll regolamenti dwar is-swimming pools, xi ħaġa li saret importanti iktar minn qatt qabel għall-fatt li qabel ridt il- permess tal-Planning Authority biex tagħmel swimming pool, mentri llum il- ġurnata biex tagħmel swimming pool f'area żviluppata m'għandekx bżonn dan il-permess.", "Pero' aħna qegħdin ngħidu li xorta għandek bżonn il-permess tal-WSC għaliex jekk xi swimming pools li jimtlew bl-ilma baħar - kif kienet il-konswetudni qabel - ikollhom xi leakage, l-ilma baħar se jmur fl- aquifer u jikkawża ħafna ħsara.", "Apparti minn hekk, meta jnaddfu s-swimming pools bl-ilma baħar, dan l-ilma jwaddbuh fid-drenaġġ u peress li bħalissa qegħdin nittrattaw id-drenaġġ, allura dan l-ilma jikkawża salinita' għolja.", "B'hekk kien se jkollna problemi fil-kwalita' ta' l-ilma li nipproduċu meta nittrattaw id-drenaġġ u allura ħassejna l-bżonn li jkun hemm ċertu kontroll fuq is-swimming pools.", "GĦalhekk bil-mod il-mod irridu nibdlu s-sitwazzjoni li għandna llum fejn għandna ħafna swimming pools li jimtlew bl-ilma baħar u ftit swimming pools li jimtlew bl-ilma ħelu.", "Kien sar regolament li kien jgħid li swimming pool setgħet timtela' biss bl-ilma baħar u mhux bl-ilma ħelu imma dan kien sar fi żmien meta f'pajjiżna kellna nuqqas ta' ilma tajjeb għax-xorb.", "Illum, għall-grazzja t'Alla, imxejna 'l bogħod minn dak iż-żmien għax l-ilma m'għadux daqstant problema u allura issa rridu nipprovaw nirranġaw dak li qabel kien tajjeb u li llum qed jikkawżalna problema.", "Waħda mill-inizjattivi li ħadna matul is-sena li għaddiet kienet dik li rrivedejna s-sistema tat-trenching contractors.", "Il-korporazzjoni kellha skema fejn il-kuntratturi setgħu japplikaw u jekk ikunu lesti li jaħdmu bir- rati li toffrilhom hi, allura kienu jagħmlu x-xogħol.", "Aħna b'mod ġenerali qbilna ma' din is-sistema pero' kien hemm bżonn li jsir ċertu tibdil.", "Fil- fatt, peress li ridna nbiddlu xi partijiet minnha, is-sena li għaddiet waqajna ftit lura fir-renewals tal-mains li kien ġie propost li nagħmlu pero' dan se nipprovaw nirrimedjaw għalih.", "Is-sena li għaddiet bdilna l- mains f'diversi areas, fosthom madwar il-Hypogeum, Żabbar Road fil-Fgura, Bormla u Birkirkara.", "F'ċerti areas bdilna l-mains minħabba li kienu qodma u għaliex kien hemm il-problema tal-leakages u mains oħrajn bdilnihom sabiex inwasslu ilma ta' kwalita' aħjar.", "Bis-sistema ta' distribuzzjoni ġdida fis-Siġġiewi, per eżempju, il-kwalita' ta' l-ilma tjiebet għaliex issa s-Siġġiewi huwa mqabbad mal-ġibjun tal-Qrendi, li huwa fornut mir- reverse osmosis plant ta' GĦar Lapsi.", "Is-sena li għaddiet kellna l-ħsieb li nibdew ix-xogħol fuq il-bini tal- ġibjun tax-Xwieki.", "Dan ix-xogħol ilu jissemma fl-estimi kemm ilni membru f'din il-Kamra imma qatt ma sar xejn fuqu.", "Aħna nipproduċu l-ilma fil- għaxija għar-raġuni li bil-lejl ir-rati ta' l-elettriku huma iktar baxxi.", "Allura jaqblilna nipproduċu l-ilma fil-għaxija, nitfgħuh fil-ġibjun u mbagħad inqassmuh matul il-ġurnata.", "Iżda din il-ħaġa ma nistgħux nagħmluha f'Pembroke għaliex il-ġibjun tax-Xwieki huwa żgħir ħafna u f'kemm ili ngħidlek jimtela'.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li jkollhom jitfu l-impjant ta' Pembroke għaliex il-ġibjun ikun imfawwar.", "GĦalhekk jeħtieġ li dan l- impjant jinbena ħalli jkollna distribuzzjoni aħjar.", "Matul is-sena li għaddiet saru l-istudji ambjentali li kienet talbet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u nittama li l-permess jinħareġ ma jdumx ħalli jkun jista' jinbeda x-xogħol.", "Irrid ngħid ukoll li hemm żewġ oqsma ġodda li għall-ewwel darba qed timpenja ruħha fihom il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Fil-bidu għidt li l-għanijiet tal-korporazzjoni huma li tieħu ħsieb the whole water cycle.", "Issa rrid nirriferi għal dawk iż-żewġ sorsi ta' l-ilma li qabel il- korporazzjoni ma kenitx responsabbli għalihom u li llum jaqgħu taħt ir- responsabbilta` tagħha.", "Ħalli nibda dwar l-ilma tax-xita.", "Kulħadd japprezza li dan huwa ilma li jiġi fuqna bla ma nħallsu għalih imma dan la għandna kontroll fuqu u barra minn hekk ħafna drabi jispiċċa biex jikkawża ħsarat.", "Allura ħassejna l-bżonn - dan semmejtu wkoll is-sena li għaddiet - li nagħmlu a storm water master plan għall-gżejjer tagħna, jiġifieri pjan nazzjonali ta' kif dan l-ilma nilqgħuh, naħżnuh u nużawh bl- aktar mod cost- effective.", "Apparti minn hekk, dan il-pjan irid jistudja wkoll kif għandna nevitaw għargħar f'dawk l-areas li jbatu mill-għargħar kull meta tagħmel ftit xita.", "Meta kont fl-oppożizzjoni kont nippriedka ħafna fuq il-bżonn li jsir dan il-pjan u kienet ħaġa naturali li mill-ewwel ittieħdet inizjattiva biex dan isir.", "Il-Perit Philip Grech li nħatar bħala project manager għal dan il-pjan, beda jagħmel qafas tiegħu u mxejna biċċa 'l quddiem mhux ħażin fuqu.", "Fl-ewwel parti tiegħu qed nipprovaw nagħmlu survey ta' dawk is-sistemi kollha ta' storm water drainage li għandna f'pajjiżna, jiġifieri l-culverts u l-ġibjuni li għandna, anke dawk li ma jaħdmux.", "In-nies tal-korporazzjoni kitbu lill-kunsilli lokali u staqsewhom jekk jafux b'xi sistemi li għandhom fir-raħal tagħhom biex jagħmlu surveys fuqhom, u jekk hemm xi sistemi li ma jaħdmux allura jħaddmuhom għaliex aħna naħsbu li jekk jirnexxielna nħaddmu s-sistemi li għandna nkunu qegħdin insolvu parti mill-problema.", "Imma jiddispjaċini ngħid li iktar minn nofs il-kunsilli lokali ta' Malta ma rrispondewx, u f'Għawdex minn 15 rrispondew tlieta, li allura jagħtini x'naħseb li iktar hemm problema f'Għawdex, għax jien nassumi li min ma rrispondiex m'għandux interess f'dan il-proġett.", "Apparti l-ġbir ta' informazzjoni fuq sistemi eżistenti, għandna bżonn niġbru wkoll informazzjoni teknika dwar kemm taqa' xita, minn fejn jgħaddi l-ilma tax-xita u x'inhi l-veloċita` li biha jkun għaddej.", "GĦalhekk matul is-sena li għaddiet il-korporazzjoni bdiet tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa sabiex tibda tkejjel dawn il-parametri li huma importanti ħafna biex isir il-computer modelling ħalli nkunu nafu x'inhuwa l-effett ta' l-ilma tax- xita f'pajjiżna.", "U jiena qed nittama li dan ix-xogħol kollu sa l-aħħar ta' din is-sena nkunu ffinalizzajnih.", "Meta nitkellmu fuq l-ilma tax-xita ħafna nies jimmaġinaw li qed nitkellmu fuq l-ilma li jiġri fit-toroq bla kontroll ta' xejn, li jgħarraq ħafna postijiet, iwaqqaf il-karozzi u kultant anke jikkawża mwiet.", "Il-pjan mhux biss irid jaħseb għal dan imma aħna nħossu li l-iktar importanti huwa li dan l-ilma nneħħuh mit-toroq u mid-djar tan-nies u naraw kif nutilizzawh.", "Jekk aħna kapaċi nużaw dan l-ilma u parti mill- ilma tar-reverse osmosis jiġi replaced bih, allura nkunu qed niffrankaw ċerti ammonti ta' flus lill-korporazzjoni.", "GĦalhekk dawk is-sistemi li sirna nafu bihom u li ma kenux qed jaħdmu, diġa` qed nipprovaw inħaddmuhom.", "Fil-fatt, Sur President, matul is-sena li għaddiet saru xogħlijiet f'diversi partijiet ta' Malta sabiex jitnaddfu culverts li kien ilhom ma jitnaddfu s-snin.", "Insemmi biss każ wieħed fejn l-ilma kollu li kien jaqa' mill-Fgura kien jinżel minn Cospicua Road u jibqa' nieżel għal Bormla u jgħarraqha.", "Meta morna naraw x'se nagħmlu b'dak l-ilma rajna li kien hemm mina li ilha mibnija mijiet ta' snin u li kienet tagħti minn fejn Polverista Gate għal Għajn Dwieli.", "Maż-żmien din imtliet bil-ħama u bl- imbarazz u ġiet imblokkata.", "GĦalhekk aħna naddafnieha u b'hekk evitajna l- għargħar f'Bormla.", "Bħalissa għaddejjin b'diversi proġetti oħrajn ħalli dejjem nipprovaw intaffu l-għargħar f'ċerti areas.", "Fl-istess ħin qed naħdmu bil-konċett li mhux biss nilqgħu l-ilma u nneħħuh mit-toroq imma naraw fejn se npoġġuh.", "Per eżempju, biex nilqgħu l-ilma li jkun ġej mir-Rabat u li jispiċċa Ħ'Attard, Birkirkara, Ħal Qormi u Ħal Balzan qed nagħmlu culverts ġodda biex l-ilma jibqa' sejjer għall-Wied tal-Ħemsija u l-Wied ta' Rmiedi.", "Jiġifieri aħna ma rridux nilqgħu l-ilma u nwaddbuh fid-drainage bħalma jagħmlu ħafna u joħolqulek problema kbira oħra imma rridu naraw kif se nagħmlu biex l-ilma nżommuh u nkunu nistgħu nużawh.", "Fil-fatt il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma trid tagħmel pilot project ħalli tara kif jista' jinbena impjant għall-polishing ta' dan l-ilma tax-xita.", "L- ilma tax-xita li jkun ġej minn ċerti bnadi, b'mod partikolari dak li jkun ġej minn fuq it-toroq u jiġbor kulma jkun hemm fit-triq, ma tistax taqbdu u tinjettah ġo l-aquifer kif inhu imma trid tagħmillu ċertu treatment għax inkella tista' tagħmel il-ħsara.", "Huwa għalhekk li l-korporazzjoni qiegħda taħseb biex tibni - jidhirli din qiegħda fil-budget tas-sena d-dieħla - impjant għall-polishing ta' dan l-ilma.", "Mill-istimi preliminari li għamilna biex nibdew nittekiljaw din il-problema - mhux biex insolvuha totalment - jidher li hemm spiża ta' madwar ¥1.4 miljun.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Buhagiar reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "Nixtieq nitkellem issa dwar l-ilma prodott mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ.", "Anke hawn għandna sors ta' ilma li rridu naraw x'se nagħmlu bih pero' qabel irrid nagħmel parentesi żgħira u nirrispondi għal dak li qal l-Onor.", "Zammit Dimech il-bieraħ, meta qal li aħna waddabna l-pjan tad-drenaġġ sentejn lura.", "L-ewwelnett fiżikament dan ma jistax ikun għax dan il-Gvern ilu fil-poter sena u erba' xhur biss u allura ma jistax ikun li jwaddab xi ħaġa sentejn lura!", "Apparti dan, li jmissu qal l-Onor.", "Zammit Dimech huwa li l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin kien inbena minn Gvern Laburista fl-1982 u f'disa' snin u nofs ta' Gvern Nazzjonalista qatt ma nbena mpjant ieħor.", "U issa ħafna ġiri biex inlestu l-impjanti sas-sena 2000 jew 2001.", "Jiġifieri altru milli aħna waddabna x-xogħol lura!", "Jiena naħseb li huwa l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel li waddbu lura meta x-xogħol tal-bini ta' impjant għat-trattament tad-drenaġġ li kienu jafu li kien bżonjuż baqgħu ma għamluhx.", "GĦalhekk l-argument ta' l-Onor.", "Zammit Dimech li aħna waddabna xi ħaġa lura assolutament ma jreġix.", "Ta' min jgħid ukoll, Sur President, li l-volum ta' l-ilma li jiġi mit- trattament tad-drenaġġ issa kiber għaliex l-impjant ta' Sant' Antnin tkabbar.", "Fil-fatt dan issa minflok 7,000 metru kubu kuljum, qiegħed jipproduċi 17,000 metru kubu kuljum, u dan rridu naraw x'użu se nagħmlu bih.", "Anke meta l-impjant kien jipproduċi biss 7,000 ilma kuljum, ħafna minnu ma konniex nużawh.", "L-iktar li konna nużaw kien 5,000 metru kubu u għalhekk hemm bżonn naraw kif nistgħu nużaw dan l-ilma b'mod effiċjenti.", "Hawn tajjeb li ngħid li l-korporazzjoni ħolqot working committee biex flimkien mad-dipartiment tad-drenaġġ u mad-dipartimenti ta' l-industrija u ta' l-agrikoltura nfasslu pjan ta' kif tista' ssir bl-aħjar mod id- distribuzzjoni u l-użu ta' dan l-ilma.", "Żgur li rridu nagħmlu upgrading tas- sistema tad-distribuzzjoni ta' dan l-ilma, għax jien jidhirli li d- distribuzzjoni ta' l-ilma permezz ta' kanali miftuħa ma tantx hija effiċjenti.", "Sur President, dan kollu jġibni għall-punt li huwa importanti ħafna li jkollna pjan f'dan il-pajjiż sabiex insibu l-aħjar mod kif nistgħu nużaw dawn l-erba' sorsi differenti ta' l-ilma li semmejt, jiġifieri l-ilma li nipproduċu permezz tar-reverse osmosis plants, l-ilma li ntellgħu minn taħt l-art mill-aquifer, l-ilma tax-xita li nistgħu nilqgħuh u nużawh u l-ilma li nipproduċu permezz tat-trattament tad-drenaġġ.", "Fil-fatt b'dan il-pjan li qed jissejjaħ an integrated resource management plan irridu naraw kif dawn is-sorsi differenti ta' ilma nużawhom bl-aktar mod cost-effective.", "Nixtieq insemmi wkoll ix-xogħol li twettaq mill-institute of water technology.", "S'issa r-rwol ta' dan l-istitut kien kważi dejjem confined għal wieħed edukattiv u ta' taħriġ.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet dan l- istitut ta korsijiet fuq health and safety lil madwar 600 impjegat tal- korporazzjoni u din hija xi ħaġa li tajjeb tkompli.", "Barra minn hekk, meta l-korporazzjoni rat li kien hemm ċerti nies li lanqas kienu jafu jiktbu u jaqraw, ġew imfassla korsijiet biex jipprovaw jittekiljaw dan in-nuqqas ta' edukazzjoni akkademika.", "Pero' dan l-istitut għandu rwoli oħrajn.", "Fil-fatt għaddejjin b'diskussjonijiet biex dan l-istitut jibda jagħmel monitoring aħjar tal-kwalita` ta' l-ilma li tipproduċi l-korporazzjoni.", "Bħalissa dan qed isir permezz tal-laboratorju li għandhom hemmhekk pero' jiena naħseb li jista' jsir ħafna iżjed xogħol, aktar u aktar issa li mtlew ċerti postijiet li kienu vakanti għal ħafna snin fl-istess laboratorju.", "Nemmen ukoll li dan l-istitut jista' jagħmel l-ippjanar strateġiku għall-korporazzjoni għaliex il-korporazzjoni jien naraha bħala l-kuntrattur li tagħmel ix- xogħlijiet filwaqt li l-istitut huwa l-post fejn għandu jsir l-ippjanar strateġiku li semmejt qabel ħalli jsir l-integrated resource management plan għas-sorsi ta' l-ilma f'pajjiżna.", "Sur President, il-korporazzjoni tgħallmet ħafna mill-esperjenzi tagħha matul is-snin u għandna ċerta expertise li jiena ninkoraġġixxi li naqsmuh mal-pajjiżi ġirien tagħna għall- ġid ta' kulħadd.", "Fil-fatt in-nies tal-korporazzjoni dejjem jiġu nkoraġġiti jattendu fora internazzjonali, b'mod partikolari dawk li hemm fir-reġjun tagħna, sabiex l-esperjenzi li għandna, speċjalment fil-proċess tar-reverse osmosis u fil-leakage control, ngħadduhom lil ħaddieħor.", "GĦandi l-pjaċir inħabbar ukoll li l-WSC ġiet mogħtija l-ISO 9000 certificate.", "Din hija importanti ħafna għaliex minn Ottubru li għadda l- korporazzjoni ġiet kwalifikata bħala trader u allura issa wieħed jista' jfittixha taħt il-Consumer Affairs Act, filwaqt li qabel ma setax jagħmel dan għaliex kienet korporazzjoni tal-gvern.", "Allura kien hemm bżonn li l- istandard tas-servizz li tagħti l-korporazzjoni jitjieb.", "Jien għadni m'iniex ferħan bis-servizz li tagħti f'ċerti setturi pero' l-fatt li kkwalifikat għall-ISO standard, li huwa standard prestiġġjuż, huwa sinjal li qegħdin fit-triq it-tajba u nittama li dan l-istandard inżommuh.", "Qabel nagħlaq, Sur President, nixtieq inressaq formalment din l-emenda għall-mozzjoni:", "\"Minnufih wara l-kliem \"dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma\" li jidhru fil-Mozzjoni Nru 86 ippreżentata fl-20 ta' Ottubru, 1997 għandhom jidħlu l-kliem \"kif riveduti skond id-dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 193 tat-2 ta' Marzu, 1998\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħobkom?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Sur President, din hija t-tieni sena li qegħdin niddiskutu l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma minn mindu tela' Gvern Laburista.", "Qabel ma nitkellem fuq l-estimi, nixtieq niġbed l- attenzjoni tas-Sedja li ma jagħmilx sens li qegħdin niddiskutu estimi ta' korporazzjoni li jmorru lura għal Ottubru, sitt xhur ilu.", "Il-verita` hi li minn Ottubru sa Jannar intnefqu ¥5 miljun mill-korporazzjoni, li lanqas ġew approvati minn dan il-Parlament.", "Għalija dan huwa insult lejn din il- Kamra, għax dalgħodu qisna ġejna biex inkunu rubber stamp ta' dak li qiegħed jagħmel ħaddieħor.", "Id-diskors li għamel il-Ministru Buhagiar kien verament interessanti imma aħna qisna ġejna hawn biex ikun hawn min jiftaħar u min jikkritika, xejn aktar u xejn inqas.", "Forsi hawn min jgħidli li dan ġara minħabba l-miżuri li tħabbru fil- budget fejn ġiet ipproġettata żieda fenomenali fit-tariffi ta' l-ilma u tal- meters, u allura dawn l-estimi ma ġewx diskussi qabel.", "Pero' dan mhux sewwa u ma kellux isir.", "Possibbli l-istil maniġerjali ġdid li tant jiftaħru bih min-naħa tal-Gvern ifisser li l-ewwel infattruha u mbagħad nirranġawha!", "Ftaħru tant tan-naħa l-oħra bil-konsultazzjonijiet li għamlu mal-unions, mal-korpi kostitwiti u ma' kull min kien interessat!", "Possibbli ħadd ma ġietu f'rasu li f'dawn id-diskussjonijiet jiżvelaw li kien hemm xi ħsieb li t-tariffi ta' l-ilma jiżdiedu b'dan il-mod!", "Issa għaddew erba' xhur mill-budget 'l hawn u għadna ma nafux x'se jiġri, allavolja fil- gazzetti qegħdin naraw li hemm ċans li t-tariffi jiġu rranġati.", "Jiena nistaqsi: Kien hemm bżonn li din iż-żieda fuq l-ilma tidħol fis-seħħ mingħajr diskussjoni, u mbagħad naraw wara x'impatt se jkollha fuq l- ekonomija tagħna?", "Mid-dehra, stil maniġerjali ġdid ifisser li npoġġu l- ħmara wara l-karettun!", "Imma jiena persważ li management serju, biex ikun professjonali, irid jagħmel assessment minn qabel fuq iż-żieda, mhux l- ewwel inżidu u mbagħad naraw x'nagħmlu.", "Dan il-Gvern, li tant jiftaħar u jippriedka bit-trasparenza, żelaq bil-goff għax flok ikkonsulta ħeba kollox minn kulħadd.", "Dan mhux stil maniġerjali modern imma, din hija inkompetenza grassa.", "Konsengwenza ta' dan, Sur President, il-pajjiż daħal f'inċertezza kbira li qed ibati minnha l-poplu Malti kollu.", "Saħansitra kellhom jittieħdu azzjonijiet industrijali mhux biex xi ħadd jieħu xi żieda jew biex jitranġaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol imma biex jiddiskutu dawn iż- żidiet.", "X'mistħija!", "Meta ddiskutejna r-rapport is-sena l-oħra, din il-Kamra bir-raġun kollu ftaħret bix-xogħol li kienet għamlet din il-korporazzjoni li ħoloq Gvern Nazzjonalista.", "Il-kritika li saret min-naħa l-oħra kienet fuq il-famuża ħofra u d-diżastru finanzjarju li qalu li sabu fiha.", "Ta' min jgħid li fil- policy document \"A Fresh Start\", li semma l-Ministru u li sar mill- konsulent Alfred Mifsud, kien hemm inkluż li fil-mission policy għandu jiżdied il-kliem \"within a framework of financial stability\".", "Pero' għalkemm jidher li saru ħafna affarijiet, meta tiftaħ ir-rapport ta' din is- sena ssib li l-mission policy għadha l-istess li kien hemm qabel.", "GĦalhekk ħaġa importanti li s-Sur Mifsud deherlu li kellha ssir baqgħet ma saritx.", "Ħalli nibda issa l-kritika tiegħi billi nirriferi għal dak li qed jgħid iċ-chairman fl-introduzzjoni tiegħu.", "Dan qal:", "\"Hekk kif ħadt il-kariga ta' chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, minnufih ingħatajt rapport li kien ikkummissjonat mill- Gvern li, f'termini ċari, wera s-sitwazzjoni finanzjarja tal- korporazzjoni bħala prekarja u li teħtieġ miżuri korrettivi urġenti.\".", "Fil-fatt x'sab iċ-chairman il-ġdid fil-korporazzjoni jafu l-poplu Malti u Għawdxi kollu, kif jafuh in-numru ta' turisti li jiġu Malta.", "Dan sab sitwazzjoni ferm differenti minn dik li kien sab Gvern Nazzjonalista fl- 1987.", "Dan il-Gvern sab korporazzjoni li bis-saħħa tagħha kien hawn provvista ta' l-ilma għall-bżonnijet ta' kulħadd, kemm domestiċi kif ukoll industrijali.", "Fil-fatt fi żmien disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista, il- produzzjoni żdiedet minn 17-il miljun għal 34 miljun gallun ilma kuljum, jiġifieri d-doppju ta' dak li kien hemm qabel.", "U mhux hekk biss, għaliex għandna wkoll spare capacity, għaliex Gvern Nazzjonalista ħaseb biex jipprovdi provvista adegwata.", "Madam Speaker, dan il-Gvern sab ilma fil-vit u ma sabx ilma bir-ration, bħalma konna sibnieh aħna.", "Dan il-Gvern ma sabx nies bil-bramel jipprotestaw fit-triq u turisti jġorru l-ilma sal-lukanda.", "Ma sabx lil tal- bowsers inondati b'telefonati biex jittrasportaw l-ilma.", "Dan il-Gvern ma sabx sitwazzjoni fejn l-ilma tal-pjan sar melħ.", "Lanqas ma sab sitwazzjoni fejn kellna nimportaw l-ilma minn barra, biex fuq kollox kellna narmuh għax kien ikkontaminat, b'telf ta' eluf ta' liri.", "Il-verita` hija li meta tela' dan il-Gvern sab sitwazzjoni ta' provvista adegwata ta' ilma u ta' kwalita` superjuri ħafna iktar milli konna mdorrijin biha fl-1987.", "L-uniċi nuqqasijiet li seta' kien hemm fil-provvista ta' l-ilma kienu biss meta kien jinqata' d-dawl - u allura r-reverse osmosis plants kien ikollhom jieqfu - jew inkella meta kien ikun hemm xi ħsarat, li naturalment kienu jinqalgħu u se jibqgħu jinqalgħu.", "Imma x'għamel iċ-chairman il-ġdid quddiem sitwazzjoni bħal din?", "Proprju fl-ewwel ġurnata li daħal dan ordna refurbishment komplet fl- uffiċċju tiegħu - qisu ddakkar mill-Prim Ministru - li sewa lill- korporazzjoni ¥10,000.", "Nixtieq nirriferi hawnhekk għal żewġ mistoqsijiet parlamentari li saru, waħda ta' l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia u l-oħra ta' l- Onor. Ninu Zammit.", "F'risposta li ġiet mogħtija lill-Onor.", "Farrugia fis-16 ta' Ġunju, 1997 intqal li x-xogħol li sar li kien jinkludi bathroom facility - din swiet ¥2,700 - u l-għamara ta' l-uffiċċju u l-boardroom li swiet ¥6,800.", "Tliet ġimgħat wara, f'risposta għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Ninu Zammit, fejn staqsa kemm swiet l-għamara, intqal li l-bibien inxtraw għall-prezz ta' ¥506, l-iskrivanija, il-wall unit, il-coat hanger, s- service unit u l-coffee table inxtraw mingħand Fino għall-prezz ta' ¥4,103 u s-sufan inxtara għall-prezz ta' ¥1,200.", "Intqal ukoll li s-siġġijiet għall-mejda tal-boardroom u l-iskrivanija taċ-chairman swew ¥1,300 oħra.", "Issa meta dawn tgħoddhom flimkien issib li jiġu ¥7,200 mentri fil- mistoqsija li rrispondew lill-Onor.", "Farrugia kienu qalu li ġew jiswew ¥6,800.", "Dan hu l-mod kif qegħdin niġu stmati meta ningħataw ir-risposti f'dan il-Parlament!", "U biex jirrisponduna kultant rridu nistaqsu l-istess mistoqsija darbtejn jew tliet darbiet.", "Huwa interessanti wkoll, Madam Speaker, li fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, fejn staqsa lill-ministru jekk jidhirlux li kellha ssir din l-ispiża meta l-korporazzjoni qiegħda f'dan l-istat finanzjarju ħażin, il-Ministru Buhagiar rrisponda - naturalment skond ma qalulu l- uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma - li m'hemm xejn ħażin fiha għax f'Ottubru ta' wara l-korporazzjoni kienet se tiffranka ¥1.5 miljun għaliex kienu se jieħdu r-reverse osmosis plants f'idejhom.", "Jiġifieri ċ-chairman ordna l-affarijiet u xtrahom qabel ma ffranka l-flus!", "Fl-istess ħin iċ-chairman il-ġdid deherlu li l-karozza ġdida li kellu ċ- chairman ta' qablu ma kenitx tajba għalih u ried oħra aktar lussuża.", "Skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5399, din il-karozza kienet tiswa ¥8,500 mingħajr il-VAT, ir-reġistrazzjoni u kollox.", "Forsi l-Ministru staħa jew ma qalulux kemm tiswa verament din il-karozza pero' minn mistoqsija parlamentari numru 10673 irriżulta li din il-karozza fis-suq tiswa ¥15,600, jiġifieri tiswa ħafna iktar mill-karozza li għandu l-Prim Ministru llum.", "Nafu wkoll li l-karozza li kellu ċ-chairman ta' qabel, li kienet għadha ġdida, għal xi raġuni jew oħra ngħatat jew ġiet mislufa lill- Onor. Edwin Grech.", "Jien ma nafx x'kellu bżonnha l-Onor.", "Grech imma s'issa għadu ma rritornahiex u nixtieq naf meta u f'liema stat se jirritornaha.", "Nixtieq naf ukoll x'sens jagħmel li jintnefqu ¥28,000 fuq żewġ karozzi meta kienu għadhom fil-bidu u riedu jaraw kif se jsolvu l-problema finanzjarja!", "Fl-istqarrija tiegħu ċ-chairman qed jgħid li l-operat maniġerjali wkoll kien fi stat prekarju u kien hemm bżonn ta' miżuri urġenti u korrettivi.", "Issa dan twettaq billi taw promotions lill-bażużli u nies magħrufa għall- kulur tagħhom.", "Hemmhekk intesew il-prinċipji ta' seniority, esperjenza u kwalifiki!", "F'kull qasam tista' tgħid, min kien taħt ġie fuq u inġiniera u periti saru senior jew inkella tpoġġew fl-istess skala ta' seniors.", "Fil- qasam ta' l-amministrazzjoni tpoġġa bħala head bniedem bla kwalifiki u bla esperjenza u dak li kien jokkupa dan il-post ġie ttrasferit għal pożizzjoni oħra biex jagħmel wisgħa għal dan.", "Din il-mossa, apparti li ma rranġat xejn fil-management, daħħlet lill-korporazzjoni fi spejjeż bla bżonn.", "Ħalli nsemmi issa bidla oħra li seħħet fil-management.", "Skond ir-rapport li għandi quddiemi, bħala parti mir-riorganizzazzjoni li rrifera għaliha dalgħodu l-Ministru Buhagiar, iddaħħlu minn barra chief internal auditor, financial controller u wkoll credit control manager.", "Waqt li r-rapport uffiċjali qiegħed jgħid li dawn kollha daħlu f'Lulju, il- verita` hi li l-financial controller daħal fit-18 t'Awissu u l-post ta' credit control manager imtela iktar tard, għax il-kuntratt sar fid-29 t'Ottubru.", "Wieħed minn dawn il-kuntratti sar bejn iċ-chairman u s-Sur Mario Azzopardi, li nħatar bħala chief internal auditor.", "Issa ċ-chairman m'għandux pożizzjoni eżekuttiva u allura ma nafx kemm kien f'pożizzjoni li jiffirma dan il-kuntratt.", "Imbagħad fil-kuntratt tas-Sur George Borg, li eventwalment inħatar financial controller, ma deherx iċ-chairman imma ċ- chief executive.", "Pero' meta tħares lejn dan il-kuntratt issib li l-firma fuqu m'hijiex taċ-chief executive imma taċ-chairman, u jiena dawn l- affarijiet jħassbuni ħażin.", "Jekk nieħdu l-agreement l-ieħor li sar miċ- chief executive ma' Mrs Camilleri Mifsud, insibu li sar kollox in order għaliex iffirma s-Sur Riolo, iċ-chief executive, u ffirmat hi.", "Issa nispera li l-Ministru jagħtina spjega ta' dan.", "Madam Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq iċ-chief internal auditor, is- Sur Mario Azzopardi, li rrid ngħid li ma nafux personalment.", "Skond l- informazzjoni li għandi huwa bniedem kapaċi ħafna pero' jiġi ħu bniedem magħruf ħafna fl-operat tal-Malta Labour Party, partikolarment fis-Super 1.", "Fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kienet ħarġet applikazzjoni biex jingħata servizz ta' financial controller.", "Dan it-tender rebħitu d-ditta Mizzi Doublet Scerri & Co. li bagħtet wieħed mill-impjegati tagħha biex jagħmel dan ix-xogħol, proprju s-Sur Mario Azzopardi.", "Skond il-mistoqsija parlamentari numru 8930, insibu li bħala chief internal auditor - ma nafx kemm saret sejħa pubblika għal din il-ħatra, jew forsi saret u jien ma nafx - għandu kuntratt għal tliet snin li jiġġedded kull sena u qed jitħallas ¥11,500 li jiżdiedu b'¥700 kull sena.", "Qed iħallsulu aktar minn ¥800 bħala kontribuzzjoni tal-bolla, u jekk jagħmel xogħlu tajjeb - u wieħed jistenna li dan jagħmel xogħlu tajjeb - jista' jieħu performance bonus li jilħaq l- ¥1,725.", "Mela b'kollox is-Sur Azzopardi huwa ntitolat li jdaħħal aktar minn ¥14,000.", "Barra minn hekk, Madam Speaker - hawn qed inkompli nikkwota mill-istess risposta - il-korporazzjoni xtratlu karozza ġdida u se tħallaslu l- kontijiet tat-telefon u l-mobile phone.", "U skond informazzjoni oħra li għandi u li m'hijiex qiegħda fir-risposta, ma jħallasx lanqas il-meter ta' l-ilma, ħaġa li tant qajmet kjass mill-budget 'l hawn!", "Issa dan huwa service provider u mhux impjegat mal-WSC.", "Imma milli jidher dan m'huwiex biżżejjed għas-Sur Azzopardi għaliex il-kuntratt ma jżommux milli jagħmel xogħol privat.", "Ta' min jgħid li sakemm inħatar chief internal auditor, is- Sur Azzopardi kien jagħmilha wkoll ta' acting financial controller sakemm laħaq financial controller.", "Dan ifisser li wara li tela' l-Gvern Laburista, is-Sur Azzopardi għamel xi żmien jaħdem mal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma bħala mpjegat tad-ditta Mizzi Doublet Scerri & Co., għamel żmien jaħdem ta' acting financial controller u fl-istess ħin kien chief internal auditor ta' l-istess korporzzjoni.", "U jiena ma nafx kemm ħaġa bħal din hija in order għax wieħed jibda jitħasseb u jistaqsi kif jista' jkun li f'ħin minnhom ikun impjegat ta' kumpannija u f'daqqa waħda jkun financial controller u mbagħad chief internal auditor!", "Hawnhekk jidħlu dubji serji ta' etika u anke ħsebijiet koroh ta' manuvrar.", "Ta' min jgħid li d-ditta Mizzi Doublet Scerri & Co. din is-sena ħadet il- kuntratt ta' l-auditing tal-korporazzjoni.", "Kif isir dejjem, fl-ewwel xhur ħarġu t-tenders biex tintgħażel ditta biex isir l-auditing tal- korporazzjoni, pero' wara li dawn it-tenders għalqu jidher li damu żmien twil f'xi kexxun ta' xi wieħed mid-diretturi tal-bord, imbagħad meta rrealizzaw li ż-żmien qiegħed jagħfas iddeċidew li tingħata l-offerta.", "Oħroġ l-għaġeb l-offerta ħaditha d-ditta Mizzi Doublet Scerri & Co., allavolja ma kenitx l-irħas.", "L-iskuża għaliex din id-ditta ħadet il- kuntratt - u hawnhekk wieħed jibda jinkwieta - kienet li billi ma kienx baqa' ħafna żmien biex jitlesta r-rapport, min jieħu t-tender irid ikun xi ħadd li jaf l-operat tal-WSC, u l-unika ditta li setgħet tkun taf l-operat tal-WSC kienet proprju din id-ditta għax kien hemm żmien li kellha impjegat minn tagħha, is-Sur Mario Azzopardi, li kien qiegħed hemmhekk.", "Għax il- bqija din id-ditta ma kellha l-ebda mod kif tkun taf kif taħdem il-WSC.", "Hawnhekk jiena nistaqsi: Is-Sur Azzopardi, bħala kap ta' l-internal auditing, indaga għaliex dan il-kuntratt dam xhur sħaħ ma ħareġ?", "Jekk le, għaliex ma ndagax?", "Kien hemm xi skop ulterjuri, jew kien inkompetenti f'xogħlu?", "Jista' l-Ministru fil-winding-up jgħidilna jekk is-Sur Azzopardi nvestigax l-adjudicating process ta' din it-tender, kif suppost jagħmel, u jgħidilna wkoll jekk f'xi ħin iddikjarax li kellu konflitt ta' interessi?", "Madam Speaker, wieħed jistenna li gvern li tela' bl-għajta ta' trasparenza, jifli sew x'ġara għax jekk nibdew minn issa jidħlulna dubji fuq l-awdituri esterni li huma mistennija jagħmlu xogħolhom b'reqqa u b'imparzjalita` kbira, allura wieħed jibda jinkwieta ħafna.", "Jiena ċert li l-ebda ditta ta' l-awdituri, inkluż id-ditta Mizzi Doublet Scerri & Co., ma tirriskja tagħmel dan.", "B'danakollu jiena naħseb li għandha ssir inkjesta pubblika biex tinvestiga ċ-ċirkostanzi ta' kif dan il-kuntratt ġie awarded.", "Nerġa' nirrepeti li din l-offerta la kienet l-irħas, damet xhur sakemm ma ġiet awarded u meta sar dan ittieħed in konsiderazzjoni l-fatt li kienet taf l-operat tal-WSC, naturalment permezz tas-Sur Azzopardi.", "Jiena naħseb li anke l-Awditur Ġenerali, b'inkarigu mill-Public Accounts Committee, jista' jinvestiga din il-biċċa xogħol u jikkonsidra l-kuntratt tas-Sur Azzopardi.", "Ta' min jistaqsi wkoll kif imtela l-post ta' audit control manager għax m'għandniex informazzjoni ta' kemm nies ġew intervistati u kif saret is-sejħa pubblika.", "Jiena naf żgur li dan il-post imtela mis-Sinjura Mifsud, li hija l-mara tas-Sur Alfred Mifsud, li għamel ir-rapport \"A Fresh Start\".", "Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-Sur Anthony Valvo, li sa ftit żmien ilu kien wieħed mid-diretturi tal-korporazzjoni u li issa laħaq deputy chairman, kien qiegħed jagħmel xogħol fil-WSC, li ma nafx kienx uffiċjali jew le u ma nafx kienx xogħol volontarju jew le.", "GĦalhekk ta' min jistaqsi xi kwalita` ta' xogħol kien qed jagħmel, fis-sens jekk kienx jinvolvi xogħol fl-għoti ta' xi tenders, bħal din it-tender li għadni kif semmejt tal-kumpannija ta' l-awditjar, jew kienx xogħol konness ma' reklutaġġ ta' personnel.", "Wara li tkellimt fuq il-mili tal-postijiet fil-livell maniġerjali, nixtieq nitkellem issa dwar ir-reklutaġġ ta' ħaddiema fi gradi oħra tal- korporazzjoni.", "Kif jaf kulħadd, fi żmien Gvern Nazzjonalista l-policy kienet li kemm jista' jkun innaqqsu n-nies mill-korporazzjoni u mhux inżiduhom.", "Din il-policy hija espressa wkoll fir-rapport tas-Sur Alfred Mifsud u suppost kienet ikkonfermata fil-budget, fejn kien hemm indikat li m'għandhomx jidħlu nies mal-gvern u mal-korporazzjonijet jekk mhux għal bżonnijiet speċjali.", "B'danakollu jidher li mal-korporazzjoni kien hemm bżonn jidħlu nies għaliex mir-rapport jidher li daħlu erbgħa min-nies ġodda, iżda skond il-mistoqsija parlamentari numru 8929 daħlu 27 impjegati ġodda, li 23 minnhom kienu fi grad ta' skrivani.", "Ir-risposta għal din il- mistoqsija tgħid:", "\"Il-kriterji li ntużaw f'kull każ huma kwalifiki, suitability u esperjenza.\"", "Dawn it-23 persuna ntgħażlu minn fost 186 applikant u jiena nixtieq nistaqsi: Huwa minnu li daħlu nies li ma kellhomx in-numru u l-grad ta' \"O\" levels li kien rikjest?", "Huwa minnu li nies b'aktar kwalifiki minn dawk li daħlu tħallew barra?", "Il-Ministru jista' jgħidli li dawn ma kenux suitable, u allura jien nistaqsih: Huwa suitable li timpjega bniedem li għandu sentenza ta' ħabs pendenti minn appell?", "Hawnhekk ngħid bla tlaqliq li qed nirriferi għall-ex-Spettur tal-Pulizija Picco.", "Mill-186 li ġew intervistati - nimmaġina li dawn kollha ntbagħtu mill-ETC - tħallew barra 163.", "Possibbli minn dawn il-163 ħadd ma kien kapaċi, ħadd ma kellu kwalifiki u ħadd ma kien suitable daqs is-Sur Picco?", "Madam Speaker, meta wieħed jaqra l-parti teknika li jsib fir-rapport tal- korporazzjoni, isib li l-osservazzjonijiet li joħorġu jikkonfermaw is- suċċess li kellha l-WSC taħt amministrazzjoni Nazzjonalista li qiegħed igawdi minnu l-gvern tal-ġurnata.", "L-isbaħ ċertifikat għall-policies li kien miexi bihom il-Gvern preċedenti jidher fl-ewwel kapitlu fejn wieħed jaqra li:", "\"Reserves of potable water were always healthy ...\",", "u kif jaf kulħadd ir-raġuni hija dovuta għall-għaqal tal-Gvern Nazzjonalista, li ħaseb biex ikun hawn provvista ta' ilma adegwata, li anke jkollna spare capacity u li l-kwalita` ta' l-ilma tkun tajba.", "Imma sfortunatament din l-amministrazzjoni għażlet li timxi fuq rotta oħra.", "Dalgħodu l-Ministru pprova jipperswadina li dan m'huwiex minnu imma mill- figuri tas-sena ta' qabel joħroġ ċar li l-produzzjoni mir-reverse osmosis plants tnaqqset b'16% mis-sena preċedenti u l-ippumpjar ta' l-ilma minn taħt l-art żdied bi kważi 9%.", "B'konsegwenza t'hekk il-kwalita` ta' l-ilma teħżien tista' għaliex l-ilma mill-aquifer qatt m'hu se jkun ta' grad daqstant tajjeb daqs l-ilma tar-reverse osmosis plants.", "U meta dawn tħallathom, jekk ikollok 60% ma 40%, kif kien fi żmien Gvern Nazzjonalista - u issa qed iħalltu 52% ma' xi 48% -allura bilfors ikollok tnaqqis fil- kwalita` ta' l-ilma.", "Fir-rapport insibu li nbidlu total ta' 14-il kilometru ta' mains, 6.3 kilometri ta' extensions u 7.7 kilometri f'renewals, meta fir-rapport tas- sena ta' qabel li kien jirrifletti iż-żmien meta kien hemm Gvern Nazzjonalista, inbidlu 42 kilometru, tliet darbiet aktar milli nbidlu din is-sena.", "Meta kien għadu fl-oppożizzjoni, l-Onor.", "Buhagiar kien jagħmel ħafna kritika fuq il-water accounting, pero' kien Gvern Nazzjonalista li qabad il-barri minn qrunu u ħa ħsieb janalizza din il-problema biex isib irkaptu tagħha.", "Fir-rapport hemm paragrafu sħiħ rigward dan, u nsibu li l- konsulenti Pell Frischmann Water Ltd.", "\"commented positively on the local methodology and on the necessary leakage control environment being created.\"", "Issa l-bieraħ f'risposta li ta l-Ministru lill-Onor.", "Chris.", "Cardona qal li s-sistema ta' leakage control bdiet bir-reqqa fl-1994.", "Mela mhux issa bdew dawn l-affarijiet imma din m'iniex se nitkellem dwarha għaliex naf li hemm ħaddieħor li jrid jitkellem dwarha.", "Madam Speaker, dalgħodu l-Ministru ħabbar li l-WSC - u hawn nifirħilha jien ukoll - ħadet l-ISO 9002.", "Din hija ħaġa tajba ħafna imma l-Ministru għandu jirrealizza li l- korporazzjoni din ma ħadithiex bis-saħħa tax-xogħol li sar fix-xhur kemm ilu fil-gvern il-Partit Laburista; għaliex din tieħu żmien twil biex tasal għaliha.", "Il-parti l-kbira tax-xogħol sar fi żmien Gvern Nazzjonalista u issa qed nieħdu l-frott tiegħu.", "Ejja nħarsu issa ftit lejn il-produzzjoni ta' l-ilma.", "Matul is-sena li għaddiet l-impjanti tar-reverse osmosis ipproduċew 52% ta' l-ilma tax-xorb.", "Dan ifisser li ftit inqas minn 50% kien ilma li ġej minn taħt l-art, filwaqt li fl-aħħar ta' l-amministrazzjoni ta' Gvern Nazzjonalista 60% ta' l-ilma prodott kien ġej mir-reverse osmossis plants u 40% ta' l-ilma kien ġej minn taħt l-art.", "Imma, kif għadni kif spjegajt, meta tħallat ammont ikbar ta' ilma mhux ta' kwalita` tajba bilfors il- kwalita` ta' l-ilma teħżien.", "Dan jirriżulta minn esperimenti li jsiru fil- laboratorju imma jgħidulek anke Ċikku l-poplu.", "Għallinqas fejn noqgħod jien, meta niftħu l-vit nsibu li t-togħma ta' l-ilma m'għadhex tal-kwalita` li konna nixorbu qabel.", "Nixtieq nitkellem issa dwar il-pożizzjoni finanzjarja, li skond ir-rapport m'hijiex b'saħħitha biżżejjed u hemm bżonn urġenti li jittieħdu miżuri u azzjonijiet immedjati biex l-ewwelnett jiżdied id-dħul u t-tieni nett jonqsu l-ispejjeż.", "Il-Gvern diġa` ħa ħsieb biex jiżdied id-dħul permezz tal-budget għax kif jaf kulħadd, il-prezz ta' l-ilma żdied b'mod fenomenali iżda din iż-żieda mhijiex se tkun riflessa fil-finanzi tal-korporazzjoni għaliex il-Gvern naqqas is-sussidju li kien jagħti qabel b'aktar minn ¥8.5 miljun.", "Fil-fatt fl-estimi tal-korporazzjoni li ġew ippreżentati f'Ottubru tas-sena li għaddiet - wara sena li kienu ilhom fil-gvern - il-korporazzjoni kienet qed titlob sussidju ta' ¥14,650,000 u issa dan is-sussidju naqas għal ¥6 miljun.", "GĦaldaqstant il-korporazzjoni se tiffranka lill-gvern ċentrali aktar minn ¥8.5 miljun u dawn se jħallashom il-poplu Malti kull meta jiftaħ il-vit.", "Imma, kif diġa` għidt, ma kienx hemm bżonn li noqogħdu nistennew erba' xhur u nofs sħaħ biex naraw kif se jkun il-prezz ta' l-ilma.", "U nixtieq inkun naf jekk wara li jaslu fi ftehim - aħna għamilna minn kollox biex naslu fi ftehim u naraw li dan il-prezz jonqos - u ssir il-famuża rikonsiderazzjoni, humiex se jerġgħu jiġu hawnhekk b'estimi ġodda biex jiġu approvati minn dan il-Parlament.", "Fl-estimi nsibu wkoll li filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni se jonqsu b'madwar ¥1.5 miljun, għaliex il-WSC ħadet f'idejha t-tmexxija tar-reverse osmosis plants, se jkollha żieda fin-nefqa tad-distribuzzjoni.", "M'iniex se nkun jien li nikkritika n-nefqa tad-distribuzzjoni għaliex din hija xi ħaġa bżonjuża, anzi jekk nagħmel kritika tkun li din l-ispiża għandha tikber iktar.", "Iżda żgur li nikkritika l-ispiża fl-amministrazzjoni, proprju dak l- organu li suppost jieħu ħsieb li ma jsirux spejjeż żejda.", "Insibu li għal din is-sena n-nefqa fl-amministrazzjoni se tiżdied b'¥400,000, kważi ¥0.5 miljun aktar milli ntnefqu s-sena l-oħra.", "Skond risposta għal domanda parlamentari, issa li l-WSC għandha financial controller tagħha kif ukoll chief internal auitor, suppost li se tiffranka eluf kbar ta' liri.", "Imma mhux talli mhux se tiffranka eluf kbar ta' liri, talli l-ispejjeż finanzjarji se jiżdiedu bi ¥2.3 miljun iktar milli kienu fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi jiddispjaċini ngħid li jidher li ma tantx hemm ċans li l-istampa finanzjarja tirranġa, minkejja l-miljuni kbar li l-poplu se jħallas direttament ferm aktar mis-sena l-oħra.", "Aktar u aktar meta għandek korporazzjoni li l-bord tagħha huwa mmexxi minn chairman li, minkejja li m'hemmx flus, lest jonfoq l-eluf ta' liri biex jibdel l- uffiċċju u jixtri l-karozzi ġodda!", "Minkejja ż-żidiet esaġerati fil-prezz ta' l-ilma, il-korporazzjoni se tagħmel telf ta' aktar minn ¥1.5 miljun.", "Dan ifisser li minflok li l-qagħda finanzjarja se tirranġa ruħha, se tmur lura b'aktar minn ¥1 miljun meta mqabbla mas-sena l-oħra.", "Madam Speaker, qabel nikkonkludi nixtieq nitkellem dwar punt ieħor li qiegħed jippreokkupani.", "Fis-26 ta' Jannar ta' din is-sena, permezz tal-mistoqsija parlamentari numru 11523, jiena staqsejt x'ġara meta nstab ilma kontaminat fil-Fgura.", "Ir-risposta kienet pulita ħafna imma l-Ministru ma rrispondinix għall- mistoqsija jekk kienx hemm lok li ssir inkjesta pubblika.", "Forsi xi ħadd jilluminana għax jien ma nafx x'ġara eżatt, imma skond il-Ministru saru wash-outs tas-sistema kollha immedjatament wara imma mhux qabel.", "GĦalhekk nixtieq nistaqsi jekk kienx hemm xi sluice-valves li nbidlu u jekk saritx il-wash-out qabel ma ġie mqabbad l-ilma.", "Jien ma tlabtx li ssir inkjesta pubblika biex xi ħadd jiġi akkużat u kkastigat imma għaliex ħaġa bħal din tista' tirripeti ruħha f'postijiet oħra.", "Hemm bżonn ukoll li wieħed jara dan għaliex ġara biex ma jerġax jiġri.", "Nixtieq niġbed ukoll l-attenzjoni tal-Ministru tas-Saħħa li għandu jkun involut sew f'dawn l-affarijiet.", "Jiena naf li huwa ġie nformat b'dawn l- affarijiet, imma se jagħmlu xi ħaġa biex dawn l-affarijiet ma jerġgħux jiġru?", "Saret xi inkjesta interna għallinqas?", "Fil-każ tal-Fgura n-nies fetħu l-vit u sabu li minflok ilma beda ħiereġ drenaġġ u kienu huma li rrapportaw x'ġara, pero' kien hemm ukoll il-każ tal-ġibjun t'GĦawdex.", "F'dan il-każ id-drenaġġ kien ilu ħiereġ ġol-ġibjun mill-inqas tlett ijiem.", "U ma ndunawx wara li sar xi eżami fil-laboratorju imma ndunaw bir-riħa li kienet ħierġa minnu.", "Ara x'kontaminazzjoni kien hemm!", "Jien mhux qed nenfasizza li għandha ssir inkjesta biex jiġi kkastigat xi ħadd imma biex insibu x'qed jikkawża dawn l-affarijiet u ma jerġgħux jiġru għaliex dawn jistgħu jħallu riperkussjonijiet kbar fuq is-saħħa tal-bniedem u jistgħu jikkawżaw anke diżgrazzji.", "Ħaġa oħra li għamlet għajb lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kien il-qtugħ tal-provvista biex isir il-maintenance ta' xi pipes fir- reverse osmosis plant ta' Pembroke.", "F'dan il-każ kien hemm nies li damu erbat ijiem mingħajr ilma.", "Hawn intqal li damu ġurnata jew tnejn imma n- nies li joqogħdu bieb ma' bieb mar-reverse osmosis plant damu erbat ijiem biex wasal l-ilma għandhom.", "GĦalhekk joħroġ ċar li l-poplu ma kienx informat biżżejjed u ma kienx hemm ippjanar tajjeb.", "Barra minn hekk, la ħasbu biex ikun hemm telephone numbers iktar mis-soltu, fejn in-nies jistgħu jċemplu għas-servizz tal-bowser ħalli wieħed ilaħħaq mad-domanda u, ma nafx għaliex, ir-reverse osmosis plant ta' Tigne' ma tħaddmitx.", "GĦalhekk niġbed l-attenzjoni ta' l-uffiċjali tal-korporazzjoni li affarijiet bħal dawn m'humiex aċċettabbli issa li l-istess korporazzjoni hija l-provider u trid tkun accountable taħt il-Consumer Affairs Act, kif qal il-Ministru.", "Hemm bżonn li dawn l-affarijiet isiru b'iktar serjeta` għax mhux sew li lill-poplu nġegħluh iħallas ħafna u mbagħad nagħtuh servizz ħażin.", "Hemm ħafna affarijiet oħra fuqhiex wieħed jista' jitkellem, bħall- institute of water technology, ir-regolamenti tas-swimming pools, il- customer care, l-istorm water master plan u d-desalination services imma jiddispjaċini li l-ħin ma jippermettilix.", "Nagħlaq billi nirringrazzja lill- ħaddiema kollha tal-WSC u nħeġġiġhom biex jaħdmu iktar bil-għaqal u b'dedikazzjoni.", "Fl-aħħar nappella lill-bord tad-diretturi biex jonoraw il- collective agreement, partikolarment fejn jirrigwarda l-health insurance li suppost diġa` ġiet in vigore.", "Fil-fatt il-collective agreement wasal biex jagħlaq u l-health insurance għadha ma ġietx in vigore.", "Pero' l-impjegati kollha tal-WSC għandu jkollhom health insurance, bħalma għandhom ta' l- Enemalta u oħrajn.", "Wara kollox meta wieħed jaqra r-revised estimates li ġew ippreżentati issa jsib li hemm vot għaliha taħt item 8, li jgħid:", "\"The increase in insurance cost is mainly due to the introduction of group medical and health insurance cover for all corporation employees.\".", "Din suppost ilha li saret u għalhekk nappella lid-diretturi tal- korporazzjoni biex in jagħmluha mill-aktar fis.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, illum qegħdin nitkellmu fuq korporazzjoni li kulħadd jagħraf l-importanza tagħha.", "Id-diskors li għamel il-Ministru Charles Buhagiar dalgħodu kien tajjeb ħafna għaliex ta ħarsa lejn l-importanza li għandha f'pajjiżna l-Water Services Corporation.", "Jien smajt anke lill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni kollha u ħadt gost li taw importanza lill-aspett ta' l-infiq tal-korporazzjoni.", "Dan qed ngħidu fid- dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja li l-Gvern Nazzjonalsta ħalla fil-WSC u għaliex din kienet il-mira ta' diversi dibattiti u diskussjonijiet, anke barra minn dan il-Parlament, speċjalment wara l-budget ippreżentat mill- Gvern Laburista s-sena li għaddiet.", "Huwa tajjeb li l-Oppożizzjoni llum saret konxja ta' l-importanza li wieħed jara kif jonfoq il-flus, li fl- aħħar mill-aħħar il-gvern jiġbor mingħand il-poplu, imma kien ikun ferm aħjar kieku l-istess Partit Nazzjonalsita qagħad attent kif jonfoq il-flus meta kien fil-gvern.", "Is-sitwazzjoni finanzjarja li kienet tinsab fiha l- WSC ma setgħetx titħalla għaddejja bla ma tittieħed azzjoni immedjata.", "Il-WSC bħala s-sole provider ta' l-ilma fil-pajjiż, għandha aspett soċjali u l-Gvern dan jirrikonoxxih u ċertament li l-aspett soċjali baqa' mħares sew, anke fir-reviżjoni tat-tariffi li għadu kemm għamel.", "Iżda wieħed m'għandux jieqaf fuq l-aspett soċjali biss.", "Wieħed m'għandux iħalli lill-korporazzjoni tagħmel telf ikbar sena wara l-oħra u ma jipprovax jieħu miżuri korrettivi.", "Il-flus minn x'imkien iridu jiġu u jekk il-WSC ma tiġborhomx direttament permezz tar-reviżjoni tat-tariffi, il-gvern xorta kien se jġib dawn il-flus minn x'imkien ieħor u inutli noqogħd ngħidu li fl- aħħar mill-aħħar huwa l-poplu li se jħallas.", "Jekk wieħed jibqa' jħalli mil- lum għal għada u minn għada għal pitgħada, is-sitwazzjoni tiggrava u mhux titranġa.", "GĦalhekk huwa importanti li l-aspett finanzjarju jingħata attenzjoni, kif semma anke ċ-chairman fl-introduzzjoni tar-rapport li ġie ppreżentat lil din il-Kamra.", "GĦalhekk kemm il-Gvern kif ukoll id-diretturi tal-WSC ma setgħux iħallu s-sitwazzjoni għaddejja qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Madam Speaker, waqt li kont qed nipprepara d-diskors tiegħi - u aktar u aktar wara li smajt ċerti kummenti - kemm-il darba staqsejt lili nnifsi: Kien jaf b'din is-sitwazzjoni tal-WSC Gvern Nazzjonalista?", "Jiena m'għandix dubju li l-ministru responsabbli kien jaf, imma allura x'żamm lill-Gvern Nazzjonalista milli jipprova jagħmel xi ħaġa biex is-sitwazzjoni finanzjarja tal-WSC ma tmurx mill-ħażin għall-agħar u jkun hemm kontroll fuq l-infiq ta' l-istess korporazzjoni?", "GĦalhekk hemm bżonn miżuri korrettivi kemm jista' jkun malajr.", "Meta l-Gvern Laburista ppreżenta l- budget qal li dawn il-miżuri qed jagħmilhom kontra qalbu, imma nafu li kien hemm bżonnhom.", "Dan bħal meta persuna tkun marida u biex tfiq trid tieħu l- mediċina, qarsa kemm hi qarsa u morra kemm hi morra.", "Meta wieħed jispjega lill-poplu x'inhuma r-realtajiet li għaddej minnhom, għalkemm il-poplu jgorr fuq ċerti reviżjonijet li jsiru, jifhem li l-flus minn x'imkien iridu jiġu u jekk il-gvern ma jeħodhomx direttament permezz tal-WSC, ikollu jagħmel taxxi oħra biex jagħmel tajjeb għal dan is-servizz provdut minnha.", "Għal ħabta ta' Mejju ta' l-1994, jekk m'iniex sejjer żball, il-Gvern Nazzjonalista kien qabad u għolla t-tariffi bla ma qagħad jistenna l- budget, kif għamel Gvern Laburista.", "Kien qabad u għolliehom matul is-sena biex forsi l-poplu ma jindunax.", "Iżda meta l-poplu beda jirċievi l- kontijiet beda jistaqsi u, għalkemm il-Gvern Nazzjonalista ma ta l-ebda risposti, l-Oppożizjoni Laburista bdiet tagħti l-informazzjoni.", "Fil-fatt, għalkemm bħalissa qed nirċievu ħafna kritika għax saru reviżjonijiet bil- goff, wieħed bilfors ikollu jgħid li fi żmien Gvern Nazzjonalista r- reviżjonijiet saru iktar bil-goff mhux biss għax inħbew matul is-sena iżda għaliex anke l-ammont li żdiedu bih kien kbir.", "Fid-diskors tiegħu l- Ministru semma l-persentaġġ għoli li bih kienu żdiedu dawn it-tariffi.", "Per eżempju, persuna li tgħix waħedha u li tikkonsma 18-il metru kubu, minn ¥1.22 kellha tħallas ¥7.92, jiġifieri żieda ta' 600%; żewġ persuni li jikkonsmaw 27 metru kubu, minn ¥1.22 bdew iħallsu ¥7.85, jiġifieri żieda ta' 604%.", "Dan ifisser li t-tariffi fi żmien Gvern Nazzjonalista kienu żdiedu iktar milli żdiedu bir-reviżjoni li għamel il-Gvern Laburista fl- aħħar budget.", "Imma llum hemm bżonn li dawn it-tariffi ta' l-ilma jiġu riveduti, bħalma dak iż-żmien kien hemm il-bżonn li jiġu riveduti.", "Mela l- Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda tgħajjar lil ħaddieħor u qiegħda turi kuxjenza soċjali imma meta kienet fil-gvern mhux dejjem uriet din il- kuxjenza soċjali.", "Barra minn hekk, il-Ministru Buhagiar semma li fi żmienhom kienu ġew introdotti tariffi oħrajn għas-servizzi offruti mill-WSC.", "Per eżempju, żdied il-ħlas għax-xogħlijiet li jsiru biex wieħed idaħħal is-servizz tal- provvista ta' l-ilma fid-dar, bdiet tintalab tariffa ta' ¥15 għat-tarmac u wieħed ried iġib anke l-permess tal-pulizija.", "Jekk wieħed kien jitlob biex jerġgħu jaqrawlu l-meter, kien hemm ukoll charge ta' ¥2.", "Dawn it-tariffi kollha kienu over and above il-kontijiet ta' l-ilma.", "Issa wieħed irid iżomm f'moħħu li dawn iż-żidiet saru fi żmien meta - kif jagħtuna l- impressjoni l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni - kollox kien miexi tajjeb u allura ma kienx hemm il-ħtieġa li ssir din ir-reviżjoni, filwaqt li wara s- 26 ta' Ottubru ta' l-1996 - dejjem skond ma jgħidu mill-Oppożizzjoni - kollox beda sejjer ħażin u allura wieħed jifhem li kien hemm bżonn din ir- reviżjoni.", "Huwa veru li fl-aħħar budget il-Gvern Laburista għamel reviżjoni tat-tariffi ta' l-ilma pero' wieħed irid jgħid ukoll li dan għamlu b'persentaġġ iżgħar minn dak li kien għamel Gvern Nazzjonalsita.", "Barra minn hekk il-WSC neħħiet iċ-charge imposta minnha stess għat- tiswijiet li jsiru.", "Madam Speaker, apparti l-problemi finanzjarji li l-WSC kellha tiffaċċja b'urġenza, kien hemm ukoll problemi fl-operat maniġerjali.", "Fir-rapport li ġie ppreżentat f'dan il-Parlament, iċ-chairman isemmi l-ħtieġa ta' organizzazzjoni aħjar.", "Dan jorbot tajjeb mal-punt li wieħed irid joffri servizz aħjar lill-poplu Malti u GĦawdxi u għalhekk hemm bżonn li din l- organizzazzjoni li bdiet is-sena li għaddiet tkompli ssir ħalli ċ-ċittadini jingħataw servizz aħjar.", "Paripassu ma' l-organizzazzjoni fl-operat maniġerjali, hemm bżonn li l-ħaddiema kollha, mill-kbir saż-żgħir, jingħataw it-training meħtieġ biex kunu iktar effiċjenti u professjonali fis-servizz li jagħtu, speċjalment meta jinqalgħu ħsarat fis-sistema tal- provvista ta' l-ilma.", "Tajjeb li wieħed ikompli jisħaq ukoll fuq il-bżonn li l-korporazzjoni tħares is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u jiġu evitati ċerti perikli li l-ħaddiema jista' jkollhom.", "Madam Speaker, nixtieq ngħaddi għal punt ieħor relatat mas-servizz offrut mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jiġifieri l-customer care għax irid isir sforz dejjem akbar biex il-poplu jingħata aktar sodisfazzjon għall- ħteġijiet tiegħu.", "Ta' min jinnota li diġa` saru sforzi u fir-rapport hemm aċċenn għal xi tliet postijiet fejn il-pubbliku jista' jinqeda mill-ewwel billi jkellem lill-ħaddiema li qegħdin hemmhekk fuq il-problemi li jkollu.", "Pero' huwa importanti li l-customer care section tkompli tissaħħaħ.", "GĦalhekk hemm bżonn li s-sistema ta' komputerizzazzjoni tiġi upgraded ħalli l-konsumaturi jiġu moqdija fil-pront meta jkollhom problemi fil-kontijiet ta' l-ilma jew diffikultajiet oħra.", "Punt ieħor li huwa relatat mal-customer care huwa s- servizz ta' mains ġodda f'toroq ġodda għaliex jiena kelli lmenti ta' nies li meta marru joqogħdu fi triq ġdida sabu ħafna diffikultajiet dwar dan.", "GĦalhekk tajjeb li wieħed jibda jaħseb biex isiru s-servizzi meħtieġa qabel ma r-residenti jmorru joqogħdu f'toroq ġodda.", "U dan ma jgħoddx biss għas- servizzi mogħtija mill-WSC imma wkoll għal korporazzjonijiet oħrajn.", "Punt importanti ħafna li nsibu fil-mission statement tal-WSC huwa li din il-korporazzjoni għandha tieħu ħsieb li ma jkunx hemm ħela u użu ħażin ta' l-ilma.", "GĦalhekk tajjeb li l-korporazzjoni tieħu ħsieb tagħmel kampanja biex tinforma u tgħallem lill-pubbliku in ġenerali kif jagħmel użu aħjar ta' l-ilma.", "Fil-passat kellna s-slogan \"Kull Qatra Tgħodd\", li naħseb kulħadd sema' bih, imma dawn huma inizjattivi li wieħed għandu jkomplihom kemm biex il-pubbliku jitgħallem juża l-ilma tajjeb u kif ukoll biex il- korporazzjoni tkun tista' tagħmel ċerti savings, għaliex jekk ikun hemm ċerta ħela ovvjament il-korporazzjoni tkun trid tipproduċi iktar ilma.", "Hemm bżonn ukoll li l-korporazzjoni tkun aktar effiċjenti fit-tiswija tal- ħsarat li jkun hemm f'diversi żoni tal-pajjiż biex l-ilma ma jitħalliex ħiereġ barra għal ħin twil.", "F'dan il-każ l-koperazzjoni tal-pubbliku in ġenerali kif ukoll tal-kunsilli lokali mal-WSC tgħin ħafna.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa l-pjan sabiex wieħed isalva aktar ilma tax-xita li, kif qal tajjeb il-Ministru, jiġi b'xejn u għandna nagħmlu użu massimu minnu permezz tal-ġibjuni.", "Per eżempju, fiż-żona fejn noqgħod jien hemm diversi ġibjuni li m'għadhomx jiffunzjonaw minħabba l-ħsarat li għandhom pero' jekk qegħdin fis-sitwazzjoni fejn m'hemmx mains apposta biex l-ilma tax-xita jitwassal sad-djar tan-nies, allura wieħed jista' juża dan l-ilma li jkun maħżun fil-ġibjuni għall-biedja.", "Ladarba qed insemmi l-ilma li jintuża mill-bdiewa, nixtieq ngħaddi kumment żgħir dwar is-sewage treatment plant ta' Sant'Antnin.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru qal li żdiedet il-produzzjoni ta' l-ilma biex jagħmlu użu minnu l-bdiewa, imma huwa importanti li l-ilma jasal għand il-bdiewa kollha.", "Nafu li ċerti bdiewa b'mod egoistiku għamlu ostakli fil- kanali biex ħaddieħor ma jkunx jista' jinqeda, imma minkejja li kien hemm rapporti dwar dawn l-abbużi jiddispjaċini ngħid li ma tteħditx azzjoni.", "Din hija xi ħaġa li ntirtet mill-amministrazzjoni l-oħra fejn nies ta' ċertu kulur politiku kienu jagħmlu li jridu u ħadd ma jista' jkellimhom.", "GĦalhekk il-bdiewa l-oħrajn kien ikollhom jiġġieldu magħhom biex jieħdu l- ilma, jew joqogħdu għassa ħalli ma jitpoġġewx aktar ostakli fil-kanali.", "Tajjeb li din il-ħaġa tinqata' mill-aktar fis possibbli u tajjeb ukoll li jkun hemm tiswija b'mod regolari ta' dawn il-kanali.", "Madam Speaker, nixtieq nagħmel żewġ kummenti dwar il-kunsilli lokali.", "L- istess liġi li waqqfet il-kunsilli lokali tgħid li dawn għandhom jiġu kkonsultati mill-korporazzjonijiet u d-dipartimenti tal-gvern.", "Fil-fatt fir-rapport tal-korporazzjoni nsibu li l-Ministru kellu xi laqgħat mal- kunsilli lokali.", "GĦalhekk jiddispjaċini nisma' lill-Ministru jgħid li meta l-korporazzjoni talbet l-għajnuna tal-kunsilli lokali, kważi nofshom ma rrispondewx.", "Jekk wieħed ma jkollux interess, għallinqas għandu jikteb u jgħid li m'għandux dawn il-problemi imma huwa importanti wkoll li fil- proġetti li jagħmlu jikkollaboraw mal-korporazzjonijiet kollha ħalli ma jkunx hemm duplikazzjoni tax-xogħol jew titlesta triq u terġa' tinqala'.", "Aktar kmieni semmejt ukoll il-leakages u ċertament li l-kunsilli lokali jistgħu jgħinu f'dan ir-rigward billi jagħmlu rapporti dwar il-leakages li jkun hemm fil-lokal tagħhom.", "Madam Speaker, kif qal il-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu, il-WSC għandha ħafna sfidi u ħafna xogħol li trid tagħmel din is-sena u fil-futur.", "GĦalhekk nawgura liċ-chairman u lill-bord li, flimkien mal-ħaddiema kollha tal-WSC, jaqbdu l-barri minn qrunu biex l-isfidi li għandhom quddiemhom jirbħuhom u b'hekk il-pubbliku Malti u GĦawdxi jingħata servizz aħjar u ta' kwalita` tajba.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nixtieden lill-Onor.", "Mizzi, jekk jogħġbu, biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Ġimgħa 13 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas- sena finanzjarja 1997/98 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea – Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, il-bieraħ waslet fi tmiemha l- kampanja elettorali bi preparazzjoni għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li se jsiru għada s-Sibt, 14 ta' Marzu.", "Kif ġara għal dawn l-aħħar erba' snin, kull sena pajjiżna se jibda jgħaddi minn opportunita' fejn inkunu nistgħu nevalwaw l-iżvilupp tal-politika lokali.", "Irridu nżommu f'moħħna li l-prinċipji li taw il-ħajja lill-kunsilli lokali kienu dawk tas- sussidjarjeta' u d-diċentralizzazzjoni.", "Illum, permezz tal-kunsilli lokali, kull komunita' għandha l-gvern lokali tagħha.", "Meta twaqqfu l- kunsilli lokali permezz tal-liġi li kienet għaddiet fi żmien Gvern Nazzjonalista, ingħatat opportunita' lill-kostitwenti ta' kull komunita' biex flimkien mal-kunsilliera jkunu jistgħu jiddeċiedu fuq dak li jimportahom u li għandu x'jaqsam magħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, safejn naf jien il-kampanja elettorali għalqet illum.", "Ma naħsibx li l-Onor.", "Membru għandu jibqa' għaddej b'dan id-diskors.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Mizzi li l-kelliem ta' qabli kien għadu kemm spiċċa jitkellem fuq il-kunsilli lokali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kellek kull dritt twaqqfu!", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, jiena s'issa għadni qed nitkellem fuq is-sussidjarjeta' u d-diċentralizzazzjoni u mhux fuq il-kunsilli lokali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nitolbok tagħti ruling.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, jien naħseb li għandi kull dritt nagħmel analisi politika dwar dak li qed jiġri, bħalma kellu dritt jagħmel il-kelliem ta' qabli.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, kull membru parlamentari f'din il- Kamra għandu l-liberta' kollha li jitkellem.", "Naturalment irid joqgħod attent kif jitkellem, f'dan il-każ dwar il-kunsilli lokali, u għandu jara meta hu l-waqt li jitkellem fuq l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Irrid ngħid pero' li llum fil-gazzetti lokali ġew irrapportati diskorsi dwar l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u jiena għandi dubji serji dwar kemm din hija proċedura korretta.", "Kif għadu kif qal l-Onor.", "Edwin Vassallo, jidhirli li m'hemm xejn oġġezzjonabbli f'dak li għadu kemm qal għaliex kien qed jitkellem fuq il- konċett tal-kunsilli lokali u bl-ebda mod m'għamel riferenza diretta għall- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, ħlief fl-introduzzjoni tiegħu.", "Jiġifieri m'hemm xejn oġġezzjonabbli fid-diskors ta' l-Onor.", "Vassallo u naħseb li l-oġġezzjoni u l-point of order ta' l-Onor.", "Mizzi m'humiex rilevanti fid-dawl tad-diskors li ntqal s'issa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, jiena nkun skorrett jekk kemm-il darba b'dak li ngħid ninfluwenza xi vot imma jiena m'għandi l-ebda intenzjoni li nagħmel dan u lanqas ma ġejt ippreparat biex ngħid lin-nies jivvotaw lil naħa jew lil oħra.", "F'dak li għidt s'issa ma semmejtx ismijiet imma kont se nibda nagħmel analisi ta' kampanja elettorali li għadha kemm spiċċat, bir-responsabbilta' politika tiegħi bħala kelliemi għall-kunsilli lokali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Giudo de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Madam Speaker, jien naħseb li l-Onor.", "Mizzi m'għamilx ħażin li qajjem dan il-point of order imma fl-istess ħin jidhirli li wieħed għandu kull dritt li jitkellem fuq il-konċett tal- kunsilli lokali, basta jevita l-kampanja elettorali.", "Imbagħad jekk xi ħadd jitkellem fuq il-kampanja elettorali bħala tali, naħseb li jkun għaqli li s- Sinjorija Tiegħek iżżomm il-kontroll u d-dixxiplina neċessarja.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, meta tkellmu l-kelliema tan-naħa l-oħra jien ħallejt f'idejk biex tagħti ruling u bl-ebda mod ma ridt ninfluenza lil ħadd.", "Iżda jiena ma kontx naf x'kien se jgħid l-Onor.", "Vassallo u kien għalhekk li qajjimt dan il-punt.", "Jekk il-membri tan-naħa l-oħra kienu jafu x'se jgħid ngħidilhom li jiena ma kontx naf.", "Ridt inkun kawtel u qajjimt dan il-punt għaliex, kif qal l-Onor.", "Guido de Marco, ħassejt li kelli raġun nagħmel dan.", "MADAM SPEAKER: Ladarba tqajjem dan il-punt u ladarba llum fil-pajjiż suppost hija ġurnata ta' riflessjoni, irrispettivament minn x'deher fil- ġurnali, is-Sedja jidhrilha li għandna nkunu prudenti li dan is-suġġett ma mmissuhx assolutament.", "GĦaliex?", "GĦax il-kliem bħaċ-ċirasa u jekk tintqal xi kelma li tista' timpinġi jew tinfluwenza b'xi mod, ladarba tkun intqalet ikun inutli li s-Sedja twaqqaf lil dak li jkun.", "GĦalhekk meta għandna l- ġranet kollha tas-sena sabiex nitrattaw dan is-suġġett - fil-fatt dan hu suġġet li ġie ttrattat kemm-il darba - jidhirli li minħabba l-prudenza u r- responsabbilta' ta' min ifassal il-liġijiet, li sakemm qegħdin hemm għandna nkunu l-ewwel nies li nosservawhom, ikun aħjar jekk dan is-suġġett ma jiġix trattat illum.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħi kont qed ngħid x'tip ta' żvilupp irridu għall-komunita' tagħna.", "Aħna rridu naraw kif id-deċiżjonijiet li nieħdu bħala gvern ċentrali se jaffetwaw lill- familji, liż-żgħażagħ, lill-ħaddiema, lill-anzjani u lill-individwi oħra.", "GĦalhekk huwa importanti li naraw li l-gvern ċentrali jieħu ħsieb li bl- operat u d-deċiżjonijiet tiegħu jkompli jsaħħaħ id-demokrazija ta' pajjiżna.", "Imma x'se jiġri meta l-eżerċizzju demokratiku fil-pajjiż ikompli jissaħħaħ?", "Se jiġri li dawk kollha li jkunu qed jisimgħuna, jidħlu f'dik ir-relazzjoni ta' fiduċja li jeħtieġ li jkun hemm bejnhom u bejn il-gvern ċentrali.", "GĦalhekk wieħed irid joqgħod attent għax meta l-gvern ċentrali jibgħat messaġġ permezz ta' deċiżjoni li jieħu, jista' jkun qed jibgħat messaġġ negattiv u allura dik il-fiduċja li suppost teżisti bejn iċ- ċittadin u l-gvern ċentrali tibda tonqos.", "Anke meta nitkellmu hawn ġew irridu noqogħdu attenti li naraw b'liema metodu se nsaħħu din il-fiduċja, għax meta jkun hemm sfiduċja min-naħa taċ-ċittadin fina, bħala gvern ċentrali, din tista' tkun dovuta għall-fatt li jkollok staġnar tan-negozju, kif għandna bħalissa.", "Madam Speaker, b'dispjaċir ninnota li meta għidt li n-negozju u s-suq tax- xogħol f'pajjiżna bħalissa huwa wieqaf, rajt żewġ membri parlamentari min- naħa tal-gvern jitbissmu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kif jista' l-Onor.", "Vassallo jinduna jekk kontx qed nitbissem b'dak li qed jgħid hu?", "Naċċertah li m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li kien qed jgħid u ma jipprovax jimplika affarijiet bħal dawn.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien għadni m'għidtx għal xiex kont qed titbissem!", "(Interruzzjonijiet) Mela niskuża ruħi ma' l-Onor.", "Mizzi.", "Madam Speaker, jiena ninsab ċert li l-membri tan-naħa tal-Gvern m'humiex jinnotaw din ir-realta' li għadni kif semmejt.", "GĦandna gvern li tela' bl- għajta \"Iċ-Ċittadin L-Ewwel\" imma llum qegħdin naraw li din l-għajta tbiddlet u ċ-ċittadin m'għadux jiġi l-ewwel.", "GĦalkemm hemm diversi mezzi li bihom nistgħu nsaħħu din il-fiduċja li jeħtieġ li jkun hemm bejn iċ- ċittadin u l-gvern ċentrali, sfortunatament m'aħniex nuru fihom din il- fiduċja meħtieġa ħalli dawn ikunu għalina ta' soluzzjoni imma qegħdin nużawhom biex nuru l-isfiduċja tagħna, bħala gvern ċentrali, fiċ-ċittadin.", "Madam Speaker, id-demokrazija ma tkunx mhedda meta fit-toroq tagħna jkun hawn l-armi, jew meta jkun hawn il-biża' li wieħed juri x'gazzetta xtara jew jitkellem b'mod liberu fuq suġġett politiku.", "F'pajjiżna d-demokrazija tkun mhedda meta l-mezzi li ġew maħluqa biex isaħħuha jiġu sfiduċjati fin fin u meta għal iktar minn darba l-Prim Ministru, waqt laqgħat pubbliċi, permezz ta' ċerti allegazzjonijiet, jipprova jiskredita l-mezzi li permezz tagħhom irridu nsaħħu l-fiduċja fil-komunitajiet tagħna.", "Xtaqt insemmi fatt li ġara l-bieraħ meta kelliema min-naħa l-oħra tal-Kamra qalet li f'pajjiżna bħalissa għandna din is-sitwazzjoni u allura jkollna naċċettawha.", "Il-messaġġ li rrid ngħaddi huwa li f'pajjiżna għada se jittieħdu d- deċiżjonijiet imma l-jum ta' għada jgħaddi u aħna rridu nibqgħu naħdmu biex naraw kif se niżviluppaw - anke jekk hemm partijiet fejn ma naqblux - il- mezzi li għandna sabiex insaħħu l-fiduċja taċ-ċittadini fina.", "Jekk il- ġenituri jgħidu lil uliedhom li se jagħtuhom il-flus biex jirranġaw il- kamra tagħhom u dak li jgħidu jwettquh, uliedhom se jkollhom fiduċja fihom u se jużaw dawk il-flus kif suppost.", "Pero' jekk ikun hemm ġenituri li jgħidu lil uliedhom li se jirranġawlhom il-kamra u se jagħżlu kollox għalihom huma, dik hija sfiduċja min-naħa tal-ġenituri lejn uliedhom.", "Madam Speaker, biex nagħlaq nappella lil kull min għandu xi responsabbilta' sabiex jifhem din ir-responsabilita' u bħalma għamilna matul din il-leġislatura nkomplu naħdmu ħalli nsaħħu l-mezzi ta' fiduċja li jeħtieġ ikollna lejn iċ-ċittadini tagħna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, fil-ftit ħin li fadal xtaqt insemmi ċerti stramberiji li qegħdin jirriżultaw fil-qasam ta' l-impjiegi u fl-istatistika li qed tiġi ppubblikata mill-Gvern.", "Qed joħorġu ċifri li qegħdin iqajmu ċerti mistoqsijiet u nixtieq li dan il-Parlament ikollu tweġibiet għalihom min-naħa tal-ministru responsabbli minn dan il-qasam fl- ewwel okkażjoni li jkollu.", "Illum huwa stabilit li r-rata tal-qgħad f'pajjiżna laħqet il-livell rekord għal dawn l-aħħar għaxar snin ta' 7,200 persuna, jiġifieri resqin lejn iċ-ċifra ta' 5%.", "Min-naħa ta' l- Oppożizzjoni ilna ngħidu li s-sitwazzjoni qiegħda tiggrava minħabba l- politika ta' dan il-Gvern.", "Din il-politika ġabet staġnar ekonomiku u poġġiet lil kull min jimpjega n-nies f'sitwazzjoni fejn qed jingħafas il- ħin kollu, u biex ikun jista' jlaħħaq mal-piżijiet li qed jiffaċċja qed ikollu jnaqqas mill-ħaddiema tiegħu.", "Fi kliem ieħor, dan huwa riżultat dirett tal-politika tal-Gvern preżenti li s'issa qiegħda tirriżulta li hija politika falluta.", "Aħna ilna għal dawn l-aħħar 16-il xahar ngħidu lill-Gvern li l-politika ekonomika tiegħu hija żbaljata, li d-deċiżjoni tiegħu dwar it-tneħħija tal- VAT u l-introduzzjoni tas-sistema tas-sisa hija żbaljata, li l-politika tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea hi żbaljata u li t-triq taż-żona ta' kummerċ ħieles hija għażla ta' tbatija mingħajr is-sħubija u dawn l-affarijiet kollha.", "Sadanittant pajjiżna qiegħed jiffaċċja sitwazzjoni fejn l-għoli tal-ħajja qiegħed ikompli jisplodi kontinwament, fejn il-pensjonijiet u l- pagi qegħdin jitgerrmu kontinwament u mhux qed ikunu biżżejjed biex dak li jkun ilaħħaq u jżomm l-istandard li kien imdorri jgħix bih.", "Minkejja dawn l-affarijiet kollha, il-Gvern s'issa baqa' jwebbes rasu dwar it-triq u d- deċiżjoni tiegħu.", "Jiena nista' jgħid li hija affari tiegħu, imma hija affari tiegħu sa ċertu punt għaliex illum insibu numru konsiderevoli ta' nies li m'humiex qed isibu xogħol u dan in-numru qed jikber kontinwament.", "Sadanittant qed niġu ffaċċjati bi statistika li ftit jew wisq, safejn hu possibbli, qiegħda tipprova toħolqilna sitwazzjoni li taħbi l-kruha tar- realta', u se nipprova nispjega għaliex.", "Proprju l-bieraħt lura l-uffiċċju ta' l-istatistika ppubblika dokument li joħroġ kull xahar li fih jiġu ppubblikati ċ-ċifri tal-labour supply f'pajjiżna, jiġifieri t-total tan-nies li jkunu qegħdin jaħdmu u ta' dawk li jkunu qegħdin jirreġistraw.", "F'din l-istatistika jiġi ppubblikat ukoll kemm għandna nies jaħdmu bi qligħ - aħna nużaw il-kelma gainfully occupied - u ċifri oħrajn li jagħtuk indikazzjonijiet ta' f'liema sitwazzjoni jinsab il-qasam ta' l-impjiegi.", "Naturalment il-qasam ta' l-impjiegi huwa r-riga li biha tkejjel is-suċċess jew il-falliment tal-politika tal-gvern li jkollu pajjiż, u x'insibu?", "Per eżempju, insibu l-istramberija - nerġa' nirripeti li nixtieq li jkollna spjegazzjonijiet ċari għalihom min-naħa tal- Gvern - li f'xahar, minn Diċembru ta' l-1997 sa Jannar ta' din is-sena, it- total tal-labour supply naqas bi 396.", "U nixtieq li xi ħadd jispjegali kif jista' jkun li f'daqqa waħda dawn jisparixxu kompletament 400 ruħ mil- lista tan-nies li qegħdin jaħdmu jew li qegħdin jirreġistraw, għaliex il- loġika tgħidli li jekk hemm xi nies li qegħdin jitilfu l-impjieg tagħhom dawn se jmorru jirreġistraw.", "Allura t-total tal-labour supply għandu dejjem jiżdied għaliex inti kontinwament għandek nies li qegħdin jagħlqu t- 18-il sena u jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Imma minflok x'insibu?", "Insibu li bejn Diċembru li għadda u Jannar ta' din is-sena l-labour supply naqas bi 396.", "Imma mhux hekk biss, Madam Speaker, għaliex jekk inħarsu lejn iċ-ċifri li għandna ppubblikati għal dawk li jaħdmu bi qligħ, terġa' ssib stramberija wara l-oħra li issa ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur.", "Per eżempju, bejn Ottubru u Novembru ta' l-1996, il-gainfully occupied naqsu b'204 u bejn Novembru u Diċembru ta' l-1996 naqsu b'iktar minn 1,000.", "Imbagħad f'Jannar ta' l-1997 telgħu għal 851 u meta tieħu l-medja u tara x'kienet is- sitwazzjoni minn Ottubru ta' l-1996 sa Jannar ta' l-1998 ssib li għandna 1,026 persuna nieqsa mill-gainfully occupied.", "Jiġifieri l-figura ta' dawk li qed jaħdmu bi qligħ naqset b'1,026 f'perijodu ta' 13 jew 14-il xahar.", "Stramberija oħra li toħroġ minn dawn iċ-ċifri hija li minn Diċembru tas- sena li għaddiet sa Jannar ta' din is-sena ċ-ċifra ta' nies qegħda naqset b'14.", "Forsi wieħed jgħid li l-affarijiet kienu bdew jirranġaw imma mbagħad fl-istess nifs insibu li dawk li jaħdmu bi qligħ fl-istess perijodu ta' żmien, jiġifieri f'temp ta' xahar, naqsu bi 382.", "Allura bilfors li wieħed jistaqsi: Kif jista' jkun li l-lista tan-nies jaħdmu bi qligħ f'temp ta' xahar tonqos bi 382 u mbagħad jingħad li ċ-ċifra tal-qgħad naqset b'14?", "X'qed jiġri f'pajjiżna?", "Qed noħolqu l-fantażmi?", "Jew qegħdin immorru lura għas-sitwazzjoni fejn in-nies li jkunu tilfu x-xogħol tagħhom ma jmorrux jirreġistraw imma b'xi mod isibu ruħhom f'dik is-sistema ta' xogħol li ma jkunx dikjarat?", "Dan hu li qiegħed jiġri?", "Erġajna ġejna f'sitwazzjoni fejn għandna ħaddiema li qegħdin joħorġu mis-sistema uffiċjali ta' l-impjiegi u jidħlu fil-black economy?", "Nixtieq li tingħata spjegazzjoni min-naħa tal- Gvern għal dawn l-istramberiji.", "L-analisi ta' dawn iċ-ċifri turi li l-bozza ħamra tal-falliment tal- politika ta' dan il-Gvern issa bdiet tixgħel b'mod aktar qawwi milli kienet tixgħel s'issa.", "Jidher li f'dan l-istess perijodu li qed insemmi, jiġifieri minn Diċembru sa Jannar li għadda - jiġifieri meta bdew jinħassu l-effetti tal-miżuri tal-budget, li mhux biss żiedu l-għoli tal-ħajja u tefgħu piżijiet fuq dawk li l-inqas jifilħu imma tefgħu wkoll piżijiet fuq l-industrija u fuq dawk li jimpjegaw lin-nies f'pajjiżna - in-numru ta' dawk li jaħdmu għal rashom naqas b'36 oħra.", "Issa jekk tgħodd dawn is-36 u tara kif morna matul is-sena, issib li l-qasam tas-self-employed niżel sostanzjalment għax niżel b'175, u dan qed narawh miċ-ċifri li jippubblika l-Gvern stess.", "Indikazzjoni oħra li wkoll hija serja ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-impjiegi nsibuha fid-dokument private market service li jitkellem dwar dawk li jaħdmu fis-settur privat fil-qasam tal-ħwienet iż-żgħar - jiġifieri l-wholesalers u r-retailers - dwar dawk li jaħdmu fil-qasam ta' l- insurance, fil-qasam tal-bejgħ tal-proprjeta', fil-qasam tat-trasport, fil- qasam tal-lukandi u r-restoranti u xi oqsma oħrajn.", "Dan huwa settur li kien qed juri tkabbir konsistenti u allura kien qed juri li qed jixrob ġo fih numru ta' impjiegi ġodda, pero' jidher li f'Diċembru u Jannar ta' l- 1998 f'dan is-settur intilfu 224 impjieg.", "GĦalhekk jien nistaqsi: Meta konna f'sitwazzjoni li kienet tindika li mexjin 'il quddiem u li l-qasam ta' l-impjiegi f'dan is-settur partikolari kien qiegħed iżomm il-livell tiegħu, kif f'daqqa waħda f'Diċembru u f'Jannar - l-ewwel u t-tieni xahar wara l-budget ta' dan il-Gvern - dan is-settur qed juri telf daqshekk qawwi ta' mpjiegi?", "Madam Speaker, għalija dawn huma indikazzjonijiet li l-budget ta' dan il- Gvern mhux talli m'huwiex se jsolvi l-problema tad-deficit li ħoloq il- Gvern stess, talli qed joħloq ħofra fl-impjiegi.", "Għandna ħofra fl-impjiegi li hija riżultat u frott dirett tal-budget li ressaq dan il-Gvern f'Novembru li għadda u li hija riżultat tal-politika tiegħu.", "GĦandna 224 impjieg inqas fis-settur privat, speċjalment fis-settur tal-private market services, u dan huwa serju ħafna.", "Dan kollu jfisser telf ta' dħul għall- gvern.", "Biex nagħmel kalkolu ta' malajr, jekk wieħed jieħu t-total ta' impjiegi li ntilfu minn Ottubru ta' l-1996 sal-lum, jiġifieri 1,026 impjieg u jassumi li kellhom il-minimum wage, dan ifisser telf ta' kważi ¥0.25 miljun mid-dħul tan-national insurance għall-gvern, apparti li jfisser ukoll telf għall-gvern min-naħa ta' l-income tax.", "Dan ifisser telf għall- gvern ukoll minħabba l-fatt li dawn huma pagi li normalment iduru u jdawru nfiq f'affarijiet oħrajn biex bniedem ikun jista' jgħix.", "Mela s- sitwazzjoni kollha kemm hi turi li dan il-Gvern mhux talli m'huwiex qed jieħu l-qasam ta' l-impjiegi bis-serjeta' imma turi wkoll li m'huwiex qiegħed jirrealizza l-effett daqstant ħażin tal-politika tiegħu.", "Din hija xi ħaġa li mhux biss din in-naħa tal-Parlament attiratlu l-attenzjoni tiegħu għaliha imma kważi s-soċjeta' u l-komunita' Maltija kollha, inklużi l-korpi kostitwiti u kull min għandu nteress dirett li jara lil pajjiżna miexi 'l quddiem.", "Frażi żgħira li m'għandhiex x'taqsam ma' dak li għandi kemm għidt imma li rrid niġbed l-attenzjoni tal-Gvern għaliha hi li fost il-miżuri li ġew introdotti fl-aħħar budget kien hemm il-famuża taxxa fuq il-mediċini u s- saħħa.", "Din hija miżura li laqtet ħażin ħafna lil min hu marid u lil min għandu bżonn l-għajnuna u mhux piżijiet bħal dawn.", "Minħabba din il-miżura, istituzzjoni bħalma hi d-Dar tal-Providenza, per eżempju, daħlet għal spiża li jiena nikkalkola li hija ta' ¥50 aktar fix-xahar biex tħallas il-50c fuq ir-riċetti għall-persuni b'diżabilita' kollha li jgħixu hemmhekk.", "Jidhirli li l-Gvern għandu jikkonsidra sitwazzjonijiet bħal dawn u jekk tassew jemmen, u mhux jgħidha bil-paroli biss, li jrid isaħħaħ il-qasam tal- volontarjat u dak soċjali, u jekk verament għandu għal qalbu l-interess ta' dawk li l-inqas jifilħu, nappellalu biex jerġa' jeżamina dawn il-miżuri fid- dawl ta' l-impatt u l-effett li qed iħallu.", "Inkella, jekk il-Gvern jaħseb li din hija politika tajba u ta' kuxjenza soċjali, allura f'dan il-pajjiż veru spiċċajna nitkellmu mod u nagħmlu mod ieħor.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, il-Ġimgħa 13 ta' Marzu fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBAXXATI TA' MALTA", "12718.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 11780, dwar jekk sarux ħlasijiet fi flus kostanti fl- Ambaxxata Maltija u Parigi matul l-1997, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk din hijiex prattika normali jew aċċettabbli u jgħid ukoll jekk din il- prattika kenitx issir bejn l-1992 u l-1996?", "Jekk saret f'dawk is-snin, x'kienu l-ammonti u għal liema skop saru l-ħlasijiet u wkoll jekk l- amministrazzjoni preċedenti kenitx ġibdet l-attenzjoni għal din il-prattika u jekk iva, x'miżuri ttieħdu?", "Jekk ma kien sar xejn dwar dan, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bejn April ta' l-1991 u Diċembru 1996, l-Ambaxxata Maltija f'Pariġi kienet ħallset Lm88,888 fi flus kontanti għal parti mill- kera lis-sidien tar-residenza uffiċjali ta' l-Ambaxxatur.", "F'Lulju 1994, waqt spezzjoni li kienu qed jagħmlu żewġ Awdituri tal-Gvern Malti fl- Ambaxxata Maltija ġewwa Pariġi, kienu ltaqgħu mas-sidien tar-residenza li kienu spjegawlhom li dan il-ħlas, li kien isir skond it-termini ta' ftehim iffirmat separatament mill-kirja ewlenija, kien qed ikopri d-deprezzament ta' bosta għamara antika u xogħlijiet ta' l-arti, proprjeta' tas-sidien tal- fond, li kienu tħallew fil-post biex jitgawdew mill-Ambaxxatur.", "L-awdituri kienu ssuġġerew lill-Ministeru biex jittieħed parir dwar jekk din il-prassi ta' ħlas ta' parti mill-kera fi flus kontanti kenitx legali jew le.", "Mill- istħarriġ lie kien għamel il-Ministeru wara r-rapport ta' l-awdituri, kien ġie spjegat illi arranġamenti simili kienu komuni ħafna fi Franza.", "Fit-13 ta' Frar, 996, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta' dak iż-żmien kien informa lill-Aġenti Direttur tal-Verifika, fost affarijiet oħra, illi l-ex- Ambaxxatur Licari kien irranġa mas-sidien tar-residenza biex iraħħsu dik il- parti tal-kera li kienet titħallas b'ċekk u li kienet togħla kull sena skond l-indiċi tal-prezzijiet (roħs ta' Lm2,900 fis-sena) u, filwaqt li l- parti tal-kera li kienet titħallas fi flus kontanti kellha tibqa' statika bħal dejjem, is-sidien intrabtu li joħorġu polza ta' sigurta' fuq il-fond (Lm100 fis-sena premium bħala sehem l-Ambaxxata) u fuq il-kontenut kollu, inkluż l-għamara antika u xogħlijiet ta' l-arti (sehem li tħallas kollu kemm hu mis-sidien).", "Sadanittant, minn riċerki preliminari li saru fil-kontijiet ta' l- Ambaxxata Maltija ġewwa Pariġi irriżulta li, bejn l-1992 u l-1996, l- Ambaxxatur preċedenti, Dr. J. Licari, kien iħallas ukoll frekwentement fi flus kontanti lil diversi sefturi għal servizzi ta' tindif li kien isirlu fir-residenza uffiċjali tiegħu.", "Jien informat illi, f'dawn il-ħames snin, it-total ta' dawn il-ħlasijiet lid-diversi sefturi fi flus kontanti kien jammonta għal Lm48,608.", "Għalkemm il-ħlas fi flus kontanti lil dawn is- sefturi għal servizzi fir-residenza mhuwiex in se irregolari, madankollu qed jiġi innotat proprju issa illi l-informazzjoni ta' min ta' s-servizz u allura suppost irċieva l-flus hija nieqsa minn tagħrif bażiku.", "Ħlief f'każ wieħed biss, is-sefturi huma ndikati biss bl-inizjali ta' isimhom, bil- kunjom iżda bla ebda indirizz jew indikatur ieħor biex jistgħu jiġu ddentifikati aħjar.", "Għal kull ħlas li sar teżisti riċevuta ffirmata.", "Fl-istħarriġ li sar, jirriżulta wkoll li, fl-istess perijodu, tħallset somma fi flus kontanti li tiżboq it-Lm8,000 għal bosta okkażjonijiet indikati bħala ta' ospitalita'.", "Lm7,300 minn din is-somma jidhru li tħallsu għall-catering li sar minn tliet individwi li, l-istess bħas- sefturi, huma indikati bl-inizjali biss u l-kunjom, iżda mingħajr ebda indirizz.", "L-ismijiet konċernati ma nstabux lanqas fuq id-direttorji tat- telefon Pariġini.", "Jeżistu dubbji wkoll dwar il-validita' u l-korrettezza ta' wħud mill-oġġetti elenkati fuq riċevuti ippreżentati mill-ex-Ambaxxatur in konnessjoni ma' dawn l-okkażjonijiet ta' ospitalita'.", "Irrid insemmi, f'dan ir-rigward, illi donnu m'hemmx ċertezza dwar jekk xi mistednin imsemmija fuq il-kontijiet preżentati għall-ħlas verament attendewx għall- okkażjoni ta' ospitalita', kif ukoll jekk uħud mill-ismijiet indikati fuq dawn il- kontijiet humiex fittizji jew le.", "Jiena se nagħti struzzjonijiet biex issir investigazzjoni komprensiva u akkurata sabiex jiġi stabilit jekk dawn l-indikazzjonijiet li għandna ta' rregolaritajiet minn-naħa ta' Dr. Licari, li ħarġu fid-deher il-ġimgħa l- oħra bħala riżultat ta' l-indaġni li wettaqna għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru, jistgħux jiġu kkonfermati.", "Kemm-il darba dawn jiġu ipprovati, jiena nwiegħed li nieħu dawk il-passi kollha li tagħtini l-liġi sabiex jiġi kkoreġut u sodisfatt l-aġir irresponsabbli ta' kull min uża ħażin u llegalment il-pożizzjoni tiegħu ta' awtorita'.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "12773.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha filwaqt li l-Planning Authority tinnota li l-applikazzjonijiet pendenti qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi kif emendata ma jiġux ittrattati skond il-liġi emendata, iżda mbagħad meta jiġu biex jagħtu d-drttijiet lill-applikant (bħad-dritt ta' l-applikant li jkun preżenti fil-laqgħa tad-DCC) dawn id-drittijiet ma jingħatawx lill- istess applikanti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-dritt ta' l-applikant li jkun preżenti waqt il- laqgħa tad-DCC qatt ma tneħħa.", "L-applikant dejjem jista' jattendi għall- laqgħa tad-DCC.", "EDUKAZZJONI - INSTRUCTORS", "11561.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid: x'inhi r-raġuni għaliex dawk il-part-time instructors li daħlu qabel l-1 ta' Diċembru 1995 għandhom paga ta' Lm40 inqas minn dawk li ġew impjegati wara din id-data; meta dawn il-part-time instructors se jibdew jingħataw l-istess paga bħalhom; u meta se jingħataw l-arretrati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12337 mogħtija f'Seduta Nru. 191.", "QASAM TA' L-GĦAMMIERI - WATCHMEN", "11562.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm watchmen bħalissa fil-Qasam ta' l- Għammieri; u kemm ġew irrapportati serqiet f'din l-aħħar sena minn dan il- qasam?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-Qasam tal-Għammieri bħalissa hemm jaħdmu fuq bażi ta' roaster seba' gatekeepers u 13-il watchmen.", "Minn dan il-qasam f'din l-aħħar sena ġew irrapportati 19-il każ ta' serq.", "Dawn is-serqiet kienu petty thefts u ħlief waħda ta' valur ta' madwar Lm120, l-oħrajn kollha kienu ta' valur taħt it- Lm30.", "UNIVERSITA' - MEMBRI TA' L-ISTAFF", "11563.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid: kemm hemm membri ta' l- istaff li bħalissa qed jieħdu allowance ġewwa l-Universita' ta' Malta; min huma; x'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom; għal liema raġuni qed tingħata din l-allowance; u kemm hi l-allowance li qed tingħata lil kull wieħed minnhom?", "ONOR.EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "OPM - IMPJEGATI", "11564.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid: mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu; fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separtament jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu; jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permamenti jew għal żmien definit; u minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 ġew impjegati 2,679 persuna fil-korporazzjonijiet pubbliċi, korpi parastatali, azjendi w entitajiet tal-gvern li llum jaqgħu taħt il- ministeru tiegħi.", "Id-dettalji l-oħra mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "11565.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 kemm kien hemm impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu; breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu; jekk dawn il-ħaddiema mpjegati mhumiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit; u minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-domanda tiegħu titlob wisq xogħol u riċerka.", "Ma naħsibx li nkun ġustifikat li nawtorizza li ssir din ir-riċerka kollha biex nagħti risposta.", "Inkun dispost nagħti informazzjoni li tista' tintalab fuq każi partikolari, jew setturi aktar iffokati.", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - IMPJEGATI", "11566.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid: mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu; fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu; jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit; u minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KUNTRATTI", "12248.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt; jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif kont għidt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru W1,034 bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Ottubru, 1997 l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet direct order għax-xiri ta' 25 liċenzja għal Map Info V4.", "L-ispecifications għal din ix-xirja kienu saru mill-Kap tal-Mapping Unit.", "Il-kwotazzjonijiet għal din l-ordni kienu ntalbu mingħand il-kumpannija Computer Aided Technology Services, li kkwotat il- prezz ta' Lm457 għal kull user, inkluż il-VAT.", "Wara li nkiseb il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi għall-ordni, ix-xiri sar mingħand il-kumpannija msemmija.", "Ma kienx hemm estensjonijiet ta' l-ordni li ngħatat.", "Fl-istess perijodu, ingħatat direct order lill-kumpannija Meridian Enterprises Limited biex inxtrat karozza tat-tip Hyundai Lantra GLS tad- Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea tal-ministeru.", "L-ispecifications għal din l-ordni, li kienet tiswa Lm5,000, kienu marbuta mal-prezz tal-vettura li ma kellux jiżboq l-ammont issettjat mill-Ministeru tal-Finanzi għax-xiri ta' karozzi għal Diretturi, Diretturi Ġenerali u Segretarji Permanenti li qegħdin fuq Performance Contract.", "Għal din il-vettura partikolari, kienu ntalbu kwotazzjonijiet ukoll mingħand Muscat Motors Limited.", "OPM - KUNTRATTI", "12249.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il- kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l- award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il- kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl- affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - REKLUTAĠĠ TA' PERSUNI", "12250.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna: jindika minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi fulltime, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir-reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħi m'għamlu l-ebda reklutaġġ mill-1 ta' Novembru, 1996 'il hemm.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - REKLUTAĠĠ TA' PERSUNI", "12251.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika: minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi fulltime, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir-reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Listi bl-informazzjoni mitluba dwar reklutaġġ ta' mpjegati fis-Servizz Pubbliku u mpjegati oħrajn bil-kuntratt fil-Ministeru tiegħi mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - REKLUTAĠĠ TA' PERSUNI", "12252.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika: (1) minn liema enti ġiet reklutata; (2) jekk hux fuq bażi fulltime, part-time jew b'kuntratt; (3) meta sar ir-reklutaġġ; (4) f'liema grad; u (5) fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mibgħut lili b'risposta għal din il- mistoqsija huwa kif se nsemmi:", "MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI/DIPT.", "TAS-SERVIZZI KORPORATTIVI", "a) Persuna ġiet ingaġġata mal-ministeru b'kuntratt mill-1 ta' Novembru 1996 fi grad ta' Personal Assistant.", "Din il- persuna kienet tirrisjedi Tas- Sliema.", "b) Persuna ġiet ingaġġata mal-ministeru b'kuntratt mill-1 ta' Diċembru, 1996 fi grad ta' Personal Driver/Security Officer.", "Din il-persuna kienet tirrisjedi San Ġiljan.", "c) Persuna ġiet ingaġġata mill-ministeru b'kuntratt mill-20 ta' Marzu, 1997 bħala Advisor/Project Manager.", "Din il-persuna kienet tirrisjedi f'Wied il-Għajn.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT, KULTURA W ARTI", "L-ebda persuni ma ġew reklutati fid-Dipartimenti tal-Kultura u taż- Żgħażagħ u Sport fil-perijodu indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "In kwantu għas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru W70.", "DIPARTIMENT TAL-EŻAMIJIET", "Fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma kienet impjegata l-ebda persuna f'dan id-dipartiment.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "L-informazzjoni mitluba hi simili għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11104 mogħtija f'Seduta Nru. 186.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "Fil-perijodu indikat l-Universita' mpjegat:", "96 fuq xogħol fulltime 75 fuq xogħol part-time 1 part-time b'kuntratt", "Minn dawn tmienja fulltime u wieħed part-time irriżenjaw mill-post.", "Ir-risposti għad-domandi (3), (4) u (5) jinsabu f'dokument E.", "Il-kumplament ta' l-informazzjoni tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dok.", "A - Diviżjoni tal-Edukazzjoni; Dok.", "B - Dipartiment tal-Mużewijiet; Dok.", "C - Dipartiment tal-Libreriji w Arkivji; Dok.", "D - Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali; Dok.", "E - Universita' ta' Malta.", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - REKLUTAĠĠ TA' PERSUNI", "12253.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati persuni fl-oqsma differenti tad- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull persuna jindika: minn liema enti ġiet reklutata; jekk hux fuq bażi fulltime, part-time jew b'kuntratt; meta sar ir-reklutaġġ; f'liema grad; u fejn kienet tirrisjedi meta ġiet reklutata?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - DIRECT ORDERS", "12702.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order sar matul is-sena 1997 għal xiri ta' mediċini jew disposables u jipprovdi lista tagħhom?", "Mingħand min inxtraw dawn id-direct orders u x'kien l-ammont ta' nefqa nvoluta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - AĠENTI/DITTI MMULTATI", "12703.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm u min kienu dawk l-aġenti jew ditti li matul is-sena 1997 ġew immultati minħabba li naqsu li jissupplixxu mediċini jew disposables skond tenders li kienu ġew aġġudikati lilhom?", "Kemm tħallas minn dan l-ammont?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma tinżamx statistika kompjuterizzata ta' aġenti jew ditti li matul l-1997 ġew immultati minħabba li naqsu li jissupplixxu mediċini jew disposables skond tenders li kienu ġew aġġudikati lilhom.", "B'daqshekk ma jfissirx li dan ma sarx pero' sabiex tingħata risposta eżatta jrid isir eżami fuq kull file wieħed wieħed.", "Proċess bħal dan hu voluminuż ħafna u jieħu ħafna ħin u għaldaqatant id-dipartiment mhux f'pożizzjoni li jagħti risposta għal din id-domanda.", "SAĦĦA - BOLOL FUQ MEDIĊINI", "12704.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet mal-Posta biex jinġabar il-ħlas tal-50ċ mill-bolol fuq il-mediċini?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sejrin jitwaħħlu l-makni biex pazjent jista' jixtri l-bolla minn ġewwa l-health centres jew mill- bereġ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-arranġamenti neċessarji biex jinġabar il-ħlas tal-50ċ mill-bolol fuq il-mediċini ġew finalizzati mal-posta.", "Għalissa m'hemm l-ebda ħsieb biex jitwaħħlu makni tal-bolol fil-Health Centres jew bereġ.", "SAĦĦA - RIĊETTI", "12705.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' riċetti li fuqhom tħallsu l-50ċ matul Jannar 1998?", "Kemm minnhom kienu ta' pazjenti bil-karta r-roża u kemm ta' pazjenti tax-Schedules 5?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 12857.", "35.8 % kienu fuq Karta Roża, filwaqt li 64.2 % kienu Schedule V.", "SAĦĦA - DĦUL FUQ MEDIĊINI", "12706.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l- ammont li l-Gvern jistma li ffranka matul Jannar 1998 meta mqabbel ma' Jannar 1997 fuq mediċini wara l-introduzzjoni tal-ħlas ta' 50ċ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' mediċini li nħarġu mill-ispiżeriji tal-Gvern f'Jannar 1997 kien 180,785, waqt li n-numru ta' mediċini li nħarġu mill-ispiżeriji tal-Gvern f'Jannar 1998 kien ta' 160,071.", "L-istatistika li tinġabar mid-dipartiment hi bbażata fuq in-numru ta' mediċini maħruġa u mhux fuq il-mediċina partikolari.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "12707.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' mpjegati fid-dipartiment li mistennija jispiċċaw mis-servizz matul din is-sena minħabba l-eta'?", "Liema gradi jokkupaw preżentement?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru u l-grad ta' mpjegati fid-Diviżjoni tas- Saħħa li mistennija jispiċċaw mis-servizz matul din is-sena minħabba l-eta' huwa kif ġej:", "Enrolled Nurse 11 Principal 1 Cook 3 Hospital Auxiliary 7 Supervisor 3 Senior Operative 1 Security Guard 2 Consultant 2 Technical Officer 1 Senior Technical Officer 1 Timekeeper 1 Lay Administrator 1 Health Assistant 1 Gardener 1 Chairman 1 General Hand 2 Operative 1 Departmental Nursing Manager 1 Nursing Officer 1 Ambulance Driver 1 TOTAL 43", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "12882.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti figuri ta' kemm ċilindri tal-gass ġew skrappjati matul is-snin 1995, 1996 u 1997?", "Kemm huwa stmat li dan in-numru jirrappreżenta bħala telf veru ta' ċilindri tal-gass mis-sistema tad- distribuzzjoni?", "Hemm xi sistema biex tiġbor ċilindri mitlufa mis-sistema?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' ċilindri skrappjati mill-Enemalta hu kif muri hawn taħt:", "Sena 10Kgs.", "12Kgs.", "15Kgs.", "25Kgs.", "1995 9,800 Nil 28,000 580 1996 8,300 Nil 31,500 200 1997 3,100 Nil 11,800 1,500 Hu stmat li hawn mal-440,000 ċilindri fiċ-ċirkolazzjoni u li madwar 5,000 ċilindru kuljum jidħlu fid-Depot tal-Gass sabiex jerġgħu jimtlew.", "Numru minn dawn iċ-ċilindri jitneħħew miċ-ċirkolazzjoni minħabba l-kondizzjoni tagħhom.", "Fil-prattika m'hemmx ċilindri mitlufa, iżda mhux possibbli li jinżamm kontroll fuq it-tul taż-żmien li ċ-ċilindri jinżammu mill-konsumatur.", "L- introduzzjoni ta' Lm5 deposit fuq kull ċilindru mingħajr ritrorn għen biex inaqqas il-ħażna ta' ċilindri mill-konsumatur.", "ENEMALTA - POMPI TAL-PETROL", "12883.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jaf il-Ministru li l-pompi ġodda tal-petrol ġew installati b'pajp qasir b'inkonvenjent għall-użu tal-konsumatur, tant li ħafna mill-pompi ħallew waħda mill-pompi l-antiki?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex se jkun hemm xi rimedju għal dan in-nuqqas?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-pajp tal-pompi l-ġodda huwa standard length.", "Madankollu, is-sidien tal-pompi jistgħu jekk iridu jtawlu l-pajp skond l-eżiġenza tagħhom.", "M'huwiex, iżda, rakkommandabbli li l-pajpijiet ikunu twal billi dawn jistgħu jintrifsu mill-vetturi waqt li jkunu deħlin jew ħerġin minn ħdejn il-pompi.", "Nikkoreġi l-impjessjoni ta' l-Onor.", "Membru billi ngħid li l-pompi fil- petrol stations huma pompi ġodda, iżda xi sidien talbu lill-korporazzjoni biex iħallu pompa elettronika fil-ġenb ta' l-istation biex ikunu jistgħu jaqdu vetturi kbar bid-diesel biex b'hekk dawn il-vetturi ma jinblokkawlhomx il-pompi tan-nofs.", "Il-pompi l-ġodda huma biss għal stations u mhumiex se jintużaw fuq il- bankini.", "ENEMALTA - POMPI TAL-PETROL", "12884.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid: (1) meta ħarġet l-aħħar tender għall-pompi ġodda tal-petrol; (2) għal kemm kienet it-talba u jekk ġietx awarded; u (3) jekk (2) hija fin-negattiv, inħarġu direct orders f'dan il-perijodu u jekk iva, għal kemm numru?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-aħħar tender li biha nxtraw il-pompi kienet T/Pet/21/93 u li għalqet fit-30 ta' Novembru, 1993.", "It-tender u l-ordni kienu għal 100 pompa.", "Ġiet awarded fl-10 ta' Ottubru, 1994.", "Meta f'Awissu 1996 qamet kwestjoni industrijali bejn il-GRTU u l- Enemalta, u wara l-intervent tal-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien, kien sar ftehim biex l-Enemalta tissupplixxi b'xejn 30 pompa oħra lill- istations, bħala l-aħħar distribuzzjoni ta' pompi.", "Minħabba li l-pompi li kienu ġew bit-tender kienu qegħdin jagħtu servizz tajjeb u biex ikun hawn standarisation minħabba l-ispare parts, dawn il- pompi ġew ordnati mingħand l-istess manifattur u li wkoll żamm l-istess prezz bħal tat-tender.", "Din l-ordni ġiet magħmula fit-18 t'Ottubru, 1996.", "SKEJJEL - ŻURRIEQ - GĦALLIEMA", "12899.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk d-dipartiment hux se jirrimedja għall-assenza twila ta' teacher fil-Junior VI ta' l-iskola primarja taż-Żurrieq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Intbagħat għalliem biex jieħu ħsieb is-sitt klassi fl-iskola Primarja taż-Żurrieq.", "UE - FTEHIM DWAR SIGURTA'", "12900.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet ma' l-Unjoni Ewropea sabiex isir ftehim ta' sigurta' ħalli kif imwiegħed fid-Dokument ta' l-MLP ta' Diċembru, 1994 fuq rikjesta tal-Gvern Malti, il-membri ta' l-Unjoni Ewropea jiġu jiddefenduna f'każ ta' attakk fuq pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-taħdidiet li għandhom isiru ma' l-Unjoni Ewropea abbażi tal-komunikat mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni Ewropea u Malta sejrin jinkludu l-koperazzjoni f'oqsma politiċi u ta' sigurta'.", "PA - PERMESS TA' PLOT", "12918.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif ħareġ il-permess tal-plot ġo J. Gasan Street, Ħamrun/Pieta' għal commercial premises meta l-area in kwestjoni hija kollha mibnija semi detached u detached villas?", "Dan il-permess ħareġ skond il-liġi peress li dan sa jibni l-plot kollha tant li mhuwiex sa jħalli bitħa wara u lanqas side curtilage ta' għaxar piedi kif hemm fil-bini kollu eżistenti barra minbarra li l-bini se jkun fih sular u nofs għola u se jgħaqqad il-bini eżistenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Naħseb li l-Onor..", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-applikazzjoni PA 2755/96.", "Skond l-Iskemi ta' Żvilupp tal-1988, din is-sit mhix indikata la bħala semi detached villa u lanqas fully detached villa site.", "Barra minn dan, is- sit in kwestjoni tmiss ma' żvilupp simili.", "Il-permess inħareġ mal-liġi.", "M'hemmx bżonn ta' bitħa fuq wara f'dan il- każ peress li l-iżvilupp jikkonsisti fi spazju miftuħ fuq kull sular, li jieħu d-dawl u l-arja direttament mill-faċċata fuq it-triq.", "L-għoli ta' dan il-bini jikkonforma ma' l-għoli permess f'din iż-żona.", "MIŻIEB - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "12919.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema akuta ta' fawran ta' ammont kbir ta' drenaġġ fil-Miżieb peress li dan l-inkonvenjent qed jagħmel ħsara kbira lis-siġar kollha tal-madwar u jista' jkun ta periklu kbir għas-saħħa tan-nies li jżuru dan il-post?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DIPARTIMENT TAL-POSTA - POLICY", "12920.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tad-Dipartiment tal-Posta li meta pustier ikun on leave, dik il-posta li tkun tmiss lilu tibqa' tistenna sakemm dan jidħol għax-xogħol?", "Jekk le, jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux qed isir hekk f'xi fergħat?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mhijiex il-policy ta' l- Uffiċċju tal-Postmaster General li meta pustier ikun bil-leave dik il-posta li tkun tmiss lilu tibqa' tistenna sakemm dan jidħol mix-xogħol.", "Jiena nformat ukoll li normalment meta pustier ikun bil-leave il-beat tiegħu jitqassam mill-pustier over and above jew mill-indoor duty postman.", "Jista' jagħti l-każ li f'okkażjonijiet eċċezzjonali l-posta tista' tittardja b'ġurnata.", "AIR MALTA - TITJIRA KM102", "12921.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11659?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-lista ta' titjiriet li ġew kanċellati f'Diċembru 1997 u Jannar 1998 kien kif ġej:-", "ATH KM792/3 01 JAN LOW LOADS KM792/3 12 JAN LOW LOADS KM792/3 29 JAN LOW LOADS", "LCA/DAM/LCA KM840/1 25 DEC LOW LOADS", "PMO KM636/7 14 DEC LOW LOADS KM636/7 21 DEC LOW LOADS KM636/7 11 JAN LOW LOADS KM636/7 18 JAN LOW LOADS KM632/3 24 JAN LOW LOADS KM634/5 24 JAN LOW LOADS KM636/7 25 JAN LOW LOADS", "KUNSILLI LOKALI - WIED IL-GĦAJN", "12922.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għar-rapport tal-Bord ta' l-Inkjesta li sar fuq allegazzjonijiet magħmula mill-kunsillieri tal-Kunsill Lokali ta' Wied il- Għajn, billi jidher biċ-ċar li dan ġibed ċerti konklużjonijiet li ma tantx jagħmlu denn lil min kien jokkupa l-kariga tas-sindku, jikkonsidra l- Ministru li jsiru xi emendi fil-liġi biex kontravenzjonijiet tal-kwalita' msemmija ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu mputati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-suġġerimenti magħmula mill-Bord ta' Inkjesta se jittieħdu inkonsiderazzjoni meta jsiru l- emendi fil-leġislazzjoni sabiex jiġu evitati ċertu kontravenzjonijiet.", "NOFSINHAR TA' MALTA - XOGĦLIJIET", "12923.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi skond il-pjanti esebiti dwar ix-xogħol propost għan-Nofsinhar ta' Malta, jidher li s-suq ta' Marsaxlokk se jiġi mċaqlaq minn fejn qiegħed illum, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika x'djalogu sar ma' l-Assoċjazzjoni Bejjiegħa tal-Monti?", "Jaħseb il-Ministru li bil-proposti li hemm se jkun hemm tfixkil għas-sajjieda fin-naħa Tal- Magħluq u se jiġi rovinat ċ-ċentru sportiv li hemm kif ukoll se jiġu emarġinati mill-bqija tas-suq il-bejjegħa tal-ħut?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-esebizzjoni tal-pjanti ta' proposti għall- embellishment f'Marsaxlokk saru sabiex jintlaqgħu ilmenti mill-pubbliku.", "Dawn l-ilmenti flimkien ma' dawk kif espressi mill-Onor.", "Interpellant se jiġu kkonsidrati qabel ma' tittieħed deċiżjoni finali."]} {"filename": "19971209_164d_par.doc", "date": "1997-12-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 164 It-Tlieta, 9 ta' Diċembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 164", "It-Tlieta, 9 ta' Diċembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.14 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "164", "It-Tlieta, 9 ta' Diċembru, 1997", "WERREJ MINUTI 153", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 153", "TQEGĦID TA' KARTI 159", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENTI TAT-TRAFFIKU (L-EWWEL QARI) 160 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMPANNIJI (L-EWWEL QARI) 161 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA (L-EWWEL QARI) 161", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIRREGOLA T-TELEKOMUNIKAZZJONI TELECOMMUNICATIONS (REGULATION) BILL (IT-TIENI QARI) 162", "AĠĠORNAMENT 185", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 190", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 220", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 163 li saret fit-3 ta' Diċembru, 1997 ġew konfermati.", "MADAM SPEAKER (Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXVII ta' l-1997 - Att ta' l-1997 dwar l-Approprjazzjoni (1998); u", "Att Nru XXVIII ta' l-1997 - Att ta' l-1997 dwar it-Tieni Approprjazzjoni (1997).", "Qed inressaq ukoll, għall-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri, ir-rapport dwar deċiżjonijiet li ta l-President tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji u dan skond artiklu 10 ta' l-Att VIII ta' l-1997.", "Ngħaddu issa għal mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MELLIEĦA - KORTIN - DRENAĠĠ", "8670.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi il-qagħda fil- preżent tat-tqegħid ta' sistema ġdida tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Kortin, fil- Mellieħa?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol tat-tqegħid ta' din is- sistema?", "Meta ħarġu jew se joħorġu t-tenders għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Qegħdin jiġu ffinalizzati l-proċeduri biex tkun tista' toħroġ tender għal dan ix-xogħol u dan huwa mistenni li jsir is-sena d-dieħla.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, sa ftit taż-żmien ilu kien għad hemm problema biex is-sistema tad-drenaġġ tal-Kortin taqbad mas-sistema prinċipali.", "Dan għal raġuni li d-drenaġġ ried jgħaddi minn Santa Marija Estate, fejn kien hemm xi problemi mal-kumpannija li tamministra l-estate.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dawn il-problemi ġewx risolti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mill-file jirriżulta li kienu saru diversi mistoqsijiet dwar dan u kienu qed jittieħdu l-passi.", "Milli nista' nifhem l-affarijiet tranġaw.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, naħseb li m'aħniex niftehmu.", "Fil-fatt il-problema tal-Kortin hija separata minn dik ta' Santa Marija Estate, għaliex wieħed qiegħed 'il fuq mill-ieħor, u filwaqt li Santa Marija Estate minn dejjem kellu servizz ta' drenaġġ, meta l-Gvern Nazzjonalista pprova jagħmel sistema fil-Kortin kien hemm diffikultajiet mal-kumpannija li tamministra Santa Marija Estate, li ma reditx tħalli li s-sistema tad- drenaġġ tal-Kortin taqbad ma' t'hemmhekk.", "Li qed nistaqsi lill-Ministru huwa jekk id-diffikultajiet bejn il- kumpannija li tamministra Santa Marija Estate u l-Gvern ġewx risolti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li jkun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "IMPJANT TA' SANT'ANTNIN - DISTRIBUZZJONI TA' L-ILMA", "8790.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi f'dawn l-aħħar xhur kien hemm waqfien kważi totali fit-tqassim ta' l-ilma tat-tisqija mill- Impjant ta' Sant'Antnin, minħabba xi xogħlijiet li qed isiru biex tiżdied il-produzzjoni, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jindika xi progress sar?", "Meta jista' wieħed jistenna li dan it-tqassim jerġa' lura għan-normal?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Bħalma jaf l-Onor.", "Membru, l-Impjant ta' Sant Antnin kif modernizzat ġie inawgurat fl-1 ta' Diċembru, 1997 u dan żied il-produzzjoni ta' l-ilma minn 7,000 metru kubu għal 17,000 metru kubu kuljum.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li waqt li kien qed isir ix-xogħol il-provvista ta' l-ilma qatt ma waqfet għal kollox, jekk mhux għal perijodu ta' ħamest ijiem massimu.", "Dan kien isir rari u dejjem bi ftehim mad-dipartiment ta' l-agrikoltura li hu responsabbli mit-tqassim ta' l-ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Minbarra d-dipartiment tal-biedja, minn dan l-impjant jinqdew ukoll numru ta' kumpanniji fl-inħawi.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi estensjoni fil-mod kif jiġi distribwit dan l- ilma, kemm għall-fabbriki kif ukoll għall-biedja?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif jaf il-kollega tiegħi, l-għan ta' din l-estensjoni huwa biex l-ilma jiġi utilizzat kollu.", "Fil-fatt il-Ministru Buhagiar kien spjega li se jsiru impjanti żgħar oħra għaliex kien inħass li jekk isir impjant kbir - kif kien se jsir f'Wied Għammieq - kien ikun hemm ħafna ħela ta' ilma.", "Allura saret estensjoni ta' dan l-impjant, bl-iskop li dan l-ilma jiġi wżat kemm għall-industrija u anke għall-agrikoltura.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, riċentement ġiet inawgurata l- estensjoni ta' l-impjant proprju, imma jkun kollu inutli li jkun hemm iktar produzzjoni ta' ilma jekk imbagħad is-sistema ma tkunx tista' titwassal sal- fabbriki u sar-raba'.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema li twassal l- ilma msoffi ġietx estiża?", "Jekk le, meta se tiġi estiża?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, jien nemmen li għandha tiġi estiża s-sistema biex jitwassal l-ilma għal diversi areas fejn għad m'hemmx dan is-servizz.", "ĦARSIEN TA' L-AMBJENT - ĦSEJJES", "9410.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu biex ikunu miġbura dettalji dwar livelli ta' ħoss f'decibels f'postijiet u ħinijiet differenti?", "Saret statistika u studji li jindikaw x'assoċjazzjoni għandhom dawn ma' kondizzjonijiet u mard speċifiku?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent bħalissa qed iniedi l-istudju neċessarju sabiex jara kif jista' jitwaqqaf f'Malta programm ta' dan it-tip.", "Is-sorveljanza u l-moniteraġġ ta' ħsejjes huma soġġetti għal proċeduri komplessi ħafna, speċjalment meta tiġi biex tinterpreta r-riżultati u d- data li tinġabar.", "Fir-rigward ta' statistika u studji li jassoċċjaw il-livelli ta' ħsejjes ma' kondizzjonijiet u mard speċifiku, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għas-saħħa.", "AMBJENT - KAMPANJA EDUKATTIVA", "9417.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi programmi ta' informazzjoni, tagħlim u relazzjonijiet pubbliċi tella' d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent biex il-poplu jkun jista' japprezza aktar il-valur ta' l-ambjent fil-ħajja tagħna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħala kampanji edukattivi din is-sena d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent beda billi kkonċentra fuq il-ħajja marittima.", "Infatti tħejjew posters u stickers għat-tfal u ġew organizzati clean-ups marittimi fejn ġew involuti diversi gruppi volontarji.", "Dawn il-cleans-ups sejjaħnilhom \"We Care for the Sea\" u ġew organizzati f'lokalitajiet differenti, fosthom Marsascala, Marsaxlokk, Tas-Sliema u x-Xlendi, Għawdex.", "Għall-aħħar ta' din is-sena se jiġu organizzati żewġ konferenzi u exhibition fuq dan is-suġġett.", "Tqajmet kuxjenza wkoll dwar is-saff ta' l-ożonu.", "Infatti ġiet organizzata kompetizzjoni għat-tfal ta' l-iskola, fejn dawn ħejjew madwar 300 proġett dwar il-protezzjoni ta' dan is-saff.", "Tħejjew ukoll pamphlets, stickers u posters immirati biex jilħqu diversi setturi tal-pubbliku.", "Sar ukoll video ta' \"Xummiemu\" fejn ġie spjegat x'wieħed għandu jagħmel biex jevita dannu li jiġi kkawżat bis-sħana tax-xemx.", "Għall-industrija, il-ministeru ta' l- affarijiet barranin u ta' l-ambjent ħaseb biex iniedi seminar, fejn diversi kumpanniji privati taw rapport ta' x'qed jagħmlu biex jissalvagwardjaw is- saff ta' l-ożonu.", "Ġew organizzati numru ta' exhibitions fuq diversi suġġetti.", "Fil-bidu ta' din is-sena ttellgħet il-green week exhibition fil-grawnds tat-trade fair, fin-Naxxar.", "Hawnhekk saret enfasi fuq is-separazzjoni ta' l-iskart fid-dar u l-pubbliku kellu l-possibbilta' li jistaqsi dwar xi problemi li jista' jħabbat wiċċu magħhom meta din l-iskema tiġi fis-seħħ.", "Nidejna wkoll żewġ pilot schemes, waħda f'Marsascala u l-oħra f'Pembroke fejn tqiegħdu erba' banks differenti f'diversi siti fil-lokal fejn in-nies jistgħu jarmu b'mod separat karti, plastic, aluminium u ħġieġ.", "Fil-5 ta' Ġunju, Jum l-Ambjent, Pjazza Ħelsien ġiet ittrasformata fi ġnien u l-pubbliku kellu l-possibilta' li jiltaqa' ma' diversi gruppi ambjentali u jakkwista nformazzjoni dwar dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent ta' madwaru.", "Matul din il-ġurnata l-pubbliku kellu ċ-ċans jara kif inhu mqassam id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "Il-ministeru ħa sehem fit-trade fair ta' Lulju u mill-istand tiegħu tqassmu tliet tipi ta' booklets, immirati lejn it-tfal u l-kbar, dwar is- separazzjoni ta' l-iskart fid-dar.", "It-tielet wieħed jagħti informazzjoni ġenerali dwar l-Impjant ta' Sant'Antnin.", "Waqt it-trade fair kompliet tingħata wkoll informazzjoni dwar il-kampanja tal-batteriji wżati.", "F'Ottubru kellna l-kampanja ta' tindif \"Clean Up the World\".", "Tul l- għaxart ijiem ta' din il-kampanja kien hemm 'il fuq minn 80 għaqda volontarja li ħadu sehem attiv fit-tindif ta' xi area partikolari fil- lokalita' tagħhom.", "Il-ministeru ħa ħsieb li jipprovdi dak kollu li setgħu ġew bżonn sakemm kien possibli.", "Il-kunsilli lokali li pparteċipaw ingħataw 15-il siġra biex jiġu mħawla fil-belt jew raħal tagħhom.", "L-aħjar tliet sforzi ta' tindif li jwettqu l-kunsilli lokali se jirbħu Lm400 li jistgħu jintefqu f'xi proġett li jkun qiegħed iwettaq il-kunsill.", "Il- ministeru ħa wkoll sehem attiv billi bagħat xi nies minn tiegħu biex fiżikament inaddfu jew isebbħu xi nħawi f'Malta.", "Matul is-sena kollha l-ministeru organizza numru ta' seminars dwar suġġetti varji.", "Dawn kienu jinkludu s-separazzjoni ta' l-iskart fid-dar li kien immirat lejn il-kunsilli lokali, u tnejn oħra kienu mmirati għat- teachers kemm tas-sekondarja u anke tal-primarja.", "Lejn l-aħħar ta' dan ix- xahar se jiġi organizzat seminar nazzjonali dwar il-waste management.", "Seminars oħra trattaw il-protezzjoni ta' l-ambjent naturali fir-Ramla l- Ħamra, il-ħarsien ta' l-ambjent fl-industrija u l-ħarsien tas-saff ta' l- ożonu.", "Saru wkoll numru ta' konferenzi li kienu jinkludu l-pacem in maribus u d-dredging of wastes.", "Minbarra dan kollu kellna diversi slots ambjentali fuq il-mezzi kollha tax-xandir u dawn ovvjament għadhom u se jibqgħu jixxandru.", "Ġie mfassal ukoll video dwar is-separazzjoni ta' l-iskart, li xxandar l-ewwel darba matul it-trade fair, iżda mbagħad ixxandar ukoll fuq iċ-channels tat- televiżjoni lokali kollha.", "Sponsorjajna wkoll kors għall-immaniġġjar ta' l-iskart li ġie organizzat mill-Malta Insitute of Waste Management.", "Dan il-kors jikkonsisti minn 17-il lezzjoni kif ukoll numru ta' site visits u qed jiġi trasmess fuq ir-radju ta' l-Universita'.", "Dan il-kors iwassal għal ċertifikat maħruġ mill-istess Malta Institute of Waste Management.", "B'kollaborazzjoni mal-Foundation for International Studies din is-sena ftaħna kors ta' diploma fix-xjenza ambjentali.", "Dan il-kors qiegħed isir permezz ta' lezzjonijiet fil-għaxija fl-Universita' ta' Malta f'Tal Qroqq.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk, almenu f'dan l-istadju, intalabx il-parir ta' dan id-dipartiment rigward dak li qed jissejjaħ bħala l-millennium project mit-Telemalta, u jekk intalab, x'inhi r-reazzjoni tiegħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: X'inhi l-mistoqsija eżatt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-mistoqsija hija jekk id-dipartiment intalabx jagħti r-reazzjoni tiegħu, jew intalabx jagħmel impact assessment, rigward il-proposta tal-millennium project tal-Korporazzjoni Telemalta.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Safejn naf jien din hija materja tal-Planning Authority.", "Jien naf li l-Planning Authority qed taħdem id f'id mat- Telemalta, fuq dan il-proġett.", "Daqshekk nista' ngħid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Ministru jaf li l-proċedura normali hija li meta jkollok proġett ta' impatt kbir ikun hemm ukoll l- input tad-dipartiment ta' l-ambjent.", "Id-dipartiment ta' l-ambjent f'dan il- każ intalab jagħti input?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nerġa' ngħid li l-proġett l-ewwel u qabel kollox ġie diskuss mal-Planning Authority u saru l-pre-submission discussions fuqu.", "Jien nifhem li meta mbagħad isir iktar żvilupp fil- proġett, jekk ikun hemm bżonn ta' environment impact assessment, ovvjament il-ministeru jiġi nvolut.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiġifieri qed nifhem li minkejja l-entita' tal-proġett u l-impatt ambjentali li ovvjament ikollu proġett bħal dan, s'issa d-dipartiment ma ntalabx biex jagħti l-opinjoni tiegħu jew xi assessment dwaru.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'għandix x'inżid ma' dak li għidt fl-aħħar risposta.", "Naħseb li l-kollega tiegħi fehemni tajjeb.", "DRENAĠĠ - SKART INDUSTRIJALI", "9418.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex tinbena fuq linji professjonali l-unit fi ħdan id-dpartiment għall-ħrsien ta' l-abjent - jew f'dak tad-drenaġġ - li jimmoniterja t-tfigħ ta' skart industrijali fis- sistema tad-drenaġġ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent għadu kif ħejja survey dettaljat sabiex jiżvela sew it-tipi kif ukoll l-ammonti ta' skart industrijali li qed jiġu ġġenerati f'Malta mis-settur industrijali.", "Fil-ġejjieni qarib id-dipartiment se jħejji survey komplimentari li jkopri t-trasport u t-trattament ta' dan it-tip ta' skart.", "Hemm ħsieb ukoll li jinħoloq unit fi ħdan id-dipartiment biex jissorvelja u jimmoniterja t-tfigħ ta' skart industrijali, kemm dak solidu u kemm likwidu, kif mitlub taħt il-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent ta' l-1991, kif ukoll taħt il-protokoll rigward il-land based sources.", "IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ - SKART", "9420.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi l-impjant għar-riċiklaġġ ta' l-iskart solidu f'Sant Antnin issa ilu żmien twil ma jitħaddem, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir mill- iskart li qed jakkumula?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nixtieqx li bil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru tingħata l-impressjoni li għax l-impjant ta' Sant'Antnin hu wieqaf, allura hemm xi skart li qed jitħalla jakkumula f'dan l-impjant.", "Infatti sakemm l- impjant hu wieqaf mhux qed jiddaħħal skart fl-impjant u l-iskart kollu qed jindifen fil-miżbla tal-Magħtab.", "Infakkar li bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-kumpannija Ingliża Eco-Sci biex fl-inqas żmien possibbli tibda titħaddem bi prova teknologija msejjħa eco-pods.", "Din għandha tassigura li meta l-impjant jerga' jibda jaħdem ma jikkawżax inkonvenjenza għar-residenti tal-viċin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra preċiżament fhiex waslu t-taħdidiet ma' din il-kumpannija Ingliża li qed jirriferi għaliha?", "Jista' jinforma lill-Kamra wkoll dwar jekk jirriżultalux li din hija sistema li tlaħħaq volumi limitati ta' skart u jekk huwiex f'dan id-dawl li l-Gvern jidher li qed jipproponi li jkun hemm sistemi ta' riċiklaġġ ta' l-iskart f'diversi partijiet ta' Malta u Għawdex?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nista' ngħid li huwa ppjanat li għall- ħabta ta' nofs Jannar jinġieb l-apparat u jiġu n-nies li se jmexxu dan is- survey sabiex issir din il-prova.", "Il-ftehim li sar hu li jkun hemm trial ta' sitt xhur ħalli jekk jista' jkun inwasslu anke għax-xhur is-sħan.", "Dak li qed jgħid il-kollega tiegħi, li minn din is-sistema tista' tieħu biss ammont limitat, huwa veru pero' jiddependi minn kemm tuża pods - jiġifieri plastic tubes twal - u m'hemmx limitu kemm tista' tagħmel minnhom fl-istess żmien.", "Biex tagħmel dan ovvjament se tinħoloq problema dwar l-ispazju, anke meta mbagħad jinfetaħ wara 12-il ġimgħa biex ikun jista' jintefa' fil- miżbla.", "Iva, sa ċertu punt jista' jkun ukoll li dan iwassal biex nidentifikaw sistemi li jkunu jistgħu jintużaw fuq bażi reġjonali.", "Per eżempju, jekk kemm-il darba jirriżulta li din is-sistema hija tajba biex nagħmlu impjant żgħir f'Għawdex, l-iskart li hemm hemmhekk jista' ma jiġix trasportat għal hawn Malta - dan joħloq trasport bil-vapur u trasport madwar Malta kollha biex imur Sant'Antnin - basta ma jkunx qed iħammeġ l- ambjent u ma jagħmilx intejjen.", "M'hemm xejn ħażin billi wieħed jgħid li jista' jkun li nagħmlu impjant hemmhekk.", "Jista' jkun ukoll li jsir anke f'lokalitajiet oħra, u dan kollu jgħin biex inaqqas il-load li hemm fuq Sant'Antnin.", "Pero' nerġa' nagħmel enfasi li jrid jiġi approvat minn dan l- esperiment li la jkun iħammeġ u lanqas jagħmel irwejjeħ li jistgħu jkunu ta' dwejjaq għal ħaddieħor.", "L-inħawi tas-south, bħalma huma Sant'Antnin, Wied il-Għajn, l-area taż- Żejtun, eċċ., jafu xi dwejjaq ikollok meta jkollok dak it-tip ta' impjant, allura żgur li m'aħniex se nagħmlu xi ħaġa simili f'postijiet oħra.", "Dan it- tip ta' esperiment, in vista tal-fatt li huwa relettivament irħis, meta wieħed iqis kemm iqumu miljuni ta' liri l-alternattivi l-oħra, kien vale la piena li nipprovawh.", "Pero' mhux qed neskludu li mbagħad ikollna nagħmlu xi arranġamenti jew inkella tibdil fl-istruttura ta' Sant'Antnin, ħalli filwaqt li niddiskutu sistemi kif jista' jiġi mħaddem l-iskart mingħajr ma jagħmel irwejjaħ u mingħajr ma jkun ta' inkonvenjent għall-pubbliku, inkunu nistgħu nużaw żewġ sistemi flimkien, jew inkella anke sistema li tinvolvi, per eżempju, l-għeluq tat-tinda u li ddaħħal bio filter.", "Dan kollu għadu qed jiġi diskuss ħalli naraw xi tkun l-aħjar sistema li nużaw bl-irħas prezz imma li tagħti riżultati li ma jkunux ta' dwejjaq għall-pubbliku.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-għadd u t-tip ta' reati rrapportati f'kull lokalita' matul il-perjodu bejn Settembru u Novembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10352;", "Tabella li turi l-applikazzjonijiet għall-impjieg ta' sostituti fil-ħanut Saddles Bar, iż-Żurrieq, flimkien ma' kopji ta' l-irċevuti ta' ħlas ta' liċenzji ta' l-istess ħanut, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10393; u", "Lista ta' toroq f'Malta u Għawdex bis-sinjali ta' towing jew clamping, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10456.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Protokoll li jemenda l-European Social Charter li ġie ratifikat minn Malta fis-16 ta' Frar 1994, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9885; u", "Tagħrif dwar l-ispejjeż f'entertainment u hospitality minfuqa mill- Ambaxxata Maltija fil-Kajr bejn Jannar 1995 u Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10048.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar bejgħ ta' prodotti taż-żejt matul ix-xahar ta' Novembru 1996 u 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10392; u", "Tagħrif dwar l-importazzjoni ta' diversi prodotti tal-konsum matul il- perjodu bejn Jannar u Settembru 1996 u 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10417.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar personnel fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10051.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul il-perjodu bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9620; u", "Kopja tat-tender specifications għall-colour separations tar-rapport annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1996/1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1062.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar supervisors fuq social workers fil-qasam tal-ħidma soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10388; u", "Tabella li turi d-differenza fl-istatistika ta' nies jaħdmu bi qliegħ minn Diċembru 1983 sa Settembru 1997 li rriżultat mill-eżerċizzju tal- korrezzjoni fl-istatistika, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10436.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar reklamar li sar mill-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru tad-Djar matul il-perjodu bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9621.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex ikompli jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat- Traffiku, Kap. 65.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex ikompli jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku Kap. 65 ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMPANNIJI", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jemenda l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji, Att Numru XXV ta' l-1995.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jemenda l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji Att Numru XXV ta' l-1995 ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Nitlob lill-Ministru Mangion.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA", "ONOR CHARLES MANGION: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostruzzjoni ta' Kariga ta' l-Avukat Generali u ta' l-Avukat tar-Repubblika, Kap, 90.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostruzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Generali u dik ta' Avukat tar-Repubblika, Kap, 90 ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-CONDOMINIA", "CONDOMINIUM BILL", "Konsiderazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, għadni m'iniex f'pożizzjoni li nressaq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u għaldaqstant nipproponi li dan l-abbozz jerġa' jintbagħat quddiem il-Kumitat għal-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-konsidrazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIRREGOLA T-TELEKOMUNIKAZZJONI", "TELECOMMUNICATIONS (REGULATION) BILL", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kif naħseb li jaf kulħadd, fil-qasam tat- telekomunikazzjoni llum qed iseħħu żviluppi kbar għar-raġuni li dan huwa settur li l-ħin kollu jitbiddel, jitjieb u jsir aktar sofistikat.", "Tista' tgħid li madwar id-dinja kollha nħasset il-ħtieġa li dan is-settur tat- telekomunikazzjoni m'għandux jibqa' għal kollox ikkontrollat mill-Istat u b'hekk jintlaħqu livelli ogħla ta' effiċjenza.", "Għalhekk sa minn kmieni l- gvernijiet studjaw kif għandu jiġi liberalizzat is-suq tat- telekomunikazzjoni, mingħajr ma jċaħħad lill-abbonat mid-dritt tiegħu li jkollu s-servizz bażiku tat-telefonija.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li l-Gvern Malti ma naqasx milli jżomm ruħu aġġornat dwar dak kollu li qed jiġri madwarna.", "Għalhekk il-Gvern ħass li jkun fl-interess pubbliku li fil-qasam tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna ssir il-liberalizzazzjoni, filwaqt li d-drittijiet għas-servizzi essenzjali jibqgħu jiġu mħarsa.", "Forsi hawnhekk wieħed jistaqsi kif se ssir din il- liberalizzazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna.", "Irrid ngħid li l-ewwel ħaġa li se ssir hija li l-Gvern se jressaq abbozz ta' liġi li jikkonsolida r-regolamenti eżistenti, li jirregola t-telekomunikazzjoni fix- xenarju ġdid u modern, u li jaħtar awtorita' regolatorja li, fost funzjonijiet oħrajn, twettaq sorveljanza fuq l-operaturi kollha tal-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Kif ħabbar il-Ministru tal-Finanzi, il-Gvern se jipprivatizza parzjalment il-Korporazzjoni Telemalta u se jneħħilha l- funzjoni regolatorja - dwar dan nitkellem fid-dettall aktar 'il quddiem.", "Illum qed niddiskutu l-liġi li tirregola t-telekomunikazzjoni u fil- qosor irid ngħid li l-għan ewlieni ta' din il-liġi hu li titwaqqaf awtorita' regolatorja għall-finijiet tat-telekomunikazzjoni, li jitħassar l- Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta u li tipprovdi għat-trasferiment ta' attivitajiet kummerċjali tal-Korporazzjoni Telemalta lill-kumpannija l- ġdida li se tiġi fformata.", "Barra minn hekk, din il-liġi tħaddan ukoll prinċipji u regoli li ttieħdu minn diversi għejun.", "Fil-fatt il-leġislatur fassal din il-liġi fuq eżempji jew mudelli ta' liġijiet barranin fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, bħalma hi dik ta' l-Ingilterra.", "Ittieħdu wkoll il-pariri ta' diversi konsulenti, kemm Maltin kif ukoll barranin u r-riżultat ta' dan huwa liġi li m'hijiex komplikata u li tista' taħdem mingħajr l-ebda xkiel, peress li hi magħmula apposta għal pajjiżna.", "Din il-liġi minbarra li tagħti tifsira lil diversi termini tekniċi, tagħti wkoll is-setgħa lill-Prim Ministru li jaħtar regolatur tat- telekomunikazzjoni.", "Il-liġi tesiġi li biex persuna tkun tista' tokkupa din il-kariga ta' responsabbilta' kbira għandha tkun uffiċjal pubbliku.", "L- uffiċċju tar-regolatur għandu jkun fi ħdan dipartiment governattiv u għandu jkun attrezzat b'personnel mis-servizz pubbliku jew xort'oħra impjegat.", "Ir- regolatur se jkollu wkoll il-funzjoni li jirregola, jissorvelja u josserva t-telekomunikazzjonijiet, li jiżgura li l-infrastruttura tat- telekomunikazzjoni tiġi nstallata u mħaddma, u li jiġu provduti servizzi tat-telekomunikazzjoni għall-benefiċċju ta' l-utenti tat- telekomunikazzjoni, wara li tiġi kkonsidrata sew il-vijabilita' kummerċjali tal-provdituri awtorizzati.", "Ir-regolatur, fost id-diversi funzjonijiet li għandu huwa obbligat li jagħmel stħarriġ, studji u konsultazzjonijiet dwar dak kollu li jkun qed jiġri fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Irrid insemmi wkoll xi ħaġa ta' importanza kbira, u hawn qed nirriferi għall-obbligu tas-servizz universali.", "Peress li din hija xi ħaġa ta' importanza kbira, il-liġi taħseb sabiex ir-regolatur ikun jista' jagħmel regolamenti dwar l-obbligu tas-servizz universali.", "Huwa tajjeb li ngħid li operatur - bħalma hi l-kumpannija li se tieħu post il-Korporazzjoni Telemalta - jista' jkun obbligat mir-regolatur biex jipprovdi servizzi ta' telekomunikazzjoni li jkunu msemmija mir-regolatur bħala servizzi bażiċi għal għanijiet soċjali bi prezz baxx jew b'xejn.", "Għal pajjiżna dan m'huwiex xi konċett ġdid għax il-Korporazzjoni Telemalta diġa' tipprovdi servizzi fuq bażi umanitarji, bħalma hu s-servizz tat-telecare.", "Tista' tgħid li l-provvedimenti dwar l-obbligu tas-servizz universali jinsabu fil-biċċa l-kbira tal-liġijiet dwar it-telekomunikazzjoni ta' pajjiżi oħrajn.", "Fejn ikun hemm iżjed minn operatur wieħed tat- telekomunikazzjoni, l-obbligu tas-servizz universali jista' jinqasam bejniethom u r-regolatur, permezz tar-regolamenti maħruġa bis-saħħa ta' din il-liġi, jista' jordna li jinħolqu fondi li permezz tagħhom ikun żgurat li r-responsabbiltajiet li jitnisslu minn dawn l-obbligazzjonijiet jitqassmu b'mod ġust bejn dawk kollha li jipprovdu dan is-servizz essenzjali.", "Nixtieq li nsemmi wkoll xi ħaġa dwar it-tariffi.", "Ir-regolatur permezz ta' din il-liġi għandu s-setgħa li jagħmel makkinarju sabiex isiru t- tariffi fuq is-servizzi tat-telekomunikazzjoni.", "Operatur liċenzjat għandu jitlob l-approvazzjoni tar-regolatur sabiex ikun jista' jitlob tariffi mingħand l-abbonat.", "Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-partijiet, il-każ jitressaq quddiem il-bord ta' l-appelli dwar it-telekomunikazzjoni - dwar dan il-bord se nitkellem iktar 'il quddiem.", "L-Att li se nagħmlu jikkonferma li l-Att dwar il-Kompetizzjoni ta' l-1994 m'għandux japplika għal kwestjonijiet dwar it-telekomunikazzjoni, u dan peress li dawn issa jistgħu jiġu ttrattati quddiem ir-regolatur.", "Minkejja li jeżisti dan il- provvediment, huwa tajjeb li wieħed iżid li r-regolatur m'għandu xejn xi jżommu milli jikkonsulta ruħu mal-Kummissjoni għal Kummerċ Ġust dwar il- miżuri li jkollhom jiġu adottati fiċ-ċirkostanzi.", "Din il-liġi titkellem ukoll dwar il-liċenzji u għalhekk huwa tajjeb li nispjega xi ħaġa dwar din il-materja.", "Il-liġi tgħid li kull min jinstalla jew iħaddem infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet jew jipprovdi servizz tat-telekomunikazzjonijiet f'pajjiżna, irid ikun kopert b'awtorizzazzjoni mingħand ir-regolatur.", "Il-liġi tistabilixxi wkoll il-mod kif wieħed għandu japplika għal-liċenzja u kif għandu jingħata liċenzja jew permess.", "Ir- regolatur għandu wkoll is-setgħa li jagħmel regolamenti sabiex isaħħaħ il- mekkaniżmu ta' l-għoti ta' liċenzja jew permess.", "Il-kriterji li bihom tingħata jew tiġi miċħuda liċenzja huma mfissra fid- dettall f'dan l-abbozz ta' liġi pero' huwa tajjeb li ngħid li awtorizzazzjoni tista' ma tingħatax jekk kemm-il darba tmur kontra l- interess pubbliku, ma tkunx konsistenti mal-politika tal-Gvern, tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet jew ma' kull obbligu internazzjonali li għandu jew li jista' jkollu pajjiżna, tkun ta' periklu jew iddejjaq lill-pubbliku, tagħmel ħsara lil xi proprjeta', jew tikkawża interferenzi lil sistemi jew networks ta' telekomunikazzjoni li jkunu jitħaddmu minn ħaddieħor.", "Meta jiġi biex jagħti liċenzja, ir-regolatur għandu jħares lejn il-qagħda finanzjarja tal-persuna li tkun qiegħda tapplika u jara li tkun persuna idonea.", "Hawn irrid nenfasizza li, biex ikun hemm trasparenza fl-għoti tal- liċenzji, il-liġi tesiġi li l-pubbliku jkun mgħarraf permezz tal-Gazzetta tal-Gvern li persuna tkun applikat għal-liċenzja.", "Ir-regolatur għandu jagħti dawk id-dettalji li jistgħu jkunu xierqa sabiex kull min irid ikun jista' jikkontesta applikazzjoni, joġġezzjona dwarha jew inkella jagħmel xi sottomissjonijiet.", "Nixtieq insemmi xi ħaġa wkoll dwar l-esklussivita'.", "Ir-regolatur għandu d-diskrezzjoni li joħroġ il-liċenzja fuq bażi ta' esklussivita' pero' b'danakollu l-ebda liċenzja li tingħata lil xi operatur biex jipprovdi servizz waħdu, bl-esklużjoni ta' ħaddieħor, m'għandha testendi iżjed mis- sena 2010.", "Il-ministru responsabbli mit-telekomunikazzjoni għandu rwol importanti f'din il-liġi għax għandu l-obbligu li jara li l-liċenzji jingħataw b'mod ġust.", "Fil-fatt ir-regolatur għandu jagħti rapport lill-ministru bir- rakkmandazzjoni dwar jekk l-awtorizzazzjoni għandhiex tingħata jew le.", "Fil- każ li l-ministru ma jkunx jaqbel mar-rakkmandazzjoni li ssir biex tingħata liċenzja fuq bażi ta' xi waħda mir-raġunijiet ta' rifjut li ssemmi l-liġi espressivament, huwa obbligat li jagħti r-raġunijiet għaliex ikun ħa dik id- deċiżjoni.", "Jekk persuna tiġi miċħuda liċenzja, wieħed irid jara x'rimedju jkun hemm.", "Fil-fatt din il-liġi tgħid li meta wieħed jiġi miċħud milli jingħata l-liċenzja jista' jressaq il-każ tiegħu quddiem il-bord ta' l- appelli dwar it-telekomunikazzjoni.", "Dan il-bord se jkun kompost minn avukat bħala chairperson u żewġ membri oħra.", "Hawnhekk forsi wieħed jistaqsi kif se tkun il-proċedura u allura huwa tajjeb li nispjega li l-proċedura ta' kif se jaħdem dan il-bord hija mfissra fid-dettall f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Wieħed jista' jgħid li hija simili għal dik tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili ta' Malta u fuq punti ta' liġi hemm appell mid-deċiżjoni tal-bord quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "Bħalma jiġri f'diversi liġijiet, meta wieħed jikser dawn ir-regolamenti s'intendi jkun hemm il-multi.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jimponi numru ta' multi fuq dawk il-persuni li jinqabdu jiksru l-provvedimenti tiegħu jew ikunu qed joperaw mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa.", "Fil-fatt dawn il- multi jvarjaw minn Lm500 sa Lm10,000.", "Madam Speaker, din il-liġi tħares ukoll l-interessi ta' l-abbonati.", "Fil- fatt din tgħid li r-regolatur għandu dmir joffri protezzjoni lill-abbonat u li jara li dan ta' l-aħħar jingħata s-servizz.", "Fil-fatt skond l-abbozz ta' liġi li qed inressqu llum, abbonat jista' jressaq l-ilment tiegħu bil- miktub lir-regolatur sabiex jiġi nvestigat dak li għandu x'jaqsam mal- kwalita' tas-servizz, jew il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-kuntratt bejn l-abbonat u l-operatur, jew l-apparat mogħti lilu.", "Fil-fatt ir- regolatur jisma' l-parti l-oħra, jinvestiga, imbagħad joħroġ id-direttivi li jkunu meħtieġa skond iċ-ċirkostanzi tal-każ.", "Hawnhekk ta' min isemmi li klawsola 24 ta' dan l-abbozz ta' liġi tirrikonoxxi li l-abbonat ma jistax jiġi mċaħħad minn servizz jekk kemm-il darba ma jkunx hemm ir-raġunijiet li ssemmi l-liġi.", "L-abbonat huwa protett mil-liġi wkoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-pattijiet u kondizzjonijiet li jmorru kontra l-Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni, anke jekk l-abbonat stess ikun qabel u jkun ta l-kunsens tiegħu.", "Fil-fatt imbagħad tali kuntratti jkunu nulli u bla effett.", "Nixtieq insemmi xi ħaġa dwar il-provvedimenti transitorji.", "Dan l-abbozz ta' liġi jaħseb sabiex iħassar l-Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta ta' l- 1975, Kap. 250 u l-liċenzji u r-regolamenti kollha li ħarġu taħt dan l-Att għandhom jibqgħu fis-seħħ u validi.", "Meta tiġi stabilita d-data li fiha se tidħol fis-seħħ il-liġi l-ġdida, għandha tiġi fformata l-kumpannija li se tieħu post il-Korporazzjoni Telemalta u isimha se jixxandar fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Jien inħoss li llum, fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, għandi niżvela l-isem ta' din il-kumpannija l-ġdida.", "GĦalhekk inħabbar l- kumpannija l-ġdida li se jkollna minflok it-Telemalta Corporation se tissemma Telecom Malta.", "Pero', kif diġa' għidt, aktar 'il quddiem din se tiġi mxandra b'mod uffiċjali fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Dan l-abbozz ta' liġi jaħseb ukoll sabiex din il-kumpannija l-ġdida tinħarġilha liċenzja mir-regolatur, bl-approvazzjoni tal-ministru responsabbli mit-telekomunikazzjoni.", "Dan isir taħt il-kondizzjonijiet, il- pattijiet u l-esklussivita' li jkunu meħtieġa pero' bil-patt li din l- esklussivita' ma testendix beyond is-sena 2010.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi: Għaliex sas-sena 2010?", "Ir-raġuni hija ovvja.", "Għax hemm min għandu kumpanniji b'monopolju sa l-2010 u allura aħna se nagħmlu d-data ta' l-2010 biex minn hemm 'il quddiem ħadd ma jkollu monopolju.", "Irrid ngħid ukoll li n-negozju li kellha l-Korporazzjoni Telemalta, inkluż l-attiv u l- passiv ta' l-istess korporazzjoni, issa se jgħaddu f'idejn il-kumpannija l- ġdida li għadni kemm ħabbart isimha, it-Telecom Malta.", "Bis-saħħa tal-liġi li tirregola t-telekomunikazzjoni għandha tiġi kostitwita kumpannija pubblika - jiġifieri public liability company - minflok il-Korporazzjoni Telemalta.", "Kif diġa' għidt, fil-budget il- Ministru tal-Finanzi ħabbar li f'din il-kumpannija pubblika l-Gvern se jżomm 60% ta' l-ishma kollha, filwaqt li se joffri 40% ta' l-ishma lill- pubbliku.", "Għalhekk naħseb li jkun floku li l-ewwelnett ngħid x'wassal lill- Gvern biex jiddeċiedi li jbiegħ parti ta' l-ishma fil-Korporazzjoni Telemalta.", "Kif jaf kulħadd, kull ħajjat ifassal il-libsa skond id-drapp.", "U anke l-privatizzazzjoni għandha tkun magħmula skond iċ-ċirkostanzi uniċi li toffri kull organizzazzjoni fil-kondizzjonijiet partikolari tas-suq li topera fih.", "Fil-fatt fil-bejgħ ta' l-40% tat-Telemalta, il-Gvern huwa konxju mir-responsabbilta' li għandu lejn il-poplu Malti u Għawdxi u waqt li kull gvern, tista' tgħid fid-dinja kollha, illum qed jitkellem dwar il- problema tad-dejn pubbliku, l-istrateġija tal-privatizzazzjoni li se nadottaw hija wkoll parti minn pjan biex nattakkaw din il-problema.", "Pero' l- Gvern jemmen ukoll li s-settur privat għandu sehem importanti x'jagħti fl- ekonomija ta' pajjiżna.", "Irridu li l-inizjattivi bejn is-settur pubbliku u s-settur privat jissaħħu u jiżdiedu.", "Aħna nemmnu li bil-privatizzazzjoni tat-Telemalta se nżidu l-effiċjenza u l-produttivita' permezz ta' deċiżjonijiet li jkunu jagħmlu sens kummerċjali.", "Barra minn hekk, dawn id- deċiżjonijiet iridu jirriflettu l-bżonnijiet tat-telekomunikazzjoni għas- soċjeta' Maltija tal-lum u tal-ġejjini, mingħajr ma l-Gvern jitlef kontroll ta' din l-ażjenda ewlenija ta' pajjiżna, peress li kif diġa' għidna se jżomm 60% ta' l-ishma.", "Il-pubbliku Malti wkoll se jingħata ċ-ċans li jinvesti f'din il- kumpannija pubblika, li hija kumpannija suċċessur tal-Korporazzjoni Telemalta u li fl-aħħar sena finanzjarja tagħha qabel il-ħlas tat-taxxa rreġistrat qligħ ta' Lm7 miljun.", "Irrid ngħid ukoll li matul din is-sena kellna żieda ta' Lm2 miljun fuq il-qligħ tas-sena ta' qabel.", "Dan kien il- frott tal-ħidma li twettqet fil-Korporazzjoni Telemalta mill-Gvern, mill- bord, mit-top management u anke mill-ħaddiema li għarfu li kellhom jittieħdu ċerti miżuri biex l-aġenda tissaħħaħ u fil-fatt tat riżultat pożittiv.", "Sabiex jinkiseb investiment barrani se jkun permess li investituri barranin jixtru ishma f'din il-kumpannija pubblika.", "B'dan il- mod il-kumpannija se tikseb prestiġju internazzjonali, speċjalment fis- setturi tat-telekomunikazzjoni u finanzjarji.", "Għalhekk parti mill-ishma se noffruhom għall-bejgħ barra minn xtutna.", "Aħna nqisu dan il-pass bħala pass 'il quddiem.", "Għaliex?", "Għaliex barra minn xtutna aħna kapaċi nsibu investituri fl-istess linja tat- telekomunikazzjonijiet li jkun fl-interess tagħhom li jaraw li l-kumpannija l-ġdida tibqa' tikber billi jgħaddulha x-xogħol, li tista' tagħmlu permezz ta' infrastruttura eżistenti li għandha l-Korporazzjoni Telemalta.", "Irrid ngħid li pass bħal dan iġib ukoll lejn Malta investiment barrani u jkompli jpoġġina fuq il-mappa internazzjonali tad-dinja tat-telekomunikazzjoni u dik finanzjarja.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li ħadd mill-investituri, la dawk lokali u lanqas dawk barranin, m'hu se jitħalla jixtri iktar minn 5%, u dan qed nagħmluh biex ħadd ma jkollu stakes kbar fil-kumpannija.", "L-impjegati kollha tal-kumpannija se jingħataw preferenza fuq l- investituri l-oħra u din il-preferenza se tinfirex fuq żewġ binarji.", "Fl- ewwel lok se tiġi fformata, permezz ta' kuntratt notarili, fondazzjoni li jkollha bħala skop tagħha l-interess komuni tal-ħaddiema kollha.", "Din il- fondazzjoni se tingħata self mingħand il-Gvern Malti sabiex għan-nom u fl- interess tal-ħaddiema kollha li jkunu fuq kuntratt definit, tixtri l-ishma fil-kumpannija pubblika.", "Għal din il-fondazzjoni l-Gvern qed jirriserva 3% ta' l-ishma kollha u l-ħlas lura tas-self għandu jkollu pattijiet u kondizzjonijiet favorevoli għall-aħħar.", "Fil-fatt se jkun hemm moratorium ta' għaxar snin fuq il-ħlas lura tal-kapital u fit-tieni għaxar snin wara l- moratorium is-self se jitħallas lura permezz ta' 5% mid-dividends li l- kumpannija tħallas lill-fondazzjoni.", "Mit-tielet għaxar snin 'il quddiem il- fondazzjoni tħallas is-self lill-Gvern mid-dividends kollha tagħha.", "Fit-tieni lok, il-ħaddiema kollha, meta japplikaw f'isimhom, għandhom jingħataw preferenza sabiex jixtru l-ishma tal-kumpannija pubblika.", "Fil- fatt huma se jgawdu minn discount ta' 5% fuq il-prezz.", "Hawnhekk huwa tajjeb li nenfasizza li dan il-ftehim dwar il-kondizzjonijiet favorevoli għall-ħaddiema kollha ġie miftiehem flimkien mal-General Workers Union, il- Gvern u l-management tat-Telemalta li iktar 'il quddiem se jmexxi lill- kumpannija l-ġdida.", "Qed nagħmilha ċara li dan il-ftehim dalwaqt isir b'mod uffiċjali u nista' ngħid li kemm il-union, kemm il-ħaddiema, kemm il-Gvern u anke l-management tal-Korporazzjoni Telemalta huma kuntenti dwar dan il- ftehim.", "Kif qegħdin taraw il-kumpannija l-ġdida qegħdin inpoġġuha fuq sisien kummerċjali sodi mill-ewwel.", "Kif diġa' għidt, fiha se jkun hemm il-Gvern, l- investitur privat Malti, dak barrani u l-ħaddiema.", "Jien nemmen li kollettivament dawn l-erba' se jkunu l-mutur tal-kumpannija l-ġdida.", "Ir- riforma li qed inwettqu hija konformi man-norma li hemm f'pajjiżi moderni fejn, minbarra li s-sistemi tat-telekomunikazzjoni se jkunu privatizzati, is-sistema regolatorja se tkun mifruda minn dik operattiva biex ikun hemm iktar indipendenza, effiċjenza u tħaris tad-drittijiet tal-konsumatur.", "L- azjendi kollha li għandhom parti privatizzata wrew li huma konxji mill- importanza tas-servizz li joffru lill-konsumatur.", "Fil-fatt il- privatizzazzjoni toffri lil kull azjenda li tikber u li toħroġ b'ideat ġodda u b'hekk iżżid il-benefiċċji ma' l-isforzi li jkunu qed isiru, jew kif jgħidu fil-marketing, bringing rewards to efforts.", "Jekk jirnexxielna nimmaniġjaw il-part-privatisation kif qed nissuġerixxu - jien nemmen li se jirnexxielna - inkunu qegħdin noffru lill-poplu Malti u Għawdxi benefiċċji akbar u fit-tul.", "Permezz ta' din il-part-privatisation, aħna nemmnu li se nkunu qegħdin nesponu lil din il-kumpannija għall-capital market.", "B'hekk ikun hemm monitoring tal-management iżjed effettiv.", "Qed nenfasizzaw il- privitizazzjoni mhux biss għall-bejgħ ta' l-ishma iżda wkoll għall- investiment fil-ġejjieni ta' pajjiżna.", "Dan huwa pass sabiex inżidu l- opportunita' ta' l-investiment għall-Maltin u biex flimkien noħolqu working partnership bejn is-settur pubbliku u dak privat f'ambjent aktar effiċjenti u kompetittiv.", "Madam Speaker, dan huwa pass konsistenti max-xejra moderna li qed jieħdu l-amministrazzjonijiet pubbliċi mad-dinja kollha u dan qed isir sabiex joffru servizz aħjar, iktar effiċjenti u b'inqas prezz.", "Kif diġa' għidt, waqt li qegħdin nagħmlu dan kollu mhux se ninsew lill-impjegati, anzi nemmnu li bil-pass li se nieħdu se nħarsulhom l-impjieg tagħhom.", "Ninsab persważ li l-ħaddiema dan jafuh.", "Ta' min jgħid li minkejja li l-Gvern se jdaħħal fondi mill-bejgħ ta' l-assi tiegħu, parti sostanzjali mill-qligħ imsemmi se jitqiegħed f'fond kostitwit apposta sabiex iservi ta' għajnuna għall-iżvilupp ta' l-industrija Maltija.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, f'dan l-intervent tiegħi se nibqa' nirriferi għall-Korporazzjoni Telemalta bl-isem il-qadim tagħha, għax forsi din se tkun l-aħħar darba li nkunu nistgħu nirriferu għaliha b'dan il-mod.", "Nibda billi ngħid li din in-naħa taqbel mija fil-mija ma' dan il-pass, anzi j'Alla naslu għal kompromess u ftehim f'setturi oħra, fejn l-effett jista' jkun ferm aktar pożittiv fuq is-soċjeta' Maltija.", "Madam Speaker, nistgħu liberalment ngħidu li l-liġi li qed niddibattu llum kienet inizjattiva tal-Gvern Nazzjonalista.", "Tant hu hekk li ngħatat prominenza kbira fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista ta' l- 1996, filwaqt li fl-ebda mument ma ssemmiet fil-programm elettorali tal- Malta Labour Party.", "Ma jidhirlix li kien hemm l-intenzjoni min-naħa tal- Gvern li xi darba jittieħed dan il-pass.", "Id-deċiżjoni ttieħdet riċentement u dan huwa kkonfermat mill-fatt li f'April ma pparteċipajniex fil-laqgħa tal-World Trade Organisation, li fiha 65 pajjiż qablu li jilliberalizzaw is- servizzi tat-telekomunikazzjoni permezz ta' prinċipji regolatorji li jiffavorixxu l-kompetizzjoni.", "Mill-WTO dan qed jissejjaħ il-basic telecommunications services agreement u dan se jiġi fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1998.", "Il-fatt li aħna lanqas biss ipparteċipajna f'din il-laqgħa daqstant importanti f'April ta' din is-sena juri biċ-ċar li l-idea li nressqu din il-liġi fil-Parlament seħħet f'dawn l-aħħar ġimgħat jew inkella f'dawn l-aħħar xhur.", "Jista' jagħti l-każ li l-pass li qed jittieħed - hawnhekk m'iniex qed nikkritika dan il-pass - ma kienx prinċipalment immirat biex nilliberalizzaw dan is-settur imma iktar biex jiffaċilita l- privatizzazzjoni tal-korporazzjoni.", "Dan huwa pass naturali fl-evoluzzjoni tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni f'Malta u nieħu gost nara li din l- amministrazzjoni, għallinqas f'dan il-każ, m'hijiex se tiddisassoċja ruħha minn dak li qed jiġri f'pajjiżi oħra.", "GĦax fid-dinja tal-lum il- Korporazzjoni Telemalta - jew il-kumpanija l-ġdida t-Telecom Malta - ma tistax tibqa' tilgħabha ta' player u referee fl-istess ħin.", "B'din il-liġi aħna se nassiguraw kompetizzjoni ġusta f'dan il-qasam u ta' min isemmi li dan se jiffavorixxi investiment ġdid u għaldaqstant it-tama li jiżdiedu l-impjiegi hija qawwija.", "F'pajjiżi oħra dan l-investiment kellu l-effett ta' chain reaction għax żdied in-numru ta' parteċipanti ġodda, żdiedet il-kompetizzjoni u awtomatikament żdiedet id-domanda.", "Iktar ma jkollok servizzi differenti, iktar se jkollok domanda għal dawn l-istess servizzi, għax tidħol f'niċeċ li qabel ma kenux sfruttati.", "Meta żżid id- domanda se żżid it-traffiku, is-suq se jikber u se jikber ukoll id-dħul.", "Ovvjament jekk se tikber id-domanda għas-servizz u se jikber id-dħul, il- gwandann se jkun mifrux mhux biss fuq il-players il-ġodda f'din il-logħba fil-kamp tat-telekomunikazzjoni - li qed inqabbilha ma' logħba tal-football - iżda se jiffavorixxi u se jiggwadanja minnu anke l-player il-qadim, f'dan il-każ il-Korporazzjoni Telemalta.", "Ċertament li din il-liġi għandha tinkoraġixxi lill-kumpannija l-ġdida, li se tissostitwixxi lill- Korporazzjoni Telemalta, biex tibqa' tirsisti ħalli kemm jista' jkun jingħata l-aqwa servizz bl-aħjar kondizzjonijiet u prezzijiet lill- klijenti.", "Dan diġa' aċċenna għalih il-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra, l- Onor. Mizzi.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-Unjoni Ewropea kienet minn ta' quddiem f'dan is-settur meta nsistiet li l-pajjiżi mseħbin fiha jieħdu dan il-pass - naturalment din tat ċans lil ċerti pajjiżi biex jieħdu ż-żmien kollu neċessarju sabiex jikkonformaw ruħhom ma' dan il-pass - u nistgħu naraw l- evoluzzjoni ta' dan il-proċess fl-Unjoni Ewropea.", "Fl-1987 fit- telecommunications green paper kien intqal hekk:", "\"In a more competitive environment the telecommunications administrations cannot continue to be both regulator and market participant, that is both referee and player.\".", "Article 6 tat-terminal directive No. 301 ta' l-EEC jgħid hekk:", "\"Member States shall ensure that from the 1st July, 1989 responsibility for drawing up the specifications referred to in Article 5, monitoring their application and granting approval is entrusted to a body independent of the public or private undertakings offering goods and/or services in the telecommunications sector.\".", "Għalhekk, kif diġa' sostnejt, dan il-pass se jgħin biex iġibna in konformita' ma' dak li qed jiġri f'pajjiżi ġirien tagħna.", "Kien għalhekk li l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet miexja f'din id-direzzjoni.", "Dan il- qasam qiegħed jevolvi b'pass mgħaġġel u huwa għaqli li l-Gvern Malti jkompli jinkoraġġixxi dan l-ispirtu fis-snin li ġejjin biex jassigura li ma nibqgħux lura, kif għamilna fil-passat mhux daqstant remot.", "Pass bħal dan huwa essenzjali biex ikollok sorveljanza adegwata u dan ukoll għamel aċċenn għalih l-Onor.", "Mizzi.", "Il-fatt li sal-lum il-liċenzji li kellhom x'jaqsmu mat-telekomunikazzjoni kienu jinħarġu minn żewġ entitajiet separati, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Korporazzjoni Telemalta nnifisha, ifisser li l-ħolqien ta' din l-istruttura li qed niddiskutu llum se jwassal għal kordinazzjoni aħjar ta' dan il-proċess.", "Hawn nixtieq niġbed l-attenzjoni rigward ir-refusal li tkellem fuqha l- Ministru u naħseb li forsi ta' min iżid dan is-sussegwenti:", "\"The regulator shall communicate in writing to the applicant the decision to grant or refuse an application.", "If the decision is to grant the application, then the communication shall be by way of the licence or permit.", "If the decision is to deny the application, then the communication shall set out briefly in writing the reasons for such a decision.\".", "Naħseb li jekk ir-regolatur jagħti r-raġunijiet tiegħu meta jiġi biex jiċħad applikazzjoni, forsi titnaqqas xi ftit il-possibbilta' ta' diżgwid.", "Niġi issa għal klawsola 13 u jien jidhirli li ta' min iżid dan li ġej ma' din il-klawsola - din ktibtha bl-Ingliż biex tkun konformi mal-mod kif ġiet ippubblikata l-liġi:", "\"The service provider is responsible for ensuring emergency and other services for special needs, and to provide any such services at special terms, or without profit, or at a loss.", "Again, ensuring and maintaining without any charge to the Government vital telecommunications under extraordinary circumstances.''.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni li jekk wieħed iħares lejn liġijiet simili f'pajjiżi oħra, jara li l-gvernijiet dejjem ħasbu biex f'każ li jkun hemm xi emerġenza nazzjonali jkun hemm din il-kondizzjoni li torbot lis- service provider li jagħti s-servizz tiegħu anke mingħajr ħlas.", "GĦalhekk huwa tajjeb li wieħed jistipula dawn l-affarijiet.", "Nixtieq nagħmel punt ieħor fuq dan l-abbozz ta' liġi u nirriferi għal klawsola 15, li titkellem fuq ir-rate mechanisims.", "Jien naħseb li jekk qed nitkellmu fuq rate mechanisms huwa tajjeb li nżidu dan li ġej:", "\"Any rate mechanisms established shall apply to all providers of the same service uniformly.\".", "Qed ngħid dan biex wieħed jaċċerta ruħu li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn provider u ieħor f'dik li hi stipulazzjoni għar-rati tas-servizzi li se joffru.", "Dawn il-punti għamilthom fid-dawl tal-fatt li anke esperti barranin f'dan il-qasam dejjem jisħqu fuq l-importanza li liġi ta' din il- kwalita' tkun ċara u speċifika kemm jista' jkun.", "Għalhekk inħeġġeġ lill- kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra biex iqisu dawn il-punti li semmejt.", "Mill- bqija l-liġi hija kważi identika għad-drafts li kienu ġew ippreparati fiż- żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Huwa tajjeb li nsemmi wkoll li l- isem il-ġdid li se tingħata l-kumpannija, Telecom Malta, jogħġobni ħafna.", "Fil-fatt fi żmienna kien sar suġġeriment li din tissejjaħ hekk u dan ifisser li ninsabu mexjin fuq l-istess linji.", "U hawnhekk ngħidilkom prosit.", "Nixtieq nagħmel ftit punti oħra fuq il-pożizzjoni tar-regolatur.", "Għandna nikkonsidraw fejn se jiġi allokat l-uffiċċju tar-regolatur?", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk dan ikun maqtugħ mill-ministeru kkonċernat ikun aħjar, ħalli ma jkunx hemm konflitt bejn il-funzjonijiet regolatorji u dawk ta' policy making.", "Dan il-konflitt iqum ukoll minħabba l-fatt li l-gvern se jibqa' l- major shareholder.", "Jidhirli wkoll li huwa importanti ħafna li l-entita' regolatorja tkun immexxija minn xi ħadd li huwa universalment aċċettat, biex kemm jista' jkun igawdi l-fiduċja ta' kulħadd.", "Jien hawnhekk nitlob li forsi nikkonsidraw il-fatt jekk ir-regolatur għandux jiġi miċ-Ċivil jew le.", "Jidhirli wkoll li r-regolatur għandu jkollu staff bil-kapaċitajiet kollha neċessarji fl-economics u fit-teknoloġija tat-telekomunikazzjoni biex jgħinuh fil-qadi ta' dmirijietu.", "Kif stqarr ftit tal-jiem ilu l-Onor.", "Mizzi fid-diskussjoni tal-budget, u kif stqarr ukoll illum, wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' din il-liġi huwa li tiġi ffaċilitata l-privatizzazzjoni tal-korporazzjoni.", "Għalhekk naħseb li jkun f'waqtu jekk nagħmlu ftit tar-riflessjoni fuq dan il-punt.", "Kif diġa' aċċennajt fid-dibattitu dwar il-budget, min-naħa tagħna ninsabu kompletament favur il-privatizzazzjoni.", "Kif semmejna f'din il-Kamra, anke llum stess, din tinkoraġġixxi investiment, speċjalment investiment barrani, fejn mhux biss inġibu l-flus lejn pajjiżna imma għandha tgħin ukoll biex inkomplu niżviluppaw il-korporazzjoni permezz ta' l-input li jistgħu jagħtu ċerti investituri li jkollhom in-know-how.", "Jien hawnhekk niddubita kemm kien għaqli li nillimitaw ix-shares li jistgħu jiġu meħuda minn entita' waħda għal 5%, għax seta' kien hemm kumpanniji barranin li għandhom ċertu know-how f'dan is-settur u kieku kellhom shareholding iktar qawwi fil- korporazzjoni kienu jkunu iktar f'pożizzjoni li jagħtu l-input tagħhom lill- korporazjoni.", "Naqbel ukoll mija fil-mija mal-konċett li nagħtu l-ishma lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Minn hawnhekk nixtieq insellem lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta għaliex huwa permezz tagħhom li, kemm matul l-amministrazzjoni preċedenti u kif ukoll matul dik preżenti, l- korporazzjoni mxiet tant 'il quddiem.", "Naqbel ukoll mal-konċett ta' l-għoti ta' ċertu ammont ta' ishma lill-ħaddiema tal-korporazzjoni għax dan huwa eżattament kif għamel il-Gvern Nazzjonalista meta ġejna biex nipprivatizzaw il-Bank of Valletta.", "Jien niskanta kif il-Gvern preżenti, li meta kien fl-oppożizzjoni kien tant kontra l-privatizzazzjoni, f'daqqa waħda bidel kompletament l-opinjoni tiegħu u issa sar favur il-privatisation.", "Jien diġa' għamilt aċċenn f'dan il-Parlament għall-pożizzjoni li kien ħa l-Prim Ministru meta dak iż-żmien kien kap ta' l-oppożizzjoni u se nerġa' nikkwota dak li kien qal meta għamel laqgħa għall-impjegati tal-Korporazzjoni Telemalta u pprova jbeżżagħhom li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jkun ifisser li l- korporazzjoni jkollha bilfors tiġi pprivatizzata.", "Ma nafx għalfejn, għal darba oħra, b'mod forsi anke qarrieqi pprovajna nbeżżgħu lil ċertu settur tal-popolazzjoni bil-babaw ta' l-Unjoni Ewropea biex niġbdu s-simpatija.", "Għalkemm min-naħa ta' dan il-Gvern m'hemmx il-ħsieb li nidħlu fl-Unjoni Ewropea, xorta waħda qed nipprivatizzaw.", "(Interruzzjonijiet) Jien nieħu gost li llum l-Onor.", "Mizzi serraħ ras il-ħaddiema permezz tad-dikjarazzjoni li għamel rigward l-ishma.", "Jien ukoll nixtieq inserraħ ras il-ħaddiema u mhux qed nipprova nbeżżagħhom minn dan il-pass pero' nixtieq nagħmel aċċenn fuq dan il-punt għax l-Onor.", "Mizzi donnu skanta meta semmejtu fid-diskussjoni dwar il- budget.", "Iva, il-ħaddiema tat-Telemalta għamlu żmien imbeżżgħin minħabba l- pass li kien se jittieħed minn din il-korporazzjoni.", "U jien ma nagħtihomx tort għax l-Onor.", "Alfred Sant tant kien beżżagħhom li l-General Workers Union kienet iddikjarat li jekk jittieħed dan il-pass issir gwerra sħiħa kontra l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Voldieri mhux ta' b'xejn li l- ħaddiema kienu mbeżżgħin minn dan il-pass.", "Għalhekk nistaqsi: Għalfejn meta sa ftit tax-xhur ilu konna kontra l-privatizzazzjoni - saħansitra f'April ta' din is-sena lanqas biss ipparteċipajna fil-laqgħa li organizzat il-WTO, li kienet tirrigwarda l-liberalizzazzjoni tas-servizzi tat- telekomunikazzjoni - issa f'daqqa waħda sirna favuriha?", "Jien nittama li l- iskopijiet ewlenin favur il-privatizzazzjoni - m'iniex ngħid li dan m'għandux ikun wieħed mill-iskopijiet ewlenin - ma jkunux sempliċement a money making exercise.", "Aħna qatt m'għandna nirrikorru għall- privatizzazzjoni sempliċement biex nipprovaw mimlew xi ħofra li forsi nkunu ħloqna aħna stess.", "B'dispjaċir ngħid li meta tisma' lil xi wħud mill-kelliema ta' l- Oppożizzjoni u lill-management il-ġdid tal-korporazzjoni, li parti sostanzjali minnu ħadem fil-korporazzjoni anke fi żmienna, xi drabi tistħajjel li għat-Telemalta x-xemx telgħet f'Ottubru ta' l-1996, meta l- Partit Laburista tela' fil-gvern.", "Hawn irrid nenfasizza li din il- privatizzazzjoni tista' sseħħ biss minħabba l-investiment għaqli li għamel fil-korporazzjoni l-Gvern Nazzjonalista fid-disa' snin li dam fil-gvern.", "Huwa ċertifikat mill-aqwa dak li qed jagħti llum il-ġurnata l-Onor.", "Mizzi lill-Gvern Nazzjonalista, meta qed jippreżenta liġi ta' din il-kwalita', li turi l-fiduċja u t-tama li għandu li l-korporazzjoni tista' tiffaċċja t- tibdiliet li tista' ġġib magħha din il-privatizzazzjoni u din il- liberalizzazzjoni.", "Xtaqt nikkummenta wkoll fuq inizzjattiva tat-Telemalta li tkellimna fuqha llum.", "Jidher li din l-inizzattiva t-Telemalta se tagħmilha bil-parteċipazzjoni sħiħa tas-settur privat u hawn qed nirriferi għall-famuż proġett tal-millenium.", "Nieħu gost meta niġi f'dan il-Parlament u nisma' ċerti kummenti fuq dan l- imbierek proġett - s'issa ftit li xejn tawna tagħrif fuqu u jien iddubbajt mill-informazzjoni li ngħatat lill-membri ta' l-istampa lokali - u nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt li fis-set-up, fil-preżentazzjoni u anke fil- produzzjoni, hemm ħafna fejn nistgħu ntejbu dan ix-xogħol ta' propaganda li qed tagħmel il-Korporazzjoni Telemalta għal din l-inizzjattiva.", "Ikolli ngħid li l-preżentazzjoni hija fqira ħafna u, meta rajt il-video, kważi kważi stħajjiltni qed nara xi reklam ta' l-NTOM u mhux tat-Telemalta, jew tal-millenium project, għax ħlief nisa bil-bikini ma rajtx.", "Jien naħseb li nistgħu nkunu ħafna aktar professjonali f'dik li hi preżentazzjoni ta' materjal propagandistiku għal dan il-proġett.", "Nistgħu nkunu ħafna iktar speċifiċi, għax s'issa għadna ma nafu xejn preċiż.", "Fil-fatt kien hemm diżgwid fuq l-għoli ta' dan l-imbierek torri u għalhekk forsi jkun tajjeb li wieħed jispeċifika iktar x'se jfisser dan il-proġett għal Malta u għat- Telemalta.", "Skond dak li qal l-Onor.", "Mizzi fid-diskussjoni tal-budget, jidher li t-torri se jkun għoli ħafna.", "Jien mhux se nsemmi kemm se jkun fih sulari għax ma qalulniex u lanqas qalulna kemm qed jissuġġerixxu li se jkun għoli.", "L-Onor.", "Mizzi għamel punt tajjeb li jekk dan se tużah bħala telecommunications tower bilfors irid ikun ogħla mill-ogħla struttura li hawn fil-pajjiż.", "Hawn jien nistaqsi jekk dan it-telecommunications tower huwiex daqstant essenzjali għall-Korporazzjoni Telemalta jew inkella jkunx aħjar li nużaw dawn il-fondi fi proġetti li jkunu ħafna iktar ta' siwi, kemm għall-korporazzjoni u kif ukoll għal pajjiżna.", "Milli jidher dan it-torri kważi se nkunu nistgħu nsejħulu skyscraper u ta' min jagħmel aċċenn għall-fatt li l-ispazju ta' madwaru mhux se jkun biżżejjed.", "Fil-ftit ħin li kelli f'dawn il-jiem - għax ma tantx ilha li ġiet ippreżentata din il-liġi - ipprovajt nagħmel xi riċerka fuq il-mod kif jiġu żviluppati ċerti żviluppi high-rise f'pajjiżi oħrajn u sibt li jenfasizzaw il-punt li meta jkollok żvilupp ta' ċertu tul huwa importanti li jitħalla spazju bejn żvilupp u ieħor.", "Ovvjament fil-każ tagħna dan mhux se jkun possibbli għax din l-area diġa' hi żviluppata ħafna.", "Meta għamilt l-istess riċerka f'kotba ta' l-arkitettura sibt li dejjem huwa rikommandabbli li jekk aħna se nibdew immorru għall-high-rise - hawnhekk nixtieq nistqarr li jien favur il-high-rise għax għandna spazju limitat ħafna u ta' min jieħu dan il-pass kuraġġuż li nibdew nitilgħu 'l fuq u ma nibqgħux nifirxu - li wieħed joqgħod attent għall-area li jagħżel għal dan it-tip ta' żvilupp.", "Fejn isir dan it-tip ta' żvilupp f'pajjiżi oħrajn kemm jista' jkun jipprovaw jaraw li jkun hemm bidla gradwali fl-għoli ta' l- istrutturi u mhux filli għandek ħafna djar ta' sular, żewġ sulari jew l- iktar tliet sulari, imbagħad f'daqqa waħda għandek mostru tiela' lejn is- sema qisu t-Torri ta' Babel.", "Fil-fatt illum kien hemm ittra f'gazzetta fuq il-fatt li hemm residenti li huma kkonċernati fuq dan l-iżvilupp minħabba l- pressure li se jitfa' fuq is-servizzi ta' żona li hija diġa' żviluppata żżejjed.", "Jien naħseb li ta' min jindirizza d-dubji li għandhom dawn ir- residenti, għax huma dubji validi ħafna.", "Hawn nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Membri tan-naħa l-oħra li aħjar nikkontrollaw ruħna meta niġu biex nitkellmu fuq dan l-imbierek proġett.", "Jidhirli li qed isir ċertu kliem bombastiku, ċertu ftaħir esaġerat u kważi bla sens, li fih anke ċerti kontradizzjonijet.", "Bir-rispett kollu lejn l- Onor. Mizzi, fid-dibattitu tal-budget dan ftaħar li t-Telemalta m'hi se toħroġ l-ebda ċenteżmu għal dan il-proġett.", "Ftit wara mbagħad dan qal: Isma' t-Telemalta se toħroġ art imprezzabbli.", "Mela l-art ma tiswiex flus!", "Hu stess stqarr li l-art tiswa l-flus u art f'nofs Paceville hija mprezzabbli.", "Allura l-Onor.", "Mizzi ma jaħsibx li hija kontradizzjoni li filli tgħid li t-Telemalta m'hijiex se toħroġ ċenteżmu u filli tgħid li se toħroġ art imprezzabbli?", "Anke l-isem biss ta' dan il- proġett jixhed il-mod bombastiku li bih qed jiġi rreklamat dan il-famuż proġett tal-millenium.", "Fil-fatt hawn ikolli nistqarr, forsi b'mod umoristiku, li dan il-proġett ifakkarni ħafna f'dak li kien jiġri fil- Ġermanja fl-era Nażista, meta kienu jintużaw ċerti proġetti bħala mezz ta' propaganda għat-Tielet Reich.", "F'dawn il-pajjiżi u anke f'pajjiżi oħra kienu jagħmlu ċerti monumenti u strutturi enormi biex kemm jista' jkun jaljenaw lin-nies mis-sitwazzjoni preżenti.", "Allura biex inessu lin-nies id- diżastru li kellhom madwarhom kienu jagħmlu dawn il-proġetti monumentali.", "Mela aħjar noqgħodu attenti kif nipproġettaw ruħna.", "Sa ċertu punt naqbel xi ftit ma' dan il-proġett, mill-aspett ta' żvilupp kummerċjali limitat u l-iżvilupp importanti ħafna ta' car park, li semma sieħbi l-Onor.", "Mizzi fid-dibattitu tal-budget.", "Imma l-car park u l- iżvilupp kummerċjali diġa' kien ippjanat mill-amministrazzjoni Nazzjonalista għal din iż-żona mingħajr l-isfreġju li jidher - ma nistax inkun ċert għax għad m'għandniex dettalji preċiżi - li se jikkawża dan il- proġett.", "Il-poplu Malti huwa bir-raġun imħasseb.", "Hawnhekk qed nitkellem b'kuxjenza safja għax jien ma nkoraġġejt lil ħadd biex jikteb fuq Mercury House imma fil-fatt il-bieraħ kien hemm persuna li kitbet fil-gazzetta ''The Times'' u spjegat il-valur storiku ta' dan il-post, li għandu kważi mitt sena.", "Issa dan it-torri se jieħu post Mercury House u ta' min jirrispetta l-wirt storiku li għandu l-pajjiż.", "Irrid ngħid li permezz tal-car park li kien ġie ppjanat fi żmienna, il- parking ma kienx se jkun mgħobbi bil-piż żejjed li se jġib miegħu dan l- iżvilupp u għalhekk kien ikun ħafna iktar ta' benefiċċju għal Paceville.", "Jekk aħna se nibnu dan l-imbierek torri nafu li se jkollu ammont ta' units residenzjali u kummerċjali, u jekk se jkun proġett massiv daqskemm jidher li se jkun se jaffettwa l-problema tal-parking li teżisti f'Paceville, għax il-car park ta' dan il-proġett se jibda jiġi utilizzat minn min ikollu unit residenzjali jew kummerċjali.", "Jien naħseb li jkun aħjar li niżviluppaw car park kbir f'din l-area, forsi anke fuq linji kummerċjali, milli jkollna proġett daqshekk estensiv.", "F'dan l-istadju jien nitlob li ssir konsultazzjoni mar-residenti u n-negozjanti ta' din iż-żona.", "Sur President, xtaqt inqajjem ċerti punti rigward il-kumpannija l-ġdida li se tieħu post il-Korporazzjoni Telemalta.", "Meta wieħed jara x'kien jgħid l-Onor.", "Alfred Sant fuq din il-korporazzjoni qabel ma ħa t-tmun f'idejh, kemm permezz ta' kitba u kif ukoll permezz tad-diskorsi li għamel f'dan il- Parlament, isib li dan kien jibbaża l-kritika tiegħu fuq in-nuqqas ta' ppjanar, kemm f'dak li hu investimenti, kemm fi proġetti ġodda tal- korporazzjoni u kif ukoll fis-servizz mogħti bħala riżultat ta' dan l- investiment mill-korporazzjoni lill-poplu Malti.", "Meta tisma' li t- Telemalta fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet miexja bl-ebda sens ta' direzzjoni, tibqa' skantat kif għaddiet sena u Gvern Laburista ġdid baqa' miexi kważi fuq l-istess linji f'dawk li huma investimenti u proġetti.", "Ħlief għal xi eċċezzjoni żgħira 'l hawn u 'l hemm f'dawn l-aħħar 12-il xahar għadu ma sar assolutament xejn ġdid mill-korporazzjoni, anzi bqajna għaddejjin kif konna, qisu ma ġara xejn.", "Illum qed niddiskutu liġi li ġiet ippreparata minna, imma jekk qed jgħidu li kellna nuqqas ta' ippjanar fil-korporazzjoni, kif bqajna nimxu fuq l-istess linji?", "Jien għamilt xi mistoqsijiet parlamentari biex nikkonferma dan li qed ngħid u fil-fatt dan ġie kkonfermat fir-risposti li tani l-Prim Ministru għall- mistoqsijiet parlamentari nru 9257 u 8121.", "Dawn jikkonfermaw li ftit li xejn sar f'dawn l-aħħar xhur f'dawk li huma proġetti ġodda min-naħa tat- Telemalta.", "Mhux hekk biss, talli ċerti proġetti ġew posposti mingħajr ma ngħatat raġuni valida, ħlief it-tħarbit li sar f'uħud mis-setturi tal- korporazzjoni mill-amministrazzjoni l-ġdida.", "U hawnhekk se nagħti eżempju tipiku.", "Għaliex id-dħul ta' customer charter ġie pospost għal sena sħiħa?", "Dan iċ-charter jorbot lill-korporazzjoni li tagħti ċertu livell ta' servizz fi żmien stipulat taħt piena ta' multa.", "Dan kellu jiġi introdott is-sena li għaddiet imma l-introduzzjoni tiegħu ġiet posposta għal sena sħiħa.", "Fil-fatt dan għandu jsir f'Ottubru ta' din is-sena.", "Jien nistagħġeb kif kull inizzjattiva li kien hemm f'dawn l-aħħar xhur li fiha kienet involuta l-korporazzjoni ġiet ippubliċizzata, ħafna drabi b'mod anke drammatiku, imbagħad sar pass kbir bħal dan u qisu ma ġara xejn.", "Għalfejn iċ-charter ġie pospost għal sena sħiħa u kważi ma saret l-ebda propaganda għalih?", "Ta' min jgħid li l-proġett ta' riabilitazzjoni tal-karozzi tal-linja, li sa Ottubru 1996 kien għaddej b'ritmu mgħaġġel, ġie mogħti ferm inqas importanza mill-amministrazzjoni preżenti u dan kien ġie kkonfermat anke fil-Parlament.", "Jista' jagħti l-każ li dan influwenza b'mod negattiv id- data ta' implimentazzjoni tal-manifest tal-klijent?", "Jista' jagħti l-każ li minħabba li r-riabilitazzjoni ma tkomplietx kif suppost, it-Telemalta s'issa għadha ma tħosshiex f'pożizzjoni li timplimenta ċ-charter?", "Forsi ma kienx hemm pubbliċita' konnessa ma' l-introduzzjoni tiegħu biex ma tantx isiru jafu nies bih għax il-korporazzjoni tibża' li għadha m'hijiex ippreparata biżżejjed?", "Hawnhekk se mmur fuq punt li tqajjem fil-gazzetta ''It-torċa'' ta' nhar il-Ħadd li għadda fis-sezzjoni \"Qrajt u Smajt\", li tkun ħdejn il-kolonna li fiha jikteb regolarment l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dan il-korrispondent regolari ta' din il-gazzetta qal li, meta tagħmel ħafna xita, ir-residenti tar- Rinella u l-Kalkara qed tmurilhom il-linja tat-telefon ta' spiss u jisimgħu biss ħoss ta' Morse code.", "Jiġifieri min iċempillek ikun qed jisimgħek iżda int ma tisma' xejn ħlief dan il-ħoss.", "Din il-ħsara issa ilha sejra għal żmien twil u r-raġuni li ngħatat kienet li l-cable qiegħed taħt l-art u jinfaqa' bl-ilma.", "Dan il-korrispendent qed jgħid li jekk din l- inkonvenjenza ma tissewwiex ikollhom raġun in-nies jgħidu li jaqblilhom ineħħu t-telfon.", "Issa dan fil-Kalkara stess, ir-raħal ta' l-Onor.", "Mizzi, hawn dan id-dewmien biex jissewwew ċerti ħsarat!", "Naturalment huwa iktar diffiċli biex issewwi l-ħsarat meta jkunu taħt l-art, imma ta' min jgħid li m'hemmx bżonn li dawn in-nies ineħħu t-telefon għax hemm il-manifest tal- klijent jaqbeż għalihom.", "Dan jista' jintuża anke biex forsi jinkoraġġixxi lit-Telemalta ħalli kemm jista' jkun tagħtihom servizz adegwat fi żmien relattivament qasir.", "Hawn inħeġġeġ lil kull min juża s-servizzi tal- Korporazzjoni Telemalta, u fil-futur tat-Telecom Malta, biex jutilizza l- manifest tal-klijent.", "Qed nagħmillu reklam minn hawnhekk għax nerġa' nsostni li s'issa ma tantx ġie rreklamat.", "Qed ngħid li nħoss li ma ġiex rreklamat għax it-Telemalta, forsi anke minħabba l-miżuri żbaljati li ttieħdu f'dawn l-aħħar ftit xhur, għadha ma tħosshiex f'pożizzjoni li timplimenta dan il-manifest.", "Ftit ilu kont qed nitkellem fuq it-triq li kienet miexja fiha l- korporazzjoni f'dak li hu investiment fl-infrastruttura u anke f'policies oħra.", "Nerġa' ntenni li dan huwa eżemplifikat bil-liġi li qed niddiskutu llum u ma tista' tbiddel xejn fis-sustanza tiegħu.", "Għalhekk meta tqis il- kritika li kienet issir mill-Onor.", "Alfred Sant dwar - u hawnhekk se nikkwotah - ''in-nuqqas ta' ippjanar f'dak li huwa investiment u proġetti ġodda tal-korporazzjoni'', dan jista' jfisser li jew il-kritika ma kenitx ġustifikata, jew inkella jekk nieħdu dak li qal l-Onor.", "Alfred Sant bħala fatt u bħala verita' tista' tgħid li għandna korporazzjoni li minkejja li diġa' għaddew 12-il xahar minn meta daħlet fis-seħħ il-politika ġdida Laburista għadha miexja 'l quddiem mingħajr is-sens ta' direzzjoni li semmielna l-Onor.", "Alfred Sant.", "Hawn se jkolli nerġa' nsemmi liċ-chairman il-ġdid, is-Sur Mejlaq, li minkejja li fid-daħla tar-rapport annwali tat- Telemalta qal li saret \"a complete review of the organisation's policies'', insibu li kważi kull inizjattiva li ttieħdet s'issa mill-korporazzjoni f'dawn l-aħħar xhur kienet ipproġettata, u ħafna drabi anke mibdija, mill- amministrazzjoni preċedenti.", "Tgħid għarfu li t-triq li kienet miexja fiha t- Telemalta f'dak li huwa żvilupp infrastrutturali kienet l-aktar waħda xierqa għaż-żminijiet tal-lum?", "Forsi għarfu li din se twassalna biex ikollna korporazzjoni lesta li tilqa' l-isfidi tal-millenju l-ġdid?", "Is-Sur Mejlaq kompla jgħid li fix-xhur li qatta fil-kariga tiegħu ra kif għamel biex iwettaq ir-rakkmandazzjonijiet li kien iressaq fir-rapport li kien ħejja s-sena li għaddiet, intitolat ''Strategic Resource Audit''.", "Jien m'iniex se ngħid li xejn minn dak li qal is-Sur Mejlaq fir-rapport imsemmi ma kien ta' valur, iżda jkolli nistqarr li mhux talli ċerti rakkmandazzjonijiet ma ġewx imwettqa talli f'ċerti każi sar preċiżament l- oppost.", "Fir-rapport li semmejt, is-Sur Mejlaq jilmenta fuq l-underutilisation of staff fil-branches tal-korporazzjoni, imbagħad rajna li fetħu branch ġdida - din kienet ipproġettata minna - fil-\"Bormla din is-Sena\" b'ħafna ċerimonji u pompa.", "Tgħid is-Sur Mejlaq kellu jbaxxi rasu għall-bżonnijiet, forsi elettorali, ta' l-Onor.", "Mizzi li ħass il-ħtieġa ta' ċerimonji bħal dawn li semmejt fid-distrett elettorali tiegħu?", "Is-Sur Mejlaq ilmenta anke fuq l-overstaffing, imbagħad rajnih jimpjega persuni minn barra l- korporazzjoni bħala corporate co-ordinator, bħala driver u bħala segretarja personali.", "Jidher li fejn jidħlu l-ħbieb, l-iStrategic Resource Audit inwarrbuh ftit, imbagħad fejn jidhrilna ħaddiema oħra narawhom żejda.", "Każ li bħalissa qed jiġini f'moħħi huwa dak ta' żewġ apprentisti mill-ESTS li tkeċċew għalkemm kienu mħarrġa għal xogħol mat-Telemalta u kienu għaddew mill-eżamijiet relevanti għall-kors tagħhom.", "M'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall fuq l-iStrategic Resource Audit pero' rrid ngħid li għalkemm is- Sur Mejlaq tkellem fuq l-isparpaljar tal-flus, xorta għoġbu jagħżel karozza li tiswa Lm18,000 wara li rrifjuta karozzi irħas għax ma kellhomx, fost ħwejjeġ oħra, wipers mal-headlamps.", "Issa ħalli mmur lura għar-rapport annwali.", "Fis-sezzjoni ntitolata \"Finance\" wieħed isib ċerti punti li nixtieq nikkummenta fuqhom.", "Jingħad li sar programm ta' ristrutturazzjoni bl-għajnuna ta' konsulenti minn barra l-korporazzjoni.", "Nixtieq li l-Prim Ministru jgħidilna min kienu dawn il- konsulenti, fuq liema kriterji ntgħażlu biex jagħmlu dan ix-xogħol u kemm tħallsu.", "Jista' jiġi ppubblikat dan ir-rapport?", "Naħseb li fid-dawl tal- fatt li l-korporazzjoni se tiġi esposta għal tibdil radikali fl-istruttura tagħha, il-poplu għandu dritt li jkun jaf f'liema sitwazzjoni tinstab.", "Nieħu gost nara li l-korporazzjoni qed tieħu ċerti miżuri sabiex tiġi amministrata aħjar is-sezzjoni ta' l-accounts.", "Fir-rapport jingħad ukoll li f'dan is-settur kien hemm nuqqas ta' effiċjenza.", "Bir-rispett kollu hawn nixtieq infakkar lill-Kamra li għal perijodu twil ta' żmien, fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, il- general manager preżenti kien ukoll iċ-chief accountant tal-korporazzjoni.", "Fil-fatt kien ingħata l-inkarigu li jirrapporta liċ-chairman personalment u direttament fuq is-siwazzjoni tal-ġbir ta' l-arretrati.", "Ma nistax nifhem għaliex ma ħax ċerti passi biex jameljora l-effiċjenza fis-sezzjoni tiegħu fiż-żmien meta kien jokkupa din il-kariga.", "U hawn ta' min isemmi li kien anke mħallas extra sabiex jagħmel dan ix-xogħol.", "Forsi min daħal minfloku huwa iktar kapaċi u qed jagħmel il-mirakli issa?", "Forsi qed jiġbor iktar arretrati?", "L-Onor.", "Mizzi fid-dibattitu tal-budget għamel aċċenn fuq il- fatt li fiż-żmien meta l-general manager kien chief accountant, u għalhekk kellu l-inkarigu dirett tal-ġbir ta' l-arretrati, qal li kien hemm sitwazzjoni mwiegħra.", "Issa ħalli ngħaddu għas-sezzjoni ntitolata ''Financial Performance''.", "Hawnhekk xtaqt infakkar lill-Kamra li s-Sur Mejlaq fl-isforzi li għamel biex ipinġi lit-Telemalta bħala ħofra oħra - forsi anke biex jaġevola lil min ikkummissjona r-rapport \"A Strategic Resource Audit\" f'Diċembru li għadda - qal li l-korporazzjoni kienet f'sitwazzjoni finanzjarja prekarja.", "M'iniex se nidħol fid-dettall fuq dan il-punt għax diġa' tkellimt fuqu fid- diskussjoni tal-budget.", "Fid-diskussjoni tal-budget ta' l-1995/96 l-Onor.", "Sant kien qal li l-korporazzjoni kienet qed tagħmel profitt eċċessiv.", "F'daqqa waħda mbierek Alla rġajna ġejna ppreżentati b'Telemalta li hija soda finanzjarjament wara li s-Sur Mejlaq qal li kienet \"in a precarious financial situation\".", "Allura filli l-korporazzjoni kienet qed tagħmel profitt eċċessiv, filli sibna l-ħofra u kellna \"a precarious financial situation\" u filli meta qablilna erġajna bdejna ngħidu li t-Telemalta hija soda ħafna.", "Dan il-punt issema wkoll mill-Onor.", "Mizzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onorevoli, niġbidlek l- attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Pullicino Orlando jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nipproponi li l-Onor.", "Pullicino Orlando jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Pullicino Orlando jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, nirringrazzja lill- proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "L-Onor.", "Mizzi semma li l- financial situation tat-Telemalta hija b'saħħitha u hawn nixtieq niġbed l- attenzjoni għall-fatt li ta' min jispjega xi ftit il-miraklu li qed jgħidu li seħħ f'dawn l-aħħar sitt xhur.", "Per eżempju, il-VAT kienet titħallas mill- korporazzjoni biex il-konsumatur jiġi protett minn żidiet fit-tariffi u, ladarba tneħħiet il-VAT, ovvjament l-Onor.", "Mizzi stess qalilna li l- korporazzjoni ffrankat Lm0.75 miljun.", "Ta' min isemmi wkoll il-fattur tal- ġbir ta' l-arretrati, fejn il-Ministru Mizzi stess spjegalna kif il- korporazzjoni ffrankat Lm0.5 miljun.", "Għalhekk meta wieħed jipprova jpinġi dan il-miraklu kbir li sar f'dawn l-aħħar ftit xhur, ta' min isemmi dawn il- fatturi ħalli wieħed ikollu quddiemu the full picture.", "Huwa faċli li tilgħab bil-figuri biex tagħti impressjoni ta' effiċjenza u kapaċita' straordinarja.", "Fattur li ssemma wkoll fis-sezzjoni tal-finanzi b'mod kważi negattiv kien iż-żidiet sotanzjali li ħadu l-ħaddiema bħala riżultat tal-collective agreement li ġie fis-seħħ fi żmien l-amministrazjoni Nazzjonalista.", "Ta' min isemmi li dan il-ftehim ġie kkritikat mis-Sur Mejlaq meta fl-iStrategic Resource Audit qal li l-impatt fuq il-cash flow ta' dan il-collective agreement ma tantx ġie kkonsidrat meta dan il-ftehim kien qed jiġi mħejji.", "Meta niġu biex nitkellmu fuq il-korporazzjoni, il-liri biss naraw?", "Imbagħad fejn għandu x'jaqsam hu, is-Sur Mejlaq ma rrinunzjax għad-dritt ta' Lm100 allowance żejda għal kull ġurnata li jdum imsiefer!", "Minkejja li fl-istess Strategic Resource Audit ilmenta mill-infiq żejjed li kien qed isir mill-korporazzjoni f'dak li jirrigwarda vjaġġar, ma rrinunzjax għal din l-allowance.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni biex kemm jista' jkun iżżomm ma l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "ONOR JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, jien naħseb li jekk aħna qed niddiskutu l-privatizzazzjoni, ta' min jagħti stampa ċara tas- sitwazzjoni attwali tal-korporazzjoni.", "La waqt il-budget debate tkellimna fuq l-agrikoltura f'Filfla, naħseb li meta qed niddiskutu liġi li tirrigwarda l-qasam tat-telekomunikazzjoni, għandi dritt nitkellem fuq it- Telemalta!", "Sur President, fir-rapport finanzjarju sar aċċenn ukoll fuq l-impatt pożittiv tas-sistema tas-cellular telephone, f'dak li huwa dħul għall- korporazzjoni.", "La tkellimna fuq il-finanzi tal-korporazzjoni jien qed nispjega l-qagħda tal-finanzi tal-korporazzjoni.", "Infakkar li huwa mertu tal-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li s-servizz tas- cellular telephone ġie introdott f'pajjiżna, saħansitra sa qabel ma ġie introdott f'pajjiżi li jitqiesu bħala aktar żviluppati minna.", "Ix-xemx ma telgħetx fis-26 ta' Ottubru ta' l-1996 għat-Telemalta, għalkemm meta wieħed jaqra l-aħħar rapport annwali forsi jista' jieħu din l-impressjoni.", "Il- qagħda pożittiva li tinsab fiha l-korporazzjoni hija frott ta' investiment għaqli u viżjoni ċara ta' Gvern Nazzjonalista, qagħda li tant kienet soda li l-korporazzjoni ingħatat finanzjament minn banek barranin f'aktar minn okkażjoni waħda mingħajr il-ħtieġa ta' garanziji mill-gvern.", "Hawnhekk xtaqt insemmi wkoll li l-fatt li matul dawn l-aħħar 12-il xahar kien hemm capital expenditure ferm inqas minn dak previst, jindika biċ-ċar in-nuqqas ta' ppjanar serju min-naħa tal-korporazzjoni.", "Dan juri wkoll falliment totali tal-ministeru nkarigat mit-Telemalta li ma kienx kapaċi jwettaq dak li wiegħed, minkejja l-ħafna ftaħir żejjed li kellna fil-budget debate; u biex nispjega dak li qed ngħid se nagħti xi figuri.", "Il-capital expenditure ppjanata għas-sena 1997 kellha tkun ta' Lm10.747 miljun, mentri r-revised capital expenditure, skond kif joħroġ miċ-ċifri li ngħataw f'dan il-Parlament, kienet ta' Lm5.289 miljun.", "Voldieri hawnhekk naraw li kellna capital expenditure inqas min-nofs ta' dak li kien previst, għax ippjanajna għal capital expenditure ta' kważi Lm11 miljun u kellna nefqa attwali ta' Lm5 miljun.", "Dan juri nuqqas ta' ppjanar serju.", "Issa qed nippjanaw għas- sena 1998 b'capital expenditure ta' Lm13.5 miljun.", "Jekk ma konniex kapaċi nonfqu Lm11 miljun fi proġetti, tgħid issa se nkunu kapaċi biżżejjed biex dak li qed nippjanaw għall- korporazzjoni nwettquh?", "Hawnhekk ta' min ifakkar li r-regional training centre, inizjattiva oħra ta' Gvern Nazzjonalista, kellu jitlesta sakemm issir il-WTDC.", "Din kellha sservi ta' okkażjoni unika biex jiġi reklamat dan il-proġett.", "Issa minħabba t-tibdil bla bżonn li sar fil-proġett jidher ċar li dan mhux se jitlesta fil-ħin, speċjalment minħabba l-oġġezzjonijiet validi ħafna ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, f'dak li jirrigwarda l-impatt negattiv li se jkollu l-proġett fuq l-ambjent, hekk kif ġie emendat, fejn anke s-sit tiegħu ġie mressaq għal post ieħor.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq entita' li se tiġi pprivatizzata u b'dispjaċir ikolli niġbed l-attenzjoni għal ċerti nuqqasijiet li saru biex forsi nirranġawhom.", "Ikolli ngħid li għandi ċerti riservi għall-mod kif qed jimxu l-amministraturi l-ġodda tal-korporazzjoni.", "Biżżejjed insemmi l-mod li bih ma ġewx segwiti l-proċeduri normali fl-għoti tal-kuntratt tat-tindif lil kumpannija privata.", "Nassumu li sar żball ġenwin, imma allura l-persuna li wettqet żball bħal dan kellha tingħata promotion?", "Il-mod li bih ingħata preferenza ħabib partikolari fl-għoti tal-kuntratt ta' l-advertising - dan tkellimna fuqu drabi oħra f'dan il-Parlament - huwa kemmxejn inkwetanti.", "Huwa nkwetanti wkoll il-fatt li ditta privata, b'konnessjonijiet familjari ma' dik li semmejt ta' l-advertising, ingħatat aċċess liberu għall- information systems department bi skuża li qegħdin jiċċekkjaw il-giraffe billing system.", "U se nispjega għalfejn dan huwa nkwetanti.", "GĦax dan jista' jpoġġi lil din id-ditta f'vantaġġ inġust meta niġu biex noħorġu tender għal sistema ġdida fil-futur.", "L-Onor.", "Mizzi fil-budget debate tkellem fuq il-possibbilta' li jkollna billing system ġdida.", "Dan ikkritika l-billing system li hemm bħalissa - għandu kull dritt li jagħmel hekk - u tkellem fuq il-fatt li jista' jagħti l-każ li hemm bżonn li ssir billing system ġdida.", "Allura kien hemm bżonn nagħtu ċerta informazzjoni li normalment titqies bħala konfidenzjali lil ditta li tista titfa' tender għal din is-sistema l-ġdida?", "Huwa minnu li rappreżentant ta' din id-ditta mar Franza mal-general manager biex jindagaw fuq dan is-suġġett?", "Jekk dan huwa minnu - jien għandi informazzjoni li hekk hu - qed nimxu sew?", "L-aktar ħaġa inkwetanti hija r-raġuni għad- dewmien fil-ħruġ tal-kuntratt għall-istandard \"A\" earth station tal- Magħtab, meta wieħed iqis li d-dewmien kien dovut għall-intervent dirett u f'waqtu tal-contracts department tal-ministeru tal-finanzi.", "U dan minħabba li sar kuntratt minn uffiċjali għolja tal-korporazzjoni ma' wieħed mis- suppliers biex innaqqas il-prezz.", "Dan m'huwiex aġir li wieħed għandu jikkundannah uffiċjalment?", "M'iniex se noqgod nidħol f'ċerti dettalji f'dawn l-aspetti għax xtaqt inkun pożittiv, pero' ridt insemmihom dawn l- affarijiet għax naħseb li hu d-dmir tiegħi li nagħmel dan.", "Jien inħoss li dawn il-punti u oħrajn juru li l-affarijiet fil-korporazzjoni ma tantx huma mexjin bi trasparenza.", "Illum intqal - jien naqbel mija fil-mija - li kemm jista' jkun il-liġi li qed niddiskutu għandha tkun intiża biex niġbdu investiment barrani lejn xtutna u lejn il-korporazzjoni sabiex b'hekk din timxi aktar 'l quddiem fl- ideat, fit-teknoloġija u fl-inizjattiva.", "Jekk irridu niġbdu investiment ġdid mhux aħjar noqogħdu attenti għall-image li nagħtu barra minn xtutna fir-rigward tal-korporazzjoni?", "Jien ngħid li din l-image saritilha ħsara minħabba sensiela ta' deċiżjonijiet żbaljati li ttieħdu mill- amministrazzjoni preżenti.", "Allura jagħmel sens li tlifna ċ-ċans li nospitaw il-world policy forum, eżattament wara li nkunu organizzajna l- WTDC, meta kien rakkmandat li jsir hekk fil-pleni potentiary conference li kienet saret fil-Ġappun fl-1994?", "B'hekk morna direttament kontra x-xewqat espressi f'din il-konferenza, meta l-kunsill amministrattiv ta' l- international telecommunications union kien diġa' ħa din id-deċiżjoni u meta permezz tal-world policy forum f'Malta kien se jkollna l-akbar numru possibbli ta' rappreżentanti tas-settur privat f'dak li għandu x'jaqsam mal- qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Dawn ir-rappreżentanti tas-settur privat ħafna drabi jippreferu jattendu għall-forum milli għall-WTDC.", "Qed nagħmel aċċenn għal dan il-punt, għax aħna qed nipprovaw niġbdu investiment barrani serju lejn il-korporazzjoni u lejn il-kumpannija l-ġdida.", "Wara kollox l- organizzazzjoni ta' dan il-forum ma kenitx tkun partikolarment diffiċli, anzi kienet tkun relattivament faċli, peress li x-xogħol konness mal-WTDC kien jiffaċilita l-world policy forum.", "B'hekk tlifna wkoll okkażjoni ta' reklam għal pajjiżna f'dak li jirrigwarda l-up-market tourism.", "Naħseb li dan kien ikollu impatt ħafna ikbar mill-video li ppreżentajna bin-nies jgħumu fir-rigward tal-millenium project!", "Kienu ħafna li kkummentaw għall-mod dilettantesk li bih ġiet ittrattata l- kwestjoni ta' l-isponsorship għall-WTDC.", "Il-world policy forum issa se ssir f'Ginevra.", "Nixtieq ngħid li dan kellu kontribut negattiv addizzjonali fuq l-image tal-korporazzjoni, għax minbarra li Malta tilfet ammont sostanzjali ta' gwadann finanzjarju, tlifna wkoll iċ-ċans uniku li nsegwu fil-fond it-trattar tas-suġġett ta' l-accounting rates, suġġett li jiġi segwit mill-qrib minn kull min għandu x'jaqsam ma' l-industrija tat- telekomunikazzjoni.", "L-Onor.", "Mizzi, ftit jiem ilu biss waqt il-budget debate qal f'din il-Kamra li l-ispiża konnessa mal-WTDC naqset sostanzjalment.", "Ovvjament l-ispiża naqset ukoll għax ikkanċellajna dan il- forum li, se nerġa' nsostni, kien ikun ta' ġid kbir, kemm għal pajjiżna u kemm għall-Korporazzjoni Telemalta.", "Ħalli nkompli nitkellem fuq l-image internazzjonali tal-korporazzjoni.", "Kemm ftaħarna għax daħħalna t-telemedicine f'Malta.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li din kienet inizjattiva oħra ta' l-amministrazzjoni preċedenti.", "Fatt li ta' min isemmih hu li f'Ġunju li għadda tlifna opportunita' li nospitaw il-world telemedicine symposium for developing countries, allavolja ma kienx hemm spejjeż kbar involuti.", "Waħda mir-raġunijiet li ngħatat mit-Telemalta biex taqta' qalb l-organisers ta' din il-konferenza milli jiġu Malta, kienet li din kienet se ssir fil-peak season tat-turiżmu u għalhekk ma tantx kien se jkun possibbli li tinstab akkomodazzjoni għall- parteċipanti.", "Naħseb li l-Ministru tat-Turiżmu, l-Onor.", "Karmenu Vella, ma jafx biha din.", "Mela l-NTOM tara kif tagħmel biex tiġbed it-turisti lejn pajjiżna, imbagħad ikollna xi għorrief fit-Telemalta li jitilfu ċans tad- deheb mhux biss ta' reklam għal pajjiżna iżda wkoll ta' negozju għal- lukandiera tagħna.", "Dawn ġabu l-iskuża banali li f'pajjiżna, li huwa geared mija fil-mija għat-turiżmu, m'għandniex akkomodazzjoni biżżejjed għall- parteċipanti ta' symposium importanti fuq it-telemedicine.", "Fil-fatt din il- konferenza minflok hawn Malta saret fil-Portugal u b'hekk dan il-pajjiż, li huwa rivali tagħna fit-turiżmu, iggwadanja minħabba l-mentalita' ta' min qiegħed imexxi l-korporazzjoni.", "Diġa' semmejt f'din il-Kamra l-effett negattiv li kellu t-tħassir ta' l- intelsat conference aktar kmieni din is-sena.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn kelli konferma tal-ħsara rreparabbli li għamlulna l-organizzaturi ta' din il-konferenza, permezz ta' propaganda negattiva ferm.", "Dawn kienu urtati ħafna għall-mod li bih ġew ittrattati għax anqas minn xahar qabel ma kellha ssir din il-konferenza ġew avżati li ma setgħux jiġu ospitati f'pajjiżna minħabba l-Euro-Med Conference.", "L-intelsat conference tirrapreżenta 200 pajjiż u ħarġet ta' ħmar mal-parteċipanti kollha meta minħabba l-aġir tal- Gvern Malti kellha tbiddel il-venue tal-konferenza mil-lejl għan-nhar.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, il-Korporazzjoni Telemalta dejjem kienet konsistenti f'dak li hu żvilupp fil-qasam tat- telekomunikazzjoni.", "Il-progress li rnexxielha tagħmel ġie rikonoxxut kemm lokalment u kif ukoll internazzjonalment.", "Tant hu hekk, li sa mill-1988 daħlet f'joint ventures mas-settur privat.", "Infakkar lill-Kamra li l- korporazzjoni rnexxielha tikkonvinċi lil waħda mill-aqwa kumpanniji li hemm fir-Renju Unit fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, il-Vodafone, biex tinvesti miljuni kbar ta' liri f'pajjiżna ħalli jiġi ntrodott is-servizz tal-mobile telephone.", "Hekk sar ukoll fis-servizz tal-paging.", "Dan hu servizz li forsi bi ftit aktar marketing jista' jkompli jikber.", "Il-korporazzjoni ntroduċiet is- servizz tal-paging bil-parteċipazzjoni tal-kumpannija Mtel ta' l-Amerka, l- APS Bank u l-BOV.", "Voldieri dan il-konċett ta' involviment fis-settur privat u anke ta' kumpanniji barranin fis-settur tat-telekomunikazzjoni, ilu jiġi żviluppat mill-korporazzjoni għal dawn l-aħħar snin.", "L-alleanza ma' dawn l-operaturi barranin mhux biss għenet fl-iżvilupp u fl- introduzzjoni tas-servizzi li semmejt iżda wkoll kienet garanzija ta' żvilupp sostenibbli għas-snin li ġejjin.", "Infakkar lill-Kamra li l-Korporazzjoni Telemalta, minkejja l-monopolju li kellha, għax emmnet fil-ħaddiema tagħha, ma beżgħetx tilliberalizza l- importazzjoni ta' l-apparat kollu li għandu x'jaqsam mat- telekomunikazzjoni, bħalma huma fax machines, telephones, coin boxes u PABXs.", "Dan għamlitu biex bil-fatti u mhux bil-paroli tagħti nifs lill- privat.", "Hawnhekk infakkar lill-Kamra li, minkejja l-ħafna kliem sabiħ fir- rigward ta' nifs ġdid lis-settur privat u l-wegħdiet li saru fil-ktejjeb \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\", inħoss li x-xiri ta' l-ishma kollha tat-Terranet mit- Telemalta se jfisser kompetizzjoni nġusta minn din il-kumpannija ma' kumpanniji privati li jipprovdu s-servizz ta' l-internet.", "Jien inħoss li dan il-pass, li jikkontradixxi l-ispirtu tal-liberalizzazzjoni, għandu jkun l-għan ewlieni ta' din il-liġi li qed niddiskutu llum.", "F'dak li għandu x'jaqsam mad-data, il-Korporazzjoni Telemalta qdiet lin- nazzjon kemm jista' jkun bl-aħjar mod possibbli.", "Infakkar lill-Kamra li fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, il-Korporazzjoni Telemalta lestiet network mill-aqwa li pprovda dedicated data transmission mill-aktar effiċjenti li, permezz tiegħu, il-korporazzjoni setgħet tgħaddi servizzi ta' data b'sistemi diġitali b'ħeffa kbira.", "B'hekk il-banek lokali setgħu jintroduċu servizzi moderni għaċ-ċittadin Malti li forsi llum neħduhom for granted.", "L-anġenziji ta' l-ivjaġġar ukoll setgħu jagħmlu l-bookings tagħhom b'mod modern u fil-pront u ħafna dipartimenti tal-gvern setgħu jiġu kkomputerizzati.", "Nerġa' naċċenna li kien frott ta' dan l-investiment li llum wasalna biex niddiskutu din il-liġi.", "Kieku ma sarx l-investiment li qed nitkellem fuqu fid-disa' snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, ħadd ma kien se juri l-interess li jidħol biex jixtri l-ishma tal-korporazzjoni.", "Bl-introduzzjoni tal-packet switching u l-frame relay - dan ġie kkritikat mis-Sur Mejlaq forsi minħabba xi nuqqas ta' informazzjoni - Malta ngħaqdet mad-dinja kollha permezz ta' dik li tissejjaħ it-telecommunications super highway.", "Dan ġie ffaċilitat ukoll permezz tat-tlestija tal-proġett ta' submarine fibre optic cable bejn Malta u Sqallija.", "Hawn ma nistax ma nsemmix kif kien isir l-ippjanar fi żmien l-amministrazzjoni Laburista.", "Kulħadd jiftakar li n-numru ta' dawk li kienu qed jistennew is-servizz tat- telefon kien laħaq iċ-ċifra rekord ta' 31,000 applikant, għax dak iż-żmien ir-regola kienet li trid tistenna xi sitt snin biex tingħata dan is- servizz, sakemm ma tkellimx lil xi qaddis.", "Qed infakkar lill-Kamra minn fejn tlaqna ħalli nkunu nistgħu napprezzaw iktar fejn wasalna.", "Fi żmien l-amministrazzjoni nazzjonalista, permezz tal-Korporazzjoni Telemalta, Malta lagħbet parti importanti fl-iżviluppi li seħħew fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Fil-fatt fl-1994 Malta ntgħażlet bħala mudell ta' żvilupp mgħaġġel f'dan il-qasam mill-ITU.", "Fil-WTDC ta' Buenos Aires kien intqal hekk:", "\"Malta's success in telecommunications development is due to Government commitment and a commercially sound operator.\".", "- hawnhekk forsi ma ssemmietx il-\"precarious financial situation\" li semma s-Sur Mejlaq -", "\"The Government has been supportive, recognising that telecommunications are important for Malta's service-orientated economy.", "Malta has graduated into the ranks of telecommunications - orientated economies.", "In the past it was the recipient of technical assistance but today it is in a position to be itself a provider of help.\".", "Dan huwa r-reklam internazzjonali!", "Hawnhekk ġibnieh 'il quddiem l-image internazzjonali.", "Hawnhekk konna nagħtu dehra pożittiva lill-Korporazzjoni Telemalta, meta jkollok l-ITU tagħti ċertifikat daqshekk tajjeb lil pajjiżna u lill-Korporazzjoni Telemalta.", "Nerġa' ntenni li Malta llum tinsab f'pożizzjoni unika li tisfrutta kull opportunita' ta' negozju f'dan is-settur, grazzi għall-iżvilupp mgħaġġel li seħħ fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti.", "Wara daqstant żvilupp, issa jmiss li wieħed jara kif dan jista' jiġi applikat bl-aħjar mod għall-benefiċċju tas- soċjeta' u kif jista' jkompli jservi ta' għajnuna f'oqsma bħall-mediċina u l-edukazzjoni.", "Irridu nipprovaw ma niżvijjawx fuq proġetti li m'humiex daqshekk ta' bżonn għas-soċjeta' Maltija.", "Fl-1995 u fl-1996 il- Korporazzjoni Telemalta, flimkien ma' esperti Kanadiżi, ħejjiet pjan għat- Telemalta li kien qed iħares fit-tul.", "Hawnhekk huwa tajjeb li naraw is-serjeta' li biha kienet miexja l- korporazzjoni, tant li wieħed minn dawn l-esperti li semmejt, is-Sur John Gilbert, ġie magħżul mill-ITU biex iħejji l-pjan dinji għall-iżvilupp fit- telekomunikazzjoni mill-1999 sas-sena 2002.", "Għalhekk il-kredenzjali tiegħu huma impekkabbli.", "Nisperaw li dan ir-rapport li qed insemmi ma' jagħmilx xi sena oħra fuq l- ixkaffa u li l-viżjoni li kellha l-korporazzjoni ma' tiċċajparx b'ħela ta' enerġija fuq proġetti fiergħa, għax inkella l-ħidma kollha li saret f'dawn l-aħħar snin taf ittir mar-riħ.", "Żvilupp kontinwu u għaqli fit- telekomunikazzjoni huwa l-uniku mezz li għandu pajjiżna biex jidħol fil- millenju l-ġdid mal-bqija tad-dinja b'wiċċu minn quddiem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, naħseb li meta tħares lejn din il- liġi tista' taraha minn diversi aspetti.", "L-ewwel aspett li nixtieq insemmi huwa li din hija liġi li tieħu gost biha għaliex qed tkompli fuq il- politika tal-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "It-tieni aspett li rrid insemmi hu li fil-fehma tiegħi din il-liġi hija monument għall-ipokrezija politika tal-Partit Laburista fil-gvern u fl-oppożizzjoni.", "Naħseb li dawn iż-żewġ riflessjonijiet irridu nagħmluhom bilfors u qed ngħid dan għax niftakar żmien li meta kont issemmi l-kelma \"privatizzazzjoni\" kont qisek qiegħed issemmi x-xitan.", "Dak iż-żmien jekk kont tgħid li trid tagħmel regolatur jew li trid tissepara l-funzjoni operattiva mill-funzjoni regolatorja, kont tqajjem l-irwiefen ta' l-Oppożizzjoni ta' dak inhar u ta' min kien opinion maker.", "Jien niftakar li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien qal li jrid jifred l-aspett regolatorju tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili, jagħmel awtorita' regolatorja f'dak il-qasam u jgħaddi l-aspett operattiv lill-MIA.", "U tgħidx x'inqala' dak iż-żmien!", "Niftakar li l-unions kienu kitbulna u għamlu stqarrijiet f'diversi gazzetti, fosthom fil-gazzetta \"KullĦadd\", fejn qalu li l-Gvern Nazzjonalista kien se jtellef l-impjiegi tal-ħaddiema u kien se jagħmel rebus mill-mod kif kien qed jitmexxa l- pajjiż.", "Dawn huma affarijiet li ġraw ftit iktar minn sena ilu u Alla jbierek f'sena kien hawn kwantita' kbira ta' nies li kkonvertew!", "Dawn donnu laqathom xi dawl waqt li kienu mexjin fit-triq, bħalma ġara lil San Pawl huwa u sejjer lejn Damasku u, fejn qabel il-privatizzazzjoni għalihom kienet qisha xi persekuzzjoni, issa saret parti mit-twemmin ta' min qiegħed imexxi.", "L-ipokrezija hija xi ħaġa li tolqtok f'affarijiet oħrajn ukoll.", "Per eżempju, qed jgħidulna li l-Korporazzjoni Telemalta se ssir kumpannija privata.", "Jekk din kienet s-sistema li kienu jużaw in- Nazzjonalisti biex ma jkunx hemm il-Public Accounts Committee li jista' tinvestigaha, kif il-Gvern Soċjalista se jagħmilha kumpannija privata?", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dan huwa monument ta' l-ipokrezija politika tal- Partit Laburista, kemm meta kien fl-oppożizzjoni u anke issa li hu fil- gvern.", "Dawn issa kullimkien qegħdin jagħmlu kumpanniji privati.", "Anke l- orkestra tat-Teatru Manoel għamluha kumpannija privata, wara li keċċew lin- nies.", "Dan sar bl-iskop li din il-kumpannija privata ħadd ma' jkun jaf x'inhu jiġri fiha.", "U issa anke l-Korporazzjoni Telemalta se jagħmluha kumpannija privata.", "Din hija xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Aħna nistagħġbu b'dawn l-affarijiet u huwa importanti li l-poplu Malti issa jirrifletti ftit fuq dawn il-bidliet drammatiċi li qed isiru.", "Qed nisimgħu li l-Korporazzjoni Telemalta mhux biss se ssir kumpannija privata u se jkollha regolatur u operatur imma se nbigħu l-ishma lill- Maltin, lill-impjegati u anke lill-barranin.", "Kieku dawn l-affarijiet ġew issuġġeriti mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti, skond it-twemmin ta' dak iż-żmien, kien iqum riefnu.", "X'kienet se tgħid il-GWU, li meta semmejna li se nagħmlu distinzjoni bejn l-aspett regolatorju u l-aspett operattiv f'diversi oqsma, fosthom fil-qasam tas-civil aviation u ta' l-MIA, qajmet rebus sħiħ u qalet li se nipprivatizzaw lill-MIA?", "Pero' kellha żball, għax huwa l-Gvern Soċjalista li se jipprivatizza l-MIA!", "U hawn qed nitkellmu fuq żewġ entitajiet.", "L-MIA, li hija kumpannija kummerċjali, u l- Korporazzjoni Telemalta li, skond kif qalulna wara l-elezzjoni, huma t- tnejn falluti u huma parti mill-ħofra, imma issa se noffruhom lill-pubbliku Malti u lill-barranin!", "Sur President, ma nistax nitkellem fuq dak li qed jiġi propost hawnhekk mingħajr ma' ngħid li dan politikament huwa att ta' diżonesta' kbira.", "Ma nistax nitkellem fuq dan is-suġġett li għextu sulla pelle - kif jgħidu bit- Taljan - mingħajr ma nissolleva li l-forzi soċjali, il-forzi sindakali, il- forzi tal-media u l-forzi kollha li f'dan il-pajjiż għandhom xi say kif għandu jitmexxa dan il-pajjiż, illum mhux talli waqgħu fil-muta, talli issa jidhru li qed japprovaw dak li qabel kienu jiġġieldu kontrih.", "Dan bilfors jagħti lok għal riflessjoni mill-poplu Malti fuq din il-liġi, fuq dan li qed isir hawnhekk u fuq kif Gvern Nazzjonalista kien isib diffikultajiet enormi biex jagħmel politika, għax kellu forzi soċjali f'dan il-pajjiż - forsi bir-remote control jew forsi le, għax forsi issa kkonvertew! - li kienu jagħmlu kull mezz biex jostakolaw il-progress ta' pajjiżna.", "Il-fatt li llum qed jaċċettaw dawn l-affarijiet, li aħna naqblu magħhom, juri kif l- iskop tagħhom ...", "Dawn m'għamlux riflessjoni ta' xi ħames snin jew għaxar snin biex bidlu fehemthom, bħalma pprovaw juru li bidlu fehemthom il-Malta Labour Party, wara li raw l-esperjenza tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Dawn wara sena bidlu fehemthom u spiċċajna f'sitwazzjoni fejn hemm l- appoġġ ta' l-istess forzi li kienu qegħdin jiġġieldu kontra dak li qed isir illum.", "Fl-imgħoddi li ma fihx wisq iktar minn 12-il xahar, meta kont ssemmi privatizzazzjoni jew sistema regolatorja kienu jmorru fuq il-ħaddiema, inkluż dawk tat-Telemalta, u jgħidulhom: Issa spiċċa kollox.", "Araw x'se tagħmlu bl-impjiegi għax l-impjiegi tagħkom jinsabu on the line.", "Kif qalilna tajjeb il-Ministru Mizzi, il-privatizzazzjoni tfisser ukoll li jkun hemm iktar effiċjenza, għax meta jidħol is-settur privat dan ikun irid return akbar fuq dak li jinvesti u allura kollox isir bl-iktar mod effiċjenti u naturalment isiru affarijiet li jkunu ta' ġid għall- korporazzjoni.", "Mela le!", "Aħna qatt ma konna kontra li jkun hemm il- progress u l-ġid għall-korporazzjoni.", "Allura issa l-ħaddiema tat-Telemalta u n-nies li jiddefenduhom m'għandhom xejn x'jgħidu fuqha din?", "Allura issa m'għadx hemm il-biża' li jidħol operatur privat u jgħid: Kemm hawn nies fit-Telemalta!", "Hawnhekk hawn nies żejda!", "Dawn x'se nagħmlu bihom?", "Mela jien se noqgħod ninvesti l-flus biex nagħmel servizz soċjali!", "Mela jien se noqgħod ninvesti l-flus biex imexxi b'għaxra min-nies meta nista' mmexxi bi tlieta!", "Dan l-argument issa spiċċa?", "Dawn id-diffikultajiet issa kollha sparixxew?", "Dawn l-konsiderazzjonijiet kollha issa ħadd m'għandu jaħseb fihom?", "Jien nerġa' ngħid li dan huwa pajjiż li nbidel fl-għaxar snin li konna aħna fil-gvern, iżda ċerti nies issa għoġobhom jibdlu l-fehmiet tagħhom.", "Tiskanta kif għamilna għaxar snin nipprovaw nikkonvinċuhom u donnu li malli tlifna l-gvern ikkonvinċejnihom!", "Ġara li dawk in-nies li kienu qed jgħidu li ma jistgħux jiġu konvinti minn dak kollu li konna qegħdin ngħidu aħna meta konna fil-gvern, malli morna fl-oppożizzjoni u tela' gvern ieħor ikkonvinċew ruħhom malajr!", "U din hija xi ħaġa li tajjeb nirriflettu fuqha.", "Aħna fuq l-Abbozz ta' Liġi li jirregola t-Telekomunikazzjoni nistgħu nsemmu diversi affarijiet - aktar tard ikolli okkażjoni nitkellem fuqhom ukoll - li naqblu magħhom, għax huwa tajjeb li pajjiżna jibda jaħseb biex jagħmel din il-bidla.", "Pajjiżna ma bediex jaħseb fuq dan wara li nbidel il-gvern imma minn meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern.", "L- istudji li għamlet il-korporazzjoni bdew minn dak iż-żmien u, kif tafu, kien sar ħafna xogħol preparatorju.", "Tafu li aħna kieku ridna stajna ressaqna din il-liġi iktar kmieni u waħda mill-affarijiet li ridna nagħmlu qabel ma nressqu din il-liġi kienet li nlestu l-liċenzja li għandu jagħmel ir-regolatur mat-Telemalta.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax irridu nkunu ċari li meta nagħmlu regolatur u meta nħarsu lejn il-Korporazzjoni Telemalta nkunu qegħdin inġibu lit-Telemalta topera taħt liċenzja, bħalma joperaw l-operaturi l-oħrajn.", "Ħadt gost nisma' lill-Ministru jgħid li din hija t-tifsila li se jutilizza dan il-Gvern.", "Aħna m'aħniex kontra dak li qed jagħmel il-Gvern, għax prattikament qed jattwa l-politika li kellu l-Partit Nazzjonalista fil- gvern f'dan il-qasam.", "Li jiskantana hu l-oppożizzjoni li kien hawn meta aħna konna noħorġu b'ideat bħal dawn, anke min-naħa ta' min illum hu fil- bankijiet tal-Gvern u dak iż-żmien kien fil-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiskantana wkoll kif qabel il-forzi soċjali kienu jitwerwru minn dan il- kliem u issa jidhru li huma favur dak li qed isir.", "Ħaġa oħra ta' l- iskantament hi li l-babaw, li qabel kienu jsemmuh kullimkien, issa Alla jbierek ma jeżistix.", "Aħna m'aħniex se nbeżżgħu bil-babaw għax nemmnu li din hija triq indispensabbli għal pajjiżna.", "Nemmnu li din il-ħaġa trid issir bilfors u li din hija triq li trid tiġi segwita, anzi hija triq li aħna ħdimna biex tkun tista' ssir.", "Bħala Partit Nazzjonalista fil-gvern fl-1987 aħna ma bdejniex minn sitwazzjoni għal kollox feliċi.", "Il-poplu Malti jaf minn fejn bdejna u jaf it-triq kollha li mxejna fi żmien qasir biex lil dan il-pajjiż biddilnih kompletament u fil-qasam tat-telekomunikazzjoni din kienet għażla strateġika ġusta.", "Dan ma kienx tberbiq ta' flus, għaliex issa t-tberbiq ta' flus huwa parti mill-istrateġija u l-propaganda politika li l-Partit Laburista qiegħed jagħmel kontra l-Partit Nazzjonalista.", "U hawn ħafna nies li belgħuha din tat-tberbiq ta' flus.", "Dan żgur li ma kienx tberbiq ta' flus imma kien investiment serju li jagħti valur lit-Telemalta li sar grazzi għal dak l-investiment.", "Dan kien investiment serju li permezz tiegħu żviluppaw setturi oħrajn f'pajjiżna.", "Jien niftakar meta kelli laqgħa - din kien organiżżaha l-Ambaxxatur Malti għad-Danimarka - ma' kumpannija li wara ġiet topera fil-Freeport ta' Malta.", "Dawn kienu għadhom ma ħadux id-deċiżjonijiet finali u meta ltqajt magħhom -jien kont qiegħed hemm fuq xogħol ieħor tal-ministeru li kont responsabbli għalih - waħda mir-raġunijiet għaliex ħasbu li ma setgħux jużaw il-Freeport ta' Malta kienet il-kwestjoni tat-telekomunikazzjoni.", "Hawn m'iniex qed ngħid xi ħaġa ġdida imma qed ngħid xi ħaġa li wieħed jista' jmissha b'idejh.", "U l-fatt li kienu ċerti li t- telekomunikazzjonijiet f'Malta kienu tali li setgħu joperaw l-uffiċċju tagħhom f'Malta integrat ma' l-uffiċċji tagħhom mondjali, wassalhom biex jiddeċiedu li jġibu x-xogħol tagħhom fil-Freeport ta' Malta.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex l-għażliet fit-telekomunikazzjoni huma mportanti ħafna għall-iżvilupp ta' dan il-pajjiż.", "Huma għażliet strateġiċi li kieku l-Partit Nazzjonalista fil-gvern m'għamilhomx, ma seta' qatt ikun hawn żvilupp f'dan il-pajjiż, mhux biss fit-telekomunikazzjoni imma lanqas ekonomikament.", "La seta' jkun hawn żvilupp fil-qasam finanzjarju, la konna noħolmu li jkollna l-Malta Financial Services Centre, la seta' jkollna qasam ta' servizzi u lanqas seta' jkollna hi-tech industries li jinvestu hawn Malta.", "Mingħajr l-iżvilupp li sar fil-qasam tat-telekomunikazzjoni ma stajna nagħmlu xejn.", "Jidher li din il-konverżjoni saret ukoll għaliex il- Partit Laburista, anke mill-oppożizzjoni, kien tkellem favur li dan is- settur ikompli jiġi żviluppat pero' qatt ma qal li se jagħmel il- privatizzazzjoni.", "Dan qatt ma qal li se jagħmel dawn il-bidliet li qegħdin fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Dawn huma bidliet verament tajbin pero' rridu nħarsu lejhom anke mil-lat politiku.", "X'inhi s-sitwazzjoni li qed nitilqu minnha llum?", "Illum qed nitilqu minn sitwazzjoni fejn it-Telemalta hija operatur u regolatur fl-istess ħin.", "It- Telemalta hija kumpanija li tmexxi s-servizzi tat-telekomunikazzjoni għaliex għandha monopolju.", "Din għandha shareholding fis-sistema tat- telefonija mingħajr fili li teżisti f'pajjiżna, għandha ishma fl- operazzjoni tal-paging u għandha wkoll interess - għalkemm s'issa huwa minimu pero' ma nafux x'se jiġri 'l quddiem - fil-qasam ta' l-internet.", "It- Telemalta prattikament hija kemm l-operatur u wkoll ir-regolatur.", "Mela għandna sitwazzjoni fejn l-istess kumpannija li topera tirregola wkoll.", "Din is-sitwazzjoni għadha teżisti f'ċerti pajjiżi pero' tneħħiet minn ħafna pajjiżi oħra għaliex illum inħoloq il-konċett li tissepara l-aspett regolatorju minn dak operattiv.", "Dan hu l-konċett li konna ngħidu li huwa parti mill-politika tagħna meta konna fil-gvern u li kien hawn tant reżistenza għalih, għax il-unions kienu jgħidu li din il-ħaġa tista' tipperikola l-impjiegi tan-nies.", "Aħna ma nemmnux f'dan.", "Jiġifieri mhux qed nikkritikaw lill-Gvern għax qed jieħu dan il-pass, anzi dan huwa pass tajjeb u m'għandix dubju li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni se jsib appoġġ għaliex aħna nemmnu fih.", "F'dan il-każ il-Gvern qed jimxi bil-politika tagħna u aħna dan narawh bħala kontinwita' li tagħmel ġid lil pajjiżna.", "Aħna m'aħniex sejrin nopponu għal affarijiet li huma tajbin pero' rridu ngħidu li dan juri li dak li kien jiġri ftit iktar minn sena ilu, issa ma nistgħux neħduh iktar fl-ispirtu li konna neħduh dak inhar.", "Ma nistgħux inkomplu ngħidu li min kien qed jgħid ċerti affarijiet dak inhar, kien qed jgħidhom għall-ġid tal-pajjiż mingħajr skopijiet oħra politiċi.", "Jekk tosserva dak li kien qed jiġri f'pajjiżna u tara l-bidla kompleta li seħħet illum, ma tistax ma tosservax li min kien qed ifixklek milli tagħmel l-affarijiet essenzjali biex f'pajjiżna jkun hawn il- progress, ma setax jikkonverti daqshekk malajr.", "Naħseb li dan l-għemil ta' min jikkundannah, għax din hija xi ħaġa li tagħmel deni lil pajjiżna.", "Dan m'huwiex il-mod kif f'pajjiżna għandha ssir il-politika.", "Il-politika m'għandhiex issir billi twaqqaf il-progress biex sempliċement tkun qed topponi għal dak li jagħmel il-partit l-ieħor.", "Ara aħna, quddiem xi ħaġa bħal din, qegħdin ngħidu bl-iktar mod ċar li naqblu li dan il-prinċipju huwa l-metodu ta' kif għandna nimxu.", "Pero' rridu naraw x'inhuma jifhmu bil- kelma privatizzazzjoni, irridu naraw kif se tiġi fformata t-Telecom Malta, irridu naraw kif se jsiru l-għażliet ta' l-operaturi barranin li jkollhom interess fl-ishma tat-Telecom Malta.", "Aħna nieħdu ġost li ċerti affarijiet ġew ikkopjati minn kif għamilnihom aħna meta konna fil-gvern.", "Per eżempju, aħna nieħdu ġost ħafna li l-ħaddiema tat-Telemalta se jingħataw iċ-ċans li jixtru l-ishma tat-Telemalta.", "Din l-istess ħaġa li ġrat fil-każ tal-Bank of Valletta taħt Gvern Nazzjonalista.", "Din hi l-istess skema li uża l- Partit Nazzjonalista fil-gvern, dak li ried jagħmel il-privatizzazzjoni u dak li skond ċerti nies kien kontra l-interessi tal-ħaddiema.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ħadem għal pajjiżna, għamel suċċessi kbar u għamel anke żbalji.", "Dażgur li għamel żbalji!", "Min ma jiżbaljax!", "Jekk inti tagħmel mitt ħaġa, m'huwiex ovvju li aktar għandek ċans tagħmel l- iżbalji!", "Taf min ma jagħmilx żball?", "Min ma jagħmel xejn, jew min jagħmel tant ftit u tant idum jhewden biex jagħmel xi ħaġa, li iktar joqgħod attent biex ma jagħmilx żbalji milli biex iġib il-progress fil-pajjiż.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel ħafna affarijiet tajbin u konna għaddejjin b'ritmu ta' bidliet li saħansitra l-Gvern Soċjalista preżenti ħass li għandu jibqa' għaddej b'din ir-rankatura.", "Jekk toqgħod tara x'sar f'din l- aħħar sena, ssib li din hija r-rankatura ta' l-affarijiet li konna bdejna aħna.", "Madam Speaker, hawn qed nitkellmu fuq bidliet li fil-prinċipju naqblu magħhom imma hemm affarijiet oħrajn fejn il-poplu jistaqsi: Imma kif il- Partit Laburista qiegħed jippjana li jbiegħ parti mit-Telemalta, meta skond hu t-Telemalta kellha tmexxija ħażina, kienet qed taqa' biċċiet u kienet waħda mill-fallimenti?", "Din hi l-istrateġija tal-Partit Laburista, li jipprova juri li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien partit ħali, ma kienx jaf imexxi u kien jaħli l-flus biex isolvi l-problemi.", "Issa, Alla jbierek, l-affarijiet kollha nbidlu.", "Jiġifieri din il-kumpannija, li skond huma kienet f'diżastru, issa f'daqqa waħda sar miraklu fiha u saret tant tajba li se noffru l-ishma tagħha lill-barranin u qed nippjanaw li ndaħħlu miljuni ta' liri mill-bejgħ li se nagħmlu.", "Kif jista' jkun li l-poplu Malti jieħu bis-serjeta' dak li kien jintqal qabel?", "Jien nieħu ġost ħafna li ssemmew żewġ kumpanniji - il-Malta International Airport u t-Telemalta - li għandi l-unur ngħid li kienu taħt ir-responsabbilta' tiegħi qabel ma nbidel il-gvern.", "Fost tant kumpanniji oħrajn, il-Gvern Soċjalista għażilhom it-tnejn, cioe il-Malta International Airport, dik il-limited liability company li suppost hija xi ħaġa tal-waħx, u t-Telemalta, li bħala korporazzjoni kellha u għad għandna saħħa kbira.", "Jien niftakar il-kritika li kienet issir mill-bankijiet fejn qegħdin aħna llum.", "Kien hemm min ikkritikana għaliex it-Telemalta kienet qed tagħmel wisq profitti.", "Kienu jistaqsuna wkoll għaliex it-Telemalta kienet qed tirregola l-pricing tagħha mhux b'mod li wieħed għandu jaċċetta minn monopolju.", "Jien niftakar lill-Prim Ministru, meta kien kap ta' l- oppożizzjoni, jagħmel argumenti fuq il-pricing tat-Telemalta.", "Forsi hawn min insihom imma jien niftakarhom bl-iktar mod ċar.", "Meta ftit snin ilu rġajna naqqasna l-prezzijiet ta' l-international calls konna nafu li qed ngħaddu parti mill-profitti tat-Telemalta lill-konsumatur u lill- businessmen u li konna qed ngħinu lis-settur kummerċjali f'pajjiżna.", "Imbagħad f'daqqa waħda nbidel id-diskors u qalu: GĦax issa qed jaqilgħu inqas.", "Mela l-ewwel ilmentaw li t-Telemalta qed tagħmel wisq qligħ, imbagħad għax iddeċidew li jagħtu parti minn dak il-profitt lill-konsumatur u lill-qasam kummerċjali - naturalment bil-politika tal-Gvern li huwa l- unika shareholder tat-Telemalta - l-argument inqaleb u qalu li issa mhux qed jaqilgħu biżżejjed u li qegħdin jonqsulhom il-profitti.", "It-Telemalta għamlet sew meta ddeċidiet li għandna ngħinu lis-settur kummerċjali u li għandha ssir iktar kompetittiva ħalli ma jkollhiex għalfejn tibża' minn call backs u affarijiet simili, għaliex b'hekk issir iktar kompetittiva.", "U ż-żmien malajr tana raġun.", "Jien għalhekk nieħu ġost b'dawn id- deċiżjonijiet, għaliex dawn jikxfu l-maskra tal-politika tal-Partit Laburista fl-oppożizzjoni.", "Dan juri li dak li intqal meta kienu fl- oppożizzjoni kien sempliċement biex jagħmlu oppożizzjoni, biex ibeżżgħu bil- babaw u biex jirbħu l-voti ħalli jitilgħu fil-gvern.", "M'huwiex ta' ġid għal pajjiżna li jkollna t-tip ta' oppożizzjoni li kellna u kull meta l-Gvern kien joħroġ b'idea serja l-unions kienu jqumu kontriha mingħajr ma jikkonsidraw x'inhuma tassew il-bżonnijiet fil-pajjiż.", "Malta huwa pajjiż żgħir ta' 350,000 ruħ li jrid jiġġieled kontra l-forzi tal-kompetizzjoni fid-dinja u ma jistax jaffordja li ninqasmu fix-xogħol tagħna b'dan il-mod.", "Dan huwa ta' deni kbir għall-progress ta' pajjiżna.", "Aħna m'aħniex se noqogħdu nopponu għal din il-liġi sempliċement għaliex qed tiġi proposta mill-Gvern Soċjalista.", "Aħna se nħarsu lejn din il-liġi, naraw x'inhu ta' ġid għal pajjiżna u nimxu magħha, kif nagħmlu fi kwantita' kbira mill- affarijiet li jidhru hawn.", "Jien naħseb li l-maġġoranza tal-liġijiet li jitressqu naqblu magħhom u b'hekk inkunu nistgħu nimxu.", "U din hija waħda minn dawn il-liġijiet.", "Pero' aħna ma nistgħux ma niftħux għajnejn in-nies.", "Ma nistgħux aħna niġu hawn u ngħidu: Meta semmejna l-aspett regolatorju operattiv, kienu qalulna li qed ngħidu dan għaliex irridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Qalulna: Intom qed tagħmluha din il-ħaġa għaliex bagħtulkom direttiva minn Brussels biex tagħmluha għaliex tridu tidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma l-argumenti li konna nisimgħu.", "Allura dan li qed jipproponi l-Gvern Soċjalista huwa suġġeriment ta' l-Unjoni Ewropea?", "Għaliex aħna nafu li skond il-politika ta' l-Unjoni Ewropea trid tagħmel distinzjoni netta bejn l-aspett regolatorju u l-aspett operattiv.", "Anke fl-Uganda qegħdin fil- proċess biex jagħmlu strutturi legali għal dan u l-Uganda m'hijiex fl- Unjoni Ewropea!", "Anke l-Madagascar qegħdin fl-istadju li jagħmlu agreements f'dan il-lat u qegħdin jaraw kif jistgħu joperaw, anzi diġa' għamlu bidla tal-liġijiet dwar l-operaturi u r-regolatur.", "Anke pajjiżi oħrajn fl-Afrika qed jimxu fuq dan il-mudell.", "Imma meta aħna konna fil-gvern u konna nipprovaw nagħmlu dawn it-tip ta' bidliet, malajr kienu jakkużawna li qed nagħmlu dak li jgħidulna ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa le, Alla jbierek!", "Issa f'daqqa waħda dan l-argument sparixxa, m'għadux jgħodd għal min qiegħed fil- gvern.", "Dan l-argument qatt ma kien validu għax din il-bidla xorta riedet issir, inkunu u ma nkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' rridu nkunu boloh jekk ma nħarsux lejn x'inhu jsir fl-Unjoni Ewropea, għaliex l-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, ovvjament wara l-Amerka, hija waħda mil-leading lights ta' kif għandek tirregola lil dan is-settur.", "Allura m'għandniex inħarsu lejha?", "Jew se nħarsu lejn min hu agħar minna?", "Suppost għandna dejjem inħarsu lejn min hu aħjar minna.", "Mhux għax se nqabblu ruħna ma' l-Amerka, rigward is-saħħa ekonomika, jew rigward it-territorju tagħna, jew fil-mod ta' kif żviluppat is-soċjeta' tagħna, imma huwa tajjeb li nħarsu lejn x'għamlu soċjetajiet oħrajn.", "Huwa tajjeb li wieħed iħares lejn it-Telecommunications Act li għamlu l-Amerikani, l-Ingliżi u diversi pajjiżi oħrajn.", "Kważi l-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa għamlu liġijiet ġodda u huwa tajjeb li narawhom.", "Ħadt gost nisma' lill-Ministru jgħid li din il-liġi partikolari għandha diversi għejjun u waħda mill-liġijiet li ġew ikkonsultati hija dik ta' l- Ingilterra.", "Jien ma niskantax għaliex il-konsulenti li kienu nvoluti biex tiġi fformulata liġi bħal din kienu Ingliżi u naturalment ħadu l-aspetti ta' l-Unjoni Ewropea - jien kelli okkażjoni niltaqa' magħhom meta kont responsabbli minn dan is-settur - u pprovaw joħolqu sistema li f'Malta nkunu in line ma' dak li qed jiġri f'pajjiżi oħrajn.", "Dan aħna nieħdu gost bih u lill-Gvern nagħtuh is-support tagħna f'din il-bidla li qiegħed jagħmel, pero' rridu naraw id-dettalji ta' dak li jrid isir għaliex dan huwa mportanti għal diversi affarijiet.", "Madam Speaker, meta nħarsu lejn il-bidliet li rridu nagħmlu f'dan il- mument, biex pajjiżna jkun jista' jżomm ruħu dejjem aġġornat ma' dan is- settur, naħseb li minn dan il-Gvern m'għandhiex issir biss riproduzzjoni ta' dak li konna lestejna aħna, għaliex iż-żmenijiet ma jistennew lil ħadd u d-dinja baqgħet tinbidel.", "Waħda mill-affarijiet li tolqotni, fil-mod kif qed jimxi dan il-Gvern f'diversi oqsma tal-politika tiegħu, hija li dan f'diversi oqsma baqa' għaddej bil-politika li kellna aħna, pero' mbagħad baqa' ffossillizzat f'dak li kellna sa sena ilu.", "Illum id-dinja tinbidel il-ħin kollu u għalhekk huwa importanti li nżommu ruħna aġġornati kontinwament.", "Meta qed nagħmlu liġi bħal din għandna naħsbu minn issa kif nistgħu nintegrawha ma' oqsma oħrajn.", "GĦandna nħarsu kontinwament lejn dak li qed jiġri f'pajjiżi oħrajn u lejn dak li hu pproġettat li jiġri fis- snin li ġejjin, partikolarment fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u l-qasam tax-xandir.", "Din il-ħaġa qegħdin naħsbu fiha?", "Għaliex meta qed tagħmel regolatur ta' ċerti sistemi fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, dawk is- sistemi jistgħu jintużaw minn issa għax dik it-teknoloġija diġa' teżisti.", "Bil-progress li sar fit-teknoloġija, huwa possibbli li tittrasmetti mhux biss il-vuċi u d-data imma anke l-immaġini.", "Tista' wkoll tittrasmetti immaġini li huma ekwivalenti għal dawk li joffri stazzjon televiżiv.", "Illum it-teknoloġija baqgħet għaddejja tiġri u, fejn qabel konna ngħidu li rridu nistennew li jkun hemm fibre optic to the home, biex din il-bidla fit- tekonoloġija tkun tista' sseħħ, illum bl-iżvilupp li sar fil-mod ta' kif jintuża l-copper, din tista' tagħmilha wkoll.", "Il-liġi li qed niddiskutu llum tkoprihom dawn l-affarijiet li huma pproġettati li jiġru fid-dinja tal- lum?", "It-tekonoloġija hija xi ħaġa li ma tieqaf qatt.", "MADAM SPEAKER: Onor. Frendo, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Michael Frendo jibqa' għaddej bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li l-Onor.", "Frendo jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Frendo jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Iva) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Madam Speaker, irrid ngħid li huwa importanti li meta nagħmlu liġijiet bħal dawn inżommu quddiem għajnejna wkoll li qed iseħħu bidliet teknoloġiċi kontinwament f'dan il-qasam u li mhux se jkun iktar possibbli li nagħmlu distinzjonijiet netti f'qasir żmien.", "Jien niftakar meta fl-ITU kienu jittrattaw it-telekomunikazzjoni bħala xi ħaġa teknika biss u li ma tistax tidħol f'aspetti oħra tagħha u allura tista' tirregolaha mingħajr ma taħseb f'aspetti oħrajn.", "Illum bl-iżvilupp ta' l-internet dan ma jistgħux jagħmluh iktar u bilfors iridu jħarsu lejn aspetti oħrajn ta' kif iridu jirregolaw dawn id-differenzi li qed jirriżultaw mill-użu ta' l-istess teknoloġija li qabel kienet tintuża sempliċement biex tittrasmetti l-vuċi.", "Huwa tajjeb li nagħmlu liġijiet bħal dawn, imma huwa tajjeb ukoll li nżommuhom aġġornati għal sitwazzjonijiet ġodda.", "Meta tħares lejn x'qed jiġri bħalissa fil-qasam tax-xandir, bil-kwestjoni tal-Broadcasting Authority, il-Cable Television u l-Melita Cable eċċ., tinduna li dan huwa the tip of the iceberg, għaliex min għandu s-sistema tat-televiżjoni bil- cable fid-dar, għandu wkoll il-potenzjal li juża t-telefonija.", "Min għandu s-sistema li twassal it-telefon fid-dar, għandu wkoll il-potenzjal li jkollu t-television.", "Dawn huma realtajiet li jitolbu iktar u iktar li jkollok regolatur.", "Imbagħad dan trid tiddeċiedi kif se jopera, għaliex mhux billi tgħid li jkollok regolatur.", "Ir-regolatur se tħares lejh mil-lat tekniku jew mil-lat ekonomiku?", "Il-Ministru Mizzi tana xi indikazzjonijiet imma dawn huma aspetti li rridu nidħlu fihom iktar fid-dettal.", "Meta tagħmel għażla ta' kif se tirregola, ma tridx tagħżel biss kif se tirregola b'mod tekniku imma trid tħares ukoll lejn l-aspetti ekonomiċi.", "Irid ikollok regolatur li jkollu sens ta' suq, irid ikollok regolatur li meta jħares lejn il-mod kif qed jiżviluppa s-suq f'pajjiżna jħares ukoll lejn l-aspetti partikolari ta' Malta.", "Dawn l-affarijiet huma kollha essenzjali biex liġi bħal din tkun ta' suċċess.", "Madam Speaker, huwa importanti li liġi bħal din inżommuha aġġornata maż- żmenijiet tal-lum.", "Il-punt li rrid nagħmel hu li m'huwiex tajjeb biżżejjed li tikkopja dak li kien hemm qabel u li ġie ppreparat għalik min ħaddieħor, mingħajr ma tuża sistemi kreattivi ta' kif tirregola lil dan is-settur b'mod dinamiku u b'mod li tkun tista' żżomm lil dan is-settur ħaj.", "Dan huwa settur strateġiku u kruċjali għal Malta, anke minħabba l-fatt li aħna pajjiż żgħir u jekk nimxu bil-għaqal m'għandux iservi ta' żvantaġġ kompetittiv għalina.", "Dan huwa settur fejn jekk irridu nistgħu nkunu international players bis-serjeta' u għandna nisfruttaw kemm jista' jkun il- possibbilta' li nikkompetu internazzjonalment.", "Dan huwa settur li fih Malta għandha ċ-ċans tagħmel bħalma għamlet bil-bandiera tagħha fix- shipping, jiġifieri li tuża l-kapaċitajiet u l-pożizzjonijiet strateġiċi tagħha biex tagħmel suċċess minnhom.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin għall-aġġornament.", "Nitlob lill- Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 10 ta' Diċembru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jirregola t-Telekomunikazzjoni - t-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - t-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu magħha - t-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. --------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Madam Speaker, naħseb li meta nitkellmu dwar dak li tassew nixtiequ u nħarsu 'l quddiem lejh, biex ngħid hekk, 'il fuq mill- politika partiġjana u anke dik ġenerali, insibu l-familja u t-trobbija ta' l-ulied.", "Illum nixtieq nitkellem dwar suġġett li naħseb li huwa mportanti ħafna u li, għalkemm kemm-il darba smajna dwaru, xorta waħda għandu ċerta importanza u kulma jmur aktar irridu nagħtu kasu għaliex hemm problema marbuta ma' dan is-suġġett.", "Nafu bit-tibdil li għaddej fis-soċjeta' tagħna, mhux biss f'din il-gżira imma anke fid-dinja ta' madwarna.", "Illum bis-saħħa tat-teknoloġija l- kuntatt ma' pajjiżi oħrajn sar iktar faċli, mhux biss bis-saħħa tat- televiżjoni jew inkella tar-radju, imma anke permezz tal-computers u aktar u aktar ta' l-internet.", "Kif nafu, dak il-kuntatt li fl-imgħoddi konna naħsbu li hu remot, illum sar aktar fil-qrib.", "Tant sar fil-qrib li daħal f'darna u l-komunikazzjoni saret aktar personalizzata.", "Dawn il-mezzi li għadni kif semmejt wieħed jista' jieħu minnhom sew it-tajjeb u anke l- ħażin.", "Jien nixtieq immur fuq dak li hu ħażin u nagħmel aċċenn fuq il- bullying li minn żmien għal żmien qed jerġa' jgħolli rasu.", "Dan l-aħħar kelli każ fejn kellmuni xi għalliema, kapijiet u assistenti kapijiet, għax qegħdin iħossu li din il-problema tal-bullying kulma tmur qiegħda tikber u hemm bżonn li nieħdu ħsiebha aktar mill-qrib ħalli tkun tista' tiġi mrażżna.", "Il-bullying mhux qiegħed isir biss fl-iskejjel fejn hemm tfal ta' ċerta eta', bħalma huma dawk sekondarji, imma anke f'livelli aktar żgħar, jiġifieri dawk primarji.", "Madam Speaker, għandna tfal li jkunu aggressivi u jaġixxu b'ċertu mod forsi għax il-familja tagħhom ma toffrilhomx dak il-kenn fejn ikunu jistgħu jiftħu qalbhom u jsibu min jisma' d-diffikultajiet tagħhom.", "Hemm oħrajn li minkejja li jsibu dak il-kenn fil-familja tagħhom, meta jsibu ruħhom mat- tfal ta' l-eta' tagħom iħossu li dawn iridu jiddominawhom u jhedduhom.", "Din m'hijiex xi ħaġa ġdida għax jien niftakar li meta kont għadni assoċjata ma l-iskejjel, waħda mill-uġiegħ ta' ras li kellna kienet kif se nrażżnu lil dawn it-tfal sabiex ma jkomplux jheddu tfal oħra li forsi jkunu xi ftit debboli ħdejhom.", "Wieħed irid jiftakar li min ikun introvert u magħluq fih innifsu, biex ngħid hekk, se jservi ta' scapegoat għal min ikollu personalita' aktar qawwija.", "Jien nemmen li din il-problema ma tistax tiġi solvuta mil-lum għal għada u lanqas se tiġi solvuta billi l-ġenituri jieħdu aktar responsabbilta' sabiex jikkoreġu jew iwissu lit-tfal.", "Fejn tidħol l- iskola jien nemmen - dan għidtu kemm-il darba u nibqa' nsostnih - li jrid ikun hemm support team li jkun jikkonsisti minn welfare officers, social workers u anke neurologists, għaliex jista' jagħti l-każ li jkun hemm tfal li jkollhom xi difett żgħir fil-moħħ u allura jkollhom bżonn ta' għajnuna medika.", "Dawn huma affarijiet li jiġru u nagħmlu ħażin jekk naqbdu u nikkundannaw lit-tfal kollha, nitfgħuhom ġo xkora waħda u ngħidu li huma mqarbin għax ħadd ma jista' jrażżanhom.", "Mill-esperjenza tiegħi, jien sibt li hemm tfal li jkollhom xi ħaġa ġo fihom li meta jiġu f'kuntatt ma' ħaddieħor mingħajr ma jridu jħebbu għal dak li jkun.", "GĦalhekk qed nagħmel dan l-appell għaliex naħseb li wasal iż-żmien li dan is-support team fid-dipartiment ta' l- edukazzjoni jikber.", "Fil-fatt nixtieq nistaqsi kemm għandna psikoloġi, neurologists u social workers li qegħdin jieħdu ħsieb lil dawn it-tfal.", "Jekk in-numru ta' dawn l-esperti huwa żgħir hemm bżonn li naraw kif ninkoraġġixxu aktar studenti jidħlu f'dawn l-oqsma, biex dan is-support team li tant huwa importanti jikber malajr kemm jista' jkun.", "Il-bullying m'hijiex kwestjoni ta' l-iskejjel biss, għaliex kellna każi ta' żgħażagħ li spiċċaw saru delinkwenti.", "Jiddispjaċini ngħid li llum għandna numru kbir ta' żgħażagħ li fit-trobbija tagħhom ftit li xejn sabu għajnuna.", "Illum qegħdin naraw żgħażagħ ta' 13 jew 14-il sena jaqgħu għall- vizzju tad-drogi u jirrikorru għal ċerta kriminalita', speċjalment fejn jidħol is-serq.", "Għandna wkoll żgħażagħ li jġiegħlu lil ħaddieħor iwettaq ċerti affarijiet.", "Dan kollu ġej mill-bullying, għax wara kollox x'inhu l- bullying?", "Meta wieħed jipprova jhedded li xi ħadd sabiex jagħmel xi ħaġa li ma jridx.", "Illum il-ġurnata nafu wkoll li qegħdin isibu żgħażagħ li jġiegħlu lil ħaddieħor, li forsi fil-karattru jkun aktar dgħajjef minnhom, jikkometti ċerta kriminalita' u jekk dan ma jaċċettax għada pitgħada jsibuh u jpattuhielu.", "Każi bħal dawn għandna kemm trid u din m'hijiex xi ħaġa li nsibuha fis-subien biss.", "Il-bullying insibuh kemm fost is-subien u anke fost il-bniet.", "Ċertament li l-bullying fost il-bniet għandu effett psikoloġiku aktar milli fis-subien.", "Fil-fehma tiegħi d-differenza hi li filwaqt li s-subien meta jirrikorru għall-bullying ħafna drabi jkun hemm il- vjolenza fiżika, fost il-bniet il-vjolenza se tkun aktar psikoloġika għaliex jużaw it-theddid.", "Ħafna drabi jiġri li l-vittmi jingħalqu fihom infushom u mingħajr ma jkunu jafu jibdew jirtiraw ruħhom mis-soċjeta' u ma jibdewx jikkomunikaw ma' ħaddieħor għax ikollhom il-biżgħa li hemm xi ħadd qiegħed għassa fuqhom.", "Madam Speaker, qed nagħmel dan l-appell għaliex fuq kollox għada pitgħada x'soċjeta' rridu?", "Irridu soċjeta' ta' bullies?", "Irridu soċjeta' ta' introverts, ta' żgħażagħ li jkunu magħluqin fihom infushom?", "Aħna dawn l- affarijiet ma rriduhomx u qegħdin infittxu li jkollna żgħażagħ kapaċi jaħsbu għal rashom, kapaċi jiddeċiedu, kapaċi jqumu fuq saqajhom u jieħdu r- riedni f'idejhom u mhux jibżgħu minn dellhom.", "Nerġa' ngħid li dan m'huwiex xi każ tal-mument imma huwa każ fejn kieku kellna ngħajtu lill-kapijiet ta' l-iskejjel kollha nsibu li kulħadd għandu xi każ minn dawn.", "Għalhekk huwa mportanti ħafna li kemm jista' jkun dan is-support team jingħata aktar importanza ħalli ma jkollniex aktar tfal u żgħażagħ li jaqgħu vittmi tas- soċjeta'.", "Madam Speaker, huwa tajjeb li nisimgħu aktar esperti jitkellmu dwar dan is- suġġett imma naħseb li wasal iż-żmien li jsiru ċerti studji.", "Huwa tajjeb li naraw x'inhu għaddej barra minn Malta imma naħseb li huwa aktar importanti li l-azzjoni li għandha tittieħed, tittieħed malajr kemm jista' jkun ħalli nfittxu nsolvu din il-problema.", "Din hija problema li tallarma lill-għalliema, lill- kapijiet ta' l-iskejjel u kif ukoll lill-ġenituri li meta titkellem magħhom jgħidulek: Isma', kif it-tfal tiegħi kienu jmorru l-iskola u f'daqqa waħda ma jridux imorru aktar?", "Xi ħaġa tkun il-kawża u meta wieħed jistudja u jara eżattament x'inhi r-raġuni, fil-każ ta' ċerti tfal li fil-bidu jkunu jħobbu jmorru l-iskola u f'daqqa waħda jibdlu l-attitudni tagħhom - saħansitra jibdew jibku filgħodu u jġibu kull skuża biex ma jmorrux l- iskola - issib li primarjament il-problema ma tkunx l-istudju jew inkella l- għalliema, imma għaliex f'xi ħin ikunu sabu lil xi ħadd - jista' jkun waqt il-ħin tal-break, jew meta jmorru t-toilet - li anke b'ħarsa jkun qed jheddidhom u jbeżżagħhom u, biex ngħidu hekk, ineħħilhom dik il-konfidenza li wieħed jistenna li jkollhom dawn it-tfal.", "Jien ma baqagħlix xi nżid dwar dan is-suġġett ħlief li nappella biex kemm jista' jkun id-dipartiment ta' l-edukazzjoni jidħol aktar fil-fond ta' din il-problema - jien naf li diġa' qegħdin jeħduha bis-serjeta' - ħalli lil dawn it-tfal li bħalissa għaddejjin minn din it-trawma psikoloġika ngħinuhom malajr kemm jista' jkun.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Madam Speaker, illejla xtaqt nagħmel osservazzjoni fuq il-ħwienet iż-żgħar għaliex naħseb li, minbarra li għandhom kompetizzjoni kontinwa mill-ħwienet il-kbar, dawk li huma magħrufin aħjar bħala supermarkets, qed issir ċerta inġustizzja magħhom anke min-naħa tagħna.", "Kultant, mingħajr ma nkunu konxji, lil dawn nagħmluhom it-target ta' ċertu enforcement żejjed u mbagħad il-ħwienet il-kbar mhux dejjem jiġbdu l-istess attenzjoni għal ċertu ksur ta' liġi daqs il-ħwienet iż- żgħar.", "Qed ngħid hekk għaliex meta wieħed ikun il-qorti u jassisti għas-seduta tas-sanita' isib li l-maġġoranza ta' l-imputati jkunu licensees ta' ħwienet żgħar, li jiġu akkużati fuq reati minimi li jien inħoss li għandhom jiġu riveduti.", "Per eżempju, nifhem li fil-każ ta' casa bottega dan ikun ħanut li jkollu bieb jinfed mad-dar.", "GĦalhekk ma nistax nifhem kif qegħdin imorru nies tas-sanita' u jgħidulhom li dak il-bieb li mill-ħanut jagħti għad-dar għandu jingħalaq, meta dan sar bl-approvazzjoni tal-Planning Authority jew, kif aktarx kien jissejjaħ dak iż-żmien, il-PAPB.", "Kif nistgħu nenforzaw dawn it-tip ta' regolamenti?", "Jiena naf ukoll b'persuna li fil-ħanut tagħha għandha parti fejn wieħed jista' jagħmel il-bżonnijiet naturali tiegħu, u llum, wara dawn is-snin kollha, qegħdin jgħidulha li dan għandha tneħħih.", "M'hijiex ħaġa sew li dejjem taqbad mal-ħwienet iż-żgħar u l-kbar ma tmisshomx.", "Kif se tmissu lill-kbir?", "Jekk tmur f'supermarket kbir issib li ħadd ma jiċċekkja xejn - u issa niġi anke għal ċerti prodotti fil-ħwienet - għaliex fejn jaqblilhom l- aġenti joħorġu ċerti prodotti bi prezz għall-mara tad-dar, imbagħad jgħollu prodotti oħra.", "Ta' min jagħmel kontroll fuq dawn l-aġenti għax qed naraw li ċerti prodotti qed jogħlew b'mod straordinarju.", "Jien inħoss li ma jistax ikun li prodott, f'affari ta' ftit ġimgħat, dejjem jogħla minn barra.", "Per eżempju, huwa possibbli li prodott li jiġi mill-Italja jogħla tliet darbiet f'erba' xhur?", "Huwa possibbli li prodott li jiġi mill- Ġermanja jogħla erba' darbiet f'xahrejn?", "M'iniex se nsemmi l-prodott għax ma rridx nagħmel reklami, imma naf bi prodott li f'affari ta' ftit xhur kellu żieda fil-prezz b'mod drammatiku.", "F'każi bħal dawn għandu jkun hemm il-kontroll u għandna nibżgħu għalihom il-ħwienet iż-żgħar.", "Il-ħwienet iż- żgħar huma l-ħajja tas-soċjeta' Maltija, kif nafuha minn dejjem, u lis- self-employed irridu nibżgħu għalih.", "Illum qed naraw li l-inizjattiva tas- self-employed naqset.", "Taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm ritmu iktar mgħaġġel imma llum qed naraw li dan ir-ritmu qed imajna.", "Madam Speaker, issa ħalli niġi għal aspett ieħor li nħoss li għandi nagħmel xi rimarki dwaru.", "Xi jumejn ilu, waqt l-aġġornament, l-Onor.", "Tonio Borg għamel rimarka fuq il-Pulizija, fejn qal li r-rata tal-kriminalita' mhux vera naqset imma żdiedet.", "Kieku l-Onor.", "Membru għamel il-homework tiegħu b'mod ġust - u l- Onor. Borg għandu esperjenza biżżejjed għax għamel żmien ministru ta' l- intern - kieku kien isib li fir-realta' matul is-sena ta' amministrazzjoni Laburista il-kriminalita' naqset.", "Issa meta ngħidu kriminalita' inkunu qed infissru r-reati li ġew kommessi u rraportati, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' crime against property, bħal serq, hold-ups, eċċ., u anke crime against the person, bħalma huma delitti, omiċidji u feriti gravi.", "Dan it-tnaqqis fil-kriminalita' huwa riżultat tal-ħidma tajba tal-Partit Laburista fil-gvern, li saret mingħajr ħafna pompa.", "Illum m'għadux żmien il-pompa!", "Ara hawnhekk għandu raġun l-Onor.", "Borg, għax jekk qed jikkalkula jekk il-kriminalita' naqsitx skond il-mod kif kien jaħdem bih il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern, allura huma kienu jagħmlu l-affarijiet b'ħafna iktar pompa milli nagħmlu aħna.", "Hemmhekk jgħadduna żgur pero' naċċertakom li fir-ritmu tax-xogħol aħna qed nottjenu riżultat aħjar.", "Hawn ma rridx infisser li fil-każ tal-Pulizija kollox miexi sew - far from it! - għax għad fadal ħafna xogħol xi jsir u rridu naraw iktar pulizija fit-triq.", "Huwa inutli li noqogħdu nġibu l-iskużi.", "Issa aħna qegħdin fil-gvern u rridu naraw li l-affarijiet li nitkellmu fuqhom iseħħu verament.", "Jekk qed ngħidu li naqsu ċerti nies mill-uffiċini rridu naraw x'sar minnhom, u lil min joħroġ għonqu għal dan ix-xogħol għandna nonorawh.", "Per eżempju, bħalissa qed jiġi f'moħħi s-Surġent Bezzina li tant issogra ħajtu - ma ġietux tajba, imma setgħet ġietu tajba - meta għereq turist Ingliż fil-Mellieħa, ċertu John Fletcher, waqt li kien qed jipprova jsalva tnejn oħra.", "Lil dan is-Surġent Bezzina tah il-bewsa tal-ħajja u kieku dan l-Ingliż kellu l-Aids kien ilaqqatha żgur għax kien ħiereġ id-demm minn ħalqu.", "Dan nafu għaliex għandi r-rapporti dwar kif ġara l-każ.", "Allura dan m'għandux jiġi rrakkmandat?", "Fi żmienhom kienu jiġu rrakkmandati tant nies!", "M'iniex ngħid li ma kienx hemm min kien ħaqqu jiġi rrakkmandat, pero' kien hemm min ma kienx ħaqqu u ġie rrakkmandat.", "Dawn l-affarijiet għandhom jagħmlu kuraġġ lill-membri tal-Pulizija.", "Aħna għandna ngħinu lil dawn in-nies biex kemm jista' jkun ngħollulhom il-moral.", "L-Onor.", "Borg kien jitkellem ħafna fuq il-Pulizija.", "Allura meta kien idur il-fire brigade sections, ma kienx jara li ħafna mill-bowsers ma kenux f'qagħda li jiffunzjonaw?", "Mela jekk ħafna minn dawn il-bowsers kienu out of order, kif m'għamel xejn f'sena u nofs?", "L-unika ħaġa li naf li saret hija li, bl-inizjattiva tagħhom stess, mingħajr ma ngħataw spare parts, dawn irranġaw xi bowsers huma stess u ffrankaw Lm30,000.", "Allura lil dawn in- nies m'għandniex nirrakkmandawhom?", "Dawn huma nies li minn dejjem kienu jagħmlu xogħolhom b'amorproprju.", "Issa ħalli niġi għall-aħħar punt tiegħi.", "It-turiżmu huwa fattur importanti ħafna għall-għajxien tal-pajjiż kollu u għamel sew il-Prim Ministru li, mill-ewwel ġimgħat li tela' fil-gvern, mingħajr ma ħela ħin, għadda għall-proġett ta' Buġibba u issa qed jitfa' għajnejh fuq diversi postijiet oħra, bħal Għawdex u s-south ta' Malta.", "F'Għawdex għandna nbiegħu s-servizzi li wieħed jista' jieħu meta jżur din il-gżira.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill-NTOM biex, meta jirreklamaw lil Għawdex, idaħħluh fil-perspettiva bħala parti integrali mill-gżejjer Maltin, fejn wieħed jista' jmur iqatta' vaganza.", "Huwa tajjeb li naraw li kien hemm żieda fit-turiżmu, imma l-iktar ħaġa li rridu naraw hi kif se niżviluppaw l-idea li jkollna żieda ta' dawk it-turisti li joqogħdu Għawdex għal ammont ta' ġranet.", "Meta torganizza package tour għal Għawdex għandek tinkludi l-gżejjer Maltin.", "Per eżempju, jekk tmur il- Caribbean ma jorganizzawx holidays għall-Bahamas jew għal St. Lucia imma jorganizzaw package tours għall-Caribbean Islands.", "Għaliex?", "Għaliex l- istorja hija marbuta mal-gżejjer kollha.", "Issa aħna, fil-każ tal-ġżejjer tagħna, għandna l-vantaġġ li nistgħu noħolqu bħal sistema ta' litteratura turistika li tinkludi lil Għawdex.", "Forsi jkun hemm min jgħid: Imma Għawdex m'għandhomx golf course.", "F'Malta għandna - j'Alla jkollna iktar u nisperaw li jkollna xi tnejn jew tlieta oħra - imma Għawdex m'għandniex.", "Riċentement kont qiegħed indur hemmhekk, għax kultant inħobb nitla' sa Għawdex, u rajt li l-miżbla tal-Kortin tista' faċilment tiġi żviluppata f'golf course sabiħa.", "Voldieri jeżistu postijiet li nistgħu nirranġawhom u barra minn hekk inkunu qegħdin insebbħu l- ambjent.", "Din tgħodd ukoll anke meta niġu biex nattwaw il-kunsill reġjonali għal Għawdex, għax din il-ħaġa hija importanti biex ir-responsabbiltajiet amministrattivi għal Għawdex ikunu jistgħu jiffunzjonaw aħjar.", "Madam Speaker, jekk se niġu biex nagħmlu kunsill reġjonali għal Għawdex - xi ħaġa li tissemma fil-programm elettorali tagħna u se ssir żgur - ma nistgħux nibqgħu naċċettaw li f'Għawdex ikollna kumitat tat-traffic control board li jkun advisory, għax jew se tagħmlu amministrattiv jew m'intix.", "Jekk f'Għawdex illum kulħadd qed jaqbel - inkluż is-segretarjat, il- kunsilli lokali u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - li fi Pjazza Sabina, r-Rabat għandu jkun hemm sitt coaches bit-turisti, imbagħad it- traffic control board ta' Malta jgħid le, ma nistgħux naħdmu.", "Aħna rridu naraw li jekk se tafda lil Għawdex biex ikollu aktar amministrazzjoni f'idejn ir-regional council - hawn m'iniex qed nitkellem mill-aspett turisitiku biss imma anke mill-aspett amministrattiv - trid tagħtih ukoll is-saħħa amministrattiva.", "Madam Speaker, meta tara dan kollu tinduna li għad hemm ħafna xi jsir, imma f'ġieħ is-sewwa ejjew inkomplu fit-triq li bdejna għall-ġid ta' Malta u Għawdex.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 10 ta' Diċembru, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ - SKART", "9420.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi l-impjant għar- riċiklaġġ ta' l-iskart solidu f'Sant Antnin issa ilu żmien twil ma jitħaddem, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir mill-iskart li qed jakkumula?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nixtieqx li bil-mistoqsija ta' l-Onor. membru tingħata l-impressjoni li għax l-impjant ta' Sant' Antnin hu wieqaf, allura hemm xi skart li qed jitħalla jakkumula f'dan l-impjant.", "Infatti, sa kemm l-impjant hu wieqaf, mhux qed jiddaħħal skart fl-impjant u l-iskart kollu qed jindifen fil-miżbla tal-Magħtab.", "Infakkar li bħal issa għaddejjin taħdidiet mal-kumpanija Ingliża Eco-Sci biex fl-anqas żmien possibbli tibda titħaddem bi prova teknologija msejjħa \"Eco-Pod\".", "Din għandha tassigura li meta l-impjant jerga' jibda jaħdem, dan ma jkunx kawża ta' nkonvenjenza għar-residenti tal-viċin.", "WASTE MANAGEMENT", "9421.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-draft tal-Waste Management Policy tiġi ppubblikata?", "X'time-frame qed ipoġġi il-gvern għall-implimentazzjoni ta' din il-policy?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-draft Waste Management Policy ġiet ippubblikata.", "Huwa mistenni li min għandu kummenti, kritika jew suġġerimenti jagħmilhom sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Wara, fl-iqsar żmien possibbli wieħed jibda jaħdem fuq l-istrateġija li trid tiġi mplimentata.", "MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL - FLUS LI NTNEFQU FUQ HOSPITALITY", "9607.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Telemalta bejn Mejju u Settembru nefqet is-somma ta' Lm12,196.32.", "Il-figuri għal Ottubru għadhom ma nħadmux.", "Din is-somma tiġbor fiha kemm spejjeż ta' rigali u wkoll ospitalita' mogħtija lil delegazzjonijiet barranin li jkunu fuq żjara uffiċjali f'Malta.", "Fil-ministeru tiegħi ntefqet is-somma ta' Lm324.84 fil-perjodu msemmi fil- mistoqsija .", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "9620.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-perjodu 1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' l- Ministru jagħti (i) lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; (ii) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; (iii) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; (v) lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; (6) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwanita' ta' l-istampar; (vii) kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) lista ta' kumpannija ta' l-iscanning li ġew użati; u (ix) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TAD-DJAR - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "9621.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti: (i) lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; (ii) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; (iii) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (iv) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; (v) lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; (vi) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' tal-istampar; (vii) kemm intnefaq ma' kull stamperija; (viii) lista ta' kumpannija ta' l-iscanning li ġew użati; u (xi) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: B'żieda mar-risposta mogħtija f'seduta 149 għal din il-mistoqsija.", "L-informazzjoni addizzjonali dwar avviżi u reklami li deħru fil-gazzetti lokali bejn 01/05/97 sa 31/10/97 (u wkoll paragun man-nefqa fl-istess perjodu fl-1996).tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IMPJEGAT", "9681.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-persuna li ismu qed jintbagħat separatament fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Arti Nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna għandhiex kuntratt kif ukoll jgħid x'inhi r-remunerazzjoni, benefiċċji jew allowances li għandha l-istess persuna?", "F'każ li għandu kuntratt, jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ma tifformax parti mill-istaff tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti u m'għandu l-ebda kuntratt ta' impieg.", "IMPJIEGI", "9692.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6435, fejn il-Viċi Prim Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ġenerika tal-kuntratt bejn il-ministeru tiegħu u l-ambaxxaturi, u għall-paragrafu 2 ta' dan il-kuntratt (\"... for a period of three years on a full time basis ...\"), jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema data jiskadi/jagħlaq il-perjodu kurrenti ta' dawn l- ambaxxaturi: 1) is-Sur Maurice Abela; 2) is-Sur Michael Bartolo; 3) il- Professur David Attard; 4) is-Sur Vincent Camilleri; 5) is-Sur Emanuel Farrugia; 6) is-Sur Richard Matrenza; 7) Dr. Mark Micallef; 8) Dr. Daniel Micallef; u 9) Dr. John Buttigieg?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru in oltre jikkonferma li fil-każ ta' political appointees bħas-Sur Vincent Camilleri, ambaxxatur f'Parigi u ex-Chairperson għall-attivitajiet tal-massa tal-MLP, ikun kontra l-politika tal-gvern li dawn jiddaħlu mill-ġdid fis-Servizz Ċivili?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Ambaxxaturi Maltin indikati mill-Onor.", "Membru jibqgħu jservu fil-kariga li jokkupaw sa dawn id-dati", "1.", "Is-Sur Maurice Abela, Ambaxxatur għall-OSCE, għall-Awstrija u għas- Slovenja, residenti fi Vjenna 30 ta' Ġunju 1999", "2.", "Is-Sur Michael Bartolo, Rappreżentant Permanenti għall- organiżżazzjonijiet tal-Ġnus Magħquda f'Ġinevra, residenti f'Ġinevra 30 ta' Ġunju 2000", "3.", "Il-Professur David Attard, Rappreżentant Uffiċċjali f'Konferenzi u f' Negozjati Internazzjonali, residenti Malta mingħajr skadenza *", "* L-Ambaxxatur Attard jibqa' jservi f'din il-kariga skond kif meħtieġ.", "4.", "Is-Sur Vincent Camilleri, Ambaxxatur għal Franza, għal Spanja u għall-UNESCO, residenti f' Pariġi 15 ta' Diċembru 1999", "5.", "Is-Sur Emanuel Farruġia, Ambaxxatur għall-Arabja Sawdita, għall- Qatar u għall-Yemen, residenti f'Riyadh 10 ta' Jannar 2000", "6.", "Is-Sur Richard Matrenza, Kummissarju Għoli Malti għar-Renju Unit, residenti f'Londra 19 ta' Jannar 2000", "7.", "Dr Mark Micallef, Ambaxxatur għall-Istati Uniti ta' l-Amerika u kummissarju Għoli Malti għall-Kanada, residenti f'Washington 15 t'April 2000", "8.", "Dr Daniel Micallef, Ambaxxatur għas-Santa Sede u għall-Ordni Sovrana Militari Ospitaljera ta' San Ġwann, residenti Malta 31 ta' Diċembru 1999", "9.", "Dr John Buttiġieġ, Ambaxxatur għall-Kunsill ta' l-Ewropa u għall- Olanda, residenti Malta 31 ta' Jannar 2000", "Rigward it-tieni parti tad-domanda ta' l-Onor.", "Membru, infakkar illi persuna li ma tkunx jew li ma tkunx baqgħet uffiċċjal pubbliku, u li tiġi nominata biex isservi bħala Rappreżentant Prinċipali (Ambaxxatur) ta' Malta, skond il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni Maltija, ma tiġix tifforma parti mis-Servizz Ċivili bħala riżultat tan-nomina tagħha bħala Ambaxxatur.", "Għalhekk, l-allegazzjoni li s-Sur Vince Camilleri daħal mill-ġdid fis- Servizz Ċivili meta ġie appuntat Ambaxxatur Malti għal Franza hija bla bażi.", "CONSTRUCTION & MAINTENANCE DEPARTMENT - PROĠETTI", "9853.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti huma ppjanati li jkunu mwettqa mill-Construction and Maintenance Department is- sena d-dieħla u kemm hi n-nefqa ppjanata fuq kull proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Proġetti li huma ppjanati li jkunu mwettqa mill- Construction and Maintenance Department is-sena d-dieħla huma murija hawn taħt:-", "Auberge D'Italie: Irranġar u rinovazzjoni għall-Ministeru tat-Turiżmu 500,000", "Lascaris: Irranġar u rinovazzjoni għad-Dipartiment tal-Istatistika 120,000", "Faċilita' Korrettiva Kordin: Bini ta' kwartieri ġodda inkluż is-sezzjoni femminili li ser tiġi tiswa: 816,283.40", "Dar ta' l-Anzjani f'Bormla: Bini ġdid 750,000", "Upgrading ta' Touristic Areas fin-nofs-in-nhar ta'Malta 1,250,000", "Titjib (Improvements) fin-National Park Ta' Qali 200,000", "Għassa tal-Pulizija fil-Belt Valletta: Xogħol ta' tibdil strutturali u refurbishment biex il-Parcel Post Office tinbidel f'għassa tal-Pulizija 40,000", "Restawr ta' l-Għajn tal-Ħasselin Msida 10,000", "Lock up ġewwa l-kwartieri tal-pulizija (Alterazzjonijiet u Kostruzzjoni ta' uffiċini ġodda) 260,978", "Latrini pubbliċi ġewwa il-K.G.V. Gardens-Kostruzzjoni 14,374", "Manutenzjoni u Rijabilitazzjoni f'Dipartimenti u bini tal-Gvern 550,000 (Skond l-estimi 1998)", "Diversi ġonna oħra fil-Housing Estates: Billi dan ix-xogħol isir għad- Dipartiment ta' Bini u Tiswija tad-Djar u ser jitħallas mill-vot ta' l- istess dipartiment, aktar dettalji dwar din il-parti tal-programm għandhom jinkisbu mill-Ministeru għad-Djar.", "AIR MONITORING PROGRAMME - PROĠETTI", "9854.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi proġetti kienu mwettqa taħt l-Air Monitoring Programme u xi proġetti huma maħsuba għas-sena d-dieħla?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Matul l-1997 tkompla l-monitoring ta' gases, bħal carbon dioxide, carbon monoxide u methane fil-background air.", "Dan ix-xogħol twettaq bħala parti mill-obbligi ta' Malta taħt il-Climate Change Convention.", "Matul l-1997 ġie mibdi xogħol ta' monitoring ta' carbon monoxide f' ċentru abitat, preċiżament dan ta' Triq Sant' Anna l-Furjana.", "Għas-sena d-dieħla hu maħsub li kemm il-monitoraġġ ta' background air quality, kif ukoll dak taċ-ċentri abitati jibqgħu għaddejjin.", "Hu maħsub li dan ħa jiġi estiż kemm biex ikopri parametri oħra barra l-carbon monoxide kif ukoll biex ikopri lokalitajiet oħra ta' Malta.", "Attivita oħra ewlenija u wkoll maħsuba għas-sena li deħlin fiha tirrigwarda amendi għall-Clean Air Act ta' l-1967.", "ENVIRONMENTAL PROTECTION DEPARTMENT - PROĠETTI", "9880.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu l-proġetti mwettqa mill-Environmental Protection Department taħt Evironmental Education Programmes?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħala kampanji edukattivi din is-sena d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent beda billi kkonċentra fuq il-ħajja marittima.", "Infatti tħejjew posters u stickers għat-tfal.", "Ġew organizzati Clean Ups marittimi fejn ġew involuti diversi gruppi volontarji.", "Dawn il-Clean Ups li sejjaħnilhom We Care for the Sea ġew organiżżati fil-lokalitajiet differenti fosthom M'Scala, M'Xlokk, tas-Sliema u x-Xlendi Għawdex.", "Għall- aħħar ta' din is-sena se jiġu organiżżati żewġ konferenzi u exhibition fuq dan is-suġġett.", "Tqajjmet kuxjenza wkoll dwar is-saff ta' l-Ozonu.", "Infatti ġiet organiżżata kompetizzjoni għat-tfal ta' l-iskola fejn dawn ħejjew mat-300 proġett dwar il-protezzjoni ta' dan is-saff.", "Tħejjew ukoll pamphlets, stickers u posters immirati biex jilħqu diversi setturi tal-pubbliku.", "Sar ukoll video ta' Xummiemu fejn ġie spjegat wieħed x'għandu jagħmel biex jevita dannu li jiġi kkawżat bis-sħana tax-xemx.", "Għall-Industrija l-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent ħaseb biex iniedi Seminar fejn diversi kumpaniji privati taw rapport fuq x'qed jagħmlu biex jissalvagwardjaw is- saff ta' l-Ozonu.", "Ġew organiżżati numru ta' exhibitions fuq diversi suġġetti.", "Ittellgħet il- Green Week exhibition fil-bidu ta' din is-sena ġewwa t-Trade Fair, in- Naxxar.", "Hawnhekk saret enfasi fuq is-separazzjoni ta' l-iskart fid-dar u l- pubbliku kellu l-possibilita' li jistaqsi dwar xi problemi li jista' jħabbat wiċċu magħhom meta din l-iskema tiġi fis-seħħ.", "Tniedew ukoll żewġ pilot schemes waħda f'Marsaskala u l-oħra f'Pembroke fejn tqiegħdu erba' banks differenti f'diversi siti fil-lokal fejn in-nies jistgħu jarmu b'mod separat karti, plastik, aluminium u ħġieġ.", "Ġew imfasslin tliet booklets dwar is-separazzjoni ta' l-iskart immirati lejn it-tfal u l-ieħor immirat għall-pubbliku in ġenerali.", "It-tielet booklet fih informazzjoni ġenerika dwar l-Impjant ta' Sant' Antnin M'Scala.", "Id-Dipartiment tul is-sena kollha organiżża numru ta' Seminars dwar suġġetti varji.", "Dawn kienu jinkludu s-separazzjoni ta' l-iskart fid-dar li kien immirat lejn il-Kunsilli Lokali.", "Għandna tnejn oħra ġejjin dwar dan is-suġġett u se jkunu għat-teachers kemm fis-sekondarja u ieħor għal tal- primarja.", "Lejn l-aħħar ta' dan ix-xahar se jiġi organiżżat Seminar Nazzjonali dwar il-Waste Management.", "Seminars oħra jitrattaw il- protezzjoni ta' l-ambjent naturali fir-Ramla l-Ħamra, il-ħarsien ta' l- ambjent fl-industrija u l-ħarsien tas-saff ta' l-Ozonu.", "Numru ta' konferenzi jinkludu l-Pacem in Maribus u dik dwar id-Dredging Wastes.", "Minbarra dan kollu kellna diversi slots ambjentali fuq il-mezzi tax-Xandir kollha u dawn ovvjament għadhom u ser jibqgħu jixxandru.", "Ġie mfassal ukoll video dwar is-separazzjoni ta' l-iskart li xxandar l-ewwel darba matul it- Trade Fair iżda imbagħad ixxandar ukoll fuq ic-channels tat-televiżjoni lokali kollha.", "ENVIRONMENT PROTECTION DEPARTMENT - ENVIRONMENTAL AUDITING", "9881.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sar environmental auditing ta' attivitajiet u xogħlijiet tal- gvern u awtoritajiet parastatali mill-Environmental Protection Department?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għall-studju kkommissjonat fl-1996 mid-Dipartiment Għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u li jirrigwarda l-Environmental Auditing tal-Gvern.", "COUNCIL OF EUROPE'S SOCIAL CHARTER", "9885.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Council of Europe's Social Charter li ġie rratifikat minn Malta fi Frar ta' l-1994?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kopja tal-Protocol li jemenda l-European Social Charter li ġie rratifikat minn Malta fis-16 ta' Frar 1994 tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "P.A. - TEMPJI/FDALIJIET STORIĊI", "9928.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru studji ta' tempji jew fdalijiet storiċi oħra mill- Planning Authority fil-perjodu li ilha mwaqqfa?", "Liema kienu t-tempji jew fdalijiet li fuqhom saru studji fil-perjodu msemmi?", "X'tip ta' riżultati nkisbu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tagħmel diversi studji u surveys dwar il-wirt kulturali, arkeoloġiku u anke naturali tal-Gżejjer Maltin.", "Dan isir sabiex tkun infurmata dwar dawn l-elementi ta' mportanza f'pajjiżna waqt l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet, waqt tfassil ta' Pjani Lokali u anke għal skedar ta' proprjetajiet.", "L-istudji jkunu jinkludu riċerka akkademika u ġabra ta' informazzjoni f'inventarji apposta, kif ukoll stħarriġ fuq il-post.", "S'issa dawn kienu jinkludu: (1) inventarju tas-siti arkeoloġiċi magħrufa f'Għawdex (pero' dan għad irid jiġi vverifikat permezz ta' site surveys): (2) survey arkeoloġiku tad-Dwejra f'Għawdex: (3) surveys oħra arkeoloġiċi fiż-żoni tal-pjani lokali ta' Marsaxlokk, il-Port il-Kbir, il-Majjistral ta' Malta (inkluż żoni taħt il-baħar), u n-North Harbours.", "Studji oħra jikkonċernaw surveys ta' arei partikolari għal finijiet ta' skedar.", "Dan l-istudju diġa' sar għaż-żona ta' madwar it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra u qed isiru aktar studji fl-arei tal-Ġgantija, Skorba, Ta' Ħaġrat, Tas-Silġ u Għar il-Kbir, fost oħrajn.", "L-Awtorita' s'issa identifikat madwar 450 sit arkeoloġiku (inklużi siti li huwa magħruf li kienu jħaddnu fihom dawn il-fdalijiet u li llum inqerdu), u skedat madwar 30 sit arkeoloġiku, inkluż sit taħt il-baħar.", "Numru konsiderevoli ieħor qegħdin fil-proċess li jiġu skedati.", "L-Awtorita' għenet ukoll istituzzjonijiet lokali u barranin biex jagħmlu photogrammetric surveys u skavi f'uħud mit-tempji jew siti arkeoloġiċi oħra.", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "10017.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-konsulenti barranin kollha involuti ma' l-impjant ta' riċiklaġġ (f'kompost) f'Wied il-Għajn, li kien hemm għal dawn l-aħħar tliet snin?", "Jista' jgħid min kien il-partner Malti f'kull każ?", "Kemm kienu l- ħlasijiet li saru lil dawn il-konsulenti f'kull każ?", "X'kienu l-istudji jew xogħlijiet li għamlu l-konsulenti f'kull każ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fis-Seduta Numru 162.", "(Irreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 10325.)", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IMPJEGAT", "10034.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9681 rigward l-impjegat li jaħdem fis-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Kultura u Arti Nazzjonali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9681 mogħtija f'din is-seduta.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "10037.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi qed jieħu l-Ministeru biex mill-Miżbla tal-Magħtab ma jibqgħux joħorġu l-intejjen kbar ta' gases u rwejjaħ oħra li qed joħorġu fil-preżent wara li kien ilhom żmien ma joħorġu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jressaq din il- mistoqsija parlamentari lill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "AMBAXXATUR IVES DEBARRO", "10048.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar infiq għall-entertainment and hospitality mill-Ambaxxatur Ives Debarro xahar b'xahar minn Jannar 1995 sa Settembru 1997 u jindika l- iskop ta' kull nefqa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skeda dettaljata li turi l-ispejjeż f'entertainment u fuq hospitality minfuqa fl-Ambaxxata Maltija fil-Kajr, xahar b'xahar minn Jannar 1995 sa Settembru 1997, kif ukoll l-iskop ta' kull nefqa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "KONFERENZA EWRO-MEDITERRANJA", "10080.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li ta l- Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9805, jista' jekk jogħġbu jipprovdi dettalji dwar il-lista aġġornata ta' laqgħat tematiċi li ġew proposti lill-parteċipanti fil-laqgħa msemmija fil- mistoqsija ċioe' il-Follow-up Committee tal-Konferenza Ewro-Mediterranja li ltaqgħet fit-23 ta' Ottubru fi Brussel?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-laqgħa tal-Euro-Mediterranean Committee for the Barcelona Process li saret fit-23 ta' Ottubru 1997 ġie rivedut il- kalendarju ta' azzjonijiet prijoritarji li jinkludi laqgħat fuq diversi temi kif ġej:", "1.", "Il-Prevenzjoni ta' diżastri naturali w umani 2.", "Istituti għall-istudji fil-kamp tad-difiża 3.", "L-Ambjent 4.", "L-Ilma 5.", "L-Industrija 6.", "L-Innovazzjoni teknoloġika 7.", "L-Internet 8.", "Is-Swieqi Kapitali 9.", "L-Enerġija 10.", "Il-Parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja ekonomika u soċjali 11.", "Is-Soċjeta' ta' l-informazzjoni 12.", "L-Edukazzjoni 13.", "It-Televiżjoni u ko-operazzjoni awdjo-viżiva 14.", "Is-Saħħa u s-Sigurta' Soċjali 15.", "Il-Kultura u ċ-Ċivilizzazzjoni 16.", "L-Emigrazzjoni 17.", "Ko-operazzjoni fil-kamp tal- pulizija 18.", "Il-Banek Ċentrali 19. ko-operazzjoni Parlamentari", "Dawn il-laqħat tematiċi mistennija jsiru bejn issa u l-aħħar tas-sena d- dieħla, għalkemm, fir-rigward ta' diversi laqgħat, għadu ma ġiex deċiż fejn u/jew meta ser jiltaqgħu.", "DISTRETT NRU.", "1 - PROVVISTA TA' L-ILMA", "10090.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jinqata' s- servizz ta' l-ilma ta' spiss fil-Belt, Floriana u l-Ħamrun f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "Fid-dawl tal-fatt li żdiedu r-rati għas-servizz ta' l-ilma, ma jidhirlux li l-konsumatur jixraqlu servizz aħjar?", "Hemm mezz kif il-volum ta' l-ilma msaddad li jsegwi kull perijodu ta' qtugħ jiġi mnaqqas mit-total ta' volum ta' konsum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Waqt il-proġett li bħalissa qed jitwettaq fi Triq ir-Repubblika l-Belt, il-provvista ta' l-Ilma ġiet interrotta fil- lokalitajiet imsemmija.", "F'dan il-proġett il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tibdel mejn qadim tad-9 pulzieri għal mejnijiet ġodda tat-tip cement lined u plastic b'dijametru li jvarja bejn 250 millimetru u 300 millimetru.", "Il-mejn il-qadim kien jiddistribwixxi s-servizz ta' l-ilma fil-Belt, Furjana u Gwardamanġia.", "Permezz ta' dan il-proġett is-sistema tad- distribuzzjoni lejn il-Belt issa ser tkun indipendenti.", "B'hekk f'każ ta' manutenzjoni fil-Belt, is-servizz fil-lokalitajiet l-oħra ma jibqax jiġi affetwat.", "Il-kwalita' ta' l-ilma tkompli titjieb bil-bdil ta' kanen u mejnijiet tat- tip cement lined u plastic.", "AMBAXXATI - KONTIJIET TAT-TELEFON", "10138.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-kontijiet tat-telefon fl-ambaxxati Maltin f'Ruma, Londra, Brussels u Moska xahar b'xahar għall-perijodu Jannar 1996 sal-lum?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta għal din il-mistoqsija ingħatat permezz ta' mistoqsija parlamentari numru 10332 f'seduta 163.", "ATTARD - TRIQ IZ-ZAHAR - DRENAĠĠ", "10203.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx ħsieb li jingħata s-servizz ta' drenaġġ fi Triq iz-Zahar, Ħ'Attard in vista tal-fatt li hemm residenti ta' din it-triq li ilhom snin twal mingħajr dan is-servizz essenzjali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li x-xogħol ta' estensjoni huwa lest.", "Is-servizz ma' jistax jintuża qabel issir il-Pumping Station li għadha ma saritx għax għad fadal xi problemi rigward l-esproprjazzjoni ta' l-art.", "EDUKAZZJONI - ĠIMGĦA TAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "10210.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-ingaġġ ta' ċertu persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, biex jieħu ħsieb il-PR tal-Ġimgħa tax-Xjenza u Teknoloġija?", "Minn min ġie mqabbad?", "Fuq liema kriterji?", "B'liema ħlas?", "Dan il-persuna qed jiġi wżat biss għal din il- ġimgħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ġbidt l-attenzjoni tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija li mhux aċċettabli l-mod kif ingaġġaw persuna bħala PR għall- ġimgħa Xjenza u Teknoloġija.", "Se nara li persuni għal xogħol simili jiġu ngaġġati fuq kriterji ċari u pubbliċi u persuni differenti jkunu jistgħu japplikaw.", "BAĦRIJA - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "10226.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar meta se tinbidel is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Baħrija?", "Fiex waslu l- applikazzjonijiet neċessarji biex dan ix-xogħol ikun jista' jinbeda?", "Liema applikazzjonijiet ġew approvati u liema le?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-sistema tad-drenaġġ li hi meħtieġa biex jitwassal dan is-servizz lejn il-Baħrija tibda mill-inħawi ta' Ħ'Attard u fil-proċess ta' dan, is-sistema trid tissaħħaħ biex jiġu eliminati fawran eċċessivi.", "S'issa diġa' tqiegħed rising main lejn Ħad-Dingli u r-Rabat filwaqt li f'dawn il-ġranet se tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti biex tinbidel is- sistema ġewwa Ħ'Attard.", "Wara li jitlesta dan il-proġett ikunu jisgħu jitkomplew il-partijiet l-oħra li jinvolvu mains ġodda, retention basins u infrastruttura oħra biex is-sistema tad-drenaġġ titwassal fil-Baħrija.", "ĠIMGĦA EWROPEA KONTRA D-DROGA", "10240.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9916 u t-tweġiba mogħtija fis-26 ta' Novembru, 1997 (Seduta Nru. 153) jista' l- Ministru jgħid liema skejjel sekondarji għamlu attivitajiet matul il-Ġimgħa Ewropea kontra d-Droga?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewropea kontra d-Droga, xi skejjel sekondarji, li għamlu attivitajiet huma dawn li se nsemmi:-", "1.", "Ninu Cremona Lyceum Complex, Victoria, Gozo.", "2.", "Mikelanġ Refalo Centre for Further Studies, Victoria, Gozo.", "3.", "San Ġużepp Ħaddiem Secondary School, Corradino.", "4.", "Fra Diego Bonanno Secondary School, Marsa.", "5.", "Luiġi Preziosi Girls' Secondary School, St Andrews.", "Billi l-Ġimgħa Ewropea kontra d-Droga ħabbtet mal-Malta Conference on Alcohol and Other Drugs, bit-tema Euro Med Networking in Substance Abuse Prevention, xi wħud mill-attivitajiet mhux neċessarjament saru proprju f'din il-ġimgħa.", "MĠARR - ASFALTAR TA' TOROQ", "10265.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'inhu l-pjan tal-gvern biex jiġu asfaltati t-toroq li jinsabu f'diversi nħawi ta' l- Imġarr iktar u iktar meta fil-lista ta' l-inħawi li huma mistennija jiġu asfaltati, ma jidhirx li hemm x'imkien fl-Imġarr li se jiġi asfaltat matul is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-ħsieb tad-dipartiment hu li jsir l-asfalt fit- toroq Vanilja, Barbara, Melissa u Misq.", "WSC - IMPJIEG TA' PERSUNA", "10041.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat biex il- persuna li isimha qed jingħata separatament ġiet impjegata mal- Korporazzjoni ta' l-Ilma u b'mod partikolari jekk saritx talba lill-ETC u meta saret, saritx sejħa pubblika u meta u fejn, sarux interviews u meta u minn min u kemm ġew impjegati persuni oħra miegħu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma saret l-ebda sejħa pubblika għall-ingaġġ ta' skrivani iżda saret talba mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma lill- Employment and Training Corporation fl-10 ta' Ġunju, 1997 biex din tibgħat lista ta' nies jirreġistraw għax-xogħol fil-grad ta' skrivan.", "L-Employment and Training Corporation bagħtet 236 applikant.", "L-interviews saru fl-4,5,6,7,11,12,13,14 ta' Awwissu 1997 fl-Uffiċċju ta' l-Amministrazzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'Ħal Luqa.", "Il-membri fil-bord ta' l-għażla kienu jikkonsistu mis-Sur Godfrey Casha bħala chairman u miegħu kellu żewġ membri jolteru minn dawn il-ħames uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma:", "Mrs Miriam Darmanin Mrs Miriam Micallef Sultana Ms Pauline Attard Mr Mario Grixti Mr Maurice Mizzi", "Ġew impjegati l-ewwel 27 li ġew fil-lista skond l-ordni tal-mertu.", "Minn dawn tnejn ma aċċettawx l-ingaġġ għaliex sabu xogħol alternattiv.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - PERSONNEL", "10049.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-paġna 389 ta' l-Estimi, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmlu is- segwenti personnel fid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali u/jew l- Awtorita' tad-Djar: 1 Sports Officer II; 1 Mail Inspector; 1 Repairer of Records; 1 Prison Warden; u 2 Customs Guards?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuni ndikati fid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għadhom jagħmlu l-istess xogħol li kienu jagħmlu fl-amministrazzjoni preċedenti.", "L-iSports Officer II jagħmel xogħol ta'Assistent Direttur filwaqt li l-Mail Inspector, Customs Guards u Prison Warden jagħmlu xogħol klerikali.", "Ir-Repairer of Records li hemm fid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar jaħdem fid-Drawing Office.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - IMPJEGATI", "10050.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress illi minn paġna 377 ta' l-Estimi jidher illi fil- Ministeru kien hemm 58 persuna jaħdmu, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jnaqqas dan l-ammont biex ikun in line mal-policy tal-Gvern li jipproduċi aktar xogħol b'anqas nies?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-policy tal-gvern fil-fatt hija izjed effiċjenza bi spiża anqas.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li l-istaff tal-ministeru diġa' tnaqqas drastikament minn dak li kien fl-1996.", "Dik is-sena kien hemm 95 jaħdmu fil-ministeru, kważi darbtejn tan-numru li hemm llum.", "DIPARTIMENT TAL-KUNSILLI LOKALI - PERSONNEL", "10051.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-paġni 376 u 377 ta' l-Estimi, jista' l- Ministru jgħid x'qed jagħmlu fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali il- personnel segwenti:", "5 Instructors; 1 Agricultural Officer; 6 Senior Marshals; 1 Marshal; 3 Welfare Officer III; 6 Timekeepers; 1 Bookbinder; 1 Gardener; u 3 Airport Attendents?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sar żball waqt l-istampar u l-personnel indikati qed jidhru f'linja oħra.", "Illum, il-personnel tad-Dipartiment tal-Kunsill Lokali huma kif jidher fl- iskeda li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "10052.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9579, jista' l-Ministru jirrispondi d-domandi (4) u (5) li tħallew barra mir-risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Matul ix-xahar ta' Ottubru 1997 gew allokati 34 postijiet u saru erba' rikonoxximenti ta' kera.", "Fl-aħħar tax-xahar, id- dipartiment kellu 39 proprjeta' li tista' tiġi allokata u 33 postijiet gew lura f'idejn id-dipartiment.", "Fl-aħħar ġurnata tax-xahar kien hemm 5145 applikazzjoni pendenti.*", "* Peress li kontinwament ikun hemm tibdil fin-numru ta' applikazzjonijiet minhabba allokazzjonijiet ta' postijiet u kanċellamenti ta' applikazzjonijiet, in-numri mogħtija huma validi biss fil-ġurnata partikolari li fiha tkun inġabret l-istatistika mid-Database tad- dipartiment - f'dan il-każ it-28 ta' Novembru, 1997.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - CASUAL TRAINEES", "10053.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmlu iż-żewġ casuals/part-timers/trainees li huma mpjegati fil-Ministeru skond paġna 377 ta' l-Estimi, meta ġew impjegati u f'liema lokalita' jirrisjedu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iż-żewġ casual typists li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant kienu ġew impjeġati fis-16 ta' Diċembru, 1991.", "Waħda taħdem fis-Sezzjoni Legali tal-Ministeru u hija minn San Giljan u l-oħra kienet taħdem fil-Kummissjoni Permanenti dwar Riforma fil-Liġi u toqgħod ta' L-Ibraġġ.", "MELLIEĦA/MANIKATA - XOGĦLIJIET", "10266.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjonijiet dwar meta hu mistenni li jitkompla x-xogħol fut it-triq li mill-Mellieħa twassal sal- Manikata?", "Xi pjan hemm biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir malajr?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Żmien ilu l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kien qiegħed jippjana li jagħmel pjanti għat-titjieb ta' din it-triq.", "Meta dawn il-proposti jkunu lesti d-Dipartiment tat-Toroq ikun jista' jikkonsidra l- proġett.", "ETC - SPEZZJONIJIET", "10267.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm-il inspection saret mill- ETC f'postijiet tax-xogħol differenti?", "X'kienu r-riżultati ta' dawn l-inspections?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal-liema perijodu qed jirriferi.", "BEREĠ - REFURBISHMENT", "10312.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni liema bereġ qed jiġu refurbished fil-preżent?", "X'tip ta' refurbishment qed ikun ippjanat?", "Meta hu mistenni li jintemm ir-refurbishment, f'kull każ?", "Minn min qed isir ix-xogħol konness ma' dan ir-refurbishment?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fil-preżent m'hu qed isir l- ebda xogħol ta' refurbishment fil-bereġ.", "Huwa mistenni li jsir xogħol f'xi bereġ tul is-sena li ġejja.", "KUNSILLI GĦAX-XJENZI U TEKNOLOĠIJA - RIŻENJI", "10334.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10,035, jista' l-Ministru jgħid jekk wara dik ir-riżenja ġietx maħtura persuna oħra mill-qasam ta' l-industrija sabiex tissostitwixxi lil din il- persuna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le, ma ġiet nominata l-ebda persuna.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IMPJEGAT", "10335.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9681 rigward l-impjegat li jaħdem fis-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Kultura u Arti Nazzjonali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9681 mogħtija f'din is-seduta.", "MOSTA - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "10336.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numri 10009 u 10140 għar-rigward ta' lista ta' prijoritajiet għal xogħlijiet tad-drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari indikati mill-Onor.", "Interpellant ingħataw kif murija:", "Mistoqsija numru 10009 - Seduta 158 Mistoqsija numru 10140 - Seduta 157.", "ENEMALTA - SUBSTATIONS", "10337.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'policy qed tuża l-Enemalta meta titlob substations mibnija (jew pprovduti) mill-istess applikanti, meta l- applikant ikun qed japplika għad-dawl fi blokki ta' appartamenti?", "Kemm-il substations ġew pprovduti kawża ta' din il-policy minn meta ġiet introdotta fl-inħawi kollha ta' Malta?", "Kemm minn dawn is-substations fil-fatt ġew pprovduti fl-inħawi tal-11 u 12-il distrett elettorali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Meta l-Enemalta tirċievi applikazzjoni għall-provvista ta' l-elettriku għall-blokk ta' appartamenti, isiru kalkoli tad-daqs tas- servizz li jkun hemm bżonn skond in-numru ta' appartamenti, u tkun imkejla d-distanza minn fejn dan is-servizz ikun ipprovdut.", "Id-deċiżjoni jekk hemmx bżonn substation jew le tiddependi fuq kriterji stabiliti li jieħdu f'konsiderazzjoni dawn iż-żewġ elementi.", "Minn meta ġiet introdotta din il-policy xi erba' snin ilu, saru 19-il substation biex jissuplixxu blokki ta' appartamenti.", "Minn dawn kien hemm waħda f'San Pawl il-Baħar, waħda fil-Mellieħa u oħra fin-Naxxar.", "MOSTA - PUMPING STATIONS", "10338.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l- permessi neċessarji biex ikun jista' jitlesta x-xogħol fuq il-bini ta' pumping stations fl-inħawi Ta' Xkora, kif ukoll xogħol ieħor meħtieġ fl- inħawi ta' Triq Sir Arthur Borton, fil-Mosta wkoll?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-applikazzjoniet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar saru fil-15 ta' Settembru, 1997 fil-każ tal-pumping station Ta' Xkora I/o Mosta u fil-25 ta' Settembru fil-każ tal-pumping station ta' Wied il- Għasel.", "PITKALIJA - INVESTIMENT", "10339.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10156, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar fejn se tinbena t-tinda ġdida ndikata fir- risposta?", "Meta saret l-applikazzjoni neċessarja ta' din it-tinda, quddiem il- Planning Authority?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-tinda l-ġdida li qiegħed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant se tieħu post it-tined qodma u perikolużi li bħalissa jinsabu quddiem il-platform ta' kull Pitkal.", "Ta' min wieħed ifakkar li dawn it-tined ilhom hemm 'il fuq minn 25 sena.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' KRIMINALITA'", "10352.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar il-kriminalita' fejn tidher ir-rata ta' kriminalita' skond il-lokalita' rispettivament; u it-tip ta' reat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tliet tabelli li juru n-numru u t-tip ta` reati rrapportati f`kull lokalita`, matul dawn l-aħħar tliet xhur, minn meta bdiet titħaddem sistema ġdida taż-żamma ta` l-istatistika mill-Pulizija tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "VAT - REFUNDS", "10353.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaż-żmien kollu li kienet fis-seħħ il-VAT, kemm kien l-ammont totali ta' refunds li ġew imħallsa lura lill- bdiewa/sajjieda/raħħala fejn il-VAT kienet tħallset fuq servizzi mill- istess msemmija operaturi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li għaż-żmien kollu li kienet fis-seħħ il-VAT l-ammont totali ta' refunds li tħallsu lura lill- bdiewa/sajjieda/raħħala fejn il-VAT kienet tħallset fuq servizzi mill- istess msemmija operaturi kien ta' Lm1,399,762.26.", "SANT'ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "10354.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9663 dwar produzzjoni annwali ta' compost fit-treatment plant ta' Sant'Antnin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9663 (Seduta Nru. 139).", "BDIEWA - COMPOST", "10355.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassam jew kemm ġie mibjugħ compost lill- bdiewa mit-Treatment Plant ta' Sant'Antnin fis-sena li għalqet 31/10/96; fis-sena li għalqet 31/10/95; u fis-sena li għalqet 31/10/94?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ammont ta' compost li tqassam jew inbigħ lill- bdiewa matul is-snin indikati mill-Onor.", "Interpellant huma:", "Fis-sena li ghalqet 31.10.96 1,686 tunnellata Fis-sena li ghalqet 31.10.95 1,285 tunnellata Fis-sena li ghalqet 31.10.94 1,384.98 tunnellata", "MAJJAL/ĊANGA - PRODUZZJONI", "10356.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9665, jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' majjal li nqatel fil-pajjiż fis-sena li għalqet 31 ta' Ottubru, 1996; u fis-sena li għalqet 31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 9665 tirrigwarda n-numru ta' majjalijiet fil-31 ta' Ottubru, 1996 u 1997, u m'ghandha x'taqsam xejn man-numru ta' majjal li nqatel fl-istess zmien.", "Il-figuri ta' majjal li nqatel huma:", "Jannar/Ottubru 1996 88 117 Jannar/Ottubru 1997 105 070", "Jigifieri zieda ta' 16 953 (19.247%) fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA", "10357.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9666 u ċioe' jgħid kemm kienu n-numri rispettivi ta' bdiewa, raħħala u sajjieda fulltime fil-31 ta' Ottubru, 1996 kif ukoll l-istess ċifri fil-31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MAJJAL - ESPORTAZZJONI", "10358.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' l-esportazzjoni tal-majjal, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx sar kuntratt formali bejn il-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KTM) u l- importatur barrani u, jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (a) meta sar il-kuntratt/ftehim; kemm huwa l-perijodu ta' rabta (eżempju għal żmien sena, sentejn); u (b) kemm huwa l-ammont ta' majjal li għandu jiġi esportat fil-perijodu msemmi f'(b)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien informat li kien sar kuntratt formali bejn il- Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KIM) u l-importatur barrani.", "Id- dettalji tal-kuntratt huma ta' natura kummerċjali u mhux fl-interess ta' l- industrija li dawn id-dettalji jingħataw.", "IKLIN - KINDERGARTEN", "10362.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex abbandunat il-proġett tal-ftuħ ta' Kindergarten Centre fl-Iklin li kien mibdi mill-amministrazzjoni preċedenti?", "Jekk le, meta beħsiebu li jinfetaħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - KORSIJIET TA' FILGĦAXIJA", "10363.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru issa jwieġeb għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8664?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8664 ingħatat f'Seduta Nru. 121.", "PROGRAMM SOCRATES - PARTEĊIPAZZJONI TA' MALTA", "10364.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8665, jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallas is- Socrates Office Manager imsemmi fit-tweġiba?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Socrates Office Manager li jiġi maħtur mill- Kunsill ta' l-Universita' jirċievi allowance ta' Lm200 fis-sena.", "SKEJJEL - PROJECT WORKBOOKS", "10365.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex veru li l-iskejjel li esibew Project Workkbooks u oġġetti oħra ġewx imġegħla jħallsu somma flus?", "Jekk fl-affermattiv, kemm ħallset kull skola?", "Lil min tħallsu dawn il-flus?", "Għaliex ġew iċċarġjati dawn l-iskejjel?", "Liema kienu l-iskejjel li pparteċipaw?", "X'vantaġġ gawdew dawn l-iskejjel jekk l-oġġetti esibiti kienu kollha mgħottijin sewwa bil-plastic u ħadd ma' seta' jara xejn ħlief xi qoxra ta' project book?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din is-sena l-Kumitat Organizzattiv tal-Fiera tal- Ktieb xtaq iżid il-parteċipanti.", "Għalhekk l-iskejjel kollha rċevew ċirkolari biex jesebixxu kotba miktubin minn għalliema, pubblikazzjonijiet tal-iskola u xogħol tat-tfal.", "Il-ħlas mitlub kien ta' Lm10 kull metru ta' spazju.", "Ħadd ma ġie mġiegħel iħallas xejn.", "Kien hemm min għoġbu jieħu aktar minn metru wieħed.", "Il-flus imsemmija tħallsu lill-Malta Book Fair.", "B'kollox inġabar l- ammont ta' Lm410.", "Il-flus marru mal-fondi biex inkriet Hall A fit-Trade Fair Grounds in-Naxxar, saru l-partitions u t-tapiti.", "Hall A kien fiha diversi attivitajiet għat-tfal tal-iskejjel.", "L-iskejjel li ħadu sehem huma kif se nsemmi:", "St Francis School B'Kara Skola Sek.", "'Vinċenzo Buġeja' B'Kara Liċeo Maria Reġina Blata l-Bajda Savio College Dingli Skola Primarja Dingli Skola Sek.", "'Adelaide Ċini' Hamrun Skola Primarja 'B' Hamrun Skola Primarja Kalkara Skola Primarja Luqa San Anton School L-Imselliet Skola 'Fra Diegu Bonanno' Marsa St Dorothy's Convent Mdina Art and Crafts School Mosta Skola Sek.", "'Lily of the Valley' Mosta Liċeo Sta Tereza Mriehel Liċeo San Guzepp Paola St Michael's School Qormi Seminarju Tal-Virtu' Skola Primarja 'A' San Gwann St Michael School San Ġwann Sacred Heart School Sliema Verdala International School St Andrews Bambi Playschool/A.L. Bartolo Prim.", "St Julians Liċeo 'Sir Adrian Dingli' St Patrick's Skola Primarja San Pawl-il-Bahar Skola Primarja Tarxien Art and Design Centre Valletta NSTS English Language Institute Valletta Skola Primarja Victoria Skola Primarja Xewkija Skola Primarja Zebbug Liċeo 'Carlo Diacono' Zejtun", "Ħafna mill-iskejjel xtaqu li l-oġġetti jiġu mgħottija bil-plastic għas- sigurta'; għalhekk l-organizzaturi ħasbu li jkun aħjar kieku dan isir għall-iskejjel kollha.", "Il-fiera swiet madwar Lm22,000 u d-Dipartiment tal-Libreriji u l-Arkivji ħareġ aktar minn nofs dan l-ammont bħala sussidju.", "ŻVILUPP TAT-TELEKOMUNIKAZZJONIJIET", "10374.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża oriġinali biex tiġi organizzata l-Konferenza Dinjija ta' l-Iżvilupp tat-Telekomunikazzjonijiet li se ssir f'Malta fl-1998, jiġifieri id-WTDC '98?", "Kemm hi l-ispiża s'issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻVILUPP TAT-TELEKOMUNIKAZZJONIJIET", "10375.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex veru li oriġinarjament il-Konferenza (WTDC) kellha tkun bejn it-23 ta' Marzu u t-3 ta' April u issa tnaqqsu n- numru ta' ġranet?", "Veru illi f'dan l-istess perijodu kellu jsir it-tieni World Policy Forum biex jittratta s-suġġett importanti li jolqot l- Amministrazzjonijiet tad-dinja kollha, jiġifieri l-Accounting Rules u li l- Gvern ta' Malta ddeċieda li jħassru biex issa se ssir f'Ginevra?", "Peress li l-Onor.", "Mizzi waqt id-dibattitu tal-Budget qal li ma tnaqqas xejn ta' sustanza mill-pjan oriġinali u l-Korporazzjoni Telemalta ffrankat ħafna flus wara li rrivedietu, huwiex il-każ li jagħti dettalji preċiżi kif tnaqqset l-ispiża?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TELEPHONES - TELEFONATI ANONIMI", "10380.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li ssir investigazzjoni dwar il-każ tal-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet vittma ta' telefonati anonimi u li jidher li t-telephone tagħha kien imwaħħal ma' ex- Xandir PBS u li kien hemm persuni li kienu qegħdin jittappjaw lil din il- persuna; tant li riċentement dan in-numru kien għadu għal xi raġuni mwaħħal mal-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li fis-26 ta' Novembru, 1997, saret il-manutenzjoni fuq il-linja tat-telefon tal-persuna li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għaliha, skond il-programm imfassal mill- korporazzjoni għall-area tal-Mosta.", "Jidher li waqt li kien qed isir dan ix- xogħol, il-persuna semgħet lill-ħaddiema tal-ħaddiema tal-korporazzjoni jitkellmu u interpretahom li l-linja kienet ex-Xandir-PBS.", "Is-subscriber insista li tinbidillu l-linja għaliex ħaseb li kien hemm min qiegħed ibagħbas, u t-tekniċi tal-korporazzjoni bidlulha l-access network.", "Skond ir-records tal-korporazzjoni ma kienx hemm tbagħbis mal-linja.", "Iżda fi Frar li għadda, il-linja tas-subscriber kienet tpoġġiet taħt osservazzjoni u l-informazzjoni miksuba ntbagħtet lill-Pulizija skond il- proċedura normali.", "SERVIZZI U LIĊENZJI TAL-GVERN", "10381.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9737; b'mod speċjali għal dak li jidher taħt ir-ras Vot 06 Armed Forces of Malta - cash escort duties - jista' l-Ministru jgħid x'parametri ntużaw biex ġiet stabilita' rata fis-siegħa ta' Lm29.74c minflok rata fissa fis-sena ta' Lm4190?", "X'kien l-ammont li l-Gvern (permezz ta' l-Armata) daħħal bl-għoti ta' dan is-servizz mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru, 1996 u mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Novembru 1997?", "X'inhi l-istima ta' dħul minn dan is-sors għas-sena 1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fir-rata fis-siegħa ta' Lm29.74c li se tkun mitluba bħala ħlas għal servizz ta' skorta minn membri tal-Forzi Armati ngħata kas tan-numru ta' nies u vetturi meħtieġa.", "Fl-1996 daħlu Lm5,054 minn dan is-servizz.", "Bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Novembru, 1997 daħlu Lm4,614 minn dan is- servizz.", "L-istima tad-dħul minn dan is-servizz fl-1998 fuq ir-rati l-ġodda hi stmata li se tilħaq Lm23,000.", "SERVIZZI U LIĊENZJI TAL-GVERN", "10382.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9737; b'mod speċjali għal dak li jidher taħt ir-ras Vot 06 Armed Forces of Malta - Security Duties to Banks, jista' l-Ministru jgħid x'parametri ntużaw biex minflok rata fis-siegħa ta' Lm2.24c tiġi stabilita' rata ta' Lm39.33c fis- siegħa?", "X'kien l-ammont ta' flus li daħħal il-Gvern (permezz ta' l-Armata) mill-għoti ta' dan is-servizz tul l-1996; mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Novembru 1997?", "X'inhu l-ammont li l-Gvern jistma li jdaħħal minn dan is- sors matul l-1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-rati għal ħlas ta' servizz ta' sigurta' mal-banek mill-membri tal-Forzi Armati se titla' minn Lm2.24,0 fis-siegħa għal Lm2.46,0 fis-siegħa b'efett mill-1 ta' Jannar 1998 u mhux għal Lm39.22 kif tħabbar bi żball.", "Din ir-reviżjoni qed isseħħ fid-dawl tal-ftehim li kien sar fl-1993 bejn il-Forzi Armati u l-banek.", "Minn dan is-servizz, matul l-1996 il-Gvern daħħal Lm383,393.", "Bejn Jannar u Novembru 1997 daħlu Lm188,668.", "Dan iżda ma jinkludix il- pagamenti finali li jsiru fl-aħħar xahar tas-sena.", "L-istima għal-1998 tilħaq Lm408,000.", "PRODOTTI MEDIĊINALI - ŻIEDA FIL-PREZZ", "10384.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10217, jista' l-Ministru jgħid liema items mil-lista mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra kellhom żieda fil-prezz bejn Jannar 1997 u 31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.", "MOSTA - ARBLU", "10385.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9393 dwar arblu tad-dawl, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fi Triq Dun Karm Sciberras, bejn Plot 30 u Plot 31, fil-Mosta u dan peress li l-problema tal-linji li hemm fl-inħawi ilu hemm żmien?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Membru jikkonsisti fi ġbid ta' linji.", "Dan ix-xogħol sejjer isir flimkien ma' xogħlijiet oħra fi żmien qasir.", "ESTIMI TAL-BUDGET - REVENUE TA' STUDENTI BARRANIN", "10386.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif jista' jiġi spjegat dak li jidher fl-Estimi tal-Budget li mir-revenue ta' studenti barranin li kien ta' Lm80,000 fis-sena 1997, għal din is-sena jidher revenue ta' Lm1,000?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJIEGI - TERMINAZZJONI TA' MPJIEG", "10387.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex ġie terminat il-kuntratt ta' l-impjieg lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jidhirlu l-Ministru li f'dan il-pajjiż ma jistax jinħela riżors uman tant skars speċjalment fejn jidħlu pożizzjonijiet ta' management u support professjonali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-persuna li għaliha qed jirriferi l-Onor Interpellant kienet ġiet ikkuntrattjataha bħala Konsulent ma' l-ex-Ministru Louis Galea fil-qasam tas-social work u għal dawk id-dmirijiet oħra illi setgħu jingħataw lilu mill-Ministru imsemmi' li dak iż-żmien kien Ministru għall-Iżvilupp Soċjali.", "Dan il-kuntratt kien sar erbat ijiem biss qabel l- aħħar elezzjoni u kien b'effett mid-19 ta' Settembru, 1996.", "Jidher illi x-xogħol prinċipali li ġie assenjat lilu mill-Ministru ta' dak iż-żmien kien mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita` iżda ngħata wkoll xi xogħol ieħor fil-qasam tal-ħarsien soċjali mal-Programm Ħidma Soċjali b'relazzjoni ma' l-istess kuntratt.", "Mal-bidla fil-Gvern jien kont nippretendi illi la x-xogħol prinċipali tiegħu kien mal-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita`, li kienet u għadha parti mid-dikasteru tiegħi, dan kellu javviċinani kmieni kemm jista' jkun, qabel xejn biex jien nagħmel konoxxenza tiegħu, t-tieni sabiex jara jekk jiena bħala l-Ministru ġdid tiegħu għandix bżonnu iktar bħala Konsulent personali tiegħi, u t-tielet biex flimkien nistabbillixxu x'rapport għandu jkun hemm bejnietna u f'liema oqsma nkun nixtieq li din il-konsulenza sseħħ.", "Ġara, iżda, li minn dan qatt ma seħħ xejn u kien xhur wara li jien ngħatajt id- dikasteru tal-Ħarsien Soċjali illi skoprejt b'kumbinazzjoni illi dan il- bniedem suppost kien il-Konsulent tiegħi.", "Minkejja dan kollu, jien ħallejtu jibqa' jagħti s-servizzi tiegħu lill-Kummissjoni msemmija u ma tlabtx li l-kuntratt tiegħu jiġi terminat, kif fil-fatt stajt nagħmel bħala l-Ministru ġdid tiegħu.", "Meta xi xahar qabel ma għalaqlu l-kuntratt dan ġie mfakkar mis-Segratarju Permanenti fil- Ministeru tiegħi illi skond il-kuntratt dan kellu jinformah jekk iridx illi l-kuntratt jiġi mġedded mill-Minstru, dan kiteb lis- Segretarju Permanenti fil-Minsteru tiegħi fis-26 ta' Awissu 1997 ittra li minnha ħareġ ċar illi dan ma deherx dispost illi jġedded il-kuntratt imsemmi.", "ĦIDMA SOĊJALI - SUPERVISORS", "10388.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta': kemm huma; min huma; u xi kwalifiki u esperjenzi għandhom supervisors fuq social workers fil-qasam tal-ħidma soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba bid-dettalji kollha mitluba fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI - SOCIAL WORKERS", "10389.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministru sabiex jassigura superviżjoni u support adegwat fuq is-social workers u s-social work li huma jagħmlu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Kemm fil-każ tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal- Familja, kif ukoll fil-każ tal-Programm Ħidma Soċjali, li jaqgħu taħt il- Ministeru tiegħi, numru ta' social workers fil-gradi kollha tas-servizz irċevew taħriġ professjonali fis-social work, kemm għall-karigi li jokkupaw kif ukoll, b'mod speċjali biex ikunu jistgħu jagħmlu superviżżjoni tas- social work fid-dipartiment jew unit konċernat.", "Jiġu organizzati wkoll korsijiet ta' aktar taħriġ avvanzat għall-istaff kollu f'dan il-qasam minn żmien għal żmien, anke billi jiġu mistiedna akkademiċi u studjużi fil-qasam tal-ħidma u l-qasam soċjali biex jiltaqgħu mas-social workers biex jistudjaw suġġetti ta' interess komuni f'dawn l-oqsma.", "Barra minn hekk is-social workers jiġu offruti l-faċilitajiet kollha biex jattendu korsijiet speċjalizzati f'oqsma differenti ta' ħidma soċjali f'Malta.", "Isiru wkoll senior staff management meetings, meetings tal-units kollha u joint staff meetings ma' social workers oħra attivi fil-qasam tal-ħidma soċjali f'dipartimenti oħra tal-Gvern.", "Partikolarment fil-każ tal-Programm Ħidma Soċjali, s-Social Work Supervision jew practice guidance jingħata minn persuni idoneji ġeneralment ingaġġati minn barra l-aġenzija fuq bażi kuntrattwali ta' ftit sigħat fix- xahar filwaqt illi l-kontroll u ko-ordinament tax-xogħol tas-social workers f'sens ta' line management isir b'mod kollettiv permezz tal-Ko-ordinatur ta' kull team li jmexxi servizz tas-social work.", "Din tkun social worker fl- Aġenzija.", "Is-superjur ta' din il-persuna huwa l-Kap tal-Aġenzija.", "PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI - MIŻURI ĠODDA", "10390.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ġodda li qatt ma kienu ntrodotti qabel ittieħdu f'dan il-Budget favur nies bi bżonnijiet speċjali?", "Liema huma dawk is-servizzi favur nies bi bżonnijiet speċjali diġa' eżistenti u li ġew mtejba f'dan il-Budget?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru jingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - SHIFTS", "10391.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif b'mod ġenerali fuq ix-shifts fil- Korporazzjoni Enemalta jiġifieri kemm hemm tipi ta' shifts; u liema min dawn ix-shifts hemm ħsieb li jiġu riveduti jew mibdula fi żmien qarib?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tipi ta' shifts li jeżistu fil-Korporazzjoni Enemalta huma dawk imniżżlin f'Appendiċi B tal-Ftehim Kollettiv fis-seħħ bejn il-General Workers Union u l-korporazzjoni.", "B'riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, minħabba li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Enemalta u l-General Workers Union dwar dan is-suġġett, m'huwiex għaqli li wieħed jiżvela dettalji għalissa.", "ENEMALTA - SALES", "10392.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'kien l-effett fuq sales ta' pitrolju, gass u prodotti oħra ta' żejt fil-Korporazzjoni Enemalta fl-ewwel xahar wara l-Budget?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għalkemm xahar huwa perijodu qasir sabiex isiru paraguni, dettalji tal-bejgħ tal-prodotti taż-żejt li nbiegħu fix-xhur ta' Novembru 1996 u Novembru 1997 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - ĦANUT FIŻ-ŻURRIEQ", "10393.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li fil- mistoqsija parlamentari numru 9640 intalbu sabiex jitqiegħdu d-dokumenti neċessarji u dawn jidher li ma tqegħdux kollha, jista' l-Prim Ministru iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess li suppost għandha l- licencee u l-irċevuti li tħallsu sena b'sena mill-1981 tal-ħanut u ta' l- extension of time, u l-kopji ta' substitutes li suppost inħarġu mit-trading licence tad-Depot u data tal-Court Order li ngħatat fl-1994 kontra l- persuna li isimha qed jintbagħat separatament rigward is-substitute?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopji tal-permessi diġa' ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W995.", "Kopji ta` l-irċevuti ta` ħlas ta` liċenzji ta` dan il-ħanut li jmorru lura sa l-1994 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ninsab informat illi l-counterfoils dwar is-snin preċedenti ma għadhomx miżmuma għand il-Pulizija peress li dawn ġew riferuti lid-Dipartiment ta' l-Awditur Ġenerali.", "Tabella li turi l-applikazzjonijiet għall-impjieg ta` substitues f'dan il- ħanut u l-eżitu tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant, biex jagħti aktar dettalji dwar l-ordni tal-Qorti msemmija fl-aħħar parti tal-mistoqsija.", "AWTORITAJIET TALJANI - PROTESTI", "10394.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi protesti mill-awtoritajiet Taljani lill-Gvern Malti dwar l- inċident tas-sajjieda Taljani li ġew akkużati li stadu fl-ibħra Maltin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma saru l-ebda protesti min-naħa ta' l-awtoritajiet Taljani dwar l-inċident tas-sajjieda Sqallin li kienu akkużati li stadu fl- ibħra Maltin f'Awissu li għadda.", "PULIZIJA - MEMBRI", "10395.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jeskludi li membri fil-Korp tal-Pulizija ġew assenjati fuq xogħol jew seconded fis-Segretarjat Privat ta' xi ministru/i?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9769.", "GĦAQDIET VOLONTARJI - LIFE SAVING", "10396.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema equipment li qabel kien jiġi misluf lill-għaqdiet volontarji fil-qasam tal-life saving, issa ingħatax lilhom?", "Id-dinghy li ġie misluf fl-1996 lis-St.", "John Rescue Corps, hemmx ħsieb li jingħata lilhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ebda equipment li kien jiġi misluf mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili lill-għaqdiet volontarji fil-qasam tal-life saving ma ngħata lilhom.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija r-risposta hija fin-negattiv.", "GĦAQDIET VOLONTARJI - LIFE SAVING", "10397.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-1996 b'kemm ġew sussidjati finanzjarjament mill-Gvern l- għaqdiet volontarji fil-qasam tal-life saving?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fl-1996 ma ngħata l-ebda sussidju finanzjarju mill-Gvern direttament lill-għaqdiet volontarji tal-life saving.", "Ninsab informat ukoll li matul is-sajf tas-sena msemmija ntefqet is-somma ta' Lm715.74c li kienet ħlas ta' spejjeż ta' ikel u xorb li l- membri tal-għaqdiet volontarji għamlu waqt il-ġranet li fihom taw is- servizz tal-life saving.", "PULIZIJA - PASSI KONTRA ŻEWĠ MEMBRI", "10398.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10045, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-akkużi fil-proċeduri dixxiplinarji in kwestjoni; dawn l- akkużi jinkludu sewqan eċċessiv u/jew sewqan traskurat; u l-akkużi fil- proċeduri dixxiplinarji jammontaw ukoll għal reati kriminali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jiena tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 10045.", "ĦABS ĊIVILI - UFFIĊINI ĠODDA", "10399.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 9133, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l- għamara fl-uffiċini l-ġodda li saru flok il-Female Section fil-Ħabs, inħadmitx ukoll mill-gwardjani u l-priġunieri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li parti mill-għamara li hemm fl- uffiċċini l-ġodda li saru flok il-Female Section fil-Ħabs inħadmet mill- gwardjani u l-priġunieri.", "ENEMALTA - METERS TAD-DAWL", "10412.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10192 u mistoqsijiet supplimentari li saru fis-seduta tat-2 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid jekk min jitlob li jneħħi meter tad-dawl iridx iħallas xi ħaġa, u jekk iva, kemm?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li ma jsir l-ebda ħlas biex wieħed ineħħi s-servizz tal-meter ta' l-elettriku.", "QORTI TA' L-APPELL - KAWŻI", "10413.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi quddiem il-Qorti ta' l-Appell fl-aħħar ta' Ġunju li tħallew għas-sentenza?", "Kemm minn dawn ġew deċiżi sa l-aħħar ta' Ottubru?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-seduta tat- 30 ta' Ġunju 1997 kien hemm 53 appell differiti għas-sentenza.", "F'dik is- seduta ġew deċiżi 13 u ġie ċedut appell wieħed.", "39 appell ġew differiti għas-27 ta' Ottubbru, 1997 iżda s-sentenza ma ingħatatx u issa jinsabu differiti għat-23 ta' Jannar,1998.", "REĠISTRU PUBBLIKU - PROKURI ĠENERALI", "10414.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li prokuri ġenerali jibdew jiġu regolati b'xi forma ta' reġistrazzjoni fir-Reġistru Pubbliku?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi il- proposta tiegħu qed tiġi studjata.", "INDUSTRIJA TAL-BINI - KUNSILL KONSULTATTIV", "10415.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Issa li twaqqaf il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-ħidma tal-Kummissjoni li Tippromwovi s-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol f'dan il-kunsill?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan huwa wieħed mis-suġġetti li qegħdin quddiem il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini li, fl-ewwel laqgħa tiegħu, ser jiddiskuti l-prijoritajiet tad-diversi working committees li se jiġu maħtura.", "BUDGET - BEJGĦ TA' ISHMA GĦAL RESTRUCTURING", "10416.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li l-Ministru fil-Budget ħabbar li 20% għal bejgħ ta' l-ishma se jiġu wżati għal restructuring ta' l-industrija, jista' l-Ministru jgħid taħt liema vot ta' l-infiq jinstabu dawn il-fondi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9743.", "PRODOTTI - ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONI", "10417.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti ż-żieda fl-importazzjoni ta' prodotti tal-konsum ta': ċereali, mediċina u farmaċewtiċi, ġobon u kafe' għall-ewwel disa' xhur ta' din is-sena u kif jitqabblu ma' l-istess perijodu ta' sena ilu, kif ukoll iż-żieda globali fl-importazzjoni ta' prodotti tal-konsum?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-s-seduta.", "BUDGET - RPI", "10418.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti l-impatt fuq l-RPI tal-miżuri kollha li ħabbar fil-Budget?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-impatt fuq l-RPI tal-miżuri mħabbra fil-budget għadu qiegħed jinħadem.", "Dan jingħata aktar 'il quddiem hekk kif ix-xogħol involut jitlesta.", "DJAR - REVIŻJONI TA' KERA", "10419.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jirriferi għall-korrispondenza li ġġib ir-riferenza RO 53537 mad-dipartiment, dwar reviżjoni ta' kera ta' fond f'Ħaż-Żabbar u jgħid għaliex f'dan il-każ, il-kera m'għandhiex tiġi riveduta skond id-dħul li l-persuna kellha fis-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 1996, ġaladarba skond ir-regolament 28 tar-regolamenti li ġew pubblikati fil-Gazzetta tal- Gvern is-snin għar-reviżjoni huma stabbiliti b'mod li r-reviżjoni jmissha ssir fis-sena 1997 skond id-dħul tas-sena 1996?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li peress li l-kuntratt mad- Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali ġie ffirmat fl-20 ta' Frar 1992, reviżjonijiet tal-kera kellhom isiru fl-1994, 1996, 1998 etc. Ir-reviżjoni tal-1994 saritlu fi Frar 1995 peress li l-inkwilin ipproduca d-dokumenti tard.", "Minkejja li ir-reviżjoni saritlu tard waqa' fuq kera kummerċjali.", "Fl- 1996 reġa talab li ssirlu reviżjoni u din saritlu, iżda rriżulta li d-dħul tiegħu ma baqax jintitolah għal sussidju.", "Jidher illi reviżjoni oħra għandha ssir lill-inkwilin fl-1998.", "HCEB", "10421.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jaqbel il-Ministru li l-HCEB għandha timplimenta u tassimila xi provvedimenti mill- HCIMA National Scheme for Service Excellence?", "Jekk dan diġa' twettaq, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji relattivi?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Din l-iskema ġiet introdotta mill-HCIMA f'Ottubru ta' din is-sena biex tkun ta' gwida għal kull settur fil-hospitality service.", "Peress li din l-iskema ilha biss xahrejn li ġiet introdotta, għad m'hemm l-ebda pajjiż li fassal il-gwida tiegħu fuq din l-iskema.", "Xi provvedimenti, f'sens wiesgħa, huma diġa parti mis-sistema ta' klassifikazzjoni li qed tintuża mill-HCEB.", "L-iskema tal-HCIMA se tingħata konsiderazzjoni xierqa biex wieħed jara jekk hux possibbli u tajjeb li tintuża f'pajjiżna.", "COUNCIL OF EUROPE'S SOCIAL CHARTER", "10422.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument imwiegħed fil-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9885?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kopja tad-dokument imsemmi fil-mistoqsija jiġifieri l- European Social Charter tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'din is-seduta.", "ŻEJTUN - TRIQ XEWK - XOGĦOL FIL-PJAZZA", "10423.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 8455, 4083 u 9206, fejn min-naħa ta' l-Interpellant ma' saret ebda riferenza għal xi sit partikolari, jista' l- Viċi Prim Ministru jispjega t-tneħħija tas-siġar tal-palm li kien hemm biex jinħoloq spazju għall-ipparkjar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PACEVILLE - TORRI GĦAT-TELEKOMMUNIKAZZJONI", "10424.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn liema rapport tekniku jirirżulta l-ħtieġa ta' torri għoli 'il fuq minn 200 metru għat-telekomunikazzjoni f'Paceville?", "X'inhuma dawn il-ħtieġijiet tekniċi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-istudji tekniċi biex jiġi determinat l-għoli eżatt tat- torri għadhom għaddejjin.", "Huwa maħsub li dawn jiġu konklużi fil- ġimgħat li ġejjin.", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' IKEL U ILMA", "10425.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-introduzzjoni ta' Lm5 bħala liċenzja għall-għoti tas- servizz mid-Dipartiment tas-Saħħa; għal analizi ta' ikel u ilma, jista' l- Ministru jgħid jekk dan igħoddx għal ċittadin jew għal kumpanniji li jissuplixxu kampjuni ta' din ix-xorta?", "Jikkonsidra l-Ministru li b'din l-introduzzjoni iċ-ċittadin jista' jsib ruħu f'pożizzjoni li ma' jkunx jista' jaffordja din it-taxxa b'detriment għas-saħħa pubblika jekk każ bħal dan tinġibed l-attenzjoni għalih miċ- ċittadin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernmat.", "BANEK - QLIEGĦ MGĦODDI LILL-GVERN", "10426.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-banek kummerċjali li se jikkontribwixxu l-15% tal-qliegħ tagħhom lill-Gvern?", "Jidhirlu l-Ministru li dawk ix-shareholders li għandhom l-investiment tagħhom ma' dawn il-banek, jistgħu jiġu affettwati f'nuqqas ta' dividendi minħabba din il-miżura?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-banek kummerċjali li huma soġġetti għal-levy ta' 15% għal darba waħda biss tal-qligħ minn attivitajiet ordinarji qabel it-taxxa fuq id-dħul huma:", "Mid-Med Bank Ltd., Bank of Valletta Ltd., Lombard Bank (Malta) Ltd., APS Bank Ltd., il-Midland Bank - Malta Branch u l-Lohombus Bank Ltd.", "Il-ħlas ta' darba minn dawn il-banek ta' din il-levy mhux neċessarjament twassal għal nuqqas fid-dividendi li jitqassmu lix-shareholders.", "PASSAPORTI - ŻIEDA ADDIZZJONALI FIL-ĦLAS", "10427.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Għar-rigward ta' żieda addizzjonali fi ħlas għal passaporti meta jirriżulta li kien hemm negliġenza u traskuraġni, jikkonsidra l-Ministru li meta jkun il-każ li dan il-passaport ikun skada u jkun hekk meħtieġ minħabba safar fuq mard, kura eċċ, din iż-żieda ma' tiġix implimentata?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ma tistax tintlaqa'.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "10429.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni H14645 għall-akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-applikazzjoni msemija qed tieħu l-kors tagħha u meta l-applikanti jipproduċu d-dokumenti li ntalbu tkun tista' ssir spezzjoni tal-post.", "B'KARA - TRIQ OLAF GOLLCHER", "10430.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi rranġata Triq Olaf Gollcher, f'Ta' Paris Birkirkara peress li l-istat preżenti qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MALTA/GĦAWDEX - DISH ANTENNAS", "10431.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm dish antennas f'Malta u Għawdex?", "Kull sena kemm kellna dish antennas sena b'sena minn meta bdew jintużaw?", "Kemm hemm min għandu s-servizz tal-Cable TV f'Malta u f'Għawdex u kemm għad hawn użu esklussiv ta' l-antenna furketta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MEDIĊINI - MEDIĊINI B'XEJN", "10432.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ntitolati għal mediċini b'xejn minħabba Diabetes Mellitus?", "Kemm minnhom huma ntitolati għal blood strips b'xejn u fuq liema kriterju?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u għalhekk tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - SCHEDULE 5", "10433.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jiddaħlu f'Schedule 5 mard deġenerattiv tan-nervituri; u mard minħabba livelli għoljin ta' ormoni fid-demm?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din id-domanda għandha tiġi rriferuta lill- Ministru kkonċernat.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "10434.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- prescription ġdida b'ħames items mediċinali hijiex se tkun tgħodd għal tliet xhur ukoll?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sistema ġdida għall-implementazzjoni tal- miżuri mħabbra fil-budget f'dak li għandu x'jaqsam ma riċetti qed tiġi diskussa u ppjanata mid-dipartimenti kkonċernati u tiġi mħabbra meta tkun finalizzata.", "PJANTI PERIKOLUŻI", "10435.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jara li ma'jitħawlux siġar u pjanti mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li huma magħrufin li jikkawżaw attakki ta' Bronchial Asthma b'mod partikolari f'zoni residenzjali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mhix il-policy tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li jħawwel f'żoni residenzjali siġar u pjanti li jistgħu jagħmlu xi ħsara lis- saħħa.", "GAINFULLY OCCUPIED - RAPPORT", "10436.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Peress li fir-rapport li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hemm graph li turi l-korrezzjonijiet fil-Gainfully Occupied li jmorru lura sa l-1983, jista' l-Ministru jagħti b'kemm naqset il-Gainfully Occupied fl-1983 u fis- snin ta' wara sa l-1993 bħala riżultat tal-korrezzjoni fl-Istatistika li l- oriġini tagħha tinstab taħt il-Gvern preċedenti Laburista?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella li turi l-informazzjoni li fuqha tinbena l- graph tan-nies li jaħdmu bi qliegħ minn Diċembru 1983 sa Settembru 1997, hekk kif ġiet riveduta fl-eżerċizzju tal-korrezjoni fl-Istatistika tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant, illi l- informazzjoni kollha, speċjalment dik li tirriferi għas-snin qabel l-1994, sejra tibqa' tiġi riveduta kontinwament sakemm l-eżerċizzju tal-korrezjoni fl-Istatistika jispiċċa kollu.", "SELF-EMPLOYED - KORREZZJONI FL-ISTATISTIKA", "10437.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex il-korrezzjoni fin-numru ta' self-employed żdied b'546 f'Settembru ta' l-1997 meta fis-snin preċedenti l- korrezzjoni kienet negattiva?", "Jidhirlu l-Ministru li hemm bżonn ta' spjegazzjoni ċara dwar din il-bidla?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA SHIPBUILDING - DEJN", "10453.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li l-Ministru qal li l-finanzjament tal-Malta Shipbuilding se jsir permezz ta' loan u mhux kontribuzzjoni diretta mill-Fond Konsolidat, jikkonferma l-Ministru li dan effettivament jaħbi parti mid-deficit waqt li l-pożizzjoni finanzjarja tal-Malta Shipbuilding se tmur għall-agħar peress li se jkollha ġġorr il-piż tad-dejn hi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-iffinanzjar ta' parti mill-operat tal-Malta Shipbuilding, u li s'issa dejjem sar mill-Fond Konsolidat, dejjem kien irreġistrat mat-Teżor bħala self.", "Il-fond Konsolidat ma jipprovdix fondi għal self iżda għal infiq (expenditure).", "Mill-banda l-oħra, avvanzi ta' flus li 'l quddiem iridu jiġu ripagati (i.e. self) dejjem kienu u se jibqgħu pprovduti mit-Treasury Clearance Fund.", "Għalhekk, inħasset il-ħtieġa li din il-qagħda mal-Malta Shipbuilding tiġi rregolarizzata permezz ta' ftehim formali ta' self li jkun jinkorpora l- faċilitajiet ta' kreditu sa ammont ta' Lm1.5 miljun li l-Gvern se jqiegħed għad-dispozizzjoni tat-Tarzna tal-Marsa matul l-1998 mit-Treasury Clearance Fund.", "B'dan, il-Gvern ma qiegħed jimmaskra xejn : anzi qed jipprovdi għal-Nefqa Kapitali akbar minn dik li kien ipprovda għaliha fl-1997.", "TAL-QROQQ - POSTERS", "10455.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10087, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija fid-dawl tal-fatt li hemm posters imwaħħla bil- kolla mal-ħitan tal-Bypass tal-Qroqq li ilhom hemm żmien?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li titwaqqaf skema ta' billboards fejn reklami jkunu jistgħu jitwaħħlu mingħajr ma jħammġu ħitan ta' toroq li t- tindif tagħhom jkun jiswa l-flus lill-kunsilli lokali jew lill-Gvern skond it-toroq?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija ordnat lil persuni konċernati sabiex ineħħu l-posters li hemm imwaħħlin fil-post indikat fil- mistoqsija, u fil-fatt dawn il-posters qed jitneħħew.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, peress li skond Avviż Legali 171 ta' l-1993, (Ordni ta' l-1993, Regolamenti dwar Reklami) il-wiri ta' reklami jaqa' taħt ir-responsabbilita' ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nitlob lill- Onor. Interpellant jirriferi s-suġġeriment tiegħu lill-Ministru konċernat.", "TOROQ - SINJALI TA' TOWING/CLAMPING", "10456.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-toroq f'kull lokalita' li ġew imwaħħla fihom sinjali ta' towing u ta' clamping?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'kull każ il-kunsilli lokali ġewx ikkonsultati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Listi li juru t-tagħrif mitlub tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ninsab informat illi l-kunsilli lokali kollha kienu ġew ikkonsultati permezz ta' memo maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali nhar it-8 ta' Marzu, 1996.", "Minkejja li mhux il-kunsilli lokali kollha kienu bagħtu l- kummenti tagħhom, il-Pulizija ltaqgħet ma' diversi kunsilli lokali u għadha tiltaqa' u tikkonsidra talbiet li jsirulha dwar dan is-suġġett.", "PULIZIJA - SKOLA PRIMARJA TAL-GŻIRA", "10457.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm pulizija mil-iskola primarja tal- Gżira u min kien il-pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika l- perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni.", "GĦASES TAL-PULIZIJA", "10458.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il għassa tal-pulizija hawn magħluqa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5009 f'Seduta Nru. 61.", "KUNSILLI LOKALI", "10459.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jagħti l- opportunita' biex kunsillieri jiġu maħtura fuq boards ta' korporazzjonijiet jew ta' aġenziji tal-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux diskussjoni ma' l-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Lokali dwar il-ħatra ta' diretturi fuq korporazzjonijiet jew aġenziji tal-Gvern u jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma f'liema stadju waslu dawn id-diskussjonijiet?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: NirrIferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8605 u 9985.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - ACCESSIBILITY UNIT", "10470.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu mill-Lm10,000 ivvotati minn dan il-Parlament is-sena l-oħra għall-Accessibility Unit; u kif intnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - AĊĊESSIBILITA'", "10471.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' Buġibba huwiex verament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita' l-aktar dawk li jużaw siġġu tar-roti; jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b'Diżabilita' ġietx konsultata qabel ma twettaq il-proġett; u jassigura li fi proġetti simili, l-aċċessibilita' għal kulħadd tkun implimentata bis- serjeta' u skond kriterji tekniċi u professjonali stabbiliti u rakkomandati mill-istess Kumissjoni Nazzjonali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - ĊENTRU", "10472.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' intellettwali li qed jistennew biex jidħlu f'Ċentru ta' Matul il-Jum; kemm-il persuna b'diżabilita' intellettwali daħlet f'xi Ċentru ta' Matul il-Jum minn Ottubru 1996 'il hawn; x'kienu l-kriterji li ntużaw biex intagħżlu dawn il- persuni minn fost dawk li kienu qed jistennew; u min kien li għażel dawn il-persuni minn fost dawk li kienu qed jistennew?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni b'diżabilita' li qed jistennew biex jidħlu f'ċentru ta' matul il-jum huwa 78 li jinkludu 2 li diġa' qegħdin fir-Residenza ta' San Vincenz de Paule u 7 li qegħdin fl-Isptar Monte Carmeli.", "Il-parti l-kbira ta' dawn il-persuni huma b'diżabilita' intelletwali.", "Minn Ottubru 1996 'il hawn iddaħħlu ħames persuni fiċ-ċentri ta' matul il- jum: tlieta minn dawn qed jattendu darba jew darbtejn fil-ġimgħa.", "Billi ċ-ċentri ta' matul il-jum kienu u għadhom mimlijin, kien deċiż li ma jidħlux iktar persuni b'diżabilita' ħlief f'każi fejn il-familji tagħhom ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom matul il-ġurnata.", "Dawk li ddaħħlu matul l-aħħar sena jaqgħu taħt din il-kategorija.", "Kien id-dipartiment fi ħdan il-ministeru tiegħi li għażel dawn il- persuni.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - ĊENTRU", "10473.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-iżvilupp taċ-ċentru l-ġdid f'Wied il- Għajn kif ukoll jgħid kemm hemm flus ivvotati għas-sena 1998 biex jitranġa dan il-post; kemm hemm flus ivvotati għas-sena 1998 biex jiġu mpjegati ħaddiema biex imexxu dan il-post; u ħarġitx sejħa biex jiġu ngaġġati ħaddiema biex jaħdmu f'dan il-post u jekk le, hemmx il-ħsieb li tinħareġ u fil-każ meta se toħroġ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul din is-sena saru dawn il-preparamenti sabiex post f'Wied il-Għajn jinbidel f'ċentru ġdid ta' matul il-jum għall-persuni b'diżabilita'.", "Għalkemm fl-Estimi tal-1997 ma kienx hemm fondi biżżejjed biex jibda l- iżvilupp ta' dan iċ-ċentru, il-Gvern ipprovda l-ammont addizzjonali ta' Lm30,000 sabiex tinħareġ sejħa għall-offerti sabiex isir l-attrezzar tal- post li nxtara.", "Il-Lm200,000 li ġew ivvutati taħt il-Vot Kapitali din is- sena kienu ntiżi biex jitħallas parti mix-xiri tal-post f'Wied il-Għajn u biex isiru estensjonijiet fiċ-Ċentri ta' matul il-jum ta' l-Imtarfa u ta' Ħal Far.", "Is-sejħa għall-offerti ħarġet f'Settembru li għadda u l-Kumitat tal- Kuntratti approva l-offerta l-aktar vantaġġjuża nhar it-Tlieta 2 ta' Diċembru.", "Il-Ministeru tiegħi qed jistenna l-ħruġ tal-Letter of Acceptance.", "Fil-Vot Kapitali taċ-ċentri ġew ivvotati Lm180,000 li minnhom Lm40,000 huma ntiżi biex jitranġa ċ-ċentru ta' Wied il-Għajn.", "Fil-Vot Rikorrenti taċ-Ċentri hemm inklużi Lm94,094 biex jiġu ngaġġati l- impjegati li hemm bżonn.", "S'issa ħarġu żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet għal Kapijiet u Assistenti Kapijiet taċ-Ċentri kollha: Kap u Assistent Kap huma ntiżi għaċ- Ċentru ġdid.", "Barra minn hekk dalwaqt joħorġu sejħiet oħra għall- applikazzjonijiet għal Senior Care Workers, Care Workers u Assistant Care Workers li huma ntiżi għaċ-ċentru l-ġdid.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - ĊENTRU", "10474.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa fiċ-ċentru l-ġdid ta' Matul il- Jum għall-persuni b'diżabilita' f'Wied il-Għajn; x-xogħol jonqos isir biex dan ikun jista' jibda jintuża mill-persuni b'diżabilita'; u meta hu ppjanat li dan ix-xogħol jitlesta?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Minn meta nxtara l-post ta' Wied il-Għajn sar biss manutenzjoni tal-bini, bħal manutenzjoni fis-soqfa u tagħmir bħal geysers, bil-għan li l-bini u ta' ġo fih ma ssirlux ħsara.", "F'Settembru li għadda ħarġet sejħa għall-offerti sabiex il-parti ta' isfel tal-post jinbidel f'ċentru li jinkludi x-xogħol ta':", "1.", "Bini u Konkrit 2.", "Tkaħħil u Żebgħa 3.", "Tqegħid tad-Drenaġġ 4.", "Madum tal-art u tal-ħajt 5.", "Xogħol ta' aluminju u metall 6.", "Xogħol tal-elettriku 7.", "Xogħol tal-ilma 8.", "Xogħol ta' suffetti 9.", "Xiri ta' għamara.", "Il-Kumitat tal-Kuntratti approva l-offerta nhar it-Tlieta 2 ta' Diċembru u issa l-Ministeru qed jistenna li toħroġ il-Letter of Acceptance biex ikun jista' jibda x-xogħol.", "L-ewwel fażi tax-xogħol għandha tieħu ħames ġimgħat u għandha tkun lesta sa nofs Jannar, 1998, waqt li t-tieni fażi għandha tieħu 12-il ġimgħa wara li titlesta l-ewwel fażi, jiġifieri sa bejn Marzu u April, 1998.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "WSC - QUOTATION NO.", "103/97", "W1,062.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru W996, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat- tender specifications jekk kien hemm (quotation number 103/97); jispjega għaliex it-tender ingħata lill-Visual Trends Co. Ltd meta kien hemm offerta li kienet orħos minn dik ta' Visual Trends minn ditta speċjalizzata fil- colour separations mhux bħal Visual Trends; jgħid ukoll fejn ġie stampat ir- rapport?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tender specifications fir-rigward ta' quotation no. 103/97, kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-korporazzjoni kienet mistennija li tippreżenta fil-Parlament ir- rapport annwali sat-Tnejn 6 ta' Ottubru, 1997.", "Għaldaqstant ir-rapport kellu jiġi ppubblikat fi żmien speċifiku.", "Irriżulta li minn esperjenza tal- passat fil-proċess sabiex jintużaw kuntratturi differenti biex isir l- artwork generation, stampar u colour separations kien jieħu fit-tul.", "Għaldaqstant ġie deċiż li minn fost il-kwotazzjonijiet sottomessi tintgħażel l-offerta turnkey tad-ditta Visual Trends, fejn fil-fatt ġie stampat dan ir-rapport.", "VALLETTA - TRIQ IR-REPUBBLIKA", "W1,081.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li x- xogħol utli fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta jitlesta sa qabel il- festi tal-Milied?", "Kemm se jiġi jiswa lill-Gvern?", "X'fissru sewwa sew ix- xogħlijiet fil-Belt Valletta fl-iżvilupp ta' Belt aħjar?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kont tajt il-kelma li x-xogħol ta' Triq ir- Repubblika, Valletta jieqaf fis-6 ta' Diċembru u jitkompla fis-7 ta' Jannar.", "Fil-fatt x-xogħol, li huwa avvanzat ħafna, waqaf fit-3 ta' Diċembru.", "Għar-rigward tan-nefqa totali jiena nformat li qabel ma jsiru l- preparamenti meħtieġa għat-tieni u t-tielet fażi ma nistax nagħti figura eżatta tan-nefqa li se ssir.", "Il-parti l-kbira tan-nefqa ta' l-ewwel fażi saret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma."]} {"filename": "19970310_041d_par.doc", "date": "1997-03-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 41 It-Tnejn, 10 ta' Marzu, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 41", "It-Tnejn, 10 ta' Marzu, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "41", "It-Tnejn, 10 ta' Marzu, 1997", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 8", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI 10", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TA' L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR", "GĦAS-SENA FINANZJARJA 1996/1997 10", "AĠĠORNAMENT 37", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 42", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 74", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 40 li saret fil-5 ta' Marzu, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "GVERN - KONSULENTI", "747.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 konsulenti ma' kull dipartiment tal-gvern, awtorita', kummissjoni, kumitat jew korp statutorju ieħor li fih il-gvern għandu interess kif ukoll ma' kull kumpannija li fiha l-gvern għandu, direttament jew indirettament, majority shareholding kategorizzati skond kull enti hawn fuq imsemmija?", "Jista' l-Prim Ministru f'kull każ jindika kemm minnhom kienu barranin u kemm minnhom huma Maltin kif ukoll x'kien il-ħlas tagħhom fis-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 747 safejn din għandha x'taqsam ma' l-uffiċċju tiegħi.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - INFIQ", "2338.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-istituti, organizzazzjonijiet u dipartimenti tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u li jagħti b'mod dettaljat informazzjoni dwar x'intnefaq - bħal, per eżempju, salarji u taxxi - minn kull enti msemmija mit-twaqqif tal-fondazzjoni sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l-1996?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll b'mod dettaljat xi ħlasijiet saru għal dak li għandu x'jaqsam ma' hospitality minn kull enti matul dan il-perijodu u lil min saru dawn il- ħlasijiet, xahar b'xahar, għall-istess perijodu msemmi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx items of expenditure li ma jidhrux b'mod separat taħt \\l- istituti, l-organizzazzjonijiet jew id-dipartimenti rispettivi u li allura għalihom ikun hemm flus allolkati f'fond ċentrali?", "Jekk dan huwa l-każ jista' l-Ministru jgħid x'intnefaq minn dan il-fond ċentrali mit-twaqqif tal-fondazzjoni sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l-1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji mitluba mill-Onor Chris Cardona fis-seduta tas-27 ta' Jannar, 1997.", "Il-fondazzjoni għandha dawn id-dipartimenti u istituti:", "Dipartimenti: * Office of the Director General * Office of the Chief Executive * Administration, Finance & Human Resources * Conference & Communications Units * Library & Documentation Centre * International Office of the University", "Istituti: * International Environment Institute/Future Generations Programme * Islands & Small States Institute * Institute for International Affairs * International Institute for Social Sciences * European Centre on Insular Coastal Dynamics", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda kopja vera ta' l-income and expenditure account meħuda mill-audited accounts tal-fondazzjoni fejn fiha hemm dettalji ta' dħul u nfiq mill-1 ta' Jannar 1987 sal-31 ta' Diċembru, 1995.", "Dwar salarji u taxxi li tħallsu nitlob lill-Onor.", "Membru biex jekk jogħġbu jara t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "2344.", "Matul il-perijodu 1987-1991 l-awdituri tal-fondazzjoni kienu Falzon, Falzon & Co filwaqt li fil-perijodu 1992-1996 l-awdituri kienu Zammit Tabona Bonello & Co. Qabel il-31 Diċembru, 1986 ma kienux jeżistu accounts għall-fondazzjoni peress li dak iż-żmien il-pagamenti kienu jitħallsu kollha direttament mit-Teżor.", "Items of expenditure li jaqgħu taħt vot ċentrali jinkludu overtime, stationery, equipment, communications, transport, maintenance u affarijiet oħra simili fejn il-fondazzjoni tipprovdi servizzi ċentrali lid-diversi istituti.", "Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda statement li juri l-hospitality li ngħatat mill-fondazzjoni mill-1 ta' Jannar 1987 sal-31 ta' Diċembru, 1996 fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi ta' gruppi żgħar.", "GVERN - KONSULENTI", "2779.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l- avukati, periti, tobba, awdituri u professjonisti oħra li jagħtu servizz ta' konsulenza lid-dipartimenti tal-Gvern, enti statutorji, korporazzjonijiet u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu interess fihom kif ukoll jagħti dettalji ta' l-arranġamenti finanzjarji li saru ma' dawn il-konsulenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 2779 safejn din għandha x'taqsam ma' l-uffiċċju tiegħi.", "GVERN - KONSULENTI", "2794.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew maħtura konsulenti mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Diċembru mas-servizz pubbliku, ma' enti statutorji, ma' kumpanniji li huma kkontrollati mill-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas 50% ta' l-ishma u mall-kunsilli lokali?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti t- tweġiba tiegħu fuq bażi ta' xahar xahar u maqsuma skond dipartiment jew enti relattivi?", "Jista' l-Prim Ministru jsemmi min huma l-persuni maħtura u jindika x-xogħol li għalih ġiet kuntrattata kull persuna kif ukoll li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 2794 safejn din għandha x'taqsam ma' l-uffiċċju tiegħi.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - TRANSFERS", "3289.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil- korporazzjonijiet u fl-aġenzji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis- 17 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien ninsab informat li mis-17 ta' Jannar 1997 sad- data ta' meta saret il-mistoqsija, jiġifieri sa l-14 ta' Frar 1997, saru dawn it-transfers:", "i) fil-Management Systems Unit Ltd/M.I.T.T.S. sar transfer wieħed fuq talba tal-persuna konċernata stess; u", "ii) fil-Malta Shipbuilding Company Ltd saru tliet transfers, tnejn minnhom lejn il-Ministeru tal-Kummerċ u l-ieħor lejn is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti.", "Fid-dawl tar-ristrutturazzjoni li qed issir fil-Korporazzjoni Telemalta xi sezzjonijiet ġew amalgamati ma' oħrajn filwaqt li twaqqfu xi sezzjonijiet oħra.", "Dan l-eżerċizzju, li bih ġew effettwati 143 ħaddiem, sar biex il-proċess tax-xogħol isir b'mod aktar effettiv u effiċjenti.", "DIPARTIMENT TAL-KULTURA - SAHRA", "3393.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm ssejħu ħaddiema biex jagħmlu sahra minn fost dawk li fis-snin li għaddew kienu jaħdmu s-sahra waqt l-attivitajiet tal-karnival ?", "Min ħadem sahra din is- sena, apparti l-istaff tal-workshops ta' Ħal Luqa, u f'liema dipartiment jaħdem kull wieħed minnhom?", "Kemm tħallas sahra u x'esperjenza kellu f'dan il-qasam kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Kumitat Festi Nazzjonali, bħas-snin l- imgħoddija, iddelega x-xogħol li għandu x'jaqsam ma' l-armar tal-karnival lill-ħaddiema industrijali tad-Dipartiment tal-Kultura flimkien ma' numru ta' ħaddiema governattivi mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.", "Il-kumitat daħħal tliet ħaddiema tfajliet mid-Dipartiment tal-Kultura fuq xogħol ieħor konness mal-karnival, li waħda minnhom taħdem regolarment mas-sezzjoni tal-Kumitat Festi Nazzjonali u ilha tagħmel dan ix-xogħol, waqt li t-tnejn l-oħra wkoll ħadmu fuq dan ix-xogħol fis-snin l-imgħoddija.", "Din is-sena l-kumitat ħadem sabiex ix-xogħol li għandu x'jaqsam tal- karnival isir mill-istess membri tal-kumitat li lkoll kemm huma jaħdmu fuq bażi volontarja, ħlief is-segretarju li huwa persuna mpjegata.", "GŻIRA - TISWIJA TA' BANKINA FIX-XATT", "3486.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "John Vella) staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jordna li l- ħsara kbira li saret mill-Water Services Corporation fil-bankina tax-Xatt tal-Gżira tissewwa malajr kemm jista' jkun peress li hija veru ħasra li din il-bankina tinsab fi stat perikoluż wara li bi spejjeż kbar din kienet għadha kif ġiet pavimentata mill-Kunsill Lokali tal-Gżira?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'hijiex attrezzata b'kull varjeta' ta' kuluri u materjal li qed jintużaw dan l-aħħar fil-bdil tal- bankini.", "Għaldaqstant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għarrfet lid-Direttur tal-Kunsilli Lokali b'din is-sitwazzjoni u ssuġġeriet lill- kunsilli lokali biex jaħżnu materjali li jkun meħtieġ għal meta jkun se jsir xogħol ta' reinstatement tal-bankini.", "Konsiderazzjoni oħra hija li meta jinbidel is-servizz ta' l-ilma mill- main tat-triq sal-meter ta' l-ilma fid-dar, l-ispiża tal-materjal tiġi eventwalment riflessa fil-kont tal-konsumatur.", "Dan l-element ta' spejjeż għadu m'huwiex konkluż.", "Il-korporazzjoni qed tipproponi lill-kunsilli lokali li l-ewwel isir reinstatement temporanju mill-korporazzjoni stess u wara l-kunsilli lokali jagħmlu l-materjal addattat.", "Sadanittant, il- korporazzjoni qed tieħu ħsieb li ssewwi l-bankini fi stat aċċettabbli u li dawn ma jkunux ta' periklu għas-saħħa tal-pubbliku.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jista' l-Ministru jgħid min għandu jirranġa l- bankina meta l-Water Services Corporation taqla' parti minnha wara li l- kunsill lokali jkun diġa' għamel il-pavimentar ta' dik il-bankina?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalma ntqal fir-risposta ta' din il-mistoqsija parlamentari l-Water Services Corporation trid tagħmel dan ir- reinstatement, imma peress li dan iż-żmien il-materjal tal-bankini jvarja ħafna u m'huwiex uniformi ġie suġġerit li l-kunsilli lokali jżommu stock ta' dan il-materjal biex dan jintuża meta jsir reinstatement.", "Dan qed jiġi suġġerit li jsir għax jista' jiġri li meta jsir reinstatement il-materjal oriġinali li jkun intuża għall-bankina ma jkunx għadu fis-suq.", "GĦar-rigward tal-ħlas għal dan ix-xogħol għadhom għaddejjin it-taħdidiet bejn il-korporazzjoni u l-kunsilli lokali.", "MARSA SPORTS COMPLEX - WATCHMEN", "3521.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu watchmen assenjati għax-xogħol fil-Marsa Sports Complex?", "X'jagħmlu u kemm hi l-ispiża tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-complement tal-watchmen fil-Marsa Sports Complex huwa ta' tlett gruppi ta' tliet watchmen il-wieħed.", "Fuq struzzjonijiet tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport f'nofs l-1996 żdied watchman temporanju li pero' sa llum dan għadu jagħmel xogħol fil-Marsa Sports Complex.", "Ftit tal-ġimgħat qabel Ottubru 1996 kienu ngħataw struzzjonijiet biex erba' mill-watchmen jiġu trasferiti għal postijiet oħra, liema struzzjonijiet kienu ġew fuq direttivi tal-ministeru.", "Dawn il-watchmen jagħmlu xogħol ta' watchman duties kif stipulat fl- Estacode.", "Ta' min jgħid li qabel Mejju ta' l-1987 il-watchmen fil-Marsa Sports Complex kienu jwettqu xogħlijiet ieħor bħal, per eżempju, li jieħdu ħsieb id-dressing rooms u faċilitajiet oħra wżati mill-atleti, liema prattika pero' kienet ġiet abolita.", "Bejn paga, bonuses u allowances oħra, l-ispiża biex tħaddem watchman hija ta' madwar Lm3,600 fis-sena .", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Jista' l-Ministru jgħidilna kif jista' jsir iktar użu mill-watchmen eżistenti jew x'miżuri oħra jistgħu jittieħdu biex ikun hemm iktar sorveljanza fil-Marsa Sports Complex, speċjalment fil-weekends meta jkun hemm familji jippassiġġaw, atleti jagħmlu t-training tagħhom kif ukoll żwiemel u karozzi deħlin u ħerġin?", "Din it-tip ta' sorveljanza tista' tiġi nkluża fil-watchman duties jew ma nafx huwiex il-każ li jittieħdu xi miżuri oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: GĦalkemm jien m'iniex informat speċifikament fuq id-dmirijiet li qed iwettqu l-watchmen tal-Marsa Sports Complex u allura mhux sew li nitfa' xi dellijiet fuqhom, jien nista' ngħid li personalment m'iniex sodisfatt bix-xogħol li qed jagħmlu għax naf b'każijiet fejn dawn lanqas biss imorru għax-xogħol.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall- watchmen tal-Marsa Sports Complex direttament, imma naf b'każi fejn għalkemm dawn huma mħallsin biex jagħmlu watching duties għandi dubji serji kemm dawn fil-fatt qed jagħmlu xogħlhom.", "GĦalhekk jien se nidħol fid- dettal fuq dak li qal l-Onor.", "Richard Muscat biex jekk naraw li s-sistema preżenti m'hijiex qed taħdem allura jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex l- affarijiet jibdew isiru aħjar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, nixtieq nispeċifika li l-intenzjoni tiegħi ma kenitx li nitfa' xi dellijiet jew li nagħti xi miżinterpretazzjoni tad-dmirijiet li qed jagħmlu l-watchmen.", "L-intenzjoni tiegħi kienet li nuri li f'dan il-kumpless hemm dik is-sitwazzjoni li semmejt u għalhekk ikun tajjeb jekk wieħed jara kif jista' jorganizza d- deployment ta' dawn il-watchmen jew inkella jsib xi soluzzjonijiet oħra biex jilqa' għal din is-sitwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Onor. Bartolo, għandek xi żżid ma' dak li qal l-Onor.", "Muscat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, jien ma għandi xejn xi nżid ħlief li se nieħu konsiderazzjoni ta' dak li qal l-Onor.", "Muscat biex jittieħdu l- passi meħtieġa.", "KUMITAT PATRIMONJU MALTI", "3627.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li bihom ħatar lis-Sur Remig Sacco u lis-Sur Joe Attard bħala membri fuq il-Kumitat Patrimonju Malti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Membru li s-Sur Remig Sacco huwa ġurnalist b'esperjenza fuq il-media u jokkupa pożizzjonijiet f'diversi għaqdiet kulturali, filwaqt li s-Sur Joe Attard m'aċċettax li jkun membru tal-Kumitat Patrimonju Malti.", "Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħatra tal-Kumitat Patrimonju Malti saret waqt press conference li ta s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, l-Onor.", "Joe Cilia, li fiha ngħata tagħrif pubblikament dwar kull persuna maħtura fuq dan il- kumitat biex b'hekk ngħatat trasparenza akbar lil dan il-kumitat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx xi raġuni li għaliha s-Sur Joe Attard m'aċċettax din il-ħatra, ovvjament dejjem jekk dawn ir-raġunijiet ma kenux ta' natura personali?", "Min ġie nominat minfloku?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li l-ħatra ta' dan il-kumitat ma tistipulax kemm għandu jkun fih membri, jiġifieri billi wieħed ma jaċċettax in-nomina mhux bilfors ifisser li trid issib sostitut għalih.", "Ir-raġunijiet li għalihom m'aċċettax li jkun membru tal-Kumitat Patrimonju Malti, ġew espressi privatament u għalhekk naħseb li wieħed irid jistaqsi lis-Sur Joe Attard personalment biex jara għaliex m'aċċettax din il-ħatra.", "SAFAR - DELEGAZZJONIJIET", "3638.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti dettalji ta' safar li saru minn delegazzjonijiet immexxijin mis-Segretarju Parlamentari l- Onor. Joe Cilia mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-25 ta' Frar, 1997; jiġifieri fejn marru d-delegazzjonijiet; kemm damu; min kienu l-membri ta' kull delegazzjoni; x'kienet ir-raġuni ta' kull żjara u kemm ġiet tiswa kull żjara?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Safar li sar mid-delegazzjonijiet immexxija mis- Segretarju Parlamentari:", "|Fejn |Cork, |Paris, | |marru |Ireland |France | |Kemm |13-15/11/96| 22-24/02/97| |damu |3 ijiem |3 ijiem | |Min |Onor. Joe |Onor. Joe | |kienu |Cilia |Cilia | | |Paul |Paul | | |Farrugia |Farrugia | | |(Segretarju|(Segretarju | | |Privat) |Privat) | |Raguni |Informal |Meetin re | | |Meetin of |Upgrading | | |Youth |of Malta | | |Ministers |Race Course | |Kemm |Lm750 |Lm550 | |swiet | | |", "ILMA - TISFIJA TA' DRENAĠĠ", "3642.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjan biex fis-sena 1997 tiġi mkabbra l-kapaċita' ta' l-impjant għat- tisfija ta' ilma tad-drenaġġ u, jekk fl-affermattiv, b'kemm se tiżdied il- produzzjoni u kemm huwa l-vot allokat għal dan l-għan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Gvern bħalissa qed iwettaq it-tkabbir ta' l- impjant tat-tisfija tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, liema xogħlijiet huma mistennija jitlestew din is-sena.", "Il-kapaċita' ta' dan l-impjant se titla' minn 7,000 għal 17,000 metru kubu ta' ilma kuljum.", "Dan il-proġett se jkun ta' benefiċċju kbir għas-setturi ta' l-agrikoltura u ta' l-industrija u l-ispiża fuqu mistennija tlaħħaq is-somma ta' madwar Lm1.2 miljun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'sar mill- applikazzjoni li kienet saret għall-bini ta' impjant simili fiċ-Ċumnija, limiti tal-Mellieħa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif jaf il-kollega tiegħi, rigward l-impjant li kellu jinbena fil-Mellieħa diġa' kienet ħarġet it-tender sabiex issir il- mina mill-Pwales għaċ-Ċumnija, pero' imbagħad kien ġie deċiż mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li fuq dan il-proġett isir environmental impact assessment - jew EIA - wara li kienet saret pressure mill-Partit Laburista, li dak iż- żmien kien fl-Oppożizzjoni, minħabba li din il-mina kienet se toħloq ħsara ambjentali.", "Peress li dan l-istudju kellu jiddetermina r-rotta ta' din il- gallery, kif ukoll x'tip ta' gallery kellha ssir, kien ġie deċiż li jsir EIA kemm fuq il-gallery nnifisha kif ukoll fuq is-siting ta' l-impjant fiċ- Ċumnija, peress li l-fatt li tibdel ir-rotta tal-gallery jaffettwa wkoll is- sit ta' fejn se tpoġġi l-impjant.", "Bħalissa qed joħorġu tenders għall-EIA u nisperaw li hekk kif tiġi deċiża l-vijabbilta' ta' dan il-proġett ikun jista' jinbeda x-xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li sas-sena 2000 id-drenaġġ kollu li jinxteħet fil-baħar irid ikun trattat, kemm hu mistenni li jieħu żmien dan l-EIA?", "Dan l-istudju se jsir biss għar-rigward tar-rotta li se tieħu l-mina?", "Finalment din il-mina se ssir xorta waħda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, l-EIA mhux se jindika biss ir-rotta li trid tieħu l-mina jew il-pipeline imma se jiddetermina xi jrid isir sabiex jitwassal id-drenaġġ mill-Pwales għaċ-Ċumnija.", "L-iskop li għalih se jsir l- EIA huwa appuntu biex insibu liema hu l-aħjar mezz sabiex jiġi kkomunikat id-drenaġġ bejn il-Pwales u ċ-Ċumnija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li nafu li dan x-xogħol jieħu ċertu żmien sabiex jitlesta, jista' l-Ministru almenu jikkonferma li x-xogħol fuq il- bini proprju ta' dan il-proġett se jinbeda matul din is-sena, jekk kemm-il darba rridu nżommu mat-target li sas-sena 2000 id-drenaġġ għandu jiġi msoffi qabel ma jinxteħet il-baħar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, aħna konxji li hemm bżonn li jitħaffef dan il-proċess, mhux biss għar-raġuni li semma l-Onor.", "Membru imma wkoll minħabba li dan il-proġett ingħata funding mill-European Investment Bank u huwa wkoll marbut b'terminu ta' żmien.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Ministru jista' jikkonferma li parti mill-ilma minn dan l-impjant se jintuża mill-bdiewa ta' l-inħawi, kif fil-fatt kien diġa' ppjanat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Filwaqt li dan l-ilma se jibqa' jintuża għall- agrikoltura, il-Gvern qed jipprepara masterplan dwar l-użu li jista' jsir minn dan is-second class water li ma jinkludix biss l-ilma li jiġi mit- trattament tad-drenaġġ imma anke l-ilma tax-xita.", "MOSTA - TRIQ IS-SAJF/TRIQ IR-REBBIEGĦA", "3706.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux possibbli li Triq is-Sajf u Triq ir-Rebbiegħa, fil- Mosta, jkunu magħquda permezz ta' passaġġ, kif kien hemm fl-imgħoddi, peress li fil-preżent persuni li jgħaddu minn Triq is-Sajf għal Triq ir- Rebbiegħa qed ikollhom jgħaddu minn parapett ta' dar privata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel dawk ix-xogħlijiet meħtieġa ħalli tinfetaħ it-triq imsemmija.", "SPORT - KUNSILL TA' L-ISPORT", "3714.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl tal-fatt li s- Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport dan l-aħħar ħabbar pubblikament li l-Kunsill Malti għall-Isport, flimkien mal-Gvern, se jkun responsabbli mill-policy dwar l-isport, meta se jinħatru l-membri fuq dan il-kunsill?", "Jekk dan il-kunsill diġa' nħatar, min huma l-membri u fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Il-proċedura li l-ispokesman ta' l-Oppożizzjoni dwar din il-materja jinħatar fuq il-kunsill se tibqa' tiġi adottata?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-membri tal-Kunsill Malti għall-Isport u t- tibdil fl-istruttura tiegħu dalwaqt se jkunu magħrufa pubblikament.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Segretrarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti l-Onor.", "Joe Cilia diġa' bagħat ittra lill- Kap tal-Oppożizzjoni biex jaħtar ir-rappreżentant tiegħu fuq dan il- kunsill.", "Jekk jagħżilx li r-rappreżentant tiegħu fuq il-kunsill ikunx l- ispokesman ta' l-Oppożizzjoni għall-isport jew le hija fid-diskrezzjoni assoluta tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Ministru jassigurana li se jitħaffef il- proċess ta' diċentralizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, fis-sens li grounds tal-football jew faċilitajiet sportivi oħra jiġu mmexxija mill- kunsilli lokali jew mill-assoċjazzjonijiet?", "Jista' l-Ministru jwiegħed lil din il-Kamra li fl-iqsar żmien possibbli se jressaq riżoluzzjoni parlamentari f'dan is-sens?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed nieħu gost li l-Onor.", "Tonio Borg għamel din il-mistoqsija għax tagħtini l-opportunita' ngħid li r-rapporti u x-xniegħat li hawn li l-Gvern Laburista ma jridx jgħaddi dawn il-faċilitajiet lill- għaqdiet u lill-assoċjazzjonijiet sportivi m'humiex minnhom.", "Fil-fatt qed isir xogħol meħtieġ biex titressaq riżoluzzjoni fil-Parlament li permezz tagħha dawn il-faċilitajiet ikunu jistgħu jgħaddu lill-għaqdiet sportivi.", "Għalkemm naf li kien diġa' beda xi xogħol u li f'ċerti affarijiet dan ix- xogħol kien fi stadju avvanzat, għad hemm ħafna xogħol xi jsir.", "Il- mistoqsija hija jekk għandniex inlestux ix-xogħol kollu u mbagħad ngħaddu l- art u l-faċilitajiet kollha f'salt - dawn jammontaw għal numru konsiderevoli - jew inkella nagħżlux proċess iktar ħafif billi l-ewwel ngħaddu l-faċilitajiet ta' xi tip ta' sport u mbagħad wara ngħaddu l- faċilitajiet ta' xi sport ieħor.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-diskors li għamlet is-Segretarju Parlamentari dwar id- Drittijiet tan-Nisa, l-Onor Helena Dalli, waqt il-konferenza \"Women's Rights are Human Rights\" li saret fi Brussel fit-3 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3754.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO : Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Informazzjoni dwar ħalib imqassam fl-iskejjel primarji u sekondarji f'Ottubru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3747;", "Skeda li turi n-nefqa stmata għal diversi setturi fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3776;", "Informazzjoni dwar kandidati li applikaw għall-Commonwealth Scholarships sa Settembru 1996 u informazzjoni dwar il-proċess addottat għall-għażla tal-kandidati nominati għar-Renju Unit u l- Kanada fl-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3849; u", "Lista ta' organizzazzjonijiet u individwi li bbenefikaw mill-Cultural Support Programme bejn l-1994 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3855.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar barrieri tal-Gvern mikrija lil terzi persuni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3891; u", "Skeda li turi l-ammont imħallas lill-kuntratturi għall-bini ta' l- Ajruport Internazzjonali ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 117.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 34 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Soft Drinks; u", "Tabella li turi n-numru ta' pazjenti f'kull sala fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech fis-16 ta' Frar 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 3815.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol f'Malta u GĦawdex bejn l-4 ta' Ottubru u l-10 ta' Diċembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3816.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Avviż Legali Nru 33 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 4); u", "Informazzjoni dwar in-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu fid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali minn Novembru 1996 sa Frar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3622.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport dwar l-organic farming, magħmul minn esperti Ġermaniżi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3958.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Industrija): Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Att dwar l-Iżvilupp Industrijali Kap. 325\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TA' L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR GĦAS- SENA FINANZJARJA 1996/1997", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, nipproponi illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1996 sat-30 ta' Settembru 1997 skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni m'għandhiex tieħu iktar minn seduta waħda u l-ħin għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l- Oppożizzjoni, bil-winding up għall-Gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar twaqqfet permezz ta' Att Nru. I ta' l-1992 u meta wieħed jara l-importanza kbira li għandha fl-iżvilupp tal-pajjiż malajr jifhem li kienet ħasra li din ma ġietx maħtura qabel.", "Effettivament il-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-1970 kien diġa' kellu l-ħsieb li jressaq it-town and country planning bill iżda wara li tela' l-Partit Soċjalista fil-gvern din il-liġi kienet ġiet shelved u baqa' ma sar xejn f'dak li għandu x'jaqsam ma' ippjanar.", "Din kienet tassew ħasra għal pajjiżna għax kieku bdejna nieħdu ħsieb dan il-qasam 30 sena ilu kieku m'għandniex ir-rovina ta' l-ambjent li għandna llum.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li l-importanza ta' din il-liġi hija rikonoxxuta mill-Partit Laburista fil-gvern għax għalkemm jista' jkun hemm bżonn ta' xi ftit irtokki, bħal f'kull liġi oħra, nifhem li l- Gvern preżenti jrid li din tibqa' fis-seħħ.", "Madam Speaker, jien nibża' li l-ikbar problema li għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġejja mill-fatt li l-poplu għadu ma fehemx u ma apprezzax biżżejjed li ħafna mill-permessi tal-bini ma jistgħux joħorġu kif ġieb u laħaq għax dawn iridu jingħataw l-attenzjoni meħtieġa skond kif jitolbu r- regolamenti u għalhekk hawn dan il-ħafna tgergir kontra l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "M'hemmx dubju li l-iskop ta' l-awtorita' huwa wieħed tajjeb u li l-problema li qed jiffaċċja l-poplu hija dik tad-dewmien fil-proċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi tal-bini.", "M'huwiex il-każ li jien noqgħod nitkellem fuq dan l-aspett għax hemm kelliema oħrajn li se jitkellmu minn dan l-angolu, iżda hawn forsi ta' min jgħid li qegħdin nitkellmu fuq Awtorita' li l-ispiża rikorrenti tagħha se titla għal madwar ¥3.7 miljun, għalkemm fl-1995 din kienet ta' ¥2.5 miljun, u f'dak li huwa dħul, l-Awtorita' se ddaħħal madwar ¥1.2 miljun mid-development fees, filwaqt li l-Gvern se jagħtiha għajnuna ta' madwar ¥1.5 miljun biex b'hekk tkun tista' twettaq il-missjoni tagħha fid-diversi oqsma ta' l-attivita' tagħha.", "Kif diġa' għidt, forsi l-poplu għadu ma ħax konjizzjoni ta' din il- viżjoni wiesgħa li hija għandha u għalkemm jiena m'iniex se nsemmi l- aspetti kollha li tidħol fihom l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, pero' rrid inqajjem żewġ punti li xtaqt li kieku wieħed jikkonsidrahom ftit aktar oġġettivament.", "Hemm il-kwestjoni tal-preservazzjoni ta' dak li għad fadal minn-non-urban areas, li jinkludu s-siti arkeoloġiċi, l-ambjent naturali, kif ukoll il-bini ta' ċerta importanza; imbagħad hemm il-kwestjoni l-oħra dwar il-preservazzjoni u l-konservazzjoni ta' bini storiku u arkitettoniku, kif ukoll l-użu ta' djar vojta f'urban areas biex dawn jiġu riabilitati għall-akkomodazzjoni.", "Ħalli nibda mill-preservazzjoni ta' dak li fadal min-non-urban areas.", "Kieku ma kienx għal din l-awtorita', kieku l-qagħda f'dak li għandu x'jaqsam ma' non-urban areas hija waħda ta' rovina totali.", "Għalkemm f'pajjiżna għandna firxa ta' raba' li jinħadem biżżejjed biex nieħdu l- ħteġijiet ta' l-ikel li għandna bżonn, ġara pero' li maż-żmien ħadna minn din l-art agrikola bil-konsegwenza li issa dak li għad fadal irridu nibżgħu għalih.", "GĦalhekk tagħmel sewwa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li b'policy għaqlija ma tirrivedix id-development zones.", "Hawnhekk forsi wieħed jista' jagħmel ċerti rtokki imma jkun gwaj kbir għal pajjiżna jekk nestendu ħafna d-development zones għaliex inkella nkomplu nieħdu aktar art agrikola u nkomplu ngħarrqu l-ambjent naturali.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li l- art li għadha m'hijiex żviluppata ma tiġix mittiefsa għax inkella se nispiċċaw biex wieħed lanqas se jkollu fejn jirrikrea ruħu.", "Għal dik li hija preservazzjoni u l-konservazzjoni ta' bini storiku li għandna fl-urban areas, illum l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tieħu ħsieb li bini ta' ċertu valur arkitettoniku jiġi ppreservat, għalkemm nafu b'diversi postijiet, monumenti u djar li huma abbandunati.", "Wisq nibża' li minkejja li ġew skedati diversi postijiet f'ħafna bliet u rħula, f'bosta mill-każi dan issa huwa tard wisq għax hawn bini li tant ilu mitluq li ftit hemm xi ssalva minnu.", "U hawn nemmen li waħda mill-prijoritajiet tal-kunsilli lokali għandha tkun li jaraw liema huma dawk il-postijiet fil-lokal tagħhom li l-iktar għandhom bżonn li jiġu ppreservati u allura nissuġġerilhom li jagħmlu lista tagħhom u jgħadduha lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Fl-opinjoni tiegħi, kritika li hija ġustifikata ħafna fil-konfront ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar hija li l-applikazzjonijiet għar-riabilitazzjoni ta' postijiet qodma qegħdin jieħdu ħafna iktar żmien minn applikazzjonijiet għal bini ta' postijiet ġodda.", "Dan qed jiġri għax il-case officer ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar ma' jagħtix piż biżżejjed lill-pjanti li jkun ħejja l-perit tal-klijent imma jkun irid jagħmel u jimponi dak li jogħġob lilu u allura b'hekk ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.", "Hawnhekk, bl-iskop li ninċentivaw lil min irid jutilizza dar vojta, nissuġġerixxi li nneħħu l-ħlas tal-fee li tmur ma' applikazzjoni għal xogħol bħal dan.", "Barra minn hekk, jien naħseb li l-applikazzjoni biex wieħed ikun jista' jutilizza dar abbandunata - wara kollox min jagħmel hekk kważi jkun qed jagħmlilna pjaċir - m'għandhiex tmur quddiem id- development control commission imma f'dan il-każ il-case officer għandu jiltaqa' mal-perit tal-klijent konċernat biex jiftiehmu bejniethom dwar x'għandu jsir.", "Jiena jidhirli li b'hekk ma jkollniex iktar ħela ta' żmien li spiss jiskoraġġixxi u jaqta' qalb dak li jkun.", "Nafu li hemm nies li ma japplikawx sabiex jirranġaw dar qadima minħabba li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tagħmlilhom ħafna restrizzjonijiet.", "Jekk verament irridu li dan il-bini ma nħalluħx jiddeterjora imma nutilizzawh, allura għandna nagħmlu mezz biex innaqqsu t-tul ta' żmien li wieħed jieħu sabiex tiġi approvata applikazzjoni bħal din għax inkella dak li jkun mhux se jagħmel kuraġġ.", "Każ ieħor li rrid insemmi - fil-fatt aċċennajt għalih diġa' - huwa dwar dak li qed isir fir-rigward tal-bini bi skedi.", "Hawn ħafna nies li qegħdin jokkupaw jew inkella li għandhom f'idejhom proprjeta' u qed iħalluha titkisser apposta biex ħadd ma jkun jista' jieħu xejn aktar minnha.", "Ladarba dawn id-djar jiġu f'dan l-istat l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ftit jibqgħala x'tagħmel ħlief li toħroġ il-permess għat-twaqqiegħ tagħhom.", "Jiena nittama li dan l-appell li qed nagħmel ma jaqax fuq widnejn torox.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li rrid ngħid hi li daħlet id-drawwa li f'postijiet ta' urban conservation qegħdin isiru twieqi ta' l-aluminium li assolutament m'humiex adattati għal dak l-ambjent u dan biex ma msemmix ukoll li issa hemm min qed jagħmel ir-reflecting glass, forsi sabiex joqogħod jnemmsu minn warajh!", "Illum tara postijiet b'karatteristiċi tant sbieħ imbagħad jiġu jagħmlulhom dawn l-affarijiet moderni, donnu li l- Malti spiċċawlu l-persjani li ħafna drabi wkoll kienu jservu għal dawk il- peeping Toms sabiex inemmsu minnhom.", "Din il-ħaġa qed tkerraħ l-ambjent u qed ngħid dan bl-ikbar serjeta'.", "Aħna nafu x'inhuma l-karatteristiċi tal- Maltin, pero' naħseb li dawn qegħdin ikerrħu ħafna l-ambjent tagħna.", "Nafu li min irid jibdel l-istil tal-gallerija tiegħu irid ikollu l-permess, pero' kemm qegħdin joħorġu permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal bini ta' galleriji ġodda?", "Nafu li l-awtorita' ħarġet Lm15,000 ħalli tgħin lil dawk in-nies mill-Kottonera - mingħalija fil-Birgu - li applikaw sabiex jibdlu l-gallerija tagħhom billi jerġgħu jagħmluha ta' l-injam, kif oriġinarjament kienet .", "Din hi ħaġa tajba ħafna u nixtieq li l-awtorita', permezz tar-riżorsi li għandha, tagħti għajnuna sabiex tħajjar li tinżamm din il-karatteristika f'pajjiżna.", "Rigward il-problema tal-parking, ilkoll nafu li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar saret stretta ħafna u fil-fatt kull meta ssir applikazzjoni sabiex jinbnew xi uffiċini qiegħda titlob li għandu jkun hemm spazju adegwat għall-parking.", "F'ċerti postijiet - mhux qed nirreferi għall-Belt u l-Furjana biss, għax hemmhekk nifhimha li għandhom isiru ċerti restrizzjonijiet - l-awtorita' m'hijiex qed tapprova applikazzjonijiet għal change of use ta' postijiet sabiex isiru uffiċini jew consulting rooms minħabba li ma jkunx hemm fejn wieħed jipprovdi parking space.", "Biex nagħtu eżempju ta' dan, jekk wieħed irid jagħmel uffiċini f'xi side street li tagħti għal main road, ngħidu aħna fil-Hamrun jew f'Birkirkara, kif jista' jkun", "li hawnhekk wieħed jipprovdi parking space għall-klijenti li jiffrekwentaw dawn l-uffiċċji!", "Din hija ħaġa impossibbli u żgur li ma nistgħux nieħdu iktar virgin land.", "U jekk dawn il-postijiet ikunu magħluqa għall- iżvilupp, in-nies fejn se jipparkjaw?", "GĦalhekk hawn irridu nkunu iktar prattiċi.", "Riċentement iltqajt ma' każ ta' wieħed li wara li sab post fejn jibda jagħti private lessons lit-tfal ta' bejn l-14 u l-15-il sena - illum hija moda li jingħataw il-private lessons - għax wieħed mill- istudenti tiegħu nzerta li kellu 'l fuq minn 18-il sena u allura bi dritt li jista' jsuq karozza, l-applikazzjoni ta' dan l-għalliem ma ġietx aċċettata.", "Din hija ħaġa redikola u assurda u kif għidt diġa' hemm bżonn li nkunu daqsxejn aktar prattiċi f'dawn l-każijiet.", "Madam Speaker, l-istess nistgħu ngħidu għall-applikazzjonijiet li jsiru biex ikun hemm change of use u jien, per eżempju, iltqajt ma' każ ta' wieħed li għamel applikazzjoni biex minflok confectionery jiftaħ pastry shop u l-permess ma ngħatalux għar-raġuni li l-mixer li jħawwad l-għaġina jagħmel ċertu ħoss.", "Jien nista' ngħidilkom li d-domestic appliances li jintużaw fid-djar tagħna jagħmlu iktar ħoss milli tagħmel makna bħal din.", "Huwa veru li kull applikazzjoni trid tittieħed fuq il-merti tagħha u f'kontest iktar wiesa' u għalkemm m'huwiex il-każ li wieħed jitkellem fuq dawn il-każijiet hawnhekk, pero' wieħed bilfors ikollu jiġbed l-attenzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dawn l-affarijiet ħalli almenu l-case officers ikunu aktar prattiċi u jiddeċiedu affarijiet bħal dawn b'mod iktar uman.", "Madam Speaker, hawn ikun tajjeb jekk wieħed isemmi wkoll il-fatt li ħafna mill-fran li jinġiebu minn barra m'humiex qed jiġu approvati mill- esperti li tqabbad l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, u dan meta dawn la jagħmlu riħa u lanqas jarmu dħaħen għax huma ta' l-elettriku, u fil-fatt għalhekk illum dawn qed jintużaw mad-dinja kollha, proprjament minħabba li la jikkawżaw pollution u lanqas ħsejjes.", "GĦalhekk il-case officers ta' l- awtorita' għandhom pjuttost ikunu kuntenti bl-introduzzjoni ta' innovazzjonijiet moderni bħal dawn.", "Madam Speaker, issa nixtieq insemmi xi ħaġa dwar is-shooting ranges.", "Fil- fatt minn parliamentary question li għamilt ġejt informat li hemm sitt applikazzjonijiet għal shooting ranges u r-raġuni li ngħatajt għala ma nħarġux dawn il-permessi hija li r-regolamenti neċessarji għadhom ma ħarġux .", "Issa fin-north-west local plan li għadu kemm ġie ppubblikat - dan għadu qed jiġi diskuss u hawn nixtieq infaħħar lil min kien involut f'din il-biċċa xogħol għax dan il-pjan jolqot lill-ambjent u jirrelata ħafna mal- Pjan ta' Struttura - hemm regolamenti li jgħidu fejn għandhom isiru dawn ix- shooting ranges.", "Allura hawnhekk jien nistaqsi: Għaliex għadu ma nħariġx il-permess ta' dawn is-sitt shooting ranges jekk huma qegħdin fl-ambitu' ta' dawk ir-regolamenti?", "Jien naħseb li meta l-istaġun tal-kaċċa u ta' l- insib ikun magħluq ikun tajjeb li dawn in-nies jipprattikaw il-hobby tagħhom f'dawn ix-shooting ranges u għalhekk jien ma nafx x'inhi r-raġuni li dawn ir-regolamenti għadhom ma nħarġux.", "Madam Speaker, nixtieq nirrimarka li llum il-ġurnata daħlet id-drawwa tar-rock climbing fejn wieħed ma jiddendilx biss mal-pontijiet imma wkoll mas-swar u konsegwentement bil-grip ta' dawn ir-rock climbers qed tiġi rrovinata ħafna mill-fawna.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li jien ma għandi xejn kontra dan l-isport għax għalkemm huwa sport perikoluż ħafna huwa sport li hawn min qed jieħu pjaċir bih u anke turisti qed jiġu jieħdu sehem fih.", "Pero' naħseb li qed ikissru ħafna mill-fawna li għad fadlilna ġewwa pajjiżna.", "Din mhux qed tinqered bil-pollution jew billi tgħaffeġ mill- inġenji, imma qed neqirduha b'affarijiet oħra, fosthom dan l-isport.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa dwar camping and caravan sites.", "Kemm se ndumu biex insibu post adattat għalihom?", "F'Malta mhux kulħadd għandu mezzi finanzjarji biżżejjed biex ikollu dar tas-sajf u allura għandna noffru alternattiva billi nallokaw postijiet għal camping and caravan sites.", "Dik l-area li kienet desinjata bħala camping site f'Baħar iċ-Cagħaq irridu nkomplu niżviluppawha u jekk hemm bżonn noħorġu aktar permessi għal camping sites oħra.", "Madam Speaker, jien nixtieq infaħħar l-attenzjoni li tat l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn jidħlu l-Victoria Lines u ċ-Chadwick Lakes u l-inħawi tal- madwar.", "Hawn nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-awtorita' li mhux billi noħorġu l-listi tal-postijiet skedati fil-Gazzetta tal-Gvern għax jinħtieġ ukoll li jkun hemm superviżjoni almenu darba, darbtejn fil-ġimgħa biex kwalunkwe ħsara li tkun qed issir, anke f'każ li jkun qed jittella' bini llegali, tittieħed azzjoni immedjata u mhux niċċaqalqu wara li ssir il- froġa għax imbagħad l-iscars ħadd mhu se jneħħihom.", "Jinħtieġ li jkollna superviżjoni fuq din il-materja biex naqbduhom mill-ewwel.", "Hawn Malta nagħmlu ħafna liġijiet tajbin imma mbagħad fejn jidħol l-enforcement ftit li xejn għandna biex niftaħru.", "Madam Speaker, l-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija dwar il-ħeavy machinery li hawn ġewwa pajjiżna.", "Nifhem li ma tistax twaqqaf il-progress għax illum il- ġurnata ħadd m'għadu jaħdem b'xi baqqun jew b'xi pala u hawn ħafna makkinarju tqil u kbir li jrid post fejn jinħażen.", "Ma jistax ikun li dan il-makkinarju nitilquh barra fit-triq ipparkjat quddiem il-bibien tan-nies u żgur li m'għandnix nitilquh f'nofs ta' għalqa għaliex ikerrah kullimkien.", "Jien nagħmel appell lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex fejn huwa prattikabbli talloka postijiet għal dan il-makkinarju.", "Is-soluzzjoni li nissuġġerixxi hija li jsiru postijiet underground, 'l barra mill-irħula jekk hemm bżonn, fejn il-wiċċ ta' l-art ikun jista' jiġi landscaped bil- ħamrija u b'xi ħitan tas-sejjiegħ ukoll.", "Pero' żgur li ma nistgħux inħallu dan l-equipment kollu mitfugħ 'l hawn u 'l hemm, bħalma hemm fl-inħawi taż- Żurrieq u ta' Ħaż-Żebbuġ, partikolarment in-naħa tal-by-pass.", "Jien m'iniex kontra l-użu ta' dawn l-inġenji u nifhem li l-kuntratturi llum bihom iridu jaħdmu, imma mbagħad ma jistax ikun li lil min għandu dawn l-inġenji ma noħorġulux permess fejn jista' jiggaraxxjahom.", "Inutli li ngħidulhom biex imorru jfittxu post f'xi industrial area għax dawn l-areas huma diġa' meħudin mill-industrija tal-manifattura.", "Żgur li ma nistgħux naffordjaw li noffru xi art verġni u allura nħoss li l-unika soluzzjoni li jibqa' hija dik li nsibulhom lokalita' fejn ikunu jistgħu jibnu garages taħt l- art.", "Madam Speaker, bħala membru tal-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ipprovajt inkun oġġettiv iktar milli kritiku lejn l-operat ta' din l- awtorita' u sinċerament nittama li l-awtorita' tilqa' dawn is-suġġerimenti li ressaqt.", "Jien naf li fl-awtorita' hemm nies dedikati ħafna pero' hemm ukoll nies li qed iżommu ċerti applikazzjonijet mingħajr raġuni valida.", "Jiena nappella biex jitħaffef ix-xogħol fuq ċerti applikazzjonijiet u jekk hemm bżonn għandu jiżdied in-numru ta' case officers biex b'hekk jinqata' it- tgergir min-naħa tal-pubbliku.", "Jien inħoss li l-poplu għadu ma fehemx ix- xogħol nobbli li qed tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u nagħlaq billi nawgura li l-awtorita' tkompli x-xogħol ta' fejda li qed tagħmel.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, filwaqt li nassoċja ruħi ma' l- apprezzament li għamel l-Onor.", "Bonnici fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li mingħajr dubju qed tagħmel ħafna xogħol utli f'dak li għandu x'jaqsam ma' ippjanar u razzjonalizzazzjoni ta' l-ippjanar - fejn diġa' bdejna naraw il- ġid ta' dan ix-xogħol - teżisti problema dwar l-ipproċessar ta' dawk l- applikazzjonijiet illi huma pjuttost żgħar f'termini ta' flus u f'termini ta' entita' ta' proġett.", "Parti minn din il-problema qed jiltaqgħu magħha l-kunsilli lokali u hawnhekk hija sfortuna illi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tantx tgawdi apprezzament u wisq inqas fiduċja ta' dawn il-kunsilli.", "Biex inkun onest irrid ngħid li hemm xettiċiżmu kbir fost il-kunsilli lokali dwar l-utilita' ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u għal dan beħsiebni naċċenna aktar 'il quddiem.", "Peress li l-kunsilli lokali ġustament jikkonsidraw lilhom infushom kemm bħala parti mill-amministrazzjoni ta' dan il-pajjiż, kemm bħala espressjoni ta' l-għaqda tal-lokal kif ukoll bħala r-rappreżentanti tal-lokal, dawn isostnu illi la huma magħmulin min-numru ta' kunsilliera li ġew eletti demokratikament u li qed iservu fuq bażi totalment volontarja, mhux biss mhux qed jsibu l-koperazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar talli ħafna drabi jsibu tfixkil, u forsi agħar minn hekk, isostnu - ma nafx kemm dan huwa ġustifikat - illi l-Awtorita' la tgħinhom fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet li jkollhom u lanqas tagħtihom pariri dwar l- applikazzjonijiet li jkunu saru għal-lokal tagħhom.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar suppost kienet waqqfet il-famuża fast track biex tittratta ċerti applikazzjonijiet imma milli jidher li track qiegħda hemm pero' fast ma naħsibx illi hi!", "Mit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 3552 jirriżulta li hemm 75 applikazzjoni tal-kunsilli lokali li għadhom pendenti - dawn il-Ministru kien poġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra - li uħud minnhom imorru lura għall-1995.", "Filwaqt li wieħed irid jistudja ċerti affarijiet, jien xorta waħda ma nistax nifhem kif dawn jistgħu jdumu daqshekk.", "Per eżempju, hawnhekk hawn applikazzjoni tal- Kunsill Lokali ta' Ħal Għaxaq għall-construction of a boundary wall li ilha pendenti minn Novembru 1995, hawn applikazzjoni mill-Kunsill Lokali tal- Kalkara għall-upgrading of a public garden li ilha pendenti minn Frar ta' l- 1997 - din hija pjuttost riċenti - u applikazzjonijiet oħrajn li ilhom pendenti mill-1996.", "Jista' jkun li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tirrispondi, kif ġeneralment tirrispondi, jiġifieri li l-kunsill lokali jonqsu xi informazzjoni x'jibgħat pero' l-argument li qed nipprova nagħmel huwa li ma naħsibx li hija idea tajba li l-kunsill lokali jiġi trattat qisu xi applikant normali għaliex hawnhekk nafu li l-finanzi tal-kunsilli lokali huma limitati - u taħt dan il-Gvern saru aktar limitati! - u nafu wkoll li l-kunsilli lokali m'għandhomx il-privileġġ, li jidher li għandu dan il- Gvern, jiġifieri li jibdew ix-xogħol qabel ma jkunux applikaw għall- permessi tal-Planning Authority iżda jridu japplikaw u jistennew il- permessi kif wara kollox għandu jkun.", "GĦalhekk, l-appell tiegħi f'isem din in-naħa huwa li fl-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet il-kunsilli lokali għandhom jingħataw għajnuna mill-Awtorita' iktar minn dik li qatt jista' jippretendi kull individwu li japplika għal xi development fuq bażi personali għax ikun żbaljat jekk il-kunsilli lokali jiġu trattati bl-istess mod bħal persuni privati.", "Jekk verament irridu nsaħħuhom u nagħtuhom l- identita' u l-importanza li jistħoqqilhom, il-kunsilli lokali jrid ikollhom l-għajnuna ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li nħoss li ġaladarba din kibret bħala organizzazzjoni allura naħseb li tista' taffordja li tiddedika nies biex jgħinu fl-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet tal-kunsilli lokali biex b'hekk il-famuża fast track ma tibqax biss \"track\" iżda ssir \"fast\" ukoll.", "L-istess ħaġa jrid jingħad għal dak li għandu x'jaqsam dwar l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet li jsiru minn individwi privati.", "Peress li fil- gazzetti tiġi ppubblikata lista ta' dawn l-applikazzjonijiet, donnu li l- kunsill lokali awtomatikament jiġi kkonsidrat li jista' jagħti l-parir tiegħu fuq kull applikazzjoni li tolqot il-lokal, pero' mbagħad biex l- istess kunsill lokali jkollu aċċess għall-files jinqalgħu ħafna diffikultajiet għax ħafna drabi dan ikun jiddependi minn fejn u għand min ikun il-file.", "Barra minn hekk, il-kunsilli mhux dejjem isibu l- kooperazzjoni ta' l-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iżda jsibu l- kooperazzjoni ta' xi wħud minn dawn l-uffiċjali.", "Jiġri wkoll li peress li nies bħas-sindku jew bħall-kunsillier, li huwa inkarigat minn dawn il- materji, huma volontiera u jaħdmu wara l-ħin tax-xogħol allura mhux dejjem ikunu jistgħu jattendu fil-ħin konvenjenti għall-uffiċjali ta' l-awtorita' bill-konsegwenza li ma jkollhomx aċċess għall-files biex b'hekk il-kunsill lokali jkun jista' jifforma opinjoni tiegħu.", "Hawnhekk jien qed nirrifletti dak li nisma' mhux mingħand il-kunsilliera Nazzjonalisti biss iżda mingħand il-kunsilliera lokali kollha għaliex ma naħsibx li f'din il- materja hemm xi diviżjoni politika.", "Is-suġġeriment ta' din in-naħa huwa li tinħoloq sistema li biha l-kunsill lokali jkollu aktar aċċess u sistema fejn il-kunsill ikollu perijodu ħafna itwal biex jagħmel l-oġġezzjonijiet tiegħu.", "Jekk m'iniex sejjer żball individwu għandu perijodu ta' 21 ġurnata mill-pubblikazzjoni ta' l-avviż sabiex jagħmel l-oġġezzjoni tiegħu u kunsill lokali għandu l-istess perijodu ta' żmien meta dan jrid iġib il- file, jispezzjonah, jieħu l-parir ta' l-esperti tiegħu, jagħmel laqgħa tal- kunsill u fl-aħħar jasal għad-deċiżjoni tiegħu.", "Hawnhekk żgur li hawn xi ħaġa ħażina għaliex ma jistax ikun li dan kollu isir fil-perijodu li hemm available.", "GĦalhekk hemm bżonn li jsir xi ħaġa, mhux neċessarjament li jittawwal iż-żmien ta' l-objections, iżda fis-sens li l-kunsill lokali jkollu aċċess akbar għall-files b'mod aktar faċli u aktar konvenjenti u forsi dan jista' jibda jsir anke minn qabel ma jiġi ppubblikat l-avviż ta' l-applikazzjoni.", "Ħaġa li l-kunsilli lokali jgergru ħafna fuqha hija li prattikament m'għandhom l-ebda aċċess għad-Development Control Commission - jew aħjar id- DCC - u li fil-public hearings huma qed jiġu kkonsidrati bħala persuna kwalunkwe.", "Jiena ma naħsibx li din hija konsonanti ma' l-idea li l-kunsill lokali huwa rappreżentattiv tal-lokal u għalhekk jeħtieġ li nagħmlu upgrading ta' l-istatus li għandu jkollhom dawn il-kunsilli lokali.", "L- appell ta' din in-naħa huwa li kif il-Gvern qed jikkonsidra li jagħti lill- kunsilli lokali rappreżentanza fuq diversi bordijiet ta' kumpanniji kummerċjali tal-gvern u fuq diversi awtoritajiet imwaqqfa jew statutorjament jew bil-Kostituzzjoni, hekk ukoll għandu jikkonsidra li jagħti rappreżentanza lill-kunsilli lokali mhux tant fuq il-bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar iżda fuq il-bord tad-DCC, li tkun rappreżentanza li titbiddel skond il-każijiet u skond il-lokalitajiet involuti.", "Huwa biss nagħtu aktar faċilta' lill-kunsilli lokali fid-diversi stadji ta' l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li nistgħu nivvalorizzaw is-sehem tal-kunsilli lokali.", "Jekk il-kunsilli lokali jingħataw il-fiduċja li ħaqqhom u l-possibbilta' li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-lokal tagħhom, m'għandix dubju li dawn jagħtu l- kontribut validu li lkoll nixtiequ biex isebbħu r-raħal jew il-belt tagħhom.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, m'hemmx dubju li l-liġi li tirregola l- Awtorita' ta' l-Ippjanar hija waħda mil-liġijiet l-aktar importanti li għaddew minn dan il-Parlament fis-snin riċenti għax, kif qal tajjeb il- kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici, il-funzjoni prinċipali ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar hija li tirregola l-iżvilupp li jsir f'pajjiżna.", "Jiena ma nistax ma nirrikonoxxix ix-xogħol li twettaq mill-awtorita' għal dak li huwa pjan ta' struttura u għall-pjani lokali li għalkemm m'humiex lesti kollha żgur li l-istudju li sar fuqhom huwa xogħol ta' importanza kbira.", "Anke fuq in-north-west local plan sar xogħol importanti ferm u nispera li plans simili jkomplu għaddejjin bla indħil dirett jew indirett min-naħa tal-Gvern.", "Aħna rridu naslu għall-pożizzjoni fejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tibqa' verament awtonoma u mhux f'każ ta' applikazzjoni mill- Gvern ngħidu li l-proposti ta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadhom in draft form u mbagħad ma ngħidux l-istess ħaġa għal applikazzjonijiet simili li jsiru mill-privat.", "Jekk se niġu fil-pożizzjoni li jkollna żewġ sistemi, sistema li tapplika għall-Gvern u sistema oħra li tapplika għall-privat, inkunu qegħdin immorru lura għas-sitwazzjoni tal-passat fejn il-Gvern, kemm jekk japplika kif ukoll jekk ma japplikax, skond kif ifettillu, jibqa' għaddej bix-xogħol tiegħu bla ebda kontroll ta' xejn.", "Huwa tajjeb li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tikkontrolla l-bini u x-xogħol tal-Gvern għalkemm f'dan il-kontest jiena mhux dejjem qbilt u ġieli kont kritiku, u naħseb li se nkompli nkun kritiku dwar dan minn żmien għal żmien.", "Dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar saru żewġ rapporti, wieħed minn persuna mqabbda mill-Gvern u ieħor mill-awtorita' nnifisha, u naħseb li issa wasal iż-żmien li l-pubbliku in ġenerali - u anke aħna l-membri parlamentari - ikun jaf x'inhu l-kontenut ta' dawn ir-rapporti jekk verament irridu nkunu f'pożizzjoni li nfasslu aħjar dak li għandna nagħmlu għall-futur.", "L- esperjenza li kellna fis-snin li għaddew f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ippjanar urietna li għandna bżonn direzzjoni ċara u naħseb li l-awtorita' fil-fatt tat u qed tagħti din id-direzzjoni.", "Madanakollu, bħala perit prattikanti, illum irrid nitkellem ftit dwar diversi diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-periti fix-xogħol tagħhom meta jiġu biex iħabbtu wiċċhom ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Onor.", "Michael Bonnici diġa' semma xi wħud minnhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, minkejja x-xogħol tajjeb li tagħmel l-awtorita', minħabba numru ta' difetti li kultant m'humiex daqstant żgħar u anke difetti oħra żgħar li meta takkumulahom flimkien iwasslu għal problema pjuttost kbira, l-awtorita' tilfet parti sostanzjali mill-kredibilita' tagħha mal-pubbliku in ġenerali - l-Onor.", "Austin Gatt qal ukoll li tilfet il-kredibilita' ma' wħud mill-kunsilli lokali.", "L-ewwel problema li jiltaqa' magħha applikant hija li jrid idum jistenna l-ġimgħat biex jirċievi l-acknowledgement, tant li ħafna drabi kważi fl- istess żmien li jirċeviha, jirċievi wkoll talba għall-estensjoni taż-żmien biex l-awtorita' tkun tista' tikkonsidra l-applikazzjoni.", "L-awtorita' hija marbuta bil-liġi biex fi żmien tmien ġimgħat tagħti deċiżjoni dwar l- applikazzjoni li tkun saritilha, iżda hawnhekk aħna nafu li ħafna drabi t- tmien ġimgħat ikunu ilhom li għaddew, mingħajr lanqas ma tkun irċevejt l- acknowledgement.", "Naħseb li f'dan ir-rigward wasal iż-żmien li nibdlu s- sistema ta' kif għandhom jinħarġu l-permessi, fis-sens li jitwal il-perjodu ta' tmien ġimgħat - anke jekk dan isir id-doppju, ma jimpurtax! - imma imbasta meta ssir applikazzjoni li dwarha ma jkunx hemm objections serji din tiġi approvata u mhux tibqa' pendenti u l-Bambin biss jaf meta tiġi approvata.", "Mil-lat prattiku qed tinħoloq problema oħra għax meta jkun hemm bżonn ta' ċerta informazzjoni addizzjonali, ħafna drabi qed jiġri li minflok ma jitolbu l-informazzjoni kollha li jkollhom bżonn f'daqqa joqogħdu jitolbu l-informazzjoni biċċa biċċa - jiġifieri l-ewwel jitolbu biċċa informazzjoni u wara li jgħaddi xahar jew tnejn jitolbu biċċa informazzjoni oħra - bil- konsegwenza li jinħela ħafna żmien.", "Madam Speaker, fatt ieħor li jurta lil ċerti nies huwa meta jsiru dawk li jgħidulhom pre-submission meetings, jiġifieri meta l-perit flimkien ma' l- applikant imorru jiltaqgħu ma' l-uffiċjali ta' l-awtorita' biex flimkien jiddiskutu l-applikazzjoni, għax ħafna drabi, minkejja li jkun hemm is- suppost ftehim li rigward dik l-applikazzjoni se jimxu f'direzzjoni partikolari, qed jiġri li dak li jkun ġie diskuss u miftiehem minn qabel jispiċċa daqslikieku qatt ma sar xejn u allura dawk id-diskussjonijiet ikunu qed iservu biss ta' ħela ta' ħin.", "Kif għidt aktar kmieni, applikazzjoni mhux dejjem tiġi kkonsidrata f'perijodu raġonevoli, anzi din taf tibqa' tkaxkar iż-żmien u allura jaf jiġri li f'dan iż-żmien isir xi tibdil sostanzjali fil-policies applikati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għaldaqstant, hawnhekk naħseb li għandna nsibu l-mod kif applikazzjoni li tidħol f'ġurnata partikolari tiġi trattata taħt il-kondizzjonijiet li jkunu viġenti dak inhar li tkun intefgħet l-applikazzjoni.", "Ma jistax ikun nibqgħu fis-sitwazzjoni li l- awtorita' tbiddel il-policies tagħha bil-konsegwenza li wieħed ikun irid jerġa' jbiddel il-pjanti skond it-tibdil li jkun sar ħalli l-applikazzjoni tiġi rikonsidrata mill-ġdid.", "Ħafna drabi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar konvenjentement tgħid li l-periti ma jagħmlux ix-xogħol tagħhom fil-ħin imma jdumu ma jibagħtulha l-affarijiet li jkun hemm bżonn.", "Filwaqt li huwa minnu li hemm periti li jikkawżaw dan id-dewmien, pero' mbagħad hemm ukoll il-fatt li anke min jibgħat id-dokumenti fil-ħin xorta waħda jiffaċċja dewmien bla bżonn.", "Madam Speaker, donnu li fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħadd ma jrid jerfa' responsabbilta' għal-fatt li wieħed mhux qed ikun mogħti informazzjoni dwar f'liema stadju tinsab l-applikazzjoni tiegħu.", "Dan qed iwassal biex minflok ma' l-periti jħallu lid-DCC tiddeċiedi l-applikazzjonijiet b'mod normali, jiġifieri weħidha, f'bosta każi l-periti qed jeżerċitaw id-dritt li jkunu preżenti huma wkoll waqt id-deċiżjoni tal-każ tagħhom u naturalment dan qed iwassal għal dewmien esaġerat ta' sitt xhur u ġieli anke iktar.", "Madam Speaker, l-istess jista' jingħad għal meta xi ħadd joġġezzjona minn xi deċiżjoni.", "Peress li m'hijiex xi ħaġa rari li ssir objection għal xi applikazzjoni partikolari u peress li dak li jkun oġġezzjona ġustament għandu d-dritt li jkun preżenti meta tkun qed tiġi deċiża l-applikazzjoni tiegħu, xorta jibqa' l-fatt li l-proċess qed jitwal sostanzjalment.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li qed ikun diffiċli ferm biex inti tikkuntattja lill- case officers u ġieli jiġri li, waqt li tkun għadek tipprova tagħmel kuntatt ma' l-uffiċjal responsabbli, dan jibqa' għaddej bil-proċess ta' l- applikazzjoni, bil-konsegwenza li huwa jilħaq jieħu d-deċiżjoni tiegħu u inti tkun għadek tissielet biex taqbad miegħu.", "Biżżejjed ngħid li ħmistax ilu jien mort niddefendi każ ta' persuna li minkejja li ntalbet tbiddel il-pjanti tagħha erba' darbiet minn tliet case officers differenti din l-applikazzjoni xorta waħda ġiet rifjutata.", "Madam Speaker, jidhirli li għalxejn noqogħdu nilludu ruħna li l-periti li jaħdmu ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'humiex qed jagħmlu xogħol ieħor privat.", "Hawnhekk naħseb li jkun aħjar li minflok ma noqogħdu nagħtu l- verżjoni uffiċjali, jiġifieri li t-tali perit mhux suppost li qed jagħmel xogħol ieħor, ngħidu x'inhi s-sitwazzjoni reali.", "Fl-opinjoni tiegħi, l- awtorita' għandha tagħti l-permess lill-periti tagħha li jaħdmu privatament u b'hekk ukoll inkunu nafu sewwa x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn in-nies.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li minn xi ftit taż-żmien 'l hawn il-permessi bdew ikunu validi għal tliet snin, liema prattika, fl-opinjoni tiegħi, hija pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Madanakollu, għad hemm il-kondizzjoni - din naħseb li qiegħda tgħarraq u mhux tgħin il-pożizzjoni ta' min ikun qed japplika - li jekk bniedem ma jibdiex x-xogħol fi żmien sena u ma japplikax għal renewal dak li jkun ikollu jħallas ammont sostanzjali ta' flus għar- raġunijiet li tafhom biss l-awtorita'.", "Jekk l-applikazzjoni tinzerta tagħlaq fit-2 ta' Marzu - li din is-sena inzerta l-Ħadd - u tmur l-għada biex iġġeddidha, l-uffiċjali ta' l-awtorita' jgħidulek li ma tistax tagħmel dan minħabba li l-applikazzjoni tkun diġa' għalqet.", "Jien inħoss li dan m'huwiex l-aħjar mod kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha titratta ma' l- applikanti.", "Jiena nemmen li l-case officers għandhom xogħol importanti ħafna, imma jekk dawn ikunu mħabbtin iżżejjed huwa inutli li noqgħodu ngħidu li ċerti każi qegħdin għand xi case officer partikolari jekk dan ikun mgħobbi bix-xogħol, speċjalment jekk quddiemu jkollu xi proġetti kbar.", "Hemm wkoll il-problema tal-clearances fejn ħafna drabi qed jiġri li għalkemm dawn ikunu ntbagħtu bil-posta dawn rari jsibu ruħhom fil-file ta' l-applikant konċernat.", "Fil-passat is-sistema kienet li l-perit li kien jagħmel l-applikazzjoni kien ikun responsabbli sabiex iġib il-clearance mid- diversi dipartimenti u, fl-opinjoni tiegħi, naħseb li s-sistema preżenti hija aħjar minn dik preċedenti fejn il-perit kien ikollu joqgħod jiġri wara d-dipartimenti għal dawk il-clearances bid-diffikultajiet kollha li kien jiltaqa' magħhom.", "Madam Speaker, ma nistax nifhem għalfejn lil min japplika sabiex jibni serra jsirulu ċerti domandi bħal, per eżempju, jekk hux se jagħti l-konkos fuq wiċċ il-ħamrija.", "Naħseb li min jagħmel dawn id-domandi għandu jifhem li l-ebda bidwi m'hu se jiksi l-ħamrija bil-konkos jekk dan irid jagħmel serra.", "Rigward is-siġar li jiġu ordnati jitħawlu madwar is-serer, irrid ngħid li ħafna drabi dawn jagħmlu ħsara kemm lis-serra nnifisha kif ukoll lil wiċċ li jkun hemm miżrugħ madwarha u allura jien nippretendi li meta l- awtorita' titlob affarijiet bħal dawn għandha tkun aktar attenta u informata.", "Madam Speaker, hemm diversi suġġetti oħra li wieħed jista' jitkellem dwarhom bħal, per eżempju, il-commuted car parking spaces li suppost kellhom jinbnew f'Buġibba imma li sal-lum għadhom ma sarux u l- indikazzjonijiet huma li dawn mhux se titlestew fi żmien qasir.", "Nispera li l-Gvern ma jipprovax iżomm lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar milli tkompli taħdem b'mod serju u fl-istess ħin nawgura li jkollna iktar serjeta' u konsistenza min-naħa ta' ċerti nies għax bl-attitudni tagħhom minflok ġid qegħdin jagħmlu deni fi ħdan l-istess awtorita'.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Madam Speaker, naħseb li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija waħda mill-ftit, jekk mhux l-unika awtorita' f'dan il-pajjiż, li hija mira ta' kritika kontinwa mill-kwartieri kollha, kemm dawk politiċi kif ukoll dawk soċjali.", "Ma nistax nifhem għaliex hemm dan it-tgergir u din l- oppożizzjoni kollha fir-rigward ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar meta suppost l-interess ambjentali qed jikber u meta l-awtorita' qed twettaq il- missjoni tagħha f'dan ir-rigward.", "Meta l-Gvern għoġbu jaħtarni bħala r-rappreżentant tiegħu fil-bord tal- Planning Authority qatt ma stennejt li se jkun hemm dak in-numru kbir ta' nies li ġew quddiemi sabiex iressqu l-ilmenti tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Inħoss li ħafna mill-ilmenti li jsiru lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma ġustifikati għax ħafna min-nies iħossuhom frustrati jekk mhux ukoll misruqin mid-drittijiet tagħhom.", "Meta wieħed jagħmel l-applikazzjoni tiegħu dan mingħalih li din se tiġi proċessata fi tmien ġimgħat kif fil- fatt hemm stipulat fil-liġi, iżda imbagħad mill-ewwel jibda l-għawġ għax wara ftit dan jirċievi ittra - kif diġa' qalu sħabi - li tgħidlu li l- applikazzjoni tiegħu m'hijiex se tiġi pproċessata fi tmien ġimgħat u jekk ma jaċċettax din il-kondizzjoni l-applikazzjoni tiegħu se tiġi rifjutata.", "Dan qed jitfa' lil dak li jkun f'inċertezza kbira għax ma jkun jista' jippjana xejn.", "Dan qed iġiegħel wkoll lil ħafna nies imorru jaħlu l-ħin ta' l-uffiċjali u ta' l-impjegati ta' l-istess awtorita' billi jistaqsu fiex waslet l-applikazzjoni tagħhom.", "Hawnhekk inħoss li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tagħmel żball kbir li mhijiex qed tikklassifika l-applikazzjonijiet f'kategoriji bbażati fuq tipi differenti ta' żvilupp bħal, per eżempju, applikazzjonijiet għal djar, flats u ħwienet, applikazzjonijiet biex jinbidel l-użu ta' garage, għat- twessigħ ta' twieqi, bdil ta' galleriji u affarijiet bħal dawn.", "B'hekk jidhirli li ħafna mid-dewmien biex joħorġu permessi pjuttost sempliċi għandu jispiċċa, għax żgur li f'dawn il-każi l-ebda dewmien ma' jista' jiġi ġustifikat.", "Jekk tinħas il-ħtieġa li jinħoloq bord speċifiku għal dawn it- tipi ta' permessi allura għandha tkun l-awtorita' stess li titlob lill- Gvern biex jagħmel it-tibdil meħtieġ fil-liġi ħalli dan ikun jista' jsir.", "Ħafna dewmien ieħor jista' jiġi evitat ukoll jekk jitjiebu l- komunikazzjonijiet mal-Kamra tal-Periti u billi jkun hemm bdil ta' ideat u diskussjonijiet kontinwi dwar dak kollu li l-awtorita' tkun se tiddeċiedi.", "F'dan is-sens insemmi s-suġġeriment li sar mill-periti - naħseb li kulħadd jaqbel fuqu - dwar il-fatt li d-development planning application report għandu jkun aċċessibbli għal periti qabel ma' l-applikazzjoni titla' quddiem il-bord tad-development control commission biex b'hekk mill-ewwel ikunu jistgħu jsiru sottomissjonijiet bil-miktub u allura ma jkunx hemm aktar il-ħtieġa ta' interventi waqt il-laqgħat tad-DCC u allura jkunu jistgħu jiġu pproċessati iktar applikazzjonijiet f'kull seduta.", "Ħaġa oħra li ma tagħmilx sens hija li ħafna nies iridu jistennew ġimgħatejn qabel ma jirċievu l-konferma li d-DCC approvat il-permess.", "Jiena kelli każi fejn qaluli li lanqas wara xahar ma kienu għadhom irċevew il-konferma li l-applikazzjoni tagħhom għaddiet mid-DCC.", "Ċirkostanza oħra li minn barra li toħloq ħafna tgergir u lmenti ma tagħmilx sens hija li ħafna applikazzjonijiet għal ħwienet, restaurants u supermarkets qed jiġu rifjutati minħabba l-problema ta' parkeġġ jew ta' traffic flow u dan meta l-iktar inħawi mfittxija għal dan it-tip ta' business huma proprju l-inħawi fejn hemm konċentrazzjoni tal-pubbliku.", "B'konsegwenza ta' dan, ħafna investimenti ġodda fi tkabbir u fi żvilupp ta' ħwienet ma ġewx aċċettati.", "Jien inħoss li ma nistgħux nippretendu li min għandu business stabbilit u jrid jespandi, u ġeneralment jagħmel dan billi jixtri l-bini ta' ma' ġembu, jiġi mwaqqaf għax jgħidulu li m'hemmx parking adattat.", "Jekk hawn problema ta' parkeġġ għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tirrifjuta talbiet minn individwi li jixtiequ jibnu garage fuq 14-il filata, biex ikunu jistgħu jdaħħlu xi truck, crane jew dgħajsa?", "Jekk imbagħad ma jasallekx ir-refusal meta t-triq kollha tkun mimlija b'garaxxijiet ta' dak it-tip li l-applikant ikun tefa' l-applikazzjoni għalihom!", "Imbagħad xi ngħidu għat-tgergir li jsir mill-kunsilli lokali kontra l- Awtorita' ta' l-Ippjanar!", "Skond il-kunsilli lokali l-applikazzjonijiet tagħhom qishom jaqgħu fil-bir tas-skieken u mhux talli m'hemmx fast track talli naħseb li hemm super slow track!", "Hawnhekk se nsemmi każ partikolari li ltqajt miegħu li jirrigwarda outline application mill-Kunsill Lokali tas- Siġġiewi għal ġnien pubbliku.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar daqqa qed tistaqsi lill-kunsill kif se jagħmel il-ħajt u daqqa tistaqsih x'siġar se jħawwel u x'ħamrija se jagħmel u ż-żmien dejjem għaddej bil-konsegwenza li qed jinħela ħafna ħin prezzjuż.", "Jien nistgħaġeb kif l-applikazzjoni għal dan il-ġnien, li għalih hemm ivvotati madwar Lm100,000, ilha tkarkar sentejn.", "Issa se nsemmi policies oħrajn li fl-opinjoni tiegħi ma jagħmlux sens.", "Filwaqt min-banda huwa tajjeb li nippreservaw il-qalba ta' l-irħula billi nirranġaw il-bini qadim ħalli nżommu l-karatteristika tal-post, żgur li ma jagħmilx sens li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar toħroġ permessi biex ġonna tal- larinġ fil-qalba tar-raħal jinbidlu fi swimming pools u dan minkejja l- oġġezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Osservazzjoni oħra hija li permess li jrid jiġi mġedded qed jiġi trattat daqslikieku kien permess ġdid u allura hawn qed ikun hemm ħafna dewmien esaġerat.", "Jien inħoss li l-pubbliku mhux qed jingħata informazzjoni biżżejjed dwar il-policy documents ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax ħafna nies li tkellimt magħhom qaluli li lanqas biss għandhom lista sħiħa tal-policy documents, aħseb u ara kemm rawhom!", "Dan in-nuqqas ta' informazzjoni qed joħloq tgergir mhux ġustifikat kontra l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u qed iżid ukoll ir-riskju ta' manipulazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' l-awtorita' jew tad-development control commission.", "Rigward l-operat intern ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar inħoss li minkejja li din tippossjedi numru konsiderevoli ta' ħaddiema li żgur għandhom esperjenza vasta u utli dwar l-ippjanar ftit li xejn hemm business managers professjonali bil-konsegwenza li din l-organizzazzjoni qed tiġi immaniġġata ħażin ħafna.", "Dan qed jirrifletti wkoll fuq il-performance finanzjarju ta' l-awtorita' għax minkejja li huwa diffiċli ferm li l- awtorita' tkun self-sufficient, jiġifieri li tgħaddi mingħajr ma jkollha xi forma ta' sussidju mill-Gvern, inħoss li hawnhekk hemm lok għal titjib.", "Jien inħoss li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' tipprovdi aktar servizzi lill-komunita' bi profitti xierqa u mingħajr taxxi żejda bħal, per eżempju, billi mill-fondi li tiġbor mill-iskema ta' commuted parking payments tkun tista tibni car parks oħra moderni skond il-bżonn.", "Jiena ċert li dan jintlaqa' tajjeb ferm kemm mill-pubbliku kif ukoll min-nies tan-negozju biex b'hekk tkun tista' tirrikonsidra dawk l-applikazzjonjijiet li ġew rifjutati minħabba problemi ta' parkeġġ.", "Irrid ngħid ukoll li hemm nuqqas kbir ta' staff fis-sezzjoni ta' l- inforzar għax meta tqis in-numru kbir ta' permessi u proġetti ta' bini huwa diffiċli ferm għall-awtorita' biex ikun hemm monitoring adegwat fuq kull proġett.", "Hawnhekk wieħed jista' jsib soluzzjoni billi jinvolvi aktar lill-periti sabiex jaraw li l-klijenti tagħhom josservaw il- permess li jkunu ngħataw.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix kemm ħadet fit-tul id-diskussjoni dwar il-compliance certificate bil-konsegwenza li ħafna koppji u nies tan-negozju li kienu lestew il-proġetti tagħhom u allura riedu jdaħħlu l-ilma u d-dawl kellhom iħabbtu wiċċhom ma' dewmien li ma kienx ġustifikat.", "Jien jidhirli li m'huwiex etikament korrett li membri tal-bord ta' l-appell jitħallew iressqu l-appelli tal-klijenti tagħhom stess għaliex b'hekk tispiċċa l-imparzjalita' u żgur tagħti lok għal konflitt ta' interess.", "Fatt ieħor li ma nistax nifhem huwa l-firda li tinħass li hemm bejn il-Bord ta' l-Awtorita' u d-Direttorat ta' l-Ippjanar, qishom dawn huma xi żewġ entitajiet totalment differenti.", "Jien nixtieq nagħmel suġġeriment li l-letterheads tal-Planning Authority għandhom ikunu kollha l-istess u l-użu tal-kliem \"planning directorate\" għandu jiġu eliminat.", "Fl-opinjoni tiegħi, tinħass il-ħtieġa urġenti li tiġi introdotta sistema ta' spezzjonijiet interni u li dawn jibdew isiru perijodikament mingħajr avviż bħalma jiġri f'azjendi oħra ta' ċerta serjeta'.", "Fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm ħafna taqsimiet li jagħmlu xogħol utli imma ma tantx jiġi apprezzat mill-pubbliku bħal, per eżempju, nista' ngħid li fil-mapping division fejn għall-ewwel darba l-mapping kollu tlesta minn impjegati Maltin.", "Inħoss li huwa tajjeb li ninforma lil kulħadd li din il-ġimgħa l-awtorita' se jkollha l-paġna tagħha fuq l-Internet li għadha tkun ta' għajnuna lill-pubbliku.", "Fl-intervent tiegħi jien ipprovajt nagħmel kritika kostruttiva biex l-affarijiet li jolqtu lill-pubbliku jitjiebu għax fuq kollox irrid infakkar li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda hemm għas-servizz tal-pubbliku u mhux bil-kuntrarju.", "Il-pubbliku m'huwiex skjav ta' l-awtorita' u għalhekk inħoss - u skond dak li smajt min- naħa ta' l-Oppożizzjoni dawn jidhru li jaqblu miegħi - li hemm bżonn li ssir bidla urġenti fl-operat tagħha għaliex għandna sitwazzjoni stramba fejn filwaqt li l-ministru jrid jagħti rendikont ta' l-azzjonijiet tiegħu lill-Parlament, lill-Kabinet, lill-partit tiegħu u anke lill-elettorat, l- awtorita' m'għandha l-ebda restrizzjoni u ħafna drabi l-funzjoni tagħha tiddependi biss mill-ġudizzju personali tan-nies li jmexxuha jew li jaħdmu magħha.", "Jien inħoss li dan m'huwiex sew u naħseb li wara erba' snin ta' ħidma hemm bżonn ta' eżerċizzju ta' reviżjoni dwar din l-awtorita'.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi. aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nhar is-Sibt li għadda kont f'seminar fejn fost kelliema oħra kien hemm iċ-Chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li fl- għeluq tad-diskors tiegħu qal li ħafna mill-kritika li ssir lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet ilha ssir.", "Fil-fatt, iċ-chairman irrifera wkoll għad- diskussjoni li kellha ssir illum f'din il-Kamra u qal li probabbli hawnhekk ukoll se jerġa' jkun hawn kritika oħra li ilha ssir.", "Bħala kelliemi ġdid dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nispera li jien se nħares lejn din l-awtorita' minn perspettiva ġdida, pero' jekk se nirrepeti xi kritika li ilha ssir naħseb li dan ikun jirrifletti jew li l-kritika ma tteħditx bis-serjeta' jew inkella ma kienx hemm ir-rieda tajba li nsibu soluzzjoni għaliha.", "Mid-diskors li se nagħmel se nikkwota xi ftit mill- Pjan ta' Struttura u sfortunatament se jkolli nikkwota bl-Ingliż għax, għal xi raġuni li jien ma nistax nifhem, id-dokumenti tal-Pjan ta' Struttura, jiġifieri l-policies, is-site notices u l-permessi jkunu kollha miktuba bl- Ingliż meta dawn jaffettwaw lil ħafna sidien ta' proprjeta' li ma jafux jitkellmu bl-Ingliż.", "Minħabba f'hekk ħafna nies ma jkunux jafu kif se taffettwahom site notice għax ma jifhmuhiex u għalhekk minn hawn jien nixtieq nappella biex meta jerġa' jiġi rivedut il-Pjan ta' Struttura toħroġ verżjoni bil-Malti wkoll.", "Madam Speaker, jien ma naħsibx li hemm xi kontroversja fil-budget li ġie propost għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għalkemm huwa veru li l-awtorita' għandha sovvenzjoni pjuttost kbira għax maatul is-sena li għalqet f' Settembru ta' l-1996 il-Gvern taha s-somma ta' Lm 960,000, pero' qed naraw ukoll dħul sostanzjali ta' madwar Lm1,336,000 minn dawk li huma permessi.", "Dan huwa sinjal tajjeb u jien naħseb li issa t-taxxi fuq il-bini ndraw.", "Dawn it-taxxi qed iservu biex ikollna ppjanar aħjar u aktar xjentifiku u biex ikunu ffinanzjati setturi oħra ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, bħall- mapping unit, il-local plans unit, it-transport unit u diversi units oħra, li ħafna minnhom ma jiġġeneraw l-ebda dħul.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li t- taxxi fuq il-permessi huma strutturati b'tali mod li jħajru użu aħjar ta' art, jiġifieri jekk wieħed japplika biex jirranġa dar antika jħallas Lm10 biss imma jekk japplika biex jibni bungalow iħallas Lm1,000 bħala development permit fee.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva għax għakemm il-ħlasijiet għall-permessi kummerċjali huma pjuttost għaljin imbagħad hemm ukoll li bini għal skop filantropiku jkun eżentat minn din il- fee.", "Madam Speaker, minkejja li l-budget ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ilaħħaq mat-Lm3,692,000 jien inħoss li dan il-budget ma jgħidilniex kif se jkunu ndirizzati ċerti nuqqasijiet li din l-awtorita' għandha fl-istruttura tagħha.", "Aħna nafu, per eżempju, li m'hemmx biżżejjed enforcement officers.", "Barra minn hekk, jien smajt ukoll li numru ta' ħaddiema li kienu telqu minnn ma' l-Awtorita' minħabba l-kondizzjonijiet li kienu se jagħtuhom ma kenux ċari jixtiequ jerġgħu jmorru jaħdmu hemm imma ma jafux jekk dan jistgħux jagħmluh.", "Madam Speaker, xi xhur ilu kellna l-każ tal-car park fejn kienu ħarġu żewġ affarijiet li lili jinkwetawni.", "L-ewwel ħaġa hija li m'għandniex kodiċi għall-istandards tal-bini, jiġifieri għal dak li huwa kejl ta' ħsejjes, kwalita' ta' arja, fire escapes u affarijiet simili u minħabba f'hekk l-awtorita' qed ikollha tapplika l-istandards każ b'każ, bil- konsegwenza li fil-każ ta' applikazzjoni li jkollha l-attenzjoni tal- pubbliku dawn qed jimponu standards rigorużi, filwaqt li jekk applikazzjoni ma tkunx daqshekk f'għajnejn il-pubbliku ma jkunx hemm standards daqshekk rigorużi.", "GĦalhekk hawnhekk wieħed jista' jikkritika li dawn qed ikunu arbitrarji.", "Madam Speaker, it-tieni punt inkwetanti li ħareġ mill-każ tal-car park huwa li l-awtorita' ma għandhiex il-mezzi jew l-istruttura li tagħmel monitoring tal-kondizzjonijiet u ta' l-istandards li timponi hi stess.", "Fil- fatt, fil-każ tal-car park din kellha tmur għand konsulenti privati biex jagħmlulha t-testijiet u l-monitoring meħtieġ.", "Qed jingħad li din il- problema se jibda jindirizzaha l-planning and control unit u hawnhekk jien naħseb li għandna nistabilixxu min se jibda jieħu ħsieb dan is-settur ħalli nibdew ninvestu fih bis-serjeta'.", "Is-sezzjoni ta' l-enforcement hija indispensabbli għall-awtorita' u hija wkoll sezzjoni li tiġbed ħafna l- kritika.", "Ftit ġimgħat ilu, meta kont tkellimt fuq l-estimi tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, kont semmejt il-każ tal-compliance certificate - illum din semmiha anke l-kollega tiegħi - u nieħu gost nara li, wara ħafna żmien, il-ġimgħa l-oħra tħabbar li sar qbil fuq dan il-punt u hawnhekk jien nawgura li r-rieda tajba li ntweriet biex jintlaħaq dan il- qbil tkompli tintwera ħalli l-problemi l-oħra li hemm ikunu jistgħu jiġu solvuti malajr.", "Il-kritika li s-soltu ssir lill-awtorita' hija varja u forsi dan ifisser li l-awtorita' għadha mhix qiegħda ssib dak il-bilanċ li fi kliem iċ-chief executive jirrikonċilja t-talbiet opposti li jsiru għall-użu limitat ta' l- art.", "Fil-fatt, hawn min jakkuża lill-awtorita' - din smajtha nhar is-Sibt ukoll - li naqqset ir-ritmu tal-bini u hawnhekk jien naħseb li din il- kritika turi li l-awtorita', minkejja l-profil qawwi tagħha, għadha m'hijiex tispira l-fiduċja tal-pubbliku in ġenerali.", "Jidher li f'dan il- pajjiż qisu hawn żewġ punti di vista fuq l-awtorita', jiġifieri kif iħarsu lejhom infushom dawk li jaħdmu fl-awtorita' li, skond ir-rapport annwali, jagħtik x'tifhem li kollox miexi sew u mbagħad kif inħarsu lejha aħna li nagħmlu użu mis-servizzi tagħha.", "Bħala perit bilfors ikollok taqbel mal- kritika li ssir meta inti tkun qed issofri d-dewmien ta' l- applikazzjonijiet, id-dewmien fl-appelli, id-dewmien fil-building inspector's report u d-dewmien fit-tfassil tal-local plans.", "Politikament tista' tħares lejn l-awtorita' b'diversi modi għax tista' tħares lejha bħala sempliċement istituzzjoni li tikkontrolla u tirregola l- permessi u tista' wkoll tħares lejha bħala awtorita' pro-attiva, jiġifieri li mhux toħroġ il-permessi biss imma anke li tħares u toħloq strutturi li jreġu l-ambjent.", "Il-ħsieb oriġinali wara t-twaqqif ta' l-awtorita' kien li tifformola policies dwar l-aspetti kollha fejn jidħlu planning u żvilupp.", "Fil-fatt, jekk nikkwota mill-business plan taħt il-heading Strategic Planning Unit issib dan li ġej:", "\"It is necessary and now possible in-house to produce strategic guidance for the main sectors of the economy, tourism and recreation, housing, commerce and industry.", "This is done through subject studies which are detailed analysis of each sector.", "These studies will demonstrate sectoral strategic planning throughout government and assist in formulating developing government policy.\"", "Minkejja dawn l-għanijiet daqshekk validi, naħseb li hemm ċerti nuqqasijiet fl-Awtorita' li qed iżommuha milli tkun pro-attiva.", "Wieħed min-nuqqasijiet huwa li l-input dirett minn dipartimenti u aġenziji huwa nieqes.", "Fil-fatt, l-istrategic planning unit qiegħda tiddeċiedi waħidha affarijiet ta' materja nazzjonali bħal, per eżempju, jekk għandniex ikollna aktar golf courses f'Malta.", "L-istruttura tal-Planning Authority suppost kienet taħseb għal dan u kien hemm inter-departmental planning committee, pero' dan minflok jagħmel input fuq affarijiet strateġiċi qed jiltaqa' biss biex jara l-permessi.", "Imbagħad hemm ukoll il-planning consultative committee li għalkemm ir- rapport annwali jgħid li dan iltaqa' ħames darbiet, jiena għandi dubju kemm l-input ta' dan qiegħed ikun daqshekk effettiv biex jagħmel suġġerimenti importanti fuq affarijiet ta' natura nazzjonali.", "Jekk tifli l-policies tal- Pjan ta' Struttura tara li suppost dan huwa pro-attiv.", "Bħala eżempju se naqra partijiet minn UCO 17 li jgħid:", "\"The Planning Authority will seek the establishment of a national trust to further the interests of conservation.\"", "Pero' sal-lum din in-national trust għadha ma twaqqfitx.", "Imbagħad insibu policy RCO 6 li tgħid:", "\"Following the adoption of the local plans for rural conservation areas the Planning Authority will institute a programme of enhancement in conjunction with the Ministry of Agriculture and the Secretariat for the Environment comprising afforestation schemes, rehabiliation of abandoned quarries, reactivation of abandoned agricultural land, re- use and conversion of rural buildings and rehabilitation of degraded habitat.\"", "Jiġifieri dawn huma affarijiet pro-attivi pero' sfortunatament baqgħu biss fuq il-karta.", "Dawn huma l-affarijiet li kellha tagħmel l-awtorita' b'dik l- istruttura nobbli li konna nixtiequ li jkollha pero' dawn baqgħu fuq l- ixkaffa, forsi minħabba reżistenza minn dipartimenti oħra jew min-nuqqas ta' viżjoni globali min-naħa tal-Gvern jew min-nuqqas ta' fondi.", "Il- biża' tiegħi hija li llum x'aktarx li dawn l-għanijiet aktar sejrin ma jintlaħqux peress li l-awtorita' ntefgħet mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li huwa maqtugħ minn dawk id-dipartimenti li bil-politika tagħhom jinpinġu fuq l-użu ta' l-art.", "Madam Speaker, ma tgħaddix ġimgħa li l-awtorita' ma tkunx fl-aħbarijiet u fil-fatt, ġimgħatejn ilu kellna tliet każi: il-każ ta' l-iskola f'Wied il-Għajn, il-każ tal-permessi ta' Buġibba u l-istqarrija tal-Ministru Charles Buħagiar dwar l-iżvilupp ta' l-art tal-gvern fejn qal li l-Gvern se jibda jagħmel l-istrategic planning ta' l-art li għandu.", "Jien dan ma naqbilx miegħu għaliex biex tagħmel strategic planning irid ikollok id- database biex b'hekk tara kif qed jinbidel is-suq tal-proprjeta', fejn qed jippreferu jmorru joqogħdu n-nies u allura tħares lejn l-affarijiet b'viżjoni globali.", "Għalhekk naħseb li dan l-istrategic planning fuq art tal-gvern biss ma jista' jkun qatt strategic planning komprensiv.", "Biex jiġġustifika din l-azzjoni il-Ministru Buhaġar ġab l-eżempju ta' Pembroke fejn qal li l-awtorita' kienet imponiet fuq il-Gvern Nazzjonalista li jkun hemm business park f'Pembroke u kompla jgħid li l-Gvern Laburista ġdid ma jaqbilx ma dan.", "Pero' f'dan il-każ jien naħseb li l-ħsieb tal-Gvern Nazzjonalista kien konformi ma' l-aġir ta' l-awtorita' u ma naħsibx li l- awtorita' qatt seta' kellha l-intenzjoni li timponi fuq il-Gvern ir-rieda tagħha.", "Jien tkellimt ma' l-uffiċjali ta' l-awtorita' u qaluli li hekk jaħsbu fuq action plans bħal dawn.", "Allura hawnhekk jien ngħid li hija ħasra li meta anke l-Ministru ddikjara li jixtieq jagħmel xi tibdil - dwar dan hemm saħansitra anke proposti interni - qisna diġa' bdejna naqtgħu l- ġwienaħ ta' din l-awtorita' milli treġi l-affarijiet tagħha stess, anke minn qabel ma bdejna naraw l-effett ta' dan it-tibdil.", "Madam Speaker, kważi kulħadd għamel il-kritika tiegħu fuq id-development control unit u allura anke jien nixtieq ngħid xi affarijiet dwar dan.", "Din il-unit hija magħmula minn tliet area teams, għandek it-team tan-North, it- team tas-South u t-team ta' Għawdex.", "Jien hawn mhux se nikkummenta fuq dak ta' Għawdex għax ma nafx wisq fuq l-effiċjenza tiegħu imma wieħed jista' jagħmel paragun bejn it-team tas-South u t-team tan-North għax fil- fatt jien kont nara li t-team tas-South huwa ħafna iktar effiċjenti minn dak tan-North.", "Meta staqsejt għalfejn kien hemm iktar effiċjenza fit-team tan-naħa ta' isfel kienu qaluli li dan jirriżulta peress li jkun hemm aktar applikazzjonijiet min-naħa ta' fuq ta' Malta, imma meta flejt l- istatistika li hemm fl-annual general report sibt li dan m'huwiex minnu.", "Jien naħseb li qed ikollna bottlenecks min-naħa tal-human resources li qed iwasslu għal dan id-dewmien bħal, per eżempju, li wieħed min-naħa ta' fuq ta' Malta idum biex jirċievi acknowledgement iktar minn wieħed li joqgħod in-naħa ta' isfel, filwaqt li applikazzjoni għal permess fuq art li tkun qiegħda fuq ODZ iddum ma toħroġ iktar minn applikazzjoni fuq art li tkun fl- iskema ta' bini.", "Fil-fatt, jien ma nafx x'inhi r-raġuni li applikazzjoni ta' permess fuq art li tkun qiegħda f'ODZ iddum biex toħroġ madwar sena u nofs.", "Fid-development control unit hemm 71 ħaddiem li skond l-istatistika jidher li dawn iridu jistudjaw 700 permess, li jfisser li kull ħaddiem jara għaxar permessi fix-xahar.", "Jien ma naħsibx li din hija statistika ta' min jiftaħar biha għax fl-opinjoni tiegħi l-ħaddiema għandhom jaraw iktar minn għaxar permessi fix-xahar.", "Għaldaqstant kieku jiena kont il- ministru kont nipprova nara fejn qiegħdin dawn il-bottlenecks u nirrimedjahom.", "Iċ-chief sanitary officer jistudja l-permessi kollha pero' żgur li dan m'huwiex il-problema għax fil-fatt dan huwa effiċjenti ħafna.", "Il-bottlenecks qegħdin fil-heritage advisory committee, fil-major projects section u fl-istadju ta' meta naslu biex nagħmlu l-konsultazzjonijiet ma' dipartiment oħra.", "L-Onor.", "Ċensu Galea tkellem fuq id-dewmien li jkun hemm meta ssir talba għal sottomissjonijiet verbali, jiġifieri meta ssir talba u l-permess jiġi mitfugħ lura b'madwar erba' xhur.", "Dan huwa dewmien inaċċettabbli u dwar dan il-Kamra tal-Periti - din semmiha wkoll l-Onor.", "Bertu Pace - talbet li r-rakkmandazzjoni li jkunu għamlu l-case officers f'każ ta' refusal, għandha tintbagħat lill-perit li jkun għamel l-applikazzjoni.", "Id- direttorat qiegħed joġġezzjona għal dan għax qal li dan effettivament ikun qed jagħti stadju ieħor ta' appell.", "Jien ngħid li din hija proposta tajba għax tnaqqas id-dewmien esaġerat li jkun hemm meta wieħed jagħmel talba għas-sottomissjoni verbali u anke meta jkun hemm oġġezzjonijiet minn terzi persuni.", "Kieku tkun tlabt għal sottomissjoni u minħabba l-aġir tiegħek stess il-permess jiġi pospost kieku fiha u ma fihiex, imma mhux sew li d- development control commission tagħti ċ-ċans, anke lil terzi persuni li jkunu għamlu xi oġġezzjoni frivola, biex dawn jagħmlu is-sottomissjoni tagħhom verbali u b'hekk tispiċċa biex il-każ tiegħek jiġi pospost.", "Fost affarijiet oħrajn li naħseb li jistgħu jsiru b'iktar effiċjenza hemm l-outline development applications li l-intenzjoni tagħhom kienet li d-deċiżjonijiet ikunu formalizzati malajr u applikant ma jkunx obbligat li jħallas spejjeż żejda fuq applikazzjoni ta' ċerta entita'.", "Minkejja dan kollu pero' qed nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn l-outline development applications qed jieħdu l-istess tul ta' żmien daqs permessi normali.", "Hawnhekk irrid insemmi wkoll il-mod arbitrarju li l-case officers jitolbu aktar informazzjoni.", "Illum irċevejt ittra mingħand il-Planning Authority dwar permess li ilu mitfugħ sitt xhur u wara dan iż-żmien nirċievi l-ewwel ittra fejn xi ħadd qed jitlobni aktar informazzjoni.", "Għalfejn dan il-case officer kellu jistenna sitt xhur biex jitlob aktar informazzjoni?", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-local plans unit għax naħseb li kulħadd jaqbel li dawn huma importanti ħafna għall-pajjiż.", "Li qed jinkwetani huwa li la fir-rapport annwali u lanqas fil-business plans ma ssib sentenza waħda fuq dawk il-local plans li għad iridu jsiru.", "Ta' min isemmi li l-pjan ta' struttura kien jitkellem fuq 24 local plan pero' mbagħad meta raw li dawn ma setgħux ilaħħqu magħhom qabdu u ġabruhom f'sebgħa.", "S'issa tlesta wieħed u hemm tlieta in the pipeline pero' fuq it- tlieta l-oħra, jiġifieri ta' Għawdex, taċ-ċentru u tan-naħa t'isfel ta' Malta għadek ma ssib xejn.", "Dan lili jinkwetani għaliex ifisser li jkollok applikant li l-permess tiegħu jiġi rifjutat għaliex it-tali applikazzjoni tippreġudika t-tfassil ta' local plan u mhux għaliex l-iżvilupp propost ikun ħażin u allura qed jiġri li f'każ bħal dan l-applikazzjoni tiegħek ipoġġuhielek fil-freezer sakemm ifasslu l-local plan.", "Allura jekk dan il- local plan se jdum seba' snin sabiex jiġi finalizzat, dan l-iżvilupp se tpoġġih fil-freezer għal seba' snin!", "Ta' min igħid ukoll li fil-local plans hemm ukoll xi żbalji u bħala eżempju nista' nsemmi każ partikolari f'Hal Tarxien fejn fuq green area hemm petrol station u showroom u allura dan l-individwu ma jistax jagħmel extension għaliex skond il-pjan ta' struttura dik hija green area u per konsegwenza jrid ikun local plan ieħor li jirranġa dan l-iżball.", "Fl-opinjoni tiegħi dan qed jikkostitwixxi inġustizzja ma' ħafna nies.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-bord ta' l-appell għaliex anke hemmhekk teżisti ħafna ineffiċjenza.", "Fil-fatt, anke meta riċentement tkellimt fuq dan is-suġġett, kont għidt li meta wieħed jitfa' appell idum aktar minn sena biex jibda jinstema'.", "Jiena ma naħsibx li din hija xi sitwazzjoni li ma nistgħux intejbuha għax ma narahiex ħaġa daqshekk kbira li jiżdied bord ieħor.", "Mill-estimi u mill-kalkoli li għamilt dan il-bord iqum lill-Gvern Lm13,000 biss.", "Jidher ovvju li Gvern il-ġdid iħoss li għandu jbiddel u jirranġa l- istrutturi li jaqgħu taħtu u f'dan is-sens jien nawgura suċċess lill- Ministru responsabbli minn din l-awtorita' għax dan ikun pass fid- direzzjoni t-tajba.", "Hemm ukoll xi tibdil propost mid-direttorat bħal, per eżempju, il-proposta li jittawwal il-perijodu statutorju li fih tkun proċessata applikazzjoni; hemm il-proposta li min ikollu proprjeta' li tkun se tiġi skedata ma jkollux id-dritt li jappella minn dak l-iskedar; u hemm proposta oħra li l-perijodu li fih wieħed jagħmel appell jibda jgħodd minn meta tittieħed id-deċiżjoni u mhux minn meta jirċievi din id-deċiżjoni bil- posta.", "Dawn m'humiex suġġerimenti daqstant pożittivi u ma naħsibx li se ntejbu l-operat ta' l-awtorita' billi nnaqqsu d-drittijiet tas-sidien tal- proprjeta'.", "Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' strategic planning hemm proposti validi, pero' hawnhekk jien nappella biex minn barra l-proposti interni li qegħdin isiru, il-Ministru jagħti kas wkoll dawk il-proposti li ġejjin mill-Kamra tal-Periti.", "Jekk irridu nkabbru l-fiduċja ta' l-awtorita' naħseb li għandna nikkonċentraw l-aktar fuq il-ħidma tad-development control unit għaliex dan huwa s-settur li l-iktar li jmiss miegħu l-pubbliku.", "Hemm bżonn li f'dan il-qasam ikun hemm it-trasparenza, l-effiċjenza u s-sensibilita'.", "Naħseb li wara ħames snin mit-twaqqif ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar illum f'Malta kulħadd sar konxju li jkun xi jkun l-iżvilupp li se jsir dejjem hemm bżonn li ssir applikazzjoni.", "Din hija xi ħaġa pożittiva ħafna u m'għandniex innaqqsu l-importanza tagħha billi nibdew ngħidu li t-tali permess għandu jkun eżentat jew billi ngħidu li l-Gvern m'għandux japplika għall-permessi imma minflok il-Gvern għandu jibda jagħmel l-istrategic planning tal- proprjeta' tiegħu stess.", "Jien nawgura li l-Ministru jibda jniedi t-tibdil propost u jisma' lis-setturi kollha biex inżidu l-fiduċja f'din l- awtorita' li hija tant importanti għall-ħarsien ta' l-ambjent f'pajjiżna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Vella.", "Il-ħin li fadal huwa kollu tal-Gvern.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien ħadt gost li l-kollega tiegħi l- Onor. Jesmond Mugliett spiċċa d-diskors tiegħu bl-awguri li jsiru t- tibdiliet li hemm bżonn ħalli l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tibda tagħmel dak li fil-fatt ġiet imwaqqfa għalih.", "M'għandix dubju li dawn l-awguri saru b'mod sinċier u għaldaqstant jien naċċettahom għax, wara kollox, l-uniku skop tagħna huwa li ċ-ċittadin jiġi moqdi minn dawk l-istrutturi governattivi li jkunu sostnuti bi flus il-poplu stess.", "Iktar qabel il- kollega tiegħi - forsi għax għadu ġdid u għadu sinċier - għamel kumment fejn qal li minkejja li l-kritika għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar ilha ssir din jew ma tteħditx bis-serjeta' jew ma kienx hemm rieda tajba biżżejjed.", "Jien hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk in-nuqqas ta' rieda tajba jew in-nuqqas ta' serjeta' kenux ġejjin mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew mill-Gvern.", "Qed ngħid dan għaliex ma rridux ninsew li qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa - jien m'iniex se nuża l-kelma dispreġjativa li qed tintuża dan l-aħħar biex jiddiskrivu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - li aħna writna 18-il ġimgħa ilu.", "Forsi jkun hawn min igħid li din diġa' għidtha l-aħħar darba, imma rridu nfakkru li din il-kritika u din il-kuxjenza, dwar kif tista' titranġa l- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tkun iktar effettiva u biex ma jkunx hawn daqshekk tgergir fuqha, ma twelditx il-bieraħ.", "Jien kelli x-xorti li nkun membru fuqha sa mill-bidu nett u bqajt hemm proprju sakemm tbiddel il-gvern biex imbagħad kelli l-fortuna - jew l-isfortuna - li nerfagħħa fuq spallejja ħalli nipprovaw insibu soluzzjonijiet għall-problemi kbar li għandha.", "Kif diġa' għidt il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Mugliett, qal li l- kritika għal din l-awtorita' ilha ssir iżda jidher li din ma tteħditx bis- serjeta' .", "Jien ngħid li dażgur li l-kritika ilha ssir u dażgur li ma tteħditx bis-serjeta'!", "Jien ngħid li ma kienx hemm rieda tajba f'dan ir- rigward għaliex dan it-tgergir kollu u din il-perception tal-poplu kontra kif taħdem il-Planning Authority ilha hemm u ma nħolqitx f'dawn l-aħħar erba' xhur.", "Jiena diġa' kelli okkażjoni ngħid li minkejja li dan it- tgergir kollu kien ilu ġej - għaliex wara l-ewwel sentejn u nofs il- problemi kienu diġa' bdew jitfaċċaw u dawn għad irrid nitkellem aktar 'il quddiem - ma kien hemm l-ebda inizjattiva jew ma sar l-ebda rapport mill- ministru ta' qabel biex għallinqas juri li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha problemi u li jeħtieġ insibu soluzzjonijiet għalihom.", "Jiena diġa' għandi s-sodisfazzjon kbir - dan ngħidu bl-ikbar umilta' għaliex m'għamiltux waħdi imma għamiltu bis-saħħa tal-kuxjenza li tqanqlet - li diġa' qanqalna kuxjenza li hemm bżonn li l-affarijiet jitranġaw.", "Minbarra li f'dawn it-18-il ġimgħa aħna għamilna l-parti tagħna biex inqanqlu l-bżonn għat-tibdil li jrid isir, irnexxielna wkoll inqanqlu kuxjenza fl-istess awtorita' dwar il-bżonn ta' din ir-riforma.", "Dan fih innifsu huwa diġa' pass 'il quddem għax appena l-marid jinduna li għandu bżonn il-kura ikun jista' jibda jfittex biex jeħodha.", "Jiena nħoss li dan huwa l-bidu tar-riforma li hemm bżonn fil-Planning Authority ħalli nwassluha biex tilħaq dawk l-objettivi li għandha fil-mission statement, liema objettivi jiena ġieli kkritikajt mill-bankijiet tan-naħa l-oħra u għadni sal-lum m'iniex sodisfatt li dawn qed jintlaħqu.", "Din ir-riforma għandha twassal biex l-awtorita' issir iktar effiċjenti, effettiva u iktar aċċettata min-nies billi nneħħu minn moħħ il-pubbliku l-idea ħażina li għandhom dwarha.", "Għalkemm bħala l-ministru li taħti taqa' r-responsabbilta' ta' din l-awtorita' għandi d-dover li niddefendiha, minflok li se nieħu din il-pożizzjoni, li se nagħmel huwa li se nikkritika b'mod kostruttiv dak li huwa ħażin u se ngħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-awtorita' biex din ssir iktar effiċjenti.", "Madam Speaker, għalkemm napprezza li d-diskorsi li saru mill-kollegi tiegħi kienu kollha ndirizzati biex jiġu ddentifikati l-problemi fil- Planning Authority, jien bqajt skantat meta hawnhekk smajt ċertu diskors mill-Onor.", "Michael Bonnici, li inċidentalment ilu fuq il-bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għal żmien twil mhux ħażin, mill-Onor.", "Tonio Borg, li llum m'huwiex qiegħed hawn, mill-Onor.", "Ċensu Galea u mill-Onor.", "Austin Gatt, li kollha tkellmu, kif jgħidu bl-Ingliż, missing the wood for the trees, fis-sens, li semmew elenku sħiħ ta' tentufiet u ħadd minnhom ...", "(Interruzzjonijiet) Insomma hawn min l-Ingliż jafu u jafu sew!", "Kont qed ngħid li jien stennejt li l-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra ma joqogħdux jagħmlu elenku ta' dawk l-affarijiet li jidhru li huma ħżiena għax jekk nagħmel hekk nista' nibqa' sejjer sa għada fil-għodu insemmi item wara l- ieħor ta' x'hemm ħażin u ta' kif nippretendi li għandhom ikunu l- affarijiet.", "Iva, kont nistenna illi jkun hemm approach iktar fundamentali billi nattakkaw il-problema u naraw x'qed jikkawża din is-sitwazzjoni u billi jiġu suġġeriti xi soluzzjonijiet, imma jiddispjaċini ngħid li dwar dan ma smajt xejn mill-kelliema tan-naħa l-oħra.", "L-Onor.", "Michael Bonnici qal li l-poplu għadu ma fehemx.", "Imma jien nistaqsi: X'ma fehemx il-poplu?", "Dażgur li l-poplu fehem!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ħaġa li tolqot lill-poplu direttament.", "Ma nafx jekk il-poplu fehemx kif l-awtorita' taħdem jew le, jew x'se jiġri jew ma jiġrix, imma li naf hu li l-poplu fehem illi huwa qed jintlaqat ħażin.", "Dan qaluh kollegi tiegħi stess meta, per eżempju, saret riferenza għall-compliance certifate fejn hemm numru enormi ta' nies li qegħdin jintlaqtu ħażin minħabba deċiżjoni li ttieħdet mill-Planning Authority.", "Jiena dak jinteressani!", "Jiena li jinterassani huwa illi dik il-koppja li nefqet Lm20,000 biex xtrat plot u mbagħad nefqet xi Lm20,000 oħra biex bnietha ma tibqax mingħajr servizz minħabba li hemm nuqqas ta' qbil bejn il-Kamra tal-Periti u l- Planning Authority.", "Peress li jien m'iniex tekniku, m'iniex se nidħol fil- mertu tal-każ, imma li għamilt kien li laqqajt lill-Planning Authority u lill-Kamra tal-Periti u għidtilhom: Isma', ejja jkollna kuxjenza pubblika għax wara kollox aħna qegħdin hawn biex nagħtu servizz lill-pubbliku.", "F'dan il-każ minn hawn irrid nirringrazzja lill-Karma tal-Periti u l- Planning Authortiy għax b'rieda tajba miż-żewġ naħat rnexxielna nsibu soluzzjoni għal din il-problema.", "Is-soluzzjonijiet issibhom għax tmur f'ras il-għajn u mhux biss billi noqogħdu ngħidu kemm hawn tgergir.", "Issemmiet ukoll il-problema dwar id-dewmien.", "Dażgur li hemm id-dewmien!", "Din hija l-ikbar complaint li għandna kemm f'dawk li huma applikazzonijiet żgħar u kemm f'dawk li huma applikazzjonijiet kbar.", "Dan id-dewmien huwa riżultat ta' l-ineffiċjenza, ta' struttura li mhux qed taħdem tajjeb u ta' management li forsi mhuwiex qed jiffunzjona kif suppost.", "Għalkemm kultant forsi l-istorja ikabbruha xi ftit ukoll, xorta waħda jibqa' l-każ li qed ikun hemm dewmien u fil-fatt meta tikkompara kemm jieħu żmien permess biex jgħaddi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar tagħna ma' kemm jieħu żmien permess biex jgħaddi minn awtorita' simili barra minn Malta, insibu li f'dan ir- rigward aħna għadna qegħdin lura.", "Ma rridux ninsew li wieħed mill- objettivi tal-mission statement huwa l-effiċjenza, mhux l-effiċjenza a skapitu ta' kwalita', għax jien ma rridx sitwazzjoni ta' ejja ħa mmorru biex imbagħad ikollna xogħol ħażin.", "Dak m'għandux isir.", "Il-kelliema tan- naħa l-oħra jgħidu li hemm id-dewmien, pero' ma jagħmlu l-ebda suġġeriment għas-soluzzjoni tal-problema.", "Meta tan-naħa l-oħra kienu fil-gvern, x'kienu qed jagħmlu fuq id-dewmien?", "Assolutament xejn, għax jekk saret xi inizjattiva ħalli jipprovaw jitħaffu l-proċeduri, din kienet saret mill- Planning Authority stess.", "Meta tan-naħa l-oħra kienu fil-gvern kienu joqogħdu jiddandnu meta ssir xi ħaġa tajba min-naħa ta' l-awtorita' billi kienu jgħidu li dik għamluha huma filwaqt li ma tawx kas ta' dawk l- affarijiet negattivi.", "Meta tkellem l-Onor.", "Austin Gatt, dan għażel li jitkellem fuq il-kunsilli lokali.", "Imma jiena niskanta kif, f'daqqa waħda, minn mindu nbidel l-gvern tan-naħa l-oħra saru jafu s-soluzzjonijiet għall-problemi kollha qisu niżel l-Ispirtu s-Santu u lluminahom.", "Hawnhekk jien nistaqsi: Allura qabel għaliex ma kenux jitwettqu dawn is-soluzzjonijiet?", "Jiena kont nieħu gost kieku sibt dawn il-problemi solvuti u lesti jew inkella li almenu sibt li dawn kienu qegħdin jiġu rranġati.", "Mela qabel ma kien isir xejn u issa kulħadd għandu s-soluzzjoni lesta!", "Hawnhekk tajjeb li ninforma lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Austin Gatt, dwar il-kwestjoni tal-kunsilli lokali għax aħna nemmnu li l-kunsilli lokali għandu jkollhom rwol iktar importanti fir-relazzjonijiet tagħhom mal- Planning Authority.", "F'dan ir-rigward l-Onor.", "Gatt għandu jkun jaf ukoll li wieħed irid janalizza x'inhuma s-soluzzjonijiet għall-problema u mhux noqogħdu nikkritikaw biss.", "Per eżempju, l-Onor.", "Gatt qal li ħafna kunsilli lokali qegħdin igergru għax l-applikazzjonijiet tagħhom huma miżmuma mill- Planning Authority.", "Jiena m'għandi l-ebda rwol li niddefendi l-Planning Authority, pero' jekk inħarsu lejn il-problema mill-ewwel nindunaw li hemm żewġ affarijiet li rridu nattakkaw biex nirranġaw din is-sitwazzjoni, jiġifieri li rridu nneħħu l-burokrazija żejda tad-dipartimenti tal-Gvern fejn ħafna drabi biex file jiġi kklerjat minn uffiċċju għal ieħor jieħu x- xhur kif ukoll irid ikollna l-koperazzjoni meħtieġa min-naħa tal-Kamra tal- Periti għax jekk dawn ikunu se jissottomettu applikazzjoni, dawn għandhom jagħmluha kompluta.", "Mela hawnhekk diġa' nafu fejn għandna nattakkaw biex nipprovaw nagħmlu l-Planning Authority iktar effiċjenti.", "Issa ħalli niġi għal dak li qal l-Onor.", "Ċensu Galea għax mid-dehra dan iffissa li jrid jara r-rapporti.", "Kieku huma ħallew xi rapporti u allura jridu jaraw tagħna biex iqabbluhom, kieku ngħid paċenzja, imma jekk inti qatt ma kienu jinterrassawk ir-rapporti fuq il-Planning Authority għalfejn trid tara r-rapporti li għamilna aħna?", "Ir-rapporti li għamilna aħna huma rapporti biex naħdmu fuqhom u fil-fatt dawn diġa' ġew ippreżentati lill- Planning Authority Board ħalli jiddiskutihom, kif diġa' ġew studjati minna.", "Aħna diġa' għandna analisi ta' dawn ir-rapporti u fil-fatt dawn il- working documents qed jgħinuna ħafna biex nidentifikaw il-problemi li hemm fit-tħaddim ta' l-Awtorita' biex b'hekk inkunu nistgħu nissuġġerixxu x'se jkunu l-miżuri li se nieħdu biex inżidu l-effiċjenza.", "L-Onor.", "Censu Galea qal li jrid li dawn ir-rapporti jsiru pubbliċi biex jirregolaw x'għandna nagħmlu fil-pajjiż.", "Jiena ngħidlu: Issa trid tara x'għandna nagħmlu fil- pajjiż, meta qiegħed fl-oppożizzjoni!", "F'dawn l-affarijiet tixtieq ma tkunx partiġġjan imma kultant ma tistax tagħmel mod ieħor.", "L-Onor.", "Ċensu Galea qed igħidilna: Uruhomna ir-rapporti li għandkom ħalli aħna - jiġifieri in-naħa ta' l-Oppożizzjoni - inkunu nistgħu nirregolaw x'għandna nagħmlu għall-pajjiż.", "Imma hawnhekk jien ngħidlu: Meta intom kellkom il- Gvern f'idejkom għal disa' snin u nofs u meta allura kellkom l-aċċess għall- informazzjoni kollha u kontu tqabbdu dawk il-konsulenti kollha ma sibtux lil xi ħadd mustaċċun biex jgħidilkom x'għandkom tagħmlu biex ikollna planning aħjar f'dan il-pajjiż?", "Allura dan mhux kollu tad-daħk!", "Min qed jismagħna mhux bilfors jidħak meta jisma' lil xi ħadd li sa erba' xhur u nofs ilu kien Ministru tal-Gvern preċedenti jgħidilna biex ngħidulu x'rapporti għandna ħalli huma jkunu jafu x'għandhom jagħmlu għall-pajjiż?", "Intom ma għamiltu xejn u ħallejtu lill-Planning Authority taqa' fl-istat inkwetanti ħafna biex imbagħad issa qed tgħidu li tridu taraw ir-rapporti biex tirregolaw irwieħkom.", "Madam Speaker, dawn il-kelliema ma naqsux milli jitfgħu ċerti dubji tant li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jesmond Mugliett, f'xi ħin staqsa jekk hux se naqtgħu l-ġwienaħ ta' l-awtorita' filwaqt li l-Onor.", "Ċensu Galea staqsa jekk aħniex se nibdew nieħdu l-liġi f'idejna.", "Jiena lil dawn ngħidilhom li l-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb - din għidniha kemm-il darba - li jieħu l- awtorita' taħt idejh jew li jaqtagħla l-ġwienaħ jew inkella li jneħħiha u dan kollu kollna għidnih meta konna fl-oppożizzjoni.", "Kieku ridna aħna stajna nħalluha tmut mewta naturali billi nħalluha tiġġamja bil-burokrazija żejda li għandha, speċjalment f'dik il-parti ta' fejn jidħol l-iżvilupp jew aħjar fl-interface li hemm bejn dik il-parti u l-pubbliku.", "Jien m'għandix dubju li bl-għadab u bid-dwejjaq li kien qed ikollu l-poplu dwar din l- awtorita' din kienet se tmut mewta naturali.", "Nerġa' ngħid li aħna, fi 18- il ġimgħa, wrejna li rridu li l-Planning Authority tibqa' tiffunzjona u għalhekk qegħdin nipprovaw nipprovdu l-mediċina biex din tfiq mill-ġrieħi li għandha.", "Mela tiġu tgħidu li rridu naqtgħulha l-ġwienaħ u li rridu nieħdu l-liġi f'idejna!", "Fejn ħadna l-liġi f'idejna?!", "Il-fatt li wieħed qed jikkritika d-dewmien - bħalma għamel l-Onor.", "Michael Bonnici - ma jimportax, imma mhux li wieħed jikkritika għax aħna ikkoperajna u tkellimna mal-Planning Authority - u rrid ngħid li hawnhekk sibna koperazzjoni sħiħa - ħalli proġetti ta' żvilupp u ta' importanza nazzjonali jitħaffu!", "Barra minn din il-kritika mbagħad qed ikollna wkoll il-kor ta' kitba tas-soltu li tidher fil-gazzetti ta' nhar ta' Ħadd - qisu dawn qed ikunu mħallsin biex jagħmlu hekk - fejn qed ikomplu mingħalihom jiddieħku bin- nies jew inkella jdaħħku lin-nies bihom, waħda mit-tnejn.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed tgħid għall-Onor.", "Lino Spiteri!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, mhux għall-Onor.", "Lino Spiteri qed ngħid u inti taf sew għal min qed ngħid, Onor. Austin Gatt.", "Tafu dak iċ-ċirku li għandkom u tħallsuh biex jiktbilkom fil-gazzetti u dan il-poplu jafu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għax bdejt nissuspetta ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Inti kellek ħafna suspetti li dwarhom mort żbaljat !", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan veru wkoll, hux hekk!", "ONOR GEORGE VELLA: Dażgur li veru!", "Inti wkoll għidt li wara biss 40 minuta mill-elezzjoni kont taf li tliftuha, imma biex tkomplu tidħku bil- poplu domtu dawk is-sigħat kollha biex għidtulu l-verita'.", "Imissek tistħi tgħid dawn l-affarijiet!", "Ħallejt lill-prim ministru tiegħek jgħaddi ż- żmien bin-nies għal tnax-il siegħa sħaħ meta wara 40 minuta kont diġa' taf li tliftu l-elezzjoni.", "Imma issa biżżejjed fuq hekk għax dan huwa argument ieħor.", "Madam Speaker, f'dan il-mument hawn min qed iħossu komdu għax iħoss li m'għandu l-ebda responsabbilita' ġaladarba qiegħed fuq in-naħa ta' l- oppożizzjoni u allura jrid iħammeġ in-naħa tal-gvern għax wara kollox qed nagħmlu xi ħaġa li messu għamel ħaddieħor.", "Qed ngħid dan għax il-Gvern Nazzjonalista messu rranġa l-postijiet turistiċi biex dik l-industrija ma tibqax sejra lura u billi ma tibqax dik l-arja ta' shabbiness fuq dan il- pajjiż.", "Bħalissa hawn il-kollega tiegħi li kien inkarigat mit-turiżmu u allura nħoss li dan għandu jkun jafhom dawn l-affarijiet għax kien hemm ċerti areas illi jbikkuk.", "Allura, għax ħadna l-Planning Authority in our confidence u għax ħdimna magħha u għax din wegħditna li se toħroġ il- permessi meħtieġa, kif fil-fatt ħarġet, b'daqshekk għandna naqilgħu dik il-kritika!", "Jien lil dawn nirringrazzjahom talli qegħdin jaħdmu bl-aktar mod kordinat u talli qed jgħinuna biex nesperimentaw sistema ħalli proġett bħal dak inħaffuh forsi nlestuh qabel l-istaġun tas-sajf u mhux nagħmlu bħalma għamlu huma f'Wied il-Għajn, fejn ix-xogħol sar fl-għeqqel tas-sajf għal tliet snin wara xulxin!", "Hekk irriduh dan il-pajjiż!", "Din hi l- effiċjenza!", "Aħna m'aħniex se nagħmlu dawn l-affarijiet u lanqas m'aħna se nieħdu l-liġi f'idejna.", "Dan m'hu veru xejn għax kull ma se nagħmlu hu li nikkoperaw u nimbuttaw ħalli nħaffu x-xogħol u dwar dan aħna nafu li għandna l-backing tal-poplu għax in-nies iridu jaraw l-affarijiet lesti u mhux noqogħdu nikkritikaw id-dewmien u fl-istess ħin ma nagħmlu xejn.", "Ħadd għadu ma qal li dak li qed isir f'Buġibba ma jogħġbux.", "U hekk se jsir f'Paceville, f'Għawdex u f'postijiet oħra.", "Irrid ngħid li hawnhekk diġa' għandna l-koperazzjoni tal-Planning Authority.", "Allura għalfejn dan il- paroli fuq il-fast track u fuq is-slow track!", "Dan huwa fast track.", "Mingħajr ma niksru l-liġi u bla ma nkunu qegħdin nirkbu fuq ħadd, aħna se nsibu sistema kif nikkoperaw ħalli dawk li huma proġetti mportanti u ta' fejda għan-negozju u għat-turiżmu jibdew isiru b'dan il-mod.", "Nisperaw li din il-koperazzjoni tikber u nipperfezzjonawha - ta' dan aħna m'aħniex qed nistennew grazzi min-naħa l-oħra, pero' l-grazzi se neħduh mingħand il- poplu għax aħna se nuru li wara kollox l-affarijiet jistgħu jsiru.", "Dan jista' jservi ta' ġid ukoll lill-istess Planning Authority billi min sal- lum għandu dik il-perception negattiva dwarha, nipprovaw indaħħlulu ċerta fiduċja fl-awtorita' billi nuruh li bir-rieda tajba u bil-koperazzjoni l- affarijiet jaslu biex isiru.", "L-ex-Ministru Ċensu Galea llum għamel dikjarazzjoni importanti ħafna fejn qalilna ċar u tond li jaf li l-periti tal-Planning Authority qed jaħdmu privatament ukoll.", "Allura hawnhekk jien nistaqsi: Bħala ministru responsabbli fil-Kabinett, dan x'għamel meta sar jaf li hemm min qed jikser il-liġi - għax jien ma naħsibx li sar jaf bihom fl-erba' xhur u nofs li aħna ilna fil-gvern?", "L-Onor.", "Membru rrapporta lil xi ħadd?", "Jew sar jaf b'kollox issa, f'daqqa waħda?", "Aħna ilna erba' xhur u ġimgħa fil-gvern u mhux erba' snin u nofs!", "Allura erba' xhur ilu dawn l-affarijiet ma kenux isiru?!", "Jiena hawnhekk nistieden lill-Onor.", "Membru biex jekk għandu xi ismijiet jagħtihomlna għax hekk titlob is-serjeta' jew inkella ma joqgħodx isemmi affarijet bħal dawn.", "Naħseb ikun aħjar jekk f'dan l-istadju jien insemmi wieħed mill- objettivi tal-mission statement tal-Planning Authority, jiġifieri li jkun hemm l-onesta', l-integrita' u t-trasparenza.", "Issa jekk hemm ir- regolamenti jew se nikkontrollaw skond dawn ir-regolamenti inkella nbiddluhom.", "Imma ma jistax ikun li jsiru r-regolamenti u l-liġijiet u meta konna ministri konna narawhom jinkisru u ma nagħmlu xejn biex mbagħad meta ma nibqgħux ministri niġu ngergru dwarhom!", "Din x'serjeta' hi!", "X'fiduċja qed nagħtuh lill-poplu b'dan l-aġir?", "Aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk biex noqogħdu naħlu ż-żmien, imma biex nattwaw politika onesta, serja u li tagħti r-riżultati.", "Meta l-Onor.", "Galea qal li n-nies qed jgħidu li ċemplu lill-case officers u ma sabuhomx, allura dawn qed ikunu fl-uffiċċju tal- periti?", "Għax hawn issa se jibda jidħolli d-dubju!", "Allura lil dawn ma jsibuhomx għax ikunu qegħdin jaħdmu x'imkien ieħor?", "Jiena nistiednu jgħidilna, għax f'dawn l-affarijiet m'hemmx rispetti personali.", "Biex l- affarijiet jimxu hemm bżonn is-serjeta', id-dixxiplina u li kulħadd jagħmel id-dover tiegħu għax dak li jitħallas minn flus il-poplu ma għandux jaqla' l-flus minn x'imkien ieħor ukoll sakemm ma niddeċiedux li nagħtuhom il- prattika privata, għax imbagħad hemmhekk tkun storja oħra.", "Jekk naslu biex lil dawn il-periti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nagħtuhom il-permess li jipprattikaw privatament wara l-ħin tax-xogħol tagħhom allura jkunu jistgħu jagħmlu hekk, imma s'issa l-liġi għadha ma nbidlitx f'dan is-sens.", "Jekk niġu biex inbiddlu l-liġi wieħed ikun irid jara x'konflitt ta' interess jista' jkollu perit għax wara kollox kulħadd huwa uman u jien ma neskludix il-fatt li perit li jkun se jaqla' xi erba' soldi żejda mingħand xi klijent lil dan imexxilu l-pjanti aktar malajr minn ta' dak li ma jqallgħu xejn.", "Mela aħna twelidna l-bieraħ!", "GĦalhekk jien qed ngħid li dik li qal l-Onor.", "Membru hija ħaġa serja ħafna u għalhekk qed nitolbu jgħaddili l-ismijiet ta' min qed jagħmel dan l-abbuż, anke privatament, ħalli b'hekk naraw li l-affarijiet ma jibqgħux isiru b'dan il- mod.", "Jien inħoss li mhux sewwa li nitfgħu l-akkużi u mbagħad nieqfu hemm.", "Jien għamilt żmien twil konness mal-Planning Authority u mhux darba u tnejn kien ikollna allegazzjonijiet kontra dak jew kontra l-ieħor.", "Aħna dawn l- allegazzjonijiet konna ninvestigawhom u fejn kien hemm bżonn nieħdu passi ħadnihom ukoll.", "Jekk kemm-il darba aħna nkunu nafu b'xi ħadd li qed iwettaq xi tip ta' abbuż, speċjalment aħna bħala Membri ta' dan il- Parlament - biex ma ngħidx ex-ministru - irridu nkunu responsabbli u ngħidu dak li nafu ħalli lil min ikun qed jabbuża nagħtuh lezzjoni.", "Min għalih ma jibbastawhx il-flus li jaqla' mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jrid jaqla' iktar flus jista' jaqbad u jagħmel il-wiesa' lil ħaddieħor.", "Sa llum dawk huma r-regolamenti u għalhekk irridu naraw li dawn jiġu osservati.", "Madam Speaker, issa ħalli naraw x'inhi l-pożizzjoni attwali għax jien irreaġixxejt b'dak il-mod għax kont qed nippretendi kritika ħafna iktar serja u kostruttiva min-naħa l-oħra.", "Per eżempju, il-kollega tiegħi, l- Onor. Jesmond Mugliett, f'ħin minnhom għadda kumment rigward l-enforcement officers, f'daqqa waħda semma l-car park, imbagħad qal li m'hemmx standards.", "Hawnhekk jien inħoss li minflok ma għandna noqogħdu ...(Interruzzjonijiet) Ħalli nkunu ċari, jien ma għandi l-ebda skop li niddefendi lill-Planning Authority, anzi kulħadd jaf kemm jien bniedem kritiku, imma fil-kritika tiegħi dejjem nipprova nkun kostruttiv.", "Jien nitkellem ma' l-uffiċjali ta' l-awtorita' u naf li għandna bżonn nirranġaw ċerti affarijiet imma billi noqogħdu ngħidu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma għandhiex biex tagħmel l-istandards, b'daqshekk m'aħna se naslu mkien.", "Madam Speaker, issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-car park għax kumbinazzjoni dak iż-żmien jien kont għadni membru tal-Planning Authority.", "Hawnhekk jien nistaqsi: X'hemm aktar ċar minn meta inti toħroġ numru ta' kondizzjonijiet ma' permess?", "Per eżempju, jekk skond il-kondizzjonijiet li kien hemm mal-permess il-bibien riedu jkunu 10 piedi bi 12-il pied, u wara li xi ħadd li għamel inspection qalli li l-bibien saru b'dawk il-qisien, allura mbagħad kif insib li sebgħa jew tmienja minnhom ma kellhomx dawk il- qisien!", "Forsi min għamel dawn il-bibien ma kellux biex ikejjel!", "Dan żgur li ma kienx il-każ.", "Sfortunatament kien hemm ħafna każi bħal dawn u għalhekk minn hawn jien nappella biex fost il-membri kollha tal-Planning Authority, mill-kbir saż-żgħir, ikun hemm aktar integrita'.", "Dan jien kont għidtu fl-ewwel darba li bħala ministru jien kont mort inkellem lil dawn l- uffiċjali għax jien wieħed li nemmen fl-integrita' u fis-serjeta'.", "Dak inhar jien appellajt għall-integrita' għal darba, tnejn, tlieta għax meta għandek lil xi ħadd li qed jiddeċiedi fuq talbiet li jinvolvu eluf kbar ta' liri, biex ma ngħidx miljuni ta' liri, ma tistax ma tiddependix fuq l- integrita'.", "L-Onor.", "Mugliett kien għadu m'huwiex membru parlamentari meta twaqqfet il-Planning Authority u allura rrid infakkru li l-iskop li għalih twaqqfet kien li jkun hemm buffer bejn il-poplu, jew aħjar iċ-ċittadin, u l- awtorita' biex ma jkunx hemm persuna waħda jew tnejn li jiddeċiedu imma jkun hemm deċiżjoni kollettiva.", "Imma issa biex aħna ma ninkriminawx u ma nħammġux xi uffiċjal pubbliku jew xi ministru ma nistgħux naċċettaw sitwazzjoni fejn ikollna membri fil-Planning Authority li jibdew jikkorrompu ruħhom.", "Hawn m'iniex qed nalludi għal xi ħadd imma qed nitkellem b'mod ġenerali.", "Allaħares naslu f'dan l-istat għax allura ma nkunu nistgħu nafdaw lil ħadd, la lil dak li qiegħed fuq, la lil dak li qiegħed fin-nofs u lanqas lil dak li qiegħed isfel!", "Jiġifieri hawnhekk irridu nagħmlu minn kollox biex din l-awtorita' tiffunzjona b'mod effiċjenti, indipendenti u b'mod li tagħti riżultati tajbin.", "Dan huwa dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu.", "X'inhuma d-doveri tal-Planning Authority?", "Permezz tal-liġi tal-1992, il- Planning Authority ġiet fdata biex tfassal il-policies u biex tattwa kif għandu jsir l-iżvilupp.", "Beda għaddej iż-żmien u minn kważi xejn - hawn jien irrid infaħħarha ta' dan - il-Planning Authority saret dik li hija llum.", "Hawnhekk huwa tajjeb li nagħmilha ċara ma' kull min qiegħed jismagħni - anke for the record - li l-Planning Authority m'hijiex qiegħda biss biex toħroġ il-permessi għax fil-fatt din tinkludi ħafna units oħra bħalma huma l-istrategic planning, il-local planning, l-environmental management, it-transport planning, id-development control, l-enforcement u mbagħad għandek ukoll dipartimenti oħra bħalma huma l-mapping department, il-land survey department u dipartimenti tat-tmexxija u l-finanzi.", "Jien kull darba nipprova nenfasizza l-fatt li aħna spiss inkunu qegħdin nitkellmu fuq parti mill-Planning Authority, pero' dik hija l-parti li l- aktar qed iġġib tgergir u fejn l-aktar jista' jkun hemm lok - Alla ħares qatt! - għal abbuż u hija proprju dik il-parti li se nipprovaw nirranġaw.", "Jiena ma nistax ngħid li kemm kont ili fil-Planning Authority kelli ħafna tgergir fuq id-dipartimenti l-oħra għax dawn jiffunzjonaw tajjeb u, bħalma qal il-kollega tiegħi, ta' dan irrid infaħħar lill-Planning Authority li permezz tal-mapping department tagħha pproduċiet mappa ta' Malta l-ġmiel tagħha u li din kienet l-ewwel darba li l-Maltin ipproduċew mappa b'dan id- dettal.", "Hawnhekk ta' min jagħmel ftit kuraġġ lill-Planning Authority għax mhux sew li noqogħdu ingergru biss għax fil-fatt hemm tagħlim u xjenzi ġodda li qed jiġu prattikati fl-aworita'.", "Hemm ħafna affarijiet li għall- grazzja t'Alla jinsabu mexjin tajjeb u m'hemm l-ebda skop jew intenzjoni għaliex lil dawn m'għandniex inħalluhom jiffunzjonaw tajjeb.", "Pero' dan kollu bl-ebda mod ma jneħħi r-responsabbilta' ta' dak it-tgergir li hemm dwar id-development department u rridu nagħmlu xi ħaġa dwar dan u anke dwar id-dipartimenti tal-local plans u ta' l-environment.", "Madam Speaker, għalkemm jien ngħid li wieħed jista' jidħol ukoll fl- argument ta' safejn għandha tasal u dwar kemm għandha tieħu kompetenzi l- Planning Authority, jien naħseb li dan is-suġġett aħjar inħallih għal xi seduta oħra.", "Il-Ministru Buhagiar għamel riferenza għal ċerta strategic planning, fejn qal li ċerti artijiet forsi jistgħu jaqgħu f'idejn il-Lands Department.", "Iva, ġieli tasal f'sitwazzjoni fejn tibda tgħid: Isma', safejn se tasal il-Planning Authority u minn fejn se jibda d-dipartiment l- ieħor?", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-problema dwar safejn għandu jasal l-environment department tal-Planning Authority u sa fejn għandu jidħol l-environment protection department tad-Dipartiment ta' l-Ambjent.", "Dawn huma problemi li wieħed irid jiddeċiedihom billi jara kemm il-Planning Authority tista' tieħu kompetenzi bla ma tkun qiegħda titgħabba żżejjed jew inkella bla ma tkun qed tieħu xogħlijiet li jistgħu faċilment isiru minn dipartimenti oħra.", "Jien naf li kellna l-kwestjoni ta' interface bejn fejn tispiċċa l-Planning Authority u fejn jibda l-environmental protection department f'dak li jirrigwarda l-ambjent, li bi ftit diskors, bi ftit laqgħat u bi ftit imbuttar nista' ngħid li wasalna wkoll u fil-fatt nista' ngħid li għandi dokumenti quddiemi li jindikaw bl-iktar mod ċar fejn għandek tiġbed din il-linja bejn l-environment department tal-Planning Authority u l-environment protection department tad-Dipartiment ta' l- Ambjent.", "Jekk dawn m'aħniex se nġibuhom jaħdmu flimkien se jkollna ħela ta' riżorsi, ħela ta' flus u probabbilment se jkollna opinjonijiet li ma jaqblux u b'hekk noħolqu d-diżgwid.", "L-Onor.", "Mugliett semma l-kwestjoni tal-local plan ta' Pembroke u hawnhekk jien ngħid li l-Planning Authority għamlet tajjeb li ma ħarġitx l-action plan ta' Pembroke allavolja dan kien prattikament lest, ħalli l-ewwel jaraw xi tkun ir-reazzjoni tal-ministri ġodda konċernati.", "Jien insostni li hekk għandu jkun għax filwaqt li lill-Planning Authority irridu nagħtuha l- awtonomija, imbagħad ma jistax ikollna awtorita' li titlaq għal rasha, tagħmel li trid mingħajr ma jkollha l-input tal-Gvern, għallinqas biex jitfasslu l-policies, u dan iktar u iktar meta f'dawn l-aħħar snin ma kienx hawn din il-kultura ta' development plan u allura l-Gvern ma kellux miri ekonomiċi u soċjali biex il-Planning Authority tidderieġi ruħha.", "Il-Gvern li kien hawn qabilna ma kienx jemmen li jagħmel development plan u allura l- Planning Authority kienet, biex ngħid hekk, ħaditha drawwa li hi tagħmel il- proġetti ta' l-iżvilupp.", "Kif tista' tgħid kemm hemm bżonn lukandi jekk m'għandekx il-mira tal-gvern tal-ġurnata dwar kemm beħsiebu jieħu turisti, li dan imbagħad jiddependi wkoll fuq studju biex tara l-infrastruttura tagħna kemm tkun tiflaħ?!", "Kif tista' tgħid kemm nistgħu nibnu mingħajr ma noħonqu r-raba' jew kemm nistgħu nibnu ħalli ma noħolqux żbilanċ enormi bejn il-parti mibnija u l-parti mhix mibnija u affarijiet oħra bħal dawn li jirrikjedu studju dettaljat u koperazzjoni sħiħa?!", "Rigward l-action plan ta' Pembroke aħna sibna li area kbira kienet se tkun allokata għal business park.", "Issa jekk il-Gvern l-ieħor kien kuntent li joħroġ Lm25 miljun biex jagħmel park għal xi industriji li qal li se jġib ...", "(Interruzzjonijiet) Meta staqsejna ħadd ma qalilna kemm hemm minn dawn l-industriji fil-pipeline u fil-fatt jien kont għidt li ma nafx kemm hu twil dan il-pipeline għax qatt ma rajna xejn ħiereġ minnu.", "Aħna staqsejna x'inhu l-iskop u jekk kienx hemm xi nies li talbu għal dan it-tip ta' servizz.", "Ridna nkunu nafu jekk dan il-park konniex se nagħmluh biex nissodisfaw domanda jew inkella biex noqogħdu nistennew li jiġi xi ħadd u jerġa' jiġri bħalma ġara fil-park l-ieħor tal-Mosta.", "Ma kienx hemm risposta għal dawn id-domandi u għalhekk aħna ħassejna li l-Gvern għandu dritt, anzi ngħid li għandu l-obbligu, li jindirizza lill-Planning Authority in the right direction.", "Aħna għidna li minflok dik il-biċċa nagħmluha business park u nonfqu xi Lm25 miljun - mingħajr ma nafu x'se jsir minnu jew inkella jekk hux se jsir xi ċimiterju għall-qtates! - hemm bżonn li din l-art nindirizzawha għall-bżonnijiet aktar importanti tal- pajjiż.", "Aħna konna qegħdin naħsbu li hemmhekk tista' ssir belt ġdida ħalli nkunu nistgħu nsolvu parti mix-shortage li hawn fil-qasam tal-housing.", "Dan ma jfissirx li se niksru l-liġijiet.", "Le, il-mertu tiegħek jien se nagħtihulek Onor. Bonnici għax meta konna qegħdin niddiskutu dan il-proġett u l-Gvern tiegħek ta' dak iż-żmien qalilna li naqqas 100 unit minn dak li kien allokat minħabba sport facilities, niftakrek taqbeż erba' piedi minn fuq is-siġġu għax kont irrabbjajt u kellek raġun.", "Jien dak li hu tiegħek nagħtihulek.", "Anke aħna għandna raġun għax il-problema mhijiex il-business park għax kieku kellna lista ta' applikanti li riedu dawk it-tip ta' servizzi kieku ngħidlek iva, imma jekk m'għandna lil ħadd jien se mmur nonfoq Lm25 miljun għalxejn?!", "Onor. Mugliett, huwa għalhekk li jidħol il- Gvern fuq dawn l-affarijiet u mhux biex jimponi jew biex jaqta' l-ġwienaħ jew biex jikkmanda.", "Il-Gvern irid jindirizza fejn għandu jmur l-iżvilupp kif ukoll jgħid x'inhuma l-prijoritajiet u l-bżonnijiet.", "Wara kollox, meta l-affarijiet imorru ħażin, in-negative fall-out taqa' fuq il-Gvern, jiġifieri meta l-affarijiet ma jsirux tajjeb il-poplu ma jgħidx li dawn saru mill-Planning Authority imma jwaħħal fil-Gvern.", "Meta tkun fil-Gvern tibda tħoss in-nuqqas ta' popolarita' għax tista' tagħmel xi affarijiet li forsi għall-bidu n-nies ma jibdewx jaraw x'inhu l-objettiv aħħari tagħhom.", "Pero' l-Gvern xorta waħda jrid jindirizza l-iżvilupp għall-aħjar ġid ta' kulħadd u ma jistax iħalli flus il-poplu jintremew fi żvilupp bla bżonn.", "Mela wara 18-il ġimgħa aħna għamilna xi ħaġa b'mod ristrutturat ħalli din il-problema nsolvuha b'mod li tagħti riżultat tajjeb.", "Wara li saru ħafna diskussjonijiet u ħafna bdil ta' opinjonijiet konna qabbadna lil Karmenu Farrugia bħala konsulent - ekonomista ta' l-affari tiegħu - u tlabnih jagħmel management audit tas-sistema ħalli jagħtina l-opinjonijiet tiegħu dwar fejn jaħseb li l-affarijiet qegħdin jimxu ħażin u fejn qegħdin idumu - dawk li nsejħulhom bottlenecks - ħalli naraw kif insibu s-soluzzjonijiet għalihom.", "Jiena għandi pjaċir ngħid li waqt li kien qed jitħejja dan ir- rapport, il-Planning Authority stess ħasset il-bżonn - dan għax rat li hemm rieda tajba li nirranġaw l-affarijiet - li hija wkoll tipproduċi rapport dwar dawn l-affarijiet u ta dan jiena rrid nirringrazzjahom għax għamlu rapport dettaljat, serju u li ħareġ mill-esperjenza tagħhom fill- Planning Authority.", "Wieħed għamel rapport b'mod distakkat għax ħares lejn il-kwestjoni b'mod professjonali filwaqt li ħaddieħor, li qiegħed fil- Planning Authority, kien kapaċi jagħti indikazzjonijiet u jagħmel proposti li ġejjin mill-frott ta' l-esperjenza.", "Kieku l-Gvern ta' qabilna wera daqsxejn tar-rieda u mbotta xi ftit xorta waħda kienu jagħmluhom dawk ir- rapporti u kienu jittieħdu dawk id-deċiżjonijiet meħtieġa.", "Jiena għandi pjaċir ngħid li ftit ġranet ilu, wara li ltqajt mal-bord tal-Planning Authority, fejn iddiskutejna b'mod l-iktar miftuħ dwar x'inhuma l- viżjonijiet tagħna ħalli ntejbu l-istruttura tal-Planning Authority, ressaqt ir-rapporti li qed nirriferi għalihom quddiem min hu ikkonċernat biex dan jagħti r-reazzjonijiet tiegħu ħalli b'hekk niddistillaw is- suġġerimenti li hemm biex meta mbagħad niddeċiedu li nagħmlu xi ħaġa din issir bis-serjeta' u mhux nieħdu azzjoni li ma tkunx tista' taħdem.", "Jekk tagħmel l-affarijiet bl-addoċċ allura mbagħad trid toqgħod tbiddel il-ħin kollu imma l-aħjar metodu hu li jekk se tbiddel, biddel darba u sew.", "L-istadju li kien imiss kien li qbadna dawn iż-żewġ rapporti, rajna x'inhuma l-punti komuni li hemm fihom - u hemm ħafna punti komuni għax min iħares lejn problema b'mod distakkat u ma jkollux interessi personali jew interessi oħra ikun jista' jagħmel analisi serja - u nista' ngħid illi llum diġa' għandna stampa f'rasna, għalkemm għalissa mhijiex dettaljata ħafna, ta' x'irridu nagħmlu biex nirranġaw din l-organizzazzjoni.", "Fil-fatt diġa' hemm sotto-kumitat tal-Kabinett illi qed jiltaqa' ħalli jkompli jiddiskuti s-suġġerimenti li ħarġu minn dawn iż-żewġ rapporti u nittama li mingħajr għaġġla żejda u fl-istess ħin b'ċertu galbu nkunu nistgħu noħorġu abbozz - ma nafx jekk ikunx hemm bżonn li noħorġu white paper għax dik toħroġ meta tkun se tbiddel il-liġi, għalkemm hawnhekk żgur li se jkun hemm bdil f'partijiet tal-liġi - ta' dak li jrid jitbiddel biex imbagħad nistennew ir- reazzjoni mill-Kamra tal-Periti, mill-pubbliku in ġenerali, mill- investituri u minn min għandu nteress ħalli b'hekk naraw kif dawn it- tibdiliet se jiġu nterpretati minn dawk konċernati.", "It-time frame li għandi f'rasi huwa li dawn l-emendi jiġu mgħoddijin u mwettqa fil-prattika ferm qabel l-aħħar ta' din is-sena biex b'hekk naslu li jkollna awtorita' li taħdem b'mod effiċjenti.", "Aħna la rridu naqtgħulha l-ġwienaħ, la rridnu nirkbuha u lanqas noqtluha imma kull ma rridu huwa awtorita' li taħdem għax wara kollox din twaqqfet biex tagħti servizz liċ-ċittadin.", "Bħala ministru nkarigat minn din l-awtorita' nista' ngħid li ħafna mill- affarijiet li jintqalu fuq il-Planning Authority tista' tiġborhom fi ftit frażijiet, jiġifieri d-dewmien, in-nuqqas ta' trasparenza, in-nuqqas ta' konsultazzjoni, speċjalment bejn il-periti u l-case officers li jkunu qed jittrattaw l-applikazzjonijiet, in-nuqqas ta' aċċessibilita' - għax jgħidu li huwa diffiċli biex tagħmel xi appuntament biex tmur titkellem - u n- nuqqas ta' infurzar.", "Aħna mhux qed ngħidu li hemm nuqqas ta' infurzar u niefqu hemmhekk, imma qegħdin naraw x'se nagħmlu ħalli l-enforcement ikun aktar effettiv għax inkella ma tagħmilx sens li tikkritika ħaġa u tħalliha kif inhi.", "Ħaġa oħra hija li bħalissa lill-Planning Authority ingaġġajniha fil- kwestjoni dwar il-management ta' l-iskart u ingaġġajniha bis-serjeta'.", "Il- Gvern ta' qabel ma kienx jaf biha din il-problema ta' l-iskart?!", "Ma kienx qed jara li l-miżbla tal-Magħtab dejjem qed testendi ruħha?!", "Ma kienx jaf li ma setax jibqa' għaddej b'għajnejh magħluqin qisu mhu qed jiġri xejn?!", "Fil-Planning Authority, biex inkun onest, kien hemm ħafna rapporti dwar barrieri, dwar waste management u ħafna affarijiet oħra, imma l-Gvern ta' dak iż-żmien x'kien qed jagħmel dwar dan kollu?", "Xejn!", "Jekk m'iniex sejjer żball, ir-rapporti fuq il-waste management li kienu ħarġu bil-possibilita' li jintużaw il-barrieri għall-iskart u li kienu rrakmandaw dwar x'jista' jsir ħalli l-iskart ma jibqax jiżdied b'din ir-rata kienu ilhom ġejjin mill- 1992.", "Fl-opinjoni tiegħi, kien hemm attentat fjakk biex tiġi ntrodotta s- sistema ta' waste separation iżda dan fil-fatt qatt ma seħħ.", "Ma kien hemm l-ebda inizjattiva bis-serjeta' biex dak id-diżastru ambjentali niskansawh.", "Hawnhekk jien nistaqsi: Fejn kienu l-għaqdiet ta' l-ambjent?", "Dawn l-għaqdiet ma jitkellmux fuq dawn l-affarijiet?", "Il- Magħtab hija ġerħa għal dan il-pajjiż li qed jipprova jgħix bit-turiżmu u dan apparti l-inkonvenjent għal dawk li joqogħdu fil-qrib kawża ta' l- intejjen li din tagħmel meta tibda tqabbad u trejjaħ.", "Qed ngħid dan għaliex dawk il-high-class tourists jew up-market tourists li jaqsmu bejn Malta u GĦawdex bil-helicopter qed jgħaddu eżatt minn fuq din il-miżbla.", "Hemm bżonn li dawn l-affarijiet insiru aktar konxji tagħhom.", "Fil-fatt, fi 18-il ġimgħa li ilna fil-gvern aħna qbadna din il-problema minn qrunha, morna naraw x'hemm, għamilna rapporti u żammejna laqgħat ħalli nsibu s- soluzzjoni meħtieġa.", "Barra minn hekk tlabna lill-Planning Authority biex tagħmel rapport biex imbagħad niddeċiedu flimkien dwar dak li hemm bżonn isir.", "Għax jekk lill-Planning Autority ma' ndaħħluhiex f'biċċa xogħol bħal din, x'tiswa li jkollok Awtorita' bħal dik?!", "Madam Speaker, dan huwa eżempju ta' kif qegħdin nattakkaw il-problemi u tal-mod kif irridu nsibu soluzzjonijiet għalihom.", "Jiena m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettal dwar x'se nagħmlu imma se nillimita ruħi billi ngħid biss li minn dawk ir-rapporti diġa' ddentifikajna l-postijiet fejn hemm bżonn li xi affarijiet jiġu rranġati u, f'ċerti każijiet, diġa' sar attentat mill-Planning Authority biex dawn jiġu rranġati.", "Jiena m'iniex qed ngħid dan biex infaħħarhom jew biex nikkritikahom imma biex nuri li l- imbuttatura li tajna, jiġifieri li hemm bżonn issir riforma, diġa' qiegħda tiġi riflessa f'dan il-qasam.", "Jiena nawgura wkoll li għad jasal iż-żmien li lanqas ikun hemm bżonn li nidħlu aħna biex jinbidlu l-affarijiet għax l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun diġa' għamlet it-tibdil li hemm bżonn.", "Dawn diġa' qegħdin jiddiskutu u jaraw x'se jagħmlu dwar ċerti problemi bħal, ngħidu aħna, billi jagħmlu file audit, jiġifieri li ssegwi l-file biex tara meta u fejn waqaf, kif ukoll tara case officer kemm għandu files, kemm ilhom għandu u għaliex damu għandu.", "Pero' aħna qegħdin ngħidu li wieħed irid iħares b'mod ġenerali.", "Fil-bord tal-Planning Authority kemm-il darba tkellimna - anke meta konna fl-Oppożizzjoni - dwar il-kwestjoni tad-development control commission, jiġifieri dak il-famuż bord li joħroġ il-permessi.", "Kif semma wkoll xi ħadd min-naħa l-oħra, aħna nafu li dan il-bord huwa parti mill-ħtija għad- dewmien li qed ikun hemm u fil-fatt hawnhekk se jkun hawn tibdil biex id- DCC tibda taħdem b'ċerta ħeffa u effiċjenza.", "GĦandna l-ħsieb ukoll li nħarsu lejn is-sistema ta' l-appell għaliex hawnhekk ma nistgħux nibqgħu b'żewġ bordijiet ta' l-appell fejn wieħed jagħti verżjoni mod u l-ieħor jagħti verżjoni oħra.", "Aħna qegħdin naħsbu biex niddistakkaw dawk li huma appelli fuq punti ta' liġi, li għalihom hemm il-qorti, minn dawk li huma appelli fuq punti tekniċi, liema appelli se jibqgħu fi ħdan l-appeals board tal-Planning Authority.", "Jien kemm-il darba għidt li wieħed irid jiddeċiedi fejn għandhom jibdew u jispiċċaw il-poteri tad-DCC biex b'hekk inkun nafu x'jaqa' taħt ir- responsabbilta' tiegħu u x'jaqa' taħt il-Planning Authority.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Dan qed ngħidu għaliex meta kont fuq il-bord tal-Planning Authority qatt ma mmaġinajt li permess għal 40 tomna art - jiġifieri mhux nofs kejla! - ma jgħaddix mill-bord tal-Planning Authority biex imbagħad konna naħlu tliet seduti niddiskutu jekk gallerija għandhiex issir ta' l- aluminium jew ta' l-injam!", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li m'jien qed nallega l-ebda korruzzjoni.", "GĦalhekk iridu jkunu ċari dwar il-kompetenzi tad-DCC u l-kompetenzi tal- bord tal-Planning Authority.", "Jien nemmen li nistgħu nnaqqsu mill- istruttura tal-Planning Authority mingħajr ma nkunu qed inneħħu xejn mill- kompetenzi li għandha u dawk id-disa' dipartimenti li hemm forsi nġibuhom anke għal sebgħa.", "Dan irid isir bil-għan li nkunu aktar cost effective.", "Waħda mil-linji li se nimxu fuqha hija li nirresponsabilizzaw lill- periti u dan wara li nkunu tajnihom parameters ċari permezz ta' policies preċiżi.", "Dawn il-parametri jridu jkunu ċari għax inkella ma nkunux nistgħu naħdmu tajjeb.", "Dan diġa' bdejnieh għax fil-laqgħa li kellna rigward il- kwestjoni tal-compliance certificate jien għidt li din tista' tkun il-bidu ta' kif nirresponsabilizzaw lill-periti, li wara kollox, m'humiex tfal żgħar imma professjonisti b'responsabbiltajiet tagħhom - anke kodiċi ta' etika għandhom - u allura għandna ngħabbuhom b'ċerta responsabbilta'.", "Jien minn hawnhekk nappella lill-Kamra tal-Periti biex tikkopera mal-Planning Authority u mal-Gvern ħalli nkunu nistgħu nirresponsabilizzaw lil periti.", "L-iskop tagħna huwa li nnaqqsu mill-burokrazija ħalli ċ-ċittadin ikun moqdi aħjar.", "Parti mil-linja wkoll hija l-enfasi enormi li trid issir biex il- Planning Authority tkun customer friendly u billi din tibda tirrealizza li hija qiegħda hemmhekk għall-klijent u mhux il-klijent qiegħed għaliha.", "Il- perception tan-nies ħafna drabi hija li meta tmur quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qisek dieħel f'sancta sanctorum, fejn ikun diffiċli biex tagħmel appuntament ħalli tkellem lil xi ħadd.", "Għaldaqstant hemm bżonn li jittieħdu ħafna miżuri biex ikollna customer desk u public relations officers tajbin ħalli n-nies u l-periti jkollhom aċċess aħjar għall- informazzjoni.", "Jien nemmen li għandna nħaffu l-każi li jkun hemm quddiem id-DCC u rridu nistħarrġu l-kwestjoni ta' jekk il-perit tal-klijent għandux jingħata kopja tad-deċiżjoni tal-case officer qabel ma' tiltaqa' d-DCC.", "Jekk nieħdu miżuri biex dak il-case officer ma jkunx jista' jiġi sottomess għall- pressjoni mill-perit privat, allura nkunu nistgħu nagħtu kopja tad- deċiżjoni biex il-perit ikun jista' jipprepara ruħu fid-difiża tal-każ quddiem id-DCC.", "F'dan ir-rigward jien jidhirli li m'għandniex inħallu ċertu negozju ta' avukati u periti jikber, li biex imorru jiddefendu l- klijenti tagħhom quddiem id-DCC qed jeħdulhom Lm140 għal ħames minuti!", "Madam Speaker, nistħi ngħidha ħaġa bħal din!", "Jien ma nafx jekk hemmx interess li ċerti periti jagħmlu l-oġġezzjonijiet ħalli jkollhom għalfejn jidhru, imma nerġa' ngħid li kulħadd huwa uman.", "Madam Speaker, dawn huma l-ħotob li rridu nneħħu min-nofs!", "Bħalma ġie ndikat fid-diskorsi ta' qabel, hemm ukoll ħsieb li flimkien mat-track normali - ma ngħidx is-slow track imma t-track normali - issir il- fast track.", "Hawnhekk irridu niddistingwu wkoll bejn dawk li huma applikazzjonijiet żgħar bħal, per eżempju, meta wieħed jagħmel structure alteration żgħira, u l-proġetti l-kbar għax Allaħares dawn se jibqgħu clogged kollha flimkien.", "Pero' mbagħad irridu naraw ukoll li jkun hemm sistema li biha nkunu nafu li ma jiġrix dak li allega l-Onor.", "Galea, jiġifieri li jkun hemm case officer li għandu interessi li jmexxi applikazzjonijiet u ma jmexxix oħrajn, fejn min iħallas jimxi u min ma jħallasx jieqaf.", "Jien nawgura li s-sistema mhux se tkun hekk imma li fis- sistema li se nagħmlu se ninforzaw li jekk perit daħal jaħdem hemmhekk - u allura m'għandux prattika privata - ma jistax joqgħod jimla l-formoli tal- periti jew inkella jmur jagħmel xogħol privat mal-periti għax inkella din se ġġib sistema ta' korruzzjoni.", "Madam Speaker, jien ngħid li dan kollu jrid ikun indirizzat mhux bil- paroli biss imma bil-fatti u bis-serjeta'.", "Hemm ħafna miżuri oħra li xtaqt nitkellem dwarhom imma l-ħin ma jippermettix.", "Aħna nemmnu li l-Planning Authority trid tiffunzjona skond il-mission statement tagħha u dan huwa t-thrust li qed nagħmlu aħna.", "Aħna għadna ma semmejnix l-enforcement, l-edukazzjoni tal-poplu u l-arroganza ta' ċerti nies li jisfidaw, li lkoll huma affarijiet li weħed għandu jiddiskuti kieku hemm il-ħin.", "Pero' aħna rridu nagħmlu aċċenn għal dak li jgħid il-mission statement fis-sens li jkun hemm bżonn ta' l-integrita' u tal-kwalita' fis- servizz li nagħtu liċ-ċittadin.", "Il-kwalita' ma titkejjilx biss bil-figuri u bil-pie charts tar-rapporti, imma din issarrafha meta l-pubbliku jgħidlek li nqeda u m'għandux għalfejn igerger għax iħoss li hemm il-ġustizzja.", "Aħna rridu li bejn in-nies u l-Planning Authority ikun hemm ir-rispett reċiproku.", "Mela jiġu jgħidulek li bagħtu nota u ma jafux meta se jkollhom risposta għaliha!", "F'dawn l-erba' xhur u nofs jien tlabt liċ-chairman jispjegali kif ċerti nies ilhom sitt xhur li kitbu lill-Planning Authority u mhux talli għadhom ma ħadux risposta imma ħafna lanqas biss acknowledgement ma ħadu.", "Dan mhux sew.", "Irridu dejjem niftakru fil-famużi three \"Es\", l-effiċjenza, l-ekonomija u l-effikaċita' għax, bħalma għidt fil-bidu, din qed taħdem bi flus il-poplu .", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'iniex ngħid dan b'mod ta' disprezz għaliex kif diġa' qalet l-awtorita' ma tistax tiġġenera revenue biżżejjed biex tkun self sufficient, imma li nippretendi jien hu li meta l-Parlament jivvota dawn il-flus għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar dan għandu jiġi ġustifikat billi nagħtu riżultati tajbin.", "Madam Speaker, jien nagħlaq billi ngħid li minkejja dak kollu li għidt, xorta nirringrazzja lill-membri tal-Planning Authority u lill-istaff li għamel ħafna xogħol.", "Jiddispjaċini li meta nitkellmu fuqhom inkunu kattivi, pero' jiena ċert li dawn ir-rimarki jeħduhom bħala kritika kostruttiva u mhux bħalma kienet tagħmel in-naħa l-oħra, li kienet tikkritika u ma tagħmel xejn.", "Veru li aħna qegħdin nikkritikaw, pero' nittama li b'dawn il-miżuri naslu biex sena oħra niġu hawnhekk u nitkellmu fuq il-Planning Authority bħala awtorita' li hija effiċjenti u li tkun qed taqdi lin-nies, biex b'hekk titjieb il-perception tagħha mal-pubbliku.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfieq ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena finanzjarja mill- 1 ta' Ottubru 1996 sat-30 ta' Settembru 1997 skond l-Att ta' l-1992 dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-Division tittieħed minn hawn u 20 minuti oħra.", "Billi intalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż fid-9.00 p.m. u rriżuma 20 minuti wara.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfieq ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1996 sat-30 ta' Settembru 1997 skond l-Att ta' l-1992 dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-Onor Dom Mintoff u l-Onor Karmenu Vella huma paired ma' l-Onor Helen D'Amato u l-Onor Edwin Vassallo.", "VOTAZZJONI NRU.", "26", "FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael| |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras | | |Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe | | | | |", "KONTRA : 31", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |De Marco |Psaila Savona | |Guido |Joe | |Debono |Pullicino George| |Giovanna | | |Deguara Louis|Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean|Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Tabone Anton | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Pace | | |Victor | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 11 ta' Marzu, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni biex jiġu approvati l-Estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena finanzjarja 1996/97 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - Tieni Qari (Kont.).", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Madam Speaker, il-Programm Elettorali tal-Partit Laburista kellu sezzjoni li tikkonċerna l-kunsilli lokali bit-titolu \"Biex insaħħu l-Valuri tal-Komunita'\" liema titolu jixhed id-direzzjoni li beħsiebu jaqbad - u li fil-fatt diġa' qabad - il-Gvern Laburista f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali.", "Aħna rridu nsaħħu l-valuri tal- komunita' permezz tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-kunsill tal-lokal tagħhom u naħseb li jkun xieraq li jumejn wara l-elezzjonijiet tat-8 ta' Marzu, naraw daqsxejn x'ġara u x'qiegħed jiġri f'dan il-kamp tant importanti u vitali fid-demokrazija tal-pajjiż.", "Waħda mill-akbar sfidi politiċi li hemm quddiem is-soċjeta' tagħna hija proprju dik li nkabbru fostna lkoll is-sens ta' komunita'.", "Għalkemm aħna bilfors irridu ngħixu flimkien permezz ta' ċertu strutturi li jgħaqqduna f'rabta ċivili, pero' biex dan iseħħ hemm bżonn li lkoll inħossuna parti mill-komunita' u li nipparteċipaw b'mod dirett fid-deċiżjonijiet li jaffettwaw ħajjitna mill-qrib.", "Meta ngħidu sfidi politiċi m'aħniex qegħdin nirreferu għal xi tellieqa politika bejn il-partiti u hawnhwkk naħseb li nkun qiegħed fit-triq it- tajba jekk ngħid li proprju minn hawn toħroġ l-ewwel differenza kardinali bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista dwar il-kunsilli lokali.", "Fuq naħa waħda għandna lill-Partit Nazzjonalista li donnu b'għamad ma għajnejh qiegħed iħares biss lejn l-interessi li għandu l-partit billi jara kemm se jżidu kunsillieri biex eventwalment dak kollu li jsir fil-lokalita' jkun dejjem fil-linji u skond ix-xewqa tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan joħroġ bl-iktar mod ċar minn kif attwalment qiegħed jippreżenta ruħu l- Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, mill-mod kif il-Partit Nazzjonalista qed janalizzata r-riżultati u mill-mod ta' kif qed jimxu ċertu kunsilli lokali li fihom ikun hemm maġġoranza ta' kunsilliera Nazzjonalisti.", "Min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista qiegħed iġib fl-ewwel post l- interessi taċ-ċittadini billi bil-mod il-mod qed nibni politika li se twassal għat-tisħiħ u għat-twessiħ tal-funzjonijiet eżekuttivi ta' l-istess kunsilli lokali permezz ta' konsultazzjoni kontinwa u sħiħa mal-kunsilli lokali.", "Fi ftit kliem, il-Partit Laburista qiegħed jagħti appoġġ sħiħ għall-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini sabiex il-ħidma tal-kunsilli lokali tissaħħaħ u tiżviluppa.", "Pero' minn barra dan ix-xogħol li qiegħed isir mill-Gvern preżenti huwa importanti wkoll li ċ-ċittadini nfushom jipparteċipaw fit-tmexxija tal-kunsilli u hawnhekk l-Iċken ħaġa li jistgħu u li għandhom jagħmlu huwa proprju dak li jivvutaw.", "M'inix beħsiebni nittratta fil-fond ir-riżultat ta' l-aħħar elezzjonijiet li saru pero' dalgħodu tbissimt meta smajt u qrajt l- aħbarijiet imxandra mill-mezzi tax-xandir ta' l-Oppożizzjoni fejn b'ton ta' trijonf ħabbru li l-Partit Nazzjonalista kiseb 51% tal-voti u saħansitra qalu li hemm indikazzjoni li l-Partit Laburista diġa' tilef il-maġġoranza li kiseb fl-Elezzjoni Ġenerali ta' Ottubru li għadda.", "Madam Speaker, l- appoġġ tal-poplu ma tirbħux bil-qerq jew permezz ta' analiżi fallaċi, bħalma qiegħed jagħmel il-Partit Nazzjonalista, imma l-appoġġ tal-poplu tirbħu billi twiegħed serjeta' fit-tmexxija kif għamilna aħna qabel l- elezzjoni ġenerali u mbagħad - u hawn l-iktar ħaġa importanti - meta tiġi għal-fatti tmexxi bis-serjeta' u tmexxi b'mod u manjiera li d- deċiżjonijiet ma teħodhomx kif jaqbel lilek, iżda kif jaqbel lill-pajjiż.", "Naħseb li huwa propizju li ngħid li ħadd ma jista' jiġi hawn jew xi mkien ieħor u jgħid li t-tmexxija tal-Prim Ministru Dr Alfred Sant m'hijiex serja għax il-Gvern Laburista qed juri bil-fatti li l-interess immedjat tiegħu m'huwiex li jissodisfa lill-partitarji tiegħu biss imma huwa wieħed li jissodisfa l-interess nazzjonali, jiġifieri qisu dak interess li għandu jkollu l-missier lejn it-tfal kollha tiegħu.", "Madam Speaker, ġieli jiġu żmenijiet fejn it-tfal igergru kontra l-missier, fejn jgħidulu li qed jabbandunahom u li nsihom, iżda fl-aħħar mill-aħħar dan il-perijodu jgħaddi u kulħadd imur lura lejn missieru u jgħidlu: \"Grazzi missier talli kont bil-għaqal\".", "Forsi ċerti deċiżjonijiet li jkun ħa l-Gvern għall-ewwel jidhru koroh u li forsi jdejjquna wkoll, pero' fl-aħħar mill-aħħar l-iskop tal-missier dejjem ikun kif se jirnexxielu jżomm lit-tfal tiegħu fit-triq it-tajba.", "Għalkemm min-banda jien naħseb li l-Partit Laburista jaqbillu li ta' l- Oppożizzjoni jibqgħu jaġixxu bil-mod li qegħdin naġixxu, mill-banda l- oħra nappella lil ta' l-Oppożizzjoni biex ma jibqgħux jaraw l-affarijiet sa mnieħirhom.", "Dawn iridu jiftakru li biex jiksbu l-appoġġ tal-poplu jridu jkunu Oppożizzjoni denja u kostruttiva u mhux Oppożizzjoni distruttiva għax b'hekk tispiċċa biex titkisser hi stess u jtellfu lit-tmexxija tal-pajjiż minn parti essenzjali tal-proċess demokratiku, li hija proprja dik li jkun hemm oppożizzjoni tajba.", "Jien inħoss li wieħed ikun qed jagħmel ħażin meta jgerger għax dan irid jirrealizza li l-wegħdiet li għamel il-Partit Laburista fil-programm elettorali ma jistgħu qatt jiġu materjalizzati f'ħames xhur.", "Il-programm elettorali qiegħed hemmhekk biex għal perijodu ta' ħames snin jiggwida lil dak il-partit li jkun fil-gvern.", "Barra minn hekk wieħed irid jgħid ukoll li diġa' twettqu ħafna affarijiet bħal, per eżempju, l-ħruġ ta' Malta mill- Partnership for Peace, id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa biex titneħħa l-Value Added Tax, in-numru ta' rapporti li saru, ir-riforma fit- Tarzna u l-investigazzjonijiet li saru dwar ċerti allegazzjonijiet li konna għamilna meta konna fl-Oppożizzjoni.", "Jien naħseb li kieku kelli nsemmi l- miżuri kollha li saru u li ttieħdu f'dawn il-ftit ġimgħat li ilna fil- gvern, kieku lanqas jieqaf.", "Fl-opinjoni tiegħi, biċċa xogħol iebsa oħra li se jkollu jinkariga ruħu minnha l-Gvern preżenti hija proprju li jerġa' jdaħħal sens ta' fiduċja fil- kunsilli lokali.", "Hawnhekk ieħed irid jirrealizza li bl-apatija lejn il- kunsilli lokali wieħed ma jkunx qed jagħmel deni lill-gvern imma jkun qiegħed jagħmel deni lilu nnifsu għax permezz tal-kunsill wieħed ikun qed jikkontribwixxi għall-formazzjoni tat-tmexxija tal-lokal tiegħu.", "Jien nista' nimmaġina x'kienu dawk ir-raġunijiet għalfejn sezzjoni mill-poplu li għadda ma vvutawx fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' nhar is-Sibt li għadda.", "Per eżempju, jekk ċertu kunsill ma jkunx ħadem daqskemm ikun mistenni li jaħdem u għall-elezzjoni ta' dan il-kunsill jerġgħu joħorġu l- istess kandidati li kienu jifformaw dak il-kunsill, allura bifors li ċerti nies għażlu li ma jivvotawx u dan minħabba n-nuqqas ta' interess li wrew f'xogħlhom dawk il-kunsilliera.", "M'inix se noqgħod insemmi r-raġunijiet kollha li jwasslu lil ċerti nies biex ma jivvotawx, iżda nixtieq nappella lil kull min qiegħed jismagħna biex jekk din id-darba ma vvotawx, darb' oħra joħorġu jivvotaw.", "Dan l-appell mhux qed nagħmlu biex darb' oħra l- Partit Nazzjonalista ma jkollux iċ-ċans idoqq it-trombi li kiseb maġġoranza fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għax, ngħiduha kif inhi, il-Partit Nazzjonalista lanqas kellu għalfejn idoqq it-trombi nhar is-Sibt.", "Jekk nieħdu in konsiderazzjoni l-eżerċizzju massiv li għamel il-Partit Nazzjonalista għal dawn il-kunsilli lokali u jekk dan l-eżerċizzju ta l- frott mistenni, jien naħseb li hemm il-possibilita' li ħafna minn dawk li ma vvotawx m'humiex Nazzjonalisti u allura f'dan il-każ il-persentaġġ li ġab il-Partit Nazzjonalista m'huwiex wieħed li jista' jiftaħar bih.", "Madam Speaker, jien nixtieq nagħlaq dan l-intervent b'appell ġenwin - li nispera li jiftiehem bħala tali kif fil-fatt hu - biex kulħadd jirrealizza l-bżonn li lkoll flimkien insaħħu l-valuri tal-komunita' tagħna permezz tal-kunsill lokali.", "Il-futur tal-kunsilli lokali jrid ikun ibbażat fuq għarfien sħiħ minn kulħadd li l-kunsilli għandhom iservu bħala ħolqa essenzjali bejn iċ-ċittadini u l-awtorita' ċentrali.", "Madam Speaker, il- kunsilli lokali huma għodda siewja biex niżguraw li ċ-ċittadini jkunu qed jingħataw dak it-trattament li tassew jixirqilhom.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Madam Speaker, fil-ġimgħat li għadhom kif għaddew kellna d-diskussjoni dwar il-budget fejn smajna wkoll il-kritika tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Minn dak kollu li qalu qisu jridu jbellgħuha lill- poplu li l-Partit Laburista ilu żmien imexxi lil Malta u Għawdex u qisu jridu jnessu lill-poplu li sa erba' xhur ilu kien hemm huma jmexxu.", "Dawn qed jippretendu li dak kollu li m'għamlux huma matul fid-disa' snin u nofs fil-gvern, kellna nagħmluh aħna f'dawn l-erba' xhur li għaddew.", "Din il- linja ta' ħsieb toħroġ ċara ukoll meta tisma' lill-membri ta' l- Oppożizzjoni jagħmlu l-mistoqsijiet parlamentari, l-aktar dwar ċerti affarijiet li jridu jieħdu ż-żmien sabiex jitwettqu fosthom, il-problema tal-housing.", "Pero' meta toqgħod tidħak bil-poplu llum u tidħak bih l- għada, fl-aħħar il-poplu jinduna bl-ingann u fil-fatt dan hekk għamel meta ddeċieda favur il-bidla fil-gvern nhar is-26 ta' Ottubru.", "Il-poplu kien induna li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma kienx wettaq dak li kien wiegħed u kosergwenza ta' dan il-poplu tħalla fl-għama jgħix f'pajjiż infarrak u mimli problemi f'kull settur tal-ħajja.", "Madam Speaker, mhux l- istess jista' jingħad għall-Gvern ġdid Laburista li wara li wera lill- poplu l-verita' dwar kif inhuma l-fatti, qal lill-poplu li minħabba dak kollu li wiret se jkollna nimxu b'aktar serjeta', dixxiplina u għaqal sabiex nibdlu t-triq li konna qbadna, liema triq li kienet wasslitna f'xifer l-irdum.", "Minn hawn toħroġ id-differenza kollha bejn iż-żewġ partiti għax il-Partit Laburista dejjem qal il-fatti kif inhuma u wiegħed lill-poplu dak biss li kien ċert li seta' jwettaq imma mhux l-istess nistgħu ngħidu għall-partit tan-naħa l-oħra.", "Illum jien nixtieq infakkar ftit minn dawk il-wegħdiet li kien wiegħed Iil-Partit Nazzjonalista fil-program elettorali tiegħu ta' l-1987 u li baqa' ma wettaqx f'disa' snin u nofs ta' tmexxija Nazzjonalista.", "L-akbar wegħda soċjali tal-Partit Nazzjonalista li baqgħet tistenna fuq l-ixkaffa kienet dik li t-tabib li trid int jiġi jarak f'darek b'xejn.", "Din il-wegħda ma twettqitx anzi, nista' ngħid li mhux talli t-tabib b'xejn ma wasalx iżda s-servizz nazzjonali tas-saħħa tħalla jmur lura sena wara l-oħra.", "Minħabba f'hekk il-poplu tagħna tilef il-fiduċja fis-servizz pubbliku u minkejja l- ilmenti kontinwi taċ-ċittadini din is-sitwazzjoni qatt ma ġiet irranġata bil-konsegwenza li min seta' jħallas beda jinqeda bas-servizz privat, filwaqt li min ma kellux il-mezzi finanzjarji kien joqgħod jistenna l- ħniena sabiex jinqeda.", "Fejn tidħol il-mediċina, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien wegħdna li mhux biss se ninqdew iżda li l-mediċini li jkollna bżonn inkunu nistgħu niġbruhom mingħand l-ispiżjar li trid int u li għalilhom kien se jħallas il-Gvern.", "Pero' hawnhekk, l-anzjani - aktar minn ħaddieħor - jistgħu jixhdu kemm dan ma kienx minnu għax dawn jafu kemm marru għalxejn fl- ispiżeriji tal-gvern biex hemm kienu jgħidulhom li ċerta mediċina jew oħra qegħda out of stock u kien ikellhom jixtruhom mingħand spiżeriji privati.", "Fil-fatt kien ma' l-400 tip ta' mediċini li kienu out of stock.", "Dan wiret il-gvern il-ġdid f'dan il-qasam, flimkien ma' sitwazzjoni fejn il-pagamenti li għad għandhom jieħdu l-aġenti tal-mediċini jlaħħqu kważi Lm3.5 miljuni.", "Kien għalhekk li l-Gvern il-ġdid kellu jaħseb sabiex mill-ewwel jirranġa din is-sitwazzjoni hekk prekarja f'qasam daqstant delikat biex il-poplu tagħna jkun jista' jiġi moqdi aħjar.", "Wegħda oħra tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern kienet dik li jagħmluna lkoll aħwa u li l-Partit Nazzjonalista kien se jkun gvern tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Qalulna wkoll li kellhom ikunu gvern li jagħmel ġustizzja mingħajr vendikazzjonijiet, pero' kull min għex dawn id-disa' snin u nofs ta' tmexxija Nazzjonalista jiftakar fir-rikonċiljazzjoni nazzjonali li twettqet.", "Din ir-rikonċiljazzjoni kienet bdiet itwettaq mat-tħabbira tar- rebħa ta' l-elezzjoni ta' Mejju 1987 meta kienu tkissru numru ta' każini.", "Niftakar ukoll kif id-Depot tal-Pulizija kien ġie assedjat minn nies li daħlu sabiex jieħdu over it-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija.", "Meta kienu straħu b'dan l-aġir, imbagħad kienet bdiet rikonċiljazzjoni mod ieħor fejn kull ċittadin ta' fehma Laburista beda jiġi mwarrab u mitfuħ f'xi rokna ma jagħmel xejn inkella ġie mitfugħ jaħdem il-bogħod minn daru fit-tarf l- ieħor tal-gżira.", "Ħaġa oħra kienet li l-promotions kienu jingħataw biss fuq mertu ta' jekk għandekx għajnejk blu u lill-Laburisti ħallewhom jistennew bil-ħniena.", "Dan ġara meta wegħeduna li kellhom ikunu Gvern ta' kulħadd.", "Imbagħad x'ingħidu għall-wegħda li għamlu lill-mara tad-dar!", "Kienu wegħdu kumpens finanzjarju ta' Lm5 fil-ġimgħa lil dik l-omm li tiddeċiedi li tiddedika ruħha għat-trobbija ta' uliedha għax riedu li ħadd mill- ommijiet ma jħossuhom imġiegħla joħorġu jaħdmu minħabba bżonnijiet finanzjarji.", "Pero' kulħadd jaf x'ġara f'dawn id-disa' snin u nofs għax, kuntrarju għal dak li kien jingħad, kważi kull omm kellha toħroġ taħdem minħabba li l-għoli tal-ħajja tant sploda 'il li kien sar impossibbli li tkampa bil-paga tar-raġel biss.", "Din kienet ir-raġuni vera għaliex kważi kull mara kellha toħroġ taħdem u mhux kif ipprova jagħti l-impressjoni Prim Ministru ta' dak iż-żmien meta qal li n-nisa qed joħorġu jaħdmu b'kapriċċ.", "Niftakar ukoll li qabel l-elezzjoni ta' l-1987 kienu xewxu lil dawk li kienu tilfu l-pensjoni tas-servizzi Ingliżi u kemm kienu ittamawhom lil dawn ex-service men.", "Kienet saret drawwa ta' kuljum li fuq il-ġurnali naraw artikoli sħaħ li mal-bidla tal-Gvern dawn kienu se jingħataw din il- pensjoni.", "Fil-fatt ħafna minn dawn il-pensjonanti belgħu din il-lixka u vvotaw lill-Partit Nazzjonalista għax stennew li din il-wegħda kienet se titwettaq mal-bidla fil-Gvern.", "Pero' wara ħafna snin jistennew għalxejn dawn kienu bdew jiktbu kontra l-Gvern ta' dak iż-żmien għax dan kien qed jittamahom għal xejn u li kienu daħku bihom.", "Dawn il-pensjonanti ndunaw li hemm differenza bejn dak li jiġi mwiegħed u dak li jiġi mwettaq u allura hawnhekk dawn indunaw ukoll li dejjem kien il-Partit Laburista li żamm il- wegħdi li jagħmel lill-elettorat.", "Paragrafu 15 tal-Programm Elettorali Nazzjonalista ta' l-1987 kellu t- titlu \"Postna huwa fl-Ewropa\" u kienu qagħdu jittamaw lill-poplu li konna se nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u li dan kien se jseħħ fl-ewwel tkabbir tagħha.", "Pero' meta sar l-ewwel tkabbir u Malta ma daħlitx, dawn qalulna li aħna konna se nidħlu wara l-Konferenza Inter-governattiva.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern baqa' jitkarrab mal-membri tal-Komunita' sabiex Malta tissieħeb bħala membru sħiħ u dan minkejja l-fatt li l-Partit Laburista beda jwissi lill-Gvern li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea ma kenitx l-aħjar triq għal Malta.", "Pero' l-poplu nduna li l-Partit Nazzjonalista ma setax jittieħed bis-serjeta' dwar il-wegħda li Malta tkun full member fl-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad x'ngħidu għat-titlu ta' punt numru 4 tal-programm elettorali ta' l-1987, jiġifieri \"Gvern nadif\".", "Hawn se nikkwota mill-istess programm elettorali fejn intqal hekk:", "\"Min ma jiġġelidx kontra l-korruzzjoni huwa korrot u jkun qed jisraq lilek u lil pajjiżek.", "F'ħaġa waħda l-Onorevoli Ministri tal-Gvern Soċjalista Malti żebqu lill-Gran Mastri ta' l-imgħoddi, fin-numru ta' vilel li bnew għalihom infushom.", "Kemm għajtu bil-korruzzjoni ħmistax- il sena ilu u meta telgħu fil-gvern ma sabu jdendlu lil ħadd.", "Il-korruzzjoni tinten seba' pesti minn kullimkien.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern jaħtar kummissjoni indipendenti bis-setgħat kollha meħtieġa biex tistħarreġ u teqred il-korruzzjoni bl-għeruq u x- xniexel.", "Lill-pajjiżna nġibuh nadif tazza.\"", "Dan li għadni kif għidt mhux ħloqtu jien iżda din kienet il-wegħda numru 4 tal-Partit Nazzjonalista fil-programm ta' l-1987.", "Dak kollu li ntqal implikawh fuq il-Gvern ta' qabilhom, pero' llum l-istorja wrietna li l- affarijiet tbiddlu.", "Dak li ppruvaw, imma ma rnexxilhomx, iħammġu bih lill- Gvern Laburista ta' qabel, issa qed jiġi mixli bih il-Gvern Nazzjonalista ta' dawn l-aħħar disa' snin u nofs.", "Punt numru 4 tal-programm Nazzjonalista ta' disa' snin u nofs ilu jista' faċilment jiġi applikat għal dak li ġara f'dawn l-aħħar disa' snin u nofs għax jekk taqbad issemmi l- każi fejn ġie implikat abbuż ta' poter u korruzzjoni f'dawn l-aħħar disa' snin u nofs ta' tmexxija Nazzjonalista ma tiqafx.", "Huma ħafna l-każi fejn il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni kien jakkuża lill-Gvern ta' dak iż- żmien dwar il-mod kif ittieħdu ċerti deċiżjonijiet u jien naħseb li fi żmien qasir jista' jkollna xi żviluppi fuq uħud minn dawn il-każi.", "Għalhekk Madam Speaker, trid tkun veru ma tafx tistħi mill-poplu meta tipprova titfa' dell ikrah fuq dan il-Gvern ġdid billi kull darba in-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed tgħid li dak wiegħed il-Partit Laburista għadu ma twettaqx.", "Għalkemm għad ilna biss ftit xhur fil-gvern, aħna diġa' wettaqna ħafna minn dak li wegħdna u dan minkejja l-fatt li kellna nagħmlu budget li suppost sar minn Gvern Nazzjonalista.", "Il-Gvern il-ġdid qabad ritmu ta' ħidma f'kull qasam u diġa' beda jbiddel dak kollu li kien hemm bżonn jitbiddel.", "L-intenzjoni tagħna hi li dak li wegħdna nwettquh bil-pass li jiddeċiedi l-Gvern kif ukoll bil-għaqal, b'mod organizzat u maħsub, b'konsultazzjoni u b'mod trasparenti sabiex meta nieħdu pass inkunu ċerti li nkunu għamilna dan fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta 11 ta' Marzu, 1997 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m.il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PTA - SURVEYS", "769.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey sar mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kemm ilha mwaqqfa?", "Minn min saru u kemm swew?", "X'kien l-iskop ta' kull survey u x'kienu l-konklużjonijiet li wasslu għalihom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku saru dawn is-surveys.", "1.", "Bus Owners and Drivers Survey f'Novembru-Diċembru 1989.", "Dan kien sar mill-MPS flimkien mal-MISCO, għal ħlas ta' Lm720.", "L-iskop kien li jinġabar tagħrif dwar kif jaħsbuha s-sidien u x-xufiera tal-karozzi tal-lijna dwar materji speċifiċi konessi max-xogħol tagħhom; dwar kif iħarsu kemm lejn ix- xogħol tsgħhom kif ukoll lejn it-trasport pubbliku b'mod ġenerali; u dwar d- dħul u l-infiq konness mas-servizzi kif ukoll dwar il-kondizzjonijiet tax- xogħol.", "2.", "Public Transport Users' Survey, bejn Ottubru u Diċembru 1989, mill-MPS u l-MISCO.", "L-ammont mħallas għalih kien ta' Lm5,300 u l-iskop kien li jinġabar tagħrif dwar l-użu tas-servizz tal-karozzi tal-linja; dwar kif iħarsu lejn dan is-servizz kemm-il passiġġieri kif ukoll dawk li normalment ma jużawhx; u dwar kif jaħsibha l-pubbliku dwar materji speċifiċi li jikkonċernaw it-trasport pubbliku.", "3.", "Survey ieħor sar mill-MISCO f'Għawdex mifrux fuq żewġ staġuni differenti fl-1991 u għalih l-awtorita' ħallset Lm 1,525.", "L-iskop kien li jinġabar tagħrif dwar l-użu tat-trasport pubbliku f'Għawdex.", "4.", "L-aħħar survey fuq bażi nazzjonali sar mill-Awtorita' stess f'Awissu u Settembru ta' l-1993 u kien ukoll dwar l-użu tas-servizz tal-karozzi tal- linja f'Malta.", "Għal dan l-istħarriġ intużaw impjegati ta' l-Awtorita' u persuni li ntbagħtu mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, biex jgħinu fil-ġbir ta' informazzjoni.", "Il-ħlas li sar lil dawn il-persuni kien jammonta għal total ta' Lm1,500.", "L-iskop kien li jinġabar tagħrif dwar it- travel patterns tal-poplu Malti.", "Permezz ta' dan l-istħarriġ kien stabbilit, per eżempju, kemm hu n-numru ta' nies li jużaw it-trasport pubbliku f'ħinijiet differenti tal-ġurnata u dan billi nġabret informazzjoni dwar in-numru ta' passiġġieri li jkunu rikbu mill-venda u minn kull stage ieħor, dettalji dwar kemm-il darba jużaw is-servizz u f'liema destinazzjoni jkunu sejrin; problemi li kien hemm fis-servizz; u rotot/servizzi ġodda, fosthom dawk diretti bejn raħal u ieħor, li seta' kien hemm domanda għalihom.", "Minn żmien għal ieħor isiru surveys oħra biex ikun mistħarrġa lmenti fuq inħawi partikolari jew talbiet għal estenzjonijiet jew servizzi ġodda.", "Dawn isiru minn uffiċjali ta' l-awtorita.", "PTA - RINNOVAR TA' LIĊENZJI", "770.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' karozzi tal- linja, mini buses li kellhom il-liċenzja rinnovata matul l-1996?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm karozzi tal-linja, minibuses kien hemm reġistrati fl- istess perjodu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' karozzi tal-linja u mini-buses li kellhom il-liċenzja rinnovata matul l-1996 huwa:", "Karozzi tal-linja Mini buses 411 351", "Fl-istess perjodu kien hemm 547 karozza tal-linja u 402 mini-bus irreġistrati.", "PTA - BUS STAGES/SHELTERS", "771.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-offerti li kienet saret mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dwar il-provvista u twaħħil ta' bus stages u bus shelters?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni.", "PTA - UŻU MIS-SERVIZZ", "772.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Peress li n-numru ta' passiġġieri li jużaw is-servizz tal- karozzi tal-linja jiġi kkalkolat fuq in-numru ta' biljetti mibjugħa mill- Uffiċċju tax-Scheduled Bus Service, li skond il-liġi għandu jżomm lill- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku nformata b'din l-informazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li użaw dan is-servizz fil-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1995 u t-30 ta' Settembru, 1996?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' passiġġieri li użaw is-servizz tal-karozzi tal-linja fit-12-il xahar bejn 1 ta' Ottubru 1995, u t-30 ta' Settembru, 1996 kien ta' 36,041,730.", "KAROZZI TAL-LINJA - TESTIJIET", "773.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena saru testijiet fuq karozzi tal-linja dwar possibbilta' ta' użu ta' pitrolju?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, saru dawn it-testijiet fuq karozzi tal-linja dwar possibbilta' ta' użu ta' pitrolju:-", "|1992 |10 | |1993 |10 | |1994 |10 | |1995 |20 | |1996 | xejn|", "F'dawk il-każi fejn id-diesel instab kontaminat, is-sidien ittellgħu quddiem il-Qorti u l-każ tagħhom għadu pendenti sal-lum.", "MIA - UFFIĊJALI", "774.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid f'liema dati kienu mpjegati mal-Malta International Airport dawn l-uffiċjali: Mario Cuomo, Norman Cassar, Simon Naudi u Joseph Camilleri?", "Kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet f'kull każ u jekk saret, meta saret, kemm kien hemm li applikaw, meta saru l-intervisti u kemm f'kull każ kienu intervistati?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi u esperjenza li kellhom kull wieħed minn dawn l-uffiċjali?", "X'salarju u x'benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom illum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni dwar l- uffiċjali msemmija li talab l-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:-", "1.", "Id-dati ta' l-impjieg huma:", "Mario Cuomo 15 ta' Ġunju 1991 Norman Cassar 15 ta' Ġunju 1991 Simon Naudi 15 ta' Diċembru 1991", "2.", "Is-sejħa għall-applikazzjonijiet ħarġet permezz ta' avviż fil-ġurnali lokali li deher fl-10 ta' April, 1991.", "L-intervisti għal dawn il-postijiet saru matul it-twaqqif tal-kumpannija bejn April u Diċembru 1991.", "Kienu applikaw diversi persuni għal postijiet u l-Bord tal-Malta International Airport ta` dak iż-żmien kien intervista numru ta` nies minn dawk li applikaw u alloka l-karigi.", "3.", "Il-kwalifiki akkademiċi u esperjenza hija kif ġej:-", "Mario Cuomo", "Kwalifiki: Attenda diversi korsijiet fil-Management.", "Esperjenza: Qabel ma ngħaqad mal-Malta International Airport bħala Security Manager, huwa kien Operations Manager mal-MIMCOL (1987-1992), Production Manager mar-Romatex Ltd.(1986-1987), Manager ma` C. Grech & Co, (1985-1986), Import Export Manager mal-Foster Clark (1981-1985), u kellu diversi ħatriet maniġerjali mal-Blue Bell (Malta) Ltd.f`Malta u barra (1977-1981).", "Salarju: Lm9207 fis-sena", "Norman Cassar", "Kwalifiki: Diploma fil-Marketing minn Cranwell College, U.K.", "Esperjenza: Qabel ingħaqad ma` l-MIA bħala Operations Manager, huwa kien Area Manager ma` l-Air Europe (1989-1991).", "Qabel dan huwa kellu diversi pożizzjonijiet mal-British Airways fosthom dawk ta` Reservations Manager, Sales and Marketing Manager u Area Manager (1972-1989).", "Salarju: Lm10,182 fis-sena", "Simon Naudi", "Kwalifiki: Diploma fil-ġurnaliżmu mill-Universita` ta` Malta.", "Esperjenza: Qabel sar Marketing manager mal-MIA, huwa kien Manager Communications ma` l-istess kumpannija.", "Qabel dan huwa kien Communications Manager mal-MIMCOL (1990-1991) u ġurnalista ma` The Times (1986-1990).", "Salarju: Lm9207 fis-sena", "Dawn it-tliet impjegati għandhom allowance ta` Lm500 fis-sena, performance bonus minn 0% sa 10% tas-salarju fis-sena, karozza tal- kumpannija u Health Insurance (BUPA).", "Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm aktar minn Joseph Camilleri wieħed jaħdem mal-kumpannija.", "Jekk jagħtini aktar dettalji nkun nista` nagħtih l-informazzjoni li qed jitlob.", "XANDIR BIT-TELEVIŻJONI", "3469.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l-Prim Ministru meta kien Kap ta' l-Oppożizzjoni kien stqarr li x-xandir bit- televiżjoni għandu jkun regolat bil-mod kif inhuma regolati l-gazzetti, jista' l-Prim Ministru jgħid hux beħsiebu jressaq emendi għal-liġi u għall- Kostituzzjoni f'dan is-sens?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jitressqu l-emendi li hemm bżonn fiż-żmien opportun.", "IBU - BROADCASTING FREQUENCIES\"", "3470.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-Amministrazzjoni preċedenti kienet laħqet ftehim ma' l-Italja għall-użu ta' numru ta' broadcasting frequencies addizzjonali għal dawk li kienu reġistrati f'isem Malta ma' l-International Broadcasting Union?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l- frekwenzi, meta sar il-qbil ma' l-Italja?", "Ġew reġistrati f'isem Malta mal- IBU u meta l-Gvern beħsiebu jgħaddihom lill-Awtorita' tax-Xandir?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tweġiba dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari hija fl-affermattiv.", "Rigward it-tlett partijiet l-oħra li jmiss tal-mistoqsija, l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hi kif tidher hawn taħt:", "in-numru ta' frekwenzi huwa sebgħa; il-qbil ma l-Italja ntlaħaq f'Mejju ta' l-1995; il-frekwenzi ġew irreġistrati ma l-International Telecommunication Union f'Awissu ta' l-1995.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Membru għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 332.", "GOZO CHANNEL - ROSTERS", "3471.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Wara d-diskors li għamel fil-budget, jista' l-Ministru jikkonferma li issa beda jindaħal fil-mod kif isiru r-rosters tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Le, ma nikkonfermax.", "Li nikkonferma żgur, għax dan għidtu fil-Budget huwa, li mhux lest li nħalli lill-kapijiet joperaw mingħajr ma jgħatu rendikont lili, għaliex jiena ġejt elett mill-poplu biex fejn ikun hemm bżonn nagħti s-sodisfazzjon meħtieg.", "Hija redikola li ssib li fil-Gozo Channel ir-roster kien jinħadem minn irjus kbar u li dawk li huma nvoluti fil-Human Resourses Management, u li hu d-dover tagħhom li jlestu u jieħdu ħsieb ir-roster, jinżammu kompletament fl-għama.", "KUMITAT TA' RIABILITAZZJONI - GUIDELINES", "3472.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex l-istudju dwar il- guidelines li jaħdmu fuqhom il-Kumitat ta' Riabilitazzjoni (ara PQ 917) u jekk iva, x'inhu r-riżultat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L'istudju dwar il-guidelines li jaħdmu fuqhom il-Kumitat ta' Riabilitazzjoni għadu ma tlestiex.", "Meta dan l-istudju jkun lest titpoġġa kopja fuq il-Mejda tal-Kamra", "PERSUNI LI KKONTESTAW GĦALL-ELEZZJONI ĠENERALI", "3473.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema persuni li kkontestaw l-aħħar elezzjoni ġenerali mal- Malta Labour Party ġew nominati bħala membri ta' xi bord, jew ingħataw konsulenza jew ġew impjegati mal-Gvern jew xi korp statutorju jew kumpannija kkontrollata mill-Gvern u jindika n-natura tan-nomina tagħhom u kemm jitħallsu?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll liema kandidati ma ngħatatilhom ebda ħatra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk l-Onor.", "Interpellant jgħoġbu jistaqsi dwar kandidati individwali nagħtih l-informazzjoni mitluba.", "PROĠETT GĦAR-RIABILITAZZJONI TAL-BELT, VALLETTA", "3474.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ltaqa' l-Valletta Rehabilitation Committee mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u jekk iddiskutiex l-irranġar ta' Triq Zakkarija u jekk iva, meta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta ma sejjaħ l-ebda laqgħa mill-1 ta' Novembru 1996 'l hawn.", "Il- Membri tal-Kumitat il-ġdid għandu jiġi ffurmat dalwaqt.", "Għar-rigward tal-proġett ta' titjieb ta' servizzi u pavimentar ta' Triq Zakkarija dan il-proġett kien diskuss u approvat mill-Kumitat f'Ġunju tas- sena li għaddiet.", "Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta għadu jimxi fuq il-business plan ta' tlett snin approvat f'Ġunju li għadda.", "ĦAL LUQA - FTUĦ TA' TRIQ", "3611.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li mill-industrial area ta' Ħal Luqa, liema triq twassal sa ħdejn id- Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili, tinfetaħ immedjatament, billi jitħaffef ix-xogħol ta' trinek li qed isir, peress li minbarra li din hi l- uniku aċċess għal dan id-dipartiment din isservi wkoll f'każ ta' emerġenza fl-ajruport?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan ix-xogħol qiegħed isir ġo żona li responsabbli għaliha l-MDC u għalhekk l-Onor.", "Interpellant mitlub jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "MIA - SECURITY", "3612.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-security li hemm ħdejn il-gate ta' qrib Park I ta' l-Ajruport, jitqiegħed iktar 'il barra minn fejn hu llum, biex b'hekk jiġi assigurat li din l-area kollha tkun kontinwament taħt il-ħarsien tal-forzi tas-sigurta'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-area immedjatament barra l-gate imsemmija mill- Onor. Membru ma tifformax parti mir-restricted area minħabba n-natura tax- xogħol li jsir f'din l-area.", "Barra minn hekk, minħabba li l-għan ewlieni tal-forzi tas-sigurta' fl-ajruport huwa li jipproteġu u jissalvagwardjaw l- Avjazzjoni Ċivili kontra interferenza illegali, m'huwiex prattikabbli li din il-gate titqiegħed aktar 'il barra fl-interess ta' l-istess sigurta' ta' l-avjazzjoni.", "ĠONNA/PLAYING FIELDS", "3613.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-ġonna/playing fields li bħalissa huma mfassla jew qed jiġu mibnija minn xi dipartiment jew awtorita' li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu?", "Meta tfassal u meta saret l-applikazzjoni lill-Planning Authority fil-każ ta' kull wieħed minn dawn il-ġonna?", "Meta ħareġ il- permess relattiv mill-Planning Authority?", "Kemm hu stmat li se jiswa kull wieħed minn dawn il-ġonna/playing field?", "Meta ħarġu t-tenders/documents u meta ġie mogħti x-xogħol f'kull każ?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Kif aktarx jaf l-Onor.", "Interpellant, il-proġetti ta' ġonna pubbliċi/playing fields fl-oqsma ta' djar jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "Madankollu aktarx jaf ukoll li għalkemm il-kordinazzjoni tal-proġetti u l-ħlas għax- xogħlijiet isir mid-Dipartiment li fil-fatt jifforma parti minn dan il- Ministeru, it-tfassil ta' pjanti, applikazzjonijiet ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u l-ħruġ u l-għoti tat-tenders isir mit-Taqsima tax-Xoghlijiet.", "Għalhekk rigward dik l-informazzjoni li tikkonċerna l-permessi nagħti parir lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Dawn li ġejjin huma l-proġetti kollha għall-1997:", "Tenders mogħtija f'Jannar:", "Kalkara/Bighi -Lm17,000 Sta.Lucia -Lm31,900 Zabbar(S.Pietru) -Lm17,800 Zejtun(ta' Ganza)-Saqaf tal-Gibjun -Lm19,000", "Tenders li se joħorġu fix-xhur li ġejjin:", "Fgura(Patri Redent Gauci) (Marzu) Lm104,600 Floriana(Binja Vilhena) (April) -Lm 85,000 Pieta' H.E. (Mejju) Lm 38,000 Ghaxaq H.E. (Gunju) -Lm 50,200 Mgarr H.E (Lulju) Lm 31,400 Gudja(Tax-Xlejli) (Awissu) Lm 48,000", "Apparti minn dawn, hemm proġetti oħra bħal dawk tas-Siġġiewi (Wied Ħesri) u Luqa (Ħal-Farruġ) li għadhom qed jistennew il-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u li għadom ma tħejjewx l-offerti għalihom.", "TURIŻMU - TIMESHARE ACCOMODATION", "3614.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi tibdil dwar l-użu tat- timeshare accomodation f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm hu n-numru ta' sodod reġistrati għat-timeshare f'Malta u f'Għawdex?", "Hemm il-ħsieb li jkun hemm xi tibdil fil-mod ta' kif ikun regolat il-bejgħ tat-timeshare accomodation?", "Jekk iva, x'tibdil mistenni jsir?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Gvern ihares lejn l-akkommodażżjoni tat-Time Share f'Malta bhala wahda ta' livell tajjeb hafna, kif ukoll li din l- industrija tagħti Turizmu garantit, infatti, iqis dan is-settur bhala wiehed pożittiv.", "Bħalissa hawn 2,500 sodda li jintużaw ghat-Timshare.", "Hemm il-ħsieb li l-Assoċjażżjoni tat-Timeshare bhal assoċjazzjonijiet ta' setturi ohra, tinghata r-responsabilita li tirregola hi stess is-settur tagħha - f'dan il-każ il-bejgħ ta' appartamenti Timeshare lill-barranin.", "DJAR - APPLIKAZZJONIJIET", "3622.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu fid- Dipartiment tad-Djar, xahar b'xahar, u lokalita' lokalita', minn Novembru 1996 sal-lum?", "Kemm kien in-numru ta' postijiet li ġew allokati xahar b'xahar u lokalita' b'lokalita', minn Novembru 1996 sal-lum?", "Kemm kien it- total ta' applikazzjonijiet pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali xahar b'xahar, minn Ottubru 1996 sal-lum?", "Kien hemm xi applikazzjonijiet li għalkemm daħlu fid-dipartiment, s'issa għadhom ma ġewx reġistrati u jekk kien hemm, kemm kien hemm?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda, jien infurmat illi m'hemmx applikazzjonijiet mhux reġistrati.", "Total ta' applikazzjonijiet pendenti:", "|Xahar |Total | |Ottubru 1996 |4505 | |Novembru 1996|4588 | |Diċembru 1996|4662 | |Jannar 1997 |4750 | |Frar 1997 |4839 |", "MUŻEWIJIET - HOWARD GARDENS F'IMDINA", "3637.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi ġie mħabbar f'gazzetti lokali li qed jitħejja pjan dwar il-Majjistral ta' Malta li jolqot fost inħawi oħra l-Imdina, jista' l- Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet kellu s'issa mad-Dipartiment tal- Mużewijiet dwar l-Imdina speċjalment dwar Howard Gardens?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s'issa d- Dipartiment tal-Mużewijiet ma rċeviex domanda għal konsultazzjoni mingħand l-Awtorita' għall-Ippjanar.", "Meta ssir din id-domanda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "TUNEŻIJA - ŻJARA MILL-MINISTRU", "3665.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid min kienu l-Ministri Tuneżini li ltaqa' magħhom dan l-aħħar f'Tuneż u x'kien ir-riżultat ta' dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Matul iż-żjara tiegħi ġewwa t-Tuneżija, iltqajt ma' s- Sur Mondher Zenaidi, Ministru għall-Kummerċ, is-Sur Mohamed Ghannouchi, Ministru għall-Koperazzjoni Internazzjonali u Investiment Barrani; is-Sur Toufik Baccar, Ministru għall-iżvilupp Ekonomiku; is-Sur Slaheddine Bourguerra, Ministru ta` l-Industrija; u mas-Sur Hamdane Ben Othman, President u Direttur - Ġenerali taċ-CEPEX.", "Iż-żjara saret biex twitti t-triq fuq livell governattiv għall-mawra li 43 negozjant għamlu ġewwa t-Tuneżija bħala parti minn Trade Mission organizzata mill-METCO.", "Fil-laqgħat kollha li saru, intwerew ix-xewqa u l-impenn li r- relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi jikbru u jiżviluppaw f`mod aktar viżibbli u bbilanċjat, bħala parti mill-politika tal-Gvern li jiddiversifika kemm jista' s-swieq għall-prodotti Maltin.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru ilu jaf tajjeb li x-xogħol tal-METCO mhuwiex li jikseb ordnijiet direttament għad-ditti Maltin iżda li jiffaċilita l- kuntatti bejn ditti u ażjendi Maltin u dawk barranin fis-swieq 'il bogħod minn xtutna.", "B'sodisfazzjon ninnota li f'Tuneż id-ditti Maltin irċevew madwar 430 enquiry, filwaqt li ġewwa l-Eġittu l-istess delegazzjoni kellha madwar 1000 enquiry.", "Il-pubbliċita` estensiva fl-istampa Eġizzjana u Tuneżina għenu mhux ftit biex inkisbet din it-tweġiba pożittiva.", "Dan kollu sar fl-isfond ta` l-appoġġ tal-Gvern Malti għall-iżvilupp kontinwu tas-Settur Privat.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA", "3666.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġew imċaqalqin minn posthom fid-dipartimenti li hu responsabbli għalihom, f'dawn l-aħħar jiem, jekk dan ġara, jista' l-Ministru jgħid f'liema dipartimenti ġara dan u għaliex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Membru għall- mistoqsija parlamentari numru 3670 tas-Seduta Nru. 39, in-numru ta' ċaqliq kien ta' 159.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH - LAQGĦAT MAL-MINISTRI", "3667.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Billi fid-diskors tiegħi f'din il-Kamra nhar l-Erbgħa 26 ta' Frar, l- Ministru semma li ta' sikwiet ikollu laqgħat ma' ministri oħra dwar il- proġetti tiegħu, jista' l-Ministru jgħid meta kellu laqgħat dwar dak li semma mal-Ministru tal-Ħarsien Soċjali u mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u x'kien ir-riżultat ta' dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ninforma lill-Onor Interpellant li mal-ministri kollegi tiegħi kollha jkolli minn żmien għal żmien laqgħat kemm ta' natura ġenerali kif ukoll fuq materji speċifiċi li jikkonċernaw l-operat tal- Ministeru għat-Trasport u Portijiet.", "NORTH WEST LOCAL PLAN", "3673.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi f'seduta tal-Parlament il- Viċi Prim Ministru esprima l-opinjoni li n-North West Local Plan għadu biss draft u għalhekk mhux bilfors li dan jiġi osservat f'dan l-istadju, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li meta l-Planning Authority tiġi biex tikkonsidra applikazzjonijiet tal-privat, din l-istess awtorita' tkun iebsa ħafna biex tapplika r-regoli l-ġodda kif proposti, u mhux darba jew tnejn li l-applikanti jiġu nformati li jridu jistennew sakemm regoli oħra jiġu fis-seħħ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant, illi rakkomandazzjonijiet fuq applikazzjoni isiru a bażi tal-Pjan ta' Struttura u dokumenti oħra ta' policy approvati mill-awtorita'.", "Jistgħu jingħataw ukoll rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq Pjan Lokali li jkun għadu fi stadju ta' abbozz (jiġifieri li jkun għadu ma tressaqx quddiem l-awtorita' għall- approvazzjoni).", "Dawn, pero', jkunu sekondarji għal raġunijiet ibbażati fuq dokumenti ta' policy approvati.", "Barra minn hekk, skond il-Pjan ta' Struttura, applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata jekk l-iżvilupp propost jikkomprometti Pjan Lokali li għad irid jitħejja (jew jiġi approvat).", "DROGATI - SERVIZZ TA' APPOĠĠ", "3701.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 693 dwar servizzi għall- familji li jkollhom membru/membri milquta bid-droga, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mħarrġa li jagħtu counselling u support lill- familji?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 693, dwar \"servizzi għall-familji li jkollhom membru jew membri milquta bid- droga\", fejn kienu ġew ikkwotati il-figuri t'Ottubru 1996, dak iż-żmien kien hemm tliett persuni mpjegati fulltime u ieħor part-time, ilkoll gradwati u mħarġa fil-counselling u support lill-familji.", "Fil-preżent, fis-Servizzi għall-Familji, hemm żewġ persuni fulltime, u bħalissa qed jiġu reklutati persuna fulltime u oħra part-time ilkoll bil- kwalifiki meħtieġa.", "IMPJIEGI", "3702.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3428, l-Ministru stqarr \"li hija prattika aċċettabbli internazzjonalment, li meta ssir analisi ta' statistika, ċertu assunzjonijiet ikollhom isiru bilfos, dan isir saħansitra, anke meta jsir stħarriġ xejntifiku\", jista' l-Ministru jgħid jekk jistax ikun hemm dak li jissejjaħ margin of error fiċ-ċifri mogħtija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: M'għandi xejn x'inżid ma' dak li għidt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3428.", "ĦABS ĊIVILI - SEJBA TA' DROGA", "3736.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejba ta' droga saret fi Frar, 1997 fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fi Frar ta' l-1997 saru żewġ sejbiet ta' droga fil- Faċilita' Korretiva ta' Kordin.", "EDUKAZZJONI - ARRETRATI LILL-INSTRUCTORS", "3737.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fil-kwestjoni tal-ħlas ta' arretrati lill-instructors fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fi Frar 1997 id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għaddiet id-dokumentazzjoni bir- rakkomandazzjonijiet meħtieġa għall-assimilazzjoni tal-gradi ta' l- instructors lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.", "Hekk kif ikun hemm l- approvazzjonijiet meħtieġa tittieħed l-azzjoni neċessarja għall- ħlas ta' l- arretrati dovuti.", "LIJA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "3738.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li għal jiem sħaħ ma kienx hemm provvista ta' ilma f'parti minn Triq il-Mitħna, Triq Kardinal Ferretti u Triq Depiro Guorgion f'Ħal Lija?", "X'passi se jittieħdu biex ma jkunx hemm ripetizzjoni ta' din l-inkovenjenza għal dawn ir- residenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RUSSI - APPLIKAZZJONI GĦAL VISA", "3739.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li persuni ta' nazzjonalita' Russa m'humiex iktar obbligati li japplikaw għal visa 15-il jum qabel il-wasla f'Malta, kif isir ma' persuni ta' nazzjonalitajiet oħra li jirrikjedu l-visa?", "Jekk ir-risposta hi fl- affermattiv, minn mindu bdiet tapplika din il-politika ġdida?", "X'miżuri se jittieħdu biex ma jsirux abbużi; ġewx ikkonsultati l-uffiċjali ta' l- Immigrazzjoni (Pulizija) dwar din il-bidla u kenux ta' parir favorevoli għal din il-policy ġdida?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nikkonfermax.", "P.A. - APPLIKAZZJONI NRU.", "511/96", "3740.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'diffikultajiet iltaqgħet magħhom l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl- ipproċessar ta' l-applikazzjoni 511/96 magħmula mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija għal titjib fil-Pjazza ta' Ħal Lija li ilha pendenti minn Frar 1996?", "Xi prospetti hemm li tittieħed deċiżjoni fil-viċin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-applikazzjoni ġiet deċiża mill-Kummissjoni għall- Kontroll ta' l-Iżvilupp fid-29 ta' Jannar 1997 u l-permess issa nħareġ.", "Kien hemm bżonn li jsiru konsultazzjonijiet mal-Kummissarju ta' l-Artijiet, mal-Kumitat Konsultattiv tal-Wirt Nazzjonali u ma' Units oħra fid- Direttorat ta' l-Ippjanar.", "ĦABS ĊIVILI - SEJBA TA' DROGA", "3741.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 3291, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ssejjaħ il-maġistrat ta' l-għassa bħala maġistrat inkwerenti fil-ħabs għas-sejbiet ta' droga msemmija fir-risposta għall-istess domanda u dan ai termini ta' Artiklu 546 tal-Kodiċi Kriminali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħames darbiet.", "SKEJJEL - ŻEBBUĠ", "3744.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Minħabba l-fatt li l-iskejjel primarji ta' Ħaż- Żebbuġ saru żgħar wisq għall-popolazzjoni ta' dan il-lokal, jikkonsidra l- Ministru li tinbena skola ġdida fl-area ta' Ħal Mula kif hemm pprovdut fuq il-pjanta li qed nibagħtlek under separate cover?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GŻIRA - ŻBROFFAR TA' DRENAĠĠ", "3745.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani biex id-dipartiment isolvi l-problema tad-drenaġġ li jfur matul ix-Xatt tal-Gżira partikolarment fejn jiżbroffa f'Bouverie Street kull darba li tagħmel ix- xita?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-dipartiment bħalissa qiegħed jesegwixxi proġett ġewwa Ta' Sliema, fejn permezz ta' main ġdid u overflow chamber f'The Strand u t-tqegħid ta' hydrobrake, biex jillimita l-kwantita' ta' drenaġġ iżjed 'l isfel fis-sistema, il-fawran fix-Xatt tal-Gżira jitnaqqas konsiderevolment.", "Bħala t-tieni fażi hu maħsub illi tissaħħaħ il-pumping station tal-Gżira wara li jitqiegħdu rising mains ġodda bejn il-Gżira u l-Imsida.", "Dan hu wieħed mill-long term objectives tal-Master Plan tad-drenaġġ u għad irid jiġi ddisinjat.", "SKEJJEL - TQASSIM TA' ĦALIB", "3746.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm tgergir minn ġenituri f'diversi skejjel minħabba li qed ikun hemm xi sikkatura fil-mod kif qed jitqassam il-ħalib?", "Sar xi tibdil fis-sistema riċentement?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħala parti mill-proċess ta' deċentralizzazzjoni, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fdat f'idejn il-Kapijiet ta' l-iSkejjel ix- xiri tal-ħalib għall-iskejjel partikolari tagħhom.", "Kull kap, fis-sistema preżenti, jagħmel l-arranġamenti diretti mal-Malta Dairy Products skond il-bżonn ta' kull skola u jieħu ħsieb l-ilmenti li jistgħu jinqalgħu dwar din il-materja.", "Ħadd daqs il-kap ta' l-iskola ma jkun jaf il-ħteġijiet ta' l-iskola fejn tidħol provvista ta' ħalib u llum il-kapijiet għandhom l-awtorita' li jsolvu il-problemi li jinqalgħu bla ma jkollhom bżonn joqgħodu jirriferu kollox lill-Uffiċċju Ċentrali.", "Fejn jidħol kwalita' u kwantita' huma l-kapijiet li jagħmlu l-kalkoli u jiddeċiedu.", "Dwar dan ma kien hemm l-ebda tibdil u s-sistema għadha kif kienet jiġifieri li flixkun ta' pinta jinqasam bejn tliet itfal.", "SKEJJEL - TQASSIM TA' ĦALIB", "3747.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassam ħalib fl-iskejjel primarji u sekondarji matul ix-xahar ta' Ottubru 1996?", "Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni b'riferenza għal kull skola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "P.A. - PERMESSI", "3748.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega kif inbeda xogħol ta' bini ta' erba' maisonettes semi-detached b'garaxx sottopost fuq Plot Nru. 51 Triq Alessandro Curmi Tal-Virtu' Rabat (App.", "Nru. 7771/96) meta l-applikazzjoni għadha qegħda tiġi proċessata; l- applikazzjoni tmur kontra kull forma ta' estetika fl-ambjent meta l-istess area hija żviluppata f'vilel detached u/jew semi-detached?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Saret spezzjoni mill-Enforcement Officer fuq is-sit imsemmija.", "Mill-ispezzjoni rriżulta li hemm permess validu PA2559/95 li ħareġ fit-8/1/96.", "L-applikazzjoni PA7771/96 msemmija fil-mistoqsija hija talba biex jiġi mġedded il-permess oriġinali.", "Ix-xogħol li sar s-issa jikkonsisti fi tħammil u qtugħ ta' blat.", "Spezzjonijiet se jsiru aktar 'il quddiem biex niżguraw li x-xogħol isir skond il-permess.", "AIR MALTA - IMPJEGATI", "3749.", "L-ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li xi sitt ġimgħat qabel ma xolja l-Parlament il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien ħareġ direttiva biex ma jsiru l-ebda promozzjoni jew impjieg mas-settur pubbliku, inklużi dawk parastatali, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew impjegati seba' persuni fl-Air Malta ġimgħa qabel l-elezzjoni ġenerali; u min hu responsabbli b'dan l-aġir?", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati - bil-grad tagħhom - li għandhom membri tal-familja jaħdmu ma' l-istess kumpannija meta ġew ingaġġati ma' l-Air Malta?", "Jista' l-Ministru jagħti lista tal-membri tat-tmexxija - management - u qrabathom li ġew impjegati ma' l-Air Malta minn meta laħaq chairman is-Sur Joe N. Tabone?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nippreżumu li l-Onor Ħabib tieghi qiegħed jirriferi ghad-direttiva li kienet ħarget immedjatatment wara u mhux qabel ma ġie xolt il-Parlament f'Settembu li għadda.", "Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nikkonferma li kien hemm ksur ta' din id-direttiva meta f'Ottubru 1996, iċ-chairman tal-kumpannija kien awtorizza l-impjieg ta' sitt Assistant Managers, anke jekk dan sar bil-permess ta' l- ETC (Numru 158/96) u kienet pubblikata sejħa għall-applikazzjoniet f'Lulju ta' qabel.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ir-records tal-kumpannija ma jinkludux dettalji dwar membri tal-familja impjegati.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mat-tielet parti, u għalkemm hawn ukoll, m'hemmx records uffiċjali, matul il-perijodu in kwestjoni, gew impjegati bhala clerk jew cabin crew it-tifel jew tifla ta' division Co-Ordinator u zewg Heads, filwaqt li wieħed mid-Diretturi kellu l-ħuh impjegat bħala Group Head.", "SERVIZZ PUBBLIKU - SENIOR PRINCIPALS", "3750.", "L-ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid xi preparazzjonijiet qed isiru għall-extended interview għall-għażla ta' senior principals?", "Meta sejjer isir l-extended interview u fiex jikkonsisti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-deċiżjoni li ħabbar il-Gvern dwar eżami ieħor li għandu jsir, u li se jieħu l-forma ta' extended interview, għall-ħatra ta' uffiċjali fil-grad ta' Senior Principal ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li għandha r-responsabbilita' li tniedi dan il- proċess ta'għażla.", "Deċiżjoni finali dwar fiex ikun jikkonsisti dan l-extended interview u dwar ħwejjeġ oħra relatati tittieħed fl-isfond tar-reazzjoni tal- kummissjoni.", "TURIŻMU - AKKOMODAZZJONI TURISTIKA", "3751.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-proprjeta' msemmija fit-tweġiba parlamentari numru 3275 hi kollha reġistrata bħala akkomodazzjoni turistika?", "Jekk fl- affermattiv x'tip ta' liċenzja għandhom biex joperaw fis-settur tat-turiżmu bħala akkomodazzjoni turistika?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-lukanda Bay Point, li kienet ingħatat l-art tagħha mill-Gvern b'rizoluzzjoni tal-Parlament f'Ġunju 1992, u li għandha l- permessi meħtiega mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u mill-HCEB, tingħata l- liċenżja proprja skond il-klassifikazzjoni li jistħoqqilha, wara li tibda topera.", "Il-Porto Azzurro u l-break point huma reġistrati biex joperaw bħala appartamenti.", "TURIŻMU - VOT KAPITALI", "3752.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li l-Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 2224 jibda bil-frażi \"l-irjus li taħthom kien maħsub li jiġi allokat u minfuq, il-vot ...\", jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-proġett huwiex se jseħħ jew inkella ġiex abbandunat?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-proġett ma giex abbandunat.", "MILAN - BIT", "3753.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li l-ġimgħa li għaddiet l-Ministru attenda għal BIT f'Milan, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-ismijiet u l-karigi ta' dawk li mill-Ministeru u l- NTOM attendew din il-fiera?", "X'kien ix-xogħol ta' kull wieħed minnhom?", "X'inizjattivi ġodda beħsiebu jieħu l-Gvern u/jew l-NTOM biex ikompli jsaħħaħ it-turiżmu mill-Italja ta' Fuq?", "X'inhi l-marketing plan ta' l-NTOM għas-suq Taljan għas-sena 1997 u l-futur qarib?", "Xi prospetti joffri t- turiżmu Taljan lejn Malta għas-sena 1997 skond il-fehma tal-Ministru?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Id-delegazzjoni li attendiet għall-BIT minbarra minni kienet komposta mill-Private Secretary, mid-Direttur Marketing u mill- Manager Research and Planning ta' l-NTOM.", "L-istand ta' l-NTOM kien immexxi mid-Director Designate ta' l-NTOM f'Milan.", "Bħas-soltu kien hemm ukoll rappreżentanza mill-Air Malta.", "L-għan tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni fil-BIT kien li l-Ministru jiltaqa' ma' l-operaturi u jagħti intervisti lit-Travel Trade Press Taljana filwaqt li ssir analisi tal-performance ta' Malta fis-suq Taljan minn fejn kien hemm nuqqas sostanzjali fl-1996.", "Il-Marketing Plan ta' l-NTOM fl-Italja jikkonsisti f'reklamar, kemm fl- istampa, fuq it-television, partecipazzjoni fil-fieri, għajnuna lit-Tour Operators u pjan ta' Public Relations.", "Jidher li ħafna min-nuqqas li kellna s-sena l-oħra kien l-aktar minn Sqallija fl-istess waqt fit-Tramuntana ta' l-Italja hemm potenzjal qawwi għal Malta.", "Dan jista' jiġi sfruttat aktar b'ħidma fil-qrib ma' l-operaturi turistiċi kif ukoll ma' l-Air Malta.", "DRITTIJIET TAN-NISA - DISKORS TA' L-ONOR.", "HELENA DALLI", "3754.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jgħoġbu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li għamlet l-Onor.", "Helena Dalli, Segretarja Parlamentari dwar id-Drittijiet tan-Nisa fi Brussels fit-3 ta' Marzu, 1997 waqt konferenza ntitolata Women's Rights are Human Rights?", "Id-diskors ta' l-Onor.", "Dalli kien dwar l- ugwaljanza fl-aċċess għall-flus u għall-poter?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kopja tad-diskors mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "STAMPERIJA TAL-GVERN", "3755.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Peress li milli jidher li l-istamperija tal-Gvern ma fadlilhiex kopji għal bejgħ ta' Att Nru. XXV ta' l-1995 dwar il-kumpanniji, jista' l-Prim Ministru jieħu ħsieb li jsiru numru sostanzjali ta' kopji ta' dan l-att kemm jista' jkun malajr peress li jintalbu ta' spiss kopji ta' din il-liġi minn studenti universitarji, avukati, accountants, awdituri, kummerċjanti u oħrajn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li r-reprint ta' 800 kopja ta' l-Att Numru XXV ta' l-1995 dwar il-kumpanniji diga' qiegħed isir u mistenni li jkun għall-bejgħ fl-ewwel ġimgħa ta' April.", "RICASOLI - TANK CLEANING FARM", "3756.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proposti tal-Gvern fuq it-Tank Cleaning Farm ta' ħdejn Forti Ricasoli?", "Hu meqjus bħala kompattibbli mal-proposti kulturali u storiċi li hemm għal dawn l-inħawi?", "Hemm xi ħsieb biex jinstab post ieħor għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għalissa m'hemmx proposti għat-Tank Cleaning Farm ħdejn Fort Ricasoli.", "Fid-Development Brief preparat mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar għall-Forti Ricasoli huwa rikonoxxut il-fatt li l-viċinanza tat- tank cleaning farm m'huwiex ideali u jista' jkun ta' sogru għall-iżvilupp propost.", "Din is-sitwazzjoni għandha tiġi studjata f'aktar dettal.", "Hija wkoll rikonoxxuta l-importanza ta' din il-faċilita għall-użu tal-Port il- Kbir.", "Madanakollu għalissa mhux qiegħed jiġi kkonsidrat ir-rilokazzjoni ta' din il-faċilita għal post ieħor.", "UNIVERSITA' - NATIONAL MARINE SCIENCES STATION", "3757.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-inizjattiva li kienet ittieħdet mill-Universita' Maltija biex jittella' National Marine Sciences Station?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TURIŻMU - GRADWATORJI ĠODDA", "3758.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi minn Jannar ta' din is-sena kellhom jidħlu fis-seħħ il-gradwatorji ġodda għas-settur ta' l-akkomodazzjoni - kemm f'dak li huwa livell ta' stilel kif ukoll dak li huwa livell ta' servizzi u dan kellu jkun fid-deher bi plakka indikattiva fuq il-faċċata tal-hotel, tant li biex dawn ikunu standard għall-istabbilimenti kollha kienu maħruġa taħt is-sorvelljanza tal- HCEB minn ħafna żmien ilu.", "X'qiegħed iżomm milli dan jiġi fis-seħħ?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li jservu l-Ikel qed jifli bir-reqqa il-classifications u l-gradings li għandhom jidħlu fis- seħħ minn din is-sena.", "Dawk tal-Ħames Stilel kif ukoll dawk ta' Erba' Stilel għanhom jinħargu dan ix-xhar.", "ZEJTUN - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "3759.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3155?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għada kif għaddiet is-sistema tad-drenaġġ f'xi wħud minn dawn it-toroq.", "Hu maħsub li dalwaqt tkompli t-tieni fażi ta' installazzjoni tas-sistema ta' drenaġġ f'dawn l-areas.", "KUNSILL LOKALI TA' WIED IL-GĦAJN - SINDKU", "3760.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3151 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn waslu l- investigazzjonijiet?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- investigazzjonijiet li għalihom irriferejt fit-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 3151 għadhom għaddejjin.", "DIABETE - SIRINGI", "3761.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'għadhomx jinħarġu disposable syringes tal-0.5cc u b'labra ta' gauge żgħira għall-użu ta' tfal li jbatu mid-diabete?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni li għandu l-Onor.", "Interpellant hija żbaljata.", "HAMRUN: TRIQ L-ISKOLA - FOND 4C/3", "3762.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jispjega kif ftit qabel l-elezzjoni l-fond 4C/3 School Street, Hamrun ġie trasferit minn persuna għal fuq ieħor, fil-fatt sar bejn omm u tifel meta l-omm kienet għadha ħajja, li isimhom qed jintbagħat separatament u kif ma ġewx segwiti l-proċeduri preskritti?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi l-persuni msemmija ilhom joqogħodu fil-post mill-anqas sa mill-1986 u ommhom, li għandha 95 sena marret toqgħod ma' bintha oħra minħabba saħħitha.", "Hi rrinunzjat għal- kirja.", "Għalhekk id-dipartiment ma kellux triq oħra ħlief li joħroġ rikonoxximent lill-persuni indikati li fuq kollox kellhom applikazzjoni sa mill-1994.", "PORTIJIET - PORT WORKERS SCHEME", "3763.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jdaħħal emenda fil- Port Workers Scheme fejn ix-xogħol ma jintiritx biss mill-eredi maskili f'każ li ma jkunx hemm tfal maskili, jintiret minn nisa?", "L-isem tal-persuna interessata qed jintbagħat separatament.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nixtieq ninforma l-Onor Membru li r-regolamenti eżistenti jipprovdu biss għall-ulied jew l-aħwa maskili li jistgħu jirtu l- liċenzja.", "Bħalissa hemm kawża pendenti quddiem il-Qorti u għalhekk wieħed għandu jistenna s-sentenza li mistennija tinqata' dalwaqt.", "EDUKAZZJONI - VOTI KAPITALI", "3773.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex kien hemm it- tnaqqis segwenti fil-voti tal-Ministeru tiegħu: Technician Apprentices Scheme (TAS) minn Lm375,000 (1996) għal Lm300,000 (1997); Guidance and Counselling Services minn Lm25,000 (1996) għal Lm15,000 (1997); Nautical School Trainees Allowances Scheme minn Lm18,000 (1996) għal Lm15,000 (1997); u s-Science Lab Technicians Scheme minn Lm20,000 (1996) għal Lm15,000 (1997)?", "Għaliex tneħħa l-vot dwar European Education?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - VOTI KAPITALI", "3774.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-vot Equipment for Government Schools, Further and Adult Education niżel minn Lm253,000 (1996) għal Lm160,000 (1997)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Matul is-snin 1995/6/7, id-Dipartiment ta' l- Istudji Ogħla u Edukazzjoni ta' l-Adulti kien u għadu nvolut fit-tieni Protokol Finanzjarju ta' l-Ewropa Magħquda.", "Skond dan il-Protokol kellna u għad għandna b'kollox tliet tenders.", "Fil-1995 mis-somma ndikata fl-Estimi Equipment for Govt.", "Schools li hi ta' Lm650,000, Lm600,000 huma flus li jngħataw lura skond l-imsemmi Protokol.", "Fl-1996, is-somma ndikata kienet ta' Lm253,000 li minnhom Lm185,000 huma miksuba taħt dan il-Protokol.", "Fl-1997, is-somma ndikata hi ta' Lm160,000 li minnhom Lm100,000 huma miksuba taħt dan il-Protokol.", "Għalhekk fil-verita', is-somma kapitali Equipment for schools hija:", "1995 Lm50,000 1996 Lm68,000 1997 Lm60,000", "Bħala riżultat jidhru li n-nefqa Kapitali għas-settur Post-Sekondarju varja bi ftit.", "EDUKAZZJONI - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "3775.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex neħħa mill-budget tiegħu l-Vot dwar il-kunsilli skolastiċi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l- Assoċjazzjoni tal-kunsilli talbitx xi għajnuna?", "F'każ affermattiv, x'kienet it-talba?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-fondi li qabel kienu jintnefqu prinċipalment fuq l-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi issa se jibdew joħorġu minn voti oħra.", "L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi f'diskussjonijiet informali miegħi ġiet imwegħda din l-għajnuna: l-użu ta' pustaġġ tad- Diviżjoni/Ministeru/l-użu ta' fax machine; użu ta' post li jservi ta' uffiċċju għall-assoċjazzjoni; u għajnuna kelrikali fl-amministrazzjoni.", "L-assoċjazzjoni wkoll talbet lid-Direttur Ġenerali permess biex il- President tal-assoċjazzjoni jkun jista' joħroġ mill-iskola (fejn qiegħed bħala Assistent Kap) ħalli jkun jista' jżur l-iskejjel.", "EDUKAZZJONI - NEFQA FL-ESTIMI 1997", "3776.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat skond il- Cost Centre and by Standard Item tan-nefqa fl-Estimi għas-sena 1997 għas- setturi li ġejjin: Planning & Development; Operations Primary; Operations Secondary; Further and Adult Education; Operations Trade School; Student Services & International Relations; Curriculum Development, Implementation & Review?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Interpellant jista' jsib it-tagħrif li jixtieq fl-iskeda li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Din l-iskeda turi l-flejjes għas-setturi varji tad-Diviżjoni, maqsuma skond il-cost centre u l-item.", "L-iskeda turi wkoll il-cost centre tal-Finance and Administration li jaqdi wkoll il-ħteġijiet bħall-utilities u rent, għas-setturi kollha.", "Il- Personal Emoluments tas-setturi kollha jinsabu wkoll taħt il-cost centre tal-Finance and Administration, biex hekk titħaffef it-tmexxija ta' dawn il- fondi.", "Items li jinstabu taħt il-kategorija tal-Programmes and Initiatives m'humiex standard items, iżda jidhru f'din l-iskeda biex hekk ikun hemm ritratt aktar ċar tal-flejjes li hemm taħt il-cost centres kollha.", "SKEJJEL - KINDERGARTENS", "3777.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkwantifika l-cost centre tal- kindergartens fl-Estimi għas-sena 1997 u jagħti l-ammont tan-nefqa kapitali maħsuba għal dan il-livell ta' edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-nefqa kapitali maħsuba għall-bżonnijiet ta' l- istudenti f'livell ta' kindergarten hija nkorporata taħt il-vot:", "EQUIPMENT FOR GOVERNMENT SCHOOLS - Primary Schools (aktar dettalji jinsabu f'paġna numru 185 tal-Estimates 1997 maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi).", "Kull kap ta' skola primarja, sew fit-tfassil tal-business plans kif ukoll fil-commitment sheet li huma obbligati jippreżentaw lid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni, jinkorporaw il-bżonnijiet tal-klassijiet tal-kindergarten mal- bżonnijiet globali ta' l-iskola tagħhom.", "Aktar ma qed ngħaddu flus lill-kapijiet ta' l-iskejjel aktar qed tinħass il-ħtieġa li kull kap jikkonsulta ma' l-istaff tiegħu dwar kif għandu jonfoq il-flus skond il-bżonnijiet u l-prijoritajiet ta' kull skola u l-mod kif issir in-nefqa ssir pubblika permezz ta' rendikont annwali.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "3778.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tax- xogħlijiet kollha li beħsiebu jwettaq il-Ministeru fl-iskejjel matul il- kumplament ta' din is-sena skolastika fuq bini ta' skejjel ġodda; estensjonijiet ta' skejjel; manutenzjoni ordinanrja ta' skejjel; u manutenzjoni jew tiswija straordinarja ta' skejjel?", "Kemm hi stmata kull biċċa xogħol?", "Liema minn dawn ix-xogħlijiet se jsiru mill-privat u kemm mill-ħaddiema tal-Gvern?", "F'liema xahar se tinbeda kull biċċa xogħol elenkata hawn fuq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3081.", "HAMRUN - PJAZZA KAPPILLAN MUSCAT", "3803.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li għad-domanda parlamentari numru 816 ta' l-Onor Jean Pierre Farrugia rigward il-Pjazza Kappillan Muscat, il- Ħamrun, ingħatat ir-risposta li \"Id-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija, li kien qed jieħu ħsieb dan ix-xogħol, bħalissa m'għandux pjanijiet immedjati biex jibda dan ix-xogħol\", jista' l-Ministru jgħid jekk għas-sena 1996 kienx hemm pjanijiet mill-Ministeru għall-Ambjent sabiex tiġi upgraded and refurbished il-Pjazza Kappillan Muscat, il-Ħamrun?", "Jista' jikkonferma li dawn ix-xogħlijiet kienu nklużi fil-pjan ta' ħidma għal 1996 tas-sezzjoni tal-Building and Engineering fi ħdan l-istess Ministeru?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li f'risposta għad-domanda parlamentari numru 35007 magħmula min Louis Cuschieri fis-17 ta' Lulju 1996, il-ministru għall-ambjent ta' dak iż-żmien, kien stqarr \"Ninsab informat li x-xogħol fuq Pjazza Kappillan Muscat, Hamrun, mistenni li jibda f'Ottubru li ġej\"\"", "Jidhirlu l-Ministru li issa ma jkunx ġust għall-poplu Ħamruniż u lanqas għall-Kunsill Lokali li dan ix-xogħol ma jinbedix immedjatament biex almenu jilħaq jitlesta sa l-ewwel ġimgħa ta' Lulju meta tiġi ċċelebrata l-festa tal-Kunċizzjoni u anke għaliex din il-pjazza preżentement tinstab fi stat miżeru billi kienu diġa' nqalgħu s-siġar kollha bi preparamenti għax-xogħol li kellu jibda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: B'riferenza għax-xogħlijiet fi Pjazza Kappillan Muscat, il-Ħamrun wara laqgħa mal-Kunsilli Lokali ġie deċiż li jibda xogħol billi l-ewwel isir il-kordinament tas-servizzi infrastrutturali li għaddejjin minn din il-pjazza.", "Wara li jiġi aċċertat li s-servizzi huma adegwati jitkompla x-xogħol l-ieħor.", "Dan kollu hu konformi mal-policy ġdida tal-Gvern li qabel ma jsir xi tip ta' xogħol ta' resurfacing f'toroq, pjazez jew bankini jrid l-ewwel jiġi aċċertat il-kondizzjoni tas-servizzi infrastrutturali.", "Minkejja li dawn ix-xogħlijiet kienu nklużi fil-pjan ta' ħidma għall-1996, sa l-aħħar ta' Ottubru, 1996 l-ebda xogħol ma kien inbeda ħlief il-qtugħ tas-siġar.", "ANZJANI - SERVIZZ TAL-HOME HELP/CARE", "3804.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' anzjani li kienu qed jirċievu s-servizz tal-Home Help/Care u n-numru ta' CSA's li kienu qed jaħdmu fit-28 ta'Frar 1997 f'Għawdex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' anzjani li kienu qed jirċievu s- servizz tal-Home Help\\Care f'Għawdex fit-28 ta' Frar, 1997 kien ta' 814 filwaqt li n-numru ta' CSA's jaħdmu fl-istess data kien 132.", "ANZJANI - SERVIZZ TAL-HOME HELP/CARE", "3805.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: X'kien in-numru totali ta' anzjani li kienu qed jirċievu s-servizz tal-Home Help/Care u n-numru ta' CSA's li kienu qed jaħdmu fit-28 ta' Frar 1997 f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' anzjani li kienu qed jirċievu s- servizz tal-Home Help/Care fit-28 ta' Frar, 1997, f'Malta, kien ta' 2,509 filwaqt li n-numru ta' CSA's jaħdmu fl-istess data kien 443.", "ANZJANI - MEALS ON WHEELS", "3806.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi skond tagħrif mogħti fir- risposta għad-domanda parlamentari numru 3380, is-servizz tal-Meals on Wheels diġa' twassal għand anzjani li joqogħdu f'diversi rħula u bliet imxerrdin ma' Malta kollha - 47 b'kollox - jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi anzjani f'xi lokalita' oħra barra minn dawn is-47 lokal li qegħdin jistennew is-servizz?", "Għalkemm il-vot għas-servizz ta' Meals on Wheels fil-budget għas-sena 1996 kien ta' Lm14,000, x'kienet l-ispiża attwali li d-Dipartiment ta' l- Anzjani nefaq fuq dan is-servizz fl-1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M'hemmx anzjani li bħalissa qed jistennew is- servizz Meals on Wheels peress li dan jingħata mill-ewwel wara li tiġi mistħarrġa l-applikazzjoni.", "L-ispiża attwali li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali nefaq fuq dan is-servizz fl-1996 kienet Lm16,918.500.", "GZIRA - POLIKLINIKA", "3807.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jispjega għaliex fl- aħħar ġimgħa ta' Frar 1996 ma tqassmux pilloli Diclofenac mill-Health Clinic tal-Gzira?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Wieħed jassumi li l-Onor.", "Deputat qiegħed jistaqsi fuq Frar ta` 1997 u mhux fuq Frar ta` 1996.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa jixtri żewġ dożi tal-pilloli Diclofenac, dawk tal-25mgs u tal-50mgs.", "Il-pilloli tal-50mgs m`humiex fuq il-Formularju ta` l-Isptar u b`hekk jitqassmu biss mill-Ispiżerija ta` l-Isptar San Luqa lil dawk il-pazjenti li ġew approvati mid-DTC (Drugs Therapeutic Committee).", "Il-pilloli Diclofenac tal-25mg ma kenux out of stock mill-Medical Stores.", "Dawn ġew ordnati mill-Ispiżerija tal-Gvern fil-Gżira f`nofs Frar, l-ordni nħadmet fis-27 ta` Frar u ġiet mibgħuta l-Ispiżerija fil-bidu ta` Marzu.", "Għal din ir-raġuni jista` jkun li l-Ispiżerija tal-Gżira, kienet out of stock minn dawn il-pilloli għal ftit ġranet sakemm dawn il-pilloli tqassmu.", "GĦAWDEX: RABAT - DAWL FIT-TOROQ", "3808.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li toroq ġodda fir-Rabat, Għawdex, bħal per eżempju Muniċipju Ruman, Viani, Kunsill Ċiviku, Karla Galea u Universitas, li issa huma abitati u għandhom is-servizz neċessarji, jiddawlu bil-lampi?", "Jekk iva, meta se jibda dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-talbiet mill-Onor Membru għal aktar lampi fit- triqat imsemmija gewwa Għawdex qegħdin jiġu kkonsidrati flimkien ma' talbiet oħra.", "TELEMALTA - CUSTOMER SERVICES UNIT", "3814.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għada ma għaddietx ir-riforma tal- ħaddiema tal-Customer Services Unit tal-Korporazzjoni Telemalta li hemm aktar minn mija minnhom?", "Kemm ħallset kummissjoni it-Telemalta fis-snin 1994, 1995 u 1996 lil Posta Ltd, lil Bank of Valletta u lil Mid-Med Bank għal ħlas ta' kontijiet tat-telefon li sar fil-branches tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li diga' kien hemm diversi taħdidiet bejn il- Management u l-Union dwar ir-riforma għall-ħaddiema fit-taqsima tas-CSU; u filwaqt li l-Management diġa' ressaq il-proposti tiegħu lill-Union, il- Union ressqet il-Kontro Proposti tagħha u t-taħdidiet għadhom għaddejjin.", "Sal-lum l-ebda naħa ma ddeċidiet li hemm xi dead lock f'dawn it-taħdidiet.", "Kummissjoni mħallsa mill-Korporazzjoni Telemalta għal ħlas ta kontijiet hija:-", "| |Posta|Bank of |Mid-Med |Tota| | |Ltd |Valletta |Bank Ltd|l | | | |Ltd. | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | |199|61,13|1,529 |2,002 |64,6| |4 |6 | | |67 | |199|67,82|8,751 |16,676 |93,2| |5 |1 | | |48 | |199|52,91|8,909 |14,341 |76,1| |6 |7 | | |66 | |Tot|181,8|19,188 | | | |al |74 | | | |", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "3815.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm pazjenti f'kull sala ġewwa l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech fis-16 ta' Frar 1997 sala b'sala?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Lista ta' kemm kien hemm pazjenti f'kull sala ġewwa l-Ispar san Luqa u l-Isptar Karen Grech fis-16 ta' Frar 1997 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "3816.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi d-domanda parlamentari numru 322?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3816 li tirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 322, l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - PARAMEDIC AIDES", "3817.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern preżenti għadux bil-ħsieb li jkompli bl-ipproċessar tas-sejħa għal paramedic aides skond ma kien wieġeb għad-domanda parlamentari numru 395?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M'għandix x'inżid mar-risposta li kont tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 395.", "SPIŻERIJI TAL-GVERN - MEDIĊINI", "3818.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kontroll isir ġewwa l-health centres u l-ispiżeriji tal-Gvern biex ma jinħarġux mediċini li l-expiry date fuqhom tkun inqabżet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-mediċini li jaslu fl- ispiżeriji taċ-ċentri tas-saħħa mill-medical stores ikollhom l-expiry date tagħhom iċċekjata kif jaslu fl-ispiżerija.", "Il-mediċini fuq l-ixkaffef fl- ispiżeriji jerġgħu jiġu ċċekkjata kull tlieta jew erba` ġimgħat.", "MEDICAL STORES - MEDIĊINI", "3819.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' mediċini sew dawk formulary sew dawk non formulary li kienu neqsin mill-Medical Stores fis-16 ta' Ottubru 1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru involut ta' items out of stock tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra minni aktar kmieni f'din is-seduta, waqt l- aġġornament fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 26 ta' Frar, 1997.", "Dan kien parti minn ittra b'risposta għall-artikolu f'ġurnal lokali.", "Dan huwa wieħed konsiderevoli u ma narax raġuni għalfejn inġiegħel l-istaff joqgħod jipprepara l-listi minflok li jara li x-xogħol ikompli jitħaffef.", "FURJANA - XOGĦLIJIET FUQ SUBWAYS", "3844.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-għażla tat-tenders għax-xogħlijiet fuq iż-żewġ subways fi Triq Sant'Anna, l- Furjana?", "Meta se jinbeda dan ix-xogħol?", "Meta hu maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tat-Toroq għadu qiegħed jiddiskuti mal-Kunsilli tal-Furjana, is-sistema tax-xogħol ta' restawr li trid tiġi mplimentata f'dan il-proġett u li eventwalment twassal għall- għażla tat-tenders ta' dan il-proġett.", "SAĦĦA - TRANSFERIMENTI", "3845.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fid-Dipartiment tas-Saħħa u fl-isptarijiet pubbliċi (sptar b'sptar) kollha f'dawn l-aħħar sitt ġimgħat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' każi ta' deployment fid-Dipartiment tas-Saħħa u fl-isptarijiet pubbliċi f'dawn l-aħħar sitt ġimgħat kien ta' 163.", "Dan jikkompera mat-361 fl-ewwel xhur wara bidla fl-amministrazzjoni fl-1987.", "ŻJARA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FI FRANZA", "3846.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min iffinanzja ż-żjara tas- Segretarju Parlamentari u tliet persuni oħra fi Franza dan l-aħħar, il- Gvern jew il-Malta Racing Club?", "Peress li sew il-Gvern kif ukoll l-MRC jilmentaw min nuqqas ta' finanzi, kienet meħtieġa delegazzjoni ta' erba' min nies?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AMBJENT - ATT DWAR ŻIBEL U SKART", "3847.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3716 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe' jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet f'dawn l-aħħar tliet xhur dwar anti litter law biex il-ħmieġ ma jkomplix jiżdied?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bejn Diċembru 1996 u Frar 1997 saru 12-il ċitazzjoni rigward ksur ta' l-Att dwar Żibel u Skart.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET FL-PROMENADE", "3848.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm xi parti mix-xogħlijiet li qed isiru fuq il-Promenade ta' Buġibba li twaqqfu fuq ordni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Le", "COMMONWEALTH SCHOLARSHIPS -KANDIDATI", "3849.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kienu l-kandidati li sa Settembru 1996 applikaw għal Commonwealth Scholarships?", "Xi kwalifiki kellhom u min ġie magħżul?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport tal-Bord?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari.", "Dawn id-dokumenti jispjegaw il-proċess addottat għal għażla tal-kandidati nominati għar-Renju Unit u l-Kanada għas-sena 1997.", "Doc 1 - Board's Report Doc 2 - Shortlist Doc 3 - Nominations Doc 4 - List of applicants for 1997", "ETC - IMPJIEGI", "3851.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: F'każi meta xi enti jew awtorita' jkollha l-ħsieb li timpjega skrivan u titlob lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tipprovdilha lista bl- ismijiet tal-persuni kollha li jkunu jirreġistraw għal xogħol f'dak il- grad, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tipprovdix biss l-ismijiet tal-persuni li jkunu jirreġistraw taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru jew inkella tinkludix fil-lista wkoll lil dawk li jkunu jirreġistraw taħt it-Tieni Parti tar-Reġistru?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Meta l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ tirriferi nies għall-intervisti ma' xi korp parastatali hija tista' tibgħat nies kemm mill-ewwel parti u kemm mit-tieni parti.", "Iżda meta tirriferi persuna għall- impjieg, il-korporazzjoni tagħti preferenza lill-persuni reġistrati fl- ewwel parti fuq dawk reġistrati fit-tieni parti.", "SKEJJEL - SKOLA TAL-BINI", "3852.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li fuqhom huma mpenjati bħalissa l-istudenti ta' l-Iskola tal-Bini?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istudenti ta' l-iskola tal-Bini jaħdmu flimkien ma' ħaddiema ta' Building and Restoration Section u jintgħażlilhom xogħol li permezz tiegħu jistgħu jitgħallmu.", "Bħalissa l-istudenti individwali qegħdin jaħdmu f'dawn il-postijiet:", "1.", "Dar it-Tama Bormla 2.", "Faċċata tal-Knisja biswiet id-dar ta' l-Anzjani Bormla 3.", "Fl-ex Sptar Bighi 4.", "Niċċa tas-sittax il-seklu fil-Mosta 5.", "Ċimiterju ta' Braxja 6.", "Restawr ta' sala Ospizio Floriana 7.", "Faċċata u l-kampnar tal-knisja tal-Għargħur.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - TRASFERIMENTI", "3853.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-memo li nħareġ fis-26 ta' Diċembru li għadda mis-Segretarju Parlamentari Cilia lill-Kapijiet tad-Dipartimenti, li fih is-Segretarju Parlamentari ta struzzjonijiet biex id-dipartimenti jagħtu pre-avviż suffiċjenti dwar tenders li jkun hemm il-bżonn li jinħarġu; u jassiguraw li t-tenders kollha jiġu approvati u aġġudikati minn Bord li jiġi maħtur minnu, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istruzzjonijiet tas-Segretarju Parlamentari jmorrux kontra l-prassi amministrattiva?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "LIBRERIJA PUBBLIKA", "3854.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex il-pubbliku jkun jista' jagħmel użu aħjar mil- libreriji ta' l-iskejjel?", "Hemm maħsub li l-kunsilli lokali jieħdu sehem f'dan il-pjan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-fergħat tal-Librerija Pubblika li hemm fl-iskejjel, prinċipalment primarji.", "Dawn jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Bibljoteki u Arkivji u mhux taħt id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Id-Dipartiment tal-Bibljoteki qed ifassal pjan biex itejjeb is-servizz mogħti minn dawk il-fergħat billi jgħaqqadhom f'network permezz tal- komputerizzazzjoni, itejjeb il-kollezzjonijiet u billi wħud minnhom ikunu miftuħa għall-pubbliku għal aktar siegħat fil-ġimgħa.", "Il-ministeru tiegħi se jibda taħdidiet mal-ministeru resopnsabbli mill- kunsilli lokali biex jintlaħaq ftehim dwar is-sehem li jistgħu jagħtu l- kunsilli biex il-pubbliku jingħata servizz aħjar minn dawn il-fergħat tal- Librerija Pubblika.", "CULTURAL SUPPORT PROGRAMME", "3855.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm organizzazzjonijiet u/jew individwi bbenefikaw kull sena (sena b'sena) taħt il-Cultural Support Programme minn meta beda jitħaddem il-programm?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa bl-ismijiet ta' min ibbenefika u bl- ammont li rċieva kull benefiċċjarju?", "Jista' l-Ministru jgħid hemmx il- ħsieb li l-programm jibqa' jitħaddem?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Lista mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Għar-rigward tal-aħħar parti, it-tweġiba hija fl-affermattiv.", "YOUTH SUPPORT PROGRAMME", "3856.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm organizzazzjonijiet u/jew individwi bbenefikaw kull sena (sena b'sena) taħt il-Youth Support Programme minn meta beda jitħaddem il-programm?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa bl-ismijiet ta' min ibbenefika u bl- ammont li rċieva kull benefiċċjarju?", "Jista' l-Ministru jgħid hemmx il- ħsieb li l-programm jibqa' jitħaddem?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta beda jitħaddem il-programm Youth Support, ibbenefikaw organizzazzjonijiet u individwi b'dan il-mod:", "| |Organizzazzj|Individ| | |onijiet |wi | |1993 |34 |4 | |1994 |27 |1 | |1995 |21 |1 | |1996 |38 |1 | |1997 (l-ewwel |13 |- | |6 xhur) | | |", "BARRIERI", "3891.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Kemm-il barriera taż-żrar jew tal-franka għandu l-Gvern bħala proprjeta' tiegħu?", "Min qiegħed jużahom?", "Kemm huwa l-prezz tal-kirja għal kull waħda?", "Kemm hija stmata l-produzzjoni ta' dawk il-barrieri li qiegħed iħaddem il- Gvern bl-impjegati tiegħu?", "Jikkonsidra l-Gvern li juża dawn il-barrieri għall-irdim ta' skart tal- bini u ta' excavation work?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Gvern għandu barriera tal-franka f'Ta' Robba mħaddma min-nies tal-Gvern, għall-użu tiegħu stess.", "Il-kirja tal-barriera tal-franka qiegħda tiġi sstudjata.", "Fl-1996 mill-barriera tal-Gvern tal-franka nqatgħu:", "|Kantun |69907 No | |Blokki | 698 | | |No | |Samrotti| 327 | | |No | |Blajjet | 111 | | |No | |Vasi | 840 | | |No | |Xorok | 4706 No|", "Din il-barriera għadha fi stat tajjeb ħafna u tkun ħasra jekk tintilef għar-radam.", "Barra l-Barriera tal-franka ġewwa Ta' Robba, il-Gvern għandu diversi barrieri oħra mikrijin lil terzi persuni għall-użu ta' qtugħ ta' ġebel.", "Lista kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĦARĠA TTG ITALIA - INTERVISTA PPUBBLIKATA", "3911.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-intervista ppubblikata fil-ħarġa ta' TTG Italia tat-30 ta' Jannar, 1997, jista' l-Ministru jikkonferma li dak li ġie ppubblikat jirrifletti fedelment dak li l-Ministru imwieġeb għall-mistoqsijiet ta' Pamela Mc Court Francescone?", "Jekk le, x'inhuma d-diverġenzi bejn dak li wieġeb l-Ministru u dak li ġie ppubblikat?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.", "MOSTA EXCHANGE - CANTEEN", "3922.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni lil din il-Kamra kif ġie stabbilit Canteen fl- exchange tal-Mosta?", "Kif ġie mikri dan il-canteen permezz ta' offerti jew b'direct allocation?", "X'relazzjoni għandu l-persuna li qed tmexxi dan il-canteen:- Mal- Korporazzjoni Telemalta; ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru; mal-Partit Soċjalista?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Mosta Exchange ma ngħatax permess li jinfetaħ Canteen.", "Dan l-aħħar ġiet talba minn uffiċjal fil-Mosta Exchange f'dan ir-rigward fejn din it-talba qed tiġi kkonsidrata.", "Instab li dan l-aħħar infetaħ tuck shop mingħajr permess għal xi ħinijiet minn ħaddiem tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Nassigura lill- Onor. Interpellant li dan ingħalaq u se jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji.", "PENSJONI TA' L-IRTIRAR", "3923.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti (ex- impjegati tal-Gvern) li qegħdin jieħdu l-pensjoni ta' l-irtirar?", "Kemm minn dawn hija l-mara li qed tieħu l-pensjoni għax ir-raġel ikun miet?", "ONOR.", "LINO SPITERI: In-numru ta' pensjonanti li jieħdu pensjoni ta' l- irtirar mit-Teżor huma kif ġej:", "8461 - pensjonant skond l-Ordinanza tal-pensjonijiet.", "1117 - pensjonant skond l-Ordinanza tal-Pulizija.", "480 - pensjonant skond l-Att tal-Forzi Armati", "1508 - pensjonanti nisa romol skond l-Att tal-pensjoni lir-Romol u l-Orfni.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - BENEFIĊĊJI", "3924.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk il-persuni b'diżabilita' li qegħdin jirċievu xi benefiċċji, allowances, etc?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi persuni b'diżabilita' jistgħu jikkwalifikaw għal pensjoni.", "Din hija pensjoni mhux kontributorja b'rata massima ta' Lm24.48 fil-ġimgħa li magħha jirċievu wkoll il-Bonus Addizzjonali ta' Lm1.34 fil-ġimgħa, u l-Bonus li jitħallas f'Ġunju u f'Diċembru ta' Lm58.", "Din il-pensjoni hi marbuta mat-test tal- mezzi.", "In-numru ta' persuni li qed jirċievu din il-pensjoni huwa ta' 1834, u mqassmin hekk:", "Pensjoni b'diżabilita' mentali 1547 Pensjoni b'diżabilita' gravi 172 Pensjoni għall-għomja 115", "F'każ ta' tfal b'diżabilita' dawn jikkwalifikaw għall-allowance ta' Lm5 fil-ġimgħa li wkoll hi marbuta mat-test tal-mezzi.", "Minn dawn hemm madwar 601 tifel u tifla li qed jirċievu din l-għajnuna.", "PROPRJETA' TAL-GVERN - KERA", "3925.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji li qegħdin jokkupaw b'kera flat, dar eċċ, proprjeta' tal-Gvern li huma ntitolati għal roħs fuq il-kera ta' l-abitazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi hemm 2635 appartament jew dar tal-Gvern li huma mikrija taħt xi skema jew oħra fejn il-kera kummerċjali hija sussidjata skond id-dħul tal-inkwilini.", "SPTARIJIET - KAŻI TA' MRSA", "3933.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' MRSA xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sentejn fl-isptarijiet pubbliċi sptar, sptar?", "F'każ li hemm żieda fin-numru ta' każijiet fl-Isptar San Luqa, x'inhu jżomm lid-Dipartiment tal-Kirurġija milli jipposponi operazzjonijiet li m'humiex urġenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-MRSA hija kondizzjoni komuni ta` kuljum f`diversi sptarijiet fid-dinja u sfortunatament tul dawn l-aħħar snin ġejna wkoll affetwati biha f`Malta.", "Fl-ebda pajjiż bl-epidemjoloġija speċifika s'issa f`Malta, ma jkun hemm raġuni għall-postponiment ġenerali ta` operazzjonijiet mhux urġenti.", "Il-każi preżenti qed jiġu ndirizzati.", "MUS LTD - PROJECT MANAGEMENT OFFICE", "3934.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlaentari numru 2902, jista' l-Ministru jgħid x'żamm milli jintlaħaq ftehim bejn il-Project Management Office u d-Diviżjoni tas-Saħħa dwar kuntratt ta' servizz ta' Project Management?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll breakdown dettaljat ta' l-ammont ta' Lm206,551 li l-Ministru qal li kienu spejjeż li saru fir-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - PROJECT MANAGEMENT SERVICES", "3935.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2905, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub kopja tal-ftehim ffirmat bejn il-Project Management Office u l-Universita' biex din tirċievi servizzi ta' project management u li qegħda titħallas għalihom skond it-tariffa fi Skeda K?", "Jaħseb il-Ministru li s-servizz li qegħda tingħata l-Universita' għandu jkun imħares b'xi tip ta' kuntratt formali?", "Jikkonferma għaldaqstant il-Ministru li jeżistu għadd ta' ftehim bejn il- Project Management Office u periti partikolari biex dawn jagħtu servizz ta' konsulenza b'mod indirett lill-Universita' u ma jeżisti ebda ftehim formali bejn il-Project Management Office u l-Universita'?", "Ma jidhirlux l-Ministru li dawn huma ħwejjeġ perversi fil-konfront ta' regolamenti finanzjarji mgħoddija mill-Parlament Malti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - TINDIF TAL-ĦĠIEĠ", "3936.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex jitqabbad kuntrattur privat biex inaddaf il-ħġieġ tal-blokk tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni meta hu magħruf li riċentement anke nxtara apparat biex isir dan it-tindif?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tip ta' tindif li kien hemm bżonn jirrikjedi li dan ix-xogħol isir minn nies ta' ċertu abilita' u b'apparat apposta biex ma jinħoloqx periklu għall-ħaddiema.", "It-tip ta' apparat li nxtara huwa għal xogħol mhux daqshekk perikoluż u jiswa madwar Lm19.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POST", "3950.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta d-dipartiment beħsiebu jalloka post lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament peress li din il-persuna spiċċat fit- triq flimkien maż-żewġ uliedha u qed tgħix temporanjament f'kamra b'danger fi Flat 4, 100, Strait Street, Valletta?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata m'għandha l- ebda applikazzjoni mad-dipartiment, kellha waħda fl-1989 iżda ġiet ikkanċellata ftit xhur wara għax qalet li ma kenitx aktar interessata.", "DJAR - RIPARAZZJONIJIET", "3951.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta d-dipartiment konċernat beħsiebu jaffettwa r- riparazzjonijiet neċessarji u urġenti mitluba minn prsuna li isimha qed jintbagħat separatament peress li ħaddiema tad-dipartimet diġa' aċċedew fuq il-post, bdew ir-riparazzjonijiet u f'daqqa waħda waqfu?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat li x-xogħlijiet li kellhom isiru mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar tlestew kollha barra l-bdil tal- ġebel fuq il-faċċata.", "Informat ukoll li d-dipartiment talab l-għajnuna tal- VRP biex jista' juri x-xogħol.", "ĦABS ĊIVILI - DETENUTI", "3952.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm detenuti fil-ħabs taħt arrest preventiv?", "Jista' jagħti lista ta' kemm ilhom hekk detenuti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, fl-10 ta Marzu 1997, in-numru ta' detenuti fil-Ħabs taħt arrest preventiv kien ta' 127.", "Ninsab informat ukoll li ż-żmien li dawn ilhom hekk detenuti jvarja bejn Mejju 1992 u Marzu 1997.", "ĦABS ĊIVILI - NISA DETENUTI", "3953.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid hux beħsiebu jintroduċi r-riformi neċessarju biex in-nisa detenuti jkunu jistgħu jipprevalixxu ruħhom minn sistema riformattiva għal riabilitazzjoni mid-dipendenza fuq id-droga bħala ma hemm f'Division 7?", "Kemm kien hemm rikjesti minn nisa li xtaqu jgħaddu programm simili?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Diġa' teżisti l-possibbilta' li detenuti femminili jsegwu programm ta' riabilitazzjoni mid-dipendenza fuq id-droga.", "Fil-preżent hemm detenuta li qed issegwi dan il-programm, filwaqt li żewġ applikazzjonijiet oħra qed jiġu kkonsidrati.", "GĦAWDEX - DIPARTIMENT TAL-GVERN", "3956.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm u fejn fis-26 ta' Ottubru, 1996 kien hemm karozza mikrija self-drive f'Għawdex lid-Dipartiment tal-Gvern u/jew lill- Ministeru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-taġħrif mitlub jingħata f'xi seduta ohra.", "SAJJIEDA", "3957.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda fulltime u part-time li jagħmlu użu minn irmiġġ fuq il-pontoons li jinsabu fl-Imġarr, Għawdex?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-irmiġġi huma responsabbilita' ta' l- Awtorita Marittima l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel id-domanda lill- ministru kkonċernat.", "ORGANIC FARMING - RAPPORT", "3958.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport ta' l-esperti Ġermaniżi fuq l-Organic Farming?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kopja tar-rapport magħmul fuq bażi volontarja minn esperti Ġermaniżi fuq is-suġġett ta' l-Organic Farming tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Nixtieq inżid ngħid li dan ir- rapport ġie pprezentat lill-għaqdiet ambjentali kollha għall-kummenti tagħhom f' laqgħa li saret fl-uffiċċju tiegħi.", "EX-AMBAXXATUR TA' MALTA F'PARIĠI", "3959.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-ex-Ambaxxatur ta' Malta f'Pariġi nefaq somma kbira ta' flus biex għamel farewell drinks għall-ħbieb meta temm il-kariga tiegħu bħala ambaxxatur f'Pariġi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nikkonferma illi l-Ambaxxatur Malti illi kien iservi ġewwa Parigi sa nofs Diċembru 1996 organizza, mingħajr ma talab l-awtorita' meħtieġa minn qabel, kif kien obbligat jagħmel, riċeviment għal madwar 300 ruħ fit-12 ta' Diċembru 1996.", "Għal dan ir-riċeviment, jiena nformat illi ntnefqet is-somma approssimattiva ta' Lm4,800 minn fondi pubbliċi.", "F'ittra li l-ex Ambaxxatur sussegwement bagħat lill-ministeru, sostna illi hija prassi normali li jiġu organizzati okkażjonijiet simili meta xi Ambaxxatur ikun se jtemm il-kariga tiegħu f'pajjiż.", "Madankollu, il-ministeru tiegħi għadu qed jgħarbel sew il-każ minħabba li l-avveniment inżamm mingħajr ma ntalbu l-permessi meħtieġa minn qabel, speċjalment meta wieħed anki jikkonsidra n-nefqa konsiderevoli li saret.", "ANZJANI - FTUĦ TA' DAY CENTRES", "3961.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li taħt l- Amministrazzjoni preċedenti, id-Dipartiment ta' l-Anzjani kellu kuntatti mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa dwar il-ftuħ ta' day centres għall-Anzjani f'dan ir-raħal - fil-fatt kien diġa' speċifikat il-post fejn kien hemm Mid- Med Bank fi Triq il-Ġdida - jista' l-Ministru jgħid xi progess sar f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-post diġa' ġie spezzjonat u jidhrilna li huwa tajjeb għal Day Centre.", "Għalhekk saret approvazzjoni uffiċjali mid- Dipartiment bi ftehim mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa.", "ANZJANI - DAY CENTRE FL-IMSIDA", "3962.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li riċentement is- Segretarju Parlamentari għall-Anzjani ġie rrapportat li qal li fl-Imsida Day Centre se jsir billi jintuża s-sular t'isfel fejn hemm id-Dining Room ta' l-Imsida Home, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni definittiva dwar dan il-pjan?", "Peress li dan ifisser li wieħed ikollu jieħu parti sostanzjali u prominenti minn din id-dar biex jużaha bħala Day Centre, ma jkunx aħjar li dan iċ-ċentru, jekk għandu jsir f'dawk l-akwati, jinbena fuq art li hemm vojta u li tmiss ma' l-istess dar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mid-daqqa t'għajn u wara diskussjoni ma' s-Sindku tal-Imsida u mal-Kap tad-Djar għall-Anzjani jidher li l-parti ta' isfel tad- Dar tal-Imsida hija addattata biex tintuża bħala Day Centre.", "Dan jgħin ukoll biex jibqgħu ntegrati l-anzjani tal-Home fis-soċjeta.", "Billi jidher li dan jista jsir b'vantaġġ allura l-użu tal-art indikati fil- mistoqsija għal dan l-iskop tkun ħela tas- spazju bla bżonn.", "Madankollu d-deċiżjoni finali għada ma ttieħdetx u jekk ikun hemm argumenti siewja oħra dejjem disposti niddeċiedu skond l-għaqal.", "FMSS - FONDI", "3964.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'pagamenti għamlet il-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar ta'l-1991 u l-31 ta' Jannar ta' l-1997 billi jgħid kull pagament li sar mill-fondi tagħha lil min sar, id-data ta' meta sar, għal-liema raġuni sar kif ukoll l-ammont ta' kull pagament li sar?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll lista ta' standing orders li tħallsu mill-kont tal-bank ta' l- istess Fondazzjoni fil-perjodu msemmi u lil min?", "Jista' jgħid meta għal- liema raġuni saru u jinkludi wkoll il-ħlasijiet li għamlet il-Fondazzjoni lil xi bank partikolari biex saru bank drafts kemm f'valuta Maltija kif ukoll f'dik barranija filwaqt li jagħti d-dati ta' meta saru, l-ammonti tagħhom lil min u għal-liema raġuni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kunfidenzjali.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI", "3965.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi swiet lill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali l-Konferenza Anthropological Perspectives on the Roots of Conflict in the Eastern Mediterranean li saret fl-4 u l-5 ta' Ottubru ta' l-1996 billi jgħid xi tħallas item per item għal kull spiża li saret f'dan ir-rigward u lil min?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din il-konferenza saret bejn l-4 u l-5 ta' Ottubru, 1996.", "L-ispejjeż kienu dawn:", "|Payee |Dettalj|Ammont | | |i | | |Royal |Riklam |Lm 42.54| |Anthropological| | | |Institute | | | |Arcades Florist|Fjuri |Lm 12.00| |Gesco Signs |Sign |Lm 22.00| | |Board | | |Casino Maltese |Lunch |Lm283.75| |TC Zammit |Cultura|Lm 20.00| | |l Tour | | |Tufigno |Ritratt|Lm 20.00| | |i | | |Plevna Hotel |Akkomod|Lm594.27| | |azzjoni| | |Medivet Ltd. |Lunch |Lm285.25| |Simone Vella |Typing |Lm 18.00| | |& | | | |Typescr| | | |ipt | | |Zarb Garage |Transpo|Lm 60.72| | |rt | | |Oħrajn | |Lm 13.90| |Total: | |Lm1372.4| | | |3 |", "Id-dħul mill-participation fees kien ta' Lm852.77.", "Id-deficit għamlet tajjeb għalih għotja mill-Unesco.", "TOROQ - DWAL", "3974.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħidilna kemm hemm talbiet pendenti għal bozoz ta' triq lokalita' b'lokalita'?", "Kemm saru u fejn saru bozoz f'toroq mid-data ta' l-elezzjoni sal-lum?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "TEMPJI NEOLITIĊI - PLATFORMS", "3975.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li f'tempji neolitiċi ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra, fihom jsiru platforms ta' l- injam bħalma jeżistu fit-Tempju tal-Gġantija f'Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant tas- suġġeriment tiegħu, ngħarrfu li din il-miżura ttieħdet ukoll fit-tempji ta' Ħal Tarxien, u li hija waħda mill-possibilitajiet li qegħdin jiġu kkonsidrati għal siti oħra.", "LOTTU PUBBLIKU - PREMIJIET", "3976.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-premijiet ta' Lm3,000 (u sussegwentement ta' Lm4,000) li nstabu u ssarfu fid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku bħala rebħ mil-lotterija Scratch and Win?", "Kemm minn dawn il- biljetti nbiegħu minn banek tal-lottu?", "Kemm minn bejjiegħa oħrajn aġenti jew sellers?", "Kemm minn vending machines?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Fil-Presto Instant Lottery magħrufa wkoll bħala Scratch and Win bejn il-15 ta' April u s-7 ta' Marzu 1997 intrebħu għaxar premijiet ta' Lm3,000 u tnejn ta' Lm4,000.", "Fejn jidħol bejgħ ta' biljetti tal-Lotterija Nazzjonali, Presto Instant Lottery (Scratch and Win) jew Tiritombla, id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku ma jagħmilx distinzjoni bejn riċevituri tal-Lottu, bejjiegħa (seller/agents) u vending machines.", "Id-distinzjoni teżisti biss fejn jidħol bejgħ ta' biljetti tal-Lottu u tas-Super Five billi dawn huma limitati għal bejgħ minn banek tal-Lottu li huma allokati biss lill riċevituri tal-Lottu.", "Għaldaqstant mhux possibbli tinagħta tweġiba għat-tieni parti tad-domanda ta' l-Onor.", "Membru.", "GĦAWDEX: RABAT - VILLA RUNDLE", "3977.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-passaġġi ġewwa Villa Rundle, fir-Rabat Għawdex, jiġu ċċanġjati mill-ġdid peress li jinsabu fi stat ferm ħażin u ta' periklu għal pubbliku ġenerali b'mod partikolari għat- tfal?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ġnien Villa Rundle, fir-Rabat, Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilita' diretta tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd.", "GĦAWDEX:RABAT - TRIQ IR-REPUBBLIKA", "3978.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li ż-żewġ teatri li hemm fi Triq ir- Repubblika, Rabat, Għawdex jiġu floodlit?", "Jekk iva, meta se jsir dan ix- xogħol?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalkemm il-Gvern jagħti kull għajnuna possibbli u xierqa lill-għaqdiet GĦawdxin biex igħinhom igibu 'l quddiem il-ħajja kulturali u artistika f'Għawdex, mhijiex il-policy li l-bini tagħhom ikun imdawwal mill-Gvern.", "SKEJJEL - TFAL FUQ IL-MINI-BUSES", "3979.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed isir il-kontroll fin-numru tat-tfal fuq il-mini-buses meta dawn qed ikunu mimlija daqs bajda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - TRASPORT", "3980.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tfal ta' l-iskola jinġabru minn fejn darhom fil-għodu u fir-ritorn tagħhom dawn it-tfal jiġu mitluba fil-pjazza tar-raħal?", "Qed nirriferi għat-tfal ta' San Blas, Nadur, u dawk ta' Nazzarenu, Xagħra, Għawdex.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET FIL-PROMENADE", "3981.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hi l- aħħar stima fuq ix-xogħlijiet li qed isiru fuq il-Promenade ta' Buġibba, u jistax jagħti breakdown ta' l-istess stima biex il-Kamra ikollha kemm hu mistenni jintnefaq fuq materjal; ħlas normali lill-ħaddiema tal-Gvern; overtime lill-istess ħaddiema; u ħlasijiet lil kuntratturi b'indikazzjoni ta' liema kuntratturi ngħataw liema xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "P.A. - RAPPORT MIS-SUR CARMELO FARRUGIA", "3982.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għamel is-Sur Carmelo Farrugia, fuq inkarigu tal-Gvern għar-rigward ta' l-operat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista l-Ministru jinforma wkoll l-Kamra jekk sarx xi ħlas għall-istess rapport, u jekk iva kemm?", "Jista' l-Ministru jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar mill-istess Management Team tad- Direttorat ta' l-Ippjanar fuq titjib li jista' jsir fl-operat ta' l- awtorita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-rapport tas-Sur Carmelo Farrugia, flimkien ma' dak tal-Management Team tad-Direttorat ta' l-Ippjanar, għadhom qegħdin jintużaw biex jgħinu ħalli jinstabu x' miżuri jridu jittieħdu biex l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tiffunzjona aħjar.", "Dawn ir-rapporti ġew ukoll diskussi mill-Bord ta' l-Awtorita'.", "Meta jkun iż-żmien adattat, dawn ir-rapporti jitqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Dwar il-ħlas li sar għar-rapport tas-Sur Farrugia, is-somma kienet ta' Lm700.", "WIED IL-GĦAJN - RAZZETT TAL-ĦBIBERIJA", "3983.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol sabiex jitwassal il-main tad-drenaġġ fir-Razzett tal-Ħbiberija f'Wied il- Għajn?", "Jista' l-Ministru jagħmel l-almu tiegħu sabiex dan ix-xogħol jitlesta sas- Sajf li ġej meta jkun wasal sabiex jitlesta proġett filantropiku ta' estensjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ TAL-BORG - FOND NRU.", "120", "3984.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid għalfejn il-fond numru 120, Triq Tal-Borg, Raħal Ġdid ġie derekwiżizzjonat?", "Jekk dan sar minħabba periklu jista' l-Ministru jgħid x'periklu kien fih dan il-post?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi fil-fond imsemmi kien hemm ħsara li jirrendih mhux tajjeb biex jinkera lill-ħaddieħor, eżattament bħalma ġara fi tlett mija u tmien każ ieħor mill-1991 'l hawn.", "POLYMETRICS - ĦADDIEMA", "3985.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Maltin jaħdmu mal-Polymetrics, kemm minnhom huma industrijali, kemm minnhom huma management?", "X'se jagħmel il-Gvern b'dawn il-ħaddiema meta jieħu t-tmexxija ta' l- impjanti tar-reverse osmosis f'idejh?", "Il-Gvern se jonora il-ftehim li kien sar li l-ħaddiema tal-Polymetrics isiru tal-WSC, bl-istess pagi u kondizzjonijiet li għandhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KORPORAZZJONIJIET/ENTI PUBBLIĊI - MEMBRI FUQ BORDIJIET", "3991.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3596, jaf il-Prim Ministru li managers moderni normalment jużaw programmi ta' databases fuq computers li jiffaċilitaw it-tiftix ta' informazzjoni bħal dik mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 3596?", "L-ismijiet tal-membri fuq il-bordijiet ta' Korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi li għadu kemm apponta dan il-gvern ma jistgħux jinżammu fuq database li jagħtik din l-informazzjoni f'temp ta' ftit sekondi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diga' weġibt lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija tiegħu numru 3596, f'disa snin u nofs ta' Gvern Nazzjonalista qatt ma mżammet statistika kif talabha l-Onor.", "Membru.", "Nirringrazzjah għas-suġġeriment ferm utli tiegħu dwar kif l-informazzjoni mitluba minnu tista' tinżamm fuq database, imma għalissa l-informazzjoni miġbura għadha fl-istat li kienet iżżommha l-amministrazzjoni preċedenti.", "UNIVERSITA' - STIPENDJI", "3992.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Universitarji ntitolati u attwalment jieħdu l-istipendju fl-1 ta' Novembru 1996 u kemm kien dan l-istess numru fl-aħħar ta' Frar ta' din is-sena?", "Kemm tħallas fi stipendji xahar b'xahar minn Ottubru 1996 sa l-aħħar ta' Frar ta' din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "COMMONWEALTH SCHOLARSHIPS - BORD", "3993.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Minisatru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Bord ta' l-Għażla tal-Commonwealth Scholarships minn Ottubru sal-lum?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal dawn l-ischolarships fl-aħħar sejħa li saret?", "Kemm saru nomini għal dawn l-ischolarships bejn l- 1990 u l-1997 sena b'sena?", "Min huma l-applikanti li ġew nominati għal dawn l-ischolarships din is- sena u għal-liema oqsma ta' studju u fejn ġew nominati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Bord ta' l-Għażla tal-Commonwealth Scholarships iltaqa' erba' darbiet mis-26 ta' Novembru 1996, id-data tal-ħatra, sa' llum.", "Matul Ottubru u Novembru kien fil-ħatra il-Bord ta' qabel li ma ltaqax.", "Fl-aħħar sejħa li saret, dik ta' New Zealand, kien hemm tmien applikazzjonijiet.", "S'issa l-ebda applikant minn dawn it-tmienja għadu ma ġie nominat.", "Fil-fatt qed isir il-proċess biex isiru l-interviews' ta' l- applikanti.", "Matul is-snin imsemmija fil-mistoqsija saru dawn in-nomini għall- Commonwealth Scholarships:", "1990 - 10 1991 - 11 1992 - 11 1993 - 5 1994 - 9 1995 - 8 1996 - 8 1997 - 8", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZI U TEKNOLOĠIJA", "3994.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-risposta parlamentari numru 2575, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex maħsub li l-MCST jikkummissjona l-bini ta' hands-on-science exhibits ġodda għas-sena 1997, biex jintużaw fil- wirijiet li beħsiebu jorganizza matul l-1997, flimkien mal-exhibits li qed juża diġa' l-kunsill li huma dawk l-istess li ntużaw fis-Science and Technology Week li saret f'Jannar, 1996?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-vot li se jintnefaq fqu dawn l-exhibits ġodda u min se jagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed isir assessment tal-wirjiet Weekent Xjenza li diġa' ġew organizzati u jrid isir rapport fuq dak li sar, biex minnhemm mbagħad jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar bini ta' hands-on science exhibits ġodda.", "MCST - STAFF", "3995.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mill-ewwel tas-sena 1997, x'tibdil fl-istaff kien hemm fl-MCST?", "F'kull każ, x'sejħiet kien hemm għall-ingaġġ?", "Meta saru dawn is-sejħiet u x'numru tal-ETC Permit kien hemm għal kull sejħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li qed isir proċess biex jimtela' l-post ta' Chief Executive Officer tal-MCST.", "Saru żewġ sejħiet għall-ingaġġ, bejn 7-17 Frar 1997 u bejn 8-20 Marzu 1997.", "L- ETC Permit No. huwa 24/97.", "L-MCST ġie wkoll mitlub mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex Ms Claire Micallef Pule, is-Segretarja tal-Kunsill, tiġi seconded mill-MCST għall- Uffiċċju tal-President.", "L-MCST xtaq jilqa' din ir-rikjesta u wera li ma kellux oġġezzjoni.", "Biex jimtela' l-post vakanti, Ms Rosanna Schembri ġiet seconded mill-Foundation for International Studies.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZI U TEKNOLOĠIJA", "3996.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ħteġijiet li waslu sabiex il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija jkollu messaġġier minkejja li l-vot rikorrenti matul din is-sena tnaqqas?", "Kemm se jitħallas dan il-messaġġier?", "Kif intgħażlet din il-persuna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-MCST inħass bżonn ta' messaġġier/driver biex jaqdi l-ħteġijiet tal-Kunsill.", "Il-paga hija dik korrenti ta' messaġġier/driver u dan intgħażel bil-proċedura tal-Labour Office.", "L-arranġamenti preżenti qed jaqdu aħjar lill-kunsill u b'anqas spiża minn żmien li l-Onor Interpellant kien chief executive tal-kunsill.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "VAT - PERSUNI REĠISTRATI", "W154.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti lista bl-ismijiet u l-indirizzi ta' dawk il-persuni jew azjendi li huma reġistrati għat-taxxa tal-VAT u li n-negozju tagħhom qiegħed f'Tas-Sliema u San Ġiljan?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jiena mgħarraf li hija l-prattika tad-Dipartiment tal- VAT li fuq talba ta' persuni li qegħdin fin-negozju jagħti l-lista kollha tan-nies li huma reġistrati mad-dipartiment bid-dettalji taghhom (isem, indirizz etċ), meta din tkun meħtieġa għall-skopijiet ta' kummerċ bi ħlas ta' Lm15.", "Hija l-prattika wkoll li l-informazzjoni li tingħata tkun ġenerali, filwaqt li l-informazzjoni konfidenzjali ma tingħatax.", "Informazzjoni oħra bħal din li qed tintalab mill-Onor Sinjur ma tinżatax jekk ma tkunx standard format tad-dipartiment.", "VETTURI SECOND HAND", "W171. - L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi second hand li ġew reġistrati f'Malta kull sena mill-1985 'il hawn?", "F'liema kategoriji kienu l-vetturi reġistrati f'dan il-perjodu?", "Matul l- ewwel xahrejn ta' din is-sena kemm kien in-numru ta' vetturi li ġew reġistrati f'kull kategorija, kemm ġodda kif ukoll second hand?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH Jien informat li n-numru ta' vetturi second hand li ġew irreġistrati minn l-1988 kien kif jidher hawn taħt:", "| |Priv|Comm-|Vehi|Buse|Moto|TOTA| | |ate |ercia|- |s |r |L | | |Cars|l |cles|and |Cycl| | | | |Vehi-| |Mini|es | | | | |cles |for |Buse| | | | | | |Hire|s | | | |198|363 |1,099| 7 | | |1,47| |8 | | | | |9 |8 | |198|282 |1,317| 2 | | |1,60| |9 | | | | |6 |7 | |199|104 |1,197| - | | |1,30| |0 | | | | |6 |7 | |199| 59| | 1 | | | | |1 | |607 | | |- |667 | |199|167 | | - | | 13|1,06| |2 | |887 | | | |7 | |199|572 |1,201|17 | | 38|1,82| |3 | | | | | |8 | |199|683 |1,327| 4 | |102 |2,11| |4 | | | | | |6 | |199|497 |2,160| 4 | |159 |2,82| |5 | | | | | |0 | |199|392 |2,554| 4 |27 |170 |3,14| |6 | | | | | |7 |", "Id-dipartiment m'għandux figuri rigward is-snin 1985, 1986 u 1987.", "In-numru ta' vetturi rreġistrati ġodda matul l-ewwel xahrejn ta' din is- sena kien:", "| |Priv|Commer|Vehi|Buse|Moto|TOT| | |ate |cial |cles|s |r |AL | | |Cars|Vehicl|for |and |Cycl| | | | |es |Hire|Mini|es | | | | | | |Buse| | | | | | | |s | | | |Jann|808 |121 |21 |- |16 |966| |ar | | | | | | | |Frar|600 | 80 |12 |1 |29 |722|", "Filwaqt li n-numru ta' vetturi rreġistrati 'second hand' kien:", "| |Pri|Commer|Vehi|Buse|Mot|TOTA| | |vat|cial |cles|s |or |L | | |e |Vehicl|for |and |Cyc| | | |Car|es |Hire|Mini|les| | | |s | | |Buse| | | | | | | |s | | | | | | | | | | | |Jann|38 |308 |- |1 |7 |354 | |ar | | | | | | | |Frar|24 |149 |- |3 |9 |185 |", "DELEGATI TAR-REĠISTRU TAŻ-ŻWIEĠ", "W172.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija paralementari numru W143, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk id-Deputati Reġistraturi appuntati taħt l-Att ta' l-1975 taż-Żwieġ u li ġew imneħħija mill-amministrazzjoni preċedenti, ċioe' fil-15 ta' Mejju, 1995?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li xogħol id- Delegati tar-Reġistru taż-Żwieġ (u mhux Deputati Reġistraturi kif qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant) spiċċa awtomatikament fil-15 ta' Mejju 1995 meta daħlu fis-seħħ l-emendi fl-Att taż-Żwieġ li kienu saru wara l-Ftehim bejn il-Gvern Malti u s-Santa Sede.", "Fil-fatt b'dawn l-emendi nbidlu l-proċeduri tar-reġistrazzjoni ta' l-Atti taż-Żwieġ ta' żweġijiet Kattoliċi u billi qabel dawn l-emendi din ir- reġistrazzjoni kienet l-unika funzjoni li d-delegati kienu jintgħażlu biex iwettqu, il-ħtieġa tagħhom spiċċat fl-imsemmija data.", "FURJANA - BINJA VILHENA", "W173.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Gvern preżenti jgħid jekk huwiex se jkompli l-wegħda tal-Gvern Nazzjonalista li ftit qabel ma spiċċa kien wiegħed lir-residenti ta' Binja Vilhena li f'qasir żmien kellu jirranġa l- inħawi ta' madwar din il-binja li tinsab fi Pjazza Preziosi, l-Floriana?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: NirrIferi l-Onor.", "Interpellant għat-twegiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2522 (Seduta Nru. 24) u għall- mistoqsija parlamentari numru 3719 (Seduta Nru. 38).", "WSC - SERVIZZ TA' DAWL U ILMA", "W175.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'rimedji mmedjati hemm biex il-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover jingħata l- ilma u d-dawl li ilu li applika għalihom, meta ħaddieħor fid-dar għandu dawn dawn is-servizzi u meta din il-persuna se tiżżewweġ fi żmien sitt xhur u se jkun kostrett imur joqgħod f'post bla dawl u bla ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq il-Ħafur, Attard, hija pproġettata fil- programm tax-xogħlijiet ta' estensjonijiet ta' mains ġodda li għandha l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal din is-sena.", "BIRGU - FORTI SANT'ANĠLU", "W177.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni: Peress li fl-inħawi taxxatt storiku tal-Birgu u l-akwati tal- Forti Sant'Anġlu mistenni li jsir żvilupp ta' ġid infrastrutturali u turistiku, jikkonsidrax il-Ministru li l-Komunita Ċiniża tiġi riallokata posta band'oħra u l-bini fejn qed jabitaw jitwaqqa'?", "Jistgħux jittieħdu l- passi neċessarji sabiex ma jibqax jitqabbad nar f'waħda mid-daħliet tal- Forti Sant'Anġlu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant se tiġi studjata fid-dawl tal-Master Plan li qed jitħejja għar-Riabilitazzjoni tal- Kottonera.", "Dwar l-aħħar parti tal-Interpellanza nitlob lil Onor. Interpellant biex jagħtini aktar dettalji.", "BIRGU - ĊIMITERJU TA' SAN LAWRENZ", "W178.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jara li jkun installat il-kurrent elettriku ma' arblu li twaħħal quddiem iċ-ċimiterju ta' San Lawrenz fil-Birgu?", "Għaliex f'ċerti każi, ċerti bozoz maħruqa jdumu ħafna sabiex jinbidlu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol meħtieġ biex jiddawwal quddiem iċ-ċimiterju ta' San Lawrenz fil-Birgu ser jitkolmpla fi żmien qasir.", "Fil-preżent, il-medja ta' żmien biex jinbidlu bozoz maħruqa hija ta' madwar għaxart ijiem ta' xogħol, u dan minħabba li l-villaġġ bl-akbar numru ta' bozoz maħruqa jieħu prijorita'.", "Iżda, il-Korporazzjoni Enemalta qed tara kif ukoll dan iż-żmien jista' jitnaqqas.", "FORTIFIKAZZJONIJIET TAL-KOTTONERA - RIABILITAZZJONI", "W179.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jindika x'inhu jżomm milli jitwettaq proġett ta' park b'tema storika li l-Kunsill Lokali tal-Birgu ilu li ppropona li jsir fil-Foss tal-Birgu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-progett qed jigi studjat fid-dawl tal-Master Plan li qiegħed jitfassal għar-riabilitazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet tal- Kottonera.", "KOTTONERA - RIABILITAZZJONI", "W180.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għal użu alternattiv ta' l-Armerija ta' l-Ordni (ex-Harry Stanger College) u għal Mina tas-Sultan fil-Birgu u x'konsiderazzjonijiet se jingħataw id-diversi talbiet u suġġerimenti li saru mill-Kunsill Lokali tal-Birgu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant se tiġi studjata fid-dawl tal-Master Plan li qed jitħejja għar-Riabilitazzjoni tal- Kottonera.", "BIRGU - TRIQ IL-PAPA ALESSANDRU - PROĠETT", "W181.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tinbena l-parti ta' ġewwa ta' St. Lawrence Street, Birgu u jiġi riabilitat u rranġat bini mhux abitabbli fl- istess lokal sabiex tittaffa ftit il-problema ta' nuqqas ta' akkomodazzjoni li teżisti f'dan il-lokal?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li sal-lum m'hemm l- ebda progett ta' housing socjali proġettat ghat-triq imsemmija.", "Madankollu il-Birgu se jsir proġett f'Triq il-Papa Alessandru li bħalissa jinsab quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-konsiderazzjoni.", "TA' GIORNI - ST MICHAEL'S COLLEGE", "W185.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Għandux ħsieb il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali jakkwista lura mingħand l-awtoritajiet Libjani l-proprjeta' f'Ta' Ġiorni li qabel kienet St Michael's College of Education biex jiġi assigurat l-aqwa użu possibbli minn riżorsa ta' valur għall-poplu Malti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni fil-preżent m'għandux pjanijiet li jerġa' jakkwista l-bini li qabel kien St Michael's College of Education.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "W187.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Kemm ġew rapportati ġenituri l-Qorti talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola f'Ottubru u Novembru 1996?", "Jista' l-Ministru jgħid mil- liema skejjel huma dawn it-tfal?", "Kemm minn dawn kienu reċedivi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu lill- ġenituri talli wliedhom m'attendewx l-iskola kien kif jidher hawn taħt: Ottubru 1996 - 502 Novembru 1996 - 402", "Mill-figuri ta' hawn fuq: - Fix xahar ta' Ottubru '96 kien hemm:", "12-il-ċitazzjoni li jkopru żewġt ulied ta' l-istess familja.", "Ċitazzjoni waħda li tkopri tliet ulied ta' l-istess familja.", "Ċitazzjoni waħda li tkopri erbat ulied ta' l-istess familja.", "- Fix-xahar ta' Novembru '96 kien hemm:", "12-il ċitazzjoni li jkopru żewġt ulied ta' l-istess familja.", "Erba' ċitazzjonijiet li jkopru tliet ulied ta' l-istess familja.", "Ċitazzjoni waħda li tkopri erbat ulied ta' l-istess familja.", "Dawn it-tfal kienu minn dawn l-iskejjel, hekk kif jidher hawn taħt:", "| |Ottubru |Novembru | | |'96 |'96 | |Primarji |57 | 41 | |Sekondarji,|314 |331 | |liċei u | | | |ex-Opportun| | | |ity | | | |Snajja |133 | 37 | |Oħrajn | 11 | 14 | |Skejjel | 4 | 4 | |speċjali | | | |Totali |519 |427 |", "Il-każi reċedivi kienu hekk: Ottubru 1996 - xejn (bidu tas-sena skolastika) Novembru 1996 - 174", "UNIVERSITA - FAKULTA' TAT-TEOLOĠIJA", "W189.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk hu ltaqax formalment jew informalment mal-Fakulta' tat-Teoloġija ta' l-Universita' minn kemm ilu fil- ħatra?", "Jekk fl-affermattiv, x'kien diskuss?", "Hemm xi proposta li l- Ministru għamel lill-Fakulta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, ltqajt darba.", "Il-fakulta' spjegat xi programm ta' xogħol għandha.", "Tlabt lill-fakulta' biex tara x'jista' jsir biex jitjib il-livell tat-tagħlim tar-Reliġjon fl-iskejjel primarji.", "IKLIN - ĊENTRU TAL-KINDERGARTEN", "W190.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Skond stqarrija għall-istampa li ħarġet mid-DOI fil-15 ta' Ottubru 1996, il-ġenituri tat-tfal ta' l-eta' tal-Kindergarten u li joqogħdu l-Iklin ġew mgħarrfa li se jiftaħ ċentru ta' kindergarten fl- Iklin?", "Meta hu maħsub li jinfetaħ dan iċ-ċentru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3250.", "SKEJJEL: PATRI ĠUŻE DELIA", "W191.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: X'inhuma l-ħsebijiet tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni dwar l- iskola sekondarja Patri Ġuże' Delia għas-sena d-dieħla?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li din l-iskola u t-tfal se jiġu trasferiti għall-iskola Maria Assunta tal-Ħamrun?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi diskussjonijiet fuq dan it-trasferiment mal-Kunsill Skolastiku ta' din l-Iskola?", "Veru li flok dawn it-tfal issa se jmorru l-istudenti ta' l-iskola sekondarja Vincenzo Borg Brared ta' Birkirkara?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: NirrIferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 3251.", "Il-pjan issa hu li l-istudenti ta' Form III, IV u V ta' l-Iskola Sekondarja Ġuże' Delia, Birkirkara, f'Settembru 1997 ikunu trasferiti għall- Iskola Sekondarja Maria Assumpta, Ħamrun.", "Se jittieħdu l-passi kollha meħtieġa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex it-trasferiment kemm ta' l- għalliem kif ukoll ta' l-istudenti jkun bl-anqas inkonvenjent possibbli.", "L-iskola Patri Ġuże' Delia se takkommoda lill-istudenti subien ta' l- Iskola Sekondarja Vincenzo Borg Brared, Birkirkara, li preżentement tinsab fil-kumpless ta' skejjel primarji.", "Hu maħsub li fi żmien qasir se jingħata t-tagħrif meħtieġ lill-partijiet konċernati.", "Nippriferi li f'każi simili l-partijiet konċernati jiġu nformati, ikkonsultati minn qabel.", "GĦad irridu ndaħħlu tradizzjoni ġdida fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjon li jkun hemm aktar komunikazzjoni ma' partijiet milquta minn deċiżjonijiet.", "M'iniex sodisfatt li għandna sistema tajba ta' komunikazzjoni f'dan il- qasam", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - L241/88", "W201.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-file tal-Land Baviera, Valletta L241/88 tal-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, jista' d-dipartiment joħroġ iċ-cheque dovut lil dan il-kostitwent bħala kumpens għal post li ħadlu l-Gvern fl-1988; peress li dan id-dewmien qed ifisser nuqqqas ta' ġustrizzja?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant hi mitluba li tmur id-dipartiment ta' l-Artijiet (Acquisition Section) u tieħu magħha id-dokumenti relattivi biex turi it-titolu tagħha għal proprjeta espropjata.", "MIA - ĦATRA TA' KAP EŻEKUTTIV", "W203. - L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jinħatar il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Malta International Airport ladarba ċ-chairman ma ngħatax ħatra ta' Chairman Eżekuttiv?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li iċ-Chairman ta' l-MIA qatt ma kellux ħatra eżekuttiva, iżda kien qed jaġixxi f'din il- kariga peress li l-post ta' Chief Executive baqa' ma nteliex.", "Il-Kap Eżekuttiv il-ġdid beda x-xogħol illum.", "AIR MALTA - PASSENGER HANDLING", "W204.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-Air Malta flok li timpjega numru ta' ħaddiema part-time fid-Dipartiment tal-Passenger Handling għax-xhur tas-sajf se toffri transfer temporanju lill-ħaddiema li jaħdmu fil-Head Office?", "Jidhirlu l-Ministru li din id-deċiżjoni se tolqot ħażin ix-xogħol amministrattiv ta' l-Air Malta li fix-xhur tas-sajf diġa' jbati ħafna minħabba li tliet darbiet fil-ġimgħa l-ħaddiema bid-day duties fl-Air Malta jaħdmu nofs ta' nhar?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-kumpannija beħsieba tilqa' t-talba ta' l- impjegati regolari taghha li ilhom ħafna jitolbu li jitħallew jagħmlu xogħol fil-Passenger Handling matul ix-xhur tas-sajf, u għal dan il-għan ħarġet sejħa interna għall-applikazzjonijiet minn fost li staff eligibbli għal dan it-trasferiment temporanju.", "Jekk eventwalment tinħass il-ħtieġa, il-kumpannija ma tonqosx li tagħmel ir-reklutaġġ meħtieġ biex ix-xoghol ta' l-amministrazzjoni tal-kumpannija jibqa' miexi regolarment", "AIR MALTA - BORD TAD-DIRETTURI ĠDID", "W205.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Wara li l- Prim Ministru ġie rrapportat li qal li fuq il-Bord tad-Diretturi l-ġdid ta' l-Air Malta se jinħatar rappreżentant ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar, jidhirlu l-Ministru li ħatra bħal din tivvantaġġa lil dak fost l-aġenti ta' l-ivvjaġġar li jinħatar fuq il-Bord tad-Diretturi fil-konfront tal- kompetituri diretti tiegħu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Interpellant mhux informat tajjeb.", "Ma jirrizultalix li l-Prim Ministru qal li se jinhatar rapprezentant ta' l- agenti ta' l-ivvjaggar fuq il-Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta.", "AIR MALTA - DIVISION CO-ORDINATOR", "W206.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament inħatritx Division Co-ordinator fl-Air Malta qabel ma' din intbagħtet ma' l-Azzur Air bħala Managing Director ta' l-istess kumpannija?", "Jekk fl-affermattiv, ma jidhirlux l-Ministru li din il-ħatra ma treġix meta dan l-individwu kien se jintbagħat barra min Malta biex imexxi l-Azzur Air u allura ma kellu l-ebda diviżjoni fl-Air Malta x'jikkontrolla?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nikkonferma l-ewwel parti tal-mistoqsija.", "Għat -tieni parti nirrispondi fin-negattiv.", "AIR MALTA - UFFIĊJALI", "W207.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jikkonferma li erba' uffiċjali ta' l-Air Malta ngħataw karozza tal- kumpannija?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il- karozzi nxtrawx jew inkrewx; jekk ħarġitx tender biex dawn il-karozzi jinxtraw jew jinkrew; u jekk qed jinkrew b'liema rata u mingħand min?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Min Ottubru li għadda 'l hawn ma ġiet allokata l- ebda karozza lil xi ufficjal ta' l-Air Malta.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu daqstant għal qalbu informazzjoni dwar xiri ta' karozzi messu staqsa qabel Ottubru 1996 meta kienu nxtraw mhux inqas minn tmintax l-Opel Vectra f'Marzu ta' l-1993.", "Dawn il-karozzi kienu nxtraw mingħajr ebda sejħa għall-offerti u ngħataw lil uffiċjali tal-kumpannija li għadhom jużawhom sal-lum.", "AIR MALTA - UFFIĊĊJU TAĊ-CHAIRMAN", "W208.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiet trasferita fl-uffiċċju taċ-Chairman ta' l-Air Malta biex tieħu ħsieb ir-relazzjonijiet pubbliċi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni biex sar dan it-trasferiment in vista tal-fatt li fl-Air Malta diġa' hemm dipartiment sħiħ responsabbli mill-Marketing u Relazzjonijiet Pubbliċi?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Filwaqt li nikkonferma dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, ma narax għalfejn għandi nġib xi raġunijiet speċjali meta sitwazzjoni identika kienet tezisti preċiżament fl-uffiċċju ta' l-ex- chairman, ftit żmien ilu.", "DJAR - SUSSIDJU", "W211.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn bniedem single (waħdu) s'issa ma jgawdux minn sussidju taħt xi skema tal-Housing Authority?", "Hemm xi ċans għal tibdil?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema żmien approssimattiv?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Din it-talba se tigi kkonsidrata għall-ħarġiet ta' allokazzjoni li jmiss.", "ENEMALTA - PETROLUM DIVISION - IMPJEGAT", "W212.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu preċiżament ix-xogħol li suppost jagħmel u x- xogħol fil-fatt li jagħmel l-impjegat fil-Petroleum Division, Enemalta, B'Buġia, li ismu qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-impjegat li għamel riferenza għalih huwa Senior Messenger.", "Dan l-impjegat ippreżenta ċertifikati mediċi u ġie rreferut lill-bord mediku skond il-proċeduri stabbiliti tal-korporazzjoni.", "Sadanittant ingħata xogħol ieħor fil-grad tiegħu.", "ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION - CLEANER", "W213.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-Petroleum Division ta' l- Enemalta, Birżebbuġia il-cleaner tidher biss fil-għodu biex tiġbor ir- rubbish?", "Għaliex l-uffiċini jinħaslu biss darba fil-ġimgħa ta' kafkaf b'barmil wieħed għall-uffiċini kollha?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-cleaner li hemm fit-taqsima tal-Petroleum taħdem mis-7.00 a.m. sat-3.00 p.m. Bħalissa qiegħda taqdi d-dmirijiet tagħha skond il-bżonn.", "Il-problema ta' tindif ta' l-uffiċini kif ukoll tas-sit tal-Petroleum Division ġewwa Birżebbuġia qegħdin nieħdu ħsiebha.", "DJAR - QASAM TAD-DJAR", "W214.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi f'dawn l-aħħar sitt xhur għall-bini tat-tielet sular magħmul minn kmamar tal-concrete bricks fuq bjut ta' djar li kienu mibnija mill-Gvern f'nofs housing estates residenzjali u bl-għoli ta' 12-il filata għall-użu ta' trobbija ta' tjur bħal fil-każ ta' Triq il- Palma, San Gwann meta l-kmamar washrooms li hemm fuq il-bjut kollha fl- istess żona huma iżgħar il-bosta u mhux iżjed minn tmien filati għoli?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar ma harget l-ebda permess għal dan il-għan.", "DJAR - GALLINARI BIT-TJUR FIL-BTIEĦI", "W215.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi qed jinħarġu biex jinżammu gallinari bit-tjur fil-btieħi ta' wara ta' djar mibnija mill-Gvern f'nofs housing estates u li qed joħolqu inkonvenjenzi għad-detriment ta' l-abitanti l-oħra li wkoll jgħixu kif għandhom dritt fl-istess żona residenzjali bħal fil-każ ta' Triq il-Palma, San Gwann liema triq tinstab f'nofs blokki sħaħ ta' flats?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar ma ħarġet l-ebda permess ta' dan it-tip.", "ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION", "W216.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta fl-aħjar interess finanzjarju tal- Korporazzjoni Enemalta l-overtime suppost li twaqqaf, il-loss control unit fil-Petroleum Division, Birżebbuġia qed jagħtu ordni biex isir l-overtime is-Sibt fil-għodu b'mod regolari u dan meta x-xogħol jista' jsir matul il- ġimgħa?", "GĦaliex allura l-overtime ma jingħatax lil kulħadd u għall kull division?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta, filwaqt li m' għandha ebda ħsieb tneħħi s-sahra fejn ikun meħtieġ, qiegħda tara li ma jkun hemm ebda abbuż għal xogħol wara l-ħin.", "Dan jgħodd għat-taqsimiet kollha tal- korporazzjoni.", "Mhuwiex ċar jekk l-Onor.", "Membru hux qed jissuġerixxi li s-sahra fl- Enemalta titwaqqaf jew inkella tingħata lil kulħadd f'daqqa.", "ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION - MANAGER", "W217.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux korrett illi filwaqt li l-manager tal- Petroleum Division, Enemalta Birżebbuġia jidħol kmieni qabel il-ħin tax- xogħol b'eżempju għal sħabu, hemm oħrajn b'mod partikolari l-persuna bin- numru tal-karozza U-3368, kważi b'mod regolari qed jidħlu tard ħafna?", "Jista' l-Ministru jara li jibda jkun hemm punch card għal kulħadd?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-uffiċjali kollha ta' din it-taqsima għandhom istruzzjonijiet biex josservaw il-ħinijiet ta' l-uffiċju kif stipulat fil- Ftehim Kollettiv.", "L-impjegati tal-Korporazzjoni li ma jippanċjawx iridu jiffirmaw l-attendance sheets skond il-proċedura stabbilita.", "Sadanittant, l- allegazzjoni li għamel l-Onor.", "Membru qiegħda tkun investigata.", "ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION - UFFIĊJAL", "W218.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jispjega kif u għaliex f'miżura ta' dettal ċerti uffiċjali fl-Enemalta Petroleum Division, B'Buġia (b'mod partikolari l- persuna bin-numru tal-karozza Z-1974 li anke jitlaq qabel mix-xogħol) mhux qed jippanċjaw filwaqt li jidħlu tard, sa anke tliet kwarti wara l-ħin, kif fil-fatt ġara fit-3 ta' Frar, 1997 u b'mod ripetut f'ġranet oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat għall- mistoqsija parlamentari W217.", "ENEMALTA - FINANCIAL CONTROLLER", "W219.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-Financial Controller tal-Korporazzjoni Enemalta korrettament kuljum jippanċja b'mod regolari, dan ma jsirx minn kull ħaddiem mill-kbir saż-żgħir f'kull Division li taqa' taħt il-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Skond ċirkolari ta' l-Enemalta Nru. 6/90, b'effett mit- 12 ta' Frar 1990, l-uffiċjali kollha li kienu fil-kategorija li ma jirċivux ħlas għas-sahra ġew eżentati milli jippanċjaw.", "Iżda dawn jiffirmaw l- attendenza tagħhom fuq Attendance Sheets.", "Il-Finance Manager għoġbu jibqa' jippanċja l-attendenza tiegħu minflok jiffirma."]} {"filename": "19970514_066d_par.doc", "date": "1997-05-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 66 L-Erbgħa, 14 ta' Mejju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 66", "L-Erbgħa, 14 ta' Mejju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "66", "L-Erbgħa, 14 ta' Mejju, 1997", "WERREJ MINUTI 299", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 299", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 304", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET FINANZJARJI", "FINANCIAL LAWS (AMENDMENT) BILL (KUMITAT) 305", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROTEZZJONI", "TAL-PROPRJETA' INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL PROPERTY (PROTECTION) ORDINANCE (AMENDMENT)", "BILL (IT-TIENI QARI) 317", "AĠĠORNAMENT 328", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 333", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 65 li saret fis-13 ta' Mejju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "HOMPESCH STEEL CO.", "LTD", "4632.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga jekk Hompesch Steel Co. Ltd ta' Dejma Rd, Tarxien hijiex topera skond il-kondizzjonijiet tal-permessi li nħarġulha peress li bil-ħruġ ta' nugrufun mill-fonderija din qiegħda tikkawża nkonvenjent għar-residenti fl-inħawi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Il-Hompesch Steel Co. Ltd. qiegħda topera bil- liċenzja, liema l-liċenzja kienet inħarġet mill-Pulizija fil-bidu tas-snin sittin u li baqgħet tiġġedded kull darba.", "Din is-sena l-liċenzja iġġeddet mill-Kunsill Lokali tal-Fgura bil-kondizzjonijiet oriġinali li kienet għamlet il-Pulizija.", "Huwa dover tal-pulizija li jaraw li l-kondizzjonijiet tal-liċenzja jiġu osservati.", "P.A. - KAMRA TAL-PERITI", "4780.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar beħsiebha tintroduċi proċedura sempliċi sabiex jiġu approvati tibdiliet li jkunu saru matul il-kostruzzjoni minn pjanti approvati mal-permessi tal-bini ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Filwaqt li wieħed japprezza li waqt il-kostruzzjoni jkun meħtieġ xi tibdil żgħir, l-implikazzjoni ta' proċedura bħalma qed jipproponi l-Onor.", "Membru hija serja għaliex f'dawn il-każi jrid jiġi assigurat li t-tibdiliet ikunu żgħar u aċċettabli.", "Hawnhekk wieħed ma jridx jinsa li matul l-ipproċessar il-applikant ħafna drabi jkun intalab jagħmel tibdil fil-proposta biex b'hekk l-iżvilupp propost isir aċċettabli.", "Madankollu nista' ngħid li proprju fuq dan is-suġġett il-bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar qed jiddiskuti proposta li għandha tiġi adottata wara konsultazzjonijiet mal-Kamra tal-Periti.", "PEMBROKE - BINI", "4802.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Francis Zammit Dimech) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni mill- Gvern dwar il-business park f'Pembroke?", "Meta hu maħsub li jinbeda u jitlesta x-xogħol kollu li hemm indikat fil-pjan?", "Kemm se jinbnew housing units minflok il-business park?", "X'persentaġġ ta' dan is-sit se tiġi mibnija?", "X'se jkun l-għoli tal-bini propost?", "Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jbiddel l-għoli tal-bini tas-650 unit li hemm fil-pjan eżistenti?", "X'konsultazzjoni qiegħda ssir mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke u r- residenti tal-lokal?", "Il-Gvern ippreżenta l-pjani tiegħu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, u jekk iva, x'kienet ir-reazzjoni min-naħa ta' l-awtorita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Gvern qiegħed jikkonsidra l-possibilita' li f'Pembroke jinbnew housing units minflok il-business park.", "Din il-proposta trid tiġi kkonsidrata fl-isfond ta' l-iżvilupp kollu li se jsir f'Pembroke u diġa' saru konsultazzjonijiet preliminari mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke u ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Minn barra hekk qiegħed isir studju dwar il-vijabilita' finanzjarja ta' dan ix-xogħol u qiegħda tiġi mistħarrġa l-possibilita' li f'dan l-iżvilupp jiġi nvolut ukoll is-settur privat.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha m'esprimietx opinjoni b'mod uffiċjali għalissa minħabba li dawn it-taħdidiet għadhom fi stadju bikri ħafna u għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li nagħti aktar dettalji.", "PA - 0346/95/AKN", "4829.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tony Abela) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-każ PA 0346/95/AKN għadu pendenti meta l-permess qed jintalab in konformita' mal-liġi?", "Meta hu maħsub li jinħareġ dan il-permess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-applikazzjoni PA 0346/95 hija għal estensjoni ta' starter poultry unit, farmhouse, greenhouse u ta' l-istore eżistenti.", "Minħabba s-sensitivita' tas-sit u d-daqs ta' l-iżvilupp propost id- direttorat talab lill-applikant biex jagħmel environment planning statement li fil-fatt ġie sottomess lid-direttorat fis-27 ta' Jannar, 1997.", "Id-Direttorat ta' l-Ippjanar bħalissa qiegħed jevalwa dan l-iżvilupp skond il-policies kurrenti biex imbagħad jagħmel ir-rakkmandazzjoni tiegħu lill-bord relevanti.", "KALKARA - FORTIZZA TA' RICASOLI", "5026.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm il-ħsieb li jsir xi tip ta' żvilupp fil-Fortizza ta' Ricasoli, fil-Kalkara?", "Jekk fl- affermattiv, x'tip ta' żvilupp se jsir u x'se jiġri mit-tank cleaning farm tat-Tarzna li hemm fl-entratura tal-forti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Id-development brief għall-Fortizza ta' Ricasoli saret mill- Planning Authority u għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "KONFERENZA EWRO-MEDITERRANJA", "5084.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien ix-xogħol ta' Phil Noble u ta' Serge Duquoc fil-Euro-Med Conference?", "Kemm tħallsu?", "Għaliex intgħażlu huma biex jagħmlu x-xogħol?", "X'nazzjonalita' huma?", "Il-persuni ndikati għandhom kumpannija flimkien?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li sar jaf lil Phil Noble waqt il- kampanja elettorali peress li dan kien adviser tal-Partit Laburista?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena nformat li ż-żewġ persuni li qed isemmi l- Onor. Interpellant ma għamlu l-ebda xogħol għas-segretarjat ta' l-Euro-Med Conference.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi ż-żewġ sinjuri msemmijin, u ċioe' Phil Noble u Serge Duquoc, kienu l-ħin kollu preżenti matul il-Euro-Med Conference, u billi l-ġurnalisti lokali u barranin kellhom struzzjonijiet li jekk iridu jintervistaw lill-Prim Ministru kellhom jirriferu għand dawn iż-żewġ sinjuri, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif daħlu fl-organizzazzjoni ta' din il-konferenza, kif kellhom il-passes biex jidħlu hemm u kif kellhom dawn il-karigi, ladarba llum qed jgħid li dawn ma tqabdux mis-segretarjat u ladarba l-Prim Ministru l-bieraħ qalli li lil dawn il-Gvern qatt ma tahom xogħol?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, mhux veru li l-bieraħ jien għidt hekk għax li għidt kien riferibbli għall-Euro-Med Conference u għas-segretarjat tal-Euro-Med Conference.", "Hemm bżonn li nkunu ċari u preċiżi x'qed ngħidu.", "Barra minn hekk l-Onor.", "Interpellant, jekk jogħġbu, m'għandu l-ebda dritt ipoġġili l-kliem f'ħalqi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-domanda tal-bieraħ kienet jekk mill-1 ta' Novembru sal-lum Phil Noble - Serge Duquoc ma kienx imsemmi fil-mistoqsija - ingħatax xi kuntratt mill-Gvern u, jekk fl-affarmattiv, kemm tħallas għal dan ix-xogħol, filwaqt li r-risposta kienet li dan ma ngħata xejn.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Biex inkunu preċiżi fuq li qed ngħidu r-risposta kienet li dan ma' ngħata xejn u li ma kellu l-ebda xogħol riferibbli għas- segretarjat ta' l-Euro-Med Conference.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Apparti x'kienet id-domanda tal-bieraħ - ħaġa li nistgħu nivverifikawha mid-debates tal-Kamra - jien issa għamilt domanda supplimentari lill-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, fuq din il-ħaġa qed jinbnew ħafna sigrieti u insinwazzjonijiet li jien nista' nispjegahom bl-aktar mod ċar.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Euro-Med Conference, qua Euro-Med Conference u l-organizzazzjoni tagħha, ma kien hemm l-ebda parteċipazzjoni fis-sens indikat min-naħa tal-persuna konċernata.", "Li ġara huwa li l-Gvern iddeċieda li kien xieraq li fl-okkażjoni tal-Euro-Med Conference ikun hemm kampanja pubbliċitarja fil-media Ewropea biex jiġi pproġettat l-image ta' Malta u allura aħna tlabna konsulenti barranin biex ikunu jistgħu jieħdu dan ix- xogħol.", "Dan ix-xogħol ingħata fuq bażi ta' kwotazzjonijiet li tressqu.", "Biex inkunu ċari dan ix-xogħol ma kellu x'jaqsam xejn mal-Euro-Med Conference, li ma jjmurx ikun hemm nies min-naħa tagħkom li joqogħdu jiktbu lil Brussels li daħħalna lil xi Phil Noble fl-ispejjeż tal-Euro-Med Conference.", "Aħna nafu intkom kif taħdmu u għalhekk qegħdin nippreċiżaw l- affarijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sinjura President, jiena qed nagħmilha ċara li fl-organizzazzjoni tal- Euro-Med Conference ma ntużat assolutament l-ebda konsulenza barranija kif qed jipprovaw jallegaw u jħammġu tan-naħa l-oħra.", "Kulma sar kien eżerċizzju ta' relazzjonijiet pubbliċi nazzjonali - li kull gvern li għandu rasu f'postha jagħmlu - li kien maħsub biex jkun hemm sistema ta' relazzjonijiet pubbliċi mal-ġurnalisti barranin u mal-media barranija biex l-image ta' Malta tkun inkwadrata tajjeb.", "Hija ħaġa ċara li kull pajjiż għandu l-interess li meta jkun hemm konferenza ta' dik il-kwalita' jużha biex jipproġetta l-image tiegħu mal-pajjiżi barranin u aħna hekk għamilna fl-interess nazzjonali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed nifhem sewwa jekk ngħid li l-kumpannija ta' Phil Noble u Serge Duquoc tqabbdet mill-Gvern fuq inkarigu ħafna aktar wiesa'?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex inkariġu speċifiku, jiġifieri determinat bi żmien, jew inkella huwiex kuntratt ta' konsulenza miftuħ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Gatt qed jifhem ħażin għax il-kumpannija konċernata m'hijiex il-kumpannija tan-nies li qed isemmi hu.", "Il-kumpannija konċernata hija kumpannija ta' relazzjonijiet pubbliċi u politiċi bbażata fl-Isvezja - jekk niftakar tajjeb - li kienet ressqet il-kwotazzjonijiet tagħha u li ħadmet biex tipproġetta l-image ta' Malta kemm qabel kif ukoll waqt il-Konferenza ta' l-Ewro-Med.", "Dan kien assignment speċifikamnet għal dik il-konferenza kbira li kellna f'pajjiżna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fid-dawl tal-fatt li l-Prim Ministru qed jgħid li kien hemm kumpannija biex tagħmel dan ix-xogħol, jista' jgħid jekk ix- xogħol li għamlu Phil Noble u Serge Duquoc kienx parti mix-xogħol li għamlet din il-kumpannija?", "Fil-każ li r-risposta hija fin-negattiv, jista' jgħidilna jekk Phil Noble u Serge Duquoc jifformawx kumpannija oħra u x'kienu qegħdin jagħmlu waqt il-Euro-Med Conference?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, ir-risposta hija faċli ħafna għax iż-żewġ persuni msemmija kienu assenjati biex jagħmlu ċertu xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi mill-kumpannija li ħadet il-kuntratt.", "Din hija ħaġa normali li tiġri f'dawn l-affarijiet.", "Barra minn hekk, nista' ngħid lill-Onor.", "Interpellant li aħna m'għażilniex lil J. P. Advertising & Marketing Ltd. jew lil xi kumpannija oħra li kienu jużaw huma għaliex dawn m'humiex tajbin għal dan it-tip ta' xogħol.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi Phil Noble kien il-konsulent tal-Partit Laburista, jien ma naħsibx li l-Prim Ministru għandu għalfejn joqgħod jagħmel ....", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, aħna sirna nafu lil Phil Noble fuq dik il-bażi.", "Peress li l-Euro-Med Conference ġiet fuqna f'daqqa, u dan minħabba s- suċċess kbir li kellha l-politika tagħna ta' Svizzera fil-Mediterran, lill- dan l-individwu staqsejtu bħala l-aħjar kuntatt li kellna għal dawk li huma relazzjonijiet politiċi - u dan huwa pprovat kemm hu tajjeb għaliex fl- aħħar elezzjoni kaxkarkhom (Onor. Membri: Hear, hear) - Tista', jekk jogħġbok, tirrakkmandali aġenziji ta' relazzjonijiet pubbliċi, b'knowhow politiku, fl-Ewropa?", "Dan għamilli s-suġġerimenti tiegħu u wara li aħna għamilna l-kuntatti meħtieġa dawn l-aġenziji ssottomettew il-briefings tagħhom.", "Sinjura President, aħna ħdimna fuq din il-bażi, xejn aktar u xejn anqas.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Prim Ministru ma jarahiex stramba li jistaqsi lil Phil Noble biex jirrakkmandalu kumpannija u wara li dan irrakkmandalu kumpannija Svediża din qabbdet lil Phil Noble stess biex jagħmel ċertu xogħol?", "Ħaġa oħra li nixtieq spjegazzjoni fuqha mingħand il-Prim Ministru hija li, jekk fhimtu sewwa, fl-ewwel intervent li għamel qalilna li huma talbu quotations u li din il-kumpannija kienet l-aktar waħda vantaġġuża, filwaqt li aktar tard qal li lil dawn qabbduhom direttament, jiġifieri ma nafx liema verżjoni hija żbaljata.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena mhux veru għidt hekk.", "Kif tbiddilli l-kliem li għadni kemm għidt?", "Aħna staqsejna għal quotations u dawn intagħżlu wara talba għal quotations.", "X'jiġifieri direttament?", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Inti hekk għidt.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena mhux hekk għidt.", "Jiena għidt li rrakkmandali l- kumpanniji u, jekk jogħġbok, isma' sewwa.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-aħħar waħda ma smajthiex.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dażgur!", "Naħseb li allura aħjar tirranġa s-sound level tal-vokali!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: GĦadek imdamdam wara t-telfa!", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH(Ministru tal-Portijiet u Trasport): GĦadek imdamdam!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena staqsejtu fuq bażi personali biex jirrakkmandali kumpanniji li għandhom dawn il-kuntatti u effettivament jien niftakar li kien hemm tnejn żgur ta' ċerta importanza, waħda Ġermaniża u l- oħra Svediża.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsini għaliex qalu lil Phil Noble biex jagħmel kuntatt jien ngħidlu: Għaliex le?", "Jien ħadt gost li staqsewh għax il-provi li kellna juru kemm Phil Noble hu effettiv għax kaxkarkom u għen lilna nkaxkrukom fl-aħħar elezzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk il-Prim Ministru għandu bżonn l-għajnuna ta' l- Amerikani biex jipprova jirbaħ elezzjoni naħseb li ma tantx qed jagħti ċertifikat tajjeb wisq tal-politika tal-Partit Laburista.", "Pero' issa ħalli ninsew dawn il-battibekki għax proprjament bħalissa mhux fuq hekk qed nitkellmu.", "MADAM SPEAKER: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok żomm l-ordni.", "Onor. Gatt, jekk jogħġbok ejja għad-domanda.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kuntratt huwiex għal terminu speċifiku jew inkella huwiex an ongoing contract?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' konsulenzi Amerikani biex aħna nwasslu r-relazzjonijiet pubbliċi tagħna fejn irridu, l-Onor.", "Interpellant ma tantx għandu biex jiftaħar għax fl-imgħoddi ħlief lil Von Hassel u lil nies oħra li joħolqu tixwix ma kienx kapaċi jimpjega.", "Wieħed minn dawk li mpjega fi żmienu kien l-ex-Ambaxxatur Licari li t-tip ta' xogħol li kien jagħmel xejn m'hu ta' kredtu għalihom għax hija ħaġa ċertament importanti li r-relazzjonijiet pubbliċi fil-qasam tal-politika jitħaddmu b'mod diċenti u ċivili u mhux b'mod personali kif kienu jħaddmuhom huma.", "Madam Speaker, jien nixtieq nikkonferma lill-Onor.", "Interpellant li l-Euro- Med Conference kienet a one-off assignment imma jien ma neskludix li jkollna għaddejjin konsulenzi fuq bażi internazzjonali għax jien naqbel ma' dawn it-tip ta' konsulenzi kif, wara kollox, isir f'pajjiż moderni.", "Hawnhekk biżżejjed insemmi kemm nefqu flus huma f'dak li għandu x'jaqsam ma' relazzjonijiet pubbliċi fuq il-Crans Montana forum - Lm1 miljun one-off u Lm300,000 one-off!", "(Interruzzjonijiet) Dan biex ma nsemmix ukoll il-Lm1 miljun li nefqu f'konsulenzi Amerikani fil-qasam ta' l-offshore biex taparsi jagħmlu leġislazzjoni li tkun aċċettabbli għall-Amerka biex l- Amerikani issa qed jgħidulna li dik il-leġislazzjoni li għamilna ma tiswa għalxejn.", "GĦaldaqstant dawn nefqu dan il-Lm1 miljun fuq konsulenti Amerikani għalxejn għax din il-leġislazzjoni ma tiswa assolutament xejn.", "Dwar kemm jiswa dan il-kuntratt, jien nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel mistoqsija bil-miktub u jkollu risposta bla ebda diffikulta.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' pajjiżi li magħhom Malta għandha ftehim ta' koperazzjoni fil- qasam taż-żgħażagħ, sport u kultura, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5197.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH : Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 58 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir- Regolamenti dwar id-Dmirijiet u s-Setgħat ta' Enforcement Officers fit- Trasport Pubbliku.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-konsum ta' ilma f'Malta u GĦawdex bejn l-1 ta' Frar 1997 u t-30 ta' April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5420.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' letter of intent bejn il-Gvern Malti u l-Brothers of Charity, Gent Belgium, dwar is-servizzi tal-kura tas-saħħa mentali f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5278.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET FINANZJARJI", "FINANCIAL LAWS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċe-President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123).", "Clause 2 - Amendment of the Income Tax Act (Chp.", "123)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jien naħseb li f'dan l-istadju jkun tajjeb, anke għal min qed jismagħna, li l-Ministru jispjega l- implikazzjonijiet ta' l-emenda li qed jipproponi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Sur President, l- ewwel se nipproponi l-emenda li għandi għal klawsola 2 u mbagħad inkun nista' nagħti ftit dettalji dwar l-għan ta' din l-emenda.", "Sur President, għal klawsola 2 għandi din l-emenda:", "\"A\" Il-klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fil-paragrafu (a) tagħha,", "(1) minflok it-tifsira ta' \"qligħ ta' income miġmugħ\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"\"qligħ ta' income miġmugħ\" tfisser -", "(i) fil-każ ta' xi titoli preskritti u maħruġin għal żmien li jeċċedi tnax-il xahar kalendarju, l-ammont ekwivalenti għall-kalkolu matematiku ta' l-imgħax jew income ieħor miġmugħ fuq it-titolu li jiġi bbażat fuq -", "(a) iż-żmien li dan jinżamm minn min jittrasferixxi mill-aħħar ħlas li jsir permezz ta' kupun, jew", "(b) iż-żmien li dan jinżamm minn min jittrasferixxi mid-data minn meta jkun inkiseb it-titolu,", "skond il-każ.", "GĦall-għanijiet ta' dan il-kalkolu, għandu jitqies li l-imgħax jew income ieħor li jiġi hekk kalkolat ġie miġmugħ b'mod regolari mill-aħħar ħlas li jsir permezz ta' kupun jew matul iż-żmien kollu tat-titolu relattiv, skond il-każ;", "(ii) fil-każ ta' titoli maħruġin għal żmien li ma jeċċedix tnax-il xahar kalendarju, id-differenza żejda, jekk ikun hemm, tal-valur ta' trasferiment jew il-valur tal-fidi, skond il-każ, fuq il-valur ta' akkwist, b'kull valur jinkludi l-imgħax miġmugħ, jekk ikun il-każ;\"; u", "(2) minflok it-tifsira ta' \"titoli\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"\"titoli\" tinkludi bonds, debentures, notes, loan stock, certificates of deposit, commercial paper, bills tat-Teżor, discount securities u strumenti oħra bħal dawk li jkollhom data fissa jew determinabbli ta' fidi, li joħolqu jew jirrikonoxxu debitu favur min ikollu pussess tagħhom;\"; u", "(b) fit-test Ingliż tal-paragrafu (b) tagħha, minflok il-kliem \"of subsection (i)\" għandhom jidħlu l-kliem \"of subsection (1)\".", "\"A\" Clause 2 shall be amended as follows:", "(a) in paragraph (a) thereof,", "(1) for the definition of \"accrued income earnings\" there shall be substituted the following:", "\"\"accrued income earnings\" means -", "(i) in the case of any prescribed securities issued with a term exceeding twelve calendar months, the amount equivalent to the mathematical calculation of the interest or other income accrued on the security based on -", "(a) the time it is held by the transferor from the last coupon payment, or", "(b) the time it is held by the transferor from the date of acquisition of the security,", "as the case may be.", "For the purposes of this calculation, it shall be presumed that the interest or other income being so calculated has accrued evenly from the last coupon payment or throughout the life- span of the relative security, as the case may be;", "(ii) in case of securities issued with a term not exceeding twelve calendar months, the excess, if any, of the transfer value or redemption value, as the case may be, over the acquisition value, all values inclusive of accrued interest, if any;\"; and", "(2) for the definition of \"securities\" there shall be substituted the following:", "\"\"securities\" includes bonds, debentures, notes, loan stock, certificates of deposit, commercial paper, treasury bills, discount securities, and other similar instruments having a fixed or determinable date of redemption, which create or acknowledge indebtedness in favour of the holder;\"; and", "(b) in the English text of paragraph (b) thereof, for the words \"of subsection (i)\" there shall be substituted the words \"of subsection (1)\".", "Sur President, issa jkun tajjeb jekk nirriferi ftit għall-iskop ta' dawn li jekk m'iniex sejjer żball ġew iċċirkolati anke fost il-Membri ta' l- Oppożizzjoni.", "L-ewwelnett irrid ngħid li fid-definizzjoni ta' \"accrued income earnings\", minflok il-kliem \"in the case of interest bearing securities and discount securities\", qed indaħħlu l-kliem \"in the case of any prescribed securities\" biex b'hekk tiġi limitata l-applikazzjoni ta' l- accrued income earnings għal selected securities kif jistgħu jiġu preskritti mill-ministru nnifsu.", "Din l-emenda għandha tiġi viewed fil- kontest ta' ċerti problemi tekniċi li jistgħu jinqalgħu fl-implimentazzjoni ta' dawn il-provvedimenti.", "Min-naħa l-oħra, il-kliem \"whether issued at par or otherwise\" li jinsab f'subartiklu 2 (i) kif propost fi klawsola 2 qed jitqies bħala superfluwu u għalhekk qed jiġi ssuġġerit li dan għandu jitneħħa.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li l-kliem \"from the last coupon payment, or\" huwa intenzjonat li jikkjarifika l-interpretazzjoni tal-kalkolu matematiku fir-rispett ta' l- interest bearing securities li jistgħu jiġu preskritti.", "Sur President, minflok il-kliem \"in case of any other securities, whether issued at par or otherwise\", li jinsab f'subartiklu (2) (ii) kif propost fi klawsola 2 qed jiddaħħal il-kliem \"in case of securities issued with a term not exceeding twelve calendar months\" biex jiġi evitat kull ekwivoku li jista' jirriżulta, given it-tibdil propost.", "Iż-żieda tal-wording \"all values inclusive of accrued interest, if any;\" f'subartiklu (1) (ii) kif propost fi klawsola 2 huwa intenzjonat sabiex jikkjarifika li meta jsir il- kalkolu ta' l-accrued income, it-trasferiment jew ir-redemption value u l- acquisition value, including l-accrued interest, ikun irid jittieħed in konsiderazzjoni.", "Fid-definizzjoni tal-kelma \"securities\", iż-żieda tal-frażi \"discount securities\" hija intenzjonata sabiex turi li hemm discount securities oħra oltre t-treasury bills innifishom, filwaqt li l-frażi \"or determinable\" qed tiżdied mad-definizzjoni tal-kelma \"securities\" sabiex din tkun tapplika wkoll għal dawk il-każi fejn ir-redemption date tkun tista' ssir fi kwalunkwe data fiż-żmien ta' perijodu speċifikat.", "Sur President, l-aħħar emenda tikkonċerna subartiklu (2) (b) (i) kif propost fi klawsola 2 u din għandha x'taqsam mar-renumbering tas- subsection.", "L-emendi l-oħra li għandna quddiemna huma dwar is-subjecting tat-tax intermediate gains fuq is-secondary market trading ta' dawk li huma fixed income securities, li tinkludi wkoll id-discount securities, sabiex jiġi stabbilit il-metodu ta' kalkolu ta' dak li huwa l-intermediate gains fuq secondary market trading ta' żewġ tipi ta' fixed income securities, jiġifieri dawk maħruġin b'terminu li jeċċedi t-twelve calendar months u dawk maħruġin b'terminu li ma jeċċedix it-twelve calendar months.", "GĦall- għanijiet ta' paragrafu (ċ) ta' subartikolu 4(1), kif propost fi klawsola 2, \"intermediate gain on secondary market trade\" jirriferi għal \"accrued income earnings\" bħala mod distint minn dak li huwa capital gain.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Forsi issa nistgħu nibdew nikkummentaw fuq dan il-punt għaliex hawnhekk qegħdin nagħmlu emendi li ħassejna - anke fiż-żmien li jien kont ministru tal-finanzi - li kellna bżonnhom biex jiġi ċċarat preċiż l-interessi tat-treasury bills għall-fini ta' l-income tax.", "Meta għamilna d-diskussjoni fuq it-treasury bills konna għidna li dan huwa medium tajjeb ta' investiment li rridu nipprovaw niftħu għall-pubbliku.", "Tant hu hekk li issa għaddiet il-liġi minn dan il-Parlament u saru emendi wkoll biex il-ministru jkun jista' jiddetermina l-face value ta' dawn it- treasury bills għaliex bħalissa l-face value tagħhom huwa ta' mill-inqas Lm1,000.", "Il-ħsieb huwa li l-face value jonqos għal, per eżempju, Lm100 biex hekk ikun medium tajjeb għal dawk in-nies li jridu jinvestu short term biex minflok ipoġġu flushom f'savings account bi 3% ikunu jistgħu jpoġġu flushom fi treasury bills li jagħtuhom rati ta' interessi ikbar.", "Kif konna spjegajna dak inhar - pero' tajjeb li wieħed jerġa' jispjega u jirripeti għall-benefiċċju ta' kulħadd - dawk li aħna in layman terms insejħulhom interessi, fuq it-treasury bills ma jitħallsux bħala interessi imma jitħallsu bħala qligħ fuq il-valur tat-treasury bill għaliex meta t- treasury bill jinbiegħ dan ma jinbigħx bil-prezz tal-face value tiegħu ta' Lm1,000 imma jinbiegħ Lm990 u xi ħaġa, imma mbagħad meta jiġi mifdi mill- gvern, normalment wara tliet xhur, dan jagħtik Lm1,000.", "Id-differenza ta' bejn kemm tixtri u kemm tbiegħ tikkomprendi l-interessi li wieħed ikun qiegħed jaqla'.", "Hawnhekk kien hawn problema teknika dwar jekk dawn humiex interessi jew capital gains u bl-emenda issa qegħdin nagħmluha ċara li għall-finijiet ta' l-income tax dawn għandhom jitqiesu bħala interessi.", "Kien hemm ukoll il-problema ta' min se jħallas il-final withholding tax, fis-sens jekk iħallashiex dak li se jkun qala' l-flus jew dak li jkun tgħabba fl-aħħar bil-profitt sħiħ fi treasury stocks illi fit-terminu tiegħu jkun bidel l-idejn.", "Per eżempju, jekk joħroġ treasury stock li jixtrih \"A\" u wara xahrejn, qabel ma jkun skada, jixtrih \"B\", hawnhekk naturalment min jixtri u min ibigħ jikkalkola fil-prezz dawk l-interessi li jkunu akkumulaw f'dawk ix-xahrejn u issa qegħdin ngħidu li fil-punt tal- bejgħ irid isir il-kalkolu pro-rata ta' l-interessi u l-final withholding tax tiġi applikata anke fil-punt tal-bejgħ intermedjarju.", "Jiġifieri hawnhekk inti qed tagħmel emenda li tgħid li fil-punt intermedjarju, meta bniedem qed ibigħ, b'xi mod se jiġu kkalkolati l-interessi u tiġi charged il-withholding tax at that point, hux hekk?", "Imma dan kif se jsir?", "Jien niftakar li din kont iddiskutejtha ma' l-uffiċjali u kien hemm problemi kbar ta' prattiċita' kif din tista' tiġi solvuta.", "Jien nifhem li meta t- treasury bills jiġu ppopolarizzati iktar, kif nemmnu li għandhom ikunu, għandu jiġi stabbilit preċiż kif se titħallas il-final withholding tax.", "Mill-banda l-oħra, min qed ibigħ u jixtri, bħalma normalment jikkalkola l- interessi li ġew accrued jikkalkola wkoll il-withholding tax li tkun ġiet accrued.", "Jiġifieri fil-prattika din se ddaħħal daqsxejn komplikazzjonijiet u allura kif qegħdin fl-istadju ta' Kumitat nixtieq li l-Ministru Brincat jispjegalna ftit din kif se taħdem fil-prattika.", "Per eżempju, jekk \"A\" xahrejn wara jbigħ lil \"B\" u, ngħidu aħna, jkun qala' Lm10 interessi, dan se jiġi charged withholding tax fuq dik l-Lm10?", "Kif se titħallas u min se jiġborha din il-withholding tax?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tekniċi qed jikkonfermawli li fil-fatt għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Bank Ċentrali u t-Teżor dwar dawn il- modalitajiet.", "Pero', bħala punt ta' prinċipju, at the point of sale is- seller m'huwiex se jirċievi l-interess sħiħ jekk huwa jiddeċiedi to opt għall-final withholding tax.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: S'hemmhekk fhimna, pero' jekk dan jagħżel li jagħmel il-final withholding tax u allura dan mhux se jirċievi l-valur sħiħ, il- bilanċ min se jżommu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-bilanċ jgħaddi mill-Bank Ċentrali lill- Commissioner of Inland Revenue.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħalli niftehmu sewwa.", "Aħna qegħdin ngħidu li s- Central Bank huwa l-counter li minnu qegħdin jgħaddu dawn it- transazzjonijiet kollha u allura se jkun il-kompitu tas-Central Bank li jżomm it-taxxa fuq dak l-ammont ta' l-interess relattiv maħdum fuq bażi proporzjonali ta' żmien.", "Again, ġew stabiliti proċeduri biex meta treasury bill jiġi mifdi nkunu nafu li biċċa minn dik il-withholding tax diġa' ġiet imħallsa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif spjegajt diġa', dwar dan għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn is-Central Bank u t-Teżor.", "Forsi aħjar jekk nipposponuha din u nerġgħu niġu għaliha aktar tard jew inkella ngħaddu għal parti oħra ta' l-emenda għax għalissa m'hemm xejn ċar fuq din min-naħa tagħna.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien kont fil-kċina waqt li dawn l- affarijiet kienu qed jiġu moħmijin u kien minħabba dawn it-tip ta' problemi tekniċi li din qatt ma ġiet pushed.", "Aħna naqblu li ladarba saret id- deċiżjoni li t-treasury bills jiġu ppopolarizzati għandu jkun hemm metodu - metodu li jkun jista' jifhmu l-poplu kollu u mhux l-esperti finanzjarji biss - ta' kif qed jinħadmu l-profitti fuq l-investiment tiegħu u x'taxxa qed iħallas fuqhom.", "Jien m'iniex ċert li b'dan il-mod se jintlaħaq l-għan li għandna f'moħħna anzi jien kważi ngħid - issa qed nitkellem mil-lat- tekniku għax il-policy diġa' nafu x'inhi - li teknikament tant se tpoġġi burden ta' kalkoli u xogħol ieħor bħal dan fuq il-Bank Ċentrali ...", "Jiġifieri aħna se nagħmlu reġistru fil-Bank Ċentrali?", "Ir-reġistru se jkun il-Malta Stock Exchange li diġa' huwa attrezzat għal dan ix-xogħol?", "Jien naqbel li hekk għandu jkun għax Allaħares immorru lura fis-sens li s- Central Bank jerġa' jsir stock exchange ieħor għal dawn it-treasury bills!", "Kemm jista' jkun aħna għandna nikkonċentraw dawn is-servizzi partikolari f'idejn il-Malta Stock Exchange għaliex illum dan hu attrezzat permezz ta' sistemi komputerizzati tajbin u hemm nies bl-esperjenza f'dan ix-xogħol.", "F'dawn it-transazzjonijiet se ndaħħlu l-element tat-taxxa fil-punt tal- bejgħ bejn individwu u ieħor?", "Fl-opinjoni tiegħi hawn tidher daqsxejn ta' stunatura.", "Hawnhekk qed insib diffikulta' biex nifhem eżatt x'se jsir mil- lat prattiku.", "Bħala suġġeriment jiena naħseb li jkun aħjar jekk ngħallmu lil kulħadd illi meta wieħed qiegħed jikkalkola interim profit fuq l-investiment tiegħu - qed ngħid profit biex jifhem kulħadd - taxxa fuqu ma jkunx qed iħallas u għalhekk meta hu jbigħu lit-tieni persuna l-prezz għandu jonqos xi ftit biex jagħmel tajjeb għat-taxxa zejda li tħallas il-persuna li se tixrih.", "Hemm bżonn li nsibu metodu prattiku u ħafif, li jindara malajr u li bih ma ngħabbux is-sistema, kemm tas-Central Bank kif ukoll tal-Malta Stock Exchange, b'burokrazija u eżerċizzji żejda.", "Għalfejn ma nħallux f'idejn in-nies li qegħdin jinnegozzjaw bejniethom li jsiru konxji li meta jikkalkolaw prezz tal-bejgħ dan għandu jkun net of interest għax l- interessi accrued fuq dak il-profitt mhux se jħallsu hu imma se jħallsu min fl-aħħar se jispiċċa bit-treasury bill f'idejh?", "Jiena naħseb li dawn il- kalkoli mhux daqhekk diffiċli biex jinħadmu.", "Jekk m'hemmx xi raġuni oħra speċifika - li sa fejn naf jiena m'hemmx - m'għandniex għalfejn noqogħdu nakkontaw ċentralment għal dawn it-transazzjonijiet.", "Is-sistema għandha tkun waħda sempliċi u nħallu f'idejn il-persuni konċernati biex jagħmlu l- kalkoli huma.", "Meta wieħed iħares lejn x'jiġri fir-realta' jsib li ftit ikun hemm bejgħ u xiri ta' dawn it-treasury bills u l-bejgħ li jkun sostanzjali jkun ta' istituzzjonijiet finanazjarji illi żgur ma jsibuhiex diffiċli biex jagħmlu dawn it-tip ta' kalkoli.", "Meta wieħed jaħseb iktar fil-fond fuq dan il-punt jiena tal-parir li jkun aħjar li l-interess jitħallas kollu fl-aħħar, pero' min qiegħed ibigħ u min qed jixtri jrid ikun ikun jaf illi min qed ibigħ qed jiffranka t-taxxa waqt li min ikun qed jixtri se jkollu jħallas it- taxxa hu u allura l-prezz irid jagħmel tajjeb għal dik it-taxxa li min jixtri se jkollu jħallas.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fatt għad irridu niġu għall-Income Tax Act li tagħti l-poter lill-ministru tal-ġurnata li jagħmel regolamenti dwar kif għandha taħdem is-sistema u li din għandha anke tispeċifika x'obbligazzjonijiet japplikaw f'dan l-istadju intermedjarju kemm għall- buyer kif ukoll għas-seller.", "Huwa maħsub ukoll illi l-accrued income provisions ta' dan it-tip ta' trading intermedjarju ma japplikawx għal dawk is-securities illi huma listed fuq l-iStock Exchange.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk qed nifhem sew dawn l-emendi ma japplikawx għal- listings li preżentement hemm fuq l-iStock Exchange?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, hekk hu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naqbel ma' dan għax hekk jagħmel sens.", "Għalhekk jiena iktar u iktar naħseb li t-treasury bills għandhom jitħallew jaħdmu bl- istess sistema.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din qed tiddaħħal hemmhekk mhux biex ikun hemm sistema ta' kontroll imma iktar għax qegħdin nitkellmu fuq items li huma non-listed u allura jista' jagħti l-każ illi meta il-buyer u l-vendor jiġu biex jaħdmu dawn il-kalkoli bejniethom jista' jkun hemm xi komplikazzjonijiet.", "Ma nafx hekk hux qiegħed inkun ċar biżżejjed fl- ispjegazzjoni tiegħi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena hawnehkk ma ridt nimplika l-ebda sens ta' kontroll.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dik m'hijiex l-intenzjoni tagħna, anzi jekk hemm xi suġġeriment f'dan ir-rigward aħna lesti li nilqgħuh.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena naqbel perfettament u ma rridx nimplika li qed isir xi kontroll.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma anke jekk inti taħseb li b'riżultat t'hekk nistgħu naslu f'din is-sitwazzjoni u forsi għandek xi suġġeriment dwar dan aħna lesti li nisimgħuh.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, jien ma kontx qed ngħid għalhekk għax li kont qed ngħid huwa minħabba l-hassle amministrattiv.", "Jiena lanqas biss għaddieli minn rasi dan l-element ta' kontroll, jiġifieri ma ndaħħlux flieles f'rasna.", "Jiena kulma qed nistaqsi hu: Għalfejn għandu jidħol fiha s- Central Bank?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-parir tekniku li għandi huwa li għandna ndaħħluh għax is-Central Bank huwa il-main market maker.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena naħseb li s-Central Bank għandu jistudja din il- ħaġa ħalli meta l-ministru jiġi biex jagħmel ir-regolamenti jkun jista' jqis il-cost benefit fuq l-amministrazzjoni żejda li din tinvolvi.", "Jista' jkun li s-Central Bank ikollu bżonn ta' xi computer system ġdida biex ikun jista' jaħdem dawn il-kalkoli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-Att dwar il-Bills tat-Teżor ta' Malta Clause 3 - Amendment of the Malta Treasury Bills Act", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, kif aċċennajna aktar kmieni u kif għidna - kemm jien kif ukoll l-ex-Ministru John Dalli - fis-Second Reading, l-emenda li qed tiġi proposta hija intenzjonata biex tippermetti iktar flessibilita' kemm fil-forma u anke fil-modalita' fil-ħruġ ta' treasury bills.", "Mr Chairman, aħna qed nużaw il-kelma \"notes\" b'żieda mal-kelma \"bills\" sabiex inkunu nistgħu niddifferenzjaw f'mod iktar ċar bejn id- different target markets li jkun hemm għal dawn ix-short term securities.", "Raġuni oħra hija, kif qal tajjeb l-Onor.", "Dalli iktar kmieni fl-intervent tiegħu, li issa qed nitkellmu fuq issues li m'għadhomx jippermettu biss minimum denomination ta' Lm1,000 imma fuq issues li jippermettu minimum denominations iżgħar ħalli b'hekk ikollok suq b'potenzjal aktar wiesa'.", "Punt ieħor huwa li hemm issues b'rati ta' fixed interest rates in addition ma' fixed rates of discount sabiex ikunu jistgħu jipprovdu għal market segments li huma differenti minn xulxin.", "Fl-aħħarnett qed jiġi propost li titneħħa Section 7 - naħseb din aħjar naqraha bl-Ingliż - li kienet tgħid hekk:", "\" Where any treasury bills are or are about to be paid off, the Minister may for the purpose of replacing the amount required to pay off the principal money of such bills or any of them, raise a sum not exceeding the amount of such principal money by the issue of treasury bills.\",", "u dan biex ikun hemm iktar flessibilita' meta jkun hemm bżonn li jiġu launched fresh issues sabiex jieħdu post dawk il-bills li jkunu mmaturaw.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena nixtieq li l-Ministru jispjega l-aħħar biċċa għax mhux billi tgħid li biex jitħallas il-capital amount jistgħu jinħarġu treasury bills oħrajn.", "B'daqshekk kif se żżid flessibilita'?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Intenzjoni hija li jekk inti jkollok sitwazzjoni fejn għandek 100 treasury bills li qed jimmaturaw ma tirriplejsjahomx awtomatikament.", "Allura jien naħseb li din tagħti iktar flessibilita' lit- Teżor meta jkun hemm issues - bħalma għandna bħalissa - fejn t-Teżor ma jkunx qed jispeċifika bil-quddiem kemm ikun l-ammont li se jiġi raised.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma Section 7 l-antika hija tassattiva, fis-sens li meta jagħlqu Lm100 treasury bills trid toħroġ b'Lm100 treasury bills oħra.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, għax Section 7 tgħid:", "\"... not exceeding the amount of such principal money by the issue of treasury bills.\"", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena nifhem il-konċett ta' flessibilita' kif ukoll il- bżonn li f'dawn l-affarijiet wieħed irid ikun flessibbli.", "Hawnhekk aħna qegħdin ngħidu li din is-section se nneħħuha għal kollox, hux hekk?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, hekk hu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Meta qed tneħħiha m'intix qed tneħħi d-dritt li toħroġ treasury bills biex tħallas?", "Jiġifieri inti m'għandekx bżonn ta' enabling clause li biex tħallas principal sum toħroġ treasury bill ieħor u allura jekk fil-liġijiet ta' Malta din teżisti hawnhekk biss, din issa se nneħħuha?", "Jien ma stajtx indur il-liġijiet kollha ħa nara jekk din hijiex qegħda hawn biss imma forsi hawnhekk l-Attorney General jkun jista' jgħidilna.", "Jiena għamilt dan il-kumment għax inħoss li jkun ħażin jekk il-Ministru jneħħi minn idejħ il-possibbilta' li jagħmel din il-ħaġa.", "Fi clause 7 kull m'hemm hija l-kelma \"may\", jiġifieri din m'hijiex tassattiva u allura din ma jridx jagħmilha bilfors.", "Jekk tneħħi l-kelma \"not exceed\" din se tibqa' empowering clause - jekk hija empowering clause - u xorta waħda jkollok il-flessibbilta' kollha.", "Jekk m'hemmx bżonn li jkun hemm an empowering clause allura nneħħuha, pero' again, hawnhekk I defer għall-uffiċċjali li għandna fuq il-bankijiet riservati għall-esperti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-enabling clause hija l-maximum illi jkun approvat mill-Parlament li llum, jekk m'iniex sejjer żball, huwa Lm200 million.", "Imma given li l-issues tat-treasury bills qed jiġu carried fuq bażi ta' kull ġimgħa m'għadux iktar opportun li Section 7 tiġi retained.", "Il- prattika għandha tkun illi l-issue ta' dan l-ammont bħala treasury bills jiġi regolat from time to time b'mod ieħor milli bil-limitu ta' l-ammont li jkun qed jimmatura.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sakemm il-Ministru tal-Finanzi huwa kuntent illi b'hekk m'hu qed ineħħi l-ebda dritt milli għandu biex jamministra dan il- portfolio tal-loans jien m'iniex se nikkumenta iktar għax il-fatt li jżomm u jżid il-flessibilita' fil-management tal-cash flow hija ħaġa tajba.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta (Kap. 204).", "Clause 4 - Amendment of Central Bank of Malta Act (Chap.", "204).", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din l-emenda li qed nagħmlu għal Section 15 qed tiġi proposta biex tippermetti lill-Bank Ċentrali biex fid- diskrezzjoni tiegħu jkun jista' jagħmel short term advances lill-banek u lill-financial institutions kollha f'Malta u mhux neċessarjament lil dawk li huma nkorporati f'Malta.", "B'żieda ma' dan, l-emenda għal paragraph (1 ) ta' l-istess artiklu qed tippermetti lill-Bank Ċentrali biex jidħol f'repurchase u f'reverse repurchase agreements mhux biss mal-banek inkorporati f'Malta imma wkoll ma' non-bank corporate bodies u ma' branches lokali ta' banek inkorporati barra l-pajjiż bħal, per eżempju, fil-każ li kellna dan l-aħħar ta' bank li beda jopera f'Malta.", "L-emenda proposta għal Section 37(1) hija biex tipprovdi għall- possibbilta' li r-required reserve deposits tal-bank jistgħu jinżammu f'accounts miftuħa f'termini ta' Section 33(1) ta' l-Att - bħal, per eżempju, settlement accounts - iktar milli jkun hemm il-ħtieġa ta' a separate account miftuħ f'termini ta' Section 37 tal-Liġi.", "Għal darb'oħra l-intenzjoni hi biex ikun hemm flessibbilta' akbar, speċjalment fid-dawl tar-reserve requirements mechanism illi l-Bank Ċentrali kien introduċa fl- 1995.", "Fuq iż-żewġ emendi l-oħra għal Section 37 irrid ngħid illi l-emenda għal Section 37(2) hija ntenzjonata biex tipprovdi għal sitwazzjonijiet fejn il- Bank Ċentrali jkun jista' ma' jitlobx illi bank iżomm ammont speċifiku bħala working balance filwaqt li l-emenda proposta għal Section 37(4) hija ntenzjonata biex tippermetti flessibbilta' akbar fir-rigward ta' drawings li jsiru mill-banek mir-reserve deposits tagħhom li jkunu miżmuma mal-Bank Ċentrali u din qed tiġi assoċjata wkoll mar-reserve requirements mechanism li diġa' tkellimna fuqu.", "L-aħħar punt li jikkonċerna l-Att dwar l-Bank Ċentrali huwa the proposed deletion tas-second proviso ta' subsection (4) ta' Section 37, li hija konsegwenza tal-liberalizzazzjoni fir-rati ta' l-imgħax li saret riċentement.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena naqbel li dawn l-emendi għandhom isiru kollha u fil-fatt l-unika ħaġa li qed idejjaqni xi ftit hija l-inclusion tal-kliem \"at its discretion\" fil-kontest tal-Bank Ċentrali.", "Il-Ministru għalfejn ħass il-bżonn illi għandna nagħtu diskrezzjoni hekk speċifika lil Bank Ċentrali?", "Jien naqbel mal-fatt illi neħħejna \"grant to any bank\" u għamilniha \"incorporated in Malta\" kif ukoll li daħħalna \"financial institution\", pero' għalfejn qed nagħmlu \"at its discretion\"?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena qed nifhem l-osservazzjoni li għamel l-Onor.", "Dalli, biss hawnhekk nixtieq nispjega li, filwaqt illi Section 15 (l) tirriferi għall-operazzjonijiet tal-money market minn naħa tal-Bank Ċentrali għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja li allura din tiġi applikata bla ebda diskrezzjoni ta' xejn, Section 15(k) hija biex ngħid hekk faċilita' bilaterali - dik li tissejjaħ equilateralised loan facility - illi l-Bank Ċentrali jista' jidhirlu li din m'għandiex tkun available għal kull tip ta' istituzzjoni bħal, per eżempju,f'ċerti ċirkostanzi li jikkonċernaw xi branch ta' bank inkorporat barra l-pajjiż.", "THE CHAIRMAN (L-Onor.", "Michael Bonnici): Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l-Att dwar il-Borża ta' Malta (Kap. 345).", "Clause 5 - Amendment of the Malta Stock Exchange Act (Cap.", "345).", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tikkonċerna emenda għall-Att dwar il-Borża ta' Malta fejn filwaqt li qed temenda Section 2 u x- schedule qed tagħmel repeal ta' Section 11 tal-Malta Stock Exchange Act.", "Rigward l-emenda ta' section 2 u tax-schedule ta' dan l-Att, id- definizzjoni eżistenti tal-kelma \"securities\" hija kkonsidrata restrittiva għax tirrikonoxxi biss lil dawk is-securities ta' kumpanniji jew ta' body corporates stabiliti bil-liġi jew mill-Gvern ta' Malta.", "Hawn ta' min jgħid li meta kienu qed jiġu diskussi l-prospetti ta' World Bank loan, wara applikazzjoni għall-ammissjoni f'unofficial list, kien instab li b'riżultat tad-definizzjoni eżistenti seta' ma kienx ikun possibbli li tiġi kkwotata l- World Bank loan jew kwalunkwe tip ta' loan oħra.", "Għaldaqstant min-naħa ta' l-iStock Exchange qed tinħass il-ħtieġa li tiġi ntrodotta definizzjoni ġdida intenzjonata biex tpatti għal dawn it-teething problems - għax dawn jien lanqas ngħidilhom defiċjenzi - li seta' kien hemm fid-definizzjoni oriġinali.", "Ta' min jgħid li raġuni oħra għalfejn kellha tiġi aġġornata d- definizzjoni tal-kelma \"securities\" kienet biex din tiġi in line mad- definizzjoni eżistenti li hemm fl-Investment Services Act ta' l-1994.", "Klawsola 5 qed temenda kemm Section 2 kif ukoll l-ewwel schedule u kif għidna f'okkażżjonijiet oħra waqt id-diskussjoni dwar l-emendi oħra li hemm f'dan il-pakkett ta' liġijiet li għandna quddiemna, l-intenzjoni prinċipali wara din hija li jkun hemm iktar flessibbilta' billi jitnaqqsu ċerti komplikazzjonijiet u billi jkunu jistgħu jiġu adattati għaċ- ċirkostanzi ġodda li jinqalgħu.", "Subartiklu 8 (1) ta' l-Att prinċipali jgħid li kull emenda ġdida li tista' ssir għal din id-definizzjoni trid issir b'regolamenti li joħroġ il-ministru responsabbli mill-finanzi tal- ġurnata stess u għalhekk wieħed ma jkollux għalfejn joqgħod jiġi kull darba fil-Parlament biex jagħmel emenda leġislattiva.", "Fil-fatt din il-pożizzjoni tipprevali at par ma' l-Investment Services Act ta' l-1994.", "Sur President, dwar Section 11 tal-Malta Stock Exchange Act irrid ngħid li din id-deletion qed issir bħala riżultat ta' l-emenda introdotta taħt l- Investment Services Act fl-1994 għax kien instab li din is-sezzjoni partikolari ma kienet qed isservi għall-ebda għan partikolari għax the need for a stockbroker to report to the Exchange on trading carried out in quoted securities is not necessary because the Exchange has direct access to all this information.", "Il-ħieġa li l-istockbroker jirrapporta lill- iStock Exchange fuq kwalunkwe trading li jsir barra mill-iStock Exchange innifsu kienet tinħass qabel ma saret din l-emenda fl-Investment Services Act ta' l-1994.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, huwa possibbli li cheques, bills of exchange, banker's drafts jew letters of credit jiġu floated fuq l-iStock Exchange?", "GĦax jekk dan m'huwiex possibbli - fl-opinjoni tiegħi, din assolutament m'hijiex possibbli - id-definition kważi qed tgħid li bniedem m'huwiex żiemel u allura jien ma naħsibx li għandna nagħtu definizzjoni ta' dan it-tip.", "Jien naħseb li d-definizzjoni għandha tagħti l-poter lill- ministru li b'regolamenti jispeċifika jew jiftaħ iżjed skond kif ikun hemm bżonn.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-intenzjoni tad-drafters kienet li f'dan il-każ ikun hemm iktar ċertezza bħalma rriżulta fil-każ ta' l-Investment Services Act.", "ONOR.", "JOE BORG: Imma l-iskop huwa differenti.", "Meta tgħid li for the purposes of the Investment Services Act l-kelma \"securities\" ma tinkludix cheque, bill of exchange, banker's draft jew letter of credit forsi tagħmel sens, imma li taqbad definition għall-iskopijiet ta' l-Investment Services Act u titfagħha fl-iStock Exchange Act meta l-iskop tagħhom huwa kompletament differenti jien nara li, għalkemm legalment forsi m'hemm xejn ħażin, inti kważi tkun qed tgħid dak li bil-Latin jgħidulu reductio ad adsurdum.", "Sur President, qed ngħid dan għax jien ma nistax nimmaġina li cheque jista' qatt jiġi floated fuq l-iStock Exchange.", "Se mai jien kieku kont nieħu dawk il-partijiet minn din id-definizzjoni li jagħmlu sens - per eżempju, jien naqbel li l-collective investment scheme għandha tiżdied ma' din id-definizzjoni - u mbagħad nagħti poter lill-ministru li jirregola kif ikun meħtieġ kif fil-fatt hemm provdut f'subartiklu 12 (1) ta' l-Investment Services Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għalkemm l-intenzjoni tad-drafters f'dan ir-rigward kienet li jitneħħa ċertu element ta' ambigwita', jien qed nifhem il-punt li semma l-Onor.", "Borg u fil-fatt se nitaqsih jekk hux se jipproponi emenda għaliha.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien kieku nipproponi emenda fis-sens li titneħħa dik il-proviso li tirriferi għal \"\"Securities\" means shares, stocks, bonds, debentures, ...\" - fil-fatt għadna kemm għaddejna emenda fl-Income Tax Act għad-definizzjoni ta' \"securities\" - u imbagħad nagħtu l-istess poter lill- ministru kif hemm f'subartiklu 12(1)(a) ta' l-Investment Services Act..", "Jiġifieri (a) inħalluha u se mai nagħmlu (b), (c) u (d)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fil-kontest ta' items 1, 2 u 3 huwa veru li l-Onor.", "Borg ġab l-eżempju taċ-cheque pero' jien naħseb li l- intenzjoni tad-drafters kienet li jipprovaw jagħmlu xi ħaġa all-embracing li teskludi l-possibbiltajiet kollha ħalli b'hekk titneħħa dik l-ambigwita' li semmejt fil-bidu.", "Hawn xi oġġezzjoni għal din?", "ONOR.", "JOE BORG: Jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Onor. Borg, jiena xorta waħda fhimtu l-punt tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji.", "Clause 6 - Amendment of the Companies Act, 1995.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-emenda li għandna quddiemna kienet ġiet proposta wkoll mill-Malta Stock Exchange ħalli jkunu jistgħu jilqgħu għal ċerti problemi amministrattivi li jistgħu jinqalgħu in konnessjoni man- notifika tal-pledges relatati mas-securities, kemm dawk li jkunu quoted u anke dawk li jkunu unquoted li pero' d-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom ma' jkunux miżmuma mill-Exchange.", "Kif inhuma l-affarijiet, notice ta' pledge trid tiġi servuta għand l-Exchange jekk security hija quoted u dan irrispettivament minn jekk ir-reġistru tal-holders ta' dik is-security partikolari huwiex qed jiġi miżmum mis-securities depositary ta' l- Exchange jew le.", "Jekk ir-reġistru m'huwiex miżmum mill-Exchange, għalkemm notice bħal dan ma jservi għal xejn, bil-liġi xorta hemm l-obbligu li dan l- avviż jiġi servut fuq l-Exchange.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 7", "NEW CLAUSE 7", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob il-permess sabiex inressaq klawsola 7 għall- Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 7.", "\"B\" Minnufih wara l-klawsola 6 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Emenda ta' l-Att ta' l-1995 dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċeduri ta' Stralċ).", "Att Nru XVII ta' l-1995.", "7.", "L-Att ta' l-1995 dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċeduri ta' Stralċ) għandu jiġi emendat kif ġej:-", "(a) l-artikolu 9 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala s-subartikolu (1) tiegħu u minnufih wara s-subartikolu (1) kif enumerat mill-ġdid għandhom jiżdiedu dawn iż-żewġ subartikoli li ġejjin:", "\"(2) Il-Ministru jista' jaħtar Segretarju tal-Bord għal dak iż-żmien li l-Ministru jista' jistabbilixxi fl-ittra tal-ħatra li jibgħat lis- Segretarju, liema perjodu m'għandux ikun ta' iktar minn tliet snin.", "(3) Is-Segretarju għandu jwettaq il-funzjonijiet kollha li huma vestiti bil-liġi fir-Reġistratur.\"; u", "(b) minnufih wara l-artikolu 17 għandu jiżdied dan l-artikolu li ġej:", "\"Il-Ministru jista' jagħmel regolamenti.", "18.", "Il-Ministru jista' jagħmel regolamenti li ma jkunux inkonsistenti ma' xi dispożizzjoni ta' dan l-Att sabiex ikunu jistgħu jitwettqu d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.\".", "\"B\" Immediately after clause 6 there shall be inserted the following new clause:-", "\"Amendment of the Controlled Companies (Procedure for Liquidation) Act, 1995.", "Act No XVII of 1995.", "7.", "The Controlled Companies (Procedure for Liquidation) Act, 1995 shall be amended as follows:-", "(a) section 9 thereof shall be renumbered as subsection (1) thereof and immediately after subsection (1) as renumbered there shall be added the following two subsections:-", "\"(2) The Minister may appoint a Secretary to the Board for such period as the Minister may establish in the Secretary's letter of appointment, which period shall not exceed three years.", "(3) The Secretary shall perform all functions which are vested at law in the Registrar.\"; and", "(b) immediately after section 17 thereof there shall be added the following section:", "\"Minister may make regulations.", "18.", "The Minister may make regulations not inconsistent with any of the provisions of this Act for the carrying out of the provisions of this Act.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 7 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 7 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi li din il-Klawsola Ġdida 7 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, meta kien għadda l-Att Nru. XVII ta' l- 1995, f'Artiklu 7 kien hemm riferenza speċifika għall-ħatra ta' appeals board li kellu jiġi kostitiwit ħalli kull persuna jkollha d-dritt ta' l- appell jekk tħoss ruħha aggravata bir-rapport u b'xi skema ta' distribuzzjoni li ssir mill-Kontrollur fir-rigward ta' controlled assets li jkun ġie ordnat għal-liquidation.", "L-Att Nru. XVIII ta' l-1995 jistipula wkoll il-kompożizzjoni, il-poteri, il-ġurisdizzjoni u l-funzjonijiet tal-bord kif ukoll il-kwalifiki taċ- chairman u tal-membri.", "Sfortunatament meta kienet għaddiet il-liġi ma saret l-ebda riferenza speċifika għas-segretarju tal-bord.", "Biex inkunu għidna kollox u fl-istess ħin inkunu fair anke mad-drafters tal-liġi oriġinali, jista' jagħti l-każ li dan ġara għaliex il-bord kien iżomm is- sittings tiegħu fil-bini tal-qorti ta' Malta u allura l-ħsieb kien li meta tqum l-okkażjoni kull assistent reġistratur tal-qorti seta' jservi bħala segretarju tal-bord.", "Peress li issa ġew appuntati ċ-chairman u l-membri tal-bord, wieħed irid isegwi ċertu set pattern dwar il-proċeduri tal-bord liema proċeduri għandhom x'jaqsmu ma' issues ta' ċerta komplessita' u allura qed jinħass il-bżonn li tinħatar persuna speċifika bħala segretarju tal-bord.", "Għaldaqstant qed jiġi propost li l-Att għandu jiġi emendat biex jagħmel il-provvediment meħtieġa għal din il-ħatra.", "Peress li jista' jagħti l-każ li fi stadju ulterjuri jkun hemm bżonn ta' xi tibdil żgħir għar-regolamenti dwar din il-ħatra jkun opportun li tiddaħħal klawsola ġdida - kif għamilna f'leġislazzjonijiet oħrajn f'dan il-pakkett stess - li tippermetti lill-ministru jagħmel ċerti regolamenti biex b'hekk wieħed ma joqgħodx jiġi l-Parlament kull darba li jkun irid xi jemenda f'dan ir- rigward.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-prinċipju aħna ma nsibu xejn kontra din l-emenda pero' hawnhekk setgħet instabet soluzzjoni oħra billi, per eżempju, minflok li r-reġistru ta' dan il-bord jinżamm il-qorti, jinżamm fil-Bank Ċentrali biex b'hekk l-istaff tal-bank ikun jista' jaqdi l-funzjoni ta' segretarju ta' dan il-bord.", "Barra minn hekk l-istaff tal-Bank Ċentrali huma nies esperti f'din il-materja.", "Pero' nerġa' ngħid li, jekk biex jibqa' jintuża dan ir-reġistru hemm il-ħtieġa li jiġi appuntat segretarju għal dan il- bord, din in-naħa ma ssibx oġġezzjoni.", "Dwar is-subartiklu (3), fejn hemm:", "\"The Secretary shall perform all functions which are vested at law in the Registrar.\";....", "peress li f'din il-liġi l-kelma \"Registrar\" tintuża xi darbtejn, fejn darba minnhom huwa ċar li din qed tirriferi għar-Reġistratur tas-Soċjetajiet, mentri hawnhekk ir- riferenza tidher li hija għar-Reġistratur tal-Qorti, jien naħseb li jkun aħjar jekk din tiġi speċifikata bil-kliem \"are vested at law in the Registrar of Courts\" biex b'hekk ma jkunx hemm dubju għal liema registrar qegħdin nirriferu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, jidher li hawnhekk qed naqblu fil- prinċipju u għalhekk se nipproponi din l-emenda verbali:", "Fil-paragrafu (a) ta' klawsola ġdida 7, minflok il-kliem \"fir- Reġistratur.\" li hemm fis-subartikolu (3) ta' l-artikolu 9 għandhom jidħlu l-kliem \"fir-Reġistratur tal-Qorti.\".", "In paragraph (a) of new clause 7, for the words \"in the Registrar.\" in subsection (3) of section 9 there shall be substituted the words \"in the Registrar of Courts.\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 7, kif emendata verbalment, tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 7, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 1.", "\"Ċ\" Minflok il-kliem \"l-Att ta' l-1996\" fil-klawsola 1 għandhom jidħlu l- kliem \"l-Att ta' l-1997\".", "\"C\" For the words \"Act, 1996,\" in clause 1 thereof there shall be substituted the words \"Act, 1997,\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Ċ\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jiġi awtorizzat biex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u jagħmel ir-renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Fuq mozzjoni tal-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ il-Kumitat qabel li jawtorizza lill- Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta' l- ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u jagħmel ir-renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Fis-7.57 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ irrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR", "IL-PROTEZZJONI TAL-PROPRJETA' INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL PROPERTY (PROTECTION) ORDINANCE (AMENDMENT)", "BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għalkemm l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jinkorpora biss żewġ emendi għall-Ordinanza dwar il-Protezzjoni ta' Proprjeta' Industrijali li tirregola t-trademarks, fil-fatt dawn l- emendi jwasslu biex jintlaħqu mill-anqas tliet għanijiet.", "L-ewwel għan hu biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni, biex ngħid hekk, bejn gazzetta lokali u oħra fir-reklami għar-reġistrazzjoni ta' trademarks, ħaġa li konna ilna nisimgħu dwarha taħt diversi gvernijiet.", "Raġunijiet oħra huma li jiġu armonizzati u simplifikati l-proċeduri amministrattivi biex b'hekk isiru ċerti cost reductions f'dan l-uffiċċju, kif ukoll biex il- pubbliku jingħata servizz aktar effiċjenti.", "Biex wieħed japprezza dan kollu jkun tajjeb li nispjega l-proċeduri attwali dwar ir-reġistrazzjoni ta' trademarks.", "Il-liġi preżenti tobbliga lill-kontrollur biex jirreklama a trademark registration fil-Gazzetta tal-Gvern kif ukoll f'żewġ ġurnali oħra.", "Kuntrarju għal dak li jaħsbu ċerti diriġenti tal-ġurnali lokali - u dan qed ngħidu bl-ebda sens partiġġjan - il-gvern ma jindaħalx f'liema gazzetti jsiru dawn ir-reklami iżda jħalli l-għażla f'idejn l-applikant innifsu għax wara kollox huwa l-applikant li jkun qed iħallas il-fees tar- reġistrazzjoni.", "Pero' minħabba l-kritika li kultant ikollna f'ċerti gazzetti, ħafna nies jaħsbu li jkun hemm xi input min-naħa tal-ministru jew min-naħa tad-dipartiment li tinfluwenza jew tiggwida lin-nies f'liema gazzetti għandhom jirreklamaw.", "Aħna niċħdu din l-allegazzjoni bil-qawwa kollha.", "Madanakollu, xorta waħda nħossu li s-sistema preżenti hija waħda difettuża u li għaldaqstant għandha tiġi reviewed.", "Bis-sistema preżenti qed jiġri li meta xi ħadd jirreklama f'xi ġurnal ta' l-għażla tiegħu dan ikun qed jagħti vantaġġ lill-qarrejja ta' dak il-ġurnal, a skapitu ta' qarrejja ta' ġurnali oħra.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Jekk jien ġibt reklam f'gazzetta \"X\" - ħadd ma għandu jżommni milli nġibu f'gazzetta \"X\" għax wara kollox dak qed inħallsu minn flusi - se jaqrawh biss il-qarrejja ta' gazzetta \"X\" u, biex ngħid hekk, b'hekk inkun qed niddiskrimina kontra dawk li ma jaqrawx gazzetta \"X\".", "Dan ikun qed jiġri mingħajr ebda intenzjoni ħażina.", "Sur President, wieħed mill-ilmenti li dejjem nisma' min-naħa tad- dipartiment responsabbli mill-industrial property huwa li l-vetting tal- gvern huwa laborious ħafna minħabba li ma jeżisti l-ebda kontroll effettiv dwar f'liema parti u f'liema ordni l-ġurnali jġibu dawn ir-reklami.", "Skond statistika li nġabret mid-dipartiment instab li jintilef numru kbir ta' man- hours fis-sena biex id-dipartiment jamministra din is-sistema, pero' hawn irrid inkun fair billi ngħid ukoll li waħda mir-raġunijiet għal dan hija li n-numru ta' trademark applications żdied matul is-snin tant li f'dawn l- aħħar sitt snin żdiedu b'madwar 200%.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li bħalissa qed naħsbu biex inressqu quddiem il-Parlament trademark law ġdida minħabba li mistennija żieda qawwija fil-patent applications jekk pajjiżna jaderixxi - kif jidher li se jagħmel - għall-European Patent Convention Association Agreement.", "Argument li diġa' tressaq u li għall-ewwel jista' jidher attraenti hu dak li tiddaħħal sistema ta' rotazzjoni biex b'hekk inkunu iktar ġusti, pero' minn barra li s-sistema ta' rotazzjoni għandha l-istess difetti tas- sistema preżenti din iżżid ir-red tape dipartimentali, tirrestrinġi l- għażla ta' l-applikant u tista' anke twassal biex iġġiegħel lill-applikant jirreklama f'gazzetti li altrimenti, minħabba raġunijiet morali jew politiċi, hu ma kienx jappoġġjahom bil-flus li jkun ħareġ għar-reklam tiegħu.", "Min-naħa l-oħra jekk nippubblikaw ir-reklami fil-ġurnali kollha veru li ma nkunux qed niddiskriminaw kontra l-qarrejja pero' nkunu qed inżidu piż finanzjarju fuq l-applikant, kif ukoll inkunu qed nimmultiplikaw id-drawbacks l-oħra li għadni kif semmejt.", "Għaldaqstant aħna qed nipproponu li l-Kontrollur għandu jaqta' għal kollox ir-reklami fil- gazzetti u jippubblika esklużivament fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Għall-ewwel din tista' tinstema' daqsxejn stramba imma fil-fatt din hija s-sistema adottata dwar it-trademark registrations f'diversi pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll f'pajjiżi ta' l-EFTA u f'xi pajjiżi tal-Lvant ta' l- Ewropa u ta' l-Afrika.", "Barra minn hekk din is-sistema tiffranka ħafna xogħol lid-dipartiment u telimina r-red tape amministrattiv billi tnaqqas id-dewmien għax applikazzjoni ġieli ddum xahrejn jew aktar biex tiġi pproċessata.", "Aħna qed nipproponu wkoll li minflok il-fees għall-application registration u advertising għandu jkun hemm a single non-refundable deposit fee.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, meta għidt li applikazzjoni ġieli ddum xahrejn biex tiġi pproċessata forsi kont qed inkun modest iżżejjed għax qed igħiduli li kien hemm każi fejn ċerti ġurnali ġieli damu mas-sitt xhur biex jistampaw trademark, ħaġa li ċertament kompliet tkabbar il-problema tal- vetting min-naħa tad-dipartiment.", "Fil-verita' meta tlabt ftit informazzjoni fuq is-sistema amministrattiva li hemm fil-preżent dawn iddeskrivewha bħala ħmar il-lejl amministrattiv u minn dak li smajt u minn dak li tgħallimt ikolli naqbel ma' din l-analisi.", "Ta' min jgħid li aktar 'l quddiem beħsiebna nintroduċu r-reġistrazzjoni ta' service marks u factory sound marks u anke r-reġistrazzjoni ta' shapes.", "Bħalissa l-Uffiċċju tal-Proprjeta' Industrijali qed jikkompjuterizza madwar 27,000 trademark li għandu fir-reġistru u fl-istess ħin qed iżomm il- paper system li għadha in vigore.", "Sur President, għalissa se nieqaf hawnhekk filwaqt li nirriżerva d-dritt li nagħmel ir-rimarki tiegħi fil-konklużjoni tad-diskussjoni f'dan l- istadju.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, nista' ngħid mill-ewwel li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni m'hijiex se ssib diffikulta' għal dawn il-ftit tibdiliet li hawn proposti.", "Jien smajt lill-Ministru jispjega kif dan l-abbozz ta' liġi qed jipprova jnaqqas il-costs għad-dipartiment, jagħti servizz iktar effiċjenti kif ukoll li jipprova jelimina l-possibbilta' ta' l-hekk imsejħa diskriminazzjoni fil-gazzetti.", "Jien nemmen li għandna niffokaw fuq l-importanza li jkollna liġi dwar it-trademarks li tmur ħafna oltre minn dak li qed jiġi propost illum u għalhekk jien ħadt gost nisma' lill- Ministru jgħid li qed jipprepara bidla aktar profonda fil-liġi.", "Ikolli nammetti li dan l-abbozz ta' liġi huwa daqsxejn sfortunat għax kieku forsi kellu l-ġwenħajn li suppost ikollu kien jilħaq livell ħafna iktar għoli.", "Kieku dan l-abbozz ta' liġi rabat kollox flimkien kien ikun fih ħafna iktar sustanza milli kif inhu għax kif ġie ppreżentat huwa pjuttost imkittef u ma jolqotx dawk il-bidliet li verament hemm bżonn isiru fil-qasam tat- trademarks.", "Jien ma rridx naħseb li din il-liġi inġabet quddiemna sempliċement biex ikollna xi ħaġa fuqiex niddiskutu - issa dalwaqt se jkollna ħafna x'niddiskutu! - imma da parti ta' l-Oppożizzjoni jien nerġa' nenfasizza l-bżonn kbir u urġenti li hemm biex il-liġi tat-trademarks tiġi riformata u aġġornata.", "Skond l-informazzjoni li għandi dan il-bżonn kien diġa' qed jiġi ndirizzat meta din-naħa tal-Kamra kienet fil-gvern u dak ix- xogħol li kien laħaq sar il-Ministru għandu jsibu utli ħafna minkejja li għad hemm ħafna xogħol ieħor li għad irid isir f'dan ir-rigward.", "Sa ċertu punt dan l-abbozz ta' liġi jagħtina l-okkażjoni li norbtu anke mad-diskussjoni li kellna dwar il-bidliet fl-Industrial Development Act għax jagħtina l-possibilita' li nirriflettu fuq kemm id-dritt tal- proprjeta' intellettwali huwa importanti għall-iżvilupp industrijali ta' pajjiżna.", "Id-dinja ta' l-industrija qed tħoss aktar u aktar il-bżonn illi permezz ta' trademarks u mezzi oħra tagħti protezzjoni effettiva lid-dritt tal-proprjeta' intellettwali biex tkun tista' tassigura li l-kummerċ, li qed isir dejjem iktar kummerċ internazzjonalizzat, ikollu l-qafas legali neċessarju għat-tisħiħ tiegħu.", "Biex nagħti eżempju f'dan ir-rigward ngħid li ftit tal-jiem ilu kont qiegħed naqra li fil-Brażil għaddiet liġi dwar id- dritt tal-proprjeta' intellettwali li suppost hija waħda mill-iktar liġijiet moderni u li hija speċifikament indirizzata lejn it-tkabbir tas- settur tal-phamaceuticals, peress li l-Brażil huwa ċentru fl-attivita' tal- pharmaceuticals fis-South America kollha.", "Minn dak li qrajt jirriżulta li wara li għaddew din il-liġi fil-Brażil ġie reġistrat iktar investiment f'dan il-qasam u din iż-żieda fl-investiment ma ġietx biss minn investituri ġodda imma anke minn dawk li kienu diġa' qed joperaw hemmhekk.", "Dan ifisser li meta qegħdin nitkellmu fuq liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' trademarks u mad-dritt ta' proprjeta' intellettwali m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa akkademika li tinteressa biss lill-avukati jew lill-politiċi imma nkunu qed nitkellmu fuq xi ħaġa li tista' tfisser investiment, impjiegi u mezz li jattira lejk lil min ikun irid jużak għall-attivita' tiegħu minħabba li għandek protezzjoni kbira bil-liġi.", "Hawn nista' anke nsemmi, bħala eżempju, il-liġi tax-shipping li kienet għaddiet minn dan il- Parlament taħt il-Gvern preċedenti.", "Dak inhar kienu saru tibdiliet fil-liġi li saħħew dawk is-sections li jittrattaw dwar il-mortgages u dwar id-drittijiet tal-banek meta dawn jiġu biex jirreġistraw drittijiet fuq vapur.", "Forsi tgħidli: Imma din x'għandha x'taqsam ma' dak li qed niddiskutu llum.", "Qed insemmi dan bħala eżempju għax meta turi li inti tagħti protezzjoni tajba il-probabbilta' hi li inti jkollok riżultati pożittivi.", "Fil-fatt kulħadd jirrikonoxxi li fil-qasam tax-shipping is-saħħa tal-protezzjoni li l-liġi tagħti fir-rigward ta' mortgages għenet bil-kbir biex dak il-qasam seta' jiżviluppa u għandna ċ- ċans li nagħmlu l-istess f'dan is-settur.", "Ċertament li pajjiżna jrid jintegra ruħu mal-bqija tad-dinja fis-settur tas-servizzi u dan huwa l- mument biex insaħħu l-liġijiet tagħna fir-rigward ta' proprjeta' intellettwali.", "Il-proprjeta' intellettwali, trade marks u affarijiet oħra konnessi beda jinħass il-bżonn tagħhom immedjatament wara r-rivoluzzjoni industrijali tant li mill-ewwel bdew jittieħdu diversi miżuri u saħansitra saru konvenzjonijiet internazzjonali bl-iskop li jkomplu jsaħħu dan ir- reġim legali.", "Inti ma tistax topera f'iżolament meta qed titkellem fuq protezzjoni għal min ikun qed jagħmel kummerċ miegħek.", "Għaldaqstant inħeġġeġ b'mod mill-aktar pożittiv u kostruttiv sabiex il-Gvern iħares bis- serjeta' lejn dak li qed jiġri fir-rigward tal-protezzjoni li qed tingħata fil-ġurisdizzjonijiet ta' madwarna għax dawn qegħdin jikkompetu magħna biex jattiraw investiment minħabba li jaf ikollhom qafas legali iktar b'saħħtu minn tagħna.", "Apparti dan, kif diġa' semma l-Ministru, f'dawn l-aħħar sitt snin kellna żieda ta' 200% fir-reġistrazzjonijiet tat-trademarks li minnha nnifisha tista' tkun għajn ta' revenue għall-pajjiż.", "Żgur li rridu nikkonċentraw biex ikollna liġijiet li jkunu aktar aġġornati u liġijiet li jagħtu l-possibilita' li dan is-settur jikber fih innifsu kif ukoll li jkun settur li jagħti l-infrastruttura neċessarja għall-iżvilupp tas-setturi ekonomiċi f'pajjiżna.", "Issa rrid nitkellem ftit dwar x'inhi r-realta' ta' l-Unjoni Ewropea għax din tolqotna direttament kemm jekk inkunu membri u kemm jekk ma nkunux u allura għandna nikkonsidrawha serjament.", "Meta nħarsu lejn x'ġara fl- Ewropea nsibu li waħda mill-affarijiet li l-Unjoni Ewropea ħasset li kellha tagħmel biex tgħin il-kummerċ fi ħdanha u l-kummerċ bejnha u s-swieq internazzjonali kienet illi ma tħallix sitwazzjoni - sa ċertu punt din baqgħet teżisti wkoll - fejn kull pajjiż ikollu l-liġijiet tiegħu biex jirreġistra trademark.", "L-Unjoni Ewropea ħolqot strument ġdid li permezz tiegħu ssir trademark komunitarja, jiġifieri tirreġistraha darba u dik ir- reġistrazzjoni tkun applikabbli fit-territorju kollu ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-istess ħaġa kienet saret ħafna snin qabel għar-rigward tal-European patent office.", "Dan iċ-ċentru ta' reġistrazzjoni jinsab fi Munich u hawn wieħed jara l-importanza enormi li tingħata lill-protezzjoni tad-dritt tal- proprjeta' intellettwali.", "Barra minn hekk dan ikejjel l-iżvilupp ta' pajjiż u l-prospetti li dak il-pajjiż għandu għall-futur permezz tan-numru ta' reġistrazzjonijiet li jsiru.", "Biex nagħti eżempju ta' kemm huwa importanti dan is-suġġett għall-kummerċ u għall-industrija ta' min jgħid li fl-Ewropa qed isir paragun kontinwu bejn kemm qed jiġu rreġistrati patents fl-Ewropa ma' kemm qed jiġu rreġistrati fil-Ġappun u fl-Istati Uniti ta' l- Amerika.", "Dan it-tqabbil isir biex jaraw min huwa at the forefront fit- teknoloġija l-ġdida u min qiegħed ikun kreattiv l-iktar, liema indikazzjonijiet juru min se jakkwista s-swieq ta' għada.", "Jiena m'iniex qed ngħid li aħna neċessarjament irridu nsiru ċentru - j'Alla jkollna din il-possiblita'! - imma nenfasizza li dawn it-tip ta' liġijiet iservu biex nies li jkollhom ċerta inventiva jkollhom il-possibilita' li jirreġistraw l-invenzjoni tagħhom u b'hekk jissalvagwardaw id-drittijiet tagħhom ta' proprjeta' intellettwali u jiddispjaċini li jkolli nirrimarka li dan l-aspet bil-kemm qegħdin immissuh hawnhekk.", "Bir-raġun il-Ministru jgħid li l-Gvern qiegħed iħares lejn bidla fil-liġi dwar it-trademarks u jien nispera li din tkun bidla radikali u nixtieq nħeġġu biex jgħaġġel dan il-proċess u ma jintilefx fil-ħafna affarijiet amministrattivi u burokratiċi li kull minn ikun fil-gvern ikollu jħabbat wiċċu magħhom għax huwa importanti ħafna li l-liġijiet tagħna jkunu f'posthom.", "Jiena kont naħseb li waħda mill-problemi li għandna setgħet faċilment tidħol anke f'dan l-abbozz qasir li għandna quddiemna.", "Hawn qed nirriferi għall-problema li f'pajjiżna tista' tirreġistra prodotti pero' ma tistax tirreġistra servicemarks.", "Artiklu 80 tal-Liġi Prinċipali jgħid bl-iktar mod ċar li:", "\"Il-marki li huma qegħdin biex bihom jintgħarfu minn oħrajn il- prodotti ta' industrija jew l-oġġetti ta' kummerċ, jitqiesu bħala trademarks,...\"", "Imbagħad fl-artiklu 91 jingħad li:", "\"It-trademark għandha tiġi irreġistrata għal oġġetti partikolari jew għal klassijiet partikolari ta' oġġetti.\"", "Naturlament din il-parti tal-liġi tagħna kienet relevanti għal meta saret imma llum nafu li l-konċett kummerċjali kiber u qed jikber ħafna iktar minn hekk u allura inti issa trid tipproteġi wkoll is-servicemark tiegħek li tiddistwingwi servizz li inti qed tagħti f'din l-ekonomija ta' servizzi għax Malta inevitabbilment tifforma parti minn dan il-kummerċ fuq skala internazzjonali.", "Hija tassew ħasra li Malta għad m'għandhiex liġi li tkopri din it-tip ta' reġistazzjoni u fil-fehma tiegħi din setgħet saret anke f'abbozz qasir bħal dan, ħalli mbagħad ċerti affarijiet oħrajn li forsi huma iktar onerużi biex wieħed jagħmel id-drafting tagħhom jiġu kkonsidrati iktar tard.", "Kull min isegwi x'qed jiġri f'dan il-qasam jaf li hemm diffikultajiet kontinwi fuq dawn il-kwestjonijiet li ma joriġinawx biss lokalment.", "Dawn d-diffikultajiet jinqalgħu għaliex Malta hija integrata fid-dinja tal- kummerċ u ċerti operaturi internazzjonali għadhom ma jistgħux jifhmu kif f'pajjiżna, per eżempju, għadu mhux possibbli li wieħed jirreġistra servicemark - ngħidu aħna isem ta' ħanut jew isem ta' hotel - meta ħafna pajjiżi oħra diġa' ħadu ħsieb biex ikollhom il-possibbilita' ta' reġistrazzjoni ta' servicemark.", "Kien hemm anke l-każ fejn inħolqot diffikulta' għar-reġistrazzjoni ta' visa card peress li din hija kkonsidrata bħala servizz u mhux bħala prodott.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti li f'dan il-qafas leġislattiv aħna ma nidhrux bħala pajjiż li għadu ma żviluppax biżżejjed dan l-aspett legali u għal dak li huwa reġistrazzjoni ta' service marks m'għandniex ħin aktar x'nitilfu għax jekk wieħed jara l-iżviluppi li saru f'dan il-qasam jinduna li saħansitra hemm reġistrazzjoni tat-three dimensional marks.", "Il-World Trade Organisation - dik l-organizzazzjoni li wara l-Uruguay Round ħarġet mill-esperjenza tal-GATT - illum għandha responsabbiltajiet mhux biss fuq il-kummerċ fid-diversi aspetti tiegħu imma tidħol ukoll fil- qasam tal-protezzjoni tad-dritt tal-proprjeta' intellettwali kif jorbot mal- kummerċ dinji.", "Din hija organizzazzjoni - ħalli issa nkun daqsxejn politiku u forsi ftit kontroversjali għalkemm mhux strettament mas-suġġett tal-lum - li qiegħda taħdem ukoll biex tipprova tneħħi d-dazji mad-dinja kollha, pero' jidher li f'Malta din ma kellhiex suċċess kbir!", "Naħseb li huwa importanti li nħarsu daqsxejn lejn l-agreement li sar fit-twaqqif tad- WTO, sewwasew lejn dik il-parti li titkellem fuq trade related aspects of intellectual property rights - TRAIPS - illi jorbot lill-membri ta' din l- organizzazzjoni li jagħmlu l-bidliet li semma l-Ministru u li dawn il- bidliet jagħmluhom fl-iqsar żmien.", "Aħna għandna l-bżonn inbiddlu l- liġijiet tagħna dwar it-trademarks mhux biss għax din hija xi ħaġa ta' importanza għalina peress li tista' twassal għal aktar investiment f'pajjiżna imma wkoll għax aħna għandna obbligu internazzjonali li dan nagħmluh.", "L-obbligu internazzjonali jinkludi wkoll li għandna nħarsu lejn trademark mhux iktar bil-mod magħluq li qed inħarsu lejha fil-liġi preżenti imma bil-mod li hemm fl-istess annex tal-ftehim li permezz tiegħu twaqqfet id-WTO, fejn f'artilklu 15 jiddefinixxi trade mark bħala:", "\"Any sign or any combination of signs capable of distinguishing the goods or services of one undertaking from those of other undertakings shall be capable of constituting a trademark.\"", "Għalhekk huwa importanti li din il-bidla ssir u fil-fehma tagħna din il- bidla kellha ssir f'dan l-abbozz li għandna quddiemna.", "Pajjiżna għandu bżonn dan l-iżvilupp u dan qed ngħidu għax, kif diġa' għidt waqt id-diskors fuq l-emendi għall-IDA, l-atteġġjament ta' din l-Oppożizzjoni jrid ikun u qiegħed ikun li tagħmel suġġerimenti kostruttivi biex pajjiżna jkollu bidliet li jservu ta' ġid.", "Naturalment dan ma jfissirx li aħna ma nagħmlux, kif inhu d-dritt u dover tagħna li nagħmlu, il-kritika għal dak li jagħmel il-Gvern.", "F'dan il-każ il-kritika tiegħi mhijiex diretta lejn dak li qed jagħmel il-Gvern imma hija diretta lejn dak li mhux qed jagħmel, cioe' li l-Gvern mhux qed jippreżentalna bidla fil-liġi li għandha sustanza għar-rigward tat- trademarks meta tant hawn ħtieġa urġenti għal din il-bidla.", "Minflok il- Gvern qed jippreżentalna liġi żgħira li naħseb li lanqas ma kien ikun hawn il-possibilita' li wieħed jiddiskutiha kieku kellna programm ta' xogħol parlamentari aktar mimli u mpenjattiv.", "Jiena naħseb li jkun iktar għaqli kieku f'liġi bħal din forsi jiġi kkonsidrat li tingħata aktar sustanza għar- rigward ta' ċerti bidliet li mhux neċessarjament jitolbu ħafna xogħol, partikolarment fejn tidħol il-protezzjoni u r-reġistrazzjoni tas- servicemarks, li tant għandna bżonn f'dan il-pajjiż.", "Naħseb li kif inhi msawra din il-liġi tagħti l-possibilta' li jkun hemm inqas burokrazija - u hawn nieħu l-kelma tal-Ministru - li jkun hemm cost reductions għad-dipartiment u li wieħed jirregola aħjar ċerti affarijiet dwar ir-reklamar tat-trademarks.", "Pero', kif diġa' għidt, in-naħa ta' l- Oppożizzjoni tħoss li din hija liġi li setgħet tinkludi bidliet ħafna iktar meħtieġa.", "Jien insostni li kieku dan l-abbozz mar ftit iktar 'il bogħod, minflok li kien ikun biss abbozz proċedurali kien ikun abbozz li fih ċerta sustanza billi jittratta xi ftit mill-problemi leġislattivi sostanzjali li jeżistu f'dan il-qasam.", "Għaldaqstant aħna m'aħniex kontra dan l-abbozz, anzi aħna favur li jkun hemm titjib fl-amministrazzjoni ta' dan il-qasam pero' nħossu li aktar minn titjib fl-amministrazzjoni kien hemm bżonn aktar urġenti li Malta tirregola ruħha minnufih skond l-obbligi internazzjonali li għandha biex b'hekk tintegra ruħha bla dewmien ma' dak kollu li qed jiġri fil-bqija tad-dinja.", "Aħna għandna bżonn ta' qafas ta' protezzjoni tad-dritt tal-proprjeta' intellettwali biex bħalma f'dawn l-aħħar snin għamilna passi ta' ġgant f'ħafna oqsma differenti tal-ħajja niżviluppaw ukoll dan il-qasam.", "Aħna kemm-il darba għidna li nemmnu fil-politika fejn kulħadd għandu jimxi 'l quddiem flimkien pero' dan huwa każ li nimxu flimkien 'l quddiem għar-rigward ta' qafas leġislattiv.", "L-appell min-naħa ta' l-Oppożizzjoni huwa li l-qafas leġislattiv huwa wieħed importanti li għandna nagħtu kasu u għalhekk, fl-opinjoni tagħna, din il-liġi kellha tkun ta' ħafna iktar sustanza għax kif inhi ma tindirizzax il-problemi veri li hemm f'dan is-settur.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, quddiemna għandna abbozz biex jemenda l-l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali li mad-daqqa t'għajn tgħid li huwa wieħed ta' poca relevanza u mhux daqshekk kontroversjali.", "L-iskop dikjarat ta' l-abbozz huwa sabiex issir reviżjoni tal-proċedura kurrenti ta' avviżi dwar trademarks u privattivi bl-iskop li din tiġi ssimplifikata u b'hekk tonqos il-burokrazija.", "Fis-sustanza din l- emenda tolqot Artikli 19 u 87 ta' l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal- Proprjeta' Industrijali billi tirriduċi n-numru ta' dehriet meħtieġa fil- Gazzetta tal-Gvern ta' l-aċċettazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni, fil-każ ta' privattivi, u għat-talba tar-reġistrazzjoni għal avviż wieħed minflok tnejn fil-każ ta' trademarks.", "Pero' hawnhekk din qiegħda iżżid il-poter tal- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għax minflok fil-Gazzetta tal-Gvern jista' jagħżel xi pubblikazzjoni oħra.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jekk m'hemmx oġġezzjoni nixtieq nagħmel a personal explanation.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Brincat għandu l-permess jagħmel a personal explantion.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dik qegħdin nagħmluha in the eventuality illi l-Gvern jiddeċiedi li jdaħħal xi gazzeta oħra u m'aħniex qed ngħidu li se nippubblikaw f'xi gazzetta lokali li toħroġ kuljum.", "Li rrid ngħid hu li jekk intom tħossu li l-wording mhuwiex felici aħna nkunu nistgħu nemendawh fil-Committee stage.", "Jiena kulma xtaqt huwa li ngħidl x'inhi l-intenzjoni tal-Gvern wara din l-emenda.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien qiegħed nieħu gost li l-Minsitru tani din l- ispjegazzjoni għax din kienet waħda mill-affarijiet li kienu qed jinkwetawni peress li fid-dawl tal-kummenti li l-Ministru għadda fl- introduzzjoni ta' dan l-abbozz, fejn semma li waħda mir-raġunijiet hija l- element ta' diskriminazzjoni li kien qed ikun hemm bejn gazzetta u oħra, ma kienx qed jagħmel sens li min-banda tgħid li se telimina r-requirements tal- pubblikazzjoni fil-gazzetti biex tneħħi d-diskriminazzjoni u mill-banda l- oħra tgħid li l-ministru għandu d-diskrezzjoni proprju li jagħżel f'liema gazzetta għandu jippubblika.", "Jien xorta waħda ngħid li għal dik li hija diskrezzjoni tal-ministru ma naħsibx li huwa daqstant għaqli li wieħed jiddelega din id-diskrezzjoni kompletament f'idejn il-ministru.", "Lanqas naħseb li tali pubblikazzjoni, jekk kemm-il darba jkun hemm direttiva dwar f'liema gazzetta għandha ssir, għandha ssir biss bl-ilsien Malti għax bħalma jaf kull min jaħdem f'dan il-qasam il-parti l-kbira ta' dan ix- xogħol isir ma' ditti barranin u allura din kieku kienet tirrikjedi li kull darba jkollha ssir traduzzjoni tal-pubblikazzjoni.", "Pero' jekk kemm-il darba l-pubblikazzjoni tibqa' ristretta għall-Gazzetta tal-Gvern wieħed jaf li din toħroġ kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.", "Sur President, hemm xi tgħid ukoll dwar l-aspett ta' pubbliċita' għax b'din ir-riduzzjoni fir-requirement ta' pubbliċita' għal gazzetta waħda inti qed tnaqqas il-possibilta' illi wieħed li għandu interess li jara dak l-avviż ikun jista' jaġixxi fiż-żmien li tistabilixxi l-liġi stess.", "Dan huwa argument li forsi wieħed ta' min jarah aktar fil-fond għax l-aspett ta' pubbliċita' għandu ċerta importanza.", "L-aħħar kumment li xtaqt nagħmel fuq dan l-abbozz ta' liġi - fih biss tliet klawsoli, nkluż it-titolu, u allura bilfors li wieħed ma tantx isib wisq xi jgħid dwaru - jitratta dak li jien naħseb li huwa żball - nispera li m'għandix żball jien! - fis-sens li meta qed nirriferu għal gazzetta qed neħduha for granted li din tfisser il-Gazzetta tal-Gvern.", "Safejn naf jien imkien m'hemm imsemmija l-Gazzetta tal-Gvern u jien naħseb li jekk din kienet intenzjonata għall-Gazzetta tal-Gvern allura għandha tiġi korretta fl-istadju opportun għaliex fil-liġi prinċipali r-riferenza hija dejjem għall-Gazzetta tal-Gvern u allura jien ma narax għaliex l-emenda m'għandhiex issegwi l-istess diċitura.", "Issa se niġi biex nispjega dak li ma jagħmilx l-abbozz, liema punt diġa' saħaq dwaru l-Onor.", "Frendo.", "Qabel xejn nagħti ftit background billi ngħid li l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni ta' Proprjeta' Industrijali li qegħdin nemendaw għandna fuqha aktar minn 85 sena għax kienet ġiet ippromulgata fl- 1911, jiġifieri qabel il-Gwerra l-Kbira, u ġiet sostitwita fl-1967.", "Naturalment l-Ordinanza hija ntiża biex toffri protezzjoni lill- proprjetarji tat-trademarks, patents u industrial designs billi tistabilixxi r-reġistrazzjoni tagħhom u proċeduri oħra relatati.", "Apparti t- trademarks, il-patents u l-industrial designs din għandha wkoll protezzjoni għall-copyright, li mhijiex inkluża f'din il-liġi billi hija liġi ad hoc.", "Dan qed ngħidu għaliex kull min jaħdem f'dan il-qasam jaf kemm hemm bżonn ta' tibdil radikali fil-liġi.", "Dan il-bżonn ta' tibdil ma bediex jinħass llum għax jekk naraw dak li kien qal fl-1966 il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien l-Avv.", "Giovanni Felice meta saret l-emenda għal Artikolu 80 - fejn kien daħal is- subartikolu (d), l-unika emenda ta' relevanza li saret matul dan is-seklu - insibu li għalkemm huwa kien qed jippreżenta din l-emenda xorta waħda kien tal-fehma li hemm bżonn issir emenda radikali tal-liġi kollha għaliex minn dak iż-żmien diġa' kien inħass li din il-liġi kienet outdated.", "Sfortunatament mill-1966 'l hawn għadna ma sibniex iż-żmien f'dan il- Parlament biex nintroduċu l-emendi meħtieġa biex iġibuna in line mal- kumplament ta' l-Ewropa, ma' l-Amerka u mall-bqija tad-dinja żviluppata, kif ukoll biex naderixxu għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali li għandna taħt trattati internazzjonali.", "Kif kont qed ngħid, il-wegħda ta' l-ex- Ministru Felice naturalment illum hija preskritta għaliex għaddew iżjed minn 30 sena minn fuqha, pero' il-ħtieġa tar-riforma mhux talli għadha hemm talli saret waħda aktar urġenti.", "L-emendi l-oħra li saru fl-Ordinanza kienu dejjem ta' poca importanza u, jekk ma niżbaljax, kollha kienu jikkonċernaw l-aspett tat-tariffi biex tirreġistra t-trademarks u ħwejjeġ bħal dawn.", "Allura issa ġara li meta dawk interessati semgħu bl- introduzzjoni ta' l-Ewwel Qari ta' din il-liġi dawn ġustament ħasbu li fl- aħħar se ssir ir-reviżjoni li tant ilha mistennija.", "Allura hawn wieħed jifhem ukoll id-diżappunt meta raw dan l-abbozz ta' liġi għax, kif diġa' qal il-kollega tiegħi, tajna l-impressjoni li konna se nagħmlu xi emendi sostanzjali f'liġi li hija, kif jgħidu l-Ingliżi, crying out for reform imma bqajna biex dan iċ-ċans ma ħadnihx.", "Hawnhekk id-diżappunt kien doppju għax mhux biss ma saritx ir-reviżjoni li qed nitkellem fuqha iżda minn kif ġie ppreżentat dan l-abbozz wieħed jifhem li x-xogħol li hemm in the pipeline ma jidhirx li jinsab fi stadju avvanzat li jista' jiġi ppreżentat fil-futur qrib.", "Pero' jien mbagħad ħadt gost meta l-Ministru serraħli rasi li s-sitwazzjoni m'hijiex hekk imma li fil-fatt qed jiġi ppreparat abbozz.", "Jekk fhimt tajjeb - u nixtiequ jikkorreġini jekk jiena fhimt ħażin - it-thrust ta' l-emendi li l-Ministru għandu f'moħħu hija li ssir ir- ratifika min-naħa tagħna tal-European Patent Convention.", "Jiena nixtieq li l-Ministru jserraħli rasi wkoll li dan l-abbozz ma ġiex ippreżentat minħabba n-nuqqas ovvju u serju ta' liġijiet li dan il-Gvern għandu mħejjija għad-diskussjoni f'dan il-Parlament.", "F'dan ir-rigward nixtieq inżid li jien għandi kurżita' kbira biex inkun naf x'se nkunu qegħdin niddiskutu fin-nofs ta' l-iljieli li l-Gvern ippjana għalina b'tant entużjażmu u li tant qed jinkwetaw lin-nies.", "Jien m'għandix diffikulta' li niltaqgħu fil-Parlament f'nofs ta' lejl pero' jekk se niltaqgħu f'dawk il-ħinijiet biex niddiskutu dawn it-tip ta' liġijiet żgur li l-entużjażmu malajr imurilna.", "Għalhekk nixtieq li l-Onor. kollega jikkonferma li ressaq din il-liġi mhux għaliex ma kellux abbozzi x'iressaq quddiem il-Parlament imma għaliex ma kienx beħsiebu li għalissa jwettaq reviżjoni ta' l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali.", "Jiena nawgura li, kemm-il darba ssir ir-reviżjoni li l-Ministru semma fl- introduzzjoni tiegħu, ma jipprovawx jivvintaw xi skema oriġinali u komplikata kif se jiġri issa fl-introduzzjoni tad-dazji - issa qed isejħulhom sisa fuq l-importazzjoni - kif ukoll ta' taxxi tas-sisa fuq il- prodotti u fuq servizzi selezzjonati, li issa jidher li ma baqgħux selezzjonati.", "Din ir-reviżjoni m'għandhiex tkun waħda diffiċli jekk kemm- il darba nsegwu dak li qed jiġri fil-kumplament ta' l-Ewropa.", "Hawnhekk aħna nistgħu nimxu fuq l-EU directive li prattikament qiegħda tiġi segwita mill-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa kif ukoll minn pajjiżi li m'humiex Ewropej għaliex dawn jaraw fiha mudell ta' liġi progressiva u moderna.", "Meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-entużjażmu li għandu dan il-Gvern biex ikun wieħed modern nappellalu sabiex ma jaqax għat-tentazzjoni li waqa' fiha fil- bidla tal-Liġi dwar il-VAT billi jivvinta xi ħaġa ġdida imma li jsegwi dak li qed jagħmlu pajjiżi oħra għax, fl-aħħar mill-aħħar, il-liġijiet tagħhom ikunu saru wara studju serju u li fil-prattika taw riżultati tajbin.", "Personalment jien inkun aktar kuntent b'liġi arkajka milli b'xi liġi mħawda bil-konsegwenzi kollha li din iġġib magħha.", "Jien nippretendi li liġi ġdida għandha tirrifletti l-iżviluppi li seħħew f'dan il-qasam kemm lokalment u kemm internazzjonalment.", "Illum id-dinja tal-kummerċ m'għadhiex dik li kienet qabel il-Gwerra l-Kbira u għalhekk il- protezzjoni ta' proprjeta' industrijali għandha tgħaddi minn tibdil radikali partikolarment minħabba l-avvanzi teknoloġiċi ta' komunikazzjoni.", "Ta' min jgħid li kull min għandu xi proprjeta' x'jipproteġi - hawnhekk qed nitkellmu fuq proprjeta' intellettwali - ikun nefaq flus kbar għall- invenzjoni li jkun għamel kif ukoll fil-marketing u fid-design tagħha.", "Meta dan l-individwu jsib min jirkeb fuq dahru billi jisraqlu dawn id-drittijiet naturalment ma jieħu gost xejn għalkemm il-kultura ta' dan it-tip ta' serq għadha ma tantx daħlet f'Malta.", "Peress li issa qegħdin nitkellmu fuq il- buzz-word ġdida ta' \"moralita' fiskali\", jien ngħid li għandna nispjegaw lill-poplu li, per eżempju, l-ikkuppjar ta' tapes huwa serq ukoll.", "Dan l- aħħar ġie rrapportat fil-gazzetti li s-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti qassam CDs ikkuppjati bħala premjijiet fid- dipartiment tiegħu stess.", "Dan l-aġir jista' jpoġġina f'dawl ikrah ħafna ma' pajjiżi barranin billi nibdew nitqiesu bħala pajjiż mhux żviluppat biżżejjed u allura għandna noqogħdu attenti biex ma nagħtux lok għal dan it- tip ta' abbuż.", "Raġunijiet oħra għaliex f'liġi ġdida għandna nirriflettu l-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fuq ix-xena internazzjonali huma kemm għax jaqblilna u kemm għaliex aħna firmatarji ta' trattati li jġibu ċerti obbligi.", "Bħalissa għandi f'moħħi l-Agreement on Trade Related Aspects of International Property Rights - dan il-ftehim oriġinarjament kien ifformolat taħt il-GATT u mbagħad mar taħt id-WTO - illi jimponi l-obbligu fuq il-pajjiżi firmatarji biex jikkreaw framework leġislattiv għallinqas għal-livell minimu preskritt u ta' min jgħid li f'dan ir-rigward aħna għadna ma wasalniex f'dak l-istadju.", "Kif diġa' għidt, il-liġi tagħna għadha ta' kważi 100 sena ilu u jekk ma niżbaljax aħna lanqas biss għadna wasalna sa l- emendi li kienu saru fil-Paris Convention ta' l-1967.", "Jekk tippermettili, Sur President, issa nixtieq insemmi fil-qosor xi diffikultajiet li jiltaqa' magħhom kull min jaħdem f'dan il-qasam.", "Peress li d-dipartiment inkarigat minn dan ix-xogħol issa ngħaqad mal- Ministeru tal-Kummerċ nistieden lill-kollega tiegħi biex jitkellem mal- Kummissarju tat-Taxxi Interni dwar problema serja ħafna li qed tqum dwar l- assignment.", "Dan għaliex meta, minħabba l-liġijiet li għandhom barra minn Malta, kumpannija minn barra tikteb lil xi trademark attorney hawn Malta biex tgħidlu li t-tali ditta għaddiet mit-tali kumpannija għat-tali kumpannija, dan it-tip ta' agreement ħafna drabi jkollu a nominal consideration.", "Per eżempju, jekk trademark famuża bħal Coca Cola tgħaddi minn ditta għal ditta oħra - din il-ħaġa jħobbu jagħmluha ta' sikwit - il- consideration tkun ta' Lm1.", "Hawnhekk qed jiġri li peress li jkun hemm din il-consideration il-Kummissarju tat-Taxxi Interni qed jippretendi l-capital gain fuqha.", "Sa hawnhekk m'hawnx problema għax il-capital gains tax fuq Lm1 ma tantx se tinkwieta lil dawn id-ditti l-kbar imma li qed jiġri hu li meta l-Kummissarju tat-Taxxi Interni jippretendi l-capital gain u din titħallas, il-kummissarju jippretendi wkoll li dik id-ditta għandha timla l-formola ta' l-income tax.", "Ir-riżultat hu li kull darba li jkollna request minn barra biex nagħmlu assignment ta' trademarks qed naqgħu għaċ-ċajt għax dawn id-ditti ma jistgħux jifhmu din il-ħaġa.", "Per eżempju, d-ditta tal-Coca Cola ma tistax tifhem li jekk tittrasferixxi d-drittijiet tagħha minn kumpannija għal oħra jkollha timla l-income tax return tagħha hawn Malta minħabba assignment li jiswa Lm1.", "GĦalhekk jien nistieden lill-kollega tiegħi li jinkoraġġixxi iżjed kordinament bejn il-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Kontrollur tal-Proprjeta' Industrijali biex neliminaw l- affarijiet li ma jagħmlux sens fis-sistemi tagħna.", "Ħaġa oħra li tinkwetani hija li l-kriterji li fuqhom trademarks jiġu aċċettati mhux dejjem qegħdin ikunu ċari u mhux dejjem qed jiġu applikati għal kulħadd l-istess.", "Kultant wieħed jissuspetta li l-aċċettazzjoni ta' applikazzjoni għal trademark tiddependi minn fejn tkun ġejja l- applikazzjoni.", "Minn barra li dawn il-kriterji m'humiex ċari biżżejjed jidher li hemm ħafna discretion ta' l-impjegati tad-dipartiment li jkolli nammetti li qegħdin jaħdmu f'kondizzjonijiet diffiċli.", "Għaldaqstant jien inħoss li hemm bżonn li jinħoloq mekkaniżmu biex dawn il-kriterji jingħataw ċerta' pubbliċita' u biex jiġu applikati l-istess ma' kulħadd.", "Il-kollega tiegħi semma l-ħtieġa li jiġu introdotti servicemarks pero' hawnhekk hemm lok li naqgħu għaċ-ċajt ma' ditti barranin għax ma tistax tispjega lil ditta li tipprovdi servizz li r-reġistrazzjoni tat-trademark tagħha trid taqa' taħt \"linen\" jew taħt \"paper\"!", "Dan ifisser li jekk ikollok borża u xugaman tista' tirreġistrahom imma jekk ma jkollokx borża u xugaman ma tkunx tista' tirreġistrahom u allura qegħdin f'sitwazzjoni li l- lukandi qed jirreġistrawhom taħt \"materials\" għax peress li jkollhom l- uniformijiet ta' l-impjegati dawn allura jkunu jistgħu jiktbu isimhom fuqhom.", "L-istess fil-każ ta' stationer għax dan irid jirreġistra l-isem tiegħu fuq il-borża li jagħti lill-konsumatur.", "Diffikulta' żgħira li teżisti hija dwar il-priority date, jiġifieri dak il-perijodu li wieħed jista' jagħmel nota minn qabel ma ssir l- applikazzjoni tiegħu, li fil-każ tagħna din tista' tmur lura sa erba' xhur filwaqt li fl-Ewropa l-priority date hija ta' sitt xhur.", "Li qed jiġri hu li l-barranin qed jassumu li la aħna pajjiż Ewropew il-liġijiet tagħna huma konformi ma' ta' l-Ewropa u allura jaħsbu li aħna wkoll nistgħu mmorru lura sa sitt xhur bil-konsegwenza li ħafna drabi l-applikazzjoni ssir tard ħafna tant li din tkun diġa' waslet biex tiskadi.", "GĦalhekk jien nistieden lill-Ministru biex dawn l-affarijiet żgħar imma hekk meħtieġa jiddaħħlu fil- liġi tagħna.", "Jien ħadt gost nisma' li f'dawn l-aħħar sitt snin dawn l- applikazzjonijiet żdiedu b'200% - frankament jien bqajt impressjonat b'din il-figura - għax dan jirrifletti ż-żieda fil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ li seħħet matul l-amministrazzjoni preċedenti.", "Jien nawgura, anzi jien ninsab konvint li dan il-Gvern se jkompli miexi fuq dawn il-passi għaliex kulħadd seta' jara l-ġid li ġabet il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ.", "Sur President, xtaqt nagħlaq id-diskors tiegħi billi nsemmi l-kriterji li fuqhom jiġu aċċettati jew rifjutati t-trademarks.", "F'dan ir-rigward forsi wieħed ta' min jikkonsidra - dan hu l-istil tiegħi, jew aħjar, tal-partit tiegħi li jkun kostruttiv billi jipproponi affarijiet pożittivi - li d- deċiżjoni għar-refusal minflok ma tittieħed mill-Kontrollur tal-Proprjeta' Industrijali tibda tittieħed minn xi tip ta' tribunal li jiġi mwaqqaf apposta.", "Dan qed ngħidu għax jien ma nħossx li fuq każ ta' refusal hemm bżonn li tmur il-qorti - m'iniex qiegħed dan biex b'xi mod innaqqas ix- xogħol għall-avukati! - għax, fl-opinjoni tiegħi, li toqgħod tmur il-qorti għal kull ħaġa ta' xejn fiċ-ċirkostanzi m'hijiex sitwazzjoni daqshekk ideali.", "L-istess nistgħu ngħidu għal meta jkun hemm objection f'każ li fih ikunu involuti żewġ kumpanniji jew inkella meta ssir applikazzjoni għal trademark.", "Hawn ta' min jgħid li f'każ ta' applikazzjoni għal trademark hemm biss perijodu ta' xahrejn li fih tkun trid issir l-objection u f'dan il-każ il-Kontrollur tal-Proprjeta' Industrijali jkun irid jgħaddi l- applikazzjoni, jirċievi l-objection, jerġa' jgħaddiha lura u jekk wieħed jibqa' jinsisti l-każ imbagħad ikun irid jgħaddi għal quddiem il-qorti.", "Jien m'iniex konvint li l-qorti huwa l-post ideali li fih jiġu solvuti dawn il-problemi - jien naħseb li dan il-punt jirrikjedi xi ftit iktar ħsieb - għax sakemm jiġi deċiż jekk dik it-tali trademark hijiex reġistrabbli jew jekk min qed joġġezzjona għandux dritt li jagħmel dik l-oġġezzjoni qed ikun hemm persuna li tkun qed issofri danni u normalment din tkun dik il-persuna li jkun qed jittieħed vantaġġ mill-proprjeta' tagħha.", "Aħna lkoll nafu li d- dewmien fil-qorti huwa endemiku imma fil-qasam tal-kummerċ id-dewmien huwa ta' preġudizzju kbir u għalhekk jien nappella lill-Gvern biex jikkonsidra metodi, bħalma ssuġġerejt jien bit-twaqqif ta' tribunal, li bihom nevitaw kemm jista' jkun li ssir din il-ħsara.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sur President, jien naqbel ma' ħafna mill- argumenti li tqanqlu mill-kollegi tiegħi taż-żewġ naħat tal-Kamra, partikolarment dwar l-aspett mhux kontroversjali ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Dan huwa fenomenu li ssibu kull meta aħna niddiskutu abbozz ta' liġi li jolqot id-dinja tal-kummerċ, settur li jirrappreżenta qasam li dejjem qed javvanza u li allura wieħed irid jara li f' dan ir-rigward ikollna liġi razzjonali u b'element ta' ġustizzja.", "Minn barra li din il-liġi għandha effett fit-territorju tagħna għandha wkoll dak l-extra-territorial element minħabba li l-kummerċ isir fuq skala internazzjonali li saħansitra wassal għal konvenzjonijiet internazzjonali fuq dan is-suġġett.", "Dan l-abbozz ta' liġi għandu l-għan li jemenda Artikli 19 u 87 tal-liġi viġenti u hawnhekk jien naqbel li forsi kien ikun iktar xieraq li titwaqqaf kummissjoni biex tistudja l-iżviluppi li saru f'dan il-qasam.", "Jiena ħadt ġost nisma' lill-Onor George Hzyler jagħmel riferenza għal dak li kien qal l-abbli Dr Giovanni Felice, li kien ministru fis-sittinijiet, fuq ċerti aspetti ta' l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali.", "Allura forsi veru li wasal iż-żmien li mhux biss inressqu l-emendi għal Artiklu 19 u Artiklu 87, kif qed jiġi propost hawnhekk, imma nappella lill- Gvern biex jikkonsidra li titwaqqaf kummissjoni biex tistudja u tirrapporta dwar kif nistgħu ntejbu l-qafas legali għall-protezzjoni tal-proprjeta' industrijali u ntellettwali.", "Aħna għandna ħafna ordinanzi u atti dwar dan il-qasam u naħseb li dawn nistgħu niġbruhom flimkien biex ikollna att wieħed li jirregola l-attivita' kummerċjali li tkun parti minn kodiċi tal- kummerċ.", "Taħt il-kodiċi tal-kummerċ jista' jkollna riferenza għal diversi liġijiet oħra ta' din in-natura, fosthom il-liġi tal-copyright.", "Uħud mill- kelliema ta' qabel esprimew l-opinjoni li l-emendi li qegħdin niddiskutu huma tajbin u m'humiex kontroversjali pero' fl-istess ħin staqsew: Għaliex qegħdin niddiskutu emendi għal Artikli 19 u 87 biss?", "Għaliex m'għandniex inġibu emendi oħra meta nieħdu in konsiderazzjoni l-ammont ta' reġistrazzjonijiet li qegħdin isiru, kif ukoll id-diversi konvenzjonijiet li qegħdin joħorġu f'fora internazzjonali?.", "L-Onor.", "Hyzler semma l-Paris Convention u kompla jgħid li wieħed għandu jżomm paripassu mal- liberalizzazzjoni tal-kummerċ f'pajjiżna u ma' l-iżvuluppi li jseħħu f'pajjiżi oħra.", "Issa se ngħid xi ħaġa b'riferenza għall-Industrial Property (Protection) Ordinance li hija reminixxenti taż-żminijiet meta aħna konna għadna kolonja Ingliża.", "Għalkemm fil-qasam tal-kummerċ nixprunaw lilna nfusna mis-sistema Ingliża - bħal, per eżempju, fil- ġurisprudenza - il-kelma \"ordinanza\" llum hija ftit arkajka u dan huwa eżempju wieħed li fil-fatt jenfasizza l-bżonn li jsir tibdil għall- ħtiġijiet tal-lum.", "B'riferenza għall-Industrial Property (Protection) Ordinance wieħed irid jara kif nistgħu nikkjarifikaw il-pożizzjoni ta' xi ħadd li jkun irid jipproteġi l-prodott tiegħu f'pajjiżi oħrajn għax fil-fatt it is costing a small fortune lill-individwu Malti li jintroduċi jew ibiegħ il-prodotti tiegħu barra l-pajjiż.", "Rigward is-servizzi huwa importanti li wieħed jara how we can patent services f'pajjiżna u ma naħsibx li tkun idea ħażina li wieħed ikollu franchise fuq products and services.", "Per eżempju, jien naf b'wieħed Malti li b'suċċess waqqaf franchise fuq packaging fl-Istati Uniti ta' l-Amerka.", "Fil-preżent jien nara s-sitwazzjoni tal-franchising bħala ftit nebulous għaliex din taqa' bejn dawk li huma trademarks u leġislazzjonijiet oħra.", "Pero' hawn ta' min jgħid li l-idea tal-franchising tidher li qiegħda tiċċaqlaq b'mod aggressiv minħabba l-insistenza ta' l-Unjoni Ewropea fuq il- mod kif aħna nistgħu nilħqu a pan-EU free market.", "Allura jiena nistaqsi: GĦaliex aħna ma nistgħux nagħmlu l-istess?", "Jiena naħseb li Malti li lest jonfoq madwar $US 4,000 jew $US 12,000 fi Brussels għandu jkun jista' jirreġistra l-franchise tiegħu wkoll.", "Id-dinja tal-kummerċ hija waħda evoluttiva u allura l-liġijiet tagħna jridu jirriflettu din l-evoluzzjoni biex ma naqgħux lura u f'dan il-kontest forsi jkun xieraq li nikkonsidraw emendi ulterjuri anke fl-istadju ta' Kumitat.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru MIzzi jekk jogħbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 15 ta' Mejju, 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-VAT - Kontinwazzjoni.", "Madam Speaker, infakkar lill-Kamra li skond ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra għas-seduta ta' għada l-Ħamis, 15 ta' Mejju, 1997 id-diskussjoni fuq il-mozzjoni se tibda fis-6.00 p.m. u tibqa' sejra sad-9.30 p.m. u l-ħin tal-mistoqsijiet u l-ħin ta' l-aġġornament ma jitteħdux.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Victor Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Madam Speaker, f'dan l-Aġġornament nixtieq nibda billi ngħid xi ħaġa dwar il-kunsilli lokali.", "Issa li l-kunsilli lokali ilhom li ġew kostitwiti tliet snin u nofs qed naraw kemm fil-fatt dawn kellhom riżultati pożittivi bil-ħidma li wettqu.", "Iżda minħabba li fil- budget tnaqqsilhom 12% mill-flus dovuti lilhom kif ukoll ma' ngħatawx l-14% żieda li kienu qed jieħdu minn sena għall-oħra - dan it-tnaqqis allura jiġi jlaħħaq mas-26% - fil-kunsilli lokali kollha bħalissa bilfors li teżisti ċerta apatija u indifferenza.", "Dan ifisser li ħafna mix-xogħlijiet li kienu ppjanati issa ma jistgħux isiru minbarra l-fatt li ħafna kunsilli lokali saħansitra għandhom deficit.", "Hawnhekk jiena nistaqsi: Il-Gvern għandu fiduċja fil-kunsilli lokali jew forsi jrid jibqa' jindaħlilhom?", "Jien ngħid li jekk il-Gvern għandu fiduċja fil-kunsilli lokali allura għandu jsaħħaħhom billi jagħtihom aktar awtonomija u aktar responsabbilta' kif ukoll billi jagħtihom l-għajnuna meħtieġa, inkluża dik finanzjarja, biex ikunu jistgħu jwettqu ħidmiethom.", "B'hekk il-kunsilli jkunu jistgħu jkomplu jagħmlu xogħol siewi biex il-pajjiż isir wieħed aktar nadif u attraenti kif ukoll idaħħlu ċerta' mentalita' ġdida b'amministrazzjoni aktar effettiva.", "Għar-rigward tal-wirt nazzjonali nixtieq ngħid li f'Malta u f'Għawdex għandna ħafna torrijiet li huma abbandunati, fosthom dawk tal-Granmastru de Redin.", "B'dispjaċir ngħid li tliet ġimgħat ilu smajt li kien hemm ħruq fit-torri tas-Salina, dak li hemm f'Qalet Marku.", "Biex dawn il-monumenti ma jibqgħux abbandunati u fi stat hekk ħażin wieħed forsi jista' jissuġġerixxi li jingħataw lill-privat biex jużawhom għan-negozju bħal, per eżempju, għal servizz ta' catering, bir-rabta u l-kondizzjoni li jieħdu ħsiebhom.", "Dwar is-servizz tal-catamaran bejn Malta u Għawdex, servizz li kien utli ħafna għall-Għawdxin, b'mod partikolari għal dawk li jaħdmu f'Malta, nixtieq ngħid li minn meta twaqqaf inħolqot tbatija żejda għall-Għawdxin.", "Kwestjoni konnessa ma' dan is-suġġett hija l-wegħda li l-partit fil-gvern kien għamel lill-GĦawdxin li jaħdmu f'Malta, fis-sens li malli jitla' fil- poter kien se jibgħathom jaħdmu Għawdex.", "Wara sitt xhur u nofs dawn l- Għawdxin għadhom jaħdmu Malta u dan minkejja li f'Għawdex hemm bżonn ta' numru sostanzjali minnhom. .Meta l-Onor.", "Anton Refalo għoġbu jsemmi individwi minn ġewwa u barra din il-Kamra, fil-fehma tiegħi kien qed jitfa' t-tajn bil-ħafna kliem vojt u esaġerat li beda jgħid.", "Madam Speaker, biex nagħlaq nixtieq nappella lil dan il-Gvern biex jerġa' jdaħħal il-fiduċja fil-poplu u b'hekk l-ekonomija tkun tista' terġa' tibda tirpilja.", "F'dan ir-rigward irrid insemmi l-industrija tal-barrieri li qegħda tbati min-nuqqas ta' xogħol u magħha qed tbati wkoll kategorija sħiħa ta' nies li xogħlha jiddependi minnha bħalma huma l-bennejja, l- electricians, il-plumbers, tal-madum, ta' l-għamara u tant snajja oħrajn.", "Madam Speaker, jien nawgura li fix-xhur li ġejjin jiżdied ix-xogħol ħalli b'hekk jiżdiedu l-impjiegi u l-qgħad ma jibqax jerfa' rasu.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Madam Speaker, f'dan l-Aġġornament beħsiebni nitkellem fuq l-imwiet li qed ikollna kawża ta' inċidenti tat-traffiku.", "Sfortunatament fl-aħbarijiet tal-bieraħ smajna li reġa' kien hemm diżgrazzja oħra f'inċident tat-traffiku li ħalliet bniedem mejjet.", "Hawn nixtieq infakkar li s-sena li għaddiet ġie ntrodott l-użu obbligatorju tas- seat belts u mill-istatistika li għandna - ma nafx jekk dan ġarax b'kumbinazzjoni jew le - jidher li mwiet kawża ta' inċidenti tat-traffiku għall-istess sena kienu biss 14 meta l-medja għas-snin ta' qabel kienet ta' 20.", "Dwar dan il-fatt il-kollega tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg, li kien responsabbli għad-dħul obbligatorju tas-seat belts, niftakar li kien qal: Dan forsi bis-saħħa t'hekk.", "Jiena naħseb li għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid dan imma jekk huwa veru li bl-użu tas-seat belts skansajna l-mewt anke ta' bniedem wieħed biss allura jien ngħid li dan kien verament pass tajjeb.", "Ma' dan ta' min wieħed iżid ukoll l-introduzzjoni ta' l-użu obligatorju tal-crash helmets, allavolja kultant jien nissuspetta li s- sewwieqa tal-muturi dawn ma jilbsuhomx kif suppost imma sempliċement kemm idaħħluhom f'rashom.", "Ħaġa oħra li żgur li tgħin biex issalva l-ħajja ta' bniedem waqt inċidenti tat-traffiku hija li uħud mill-karrozzi moderni qed ikunu mgħammra bl-airbags.", "Jien naf mill-inqas b'żewġ persuni li ma mitux bis- saħħa ta' dawn l-airbags.", "Jiena ma nafx jekk il-gvern jistax jagħmel xi ħaġa ħalli jkun hawn użu obligatorju ta' dawn l-airbags.", "Għallinqas jien m'għandi l-ebda suġġeriment prattiku x'noffri f'dan ir-rigward ħlief li nuri x-xewqa li wieħed għandu jinkoraġġixxi l-użu ta' dawn l-airbags.", "Diżgrazzjatament din is-sena diġa' mietu għaxra min-nies b'inċidenti tat- traffiku.", "Fuq dan is-suġġett jiena żgur ma rridx inkun partiġjan billi ngħid li dawn l-għaxra minn nies mietu għaliex inbidel il-gvern, għaliex dan m'għandu x'jaqsam xejn!", "Pero' l-fatt li fl-ewwel erba xhur u nofs ta' din is-sena diġa' mietu għaxra min-nies iġiegħlni nanalizza daqsxejn x'qed iwassal għal dan biex b'hekk naraw wieħed x'jista' jagħmel biex jipprevjeni dawn id-diżgrazzji.", "L-għaxar imwiet li diġa' kellna kienu mqassmin hekk: tnejn mietu bil-muturi meta kienu pillion riders; tliet anzjani ġew imtajra minn karrozzi - dan forsi minħabba nuqqas ta' riflessi min-naħa tagħhom - tnejn mietu waqt li kienu passiġġieri f'karozza - wieħed żgur ma kellux is- seat belt peress li kien riekeb fuq is-seat ta' wara u fil-każ l-ieħor ma ġiex stabilit jekk kellux is-seat belt jew le - u tlieta l-oħra li ħallew ħajjithom kienu drivers, li anke jekk kienu lebsin is-seat belt żgur li ma kellhomx ċans li jsalvaw minħabba l-gravita' ta' l-inċidenti.", "Bla dubju ta' xejn kulħadd jaqbel li hemm bżonn li dawn d-diżgrazzji fit-toroq tagħna jonqsu.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex qed iseħħu dawn id-diżgrazzji hija li f'Malta sfortunatament ma ninforzawx biżżejjed ir-regolamenti.", "Hawn ta' min jgħid prosit lill-pulizija tat-traffiku li qed jaħdmu bis-serjeta' biex jiżguraw li kulħadd ikun liebes seat belt u fil-fatt naħseb li llum jidher li dan ir-regolament qed jiġi mħares tajjeb.", "Madam Speaker, imma mbagħad xi ngħidu għall-ispeed eċċessiv?", "Fit-toroq prinċipali tagħna dari wieħed kien jara lill-pulizija tat-traffiku minn seba' mili bogħod mill-elmu abjad li kienu jilbsu dak iż-żmien u allura dak li jkun malajr kien inaqqas l-ispeed.", "F'dan ir-rigward huwa importanti li mhux biss inħarrku lil kull min ikun qed isuq bi speed eċċessiv imma li nissospendulu l-liċenzja tas-sewqan.", "Hawnhekk nistaqsi: Kemm isiru ċitazzjonijiet għal sewqan eċċessiv?", "Aħna nisimgħu b'każi ta' speed eċċessiv biss meta jiġri xi inċident għax meta dik il-persuna tiġi mħarrka, fost affarijiet oħra, titressaq il-qorti bl-akkuża li kienet qed issuq bi speed eċċessiv.", "Imma kemm naraw pulizija tat-traffiku jagħmlu ċitazzjonijiet lil xi ħadd li jkun qed isuq bi speed esaġerat?", "Forsi l- pulizija ma għandhomx tort sa barra f'dan ir-rigward għax jien naħseb li m'humiex attrezzati b'apparat apposta biex ikejlu l-ispeed li wieħed ikun għaddej bih.", "Hemm bżonn li wieħed jara x'jagħmel biex il-pulizija tat- traffiku mhux biss jibdew jidhru aktar spiss fit-toroq imma jkunu mgħammra b'apparat li bih jikkalkolaw l-ispeed li wieħed ikun għaddej bih biex b'hekk ikunu f'pożizzjoni li jikkontrollaw l-abbużi li jseħħu.", "F'ħafna pajjiżi, partikolarment fl-Isvizzera - u anke fil-Kanada - il-pulizija mhux biss għandhom dan l-apparat imma meta tidħol f'ċerti highways javżawk minn qabel li dak il-post huwa monitored b'camera speċjali kontra l-ispeed eċċessiv u fil-fatt min jikser il-liġi jirċievi komunikazzjoni bil-miktub l- għada stess - saħansitra anke r-ritratt tal-karozza jiġbdulu u jibagħtulu u ma jkunx jista' jgħid li mhux tiegħu għax ikun hemm ir-registration number fir-ritratt - fejn jindikawlu l-ispeed li kien għaddej bih u jwaħħluh multa qawwija.", "Aħna għadna l-bogħod minn dan l-istat pero' hemm bżonn li nieħdu l-passi neċessarji jekk verament irridu nnaqqsu l-abbuż konness mas-sewqan eċċessiv.", "Madam Speaker, issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-istat diżastruż li jinsabu fih it-toroq tagħna, li saħansitra qegħdin ikunu ta' perikolu kontinwu.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan huwa kollu ħtija tal-Gvern preżenti għax forsi anke l-Gvern Nazzjonalista dam ftit biex aġixxa fuq din il-biċċa xogħol imma hawn ta' min jgħid li qabel l-elezzjoni konna wasalna biex nagħtu ċerta prijorita' biex nirranġaw it-toroq, pero' milli jidher dan il- Gvern jew għandu prijoritajiet oħra jew għal xi raġuni jew oħra mhux qed jagħtihom dik l-importanza.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li l-Gvern Nazzjonalista ma baqax juża l-istess metodu li kien jintuża qabel ta' traqqiegħ u mili ta' ħofor imma beda jirranġa b'mod aħjar billi jaqla' t- triq kollha u jerġa' jagħtiha wiċċ fl-iqsar żmien.", "Jien insostni li m'huwiex biżżejjed li tagħmel triq tajba għax imbagħad trid tagħmlilha l- maintenance meħtieġ għax jekk ma tagħmilx hekk maż-żmien it-triq tispiċċa mkissra kollha.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll id-dwal li jkun hemm fit-toroq għax ħafna mid-diżgrazzji li jsiru huma kkaġunati min-nuqqas ta' dawl, speċjalment fit-toroq prinċipali, u allura hemm bżonn li mhux biss naċċertaw li għandu jkun hemm dawl adegwat imma li ssirilhom maintenance regolarment.", "Madam Speaker, imbagħad xi ngħidu għat-trakkijiet li jġorru ż-żrar u l- ġebel?", "Fi żmienna konna għamilna regolament li jgħid li dawn it-trakkijiet għandhom jitgħattew, per eżempju, b'xi biċċa canvas - għalkemm hemm min jgħattihom b'xi biċċa ċarruta jew b'xi liżar! - imma meta dawn it- trakkijiet jiġu biex iduru ma' xi kantuniera jew ma' xi roundabout jew meta jkunu telgħin xi telgħa ma tridx wisq biex tara l-materjal nieżel fl- art b'periklu kbir għal min ikun qiegħed isuq wara dawn it-trakkijiet.", "Jien nitwerwer meta nara trakk minn dawn quddiemi u nara kif nagħmel biex jew naqilgħu jew inkella innaqqas il-veloċita' u nitbiegħed minnu.", "L- istess nistgħu ngħidu għal dawk it-trakkijiet li jġorru s-siment u l-konkos għax dawn spiss iwaqqgħu materjal li jirrovina t-triq minn barra li jkun ta' periklu għas-sewwieqa ta' warajhom.", "Milli jidher il-pulizija tat- traffiku ma jarawhomx dawn l-affarijiet u dan għall-fatt li mhux qed ikunu preżenti fit-toroq u għalhekk hemm bżonn li l-pulizija tat-traffiku jkunu kontinwament preżenti fit-toroq.", "Punt ieħor hu li x-xogħol tal-pulizija tat-traffiku m'huwiex li jagħmlu ċ- ċitazzjonijiet għal parking ħażin - dak huwa speċifikament xogħol it- traffic wardens li nispera li jiġu appuntati permezz tal-kunsilli lokali jew tal-gvern ċentrali - imma xogħlhom hu li jkunu dejjem preżenti fit- toroq prinċipali tagħna biex jaraw li r-regolamenti jiġu segwiti skrupolożament għax wara kollox dawn huma intenzjonati proprju biex jiġu evitati l-inċidenti.", "Kull wieħed u waħda minna naraw ir-regolamenti tat- traffiku jinkisru kull ħin u kull mument bħal, per eżempju, karozzi għaddejjin wrong way.", "Imbagħad jekk tipprova bil-kelma t-tajba tiġbed l- attenzjoni tax-xufier li jkun tista' ssib min jitolbok skuża għax ma jkunx induna bit-tabella u ssib min jasal biex ikellmek ħażin ukoll.", "Kemm-il karozza tara taqbeż id-double line biex taqbeż karozza oħra b'periklu kbir għal min ikun ġej min-naħa l-oħra!", "Kemm-il karozza tara ħierġa sparata qisha qed ittellaq appena d-dawl tat-traffic-lights jixgħel aħdar!", "Kemm-il karozza tara għaddejja bi speed eċċessiv f'toroq prinċipali bix-xufier jitkellem fuq il-mobile phone!", "La qed insemmi l-mobile phone naħseb li hemm bżonn isiru regolamenti li ma jippermettux l-użu ta' mobile phones waqt li wieħed ikun qed isuq jew almenu biex wieħed jużah irid iwaħħlu f'post fiss fil-karozza tiegħu biex b'hekk ikollu jdejh liberi waqt is- sewqan.", "Imbagħad xi ngħidu għal min fil-karozza tiegħu jgħabbi iktar nies milli suppost, jew għal dawk in-nisa li jkunu b'xi tarbija f'ħoġorhom fuq is-seat ta' quddiem meta dawn suppost joqogħdu fis-seat ta' wara!", "Madam Speaker, fuq dan is-suġġett jien xtaqt insemmi wkoll lil dawk il- ħafna nies li jkunu ġejjin minn xi tieġ b'xi qatra żejda f'rashom u minn fuq issibhom isuqu b'mod eċċessiv.", "L-ewwelnett huwa perikoluż li ssuq meta tkun taħt l-influwenza tax-xrobt peress li r-riflessi jonqsulek u mbagħad għandek ukoll il-fatt li f'dak l-istat inti tibda tħossok li qiegħed on top of the world.", "Fil-fatt hawn ta' min isemmi li l-Gvern Nazzjonalista kien lesta abbozz ta' liġi biex f'pajjiżna jidħol il-breathalyser test.", "Jien naf li dan il-Gvern ukoll irid li jidħol dan il-provvediment minkejja xi ntoppi li jista' jkollu mingħand is-sidien tal-ħwienet tax-xorb u jien nawgura li dan jidħol illum qabel għada.", "Madam Speaker, element importanti ħafna fil-prevenzjoni ta' dawn l- inċidenti huwa li nedukaw kemm lill-istudenti fl-iskejjel kif ukoll lill- poplu permezz tal-media kif għandhom iġibu ruħhom kemm meta jkunu qed jużaw it-toroq bħala pedestrians kif ukoll bħala sewwieqa.", "Jien nenfasizza li għandna ngħallmu dawn l-affarijiet lit-tfal tagħna għax meta tifel ikun mgħallem dan jibda jiġbed l-attenzjoni tal-kbar meta dawn ikunu qed jiksru xi regolament tat-traffiku.", "GĦandna noqogħdu attenti wkoll li t-tfal nagħtuhom eżempju tajjeb f'dik li hi mġieba fis-sewqan biex b'hekk għada pitgħada jkollna sewwieqa ta' ċertu galbu.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li jien naqbel ma' dak li qrajt dan l-aħħar - jidhirli dan kien f'artiklu ta' xi fuljett dwar il-konsumatur - illi l-liċenzja tal-karozza ma għandiex ġġib id-dettalji ta' l-owner għax dan ħafna drabi jista' jagħti lok għal abbuż.", "Wara kollox huwa fatt li jekk pulizija jkun irid id-dettalji ta' sid il- karozza dan jista' faċilment jagħmlu permezz tan-numru tal-karozza.", "Qed ngħid dan għax wieħed li jkollu intenzjoni ħażina malajr jista' jikkonkludi li sid id-dar qiegħed barra jekk kemm-il darba ma jarax il-karozza pparkjata quddiem il-bieb.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien ukoll ninsab imħasseb fuq l- inċidenti li ġraw matul din is-sena għax għalkemm dan in-numru forsi m'huwiex bil-wisq ikbar minn dak ta' snin oħra l-konsegwenzi ta' dawn l- inċidenti żgur li kienu aktar gravi.", "GĦalhekk fil-ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem ftit dwar il-problema tat-traffiku u x'jista' wieħed jagħmel biex itaffiha jew għallinqas jikkontrollaha.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li riċentement ħarġu regolamenti dwar il-car clamps u dwar il-multi li wieħed jeħel.", "Ċertament wieħed jista' jgħid bla tlaqliq li l-metodu tal-car clamps huwa wieħed mill-iktar modi effettivi li bih jista' jiġi kkontrollat l-abbuż ta' ċertu pparkjar li jsir bi ksur tar- regolamenti tat-traffiku.", "Madanakollu jidher li għal darba oħra minflok ma rajna x'inhuma l-kawżi veri għaliex isir dan l-ipparkjar ħażin qbadna u ħriġna regolamenti malajr mingħajr ma rajna kif nistgħu intejbuhom ħalli jkunu effettivi fl-applikazzjoni tagħhom.", "Jien naħseb li hemm bżonn - forsi wieħed jista' jgħid li dan il-bżonn ilu jinħass - nirrivedu ċerti sinjali tat-traffiku bħal, ngħidu aħna, n-no parking u l-one-way signs, fid-dawl ta' l-iżvilupp kbir li seħħ f'dawn l- aħħar snin.", "F'dan ir-rigward biżżejjed insemmu li llum għandna iktar minn 100,000 vettura fit-toroq filwaqt li ċerti toroq, speċjalment dawk li qegħdin fil-qalba tal-bliet u ta' l-irħula, oriġinarjament ma ġewx imfassla bil-ħsieb li jgħaddi minnhom dan il-volum kollu ta' traffiku.", "Fl-opinjoni tiegħi, waħda mill-miżuri li għandha tittieħed f'dan ir-rigward hija li niggwidaw lit-traffiku biex kemm jista' jkun jgħaddi mill-bypasses u mhux mill-qalba ta' l-irħula.", "Jien naħseb li dan il-ħsieb jista' jintlaħaq aħjar billi jsir xi tibdil fil-junctions tal-bypasses pero' żgur mbux billi jibdew jingħataw iċ-ċitazzjonijiet.", "Nixtieq ngħaddi xi kummenti dwar ċerti no parking signs.", "Aħna għandna diversi toroq li għalkemm minn two-way illum saru one-way in-no parking signs għadhom dawk ta' meta t-toroq kienu two-way, filwaqt li toroq li kienu one-way u saru two-way baqgħu kif kienu qabel.", "GĦalhekk jien nappella lill-awtoritajiet biex jibdlu dawn is-signs ħalli jsiru skond il- ħtiġijiet preżenti.", "Kif qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Victor Galea Pace, il-kunsilli lokali għandhom juru mpenn akbar filwaqt li l-Gvern għandu jieħu s-suġġerimenti tagħhom dwar liema għandhom ikunu one-way u fuq materji oħra bħal dawn għax wara kollox dawn huma l-iktar nies li jafu l- problemi tat-traffiku fil-lokal tagħhom.", "Dan qed ngħidu għax jien ċert li hemm toroq fejn hemm no parking signs imma li jista' jsir parking fihom mentri mbagħad hemm toroq oħrajn li bil-liġi tista' tipparkja fihom meta għandhom jiġu ndikati bħala no parking.", "Aktar kmieni ntqal li din is-sena diġa' mietu għaxra min-nies f'inċidenti tat-traffiku u dan allura jfisser li dak li jingħad permezz ta' kampanja televiżiva - \"Mill-bidu tas-sena mietu għaxra b'inċidenti tat-traffiku.", "Issirx numru!\" - diġa' nbidel għaxar darbiet.", "Għalkemm huwa veru li t- traffiku żdied sostanzjalment jien insostni li jekk kull wieħed u waħda minna - ibda minni għax jien sewwieq ukoll - nosservaw ir-regolamenti tat- traffiku b'mod iktar rigoruż allura wieħed ikun jista' jevita ħafna minn dawn l-inċidenti.", "Mezz ieħor ta' trasport, jekk wieħed jista' jsejjaħlu hekk, li qed jintuża minn numru kbir ta' tfal u żgħażagħ fit-toroq - saħansitra f'toroq prinċipali bħal dik ta' St. Andrews - huwa dak tar-roller skates.", "Dawn iż- żgħażagħ qed ikunu f'periklu kbir għaliex jekk jinqalgħalhom xi inċident faċli jispiċċaw taħt xi karozza.", "Mill-banda l-oħra dawk li jkunu għaddejjin bir-roller skates min-nofs it-triq qed joħolqu diffikulta' kbira lix- xuffiera.", "Dan mhux qed jiġri biss fit-Triq ta' St. Andrews imma qed jinxtered f'ħafna f'toroq oħrajn għax wieħed jitħajjar mill-ieħor.", "Jien ma rridx ngħid li hija xi ħaġa ħażina li jkun hemm min jipprattika dan l- isport imma żgur li dan l-isport m'għandux jiġi pprattikat fit-toroq għax diġa' għandna problemi biżżejjed u għalhekk hemm bżonn li naqtgħu din id- drawwa.", "Fil-kontest ta' dawn l-inċidenti fatali li qed ikollna fit-toroq, jiena sa ċertu punt ngħid ukoll li miskin hu dak ix-xufier li jgħaddi mill- esperjenza ta' inċident fejn imut xi ħadd għax mhux biss jittieħdu sensiela ta' proċeduri ġudizzjarji kontrih imma jgħaddi minn trawma li jibqa' jgħixha għal snin twal u forsi anke għal ħajtu kollha.", "Kull wieħed u waħda minna nistgħu ngħaddu minn trawma bħal din - sfortunatament jien naf ħbieb tiegħi li għaddew minn esperjenza bħal din - u dan mhux bilfors għax dak li jkun ikollu jerfa' tort ta' l-inċident.", "Madam Speaker, biex nagħlaq jien nappella lix-xufiera, lill-passiġġieri u lill-pedestrians biex kemm jista' jkun nevitaw dawn l-inċidenti fatali għax kull wieħed u waħda minna għandu jgħożż ħajtu kif ukoll jieħu ħsieb il- ħajja ta' ħaddieħor.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 15 ta' Mejju fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "P.A. - RAPPORT DWAR L-OPERAT", "5085.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma hijiex korretta l-informazzjoni li r-rapport ippreparat mis-Sur Karm Farrugia dwar l-operat tal-Planning Authority lanqas ġie diskuss mill- Bord tal-Planning Authority stess għax iċ-Chairman qal lill-membri li l- Viċi Prim Ministru (jiġifieri inti stess) għaddejtulu in confidence?", "Jista' għalhekk il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu kopji tar-rapport u lil min?", "Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li għallinqas il-membri tal- Bord għandhom ikollhom konoxxenza ta' rapport li wara kollox jittratta enti li għaliha huma responsabbli?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Board tal- Planning Authority se jiddiskuti dan ir-rapport fil-laqgħa ta' għada.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL GĦAWDEX - UFFIĊĊJU F'MALTA", "5086.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara sitt xhur fil-Gvern instabx uffiċċju f'Malta għall- Onor. Segretarju Parlamentari għal Għawdex biex b'hekk tkun twettqet il- wegħda li għamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni li biex Għawdex jingħata aktar importanza jenħtieġ li s-Segretarju Parlamenti jkollu uffiċċju f'Malta fejn jattendi fih regolarment?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5087.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba f'Marzu, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għal ewwel darba matul ix-xahar ta' Marzu, 1997 kien ta' 261.", "IMPJIEGI - TALBIET", "5088.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul Marzu, 1997 (a) mis-servizz pubbliku; (b) minn enti statutorji; minn enti u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu mill-inqas nofs l-ishma tagħhom; (ċ) u mis-settur privat; (d) u jindika d-dipartiment, enti jew kumpannija fil-każ ta' (a), (b) u (c) kif ukoll ix-xoħgol mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-talbiet għall-impjiegi li saru matul Marzu 1997 minn kumpanniji parastatali kienu 147 u t-talbiet li saru mis-settur privat kienu 303.", "Ix-xogħol mitlub f'kull każ minn kumpanniji parastatali hu kif ġej:", "Social Welfare Development Finance Officer 1 Social Welfare Development Family Protection Officers (Part-time trainees Gozo) 6", "Social Welfare Development Family Protection Officers 4 Social Welfare Development Psychology Officer 1 Social Welfare Development Administrative Support Workers 3", "Water Services Corporation Analyst/Programmer 3 Water Services Corporation Systems Analyst 2 Malta Maritime Authority Clerks 5 Malta Maritime Authority Executive Secretary 1 Malta Maritime Authority Flag & Port State Control Inspectors 2", "Malta Maritime Authority Port Officer 1 Air Malta Stewards/Stewardesses (Temporary) 50", "Air Malta Loaders (Part-time) 40 Planning Authority Personal Assistant 1 Enemalta Corporation General Manager 1 Telemalta Corporation Corporate Co-ordinator 1 Telemalta Corporation Corporate Lawyer 1 Hal-Ferh Holiday Co. Ltd.", "Sous Chef 1 Hal-Ferh Holiday Co. Ltd.", "Animators 8 Malta Shipbuilding Electronics Technician (Part-time) 1", "VAT Fiscal Registers Co.Ltd.", "Manager 1 Kunsill Lokali Żejtun Clerk/Receptionist 1 Employment & Training Corp. Trainers (Part-time) 12", "B'KARA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "5195.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il- ħsieb li jitlesta u jibda jiffunzjona ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara?", "Jista' l-Ministru jgħid kif se jkun użat il-blokk kollu?", "Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li sular minnu jintuża mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, iċ-Ċentru tas- Saħħa ta' Birkirkara se jagħmel parti miċ-Ċentru Ċiviku li qed jinbena f'dan il-lokal.", "Ix-xogħol strutturali qed isir kollu mid-Diviżjoni tax- Xogħlijiet u għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li ngħid bi preċiżjoni meta dan ser jitlesta.", "Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jkun lest bil-formiment taċ- Ċentru tas-Saħħa fi żmien tlieta jew erba' xhur minn mindu jitlesta x- xogħol strutturali.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant lill- Ministru kkonċernat.", "B'KARA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "5196.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa l-proġett taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk sarx tibdil fil-pjani oriġinali mis-26 ta' Ottubru, 1996 'il hawn?", "Fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien dan it-tibdil u x'ġustifikazzjoni kellu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara se jagħmel parti miċ-ċentru ċiviku li qed jinbena f'dan il- lokal.", "Ix-xogħol strutturali qed isir kollu mid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet u għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li ngħid kemm se jiġi jiswa.", "It-tagħmir taċ-ċentru tas-saħħa se jiswa madwar Lm 50,000.", "F'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċentru tas-saħħa, ma sar l-ebda tibdil fil- pjanti minn kif kienu fis-26 ta' Ottubru.", "PAJJIŻI BARRANIN - FTEHIM TA' KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "5197.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ma' liema pajjiżi Malta għandha bħalissa ftehim ta' kooperazzjoni fil- qasam taż-żgħażagħ, sport u kultura?", "Jista' jgħid meta beda jseħħ kull ftehim u meta tiskadi l-validita' tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Lista ta' pajjiżi li magħhom Malta ikkonkludiet ftehim li jkopru koperazzjoni fl'oqsma taż-żagħżagħ, sport u kultura tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din il-Kamra.", "DJAR - MIŻURI/INIZJATTIVI", "5198.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'miżuri u/jew inizjattivi ttieħdu mill-ministeru tiegħu mis- 26 ta' Ottubru, 1996 'il hawn favur iż-żgħażagħ?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: F'diversi miżuri u/jew inizjattivi li ttieħdu mill-Ministeru tiegħi mis-26 t'Ottubru 1996 'il hawn gawdew minnhom ukoll iż-żagħżagħ.", "SIĠAR - BEJGĦ", "5265.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mis-siġar li ġew mil-Libja nbiegħu u kemm ingħataw b'xejn?", "Billi kien hemm min ftaħar li wara li kien ħallas tas-siġar reġgħu ngħatawlu lura l-flus li kien ħallas, jista' l- Ministru jikkonferma li kien hemm min ħallas ta' dawn is-siġar, u wara ngħata l-flus lura?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VAT - DĦUL", "5266.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti breakdown tad-dħul tal-VAT fl-ewwel tliet xhur ta' l-1997?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Id-dħul tal-VAT fl-ewwel tlett xhur ta' 1997 kien kif ġej:-", "Mediterranean Conference Centre Lm10,875.18 Institute of Tourism Studies Lm 1,006.47 White Rocks Holiday Complex Lm 1,373.18 Department of Tourism Lm 2,517.70", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KOTBA", "5279.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kotba kienu ppubblikati mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali mit-twaqqif tagħha sa l- aħħar ta' Frar ta' din is-sena?", "Jista' jgħid ukoll kemm swiet kull pubblikazzjoni b'mod dettaljat, lil min saru l-pagamenti relattivi kif ukoll igħid x'daħħlet il-fondazzjoni għal kull pubblikazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KOTBA", "5280.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena x'nefqet il- Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fuq ix-xiri ta' kotba għall-firxa tas-snin 1986 sa l-aħħar ta' 1996?", "05/05/97", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KUNĊERTI", "5281.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunċert ġie organizzat mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali kemm dawk li saru fil-bini tagħha stess kif ukoll oħrajn li saru barra l-bini tal-fondazzjoni tal-Belt fil-perijodu bejn it-twaqqif tagħha sa l-aħħar ta' Jannar 1997?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull każ x'sewa kull kunċert u jagħti b'mod dettaljat lista ta' pagamenti li saru b'konnessjoni ma' kull kunċert u lil min?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - PROGRAMM ELDERHOSTEL", "5282.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min jikkordina l-programm Elderhostel fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali peress li dan kull m'hu programm ta' 12-il jum fis-sena?", "Jista' għaldaqstant il- Ministru jgħid ukoll x'tagħmel u x'inhu r-rwol ta' din il-persuna li tikkordina dan il-programm fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali peress li ma jidhirx li programm ta' 12-il jum ikollu bżonn persuna s-sena kollha biex tikkordinah?", "Jista' l-Ministru jgħid x'iddaħħal il-fondazzjoni minn dan il-programm kif ukoll x'tonfoq fuqu b'mod dettaljat?", "Jista' l-Ministru jippreżenta wkoll budget ta' kif kien maħsub li jsir l-infiq fuq dan il-programm?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-programm Elderhostel din is-sena se jirrepeti ruħu għaxar darbiet u kull darba jdum bejn 13 u 14-il ġurnata.", "Il-programm huwa f'idejn is-short courses section ta' l-International Office.", "L-Assistant Short Courses coordinator responsabbli minn dan il- programm hi Ms Sarah Proudler (salarju Lm4329 fis-sena).", "Ix-xogħol tal-Assistant Coordinator hu li tiżgura li l-programm jimxi ħarir u li l-parteċipanti joħorġu kuntenti.", "Għalhekk, min-naħa waħda tieħu ħsieb li kull ma hu previst fil-programm iseħħ (jew issib alternattiva bla paniku u f'qasir żmien jekk dan ma jkunx possibbli) u minn naħa l-oħra tieħu ħsieb il-bżonnijiet u x-xewqat tal-parteċipanti.", "Peress li dawn ikunu kollha ta' ċerta eta' u f'kundizzjoni ta' saħħa mhux dejjem tajba jkollhom bżonn ta' ħafna attenzjoni personali.", "Meta l-grupp ta' Elderhostel jasal Malta, l-organizzazzjoni Amerikana tesiġi li l-grupp ikollu rappreżentant miegħu minn x'ħin jisbaħ sa ma jidlam.", "Għaldaqstant meta l-grupp ikun Malta Ms Proudler ikollha taħdem medja ta' tnax-il siegħa kuljum, inklużi s-Sibt u l-Ħadd.", "Peress li ma titħallasx overtime, tingħata time-off għas-siegħat li tkun ħadmet.", "Għall-aħħar parti tad-domanda filwaqt li noffri lill-Onor.", "Interpellant il-possibbilita' li jeżamina l-aspett finanzjarju tal-programm fuq bażi personali ma jidhirlix li din l-informazzjoni għandha ssir pubblika.", "MISTRA - BRIDGE", "5283.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-bridge żgħir li jgħaddi minn fuq l-arkata fid-daħla tal-Mistra (fit-triq prinċipali li minn San Pawl il- Baħar jieħu għal Mellieħa) jiġi spezzjonat biex jiġu evitati xi ħsarat fuq dan il-bridge, u wkoll biex jiġi evitat li b'xi mod it-traffiku jkollu jiġi devjat f'xi direzzjoni oħra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jieħu ħsieb jorganizza sistema biex pontijiet fit-toroq jiġu spezzjonati regolarment.", "F'dan il-każ tajt struzzjoni lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel spezzjoni preliminari immedjatament tal-pont indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA ĠODDA", "5284.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li ntalab lill- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dwar il-karozzi tal-linja ġodda f'Malta?", "Meta ġie mitlub dan ir-rapport u meta kien ippreżentat lil uffiċċju tal-Prim Ministru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SANT'ANDRU - PERSUNI BIR-ROLLER SKATES", "5285.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Billi dawn l- aħħar ġimgħat diversi drabi kien hemm persuni jiġru bir-roller skates f'toroq prinċipali, bħalma hi dik ta' St. Andews, b'periklu għalihom u għas- sewwieqa tal-karozzi, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi tieħu l-Pulizija biex dan il-periklu jinqata'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija se tissorvelja l- lokalita' msemmija sabiex ma jkunx hemm dan l-abbuż.", "DJAR - MELLIEĦA - SERVIZZ TAD-DAWL", "5286.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jassigura li dawk il-persuni li ħadu maisonette tal-Gvern fil-Mellieħa (ħdejn l-iskola) fil-fatt jitwasslilhom is-servizz tad-dawl sar-residenza tagħhom?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar qiegħed kontinwament f'kuntatt ma' l-Enemalta biex ix-xogħol li baqa' fuq is- substation ta' l-elettriku li kien hemm bżonn biex il- maisonettes msemmija jitwasslilhom is-servizz tad-dawl, jitlesta mill-aktar fis possibbli.", "MSU - LAQGĦA TAL-G7 GOVERNMENT ON LINE", "5362.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim MInistru jgħid x'inhi r-raġuni li l-MSU ma attendietx għal-laqgħa tal- G7 Government On Line meeting li sar fil-Kajr, l-Eġittu f'Marzu ta' din is- sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor Membru għat-tweġiba tal- mistoqsija parlamentari numru 4675 fejn għidt li ma kienx hemm lok li nintensifikaw il-parteċipazzjoni tagħna fil-G7 Government On-Line Initiative peress li din għadha biss fil-livell ta' diskussjoni.", "Għaldaqstant inħass li f'dan l-istadju ma kienx ikun produttiv li Malta tipparteċipa fil-laqgħa li saret fil-Kajr, f'Marzu ta' din is-sena.", "MSU LTD", "5363.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jikkonferma li l-isem ta' l-MSU Ltd se jibqa' l-istess fid- dawl tal-fatt li l-letterheads li ġew stampati dan l-aħħar iġibu proprju dan l-isem?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-isem ser jinbidel.", "Il-letterheads, li jien informat qamu b'kollox Lm110, riedu jinbidlu bilfors biex ikunu konformi mal-liġi peress li kien inħatar Bord tad-Diretturi ġdid.", "KONSUM F'MALTA U F'GĦAWDEX", "5420.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum, jum b'jum, f'Malta u f'Għawdex f'daqqa fil-perjodu 1.2.97 sa 27.4.97?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - FURJANA", "5452.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi hemm wara l-proġett pilota dwar djar vojta fil- Furjana?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Wara t-tagħrif utli li nġabar waqt is-survey tal- Furjana fejn ġiet ikkonfermata l-entita' tal-problema ta' djar battala fil- Furjana, id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qiegħed fi proċess li jiddentifika s-sidien tal-postijiet vojta.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA", "5453.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema tal-Gvern li jaħdmu (i) fil-Belt; (ii) fil-Ħamrun; (iii) fil-Marsa; u (iv) f'Tal-Pieta'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fis-Seduta Nru. 56 tat-28 ta' April 1997, l-Onor Membru ngħata tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4274, liema mistoqsija kienet prattikament identika għal din il-mistoqsija, bid- differenza li l-informazzjoni li kienet ntalbet kienet rigward il- Furjana.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jifhem li biex setgħet ingħatat dik it-tweġiba kien jenħtieġ proċess ta' konsultazzjoni mill-uffiċċju tiegħi mal- Ministeri kollha tal-Gvern, proċess li jinvolvi ammont ta' ħin għal ħafna mpjegati tal-Gvern.", "Kien ikun ħafna iżjed xieraq u l-Onor.", "Membru kien ikun aktar responsabbli li kieku l-informazzjoni li qed tintalab f'din il-mistoqsija kif ukoll f'mistoqsija parlamentari numru.", "5454 intalbet ukoll dak iż-żmien biex b'hekk kien isir eżerċizzju wieħed.", "Għalhekk ma nħossx li għandu joqgħod jerġa' jsir eżerċizzju ieħor biex tinġabar l-informazzjoni li qed tintalab issa.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA PARASTATALI", "5454.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema parastatali taħt ir- responsabbilta' tiegħu li jaħdmu: (i) fil-Belt; (ii) fil-Furjana; (iii) fil- Pieta'; (iv) fil-Ħamrun; u (v) fil-Marsa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5453.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U TA' L-INDUSTRIJA - ĦADDIEMA PARASTATALI", "5455.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema parastatali taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jaħdmu: (i) fil- Belt; (ii) fil-Furjana; (iii) fil-Pieta'; (iv) fil-Ħamrun; u (v) fil-Marsa?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf in-numru ta` ħaddiema li jaħdmu mal-kumpanniji li fihom l-MGI/MIMCOL għandhom ishma, liema numru jammonta għal 1062, maqsuma kif indikat hawn taħt u li jaħdmu fl-ibliet mitluba fid-domanda:", "Marsa Interprint 86 Malta Shipbuilding 714 Medigrain 23 Sea Malta 183", "Floriana Tug Malta 56", "MINISTERU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI - ĦADDIEMA PARASTATALI", "5456.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema parastatali taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jaħdmu: (i) fil-Belt; (ii) fil-Furjana; (iii) fil-Pieta'; (iv) fil-Ħamrun; u (v) fil-Marsa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "| |Bel|Furj|Pie|Hamr|Mars| | |t |ana |ta'|un |a | |Central |318|- |- |- |- | |Bank of | | | | | | |Malta | | | | | | |Malta |- |21 |- |- |- | |Stock | | | | | | |Exchange | | | | | | |Mid-Med |256|32 |- |38 |29 | |Bank | | | | | | |EneMalta |25 | | | | |"]} {"filename": "19971120_148d_par.doc", "date": "1997-11-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 148 Il-Ħamis, 20 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 148", "Il-Ħamis, 20 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "148", "Il-Ħamis, 20 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 294", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 294", "TQEGĦID TA' KARTI 300", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 1998 IS-SITT JUM STABBILIT MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI 300", "AĠĠORNAMENT 335", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 335", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 346", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 147 li saret fl-20 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "AMBJENT - ENVIRONMENT INSPECTORS", "9447.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' environment inspectors li għandu l-ministeru fid-diversi dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Kemm huma l-vacancies?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Hemm għaxar spetturi ta' l-ambjent fid- dipartiment ta' l-ambjent.", "Il-vacancies bħalissa huma 15.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jagħtina indikazzjoni jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-vacancies jimtlew?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nistax ngħid li hemm xi ħsieb li jimtlew minħabba restrizzjonijiet finanzjarji pero' dawn l-għaxra li daħlu qegħdin isegwu ċerti korsijiet.", "Dawn mhumiex sempliċement wardens imma spetturi li għandhom ċertu training.", "Dawn kollha għandhom degree u qegħdin jieħdu ħsieb setturi differenti fid-dipartiment, jiġifieri qed jagħmlu xogħol utli.", "Għalissa ma nistax ngħid li għandi ħsieb li ndaħħal iktar minnhom sempliċement minħabba ċerti restrizzjonijiet.", "Jista' jkun li matul is-sena d-dieħla ndaħħlu x'uħud minnhom ukoll, skond kif ikunu l-affarijiet.", "LUMINATA FI FLIEXKEN TAL-PLASTIK", "9678.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent għamilx studju dwar l-impatt fuq l-iskart u l-impatt fuq l- ambjent, bl-introduzzjoni tal-luminata fi fliexken tal-plastik?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Taħt l-amministrazzjoni l-oħra kien hemm l-idea li jsir studju dwar l-impatt fuq l-iskart u l-impatt fuq l-ambjent bl- introduzzjoni tal-luminata fi fliexken tal-plastik.", "Dan kellu jsir bi sħab mal-Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp iżda fil-fatt qatt ma ġie konkluż.", "Wara kien sar studju minn Coopers & Lybrand li kien kkommissjonat mill-bottlers ewlenin.", "Dan kien ġie ppreżentat lill-Ministru tal-Finanzi.", "Ma hemm l-ebda ħsieb li tiġi ntrodotta luminata fi fliexken tal-plastik.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, minn xi ġimgħat 'l hawn mill-miżbla tal-Magħtab reġgħet bdiet ħierġa kwantita' ta' dħaħen u ntejjen.", "Il- ministeru qed jinvestiga x'qiegħed iwassal għal dan l-iżvilupp, li kien ilu li spiċċa għal numru ta' xhur jekk mhux għal numru ta' snin?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Naħseb li jkun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-kollega tiegħi li taħt id-dikasteru tiegħu għandu l-kontroll tal-miżbliet, pero' nista' ngħid li bħalissa l-impjant ta' Sant'Antnin huwa prattikament wieqaf għaliex m'huwiex possibbli jitħaddem fl-istat kif inhu.", "GĦalhekk għalissa qed jintefa' iktar skart fil-Magħtab pero' fil-ġimgħat li ġejjin, kif għidt anke f'risposti oħra, se nibdew inpoġġu fil-prattika t-teknoloġija ta' l-eco-pods u se naraw naqilbux għal dik it-teknoloġija.", "AMBJENT - AVVIŻ LEGALI NRU.", "183", "9679.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent ressaqx lil xi persuni l-qorti dwar ksur ta' l-Avviż Legali Nru. 183 ta' l-1994 sal-lum?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jagħmel tibdil f'dan l-avviż legali?", "Jekk iva, jista' jispjega x'tip ta' tibdil qiegħed jikkontempla l-Gvern?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fl-1996 uffiċjali mid-dipartiment flimkien ma' uffiċjali ta' l-ALE marru jispezzjonaw imħażen ta' Aquatess Ltd fil-Ħandaq f'Ħal Qormi, minħabba li kellhom rapport li prodotti tagħhom kienu qegħdin jiksru l-Avviż Legali Nru. 138/94 dwar il-kontenituri ta' xorb mhux alkoħoliku.", "Aquatess Ltd ġew imħarrka u l-qorti ordnat li jinħatar espert biex jiddetermina jekk il-prodott li huma kienu qegħdin ibigħu f'kontenituri tal- plastik PET bħala energizer kienx fil-fatt electrolyte replacement drink jew le.", "L-Avviż Legali Nru. 138/94 fil-fatt jagħmel eċċezzjoni fost affarijiet oħra għall-użu ta' electrolyte replacement drinks fi fliexken tal-plastik.", "L-espert tal-qorti kkonferma li fil-fatt il-prodott ma jikkwalifikax bħala electrolyte replacement drink.", "Fil-fatt il-każ jinsab sub judice għaliex Aquatess Ltd qed jikkontestaw l-opinjoni ta' l-espert tal-qorti.", "Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hija fin-negattiv.", "LUMINATA FIL-FLIEXKEN TAL-PLASTIK", "9680.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern u tad- dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent dwar l-użu ta' fliexken tal-plastik għal-luminata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Gvern iħoss li ma jkunx fl-interess tal-ħarsien ta' l-ambjent f'pajjiżna jekk jiġu ntrodotti luminati fi fliexken tal- plastik.", "WESTERN EUROPEAN UNION", "9696.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi Nru. 6451, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-WEU avviċinatx lill-Gvern Malti dwar il-proposta tagħha li jiġu żviluppati miżuri ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi tal-Mediterran, jekk il-Gvern Malti avviċinax lill-WEU fuq l- istess proposta u jekk l-ambaxxati ta' Malta fi Brussels u Pariġi humiex qegħdin iżommu lill-Viċi Prim Ministru nformat bl-iżviluppi f'dan il- qasam?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għadu ma sar l-ebda kuntatt formali bejn Malta u l- WEU fuq il-materja msemmija.", "Madanakollu l-Gvern Malti qed ikompli jevalwa s-sitwazzjoni.", "L-ambaxxati ta' Malta fi Brussels u Pariġi, kif ukoll l-ambaxxati l-oħra, huma kollha konxji tar-responsabbiltajiet tagħhom f'dak li jirrigwarda l- informazzjoni relevanti, kemm fuq din kif ukoll fuq materji oħra, li għandha tintbagħat lill-ministru tagħhom u qegħdin jaqdu dawn ir- responsabbiltajiet mill-aħjar li jistgħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Meta l-Ministru qal li l-ambaxxaturi huma konxji mir- responsabbiltajiet tagħhom, dan ifisser li dan l-aħħar kellhom xi taħdidiet ma' xi ħadd?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, il-mistoqsija kienet fis-sens jekk l- ambaxxati ta' Malta fi Brussels u Pariġi humiex qegħdin iżommuni nformat bl-iżviluppi f'dan il-qasam, jiġifieri t-taħdidiet mal-Western European Union u l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u affarijiet bħal dawn.", "Issa jiena qed ngħid li m'għandix dubju li l-ambaxxati u l-ambaxxaturi ta' Malta kemm fi Brussels u kemm f'Pariġi huma konxji mir-responsabbiltajiet tagħhom li jżommu l-ministeru nformat b'dak li jkun għaddej.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni ta' taħdidiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Allura għandi nifhem li kieku kellhom xi taħdidiet kienu jinformawk?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-bidu tar-risposta jiena għidt li ma sar l-ebda kuntatt formali.", "Issa jekk dawn ikunu qegħdin f'reception u jkun hemm xi ħadd mill-Western European Union u jaqbdu diskursata ....", "Imma formalment għadu ma sar l-ebda kuntatt bejn Malta u l-Western European Union fuq il- materja msemmija.", "ŻEJTUN - SKOLA PRIMARJA", "9719.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari fuq il-boundary wall ta' l-iskola primarja taż- Żejtun - infakkar lill-Ministru li kien wiegħed li kellu jagħtini tweġiba definittiva - jista' jindaga x'sar mill-ġebel antik, illum imfittex ħafna, li nqala' mill-post?", "Jista' l-Ministru jara li l-urna antika li hemm, u li kienet ukoll bdiet tinqala', jittieħed ħsieb tagħha biex ma taqbadx l- istess triq li qabdu l-ġebel qabilha?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Jiena nformat li meta uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar żaru s-sit fejn kellu jsir ix-xogħol propost, dawn irrikkmandaw li l-urna tiġi spustjata mill-post fejn m'hijiex titgawda għal wieħed aktar ċentrali u li jagħmel aktar sens estetikament.", "Inżid ngħid li qatt ma kien il-ħsieb tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li titneħħa l-urna li saret riferenza għaliha iżda li din tinqala' u titqiegħed fuq il-pilastru rinovat tad-dħul priċipali ta' l-iskola.", "Infakkar ukoll fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8403 fis-Seduta Nru. 135.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ir-risposta li għada kemm ingħatat tirrigwarda biss t- tieni parti tad-domanda.", "Jista' l-Ministru jwieġeb għall-ewwel parti tad- domanda?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-mistoqsija oriġinali ta' l-Onor.", "Psaila Savona kienet tirrigwarda ħajt magħmul minn ġebel tal-franka li, skond l-Onor.", "Membru, kien ta' periklu serju għaliex kien se jaqa' u allura kellha tittieħed azzjoni meħtieġa biex dan jinbidel.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ladarba r-riferenza hija għal dik il-mistoqsija parlamentari - u l-kontenut tagħha wieħed jiftakru wkoll għaliex kien hawn diskussjoni dwarha permezz ta' numru ta' domandi supplimentari - nassumi li l-Onor.", "Psaila Savona għamel id-domanda mill-ġdid, forsi b'mod differenti, għaliex dakinhar kien talab ukoll lill-Ministru sabiex jerġa' jindaga x'inhi l-pożizzjoni eżatta għaliex kien hemm diverġenza ta' opinjoni bejn ir-risposta tal-Ministru u dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "GĦalhekk nixtieq inkun naf jekk sarux xi tibdiliet jew inkella xi investigazzjonijiet ġodda min-naħa tad-dipartiment għar-rigward ta' dan il- ġebel.", "Jiena naħseb li ma tridx tkun bravu wisq biex tinduna jekk dan kienx ġebel antik jew le.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Galea jiftakar daqsi li l-Ministru kien aċċerta lill-Kamra li dak kien ġebel tal-franka u xejn aktar.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru Mizzi li l-Viċi Prim Ministru kien ta tweġiba għal kollox differenti minn dik li ta l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali fuq dan is-suġġett.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk l-Onor.", "Membru qed jinsinwa li hemm xi differenza, xi diskrepanza jew xi risposta mhux korretta nitolbu jagħmel mistoqsija bil- miktub biex nivverifikaw l-affarijiet u jingħata risposta.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: It-tweġibiet ingħataw u kien hemm tweġiba mill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u tweġiba oħra għal kollox differenti mill-Viċi Prim Ministru.", "Naħseb li l-Ministru Mizzi jkun jaf x'qed jiġri hawn ġew!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naċċertak li naf x'qed jiġri u naf li l-iStanding Orders tal-Kamra jitolbu li wieħed jagħmel mistoqsija bil-miktub biex l- ewwelnett jiġi vverifikat dak li jkun qed jingħad u wkoll sabiex tingħata risposta.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien ma naħsibx li għandi għalfejn nagħmel mistoqsijiet aktar.", "Il-pożizzjoni hija ċara għax ministru wieġeb mod u ministru ieħor wieġeb mod ieħor u jekk il-Ministru Mizzi jrid jagħtina t- tielet verżjoni affarih.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nerġa' nistieden lill-Onor.", "Cassar biex jekk iħoss li hemm xi ħaġa li m'hijiex flokha, allura jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "ĦAMRUN - VICTOR TEDESCO STADIUM", "9800.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li l-Ħamrun Spartans jingħataw legal title bħal clubs oħra, u cioe' ċens ta' 49 sena kif jirriżulta aħjar mill-kuntratt?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Fil-preżent il-ground użat mill-Ħamrun Spartans F.C. magħruf bħala l-Victor Tedesco Stadium, ma jistax jiġi mogħti b'ċens lill-club, bħalma sar ma' clubs oħra tal-football u l-waterpolo.", "Ir-raġuni hija għaliex għad fadal xi partijiet mill-art li, għalkemm saret id- dikjarazzjoni biex tiġi akkwistata mill-gvern, għad irid isir il-ħlas relevanti lis-sidien ikkonċernati.", "Ladarba tiġi solvuta s-sitwazzjoni jibda l-proċess mill-Kunsill Malti għall-Isport sabiex il-ground jingħata lill-Ħamrun Spartans F.C. b'ċens.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jaf il-Ministru li r-riżoluzzjoni li kien resssaq il-Gvern preċedenti f'Lulju ta' l-1996 kienet tinkludi erba' darbiet iktar dixxiplini milli kienet tinkludi r-riżoluzzjoni li riċentement ressaq dan il-Gvern, tant li l-Onor.", "Schembri Adami qiegħed jagħmel talba f'isem il-Ħamrun Spartans?", "Jaf il-Ministru li r-riżoluzzjoni ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet tinkludi wkoll erba' darbiet iktar bliet u rħula milli kienet tinkludi r-riżoluzzjoni ta' dan il-Gvern?", "Il-Ministru ma jirrealizzax li meta ġie propost li dawn il-faċilitajiet sportivi jitressqu fil-Parlament, biex jintgħataw b'ċens, tħallew barra ħafna dixxiplini sportivi u ħafna faċilitajiet sportivi?", "GĦaliex kien hemm din l-għaġġla kollha biex jitressqu fil-Parlament?", "Forsi kien il-każ li fost dawn ir-riżoluzzjonijiet kien hemm żewġ riżoluzzjonijiet li l-Partit Laburista seta' jiggwadanja minnhom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Li naf jien huwa li fil-Furjana kien hemm biċċa art fejn kienu jilagħbu t-tfal u minkejja li kienet ittieħdet inizjattiva minn individwu li llum huwa deputat ta' l-Oppożizzjoni biex din l-art ma tinbeniex ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, żomm mas-suġġett tal-mistoqsija li saret, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nemmen li qiegħed in regola ma' l- Istanding Orders.", "(Interruzzjonijiet) Kont qed ngħid li minkejja li l- Onor. Membru tan-naħa l-oħra kien nieda petizzjoni, dan il-bini xorta waħda tela' fil-Furjana u t-tfal m'għandhomx fejn jilagħbu.", "Il-Gvern preżenti għamel l-affarijiet kif suppost u meta jkun hemm il-lok li jressaq aktar riżoluzzjonijiet biex jagħti iktar artijiet lill-għaqdiet sportivi, jagħtihom.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-Gvern preċedenti ma bena mkien fil- Furjana li kien intiż għall-isport.", "(Interruzzjonijiet) Jaf il- Ministru li l-Prim Ministru preżenti għamel proposta li permezz tagħha kien se jinbena parti mix-Xagħra?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Li naf jiena huwa li l-Gvern preċedenti kellu talba biex jibni x-Xagħra tal-Furjana u li dan il-Gvern reġa' kkonferma li x- Xagħra mhijiex se tinbena.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, jien kont għamilt mistoqsija lill-Prim Ministru u mit-tweġiba li tani wrieni biċ-ċar li hu kien favur proposta tal-Planning Authority fejn il-Gvern kellu jibni housing units f'parti mix-Xagħra.", "Din jaf biha l-Ministru?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan m'hu veru xejn.", "Il-Gvern preċedenti ried jibni hemmhekk imma l-Prim Ministru Sant aċċerta lil kulħadd li hemmhekk mhux se jinbena.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: (Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Debono Grech jista' jpoġġi bil-qegħda.", "Din is-sħana kollha!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Debono Grech, poġġi bil-qiegħda, jekk jogħġbok.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Joe Debono Grech, jekk jogħġbok, issa biżżejjed.", "Ħallih jiġi għall-mistoqsija.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirringrazzjak, Sur President.", "B'riferenza għar- risposta fuq il-ground tal-Ħamrun Spartans, il-Ministru qal li saret il- president's declaration ta' l-esproprjazzjoni pero' ma jistax isir il- kuntratt għax il-ħlas lis-sidien għadu ma sarx.", "Safejn naf jien, il- proċedura normali hija li meta ssir l-esproprjazzjoni s-sidien għandhom id- dritt, jekk ma jaċċettawx il-kumpens offrut mill-gvern, li jmorru quddiem il-qrati biex jikkontestaw dak il-kumpens.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda rabta bejn it-transfer ta' l-art lill-Ħamrun Spartans mal-ħlas o meno lis-sidien.", "Iċ-ċavetta ta' kollox hija l-president's declaration.", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex ingħatat dik it-tip ta' risposta li, fl-opinjoni tiegħi, legalment ma tagħmilx sens?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija bil- miktub ħalli jiġu vverifikati l-fatti u naraw jekk huwiex korrett f'dak li qed jgħid.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jaf il-Ministru li x-Xagħra tal-Furjana kienet inkluża fir-riżoluzzjoni ta' l-amministrazzjoni preċedenti ta' Lulju 1996 sabiex il-faċilitajiet sportivi jgħaddu għand l-għaqdiet kollha kemm huma, jiġifieri tal-basketball, football, hockey, eċċ?", "Jaf li dawn huma esklużi mir-riżoluzzjoni li dan l-aħħar ġiet approvata minn dan il- Parlament?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena diġa' għidt x'naf fuq il-Furjana.", "Hemmhekk kien hemm biċċa art li kienu jilagħbu fiha t-tfal u, għalkemm kien hemm min ġabar petizzjoni biex ma tinbeniex, din xorta inbniet u dawn it-tfal spiċċaw lanqas kellhom fejn jilagħbu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar il-kuntratti għat-tuck shops fl-iskejjel statali għas-sena skolastika 1997/1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9898.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar importazzjoni ta' patata taż-żriegħ matul is-snin bejn l- 1994 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9849.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "IS-SITT JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- Gvern.", "Nistieden lill-Ministru Buhagiar iressaq ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 40 - MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥19,744,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 41 - ARTIJIET U KOSTRUZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥1,070,800 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Artijiet u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT 42 - ILMA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥6,000,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ilma, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "VOT IX - MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥14,728,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 40 - MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Personal Emoluments Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"¥10,388\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"¥10,387\".", "Delete the figure \"¥10,388\" and substitute therefor the figure \"¥10,387\".", "Mr Chairman, aktar kmieni din il-gimgħa meta tkellem il-Prim Ministru f'din il-Kamra ddeskriva l-budget bħala wieħed iebes imma ta' kuraġġ.", "Jien naħseb li ħadd ma jmerih li dan huwa budget iebes imma jien għalija dan mhux biss budget iebes imma kiefer, li nissel biża' u inċertezza fiċ- ċittadin Malti, partikolarment fiċ-ċittadin iż-żgħir, dak l-inqas li jiflaħ.", "Saret diġa' riferenza minn diversi kelliema, kemm minn din in-naħa u kemm min-naħa l-oħra, kif dan il-budget se jgħakkes lill-batut, lil dak li jiflaħ l-inqas u lill-pensjonant.", "Forsi mhux il-ħin li nidħol fil- kwestjoni taż-żidiet li saru fuq il-gass, il-pitrolju u l-elettriku għax dawn jaqgħu taħt ministeru ieħor, pero' l-ministeru li qegħdin niddiskutu jinkludih fih il-Water Services Corporation u allura rridu nħarsu lejn il- mod skandaluż kif għolew it-tariffi ta' l-ilma, kemm dik domestika u kemm dik industrijali.", "Dan il-budget veru werwer lin-nies u waħda minn ta' l-ewwel li ħadet ix- xokk kienet proprju l-mara tad-dar li ħasset ruħha ingannata.", "Dan għaliex aħna niftakru kemm il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni għamel kampanja sħiħa li l-mara tad-dar ma kienx ikollha għalfejn toħroġ taħdem la jitilgħu huma, kemm il-mara tad-dar kienet se toqgħod id-dar komda u kemm ir-raġel ma kellux għalfejn jagħmel overtime.", "Dak iż-żmien kienu kważi pprovaw jwaqqgħu għaż-żuffjett lill-Onor.", "Fenech Adami għax kien qal li jekk il- mara trid tagħmel kapriċċ u ddaħħal l-air-conditioning fid-dar, jekk hemm bżonn toħroġ taħdem.", "Issa wara dan il-budget il-mara tad-dar se jkollha toħroġ taħdem mhux biex iddaħħal l-air-conditioning imma biex tkun tista' tħallas il-kont ta' l-ilma, dak l-ilma li trid tinħasel bih, issajjar bih u taħsel bih, biex ma nsemmix il-kont tad-dawl ukoll.", "Mr Chairman, x'kien sab Gvern Nazzjonalista meta tela' fl-1987?", "Kien sab pajjiż niexef qoxqox, kriżi kbira u diżastru sħiħ fil-provvista ta' l-ilma.", "Il-Gvern Nazzjonalista għamilha waħda mill-prijoritajiet tiegħu biex din is-sitwazzjoni ma tibqax u minn 17 miljun gallun kuljum il-produzzjoni telgħet għal 34 miljun gallun kuljum.", "Mhux talli hekk, talli l-Gvern ta' l- Onor. Fenech Adami ħaseb ukoll għall-quddiem biex jekk tinqala' xi ħaġa jkollna biżżejjed fir-riżerva.", "F'dik li hija distribuzzjoni ta' l-ilma, li kienet ħażina ħafna, il-Gvern Nazzjonalista kien beda miexi fuq pjan li kellu jsir fuq medda ta' snin u konna għamilna biċċa kbira minnu u jiddispjaċini ngħid li din is-sena dan il-pjan naqqas ħafna r-ritmu.", "Fis- sena qabel ma spiċċajna mill-gvern aħna konna biddilna madwar 42 kilometru, filwaqt li s-sena li għaddiet inbidel biss xi 14-il kilometru.", "Sur President, konna aħna proprju li bdejna nieħdu ħsieb l-unaccounted for water u llum din baqgħet miexja.", "Imma l-iktar ħaġa importanti hija mhux li pprovdejna ilma biżżejjed imma li tejjibna wkoll il-kwalita' ta' l-ilma.", "Gvern Nazzjonalista nefaq miljuni ta' liri biex sar dan għax deherlu li ċ-ċittadin Malti, it-turist li jiġi jżurna u l-industrija Maltija għandhom bżonn kwantita' adegwata ta' ilma u ta' kwalita' tajba.", "Aħna veru għollejna l-ilma imma għollejnieh b'mod li qgħadna attenti li ċ-ċittadin iż- żgħir ma jbatix.", "Aħna għamilna kalkoli kemm wieħed ikollu bżonn ilma essenzjali kuljum u għidna li l-figura ta' 20 gallun kienet tkun biżżejjed.", "L-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, li llum qiegħda fil-gvern, inkluż l- Onor. Perit Buhagiar, li qiegħed hawnhekk preżenti, kienu qalu li dan mhuwiex biżżejjed għax kull persuna għandha bżonn bejn 28 u 30 gallun ilma kuljum.", "Ġejna għal dan il-budget u mhux talli m'għamlux it-30 gallun li kienu jgħidu li hemm bżonn imma talli issa qegħdin jitkellmu fuq 16.3 gallun kuljum.", "Qalu li s-sussidju ta' 90% ma naqqsuhx.", "Mur obsor!", "Veru li baqa' s-sussidju ta' 90% imma fuq 16.3 gallun u mhux fuq 20 gallun!", "Mhux biżżejjed li l-prezz ta' l-ilma ssussidjat għola minn 13c għal 16c5 kull metru kubu imma naqqsu wkoll l-ammont ta' l-ilma ssussidjat.", "Mela lil dak li jaqla' l-inqas naqqsulu s-sussidju ta' 90% minn fuq 20 gallun għal fuq 16.3 galluni u, sopra corna bastonate, għollewlu l-prezz minn 13c għal 16c5.", "Issa fuq il-meters mhux se jeħdilhom iktar kera imma se jħallsu tas- servizz.", "Jiġifieri issa ta' dik il-connection li jagħmlulek mill-main għall-meter li tagħmilha l-ewwel darba f'dar ġdida jew inkella meta titħassar tibdilha - jien f'26 sena darba biss bdiltha u naf min ilu 50 sena u ma biddilha qatt - fejn qabel il-poplu kien iħallas Lm3.60 tal-kera issa se jħallas Lm24 fis-sena.", "Dan huwa l-mod kif il-konsumatur iż-żgħir, il-ħaddiem, il-batut se jkun kostrett li jħallas.", "Istħu!", "Sewwa qalilkom l- Onor. Mintoff li dan il-budget se jolqot lill-ħaddiem iż-żgħir, l-iktar batut.", "Fi żmienu l-Onor.", "Mintoff ma kellu l-ebda suċċess fil-qasam ta' l- ilma għaliex niftakru l-famużi boreholes, kif taqqab Malta kollha u bil- ħawt fuq il-bejt li ried jagħmel, xorta spiċċa biex għamel ir-reverse osmosis ta' Għar Lapsi u mingħalih li se jgħarraq lil Malta.", "Rajna kemm għarraq lil Malta!", "Mhux iż-żgħir biss se jbati imma anke dak li għandu dħul medju se jħoss il-qarsa finanzjarja għaliex il-prezz ta' l-ilma minn 75c għola għal Lm1.10c.", "Qabel ngħaddi biex ngħid kif il-prezz ta' l-ilma jaffettwa l-industrija, nixtieq nagħmel daqsxejn ta' pawsa żgħira u naraw kif irreaġixxa ċ-chairman il-ġdid tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma hekk kif ħa f'idejh t-tmun tal-korporazzjoni.", "Dan qal li sab sitwazzjoni finanzjarja prekarja u kienu jeħtieġu miżuri mgħaġġlin u immedjati biex tirranġa ruħha.", "U x'għamel dan il-ħabib tagħna?", "L-ewwel ħaġa li għamel appena daħal fl-uffiċċju l-ewwel darba - uffiċċju ġdid li ma kienx ilu lest wisq - kienet li ddikjara li għandu bżonn refurbishment ta' dan l-uffiċċju li sewa Lm10,000.", "Dan ma marx jixtri xi għamara ta' kafkaf, dan xtara għamara ta' Fino, b'sufan waħdu - dan ma xtrahx mingħand Fino - jiswa' Lm1,300.", "Hekk irrisponda ċ-chairman għas- sitwazzjoni prekarja.", "Mhux hekk biss għaliex il-karozza li kellu ċ-chairman ta' qablu, li kienet għadha kemm inxtrat ftit xhur qabel m'għoġbitux, ma kenitx adattata għalih u xtara karozza oħra li swiet Lm8,500 qabel tħallas id-dazju, il-VAT jew registration tax, karozza li tiswa anke iktar milli għandu l-Prim Ministru llum.", "U l-karozza li kellu sellifha jew taha lill-Onor.", "Edwin Grech.", "Jien ma nafx l-Onor.", "Edwin Grech x'għandu x'jaqsam mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Mhux hekk biss, għamlu chief internal auditor u anke dan kellu bżonn karozza ġdida, ma ġabux dik il- karozza l-oħra, xtraw karozza oħra li swiet Lm7,000 mingħajr id-dazju u r- registration tax.", "U issa waslu biex jixtru wkoll karozza oħra ġdida għal Mrs Mifsud - li taħbat oħt Alfred Mifsud li kien għamel ir-rapport tal- Water Services Corporation - għax din ukoll sabet ruħha bħala chief internal auditor hemmhekk.", "Anke lil din se nixtrulha karozza ġdida u l- karozza l-oħra ma nafx x'qed jagħmel biha l-Onor.", "Edwin Grech.", "Jekk dan mhux tberbiq ta' flus il-poplu ma nafx x'inhu meta tidħol f'korporazzjoni falluta u tagħmel dawn l-affarijiet!", "Inħarsu daqsxejn lejn l-industrija.", "Mela l-meter charge kien Lm1.80 u issa dan tela' għal Lm24 fis-sena.", "Il-prezz tal-konsum ta' l-industrija li kien 4c5 fuq l-ewwel blokk u 12c fuq it-tieni blokk, issa tela' għal Lm1.10 fuq l-ilma kollu.", "Bejn meters u konsum il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qabel kienet iddaħħal Lm200,000 u issa se ddaħħal aktar minn Lm1,000,800.", "Araw kif se jitnaqqsu dawk il-Lm5 miljun li qalu li se jagħtu lill-industrija, li kważi terz minnhom diġa' se jmorru biss fuq l-infiq ta' l-ilma!", "X'ifisser dan għall- ħaddiem?", "Dan ifisser li wara li se jħallas it-taxxa diretta fuq l-ilma, issa se jkollu jħallas ukoll it-taxxa indiretta li se tiġi wkoll mill-għoli ta' l-industrija.", "L-industrija issa se ssib diffikultajiet kbar kemm biex tesporta għax se jogħlielha l-prezz u ma tkunx tista' tikkompeti, u anke lokalment meta tiġi biex tikkompeti ma' prodotti barranin.", "Il-prezz tal- produzzjoni ta' l-affarijiet ta' l-agro-industrija Maltija li tipproduċi t- tadam u kunserva, tal-furnara, tal-ħalib u oħrajn se jogħla.", "Min se jbatih dan, mhux il-ħaddiem!", "Dawn huma affarijiet essenzjali.", "GĦalija dan huwa ingann ieħor tal-Gvern Laburista.", "Issa se nsemmi x'se jdaħħal jew x'se jiffranka l-Gvern.", "Nibda l-ewwel bil-prezz tal-produzzjoni.", "Dan tela' minn 75c għal Lm1.10c kull metru kubu, żieda ta' 35c.", "Skond l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma l-prezz tal-produzzjoni se jonqos minn Lm10.5 miljun għal Lm9 miljun, Lm1.5 miljun inqas.", "Allura jekk nimxu fuq din mhux talli m'għandux jiżdied il-prezz talli għandu jinżel għal 65c minn 75c.", "Fil-fatt dan żdied għal Lm1.10.", "Kif inħadmet din?", "Jien naf kif inħadmet imma issa nħalli lill- Ministru jgħidli hu kif inħadmet.", "Mr Chairman, jien ma nistax inniżżilha kif wieħed jasal biex jgħabbi lill-poplu Malti b'dawn iż-żidiet esaġerati, żidiet li ma tistax temmen li min għamilhom għandu kuxjenza soċjali.", "Jien għandi informazzjoni li l-bniedem li ħadimhom forsi ma setax iħossha l- kuxjenza soċjali għax dan bniedem li jdaħħal flus mill-korporazzjoni iktar milli jdaħħal il-Prim Ministru, għandu karozza b'xejn, għandu telefonati u telecell b'xejn u Alla jbierek dan lanqas tal-meter ta' l-ilma ma jħallas għax ikkonsidrat wieħed li jaħdem mal-korporazzjoni.", "B'kemm se jispiċċa minn fuq il-gvern b'dawn iż-żidiet?", "Qabel ġie ppreżenatat il-budget, mill- estimi tal-korporazzjoni nsibu li d-dħul mill-bejgħ ta' l-ilma kien ikkalkolat għal Lm6 miljun.", "Wara l-budget din il-figura telgħet mas-Lm16 miljun, żieda ta' kważi Lm10 miljun.", "Dan u aktar se jkollu jħallsu l- poplu.", "Ħalli naraw kif wasalna għal din il-figura.", "Mid-dħul domestiku, minn Lm640,000 tal-meters iil-poplu se jkollu jħalla Lm4.3 miljun.", "Għall-konsum domestiku, minn Lm2.8 miljun se jkollu jħallas aktar minn Lm5 miljun.", "Jekk wieħed iżid id-drenaġġ ma' dan irid iħallas ukoll Lm2.8 miljun oħra.", "Mela fejn qabel il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet iddaħħal Lm3.4 miljun mill-konsum domestiku, issa se ddaħħal aktar minn Lm12 miljun, żieda ta' kważi Lm9 miljun.", "Minn bars, restaurants u night clubs, bejn meters u konsum se ddaħħal mat-Lm300,000 iktar.", "Fuq l-industrija diġa' għidna li l-korporazzjoni se ddaħħal Lm1.6 miljun.", "Mingħand ir-raħħala, mill-farms li qabel kienu jħallsu Lm34,000 fis-sena, il-korporazzjoni issa se ddaħħal Lm586,000, żieda ta' aktar minn Lm0.5 miljun.", "Ir-raħħal li qabel kien iħallas Lm20 kull erba' xhur għall- kont ta' l-ilma issa se jkollu jħallas mal-Lm500 bejn ilma u drenaġġ.", "Dan ir-raħħal huwa l-bniedem li l-mara tad-dar tmur għandu biex tixtri l-bajd, it-tiġieġ u l-fniek.", "Issa għiduli l-prezz li se jogħlielu dan huwiex se jgħaddih lill-konsumatur.", "Mil-lukandi se jkun hemm żieda ta' Lm60,000, mil- laundries żieda ta' Lm7,000, mid-dipartimenti tal-gvern mat-Lm300,000 u minn azjendi oħrajn kummerċjali - mhux kollha kummerċjali, jiġifieri hemm garaxxijiet ta' sprayers, ħwienet żgħar, skejjel u istituti - hemm żieda ta' aktar minn Lm1 miljun.", "Dan id-dħul għall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se jkun, kif diġa' għidt, madwar Lm16 miljun, żieda ta' kważi Lm10 miljun.", "B'hekk, jekk kollox imur skond il-pjan li għandhom, il- korporazzjoni aktar 'il quddiem tkun tista' titpoġġa fil-vetrina għal privatizzazzjoni.", "Biex dan isir il-biċċa l-kbira tal-konsumaturi se jirċievu kont li se jkun mill-inqas d-doppju ta' dak li qed jirċievu issa.", "Qed ngħid fuq kont ta' erba' xhur għax hemm xniegħat li se jibda joħroġ kull xahrejn biex ma narawhx daqshekk kbir.", "Mr Chairman, f'ġieħ il-ħaqq u s-sewwa, il-provvista adegwata ta' l-ilma u ta' kwalita' tajba hija bżonn soċjali.", "B'din il-miżura li qed jieħu dan il- Gvern qed tkompli togħla l-ħajja.", "Dan hu ingann ieħor għax dawn qalu li se jikkontrollaw l-għoli tal-ħajja pero' mhux talli mhux qed jikkontrollawha talli qed jgħolluha huma stess.", "Bl-istess miżuri wkoll sejjer jonqos il- livell ta' l-għixien li fi żmien Gvern Nazzjonalista konna għollejna ħafna.", "Il-livell ta' l-għixien bilfors jonqos għaliex in-nies ikollhom jagħmlu ekonomija biex il-paga li għandhom isservihom u jkollhom joqogħdu nieqsa minn ċerti affarijiet.", "Huwa għajb għal dan il-Gvern li qed jitfa' lil Malta lura bħall-granċ.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, fid-diskors tiegħi sejjer nillimita ruħi l-iktar fuq l-infiq kapitali li nsibu fl-estimi tal-ministeru għax- xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni.", "Fil-fehma tiegħi l-infiq li jagħmel il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' nfiq kapitali huwa sinifikattiv għax huwa kejl ta' l-investiment li jkun beħsiebu jagħmel il-gvern fl- infrastruttura, fl-ambjent u fil-ħarsien tal-wirt storiku.", "Huwa investiment li jkompli jimmodernizza l-pajjiż, jiġġenera l-impjiegi u anke nafu li jħalli spin-offs oħrajn.", "Fil-fatt jekk wieħed jara Vot IX forsi jieħu l-impressjoni li l-infiq kapitali għas-sena li ġejja se jkun aktar għax jekk jara l-aħħar figuri - jien se neskludi l-Water Services Corporation mill-kalkoli tiegħi għax naf li hawn ħaddieħor li se jitkellem fuqha - isib li l-infiq prevvist għas- sena li ġejja huwa ta' Lm14.7 miljun u jekk inqabblu ma' l-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista nsibu li l-infiq kien ta' Lm8.2 miljun, differenza ta' bejn wieħed u ieħor Lm6.5 miljun.", "Pero' jekk wieħed imbagħad iħares daqsxejn b'lenti lejn dawn l-estimi jinduna li biex wieħed iqabbel irid iqabbel like with like.", "U ma' dak li jidher taħt l-infiq ta' l-1996 ma jidhrux, per eżempju, Lm5 miljun li kienu ntnefqu fit-toroq, filwaqt li fin- nefqa proġettata għal din is-sena hemm ukoll nefqa ta' Lm4 miljun għat- toroq.", "Jiġifieri jekk indaħħlu l-ammont li konna nfaqna fit-toroq fl-1996, id-differenza hija ta' Lm13 miljun għall-1996 u l-previzzjoni għas-sena d- dieħla hija li d-differenza se titla' għal Lm14.5 miljun.", "Imbagħad jekk inkomplu nħarsu fid-dettall naraw li f'ħafna voti partikolari hemm tnaqqis fl-ispiża.", "Hemm tnaqqis fl-ispiża kapitali tad-drenaġġ, public cleansing u toroq, meta nafu li sa sena ilu f'dawn l-oqsma kollha kellna ħafna kritika li ma konniex qed nagħmlu biżżejjed.", "Fil-fatt l-unika żieda li nsibu hija żieda pjuttost sostanzjali fil-Water Services Corporation - u nixtieq nara kif se nonfqu dawn is-Lm6 miljun f'sena - u hemm żieda fil-vot li jissejjaħ government construction projects.", "Pero' l-istess ħaġa hawnhekk, għax jekk inħarsu fid-dettall lejn dan il-vot insibu li Lm2.2 miljun huma ħlasijiet għal xogħlijiet li diġa' saru, Lm1.25 miljun mill-ispiża huma għal xogħlijiet ta' upgrading of main tourist areas, li fil-budget insibu li huma l-promenades ta' Marsascala, Marsaxlokk u Birzebbugia, imbagħad insibu li għandna wkoll Lm0.5 miljun għall-Qawra project.", "Safejn naf jien il- Qawra project tlesta, allura naħseb li huma kontijiet outstanding.", "Insibu wkoll Lm0.2 miljun għas-civic centres.", "Jien ma jidhirlix li qed isiru proġetti ta' civic centres imma naħseb li huma outstanding bills fuq ic- civic centre ta' Birkirkara.", "Jiġifieri mill-vot kapitali tal-proġetti ta' kostruzzjoni, xi Lm3 miljun huma diġa' committed u Lm1.25 miljun huma titjib f'inħawi turistiċi li, meta wieħed irid iqabbel x'kien isir taħt Gvern Nazzjonalista, dawn x'aktarx wieħed kien isibhom taħt il-vot li kien jaqa' taħt il-kunsilli lokali.", "Jiġifieri wieħed hawnhekk jibda jara kemm fil-verita' l-infiq kapitali għas-sena li ġejja verament se jonqos.", "Jien qed ngħid li jekk wieħed iqabbel like with like, x'aktarx isib li l-ispiża kapitali fi proġetti tal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni se tonqos b'Lm4 miljun.", "Tkellimt fuq il-proġett tal-kunsilli lokali.", "Din is-sena sar pjuttost ħafna paroli, ħafna daqq tat-trombi fuq il-proġett ta' Buġibba.", "Dan il- proġett huwa tajjeb u kien hemm bżonnu.", "Huwa tajjeb li kultant naqbdu ċerta area u nagħmluha f'daqqa pero' rridu niftakru li d-dinja ma bdietx f'Buġibba.", "Ix-xogħlijiet ta' upgrading ta' tourist areas, anke kif imniżżla fil-budget ta' din is-sena, ma bdejnihomx fl-1997 u se nkompluhom fl-1998.", "Il-konċett ta' Gvern Nazzjonalista kien li jagħti r- responsabbilta' ta' dawn il-proġetti lill-kunsilli lokali.", "Fil-fatt saru xogħlijiet ta' promenades f'Marsascala, Balluta, San Giljan, l-Imsida, Ta' Xbiex, Tas-Sliema.", "Saru xogħlijiet ta' servizzi tad-drenaġġ f'Marsascala.", "Saru proġetti ta' ġonna f'Marsascala, Balluta u Tas-Sliema.", "Dawn huma ftit milli kienu qed jiġuni f'moħħi ftit qabel ġejna hawnhekk.", "Il-proġetti ta' embellishment ma llimitajnihomx biss għall-inħawi turistiċi, qishom it- turisti biss għandhom id-dritt jaraw ambjent sabiħ f'daqqa waħda.", "L- ewwelnett it-turist ma jillimitax ruħu għall-kosta u t-tieni nett kulħadd għandu dritt li jgawdi ambjent sabiħ.", "Il-prinċipju tagħna kien li nivvotaw dawn il-flus b'mod ekwu bejn l-inħawi diversi ta' pajjiżna u rajna diversi xogħlijiet.", "Jekk wieħed imur sal-Mosta, san-Naxxar, Ħ'Attard, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien jara proġetti estensivi ta' bankini, ta' toroq u open areas li saru.", "GĦalhekk ma nibdewx f'daqqa waħda nillimitaw biss il-proġetti ta' embellishment għall-inħawi turistiċi imma huwa tajjeb li nifirxuhom ma' Malta kollha.", "Wara li waqqafna l-kunsilli lokali ridna nifirxu dawn ir- responsabbiltajiet u jekk tiddeċentralizza l-poter, bħalma għamilna bil- kunsilli lokali, trid tiddeċentralizza anke l-prosit u m'għandniex inżommu dawn il-proġetti kapitali għall-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni biss.", "Jiddispjaċini ngħid li dan il-Gvern lill-kunsilli lokali xorbilhom il-fondi u kważi m'għandhomx raison d'etre għalfejn jibqgħu jeżistu llum ħlief li qegħdin jamministraw infiq rikorrenti.", "Fil- verita' neħħejnilhom ħafna mill-iskop għalfejn kienu mwaqqfin.", "Il-punt li rrid nagħmel huwa li s-sena d-dieħla, kif diġa' għidt, il- Gvern sejjer jinvesti kważi Lm4 miljun anqas fl-infrastruttura.", "Meta konna qed niddiskutu hawnhekk mozzjoni għall-allokazzjoni ta' fondi speċjali lill- kunsilli lokali, xi ħadd kien qal - jekk niftakar sew kien il-Prim Ministru - li l-kunsilli lokali għandhom jagħmlu aktar xogħol b'riżorsi inqas.", "Forsi għadna nemmnu li bis-sistema ta' attachment ta' ħaddiema mal- kunsilli, fejn il-pagi tal-ħaddiema jħallashom il-gvern, dan għadu jista' jseħħ.", "Pero' kieku konna pajjiż utopiku, fejn il-ħaddiema kollha jmorru jagħtu t-tmien sigħat xogħol, anke forsi mingħajr l-għodda li dawn mhux se jkollhom, anke mingħajr is-superviżjoni li mhux se jkollhom, anke mingħajr is-support system li mhux se jkollhom, forsi kien iseħħ dan.", "Pero' pajjiżna mhuwiex utopja u l-kultura tagħna ta' kif isiru l-affarijiet, speċjalment fejn jidħol xogħol tal-gvern, hija waħda zlugata.", "Jien ngħid li din tal-more with less hija ġennata kbira.", "Issa forsi jkun hawn min jistaqsi: Dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru, x'għandu x'jaqsam ma' dan il- ministeru?", "Iva, Sur President, ix-xogħol tal-kunsilli lokali jagħmel parti mid- doveri tal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni għax ħafna minn dawn il-ħaddiema li qed imorru mal-kunsilli lokali ġejjin mill- ministeru tax-xogħlijiet.", "Dawn qed jispiċċaw jibagħtuhom tnejn tnejn mal- kunsilli mingħajr għodda, mingħajr trakkijiet u m'hemmx accountability.", "Per eżempju, jekk dawn se jintbagħtu jnaddfu x'imkien, qabel forsi kien ikollhom trakk li jiġi darba kuljum u jiġbor dak l-iskart imma llum mhux se jkollhom.", "Il-kunsilli lokali jridu joħorġu minn ġewwa biex jipprovdu dan u allura naħseb li riżors uman li darba kellu l-ministeru għax-xogħolijiet qed jispiċċa sparparljat b'dan il-mod.", "Ħafna drabi dawn il-ħaddiema meta jmorru mal-kunsilli lokali jgħidulhom: Jien ma naf nagħmel xejn, jien nofsi mweġġa'.", "Qed nitilfu riżors daqstant importanti jekk inħalluh jinħela b'dan il-mod.", "Pero' jekk nerġa' ndur għall-infiq kapitali li għandna quddiemna donnu l- konċett li hawn huwa less and less and less.", "Diġa' għidt li naqqsu l-infiq fid-drenaġġ meta konna ngħidu kemm għadna lura li jkollna sistema tad- drenaġġ adegwata għal kullimkien.", "Naqqsu l-infiq fil-public cleansing b'mod sostanzjali meta mbagħad qed naraw li t-taxxi fid-drenaġġ se jiżdiedu b'mod sostanzjali u qed naraw l-infiq fuq it-toroq jonqos ukoll.", "In-nefqa li kienet saret fl-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista kienet kważi Lm6 miljun filwaqt li n-nefqa proġettata li għandna għal din is-sena hija ta' Lm4 miljun.", "Dan meta kulħadd jiftakar il-kritika kbira li kienet issir qabel l- elezzjoni, fejn konna naraw lill-Onor.", "Alfred Sant idur inħawi partikolari fejn forsi ma kenux għadhom tlestew it-toroq u kienu jġibu filmat tiegħu u jgħidu: Ara f'liema stat qiegħed jgħix il-poplu!", "U x'sar minn dak iż- żmien 'l hawn?", "L-unika żewġ proġetti tat-toroq li saru kienu Żabbar Road, Fgura, il-junctions ta' ħdejn l-Addolorata u Buġibba.", "Pero' jekk inqabbluhom ma' sistemi ta' toroq li saru qabel l-ammont ta' xogħlijiet kważi huma mingħajr comparison.", "Fil-fatt Lm0.5 miljun min-nefqa ta' Lm4 miljun fuq xogħlijiet tat-toroq li hawn għas-sena d-dieħla jidhru li huma għal Tal-Qroqq junction u Lm200,000 jidhru fuq Żabbar Road.", "Dawn ix- xogħlijiet naħseb li tlestew, jiġifieri mill-Lm4 miljun li jidhru fl-estimi ta' l-infiq kapitali rridu nnaqqsu Lm700,000, jiġifieri kważi kważi se nonfqu Lm3.3 miljun.", "Ara x'nefqa żgħira din!", "Dan meta konna ilna naqilgħu kritika fuq l-istat tat-toroq.", "Jien niftakar li meta kienet tagħmel ix-xita u l-wied kien iġorr x'imkien kienu jgħidu: L-għargħar kixfilhom l-għawwar.", "U issa fuq it-toroq sar daqshekk biss.", "Ħafna nies qed jgħidu li mhuwiex ġust li f'daqqa waħda se nibdew indaħħlu sistemi ġodda, bħall-MOT u mbagħad il-Gvern mhux se jġorr ir-responsabbilta' tiegħu li jipprovdi toroq tajbin.", "U l-ħtieġa li jkollna toroq aħjar tirriżulta anke oltre minn hekk.", "F'dawn l-aħħar snin kellna splużjoni ta' vetturi, passenger cars u anke vetturi kummerċjali, jiġifieri anke l-loading fuq it- toroq żdied drastikament.", "Jiġifieri f'dan il-pajjiż ma jistax ikun li ma jsirx dan l-investiment fit-toroq.", "Il-Ministru jħobb jgħid li għandna ndaħħlu l-kultura ta' kif isir ix-xogħol fit-toroq.", "Jien ngħid li ilha dieħla ftit ftit il-kultura ta' specifications li jsiru skond British standards, ta' użu ta' materjal ġdid, bħal geotextiles li anke l-Ministru stess użah fil-junction ta' ħdejn l-Addolorata, ta' testijiet fuq it-toroq, li l-kuntrattur jibqa' responsabbli għal sentejn wara li jsir ix-xogħol.", "Dawk ilhom deħlin jiġifieri ejja ngħatu l-kredtu lil min jistħoqqlu.", "It-tnaqqis fl-infiq mhuwiex biss limitat għat-toroq imma huwa limitat għal affarijiet oħra.", "Per eżempju, naqset in-nefqa li għandna għar- riċiklaġġ ta' l-iskart.", "Bħala proġetti għar-riabilitazzoni nsibu wieħed biss, dak ta' Scamps Palace u nafu li twaqqaf il-proġett tat-Teatru Rjal.", "Dan kollu huwa sinifikattiv għax it-tnaqqis fin-nefqa kapitali jkollu konsegwenzi serjissimi f'dan il-pajjiż għax jirritardja l-ekonomija, nagħtu impressjoni ħażina ta' pajjiżna, anke għan-nies li jiġu hawnhekk u nitilfu l-mano d'opera.", "Filli jkollok numru ta' nies li huma intrigati f'xogħlijiet ta' toroq u f'daqqa waħda dawn nofshom jispiċċaw qiegħda għax m'hemmx proġetti.", "Fil-fatt din narawha anke min-numru ta' nies li tilfu l- impjieg fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "F'dan il-pajjiż ċertu investiment fl-infrastruttura, ċertu investiment f'manteniment ta' toroq u ta' bini jrid jibqa' kostanti minn sena għal sena u mhux jieħu daqqa kbira lura għaliex inkella l-pajjiż jitlef il-pass tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Chairman, illejla qegħdin nitkellmu fuq il- ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, li fost l-oħrajn jinkludi l-land department u l-estate management department.", "Nixtieq nillimita l- kummenti tiegħi għal dawn iż-żewġ dipartimenti u nibda biex nirriferi għall- paġna 257 fejn jingħad li l-estate management department għandu jassigura li jġib l-ogħla valur u l-aqwa valur mill-proprjeta' tal-gvern li għandha tiġi akkwistata a vantaġġ ta' l-ekonomija Maltija.", "Ngħid għalija ma nistax nifhem kif il-Ministru ppermetta li dan il-kliem jitniżżel hawn meta ftit ġimgħat ilu l-istess Ministru rnexxielu jagħti rigal lill-Malta Labour Party ta' biċċa art ta' valur ta' kważi Lm2.5 miljun.", "Għax jew hemm nies responsabbli li jaraw li mill-proprjeta' tiegħu l-gvern jakkwista l-aqwa valur għall-aħjar ta' l-ekonomija Maltija, jew inkella l-istess Ministru qisu ftit ġimgħat qabel il-Milied libes il-kappa ta' Father Christmas u ta rigal lill-Malta Labour Party ta' 12-il tomna u nofs, li fuq bażi ta' ħames plots u nofs għal kull tomna jfisser 70 tomna", "Il-Ministru huwa perit u jaf kif iqassamhom il-plots u jaf ukoll li f'Pembroke l-art tmur bejn Lm25,000 u Lm30,000 għal kull plot.", "Jaf ukoll kemm marru t-tenders tal-housing authority meta kien hemm plots li ħarġu b'tender hemmhekk.", "Mela Lm30,000 għal 70 jiġu Lm2.1 miljun.", "Mela jekk il- Labour Party jagħmel eżami sew u jagħmel pjanta sabiħa bħalma għamel l- istess Ministru għall-headquarters tagħhom ġol-Hamrun, naħseb li l-istess Labour Party kapaċi joħroġlok żewġ sulari ta' garages taħt u sulari oħra ta' appartamenti fuqhom.", "U jekk dawn jinbiegħu bil-floor space ma naħsibx li se jġib Lm30,000-il biċċa biss imma jġib ħafna iżjed.", "Mingħajr ma trid dan kollu jġiegħlek tistaqsi: Imma f'dan li qed jgħid hawnhekk, il-Gvern tassew irid jagħmel minn kollox biex jara li l-proprjeta' li għandu drittijiet fuqha se jwassal biex jingħata l-aħjar valur lill-gvern?", "Jew xi ħadd fid-dipartiment tant kien intelliġenti li daħak bil-gvern kollu - il- Gvern ta' Malta, mhux il-Gvern Laburista - u pperswadihom mingħajr ma ndunaw li din l-art ma kienet tiswa xejn iżjed għall-gvern?", "Jien naħseb li għada pitgħada jrid jingħata rendikont ta' min ħa din id-deċiżjoni dakinhar fid-dipartiment.", "Dik ir-riżoluzzjoni li l-Ministru Buhagiar ressaq quddiem il-Parlament kienet tgħid li l-Labour Party talab lid-dipartiment, tramite l-Gvern, u d- dipartiment, tramite l-Gvern, ta l-kunsens tiegħu għax qabel ma' dik il- konċessjoni ta' dakinhar biex tkun tista' tiġi nnegozjata l-proprjeta' ta' Pembroke.", "Forsi wieħed jistaqsi: Din is-sentenza hija riflessjoni ta' l- attwalita' tal-budget kollu li qegħdin naraw illum ta' mismanagement totali ta' proprjeta' - issa mhux tal-land department imma ta' dik l-azjenda li jisimha Malta - li min forsi bi żball jew forsi għax mhux kompetenti qiegħed jipprova jamministra din l-entita' u jrid jakkwista l-flus minn postijiet li jaf li jrid ibenġel in-nies bihom biex iġibhom?", "U fuq l- istess parentesi, jekk wieħed jara paġna 260 isib xi ħaġa aqwa minnha.", "Fejn taħt Vot 41 għandna mniżżel ir-revenue li se jdaħħal il-gvern permezz tal-ministeru tax-xogħolijiet pubbliċi u kostruzzjoni, minn imkien ma jirriżulta - issa jew miniex qed nara sew, jien għandi contact lenses mhux nuċċali, jew xi ħadd ħa żball fit-typing - minn fejn il-gvern se jdaħħal il-Lm250,000 tal-proprjeta' mingħand il-Malta Shipbuilding, liema dritt il-Malta Labour Party ddelegah lill-Gvern ta' Malta biex jiffranka dan il-pagament minn fuq dahru.", "Imkien m'hawn imniżżel minn fejn il-land department ...", "Jien nifhem li taħt rent of commercial tenements jew ground rent due jew perpetual leases kellha tiżdied iċ-ċifra li l-gvern qed jipproġetta li se jiġbor mingħand il-Malta Shipbuilding tal-proprjeta' fil- Marsa.", "Mr Chairman, għal darba oħra qegħdin naraw li l-affarijiet m'huma amministrati sew xejn.", "Ta' min jgħid ukoll li ftit jidher li se jiġu nvestiti flus sabiex ikun hemm teknoloġija moderna fil-land department.", "Lil dawn ngħidilhom prosit għax dan l-aħħar sar xi xogħol biex jorganizzaw l-affarijiet ħalli n-nies li għandhom jieħdu flus tal-proprjeta' li ġiet mgħoddija lill-gvern jinqdew iktar malajr u l-affarijiet ma jkunux jiddependu biss fuq bniedem wieħed, li kważi ma ssibu qatt fid-dipartiment.", "Iżda, kollox ma kollox, is- sitwazzjoni ftit li xejn inbidlet.", "Sur President, matul l-1997 dawk in-nies kollha li kienu fuq konvenju mal-gvern sabiex jixtru proprjeta' li ġiet assenjata lilhom mill-awtorita' tad-djar - u allura sta għal-land department li l-ewwel jakkwista l- proprjeta' mingħand is-sidien oriġinali biex ikun jista' jagħmlilhom il- kuntratti - baqgħu b'xiber imnieħer għaliex ma sar xejn.", "Anzi biex ikomplu jitfgħu l-melħ fuq il-ferita, x'qed jagħmel il-gvern illum?", "L-awtorita' tad-djar qed iġġiegħel lin-nies li qed jakkwistaw proprjeta' jagħmlu konvenju f'forma ta' kuntratt fejn iħallsu l-prezz kollu tal-proprjeta' mibnija u meta xi darba l-land department jakkwista l-proprjeta' mbagħad jersqu għall-kuntratt sabiex il-proprjeta' tassew tkun tagħhom.", "Mela biex ma jkunx hemm iżjed il-problema li l-gvern jaqbżulu l-ħames snin ta' konvenju bejn l-awtorita' tad-djar u n-nies, issa qed jagħmlulhom forma ta' kuntratt ħalli dan il-perijodu jiġi estiż għal 30 sena u mbagħad naraw min isolvi l-problema għada pitgħada.", "Qed isir dan meta l-Ministru jaf, tramite l-land department, li hemm liġi li kienet għaddiet taħt Gvern Nazzjonalista, li jekk il-gvern ikun akkwista proprjeta' għal użu soċjali, dan jista' jikkawtela dan id-dritt billi jagħti valur lil din il- proprjeta', ipoġġih il-qorti u mbagħad ikun jista' jittrasferixxi din il- proprjeta' li jkun akkwista by presidential order.", "Allura issa x'qed jiġri?", "Min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar deħlin il-flus tal-proprjetajiet li qegħdin jinbiegħu u l-land department m'huwiex qed iħallas lin-nies tal- proprjetajiet li qegħdin jeħdulhom illum biex jibnu entitajiet tal-gvern stess.", "Allura jien ngħid li jekk sabu ħofra f'dan il-kamp se jħallu barriera!", "Jekk veru sabu dejn ta' Lm12 miljun li kellu jitħallas ta' proprjeta' ta' żmien l-antik, din iċ-ċifra se tkompli tikber.", "Għaliex nafu li, apparti l-proprjeta' tiegħu stess, il-gvern ġieli jieħu artijiet tal-privat, ġeneralment barra minn schemes, sabiex hu jibni proprjetajiet għal skopijiet ta' social housing, u għal dawn ġie allokat biss Lm0.5 miljun sabiex jitħallsu nies ta' proprjetajiet li ġew meħuda mill-gvern.", "U jekk se nibqgħu nirraġunaw f'dan il-kontest l-affarijiet li wiegħdu li se jitranġaw qabel l-elezzjoni, jiddispjaċini ngħid li mhux b'xiber se jikber imnieħru imma x-xiber jaf isir metru!", "Għax in-nies b'metru mnieħer flok b'xiber imnieħer se jibqgħu għax effettivament m'huwiex isir homework tajjeb finanzjarjament meta nafu li għandna entita' li se ddaħħal Lm6.25 miljun - ma nafx għaliex hemm nuqqas ta' Lm0.8 miljun għas-sena li ġejja, forsi minħabba li jkun hemm xi affariijet li nfdew jew inbiegħu - u se jitħallsu ammonti żgħar ta' proprjetajiet li ttieħdu mingħand il-privat.", "Qed nitkellmu fuq persentaġġ ta' inqas minn 10% ta' l-ammont li se jkun daħħal.", "U hawn immorru lura għall-argument li bdejt bih, li hawnhekk għandna mismanagement totali, forsi mhux min-nies tad-dipartiment - lanqas irrid inwaħħal fihom jien jekk dawn ġew magħfusin politikament biex jieħdu deċiżjoni fuq Pembroke - imma mill-Ministru li forsi hu kellu jkun il- mouthpiece tal-Gvern.", "Nagħlaq billi ngħid li l-estate management department suppost li jagħmel dak kollu biex jiggarantixxi li jakkwista l-aħjar valur għall-proprjeta' tal-gvern jew drittijiet fuqha sabiex jivvantaġġja l-ekonomija Maltija.", "Dan huwa, Mr Chairman, ritratt żgħir ta' kaxxa kbira li jisimha Malta.", "Ir- ritratt żgħir huwa eżempju ċar tal-mod kif qed titmexxa Malta llum.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, meta qegħdin niddiskutu l- voti tal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, naturalment wieħed jista' jħares lejn il-mod kif jopera l-ministeru u jikkummenta, kif diġa' għamlu kollegi tiegħi, dwar diversi dipartimenti fi ħdan dan il- ministeru u rigward kif qed jitmexxa l-istess ministeru.", "Irrid nagħmel ftit kummenti, fis-sens li se nispjega għaliex nemmen li din is-sena hawn diskussjoni iktar kruċjali li tolqot kif dan il-budget qiegħed iħares lejn il-poplu Malti kollu.", "Naturalment b'korettezza lejn il-Ministru, anke f'dan is-sens, se nħares fid-dettall lejn taxxi ġodda li jappertjenu għal dan il-ministeru direttament, b'mod partikolari fuq l-ilma u d-drenaġġ.", "Qabel ma niġi għal dik il-parti rrid nistaqsi mhux biss bħala suġġett fih innifsu imma anke biex naraw dan kemm hu sintomu tad-dikjarazzjonijiet li aħna nisimgħu dwar kemm il-gvern irid ikun b'kull mezz iktar cost effective, li l-gvern irid jiffranka fejn jista' u jrid imexxi b'iktar effiċjenza.", "Bħalissa qed tiġini f'moħħi ċ-ċerimonja fl-1 ta' Mejju - jew viċin l-1 ta' Mejju - fejn il-Ministru kien mar b'mod ċerimonjali u ddikjara miftuħa l-pompa ġdida fil-ġaraxx ta' Ħal Kirkop.", "Fil-fatt meta tgħaddi minn ħdejn dik il-pompa taħseb li għaddej minn ħdejn vetrina!", "Jekk wieħed jimxi almenu fuq dak li ddikjara pubblikament il-Ministru, nifhem li l-iskop kien sabiex issa nassiguraw li ma jkunx hemm abbużi fid-dipartimenti kollha tal- gvern għaliex se jkunu taħt l-obbligu li kollha jmorru jużaw din il-pompa ta' l-unleaded fuel fil-garaxx ta' Ħal Kirkop.", "Jikkonfermax il-Ministru li minn dakinhar sal-lum, apparti d-dipartimenti li jappartjenu għall-istess ministeru tiegħu - naturalment dawk jimxu mar-regoli tal-ministeru - kienu biss il-Forzi Armati ta' Malta li bdew jagħmlu użu minn din il-pompa u li inti kellek il-bejgħ minn hemmhekk f'ammonti mill-iktar baxxi, li żgur ma jiġġustifikax dak li ntqal?", "U jista' jgħid ukoll il-Ministru x'inhu previst eżattament li jiġri mill-workshops kollha ta' Ħal Kirkop, hux se jkun hemm trasferiment totali għall-Marsa, anke minħabba li l-Gvern, kif kellu l-Gvern preċedenti, għandu talba għall-espansjoni ta' l-SGS?", "Allura dan missu kien ikkonsidrat qabel ma wieħed jara kienx għaqli li ssir it-tip ta' spiża li saret.", "Xahar b'xahar din il-pompa serviet bejn 5,000 u 6,000 litru, mhux galluni.", "Allura dan jiġġustifika dak li ġara?", "Forsi jista' jispjega wkoll jekk ix-xogħol ta' Buġibba huwiex veru eżerċizzju f'cost effectiveness u f'ippjanar għaliex il-problemi fil-proġett diġa' nafu li huma kbar ħafna u nafu li hemm partijiet li jridu jinbidlu, partijiet li jridu jinqalgħu mill-ġdid, li żgur ma jirriflettix dik il-kampanja ta' pubbliċita' li smajna għar-rigward tal-proġett.", "Jekk wieħed jagħmel analisi ta' dak li hawn miktub fl-ispjega ta' l- estimi u jirriferi għad-diversi proġetti li jissemmew taħt il-building and engineering department, isib li fix-xogħol prinċipali tiegħu matul is-sena li għaddiet d-dipartiment kien jolqot ħames proġetti.", "Għandna l-bini taċ- ċentru ċiviku f'Birkirkara, li hawn indikat li jkun lest sa l-aħħar ta' din is-sena, proġett mibdi mill-amministrazzjoni preċedenti; it-tkomplija ta' l-ewwel fażi ta' l-Iskola Junior Lyceum tal-Bniet f'Santa Luċija, proġett ieħor mibdi u fi stadju avvanzat mill-amministrazzjoni preċedenti; kontinwazzjoni ta' xogħlijiet fid-dar ta' l-anzjani ta' Cospicua, proġett ieħor ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalista; it-tkomplija ta' new gate house complex u ta' kċina ġdida f'Corradino Correctional Facility, proġett ieħor ta' l-amministrazzjoni preċedenti u mbagħad - ħalli wieħed iżewwaq kemm kemm - hawn il-proġett ta' Buġibba li huwa proġett ta' l-amministrazzjoni preżenti.", "B'riferenza għall-cost effectiveness tad-dipartimenti, nistaqsi lill- Ministru jekk il-unit li kien twaqqaf biex jagħmel xogħol favur il- kunsilli lokali - illum inkorporat ma' xogħol ieħor - huwiex jagħmel dak l- istess ammont ta' xogħol jew niżelx b'mod fenominali.", "Allura dak kollu li konna nisimgħu dwar il-ħtieġa li nkunu iktar effettivi fin-nefqa tal-flus tagħna żgur m'hijiex riflessa minn dawn l-estimi li jgħidu li issa l-gvern għas-sena d-dieħla jrid idaħħal ftit iktar minn Lm1 miljun mill-kuntratti tal-kunsilli lokali, ferm inqas minn dak li kien ipproġetta għal din is- sena.", "Naturalment dan għaliex jew ma laħaqx il-mira li kellu għal din is- sena u anke għaliex qed jifhem li mhux qed jirnexxilu jagħti x-xogħol li ħaseb li jista' jagħti.", "Pero', kif għidt, għalkemm wieħed jista' jagħmel ħafna mistoqsijiet oħrajn, meta qegħdin niddiskutu dan il-budget ma nistgħux ma nħarsux prinċipalment lejn iż-żewġ taxxi li jien irriferejt għalihom, it-taxxa fuq it-tariffi ġodda ta' l-ilma u t-taxxa l-ġdida fuq id-drenaġġ.", "Rigward it-tariffi ta' l-ilma diġa' tkellem il-kollega tiegħi l-Onor.", "John Vella u ma rridx inżid ħafna fuq dak li qal hu pero' għall-memorja tal- Ministru, tagħna lkoll u tal-poplu Malti li jsegwi dibattiti bħal dawn huwa tajjeb li nfakkar x'kienet il-pożizzjoni ta' l-istess Ministru meta kien għadu shadow minister.", "L-aħħar li tkellem fit-tul fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kien fl-aħħar dibattitu li kien hemm fuq l-estimi tal-korporazzjoni taħt l-amministrazzjoni preċedenti u qed nirriferi għas- seduta tas-6 ta' Novembru, 1995.", "Ejja naraw ftit jekk dak li qal dakinhar jaqbilx ma' dak li qed jagħmel il-Gvern issa għaliex l-akbar kriżi li hawn fil-pajjiż illum, anke mil-lat politiku, hi preċiżament id-differenza totali bejn dak li kien intqal u dak li kien imwiegħed qabel u dak li fir- realta' qiegħed isir.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar dakinhar qal hekk:", "\"Aħna nafu li fid-djar tagħna nużaw ħafna ilma li faċilment jista' jkun second class water bħal, per eżempju, l-ilma tal-flushing.", "Mela għall-flushing hemm bżonn tuża ilma li jkun ġej mir-reverse osmosis meta dan iqum tant flus?", "Biex taħsel l-art u l-karozza hemm bżonn li tuża l-ilma prodott permezz ta' reverse osmosis li jqum ħafna flus?", "Jien naħseb - u din hija parti mill-policy tagħna - li għandu jsir masterplan għall-ilma second-class.", "Għandna nagħmlu master plan ta' kif nużaw ilma second-hand f'dan il-pajjiż.", "Anzi jiena ċert li jekk l- ilma second-class jintuża bil-għaqal inkunu nistgħu verament għal darba ngħidu li naqqasna l-ispiża tal-produzzjoni u se ngħid għaliex.\"", "u jibda jispjega f'dak ir-rigward.", "Imbagħad ikompli jitkellem dwar it- tariffi l-ġodda ta' l-ilma li għamlet l-amministrazzjoni preċedenti, pero' li għamlet inkonsiderazzjoni sħiħa ta' l-aspett soċjali.", "F'dan ir-rigward qal ukoll:", "\"Irrid infakkar ukoll li lanqas m'hija politika tajba li biex tnaqqas il-ħela tgħolli l-prezzijiet.", "Nixtieq nagħmel żewġ punti żgħar fuq ir-rati l-ġodda.", "L-ewwel punt huwa dan: Jidhirli li kif inhuma structured ir-rati m'huwiex fair għal min qiegħed persuna waħda fid- dar ...\"", "- aħseb u ara l-ġodda! -", "\"...għax jekk hemm persuna waħda toqgħod fid-dar, hemm tlieta jew ħamsa, ċerti affarijiet li jsiru fid-dar jridu jsiru xorta waħda, irrispettivament minn kemm hemm nies joqogħdu fil-post.", "Per eżempju, jekk trid taħsel l-art id-dar trid tinħasel.", "Issa jekk hemmx wieħed ...\"", "Dan huwa l-ewwel punt li għamel l-Onor.", "Buhagiar dak inhar.", "It-tieni punt li qal kien:", "\"Ir-rati l-ġodda qegħdin ukoll jimmilitaw kontra min għandu villeġġatura.", "It-tielet punt, jekk verament nemmnu li l-ilma għandu valur soċjali, m'għandniex naħsbu li ċerta sezzjoni tal-popolazzjoni tagħna, speċjalment l-anzjani, għandna nagħtuhom rata preferenzjali għall-ilma, speċjalment ħafna minn dawn l-anzjani li jkunu joqogħdu waħedhom fid-dar?\"", "Naturalment meta naqra diskors bħal dan u niftakar li lejliet l-elezzjoni l-Onor.", "Alfred Sant, bħala kap ta' l-oppożizzjoni, kiteb personalment lill- anzjani u qalilhom li se jħares lejn ir-rati ta' l-ilma u ta' l-elettriku biex jara jekk dawk għandux iraħħashom, u nkun qrajt ukoll x'kien qal ix- shadow minister fuq is-suġġett hawn ġew f'dan il-Parlament, nifhem kif dawn kienu qed jagħtu messaġġ mill-iktar ċar li t-tariffi ta' l-ilma kienu għoljin.", "Dawn kienu tariffi li b'diversi miżuri kellhom jitraħħsu, kienu tariffi li huma iktar riżultat ta' ħafna unaccounted for water - dan huwa argument li għamlu f'partijiet oħra tad-dibattitu - tariffi li m'humiex fair fuq min hu qed jgħix id-dar waħdu u fuq diversi kategoriji soċjali ta' persuni, bħall-anzjani li jgħixu waħedhom fid-djar, u jgħid li rridu nindirizzaw din il-problema.", "U llum għandna budget quddiemna li għamel l- oppost, il-maqlub ta' dan kollu.", "Għandna budget quddiemna li kif se nispjega jolqot l-agħar preċiżament lil dawn in-nies.", "Mhux biss issa fuq it-tariffa ta' l-ilma, li diġa' saret riferenza fit-tul għaliha imma anke fit-taxxa l-ġdida tad-drenaġġ, li nħadmet b'mod li ma jikkalkola bl-ebda mod assolut lill-persuna umana.", "Nirriferi għal dik iktar tard.", "L-Onor.", "Buhagiar qal ukoll:", "\"Jien naħseb li f'dawn ir-rati hemm ħafna affarijiet li wieħed irid jaħseb fuqhom għaliex ġew introdotti bil-għaġġla u jidher ċar li sal- lum għad hemm ħafna affarijiet li jridu jiġu rranġati għax żgur mhumiex fair.\"", "Ma qalilniex li saru bil-għaġġla u ġew irħas wisq.", "Imkien ma sibtha, inqalleb kemm inqalleb f'dan id-dibattitu.", "Kompla jgħid li:", "\"L-ewwel u qabel kollox m'huwiex fair għall-fatt li bl-ebda mod m'huma qegħdin jimmilitaw ħalli l-korporazzjoni tkabbar l-effiċjenza tagħha.", "Barra minn hekk qegħdin jimmilitaw ukoll kontra ...\"", "- dan argument ħelu issa -", "\"... li ntejbu l-kwalita' tal-ħajja.", "Il-Gvern iħobb jiftaħar tant li rridu ntejbu l-kwalita' tal-ħajja!\"", "Nistaqsi lill-Onor.", "Buhagiar: Mela issa hu qed jgħolli b'mod fenomenali, b'mod li ħafna kontijiet ikunu darbtejn tliet darbiet ta' dak li konna mdorrijin nirċievu għaliex il-Gvern preżenti ma jiftaħarx li jħobb jgħolli l-kwalita' tal-ħajja?", "GĦax hu qalilna: Intom kif tagħmlu dawn it-tariffi u tillimitaw l-użu ta' l-ilma meta tiftaħru li tħobbu ttejbu l-kwalita' tal- ħajja?", "Imbagħad għamel argument ieħor u qal:", "\"Ħalli ma jmurx xi ħadd jaħseb li meta l-gvern jissussidja 20 gallun ilma ikun qed jissussidja xi ammont esaġerat ta' ilma, tafux!", "Kulma qed jissussidja huwa li jekk dak li jkun juża l-flushing tliet darbiet u jieħu banju diġa' ikun ħliehom l-20 gallun ilma.\"", "Imma jien ngħidlu: Skużi, minn mindu tlajtu intom fil-gvern id-daqs tal- flushing u tal-banju naqas, ċkien, għamiltu xi mini-flushings minn dak iż- żmien?", "Għaliex issa s-sussidju m'huwiex fuq 20 gallun imma huwa fuq 16-il gallun.", "U jekk 20 gallun ma kenux biżżejjed, kif suppost huma biżżejjed 16- il gallun?", "Għaliex jew il-Ministru qed jippretendi li issa f'dan il-pajjiż nibdlu ...", "Jekk naqra l-editorjal tal-magazine maħruġ mill-ministry of public works and construction \"Striving for Excellence\" - forsi nistgħu ngħidulu \"surviving\" ukoll fiċ-ċirkostanzi attwali - ikellimna b'ton personali u jgħidilna kif kien jgħaddi ż-żmien qabel ma kien jaħdem fil- ministeru - naturalment b'riferenza f'livell personali għal min kiteb l- artiklu - u jiddeskrivi l-ħajja soċjali.", "\"I go for a walk or for a leisurely drive, I take a long bath, lock myself in my room with a good book...\"", "imbagħad jgħid li speċi sena wara jaħdem fil-ministeru l-ħajja nbiddlet ħafna minħabba l-pressjoni taż-żmien.", "Naħseb illum ħafna nies wara t- tariffi l-ġodda se jkollhom jibdlu l-ħajja minn a long bath għal a short bath bħala riżultat ta' dawn it-tariffi li l-Onor.", "Buhagiar kien ikkritika meta s-sussidju kien fuq livell ferm iktar ġeneruż, fuq livell ta' 20 gallun u llum niżżlu għal 16-il gallun!", "Hawnhekk jien nagħmel numru ta' mistoqsijiet fundamentali.", "L-ewwelnett veru saret konsultazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qabel?", "Jekk saret, x'irriżulta minnha?", "Jew għand il- korporazzjoni mort wara li mponejt it-tariffi l-ġodda?", "X'inhuma r- riżultati reali anke minn ċifri li għandek minn ħdan dik il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "Għaliex bis-sistema komputerizzata li ħallejna bħala amministrazzjoni preċedenti aħna nafu anke x'tip ta' kalkoli inti tista' tagħmel.", "Inti tista' taqbad il-kontijiet per quarter, per cycle u tara fl-inħawi differenti ta' Malta x'inhu l-impatt li hemm fuq il- kontijiet ta' l-ilma b'dak li qiegħed jgħid il-Gvern f'dan il-budget?", "(Interruzzjonijiet) Jekk inti għandek iċ-ċifri nitolbok li tqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra għas-sodisfazzjon ta' dan il-Parlament kollu, mhux biss għas-sodisfazzjon tal-Membri ta' l-Oppożizzjoni imma għas-sodisfazzjoni tal- Membri kollha fuq in-naħa tal-Gvern li jiena konvint li ma jafux il-budget x'qiegħed ifisser fir-realta' fuq il-poplu Malti.", "Hawn hija d-diżonesta', in-nuqqas ta' ppjanar u l-ingann li sar bil-poplu Malti matul il-kampanja elettorali kollha u anke wara, għaliex meta tifli u tara dawk il-fatti, tara x'inhu l-effett.", "Jiena nirriferi għall-estimi riveduti li għandu quddiemu l-bord tad- diretturi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li huma differenti ħafna mill-estimi li tqiegħdu fuq il-Mejda ta' din il-Kamra ftit ġimgħat biss qabel il-budget nazzjonali.", "Dan l-ippjanar, f'inqas minn xahar, fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, skond dak li tqiegħed fuq il- Mejda ta' din il-Kamra kienet qed tgħidilna li mill-bejgħ ta' l-ilma kienet se ddaħħal Lm6 miljun, issa li kkalkolat hi stess - mhux l-Oppożizzjoni jew persuna jew oħra - fuq il-fatti reali tal-kontijiet tagħha u rat kemm se jitla' d-dħul mill-bejgħ ta' l-ilma, qalet li se jitla' għal kważi Lm16 miljun.", "Jiġifieri dawn it-tariffi bil-fatti li inti għandek f'idejk ifissru li issa l-korporazzjoni se ddaħħal Lm10 miljun iktar minn bwiet il- Maltin.", "Dan li jfisser dan.", "Dawn m'humiex affarijiet li għandhom ikunu mistura u nitlob li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-estimi l- ġodda tal-korporazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 1997 u t-30 ta' Settembru 1998;", "Inqiegħed żewġ page 1 mal-cover sheet.", "Il-page 1 hija dik li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra u l-page 1 ta' warajha hija l-page 1 riveduta.", "Qed nagħti ftit kopji oħra ħalli jkunu jistgħu jitqassmu lill-Membri u anke lill-membri ta' l-Istampa.", "Nagħmel riferenza mill-ewwel għat-tariffi u għat-taxxa l-ġdida fuq id-drenaġġ l-ewwelnett għaliex kif hija introdotta fil-budget hija marbuta b'mod assolut mal-konsum ta' l-ilma, pero' rrid nibda billi nqiegħed anke the record straight.", "Għax meta taqra d-diskors tal-budget - mhux bilfors li min jaqrah ikun ukoll l-istess bniedem li kitbu - issib li f'dan id-diskors hawn dan il-paragrafu dwar it-taxxa l- ġdida fuq id-drenaġġ:", "\"Il-Gvern Nazzjonalista kien beda jippjana għad-dħul ta' dawn it- tariffi sa mill-1994, għaliex f'Ottubru kien qabbad lill-Profs.", "Edward Scicluna jipprepara proposta \"A Cost Recovery Programme for Sewerage Services in Malta.\"", "Naħseb li d-diċenza kienet tilob li dakinhar, jew wara, dan ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u jekk il-Ministru evidentement bħali għandu kopja, anzi nistiednu jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Pero' la s'issa ma tqegħidtx naħseb li huwa fid-dover tiegħi li ngħid fil-qosor x'jgħid dan ir-rapport.", "L-ewwelnett il-prinċipju li aħna aċċettajna m'huwiex li bilfors int iżżomm tariffa fuq id-djar għall-użu tad-drenaġġ imma aċċettajna l- prinċipju tal-cost recovery li huwa aċċettat fħafna pajjiżi importanti.", "U waħda m'hijiex ugwali għall-oħra, kif naħseb li jaf il-Ministru u kif se nispjega.", "Jiġifieri jekk inti għaddej b'master plan u qed tagħmel dak il- proġett kollu fid-dipartiment tad-drenaġġ li suppost ukoll ikun inkorporat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, inti trid tagħmel il-prinċipju li tkopri n-nefqa li inti tagħmel.", "Pero' hemm diversi metodi kif tkopriha.", "Ir-rapport li sar u li huwa kkwotat fil-budget pero' m'huwiex imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra - mhux bħat-tabelli li qalulna neħduhom bħala moqrija biex nieħdu x-xokkijiet wara; għaliex ma qarax it-tabelli tat-taxxi l-ġodda? - huwa biss rapport u ma kienx għadu ġie aċċettat imma kien se jkun diskuss mill-Gvern preċedenti.", "U m'għandi l-ebda dubju li żgur kienu jsiru ħafna mistoqsijiet dwar dak ir-rapport biex naraw l-aspett soċjali li dejjem ħarisna lejh għax gvern ifformat mill-Partit Nazzjonalista dejjem ta prijorita' lill-aspett soċjali f'kollox.", "Imma fid-diskussjonijiet li jiena kelli mad-dipartiment rigward dak ir-rapport, x'konna qed ngħidu lil min kitbu u x'qal min kitbu?", "Meta inti tħares kif tagħmel cost recovery, kif iġġib lura l-flus ta' dak li nfaqt, jista' jkollok l-option li tagħmel tariffa fuq il- households.", "Iva, fir-rapport jagħti dik l-option bħala waħda minn tliet options oħra.", "Ir-rapport jgħid ukoll - u dan jorbot mat-tip ta' diskors li għamel l-Onor.", "Buhagiar hawn f'Novembru 1995 - li jekk il-proġett kollu tad-drenaġġ huwa li t-treated effluent tużah għal skopijiet agrikoli, industrijali, proġetti kbar turistiċi u l-Ministru qalilna wkoll li jista' jintuża ġol-flushings, għall-ħasil ta' l-art u għal dawn l-iskopijiet kollha, allura t-treated effluent, is-second class water tista' tbigħu.", "Fir-rapport tiegħu l-Prof Edward Scicluna jgħid x'ikun ukoll il-prezz realistiku li bih inti tista' tbigħ it-treated effluent, jiġifieri 15c kull metru kubu u allura jipproġetta kemm ikun id-dħul għall-gvern minn dak ix- xenarju.", "Jekk aħna naslu għall-massimu, għal dak li suppost mexjin ilkoll għalih, jiġifieri li s-sistema tad-drenaġġ kollha f'pajjiżna tkun trattata sa l-aħħar ta' dan is-seklu, allura qed titkellem fuq volum kbir ta' drenaġġ li jekk jinbiegħ, inti qed titkellem fuq ammont li fir-realta' jfisser li tista' ġġib lura l-flus kollha li l-gvern qiegħed jonfoq din is- sena, per eżempju, bħala vot kapitali u anke iżjed bil-prezz ta' 15c kull metru kubu.", "Dan huwa l-punt.", "Mhux hekk biss, fir-rapport tal-Prof Scicluna ssib the various scenarios u ara jekk għandekx fix-scenarios kollha l-element ta' sussidju li jibqa' jagħti l-gvern minħabba l-fattur soċjali.", "Għandek tliet possibbiltajiet: Għandek alternative government subsidies; governement subsidy at the present budgetary level, jiġifieri l-gvern ma jnaqqas xejn milli jagħti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma meta d-dipratiment jifforma parti minn dik l-korporazzjoni; u għandek ukoll fixed contribution ta' aktar minn Lm4 miljun fis-sena.", "Mela hekk isiru l-affarijiet bis-serjeta'.", "Imbagħad trid tħares lejn iċ-ċifri, tagħmel il-kalkoli u tieħu deċiżjonijiet li ma jinsewx lill-bniedem uman.", "Jiena se nispjega kif l- aspett uman intesa għal kollox bil-mod li nħadmet din it-taxxa.", "Pero' se nagħmel il-kalkolu li rriferejt għalih dwar x'jiġri f'sitwazzjoni fejn il- pajjiż, kif suppost huwa pproġettat sa l-aħħar ta' dan is-seklu, jipproduċi 90,000 metru kubu kuljum ta' treated effluent jew kważi 33 miljun metru kubu fis-sena.", "Jekk inti tmur taħt il-prezz tal-Prof Scicluna u tbigħu b'10c flok bi 15c, ikollok dħul ta' Lm3.3 miljun fis-sena.", "Daqshekk ikollok dħul.", "Jekk inti tbigħu bi 11c5, jiġifieri 3c5 inqas minn dak li kellek irrakkmandat ikollok recovery of the full cost.", "Issa forsi tgħidli: Imma dan sentejn jew tliet snin oħra.", "Jiena ngħidlek li inti lanqas ix-scenario ta' l-1998 ma rajt.", "Wara li jkollok l-estensjoni ta' l-impjant ta' Sant'Antnin, fl- 1998 suppost tilħaq 17,000 metru kubu kuljum, li allura jagħtuk iktar minn sitt miljun metru kubu fis-sena u b'10ċ kull metru kubu ddaħħal Lm0.6 miljun.", "Lanqas dawk ma ridt tikkalkola?", "Għaliex inti mhux biss ma mortx għall-partial cost recovery li għandek fir-rapport imma mort għall-full cost recovery u jekk iżżid Lm0.5 miljun li l-gvern iddaħħal mill-ħlas tan- nies taħt infrastructural services b'konnessjoni mas-sistema tad-drenaġġ, inti tispiċċa taqla' l-flus minn fuq id-drenaġġ.", "Dan huwa l-gvern ifformat mill-Partit Laburista, Sur President.", "Dan huwa gvern li jrid jaqla' l-flus minn kollox, anke mid-drenaġġ!", "Għaliex l-aspett uman ...", "Hawn hu l- calculator issa.", "Inti tista' tuża calculators għax dawn jgħinuk tagħmel is-somom iktar malajr imma l-calculators kollha li rajt jien s'issa f'ħajti, u dawn il- calculators xjentifiċi li jgħidulek kif tagħmel ħafna teoriji li ma tagħmilx f'calculator normali, jekk ħares lejhom kollha taf x'ma fihomx?", "Il- persuna umana.", "Dawn ma jgħidulekx x'se jkun l-effett fuq il-ħajja ta' dik il-familja.", "Jekk inti ma jkollokx kuxjenza soċjali ma jgħidlekx biex dik tagħmilha.", "Hawn huwa d-difett fundamentali ta' dan il-budget.", "Dan huwa budget li dan il-kalkolu ma riedx jagħmlu u tefa' ċ-ċifri bl-addoċċ.", "Dan huwa budget li, jekk nieħu spunt anke mid-diskussjoni li kellna l- bieraħ fuq l-aspett tat-trasport u saret il-famuża riferenza għall-Gozo Channel - u għalkemm huwa suġġett li nħobb nirriferi għalih mhux se nidħol fih illum - tisma' din il-fissazzjoni kontinwa li inti titfa' korporazzjoni jew kumpannija in the black, pero' mbagħad huwa budget li ma jimpurtahx jekk jitfa lill-pajjiż sħiħ u lill-familji in the red.", "Allura huwa black budget għaliex huwa negattiv għal kollox bil-mod kif inhuwa maħdum.", "Ħalli nipprova nagħmel daqsxejn analisi ta' din it-tariffa li ntużat għad- drenaġġ ukoll.", "Qalulna li t-tariffa se tkun marbuta mal-konsum ta' l-ilma.", "Se jkun hemm it-tariffa ta' Lm3, Lm9 jew Lm24 fis-sena.", "Jafu l-Onor.", "Membri tal-Gvern - jiena onestament nibża' li ma jafux - li t-tariffa l- iktar li se tintuża u li mkien ma ssibha fir-rapport tal-Prof.", "Scicluna hija t-tariffa ta' Lm24 fis-sena?", "Din jafuha l-Onor.", "Membri tal-Gvern?", "Ħalli nagħti breakdown ta' kemm għandek accounts f'kull block.", "Mhux hekk irridu nikkalkolaw l-effett uman?", "Sur President, f'block 1 għandek 17,750 persuna li jużaw inqas minn 4.5 metru kubu kuljum, f'block 2 għandek 40,844 persuna li jużaw fuq 4.5 metri kubi pero' taħt id-9 metri kubi; fi block 3 li jaqbeż 9 metri kubi, li awtomatikament se jħallsu Lm24 żejda fis- sena, għandek 98,404 persuna.", "Dan ifisser li mill-familji f'Malta qed tagħmel 61% tal-full recovery billi tieħu Lm2.3 miljun mingħandhom biss.", "Dawn huma l-kalkoli li jmisshom saru qabel.", "Issa jiena nagħmel kalkolu ieħor.", "Ħalli nħarsu ftit lejn kif inħadmu tariffi oħrajn.", "Per eżempju, it-tariffa fuq il-lukandi hija Lm3 kull sodda.", "Naħseb li l- Ministru jaf li jeżistu studji internazzjonali li jiddiskutu dak li jissejjaħ water consumption trends, fejn inti tista' tgħid in-nies għalfejn jużaw l-ilma.", "Diġa' kien hemm artiklu f'dan is-sens il-Ħadd li għadda f'\"The Malta Independent\" u kien hemm ukoll id-diskors tal-Ministru fejn qal li jużaw madwar nofsu, jista' jkun ftit inqas, għall-flushing tat- toilet.", "Taf għalfejn jużawh l-ilma n-nies?", "Bejn wieħed u ieħor 15% jintuża fuq il-washing machine, 15% fuq il-kitchen sink u 15% fuq ix-shower jew fuq il-banju.", "Jekk inħarsu lejn il-lukandi u nieħdu bħala eżempju l-5-Star, huwa kkalkolat li kull persuna hemmhekk taħli madwar ħames darbiet iktar milli taħli persuna oħra.", "Dan għaliex hemmhekk huwa ambjent ta' leisure u ta' divertiment.", "Apparti li wieħed ikollu l-kamra hemm il-bar u r-restaurant, hemm gym facilities, hemm is-swimming pool u faċilitajiet oħra.", "Dawn huma kollha ssussidjati minn familji li għandhom l-inqas dħul għax it-tariffi hekk inħadmu.", "Il-gvern qiegħed jikkalkola li mil-lukandi kollha f'Malta u Għawdex se jdaħħal Lm118,000.", "Jiġifieri minn dawn kollha l-gvern idaħħal 3% ta' l-income li jrid, ta' Lm3.8 miljun; u 61% jrid jiġborhom minn familji Maltin billi mingħandhom jiġbor aktar minn Lm2.3 miljun.", "Mr Chairman, bil-permess tal-Kamra nixtieq inqiegħed dan il-breakdown, kemm tal-blocks kif jinqasmu f'accounts, kif ukoll kemm jidħlu flus minn kull block.", "U bħas-soltu, għamilt kopji żejda kemm għall-Membri kollha tal- Parlament preżenti kif ukoll għall-Istampa.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Dettalji dwar l-effetti tat-tariffi l-ġodda ta' l-ilma u d-drenaġġ.", "Sur President, dan apparti ereżiji oħrajn għaliex dawn it-tariffi qegħdin in block rates.", "Jġifieri għandek l-ewwel block li jiswa Lm3 u t- tieni block jiswa Lm9 jew tliet darbiet iktar.", "Jekk dawn l-4.5 metri kubi taqbiżhom bi ftit u titla' għal 4.6 metri kubu, tista' tibqa' taħli għaliex xorta Lm9 teħel tad-drenaġġ.", "Din mhijiex pro-rata.", "Il-bars, restaurants u night clubs se jħallsu Lm150.", "Jekk ir-restaurant ikollu 10 covers u l- ieħor għandu 150 cover iħallsu xorta.", "Għaliex?", "Għaliex il-mentalita' tal- calculator tal-Gvern saret mentalita' bbażata fuq kif jagħmel iċ-ċifri jaqblu u ma jimpurtahx minn dik l-armla li tgħix waħedha u li trid tħallas hi għall-prezzijiet għoljin ġodda li lilha se jolqtuha iktar milli kif t- tariffi jolqtu lir-restaurants, lill-bars, lil-lukandi u lin-nies li għandhom faċilitajiet aktar fid-dar!", "Ma jimpurtahx!", "L-istess dwar il-holiday flats li għandhom rata ta' Lm45.", "Jien ma nistax nifhem kif inħadmet.", "Ħafna minnhom ikollhom sitt sodod u jekk tapplika għalihom ir-rata tal-lukandi tagħmlilhom Lm18.", "Le, dawk iżgħar!", "La l- holiday flats iżgħar mil-lukandi għamlilhom rata ikbar.", "Din hi l- mentalita'!", "Kollox isir bil-maqlub.", "Flok il-Gvern ifittex li t-taxxa jiġborha b'mod li jgħin lil min hu żgħir, hawnhekk għandna budget fejn it- taxxa se tinġabar l-iktar mingħand min hu żgħir u l-Gvern ma jimpurtah xejn mill-persuni kollha effettwati b'dak il-mod.", "THE CHAIRMAN: Onor. Francis Zammit Dimech, niġbidlek l-attenzjoni li fadallek ħames minuti.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, jiena nemmen li in vista ta' dan li qiegħed ngħid rigward it-taxxa tad-drenaġġ; in vista ta' l-ingann li l-Gvern jipprova jwaħħal f'rapport li sab meta r-rapport li sab jgħid li għandek tħalli l-element ta' sussidju tal-gvern u li għandek tħalli parti mir-recovery mit-treated effluent u issa l-Gvern jagħmlilna tariffa li ma tkopri xejn minn dan kollu; in vista tal-fatt li t-tariffa kif maħduma tolqot l-agħar lill-familji bi bżonnijiet soċjali kbar f'pajjiżna għax aktar minn 98,000 familja f'Malta awtomatikament se jħallsu l-ogħla rata, jien se nipproponi emenda għall-Estimi.", "Din l-emenda qed tipproponi li jkunu eliminati tnejn mill-voti taħt il-kapital marbuta mad-dipartiment tad- drenaġġ, sakemm il-Ministru ma' jridx jassigura lill-Kamra u jgħid li din it-taxxa l-ġdida dispost li jneħħiha.", "Qed ngħidlu bil-fatti u bir-rapporti li l-cost recovery għandu metodi oħra kif jagħmlu u mhux jaħqar lin-nies b'dan il-mod inuman.", "Allura biex dan il-Parlament ikun esprima ruħu bl- iktar mod ċar u kategoriku kontra t-taxxa l-ġdida fuq id-drenaġġ se nipproponi din l-emenda li ġejja:", "\"B\" Fil-Vot IX, \"Capital\" ħassar iż-żewġ items sussegwenti:", "\"4.Sewage treatment and reclamation..............Lm 200,000", "5.Master Plan ......Lm 100,000\".", "\"B\" In Vote IX, \"Capital\", delete the following two items:", "\"4.Sewage treatment and reclamation..............Lm 200,000", "5.Master Plan ......Lm 100,000\".", "Għal din l-emenda wkoll għamilt kopji żejda għall-membri kollha tal-Kamra kif ukoll għall-Istampa.", "(Interruzzjonijiet) Min mhuwiex interessat jista' ma jeħux kopja.", "Min m'huwiex interessat fl-aspett uman, fl-aspett soċjali, min qiegħed iffissat biss biex jagħmel il-kalkolu kif jiġbor il- flus mingħajr ma jara l-effetti fuq l-iktar nies li se jbatu konsegwenza ta' dawn it-taxxi nġusti li qed jiġu ntrodotti f'dan il-budget, jgħid li mhuwiex interessat.", "Imma l-poplu li qiegħed isegwi ċertament li huwa nteressat.", "Sur President, jien illum kont nippreferi nirriferi għal aspetti oħra tal- vot kapitali ta' dan il-ministeru.", "Xtaqt nitkellem fuq il-proġett għall- millenju.", "Kont nippreferi li dan il-Gvern ikompli bil-proġett taċ-ċentru nazzjonali ta' l-arti kollu kemm hu, mhux biss l-ewwel fażi, bħala l- proġett tal-millenju, minflok jibdel dak il-proġett bi skyscraper ġewwa San Ġiljan.", "Meta nitkellmu rigward pontijiet għall-millenju, irridu naraw x'ifissru għax meta taqra l-budget illum m'huwiex relevanti li nitkellmu dwar proġetti ta' bini.", "Sur President, naslu għall-millenju ġdid billi nħarsu l-element uman billi nħarsu l-aspett soċjali u billi nħarsu lejn il- bnedmin, għax inkella mhux pont lejn il-millenju nkunu qed nagħmlu imma nkunu qed nimxu b'politika bħal dik tal-multi-nationals li jgħidu: Hemm bżonn li nagħlqu fabbrika ma nafx f'liema pajjiż ex-kolonja biex naqilgħu l- flus is-sena d-dieħla.", "Mela nagħlquha!", "Billi jbatu n-nies ma jimpurtax!", "X'jimpurtani billi l-familji tagħhom ikollhom problemi kbar!", "Kif smajna hawn illejla f'din il-Kamra.", "Jekk dik hija l-mentalita' tal-Gvern, mhux pontijiet għall-millenju nkunu qed nagħmlu imma nkunu qed nagħmlu sistema ta' kif tgħaddi b'dak ir-romblu xkanat fuq in-nies, ta' kif tittratta lill- bnedmin ta' tapit u kif tkun għaddej minn fuqhom bil-calculator fil-but, kuntent biċ-ċifri li jagħtik.", "Din m'hijiex il-viżjoni ta' din in-naħa tal- Kamra.", "Sur President, il-viżjoni tagħna hija viżjoni li tagħmel il-progress fil- pajjiż; li tagħtih l-infrastruttura li għandu bżonn; li tagħmel l-ikbar proġetti mmaġinabbli fil-kamp ta' l-infrastruttura imma tħares dejjem lill- bniedem, lill-familja tiegħu u lill-element soċjali kollu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni ntemm u l- ħin li fadal huwa kollu għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Sur President, inkompli mad-diskors li għamilt dalgħodu għax marbut ħafna mal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni li naf kemm qed jagħmel sforzi fih il-Ministru Charles Buhagiar.", "Inkompli dejjem biex nagħmel xi proposti ħalli waqt li nnaqqsu mill-ispejjeż u mid-deficit li hawn illum - u qed nieħu pjaċir li dan issa qed jammettih kulħadd - u nagħmlu affarijiet ġodda li bihom dan id- deficit ikompli jispiċċa ħalli mbagħad inkunu nistgħu ntejbu ferm il-qagħda soċjali ta' pajjiżna.", "Imma ma tistax tirranġa l-qagħda soċjali mingħajr ma jkollok ukoll titjib fil-qagħda mwiegħra finanzjarja li wiret il-pajjiż bl- aġir ta' dawn l-aħħar disa' snin.", "Il-Gvern għandu patrimonju f'idejh ta' art u l-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni jinkludi wkoll il-lands.", "Ma nafx għaliex jgħidulu \"lands\" u mhux \"property\" għax proprjament bl-Ingliż \"property\" tissejjaħ.", "Il-kelma \"property\" tinkludi l-\"lands\" ukoll imma l-kelma \"lands\" ma tinkludix bini.", "Il-kelma \"property\" huwa l-isem kollettiv.", "Imma fl-antik l-isem inxteħet hekk u baqa' hekk.", "L-istess bħal meta kellna l-kelma \"public works\" u llum aħna rajna li jekk dan se jkun tal-gvern m'hemmx għalfejn iddaħħal il-kelma \"public\".", "Qed ngħid dan għax kienet ħaġa sewwa li dan l-aħħar il-Gvern ipprova jaġevola n-nies li kienu qed jikru l- proprjeta` mingħandu jew dawk li kellhom iċ-ċens tal-proprjeta`.", "Għalhekk qed ngħid li minflok jitkellem fuq lands wieħed irid jitkellem fuq property, ħalli jagħmel distinzjoni bejn dak li huwa bini, dik l-art li ma fiha xejn u bejn art li hija maħduma, ir-raba'.", "Pero' fl-opinjoni tiegħi l- Gvern m'għamilx sewwa li lil dawn trattahom kollha l-istess.", "Per eżempju, min għandu biċċa ċens mingħand il-gvern li kien baxxa u mal- bini li għandu hemm inkluż biċċa art vojta u din saret tiegħu għal dejjem meta kkonverta ċ-ċens tiegħu mingħand il-gvern, dan jista' jiżviluppa dik l- art.", "U jekk dan ibigħha kif inhi, l-għada filgħodu se jdaħħal tagħha ferm aktar għaliex diġa' għandha l-benefiċċju tal-building permit fuqha u għaliex qiegħda f'arja fejn hija żviluppabbli.", "Dan il-każ mhux l-istess bħal wieħed li għandu biċċa dar ġo l-Isla, ġol-Kalkara jew ġol-Birgu li ma jista' jagħmel xejn biha ħlief li jixtriha biex jagħmlilha xi improvement u tibqa' tiegħu.", "Jien ngħid li wieħed għandu jiddistingwi dar bħal din u dar li l-għada filgħodu jista' jaqbad u jikkonvertiha f'kapital ferm akbar milli tirrappreżenta l-conversion tar-rent f'kapital maħduma qisha f'formola waħda.", "Imma dan kien hemm commitment min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista qabel li jiddispjaċini ngħid li kien commitment mingħajr għaqal u ta' l-għaġġla.", "Dawn l-applikazzjonijiet kienu ħarġu diġa' fi żmienhom - jekk qed ngħid ħażin jikkorreġini l-Ministru - kienu diġa' saru commitments u l-Gvern tal- lum kellu jagħmel l-istess.", "Din saret bl-għaġġla u bla ħsieb.", "Meta n-naħa l-oħra joqogħdu jitkellmu fuq ħafna ħsieb u ħafna għaqal jien nibda nitwerwer għaliex ngħid: Jekk dak kien għaqal, hekk se nibqgħu mexjin allura?", "Ejja ngħidu li l-affarijiet kienu ħżiena u rridu nirranġawhom.", "B'daqshekk m'hu se jiġri xejn.", "Dak kien pass ħażin imma issa sar hekk u nittama li ma nerġgħux nagħmlu hekk.", "Ejja nieħdu eżempju ta' wieħed li għandu ċens ta' lira fuq biċċa art li qiegħed jaħdimha u dan iċ-ċens se jagħlaqlu ħames snin jew għaxar snin oħra.", "Il-fomola bil-kondizzjonijiet biex wieħed jifdi dan iċ-ċens hija l-istess għal dak li għandu xi kamra waħidha ġo Raħal Ġdid u ma jista' jiżviluppa xejn.", "Dan huwa ħażin u qed ngħid dan biex ma jerġax jiġri 'l quddiem.", "Jekk veru se nsegwu l-idea li nixtru, nbigħu u naħdmu f'national trust ma nistgħux nibqgħu nagħmlu dawn il-ħafna formoli li ma jfissru xejn ħlief li l-gvern jitlef il-flus u ħaddieħor jaqla' minn fuq dahru bla ma jkun għamel xejn.", "Din hija waħda mill-affarijiet li wieħed irid jieħu ħsieb.", "Ħaġa oħra li l-Gvern għandu jieħu ħsieb hija l-bini li jittella' bla permess fuq artijiet tal-gvern.", "Wieħed ma jistax jibni tlett ikmamar, ikun ilhom mibnija sentejn u ma jinduna ħadd u kollox jibqa' għaddej.", "Meta wieħed ikun ra lil ħaddieħor jagħmel hekk fuq art tal-gvern jagħmel hekk huwa wkoll u ssib li jkun faqqas kważi raħal b'dan il-mod.", "Jiena diġa' kelli okkażjoni niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għal xi affarijiet imma għidtlu li mhux dawk biss hemm.", "Wieħed ma jridx jibda jonfoq biex jieħu ċerti miżuri u mbagħad inħallu affarijiet oħrajn għaddejjin.", "Wieħed irid jiddikjara x'miżuri se jieħu u ma jeħux.", "Fil-fehma tiegħi, la kien hemm nies li tħallew jagħmlu dawn l-affarijiet u dawn ilhom jeżistu s-snin - skond jiena, mhux qed ngħid skond il-Ministru għaliex safejn naf jien il- Gvern qed jieħu pożizzjoni aktar riġida milli qed ngħid jien - ma tistax inti b'kuxjenza safja ma ssibx xi mod kif tapprofitta minn dak li qabad u bena bla permess u titolbu xi ħaġa flok taqbad u twaqqa' kollox.", "Dan qed ngħidu b'kontinwazzjoni ta' l-idea li tajt dalgħodu dwar in-national trust u biex niġbed l-attenzjoni li wieħed irid jiddeċiedi wkoll x'se jkun in- national trust, x'se tkun il-Planning Authority u x'se jkun l-economic planning.", "Jiddispjaċini ngħid li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kien hemm prim ministru li kif tela' qal li ma riedx jagħmel economic planning.", "Kif jista' pajjiż jagħmel affarijiet mingħajr economic planning ta' xejn!", "Il- Bambin biss jaf dan!", "Ma tistax tagħmel economic planning għal sena jekk ix- xogħlijiet se jieħdu tliet snin jew erba' snin biex jiżviluppaw.", "Meta inti diġa' għandek commitment, ejja ngħidu fuq sptar, u dan l-isptar sar kwart minnu f'sena, jekk inti ma ħsibtx għas-sena ta' wara allura se jieqaf ix- xogħol kollu?", "Jiġifieri inti bilfors trid tagħmel il-planning fit-tul.", "Issa t-tul ta' żmien jiddependi mill-gvern li jkun hemm u min-neċessitajiet li jkollu l-gvern.", "Dawk il-proġetti li għandhom bżonn ħafna infrastructure jieħdu żmien iktar biex isiru u dawk li m'għandhomx bżonn ta' dawk l-affarijiet allura jsiru fi żmien iqsar, imma żgur ħadd ma jippjana għal sena.", "Allura huwa economic planning meta inti qed tippjana għal iktar minn sena u m'humiex profeziji.", "GĦalhekk jiena qatt ma fhimt kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, malli ħa l-gvern f'idejh qal li huma ma jagħmlux economic planning.", "U veru ma sarx economic planning.", "Din hija waħda mid-difetti kbar li kellu l-Gvern ta' qabel.", "U kellu dawn id-difetti kbar għaliex dejjem kienu jitkellmu mbagħad fuq konċetti ekonomiċi li huma vagi, bħal market economy u social market.", "Dawn trid tgħid x'ifissiru u ma jfissrux għaliex inkella kif se taqbad x'inhija l-gwida prinċipali.", "Jiena ħadt pjaċir illejla nisma' lill-Onor.", "Zammit Dimech jgħid x'jixtieq li jkunu l-għanijiet imma jekk nara r-records ta' dak li għadda nsib li mhux dawk kienu l-għanijiet tagħhom.", "Il-Bambin jaf x'kienu l-għanijiet għaliex biex ikollok dawk l-għanijiet irid ikollok l-economic planning u jkollok ir- riżultati tagħhom.", "Ħalli nkompli fuq dak li kont qed ngħid li wieħed jista' ma jaqbilx mal- forma eżatta tiegħu imma naħseb li huwa paċifiku ma' kulħadd.", "Fejn hemm dan il-bini bla permess wieħed irid isib metodu malajr mhux biss biex iwaqqfu imma biex dak li hemm jiġi nkorporat f'economic planning u rridu ngħidu mil-liema awtorita'.", "Il-Gvern Nazzjonalista ħoloq Planning Authority li taha poteri ta' economic planning, ta' execution u din kienet ukoll tirranġa l-pjan jekk tkun taf li wieħed se jinvesti.", "Ħadd ma jagħmel hekk fid-dinja.", "FIl-Cottonera l-ewwel ma kenux jafu x'se jagħmlu l-Planning Authority u mbagħad meta ġie wieħed minn barra jgħid li hu lest biex iġib industrija - mhux għandu industrija - ħalli tippjanta l-moll hemmhekk, allura mbagħad kienu jafu x'se jagħmlu b'dan il-moll.", "Imisshom irraġunaw li aħna intelliġenti biżżejjed biex inkunu nafu li dan il-moll jista' jintuża għal \"hekk\" u għal \"hekk\", dan indaħħluh f'economic plan u mbagħad il-ministru ta' l-industrija jibda jħejji għal dawn l-affarijiet.", "Mhux jiġi xi wieħed minn barra - il-Bambin jaf min hu! - u jrid letter of intent li l-gvern huwa lest biex dik l-area jagħmillha kif irid hu u mbagħad imur ibigħha barra u jġib Lm1miljun lira barra.", "Dan mhux biss jagħti lok għal korruzzjoni imma jagħti lok għall-ġenn, għat-taħwid u ma jinkwadrax ma' dak li qal seħibna l-Onor.", "Zammit Dimech b'dik is-saħna kollha meta spiċċa d- diskors tiegħu għaliex inti biex tasal għal dawk l-għanijiet l-ewwel trid tkun taf kif se tpoġġihom.", "Mela parti mix-xogħol tal-Planning Authority li hawn illum irid isir mill-economic planning u parti mix-xogħol tagħha jsir min-national trust li tibda tgħid għalxiex għandna nutilizzaw l-art tal- gvern, imbagħad jaraw jekk dan jaqbilx ma' l-economic planning.", "U mhux the other way round.", "Dawn l-inizjattivi kollha jrid jeħodhom il-gvern.", "F'dawn l-affarijiet ma tistax tgħid \"less government\" imma trid tgħid \"more government\".", "Ngħidu \"less government\" meta niġu għal ħafna burokrazija u ħafna taħwid f'ħafna regolamenti u ħafna by-laws li ħadd ma jifhimhom li kienet tagħmel il-Planning Authority.", "Taħtkom mhux less government kien hawn imma too much government mingħajr l-ebda filosofija behind it, biex ma ngħidx sempliċement nies li huma spirati mill-interessi tal-mument.", "Allura dak mhux too much government biss iġib imma staġnar li jġib korruzzjoni miegħu wkoll.", "Għaliex?", "Għax jiġri bħal meta fil-gwerra jkun hemm nuqqas ta' ikel u mbagħad trid tagħmel ir-razzjon u b'hekk toħloq il-black market.", "Mingħajr ma trid toħloq il-black market għaliex għandek gwerra u għandek in-neċessita' li almenu tara li n-nies jieħdu l-minimum biex jgħixu.", "Tkun qed tagħmel ir-razzjon b'neċessita' u mbagħad ikun hemm ħaddieħor inawwar minn taħt; jisraq xi ħaġa u jbigħha bil-moħbi.", "Dawn l-affarijiet jibqgħu dejjem.", "Imma trid tagħmel xi ħaġa biex telimina li tista'.", "Imbagħad l- iblah jibda jgħidlek: Dawn tagħmilhomx għax xorta ma qridtx kollox.", "Dan bħal meta wieħed jieħu l-prekawzjonijiet kollha biex ma jkunx hawn kriminalita' fil-pajjiż u mbagħad għax xorta jkun hemm jgħidulek: Issa, għalkemm ħadna dawn il-prekawzjonijiet kollha, xorta hawn il-kriminalita'.", "M'hijiex serjeta' meta titkellem hekk!", "Issa dwar il-Planning Authority nixtieq ngħid li din abbandunat il- liġiijiet kollha ta' l-iġjene li kellna dwar il-buildings u bdiet tivvinta kollox hi.", "U dak li kienet tagħmel illum ma' jaqbilx ma' t'għada, u l- permess li ġie mogħti lit-tali jgħid mod u l-permess li ngħata lill-ieħor jgħid mod ieħor.", "Din mhijiex serjeta'!", "Jiena nappella lill-Ministru biex dawn l-affarijiet jipprova jsib rimedju biex jirranġahom mill-aktar fis għax dawn huma bażiċi.", "Illum sirna nimxu bil-moda billi ngħidu li hemm blokk flats tal-gvern bi tliet sulari u nagħmluha b'ħames sulari għax issa se ndaħħlu l-lift.", "Ma tistax tagħmel hekk l-ewwelnett għax il-mains tal- katusi u s-servizzi li għandek hemmhekk huma differenti, u t-tieni nett għax jekk l-area ta' bejn kull wieħed minnhom hija ppjanata biex tieħu ċertu dawl u ċertu arja, inti f'daqqa waħda ma' tistax twessa' it-triq ukoll u tagħmel żewġ sulari oħra.", "Per eżempju, rajna l-ħniżrijiet li saru f'Tas-Sliema.", "Għaliex?", "Għaliex hemmhekk hemm blocks li quddiemhom m'għandhom xejn, allura għamlu skyscrapers u ma jimpurtahomx x'hemm fil- blokki ta' wara.", "Imbasta għola dak u għandu l-arja.", "Wasalna biex f'Tas- Sliema fejn ma kien hemm imkien iktar minn five storeys - u kienu l- eċċezzjoni - illum għandek eight, nine jew ten storeys u l-Bambin jaf kemm.", "U tilfet il-karattru tagħha kollu, tilfet l-iktar ħaġa għażiża li għandu jkollna fil-bini tagħna, dik li tkun abitabbli.", "Hemm metodi oħrajn kif timxi.", "Jekk għandek belt li ħdejn il-baħar qiegħda fl-għoli u warajha qiegħed fil-fond inti ma tkun qed tgħatti lil ħadd jekk tagħmel ta' wara għoli u l-ieħor baxx għax ta' wara nett xorta ma kienx jarah il-baħar.", "Inti dejjem trid tara x'għandek madwarek qabel ma tgħolli.", "Dan bħal meta saret formola waħda li tapplika għall-proprjeta' tal-gvern kollha.", "Ejja nimmaġinaw li veru hemm triq daqsexjn wiesgħa u hemm il-katusi, il-mains ta' l-elettriku u l-affarijiet kollha li huma anċillari li jifilħu għal żieda.", "Pero' jekk tiġi biex tibni fuq trid terġa' lura, tirtira l-bini lura fuq naħa u anke fuq in-naħa l-oħra.", "Għalfejn?", "Għax id-dawl ma jiġix la ġenba imma jiġi minn fuq.", "Id-dawl li jiġi minn la ġenba jkun ta' fil- għodu meta jibda jbexbex u jkun għadu ma sebaħx.", "Allura jekk lil dan qed tagħlaqlu d-dawl li jiġi la ġenba qed tneħħilu ...", "Per eżempju, jekk illum ikollna nippjanaw - u se nibqgħu nippjanaw bħalma qed isir issa - li kull fejn tibni dar tagħmel garage jew kull fejn isiru flats ikollhom il-garages kollha isfel għall-ħwienet jew biex idaħħlu l-karozzi fihom, fl-ewwel sular tirtira l-bini biex hemmhekk iġġibha qisha triq oħra u b'hekk tkun qed twessa' t-triq.", "Ma nafx jekk il-Ministru huwiex qed jifhimni mingħajr ma' npinġu pjanti.", "L-oħrajn forsi mhumiex qed jifhmuni.", "Li qed ngħid huwa li meta tiġi biex tibni fuq l-ewwel sular terġa' lura, ngħidu aħna, għaxar piedi jew tmien piedi kemm biex kull wieħed ikollu bieb tiegħu għax ikollhom dan il-passaġġ minn fejn jgħaddu kif ukoll biex ikun hemm iktar arja.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għax il-Gvern wiret ħafna affarijiet li jrid ibiddel u għandu diffikultajiet ferm kbar biex dawn ikun jista' jirranġahom.", "Jiena se ngħid ħaġa li forsi hija komuni f'ħafna dipartimenti.", "Waqt li aħna nagħmlu plejtu kbir fuq il-complement tat-Tarzna, dak ix-xogħol li qed jiġihom illum huwa ferm akbar milli hemm bżonn u kulħadd jgħajjarhom qisu t- tort kollu huwa tagħhom.", "Qisu dak il-ħaddiem li daħal jaħdem it-Tarzna meta kien hemm xogħol għalih, ikun tort tiegħu jekk ma jingħatalux xogħol.", "Din irridu ndaħħluha f'rasna jekk irridu l-flexibility.", "Jiena nemmen fiha u llum anke l-unions qed jipprovaw jadottawha b'ħafna diffikultajiet għaliex meta jkun daħal is-sadid bil-mod biex taqilgħu.", "Allura anke l-unions għandhom diffikulta' bħalma għandhom id-dipartimenti tal-gvern.", "Allavolja llum hawn ħafna spirti u affarijiet oħra x'titfa', imma meta ħaġa tissaddad trid toqgħod attent li ma tinkisirx inti u tiġbed.", "Hekk ukoll f'dawn l- affarijiet.", "Jien se ngħid lill-Ministru dwar id-dipartiment tiegħu għax qegħdin nitkellmu fuq il-ministeru tiegħu, mhux għax din tapplika għad- dipartiment tiegħu biss.", "Per eżempju, min jaf kemm hemm nies żejda fid- dipartiment tal-ġustizzja u fil-qrati.", "Jiena nisma' lil sħabi jgħidu li fi żmien l-Ingliżi kien hawn l-għajdut li kieku l-vaż kellu żewġ widnejn jerfgħuh żewġ baħrin, imma kieku l-vaż kellu 100 widna jerfgħuh 1,000 impjegat tal-gvern.", "U naħseb li mhux sħabi biss jgħidu hekk.", "Jiena qed ngħid għall-impjegati tal-gvern biex ma' noqgħodx indaħħal dak u l-ieħor.", "Imbagħad hemm xi postijiet fejn in-nies jitbażwru biex jagħmlu x-xogħol tagħhom għax m'għandhomx complement biżżejjed.", "Imma ejjew ma' nidħkux bina nfusna, dawn huma eċċezzjonijiet kbar.", "Bil-Malti ngħidulha \"ċikka\", jiġifieri mhix xi ħaġa komuni.", "Hemm bżonn il-flexibility u għalhekk trid toħloq xogħol ieħor.", "Jiena dalgħodu għalhekk semmejt x'għandu jsir fl- agrikoltura.", "Issa ħaġa oħra li lili twerwirni hija li f'daqqa waħda f'pajjiż żgħir bħal tagħna rridu nsibu spazju biex nagħmlu dak li qed isejħulu ġnien nazzjonali.", "Ma nafx x'inhu dan il-ġnien nazzjonali imma mid-dehra jridu jħallu kollox kif inhu u jgħidulu ġnien nazzjonali.", "Jien inħares lejn il- mapep u ngħid: Fejn tista' tagħmlu dan jekk huwa kif qed naħseb jien?", "Għax mid-dehra dan il-ġnien nazzjonali hu li ma tħalli lil ħadd hemmhekk, jibqa' kollox kif inhu u tgħidlu ġnien nazzjonali.", "Għaliex dan?", "Għaliex mill-esperjenza li għandna ta' l-imgħoddi jiena naf li aħna pprovajna nirranġaw postijiet fejn kont titqażżeż tersaq lejhom u rnexxielna nġibuhom mhux park, imma koltivabbli.", "Per eżempju, insemmi \"Il-Masġar\" f'Delimara, li tawh dan l-isem għas-siġar li għamilna.", "Qabel hemmhekk - jiena nafu sewwa - kull min kien ikollu xi ħaġa li ma jafx x'se jaqbad jagħmel biha kienet tispiċċa mormija hemmhekk; landi, klieb mejta, ħnieżer u saqqijiet.", "Hemmhekk kien hemm ħafna ċapep tal-konkos għax fi żmien il-gwerra l-Ingliżi kienu bnew il-kampijiet tagħhom hemm u jekk kont tipprova tgħaddi minn hemm kont taqa' għax kien hemm kull musmar daqsiex imwaħħal ma' l-art.", "Fiż-żmien meta ma kellniex xogħol għan-nies konna pprovajna nagħtuhom xogħol billi bdew jagħmlu l-aerodrome u postijiet oħra u f'Delimara konna qlajna kollox u għamilna reclamation ta' l-art.", "U jekk tmur illum issib li hija kkoltivata u jekk tgħaddi minn ġo fiha - għax hemmhekk suppost li huwa pubbliku u jekk issib min iżommok tista' tgħidlu li m'għandux dritt iżommok għax hemmhekk pubbliku - tista' tara kif din ġiet qisha park.", "M'hijiex park għax ikabbru l-qamħ u hemm siġar li m'għandhomx x'jaqsmu ma' park.", "Din hija the nearest li wieħed jista' jara.", "Imma kieku ħallejnieh kif kien, bħalma donnu hemm l-idea li se jsir 'il quddiem, din għadha mhix miftuħa.", "Se nibqgħu b'din il-mentalita' ta' imġienen, li mingħalina għax tħalli kollox kif inhu se tħalli l-verġinita'?", "Hemmhekk żverġnat.", "Mela fejn hu żverġnat xi darba jista' jiġi verġni?", "Din qatt ma' smajtha.", "Tista' tibqa' verġni imma min hu żverġnat ma' jistax isir verġni!", "Per eżempju, jiddispjaċini ngħid li fi żmienna - u jien ġbidt l- attenzjoni fuqha u ħadd ma ta kas -kien hemm il-bini tad-Deutsche Welle.", "Dan il-bini llum spiċċa għaliex l-ewwel ħadu l-bibien u issa qed jieħdu l- ġebel għaliex xi ħadd qal li hemmhekk se nagħmluh ġnien nazzjonali.", "Spiċċa dan.", "Issa l-Bambin jaf għaliex ma ġiex converted għal xi ħaġa.", "Baqa' erba' ġebliet fuq xulxin fuq biċċa konkos u ma nafx kif din l-art se tkun park nazzjonali.", "Qed ngħid x'sar fi żmienna, pero' din waħda għax imbagħad il-Bambin jaf x'sar fi żmienkom!", "F'dik l-area stess kien hemm wieħed li għandu l-għelieqi li ma kellux aċċess għalihom ħlief bil-mixi u l-għodda kien irid iġorrha fuq spalltu.", "Darba staqsieni x'jista' jagħmel u għidtlu biex jirranġa ma' l-oħrajn biex jiftaħ daqsxejn triq ħalli jidħol bil-karozza.", "Wara li dan irranġa t-triq, kulħadd beda jmur jipparkjalu hemmhekk peress li din l-għalqa qiegħda viċin il-baħar u xorta ma kienx ikun jista' jidħol minn ġot-triq għall-għalqa.", "Allura għamel żewġ pilastri u magħhom waħħal biċċa pipe bil-katnazz biex ma jħallix lil min jidħol hemmhekk u mbagħad lanqas ikun jista' jgħaddi hu.", "Mela dan l-individwu jirċievi ċitazzjoni min-naħa tal-Planning Authority u saħansitra marru bil-helicopter u qalulu li hu qed jiżverġna artna.", "Dawn affarijiet serji?", "Jiena bgħattu għand il-ministru u dan tgħidx kemm għajjat miegħu għax għamel hekk mingħajr permess!", "Jiena għidtlu biex jgħid lill-ministru li kien tort tiegħi għax kont jien li għidtlu biex jagħmel hekk.", "Il-ministru jmissu qallu biex darba oħra jagħmel il-permess u mhux joqgħod jiġi b'ħafna għajat.", "Issa biex jagħmel il-permess dan irid joqgħod jagħmel pjanti bl-elevation tagħha u dan kollu, u ż-żmien li kien jilħaq jgħaddi kien ikun qisu se jibni xi palazz kbir.", "Dawn huma affarijiet tal-ġenn u m'hemmx serjeta' minn dawn in-nies li jaħdmu minn fuq il-karta biss, li tgħallmu fuq il-ktieb u m'għandhom esperjenza ta' xejn.", "Nispera li dawn l-affarijiet jispiċċaw u nispera wkoll li b'xi mod inti ssib irkaptu tan-nies li għandek - mhux se noqgħod ngħidlek l-eluf imma żgur il-mijiet - li huma żejda fid-dipartiment, li mhux tort tagħhom, u tara kif toħloq schemes ta' flessibbilta' u tagħmel inċentivi.", "Dawn għandek bżonnhom għax-xogħol li se tidħol għalih.", "Jekk id- dipartiment ta' l-agrikoltura għandu bżonn in-nies għal xi xogħlijiet fir- raba' inti trid tagħtih in-nies għax dan mhux se jdaħħal minn barra.", "Jekk dawn in-nies m'humiex tajbin trid tara kif tagħmel u tirranġa ma' l-Armata jew ma' xi ħadd.", "Il-Prim Ministru ta' qabel fettillu jgħid: Din l-Armata qiegħda biss biex tispara u biex tagħmel il-parati u mhux se nagħmlu bħal ta' qabilna u nġegħluha tagħmel affarijiet oħrajn.", "L-ewwelnett l-imġienen jitkellmu hekk għaliex f'emerġenza nazzjonali llum min għandna li se jagħmel ix-xogħol?", "Il-public works se jagħmlu dan ix-xogħol?", "Mela l-public works huwa equipped biex jagħmel emerġenza nazzjonali?", "Jekk aħna rridu li l-public works ikun qiegħed fuq parti ekonomika u fuq parti kummerċjali, kif se nagħmluh a stand-by force biex jagħmel dawn l-affarijiet?", "Kif jista' jkun dan?", "Mela jrid ikollok lil xi ħadd jekk aħna mhux taparsi indipendenti u fuq kull ħaġa ta' xejn noqogħdu mmorru fuq nazzjon oħra nitolbu: Isma' jiena għandi emerġenza, ibgħatli l-helicopters.", "Allura inti m'għandek xejn?", "Irid ikollox biex tibda għallinqas għax ħaddieħor irid iż-żmien sakemm jimmobilizza tiegħu.", "L-Armata għandu jkollha wing li qiegħed hemmhekk għall-mekkanika, ieħor li qiegħed għall-works u ieħor li qiegħed għal dak li huwa medical, bħalma għandha kull armata kullimkien, kemm jekk hija armata li qatt ma toħroġ mill-pajjiż kif ukoll armata li għandha imperu f'idejha.", "Fejn huma dawn il-wings?", "Aħna għandna Armata li qiegħda hemmhekk biex tagħmel il-parati u biex forsi xi darba tispara xi ftit u biex tispara trid tmur ma' ħaddieħor.", "Ma nistgħux nagħmlu hekk.", "Irridu nieħdu l-affarijiet bis-serjeta' u rridu ninqdew b'dak li għandna.", "Illum ma jeżistix il-maintenance fil-pajjiż u trid miraklu biex issib lil xi ħadd biex jaħdem wara x-xogħol għaliex m'hemmx korp li qiegħed hemmhekk jagħmel dawn l-affarijiet sakemm tinqala' xi emerġenza.", "Din għandha tkun it-task ta' l-Armata; li tagħmel dak ix-xogħol ta' tiswijiet u meta jkun hemm xi emerġenza tkun mobilised għal dik il-biċċa xogħol.", "Jiena jidhirli li dawn huma affarijiet li huma profitable, huma self- supporting għaliex xorta qegħdin noħroġu flus għalihom, huma ekonomikament neċessarji u għandna nittekkiljawhom mill-aktar fis.", "U jekk se nagħmlu hekk innaqqsu mill-ispiża nazzjonali għax naturalment flok għandek ħaddiema li qed tħallashom ta' xejn għaliex huma żejda, dawn jibdew jagħmlu xi ħaġa li se tirrendi l-frott u jagħtuk income.", "Dawn l-affarijiet huma ta' siwi u wieħed għandu jiddiskutihom u mhux jgħid li ma jimpurtahx.", "Sur President, illum lill-Ministru mhux se nistaqsih dwar ir-rati ta' l- elettriku u l-affarijiet l-oħra għaliex jafhom sewwa l-ħsebijiet tiegħi dwarhom u nispera li jkun jista' jirrispondi fuqhom u ma jagħmilx bħal sħabu li qaluli: Għal darba oħra!", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN(Onor. Anġlu Farrugia): Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, m'iniex se naqa' fis-sitwazzjoni li nitkellem biss fuq ir-rati ta' l-ilma u tad-drenaġġ, għalkemm ovvjament se nirriferi għalihom, għax hemm ħafna affarijiet importanti oħrajn li saru matul is-sena li għaddiet u li jridu jsiru matul is-sena li ġejja.", "Allura naħseb li huwa utli li wieħed isemmihom, anke jekk fil-qosor.", "Nibda billi nallaċċja ftit ma' dak li qal l-Onor.", "Perit Mintoff f'parti mid-diskors tiegħu meta tkellem dwar il-bżonn li ħaddiema jkunu mpjegati b'mod aħjar.", "Irrid infakkar fid-diskors li kont għamilt fil-budget tas-sena l-oħra meta kont għidt li mas-snin taħt amministrazzjoni nazzjonalista ħafna mill- ħaddiema tal-gvern kienu tħallew ma jagħmlu xejn u draw fl-għażż.", "Kien hemm il-ħtieġa li ssir ristrutturazzjoni sħiħa fi ħdan il-ministeru.", "Din kont għidtha s-sena li għaddiet u fil-fatt wettaqniha din is-sena billi qsamna l-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi f'erba' taqsimijiet li jinkorporaw id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi, id-diviżjoni ta' l-arti tal-kostruzzjoni, il-kunsill konsultattiv għall-industrija tal-bini li tkellimna fuqu ftit tal-jiem ilu f'dan il-Parlament, kif ukoll il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Kien importanti li ssir din il- biċċa xogħol għaliex jekk wieħed verament irid li l-mission statement li għandu dan il-ministeru jitwettaq kien hemm il-ħtieġa li jsiru l-istrutturi li hemm bżonn ħalli x-xogħol isir.", "Ma kenitx xi ħaġa faċli biex għamilna din ir-ristrutturazzjoni għax kellna reżistenza kbira biex inwettqu t-tibdil li ridna minħabba li kien hemm min laħaq dara ċerti sitwazzjonijiet.", "Li kieku ma kienx għall-għajnuna li sibna minn żewġ dipartimenti tagħna, id-dipartiment tal-finanzi u ta' l- amministrazzjoni u d-dipartiment tal-corporate services, kienet tkun ħaġa ħafna iktar diffiċli.", "Hemmhekk hemm nies tajbin ħafna li fehmu l-bżonn li nagħtu ċerti skills lill-impjegati li ma kellhomx u għenuna ħafna biex effettivament saret ir-ristrutturazzjoni li kellna bżonn issir.", "U mhux biss saret. imma morna għal pass ieħor issa, li wara li ddeterminajna eżattament x'tip ta' nies għandna bżonn sabiex id-dipartimenti tagħna jaħdmu tajjeb, matul is-sena ħriġna diversi talbiet għal applikazzjonijiet għan-nies biex jimtlew il-postijiet vakanti.", "Nista' ngħid li mtlew ħafna postijiet li kien hemm vakanti internament u għall-ewwel darba applikaw 25 perit meta l-public works ħareġ sejħa għal applikazzjonijiet.", "Din qatt ma ġrat qabel.", "Dan huwa sinjal li llum anke n- nies serji qed jaraw li d-dipartiment qed jitmexxa bis-serjeta' għaliex kieku ma kenux japplikaw.", "Ħafna minnhom fil-fatt qegħdin jaħdmu mad- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Pero' anke f'livelli oħrajn rajna li għandna bżonn management tajjeb u peress li n-nies li għandna m'għandhomx l- iskills neċessarji għidnielhom li hemm bżonn norganizzawlhom korsijiet ħalli jitgħallmu kif jimmaniġġjaw l-affarijiet sewwa.", "GĦalhekk ħriġna sejħa għal applikazzjonijiet għal kors fil-middle management in construction u kellna talba minn 114-il persuna minn ħdan id-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Din hija xi ħaġa tajba għax lin-nies għandna bżonn nagħtuhom l-iskills neċessarji.", "Per eżempju, kien hemm sejħa għal foreman course mill-education department - għidna li min ikun fuq dan ix- xogħol hemm bżonn li jagħmlu dan it-taħriġ biex jara x'qed jagħmel bis- serjeta' - u applikaw 127 persuna għal dan il-kors.", "Nistgħu nibqgħu sejrin hekk fil-korsijiet kollha li kien hemm sejħa għalihom.", "Is-sena d-dieħla se nkomplu ningaġġaw in-nies għaliex aħna jidhirlna li l-proċess ta' ristrutturazzjoni huwa proċess li jinbidel maż-żmenijiet u jrid jibqa' għaddej sabiex aħna verament ikollna struttura li tista' tirrispondi għall- bżonnijiet moderni li għandna llum.", "Mr Chairman, tajjeb li ngħaddu malajr malajr fuq id-dipartimenti li nħolqu issa u hawnhekk nixtieq inpoġġi din l-organisational chart fuq il- Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Organigram tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni;", "Qed inpoġġi din iċ-chart sabiex kulħadd ikun jaf kif inhu organizzat illum il-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni.", "Se nitkellem malajr fuq il-land department li tkellmu fuqu l-Onor.", "Dom Mintoff u l-Onor.", "Tony Abela min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Naħseb il-kritika li saret kienet ġusta fis-sens li ndirizzat verament il-problemi li hemm hemmhekk.", "Il-land department li jifforma parti mill-land and construction division ridna nirristrutturawh għax dan għandu żewġ problemi fih innifsu.", "Għandu l- problema li ssemmiet hawnhekk li hemm ħafna burokrazija u biex tissodisfa certi claims meta tittieħed art mill-gvern qed iddum ħafna snin.", "Din il- problema ndirizzajniha billi ħriġna sejħa għall-avukati privati ladarba m'għandniex biżżejjed expertise inhouse biex ilaħħqu ma' dan ix-xogħol, u applikaw 22 avukat li lesti jagħmlu dan ix-xogħol neċessarju ta' riċerki anke għal-land department.", "Fost dawn l-avukati li applikaw kien hemm anke l-kollega tan-naħa, l-oħra l-Onor.", "Austin Gatt.", "Apparti minn hekk irridu nagħmlu wkoll sistema aħjar ta' ġbir ta' flus minn dan id-dipartiment.", "Hawnhekk qegħdin indaħħlu sistema li minflok wieħed joqgħod imur f'dipartiment biex iħallas il-kera jew ċens li jkollu jħallas il-bank, ħalli b'hekk titħaffef il-proċedura.", "Sur President, ma naħsibx li kien ġust il-kumment li sar mill-Onor.", "Tony Abela fuq il-valur u l-ħlasijiet li jsiru ta' l-expropriations.", "Din is-sena l-land department ħallas Lm1.2 miljun għall-acquisitions li saru maż- żmenijiet.", "Hija somma verament kbira meta titqabbel maż-żmenijiet ta' qabel.", "Per eżempju fl-1996 kienet tħallset is-somma ta' Lm0.89 miljun u jekk nieħdu l-1988, l-ewwel sena ta' Gvern Nazzjonalista, Lm83,000 biss kienu tħallsu għall-expropriations.", "Din is-sena tħallsu Lm1.2 miljun.", "Dan huwa sewwa għax mill-banda l-oħra mhux sewwa li inti tieħu l-proprjeta' tan- nies għal skop pubbliku u ddum ħafna sabiex tħallashom.", "Mr Chairman, niġi għal dipartiment ieħor li jifforma parti mill-land and construction division, li huwa l-estate management department.", "Dan id- dipartiment sar bil-għan li kemm jista' jkun inkunu kapaċi nieħdu l-aħjar valur li nistgħu mill-proprjeta' li għandna tal-gvern.", "L-iskop ewlieni tiegħu huwa li aħna nanalizzaw is-sitwazzjoni kif inhi llum, kif qiegħed jitħaddem dak li qabel kien id-dipartiment ta' l-artijiet, u noħlqu policies ġodda sabiex inkunu ċerti li l-art u l-proprjeta' tal-gvern jintużaw bl-aktar mod profitabbli.", "Waħda mill-policies li kien hemm qabel dwar art agrikola kienet tgħid li jekk inti għandek raba' tal-gvern jew qbiela u jfettillek tibni r-razzett tiegħek fuqu, inti effettivament ma għandek l-ebda titlu għax il-qbiela ma tagħtikx titlu.", "Aħna għidna li dan mhuwiex fair għax jekk irridu ngħinu lill-bidwi li huwa full-time, mhux bidwi part-time, biex itella' xi bini li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura irridu nagħmluhielu faċli biex ikun jista' jissellef.", "Kif inhi s- sitwazzjoni tal-lum irid imur jissellef biex jibni u l-ebda bank ma jsellef lil xi ħadd biex imur jibni fuq art bi qbiela.", "Issa b'din il-policy l- ġdida qed nagħtu titolu.", "Kien hemm ukoll abbużi kbar fuq il-proprjeta' kummerċjali li tingħata lill-privat mill-gvern għax ħafna drabi din tbiddel l-idejn u l-gvern ma jieħu xejn.", "Per eżempju, fuq ħwienet fi Strada Rjali ġol-Belt jgħaddu mijiet ta' eluf ta' liri mill-idejn.", "Mhux sewwa li jsir hekk, allura għamilna policy li permezz tagħha meta jispiċċa t-terminu tal-kera ta' din il-proprjeta' kummerċjali tal-gvern tiġi riveduta skond l-għoli tal-ħajja jew inkella skond kriterji oħra, ħalli b'dan il-mod għallinqas il-gvern jibda jieħu dak li ħaqqu mill-proprjeta' u mill-art tiegħu.", "Biddilna wkoll il-kondizzjonijiet fil-kuntratti li permezz tagħhom il- gvern jgħaddi l-proprjeta' b'riżoluzzjoni fil-Parlament.", "Dan l-aħħar għaddejna diversi proprjetajiet lil diversi għaqdiet sportivi - ħaġa oħra li għamilna din is-sena li kienet ilha imwiegħda ħafna mill- amministrazzjoni Nazzjonalista u li qatt ma saret - fejn daħħalna kondizzjoni li jekk wieħed irid li ngħaddulu proprjeta' permezz ta' riżoluzzjoni fil-Parlament, jekk ikun irid ibiddel xi parametru ta' dak il- kuntratt irid jerġa' jiġi quddiem dan il-Parlament biex nirriveduh.", "Mhux se jsir bħal qabel, li wieħed imur biss quddiem il-Commissioner of Lands.", "Mr Chairman, m'iniex se nidħol fil-polemika li ssemmiet hawnhekk f'dak id- dibattitu meta tkellimna fuq il-proprjetajiet tal-gvern li għaddejna b'riżoluzzjoni f'dan il-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, imma żgur li din hija xi ħaġa li turi li aħna bis-serjeta' rridu li l-proprjeta' li tgħaddi għand il-privat permezz tar-riżoluzzjoni ta' dan il-Parlament tgħaddi għandu b'mod li ma tistax tiġi abbużata.", "L-estate management department għandu diversi policies li qegħdin jitħejjew għas-sena d-dieħla.", "Fost l-oħrajn qed inħejju policy biex jingħataw artijiet u proprjetajiet lil non-governmental organisations kif ukoll organizzazzjonijiet volontarji u filantropiċi u biex ngħaddu artijiet u proprjeta' lill-kunsilli lokali.", "Qed nagħmlu policies dwar kiosks għax anke hawnhekk kulħadd qed jagħmel li jrid.", "Qed isiru policies dwar kif isir il-bejgħ ta' proprjeta' kummerċjali, mhux biss iċ-ċens.", "Qed nitkellmu wkoll dwar management policies ta' camping sites u areas ta' rikreazzjoni.", "Ħloqna l-building construction industry department għax kif spjegajt is- sena li għaddiet il-Gvern ħass il-bżonn li jieħu ħsieb din l-industrija li hija tant importanti għal pajjiżna.", "Fil-fatt dan id-dipartiment ġdid li effettivament se jibda jaħdem mis-sena d-dieħla - għax huwa provdut fil- budget ta' din is-sena - se jkollu ħames taqsimiet.", "L-ewwelnett irid jieħu ħsieb il-building regulations.", "Bħalma qal tajjeb l-Onor.", "Mintoff, malli saret il-Planning Authority bdiet tinforza l-planning regulations imma l- building regulations ħadd m'huwa qiegħed jinforzahom.", "Dan mhux sewwa.", "Illum il-ġurnata qed intellgħu bini u ħadd ma jmur jiċċekkja l-qatran jew il-katusi, xejn!", "Hemm bżonn li nerġgħu ndaħħlu l-konċett li mhux biss inħarsu l-building regulations imma naġġornawhom għaż-żmenijiet tal-lum.", "Għandna bżonn ukoll nagħmlu dipartiment sabiex jagħmel monitoring aktar strett ta' l-industrija tal-bini.", "Ftit tal-jiem ilu meta konna qed nitkellmu fuq is-setting-up tal-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal- bini ntqal li bħalissa l-industrija tal-bini sejra ħażin.", "Jien ma nafx kif qed jingħad hekk għax meta rajt l-economic survey li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra meta tpoġġew l-estimi u rajt ftit kif sejra l-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni sibt li l-growth rate ta' din l-industrija fl- 1996 kienet ta' Lm27.25 miljun u fl-1997 telgħet għal Lm29.62 miljun.", "Jiġifieri kellna kontribut aktar għoli ta' l-industrija tal-bini fil-GDP.", "Jekk naraw il-wage component fl-ekonomija Maltija nsibu li fl-industrija tal-bini fl-1996 kellna Lm14.874 miljun bħala salarji u dawn telgħu għal Lm15.381 miljun, jiġifieri anke hawnhekk tħallsu iktar salarji f'din l- industrija.", "Il-profitti minn din l-industrija fl-1996 kienu Lm12.38 miljun u fl-1997 telgħu għal Lm14.3 miljun.", "Jiġifieri jekk tara l-istatistika ssib li mhux veru li din l-industrija tal-kostruzzjoni f'dawn iż-żmenijiet għaddejja minn xi kriżi, kif ipprovaw ipinġuha hawnhekk, anzi din is-sena marret ħafna aħjar mill-1996 u mill-1995 u nibqa' sejjer hekk lura.", "Bil- permess tal-Kamra nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika ta' din is-sena.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Analisi ekonomika dwar is-settur ta' l-industrija tal-kostruzzjoni u tal-barrieri għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 1997;", "Minn f'din l-istatistika nsibu li din kienet sena record għal din l- industrija bl-ammont ta' profitti li għamlet.", "F'dan id-dipartiment ta' l- industrija tal-bini u kostruzzjoni għandna unit ieħor ta' quality assurance.", "Hawnhekk saru kummenti li naqbel ma partijiet minnhom fejn intqal li l-kwalita` tax-xogħol tal-gvern mhux dejjem ikun mill-aħjar.", "Dan huwa veru u aħna rridu li jkun mill-aħjar.", "Jekk aħna se nħallsu għall- proġetti tal-gvern bi flus tajbin nippretendu li l-kuntratturi u n-nies tal- gvern li jagħmlu dak ix-xogħol jagħmluh tajjeb.", "Se nagħmlu unit għal tapposta biex nenforzaw il-quality assurance fuq il-kuntratturi tagħna.", "Kultant jiġu ċerti nies jgħiduli li qed iwaddbulna tenders, per eżempju, biex jagħmlu l-pajpijiet tad-drenaġġ, fejn ir-rata li jkunu tawna lanqas biss tkun tkopri l-prezz tal-pipe.", "Allura kif jista' jkun li dawn jagħmlu xogħol tajjeb jekk lanqas il-prezz tal-pipe m'huma qed ikopru bir-rata li qed jagħtuni?", "Żgur li hemm xi ħaġa ħażina.", "Unit ieħor fi ħdan dan id-dipartiment se jkun dwar il-health and safety.", "Aħna nemmnu fis-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u hemm bżonn li nenforzawha u aħna l-ewwel ma rridu nagħtu eżempju tajjeb, billi nenforzawha fuq in- nies tal-gvern li qed jaħdmu f'din l-industrija.", "Imbagħad għandna l-co-ordination with professional boards branch jiġifieri l-engineering board u l-architects board.", "Għall-1998 huwa maħsub li dan id-dipartiment jara kif jaħdem iktar mill-qrib mal-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini li tkellimna fuqu ftit tal-jiem ilu f'dan il-Parlament.", "Ma rridx nerġa' nitkellem fuqu llum għax naħseb li kellna diskussjoni twila biżżejjed.", "Kif spjegajt qabel għandna bżonn nibdew inħarsu lejn il-building regulations u nagħmlu up-grading tal- laboratorju tal-public works f'Kordin fejn nittestjaw il-materjal tal-bini ħalli nkunu ċerti li dak li qed jingħatalna huwa sewwa.", "Għandna bżonn nagħmlu aktar monitoring fuq il-kuntratti u l-kuntratturi li jaħdmu mal- gvern.", "Waħda mill-affarijiet li qaluli dan l-aħħar hija li jekk ix-xogħol joħorġu tali dipartiment il-kuntratturi jwaddbu ċerti rati u jekk l-istess xogħol joħorġu dipartiment f'ministeru ieħor iwaddbu rata differenti totalment.", "Għaliex għandu jkun dan?", "Xi ħaġa ħażina hemm żgur.", "Se ngħid minn hawnhekk bl-ikbar serjeta' li dawn l-affarijiet se jkunu monitored għax ma rridux li jsiru l-abbużi minn flus il-poplu.", "Meta jsiru dawn it- tip ta' abbużi, meta l-pajjiż ma jingħatax xogħol tajjeb għal flus tajbin ikun abbuż kbir u m'aħniex se nippermettu aktar li jsir hekk.", "Taħt il-land and construction division hemm ukoll il-kumitati tar- riabilitazzjoni li xtaqt ngħid kelma fil-qosor dwarhom.", "Hawnhekk għandna l- kumitat ta' riabilitazzjoni tal-Belt li din is-sena kien impenjat fuq diversi xogħlijiet, fost oħrajn Triq Zakkarija, fejn qiegħed isir pavimentar ġdid u nittama li jitlesta sax-xahar tal-Milied, id-development brief li sar fuq Forti Sant'Iermu; u l-pavimentar ta' Triq ir-Repubblika.", "Triq ir-Repubblika għalaqniha għat-traffiku iktar minn 20 sena ilu biex nagħmluha pedestrian imbagħad qatt m'għamilna l-pass li kien imiss, li nagħmlu surface tat-triq li jmur ma' triq li hija pedestrianised.", "Għamilna pass u f'għaxar snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista qatt ma ġie followed up.", "Kellu jerġa' jkun Gvern Laburista biex inkomplu fuq dak li għamilna aħna stess fl-amministrazzjoni ta' qabel.", "Issottomettejna applikazzjoni lill-Planning Authority biex inneħħu dik l-eyesore tal- walkway li tgħaqqad il-qorti ma' l-annexe, imma jiddispjaċini ngħid li nsibu ħafna diffikultajiet mill-Planning Authority għax skond huma ladarba qed tintuża ma nistgħux inneħħuha u nagħmlu oħra minflokha.", "Ladarba joħroġ il-permess ta' dak ix-xogħol se nieħdu ħsieb ukoll il-pavimentar ta' dik il-parti ta' Triq id-Dejqa li tiġi taħt il- walkway.", "Din is-sena għamilna wkoll it-titjib tal-kostruzzjoni tal- Monument tat-Tifkira u tajna wkoll bidu ta' programm ta' tneħħija ta' ħadid mal-faċċata tal-bini għax, kif jaf kulħadd, il-ħadid mal-faċċata tal-bini, mal-ġebla tagħna tagħmel ħsara kbira.", "Għal xi raġuni oħra maż-żmenijiet ma' ħafna mill-bini tagħna twaħħlu ħafna biċċiet tal-ħadid u kkawżaw ħafna ħsarat u spalling tal-ġebel u dan irridu nneħħuh min hemm.", "Matul din is- sena saru diversi xogħlijiet ta' restawr, fosthom fuq il-Barrakka t'Isfel, Palazzo Castellania, il-Knisja tal-Ġiżwiti u ħafna oħrajn.", "Is-sena d-dieħla, bħalma semmejt, beħsiebna nagħtu spinta lix-xogħol fi Triq ir-Repubblika.", "Nittamaw li sa Ġunju, meta l-Belt tkun il-kapitali kulturali ta' l-Ewropa, dan ikun lest.", "Nittamaw li sa Ġunju nlestu wkoll l- art centre ta' St James Cavalier jew almenu nlestu l-parti l-kbira tax- xogħol li qiegħed isir hemmhekk.", "Għandna l-kompetizzjoni għall-upgrading ta' Triq Sant'Anna fil-Furjana li qed nippjanaw li nagħmlu fil-bidu tas- sena d-dieħla.", "Flimkien mat-Telemalta se nibdew ix-xogħol - li kemm ilni f'dan il-Parlament ilu jissemma imma qatt ma sar - tat-tneħħija ta' cables u wires żejda li hemm fit-toroq tal-Belt, kif ukoll se nkomplu bix-xogħol ta' restawr.", "Mr Chairman, is-sena d-dieħla fil-Kottonera għandna ħsieb li nibdew xogħol ta' riabilitazzjoni tax-Xatt tal-Birgu; inkomplu bl-istudju dwar l- użu li jista' jsir mill-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera; inkomplu x- xogħol ta' restawr li qiegħed isir hemmhekk; nagħmlu upgrading tal-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara u nagħmlu proġett għall-Pjazza ta' Santa Margerita ġewwa Borma.", "Nispera li s-sena d-dieħla jkollna ċans nagħmlu kumitat ta' riabilitazzjoni għall-Imdina li xtaqna nagħmlu din is-sena u li ma laħħaqniex.", "Il-building and engineering department li issa jaqa' taħt il-works division effettivament jiġbor fih il-periti u l-inġiniera kollha li jagħmlu x-xogħol ta' disinn ġewwa l-Public Works.", "Dan huwa dipartiment importanti ħafna għaliex jekk inti tibda proġett l-ewwel ma tmur għand il-perit jew l- inġinier u għalhekk ħassejna l-bżonn li nsaħħuh.", "Fil-fatt illum dan id- dipartiment huwa mqassam f'diversi units, fosthom hemm l-architectural unit u l-istructural engineering unit.", "Kif jista' jkollok gvern li qed jagħmel dawn il-proġetti kbar ta' kostruzzjoni imbagħad ma jkollokx structural unit fi ħdan id-dipartiment, ma jkollokx civil engineer jew structural engineer wieħed?", "Dan ma jistax ikun jekk trid tagħmel l-affarijiet bis serjeta' u llum il-ġurnata qegħdin nindirizzaw din il-problema.", "Għandna wkoll sezzjoni tal-building services.", "Kif jaf kulħadd illum il- building services, l-elettriku, l-ilma, l-airconditioning u affarijiet oħra qed ikunu parti kbira integrali min kwalunkwe proġett.", "Għandna l- environmental planning unit li ħloqnieh issa.", "Għandna r-restoration unit li jieħu ħsieb ukoll xogħol ta' restawr b'mod partikolari fejn jidħlu l- kumitati ta' riabilitazzjoni.", "Għandna l-unit tat-toroq u għandna wkoll unit ta' quality surveying.", "Matul din is-sena dan id-dipartiment kien impenjat ħafna fuq diversi xogħlijiet, fost l-oħrajn fuq ix-xogħlijiet tal- Faċilita` Korrettiva ta' Kordin, id-Dar ta' l-Anzjani ġewwa Bormla, il- Proġett ta' Buġibba u l-parks nazzjonali li qed jiġu ppjanati f'Burmarrad, Qawra, Ta' Qali u Delimara.", "Kien impenjat ħafna fuq l-uffiċini l-ġodda ta' Posta Ltd, fuq l-uffiċini ġodda tal-Ministeru tat-Turiżmu, fuq xogħol ta' restawr li qiegħed jitwettaq u fuq ħafna toroq u ħafna junctions li aħna għamilna xogħol fuqhom.", "Matul is-sena d-dieħla se nkomplu bix-xogħol fuq il-Faċilita` Korettiva ta' Kordin u se nkomplu bix-xogħol ta' upgrading ta' Buġibba u mhux se jieqaf ix-xogħol bħalma pprovaw jagħtu l-impressjoni hawnhekk.", "Ix-xogħol se jitkompla, infatti hemm budget għalih is-sena d-dieħla.", "Se nagħtu bidu għall-upgrading project ta' Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa u se nkomplu wkoll fuq ix-xogħlijiet li hemm ta' parks nazzjonali, b'enfasi partikolari fuq dawk ta' Ta' Qali u ta' Burmarrad, apparti xogħlijiet oħra ta' toroq.", "Dipartiment ieħor li wkoll huwa importantissimu fi ħdan id-diviżjoni tax- xogħlijiet pubbliċi huwa dak li nsejħulu construction and maintenance department li fih hemm kważi l-work force industrijali kollha li għandna fi ħdan id-diviżjoni.", "Taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista n-nies ta' dan id-dipartiment kienu spiċċaw kważi ma jagħmlu xejn.", "Illum aħna erġajna bdejna nagħtuhom ix-xogħol u niftaħar meta ngħid li din is-sena dawn ħadu sehem fuq proġetti kbar li twettqu f'dan il-pajjiż, fost l-oħrajn il- Buġibba upgrading project fejn għamlu b'aktar minn Lm1 miljun xogħol, il- programm ta' l-iskejjel fejn għamlu b'Lm0.5 miljun xogħol u l-uffiċini ġodda tal-Posta fejn għamlu b'aktar min Lm110,000 xogħol.", "Meta tara li bejn dawn it-tliet proġetti għamlu xogħol ta' iktar min Lm1.6 miljun tinduna li mhux veru li l-ħaddiema kollha li hemm fil-public works huma għażżenin.", "Hemm ħaddiema għażżenin imma jekk ikunu motivati u inċentivati dawn jaħdmu, allura rridu nsibu l-metodu kif inħaddmuhom.", "Għas-sena d- dieħla dan id-dipartiment se jkun impenjat ħafna fuq il-proġetti kapitali li għandu l-gvern li fost l-oħrajn jinkludu l-kontinwazzjoni ta' l- upgrading ta' Buġibba, l-upgrading li qiegħed isir f'Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa kif ukoll fuq il-proġetti tal-parks nazzjonali.", "Dipartiment ieħor li wkoll għandu ħafna nies miegħu huwa l-manufacturing and services department jew kif inhuwa magħruf il-garaxx tal-gvern, kemm dak tal-Marsa kif ukoll dak ta' Ħal Kirkop.", "Anke hawnhekk kienet issir il- kritika li ftit li xejn kien ikun hemm performance minn dawn iż-żewġ garaxxijiet tal-gvern.", "Illum il-ġurnata qed niffaċċaw is-sitwazzjoni tal- ħaddiema b'mod differenti, qed naraw x'sistemi ġodda se nużaw biex il- ħaddiema inġegħluhom jaħdmu aktar u fost l-affarijiet l-oħra sistema li ntużat tajjeb hija s-sistema tal-koperattivi.", "Hemmhekk diġa' għandna żewġ koperattivi li qed jaħdmu, waħda tas-sinjali u tabelli tat-traffiku u l- oħra tal-mastrudaxxi, u għandna oħrajn in the pipeline li nittamaw li jsiru matul is-sena d-dieħla.", "Matul din is-sena wkoll fil-garaxxijiet tal-gvern wettaqna diversi xogħlijiet li kien ilhom jgħidu li jridu jsiru għal ħafna snin imma qatt ma saru.", "Fost l-oħrajn kien inawgurat il-blokk il-ġdid ta' l-amministrazzjoni; u ġiet inawgurata fuel station ġdida li tinkludi pompa ta' petrol bla ċomb.", "Ġew introdotti faċilitajiet ġodda għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol li ma kienx hemm qabel minkejja li f'Ħal Kirkop b'mod partikolari għandek l- inġenji l-kbar hija faċli biex jiġrilek xi ħaġa.", "Għaddej ix-xogħol importantissimu tal-bdil tas-soqfa tal-workshops.", "Ġewwa l-Marsa sal-lum għad għandna workshops li kienu msaqqfa bl-asbestos li ħafna minnhom kienu joqtru u taħthom kien hemm nies jaħdmu b'makkinarju ta' l-elettriku.", "Jien ma nafx kif qatt ma ġara xi inċident serju apparti li l-asbestos mhux tajjeb għan-nies.", "Qegħdin għaddejjin bix-xogħol ta' tibdil ta' soqfa, xi ħaġa li wkoll kienet ilha mwiegħda ħafna snin mill-Amministrazzjoni l-oħra u qatt ma saret.", "Bħalma ntqal tajjeb hawnhekk, għandek bżonn il- makkinarju biex taħdem u għalhekk saru wkoll ordnijiet ta' ammont ta' Lm180,000 għax-xiri ta' makkinarju.", "Dan id-dipartiment li bil-ftit il-ftit taħt l-amministrazzjoni ta' qabel kienu qed joqtlulu l-inizjattiva tiegħu tant li fl-1996 għamel biss b'xi Lm300,000 xogħol, matul is-sena 1997 dan għamel kważi b'Lm1miljun xogħol.", "Dan jagħmilna kburin, mhux lilna biss imma lin-nies li jaħdmu u jmexxu dak il-garaxx tal-gvern għax juri biċ-ċar li meta inti timpenja ruħek bis-serjeta', meta inti timpenja ruħek bix timmotiva lin-nies u tagħtihom l-inizjattiva, dawn jaħdmu u mhux minnu dak li jingħad fuq dawn in-nies, li dawn huma kollha nies għażżenin.", "Mr Chairman, niġi għad-dipartiment tat-toroq li huwa wkoll fi ħdan id- diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Il-kollega tan-naħa l-oħra l-Onor.", "Jesmond Mugliett qal li ma tantx saru xogħlijiet ta' toroq din is-sena u qal li fl-estimi ta' din is-sena hemm figura żgħira ivvotata għall-budget tas-sena d-dieħla fuq ix-xogħol tat-toroq għax hemm xi Lm4 miljun biss.", "Forsi ma ndunax li apparti mill-Lm4 miljun għax-xogħol ta' toroq, għas-sena d-dieħla hemm ivvotati Lm2.2 miljun biex jitħallsu l-kuntratturi tax-xogħol li għamlu fit-toroq qabel l-elezzjoni bla ma kellhom budget għalih!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Basta nagħtu t-tarmac qabel l-elezzjoni!", "Ta' min ifakkar li dan il-Gvern sab b'Lm7.5 miljun xogħol ta' toroq li saru qabel l- elezzjoni li qatt ma kien hemm `budget għalih.", "Din is-sena qtajna Lm2.5 miljun minnu għax hekk għandna ftehim mal-kuntratturi, is-sena d-dieħla naqtgħu Lm2.2 miljun u l-bqija għas-sena ta' wara.", "Dan ħadd ma jgħidu!", "Kieku aħna għandna dawn iż-Lm2.2 miljun f'idejna żgur konna nagħmlu aktar xogħol fit-toroq milli fil-fatt se nagħmlu, imma anke bl-Lm4 miljun li għandna f'idejna se nwettqu l-aktar xogħol li huwa importanti li jsir fil- pajjiż għax fl-aħħar mill-aħħar għandna l-prijoritajiet.", "Din is-sena għamilna biċċa xogħol importanti fuq Żabbar Road li qabel l-elezzjoni qalulhom li se jagħtuha lagħqa tarmac.", "Aħna sibna li din mhux lagħqa tarmac kellha bżonn imma kellha ssir mill-bidu sa l-aħħar.", "Qlajniha bil- pedament b'kollox u nżilna metru 'l isfel biex għamilna pedament ġdid.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li tajna lagħqa tarmac kif ipprovaw jagħtu l-impressjoni.", "F'Buġibba fejn għamilna x-xogħol ta' l-upgrading saru 45 triq, apparti l- junction innifisha.", "Għamilna wkoll il-junction ta' l-Addolorata li jien jidhirli li qed tagħti riżultati tajbin.", "Għamilna dak ix-xogħol għax aħna nafu li minn dik il-junction ħdejn l-Addolorata jgħaddi t-traffiku kollu li jkun sejjer lejn in-naħa t'isfel tal-pajjiż.", "Jekk irridu li jkollna l- iżvilupp fin-naħa t'isfel irridu nibdew billi nagħmluh aċċessibbli.", "Is- sena d-dieħla se nagħmlu diversi xogħlijiet f'postijiet li jidhrilna li għandhom prijorita`.", "Fost l-oħrajn għandna Psaila Street ġewwa Birkirkara li verament qiegħda fi stat ħażin imma din ma tistax tinbeda qabel ma jitlesta x-xogħol fuq il-main ta' l-ilma hemmhekk.", "Fil-fatt ħarġet it- tender għal dan ix-xogħol u safejn naf jien waslet biex tingħata.", "Irid isir xogħol fuq Imdina Road f'Ħal Qormi għax hemmhekk ukoll it-triq spiċċat u trid issir mill-ġdid.", "It-Triq ta' Ħal Far li tgħaqqad il-Freeport ma' l- ajruport li tieħu t-traffiku tqil kollu li jkun għaddej bejn l-ajruport u l- Freeport hija diżastruża.", "Ħafna mill-burdnara jirrifjutaw li jgħaddu minn hemm għax hija ħażina ferm u jispiċċaw jgħaddu miċ-ċentru ta' Birżebbuġa u din irridu nevitawha.", "Irridu nagħmlu wkoll it-triq il-ġdida li tgħaqqad Pembroke mal-Bajja ta' San Ġorġ fejn għandna investiment kbir ta' lukandi.", "Mr Chairman, aħna m'aħniex sejrin ninsew l-areas residenzjali u fost l- areas li l-aktar se jsir xogħol fuqhom hemm il-proġett tal-Qajjenza ġewwa Birżebbugia li diġa' ħarġet tender għalih fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Se jsiru xogħlijiet ukoll f'Tal-Ħofra Ħaż-Zabbar fejn hemm area kbira residenzjali li ilha ma jkollha triq suret in-nies snin sħaħ.", "Għandna l- phase III tal-HOS f'Ħad-Dingli li hija area kbira fejn joqogħdu ħafna nies u m'hemmx toroq tajbin.", "Mr Chairman, nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq prinċipali li se nagħmlu xogħol fuqhom is-sena d-dieħla.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Programm ta' xogħlijiet ta' bini u kisi ta' toroq f'diversi lokalitajiet għas-sena 1998.", "Mr Chairman, fost affarijiet oħra d-dipartiment tat-toroq irid jara li jsolvi l-problemi li jkun hemm fl-istess toroq.", "Għalhekk ħloqna unit ta' kordinament li permezz tiegħu meta niġu biex nagħmlu t-toroq naraw li s- servizzi li hemm taħt il-wiċċ tat-triq ikunu adegwati.", "Meta qed nitkellem fuq servizzi qed nirriferi għas-servizzi kollha, jiġifieri drenaġġ, ilma, elettriku, telephones, il-cable television u kollox.", "Qabel ma nippjanaw wiċċ ta' triq, tkun fejn tkun, u qabel ma nagħmlu resurfacing, għandna dan il-unit li qiegħed jara kif inhuma s-servizzi, iqabbad l-entijiet u l- korporazzjonijiet kollha sabiex jirranġaw l-istat tas-servizzi tagħhom, jekk m'humiex tajbin, u mbagħad isir ix-xogħol tas-surfacing.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż nibqgħu għaddejjin bis-sistema li llum nagħtu t- tarmac u l-għada naqilgħuh.", "Dan huwa ħela ta' flus il-poplu u m'aħniex se nippermettuh aktar u rridu nagħmlu ħilitna biex dan ma jiġrix.", "Ladarba semmejt l-ilmijet fit-toroq, irrid ngħid li hawnhekk għandna problema ta' ħafna toroq fl-irħula tagħna li ma' kull naqra xita jiġu flooded.", "Mr Chairman, din is-sena bdejna biex nagħmlu storm water masterplan għal Malta kollha.", "Qbadna l-areas li huma l-aktar milquta u bdejna naraw x'nistgħu nagħmlu fuqhom u bdejna nnaddfu s-sistemi li hemm.", "Sibna sistemi li ħafna minnhom huma antiki, bħall-water culvert li jgħaqqad l-area ta' qabel Bieb il-Polverista, Bormla ma' Għajn Dwieli li nbena 100 sena ilu u kien imblukkat totalment.", "Dan kien inbena appuntu biex jieħu l- ilma tax-xita fih u għalhekk qbadna u naddafnieh.", "Ladarba jkun lest dan ix- xogħol u l-ilma jiġi ddevjat għal ġo dan il-culvert, niffrankaw ħafna ilma li jibqa' niżel 'l isfel għal Pjazza Gavino Gulia mill-Fgura u nevitaw li dak il-post jegħreq.", "Bħalissa għaddejjin b'xogħol ieħor fl-istess area u qed nagħmlu culvert ġdid fi Triq is-Sur, il-Fgura sabiex jieħu l-ilma tax- xita li llum qed jispiċċa f'Bormla u qed jgħarraq lin-nies litteralment, b'mod partikolari fl-area ta' taħt il-Baċir.", "Qed nagħmlu culverts f'areas oħrajn, speċjalment areas li huma għoljin li jwaddbu l-ilma għal fuq areas fil-baxx ħafna bħal Birkirkara u Ħ'Attard.", "Qed nieħdu ħsieb ukoll li nagħmlu culverts fir-Rabat fejn illum il-ġurnata tant kiber il-bini li qed ikollna volumi kbar ta' ilma li jibqa' nieżel u jgħerreq partijiet minn Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara.", "Huwa inutli li tipprova tilqa' l-ilma ladarba jaqa' fuqek imma jekk jista' jkun ma tħallihx jiġri l-ilma.", "Aħna qed nipprovaw sistemi li permezz tagħhom inkunu nistgħu nevitaw l-għargħar.", "Aħna ħsibna li nnaddfu l-widien.", "Kemm kien hawn widien li ilhom snin twal ma jitnaddfu?", "Kemm kien hawn ġibjuni li qatt ma tnaddfu minn mindu saru?", "Mr Chairman, din is-sena bil-faċilitajiet u r-riżorsi li kellha pprovajna nnaddfu kemm jista' jkun minnhom.", "Naddafna diversi widien bħal dak ta' Ħal Qormi, Siġġiewi, Wied il-Għajn, il-Marsa u l-ġibjuni f'Tal- Barrani u postijiet oħrajn ħalli kemm jista' jkun l-ewwelnett nevitaw il- flooding u t-tieni nett nilqgħu l-ilma.", "Aħna nemmnu li l-ilma tax-xita għandna nilqgħuh għaliex 'il quddiem jkollna bżonnu.", "Mr Chairman, dipartiment ieħor li għandna fi ħdan din id-diviżjoni huwa d- dipartiment tal-waste management.", "Is-sena li għaddiet dan id-dipartiment kien impenjat ħafna u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lid-direttur tiegħu għaliex vera ħa interess fix-xogħol li kien hemm bżonn li jsir, u mhux kif ipprova jagħti l-impressjoni l-Onor.", "Zammit Dimech s-sena li għaddiet meta ddiskutejna dan il-budget.", "Dan id-dipartiment kellu ħafna xogħol għaliex fuqu ntefgħet it-task li jrid jipprova jikkontrolla l-iskart mill- industrija tal-bini.", "Naħseb li l-Kamra taf li matul din is-sena għamilna tentattivi ħalli nipprovaw nagħlqu l-eyesore tal-Magħtab għal dan l-iskart għallinqas.", "Mr Chairman, nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra graph dwar ir-radam mitfugħ fil-Magħtab.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Graph li turi l-ammont ta' radam mitfugħ fil-Magħtab bejn Awissu u Novembru 1997.", "Nista' ngħid li minn meta ntroduċejna r-regolamenti l-ġodda, kif tindika ċar ħafna din iċ-chart li għandi hawnhekk, l-ammont ta' skart li ġej mill- industrija tal-bini u li dieħel ġewwa l-Magħtab naqas b'mod sostanzjali.", "(Interruzzjonijiet) Ma jimpurtax li jmur band'oħra għax l-idea tagħna kienet li ma jmurx il-Magħtab.", "Fil-fatt aħna qed nipprovaw nilliċenzjaw il- barrieri ħalli l-iskart imur fih.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, aktar minn hekk, aħna ridna nagħmlu l-affarijiet bis- serjeta' u lill-burdnara għidnielhom li biex iġorru dan il-materjal iridu jkunu liċenzjati u jekk wieħed jaqbad u jwaddab dan il-materjal x'imkien b'mod illegali jew abbużiv, kif qed jgħidu tan-naħa l-oħra, neħdulu t-trakk u nwaħħluh multa.", "Aħna ridna nirreġistraw il-burdnara għaliex ridna s- serjeta'.", "Fost affarijiet oħrajn qed ngħidu li għandu jkun hemm anke insurance għall-postijiet fejn jista' jitwaddab dan il-materjal.", "Nittamaw li s-sena d-dieħla nkomplu għaddejjin ħalli nipperfezzjonaw aktar din is- sistema bħalma nittamaw li nerġgħu nibdew indaħħlu skemi ta' riċiklaġġ tad- diversi frazzjonijiet ta' l-iskart li jistgħu jiġu riċiklati.", "Punt li nixtieq insemmi wkoll huwa dwar il-kwestjoni ta' l-impjant ta' Sant'Antnin.", "Dak huwa impjant li kien twaqqaf minħabba l-kwestjoni tar- riħa u kellu ħafna ħsarat.", "Minkejja li kellu ħafna ħsarat u ma kienx qed jaħdem xorta konna qegħdin inħallsu lill-kuntrattur privat biex imexxih.", "Għalhekk aħna waqqafna l-kuntratt tiegħu, qabbadna n-nies tat-Tarzna biex jirranġaw l-impjant u l-flus li ħadulna biex irranġawh huma frazzjoni żgħira ħafna tal-flus li konna nagħtu lill-kuntrattur, Mr Chairman.", "F'Jannar se nibdew nużaw sistema ġdida ta' l-eco-pods biex inkunu nistgħu nerġgħu nibdew il-proċess tal-composting.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq id-dipartiment tad-drenaġġ qabel ma nirrispondi fuq it-tariffi ta' l-istess drenaġġ u fuq l-ilma.", "Mr Chairman, matul din is-sena dan id-dipartiment wettaq diversi xogħlijiet.", "Forsi l-iktar xogħol importanti li wettaq kien l-upgrading ta' l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ġewwa Sant'Antnin.", "Dan l-Impjant ta' Sant'Antnin tat- trattament tad-drenaġġ kien inbena minn Gvern Laburista fl-1983 u minkejja li tan-naħa l-oħra kienu jafu li sa l-aħħar tas-sena 2000 aħna jrid ikollna biżżejjed impjanti ħalli nkunu nistgħu nittrattaw d-drenaġġ ta' Malta kollu, kemm damu fil-gvern qatt ma bnew impjant ieħor jew kabbru dan għallinqas.", "Malta f'għaxar snin sħaħ m'għamlu xejn u issa għadhom il-wiċċ jgħidulna: Is-sena 2000 dalwaqt magħna.", "X'se tagħmlu biex tittrattawh kollu d-drenaġġ?", "Dan aħna kabbarnieh u fi ftit tal-jiem oħra dan se jinfetaħ u minflok 7,000 metru kubu kuljum se jkun jista' jittratta 17,000 metru kubu kuljum.", "Bdejna wkoll ix-xogħol fuq il-main ġdid tad-drenaġġ li jrid isir bejn ir- Rabat u Ħ'Attard għaliex fl-inħawi tar-Rabat, il-Baħrija u Ħad-Dingli m'hemmx main kbir biżżejjed biex jieħu d-drenaġġ ta' dak il-post li llum il- ġurnata kiber mhux ħażin.", "Qabbadna project management consultants ħa jagħtu l-expertise tagħhom lid-dipartiment.", "Flimkien mal-Water Services Corporation għamilna studju fuq ir-reuse ta' l-ilma li aħna nġibu mit- treated effluent għaliex fl-aħħar mill-aħħar skond ir-reuse ta' dan it- treated effluent irridu niddeterminaw fejn se nagħmlu it-treatment plants tagħna.", "Għamilna xogħol fuq ir-retention galleries u nittamaw ukoll li sa l-aħħar tas-sena x-xogħol fuq l-outfall ta' Ras il-Ħobż ġewwa Għawdex ikun lest.", "Fid-dipartiment tad-drenaġġ għandna programm ta' xogħol intensiv anke matul is-sena d-dieħla.", "Fost l-oħrajn irridu naħdmu fuq l-outfall ta' Wied Għammieq għaliex hemmhekk għandna problemi kbar.", "Issa nħareġ il-kuntratt u nittamaw li b'hekk inneħħu t-tniġġis tal-baħar f'dawk l-inħawi.", "Se nibdew ix-xogħol tat-transmission mains bejn il-Pwales u ċ-Ċumnija.", "Se nkomplu x- xogħol fuq retention galleries u x-xogħol fuq il-main li semmejt qabel bejn ir-Rabat u Ħ'Attard u nkomplu bix-xogħol importanti ħafna ta' l-enforcement kontra l-abbuż mis-sistema.", "Qiegħed isir wisq abbuż mis-sistema tad- drenaġġ, Mr Chairman, u rridu naraw li din ma tkun abbużata minn ħadd.", "Meta qed ngħid \"minn ħadd\" irrid infisser la mis-settur domestiku, la mill- industrija, la mill-agrikoltura u lanqas mill-catering establishments.", "Mr Chairman, waħda mill-affarijiet li ssemmiet ħafna f'dan il-budget kienet il-kwestjoni tat-tariffi tad-drenaġġ.", "Jiena xtaqt nitkellem ftit fuq dawn it-tariffi għalkemm ma fadallix ħafna ħin.", "Meta tan-naħa l-oħra jitkellmu bil-mod kif jitkellmu fuq dawn it-tariffi, wieħed jaħseb li dawn qatt ma għaddielhom minn moħħhom li se jkollhom bżonn jagħmlu xi tip ta' tariffa bħal din.", "Jien irrid ngħid kif ġrat l-istorja tat-tariffi.", "Il- Gvern Nazzjonalista kien iffirma kuntratt mal-European Investment Bank għall-finanzjament tal-proġetti tad-drenaġġ li ried iwettaq.", "Irrid infakkar li fid-diskors tas-sena l-oħra l-Onor.", "Zammit Dimech qal dawn il- preċiżi kliem:", "\"Naturalment il-Gvern preżenti - jiġifieri l-Gvern Laburista - japprezza, jekk xejn, il-fattur li aħna konna nnegozjajna faċilitajiet finanzjarji tajbin mal-European Investment Bank ta' aktar minn ECU40 miljun li llum jista' jibbenefika minnhom l-Gvern preżenti bħalma konna nibbenefikaw minnhom aħna.\"", "Issa ħalli naraw b'liema kondizzjonijiet ingħataw dawn l-ECU40 miljun.", "Dawn iffirmaw żewġ kuntratti ma' l-EIB.", "L-ewwel kuntratt imsejjaħ Sewage 1 huwa kuntratt li ġie ffirmat fl-1993 u fost id-diversi kondizzjonijiet li għamlu lill-Gvern, ta' l-EIB qalulu hekk:", "\"The borrower shall have presented a plan and calender to restructure sewage services tariffs which will lead at least to full coverage of operations and maintenance costs.\".", "Din kienet kondizzjoni speċifika fil-kuntratt li l-Gvern Malti ffirma ma' l- EIB permezz tal-kollega l-Onor.", "Guido de Marco.", "Kienu jafu li jridu jdaħħlu dawn il-fees.", "Tant kienu jafu li, bħalma qal tajjeb l-Onor. kollega Zammit Dimech, f'Ottubru 1994 l-Prof Edward Scicluna tqabbad jagħmel studju fuq \"a cost recovery programme for sewerage services in Malta\", wara li kien ġie ffirmat il-kuntratt ma' l-EIB fl-1993.", "Fil- konklużjoni tiegħu, l-Prof Scicluna qal hekk:", "\"It also shows that the introduction of a Lm12 household charge in 1997 is the latest date to which such a charge may be postponed.\".", "Jiġifieri fl-1994 dan qal lill-Gvern Nazzjonalista li jrid idaħħal tariffa ta' Lm12 fis-sena across the board fuq kulħadd imma baqgħu sejrin minkejja li kienu jafu li jridu jdaħħlu din it-tariffa.", "Dawn ma jistgħux jgħidu li ma kenux jafu għaliex meta ġew biex jinnegozjaw it-tieni kuntratt ma' l-EIB imsejjaħ Sewage II, kien hemm ittra li nkitbet mis-Sur Briffa, head tal- financing fil-ministeru tal-finanzi, lill-permanent secretary fil-ministeru ta' l-ambjent fejn qallu:", "\"EIB would be insisting on our giving the following undertakings:-", "Progressive inclusion in the water tariffs of a tariff for waste water collection and treatment, including operation maintenance costs, as well as assets depreciation and financial costs, as well as corporisation of the drainage department through its eventual merger with the Water Services Corporation\".", "Imbagħad dan qallu iktar minn hekk:", "\"Your ministry's early confirmation would be appreciated.\"", "Jiġifieri confirmation għal din il-kondizzjoni li jridu jdaħħlu t-tariffi.", "Allura l-permanent secretary fil-ministeru ta' l-ambjent kiteb lura lis-Sur Briffa tal-finanzi u qallu hekk:", "\"Proposals outlined by the EIB are acceptable as they fall in line with the policy of the Ministry for the Environment\".", "Mela filwaqt li hawnhekk dawn qed jgħidulna li huma qatt ma kienu beħsiebhom idaħħlu dawn it-tariffi tad-drenaġġ, f'din l-ittra qed jingħad li huma skond il-policies tal-Gvern Nazzjonalista.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ministru, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: U fil-fatt meta ġie ffirmat il-kuntratt ta' Sewage 11 mal-European Investment Bank kien hemm ċar ħafna li t-tariffa riedu jdaħħluha.", "Jekk naqraw minn dan il-kuntratt insibu li f'paragrafu 6(9) Tariffs jingħad hekk:", "\"The borrower undertakes to include within a reasonable period of time a tariff for waste water collection and treatment in water tariff.", "This waste water tariff shall cover operation and maintenance costs as well as assets depreciation and financial costs.\"", "Dan kien ġie ffirmat fl-1995.", "X'ġara, Mr Chairman?", "Dawn baqgħu jipposponu biex idaħħlu din it-tariffa li bilfors riedu jdaħħlu għax il-Gvern kien marbut li jdaħħalha.", "Tant hu hekk li meta ġiet delegazzjoni ta' l-EIB hawn Malta biex titkellem magħna fuq l-affarijiet li kien hemm - dan wara li għaddiet l-elezzjoni - dawn qalulna: Jew se ddaħħlu din it-tariffa jew inkella m'aħna se nagħtukom xejn aktar u tkunu qegħdin tiksru l- kondizzjonijiet tal-kuntratt li għamilnielkom.", "Dan insibuh miktub f'ittra li ntbagħtet mill-European Investment Bank lill-Ministru tal-Finanzi fejn qalulu hekk:", "\"The deadline for submission of a programme for the incorporation of the waste water tariffs in the water tariffs and the corporisation of the drainage department has expired on the 30th June, 1996\".", "Jiġifieri dawn kienu marbutin li sat-30 ta' Ġunju, 1996 idaħħlu din it- tariffa.", "Imma jien nista' naħseb għalfejn ma daħħluhiex.", "Għax kienet ġejja l-elezzjoni u ma kenux se jdaħħlu xi tariffa qabel l-elezzjoni!", "F'din il-Kamra qed isir ħafna qrid: Għax imsieken se ngħabbu lil kulħadd b'tariffa tad-drenaġġ.", "Qisha din it-tariffa waqgħet mis-sema u qed jimponiha Gvern Laburista fuq in-nies indiskriminatament.", "Din kienet ilha tiġi mħejjija mill-1993 meta kien fil-gvern il-Partit Nazzjonalista u kienu qed jistudjaw x'tip ta' tariffa se jdaħħlu.", "It-tariffa li kienu se jdaħħlu kienet ta' Lm12 fuq kull ras.", "It-tariffa l-oħra kienet li se jbigħu is- second class water għal 15ċ kull metru kubu.", "Ara kemm ma jagħmilx sens dan li qed jgħidu!", "L-ewwelnett, jekk iddaħħal tariffa ta' Lm12 fuq kull ras - u aħna fil-proposta tagħna qed ngħidu li għal-lowest income se nagħmluha Lm3 f'sena, minflok Lm12 kif qed tgħidu intom, u tibqa' tiela' għal Lm9 u Lm24 - tkun qed iddaħħal tariffa fuq dawk li ma jifilħux ħafna iktar għolja milli se ndaħħlu aħna.", "L-Onor.", "Zammit Dimech qalilna li s-second class water nbigħuh għall-prezz ta' 15c kull metru kubu.", "Mela l-first class water kemm kontu se tbigħuh?", "(Interruzzjonijiet) Intom qed tiskandalizzaw irwieħkom li l-average rate ta' l-ilma issa huwa 16c meta intom is-second class water kontu se tbigħuh 15c!", "Ma nkunux ipokriti meta nkunu qed ngħidu dawn l-affarijiet fil-Parlament.", "Hawnhekk ngħidu l- verita' u mhux gideb.", "Sur President, jiena nixtieq kieku kelli ftit aktar ħin għax xtaqt nitkellem ukoll fuq ta' l-ilma.", "Dawn skandalizzaw ruħhom b'service charge ta' Lm24.", "Jien għandi cabinet memo fejn l-espert lill-Onor.", "Fenech Adami qallu: Lm30 nagħmluha s-service charge.", "Grazzi.", "(GĦajjat)", "THE DEPUTY CHAIRMAN : Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni.", "Poġġi bil- qiegħda, Onor. Zammit.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom, daqsxejn ordni.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot IX, kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru. 98 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra .", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.31 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot IX, kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "103", "FAVUR : 34", "L-Onor", "|Abela Tony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona | | |Joe | |De Marco |Pullicino George| |Guido | | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona| | |Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "Astensjoni : Waħda", "L-Onor.Mintoff Dom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond subartikolu (2) ta' l-artikolu 71 tal- Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll skond l-Ordni Permanenti 21 subinċiż (2), peress li l-voti ġew indaqs għandi d-dmir fil-kwalita' tiegħi li qed nippresjedi dan il-Kumitat li neżerċita l-vot deċiżiv u dan konformi mal- konswetudni ta' din il-Kamra, liema konswetudni tinkludi wkoll prinċipji kif elenkati fl-Erskine May paġna 351, edizzjoni 21 dwar il-casting vote.", "U għalhekk qed nivvota kontra l-emenda proposta għall-vot li għandna quddiemna.", "L-Emenda \"B\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 40, kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "John Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 98 din id- division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU.", "104", "FAVUR : 34", "L-Onor", "|Abela Tony |Galea Pace Victor| |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe| |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando| |Giovanna |Jeffrey | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 34", "L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona| | |Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami | | |Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "ASTENSJONI : Waħda", "L-Onor.", "Mintoff Dom", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond subartikolu (2) ta' artikolu 71 tal- Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll skond l-Ordni Permanenti 21 subinċiż (2), peress li l-voti ġew indaqs għandi d-dmir fil-kwalita' tiegħi li qed nippresjedi dan il-Kumitat li neżerċita l-vot deċiżiv u dan konformi mal- konswetudni ta' din il-Kamra, liema konswetudni tinkludi wkoll prinċipji kif elenkati fl-Erskine May paġna 351, edizzjoni 21 dwar il-casting vote.", "U għalhekk qed nivvota kontra l-emenda proposta għall-Vot li għandna quddiemna.", "L-emenda \"A\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi", "VOT IX - MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 14,728,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din il-votazzjoni tittieħed issa stess skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 98.", "VOTAZZJONI NRU.", "105 FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "ASTENSJONI : Waħda", "L-Onor.", "Mintoff Dom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond subartiklu (2) ta' artiklu 71 tal- Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll skond l-Ordni Permanenti 21 subinċiż (2), peress li l-voti ġew indaqs għandi dmir fil-kariga tiegħi li qed nippresjedi dan il-kumitat, li neżerċita l-vot deċiżiv u dan in konformita' mal-konswetudni ta' din il-Kamra, liema konswetudni tinkludi wkoll prinċipji kif elenkati fl-Erskine May, Edizzjoni 21, paġna 351 dwar il- casting vote u għalhekk qed nivvota favur il-Vot IX li għandna quddiemna.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot IX għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija", "VOT 40 - MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 19,744,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 40 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi", "VOT 41 - ARTIJIET U KOSTRUZZJONI Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,070,800 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Artijiet u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 41 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi", "VOT 42 - ILMA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,000,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ilma, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 42 għaddiet.", "Fid-9.46 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 40, 41, 42 u IX taħt il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi jipproponi l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ġimgħa, 21ta' Novembru, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1998", "Is-Seba' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ġimgħa, 21 ta' Novembru, 1997 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.48 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KONFERENZA EWRO-MEDITERRANJA - FOLLOW-UP COMMITTEE", "9805.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna minn min kienet rappreżentata Malta fil-Follow-Up Committee tal- Konferenza Ewro-Mediterranja li ltaqgħet fit-23 ta' Ottubru fi Brussel; x'ġie diskuss u x'kienet il-pożizzjoni ta' Malta fuq il-materji kollha diskussi?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru in oltre jipprovdi dettalji dwar il- lista aġġornata ta' laqgħat tematiċi li ġew proposti lill-parteċipanti f'din il-laqgħa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9702 f'Seduta 146.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - HOSPITALITY", "9603.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997 maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej :-", "|Ministeru tat-Turiżmu|Lm1759.68 | |Dipartiment |Lm 387.26 | |tat-Turiżmu | | |Istitut Studji |Lm 180.20 | |Turistiċi | | |Med.", "Conference |Lm 34.40 | |Centre | | |N.T.O.M. |Lm 597.06 |", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET U KOSTRUZZJONI - HOSPITALITY", "9604.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - HOSPITALITY", "9605.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997 maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: In-nefqa totali bħala hospitality li saret f'isem il-Ministeru fil-perijodu 1 ta' Mejju sal-31 ta'Ottubru, 1997 kienet ta' Lm 6,205.23 maqsuma kif jidher hawn taħt.", "| |Lm | |Ministeru |1047.36 | |Dipartiment ta' |1929.52 | |l-Agrikoltura | | |Dipartiment tas-Sajd u |603.38 | |Akwokultura | | |Dipartiment |116.66 | |tas-Servizzi | | |Koperattivi | | |Vizita' ta' |2508.31 | |Delegazzjoni | | |tad-Direttur Generali | | |tal-FAO | | |Total |Lm | | |6205.23 |", "MINISTERU TAD-DJAR - HOSPITALITY", "9606.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-infiq fuq hospitality mill-1 ta' Mejju 1997 sal- 31 ta' Ottubru 1997 kien:", "|Ministeru |Lm1007.| | |07 | |Dipartiment |Lm | |għall-Akkomodazzjoni |63.05 | |Soċjali | | |Uffiċċju Konġunt |Lm | | |142.00 | |Awtorita' tad-Djar |Lm | | |639.59 |", "MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL - HOSPITALITY", "9607.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - HOSPITALITY", "9608.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru 1997 maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej.", "Deherli li huwa xieraq li nagħti l-informazzjoni fuq spejjeż għall-istess sitt xhur għas-sena ta' qabel.", "1 ta' Mejju 1996 - 1 ta' Mejju 1997 - 31 ta' Ottubru 1996 31 ta' Ottubru 1997", "LM LM", "Ministeru għat- 5,552.00 1,446.00 Trasport u Portijiet", "Malta Maritime 4,221.99 1,962.24 Authority", "Dipartiment ta' 578.41 513.95 l-Avjazzjoni Civili", "Office of the 1,363.80 183.90* Postmaster General", "Dipartiment xejn xejn tal-Liċenzji u t- Testijiet", "Public Transport 301.00 1,536.39 Authority", "Il-Bord ghall- xejn xejn Kontroll tat- Traffiku", "Gozo Channel 1,904.49 222.80 Co. Ltd.", "Malta International 861.33 366.90 Airport", "* Lm 136.80 minn Posta Limited u Lm 47.10 mill-Uffiċċju tal-Postmaster General", "BIEDJA/AGRIKOLTURA - RAPPORT", "9847.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar il-Biedja (Agrikoltura) li ġie mħejji mill-Kummissjoni indipendenti, liema rapport intqal li kien lest sas-17.4.97 mill-Prim Ministru?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant qiegħed ikun mitlub jispeċifika għall-liema rapport u kummissjoni qed jirriferi.", "PITKALIJA - DĦUL TA' PRODOTTI AGRIKOLI", "9848.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9839 u ċioe' dwar dħul ta' prodotti agrikoli fil-Pitkalija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Twegiba tingħata f'seduta ohra.", "ŻERRIEGĦA TAL-PATATA - IMPORTAZZJONI", "9849.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9838 u ċioe' dwar importazzjoni ta' żerriegħa ta' patata?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ASSOĊJAZZJONIJIET SPORTIVI - SPONSORS", "9850.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il assoċjazzjoni sportiva lokali jew nazzjonali hi sponsorjata mill-industrija tat-tabakk jew tax-xorb?", "Liema huma?", "Jikkonsidra l-gvern li jgħin finanzjarjament lil dawk l-assoċjazzjonijiet li ma jkomplux bi sponsors ta' ditti ta' sustanzi li huma ta' ħsara għas-saħħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9313 f'Seduta Nru. 131.", "KORPI/ENTIJIET GOVERNATTIVI - ŻGĦAŻAGĦ", "9851.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9814, kemm hemm żgħażagħ taħt it-30 sena nominati bħala diretturi mill-Gvern fid- diversi Korpi u entijiet fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' dan l- uffiċċju qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Nistieden lill- Onor. Membru biex jiġbor il-bqija ta' l-informazzjoni mill-Ministri kkonċernati.", "P.A. - TĦAFFIR TA' BIR TAŻ-ŻEJT", "9852.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġietx sottomessa applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għat-tħaffir ta' bir taż-żejt fil-limiti ta' Kerċem, Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "CONSTRUCTION & MAINTENANCE DEPARTMENT - PROĠETTI", "9853.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti huma ppjanati li jkunu mwettqa mill-Construction and Maintenance Department is-sena d-dieħla u kemm hi n-nefqa ppjanata fuq kull proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AIR MONITORING PROGRAMME - PROĠETTI", "9854.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi proġetti kienu mwettqa taħt l-Air Monitoring Programme u xi proġetti huma maħsuba għas-sena d-dieħla?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mutluba qiegħda tinġabar.", "ENVIRONMENTAL WARDENS", "9855.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm Environmental Wardens mat-taqsima Environmental Protection Department u jekk hemmx ħsieb li jkunu ingaġġati aktar wardens?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "PUBLIC DEBT SERVICING", "9856.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-allokazzjonijiet taħt il-Public Debt Servicing li din is-sena jammontaw għal Lm54.5 miljun?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-Estimi għas-sena 1998 (minn paġna 180 sa paġna 195) fejn għandu jsib fid-dettall l- allokazzjonijiet kollha dwar il-Public Debt Servicing li jammontaw għal Lm54.4 miljuni.", "U.E. - AKKORDJI/TRATTATI BILATERALI", "9857.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għar-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2060 magħmula minni, fejn qal li ftehim fuq sigurta' soċjali kien beda jiġi negozjat mal-Belġju imma kien għadu ma ġiex iffirmat; u r-risposta tal-Ministru tal-Ħarsien Soċjali għall-mistoqsija parlamentari numru 7230 magħmula mill-Onor.", "Joe Cassar fejn qal li ebda taħdidiet dwar xi forma ta' akkordju simili m'huma qed isiru bejn Malta u l- Belġju, jista' l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali jikkordina mal-Viċi Prim Ministru, sabiex imbagħad flimkien mal-Gvern Belġjan, tittieħed deċiżjoni dwar jekk hemmx interess reċiproku fi ftehim bħal dan u jekk iva, jaslu għal konklużjoni bikrija u jekk le, jgħalqu d-diskussjonijiet?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-possibbilta' li jsir ftehim reċiproku dwar Sigurta' Soċjali bejn Malta u l-Belġju bdiet tiġi mistħarġa sa minn Jannar ta' l-1988.", "Minn dak iż-żmien l-hawn kien hemm solvuti ċerti diffikultajiet tekniċi bħal m'hi t-traduzzjoni għall- Ingliż ta' liġijiet Belġjani li kienu ġew mibgħuta bil-Franċiż.", "Kien hemm ukoll korrispondenza bejn iż-żewġ Ministri kif ukoll kuntatti bejn esperti Belġjani u dawk Maltin fi Strasbourg fuq dan l-istess suġġett.", "Iżda dawn kienu informali u s'issa għad ma bdewx negozjati fuq livell uffiċjali.", "Jirriżulta li għad hemm xi diffikultajiet tekniċi li jolqtu l-leġislazzjoni Belġjana li fiha l-parti tas-Sigurta' Soċjali tikkomprendi wkoll xi partijiet dwar is-saħħa.", "L-intenzjoni tal-Gvern hi li fil-futur jibdew taħdidiet formali dwar dan il-ftehim reċiproku.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - PROĠETTI", "9858.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti hemm mwettqa mir- Roads Department din is-sena u x'kienet in-nefqa fuq kull proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "NEW INITIATIVES & PROJECTS GROUP", "9863.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid: minn min hu magħmul in-New Initiatives & Projects Group; x'terms of reference għandu dan il-group; u x'direttivi jew proposti ġew mogħtija min dan il-group?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall- pubblikazzjoni tad-DOI t'Ottubru, 1997, bl-isem New Initiatives and Projects Group.", "SERVIZZ ĊIVILI - SKRIVANI", "9864.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk li għamlu l-eżami għal skrivani f'Mejju li għadda u dawn għaddew mill-eżami kif jidher mir-riżultat li ġie ppubblikat ftit tal-ġimgħat ilu, humiex se jkunu affettwati mill-friża ta' l-impjiegi?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk li għaddew mill-eżami humiex se jkunu garantiti l-impjieg?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-impjiegi li jsiru mal-Gvern fiż-żmien li ġej iridu jkunu approvati mill-Kabinett wara li jiġi eżaminat li-bżonn reali għalihom fid-dawl tal-politika preżenti li titnaqqas in-nefqa rikorrenti tal-Gvern b'mod strinġenti.", "TOROQ - ASFALTAR", "9865.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir f'toroq fejn għadu ma jistax jingħata tarmac ladarba huma wżati għaliex hemm il-bini fuq iż- żewġ naħat tat-triq u dawn bil-maltemp qed jikkaġunaw problemi għal min joqgħod f'dawn it-toroq u jsib diffikulta' biex jgħaddi minnhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Kodiċi tal-Pulizija, Kap 10, jistabbilixxi ċar illi toroq miftuħa mill-privat li jkunu għadhom mhumiex asfaltati jibqgħu responsabbli li jżommuhom fi stat tajjeb, is-sidien tal-bini li jħares fuq dawn it-toroq sakemm dawn jiġu asfaltati.", "F'każ li jkun hemm bżonn sew jekk hekk deċiż mid-Direttur tax-Xogħlijiet jew jekk mitlub minn terzi, il-Gvern jista' jagħmel ix-xogħol ta' manutenzjoni meħtieġ hu a spejjeż ta' min hu responsabbli kif imsemmi aktar qabel.", "BAJJIET RAMLIJA", "9866.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi aktar kmieni din is-sena saru dikjarazzjonijiet dwar il-bżonn ta' żvilupp ta' bajjiet ramlin, b'mod partikolari ssemmiet il-kosta ta' Baħar iċ-Cagħaq, jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar x'sar s'issa biex din il-kosta tinbidel minn waħda tal-blat, għal waħda ramlija?", "Min tqabbad jagħmel dan ix-xogħol?", "Meta hu mistenni li jiġu formulati l- applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari 9422 Seduta Nru. 142.", "BIEDJA U SAJD - RAPPORT", "9867.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Billi l-Prim Ministru fil-Parlament qal li r-rapport dwar il-Biedja u s-Sajd ġie ffinalizzat, jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il- Mejda tal-Kamra?", "Ma' liema assoċjazzjonijiet/għaqdiet separatament saru d-diskussjonijiet dwar dan ir-rapport?", "F'kull każ, kemm-il laqgħa nżammet ma' l-għaqdiet differenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant qiegħed wisq probabbli jirriferi ghal rapport mill-Kummissjoni għall-Biedja u s-Sajd.", "Dan tlesta u ġie sottomess mill-Gvern għall-konsiderazzjoni tieghu.", "Hu mifhum li l- kumissjoni qabel ma bdiet ix-xogħol stiednet li kull min hu nteressat inkluż individwi, għaqdiet, assoċjazzjonijiet, koperattivi u ditti agro- industrijali biex jissottomettu l-veduti taghhom.", "Nifhem li dawn il-veduti gew studjati bħala parti mill-operat tal-Kummissjoni.", "Ir-rapport tal- kummissjoni jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun il-waqt opportun.", "FLORA U FAWNA", "9868.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal- mistoqsijia parlamentari numru 9425, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-fatt kienx hemm xi flora jew fawna oħra li llum huma kkonsidrati li huma mhedda, miżjuda ma' dawk li dehru fil-ktieb indikat fir-risposta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ILMA - ILMA TAX-XITA", "9869.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal- mistoqsija parlamentari numru 9427, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-Regolamenti tal-Bini li għandhom jidħlu fis-seħħ?", "Min ħa ħsieb biex jiġu miġbura dawn ir-regolamenti?", "X'tibdil hu mistenni li jkun hemm fuq ir-regolamenti preżenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi miġbura.", "TA' QALI - QASAM TAS-SNAJJA'", "9870.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9508 jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saret l- applikazzjoni/applikazzjonijiet għax-xogħol meħtieġ indikat fir-risposta msemmija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-Outline Development Plan għaż-żona industrijali ta' Ta' Qali ġiet sottomessa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis- 7 ta' April, 1994.", "Wara diversi diskussjonijiet dwar alterazzjonijiet, ġiet sottomessa Full Development Plan fit-2 ta' Diċembru, 1996.", "Il-pjan ġie approvat fil-prinċipju f'Ottubru 1997.", "Iżda qed jiġu diskussi xi kondizzjonijiet li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qegħda tesiġi li għandhom ikunu nklużi fl-approvazzjoni finali.", "GĦAWDEX - DIPARTIMENT TA'PROĠETT U ŻVILUPP", "9871.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9715, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn il-ġranet ħarġux applikazzjonijiet mid-Dipartiment tal- Customer Service simili għal dawk kontemplati f'applikazzjonijiet oħra li nżammu lura minħabba xi eżerċizzju li ntqal li kien qiegħed isir?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li d-Dipartiment tal-Customer Services fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex ħareġ sejħa għall- applikazzjonijiet permezz ta' MPO circular 54/97 ghal mili ta' post ta' supervisor fir-Rodent Control Section.", "L-applikazzjonijiet qed jiġu pproċessati.", "GĦAWDEX - XOGĦLIJIET TA' DRENAĠĠ", "9872.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' issa l-Ministru wara mistoqsijiet ripetuti jgħid kemm intnefqu flus mill-vot ta' Lm240,000 fuq xogħlijiet tad-drenaġġ f'Għawdex minn Jannar s'issa tul din is-sena?", "Fejn saru x-xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant ingħatat fid-domanda parlamentari numru 9147.", "GĦAWDEX: XEWKIJA - KUMPANNIJI", "9873.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija; it-tip ta' prodott manifatturat; fihom u l-għadd ta' impjegati - nisa u rġiel - f'kull fabbrika?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija hemm 15-il kumpannija li joperaw minn fuq proprjeta' ta' l-MDC fid-diversi setturi kif ġej:", "|Kumpannija |Settur | |MP Clothing |Tessuti | |Gozo Laundry |Tessuti | |Cassar Weaving |Tessuti | |Lloyd Shoes Mfg. |Żraben | |FX Borg |Għamara | |Merit Precision |Elettronika | |Tools | | |Meritronic |Elettronika | |Pamargan |Rubber | | |Products | |Muscat Marine |Trasport | |Optigrip |Inġinerija | |Global Generators |Elettronika | |Carefree Furniture|Għamara | |Magro Bros |Prodotti ta' | | |l-Ikel | |A F Ellis |Irħam, | | |Ċeramika | |Axiaq Bros |Prodotti | | |tal-Ġebla |", "Dwar dettalji ta' kumpanniji partikolari, l-MDC ma tistax tagħti informazzjoni minħabba l-proviżjonijiet ta' konfidenzjalita' taħt l- Industrial Development Act.", "Skond informazzjoni mogħtija mill-ETC, in- numru globali ta' impjegati f'dawn il-kumpanniji huwa ta' 799,509 li huma nisa u 290 huma irġiel.", "SKEJJEL - ŻURRIEQ", "9884.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara jekk il-minibus li ġġorr it-tfal lejn il-Kindergarten taż-Żurrieq hux qed iġġorr tfal aktar milli suppost sabiex jagħmel vjaġġ wieħed biss u mhux aktar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Skond l-uffiċjal inkarigat mit-trasport ta' tfal ta' l-iskola ġejt informat li x-xufier tal-mini bus li jwassal it-tfal tal- Kindergarten taż-Żurrieq hu mħallas għal vjaġġ wieħed.", "Jien informat ukoll li vjaġġ ta' mini bus li jġorr tfal tal-Kindergarten jista' jġorr sa wieħed u għoxrin tifel u tifla.", "Skond in-numru ta' tfal li hemm minn naħa ta' Bubaqra huwa biżżejjed mini bus wieħed.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jekk l-informazzjoni li qed nagħti ma tikkorrispondix mal-fatti kif jafhom hu jinformani.", "Huwa kruċjali li t-tfal tagħna jivvjaġġaw b'mod li ma jkunux ta' periklu għalihom.", "COUNCIL OF EUROPE'S SOCIAL CHARTER", "9885.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Council of Europe's Social Charter li ġie rratifikat minn Malta fi Frar ta' l-1994?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-dokument mitlub se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta oħra.", "ETC - SENIOR MANAGERS", "9886.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex postijiet vakanti ta' Senior Managers ma' l- ETC, li s-sejħa għalihom saret f'Mejju 1997, filwaqt li dawk ta' Malta mtlew mil-lum għal għada, dak ta' Għawdex għadu pendenti?", "Dan id-dewmien kellu x'jaqsam mal-fatt li persuna nvoluta li taħdem fiċ- ċivil, kienet imsiefra għal tliet xhur, bejn Awissu u Novembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant li għall- intervisti tas-Senior Managers, l-ETC ħatret Bord ta' esperti indipendenti biex jagħmlu l-intervisti meħtieġa.", "Dan il-bord għandu l-inkarigu li b'mod l-aktar professjonali jevalwa dawk il-kandidati b'potenzjal għoli biex ikun assigurat li dawn il-kandidati prospettivi jingħataw opportunita' adegwata għall-intervista.", "PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP", "9887.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li riċentement ingħatat ordni fil-Korp tal- Pulizija li min ikollu l-frank miżmum ma jkunx jista' jidħol għax-xogħol il- Ħdud u l-Festi mingħajr permess tal-Kummissarju tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-ordni kienet li ma jinżammx frank jekk ma tingħatax awtorita' minn qabel.", "Jekk frank ikun miżmum, dan ifisser li l-membru tal-Korp ikun xogħol.", "PULIZIJA - VACTION LEAVE", "9888.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li riċentement fil-Korp tal-Pulizija ingħatat ordni li min jieħu vacation leave is-Sibt, ma jistax jidħol xogħol il-Ħadd?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi tali ordni ma ngħatatx.", "PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP", "9889.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li riċentement ingħatat ordni fil-Korp tal- Pulizija li min ikun xogħol bil-lejl, u l-għada għalkemm frank ikollu jidħol il-Qorti, ma jitħallas overtime iżda jew jingħata time off jew jinbidel ix-shift għal erba' sigħat filgħodu u erba' sigħat filgħaxija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi skond il-paragrafu 3.5.2. ta' Ċirkolari 63/93 maħruġa fl-1 ta' Settembru, 1993, l-overtime għandu jingħata meta ma jkunx jista' jiġi mogħti time-off-in-lieu.", "Riċentement l- uffiċjali għolja tal-korp, reġgħu ġew imfakkra f'din iċ-ċirkolari.", "PULIZIJA - 25 SENA SERVIZZ", "9890.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta membru tal-Korp tal-Pulizija jagħlaq 25 sena fis- servizz, għandu bżonn ta' x'approvazzjoni mill-kummissarju biex ikompli jservi fil-Korp?", "Jekk iva, meta ġiet introdotta l-ħtieġa ta' dik l- approvazzjoni?", "Jekk le, hemm ħsieb li tali approvazzjoni tiġi ntrodotta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ma tenħtieġ ebda approvazzjoni mill-kummissarju sabiex membru tal-Korp tal-Pulizija jkompli jservi fil- Korp wara li jagħlaq il-25 sena servizz.", "Fil-preżent m'hemmx ħsieb li jkun hemm xi tibdil f'din il-proċedura.", "ITALJA - PROTOKOLL FINANZJARJU MA' MALTA", "9891.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal- mistoqsija parlamentari numru 9367 u b'rifernza għall-proġett globali Nru. 29 - Advance Processes of Micro Propogation to restore specific Plant Habitate and reproduce the Native Vegetation on the Local Envirornment, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien inkluż oriġinarjament f'dan il-proġett u meta nbidlet it-talba?", "Billi l-proġett tal-Wied tal-Qlejja hu għal kollox kuntrarju għal dak dikjarat fit-titlu tal-proġett 29, jista' ll-Viċi Prim Ministru jgħid kif jiltaqgħu dawn iż-żewġ għanijiet differenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar.", "SKEJJEL - FACILITATORS", "9895.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal facilitators fl-iskejjel statali; u fl-iskejjel tal-Knisja?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn it-talbiet jintlaqgħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - ROAD BLOCKS", "9896.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru issa jagħti l-figuri definittivi rigward il-mistoqsija parlamentari numru 8371?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nerġa' nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8083.", "U.E. - PROGRAMM SOCRATES", "9897.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8665, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż li ntnefqu fil-proġetti li elenka f'dik it-tweġiba?", "Min ħallas għalihom?", "X'ried ifisser il-Ministru meta qal li \"ngħatat għajnuna biex il-European Credit Transfer Scheme tiġi adottata fl-Universita\"?", "X'tip ta' għajnuna ngħatat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - TUCK SHOPS", "9898.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Rigward il-kuntratti tat-tuck shops, jista' l-Ministru jgħid min ingħata l-kuntratt ta' kull skola separata u kemm ingħata l-kuntratt fi flus?", "Dawn il-kuntratti huma kollha għal sena?", "Jekk le, għalkemm?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar il-Kuntratti għat-tuck shops fl-iskejjel statali għas-sena skolastika 1997/98 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is- seduta.", "UNIVERSITA' - EŻAMI TA' PROFIĊJENZA FL-INGLIŻ", "9899.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Skond rapport f'The Malta Independent (26/10/97) intqal li 74% ta' l-istudenti ġodda fil-B.Educ weħlu minn eżami ta' profiċjenza fl-Ingliż, jikkonferma l-Ministru dan ir-rapport?", "Fiex kien jikkonsisti dan l-eżami?", "Dan l-eżami huwa kkonsidrat ta' livell ogħla mil-Livell Ordinarju tal-MATSEC jew Bordijiet ta' l-Eżamijiet Ingliżi?", "Dan l-eżami hemm xi ħsieb li jingħata lill-istudenti kollha?", "Ladarba dan l- eżami huwa meħtieġ biex tkompli l-kors, jaħseb il-Ministru li allura għandu isir bħal entry qualification biex jiġi eliminat ħela ta' ħin u frustrazzjoni ta' l-istudenti li jeħlu minnu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAĦĦA - KSUR TA' KODIĊI TAĊ-ĊIVIL", "9900.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9535?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MEDIĊINALI - BECOTIDE/ BECLAFORTE INHALERS", "9901.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9751?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni kif iridha l-Onor.", "Interpellant jiġifieri tal-konsum xahar b'xahar teżisti biss minn Mejju 'l hawn jiġifieri wara li ġiet implimentata l-kompjuterizzazzjoni.", "Rigward il-prezzijiet, dawn ġew meħuda mill-computer għall-perijodu minn Mejju sa Ottubru '97 u jinkludu 15 % mark-up.", "BECLOMETHASONE 250mg INHALERS KONSUM SPIZA", "Mejju '97 800 Lm 8,000 Gunju '97 40 Lm 445.38 Lulju '97 1220 Lm 8,016.70 Awissu '97 510 Lm 5,678.49 Settembru '97 520 Lm 5,789.84 Ottubru '97 1274 Lm 10,020.87", "BECLOMETHASONE 50mg INHALERS KONSUM SPIŻA", "Mejju '97 7300 Lm 10,621.50 Gunju '97 200 Lm 334.66 Lulju '97 80 Lm 133.86 Awissu '97 3200 Lm 4,220.50 Settembru '97 3798 Lm 6,051.07 Ottubru '97 18956 Lm 23,848.55", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - SISTEMA TA' TOW ZONE", "W1,054.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li ssir/ma ssirx it-tow zone f'Ursoline Sisters Str, Pieta'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi s-suġġett tal-mistoqsija mressqa mill-Onor.", "Interpellant se jkun ikkonsidrat.", "PULIZIJA - PERMESS GĦAL RESERVED PARKING", "W1,055.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid hemmx xi raġuni partikolari għaliex persuna minn Ta' Sliema - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - ma' ingħatatx reserved parking quddiem il-bieb tagħha fiċ-ċirkostanzi partikolarissimi tal-każ tagħha?", "Dan il-każ qiegħed quddiem il-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "UNIVERSITA' - STUDENT UNIVERSITARJU", "W1,056.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-każ ta' l-istudent universitarju - ismu qed jintbagħat separatament - u li wasal fl-aħħar sena tal-B.Educ (Hons.) u għandu każ li qed jiġi kkonsidrat quddiem l-Ombudsman ma ġiex finalizzat b'mod li spiċċa biex ma ggradwax ma' sħabu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istudent universitarju li rrifera għalih l- Onor. Interpellant ma ggradwax ma' sħabu għax fl-opinjoni ta' l- eżaminaturi, inkluż l-external examiner, hu ma kienx jistħoqqlu jgħaddi mit- Teaching Practice, li hi parti mportanti tal-kors.", "L-informazzjoni kollha dwar il-każ ġiet mgħoddija lill-Ombudsman.", "TOROQ - FTUĦ TA' TRIQ", "W1,060.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni biex Triq George Mitrovich tinfetaħ bħala triq proprja biex it-traffiku jinqasam f'żewġt toroq kemm fi Triq George Mitrovich kif ukoll fi Triq il-Biżbiżija kif jidher fil-proposta li qed nibgħatlek separatament ma' din il- mistoqsija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed tiġi surveyed l-area fejn trid tinfetaħ din it-triq sabiex tkun tista' titwettaq l-esproprjazzjoni meħtieġa għal ftuħ tat-triq."]} {"filename": "19970324_046d_par.doc", "date": "1997-03-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 46 It-Tnejn, 24 ta' Marzu, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 46", "It-Tnejn, 24 ta' Marzu, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "46", "It-Tnejn, 24 ta' Marzu, 1997", "WERREJ MINUTI 320", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 320", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 325", "STQARRIJA MINISTERJALI", "TWAQQIF TA' KUMMISJONI FAVUR IL-MORALITA' FISKALI 327", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAL-KONVENZJONI DWAR", "L-ARMI KIMIĊI (L-EWWEL QARI) 328", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR (L-EWWEL QARI) 329", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI", "TA' VETTURI BIL-MUTUR", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 329", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL(IT-TIENI QARI) 330", "AĠĠORNAMENT 353", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 359", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 394", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 45 li saret fit-18 ta' Marzu, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - ĦALIB", "3625.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Helen D'Amato) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġie stabilit l-ammont ta' flus li ngħata lil kull skola biex jipprovdu l-ħalib għat-tfal?", "X'inhu l-ammont ta' flus li ngħata lil kull skola kull xahar?", "Kemm kien jintnefaq minn kull skola kull xahar matul l-1996?", "X'miżuri se jieħu l-Ministru biex jassigura li diversi skejjel ma jkollhomx għalfejn inaqqsu l-ammont ta' ħalib minħabba li tnaqqsilhom l-ammont ta' flus meħtieġ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Fil-kwadru tal-pjan ta' diċentralizzazzjoni, ingħata ammont ta' flus lil kull skola wara li ġew ikkonsidrati diversi fatturi, fosthom in-numru ta' studenti, u l-ħalib għandu jitħallas minn dan l-ammont.", "L-ammont ta' flus li ngħata huwa ammont globali u l-kapijiet tħallew fil-liberta' dwar l-użu ta' dawn il-flus.", "Naturalment, fejn jidħol it-tqassim tal-ħalib lit-tfal ma nbidel xejn għajr li l-ħlas isir mill-iskejjel flok mill-uffiċċju ċentrali.", "Kull kap ta' skola huwa responsabbli biżżejjed biex jassigura li jkollu provvista ta' ħalib biżżejjed biex jaqdi l-ħteġijiet ta' l-iskola tiegħu.", "L-ammont li ntnefaq minn kull skola kull xahar matul l-1996 jinsab fil- listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru semma l-allokazzjoni ta' flus lill- iskejjel, jista' jinforma lill-Kamra jekk kull skola hijiex qed tingħata ammont ta' flus għal kull ħaġa speċifika li teħtieġ, bħal ngħidu aħna ħalib u kotba, jew inkella jekk l-iskejjel humiex jiddeċiedu huma kif iqassmu l- ammont ta' flus allokat lilhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iskejjel qed jitħallew jiddeċiedu huma kif iqassmu l-ammont ta' flus allokat lilhom.", "Fil-fatt ta' min jgħid li qed jingħataw żewġ tipi ta' fondi lill-iskejjel, cioe' l-fond ta' material and supplies u l-fond li għandu x'jaqsam ma' manutenzjoni.", "Filwaqt li wieħed minn dawn il-fondi jinħadem per capita, l-ieħor jingħata skond il- prijoritajiet u l-bżonnijiet f'kull skola partikolari.", "Pero' jien naħseb li ta' min jikkonsidra l-punt li semma l-Onor.", "Cassar.", "F'pajjiżi oħra, anke fejn hemm il-politika ta' diċentralizzazzjoni ta' fondi, hemm dawk li jissejħu ringed items, fejn għalkemm kap ta' skola jingħata somma globali xorta waħda jkun hemm parti mis-somma li trid tintnefaq, per eżempju, fuq il-librerija jew fuq dak li għandu x'jaqsam ma' xjenza.", "Imma s'issa aħna għadna ma wasalniex f'dan l-istadju u qed nagħtu somma globali lil kull skola.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari l-Ministru qal li kull skola ngħatat ammont ta' flus wara li ġew ikkonsidrati diversi fatturi.", "Jista' l-Ministru jispjega x'kienu dawn id- diversi fatturi li ġew ikkonsidrati?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien diġa' tajt indikazzjoni dwar dan meta kont qed nirrispondi lill-Onor.", "Cassar.", "Ċertament fattur li ġie kkonsidrat kien in-numru ta' studenti, pero' hemm diversi fatturi oħra li ġew ikkonsidrati għax il-bżonnijiet ta' l-iskejjel ivarjaw minn waħda għall-oħra.", "Hemm min iħoss li l-formula ta' per capita biss m'hijiex fair għax hemm skejjel li l- faċilitajiet tagħhom huma aħjar minn ta' oħrajn.", "M'huwiex biżżejjed li tikkonsidra biss in-numru ta' studenti imma hemm diversi fatturi oħra li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni, fosthom, per eżempju, l-istat tal-bini ta' l-iskejjel.", "Fil-fatt dwar dan ta' min jgħid li f'Novembru li għadda gruppi ta' periti daru kull skola u għamlu studju dwar l-istat tal-bini ta' kull skola.", "Id-dokumenti li juru x'irriżulta mill-istudju li għamlu dawn il-periti diġa' poġġejthom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Fid-dawl li jista' jkun hemm tfal li l-ħalib ikun ta' detriment għal saħħithom, minħabba lactose intolerance jew affarijiet oħrajn, u fid-dawl tal-fatt li l-Ministru stess stqarr li hemm nuqqas ta' personnel mediku fl-iskejjel, jista' l-Onor.", "Bartolo jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern, vis-a-vis li jkun hemm aktar prevenzjoni u kura ta' mard fl-iskejjel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed nieħu gost li l-Onor.", "Membru qed iqajjem dan il-punt għaliex ċertament waħda mill-affarijiet li rridu ntejbu huwa s- servizz tas-saħħa.", "Ftit ilu kellna laqgħa bejn rappreżentanti tal- Ministeru tas-Saħħa, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija u jien issorprendejt ruħi meta f'dik il-laqgħa l-MAM qalet li din hija laqgħa storika.", "Meta staqsejt għaliex kienet laqgħa storika, qaluli li dik kienet l-ewwel darba li ltaqgħu flimkien rappreżentanti mill- Ministeru tas-Saħħa, mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tal-MAM biex jiddiskutu kif jista' jitjieb is-servizz tas-saħħa fl-iskejjel.", "Is-servizz irid jitjieb fid-direzzjoni li semma l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri mhux bħala servizz mediku li jieħu ħsieb il-mard wara li jinqala', imma li noħolqu kultura ta' prevenzjoni.", "Hemm diversi problemi serji li rridu niffaċċjaw f'dan il-qasam.", "L-ewwel waħda hija n-nuqqas ta' faċilitajiet adegwati.", "Milli qalulna t-tobba, ċertament li hemm każi fejn is-servizz li jista' jingħata fl-iskejjel m'huwiex diċenti.", "Per eżempju, hemm każi fejn tfal jiġu eżaminati fil-kuridur jew fl-uffiċċju tal-kap ta' l-iskola jew inkella fil-kamra tal-watchman.", "Dan żgur li ma joffrix servizz tas-saħħa adegwat.", "Madam Speaker irrid ngħid li diġa' sar survey dwar il-clinics li għandna fl-iskejjel u x'inhuma l-kmamar li jistgħu jservu b'mod diċenti għal dawn il-ħtiġijiet u fix-xhur li ġejjin aħna se nipprovaw nagħmlu minn kollox biex nirranġaw dawn il-faċilitajiet.", "Fl-iskejjel għandna għaxar tobba u dawn jaqblu li għandu jkun hemm faċilitajiet diċenti għaliex ħafna drabi lanqas biss miżien jaħdem jew kif tkejjel it-tfal għall-iżvilupp ma jkun hemm.", "Allura rridu nibnu dawn il-faċilitajiet meħtieġa.", "Pero' minbarra hekk, u bir-raġun, it-tobba qed jgħidulna biex nipprovaw nibdlu s-sistema f'waħda daqsxejn aktar sofistikata biex inkunu nafu x'għandhom it-tfal.", "Issa hawnhekk, u l-Onor.", "Membru jgħallimni f'din il-ħaġa, tidħol l- kwestjoni ta' konfidenzjalita'.", "Kemm għandu jkun magħruf it-tagħrif dwar is-saħħa tat-tfal?", "Tinqala' l-problema, u diġa' hemm kapijiet u għalliema li qed jgħidulna dwar din il-problema, fejn tfal ikollhom bżonn ċerti injections jew ċerta mediċina.", "Għaldaqstant dik l-informazzjoni li hija meqjusa konfidenzjali, kemm għandha tkun magħrufa?", "Min-naħa waħda hemm bżonn li ċerta informazzjoni tkun magħrufa biex jekk it-tifel jew tifla jinqalagħlhom xi ħaġa jkunu jistgħu jiġu mgħejuna, għax ġieli jinqalgħu każi fejn minħabba nuqqas ta' informazzjoni min imur biex jgħinhom jispiċċa biex jikkomplika l- affarijiet.", "It-tobba qed jgħidulna biex nipprovaw nibnu sistema, anke waħda komputerizzata ta' database, fuq l-istat tas-saħħa tat-tfal.", "Imma anke hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax min-naħa waħda din l- informazzjoni sservi biex jingħata s-servizz li hemm bżonn, imma min-naħa l- oħra rridu noqogħdu attenti għaliex f'lokalitajiet żgħar, il-ġenituri jistgħu jibżgħu jgħidu x'għandhom it-tfal tagħhom biex il-kondizzjoni ta' uliedhom ma tinxteritx mar-raħal.", "Allura fuq din, naħseb li rridu nimxu fid-direzzjoni li semma l-Onor.", "Interpellant, imma fl-istess ħin irridu nimxu wkoll b'ċertu prudenza.", "SKEJJEL - ŻEBBUĠ - SKOLA PRIMARJA", "3744.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Minħabba l-fatt li l-iskejjel primarji ta' Ħaż- Żebbuġ saru żgħar wisq għall-popolazzjoni ta' dan il-lokal, jikkonsidra l- Ministru li tinbena skola ġdida fl-area ta' Ħal Mula, kif hemm pprovdut fuq il-pjanta li qed nibgħatlek under separate cover?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma jidhirx li għalissa hemm bżonn li tinbena skola ġdida f'Ħaż-Żebbuġ, iżda l-iżvilupp tal-popolazzjoni tat-tfal fl- iskola qed ikun osservat mill-qrib.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Għalkemm qiegħed jingħad li f'din l-area se jinbena housing estate - u jiena m'iniex kontra li jsir dan - jien naħseb li jkun aħjar jekk din l-area tintuża għall-bini ta' skola ġdida.", "Fl-idea tiegħi l-iskola li nbniet fit-tletinijiet saret tant żgħira li, biex it- tfal jieħdu l-break tagħhom, l-għalliema jkollhom joħorġuhom klassi klassi fil-bitħa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għandi memorandum li tlesta mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni li se ngħaddi kopja tiegħu lill-Onor.", "Interpellant u, jekk ikun hemm bżonn li jagħmel xi follow up dwar dan, jiena nistiednu biex jagħmlu.", "MALTA RACING CLUB - ŻJARA FI FRANZA", "3846.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min iffinanzja ż-żjara tas- Segretarju Parlamentari u tliet persuni oħra fi Franza dan l-aħħar, il- Gvern jew il-Malta Racing Club?", "Peress li sew il-Gvern kif ukoll il-Malta Racing Club jilmentaw minn nuqqas ta' finanzi, kienet meħtieġa delegazzjoni ta' erbgħa minn nies?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iż-żjara tas-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, in-Nutar Joe Cilia, fi Franza aktar kmieni din is-sena saret wara stedina uffiċjali li saritlu minn Paul Essertial, il-President tal-S.E.C.F., l-assoċjazzjoni Franċiża tat-trott .", "Minħabba n-natura tat-taħdidiet li kellhom isiru inħass il-bżonn li s- Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Joe Cilia, jaċċetta din l-istedina u jkun akkumpanjat minn nies li diġa' kellhom sehem fid-diskussjonijiet u li huma ntiżi fil-qasam taż-żwiemel.", "L-ispejjeż għal din iż-żjara nqasmu bejn il- Malta Racing Club - fl-aħħar mill-aħħar kien l-istess club li kien se jibbenefika minn dawn id-diskussjonijiet - u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti.", "Madankollu, ta' min jgħid li l- ispiża għal din iż-żjara kienet waħda minima.", "L-Onor Interpellant jista' jistaqsi lill-kollega tiegħu l-Onor.", "Michael Refalo min kien hemm fid-delegazzjoni tal-Malta Racing Club li fl-1995 marret Franza, delegazzjoni li kienet ta' ħames persuni u li kienu ntbagħtu Franza sabiex jiġu mħajra jinteressaw ruħhom fiż-żwiemel u mhux għax kien hemm xi stedina uffiċjali, u dan sar kollu a spejjeż tal-Malta Racing Club.", "FIS - CONFERENCE ON STABILITY IN THE MEDITERREAN", "3966.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi swiet lill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali l-konferenza on Stability in the Mediterranean li saret fil-11 u t-12 ta' Ottubru ta' l-1996 billi jgħid xi tħallas item per item għal kull spiża li saret f'dan ir-rigward u lil min?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din il-konferenza ġiet organizzata b'kollaborazzjoni mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li kkontribwixxa s-somma ta' Lm2,093.02 lejn l-ispejjeż totali ta' Lm3,002.33.", "Il-ħlasijiet saru għal dawn is-servizzi.", "|Dettalji |Ammont | |Biljetti tal-ajru |Lm 768.40| |Rapporteur |50.00 | |Interpretazzjoni u |478.00 | |Transcript | | |Akkomodazzjoni |628.80 | |Trasport |134.50 | |Hospitality |681.42 | |Stationery u Printing |181.70 | |Ritratti, Fjuri, sign |79.51 | |board etc. | | |TOTAL |3002.33 |", "FIS - KONFERENZI BARRA MINN MALTA", "3969.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħallset il-Fondazzjoni għall- Istudji Internazzjonali sabiex id-Direttur Ġenerali tagħha attenda l- konferenzi u laqgħat li saru Barcelona fit-8 u d-9 ta' Settembru, 1996, f'Montpellier fil-21 ta' Settembru, 1996 u f'Aix-en-Provence fit-18 ta' Ottubru, 1996?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji item per item ta' kull spiża li saret u lil min?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Direttur Ġenerali attenda għall-konferenzi u laqgħat li saru f'Barcelona fit-8 u d-9 ta' Settembru 1996, f'Montpellier fil-21 ta' Settembru 1996 u f'Aix-en-Provence fit-18 ta' Ottubru 1996.", "L-ispejjeż ta' Barcelona u Montpellier ġew koperti mill-organizzaturi.", "Dwar il-laqgħa ta' Aix-en-Provence d-Direttur Ġenerali mar fuq xogħol ta' l-International Office ta' l-Universita'.", "L-ispiża għal din il-laqgħa kienet Lm238.96.", "UNIVERSITA' - VOT KAPITALI", "3987.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2904, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti li ħallset l-Universita' bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Novembru ta' l-1996 kif jirrelataw ma' tenders maħruġa mill-Universita' jew id-Dipartiment tal- Kuntratti peress li din id-distinzjoni ma saritx?", "Jista' l-Ministru jgħid kull kuntrattur abbażi ta' liema kuntratt tħallas, x'kien il-valur ta' kull kuntratt aċċettat mill-Universita' jew mid-Direttur tal-Kuntratti, kif ukoll sa l-aħħar tas-sena xi tħallas kull kuntrattur/supplier fuq kull kuntratt b'mod globali, u kif jirrelata dan il- ħlas mal-prezz li bih ġiet aċċettata l-offerta mill-Universita' jew mid- Dipartiment tal-Kuntratti?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm mill-pagamenti li saru bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Diċembru ta' l-1996 kienu direct orders jew pagamenti li qabżu l-valur ta' kull kuntratt li kien awarded?", "Jista' l-Ministru jiddentifika b'mod dettaljat pagament b'pagament jekk dan kienx fil- parametri ta' kif ġie aċċettat il-valur ta' kull kuntratt?", "Jista' l- Ministru jagħti wkoll lista tal-pagamenti kollha li saru mill-Vot Kapitali ta' l-Universita' bejn l-1 ta' Diċembru ta' l-1996 u l-aħħar tas-sena u jgħid kif dawn jirrelataw skond l-informazzjoni mitluba f'din id-domanda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2904 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' sitt paġni - Annex 'A' - li turi l-pagamenti kollha li saru mill-Vot Kapitali ta' l-Universita' fl-1996.", "Din il-lista hija mqassma kif se ngħid:-", "L-ewwel parti - Seq.", "Numru 1 sat-333 - tagħti dettalji dwar ordnijiet magħmula b'direct order għall-ammont totali ta' Lm337,858.26, inklużi spejjeż professjonali.", "It-tieni parti - Seq Numru 1 sat-92 - tagħti dettalji dwar tenders mogħtija mid-Direttur tal-Kuntratti għall-ammont totali ta' Lm550,978.22, inklużi spejjeż professjonal.", "It-tielet parti - Seq.", "Numru 1 sas-66 - tagħti dettalji dwar tenders mogħtija mill-Universita' għall-ammont totali ta' Lm305,063.52, inklużi spejjeż professjonali.", "Kull sezzjoni tindika l-kuntrattur li tħallas, deskrizzjoni tax- xogħlijiet u l-ammont li tħallas lil kull kuntrattur kif ukoll l-ispejjeż professjonali fejn dan hu l-każ.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista oħra - Annex 'B' - li turi l- pagamenti totali jew parzjali li saru sal-31 ta' Diċembru, 1996 paragunati mal-valur oriġinali tat-tender.", "Din il-lista turi li, f'dawk il-kuntratti li tlestew, kollha kienu fil-parametri ta' kif ġie aċċettat il-valur ta' kull kuntratt minbarra tnejn, Numru 571 u Numru 720, li qabżu l-valur oriġinali b'aktar minn 5%, li hu l-persentaġġ massimu permess mir- Regolamenti.", "Għal dak li jikkonċerna tenders li ġew mogħtija mid-Dipartiment tal- Kuntratti u l-Universita', il-pagamenti totali li jidhru fil-lista immarkata Annex 'B' jinkludu l-pagamenti dettaljati fil-lista immarkata Annex 'A'.", "VISA GĦALL-MALTIN LI JŻURU R-RUSSJA", "4003.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Fid-dawl ta' l-istqarrija pubblika li għamel dan l-aħħar il-Ministru tat-Turiżmu li, minn nofs Marzu 1997, turisti mir-Russja u l-Ukraina se jkunu jistgħu jiksbu l-visa tagħhom hekk kif jaslu Malta, minflok ma japplikaw għal visa minn qabel, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti laħaqx qbil mal-Gvern Russu u dak ta' l-Ukraina sabiex din il-faċilita' tkun reċiprokata bl-istess mod lit-turisti Maltin?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk din il-faċilita' hijiex se tibda tkun effettiva ukoll f'nofs Marzu, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): B'żieda mar-risposta mogħtija mill-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 3739 inżid li ma jeżisti l-ebda ftehim li jipprovdi biex Maltin li jmorru r-Russja jew l-Ukraina tinħarġilhom visa mal-wasla fl-ajruport ta' dawn il-pajjiżi mingħajr il-ħtieġa li japplikaw għaliha minn qabel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Minħabba li l-mistoqsija kienet saret fis-7 ta' Marzu u issa diġa' għadda nofs ix-xahar, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li jeżisti ftehim li permezz tiegħu turisti mir-Russja u l- Ukraina se jkunu jistgħu jiksbu l-visa tagħhom hekk kif jaslu Malta?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Nikkonferma li jeżisti arranġament biex dawn ikun jista' jkollhom il-visa hekk kif jaslu Malta wara li jkunu applikaw għaliha in writing minn qabel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm qbil dwar din il-proposta mill-awtoritajiet tal-Pulizija, speċjalment min- naħa ta' l-immigration unit?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt wara li saru diskussjonijiet bejn il- Ministeru tat-Turiżmu, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-awtoritajiet ta' l- immigrazzjoni, kien hemm qbil fuq din is-sistema.", "Li ġara kien li meta xi ħadd kien għamilli mistoqsija fuq dan ir-rigward, kien staqsa wkoll fuq ċerta data.", "Jien kont għidtlu \"le\", għax din is-sistema kienet għadha ma tapplikax, iżda mbagħad wara dik id-data din is-sistema li qed tiġi proposta daħlet in vigore.", "Din is-sistema fiha l-vantaġġi tagħha għax qabel meta xi ħadd minn xi provinċja Russa kien ikun irid jiġi Malta, kien ikollu jmur f'Moska biex jagħmel il-visa, jerġa' jmur lura f'pajjiżu u mbagħad jiġi Malta.", "Din is- sistema ma kenitx tagħmel sens u għalhekk kif diġa' għidt, wara li saru diskussjonijiet bejn il-Ministeru tat-Turiżmu, l-awtoritajiet tal-pulizija u l-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni, nstabet din is-sistema prattika li fl- istess ħin iżżomm il-konsiderazzjonijiet u s-salvagwardji tas-sigurta', li bir-raġun dejjem insistew fuqhom l-awtoritajiet tal-pulizija.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti, il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 38 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar Dikjarazzjoni ta' Postijiet bħala Ħabs;", "Kopja tal-kuntratt ta' Dr Helen Borg bħala part-time adviser fis- Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa b'effett mill-11 ta' Novembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3723;", "Kopja ta' żewġ rapporti, flimkien ma' appendiċi, kummissjonati mill- Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar il-Korp tal-Pulizija, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4214.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, u bordijiet li l-Gvern għandu sehem fihom u li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent, flimkien ma' dettalji dwar membri fuq bordijiet ta' l-istess entijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W332.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 36 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar il-kors għall-Grad ta' Master of Arts in Theology and Human Studies - M.A.;", "Avviż Legali Nru 37 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar il-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Marketing - M.A. u tal-Master of Arts in Marketing Education - M.A.;", "Kopja tat-terms of reference ta' l-isteering committee għall- monitoring tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel tal-Gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4137;", "Tabelli li juru l-għadd ta' studenti li attendew korsijiet fl-Iskola ta' l-Arti f'GĦawdex bejn l-1989 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4267; u", "Informazzjoni dwar in-numru ta' studenti, għalliema u ħaddiema oħra f'kull skola f'Malta u GĦawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W233.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-Audited Financial Statements ta' l-Air Malta għas-sena finanzjarja 1995/96 kif tqassmu lill-azzjonisti u lill-istampa matul il-Press Conference tal-5 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4062;", "Kopja tal-Financial Review Summary ta' l-Air Malta maħruġ minn Coopers & Lybrand fil-5 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4064; u", "Kopja tal-ftehim u l-protokoll li ntlaħaq mar-Reġjun ta' Sqallija fis- 17 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4312.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja taċ-ċirkolarijiet/memos maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali lill-Kunsilli Lokali matul Frar 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W336.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Industrija nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim tas-Sur Paul Vella bħala konsulent ma' l-MDC b'effett mill-11 ta' Diċembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 308;", "Informazzjoni dwar korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, u bordijiet li l-Gvern għandu sehem fihom u li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru ta' l-Industrija, flimkien ma' dettalji dwar membri fuq bordijiet ta' l-istess entijiet, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W320.", "u f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' mediċini li kienu out of stock fit-18 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4248.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, u bordijiet li l-Gvern għandu sehem fihom u li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru tad-Djar, flimkien ma' dettalji dwar membri fuq bordijiet ta' l-istess entijiet, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W326.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Il-Ministru Spiteri.", "STQARRIJA MINISTERJALI", "TWAQQIF TA' KUMMISJONI FAVUR IL-MORALITA' FISKALI", "ONOR.", "LINO SPITERI (Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Sinjura President, fid-diskors tal-budget għall-1997, jiena kont għidt li l-ġbir tad-dħul dovut lill-gvern għandu jiġi sostnut bil-ħolqien ta' kultura ta' moralita' fiskali fejn ilkoll nikkontribwixxu bis-serjeta' għaliha.", "Kont għidt ukoll li, bħala mezz biex ninkkoraġġixxu dan, se nwaqqfu Kummissjoni Favur il-Moralita' Fiskali biex teduka u tfiehem li l-ħlas tat-taxxi hu dmir li jrid jitwettaq fl-interess ta' kulħadd.", "Illum għandi pjaċir inħabbar li l-kummissjoni ġiet imwaqqfa u li dawn in- nies li se nsemmi qablu li jkunu fuqha.", "Bħala chairperson hemm il- Professur Kenneth Wain u bħala membri hemm: Josephine Attard Sultana, Walter Camilleri, Sylvana Debono, Charles Grixti, Frans Ghirxi, Lawrence Grech, Joyce Guillaumier, Joe Muscat, Fr. Paul Pace, Mario Schiavone, Gaetano Tanti u Edwin Vella.", "Il-kummissjoni se timxi skond charter li kopja tiegħu qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex kull min irid, inkluż l-istampa, ikun jista' jieħu kopja tiegħu.", "Fil-qosor ngħid li l-kummissjoni hi maħsuba li tkun ta' natura ċivika u li se tirrapporta direttament lill-Parlament permezz ta' l-iSpeaker.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Hawn xi mistoqsijiet li l-Onor.", "Membri jixtiequ jagħmlu lill-Ministru Spiteri?", "(Onor. Membri: No) Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex jitressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAL-KONVENZJONI DWAR L-ARMI KIMIĊI", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nippropon l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.\"", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi\" jkun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Spiteri.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self ieħor.\"", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1997 dwar Self Lokali u Self ieħor\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ll-mozzjoni għaddiet.", "MADAM SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil- Mutur\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil- Mutur\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Peress li ntalbet votazzjoni, din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fis-6.37 p.m. billi ntalbet votazzjoni l-Kamra kienet sospiża u reġgħet irriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa tar- Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Il-Kamra vvotat hekk:", "VOTAZZJONI NRU : 29", "FAVUR : 35", "L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 32", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona Joe | |Debono |Pullicino George | |Giovanna | | |Deguara Louis|Pullicino Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean|Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Tabone Anton | |Eddie | | |Frendo |Vassallo Edwin | |Michael | | |Galea Censu |Vella John | |Galea Louis |Zammit Ninu | |Galea Pace |Zammit Dimech Francis | |Victor | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI", "TRIBUNAL FOR THE INVESTIGATION OF INJUSTICES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-31 ta' Jannar 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar huwa in possession.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR (Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani): Madam Speaker, peress li għaddew ftit ġimgħat mhux ħażin minn mindu konna qed nitkellmu dwar din il-liġi li tittratta dwar inġustizzji li ġraw bejn l-1987 u l-1995, tajjeb li nfakkar ftit lil din il-Kamra dwar dak li diġa' ntqal.", "Kif imwiegħed fil-programm elettorali tal-Partit Laburista, din hija waħda mill-ewwel liġijiet li ressaq Gvern Laburista ġdid.", "L-iskop ta' din il-liġi huwa preċiżament biex jitwaqqaf tribunal li jisma' ilmenti dwar ċerti diskriminazzjonijiet u abbużi li saru bejn l-1987 u l-1995, liema tribunal se jiżen u jifli sew dawn l-ilmenti taċ-ċittadini billi jara kif jista' jirrimedja għall-każi mressqa.", "Naturalment ma nistgħux nitkellmu fuq din il-liġi li għandna quddiemna mingħajr ma nirriferi għall-Att dwar l- Investigazzjoni ta' Inġustizzji, liema liġi kienet tressqet fil-bidunett ta' l-Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "L-aħħar darba għidt li dik kienet liġi li ma kenitx adattata għax ma kenitx ġusta u ma kenitx imparzjali u dan minħabba l-mod kif kien magħmul it-tribunal u minħabba l-fatt li d-deċiżjonijiet ta' dak it-tribunal kellhom jiġu rrapportati lill-prim ministru ta' dak iż-żmien.", "Ma kenitx liġi trasparenti u ma kenitx liġi li tispira fiduċja f'parti kbira tal- popolazzjoni Maltija.", "Dik il-liġi li ressaq Gvern Nazzjonalista fl-1987 kienet liġi partiġjana ħafna u fuq kollox kienet liġi bla snien li kienet tiddependi totalment mhux fuq dan il-Parlament iżda fuq il-gvern tal- ġurnata.", "Allura bir-raġun kollu, għal sitt snin sħaħ dik il-liġi ma spirat l-ebda fiduċja f'sezzjoni kbira tal-popolazzjoni u minflok ma solviet inġustizzji ħolqot ħafna inġustizzji oħrajn.", "Kienet liġi diviżiva li qasmet lill-poplu Malti fi tnejn għax parti mill-popolazzjoni kellha fiduċja f'dik il-liġi u għaldaqstant resqu ċerti nies 'il quddiem bl- ilmenti tagħhom, pero' kien hemm parti kbira oħra tal-popolazzjoni li minħabba li ma kellhiex fiduċja f'dik il-kummissjoni lanqas biss ma ndenjat ruħha tressaq l-ilmenti tagħha 'il quddiem.", "Barra minn hekk kienet ukoll liġi li ma kenitx sodisfaċenti għax kienet liġi, jien ngħidilha, ta' ħabi.", "U jien ngħidilha \"ta' ħabi\" għax, skond kif provdut fl-istess liġi, is- smigħ ta' l-ilmenti lanqas biss seta' jsir fil-miftuħ.", "Dik il-liġi ma konniex kontriha sempliċement minħabba li kien ressaqha Gvern Nazzjonalista, imma għax kellna raġunijiet sodi u validi.", "Kontra dan, u b'kuntrast qawwi mal-pożizzjoni tagħna vis-a-vis l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, meta tressqet quddiem dan il-Parlament il-liġi dwar l-Ombudsman - liġi li ġiet seba' snin tard - aħna appoġġajniha għax dehrilna li kienet liġi li wieħed seta' jkollu iżjed fiduċja fiha u l-Ombudsman li xogħlu huwa li jirrapporta lill-Parlament, kellu l-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "GĦalhekk li din il-liġi, li permezz tagħha twaqqfet l-istituzzjoni ta' l-Ombudsman, spirat fiduċja fil-Partit Laburista - dak iż-żmien fl-Oppożizzjoni - u appoġġjajniha biex għaddiet unanimament minn dan il-Parlament.", "Madam Speaker, tajjeb li ngħid li hawn sezzjoni tal-popolazzjoni li għandha lmenti dwar każijiet ta' diskriminazzjoni u inġustizzji li saru bejn l-1987 - meta tela' l-Gvern Nazzjonalista - u l-1995, meta nħatar l- Ombudsman.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi li qed nitkellmu fuqu llum huwa intenzjonat preċiżament biex jipprovdi rimedju għal dik is-sezzjoni tal- poplu Malti li minħabba li ma kellhiex fiduċja fil-liġi mressqa fl-1987, ma ressqitx l-ilmenti tagħha quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Aħna nħossu li dawn in-nies għandu jkollhom min jismagħhom u jsibilhom rimedju.", "Ċertament li jeżistu differenzi kbar bejn l-abbozz ta' liġi li qed jitressaq illum u l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji mressaq mill- Gvern Nazzjonalista fl-1987.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħid li wara li jsir smigħ xieraq, it-tribunal għandu jagħmel rapport li jitressaq għad-diskussjoni quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-poplu Malti.", "Kuntrarjament għall-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li kien ressaq il-Gvern Nazzjonalista fl-1987, dan l-abbozz ta' liġi jgħid li s-smigħ tal-każi jrid isir fil-miftuħ u r-riżultati li jinkisbu mit- tribunal iridu jiġu ppreżentati fil-Kamra quddiem ir-rappreżentanti kollha tal-poplu.", "GĦalhekk fl-opinjoni tiegħi din il-ħtieġa tagħmel dan l-abbozz ta' liġi ferm iktar trasparenti.", "Madam Speaker, b'kuntrast kbir ma' l-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji dan l-abbozz ta' liġi għandu s-snien għax hawnhekk it-tribunal għandu s-saħħa li hu stess jagħmel rakkmandazzjonijiet ta' rimedju għal dawk il-każi li hu jaqta' li għandhom raġun.", "GĦalhekk jien jidhirli li kuntrarjament għall-Att dwar l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, dan l- abbozz ta' liġi għandu jispira fiduċja f'kulħadd, preċiżament minħabba li s- smigħ tal-każi jsir fil-miftuħ u d-deċiżjonijiet tat-tribunal imorru quddiem ir-rappreżentanti tal-poplu, jiġifieri quddiem iż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Bla dubju ta' xejn jien inħoss li b'hekk dawk in-nies li ħassewhom inġurjati bejn dak il-perijodu li semmejt għandu jkollhom kull fiduċja li jressqu l-ilmenti tagħhom quddiem dan it-tribunal għax aħna mhux se nippermettu li xi sezzjoni tal-poplu ma jkollhiex aċċess għall-ġustizzja.", "MADAM SPEAKER: Onor. Buhagiar, ippermettili ninterrompik.", "Għandek bżonn il-Leave of House biex tkompli tinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-Kamra talli tagħtini permess inkompli nitkellem u nwiegħed li ma tantx se ndum għaddej bid-diskors tiegħi.", "Madam Speaker, uħud mill-kelliema tan-naħa l-oħra tal-Kamra kkritikaw dan l-abbozz ta' liġi għax qalu li dan huwa kopja tal-liġi li kienu ressqu huma fl-1987, pero' altru milli huwa kopja.", "Fil-verita', jeżistu differenzi bażiċi ta' importanza kbira li minħabba li semmejthom diġa' ma nħossx li għandi għalfejn noqgħod nerġa' nidħol fihom.", "Altru milli dan l-abbozz ta' liġi huwa kopja preċiża, dan huwa avvanz kbir fuq il-liġi li kienet tressqet fl-1987 u għalhekk jagħmel bridging għal dak il-perijodu sakemm daħal fis-seħħ l-Att dwar l-Ombudsman.", "Madam Speaker, jiena ma rridx intawwal iżjed pero' nixtieq nagħlaq billi ngħid li Malta hija żgħira wisq, ir-riżorsi umani tal-gżira tagħna huma limitati wisq u l-poplu tagħna minn dejjem kien maqsum fi tnejn - probabbli se jibqa' jkun hekk - u għaldaqstant ma jistax ikun li min ikun fil-gvern jagħmel inġustizzji u diskriminazzjoni fuq bażi politika.", "Jien inħoss li kull gvern, ikun min ikun, għandu jara li jagħmel użu mill-potenzjal taċ- ċittadini kollha, irrispettivament mill-kulur politiku tagħhom.", "Ma jistax ikun li jkollok pajjiż li għandu żewġ makni u dejjem jispiċċa jaħdem fuq makna waħda.", "Jien inħoss li min ikun fil-gvern għandu jara li l-pajjiż jutilizza r-riżorsi tiegħu kollha u juża l-potenzjal kollu possibbli taċ- ċittadini li jkollu u m'għandu jitħalla l-ebda lok biex xi gvern jagħmel diskriminazzjoni fuq bażi politika, kif sfortunatament sar fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Madam Speaker, kif tela' fil-Gvern il-Partit Laburista f'Ottubru ta' l- 1996 beda jwettaq dak li kien jgħid qabel l-elezzjoni.", "Qabel l-elezzjoni l-Partit Laburista kien jgħid li aħna se nkunu gvern tal-Maltin u l- Għawdxin kollha u jekk inħarsu lejn ir-record bikri ta' ftit xhur naraw li diġa' tajna eżempju, li minkejja l-pressjonijiet li jkollna se nagħmlu dak kollu possibbli biex il-Gvern jutilizza, kif diġa' għidt, il-potenzjal kollu tiegħu.", "Veru li biex kull amministrazzjoni timxi tajjeb bilfors irid ikun hemm xi ċaqliq ta' staff, pero' dan iċ-ċaqliq jiġri anke f'perijodu ta' ħames snin, kemm minħabba li xi ħaddiema stess jitolbu li jsir dan u kemm minħabba li l-effiċjenza titlob li jkun hemm ċertu ċaqliq.", "Imma dan iċ-ċaqliq m'għandu bl-ebda mod ikun immotivat politikament.", "Dan huwa importanti għax, kif diġa' għidt, il-poplu tagħna hu żgħir, b'kulħadd qrib xulxin, u għalhekk importanti li l-Gvern jagħti prova liċ-ċittadini li kull ċaqliqa tkun immotivata mill-effiċjenza jew almenu ma tkunx saret talba mill-istess ħaddiema.", "It-transfers jew id-deployments li jsiru għandhom ikunu fuq bażi ta' effiċjenza u bl-ebda mod m'għandhom isiru fuq bażi ta' vendikazzjoni politika.", "Għandi pjaċir ngħid li sena wara l-oħra fis- soċjeta' tagħna qed nara żvilupp kbir minn dan il-lat u għandna nkomplu niżviluppaw b'mod li ma nagħtu l-ebda lok li jerġgħu jidħlu l-ideat li jkun hemm vittimizzazzjoni politika.", "Nispera li dawn ikunu affarijiet tal- passat u l-għan ta' din il-liġi huwa preċiżament biex jissewwew inġustizzji li soffrew ċerti nies f'perijodu li ma kellhomx rimedju mod ieħor.", "Jiena nagħlaq, Madam Speaker, billi ngħid li din il-liġi kien hemm bżonnha minħabba li sezzjoni tal-poplu ġiet imweġġa' u għandha ilmenti li jridu jsibu l-isvog u r-rimedju tagħhom.", "Din il-liġi hija importanti għax il-poplu kien ilu jistenniha ħafna u fil-fatt vvota għaliha.", "Fil-kampanja elettorali l-Partit Laburista kien semma ħafna li hemm bżonn li tiddaħħal din il-liġi għat-twaqqif ta' dan it-tribunal u fil-fatt kienet waħda mill- ewwel liġijiet li ressaqna.", "Din il-liġi kienet f'moħħ il-poplu u r- riżultat ta' l-elezzjoni li kellna juri ċar li l-poplu riedha.", "Din hija liġi ġusta għax se tagħmel ġustizzja ma' sezzjoni tal-poplu li sofriet inġustizzji u li ma kellhiex fiduċja f'ċerti miżuri li tressqu biex taparsi jsibu rimedju u li fil-fatt ma rrimedjaw xejn.", "Kif diġa' għidt fid- diskors tiegħi tas-seduta ta' qabel, f'ċerti każi dawn il-liġijiet li tressqu mill-Gvern Nazzjonalista, minflok ma għamlu ġustizzja maċ-ċittadini komplew żiedu u ntensifikaw l-inġustizzji.", "Din hija liġi li minkejja li se tintuża mill-ftit tieħu ħsieb l-interess ta' kulħadd, hija trasparenti u effettiva u hija liġi konsistenti mal-politika tagħna li ċ-ċittadini kollha kemm huma, Maltin u Għawdxin, għandhom dejjem jiġu l-ewwel.", "Din il-liġi hija effettiva għax barra li t-tribunal se jkun jista' jirrikkmanda rimedji sostanzjali ta' flus, se jkun jista' wkoll jagħmel suġġerimenti dwar kif jistgħu jiġu rranġati l-inġustizzji li jkunu twettqu.", "Min-naħa l- oħra jiena nħoss li din il-liġi tant hija ċara, ġusta u ma tweġġa' lil ħadd - din m'hijiex intenzjonata biex tweġġa' lil xi ħadd, anzi hija intenzjonata sabiex tagħti rimedju u taġevola lil dawk il-ftit nies li sofrew inġustizzji - li kull min jivvota kontriha bilfors li għandu l-faħam miblul u jibża' mill-ġustizzja u mill-verita, nies li meta kienu fil-poter setgħu kienu l-kawża ta' inġustizzja.", "Madam Speaker, jien inħoss li din hija liġi li kien hemm bżonnha u li għandha tingħata l-appoġġ mill-Kamra kollha.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Segretarju Parlamentari għas-Self Employed): Madam Speaker, nibda sabiex qabel xejn nassoċja ruħi mas-sentimenti espressi mill- kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Buhagiar fil-kummenti tiegħu rigward din il- liġi li se twaqqafi tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji.", "Il- Partit Nazzjonalista kien rebaħ l-elezzjoni ta' l-1987 bl-għajta ta' \"xogħol, ġustizzja, liberta'\" u meta wieħed jixtarr l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna bilfors li jkollu jaqla' il-kelma \"ġustizzja\" minn ġo dik il-buzz phrase u jikkonsidraha fid-dawl ta' każi ta' nuqqas ta' ġustizzja li seħħew bejn l-1987 u l-1995 fl-ambjenti amministrattivi u ċivili ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, il-buzz phrase \"xogħol, ġustizzja, liberta'\" ma kenitx l- unika waħda tax-xorta tagħha - fejn jidħlu l-buzz phrases żgur li naqilgħulhom il-kappell lin-naħa l-oħra! - għaliex kien hemm ukoll buzz phrases oħrajn li tfaċċaw wara l-1987, fosthom il-famuża \"solidarjeta', dejjem u kullimkien\".", "Jiġifieri hawnhekk il-Partit Nazzjonalista ma tkellimx sempliċement fuq solidarjeta', imma fuq solidarjeta' kwalifikata għaliex meta qed tgħid \"solidarjeta', dejjem u kullimkien\" tkun qed titkellem b'mod verament assolut, jiġifieri li s-solidarjeta' trid tkun implimentata f'kull rokna tal-pajjiż u f'kull ħin.", "Mill-1987 smajna wkoll il-famuża buzz phrase l-oħra ta' \"rikonċiljazzjoni nazzjonali\" fejn il- Gvern Nazzjonalista kellu l-impenn li fl-ambjent amministrattiv u ċivili ta' pajjiżna jassigura li verament ikun hawn rikonċiljazzjoni nazzjonali, rikonċiljazzjoni nazzjonali li tkun riflessa wkoll fl-andament u fl- attitudni tal-gvern.", "Rikonċiljazzjoni nazzjonali tfisser li għandu jkun hemm bilanċ u attitudni ġusta, ekwilibrata u bilanċjata bejn kull ċittadin fil-pajjiż, ikun xi jkun il-lewn politiku tiegħu.", "Jien naħseb li min qiegħed jismagħni nsemmi dawn il-buzz phrases ta' \"xogħol, ġustizzja, liberta'\", \"solidarjeta', dejjem u kullimkien\", u \"rikonċiljazzjoni nazzjonali\" u sofra xi forma ta' inġustizzja taħt il-Gvern preċedenti, jweġġa'.", "Fl-interventi li għamlu l-kollegi tiegħi ssemmew ċirkostanzi u taw eżempji fejn saret inġustizzja.", "Naturalment kulħadd jagħmel home visits u jkollu kuntatt mal-kostitwenti tiegħu u jisma' id-diversi ilmenti li jaslulu minn min ikun sofra xi transfer inġust - kultant anke ħamsa wara xulxin - jew li ma jkunx ħa promozzjoni li jkun ħaqqu, anzi li xi ħadd li jkun warajh iżda li jkollu lewn politiku aktar favorevoli jeħodha minfloku.", "Kien hemm anke ċirkostanzi fejn nies ta' ċertu livell u b'ċerti kwalifiki tqiegħdu fi kmamar, b'biċċa mejda u b'biċċa siġġu mingħajr telephone u mingħajr ma ngħataw ebda funzjoni.", "Allura lil dawn in-nies x'ngħidulhom aħna?", "F'liema rokna ta' dik il-kamra kienet tinsab il-ġustizzja, is- solidarjeta', dejjem u kullimkien u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali?", "Dawn il- mistoqsijiet la nistgħu nirrisponduhom aħna, membri tal-Gvern u lanqas il- membri tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni imma jistgħu jirrisponduhom biss in-nies li sofrew dawn l-inġustizzji.", "Jekk Alla jrid, issa dawn in-nies se jkollhom il-mezz li bih ikunu jistgħu jressqu l-ilment tagħhom proprju bit- twaqqif ta' dan it-tribunal li se jinvestiga l-inġustizzji.", "Madam Speaker, aħna rridu nassiguraw li dan it-tribunal verament iwassal sabiex ikun hawn il-ġustizzja, is-solidarjeta' dejjem u kullimkien u r- rikonċiljazzjoni nazzjonali.", "In-naħa l-oħra tal-Kamra dan jafuh, imma ma jammettuhx.", "Possibbli li bejn l-1987 u l-1996 ma sar l-ebda transfer vendikattiv?", "Possibbli li f'dan iż-żmien li semmejt ma ngħatat l-ebda promozzjoni lil xi ħadd li ma kienx jixraqlu?", "Possibbli li l-ħatriet kollha kienu qegħdin f'lokhom?", "Għal disa' snin u nofs sħaħ ħadd ma tniffes u mbagħad lejliet l-elezzjoni ħarġu bil-ħrafa li ma sarux transfers vendikattivi, imma saru żbalji amministrattivi.", "Mela kien biss ftit qabel l-elezzjoni li bdejna naraw xi ftit dawl f'dan ir-rigward.", "Madam Speaker, meta aħna konna fl-Oppożizzjoni u konna niltaqgħu ma' nies waqt il-home visits li konna nagħmlu, ndunajna li fil-fatt kien hemm ħafna nies li fil- maġġor parti tagħhom kienu Laburisti, li veru sofrew transfers vendikattivi u kien hemm min ħaqqu promotion u ma ħadhiex.", "Dan seħħ mhux biss fis- settur pubbliku imma anke f'xi korporazzjonijiet u entijiet parastatali.", "F'wiċċ tant allegazzjonijiet ta' inġustizzji, il-Partit Laburista ma setax joqgħod lura milli fil-manifest elettorali tiegħu jwiegħed it-twaqqif ta' tribunal illi jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet ta' inġustizzji.", "U proprju malli l-Partit Laburista ħa t-tmun tal-pajjiż f'idejh mill-ewwel ħaseb - u din hija s-serjeta' - sabiex iħejji dan l-abbozz ta' liġi li fil- fatt kien l-ewwel abbozz li l-Gvern Laburista ressaq quddiem dan il- Parlament.", "Huwa tajjeb li dan it-tribunal se jitwaqqaf fi żmien qasir sabiex il-makkinarju jibda jaħdem mill-ewwel.", "B'hekk ir-redress li qegħdin jitolbu dawn iċ-ċittadini jsibuh u jieħdu wkoll dak li ħaqqhom meta jirriżulta li għandhom raġun.", "Din hija wkoll l-aqwa opportunita' għan-naħa l-oħra sabiex tiskolpi ruħha minn kull responsabilita' ta' allegazzjoni ta' inġustizzja.", "Jien ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni qiegħda topponi din il-liġi.", "L- Oppożizzjoni tista' topponiha billi tgħid li m'hemmx bżonn ta' din il-liġi għax bejn l-1987 u l-1996 qatt ma seħħew dawn l-inġustizzji, imma naħseb li min jgħid hekk ikun qed jidħak bin-nies.", "Tista' wkoll topponiha billi tgħid li din hija liġi li tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal- ġustizzja.", "Dan żgur li mhuwiex il-każ għax jekk inti topponi t-twaqqif ta' dan it-tribunal billi tgħid li dan ma jirriflettix il-prinċipji bażilari tal-ġustizzja u m'għandux l-ingredjenti bħal, per eżempju, li l-ġustizzja mhux biss trid issir imma trid tidher li qed issir, allura l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li waqqfu huma wara l-1987 żgur li ma kellhiex dawk l-ingredjenti.", "Peress li dan huwa tribunal li għandu funzjonijiet kważi ġudizzjarji - mhux eżattament ġudizzjarji fis-sens ta' qorti ta' ġustizzja - il-Gvern ħa ħsieb li jassiġura li l-prinċipji ta' ġustizzja naturali jkunu mnaqqxin fit-twaqqif ta' dan it-tribunal mingħajr ma jkun hemm il-pitfalls li kien hemm fil-kummissjoni li kien hemm qabel.", "Aħna ħsiebna biex il-prinċipju ta' nemo judex in causa propriam jiġi mħares u m'għamilniex l-istess żball li għamlu ta' qabilna.", "M'nejn safejn id-deċiżjonijiet ta' dik il-kummissjoni kienu jmorru għand il-prim ministru biex imbagħad ikun il-prim ministru stess li jiddeċiedi jekk għandux imexxi dawk id-deċiżjonijiet jew le?", "Dawn x'affarijiet huma!", "L-Oppożizzjoni jmissha tafhom dawn l-affarijiet għax għandha ħafna avukati.", "Dan qisu għandek imħallef fil-qorti tal-ġustizzja u s-sentenzi li jagħti jmorru għand il-prim ministru sabiex jara jekk għandhomx jiġu implimentati jew le!", "Dik hija avarija kompleta tal-ġustizzja u rajniha ssir proprju fil- kummissjoni li kienu waqqfu huma.", "M'nejn safejn deċiżjoni ta' kummissjoni tmur għand il-prim ministru!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Louis Galea, permezz ta' din il-liġi l-Prim Ministru jrid bilfors jattwa deċiżjoni tat- tribunal li mbagħad ikun obbligat jissottometti rapport lill-Parlament.", "Dan żgur li ma kienx isir fi żmienkom.", "Barra minn hekk aħna assigurajna illi jkun hemm trasparenza assoluta billi l-proċeduri u s-smigħ tar-rikors isir fil-miftuħ u dan huwa wkoll rekwiżit ieħor importanti sabiex il- ġustizzja mhux biss issir imma tkun tidher illi qiegħda ssir.", "Ingredjent ieħor importanti huwa li jkun hemm redress billi s-sentenza tiġi esegwita.", "Issa jekk din tiġix esegwita in cash jew in kind, l- importanti huwa li l-persuna tieħu r-redress tagħha, ħaġa li ma kenitx neċessarjament applikabbli fil-kummissjoni li kien hemm qabel.", "Ma naħsibx li l-Oppożizzjoni tippreferi li aħna nieħdu l-eżempju tagħha meta hi kienet fil-gvern u nkomplu nipproċedu quddiem kummissjoni li ma tirrispettax il- prinċipji bażilari tal-ġustizzja.", "Qed ngħid dan għax qabel ma kienx hemm rispett tal-prinċipji bażilari tal-ġustizzja u aħna permezz tat-twaqqif ta' dan it-tribunal qed nassiguraw li verament ikun hemm rispett lejn l- ingredjenti bażilari tal-ġustizzja.", "GĦalhekk l-Oppożizzjoni ma għandhiex għalfejn tkun kontra t-twaqqif ta' dan it-tribunal.", "Kif qal tajjeb il- kollega tiegħi din hija opportunita' sabiex l-Oppożizzjoni tneħħi kull responsabbilta' proprju għaliex quddiemna għandna makkinarju ġust li jirrispetta l-prinċipji fundamentali tal-ġustizzja.", "Jekk wieħed jopponi għal dan l-abbozz ta' liġi bilfors titħasseb, tissuspetta u tikkonkludi li xi ħadd għandu l-faħam miblul.", "It-twaqqif ta' dan it-tribunal huwa indispensabbli proprju għaliex id- domanda miċ-ċittadin għat-twaqqif tiegħu hija waħda kbira.", "Minbarra li dan l-abbozz ta' liġi kien imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, li rebaħ l-aħħar elezzjoni meta l-poplu tah il-mandat sabiex jiggverna, jidher li l-poplu jrid li jkun hemm dan it-tribunal akkost ta' kollox u għalhekk hemm bżonn li dan jitwaqqaf mill-iktar fis possibbli.", "Ma għandix dubju li dan it-tribunal se jiffunzjona kif suppost fir-rispett tal- prinċipji fundamentali tal-ġustizzja sabiex jiġi assigurat li l-ġustizzja mhux biss issir imma tidher li qed issir u min ikun verament sofra inġustizzja jkollu l-makkinarju sabiex jieħu r-redress li jkun jixraqlu.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li mhux biss din in-naħa tal-Kamra għandha tappoġġa dan l-abbozz ta' liġi, imma huwa l-obbligu tal-Kamra kollha li tassigura dan it-tribunal li jiġi mwaqqaf.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sinjura President, nistqarr li ma kelli l- ebda intenzjoni li nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi pero' meta smajt lill-esponenti tal-Gvern jitkellmu, kemm fis-seduti li kellna qabel meta konna qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi u anke llum meta tkellmu l-Onor.", "Buhagiar u l-Onor.", "Gulia, bilfors kelli nitkellem.", "Jien m'iniex se nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi mil-lat legali jew mil-lat tekniku għax nistqarr li fuq dawn ma nifhem xejn, pero' rrid nitkellem mil-lat reali u attwali.", "Huwa veru dak li qal l-Onor.", "Gulia, jiġifieri li l-poplu ta l- mandat lill-Partit Laburista għax dan il-partit illum għandu l-appoġġ tal- maġġoranza tal-poplu, bħalma kellu l-Partit Nazzjonalista meta kellu l- maġġoranza fl-elezzjonijiet preċedenti.", "Waħda mill-affarijiet li kien hemm fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista kienet li malli l-Partit Laburista jkun fil-gvern kellu jitressaq dan l-abbozz ta' liġi.", "Imma hawn ma rridux ninsew x'kien jgħid il-Partit Laburista, jiġifieri li ċ-ċittadin se jiġi l-ewwel u li Gvern Laburista se jkun gvern tal-Maltin u l-GĦawdxin kollha.", "Ma nafx kemm-il darba konna nisimgħu li Gvern Laburista se jkun gvern tal-Maltin u ta' l-GĦawdxin kollha u għalhekk tajjeb li naraw x'inhi l-atmosfera fil-pajjiż bħalissa.", "X'qed isemmu n-nies bħalissa?", "X'qed isemmu l-ħaddiema, b'mod speċjali l-impjegati fis-servizz pubbliku?", "Illum f'kull dipartiment tal-gvern ħlief transfers ma jissemmewx.", "Dan hu li rridu naraw u jien minn dan il-lat li se nitkellem l-iktar.", "X'ipokresija qed jimxi biha dan il-Gvern meta qed jgħaddi din il-liġi proprju fi żmien meta qed jagħmel affarijiet li jmorru kontra dak li hemm f'din il-liġi!", "Jien se nispjega dawn l-affarijiet bil-fatti u se nitkellem l-aktar fuq it-transfers li qed isiru bħalissa għaliex proprju paragrafu (a) ta' klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi jitkellem dwar \"ħatriet, promozzjonijiet jew trasferimenti ta' uffiċjali pubbliċi\".", "Jiena m'iniex se noqgħod ngħid li qabel ma kenux isiru transfers għax kienu jsiru u ġieli saru ħażin ukoll u għalhekk m'iniex se niddefendi dak li sar ħażin, imma se ngħid kif il-Gvern Laburista qed jgħaddi din il-liġi fiż-żmien meta fil-pajjiż hawn għagħa kbira u l-impjegati tas-servizz pubbliku lanqas jafu fejn se jisbħu għada.", "Bħalma jaf kulħadd hemm impjegati li diġa' ngħataw transfer u hemm oħrajn li qed jistennew transfer.", "Allura x'ipokresija u x'wiċċ tost għandu dan il-Gvern li jiġi jgħajjar b'allegati inġustizzji li saru fi żmien Gvern Nazzjonalista!", "Imbagħad wara kollox dak iż-żmien kien hemm il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji biex tinvestiga kull allegazzjoni.", "Issa dan il-Gvern qed jgħid li lil dawk li ma riedux imorru quddiem din il-kummissjoni se jipprovdilhom mezz biex iressqu xi ilmenti li jista' jkollhom.", "U veru li ħasbu għal kollox għaliex fejn il- Ministru tal-Finanzi dam jeqred għaliex ħallejna ma nafx kemm-il ħofra u għalhekk ma setgħux isibu flus biex jagħmlu ċerti affarijiet, għal dan il- għan sabu Lm200,000 biex bihom ikunu jistgħu jikkompensaw lil dawk li qed jgħidu li għandhom dritt li jieħdu r-raġun minn idejn dan it-tribunal.", "Sinjura President, b'kumbinazzjoni, l-Onor.", "Louis Buhagiar, li għadu kemm tkellem qabli, fil-leġislatura l-oħra kien għamel diskors hawnhekk meta kien hemm il-kwestjoni tal-promozzjonijiet tan-nurses f'San Vinċenz de Paule.", "Hu kien għamel plejtu sħiħ fuq il-promozzjonijiet li qal li kienu nġusti u fost affarijiet oħra kien semma l-Public Service Commission u l-Ombudsman.", "Jien hawnhekk se naqra parti mid-diskors li kien għamel l- Onor. Buhagiar dak iż-żmien meta kien fl-oppożizzjoni fejn kien iddefenda lin-nurses li suppost ġew maqbuża fil-promozzjonijiet.", "L-Onor.", "Membru kien qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Dan l-aħħar għamilna l-liġi dwar l-Ombudsman.", "L-ewwel punt li ridt inressaq huwa li huwa inutli li l-Gvern iressaq din il-liġi u l-pajjiż jingħata l-faċilita' li jitressqu l-ilmenti meta mbagħad ikun hu stess, jiġifieri l-Gvern, li jbierek u jinizja affarijiet inġusti bħal dawn.\".", "Jiġifieri fi kliem l-Onor.", "Buhagiar stess il-Gvern għandu jkun l-ewwel u qabel kulħadd li ma jħallix li dawn l-affarijiet isiru.", "Kieku mhux diġa' għidt li dan id-diskors qalu l-Onor.", "Buhagiar kont inkun nista' ngħidu jien għaliex il-Gvern illum qed iressaq liġi li biha suppost se jirranġa ċerti affarijiet meta preżentement fil-pajjiż hawn għagħa kbira fuq l-affarijiet li qed jagħmel, fosthom it-transfers li qed jingħataw - hu qed jgħid li qed isiru skond l-esiġenzi tas-servizz u 'l quddiem nidħol f'ċerti dettalji dwar dan u naraw fejn huma l-esiġenzi tas-servizz, speċjalment fil-qasam tas-saħħa - li żgur ma tistax tgħidilhom li huma ġusti jew li qed isiru skond l-esiġenzi tas-servizz imma tista' ssejħilhom biss trasferimenti politiċi u anke agħar.", "U jien l-aktar ħaġa li tkiddni, Madam Speaker, hija li dawn it-trasferimenti m'humiex biss politiċi - trasferimenti politiċi qatt m'huma sbieħ, imma forsi f'ċerti każi wieħed jista' jiġġustifikahom - imma huma wkoll vendikattivi u 'l quddiem nuri kif almenu żewġ trasferimenti li saru fl-Isptar San Vinċenz de Paule mhux biss kienu politiċi imma kienu wkoll vendikattivi.", "Allura jien ngħid li hija ipokresija grassa min-naħa tal-Gvern li filwaqt li qed jipprova jgħaddi din il-liġi, qed jgħidilna li din se sservi sabiex tpatti għal dawk li sofrew inġustizzji taħt Gvern Nazzjonalista għax ma kellhomx fejn jirrikorru.", "Għalhekk jien ngħid li din hija xi ħaġa li l-poplu Malti żgur ma jistax jaċċettaha.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li l-Gvern ma kellux mandat sabiex iressaq din il-liġi għaliex la rebaħ l-elezzjoni għandu dritt iressaq il-liġijiet kollha li jrid, imma lanqas għandu dritt li b'ipokresija kbira jipprova jgħaddi liġi bħal din sabiex taparsi jsewwi ċerti affarijiet li allegatament saru taħt Gvern Nazzjonalista biex imbagħad hu jagħmel agħar minnhom!", "Allura issa qed naqgħu għall- assurdita'.", "Nerġa' ngħid li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni bi slogan \"Gvern tal-Maltin u l-Għawdxin Kollha\" u għaldaqstant ma jridx jinsa li huwa gvern ta' kulħadd.", "Sur President, nerġa' ngħid li ċerti trasferimenti li qegħdin isiru, speċjalment fl-Isptar San Vinċenz, ma sarux minħabba l-esiġenzi tas-servizz imma saru b'mod partiġjan u vendikattiv.", "Jiena kont segretarju parlamentari qabel l-Onor.", "Buhagiar u nammetti li xi kultant ikun hemm bżonn li ċċaqlaq nurse minn ward għal oħra, imma żgur li ma naċċetta qatt li ċċaqlaq nurse minn sptar għal ieħor mingħajr raġuni.", "Ċerti kliem li qed jingħad qed jikxef idejn dak li jkun.", "Per eżempju, jien għandi kull rispett lejn il-Ministru Michael Farrugia imma jiddispjaċini ngħid li meta nhar il-Ġimgħa smajtu jitkellem waqt diskussjoni fuq wieħed mir-radjijiet, skandalizzani bl-argument li uża għaliex meta ġie biex jiddefendi ċerti trasferimenti qal: Dak li issa qed igerger għax transferejnih ma lmentax qabel meta qala' lil ħaddieħor!", "L-ewwelnett m'hu veru xejn għax f'dak il- każ li kien qed isemmi hu lanqas hu veru li qala' lil ħaddieħor, u t-tieni nett joħroġ ċar li dan kien transfer ta' tpattija, jiġifieri t- transferiment ta' dan il-bniedem minn sptar għal ieħor sar bi tpattija għaliex hu ħa post ieħor meta kien hemm il-bidla fil-gvern.", "Imbagħad l-iktar ħaġa li laqtitni minn dak li qal il-Ministru Farrugia kienet meta daħal f'affari personali u semma inċident li kellu meta kien għadu tabib - kulħadd ikollu minnhom dawn - u ħadd ma qabeż għalih allavolja kien se jitlef ħobżu.", "Din m'hijiex serjeta' ta' ministru li jrid jiġġustifika ċerti trasferimenti li qed isiru fid-dipartiment tiegħu u allura joħroġ bl-argument li meta hu forsi kien f'pożizzjoni mwiegħra ħadd ma qabeż għalih allavolja kien se jitlef ħobżu.", "Meta smajt dawn l- argumenti jien ħassejt li bilfors kelli nitkellem illum u ħassejt hekk għaliex qed nara li qed isiru affarijiet ipokriti; qed jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra.", "Kif diġa' għidt l-agħar ħaġa f'każ ta' transfer hija meta mhux ikun biss politiku imma jkun ukoll vendikattiv.", "U hawnhekk se nispjega x'irrid infisser meta ngħid \"transfer vendikattiv\".", "Wieħed mit-transfers li sar fl-Isptar San Vincenz, Madam Speaker, hu dak ta' nursing officer Nazzjonalist - u ma jibżax jgħid li huwa Nazzjonalist, bħalma hemm nursing officers Laburisti fl-Isptar San Vincenz u li jien naqlgħalhom il-kappell għaliex jagħmlu xogħlhom kif għandhom jagħmluh - li mill-esperjenza tiegħi personali nista' ngħid li huwa wieħed mill-aħjar nursing officers li kien hemm fl-Isptar San Vincenz.", "Nista' nassigura lil kulħadd li dan huwa bniedem motivat, dedikat, dejjem għamel xogħlu u huwa bniedem li l-anzjan għalih jiġi l-ewwel u qabel kollox, jiġifieri huwa bniedem li ħadd ma jista' jgħid li mhux qed jaqdi dmiru sewwa.", "L-unika tebgħa li għandu mal-Gvern preżenti hija li huwa Nazzjonalist.", "Ħalli issa nispjega jekk dan it-transfer li ngħata dan il-bniedem huwiex vendikattiv jew le.", "Dan in-nurse għandu l-mara tiegħu nurse wkoll, fil-fatt nursing officer bħalu, u qiegħda in charge ta' waħda mill-iktar wards diffiċli li għandna fl-Isptar San Vincenz.", "Din il-koppja toqgħod Hal Farruġ u kienu jaħdmu shift differenti ħalli jippruvaw ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-familja tagħhom.", "Allura li taqla' lil dan il-bniedem mill-Isptar San Vincenz u tibagħtu Mount Carmel Hospital taqa' taħt l-esiġenzi tas-servizz, Madam Speaker?", "Dan m'huwiex każ ta' transfer partiġjan biss, għaliex kieku kien hekk kont forsi nasal biex ngħid li kulħadd għamel xi transfer hekk, imma huwa wkoll transfer vendikattiv u jien dan ma nistax naċċettah kemm bħala tabib, kemm bħala ċittadin, kif ukoll bħala bniedem li kont f'dak il-post li issa qiegħed jokkupa ħaddieħor.", "Dan it-transfer ma tistax issejjaħlu b'mod ieħor ħlief dak ta' transfer vendikattiv.", "Ma jistgħux jgħidu li dan sar minħabba l-esiġenzi tas-servizz għax dan in-nurse qed jagħmel kors fil- ġerontoloġija u fil-fatt dalwaqt jieħu d-diploma f'dan il-qasam u għaldaqstant ma jagħmilx sens li taqilgħu mill-Isptar San Vincenz fejn hemm dawk ix-xjuħ kollha u fejn għandek bżonn nies li huma versatili fil- ġerontoloġija u tibagħtu Mount Carmel.", "Kif tista' tispjega affarijiet bħal dawn?", "Għalhekk meta jiġu jgħidu li dawn l-affarijiet qed isiru minħabba l- esiġenzi tas-servizz jien żgur li ma nistax nemminhom.", "Għalkemm l-union ta' l-infermiera u l-qwiebel - l-MUMN - ipprotestat fuq dan il-każ speċifiku meta qalet li kważi jidher ċar li dan huwa transfer politiku, jien xorta m'iniex kuntent li din il-union ipprotestat bil-kliem biss.", "Taf kif għandha tagħmel din il-union għax bħalma pprotestat fi żmienna meta kienu saru transfers politiċi, jekk trid tkun kredibbli għandha tagħmel l- istess bħalissa.", "M'huwiex sew li meta jkun hemm Gvern Nazzjonalista taġixxi mod u meta jkun hemm Gvern Laburista taġixxi mod ieħor.", "Sur President, billi ċċaqlaq nurse minn ward għall-oħra fl-istess sptar, fil-loġika tiegħi ta' bniedem li kont responsabbli minn dan il-post, bilkemm ngħoddu bħala transfer, anzi aktar ngħidlu redeployment.", "Imma li taqbad nurse li taf li ma jistax jaħdem f'ċerti postijiet minħabba l-marda li għandu u tneħħih mill-post protett li kien jaħdem fih biex tibagħtu f'ward fejn hemm il-periklu li jieħu infezzjoni u jibqa' sejjer għand Alla, dik ngħidilha vendikazzjoni.", "Jekk trid tgħid li kellu a cushy job neħħih minn hemm, ma jimportax, imma almenu ibagħtu f'post fejn m'għandux riskju għal saħħtu.", "Dawn huma l-affarijiet li saru f'dawn l-aħħar ġranet.", "Għal din ir-raġuni biss qomt nitkellem illejla, għaliex mhux veru li huma sinċieri meta jagħmlu ċerti affarijiet.", "Dik li qed jagħmlu hija ipokresija għaliex qed jgħidu ħaġa u fil-fatt qed jagħmlu ħaġa oħra.", "Ovvjament din il-liġi se tgħaddi għax il-Gvern għandu l-maġġoranza, bħalma konna ngħaddu l- liġijiet aħna meta konna fil-gvern u kellna l-maġġoranza, imma l-ispirtu tagħha mhux se jiġi attwat jekk m'aħniex se nirrimedjaw għal dawn l- affarijiet.", "Sinjura President, din ta' \"l-esiġenzi tas-servizz\" issa ilna nisimgħuha u issa se ngħid xi ħaġa jien wkoll f'dan ir-rigward.", "Dan l-aħħar il- Ministru Farrugia tkellem f'aġġornament fejn qal li ċ-ċaqliq li qed isir fil-qasam tas-saħħa qed isir bi pjan biex jitjieb is-servizz.", "Jien se nieħu xi eżempji ta' każi li seħħew fl-Isptar San Vincenz de Paule u nibda billi nerġa' nirriferi għall-każ li kont qed nitkellem fuqu.", "(Interruzzjonijiet) Jien fejn m'iniex żgur ma nitkellimx.", "Kif tista' tiġġustifika l-fatt li nursing officer li huwa versatili fil-ġerontoloġija u li hemm bżonnu f'San Vincenz de Paule, tibagħtu Mount Carmel Hospital minħabba esiġenzi tas-servizz?", "Kif tista' taċċetta li minħabba esiġenzi tas- servizz titneħħa nursing officer li kienet in charge minn ward tan-nisa - għal min ma jafx fl-Isptar San Vincenz de Paule hemm shortage ta' nurses fis-section tan-nisa - li kienet tikkonsisti f'madwar 60 anzjana u tibgħatha fl-administration block biex minflokha tpoġġi nurse raġel?", "Fl- administration block qiegħda moħlija għax hija nurse tajba.", "Mela neħħew nursing officer mara minn ward tan-nisa u minflokha poġġew nursing officer raġel.", "Allura dan ukoll sar għall-esiġenzi tas-servizz?", "Meta l-Onor.", "Buhagiar għamel l-ewwel żjara tiegħu f'San Vincenz de Paule, id-DOI kien ħareġ press release dwar din iż-żjara u se naqra parti minnha:", "\"Fuq it-transfers, l-Onor.", "Buhagiar enfasizza li meta mhux mitlubin dawn ikunu kontro-produttivi u l-impjegat ma jaħdimx għal qalbu.\".", "Dan mhux jien qed ngħidu iżda ingħad fi press release maħruġa mid-DOI wara ż-żjara li saret mill-Onor.", "Louis Buhagiar fir-Residenza ta' St Vincent de Paule.", "\"Huwa jrid staff kuntent.", "Huwa assigura li mhux se jwettqu xi tip ta' ċaqliq li jista' jagħti riżultati negattivi.\"", "- nixtieq naf jekk dawn iż-żewġ każi lampanti li semmejt humiex każi negattivi -", "\"Dr Buhagiar spjega li jekk ikollna staff kuntent dan jirrifletti fuq is-servizz li jingħataw ir-residenti f'San Vinċenz.\"", "Madam Speaker, dawn jippriedkaw mod u jagħmlu mod ieħor.", "Kieku l- affarijiet imxew skond kif hawn f'din il-press release, kieku t- trasferimenti li saru żgur li ma kenux isiru.", "Allura fejn hi s-serjeta'?", "Fejn hi l-onesta' ta' dawn in-nies?", "Kif diġa' għidt, mhux se nikkritika din il-liġi mil-lat legali jew mil-lat tekniku għax diġa' kkonfessajt li ma nifhimx f'dawk l-oqsma, imma irrid nara l-ispirtu ta' dawn in-nies ħalli nkun naf jekk hux veru jemmnu f'dak li qed jgħidu.", "Irrid nara jekk il- fatti li qed isiru f'dawn iż-żmenijiet tal-lum humiex jagħtu raġun għal din il-liġi.", "Fi żmien il-Gvern Nazzjonalista l-kelliema tal-Partit Laburista kienu qalu li m'għandhomx fiduċja fil-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustiżżji li kienet twaqqfet dak iż-żmien, imma almenu kien hemm kummissjoni għall-investigazzjoni ta' inġustizzji.", "Jien inkompli ninsiti u ngħid li dawn ma jemmnux f'dak li qed jgħidu u meta kienu ngħataw dawk il-promotions fl-Isptar San Vinċenz de Paule - u jien irrid insemmiha din, allavolja ħadd ma semmieha min-naħa l-oħra - l- Onor. Louis Buhagiar kien ġie hawnhekk u qal li kien hemm nurses li ġew maqbuża minn xi nurses li ġew ppreferuti għax marru jaħdmu fid-dar ta' l- Onor. Francis Agius.", "Kien hemm ħafna allegazzjonijiet bħal dawn u f'wieħed mid-diskorsi li kien għamel qal:", "\"Jien minn hawnhekk nixtieq nagħmel appell u ngħid li għadu mhux tard wisq biex is-Segretarju Parlamentari jara li jirranġa dawn l- inġustizzji.\"", "- kien qed jgħid għalija -", "\"Jien naf li hemm ħafna minn dawk il-kandidati li ġew ittrattati inġustament u li qegħdin jipprotestaw mal-Public Service Commission u nħeġġeġ lid-dipartiment u lis-Segretarju Parlamentari biex jappoġġa l- protesta ta' dawn il-kandidati u jara li l-affarijiet jiġu ggwidati tajjeb u jiġu rranġati.\".", "Hekk sar, Sinjura President.", "Jiena ma kelli l-ebda intenzjoni li l- ilmenti ta' dawn il-kandidati ma jmorrux quddiem il-PSC.", "Dawn marru quddiem il-PSC; u din interrogat lil kulħadd, talbet kjarifika mingħand min kien fil-bord, mingħand is-supretendent ta' l-isptar ta' dak iż-żmien u anke mingħandi.", "Pero' r-riżultat tal-Public Service Commission kien li kollox sar kif kellu jsir, kollox sar above board, u allura dawk il- promozzjonijiet li ngħataw ġew konfermati.", "Din hija l-verita' u għalhekk il-promotions li ngħataw dak iż-żmien saru kif kellhom isiru.", "Ladarba qed nitkellem fuq il-promozzjonijiet, nixtieq ngħid xi ħaġa oħra.", "Il-union li għadni kemm semmejt, jiġifieri l-union ta' l-infermiera u l- qwiebel, għadha kemm kellha laqgħa mal-membri tagħha u kif jaf kulħadd jekk union trid tkun kredibbli, union ma tistax taġixxi b'ċertu mod meta jkun hemm Gvern Nazzjonalista fil-poter u taġixxi mod ieħor meta jkun hemm Gvern Laburista fil-poter.", "Jekk ċerti uffiċjali ta' din l-union jridu jkunu kredibbli allura jridu jkunu konsistenti fl-aġir tagħhom.", "Kulħadd jaf xi stand ħadu fiż-żmien meta jien kont Segretarju Parlamentari u xi stand qed jieħdu issa.", "Għalhekk qed ngħid li jekk din l-union trid tkun kredibbli trid tibqa' konsistenti ma' kif kienet timxi qabel.", "Irrid ngħid li bqajt skantat b'waħda mir-riżoluzzjonijiet li għaddew fil-laqgħa li kellhom nhar il-Ħamis u li titkellem fuq il-bord ta' l-għażla għall- promozzjonijiet ta' nursing managers fl-Isptar San Luqa.", "F'din ir- riżoluzzjoni jingħad li l-union \"tosserva wkoll li l-bord ta' l-għażla kellu bħala chairman persuna li hija magħrufa li fil-passat ħadmet bi skopijiet politiċi.\".", "Issa jien ma nafx jekk hawnx persuna f'Malta li m'għandhiex skopijiet politiċi.", "Naħseb li anke dawk li ffirmaw din ir- riżoluzzjoni - u jiena naf min huma - huma politiċi u għandhom ideali politiċi.", "Meta union bħal din tgħaddi riżoluzzjoni fejn tgħid li dak il- bord ma kienx validu għaliex bħala chairman tiegħu kien hemm persuna li \"fil-passat hija magħrufa li ħadmet bi skopijiet politiċi\" .....", "Mela naturalment kieku baqa' fil-poter il-Gvern Nazzjonalista din ma kenitx issir għaliex kienet tkun saret bi skop politiku!", "U jiena naf għal min qed jgħidu li huwa Nazzjonalist.", "Imma din hija serjeta', Madam Speaker?", "GĦalhekk wieħed irid joqgħod attent anke meta jgħid li se ngħaddu dan l- abbozz ta' liġi ħalli jitwaqqaf tribunal biex jiġu rimedjati inġustizzji li saru fil-passat.", "L-ewwelnett ċerti inġustizzji mhux veru jkunu saru u barra minn hekk wieħed għandu jgħid x'inġustizzji saru.", "Nista' nsemmi, per eżempju, il-promozzjonijiet li ngħataw f'San Vinċenz de Paule u li konna qlajna kritika dwarhom mill-Onor.", "Buhagiar.", "Jiena niskanta kif l-istess Onor. Membru ma rriferiex għal dawn il- promozzjonijiet, imma jien se nirriferi għalihom għaliex naf li ma kien hemm xejn ħażin fil-proċess li sar.", "Dak li kienu qed jgħidu dak iż-żmien kien biss biex iħammġu u dan jidher ċar mir-risposta tal-Public Service Commision u l-ittra - l-Onor.", "Buhagiar jista' jaraha - li tgħid li kollox sar kif kellu jsir u li ma kien hemm l-ebda inġustizzji fl-għoti ta'dawn il- promozzjonijiet.", "Allura mhux veru li kien hemm faħam miblul, Madam Speaker.", "Imbagħad niġi hawnhekk u nisma' lill-Onor.", "Gavin Gulia jgħid li min joġġezzjona għal dan l-abbozz ta' liġi jkun qed joġġezzjona għaliex għandu l-faħam miblul!", "Jien qatt ma kelli faħam miblul u żgur li ħadd min sħabi m'għandu faħam miblul.", "Jiena qed noġġezzjona għaliex fil-passat kienu jgħidu ċerti affarijiet biex jagħmlu propaganda u biex iħammġuna, u issa li qegħdin fil-gvern qed jagħmlu affarijiet oħra li mhux allegatament, imma manifestament, huma ħżiena.", "L-Onor.", "Gulia qal: Possibbli ma jafux bit-transfers vendikattivi li saru bejn l-1987 u l-1996?", "Jiena nistqarr li ma nafx.", "Jista' jkun li kien hemm transfers pero' jiena diġa' pprovajtlu li f'ħames xhur - u mhux f'għaxar snin - diġa' saru żewġ transfers vendikattivi fl-Isptar San Vincenz de Paule.", "Jiġifieri jekk jibqgħu mexjin b'din ir-rata, f'għaxar snin - għalkemm mhux se jkollhom ċans jibqgħu fil-gvern għal għaxar snin - ara kemm-il transfer vendikattiv se jagħmlu!", "Din m'hijiex serjeta'.", "L-Onor.", "Buhagiar għadu kemm qal li jittama li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fuq bażi politika fl-għoti tat-transfers, u dan meta jaf x'sar f'San Vincenz de Paule f'dawn l-aħħar ġranet.", "Lil dawn in-nies ma tistax temminhom u din hija r-raġuni għala tkellimt illum.", "Jiena ma dħaltx fid-dettall tal-liġi għaliex m'hijiex il-linja tiegħi, pero' żġur li l- Gvern Laburista, li qed jippreżenta dan l-abbozz biex isewwi għall-allegati inġustizzji li għamilna aħna meta konna fil-gvern, qiegħed jagħmel aktar inġustizzji.", "U dawn m'humiex xi inġustizzji allegati imma huma manifesti u li jista' jarahom kulħadd għaliex meta tagħti transfers li jmorru kontra l- esiġenzi tas-servizz tkun qed tagħmel transfers politiċi; u f'ċerti każijiet jista' jkun hemm lok għal transfer politiku, pero' li jkun transfer politiku u vendikattiv żgur li ħadd minn hawn ġew ma jaċċettah.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO (Segretarju Parlamentari għal Għawdex): Sinjura President, jiena smajt b'attenzjoni sħiħa d-diskors ta' sieħbi l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici u bir-rispett kollu ninsab mistagħġeb b'dak li qal.", "Nixtieq infakkru li fi żmienu ċertu Frank Cauchi, li kien principal fit- Taqsima tal-Public Cleansing f'GĦawdex, kien intbagħat jaħdem iċ- ċimiterju.", "Tant hu hekk li f'GĦawdex ma riedux jiffirmawlu t-transfer u allura t-transfer ħareġ minn Malta.", "Jiftakru dan jew ma jiftakrux l-Onor.", "Mifsud Bonnici?", "Dan il-każ kien ġara tliet snin jew erba' snin ilu meta kien responsabbli l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed insemmilu l-persuna.", "MADAM SPEAKER: Point of order.", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Dan m'hu veru xejn.", "Mela jien kont responsabbli mill-public cleansing!", "MADAM SPEAKER: Kompli Onor. Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Madam Speaker, dawn jgħidu li ma jagħtux transfers pero' kulħadd jiftakar x'ġara meta telgħu fil-gvern huma.", "F'Għawdex daħlu fid-dipartimenti tal-gvern, kissru l-għamara kollha li kien hemm, kissru r- ritratti tal-prim ministru u tal-President ta' Malta ta' dak iż-żmien u lin- nies li kienu responsabbli mid-dipartimenti tefgħuhom f'rokna u ħallewhom żmien twil mingħajr skrivanija bla ma jagħmlu xejn u dan kollu meta l- għajta tagħhom kienet li jridu jagħmlu ġustizzja.", "Dawn l-affarijiet mhux jiena biss nafhom imma jafhom kulħadd u kulħadd jaf x'ġara dak iż-żmien f'Għawdex.", "U Alla jbierek issa jiġi l-Onor.", "Mifsud Bonnici u jgħid illi fi żmienhom ma tawx transfers, la vendikattivi u lanqas politiċi!", "Tajjeb illi nfakkru lill-poplu minn xiex għaddew nies illi ma kenux tat-twemmin politiku tagħhom.", "Niftakru li kienu keċċew mix-xogħol xi ħaddiema impressed li ma kenux tat- twemmin politiku tagħhom u bil-vilta' kollha daħħlu oħrajn illi kienu diġa' jieħdu pensjoni minn barra.", "Saħansitra wħud minn dawn għadhom barra sal- lum jgħajtu bl-inġustizzja li saret magħhom.", "Niftakar dak iż-żmien kienu pprotestaw billi ħarġu fit-toroq pero' kollu kien għal xejn.", "Dawn lanqas biss semgħuhom u, kif diġa' għidt, daħħlu oħrajn illi mhux talli kienu jaħdmu imma talli kienu jirċievu pensjoni minn barra.", "Dawn keċċew lill-ħaddiema tal-Gozo Agricultural Products Ltd. 'il barra mix-xogħol - il-GAP tawha lil persuna privata li għadha taħdem hemm sal-lum - u saħansitra għadhom barra sal-lum, iżda tnejn minnhom għax kienu ta' kulur differenti sabulhom impjieg mal-gvern.", "Imbagħad xi ngħid rigward iċ-charwomen li għaliex kienu Laburisti ħallewhom disa' snin jaħdmu f'Malta u kien biss reċentement meta l-Gvern Laburista tela' fil-gvern li dawn inġabu jaħdmu f'Għawdex.", "Anke rigward is-security guards naraw li l-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien ma riedx iġibhom f'Għawdex għax kienu Laburisti u għalhekk tħallew jaħdmu f'Malta.", "Imbagħad xi ngħidu għall-każ ta' ċertu Tarcisio Agius fejn għalkemm il-Kumissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji sabet li dan għandu raġun, meta l-każ tiegħu mar quddiem il-Prim Ministru ta' dak iż- żmien, il-Prim Ministru ma tahx raġun.", "U nibqgħu sejrin ad nauseam, b'inġustizzja waħda wara l-oħra, li saru mal-Laburisti Għawdxin.", "Naraw ukoll li l-ħaddiema tal-Comino Pig Development Ltd. kienu tkeċċew 'il barra u għadhom sal-lum mingħajr ma sabu mpjieg ieħor.", "Pero' l- inġustizzji ma sarux biss ma' dawn in-nies, imma saru anke ma' oħrajn illi applikaw għall-pensjonijiet.", "Uħud illi kienu ntitolati għall-pensjonijiet ma ngħatawlhomx u oħrajn illi kienu jifilħu għax-xogħol kienu jirranġawlhom u jagħtuhom il- pensjoni, bir-riżultat illi f'Għawdex hemm ħafna nies illi ma kenux intitolati għall-pensjoni tan-national insurance, imma ma nafx kif, irranġawlhom u tawhom il-pensjoni.", "Issa jien minn hawn nappella lil dawn in-nies biex japplikaw taħt din il-liġi u nitlob lill-Gvern jagħmel investigazzjoni serja biex jara kif dawn it-talin, li ma kellhom l-ebda dritt għall-pensjoni, ingħataw pensjoni.", "Lil dawn kienu jgħidulhom: Job mal-gvern jew ma' xi korp parastatali m'hemmx, imma se tingħataw il- pensjoni.", "U Alla jbierek lil dawn kienu jgħadduhom board f'temp ta' bejn xahrejn u tlieta.", "Dawn kienu l-inġustizzji.", "Dawn kienu l-ħneżrijiet illi kienu jsiru fil-gżira Għawdxija, inġustizzji, illi bilfors, jekk inti temmen f'Alla trid tirranġahom.", "U għalhekk li dan il-Gvern irid jagħmel din il-liġi; liġi li għalkemm m'hijiex importanti daqstant fil-kontenut tagħha, hija mportanti mill-aspett soċjali.", "Aħna qegħdin ngħidu li biex isir bilanċ fil-qasam ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja bilfors trid issir liġi bħal din.", "Bilanċ, li kif diġa' spjegajt, intilef bejn id-9 ta' Mejju, 1987 u l-15 ta' Mejju, 1995 meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u naħseb li f'Għawdex saru ħafna u ħafna iktar inġustizzji milli saru fil-gżira Maltija.", "Il-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien tela' bl-għajta li hu jrid jagħti spinta lis-settur privat, imma rajna x'ġara fil-fatt.", "Ġara li daħlu kwantita' kbira ta' nies mal-gvern u mal-korpi parastatali a skapitu tal- Laburisti.", "U daħlu nies jaħdmu meta l-irġiel tagħhom kienu diġa' qed jaħdmu mal-gvern; bħalma diġa' spjegajt, dawk li kienu qegħdin jirċievu pensjoni minn barra, sabulhom job mal-gvern jew mal-korpi parastatali, meta din hija kontra kull liġi.", "U għalhekk dan il-Gvern ħass in-neċessita' u l- ħtieġa li jintroduċi din il-liġi biex permezz tagħha jerġa' jinstab dak il- bilanċ li kien ntilef matul dak il-perijodu.", "Sinjura President, niftakar li meta jiena kont għadni nipprattika ta' avukat, fl-ETC kienu jsiru inġustizzji kbar fejn nies li ma kenux tat- twemmin politiku tal-Partit Laburista kien jinstabilhom impjiegi tajjeb mal- gvern, mal-Gozo Channel Co. Ltd. jew ma' xi korp parastatali, filwaqt li dawk li ma kenux tat-twemmin politiku tal-Partit Nazzjonalista kienu jintbagħtu barmen jew cleaners.", "U mhux biss kienu jibagħtuhom barmen jew cleaners, imma kienu jibagħtu għalihom taparsi hemm ix-xogħol għalihom f'Malta.", "Imbagħad meta l-Għawdxi kien jiġi mistoqsi mill-uffiċjal ta' l- ETC jekk iridx imur jaħdem Malta, dan kien ovvjament jirrifjuta.", "Pero' l- iskop uniku kien li dan jiġi maqtugħ mill-ewwel parti tar-Reġistru.", "Dan kien il-mod inġust u oxxen illi bih kien imexxi l-Partit Nazzjonalista fil- gvern, bl-iskop li taparsi qed irażżan il-qgħad ġol-gżira Għawdxija.", "Imbagħad kien jiġi l-Ministru għal Għawdex jiftaħar illi l-qgħad fil-gżira Għawdxija naqas!", "Allura x'kellna dak iż-żmien?", "Kellna żewġ sezzjonijiet tal-poplu, b'waħda minnhom tieħu l-aħjar jobs.", "Kellna nies li kienu jidħlu jaħdmu bħala charwomen fil-gżira Għawdxija u dawk iċ-charwomen l-oħra li kienu jaħdmu f'Malta tħallew fejn kienu.", "Ir-riżultat ta' dan kien illi l- Għawdxin li jaħdmu f'Malta ma kellhom qatt ċans jmorru Għawdex għaliex il- gżira tagħna kienet timtela' mill-ewwel bil-ħaddiema Għawdxin Nazzjonalisti.", "U din kienet verament l-oxxenita' li kienet teżisti fil- gżira Għawdxija, oxxenita illi dan il-Gvern irid bilfors isib soluzzjoni għaliha.", "Għalhekk tajjeb li l-poplu jkun jaf li qegħdin nagħmlu din il- liġi mhux biss għal-Laburisti imma għal dawk kollha li sofrew inġustizzji għax dawn - bir-rispett kollu - kienu jaqdu biss lil dawk taċ-ċirku.", "Dawk taċ-ċirku kienu jinqdew u jerġgħu jinqdew u jerġgħu jinqdew, mentri lill- oħrajn li ma kenux taċ-ċirku kienu jabbandunawhom u jagħmlu inġustizzji kbar magħhom.", "Tant hu hekk li saħansitra ġol-gżira Għawdxija stess kienu jsiru oxxenitajiet kbar.", "Jien m'għandix dubju li l-poplu jifhem għaliex il- Gvern Laburista jrid jagħmel din il-liġi.", "L-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li din hija liġi partiġjana bi skop li tipprova tagħmel l-inġustizzji man- Nazzjonalisti.", "Din m'hijiex il-verita'.", "Il-verita' hi li bilfors irid ikun hemm liġi bħal din biex jerġa' jkollna l-bilanċ li ntilef.", "Kif se jerġa' jintlaħaq il-bilanċ?", "L-ewwelnett dan se jsir billi fejn hu possibbli jingħata rimedju, bħal, per eżempju, jekk wieħed kellu dritt għal xi promozzjoni u ma ngħatatlux dan ikun jista' jeħodha, pero' fejn dan m'huwiex possibbli, għandu jingħata rimedju ta' flus f'ammont li ma jeċċedix is-somma ta' Lm5,000.", "Naħseb li d-drafting ta' din il-liġi, għalkemm irid jiġi rfinut xi ftit, huwa tajjeb.", "Fir-rigward tad-dritt amministrattiv hemm it-tendenza li pajjiżna jadotta prinċipji u normi mill-kontinent, pero' fil-każ tal-poteri u ta' l-indipendenza tat-tribunali aħna dejjem nippreferu li nimxu fuq is- sistema amministrattiva Ingliża.", "It-tribunali kollha li ġew imwaqqfa sal- lum imxew statutorjament skond il-liġi u minnhom infushom evolvew prinċipji u nterpretaw il-liġi b'tali mod li qdew l-iskop li għalih ġew imwaqqfa.", "Naħseb li eżempju klassiku huwa t-Tribunal Industrijali li għamel ġid kbir f'pajjiżna għax dan mhux biss interpreta l-liġi imma evolva l-prinċipji li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tax-xogħol.", "M'huwiex il-ħsieb tiegħi li nidħol fil-kontenut ta' dan it-tribunal, speċjalment fis-sens jekk jistax isir appell minn punt ta' liġi jew punt ta' prinċipju importanti, imma se nikkonċentra aktar dwar l-aspett soċjali tiegħu.", "Sinjura President, skond dan l-abbozz ta' liġi t-tribunal irid jimxi skond ir-regoli tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u huwa tajjeb li jimxi skond dawn ir-regoli.", "Barra minn hekk dawn il-proċeduri għandhom ikunu nformali biex jiġi evitat it-telf ta' żmien.", "Huwa importanti wkoll li dan it-tribunal mhux biss jimxi skond il-liġiiet u r- regoli eżistenti imma wkoll skond il-prinċipji tal-ġustizzja naturali u l- prinċipji ta' l-ekwita'.", "Naħseb li l-importanza tat-tribunali li jimxu skond il-prinċipji", "tal-ġustizzja naturali u ta' l-ekwita' hija sabiex min ikun se jiġġudika jkollu l-mezz li fid-diskrezzjoni tiegħu jara li jekk liġi ma tagħtihx ir- rimedju, dan ir-rimedju xorta waħda jkun jista' jingħata skond il-prinċipji ta' l-ekwita'", "Madam Speaker, jien naħseb li r-raison d'être ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed ġustifikat ħafna għax, kif diġa' spjegajt, f'Għawdex saru inġustizzji kbar u huwa permezz ta' dan l-abbozz li nistgħu nerġħu nsibu bilanċ għall-inġustizzji li saru bejn id-9 ta' Mejju 1987 u l-15 ta' Mejju 1995.", "Din il-liġi se jkollha impatt soċjali mportanti ħafna għax se tagħti l-mezzi neċessarji biex it-tribunal jara li l-ġustizzja mhux biss issir imma tkun tidher li qiegħda ssir u jien naħseb li dan huwa l-mod kif verament tista' ssir ġustizzja.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Sinjura President, ma kontx se nitkellem dwar din il-liġi imma qed nara li għandha ċerti aspetti li huwa tajjeb li wieħed jikkonsidrahom.", "Se nibda mill-aspett ta' kemm għandna nies f'pajjiżna li huma ta' ċerta kapaċita'.", "Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u tal-popolazzjoni tagħna meta nipparagunaw ruħna ma' pajjiżi oħra bilfors insibu li għandna ftit nies li għandhom ċerti talenti u kapaċitajiet.", "Allura wieħed mill-ewwel jiġi għall-konklużjoni preliminarja u preġudizzjali - biex ngħidilha hekk - li ma nistgħux naffordjaw li kull darba li jinbidel gvern, nies ta' talent rikonoxxut jiġu mitfugħin ġo skip.", "Huwa ħażin għal pajjiżna li narmu nies li huma trained u li jkollhom ċertu talent.", "Jien għandi esperjenza personali f'dan ir-rigward għax meta kont responsabbli mill-ministeru għall-affarijiet barranin, qatt ma kont niddistingwi lin-nies li kien hemm fil-ministeru bil-kuluri.", "Kont naf li kien hemm min kellu kulur mod u min kellu kulur mod ieħor, pero' ma kontx noqgħod ngħid: Isma', la għandek dak il-kulur m'iniex se nħallik f'dik il- pożizzjoni.", "Imma x'ġara?", "Oħroġ il-għaġeb li l-Partit Nazzjonalista, l- aktar li kien jikkritika lill-Gvern Laburista li m'huwiex qed josserva d- drittijiet fundamentali tal-bniedem u kien jagħmel dawk il-ħafna litaniji twal, malli tela' fil-gvern fl-1987 qabad u għamel witch-hunt sħiħa għal kull min kellu xi xeħta Laburista fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin u mhux biss bagħtuhom 'l hinn mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin - u hawn jidħol l-aspett tal-vendikazzjoni, għax wieħed seta', kieku ried, jitrasferixxi persuna minn post sensittiv għal post inqas sensittiv fl- istess ministeru - iżda talli bagħtuhom f'post ta' penitenza.", "Issa fl-ebda estacode m'hemm li għandha tingħata din it-tip ta' penitenza mingħajr il- ġudizzju tal-Public Service Commission.", "U hawn il-bravi tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem mhux biss kienu inġusti imma kienu wkoll illegali bit-transfers li taw lil nies ta' ċertu talent.", "Per eżempju, lil wieħed illi kien qatta' snin fid-diplomazija Maltija mar- Renju Unit, dak iż-żmien li Malta kienet membru tas-Security Council tal- United Nations, bagħtuh jirriga l-foolscaps.", "Issa ma ninsewx li l-fatt li Malta kienet membru tas-Security Council kien record għax din kienet l- unika darba fl-istorja ta' pajjiżna, minn 1964 'l hawn, li Malta ġiet eletta fis-Security Council.", "Dak inhar konna ġejna eletti minn fost il- membri kollha tal-Ġnus Magħquda għax ivvotaw għalina 111-il membru mill-150 pajjiż li dak iż-żmien kienu jifformaw il-Ġnus Magħquda, jiġifieri ma ġejniex eletti bil-voti ta' dawk li kienu jifformaw il-Western European and others group.", "Kont qed ngħid li, għaliex kien hemm ix-xamma li kien imċappas mhux ma' xi kriminal imma mal-Gvern Laburista - issa f'dan il- pajjiż ċkejken tagħna u f'din il-popolazzjoni żgħira tagħna forsi għandna tnejn jew tliet diplomats li għandhom sentejn esperjenza fis-Security Council - lil dan bagħtuh jirriga l-foolscaps!", "Issa dan x'inhu jekk mhux affront għall-integrita' u għall-intelliġenza tal-bniedem?", "Dan x'inhu jekk mhux affront għad-dinjita' tal-bniedem?", "X'inhu jekk mhux affront għad- drittijiet fundamentali tal-bniedem li jkun jista' jiżviluppa t-talenti tiegħu?", "X'inhu jekk mhux affront ukoll lejn Malta kollha li għandha bżonn dawn it-talenti?", "Ħalli nagħti eżempju ieħor.", "Diplomatiku li kien sar espert fuq ir-relazzjonijiet bejn Malta u l- Vatikan - naħseb li anke llum m'hawnx wieħed li huwa espert daqsu - bagħtuh fl-istores ta' l-Education jgħodd il-pitazzi u l-ġibs li għandhom hemmhekk.", "U ejja!", "Kieku tal-Partit Nazzjonalista deherilhom li fuq is- Security Council - ma ninsewx li f'disa' snin dawn lanqas xammewħ is- Security Council, mhux bħalma konna aħna għal sentejn sħaħ - ma jridux wieħed li ħasbu li seta' kien Laburist u allura riedu jneħħuh minn hemmhekk, setgħu jqiegħduh x'imkien ieħor fejn ma jkollux x'jaqsam daqstant ma' l-aspett ta' security, imma mhux jitterminaw dik l-esperjenza ħesrem!", "Barra minn hekk ma nafx fuq liema grounds iddeċidew li ma kienx se jwettaq id-direttivi tal-ministru ta' dak iż-żmien.", "Jiena nistaqsi: F'dan il-pajjiż kemm għandna manhours of diplomatic experience - għax hekk irridu ngħodduhom - li nistgħu naffordjaw li narmuhom fl-iskip?", "M'għandniex daqstant, u l-ftit li għandna ngħożżuha, nieħdu ħsiebha u nikkultivawha kemm jista' jkun.", "F'kull dipartiment ikollna nies li jevolvu u jagħtu ċertu kontribut u jaslu għal ċertu livell u anke jekk ma jibqgħux fuq dik il-materja bħala tali, tista' tgħaddihom orrizontalment fuq materji oħra ta' l-istess tip imma mhux titfagħhom jirrigaw il-foolscaps jew jgħoddu l- pitazzi u l-ġibs li hemm għall-provvista ta' l-iskejjel tal-gvern!", "Din hija l-qima li suppost kienu juru lejn id-dinjita' tal-bniedem?", "Din hija l- qima nisranija li suppost nebbħet u ispirat lin-Nazzjonalsiti meta kienu fil-gvern, Sur President?", "Jiena dawn l-affarijiet narahom disgustanti għall-aħħar.", "Dawn il-każijiet konna narawhom wieħed wara l-ieħor, u m'għandniex għalfejn immorru 'l bogħod wisq.", "Safejn naf jien il-Partit Laburista huwa partit legali hawn Malta .", "Dan m'huwiex xi partit sovversiv jew anarkiku u allura min jassoċja miegħu jrid jiġi banned miċ-ċentri ta' l- amministrazzjoni.", "Dan m'huwiex xi partit li ħadd ma jista' jassoċja ruħu miegħu, qisna l-Mafja!", "Allura għaliex kull min kien jassoċja mal-Partit Laburista, jew kien ikun hemm suspett min-naħa tal-ministru ta' l- affarijiet barranin ta' dak iż-żmien li xi ħadd qed jassoċja mal-Partit Laburista, ċum bum, isib ruħu barra?", "Jiena din ma fhimthiex u għadni sal- lum nixtieq nisma' spjegazzjoni dwarha.", "Issa dan m'hux qed ngħidu jien, imma qed jgħiduh dawk l-individwi li fi żmienna kienu diplomatiċi u li tkeċċew ħesrem malli tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern fl-1987.", "Jien lil dawn nirrakkmandalhom biex japplikaw quddiem it-tribunal ħalli ssir ġustizzja magħhom u jingħataw rimedju għal dak kollu li sofrew.", "Dan m'huwiex biss il-fatt li persuna tkun sofriet transfer, imma finalment tkun sofriet Malta wkoll u għalhekk llejla qed inġib dawn iż-żewġ kriterji quddiem il-Kamra.", "Jekk aħna konna wasalna fi stat fejn fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin - għalissa se nibqa' nsemmi dan il-ministeru - kellna tant nies b'esperjenza ta' negozjati mal-Gvern Taljan, ma' dak tar-Renju Unit u ma' dak Libjan, mas- Security Council tal-Ġnus Magħquda, kif tista' f'daqqa waħda lil dawn tarmihom kollha 'l barra biex iġġib il-blue-eyed boys tiegħek?", "Għaliex għandek terġa' tibda from scratch bir-riżultat li l-pajjiż ikollu jerġa' jibda jaħli l-flus fit-training ta' dawn in-nies meta diġa' kellu dawn ir- riżorsi?", "Liema pajjiż se jissogra jagħmel din it-tip ta' ħela?", "Għalhekk qed insemmi dawn iż-żewġ kriterji biex inkejlu d-deleterious effect, l- adverse effect, in-negative effect ta' dawn it-transfers politiċi.", "Din m'hijiex biss vendikazzjoni għall-persuna li tintlaqat imma wkoll għal Malta għax finalment Malta se ssofri wkoll.", "Hawn żewġ kontijiet li wieħed irid jagħmel u din il-liġi ovvjament qiegħda tipprova tirrimedja biss il- kont ta' l-individwu, imma l-kont tal-pajjiż se jbatuh iċ-ċittadini kollha kemm huma.", "Il-pajjiż kollu se jbati b'dak li ġara fil-ministeru ta' l- affarijiet barranin u f'bosta ministeri oħra fejn min kien Laburist tkeċċa 'l barra.", "Forsi l-agħar waħda kienet - dan l-aħħar semmiha l-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella - l-ittra li kien kiteb il-bravu Evarist Saliba, fejn qal li hemm bżonn li madwar 75% tal-ħaddiema jiġu screened u mneħħija 'l barra.", "Dan kien jibagħtilhom il-pulizija tas-CID biex il-ħaddiema ma jerġgħux jidħlu lura għax-xogħol.", "Dan Saliba hu l-istess wieħed li kien jgħid li hawn Malta wasalna fix-xifer ta' l-irdum fejn jirrigwarda d-drittijiet tal- bniedem!", "Sinjura President, dan bagħat is-CID lin-nies li kienu jaħdmu fil- ministeru ta' l-affarijiet barranin biex l-għada ma jidħlux lura għax- xogħol.", "U dan għaliex kien jagħmlu?", "Biex joħroġ l-effett soċjali fil- komunita' fejn jiġu tliet karozzi tas-CID quddiem l-omm jew il-mara ta' dak li jkun biex iwaqqgħu f'dik il-mistħija soċjali li ġew jiġbruh tas-CID.", "Għalfejn imbagħad?", "Biex jgħidlu li jrid ikellmu u wara li jħallih jistenna hemm jgħidlu li jista' jmur mingħajr ma jkun kellmu għax ikollu x'jagħmel, imma l-aqwa li jkun tebbgħu soċjalment.", "Dan kien diplomatiku ieħor.", "Rajna każ wara l-ieħor.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija!", "Dawn l- affarijiet huma sottili imma jagħmlu ħafna dannu lil dak li jkun għax in- nies jibqgħu jistaqsu: Imma dak inhar għaliex ġew tliet karozzi, waħda bil- pulizija bl-uniformi u tnejn oħra tas-CID - lil dawn kulħadd jagħrafhom għax Malta żgħira - u baqgħu hemm sakemm ħaduh magħhom id-depot u mbagħad ġabuh lura f'xi l-11.00 p.m.?", "Dak li jkun bilfors jistaqsi: x'ġara u x'ma ġarax.", "Għalfejn din il- messa in scena, biex wara kollox lanqas charge ma jitressaq, għax kieku kien hemm charge naħseb li kienu jressquh?", "Dan kollu jsir biex lil dak li jkun intebbgħuh u nwaqqgħulu ġiehu u d- dinjita' tiegħu.", "U dan mingħand l-insara li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-bniedem!", "L-istess ħaġa ġara f'sections oħra tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Lil min kien imdorri jaħdem għal żmien twil fuq il-multilateral jew il-bilateral desks u xogħlu kien li jikteb il-briefs u jressaq l- interessi ta' Malta 'l quddiem, tefgħuh f'dipartiment ieħor jippanċja l- karti b'puncher manwali meta fil-kamra ta' ħdejh kien hemm puncher awtomatika!", "Imma dan huwa sewwa għal Malta?!", "Dan huwa rispett għall- bniedem?", "Minn dawn l-affarijiet għaddejna mill-1987 'il quddiem u dan f'ministeru wieħed, Sinjura President.", "Nies li qabel kienu jservu ta' ambaxxaturi ta' Malta żammewhom hemm ġew u jew ma tawhomx x'jagħmlu jew inkella talbuhom iġorru l-kaxex - avolja kien hemm min ibati b'qalbu - u qalulhom li dawn huma l-esiġenzi tas-servizz!", "Mela ħalli naraw daqsxejn l- esiġenza tas-servizz kemm tista' tiġi stretched.", "Kien hemm diplomatiku ieħor - dan ukoll kien ambaxxatur ma' organizzazzjoni internazzjonali - li wara li neħħewh minn fuq xogħlu, qalulu biex jibda jġorr il-kaxex minn fuq għal isfel u mbagħad meta qalilhom li kien ibati b'qalbu - dan tant kien umli u modest li qalilhom li x-xogħol mhux ma riedx jagħmlu imma ma setax jagħmlu minħabba li kellu din il-kondizzjoni - qalulu li postu ma kienx hemmhekk imma kellu jiġi boarded out.", "Ara xi ħniena perversa!", "Dawn virtujiet perversi kienu jimmanifestaw!", "Fil-fatt filwaqt li taparsi jkunu qed jimmanifestaw ċertu virtu', din tkun imdawra b'mod li dak li jkun jgħid: Ara issa xi ġrali!", "Offrejt li nerfagħlhom il-kaxex u għax għidtilhom li minħabba l-heart condition li għandi ma nistax nerfa' ħafna kaxex, se jgħadduni bord!", "Imbagħad wara li lil dak li jkun iressquh bord, jibqgħu jkarkrulu sentejn u nofs sħaħ mingħajr deċiżjoni u jġibu skuża li jew ma kienx hemm it-tielet tabib, jew li r-rapport ikun għadu ma sarx, jew li jkunu jridu jerġgħu jeżaminawh, jew inkella li jkun se jerġa' jiġi maħtur il-bord.", "Lil dak li jkun dawn jagħtuh it-torturi Asjatiċi, biex ngħid hekk, u tant ikidduh li jġiegħluh jitlaq minn jheddu.", "Dawn m'humiex responsabbli għax ma refgħux idejhom imma din hija vjolenza ħafna iktar fina u effettiva.", "Din hija vjolenza psikoloġika qawwija, vjolenza morali u immorali fl-istess ħin, Sinjura President.", "Din hija t-tip ta' vjolenza li qomt nitkellem fuqha llejla u dan huwa t-tip ta' dannu li sofrew xi individwi.", "Dan it-tribunal mhux se jiċċekkja fuq liġi biss imma se jiċċekkja fuq ġustizzja u fuq ekwita' u għalhekk se jkollu firxa ta' kriterji biex ikun jista' jiġġudika.", "U hija fuq l-ekwita' li wieħed l-iktar irid jiċċekkja x'ġara u ma ġarax mill-1987 'il quddiem.", "Dawn id-diplomatiċi, wieħed wara l-ieħor, tant tawhom kedda, tant dejquhom biex jitilqu minn hemm minn rajhom, tant għamluha b'mod fin li ma tistax tipprova li kienu qegħdin jagħmlu xi azzjoni kriminali, imma fil- fatt kienu qegħdin jagħmlu l-iktar affarijiet ta' oltranza, l-iktar affarijiet ta' mistħija u l-iktar affarijiet li huma daqqa ta' ħarta sfaċċata għad-dinjita' tal-bniedem, anke għad-drittijiet fundamentali tiegħu.", "Dawn bdew jaħsbu li they got away with it, imma jiena jkolli ngħid li dan it-tribunal se jagħti r-raġun lilna ta' din in-naħa għaliex se jagħti r-raġun lil dawn l-individwi.", "Dan it-tribunal se jagħti r-raġun wkoll lilna politikament minħabba li aħna b'dan it-tribunal qegħdin nakkużaw lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern b'ipokresija grassa li hu jiftaħar li osserva d-drittijiet fundamentali tal-bniedem għaliex kull każ li se jiġi deċiż minn dan it-tribunal se jkun musmar ieħor f'din il-maskra ta' ipokresija ta' suppost rispett lejn id-dinjita' tal-bniedem.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq danni li ħarġu minn inċident fejn karozza ħabtet ma' karozza oħra u se jiġi l-perit tal-qorti biex jara l-fanal kemm jiswa jew biex jara kemm jiswa biex ittella' n-naħa tal-bumper u l-gradilja ta' quddiem u wara li jara l-insurance policy ikun faċli jagħmel il-kont.", "Le, dan m'huwiex kont faċli għax hawnhekk m'hawnx sfreġi, m'hawnx daqqiet, m'hawn ħadd li ħareġ immankat.", "Hawnhekk hawn każijiet ta' tortura mentali, tortura psikoloġika u diffiċli ħafna biex tikkwantifika x'kien d-dannu.", "F'dawn il-każijiet wieħed mar lura d-dar u qal: Ara jien fejn kont qabel u llum kelli nerġa' qisni tifel żgħir ta' sitt snin nagħmel 500 margin fuq il- foolscaps!", "Jew inkella: Ara jien fiex kont qabel, and I proved myself, u llum kulma għandi x'nagħmel huwa li ngħodd 500 biċċa ġibs u nagħmel ir- rapport dwar dak il-ġibs!", "Ara jien fejn kont qabel u llum kelli nġorr 20 kaxxa b'qalbi se tisplodi!", "Ara jien fejn kont qabel u llum kulma kelli nagħmel huwa li qiegħed fuq il-bankina barra għaliex lanqas ħallewni nidħol ġewwa l-uffiċċju li kelli!", "Madam Speaker, dawn huma l-każijiet li l-kont tagħhom qed tiffaċċjah mhux biss kull persuna li sofriet imma qed tiffaċċjah Malta kollha għaliex Malta tilfet min-nuqqas ta' din l- esperjenza kollha.", "Malta tilfet min-nuqqas ta' din l-esperjenza u biex reġgħet iggwadanjatha kellha tonfoq il-flus għat-training ta' żgħażagħ oħrajn, li ovvjament huma fidabbli għan-naħa tagħhom, biex ikunu jistgħu jmexxu bihom.", "Madam Speaker, jien inħeġġeġ lil dawn il-persuni kollha biex japplikaw quddiem it-tribunal għax hemm ħafna li jaħsbu li għax kienu applikaw quddiem il-kummissjoni mwaqqfa mill-Malta Labour Party meta konna għadna fil-Maċina, ir-rapporti li kienu għamlu hemmhekk awtomatikament se jiġu mressqa b'xi proċess ta' conveyor belt invisibbli mill-Maċina għall-Blata l- Bajda u għat-tribunal il-ġdid li se jitwaqqaf bis-saħħa ta' din il-liġi.", "Le, m'hemm xejn awtomatiku.", "Jiena nieħu din l-opportunitita' biex nagħmel appell qawwi u sinċier lil dawk kollha li sofrew minn inġustizzji fi żmien il-Partit Nazzjonalista mill-1987 sa l-1995, meta daħal l-uffiċċju ta' l- Ombudsman, biex japplikaw quddiem dan it-tribunal.", "Quddiem it-tribunal se jkun jista' jgħinhom kulħadd; se jkun jista' jgħinhom deputat, se jkun jista' jgħinhom avukat u se jkun jista' jgħinhom ħabib tagħhom biex jimla' l-formoli u jgħid x'kien il-każ, x'kien il-complaint u jispjega minn xiex wieħed ikun sofra.", "Dawn se jkunu ntitolati għal rimedju ta' żewġ tipi, Madam Speaker; se jkunu ntitolati għal rimedju in kind, jiġifieri jkun xi tip ta' re-instatement in kind jew - jekk ir-rimedju in kind ma jistax jiġi attwat - ikunu ntitolati għal rimedju finanzjarju ta' mhux iktar minn ¥5,000.", "Issa kien hawn min qalli li s-somma ta' ¥5,000 hija somma baxxa apparagun ta' l-għexieren ta' eluf ta' liri li kienu taw f'danni permezz tal-kummissjoni li kienu waqqfu n-Nazzjonalisti.", "Forsi wieħed irid jara jekk din is-somma hijiex se tkun finali jew jekk hijiex se tkun ta' preġudizzju għal xi tip ta' appell intern, anke lill-Prim Ministru, għal ammont ta' danni iktar qawwi.", "Tajjeb li ngħidu, Madam Speaker, li dawn ma kenux xi każi iżolati, dawn ma ġrawx biss ġo ministeru wieħed.", "Per eżempju, ġewwa l-Bank of Valletta kien hemm każijiet fejn daħlu galoppini jew canvassers Nazzjonalisti fuq min kien fis-siġġu ta' manager f'postijiet differenti u hedduhom bir- revolvers.", "Barra minn hekk dawn diġa' kellhom iċ-ċwievet maqtugħin tal- lockers ta' dawk li kienu hemm qabilhom biex jiftħulhom il-lockers u l- kxaxen tagħhom għaliex min jaf x'ħasbu se jsibulhom!", "Mela dawn daħlu fuqhom, attakkawhom u fetħulhom il-kxaxen biex forsi jsibulhom xi ħaġa.", "Forsi kienu lesti biex iressquhom quddiem xi qorti iżda safejn naf jien - għalkemm I stand to be corrected - ma tressaq l-ebda każ quddiem il-qorti.", "Issa dawn ir-raids, tipikament ta' storm troopers Nażisti, seħħew ġewwa uffiċċju pubbliku, bħalma huwa bank, fl-1987 u mhux fl-1933.", "Imma wieħed wara l-ieħor, branch wara branch, daħlu l-galoppini Nazzjonalisti biex ħadu over mingħand min kien f'dawn il-postijiet.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Austin Gatt issa qiegħed jibda jqajjem rixu.", "Aħjar jgħidilna b'liema intenzjoni qagħad kwiet dawk l-14 jew 18-il siegħa.", "Forsi kien qed jixtieq li jaqla' t-trouble b'dawn l-istess galoppini għax ma setax jaċċetta r- riżultat elettorali ta' Ottubru li għadda?", "Għalhekk f'dawn it-18-il siegħa ma ħalliex ir-riżultat jasal?", "Jaqaw xtaq jagħmel xi ħaġa bil-galoppini li kienu għadhom qegħdin iferfru minn dan it-tip ta' atteġġjament, Madam Speaker?", "Għalfejn sar dan kollu?", "Forsi xi darba l-Onor.", "Austin Gatt jispjegahomlna dawn l-affarijiet imma issa m'iniex se noqgħod fuq dak li jgħid l-Onor Austin Gatt għaliex f'dan il-mument m'huwiex reliable ħafna.", "Madam Speaker, jien nippriferi noqgħod fuq dak li jgħid ir-rapport ta' l- 1995 ta' l-istess kummissjoni - dan ir-rapport il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji għamlitu biex tgħid kif imxiet, x'complaints kellha, kemm minnhom ġew aċċettati, kemm minnhom ġew riġettati, kemm ġew mgħoddija lill-Prim Ministru u jekk dan mexxihomx jew le u kemm minnhom baqgħu pendenti - u se nieħdu minn żewġ aspetti, fis-sens li l-ewwel kien hemm dawk il-każijiet li ġraw bejn l-1971 u l-1987 li l- kummissjoni kienet proprju twaqqfet biex tiċċekkja, imbagħad fuq xi parir legali ta' xi ħadd wessgħu l-mansjoni tal-kummissjoni biex hi tkun tista' tindaga fuq każijiet ġodda li jqumu minn żmien għal żmien taħt l- Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "U meta tibda dieħel f'dawn il-każijiet ta' wara l-1987 tara b'liema mod ġew irrapportati.", "Per eżempju, kien hawn xi ħadd, mingħalija l-Onor.", "Tonio Borg, li qal li din hija l-ewwel darba f'għaxar snin li qiegħed jisma' b'dawn l-affarijiet.", "Skużi, imma dawn kienu front page f'\"l-orizzont\".", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Fil-fatt jekk trid nista' nagħtik id-data ta' meta f'\"l-orizzont\" deher rapport li dawn daħlu bir-revolvers ġol-Bank of Valletta u nistgħu npoġġu din il-gazzetta fuq il-Mejda tal-Kamra, għax tiflaħ il-mejda!", "Imma li hemm bżonn naraw huwa li każ wara każ, dipartiment wara dipartiment, ministeru wara ministeru u korporazzjoni wara korporazzjoni, kien hemm ruxxmata ta' każijiet li għalkemm il-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni kien maqdar it-twaqqif tal-kummissjoni ...", "Hawn irrid inżid il-corollary li din il-kummissjoni kienet ta' min imaqdarha għax ma kenitx ġusta u fiha ma kienx hemm xi tip ta' fair hearing assigurat, anzi l-fatt li l-eżitu ta' kull rapport kien jiddependi mill- volonta' ulterjuri tal-prim ministru juri li din il-kummissjoni ma kenitx indipendenti mill-eżekuttiv - very far from it - għaliex kienet tirrapporta lill-prim ministru biex ikun hu li jgħid \"yes\", \"no\" jew \"sine die\".", "GĦalkemm konna nisimgħu u naqraw diversi artikli fuq l-indipendenza tal- ġudikatura u li l-poteri fil-pajjiż iridu jinqasmu b'mod nett u ċar bejn il- leġislatura, l-eżekuttiv u l-ġudikatura, f'dan il-każ dan ma kienx jiġi osservat.", "Imma fil-fatt dawn ma ddejqux iġonġu flimkien pseudo-ġudikatura tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji mal-prim ministru, qisu l-prim ministru għandu lill-prim imħallef fil-but u kważi jiktiblu s- sentenzi hu, jew inkella kif kienet il-kummissjoni, din tikteb is-sentenzi u l-prim ministru jqattagħhomlha!", "Fil-fatt aħna f'din is-sitwazzjoni konna bil-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji taħt il-Gvern ta' l- Onor. Fenech Adami, għax filwaqt li din il-kummissjoni kienet tagħmel ir- rakkomandazzjonijiet tagħha f'każijiet fejn Laburisti sofrew inġustizzja, l- Onor. Fenech Adami, forsi fuq il-parir ta' l-Onor.", "Austin Gatt - min jaf kemm kien jgħidlu: Le, lil dan tagħtihx! - kien jgħid lill-kummissjoni biex ma tagħtix raġun lit-tali każ.", "Mela fil-Kostituzzjoni, li suppost hija mwaqqfa fuq id-diviżjoni tal-poteri tal-ġudikatura, ta' l-eżekuttiv u tal-leġislatura, il-prim ministru jindaħal f'deċiżjoni li suppost hija purament ġudizzjarja?!", "Għaliex f'dan il-pajjiż kellna liġi li biha konna qisna f'daqqa waħda erġajna morna 700 sena lura meta ir-re kien iċ-chief tal-ġudikatura?!", "Din il-kummissjoni mhux talli kienet taqta' s-sentenzi tal-każi li kien ikollha quddiemha b'ġudizzju partiġjan, talli kienet tissottometti s-sentenzi tagħha lill-Prim Ministru ħalli mbagħad dan jara x'se jagħmel bihom.", "Indipendenti kienet din il-ġudikatura, mela le!", "(Interruzzjonijiet) Kważi, kważi lill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji imesshom għamlulha l-indirizz ta' l-Independence Press f'Tal- Pieta'!", "Jien kieku kont inqiegħed iktar evidenti l-lok tagħha u lejn fejn kien indirizzat l-animu tagħha, ħalli jekk wieħed kien jifdallu xi dubju dwar dan imbagħad kien jara s-sentenza tal-kummissjoni ħierġa fuq il-firma tal-prim imħallef l-Onor.", "Edward Fenech Adami!", "Hekk kienu jsiru l- affarijiet, Madam Speaker.", "Din hi t-tip ta' distortion istituzzjonalizzata.", "Fil-bidu kellna d-distortion tal-valuri li lil dak li jkun konna ngħidulu: Iva, jaħasra, inti għandek attakk f'qalbek?", "Mela ara, minflok toqgħod terfa' dawn il-kaxex, sur ex-diplomatiku - b'dawk is-sigħat kollha, b'dawk il-ġranet kollha u b'dawk is-snin kollha ta' esperjenza - ħalli ngħadduk bord biex tkun tista' titlaq mis-servizz.", "Imma mbagħad lanqas bord ma kienu jgħadduh għax wara ħafna dilly-dallying, kollox jibqa' mwaħħal fejn hu.", "Mela hemmhekk kellna perversjoni ta' valuri u hawn għandna perversjoni ta' istituzzjoni taħt ovvjament il-cliche' perenni li kollox miexi skond id-demokrazija u skond standards Ewropej u kollox miexi lejn Brussels għax hemm se naslu kollha kemm aħna, għall-ġenna, u kollha kemm aħna se nsalvaw.", "Madam Speaker, dan qed ngħidu għax assolutament dan juri d-doppia faccia esaġerata li kien hawn f'dan il-pajjiż meta b'id kienu qed jippuntaw lejna u jakkużawna li aħna l-partit tal-vjolenza u li ma nirrispettawx id- dinjita' tal-bniedem, u bl-id l-oħra, b'mod sottili ħafna, kienu qegħdin jagħmlu perversjoni tal-ġustizzja.", "Kienu qegħdin jgħakksu d-drittijiet u d- dinjita' ta' bosta Maltin u Għawdxin, kif għadu kemm qal l-Onor.", "Anton Refalo.", "Fuq kollox they tried to get away with it għax dan kollu kienu qegħdin jgħattuh taħt xi qdusija liema bħalha li naħseb lanqas il-Vatikan ma kien qatt ra bħalha.", "Naħseb li konna wkoll se naqilbu l-indirizz tal- Vatikan għal Independence Press f'Tal-Pieta', biex inkunu nkurunajniha u ksejniha bl-iktar mod sabiħ!", "Allura hawnhekk wieħed jara li mhux biss hawn perversjoni ta' valuri u perversjoni ta' istituzzjonijiet imma issa hawn ukoll perversjoni ta' posturing.", "Madam Speaker, hawn naslu fl-agħar tip ta' sitwazzjoni politika ta' dan il-pajjiż għax filwaqt li għamlu din il-ħsara lil dawn il-persuni kollha ...", "L-argument prinċipali tiegħi huwa li l-ħsara kbira lill-pajjiż għadha lanqas biss ġiet ikkalkolata u din tant hija kbira li nistgħu narawha anke f'relazzjonijiet ma' ambaxxati barra u f'relazzjonijiet ta' nies li kellhom il-ħajja tagħhom integrata ma' ċerti dipartimenti, li f'daqqa waħda kellhom jerġgħu jibdew jitgħallmu ma' min se jkunu qegħdin jitkellmu.", "Madam Speaker, imbagħad bdejna naraw ukoll kif dawk li sofrew dawn l- inġustizzji ġiegħluhom jaħsbu li huma kienu qegħdin f'pożizzjoni inġusta u hawn nibdew naslu għal livell iktar sofistikat ta' malinjita'.", "Il-liġi li qed tiġi diskussa llum tieħu ħsieb mhux biss it-transfers u l-promotions imma wkoll ċerti liċenzji, per eżempju, ta' gabbani, li fl-Istamperija Indipendenza kienu jafu sew bihom.", "Mhux wieħed mar l-Istamperija Indipendenza igerger għaliex lit-tali persuna ħallewha tiftaħ gabbana f'xi post anke mingħajr liċenzja, mentri huwa kien qed iħallas il-liċenzja u dik il-persuna kienet qed tisraqlu n-negozju tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Qed jidħak l-Onor.", "Gatt.", "Din hi l-free competition li kienu tant jikkritikawna biha meta konna aħna fil-gvern?", "Niftakru kemm fuq il-gazzetti ħarġu listi twal ta' gabbani mingħajr liċenzji fuq l-ixtut ta' Malta - għax donnhom li ma jridux jiftakru f'dan tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni - li ovvjament kielu l- ħobż ta' oħrajn li kienu qegħdin hemmhekk bil-liċenzji, Madam Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Dawn ir-rapporti dehru wkoll fil-gazzetti.", "Issa l- kapijiet tal-Partit Nazzjonalista qalu li f'Malta għandna free competition, imbagħad, bil-maqlub, lil min kellu gabbana bil-liċenzja tal-pulizija u tad- dipartimenti kollha neċessarji qiegħdulu wieħed ħdejh eżatt li ma kellu l- ebda liċenzja u permess tal-pulizija.", "Is-sid tal-gabbana li ma kellux permess baqa' fejn kien u l-pulizija mar jgħid lil dak li kellu gabbana bil-permess li sa ċertu żmien għandu jitlaq minn hemm.", "Għaliex dan?", "Din hi l-free competiton?", "Qisu l-Gvern Nazzjonalista kien beda jipparteċipa fis-settur ekonomiku privat billi daqqa jkun mal-gabbana ta' hawn u daqqa mal-gabbana ta' hemm!", "Għax forsi wieħed ikun ħadem ħafna biex itella' l- istreamers ta' l-Onor.", "Fenech Adami jew ħadem ħafna fil-kampanja elettorali u kien jerfa' lill-ex-Prim Ministru, allura jagħtuh gabbana!", "Ovvjament dawn l-affarijiet kienu qed isiru a skapitu ta' ħaddieħor li kien qed iħallas il- liċenzji.", "Mela għalkemm wieħed kellu gabbana bil-liċenzja, il-pulizija qalulu biex jiċċaqlaq u spiċċa biex ġie qisu b'gabbana mobile.", "Dan kellu bilfors jiċċaqlaq minn ħdejn dak li ma kellux liċenzja u xi ġimgħatejn wara reġgħu qalulu biex imur f'xi bajja oħra bil-konsegwenza li dan baqa' jiċċaqlaq minn post għal ieħor.", "Fl-aħħar is-sid tal-gabbana kellu jċedi għax ma kienx baqagħlu iktar nifs.", "Kemm se jdumu jgħidulu biex imur f'dik il-bajja jew fl-oħra!", "Madam Speaker, hawn irridu naraw kif tħawdu l-valuri u l- istituzzjonijiet u liema xeħta ta' ġustizzja baqa', anzi jien naħseb li dak li baqa' huwa xi xeħħa ta' ġustizzja.", "Fl-Istamperija Indipendenza kienu jafu bihom dawn l-affarijiet għax f'dawn l-għarukażijiet mhux biss hemm involuti Nazzjonalisti kontra Laburisti imma wkoll Nazzjonalisti kontra Nazzjonalisti oħra.", "Dan biex tara l-inġustizzja oxxena li kienet qed titwettaq.", "Filwaqt li jitkellmu fuq indipendenza ta' ġudikatura, fuq demokrazija istituzzjonali u fuq settur ekonomiku privat ħieles, healthy u kompetittiv, jingħaqdu ma' wieħed li ma jkollux liċenzja biex iqaċċtu 'l barra lil ieħor li jkollu liċenzja.", "Kif diġa' għidt, is-sid li kellu l- gabbana bil-liċenzja lanqas biss seta' jkampa għax il-pulizija kienu l-ħin kollu jgħidulu biex jiċċaqlaq għal post ieħor.", "Kemm se jdum bniedem jipprova jiġbor klijentela ġo post biex wara jerġa' jmur band'oħra.", "X'livell ta' kompetizzjoni għolja konna qed nipprovaw naslu għalih!", "Veru li jrid ikollok standard għoli ta' kompetizzjoni biex f'ġimgħatejn ikollok klijentela, tilħaq il-breakeven point, tifdi l-loan mal-bank u mbagħad tirtira.", "Min jaf x'għamel dak li ma kellux liċenzja!", "Dan la kellu jirranġa għall-permess tas-sanita' u lanqas għall-permessi tal- kummerċ mid-Dipartiment tat-Dwana.", "Minkejja li fi żmien il-Gvern l-ieħor kienu għaddejjin dawn l-affarijiet kollha, kienu jipprovaw jagħtu x'jifhem li kollox kien miexi fuq ir-rubini u bid-drittijet tal-bniedem u s-settur ekonomiku privat kienu rispettati.", "Dan it-tribunal se jwaqqa' din l-image falza li l-elettorat diġa' taha daqqa sew fl-elezzjoni ġenerali ta' Ottubru li għadda u issa dan it-tribunal se jkompli jagħti daqqa b'eżempji ħajjin.", "MADAM SPEAKER: Onor. Sceberras Trigona, ippermettili ninterrompik.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi li l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: (Interruzzjonijiet) Nirringrazzja lill- proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Jien qed nieħu gost nara li n-Nazzjonalisti jħobbu jissawtu hawn ġew ukoll!", "Kull każ li se jersaq quddiem it-tribunal se jkun qed juri kif on the one hand bil-wiċċ tost kienu jgħidu li hawn id-demokrazija u li s-settur ekonomiku privat qed jiffjorixxi, u fl-istess ħin il-Gvern Nazzjonalista kien qed jgħin lil dak u lil ieħor biex jikkompeti ma' min suppost kien diġa' fis-suq.", "L-oħrajn lanqas biss kienu fis-suq imma kienu qed jikkalpestaw lil dawk li għandhom ċerti talenti u ċerti snajja' u jibagħtuhom 'l hinn u 'l hawn sakemm fl- aħħar dejquhom, keċċewhom jew neħħewhom minn posthom għat-telf ta' Malta.", "Il-konklużjoni unika li tibda toħroġ minn din l-argumentazzjoni li qed nissottometti hawn hija li m'humiex biss il-persuni li batew.", "Veru li l- persuni batew u dan it-tribunal se jagħti lil dawn l-individwi ġieħ in kind imma jekk hemm bżonn, is-sid tal-gabbana li bata' inġustizzja jerġa' jidħol lura f'postu u jekk ma jistax jagħmel dan, almenu jkollu kumpens xieraq.", "Dak li kien qed jagħti servizz lil Malta jerġa' jidħol f'postu u jekk ma jistax, it-tribunal jara kif jagħtih kumpens finanzjarju.", "Kif diġa' għidt, f'din il-liġi naraw dik ir-raffinatura li tassigura l- indipendenza tal-ġudikatura kontra dak li kien hemm fil-liġi l-oħra.", "Dan it-tribunal se jieħu d-deċiżjonijiet hu u għandu l-garanzija ta' twettiq min-naħa tal-Prim Ministru.", "Jiġifieri f'dan il-każ m'hemmx dik id- diskrezzjoni li kien hemm qabel fil-każ tal-kummissjoni, fejn kienet qisha konsultattiva u tirrikkmanda lill-Prim Ministru x'għandu jsir u x'ma għandux isir.", "Imma l-aktar ħaġa importanti hija li nwassal il-messaġġ lil kull min qed jisma' u lil kull min se jaqra r-rapporti fil-gazzetti li m'hawn xejn awtomatiku f'dan il-proċess.", "Kull bniedem li sofra inġustizzja bejn l-1987 u l-1995 għandu jmur jagħmel ir-rikors tiegħu quddiem it- tribunal meta jitwaqqaf.", "Ir-rapporti li kienu saru fil-headquarters l- antiki tal-Partit Laburista, jiġifieri fil-Maċina, u fil-headquarters il- ġodda fil-Hamrun m'humiex se jgħoddu waħedhom għax dawk huma rapporti interni ta' partit.", "Hemm bżonn li jsiru rapporti ġodda quddiem it- tribunal sabiex dan ikun jista' jagħmel il-ġudizzju tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "Madam Speaker, tajjeb li nżommu f'moħħna li din it-tbatija li għaddew minnha - ħalli nerġa' niġi lura għall-każi fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin u għall-każ ta' dak id-diplomatiku li qabbduh iġorr il-kaxxi ...", "Huwa mod jekk ir-raġuni kienet li kienu qed iġorru minn hemmhekk għal xi uffiċċju ġdid fl-Imdina u allura forsi kulħadd kellu jgħin xi ftit biex iġorr xi affarijiet.", "F'dan il-każ tgħidli: Allura ma tistenniex li l- ħaddiema hemm ġew se jgħinu billi jġorru xi affarijiet!", "Għalfejn qed tgħid li dawn sofrew inġustizzja?\"", "Pero' ma kien hemm xejn minn din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Lanqas kien hawn xi tip ta' xi emerġenza bħal, per eżempju, xi epidemija f'parti mill-pajjiż u allura kulħadd ikollu jmidd idejh u jgħin fejn jista'.", "Kieku kien hekk, kien ikun ġustifikat li wieħed jistaqsi: Allura Alex għalfejn qed tesaġera u tgħaġġibha għaliex lil dak qalulu biex jgħin u jmidd idejh?", "Le, ma kien hemm xejn minn dan, ma kien hawn ebda ċirkostanza mhux tas-soltu li wieħed, anke jekk ma jaqbilx li jmisshom ittieħdu miżuri straordinarji, jaċċetta l-fatt li kien hemm fatturi straordinarji li wasslu biex wieħed kellu jieħu konsiderazzjoni tagħhom.", "Madam Speaker, qed ngħid dan għaliex bħal-lum 25 sena ilu f'dan il- Parlament konna qegħdin lejliet it-trattattivi finali ma' Carrington u dan meta xahrejn qabel, għall-aħħar ta' Jannar, il-Gvern Ingliż kien ħareġ is- sensji lil 6,000 ħaddiem Malti.", "Dak iż-żmien il-maġġor parti tal-ħaddiema kienu Laburisti u lil dawn nerġa' nsellmilhom minn hawn ġew għax kienu huma li ġarrew il-piż il-kbir biex wasslu lil Malta biex finalment ħelset mill- piż tal-bażi militari ġewwa pajjiżna.", "Għalkemm f'dan il-kontest estranju għall-każ tagħhom partikolari, il-ħaddiema xorta kienu lesti jagħmlu dak is- sagrifiċċju.", "Niftakar li dak iż-żmien kont għadni president tal-kunsill rappreżentattiv ta' l-istudenti u kont mexxejt delegazzjoni mħallta - kellna magħna anke lil Tony Borg Barthet, illum l-Attorney General - u konna ġejna fil-Parlament biex inkellmu lill-Prim Ministru Mintoff dwar is- sitwazzjoni.", "Niftakar li uħud minn dawk l-istudenti li fil-konferenza ġenerali kienu tawna l-mandat biex niġu hawn inkellmu lill-Prim Ministru kellhom missierhom diġa' bl-avviż tas-sensja - ara d-diplomazija Ingliża safejn kienet tasal qabel ma tidħol għan-negozjati!", "Niftakar ukoll li kien hemm studenti li kienu qalulna biex nagħtu backing sħiħ lil Mintoff u kien hemm oħrajn li staqsew għalfejn Mintoff ried jagħlaq il-bażijiet militari.", "Kien eżattament bħal-lum 25 sena ilu li ġejna hawnhekk biex inkellmu lill-Prim Ministru.", "Imbagħad l-għada ġie ffirmat il-ftehim ma' Carrington li darba għal dejjem ħeles lil Malta mill-bażi militari.", "Għaliex qed insemmi dan il-każ, Madam Speaker?", "Qed insemmi dan il-każ għax huwa każ fejn dak li jkun jifhem in-neċessita' ta' ċerti miżuri u għaldaqstant ikun lest biex jaffronta sidru u biex imidd idejh akkost ta' kollox.", "U meta l-Gvern Ingliż ta s-sensji lil 6,000 Malti, iktar tqajjem patrijottiżmu fost il-Maltin u ma ġarax dak li forsi kien intiż li jiġri, jiġifieri li jqumu 6,000 minn ġol-qalba Laburista kontra l-Partit Laburista stess.", "Imma ara x'differenza issa, Madam Speaker!", "Żgur li l-Partit Nazzjonalista mhux se jiġi jgħidli li keċċa lill- Laburisti minn ġol-Foreign Office għax dak iż-żmien kien sejjer jibda t- triq twila biex idaħħal lil Malta bħala membru sħiħ tas-Suq Komuni u allura ried lil kulħadd jgħinu.", "Lanqas by any stretch of the imagination ma tista' tgħid li din għandha x'taqsam ma' l-oħra.", "Għal liema skop keċċewhom lil dawn?", "X'sigrieti kien hemm li kienu qegħdin jibżgħu minnhom li forsi jikxfulhom?", "Mhux kulħadd kien jaf li kellhom ħerqa liema bħalha biex isiru membri.", "Allura x'setgħu jikxfulhom dawn, li sena wara sena jfakkruhom dwar l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa li baqgħet ma seħħitx?", "X'setgħu kellhom biex jagħfsu fuq dawn il-punti ta' indinjita' ta' bniedem u ta' disrispett lejn id-drittijiet tal-bniedem?", "Xejn ħlief partiġjaniżmu sfrenat, parrokkjali, żgħir u trivjali li ċekken lil Malta u li ħela r- riżorsi ta' Malta iżda fuq kollox li waqqa' d-dinjita' ta' dawk il-persuni.", "Lanqas nista' nifhem li l-PN rebħu xi ħaġa b'din għax forsi kont ngħid li biha rebħu xi ħaġa in exchange, Madam Speaker, imma dawn it-transfers u dan il-logħob ta' liċenzji kienu ta' xejn.", "Allavolja mbagħad jistgħu jidħlu suspetti li forsi għaddew xi flus fuq il-liċenzji u forsi anke fuq xi transfers.", "Imma dan qiegħed ngħidu biex nipprova nifhem għaliex kellhom din il-lublieba li bilfors riedu jgħakksu lil-Laburisti kull fejn kienu.", "Għaliex din il-moħqrija kollha, Madam Speaker?", "Għaliex din il-mibegħda kollha li minflok ċaqalquhom għal post newtrali, ċaqalquhom għal post li juru disprezz kontra tagħhom?", "Mir-rapport li għamlet il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji jirriżulta li matul l-Amministrazzjoni Nazzjonalista tressqu 1,612-il każ quddiem il-kummissjoni minħabba f'każijiet li qamu matul l- istess Amministrazzjoni.", "U meta qed naraw din iċ-ċifra tajjeb inżommu f'moħħna li dan in-numru huwa in spite of the fact li l-Partit Laburista kien kważi gerrex lil ħafna Laburisti milli jmorru quddiem din il- kummissjoni billi kien jikkritikaha, kif qed nerġa' nikkritikaha hawnhekk illejla, li kienet partiġjana u li kienet kompletament ikkontrollata mill- Prim Ministru Nazzjonalista u li ma kien hemm ebda xamma ta' ġustizzja fiha, anzi l-ikbar dubju kien li kienet se tkun inġusta u partiġjana.", "Imma ovvjament dak li jkun sofra inġustizzja jrid rimedju u ma tagħtihx tort li jipprova jieħdu.", "Tajjeb li ngħid li r-riżultati stess juru kemm il- kummissjoni kienet partiġjana għax minn 1,612-il każ li tressqu, f'235 minnhom biss instab li kellhom raġun.", "Allura din m'hijiex naqra waħda esaġerata?", "Żgur li issa mhux se jiġu jgħidulna li wara li kkritikajna l- kompożizzjoni u l-operat tal-kummissjoni fir-relazzjoni tagħha mal-prim ministru, minn taħt bgħatna lil-Laburisti jmorru quddiemha biex imbagħad joħroġ dan ir-riżutat u nqum hawnhekk jien u noqgħod ngħid: Ara minn 1,612 ħaddiem, 235 biss ħadu r-raġun quddiem din il-kummissjoni li kienet taħt ir- responsabbilta' ta' l-ex-Prim Ministru Fenech Adami.", "Din kummissjoni li suppost tieħu ħsieb l-inġustizzji?", "Din kważi jmissha ssejħet kummissjoni inġusta u mhux kummissjoni biex tieħu ħsieb l-inġustizzji, għax fi żmienha din wettqet iktar u iktar inġustizzji!", "Wieħed malajr jinduna kemm anke n- naħa l-oħra kellha riservi dwarha u kellha ċertu element ta' contrition li waqqfitha, għax tara li meta bqajna nagħfsu fuq il-ħtieġa li jkun hawn ombudsman, dawn aċċettaw li jsir u fil-fatt sar bi qbil taż-żewġ naħat tal- Kamra.", "U għalhekk il-liġi tat-tribunal li qed nipproponu hija liġi li tieħu ħsieb l-inġustizzji li saru mill-1987 sa l-1995, jiġifieri sa meta twaqqaf l-Ombudsman, għaliex imbagħad la miż-żewġ naħat tal-Kamra ħarġu s- sinjali li l-Ombudsman kien 'il fuq mill-politika, kienu qed japplikaw għandu nies ta' kull fehma politika.", "Imma biex nerġa' mmur għaċ-ċifri li tajt, jekk tara li mill-1,612-il każ li tressqu 235 biss minnhom ingħataw raġun, bilfors tinduna li kien hemm xi ħaġa li ma kenitx taħdem sewwa.", "Per eżempju, jekk tieħu l-Air Malta, minkejja d-diversi rapporti li kienu jidhru fil-gazzetti matul id-disa' snin ta' Amministazzjoni Nazzjonalista, issib li tressqu biss 98 każ quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "U kemm taħsbu, għeżież kollegi parlamentari, li din il- kummissjoni sabet li kellhom raġun?", "Kien hemm biss wieħed minn 98 każ li ħarġu għonqhom biex marru quddiem din il-kummissjoni li waqqaf il-Gvern Nazzjonalista.", "Iktar ħadu sodisfazzjon bir-rapporti li kienu qegħdin jagħmlu fil-gazzetta \"l-orizzont\", ħa nkunu ċari.", "Dawn ħarġu għonqhom u wieħed biss ħa raġun mill-każijiet li tressqu ta' ħaddiema ta' l-Air Malta.", "Madam Speaker, ħa nsemmi issa l-Korporazzjoni Telemalta li għada se niddiskutu l-estimi tagħha.", "Minn 126 każ ta' impjegati tat-Telemalta li kellha quddiemha, il-Kummissjoni Nazzjonalista għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji ħames każi biss sabet li kellhom raġun.", "Allura dawk il-121 każ l-oħra huma kollha mġienen talli qagħdu jaħlu ż-żmien u jonfqu l-flus biex iqabbdu avukat ħalli jagħmlilhom il-paperwork kollu u jartikolalhom il-każ tagħhom biex imorru quddiem din il-kummissjoni, Madam Speaker?", "L-istess ħaġa ġara fis-Central Bank, il-Bank of Valletta u l-Mid-Med Bank.", "Minn 132 każ li tressqu minn ħaddiema ta' dawn it-tliet banek quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, insibu li 20 biss ħadu r-raġun.", "Per eżempju, minn 88 każ ta' ħaddiema fil-Mid-Med Bank, disgħa biss ħadu r-raġun, u minn 38 każ ta' mpjegati fil-Bank of Valletta, għaxra biss ħadu raġun.", "Allura dawn kollha kienu mġienen, Madam Speaker?", "Mela jekk tara dan kollu tibda tara li din kienet istituzzjoni perversa fit-twaqqif u fl-operat tagħha.", "Jekk naraw it-total ta' każi mid- dipartimenti kollha tal-gvern fil-perijodu mill-1987 sa l-1995, naraw li kien hemm 653.", "Kemm taħsbu li ħadu raġun minn dawn is-653 każ?", "Kien hemm biss 73 każ, qisu 10% biss għandhom is-sens f'dan il-pajjiż!", "Kemm kien dejjaq l-għarbiel li kellha l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji!", "Din lanqas għajn il-labra biex jgħaddi l-ġemel ma kienet, din kienet għajn kap Nazzjonalista, ħafna u ħafna iktar dejqa minn għajn il- labra!", "Dan jixdhu l-fatt li 10% biss mill-applikazzjonijiet kienu jgħaddu.", "Issa r-riżultat wieħed irid jarah f'kontest fejn konna qegħdin nikkritikaw lill-kummissjoni u allura lanqas biss konna qegħdin inħajru lil-Laburisti biex imorru quddiemha.", "Mela la minn 1,612-il każ ħadu r-raġun 235 biss juri li żgur li kien hemm xi ħaġa ħażina għaddejja u allura żgur li din trid tiġi kkorreġuta u rimedjata.", "Din m'hijiex xi ħaġa li marret żmerċ b'1%, 1.5% jew 2% imma marret żmerċ b'85% jew 90%.", "Jiena nissottometti li dan il-85% jew 90% żmerċ huwa eżattament il-kejl ta' l-element partiġjan f'din il-kummissjoni.", "Dik kienet id-degree ta' disprezz għall-ġustizzja f'Malta li mingħajr ma taf hi, din il-kummissjoni kejlet wild il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għaliex l-istess kummissjoni hija kejl ta' l- inġustizzja li ħolqot u dan joħroġ mir-rapport tagħha stess li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-ex-Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami, fil-25 ta' Settembru 1995.", "Jiġifieri jien m'iniex nirrapporta xi ċifri tiegħi, ma ħdimthomx jien u għalhekk illejla ma ġibtx il-cuttings ta' \"l-orizzont\" għaliex inkella jgħiduli li dawk huma ta' naħa waħda, imma qed nikkwota statistika tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzja b'paternita' esklussiva Nazzjonalista.", "Ir-rapport tagħhom stess huwa l- ikbar kundanna għall-partiġjaniżmu li wrew fl-operat tagħhom u għall-fatt li għamlu dawk il-pjaċiri u l-ħniżrijiet kollha b'diskriminazzjoni oxxena kontra l-Laburisti tul l-Amministrazzjoni tagħhom.", "Dan huwa biss litmus test, Madam Speaker, għaliex in-numri huma ċkejknin imma l-persentaġġi interni huma indikattivi, huma revealing in the extreme.", "Allura jekk qatt kellna bżonn ta' xi prova, dan huwa r-rapport li l-ex-Prim Ministru, l- Onor. Fenech Adami, qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-25 ta' Settembru 1995 - li nħeġġeġ lil kulħadd jiġi jfittxu - rapport li għalaq l-operat mill-1987 sa l-1995 tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għar-rigward l-inġustizzji li bdew iseħħu bejn l-1987 u l-1995.", "Jiena se nieqaf hawn, Madam Speaker, pero' nerġa' nappella lil kull min kellu każ ta' inġustizzja li seħħ matul il-perijodu ta' bejn l-1987 u l- 1995 li ma jiddependix u ma jistrihx fuq ir-rapport li sar ġewwa l-Maċina jew ġewwa l-headquarters il-ġodda tal-Malta Labour Party fil-Hamrun, imma ladarba dan l-abbozz ta' liġi jidħol in vigore u jitwaqqaf dan it-tribunal, jinħatar il-president u jinħatru l-assistenti tiegħu, jimla' dik il-formola li qiegħda fl-iskeda b'kull każ ta' kull inġustizzja li sofra u jressaq il- każ tiegħu quddiem dan it-tribunal għal ġustizzja vera, għal ġustizzja mhux ipokrita' u għal ġustizzja aktar dejjiema kif jixraq lil Malta u lill- Maltin kollha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.20 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta 25 ta' Marzu, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sena finanzjarja 1996/1997.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - it-Tieni Qari.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Madam Speaker, dalgħodu għaddejt ftit tal-ħin fir-Reġistru tal-Qorti minħabba bżonnijiet konnessi max-xogħol tiegħi.", "Mhux għax kien hemm bżonn li xi ħadd ifakkarni, pero' kif jiġri ta' spiss meta tkun ilek ma tmur xi mkien imbagħad ikollok okkażjoni tara l-post mill- qrib, tibda tirrealizza kemm hemm difetti f'dak il-post.", "Minn dak li rajt litteralment tħassart lin-nies li jaħdmu hemmhekk, partikolarment il- prokuratur legali, minħabba l-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li jaħdmu fihom.", "Madam Speaker, il-Gvern irid jiddeċiedi darba għal dejjem li jagħmel xi ħaġa biex isolvi l-problema li qed tiffaċċja l-qorti.", "F'dawn l-aħħar snin ittieħdu diversi inizjattivi u saru diversi investimenti, pero' sfortunatament għadna ma sibniex tarf ta' din il-problema minħabba li għadu ma ġiex rikonoxxut il-fatt li hemm bżonn isir investiment qawwi f'dik li hi s-sistema tal-qorti.", "Il-qorti ma tistax tibqa' s-cindirella ta' l- Amministrazzjoni.", "Ma jistax ikun li sena wara l-oħra nibqgħu nivvotaw flus għar-running expenses tal-qorti mingħajr ma nirrikonoxxu l-fatt li hemm bżonn isir xi ħaġa.", "Prinċipalment insibu problema ta' nuqqas ta' staff u ta' spazju u dan ġie kkonfermat fir-risposta li ngħatat illum stess għall- mistoqsija parlamentari numru 3724 fejn intqal li hemm 27 impjegat nieqes.", "Problema oħra li teżisti hija li n-nies li jaħdmu hemm m'humiex imħarrġa tajjeb u għalkemm dawn ikollhom intenzjoni tajba, il-fatt li ma jkunux imħarrġa tajjeb huwa nuqqas serju li ma tantx tirrimedjah malajr.", "Il- problema l-oħra li teżisti hi li ħadd mis-civil servants ma jrid imur jaħdem il-qorti, u allura meta nara risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari nagħti full marks lill-Ministru għall-intenzjonijiet tajba li għandu sabiex jimla l-postijiet vakanti, pero' jekk il-Ministru kollega tiegħi jippermettili, se nkun xi ftit xettiku.", "GĦalkemm naħseb li se jirnexxilu jimla dawn il-postijiet vakanti, se nkun iktar u iktar xettiku fl-isperanza li oltre li jimla 27 post vakanti jrid joħloq 52 post ġdid.", "Hemm bżonn li l-problema ta' kif se jsir ir-recruitment fil-qorti tiġi tackled bis-serjeta' u mhux bis-sistema tradizzjonali ta' l-impjiegi mal- gvern, għax sfortunatament din is-sistema wriet li ma taħdimx.", "In-nies li huma tajbin m'humiex qed jiġu attirati biex jaħdmu l-qorti u naturalment impjegati f'dipartimenti oħra m'għandhomx jieħdu għalihom jekk ngħid li l- impjegati tal-qorti għandhom ikunu xi ftit jew wisq iktar speċjalizzati u ttrenjati minn dawk f'dipartimenti oħra u mhux il-kontra.", "Nerġa' mmur lura għar-Reġistru tal-Qorti.", "Hemmhekk issib nuqqas ta' messaġġiera, tant hu hekk li hemm messaġġier wieħed biss li huwa assenjat għal dak id-dipartiment u meta dan jillarga, il-messaġġiera li jintbagħtu minfloku ma jkollhomx l-iċken idea ta' fiex jikkonsisti x-xogħol ta' hemmhekk.", "Biżżejjed insemmi inċident li nqala' dalgħodu stess fejn prokuratur legali talab biex jara proċess li jġib ċertu numru, dan il-proċess ma nstabx u l-messaġġier ġab proċess ieħor minfloku b'numru viċin għaliex ħaseb li peress li n-numru kien daqshekk viċin allura forsi dak li jkun seta' jinqeda!", "Madam Speaker, fil-qorti ħloqna sistemi biex intaffu l-problemi u waħda minnhom hija s-sistema li biha l-proċessi ma jingħatawx fl-idejn.", "Hija ħaġa tajba li proċessi ma joqogħdux jiġru fl-idejn, pero' issa qed jiġri li biex prokuratur legali ikollu aċċess għal dawn il-proċessi bilfors irid jgħid lil xi messaġġier u dan qed ikompli jżid mal-frustrazzjoni għaliex messaġġiera ma hemmx.", "Biex wieħed jara proċess issa jrid litteralment jagħmel wegħda għaliex jekk il-messaġġier jinzerta ma jkunx qiegħed hemmhekk dan ma jkunx jista' jarah.", "Ftit taż-żmien ilu għamilna xi emendi fil-mod ta' kif nesegwixxu s- sentenzi, per eżempju, għar-rigward l-ammont ta' flus li wieħed ma jistax jissekwestra għal dik li hija paga, żidnih għal Lm300.", "Jiġifieri meta tiġi biex tesegwixxi sentenza fuq il-paga tista' tesegwixxi biss f'każ ta' iktar minn Lm300, li fil-prattika jfisser li ma tista' tesegwiha qatt u allura niġu li neħħejna s-sekwestru bħala mezz effettiv ta' kif tesegwixxi s- sentenzi.", "Hemm ukoll il-problema ta' proċessi mitlufin kif ukoll il-problema tan- notifiki.", "Anke f'dan il-każ trid tagħmel wegħda biex tinnotifika.", "Id- dipartiment tas-subbasti dejjem iċaqilquh minn kamra għal oħra bil- konsegwenza li jintilfu l-proċessi u b'hekk ikollhom jiġu differiti l- kawżi.", "Il-prokuraturi legali kemm-il darba jitolbu għal proċessi mir- reġistru u dawn ma jistabux.", "Madam Speaker, din hija problema li tista' tiġi indirizzata biss b'investiment fit-training tan-nies, pero' minn dan ma hemm imsemmi xejn fl-estimi għal din is-sena.", "F'dawn l-istess estimi hemm ivvotati ftit iżjed flus biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fis-salarji li tħabbret fil-budget, pero' ma jidher bl-ebda mod li din is-sena se jiġu impjegati nies ġodda, kif wegħdna l-Ministru Mangion illum stess fir- risposta għad-domanda parlamentari numru 3724.", "Imbagħad id f'id mal-problema ta' l-istaff hemm ukoll il-problema ta' l- ispazju.", "Jiena aċċennajt għall-problema li teżisti fir-reġistru fejn jirrigwarda staff, pero' iktar gravi minn dan hemm il-problema ta' l- ispazju.", "Ta' kuljum wieħed jista' jara prokuraturi legali jaħdmu madwar mejda, kollha fuq xulxin, jiġġieldu għas-siġġijiet u dan kemm għaliex il- post huwa żgħir, kif ukoll għaliex in-numru tagħhom f'dawn l-aħħar snin żdied sostanzjalment.", "Qed jiġi ssuġġerit - dan rajnih ukoll fl-estimi - li r-reġistru jiġi trasferit għall-post fejn illum hemm l-għassa tal-pulizija tal-Belt.", "Għalkemm dan huwa suġġeriment validu u jista' jaħdem, frankament ma naħsibx li huwa l-aħjar alternattiva, anzi naħseb li tkun alternattiva iktar vijabbli jekk nikkonsidraw li ż-żewġ reġistri, kemm dak superjuri kif ukoll dak inferjuri, jiġu trasferiti għas-sular ta' fuq nett.", "Madankollu naħseb li l-problema ta' l-ispazju trid tiġi indirizzata b'mod iżjed profond u naħseb li wasal iż-żmien li l-Gvern jiddeċiedi darba għal dejjem li jestendi l-qorti bis-serjeta' u mhux jibni xi kmamar 'l hinn u 'l hawn.", "Ħdejn il-qorti hemm bini vojt li jista' jintuża għal dan l- iskop u jien ninkoraġġixxi lill-kollega tiegħi li jikkonsidra bis-serjeta' li jalloka l-flus għal bini ġdid, anke jekk hemm bżonn jargumenta dan il- punt fil-Kabinett.", "Is-sitwazzjoni fis-sekond'awla hija iktar gravi.", "Bejn id-9.00 a.m. u s- 1.30 p.m. qed inlaqqgħu flimkien numru kbir ta' nies li kif nafu f'każi ta' konflitt matrimonjali jkun hemm ċerta tensjoni u ansjeta'.", "Ftit tas-snin ilu ma' dawn in-nies kien ikun hemm pulizija imma llum dan tneħħa.", "Din hija sitwazzjoni li mhux biss tista' ġġib l-inkwiet imma peress li kulħadd ikun b'temperament ħażin, inkluż l-imħallef li jkun qed jaħdem f'ċirkostanzi assolutament mhux aċċettabbli, jista' jkun hemm xi inġustizzji.", "Madam Speaker, minbarra n-nuqqas ta' spazju li hemm fir-reġistru u s- sekond'awla nixtieq naċċenna wkoll għan-nuqqas ta' spazju li għandhom il- maġistrati.", "Bħalma jaf kulħadd illum fil-Qorti tal-Maġistrati żdiedu l- kawżi.", "Fil-fatt f'mistoqsija parlamentari li saret illum stess ġejna nformati li f'dawn it-tmien xhur minn mindu żdiedet il-kompetenza tal- maġistrati minn Lm250 għal Lm10,00 żdiedu n-numru ta' każi.", "Barra minn hekk żdiedet ukoll il-konġestjoni.", "Hawnhekk nixtieq nirrimarka li biex aħna ngħaddu mill-kurituri tal-maġistrati, rridu nimbottaw bin-nies li jkun hemm.", "Peress li żdiedu l-maġistrati żdiedu wkoll is-seduti bir-riżultat li issa s-sitwazzjoni saret intollerabbli.", "Jien nerġa' nappella lill-kollega tiegħi biex jaħseb ftit fuq is-suġġeriment li kont għamiltlu jien stess u minbarra l-bini ġdid tal-qorti jikkonsidra bis-serjeta' d-district courts li apparti li jieħdu ħsieb il-fines li jsiru mill-kunsilli lokali, jieħdu load kbir mill-Qorti tal-Maġistrati billi jibdew jinżammu seduti fid- distretti.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi, Madam Speaker, nixtieq ngħid li jien ġejt informat li d-Direttur Ġenerali tal-Qorti ġie assenjat biex jagħmel xogħol ieħor bħala koordinatur tal-Konferenza Ewro-Mediterranja li se tinżamm Malta ftit tal-ġimgħa oħra.", "Naturalment jien ma nixtieqx innaqqas mill-importanza ta' dan l-inkarigu għax ovvjament naf kemm hija importanti u ta' siwi din il-konferenza, pero' jidhirli li l-fatt li ttieħed kap ta' dipartiment biex imur jaqdi dover x'imkien ieħor għal ċertu żmien juri l- attitudini ġenerali li hawn lejn il-qorti.", "Ħafna jaħsbu - milli jidher anke l-Gvern hekk qed jaħseb - li l-qorti timxi waħedha.", "Madam Speaker, il- qorti ma timxix waħedha u hemm bżonn il-preżenza tal-kap tad-dipartiment.", "Hemm bżonn li l-Gvern jinvesti fil-qorti u nappella lill-kollega tiegħi li jara kif jagħmel biex jikkonvinċi lill-Gvern tiegħu jinvesti fejn hemm bżonn.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Madam Speaker, naħseb li jekk hawn qasam fis-soċjeta' Maltija li bla ebda dubju għamel progress enormi fi żmien l- għaxar snin ta' Gvern Nazzjonalista huwa l-qasam ta' l-anzjani.", "Kulħadd jaqbel li l-anzjani tagħna qed jgħixu aħjar milli kienu jgħixu għaxar snin ilu.", "Minbarra li l-livell ta' l-anzjani tagħna ogħla, daħħalna kultura ġdida fil-pajjiż u rnexxielna ntejbu l-image ta' l-anzjani u x-xjuħija.", "Qabel ma kenux jeżistu d-diversi faċilitajiet, servizzi u opportunitajiet li jeżistu llum.", "Illum huwa iktar faċli għall-anzjani tagħna li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali tal-pajjiż u b'hekk iħossuhom li għadhom jifformaw parti mis-soċjeta' tagħna.", "Anke lil dawk Gvern Nazzjonalista tejjeb ukoll il-kondizzjonijiet u l-ambjent ta' dawk l-anzjani li huma istituzzjonalizzati.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss iżda l-aqwa ċertifikat ta' Gvern Nazzjonalista għall-mod kif ittrattajna lill-anzjani, jagħtuhulna anke l-barranin.", "Tant hu hekk li fl-1994 delegazzjoni mill-United Kingdom Branch tal-Commonwealth Parliamentary Association li kienet hawn Malta qalet:", "\"Our general view of the care of the elderly in Malta was that it is given a very high priority, that the standard of care is very good and that those who are receiving it are happy and well cared for in their very pleasant surroundings.\".", "L-istess kliem ta' tifħir għamlu Lord Mayor ta' Londra waqt żjara li għamel fid-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun is-sena l-oħra.", "Huwa qal:", "\"Together with the other members of my party I was enormously impressed by the quality of accommodation and the standard of care provided at the Zejtun Home\".", "Wara kollox illum anke n-naħa tal-Gvern dan tirrikonoxxih.", "Dan jidher mir- rapport li ħareġ meta l-Prim Ministru dan l-aħħar fetaħ xi seminar fejn intqal hekk:", "\"The Prime Minister said that the seriousness with which the field of the elderly was treated in Malta was an example to other bigger countries\".", "Żgur li meta qal hekk, il-Prim Ministru kien ukoll qed jirriferi għas- serjeta' li l-qasam ta' l-anzjani ngħata f'dawn l-aħħar snin minn Gvern Nazzjonalista, imma f'din il-Kamra mhux hekk smajna waqt id-diskussjoni tal- budget.", "Madam Speaker, is-Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani hekk:", "\"L-anzjani għandhom raġun ikunu ferħanin għax għandhom gvern li se jiggarantilhom is-serjeta'.", "Dik ta' qabel ma kenitx serjeta' ...\"", "- jiġifieri għall-Gvern Nazzjonalista.", "L-Onor.", "Membru kien qed jagħmel din l-allegazzjoni fuq il-premessa żbaljata li fil-budget li ppreżentaw din is-sena fil-Vot li jirrigwarda l-anzjani hemm 10% żieda fuq l-aħħar budget ta' Gvern Nazzjonalista.", "Donnu l-Partit Laburista m'huwiex kuntent kemm daħak u nganna lill-anzjani qabel l-elezzjoni bil-wegħdiet li għamel u li issa fil-gvern m'hux qed jonora.", "Mhux biss wegħedhom li l-ħajja ma tkomplix togħla iżda addirittura qalilhom li se jraħħsilhom il-ħajja u issa l-Gvern stess qed jammetti li l-ħajja qed tkompli togħla.", "Lill-anzjani u lill-pensjonanti qalulhom li mhux sewwa li huma ma jeħdux ukoll iż-żieda kollha għall-għoli tal-ħajja, iżda xorta waħda baqgħu ma ħaduhiex.", "Wiegħdu li l-mediċini mill-isptar se jkunu aktar available u jgħid x'jgħid il- Ministru tas-Saħħa, qatt taħt Gvern Nazzjonalista ma kien hemm nuqqas daqshekk kbir ta' mediċini essenzjali, speċjalment dawk li jużaw l-anzjani, daqskemm hawn issa.", "Minkejja dawn il-fatti, dawn iridu jmeru s-sewwa magħruf.", "Wegħda oħra kienet ir-roħs fil-prezz tal-mediċini iżda anke l- mediċini qed jogħlew minn ġurnata għall-oħra.", "Lill-anzjani wegħduhom ukoll li se jieħdu miżuri immedjati dwar il-kriminalita' u xorta għadna nisimgħu b'każi ta' serq mingħand l-anzjani.", "Il-Partit Laburista daħak bl-anzjani qabel l-elezzjoni u anke issa wara l-elezzjoni jridu jkomplu jidħku bihom għax hekk biss tista' tispjega l-asserzjoni li dan il-budget huwa ta' kuraġġ u jserraħ moħħ l-anzjani għaliex se jkun hemm żieda ta' kważi 10% fil-Vot li jirrigwarda l-anzjani f'pajjiżna.", "Dan daħk fil-wiċċ, Madam Speaker, u nispjega għaliex.", "Ejja nieħdu s-servizz tal-home help care.", "Is-Segretarju Parlamentari qal li aħna fl-aħħar budget konna vvotajna s-somma ta' Lm588,000 fuq dan is- servizz u issa huma vvotaw is-somma ta' Lm700,000.", "Veru li jekk tmur tqalleb l-estimi ssib dawn iċ-ċifri, imma din mhijiex il-verita' kollha.", "Fil-fatt għal domanda parlamentari li għamilt il-Ministru tas-Saħħa stqarr li fl-1996 in-nefqa kienet ta' Lm712,800, jiġifieri Lm12,800 aktar milli hemm ivvotati għal din is-sena.", "Dan japplika għal Malta biss għax jekk inħarsu lejn Għawdex naraw li fl-1996 intnefqu Lm16,283 aktar milli hemm ivvotati għal din is-sena fuq il-home help care f'Għawdex.", "Allura meta wieħed jiżen dawn iċ-ċifri bilfors li jasal għall-konklużjoni li huwa ngann li s-Segretarju Parlamentari ma jagħtix kas dak li fil-fatt intnefaq u jistrieħ biss fuq is-somma vvotata.", "Madam Speaker, la qed nitkellem fuq dan is-suġġett, ma nistax ma nsemmix San Vinċenz.", "Is-Segretarju Parlamentari, biex jiġġustifika li huma mhux veru se jnaqqsu l-overtime, qal li waqt li fl-aħħar budget aħna konna vvotajna s-somma ta' Lm231,000, huma issa vvotaw is-somma ta' Lm460,000.", "B'risposta għal domanda parlamentari li għamiltlu, is-Segretarju Parlamentari weġibni li fl-1996 f'San Vinċenz de Paule fuq overtime biss, intefqet is-somma ta' Lm521,000, jiġifieri Lm60,000 iktar milli ġie vvotat għal din is-sena.", "Għalhekk għandi raġun ngħid li l-argument li dan huwa budget li jserraħ moħħ l-anzjani, għaliex skond is-Segretarju Parlamentari ġew ivvotati kważi 10% aktar mis-sena l-oħra, huwa fallaċi.", "Jista' jkun li s-Segretarju Parlamentari ma kienx a konoxxenza ta' l-ispiża attwali tas- sena l-oħra jew inkella - għalija din hija agħar - kien jaf bihom u ried jidħak bil-poplu u għalija din hija diżonesta` politika.", "La semmejt l-isptar San Vinċenz de Paule ma nistax ma ngħidx xi ħaġa fuq din ir-residenza.", "Bir-raġun ngħid li l-opinjoni ġenerali hi li l- progress li sar f'din ir-residenza taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kien tant kbir li mmeravilja lil kulħadd.", "Meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern qalulna li ma kienet teżisti l-ebda tmexxija u ma sabu l-ebda struttura ta' management b'żewġ ġardinara jagħmlu xogħol ta' telephone operator u xogħol fis-swali, pero' minkejja li kien hemm dawn in- nuqqasijiet kollha meta llum jidher is-Segretarju Parlamentari f'xi programm fuq it-television dwar San Vinċenz de Paule, fil-filmat jidhru biss is-swali ġodda u l-proġetti li saru taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista, allavolja skond kif qalu huma ma kellniex management serju.", "J'Alla s-Segretarju Parlamentari, bl-għajnuna ta' sistemi li semma, bħal management audit team, management structures, supervisory team, eċċ., jirnexxilu jagħmel xogħol aktar milli għamilna aħna u jirnexxilu jkomplu jtejjeb u mhux inaqqas il-kwalita' ta' ħajja li jgawdu l-anzjani f'dan il- post.", "Fost il-wirt li ħallejna lil ta' warajna għal dak li jirrigwarda San Vinċenz de Paule, insibu l-kumitat bl-isem \"Friends of St. Vincent de Paule Residence\" li rnexxieli nwaqqaf wara ħafna taħbit.", "Dan il-kumitat kien diġa' beda jagħti l-frott tiegħu fi żmienna u jien persważ li għandu jkun ta' għajnuna kbira għar-residenti ta' dan l-isptar.", "Minn hawnhekk nixtieq insellem lill-ex-chairman ta' dan il-kumitat li miet riċentement, is-Sur Harry Restall, bniedem li kien dedikat b'viżjoni perfetta dwar il-funzjoni li ried jaqdi, u għaldaqstant nerġa' nagħti l-kondoljanzi sinċieri tiegħi lill-familja tiegħu.", "Madam Speaker, ix-xewqa sinċiera tiegħi hija li l-qasam ta' l-anzjani jkompli jimxi 'l quddiem pero' sfortunatament skond dawn l-ewwel ħames xhur li ilu fil-Gvern il-Partit Laburista, ma tantx jidher li din hija d- direzzjoni għax s'issa ma sar l-ebda proġett ġdid imma rajna biss tkomplija ta' proġetti li konna bdejna jew konna ppjanajna li jsiru u nixtieq li almenu ma jmorrux lura fil-proġetti li konna diġa' fassalna.", "Qabel nagħlaq, ngħid li nispera li s-segretarjat ta' l-anzjani mhux se jikkuntenta ruħu billi joħroġ press release mid-DOI li tgħid li s- segretarjat ħa ħsieb li jneħħi ż-żebgħa li kienet mitfugħa fuq bieb ta' dar ta' anzjan u dan bħala sinjal ta' support lill-anzjani li huma vittmi ta' vandali.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, id-demokrazija parlamentari tagħna hija mfassla b'tali mod li kull wieħed minna jiġi elett minn distrett partikolari u għalhekk minbarra r-responsabbilta' li mmexxu u nwettqu l-politika tal-partit li nkunu ġejjin minnu, għandna wkoll id-dover li nressqu għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet il-ħteġijiet tan-nies li jkunu joqogħdu f'dak id-distrett elettorali li nirrappreżentaw.", "Madam Speaker, meta twaqqfu l-kunsilli lokali forsi kien hemm min ħaseb li r-rwol tad-deputat li jirrappreżenta d-distrett tiegħu se tonqos peress li se jkunu il-kunsilli lokali li jressqu l-ilmenti lill-awtoritajiet u jagħmlu x-xogħol kollu huma.", "Jien naħseb li llum, wara dan iż-żmien li ilhom jeżistu l-kunsilli lokali, ir-realta' qed turina li dan m'huwiex minnu għax il-kunsilli lokali għandhom il-limitazzjonijiet tagħhom.", "Per eżempju, il-kunsilli lokali ma jistgħux jiddeċiedu dwar kif u fejn għandhom isiru toroq arterjali; ma jistgħux jiddeċiedu x'għandu jsir fil-portijiet għax dik hija ġurisdizzjoni ta' l-Awtorita' Marittima; u lanqas jistgħu jiddeċiedu dwar il-qasam tal-housing.", "Il-kunsilli lokali għandhom il- limitazzjoni bl-ammont ta' flus allokat lilhom u għaldaqstant mhux dejjem possibbli li jagħmlu ċerti xogħlijiet li jagħmlu kunsilli oħra li huma akbar u allura b'budget li jkun jippermetti li ċertu xogħol isir.", "Madam Speaker, jien ġej mir-Raba' Distrett li hu magħmul minn ħames irħula, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, Santa Luċija u l-Gudja.", "Dawn kollha, ħlief għal Raħal Ġdid, huma rħula żgħar jew ta' daqs medju.", "F'dan id-distrett ma rajniex xi fenomini bħal fil-każ ta' rħula oħra li fetħu day- care centres għall-anzjani jew għat-tfal.", "Id-distrett tiegħi jinsab f'żona fejn l-irħula kollha jew għandhom fihom, jew għandhom imissu magħhom, toroq arterjali importanti.", "Per eżempju, fil- Marsa nsibu Triq Diċembru 13 li tgħaddi minn Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u Santa Lucija li tibqa' sejra sal-bypass ta' l-ajruport fil-Gudja.", "Nistgħu ngħidu li t-toroq li jgħaddu minn dawn l-inħawi jwasslu għal oqsma industrijali, bħalma huma l-Freeport, il-portijiet u l-ajruport.", "Mela wieħed jista' japprezza li dawn it-toroq huma wżati kontinwament u d-dehra ta' l-inħawi hija determinata mill-ambjent ta' dawn it-toroq.", "Per eżempju, l-proġett li sar f'Tal-Barrani qabel l-elezzjoni kien proġett ta' fejda kbira, li minbarra li neħħa l-periklu li kien hemm f'dawk l-inħawi, għolla l-livell ta' dan il-post.", "F'dan il-proġett ix-xogħol sar b'ċerta reqqa fejn inqalgħu xi erba' pulzieri minn wiċċ it-toroq u għaddew it-trinek kollha.", "Jien naħseb li sar xogħol tajjeb u għandu jsiervi għal numru ta' snin, pero' minbarra l-problema ta' wiċċ it-toroq hemm problemi oħra li jiżviluppaw matul iż-żmien.", "Hawnhekk nixtieq insemmi problema partikolari li tikkonċerna l-junction ta' ħdejn il-Malta Shipbuilding u ċ-ċimiterju ta' l-Addolorata fejn tista' tgħid jgħaddi t-traffiku kollu tan-nofsinhar ta' Malta.", "Din hija l-iktar node importanti għat-traffiku li jgħaddi minn dak l-inħawi bil-konsegwenza li kull fil-għodu jkun hemm numru ta' traffic jams.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari fejn staqsejt kif se tiġi solvuta din il-problema tat-traffiku u l-Ministru weġibni li l-ewwel soluzzjoni se tkun billi jitwaħħlu t-traffic lights.", "Fil-fehma tiegħi din hija soluzzjoni simplistika għax kull fil-għodu jkun hemm pulizija - naħseb li dan huwa l-uniku post f'Malta fejn tara pulizija kull filgħodu - sabiex tidderieġi t-traffiku, jiġifieri l-pulizija qed tagħmel ix-xogħol tat- traffic lights u għaldaqstant jien ma naħsibx li din is-soluzzjoni simplistika se ssolvi l-problemi li hemm.", "Ta' min jgħid ukoll li minbarra li hemm problemi f'toroq arterjali hemm ukoll il-problemi ta' toroq f'żoni residenzjali.", "Madam Speaker, fid-distrett li nirrappreżenta jien, hemm ħafna nħawi li żviluppaw, pero' għad hemm toroq li għalkemm ilhom snin twal li nfetħu s'issa għadhom ma tlestewx per eżempju dawk ta' madwar l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien u n-naħa ta' Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien.", "L-istess nistgħu ngħidu għal Triq l-GĦelejjel fil-Gudja, għall-oqsma residenzjali tal-gvern ġewwa Santa Luċija u għall-uħud mill-agħar toroq li hemm fil- Marsa li qatt ma ngħataw manutenzjoni.", "Bla dubju ta' xejn huwa importanti li nibdew nagħmlu programm ta' manutenzjoni tat-toroq tagħna.", "Fil-fatt kien sar ċertu elenku ta' liema toroq jenħtieġ li jsirilhom xogħol malajr u jien nispera li x-xogħol f'dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet tal- każ.", "Madam Speaker, il-bieraħ waqt konferenza li saret, il-Prim Ministru semma t-twaqqif ta' pjan għan-nofsinhar ta' Malta u minn hawnhekk nixtieq ngħid li aħna, bħala Oppożizzjoni, lesti li nagħtu l-kontribut tagħna wkoll għal dan il-pjan.", "Pero' aħna nisperaw li minħabba dan il-pjan ma nħarsux strutturi eżistenti u ninsew ix-xogħol li qed tagħmel l-Awtorita' ta' l- Ippjanar fuq dan ir-rigward meta nwaqqfu dan il-forum.", "Aħna għandna nkomplu nirrispettaw u nużaw lil din l-Awtorita' għax din għandha l-għodda meħtieġa biex isir pjan tajjeb u għandna ninkwadraw ix-xogħol li rridu nagħmlu għan-nofsinhar ta' Malta anke fl-istruttura ta' l-Awtorita', speċjalment meta niftakru li din għamlet pjan għal diversi distretti.", "Per eżempju ta' min jgħid li kienet hi li ħarġet pjan lokali għal Marsaxlokk u għaż-żona tal-Port il-Kbir, liema pjan għad irid jiġi approvat, u għalhekk ma għandniex ninjoraw ix-xogħol li diġa' għamlet u qed tagħmel din l- awtorita'.", "Huwa tajjeb li wieħed jagħmel il-pjanijiet għax dawn iservu biex wieħed iħares lejn is-soluzzjonijiet b'mod globali u mhux tiffissa fuq settur wieħed per eżempju fuq it-toroq, fuq il-housing jew fuq l-anzjani biss.", "B'hekk l-impatt ta' l-entitajiet li għandhom ċerta responsabbilta', bħalma huma l-Enemalta f'Marsaxlokk u l-Freeport f'Birżebbuġa, isir iktar globali.", "Pero' l-pjanijiet biss m'humiex is-soluzzjoni għax fil-fatt jenħtieġ li mal-pjanijiet ikollna programm ta' manutenzjoni regolari, jenħtieġ li jsir investiment b'mod serju u nibdew nifirxu dan l-investiment b'mod ekwu għall-inħawi kollha ta' Malta.", "Jien nawgura li nibdew naqbdu dawn il-problemi minn qrunhom u meta nagħmlu l-pjanijiet ma nipprovawx insibu soluzzjonijiet simplistiċi li ma jiswewlniex ħafna flus minħabba nuqqas ta' flus allokat għalihom, imma nsibu soluzzjonijiet serji li jsolvu l-problemi għal tul ta' żmien.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 25 ta' Marzu fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WSC - DĦUL", "4106.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' dħul għall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, xahar b'xahar, minn Novembru, 1996 sa Frar, 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ammont tad-dħul għall-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma kien dan:-", "|NOVEMBRU 1996 |Lm205,137 | |DICEMBRU 1996 |Lm248,656 | |JANNAR 1996 |Lm345,021 | |FRAR 1997 |Lm415,888 | |Total |Lm1,214,702 |", "VALLETTA - TRIQ SANT'ORSOLA - ILMA", "4133.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma kienx hemm provvista ta' ilma fl-appartamenti fl-ogħla sulari fi Triq Sant'Orsola l- Belt għal dawn l-aħħar tliet ijiem?", "Jidhirlu l-Ministru li s-sitwazzjoni għandha tkun rimedjata b'effett immedjat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nvestigat il-każ msemmi u rriżulta li l-provvista hija sodisfaċenti.", "Fit- 12 ta' Marzu, 1997 twettqet tiswija fuq mejn ta' sitt pulzieri fi Triq Merkanti, il-Belt stess.", "Dawn ix-xogħlijiet setgħu affetwaw il-provvista ta' l-ilma fil-jiem imsemmija.", "EDUKAZZJONI - STEERING COMMITTEE", "4137.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li fid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni twaqqaf steering committee biex jagħmel monitoring għax-xogħlijiet ta' manteniment fl-iskejjel tal-gvern?", "Min huma l-membri ta' dan l-isteering committee?", "X'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat?", "X'passi konkreti ttieħdu minn dan il-kumitat s'issa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ġie mwaqqaf steering committee biex jagħmel monitoring għax-xogħlijiet ta' manteniment fl-iskejjel tal-Gvern.", "Dan il-kumitat huwa magħmul minn:", "Sur F. Fearne - Direttur Ġenerali (Edukazzjoni) Assistenti Diretturi tar- Reġjuni", "Sur J. Spiteri Bailey - Senior Principal", "Sur G. Pulis - Senior Principal", "It-terms of reference ta' dan il-kumitat tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta", "S'issa ttieħdu dawn il-passi:", "1.", "Tħejja pjan ta' ri-organizzazzjoni għat-Taqsima tal-Manutenzjoni biex, fid-dawl tal-proċess ta' deċentralizzazzjoni, l-biċċa l-kbira tal-General Hands jintbagħtu fl-iskejjel u jirrapportaw lill-Kapijiet ta' l-iskejjel u jagħmlu x-xogħol meħtieġ fl-iskejjel li jkunu fihom.", "2.", "Fid-dawl tal-proċess ta' deċentralizzazzjoni wkoll, ingħataw fondi lill-iskejjel biex jinxtraw l-istores meħtieġa.", "3.", "Se jsiru sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Technical Officers u Assistent Technical Officers biex jinħolqu timijiet ta' superviżjoni tax-xogħol u ta' għajnuna (Help Line) għall-kapijiet ta' l- Iskejjel meta jiġu biex iħejju dettalji tekniċi għall-Quotations/Tenders.", "4.", "Xogħol ta' ekettriku u plumbing se jsir mill-Uffiċċju Ċentrali wara li ssir 'Requisition for works' mill-Kapijiet ta' l-Iskejjel.", "5.", "Inbdew taħditiet mal-Kunsilli Lokali biex xogħol ta' natura urġenti jingħataw bi Quotation/Tender billi jintalab il-Perit/Operations Manager tal-Kunsill jgħin f'din il-materja.", "6.", "Se ssir sejħa għall-applikazzjonijiet biex General Hands, li jixtiequ u huma kapaċi, jkunu jistgħu japplikaw għall-postijiet ta' Senior Operative (Plaster and Painter) u ġardinara.", "7.", "Inbeda proċess li jrid iwassal biex l-iStores Ċentrali jiġu xolti.", "8.", "Ġew organizzati laqgħat għall-kapijiet ta' l-Iskejjel biex jingħataw it- tagħrif meħtieġ u biex ikunu meħejjija kif jixraq għal xi tibdil li jista' jkun hemm fis-sistemi marbutin mal-manutenzjoni ta' l-iskejjel.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "4140.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-eżamijiet finali tal-Ħames Sena fl-iskejjel sekondarji u liċej jsiru aktar tard fis-sena skolastika, jiġifieri minn Frar għal April ta' kull sena?", "Jaf il-Ministru li billi dawn l-eżamijiet isiru daqshekk kmieni qed jikkawża ħafna assenteiżmu minn dawn l-istudenti?", "Jista' jsir studju dwar l-assenteiżmu mill-istudenti tal-Ħames Klassi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-dipartiment iħoss li jinħoloq stress żejjed fuq l-istudenti jekk l-eżamijiet finali tal-Ħames Klassi isiru f'April.", "Dan għaliex f'Mejju jibdew l-eżamijiet tal-MATSEC li jersqu għalihom l- istudenti tal-Ħames Klassi.", "KOPERATTIVA TA' SINJALI TA' TOROQ", "4154.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- accounts tal-Koperattiva tas-Sinjali ta' Toroq kif ukoll lista tal-kunsill li ħadmu mal-kunsilli li tindika l-ammont ta' flus li ħallsu lill- koperattiva?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-koperattiva tas-Sinjali tat-Toroq hija proprjeta' tal-ħaddiema stess li ngħaqqdu fiha u għaldaqstant ma nħossx li jkun prudenti li tiġi żvelata informazzjoni fuqha mill-gvern.", "Dan biex tiġi rispettata l-konfidenzjalita tal-informazzjoni kummerċjali.", "MOSTA: TAS-SRIEDAK - DRENAĠĠ", "4156.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2123, ladarba qiegħed isir x-xogħol fuq servizz ġdid ta' drenaġġ, jista' jingħata wkoll servizz lit-Triq is-Sriedek, li hija triq fil-qrib li qatt ma seta' jkollha s-servizz qabel ma jkun hemm pumping station?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed issir feasibility study biex l-area Tas- Sriedak ikollha wkoll is-sistema tad-drenaġġ.", "SKEJJEL - CLERICAL STAFF", "4167.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdied is-support clerical staff fl-iskejjel, fid-dawl li llum il-kapijiet għandhom ħafna xogħol amministrattiv li jinvolvi ħafna ħin fl-uffiċċju meta dan il-ħin jista' jiġi ddedikat lit-tfal?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ġeneralment l-iskejjel għandhom biżżejjed clerical staff għal ħtiġijiet preżenti.", "Jekk u meta xi skola partikolari jkollha bżonn urġenti ta' iżjed għajnuna klerikali jittieħdu passi biex tinstab soluzzjoni fiċ-ċirkostanzi tal- mument.", "QRATI - KAWŻA NRU.97/98", "2067.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-kawża Nru.97/88 Sede Appelli Superjuri bid-dettalji li qed nibgħathom under separate cover, fl-aħħar udjenza li saret quddiem l-Imħallef Onor. Dr Noel Arrigo LLD., sar verbal, fejn espressament intqal illi peress li hemm kontestazzjoni dwar ġurisdizzjoni ta' din il-Qorti (Qorti tal-Maġistrati Għawdex) għalissa ma tistax tingħata s-sentenza (20 ta' Ġunju, 1996), jista' l-Ministru jgħid illi jekk issir emenda fil-liġi ad hoc, tiġi eliminata din il- kontestazzjoni ta' ġurisdizzjoni biex b'hekk jiġu terminati darba għal dejjem dawn il-ħafna differimenti u ħela ta' żmien għal xejn?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Bla ma wieħed irid jidħol fil-mertu ta' xi każ partikolari, jidher illi meta daħlu ċerti artikoli ta' l-Att XXIV ta' l- 1995 ma sarux provvedimenti taħt is-subartikolu (3) ta' l-artikolu 1 ta dak l-Att biex jirregolaw x'għandu jiġri b'xi appelli li seta kien hemm pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-Ġuridizzjoni tagħha Appellattiva superjuri (u cioe' proseduta minn tlett Maġistrati).", "Il- kwestjoni qed tiġi studjata biex jiġi individwat x'għandha tkun l-aħjar soluzzjoni u dan fiż-żmien qasir.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-QALB MQADDSA", "2121.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir skip fi Triq il- Qalb Mqaddsa f'Santa Venera in-naħa tal-Bridge?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-responsabbilta fejn u jekk jitpoġġewx skips f'xi lokalita' qegħda fuq il-kunsilli lokali.", "FURJANA - TRIQ IL-KONNSERVATORJU", "2129.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt tal-post numru 58, Conservatory Street, Floriana, li kien twaqqa' u nbena mill-ġdid fl-1989 u li għadu ma sarx l-att definittiv?", "Meta se jsir il-kuntratt?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Il-mistoqsija għandha ssir lill-ministru konċernat.", "DJAR - FILE NRU.H 03477", "2130.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-file numru H03477 jingħata l-konsiderazzjoni li tixraqlu?", "Id-dettalji ta' dan il-każ qed jintbagħtu under separate cover.", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni ndikata ilha kkanċellata mill-1991 iżda l-persuna reġgħet applikat minn indirizz differenti fl-1995.", "Din l-applikazzjoni qed tieħu l-kors tagħha.", "VALLETTA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "2208.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Fid- dawl taċ-ċirkostanzi legali li wasslu biex persuna mill-Belt Valletta li d- dettalji tagħha qed nibgħathom taħt separate cover u li għandha ID No. 501732(M) tingħata akkomodazzjoni mfarrka u mkissra bla ebda kċina u faċilita' sanitarja diċenti, jista' l-Ministru jara li din tingħata post aħjar għax dan qed ikun ta' detriment għal saħħitha?", "(File No. RO 52003).", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata ġiet żgumbrata mill-Qorti fi żmien meta ma kienx hemm iżjed postijiet battala adattati għal persuna waħda ħlief dak li ġiet allokata f'Ġunju 1995.", "Hi reġgħet applikat xi żmien wara minħabba t-taraġ u t-talba tagħha qed tiġi kkonsidrata ma' oħrajn simili.", "DIPARTIMENT TAĊ-ĊITTADINANZA - WORK PERMIT", "2304.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju ta' proċessar waslet l-applikazzjoni tal-persuna minn Wied il-Għajn li isimha qed jintbagħat under separate cover li applika għall-work permit?", "Meta se jinħareġ il-permess?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li ngħarraf lill-Onor.", "Membru li applikazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzja ta' mpjieg (work permit) issir minn min ikun se jħaddem (employer) u mhux mill-impjegat (barrani) innifsu, ninformah li applikazzjoni dwar il-persuna li qed jirriferi għaliha waslet fid- Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates fit-22 ta Jannar, 1997.", "Din l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata u tweġiba dwarha tingħata lill- applikant meta jidħlu r-risposti mingħand id-dipartimenti li qed jiġu kkonsultati.", "Il-proċess kollu jista' jieħu sa ħames jew sitt ġimgħat.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA BOARDED OUT", "3720.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min hi l-persuna indikata fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3437, x'kienet ir-raġuni għat-trasferiment mis- segretarjat u d-dipartiment u jekk talbitux l-impjegata stess?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-persuna li saret riferenza għaliha fil-mistoqsija parlamentari numru 3437 hija s-Sinjorina M'Louise Coleiro li ġiet trasferita fid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur minħabba esiġenzi ta'servizz.", "GĦAWDEX - KUNSILLI LOKALI", "3721.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li s-Segretarju Parlamentari għal Għawdex waqt li ltaqa' kolleġjalment mas-segretarji tal-Kunsilli Lokali ta' Għawdex ma ltaqux mas-Sindku bl-istess mod iżda kull kunsill għal rasu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kien hemm serje ta' laqgħat mal-kunsilli kollha separatament.", "KUNSILLI LOKALI - GĦAWDEX", "3722.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress illi s-Segretarju Parlamentari għal Għawdex f'laqgħa li kellu mas-segretarji tal-Kunsilli Lokali Għawdxin talab li l-kunsilli lokali jissottomettu proposti dwar it-twaqqif tal-Kunsill Reġjonali għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest jagħti direttiva illi talbiet simili għandhom isiru direttament lis-Sindku u mhux permezz tal- kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dan il-Gvern, għaliex jemmen bil-fatt li l- konsultazzjoni,biex tkun verament oġġettiva u effettiva, għandha tkun wiesgħa kemm jista jkun, jagħmel minn kollox biex jassigura li f'kull inizjattiva li tista' twassal għall-bidla amministrattiva, kull settur involut jew interessat jingħata l-opportunita' biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu.", "Għal din ir-raġuni, il-konsultazzjonijiet dwar it-twaqqif tal-Kunsill Reġjonali għal Għawdex saru u għadhom isiru ma' diversi korpi, isituzzjonijiet u setturi oħra interessati li jinkludu l-Kunsilli Lokali Għawdxin u s-Segretarji tal-Kunsilli.", "L-aħħar parti tal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru fejn staqsa jekk iniex lest li nagħti \"direttiva illi t-talbiet simili għandhom isiru direttament lis-Sindku u mhux permess tal-kunsilli lokali\" tista' tinftiehem li hu stess qed jipprova jifred lis-Sindki mill-kunsilli lokali.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAN-NISA", "3723.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Dr Helen Borg u Dr Mary Darmanin għandhomx xi funzjoni fis-Segretarjat Parlamentari għan-Nisa u jekk iva, jista' jgħid x'inhi l- funzjoni tagħhom; sarx kuntratt għas-servizzi tagħhom u jekk iva, jistax ipoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dr. Helen Borg ġiet appuntata bħala adviser fuq bażi part time fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa, għal perjodu ta' sena, b'effett mill-11 ta Novembru, 1996.", "Kopja tal-kuntratt rispettiv tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dr. Mary Darmanin qegħda wkoll tagħmel xogħol ta' adviser.", "Sal-lum ma sarx kuntratt għas-servizzi tagħha.", "QRATI - ŻIEDA TA' MPJEGATI", "3724.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress illi skond il-mistoqsija parlamentari numru 3170 hija prevista żieda fl-impjegati tal-Qorti jista' l-Ministru jgħid kemm hu previst li jiżdiedu matul l-1997, f'liema gradi u jekk dawn humiex postijiet ġodda jew vakanti li diġa' jeżistu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li ż-żieda fl- istaff complement tal-Qrati li jridu jimtlew fl-1997 huwa kif ġej:-", "|5 Security Guards nisa |godda | |1 Security Guard |gdid | |1 Principal |Vakant| | |i | |10 Skrivani |Vakant| | |i | |1 Junior Legal Officer |Vakant| | |i | |1 Assistent Reġistratur |gdid | |2 Executive Officers |Vakant| | |i | |1 Library Assistant |gdid | |5 Assistant Principals to|Vakant| |be deployed as deputy |i | |Registrar | | |2 Marixxalli |Vakant| | |i | |4 Purtiera |Vakant| | |i | |15 Messaggiera tal-Qorti |godda | |7 Senior Court Recorders |godda | |5 Court Recorders |godda | |2 Bookbinders |godda | |2 Senior Tradesman |godda | |(Electrician) | | |1 Research Officer |gdid | |1 Assistent Arkivista |gdid | |3 Kustodji Prinċipali |godda | |tal-Atti | | |8 Kustodji ta' l-Arkivji |godda |", "Dwar l-aħħar erba' postijiet għad hemm diskussjonijiet għaddejja tal- Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex jiġi deċiż jekk għandhomx jinħolqu dawn il-postijiet ġodda.", "SKEJJEL - KUNSILLI", "3810.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi programm ta' taħriġ se jiġi mplimentat din is-sena għall-kapijiet u kunsilli ta' l-iskejjel biex jitjiebu l-ħiliet ta' parteċipazzjoni fit-tmexxija ta' l-iskejjel u fl- iżvilupp ta' School Development Plan A u self evaluation?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mix-xahar id-dieħel għandu jibda pjan li matulu l- kapijiet ta' l-iskejjel sekondarji se jkollhom taħriġ fl-iżvilupp ta' School Development Plan u bħala riżultat ta' dan f'self evaluation.", "Se nimpenja ruħi biex f'dan il-pjan jieħdu sehem ukoll il-kunsilli skolastiċi.", "SKEJJEL TAL-GVERN - BUSINESS PLAN", "3811.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kapijiet ta' l-iskejjel tal- Gvern hux se jaġġornaw il-Business Plan fuq firxa ta' tliet snin dwar il- ħteġijiet u l-ispiża għall-iskola tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istess kif kien isir fl-imgħoddi, din is-sena wkoll, il-kapijiet ta' l-iskejjel tal-Gvern ser jaġġornaw il-Business Plan fuq firxa ta' tliet snin dwar il-ħteġijiet u l-ispiża għall-iskola tagħhom.", "SKEJJEL TAL-GVERN - SISTEMA TA' IMPREST", "3812.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li fir-rapport dwar l-istat ta' l-iskejjel tal-Gvern ġie rrakmandat li, billi wieħed jista' jserraħ rasu fuq il-Kapijiet ta' l- iskejjel, għandha tiġi estiża s-sistema ta' imprest biex ix-xogħol isir taħt l-ordni u l-kontroll dirett tal-kapijiet, u peress li l-Ministru ġie rrapportat li qal li ma jridx li l-Kapijiet ta' l-iskejjel isiru purchasing officers jew foremen a skapitu ta' l-rwol edukattiv tagħhom, x'miżuri qed jieħu l-Ministru biex il-Kapijiet ta' l-iskejjel kollha jkollhom l-appoġġ ta' staff kwalifikat?", "X'irwol konkret ser jingħata lill-Kunsilli ta' l- Iskejjel f'din il-materja?", "Kemm hemm skejjel li jridu jgħaddu mingħajr Assistent Kap u kemm hemm bi skrivan/a, issa kollha każwali, li ma jattendux kuljum fl-istess skola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kapijiet ta' l-iskejjel se jingħataw il- fakulta' li jqabbdu skrivani biex jieħdu ħsieb iżommu l-accounts.", "Dan barra l-iskrivani li għandhom bħalissa.", "Fil-każ ta' xogħol ta' manutenzjoni is-sorveljanza teknika ssir minn nies kwalifikati.", "Bħalissa hemm 12-il vakanza ta' Assistent Kap ta' Skola.", "Hemm żewġ skrivani li ma jattendux kuljum fl-istess skola.", "Il-kapijiet ta' l-iskejjel isirilhom briefing regolari dwar id-doveri amministrattivi riċenti li ġew assenjati bħala riżultat ta' deċentralizzazzjoni ta' fondi, eċċ.", "Il-kunsilli ta' l-iskejjel jamministraw il-beni kollha ta' l-iskola u s- Segretarju/Teżorier ta' kull Kunsill Skolastiku huwa l-Kap ta' l-iskola.", "L-iskejjel Speċjali m'għandhomx Assistent Kap ħlief fil-każ ta' l-iskola ta' ESN Sannat, Għawdex fejn il-Kap u Assistent Kap ta' l-iskola huma dawk ta' l-iskola Primarja tas-Sannat, Għawdex.", "Rigward skrivani każwali, it-tagħrif huwa kif ġej:", "|Skola |Skrivan|Ma | | |a |għandhom| | |Każwali|x | | | |skrivana| |Guardian Angel |x | | |School, Hamrun | | | |School for the |x | | |Visually | | | |Impaired, Qrendi | | | |Mater Dei School,|x | | |Msida | | | |Dun Manwel Attard|x | | |Special School, | | | |Wardija | | | |ESN School, Msida|x | | |San Miguel |x | | |Special School, | | | |St. Andrews | | | |School for the |x | | |Hearing Impaired,| | | |Pieta | | | |ESN Sannat, |x | | |Ghawdex | | | |TOTAL |5 |3 |", "M'hemm l-ebda skola fis-settur post-sekondarju li hi intitolata għal Assistent Kap li m'għandhiex jew fejn l-iskrivani każwali ma jattendux kuljum.", "STUDENTI - SISTEMA IMPREST", "3813.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-breakdown per capita għal kull student ta' l-ammont ta' flus ivvotati għas-sistema imprest?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-figuri mitluba rigward l-Imprest - Materials and Supplies huma dawn li ġejjin:", "|Student fi Skola |Lm 9.50 kull | |Primarja |student | |Student livell ta'|Lm 7.50 kull | |Kindergarten |student | |Student fi Skola |Lm20.00 kull | |Speċjali |student | |Student fi Skola |Lm 9.75 kull | |Sekondarja |student | |Student fi Skola |Lm28.00 kull | |tas-Snajja |student | |Student fl-iskema |Lm12.00 kull | |ESTS |student | |Student fi Skola |Lm21.00 kull | |Post-Sekondarja |student | |Student fi Skola | | |Post-Sekondarja | | |(fuq bazi |Lm12.00 kull | |part-time) |student |", "L-Imprest - Capital Expenditure Equipment mhix maħduma fuq sistema per capita imma skond il-Business Plans ippreżentati mill-Kapijiet ta' l- Iskejjel.", "L-imprest - School Maintenance hija maħduma skond il-ħteġijiet immedjati ta' kull skola u hemm vot totali ta' Lm310,000.", "EDUKAZZJONI - STAFF KLERIKALI", "3871.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu bħalissa l- complement ta' staff klerikali u amministrattiv fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni settur b'settur, jiġifieri a) fil-Head Office; b) fl-uffiċċji u taqsimiet barra l-Head Office; u c) fl-iskejjel?", "Kemm hemm f'kull grad, f'kull settur?", "Kemm suppost ikun il-full complement f'kull settur?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - UFFIĊJALI", "3872.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali edukattivi; kapijiet ta' skola; assistenti kapijiet ta' skola; għalliema; instructors, u ħaddiema oħra li mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni marru jaħdmu ma' xi Ministru jew Segretarji Parlamentari?", "Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' dawn l-uffiċjali u ma' liema Ministri jew Segretarji Parlamentari qegħdin?", "Fil-każ ta' l-għalliema jew instructors min qed jagħti l-lezzjonijiet tagħhom lill-istudent?", "Kemm lezzjonijiet kull ġimgħa ntilfu minħabba dawn it-trasferimenti?", "Kien hemm xi laqgħat mal-ġenituri ta' dawn it-tfal li ntlaqtu minn dan in- nuqqas ta' għalliema?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TIŻJIN TA' GALLERIJI BIL-FJURI", "3892.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li qed jintalbu donazzjonijiet mid- dipartiment lill-kunsilli lokali għal inizjattivi ta' tiżjin ta' galleriji bi fjuri li qed jieħu d-dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l- inizjattivi ġewx kordinati min qabel mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u jekk il-kunsilli lokali nvoluti ġewx konsultati minn qabel dwarhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nformat li saret talba waħda biss lill-Kunsill Lokali tal-Belt biex, filwaqt li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jieħu ħsieb ix-xogħol u x-xiri tal-qsari, il-kunsill lokali jgħin fix-xiri ta' xtieli ta' barra biex jissebbaħ l-ambjent.", "BDIEWA - ILMA TAT-TISQIJA", "3940.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol sar fl-aħħar erba' xhur biex il-bdiewa ta' Ħal Tmiem jiġu pprovduti bl-ilma tat-tisqija?", "Mil-liema dipartimenti sar ix-xogħol meħtieġ?", "Meta nbeda u meta ntemm?", "Kemm ġie jiswa x-xogħol li sar?", "X'tip ta' offerti ħarġu biex ikun jista' jsir dan ix-xogħol?", "Kemm hu n-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn dan ix-xogħol?", "X'tip ta' prodotti hu mistenni li se jħabbru fil-futur qarib li qabel ma kenux jitħabbru?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-Dipartiment tad-Drenaġġ b'ko-ordinazzjoni mad- Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamlu komunikazzjoni ta' pajp ta' tliet pulzieri mir-rising main għall-fergħa ta' kanali fl-inħawi ta' Ħal Tmiem.", "Dan sar fil-perjodu bejn it-12 u l-21 ta' Frar 1997.", "B'dan ix-xogħol ibbenifikaw xi 35 bidwi li qabel l-ilma ma kienx jasal għandhom bi kwantitajiet biżżejjed biex isaqqu l-prodotti tagħhom minħabba d-distanza twila.", "B' hekk issa se jkunu jistgħu jsaqqu l-istess prodotti b' iktar effiċjenza u għaldaqstant jistgħu jippjanaw aħjar liema u kemm prodotti se jkabbru.", "Għal dan ix-xogħol tqabbad l-istess kuntrattur li ħa it-tender ta' l- upgrading ta' l-impjant ta' Sant Antnin u għalhekk il-ħlas ta' dan ix- xogħol se jiġi kkunsidrat bħala parti mill-istess kuntratt bir-rati tal- kuntratt.", "SAJD - ĊENSIMENT", "3941.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-arranġamenti tad- Dipartiment tas-Sajd ma' uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika biex isir iċ- ċensiment tas-sajd?", "Jikkonferma li l-istess ministru li ma' dan l-istess uffiċċju kien ntlaħaq ftehim dwar iċ-ċensiment tal-biedja li għandu jsir iktar tard din is-sena?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk iċ- ċensiment tal-biedja hux se jitkompla kif kien ippjanat, u jgħid x'kienu r- riżultati miksuba miċ-ċensiment tas-sajd?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-arranġamenti tad-Dipartiment tas-Sajd ma' l- Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika biex isir iċ-ċensiment tas-sajd saru matul l-1996 u fil- fatt dan iċ-ċensiment sar fil-perjodu bejn id-9 ta' Frar 1997 u id-9 ta' Marzu 1997.", "Għadu kmieni wisq biex wieħed jagħti riżultati ta' dan ic-ċensiment.", "Għar-rigward iċ-Ċensiment tal-Biedja, dan l-aħħar li sar kien fl-1991 u r- rizultat tiegħu qatt ma' ġie ppubblikat.", "Jien informat li fl-1996 saru xi taħdidiet bejn id-Dipartiment tal- Agrikolutra u l-Uffiċcju Centrali ta' l-Istatistika u għalkemm kien hemm ix- xewqa li dan għandu jsir fl-1997, ma' kien intlaħaq l-ebda ftehim dwar dan.", "TEATRUGRIEK - XOGĦLIJIET", "3942.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol ġdid twettaq fil-Ġnien Griek li fih hemm inkluż teatru Griek mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum?", "Jikkonferma l-Ministru li dan it-teatru Griek kien lest f'Ottubru 1996 tant li kellu jinfetaħ mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Griek li kellu jiġi Malta f'Ottubru u li l-ġnien ma nfetaħx dak inhar għas-sempliċi raġuni li dan il-Ministru ma setax jiġi Malta minħabba l-elezzjonijiet fil-Ġreċja?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Minn Novembru 1996 sakemm ġie nawgurat fis-26 ta' Jannar 1997 sar xogħol ta' asfaltar madwar it-teatru, irranġar mill-ġdid tar-roundabout fil-carpark ta' l-iskola, xogħol li kellu x'jaqsam ma' l- irħama kommemorattiva u tindif ġenerali.", "Mhux f'pożizzjoni li nikkonferma li dan it-Teatru Grieg kien lest f' Ottubru 1996 iżda nikkonferma li kellu jinfetaħ mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Grieg li kellu jigi Malta f'Ottubru u li ma' ġiex minħabba l-elezzjonijiet fil-Greċja.", "LIBJA - GĦOTI TA' SIĠAR TAL-FROTT", "3943.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ntlaħaq il-ftehim dwar l-għotja ta' siġar tal-frott mil-Libja?", "Jikkonferma l-Ministru li fil-fatt dawn is- siġar kellhom jaslu f'Malta fl-aħħar ta' l-1995 bidu ta' l-1996 u fil-fatt dawn ma waslux minħabba proċeduri burokratiċi normalment marbuta ma' ftehim bħal dan?", "Fejn tħawwlu dawn is-siġar?", "Kemm hemm minn kull varjeta' ta' dawn is-siġar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ewwel ftehim dwar l-għotja ta' siġar tal-frott mill-Libja intlahaq f'laqgħa li saret fi Tripoli fis-26 ta' Settembru, 1995 bejn delegazzjonijiet minn Malta u l-Libja iżda dawn is-siġar tal-frott ma laħqux ġew.", "F'laqgħa oħra li saret f'Malta bejn is-26 u 30 ta' Marzu 1996, id- delegazzjoni Libjana nformat lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li l-għotja ta' madwar 5000 siġra nuċiprisk, ħawħ, berquq u għajnbaqar ġiet approvata u dawn kellhom jaslu Malta bejn Diċembru 1996 u Jannar 1997.", "Fil-fatt dawn is- siġar tal-frott waslu fil-5 ta' Frar, 1997.", "Dawn is-siġar ġew imqassma hekk.", "|Frott |Varjet|Tqass|Thaww|Thaw|Tot| | |a' |mu |lu |lu |al | | | |lill-|SVDPN|Wied| | | | |bdiew| |Inci| | | | |a | |eta | | |Hawh |Red |1017 |4 |- |102| | |Haven | | | |1 | |Berquq|Geiubi|1116 |4 |- |112| | | | | | |0 | |Ghajnb|Chiro |1272 |362 |1634| | |aqar | | | | | | | |Santa | | | | | | |Rosa | | | | | | |Prince| | | | | | |ssa | | | | | |Zebbug|Dabia |255 |- |210 |465| |Bajtar|Biogio|110 |30 |325S|465| |Ta' |tte | | | | | |San |Nero | | | | | |Gwann | | | | | | |Total | |3770 |400 |535 |470| | | | | | |5 |", "DIPARTIMENT TAS-SAJD - XOGĦLIJIET", "3944.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-xogħlijiet li se jwettaq matul l-1997 id-Dipartiment tas-Sajd f'kull port tas-sajjieda f'Malta u f'Għawdex?", "Liema minn dawn ix-xogħlijiet jenħtieġu permessi mingħand l- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ġew sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Meta hu mistenni li jibda x- xogħol f'kull każ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ix-xogħlijiet li se jitwettqu matul l-1997 jiddependu mill-pozizzjoni finanzjarja tad-Dipartiment tas-Sajd, l-aktar meta għad iridu jitħallsu kontijiet pendenti mis-sena l-oħra.", "Li nista' ngħid hu li fejn huwa possibbli sejrin isiru xogħlijiet f'diversi slip ways bħal f'Tal-Veċċa, fl-Armier, u f'San Pawl il-Baħar (tal-Fekruna).", "FOI - LAQGĦAT", "3945.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema laqgħat ntalbu mill-FOI matul il-perjodu 4 ta' Lulju, 1994 sas-26 ta' Ottubru, 1996 dwar is-setturi tal- biedja u sajd, jew setturi oħra li jolqtu lill-Ministeru tal-Biedja u Sajd u liema minnhom fil-fatt saru?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi fil-perijodu msemmi jiena ma kontx il- Ministru responsabbli mill-Biedja u Sajd mhux possibbli li nagħti l- informazzjoni mitluba.", "AIR MALTA - AUDITED FINANCIAL STATEMENTS", "4062.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-audited financial statements ta' l-Air Malta għas-sena finanzjarja 1995/96 kif ippreżentati lill-azzjonisti waqt il-laqgħa ġenerali annwali ta' l-Air Malta li saret nhar l-Erbgħa 5 ta' Marzu, 1997?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kopja ta' l-audited financial statements ta' l-Air Malta, għas-sena finanżjara 1995/96 kif tqassmu lill-azzjonisti u lill- istampa matul il-Press Conference tal-5 ta' Marzu, 1997 tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AIR MALTA - AUDITED FINANCIAL STATEMENTS", "4063.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-audited financial statements ta' l-Air Malta għas-sena finanzjarja 1995/96 kif approvati mill- Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta f'Settembru, 1996?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fuq insistenza ta' wiehed mid-Diretturi, li ħass li minħabba żviluppi ġodda l-audited financial statements ta' l-Air Malta kif approvati f'Settembru 1996 ghandhom jerġgħu jiġu diskussi, il-Bord tad- Diretturi reġa' eżamina l-audited financial statements u ddecieda li ma jinkludix ir-rakkomandazzjoni dwar il-pagament ta' dividend.", "L-audited financial statements kif ixxandru fis-seduta ġenerali annwali tal-5 ta' Marzu, 1997 huma l-istess bħal dawk approvati mill-Bord tad- Diretturi f'Settembru 1996 bit-tibdil li semmejt hawn fuq.", "COOPERS & LYBRAND - RAPPORT", "4064.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ikkommissjonat mill-Gvern lill-Coopers & Lybrand dwar l-operat ta' l-Air Malta?", "Jista' l- Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ġie jiswa dan ir-rapport?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kopja tas-Synopsis tar-Rapport ta' Coopers & Lybrand tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta .", "Il-pagament għal dan ir-rapport huwa materja ta' natura kummercjali u konfidenżjali.", "UNIVERSITA' - KOMPUTERIZZAZZJONI", "4067.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se titlesta l- komputerizzazzjoni fil-Librerija ta' l-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-komputerizzazzjoni tal-Bibljoteka Universitarja hi proċess kontinwu li jdum ma jintemm.", "S'issa ġew awtomatizzati dawn il- proċeduri: katalogar; katalgu online; akkwisti ta' materjali għall- kollezzjonijiet tal-bibljoteka; kontroll tar-rivisti; self ta' kotba, eċċ, ġewwa l-bibljoteka; self ta' kotba eċċ, minn bibljoteki barranin; tiftix online ta' banek ta' dati barranin.", "Aktar tard din is-sena jiġi inawgurat fil-bini tal-Bibljoteka l-proġett Internet for All, u l-katalgu online isir aċċessibbli fil-World Wide Web.", "UNIVERSITA' - SAĦĦA/SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "4068.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jidhirlu l-Ministru li l-Universita' ta' Malta għandha tibda \"xi forma ta' kors\" dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Universita' qed tistudja l-possibbilta' li tibda kors speċjalizzat dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol li jwassal għal-livell ta' diploma.", "AIR MALTA - BOEING 737-200A", "4069.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta se tikri ajruplan tat-tip Boeing 737- 200A mingħand l-Air New Zealand għall-istaġun tas-sajf 1997?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-ajruplan kien inbiegħ mill-Air Malta lill-Air New Zealand madwar sentejn ilu wara li l-Air Malta kienet xtrat l-ajruplani tat-tip AVRO RJ 70?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-istess ajruplan kien inkera mill-Air Malta għall-istaġun tas-sajf 1996?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta għall-ewwel u l-aħħar partijiet tal- mistoqsija hija fl-affermattiv.", "Erba' ajruplani Boeing 737-200 kienu nbiegħu lill-British Aeropace (Regional), l-produtturi tal-Avro RJ 70 bħala parti mill-kuntratt tax-xiri, u mhux lil Air New Zealand.", "AIR MALTA - BOEING 737-200A", "4070.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Air Malta fl-1996 kenitx li tikri ajruplani tat-tip Boeing 737-200A mingħand l-Air New Zealand u wara l-istess Air Malta tbiegħ l-istess ajruplani lill-Air New Zealand kenitx waħda tajba jew żbaljata?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 3148.", "AIR MALTA - ROTOT", "4071.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux se jitnaqqsu r-rotot li topera l-Air Malta għall- istaġun tas-sajf 1997?", "Jekk se jitnaqqsu r-rotot li topera l-Air Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt fuq it-turiżmu minn u lejn Malta kif ukoll l-impatt fuq il-hub li topera l-Air Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Hija prattika regolari għall-Air Malta li tippjana u taggusta l-programm ta' titjiriet u rotot tagħha skond id-domanda u l- previżjonijiet tat-traffiku minn staġun għal ieħor, izda ma jkunx ta' benefiċċju għall-kumpannija li nippubblika minn issa d-dettalji ta' dan il- programm għaż-żmien li gej.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li f'kull deċizjoni jigi kkonsidrat sew l-interess ta' l-Air Malta kif ukoll dak tat-Turiżmu.", "PJAN DWAR IL-MAJJISTRAL TA' MALTA", "4073.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi ġie mħabbar f'gazzetti lokali li qed jitħejja pjan dwar il-Majjistral ta' Malta li jolqot fost inħawi oħra l-Imdina, jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet kellu s'issa mad-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Saru diversi laqgħat kemm ma' uffiċjali tad- Dipartiment tal-Mużewijiet kif ukoll ma' uffiċjali tal-ministeru kkonċernat fuq suġġetti varji li jikkonċernaw il-Pjan Lokali għall-Majjistral.", "Mhux eskluż li ssir laqgħa oħra mad-dipartiment qabel ma' l-abbozz tal-pjan jinħareġ għall-pubbliku.", "ETC - PROGRAMM \"LEONARDO DA VINCI\"", "4095.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed twettaq il-Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u Taħriġ fuq il-programm ta' l-għaqda Ewropea \"LEONARDO\"?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għamlet diversi kuntatti ma' organizzazzjonijiet Ewropej biex tidħol bi sħab magħhom fi proġetti taħt il-programm \"Leonardo da Vinci\" ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Il- proġetti li tista' tidħol fihom l-ETC qed jiġu eżaminati bir-reqqa u l- kuntatti għadhom għaddejjin.", "L-għan ta' l-ETC hu li tissieħeb f'dawk il- proġetti li l-aktar ikunu ta' utilita' għal Malta.", "SERVIZZ ĊIVILI - DIRETTURI TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "4096.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 782 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tal-11 ta' Marzu dwar \"is-servizzi ċivili u d-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili\", jista' l-Prim Ministru jgħid minn min \"is-sitwazzjoni bħalissa qed terġa' tiġi kkonsidrata\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-sitwazzjoni qed terġa tiġi kkonsidrata mill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "BORD TAL-KOPERATTIVI", "4097.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid ma' liema koperattivi kellu laqgħat s'issa l-Bord tal-Koperattivi u x'kien il-għan ta' dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4097, ma nħossx li jkun fl-interess tal-koperattivi li jiġi żvelat l-għan tal- laqgħat, u ma' liema koperattivi saru dawn il-laqgħat.", "BIDNIJA - TOROQ PARTI MILL-LOKALITA' TAL-MOSTA", "4165.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jinsisti biex il-kommunita' tal- Bidnija u toroq oħra li minn dejjem kienu parti mil-lokalita' tal-Mosta bħalma hi \"sqaq Nru. 6\", li parti tagħha hija mal-Mosta u parti oħra ġiet inkluża fil-konfini tan-Naxxar tkun ikkonsidrata bħala parti mil-lokalita' tal-Mosta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond Artikolu 3 (3) ta' l-Att ta' l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali 'Tibdil fil-konfini ta' lokalitajiet għandu jsir biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u biss mill- Kummissjoni Elettorali, wara konsultazzjoni mal-Ministru, il-Kunsilli Lokali konċernati u, fejn hu possibbli, mar-residenti lokali'.\"", "KUNSILLI LOKALI - SERVIZZI", "4166.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li jkun hemm riorganizzazzjoni fejn meħtieġ biex is-servizzi li jingħataw lill-kunsilli lokali, bħalma huma dawk mogħtija mill-Pulizija u s-Sanita', jkunu organizzati fuq bażi ta' konfini?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Konvint li l-Onor.", "Interpellant jaf li s-servizzi ġenerali mill-Pulizija u s-Sanita' jingħataw fuq bażi nazzjonali mill-Gvern Ċentrali, għaldaqstant mhux il-każ li dawn is-servizzi jiġu organizzati fuq bażi ta' konfini.", "Ta' min ifakkar, pero', li ċertu servizzi mogħtija mill-għases tal- Pulizija u kliniċi tas-saħħa huma diġa mferrxa f'ċertu lokalitajiet, u amministrati fuq bażi reġjonali.", "PULIZJA - RAPPORTI", "4214.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapporti kollha li ġew ikkommissjonati dwar il-Korp tal-Pulizija, inkluż dak tal-konsulent Ingliż Geoff Breadmere?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapporti mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġew fuq il-Mejda tall-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru, dawn ir-rapporti diġa' saru pubbliċi min-naħa tal- Gvern.", "TOROQ - TISWIJA", "4215.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' d-dipartiment jintervjeni sabiex isewwi parti mill- arterja prinċipali tat-traffiku, ċioe' Naxxar Rd, quddiem id-dar Nru. 85, peress li f'din il-parti niżlet xi ftit it-triq, b'mod li vetturi kbar qed joħolqu inkonvenjenza mhux żgħira lir-residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jindika l- isem tal-lokalita fejn tinstab Naxxar Road.", "PULIZIJA - TAĦRIĠ", "4216.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa attwali matul l-1996 f'taħriġ mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, barra dawk ta' l-Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali?", "X'kienet l-ispiża għal taħriġ li ngħata lil SAG Scuba Divers fil-kos ta' instructor li qed isegwu fl-Italja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-nefqa attwali matul l-1996 f'taħriġ lill-membri tal- Korp tal-Pulizija, barra dawk ta' l-Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali, kienet ta' Lm34,051.", "Dan l-ammont jinkludi l-ispiża ta' Lm23,902, għal taħriġ li ngħata lill-membri ta' l-SAG li attendew kors ta' instructors fl- Italja.", "KORDIN GRAIN TERMINAL - BASTIMENTI", "4217.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid mit-28.10.96 sal-lum kemm-il vapur daħal iħott fil- Kordin Grain Terminal?", "Din l-intrapriża xi profitt għamlet fl-1996?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li n-numru ta' bastimenti li daħlu jħottu fil-Kordin Grain Terminal mit-28.10.96 sal-lum kien ta' sebgħa.", "Rigward l-aħħar domanda l-Onor.", "Membru qiegħed jiġi ssuġġerit li jirriferi lil Ministru ta' l-Ekonomija u Finanzi.", "B'BUĠIA - XOGĦLIJIET F'WIED BUNI", "4218.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-file No. RD 387/95, jista' d-dipartiment jintervjeni sabiex ix-xogħlijiet li saru mill-kuntratturi f'Wied Buni, f'B'Bugia, jiġu korretti peress li bix-xogħlijiet ġodda l-culvert li kien hemm m'għadux jilqa' l-ilma peress li l-ilma qed ixaqleb għan-naħa l-oħra tat-triq u l-ħajt ġdid li nbena mat-triq qed jaqa' b'konsegwenza li l- ħamrija ta' l-għelieqi fil-viċin qed tintilef u peress li l-asfalt li sar fl-isqaq f'Wied Buni ma sarx sew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Informat li d-Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jara dan il-każ sabiex ikun jista' jagħti risposta għal din id- domanda aktar 'il quddiem.", "ĦARĠA TTG ITALIA - INTERVISTA", "4219.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 3911 u peress li l-intervista ppubblikata kif ukoll il-mistoqsijiet tal-ġurnalista u t- tweġibiet tal-Ministru huma lkoll fatti speċifiċi li ma jenħtieġux interpretazzjoni u peress li l-Ministru jaf dak li ntqal fil-laqgħa bejnu u l-ġurnalista tat-TTG Italia, jista' għalhekk il-Ministru jwieġeb għall- mistoqsijiet kif imressqa permezz ta' mistoqsija parlamentari numru 3911?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Peress li ma nzammx recording ta' dak li wegibt ma nistax nghid eżattament x'intqal u kif dan huwa rifless f'dak li nktieb.", "QRATI - KAWŻI DIFFERITI", "4225.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi jistennew sentenza quddiem il-Qorti ta' l-Appell li ilhom jiġu differiti għas-sentenza għal aktar minn tliet darbiet; u sitt darbiet?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx statistika dwar kawżi quddiem il-Qorti ta' l-Appell li ilhom jiġu differiti għas-sentenza.", "QRATI - KAWŻI DIFERITI", "4226.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-aktar kawża li ilha tiġi differita, kemm-il darba din ġiet diferita għas-sentenza u x'inhi d-data ta' l-ewwel differiment tagħha għas-sentenza?", "17/03/97", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lil-Onor Interpellant li ma tinżammx statistika dwar dan.", "SAĦĦA - GARAXX TA' L-AMBULANZI", "4227.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi rapporti dwar inċident serju fejn wieħed mill-impjegati tad- dipartiment li jaħdem ġewwa l-Garaxx ta' l-Ambulanzi mminaċċja lil ħaddiema oħra b'sikkina fl-1 ta' Marzu, 1997?", "Jekk ma sarx rapport, jidhirlu l- Ministru li għandha ssir investigazzjoni f'dan il-każ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mill-informazzjoni li għandi jidher li kien hemm inċident żgħir nhar l-1 ta' Marzu, 1997.", "Pero' tant kien inċident minimu li fih la sar xi theddid bil-kliem u lanqas b'xi sikkina, li ma nħassx il- bżonn li jsir rapport uffiċjali.", "KOPERATTIVA TAS-SINJALI TAT-TRAFFIKU - ĦLAS", "4228.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għal xiex jirriferi l-ħlas ta' madwar Lm500 li fil-preżenza tiegħu tqassmu lil kull ħaddiem tal-Koperattiva tas-Sinjali tat-Traffiku, liema ħlas sar fit-12 ta' Frar, 1997, u ċioe' jekk dan il-ħlas jirriferix għal xogħol li sar mill- ħaddiema matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru, 1996?", "Jista' l-Ministru jinforma wkoll lill-Kamra jekk għadx hemm ħlas ieħor dovut lill-istess ħaddiema u għal-liema perijodu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll li meta sar il-ħlas imsemmi nżammu 10% biex jingħataw lil ħaddiema fi gradi amministrattivi talli bix-xogħol tagħhom kienu qed jippromwovu wkoll il- ħidma tal-Koperattiva, u jekk fl-affermattiv, meta se jitħallsu dawn il- flus?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx xi xogħol minn din il-koperattiva minn Jannar 1997 'il quddiem?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-ħlas ta' Lm512 lil kull ħaddiem tal- koperattiva kien il-qliegħ għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 1996.", "Għad hemm ħlas dovut lill-ħaddiema għax xhur ta' Novembru u Dicembru 1996 imma l- kontijiet ta' dawn ix-xhur għadhom ma ngħalqux.", "Il-ħlas ta' 10% mill- qliegħ inżamm għal dawn l-ewwel xagħrejn u dan għad irid jinqasam bejn il- gradi amministrattivi li ħadmu għal koperattiva skond l-ammont ta' servizz li dawn taw lill-koperattiva, imma s'issa għad m'hemmx ftehim preċiz bejn dawn il-gradi amministrattivi kif se jinqasmu dawn il-flus.", "Minn Jannar 1997 il-koperattiva hija wieqfa billi qed isiru diskussjonijiet dwar xi rati qabel isir il-ftehim biex din il-koperattiva titħaddem fuq sistema ta' żmien fiss.", "SAN ĠWANN - DAWL", "4229.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiżdied l- istreet lighting fi Vjal ir-Rihan, f'San Ġwann, speċjalment fejn ir- roundabout il-ġdida, minħabba li dan qed ikun ta' perikolu għat-traffiku u għan-nies?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-responsabbilta' għall-provvista tad-dawl fit- toroq hija tal-Korporazzjoni Enemalta u għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZONI - VETTURI", "4230.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il- karozzi kollha li jaqgħu taħt it-Taqsima Xogħlijiet kellhomx stickers mwaħħla magħhom biex jindikaw ma' liema dipartiment jappartjenu?", "Jekk fl- affermattiv, x'inhi r-raġuni li xi uffiċjali li jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi wara ftit ġranet irrifjutaw li jsuqu l-karozzi bl-istickers u ġew ipprovduti b'karozzi tal-kiri mingħajr stickers?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li l-karozzi kollha barra żewġ karozzi wżati minn uffiċjali tal-ministeru twaħħlu fuqhom stickers li juru li huma tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "L-ebda uffiċjal tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi ma rrifjuta li jsuq karozza bl-isem tad-dipartiment fuqha.", "Żewġ uffiċjali tad-Dipartiment tal- Manifattura u Servizzi ġew ipprovduti b'karozzi tal-kiri għaliex il-karozzi li kellhom huma ġew allokati fuq xogħlijiet oħra għal raġunijiet dipartimentali.", "DIPARTIMENT TAL-MANIFATTURA U SERVIZZI - SAHRA", "4231.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema sezzjonijiet fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi ngħata overtime minn Jannar, 1997 sal-lum?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li minn Jannar 1997 kull sezzjoni ngħatat overtime skond l-entita tax-xogħol li kellhom u skond l-urġenza tax- xogħlijiet involuti fihom.", "ARTIJIET - ART GĦAL UŻU AGRIKOLU", "4232.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li d-Dipartiment ta' l-Artijiet jibda jikkonċedi lil dawk il-persuni li għandhom xi art għal użu agrikolu, il-permess li jkunu jistgħu jibnu xi kamra żgħira sabiex iqiegħdu l-għodda fiha?", "Għaliex għal xi wħud dan il- permess ingħata u għal xi wħud oħra dan il-permess ma jinħariġx?", "Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-linja ġenerali tal-policy attwali f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PITTURA TAL-QTUGĦ IR-RAS TA' SAN ĠWANN - RESTAWR", "4233.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal dak li ġie rrapportat f'The Sunday Times tas-6 ta' Marzu, 1997 dwar l-istat tal-pittura maestuża tal-qtugħ ir- ras ta' San Ġwann tal-pittur ċelebri Caravaggio, jista' l-Ministru jgħid meta kienet id-data li l-Gvern irċieva r-rapport tar-restawraturi?", "Min huma l-esperti Maltin li ħadu d-deċiżjoni dwar liema hija l-aħjar soluzzjoni dwar dan ir-restawr?", "Meta hemm il-ħsieb li d-deċiżjoni tintbagħat u x'inhuma d-dettalji li se jintbagħtu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DINGLI - TRIQ IL-MERILL - ASFALTAR", "4234.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jispjega għaliex Triq il-Merill, Ħad-Dingli mhijiex inkluża fil-prijoritajiet ta' toroq li jridu jiġu asfaltati f'dan il-lokal?", "Wara l-wegħda li għamiltu qabel l-elezzjoni inti u l-Onor.", "A. Sant lir-residenti fis-sens li din it-triq tiġi rranġata minnufih, kemm-il darba l-Partit Laburista jkun fil-Gvern, allura issa għaliex din tħalliet barra mil-lista?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Meta saret l-aħħar inspection ta' Triq il- Merill, Ħad-Dingli biex il-lista tat-toroq setgħat tiġi updated\" fl-aħħar ta' Diċembru, il-progress tal-bini fi Triq il-Merill kien għadu lura.", "Hekk kif isiru inspections oħra l-iżvilupp ikun fil-qrib li jitlesta, it-triq tiġi nkluża fil-programm għall-asfalt.", "MOSTA - TRIQ ĠUŻEPPI HYZLER", "4239.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 702 dwar Triq Ġużeppi Hyzler, minkejja li t-triq hija magħmula minn blat tal-qawwi, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex b'xi mod il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex il-familji li għadhom bla ilma jkunu mogħtija s-servizz ta' l-ilma, wara li wħud minn dawn il-familji ilhom erba' snin li applikaw għall-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - TRIQ RADDET IR-ROTI - DAWL", "4240.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-Korporazzjoni Enemalta hijiex f'pożizzjoni li tagħmel d-dawl ta' triq f'Triq Raddet Ir-Roti, f'żona ta Santa Margherita, il-Mosta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal dawl fi Triq Raddet ir-Roti f`Santa Margerita, il-Mosta, qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "KUNSILLI LOKALI - FGURA", "4241.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħidilna fuq liema kriterji nħaffru Lm200,000 lill-Kunsill Lokali tal-Fgura?", "Kemm nħaffru aktar flus lil kunsilli lokali oħra?", "Jekk iva, lil min u fuq liema kriterji inħaffru u jekk le, għaliex ma nħaffrux lil aktar kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li la l-ministeru u lanqas is-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ma eżonera xi ħlasijiet lill- Kunsilli Lokali tal-Fgura.", "BORMLA - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "4242.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru dwar sitt appartamenti tal- Gvern li l-Kunsill Lokali ta' Bormla kien irrapporta dwarhom u s'issa għadha ma tteħdet l-ebda azzjoni?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jista' l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku?", "Qiegħed jirriferi għall-maisonettes li nbnew f'shell form fl-area ta' Santa Liena daqs għaxar snin ilu iżda li għal xi raġuni kull meta ħarġu l- applikazzjonijiet għalihom mill-Awtorita' tad-Djar ħadd ma applika għalihom?", "F'każ li qed jirreferi għal dawn, ngħarrfek li dawn ġew mgħoddija lura lid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "SPTAR MONTE CARMELI - SWALI", "4247.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema raġuni tnaqqset il-kwota ta' ħobż u ħalib ipprovduta ġewwa s- swali ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena nformat li kull sala qed tingħata il- kwantita' kollha ta' ħobż u ħalib li tenħtieġ u ma kien hemm ebda talba għal aktar proviżjonijiet li ġiet miċħuda.", "SAĦĦA - MEDICAL STORES - MEDIĊINI", "4248.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta' mediċini sew formulary u non formulary li jinsabu nieqsa fid- data tal-lum ġewwa l-Medical Stores?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Lista ta' mediċini li kienu out of stock fit-18 ta' Marzu, 1997 tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "PULIZIJA - GĦASSA MA' PRIĠUNIERI", "4249.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhija proċedura normali li pulizija għassa ma' priġunieri, inklużi drug addicts ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, jitħallew idaħħlu telecell u jċemplu waqt ix-xogħol?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Skond Ċirkolari numru 31 bid-data tat-22 ta' Marzu, 1995, membri tal-Korp tal-Pulizija ma jistgħux iżommu fuqhom cellular telephones waqt li jkunu duty, jekk mhux awtorizzati mill-Kwartieri Ġenerali.", "SPTAR MONTE CARMELI - DRUG ADDICTS", "4250.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex proċedura normali li pulizija għassa ma' priġunieri, inklużi drug addicts, ġewwa l-Isptar Monte Carmeli jitħallewx idaħħlu telecells u jċemplu waqt ix- xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor Interpellant huwa mistieden iressaq din il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.", "SPIŻERIJI PRIVATI - NUQQAS TA' MEDIĊINI", "4251.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Minħabba n-nuqqas serju ta' mediċini essenzjali fejn pazjenti qed ikollhom jixtru regolarment mediċini ezzenzjali minn spiżeriji privati, jista' d-dipartiment jikkonsidra xi forma ta' kumpens (fuq preżentazzjoni ta' rċevuta) għal dawn il-mediċini lil dawk il-pazjenti, ħafna minnhom anzjani u pensjonanti li jixtruhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-policy tad-dipartiment għada l-istess bħal dik tal-amministrazzjoni preċedenti f'sitwazzjonijiet simili.", "SAĦĦA - MEDICAL STORES - MEDIĊINI", "4252.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-mediċini li hemm low stocks tagħhom illum 16.3.97 ġewwa l-Medical Stores?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jista' l-Onor.", "Deputat jiċċara x' jifhem b'low stocks, jekk humiex dawk il-mediċini li bħalissa ġewwa l-Medical Stores hemm inqas minn xahar stokk u li l-konsenji tagħhom mhumiex ħa jilħqu jaslu matul dan ix-xahar ?", "Ta' min jgħid ukoll illi s-16 ta' Marzu, 1997 kien il-Ħadd.", "POSTA LTD - ĦLASIJIET", "4255.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid, minn kemm ilha li twaqqfet il-Posta Ltd, kemm tħallsu individwalment kull xahar f'salarji, overtime u allowances u fiex jikkonsistu dawn l-allowances tal-executives u segretarji tagħhom?", "Jista' l- Ministru jgħid minn huma l-executives u segretarji rispettivi li qegħdin jieħdu dawn is-salarji u l-allowances?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni li talab l-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "P.A. - DIRECT ACTIONS", "4256.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru direct actions mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fin-naħat tas-South, Central, North u Għawdex fl-1996 u fl-1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "4257.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum din is-sena li talbu li jiġu eżentati mill-eżami tar-reliġjon?", "Kemm kienu l-applikazzjonijiet simili matul il-ħames snin li għaddew, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma ta' ġenituri mhux Maltin?", "Kemm minn dawn l-applikanti huma minn Malta u kemm minn Għawdex?", "X'raġunijiet iridu jagħtu l-ġenituri biex uliedhom ikunu eżentati minn dan l-eżami?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din is-sena hemm 21 applikazzjoni li talbu li jiġu eżentati mill-eżami tar-Reliġjon.", "Tmienja minn dawn huma ta' ġenituri mhux Maltin.", "Applikazzjoni waħda hija minn Għawdex.", "Is-sena li għaddiet kien hemm 14-il applikazzjoni, erbgħa minnhom kienu minn ġenituri mhux Maltin.", "Ma kien hemm xejn minn Għawdex.", "Fl-erba' snin ta' qabel in-numru t'applikazzjonijiet simili kien kif ġej:", "1995 - 29 1994 - 27 1993 - 26 1992 - 23", "Mhux magħruf kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu minn ġenituri mhux Maltin jew minn Għawdex.", "Biex l-ulied jiġu eżentati minn dan l-eżami il-ġenituri jiktbu lid- Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni.", "Il-ġenituri ma jiġux mitluba tagħrif iżjed milli jagħtu.", "SKEJJEL - FACILITATORS", "4258.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba tal- mistoqsija parlamentari numru 2635, u minħabba li hemm nuqqas serju ta' facilitators kwalifikati fl-iskejjel tal-gvern u tal-Knisja, ma jidhirlux il-Ministru li dan il-kors ferm meħtieġ għandu jibda kemm jista' jkun malajr?", "Peress li l-Ministru stess qal li qed jiddiskuti ma' l-Universita'' fuq il-kontenut ta' dan il-kors, dan iffisser indħil mill-Ministru fl- awtonomija ta' l-Universita?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ministeru jaqbel li l-kors għandu jibda kemm jista' jkun malajr u m'għandu l-ebda ħsieb li jtawwlu bla bżonn.", "Imma l- Onor. Interpellant jifhem li, minħabba li qed issir evalwazzjoni tal-kors, ma setax jibda kif previst.", "Ma naqbilx li billi jsiru diskussjonijiet, dan b'xi mod ifisser xi ndħil mill-Ministeru.", "SKEJJEL - DĦUL FIL-JUNIOR LYCEUM", "4259.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Dwar l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum, hemm xi eżenzjonijiet għal applikanti li mhumiex Maltin u li ma jafux biżżejjed il-Malti biex dawn ma jagħmlux l-eżami tal-Malti?", "Kemm kien hemm minn dawn l-eżenzjonijiet fl-aħħar ħames snin sena b'sena?", "X'faċilitajiet tati d-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lil tfal bi bżonnijiet speċjali waqt dan l-eżami?", "Jistgħu jidħlu facilitators ma' dawn it-tfal waqt l-eżami?", "Minħabba li t-tfal li jattendu l-iskejjel tal-gvern jagħmlu l-eżami fl- iskola tagħhom stess u allura jkunu familjari ħafna ma' l-ambjent, jista' l- Ministru jikkonsidra jekk jistax isir xi ħaġa simili anki għat-tfal li jersqu għal dan l-eżami mill-iskejjel privati u tal-knisja meta n-numru ta' dawn it-tfal ikun biżżejjed li jippermetti dan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Applikanti li m'humiex Maltin jagħmlu biss l- eżamijiet ta' l-Ingliż u ta' l-Matematika.", "Din is-sena hemm 14.", "Is-sena l- oħra kien hemm 20.", "M'hemmx informazzjoni dwar kemm kien hemm fis-snin ta' qabel.", "Tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu mogħtija faċilitajiet bħal: ħin żejjed, karti b'tipi kbar, persuni li jaqrawlhom u/jew jiktbulhom u communicators (għal min nieqes mis-smiegħ).", "Tfal li ser jersqu għal dan l-eżami mill-iskejjel privati u tal-Knisja din is-sena se jagħmlu l-eżami fl-iskola tagħhom stess meta n-numru ta' dawn it-tfal huwa biżżejjed li jippermetti dan u fejn l-iskola aċċettat.", "PROTEZZJONI ĊIVILI", "4260.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar x'se tkun il-policy rigward il- protezzjoni ċivili?", "Se jitkomplew il-kuntatti li kienu inbdew f'dan il- qasam mill-Gvern preċedenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "4261.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jaf il-Ministru illi l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fid-djar ta' l-anzjani f'dawk li huma btajjel pubbliċi, ħdud kif ukoll rigward sick leave ħżienu matul dawn l-aħħar erba' xhur, jiġifieri minn meta nbidel il-gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fid- djar ta' l-anzjani ma tbiddlu xejn minn meta nbidel il-gvern lanqas f'dawk li huma btajjel pubbliċi, ħdud kif ukoll rigward sick leave.", "Jekk l-Onor Membru jaf li nbidel xi ħaġa, għandu jispeċifika.", "ZABBAR - BEJJIEGĦA QUDDIEM IL-KNISJA", "4262.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara illi bejjiegħa quddiem u madwar il-Knisja parrokkjali ta' Ħaż- Zabbar ma jitħallewx hemm imma joqogħdu f'posthom, jiġifieri fis-suq li hemm fil-Misraħ is-Sliem?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija ħadet l-azzjoni meħtieġa.", "P.A. - PA 4601/95", "4263.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni rigward permess numru 4601/95 li hemm quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li jirrigwardja pig farm fl-inħawi tal-Bidni, bejn Ħaż-Zabbar u Wied il-Għajn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor Interpellant li diġa' ngħatat tweġiba f'interpellanza numru 4077.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - SKOLA TA' L-ARTI", "4267.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm kien hemm tfajliet u ġuvintur li attendew korsijiet fl-iskola ta' l-Arti f'Għawdex minn meta nfetħet sal-lum, sena b'sena u suġġett b'suġġett?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTARIJIET - KONSULENT FIL-KIRURĠIJA PLASTIKA", "4268.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar Konsulent fil-Kirurġija Plastika?", "X'inhuma l-arranġamenti preżenti fuq din l-ispeċjalita' rigward ix-xogħol tal-konsulenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Konsulent fil-Kirurġija Plastika jinħatar meta jkun il-mument opportun.", "Operazzjonijiet tal-Kirurġija Plastika jsiru fl-Isptar San Luqa mill- Ispeċjalista li taħdem fl-Isptar.", "Jiġi wkoll darbtejn fis-sena konsulent Malti li jaħdem fl-Ingilterra.", "ZABBAR - TRIQ ĠANNI BONAVIA - DAWL", "4269.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Peress li kien imwiegħed illi kellu jsir street lighting fi Triq Ġanni Bonavia, Ħaż-Zabbar jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se jsir dan?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal street lighting fi Triq Ġanni Bonavia f`Ħaż-Żabbar qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "SPTARIJIET - PRODOTTI SKADUTI", "4270.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jaf il-Ministru li qed jintużaw prodotti wara l-expiry date fl-isptarijiet pubbliċi?", "Jaf il-Ministru li fi Frar 1997 kienu qed jintużaw - 30% saline IVI batch 501067; 20% Dextrose IVI batch 601174; 8.4% Sodium Bicarbonate IVI Lot.", "No.22970, prodotti lkoll skaduti f'Jannar 1997?", "Il-Ministru jaf li f'dawn l-aħħar ġimgħat kienu qed jintużaw Aminophylline suppositories Lot No.5725 li skadew f'Ottubru, 1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: F'xi swali nstabu xi drips li kienu expired, u li kienu skaduti fis-swali qabel l-elezzjoni taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "Minkejja li ma kenux qed jintużaw, xorta waħda d-dipartiment ħass li għandu jieħu passi dixxiplinarji kontra l-mexxejja ta' dawn is- swali.", "Mhux veru li qed jitużaw Aminophylline suppositories Lot No. 5725.", "Minn investigazzjonijiet li saru li Batch No. użati huma BN 7617 Exp.", "2.98 li ilu jintuża diġa' għal diversi xhur.", "SPORT - TWAQQIF TA' KUNSILL MALTI", "4271.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- emendi li saru għall-att notarili li permezz tiegħu twaqqaf il-Kunsill Malti ta' l-Isport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant illi ma jeżisti l-ebda att notarili li jwaqqaf il-Kunsill Malti ta' l-iSport.", "Madankollu l-emendi proposti għall-istatut tal-Kunsill Malti ta' l-iSport se jiġu kkonsidrati mill-istess kunsill fl-ewwel laqgħat tiegħu.", "WSC - PARKEĠĠ", "4272.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4105, qed nirreferi għar-reserved parking space quddiem ir- residenza/kumpannija privata taċ-chairman tal-Water Services Corporation fi Triq Dun Ġorġ Preca, l-Ħamrun, jista' l-Ministru jgħid meta saret talba għal din il-faċilita' u għal liema raġuni ngħatat din il-faċilita'?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku jikkonferma li ma ta l-ebda permess biex isir reserved parking quddiem ir-residenza/kumpannija privata msemmija mill-Onor.", "Interpellant fi Triq Dun Ġorg Preca, l-Ħamrun.", "Għaldaqstant il-bord talab lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun biex jieħu l- passi meħtieġa biex sinjali tat-toroq li saru abbużivament jiġu mneħħija.", "PULIZIJA TAT-TRAFFIKU", "4273.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Minħabba li qed jiżdiedu n-numru ta' inċidenti tat-traffiku, il-Gvern beħsiebu iżid in-numru ta' pulizija tat-traffiku sabiex ilaħħqu mal-volum ta' traffiku li dejjem qed jiżdied?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kull tqassim u ċaqliq fil-Korp tal-Pulizija jittieħed fid-dawl ta' l-eżitu ta' l-istudju li qed isir dwar l-istruttura maniġerjali tal-korp.", "MINISTERI/DIPARTIMENTI TAL-GVERN - IMPJEGATI", "4274.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' mpjegati li jaħdmu fil-ministeri u dipartimenti tal-Gvern u fil-headquarters tal-Pulizija fil-Furjana, kif ukoll fl-Isptar Boffa u l-health centre?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - TUCK-SHOPS", "4275.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li t- tuck-shops ta' l-iskejjel jiġu mmexxija minn xi koperattiva jew mill- kunsill skolastiku minflok b'tender kif qiegħed isir bħalissa?", "Kemm daħħlet id-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mill-għoti ta' dawn it-tuck- shops matul is-sena 1995/96 u 1996/97, separatament?", "It-tender jingħata bilfors lil min jitfa' l-ogħla offerta?", "X'isir mill-flus li ddaħħal id-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mit-tuck- shops?", "Min iħallas għall-konsum tad-dawl u ilma li hemm fit-tuck-shops it- tenderer jew l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mis-sena l-oħra l-iskejjel eliġibbli għal tuck- shop kellhom l-għażla li joħorġu tender huma jew it-tuck-shop jiġi mmexxi mill-Kunsill ta' l-Iskola rispettiva.", "L-uniku tuck-shop li qed jiġi mmexxi mill-kunsill ta' l-iskola huwa dak tal-Liċeo tal-Bniet, Carlo Diacono - Żejtun.", "L-iskejjel li ħadu ħsieb it-tender għat-tuck- shop tagħhom huma:", "|Erin Serracino |Guze Galea | |Inglott | | |Skola Sekondarja |Skola | |Bniet |Sekondarja | | |Subien | |Bormla |Qormi | |Adelaide Cini |Skola | | |Sekondarja | | |Subien | |Skola Sekondarja |Skola Simpson | |Bniet | | |Samra - Hamrun |Marsa | |Dun Karm Psaila |Liceo | | |Għas-Subien | |Skola Sekondarja |San Gużepp | |Subien | | |Haz-Zebbug |Gholja ta' | | |Rahal Gdid, | | |Rahal Gdid | |Abram Gatt |Kan P. | | |Pulliċino | |Skola tas-Snajja |Skola | | |Sekondarja | | |Bniet | |Bighi |Triq Ferris, | | |Rabat | |Giovanni Curmi |Umberto | | |Calosso | |Skola Sekondarja |Skola Snajja | |Gholja |Subien | |Triq Gdida fi |Sta.", "Venera | |Triq Principali | | | |Naxxar |", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħadet ħsieb is-sejħa għal-tenders għall- iskejjel l-oħra li kienu jammontaw għal għoxrin.", "Id-dħul għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mill-għoti ta' t-tuck-shops matul is-sena 1995/1996 kien ta' Lm53659.61 u d-dħul għas-sena 1996/1997 kien dak ta' Lm41234.", "It-tender jingħata lil min jitfa' l-ogħla offerta sakemm dan jissodisfa l- kondizzjonijiet tal-kuntratt.", "Kondizzjoni minnhom hi li jkollu kondotta nadifa maħruġa mill-Pulizija.", "Id-dħul miġbura mit-tuck-shops jiġu mqassma bejn l-Iskola konċernata u d- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fuq ratio ta' 60% u 40%.", "L-40% li tiġi miżmuma mid-diviżjoni jiġu depożitati ġo fond ċentrali ta' l-iskejjel.", "Dawn il-flus jiġu mqassma lil dawk l-iskejjel li ma jkollhomx tuck-shop, skond il-popolazzjoni ta' l-istudenti.", "Fir-rigward tal-pagament ta' dawl u ilma, dan jitħallas mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "SKEJJEL - ŻJAJJAR KULTURALI", "4276.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żjajjar kulturali għat-tfal ta' l-iskejjel primarji u sekondarji separatament matul is-sena skolastika li għaddiet u kemm minnhom kienu jinvolvu trips bil-baħar (bħal harbour cruises) u bl-ajru bħalma huma t-titjiriet bil-helicopter u anke bl- ajruplan?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn it-tfal u l-għalliema li jkunu magħhom ikunux inxurjati matul dawn it-trips?", "X'forma ta' insurance ikollhom dawn it-tfal u l-għalliema jew gwidi tagħhom u min iħallas għal din l-insurance?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma jinżammux statistiċi dwar żjajjar kulturali għat-tfal ta' l-iskejjel primarji u sekondarji.", "L-organizzazzjoni ta' dawn iż-żjajjar hija f'idejn il-kapijiet ta' l-iskejjel.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ROMOL GĦAWDXIN", "4277.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nisa romol Għawdxin mill-1990 sa l-1996, sena b'sena?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fid-dipartiment tar-Reġistru Pubbliku t'Għawdex ma tinżammx statistika dwar dan, pero' n-numru ta' nisa li l-imwiet ta' żwieġhom ġew reġistrati tul is-sena partikolari kien hekk:-", "|Sena |Numru ta | | |Mwiet | | |reġistrati | | |fejn tħalliet| | |armla | |1990 |79 | |1991 |80 | |1992 |56 | |1993 |74 | |1994 |54 | |1995 |71 | |1996 |54 |", "GĦAWDEX - POPOLAZZJONI", "4294.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta'Għawdex sa tmiem is-sena 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-popolazzjoni Maltija residenti f'Għawdex fl-aħħar ta' l-1996 hija stmata li kienet 28255.", "Billi t-tagħrif demografiku ġħall- 1996 għadu qed jigi analizzat, dik il-figura hija mogħtija fuq bażi proviżorja.", "TASK FORCE", "4295.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti iktar tagħrif fuq il-kompetenza tat-Task Force dwar il-bini ta' mollijiet u faċilitajiet għall-passiġġieri fl-Imġarr, Għawdex u fiċ- Ċirkewwa u min huma l-membri ta' dan it-task force?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GOZO CHANNEL - VJAĠĠI", "4296.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti l-għadd ta' vjaġġi skedati kif ukoll ta' dawk extra (separati) mogħtija mill-kumpannija Gozo Channel fis-snin 1995 u 1996?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-għadd ta' vjaġġi skedati kif ukoll ta' dawk `extra' huma kif jidhru hawn taħt.", "|Vjaġġi Skedati | | |L-1 ta' Ott.'94 sa 30|17,888| |ta' Sett. '95 | | |L-1 ta' Ott. '95 sa |18,960| |30 ta' Sett. '96 | |", "|Vjaġġi extra | | |L-1 ta' Ott.'94 sa 30 |1,360| |ta' Sett. '95 | | |L-1 ta' Ott. '95 sa 30|592 | |ta' Sett. '96 | |", "LIĊENZJI TA' NEGOZJI", "4297.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' liċenzji ta' negozju li nħarġu f'Għawdex matul is-snin 1993/94/95/96 u l-lokalitajiet fejn infetħu dawn in- negozji?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SERVIZZ TA' HELICOPTER", "4298.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid liema kien dak il-perijodu li matul l-1996 is-servizz tal- helicopter ġie mwaqqaf minħabba xogħlijiet li kienu qegħdin jitwettqu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Interpellant jaf ben tajjeb li-serviżż tal- helicopter kien wieqaf bejn is-16 ta' Frar u 28 ta' April, 1996.", "MADLIENA: TA' STRONKA - ŻVILUPP", "4299.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li l-Gvern ħa deċiżjoni li jwaqqaf Bord ta' Inkjesta dwar kif oriġinarjament l-area \"Ta' Stronka\" fil-Madliena (fejn illum hemm Busietta Gardens) ġiet hekk rakkomandata għal żvilupp, jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li għandu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-files relattivi tad-deċiżjonijiet li kien ħa l- Gvern Soċjalista li jagħmel mill-istess area imsemmija proġett għal semi- detached villas u aktar tard biex l-istess area tkun zoned għal terraced houses?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minħabba li twaqqaf il-Bord ta' Inkjesta msemmi, mhux opportun għalissa li jitpoġġew il-files relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra, minħabba li dawn jistgħu jservu ta' riferenza għall-bord imsemmi.", "MOSTA - TAL-WEJ - SUBSTATION", "4302.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3422, dwar il- bini ta' substation f'Tal-Wej, il-Mosta, jidhirlu l-Ministru li din tista' tinbena fuq art pubblika u m'hemmx il-ħtieġa li tinbena proprju biswit dar privata ta' waħda anzjana u iktar u iktar meta l-art indikata hija ukoll waħda privata?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-substation oriġinalment kenitx se tinbena f'post ieħor viċin, proprju fejn il-Loporto?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jirriżultax li l-art fejn l-Enemalta qed tipproponi biex tibni s-substation f`Tal-Wej, il-Mosta, hija art privata, għalkemm l- art qegħda b`ċens temporanju għand terzi persuni.", "Fl-inħawi m`hemmx art oħra tal-Gvern li fuqha tista` tinbena substation biex taqdi l-bżonnijiet tad-distribuzzjoni ta` l-elettriku ta` dan il-lokal.", "Fl-imgħoddi l- Korporazzjoni Enemalta ma kellhiex pjan biex is-substation issir qrib ta` Loporto minħabba li m`hemmx art tal-Gvern.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "4303.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il priġunier ingħata leave għal skopijiet ta' xogħol komunitarju taħt ir-Regolament 61(1)(d) tar-Regolamenti tal-Ħabs mit- 28.10.96 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul il-perjodu msemmi numru ta' priġunieri f'Diviżjoni VII ingħataw leave ad hoc biex jagħmlu xogħol fil-komunita' fuq id-dar ta' Bengħajsa li hemm il-ħsieb li 'l quddiem issir bħala Pre-Release Centre għall-priġunieri.", "In-numru ta' dawn il-priġunieri kien jitbiddel minn ġurnata għall-oħra skond il-ħteġijiet.", "Ingħatat approvazzjoni, u bħalissa qed isiru l-arranġamenti neċessarji, biex grupp ta' priġunieri jintbagħtu fuq xogħol komunitarju ta' tindif fuq talba tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.", "SAN VINCENZ DE PAULE - SUPERVISORY TEAM", "4305.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi dan l-aħħar fid-debate tal- budget dwar il-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal- Familja, l-Onor.", "Segretarju Parlamentari għall-Anzjani meta kien qed jirriferi għal San Vincenz de Paule qal li: \"Se jsir supervisory team biex l-overtime jingħata ħalli eventwalment igawi l-pazjent\", jista' l-Ministru jgħid jekk dan is-supervisory team sarx u minn min hu kompost?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-supervisory team huwa kompost mis-Sur John Buhagiar Direttur, il-Professur J.L. Pace Superintendent ta' l-iSptar San Vinċenz, mis-Sur Nicholas Farrugia, Senior Principal fl-iSptar u s-Sur Lino Mizzi, Administratur, hemm ukoll.", "Diġa' saru diversi laqgħat u ttieħdu passi relevanti.", "SLIEMA - DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI", "4306.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Referibilment għar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari numru 4172, fejn intqal li \"post għall- anzjani hekk umduż u xejn adattat għall-Day Centre għall-anzjani Sliemiżi\" u \"li minħabba l-kondizzjoni ħażina tiegħu biex jitranġa irid spejjeż kbar\", jifhem l-Ministru li l-akbar sorpriża jeħduha l-anzjani Sliemiżi jekk il-Gvern jiddeċiedi li ma jonorax il-ftehim li diġa' kien hemm bejn il- Kunsill Lokali tas-Sliema u d-Dipartiment ta' l-Anzjani?", "Jista' l-Ministru jgħid kategorikament jekk dan il-proġett hux se jitwettaq u jgħid jekk dan id-Day Centre għall-anzjani Sliemiżi hux se jinfetaħ din is-sena jew le?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kien ikun ferm aħjar għall-anzjani Sliemiżi kieku is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani ta' qabel għamel u aċċetta post aħjar għalihom.", "Issa li l-froġa saret, is-segretarjat ikollu jattrezza l-post tajjeb kemm jista' dejjem bi spiża akbar biex l-anzjani Sliemiżi jkunu stmati aktar minn kif ġew stmati qabel.", "ANZJANI - DAY CENTRES", "4307.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk id- Day Centres għall-anzjani fiż-Żurrieq, f'Tas-Sliema u fl-Imdina (Casa Notabile fuq is-Saqqajja) humiex se jinfetħu din is-sena kif kien ippjanat mid-Dipartiment ta' l-Anzjani fl-Amministrazzjoni preċedenti; xi ftehim hemm mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa u tal-Gżira dwar meta sejrin jinfetħu d-day centres f'dawn il-lokalitajiet; u jekk hemmx ippjanat xi ftuħ ta' ċentri oħra jew hemmx xi ftehim ma' xi kunsilli lokali dwar ftuħ ta' ċentri ġodda matul din is-sena u jekk fl-affermattiv, fejn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar id-Day Centre fl-Imdina li kien ipproġettat mill-amministrazzjoni l-oħra nirriferik għat-tweġiba parlamentari numru 4173.", "Dwar id-Day Centre taż-Żurrieq u ta' Tas-Sliema, nikkonferma li bdew l-arranġamenti biex dawn jinfetħu kemm jista jkun malajr.", "Mal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Luqa saru laqgħat u huwa ppjanat li tinfetaħ Day Centre.", "SAN VINCENZ DE PAULE - VOT KAPITALI", "4308.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li fil-budget ta' din is- sena, il-vot kapitali għal San Vincenz de Paule huwa ta' Lm70,000 - ammont li huwa terz ta' l-ispiża kapitali li d-Dipartiment ta' l-Anzjani nefaq is- sena l-oħra fuq SVPR, li kienet Lm231,724 - jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti ġodda li sejrin isiru matul din is-sena taħt dan il-vot kapitali f'SVPR?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ewwelnett wieħed irid jgħid li għas-sena 1996 kienu ġew ivvotati Lm70,000 bħala vot kapitali għal San Vincenz de Paule.", "Billi kien ġie deċiż li tiġi modernizzata l-Admission Ward u wara din , li tinbena sala ġdida fuq l-Admission Ward li llum hija magħrufa bħala Ward 22 St Joseph, ġew trasferiti l-ammonti ta' Lm60,000 u Lm100,000 mill-Vot tad- Dipartiment tas-Saħħa għall-Vot tad-Dipartiment ta' l-Anzjani biex isiru dawn il-proġetti.", "Il-proġetti ġodda li sejrin isiru matul din is-sena fir-Residenza ta' San Vincent de Paule huma dawk imsemmija fil-Mission Statement tad-Dipartiment għall-Anzjani li tidher fl-Estimi jiġifieri:", "Immodernizzar ta' l-Ispiżerija Xiri ta' laundry machines Immodernizzar tad-dining room.", "SVPR - IMPJEGATI", "4309.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n- numru totali ta' mpjegati li qed jagħmlu xogħol fl-Administration Office tar-Residenza San Vincenz de Paule?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond il-grade tagħhom (eg.", "Departmental Nursing Managers, N.O's, Deputy N.O's etc, etc)?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru totali ta' mpjegati li qed jagħmlu xogħol fl-Administration Office tar-Residenza San Vinċenz de Paule huwa 18 maqsuma kif ġej:", "|Manager Nursing |1 | |Services | | |Departemental Nursing |5 | |Managers | | |Nursing Officers (on |4 | |day duty) | | |Nursing Officers (on |2 | |night duty) | | |Health Assistant |1 | |Casual Ward Clerks |2 | |Social Casual Worker |1 | |Health Assistants |2 | |(Domestic) | |", "ANZJANI - NIGHT CENTRES", "4310.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi dan l-aħħar f'xi gazzetti lokali ntqal li l-Gvern mhux favur l-idea ta' night centres għall-anzjani, jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan hux veru jew le?", "Kien hemm xi taħdidiet ma' xi kunsilli lokali qabel ma ttieħdet xi deċiżjoni?", "Id- Dipartiment ta' l-Anzjani għandu f'moħħu xi pjan ieħor alternattiv minflok in-night centres?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif diġa' ntqal il-Gvern qed jistħarreġ pjanijiet oħra ta' sistemi li jistgħu iserrħu moħħ l-anzjani matul il-lejl, aktar prattikabbli minn night centres kif qiegħed ifiehem l-Onor Interpellant.", "Iva, is-Segretarjat diġa tkellem ma' numru ta' Kunsill Lokali dwar dawn il-pjanijiet li jidher li ntlaqgħu tajjeb ħafna.", "MILAN - BIT", "4311.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3753, il-Ministru ta tagħrif fuq fuq dwar il-marketing plan għall-1997, jista' l-Ministru jkun aktar speċifiku u dettaljat in kwantu ta' dak li għandu x'jaqsam mal-ħidma fil-qasam tar-reklamar permezz tat-TV u għajnuna lil operaturi turistiċi f'dan is-suq?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-kampanja ta' reklamar fl-Italja tinkludi reklamar fuq gazzetti, fi travel trade press kif ukoll fuq it-television.", "Il-kampanja ta' reklamar fuq it-television qed issir fuq stazzjonijiet regjonali u huwa stmat li se jsiru 'l fuq minn 1200 spot televiziv l-aktar fir-Regjuni tal-Veneto, Lombardija u l-Emilia Romania minn fejn topera l- Air Malta.", "Dwar għajnuna lill-operaturi turistiċi, l-Onor.", "Membru japprezza li din hija materja ta' natura kummerċjali.", "Madankollu nikkonferma li se tinghata għajnuna lill-operaturi l-kbar minhabba l-potenzjal tagħhom fis-suq, kif ukoll lil numru ta' operaturi li jispeċjalizzaw f'Malta.", "SQALLIJA - FTEHIM MA' MALTA", "4312.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-aħbar li ġie ffirmat ftehim bejn Malta u r-Reġjun ta' Sqallija, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il- ftehim u xi protokolli li joħorġu minnu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kopja tal-ftehim u l-protokol li ntlaħaq mar-Regjun ta' Sqallija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TURIŻMU - HOLIDAY FLATS", "4313.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqisja parlamentari numru 3751, jista' l- Ministru jikkonferma li minħabba l-bidla ta' użu fis-suq tat-time-share, l- appartamenti li bħalissa huma liċenzjati bħala holiday flats jenħtieġ li jiġu liċenzjati bħala tali mill-HCEB, kif ukoll minn awtoritajiet oħra, fosthom l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex is-sidien ikunu jistgħu joperaw fil- qasam tat-time-share peress li dan is-settur jirrikjedi servizzi u prodott għal kollox differenti f'dak li jitlob is-suq ta' l-appartamenti liċenzjati għal kirijiet qosra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Ministeru ma jagħmilx distinzjoni bejn proprjetajiet użati għat-turisti jew dawk ghat-time-share.", "Fiż-żewg każi, jridu jkunu reġistrati u liċjenżati mill-HCEB bhala lukanda, bħala kumpless turistiku jew bħala aparthotel.", "Biex il-licenżji ta' appartamenti jinbidlu f'wahda ta'kumpless turistiku jew ta' 'aparthotel', jinhtieġ ukoll il-permess ta' Awtorita ta' l-Ippjanar ghal 'change of use, kif ukoll tas-Sanita' u tad-Dipartiment tad-Trade.", "P.A. - BUILDING INSPECTOR'S REPORT", "4314.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn il-proċedura għal ħruġ ta' building inspector's report li kienet fis-seħħ sena ilu kellha tinbidel fil-konfront ta' binjiet li jkun magħmula minn diversi units?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-building inspector's report kien biss ikopri bini li jkun tlesta kompletament skond il-permess li jkollu.", "Il-proċedura ġdida hi maħsuba li jkompli bil-compliance certificate wara li jinħareġ ċertifikat mill-Perit, u jipprovdi taħt ċerti kondizzjonijiet għall-għoti ta' provvista ta' dawl u/jew ilma, meta l-proġett ma jkunx komplut sa l- aħħar skond l-istess permess, basta li jkun, fl-istadju li wasal, in konformita' mal-permess.", "SKEJJEL - FAĊILITAJIET BANKARJI", "4315.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel tal-Gvern li taw konċessjonijiet u faċilitajiet bankarji lil xi banek f'Malta u Għawdex?", "X'qed jiggwadanjaw l-iskejjel minn dawn il-konċessjonijiet?", "Hemm xi policy jew guidelines kif jingħataw dwan il-konċessjonijiet?", "Hemm xi konċessjonijiet oħra barra dawk mogħtija lil banek?", "Min jiddeċiedi fuq l- għoti ta' dawn il-konċessjonijiet, il-Kap ta' l-iskola jew inkella l- kunsill skolastiku?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "4316.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li fil-Pjan ta' Azzjoni għal Buġibba li għamel riferenza għalih il-Ministru tat-Turiżmu fil-mistoqsija parlamentari numru 3528, jista' l-Ministru jgħid li se jsir xogħol ta' resurfacing u xogħol fuq il-bankini tat-toroq imsemmija aktar 'l isfel, kif ukoll jagħti stima tan-nefaq f'kull waħda minn dawn it-toroq:- Għawdex, Tamar, Maskli, Arznell, Rizzi, Nelson, Mulett, Port Ruman, Fliegu, Quintinus, Caruana, Majjiera, Nizza, Konz, Imrejkba, Bekkun, Brankutli, Ruggero, l-Istamnar, Mountbatten, Delucca, Cuningham, Nawciera, Arondino, Kahli, San Luqa, Paderborn, Gifen, Imwieżeb, Ibħra, Mistrieħ, u Plajja?", "F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid l-ammont f'paġi u salarji, materjal, konsulenzi u xogħol minn kuntratturi privati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "LIBJA - ŻIEDA TA' TURISTI", "4317.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3527 il-Ministru naqas li jwieġeb dik il-parti tal-mistoqsija li stħarrġet ir-raġunijiet tan- nuqqas li Malta qed iġġarrab mis-suq Ġermaniż, jikkonferma l-Ministru li dan jista' jkun kaġun għal fatt li l-kumpannija Frosch ma rrepetitx il- programm kbir li kellha fl-aħħar xhur ta' l-1995 u li din is-sena se jseħħ minn April 'il quddiem?", "Issa li l-Ministru kellu okkażjoni jżur l-ITB u jkellem aġenti ta' l-ivvjaġġar u operaturi Ġermaniżi, jista' jgħid x'inhuma l-impressjonijiet tiegħu dwar il-ġejjieni u l-iżvilupp ta' dan is-suq għar- rigward tal-gżejjer Maltin?", "X'inhi l-fehma tal-Ministru dwar il-prospetti f'termini ta' volum ta' l-operaturi l-kbar kif ukoll f'termini ta' dawk li jispjeċjalizzaw f'niċeċ partikolari bħas-swieq ta' l-incentives u konferenzi?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-raġunijet tan-nuqqas li Malta qed iġġarrab mis- suq Ġermaniż jistgħu jkunu hafna, fosthom il-politika ħażina li kien miexi biha l-Gvern ta'qabel.", "Peress li l-gruppi ad hoc li tipproduċi l-kumpannija Frosch huma pjuttost kbar, dawn naturalment jinfluwenzaw il-volum ta' turisti mis-suq Ġermaniż.", "F'dan l-istadju jidhirli li wiehed ma jistax jagħmel previżjonijiet għas- suq Tedesk.", "SKEJJEL - ŻEJTUN - GĦALLIEM", "4318.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Year 6 fl- iskola primarja taż-Żejtun ilha mingħajr għalliem għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat, u wkoll li sakemm jiġi għalliem ieħor minflok ma' dawn it-tfal tqassmu fi klassijiet ta' l-istess grad (viz 6) dawn tpoġġew fi klassijiet fi grad aktar baxx biex hekk qed jieħdu lezzjonijiet li kienu ħadu sena ilu?", "X'miżuri qed jittieħdu biex din is-sitwazzjoni tirranġa ruħha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni ħadet passi biex il-Klassi Year 6 imsemmija jkollha għalliem.", "It-tfal ma setgħux jitqassmu kollha fil- klassijiet ta' Year 6 billi kien hemm għalliema oħra morda matul dan iż- żmien.", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA", "4320.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji Maltin li kapaċi jidħlu għax-xogħol ta' bini ta' karozzi tal-linja?", "Kemm huma kapaċi jibnu karozzi kull waħda minn dawn il-kumpanniji?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li safejn hu magħruf hawn garaxx wieħed li dan l-aħħar kien involut fil-bini ta' coach.", "Mhux magħruf x'kapaċitajiet għandu dan l-individwu fil-bini ta' karozzi tal-linja.", "Tajjeb li jingħad li l-isforzi li qed nagħmlu wkoll huma li nħajru lil dawk li huma nteressati li jbiegħu karozzi tal-linja ġodda f'Malta, li jimmuntaw dawk il-karozzi f'Malta stess, jew kompletament jew partijiet minnhom.", "B'hekk ikunu ffrankati l-flus u fl-istess waqt jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol.", "INDUSTRIJA TAL-BINI", "4321.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu sabiex l-istrutturi li qiegħed iwaqqaf sabiex ifasslu u jimplimentaw gwidi u regoli (guidelines) għall-industrija tal-bini jikkordinaw mal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali dwar ix-xogħol tagħhom fuq kodiċi ta' prattika għal siti ta' kostruzzjoni li qiegħed ikun imħejji mill-Kummissjoni għall- Ħarsien u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-gwidi u r-regoli għall-Industrija tal-Bini se jiġu diskussi fil-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini li fih se jkun hemm rappreżentanza tal-Kummissjoni għall-Ħarsien ta' Sigurta fuq il- post tax-xogħol.", "B'dan il-mod jiġi aċċertat koordinament f'dan is-suġġett li hu tant importanti għall-Industrija tal-Kostruzzjoni.", "QASAM TAL-BINI U KOSTRUZZJONI", "4322.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu sabiex il-Kummissjoni għall- Ħarsien u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol li qegħda tħejji kodiċi ta' prattika għas-siti ta' kostruzzjoni tikkordina mal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni li qiegħed ifassal gwidi u regoli għall-industrija tal-bini?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Saru konsultazzjonijiet mill-Kummissjoni ma' diversi organizzazzjonijiet inkluż il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, li huma interessati fil-qasam tal-bini u kostruzzjoni.", "Is- suġġerimenti li saru ġew eżaminati u wħud minnhom qegħdin jiġu nkorporati fil-kodiċi.", "P.A. - COMPLIANCE CERTIFICATES", "4323.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-legal notice dwar il-compliance certificates hijiex lesta u meta se tkun ippubblikata?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk din il- legal notice hux se tinkludi l-Uses Class Order's kollha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-ħsieb hu li proċedura ġdida għall-ċertifikat relattiv mill-Perit tinkludi l-uses classes 1, 4, 5 u 11.", "L-avviż legali se jinħareġ fil-jiem li ġejjin.", "P.A. - COMPLIANCE CERTIFICATES", "4324.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-legal notice dwar il-compliance certificate, kif inhu mifhum li se toħroġ, fejn il-perit fil-privat sejjer jiċċertifika jekk bini inbeniex kif suppost jew le, jikkonstitwixxix abrogazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mir-responsabbilta' tagħha li toħroġ hi dawn iċ-ċertifikati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hu maħsub, li l-compliance certificate jinħareġ mill- Awtorita' u jkollha sorveljanza ġenerali, pero' il-perit fil-privat jagħmel ċertifikat li jispeċifika jekk l-iżvilupp sarx skond il-permess approvat.", "Din mhux ser tkun abrogazzjoni tar-responsabbilta' ta' l-Awtorita' li tista' tirtira l-istess compliance certificate jekk issib li l- informazzjoni li tingħata kienet żbaljata.", "RAĦAL ĠDID - POLIKLINIKA", "4328.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jidhirlu l-Ministru li appuntament biex isiru investigazzjonijiet sempliċi bħalma huma fasting blood sugar u blood picture mill-poliklinika ta' Raħal Ġdid mit-18 ta' Marzu sad-9 ta' April, huma daqsxejn wisq?", "Se jsir xi ħaġa biex il-pazjent ikun moqdi aħjar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Meta wieħed jitkellem dwar dewmien għal appuntament wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni l-fatt illi dawn ikunu investigazzjonijiet mhux urġenti.", "Jekk ikun hemm bżonn ta investigazzjoni urġenti din tittieħed immedjatament.", "Id-Dipartiment dejjem jaħdem biex l-appuntamenti jkunu viċin kemm jista jkun.", "QRATI - KAWŻI", "4332.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi fil-Qorti tal- Maġistrati ta' valur li jeċċedi l-Lm250 kemm ilhom li daħlu fis-seħħ l- aħħar emendi fil-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-kawzi li dahlu fil-Qorti tal-Magistrati li l- valur tagħhom jeċċedi l- LM250 minn mindu ġew fis-seħħ l-aħħar emendi fil- Kodiċi ta' Organiżazzjoni u Preċedura Ċivili huma kif se jissemma' hawn taħt:-", "|Lulju |1996 |84 | |Awissu |1996 |100 | |Settembru|1996 |85 | |Ottubru |1996 |139 | |Novembru |1996 |173 | |Dicembru |1996 |88 | |Jannar |1997 |116 | |Frar |1997 |167 | |Marzu |sal-20|126 | | |.3.97 | |", "KUNSILL NAZZJONALI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "4333.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-lista tan-network co-ordinators tal-Kunsill Nazzjonali għax-Xjenza u Teknoloġija mill-1 ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-Network Coordinators tal-Kunsill Nazzjonali għax-Xjenza u Teknoloġija huma:", "Mr Joe Woods (Information and Telecommunications Technologies)", "Mr Aldo Drago (Marine Resources)", "Mr Vincent Buhagiar (Energy)", "Mr Giovanni Buttigieg (Science Popularisation)", "Ms Jennifer Cassingena Harper (International Relations)", "Ms Moira Dillon (Science Education)", "Ms Jennifer Fiorentino (Biodiversity)", "Mr Dirk De Ketelaere (Water)", "Tibdil:-", "Mr Charles Saliba (Biotechnology) minflok Prof Alex Felice li issa sar membru tal-Kunsill Nazzjonali għax-Xjenza u Teknoloġija.", "SKEJJEL - SCHOOL EXEMPTION", "4334.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfajliet u ġuvintur illi m'għandhomx l-ischool exemption u ilhom ma jattendu l-iskola sekondarja għal sena jew aktar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TARZNA TA' MALTA - SERVIZZI", "4336.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2459 li saret fit-28 ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma kienx hemm servizzi li l-Partit Laburista ordna bejn Mejju u Novembru 1996 mit-Tarzna ta' Malta.", "KAPPARA - TRIQ L-AMBAXXATI - SHOWROOMS", "4337.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk hemmx permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex ikun hemm showrooms jew display windows fi Triq l-Ambaxxati, Kappara?", "Jekk hemm, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna fuq liema proprjeta' jew proprjetajiet inħarġu dawn il-permessi?", "Jista' jgħid in oltre jekk l- Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġitx permess sabiex jitbaxxa l-ħajt ta' maġenb Triq Reġjonali viċin il-Kunvent tal-Klarissi li jinsab fil-Kappara/San Ġiljan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fit-23 ta' Novembru, 1994 l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet permess lil Mr Mario Schembri sabiex jibdel l-użu ta' parti mir- residenza minn salott għal drapery fil-font b'indirizz Adam's Leaf, Triq l- Ambaxxati, Kappara (permess numru PA2271/94/DC01), bil-kondizzjoni illi ma titpoġġiex tabella fuq il-bieb, u li l-kamra markata bl-ittra \"X\" fuq il- pjanta approvata biss tkun użata għal dan l-iskop.", "Apparti minn dan il- permess, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma ħarġet l-ebda permess għal showrooms jew display windows fi Triq l-Ambaxxati.", "In oltre fl-10 ta' Diċembru, 1996, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet permess sabiex jitbaxxa l-ħajt ta' maġenb Triq Reġjonali b'erba' filati (permess numru PA/4259/95/RC01).", "Madanakollu bħalissa qiegħed jiġi mistħarreġ jekk l-applikant għamilx dikjarazzjoni korretta rigward ta' min hi l-proprjeta' ta' l-art in kwestjoni.", "MSIDA - TRIQ L-ESPERANTO - RIXTELLI", "4338.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx xi talba quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar Triq l- Esperanto u Triq it-Torri, l-Imsida u b'mod partikolari dwar ir-rixtelli li hemm fil-bidu ta' Triq l-Esperanto fil-parti fejn tisbokka għal Triq it- Torri?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu miżuri sabiex jiġi mneħħi l-inkonvenjent kbir li qed jiġi kkawżat lir-residenti tat-triq l-Esperanto minħabba dawn ir-rixtelli, speċjalment meta dawn jingħalqu u b'hekk jieqaf l-aċċess għal Triq it-Torri?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: S'issa ma saret l-ebda applikazzjoni quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar ir-rixtelli li hemm fi Triq l-Esperanto u Triq it-Torri.", "Bħal issa qiegħed jitħejja Master Plan għall-Universita', u wieħed mill-oġġettivi ta' dan il-Master Plan huwa sabiex dak illi kien l- aċċess prinċipali ta' l-Universita' isir aċċess sekondarju (service access).", "Ovvjament l-aħjar arranġamenti għal dan l-aċċess kif ukoll għall- aċċess minn Triq l-Esperanto għal Triq it-Torri ser jiġu studjati fil- kuntest ta' dan il-Master Plan.", "PROĠETT TA' TRIQ REĠJONALI - XOGĦLIJIET", "4339.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li kienu ppjanati li jsiru fil-proġett ta' Triq Reġjonali fil-parti li tinkroċja ma' Sliema Road fejn hemm it-Tank tal-Gass, għadhomx se jsiru?", "Jekk se jsiru, hux se jsiru kif ġew ppjanati jew jekk hux previst xi tibdil?", "Meta huwa previst li jibdew dawn ix-xogħlijiet f'dik il-parti tat-Triq Reġjonali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GŻIRA - DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI", "4340.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3963 magħmula mill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici u għar-risposta tal-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, jista' l-Ministru jgħidilna fejn huwa l-post li ġie magħżul biex jintuża bħala Day Centre għall-anzjani tal-Gżira?", "Jista' l-Ministru jiddeskrivi l-post jew iqiegħed kopja tal- pjanta tal-post fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-post indikat biex jintuża bħala Day Centre għall-anzjani tal-Gzira jinsab 123 Triq Cameron, Gzira.", "Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-Kunsilli Lokali, Gzira.", "KONKORS KANZUNETTA MALTIJA", "4346.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi intagħżel il- persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala nutar fl-għażla li saret nhar is-Sibt 15 ta' Marzu, bejn il-każin La Stella u l-Każin Aurora bħala post fejn se jittella' l-Konkors Kanzunetta Maltija s-sena d-dieħla?", "Kemm se jitħallas in-Nutar għax-xogħol tiegħu?", "X'inhi r-raġuni li ġie eskluż li jiġi mqabbad nutar Għawdxi meta proprju l-polza ttelgħet f'Għawdex stess?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ma ġietx magħżula minn dan is-Segretarjat iżda mis-Segretarjat għal-Għawdex.", "P.A. - KONSULENTI MALTIN", "4347.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin li l-Awtorita ta' l-Ippjanar (inkluż id- direttorat) kkumissjonat matul l-1996 sal-lum?", "X'kienu t'tasks u terms of reference ta' kull konsulent?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "TA' KANDJA - TWAQQIGĦ TA' KAMRA", "4348.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4002, jista' l-Prim Ministru jgħid min ħa/ħadu r-responsabbilta' li ma applikax/applikawx għall- permess meħtieġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jaħseb il-Prim Ministru li għandhom jittieħdu miżuri ta' dixxiplina fuq dawk il-persuni li naqsu isegwu l-liġi, aktar u aktar meta huma uffiċjali li xogħolhom hu proprju li jaraw li tiġi segwita l-liġi ta' pajjiżna?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3598, din il-kamra ma nħattitx b'kapriċċ iżda sabiex jitneħħa l-periklu.", "Qiegħed nitlob lill-Kummissarju biex jinvestiga hemm'x lok ta' passi dixxiplinarji.", "QORTI TA' GĦAWDEX", "4352.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jikkonsidra illi atti tal-Qorti għall-Gżira ta' Għawdex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti f'Malta u viċi versa?", "Jidhirlu l-Ministru li tali miżura, tenut kont tal-mezzi moderni ta' trasport u informatika għandha tnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku kif ukoll l-ispejjeż involuti partikolarment fid-dawl taż-żieda enormi fin-noll tal-vapur ta' Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant tirrikjedi emenda għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u se tiġi kkonsidrata meta jiġu formulati emendi ġodda għall-istess Kodiċi.", "QRATI - GĦAJNUNA LEGALI", "4354.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat mill-għajnuna legali, fis-snin 1993, 1994, 1995 u 1996?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' persuni ammessi għall-għajnuna legali.", "L-unika statistika li tinżamm hija dik dwar talbiet għall-għajnuna legali u li ġiet imwieġba f'mistoqsija parlamentari numru 4092.", "REĠISTRU TAL-QORTI - ATTI", "4355.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati atti fir-Reġistru tal-Qorti fis-snin 1993 sa l-1996, maqsuma skond f'liema Reġistru ġew ppreżentati u kemm kien id-dħul għall-gvern f'kull sena rispettiva?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tkun tista' tingħata f'seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SKEJJEL -GĦALLIEMA", "W233 L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI : staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid skola, skola f'raħal raħal, f'belt, belt f'Malta u f'GĦawdex x'inhi l-popolazjoni ta' studenti; għalliema; u ħaddiema?", "GĦal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jidhirlux li l-iskola partikolari saritx żgħira wisq għall- popolazzjoni tal-lokal u/jew għan-numru ta' persuni li hemm fiha?", "X'qed iħejji l-Gvern dwar din il-problema b'mod globali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 1) L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is- seduta.", "(Dok.", "A - I)", "2.1 L-informazzjoni dwar \"għalliema u ħaddiema\" fil-Kindergartens mhix imniżżla għax ikunu nklużi fl-iskejjel primarji.", "2.2 F'xi każi, wħud mill-għalliema jkunu shared ma' skejjel oħra jew peripatetic.", "3.", "Hi prattika fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li, malli l-Kap ta' l- Iskola jara jew jantiċipa li l-premises ta' l-iskola mhux ser ikunu adegwati għall-ħtiġijiet preżenti u/jew futuri, jinforma lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex issir evalwazzjoni dettaljata u jipproponi xi soluzzjoni li tista' tkun, per eżempju, li ssir estensjoni tal-bini, tinbidel il- catchment area jew tinbena xi skola ġdida.", "B'mod globali, d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, kull sena, twettaq programm ta' bini, estensjonijet u/jew bdil ta' catchment areas.", "AIR MALTA - ASSISTANT CABIN CREW DESPATCHER", "W245.", "L-ONOR SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Turizmu: B'riferenza għall-persuna minn Tal-Pieta li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li jaħdem bħala Assistant Cabin Crew Despatcher ma' l-Air Malta, li rebaħ każ ta' malafama fil-Qorti fil-15 ta' Mejju, 1995, jista' l- Ministru jara jekk il-promozzjoni lilu dovuta għallinqas sa mill-1 ta' Mejju, 1993 tistax tingħata biex tiġi ratifikata l-inġustizzja li saritlu, kawza ukoll tal-malafama fil-konfront tiegħu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Apparti mill-fatt li skond l-informazzjoni li għandha f'idejha l-kumpannija, l-ezitu tal-kawża ta' libell ma kienx preċiżament bħalma qed jgħid l-Onor.", "Ħabib tiegħi, jiena ċert li, fl-istess ħin, japprezza li jkun xi jkun l-ezitu ta' kawżi bħal dawn, dan mhux wieħed mill-kriterji li fuqhom tingħata promozzjoni.", "SAĦĦA - KORS TA' NURSING AIDE", "W246.", "L-ONOR SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Issa li persuna minn tal-Pieta` u li isimha qed jintbagħat separatament għaddiet għal nursing aide, għaliex qed tinstabilha oġġezzjoni biex din taħdem bix-shift bħan-nurses l-oħra, meta din hi persuna li tant taħdem fl-Isptar li saħansitra anke tagħmel xogħol ta' fattiga biex tevita t-tgergir ?", "Jista l-Ministru jgħid x'passi mmedjati se jittieħdu biex it-talba tagħha tintlaqa ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-persuna msemmija spiċċat il-kors ta' Nursing Aide fi Frar 1997.", "L-appointment tagħha huwa ta' Health Assistant u fil- fatt hija tagħmel xogħol ta' dan il-grad.", "Għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Membru l-impjegata kienet fuq light duties sa Diċembru 1996.", "Dan ġie irtirat permess ta' ittra tal-konsulent tagħha fit- 3 ta' Diċembru 1996.", "QRATI - DATA PROCESSING", "W253.", "L-ONOR.SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif l-implikazzjonijiet legali tad-data processing għandhom jespingu l-Gvern biex f'abbozz ta' ligi jkollna data protection law komprensiva li thares ukoll d-dritt tal- privatezza ta' l-individwu (persuna gurdika jew mhux)?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kwestjoni ta' data protection ilha tigi studjata għal zmien twil u għandu jiġi ppreżentat abbozz ta' liġi fiz-żmien opportun.", "QRATI - INJURY CLAIMS", "W254.", "L-ONOR.SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Fid-dawl ta' gurisprudenza riċenti fil-Qrati tagħna, jidhirlu l-Ministru li l-quantum tad-danni f'injury claims għandha tiġi studjata biex tirrifletti aktar protezzjoni usa' li jittiehdu konsiderazzjonijiet oħra oltre dawk li s'issa generalment gew interpretati?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Is-suggett msemmi mill-Onor.", "Interpellant hu konstantament taħt l-attenzjoni tal-uffiċjali teknici tal-ministeru.(Dejjem naturalment fil-limiti tar-rizorsi li hemm).", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ghandu xi suggerimneti speċifici, dawn jigu studjati ukoll.\"", "QRATI - GURAMENTI FOLOZ", "W255.", "L-ONOR.SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Likali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li bejn 1987 -1996, sena b'sena ittellgħu il-Qorti fuq ir-reata ta' l-ispergur (gurament falz) u kemm minnhom instabu ħatja, dejjem ghall-istess snin, sena b'sena?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinzammx statistika mill-Qorti dwar dan.", "ETC - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "W256.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista l-Ministru jgħid kemm fil-fatt qed jiġi nforzat l-Att tal- Persuni Diżabilitati (Impjiegi) 1969?", "X'emendi hemm bżonn biex dan jirrifletti aħjar il-bżonnijiet ta' llum?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ twettaq il-ħidma tagħha fir-rigward ta' Persuni b'Diżabilita' permezz tas-Sezzjoni Servizzi għal-GĦajnuna (Support Services).", "Din is-sezzjoni timxi skond l-Att tal- Persuni Diżabilitati (Impjiegi) Kap. 210 ta' l-1969 u l-Att Nru. XXVI ta' l- 1995 li jemenda l-Att dwar l-Impjieg ta' Persuni Inkapaċitati Kap. 210.", "Ħidma f'dan il-qasam hija regolizzata wkoll mill-Avviżi Legali numri:", "156 ta' 1995 (Reġistrazzjoni u Appell)", "157 ta' 1995 (Impjieg) (Percentage Standard)", "158 ta' 1995 (Xogħol Part-time)", "159 ta' 1995 (Designated Employment)", "Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qegħda toffri dawn is-servizzi skond l-imsemmija atti u regolamenti.", "1.", "Persuni b'diżabilita' jiġu mogħtija pariri u reġistrati bħala persuni b'diżabilita'.", "2.", "Toffri s-servizz ta' uffiċjal mediku li jiċċertifika persuni b'diżabilita' għall-fini ta' impieg.", "3.", "Tfittex u ssib xogħol għal persuni b'diżabilita'.", "Fejn hu meħtieġ toffri skemi ta' taħriġ u xogħol. f'dan l-eżerċizzju tispjega u tinforma lil min iħaddem rigward il-liġi partikolarment rigward Avviż Legali Nru. 157 ta' l-1995.", "4.", "Issegwi l-andament tal-persuna b'diżabilita' fil-perjodu ta' prova jew kif miftiehem fuq l-iskemi.", "Nirriferi wkoll għal-Art.", "23 ta' l-Att nru XXVI (1995) fejn jgħid li għandu jkun hemm fid-Dipartiment tax-Xogħol uffiċjal għar-Ristabilment ta' Persuni b'Diżabilita'.", "QRATI - GUDIKATURA", "W257.", "L-ONOR.SANDRO SCHEMBI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'rwol għandu jkollha l- ġudikatura fl-investigazzjoni tar-reati?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il- materja qed tigi kkonsidrata fl-ambitu tal-legislazzjoni dwar il-Magistrat Inkwewrenti.", "PARTIT LABURISTA -VITTIMOLOGIJA", "W258.", "L-ONOR.SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Billi li fil-programm elettorali tal-Partit Laburista hemm parti nteressanti dwar il-Vittimologija jista' l-Ministru jghid xi proposti se jitressqu ghad-diskussjoni ghall-inkorporazzjoni ta' dawn l-ideat approvati mill-poplu fejn jidhol kumpens u restrizzjoni lill-vittmi tar- reati?", "Kif ser isir dan?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Interpellant għandu jagħmel din il- mistoqsija lill-ministeru konċernat.", "LIGI TAS-SUĊĊESSJONI - DRITTIJIET TAS-SUPERSTITI", "W259.", "L-ONOR.SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d- drittijiet tas-superstiti fil-Ligi tas-Suċċessjoni jigux studjati b'mod li jitwessa' ftit aktar fejn jidħol, per eżempju, sbank?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Kodici Civili fis-sens imsemmi mill-Onor.", "Interpellant se jigi ppreżentat dalwaqt.", "AMBJENT - ATT TA' PROTEZZJONI", "W260.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi ppreżentat għad-diskussjoni fil-Parlament l- abbozz ta' liġi interessanti intitolat Att tal-Protezzjoni ta' l-Ambjent li jkun jirrifletti l-kuxjenza dejjem aktar fuq l-issues tal-ħsara ambjentali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa m'huwiex ikkontemplat xi Att tal-Protezzjoni ta' l-Ambjent ġdid.", "Hemm il-possibbilta' ta' xi emendi.", "Dawn isiru meta jkun il-waqt.", "MAJJAL - KOPERATTIVI TA' MIN IRABBI", "W262.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'se tkun il-pożizzjoni tal-Ministeru fil- konfront tal-koperattiva ta' min irabbi l-majjal (KTM) biex jassigura li l- Gvern ikollu kontroll fuqha u dan billi l-istess Ministru ilmenta li l- Gvern ta' qabel ma kellux kontroll fuq din il-koperattiva?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ntlaħaq il-ftehin bejn id- Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-KTM dwar it-tmexxija tar-razzett ta' Kemmuna?", "Jaf il-Ministru li bħal kull koperattiva oħra l-KIM hi għal kollox awtonoma mill-Gvern?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-ministeru huwa fid-dover li jsegwi mill-qrib l- andament ta' kull koperattiva fl-interess tal-membri u ta' l-industrija kkonċernata.", "Għal dan il-għan, il-Ministru jżomm numru ta' laqgħat mad- diversi koperattivi tal-Biedja u Sajd fosthom il-Koperattiva ta' min Irabbi l-Majjal (KIM).", "Ħafna minn dawn il-laqgħat jsiru fuq talba tal-Koperattivi nfushom u mhux b'impożizzjoni tal-Gvern.", "It-trasferiment tat-tmexxija tar-razzett tal-majjali f'Kemmuna għaddiet għand il-Koperattiva (KIM) fil-15 ta' Frar, 1993.", "DJAR - KAZ H 14084", "W264 L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jghid meta l-persuna bil-file no. H 14084 b'problema soċjali se tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed jigi kkonsidrat u għalkemm l-applikazzjoni dahlet inqas minn xahrejn ilhu, dalwaqt se ssir spezzjoni.", "MELLIEĦA: TA` PENNELLU - DAWL", "W265.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista` l-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz tad-dawl lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li se tmur toqgħod fi Triq il-Mitħna l- Ġdida, Ta' Pennellu, Mellieħa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-servizz ta' dawl f'Ta' Pennellu Mellieħa sejjer jingħata flimkien ma' servizzi oħra fl-inħawi bi ftehim ma' l-Awtorita` tad- Djar.", "PENSJONIJIET", "W266.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament li hija armla, r-raġel kien ħadem f'Malta mill 1988 u minkejja li kienet imliet il-formoli kollha tliet xhur wara li miet, tħalliet żmien twil tistenna, hijiex intitolata għal pensjoni ta' aktar minn Lm44 fix-xahar peress li l-pensjoni li qed tirċievi qed tfisser tbatija kbira?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-benefiċċjarja ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "FOSTERING", "W267.", "L-ONOR.SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-kunċett ta' Fostering jiddaħħal fil-leġislazzjoni ċivili tagħna flok dik ta' l- adoption?", "Japprezza l-Ministru li bil-Fostering fil-qasam tas-suċċessjoni testatur issib għalqa usa' minn dik ta kull adozzjoni meta jigi biex jiddisponi mill-assi tiegħu?", "Il-Ministru jaħseb li għandu ikollna il- kunċett ta' fostering fil-liġi tagħna?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali hu dejjem lest jagħti l-għajnuna u s-servizzi tiegħu lill-Ministeru responsabbli għal affarijiet tal-familja jekk ikun il-waqt li jsiru riformi kif suggeriti mill-Onor.", "Interpellant.", "CFC'S", "W268.", "L-ONOR SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja : Jista l-Ministru jgħid x'sar mill- wegħda Nazzjonalista li s-CFC's (Cloro Floro Carbons) bħalma jintużaw f'aerosol sprays u fil-kaxxi tal-hamburgers, kellhomx jiġu banned sa l- aħħar ta' l-1995, peress li molekola ta' CFC tagħmel ħsara daqs 10,000 molekola ta' Carbon Dioxide ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru ta' Affarijiet Barranin u Ambjent peress li l- Koordinatur Nazzjonali għal Malta fuq CFC's huwa d-Direttur tal-Environment Protection Department.", "MARSA - TRIQ IL-KAPUCCINI - BLOKK 9/8", "W269.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħtu l-inspectors kif uffiċjali tiegħek wegħdu li se jagħmlu fil-post Blokk 9/8 Triq il-Kapuċċini, Marsa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferixxi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta li tajt illum stess ghall-mistoqsija parlamentari numru W264.", "ĦAMRUN SPARTANS - LAQGĦA", "W270 L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega meta huwa ttamat li jiltaqa' personalment mal-Kumitat tal-Ħamrun Spartans Football Club dwar il- pendenza li hemm dwar il-Ħamrun Football Ground?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma teżisti l-ebda talba mill-Kumitat tal-Ħamrun Spartans Football Club fuq pendenzi li hemm dwar il-Ħamrun football ground.", "Madankollu, teżisti talba mill-Kumitat Amministrattiv tal-ground biex jiltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari li fiha m'hemmx speċifikat l-ebda suġġett li fuqu jridu jiltaqgħu.", "Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti kien diġa' ħa ħsieb li jagħmel kuntatt ma' dan il-kumitat amministrattiv qabel ma saret il-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant.", "ĦAMRUN - FOOTBALL GROUND", "W271 L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx problemi finanzjarji għar-rigward tat-tkomplija u t-tlestija tal-ground tal-Ħamrun?", "Meta hu ttamat li jitlesta minn kollox dan il-ground?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-bidu tal-1996, il-kumitat tat-tmexxija tal- ground tal-Ħamrun kien ħa l-inkarigu tat-tkomplija u t-tlestija tal-ground waqt li l-ministeru kien obbliga ruħu li jlesti l-pitch bil-ħaxix.", "Dwar il-qagħda finanzjarja tal-kumitat tat-tmexxija u d-data li l-ground jitlessta minn kollox, il-ministeru ma għandux informazzjoni.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W273.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru gentilment jinformana fiex wasal il-każ tal-persuna li isimha qed jintbaghat separatament, li dwaru diga' ktibt lill ministeru u lid- dipartiment u ma rcevejtx l-ebda progress report uffiċjali kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijortita' jinsab il-każ tagħha?", "Fiex wasal il-każ tagħha fejn jidħol bdil mal-post okkupat mill-persuna li isimha u l-indirizz tagħha qed jigi wkoll mibghut separatament stante li ż-żewġ postijiet huma tal-Gvern?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi t-talba għal bdil qed tiġi pproċessata.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W274.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru gentilment jinformana fiex wasal il-każ tal-persuna li isimha qed jintbaghat separatament li dwaru diga' ktibt diversi drabi lill- ministeru u lid-dipartiment u li dwar dan il-każ ma rċevejtx l-ebda progress report uffiċjali kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tiegħu?", "Hemm il-ħsieb li jintbagħat inspector li jirraporta dwar dan il-każ?", "X'piz akbar għandu jkollu fis-soluzzjoni tal-każ imsemmi l-fatt li dan is-sinjur huwa għama?", "X'possibilta' hemm li fl-iqsar żmien possibbli dan il-bniedem akkumpanjat minni jiddiskuti mal-ministeru l-problema tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed jiġi kkonsidrat ma' oħrajn simili.", "Spezzjoni fil-fatt ilha li saret.", "Dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija ngħarraf lill-Onor.", "Membru li s-Segretarju Privat tiegħi diga' kkuntatja u kellem lil din il-persuna personalment - kif għamilna f'każi oħra ta' nies għomja - billi s-Segretarju mar id-dar għandu peress li l- persuna ndikata hija għamja minkejja li din il-persuna offriet personalment li tibagħat lil martu biex tkellmu fil-ministeru.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W275.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Minstru gentilment jinformana fiex wasal il-każ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li dwaru diga' ktibt diversi drabi lill-ministeru u lid-dipartiment u li dwar dan il-każ ma rċevejtx l-ebda progress report uffiċjali kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tiegħu?", "X'piz akbar għandu jkollu fis-soluzzjoni tal-każ imsemmi l-fatt li dan il- bniedem huwa homeless u separat?", "Jaf il-Ministru li dan qed jisilfuh il-flus biex ikun jista' joqgħod f'Guest House, sakemm jinstablu post alternattiv, każ li qed joħloqlu problemi finanzjarji kbar?", "Għaliex wara li sinjorina fil-ministeru qaltlu biex jiddentifikalha post, liema post jiġifieri 15, Atocia Street, Hamrun, hu ddentifikalha, dan ma tawhulux?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata m'għandhiex applikazzjoni.", "Hemm erba' applikazzjonijiet bl-istess isem izda l-ebda wieħed minnhom mill-indirizz moghti.", "L-Onor.", "Interpellant ghalhekk mitlub jagħti n-numru ta' l-ID card tal-persuna.", "Barra minn hekk il-post li huwa qed jindika m'għadux f'idejn id-dipartiment għax kien fil-periklu.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W277.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru gentilment jinforma fiex wasal il-kaz tal-persuna li isimha qed jintbaghat separatament li dwaru diga' ktibt diversi drabi lill-ministeru u lid-dipartiment u li dwar dan il-każ ma rċevejtx l-ebda progress report uffiċjali kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-każ qed ikun kkonsidrat ma' l- oħrajn bħalu.", "Fil-fatt dalwaqt imur inspector jivverifika l-applikazzjoni.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W279 L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru diga' ktibt diversi drabi lill-ministeru u lid-dipartiment imma ma rċevejtx l-ebda progress report uffiċjali mid- dipartiment jew ministeru kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent kien jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinsab il-każ tiegħu?", "Xi progress sar fid-dawl ta' l-identifikazzjoni ta' postijiet battala li dawn taw lid-dipartiment wara li ġew mitluba jagħmlu dan l-isforz biex jingħataw akkomodazzjoni?", "X'inhi r-raġuni li għadu ma ntbagħatx l-Inspector tal-Housing biex jirrapporta dwar il-genwinita' tal-każ, meta mill-ministeru gie mwiegħed li dan kellu jsir mill-inqas tliet gimgħat ilu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi dwar din il-persuna diga' saru b'kollox sitt mistoqsijiet parlamentari numri 1, 28, W235, 3899 (għas- Seduta Nru. 60), din u mistoqsija parlamentari numru 4254.", "Il-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant mhux qed japplika mill-indirizz mogħti għalhekk mhux se jsir spezzjoni f'dak il-post għax diga' saret fil- post f'San Gwann fejn iddikjarat li toqgħod.", "DJAR -BDIL TA' POSTIJIET", "W285: L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ ta' persuna li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li tixtieq tibdel mal-post li l- indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament, liema post kien okkupat minn persuna li mietet dan l-aħħar u li jittratta dwar bdil bejn żewġ postijiet tal-Gvern, fejn jekk jingħata l-post li qed tinsisti għalih din il-persuna hi tkun tiffranka t-taraġ u fl-istess ħin tkun qed tagħti post akbar lill- Housing biex ikun jista' jakkomoda familji akbar minn tagħha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed jigi mistħarreġ u tingħata risposta f'seduta oħra.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W287.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru diġa' ktibt diversi drabi lill-ministeru u lid-dipartiment imma ma rċevejtx l-ebda progress report uffiċjali mid- dipartiment jew ministeru kif umilment tlabt li ningħata ħalli l-kostitwent ikun jaf sewwa sew f'liema stadju u prijorita' jinstab il-każ tagħha?", "X'piz akbar għandu jkollu fis-soluzzjoni tal-każ imsemmi l-fatt li din is- sinjura pjuttost anzjana qed tgħix f'post bit-taraġ u hija marida?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed jigi ikkonsidrat ma' oħrajn simili li mil-lokal ta' fejn toqgħod il-persuna indikata, ir-Raħal Ġdid, hemm 35 oħra jistennew post bla taraġ.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "W288.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm persuni li kienu tkeċċew mis-Servizz Pubbliku qabel l-1987, u wara li reġgħet ġiet ikkonsidrata s-sentenza tagħhom mill- Public Service Commission inbidlitilhom billi ġew ikkundannati jħallsu flus flok tkeċċija?", "Dawn ħaduh is-servizz li kienu tilfu?", "Jekk iva, dawn kienu kkonsidrati bħala re-instated jew li komplew is-servizz mingħajr l-ebda waqfien?", "Il-pagi dovuti lilhom kieku ma tkeċċewx mis-servizz ingħatawlhom, jew għallinqas dik id-differenza, jekk kienu qed jaħdmu waqt li kienu barra mis-servizz?", "Jekk le, għaliex u taħt liema liġi jew b'liema awtorita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kien hemm każ wieħed biss fejn impjegat pubbliku safa mkeċċi mis-servizz qabel l-1987 u wara t-talba li għamel, skond ma jipprovdi r-Regolament 23A tar-Regolamenti tad-Dixxiplina, l-Kummissjoni dwar is-Serviżż Pubbliku bidlet it-tkeċċija tiegħu f'multa.", "Nikkonferma li dan l-uffiċjal ġie re-instated fis-serviżż fil-grad li kellu qabel ma tkeċċa u għaldaqstant il-perijodu kollu tas-servizz, kemm dak qabel ma ġie mkeċċi kif ukoll iż-żmien minn meta safa mkeċċi sakemm reġgħa daħal lura fis-servizz wara li ġie rivedut il-każ tiegħu skond l- imsemmi Regolament 23A, ġie jgħodd għas-servizz.", "L-uffiċjal għalhekk reġgħa tpoġġa fis-Seniority List daqslikieku ma kienx tkeċċa xejn.", "Minħabba l-fatt illi l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma lliberatx lil dan l-uffiċjal mill-akkużi li fuqhom kien tkeċċa, imma biss naqset il- piena u minħabba li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma qalitx li kellu jingħata lura l-paga li tilef waqt li kien imkeċċi, iżda kienet tal- fehma li jingħata xi forma ta' kumpens, ġie deċiż illi huwa jingħata bħala kumpens somma flus ex gratia.", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - KONSULENTI", "W292.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fil-31 ta' Ottubru, 1997 kien hemm is- segwenti konsulenti mal-MDC:", "Kuntratti li spiċċaw:", "| |Ħlas |Bidu/Tmie|Raġuni| | |annwa|m |għat-T| | |li | |miem | |Joseph G. |4,800|1/4/92-31|Skada | |Vassallo | |/3/97 |l-kunt| | | | |ratt | |Pierre |5,000|1/1/95-4/|Riżenj| |Portelli | |11/96 |a | |Patrick |5,000|1/1/96-31|Skada | |Catania | |/12/96 |l-kunt| | | | |ratt | |Laura |6,000|1/2/96-31|Skada | |Mifsud | |/10/96 |l-kunt| |Bonnici | | |ratt |", "Dawn il-konsulenti kienu maħtura sabiex jassistu l-Ministru Josef Bonnici.", "Il-membri tat-team Ramboll ikkummissjonati biex jagħtu parir dwar l- istrateġija u r-ristrutturazzjoni ta' l-MDC, u biex jassistu fl- implimentazzjoni ta' l-istess.", "Il-kuntratt ġie fi tmiem fl-20 ta' Diċembru, 1996 u l-ispiża totali kienet ta' Lm156,000.", "Is-Sur Patrick Staines, ex-direttur, biex jagħti parir u jikkordina l- proġett ta' l-arkivji ta' l-MDC bi ħlas ta' Lm3,500 fis-sena.", "Dan ġie mitmum fid-29 ta' Novembru, 1996.", "Hugh Attard Montalto, ex-direttur, sabiex jikkordina l-Ad Hoc factories board bi ħlas ta' Lm3,250 fis-sena.", "Dan ġie mitmum fit-28 ta' Novembru, 1996.", "L-MDC kellha kuntratti ma' tliet konsulenti barranin sabiex jattiraw investiment lejn Malta.", "Dawn kienu:", "| |Ammont totali| | |mħallas | |Prommer Consultants|Lm166,026 | |(Ġermanja) | | |Dochert, Price & |Lm393,897 | |Rhoads (Stati | | |Uniti) | | |JM Lejeune (Franza)|Lm 59,635 |", "Prommer Consultants ġew offruti performance contracts bla retainer.", "Kuntratti li għadhom għaddejjin:", "Konsulent Lokali tal-PR", "L-MDC għandha kuntratt mal-BPC Ltd għal sentejn minn 28 ta' Mejju, 1998.", "Il-kumpannija titħallas Lm350 fix-xahar għall-konsulenza ta' relazzjonijiet pubbliċi li f'sentejn jammontaw għal Lm8,400.", "Ma' dan l-ammont iridu jiżdiedu spejjeż ta' xogħol ieħor li tagħmel il-BPC għall-MDC.", "Kuntratt ta' Lm125 fix-xahar għas-servizzi tas-Sur Victor Buġeja P.L. biex jagħti servizz ta' Prokuratur Legali u konsenjatarju.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - KONSULENTI", "W294. - L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni dettaljata li talab l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija parlamentari numru W294 tingħata hekk kif tinġabar.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - KONSULENTI", "W296.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm tliet konsulenti fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd: Profs.", "Carmelo Agius (Akwakultura); kien jirċievi Lm348.50 fix-xahar; is-Sur Alphonse Azzopardi (Akwakultura); kien jirċievi Lm273 fix-xahar u l-Profs.", "Radmilla Vujicic (Micropropagation Centre) kienet tirċievi Lm360 fix-xahar.", "It-tliet konsulenti għadhom jagħtu s-servizzi tagħhom.", "Mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997, ma ġewx maħtura konsulenti f'dan il-Ministeru.", "MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - KONSULENTI", "W300.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista l-Ministru jghid kemm fil-31 ta Ottubru 1996 kien hemm konsulenti (inkluz Periti, Tobba, Avukati etc) ma' kull dipartiment, kummissjoni, entita statutorja, korporazzjoni jew kumpannija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadomx jagħtu is-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji ghall-konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-ahhar ta Frar 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni qed tinġabar u nagħti risposta f'seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "W303.", "L-ONOR AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-31 ta' Ottubru, 1996 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti-statutorja, korporazzjoni jew kumpanija li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' fid-dikasteru tiegħu u jindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi u jekk dawn għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji għal konsulenti maħtura mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "IMPJIEGI", "W306. - L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid- dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni dettaljata li talab l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija parlamentari numru W306 tingħata hekk kif tinġabar.", "IMPJIEGI", "W308.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill- 1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il- kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l- ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-aħħar ta' Frar 1997 giet impjegata persuna waħda bħala konsulent fuq kuntratt definit ma' l-MDC.", "Kopja tal-kuntratt relattiv tpogga fuq il-Mejda tal-Karma aktar kmieni f'din is-seduta.", "Għal kull bonfini nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 2659 dwar Dr. Mario Vella, li okkupa l- pożizzjoni ta' Co-ordinator Planning & Policy fl-MDC sa l-aħħar ta' Frar, 1997.", "Fl-istess perjodu, gew issekondati (transfers fuq talba ta' l-istess impjegat) tmien persuni kif gej:-", "|Numru ta' |Post | |Transfers | | |1 |Ministeru | | |tal-Gustizzja u | | |Kunsilli Lokali | |1 |Ufficju tal-Prim | | |Ministru | |3 |Ministeru ta | | |l-Edukazzjoni u | | |Kultura Nazzjonali | |2 |Segretarjat | | |Parlamentari | | |ghad-Drittijiet | | |tan-Nisa | |1 |Ministeru | | |tas-Sigurta' | | |Socjali |", "Kuntratti li ngħataw bejn 1/11/96 sa l-aħħar ta' Frar 1997:", "L-MDC ħatret konsulent, l-accountant Paul Vella, ex-impjegat pensjonant ta' l-istess MDC, bi ħlas ta' Lm5,004 fis-sena;", "Il-kumpannija Ramboll tqabbdet għal perijodu ta' sena biex is-Sur Simon Armstrong ta' l-istess kumpannija jgħin lill-MDC biex jingiebu lejn pajjizna progetti fil-qafas tal-programm MEDA, kif ukoll biex tagħti parir lis-sezzjoni Policy Review Planning and Research (PRPR) ta' l-MDC.", "Il-ħlas għal dan għandu jkun Lm27,400.", "Fid-Dipartiment ta' l-Industrija l-ebda persuna ma ġiet mpjegata b'kuntratt, filwaqt li transfers mill-1 ta' Novembru sat-28 ta' Frar 1997 saru erba'.", "Mal-Kunsilli Lokali giet trasferita persuna waħda.", "Dwar in-numru ta' persuni mpjegati b'kuntratt definit fil-Ministeru ta' l- Industrija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba li ngħatat ghall- mistoqsija parlamentari numru W58.", "IMPJIEGI", "W309.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill- 1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il- kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l- ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: (a) Ma kien hemm l-ebda persuni li ġew impjegati b'kuntratt indefinit mal-Ministeru tal-Biedja u Sajd mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997.", "(b) Kien hemm tliet persuni li ġew impjegati b'kuntratt definit mal- Ministeru tal-Biedja u Sajd mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar.", "Dawn kienu:", "Is-Sur Carmel Saliba li jagħmel xogħol ta' driver personali tal-Ministru u xogħol ta' security.", "Is-Sur Charles Zahra li huwa l-Assistent Personali tal-Ministru.", "Is-Sur Paul Micallef li kien ukoll driver u security mal-Ministru iżda irriżenja fl-aħħar ta' Frar.", "Kopja tal-kuntratti relattivi tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra b'risposta għad-domanda W62 fis-Seduta Nru. 36 aktar kmieni f'din is-seduta.", "(c) ma kien hemm l-ebda konsulent ingaġġat mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l- aħħar ta' Frar, 1997.", "Transfers", "Mill-1 ta' Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1997 ġew trasferiti għaxar persuni minn dipartimenti oħra għall-Ministeru tal-Biedja u Sajd u telqu minn dan il-ministeru għaxar persuni oħra.", "IMPJIEGI", "W313 L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista l-Ministru jghid kemm gew impjegati persuni (a) b' kuntratt indefinit ( b) b'kuntratt definit u (c) konsulenti kif ukoll kemm inghataw transfers mill-1 ta Novembru sal-ahhar ta Frar 1997 fid-dikasteru li ghalih hu responsabbli, inkluz Segretarjati Parlamentari, jekk hemm entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqghu taht il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern ghandu mill-inqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-Kunsilli Lokali?", "Jista l-Ministru jaghti l-informazzjoni skond il-Ministeru, Dipartiment, jew enti koncernata u jindika il-Grad li fiha gew impjegati il-persuni indikati minnu u fil-kaz tal-persuni indikati taht (b) u (c) jpoggi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal- Kuntratt relattiv?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni qed tinġabar u nagħti risposta f'seduta oħra.", "IMPJIEGI", "W317.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit, u (c) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpaniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal -kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal- persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W320.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l- Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika liema Ministeru hu responsabbli għaliha; il-liġi/regolament li jirregola t- twaqqif tagħha, jekk hemm; min hma l-membri tagħha; meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; il-ħlas jirċievi kull membru; allowance u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija parlamentari numru W320 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W324. - L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal- korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika liema Ministeru hu responsabbli għaliha; il- liġi/regolament li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm; min huma l- membri tagħha; meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; il-ħlas li jirċievi kull membru; allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni dettaljata li talab l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija parlamentari numru W324 tingħata hekk kif tinġabar.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W326.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina taghhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u ghal kull enti jindika liema Ministeru hu responsabbli ghaliha; il-liġi/regolament li jirregola t- twaqqif tagħha, jekk hemm; min huma l-membri tagħha; meta kull membru gie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; il-ħlas li jirċievi kull membru; allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni miltuba tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W329.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal- korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika liema Ministeru hu responsabbli ghaliha; l- ligi/regolament li jirregola t-twaqqif tagħha, jekk hemm min huma l-membri tagħha; meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; il- ħlas li jirċievi kull membru; allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver etc) li jircievi kull membru; minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tingabar u riposta tingħata f'seduta oħra.", "KORPORAZZJONIJIET GOVERNATTIVI", "W332.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-korporazzjonijiet, kummissjonijiet, kumitati, boards u enti pubbliċi oħra (msejħa kif ikun) u li huma mwaqqfa mill-Gvern jew li b'xi mod il-Gvern għandu sehem fin-nomina tagħhom - inkluż ukoll enti sussidjarji - u għal kull enti jindika: 1) liema Ministeru hu responsabbli għaliha; 2) il-liġi/regolament li jirregola t- twaqqif tagħha, jekk hemm; 3) min huma l-membri tagħha; 4) meta kull membru ġie appuntat u meta jiskadi t-terminu tiegħu; 5) il-ħlas li jirċievi kull membru; 6) allowances u/jew faċilitajiet oħra (bħal karozza, telephone, telecell, driver, etc) li jirċievi kull membru; 7) minn min jiġi nominat kull membru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skeda li tagħti informazzjoni, skond kif relevanti f'kull każ, tal-Bordijiet, Kummissjonijiet u Kumitati li jaqgħu taħt ir- responsabbilita' tal-Ministeru tiegħi, kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TAXXI INTERNI - KUNTRATTI", "W333.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta': (a) inter vivos u (b) causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul frar 1997?", "ONOR.", "LINO SPITERI: In-numru ta' kuntratti li ġew reġistrati mad- Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Frar, 1997 jammontaw għal 808 inter vivos u 104 causa mortis.", "REGISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENTI", "W334.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jghid kemm gew reġistrati atti ta' trasferimenti ta' propjeta' fir-Registru Pubbliku fl-1992, fl-1993, fl-1995 u fl-1996 u jaghti l-informazzjoni xahar b'xahar?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba hija din-", "| |1992|1993|1994|1995|1996| |JANNAR |1,55|1,10|1,45|1,61|2,10| | |9 |9 |4 |2 |2 | |FRAR |1,30|1,55|1,32|1,38|1,80| | |7 |5 |7 |8 |7 | |MARZU |1,63|1,78|1,64|1,60|1,72| | |7 |2 |2 |4 |4 | |APRIL |1,68|1,33|1,39|1,38|1,48| | |2 |6 |5 |6 |2 | |MEJJU |1,50|1,45|1,52|1,62|1,73| | |1 |1 |6 |7 |2 | |GUNJU |1,72|1,30|1,42|1,48|1,52| | |4 |1 |4 |4 |7 | |LULJU |1,76|1,15|1,37|1,51|1,85| | |2 |7 |7 |6 |0 | |AWISSU |1,24|1,25|1,52|1,36|1,34| | |4 |2 |3 |9 |5 | |SETTEMBR|1,49|1,25|1,43|1,21|1,46| |U |5 |1 |5 |4 |7 | |OTTUBRU |1,65|1,50|1,59|1,65|1,72| | |3 |5 |3 |3 |1 | |NOVEMBRU|2,07|1,50|1,73|1,45|1,42| | |0 |8 |3 |7 |7 | |DICEMBRU|1,08|1,31|1,81|1,57|1,29| | |7 |8 |2 |9 |3 | | |18,7|16,5|18,2|17,8|19,4| | |21 |25 |41 |89 |77 |", "KUNSILLI LOKALI - CIRKOLARIJIET", "W336.", "L-ONOR.AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tac- cirkolarijiet/memos mahruga lill-Kunsilli Lokali matul Frar, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "QRATI -SEDUTI", "W339.", "L-ONOR.", "AUSIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jghid kemm inzammu seduti minn kull avukat u prokuratur legali li jagħtu għajnuna legali fi Frar, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx statistika dwar is-seduti li jinżammu minn kull avukat u prokuratur legali li taw l-għajnuna legali fi Frar,1997.", "QRATI - MULTI", "W340.", "L-ONOR.AUSIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jghid kemm kien l-ammont ta' multi mposti mill- Qrati li kien ghad baqa' jingabru fl-ahhar ta' Frar, 1996?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba qed tingabar u tingħata f'seduta ohra.", "REGISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENTI", "W341.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jghid kemm gew registrati atti ta' trasferimenti ta' propjeta fir-Registru Pubbliku matul Frar 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li matul Frar, 1997 fir-Registru Pubbliku gew registrati 1462 Atti ta' Trasferimenti ta' Proprjeta'.", "QRATI - KAWZI", "W342.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: Matul ix-xahar ta' Frar, 1997; (1) Kemm ġew introdotti kawżi, maqsuma skond kull Qorti kompetenti; (2) kemm gew deċiżi kawżi, kategorizzati skond kull Qorti kompetenti; (3) kemm kien hemm kawżi pendenti, kategorizzati skond kull Qorti kompetenti u (4) kull Imħallef u Maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni qed tingabar u t-twegiba tinghata f'seduta ohra."]} {"filename": "19970711_092d_par.doc", "date": "1997-07-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 92 Il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 92", "Il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "92", "Il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 569", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 569", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 579", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI", "GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA 580", "AĠĠORNAMENT 602", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 607", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 91 li saret fil-11 ta' Lulju,1997 ġew konfermati.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Inqiegħed fuq Il-Mejda tal- Kamra:", "Rapport tad-delegazzjoni parlamentari Maltija li attendiet il- Preliminary Thematic Meeting tat-Tielet CSCM li sar f'Monaco bejn it-3 u l-4 ta' Lulju 1997.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WSC - RISTRUTTURAZZJONI", "6598.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Il-Ministru jikkonferma li mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum uħud mill-uffiċċjali tal-Water Services Corporation li qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 kienu heads ta' diversi branches ġew demoted għall-grad ta' manager?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid il- branch heads li ġew affettwati ta' liema sezzjonijiet kienu u jekk dawn id- demotions irriżultawx fi tnaqqis fis-salarju u f'benefiċċji oħra?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li b'riferenza għaċ- Ċirkolari Nru. 06/97 maħruġa miċ-Chief Executive fl-24 ta' Frar, 1997 ħadd minn dawk involuti ma kellu xi tnaqqis fis-salarju jew f'benefiċċji.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit, mistoqsija supplimentari, .", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna għal liema raġuni kien hemm dan ir-restructuring fl-ogħla grades tal-korporazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan sar biex is-sistema ssir aktar effiċjenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jaf il-Ministru Mizzi - naturalment qed jitkellem f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni - li fil-Water Services Corporation qabel kien hemm struttura fejn kull head kellu dipartiment għalih u issa ġejna f'sitwazzjoni fejn wieħed minn dawn il- heads - jien għandi kull rispett lejhom - ġie mtella' aktar 'l fuq?", "Min kienu l-membri tal-bord li għamlu l-interviews għal dan ir-restructuring?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dak li naf hu li l-Water Services Corporation kienet fi stat ta' falliment.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, jien ma nixtieqx nagħmel diskors sħiħ dwar din il-kwestjoni tal-falliment, pero' ...", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, f'dan l-istadju tista' tagħmel biss mistoqsija.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dan li qed jgħid il-Ministru dwar falliment m'huwa minnu xejn u tant m'huwiex minnu li fir-rapport li kien ħareġ is-Sur Mifsud intqal li l-falliment tal-Water Services Corporation kien ikkaġunat minħabba li kienu daħlu ruxmata nies qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit, għamel il-mistoqsija tiegħek, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, żgur li m'hemmx ħofor kif qed jingħad.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, f'dan l-istadju mistoqsijiet biss jistgħu jsiru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-mistoqsija tiegħi hija din: Min kienu l-membri tal- bord li għamlu l-interviews għal dawn il-promotions?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, aħna wrejna l-istat ta' falliment tal- Water Services Corporation bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Issa jekk l-Onor.", "Membru jrid ikun jaf min kienu l-membri tal-bord nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkunu nistgħu nagħtuh l- informazzjoni peress li din l-informazzjoni ma ntalbitx fil-mistoqsija oriġinali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-mistoqsija oriġinali kienet dwar kif sar dan ir- restructuring u kif saru l-promotions u d-demotions u għaldaqstant il- mistoqsija supplimentari tiegħi hija dwar l-interviews li wasslu għal dawn il-promotions u d-demotions.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, il-mistoqsija originali ma taqbilx ma' dak li qed jistaqsi għalih l-Onor.", "Membru u għalhekk jekk irid din l- informazzjoni nitolbu biex jagħmel mistoqsija bil-miktub u jiena ċert li m'aħniex se nċaħħduh minnha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Onor. Mizzi, se nerġa' ntenni l-mistoqsija tiegħi: Min kienu l-membri tal-bord li għamlu l-interviews għal dawn il-promotions u d- demotions?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, l-Onor.", "Membru rripeta din il- mistoqsija għal tliet darbiet meta diġa' ngħata risposta għaliha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, għadni mingħajr risposta.", "MADAM SPEAKER: Onor. Zammit, inti taf li s-Sedja m'għandha l-ebda diskrezzjoni fuq ir-risposti li jagħtu l-ministri.", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, billi l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni m'huwiex preżenti, jista' l-Ministru Mizzi, li qed jidher għalih, jagħti x'informazzjoni oħra li forsi tirriżultalu mill-file li għandu dwar din il-mistoqsija, biex b'hekk jaqdi dmiru aħjar lejn dan il- Parlament?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien m'għandi xejn x'inżid għajr li x- xogħol fil-Parlament dejjem irid isir kif suppost.", "MTARFA - XOGĦOL TA' RIABILITAZZJONI", "6679.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'liema permess hu covered ix-xogħol li qed isir ħdejn il-bridge ta' taħt l-Imtarfa mill-ħaddiema ta' l-Armata?", "Jista' l-Ministru jgħid meta saret din l-applikazzjoni, meta ħareġ il- permess u liema dipartiment tal-gvern hu responsabbli għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma li d-dipartiment involut huwa dak rsponsabbli mill-biedja u sajd.", "L-iżvilupp li qed isir jinvolvi xogħol ta' inġinerija, liema tip ta' xogħol normalment jirrikjedi permess skond l- Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-iżvilupp.", "F'dan il-każ partikolari l-iżvilupp ġie kkonsidrat bħala xogħol ta' maintenance u ta' riabilitazzjoni ta' din iż-żona, għax fil-fatt jirriżulta li dan il-post kien ġie mgħarraq ferm meta kien jintuża għal skopijiet ta' motor scrambling.", "Barra minn hekk, dan il-post kien qed jintuża ta' spiss minn nies irresponsabbli għal skop ta' rimi ta' skart u materjal ieħor li kien qiegħed ikerrah l-ambjent tal-madwar, kif ukoll kien qed ikun sors ta' tniġġis għall-wied li hemm ftit 'l isfel.", "Għaldaqstant, id-dipartiment imsemmi, bl-għajnuna tal-Missjoni Militari Taljana u b'konsultazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, qed ineħħi dan il-materjal u jwitti s-sit b'materjal inert, kif ukoll jinvella l-post b'saff ta' ħamrija, skond kif qablu li għandu jsir.", "Dan qed isir sabiex l- art tkun tista' terġa tintuża għall-agrikoltura, kif fil-fatt kienet tiġi wżata xi snin ilu, u allura r-riżultat ta' dan ix-xogħol għandu jkun wieħed li jsebbaħ l-ambjent.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, dan ifisser li l-Ministru qed jikkonferma li x-xogħol qed isir mingħajr il-permess formali?", "Ir-risposta tal-Ministru tfisser li bdiewa u persuni oħra, li jridu jikkonvertu raba' xgħari jew raba' mitluq f'raba' li jinħadem, m'għandhomx bżonn il-permess tal-Planning Authority?", "Dan qed ngħidu għax ħafna drabi l-awtorita' ħadet passi kontra persuni li rmew radam jew inkella li wittew radam bl- intenzjoni li jikkonvertu art għal skop agrikolu.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien bil-Malti kont qed nitkellem.", "Jien kont qed ngħid li dan huwa każ fejn qed issir manutenzjoni u riabilitazzjoni ta' post li tgħarraq għaliex kien tħalla jintuża għar-rimi ta' skart u għall-motor scrambling.", "B'dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru allura jien għandi nifhem li min-naħa ta' l-Onor.", "Membru ta' l-Oppożizzjoni qed ikun hemm xi oġġezzjoni biex nagħmlu riabilitazzjoni ta' postijiet li jkunu f'dan l-istat?", "(Interruzzjonijiet) Allura nħalluha kif inhi?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jekk il-Viċi Prim Ministru qed jitkellem bil-Malti, jien ukoll qed nitkellem bil-Malti!", "Jien qed nistaqsi jekk id-dipartiment konċernat għandux il-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, għax milli jidher m'għandux.", "Barra minn hekk qed nistaqsi wkoll, fid-dawl ta' dan il-fatt, x'se tkun il-policy tal-Planning Authority għar-rigward tan-numru konsiderevoli ta' każi - mhux wieħed jew tnejn - ta' fulltime farmers li ġew imħarrka talli kienu qegdin jordmu u jwittu materjal speċifikament għal skop agrikolu?", "X'se tkun il-policy fir-rigward tal-bdiewa fulltime u anke part-time?", "Irrid ngħid ukoll li, f'dan il-każ partikolari, ma naħsibx li l-art se tintuża għal skop agrikolu.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-kollega tiegħi jagħmel mistoqsija formali.", "Wara kollox, ma jimportax jekk tintbagħat oħra ma' l-eluf li qed jintbagħtu!", "Rigward dan il-każ, nixtieq ninformah li l-aħħar informazzjoni li għandi hi li għaddejjin taħdidiet bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-ministeru ta' l-agrikoltura u sajd dwar kif qed jitmexxa dan il-proġett, għax hawnhekk irrid infakkar li fuq dan il-proġett qed jiġu wtilizzati flus li huma vvotati taħt il-Protokoll Finanzjarju Taljan.", "Minbarra l-fatt li hemm involuta l-Missjoni Militari Taljana ta' min jgħid li, jekk ċerti affarijiet ma jitwettqux fi żmien relattivament limitat, ikun hemm ċans li l-flus li hemm ivvotati f'dan il-protokoll finanzjarju jintilfu.", "(Interruzzjonijiet) Dawn il-konsiderazzjonijet qed ngħidhom għall- informazzjoni tal-kollega tiegħi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jien nifhem l-urġenza mil-lat ta' flus li jiġu minn pajjiżi barranin, bħalma hu l-każ tal-protokoll li għandna ma' l-Italja, pero' fl-istess ħin ma rridux nilludu ruħna li f'dak il-post qed isir embellishment għax fil-fatt f'dak il-post inġarru numru kbir ta' trakkijiet b'materjal - u mhux ħamrija - minn postijiet oħra.", "Jiġifieri hawnhekk m'huwiex il-każ li qed inwittu xi materjal li diġa' kien fuq il- post biex nirranġaw l-ambjent,", "imma fil-fatt inġarret kwantita' ta' materjal minn destinazzjonijiet oħrajn.", "Minkejja l-fatt li qegħdin nagħmlu użu mill-flus ta' protokoll ma' pajjiż ieħor, xorta tibqa' d-diffikulta' li għal darba oħra qed isir xogħol mingħajr permess.", "X'inhi l-pożizzjoni ta' persuni jew bdiewa fulltime li jkunu se jordmu jew iwittu xi materjal biex jikkonvertu art f'waħda agrikola?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nixtieqek tieħu nota li spiss qed jiġu ripetuti l-istess mistoqsijiet ad nauseam.", "Jien diġa' rrispondejt għal din il-mistoqsija imma l-Onor.", "Membru qed jerġa' jirrepetiha.", "Madam Speaker, jidhirli li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk f'dan il-Parlament u għaldaqstant nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "P.A. - ĦADDIEMA BARRANIN B'KUNTRATT", "6727.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li m'humiex konsulenti u li m'humiex ta' nazzjonalita' Maltija?", "X'forma ta' kuntratt għandhom dawn l-impjegati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha disa' mpjegati li m'humiex konsulenti u li m'humiex ta' nazzjonalita Maltija.", "Il-kuntratt tagħhom huwa simili għal dak ta' l-impjegati Maltin bid- differenza li, jekk ikun il-każ, fit-tmiem ta' l-impjieg tagħhom l- awtorita' tħallsilhom il-passaġġ - fuq bażi ta' tourist class - lura lejn pajjiżhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar kienx hemm jew għadx hemm impjegati barranin li kellhom permess jaħdmu bħala konsulenti mal-privat?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jekk il-kollega tiegħi qed jirriferi għall-każ partikolari li seħħ dan l-aħħar, allura nista' ninformah li fuq dan il-każ hemm ħafna verzjonijiet miż-żewġ naħat u saħansitra anke saru allegazzjonijiet li xi ittri ġew iffalsifikati.", "Dan il-każ għadni qed ninvestigah u qed ngħid minn issa li, jekk jirriżulta li dawn l- allegazzjonijiet huma veri, jien dan ngħaddih f'idejn il-pulizija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien m'inix qed nirriferi għal xi każ partikolari pero' napprezza l-fatt li f'dawn il-każi qed isiru investigazzjonijiet bil- pulizija.", "EU - POLITIKA ESTERA", "6744.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta ġietx mistiedna mill-Unjoni Ewropea sabiex tassoċja ruħha mat-tliet dikjarazzjonijiet magħmula fl-20 ta' Ġunju, 1997 mill-Unjoni Ewropea - dwar is-Sierra Leone, il-Mali u l-Colombia - fil- kontest tal-politika estera u ta' sigurezza komuni tagħha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Malta ma ġietx mistiedna biex tassoċja ruħha mat-tliet dikjarazzjonijiet imsemmija fil-kontest tal-politika estera u ta' sigurezza komuni ta' l- Unjoni Ewropea.", "BORMLA - TRIQ L-AJKLA - ĊANGATURI", "6855.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex titwaqqaf il-ħsara, l-qlugħ u t-tkissir ta' ċangaturi taż-żonqor kif ukoll li dawn ma jinsterqux, kif ġara fil-każ ta' Triq l- Ajkla, Bormla?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "BORMLA - SKEDAR TA' POSTIJIET STORIĊI", "6857.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li dawk il-postijiet storiċi f'Bormla, li fl-1996 il-Kunsill Lokali ta' Bormla bagħat lista tagħhom lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jiġu skedati immedjatament minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tapprezza l-kontribut tal- Kunsill Lokali ta' Bormla lejn il-konservazzjoni tal-wirt storiku tagħna billi ppreżenta lista komprensiva ta' dawn il-postijiet għall-iskedar.", "Dan il-proċess diġa' nbeda pero' jieħu fit-tul minħabba li hemm numru konsiderevoli ta' proprjeta' u kull proprjeta' tkun trid tiġi mistħarrġa għall-valur storiku u/jew arkitettoniku tagħha qabel ma tiġi assenjata grad ta' protezzjoni skond il-Pjan ta' Struttura.", "AIR MALTA - OVERTIME U ALLOWANCES", "6930.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime u allowances il-ħaddiema ta' l-Air Malta fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 u fl- ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): L-informażżjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MIA - OVERTIME U ALLOWANCES", "6931.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime u allowances il-ħaddiema tal-MIA fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jien informat li l-ammont ta' overtime u allowances li tħallas mill-MIA matul l- ewwel sitt xhur ta' l-1996 u l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hekk:", "| |Overtime |Allowances | | | Lm | Lm | | 1996 |18,318 |06,575 | | 1997 |30,712 |25,758 |", "TARZNA - OVERTIME U ALLOWANCES", "TARZNA - 6932.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu overtime u allowances lill-ħaddiema tat-Tarzna u tal-Malta Shipbuilding fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 u kemm tħallsu fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 u ta' l-1997 l-overtime u l-allowances li tħallsu kien hekk:", "|1996 |Allowance|Overtime | | |s | | |Tarzna |Lm361,407|Lm1,808,007| |MSCL | | | | |42,486 |78,555 |", "|1997 |Allowance|Overtime | | |s | | |Tarzna |Lm213,751|Lm754,921 | |MSCL | | | | |27,652 |54,992 |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm nies jaħdmu fil-Malta Shipbuilding?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, bħalissa m'għandix id-dettalji li qed jitlobni l-Onor.", "Membru għax l-informazzjoni li għandi tirrigwarda biss l-overtime u l-allowances skond il-mistoqsija oriġinali.", "WORKS - OVERTIME U ALLOWANCES", "6933.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime u allowances lill-ħaddiema li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni) L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - OVERTIME U ALLOWANCES", "6934.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime u allowances lill-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EX-PROPRJETA' TAL-KNISJA - FIDI TA' ĊENS", "6935.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati talbiet taħt l-iskema ta' xiri jew ta' fidi ta' ex-proprjeta' tal-knisja sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 u kemm-il kuntratt ġie ffinalizzat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Diġa' nbeda l-ipproċessar ta' 477 talba, li minnhom 99 ġew finalizzati sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jidhirli li min-naħa tal-ministeru tad- djar kien hemm żewġ skemi differenti għall-fidi ta' ċens fir-rigward ta' ex-proprjeta' tal-knisja.", "Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn iż-żewġ kategoriji ta' applikazzjonijiet bdew jiġu pproċessati u taħt liema kategorija jaqgħu dawk li għadu kemm semma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-mistoqsija saret b'riferenza għall-postijiet ta' l-Uffiċċju Konġunt, jiġifieri għal dik il-proprjeta' li l-gvern xtara mingħand il-knisja.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, pero' jekk m'inix sejjer żball hemm żewġ skemi, waħda għall-fidi taċ-ċnus u l-oħra għax-xiri ta' proprjeta' li kienet mikrija.", "Għal liema waħda minn dawn iż-żewġ skemi tapplika l-figura li l- Ministru qed jagħti fir-risposta tiegħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: It-tweġiba tgħid ċar li dawn jaqgħu taħt l-iskema ta' xiri u fidi taċ-ċnus, jiġifieri taħt iż-żewġ kategoriji.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, naħseb li bil-Malti qed nitkellem.", "Jien qed ngħid li kien hemm żewġ skemi differenti u għaldaqstant qed nitlob lill-Ministru jgħid taħt liema waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji saru l- applikazzjonijiet li qed jagħmel riferenza għalihom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Huwa ċar li fir-risposta tiegħi jien irriferejt għat-talbiet taħt l-iskema tax-xiri jew ta' fidi ta' ex-proprjeta' tal- knisja, eżatt kif jingħad fil-mistoqsija parlamentari numru 6935.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, qed nifhem sew li fir-risposta tiegħu l- Ministru qed jagħti figura globali u allura din m'hijiex maqsuma skond kif qed jitlob l-Onor.", "Censu Galea fil-mistoqsija supplimentari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jekk l-Onor.", "Interpellant irid informazzjoni iktar eżatta għandu jagħmel mistoqsija bil-miktub biex b'hekk jingħata t- tagħrif li jixtieq.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "6988.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru u l-grad ta' dawk il-pulizija li ġew ittrasferiti kull xahar matul il-perijodu l-1 ta' Jannar 1997 sat 30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nista' nassumi li f'dan il-każ m'hemmx għalfejn nerġa' nagħmel din id-domanda bil-miktub!", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, biex niċċaralu l-assunzjoni tiegħu ngħid lill-Onor.", "Membru li hija ħaġa ovvja li m'għandux għalfejn jerġa' jagħmel din id-domanda bil-miktub.", "Din il-mistoqsija parlamentari saret fis-7 ta' Lulju, jiġifieri erbat ijiem ilu, u ċertament ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "KUNTRATTI REĠISTRATI", "6989.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' kuntratti li ġew irreġistrati matul il-perijodu l-1 ta' Jannar, 1997 sat 30 ta' Ġunju, 1997?", "Kif jitqabbel dan in-numru ta' kuntratti ma' dak ta' l- istess perijodu ta' l-1995 u ta' l-1996?", "Kemm saru kuntratti ta' bejgħ minn barranin fl-istess perjodu u kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' kuntratti minn barranin li ġew irreġistrati fl-istess perijodu ta' l-1995 u ta' l-1996 rispettivament?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul il-perjodu l-1 ta' Jannar, 1997 sat 30 ta' Ġunju, 1997 fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta ġew irreġistrati 9,016 nota ta' atti ta' trasferimenti ta' proprjeta', inklużi atti causa mortis u testmenti pubbliċi meta għall-istess perijodu ta' l-1995 u l-1996 kien hemm 9,101 u 10,374 rispettivament.", "Fl-Insinwa ta' dawn il-kuntratti ma tinżammx statistika dwar jekk il- partijiet humiex Maltin jew barranin.", "CAPITAL GAINS TAX", "6990.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul tal-gvern minn bejgħ ta' proprjeta' f'dik li hi capital gains tax u ħlas ta' bolli matul il-perijodu l-1 ta' Jannar, 1997 sat 30 ta' Ġunju, 1997?", "Kif jitqabbel dan id-dħul ma' dak ta' l-istess perijodu ta' l-1995 u ta' l-1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Id-dħul tal-gvern minn bejgħ ta' proprjeta' f'dik li hi capital gains tax kien kif ġej:", "|Jannar - |Lm | |Ġunju 1995 |3,264,763 | |Jannar - | | |Ġunju 1996 |2,878,410 | |Jannar - | | |Ġunju 1997 |2,209,141 |", "It-totali ta hawn fuq jinkludu kemm capital gains minn proprjeta' mobbli kif ukoll capital gains minn trasferimenti ta' ishma.", "Id-dħul tal-gvern minn bejgħ ta' proprjeta' f'dik li hi ħlas ta' bolli - taxxa fuq dokumenti u trasferimenti - matul il-perijodi msemmija huwa kif ġej:", "|Jannar - Ġunju |Lm5,177,23| |1995 |1 | |Jannar - Ġunju | | |1996 |5,072,864 | |Jannar - Ġunju | | |1997 |4,366,135 |", "Dawn il-figuri jinkludu taxxa extra ta' 10% levy fil-każi ta' bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin u taxxa miġbura minn kontijiet supplimentari maħruġa mid-dipartiment f'każi ta' sottovalutazzjonijiet.", "SAFAR", "6991.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm Maltin siefru għal żmien qasir fil- perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 1997 sat 30 ta' Ġunju, 1997 xahar b'xahar?", "Ta' liema age group kienu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ma tinżammx statistika rigward it- tip ta' informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jien mingħalija li l-Pulizija ta' l- Immigrazzjoni żżomm record ta' dawk il-persuni li jitilqu minn Malta għal btala u jidhirli li meta ġieli saru domandi bħal din kienet ingħatat din it-tip ta' informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jien informat li l-Pulizija ma żżommx record ta' dawk li jsiefru għal perijodu ta' żmien u jerġgħu jiġu lura - u lest li nemmen din l-informazzjoni li tawni - imma forsi din tista' tinġabar minn sorsi oħra.", "TURIŻMU - SUQ ĠERMANIŻ", "6992.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'wassal biex fl-ewwel tliet xhur ta' l-1997 kien hemm tnaqqis ta' madwar 24% f'dawk li huma turisti Ġermaniżi?", "Mil-liema destinazzjonijiet fil-Ġermanja ġew dawn it-turisti fl-istess perijodu?", "Liema kienu dawk id-destinazzjonijiet fil-Ġermanja li l-Air Malta fetħet rotta ġdida għalihom jew li żiedet it-titjiriet tagħha lejhom f'dan il- perijodu tas-sena ?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): It-tnaqqis ta' turisti Ġermaniżi fl-ewwel tliet xhur ta' l-1997 kien ikkaġunat mill-fatt li s-sena l-oħra fl-istess perijodu kien ġie Malta grupp sostanzjali ta' turisti Ġermaniżi ad hoc u għaldaqstant ma jistax isir paragun dirett bejn iż-żewġ perijodi msemmija.", "Statistika dwar l-oriġini ta' turisti Ġermaniżi ma tinżammx, madankollu wieħed jista jkollu indikazzjoni min-numru ta' passiġġieri li jitilqu minn airports diversi li hemm fil-Ġermanja, liema statistika tiġi ppubblikata mill-MIA kull sena.", "Ma kien hemm l-ebda destinazzjoni ġdida mill-Ġermanja.", "MALTA ECONOMIC INDICATORS", "6993.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma t-3,182 persuna li skond il-Malta Economic Indicators kienu jaħdmu fis-settur ta' l-agrikoltura fl- aħħar ta' Marzu, 1997?", "Mil-liema lokalita' ġejjin dawn il-persuni?", "Kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fis-settur ta' l-agrikoltura?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif inhuma mqassma t-3,182 persuna li kienu jaħdmu fis-settur ta' l-agrikoltura u sajd fl-aħħar ta' Marzu, 1997 skond il-Malta Economic Indicators u li turi wkoll mil-liema lokalita' ġejjin dawn il-persuni.", "In-numru ta' persuni mpjegati part-time fis-settur ta' l-agrikoltura u sajd fl-aħħar ta' Marzu 1997 kien ta' 1,441.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kemm hu n-numru ta' persuni li huma mpjegati bħala bdiewa fulltime?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, m'għandix din l-informazzjoni u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk m'għandux in-numru tal-bdiewa li huma mpjegati fulltime, jista' almenu jagħti indikazzjoni tal-kategoriji ta' mpjieg tal-persuni li skond l-Economic Indicators jaħdmu fulltime fis- settur agrikolu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: M'għandix l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant u għalhekk nitolbu", "biex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli jingħata l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, minbarra l-bdiewa u s-sajjieda li hemm imniżżlin fil-lista ta' persuni li huma gainfully occupied fis-settur ta' l- agrikultura u s-sajd, jista' l-Ministru jgħid x'persuni oħra hemm li jitqiesu bħala ħaddiema fulltime f'dan is-settur?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EWDIN S. GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li għandhom il-freedom of movement għas-snin mill-1989 sa l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7119.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar postijiet skedati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Tas-Sliema, Birkirkara u San Ġiljan, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7094.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 102 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet għal Korsijiet ta' Tagħlim ta' Filgħaxija.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ktejjeb intitolat \"Tajjeb li tkun taf dwar l-alkoħol u drogi oħra\" maħruġ mill-Aġenzija Sedqa in konnessjoni ma' mistoqsija parlamentari numru 7199.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar dħul ta' patata fil-Pitkalija bejn Jannar u Ġunju ta' l-1995, 1996 u 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7187.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L- INFORMATIKA", "(ikompli mill-12 ta' Lulju, 1997)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona huwa in possession.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, dalgħodu kont qed nitkellem dwar kemm huwa meħtieġ li fuq dan is-suġġett, li qed jiżviluppa b'rata daqshekk mgħaġġla fid-dinja kollha, jkun hemm perspettiva legali u ġuridika tajba għax jiddependi mill-għażla ta' dik il-perspettiva ġuridika jekk id- derivattiv li joħroġ ikunx mod inkella jkunx mod ieħor.", "Jien kont qed insemmi l-vantaġġi b'kuntrast bejn il-perspettiva ta' min jgħid li l- internet m'huwa ta' ħadd, jiġifieri res nullius, u l-proposta li kont għamilt f'dan l-istess Parlament fit-18 ta' Mejju li għadda li dan għandu jiġi meqjus bħala res comunis omnium.", "Minn hawnhekk joħorġu ċerti kondizzjonijiet u ċerti inter-konnessjonijiet legali totalment differenti mis-sitwazzjoni, kważi anarkika, derivata minn perspettiva li ħadd m'hu sid ta' partijiet ta' l-internet.", "Naturalment dan kollu jressaqna għat-tieni fażi ta' kalkolu ta' interessi, drittijiet u obbligi li jiġu ġġenerati f'din is-sistema ta' relazzjonijiet ta' min qiegħed fuq dawn in-networks ta' komunikazzjoni elettronika.", "Mingħajr ma nidħol f'wisq dettall, tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu li forsi waħda mill-aħjar gwidi għal framework ta' regolazzjoni ta' din l-attivita' jkun dak ta' bilanċ ġust u propizju bejn interessi u drittijiet ta' aċċess minn banda waħda u interessi u drittijiet ta' data protection min-naħa oħra.", "Mela donnu fuq naħa waħda għandna interessi u drittijiet ta' aċċess liberu u mingħajr xkiel u min-naħa oħra għandna ċertu interess u dritt ta' protezzjoni ta' data.", "Dan in turn jinqasam mill- inqas fuq tliet livelli - fuq il-livell ta' individwu, fuq il-livell ta' kumpanniji u fuq il-livell ta' gvernijiet.", "Mela jekk wieħed jibda jagħmel din is-subanalysis ta' l-interessi ta' aċċess ta' individwi, l-interessi ta' aċċess ta' kumpanniji u l-interessi ta' aċċess ta' gvernijiet, u mill- banda l-oħra l-interessi u d-drittijiet ta' protezzjoni ta' data dwar individwi, l-interessi u d-drittijiet għall-protezzjoni dwar data ta' kumpanniji u l-interessi u d-drittijiet dwar protezzjoni ta' data dwar gvernijiet, tiġi żviluppata matrix li tista' tagħtina gwida għal kif din il-matassa ta' obbligi u drittijiet, li qed jiġu ġġenerati minħabba l- attivita' ta' interaction bejn bnedmin u makni fil-qasam diġitalizzat, tista' tiġi regolamentata b'mod bilanċjat bejn dawn id-drittijiet u obbligi.", "Kif kont qed ngħid, jien jiddispjaċini ninnota li s'issa l-interess min- naħa ta' gvernijiet li jikkonċernaw ruħhom fuq l-introduzzjoni ta' framework ta' regolamentazzjoni - allavolja gvern ma' gvern ieħor jipprova kważi jwaqqa' u jiżvaluta lil dawk il-gvernijiet li jkunu ħarġu l-ewwel b'xi qafas ta' regolamentazzjoni, bħalma għamel il-Gvern Ġermaniż ...", "Madam Speaker, meta ġimgħatejn ilu konna qegħdin il-Malasja għall- konferenza ta' l-internet society, Ira Magaziner, li huwa s-senior consultant tal-President Clinton - u li kumbinazzjoni bħali huwa Rhodes scholar - kien qiegħed jipproponi li għalissa jkun hemm biss regulatory framework ta' electronic commerce.", "Għaldaqstant issa nfaqgħet it- threshold, biex ngħidulha hekk, li ma jkunx hemm regulatory framework, pero' din infaqgħet b'mod ristrett għal din iz-zona ta' attivita' għax l- attivita' kollha li għaddejja fuq l-eletronic networks m'hijiex biss eletronic commerce anzi hija ħafna ikbar.", "Pero' minħabba l-pressure fuq l- electronic commerce, Ira Magaziner qed jikkalkola li sas-sena 2000 din għandha mnejn tikkomprendi bejn 20% u 30% tan-negozju Amerikan u allura dawn qed iħossu l-ħtieġa li jirregolamentaw dan il-kummerċ.", "Meta żort l- OECD, għall-ewwel bdew jddiskutu biex jipprovaw jagħmlu a policy framework u mhux a regulatory framework, għal taxation, għal protection ta' sellers u ta' consumers, pero' mbagħad meta jien issuġġerejt li għallinqas ikun hemm a regulatory framework ta' l-abhorrent practices fuq l-internet din ġiet aċċettata.", "Fil-fatt, wara kien hemm min ġie jgħidli li s-suġġeriment tiegħi fuq l-abhorrent practices kien tajjeb għax minn hemm dik għallinqas tista' tiġi mġebbda għall-electronic commerce ukoll.", "Madam Speaker, dan ifisser li fl-advanced industrialised countries tad- dinja hemm ċerta reżistenza li jkun hemm xi regulatory framework ta' l- internet imma mbagħad minħabba l-istess growth ta' l-internet fil-qasam tal- kummerċ ġara li hekk kif għaqda wara oħra - u issa anke l-Gvern Amerikan, permezz tad-dikjarazzjoni ta' Ira Magaziner - bdew jaqblu fuq forma ta' regolamentazzjoni, il-ġimgħa li għaddiet ħareġ in-nine-point plan għal global electronic commerce.", "Dan se jkun qisu l-qafas għax għalissa m'huwiex tassattiv, u tant hu hekk li anke hu kien hesitant milli jgħid li din hija xi liġi jew xi dogma imma se jkun miftuħ biex jirċievi inputs mill- quarters li għandhom interessi fiha u hopefully sa l-1 ta' Jannar tas-sena 2000, jiġifieri sentejn u nofs oħra, dan ir-regulatory framework fuq electronic commerce ikun lest.", "L-OECD, in liaison mal-Gvern Amerikan, qiegħda tagħmel policy framework u, fuq suġġeriment tiegħi, qiegħda tlesti regulatory framework fuq l- abhorrent practices.", "Anke l-Council of Europe qiegħed imexxi biex ikun hemm a European code of electronic commerce.", "Mela issa qed naraw li f'daqqa waħda qed jibda jkun hemm ċertu overlapping, fis-sens li l-Amerka hija membru ta' l-OECD, ħafna mill-40 pajjiż li huma membri tal-Council of Europe huma wkoll fl-OECD, filwaqt li hemm pajjiżi oħrajn li m'humiex membri tal-Council of Europe imma huma membri tal-OECD.", "Pero' ċ-ċentru fokali huwa li l-pajjiżi avvanzati industrijalment issa faqgħu l-barrier billi m'humiex se jkomplu jaċċettaw il-leġġenda li kien hemm s'issa, jiġifieri li l-internet ma hija ta' ħadd u allura m'għandha tkun regolamentata minn ħadd, għax tant kibret l-utilizzazzjoni ta' l-internet mil-lat ta' kummerċ li l-lobbies kummerċjali stess qegħdin jagħfsu biex fuq l-internet ikun hemm salvagwardi ta' l-interessi kummerċjali.", "Għalhekk il- gvernijiet ta' dawn l-advanced industrialised countries - li ironikament fil-bidu kienu qegħdin jgħidu li din għandna nħalluha kompletament libera għax kull min jipprova jagħmel liġi dwarha jkun qed ixekkel ħaġa li tant qed tikber b'mod spontanju li saret qisha l-istaġun tar-rebbiegħa tal- kultura teknoloġika tal-bniedem - qed jgħidu li għandu jiġi rregolamentat dan il-qafas kbir li ħolqot l-internet stess u dan għaliex kienet l- internet stess li ħolqot ir-raġuni għaliex għandha bżonn tiġi regulated, jekk mhux kompletament għallinqas in part.", "Naturalment l-akbar abhorrent practices huma dawk li jirrigwardaw child pornography fl-Ewropa.", "Kien hemm diversi deputati Ewropej li wrew ruħhom sorpriżi u ddiżgustati għall- aħħar bil-mod kif kien qed jintuża l-internet għal child pornography, partikolarment ġo ċerti pajjiżi bħall-Belġju.", "Għaldaqstant, apparti mill- electronic commercial constituency, hemm ukoll a moral constituency, li tixtieq li jkun hemm a regulatory framework fuq l-internet.", "Madam Speaker, qiegħed ngħid dan kollu għaliex ma jistax ikun li din l- area ġdida ta' interazzjoni umana tiġi regolamentata biss minħabba f'żewġ lobbies li kważi m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin, jiġifieri mil-lobby kummerċjali u mil-lobby morali, li huwa outraged bl-abhorrent practices, prinċipalment tal-paedophilia.", "Hemm bżonn aktar analisi legali u għalhekk jien issottomettejt, kemm hawnhekk stess u kemm fil-fora internazzjonali li semmejt dalgħodu, il-konċett ta' res comunis omnium għax naħseb li dak jista' jagħtina approach ħafna aktar globali milli nħarsu lejn dan is- settur minħabba li xi lobby iġġegħelna niffokaw l-attenzjoni tagħna fuq qasam wieħed u allura niġu qed naħdmu fuq din il-ħaġa b'metodu piecemeal.", "Ma naħsibx li hawnhekk huwa tajjeb li naħdmu piecemeal u għalhekk issa ġej għat-tieni fażi fejn qiegħed nissuġġerixxi l-bilanċ ta' interessi, ta' drittijiet u ta' obbligi li huma kkaratterizzati minn dritt ta' aċċess minn naħa u minn dritt għal privacy min-naħa l-oħra.", "Jekk dawn nikkonsidrawhom bħala shared resources, bħala common property of mankind, ikun differenti milli wieħed mal-ewwel jibda jgħid li dik hija proprjeta' privata, qisu wieħed qed jikteb RTO fuq ġebla tal-ħajt tas-sejjieħ ta' l-internet - biex ngħatu eżempju viżwali fil-kontest Malti - għax din hija proprjeta' privata.", "Fil-fehma tiegħi, ikun aħjar li nadottaw il-konċett tax-shared resources of mankind.", "Madam Speaker, issa se nagħti xi ftit eżempji ħalli wieħed ikun jista' jiffoka b'aktar faċilita'.", "Fil-preżent qegħdin jiġu żviluppati ċerti data banks f'diversi dipartimenti mhux biss f'Malta imma anke internazzjonalment.", "Per eżempju, jekk fid-dipartiment tas-saħħa jibdew jiġu digitalised il-medical records ta' kull persuna, kumpannija ta' l- insurance tista' tidħol fuq dik id-data biex tiċċekkja mil-liema mard għaddiet ċerta persuna biex b'xi mod pirata, ħalli ngħidulu hekk, tieħu dik l-informazzjoni biex tara jekk din hijiex daqstant insurable.", "Imma llum kif tista' ssejjaħ lil xi ħadd \"pirata\" fl-assenza ta' liġi internazzjonali?", "Kumpanniji ta' l-insurance li huma internazzjonali, by definition jistgħu f'daqqa waħda jgħidu li lit-tali għandhom jgħollulu l- premium għax isibu li dan l-aħħar dak it-tali tant marad li wasal biex imut u allura ta' xejn joqogħdu jaċċettaw insurance policy mingħandu għax f'affari ta' tlett jew ħames snin dan se jmut u allura ma jkunx fl-interess tal-kumpannija li lil dan tagħtih life insurance policy bis-somma sħiħa peress li bil-kemm ikun laħaq ħallas ta' sentejn!", "Mela hawn naraw id-dritt ta' aċċess ta' kumpannija f'kuntrast mad-dritt ta' protezzjoni ta' data taċ- ċittadin.", "Dan ifisser li aktar u aktar hawn bżonn ta' ċerti bilanċi li jkunu sanzjonati bi framework leġislattiv internazzjonali għax, kif konna qegħdin ngħidu dalgħodu, jekk tagħmel leġislazzjoni domestika biss ma tkunx biżżejjed għax illum kumpanniji jistgħu joperaw minn diversi pajjiżi u allura l-qrati tiegħek ma jkollhomx ġurisdizzjoni fuq dawk il-kumpanniji li jkunu qed jidħlu fuq dik id-data li mingħalik hija protected imma li dawn ikunu sabu mod kif they circumvent il-protection li tkun għamilt.", "Per eżempju, jekk multinational company tal-farmaċewtiċi tibda ssib li hemm marda li hija iktar komuni f'ċertu pajjiż milli f'pajjiżi oħra, din ikollha an added advantage billi tibda tippromwovi l-prodotti ta' mediċini għal din il-marda kważi on a mail order basis.", "F'dan il-każ jista' jkun li dawn il-mediċini jkunu ta' standard inferjuri għal mediċini ta' ditta oħra imma peress li ċ-ċittadini jkunu qed jirċievu l-brochures ta' din il- kumpannija f'darhom il-probabbilta' hi li peress li dawn ma jkunux jafu li jeżistu mediċini superjuri, jekk mhux orħos ukoll, jaqgħu biex jixtru mediċini inferjuri.", "Dan wieħed jista' jsejjaħlu abbuż tat-teknoloġija l- ġdida ta' l-informatika.", "Madam Speaker, l-istess nista' ngħid għall-abbużi li dejjem qed jiżdiedu ta' data banks fuq individwi għax fil-fatt hemm dubji kbar dwar kemm hija valida l-protezzjoni li tiġi operata sabiex tiġi ssalvagwardata l- informazzjoni diġitalizzata li hemm fuq kull persuna.", "Biżżejjed ngħidu li l-Pentagon stess ilmenta li s-sena li għaddiet kien hemm madwar 250,000 unauthorised access għad-data banks tiegħu, aħseb u ara kemm hemm unauthorized access għad-data banks, per eżempju, ta' l-Isptar San Luqa, ta' l-Insinwa u ta' ċerti banek kummerċjali lokali.", "Jien li qed nipprova ngħid huwa li llum l-individwu, anke kważi mingħajr il-kunsens tiegħu, diġa' qed ikollu profil diġitalizzat.", "Fil-fatt, anke hawn Malta - għax wara kollox pajjiżna m'huwiex daqshekk lura f'dan il-qasam - l- informazzjoni ta' kull persuna diġa' hija diġitalizzata, bid-differenza li forsi din għadha m'hijiex ċentralizzata imma hija scattered f'postijiet differenti.", "Pero' din m'hijiex xi problema kbira għall-internet għax dan huwa stess iqabbdek f'data banks differenti u fil-fatt huwa għalhekk li jkun hemm piracy u hacking.", "Dan il-piracy u hacking mhux bilfors isir lokalment.", "Per eżempju, jista' jsir spjunaġġ kummerċjali għax il-qligħ minnu jkun kbir u allura l-kumpanniji l-kbar ma jżommux lura milli jqabbdu lil min jagħmlilhom spjunaġġ billi minn fuq l-internet jippenetraw id-data bank li jkun jinteressa l-finijiet kummerċjali tagħhom.", "Madam Speaker, kif qed naraw minn dan li qed ngħid illum hemm ħtieġa kbira li l-informazzjoni fuq l-individwu tiġi protetta u l-istess nistgħu ngħidu għall-informazzjoni ta' kumpanniji u ta' gvernijiet.", "Pero' min-naħa l-oħra fejn ikun hemm bżonn għandu jibqa' d-dritt ta' aċċess għal dan id- data bank.", "Naturalment matul din is-seduta ma nistgħux naqbdu u nifformolaw proċedura ta' kif jista' jitħaddem dan l-aċċess.", "Pero' jien naħseb li hawn qbil miż-żewġ naħat ta' din il-Kamra li hemm bżonn li jkun hemm a regulatory framework u ladarba naħseb li hawn qbil ukoll li aħna lesti nassistu lill-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l- Informatika, allura l-membri ta' din il-kummissjoni għandhom jaraw kif id- data li hemm dwar kull ċittadin Malti, kemm f'dipartimenti tal-gvern u kemm fis-settur privat, tkun iktar protetta billi l-aċċess għaliha jkun regolamentat u fl-istess ħin salvagwardat.", "L-iktar mod propizju li bih wieħed jista' javvanza l-argument biex ikun hemm a regulatory framework huwa li jinstab bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi ta' l-individwi, ta' l-intrapriżi u tal-gvernijiet, kif ukoll jinstab bilanċ bejn l-aċċess u l- protezzjoni tal-privacy.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li waqt laqgħa li kellna fl-aħħar ta' Mejju tal-Kumitat tax-Xjenza u t-Teknoloġija fil-Kunsill ta' l-Ewropa mexxejna rakkmandazzjoni, li waslet biex ġiet approvata anke fl-Assemblea Ġenerali, u għalhekk naħseb li jkun interessanti ħafna jekk din il-kummissjoni tikkonsidra din ir-rakkmandazzjoni wkoll, aktar u aktar minħabba l-fatt li dan il-kunsill jikkomprendi 40 pajjiż Ewropew.", "Jien naħseb li dan għandu jwaqqa', jekk mhux għal kollox almenu b'xi ftit, l-argument li għax Malta m'hijiex membru ta' l-Unjoni Ewropea tinsab maqtugħa mill-mainstream ta' l- iżviluppi li għaddejjin fl-Ewropa.", "Illum il-Kunsill ta' l-Ewropa ma jikkonsistix biss fil-15-il pajjiż li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea imma jikkonsisti f'40 pajjiż.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li aħna kellna rapporteur Svizzeru, ċertu Claude Frey, li ġabar l-inputs ta' kulħadd u b'hekk wieħed seta' jara li l-ispread kemm ta' l-inputs u kemm tal-problemi hija ħafna iktar wiesgħa minn dik li hemm fil-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropa.", "Madam Speaker, hawn ikun tajjeb jekk insemmi li l-Kunsill ta' l-Ewropa qed jirrikkmanda li filwaqt li fis-second summit li se jsir f'Ottubru ġo Strasbourg għandu jħares lejn liema legal instruments għandhom jiġu upgraded fid-dawl ta' l-iżviluppi fl-informazzjoni u fil-komunikazzjoni, dan għandu jħares ukoll lejn il-konsegwenzi tagħhom għas-soċjeta' ta' l- Ewropa kollha kemm hi, jiġifieri mhux tal-15-il membru ta' l-Unjoni Ewropea biss.", "GĦalhekk hawn qed nitkellmu fuq rakkmandazzjoni tal-Kumitat tax- Xjenza u Teknoloġija li, wara li tkun għaddiet mill-Assemblea Ġenerali tal- Kunsill ta' l-Ewropa, din ir-rakkmandazzjoni tiġi ppeżentata lis-second summit ta' l-40 heads of state and government tal-Kunsill ta' l-Ewropa biex dan jirrevedi l-legal instruments li hemm fl-istess kunsill, liema rakkmandazzjoni mbagħad terġa' tiġi lura għandna.", "Għalhekk Malta mhux talli m'hijiex iżolata imma talli qed tipparteċipa, kif se tkompli tagħmel, fl-iżvilupp ta' dawn l-istrumenti li huma bbażati fuq data iktar widespread għax fil-fatt din ma tkoprix biss il-most advanced industrialised countries - Malta żgur li m'hijiex qiegħda f'dik il-kategorija - u allura din tagħtina interface bejn l-advanced industrialised countries, id-developed, id-developing u l-least developing industrialised countries.", "Madam Speaker, issa tajjeb li insemmi xi ftit mill-inizjattivi li se jittieħdu f'settur settur għax il-prinċipji ġenerali li kont qed nipprova navvanza dalgħodu kienu li meta tiġi għall-applikazzjoni tagħhom dawn iridu jiġu applikati b'ċertu realiżmu għax naturalment dak li japplika għal ċerti setturi ma japplikax għal setturi oħra.", "Nibda billi ngħid li wieħed mill- mandati ewlenin li l-Kunsill ta' l-Ewropa talab lill-member States biex jimplimentaw flimkien ma' kumpanniji, research institutes u NGOs, kienet miżura biex it-teknoloġiji l-ġodda jiżviluppaw il-possibbilta' ta' teleworking għal senior citizens u people with disabilities.", "Fil-fatt aħna dalgħodu għamilna aċċenn, fis-sens li din il-possibbilta' nistgħu nagħtuha iktar importanza.", "Biex inkompli ma' dak li kont qed ngħid, il-Kunsill ta' l-Ewropa ta l-mandat biex jiġu nvestigati l-possibbiltajiet li jiġu żviluppati computerised medical systems u telemedicine systems.", "Ir- rapporteur qal li ta' min jimmaġina l-possibbilta' li l-wealth of medical knowledge li hemm fl-40 pajjiż ta' l-Ewropa ikun accessible għat-tobba ta' l-erbgħin pajjiż kollha kemm huma għax tramite t-tobba nkunu qed nilħqu anke liċ-ċittadin.", "Mela hawnhekk, l-ewwel qegħdin nitkellmu fuq teleworking u telecommunications permezz ta' l-informatika għas-senior citizens u għal dawk with disabilities and special needs u issa qegħdin nitkellmu fuq telemedical systems on a pan-European basis.", "F'dan l-istadju jkun tajjeb li wieħed jikkwota lil Le Corbusier biex ikollna ċertu dimensjoni tat- timeframes differenti li qegħdin ibiddlu l-gears bejniethom.", "Le Corbusier kien qal: \"To-day's reality is yesterday's utopia.\"", "Naħseb li din tagħtina idea ta' fejn konna għaxar snin ilu, fejn qegħdin illum u fejn x'aktarx se nkunu għaxar snin oħra jew fejn qegħdin nistennew li nkunu fi żmien għaxar snin oħra.", "Aspett ieħor li semmejt dalgħodu huwa l-empowerment taċ-ċittadin permezz ta' l-interface tal-local councils.", "Dan ġie kkategorizzat bħala a developing technological solution that gives the general public and companies electronic access to public services.", "Hawnhekk għandek iċ- ċittadini u l-kumpanniji bħala entijiet privati min-naħa u l-public services u l-public information li joħorġu mid-dipartimenti tal-gvern minn naħa oħra, li permezz ta' personal computer żgħir ġo post ċentrali, bħalma hu uffiċċju ta' kunsill lokali, ikun jista' jsir interfacing bejn dawn iż- żewġ domains, li jgħin biex iż-żewġ naħat ikollhom iktar interaction mingħajr dawk il-problemi ta' crowding u ta' parking u mingħajr dawk il- personal irritation problems li jinqalgħu meta ċittadini ma jinqdewx meta dak li jkun ma jkunx qdihom sew jew inkella meta jmorru f'xi uffiċini u ma jsibux lill-uffiċċjal f'postu.", "B'dan il-metodu jitneħħa dak l-aspett personali negattiv billi jkun hemm dan l-aspett newtru, biex ngħid hekk, tal-personal computer.", "Fil-Kunsill ta' l-Ewropa hemm rakkmandazzjoni biex jiġu żviluppati telematic systems for the monitoring and analysis on enviromental data in the field of transport and in all education and training institutions.", "Din ta' l-aħħar hija l-iktar aspett qawwi għax jekk aħna rridu l-ġenerazzjoni Maltija tikber b'ċertu knowhow irridu nitkellmu mhux biss fuq literacy tal- kotba imma anke fuq kif it-tfal tagħna jkunu familjari mal-computers.", "Dan għaliex jekk mhux se jkunu familjari mal-computers se jkunu 'l bogħod mill- aċċess għall-informazzjoni kollha li hawn miġbura fil-kotba għax f'affari ta' ftit snin din x'aktarx se tkun qiegħda diġitalizzata u għalhekk dawn in- nies se jkunu illitterati daqs dawk li kienu illitterati 50 sena ilu.", "Illum il-livell ta' literacy tela' għal-livell ta' electronic literacy u jekk dan mhux se jiżviluppa sewwa r-riżultat se jkun li l-pajjiż kollu se jaqa' lura.", "Ħaġa oħra li hija l-konċett dwar il-bżonn ta' iktar broad-band networks fid-direct transcontinental links, partikolarment ma' l-Amerka.", "Dan għaliex l-Istati Uniti ta' l-Amerka huwa l-iktar pajjiż li ddiġitalizza l- informazzjoni u allura għandna bżonn iktar mezzi tekniċi biex iżommuna in contact magħhom.", "Ma jistax ikun illi nibqgħu f'sitwazzjoni fejn ħafna subscribers jipprovaw għall-ħin twil biex jaqbdu fuq l-internet għax il- linji jkunu kollha meħudin.", "Minn hawnhekk jiena nitkellem f'isem ħafna internet subscribers illi japprezzaw ċerti żviluppi li saru imma għad hemm iktar x'isir minħabba li n-numru ta' subscribers qiegħed dejjem jikber.", "Hawnhekk wieħed ma jistax jiddistingwi bejn min qed jagħmel dan b'ċerta serjeta' u bejn min qed jagħmel dan b'kapriċċ jew bħala hobby.", "Hi x'inhi l- kwestjoni, dment li wieħed se jibqa' bilfors jgħaddi minn ċerti channels ta' komunikazzjoni li għandhom biss kapaċita' speċifika x'iġorru, allura hemm bżonn li bħala pajjiż nieħdu ħsieb li dawn ikunu wesgħin kemm jista' jkun.", "Rakkmandazzjoni oħra hija biex ninkoraġġixxu - hawn Malta din se tkun diffiċli - more intensive research in information cryptography in order to provide a satisfactory level of security for data transmitted on the network which will encourage the development of electronic trade and the security of all other information.", "Madam Speaker, domna ħafna biex nifformolaw dan il-paragrafu u, minn kif jinstema', dan jidher li huwa patchwork ta' ħafna interessi differenti li juri dak il-bilanċ tant mixtieq bejn aċċess liberu u bla xkiel min-naħa u ċerta protection tad-data min- naħa l-oħra.", "Madam Speaker, hemm lista sħiħa li għalkemm mhux se noqgħod insemmiha, se nwiegħed lill-membri tal-Kunsill Nazzjonali ta' l- Informazzjoni u t-Teknoloġija li jien se nkun aċċessibbli - kif naħseb li kull membru ta' din il-Kamra qed joffri l-kuntatti u l-esperjenza tiegħu - bl-istess mod kif qed nirrikmanda li huma jieħdu ħsieb li l-internet tibqa' dejjem aċċessibbli għal kulħadd bi prezz irħis jew b'xejn u bla xkiel.", "Fl-aħħar mill-aħħar irrid ngħid illi fl-iżvilupp tal-liġijiet internazzjonali dwar l-internet huwa importanti li nżommu ċerta distinzjoni bejn il-liġi dwar l-informazzjoni stess u l-liġi dwar il-mezz ta' kif tinġarr dik l-informazzjoni.", "Hawnhekk naħseb li qiegħda tiġi żviluppata distinzjoni li qed ikollha ħafna u ħafna appoġġ.", "Fil-fatt hawn mill-ewwel se nagħmel proviso fis-sens li, kif kont qiegħed ngħid dalgħodu, jekk m'aħniex se nħarsu lejn l-internet bħala shared resource inkunu qegħdin nagħmlu ħażin għax l-essenza ta' dan kollu qiegħed fil-fatt li dan għandu jkun meqjus bħala a shared resource.", "Huwa importanti li l-global spread ta' information and knowledge narawha bħala ħaġa li qiegħda tiżviluppa f'ċertu sens minħabba l-ħafna r-riċerka li saret fid-defence establishment Amerikan, imma mbagħad il-world-wide web ġiet żviluppata f'Geneva fis-CERN, jiġifieri ġo post Ewropew li m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea - din hija għadma li nieħdu gost nagħtuha bis-sieq min-naħa għall-oħra f'din il- Kamra!", "Għaldaqstant hawn ċertu bilanċ bejn riċerka Amerikana li kienet qed issir għad-difiża u għalhekk għandna quddiemna peace dividend tassew interessanti li forsi ħareġ mid-dismantlement tal-cold war.", "Issa jekk dan il-peace dividend se jiġi kkummerċjalizzat u jekk dan issa se jaqa' kompletament f'idejn kumpanniji kbar multinazzjonali, allura se niġu f'sitwazzjoni fejn iċ-ċittadin se jkun biss xamm ir-riħa tagħha għal dak il-perjodu ta' meta ġiet declassified mid-defence establishment Amerikan u daħal fiha dan l-ammont ta' investiment anke min-naħa Ewropea.", "Jekk il-kumpanniji sinjuruni l-kbar will tend to crowd out the assets u anke l-aċċess fuq l-internet, allura din se terġa' tingħalaq kważi daqskemm kienet magħluqa f'idejn id-defence establishment Amerikan meta kienet ġiet prodotta l-ewwel darba.", "Għalhekk issa huwa l-waqt li d- distinzjonijiet bejn liġi fuq l-informazzjoni u liġi dwar il-means of conveying that information għandhom jibqgħu jaqgħu taħt il-konċett ta' shared resource, res communis omnium.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu dan qed nissograw li l-kummerċjalizzazzjoni ta' kulma jgħaddi minn fuq l-internet iwaqqa' anke l-karattru ta' l-internet li huwa wieħed essenzjalment demokratiku.", "Sal-lum kulħadd huwa ugwali fuq l-internet, imma jekk min għandu l-flus jista' jikkmanda iktar minn min m'għandux flus allura d- demokrazija se titnaqqar.", "Għaldaqstant tajjeb li nagħmlu kulma nistgħu biex l-aċċess ikun tassew universali billi f'dan ir-rigward ningħaqdu mal- UNESCO.", "Veru li jrid ikun hemm bilanc fejn jidħlu protezzjoni ta' copyright u commercial interests tas-settur privat, imma dan ikun ġust meta jkun għall-finijiet ġenwini u mhux meta jkun għal rikummerċjalizzazzjoni ta' assets kulturali li huma tad-dinja kollha.", "Ta' min jinnota wkoll li s-saħħa ta' l-internet tista' tgħin to bridge the gap - jekk għad hawn min huwa impenjat biex joħloq dan il-bridge - li qiegħed dejjem jikber bejn min huwa sinjur u min kulma jmur qed ikompli jiftaqar.", "Dan għaliex waqt li l-internet jista' jgħin biex jagħti empowerment lil dawk li huma sotto-żviluppati - mhux biss ġo pajjiżi sotto- żviluppati imma anke ġo postijet sotto-żviluppati ġo pajjiżi żviluppati - pero' jekk dan jibqa' għaddej bit-trend ta' kummerċjalizzazzjoni sfrenata u bla limitu allura mbagħad dan jista' joħloq sitwazzjoni fejn l-internet jiġi operat biss minn elite ta' nies.", "B'hekk imbagħad jerġa' jkollna global class structure ibbażata fuq various degrees of electronic literacy u jien ma naħsibx li din se tkun welcome għal min huwa tassew impenjat għall-aċċess universali ta' din l-informazzjoni.", "Madam Speaker, huwa għalhekk li flimkien ma' persunaġġi oħra internazzjonali ngħaqadna biex nipproponu t-twaqqif ta' an independent international commission biex tissalvagwarda l-internet freedoms għax illum dawn jeżistu imma qed jiġu minaċċati minħabba din ir-rikummerċjalizzazzjoni li qiegħed insemmi.", "Fil-liġi Maltija u f'ħafna liġijiet oħra, naturalment b'varjazzjonijiet minn pajjiż għall-ieħor, hemm dritt kweżit ta' min huwa sotto-żviluppat li dawk l-internet freedoms li llum jeżistu ma jiġux miċħuda lilhom.", "Kważi hemm dritt kweżit ukoll li dawk l-internet freedoms li jeżistau llum, il-11 ta' Lulju, 1997 ma jiġux miċħuda lil future generations.", "Għalhekk, Madam Speaker, bil-liċenzja tal-Kamra qed intawwal daqsxejn waħda fuq dan is-suġġett għax hawn qegħdin verament f'punt kritiku dwar il-liberta' u l-karattru demokratiku ta' l-internet.", "Jekk din se tiġi maħkuma minn dawn l-interessi kummerċjali internazzjonali allura se jispiċċa l-aspett ta' liberta', l-aspett privat, l-aspett ta' dritt fundamentali tal-bniedem li llum igawdu ċ-ċittadini world-wide.", "Għalhekk qiegħed nirrikkmanda li ssir din il-commission.", "Kif diġa' għidt, hemm appell internazzjonali permezz ta' website li qiegħda fuq HTTP://WWW.Diplomacy EDU/internet fejn qed jibda jiġi artikolat il-mod kif din l-independent international commission tista' tissalvagwarda dawn il- freedoms, kif tista' tinkoraġġixxi preżentazzjoni, diskussjoni u proposti sabiex il-framework regolatorju jkun beneficial u mhux negative.", "Dan huwa dak li qiegħed navvanza hawnhekk illejla u minn dan joħroġ dak li semmejt dalgħodu meta għidt li minflok ma' jkun hemm qorti li tkun qiegħda tassattivament tiddeċiedi l-konflitti li jqumu dwar l-internet ikun hemm mekkaniżmu ta' arbitration li minn żmien għal żmien ikun jista' jagħti awards ħalli bil-mod il-mod jiżviluppa code of practice u code of ethics.", "Madam Speaker, għalissa għadna 'l bogħod biex naslu għall-United Nations convention on the harmonisation of information practices.", "Għalissa iktar qegħdin fil-livell ta' arbitration għax permezz tagħha nistgħu niżviluppaw prattika internazzjonali u Malta qiegħda f'post ideali li tospita dan l- arbitration.", "Illum host ta' website jista' jkun anke fuq dgħajsa f'nofs il- baħar imma Malta hija ideali anke minħabba li kienet Malta li ressqet l- idea dwar il-Law of the Sea u kienet l-introduzzjoni tal-konċett ta' res communis omnium - għalkemm din kienet ġiet kwalifikata kważi esaġeratament u anke b'metodu inaċċettabbli għall-mod kif ċerti kumpanniji multinazzjonali rnexxielhom idaħħlu l-interessi tagħhom over and above il- konċett tar-res communis omniun - li tant għenet fl-iżvilupp tal- Konvenzjoni tal-Law of the Sea u l-istess ħaġa tapplika għall-outer space law fis-sens li, per eżempju, ma jistax jitla' rocket Amerikan u għax iqiegħed il-bandiera ta' pajjiżu hemm jgħid li l-qamar jew Mars huwa ta' l- Amerikani!", "Dawn l-affarijiet għandna nittrattawhom iktar bħala l-common property of all citizens of mankind u dawn it-teknoloġiji l-ġodda ta' l- informatika u komunikazzjoni għandhom iktar u iktar jiġu kkonsidrati taħt dan il-qafas ċentrali ġuridiku.", "Għalhekk qed nissuġġerixxi hawnhekk li din il-kummissjoni internazzjonali u indipendenti tkun tista' sservi bħala l- clearing house dwar l-użu kif ukoll dwar dak li jiġi kkatergorizzat bħala abbuż ta' l-internet billi taħdem b'mod miftuħ u demokratiku, kif jippermetti l-internet, b'mod li din tkun interattiva anke fl-arranġamenti u l-awards arbitrarji tagħha, u b'mod li kull parteċipant għandu rwol u ma jeskludi lil ħadd.", "Madam Speaker, għalhekk nagħlaq billi nagħmel request for comments mill- Parlament - hawnhekk naħseb li anke l-kummissjoni nazzjonali għandha tkun interessata f'din l-inizjattiva - sabiex dawn il-ħames aspetti tal- mekkaniżmu internazzjonali jkunu jistgħu jiġu covered b'dawn l-RFCs.", "Dawn jirrigwardaw ir-rule making authority ta' dan il-mekkaniżmu ta' arbitraġġ, il-proċeduri ta' arbitraġġ, l-istruttura ta' din il-kummissjoni, l- establishment tagħha u naturalment il-funding tagħha.", "Dawn il-punti qed inqiegħedhom fir-records ta' dan il-Parlament.", "Jien inħeġġeġ lill- kummissjoni nazzjonali biex tikkonċerna ruħha iktar u iktar b'dan ir- regulatory framework internazzjonali għaliex regulatory framework lokali ma jkunx biżżejjed u, barra minn hekk, jekk naħdmu b'dan il-mod naħseb li nkunu nistgħu nsalvaw l-internet freedoms li ġew żviluppati matul dawn l- aħħar erba' snin u nissalvagwardaw dan id-dritt fundamentali ġdid li sar għandu l-bniedem tal-lum.", "Dan huwa dritt ġdid li l-bniedem għandu permezz tat-teknoloġija li jfisser li llum il-ġurnata l-Istat qed jonqoslu l-poter tiegħu u l-individwu qed jieħu iktar u iktar axxendenza, kemm bħala suġġett tad-dritt internazzjonali u anke fil-qasam kummerċjali, biex issa bdejna naraw li l-futur ta' l-individwu jista' jkun iktar liberu, iktar indipendenti u iktar awtonomu fir-relazzjonijiet tiegħu, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, bis-saħħa tat-teknoloġiji l-ġodda fl- informazzjoni u fil-komunikazzjoni.", "Pero' biex naslu s'hawn irid ikollna biżżejjed ilqugħ kontra min irid jazzarda li jużurpa dawn il-freedoms.", "Għaldaqstant hawnwhekk jien nappella biex din in-national commission tkun tassaw kummissjoni nazzjonali billi tilqa' kontra kull użurpatur ta' existing internet freedoms as enjoyed by present day subscribers, by potential subscribers u by future generations of subscribers ta' l-internet biex b'hekk tassew ikollna dan id-dritt fundamentali ġdid li ħolqitilna t- teknoloġija ġdida fl-informatika u fil-komunikazzjonijiet.", "Grazzi ħafna, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimkari?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Grazzi, Madam Speaker.", "Jien smajt b'interess dak li qal l-Onor.", "Sceberras Trigona dwar id-diversi punti mqajma f'din id- diskussjoni u partikolarment l-atteġġament tiegħu lejn l-internet u kif l- internet jista' jkun xi ħaġa li jagħti dritt fundamentali ġdid lis- soċjeta'.", "Jien naħseb li ta' min jikkonsidra l-inizjattivi li semma l- Onor. Membru bir-reqqa u bis-serjeta' u barra minn hekk, fl-opinjoni tiegħi, tkun ħaġa tajba wkoll jekk id-diskussjonijiet li jsiru f'dan il- Parlament ma jkunux marbutin biss ma' dak li qed jiġri f'pajjiżna imma wkoll ma' ħsebijiet li jqajmu interess ta' livell 'il bogħod mix-xtut tagħna, speċjalment f'aspetti bħal dawn.", "Madam Speaker, bħala politiku kif ukoll bħala bniedem li ngħix f'dan il- pajjiż, ma nistax nirreżisti t-tentazzjoni li ngħid li filwaqt li l-Onor.", "Membri tan-naħa tal-Gvern, fosthom l-Onor.", "Sceberras Trigona, qed jitkellmu favur id-dritt fundamentali ġdid ta' l-informatika, donnhom qed jinsew jitkellmu fuq l-importanza tad-drittijiet fundamentali eżistenti, fosthom id-dritt fundamentali għax-xandir ħieles f'pajjiżna.", "Jien naħseb li f'dan l-atteġġament hawn xi ftit ta' kontradizzjoni għax dawn l-affarijiet għandhom x'jaqsmu kemm ma' l-informatika, kemm mal-komunikazzjoni, kif ukoll mal-mod ta' kif in-nies iwasslu messaġġ lil xulxin.", "Bħala politiku nħoss li huwa d-dover tiegħi li nirrimarka fuq dan l-atteġġament u npoġġih għall-attenzjoni tal-poplu Malti għax filwaqt li l-Gvern Laburista jidher li qed isegwi l-programm u l-atteġġament tal-Partit Nazzjonalista fl- interess li ħoloq fl-informatika - għalkemm forsi mhux bl-istess ritmu u intensita' - sfortunatament il-qasam tax-xandir, li huwa marbut ma' dan il- qasam, għaddej gas down lejn il-passat.", "Imma issa ħalli nitkellmu fuq il- futur għax, wara kollox, din il-kummissjoni għandha tħares kontinwament lejn il-futur.", "Madam Speaker, wieħed għandu dejjem jara li kummissjoni bħal din tingħata ċerta importanza għax din għandha bosta xogħol siewi x'tagħmel.", "Fil-fatt ir-review li kien għamel il-kunsill li kien twaqqaf wara l-elezzjoni ta' l- 1987 jgħid li f'dawn l-aħħar erba' snin kien sar xogħol siewi fuq a national strategy for information technology.", "Dan ix-xogħol siewi ma kienx marbut biss ma' dak li kien qed isir permezz tal-Kunsill Nazzjonali għax- Xjenza u Teknoloġija u ta' entitajiet u kumitati oħrajn imma kien abbażi ta' l-għażla li kien għamel il-Partit Nazzjonalista malli tela' fil-gvern fl-1987 meta għaraf li ma jistax ikun li dan il-pajjiż jiżviluppa jekk ma jifhimx li t-telekomunikazzjoni kienet il-bażi għal kull infrastruttura.", "Din l-għażla kienet saret bl-iktar mod serju u llum qed naraw li permezz tagħha dan il-pajjiż għandu tip ta' teknoloġija li jagħmilha possibbli li jsir żvilupp fl-aspett ta' l-informatika.", "Madam Speaker, fl-ewwel snin li kont f'dan il-Parlament, jiġifieri madwar għaxar snin ilu, waqt diskors li kien għamel l-ex-Segretarju Parlamentari Muscat, Alla jaħfirlu, li kien responsabbli minn dan il-qasam, kien tagħni l-okkażżjoni biex insemmi l-importanza li jkollna telekomunikazzjoni permezz tal-fibre optic.", "Jien niftakar li dakinhar kont iddiskrivejt li l- ħtieġa li f'pajjiżna jkollna struttura u infrastruttura ta' l-informatika hija importanti daqskemm kien importanti l-bżonn li jkollna l-elettriku kullimkien.", "It-teknoloġija ta' l-informatika hija kruċjali għal kull pajjiż imma din tassumi importanza akbar f'pajjiż żgħir.", "Dan għaliex pajjiż żgħir ikollu riżorsi limitati, speċjalment fir-riċerka, u għalhekk ikun irid ifittex kontinwament li javvanza permezz tat-teknoloġija li tkun qed tiżviluppa madwar id-dinja.", "GĦalhekk hemm bżonn li pajjiżna jżomm ruħu aġġornat kontinwament f'dan il-qasam u biex nilħqu dan l-għan wieħed għandu jagħti l-appoġġ tiegħu lil din il-kummissjoni ħalli min-naħa tagħha din tkompli għaddejja b'review ta' dak ix-xogħol kollu li sar u biex tkompli dejjem miexja bl-istess ritmu għax jekk tnaqqas ir-ritmu tfisser li din qed taqa' lura u barra minn hekk il-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika jinsab miexi b'pass mill-iktar avvanzat.", "Madam Speaker, hawn ta' min jgħid li wieħed mit-thrusts li ġie ssuġġerit lill-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika huwa l-bżonn li fost l-oħrajn ikun hemm state of the art telecommunication services, cellular and wireless network paging.", "GĦalkemm f'pajjiżna għad m'għandniex is-sistema tal-paging din diġa' teżisti u bl-iżvilupp li qed isir, il- pagers saru speċi ta' arloġġi li wieħed jista' jilbishom fuq idejh biex b'din it-teknoloġija sofistikata, per eżempju, waqt li jkun għaddej bix- xogħol tiegħu wieħed ikollu mezz kif jikkomunika ma' ħaddieħor u ħaddieħor jikkomunika miegħu mingħajr il-bżonn ta' makkinarju goff.", "Madam Speaker, jidher li f'pajjiżna l-kultura tat-teknoloġija ta' l- informatika dieħla dejjem iktar u dan huwa sinjal pożittiv għax din tista' sservi ta' gwadann mhux biss f'livell ta' edukazzjoni imma tista' sservi wkoll biex tagħti dak il-vantaġġ kompetittiv li pajjiżna, bħala pajjiż żgħir, irid ikompli ifittex kontinwament.", "Fil-fatt nixtieq inpoġġi għall- konsiderazzjoni tal-Ministru responsabbli li waħda mill-funzjonijiet li għandu jkollha din il-kummissjoni hija li tara l-iżviluppi kollha li jsiru f'dan il-qasam u tanalizzahom fl-isfond ta' kif dawn jistgħu jirrendu lil pajjiżna iktar kompetittiv internazzjonalment.", "Ikolli nirrimarka li sfortunatament l-Oppożizzjoni Laburista kienet ikkritikat ħafna l- inizjattiva li kien ħa l-Kunsill Nazzjonali għax-Xjenza u Teknoloġija fl- organizzazzjoni tal-\"ġimgħa ta' xjenza u teknoloġija\", liema kritika kienet diretta lejn l-ispiża li ntnefqet fuqha.", "Fil-fatt din l-inizjattiva kellha suċċess enormi tant li kienu attendew għaliha għexieren ta' eluf ta' studenti, ġenituri u ċittadini għax permezz tagħha setgħu jifhmu iktar mill- qrib ir-realta' xjentifika u teknoloġika f'Malta, kif ukoll setgħu jifhmu bl-iktar mod sempliċi ċerti prinċipji xjentifiċi li forsi f'ħajjithom u fil- formazzjoni edukattiva li ħadu ma kellhomx iċ-ċans jitgħallmuhom.", "Jiena nistenna li inizjattiva bħal din għandha tkun il-mera ta' inizjattivi oħra li għandhom jittieħdu fis-snin li ġejjin għaliex dik l-inizjattiva swiet biex tippopolarizza x-xjenza u t-teknoloġija f'pajjiżna.", "Naturalment hemm ħafna inizjattivi oħrajn x'jistgħu jittieħdu, fosthom bl-użu tal-media u tat-televiżjoni.", "Kemm jista' jkun għandu jkun hemm din it-tip ta' popolarizzazzjoni b'mod kontinwu.", "Inizjattivi bħal dawn għandhom jitkomplew mhux għaliex saru mill-Gvern ta' qabel imma għaliex dawn ħallew il-ġid u l-affarijiet li jħallu l-ġid ma naħsibx li għandna nippolitiċiżżawhom, anzi affarijiet li jkunu ta' fejda għas-soċjeta' tagħna kemm jista' jkun għandna nsostnuhom.", "Madam Speaker, huwa essenzjali li l-kultura ta' l-informatika tkompli tiġi żviluppata fl-iskejjel.", "Meta fil-poter kien hemm il-Gvern Nazzjonalista kien inbeda l-programm għall-introduzzjoni tal-computers fl- iskejjel primarji.", "Milli jidher din il-kummissjoni se tissuġġerixxi li jkompli jiġi żviluppat dan il-proġett li kien inbeda taħt l- amministrazzjoni l-oħra għax din fil-fatt issuġġeriet li jsiru proġetti li huma marbutin ma' dak li diġa' sar bħal, per eżempju, li fl-iskejjel ikun hemm l-internet.", "Illum qed naraw li l-internet dieħel f'numru ta' skejjel u f'ħafna djar.", "L-internet kienet esperjenza importanti għal dan il- pajjiż.", "L-ewwel esperjenzi fejn il-Gvern ta' dak iż-żmien utilizza d- distinzjoni bejn il-mod regolatorju u l-mod ta' operazzjoni naħseb li kien proprju fil-qasam ta' l-informatika.", "Din ir-regolamentazzjoni kien ħadha minn idejn it-Telemalta billi lil din il-korporazzjoni l-Gvern għamilha bħala waħda minn fost numru ta' operaturi ta' l-internet.", "Din kienet l- ewwel esperjenza li għadda minnha dan il-pajjiż u din tant imxiet smoothly li ħafna nies lanqas biss indunaw x'kien qed iseħħ.", "Il-Gvern ta' dak iż- żmien kien ħaseb biex jilliberalizza dan is-suq u biex kemm jista' jkun jiftaħ il-possibbiltajiet li ċ-ċittadin tagħna jkollu għażla f'dawk li huma operaturi li jagħtuh aċċess għall-internet.", "Madam Speaker, kif qal tajjeb l-Onor.", "Sceberras Trigona l-internet hija sistema ta' informazzjoni illi għandha ħafna mill-konċett tal-common ownership ta' l-informazzjoni.", "Jien naħseb li l-qalba tal-ħsieb ta' l- internet hija illi din tkun mezz li bih l-informazzjoni tkun tista' liberament tgħaddi minn persuna għal oħra jew minn grupp ta' persuni għal ieħor.", "Jien naħseb li din hija rivoluzzjoni sħiħa mhux biss f'pajjiżna jew fil-kummerċ elettroniku imma wkoll fil-mod kif joperaw l-oqsma tal-kultura, ta' l-edukazzjoni u tal-komunikazzjoni fl-aktar sens wiesa' tagħhom.", "Għalhekk naħseb li l-internet hija waħda mill-affarijiet li din il- kummissjoni trid iżżomm quddiem għajnejha kontinwament għaliex dan huwa żvilupp illi se jbiddel il-mod ta' kif jikkomunikaw in-nies u f'ċertu aspett anke kif jgħixu u kif jaħdmu.", "Din il-kummissjoni mhux biss għandha tħares u taġġorna perjodikament l-istrateġiji nazzjonali imma għandu jkollha strateġiji oħra bħalma huma kif il-popolarizzazzjoni ta' l-użu ta' l-internet tista' taffettwa l-patterns tal-mod ta' kif ngħixu, kif tista' tgħin lil ċerti setturi li għandhom diffikultajiet fiżiċi biex jintegraw ruħhom fis-soċjeta' tagħna, kif tista' tgħin setturi oħrajn biex ikollhom mezz ta' tagħlim fid-djar tagħhom permezz ta' l-internet u kif tista' tgħin biex ikun hemm żviluppi fil-mod ta' kif jaħdmu n-nies minn djarhom.", "Madam Speaker, l-informatika se tkun qed tbiddel kontinwament dak li s'issa hu normali fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Per eżempju, l-Onor.", "Sceberras Trigona semma t-telemedicine li kienet waħda mit-temi li kienu ntgħażlu għall-world development telecommunications conference, id-WDTC, li għandha ssir f'pajjiżna s-sena d-dieħla.", "Dan huwa aspett importanti ħafna rigward kif inti tista' tuża' l-informatika biex tagħmel konsulti mediċi fuq l-iscreen permezz tas-sistemi elettroniċi ta' l- informatika u, aktar minn hekk, permezz tal-konverġenza li qed issir mad- dinja kiollha bejn it-trasmissjoni tad-data, ta' l-immaġini u tal-vuċi.", "Dan huwa żvilupp importanti ħafna li rridu nkomplu niżviluppawh bħala parti mill-infrastruttura tal-pajjiż.", "Fil-fatt dan għandu jwassalna biex ma nieqfux fuq il-livell ta' telekomunikazzjoni li għandna imma li nimxu lejn l-aspett ta' l-ISDN - integrated service digital network - u lejn aspetti oħrajn li jintegraw b'mod ħafna aktar effettiv l-immaġini, il-vuċi u t- trasmissjoni tad-data.", "Hu ta' interess partikolari għalina li l-aspett tat- telemedicine ikun inkluż fid-WDTC għaliex aħna mhux biss qed niżviluppaw l- infrastruttura tat-telekomunikazzjoni imma għandha tradizzjoni kbira, antika u ta' eċċellenza fil-mediċina.", "Dan ifisser li min ikollu bżonn li jfittex nies esperti f'ċerti areas partikolari li f'pajjiżna m'għandniex ikun jista' juża din is-sistema biex jieħu l-pariri neċessarji minn għandhom mingħajr ma jkollu bżonn li fiżikament imur minn pajjiż għall- ieħor.", "Dan huwa aspett li qed inpoġġih bħala eżempju f'dan id-dibattitu biex bih nuri kif aħna nistgħu nużaw l-informatika biex ċerti aspetti ta' eċċellenza li għandna f'dan il-pajjiż, f'dak li huwa żvilupp u knowhow, inkunu nistgħu nutilizzawhom internazzjonalment.", "Madam Speaker, issemmiet ħafna l-Unjoni Ewropea u l-Onor.", "Sceberras Trigona qalilna li l-fatt li llum id-dinja saret villaġġ globali huwa punt li jaħdem kontra li nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din in-naħa tal- Kamra temmen li huwa fl-interess ta' Malta li nkunu fl-Unjoni Ewropea għax Malta tista' tiggwadanja immensament anke fil-qasam tat-teknoloġija ta' l- informatika.", "Jiena għadni niftakar bl-iktar mod ċar il-laqgħa li kelli hawn Malta mal-Kummissarju Bangemann, responsabbli minn dan is-settur, fejn kien stqarr pubblikament li Malta ġiet identifikata biex issir wieħed miċ- ċentri ta' eċċellenza tat-teknoloġija ta' l-informatika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan kollu kien marbut mas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Fil- fatt wara l-konferenza msejħa MARIS, dwar kif it-teknoloġija tal- komunikazzjoni tista' tintuża fil-qasam marittimu u kif dan jista' jssaħħaħ ir-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji, aħna konna għamilnielu preżentazzjoni permezz tat-Telemalta dwar is-sitwazzjoni ta' l-iżvilupp tat- telekomunikazzjonijiet f'pajjiżna, liema preżentazzjoni serviet bħala konferma ta' kemm dan il-pajjiż żviluppa f'dan il-qasam.", "Aħna nisperaw li din l-inizjattiva ma tintilifx imma li forsi jinstabilha qafas ġdid fil- proċess tal-Euro-Med għax jien nemmen bis-sħiħ li x-xogħol li sar biex Malta tkun tista' ssir ċentru ta' eċċellenza fl-informatika għandu jiġi utilizzat anke fid-dimensjoni Ewro-Mediterranja.", "Aħna nemmnu li l-Unjoni Ewropea setgħet tagħtina impetus aktar b'saħħtu, setgħet żżommna għaddejjin b'ritmu iktar mgħaġġel, setgħet tagħtina l-possibbilta' ta' finanzjament għal setturi bħal dawn u setgħet tagħtina wkoll l-appoġġ tagħha għall-iżvilupp ta' dawn is-setturi li minnhom mhux biss igawdi s- settur ta' l-informatika imma tgawdi l-ekonomija u s-soċjeta' kollha.", "Dan huwa aspett li ma rridux nitilfuh f'din id-diskussjoni li qed issir fuq it- telekomunikazzjoni u t-teknoloġija ta' l-informatika, għax ħafna drabi meta titkellem fuq dan is-settur hekk varju u dinamiku jkollok it-tentazzjoni li titkellem fuqu biss u tinsa jew titlef id-dimensjoni ħafna iktar wiesgħa ta' dan is-settur li tagħmlu tant kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku, li jġib miegħu il-ħolqien ta' l-impjiegi u aktar kompetittivita' fuq livell internazzjonali.", "Fis-sebgħinijiet, jiġifieri meta kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern, kien hawn il-biża' illi t-teknoloġija l-ġdida setgħet tfisser it-telfien ta' l-impjiegi.", "Fil-verita' l-effett huwa assolutament kuntrarju għax jekk f'dan il-qasam inti ma żżommx ruħek aġġornat kontinwament tibda titlef l-impjiegi u hawnhekk wieħed jinnota b'sodisfazzjon illi din it-tagħlima ttieħdet u li dik il-biża' issa ġiet sorpassata.", "Jiena nemmen li waħda mill-affarijiet li din il-kummissjoni għandha tikkonsidra hija li, kif din is-sistema ta' l-informatika ma tistax tifridha mill-iżviluppi li qed isiru fl-oqsma tal-computers, ta' l- internet, tad-data transmission, ta' l-ASDM u tat-telekomunikazzjoni, hekk wkoll ma tistax tifridha mill-iżviluppi li qed isiru fil-qasam tax-xandir u tal-media.", "Dan għaliex illum qed tisparixxi d-distinzjoni bejn qasam u ieħor, bħalma qed jisparixxi wkoll il-konċett li t-telekomunikazzjonijiet huma xi ħaġa sterili jew xi ħaġa amorali ikella xi ħaġa apolitica.", "Fil- fatt l-ITU għal ħafna snin kienet issostni li l-telekomunikazzjonijiet huma xi ħaġa teknika u allura fihom ma jidħlux aspetti morali u politiċi.", "Jiena naħseb li l-internet waqqa' dak l-argument tant li llum l-ITU qiegħda tara kif tista' ssir xi forma ta' regolamentazzjoni biex tassigura li dak li qed isir fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jiġi kkonsidrat fir-rigward tal- content tiegħu u mhux it-telekomunikazzjonijiet qishom ma fihom content ta' xejn.", "Fid-dinja kollha qed iseħħu żviluppi biex kumpanniji tax-xandir isiru wkoll kumpanniji tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll li kumpanniji tat- telekomunikazzjoni jsiru wkoll kumpanniji tax-xandir.", "Qiegħed jidher bl- iktar mod ċar li dawn il-conversions se jkomplu għaddejjin u jien m'għandi l-ebda dubju li t-tieni fażi tar-rivoluzzjoni fix-xandir - l-ewwel fażi saret meta l-Gvern Nazzjonalista kien illiberalizza x-xandir -għandha tkun li dik il-liberalizzazzjoni li saret fir-rigward tax-xandir tkun marbuta wkoll mal-qasam tat-telekomunikazzjoni jew għallinqas li wieħed għandu jistudja l-iżvilupp li jista' jsir meta l-qasam tax-xandir żżewwġu mal- qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Dan huwa aspett li l-kummissjoni tista' tistudja u l-aħjar mod kif tagħmel dan huwa billi tara x'qegħdin jagħmlu pajjiżi oħra fl-istess rigward.", "Naturalment wieħed irid iħares lejn l-aspetti kollha biex b'hekk nevalwaw sew il-konsegwenzi.", "Madankollu huwa essenzjali li dan il-konċett ta' konverġenza bejn il-qasam tal-media u l-qasam tat-telekomunikazzjoni ma jintilifx għax fid-dinja ta' l-informatika dan huwa l-proċess li f'pajjiżi oħrajn diġa' qed iseħħ u allura ma naffordjawx li ma nikkonsidrawhx.", "Sur President, xi tfisser l-informatika għal pajjiżna?", "L-informatika huwa qasam li l-Gvern preċedenti tah importanza enormi għax aħna ridna nagħtu servizz modern lill-poplu.", "Gvern Nazzjonalista mhux biss ta brief lill-MSU biex tagħmel minn kollox biex tintroduċi t-teknoloġija ta' l- informatika fi ħdan is-sistema tal-gvern - naħseb li din kienet waħda mill- ikbar suċċessi li kellha l-MSU - imma kienet ukoll il-politika tal-Gvern ta' dak iż-żmien li jippopolarizza, jilliberalizza u li kemm jista' jkun jiftaħ il-possibbilta' li din it-teknoloġija tintuża miċ-ċittadini kollha biex b'hekk nagħtu dak is-sens ta' empowerment liċ-ċittadin.", "Hawnhekk nista' nfakkar fix-xogħol kollu li għamilna meta konna fil-gvern biex bnejna infrastruttura fil-qasam tat-telekomunikazzjoni li pajjiżna tant kellu bżonn u li sfortunatament tan-naħa l-oħra tant kienu jikkritikawna dwarha.", "Jien naħseb li ż-żmien tana raġun għax illum kulħadd jifhem li meta dħalna biex nibdlu l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni mill-qiegħ konna qed nagħtu servizz lil ġenerazzjonijiet futuri.", "Illum ħadd ma jmerik meta tgħidlu li l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna huwa intrinsikament marbut ma' l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni.", "Niftakarni niltaqa' ma' ditti barranin li kienu qegħdin jikkonsidraw li jiġu joperaw mill-Freeport ta' Marsaxlokk u dawn kienu jistaqsuni f'liema stat qegħdin t-telekomunikazzjonijiet f'pajjiżna, ovvjament biex jaraw kif jistgħu jintegraw ix-xogħol li jistgħu jagħmlu fil-Freeport ma' l-uffiċċji li għandhom madwar id-dinja.", "Wieħed irid jiftakar li aktar ma jkun hemm kumpanniji li jaħdmu fuq bażi globali u aktar ma pajjiż b'ekonomija relattivament żgħira, bħalma hija tagħna, jipprova jopera fis-swieq internazzjonali, huwa importanti ħafna li nżommu kontinwament quddiem għajnejna l-bżonn li s-sistemi ta' telekomunikazzjoni u tat-teknoloġija ta' l-informatika tagħna jkunu sistemi avvanzati li jħajru dak l-investiment li tant għandna bżonn.", "Sur President, dan huwa settur li rridu nkomplu nħarsu lejh u huwa żgur li dan se nkomplu nsegwuh bir-reqqa, kif għamilna aħna meta konna fil- gvern.", "Il-Partit Nazzjonalista ċertament li se jkompli jaġġorna l- politika tiegħu f'dan is-settur sabiex mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni nagħtu l-kontribut tagħna lejn il-poplu.", "Aħna ma nistgħux ma nħossuniex sodisfatti u kburin b'dak li għamilna meta konna fil-gvern għax lil dan is- settur aħna tajnih boost kbira u naħseb li dan huwa fatt rikonoxxut nazzjonalment.", "Għalhekk tkun ħaġa tajba li l-Gvern Laburista jżomm ir- ritmu li konna għaddejjin bih ħalli lit-teknoloġija ta' l-informatika nkomplu nagħtuha l-importanza li ħaqqha.", "Hemm bżonn li f'dan il-pajjiż jkollna dibattitu kontinwu fuq din il-materja biex b'hekk it-teknoloġija ta' l-informatika tinxtered mal-pajjiż, titneħħa kull biża' li jista' jkun hemm u biex naċċertaw li din tkun ta' l-aqwa kwalita' għax - hawn se nerġa' lura għal dak li kont rrimarkajt ftit inqas minn għaxar snin ilu f'dan il- Parlament - din hija importanti daqskemm huwa importanti li jkollna d-dawl u l-ilma.", "Sur President, it-teknoloġija ta' l-informatika hija importanti anke għall-għażliet strateġiċi tagħna u għaldaqstant kien importantissimu li dan il-pajjiż ikun jista' jifforma parti mill-information super highway, liema għażla kien fil-fatt ħadha l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Permezz ta' fibre optic cable li jinsab għaddej minn qiegħ il-baħar żidna l-kapaċita' u s-saħħa tat-trasmissjoni.", "Dak l-investiment li konna għamilna qegħdin ingawdu minnu llum u se nibqgħu ngawdu minnu għal xi żmien, pero' jekk aħna rridu li nżommu u nsostnu a state of the art service, kif nemmen li din il-kumissjoni se tipprova tagħmel, hemm bżonn li s-servizz tat- telekomunikazzjoni jiġi żviluppat aktar bħal, per eżempju, f'dawk li huma networks li għandna ma' pajjiżi oħrajn fil-Mediterran.", "Dan għaliex biex nattiraw aktar xogħol u aktar investiment lejn pajjiżna ma rridux naqgħu lura mal-pajjiżi oħrajn kompetituri tagħna.", "Per eżempju, nafu li Ċipru għandu komunikazzjoni tajba mhux biss mal-Mediterran u mal-bqija ta' l- Ewropa, iżda permezz ta' cables li għaddejjin minn qiegħ il-baħar huwa mqabbad ma' diversi postijiet fl-Afrika u fl-Asja u allura dan jagħti lil Ċipru vantaġġ qawwi f'għajnejn l-investituri.", "Dan il-fattur, fil-fehma tiegħi, ma nistgħux nitraskurawh.", "Sur President, bħala ministru jien kont ħadt l-inkarigu li nara kif nistgħu niżviluppaw dejjem aktar is-settur ta' l-informatika u f'dan ir-rigward jien kont bdejt nagħmel laqgħat regolari ma' l-MDC u mal-ministru li dak iż-żmien kien responsabbli mill-industrija.", "Din hija xi ħaġa marbuta ma' dak li aħna nistgħu noffru biex nattiraw kumpanniji li għalihom l-informatika hija essenzjali.", "Din kienet idea u inizjattiva tiegħi personali li fiha kont nara strateġija li tista' twassalna għal tragwardi dejjem akbar u għalhekk jien nawgura li din l- inizjattiva tkompli għaddejja.", "Fi żmien meta jien kont responsabbli mill-qasam tat-telekomunikazzjoni, il-Korporazzjoni Telemalta kienet qed tħares ukoll lejn il-possibbilta' li bħalma ngħaqadna ma' l-Italja ningħaqdu wkoll mat-Tuneżija ħalli b'hekk nagħmluha possibbli li jinħoloq circuit bejn Malta, l-Italja u t-Tuneżija permezz ta' fibre optic link li jservi ta' utilita' għal min irid jittrasmetti d-data u jikkomunika minn kontinent għal ieħor u għal min ikun għaddej mhux biss minn north għas-south imma anke mill-east għall-west tal-Mediterran.", "Dan forsi m'huwiex direttament fil-brief ta' din il- kummissjoni imma dan żgur li jorbot max-xogħol li hi trid tagħmel għaliex xogħolha huwa li tara li jkollna sistema ta' telekomunikazzjoni kontinwament aġġornata u żviluppata biex pajjiżna jkun jista' jikkompeti ma' pajjiżi oħrajn.", "F'dan il-qasam nistgħu noqogħdu żguri li ħaddieħor m'huwiex qed jistenna lilna u dan ikollu sinifikat akbar meta pajjiżi oħra kompetituri tagħna għada pitgħada jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ċerti pajjiżi kompetituri tagħna se jieħdu vantaġġ fuqna għaliex se jkunu nvoluti fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea, se jirċievu finanzjament mill- Unjoni u allura se jgawdu minn aktar benefiċċji.", "Jien jidhirli li l-Gvern preżenti għamel għażla sfortunata għax bħala pajjiż issa ċedejna d-dritt li nkunu l-membru li jmiss ta' l-Unjoni u allura se nitilfu dak il-vantaġġ", "Sur President, qegħdin ngħidu dan kollu mhux għaliex b'xi mod irridu nfixklu x-xogħol ta' din il-kummissjoni, anzi l-kritika u l-kummenti kollha li din in-naħa tal-Kamra għandha dritt li tagħmel - u li beħsiebha tkompli tagħmel - huma ntenzjonati biex ir-riżultati ta' din il-kummissjoni jkunu dejjem fl-interess ta' pajjiżna.", "Jien nawgura li l-expertise, it- training u l-background tan-nies li se jkunu fuq din il-kummissjoni jutilizzawh għall-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Ċertament huwa f'postu li wieħed jawgura li din il-kummissjoni tkompli fit-triq li konna qbadna aħna u li tagħmel review u aġġornament kontinwu ta' l-istrateġija nazzjonali tat- teknoloġija ta' l-informatika.", "Il-kummissjoni trid tagħmel dan fil-qafas ta' kif pajjiżna jrid jilħaq grad dejjem ogħla ta' kompetittivita' billi jkollna formazzjoni edukattiva aktar b'saħħitha, kif ukoll billi ma nibżgħux mill-ġdid għax jekk Malta ma żommx ruħha aġġornata ma tkunx tista' tagħmel progress.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrja): Sur President, jiena segwejt dan id-dibattitu u jidher ċar li hemm ħafna punti fejn b'mod ġenerali ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuqhom, għalkemm naturalment imbagħad hemm punti speċifiċi fejn m'aħniex naqblu fuqhom.", "Hawnhekk xtaqt nirriferi l-iktar għad-diskors tax-shadow minister, l-Onor.", "Josef Bonnici, u se nirrispondi għal xi rimarki li għamel.", "Napprezza l-fatt li l-Onor.", "Membru qal li l-Gvern Laburista għandu politika li se teħodna full speed ahead fid-direzzjoni ta' l-informatika.", "Ċertament li bħala poplu għandna nitgħallmu nużaw il-mezzi ta' l- informatika u li dawn għandna narawhom bħala għodda siewja sabiex inżidu l- effiċjenza u ntejbu l-isforzi tagħna.", "Jien ngħidha mingħajr tlaqliq li ċerti diskorsi li jippruvaw jitfgħu dubji fuq il-ħidma ta' Gvern Laburista ġdid fil-qasam ta' l-informatika m'huma xejn ħlief diskorsi mingħajr sugu u nżid ngħid li huwa ħażin li biex tipprova tagħmel gwadann politiku tipponta subgħajk għal dak li seta' ġara fi żmenijiet oħra biex tqanqal dibattitu fuq ħwejjeġ tal-passat meta diskors bħal dak huwa kollu out of context.", "M'hemmx dubju li dan il-Gvern altru li huwa committed li jipprovdi u jtejjeb l-infrastruttura neċessarja għal sistemi moderni ta' telekomunikazzjoni, aktar u aktar meta dawn qegħdin jagħmlu ħerba minn konċetti li sal-lum għadna nqiesuhom bħala reliable and efficient.", "Sur President, forsi l-akbar rivoluzzjoni kienet proprju f'dak li ġara bis-saħħa ta' l-internet.", "Min-network li kellu l-oriġini tiegħu f'sistemi militari fi żmien is-sittinijiet, illum nafu li madwar id-dinja hawn kważi 40 miljun ruħ jużaw dan in-network u probabbilment sakemm niġu biex nibdew is-seklu l-ġdid dan in-numru se jkun tela' għal madwar 200 miljun.", "Ilkoll smajna bl-istqarrija min-naħa tal-President ta' l-Istati Uniti li sa tliet snin oħra 20% tal-kummerċ se jibda jsir permezz ta' l-internet.", "Qed ngħid dan biex wieħed jifhem u japprezza l-importanza ta' din ir- rivoluzzjoni fil-qasam ta' l-informatika u f'dak li għandu x'jaqsam mal- oqsam kummerċjali u industrijali.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li l-konċetti tradizzjonali qed jitmermru, inkluż l-konċett territorjali meta wieħed jiġi biex jara liema liġi tapplika f'każ ta' transazzjoni permezz ta' l- internet bejn ċittadini ta' nazzjonijiet differenti.", "Per eżempju, meta wieħed jixtri ktieb minn fuq l-internet huwa probabbli li tapplika l-liġi ta' dak il-pajjiż fejn qiegħed il-ħanut u mhux il-liġi tal-pajjiż ta' dak l-individwu li jkun qed jixtri u għaldaqstant dawn il-konċetti joħolqu sfidi ġodda li rridu nkunu lesti li niffaċċjawhom.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika se jkollha żżomm dawn il- problemi quddiemha, kemm fl-operat tagħha u kemm fit-tfassil ta' l- istrateġija nazzjonali.", "M'hemmx dubju li l-operat ta' din il-kummissjoni se jkun wieħed oneruż ħafna u allura wieħed bl-ebda mod ma jista' inaqqas mir-responsabbiltajiet li se jkollha din il-kummissjoni.", "L-informatika għandha u se jibqa' jkollha sehem importanti fl-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Kif semma tajjeb l-Onor.", "Josef Bonnici, f'pajjiżna għandna diversi intrapriżi li huma direttament relatati mal-produzzjoni ta' oġġetti ta' teknoloġija għolja.", "M'hemmx dubju li dan il-Gvern huwa kommess li kemm jista' jkun jagħti support sħiħ lil din it-tip ta' industrija, iżda hawnhekk ta' min jgħid li fl-industrija tal-manifattura l-informatika m'hijiex limitata għall-produzzjoni ta' dawn il-prodotti biss.", "Riċentement jien kelli l-opportunita' nżur fabbriki li jisfruttaw l-informatika sabiex iżidu l-produttivita' u jnaqqsu l-ħela.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Bonnici, anke fabbriki fil-qasam tat-tessuti jużaw it-teknoloġija avvanzata ta' l- informatika biex jibqgħu kompetittivi.", "Per eżempju, fabbrika tat-tessuti tuża software speċjali li jgħinha taħli l-inqas drapp possibbli u meta wieħed jibda jara dawn l-affarijiet b'għajnejh, iktar ikun jista' japprezza kemm l-informatika għandha relazzjoni diretta mal-qasam industrijali.", "Sur President, jien naqbel ma' l-Onor.", "Josef Bonnici li għandu jsir sforz kollettiv biex entitajiet governattivi jpoġġu għad-dispożizzjoni tal- pubbliku materjal f'forma diġitali, kemm fuq l-internet kif ukoll fuq CD- Rom.", "Fil-fatt, hawnhekk jien nixtieq nappella għal inizjattiva akbar min- naħa tas-servizz pubbliku f'dan il-qasam.", "B'dan il-pass ikollna ħafna vantaġġi għax jekk, per eżempju, nieħdu l-metodu ta' printing dan se jkun mill-aktar environmental friendly peress li ma tinħeliex karta bla bżonn billi l-pubbliku jkollu aċċess għall-informazzjoni bl-iktar mod faċli u mingħajr il-ħtieġa li din tkun printed fuq il-karta.", "Barra minn hekk il- gvern għandu l-possibbilta', biex ma ngħidx id-dmir, li jagħti aċċess għal ċerta informazzjoni u għall-pubblikazzjonijiet ta' natura uffiċjali.", "Il- metodu tat-teknoloġija ta' l-informatika jista' jkun ideali sabiex dan il- materjal jitqassam u jiġi aġġornat perijodikament.", "Pero' l-isforz tal-gvern f'dan il-qasam għandu jkun iktar profond fis-sens li l-informazzjoni li l- gvern jiġbor għandha tkun aċċessibbli għaċ-ċittadin.", "Il-Gvern preċedenti kien wiegħed liġi li tagħti aċċess għal din l-informazzjoni taħt il- prinċipju magħruf tal-freedom of information imma qatt ma kien wasal biex jimplimenta dik il-wegħda.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-qasam tad-data protection għax pajjiżna huwa wieħed minn mill-ftit li, għalkemm huwa ċivilizzat, m'għandux liġi li tipproteġi d-data personali u privata ta' l-individwu.", "Nista' ngħid li bħalissa qed isir sforz kbir min-naħa tal-Gvern preżenti f'din id- direzzjoni u fil-fatt fi ħdan il-ministeru tiegħi hemm task force li qed tistudja s-sitwazzjoni preżenti biex toħroġ b'liġi li tirrimedja l- anomaliji li jeżistu bħalissa.", "X'inhuma dawn l-anomaliji?", "Filwaqt li napprezza l-investiment li sar fl-infrastruttura għat-teknoloġija b'riferenza diretta għall-qasam tat-telekomunikazzjoni u b'mod iktar ġenerali fl-informatika, irrid insemmi l-fatt li l-liġijiet ta' pajjiżna ma mxewx paripassu mar-rivoluzzjoni li sibna ruħna fiha.", "GĦalhekk huwa għalxejn li aħna ngħidu li xtaqna nħajru lejn Malta iktar industriji ta' din in-natura meta parti mill-infrastruttura kienet għadha nieqsa.", "Per eżempju, filwaqt li fil-liġi kriminali hemm ħafna reati li ma jkoprux atti kommessi bl-intervent tal-computers, imbagħad hemm oħrajn li huma dubjużi.", "F'ċerti każijiet il-liġijiet ta' pajjiżna ma jinkriminax il-hacking, jiġifieri l-aċċess bla permess f'sistema komputerizzata.", "Barra minn hekk, s'issa għadha ħaġa dubjuża kemm il-frodi bil-computer huwa reat għax, għalkemm f'pajjiżna ftit kellna każijiet bħal dawn, hemm tendenza li anke l- kriminali Maltin isiru hi-tech u għalhekk aħna għandna r-responsabbilta' morali li nagħtu l-aħjar protezzjoni liċ-ċittadin.", "Dawn huma ftit mill- isfidi li għandu quddiemu kemm dan il-Gvern modern u dinamiku kif ukoll din il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika li qed niddibattu dwarha.", "Sur President, jien nista' nassigura lil kulħadd li Gvern Laburista ġdid jinsab geared up għall-isfidi kollha tal-millenju l-ġdid, pero' sfortunatament f'kull dibattitu ta' din il-Kamra wieħed dejjem qed jaqa' fl- istess diskors, jiġifieri dwar jekk Malta kenitx se tiggwadanja iktar kieku daħlet fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dan id-diskors kważi qed jintuża minn kull Onor. Membru li jagħmel diskors fuq kull liġi li tersaq quddiem dan il- Parlament.", "Jien xi kultant nimmeravilja ruħi meta nisma' lill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni jgħidu li fil-qasam tat-teknoloġija hemm globalisation tas- settur ta' l-informatika u li hemm dinja oħra barra l-Ewropa, jiġifieri l- Asja, il-Ġappun partikolarment, u l-Amerka, kif fil-fatt semma' l-Onor.", "Pullicino.", "Dan il-kumment kien f'waqtu ħafna.", "B'daqshekk ma rridx ngħid li l-Ewropa m'għandhiex l-importanza tagħha f'dan is-settur - dażgur li għandha! - imma mbagħad aħna ma nistgħux ngħidu li l-fatt li l-poplu eleġġa gvern b'mandat ċar li ma jisseħibx bħala membru sħiħ ma' l-Unjoni Ewropea, b'daqshekk m'hemmx dinja oħra x'tiġi sfruttata fil-qasam ta' l-informatika!", "Sur President, jien nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nawgura suċċess lil din il-kummissjoni fir-responsabbiltajiet kbar li għandha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, f'dan il-Parlament illum qed niddiskutu l-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika, liema kummissjoni se tkompli taħdem biex twettaq dak li kien beda jsir mill- unit nazzjonali għall-informazzjoni teknoloġika li kien twaqqaf taħt il- Gvern Nazzjonalista.", "Illum aħna qed niddiskutu t-terms of reference ta' din il-kummissjoni u fl-istess ħin allura qed nifhmu kemm huwa importanti li mingħajr dewmien din tgħaddi mill-paroli għall-fatti.", "M'għandix dubbju li ħafna mid-deċiżjonijiet li mistennija tieħu din il-kummissjoni se jkunu onerużi għax jittrattaw materjal li għalina għadu ġdid.", "Pajjiżna għadu fil- bidu ta' ħidma estensiva f'dan il-qasam u għalhekk, kummenti pikużi bħal, ngħidu aħna, li l-Gvern preċedenti għamel ftit li xejn bl-organizzazzjoni li kien waqqaf, ma narahomx serji, anzi nemmen li din il-kummissjoni se tkun f'pożizzjoni li taħdem aħjar permezz ta' dak li diġa' sar.", "Pero' importanti nifhmu li f'dan il-qasam għadna fil-bidu u għalhekk dak li nagħmlu għandna nagħmluh b'ċertu impenn għax is-suċċess jirrikjedi responsabbilta' u sforz kemm min-naħa tal-kummissjoni, kif ukoll min-naħa tal-Gvern li se jwaqqafha u li se jiffinanzjaha.", "Il-fatt li ħadna daqshekk fit-tul biex niddibattu dan is-suġġett juri kemm qed nagħtuh importanza proprju għax qed nifhmu li ma nistgħux naqgħu lura u lanqas nitilfu l-ħin.", "Permezz ta' din il-kummissjoni għandna naraw żvilupp f'diversi setturi, fosthom fiċ-ċivil, fl-edukazzjoni, fil-kummerċ, fil-politika lokali u fit- tisħiħ tal-komunita'.", "Jien segwejt lill-Ministru Bartolo jitkellem fuq dan il-qasam u bejni u bejn ruħi għidt li għandu problemi kbar, speċjalment biex jagħti l-ħajja lil dawk l-ideali li tkellem dwarhom.", "Sur President, nixtieq nagħmel osservazzjoni li għalkemm id-dokument li l-Ministru ppreżenta fih diversi terms of reference dan jien ma narahx bħala business plan, jiġifieri li dak li hemm miktub fih se jissarraf fi programm ta' ħidma.", "Filwaqt li jien nemmen li l-Ministru għandu fiduċja fil-membri li għażel fuq din il-kummissjoni, naqbel mar-raġunijiet li semma sieħbi l-Onor.", "George Pullicino għaliex aħna għandna xi dubji f'uħud minn dawn il-membri.", "GĦalhekk nixtieq li meta jgħaddi għall-winding up il- Ministru jispjegalna kif se nassiguraw li dan id-dokument fil-fatt se jaħdem.", "Pajjiżna ma jistax jaqa' lura f'dan il-qasam u għalhekk in- negozji, l-iskejjel u l-kunsilli lokali għandhom jaġġornaw ruħhom ukoll għax ġaladarba dawn qed jagħtu servizz lill-poplu, għandhom ikunu effettivi fil-mod kif jagħtu dan is-servizz skond il-ħteġijiet ta' llum.", "Il-ħidma ta' din il-kummissjoni hija waħda kruċjali.", "Fl-istorja taċ-Ċina nisimgħu bil-ġrajja tar-rivoluzzjoni kulturali u hawnhekk jien naħseb li l-Ministru bħalissa għandu r-responsabbilta' li jara li s-soċjeta' tagħna tieħu sehem kontinwu fil-bidliet kbar li hemm bżonn isiru fid-diversi aspetti tal-ħajja tagħha.", "Din il-kummissjoni għandha wkoll ir-responsabbilta' li toffri direzzjoni f'dan il-qasam u wisq nibża' li jekk tfalli milli tagħmel dan, jista' jidħol il-periklu li n-negozju jieħu over dik id-direzzjoni.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti għax għalkemm għandi fiduċja fin- negozjanti jien ninsab konxju li hemm differenza bejn ir-responsabbilta' tan-negozjant u dik tal-politiku.", "Jien nemmen li s-suq jista' jkun l- enerġija wara din il-kummissjoni pero' jien qatt ma nittollera li s-suq ikun dak li jagħti d-direzzjoni għax inħoss li rridu nkunu iktar konkreti.", "Madam Speaker, f'dan id-dokument qed nosserva wkoll li mkien ma sibt riferenza għall-perijodu ta' żmien li fih din il-kummissjoni trid tagħmel il-ħidma tagħha.", "Meta partit politiku jkun fil-gvern jista' jaqa' fit- tentazzjoni li jwettaq bidliet, iressaq rapporti u jwaqqaf kummissjoni bħal din sempliċement biex ikun iwettaq il-programm elettorali tiegħu u għalhekk, peress li naf kemm hija importanti l-ħidma ta' din il- kummissjoni, hemm bżonn li dan id-dokument ikun verament mod ta' ħidma biex din il-kummissjoni ma tkunx kummissjoni finta.", "Naqbel perfettament mal- Ministru meta qal li llum ma nistgħux niżolaw ruħna mill-progress li qed isir madwarna.", "Fil-fatt, f'paġna 1 ta' dan id-dokument hemm ħsieb sabiħ ħafna li jgħid hekk:", "\"Bħalma n-nazzjonijiet ma jistgħux jgħaddu mingħajr l-ekonomija internazzjonali iżda huma mġiegħla jadattaw l-ekonomija tagħhom għall- kompetittivita', f'dan ir-rigward huma wkoll imġiegħla jadattaw għall- qawmien tas-soċjeta' informatika fuq livell globali.\".", "Lili dan il-kumment għoġobni ħafna għax juri li aħna, bħala pajjiż żgħir - fil-fatt l-Onor.", "Sceberras Trigona diġa' rrifera għal dan fid-diskors twil tiegħu - ma nistgħux niżolaw ruħna imma rridu naraw kif qed nipparagunaw ma' pajjiżi oħrajn f'din il-linja ta' komunikazzjoni.", "Sur President, jien nemmen li l-Gvern għandu jimpenja ruħu fl- iffinanzjar ta' dan il-proġett għax inkella d-dibattiti twal u sbieħ li nagħmlu f'dan il-Parlament ikunu kollha għal xejn jekk kemm-il darba ma jkollniex riżultati konkreti.", "X'se jiġri jekk din il-kummissjoni jkollha problemi ta' finanzjament?", "Hawnhekk nista' nagħti l-eżempju tal-proġett ta' Buġibba, fejn il-Gvern ried juri lill-poplu li hu kapaċi jagħmel xi ħaġa - forsi dan huwa stil maniġerjali! - pero' jien inqabbel l-iffinanzjar ta' dan il-proġett ma' bir bla qiegħ għax għalkemm spiss nistaqsu fuq kemm sewa dan il-proġett u kif intnefqu dawn il-flus qatt għadhom ma tawna risposta kompleta.", "Li qed nipprova ngħid li fejn il-Gvern irid jagħmel xi ħaġa kapaċi jiffinanzjaha u kapaċi jagħtiha s-saħħa meħtieġa u allura jien nistaqsi: Lil din il-kummissjoni se nagħtuha dik is-saħħa biex mill-kliem ngħaddu għall-fatti?", "Meta aħna qegħdin nifhmu u naqblu ma' l-importanza u mal-ħtieġa ta' dan kollu li qegħdin nitkellmu dwaru, u meta jidher li l- Ministru Bartolo jaf sewwa x'irid minn dan il-proġett, u meta nafu li l- futur ta' pajjiżna jiddependi mill-ħidma ta' din il-kummissjoni, allura ta' min jistaqsi: X'fondi se nallokaw u taħt liema ministeru se taqa' din il- kummissjoni?", "Jien żgur li l-Ministru Bartolo għandu din l-informazzjoni kollha u allura jien nistaqsi: Se jkun ġust miegħu innifsu u mal-poplu bil- budget li l-Gvern tiegħu se jalloka għall-ħidma ta' din il-kummissjoni?", "Din il-kummissjoni se tkun tista' taħdem bis-serjeta'?", "Kliem il-Ministru se jkun jista' jieħu l-ħajja?", "Niġi issa biex nagħmel rimarka rigward problema li tista' tinħoloq permezz tal-parteċipazzjoni ta' nies mill-MSU f'din il-kummissjoni.", "Jekk se jkollok nies mill-MSU biex jgħinu liċ-chairman ta' din il-kummissjoni, kif jidher li se jiġri, aħna għandna d-dubji tagħna dwar kemm dawn verament jistgħu jkunu kritiċi fil-konfini tal-ħidma ta' l-MSU.", "Wieħed mill- iskopijiet tal-kummissjoni huwa proprju li tanalizza x'tagħmel l-MSU fejn tidħol l-informatika u kif permezz ta' din il-ħidma nistgħu nġibu 'l quddiem l-iżvilupp ta' l-informatika fiċ-ċivil.", "GĦalkemm huwa tajjeb li jkun hemm uħud mill-impjegati ta' l-MSU jaħdmu ma' din il-kummissjoni, irridu noqogħdu attenti għax il-kummissjoni li qegħdin niddiskutu għandha terms of reference mod u l-MSU għandha terms of reference differenti.", "Minkejja li dawn għandhom jaħdmu flimkien, bħalma din il-kummissjoni tista' taħdem ma' ħafna awtoritajiet oħra, hemm bżonn tinżamm ċerta indipendenza biex il-ħidma tal-kummissjoni tkun verament tista' titwettaq.", "Qiegħed nagħmel din l-osservazzjoni għaliex nemmen li din il-kummissjoni trid tagħti kontribut qawwi u effettiv u m'hijiex lesta li tkun kummissjoni finta.", "Il-messaġġ li rrid inwassal bid-diskors tiegħi f'dan id-dibattitu huwa li m'għandniex nippermettu li xi settur mis-soċjeta' tagħna jaqa' lura u għalhekk din il-kummissjoni m'għandhiex tingħata d-direzzjoni min-negozju u lanqas għandha tkun nieqsa mill-finanzjament meħtieġ.", "Madam Speaker, bħala kelliemi għall-kunsilli lokali nħoss li l- informatika hija opportunita' għall-iżvilupp tal-politika lokali f'pajjiżna.", "Jiena jiddispjaċini li għad hawn x'uħud miż-żewġ naħat tal- Kamra li mid-diskorsi tagħhom f'dan il-Parlament jidhru li għadhom m'humiex konxji tas-siwi u l-importanza tal-istess kunsilli lokali.", "GĦad hawn min li meta jsemmi l-kunsilli lokali spiss ikun qiegħed jirriferi għalihom bħallikieku dawn huma xi kummissjoni jew xi dipartiment.", "Jiena nemmen li rridu nistmaw l-awtoritajiet skond ir-responsabbiltajiet li għandhom u allura rridu nifhmu li kunsilli lokali fl-aħħar mill-aħħar huma l-gvern lokali.", "Qed ngħid hekk għaliex kemm ilu li kellna l-bidla fil-gvern għadna ma rajniex sinjali li verament juru li lill-kunsilli lokali rridu nħalluhom f'iżjed liberta' biex verament jaħdmu ta' gvern lokali.", "Lill-kunsilli lokali rridu ngħinuhom jiżviluppaw politika lokali billi jibdew japprezzaw aktar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom biex b'hekk dawn verament isiru ċentru li jirrendi servizz lill-komunita'.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok, għaqqad mas-suġġett tal- Mozzjoni.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Napprezza li s-Sedja qiegħda ssegwini u naħseb li anke l-Ministru Bartolo qiegħed jifhimni.", "Jiena nara li l-kunsilli lokali qegħdin jirrendu servizz fil-komunita' u allura l-informazzjoni teknoloġika għandha twassal sabiex inkomplu nsaħħu l-informazzjoni fis-soċjeta', kemm bħala pajjiż kif ukoll bħala komunita'.", "Għalhekk jagħmel sens li nitkellmu fuq l-informazzjoni teknoloġika u l-kunsilli lokali.", "L-informazzjoni teknoloġika għandha tkompli twassal lejn it-tisħiħ tal-komunikazzjoni pero' dan ma jseħħx jekk, kif qal tajjeb il-Ministru, inħallu dawk l-ostakli li qed jifirdu dipartimenti minn xulxin, komunitajiet minn xulxin, kunsilli lokali minn xulxin, skejjel minn xulxin u anke nazzjonijiet minn xulxin.", "Permezz ta' din il-kummissjoni aħna rridu nneħħu l-ostakli kollha li jistgħu jifirdu dipartiment minn ieħor għax jekk ma jsirx hekk ma narx kif il-kummissjoni jista' jkollha ħidma fejjieda.", "Ma jistax ikollna, per eżempju, ostaklu bejn id-dipartiment li taħtu se taqa' din il-kummissjoni u l-ministeru tal-ġustizzja u kunsilli lokali.", "Nittama wkoll li din il- kummissjoni taħdem tajjeb mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni li għadna kemm konna qegħdin niddiskutu ftit tal-ġranet ilu.", "Dawn l- osservazzjonijiet qed nirripetihom għaliex naf li semmihom ukoll il- Ministru li ressaq dan id-dokument u allura la hemm qbil irridu noqogħdu attenti li nagħmlu ħilitna biex negħlbu dawn l-ostakli.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għal paġna 5 ta' dan id-dokument li tittratta l-inizjattivi, fejn insibu riferenza għall-informazzjoni teknoloġika u l-komunita'.", "Meta l-Gvern tal-Partit Nazzjonalista ta l- ħajja lill-kunsilli lokali ħaseb biex dawn ikollhom uffiċini armati bis- servizz ta' computer u llum saħansitra għandna kunsilli li qegħdin jaħdmu biex ikollhom paġna fuq l-internet.", "Jiena għamilt enfasi dwar il-ħtieġa ta' kummissjoni effettiva għaliex nemmen li din il-kummissjoni għandha taħdem bi sħiħ mal-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali m'għandhomx ikunu biss punt ta' riferenza iżda wkoll il-mezz li bihom il-ministru responsabbli minn din il-kummissjoni jasal għand il-komunita'.", "Bħalma spiss jiġri, it-tentazzjoni hija li kulħadd ikun irid jidher hu u forsi anke din l-kummissjoni tkun trid tidher hi f'dan il-qasam u allura ma tħallix spazju għall-kunsilli lokali.", "Atteġġjament bħal dan joħloq atmosfera ħażina li jiena persważ li wieħed jista' jevita bi ftit attenzjoni u direzzjoni.", "Hawnhekk nixtieq nappella lil min se jkun responsabbli biex jagħmel il- pressjoni meħtieġa ħalli jara li jkun hemm l-investiment meħtieġ.", "Id- dibattitu li qed nagħmlu fuq dan il-qasam ikun finta jekk min se jkun responsabbli li jwettaq il-ħidma ma jkollux il-mezzi meħtieġa u għalhekk irridu naraw li dik il-bidla li ta l-bidu għaliha l-Gvern Nazzjonalista - din il-ħidma ma saritx biex il-Gvern ikun wettaq xi ħaġa mill-programm elettorali tiegħu imma minħabba l-ħteġijiet tal-poplu - tkompli titwettaq u tissaħħaħ għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Is-soċjeta' Maltija ma tistax taqa' lura f'dan il-qasam meta pajjiżi oħra diġa' mxew sew u qegħdin ħafna iktar qabilna f'dan il-qasam u għalhekk aħna ma nistgħux nitilfu din l- opportunita'.", "Biex jitwettaq dak li qed jiġi mwiegħed jenħtieġ investiment kemm min-naħa tal-kummissjoni kif ukoll minn min se jirċievi s-servizz li se tagħti din il-kummissjoni, jiġifieri jekk din il-kummissjoni tagħti servizz lill-kunsilli lokali jeħtieġ li jsir investiment anke min-naħa tal- kunsilli lokali u l-istess nistgħu ngħidu għall-iskejjel.", "Madam Speaker, ġaladarba semmejna lill-kunsilli lokali u l-informazzjoni teknoloġika rridu ngħidu li għall-budget li ġej ma jistax ikun hemm tnaqqis fil-vot li jingħata lill-kunsilli lokali.", "Hawnhekk m'iniex se noqgħod niddiskuti l-budget pero' rridu naraw li dak kollu li se nagħmlu 'l quddiem ikun ireġi ma' dak li qed ngħidu llum.", "Peress li dan id-dokument qed ikompli jiżviluppa r-rwol tal-kunsilli lokali, hemm bżonn ta' investiment adegwat u hemm bżonn li din il-kummissjoni taħdem flimkien mal-kunsilli lokali biex, fost affarijiet oħrajn, tara li dawn ikunu mgħammra bl-E-mail u bil-home page tagħhom fuq l-Internet.", "Min jaf kemm hemm emigranti Maltin li jixtiequ jiddjalogaw mal-kunsilli lokali permezz tal-home page!", "Irridu naraw ukoll jekk jistgħux isiru exhibitions fil-kunsilli lokali biex inżidu l-interess fit-teknoloġija informatika qalb il-komunita' u li jsiru seminars għall-kunsilliera dwar l-informatika u l-kunsilli lokali.", "Madam Speaker, din il-kummissjoni nixtieq naraha tagħmel proposti ta' liġijiet jew regolamenti li jħarsu dak kollu li huwa negattiv dwar l- informazzjoni teknoloġika u nixtieq li l-Gvern ikun lest jintervjeni biex jikkontrolla dan l-aspett tas-settur.", "Biex nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nikkwota parti mill-business plan ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li ġie approvat ftit xhur ilu - meta jien kont għadni membru tagħha - fejn din qed turi l-importanza li qed tagħti lil dan il-qasam.", "F'dan il- business plan insibu miktub dan li ġej:", "\"L-iżvilupp tat-teknoloġija jrid ikun użat ukoll fl-aspett tal- ġemellaġġ bejn il-kunsilli lokali Maltin u dawk barranin u permezz ta' l-użu tat-teknoloġija, l-aktar ta' l-Internet, sistemi simili tal- kunsilli lokali Maltin jistgħu jiksbu informazzjoni primarja dwar lokalitajiet oħra barranin qabel jibdew xi proċess ta' ġemellaġġ u b'hekk jistgħu jagħrfu jekk humiex qegħdin fit-triq it-tajba sa mill- bidu tal-mixja tagħhom.", "Madanakollu, fir-rigward tal-ġemellaġġ l- assoċjazzjoni għandha responsabbilta' li tmur iktar 'il bogħod minn hekk.", "Il-kunsilli lokali jridu jinvestu fit-teknoloġija moderna biex din tgħin ukoll fil-ħidma u fil-koperazzjoni bejn l-istess kunsilli lokali u bejn il-kunsilli lokali u l-assoċjazzjoni, għax b'dan il-mod jista' jkollna komunikazzjoni aktar effiċjenti u wiesgħa.\"", "Madam Speaker, l-isfida li għandna quddiemna hija dik li dan id-diskors inwettquh fil-prattika u dan m'għandniex nagħmluh minħabba l-kredibbilta' tagħna personali iżda għaliex nemmnu li l-ħidma li tista' twettaq din il- kummissjoni hija ta' ħtieġa għall-poplu tagħna.", "Aħna lkoll inħobbu d- diskorsi, anke jien, pero' d-diskorsi mbagħad iridu jkunu sostnuti b'ħidma prattika.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, mill-ħafna kelliema li tkellmu f'dan id- dibattitu jidher ċar li hawn qbil ġenerali li t-teknoloġija ta' l- informazzjoni hija għodda li ttejjeb l-effiċjenza fil-pajjiż u li jekk din tiġi mħaddma tajjeb tista' sservi wkoll biex tagħti ħajja ġdida lill- ekonomija ta' pajjiżna.", "It-teknoloġija ta' l-informazzjoni għandha sservi ta' opportunita' biex jingħalaq il-gap li hemm bejn l-ekonomija tagħna u dik tal-pajjiżi l-iktar industrijalizzati biex b'hekk pajjiżna jkun jista' jsir membru sħiħ tal-villaġġ globali li ħafna qegħdin ibassru li se jinħoloq fil-bidu tal-millenju l-ġdid.", "Il-biża' huwa li jekk ma neħdux vantaġġ minn din it-teknoloġija ġdida nistgħu naqgħu aktar lura meta mqabbla kemm ma' pajjiżi iktar avvanzati minna kif ukoll ma' pajjiżi li huma tal-kalibru tagħna.", "Madam Speaker, ftit xhur ilu meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern, mal-ewwel ħass l-importanza li t-teknoloġija ta' l-informazzjoni għandha u għalhekk ħaseb biex jagħti nifs ġdid lil din l- istrateġija nazzjonali.", "Hawn tajjeb wieħed jgħid li għalkemm partijiet minn din l-istrateġija li kienet tfasslet fl-1994 kienu diġa' bdew jiġu implimentati, dan il-proċess kien staġna.", "Kien għalhekk li fil-bidu ta' din is-sena dan il-Gvern waqqaf kumitat biex jirrivedi l-istrateġija u jagħti ħajja ġdida lil dan il- proċess u fil-fatt dan il-kumitat lesta x-xogħol tiegħu u għadda rapport lill-Gvern fl-aħħar ta' Frar ta' din is-sena.", "Dan il-kumitat saħaq fuq il- ħtieġa li jkollna strateġija nazzjonali tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u ħass li huwa essenzjali li f'Malta nibnu soċjeta' ta' informazzjoni sabiex fil-bidu tal-millenju l-ġdid pajjiżna jkun jista' jieħu postu fis- soċjeta' globali ta' l-informazzjoni.", "Forsi l-aktar rakkmandazzjoni importanti li ħarġet minn dan ir-rapport kienet dik li proprju titwaqqaf kummissjoni nazzjonali għat-teknoloġija ta' l-informatika biex tara li jitwettqu r-rakkmandazzjonijiet li hemm fl-istrateġija nazzjonali.", "Dan ir-rapport jgħid li din il-kummissjoni għandha tiffoka fuq seba' punti li huma dawn: it-twaqqif ta' kultura tat-teknoloġija ta' l- informazzjoni; l-iżvilupp tat-tagħlim fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni u ta' l-informazzjoni; l-iżvilupp ta' l-infrastruttura moderna tat- telekomunikazzjoni; l-użu effettiv tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni fl- organizzazzjonijiet Maltin; l-iżvilupp ta' l-industrija tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għall-esportazzjoni; l-użu tajjeb tat-teknoloġija ta' l- informazzjoni biex ittejjeb s-servizzi tal-gvern, inkluż dik ta' l- informatika; u l-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni biex nagħqdu s- setturi kollha tal-pajjiż.", "Hawn ta' min jgħid li dan il-kumitat ippropona wkoll numru ta' proġetti li għandhom jitwettqu taħt kull wieħed minn dawn is-seba' punti li għadni kemm semmejt.", "Il-Gvern ħa dan ir-rapport bis- serjeta' u l-kummissjoni ġiet proposta fil-bidu ta' dan ix-xahar u fil-fatt f'dan il-Parlament bħalissa qed niddiskutu t-twaqqif ta' din il- kummissjoni.", "Madam Speaker, saru diversi mistoqsijiet dwar din il-kummissjoni lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, pero' jien nixtieq nirrispondi għal mistoqsija minnhom fejn il-Ministru ġie mistoqsi għaliex l- information technology taqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru meta qed iressaq din il-mozzjoni l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "Jien naħseb li l-Onor. kollega li għamel din il-mistoqsija jaf li jekk f'ħaġa bħal din ma jkunx hemm kordinament din tasal biex tfalli u għalhekk aħna, jiġifieri l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, qed nuru li dan il-kordinament u fil-fatt kien jeżisti mill-bidu.", "GĦalkemm din il-mozzjoni qed iressaqha l-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, min-naħa l-oħra fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għaddejja attivita' oħra f'dan il-qasam.", "Per eżempju, il- ministeru tiegħi, b'kordinazzjoni mal-ministeru ta' l-edukazzjoni u kultura nazzjonali, qed jieħu ħsieb li r-rappreżentanti tagħna jieħdu sehem f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea u mal-qasam ta' l- informatika.", "GĦalhekk, wara li waqqafna din il-kummissjoni wieħed għandu jibda x-xogħol fuq dawn il-proġetti ħalli jibdew joħorġu r-riżultati mixtieqa.", "Madam Speaker, waqt li kienet qed issir din il-ħidma l-Gvern ma qgħadx bil-qiegħda jsaħħan is-siġġu iżda kompla bil-ħidma tiegħu sabiex jagħti spinta 'l quddiem lill-implimentazzjoni tat-teknoloġija ta' l- informazzjoni.", "L-istituzzjoni tal-MSU għandha tgħin biex iżżid it- trasparenza f'dan is-settur u biex tagħti spinta 'l quddiem lill-użu tat- teknoloġija ta' l-informazzjoni fid-dipartimenti tal-gvern billi tnaqqas id- distanza bejn il-MITTS u l-klijenti tagħha ħalli b'hekk jiżdied ix-xogħol f'dan is-settur.", "Il-Gvern qed jaħseb ukoll biex jintroduċi l-information practices act sabiex dan ikompli jaġevola lill-industrija tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u sabiex ikollna liġijiet li jmorru kontra l-atti kriminali li jsiru permezz ta' din it-teknoloġija ġdida ħalli b'hekk dawn jipproteġu liċ-ċittadin mill-użu ħażin tat-teknoloġija.", "Madam Speaker, forsi l-iktar eżempju ċar ta' kif il-Gvern qed jiżviluppa dan il-qasam huwa l-mod li bih it-Telemalta bdiet tieħu pożizzjoni biex ittejjeb l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni ħalli taġevola l- introduzzjoni tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni f'pajjiżna.", "Ta' min jgħid li bħalissa t-Telemalta qiegħda f'taħdidiet avvanzati ma' wieħed mis- suppliers tagħha fuq il-proġett tal-value added services.", "Dan il-proġett huwa wieħed importanti ħafna għaliex se jagħti ħajja ġdida lill-exchanges diġitali tat-Telemalta.", "Biżżejjed ngħid li permezz ta' dan il-proġett se jinbidlu l-processors fl-exchanges kollha u se tiġi introdotta sistema ta' software ġdid u ta' signalling diġitali.", "B'dan il-proġett ta' upgrading it- Telemalta se tkun tista' toffri servizzi ġodda lill-abbonati kollha tagħha bħal, per eżempju, l-calling line identification ħalli dak li jkun ikun jaf min ċempillu biex b'hekk wieħed ma jibqax jagħti fastidju lil dak li jkun permezz tat-telephone.", "B'din is-sistema se jkun possibbli li jingħata t- telephone number ta' min iċempillek, b'hekk dak li jkun ma tantx jabbuża għax jaf li min qed jirċievi t-telefonata se jkun jaf min qed iċempillu.", "Servizz ieħor li se toffri t-Telemalta huwa d-distinctive alerting fejn min iċempel ikun jista' jindika lil min irid ikellem permezz ta' distintiv differenti għal kull membru tal-familja.", "Hemm ukoll il-call transfer li permezz tagħha dak li jkun jittrasferixxi l-call minn telephone għal ieħor fid-dar tiegħu stess.", "Barra minn hekk, permezz tas-sistema l-ġdida tas-signalling diġitali, jiġifieri s-signalling system seven u s-software il-ġdid li se jiġi nstallat, se jkun possibbli għat-Telemalta li tintroduċi s-sistema ta' Integrated Service Digital Network, l-ISDN.", "L-exchanges ta' Malta llum huma kollha diġitali minbarra s-circuits ta' bejn l-exchanges tat-Telemalta u l-abbonat.", "Tajjeb nirrimarka li f'dan il-Parlament snin ilu kienu qalu li f'pajjiżna qlibna għas-sistema diġitali mentri min-naħa ta' l- Oppożizzjoni aħna konna ngħidulhom li dan m'huwiex minnu.", "Fil-fatt aħna konna korretti għaliex is-sistema m'hijiex kollha diġitali għax l-exchanges huma diġitali imma n-network għadu m'huwiex diġitali.", "(Interruzzjonijiet) Iva, hekk kien intqal.", "Inti ma kontx hawn u allura ma tistax tgħid imma jiena nista' ngħid għax mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni kont nipprova nfiehem lin-naħa tal-Gvern li ma kenux korretti u llum inti stess qed tinduna li dik il-kritika li konna nagħmlu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kienet kritika f'waqtha.", "Bl-introduzzjoni ta' l-ISDN pajjiżna se jkollu s- sistema kollha diġitali u t-Telemalta se tkun tista' tagħmel użu mill-wire tar-ramm.", "Is-servizz tat-telephone llum insibuh kważi f'kull dar f'Malta u f'Għawdex u allura permezz ta' din is-sistema se jkun possibbli li fuq linja waħda f'kull dar ikun hemm żewġ numri differenti, filwaqt li fil-każ tal-klijenti kummerċjali fuq żewġ linji tat-telephones, se nkunu nistgħu ngħaddu 30 telefonata f'daqqa.", "B'dan il-mod mil-lum se nkunu nistgħu nagħtu servizz diġitali fuq żewġ linji u mbagħad nużaw il-linji l-oħra biex nagħtu servizzi ġodda.", "Dan se jkun utli speċjalment f'areas fejn il-linji diġa' ttieħdu kollha.", "Permezz tas-sistema li se nintroduċu minn linja waħda tista' tieħu aktar servizzi u allura se jkun possibbli li nieħdu numru ta' linji li qed jintużaw illum biex nagħtu servizzi ġodda tat- telphone kif ukoll għall-użu ta' internet u affarijiet bħal dawn.", "Madam Speaker, l-ISDN se jkollha impatt pożittiv ħafna fuq is-servizzi tat-teknolġija ta' l-informazzjoni għax b'permezz tagħha se jkun jista' jiġi introdott aċċess aħjar għall-internet u s-servizzi ta' video phones u video conferencing.", "Min illum juża l-internet mid-dar seta' jużah biss permezz tal-modem b'rata li rari tilħaq it-33 kilobytes per second.", "Permezz tas-sistema ISDN din ir-rata ta' aċċess se togħla għal 128 kilobytes per second għal servizzi normali mentri għall-klijenti kummerċajli l-prime rate access permezz ta' l-ISDN se titla' għal madwar 2,000 kilobytes per second, jiġifieri 60 darba aktar mis-sistema li għandna llum.", "Is-sistema ta' l-ISDN tippermetti li jiġu nstallati sistemi tat- telephone li juru l-immaġini tiċċaqlaq flimkien mal-vuċi u l-ħoss kemm fid- dar, bħala video phones, kif ukoll fil-kummerċ, bħala l-video conferencing li huwa maħsub biex inaqqas il-ħin moħli fil-ġiri biex wieħed jattendi għal- laqgħat.", "L-aċċess b'rata għolja u l-kapaċita' ta' din is-sistema li ġġorr is-sinjali ta' vuċi, mużika, immaġini u data, se jagħmilha possibbli li noffru applikazzjonijiet avvanzati tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni bħal, per eżempju, teleshopping, teleworking u distance learning.", "(Interruzzjonijiet) Iva, qed tieħu pjaċir.", "Mela issa qed tara li aħna m'aħniex fost dawk li jemmnu fit-teknoloġija ta' l-għerien, kif kontu tgħajruna imma aħna kellna viżjoni u issa qed inwettquha bil-fatti.", "Dan l-istess bħal meta fl-1994 intom bdejtu sistema u mbagħad spiċċajtu ħallejtu kollox fuq l-ixkaffa.", "L-importanti huwa li tattwa u aħna hekk qed nagħmlu.", "It-teleshopping tippermetti li dak li jkun jixtri prodotti minn daru billi jkollu aċċess għal katalgi komputerizzati li jiġu mqassma fid- djar mill-bejjiegħa, waqt li t-teleworking hija sistema li tibbenefika lin- nisa tad-dar u lil min ibati minn xi diżabilita' għax permezz tagħha ċerti kategoriji ta' nies se jkunu jistgħu jaħdmu mid-dar tagħhom.", "Din tibbenifika wkoll l-ekonomija ta' pajjiżna għax b'hekk inkunu nistgħu nagħmlu użu minn klassi ġdida ta' ħaddiema minn barra li se tnaqqas it- traffiku fit-toroq u konsegwentement tnaqqas it-tniġġiż ambjentali.", "Madam Speaker, is-sistema ta' l-ISDN tista' tgħin ukoll fil-qasam ta' l- edukazzjoni għax toffri l-possibbilta' li studenti Maltin u Għawdxin igawdu minn prodotti ġodda bħad-distance learning, kemm mill-iskejjel kif ukoll mid-djar tagħhom.", "Barra minn hekk, l-aċċess ta' l-internet u servizzi bħal dawn għandu jżid fit-tkattir ta' kompetenzi fit-teknoloġija ta' l- informazzjoni.", "Dawn is-servizzi kollha se jitgawdew mill-abbonati tat- Telemalta f'Malta u f'Għawdex u mad-dinja kollha bl-istess livell ta' kwalita', irrispettivament mid-distanza.", "Proġett ieħor li t-Telemalta se twettaq huwa dak ta' l-ATM backbone, fejn qed jiġi ppjanat li ndaħħlu l-aktar sistema avvanzata ta wide area networking li hawn fil-preżent.", "Huwa maħsub li tiġi ntrodotta l-ATM backbone madwar Malta biex tissapportja l-high speed data services u b'hekk ikollna network li kapaċi jaqdi applikazzjonijiet ġodda bħalma huma t- telemedicine, it-teleshopping, id-distance learning, it-teleworking, l- interactive multi-media services u oħrajn.", "Dawn is-servizzi jistgħu jiġu offruti lid-dipartimenti tal-gvern, lill-banek, lill-istituzzjonijiet u lis- setturi ta' l-edukazzjoni u tal-kummerċ permezz tal-fibre optic cables.", "Qed jiġi studjat ukoll l-aħjar mod ta' kif nistgħu noffru aċċess għal dan il-high speed network lill-pubbliku in ġenerali biex inkomplu nxerrdu l- benefiċċji tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "Kif għidt, dawn is- servizzi ġodda huma maħsuba biex jistimulaw attivita' ekonomika ġdida fil- pajjiż, iżidu l-livell ta' edukazzjoni u kompetenza bażika fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni fis-soċjeta' tagħna u jressquna aktar qrib tas-soċjeta' globali tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "Madam Speaker, huwa tajjeb li wieħed jitkellem ukoll dwar l-użu ta' l-IT fit-Telemalta.", "Fil-fatt, wara r-rapport tas-Sur Tony Meilaq, it-Telemalta saret aktar konxja mill-ħtieġa li tuża t-teknoloġija ta' l-informazzjoni mhux biss għall-benefiċċju ta' ħaddieħor imma anke għaliha stess biex b'hekk tkun aktar effettiva u effiċjenti u allura tkun tista' toffri servizzi aħjar lill-klijenti tagħha.", "Biex it- Telemalta tilħaq dawn l-għanijiet l-ewwel ma għamlet kien li saħħet id- dipartiment tagħha u ħatret assistant general manager biex jieħu ħsieb dan id-dipartiment hekk importanti.", "Ftit qabel l-elezzjoni kien hemm diżastru fit-Telemalta f'dan il-qasam għax tista' tgħid li ma kien hemm assolutament xejn.", "Is-Sur Meilaq kien korrett meta fir-rapport tiegħu ta stampa ċara ta' din is-sitwazzjoni mwiergħa u għalhekk it-Telemalta issa ħadet passi mill-ewwel u ħatret assistant general manager biex jara li dan id- dipartiment jitmexxa bis-serjeta'.", "Dan id-dipartiment bħalissa qiegħed jaħdem fuq numru ta' proġetti, fosthom l-implimentazzjoni ta' local area network fi Spencer Hill li se jgħaqqad il-funzjonijiet komputerizzati kollha tat-Telemalta biex tinbena an integrated management system.", "Fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni aħna qegħdin insegwu mill- viċin l-iżviluppi li qegħdin jiġru kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-kumplament tad-dinja.", "Bdejna nieħdu rwol attiv fil-MEDA programme li jikkonċerna s- soċjeta' ta' l-informazzjoni u li huwa parti mill-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-reġjun tal-Mediterran.", "Fil-konferenza ministerjali li saret f'Ruma s-sena l-oħra ġie mwaqqaf l-Aldana Group li qed jikkordina programm ta' xogħol fuq l-iżvilupp tas-soċjeta' ta' l- informazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran.", "Aħna qegħdin nipparteċipaw bis-serjeta' f'dan il-grupp li semmejt u wasalna biex nagħmlu proposta ta' programm ta' xogħol li jkopri l-infrastruttura tat- teknoloġija ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni u l-użu ta' din l- infrastruttura fl-edukazzjoni.", "Madam Speaker, irrid inħabbar li minn diskussjonijiet li saru bejni u bejn il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali rriżulta li dalwaqt se jsir pilot project biex fl-iskejjel tkun tista' tidħol is-sistema ta' l- internet u jien nawgura li dan ma jdumx ma jseħħ.", "Minn dan kollu jidher ċar li l-Gvern qiegħed jagħti l-importanza dovuta lit-teknoloġija ta' l- informazzjoni u li għandna strateġija ċara dwar fejn irridu naslu.", "Bdejna t-twettieq tal-programm tagħna billi waqqafna l-Kumissjoni Nazzjonali għat- Teknoloġija ta' l-Informatika u billi qegħdin ninkoraġġixxu l-użu tat- teknoloġija f'kull qasam biex b'hekk inwaqqfu soċjeta' ta' informazzjoni li tkun tista' tieħu postha fis-soċjeta' globali ta' l-informazzjoni fil-bidu tat-tielet millenju.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, għalkemm aħna ġżira f'nofs il- Mediterran m'ahniex maqtugħin għalina waħdu għax illum it-teknoloġija ta' l- informatika daħlet sew f'pajjiżna kif, wara kollox, tista' tgħid li daħlet f'ħafna pajjiżi oħra.", "Il-progress ħadd ma jista' jżommu u wieħed mill- aħħar passi kbar li saru fid-dinja moderna kien l-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l- Informatika mhijiex qiegħda biex tikkontrolla x'jidħol jew ma jidħolx f'pajjiżna - ma naħsibx li dan għandu jkun l-għan ewlieni ta' din il- kummissjoni - imma twaqqfet bħala għajnuna f'dak kollu li għandu x'jaqsam mat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Naħseb li wieħed mill-bżonnijiet li għandna huwa li fuq l-internet ikollna programmi dwar l-informatika ta' kwalita' u bi prezz raġonevoli.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Edwin Vassallo, huwa mportanti li ma nħallux is-suq jiddomina dan il-qasam imma, kif tgħid l-istess mozzjoni, hemm bżonn li tkun din il-kumissjoni nazzjonali li tħejji u taġġorna istrateġija nazzjonali u biex tasal għal dan din trid tikkordina l-isforzi ta' l- organizzazzjonijiet pubbliċi u privati.", "Din il-kummissjoni tista' sservi wkoll bħala l-post fejn wieħed jiddiskuti problemi li jolqtu lil xi setturi partikolari.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, il-ħin għad-diskussjoni għadda, se tibqa' in possesion?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Iva nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 14 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - t-Tieni Qari;", "Mozzjoni sabiex titwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - t-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tielet Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, id-diskors tiegħi se jittratta dwar il-proġett ta' Buġibba u l-ħidma tal-kunsilli lokali.", "Il-Gvern waqqaf kumitat ta' azzjoni li fih rappreżentanti ta' dawk kkonċernati u alloka fondi speċjali għall-proġett ta' Buġibba, li kulħadd jaqbel li kien wieħed bżonnjuż.", "Il-kunsilli lokali huma gvernijiet lokali għax huma awtoritajiet eletti mill-komunita' u allura meta niġu biex niddeċiedu ċerti affarijiet - b'mod speċjali min-naħa tal-Gvern - irridu nagħmlu differenza bejn il-kunsilli lokali li huwa awtorita' lokali u r-rappreżentanti ta' xi kummissjoni jew ta' xi negozju.", "Il-kunsill lokali jenħtieġ iżomm djalogu u kunsultazzjoni", "ma' kull settur, pero' dak li rajna fil-proġett ta' Buġibba seta' kien ftit perikoluż għall-identita' ta' l-awtorita' pubblika.", "Jekk verament irridu nagħtu aktar poteri lill-kunsilli lokali, nitlob lill-Gvern jikkonsidra li l-kunsilli lokali ma jibqgħux jiġu meqjusa qishom xi rappreżentanti ta' xi għaqda li tikkonċerna ruħha minn xi proġett li jkun qed isir iżda għandhom jingħataw ir-responsabbiltajiet u d-drittijiet li jixirqilhom.", "GĦalhekk nitlob lill-Gvern biex jikkonsidra li jaqsam mal- kunsilli lokali ċ-chairmanship ta' kumitati bħal dawn.", "Jien kont nistenna li l-action committee ta' proġett bħal dak f'Buġibba jkun chaired mill- kunsill lokali, kif għandu jsir f'action committees oħra.", "Dan kien l-ewwel action committee li għamilna u għalhekk huwa tajjeb li naraw x'nistgħu nitgħallmu minn dak li sar jew ma sarx.", "Fil-proġett ta' Buġibba r-rappreżentanza tal-kunsill lokali ġiet meqjusa daqslikieku kienet rappreżentanza ta' settur li għandu interess f'xi attivita' partikolari bħalma huma l-lukandiera u negozjanti oħra.", "X'ġara b'dan l-atteġġament?", "Kellna każ, per eżempju, fejn is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar qal li l-kunsill ta' opinjoni li ċerta triq f'Buġibba issir one way iżda minflok ma sar hekk sar mod ieħor.", "Dan kien hemm riferenza għalih f'artiklu fil-ġurnal 'il-mument\" ta' nhar il-Ħadd li għadda.", "Mela filwaqt li s-Sindku qed jgħid li ma ġiex ikkonsultat, min-naħa l-oħra fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6146, l-Onor.", "Joe Debono Grech - forsi mhux tort tiegħu imma hekk qiegħda ir-risposta li tagħni - irrisponda hekk:", "\"Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjan li juri l-iskema tat- traffiku għaż-żona ta' Buġibba u l-Qawra.", "Jien informat li l-iskema ġiet proposta mill-kunsill lokali u approvata b'xi tibdil mill-bord għall-kontroll tat-traffiku.\".", "Madam Speaker, jien qed nagħmel dawn ir-rimarki għaliex nixtieq li meta jkollna action committees bħal dawn jkun hemm konsultazzjoni iktar effettiva milli kien hemm fil-każ tal-proġett ta' Buġibba.", "Jien persważ li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar huwa kuntent bil-mod ta' kif inħadem dan il-proġett għaliex bih iggwadanja ħafna pero' fil-ġejjieni rridu nkunu aktar attenti fil-mod kif isiru dawn il-konsultazzjonijiet.", "Il-kunsilli lokali għandhom iħarsu lejn il-gvern ċentrali u jadattaw it- tmexxija tagħhom biex tikkumplimenta t-treġija ċentrali.", "Il-Bambin biss jaf x'għadda bejn il-Planning Authority u l-Gvern biex ingħataw ċerti permessi għal dan il-proġett.", "L-argument tiegħi m'huwiex dwar jekk il- Planning Authority forsi naqsitx jew jekk il-Gvern ippressax biex din tgħaġġel toħroġ il-permessi imma l-argument tiegħi huwa dan: Għaliex l- Awtorita' ta l-Ippjanar lill-Gvern ħarġitlu l-permessi mil-lum għall-għada, meta mal-kunsilli loklai din l-awtorita' timxi bħal bebbuxu?", "Waqt li qed ngħid dan se nirriferi għall-artiklu li dher fil-ġurnal \"l-orizzont\" nhar it-Tlieta, 18 ta' Marzu mill-Kunsillier Joe Cassar - wieħed minn sħabi - fejn irrimarka li mal-kunsilli lokali l-Awtorita' ta' l-Ippjanar timxi bħall-bebbuxu pero' f'xi proġett bħal ta' Buġibba malajr toħroġ il-permessi meħtieġa.", "Jien nifraħ bis-suċċess tal-proġett ta' Buġibba pero' biex seta' jkollna dan is-suċċess il-permessi ħarġu kważi mil-lum għall-għada meta, nerġa' ngħid, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma timxix b'din il-ħeffa fil-ħruġ tal-permessi għall-kunsilli lokali.", "Għaldaqstant jekk aħna rridu li jkollna aktar suċċessi bħal dak ta' Buġibba ma rridux nimxu b'dan il-mod mal-kunsilli lokali.", "Barra minn hekk, dan il-proġett sar għaliex kien hemm deċiżjoni li jsir, jiswa kemm jiswa.", "Kieku kellna niddeċiedu li nwaqqfu action committee bħal dan għal kull kunsill lokali, kieku jkollna madwar 67 proġetti ġodda!", "Hawnhekk irrid ngħid prosit lill-kunsillil lokali għax meta dawn jiġu biex jagħmlu xi proġett dejjem iridu jaraw kif jissikkaw iċ- ċintorin.", "Jien naraha ħaġa inġusta li l-kunsilli lokali jkollhom jagħmlu tant sagrifiċċji u jispiċċaw jaqilgħu fwiedhom biex jottjenu permess, imbagħad għax il-Gvern jiddeċiedi li jagħmel proġett jiġi moqdi b'tant ħedda u effiċjenza, anke min-naħa tad-dipartimenti tal-gvern.", "Jien persważ li l-Ministru nkarigat mill-kunsilli lokali jaqbel ma' dak li qed ngħid għax ma naħsibs li jista' jagħti lill-kunsilli kollha l-istess ammont ta' fondi li ngħataw lill-action committee ta' Buġibba.", "Għalhekk l-appell tiegħi hu li almenu nagħtu lil kull kunsill lokali l-importanza bħalma tajna lill-action committee ta' Buġibba.", "Madam Speaker, nagħmilha ħara li dan m'iniex ngħidu b'disprezz lejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew lejn l- action committee ta' Buġibba.", "Madam Speaker, meta dan il-Gvern ressaq il-budget konna rajna tnaqqis ta' Lm1 miljun mill-fondi tal-kunsilli lokali u r-raġuni prinċipali kienet li dan tnaqqas biex jgħin lill-kunsilli lokali jieħdu value for money għax- xogħol li jsir.", "Dażgur li għandu jkun hemm value for money pero' għandu jgħodd għal kulħadd.", "Kif jista' l-Gvern jiġi jgħid li l-kunsilli lokali għandhom jaraw li jkun hemm value for money imbagħad għal ċerti proġetti tiegħu l-Gvern għandu bir bla qiegħ!", "J'Alla jkollna bir bla qiegħ għal kull proġett pero' ejjew ma nkunux xħaħ wisq mal-kunsilli lokali.", "GĦall- argument, dan l-eżerċizzju sar min-naħa tal-Gvern fuq il-proġett ta' Buġibba?", "Meta ġie mistoqsi dwar il-vot tal-Gvern għal dan il-proġett, il- Ministru Buhagiar qal li dan ix-xogħol kellu jiswa Lm1.5 miljun pero' milli jidher s'issa l-Gvern diġa' nefaq kważi Lm1 miljun iżjed.", "Mela l-ewwel proġett ta' Gvern Soċjalista li kellu jiġi jiswa Lm1.5 miljun diġa' ntnefqu Lm2.5 miljun fuqu!", "Għax meta mill-paroli tiġi għall-fatti tibda tara li bejn l-istima u n-nefqa attwali ħafna drabi tispiċċa b'differenza sostanzjali, kif tidher li huwa fuq il-proġett ta' Buġibba.", "Madam Speaker, dan qed ngħidu biex meta jkun hemm xi kunsill lokali li jistenna li se jonfoq tant imbagħad mal-ħidma jinduna li l-proġett ġej jiswa' iktar, ma naqbżux fuqu.", "Il-proġett ta' Buġibba qed jurina li l- Gvern stess ta stima li eventwalment telgħet għal Lm1 miljun iżjed.", "Bir- rispett lejn kull min hu nkarigat, jien nawgura li fil-ġejjieni l-istimi jsiru aħjar ħalli jekk huwa veru li l-eżempju jkaxkar allura l-kunislli lokali jkunu jistgħu jitgħallmu minn eżempji tajbin.", "Nittama li fil- budget li ġej ma niddeċedux li nerġgħu nnaqsu xi Lm1 miljun ieħor mill- allokazzjoni lill-kunsilli lokali, aktar u aktar issa meta dan il-proġett għallimna li jekk trid tagħmel proġett tajjeb ma tridx tixxaħħaħ.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, problema li kontinwament niltaqgħu magħha, ikun min ikun fil-gvern, hija l-mod ta' kif jiġi managed it- traffiku u hawnhekk wieħed jista' jgħid li għal snin twal kellna diffikultajiet kbar f'dan ir-rigward.", "Kif nafu lkoll, it-traffiku qiegħed kulma jmur dejjem jiżdied, kemm f'dak li huwa numru ta' vetturi, kif ukoll f'dak li huwa daqs ta' trakkijiet.", "Minkejja li sar ċertu tibdil, xorta waħda jidher li għadna nittrattaw il-management tat-traffiku b'mod ineffikaċi għall-bżonnijiet tal-lum u wisq nibża' li minħabba nuqqas ta' management tajjeb jista' jerġa' jkollna konsegwenzi koroh.", "Din is-sena diġa' mietu 11-il persuna f'inċidenti tat-traffiku u, meta nipparagunaw dan in-numru ma' dak ta' snin oħra, malajr naslu għall-konklużjoni li din is- sena se tkun waħda kerha għall-aħħar.", "GĦax il-management tat-traffiku ma tagħmlux billi tipprova tirranġa xi ftit is-sitwazzjoni wara li jkunu seħħew diversi inċidenti, wieħed wara ieħor, imma trid tagħmlu mill-bidu nett meta tkun għadek qed tippjana s-sistema tat-toroq.", "Nieħdu, ngħidu aħna, ix-xogħol li għaddej bħalissa ħdejn il-Knisja tal-Kapuċċini fix- Xemxija u dak ix-xogħol li qed isir fil-junction ta' Triq il-Pijunieri f'Buġibba li, fl-opinjoni tiegħi, huma żewġ eżempji klassiċi ta' mismanagement tat-traffiku.", "L-ewwelnett għaddew ġranet sħaħ qabel ma kien hemm il-preżenza tal- pulizija u, meta fl-aħħar ntbagħtu fuq il-post, dawn sabu li minkejja li għamlu ħilithom kollha xorta ma setgħux isibu tarf tat-traffiku.", "Issa din il-problema kif u għaliex inqalgħet?", "GĦax jekk inti għandek junction ta' ħames toroq, ma tistax tibda x-xogħol f'daqqa fuq kull naħa għax inkella jkollok iddawwar it-traffiku minn inħawi oħra u tispiċċa toħloq ċerti inkonvenjenzi.", "Xogħol bħal dan jirrikjedi kordinazzjoni tajba inkella toħloq il-ġenn.", "U lil min qiegħed imexxi l-proġett tat-traffiku fil- junctions ta' Triq il-Pijunieri f'Buġibba u l-Bypass ta' San Pawl il-Baħar ngħidlu li jmissu jaf li huwa kollu inutli li niżbgħu sinjali tat-traffiku ma' l-art, għax sakemm nibqgħu nużaw il-kwalita' ta' żebgħa li qed nużaw illum, bilfors li wara ftit ġimgħat dawn is-sinjali ma jibqgħux jidhru.", "Nista' ngħid li għamilt diversi domandi fuq dan is-suġġett pero' r-risposta li dejjem jagħtuni hija li x-xogħol ġie approvat mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "M'għandekx għalfejn tkun perit jew traffic engineer imma biżżejjed ikollok ftit sens biex tirrealizza li wħud minn dawn il-junctions huma ta' periklu għan-nies, b'mod partikolari fix-xhur tas-sajf.", "Nixtieq nagħmel appell lil min hu responsabbli biex jekk hemm bżonn isir xi tibdil dan aħjar isir issa milli wara li mmorru għall-funeral ta' xi ħadd.", "Dan jgħodd ukoll għax-xogħol li għaddej fil-junction ta' ħdejn il-Knisja tal-Kapuċċini x-Xemxija fejn qiegħda ssir roundabout li, fl-opinjoni tiegħi, m'għandhiex tkun l-għamla u d-daqs li hi, iktar u iktar meta minħabba fiha l-flow tat-traffiku li jkun sejjer fid-direzzjoni tal- Mellieħa qed jintefa' ġo kumpless turistiku filwaqt li t-traffiku li jkun ġej mid-direzzjoni tal-Mellieħa għal San Pawl il-Baħar qed jintefa' fid- direzzjoni tal-knisja.", "Fl-opinjoni tiegħi min kellu d-dover li jesegwixxi dan ix-xogħol ma ħax in konsiderazzjoni t-traffiku li jgħaddi minn dawn il- postijiet.", "Barra minn hekk, wieħed irid jiftakar li din ir-roundabout qiegħda fil-quċċata ta' għolja li fiha nnfisha diġa' hija pjuttost perikoluża.", "Jien naqbel li għandu jkun hemm kontroll aħjar tat-traffku f'dawn iż-żewġ postijiet li semmejt, pero' nħoss li dan ix-xogħol għandu jiġi rranġat illum qabel għada u nixtieq li l-affarijiet isiru b'serjeta' akbar.", "Fl-aħħar mill-aħħar naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li jekk hemm diffikulta' aħjar nitkellmuha meta x-xogħol ikun għadu fi stadju bikri milli meta jkun tard wisq.", "Madam Speaker, jekk tippermettili nixtieq nagħmel riferenza għal xi ħwejjeġ oħra li huma marbutin ma' l-inħawi li nikkontesta u li nirrappreżenta f'dan il-Parlment.", "Dalgħodu saret domanda parlamentari rigward ċerti nħawi fl-Imġarr, preċiżament Tas-Santi, l-Abatija u l-Iskrivit, fejn jirrisjedu numru żgħir ta' familji.", "Forsi xi kultant ninsew li n-nies li joqogħdu f'dawn l-inħawi huma ċittadini daqsna lkoll u għandhom dritt għall-istess faċilitajiet li għandna aħna, aktar u aktar meta hemm min minnhom li joqgħod f'xi razzett.", "Nixtieq nagħmel appell lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, kif għamilt dalgħodu fil-ħin tad-domandi, sabiex jara li n- nies li jgħixu f'dawn l-inħawi jitwasslilhom l-ilma - hawn mhux qed nirriferi għall-main għax dak ilu hemmhekk għal ħafna snin - għax ma jistax ikun li dawn jibqgħu mingħajr ilma meta diġa' ilhom hekk għal dawn l-aħħar erba' xhur.", "GĦalhekk nappella lill-Ministru biex jara jekk ir-raġuni għal dan l-inkonvenjent hijiex sempliċement riżultat ta' pajpijiet imblokkati jew inkella jekk hemmx xi diffikultajiet oħrajn.", "La qed insemmi l-Imġarr, niġbed ukoll l-attenzjoni tal-Ministru Buhagiar għal żewġ toroq partikolari li ilhom kważi lesti minn Ottubru li għadda u għad fadal biss li tingħatalhom l-aħħar kisja tal-wiċċ.", "Hawn qed nirriferi għal Triq il-Vanilja, Triq il-Melissa u Triq Barbara fl-Imġarr, li x- xogħol fuqhom kien kważi tlesta mill-Gvern preċedenti.", "Waħda minn dawn it- toroq kien diġa' beda jingħatalha l-wiċċ u issa li għaddew disa' xhur naħseb li wasal iż-żmien biex jitlesta x-xogħol li kien għad fadal isir, għax inkella se terġa tiġi x-xitwa u dawn it-toroq ikunu għadhom ma sarux.", "F'waħda mir-risposti li tani l-Ministru qalli li se jagħmel ħiltu kollha biex dawn jidħlu fil-programm ta' xogħol li jrid isir, pero' meta tara li hawnhekk diġa' għandek 80% tax-xogħol lest naħseb li jagħmel sens li l-ftit li għad fadal inkompluh.", "Madam Speaker, irrid nagħmel riferenza wkoll għal dak li ġara fi Triq it- Turisti, Buġibba, matul l-aħħar weekend ta' Ġunju, meta daħlu fis-seħħ tabelli tat-traffiku ġodda.", "Fl-iljieli ta' bejn il-Ġimgħa u Sibt u ta' bejn is-Sibt u l-Ħadd, il-pulizija marru jagħtu ċitazzjonijiet lin-nies li pprovaw jgħaddu mid-direzzjoni li kienu mdorrijin jgħaddu minnha, prattikament għaliex ma kenux jafu li minn dak inhar stess minn two-way dik it-triq saret one-way.", "Kieku baqgħet one-way kont ngħid li dawn messhom raw li josservaw is-sinjali tat-traffiku l-ġodda, iżda fil-fatt ġara li l- ġimgħa l-oħra dawn it-tabelli reġgħu nqalgħu - jew għax twaħħlu bi żball jew inkella għax inbidlet id-deċiżjoni - biex b'hekk ġejna f'pożizzjoni fejn numru ta' persuni qalgħu ċittazzjoni minħabba li għaddew minn triq li damet one way għal ftit sigħat.", "Jien nappella sabiex issir ġustizzja mal- persuni, huma min huma, li qalgħu ċittazzjoni f'dak il-weekend minħabba żball li sar minn min kixef it-tabelli li milli jidher ma kellhomx għalfejn jinkixfu għaliex l-għada dawn reġgħu nqalgħu.", "Jien inħoss li għandha ssir ġustizzja fis-sens li min qala' ċittazzjoni f'dawk il-jumejn ma jitteħdux passi kontrih.", "Nirrigrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar l-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 14 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "POSTA LTD.", "7013.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid minn mindu twaqqfet Posta Ltd. kienx hemm xi każijiet fejn is-servizz li ta Posta Ltd. mar kontra l-Post Office Act ta' l-1975?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien ġejt nformat b'żewġ każijiet fejn il- management ta' Posta Limited mar kontra l-Post Office Act ta' l-1975 u r- regolamenti li joħorġu mill-Act.", "L-ewwel każ konness mal-Bulk Mail ġie trattat fir-rapporti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-każ l-ieħor kien jirrigwarda nuqqas ta' tqassim ta' materjal informattiv pubblikat fir-rivista \"Pajjiżna\" qabel l-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali ta' l-1996.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'każijiet oħrajn lest li nieħu passi.", "SKEJJEL - MOSTA", "7024.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istadju ta' ippjanar fuq l-iskola ta' Zokrija li għandha tinbena fil-Mosta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 5321 f'Seduta 64.", "WIED IL-GĦAJN - PJAN LOKALI", "7039.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-pjan lokali ta' Wied il-Għajn?", "Meta hemm il-ħsieb li dan jiġi ppubblikat jew inkella li tibda ssir id-diskussjoni fuq dan l- istess pjan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Xogħol fuq il-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta' Malta li jinkludi Wied il-Għajn għadu ma nbediex.", "It-Taqsima Pjani Lokali ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda taħdem fuq erba' pjani lokali oħra u numru ta' development briefs.", "Ir-riżorsi umani disponibbli ma jippermettux li jinbeda Pjan Lokali ieħor f'dan l-istadju.", "Huwa ttamat li dan jinbeda fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.", "Hekk kif jinbeda xogħol fuq dan il-pjan, il-kunsilli lokali u aġenziji oħrajn interessanti jiġu nformati u konsultati.", "DJAR - IMPJEGATI", "7040.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid xi gradi hemm fl-Awtorita' tad-Djar minn Senior Clerk (Senior Clerk eskluż) 'il fuq?", "Xi kwalifiki għandhom u fuq liema bażi u xi kriterji ntużaw sabiex dawn ingħataw din il-kariga?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Wara l-Ftehim Kollettiv iffirmat bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-UHM l-gradi ta' l-Awtorita' tad-Djar ta' 'l fuq minn Senior Clerk huma hekk:-", "Technical Supervisor Assistant Administrator Chief Technical Supervisor Administrator", "Iż-żewġ Administrators u Chief Technical Supervisors ġew appuntati Managers mill-Bord ta' l-Awtorita'.", "Dawn it-tlieta min-nies diġa' kienu qed jagħmlu dan ix-xogħol.", "Bħala riżultat ta' din ir-riorganizzazjoni il-Bord ħatar Assistant General Manager (Operations) u Assistant General Manager (Administration & Finance).", "Wara r-riżenja ta' l-Assistant General Manager (Adiministration & Finace) il-Bord irrisolva li d-dmirijiet ta' din il-kariga jiġu nkorporati ma' dawk ta' l-Assistant General Manager (Operations) b'nomenklatura ta' General Manager.", "SAĦĦA - PAZJENTI LI SIEFRU GĦAL KURA", "7046.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' pazjenti li siefru barra għal kura offruta b'xejn mill-Gvern għal trattament newrokirurġiku, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin (1987 - 1997) sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni qed tinġabar.", "UFFIĊĊJU TAL-KONSUMATUR - ILMENTI", "7047.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm tressqu ilmenti u n-natura ta' kull ilment quddiem l-Uffiċċju li jħares il-Konsumatur rigward il- Korporazzjoni Enemalta matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kien hemm 22 ilment li tressqu quddiem l-Uffiċċju li jħares il-Konsumatur rigward il-Korporazzjoni Enemalta matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena.", "Dawn kienu hekk: Nru ta' ilmenti Natura ta' ilmenti", "18 Vultaġġ għoli fil-provvista ta' l-elettriku fejn ikkawża ħsarat f'diversi oġġetti domestiċi li jaħdmu bl-elettriku;", "1 meta nbidel il-meter, saret reviżjoni tal-kontijiet li kien diġa' ħallas u ġie mgħarraf li jrid iħallas iżjed;", "1 il-konsumatur għarraf lill- EneMalta li l-post sar residenza privata u xorta waħda baqa' meqjus bħala ħanut;", "1 ħallas il-kont tar-resident ta' qablu għax beża' li jaqtgħulu d-dawl.", "Issa qed joġġezzjona.", "1 Ilmenta li l-ħlas ta' Lm31.25 sabiex jitneħħa l-meter mhux iġġustifikat.", "KUNSILLI LOKALI - FONDI", "7048.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għandux xi ħsieb li jirriforma l-formula li biha jiġu allokati l-flus lill-kunsilli lokali?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji ta' dawn ir-riformi?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li d- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qiegħed fil-proċess li jevalwa l-ħtiġijiet finanzjarji attwali ta' kull kunsill bil-għan li jkun assigurat kemm jista' jkun possibbli li kull kunsill jkun jista' jaqdi l-funzjonijiet bażiċi tiegħu.", "Jiddependi mill-eżitu ta' dan l-eżerċizzju jekk jkunx hemm il- ħtieġa li tiġi reveduta l-formola ta' l-allokazzjonijiet.", "WIED IL-GĦAJN - -BYPASS", "7049.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jaf il-Ministru bi black spot f'Wied il-Għajn bypass (bejn St Joseph Str u Tal-Plier Housing Estate, Zabbar) li fiha jsiru għadd ta' inċidenti gravi (uħud fattali), kaġun in parti tal-liwja kerha seħħew matul dawn l-aħħar snin?", "Jekk fl-affermattiv, meta se jittieħdu passi biex tiġi ddrittata din il-parti tat-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jikkonsidra s-sitwazzjoni ndikata mill-Onor.", "Interpellant.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7050.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw ma' l-ETC xahar b'xahar, matul l-1996 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 1997 u l-post (raħal jew belt) fejn dawn joqogħdu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "7059.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions ta' pazjenti differenti fl-Isptar Monte Carmeli fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Minn dawn kemm kellhom anqas minn 30 sena?", "Kemm minnhom kienu marbutin mal-problema tal-vizzju tal-logħob?", "Minn dawn kemm kellhom anqas minn 30 sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-total tal-Admission ta' pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena huwa 409 dan in-numru kien jikkonsisti f' 234 irġiel u 175 nisa.", "Anqas minn 30 sena kien hemm:", "Nisa - 33 admission, 29 persuni ( peress li jkun hemm min daħal aktar minn darba)", "Irġiel - 57 admission, 47 persuni.", "Minn dawn l-admissions kien hemm tmienja marbutin mal-problema tal-vizzju tal-logħob u dawn kollha kellhom aktar minn 30 sena.", "FORZI ARMATI - SKEMA TAL-KADETTI", "7060.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' mal-Kunsill Studenti Universitarji biex jiddiskuti l-iskema tal-Kadetti tal-Forzi Armati li tikkonċerna l- istudenti Universitarji qabel ma ġiet ppubblikata l-white paper; u mindu ġiet ippubblikata l-istess white paper?", "ONOR.", "ALFRED SANT: S'issa ma saret l-ebda laqgħa mal-Kunsill Studenti Universitarji dwar l-Iskema ta' Taħriġ għal Kadetti Universitarji li naturalment hi fuq bażi volontarja.", "Kif jingħad b'mod ċar fil-White Paper, jekk jitqies favorevoli l- implimentazzjoni ta' din l-iskema wara li jkunu ġew mgħarbula l-fehmiet ta' kulħadd, il-modalitajiet tagħha jiġu diskussi fid-dettal ukoll ma' dawk l- istituzzjonijiet post-sekondarji edukattivi relevanti.", "REFUĠJATI REĠISTRATI", "7061.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6778, jista' l- Prim Ministru jgħid kemm irid ikun ilu residenti f'pajjiżna refuġjat reġistrat biex ikun jista' japplika għal ċittadinanza Maltija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li persuna barranija (inkluż refuġjat/a) tkun tista' tapplika biex takkwista ċ-ċittadinanza Maltija permezz ta' naturalizzazzjoni wara li tkun ilha tgħix Malta għal mhux anqas minn ħames snin.", "Dan ma jfissirx iżda li jekk din il-persuna tapplika, se tingħata ċ- ċittadinanza Maltija.", "Fil-fatt mhux il-policy li f'każijiet simili refuġjati jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija.", "REFUĠJATI REĠISTRATI", "7062.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6778, jista' l-Ministru jgħid kemm irid ikun ilu residenti f'pajjiżna refuġjat reġistrat biex ikun jista' jirreġistra għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ir-refuġjati - bħal barranin kollha - ma jkunux eliġibli li jirreġistraw għax-xogħol ħlief jekk jinħarġilhom ċertifikat Freedom of Movement mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "VAT - STAZZJONIJIET TELEVIŻIVI", "7063.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jagħtu lid-Dipartiment tal-VAT l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Super 1 TV u Smash TV?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' VAT dovut mill-istazzjonijiet tat-televiżjoni huwa dan:", "Super 1 TV (Rainbow Productions Ltd) Lm772.48 Smash TV (Smash Communications Ltd) Lm 82.75", "P.A. - APPLIKAZZJONIJIET MILL-KUNSILLI LOKALI", "7070.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6092, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni sal-lum kemm hemm applikazzjonijiet pendenti tal-kunsilli lokali għand il- Planning Authority?", "Skond ir-risposta li ngħatat fit-3 ta' Ġunju, 1997 kemm hemm kunsilli li ngħatalhom permess jew ġie refused?", "Min kienu l- kunsilli lokali u x'permessi ngħatawlhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tkun tista' tinġabar l- informazzjoni meħtieġa.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7082.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li ċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tal-GCE (Londra - Jannar 1997) waslu għand id-Direttur ta' l-Eżamijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm studenti qagħdu għal dawn l-eżamijiet; għal-liema suġġetti l- istudenti taw eżamijiet; u x'marki ġabu l-istudenti fis-suġġetti li taw l- eżami għalihom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra EDUKAZZJONI - KORS PGCE", "7083.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6345 magħmula fid-9 ta' Ġunju u li kienet tgħid:", "\"Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-PGCE ta' fil-għaxija twaqqaf u qed isir fil-għodu biss b'inkonvenjent għal dawk li diġa' qed jaħdmu\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - INSTRUCTORS", "7084.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 6346 li saret fid-9 ta' Ġunju u li kienet tgħid:", "\"Jista' l-Ministru jgħid għaliex instructors mad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni li għamlu sena kors dwar pedagoġija ma' l-istess dipartiment u għandhom ukoll grad mill-Universita' ta' Malta, jenħtieġilhom jagħmlu wkoll il-PGCE fl-Universita' ta' Malta biex jieħdu l-warrant ta' għalliema\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR SAN LUQA - WARD WS1", "7091.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jispjega kif nhar il- Ħadd 6 ta' Lulju ma kienx hemm ilma fit-toilets ta' Ward WS 1 fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nhar il-Ħadd, 6 ta' Lulju, sar xogħol b'urġenza fuq kanna prinċipali ta' l-ilma (3 inch riser) fit-tramuntana ta' l-Isptar San Luqa.", "Dan ix-xogħol, ried isir b'urġenza minħabba l-kondizzjoni ħażna tal-kanna kif jixhed il-materjal li nqala.", "B'riżultat ta' dan l-intervent, is-swali MS 3, l-imsemmija WS 1, WS 2, u M 1, kif ukoll l-Institute of Health Care inqatagħtilhom il-linja ta' l-ilma, fid-data hawn fuq imsemmija, bejn is-7.00 a.m. u s-7.00 p.m..", "Id-dewmien tal-qtugħ ġie estiż għal dan il-perijodu minħabba li kellha tinbidel parti twila, minn dik maħsuba.", "MUTURI - IMPORTAZZJONI", "7092.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati muturi (motorbikes) fl-1995, fl-1996 u sa l-aħħar ta' Ġunju 1997 maqsumin skond iċ- ċilindrata?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Dwana.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - FONDI", "7093.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-fondi vvotati għall-1997 għal Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija globalment kienu intnefqu sat-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PA - POSTIJIET SKEDATI", "7094.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-postijiet skedati li hemm f'Tas-Sliema, f'Birkirkara u f'San Ġiljan mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-livell ta' skedar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li din l-informazzjoni setgħet inġiebet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, u b'hekk kien jiġi evitat li dan il-volum ta' karti ma kienx ikun hemm għalfejn jiġi multiplikat għal 12x-il darba biex jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif jitolbu r-regolamenti ta' l-istess Kamra.", "ŻRAR - ROĦS FIL-PREZZ", "7095.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid b'kemm hu maħsub li jorħos il-prezz taż-żrar minħabba t- tibdil maħluq mil-Liġi tas-Sisa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li taħt il-Liġi tal-Value Added Tax dan il- materjal kien suġġett għal taxxa ta 15%, taħt il-Liġi l-ġdida tat-Taxxa tad- Dwana u tas-Sisa, dan il-prodott issa huwa suġġett għat-Taxxa ta l-E.T.P. ta 5%.", "Dan mhux biss ifisser li roħs irid ikun hemm żġur iżda l- bidliet fil-prezzijiet iridu jsiru fuq bażi ta' prodott, f'dan il-każ ta' żrar, u jitqies biss l-effett li bidla fis-sistema ta' tassazzjoni kellha fuq in-nefqa ta' dan il-prodott.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "7096.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' ħlas li ħallsu l-clubs tal-ASA u t-team nazzjonali sabiex isir taħriġ u logħob tal- waterpolo u għawm fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal Qroqq fl-1996 u fl-1997 xahar b'xahar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERI - KAROZZI", "7114.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in numru ta' karozzi u mobile phones mikrija ministeru b'ministeru mill-1987 sa' l-1996?", "Kemm swew lill-Gvern dawn il- karozzi u mobile phones mikrija fl-istess żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub, safejn dan għandu x'jaqsam ma' l-uffiċċju tiegħi, qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERI - STAFF PERSONALI", "7115.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jifformaw parti mill- istaff personali ta' kull ministru u segretarju parlamentari fiż-żmien l- amministrazzjoni preċedenti?", "X'kien il-grad li kellhom f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru trid tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "LOGĦOB TAN-NAR - MWIET", "7116.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li mietu u li korrew meta kienu qed jaħdmu il-logħob tan-nar f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li weġġgħu waqt l-isparar u ħruq tan-nar u kemm weġġgħu wara li sabu nar mhux maħruq wara li ġie sparat fl-istess żmien?", "Kemm minn dawn il-persuni kellhom anqas minn 16-il sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "PULIZIJA - NIES LI JAĦDMU N-NAR", "7117.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mtellgħin il-qorti sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin għax ħadmu n-nar mingħajr liċenzja u f'postijiet fejn mhux suppost?", "07/07/97", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "REFUĠJATI - REFUGEE STATUS", "7118.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni illi għandhom refugee status u qegħdin Malta llum?", "Mil-liema pajjiżi ġejjin?", "Kemm ilhom hawn?", "Kemm minn dawn il- persuni kellhom tfal waqt li kienu hawn Malta?", "Kemm minnhom iżżewġu Maltin?", "Kemm minnhom għandhom il-permess li jaħdmu hawn Malta?", "Kemm kien in-numru ta' refuġjati illi kienu hawn Malta u mbagħad telqu għal xi pajjiż ieħor fl-aħħar għaxar snin?", "Kemm kienu ilhom jgħixu Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "ĊITTADINANZA", "7119.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom (1) Freedom of movement; (2) dual citizenship; (3) Resident permits?", "Kemm minn dawn għandhom ukoll work permit?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hija kif jidher hawn taħt :", "1) Freedom of Movement", "Statistika ta kemm joħorġu konfermi li persuni mhux Maltin igawdu il-freedom of movement bdiet tinżamm mill-1989 kif jidher mit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Mhux magħruf kemm ħarġu konfermi qabel l-1989.", "2) Dual Citizenship", "Mill-1 ta' Awissu, 1989, jiġifieri meta daħlet fis-seħħ il-liġi dwar iċ- Ċittadinanza Doppja, ġie konfermat lil 5025 persuna li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi : dik Maltija u l-oħra tal-pajjiż fejn huma kienu emigrati.", "(N.B. Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza joħroġ konfermi lill-min jitolbu u jipprova li għandu dritt għal ċittadinanza doppja.", "In- numru ta' dawk il-persuni li fil-fatt igawdu d-dritt ta' ċittadinanza doppja hu ferm akbar).", "3) Residence Permits", "In-numru ta' persuni li qegħdin jgħixu hawn Malta bis-saħħa ta' Residence Permit huwa 1494.", "Persuni li jgawdu l-freedom of movement jew għandhom żewġ ċttadinanzi m'għandhomx bżonn ta' work permit.", "Persuni barranin li jinħarġilhom Residence Permit MA JISTGĦUX jaħdmu hawn Malta; jista jinħarġilhom permess biss jekk dan ikun għall-skop ta' Offshore Business.", "ŻEJTUN - TRAFFIC LIGHTS", "7157.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien sar mill-amministrazzjoni l-oħra fid-dawl tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6864 dwar it-traffic lights bejn Bir id-Deheb u Ħal Għaxaq fi Triq Tal-Barrani peress li qabel kienu jgħidu li kollox kien lest u kienu se jitwaħħlu fi ftit żmien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-twaħħil tat-traffic lights fil-lokalitajiet indikati mill-Onor.", "Interpellant huwa parti mix-xogħol ta' l-upgrading tat- triq f'Tal-Barrani.", "S'issa twaħħlu t-traffic lights fil-junction ta' fejn \"il-Lunzjata\".", "Dan il-proġett qiegħed jissokta billi qed tkompli tiġi rranġata ir-roundabout ta' Santa Luċija u billi jitkompla x-xogħol għall- istallazzjoni tat-traffic lights indikati fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6864.", "Ma dan, l-amministrazzjoni preżenti qed tattwa pjan ta' upgrading fil-junction ta' ħdejn iċ-ċimiterju billi fil-preżent jitwaħħlu t-traffic lights u fil-futur qarib jinbnew il-fly overs f'din il- lokalita'", "SAĦĦA - -OPERAZZJONI TAL-FTUQ", "7158.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-persuna li l-informazzjoni tagħha qed tintbagħat separatament jingħata appuntament sabiex issirlu l-operazzjoni tal-ftuq minħabba li ilu minn Jannar 1997 jistenna u dan wara li qalulu li kull ma jdum huwa xahrejn?", "Qed nibgħatlek separatament l-isem tat-tabib.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena informat li l-informazzjoni dwar din ir- risposta għada qiegħda tinġabar.", "Minħabba hekk ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRIQ IT-TAMBURIN - TISWIJA", "7159.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk Triq it-Tamburin, fiż- Żejtun, tistax tiġi rranġata u mibnija f'sura ta' triq u possibbilment tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat u x-xogħol ta' l-asfalt isir skond il-prijoritajiet li għandu d- dipartiment.", "Dan sintendi meta t-twittija u l-bini tal-bażi tat-triq jkunu saru sew minn min għandu l-proprjeta' tħares fuq din it-triq.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ĊNUS", "7160.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jagħtu f'Lm l-MLP, il-PN u l-PAD f'ċnus lid-Dipartiment ta' l-Artijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni li ngħatat għad-domanda 6515 tinkludi wkoll iċ-ċnus dovuta.", "POSTA LTD", "7161.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-istqarrija li għamel il-Ministru fuq Posta Ltd fejn tkellem fuq id-deficit ta' Posta Ltd u ikkwota diversi drabi minn management letter maħruġa mill-awdituri, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' audit statements; management letter; u jekk kien hemm, it-tweġiba tal-management?", "Jista' wkoll il-Ministru jinforma lill- Kamra jekk l-audited accounts li rrifera għalihom kenux approvati mill-bord tad-diretturi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Id-draft audit statements diġa' poġġejthom fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Nitlob l-Onor.", "Interpellant jgħidli għal-liema management letter qiegħed jirriferi.", "Liema waħda jrid?", "Safejn naf jien il-Bord approva l-audit accounts b'riserva.", "POSTA LTD", "7162.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-istqarrija tal-Ministru fuq Posta Ltd, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min ħatar lil Dr Joe Mifsud bħala konsulent fuq is-suġġetti msemmija minnu, jekk issuġġerix huwa stess lil Dr Mifsud biex jinħatar, jekk saritx sejħa fil-gazzetti għall-għażla tal- konsulent u x'kien il-ħlas li sar lil dan il-konsulent?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dr. Joe Mifsud qatt ma kien konsulent ta' Posta Limited.", "Fil-każ imsemmi fl-istqarrija huwa ġie mitlub mill-bord, biex jagħti l-parir tiegħu.", "POSTA LTD - UFFIĊJALI", "7163.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min kienu l-uffiċjali li rrappreżentaw lil Posta Ltd jew lid-Dipartiment tal-Posta fil-UPU Congress '94 li sar f'Peoul u fil-każ ta' kull uffiċjal, kemm damu jattendu għal dan il-kungress?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba tinsab fir-rapporti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Naħseb li jekk l-Onor.", "Interpellant isaqsi l-Ministru preċedenti ikun jista' jtik aktar dettalji.", "BULEBEN IŻ-ŻGĦIR - DAWL FIL-H.E.", "7166.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir street lighting ġewwa għadd ta' toroq f'Buleben ż-Żgħir u madwar il-blokk tal-flats il-ġodda ġewwa Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba ta' l-Onor.", "Membru biex isir dawl fil- Housing Estate Bulebel iż-Żgħir qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "S.V.P.R.- PAZJENT", "7172.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6428 fis-seduta tat-30 ta' Ġunju, 1997 li kienet tirrigwarda ħruq li kien sofra pazjent f'San Vinċenz de Paule fit-8 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l- indaġni li saret dwar il-każ ta' dan il-pazjent li sussegwentement miet fl- Isptar San Luqa fid-29 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Billi l-indaġni titkellem ukoll fuq materja medika tal-pazjent lest li ngħaddi l-informazzjoni mitluba lill-Onor Interpellant b' mod konfidenzjali.", "S.V.P.R.- CHILD CARE CENTRE", "7173.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett taċ-Child Care Centre fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule?", "Jikkonferma l-Ministru li għal dan ix-xogħol mhux qed jintużaw biss il-periti tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, iżda tqabbad disinjatur privat bħala konsulent?", "Jista' l-Ministru jgħid min hu dan il-konsulent, għaliex intgħażel hu u xi kwalita' ta' ftehim sar ma' dan il-konsulent?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-proġett taċ-Child Care Centre fir-Residenza ta' San Vincenz de Paule għadu fil-planning stage.", "Oriġinarjament fl-amministrazzjoni preċedenti is-Segretarjat għall-Anzjani kellu ħsieb li juża lill-perit tad-diviżjoni tax-Xogħlijiet li qed jissorvelja x-xogħol tad-Dar ta' Bormla biex tieħu ħsieb dan il-proġett.", "Din kienet ser titħallas b'rata żejda. privata u kummerċjali.", "Issa din ħarġet bil-leave.", "Għalhekk hemm il-ħsieb li jitqabbad disinjatur privat bħala konsulent.", "Dan huwa is-Sur Martin Camilleri tat-3 You Design.", "Jekk dan jintgħażel u jitqabbad tkun inżammet l-istess proċedura bħal meta s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani taħt l-Amministrazzjoni ta' qabel qabbad perit privat biex jissorvelja x-xogħol fuq l-Admission Ward ta' l-SVPR u perit privat ieħor biex jissolvelja xogħol tal-bini tad-Dar ta' l-Anzjani ta' l-Imtarfa.", "S'issa għadu ma sar l-ebda ftehim ma' dan il-konsulenti iżda jekk jitqabbad jitħallas bir-rata stabbilita kif inhi l-użanza meta jitqabbad disinjatur jew perit privat.", "QRATI - KAWŻI KOSTITUZZJONALI", "7174.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni li tani dwar mistoqsija parlamentari numru 4539 dwar kawżi kostituzzjonali pendenti u fl- istess ħin jinformani, imħallef b'imħallef, kemm ilhom introdotti il-kawżi kostituzzjonali pendenti quddiem kull imħallef skond is-sena ta' l- introduzzjoni tagħhom?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' kawżi Kostituzzjonali pendenti fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili huwa ta' 77.", "Il-kawżi Kostituzzjonali huma mqassma kif ġej:", "|Imħallef |Numru| |Franco Depasquale |12 | |Albert Manche' |4 | |Geoffrey Valenzia |6 | |Giannino Caruana |7 | |Demajo | | |Frank G.Camilleri |8 | |Gino Camilleri |15 | |Vincent DeGaetano |8 | |Albert F.Magri |17 |", "In-numru ta' kawżi Kostituzzjonali pendenti fil-Qorti Kostituzzjonali huwa ta' 31.", "In-numru ta' kawżi Kostituzzjonali pendenti quddiem l-Imħallfin li joqgħodu fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili skond is-sena ta' meta ġew appuntati l-imsemmija kawżi huwa kif ġej:-", "|Imħallef |Sena | |Franco Depasquale|1-1990; 2-1992; | | |1-1995; | | |4-1996;S-1997 | |Albert Manche |1-1991; 1-1994; | | |2-1995 | |Goeffrey Valenzia|1-1994; 1-1995; | | |2-1996; 2-1997 | |Giannino Caruana |2-1996; 5-1997 | |Demajo | | |Frank. |1-1987; 1-1993; | |G.Camilleri |1-1994; | | |1-1996;4-1997 | |Gino Camilleri |1-1991; 3-1992; | | |2-1994; | | |5-1996;4-1997; | |Vincent DeGaetano|.5-1996; 3-1997 | |Albert J.Magri |1-1991; 1-1992; | | |2-1993; | | |2-1994;3-1995; | | |5-1996; 3-1997. |", "GEORGIA - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "7175.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma immexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet tal-Maltin f'Georgia; kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' wżata bħalha ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet ta' Malta mal-Georgia huma parti mill-funzjoni ta' l-Ambaxxata Maltija f'Moscow (Russja).", "Għal bqija tal-mistoqsijiet m'hemmx għalhekk tweġibiet.", "GUATEMALA - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "7176.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma mmexxija r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet tal-Maltin fi Guatemala; kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' wżata bħala ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija posseduta; kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentant; u kemm huwa kkalkolat li jġib kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta ma' Guatemala huma mmexxija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent f'Malta.", "Malta m'għandha l-ebda rappreżentanza fil-Guatemala iżda jeżisti arranġament li permezz tiegħu l-Maltin, bħala ċittadini ta' pajjiż membru tal-Commonwealth, jistgħu jirrikorru għall-bżonnijiet konsolari tagħhom għand ir-rappreżentant diplomatiku tar-Renju Unit.", "ĠERMANIJA - AMBAXXATA", "7177.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm tiswa lil Malta l-ambaxxata li hija fil-Ġermanija; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess ambaxxata; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi l- Ambaxxaturi u kemm għandhom allowances oltre il-paga/remunerazzjoni (wieħed wieħed); jekk il-proprjeta' wżata bħala ambaxxata hija proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija pposseduta; kemm huwa t-terminu ta' l- appointment ta' l-istess ambaxxatur; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess Ambaxxata lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "GHANA - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "7178.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma mmexxijia r-relazzjonijiet bilaterali u bżonnijiet tal-Maltin fil-Ghana; kemm jiswew finanzjarjament lil Malta; minn kemm persuni hija mmexxija l-istess rappreżentanza; x'pożizzjoni għandhom dawn il-persuni; u x'remunerazzjoni għandhom (wieħed wieħed) inklużi r-rappreżentant uffiċjali u kemm għandhom allowances oltre il- paga/remunerazzjni (wieħed (wieħed); jekk il-proprjeta' wżata bħala ambaxxata/konsolat hijiex proprjeta' tal-Gvern Malti jew b'liema titolu hija pposseduta; kemm huwa t-terminu ta' l-appointment ta' l-istess rappreżentanza; u kemm huwa kkalkolat li jinġieb kummerċ mill-istess rappreżentanza lejn pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta ma' Ghana huma mmexxija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent f'Malta.", "Malta m'għandha l-ebda rappreżentanza f'Ghana iżda jeżisti arranġament li permezz tiegħu l-Maltin, bħala ċittadini ta' pajjiż membru tal- Commonwealth, jistgħu jirrikorru għall-bżonnijiet konsolari tagħhom għand ir-rappreżentant diplomatiku tar-Renju Unit.", "KUNSILLI LOKALI - WIED IL-GĦAJN - SINDKU", "7179.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Niġbed l-attenzjoni għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3151, 3760 u 4803 li l-investigazzjonijiet issa ilhom għaddejjin mill-bidu tas-sena, jista' l-Ministru jara li tingħata l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- investigazzjonijiet għadhom mhux finalizzati.", "ŻWEĠIJIET", "7181.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn koppji reġistrati miżżewġin hawn Malta?", "Kemm minn dawn iżżewġu qabel l-eta' ta' 20 sena?", "Kemm minn dawn isseparaw u wara kemm-il sena kienu ilhom miżżewġin?", "F'liema lokalitajiet hemm l-aktar każijiet ta' separazzjonijiet li qed jabitaw hemmhekk?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku ma jistax jgħid kemm hawn Koppji miżżewġin hawn Malta għaliex id-dipartiment jirreġistra ż-żweġijiet li jsiru matul is-sena, pero l-Onor.", "Interpellant jista jikseb l-informazzjoni dwar dan is-suġġett mill- istatistika li tiġi ppublikatsa mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika fil- Pubblikazzjoni - ABSTRACT - jew fid-Demographia Review.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "7185.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' l-esportazzjoni tal-patata, peress li issa diġa' għaddew madwar xahar u nofs meta saret l-aħħar esportazzjoni u peress li ilhom magħrufin l- ispejjeż ta' sensarija ta' freight, ta' insurance eċċ, eċċ., u peress li l- patata diġa' nbiegħet fis-suq barrani, jista' allura issa l-Ministru jgħid kemm huwa l-prezz/ħlas ta' kull qantar li se jirċievu l-bdiewa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija numru 6983.", "ŻERRIEGĦA TAL-PATATA - IMPORTAZZJONI", "7186.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-importazzjoni taż-żerriegħa tal-patata għall-istaġun tax-xitwa li jmiss dejjem jekk se jkun hemm importazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun l-ammont (m.t.) ta' importazzjoni u jekk għandux ħjiel ta' kemm se jkun l-ammont globali ta' esportazzjoni ta' patata tax-xitwa fl-istaġun li jmiss?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 6986.", "PITKALIJA - PATATA", "7187.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar bejn Jannar u Ġunju 1997, kemm iddaħħlet patata fil-Pitkalija u kemm kien il-valur imħallas lill-bdiewa dejjem xahar b'xahar?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kienu l-istess valuri fl-imsemmija xhur fis-sentejn preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DULLIEGĦ - IMPORTAZZJONI", "7188.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward tad-dulliegħ, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hawn importazzjoni ta' dulliegħ sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 u jekk fl-affermattiv meta (dati) seħħu dawn l-importazzjonijiet; kemm kien il-valur ta' kull importazzjoni (CIF); kemm kien l-ammont (kg) ta' kull importazzjoni; u liema kienu l- country of origin ta' kull importazzjoni?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BDIEWA", "7189.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna hawnx xi nisa li jaħdmu bħala fulltime farmers u jekk fl-affermattiv, kemm huwa n-numru ta' dawn in-nisa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor.Membru iċ-ċensiment tal-Biedja u Sajd ilu ma' jsir sa' mill-1991 u kif ġie mistqarr diversi drabi l- informazzjoni f'dan iċ-ċensiment ma' kienet xejn kredibbli.", "Għal dawn ir-raġunijiet m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.", "L-Onor.", "Membru jista' jirrikorri għand il-Korporazzjoni għall-Impjieg u Taħriġ.", "BDIEWA", "7190.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna teżistiex statistika ta' klassifikazzjoni tal-bdiewa fulltime skond l-eta' u jekk fl-affermattiv, kemm huwa n-numru ta' bdiewa taħt it-30 sena; bejn l-31 u l-45 sena; bejn l-46 u s-60 sena; u 'il fuq minn 61 sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7189.", "RABAT - PERMESS GĦAL BINI", "7191.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb sabiex is-sid ta' post fir- Rabat li kien ġie lilu irtirat il-permess tal-bini f'nofs il-kostruzzjoni (permess li l-Gvern kien beħsiebu jakkwista s-sit) (PAPB Permit 115/90 1359/89 - 21.3.90), jingħata l-kumpens li jisħoqqlu jew jingħata lura lilu s-sit?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħti aktar dettalji dwar il-lokal eżatt tas-sit in kwestjoni biex tkun tista' tingħata tweġiba.", "KUNSILLI LOKALI", "7192.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien d-dħul għall-kunsilli lokali mill-permessi ta' negozju li l-ħlas tagħhom għaddew mill-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti l-informazzjoni għal kull kunsill rispettivament?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Peress li l-informazzjoni trid tinġabar nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "P.A. - APPLIKAZZJONIJIET TA' HOUSING", "7193.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet tal-Housing quddiem il-Planning Authority?", "Jekk hemm, jista' jgħid kemm hemm units jiġifieri flats, maisonettes u garages?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tkun tista' tinġabar l- informazzjoni meħtieġa.", "MTARFA - MANUNTENZJONI", "7194.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidilna hemmx xi żmien stipulat sabiex l- istages, zebra crossings, bus shelters u letter boxes isiru fl-Imtarfa kif ġie mitlub f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li għall-Imtarfa hemm tliet bus shelters ordnati.", "Tajjeb li jingħad li f'Diċembru tas-sena l-oħra fl- Imtarfa twaħħlu sitt bus stages u ieħor tressaq għal post ieħor.", "Jiena nformat ukoll li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jiddentifika l- post fejn għandha issir zebra crossing.", "Jiena nformat ukoll li fir-rigward ta' kaxxi ta' l-ittri, fl-Imtarfa diġa' hemm zewġ kaxxi ta' l-ittri, waħda fi Triq Palma u l-oħra fi Triq l- Imtarfa, u bħalissa m'hemm ebda pjani biex jitwaħħlu oħrajn.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ittini aktar dettalji fuq il-mistoqsijiet parlamentari li għalihom rriferiet inkun nista' ngħati aktar informazzjoni.", "RABAT/XEMXIJA - TRASPORT PUBBLIKU", "7195.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi r-raġuni li s-servizz tat- trasport li kien hemm għax-xhur tas-sajf bejn ir-Rabat u x-Xemxija twaqqaf?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li dan is-servizz limitat għat- tliet xhur tas-sajf twaqqaf is-sena l-oħra peress li ma baqgħax patronizzat.", "Servizz dirett bejn ir-Rabat u San Pawl il-Baħar/Buġibba għadu jeżisti permezz tar-Rotta 86.", "LOTTO PUBBLIKU - SCRATCH & WIN", "7196.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jagħti rendikont tat-tmexxija tal- logħba Scratch & Win (Presto) għas-sena 1996?", "Kemm kien id-dħul (bejgħ ta' biljetti) u l-qliegħ wara li tħallsu l-premjijiet u tnaqqsu l-ispejjeż ta' amministrazzjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-lotterija Scratch and Win (Presto) bdiet fil-15 ta` April, 1996.", "Id-dħul mill-bejgh ta` biljett għas-sena 1996 kien ta` Lm1,680,453 u l- qligħ, wara li tħallsu l-premijiet u tnaqqsu l-ispejjeż ta` amministrazzjoni, kien Lm579,773.", "Skond ir-regolamenti rispettivi ta` din il-logħba, dan il-qligħ ghandu jitħaddem sabiex jitwettqu b`mod umanitarju u meritevoli dawk l-għanijiet li jkunu ta` xorta soċjali u ċiviku.", "BRITISH MEDICAL ASSOCIATION - LAQGĦA ĠENERALI", "7197.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jaf il-Ministru li fl-aħħar laqgħa ġenerali tal-British Medical Association (2/7/97) it-tobba Ingliżi għamlu sejħa lill-Gvern Ingliż sabiex jiġi kkontrollat il-bejgħ ta' dak li hu ġenerikament magħruf alcopop lit-tfal u dan minħabba l-kontenut qawwi ta' alkoħol li fih dan ix-xorb?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu biex jilqgħu lit-tfal żgħar mit-theddida preżentata minn din ix-xarba li tinsab fuq is-suq liberament u hi faċilment aċċessibbli għat-tfal?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li f'xorb magħruf bħal alcopops li ddaħħal f'Malta mis-sena l-oħra 'l hawn l-ammont ta' alkoħol huwa bejn 4.2% u 5.5%.", "Il-mezz prinċipali li juża d-Dipartiment tas-Saħħa biex jikkontrolla l- abbuż ta' dan ix-xorb fost iż-żgħażagħ huwa permezz ta' edukazzjoni fuq il- ħsara ikkaġunata mill-alkoħol.", "Rigward restrizzjonijiet fuq bejgħ u miżuri fiskali sabiex isir l-istess kontrol, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel l-istess mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.", "SKEJJEL - TUCK SHOPS", "7198.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jiżgura lil din il-Kamra li t-tuck shops fl-iskejjel tal-Gvern ma jbiegħux xorb ġenerikament magħruf bħala alcopop?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ebda kwalita' ta' xorb b'element ta' spirtu qatt ma nbiegħ minn Novembru 1996 'il hawn mill- imsemmija tuck shops?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-regolamenti dwar it-tuck shops jgħidu speċifikament li \"sigaretti, birra u xorb alkoħoliku m'għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jkunu għal bejgħ fit-tuck shop.", "Ma kien hemm l-ebda rapport min-naħa ta' l-iskejjel li nbiegħ xi xorb b'element ta' spirtu fih.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi rapporti dwar bejgħ ta' spirti u/jew alcopop mit-tuck shops nitolbu jgħaddihomli biex nieħu l-passi meħtieġa.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - \"ALCOPOP\"", "7199.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-miżuri ta' kontroll u prevenzjoni li qed jieħu l-Ministeru tiegħu u organizzazzjonijiet bħal SEDQA biex jiżgura li t-tfal la jixtru u lanqas jikkonsmaw xorb popolarment magħruf bħala alcopop?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Prevenzjoni permezz ta' l-edukazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi bħal alcopop bdiet tiġi trattata riċentement.", "L-alcopops jew alcoholic lemonades għandhom persentaġġ ta` alkoħol daqs jew aktar mill- birra.", "Dan il-fatt jidher f`materjal stampat li l-aġenzija Sedqa għadha kif ħarget bl-isem `Tajjeb Tkun Taf` - ktieb ta` tagħrif għal kulħadd li jitqassam b`xejn.", "F`paġna 12 wieħed isib informazzjoni dwar dan is-suġġett.", "Bħalissa qegħdha tiġi ppreparata slot għat-televiżjoni fuq din it-tip ta` xarba.", "Dwar l-aspett ta` kontroll, nitlob lil l-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ETI - IMPORTAZZJONI TA' XORB", "7200.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bir-rata ta' ETI applikabbli għall- importazzjoni ta' xorb magħruf bħala alcopop?", "X'inhi r-rata ta' SISA applikabbli fuq il-flixkun/litru?", "X'inhu l-valur u l-volum ta' l- importazzjoni ta' dan ix-xorb fis-snin 1995, 1996 u 1997 (sa l-aħħar ta' Mejju)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Irrid nifhem illi t-terminu alcopop fil-mistoqsija qed jirreferi għal prodotti magħrufa bħala alcoholic lemonades li huma klassifikati bħala other spirituous beverages taħt it-Tariffa tad-Dwana Nru. 2208.", "F'dan il-każ, prodotti bħal dawn huma suġġetti għall-ħlas ta' l-ETI ta' 15% fuq il-valur CIF kif ukoll għad-dazju tas-Sisa ta' 14-il ċenteżmu kull % vol. ta' alkoħol kull litru billi normalment dawn il-prodotti jkunu ta' qawwa akloholika ta' mhux iżjed minn 26% CIF.", "Il-figuri mitluba dwar importazzjoni nkun nista' nagħtihom f'seduta oħra fil-futur qrib billi ma setgħux jinġabru kollha minħabba xi problemi tekniċi.", "XORB ALCOPOP", "7201.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'inhi l-politika tal-Gvern dwar l- importazzjoni, distribuzzjoni, bejgħ u konsum ta' xorb ġenerikament magħruf bl-isem alcopop?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li riċentement l- Pulizija kienet qed tistħarreġ każ fejn importatur/distributur ta' din il- kwalita' ta' xarba bagħbas mat-tikketti oriġinali ta' l-oġġett importat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferiha lill-Ministru konċernat.", "Rigward il-bqija tal-mistoqsija ninsab informat li l-ebda sezzjoni fil- Korp tal-Pulizija ma kellha xi rapport dwar xi każ fejn importatur/distributur tal-kwalita' ta' xarba msemmija fl-Interpellanza bagħbas mat-tikketti oriġinali ta' oġġett importat.", "Għaldaqstant, ma sar l- ebda stħarriġ f'dan ir-rigward.", "VAT - APPELLI PENDENTI", "7202.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti mad-Dipartiment tal- VAT fejn persuni rreġistrati qegħdin jikkontestaw kontijiet mibgħuta lilhom?", "Kemm inqatgħu (deċiżi) appelli matul is-sena 1996 xahar b'xahar?", "Kemm inqatgħu (deċiżi) appelli matul l-ewwel sitt xhur (xahar b'xahar) ta' din is-sena (1997)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi hemm 816 Appell pendenti quddiem il-Bord tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "Matul l-1996 kienu deċiżi, xahar b'xahar, dawn l-Appelli:", "Fl-ewwel tliet xhur ta' l-1996, il-Bord ta' l-Appelli ltaqa' biss biex jgħarraf jimxi", "|Xahar 1996|Nru. Ta'| | |Appelli | | |Deċiżi | |April |Xejn | |Mejju |Xejn | |Ġunju |Xejn | |Lulju |13 | |Awissu | 3 | |Settembru | 5 | |Ottubru |Xejn | |Novembru |Xejn | |Diċembru | 2 |", "Matul l-ewwel sitt xhur ta' l-1997 kienu nqatgħu dawn l-Appelli:", "|Xahar 1997|Nru. ta'| | |Appell | | |Deċiż | |Jannar | 7 | |Frar | 4 | |Marzu | 7 | |April |15 | |Mejju |13 | |Ġunju | 6 |", "BUĠIBBA - PROĠETT", "7206.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinformani mil- liema budget qed jittieħdu l-ispejjeż li qed jintnefqu fuq propaganda fuq il-media u l-ġurnali ta' proġetti bħal ma huwa ta' Buġibba?", "Din se tkun policy tal-Gvern li wkoll fuq proġetti relattivament żgħar, issir din it- tip ta' propaganda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tagħtu għall-mistoqsija parlamentari numru 7204.", "Dwar dik li l-Onor.", "Membru qed isejħilha propaganda il-policy se tkun l-istess bħal dik li kienet timxi fuqha l-amministrazzjoni ta' qabel.", "Min-naħa l-oħra jekk il-proġett ta' Buġibba għandux jitqies proġett żgħir kif qed jallega l-Onor.", "Membru jien se nħalli l-pubblika jiġġudika.", "POSTA - XOGĦOL POSTALI", "7207.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern għadux bil-ħsieb li x-xogħol postali f'pajjiżna jitmexxa minn dipartiment tal- Gvern jew minn korporazzjoni pubblika/kumpannija skond rakkomandazzjonijiet tal-UPU u l-British Postal Consultancy Service?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija li għamilt.", "POSTA LTD - RENDIKONT", "7208.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti rendikont preċiż bi breakdown ta' l- ispejjeż kollha li l-Gvern u/jew Posta Ltd nefqu s'issa sabiex il-bini tas- Central Supplies jinbidel fil-Main Sorting Centre?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhu t-total workable space area fl-istess sorting centre?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx traffic impact statement?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm parti mix-xogħol li kien mogħti b'kuntratt?", "Jekk fl-affermattiv, lil min, u kif intgħażlu?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar talbitx traffic impact statement?", "Jekk fl-affermattiv, min għamel l- istudju meħtieġ?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni qegħda tinġabar u meta jkun il- waqt tingħata.", "IMPJIEGI - NISA MIŻŻEWĠIN", "7209.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn nisa miżżewġin jaħdmu part-time u fulltime sena b'sena fiċ-Ċivil u fil-privat matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm hawn koppji miżżewġin b'kollox?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TFAL B'UNKNOWN FATHERS", "7210.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal mwielda b'unknown fathers matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-Reġistru Pubbliku ma tinżamm l-ebda statistika ta' tfal imwielda b'unknown father għaliex skond il-liġi id-dipartiment huwa obbligat biss li jirreġistra t- twelidijiet kollha.", "B'danakollu niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant illi statistika fuq san is-suġġett tiġi ppubblikata mill- Uffiċċju ta' l-Istatistika fil-Pubblikazzjoni - ABSTRACT - jew fid- Demographic Review.", "PULIZIJA - PROPRJETA'", "7216.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jaf il-Prim Ministru li ilhom diversi xhur isiru rapporti lill-pulizija li hemm proprjeta' se tikkollassa fuq fond ieħor bin-nies ġo fih u d-dettalji qed jintbagħtu separatament?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jittieħdu l- passi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi skond ċertifikat ta' perit li pproduċiet il-persuna li toqgħod fil-fond indikat fil-mistoqsija ma jirriżultax illi hemm periklu li dan il-bini ser jikkollassa.", "Madankollu, l-Pulizija ħadet, u se tkompli tieħu, il-passi kollha skond il-liġi sabiex il-periklu jitneħħa.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI - RIKORSI", "7217.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rikorsi s'issa quddiem it- Tribunal għall-Investigazzjoni dwar Inġustizzji?", "Kemm minn dawn kienu magħmula minn membri tal-Forzi Armati u kemm kienu magħmula minn membri tal- Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: It-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji ma jaqax taħt ir-responsabbilta' ta' dan il-Ministeru.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant għandu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "SKEJJEL - SKOLA TAL-MUŻIKA JOHANN STRAUSS", "7218.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 6720 magħmula fit-30 ta' Ġunju, li kienet tgħid:", "\"Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tagħlim li se jsir fil-Master Classes tal-vjolin fl-iSkola tal-Mużika Johann Strauss bejn l-4 u t-18 ta' Lulju humiex se jingħataw b'xejn jew bi ħlas\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6720 f'Seduta Nru. 91.", "IMPJIEGI", "7219.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6875 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-8 ta' Lulju, jista' l-Ministru jagħti n-numru tan-nies li kienu jaħdmu bi qliegħ fl-aħħar ta' Mejju, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li kienu qed jaħdmu bi qliegħ fl- aħħar ta' April 1997 kien ta' 139,928."]} {"filename": "19980202_179d_par.doc", "date": "1998-02-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 179 It-Tnejn, 2 ta' Frar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 179", "It-Tnejn, 2 ta' Frar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "179", "It-Tnejn, 2 ta' Frar, 1998", "WERREJ MINUTI 960", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 960", "TQEGĦID TA' KARTI 965", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA THE INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) BILL(KUMITAT U TIELET QARI) 967 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3) THE EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL (KUMITAT) 969 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMERĊ TA' L-ASSIGURAZZJONI THE INSURANCE BUSINESS BILL (TIENI QARI) 982 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3) THE EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 3) BILL (VOTAZZJONI) 996", "AĠĠORNAMENT 997", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1003", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1035", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 178 li saret fit-28 ta' Jannar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TAL-FINANZI - TASK FORCE", "10114.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Tonio Borg) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il task force ġiet maħtura minnu fl-oqsma differenti tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi nħatret task force dwar ix-xogħol tad-duty free services fis-seaport u oħra dwar statistics board.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar dawn it-task forces u jekk kienx hemm xi task force jew task forces oħrajn li diġa' temmew xogħolhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Biex nibda mill-aħħar parti tal-mistoqsija, kien hemm task force oħra li kienet qiegħda tagħmel studju fuq is-sistema ta' parallel trading.", "Fil-fatt din lestiet ix-xogħol tagħha matul l-1997 u r- rapport was made public u tqassam lill-istampa.", "Irrid ngħid li qatt ma kienet l-intenzjoni li dan id-dokument fuq parallel trading ikollu xi binding effect imma kien intiż biss biex jistimola dibattitu dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' parallel trading.", "Jekk niftakar sewwa, kien hemm riżervi min-naħa taċ-Chamber of Commerce imma mbagħad kellek organizzazzjonijiet oħrajn bħall-GRTU li kienu favur parallel trading.", "Aħna qgħadna attenti li fil-kompożizzjoni ta' din it-task force ikollna ċertu bilanċjat biex ikun hemm rappreżentanza kemm min-naħa ta' min hu favur parallel trading u anke min-naħa ta' min hu kontra.", "Fil-fatt għalkemm parallel trading huwa permess anke mill-Competition Act, jekk niftakar sewwa, fil-konklużjoni ta' dak ir-rapport konna ħallejna triq miftuħa sabiex wieħed jiżen, biex ngħid hekk, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' din is-sistema.", "Nerġa' ngħid li l-intenzjoni prinċipali tagħna kienet li nistimolaw diskussjoni fil-pajjiż dwar dan is-suġġett.", "Ħalli niġi issa għaż-żewġ bordijiet jew task forces li għandna riferenza għalihom f'din il- mistoqsija.", "Waħda minn dawn it-task forces qiegħda tagħmel studju dwar statistics board li, kif ħabbarna lill-istampa, hija chaired mis-Sur Reno Camilleri, bniedem ta' ċertu integrita', li għamel żmien twil konness ma' l- istatistika u li taħt l-amministrazzjoni l-oħra kien anke permanent secretary fil-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "F'dan l-istastics board ke llna rappreżentanza kemm min-naħa ta' l-Istatistika, kemm min-naħa ta' l- Economic Planning mill-ministeru tal-finanzi u anke rappreżentanti tal- korpi kostitwiti.", "Tajjeb li wieħed jgħid li bħalissa qegħdin inħejju leġislazzjoni li twassal għall-ħolqien ta' istitut nazzjonali dwar l- istatistika.", "Dan l-advisory board għandu sitt għanijiet prinċipali fix-xogħol tiegħu.", "L- ewwelnett li jassisti l-ongoing programme li għaddej bħalissa biex is- Central Office of Statistics jiġi upgraded.", "It-tieni nett biex jagħmel stocktaking tas-sorsi statistiċi available u anke jidentifika sorsi potenzjali addizjonali bil-ħsieb li jkun hemm kordinazzjoni aħjar u kollaborazzjoni aħjar fil-kompilazzjoni ta' ċerta data.", "It-tielet biex ifassal pjan li jwassal għall-ħolqien tan-national institute of statistics - u tajjeb li wieħed jgħid li l-abbozz ta' liġi diġa' tlesta u qed jiġi mifli min-naħa ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali - u r-raba' li ssir assessment kritika tas-sistema preżenti nazzjonali li għandna ta' l- istatistika u tal-metodoloġiji u anke biex isiru rakkmandazzjonijiet dwar kif dawn is-sistemi jistgħu jiġu mtejba u, biex ngħid hekk, tittieħed azzjoni rimedjali.", "Il-ħames punt huwa li tiġi promossa l-kredibilita' ta' l-official statistics fil-pajjiż, u tiġi promossa fost il-pubbliku in ġenerali.", "Dan għaliex taħt diversi amministrazzjonijiet, biex ma nkunx kontroversjali, dejjem kien hemm ċertu xettixiżmu dwar l-istatistika uffiċjali li joħroġ il-gvern tal-ġurnata, hu liema hu.", "Aħna nħossu li nkunu wasalna mhux biss meta nwaqqfu l-istitut nazzjonali ta' l-istatistika fil-pajjiż iżda meta l-pubbliku in ġenerali jkun qiegħed iħares lejn l- istatistika uffiċjali b'sens qawwi ta' kredibilita'.", "Jien naħseb li dan għandu jkun l-għan ta' kull amministrazzjoni, u fil-limitazzjoni tar- riżorsi tagħna nista' nwiegħed li kemm aħna kif ukoll il-bord nazzjonali ta' l-istatistika, meta jitwaqqaf, se naħdmu f'din id-direzzjoni.", "L-aħħar punt li jirrigwarda l-istatistics board huwa intiż biex jiffaċilita t- transizzjoni jew il-fażi tat-transizzjoni b'mod smooth kemm jista' jkun, b'mod li jikkonċerna r-riforma fl-istatistika li hemm bżonn isir fil- pajjiż, il-proċess innifsu u anke t-trasformazzjoni ta' l-uffiċju preżenti għal istitut ta' l-istatistika.", "Rigward it-task force dwar id-duty free services at the seaport, kont ħadt l-inizjattiva li nwaqqfu għal raġuni sempliċi.", "Kienu qegħdin jasluli diversi rapporti li l-istandards, speċjalment f'Pinto Wharf, kienu qegħdin jiddeġeneraw.", "Ir-rapporti li kellna dwar il-fatt li seta' kien hemm xi abbużi ta' duty free services, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ivvjaġġar tal- passiġġieri permezz tal-Libyan ferries, u l-mod kif kien qed jiġi kondott il-business hemmhekk, kien qed jagħti l-impressjoni li konna qisna xi bazaar u fil-fatt wieħed mill-ewwel kummenti li għamluli kienet proprju li qiegħed jipprevali \"a bazaar environment.\"", "Allura waqqafna din it-task force li għadha għaddejja bix-xogħol tagħha u pprovajna naraw li f'din it- task force ikun hemm rappreżentanza wiesgħa jew firxa wiesgħa kemm jista' jkun.", "Fil-fatt hemm rappreżentanza min-naħa tal-ministeru tal-finanzi, rappreżentanza min-naħa tal-ministeru għat-trasport u portijiet u ovvjament rappreżentanza mid-dwana, mill-pulizija u mill-Malta Maritime Authority.", "Ħassejna wkoll li għandhom jidħlu ċ-Chamber of Commerce, li huma rappreżentati mid-direttur ġenerali tagħhom, is-Sur Tony Borg Cardona, u wkoll iċ-chairman ta' l-assoċjazzjoni tat-traders li huma liċenzjati li joperaw duty free shops, li huwa Dr. Joe Micallef Stafrace, persuna prominenti u rinomata fis-soċjeta' Maltija.", "Naturalment għadu kmieni wisq biex nirrapporta l-konklużjonijiet ta' dan it-task force, biss ovvjament meta jikkonkludi x-xogħol tiegħu nkun lest li nagħti t-tagħrif kollu neċessarju li din il-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru semma l-istatistika, jista' jgħidilna jekk huwiex se joħroġ dalwaqt il-figuri dwar kemm nies qegħdin jaħdmu bi qligħ u kemm nies huma qiegħda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hekk kif il-figuri jkunu available ninsisti li jiġu ppubblikati minnufih.", "Jiena la qiegħed nagħmel xi pressure biex ma joħorġux u lanqas se nindaħlilhom b'xi mod ieħor.", "GĦalhekk meta jibagħtuli draft copy - u kull meta jibagħtuli draft copy ta' l-istatistika jiena nawtorizzahom dejjem, hu x'inhu s-settur li jikkonċernaw - jiena ovvjament ngħaddihom għall-pubblikazzjoni.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI TAS-SELF-EMPLOYED - REFURBISHMENT TA' UFFIĊINI", "10578.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa jew, jekk ix-xogħol għadu ma spiċċax, kemm se jiġi jiswa r-refurbishment tal-uffiċċju l-ġdid tas-Segretarjat Parlamentari għas-Self Employed?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll breakdown ta' l-ispiża u għal kull item jindika: jekk inħarġitx tender jew quotation, u jekk inħarġet tender meta u fejn ġiet ippubblikata; min ittenderja jew min ġie avviċinat biex jikkwota; kemm kienet kull tender jew quotation; min ħa x-xogħol; u min kien jagħżel it-tenders jew quotations?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MINISTERU TAL-FINANZI - BORD TA' DIXXIPLINA", "10837.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu li matul l-1997 tressqu quddiem xi bord tad-dixxiplina?", "Minn liema dipartimenti kienu?", "Xi grad kellhom?", "Ta' xiex kienu akkużati u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qiegħed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ENEMALTA - SERVIZZ TAD-DAWL", "11007.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar kemm kienu t-talbiet f'Malta u f'Għawdex sabiex jinqata' s-servizz tad-dawl, xahar b'xahar, fil-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Membru talab indikazzjoni iżda jiena se nagħtih il-fatti.", "L-Enemalta rċeviet dawn l-applikazzjonijiet biex jitneħħa s-servizz ta' l- elettriku:", "Ottubru 1997 99 Novembru 1997 334 Diċembru 1997 305 TOTAL 738", "It-tagħrif mitlub raħal b'raħal u xahar b'xahar qiegħed jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Ma jkunx ħażin, Madam Speaker, li wieħed ikun jaf ukoll kemm irċeviet applikazzjonijiet l-Enemalta fl-istess perijodu biex jiddaħħal is-servizz ta' l-elettriku jew biex tiżdied il-kapaċita' tal-kurrent elettriku:", "Talbiet għal servizzi ġodda", "Ottubru 1997 417 Novembru 1997 344 Diċembru 1997 331", "TOTAL 1091", "Talbiet għal servizzi addizzjonali:", "Ottubru 1997 50 Novembru 1997 34 Diċembru 1997 47 TOTAL 131", "TARXIEN - TRIQ SAN BARTILMEW - BINI", "11037.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-bini u l-ambjent fi Triq San Bartilmew, Ħal Tarxien huwiex f'xi mod imħares mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Triq San Bartilmew f'Ħal Tarxien - li qiegħda wara l-Knisja ta' San Bartilmew fi Triq il-Kbira - ġiet skedata fis-26 ta' Marzu, 1996; din tidher fil-Gazzetta tal-Gvern li ġġib l-istess data u f'avviż numru 199/96.", "(Ara mappa 4 Ref.", "427/95, sit innumerat 71, paġna numru 2485)", "Din it-triq qiegħda wkoll f'żona protetta jew aħjar f'area ta' konservazzjoni urbana skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jispjega kif dan l-aħħar f'din it- triq twaqqgħet dar?", "Ta' min jgħid li dwar dan kien hemm rapporti mill- Kunsill Lokali ta' Hal Tarxien lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar pero' din ta' l-aħħar qalet li dik iż-żona m'hijiex protetta.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena dawn l-affarijiet ma nkunx informat bihom għaliex dawn huma affarijiet tal-Planning Authority.", "GĦalhekk nitlob lill-kollega tiegħi jagħtini d-dettalji dwar dan il-każ ħalli nkun nista' nikkonfronta l-awtoritajiet tal-Planning Authority rigward din l-inkongruwenza.", "Dan għaliex, kif qed ngħid, mill- informazzjoni li għandi din hija żona protetta jew aħjar qiegħda f'area ta' konservazzjoni urbana.", "Allura jekk il-kollega tiegħi qed jgħid li twaqqgħet xi dar bil-permess tal-Planning Authority, nitolbu jagħtini l- informazzjoni biex inkun nista' ninvestiga.", "AMBAXXATI - KORSIJIET FIL-LINGWI", "11066.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru: jgħidilna, jekk jista' jkun f'forma ta' tabella, kemm intnefqu flus minn fondi pubbliċi f'liri Maltin u f'munita tal-post f'korsijiet fil-lingwi minn kull ambaxxata individwalmnt fis-snin 1996 u 1997 separatament; u jindika wkoll in-nil returns, jiġifieri l-ambaxxati u s-snin fejn ma kien hemm l-ebda nfiq ta' din in-natura?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba dwar infiq minn fondi pubbliċi għal korsijiet fil-lingwa f'kull ambaxxata Maltija barra minn Malta għas-snin 1996 u 1997 tinsab skedata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PEMBROKE - XOGĦLIJIET", "11250.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10340 u r-risposta għaliha, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-21-il applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma applikazzjonijiet tad-dipartimenti tal-gvern?", "Ta' liema dipartimenti huma dawn l-applikazzjonijiet?", "Meta saru dawn l- applikazzjonijiet f'kull każ?", "Kemm mill-applikazzjonijiet huma tal-privat jew tal-kunsilli lokali u liema huma fuq sit tal-Gvern?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-fatt sas-26 ta' Jannar, 1998 kien hemm 20 applikazzjoni pendenti ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li tlieta minnhom ġew sottomessi mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, u applikazzjoni oħra saret mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Rigward l-applikazzjonijiet mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, applikazzjoni PA 3810/97 ġiet sottomessa fl-24 ta' Ġunju, 1997 filwaqt li l- applikazzjonijiet PA 4406/97 u PA 4407/97 ġew sottomessi fil-21 ta' Lulju, 1997.", "L-applikazzjoni PA 4192/97 tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni ġiet sottomessa fl-14 ta' Lulju, 1997.", "Applikazzjoni waħda saret mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke u s-sit jinsab fuq art tal-gvern.", "Il-15-il applikazzjoni l-oħra pendenti saru minn individwi jew organizzazzjonijiet privati.", "Minn dawn erbgħa huma fuq art tal-gvern.", "GĦARGĦUR - SQAQ L-IMNIEQA", "11300.", "L-ONOR.", "ANGLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa Sqaq l- Imnieqa li jinsab bejn in-Naxxar u l-Għargħur?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 9536.", "PA - HEIGHT LIMITATIONS", "11496.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu riveduti l- height limitations fiż-żona li tinkludi l-Imsida, il-Gżira, Tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-kontest tal-pjan lokali tal-portijiet tat- tramuntana, il-height limitations taż-żoni ta' l-Imsida, il-Gżira, Tas- Sliema, San Ġiljan u Paceville qegħdin jiġu studjati vis-a-vis l-effett preżenti u tal-futur li jista' jkollhom dawn l-istess height limitations.", "Fuq l-ispazji urbani, bħala linja ġenerali l-height limitations preżenti se jibqgħu in vigore.", "Meta jibdew jinħadmu l-policies rilevanti għaż-żoni partikolari huwa l- ħsieb tal-Pjan Lokali li jidħol aktar fid-dettal u jelimina ċerti inċertezzi li jeżistu preżentement.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-Onor.", "Mugliett hawnhekk qed jagħmel domanda fuq l- inħawi ta' l-Imsida, il-Gżira, Tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville.", "Issa lkoll nafu li l-proġett tal-Maltacom jikkontempla ferm iktar għoli mill- height limitations preżenti.", "Jista' l-Ministru jgħidilna kif jinkwadra dan il-proġett fil-limitazzjonijiet ta' dawn l-istess height limitations?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, bħal proġetti oħrajn li hemm għal dawk l-areas, dan il-proġett m'iniex se niddefendih jien.", "Dan huwa xi ħaġa li jrid jagħmel min qed jissottometti l-pjan għal dan l-iżvilupp, li mbagħad irid jagħmel ukoll id-diskussjonijiet li għandu jagħmel ma' l- awtoritajiet tal-Planning Authority, kemm mill-aspett tekniku u anke mill- aspett amministrattiv.", "Pero' naħseb li l-kollega tiegħi jaf li meta ntkellmu dwar height limitations, ġeneralment inkunu qegħdin nitkellm fuq dawk li huma djar abitabbli.", "Dan għaliex fejn għandek kostruzzjonijiet bħalma huma lukandi u bini ieħor, il-height limitations huma storja oħra.", "U safejn naf jien, minkejja li hemm il-height limitations, fil-każ ta' proġetti bħal dawn isiru studji għal kull każ partikolari u kull każ jittieħed on its own merits u mbagħad tittieħed id-deċiżjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jaf il-Ministru li din id-distinzjoni li qed jagħmel illejla l-ewwel darba li qegħdin nisimgħu biha?", "Barra minn hekk, jekk qed jipprova jagħmel distinzjoni fuq bażi ta' djar abitabbli, japprezza li l-proġett tal-Maltacom jinkludi numru sostanzjali ta' appartamenti bi prezz diġa' ndikat u li se jkunu f'livelli ogħla mill- height limitations li nafu bihom f'Malta?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-Planning Authority qiegħda hemmhekk biex tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fuq proġetti li jersqu quddiemha.", "Dan il-proġett qiegħed quddiem il-Planning Authority, u l- kollegi tiegħi u l-pubbliku ġenerali għandhom l-opportunita' li jagħmlu s- sottomissjonijiet tagħhom meta jkun hemm il-public hearing u anke qabel.", "Huwa hemmhekk fejn wieħed jista' jagħmel ċerti oġġezzjonijiet u kummenti.", "Jien żgur ma neħux deċiżjonijiet.", "Din hija kwestjoni tal-Planning Authority li tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fil-kontest tal-policies li għandha.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi r-reati rapportati lill-Pulizija li seħħew f'Paceville u San Ġiljan matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10891; u", "Tagħrif dwar il-kampanja pubbliċitarja fuq stazzjonijiet tar-radju konnessa ma' l-introduzzjoni tal-VAT fl-1994, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11544.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 28 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D.;", "Avviż Legali Nru 29 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil.;", "Avviż Legali Nru 30 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti għall-Eżamijiet ta' l-Universita';", "Avviż Legali Nru 31 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Gradi ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. u Master of Philosophy - M.Phil;", "Avviż Legali Nru 32 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1992 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts - M.A.;", "Avviż Legali Nru 33 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1993 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts - B.A.;", "Avviż Legali Nru 34 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1995 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons);", "Avviż Legali Nru 35 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. fl-Istitut tal-Mediterran;", "Avviż Legali Nru 36 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. fl-Istitut tal-Mediterran; u", "f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 24 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Inbid;", "Avviż Legali Nru 26 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti fuq l-Esportazzjoni tal-Patata; u", "Avviż Legali Nru 27 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Drittijiet li jitħallsu fil-Protezzjoni ta' Pjanti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 22 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Banking Credit Cards (Ħlas f'daqqa ta' Taxxa);", "Avviż Legali Nru 23 ta' l-1998 - Regoli ta' l-1998 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti dwar Taxxa dovuta fuq Poloz ta' Assigurazzjoni;", "Avviż Legali Nru 25 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Bejgħ tal-Prodotti tal-Biedja;", "Tagħrif dwar ingaġġ ta' ħaddiema mal-Korporazzjoni Enemalta matul l- 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11558;", "Tabelli li juru d-dħul nett mill-VAT, ħlasijiet lura lit-taxpayers taħt l-iskema ta' rifużjoni fuq stock fil-31 ta' Diċembru 1994 matul l- 1996 u l-1997, dħul nett mill-ETI, ETP u ETS matul l-1997, flimkien ma' dħul nett matul l-1997 minn ażjendi taħt l-iskema ta' ħlas ta' dazju fuq stock fit-30 ta' Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11560; u", "Tabelli li juru d-dħul gross u nett mill-ETI, ETP/ETS, stock u VAT matul il-perjodu bejn Lulju u Diċembru 1997 u dħul gross u nett mill- VAT matul l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11743.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa li ġew trasferiti b'riżultat taċ-ċirkolari maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara l-elezzjoni ġenerali ta' l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11343.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport dwar ir-riskji tas-saħħa ta' persuni li joqogħdu viċin radar stations, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10717 li dehret f'seduta numru 171;", "Madam Speaker, nixtieq ngħid li din il-mistoqsija kien għamilha l-Onor.", "Ninu Zammit u jiena kont għidtlu biex jirriferiha lill-ministeru ieħor.", "Pero' minn dakinhar irċevejt l-informazzjoni mitluba u għalhekk qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra u se ngħaddilu wkoll kopja separata għalih.", "Barra minn hekk, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Għawdex matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11636; u", "Tagħrif dwar il-labour force f'Għawdex kif kienet fl-aħħar ta' Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11638.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet ġodda għal akkommodazzjoni alternattiva li daħlu fid-Dipartiment għall- Akkommodazzjoni Soċjali matul Diċembru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11379.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Il-Ministru Brincat.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA", "THE INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, qabel ma ngħaddu għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nitlob li l-Kamra tirriżolvi ruħha f'Kumitat sabiex issir recommittal ta' klawsola 1.", "Madam Speaker, kulma għandna quddiemna hija emenda żgħira li tbiddel id- data tal-bidu fis-seħħ ta' ċerti provvedimenti u ma naħsibx li hemm għalfejn inlaqqgħu il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Fil-fatt diġa' saru konsultazzjonijiet ma' l-Oppożizzjoni dwar dan.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-konsiderazzjoni mill-ġdid fil- Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess biex dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi kkonsidrat mill-ġdid mill-Kumitat tal-Kamra kollha, kif talab l-Onor.", "Brincat?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra issa tirriżolvi ruħha f'Kumitat.", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, kif aċċennajt iktar kmieni fil- preżenza ta' Madam Speaker, kulma għandna quddiemna hija sostituzzjoni ta' subklawsola (2) ta' klawsola 1 biex inġibu fis-seħħ id-data operattiva ta' din il-liġi.", "\"D\" Minflok is-subklawsola (2) tal-klawsola 1, għandu jidħol dan li ġej:", "\"(2) Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta' l-artikolu 6, u tal- paragrafu (d) ta' l-artikolu 7 u ta' l-artikolu 8 ta' dan l-Att għandhom jitqiesu li bdew iseħħu fl-1 ta' Jannar, 1998; u d- dispożizzjonijiet tas-subartikoli (4) sa (9) u tas-subartikoli (11) u (12) ta' l-artikolu 23 ta' l-Att prinċipali kif emendati bl-artikolu 5 ta' dan l-Att, għandhom jitqiesu li bdew japplikaw mill-1 ta' Jannar, 1998.\".", "\"D\" For subclause (2) of clause 1, there shall be substituted the following:", "\"(2) The provisions of paragraph (a) of section 6 and of paragraph (d) of section 7, and of section 8 of this Act shall be deemed to have come into force on the 1 January, 1998; and the provisions of subsections (4) to (9) and of subsections (11) and (12) of section 23 of the principal Act as amended by section 5 of this Act shall be deemed to have come into force as from 1 January, 1998.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal- Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta klawsola 1 mgħoddija b'emenda.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ll-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat- Taxxa\"", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa\" ikun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3)", "THE EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-28 ta' Jannar 1998.", "Klawsola 2 - Sostituzzjoni tat-Tieni Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Substitution of Second Schedule to the principal Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien ma xtaqtx nerġa' niftaħ id- dibattitu dwar is-CET u l-VAT, pero' l-aħħar darba kien hemm ċerti rimarki min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li naħseb li for the record u mingħajr ma nkomplu l-logħba ping-pong li qiegħda tiżvolġi kważi f'kull diskussjoni li qed ikollna, nirreġistra xi tliet punti jew erba' dwar il-kwestjoni tat- taxxa tas-CET.", "L-ewwelnett irrid ngħid li d-dħul nett tal-gvern mit-taxxi tal-VAT u tas- CET sa Diċembru 1997 kien kif se ngħid.", "Bħala VAT kellek ¥11.3 miljun - imma tajjeb li wieħed jgħid li fl-aħħar xahrejn kellek a negative balance ta' 0.1 u negative 1.5 - ETI kellek ¥17 miljun, ETP u ETS combined kellek ¥9.1 u taxxa fuq stock kellek ¥6.9.", "Dawn iġibu total ta' ¥44.3 miljun.", "Minn dawn iċ-ċifri wieħed jista' jinduna li matul l-aħħar sitt xhur id-dħul mill-VAT kien dejjem nieżel u spiċċa biex fl-aħħar xahrejn il-Gvern ħareġ aktar milli daħħal minħabba r-refunds, u ovvjament għad irid joħroġ aktar.", "Mill-banda l-oħra d-dħul mis-CET kien dejjem tiela' u għad irid jitla' aktar.", "Dan għaliex, kif spjegajt fl-aħħar seduta li kellna, is-sistema tal- VAT qiegħda tiġi phased out xahar wara l-ieħor filwaqt li s-sistema tas-CET għadha qiegħda tiġi phased in.", "Jiena niddejjaq nirripeti pero' for the record bilfors ikolli nirripeti li għalhekk m'aħniex qegħdin f'sitwazzjoni - kif forsi wieħed jista' jkollu l-impressjoni - li f'daqqa waħda daħlet is- CET u spiċċat il-VAT.", "Per eżempju, huwa importanti li wieħed jinnota li f'Lulju u f'Awissu l- ETP u l-ETS kienu għadhom ma bdewx jirrendu filwaqt li f'Settembru u f'Ottubru mhux żgur irrendew 50% ta' dak li suppost kienu qegħdin jirrendu għall-effectiveness tagħhom.", "Inċidentalment, kif għidt ukoll fl-aħħar seduta li kellna, imkien ma jidher li l-ETI tirrendi 70% jew 80% tad-dħul kollu mis-CET, kif donni fhimt lill-Onor.", "John Dalli jgħid f'dan il- Parlament.", "GĦalhekk huwa inutli li wieħed joqgħod iqabbel id-dħul tas-CET fl-aħħar sitt xhur ta' l-1997 mad-dħul tal-VAT fl-aħħar sitt xhur ta' l- 1996.", "Jien nemmen li għalissa ma jistgħux isiru paraguni bħal dawn, jew għallinqas jekk isiru wieħed għandu jirrikonoxxi l-fatt, jekk irid ikun ġenwin u korrett, li s-sistema tas-CET matul l-1997 kienet għadha m'hijiex fully operational.", "Dan huwa stat ta' fatt li ma jista' jmerih ħadd u min jipprova jaħbih ikun qiegħed jidħak bin-nies.", "It-tieni stat ta' fatt huwa li d-dħul nett tal-gvern mill-VAT u mis-CET matul l-1997 żdied bi kważi ¥6 miljun fuq id-dħul mill-VAT matul l-1996.", "Jiġifieri s-CET bl-ebda mod ma naqqset ir-ritmu tad-dħul tal-gvern, u naħseb li huwa importanti li dan il-punt jiġi rreġistrat.", "Anzi biex wieħed ikompli jikkonsolida dan il-fatt, isib li fit-tieni sitt xhur ta' l-1997, jiġifieri meta ġiet fis-seħħ is-CET, id-dħul tal-gvern żdied b'¥4 miljun fuq id-dħul fl-ewwel sitt xhur ta' l-istess sena meta l-VAT kienet għadha waħedha.", "Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Bonnici l-ħin kollu jikkompara d-dħul tal- gvern fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997 mad-dħul tal-gvern fl-istess perijodu tas-sena ta' qabel.", "Biss, fil-fehma tiegħi għallinqas, l-Onor.", "Bonnici jkun qed jagħmel żball meta jikkonkludi li għaliex id-dħul mill-VAT fl- ewwel sitt xhur ta' l-1997 żdied madwar 10% fuq id-dħul mill-VAT fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996, allura by extension id-dħul tal-VAT fl-aħħar sitt xhur ta' l-1997 kien se jibqa' jiżdied bl-istess mod.", "Li kieku l-affarijiet veru jiġru hekk, kieku d-dħul tal-gvern fit-tieni sitt xhur ta' l-1997 kien ikun ¥47.7 miljun, jew ¥3.4 miljun biss aktar milli fil-fatt kien.", "Jiġifieri ma konniex immorru wisq aħjar.", "Iżda dan ma setax jiġri għaliex hemm ħaġa importanti li wieħed ma jridx jinsa, Sur President, u din hija li matul l-ewwel sitt xhur ta' l-1997 ir-rata ta' refunds kienet ferm aktar baxxa meta kkomparata mar-rata ta' refunds fl- istess żmien tas-sena ta' qabel u aktar u aktar meta mqabbla mar-rata ta' refunds fis-sitt xhur ta' wara ta' l-1997.", "Dan kollu juri li r-refunds li ma tħallsux fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997 kien ikollhom jitħallsu fis-sitt xhur ta' wara kif effettivament ġara.", "U jekk tneħħi dawn is-¥6 miljun mid- dħul tal-VAT matul l-ewwel sitt xhur ta' l-1997 meta dawn ir-refunds suppost ingħataw, l-argument ta' l-Onor.", "Bonnici li l-VAT kienet tirrendi ferm u ferm aktar mis-CET kieku din baqgħet teżisti, jaqa' waħdu.", "Il-fatt hu - u dan ma jista' jmerih ħadd - li fl-1995 il-VAT irrendiet ¥78.1 miljun, fl-1996 irrendiet ¥78.6 miljun u fl-1997 ma kenitx se tirrendi aktar għaliex il-gelgul ta' refunds li kienu ħerġin jikber seta' u mhux jiċkien.", "Stat ta' fatt ieħor huwa li bis-sistema tas-CET hemm ammonti ta' taxxa li l-gvern mhux qed idaħħalhom bħala CET.", "Dan l-argument in-naħa ta' l- Oppożizzjoni donnhom li they gloss over it f'kull okkażjoni li jkollhom.", "Kif ġieli spjegat, il-gvern dawn qabel kien idaħħalhom bħala VAT u issa parti minnhom qed idaħħalhom bħala excise duty u registration tax u parti oħra m'hu qed idaħħalhom xejn għaliex hekk iddeċieda minn jeddu.", "Dawn huma t-taxxa tal-VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel mill-Korporazzjoni Enemalta, it-taxxa tal-VAT fuq l-importazzjoni tas-sigaretti u l-ispirti, it-taxxa tal-VAT fuq it-Telemalta - illum Maltacom - u t-taxxa tal-VAT fuq il- karozzi.", "Matul it-tliet snin li għaddew, Sur President, mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni Telemalta, il-gvern daħħal 'il fuq minn ¥26.2 miljun.", "Li kieku dawn il-flus li l-biċċa kbira minnhom il-gvern qed idaħħalhom xorta oħra, daħħalhom bħala CET, kieku s'issa l-gvern kien ikun daħħal madwar ¥4.4 miljun oħra.", "Minn fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi u l- importazzjoni tas-sigaretti u l-ispirti, huwa stmat li fl-aħħar sitt xhur ta' l-1997 il-gvern kien ikun daħħal mat-¥3 miljun bħala CET.", "B'kollox dawn iġibu madwar ¥7.4 miljun matul sitt xhur jew ¥1.2 miljun fix-xahar.", "Jekk din il-medja tiżdied mal-medja tad-dħul mis-CET, wieħed isib li d-dħul mis-CET matul l-erba' xhur ta' l-1997 kien ikun ta' ¥6.5 miljun fix-xahar minkejja l-fatt li s-CET ma kenitx fully operational.", "Dan huwa bejn wieħed u ieħor l-ekwivalenti tad-dħul li rrendiet il-VAT kemm fl-1995 u kemm fl- 1996.", "GĦalkemm m'għandiex x'taqsam mal-kwestjoni tas-CET imma qamet l-aħħar darba fil-kontest tal-birra, nixtieq inpoġġi fatt ieħor for the record.", "L- aħħar darba tqajjem il-punt li minn mindu daħlet is-CET naqas l-element protettiv għall-birra.", "Dan il-fatt aħna m'aħniex niċħduh imma biex nagħtu ż-żewġ naħat tal-munita importanti li nuru li anke meta daħlet il-VAT naqas ċertu element protettiv.", "Fil-fatt huwa kkalkolat li n-net effect tar- reduction fil-productive element meta daħlet il-VAT kien ta' 29.7%.", "Mingħajr ma nsemmi ditti b'isimhom għandi quddiemi korrispondenza li għaddiet bejn ditta ewlenija lokali u bejn id-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea li kien qed jinnegozja l-kwestjoni tat-trade concessions, fejn f'paragrafu minnhom il-company secretary ta' waħda minn dawn id-ditti jikkonferma dak li għadni kif għidt.", "Fil-fatt, dan jgħid:", "\"We concur with your exposition that the introduction of VAT in 1995 and of CET in 1997 lessened the protection of beer produced in Malta when compared to imported EU beer.\"", "Jiġifieri jew se nuru ż-żewġ naħat tal-minuta jew se ngħidu biss dak li jaqbel dwar is-CET, u dan qed ngħidu for the record.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħalli nibda minn dan l-aħħar kumment fuq il-birra, Sur President.", "L-ewwelnett huwa veru li meta daħħalna l-VAT kien hemm aġġustamenti fl-element protettiv fil-levy pero' l-birra neħħejnilha s-sisa li kien hemm fuqha.", "Ta' min ifakkar li kif daħlet il-VAT fl-1995, is-sisa li kienet teżisti fil-pajjiż fuq il-mineali, fuq l-ilma u fuq il-birra kienet tneħħiet għal kollox.", "Jiġifieri meta wieħed jgħid li tnaqqas l- element protettiv, irid jgħid ukoll li tneħħiet is-sisa fuq il-birra lokali u allura saret aktar kompetittiva.", "Din kienet il-quid pro quo għat-tnaqqis fil-levy li kien sar.", "U jekk wieħed irid jagħmel l-argument kif qed jagħmlu l-Ministru, biex inkunu qegħdin ngħidu l-affarijiet kif fil-fatt huma u r-riżultat kif fil-fatt ġara, wieħed irid jieħu in consideration dan kollu.", "Jiġifieri m'huwiex sewwa li tgħid li meta ddaħħlet il-VAT tnaqqset il-protezzjoni mingħajr ma tgħid ukoll li tnaqqas il-prezz fuq il-birra lokali għaliex tneħħiet is-sisa u allura ġiet restitwita l-kompetittivita' li setgħet intilfet meta tneħħiet il-levy.", "Wieħed irid jagħmel il-kwadru kollu u l-pittura kollha biex naraw l-istampa ta' x'kien qed jiġri.", "Ma nistgħux nikkwotaw biss parti minn dak li jkun qed jiġri.", "L-argument kollu fuq il-birra huwa li meta l-Gvern daħħal is-CET, minħabba l-għaġġla u t-tgerfix li biha daħlet din is-sistema, kellu bilfors jagħmel across the board reduction tal-levies, xi ħaġa li qatt ma jmissu għamilha, u dan għaliex sab ruħu f'morsa u fi problemi kbar mal-commitments internazzjonali li kellu.", "Kien minħabba f'hekk li kellu jinsa n-negozjati li kienu għaddejjin biex il-kwota tal-birra minn Malta għall-Ewropa tiżdied u naqqas il-protezzjoni b'mod li issa dan it-tnaqqis ma nistgħux nutilizzawh meta niġu biex ninnegozjaw kondizzjonijiet oħrajn ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan hu l-argument tagħna u dan mhux qed nagħmluh biex nilagħbu xi logħba tal-ping-pong.", "Dan l-argument il-Ministru jmissu jipprova jifhmu u mhux jipprova jirribatti li anke meta daħlet il-VAT kien sar hekk.", "L- argument huwa li sar żball proprju għaliex l-affarijiet ma sarux sewwa u rridu nitgħallmu minn dawn l-iżbalji u rridu nkunu accountable għal dawn l- iżbalji.", "Rigward il-ħafna ċifri li semma fuq il-VAT u s-CET u s-suppożizzjonijiet ta' x'kien jiġri, jien ma nafx jekk il-Ministru jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatement li qara vis-a-vis dan l-eżerċizzju biex inkunu nistgħu nanalizzawh għaliex jien ma naqbel xejn ma' ħafna mis- suppożizzjonijiet li beda jagħmel il-Ministru.", "Huwa qal li minħabba li mis- CET u l-VAT f'daqqa daħħalna ċertu ammont, allura s-CET marret tajjeb.", "X'għandu x'jaqsam dan!", "It doesn't follow at all għax jekk tikkompara d-dħul tal-VAT mad-dħul tal-VAT u s-CET f'daqqa żgur li ma tistax toħroġ minnha li s-CET marret aħjar.", "Kif tista' tagħmel dawn it-tip ta' argumenti!", "Barra minn hekk, jiena naħseb li trid issir analisi ftit aħjar milli għamel il-Ministru bit-tneħħija tal-one-time payments and receipts li kien hemm fis-sistema, kemm fl-1996 u kemm fl-1997.", "Jekk trid issir korrelazzjoni tar-revenue potential taż-żewġ sistemi, din m'għandhiex issir fuq il-mod kif qed jagħmilha l-Ministru imma għandha ssir fuq in-nefqa fis- setturi differenti li jkun hawn fil-pajjiż.", "Dan għaliex kemm is-CET u kemm il-VAT jintaxxaw konsum ta' prodotti partikolari, u għaliex l-istatistika tagħtina l-consumption pattern tal-popolazzjoni.", "Allura jekk irridu nagħmlu analisi vera u reali ta' l-effetti taż-żewġ sistemi - u nerġa' ngħid hija għarukaża li l-Gvern din ma għamilhiex - irridu naraw x'inhuma l- ispending patterns li hawn fil-pajjiż.", "Per eżempju, in-nies kemm jonfqu fuq l-ikel?", "Nafu li fuq l-ikel la kien hemm VAT u lanqas CET, jiġifieri l- infiq kollu li jsir fuq l-ikel ma jirrendi xejn lill-Gvern.", "U kemm hi n- nefqa fuq l-entertainment?", "Nafu li l-VAT kienet tirrendi 15% u s-CET qiegħda tirrendi 5%.", "Dwar infiq fuq affarijiet ta' hardware nafu li l-VAT kienet tirrendi 15% u s-CET qiegħda tirrendi xi 20%, għaliex tirrendi 15% u mbagħad l-ETP tirrendi 5%.", "Dawn huma l-analisi li nixtiequ naraw isiru biex wieħed jipperswadi lill-ieħor fuq fatti u mhux suppożizzjonijiet u estrapolazzjonijiet ta' ċifri li jgħoddu kieku qegħdin inqabblu like with like.", "Dan huwa t-tip ta' eżerċizzju li ilna ngħidu lill-Gvern li għandu jagħmel u li għadu ma sarx.", "Imbagħad irridu naraw l-effett li dawn iż-żewġ sistemi tat-taxxi għandhom fuq il-fiscal morality f'pajjiżna u l-counter balances u l-counter effects li għandek fuq id-dħul mill-income tax u d-dħul min-national insurance contributions.", "Qiegħda ssir din l-analisi?", "Qegħdin naraw kif il- provisional tax ġiet influwenzata mill-bidla li kien hemm fis-sistema tat- taxxi?", "Min-naħa tagħna dan l-eżerċizzju konna għamilnih u l-income tal- gvern rajnih jitla' 'l fuq b'mod sostanzjali.", "Imma għandna analisi ta' kif dawn ġabu ruħhom issa mal-bidla fit-taxxa għas-CET?", "Din hija l-bażi tal- moralita' fiskali li nitkellmu fuqha, u għalhekk aħna minn din in-naħa nsostnu li s-sistema l-ġdida hija counter productive f'dik li hija moralita' fiskali.", "Din is-sistema m'għandhiex il-livell ta' moralita' fiskali li għandha s-sistema tal-VAT.", "Dan hu l-punt tagħna, u mhux qegħdin nilgħabu jew nagħmlu lobbying biċ-ċifri.", "L-analisi li jridu jsiru għandhom ikunu oġġettivi u purament matematiċi imma l-Gvern għażel li ma jagħmilhomx.", "Għalfejn għażel li ma jagħmilhomx u jipprova jipperswadina bil-viżjoni tiegħu jiena ma nafx, imma biex jipperswadi lill-poplu u lil din in-naħa li dak li qed jgħid huwa tajjeb u biex aħna ma nkomplux ngħidu li s-CET farrket ir-revenue potential tal-gvern u qiegħda iġġib problemi kbar fil-pajjiż irridu naraw studji tajbin u studji bbażati fuq spending patterns ibbażati fuq l-effett fuq income headings oħra tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Peress li ssemmiet il-kwestjoni tal-moralita' fiskali u s-sistema tas-CET, nixtieq nistaqsi lill-Ministru - forsi jista' jinformana f'dan l-istadju - jekk il- Kummissjoni għal Moralita' Fiskali għamlitlux xi rapport u b'mod partikolari għamlitx rapport dwar is-CET.", "Dan qed ngħidu għaliex jiena kont ġejt mitlub mill-kummissijoni biex nidher quddiemhom u nagħti l- fehmiet tiegħi, u dan għamiltu ħafna xhur ilu u ma smajt xejn iktar.", "Jiġifieri jiena dan nafu bħala fatt, għaliex jien stess tkellimt mal- kummissjoni dwar il-problema tal-moralita' fiskali u s-CET.", "Pero' nixtieq li l-Ministru jgħid jekk għandux xi rapport mill-kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-risposta hija fin-negattiv għaż-żewġ mistoqsijiet.", "S'issa għadni ma rċevejt l-ebda rapport dwar l-ebda suġġett min-naħa tal- Kummissjoni għal Moralita' Fiskali u wisq inqas fuq l-issue tas-CET innifisha.", "Ovvjament appena nirċevihom, jiena ninforma lil din il-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed nifhem sewwa li ma saru l-ebda forecasts tas- CET, kemm kif qiegħda taħdem issa u kemm se tirrendi din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien naħseb li l-estimi fihom infushom huma forecasts, Sur President.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena m'iniex qed nirriferi għall-estimi fihom infushom imma qed nirriferi għal rapporti oħrajn li jindikaw kif qiegħda taħdem is-CET, kif se tirrendi u allura x'wieħed jista' jistenna minn din is-sistema ta' tassazzjoni, issa li ilha taħdem sitt xhur, li hija differenti minn ta' qabel.", "GĦaliex din is-sistema qiegħda tintaxxa inqas is-servizzi, il-hotels u t-turiżmu - u allura ovvjament qiegħda taffetwa d- dħul minn dan il-qasam - qiegħda tintaxxa inqas l-entertainment pero' qiegħda tintaxxa iktar ċertu importazzjoni ta' prodotti.", "Dan għaliex mhux biss għandek il-15% ETI imma għandek l-5% ETP u allura wieħed jistenna li sar xi forma ta' projections.", "Imma qed nifhem tajjeb li l-Ministru qed jgħid li ma sar xejn bħala projections?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ovvjament id-dipartiment jagħmel il-kalkoli tiegħu u mhux jaħdem fid-dlam u fl-għama.", "Jiġifieri din hija osservazzjoni gratuita min-naħa ta' l-Onor. kollega.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma l-Ministru huwa nformat b'dawn il- kalkolazzjonijiet?", "Jiena ma rridx noqgħod noħroġ id-dokumenti imma rrid li dan il-Parlament ikollu r-realta' quddiemu.", "Jekk il-Gvern għandu xi rapporti li s-CET qiegħda tirrendi ferm inqas minn dak li kien mistenni, u jekk għandu projections li jindikaw bl-iktar mod ċar li r-revenue fl-1998 se jkun ferm inqas anke minn dak li ppreżenta fl-estimi ftit ilu, allura nistenna li għandu jgħid hekk quddiem din il-Kamra.", "S'issa qegħdin nitkellmu fuq id-dħul tas-CET.", "L-indikazzjonijiet huma li fl-ewwel sitt xhur tagħha rrendiet ¥25 miljun, li ¥7 miljun minnhom huma fuq stocks that are not repeatable, u allura tiġi f'sitwazzjoni li fuq sitt xhur is-sistema ta' tassazzjoni ġdida irrendiet madwar ¥19 miljun bħala revenue.", "Allura sar xi studju fuq din il-bażi ħalli wieħed jara jekk hemmx bżonn issir xi korrezzjoni?", "Jiena diġa' għidt li dak li hemm bżonn isir huwa li naraw kif qiegħda taħdem is-sistema ta' tassazzjoni indiretta, u jekk hemm bżonn li ssir korrezzjoni ssir hemmhekk u mhux issir fuq it-tariffi ta' l-ilma u d- dawl, li huma very narrow products li bilfors trid tikkonsma.", "Mela għandna sistema ta' tassazzjoni indiretta li hija mifruxa fuq ma nafx kemm-il oġġett li daħlet f'Lulju u li se tiġi evalwata anke minn nies barranin biex jaraw x'se jkun ir-revenue tagħha u l-Gvern m'huwiex f'pożizzjoni li wara sitt xhur jgħidilna din x'qiegħda tirrendi!", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jiena naħseb li l-estrapolazzjonijiet li saru mill-Onor.", "Bonnici u l-kummenti li għamilna kienu proprju biex juru li dawn ma kenux jorbtu.", "Fil-fatt, il-punt kollu huwa li bis-CET id-dħul tal-gvern ma naqasx u fil-fatt il-fatti ma jurux hekk.", "B'kollox ir-revenue mis-CET kien ta' madwar ¥33 miljun u mhux ¥25 miljun kif kien oriġinarjament.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jidher li ċ-ċifri qegħdin jinbidlu daqsxejn għaliex l-informazzjoni li tana l-Ministru sal-ġimgħa li għaddiet kienet li d-dħul totali kien ta' ¥83 miljun, maqsumin f'¥51 miljun dħul mill-VAT, Lm25 miljun mis-CET u ¥7 miljun fi stocks.", "Jiġifieri d-dħul mis-CET huwa kif il-Gvern kien qed jistenna?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: S'issa jidher li qegħdin on track.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien nixtieq li nkun konfortat iktar li l- affarijiet qegħdin on track pero' jiddispjaċini ngħid li s'issa l- informazzjoni li qiegħda toħroġ ma tindikax li d-dħul huwa konsistenti ma' dak li kien qed jidħol mill-VAT.", "Per eżempju, il-Ministru semma li fl- ewwel sitt xhur id-dħul mill-VAT kien 10.6% iktar milli kien is-sena ta' qabel imma qal ukoll li din ma tistax toqgħod fuqha għaliex f'dawk is-sitt xhur ma sarux ħlasijiet biżżejjed ta' refunds.", "Issa ċ-ċifri li għandi u li tahomli l-Ministru juru ċ-ċifri net, jiġifieri d-dħul kollu wara li jitnaqqsu r-refunds.", "GĦalhekk ma nistennix li jiġi l-Ministru u jgħidli li hemm iktar refunds li jridu jitħallsu, għaliex jekk nibqgħu sejrin hekk qisna qegħdin nilagħbu b'ċifri tal-lastiku.", "Il-verita' hija li fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet, skond il-mistoqsijiet parlamentari li għandna quddiemna, id-dħul mill-VAT kien ta' 10.6% iktar mis-sena ta' qabel.", "Dan jindika aktar revenue għall-pajjiż u allura wieħed jistenna li jara kif qiegħda topera s-sistema l-ġdida meta mqabbla magħha.", "Jidher pero' li l-Gvern għadu m'huwiex qiegħed jagħtina l-informazzjoni kollha dwar l-operat tas-CET u l-projections tagħha - mhux dak li hemm fl-estimi - u għalhekk nispera li dawn l-affarijiet jiġu ċċarati għaliex dawn huma l- affarijiet li se jkun hemm mistoqsijiet fuqhom, speċjalment meta jiġu fostna dawn in-nies li se jagħmlu assessment tal-credit rating sabiex jaraw l-effectiveness tas-sistema tat-tassazzjoni l-ġdida.", "Ħalli niġi issa għat- taxxa fuq il-birra.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Ministru rrisponda bil-mod li rrisponda.", "Ipprova jargumenta li meta daħlet il-VAT naqset il-protezzjoni.", "Imbagħad il-kollega tiegħi l-Onor.", "John Dalli spjega li dan ma kienx il-każ għaliex kien hemm żieda fuq is-sisa, pero' tajjeb li wieħed jgħid li permezz tan- negozjati li kienu għaddejjin ma' l-Ewropa, fl-ewwel sena li fiha kienu se jibdew joperaw dawn in-negozjati, l-ammont ta' birra duty free li aħna stajna nesportaw kien se jirtrippla, jiġifieri minn 5,000 hectolitre jitla' għal 15,000 hectolitre.", "Imbagħad fit-tieni sena kien se jitla' għal 25,000 hectolitre u fit-tielet sena jitla' għal 35,000 hectolitre.", "Pero' min-naħa ta' l-Ewropa riedu li nnaqqsu l-protezzjoni fuq il-birra tagħna u f'dik l- iskeda li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra naraw li l-protezzjoni kellha tonqos wara li aħna jkollna aċċess iktar għas-suq Ewropew u tonqos b'ċertu ritmu mhux daqstant mgħaġġel sas-sena 2000.", "Pero' ġara, Sur President, li meta daħlet is-CET naqqasna l-protezzjoni b'mod unilaterali għaliex daħlet is-sistema tas-sisa.", "Jiena ngħid li hawnhekk kien hawn nuqqas ta' ħsieb għaliex fil-paniku li kien hemm biex tidħol din is-sistema, ittieħdet id-deċiżjoni li titnaqqas il-protezzjoni across the board u allura aħna ma ggwadanjajna xejn.", "Din hija l-verita' imma kull darba li staqsejna lill-Ministru dwar dan jgħidilna li din hija xi ħaġa li se tiġi nnegozjata.", "Issa meta nqabblu ċ-ċifri ta' l- importazzjoni tal-birra sa Novembru tas-sena li għaddiet imqabbel mas-sena ta' qabel insibu li l-volum żdied bi kważi 9% waqt li l-valur żdied b'29%.", "U din hija xi ħaġa of concern mhux biss għaliex din il-miżura ttieħdet f'nofs is-sena imma għaliex iċ-ċifri qegħdin jindikaw li kellna erosion sewwa tal-birra lokali mqabbla mal-birra importata.", "U din m'hijiex biss teorija għaliex kulħadd jaf li meta tnaqqas il-protezzjoni se tiżdied l- importazzjoni, u dan hu li ġara.", "Sur President, għandu jsir xi ħaġa biex din is-sitwazzjoni ma tkomplix għaliex meta l-Ministru fid-dokument li għadu jkaxkar saqajh biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra qed jgħid lill-Ewropa li ċerti setturi suppost b'saħħithom se nnaqqsulhom il-protezzjoni malajr - u s-settur tal-beverages huwa meqjus bħala settur li huwa pjuttost b'saħħtu ħdejn setturi oħrajn - dan ifisser li qegħdin nimminaw dik is-saħħa stess.", "Jiġifieri l-problemi ta' pajjiżna kibru għaliex il-protezzjoni neħħejniha mingħajr ma ggwadanjana xejn.", "Barra minn hekk, qegħdin inħarsu lejn past data u sfortunatament għad m'għandniex aċċess liberu għas-swieq li għandna bżonn u kif kien qiegħed jiġi nnegozjat.", "Issa din hija xi ħaġa that is of concern u hija xi ħaġa li hija of national interest u, nerġa' ngħid, jekk għandha ssir xi korrezzjoni, din għandha ssir hawnhekk u nerġgħu mmorru għas- sitwazzjoni li kellna f'Lulju li għadda.", "Jiena m'iniex qed ngħid li għandha ssir xi ħaġa straordinarja imma għallinqas wieħed għandu jipprova jerġa' jpoġġi dan is-settur lokali li fuqu jiddependu tant impjiegi ta' nies f'pożizzjoni li ma jkunx qiegħed fi żvantaġġ.", "Wara li jagħmel dan għandu wieħed ikompli jinnegozja u mhux l-ewwel innaqqsu l-protezzjoni u mbagħad ngħidu li se ninnegozjaw.", "Din hija xi ħaġa li ma tagħmilx sens u hija xi ħaġa li qiegħda tattakka settur importanti ta' l-ekonomija tagħna li jista' jkollu potenzjal kbir jekk nagħrfu nittrattawh tajjeb u ngħinuh b'mod li jkun jista' jesporta.", "Imma meta nistaqsu lill-Ministru jispiċċa jagħmlilna comparison ma' dak li kellna bil-VAT u l-interess nazzjonali jibqa' jsaffar.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jiena naħseb li lanqas id-ditti lokali stess fil-korrispondenza li kellhom mal-Gvern mhu qed juru dan il-concern qawwi li qed jipprova juri l-Onor.", "Bonnici.", "Dan il-punt diġa' tqajjem min- naħa tiegħu fis-seduta tal-ġimgħa l-oħra, anke fil-kwestjoni tal- perċentwali, u għalhekk ma nħossx li għandi x'inżid ma' dak li diġa' għidt.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda tat-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of the Third Schedule to the principal Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola qiegħda temenda t- tielet skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali u tipprovdi għal żieda fid-dħul fuq is-sisa tas-sigaretti.", "Fl-iskeda nnifisha hemm l-ammont speċifikat ċar u tond, u jiena diġa' tkellimt fit-Tieni Qari fuq dan is-suġġett.", "Aħna ħassejna li l-kwestjoni tas-sigaretti kellha tkun targeting naturali meta għandek budget ta' ċertu ebusija, biex ngħid hekk, u kienet ħaġa naturali li min-naħa tagħna nagħfsu kemm fuq dak li huwa alkaħol kif ukoll fuq dawk li huma sigaretti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dwar din il-miżura naturalment la nistgħu ngħidu li naqblu u lanqas nistgħu ngħidu li ma naqblux għaliex hija miżura fiskali u jekk wieħed għadu jintaxxa għandu jintaxxa dawn l-affarijiet.", "Qegħdin ninnotaw ukoll li tkompliet il-politika li jikber id-differential bejn is- sigaretti żgħar u s-sigaretti itwal, u dan huwa ta' ġid għall-industrija lokali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif qal il-kollega tiegħi, huwa tajjeb li nkomplu nħarsu l-interess tas-settur lokali billi ngħidu li s-sigaretti ta' daqs żgħir ma jiġux manifatturati barra.", "Pero' skond statistika li l-Gvern ippreżenta jidher li minn meta daħlet is-CET is-sigaretti mportati roħsu.", "Mela ġejna f'pożizzjoni fejn waqt li s-sigaretti ta' Malta żdiedu, is- sigaretti ta' barra roħsu.", "Barra minn hekk, insibu li l-importazzjoni minn 361,000 kg żdiedet għal 529,000 kg.", "Fil-fatt in terms of value s-sigaretti importati minn ¥3.3 miljun fl-1996 żdiedu għal ¥4.3 miljun minn Jannar sa Novembru 1997.", "GĦalhekk wieħed ma jistax jifhem x'direzzjoni qabad dan il- Gvern għaliex, kif għidt ftit ilu, raħħasna l-birra importata, raħħasna wkoll is-sigaretti importati u l-prodotti lokali qegħdin nagħtuhom bis- sieq.", "Imma dan x'sens jagħmel!", "Issa, dawn inzertaw prodotti negattivi imma sigarett importat huwa negattiv daqs sigarett lokali.", "Allura jekk wieħed ma għandux ipejjep, ma għandux ipejjep mit-tnejn.", "Imma ma jagħmilx sens li nagħtu vantaġġ lilll-prodott importat għad-detriment tal-prodott lokali.", "U kien ikun faċli għall-Gvern li jara li l-prodott lokali ma jiġix diskriminat against sakemm jara li dan is-settur jista' jopera u għandu futur.", "Meta jiena kont responsabbli mill-industrija kont nitkellem ma' diversi kumpanniji u nixtieq li l-Ministru jgħidilna jekk dan is-settur tat-tabakk huwiex se jispiċċa meta jkollna free trade.", "GĦaliex jekk aħna ma nikkreawx ċertu niche għalina - u huwa tajjeb li l-emenda li għandna hawnhekk qiegħda tipprova tagħmel dan biex dan is-settur, li minnu jiddependu ħafna familji, jibqa' għaddej - .....", "Pero' bil-bidla tat-tassazzjoni f'Lulju li għadda, is-sigaretti mportati raħsu fil-prezz bir-riżultat li l-importazzjoni minn 361,000 kg żdiedet għal 529,000 kg.", "GĦalhekk, x'beħsiebu jagħmel il-Gvern biex din is-sitwazzjoni ma jħallihiex għaddejja?", "THE CHAIRMAN: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri li qegħdin fl-istadju tal-Kumitat u mhux fis-Second Reading!", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-osservazzjoni li rrid nagħmel hija li lil din l- industrija aħna xorta qegħdin nagħtuha l-importanza li jixirqilha.", "Qabel il-budget kellna konsultazzjonijiet ma' l-industrija fuq talba tagħhom stess għaliex l-industrija nnifisha, meta kienet qiegħda tara l-feelers li beda jitfa' l-Gvern fuq il-kontenut tal-budget, hi stess indunat jew intebħet minn rajha li kienet se tkun waħda mis-setturi li se jiġu affetwati bil-miżuri tal-budget.", "Li nista' ngħid ukoll huwa li għalkemm kellna dawn il-konsultazzjonijiet mas-settur qabel ma tħabbar il-budget, wara li tħabbar ma kellna l-ebda rappreżentazzjonijiet min-naħa tas-settur inniffsu.", "GĦalhekk, nerġa' ngħid, ikun daqsxejn out of place li l- Oppożizzjoni tieħu attitudini allarmista iżjed minn dik li qed jieħu s- settur innifsu.", "Dwar id-differential, jien ngħid li dan tant huwa qawwi bejn l-imported u l-locally produced product li l-effett xorta huwa wieħed marġinali fuq it-trade innifisha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jidhirli li ċ-ċifri li ta l-Gvern stess ma jurux effett marġinali; iż-żieda minn 361,000 kg ta' sigaretti importati għal 529,000 kg m'hijiex żieda marġinali.", "GĦalhekk ikun tajjeb li l-Gvern jara naqra din is-sitwazzjoni li ġiet preċipitata bil-bidla fis-sistema ta' tassazzjoni ta' Lulju li għadda.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'għandix x'inżid ma' dak li diġa' għidt.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3 ġaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Emenda tar-Raba' Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of the Fourth Schedule to the principal Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, klawsola 4 tikkonċerna dak li għandu x'jaqsam primarjament mal-kwestjoni tal-pitrolju, u fil-fatt temenda r- raba' skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Il-pożizzjoni min-naħa tal- Gvern rigward dan is-suġġett elaborajniha fit-Tieni Qari u għalhekk ma nħossx li għandi nerġa' nirripeti affarijiet li diġa' għidt u nirriduċi dan l-istadju ta' Kumitat għal stadju ta' Second Reading.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, ma' din il-klawsola l-Oppożizzjoni ma taqbel xejn għaliex fl-opinjoni tagħna ma sarx l-istudju neċessarju ta' l- effett soċjali li se jkollha din it-tip ta' żieda fil-prezzijiet tal- pitrolju.", "Barra minn hekk, meta l-Ministru ġabilna l-istatistika biex jurina kemm l-Enemalta marret tajjeb minħabba ż-żieda fil-prezz tal- pitrolju, naqas assolutament milli jagħtina indikazzjoni ta' x'effett kellha din iż-żieda fuq il-popolazzjoni Maltija.", "U ta' min jara ftit x'ġara f'din l-aħħar sena.", "Sur President, sa Ġunju tas-sena l-oħra t-taxxa fuq il-pitrolju kienet ta' ¥1 kull 1,000 litru, u llum qegħdin nitkellmu fuq ¥86 kull 1,000 litru, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq żieda ta' 'l fuq minn 8,000%.", "U kellna dan il-prezz mhux b'kapriċċ imma għaliex minn studji li kienu saru meta l- Enemalta kienet ressqet it-talba biex tiżdied is-sisa, irriżulta li hemm livell għoli - għalissa ninsew l-abbużi - ta' konsum ta' pitrolju fl- istrata tas-soċjeta' tagħna li ma tiflaħx għal dawn it-tip ta' żidiet.", "Nerġa' ngħid, meta daħlet is-CET żidna t-taxxa għal ¥11 u issa qegħdin inżiduha għal ¥86, u dawn huma affarijiet li aħna min-naħa ta' l- Oppożizzjoni assolutament ma nistgħux naqblu magħhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, inkun diżonest mal-Kamra jekk ngħid li l-pitrolju ma jużah ħadd imma fl-istess ħin irrid nagħti stampa ċara ta' l- affarijiet kif inhuma.", "GĦal dak li huwa domestic kerosene, meta pparagunat ma' l-użu li kien qed isir minnu fil-qasam kummerċjali u fil-qasam industrijali, insibu li dan qabad id-downturn, u dan mhux taħt dan il-Gvern biss imma anke taħt l-amministrazzjoni l-oħra.", "Ħalli nagħti żewġ eżempji biex nelabora fuq dak li qed ngħid.", "Jekk wieħed jieħu l-annual report tal-Korporazzjoni Enemalta għall-1995, isib li sa tmiem Settembru ta' dik is-sena d-domestic kerosene kien jirrappreżenta wieħed minn kull ħamsa, jiġifieri 20% tal-consumption.", "Dan ifisser li jekk kellek consumption totali ta' 17,500 metric tons, id- domestic consumption kienet ekwivalenti għal madwar 3,500 metric tons.", "Jekk imbagħad nieħdu l-annual report għall-1996 insibu li d-domestic consumption niżlet għal 11%.", "Fil-fatt minn 18,000 metric tons inżilna għal xi 1,980 metric tons.", "Dawn huma żewġ rapporti li ġew ippubblikati taħt l- amministrazzjoni l-oħra u allura ħadd ma jista' jgħid li qegħdin nilagħbu mal-figuri.", "Dan juri wkoll li kulma jmur il-pitrolju - anke sa qabel ma daħlet il-miżura tal-budget - kien qiegħed jiġi użat b'rata inqas milli kien jiġi użat qabel.", "Ħalli nillimita ruħu issa għal dak li qed jintuża għas-settur domestiku.", "Bejn l-1982 u l-1986, meta l-konsum tal-pitrolju minn 28,000 metric tons per annum niżel b'xi 10,000 metric tons, il-korporazzjoni kellha madwar 80 hawkers li kienu qed iduru Malta primarjament għal dak li huwa domestic sector.", "Effettivament fl-1997, minkejja li l-konsum kien tela' għal 19,000 metric tons per annum, il-hawkers niżlu għal 30, u dan juri li kellek sitwazzjoni anomala fejn bi 63% inqas hawkers kien hemm żieda effettiva ta' 90% għal dak li huwa pitrolju.", "Jiena naħseb li dan juri li x-shift kienet minn dak li huwa domestic kerosene għal dak li huwa użu kummerċjali u użu industrijali.", "Fil-fatt, meta sar il-ftehim mal-GRTU dwar il-hawkers fis-26 ta' Marzu 1996, għamlu quota biex jiżguraw li ċerti sales ma jiżdidux u ma jiġux eċċeduti, u dan kien pass tajjeb.", "Allura, Sur President, jiena nkompli ntenni li filwaqt li huwa veru li hemm faxx żgħir tas-soċjeta' Maltija li jista' jkun li se jintlaqat minn din il-miżura, dan il-faxx meta paragunat ma' dak li kien tlieta, erbgħa, ħamsa jew sitt snin ilu, kompla jonqos sostanzjalment.", "Barra minn hekk, aħna konna diġa' tajna indikazzjoni f'dan ir-rigward u fil-fatt jekk wieħed jara l-budget li kien sar għas-sena 1997 isib li konna diġa' qegħdin inwittu t-triq biex il-pitrolju jiġi ekwivalenti għall-prezz tad-diesel, kif effettivament ġara din is-sena.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura għandna nikkonslaw ladarba kienu qegħdin iwittu t-triq, Sur President?", "Nixtieq li l-Ministru jilluminana dwar kemm huwa żgħir dan il-faxx li qiegħed jgħid li għadhom jużaw il-pitrolju vis-a-vis il-konsum lokali.", "Kemm-il household hawn fl-estimu tagħhom li jużaw il- pitrolju l-aktar għas-sħana matul ix-xitwa?", "Kemm mill-500 tunnellata ta' konsum ta' pitrolju kull xahar, skond iċ-ċifri li ta l-Ministru, huwa kkonsmat minn households?", "Jista' l-Ministru f'dan l-istadju jgħidilna jekk it-tnaqqis fl-użu tal-pitrolju, anke fis-settur domestiku, kienx qiegħed jikkonċentra l-istrata l-iktar baxxi tas-soċjeta'?", "Min kienu dawk li kienu qegħdin jaqtgħu l-konsum tal-pitrolju?", "Kienu dawk li setgħu jduru għall-konsum ta' l-elettriku jew tal-gass, jew inkella dawk li ma setgħux, u allura r-rata li baqgħet tikkonsma l-pitrolju kienet iktar konċentrata fil-klassijiet li ma setgħux iħallsu għall-konsum tal-gass, li kien iktar ogħli?", "Jaf x'ġara l-Ministru?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena m'għandix il-figuri quddiemi tan-number of households pero', ovvjament anke bil-miżuri korrettivi li beħsiebna nieħdu, dan huwa faxx li se jiġi ndirizzat.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għalija dawn huma risposti daqsxejn konfużi.", "Ftit ilu l-Ministru għamel statement fejn qal li hemm faxx żgħir tal-popolazzjoni li għadhom jużaw il-pitrolju imma ma jafx kemm huma.", "Allura kif nistgħu ngħidu jekk dan huwiex ammont żgħir jew kbir!", "Qegħdin ngħidu li fix-xahar jintużaw 500 tunnellata ta' pitrolju, u dan wieħed irid jaqta' minnu l-abbuż li kien isir.", "Allura nistgħu nassumu li dan huwa konsum domestiku?", "X'perċentwali minn dawn il-500 tunnellata huwa konsum domestiku?", "X'inhu l-konsum domestiku normali f'kull household?", "Nistgħu nestrapolaw in-numru ta' households li qegħdin jużaw dan it-tip ta' fuel għall-użu tagħhom ta' kuljum?", "Nistgħu nkunu nafu min qed juża dan il-fuel?", "Sur President, ma nistgħux nieħdu deċiżjoni meta ma nkunux studjajna l- effetti ta' dik id-deċiżjoni iżda fil-fatt dan hu li qiegħed jiġri għax qegħdin nistudjaw l-effetti ħafna xhur wara li ħadna d-deċiżjoni u qegħdin ngħaddu liġi fil-Parlament fejn se ngħollu s-sisa pero' qegħdin ngħidu li iktar 'il quddiem se nagħmlu xi ħaġa biex nagħmlu tajjeb għal dak li se ngħaddu mill-Parlament illum!", "Imma dan x'sens jagħmel?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jiena diġa' speċifikajt li figuri aktar dettaljati minn dawk li tajt ma nistax nagħti, biss irrid nenfasizza l-fatt li meta qegħdin nitkellmu fuq domestic consumption ta' 11%, qegħdin ninkludi magħhom anke dawk li jużaw il-pitrolju għas-central heating.", "Jiġifieri meta tkellimt fuq central heating ma kontx qed ngħid over and above 11% imma inclusive.", "GĦalhekk naħseb li wieħed jista' jasal għal ċertu guesstimate.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' meta kellna domestic consumption ta' 11%, il- konsum kien xi 1,600 metric tons fix-xahar u mhux 500 metric tons fix- xahar.", "Jiena fuq dan qed nistaqsi.", "Kemm minn dawn li se ngħollulhom il- prezz tal-konsum huma households?", "U f'liema strata tas-soċjeta' huma?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien ma għandix il-figuri quddiemi pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub jiena nipprova nagħtih id-data kollha neċessarja.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nixtieq nagħmel l-aħħar kumment tiegħi.", "Jiena nippretendi li dawn l-affarijiet ma għandhiex tistaqsihom l- Oppożizzjoni imma huma studju li suppost għamel il-Ministru meta kien qiegħed jipprepara l-budget u qabel ma ddeċidew fuq dawn il-miżuri.", "Wieħed irid jara kif miżuri bħal dawn se jaffetwaw il-popolazzjoni Maltija qabel jeħodhom, u mhux joqgħod jistenna mistoqsija mill-Oppożizzjoni biex forsi jaħseb xi ftit fuq dawn l-effett.", "Aħna mhux għall-istatistika qegħdin niddiskutu f'dan il-Parlament imma għall-kwalita' tal-ħajja tal- poploazzjoni tagħna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, id-domanda tiegħi hija jekk wara li sar l-aħħar budgetary survey, fejn nafu li kienu ġew intervistati madwar 500 pensjonant, saritx analisi mid-dipartiment ta' l-istatistika, li jaqa' taħt ir-responsabbilta' diretta tal-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, biex jistudjaw l-effett ta' din il-miżura, partikolarment fuq il-pensjonanti, għalkemm ilkoll kemm aħna nafu li mhux il-pensjonanti biss jużaw il- pitrolju.", "Fi żmieni, kemm-il darba kont issib xi uffiċjal għoli li jaqta' għad-dritt u jgħidlek: Ministru, għolli l-prezz tal-pitrolju!", "Imma aħna għalhekk għandna responsabbilta' politika, biex nagħrfu nagħmlu l-aħjar deċiżjonijiet b'mod bilanċjat.", "Għalhekk jien nistaqsi: Ġie kkwantifikat l- effett negattiv fuq il-pensjonanti ta' miżura bħal din?", "Il-Ministru talab lid-dipartiment ta' l-istatistika biex jagħmel dan l-eżerċizzju?", "Din l- analisi saret?", "Jew forsi l-Ministru ma jridx jurina x'sab?", "Aħna rridu nipprovaw naraw x'inhi s-sitwazzjoni u mhux billi jgħidilna li 'l quddiem forsi jsiru xi aġġustamenti.", "Niftakar li fi żmienna l-analisi li kienet saret kienet turi li l-impatt fuq il-pensjonanti kien wieħed mhux żgħir u dan konna rrikonoxxejnih fil-Kabinett Nazzjonalista.", "Fil-fatt konna għidna li jekk xi darba tittieħed xi miżura li tista' żżid xi ftit il-prezz tal- pitrolju - u żgur li mhux b'dan l-ammont esaġerat - għandu jkun hemm żieda lil dawk is-setturi fis-soċjeta' tagħna li se jiġu milquta b'mod negattiv.", "Imma dan il-Gvern lanqas biss staqsa lil min se jolqot.", "Donnu li fejn laqat laqat u fejn ħabat ħabat!", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Il-Gvern Laburista ma jistax jgħid li ma kienx hemm żmien għaliex issa għaddew xahrejn u iktar minn meta ġie ppreżentat il-budget.", "Jiġifieri jiena nistenna li saret xi analisi.", "Jien ili xahar u nofs li staqsejt lill-Ministru biex jgħidli l- miżuri tal-budget x'impatt se jkollhom fuq l-għoli tal-ħajja imma għadni ma rċevejt l-ebda risposta.", "Allura l-poplu Malti jkollu jikkonkludi li l- Gvern il-homework tiegħu ma għamlux u qiegħed jieħu miżuri fil-għama u litteralment miexi mingħajr boxxla.", "Ħalli ndur issa għal kwestjoni oħra inkwetanti li għandha x'taqsam mal-light fuel oil.", "Fil-mistoqsija parlamentari numru 10,454 jiena staqsejt lill-Ministru dwar il-pollution content tal-fuel oil imqabbel mal-pitrolju u l-Ministru weġibni li waqt li l-pitrolju għandu sulphur content ta' 0.3%, dak tal- light heating oil huwa ta' 1.7%, jiġifieri kważi sitt darbiet iżjed minn dak tal-pitrolju.", "Din hija xi ħaġa nkwetanti mhux biss għaliex għandha impatt ambjentali negattiv li l-Gvern ma ħax ħsiebu imma għaliex il- pitrolju huwa wżat b'mod estensiv mill-furnara li, kif jaf kulħadd, ħafna drabi nsibuhom fil-qalba ta' l-irħula tagħna.", "Issa mid-dehra dawn se jkollhom jaqilbu għal dan il-light fuel oil minflok il-pitrolju li għandu pollution content ta' 5.6 drabi aktar mill-pitrolju.", "Tajjeb li ngħid li meta jiena osservajt dan l-argument fit-Tieni Qari, il-Ministru ħariġli b'risposta li assolutament ma ssegwix.", "Fil-fatt il-Ministru qalli li l- faħam m'għadux jintuża u li għandu sulphur content inqas miż-żejt.", "Jista' jkun li dan huwa minnu imma l-pollution ma ssirx biss permezz tas-sulphur content u allura jibqa' l-fatt li l-Ministru ma ndirizzax il-problema fundamentali.", "U din il-problema fundamentali hija li l-Gvern ħa miżura biex jiffranka l-flus mingħajr ma ta attenzjoni biżżejjed lill-impatt ambjentali u lis-saħħa tal-poplu tagħna.", "Fit-Tieni Qari, il-Ministru qal ukoll li l-Enemalta qiegħda taħdem biex issib light fuel oil li huwa iktar nadif.", "Imma allura dan ma setax isir qabel ma ttieħdet din il-miżura?", "Fil-fehma tiegħi, dan il-pass li ħa l- Gvern għandu riperkussjonijiet negattivi pero' dan kollu seta' jiġi evitat bi ftit preparazzjoni.", "Kieku llum m'huwiex qiegħed jiġi wżat dan il-light fuel oil li għandu ferm aktar sulphur content mill-pitrolju.", "Jista' l- Ministru jikkummenta fuq dan u jgħid kemm se ddum l-Enemalta sabiex iddaħħal tip ta' fuel oil ieħor u x'pollution content se jkollu?", "Jista' jserraħ ras il-poplu Malti li meta l-fran se jaqilbu kompletament għal din is-sistema, dan mhux se joħloq impatt ambjentali negattiv?", "Dan huwa l- homework li wieħed jistenna li jsir b'mod urġenti.", "Anzi jien ngħid li dan il-Gvern, li tela' fuq il-prinċipju li huwa spokesparty għall-ambjent, imissu jipposponi li jdaħħal il-light fuel oil fl-ifran biex ma nkunux qegħdin inħassru l-ambjent u wkoll naffettwaw is-saħħa tal-poplu tagħna meta nafu li dan għandu pollution content ta' 5.6 drabi aktar mill- pitrolju.", "Din hija xi ħaġa verament inkwetanti pero' s'issa għadni ma smajt xejn min-naħa tal-Gvern sabiex jipprova jipperswadi lill-poplu li miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, meta jiena ġibt il-paragun fuq id- differenza jew għall-qlib mill-faħam għaż-żejt, din m'għamilthiex għaliex għandha x'taqsam direttament mal-kwestjoni tal-fran imma biex nuri d-double standards, it-two weights two measures li timxi bihom l-Oppożizzjoni.", "L- argument li għamilt dik inhar kien li meta qlibna mill-faħam għaż-żejt, minkejja li s-sulphur content kien seven times as much, ma kien hemm l-ebda kummenti min-naħa l-oħra.", "Jien tekniku m'iniex, biss wara li kkonsultajt ruħi, fil-winding-up kont speċifikajt li s-sulphur content, anke jekk jintuża fil-fran, m'għandux ikun a matter of concern minħabba ċertu absorption tiegħu fl-arja.", "Wara kollox, Sur President, dan huwa l-istess prodott li jintuża fl-Ewropa u effettivament huwa magħruf bħala low sulphur fuel oil.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jiena naħseb li jkun aħjar li l- Ministru jiċċekkja daqsxejn ma' min qiegħed jagħtih din l-informazzjoni għaliex hemm varjeta' ta' fuel oil.", "Is-sulphur content fil-fuel oil jista' jvarja bejn 1%, 2.5% u anke 3.5%.", "U meta qed tgħid 3.5%, dan ifisser li s- sulphur content fil-fuel oil huwa ogħla mis-sulphur content fil-faħam.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, il-Ministru qed jerġa' jgħidilna l- istess ħaġa li qalilna waqt is-Second Reading u mhux qed jgħidilna kif se jiġu affetwati l-fran tagħna.", "Possibbli m'għandux risposta aħjar minn din?", "(Interruzzjonijiet) Le, fis-Second Reading ma weġibtnix fuq dik.", "(Interruzzjonijiet) Il-power station x'għandha x'taqsam mal-fran!", "L- ewwelnett fran għandna kemm-il wieħed fl-irħula tagħna u power stations għandna tnejn.", "It-tieni, il-faħam kellu wkoll impatt ambjentali kbir ta' l- irmied u l-particles li jitfa' fl-arja u mhux is-sulphur content biss.", "Allura x'sens jagħmel li nistaqsi x'se jagħmel il-Gvern fil-kwestjoni tal- fran biex jiżgura li ma jkollniex pollution meta hu jogħġbu jirrispondini fuq il-faħam!", "Din hija xi ħaġa of national concern u m'hijiex politika.", "Kulma qed ngħid jiena huwa li l-Gvern ħa miżura li għandha effett negattiv kemm fuq l-ambjent u wkoll fuq is-saħħa tal-poplu tagħna.", "Imma minflok ma l-Ministru qed jipprova jagħtina risposta qed iqabbel il-faħam maż-żejt u jsemmielna l-power station.", "Imma dan x'għandu x'jaqsam mal-fran?", "Huwa veru li hemm min juża injam li lkoll nafu li jħalli ċertu effett imma lanqas dan m'għandu x'jaqsam.", "Il-punt li rrid nagħmel jiena huwa li fil- fran tagħna, biex nagħmlu l-ħobż li jikkonsmah prattikament kulħadd, se nużaw fuel oil li għandu sulphur content ta' 5.6 drabi iktar mill-pitrolju u dan minflok ma dan il-Gvern jittratta l-problema u jgħidilna li l-fran se jħalluhom jaħdmu bil-pitrolju sakemm inkunu ċerti li s-substitute fuel huwa nadif daqs il-pitrolju ....", "X'hemm ħażin billi jgħid hekk?", "Kemm se jitlef flus jekk jagħmel hekk?", "Is-saħħa tal-poplu tagħna m'għandhiex tiddomina?", "Inkella ngħid li mhux politika tal-calculator għandna imma politika ta' calculator fażull!", "Għaliex jekk ma ddaħħalx il-cost fuq is- saħħa tal-poplu tagħna allura qed tħalli barra l-iktar ħaġa importanti.", "Sur President, hawnhekk nerġgħu nikkonfermaw li l-miżuri tal-budget ma tqisux sewwa u ma sar l-ebda l-ħsieb mill-Gvern biex jara l-impatt ta' dawn il-miżuri.", "Barra minn hekk, il-Ministru m'huwiex qed jgħidilna x'se jagħmel biex ma jkollniex din il-problema f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kieku tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma qagħdux jinterrompu meta konna qegħdin nagħmlu s-Second Reading u l-winding-up, kienu jsegwu l-argument li kont ġibt, jiġifieri li l-effett huwa biss wieħed marġinali.", "Nirriferi lill-Onor.", "Bonnici għal dak li għidt fil- winding-up għaliex ma nħossx li għandi nerġa' nirripeti dak li għidt dik inhar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bir-rispett kollu, jien kont preżenti u smajt il- winding-up kollu u għalkemm huwa veru li l-Ministru tkellem fuq is-sulphur content pero' ma rrispondiex dwar il-każ tal-fran.", "Kif diġa' għidt, li jrid jagħmel il-Gvern huwa li jgħid li l-fran se jibqa' jissussidjahom biex inkunu f'pożizzjoni li nżommuhom għaddejjin fuq il-pitrolju sakemm ikollna alternative fuel li huwa nadif daqs il-pitrolju.", "X'fiha ħażin li jkollna din is-sitwazzjoni?", "Se tqum il-miljuni?", "Forsi s-saħħa tal-poplu m'hijiex aktar importanti minn dan?", "Nerġa' ngħid, jiena kont preżenti waqt is- Second Reading u ċertament li r-risposta ma ħarġitx.", "Jekk irid il- Ministru, nistgħu anke niċċekkjaw it-text.", "Imma bħalma ma kellniex risposta llum lanqas dak inhar ma kellna risposta.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol tal-Kamra, skond il-Mozzjoni Nru. 60.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri:No) Carried.", "Klawsola 1 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fit-8.20 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess tal-Kamra biex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, in-nies tekniċi ta' l-MFSC qegħdin jgħiduli li jagħmel iktar sens jekk l-ewwel niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni minflok l-Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra.", "Għalhekk nitlob il-permess sabiex il-Kamra tgħaddi għall-ordni tal-ġurnata numru 10 kif jidher fuq l-aġenda.", "Dwar dan ikkonsultajt ruħi anke mal-kelliema ta' l-Oppożizzjoni u jidher li min-naħa tagħhom m'hemmx oġġezzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, dan li qed jissuġġerixxi l-Ministru jiena kont diġa' issuġġerejtu qabel għaliex fil-verita' hekk jagħmel aktar sens.", "Pero' jiena ma kontx qed nifhem li llejla stess kellna mmorru għal dan l-item.", "Min-naħa tiegħi jien ippreparat biex nitkellem fuq l-abbozz ta' liġi li jirregola l-insurance brokers u mhux l-insurance business, pero' jekk il-Ministru għandu opening statement sostanzjali ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nbiddlu s-sekwenza ta' l-aġenda għal-lum.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiddispjaċini li kien hemm dan il-misunderstanding pero' l-messaġġ hekk deherli li kien.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-messaġġ għadda - kont jiena li ma fhimtx li se naqilbu s-sekwenza ta' l-aġenda - u m'għandi l-ebda oġġezzjoni li nipproċedu kif qed jitlob il-Ministru.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMERĊ TA' L-ASSIGURAZZJONI", "THE INSURANCE BUSINESS BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru tal-Finanzi u l- Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija personali u anke għall-amministrazzjoni Laburista li sa fl-aħħar qegħdin inressqu quddiem il-Kamra leġislazzjoni, li fil-fatt hija leġislazzjoni komprensiva, dwar il-qasam ta' l-assigurazzjoni.", "Huwa ta' sodisfazzjon għalija wkoll li minkejja l-battibekki li jkollna f'din il-Kamra, meta niġu għas-servizzi finanzjarji naħseb li ż-żewġ naħat urew fl-imgħoddi - u jidher li se jkomplu juru anke fil-ġejjieni - ċerta maturita' politika.", "Wieħed irid jirrikonoxxi x-xogħol fejjiedi li sar miż-żewġ amministrazzjonijiet biex il-qasam tas-servizzi finanzjarji jitpoġġa fuq il- footing sod li għandu llum.", "Fil-fatt it-tir tagħna huwa li, l-istess kif ġara f'liġijiet oħrajn dwar servizzi finanzjarji, anke fir-rigward tal- leġislazzjoni importanti li għandna quddiemna llum nilħqu ċertu kunsens flimkien ma' l-Oppożizzjoni.", "Dan għaliex ma jagħmilx sens li liġi bħal din ngħadduha bl-impożizzjoni jew ngħadduha b'maġġoranza relattiva meta huwa importanti li mhux biss tgħaddi mill-Parlament kemm jista' jkun malajr imma tgħaddi mill-Parlament bil-kunsens ħalli għada pitgħada, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern, ikollna ċertu sens ta' kontinwita'.", "Fi stadju ieħor inkunu rridu nressqu xi emendi li dwarhom irridu niddiskutu anke ma' l-Oppożizzjoni u huwa ta' sodisfazzjon għalija li, l- istess kif kienet għamlet l-amministrazzjoni Nazzjonalista meta ressqet il- financial services legislation fi żmienha u anke għamlet ċerti sessions biex tagħmel briefing lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni, din id-darba l-MFSC ħadet l-inkarigu, bl-approval min-naħa tagħna ovvjament, li jsir ċertu briefing anke għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, ħalli wieħed ikun jista' jiċċara ċerti affarijiet fl-istadju inizjali tagħhom iktar milli fi stadju iktar avvanzat.", "Aħna se nibqgħu miftuħin għal dawn it-tip ta' briefings anke waqt li l-abbozz ta' liġi nniffsu jkun għaddej fis-Second Reading fil- Parlament ħalli kemm jista' jkun kull naħa jkollha l-ideat tagħha ċari u jkollha an open mind f'dak li tkun qiegħda tiddibatti f'din il-Kamra dwar dan is-suġġett.", "Fil-laqgħat li kelli ma' assoċjazzjonijiet u anke kumpanniji individwali ta' l-assigurazzjoni, Madam Speaker, mill-ewwel rajt li kien hemm interess qawwi li din il-liġi tgħaddi u jekk jista' jkun tgħaddi malajr.", "Fil-fatt qegħdin inżommu l-wegħda tagħna li nressquha fil-Parlament kmieni kemm jista' jkun, biex ngħid hekk, wara r-recess tal-Milied.", "Konna se nressquha saħansitra iktar kmieni imma ovvjament qabel ngħaddu għall-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni kien jenħtiġilna li neħilsu l-ewwel ċertu raft ta' liġijiet, bħal din li għalaqna d-dibattitu fuqha llum, li huma konsegwenzjali għall-budget.", "Biss naħseb li l-fatt li qegħdin ngħadduha bħala waħda mill-ewwel items tal-leġislazzjoni, apparti minn dawk relatati mal-budget, għandu jibgħat sinjal ċar lit-trade innifisha ta' l- impenn li hemm min-naħa tagħna biex din il-liġi komprensiva tfittex tiġi in place kemm jista' jkun malajr fil-pajjiż.", "Madam Speaker, jiena m'iniex wieħed li nħobb nagħmel ħarsiet storiċi lejn l-affarijiet imma naħseb li nkun qed nonqos jekk ma nagħmilx ċertu aċċenn għall-iżvilupp storiku tas-servizzi finanzjarji u b'mod partikolari għall- assigurazzjoni ġewwa pajjiżna.", "Naħseb li l-ewwelnett irrid nissottolinja l- fatt li l-iżvilupp ta' Malta bħala ċentru ta' servizzi finanzjarji li tista' toqgħod fuqu ġab miegħu f'dawn l-aħħar snin attivita' leġislattiva sinifikanti.", "Kienet leġislazzjoni kkomplikata u leġislazzjoni anke estensiva, li tibda bil-liġi li tirregola l-kumpanniji, tibqa' sejra sa serje ta' liġijiet li jirregolaw in-negozju bankarju, l-assigurazzjoni, is- servizzi ta' l-investimenti u anke istituzzjonijiet finanzjarji, u tasal għal riformi sinifikanti fir-reġim fiskali, b'bidliet b'mod radikali għax- xenarju legali li fih jopera n-negozju.", "Kif semmejt aktar kmieni, l-ikbar sodisfazzjon naħseb għaż-żewġ naħat huwa li dawn il-bidliet leġislattivi dejjem saru bl-approvazzjoni unanima ta' din il-Kamra.", "Madam Speaker, Malta bdiet qafas legali li jirregola s-servizzi finanzjarji bbażat l-aktar fuq direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan jenħtieġ konsiderazzjoni serja minħabba l-isforzi ta' Malta biex issir ċentru finanzjarju internazzjonali b'reputazzjoni għola, u iżjed u iżjed illum li Malta m'hijiex miexja aktar lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea imma lejn assoċjazzjoni mill-qrib.", "Fil-fehma tagħna, din il-politika tappoġġa l-isforzi ta' Malta biex jirnexxielha tiġbed operazzjonijiet internazzjonali sabiex joperaw minn pajjiżna.", "B'konsegwenza ta' dan, aħna nemmnu li kull qafas statutorju u anke regolatorju għandu jkollu l-vantaġġ tal-flessibbilta' biex iħajjar kumpanniji internazzjonali jirreġistraw u, aktar importanti, joperaw minn ġewwa pajjiżna.", "L-evoluzzjoni ta' pajjiżna f'ċentru finanzjarju u kummerċjali b'reputazzjoni tajba u miftuħa għal barra u li joffri servizzi diversifikati u anke effiċjenti tiddependi ħafna, Madam Speaker, minn riżorsi umani kwalifikati u anke effiċjenti.", "Titlob effettivament infrastruttura leġislattiva adatta.", "F'dan is-sens kien hemm ċertu tħassib kbir - dan m'iniex qed ngħidu b'mod politiku għax nixtieq li kemm jista' jkun inżomm 'il fuq mill-partiġjaniżmu fil-kummenti tiegħi - fi ħdan l- industrija ta' l-assigurazzjoni tagħna li din ir-riforma mwegħda għall-Att li jirregola l-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni ħadet ċertu ammont ta' żmien biex tasal.", "Imma jien ma nħobbx inħares lura.", "Jiena nħobb inħares 'il quddiem u għalhekk naħseb li għandna nħarsu lejn l-aspett pożittiv li fi żmien ftit ġranet oħra, din il-liġi issa għandha tkun in place.", "Madam Speaker, xtaqt li qabel ma ngħaddu għal dak li għandna ppjanat f'din il- leġislazzjoni, tajjeb li nitkellmu ftit dwar is-suq ta' l-assigurazzjoni Malti kif kien qabel l-1981, jiġifieri qabel ma għaddiet ċertu leġislazzjoni minn dan il-Parlament.", "Jekk ninsab informat tajjeb, dak iż-żmien dan is-suq kien magħmul minn 20 aġent u minn żewġ uffiċji ta' fergħat.", "Ma kien hemm ebda liġi jew regolament biex jikkontrollaw il-mod kif isir in-negozju ta' l- assigurazzjoni f'pajjiżna.", "Barra minn hekk, ma kien hemm ebda ftehim tas- suq u l-aġenti kienu jmexxu n-negozju tagħhom kif jgħidulhom il-kumpanniji li kienu jirrappreżentaw.", "L-uniċi regolamenti li f'dak iż-żmien kienu effettivi kienu dawk ta' l-Ordinanza ta' l-1939 dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni, Kap 104 tal-liġijiet ta' Malta.", "Li ġara mbagħad fl-1972 kien li l-Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ regolament dwar il-poloz ta' l-assigurazzjoni tal-ħajja.", "Dan ir-regolament kien jgħid li l-premiums u s-somma assigurata kellhom jidhru fil-polza f'liri Maltin u jitħallsu fil-Belt Valletta.", "Minn dak iż-żmien, dan kien ġie rtirat u mbagħad għadda l-Att ta' l-1975 dwar Assikurazzjoni Obbligatorja għar-Responsabbilta' ta' Min Iħaddem.", "Barra minn hekk imbagħad insibu taqsimiet 361 sa 440 tal-Kodiċi Kummerċjali li għandhom provvedimenti dwar il-kuntratt ta' assigurazzjoni marittima, id-drittijiet u l-obbligi ta' l-assiguratur u l-assigurat, u konċetti li jiġbru prattiċi fil-qasam marittimu u anke dak assigurattiv.", "Tajjeb li wieħed jgħid, Madam Speaker, li għandu jiġi nnotat li sa l-1981 - u din ma rridx ngħidha b'mod li nagħti l-impressjoni li x-xemx telgħet fl- 1981 imma naħseb li dan huwa stat ta' fatt li wieħed irid jirrikonoxxih - is-suq ma kienx laħaq jew għadu laħaq il-livell professjonali meħtieġ minn kriterji Ewropej, kuntrarju għas-sitwazzjoni kif inhi llum.", "Dak inhar in- negozju kien l-aktar dak ta' linji personali u kien mixħut l-aktar fuq dawk li huma vetturi.", "L-akbar riskji u dawk ikkomplikati kienu jiġu assigurati direttament ma' kumpanniji barranin.", "L-aġenti nfushom kienu jużaw għadd ta' sotto-aġenti biex jiġġeneraw in-negozju tagħhom.", "Dawn l-hekk imsejħa sotto-aġenti kienu jikkonsistu l-aktar f'negozjanti tal-karozzi, sidien tal- ħwienet jew pjazzisti u kellhom rabtiet ta' l-aġenzija partikolari bis- saħħa ta' l-operazzjonijiet tagħhom.", "Qabel l-1981, dawk li jaħdmu fl-assigurazzjoni kellhom biss ftit kwalifiki akkademiċi u ħafna minnhom ma kellhom xejn.", "Ħtija ta' nuqqas ta' provvedimenti leġislattivi dwar brokers, dawn kważi lanqas biss kienu jeżistu qabel nofs is-snin sebgħin.", "Sa dak iż-żmien servizzi ta' brokers professjonali f'Malta kont tista' teħodhom biss permezz ta' djar ta' brokers ewlenin, l-aktar Ingliżi.", "Imbagħad fl-1976 rajna l-bidu ta' brokers professjonali lokali ta' l-assigurazzjoni u naħseb is-sodda għal dan l-iżvilupp kienet infirxet mill-Mediterranean Insurance Brokers Ltd., illum parti mill-grupp multinazzjonali AOM.", "Din is-sitwazzjoni ta' qabel l-1981 fiha nnifisha ħolqot il-ħtieġa għal leġislazzjoni adegwata biex tirregola n-negozju ta' l-assigurazzjoni.", "Fil- fatt il-leġislazzjoni kellha tkun għal protezzjoni akbar tal-pubbliku u li setgħet tipprovdi ċerti elementi ta' superviżjoni.", "Il-ħruġ ta' premiums ta' assigurazzjoni barra minn Malta kien regolat mill-kontroll tal-kambju u l-introduzzjoni ta' l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni ġie segwit mit-twaqqif tal-Mediterranean Insurance Training Centre fl-1982.", "Dan iċ-ċentru kien u għadu fundamentali għall-iżvilupp ta' dawk li jridu jidħlu għal karriera fl-assigurazzjoni.", "Fil-fatt ta' min wieħed jgħid li 'l fuq minn 25% ta' dawk li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-industrija Maltija ta' l-assigurazzjoni għandhom kwalifiċi akkademiċi aċċettati internazzjonalment.", "Tajjeb li wieħed iħares issa lejn l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriżi ta' l- Assigurazzjoni.", "L-avviż legali tat-13 ta' Lulju, 1981 stabilixxa d-data li fiha l-provvedimenti kollha ta' dan l-Att kellhom jidħlu fis-seħħ barra artiklu 23, li jitkellem dwar insurance brokers and insurance salesmen, liema taqsima daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1982.", "L-oġġettivi li għalihom iddaħħal dan l-Att kienu tlieta; u dawn kienu biex jirregola l- assigurazzjoni f'Malta fl-interess tal-konsumatur, biex joħroġ liċenzi lill- assiguraturi u jirregola l-operat tagħhom, u biex jiżgura li jinżamm ċertu livell professjonali.", "Huwa evidenti li dan l-Att intlaqa' tajjeb u ġie applikat tajjeb ukoll.", "Fil-fatt kull leġislazzjoni li ddaħħal kondizzjonijiet u limiti finanzjarji l-aktar fil-qasam ta' kapital, riżervi u likwidita' bdiet topera għall-vantaġġ tal-konsumatur ġenerali, inklużi x- xerrejja kummerċjali u industrijali privati.", "L-Att inniffsu kellu ċerti implikazzjonijiet li jwasslu fit-tul u kien jinkorpora taqsimijiet li jiġbru fost ħwejjeġ oħra d-definizzjoni ta' l- operaturi fis-suq, il-minimu mhux minsus tal-kapital ta' l-ishma, riżervi u fondi oħrajn, marġini ta' likwidita', regolamenti u anke fond tas-sigurta'.", "Qabel ma daħal l-Att innifsu, kumpanniji Maltin li kellhom aġenziji minn għadd ta' kumpanniji barranin kienu qegħdin jinnegozjaw taħt liċenzja ta' negozju ġenerali.", "Fil-fatt, l-Att għamilha obbligatorja li kull interess Malti kellu jkollu liċenza mill-ministeru tal-finanzi wara li jkun issodisfa kulma hu mitlub mill-istess Att.", "Id-definizzjoni ta' brokers ta' l-assigurazzjoni kienet titlob kapital bla minsus ta' ishma ugwali għal dak meħtieġ minn aġenti u kopertura ta' assigurazzjoni ta' responsabbilta' professjonali ta' mhux inqas minn Lm0.25 miljun.", "Fil-fatt insibu li l-pjazzisti kienu wkoll regolati iżda f'livell inqas.", "L-Att serva ta' influwenza li llikwidat ħafna kumpanniji li kellhom interessi diversi biex waqqfu kumpanniji separati li jispeċjalizzaw fl-assigurazzjoni u b'hekk jikkonformaw mal-provvedimenti ta' l-Att.", "Wieħed irid iżid li l-provvedimenti ta' dan l-Att rigward iċ-ċessjoni ta' riassigurazzjoni legali llum m'għadhiex tapplika.", "Is-suq dirett għall- konsumatur kien u għadu ħieles billi assiguraturi barranin jistgħu jidħlu jirreġistraw Malta suġġett għall-provvedimenti ta' l-Att.", "Iċ-ċessjoni jew cession obbligatorja kienet prinċipalment f'forma ta' riassigurazzjoni, u l- vantaġġ ewlieni tagħha kien li assiguraturi barranin kienu obbligati li jħallu f'Malta sa 30% tal-premium ta' riassigurazzjoni jew ko- assigurazzjoni fil-każ ta' Lloyd's of London tar-riskju bla ma jaffettwaw l- interessi tal-konsumatur.", "Fil-fatt dan ma affettwa xejn lis-suq primarju.", "It-tnaqqis tal-ħruġ tal-premiums barra minn Malta kellu l-effett li jnaqqas l-ispiża ta' importazzjoni inviżibbli u nkoraġġixxa l-iżvilupp professjonali ta' aġenziji ta' kumpanniji barranin.", "Oġġettiv ieħor kien intlaħaq bit-twaqqif ta' għadd ta' assiguraturi lokali li fosthom illum insibu l-ewwel kumpannija indiġena ta' din ix- xorta, il-Middle Sea Insurance plc.", "Jekk wieħed iħares lejn l-iżvilupp ta' l-industrija lokali ta' l-assigurazzjoni, wara l-introduzzjoni ta' l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni, isib li l-objettivi ewlenin li ispiraw dik il-leġislazzjoni ntlaħqu.", "Biex nagħti eżempju minn ċifri li għandi, is-suq lokali ta' assigurazzjoni baqa' juri tkabbir inkoraġġanti.", "Kien hemm ukoll titjib konsiderevoli fil-kwalita' tas-servizz u mhux biss fil-volum tan-negozju.", "Ir-reġim regolatorju li ġie wara l-1981 baqa' miexi mal-prinċipji u prattiċi diġa' stabiliti biex iħarsu l-interessi tal- pubbliku, jeżerċitaw kontroll monetarju sodisfaċenti u jkomplu jżommu l- ogħla standards ta' servizzi professjonali.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-għanijiet ta' l-Att li għadni kif irriferejt għalih kienu effettivament, Madam Speaker, biex jikkontrolla u jirregola l- impriża ta' l-assigurazzjoni u biex jipprovdi għall-ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu magħha jew li huma anċillari għaliha.", "Illum is-suq ta' l- assigurazzjoni għandu ħames kumpanniji ta' l-assigurazzjoni Maltin li tnejn minnhom imexxu biss kummerċ ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja.", "Barra s-suq ta' Lloyd's f'Malta għandna 23 kumpannija barranija li jmexxu l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni minn aġenziji lokali li bejniethom joffru prodotti ta' assigurazzjoni li jvarjaw minn poloz fuq il-ħajja sa poloz fuq is-saħħa u poloz li jassiguraw kull riskju mhux marbut mal-ħajja.", "Għandna 27 aġent ta' l-assigurazzjoni li jmexxu l-kummerċ kemm f'isem kumpanniji ta' l- assigurazzjoni barranin, kif ukoll f'isem kumpanniji Maltin.", "Għandna wkoll 25 broker fl-assigurazzjoni u 479 bejjiegħ ta' l-assigurazzjoni.", "Dawn kollha għandhom liċenza jew awtorizzazzjoni maħruġa lilhom taħt dan l-Att.", "Naħseb li huwa tajjeb issa li naraw f'termini komparattivi l-ammont ta' premiums li tħallsu f'assigurazzjoni kif żdiedu u kibru tul is-snin.", "Jekk nieħdu, per eżempju, l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, insibu li matul l-1982 l-ammont ta' premiums kien ta' ¥1,847,000 u matul is-sena 1996, dan l- ammont tela' għal ¥11,670,000.", "Dwar assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, insibu li matul is-sena 1982 l-figura tal-premiums kienet ta' ¥6,563,000 u matul is-sena 1996 l-ammont ta' premiums tela' għal ¥30,446,000.", "L-ammont ta' somom assigurati dwar assigurazzjoni fuq il-ħajja sa l-aħħar tas-sena 1982 kien ta' ¥105,113,000.", "Sa l-aħħar tas-sena 1996 dan l-ammont kien tela' għall-figura pjuttost fenomenali by local standards ta' ¥713,643,000.", "Madam Speaker, naħseb li minn din l-istatistika wieħed jara l-progress sostanzjali li sar fil-qasam ta' l-assigurazzjoni minn meta dan is-suq beda jiġi effettivament irregolat.", "Dwar impjiegi fis-suq ta' l-assigurazzjoni, bla ma wieħed iqis il- bejjiegħa ta' l-assigurazzjoni sat-tmien ta' l-1996 kien hemm 739 impjegat full-time u 129 impjegat part-time.", "Ma' dawn wieħed irid iżid dawk l- impjegati professjonali u tekniċi li joffru support lis-suq bħalma huma awdituri, periti ta' claims u anke oħrajn.", "Tajjeb li wieħed josserva li minn suq immexxi tista' tgħid minn persuni bl-ebda kwalifiki, matul dawn is- 16-il sena ħafna żgħażagħ ħatfu l-opportunita' u qabdu karriera fil-kummerċ ta' l-assigurazzjoni wara ħafna studju f'dan il-qasam kemm f'Malta u kif ukoll barra mill-pajjiż.", "Illum għandna managers li huma effettivament fellows jew anke associates taċ-Chartered Institute of Insurance tar-Renju Unit u dawn huma fil-biċċa l-kbira tagħhom managers kompetenti li bil- kontribut tagħhom għollew il-livell tas-suq għal wieħed ta' livell ġenwinament internazzjonali.", "Irrid nerġa' nsemmi l-ħidma sfiqa tal- Mediterranean Insurance Training Centre li twaqqaf apposta biex iħarreġ żgħażagħ Maltin u barranin fil-kummerċ ta' l-assigurazzjoni fuq livell internazzjonali.", "Naħseb li dan ta kontribut siewi li jixraqlu l-għarfien ta' din il-Kamra.", "Pass ieħor 'il quddiem u ta' servizz soċjali huwa dak li sar bis-saħħa ta' l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriżi ta' l-Assigurazzjoni meta kien twaqqaf il-fond imsejjaħ \"Il-Fond ta' Assigurazzjoni\".", "Dan il-fond twaqqaf għall- ħlas ta' kull talba kontra kumpannija ta' l-assigurazzjoni li tmexxi impriża ta' l-assigurazzjoni f'Malta li tibqa' ma titħallasx minħabba insolvibbilta' ta' dik il-kumpannija, u għal dawk l-għanijiet l-oħra dwar assigurazzjoni magħdud kumpens lil vittmi ta' disgrazzji tat-traffiku.", "Dan il-fond li jitmexxa skond ir-Regolamenti ta' l-1986 dwar il-Fond ta' Assigurazzjoni ta' l-Impriżi ta' l-Assigurazzjoni ġie fis-seħħ fl-1 ta' Lulju, 1986 bis-saħħa ta' Avviż Legali Nru. 28 ta' l-1986.", "Nieħu pjaċir ngħid li sal-lum għadu qatt ma kellna każ ta' kumpannija li tmexxi l- kummerċ tagħha f'Malta li kienet fi stat ta' insolvibbilta'.", "Għalhekk, għadu qatt ma sar ebda ħlas mill-fond dwar talbiet li baqgħu ma tħallsux minħabba din l-insolubility.", "Ma nistax ngħid l-istess ħaġa dwar it-tieni għan tal-fond.", "F'dawn l- aħħar għaxar snin tħallset mill-fond is-somma ta' ¥132,310 bħala kumpens lil vittmi ta' disgrazzji tat-traffiku.", "Dan kien ħlas lil vittmi ta' każijiet ta' hit and run u li, fiċ-ċirkostanzi, l-assiguratur tal-vettura li kkaġunat l-inċident baqa' mhux magħruf.", "Somma oħra ta' ¥60,500 għad trid titħallas mill-fond.", "Hawnhekk, wieħed irid jgħid ukoll li l- assiguraturi tal-vetturi ħallsu bejniethom is-somma ta' kważi ¥438,000 fi claims li ma kenux koperti minn poloz ta' assigurazzjoni.", "Dan sar taħt ftehim ta' \"l-assiguratur konċernat\" kif provedut fir-Regolamenti ta' l- 1986 dwar il-Fond ta' l-Assigurazzjoni ta' l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni u dan kollu kien effettivament ħlas ex gratia.", "Miżura oħra li ttieħdet taħt l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l- Assigurazzjoni kienet bis-saħħa ta' Avviż Legali Nru. 129 ta' l-1989 dwar Avviż Statutorju marbut ma' poloz ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja.", "Bis- saħħa ta' din il-miżura, kull persuna li tinnegozja polza ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja jingħatalha 15-il jum wara li tinnegozja l- polza biex taħsibha mill-ġdid u, jekk tkun tixtieq, biex terġa' lura min- negozju u tħassar il-polza.", "Minħabba li assigurazzjoni fuq il-ħajja hija rabta fit-tul, kien xieraq li persuna li tinnegozja polza fuq il-ħajja tingħata ftit żmien aktar biex tagħmel mill-ġdid il-kalkoli tagħha u terġa' taħsibha.", "Bil-mod il-mod f'dawn l-aħħar 16-il sena bdiet tinxtered aktar fostna l-kultura ta' assigurazzjoni u l-assigurazzjoni ma baqgħetx marbuta biss mal-vetturi tas-sewqan bħalma kienet qabel ma daħlet fis-seħħ il-liġi, għall-inqas f'għajnejn il-biċċa l-kbira tan-nies.", "Għalkemm l-Att ta' l-1981 kellu dispożizzjoni speċifika dwar tmexxija ta' assigurazzjoni esklussivament barra minn Malta, kien pass għaqli li, meta fl-1988 ġie fis-seħħ l-Att ta' l-1988 dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta, l-attivitajiet offshore ta' kumpanniji ta' l- assigurazzjoni bdew jiġu rregolati taħt dak l-Att.", "Fl-1994 il-Parlament approva tibdil sostanzjali fl-Att ta' l-1988 dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta, u bis-saħħa ta' dak it-tibdil, il-funzjonijiet regolatorji ta' l-Awtorita' mwaqqfa taħt dak l-Att twessgħu f'oqsma oħra ta' servizzi finanzjarji l-aktar fl-assigurazzjoni domestika u f'servizzi ta' investiment.", "Biex tkun riflessa l-funzjoni ġdida kif imwessa' ta' l-awtorita', l-isem ta' l-awtorita' regolatorja nbidel f'\"Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta\".", "L-Att innifsu bidel ukoll ismu u mill-Att ta' l-1988 dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta beda jissejjaħ l-Att ta' l-1988 dwar iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta.", "Fl-1 ta' Diċembru, 1994 il-Ministru tal-Finanzi għadda l-poteri u l- funzjonijiet mgħoddija lilu bis-saħħa ta' l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni, għajr għal xi dispożizzjonijiet, liċ-Ċentru għas- Servizzi Finanzjarji ta' Malta.", "Dan sar biex il-kummerċ ta' l- assigurazzjoni, kemm dak onshore kif ukoll dak offshore ikun irregolat mill- istess awtorita'.", "Aktar ma għadda ż-żmien aktar is-suq ta' l- assigurazzjoni beda jissaħħaħ u anke jistabilizza ruħu.", "Is-suq beda wkoll b'xi mod jirregola lilu nnifsu u twaqqfu fuq l-inizjattiva tal-membri tas- suq l-assocjazzjoni tal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni u l-assoċjazzjoni tal-brokers fl-assigurazzjoni.", "Ċerti restrizzjonijiet li kienu meħtieġa fl- ewwel snin tal-liġi ma baqgħux aktar validi u maż-żmien anke tneħħew.", "Illum is-suq huwa wieħed professjonali u huwa wieħed effettivament miftuħ u nistgħu ngħidulu anke suq kompetittiv.", "Il-konsumatur għandu quddiemu għażla wiesa' ta' prodotti ta' assigurazzjoni.", "Iċ-ċittadin sar ukoll jagħraf aktar il-ħtieġa ta' assigurazzjoni u sar jaf kif ifittixha u anke kif jagħżilha.", "Madam Speaker, s'issa tajt ħarsa ħafifa lejn kif żviluppa s-suq ta' l- assigurazzjoni f'pajjiżna minn meta ġiet fis-seħħ l-ewwel liġi dwar l- assigurazzjoni wara ħafna snin ta' suq maħlul għall-aħħar u bla ebda regola.", "Illum aħna rridu nħarsu b'fiduċja lejn dan il-qasam importanti kemm bħala qasam ta' attivita' ekonomika kif ukoll bħala qasam li jaqa' taħt l-umbrella ta' servizzi finanzjarji, kemm bħala qasam ta' kummerċ domestiku kif ukoll bħala qasam ta' kummerċ internazzjonali.", "Liġijiet oħra li jaqgħu taħt l-umbrella ta' servizzi finanzjarji u li kien għadda żmienhom ġew riveduti u minflokhom saru u daħlu fis-seħħ liġijiet ġodda li jirriflettu aħjar il-ħteġijiet tal-lum.", "Biex nieħdu eżempju wieħed, Madam Speaker, dan ġara fl-Att ta' l-1970 dwar il-Kummerċ Bankarju li ġie rivedut u minfloku daħal fis-seħħ l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju.", "L-istess ħaġa jenħtieġ li jiġri fil-qasam ta' l-assigurazzjoni.", "Il-liġi ta' l-1981 qdiet dmirha sew u bil-għaqal.", "Kienet il-ġebla tax-xewka li fuqha nbena u żviluppa l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni.", "Iżda minn xi snin 'l hawn beda jidher ċar li l-liġi jenħtiġilha tinbidel mill-għeruq biex taqdi aħjar il-ħteġijiet moderni tal-lum u biex tieħu postha bħala kolonna oħra mal-kolonni l-oħrajn li fuqhom jinstabu mibnija s-servizzi finanzjarji li joffri pajjiżna.", "Għal dan il-għan sar l-istudju meħtieġ u saru wkoll ir- riċerki meħtieġa u beda jitfassal abbozz ta' liġi ġdid.", "Saru konsultazzjonijiet wiesgħa u fit-tul ma' kull min kellu kontribut x'jagħti f'dan il-qasam.", "Dawn il-konsultazzjonijiet involvew is-suq kollu ta' l- assigurazzjoni, jiġifieri assiguraturi, aġenti ta' l-assigurazzjoni u brokers fl-assigurazzjoni.", "Saru wkoll konsultazzjonijiet ma' Lloyd's, ma' accountants u anke ma' awdituri.", "Dawn il-konsultazzjonijiet saru ma' l- għaqdiet kostitwiti ta' dawk il-persuni li jmexxu l-kummerċ ta' l- assigurazzjoni jew li jeżerċitaw il-professjoni ta' accountant.", "Saru wkoll konsultazzjonijiet ma' konsulenti barranin.", "Min-naħa l-oħra t-team li ħejja l-abbozz ta' liġi ġdid kellu wkoll l- ideat tiegħu, ideat imfassla fuq l-esperjenza u liġijiet ta' kummerċ ta' l- assigurazzjoni ta' pajjiżi barranin avvanzati - fosthom dawk tar-Renju Unit, ta' l-Irlanda, ta' Lussemburgu u ta' Guernsey - u fuq id-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-prodott aħħari, bi qbil wiesa' mal-partijiet kollha, huwa ż-żewġ abbozzi ta' liġi li għandu quddiemu dan il-Parlament.", "Dawk li fasslu l-leġislazzjoni ġdida deherilhom - u kulħadd qabel magħhom - li minflok l-Att ta' l-1981 għandu jkun hemm żewġ liġijiet, liġi waħda biex tirregola l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni u liġi oħra biex tirregola r-reġistrazzjoni ta' brokers fl-assigurazzjoni u intermedjarji oħra u attivitajiet ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni.", "L- abbozzi rispettivi huma l-Abbozz Nru. 8 imsejjaħ \"l-Att ta' l-1996 dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra\" u l-Abbozz Nru. 9 imsejjaħ \"l-Att ta' l-1996 dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni.\".", "L-għan ta' l-Abbozz dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni huwa li jagħmel dispożizzjonijiet ġodda li jirregolaw il-kummerċ ta' l-assigurazzjoni li jsir f'Malta jew minn Malta jew f'pajjiż jew minn pajjiż barra minn Malta, minflok dawk li jinsabu fl-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l- Assigurazzjoni u, relattivament għall-kummerċ li jsir minn Malta, li jinsabu fl-Att ta' l-1988 dwar iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, u sabiex jipprovdi għal ħwejjeġ konnessi magħhom jew anċillari għalihom.", "Biex jintlaħaq dan il-għan, l-Abbozz dwar il-Kummerċ ta' l- Assigurazzjoni jaħseb ukoll biex ikun hemm liġi waħda li tirregola l- kummerċ ta' l-assigurazzjoni u b'hekk titneħħa d-distinzjoni bejn kummerċ onshore u dak li huwa kummerċ offshore.", "Dan l-abbozz jaħseb biex ikun hemm awtorita' kompetenti regolatorja waħda li tirregola l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni u din l-awtorita' tkun l- awtorita' kompetenti li tirregola s-servizzi finanzjarji.", "Jaħseb ukoll biex il-leġislazzjoni li tirregola l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni togħla għal-livell internazzjonali.", "GĦanijiet oħrajn ta' dan l-abbozz ta' liġi huma biex jintlaħaq l-ambjent meħtieġ sabiex kumpanniji li jmexxu kummerċ ta' l-assigurazzjoni, b'mod partikolari, dawk li jmexxu kummerċ ta' riassigurazzjoni jew ta' assigurazzjoni affiljata, imexxu l-kummerċ tagħhom minn Malta; biex kull persuna li effettivament tmexxi l-kummerċ ta' l- assigurazzjoni tkun persuna xierqa u idonea biex tiżgura tmexxija b'mod tajjeb u b'mod prudenti; u biex ebda persuna ma jkollha aktar minn awtorizzazzjoni waħda biex tmexxi xi kummerċ ta' l-assigurazzjoni jew attivita' fl-assigurazzjoni.", "Madam Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum huwa qafas ta' kunċetti li fuqhom irid jiġi rregolat il- kummerċ ta' l-assigurazzjoni.", "Għalhekk l-abbozz huwa wieħed enabling fejn id-dettalji ta' kif jiġi regolat il-kummerċ joħorġu b'regolamenti, u fejn id-direzzjoni dwar it-tmexxija ta' kuljum tingħata mill-awtorita' kompetenti bis-saħħa ta' direttivi dwar l-assigurazzjoni.", "Fil-fatt insibu li l-abbozz jinqasam fi 12-il taqsima, u hemm miegħu ħames skedi separati.", "Bħal kull abbozz ieħor, fl-ewwel taqsima preliminari nsibu t-tifsira tal- kliem.", "Biex żgur jitneħħa kull dubju ta' x'ifissru t-termini \"riskju sitwat f'Malta\" u \"riskju sitwat barra minn Malta\" ingħatat tifsira preċiża u dettaljata ta' kull wieħed minn dawn it-termini.", "Tifsira oħra li ngħatat importanza hija dik tat-terminu \"assigurazzjoni affiljata\".", "Dan huwa terminu modern għal dak ix-xorta ta' kummerċ ta' l-assigurazzjoni li jissejjaħ ukoll \"captive insurance\".", "Fil-fatt insibu li l-abbozz innifsu jagħti ħafna importanza lil dan ix-xorta ta' kummerċ għaliex wieħed jittama li malli l-liġi dwar l-assigurazzjoni tidħol fis-seħħ, jirnexxielna niġbdu lejn pajjiżna numru ta' kumpanniji barranin li jmexxu dan ix-xorta ta' kummerċ biex jirreġistraw f'Malta u jmexxu dan il-kummerċ minn Malta.", "Għal dan il-għan, dwar kummerċ ta' assigurazzjoni affiljata u riorganizzazzjoni, uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-abbozz jew huma modifikati jew dikjarati li ma japplikawx.", "Biex jinħoloq l-ambjent meħtieġ għal dawk il-kumpanniji li jridu jmexxu l-kummerċ internazzjonali ta' l-assigurazzjoni tagħhom minn Malta, se nressaq numru ta' emendi fl-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul pero' dwar dawn l-emendi nitkellem meta niġi biex nispjega l-ħames skeda li tinsab ma' dan l-abbozz.", "Madam Speaker, bħal kull liġi oħra dwar servizzi finanzjarji u minħabba l- fatt li l-liġi dwar l-assigurazzjoni hija mmirata biex tħajjar kumpanniji barranin li jmexxu kummerċ ta' assigurazzjoni affiljata jew ta' riassigurazzjoni li jirreġistraw f'Malta, l-abbozz jipprovdi li jekk ikun hemm konflitt bejn it-test Ingliż u t-test Malti, għandu jipprevali t-test Ingliż.", "Il-liġijiet l-oħra dwar servizzi finanzjarji ta' pajjiżna huma wkoll immirati lejn is-suq internazzjonali u, biex ebda investitur barrani ma jidħollu dubju li t-test Malti jista' b'xi mod jinftiehem xorta oħra mit- test Ingliż, it-test Ingliż għandu jipprevali.", "Madam Speaker, id-dispożizzjonijiet li nsibu fit-tieni taqsima dwar sorveljanza tal-kummerċ ta' l-assigurazzjoni jixbħu ħafna fil-ħsieb u anke fil-kontenut id-dispożizzjonijiet dwar sorveljanza ta' kummerċ u attivitajiet li nsibu f'liġijiet oħra dwar servizzi finanzjarji.", "Din it- taqsima tagħmel dispożizzjonijiet dwar is-setgħat u d-dmirijiet tal- ministru responsabbli, fosthom id-dmir li jaħtar l-awtorita' kompetenti, u dwar is-setgħat u d-dmirijiet ta' l-awtorita' kompetenti biex taqdi l- funzjonijiet mogħtija lilha bl-abbozz jew taħtu, fosthom is-setgħa li tagħmel direttivi dwar l-assigurazzjoni dwar ħwejjeġ speċifikati fl-abbozz.", "Jekk niġu mbagħad għat-tielet taqsima nsibu li din tirrigwarda l- awtorizzazzjoni għat-tmexxija ta' kummerċ ta' l-assigurazzjoni u tikklassifika l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni f'kummerċ fit-tul u kummerċ ġenerali.", "Id-dettalji dwar il-klassijiet ta' kummerċ jidhru fit-tieni skeda li tinsab ma' l-abbozz għal dawk li huma klassijiet ta' kummerċ fit- tul u fit-tielet skeda għal dawk li huma klassijiet ta' kummerċ in ġenerali.", "Din il-klassifika, Madam Speaker, hija klassifika standard fil- pajjiżi avvanzati ta' l-Ewropa.", "Kull min imexxi f'Malta jew minn Malta kummerċ ta' l-assigurazzjoni, jenħtieġ li jikseb awtorizzazzjoni mill-awtorita' kompetenti.", "L-abbozz jorbot lill-awtorita' kompetenti li toħroġ awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu li hu meħtieġ li jingħata ma' l- applikazzjoni.", "Fir-rigward tal-kummerċ ta' assigurazzjoni affiljata jew riassigurazzjoni, l-awtorizzazzjoni għandha toħroġ fi żmien tliet xhur minn meta jingħata dan it-tagħrif.", "Meta ma tingħatax awtorizzazzjoni, l- awtorita' kompetenti għandha l-obbligu li tagħti bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għaliex ma ngħatalux awtorizzazzjoni.", "Madam Speaker, l-abbozz jispeċifika l-ħteġijiet biex wieħed jingħatalu awtorizzazzjoni.", "F'dawk il-ħteġijiet daħal il-konċett ta' \"fondi tal- kumpannija stess\".", "Dan il-konċett m'huwiex ġdid għal din il-Kamra għaliex insibuh diġa' mħaddem fl-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju.", "Il- ħteġijiet ġenerali li hemm fl-abbozz japplikaw kemm għal kumpannija lokali kif ukoll għal kumpannija barranija li trid tmexxi l-kummerċ ta' l- assigurazzjoni f'Malta jew minn Malta.", "Imbagħad, skond kif ikun il-każ, japplikaw ħteġijiet oħrajn għal kumpannija lokali u kumpannija barranija.", "Biex żgur ma jinqalgħux diffikultajiet jew komplikazzjonijiet meta wieħed ikun irid iħarrek kumpannija barranija fil-qrati Maltin, jew jenforza sentenza mogħtija mill-qrati Maltin, kull kumpannija barranija li tingħatalha awtorizzazzjoni biex tmexxi l-kummerċ f'Malta jew minn Malta trid tinnomina persuna bħala rappreżentant tagħha.", "Dan ir-rappreżentant ikun awtorizzat li jaġixxi b'mod ġenerali u li jaċċetta notifika ta' kull dokument f'isem il-kumpannija.", "Is-soċjeta' Ingliża magħrufa bħala Lloyd's, li dwarha nitkellem aktar 'il quddiem meta nispejga l-ewwel skeda li tinsab ma' l-abbozz, taqa' taħt l-istess dispożizzjoni.", "Madam Speaker, kull kumpannija ta' l-assigurazzjoni li tmexxi l-kummerċ tagħha bħala assiguratur tista', jekk trid, fil-każ ta' kumpannija lokali, tiftaħ fergħat f'Malta u taħtar kemm aġenti kif ukoll managers ta' l- assigurazzjoni.", "Fil-każ ta' kumpannija barranija, ikollha kemm fergħa f'Malta kif ukoll aġent ta' l-assigurazzjoni, u l-fergħa tista' titmexxa minn manager ta' l-assigurazzjoni.", "Meta ngħidu manager ta' l- assigurazzjoni qegħdin nitkellmu dwar konċett ġdid.", "Fil-fatt dwar l- attivitajiet ta' din il-persuna nitkellem meta nispjega r-raba' skeda li tinstab ma' dan l-abbozz.", "Ir-raba' taqsima li tikkonċerna kondizzjonijiet għat-tmexxija ta' kummerċ ta' l-assigurazzjoni, tagħmel dispożizzjonijiet bażiċi biex jitmexxa bla nkwiet il-kummerċ ta' l-assigurazzjoni.", "Fil-fatt, din it-taqsima tittratta fid-dettall il-marġini ta' solvibbilta' li kull kumpannija awtorizzata li tmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni għandha l-obbligu li żżomm, u x'jiġri meta kumpannija tonqos li żżomm l-inqas marġini ta' solvibbilta'.", "Tittratta wkoll il-fond ta' garanzija li kull kumpannija awtorizzata għandha żżomm f'Malta kif ukoll il-proviżjonijiet tekniċi adegwati, inklużi l-proviżjonijiet matematiċi dwar kummerċ li l-kumpannija tkun awtorizzata li tmexxi.", "Fir-rigward ta' ċerti klassijiet ta' kummerċ ġenerali li jistgħu jiġu preskritti, tittratta r-riserva ta' ekwalizzazzjoni u l- klassijiet li jistgħu jiġu preskritti huma dwar riskji katastrofiċi.", "Fl- aħħarnett, l-abbozz jagħmel dispożizzjonijiet dwar il-kustodja ta' l-attiv ta' kull kumpannija li għandu jinżamm ġewwa pajjiżna.", "Taqsima ħamsa tirrigwarda kontijiet, investigazzjonijiet minn attwarji u dikjarazzjonijiet finanzjarji u tagħmel dispożizzjonijiet dwar is-sena finanzjarja ta' kumpanniji awtorizzati, dwar l-għemil u l-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati ta' kumpannji, dwar ħatra ta' awdituri minn kumpanniji, dwar il-ħatra ta' attwarju minn kumpannija li tmexxi kummerċ fit-tul, dwar il-ħtieġa li kumpannija li tmexxi kummerċ fit- tul ikollha investigazzjonijiet perjodiċi minn attwarju tagħha fil-qagħda finanzjarja tagħha dwar dak il-kummerċ u dwar l-obbligazzjonijiet ta' awdituri u attwarji lejn l-awtorita' kompetenti.", "L-awditur u l-attwarju, fejn kumpannija tmexxi kummerċ fit-tul, huma l-għassiesa ta' solvibilita' tal-kumpannija.", "L-abbozz jgħabbi lil dawn iż-żewġ għassiesa b'ħafna obbligi u għalhekk kull awditur, sabiex jivverifika l-kummerċ ta' l- assigurazzjoni, jeħtieġ l-ewwelnett li jkun awditur skond l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji u, t-tieni nett, li jkun approvat mill-awtorita' kompetenti.", "Biex awditur jivverfika l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni jenħtieġ li jkun imħarreġ sew fid-dispożizzjonijiet ta' l-abbozz u tar-regolamenti u fid- direttivi dwar l-assigurazzjoni li joħorġu taħt l-abbozz.", "Minħabba f'hekk awditur taħt l-Att dwar il-Kumpanniji jenħtieġlu jikseb l-approvazzjoni taħt dan l-abbozz mill-awtorita' kompetenti.", "L-istess ħaġa jrid jingħad dwar dak li huwa l-attwarju.", "Madam Speaker, dan kollu huwa maħsub biex is- solvibilta' ta' kumpannija ta' l-assigurazzjoni tkun taħt sorvelja l-ħin kollu.", "Dwar l-uffiċċju ta' attwarju, nixtieq nirrimarka li s'issa m'għandna ebda persuna kompetenti Maltija li tista' terfa' r-responsabbilta' ta' dan l- uffiċċju.", "Wieħed jittama li 'l quddiem in-numru tal-kumpanniji li jmexxu f'Malta, jew minn Malta, kummerċ fit-tul, jiżdied u l-effett ta' din id- dispożizzjoni tkun ukoll li persuni Maltin jitħajru jagħmlu l-istudji neċessarji dwar din il-materja biex ikunu jistgħu jiksbu l-ħatra f'dan l- uffiċċju.", "Is-sitt taqsima tikkonċerna s-setgħat ta' intervenzjoni u tagħmel dispożizzjonijiet dwar is-setgħat li l-awtorita' kompetenti għandu jkollha biex tintervjeni meta tħoss il-ħtieġa li għandha tintervjeni.", "U ebda awtorita' kompetenti ma tkun awtorita' jew kompetenti jekk fil-liġi li twaqqafha ma jkunx hemm id-dispożizzjonijiet meħtieġa li jagħmluha awtorita' u kompetenti.", "Fil-fatt, l-abbozz jispeċifika ċ-ċirkostanzi meta awtorizzazzjoni maħruġa jew miżmuma taħtu tiġi revokata awtomatikament.", "L-awtorita' kompetenti għandha dmir li tħares l-interess kemm tad- detenturi tal-polza kif ukoll tal-pubbliku.", "Għalhekk l-awtorita' kompetenti għandha wkoll is-setgħa li tissospendi jew tirrevoka awtorizzazzjoni maħruġa minnha.", "Iżda, meta tasal biex tieħu dan il-pass, l- awtorita' għandha wkoll id-dmir li tagħti avviż bil-miktub lill-kumpannija konċernata u r-raġunijiet għaliex kien beħsiebha tieħu dak il-pass.", "Jekk naraw imbagħad id-dispożizzjonijiet tas-seba' taqsima li jikkonċernaw superviżjoni ta' kumpannija awtorizzati, insibu li dawn huma komplimentari għad-dispożizzjonijiet tat-taqsima sitta.", "Taħt din it- taqsima, l-awtorita' kompetenti għandha s-setgħa li tikseb mingħand kull kumpannija awtorizzata kull tagħrif li tenħtieġ, li teżamina l-affarijiet ta' kull kumpannija awtorizzata, li tidħol f'post ta' persuna li jkun ingħatalha avviż li l-affarijiet tagħha jkunu qed jiġu mistħarrġa u biex tikseb minn dak il-post tagħrif u anke dokumenti.", "Biex żgur ma jkunx hemm abbuż f'dawn is-setgħat, l-abbozz jimponi fuq l-awtorita' kompetenti ċerti restrizzjonijiet.", "Madam Speaker, il-kumpanniji awtorizzati għandhom l-obbligu li darba kull sena, u jekk ikun meħtieġ mill-awtorita' kompetenti wkoll f'xi żmien ieħor tas-sena, jibagħtu lill-awtorita' kompetenti dikjarazzjonijiet kummerċjali dwar il-kummerċ ta' l-assigurazzjoni mmexxi minnhom matul is-sena kalendarja li dwarha jkunu qegħdin jirrapportaw jew matul dak il-perjodu speċifikat fid-direttiva ta' l-awtorita' kompetenti.", "F'taqsima tmienja li tikkonċerna trasferimenti ta' kummerċ ta' l- assigurazzjoni, hemm dispożizzjonijiet sabiex il-kummerċ ta' l- assigurazzjoni jkun jista' jiġi ttrasferit sħiħ jew parti minnu minn kumpannija għall-oħra.", "Kif diġa' spjegajt, il-kummerċ ta' l-assigurazzjoni hu kklassifikat f'kummerċ fit-tul li jkopri poloz ta' assigurazzjoni fuq il- ħajja, u kummerċ ġenerali li jkopri poloz ta' assigurazzjoni mhux fuq il- ħajja.", "L-abbozz jipprovdi illi, dwar kummerċ ġenerali, kull talba għal trasferiment issir lill-awtorita' kompetenti u din tiddeċiedi jekk taċċettax jew le dik it-talba.", "Sabiex l-awtorita' kompetenti tikkonsidra talba għal trasferiment ta' poloz ta' kummerċ ġenerali, l-abbozz jiddetermina dak kollu li hu meħtieġ li jsir minn applikant li jagħmel it-talba.", "Fost dawn il-ħteġijiet hemm l- obbligu li kull detentur ta' polza indikat fl-iskema tat-trasferiment, jiġi nnotifikat bil-miktub mill-applikant bit-talba għal trasferiment u t-talba nnifisha jingħatalha pubbliċita' fl-istampa.", "Kull detentur ta' polza konċernat jista', jekk ikun irid, jagħmel rappreżentazzjonijiet bil-miktub lill-awtorita' kompetenti dwar dik it-talba.", "Meta l-awtorita' kompetenti ma tilqax talba għal trasferiment, l-awtorita' għandha l-obbligu li tgħarraf bil-miktub liż-żewġ partijiet interessati fit-talba bir-raġunijiet tar-rifjut tagħha.", "Dwar trasferiment ta' kummerċ fit-tul, it-talba għal trasferiment trid issir lit-tribunal għal servizzi finanzjarji.", "Tajjeb li nispjega hawnhekk li skond l-artiklu 10 ta' l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju jrid jitwaqqaf tribunal li jkun magħruf bħala \"it-tribunal għal servizzi finanzjarji\" li għandu l-funzjonijiet mogħtija lilu bl-Att dwar il-Kummerċ Bankarju jew b'xi liġi oħra.", "Dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex isir użu minn dan it-tribunal insibuhom f'żewġ liġijiet dwar is-servizzi finanzjarji.", "Kemm l-Att ta' l-1994 dwar Servizzi ta' Investiment, kif ukoll l-Att ta' l-1994 dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji għamlu dispożizzjonijiet dwar funzjoni u poter esklussiv lil dan it-tribunal biex jittratta appelli magħmula quddiemu skond id-dispożizzjonijiet ta' kull waħda minn dawn iż-żewġ liġijiet.", "Dwar appelli magħmula taħt dan l-abbozz quddiem dak it-tribunal u dwar il-funzjonijiet u l-poteri ġodda mogħtija lit-tribunal taħt dan l-abbozz, nispjega aktar 'il quddiem.", "Għalissa ngħid biss illi t-tribunal għal servizzi finanzjarji għandu kompetenza esklussiva mogħtija lilu taħt dan l-abbozz biex jittratta u jiddeċiedi talbiet għal trasferiment ta' poloz ta' kummerċ fit-tul minn kumpannija għall-oħra.", "Il-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni tat-tribunal għal kull talba ta' trasferiment ta' kummerċ fit-tul għandhom ikunu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-abbozz innifsu.", "Il-proċedura tat-trasferiment hija waħda dettaljata u ssir skond il-klawsola 35 ta' dan l-abbozz.", "Għalissa ngħid biss illi kull applikazzjoni ta' trasferiment ta' kummerċ fit-tul jenħtieġ li jkollha magħha rapport fuq il-kondizzjonijiet ta' l- iskema magħmul minn attwarju indipendenti, li ssir pubbliċita' lit-talba, li jkun hemm sommarju tar-rapport ta' l-attwarju miftuħ għad-detenturi ta' polza milquta minn trasferiment li juri l-fehma ta' l-attwarju dwar x'aktarx ikunu l-effett ta' l-iskema fuq id-detenturi ta' polza, li d- detenturi ta' polza jkunu notifikati bil-miktub dwar it-talba u li d- detenturi jistgħu jekk iridu, jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom lit- tribunal.", "L-awtorita' kompetenti għandha d-dritt li tirċievi kopja tad- dokumentazzjoni kollha dwar kull talba ta' trasferiment u l-obbligu li tagħti l-fehma tagħha dwar it-talba lit-tribunal.", "Irrid nissottolinja l- fatt, Madam Speaker, li d-dispożizzjonijiet tat-taqsima tmienja ma japplikawx għall-kummerċ ta' riassigurazzjoni jew għal dik li tissejjaħ assigurazzjoni affiljata.", "Niġu issa għal taqsima disgħa li titkellem dwar akkwist u disponiment ta' azzjonijiet, irtirar, xoljiment u stralċ.", "Din it-taqsima tagħmel dispożizzjonijiet dwar parteċipazzjoni f'kumpannija awtorizzata, liema dispożizzjonijiet fil-ħsieb u fil-kontenut, huma l-istess bħad- dispożizzjonijiet dwar parteċipazzjoni f'kumpanniji awtorizzati li huma regolati minn liġijiet oħrajn dwar servizzi finanzjarji.", "L-abbozz jagħmel restrizzjonijiet biex persuna takkwista holding ta' azzjonijiet f'kumpannija awtorizzata, b'mod partikolari, meta dak il-holding ikun hekk imsejjaħ holding kwalifikattiv.", "Fil-fatt l-abbozz jagħti d-definizzjoni tat-terminu \"holding kwalifikattiv\".", "Dwar kumpanniji li ma jibqgħux imexxu kummerċ ta' l-assigurazzjoni, l-abbozz jagħmel dispożizzjonijiet biex dawn il-kumpanniji, jew huma stess jew xi aġent jew manager ta' l-assigurazzjoni f'isimhom, jagħmlu servicing jew run-off ta' dak il-kummerċ li ma jibqgħux imexxu.", "Fl-aħħarnett din it-taqsima tittratta x-xoljiment u l-istralċ ta' kumpanniji awtorizzati.", "Meta l-kumpannija tkun waħda Maltija, il- kumpannija xxolji u konsegwenzjalment tistralċja taħt u skond l-Att ta' l- 1995 dwar il-Kumpanniji.", "Meta mbagħad min-naħa l-oħra l-kumpannija tkun waħda barranija, il-kumpannija xxolji u tistralċja skond il-liġijiet tal- pajjiż fejn ikun sitwat l-uffiċċju prinċipali tagħha li jirregolaw ix- xoljiment u l-istralċ ta' dawk il-kumpanniji.", "Meta kumpannija li tmexxi l- kummerċ ta' l-assigurazzjoni tkun se xxolji u tistralċja, l-abbozz jagħmel restrizzjonijiet biex iħares l-interessi tad-detenturi ta' polza.", "Taqsima għaxra, li tikkonċerna t-tmexxija tal-kummerċ ta' l- assigurazzjoni, tagħmel dispożizzjonijiet biex kull min għandu awtorizzazzjoni biex imexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni jew permess biex jagħmel servicing jew run-off ta' dak il-kummerċ, jgħarraf lill-awtorita' kompetenti b'kull tibdil materjali fid-dokumentazzjoni provduta, jew meħtieġa li tiġi provduta, minnu taħt l-abbozz.", "Fil-fatt dan it-tagħrif jinkludi wkoll kull żieda jew tibdil fil-memorandum jew fl-istatut ta' l- assoċjazzjoni ta' kumpannija.", "Taqsima għaxra tipprovdi wkoll illi kumpannija li tmexxi kummerċ fit-tul ma tistax tidħol f'kuntratt ta' assigurazzjoni li l-effett tiegħu jikkostitwixxi tmexxija ta' kummerċ fit- tul, ħlief ta' kuntratt li jissejjaħ linked long term, kemm-il darba dik il- kumpannija ma tagħtix lill-parti l-oħra l-kuntratt, bil-mod kif jiġi preskritt, avviż statutorju dwar dak il-kuntratt bl-informazzjoni li tista' tiġi preskritta.", "Din id-dispożizzjoni hija maħsuba sabiex l-informazzjoni li tingħata llum taħt ir-Regolamenti ta' l-1989 dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Ħajja b'avviż statutorju dwar id-dritt li wieħed jista' jħassar kuntratt ta' assigurazzjoni fi żmien 15-il jum minn meta jiġi fis-seħħ il-kuntratt, tibqa' tingħata wkoll taħt dan l-abbozz.", "Taħt din it-taqsima hemm ukoll dispożizzjoni li tagħti poter lill-ministru li jagħmel regolamenti dwar poloz ta' assigurazzjoni linked long term.", "Dawn ix-xorta ta' poloz li dwarhom jistgħu jsiru regolamenti, huma kuntratti ta' assigurazzjoni li l- effett tagħhom jikkostitwixxi t-tmexxija ta' kummerċ fit-tul u li jsiru minn kumpannija Maltija awtorizzata taħt l-abbozz biex tmexxi kummerċ fit- tul; u li huma wkoll kuntratti li taħthom il-benefiċċji li jitħallsu lil detentur ta' polza huma għal kollox jew f'parti b'riferenza għall-valur ta', jew id-dħul minn, proprjeta' ta' xi deskrizzjoni, jew b'riferenza għal tibdil li, jew f'indiċi ta', il-valur ta' proprjeta' ta' kull deskrizzjoni.", "Ta' min jgħid li minħabba li, bażikament, poloz linked long term jikkostitwixxu investiment, il-bejgħ ta' dawn il-poloz jeħtieġ li jsir taħt l-Att ta' l-1994 dwar Servizzi ta' Investiment u mhux taħt dan l-abbozz.", "Naturalment biex persuna tkun tista' tbigħ dawn ix-xorta ta' poloz, din jenħtiġilha tikseb liċenzja taħt l-Att ta' l-1994 dwar Servizzi ta' Investiment.", "Biex dan il-bejgħ ikun jista' jsir taħt dak l-Att, meta dan l- abbozz jidħol fis-seħħ, bis-saħħa ta' avviż legali se ssir emenda fit-tieni skeda li tinsab ma' l-Att ta' l-1994 dwar Servizzi ta' Investiment biex poloz ta' assigurazzjoni linked long term jidħlu fl-iskeda ta' strumenti kif imfissra taħt dak l-Att.", "Dispożizzjoni ta' importanza taħt din it-taqsima hija dik provduta fi klawsola 46 ta' l-abbozz.", "Din il-klawsola tipprovdi illi ebda kuntratt ta' assigurazzjoni ma jkun jista' jiġi meqjus null jew ma jista' jiġi annullat minn assiguratur minħabba biss il-fatt li, fiż-żmien li jkun sar il- kuntratt, kien hemm ksur ta' xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan l- abbozz jew ta' l-Abbozz dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra.", "Din id-dispożizzjoni fil-fatt hija maħsuba fl-interess tal- konsumatur.", "Madam Speaker, l-abbozz jipprovdi wkoll biex, b'direttiva dwar l- assigurazzjoni, l-awtorita' kompetenti tistabilixxi l-lingwa li fiha ċerti kuntratti dwar riskju sitwat f'Malta għandhom ikunu b'hekk espressi.", "B'din id-dispożizzjoni detentur ta' polza jkun jista' jifhem aħjar il- kondizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet tal-kuntratt u, fl-istess ħin, titrawwem kultura li l-assigurazzjoni m'hijiex xi prodott importat biss iżda hi wkoll prodott Malti.", "'Il quddiem l-awtorita' kompetenti trid tara liema kuntratti li jkopru dak ix-xorta ta' riskju jistgħu jinkitbu bil- Malti.", "Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-kummerċ ta' riassigurazzjoni jew għall-assigurazzjoni affiljata.", "Din it-taqsima tittratta wkoll ir-reklamar dwar l-assigurazzjoni.", "L- awtorita' kompetenti trid tara li r-reklamar li għandu x'jaqsam ma' kummerċ ta' l-assigurazzjoni ma jsirx b'mod li jqarraq, jew li jista' jqarraq, jew li jinganna, jew li jista' jinganna, lil xi detentur ta' polza jew anke lill-pubbliku in ġenerali.", "Għal dan il-għan l-awtorita' kompetenti, b'direttiva dwar l-assigurazzjoni, tagħti dawk il-linji-gwida meħtieġa biex kull reklamar dwar l-assigurazzjoni jkun reklamar li jirrifletti bl-ebda ambigwita' s-saħħa finanzjarja tal-kumpannija li tagħmel ir-reklam u l- benefiċċji dwar il-prodott reklamat mill-kumpannija.", "Taqsima ħdax titkellem dwar fond għal protezzjoni u kumpens u tagħmel dispożizzjoni biex twaqqaf fond li fl-abbozz ikun jissejjaħ fond għall- protezzjoni u kumpens.", "L-għanijiet ta' dan il-fond huma l-istess bħall- għanijiet tal-fond ta' assigurazzjoni mwaqqaf taħt l-Att ta' l-1981 dwar l- Impriża ta' l-Assigurazzjoni.", "Fil-fatt l-għanijiet huma l-ewwel, għall-ħlas ta' kull talbiet dwar riskji sitwati f'Malta kontra kumpannija awtorizzata li tmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni f'Malta li jibqgħu ma jitħallsux minħabba insolvibbilta' ta' dik il-kumpannija, u t-tieni, sabiex mill-fond jitħallas kumpens lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fit-toroq.", "Sabiex ikun hemm tkomplija, l-għanijiet tal-fond huma l-istess bħal dawk tal-fond kif nafuh illum iżda b'xi limitazzjonijiet f'dak li hu finanzjament tal- fond minn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni.", "Madam Speaker, dawn il-limitazzjonijiet huma maħsuba biex ikun żgurat li jekk xi kumpannija ta' l-assigurazzjoni tisfa' insolvibbli, il-ħlasijiet magħmulha mill-kumpanniji l-oħra ma joħolqux diffikultajiet finanzjarji lil dawk il-kumpanniji.", "Minħabba li l-fond huwa fond b'għanijiet soċjali, il- Gvern qiegħed jagħti sehmu billi qiegħed jeżenta l-fond mill-ħlas tat-taxxa fuq l-income.", "Fil-fatt, taqsima 12 ma tapplikax għall-kummerċ ta' riassigurazzjoni u assigurazzjoni affiljata.", "Taqsima 12 titkellem dwar dispożizzjonijiet ġenerali u għaldaqstant tagħmel dispożizzjonijiet ta' natura ġenerali.", "Xi wħud minn dawn id- dispożizzjonijiet huma dispożizzjonijiet li nsibuhom f'liġijiet oħra dwar servizzi finanzjarji.", "B'mod ġenerali, dawn huma dispożizzjonijiet dwar koperazzjoni fi dmirijiet ta' sorveljanza u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtorita' kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi barranin, dwar komunikazzjoni mill-awdituri ma' l-awtorita' kompetenti, dwar komunikazzjoni ta' informazzjoni konfidenzjali u dwar notifika ta' avviż u esklużjoni ta' responsabbilta' fir-rigward ta' l-awtorita' kompetenti u l- membri, l-uffiċjali u anke l-impjegati tagħha.", "Taħt din it-taqsima, Madam Speaker, hemm ukoll dispożizzjonijiet biex il- ministru jkollu s-setgħa li jagħmel regolamenti dwar ħwejjeġ differenti kif speċifikat fl-abbozz.", "Il-ministru għandu wkoll is-setgħa li jagħmel regolamenti dwar kif jiġu stabbiliti l-valur ta' l-attiv u l-ammont ta' l- obbligazzjonijiet fejn huwa meħtieġ b'xi dispożizzjoni ta' l-abbozz li l- valur jew l-ammont jiġu stabbiliti skond regolamenti ta' valutazzjoni.", "Dispożizzjoni oħra ta' importanza taħt din it-taqsima hija dwar tkomplija ta' kumpanniji li jmexxu kummerċ ta' assigurazzjoni affiljata.", "Din id- dispożizzjoni tagħti s-setgħa lill-ministru li jagħmel diversi regolamenti taħt l-abbozz.", "Fost dawn insibu l-ewwelnett li korp ġuridiku, reġistrat, inkorporat jew kostitwit f'pajjiż barra minn Malta, li jkun jixbaħ fl- għamla tiegħu lil kumpannija privata kif magħrufa taħt il-liġijiet ta' Malta u li, kieku kien kumpannija bħal dik, kien jikkwalifika li jiġi awtorizzat taħt l-abbozz bħala kumpannija li tmexxi kummerċ ristrett għal assigurazzjoni affiljat, jista' jitkompla bħala kumpannija li tmexxi kummerċ ristrett għall-assigurazzjoni affijata taħt l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji u taħt l-abbozz.", "Provvediment ieħor huwa biex kumpannija li tmexxi kummerċ ristrett għal assigurazzjoni affijata taħt l-abbozz tista' titkompla bħala korp ġuridiku reġistrat, inkorporat jew kostitwit taħt il-liġijiet ta' pajjiż barra minn Malta, f'kull każ billi timxi skond ir-regolamenti, u l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji għandu, dwar dawk il-korpi ġuridiċi jew kumpanniji li jmexxu kummerċ ta' assigurazzjoni affiljata jkollu jseħħ skond hekk.", "Madam Speaker, din id-dispożizzjoni dwar tkomplija ta' kumpanniji li jmexxu kummerċ ta' assigurazzjoni affiljata m'hijiex xi konċett ġdid fil- liġijiet tagħna dwar servizzi finanzjarji.", "Fil-fatt, ta' min jgħid li din id-dispożizzjoni hija l-istess dispożizzjoni ta' l-artiklu 39 ta' l-Att ta' l-1988 dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta.", "Minħabba li l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni offshore issa mhux se jibqa' regolat taħt dak l-Att iżda se jiġi regolat taħt dan l-abbozz, qegħdin nittrasferixxu biss id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar din it-tkomplija minn taħt dak l- Att għal taħt dan l-abbozz.", "Taħt din it-raqsima nixtieq nerġa' lura għat-tribunal għal servizzi finanzjarji.", "Kif diġa' spjegajt aktar qabel f'dawn il-kummenti, dan it- tribunal għandu kompetenza esklussiva li jittratta u jiddeċiedi talbiet għal trasferiment ta' poloz ta' kummerċ fit-tul minn kumpannija għall-oħra.", "Dan it-tribunal għandu wkoll l-istess kompetenza esklussiva dwar kull appell li jsir taħt dan l-abbozz.", "Minħabba l-fatt li dan it-tribunal twaqqaf taħt l-Att ta' l-1994 dwar Kummerċ Bankarju, skond l-artiklu 10 ta' dak l-Att, it-tribunal jiġi ikkostitwit minn chairman u żewġ membri oħra maħtura mill-ministru responsabbli għall-finanzi.", "Iċ-chairman għandu jkun avukat b'minimum ta' 12-il sena ta' prattika legali u l-membri l-oħra għandhom ikunu persuni li fl-opinjoni tal-ministru jkollhom it-tagħrif u l- esperjenza meħtieġa fil-kummerċ bankarju jew fis-servizzi finanzjarji.", "Hawnhekk irrid nispjega li t-tribunal, għall-finijiet ta' proċeduri li joħorġu taħt dan l-abbozz, ifisser it-tribunal imwaqqaf skond l-artiklu 10 ta' l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju iżda l-persuni maħtura bħala membri għandhom ikunu persuni li fil-fehma tal-ministru jkollhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa fil-kummerċ ta' l-assigurazzjoni.", "Dan it-tibdil dwar il-membri tat-tribunal qed isir biex meta t-tribunal għal servizzi finanzjarji jkollu quddiemu affarijiet dwar proċeduri li joħorġu taħt dan l- abbozz ikun, u jidher li jkun, tassew kompetenti fi ħwejjeġ dwar l- assigurazzjoni.", "Dispożizzjoni oħra importanti taħt din it-taqsima hija dwar l-appelli.", "Kull persuna li tħossha aggravata b'deċiżjoni ta' l-awtorita' kompetenti li tirrifjuta li toħroġ awtorizzazzjoni, li timponi xi kondizzjonijiet f'xi awtorizzazzjoni, li tirrevoka xi awtorizzazzjoni, li tirrifjuta xi applikazzjoni għal trasferiment ta' kummerċ ġenerali, li toħroġ għal xi avviż jew tagħmel xi ordni taħt klawsoli speċifikati fl-abbozz u li timponi xi penali amministrattivi, tista' tappella kontra d-deċiżjoni lit-tribunal li jkollu kompetenza esklussiva biex jisma' appelli ta' din ix-xorta.", "Madam Speaker, din it-taqsima tiġbor fiha wkoll ir-reati u pieni u anke l- proċedimenti għal reat kontra l-abbozz.", "L-aħħar dispożizzjoni taħt din it-taqsima hija dwar it-tħassir ta' l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni u r-riżervi dwar dan it- tħassir.", "Fil-fatt, ta' min jgħid li kull persuna li għandha liċenza taħt dan l-Att biex tmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni bħala prinċipal jew aġent qiegħed jingħatalha sitt xhur żmien minn meta l-Abbozz dwar il- Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni jidħol fis-seħħ biex tikkonforma ruħha miegħu u b'hekk dik il-persuna tkun tista' tkompli tmexxi l-kummerċ ta' l- assigurazzjoni bħala prinċipal jew aġent taħt l-Abbozz dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni.", "Jekk persuna ma tikkonformax ruħha ma' l-abbozz meta dan isir liġi fiż-żmien stipulat fl-istess abbozz, allura dik il-persuna titlef il-liċenza li kellha taħt l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l- Assigurazzjoni u titqies li waqfet tmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni taħt l-abbozz u, għalhekk, is-servicing jew ir-run-off ta' dak il-kummerċ li dik il-persuna kienet tmexxi sa dakinhar li waqfet, jitmexxa taħt id- dispożizzjonijiet ta' dan l-abbozz.", "Ngħaddi issa fi ftit ħin li baqa' biex nispjega l-ħames skedi li jinsabu ma' l-abbozz, Madam Speaker.", "L-ewwel skeda għandha dispożizzjonijiet dwar Lloyd's. Kull min xi ftit jew wisq huwa midħla tal-kummerċ ta' l- assigurazzjoni, kemm f'kontest internazzjonali kif ukoll lokali, jaf illi Lloyd's ta' Londra hi organizzazzjoni unika, u m'hijiex kumpannija ta' l- assigurazzjoni li, b'mod wiesa', tirregola lilha nnifisha.", "Lloyd's hija soċjeta' u korporazzjoni mwaqqfa mil-Lloyd's Act 1871, tar-Renju Unit, u hija regolata bi jew taħt il-Lloyd's Act 1982 tar-Renju Unit.", "Il- korporazzjoni tal-Lloyd's ma tmexxi ebda kummerċ ta' l-assigurazzjoni.", "Il- funzjoni tagħha hi biss li tirregola l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni li jmexxu l-membri tagħha.", "Il-membri tas-soċjeta' Lloyd's li jmexxu l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni huma l-underwriting members, individwi jew korporati, li jiktbu kuntratti ta' assigurazzjoni.", "Il-brokers ta' Lloyd's jaġixxu ta' intermedjarji bejn l-underwriting members ta' Lloyd's u persuni li daħlu jew li jixtiequ li jidħlu f'kuntratti ta' assigurazzjoni ma' Lloyd's. Il- brokers ta' Lloyd's huma soċjeta' jew korp ġuridiku mħolli mill-kunsill ta' Lloyd's biex imexxu l-kummerċ ta' broking fl-assigurazzjoni ma' Lloyd's.", "Taħt dan l-abbozz awtorizzazzjoni mogħtija lil Lloyd's biex tmexxi f'Malta l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni titqies li hi awtorizzazzjoni mogħtija lil kull underwriting member tagħha li jmexxi dak il-kummerċ jew permezz ta' brokers fl-assigurazzjoni awtorizzati taħt l-Abbozz dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra jew permess ta' aġenti ta' assigurazzjoni awtorizzati taħt dan l-abbozz li jaġixxu għal underwriting members, individwali jew korporati, jew għal sindakati ta' underwriting members ta' Lloyd's. Minħabba li l-organizzazzjoni u l-istrutturi ta' Lloyd's huma dawk li huma, u jridu jiġu aċċettati kif inhuma, xi dispożizzjonijiet ta' l-abbozz ma jistgħux japplikaw għal Lloyd's kif inhuma magħmula.", "Jistgħu biss japplikaw għal Lloyd's jew għall- underwriting members ta' Lloyd's jekk jiġu modifikati jew sostitwiti.", "Ta' min jgħid li hemm dispożizzjonijiet oħrajn li ma jistgħux japplikaw.", "Għalhekk l-iskop ta' l-Ewwel Skeda hu biex jiġu ddeterminati d- dispożizzjonijiet ta' l-abbozz li japplikaw għal Lloyd's jew għall- underwriting members ta' Lloyd's kif magħmula, modifikati jew sostitwiti jew li ma japplikawx għal Lloyd's jew għall-underwriting members ta' Lloyd's. Mill-bqija l-Att għandu, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l- ewwel skeda, japplika għal Lloyd's jew għall-underwriting members ta' Lloyd's bl-istess mod u sa l-istess limitu li japplika għal kumpannija awtorizzata.", "It-tieni skeda tispeċifika l-klassijiet ta' kummerċ fit-tul, li huma disgħa, u tagħti deskrizzjoni ta' kull klassi.", "It-tielet skeda tispeċifika l-klassijiet ta' kummerċ ġenerali, u għandha żewġ taqsimiet.", "L-ewwel taqsima ta' l-iskeda tispeċifika t-18-il-klassi ta' kummerċ ġenerali u tagħti deskrizzjoni ta' kull klassi.", "It-tieni taqsima tiġbor fiha t-18-il klassi fi tmien gruppi ta' klassijiet u tagħti deskrizzjoni ta' dawn il- gruppi u l-kompożizzjoni tal-klassijiet konċernati.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onor. Brincat.", "Sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Billi aktar kmieni fil-Kumitat kienet intalbet votazzjoni fuq klawsola 4 ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3), il-Kamra marret f'Kumitat.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3)", "THE EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 3) BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anglu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi ntalbet votazzjoni, fid-9.00 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "134", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 32", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Louis | |Agius Francis|Galea Pace Victor | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino Orlando Jeffrey | |Guido | | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Farrugia Jean|Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo |Zammit Ninu | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis |", "Klawsola 4 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Madam Speaker, nixtieq nirrapporta lill-Kamra li l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Emenda Nru. 2), Abbozz Nru. 56, u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni, Abbozz Nru. 41, ġew mgħoddija b'emendi fil-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it- Tlieta, 3 ta' Frar 1998, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar tibdil fil-Memorandum u Statut ta' Assoċjazzjoni ta' l- Awtorita' dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Emenda Nru 2) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni;", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Madam Speaker, f'dawn il-ftit minuti allokati għalija xtaqt nitkellem dwar żewġ suġġetti li għandhom x'jaqsmu mat- trasport.", "Fil-gazzetti lokali ta' l-aħħar tal-ġimgħa dehret stqarrija mill-Kunsill Lokali ta' Tas Sliema fejn wera d-diżappunt u anke l-għadab tiegħu minħabba li l-Gvern, f'dan il-każ il-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, ma żammx kellmtu miegħu.", "Min-naħa tal-Gvern kien hemm l- arranġament u l-wegħda li sa Mejju li għadda Triq it-Torri, minn Fond Għadir sax-Xatt ta' Tas Sliema, kellha tiġi resurfaced u kellhom isiru wkoll il-bankini ġodda.", "Min-naħa tiegħu l-kunsill lokali daħal għall-biċċa xogħol li jiġbor madwar ¥16 mingħand kull resident ta' dawn l-inħawi għall- istallazzjoni ta' earth electrodes.", "Imma dan ix-xogħol la beda f'Mejju li għadda u lanqas f'Ottubru li għadda kif kien hemm il-wegħda u għal xi raġuni jew oħra l-kunsill ġie nformat li dan ix-xogħol kien pospost għax- xahar ta' Jannar, ix-xahar li għadu kif għadda.", "Il-kunsill ma qagħadx lura milli jibgħat u jfakkar lill-ministeru dwar il-wegħda tiegħu imma issa qegħdin fi Frar u m'għamlu xejn u allura ħareġ din l-istqarrija u qed jgħid li ġie mbarazzat serjament mill-Gvern.", "Il-kunsill qed jgħid li l-Gvern ħareġ ta' inkompetenti pero' ħareġ ukoll lill-istess kunsill ta' inkompetenti meta ma kienx mistħoqq li joħroġ b'dan il-mod u allura qed jgħid li se jagħti lura l-flus li ġabar għall-earth electrodes u fl-istess ħin iħeġġeġ biex ix-xogħol li kellu jsir isir.", "In-nuqqas ta' dan ix-xogħol qed jagħti ħafna kredibbilta' lil kull min jaħseb li meta l-Gvern u r-rappreżentanti tiegħu jitkellmu dwar il-kunsilli lokali jkunu qegħdin jagħtu biss lip-service.", "Dan il-Gvern lill-kunsilli lokali kważi kważi qed jemarġinahom u jekk kien hemm bżonn ta' prova oħra ta' dan, din rajniha llum fil-ħin tad-domandi meta wieħed minn sħabi staqsa għaliex waqaf ix-xogħol tal-front tal-Gżira u l-Ministru responsabbli mix- xogħlijiet qalilna li dan ix-xogħol waqaf għaliex spiċċa l-materjal.", "Issa dan huwa xogħol li ilu mibdi sena u allura ċertament m'huwiex ċertifikat għall-effiċjenza u għal xi stil maniġerjali u modern li tant jiftaħar bih il-Gvern.", "GĦalhekk minn hawnhekk jiena nħeġġeġ lill-Gvern u lill-ministeru konċernat biex jipprova jgħin lil dawn iż-żewġ kunsilli lokali ħalli jwettqu żewġ proġetti li tabilħaqq hemm bżonnhom.", "Madam Speaker, Tas-Sliema hija komunita' fejn hemm perċentwali għolja ta' anzjani, u dan sfortunatament ifisser li r-rata ta' mwiet hija ogħla minn postijiet oħra.", "Dan ifisser ukoll li jkollok funeral - jew aktar minn funeral wieħed - kuljum.", "Issa l-erba' knejjes parrokkjali li hemm f'Tas- Sliema kollha qegħdin f'toroq dojoq u kull darba li jkun hemm funeral jinqala' traffic jam għaliex dawn huma kollha bottlenecks traffikużi.", "GĦalhekk nixtieq nissuġġerixxi li min jagħmel id-detail tal-pulizija fl- għassa ta' Tas-Sliema jkun jaf meta se jsir xi funeral, jew mill-gazzetti jew permezz tal-kappillani, u jpoġġi pulizija sabiex jidderieġu t-traffiku u b'hekk jgħaddi b'iktar ħeffa.", "Madam Speaker, irrid nitkellem ukoll dwar il-ġarr tat-tfal ta' l-iskejjel ta' St Joseph u St Elizabeth.", "Huwa veru li l-minibuses iridu jaslu ftit tal-ħin qabel ma jieħdu t-tfal lura d-dar, iżda hemm bżonn li Triq il- Katidral u Triq Tonna jimtlew bil-minibuses nofs siegħa jew tliet kwarti qabel ma joħorġu t-tfal mill-iskejjel?", "Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm ambulanza li ma setgħetx tgħaddi minn Triq it-Torri għaliex il-minibuses kienu qegħdin jingombraw dik il-part tat-triq.", "Allura jien naħseb li bi ftit iktar attenzjoni, sew mis-sewwieqa u kif ukoll mill-pulizija, inkunu nistgħu nimxu aħjar.", "Madam Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira dwar it-towing, u se nagħti eżempju.", "Il-bieraħ stess kont preżenti fi Triq Manwel Dimech fejn kien hemm xi karozza li kienet qiegħda tingombra xi bankina jew xi post riżervat.", "Imma meta ġie tat-towing, dan dam għal xi għaxar minuti biex ineħħi din il-karozza u allura minflok kellna ngombru ta' karozza waħda kellna ngombru, minn ħdejn l-għassa ta' Tas-Sliema sax-Xatt ta' Tas-Sliema, b'xi 100 karozza kollha jdoqqu u jistennew!", "GĦalhekk huwa importanti li wieħed jaħseb ftit bis-sens qabel ma jneħħi xi karozzi mit-toroq.", "Wieħed jew għandu jagħmel dan l-eżerċizzju b'iktar ħeffa jew inkella għandu jmur fil-ħin li għandu jmur.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet għaliex hemm rimedji oħrajn u mhux għaliex irrid li l-affarijiet fejn tidħol id-dixxiplina ma jsirux, għaliex id-dixxiplina hija importanti.", "Imma mbagħad ma nixtieqx li n-nies iddur kontra s-sistemi tajbin u li jġibu dixxiplina għaliex ikunu qegħdin jiġu mħaddma ħażin.", "Ħalli niġi issa għal punt ieħor, Madam Speaker.", "Bħal-lum ġimgħa deher artiklu f'''The Times'' miktub mis-Sur Joe Tabone, ex-chairman ta' l-Airmalta, li għamel ħafna mistoqsijiet importanti għall- Airmalta, kif ukoll għal kull min iħallas it-taxxi f'Malta u Għawdex.", "Nhar is-Sibt fil-għodu fi programm ta' diskussjoni fuq l-RTK bejni u bejn il- Ministru tat-Turiżmu, l-Onor.", "Vella, il-preżentatriċi għamlet ukoll l- istess domandi lill-Ministru Vella.", "Imma sew l-Airmalta kif ukoll il- Ministru Vella ma weġbux għat-ton u għal dawk id-domandi kollha ta' importanza li għamel is-Sur Tabone.", "GĦalhekk naħseb li huwa xieraq li jiena nagħmel dawn id-domandi f'din il-Kamra u xieraq ukoll li sew il- Ministru Vella kif ukoll l-Airmalta jagħtu t-tweġiba tagħhom jew fil-Kamra jew inkella f'xi stqarrija jew xi artiklu.", "GĦaliex fejn is-soltu l- Airmalta kif jitkellem is-Sur Tabone tirrispondi mill-ewwel, din id-darba għadda tant żmien u qisu ma qal xejn.", "Imma jiena naħseb li dawn il- mistoqsijiet serji li għamel is-Sur Tabone jenħtieġu risposta serja u eżawrjenti.", "Dawn il-mistoqsijiet, kif qed ngħid, se nerġa' nagħmilhom f'din il-Kamra for record purposes, u dawn kienu: Għaliex l-accounts ta' l-1995/1996, li ġew approvati fil-general meeting ta' Frar 1997, ma ġewx iddepożitati għand ir-Registrar of Partnerships?", "Għaliex l-accounts ta' l-1996/1997, li ġew approvati fil-general meeting ta' Diċembru 1997, ma ġewx iddepożitati għand ir-Registrar of Partnerships?", "Veru jew mhux veru li l-accounts ta' l- 1995/1996 baqgħu l-istess kif kien approvahom il-bord ta' qabel u baqgħu mingħajr bidliet, cioe' li l-Airmalta fil-fatt kienet għamlet profitt ta' madwar ¥5 miljun, bid-differenza li għal dik is-sena ma ġiex iddikjarat dividend kif kien se jagħmel il-bord ta' qabel?", "Veru jew mhux veru li sa Ottubru 1996 il-management accounts kienu juru profitti ta' ¥5 miljun?", "X'ġara biex f'temp ta' ħames xhur sa Marzu 1997, meta tagħlaq is-sena finanzjarja ta' l-Airmalta, din spiċċat b'telf ta' ¥5 miljun, li jfisser żelqa ta' ¥10 miljun?", "Dawn huma domandi importanti, speċjalment meta niftakru x'kien intqal dwar l-istat finanzjarju tal-kumpannija, ċioe' dak il-kliem kollu dwar il-ħofor, kliem li m'għamilx ġid imma deni u ħsara kbira lill-Airmalta.", "Madam Speaker, din l-istampa kontrastanti, u anke s-sempliċi fatt li ma ressqux l-accounts għand ir-Registrar of Partnerships, tagħti indikazzjoni li dak li qed jgħid is-Sur Tabone huwa minnu u li fil-fatt l-accounts ta' l- Airmalta u s-sitwazzjoni ta' l-Airmalta ma kenitx fl-istat li kienu qegħdin jgħidu l-membri tal-Gvern dak iż-żmien.", "GĦalhekk nistenna li l-Airmalta jew inkella l-Ministru stess iwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet u jwieġeb bis-serjeta'.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, nixtieq nagħti ftit tagħrif biex nuri lill-membri ta' dan il-Parlament kif ukoll lil dawk li qegħdin jisimgħuna l- mod li bih il-ministeru tal-biedja u sajd qiegħed jitmexxa, biex ngħid hekk, b'ingann.", "Fit-12 ta' Jannar id-dipartiment ta' l-informazzjoni ħareġ stqarrija li biha avża li kienet se titneħħa l-levy minn fuq l-importazzjoni ta' ċerti ħxejjex bħall-pastard, kaboċċi u patata ta' l-ikel, imma l-istess stqarrija kienet tgħid ukoll li l-perijodu li fih l-importaturi kellhom japplikaw biex jimportaw dawn il-ħxejjex kellu jagħlaq l-għada f'nofsinhar.", "Fil-fatt l-għada li ħarġet din l-istqarrija kien hemm diversi kummenti fil-gazzetti u wieħed mill-kummenti li laqtu kien jgħid li ċerti importaturi kienu diġa' ġabu dawn il-ħxejjex f'pajjiżna qabel ma ħarġet din l-istqarrija li naqqset il-levy fuq l-importazzjoni tagħhom.", "Ovvjament jiena lill-Ministru tal- Biedja u Sajd staqsejtu kif jista' jkun li f'pajjiżna wasalna fi stat fejn joħroġ avviż lill-importaturi f'ċertu data u l-perijodu ta' l- applikazzjonijiet biex ikunu jistgħu jimportaw dawn il-prodotti jkun jagħlaq l-għada, u dan għamiltu għaliex nemmen li l-biedja f'pajjiżna għandha tkun ibbażata fuq bilanċ, fis-sens li min-naħa waħda għandek tiggarantixxi qligħ adegwat lill-bdiewa u r-raħħala u min-naħa l-oħra għandek tiggarantixxi provvista adegwata ta' ħxejjex li l-mara tad-dar tkun tista' tlaħħaq magħhom f'dik li hija spiża.", "Jiena għidt ukoll li din hija xi ħaġa li l-Ombudsman għandu jiċċekkjaha imma ħaġa ta' l-għaġeb il- Ministru Noel Farrugia reġa' ħareġ stqarrija oħra biex jikkritika dak li għidt jiena u, jiddispjaċini ngħid, f'din l-istqarrija verament beda jagħżaq fl-ingann, u se ngħid għaliex.", "Fl-istqarrija tiegħu l-Ministru Farrugia qal li fl-ewwel sena ta' amministrazzjoni Soċjalista l-bdiewa marru tajjeb, imma dan huwa kuntrarju għal dak li qal f'diversi risposti li ta għal mistoqsijiet parlamentari li għamiltlu jiena fil-Parlament.", "Tajjeb li nfakkar li fl-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista l-prezz medju kull kilo tal-prodottt agrikolu mdaħħal fil-pitkalija kien ta' 16c3m u fl- ewwel sena ta' Gvern Laburista ġdid dan il-prezz niżel għal 14c2m.", "Dan ifisser tnaqqis ta' madwar 13%.", "Jekk inqabblu l-prezz tal-patata mdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997 mal-prezz fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 insibu li kien hemm tnaqqis sostanzjali li jwerwrek.", "Fejn fl- 1996 il-prezz medju tal-patata mdaħħla fil-pitkalija kien ta' 16c kull kilo; fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997 dan il-prezz niżel għal madwar 7c kull kilo.", "Dan ifisser tnaqqis sostanzjali ta' madwar 55% fid-dħul għall-bdiewa tagħna u din mhijiex ċajta.", "U nerġa' nfakkar li l-Ministru Noel Farrugia ma qal xejn dwar dan il-fatt.", "Jekk inħarsu lejn il-prezz medju tal-patata esportata fl-1996 fl-istaġun tas-sajf, insibu li dan kien ta' madwar ¥12.68 kull qantar, waqt li fl- 1997, jiġifieri fl-ewwel staġun ta' Gvern Laburista ġdid, dan il-prezz niżel għal madwar ¥10.30 kull kilo.", "Dan ifisser tnaqqis ta' madwar 18.7% fil-prezz medju tal-patata esportata.", "Imma dan m'huwiex kollox, Madam Speaker.", "Hemm fatturi oħrajn li jindikaw li fl-ewwel sena ta' Gvern Laburista l-operaturi ta' dawn l-oqsma, jiġifieri l-bdiewa, s-sajjieda u r- raħħala, marru lura.", "Bħalma jaf kulħadd qabel Lulju ta' l-1997 kellna l-liġi tal-VAT li kienet tiggarantixxi refunds fuq servizzi lil dawn l-operaturi.", "Minn mistoqsija li għamilt fil-Parlament, jirriżulta li għas-sentejn u nofs li kienet tapplika l-liġi tal-VAT, il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda kienu ħadu refund fuq servizzi, jiġifieri meta bidwi jqabbad plumber jew electrician, per eżempju, ta' madwar ¥1.4 miljun.", "GĦalhekk nistgħu naslu għall- konklużjoni li f'dawn is-sitt xhur li ilha topera s-CET il-bdiewa, ir- raħħala u s-sajjieda kellhom iħallsu ċ-ċifra ta' ¥280,000 extra.", "U dan kollu jiena qed ngħidu biex nuri kemm verament ħareġ fil-beraħ il-paniku li qabdu dan il-Gvern u kemm hemm nuqqas ta' trasparenza fit-tmexxija ta' dawn l-oqsma.", "Nixtieq ngħid li meta jiena kkritikajt lill-ministeru tal-biedja u sajd fuq l-operat kollu u fuq il-mod kif qiegħda ssir l-esportazzjoni tal-patata fl-istaġun tas-sajf, kemm il-ministeru kif ukoll il-bord responsabbli mill- esportazzjoni kienu qalu li jiena ridt inqarraq bil-bdiewa.", "Pero' meta komplejt nagħfas fuq dan, fl-aħħar il-Ministru tal-Bieda u Sajd ammetta pubblikament li kien hemm nuqqas ta' trasparenza u nuqqas gravi ta' effiċjenza fl-operat kollu.", "GĦalhekk nerġa' nistaqsi lill-Ministru: GĦaliex l-istqarrija li biha l-importaturi kienu nformati li kienet se titnaqqas il-levy fuq l-importazjoni ta' ċerti ħxejjex, bħal pastard, kaboċċi u patata ta' l-ikel, ħarġet it-Tnejn fil-għaxija u għalqet l-għada f'nofsinhar?", "GĦaliex il-Ministru għadu ma rrispondiex għall-fatt li huwa magħruf pubblikament li ċerti importaturi kienu diġa' mportaw dawn il- ħxejjex f'pajjiżna qabel ma ħarġet din l-istqarrija li kienet tgħid li se jkun hemm tnaqqis fil-levy fuq l-importazzjoni ta' l-istess prodotti?", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li fil-qasam tal-biedja hemm bżonn li jkun hemm bilanċ, dak il-bilanċ li permezz tiegħu tiggarantixxi qligħ xieraq u adegwat lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda u tiggarantixi wkoll provvista ta' prodotti bnien li l-mara tad-dar tkun tista' tixtrihom bil-mezzi finanzjarji tagħha.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, ftit tal-ġranet ilu l-Onor.", "Chris Cardona staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, dak iż-żmien l-Onor.", "Mangion, dwar il-finanzjament tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u talbu biex jikkonferma jekk dan il-kunsill lokali għandux dejn ta' aktar minn ¥260,000.", "Madam Speaker, illum il-ġurnata l-esperiment tal-kunsilli lokali sar esperjenza valida ħafna.", "Dan l-esperiment tant sar esperjenza valida li issa li għaddew l-ewwel erba' snin ta' ħidma tal-kunsilli lokali, beda d- dibattitu politiku rigward il-politika lokali f'pajjiżna.", "U huwa tajjeb li nibdew nagħmlu l-kontijiet u nibdew infittxu x'nefqu l-kunsilli lokali, għaliex wara kollox dawn huma flus il-poplu.", "GĦalhekk huwa tajjeb li ngħidu li l-ħidma tal-kunsilli lokali hija wkoll waħda politika għaliex dawn qegħdin jagħmlu użu u qegħdin jiddeċiedu fuq finanzjament mogħti mill- gvern ċentrali minn flus il-poplu u allura dak huwa dmir politiku.", "Pero' jekk għandna niżviluppaw id-dibattitu politiku, allura għandna niżviluppawh b'mod komplet u mhux għaliex jaqblilna ngħidu biss parti miċ-ċifri jew nipprovaw naħbu l-verita' sħiħa.", "Meta wieħed iħares lejn kontijiet ta' kumpannija, ta' negozju jew kontijiet tal-gvern, irid iħares lejn dawn il-kontijiet b'mod sħiħ, u dan iżjed u iżjed meta għall-ewwel darba qegħdin inħarsu lejn il-kontijiet tal- finanzjament tal-kunsilli lokali.", "Jiena m'iniex niġġustifika xi nuqqas li jista' jkun li sar imma qed ngħid li għandna nagħtu l-informazzjoni sħiħa u dan huwa li nixtieq nagħmel f'dan l-intervent tiegħi.", "U jekk kien hawn min tkaża jew pinġa ħażin lill-Kunsilli Lokali tal-Mosta għax għandu ¥260,000 dejn - li fil-fatt huma anke inqas minn hekk - irid ukoll jispjega dan x'ifisser.", "U ara ma mmorrux nirraġunaw fuq il-kunsilli lokali kif qegħdin nirraġunaw fuq il-finanzjament tal-pajjiż, kif forsi huwa fil-ħsieb ta' l- Onor. Cardona, li għamel din il-mistoqsija, u ta' min wieġeb għaliha min- naħa tal-Gvern, meta t-tnejn suppost jemmnu fit-tmexxija indipendenti tal- kunsilli lokali!", "Ara ma mmorrux inwaddbu l-istess ħsieb tal-famuża ħofra fuq il-kunsilli lokali u ladarba l-Kunsill Lokali tal-Mosta għandu ¥260,000 li m'humiex imħallsin, allura ngħidu li huwa kunsill fallut!", "Diġa' nkunu qegħdin nirraġunaw ħażin meta nirraġunaw hekk fuq ekonomija ta' pajjiż b'mod sħiħ, xi ħaġa li kompliet ġabet ir-rovina ta' dan il-pajjiż, aħseb u ara jekk se nirraġunaw hekk fuq il-kunsilli lokali!", "Jiena ngħid ukoll li l-attakk li qed isir kontra l-Kunsill Lokali tal- Mosta m'huwiex attakk lejn dan il-kunsill individwali imma huwa attakk lejn il-konċett tal-politika lokali f'pajjiżna.", "U jiena jiddispjaċini meta nisma' din it-tip ta' kritika b'nofs verita'.", "Huwa veru li l-Kunsill Lokali tal-Mosta għad għandu x'iħallas imma huwa fatt li negozju mhux bilfors has to breakeven kull sena.", "Huwa fatt ukoll li kieku l-Gvern Laburista kompla żied il-finanzjament tal-kunsilli lokali bir-ritmu kif kien qed iżidhom il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u mhux inaqqashom, kieku llum m'għandniex dan il-gwaj u kieku għandna ħafna kunsilli lokali li setgħu jagħmlu iktar.", "Jekk nieħdu l-Kunsill Lokali tal-Mosta, dan kellu erba' snin ta' ħidma quddiemu u meta ddeċidejna fuq ċerti proġetti - qed ngħid iddeċidejna għaliex jiena kont parti minn dan il-kunsill u allura naħseb li għandi d- dmir li niddefendih - iddeċidejna fuqhom meta konna konxji li l-flus li kellna kienu se jkomplu jiżdiedu.", "Dan kien il-ħsieb tagħna.", "Allura jekk irridu nħarsu lejn l-iżbilanċ, biex inkunu korretti rridu nsemmu wkoll il- ¥514,000 f'assi kapitali u proġett kapitali importanti li l-Kunsill Lokali tal-Mosta rnexxielu jiġġenera u li llum il-komunita' tal-Mosta qiegħda tagħmel użu minnhom.", "Mela fil-komunita' tal-Mosta ġew investiti ¥514,000 min-nies eletti mill-istess komunita', u din qiegħed nirripetiha, Madam Speaker, biex ikun hemm l-istess aċċenn bħalma kien hemm aċċen fuq kemm hemm flus li għad iridu jitħallsu.", "Jekk inħarsu lejn ir-risposta li kien ta l-Ministru, insibu li huwa qal li skond l-awditur il-Kunsill Lokali tal-Mosta spiċċa s-sena finanzjarja bi żbilanċ ta' ¥206,000.", "Pero' dawk il-¥206,000 m'humiex kollha dejn u jekk irridu nkunu eżatti tajjeb li ngħidu li l-ammont li l-kunsill lokali tal- Mosta għandu x'iħallas lil min għamel xi xogħol huwa ta' ¥198,000 li madwar ¥6,000 minnhom għadhom ma tħallsux għaliex il-kunsill lokali għadu qiegħed jiċċekkja fuq ix-xogħol li sar.", "Jekk f'dan il-Parlament irridu nkunu responsabbli, allura għandna nikkritikaw u npoġġu l-istampa sħiħa u mhux natakkaw xi ħaġa li ħadmet, u aktar minn hekk ħadmet bil-volontiera.", "Jiena nixtieq li f'din il-Kamra hawn iktar ex-kunsilliera ħalli jkunu jafu x'jirrikjedi dan ix-xogħol.", "Jiena għandi kull rispett lejn kull deputat għax naf ukoll x'jiġifieri tkun deputat, imma naħseb li x-xogħol tal- kunsilliera li, nerġa' ngħid, huma volontarji jrid jiġi apprezzat, u issa forsi aktar u aktar meta dan il-Gvern qed inaqqasilhom il-fondi.", "U jekk irridu ngħidu kollox - din irrid inwassalha anke lir-rappreżentati tal-media li jkunu qegħdin jisimgħuna - tajjeb ngħidu li m'huwiex minnu li l-Kunsill Lokali tal-Mosta għandu dejn ta' b'¥206,000.", "Jekk irridu npoġġu l-istampa sħiħa, irridu ngħidu li l-Kunsill Lokali tal-Mosta għandu b'¥514,000 f'assi kapitali u fi proġetti kapitali għall-użu ta' l-istess komunita'.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 3 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ŻEJTUN - TRIQ ŻABBAR", "11502.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir resurfacing ta' Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun peress li t-triq ilha abbandunata għal ħafna snin u minn informazzjoni li għandi mill-kunsilli xi disa' xhur ilu ġie espert tal- Public Works iżda kollox baqa' kif kien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Din it-triq hija waħda mit-toroq li hu responsabbli tagħha l-kunsill lokali u għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "AZJENDI/KORPORAZZJONIJIET - PAYE", "10888.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min huma u kemm huwa l-għadd ta' kumpanniji, azjendi u korporazzjonijiet li għadhom ma ħallsux il-PAYE fil- ħin sa l-aħħar ta' l-1997?", "Kemm minn dawn għandhom arretrati xi jħallsu għal aktar minn sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' azjendi u korporazzjonijiet irreġistrati mad-dipartiment bħala employers fl-1997 jammonta għal 11,424.", "Minn dan huwa stmat li madwar tlett elef (3,000) minnhom m'għadhomx attivi.", "Mill-kumplament jiġifieri 8,474 m'għamlu l-ebda pagament u 2,219 għamlu anqas minn 12-il pagament matul l-1997.", "Għas-snin ta' qabel l-1997 huwa stmat li 658 m'għamlu l-ebda pagament u 1,559 għamlu anqas minn 12-il pagament.", "PULIZIJA - SIDIEN TA' ĦWIENET", "10889.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien ta' ħwienet li ttellgħu l- qorti matul is-sena 1997?", "X'kienu r-reati li dawn il-persuni allegatament ikkommettew?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi matul l-1997 in-numru ta' sidien ta' ħwienet li ttellgħu l-Qorti kien ta' 506.", "Dawn ittellgħu l-Qorti fuq ksur, fost l-oħrajn, tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, u ta' l-Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u tal-Bejjiegħa fit-Toroq.", "PULIZIJA - KAŻI TA' PROSTITUZZJONI", "10890.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfajliet u rġiel illi ttellgħu l- Qorti mill-Pulizija għax tlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni fl-1997?", "X'kienu l-etajiet tagħhom?", "Kemm minn dawn kienu diġa' mtellgħin il-Qorti fil-passat għall-istess raġuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fl-1997 in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija għax tlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni kien ta' 71, li minnhom 44 kienu ttellgħu l-Qorti f'okkażjoni preċedenti akkużati bl-istess reat.", "L-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn 15 u 44 sena.", "PULIZIJA - REATI", "10891.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija li seħħew ġewwa Paceville fl-1997?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' x'kienu dawn ir-reati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall- ewwel parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6379, ninsab informat li l-informazzjoni mitluba li tkopri Paceville u San Ġiljan hi kif tidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "PORT ĦIELES - CONTAINERS", "10892.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' containers li tħattew fil-Freeport fl-1997?", "Kemm kienu għas-suq lokali u kemm għal trasbord?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: In-numru ta` containers TEU`s (Twenties Equivalent Unit) li tħattew fil-Freeport fl-1997 kien ta`662,648 li 54,889 minnhom kienu għas-suq lokali.", "IMPJIEGI - XOGĦOL BLA PERMESS", "10893.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jaħdmu bla permess fl-1997?", "Kemm minn dawn kienu barranin?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fl-1997, l-ispetturi tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ qabdu jaħdmu bla permess 199 barrani, 576 li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, 104 persuna li suppost għadhom jattendu l-iskola, 1,836 ma kienux irreġistrati li qed jaħdmu (mingħajr ktieb tax-xogħol) u 787 persuna oħra li ma kellhomx il-part-time irreġistrat mal-korporazzjoni.", "SLIEMA - TRIQ NAZZARENU", "11320.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb il-fanal li hemm fi Triq Nazzarenu, f'Tas-Sliema, biex jerġa' jibda jixgħel kif kien jagħmel sa xi xahrejn ilu?", "Sketch biex jindika fejn jinsab dan il-fanal qed jintbagħat separatament.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-manutenzjoni meħtieġa issa saret.", "ĊITTADINANZA", "11321.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jipprattikaw jew kienu jipprattikaw l-isports ma' diversi clubs lokali ta' football u basketball li għandhom nazzjonalita' barranija u applikaw sabiex jakkwistaw nazzjonalita' Maltija mill-1990 'il hawn?", "Kemm minn dawn il-persuni ġew mogħtija nazzjonalita' Maltija?", "Meta saret l-applikazzjoni f'kull każ u meta ġiet milqugħa t-talba għal nazzjonalita' Maltija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma tinżammx statistika dwar il-professjoni jew l- impjieg li għandhom jew kellhom persuni barranin (inklużi dawk li jipprattikaw l-isport) li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija.", "MDC/METCO", "11322.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MDC u l- METCO għandhomx il-ħsieb li jagħlqu l-uffiċċji li dawn l- organizzazzjonijiet għandhom barra minn Malta?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp tagħmel reviews regolari ta` l-operat ta` l-uffiċċji tagħha barra minn Malta.", "Fejn jinstab li dan l-operat, jiġifieri l-investment promotion, qed isir b`mod suffiċjentement effiċjenti u ekonomiku (cost effective), il- Korporazzjoni tħalli l-operat għaddej kif inhu jew saħansitra tespandih.", "Fejn le, l-investment promotion għal dak il-pajjiż isir minn Malta.", "Il-METCO ma jaqax taht il-Ministeru tiegħi.", "WSC - ĦLAS TAL-METER TA' L-ILMA", "11323.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10,830, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iskont fil- ħlas tal-meter ta' l-ilma mill-bidu ta' Novembru 'l hawn?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal dan l-iskont f'kull area office tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' applikazzjonijiet għall-iskont fil-ħlas tal-meter ta' l-ilma mill-bidu ta' Novembru skond kull area office tad- Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali hu kif ġej:-", "Balzan 69 Birkirkara 215 Cospicua 408 Hamrun 290 Luqa 127 Marsa 105 Mosta 100 Msida 176 Naxxar 49 Paola 145 Qormi 192 Rabat 82 San Gwann 84 Sliema 85 St Paul's Bay 59 Valletta 115 Żabbar 200 Zebbug 132 Zejtun 160 Zurrieq 134 2927", "Victoria 191 Nadur 44 3162", "TA' ĠIORNI - KULLEĠĠ TAL-LIBJANI", "11324.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 10,773, jista' l-Ministru jintervjeni ma' l- awtoritajiet tal-Kulleġġ Edukattiv tal-Libjani f'Ta' Ġiorni sabiex jitneħħew il-karozzi mitluqa li hemm fil-konfini ta' l-istess kulleġġ, peress li minn Triq San Mark din l-area tidher qisha scrapyard tal-karozzi?", "(Ritratt provdut mir-residenti li joqogħdu fi Triq San Mark qed jintbagħat separatament).", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SCANCRAFT LTD./J.P. ADVERTISING LTD.", "11341.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid xi tħallsu l-kumpannija Scancraft Ltd. u J.P. Adveritising Ltd. fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar ta' l-1987 u l-31 ta' Ottubru ta' l-1997, sena b'sena, mid-Dipartiment tat-Teżor għal xogħlijiet u servizzi li dawn il-kumpanniji taw lill-Gvern Malti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-Dipartiment tat-Teżor mhux f'pożizzjoni li jagħti t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għax is-sistema wżata s'issa ma tippermettix li jinħareġ dan it-tagħrif elettronikament.", "Li kellu jinġabar dan it-tagħrif, dan irid isir billi jkunu eżaminati l-eluf kbar ta' vouchers wieħed wieħed u dan mhux possibbli fiċ-ċirkostanzi.", "PMO - SEWERAGE MASTER PLAN", "11342.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal li l-Project Management Office tal-Malta University Services Ltd. ma jiġix prikwalifikat mid- Dipartiment tad-Drenaġġ tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jagħti servizz ta' project management fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tas-Sewerage Master Plan wara li l-istess uffiċċju kien ilu jagħti dawn is-servizzi għal aktar minn sentejn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "11343.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6696, jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati li kienu ġew trasferiti b'riżultat taċ-ċirkolari maħruġa mill-Uffiċċju tal- Prim Ministru wara l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet u li b'kollox kienu jammontaw għal 19?", "Jista' wkoll il-Ministru jagħti l-lokalita' reġistrata ta' kull impjegat hekk kif kienet nhar il-25 ta' Ottubru, 1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SPTAR ĠDID - XOGĦLIJIET", "11344.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r- rati tax-xogħlijiet tal-konkos li qiegħed jitħallas il-kuntrattur fuq il- bini ta' l-isptar il-ġdid skond l-ittra ta' aċċettazzjoni maħruġa mill- Gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:", "'NEW HOSPITAL PROJECT CONSTRUCTION, FINISHING & ENGINEERING SERVICES WORK TR2393/94", "1.", "List of Rates for Concrete Works (Extracted from Bills of Quantities)", "1.01 Lean concrete - 15 Mpa Lm24.000/metri kubi (including additives)", "1.02 Foundations concrete - 25 Mpa Lm29.400/metri kubi (including additives)", "1.03 Walls concrete - 30 Mpa Lm33.360/metri kubi (including additives)", "1.04 Pillars concrete - 30 Mpa Lm33.360/metri kubi (including additives)", "1.05 Beams concrete - 30 Mpa Lm32.460/metri kubi (including additives)", "1.06 Slab and staircase concrete Lm32.460/metri kubi - 30 Mpa (including additives)", "1.07 Lean concrete - blinding - tank Lm25.800/metri kubi foudation 15 Mpa (including additives)", "1.08 Lean concrete - blinding - pipe Lm25.800/metri kubi bedding surround and kerb base - 15 Mpa (including additives)", "1.09 Cast in place concrete - for Lm31.200/metri kubi chambers and manholes - 25 Mpa (including additives)", "1.10 Cast in place concrete - for Lm34.800/metri kubi tanks, manholes and services 30 Mpa (including additives)", "2 List of Rates for Predalles Concrete Works (Extracted from bills of quantities)", "2.01 Predalles concrete slab 15cm - 30 Mpa Lm8.080/metru kwadru", "2.02 Predalles concrete slab 24cm - 30 Mpa Lm10.970/metru kwadru", "2.03 Predalles concrete slab 30cm - 30 Mpa Lm12.200/metru kwadru", "2.04 Predalles concrete slab 40cm - 30 Mpa Lm13.670/metru kwadru", "MOSTA - POMPA TAD-DRENAĠĠ", "11345.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jassigura li tikber il-pompa tad-drenaġġ li tinsab biswit l-iskola sekondarja \"Lily of the Valley\" fil-Mosta peress li kull darba li din ma tibdiex tlaħħaq mal-volum tal-materjal dan qiegħed imur lura fil-katusi stess ta' l-iskola bil-konsegwenza li jfur il-basement ta' l-iskola b'detriment għal saħħet l-għalliema u t-tfal?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ta' min wieħed jinnota li d-Dipartiment tad- Drenaġġ b'kollaborazzjoni ma' l-Awtoritajiet ta' l-Iskola Lily of the Valley fil-Mosta diġa' ħadu inizjattiva biex dan l-inkonvenjent jiġi eliminat.", "Minn stħarriġ li sar s'issa, rriżulta li dan il-fawran qed iseħħ kull meta tagħmel ix-xita, speċjalment minn mindu tqabbad is-servizz tad-drenaġġ tal-basement ta' l-iskola mas-sistema tad-drenaġġ pubblika.", "Għaldaqstant, id-dipartiment se jkompli jieħu dawk il-passi meħtieġa biex din il-problema tissolva.", "TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - AĠĠUDIKAZZJONI", "11346.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-Bord Dipartimentali ta' l-Aġġudikazzjoni fi ħdan id-Dipartiment tad-Drenaġġ tat- Taqsima tax-Xogħlijiet fir-rigward ta' l-offerta ppubblikata mid-Direttur tal-Kuntratti f'isem l-istess Dipartiment għal Servizzi ta' Konsulenza fl- upgrading ta' l-infrastruttura tad-drenaġġ fit-Tramuntana ta' Malta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proċess ta' aġġudikazzjoni, kif jiġri f'tenders oħra li għandha x'taqsam magħhom it-Taqsima tax-Xogħlijiet, jibda l-ewwelnett b'rapport tekniku ta' tliet uffiċjali li ġeneralment jiġu magħżula internament mid-dipartiment ikkonċernat u li dawn jagħmlu rapport tagħhom lill-Bord Ċentrali tat-Tenders tat-Taqsima tax-Xogħlijiet li hu mwaqqaf skond il-Financial Regulations.", "Wara li dan il-Bord jiddelibera fuq ir-rakkmandazzjonijiet li jkunu għamlu t-tekniċi, il-Bord jagħmel ir- rakkmodazzjonijiet tiegħu jew lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, f'każ ta' tender dipartimenti, jew lill-Kumitat tal-Kuntratti fi ħdan il-Kumitat tal-Kuntratti.", "Allavolja l-kompożizzjoni tal-Bord Ċentrali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet kif ukoll tal-Kumitat tal-Kuntratti qegħdin hemm fuq bażi permanenti, kważi fit-tul, u n-nies li jifformaw dawn il-bordijiet huma magħrufa, fil-każ tat- tekniċi dawn jitbiddlu skond in-natura tat-tender partikolari u għalhekk ma nħossx li huwa prudenti li l-ismijiet jixxandru fil-pubbliku.", "Biss jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi dubju fuq il-kompożizzjoni ta' xi bord partikolari jew jekk għandu xi ilment x'jagħmel fuq il-proċess ta' l-aġġudikazzjoni, nitolbu jagħtini aktar dettalji fil-privat u nkun nista' ninvestiga iżjed.", "PROPRJETA' - REĠISTRAZZJONI TA' KUNTRATTI", "11376.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta': (a) inter vivos; u (b) causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Diċembru 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' kuntratti li ġew irreġistrati mad- Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Diċembru, 1997 jammontaw għal 1,417 inter vivos u 227 causa mortis.", "PULIZIJA - FTUĦ TA' ĦWIENET", "11377.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfetħu ħwienet f'Diċembru 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'Diċembru 1997 kien hemm 48 applikazzjoni mal-Pulizija għall-ftuħ ta' ħwienet.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "11378.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vejikoli ġodda f'Diċembru 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' vejikoli?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi reġistrati ġodda f'Diċembru 1997 huwa kif jidher hawn taħt:", "Vetturi Privati 759 Vetturi Kummerċjali 254 Karozzi għall-Kiri 12 Buses u Mini-Buses - Muturi .", "3", "TOTAL 1028", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "11379.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Referibbilment għax-xahar ta' Diċembru 1997, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; (b) kemm ġew allokati djar mid- dipartiment; (iii) kemm saru rikonoxximent ta' kera; (iv) kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar; (v) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; u (vi) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax- xahar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "1) Daħlu 31 applikazzjonijiet skond il-lokalitajiet imsemmija fl-anness.", "2) 19 -il post ġie allokat.", "3) Sar rikonoxximent wieħed ta' kera.", "4) 16 -il post ġew lura f'idejn id-Dipartiment.", "5) Fl-aħħar ta' Diċembru id-Dipartiment kellu 34 proprjeta' li tista' tiġi allokata.", "6) Fl-aħħar ta' Diċembru kien hemm 4,752 applikazzjonijiet pendenti*", "* Peress li kontinwament ikun hemm tibdil fin-numru ta' applikazzjonijiet minħabba allokazzjonijiet ta' postijiet u kanċellamenti ta' applikazzjonijiet, in-numri mogħtija huma validi biss fil-ġurnata partikolari li fiha tkun inġabret l-istatistika mid-database tad- Dipartiment - f'dan il-każ it-28 ta' Jannar 1998.", "QRATI - KAWŻI", "11380.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Referibbilment għax-xahar ta' Diċembru 1997, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm ġew introdotti kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti; (ii) kemm ġew deċiżi kawżi kategorizzati skond kull qorti kompetenti; (iii) kemm kien hemm kawżi pendenti kategorizzati skond kull qorti kompetenti; u (iv) kull Imħallef u Maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:-", "|Qorti |Introd|Deciz|Penden| | |otti |i |ti | |Kriminali | | | | |Onor.V.Degea|1 |2 |35 | |tano | | | | |Onor.V.Carua|- |1 |43 | |na Colombo | | | | |Onor.G.Carua|- |- |1 | |na Demajo | | | | | | | | | |Appelli | | | | |Kriminali | | | | |Onor.C.A.Agu|-* |- |36 | |is | | | | |Onor.V.Carua|1* | 21| 181| |na Colombo | | | | |Onor.V.DeGae|-* |10 | 185| |tano | | | | | | | | | |Appelli |29 |18 | 994| |Superjuri | | | | |Appelli | 8 | 2 | 123| |Inferjuri | | | | |Civili Prim | 302| | 9005| |Awla | |107 | | |Magistrati | 263| | 2549| |Civili | |107 | | |Magistrati | 1231| | 10891| |Kriminali | |1389 | |", "* 51 appelli kriminali introdotti fix-xahar ta' Diċembru, iżda ma kienux ghadhom ġew assenjati.", "| Imhallef |Pende|Magistr|Pende|Pende| | |nti |at |nti |nti | | | | |Civil|Krimi| | | | |i |nal | |Onor.J.Fil|125 |Magt.M.|374 |44 | |letti | |Mallia | | | | | |Magt.A.|- |245 | |Onor.A.Man| |Mizzi | | | |che' 648 | | | | | | | 243|Magt.J.|70 |392 | |Onor.F.Dep| |Padovan| | | |asquale | |i | | | | | |(Family| | | | | |Court) | | | | | 675|Magt.S.|- | 161 | |Onor.F.Dep| |Meli | | | |asquale | | | | | | | 724|Magt.J.|820 |2090 | |Onor.F.G.C| |Apap | | | |amilleri | |Bologna| | | |Onor.A.J.M| |Magt.P.| - | 207 | |agri |524 |Vella | | | | |3482 |Magt.C.| - |1824 | |Onor.N.Arr| |Peralta| | | |igo | | | | | | | 382|Magt.N.| - |690 | |Onor.v.Deg| |Cuschie| | | |aetano | |ri | | | | | 559|Magt.D.|696 |197 | |Onor.G.Val| |Sciclun| | | |enzia | |a | | | | |751 |Magt.D.|589 |- | |Onor.G.Car| |Demajo | | | |uana | |Montebe| | | | | |llo | | | | |677 |Magt.C.|- |781 | |Onor.G.Cam| |Scerri | | | |illeri | |Herrera| | | | |215 |Magt.G.|- |1796 | |Onor.C.Far| |Grixti | | | |rugia | | | | | |Sacco | | | | | | | |Magt.S.|- |114 | | | |Demicol| | | | | |i | | | | | |Magt.Mi|- |1564 | | | |callef | | | | | |Trigona| | | | | |Magt.A.|- |786 | | | |Lofaro | | |", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "11381.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' trasferiment ta' proprjeta' fir-Reġistru Pubbliku matul Diċembru 1997?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Matul Diċembru ġew irreġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta u Għawdex 2,305 - Noti ta' atti ta' trasferimenti ta' proprjeta' inklużi atti Causa Mortis u testmenti pubbliċi.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - UFFIĊĊJU", "11428.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa u jekk ix- xogħol għadu ma spiċċax kollu kemm se jiġi jiswa r-refurbishment ta' l- uffiċċju ġdid tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija?", "Jista' l- Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża u għal kull item jindika: a) jekk inħarġitx tender jew quotation u jekk tender meta u fejn ġiet ippubblikata; b) min ittenderja jew min ġie avviċinat biex jikkwota; c) kemm kienet kull tender jew quotation; d) min ħa x-xogħol jew ipprovda s-servizz; u e) min kien jagħżel it-tenders jew quotations?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DEVELOPMENT PLANNING ACT 1992", "11521.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba għar-rikonsiderazzjoni taħt id- Development Planning Act 1992, Section 37?", "X'eżitu se jkollu jew mistenni li jkollu l-appell?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħti tagħrif dwar liema talba għar-rikonsiderazzjoni qed jirriferi sabiex inkunu nistgħu nagħtu t-tagħrif mitlub.", "WSC - FINANCIAL CONTROLLER", "11522.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-Financial Controller tal-Water Services Corporation?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FGURA - ILMA KKONTAMINAT", "11523.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta x'ġara dan l-aħħar fil-Fgura meta r-residenti rrapportaw li l-ilma tal-vit kien kontaminat bid- drenaġġ?", "Kemm għadda żmien mill-bidu tal-kontaminazzjoni bid-drenaġġ?", "Kemm għadda żmien mill-bidu tal-kontaminazzjoni sakemm indunaw in-nies?", "Jidhirlu l-Ministru li każ bħal dan seta' ħalla u għadu jista' jħalli konsegwenzi koroh fuq is-saħħa tan-nies li xorbu dan l-ilma?", "Kien hemm lok ta' inkjesta pubblika?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GŻIRA - XOGĦLIJIET FIX-XATT", "11524.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jispjega d-dewmien, anzi waqfa, mix- xogħol li kellu jitlesta fix-Xatt tal-Gżira żmien twil ilu, partikolarment fid-dawl tal-Press Conference mill-Kunsill Lokali tal-Gżira?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-dewmien fix-xogħol fix-Xatt tal-Gżira kien dovut għal nuqqas ta' materjal.", "SKEJJEL - MARIA ASSUNTA", "11527.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm free periods matul Diċembru f'Form II fl-iskola sekondarja Maria Assunta, fil-Ħamrun?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: a) Kien hemm 15-il jum ta' skola matul ix-xahar ta' Diċembru.", "Matul dawn il-ġranet kien hemm 57 free periods f'Form 2 fl- iskola sekondarja Maria Assunta.", "b) Dawn il-free periods jirrigwardjaw 15-il għalliem li kienu neqsin kif se nsemmi: 7 għalliema - jum wieħed 6 għalliema - jumejn 1 għalliem - tlett ijiem 1 għalliem - ħamest ijiem (tlieta minnhom kienu marriage leave) u żewġ għalliema kienu qegħdin jakkompanjaw grupp ta' studenti waqt ħarġiet edukattivi fl-istess perjodu.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "11528.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ta' l- Edukazzjoni huwiex se jaħdem fuq xi proġettazzjoni ta kemm se jkollu bżonn għalliema f'Settembru li ġej?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema oqsma ta' l- edukazzjoni hemm bżonnhom l-aktar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Operations Department qiegħed jistudja kemm se jirtiraw teachers sas-sena d-dieħla u kemm se naħsbu li se jkun hemm promozzjonijiet.", "Iżjed 'il quddiem meta tinħadem il-classification inkunu nafu wkoll kemm ikollna bżonn teachers ġodda.", "Trid tittieħed deċiżjoni wkoll kemm se jikber, jekk hemm bżonn, il- complement ta' għalliema peripatetiċi u complementary teachers.", "Id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta bħal kull sena se jipproġetta kemm se jkollu bżonn għalliema fis-settur.", "Fil-mument ma jidhirx li se jkun hemm xi suġġett partikolari li se jkollu bżonn ta' aktar għalliema minn ieħor.", "Fis-settur ta' l-Edukazzjoni Speċjali (Skejjel Speċjali) inkunu ninħtieġu:", "(a) għalliema biex jissostitwixxu oħrajn li se jirtiraw u", "(b) sabiex insaħħu s-servizzi ta' l-Edukazzjoni Terawpetika.", "Dan l- eżerċizzju fil-fatt qed isir.", "EDUKAZZJONI - INSTRUCTORS", "11529.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jieħdu l-arretrati dawk l-instructors li għadhom ma ħaduhomx?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Instructors kollha barra dawk il-part-time li ġew impjegati qabel Diċembru, 1995, ħadu sew l-iskala l-ġdida kif ukoll l- arretrati dovuti lilhom.", "Dawk il-part-time Instructors li qegħdin fl-impjieg tħallsu l-arretrati dovuti lilhom flimkien mas-salarju bl-iskala l-ġdida f'Jannar, 1998.", "Dawk li spiċċaw se jitħallsu dalwaqt minħabba li l-proċess huwa itwal.", "SKEJJEL - TA' L-ISTAT - CHARWOMEN", "11530.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm charwomen on clerical duties fl-iskejjel tal-gvern u jinsabu f'dan il-grad ta' clerk b'riżultat ta' xi ċertifikat mediku?", "Jista' jgħid f'liema skola qegħdin, skola bi skola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn verifika li saret dan l-aħħar irriżulta li hemm 8 charwomen li qed jagħmlu xi forma ta' xogħol klerikali fl-iskejjel.", "L-iskejjel huma Żebbuġ 'B' Primary, Birżebbuġia 'B' Primary, Skola Sekondarja tal-Bniet, Mosta, Skola Sekondarja Bniet, Marsa, Tarxien 'B' Primary, Naxxar Higher Secondary, Art and Design, Valletta.", "Dawn ma tpoġġewx fuq dan ix-xogħol minħabba xi ċertifikat mediku.", "Qed ngħaddi lill-Onor.", "Interpellant lista sħiħa ta' mpjegati fl-iskejjel li qed jagħmlu xogħol differenti mill-grad li jinsabu fih.", "MARSA - KUMPLESS SPORTIV", "11531.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni u min ħa d-deċiżjoni li ssir gate fl-entratura għall-Kumpless Sportiv tal-Marsa min-naħa ta' Ħal Qormi?", "Kemm swiet din il-gate?", "Meta jinżamm miftuħ?", "Jaf il-Ministru li minħabba l-għargħar li dan il-post tant magħruf għalih u li reġa' kien il-każ fil-25 ta' Jannar, din il-gate magħluqa kellha tiġi sgassata minn pulizija/suldati tar-Rescue?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DJAR - APPLIKAZZJONI NRU.", "H 11643", "11532.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni H 11643 rigwardanti ta' Angela Balzan ta' 75, St. Anthony Str, Mosta, liema każ ilu issa ħames snin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ, li jirrigwarda persuna waħda li hi sharing li trid tmur biss il-Mosta jew in-Naxxar qed ikun ikkonsidrat, iżda postijiet adattati għaliha ftit li xejn jidħlu d- dipartiment.", "GĦARGĦUR - TRIQ KARMNU ZARB", "11533.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri dwar tender għat-tkomplija ta' xogħol tal-bini fil-fond ta' Louis Gauci li jinsab fi Triq Karmnu Zarb, Għargħur u dan wara li l-istess qorti ddeċidiet a favur l-istess Gauci?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qegħdin jiġu ffinalizzati t-tender documents biex tkun tista' toħroġ l-offerta biex jinbena l-post imsemmi.", "MOSTA - STREET LIGHTING", "11534.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir street lighting bżonnjuż bejn Triq Ġanni Vella u Triq Karmenu Darmanin, fil-Mosta, liema parti ta' triq bejniethom hija wżata ħafna imma mudlama ħafna?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar dawl qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MOSTA - TELEPHONE BOOTH", "11535.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it- telephone booth fi Triq il-Battaljun, Mosta fejn hija tant meħtieġa u meta diġa' għaddejjin il-wires tat-telephone mill-inħawi nkluż l-istess triq?", "ONOR.", "JOE MIZZI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SAĦĦA - HEALTH ASSISTANTS", "11536.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-għażla fost l-applikanti għall-Health Assistants?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Qed tiġi pproċessata s-sejħa għall- applikazzjonijiet interna għall-mili ta' postijiet ta' Health Assistants minn fost dawk il-Hospital Auxiliaries li għandhom 15-il sena servizz skond il-ftehim bejn il-Gvern u l-Unions.", "BUSIETTA GARDENS - BORD TA' INKJESTA", "11537.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Bord ta' Inkjesta dwar Busietta Gardens li twaqqaf fis-17 ta' Marzu, 1997 lestiex l-istħarriġ tiegħu u jekk fl-affermattiv, jistax ipoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk fin- negattiv, meta se jkun lest?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nformat li l-Bord ta' Inkjesta dwar Busietta Gardens lesta l-istħarriġ tiegħu.", "Ir-rapport mistenni li jkun lest dalwaqt.", "DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - SPETTORAT", "11538.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaqqf l-ispettorat li, skond il-Prim Ministru f'laqgħat pubbliċi, twaqqaf biex jinvestiga l-operat tad- dipartimenti tal-Gvern?", "Minn fejn qed jopera dan l-ispettorat u kemm għandu nies impjegati miegħu?", "Xi spezzjonijiet saru s'issa, fejn saru u x'kienu r-riżultati individwali ta' dawn l-ispezzjonijiet?", "X'passi se jittieħdu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif ġie mħabbar fl-istqarrija għall-Istampa u ppubblikata fuq il-mezzi kollha tax-Xandir, il-Gvern, permezz tal- Kumitat tal-Kabinett dwar l-Effiċjenza fis-Settur Pubbliku, waqqaf sezzjoni ta' Spettorat biex jirrapporta lil dan il-Kumitat.", "Dan l-ispettorat li jikkonsisti f'numru ta' uffiċjali beda jiffunzjona minn nhar il-Ġimgħa 23 ta' Jannar 1998.", "Sa l-Erbgħa 28 ta' Jannar kienu saru aktar minn 110 spezzjoni fuq diversi lantijiet tax-xogħol ma Malta kollha, li jaqgħu taħt il-Ministeri ta' l- Edukazzjoni u tax-Xogħlijiet Pubbliċi.", "Il-każi kollha qed ikunu rriferuti lill-Kap tad-dipartiment ikkonċernat għall-investigazzjoni biex jittieħdu l-passi kollha kif ipprovdut fir-regolamenti.", "TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - XOGĦLIJIET", "11539.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-taqsima tax- xogħlijiet fi ħdan il-miniseru waqqfet lill-ħaddiema tagħha fid-diversi lokalitajiet milli jkomplu jaħdmu xogħlijiet mogħtija lilhom mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-taqsima tax-xogħlijiet ma waqfet lill-ebda ħaddiem milli jkompli jaħdem fuq xogħlijiet mogħtija mill-kunsilli lokali.", "BURMARRAD - TRIQ IL-MAGĦSAR", "11540.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq il- Magħsar, f'Burmarrad tingħata wiċċ sodisfaċenti billi minkejja li ħafna minnha mimlija residenti għadha sal-lum ma ngħatatx wiċċ?", "Jista' l-Ministru jieħu wkoll il-passi neċessarji biex toroq oħra mhux lesti f'Burmarrad jitkomplew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TURIŻMU - STUDJU", "11541.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Billi riċentement kelliem ta' l-Air Malta semma li l-Air Malta stess u l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu għamlu studji flimkien dwar is-suq turistiku Amerikan u kif jistgħu jikkollaboraw flimkien f'dan il-qasam, jista' l-Ministru jgħid min għamel l-istudji msemmija, kemm sewa, x'kienu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u x'passi ttieħdu jew qed jittieħdu miż-żewġ organizzazzjonijiet flimkien jew individwalment?", "Jista' l- Ministru jqiegħed kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-istudju dwar is-suq Amerikan sar minn kummissjoni interna komposta minn uffiċjali ta' l-Air Malta u l-NTOM.", "Naturalment f'dan l-istadju, ir-rakomandazzjonijiet li saru huma ta' natura konfidenzjali.", "PULIZIJA - MEWT TA' TIFEL", "11542.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni u l-inkjesta maġisterjali wara l-mewt tat-tifel Christian Buhagiar mill-Mosta li miet fil-31/12/97 wara li dan, għal darbtejn matul il-jum, ittieħed il-poliklinika tal-Mosta u wara li l-ġenituri tiegħu kienu nsistew għal diversi drabi li jittieħdulu l-x- rays?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kemm l-investigazzjoni tal- Pulizija kif ukoll l-inkjesta tal-Maġistrat dwar dan il-każ għadhom m'humiex konklużi.", "UNION PRESS - REKLAMI", "11543.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien ħa d-deċiżjoni li l-gazzetti ta' l-Union Press u tal-Partit Laburista jieqfulhom ir-reklami fihom matul il-kampanja ta' l- introduzzjoni tal-VAT?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VAT - KAMPANJA PUBBLIĊITARJA", "11544.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-kampanja pubbliċitarja konnessa ma' l-introduzzjoni tal-VAT, jista' l- Prim Ministru jagħti breakdown ta x'ġie bbukkjat bħala pubbliċita' fuq Radio 101 u dak li ġie bbukkjat ma' l-istazzjonijiet tar-radios l-oħra privati?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti wkoll ir-rati relattivi li kull stazzjon ġie mħallas għal kull item ta' pubbliċita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kampanja pubbliċitarja konnessa ma' l- introduzzjoni tal-VAT seħħet matul l-1994.", "It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TRADE FAIR - MALTA PAVILLION", "11545.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt jew kuntratti biex ilesti l-Malta Pavillion għat-Trade Fair bejn is-snin 1988 - 1995?", "Kemm kienet l-ispiża totali tal-gvern u jekk għadx baqa' ħlasijiet xi jsiru u kemm?", "Jista' jgħid ukoll meta ġew ippubblikati t-tenders relattivi, min ikkwota u kemm ikkwota kull wieħed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - PROTECTIVE CLOTHING", "11546.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadek tara daqshekk ħaddiema li jaħdmu mingħajr protective clothing?", "Meta se jidħlu regolamenti dwar dan?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ir-regolamenti preżenti dwar il-ħarsien u saħħa fuq il-post tax-xogħol diġa jipprovdu għall-użu ta' protective clothing.", "Madankollu għad m'hemmx kultura biżżejjed dwar il-ħtieġa ta' tagħmir protettiv, kemm minn naħa ta' min iħaddem, kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.", "Fost l-inizjattivi li qegħdin jittieħdu biex din il-mentalita' tinbidel hemm il-ftuħ ta' kors fl-Universita' li jwassal għal diploma fis-Social Sciences (Occupational Health and Safety), l-ingaġġ ta' trainee inspectors u ħidma edukattiva li qegħda ssir mill-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas- Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol.", "WSC - QARI TAL-METERS", "11547.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm djar li s'issa għadhom ma ġewx jaqrawlhom il-meters ta' l-elettriku u ta' l-ilma minkejja li l-eżerċizzju kellu jispiċċa sa l-aħħar ta' Novembru 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet wettqet kampanja fuq skala nazzjonali minħabba li kellu jsir eżerċizzju straordinarju ta' qari ta' l-arloġġi ta' l-ilma u dawl bejn il-bidu ta' Novembru u l-bidu ta' Diċembru 1997.", "Permezz ta' dan l-eżerċizzju setgħu jinħarġu l-kontijiet bit-tariffi ta' qabel il-Budget li għadda.", "Dawn il- kontijiet bdew jinħarġu x-xahar li għadda.", "Il-persentaġġ fejn il-qari ma tteħidx kien baxx ħafna.", "Konsumaturi li ma nqralhomx il-qari għaliex ma' kienux fil-proprjetajiet tagħhom ngħatalhom l-opportunita' li jibagħtu bil- miktub il-qari lill-Korporazzjoni sa l-aħħar ta' Jannar 1998.", "Għaldaqstant dawn il-kontijiet jistgħu jiġu regolarizzati fil-kont ta' wara.", "UNIVERSITA' - PORTERS", "11548.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti għadhom fis- seħħ rigward porters li kienu/għadhom ma' l-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-porters ta' l-Universita' ġew impjegati b'dawn il-kondizzjonijiet: 1. li jagħmlu dmirijiet ta' porter u xogħol ta' messaġġiera;", "2. jaħdmu xogħol wara l-ħinijiet normali tax-xogħol sa siegħa kuljum mingħajr ħlas;", "3. li jindukraw il-post u l-bini kollu;", "4. jirrispondu t-telephone meta hu meħtieġ u jieħdu messaġġi bit-telephone wara l-ħinijiet normali tax-xogħol;", "5. ikunu ġeneralment preżenti fuq il-post biex jassistu fuq xogħlijiet barra l-ħinijiet normali jew viżitaturi barranin;", "6. jingħataw residenza mingħajr ħlas fuq il-post;", "7. jingħataw allowance ta' Lm80 fis-sena fuq il-kontijiet tad-dawl, ilma u gas.", "Dan l-ammont jiġi revedut minn żmien għal ieħor.", "ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION", "11556.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar infiq kapitali mill-Petroleum Division li jammontaw għal Lm2.8 miljun li fir-Rapport ta' l-14/8/97 dwar Financial Projections for the three years ending 30/9/2000 qegħdin imniżżlin bħala other capital expenditure?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - ĦADDIEMA", "11557.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, fid-dawl ta' dak li stqarr iċ-Chairman il-ġdid tal-Korporazzjoni Enemalta dwar ħaddiema żejda fl-Enemalta, kemm huwa stmat li hemm ħaddiema żejda, section b'section, fit-tlett taqsimiet prinċipali li għandha l-Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel l-arranġamenti biex jiġu identifikati l-ħaddiema żejda fit-taqsimiet rispettivi.", "Bil- kollaborazzjoni tal-Union se jsiru wkoll programmi ta' retraining biex il- ħaddiema kkonċernati jiġu utilizzati aħjar kemm għall-ġid tagħom personali u għal dak tal-korporazzjoni.", "ENEMALTA - ĦADDIEMA", "11558.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni dwar ingaġġ ta' ħaddiema fil- Korporazzjoni Enemalta mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum:- 1) kemm iddaħlu ħaddiema ġodda fil-Korporazzjoni Enemalta bħala: a) part-time; u b) full time; 2) f'liema gradi ddaħlu dawn; 3) x'kienet il-proċedura li ntużat sabiex jinstabu u jidħlu jaħdmu; u 4) minn liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex ġejjin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SPTAR ĠDID - PROĠETT", "11559.", "L-ONOR.", "JOHN DALLI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti, xahar b'xahar, il-ħlasijiet totali li saru fuq il-proġett ta' l-isptar il-ġdid u lil min saru dawn il-ħlasijiet?", "Jista' jgħid, xahar b'xahar, kemm minn dawn il- ħlasijiet saru mingħajr ċertifikazzjoni ta' xogħol li jkun diġa' sar?", "Jista' jgħid jekk il-kuntratturi preżenti humiex jagħmlu xi claims kontra l- gvern?", "Fuq xiex inhuma dawn il-claims u x'inhu l-ammont mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "VAT - DĦUL MILL-VAT", "11560.", "L-ONOR.", "JOHN DALLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri mitluba hawn taħt, xahar b'xahar, matul l- 1996 u l-1997 dwar : 1) dħul mill-VAT; 2) ħlas lura lit-tax payer taħt l- iskema ta' rifużjoni fuq stocks li kienu jippossedu fil-31/12/94; 3) dħul mill-ETI; 4) dħul mill-ETP; 5) dħul mill-ETS; u 6) dħul minn azjenda taħt l- iskema ta' ħlas ta' dazju fuq stocks li kienu jippossedu fit-30/6/97?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ċ-ċifri mitluba huma kif jidhru fit-tabelli li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Iċ-ċifri għal Diċembru, 1997 huma proviżorji minħabba li d-Dipartiment tat- Teżor għadu m'għalaqx l-accounts għas-sena finanzjarja, 1997.", "Iċ-ċifri tad-dħul mill-ETP u l-ETS ma jistgħux jingħataw separatament minħabba raġunijiet tekniċi.", "UNIT FOR CHILD ABUSE - ABBUŻI FUQ IT-TFAL", "11571.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu trattati każi ta' abbużi fuq it-tfal (maqsuma fi bniet u subien) mill-Unit for Child Abuse matul l-1997?", "Kemm minn dawn il-każi kienu follow-up cases u kemm minnhom kienu każi ġodda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "VJOLENZA DOMESTIKA", "11572.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu trattati każi ta' vjolenza domestika fuq nisa u fuq irġiel separatament, mill-Unit of Domestic Violence matul l-1997?", "Kemm minnhom kienu follow-up cases u kemm minnhom kienu każijiet ġodda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id- domanda lill-ministru konċernat.", "HELPLINE 179", "11573.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu t- talbiet ta' għajnuna fuq helpline 179?", "Kif kienu maqsuma dawn it-talbiet?", "Kemm hemm social workers li jieħdu ħsieb il-każijiet li jidħlu fuq dan il- helpline?", "X'rikjesti qed tagħmel l-SWDP biex jiġu mpjegati aktar social workers biex ilaħħqu mal-workload?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id- domanda lill-ministru konċernat", "TOROQ - TARMAK", "11574.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5431 li ngħatat fit-12/5/97 dwar tqegħid ta' tarmak fi Triq il-Kunsill ta'l-Ewropa bejn Ħal-Luqa u r-roundabout fit-tarf ta' Triq Garibaldi, jista' l-Ministru jgħid jekk wara dan iż-żmien ingħelbux id- diffikultajiet li kien hemm fuq il-makkinarju kif intqal fir-risposta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Hu l-ħsieb li peress li din it-triq tifforma aċċess importanti għall-bqija tal-pajjiż, din tiġi upgraded kif jixraq wara li d-diskussjonijiet li hemm għaddejja ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar jiġu konklużi.", "Ix-xogħol li sar hu stmat li jiswa Lm49,746 li minnu tħallsu Lm38,000.", "SENSJI - ĦADDIEMA", "11575.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-ħaddiema li ġew mogħtija s- sensji fix-xhur bejn Marzu 1997 u Diċembru 1997 kienu nisa?", "X'persentaġġ hu dan tal-ħaddiema kollha ssensjati?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11576.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol taħt il-Part 1, Part II u Part III (separatament) matul ix-xhur Ottubru, Novembru u Diċembru 1997?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl- ewwel, fit-tieni u fit-tielet parti tar-Reġistru maqsuma f'nisa w irġiel għax-xahar ta' Ottubru 1997 huma hekk:", "Ottubru 1997 Irgiel Nisa ------------------------------------------------- Fl-ewwel Parti 5856 1081 Fit-tieni Parti 451 144 Fit-tielet Parti 359 81", "BIEDJA - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "11581.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont finanzjarju li l-gvern se jalloka biex jgħin lill-Qasam tal-Biedja minħabba l-ħsarat ikkaġunati mill-maltempata tal-Ħadd li għadda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-dipartiment għadu qed jistma u jispezzjona l- ħsara li saret.", "Jekk ikun il-kaz l-informazzjoni mitluba tingħata aktar 'il quddiem.", "BIEDJA - ĦSARAT KAĠUN TAL-MALTEMP", "11582.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Għall- perijodu bejn l-1981 u l-aħħar ta' l-1997, jista' l-Ministru jgħid, għal kull darba li seħħet maltempata fuq il-gżejjer Maltin ta' gravita' bħalma seħħ fil-25 ta' Jannar, 1998: (a) meta seħħet kull maltempata; (b) kemm kien l-ammont finanzjarju maħruġ mill-gvern biex jirrimedja ħsarat li affettwaw lill-Qasam tal-Biedja f'kull maltempata; (ċ) kemm minn kull ammont kien ġie allokat biex jagħmel tajjeb għall-ħsarat ikkaġunati mill- maltemp; (i) f'uċuħ ta' raba' li ġew meqruda; (ii) bini ta' ħitan tas- sejjiegħ li ġew imwaqqa'; (iii) biex terġa' tiġi pprovduta ħamrija li tkun ġiet imkaxkra; (iv) f'bini ta' serer u tunnels tal-plastic li kienu ġew imfarrka; (v) f'tiswija ta' ġibjuni u ġwiebi ta' l-ilma; (vi) biex jiġu rranġati toroq rurali; (vii) biex jiġu mibdula/pprovduti kaxxi ta' kolonji tan-naħal li sofrew ħsarat?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għall-perjodu bejn l-1981 u l-aħħar ta' l-1997 kien hemm żewġ maltempati ta' gravita' li kienet tirrikjedi intervent tal-gvern fuq bażi nazzjonali.", "L-informazzjoni mitluba hija hekk:", "a. Diċembru 1988 u Ottubru 1994", "b. Lm 199,300 u Lm152,100", "c. Fl- 1988 il-flus kollha ġew imħallsa fuq bażi ta' 80% tat-telf lill- bdiewa u sajjieda full time u 40% tat-telf lill-bdiewa u sajjieda part- time.", "Il-ħsara kienet tikkonsisti f'kumpens għall-uċuħ meqruda, tkissir ta' serer, tiswija ta' ġwiebi, ħsara fil-bhejjem u tjur u tkissir ta' rkaptu tas-sajd u bastimenti tas-sajd.", "Ma kienx tħallas kumpens għal twaqqigħħ ta' ħitan tas-sejjiegħ u għat-telf ta' ħamrija.", "Fl-1994 ġew ipprovduti Lm 150,000 sabiex jiġu rranġati toroq rurali u Lm2,100 għall-provvista ta' kompost mill-impjant ta' Sant'Antnin.", "IMPJIEGI - LONG-TERM UNEMPLOYED", "11583.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' long-term unemployed fl- aħħar ta' Diċembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' long-term unemployed fl-aħħar t'Ottubru 1997 f'Malta u Għawdex kien ta' 2,900.", "IMPJIEGI - XOGĦOL PART-TIME", "11584.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1997 għaddew minn xogħol full time biex jagħmlu biss xogħol part-time?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11585.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li kienu self-employed u bdew jirreġistraw għax-xogħol matul l-1997 sabu mpjieg ieħor sal-lum jew reġgħu bdew jaħdmu għal rashom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - ĦADDIEMA", "11586.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fir-Restoration Unit fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u x'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-istaff professjonali fi ħdan ir-Restoration Unit huwa:", "2 Periti fi grad ta' Architect & Civil Engineer 2 Periti fi grad ta' Casual Junior Architect & Civil Engineer.", "L-istaff tekniku huwa:", "Officer in grade 9 2 STO 3 TO 3 ATO 5 Supervisor 10 Senior Tradesman 8 Senior Operative 11 Tradesman 13 Operative 13 General hand 16 Labourer 1 Ex auxiliary 1 Health attendant 1 HPD 1 MTD 1 Marbler 1 Airport attendant 1 Repairer of records 1", "PROPRJETA' - ESPROPRJAZZJONI", "11587.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jagħti flus id- Dipartiment ta' l-Artijiet għall-esproprjazjoni ta' proprjeta' sa l-aħħar tas-sena 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Book Value ta' l-esproprjazzjonijiet pendenti huwa ta' Lm14,473,557.", "Din hi figura bbażata fuq stimi li jsiru preliminarjament mal-ħruġ tal-Ordni ta' l-Esproprjazzjoni, u għalhekk mhix waħda realistika billi l-valur ta' l-art ivarja kontinwament.", "Il-figura ma tinkludiex ukoll id-danni li jitħallsu mal-kuntratt li huma kalkolati bil- 5% fis-sena mid-data tal-pussess sad-data tal-kuntratt.", "MALTA/UE - RELAZZJONIJIET", "11588.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni tal-EU ppreżentatx il-komunikat ossia rapport tagħha dwar ir-relazzjonijiet ġodda bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jew jekk dan huwiex se jiġi ppreżentat fil-jiem li ġejjin; u illi missjoni mill- kummissjoni beħsiebha tiġi Malta matul Frar sabiex tispjega l-kontenut ta' dan il-komunikat jew rapport?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-imsemmi rapport tal-Kummissjoni Ewropea mistenni jiġi ppreżentat f'dawn il-ġranet.", "Delegazzjoni minn Brussell għandha żżur Malta fil-5 ta' Frar.", "KUNSILL TA' L-EWROPA - CLONING OF HUMAN PERSONS", "11589.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk Malta kenitx waħda mill-firmatarji tal-protokoll tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-banning of the cloning of human persons li ġie ffirmat f'Pariġi fit-12 ta' Jannar, 1998 u li huwa test vinkolanti ta' liġi internazzjonali - l-ewwel ta' dan it-tip f'dan il-qasam?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant mitlub jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MOSKA - AMBAXXATA MALTIJA", "11590.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li l- Viċi Prim MInistru ta għall-mistoqisja parlamentari numru 9693, fejn qal li s-Sur Lino Inguanez kellu posting bħala first secretary fl-Ambaxxata ta' Moska mill-24 ta' Novembru, 1986 sa l-1 ta' Novembru 1989, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'irċieva, xahar b'xahar, is-Sur Inguanez matul il- posting tiegħu f'liri Maltin u f'munita tal-post f'salarju u separatament fi ħlasijiet oħra nklużi allowances?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor. kollega jirrealizza li qiegħed jitlob informazzjoni li tmur lura aktar minn ħdax il-sena.", "Filwaqt li ma nikkontestax id-dritt tiegħu bħala Membru ta' din il-Kamra li jistaqsi għal dik l-informazzjoni kollha li għandu bżonn, u li m'hijiex pubblika, nitolbu jirrealizza li risposta bħal din titlob ammont ta' riċerka ġmielu.", "Safejn jien informat, is-salarju relattiv mal-grad ta' First Secretary u l- allowances permessi ma' posting bħal dan fil-perjodu li tirriferi għalih il- mistoqsija kienu pubbliċi.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu f'rasu xi ħaġa rregolari li setgħet seħħet dak iż-żmien u mill-persuna li qiegħed jagħmel riferenza għaliha, nitolbu jkun aktar speċifiku u nwiegħdu li ninvestiga.", "PROĠETT TA' TRIQ REĠJONALI", "11591.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11311 dwar xogħlijiet fuq il-proġett ta' Triq Reġjonali, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett oriġinali mħejji mill-amministrazzjoni preċedenti huwiex se jitkompla?", "Għaliex intqal li se jsiru biss traffic lights?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif diġa' semmejt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1131 jekk jirriżulta, mill-analiżi tad-Dipartiment tat- Toroq, li bit-traffic lights it-traffiku jimxi tajjeb ma jkunx hemm lok li għalissa issir xi forma oħra ta' junction bħal flyover f'din in-naħa tal- pajjiż din speċjalment peress li hemm ħafna proġetti li għadu qiegħed jiġi studjat impatt tagħhom fuq it-Triq Reġjonali.", "SERVIZZ ĊIVILI - SKRIVANI", "11592.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'se jsir minn dawk l-applikanti li għaddew mill-eżami għal skrivani mal-gvern f'Settembru 1997?", "Daħlu skrivani mal- gvern minn dik id-data u kemm daħlu?", "Sa kemm huwa validu l-eżami li sar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9864, 10813 u 11424.", "Inżid ngħid li minn meta ħareġ ir-riżultat ta' dan l-eżami ma ġewx ingaġġati skrivani mal-gvern.", "DJAR - SUSSIDJU TAL-KERA", "11593.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Dawk l-applikanti għas-sussidju tal-kera ta' djar privati li jkun għalqilhom għaxar snin mill-ewwel darba li jkunu ħadu s-sussidju u reġgħu applikaw għal sussidju ieħor, jista' l-Ministru jgħid meta se jingħatalhom sussidju mill-ġdid fuq il-kera?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Is-sussidju fuq il-kera baqa' jingħata kif kien jingħata qabel.", "TA' KANDJA - OPERATIONS CENTRE", "11594.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett imfassal u mibni taħt Gvern Nazzjonalista sabiex jinbena Operations Room f'Ta' Kandja mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Interpellant għandu żball jekk jaħseb li sar xi xogħol ta' bini fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti fuq l-Operations Centre ta' Kandja.", "Ix-xogħol ta' kostruzzjoni beda taħt din l- amministrazzjoni u issa wasal fl-istadju finali tiegħu.", "It-tender fuq l- apparat qiegħed fi stadju avvanzat.", "PULIZIJA - INTERVENT FIL-MALTEMP", "11595.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il intervent sar mill-forzi ta' l-ordni fil-maltempata li ġrat fil-25 ta' Jannar, 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-forzi ta' l-ordni bejniethom intervenew għal mill-inqas 210 darba fil-maltempata li laqtet Malta fil-25 ta' Jannar 1998.", "Dan in-numru ma jinkludix numru determinat ta' interventi li għamlu l-forzi ta' l-ordni dak inhar waqt li kienu qed jitraġittaw bejn post u ieħor waqt il-ħidma ta' għajnuna u salvataġġ.", "MALTEMP - KUMPENS TAL-ĦSARAT", "11596.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se tkun il-proċedura rigward applikazzjonijiet għal kumpens għal ħsara wara l-maltempata tal-25 ta' Jannar, 1998?", "X'inhi l- policy tal-gvern dwar dawn l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MALTEMP - KUMPENS GĦAL ĦSARAT", "11597.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva l-gvern għall-kumpens għal ħsarat li ġraw fil-maltempata ta' Settembru 1997?", "Saru xi ħlasijiet?", "Kemm mill-applikazzjonijiet kienu minn Birkirkara?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11596.", "WAS", "11602.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s- Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid kif ġiet magħżula l-World Aviation Systems bħala ESA għall-Amerka?", "Liema kumpanniji oħra sar kuntatt magħhom għal dan il-għan?", "Saru xi proposti minn xi aġenti oħra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: M'għandi xejn aktar xi nżid ma l-informazzjoni li tajt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 11498 - Seduta 177", "AIR MALTA - WAS", "11603.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s- Self-Employed: Meta tqis li l-World Aviation Systems hi kumpannija Awstraljana, jista' l-Ministru jgħid x'ġiegħel lill-Air Malta tagħżel lil din għas-suq Amerikan?", "Hu minnu li l-WAS kienu ilhom biss 26 xahar fl- Amerka?", "X'esperjenza għandu fis-suq Amerikan?", "Kif tista' din tikkompeti ma' operaturi Amerikani oħra li għandhom snin twal ta' esperjenza?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għalkemm il-W.A.S. hija kumpannija Awstraljana u m'ilhiex wisq stabbilita fl-Amerika, id-diretturi ta' l-uffiċċju fl-Amerika huma Amerikani b'esperjenza konsiderevoli fis-suq turistiku Amerikan.", "Nispera li l-Onor Interpellant mhux qed jinsinwa li għax kumpannija tkun Awstraljana ikun ifisser li ma tkunx tajba.", "BRITISH AIRWAYS - WAS", "11604.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s- Self-Employed: Huwa minnu li l-British Airways għandu sehem sostanzjali fil-World Aviation Systems ġewwa l-Amerka?", "Kif jistgħu dawn jiġbdu lejn l- interessi ta' l-Air Malta jekk dan hu hekk?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.", "L-Air Malta m'għandiex dubju rigward il-commitment ta' W.A.S. a favur tal- Kumpannija Nazzjonali.", "Fil-fatt ir-relazzjonijiet bejn WAS u Air Malta huma sodisfaċenti u jmorru lura bosta snin.", "AIR MALTA - GENERAL SALES AGENT", "11605.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s- Self-Employed: Fejn f'lokalitajiet oħra l-Air Malta dejjem issostitwit General Sales Agent b'uffiċċju tal-linja nazzjonali?", "X'ġiegħel lill-Air Malta li fl-Amerka tagħmel il-kuntrarju?", "Jista' dan ifisser li l-Air Malta m'għandhiex interess f'dan l-akbar suq ta' vjaġġar fid-dinja?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija l-Air Malta taddotta l-aħjar tattika skond iċ-ċirkostanzi.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Air Malta qed tagħmel l-aħjar li tista' biex tikseb riżultati aħjar.", "Għall-aħħar parti nista ngħid illi, kontra dak li qed jaħseb l-Onor Interpellant, l-Air Malta għad għandha interess f'dan is-suq iktar milli qed jgħidulu.", "SAĦĦA - PARAMEDIC AIDES", "11606.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħroġ ir-riżultat ta' l-intervisti li saru għal Paramedic Aides?", "Kemm huwa n-numru li beħsiebu jdaħħal il-gvern minn dawn il- Paramedic Aides?", "Meta hemm il-ħsieb li dawk li għaddew jiġu mpjegati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Qed jiġu rranġati klassijiet ħalli fihom ikun jista' jingħata l-parti teoretika.", "Dan qed isir ħalli ma jiġrix bħalma ġara fil-passat, fejn studenti simili bdew il-kors mingħajr lanqas kellhom fejn jingħataw it-teorija.", "PRODOTTI AGRIKOLI", "11607.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11361 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Biedja u Sajd u ċioe' kemm tħallset jew se titħallas lura levy fuq dawn il-prodotti lill-importaturi?", "Fuq liema kwantita' sar qbil li jingħataw lura lill-importaturi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jiċċara jekk hux qed jirriferi għal xi eżenzjonijiet li ħarġu fuq il-prodotti konċernati u jispeċifika wkoll il-perjodu li dwaru qed jistaqsi.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - PARADISE STREET", "11608.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11048 li oriġinarjament saret lill- Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, liema domanda kient tgħid:", "\"Billi f'Paradise Street, San Pawl il-Baħar wara l-bini tal-Bank of Valletta hemm biċċa art li qed tkun ta' periklu għal dawk li jgħaddu minnha b'mod partikolari għat-tfal, u billi din l-art hi mimlija kollha ilma u materjal ieħor li ntefa' fiha matul iż-żmien, jista' l-Ministeru jieħu l- passi neċessarji ħalli din il-biċċa art tingħalaq b'ċint biex jiġi evitat dan il-periklu, li fir-risposta ġiet riferuta lill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- Dipartiment tas-Saħħa qed jieħu l-passi kollha biex ilma u materjal ieħor li nġema f'din il-biċċa art jiġi mneħħi mis-sidien tagħha.", "Fir-rigward tal-periklu msemmi, l-Ispettur tas-Saħħa tad-distrett informat lill-pulizija ta' San Pawl il-Baħar biex titlob lis-sidien itellgħu ċint madwar il-biċċa art msemmija u hekk ikun evitat kull periklu.", "GĦAWDEX - IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "11634.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'diffikulta' qiegħed isib li jwieġeb dwar meta ġie kkummissjonat Environment Impact Assessment biex jgħin jistabilixxi s-sit għall-bini ta' impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ras il-Ħobż li jifforma parti mill-Master Plan tad-drenaġġ għal Għawdex?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma hemm l-ebda diffikulta' biex jingħata tagħrif fuq il-progress ta' l-EIA.", "Wieħed irid jispjega li t-tender għal servizzi ta' konsulenza biex jitħejja EIA kien għalaq f'Diċembru 1995.", "Wieħed irid igħid ukoll illi fil-fażi ta' aġġudikazzjoni il-konsulent propost mid- Dipartiment tad-Drenaġġ ma kienx ġie approvat mid-Dipartiment għall- Protezzjoni ta' l-Ambjent minħabba illi dawn kienu ta' l-opinjoni li kien ikun aħjar jekk dan il-konsulent jaħtar konsulent Malti biex jipprepara dik il-parti li tikkonċerna l-flora u l-fawna.", "Dan il-konsulent qatt ma ta' dettalji ta' konsulenti Maltin fuq il-flora u l-fawna u għalhekk il- kuntratt ma setgħax jiġi konkluż.", "Irid jingħad illi s-sejħa għall-offerti ma kienetx marbuta biss ma' l-impjant tat-trattament f'Għawdex imma ma' l- impjanti fit-Tramuntana u fin-Nofs in-Nhar ta' Malta.", "Mal-bidla fl-amministrazzjoni il-Gvern ħass illi l-metodu ta' kif kien qiegħed jitfassal il-pjan ta' l-infrastruttura tad-drenaġġ kellu jiġi studjat sabiex jitħejja pjan sħiħ illi jinkorpora t-titjib kollu meħtieġ u dan it-titjib ikun ukoll suġġett għall-studju dwar l-impatt ambjentali biex l-istejjer bħal dawk tal-mina bejn il-Pwales u ċ-Ċumnija ma jirrepetux ruħhom.", "Għaldaqstant ġie deċiż illi filwaqt li l-iskop tax-xogħlijiet f'Għawdex ma kellux jinbidel, it-titjib fit-Tramuntana u fin-Nofs Inhar ta' Malta kellu jieħu l-forma ta' żewġ Master Plans għal dawn iż-żoni.", "Din il-bidla fil- filosofija kienet tirrikjedi illi t-Tender għall-EIAs fuq it-tlett impjanti jinbidel u jiżdied miegħu Revised Scope of Works sabiex dawk kollha li kienu ssottomettew l-offerti tagħhom f'Diċembru 1996 issa setgħu jirrivedu l-prezzijiet tagħhom biex jieħdu inkonsiderazzjoni t-tibdil stabbilit.", "L-offerti reveduti ġew sottomessi fl-aħħar ta' Settembru w id-Dipartiment tad-Drenaġġ ipprepara r-rapport tekniku tiegħu li ntbagħat lill-Kumitat tat- Tenders fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet li għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kumitat tal-Kuntratti.", "Sa llum għada ma tteħditx deċiżjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet magħmula minn naħa tad-Dipartiment tad-Drenaġġ u t-Taqsima tax-Xogħlijiet u għaldaqstant l-istudji dwar l-impatt ambjentali fuq l-impjant tat- trattament tad-drenaġġ f'Għawdex u fuq il-proposti li għad iridu joħorġu mill-Master Plans tat-Tramuntana u n-Nofs Inhar ta' Malta għadhom ma jistgħux jinbdew.", "La darba toħroġ Letter of Acceptance favur wieħed mill-konsulenti li ssottomettew l-offerta tagħhom ix-xogħol fuq dawn il-proposti jkunu jistgħu jinbdew indipendentament minn xulxin u dan ifisser illi l-istudju fuq is- sit ta' Għawdex ikun jista' jinbeda minnufih.", "CATAMARAN VICTORIA EXPRESS", "11635.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11191, jista' l-Ministru jgħid minn fejn jirriżultalu li s-servizz tal-Catamaran ma kienx vijabbli u sostenibbli?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Risposta għal domanda analoga ngħatat għall- mistoqsija parlamentari numru 6274 li fiha ngħataw il-parametri li waslu li l-operazzjoni ma tkunx vijabbli.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11636.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Għawdex matul is-sena 1997, xahar b'xahar, u x'kienet ir-raġuni għall- qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella li għal matul is-sena 1997 turi n-numru ta' persuni li nqatgħu mill-ewwel parti tar-reġistru mill-ETC kif ukoll in- numru ta' dawk li nqatgħu minn jeddhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "BORD NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI", "11637.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru appelli quddiem il-Bord Nazzjonali tax- Xogħol kawża ta' qtugħ mir-reġistrazzjoni ta' persuni residenti f'Għawdex matul is-sena 1997, xahar b'xahar, u kemm inqatgħu appelli fl-istess perijodu favur u kemm kontra?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul is-sena 1997, l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol irċeviet 87 appelli minn Għawdex li minnhom 67 huma kawża tal-qtugħ mir- reġistrazzjoni:-", "Jannar 5 Frar 6 Marzu 1 April 10 Mejju 3 Gunju 1 Lulju 8 Awissu 6 Settembru 1 Ottubru 1 Novembru 10 Dicembru 15 ----------------- Total 67", "Matul is-sena 1997 ġew deċiżi 35 appelli kawża tal-qtugħ mir-reġistrazzjoni li huma hekk:-", "16 konferma 10 mhux konferma 4 abbandunati 4 irtirati u 1 mhux fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorita'", "IMPJIEGI", "11638.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Għawdex jaħdmu għal rashom, kemm mal-privat, kemm mal-Gvern, ma' korporazzjonijiet u kemm ma' kumpanniji parastatali?", "Jista' jagħti wkoll iċ-ċifra ta' Għawdxin li jaħdmu Malta u kemm bħalissa hemm persuni f'Għawdex li jinsabu jirreġistraw għax-xogħol?", "Kemm fuq l-Ewwel Parti u kemm fuq it-Tieni Parti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SIĠĠIEWI - QASAM TAD-DJAR BINJA ĦESRI", "11639.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fl-inħawi tal-Govt.", "Housing Estate ta' Binja Ħesri fis- Siġġiewi hemm wesgħa kbira li se ssir ġnien pubbliku.", "Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li taħt din l-area jsiru garaxxijiet minħabba l- ħtieġa kbia li hemm f'dawn l-inħawi għal garaxxijiet privati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BREATHALYSER - APPARAT", "11640.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ordnati apparat ta' Breathalyser sabiex ikunu jistgħu jintużaw skond id-dispożizzjoni tal-liġi li tinsab fl-istadju ta' approvazzjoni minn dan il-Parlament?", "Meta ħarġet it-tender?", "Kemm kien hemm tenderers?", "Liema kienet l-aktar waħda vantaġġjuża?", "Ġie evalwat il-kwalita' ta' breathalyser li jkun ta' 150 specification?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fid-9 ta' Jannar 1998 saret sejħa għal offerti mingħand disa' kumpanniji lokali li matul dawn l-aħħar sentejn urew l-interess tagħhom li kienu lesti li jipprovdu apparat ta' breathalyser.", "Tmienja minn dawn il-kumpanniji tefgħu offerta saż-żmien stipulat.", "Fuq rakkomandazzjoni tal-Bord Dipartimentali maħtur biex jeżamina u jirrapporta dwar dawn l-offerti ngħatat direct order lill-J.B. Sarotto Ltd, aġenti lokali tad-ditta 'Lion Laboratories plc' ta' l- Ingilterra għal provvista ta' għaxar (10) 'Lion Alcolmeter SD-400' u żewġ (2) 'Lion Intoxilyzer 6000'.", "Dan l-apparat huwa ċertifikat skond l-'ISO 9000'.", "P.A. - WHITE AREA MARKED ZONE", "11641.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: a) x'tifhem biha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar zona mmarkata white area; b) min għandu l-awtorita' li din iż-zona ssir brown area i.e. li jista' jsir żvilupp fiha; u c) x'qed iżomm li tittieħed deċiżjoni fuq dawn iż-zoni, li kollha huma f'building areas, minkejja li issa ilhom is-snin immarkati hekk u l-proprjetarji tħallew bla risposta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "AIR MALTA - TITJIRA KM 102", "11659.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s- Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni ġiet ikkanċellata t-titjira lejn Londra ta' l-Air Malta KM102 li kellha titlaq minn Malta fis-27 ta' Jannar, 1998 fl-18.50?", "Kemm-il titjira ġiet ikkanċellata fix-xhur ta' Diċembru 1997 u Jannar 1998 u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - CASUALTY DEPARTMENT", "11660.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li pazjenta li attendiet il-Casualty Department fis-26.1.98 kellha tistenna madwar tmien sigħat biex jeżaminaha t-tabib u li l-Ministru kellu personalment jintervjeni?", "Jidhirlu l-Ministru li minkejja x-xogħol ġewwa l-Casualty dan id-dewmien kien esaġerat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment ta' l-Emerġenza hu l-uniku wieħed f'Malta li jieħu ħsieb l-emerġenzi kollha li jinqalgħu kuljum.", "In-numru ta' nies li jattendu għall-kura kuljum f'24 siegħa hu ta' madwar 300 pazjent li minnhom numru kbir jista' faċilment jiġi ttrattat fid-diversi ċentru tas-saħħa.", "X'ħin pazjent jidħol l-Emerġenza ssirlu t-Triage System.", "Dan ifisser li xi wħud mill-pazjenti se jiġu eżaminati u kkurati qabel oħrajn li ġew qabilhom.", "B'hekk jiżviluppa l-waiting time.", "Barra minn hekk, f'maġġoranza ta' każi l-kura titlob l-intervent ta' dixxiplini oħra u ta' servizzi anċillari.", "Dan ukoll iżid il-waiting time.", "Is-sitwazzjoni fis-26 ta' Jannar 1998 kienet diffiċli ħafna peress li bejn it-7.45am u it-7.45pm attendew 213-il pazjent; minn dawn 75% minnhom kienu każijiet urġenti jew semi urġenti li jirrikjedu ħafna xogħol u attenzjoni medika.", "Minħabba f'hekk inħoloq waiting time imtawwal iżjed mis-soltu.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor Membru li f'laqgħa li saret riċentament dwar id-Dipartiment ta' l-Emerġenza ġie deċiż li jkun hemm is-support ta' riżorsi umani neċessarji ħalli f'ċirkostanzi simili l-ħin ta' stennija jkun l-inqas possibli.", "Sadanittant, id-Dipartiment tas-Saħħa sr jagħmel kampanja ta' edukazzjoni dwar użu aħjar mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza u ċ-ċentri tas-saħħa.", "FURJANA - PLAYING FIELDS", "11661.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma maħsuba li jsiru fil-playing fields tal-Furjana?", "Min hu responsabbli għalihom?", "Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?", "Kemm hu maħsub li se jiswa dan il-proġett?", "Kemm se jitħallsu mill-kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-ġnien KGV.", "Dan il-proġett ta' ristrutturazzjoni ta' dan il-ġnien se jiġi mqassam fuq tlett snin.", "Din is-sena se ssir l-ewwel fażi biss li tikkonsisti f'faċilitajiet għall-parti sportiva tal-ġnien.", "Dab hu proġett tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta w Floriana fi ħdan il- Ministeru in kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Floriana.", "Il-fondi kollha għall-proġett qed joħorġu mill-Gvern Ċentrali.", "VETTURI RREĠISTRATI", "11662.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-karozzi privati rreġistrati f'Malta għandhom 'il fuq minn 5, 10, 15, 20, 30, 40 u 50 sena?", "Kemm hu n-numru ta' karozzi li n-number plate tagħhom ġie ritornat lill-pulizija f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-karozzi privati rreġistrati f'Malta li għandhom 'il fuq minn 5, 10, 15, 20, 30, 40 u 50 sena huma maqsumin kif ġej:-", "'il fuq minn 5 snin 49,380 'il fuq minn 10 snin 21,588 'il fuq minn 15-il sena 19,703 'il fuq minn 20 sena 35,821 'il fuq minn 30 sena 12,007 'il fuq minn 40 sena 2,116 'il fuq minn 50 sena 224", "Jiena nformat ukoll li n-numru ta' vetturi li s-sidien tagħhom rritornaw il-pjanċi lid-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet huwa kif ġej:-", "Sena `Garaged' `Scrapped'", "1993 - 2,261 1994 1,463 1,641 1995 2,088 1,761 1996 3,683 2,224 1997 7,959 2,480", "Id-Dipartiment m'għandux statistika ta' kemm kien hemm vetturi `garaged' fl-1993.", "KAROZZI PRIVATI", "11663.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn karozzi privati f'pajjiżna?", "Kemm hu n-numru (skond iċ-ċilindrata differenti) ekwivalenti għar-rati ta' ħlas ta' liċenzji ġodda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi privati rreġistrati f'pajjiżna sa l-aħħar ta' Diċembru 1997 huwa ta' 179,633 maqsumin skond ir-rati ta' ħlas ta' liċenzji ġodda kif ġej:- Rati ta' Licenzji fis-Sena Numru ta' Vetturi", "Lm 30 112,902 Lm 40 24,941 Lm 45 20,593 Lm 75 15,468 Lm150 5,729", "IMPJIEGI - INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "11666.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 1989 sal-lum kemm nies ġew ikkumpensati talli weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirhom u jagħti l-ismijiet u d-dettalji tagħhom?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm (6) ħaddiema li ġew ikkumpensati b'injury leave wara li dawn weġġghu waqt il- qadi ta' dmirhom bejn Jannar 1989 sal-lum.", "Dawn kienu:-", "Notary to Goverment Mr Raymond Cassar - Gardener mis-6 ta' Ottubru sal-14 ta' Ottubru 1992", "Ms Marie Lourdes Lautier - Ass.Principal mis-7 ta' Lulju sal-1 ta' Awwissu 1997", "Qrat tal-Gustizzja", "Mr Monolito Briffa - Court Messenger mill-21 ta' April sat-23 ta' April 1993", "Mr Adrian Seychell - General Hand mill-14 ta' Novembru sas-16 ta' Novembru 1995", "Ms Sonia Bonello - Postperson mill-5 ta' Settembru sal-14 ta' Settembru 1997", "Mr Godwin Darmanin - Clerk mit-13 ta' Ottubru sas-17 ta' Ottubru 1997.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI B'PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11667.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10480, fejn intqal li d-Direttur \"qabad u rriżenja\", u fid-dawl tal-fatt illi l-ittra tar-riżenja tad-direttur hi ppubblikata, jista' l-Ministru jgħid jekk hu personalment jew xi ħadd ieħor f'ismu għamilx xi tentattiv biex dan id-direttur jikkonsidra d-deċiżjoni tiegħu, anke jekk temporanjament sakemm jinstab direttur ġdid?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11668.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10480, jista' l-Ministru jispjega x'kien ir-rwol ta' l-assistent direttur tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li nħatar mill-istess Ministru personalment fi Frar 1997 u b'mod partikolari x'kien il-kontribut li ngħata sal-lum speċjalment matul il-perijodu ta' żmien li l-kummissjoni kienet mingħajr direttur?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11669.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jelenka l-ħaddiema kollha li llum jaħdmu fi ħdan il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u jindika l-kariga u x-xogħol li kull wieħed u waħda minnhom qegħdin jaqdu fi ħdan il-kummissjoni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11670.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot rikorrenti tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għas-sena 1997 u kemm minnu ġie wżat u għal xiex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11671.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li l-persuna li bdiet taħdem matul is-sajf li għadda fil-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' bħala Direttur Eżekuttiv, m'aċċettatx li tkompli tokkupa din il-pożizzjoni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "11672.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1997 sal-lum, kemm-il għalliem/a bdew jaħdmu għall-ewwel darba mat-Taqsima ta' l- Edukazzjoni Speċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u f'liema skejjel jew sezzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minn Settembru 1997 sal-lum ġew impjegati żewġ għalliema u supply teacher.", "Għalliema - YPU - Mount Carmel Hospital Għalliema - Dun Manwel Attard Special School, Wardija Supply Teacher - Mater Dei, Msida", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "11677.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11292, u fid-dawl ta' kopja tal-programm ta' l-attivita' in kwestjoni li qed tintbagħat separatament, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni li tlabt għall-mistoqsija parlamentari numru 11292?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-attivita' li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għaliha kienet organizzata għal għaqda sportiva waħda lokali u mhux distrettwali, kif jirriżulta mill-istess dokument mgħoddi taħt separate cover mill-Onor.", "Interpellant.", "Din l-attivita' ġiet organizzata mill- istess għaqda sportiva kkonċernata bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ,, Sport, Kultura w Arti li pprovda l-użu tal-palk u xi siġġijiet għal din l-attivita'.", "Il-bqija ta' l-ispejjeż ġew sponsorjati minn ditta privata.", "SIGURTA' SOĊJALI - ASSISTENZA SOĊJALI", "11695.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji Għawdxin li kienu fuq l-assistenza soċjali matul l-1996 u l-1997?", "Kemm minnhom huma b'żewġ ġenituri, b'ġenitur wieħed b'ġuvni jew b'xebba?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' familji Għawdxin li kienu fuq l- assistenza soċjali matul is-sena 1996 u l-1997 huwa kif ġej:-", "1996 1997* ---- -----", "Familji: Familji (total) 322 276 B'zewg genituri 76 69 B'genitur wiehed (guvni/ragel) 55 46 B'genitur wiehed (xebba/mara) 191 161", "* Matul l-1997 irriżulta li numru ta' persuni li kienu jirċievu l-għajnuna soċjali, fosthom dawk li kienu qed jirċievu din l-għajnuna bħala ġenitur waħdu, kienu laħqu l-eta' tal-pensjoni mhux kontributorja (60 sena).", "Għaldaqstant dawn il-persuni, minn dik is-sena, bdew jidhru bħala pensjonanti, u xi wħud ingħataw żieda b'arretrati għaliex kienu laħqu l- eta' sena qabel l-1997.", "Din hi r-raġuni prinċipali għaliex it-total għall- 1997 hu anqas minn dak tas-sena ta' qabel.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "11696.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti Għawdxin li din is-sena se jiggradwaw bħala B.Educ u P.G.C.E.?", "Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - QASAM EDUKATTIV", "11697.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm allokati flus għall-qasam edukattiv f'Għawdex għas-sena 1998?", "Kemm kien hemm fondi allokati għall-istess skop matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - STUDENTI", "11698.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti: a) fis-settur primarju; b) fis-settur sekondarju; u c) fis-settur post sekondarju li marru fuq exchange visits matul l-1997?", "Kemm minnhom kienu bniet u kemm subien f'kull settur?", "Kemm minn dawn l-istudenti kienu minn skejjel Għawdxin?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti ta' l-iskejjel tal-Knisja u l-oħrajn privati indipendenti humiex eliġibbli għal dawn l- exchange visits?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-exchange visits joriġinawx mill-YSO, minn xi skola partikolari jew minn xi organizzazzjoni oħra?", "Il-YSO jagħtu xi għajnuna lill-għaqdiet taż-żgħażagħ li jkunu jixtiequ jorganizzaw huma stess xi exchange visit ma' grupp barrani?", "Meta jiġu studenti minn barra minn Malta fejn jiġu alloġġjati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUMITAT TAT-TRASPORT TA' MERKANZIJA", "11699.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9144 ta' Ottubru 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-Kumitat tat-Trasport tal-Merkanzija minn dak ix-xahar sal-lum u meta hu mistenni li l-kumitat jikkonkludi t-tfittix tiegħu u jippreżenta r-rapport finali?", "Meta ġie mwaqqaf il-kumitat u jekk kellux żmien stipulat li fih ried joħroġ ir-rapport?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Wara l-laqgħa ta' l-10 ta' Ottubru il-Kumitat iltaqa' ħames darbiet, kif ġej:-", "fil-5 ta' Novembru, 1997 fl-14 ta' Novembru, 1997 fit-3 ta' Diċembru, 1997 fid-9 ta' Diċembru, 1997 fis-16 ta' Jannar, 1998", "Il-Kumitat inħatar fit-8 ta' April, 1997, u wasal biex jikkonkludi x-xogħol tiegħu.", "Dan il-Kumitat kellu sena żmien biex ilesti dan ir-rapport.", "TOROQ - TRAFFIC LIGHTS", "11706.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10692, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jsir back-up supply ta' enerġija elettrika għall-junctions tat-traffiku bħal dawk tal- Barrani u ta' ħdejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġbor informazzjoni fuq il-prassi f'dan ir-rigward barra minn Malta u biex jiggwida ruħu skond il-bżonn.", "ĦAMRUN - PJAZZA KAPPILLAN MUSCAT", "11707.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi l-Ministru kien informa lis-Sindku tal- Kunsill Lokali tal-Ħamrun li l-proġett ta' Pjazza Kappillan Muscat, fil- Ħamrun kellu jitlesta possibbilment qabel ma jispiċċa l-mandat tal-Kunsill preżenti, jiġifieri sa Marzu 1998, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid: a) jekk ħarġux it-tenders relatati ma' dan ix-xogħol; b) jekk iva, meta se jinbeda x-xogħol u meta hu previst li jitlesta; u c) jekk le, x'inhi r- raġuni ta' dan id-dewmien fit-twettiq ta' dan il-proġett li l-gvern ċentrali ntrabat li jagħmel?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tenders għall-proġett ta' Pjazza Kappillan Muscat issa tlestew u s-sejħa għall-offerti se tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin.", "SERVIZZ ĊIVILI - UFFIĊJALI PRINĊIPALI", "11708.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir minn dawk is-86 kandidat li għaddew mill-eżami kompetittiv għall-grad ta' Uffiċjali Prinċipali fis-Servizz Pubbliku li sar f'Mejju 1997?", "Jista' jindika meta se jsir l-ewwel ingaġġ ta' dawn l-uffiċjali pubbliċi wara li r-riżultat uffiċjali kien ippubblikat f'Settembru 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħalma qed jiġri fil-każ ta' gradi oħra fis-servizz pubbliku, l-ingaġġ ta' impjegati fil-grad ta' prinċipal fis-servizz ġenerali jrid jiġi approvat mill-Kumitat tal-Kabinett dwar ir-reklutaġġ fis- settur pubbliku wara li tkun saret talba mis-Segretarji Permamenti kkonċernati.", "Fil-każ tas-servizz ġenerali dawn it-talbiet jiġu ntegrati mill-MPO f'talba waħda li tiġi sottomessa lill-Kumitat tal-Kabinett.", "Il-Kumitat tal-Kabinett jikkonsidra dawn it-talbiet mhux biss fuq il- mertu tagħhom iżda wkoll fid-dawl tal-fondi li jkunu meħtieġa sabiex isir l- ingaġġ.", "STA.", "VENERA - TRIQ IL-PALAZZ L-AĦMAR", "11709.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-każ li r-residenti ta' Triq il-Palazz l-Aħmar, f'Sta.", "Venera ġew mgħarrfa li t-triq imħarbta tagħhom mhijiex inkluża fil-programm ta' l-1998?", "Jista' għallinqas ikun każ prijoritarju fl-Estimi għall-1999?", "X'jista' jsir biex l-istat ikrah tat-triq jiġi mtaffi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - DIRETTIVI FUQ IL-LEAVE", "11717.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-pulizija ġew mogħtija d-direttivi: a) li l-leave ta' 14-il ġurnata jridu jittieħdu nhar ta' Ħadd; b) li issa għandhom biss 50 ltrs. fil-ġimgħa għal kull vettura minflok 90 ltrs.? c) Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed tkun tiswa l-gazzetta \"Il-mixja\" maħruġa mill-Korp tal-Pulizija għal finanzjament ta' l-istess korp? d) Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-korp tal-pulizija qed jaħseb li se jiffranka flus b'dawn il-miżuri? e) Jista' l-Prim Minstru jgħid jekk b'dawn il-miżuri l-pulizija humiex se jkunu f'pożizzjoni li jiddefendu liċ- ċittadini fil-komunitajiet tagħhom mill-kriminalita'? f) Jekk dawn il- miżuri msemmija ma ġewx mogħtija, jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu minflokhom jew ukoll b'żieda ma' dawn il-miżuri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi huwa minnu li l-Pulizija ġew mogħtija struzzjonijiet sabiex l-14-il ġurnata vacation leave li għandhom żejda minħabba festi pubbliċi iridu jittieħdu nhar ta' Ħadd jew f'festi pubbliċi.", "Fid-dawl tal-mezzi finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-Korp tal-Pulizija għas-sena kurrenti, l-amministrazzjoni tal-Korp iddiskutiet kif għandhom jitqassmu l-fondi għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Għalkemm kienet għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni finali, kien hemm min beda jimplementa l-miżura ta' 50 litru, pero' nħarġu ordnijiet sabiex sakemm ikun hemm direttivi finali, din il-miżura ma tibqax fis-seħħ.", "Il-'Mixja' maħruġa mill-Korp sabiex, primarjament iżomm lill-membri tal- Korp aġġornati bil-proċess ta' Modernizazzjoni fi ħdan il-Korp tal- Pulizija, kif ukoll avvenimenti oħra konnessi mal-Korp.", "Din qed tiswa Lm250 kull ħarġa.", "S'issa ġew pubblikati sitt ħarġiet, waħda kull xahar, u s-seba' ħarġa qiegħdha għand l-istampatur.", "Bil-miżuri msemmija mill-Onor.", "Interpellant, kif ukoll miżuri oħrajn proposti, li diġa' ġew spjegati lill-Assoċjazzjoni tal-Membri tal-Korp tal- Pulizija u li pero' għad irid isir qbil dwarhom ma' l-awtoritajiet, huwa maħsub li l-Korp jirnexxilu jnaqqas l-ispiża rikorrenti b'5% (Lm612,000 'approx.') mingħajr ma jnaqqas l-effiċjenza .", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "11718.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11125, fid-dawl tal-fatt li t- talba li ġejt mitlub biex nispeċifika kienet mehmuża mal-mistoqsija u kienet taqra hekk:", "\"Għażiż direttur,", "Bħala deputat Mosti nixtieq li f'dawn il-jiem tal-festi tal-Milied tagħtini l-opportunita' li nara l-inmates Mostin u Naxxarin li hemm fil- C.C.F., u peress li d-direttur tal-C.C.F. immedjatament fuq l-istess fax bagħat jgħidli li \"għalissa din it-talba ma tistax tiġi milqugħa\",", "jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet miċħuda t-talba tiegħi, meta dak li tlabt kien li ningħata l-opportunita' li nagħmel żjara lill-inmates Mostin u Naxxarin!", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-talba ma ġietx milqugħa billi din kienet bażata fuq il-pretensjoni li deputat politiku jista' jara kostitwenti tiegħu li hemm fil-ħabs.", "Hija l-policy ta' l-amministrazzjoni tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li kemm jista' jkun possibbli ma tiddaħħalx il-politika fil- Ħabs.", "Dan, għal raġunijiet ovvji u bażati fuq esperjenzi passati, hu l- aħjar metodu kif jistgħu jiġu evitati ċertu kontroversji li jistgħu min- naħa tagħhom jwasslu għal konsegwenzi mhux mixtieqa speċjalment f'post żgħir u magħluq bħalma hu l-ħabs.", "KUNSILLI LOKALI - FINANZJAMENT", "11719.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun il-finanzjament ta' din is- sena lil kull kunsill lokali?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kull kunsill se jitnaqqaslu mill-finanzjament li kien diġa' ngħata fl-1996 u fl-1997?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- allokazzjoni lill-kunsilli lokali għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta'Marzu 1999 għad trid tinħadem biex tirrifletti t-tibdil tal-konfini li għandu jitwettaq f'qasir żmien mill-Kummissjoni Elettorali skond l-Artikolu 3 (3) ta' l-Att ta'l-1993 dwar Kunsilli Lokali.", "P.A. - PROĠETTI GĦAL KUNSILLI LOKALI", "11720.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-valur fi flus ta' proġetti li f'dawn l-aħħar ħames snin ġew approvati għal kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jkollhiex informazzjoni dwar il-valur tal-proġett innifsu.", "Din l-informazzjoni tista' tinkiseb mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "KUNSILLI LOKALI - ASSI KAPITALI", "11721.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-assi kapitali ta' kull kunsill lokali li issa jistgħu jiġu kkalkolati wara l-ħidma ta' dawn l- ewwel ħames snin ta' ħidma?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba toħroġ mir-rapport ta' l-Udituri tal-Gvern Lokali għas-sena finanzjarja li għalqet fit-31 ta'Marzu 1997 li tpoġġa fuq il- Mejda ta' din il-Kamra mill-Ministeru tal-Finanzi nhar il-15 ta'Diċembru 1997.", "MTARFA - KUMPLESS SPORTIV", "11722.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Kunsill Lokali tar-Rabat ma kienx mistieden għall-ftuħ tal-kumpless sportiv fl-Imtarfa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall- istqarrija għall-Istampa numru 167 datata 28 ta'Jannar 1998 li xandar il- Ministeru għad-Djar permezz tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.", "SAĦĦA - BECOTIDE GĦALL-AŻŻMA", "11727.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex min qiegħed fuq il-kura tal-Becotide għall-ażżma mhux qed jingħata dan meta għandu d-dritt għalih fuq l-iskema tas-saħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li hemm stokk tal-prodott Beclomethasone 50mcg inhaler (Becotide) f'kull spiżerija tal- Gvern, fl-isptarijiet kif ukoll dawk fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "AREI", "11728.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fir-rigward tas-segwenti bliet/irħula imsemmija hawn taħt: (i) kemm kienet l-area totali ta' kull lokal li kienet fabbrikabbli (tajba għall-bini skond pjan regolatur) qabel ma ddaħħlu t-temporary provisions schemes; (ii) kemm mill-area ta' kull lokal kienet ġiet iffriżata fl-1988 għal raġunijiet ta' replanning eċċ; (iii) kemm huwa l-persentaġġ ta' ċifra (ii) fuq ċifra (i) għal kull lokal imsemmi hawn taħt: Żebbuġ (Malta), Rabat (Malta), Attard, Birkirkira, Birżebbuġia, Dingli, Gudja, Għaxaq, Iklin, Kirkop, Lija, Luqa, Marsascala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Naxxar, Qrendi,Safi, San Ġiljan, San Gwann, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Swieqi u Żurrieq?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tkun tista' tingħata tweġiba.", "WSC - ILMA", "11729.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, ġurnata b'ġurnata mill-15.11.97 sa 28.1.98, (i) kemm kienet id-domanda (konsum) ta' l-ilma fil-gżejjer Maltin; (ii) l-istess ċifri għall-perijodi: (a) 15.11.96 - 28.", "1.97; (b) 15.11.95 - 28.1.96; u (ċ) 15.11.94 - 28.1.95?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PATATA - IMPORTAZZJONI", "11730.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward ta' importazzjoni ta' patata taż-żriegħ għall-istaġun tas-sajf li ġej: (i) meta għalaq iż-żmien tar-reġistrar tal- patata taż-żriegħ; (ii) jekk ġietx importata iżjed patata taż-żriegħ mid- data msemmija f'(i) u jekk fl-afferamttiv, kemm kien l-ammont ta' żerriegħa tal-patata li ġiet importata?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: (a) Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħata għall-mistoqsija parlamentari numru 8471.", "(b) Naturalment, wieħed jifhem li l-arranġamenti għall-importazzjoni tal- patata taż-żriegħ isiru wara l-egħluq tal-kitba tagħha mill-bdiewa.", "(c) Il-kwantita' ta' patata taż-żriegħ li ġiet impurtata din id-darba laħqet l-2625 tunnellata.", "ETI/ETP - DĦUL", "11743.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti d-dħul nett u gross mill-ETI u ETP u stokk minn Lulju 1997 sa Diċembru 1997, kif ukoll id-dħul nett u gross mill-VAT għall- istess perjodu u għall-1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li t-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Minħabba raġunijiet tekniċi, id-dħul mill-ETP u mill-ETS ma jistax jingħata separatament.", "Iċ-ċifri għal Diċembru, 1997 huma proviżorji minħabba li d-Dipartiment tat- Teżor għadu m'għalaqx l-accounts għas-sena finanzjarja 1997.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "AMBAXXATUR MAURICE ABELA", "W1,057.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti xahar b'xahar dettalji dwar infiq għall-entertainment and hospitality mill- Ambaxxatur Maurice Abela fi Vjenna mill-ħatra tiegħu sa Settembru, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-infie fuq ospitalita' u entertainment fl-Ambaxxata Maltija ġewwa Vjenna, għall-perjodu bejn Lulju 1996 u Settembru 1997 kien dan:", "|Xahar |Austria|Lm |Okkażjoni | | |n | | | | |Schilli| | | | |ngs | | | | | | | | | | | | | |Lulju |1,500 |50.87|Ikliet | |1996 | | | | |Ottubru |3,760 |128.0|Ikliet | |1996 | |1 | | |Novembru |2,463 |82.83|Ikliet | |1996 | | | | |Jannar |900 |29.62|Ikliet | |1997 | | | | |Frar1997 |2,756 |89.95|Ikliet | |Marzu |1,017 |32.83|Ikliet | |1997 | | | | |April |1,400 |45.20|Ikliet | |1997 | | | | |Ġunju |2,927 |93.21|Ikliet | |1997 | | | | |Lulju |18,848 |591.2|servew jew| |1997 | |8 |se jservu | | | | |fl-ambaxxa| | | | |ta |", "In-nefqa totali f'sena għalhekk kienet ta' ATS 35,571, jiġifieri Lm1,143.80.", "Djar - każ b'file no. HA/51/97", "W1086.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-każ tal- file no. HA/51/97 tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadu ma sarx il-kuntratt?", "Meta se jsir il-kuntratt?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-persuna ndikata iffirmat il-konvenju fuq ir- residenza governattiva tagħha fit-3 ta' Ġunju 1997.", "Fil-5 ta' Ġunju l- Awtorita' tad-Djar kitbet lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex jagħtiha l- boundaries and root of title (provenjenza) ħalli jkun jista' jsir il- kuntratt.", "Sallum l-Awtorita' tad-Djar għadha ma rċievitx din l- informazzjoni.", "Djar - HA 51/97", "W1,103.", "L-Onor.", "SANDRO Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm il-Lands milli jipproċessaw b'aktar ħeffa l-applikazzjoniji ta' persuna mill-Marsa, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex tkun tista' tixtri l-post fejn toqgħod (HA 51/97)?", "Meta se jsir il-kuntratt?", "Jaf il-Ministru li l- każ tagħha ilu 'lfuq minn seba'xhur?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-Awtorita' tad-Djar għada tistenna l-provenjenza mill-Lands Department ta'l-art li fuqha hemm mibnija d-dar.", "It-talba lill-Lands Department saret fil-5 ta'Ġunju 1997.", "Djar - Applikazzjoniji Nru. HAN 122/97", "W1,105.", "L-Onor.", "SANDRO Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal- persuna minn tas-Sliema, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File: HAN 122/97 Scheme N ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI:GĦalkemm il-persuna ssottomettiet l-applikazzjoni taħt din l-iskema fit-13 ta' Diċembru 1997, parti mid-dokumenti neċċessarji kif ukoll il-ħlas rikjesta mal-formola saru fit-12 ta'Jannar 1998.", "Fil-preżent l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata.", "Djar - RO 8241", "W1,107.", "L-Onor.", "SANDRO Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: B'riferenża għal RO 8241, jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Diretur ta'l-Akkommodazzjoni Soċjali qed idum ma jilqa' dik it-talba u li id-dettalji qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi t-talba tal-persuna ndikata ma tistax tiġi milqugħa għax il-post li daħlet fih mhux se jibqa' jintuża għal skopijiet residenzjali.", "Djar - Kuntratti", "W1,111.", "L-Onor.", "SANDRO Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta persuni bħal persuna minn Ħal- Qormi, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se jkunu jistgħu jagħmlu l-kuntratt tal-post tagħhom, hekk kif l-art issir tal-gvern?", "Meta se ssir tal-gvern l-art?", "X'qed joħloq dan id-dewmien?", "X'risposta se jkollu dan iċ-ċittadin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Meta l-Awtorita' tad-Djar ikollha t-titolu legali fuq l-art li fuqha hemm mibnija d-dar taħt il-Home Ownership Scheme, tkun tista tikkonkludi t-trasferiment tal-art lill-persuna msemmija.", "Djar - Xiri", "W1,116.", "L-Onor.", "SANDRO Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta persuna mill-Belt, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se jkun jista' jixtri l-post (tal-gvern) fejn qed joqgħod wara li ilu li applika xhur sħaħ ilu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-persuna msemmija applikat uffiċjalment biex tixtri r-residenza tagħha li hija proprjeta' tal-gvern fil-21 ta' Ottubru 1997.", "Ftit jiem oħra din il-persuna ser tiġi mitluba tiġi l-Awtorita' tad-Djar biex jiġi iffirmat il-konvenju fuq dan il-post.", "Djar - Każ H 11342", "W1,120.", "L-Onor.", "SANDRO Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' ipproċessar wasal il-każ ta'persuna mill-Belt Valletta, li dettalji qed jintbagħtu separatament, b'File No. H 11342, li qed titlob akkomodazzjoni alternattiva saret inspeċtion f'darba?", "Meta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata kienet ġiet allokata post li kienet talbet hi stess fil-Belt iżda wara rrifjutatu.", "GĦalhekk ma tantx għandha ċans terġa tiġi offruta post ieħor.", "GŻIRA - DAR TA' L-ANZJANI", "W1,173.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se ssir kjarifika dwar id-dar ta' l-anzjani li tinsab fil-Gżira fid- dawl ta' dak li ġie rrapportat fuq it-television li din mhijiex adattata u trid titneħħa?", "Kif se jiġu affettwati l-anzjani tal-lokal?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Dar ta' l-Anzjani tal-Gżira ġiet mixtrija fl- 1988.", "Din id-dar għandha diversi problemi, fosthom in-numru ta' sulari u t- taraġ bejn dawn is-sulari.", "Barra minn hekk il-post hu relattivament żgħir.", "Minħabba esiġenzi ta' prijorita', għalissa m'hemmx il-ħsieb li din id-dar tingħalaq.", "GŻIRA - DAY CENTRE", "W1,174.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata bidu għad-Day Centre għall-anzjani tal-Gżira, peress li din kellha sseħħ f'Jannar 1998 u sal-lum jidher li għadu ma sar xejn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-Segretarju Parlamentari preżenti qatt ma wiegħed li d-Day Centre għall-anzjani se jinfetaħ f'Jannar 1998.", "GŻIRA - ASFALTAR TA' TOROQ", "W1,175.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li jiġu asfaltati kemm Tabone Lane li r-residenti ilhom jitolbuh li ssir għal dawn l-aħħar 30 sena, kif ukoll New Street in Luqa Briffa Street, it-tnejn fil-Gżira li hi kollha ħofor u perikoluża?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal Triq Taliana fil-Gżira u t-triq ta' ħdejha li qiegħda mniżżla fil- lista tat-toroq li jridu jiġu asfaltati.", "GŻIRA - TRIQ SAN ĠORĠ", "W1,179.", "L-ONOR.SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-gvern jiftaħ triq fejn hemm għalqa fi Triq San Ġorġ ma' Triq Luqa Briffa fil-Gżira, biex jitħaffef it-traffiku u nsolvu parti mill-problema ta' l- ilma li jinżel minn hemm billi jsir xi lqugħ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant għadhom mhumiex żviluppati u għalhekk ma jistgħux jinfetħu għalissa.", "Is- sitwazzjoni tat-traffiku w ta' l-ilma qed jiġu kkunsidrati fil-kuntest globali ta' żvilupp ta' toroq fil-lokal inkonnessjoni mal-proġett ta' Manoel Island.", "GŻIRA - QLUGĦ TA' TRINEK", "W1,181.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li jinqalgħu t-trinek kif suppost wara li jsiru xi tiswijiet mill-WSC fil-lokalita' tal-Gżira, meta jkunu saru xogħlijiet utili?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Preżentament il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal- Ilma twettaq ir-\"reinstatement\" tat-triq b'kisi temporanju meta jsiru xogħlijiet fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "Sadanittant il- Korporazzjoni qed tieħu ħsieb li taħtar kuntrattur permezz ta' sejħa pubblika sabiex dawn ix-xogħlijiet isiru b'mod permanenti.", "MANOEL ISLAND - PROĠETT", "W1,182.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkollu l- proġett utili ta' Manoel Island inkluż it-twaqqigħ ta' bini, fuq l- infrastruttura u l-imaniġġjar tat-traffiku fil-lokal?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li għadhom qed jiġu kkunsidrati diversi alternattivi għas-sistema ta' toroq u l-immaniġġjar tat-traffiku fil-lokal għalissa ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Pembroke - Proġetti", "W2,001.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI Staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li l-Gvern għandu għal Pembroke fejn jirrigwarda Housing?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għad-Diskors tal- Budget 1998 dwar Korporazzjoni għall-Iżvilupp Urban ta' Pembroke.", "Gzira - Proġetti ta'Housing", "W2,002.", "L-Onor.", "SANDRO SChembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti għandu l-Gvern dwar Housing f'Manoel Island, Gzira?", "Jista l-Ministru jgħid xi studji saru, minn min saru u x'direzzjoni se jieħdu għar-rigward ta' soluzzjonijiet parzjali tal-problema tal-Housing?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Proġett għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' ma' jinkludix Social Housing.", "Nirreferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 7284 li saret mill-Onor.", "Jose' Herrera lill-Prim Ministru.", "Djar - DJAR Substandard", "W2,003.", "L-Onor.", "SANDRO Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Fid-dawl ta' survey li sar dan l-aħħar fejn irriżulta li hemm madwar 8,000 dar/fond substandard, jidhirlu l-Ministru li ta' min issir spjegazzjoni fuq kull waħda minn dawn id-djar biex jiġi mistħarreġ jekk dawn jaqgħux taħt xi waħda mill-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar biex allura dawn jiġu resi up to standard?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Qegħdin isiru taħdidiet ħalli safejn hu possibbli jsir dan l-eżerċizzju u jiġi stabbilit jekk dawn il-każijiet jikkwalifikawx taħt l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar biex dawn l-abitazzjonijiet jiġu resi up to standard.", "Djar - Xiri", "W2,005.", "L-Onor.", "SANDRO Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif dawk li joqogħdu f'postijiet residenzjali tal-gvern li talbu biex jixtru l-post tagħhom u ma jistgħux jagħmlu dan u minhabba li l-art li fuqha hemm mibnija r-residenza m'hijiex proprjeta' tal-gvern, jaħseb il-Ministru li għandhom jingħataw iċ-ċans li jakkwistaw ir-residenza tagħhom bħal ħaddieħor?", "Konxju l-Ministru li; (i) b'hekk anke l-piż ta'l-inkwilin jonqos; (ii) l-awtorita'ddaħħal aktar flus; u (iii) tikber il-possibilita' ta' bini ta'aktar djar għall-poplu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar qed tistudja skema għal dan il-għan.", "Djar - Skemi", "W2,007.", "L-Onor.", "SANDRO Schembri Adami staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal- Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif għandhom jitħaffu l-proċeduri biex min għandu dar mibnija fuq HOS plot li qegħda fuq art li l-gvern m'għandux titolu fuqħa, jkunu jistgħu jifdu ċ-ċens ta'fuq il-plot u b'hekk ma jiġux imċaħħda minn dritt li għandu ħaddieħor?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar qed tistudja skema għal dan l- iskop.", "P.A. -PA 5713/96", "W2,011.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ambjent: Wara li fi Triq Danny Cremona kien sar tħaffir fuq sit li n-numru tal-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar PA 5713/96, liema tħaffir sar b'traskuraġni u kkawża problemi strutturali f'żewġt idjar li jmissu mas-sit, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tintuża l-kawtela kollha biex fil-futur affarijiet bħal dawn ma jsirux?", "Jaf il-Viċi Prim Ministru li kawża ta' dan, kull xitwa qed jinġabar m'għola metru ilma tax-xita li jdum hemm sal-bidu tas-sajf, u qed jispiċċa biex jinġabar numru kbir ta' nemus li jinvadu il-btieħi tar- residenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-tħaffir li għalih saret referenza f'din l- interpellanza huwa kopert bil-permess PA 5713/96 maħruġ fit-23 ta' Settembru, 1997.", "L-aċċess minn Triq Danny Cremona li jagħti ġos-sit in kwestjoni huwa magħluq b' hoarding skond il-kondizzjonijiet imposti fil-permess li preżentement għadu validu.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'għandha l-ebda kontroll fuq l-ilma tax-xita li mela l-ħofra proġettata għall-basement u mill-impatt sfavorevoli illi jirriżulta mill-istess ilma bħal nemus u qtates imgħarqa.", "Dan l-ilment għandu jiġi riferut lill-Awtoritajiet tas-Saħħa u Sanita għall-azzjoni meħtieġa minn naħa tagħhom.", "L-istess, rigward problemi strutturali f'żewġt idjar li jmissu mas-sit - dan huwa problema ta' natura ċivili li għalihom l-Awtorita' ma hiex responsabbli."]} {"filename": "19970519_068d_par.doc", "date": "1997-05-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 68 It-Tnejn, 19 ta' Mejju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 68", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "68", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju, 1997", "WERREJ MINUTI 401", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 401", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 406", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROTEZZJONI TA'", "PROPRJETA' INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL PROPERTY (PROTECTION) ORDINANCE (AMENDMENT)", "BILL(IT-TIENI QARI) 407", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET FINANZJARJI", "FINANCIAL LAWS (AMENDMENT) BILL(IT-TIELET QARI) 416", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA", "MALTA FREEPORTS (AMENDMENT) BILL(IT-TIENI QARI) 416", "AĠĠORNAMENT 430", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 435", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 465", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 67 li saret fil-15 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "FIS - KONFERENZI", "3970.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm ta' konferenzi li l-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali għandha ppjanat għall-perjodu bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Diċembru ta' din is-sena?", "Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' dawn il-konferenzi kif ukoll jgħid x'inhu l-iskop wara kull waħda minnhom?", "X'inhi l-istima għal kull konferenza li se ssir?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konferenzi li saru mill- Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali mill-1 ta' April, 1997 kif ukoll dawk li huma ppjanati li jsiru sal-31 ta' Diċembru, 1997.", "Jista' jkun li jiżdiedu xi konferenzi oħra li fuqhom għadhom għaddejjin it-trattattivi.", "M'huwiex possibbli li wieħed bil-quddiem jgħid eżattament l-ispejjeż ta' qualsiasi konferenza għaliex ċerti fatturi ma jkunux għandhom magħrufa bid- dettal, fosthom l-attendenza li wieħed ma jkunx jaf biha ħlief fl-aħħar ġranet.", "Madankollu, ħlief għal xi eċċezzjoni 'l hawn u 'l hinn, fil- kalkoli li jsiru qabel kull konferenza jiġi kkonsidrat li jkun hemm dħul biżżejjed sabiex ikopri l-ispejjeż kollha.", "MADAM SPEAKER (L-Onor.", "Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Chris Cardona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratt għandu d- direttur ġenerali tal-fondazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, peress li ma kontx ippreparat għal mistoqsija bħal din, nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmilha bil- miktub biex inkun nista' nagħtih din l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l- kuntratt tad-direttur ġenerali tal-fondazzjoni jiġi mġedded?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena xtaqt li l-mistoqsija ssir bil-miktub proprju għax ma nixtieqx noqgħod fuq il-memorja biss.", "Pero', jekk m'iniex sejjer żball, il-kuntratt tal-Prof.", "Salvinu Busuttil, id-Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, se jiskadi fix-xhur tas-sajf li ġej u m'hemmx il-ħsieb li dan il-kuntratt jiġġedded.", "FIS - LECTURES", "3971.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' public lectures li l-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali organizzat fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar ta' l-1986 u l-31 ta' Jannar ta' l-1997, kif ukoll jgħid x'kienet l-ispiża ta' l-organizzazzjoni ta' kull lecture u lil min saru dawn il-ħlasijiet?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll lista ta' public lectures li l-fondazzjoni għandha l-ħsieb li torganizza fil-perjodu bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Diċembru ta' din is-sena, kif ukoll jgħid x'inhu stmat li jintnefaq fuq kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' public lectures organizzati mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali minn Jannar 1995 sa l-aħħar ta' L-1996.", "Il-fondazzjoni tipprova li kemm jista' jkun tuża s-servizzi ta' kelliema li diġa' jkunu Malta fuq xogħol ieħor - per eżempju, biex jagħtu lectures fl-Universita' - pero' xi drabi jiġu mistiedna lecturers speċifikament għal dan l-iskop.", "F'dan il-kontest il-fondazzjoni ssib għajnuna kbira mill- ambaxxati barranin u fil-fatt huwa rari li l-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali tħallas il-biljett ta' l-ajru u l-lukanda tal-kelliema li jkollha.", "Punt ieħor huwa li l-lecturers qatt ma jingħataw honoraria għal dan ix-xogħol.", "L-ispejjeż inċidentali jirriferu għal riklami fil-gazzetti, ritratti u ħlas ta' overtime lill-messaġġiera, peress li dawn il-lectures isiru dejjem wara l-ħin tax-xogħol.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT", "4679.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-attendenza bejn l- 1994 u l-1996 ta' l-ewwel kumitat tat-tmexxija tal-Kunsill Malti għall- Isport, inkluż dik tar-rappreżentant tal-MLP, jiġifieri ta' l-Onor.", "Joe Cilia?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kuntrarju għal kif qed jindika l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, il-Kunsill Malti għall-Isport twaqqaf l- ewwel darba fl-1995 u mhux fl-1994.", "Mir-records instabu biss il-minuti ta' erba' seduti għas-sena 1995 u dan minkejja f'dik is-sena kien inżamm numru akbar ta' seduti.", "Madam Speaker, qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-attendenza għas-sentejn 1995 u 1996 u hawn ta' min jinnota li f'dan il-perjodu l-Onor.", "Joe Cilia kien assenti biss darbtejn fl-1996, jiġifieri fis-sena ta' l- elezzjoni ġenerali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jgħidi kemm kien in-numru ta' laqgħat u għal kemm-il laqgħa attenda l-Onor.", "Joe Cilia?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nistieden lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub.", "SKEJJEL - PURTINARA", "4894.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm bżonn ta' caretakers fl-iskejjel sekondarji, primarji u kindergarten rispettivament?", "Kemm hu l-complement attwali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-preżent in-numru ta' caretakers fl-iskejjel sekondarji u junior lyceums huwa ta' 212, li minnhom 179 huma regolari u 33 każwali; fl-iskejjel primarji u kindergarten hemm 228, li minnhom 211 huma regolari u 17 każwali.", "Il-complement huwa 452 u għalhekk il-ħtieġa preżenti hija ta' 12-il caretaker ieħor.", "CARETAKER SERVICE", "4895.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward il-ħtiġijiet li hemm għal caretaker service fl-iskejjel tal-gvern?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-policy preżenti rigward il-caretaker service fl-iskejjel tal-gvern hu ta', bejn wieħed u ieħor, caretaker għal kull għaxar klassijiet.", "HILTON HOTEL - MONITORING REPORT", "4902.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 2193, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ewwel verzjoni tar-rapporti, sew dwar affarijiet tal-baħar u affarjiet ta' l-art, li kien imiss minn Jannar 1997 ġietx preżentata u, jekk fl- affermattiv, meta?", "Dawn ir-rapporti ġew studjati sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx xi effetti ħżiena fuq l-ambjent tal-baħar u ta' l-art?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Il-monitoring reports dwar iż-żoni ekoloġiċi fuq l-art u fil-baħar ġew aċċettati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fid-9 ta' Jannar, 1997.", "Iż-żewġ rapporti ġew evalwati u s'issa ma jidher li hemm l- ebda effett ħażin fuq l-ambjent tal-baħar u dak ta' l-art, kawża tal- proġett tal-Lukanda Hilton.", "F' Marzu 1997 il-konsulenti ssottomettew rapport ieħor dwar il-monitoring ta' l-ambjent tal-baħar u dan għadu qed jiġi studjat bir-reqqa.", "Ir-rapporti li jmiss dwar iż-żoni ekoloġiċi fuq l-art kif ukoll dwar il- baħar għandhom jiġu sottomessi f' Ġunju 1997.", "ŻGĦAŻAGĦ - POLITIKA NAZZJONALI", "4916.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Richard Muscat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4472, nixtieq inkun aktar speċifiku billi nitlob lill-Ministru jgħid kemm hawn pajjiżi fl-Ewropa u fil-Commonwealth li għandhom politika nazzjonali taż-żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, jiena għandi d-dubji tiegħi kemm din il-mistoqsija setgħet issir, għax meta jintalab tagħrif bħal dan inkunu qisna qed nagħmlu xi project tal-general knowledge, madankollu jiena xorta waħda se nagħti din l-informazzjoni.", "Lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jirriżultalu li fil-Commonwealth hemm 17-il pajjiż li għandhom politika nazzjonali taż-żgħażagħ.", "Fir- rigward tal-pajjiżi fil-Kunsill ta' l-Ewropa jirriżulta li sa l-1996 ma kienx hemm informazzjoni suffiċjenti f'dan il-qasam minn dawn il-pajjiżi:- it-Turkija, San Marino, in-Norveġja, Monaco, Latvia u d-Danimarka.", "Fil-każ ta' l-Italja ma teżistix politika nazzjonali taż-żgħażagħ filwaqt li fil- pajjiżi l-oħra hemm xi tip ta' politika jew leġislazzjoni dwar iż-żgħażagħ.", "QRENDI - TAL MAQLUBA", "4952.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Peress li l-Gvern preċedenti kellu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li jagħti għall-ħofra f'Tal-Maqluba, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal dan ix-xogħol u jekk il-Kunsill Lokali tal-Qrendi hux qed ikun ikkonsultat f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex ipoġġi l- mistoqsija lill-Ministru għax-Xogħolijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "UNIVERSITA' - PROPRJETA' FL-IMTARFA", "4993.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proprjeta' li l-Universita' kellha fl-Imtarfa, fejn suppost kellu jsir ċentru ta' studji mill-Universita', għadhiex f'idejha?", "Jekk din il-proprjeta' m'hijiex se tintuża mill-Universita', x'użu se jsir minnha?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' bidlitx din il-proprjeta' ma xi proprjeta' oħra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-proprjeta' fl-Imtarfa li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għadha ta' l-Universita' u m'hemm l-ebda intenzjoni li din il-proprjeta' tiġi mibdula ma' xi proprjeta' oħra.", "Fil-preżent din il-proprjeta' qed tintuża bħala exploratorium mill- Fakulta' ta' l-Edukazzjoni biex tfal ta' bejn is-seba' u l-erbatax-il sena jistgħu jakkwistaw esperjenza b'mod prattiku fuq il-pre-istorja u l-istorja ta' Malta fl-isfond tal-Mediterran.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, naħseb li l-Ministru bilfors qed jirriferi għal xi proprjeta' oħra għax il-proprjeta' li qed nistaqsi fuqha jien hija waħda dilapidata u żgur li mhijiex qed tintuża minkejja li ilha f'idejn l-Universita' ta' Malta għal numru ta' snin u kien anke sar xi xogħol fuqha.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARSIT BARTOLO: Skond it-tagħrif li ngħatajt għal din it-tweġiba jidher li l-Universita' għandha proprjeta' waħda fl-Imtarfa, pero' jekk l- Onor. Interpellant jaħseb li hemm aktar minn proprjeta' waħda allura nissuġġerilu li jagħmel site plan fejn jindikali għal liema proprjeta' qed jirreferi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Qed nirriferi għal dak il-post li l-Universita' għamlet xi xogħol fuqu u li kellu jibda jintuża għal ċerti skopijiet.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Onor.", "Interpellant jgħidli jekk għandux ħjiel għal xiex qed jintuża l-bini li qed jirriferi għalih?", "Safejn naf jien dan il-post suppost li qed jintuża bħala exploratorium imma probabbli l-ewwel exploratorium li rridu nagħmlu huwa li nistabilixxu l-użu tal-post!", "PATRIJOTTI MALTIN", "5018.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar biex jitfakkru l-patrijotti Maltin li kienu taw ħajjithom għal bejn l-1798 u l-1800?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-Prim Ministru, in vista ta' żviluppi riċenti li kien hemm fuq din il-materja.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li ili nagħmel mistoqsijiet fuq din il- kwestjoni li dwarhom il-Ministru kien wieġeb li kellu jgħaddihom lil wieħed mill-kumitati li għandu biex jagħtuh il-pariri meħtieġa, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi suġġerimenti mill-kumitat li kien semma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Safejn naf jien, il-kumitat maħtur mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru s'issa għadu ltaqa' darba biss u dan il-kumitat għadu ma għamel l-ebda rakkomandazzjoni biex jiġu mfakkra l-patrijotti Maltin li taw ħajjithom bejn dawk is-sentejn li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi ilhom jidhru ħafna artikli fil-gazzetti u billi hawn ħafna li jinteressaw ruħhom fl-istorja ta' pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel li jsir xi ħaġa dwar dan?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk qed nifhmu sew, l-Onor Interpellant qed jistaqsi jekk hux se jsir xi ħaġa biex jiġu mfakkra partijotti Maltin li taw ħajjithom f'dak il-perjodu ta' sentejn.", "Li nista' ngħid f'dan ir- rigward hu li bħalissa qiegħed jitfassal programm u dan jiġi mħabbar meta eventwalment jitlesta.", "SKEJJEL - KINDERGARTEN ASSISTANTS", "5031.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l- Ministru jgħid bħalissa kemm hemm kindergarten assistants, instructors u għalliema li qegħdin on pregnancy leave?", "Kemm hemm minnhom li ġejjin mill- primarji, mis-sekondarji/junior lyceum u mill-post-secondary?", "Jista' l- Ministru jaqsam dawn il-każi f'dawk li jikkonċernaw lil Malta u f'dawk li jikkonċernaw lil Għawdex?", "Kif ġew sostitwiti dawn l-impjegati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hemm żewġ kindergarten assistants, sitt għalliema u erba' instructors li bħalissa qegħdin fuq pregnancy leave.", "Minn dawn kien hemm erba' instructors u żewġ kindergarten assistants fl- iskejjel primarji u erba' għalliema, żewġ kindergarten assistants u tliet instructors fl-iskejjel sekondarji.", "F'Għawdex kien hemm żewġ għalliema u instructor wieħed.", "Fis-settur post-sekondarju bħalissa m'hemm ebda instructress jew għalliema fuq pregnancy leave.", "Dawn ġew sostitwiti b'personnel li daħlu minn maternity leave jew b'supply teachers inkella b'arranġamenti interni li saru fl-iskejjel.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 63 ta' l-1997 - Avviż dwar bidu fis-seħħ ta' l- Att ta' l-1997 dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji (Att Nru VIII ta' l-1997);", "Informazzjoni dwar rapporti mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun dwar atti ta' vandaliżmu f'ġonna pubbliċi fiż-Żejtun, bi tweġiba għall- mistoqsijiet parlamentari numri 5736;", "Kopja ta' pjanti li juru s-sit tax-xogħol li qed isir fix-Xlendi, Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5740; u", "Tabella li turi l-għadd ta' permessi tal-pulizija għal fixed hawkers u gabbani maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W611.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar l-għadd ta' personnel f'ambaxxati ta' Malta u l- ispiża ta' kull ambaxxata għall-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5485; u", "Kopja tad-diskors li għamel l-ET Dr Daniel Micallef, Ambaxxatur ta' Malta għas-Santa Sede, meta ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-Papa fl-24 ta' April, 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5584.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 59 ta' l-1997 - Regoli ta' l-1997 li jemendaw ir- Regoli dwar il-Formula tal-Prospetti tat-Taxxa fuq l-Income; u", "Avviż Legali Nru 60 ta' l-1997 - Regoli ta' l-1997 li jemendaw ir- Regoli dwar il-Formula tal-Prospett tat-Taxxa fuq l-Income għal Kumpannija, Korp Magħqud jew Intrapriża.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministtu Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 62 ta' l-1997 - Ordni tal-President ta' Malta ta' l-1997 bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;", "Avviż Legali Nru 64 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Drittijiet tar-Reġistru tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji; u", "Kopja taċ-ċirkolarijiet/memos maħruġa lill-kunsilli lokali mill- Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali f'Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5097.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 61 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Trasport Pubbliku (Servizzi tat- Trasport Scheduled, Turisti, Minibus u Unscheduled).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar inċidenza ta' AIDS f'pajjiżi Ewropej u pajjiżi tal-Mediterran, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5633.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar) Madam Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet ġodda għal akkommodazzjoni alternattiva li daħlu f'Marzu 1997, maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5099.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROTEZZJONI TA' PROPRJETA' INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL PROPERTY (PROTECTION) ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Mejju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, qed nieħu gost nara dan l- Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - pjuttost intellettwali milli industrijali - li tradizzjonalment huwa suġġett li kien jiġi regolat bil-Berne Convention li ilha ġejja mis-seklu li għadda u l- aħħar darba li ġiet emendata kien fl-1971.", "Bis-saħħa tal-World Intellectual Property Organisation, il-WIPO, imbagħad kellna reġim dwar kif ikun hemm ċerti sanzjonijiet, enforcement procedures, kif ukoll definizzjoni iktar ċara ta' x'inhuma patents, trademarks u copyrights.", "Jien segwejt b'reqqa u b'attenzjoni dak li qalu l-kollegi tiegħi miż-żewġ naħat tal-Kamra fuq dan is-suġġett għaliex kulma jmur se jiżdied l-ammont ta' invenzjonijiet li allura jġib miegħu ammont akbar ta' reġistrazzjoni u applikabilita' aktar wiesgħa.", "Barra minn hekk - u proprju għalhekk li qomt biex nitkellem illum - hemm is-sogru li din il-Konvenzjoni kollha ta' Berna, din il-WIPO li hija an arm tal-Ġnus Magħquda, tiġi superseded by events u ssir organizzazzjoni anakronistika mhux minħabba d-drafting ta' xi klawsola jew xi phrasing legali imma minħabba l-iżviluppi li seħħew.", "Li rrid ngħid hu li l-invenzjoni fit-teknoloġija ta' l-informatika qiegħda tiġri iktar mill-invenzjonijiet l-oħra li qegħdin jiġu patented, copyrighted u trademarked.", "Qed ngħid dan għaliex filwaqt li minn naħa hemm il-patents, it-trademarks u l-copyrights li jistgħu jiġu regolati testwalment, mill-banda l-oħra dak kollu li jiġi trasmess b'mod diġitali, jiġifieri permezz tal-linji tat-telefon, antenni u satellite dishes m'huwiex qiegħed jiġi kkontrollat u dan qed joħloq toqob kbar fir- regolamentazzjoni tal-WIPO u tal-Berne Convention.", "Dan ifisser li għandna struttura sħiħa li ilha iktar minn mitt sena tikkontrolla u tissalvagwarda l-proprjeta' intellettwali fil-patents, trademarks u l-copyrights u min- naħa l-oħra m'hemm xejn li qed jikkontrolla l-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Kif nafu, din it-teknoloġija qed tiżdied mhux bid-doppju b'għaxar darbiet fis-sena imma f'ċerti pajjiżi qed ikun hemm żieda anke ta' tliet mitt jew erba' mitt darba minn sena għall-oħra bl-ispread ta' computers li huma linked b'modem għal mat-telephone system biex ikunu jistgħu jikkomunikaw internazzjonalment bl-Internet.", "Aħna qegħdin nagħmlu dawn l-emendi sabiex il-liġi tagħna tiġi updated u tkun iktar u iktar konformi mal-Konvenzjoni ta' Berna u mad-diskussjonijiet internazzjonali li jinsabu għaddejjin biex ikun hemm laqgħa li tirriforma l-Konvenzjoni ta' Berna dwar areas li ma kenux tant issikkati fil-liġi kif qiegħda fil-preżent.", "Pero' mbagħad, bl- invenzjoni ta' l-Internet, inħolqot realta' oħra li l-liġi lanqas biss tmissha u li lanqas il-Konvenzjoni ta' Berna ma tikkontemplaha.", "Hija ironika li l-konvenzjoni li kellha tittratta l-invenzjonijiet kellha hi stess tiġi megħluba mill-Internet, liema invenzjoni m'hija regolata imkien fil-preżent.", "F'dan ir-rigward bħalissa hawn dibattiti f'ċerti circles akkademiċi dwar jekk ikunx sewwa li l-Internet jiġi regolat peress li hemm min jgħid li dan huwa estensjoni tal-freedom of speech.", "Barra minn hekk hemm min qed jargumenta li peress li hawnhekk tidħol il-liberta' tad- distribuzzjoni ta' informazzjoni, jekk inti tirregola l-internet fl-istess ħin tkun qed tnaqqas din il-liberta'.", "Bħalissa hawn dibattitu sħiħ għaddej fuq il-medium korrett li din il-liġi qegħda titratta.", "Jien inħoss li bħala Parlament ta' stat sovran għandna naraw x'inhuma l- kompetenzi u x'inhija l-ġurisdizzjoni tagħna f'dan ir-rigward, mhux biss f'livell legali akkademiku imma dwar x'jista' wieħed effettivament jagħmel fuq din il-materja.", "Fil-liġi internazzjonali hemm il-konċett tar-res omnia, jiġifieri ta' dawk li huma affarijiet komuni u ta' kulħadd, liema konċett kien intuża storikament anke minn Malta biex wieħed juri li hemm ċerti affarijiet li huma beyond dak li huwa taħt is-sovranita' ta' Stat u allura m'humiex suġġetti għall-kompetenza ta' stat imma huma affarijiet suġġetti għad-dritt internazzjonali.", "Forsi hawnhekk wieħed irid iżid li dawn mhumiex kompetenza ta' Stat wieħed imma ta' Stati flimkien li jistgħu joħolqu liġi internazzjonali dwar dawk l-affarijiet li jitqiesu li għandhom jiġu regolamentati għax jekk dawn ma jkunux regolamentati jibqgħu res omnia.", "Il-problema li għandna quddiemna llum il-ġurnata hija li l-copyright laws kollha qegħdin jiġu infringed peress li t-textual copyright qegħda tinkiser bil-kbir bid-digital transmission u allura jkun hemm min jgħidlek li hemm bżonn ta' digital copyright law u digital copyright registration.", "L-istess japplika, mutatis mutandis, għal trademarks, għal service marks - meta jkollna - u għal patents.", "Jekk wieħed m'huwiex se jestendi r- reġistrazzjoni biex dawn l-invenzjonijiet ikunu protetti, mhux biss fil- forma testwali tagħhom imma anke fil-forma diġitali tagħhom, allura għandna u se jibqa' jkollna l-akbar loophole fejn jidħol l-Internet li llum il-ġurnat qed tikkomunika miegħu prattikament id-dinja kollha.", "L-emenda li qegħdin nagħmlu se tkun utli bħala improvement tat-test tal-Konvenzjoni ta' Berna u biex tagħti lill-WIPO aktar poteri fil-qasam tradizzjonali, imma meta llum ħafna mill-attivita' ta' bdil ta' informazzjoni qed issir bl- Internet s-sitwazzjoni hi li wieħed jista' faċilment jagħmel downloading ta' l-invenzjoni li hija patented jew ta' text li għandu l-copyright mingħajr ma wieħed josserva l-liġijiet tal-patent jew tal-copyright.", "Jien inħoss li la hawn din il-loophole manifesta quddiemna hemm bżonn li aħna nieħdu passi dwarha.", "Madam Speaker, f'dan l-istadju irrid nagħmel punt ċar fis-sens li jien m'iniex qiegħed ngħid li ladarba f'dak li huwa testwali kienet saret il- Konvenzjoni ta' Berna allura fir-rigward tat-trasmissjonijiet diġitali għandha ssir xi konvenzjoni oħra, għax ta' min jgħid li hawnhekk il-baħar huwa ħafna usa'.", "F'dan ir-rigward, jien nissuġġerixxi li jkun hawn kummissjoni magħmula minn persuni ta' diversi nazzjonalitajiet biex jippreparaw studji u abbozzi ta' kodiċi ta' prattika għal Stati, azjendi, universitajiet u individwi li jużaw l-Internet li forsi - għalissa se ngħid \"forsi\" - jistgħu jkun utli għal diversi gvernijiet biex sussegwentement ikun hemm konvenzjoni internazzjonali dwar digitalised intellectual property - ħalli nsejjaħlu hekk, għax għad m'hawnx frażjoloġija definittiva għal dan il-qasam ta' attivita' tal-bniedem.", "Għaldaqstant hemm bżonn li nżommu f'moħħna x'qegħdin ngħidu f'dan ir-rigward għaliex illum m'aħniex qed nirriferu biss għall-protezzjoni ta' texts għax bil-mod kif żviluppa l- Internet wieħed jista' jittrasmetti anke videos, filmati u sound tal-films u simulations ta' makkinarju, li allura jfisser li inti għandek il-mod kif jaħdem makkinarju li qed jiġi patented u b'hekk tista' tirriproduċi invenzjoni industrijali.", "Meta tara dan allura wieħed ġustifikament jistaqsi: Bil-WIPO u bil-Konvenzjoni ta' Berna, xi protezzjoni għandna għal din l-intellectual property li hija rreġistrata bħala patent mhux biss f'Malta imma mad-dinja kollha?", "Madam Speaker, nixtieq infakkar li f'qorti Ġermaniża fil-Bavaria kien hemm każ dwar pornografija li kienet għaddejja fuq l-Internet fejn din il-qorti tat sentenza li permezz tagħha waqqfu ċertu server - mingħalija kien il- Compuserv - milli jkompli jitrasmetti dawn l-affarijiet.", "Imma mbagħad x'ġara?", "L-ironija hi li kif żviluppa dan il-proċess, affarijiet li s-soltu kienu jibdew u jieqfu ġewwa ġurisdizzjoni nazzjonali issa qegħdin jieħdu dimensjoni internazzjonali.", "Fil-fatt, meta d-deċiżjoni ta' dan l-imħallef Ġermaniż wasslet għal black-out fuq ruxxmata subscribers fl-Amerka, l- Amerikani bdew jgħidu: Prosit!", "Mela aħna membri ta' din l-assoċjazzjoni - biex ngħidulha hekk - u m'aħniex qegħdin nirċievu dak li konna abbonati fih minħabba qorti Ġermaniża, li s-soltu tiddeċiedi biss għat-territorju Ġermaniż anzi, f'dan il-każ, probabbli għall-Bavaria biss.", "Minn dan il-każ jidher li hawn inħolqot xi ħaġa li qiegħda tkisser il-fruntieri u l- ġurisdizzjoni nazzjonali.", "GĦalhekk l-ewwel konċett li qed inqiegħed quddiem il-Kamra huwa tar-res omnia jew aħjar tar-res comunis omnium, jiġifieri dak li huwa common għan-nies tad-dinja kollha u mhux xi ħaġa ta' xi pajjiż jew xi ħaġa li taqa' taħt xi ġurisdizzjoni partikolari.", "Madam Speaker, dan qiegħed ngħidu aktar u aktar fid-dawl li bħalissa l- uniċi żewġ regulators li hawn ta' l-Internet u allura, b'mod remot ħafna, tal-protection ta' l-intellectual property huma żewġ għaqdiet, waħda jisimha Internic u l-oħra jisimha Intersoc.", "L-aktar li għandhom saħħa dawn iż-żewġ kumpanniji huwa fl-Amerka pero' mhux esklussivament għaliex hekk kif il-każ tal-qorti Ġermaniża kellu effett ġewwa l-Amerka u anke f'Malta, l-Internic u l-Intersoc għandhom ukoll ċertu influwenza kemm fuq l-Ewropa u anke fuq is-swieq ta' l-Asian tigers li qegħdin jiżviluppaw.", "Jekk. per eżempju, nieħdu l-Internic insibu li din tirregola biss ir-reġistrazzjoni ta' domain.", "Jiġifieri jekk hawn Malta nużaw l-ittri \"MT\" bħala s-suffix ta' l-indirizz għal Malta dan huwa rreġistrat ma' l-Internic u b'hekk għandna ċerta protezzjoni fis-sens li mhux se jkun hemm xi ħadd fil-Malawi, per eżempju, li jagħżel s-suffix \"MT\" ukoll.", "Pero' din ftit li xejn għandha saħħa ta' liġi internazzjonali għax għalkemm huwa veru li kulma jmur qed titrabba ċertu saħħa ta' użanza internazzjonali li forsi tista' tgħid li hija sors ta' customary international law imma din is-saħħa hija b'mod ristrett ħafna.", "L-istess japplika għall-Intersoc li tistabilixxi ċerti standards fil- qasam tekniku għat-trasmissjoni ta' digital information.", "Huwa veru li għad hemm ċerti pajjiżi li ma josservawx in-normi ta' din l-għaqda imma dawk il- pajjiżi li jridu jirċievu dak il-materjal li jiġi mill-Amerka - u minn hemmhekk jiġi ħafna materjal - jaqblilhom isegwu dawn l-istandards tekniċi ta' trasmissjoni jekk iridu jkunu f'pożizzjoni li jieħdu dak il-materjal.", "Imma wieħed s'hawnhekk biss jasal.", "Minn hawn joħroġ ċar li ninsabu fi stat tant primittiv li nistgħu ngħidu li d-digital exchange of information qiegħed fi stat ta' anarkija għax il-patents, it-trademarks, is-service marks u l-copyright huma kollha freely available fuq l-Internet mingħajr ebda sanzjoni ta' xejn.", "Fuq l-Internet wieħed jista juża li jrid għax l- Internet hija xi ħaġa anonima - fill-fatt għandna l-islogan \"no one owns the Internet\" - u jekk fil-liġi int ma tistax issib lis-sid allura ftit li xejn tista' tatribwixxi liability jew tort lil xi ħadd partikolari.", "Jekk m'hemmx sid ta' l-Internet, allura lil min se tattribwixxi l-kolpa tad- dannu li jkun sofra sid ta' invenzjoni jew ta' trademark?", "Meta m'għandekx owner ta' l-Internet, l-analoġija mal-high seas issir iktar u iktar faċli u kien għalhekk li jien bdejt u qed inkompli bl-analoġija mar-res omnia ħalli b'hekk wieħed iqabbel l-effett li qed ikollu l-Internet fuq dak li qed nipprovaw nilleġislaw f'din il-Kamra.", "F'din is-sitwazzjoni ta' fluwidita' fl-exchange ta' intellectual property, li tista' tużaha kemm għat-tajjeb u kemm għall-ħażin, wieħed forsi għandu jgħid: Ejjew inqiegħdu l-liġi fil- perspettiva usa tagħha billi naraw il-protezzjoni ta' l-intellectual property fid-dimensjoni proprja tagħha, jiġifieri naraw mil-liema media tgħaddi din l-exchange ta' intellectual property.", "Illum il-ġurnata qegħdin jiġu żviluppati ħafna possibbiltajiet ta' electronic commerce li juża trademarks mingħajr ma jkunu rreġistrati jew mingħajr ma jħallas għal dawk it-trademarks li jkunu reġistrati.", "Għalhekk aħna bilfors irridu nibdew naraw kif dawn l-aspetti l-ġodda se jiġu kkonsidrati u analizzati qabel ma jkunu regolamentati.", "Wieħed jinnota wkoll li dan is-suġġett jolqot 'il hinn mill-World Intellectual Property Organisation għax jolqot ukoll lill-International Telecommunications Union.", "Permezz ta' l-Internet wieħed jista' jagħmel overseas call, jibgħat id-dokumenti u jibgħat anke l-filmati bil-prezz ta' telephone call domestika.", "Hawnhekk għandna sogru li anke t-Telemalta tista' tiġi superseded minn dawn l-avvenimenti għax din ma tkunx tista' tlaħħaq mal-kompetizzjoni li jkun hemm rigward prezzijiet li dejjem jitbaxxew.", "Illum wieħed mhux biss fax jista' jibgħat imma permezz ta' l-Internet wieħed jista' jibgħat saħansitra ktieb sħiħ kif ukoll filmati u allura anke l-posta tista tkun affettwata.", "Dan kollu jfisser addio għall-protezzjoni ta' intellectual property, ta' copyright u ta' trademarks.", "B'din il- fluwidita' ta' skambju ta' informazzjoni ftit li xejn se nkunu qegħdin ninfluwenzaw dawn l-affarijiet b'mod li nistgħu ngħidu li qegħdin, up to a certain reasonable extent, nirregolaw l-affarijiet kriminali li jistgħu jgħaddu minn dawn is-sistemi.", "Barra minn hekk wieħed dejjem jista' jsemmi wkoll kif universitajiet jistgħu jiskambjaw bejniethom teżijiet, dissertations u articles b'mod aktar rapidu.", "Bl-istess mod għandek il- hackers li qed jirnexxielhom jippenetraw anke databases ta' banek bil- konsegwenza li jaqilbu l-fondi minn klijent għall-ieħor.", "Allura rridu naraw ċerta protezzjoni ta' dawn l-aspetti ta' privacy f'dak li huwa digitalised.", "Dan mhux qed ngħidu biss għal dak li għandu x'jaqsam ma' digitalised intellectual property imma qed ngħidu anke għall-azjendi li jkunu qed jikkultivaw u jiġġestixxu l-intellectual property.", "Jiġifieri jekk għandek għaqda ta' accountants li qiegħda tiġġestixxi trademark għall-inventur u din tuża standing order ġo bank, jista' jkun hemm xi hacker minn xi pajjiż ieħor li jidħol f'dik l-istanding order u jisraq il-flus minħabba li dik kienet f'forma digitalised.", "Hawnhekk m'hawn xejn biex tikkontrolla dawn it- tip ta' affarijiet.", "Is-sitwazzjoni hija li għandek lil dan il-povru inventur li se jkun insteraq mit-trademark u anke mill-ftit flus li l-aġent tiegħu jkun iddepożitalu f'ismu ġewwa bank f'digitalised form u allura hemm bżonn li dan jiġi regolamentat għax b'hekk qed jiġu mhedda ċertu forom ta' credits diġitali.", "Madam Speaker, għaldaqstant wieħed jara li l-Internet empowers - biex nużaw frażi li jużaha ħafna l-Viċi President ta' l-Amerka - lis-social groups u lis-social lobbies fl-Amerka biex ikun jista' jkollhom empowerment iktar qawwi vis-a-vis l-għaqdiet governattivi jew l-għaqdiet multinazzjonali fil-business.", "Allura hawnhekk wieħed jara n-naħa l-oħra ta' l-Internet, jiġifieri mhux biss l-aspett ta' abbuż imma anke l-aspett li jagħti aktar empowerment liċ-ċittadin.", "Madam Speaker, wieħed jifrah li jara li l-World Bank u l-UNCTAD, li huma żewġ għaqdiet internazzjonali li kellhom il-heyday tagħhom fil-bidu tas-sittinijiet u fil-bidu tas- sebgħinijiet rispettivament, komplew jgħinu iktar lil min huwa sempliċi ċittadin li m'għandux il-backing ta' xi multinazzjonali b'budget għaxar darbiet daqs dawk ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, nikkonkludi billi ngħid li huwa meħtieġ li f'dan il- background jiġu analizzati iktar il-parametri ta' dak li huwa manifestament res omnia.", "Dan għaliex irid ikun hemm iktar aċċess universali biex din it- tool ta' l-Internet ma tiġix użata minn nofsinhar kontra t-tramuntana imma biex tkun tista' tintuża għal iktar koperazzjoni bejn in-nofsinhar u t- tramuntana.", "Din m'għandhiex tkun tool li tintuża fil-qasam internazzjonali bejn is-sinjur u l-fqir għax inkella jinħoloq dak li jistgħu jgħidulu information poverty.", "Madam Speaker, jien naħseb li huwa l-waqt li like-minded politicians, academics u entrepreneurs jingħaqdu f'kummissjoni internazzjonali biex jissottometti kemm ħsibijiet kif ukoll kodiċi ta' prattika għal Internet users kif ukoll għal gvernijiet u għal parlamenti.", "Hemm bżonn li jkollna l- ewwel reġim internazzjonali għall-protezzjoni ta' proprjeta' intelletwali li jkun wieħed bilanċjat fil-kompożizzjoni tiegħu.", "Wieħed irid iżid li dan għandu jsir mingħajr ma jkollna wisq ċentralizzazzjoni ta' l-Internet u mingħajr ma jkun hemm wisq sorveljanza, kif qed jipprovaw jagħmlu issa ċerti dipartimenti fl-Amerka li qed iżommu l-key ta' ċerti chips permezz tal-famuża clipper chip.", "Huwa importanti li ma jkunx hemm wisq kontroll ta' l-Internet għax inkella se jiġi ffrustrat l-iskop ta' din l-invenzjoni li kien proprju biex jagħmilha iktar possibbli għall-iskambju ta' informazzjoni ma' kullimkien, b'mod immedjat u għal kulħadd.", "Jien naħseb li Malta tista' toffri li tkun ċentru internazzjonali ideali u iktar kredibbli sabiex il-kummissjoni li qed nissuġġerixxi tkun tista' tiltaqa' u tikkonsidra dawn id-dimensjonijiet, kif ukoll li tfassal kodiċi ta' prattika għal dawk li jagħmlu użu mill-Internet.", "Fattur ieħor huwa li sena u nofs oħra Malta se tkun is-sit ta' l-ITU World Conference u allura jkun tajjeb li dan ix-xogħol jibda jsir hawn Malta, aktar u aktar meta pajjiżna tant huwa żgħir li m'għandux ambizzjonijiet ġeografiċi jew ambizzjonijiet ta' influwenza u allura fix- xena internazzjonali diġa' huwa meqjus bħala venue għal dawn l- attivitajiet.", "Jien naħseb li ladarba pajjiżna huwa fdat fix-xena internazzjonali biex ilaqqa' fih esperti barranin biex ilestu studji fuq dan is-suġġett li jippreżentawh lill-gvernijiet u lill-entijiet konċernati, allura mbagħad Malta tista' terġa' ssib ruħha meqjusa bħala territorju verġni li għandu jkun imfittex minn pajjiżi oħra għal attivitajiet ta' din ix-xorta.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru Brincat biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, kif spjegajt fid-diskors introduttorju tiegħi dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed purament amministrattiv.", "Id-diskussjoni ħajja u interessanti li kien hawn waqt l- istadju tat-Tieni Qari fil-fatt uriet kemm huwa importanti li l-qasam tal- proprjeta' intellettwali jiġi diskuss, mifli u aġġornat b'moħħ miftuħ u b'sens qawwi ta' professjonaliżmu.", "Jien naħseb li għal dan it-tip ta' abbozz għandu jkollna bipartisan policy għax dan is-suġġettt m'għandux jaqsam lill-Kamra, anzi fil-fehma tiegħi fuq suġġett interessanti bħal dan għandu jkun hemm cross-fertilisation ta' ideat bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Madam Speaker, illum jien żgur li ma nixtieqx inkun kontroversjali jew partiġjan imma xorta xtaqt nirribatti l-allegazzjoni li saret min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li dan l-abbozz ta' liġi sar biex sempliċement jimla' l- aġenda tal-Parlament.", "Dan m'huwiex il-każ, anzi għall-kuntrarju, il- preokkupazzjoni tiegħi bħala ministru tal-finanzi u kummerċ bħalissa m'hijiex li m'għandniex abbozzi ta' liġi biex nimlew il-programm parlamentari tagħna imma li minbarra l-abbozz ta' liġi li jittratta dwar it- tassazzjoni l-ġdida hemm bosta abbozzi ta' liġi oħra li għalkemm hemm bżonn li jgħaddu minn dan il-Parlament se jkollhom jistennew fil-kju minħabba l- programm leġislattiv qawwi li għandna għax-xhur li ġejjin.", "Per eżempju, mid-dekasteru tiegħi biss iridu jgħaddu, fost l-oħrajn, l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni, l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob u l-Abbozz ta' Liġi li jitratta l-Istitut Nazzjonali ta' l-Istatistika.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma tressaqx bħala filler imma tressaq fuq pressjoni mill- uffiċċju responsabbli mill-proprjeta' industrijali li bir-raġun ħass li ma kellniex noqogħdu nistennew li l-abbozz ta' liġi li jirrigwarda t- trademarks jersaq quddiem il-Parlament biex inneħħu ċertu xkiel amministrattiv li kien qed jitfa' x-xogħol lura.", "Dan wieħed għandu japprezzah iktar u iktar meta wieħed iqis dawk iċ-ċerti limitazzjonijiet ta' manpower u dawk iċ-ċerti limitazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi li dan l-uffiċċju qed ibati minnhom fuq livell ta' riżorsi umani.", "Minn dan li qed ngħid irrid nieħu spunt biex nesprimi t-tama tiegħi li l- burokrazija taċ-ċivil ma tkomplix iżżomm lil dan l-uffiċċju milli jespandi u jarma ruħu kif suppost biex effettivament jilqa' għall-isfidi u għall- opportunitajiet tal-ġejjieni.", "Jekk dan l-uffiċċju llum għandu set-up limitat dan m'huwiex frott ta' l-amministrazzjoni preżenti li ilha fil- poter sitt xhur biss imma huwa frott ta' l-amministrazzjoni preċedenti li għalkemm jien nemmen li f'dan ir-rigward kellha intenzjonijiet tajbin kien hemm ħafna pjani li baqgħu fuq il-karta u qatt ma ssarrfu f'impenn verament effettiv u organiku.", "Imma issa ħalli nkompli ngħid xi ħaġa dwar l- Uffiċċju tal-Kontrollur tal-Proprjeta' Industrijali.", "GĦalkemm kif għidt diġa' dan l-uffiċċju għandu ċerti limitazzjonijiet fid- daqs tiegħu, irrid nenfasizza l-isforzi li qed isiru biex il-membri ewlenin tiegħu jinżammu aġġornati dwar dak li jkun qed jiġri 'l hinn minn xtutna permezz ta' kuntatti ma' diversi organisations barranin u anke permezz ta' attendenza regolari f'seminars u workshops internazzjonali li jkunu ta' interess dirett għax-xogħol tagħhom.", "Min huwa involut f'dan it-tip ta' xogħol ma jistax jaffordja li jinqata' mill-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fid-dinja ta' madwarna u għalhekk, minkejja l-limitazzjonijiet ta' riżorsi umani li għandu dan l-uffiċċju, qed isir minn kollox biex dawn il-ħaddiema jżommu kuntatti regolari ma' dak li jkun qed jiġri fid-dinja ta' madwarna.", "Jien naħseb li b'hekk biss nistgħu nwettqu l-bidliet radikali li hemm bżonn f'dan is-settur, liema settur jien inqisu bħala a growth sector għax, kif spjegajt u kif indikaw diversi Onor. Membri f'din id-diskussjoni, dan is- settur irid jaġġorna ruħu u jwessa' d-dimensjoni tiegħu kontinwament.", "Madam Speaker, li rrid ngħid ukoll huwa li llum qed tinħass ħtieġa kbira li l-patents, il-copyrights u t-trademarks ma jibqgħux inkorporati f'ordinanza waħda imma għandhom isiru tliet liġijiet separati ħalli b'hekk inkunu nistgħu naġġornaw lil dan is-settur dwar dak kollu li qed jiġri madwarna.", "F'dan il-kontest, l-Uffiċċju tal-Kontrollur tal-Proprjeta' Industrijali qed iħares kemm lejn il-WIPO kif ukoll lejn il-WTO u, fejn huwa applikabbli, qed iqis ukoll id-direttivi ta' l-EU.", "For the record, nixtieq nerġa' niċċara punt - dan il-punt diġa' ċċarajtu meta kien qed jitkellem il-ħabib tiegħi l-Onor.Hyzler biex hawn ma nħalli lok għal ebda dubji jew ekwivoċi - billi ngħid li bl-emendi li hemm fl-abbozz ta' liġi ma għandi l-ebda ħsieb li neżerċita xi diskrezzjoni ministerjali fit- tħaddim tiegħu, iktar u iktar meta kif spjegajt waqt li kont qed nintroduċi dan l-abbozz ta' liġi, se mai jien ridt nagħlaq ċerti toqob li kienu jeżistu fl-imgħoddi u mhux li niftaħ oħrajn ġodda.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk nispjega meta f'Artiklu 87, kif propost fi klawsola 3, jgħid li:", "\"Kull talba għar-reġistrazzjoni ta' trademark għandha tiġi mill-aktar fis imxandra mill-Kontrollur b'avviż fil-Gazzetta jew f'kull pubblikazzjoni oħra li l-Ministru responsabbli għall-kummerċ jista' b'avviż fil-Gazzetta jordna.\",", "ikun qed jirriferi għall-pubblikazzjonijiet ad hoc tal-Gazzetta tal-Gvern kif ukoll għal xi trademark journals li 'l quddiem il-Gvern jista' jiddeċiedi li jippubblika fihom.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li meta dan l- abbozz ta' liġi jsemmi l-kelma \"Gazzetta\" dejjem ikun qed jirriferi għall- gazzetta uffiċjali.", "Jien naħseb li hawnhekk l-Oppożizzjoni għandha raġun u allura għaċ-ċarezza ikun aħjar li fl-istadju ta' Kumitat issir emenda f'dan is-sens ħalli ma jkunx hemm ekwivoċi.", "Għal min wera ċertu xettiċiżmu li nippubblikaw it-trademarks fil- Gazzetta tal-Gvern biss, infakkar li meta jkollok sors wieħed l-ippubblikar ikun jista' jsir b'aktar ħeffa u anke akbar b'effiċjenza.", "Il-fatt li l- adverts ta' applikazzjoni ġodda se jibdew jidhru biss fil-Gazzetta tal- Gvern għandu bla dubju ta' xejn jiffaċilita' x-xogħol ta' dawk il-partijiet interessati li jkunu jridu anke joppunu xi applikazzjoni ġdida.", "Iż-żmien li hemm stipulat fil-liġi għal dan il-għan mhux se jkun affettwat.", "For the record se ngħid li fost il-pajjiżi li għandhom sistema bħal tagħna, jiġifieri li jirrikorru sempliċement għal gazetting fil-Government Gazette jew fit-Trade Gazette uffiċjali tal-pajjiż rispettiv, hemm il-pajjiżi ta' l- EFTA, l-pajjiżi tal-European Union, Andorra, The Czech Republic, Estonia, Japan, Kenya, Latvia, Macao, Madagascar, Turkey u Ukraine.", "Għalhekk jien naħseb li fuq il-kwestjoni ta' dewmien kulħadd jaqbel li fil-kummerċ dan jista' jkun biss ta' preġudizzju kbir għall-partijiet ikkonċernati.", "Issa se niġi għall-insinwazzjoni li tqajmet min-naħa ta' l-Oppożizzjoni dwar li jista' jkun hemm xi forma ta' diskriminazzjoni kontra xi nies li japplikaw għat-trademarks.", "Jien ninsab informat li dak li normalment jiġri huwa li jkollok lil min jissottometti three-dimensional trademarks u shape marks meta fiċ- ċirkostanzi preżenti l-liġi ma tipprovdix għalihom .", "Kien hemm żmien meta dawn ġieli kienu jitqiesu bħala outright refusals, pero' l-politika li l- uffiċċju qed jimxi biha bħalissa hija li flok mill-ewwel jaqbad u jirriġetta applikazzjoni jibgħat għall-applikant u jiddiskuti miegħu l- problemi li jkun hemm.", "Għalhekk hawn tajjeb li jiġi underlined il-fatt li l-uffiċċju dejjem jipprova jfittex l-aħjar soluzzjoni possibbli minflok ma jagħmel ir-rifjut mill-ewwel u din is-sistema mhux biss qed tagħti riżultati pożittivi imma fil-fehma tagħna qed tgħin sostanzjalment biex jonqsu r-rikorsi għal proċeduri fil-qorti.", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq inżid li dwar il-liġi li hemm proposta dwar il-copyright diġa' saru konsultazzjoni ma' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Forsi d-darba l-oħra ma kontx ċar biżżejjed fl- intervent tiegħi dwar il-kwestjoni tar-refusals.", "Jien nemmen li rridu ninkoraġġixxu mentalita' differenti milli hemm illum billi jkollna approach daqsxejn iktar wiesa', għax il-punt ta' partenza tagħna huwa li ftit jew wisq l-approach tagħna huwa pjuttost dejjaq.", "Per eżempju, għandna l-famuża restriction fuq il-kunjomijiet u kieku kellhom jiġu tal-Ferrari biex jirreġistraw it-trademark tagħhom hawn Malta, jew kieku kellhom jiġu tal- Bertolli u jagħmlu talba simili, konna ngħidulhom \"le\".", "GĦax li qed jiġri fil-prattika huwa li l-Kontrollur tal-Proprjeta' Industrijali jaqbad directory tal-pajjiż ta' minn fejn tkun ġejja l-applikazzjoni - f'dawn iż- żewġ każijiet li semmejt jaqbad directory tat-telephone Taljan - jara fl- Italja hemmx kunjomijiet bħal dawk u jekk mid-direttorju jirriżultalu li dawk huma kunjomijiet allura t-trademark ma jirreġistrahiex.", "Dan isir indipendentement mill-fatt li f'moħħ kulħadd l-Ferrari żgur li huma assoċjati mal-karozzi u l-Bertolli żgur li huma assoċjati maż-żejt.", "Jiena din il-kwestjoni xtaqt nikkritikaha mill-punto di vista ta' l-approach dwar refusal għaliex filwaqt li l-Ewropa kollha miexja lejn approach aktar wiesa' dwar il-protezzjoni ta' din it-tip ta' proprjeta', aħna żammejna ċertu approach dejjaq u allura forsi wasal iż-żmien li nwessgħuh.", "Jien f'dan is-sens xtaqt li l-konċett kollu tar-refusals nerġgħu narawh mill- ġdid.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena napprezza l-intervent li għamel il-kollega tiegħi u issa qed nifhem aħjar l-ispirtu li fiha saret ir-rimarka min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Kont qed ngħid li dwar il-liġi proposta tal-copyright diġa' saru konsultazzjonijiet ma' l-Avukat Ġenerali u t-test ġie mgħoddi lid-WTO ħalli naraw jekk dan jilqax biżżejjed għall-commitments tagħna kemm preżenti u futuri dwar it-trade related aspects of intellectual property rights li jaqgħu taħt din l-organizzazzjoni.", "Għaldaqstant irrid nagħmilha ċara li kultant ċertu dewmien biex tersaq legislation quddiem il-Parlament ma jkunx ġej dejjem min-naħa tagħna.", "Għalkemm l-amministrazzjoni l-oħra kienet qiegħda taħdem fuq abbozz ta' liġi dwar l-aġġornament ta' dan is- suġġett huwa mistenni li l-abbozz ta' lliġi li għad jitressaq quddiem dan il-Parlament jista' ikun kemmxejn differenti f'dak li huwa kontenut.", "Għalkemm jista' jagħti l-każ li sakemm il-liġi l-ġdida tiġi pperfezzjonata jkollna bżonn xi emendi oħra, jiena nippreferi li kieku jkollna leġislazzjoni waħda koerenti u li jkollna a fully-fledged debate fuqha milli noqogħdu nressqu diversi emendi fuq bażi piecemeal.", "Dwar il-patents, tajjeb li ninforma lill-Kamra li għalkemm fl-1992 il- Kabinett tal-Gvern preċedenti kien qabel li naderixxu għall-European Patent Convention, amministrata mill-European Patent Office, kif ukoll għall- Patent Co-Operation Treaty, li hija amministrata mill-WIPO, jirriżulta li l- accession tagħna m'hijiex daqshekk faċli għax minkejja li ħames snin ilu kien hemm deċiżjoni tal-Kabinett din is-sħubija għadha ma seħħitx.", "Jekk inħarsu lura nsibu li Malta setgħat taderixxi għall-EPC biss li kieku ġejna mistiedna biex nagħmlu hekk mill-European Patent Office imma din il-ħaġa ma saritx u hawnhekk jien ninsab informat li din hija xi ħaġa aktar minn sempliċi teknikalita'.", "GĦalkemm huwa mistenni li għad baqa' xi żmien qabel isir dan, inħolqot alternattiva ad interim li tippermetti l- implimentazzjoni ta' l-aspett funzjonali tal-European Patent Convention permezz ta' estensjoni tal-European Patent System.", "Fil-fatt huwa mifhum li għad iridu jsiru tibdiliet sostanzjali fil-patent law tagħna qabel ma effettivament tkun tista' sseħħ is-sħubija fil-Patent Co-Operation Treaty u fil-European Patent Convention.", "L-Uffiċċju tal-Proprjeta' Industrijali qed iżomm kuntatt regolari mal-WIPO u ma' l-EPO biex b'hekk ikun jista' jfassal l-abbozz ta' liġi ġdid b'mod li jiżgura li dan ikun in line ma' l- istrumenti u l-konsiderazzjonijiet sottomessi minn dawn l- organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Rimarka oħra li ridt nagħmel hija dwar il-punt li kien qajjem l-Onor.", "Hyzler dwar il-fatt li l-Commissioner of Inland Revenue qed jesiġi li fil- kwestjoni ta' l-assignment rights mingħand Ċikku għal għand Peppi għandha timtela' l-formola ta' taxxa.", "Jien beħsiebni naqbad din il-kwestjoni mad- dipartiment għax naħseb li dik hija xi ħaġa burokratikament żejda li wieħed għandu jdur magħha ħalli jipprova jevitaha.", "Dwar is-suġġeriment għat-twaqqif ta' tribunal m'iniex se ngħid jekk nagħmluhx jew le b'mod kategoriku imma naħseb li wieħed irid jistudja l- feasibility tal-proposta.", "Pero' dan is-suġġeriment se jittieħed bil-mod kostruttiv li bih sar min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Għal dak li jirrigwarda l-kwestjoni tal-computerisation ta' l-Industrial Property Office xtaqt li kieku rrapportajt lill-Kamra aktar progress, imma ma naħsibx li kien jagħmel sens li tipprova tmexxi fuq is-service marks jekk ma jkollokx uffiċċju fully automated.", "Mingħajr ma noqgħod nagħmel kritika lill-amministrazzjoni l-oħra, tajjeb li nfakkar li għalkemm dan l- uffiċċju kien ilu ħames snin sħaħ jitlob li jkun fully automated, minħabba xi diffikultajiet l-MSU damet ma ħadet azzjoni neċessarja u meta mbagħad għaddewlhom xi programmi dawn kienu difettużi.", "Għalkemm għadna mexjin f'din id-direzzjoni l-Industrial Property Office għadu sal-lum m'huwiex fully automated u dan il-fatt jaffettwa wkoll it-time-frame tal- leġislazzjoni nnifisha.", "Għalkemm is-sistema tal-computer ġiet delivered mill-MSU s-sena li għaddiet dan l-uffiċċju għadu sal-lum jopera fuq paper system u fl-istess ħin jagħmel inputting ta' informazzjoni dwar 27,000 trademark li hemm fuq ir-register.", "Għaldaqstant għalissa aħna ma kkonsidrajnihiex ta' siwi li jiġu ntrodotti emendi ġodda għal-liġi li jippermettu l-granting ta' tipi ġodda ta' marki, iżjed u iżjed meta l- uffiċċju sal-lum għadu m'huwiex equipped biex jagħmel dan.", "Aħna nemmnu li dan l-eżerċizzju u x-xogħol fuq il-leġislazzjoni nnifisha issa għaddej b'ritmu tajjeb u nittamaw li sa tmiem is-sena d-dieħla - jiena qed nagħmel pressure mad-dipartiment biex jekk jista' jkun dan ix-xogħol isir sa mid next year u hemm indikazzjonijiet pożittivi li dan huwa possibbli - inkunu f'pożizzjoni li nressqu l-leġislazzjoni dwar it-trademarks.", "B'danakollu rrid nagħmilha ċara li b'dak li qed nagħmlu aħna ma kellna l-ebda intenzjoni li naħarbu mill-problemi leġislattivi li hemm imma mill-banda l- oħra naħseb li nkun qed nimmislidja lill-Kamra jekk ma nsemmix dawn id- diffikutlajiet li ffaċċjat l-amminstrazzjoni ta' qabel u li qiegħda tiffaċċja l-amministrazzjoni tal-lum.", "Qed ngħid dan biex dak li jkun ma jaħsibx li din hija xi ħaġa li wieħed jista' jaqbad u jilleġisla b'perfezzjoni mingħajr ma l-ewwel jegħleb l-ostakli reali li hemm.", "Madam Speaker, bażikament dawk kienu l-punti li xtaqt inqajjem min-naħa tiegħi u nagħlaq billi ntenni biss li dak li qed nagħmlu juri li għalina dan il-qasam huwa marbut mill-qrib ħafna ma' l-iżvilupp industrijali tal- pajjiż u nħossu li hemm bżonn ta' qafas legali adattat li jagħtih protezzjoni xierqa.", "Aħna m'għandna l-ebda ħsieb li nieħdu pożizzjoni ta' iżolament anzi aħna ninsabu mpenjati li naġġornaw u nadattaw ruħna kemm jista' jkun għax-xenarju internazzjonali.", "Fil-fatt it-tir tagħna huwa li nintegraw ruħna kemm jista' jkun mal-qafas internazzjonali tal-protezzjoni kemm f'dik li hija industrial property kif ukoll f'dik li hija intellectual property.", "Sinjura President, nirringrazzja lilek u lil dawk kollha li ħadu sehem f'din id-diskussjoni.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali, Kap. 29\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET FINANZJARJI", "FINANCIAL LAWS (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji:", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji\" ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA", "MALTA FREEPORTS (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija jipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il- Portijiet Ħielsa ta' Malta.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l- Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, l-ewwel ħaġa niskuża ruħi li ma stajtx inkun hawn qabel għax fil-fatt kont qiegħed għal-laqgħa tal- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi fejn konna qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Il-liġi li għandna quddiemna hija waħda teknika u għandha żewġ għanijiet prinċipali li wieħed minnhom għandu x'jaqsam ma' diversi leġislazzjonijiet li għaddew minn mindu saret il-Malta Freeports Act.", "Dan huwa tibdil ta' natura teknika u ladarba issa qed tiġi proposta emenda nħasset il-ħtieġa li dawk il-liġijiet li hemm riferenza għalihom jingħatalhom l-isem u t-titolu proprju.", "Imbagħad klawsola 4 ta' dan l- abbozz li qegħda temenda paragrafu (ċ) ta' Subartiklu (1) ta' Artiklu 6 ta' l-Att prinċipali, tirrigwarda l-possibbilta' li l-Freeport Corporation tkun tista' tagħti art b'ċens temporanju u fil-fatt din tgħid hekk:", "\"Iżda wkoll, enfitewsi għal żmien għal mhux iżjed minn ħamsin sena m'għandux jitqies li jkun titolu simili għal bejgħ;\".", "Issa x'inhi r-raġuni li għaliha qed nipproponu din l-emenda?", "Ir-raġuni hija li Medserv Ltd., li l-ishma tagħha huma maqsumin bejn is-Sur Albert Abela u l-Gvern ta' Malta, issa se tmur fiż-żona tal-Freeport.", "Hawnhekk ta' min jgħid li dan l-aħħar kellha ssir diskussjoni fuq dan is- suġġett għax mhux kulħadd fehem il-fatti eżatti li għalihom il-Medserv se tibda topera mill-Freeport.", "Fil-fatt din il-kumpannija m'hijiex se tkun f'parametri differenti mill-area preżenti tal-Freeport imma proprju fil- konfini tiegħu, eżattament f'dak il-post li huwa l-iżjed wieħed 'il bogħod minn Birżebbuġa.", "L-art in kwestjoni tinsab fil-Freeport innifsu u għaldaqstant jidher ċar li hemm misconception totali dwar il-post fejn se tiġi stabilita l-Medserv, għax fil-fatt il-Freeport qiegħed ħafna iktar viċin il-parti abitata ta' Birżebbuġa mill-art li hemm allokata għal din il- kumpannija.", "F'dan il-kontest biżżejjed ngħidu li bejn wieħed u ieħor l-art li fuqha se jkun hemm il-Medserv tinsab 'il fuq minn kilometru 'l bogħod minn fejn jabitaw ir-residenti ta' Birżebbuġa.", "Sur President, teżisti anke misconception dwar dak li tagħmel il-Medserv għax fil-fatt l-operat prinċipali tal-Medserv huwa dak ta' warehousing ta' materjal, liema materjal imbagħad jintuża kemm fuq l-art kif ukoll fil- baħar.", "GĦaldaqstant din il-kumpannija nnifisha bl-ebda mod ma tikkaġuna tniġġis għax il-materjal jittieħed fejn ikun se jintuża permezz ta' trasport bil-baħar.", "L-operat tal-Medserv illum huwa meqjus li jikkaġuna nuisance ambjentali minħabba l-ħsejjes kaġunati mill-ġenerazzjoni ta' l- elettriku u allura jekk din il-kumpannija tmur fil-konfini tal-Freeport, fejn hemm enerġija elettrika biżżejjed, allura dan l-inkonvenjent jiġi eliminat kompletament.", "Sur President, ħaġa oħra interessanti hija li llum il-Freeport Corporation għadha kumpannija sussidjarja li għandha x'taqsam mal- warehousing - fil-fatt din għandha numru ta' warehouses - li n-natura ta' l- operazzjonijiet tagħha hija analoga għal dawk ix-xogħlijiet li l-Medserv se jkollha fil-Freeport.", "Sfortunatament kien hemm min ta indikazzjonijiet li l-Medserv sejra Birżebbuġa meta dan mhux minnu għax il-Medserv fil-fatt se tkun fil-parametri tal-Freeport.", "M'hemmx dubju ukoll li se jkun hemm effett pożittiv ieħor fis-sens li din il-kumpannija tkun tista' tiżviluppa b'mod sostenibbli fl-ambjent partikolari li joffri l-Freeport innifsu, kif ukoll wieħed jantiċipa żieda fil-kummerċ li jiġi ġġenerat f'dawk l-inħawi.", "Jien xtaqt ngħid ukoll li, peress li l-Freeport hija korporazzjoni ta' ċerta entita', hija tħoss id-dmir li fejn tista' tgħin biex issebbaħ l- inħawi ta' madwarha.", "Fil-fatt fil-gazzetti tal-lum ġie rrapportat li ħdejn Wied il-Buni qed isir investiment sostanzjali ta' Lm60,000 biex jissebbaħ l- ambjent ta' l-inħawi u biex fl-istess ħin dan iservi għal skopijiet soċjali.", "Jien informat ukoll li l-Freeport Corporation fejn tista' tagħti għajnuna f'oqsma simili bħal, per eżempju, fil-qasam sportiv fejn diġa' tisponsorja l-football club tal-lokal.", "F'dan ir-rigward kien hemm proposta dwar il-bini ta' football ground f'dawk l-inħawi u jien m'għandix dubju li meta jiġi identifikat dan il-post il-Freeport toffri xi għajnuna sabiex ikun jista' jsir dan l-iżvilupp sportiv.", "Pero' nixtieq nenfasizza li l-operat tal-Medserv mhux se jaffettwa l- imħawi għaliex il-Medserv se tkun allokata proprju fil-parametri tal- Freeport li probabbilment huwa l-iżjed jew wieħed mill-iżjed postijiet imbegħda minn Birżebbugia.", "F'dan ir-rigward għadni kemm irrispondejt domanda parlamentari u bħala parti mir-risposta poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra l-mappa ta' fejn se tibda topera eżattament il-Medserv u llum se nerġa' npoġġi kopja oħra biex wieħed jista' jivverifika dak li qed ngħid.", "Qabel ma ngħaddi biex nisma' l-kummenti dwar dan l-abbozz jien xtaqt nikkonkludi billi ngħid li l-art li se tintuża mill-Medserv mhijiex xi art ulterjuri għal dak li hemm, kif apparentement kien hemm min indika - hawn mhux qed nirriferi għall-Oppożizzjoni - għax din l-art taqa' proprju fil- konfini tal-Freeport.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, illum qegħdin nitkellmu fuq emendi għall-Att li waqqaf il-Freeport.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li nieħdu din l-okkażjoni li nispjegaw ukoll x'inhu l-konċett tal-Freeport għaliex dan huwa rilevanti għad-diskussjoni tal-lum u għal dak li hemm ippjanat li jsir.", "Tajjeb wieħed jgħid li effettivament il-Freeport huwa proġett li beda taħt il-Gvern preċedenti għax meta fl-1987 kien hemm il-bidla fil- gvern l-investiment li kien hemm kien wieħed mejjet.", "Għalkemm kien hemm investiment fil-breakwater, f'xi makkinarju u anke f'terminal fejn wieħed ipoġġi l-containers, pero' hemmhekk kien irriżulta li s-slope tat-terminal li kien hemm ma kenitx tajba u allura kellu jsir ċertu xogħol mill-ġdid li naturalment tawwal iż-żmien biex dan il-proġett jibda jopera.", "Fl-1987 u qabel kienu jiġu transhipped ftit eluf ta' containers u fil-fatt kien fl- 1990 li għall-ewwel darba ġew transhipped 100,000 container mill-Freeport.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn il-Freeport baqa' jespandi permezz tal-fiduċja li aħna kellna fir-rwol ta' pajjiżna bħala ċentru ta' transhipment u dan joħroġ ċar mill-\"Economic Survey\" li għadu kif ġie ppubblikat fejn qed jingħad li fl-ewwel disa' xhur ta' l-1996 kien hemm żieda ta' 22% fit- transhipment, jiġifieri kien hemm kważi nofs miljun container li ġew transhipped mill-Freeport.", "Dan bla dubju huwa suċċess għall-pajjiż kollu u huwa suċċess dovut għall-fatt li kien hemm foresight biżżejjed biex wieħed seta' jasal biex joħloq din l-inizjattiva ġdida.", "Issa se niġi biex nispjega naqra x'importanza għandu l-Freeport għal pajjiżna.", "Malta hija pajjiż fortunat għax aħna qegħdin f'nofs il-Mediterran u allura minn ħdejna jgħaddu ħafna vapuri għalkemm dawn ma jkollhomx raġuni għaliex jieqfu fil-portijiet tagħna minħabba s-suq żgħir tagħna.", "Il-fatt li m'għandniex suq lokali kbir huwa ta' żvantaġġ għalina għax biex nesportaw kien ikollna nistennew ċertu tul ta' żmien u għal min ikun qed jopera minn Malta jkun irid ikollu links frekwenti ma' portijiet oħra fil- bqija tad-dinja biex b'hekk ikollu l-opportunita' li jesporta containers prattikament kuljum għal diversi destinazzjonijiet bħal l-Amerka u l-Lvant Imbiegħed u mhux għall-Ewropa biss.", "Fid-dinja tal-lum il-ħin huwa prezzjuż ħafna speċjalment meta titħaddem is-sistema ta' manifattura msejħa \"just in time\", jiġifieri fejn il-kumpanniji jaħdmu b'sistema li s-supplies jaslu fid-destinazzjoni tagħhom proprju meta jkollhom bżonnhom biex b'hekk ma jżommux stocks ta' diversi xhur li jinvolvi spejjeż kbar.", "Ta' min jgħid li hawn diversi kumpanniji f'Malta li rnexxielhom jippenetraw swieq ġodda, bħal fl-Amerka, għaliex permezz tal-Freeport hemm il-link meħtieġa biex jittrasportaw il-containers tagħhom b'mod ferm aktar effiċjenti u b'rati ħafna aktar kompetittivi.", "Jien konvint li f'ċerti każi tgerrex ċertu investiment minn Malta, fis-sens li kien hemm minn ma sabx lil pajjiżna attraenti biżżejjed peress li aħna għandna suq pjuttost żgħir u allura m'għandniex dik il-frekwenza biex ikun jista' jsir transhipment.", "Barra minn hekk hemm il-fattur l-ieħor li jkun hemm min hu lest li saħansitra jħallas ferm iktar biex ikollu iktar frekwenza ta' transhipment jew ta' esportazzjoni u allura l-cost ta' servizz bħal dan jagħmilna inqas kompetittivi minn pajjiżi oħra.", "Il-Freeport kien intiż biex jegħleb proprju dawn iż-żewġ żvantaġġi naturali, jiġifieri l-frekwenza li wieħed jista' jesporta minn Malta fejn irid u l-cost involut.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l-parti l-kbira ta' l-investiment fil-Freeport - ħlief xi partijiet li ġew iffinanzjati mill-protokoll finanzjarju Taljan - hija tal-poplu.", "Biex inkomplu nkabbru l-operat tal-Freeport kienet ġiet ippjanata l-estensjoni ta' Terminal II biex dan jiġi jesa d-doppju u għal dan l-iżvilupp fl-1994 kienet saret loan ta' madwar $US200 miljun.", "Altru li x-xogħol tal-Freeport kiber u se jkompli jikber biex b'hekk jipprovdi dawk il-faċilitajiet li għandna bżonn.", "F'dan ir-rigward irrid inżid li din l-estensjoni tal-Freeport tant tqieset li hija importanti għall-ekonomija u għall-iżvilupp ta' l-industrija tagħna li sfortunatament ma stajniex nistennew sakemm forsi nġibu iktar assistenza minn barra għal dan il-għan.", "Aħna nafu li viċin tagħna hemm il-port ta' Gioia Tauro, li jaħdem bħall- Freeport tagħna, li biex bnewh ma qagħdux jissellfu fondi kif kellna nisselfu aħna.", "Dan għaliex kieku Malta kienet membru ta' l-Unjoni Ewropea tliet kwarti mill-investiment tal-Freeport - hawnhekk qed nitkellmu fuq miljuni kbar ta' liri - kien jiġi ffinanzjat mill-fondi strutturali ta' l- istess Unjoni.", "Kieku Malta daħlet qabel fl-Unjoni Ewropea żgur li ma kienx ikun hemm bżonn li wieħed imur jissellef madwar $US200 miljun minn barra.", "Pero' aħna ma stajniex inżommu r-ritmu ekonomiku u għalhekk ittieħdet id- deċiżjoni li l-Freeport għandu jespandi u jinvesti aktar u jekk hemm bżonn anke billi jissellef minn barra hu stess b'garanzija mill-Gvern - dan isir l-iktar minħabba rati irħas ta' imgħax - biex imbagħad l-operat ta' Terminal I iħallas il-pagamenti fuq dan is-self.", "Jien irrid nirrimarka li meta ftit tal-jiem ilu kellna diskussjoni fil- Parlament dwar self barrani kien hemm min qabbel is-self tal-Gvern mas-self tal-Freeport, ħaġa li jien ngħid li ma tagħmilx sens għax self minn barra għall-iffinanzjar tad-deficit huwa ferm differenti minn self minn barra għall-Freeport għax is-self għall-Freeport se jiġi ffinanzjat mill-operat ta' l-istess korporazzjoni li jiġġenera dħul minn barra l-pajjiż.", "Din hija ħaġa importanti għaliex wieħed ma jridx jgħid li għax id-dollaru Amerikan issa sar iktar b'saħħtu allura l-piż tal-Freeport żdied, kif fil-fatt ġie argumentat u liema argument jinkwetani għaliex fil-fehma tiegħi dan inaqqas il-fiduċja f'pajjiżna.", "Meta wieħed jargumenta b'dan il-mod ikun qed jinsa li l-operat tal-Freeport qed iġib dħul ta' flus minn barra u jekk japprezza d-dollaru japprezza wkoll il-valur tad-dħul tiegħu li huwa fid-dollaru wkoll.", "F'dan il-każ wieħed ikun qiegħed fl-iktar pożizzjoni vantaġġuża għax ikun protett mir-riskju li jkollu meta huwa jissellef minn barra billi għandu dħul garantit.", "Jien qed ngħid dan kollu għax ikun ferm iktar għaqli jekk is-self li l-Gvern beħsiebu jagħmel minn barra jkun earmarked għal xi tip ta' proġett bħall-Freeport milli jkun self sempliċement biex jiffinanzja d-deficit tal-Gvern għax is-self minn barra jrid ikun garantit, fis-sens li d-dħul minn dak is-self irid jagħmel tajjeb għall-pagamenti li jridu jsiru fuqu.", "Kif diġa' għidt, dan it-tip ta' investiment jipprovdi ċerti faċilitajiet li jagħmlu lil Malta aktar attraenti għal investiment barrani u allura wieħed għandu jħares lejn il-Freeport bħala area tassew prezzjuża.", "Minn dak li qal il-Ministru jidher li se tingħata parti minn din l-art biex tużaha l- Medserv u fuq dan bilfors ikolli nagħmel xi mistoqsijiet.", "Meta jien kont responsabbli għall-Freeport kelli diversi queries minn kumpanniji barranin li xtaqu jwaqqfu operat ta' manifattura u proċessar fil-Freeport.", "Fil-fatt kienu saru diversi diskussjonijiet biex wieħed jara kif dan l-operat jista' jiġi promoted u kien hemm il-possibbilta' li aktar 'l quddiem ikollna din it-tip ta' attivita' f'pajjiżna.", "Il-funzjoni tal-Freeport hija li tagħmel transhipment u li tiġbed lejn pajjiżna industrija ġdida li ħafna drabi trid tkun lokata f'post bħal Freeport għax b'hekk formalment din ma tkunx qed tidħol fil-pajjiż.", "Jien m'iniex se noqgħod insemmi t-tip ta' kumpanniji li ġew u x'interess kellhom għax ħaġa bħal din ma naħsibx li tkun għaqlija imma l-punt huwa li jiena dejjem ħarist lejn il-Freeport bħala proġett li għandu potenzjal enormi biex fih ikollna manufacturing plants.", "Dawn il-manufacturing plants ikollhom il-vantaġġ li peress li jkunu viċin il-Freeport ikunu jistgħu, per eżempju, jużaw għall-ħatt ċerti sistemi moderni li llum jeżistu f'dan il- port.", "Madam Speaker, fid-dawl ta' dan allura wieħed irid jistaqsi jekk dan kienx l-uniku post fejn wieħed seta' jalloka l-Medserv.", "Jiena dejjem inħobb inħalli l-ikbar numru ta' options disponibbli għax wieħed mhux dejjem ikun jaf x'opportunitajiet ta' investiment jista' jkun hawn fil-futur.", "Għaldaqstant jien nixtieq inkun naf ir-raġuni għaliex il-Medserv se tingħata faċilitajiet proprju fil-Freeport u mhux x'imkien ieħor.", "Jien naf li kien hemm diskussjonijiet biex il-Medserv tkun viċin il-Freeport ladarba din għandha bżonn ta' supply qawwi ta' elettriku u fil-Freeport kien sar investiment fis-supply ta' l-elettriku billi kien twassal cable dirett mill-power station.", "Pero' hawnhekk wieħed irid joqgħod attent li ma jkunx qiegħed jissikka u jillimita wisq is-supply li jkun hemm bżonn għall- operat tal-Freeport stess fid-dawl ta' l-investiment li qed isir u li għad irid isir fejn il-faċilitajiet li hemm prattikament se jirdoppjaw.", "Forsi kien ikun aktar għaqli li l-Medserv tingħata l-faċilita' viċin il-power station fejn diġa' hemm moll u faċilitajiet oħra għall-vapuri li jissupplixxu lill-power station.", "Idealment għandu jkollna studju ad hoc dwar liema post huwa l-aktar adattat għal dan l-iskop għaliex jien aktar qed nistaqsi għaliex intgħażel dak il-post milli qed nipproponi fejn dan il- post għandu jkun.", "Peress li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jillimitaw l- opportunitajiet li aktar 'l quddiem jista' jkun hemm għall-Freeport jien nixtieq nistaqsi wkoll jekk sarux xi studji dwar l-impatt tal-Medserv fuq l- operat tal-Freeport.", "Huwa minnu li hemm ċerti affarijiet in komuni bejn il-Medserv u l-Freeport bħal, per eżempju, l-użu tat-tug boats mill-Medserv li b'xi mod jistgħu jkunu ta' għajnuna fl-operat tal-Freeport.", "Pero' jekk il-Medserv tingħata post alternattiv viċin il-power station b'hekk din ma tkunx qed tnaqqas mill-area tal-Freeport u allura din l-area tkun tista' tiġi wżata għal xi tip ta' investiment ieħor bħal dak ta' proċessar.", "Għalhekk jiena nappella lill-Ministru biex jagħti aktar informazzjoni għaliex intgħażel is-sit tal-Freeport biex tiġi allokata fih il-Medserv.", "Nixtieq lill-Ministru jgħid ukoll jekk kienx hemm xi sit ieħor li seta' jiġi utilizzat għal dan l-iskop u li m'huwiex daqshekk viċin l-operat tal- Freeport, għax biż-żieda li hu maħsub li se jkun hemm f'dawk li huma vapuri deħlin u ħerġin jista' jkun li l-operat tal-Medserv ifixkel lill-Freeport.", "Huwa ċertament pass għaqli li wieħed ikompli jinvesti fil-Freeport għax hemmhekk aħna ħloqna servizz ġdid, attraenti u li llum huwa kważi l-ikbar transhipment centre fil-Mediterran.", "Proprju fl-Italja kienu raw kif għamlu biex ikollhom operat bħal dan u fil-fatt kien hemm żmien ukoll li tant kien hemm kompetittivita' ħarxa li kien nibet il-periklu li nitilfu xi operazzjoni li setgħet tmur f' Gioia Tauro.", "Pero' bil-kompetittivita' u bil-performance li għandna aħna rnexxilna mhux biss inżommu dawn l- operazzjonijiet f'Malta imma talli ftit xhur ilu kien hemm kumpannija kbira mill-Korea li bdiet topera mill-Freeport biex b'hekk ġibna linkage aħjar mal-Far East.", "Fil-Freeport jiġu wkoll vapuri li jsejħulhom mother ships li fuqhom ikollhom madwar ħamest elef container u dawn jinħattu f'Malta b'ċertu teknoloġija biex imbagħad jinġarru minn vapuri iżgħar għal destinazzjonijiet diversi.", "Sar ukoll investiment f'dik il-computer system li permezz tagħha vapur li jkun dieħel fil-port jittrasmetti informazzjoni dwar fejn għandu jmur bil-containers ta' fuqu biex dawn ikunu jistgħu jinħattu u jerġgħu jiġu shipped out fl-inqas ħin possibbli, għax fl-aħħar mill-aħħħar hemm qegħda l-kompetittivita' tal-Freeport.", "Jien minn ta' quddiem li nappoġġja aktar investiment fil-Freeport u huwa għalhekk li fuq dan il-każ jiena nistaqsi jekk huwiex għaqli li wieħed jagħti lill-Medserv post fil-Freeport meta wieħed jikkonsidra l-potenzjal ta' operazzjonijiet oħra li jista' jkollna fil-futur li permezz tagħhom jista' jkollna ferm iktar ħaddiema jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dan l- operat.", "B'daqshekk jien mhux qed ngħid li l-Medserv m'hijiex importanti anzi din hija importanti u l-unika mistoqsija li għandi f'dan ir-rigward hija jekk nistgħux insibu post alternattiv għal dak li qed jiġi propost fil- Freeport.", "Madam Speaker, għal dawk li huma emendi li għandna quddiemna jien naħseb li dawn huma pjuttost tekniċi u allura naħseb li l-istadju ta' Kumitat huwa aktar adattat biex nikkumentaw dwarhom f'aktar dettal.", "Fil-fatt wieħed jinnota li dawn l-emendi m'humiex ta' natura vitali għax ħafna minnhom pjuttost huma emendi li qegħdin jintroduċu ċerti definitions u jagħmlu ċerti riferenzi għal liġijiet oħra biex iġibuhom up-to-date.", "Pero' fuq klawsola 4, illi donnha hija ntiża biex il-Medserv tkun tista' tingħata ċerta faċilita', jien nixtieq li jkollna iktar spjegazzjoni dwar l- intenzjoni eżatta tal-Gvern u dan peress li l-Objects and Reasons ta' dan l- abbozz jgħidu hekk:", "\"...to change certain references to certain laws....\"", "Jien dejjem qist lill-Freeport bħala investiment li jġib miegħu ċerta inkonvenjenza u bħala wieħed imwieled f'Birżebbugia jien naf li bħala struttura l-Freeport kellu ċertu impatt fuq din l-lokalita'.", "Mill-banda l- oħra pero' aħna rridu naqilgħu l-għajxien tagħna u allura wieħed irid jimxi b'ċertu bilanċ għax il-fatt li fil-Freeport illum jaħdmu madwar 700 ħaddiem, jekk m'iniex sejjer żball, hija xi ħaġa pożittiva u li allura rridu noqogħdu attenti kif nitkellmu fuq din il-faċilita' heklk sensittiva.", "Sfortunatament is-sajf li għadda jien, bħala ministru responsabbli, ma ħadt pjaċir xejn b'ċerti kummenti li kienu saru u għalkemm ma nixtieqx nidħol fihom nawgura li l-Ministru preżenti ma jkollux din id-diffikulta' li kelli niffaċċja jien.", "Il-Freeport għandna nħarsu lejh bħala investiment maġġur li, kif diġa' għidt, qed iġorru l-poplu peress li ma għandniex ftehim ma' l-Unjoni Ewropea li jipprovdi għal iktar finanzjament fuq dan il-proġett.", "Għalkemm m'aħniex f'dik il-pożizzjoni xorta waħda qisnih bħala investiment importanti ħafna tant li biex stajna niffinanzjawh kellna nġibu credit rating għal pajjiżna, jiġifieri kellna npoġġu lil pajjiżna taħt lenti ta' istituzzjonijiet internazzjonali biex dawn setgħu jgħidu xi credit worthiness għandu pajjiżna.", "Ta' min jgħid li dan kien proċess dettaljat ħafna peress li daħlu f'kull aspett ta' l-ekonomija tagħna kif ukoll ħarsu lejn il-livell ta' dejn li kellu l-pajjiż u lejn it- tip ta' exposure li kellna, pero' spiċċajna biex ġibna credit rating għoli.", "Barra minn hekk dawn spjegaw li ma tawx lill-Freeport u lill-pajjiżna credit rating iktar għoli minħabba li aħna għandna ekonomija żgħira - mhux bħal ta' pajjiżi akbar li jkollhom ekonomija aktar mifruxa u aktar miftuħa - u allura din tista' tkun milquta aktar minn ċerti bidliet li, per eżempju, jista' jkun hemm fit-turiżmu jew minħabba xi diżastru ambjentali fil- Mediterran, bħal fil-każ ta' xi tanker li jitfalna xi kwantita' ta' żejt max-xtut tagħna.", "Dan il-Gvern qed jgħid li se jagħmel relazzjoni differenti ma' l-Unjoni Ewropea, pero' fuq dan il-punt ta' min jgħid li kieku aħna konna membri fl- Unjoni Ewropea il-credit rating kien jiġi affettwat ukoll għaliex minbarra li inti jkollok safety net bl-arranġament li jkollok mal-pajjiżi li tagħmel kummerċ magħhom, inti jkollok ukoll ċerta għajnuna biex issolvi dawn it-tip ta' diffikultajiet.", "Din hija ħaġa li żżid l-istabilita' ekonomika tagħna, kif ukoll hija ħaġa li investituri barranin jsibu f'pajjiżna.", "Jiena qed nsemmi dan kollu għax aħna kapaċi, anzi aħna nexxielna npoġġu lil pajjiżna f'pożizzjoni mill-iktar attraenti f'dan ir-reġjun.", "F'\" The Economist\" li ħareġ illum kien hemm artiklu interessanti ferm dwar l-Irlanda fejn qegħdin jgħidu li hija \"Europe's shining light\".", "Il-ġimgħa li għaddiet jien tkellimlt f'dan il-Parlament dwar ċerti benefiċċji - anke l-Onor.", "Michael Frendo semmihom - li l-Irlanda toffri lill-industrija tagħha filwaqt li fuq l-istess suġġett kien hemm min f'dan il-Parlament argumenta li kieku aħna nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea ma konniex inkunu nistgħu noffru ċerti vantaġġi lill-industrija.", "Jekk wieħed jara x'qed igħidu f'dan il-ġurnal isib li l-Irlanda, per eżempju, toffri faċilitajiet fejn r-rata ta' taxxa għalkemm mhijiex zero imma hija ta' 10% biss, kif ukoll toffri grants għal madwar 60% jew 70% ta' l-investiment.", "Dan ifisser li min jinvesti fl-Irlanda għandu kondizzjonijiet li huma ferm aktar favorevoli minn dawk li aħna nistgħu noffru jew naffordjaw.", "Il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru qal li l-goal tagħna għandu jkun li nqarrbu aktar lejn is-sistema ta' l-Irlanda għax din qed tipprovdi livell ta' għajxien per capita li qiegħed dejjem javviċina dawk ta' l-aqwa pajiżi fl-Ewropa, anzi l-argument li hemm illum f'\"The Economist\" huwa dwar jekk f'dan ir-rigward l-Irlanda qabżitx lill-Ingilterra.", "Huwa kkalkolat li l- fondi strutturali - fondi li kieku aħna stajna wżajna anke għall-iżvilupp tal-Freeport - li tieħu l-Irlanda mill-Unjoni Ewropea qed jipprovdu madwar 6% tal-GDP, filwaqt li l-pagament ta' l-Irlanda lejn l-Unjoni huwa ta' madwar 2% tal-GDP.", "Dan ifisser li kull sena l-Ewropa qed tipprovdi benefiċċji netti lill-Irlanda li jammontaw għal madwar 4% tal-GDP.", "L- Irlanda huwa eżempju li aħna konna qed nistudjawh mill-qrib u jien nawgura li dan il-Gvern ikompli jistudjah mill-qrib biex jara jekk fil-pożizzjoni li jrid jieħu fuq l-Ewropa jirnexxilux iġib kondizzjonijiet simili għal dawk ta' l-Irlanda biex finalment inkunu a shining light for Europe u a shining example għall-Mediterran kollu.", "Aħna bil-Freeport irnexxielna nagħmlu dan għax kull min jiġi hawnhekk jistqarr li għandna operazzjoni effiċjenti ħafna li tikkompara tajjeb ma' l- aħjar li hawn fid-dinja.", "Jien niftakar li meta konna għaddejjin b'diskussjonijiet ma' l-NYK, kumpannija Ġappuniża li eventwalment ġiet topera hawn Malta, dawn kienu qaluli biex immur nara l-freeport tagħhom u meta staqsejt jekk dan jaħdimx fuq bażi ta' 24 hours kienu rrispondewni li l-freeport hekk jaħdem imma t-trakkijiet ma jistgħux joperaw fuq 24 siegħa ukoll u dan il-fattur kien qed ikun ta' żvantaġġ kbir għalihom.", "Meta dawn kienu raw il-Freeport tagħna kienu qalu li huwa wieħed effiċjenti u esprimew il-fiduċja tagħhom fina għax għall-grazzja t'Alla l-NYK għadha topera minn Malta.", "Din ma ġietx hawnhekk biex tagħmlilna xi pjaċir imma ġiet għax kellha fiduċja f'pajjiżna bl-investiment li sar fil-makkinarju, fil-ħaddiema u fit-teknoloġija.", "Ta' min jgħid li dan huwa xogħol kompetittiv għax transhipment jista' jsir minn diversi pajjiżi u fil-fatt hawn diversi freeports fil-Mediterran li jagħmlu dan ix-xogħol u allura biex int tkun tista' tikkompeti trid tinvesti bil-qawwi f'teknoloġija avvanzata.", "Madam Speaker, il-Freeport ta' Marsaxlokk huwa investiment li jista' jiġi żviluppat iktar u fil-futur wieħed jistenna li n-numru ta' containers li jiġu transhipped minn Malta fil-fatt jirdoppja.", "Il-fatt li aħna qegħdin noqorbu lejn il-miljun container fis-sena jawgura tajjeb għal pajjiżna kif ukoll għall-ħaddiema u għad-diriġenti tal-Freeport li daru ma' l-erba' irkejjen tad-dinja biex iġibu kull xorta ta' xogħol lejn pajjiżna.", "Jien nawgura li npoġġu lil pajjiżna f'pożizzjoni illi fil-futur l-investiment ikun jista' jiġi ffinanzjat b'mod aħjar permezz ta' fondi li wieħed ikun jista' jiġbed minn pajjiżi oħra biex b'hekk ikun investiment fiż-żgur.", "Jien nawgura futur sabiħ kemm lill-ħaddiema li hemm fil-preżent kif ukoll lil dawk li għad iridu jiġu ngaġġati meta jibda jaħdem it-Terminal II billi jkollhom xogħolhom garantit, b'pagi tajbin u li fl-aħħar mill-aħħar ikunu qed jaħdmu f'post illi mhux biss jirrendi lilhom imma li jirrendi lil pajjiżna wkoll.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għalkemm din il-liġi għandha x'taqsam ma' l-emenda għall-liġi prinċipali dwar il-Freeport, bħalma indikaw tajjeb kemm il-kollega tiegħi l-Ministru Attard Montalto kif ukoll il-kollega tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici, l-enfasi tagħha qisha qegħda fuq klawsola 4 li tittratta dwar il-possibbilta' li jkun hemm enfitewsi li tippermetti l- użu ta' parti mill-art u parti mill-mollijiet tal-Freeport.", "Issa jien xtaqt nikkummenta ftit kemm fuq il-Freeport innifsu kif ukoll fuq il- kwestjoni li l-Medserv se tiġi allokata fil-parametri ta' dan il-proġett.", "Nibda biex ngħid li fi proġett bħal tal-Freeport inkunu boloħ jekk noqogħdu nfettqu dwar min bdieh imma jiena ngħid biss li dan huwa storja ta' suċċess.", "Dan huwa proġett li kellu l-bidu tiegħu - jiena ma ngħidx mill-Gvern ta' qabel jew mill-Gvern Laburista ta' qablu jew mill-Gvern Nazzjonalista ta' qablu - minn żmien Strickland meta kien ġie ndikat illi il-Port ta' Marsaxlokk kellu jiġi użat għax kellu potenzjal enormi.", "Skond Strickland dan il-port tant kellu potenzjal qawwi li dak iż-żmien kien qiegħed jiġi kkontemplat illi jkun hawn ferrovija li tgħaqqad Marsaxlokk mall-Marsa.", "Din hija xi ħaġa li nsibuha miktuba minn Busuttil li fi żmien Strickland kien il-ministru nkarigat mill-public works.", "Imbagħad wara ħafna snin kien hemm il-Gvernijiet Nazzjonalisti tas-sittinijiet li kienu qalu li hemmhekk għandu jsir freeport u saħansitra l-art kollha ta' madwar kienet ġiet iffriżata.", "Imbagħad fi żmien il-Gvern Laburista kienu saru l- istudji u nbnew xi mollijiet biex minn hemmhekk kompla ix-xogħol biex illum dan sar wieħed mill-aktar investimenti għaqlin li għamilna.", "L-Onor.", "Bonnici semma' wkoll kemm il-poplu Malti refa' fuq spallejh biex iffinanzja x- xogħol tal-Freeport.", "Jiena naqbel li din hija waħda mill-attivitajiet illi għandna nibżgħu għaliha u nżid illi huwa d-dover ta' din il-Kamra illi nirrispondu u naqsmu ċerti ħsibijiet dwar kif din il-biċċa art ta' madwar il-Port ta' Marsaxlokk tista' tiġi utilizzata fl-aħjar interessi tal- pajjiż.", "Ix-xogħol li preżentement qed isir fil-Freeport jinvolvi transhipment, liema xogħol huwa wieħed kompetittiv ħafna u bbażat fuq is-swieq u fuq il- kuntatti li jirnexxilek tistabilixxi kemm mal-klijenti stabiliti kif ukoll ma' dawk prospettivi.", "Fattur ieħor importanti huwa li trid tipprovdi servizz - bħal fil-każ tan-negozju tat-tankers li jġorru ż-żjut, kimiċi u affarijiet oħra bħal dawn - fit-turn round time, jiġifieri kemm inti għandek il-ħila li dak il-container ma tħallihx idle fuq il-moll imma li minnufih terġa' tgħabbih għad-destinazzjoni tiegħu.", "Illum il-ġurnata qed ngħixu f'dinja mgħaġġla tant li jekk inti ma tridx tuża l-posta tista' tħallas extra u jkun hemm min iwassallek messaġġ jew dokument bl-idejn.", "Dawn it-tip ta' transhipments huma ibbażati fuq delivery malajr u allura bbażati fuq l-effiċjenza li tagħmel streamlining tax-xogħol, tħarreġ lill- ħaddiema u anke tixtri dak il-makkinarju li kapaċi jġorr ammont kbir ta' containers minn post għall-ieħor.", "Dan kollu flimkien mal-fatt li l- containers iridu jiġu managed b'tali mod li jagħmlu ċertu numru ta' traġitti biex b'hekk dawn l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jagħmlu l-profitt u fl-istess ħin iżommu l-prezzijiet kompetittivi.", "Madam Speaker, kulħadd jaf li dan m'huwiex xi negozju li vvintajnih aħna jew li qed noperawh aħna biss.", "Kif diġa' ntqal wieħed mill-ikbar kompetitturi tagħna jinsab fin-naħa t'isfel ta' l-Italja, jiġifieri t- terminal ta' Gioia Tauro.", "F'dan il-kontest tajjeb li nfakkru li kien hemm żminijiet li fil-Parlament Taljan intqal kliem fis-sens li l-Gvern Taljan għandu joqgħod attent meta jiġi biex jagħtina l-għajnuna għaliex parti min dak il-finanzjament seta' jmur biex inkabbru l-kumpless tal-Freeport li allura jkun f'kompetizzjoni diretta ma' dak Taljan.", "Pero' barra mill- Italja hemm postijiet oħra li jagħmlu dawn l-operazzjonijiet, bħal ngħidu aħna Ċipru.", "Ta' min isemmi wkoll it-transhipment terminal kbir li huwa ppjanat li jsir ġewwa Tangiers, jiġifieri fil-Marokk, sewwasew fil-bokka tal-Mediterran, li min dak li kont qed naqra dan l-aħħar dan jirrappreżenta ċertu periklu għaliex fl-area ta' Tangiers-Gibilta' għandhom il-ħsieb li dan it-terminal ikun fuq skala kbira.", "Barra minn hekk il-pożizzjoni ġeografika tiegħu tivvantaġġah għax dan jista' jaqbad il-merkanzija li tkun dieħla min-naħa ta' l-Atlantiku biex imbagħad jagħmel it-transhipment fil- Mediterran u anke barra l-Mediterran.", "Imma wara kollox din hija l- kompetizzjoni fid-dinja tan-negozju u rridu dejjem nilqgħu għaliha.", "Fir-rwol tiegħi bħala ministru ta' l-affarijiet barranin jiena konxju ħafna ta' l-importanza tan-negozju tat-transhipment tant li kważi kull darba li jkollna taħdidiet ma' ministri ta' l-affarijiet barranin jew inkella ma' ambaxxaturi ta' pajjiżi, speċjalment dawk imbiegħda li qegħdin kemm fin-naħa ta' l-Atlantiku kif ukoll fin-naħa tax-Xlokk ta' l-Asja bħal, Singapore u l-Korea, nipprovaw niġbdu l-attenzjoni tagħhom għal din il- faċilita' li aħna għandna x'noffru, jiġifieri fejn merkanzija tiġi fil- Freeport fuq bulk carriers kbar u minn hemmhekk nagħmlu t-transhipment permezz ta' feeder vessels għal postijiet iktar fil-qrib.", "Allura fil- ftit xhur li ilni f'dan id-dekasteru jiena ħassejt li huwa doveruż min-naħa tiegħi li b'mod regolari ninkludi s-servizz tal-Freeport, apparti affarijiet oħra bħas-servizzi finanzjarji u t-turiżmu, bħala feature f'kull laqgħa li jkolli ma' ministri ta' l-affarijiet barranin.", "Il-kollega tiegħi għamel riferenza għax-xogħol li ġie mis-South Korea u f'dan il-kontest jien għandi s-sodisfazzjon ngħid li meta l-Prim Ministru u jiena konna qegħdin ġewwa Lisbona għall-Konferenza ta' l-Organizzazzjoni għas-Sigurta' u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, kelli laqgħa mal-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin tas-South Korea fejn mill-ewwel deher interessat fi proġett bħal dan.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan il-kuntatt bdejtu jien għaliex fil-fatt kien hemm diġa' ċerti abbokkamenti u mbuttar imma kien hemm ukoll ċertu tlajjar.", "Jien nista' ngħid li l-iktar punt importanti li ddiskutejt mal-Ministru Korean kien proprju l-Freeport fejn huwa wegħedni li se jagħmel minn kollox biex dan it-tip ta' negozju magħna jirnexxi - irrid ngħid li qabel Marin Hili kien għamel mawra fil-Korea li kien ikkordina miegħi - u llum bi pjaċir ngħidu li għandna customer mis-South Koreau minn fejn nispera li fil-futur ikollna klijenti oħra.", "Fil-fatt hemm pajjiżi oħrajn li qegħdin juru interess f'dawn l-operazzjonijiet u, bħalma nħobb ngħid, dawn ma jurux dan l-interess għal wiċċna imma għaliex għandhom fuduċja fl-effiċjenza tal-ħaddiema u tal-makkinarju tagħna.", "Naturalment, minbarra dan l-aspett sabiħ ta' xogħol bħal dan hemm ukoll l-aspett li jirrigwarda l-problema ta' l-abbużi li jistgħu jsiru f'dawn l- operazzjonijiet u li jpoġġuna f'dawl ikrah ma' pajjiżi barranin.", "Qed ngħid dan għaliex il-kriminalita' organizzata fuq skala internazzjonali tkun għajnejha fuq ċentri bħal tagħna biex jużawhom għal attivita' kriminali.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan qed isir fil-port tagħna - u j'Alla mhux qed isir - pero' wieħed irid jassumi li tentattivi jkun hemm kif ukoll li teżisti l-possibbilta' li sfortunatament setgħu għaddew xi affarijiet minn taħt imneħirna bla ma ndunajna bihom.", "GĦalhekk wieħed irid jikkonsidra l-probabbilta' u l-possibbilta' ta' l-użu ta' port bħal dan għal skopijiet ta' traffikar ta' droga u ta' armamenti kif wkoll il-possibbilta' ta' ksur ta' sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda.", "Allura aħna għandna naraw li jkun hemm ċerta viġilanza u ċertu kontroll fuq x'inhu għaddej minn ġol-Freeport, allavolja jiena nifhem li din hija xi ħaġa diffiċli biex wieħed jeżerċitaha u f'dan il-kontest mod tajjeb biex wieħed jilħaq dan l-għan huwa billi naċċertaw li jkollna klijenti serji u ta' ċerta reputazzjoni u mhux xi ħadd li beda jopera l-bieraħ.", "GĦalhekk wieħed jikkonsla u jieħu gost jara ismijiet magħrufa ta' ditti kbar kemm Ewropej, kemm min-naħa tax-Xlokk ta' l-Asja u anke min-naħa l-oħra ta' l-Atlantiku li għandhom ċerta rispettabilita' u ċertu clout wara isimhom.", "Minkejja kollox xorta jibqa' l-fatt li ċertu abbuż jista' jitwettaq u allura hawn tidħol il-koperazzjoni ma' pajjiżi oħra - dan ukoll jaqa' fil-mansjoni tiegħi - biex b'hekk naqsmu l-informazzjoni u nittrejnjaw in-nies tad-dwana għal dawk li huma export control regimes.", "B'din il-koperazzjoni bejn l- awtoritajiet tad-dwana ta' pajjiżi oħra - li hija speċi ta' Interpol tad- dwana - ikun jista' jsir tracking ta' merkanzija suspettuża kif ukoll li jekk hemm bżonn isiru surprise inspections fuq ċerti containers li mhux biss jistgħu jiġu hawnhekk u mbagħad imorru f'pajjiżi oħra imma jistgħu anke jidħlu f'pajjiżna.", "Nista' ngħid li l-ewwel seminar li jiena ftaħt bħala ministru kien proprju seminar fuq koperazzjoni bejn in-naħa Maltija - magħmula minn nies tad-dwana, tad-dipartiment tat-trade u minn dipartimenti governattivi oħra - u grupp ta' esperti u uffiċjali mill-Istati Uniti ta' l-Amerka.", "F'dan is- seminar qsamna l-esperjenzi tagħna u hemmhekk stajna nitgħallmu ħafna mingħand in-naħa Amerikana għaliex kif wieħed jista' jaħseb dawn għandhom esperjenzi vasti f'dan it-tip ta' xogħol.", "Irrid ngħid li f'dan il-qasam kien hemm, għad hemm u jrid jibqa' jkun hemm koperazzjoni ma' dawn il- pajjiżi li kapaċi jgħaddulna dan l-expertise li għandhom biex b'hekk in- nies tad-dwana u dawk tal-Freeport jitgħallmu kif jitraċċaw xi ħaġa li tista' tkun ta' periklu biex b'hekk jinterċettawha.", "Dan qed ngħidu għaliex jekk dak li jkun se jabbuża fin-negozju ta' droga, armamenti u affarijiet illeċiti bħal dawn ikun jaf li inti għandek nies li huma esperti, ta' l- affari tagħhom u serju, allura dak li jkun jaf ma jissograx li jagħmel użu mill-faċilitajiet tiegħek u b'hekk tkun qed tiskoraġġixxi li dawn l- attivitajiet illegali f'pajjiżek.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lil dawk il- pajjiżi, speċjalment lill-Amerka, li diġa' tawna u li se jkomplu jagħtuna ħafna expertise permezz ta' ftehim li għandna għax aħna għandna bżonnha din it-tip ta' expertise u dan għaliex - bħalma qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Bonnici u bħalma qal il-Ministru Attard Montalto - aħna ma rridux li iktar ma jikber it-turnover u iktar ma' jiżdied l-ammont ta' containers li jgħaddu minn għandna allura nagħtu iktar ċans li t-terminal tagħna jiġi użat mill-kriminalita' organizzata.", "Madam Speaker, jien qed nagħmel din l-enfasi kollha fuq dan l-aspett tat- transhipment għaliex aħna żgħar u sfortunati fis-sens li dak li jiġri f'pajjiżna jista' jiġi interpretat qisu aħna għandna xi konġura kontra xi ħadd jew li aħna għalaqna għajnejna biex isiru ċerti affarijiet apposta.", "Għalkemm jien mhux se nidħol fid-dettall tal-każ pero' hawnhekk irrid insemmi li dan l-aħħar smajna dwar xi tagħbijiet ta' affarijiet li setgħu kienu ġejjin Malta biex imbagħad imorru x'imkien ieħor.", "Għaldaqstant jien naħseb li huwa obbligu tagħna li noqogħdu attenti għal dawn l-affarijiet kemm bħala parti mill-obbligi li għandna lejn il-komunita' internazzjonali u kemm lejn il-commitment u t-twemmin sod tagħna kontra t-traffikar illeċitu ta' armamenti, droga u dak kollu li huwa llegali biex b'hekk nipproteġu wkoll l-image tagħna.", "Jekk aħna niġu nterpretati bħala inkapaċi f'dak li huwa kontroll jew inkella addirittura kompliċi f'xi attivitajiet bħal dawn jista' jsir ħafna ħsara lill-isem ta' Malta fil-kamp internazzjonali kif ukoll fil-kamp tat-transhipment.", "Madam Speaker, jien nerġa' ngħid li kull oġġett fih it-tajjeb u l-ħażin tiegħu u sfortunatament din hija waħda minn dawk negattivi - għax hemm affarijiet oħra li rrid nitkellem dwarhom aktar 'l quddiem - li wieħed irid jgħasses bis-serjeta' ħalli nipproteġu l-isem tajjeb li ngawdu.", "Il-kollega tiegħi tkellem ukoll fuq il-kontribut li dan it-tip ta' negozju qed jagħmel lill-ekonomija tagħna u aħna lkoll nieħdu gost b'dan il-kontribut li qed tagħmel din l-attivita' kummerċjali.", "Pero' meta l- kollega tiegħi semma x'seta jiġri kieku aħna konna membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, fis-sens li kien ikun hemm il-faċilita' li nġibu fondi mill-Unjoni għall-iżvilupp ta' dan it-terminal, jien imbagħad kont qed nistenna li jgħid wkoll x'kien se jkun l-effett ta' din is-sħubija fuq l-introjtu tal- Freeport.", "Hawnhekk jien ma nixtieqx nidħol f'dan l-argument għax huwa argument tekniku pero' safejn niftakar jien kien hemm dubji u kien hemm anke twissijiet lill-ministru ta' qabli biex joqogħdu daqsxejn attenti għaliex bħala membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea ma kienx hemm aċċertazzjoni li l-profitti kienu se jibqgħu kollha f'Malta.", "Kieku sirna membri sħaħ ta' l-Unjoni, kif riedet in-naħa l-oħra tal-Kamra, skond il-leġislazzjoni ta' l-Unjoni ħafna minn dawn il-profitti tal-Freeport kienu jiġu channelled minn Malta għal Brussels.", "Din hija xi ħaġa li rridu nikkontemplawha għax meta nitkellmu fuq kemm nistgħu nieħdu mill-fondi strutturali nsemmu d-dħul u qatt ma ngħidu kemm se nitilfu minn sorsi oħra.", "Fil-fatt dan hija waħda minn dawk l-attivitajiet li llum id-dħul kollu qed imur għal pajjiżna imma li kieku konna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea kien ikun hemm il-possibbilta' li perċentwal għoli minnu kien jgħaddi għand l-Unjoni Ewropea u allura konna nitilfuh.", "Madam Speaker, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Bonnici f'xi ħin staqsa - jien ma kontx naf li l-Onor.", "Membru huwa minn Birżebbuġa - jekk qabel ma ġie deċiż li l-Medserv tmur fil-Freeport sarux xi studji biex wieħed jara jekk din tistax tiffunzjona meta jkun hemm dawk il-vapuri l-ħin kollu deħlin u ħerġin.", "Jien naħseb li min għażel dan is-sit ġol-Freeport huwa espert biżżejjed biex jara dan l-aspett ta' funzjonabilita' - mhux qed ngħid mil- lat ambjentali għax dan niġi għalih iktar tard.", "Aħna nafu li dan l-aħħar il-Medserv ma kenitx f'qagħda feliċi għax sfortunatament kienet sejra lura, mentri llum hemm iċ-ċans li din tieħu ftit tal-ħajja biex b'hekk ikollha prospetti aħjar u terġa' tkun industrija produttiva.", "Min għamel il-kalkoli jaf x'inhu x-xogħol tal-Medserv, jaf din x'qed tipprospetta minn hawn u ftit snin oħra u jaf ukoll li fil-post minn fejn il-kumpannija talbet li topera qabel ma sar dan il-ftehim, jiġifieri minn ġol-Port ta' Marsaxlokk, kien se jkun hemm dħul u ħruġ ta' vapuri u kien jaf il-frequency u t-turn- round time tagħhom.", "Għalhekk wieħed irid jgħid li l-ewwel indikazzjoni li l-affarijiet fil-fatt se jkunu jiffunzjonaw ġejja mingħand dak stess li se jonfoq il-flus biex jagħmel dawn l-operazzjonijiet.", "Jien naħseb li fin- negozju privat ħadd m'hu miġnun li se jitfa' flusu f'ħaġa li jaf li mhux se tirrendilu qligħ.", "Madam Speaker, il-kollega tiegħi qal li l-Medserv setgħet marret fejn kien hemm ħsieb li tmur fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra pero' jien jiddispjaċini ngħid li hawn ma naqbilx miegħu għax 'il hemm mill-power station ta' Marsaxlokk m'hemmx mollijiet adegwati.", "Fil-fatt, kieku wieħed iddeċieda li l-Medserv tmur f'dak is-sit kieku riedu jinbnew jew jiġu estiżi l-mollijiet kif ukoll jinbena breakwater ieħor.", "Irridu nammettu li hemm problemi kbar f'dak is-sit.", "Jien dejjem tkellimt kontra li l-Medserv tmur f'Marsaxlokk 'il hemm mill-power station.", "Raġuni minnhom hija li kieku nbnew - kif bilfors kien ikollhom jinbnew - moll u driegħ ta' breakwater, dawn kienu jħallu impatt negattiv tremend fuq il-ħajja soċjali ta' Marsaxlokk kif ukoll fuq l-ambjent marittimu ta' Marsaxlokk.", "Qed ngħid dan għax minħabba l-arm il-kbira tal-breakwater li nbena f'Bengħajsa biex jipproteġi l-Freeport, meta fil-maltemp ix-Xlukkajri jkunu deħlin bid- dgħajjes tagħhom dawn bla ma jridu jkollhom jħaxknu man-naħa ta' taħt il- Fortizza ta' Delimara.", "Madam Speaker, dan qed ngħidu għax il-post nafu, għixt ma' dawn in-nies u allura naf tajjeb x'qed ngħid.", "Jekk ikun hemm driegħ ieħor iktar 'il ġewwa jibda jiġri li l-mewġ u l-imbatt jaħbat miegħu u joħroġ lura bil-konsegwenza li s-sajjieda ma jkunux jistgħu jidħlu meta jkun il-maltemp, speċjalment jekk ikun ġej min-naħa tal-grigal.", "Dan ifisser li kieku dan il-proġett ġie żviluppat f'dan is-sit ġewwa Marsaxlokk, ix- Xlukkajri kien ikollhom imorru jsorġu x'imkien ieħor meta jkun il-maltemp.", "Madam Speaker, raġuni oħra hi li diġa' ġie pprovat li kieku kellu jsir driegħ ta' breakwater ieħor iċ-ċirkolazzjoni ta' l-ilma fil-bajja ta' Marsaxlokk kienet se tkun affettwata bl-iktar mod negattiv.", "Bil-moll il- kbir ta' Bengħajsa - dan jien nistqarru bħala d-dnub tagħna - diġa' kien hemm impatt fuq il-mod kif il-mewġ jidħol u jnaddaf il-bajja għax illum il- ġurnata qed jinġabar ħafna iktar naqal peress li m'hemmx dik iċ- ċirkolazzjoni li kien ikun hemm qabel.", "Jiġifieri kieku l-Medserv kellha tkun riallokata n-naħa tal-power station, bil-bini ta' mollijiet u driegħ ta' breakwater il-bajja ta' Marsaxlokk kien ikollha taffaċċja problemi kbar għax peress li x-xatt m'huwiex wiesa' biżżejjed dan ix-xogħol kien iħassar il-wiċċ ta' l-għoljiet li hemm taħt il-Forti ta' Delimara, liema għoljiet huma sbieħ ħafna u ta' min jippreservahom.", "F'dan ir-rigward il-Planning Authority stess kienet għamlet studju dwar l-uċuħ ta' dawn l-għoljiet u fil- fatt dawn kienu ġew scheduled b'mod li ma tistax tagħmel żvilupp industrijali fil-post.", "Mela hawnhekk kellna kontradizzjoni fejn min-naħa konna qegħdin ngħidu li dawn irridu nipproteġuhom billi ma jsirx żvilupp f'dawn l-inħawi u min-naħa l-oħra konna qegħdin ngħidu li rridu nagħmlu żvilupp minħabba l-Medserv.", "Madam Speaker, jien ma niddejjaqx ngħid li ġejt akkużat li ma ridtx li l- Medserv tkun f'Marsaxlokk u fil-fatt jien ktibt biex nispjega din il-ħaġa pero' min-naħa l-oħra jien m'għidtx li l-Medserv għandha tkun fil-Freeport.", "Jien inħoss li ta' min jispjega x'inhuma d-differenzi għaliex jiddispjaċini ngħid li sar ħafna diskors u ġiet imxerrda ħafna miżinformazzjoni dwar dan.", "Jien sinċerament nagħder lil min inkwieta għax ħaseb li ġewwa Birżebbuġa kien se jinżel xi mostru ieħor għax fil-fatt jien tkellimt u ktibt kontra li l-Medserv tmur f'Marsaxlokk proprju minħabba dawn ir-raġunijiet negattivi li għadni kif semmejt.", "Ċertament li kieku l- Medserv kellha tiġi n-naħa tal-power station - u bħalma nafu l-power station għad trid titkabbar aktar - bla dubju ta' xejn kienet se toħloq impatt viżwali diżastruż.", "Issa jien għaliex qed ngħid li m'huwiex daqshekk ħażin li l-Medserv Ltd tmur fil-Freeport?", "Jien naf li hemm min qiegħed jismagħna bħalissa, speċjalment residenti ta' Birżebbuġa - li jien għandi l-ikbar rispett lejhom u simpatija magħhom għal mod kif qed jirreaġġixxu f'din il-kwestjoni - u qed jirrabjaw u joħduha kontra tagħna.", "Fil-fatt, aħna kellna diversi laqgħat ma' individwi u ma' korpi minn Birżebbuġa u matulhom ipprovajna nispjegaw li aħna ninsabu konxji tal-problemi ambjentali u li l-Partit Laburista fil-gvern żgur mhux se jagħmel xi affarijiet li bihom ikompli jsawwat lir-residenti ta' dan il- lokal.", "Dan m'iniex qed ngħidu mil-lat partiġjan imma qed ngħidu biex l- affarijiet ikunu ċari aktar.", "Bħalma qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Bonnici, li twieled f'Birżebbuġa, sfortunatament f'dan il-lokal li kien post ta' villeġġjatura u li kellu bajja l-ġmiel tagħha, kellu jiżviluppa l-imbierek Freeport.", "Imma mbagħad jekk aħna se nibqgħu sejrin hekk se nidħlu fil- kwestjoni ta' jekk kienx sewwa li hemmhekk inbena l-Freeport jew jekk għandniex inneħħu kollox biex nerġgħu nġibuh blat verġni u sabiħ kif kien qabel.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, dan il-port, li huwa it-tieni l-isbaħ u l-ikbar port naturali tagħna, kien ilu minn żmien Strickland jiġi meqjus bħala sit ideali għal ċertu żvilupp.", "Pero' l-isfortuna hija li hemmhekk illum ma tarax ħlief krejnijiet u tniġġiż fl-arja, kif ukoll ħsejjes kontinwi ta' ajruplani għaddejjin u dawn huma kollha affarijiet li qegħdin jiffaċċjaw ir-residenti ta' Birżebbuġa u li wieħed ma jistax jinnegahom.", "Għalkemm wieħed jista' jgħid li għall-pajjiż il-fatt li l-ħin kollu jkunu għaddejjin l-arjuplani hija xi ħaġa pożittiva nistgħu nimmaġinaw li r-residenti ta' Birzebbugia ma jaħsbuhiex hekk u bir-raġun għax dawn jgħidulek li la jistgħu jorqdu wara nofsinhar u lanqas bil-lejl.", "Madam Speaker, hawnhekk tajjeb wieħed jistaqsi x'nistgħu nagħmlu f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Ta' min jgħid li l-iżvilupp jitlob ċertu prezz u fil-fatt in-naħa t'isfel ta' Malta ħallset prezz kbir u sproporzjonat biex seta' jsir ċertu żvilupp ġewwa pajjiżna.", "Jien ma neħux pjaċir noqgħod insemmi n- naħa ta' fuq u n-naħa t'isfel imma milli jidher issa wasalna fl-assurdita' li noqogħdu niddistingwu bejn in-nies li joqogħdu n-naħa t'isfel u bejn in- nies li joqogħdu n-naħa ta' fuq.", "Madam Speaker, jekk tippermettili hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira billi ngħid li jien nitqażżeż nara programmi sħaħ fuq it-televiżjoni fejn jiddistingwu l-karatteristiċi tan- nies tan-naħa t'isfel u l-karatteristiċi tan-nies tan-naħa ta' fuq, fis- sens ta' kif jitkellmu n-nies tan-naħa ta' fuq u kif jitkellmu n-nies tan- naħa t'isfel jew kemm huma psataż in-nies tan-naħa t'isfel u kemm huma edukati dawk tan-naħa ta' fuq.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan żgur li m'huwiex il-mod li bih pajjiżna irid ikompli jtejjeb l-image tiegħu.", "Madam Speaker, madanakollu għalkemm wieħed jista' jimmaġina t-tbatija li għaddejjin minnha r-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta fl-istess ħin irridu niffaċċjaw ir-realta'.", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex inwitti t- triq għall-Medserv għax bħalma qal il-kollega tiegħi diġa' ttieħdet id- deċiżjoni li din il-kumpannija tmur fil-Freeport, u dan kemm minħabba l- fatt li l-vapuri tal-Medserv iridu jittrakkaw mal-mollijiet biex iħottu u jgħabbu ċerti affarijiet, kif ukoll minħabba l-fatt li din il-kumpannija għandha bżonn storage space fejn taħżen il-merkanzija tagħha.", "Imma issa ħalli ngħid il-Medserv x'tip ta' materjal taħżen, x'xogħol tagħmel u x'inhuma l-problemi assoċjati magħha.", "Waħda mir-raġunijiet determinanti għaliex il-Medserv kellha tmur fil- Freeport kienet proprju li hemmhekk il-mollijiet diġa' huma available filwaqt li f'Marsaxlokk dawn kien ikollhom jinbnew.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li dawn il-mollijiet la m'huma qegħdin fuq ir-ramel tal-bajja, la qegħdin f'Wied il-Buni u lanqas qegħdin fil-Bajja ta' San Ġorġ imma dawn se jkunu fil-biċċa ta' barra nett tal-Freeport, proprju wara d-driegħ tal- breakwater il-kbir li hemm f'Bengħajsa.", "GĦalhekk jien niggarantixxi li min ikun qiegħed x'imkien f'Birżebbuġa lanqas biss se jara dawn il-vapuretti; u qed nuża l-kelma \"vapuretti\" għax il-Medserv ma għandhiex xi tankers jew vapuri kbar.", "Barra minn hekk, din il-kumpannija għandha bżonn area fejn taħżen il-merkanzija tagħha u proprju għal dan il-għan dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti d-dritt għas-subletting.", "Madam Speaker, fejn tinsab din l-area fejn se jiġu stored l-affarijiet tal-Medserv?", "Din l-area m'hijiex qiegħda Wied il-Buni - qed insemmi Wied il-Buni għax kif jaf kulħadd hemmhekk huwa l-iktar post viċin tal-Freeport - imma qiegħda kważi tmiss ma' Wied ix-Xoqqiet, li qiegħed in-naħa l-oħra ta' Birżebbuġa, eżattament fejn hemm it-tankijiet taż-żejt.", "Ta' min jgħid ukoll li meta l-materjal ikun irid jinġarr mill-imħażen għal ħdejn il- mollijiet dawn mhux se jgħaddu bih minn ġo Birżebbuġa imma se jduru ma' dik l-area fejn hemm it-tankijiet taż-żejt u jibqgħu sejrin 'l barra lejn id- driegħ tal-breakwater.", "Dan biex ma nsemmix il-fatt li l-materjal li se jiġi stored - dan il- materjal se jkun jikkonsisti fi xkejjer tas-siment, tankijiet ta' l-aċtu u affarijiet simili li beħsiebni nerġa' nsemmihom iktar 'il quddiem - m'hu se jkun ta' inkonvenjent għal ħadd għax dan se jkun moħbi wara l-containers u l-warehouses.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed ngħid dan biex naqilgħu xi tifħir imma biex wieħed jara jekk iċ-ċirkostanzi humiex se jkunu agħar minn dawk li diġa' jeżistu kawża tal-Freeport.", "Jiġifieri hawnhekk diġa' jeżistu ċirkostanzi li m'humiex sbieħ, pero' din il- kumpannija m'hijiex se tkompli tħassar is-sitwazzjoni.", "Madam Speaker, hawn ta' min jgħid li għalkemm il-vapuri tal-Medserv jgħabbu siment, kimika, parts tar-rigs, ktajjen u affarijiet bħal dawn, irrid nassigura lil kulħadd li l-ġarr ta' dawn l-affarijiet mhux se jikkawża xi ħsejjes għax fil-fatt hemm ċerta restrizzjoni, fis-sens li dan ix-xogħol ma jistax isir f'ċerti ħinijiet bħal, per eżempju, bil-lejl.", "Rigward is-siment irrid ngħid li dan mhux se jinxtered fil-baħar għax dan il-materjal se jkun ippakkjat u se jintuża biss fuq ir-rigs.", "GĦal dak li jirrigwarda l-kimika - dwar din kien hemm min għamel ċertu kapital billi beżża' ħafna nies - nista' ngħid li wara indaġni li għamilt irriżultali li dan huwa tip ta' aċtu li jekk stess, Allaħares qatt, jinfaqa' xi tank minnhom fl-istorage area mhux se jkun hemm konsegwenzi għar-residenti ta' Birżebbuġa.", "Min-naħa l-oħra, kull min hu xi ftit midħla tal-chemistry jaf li jekk jinfaqa' u jaqa' l-baħar xi tank minn dawn waqt li jkunu qed jgħabbuh, l-aċtu jinnewtralizza malajr ġo l-ilma għax wara li joħroġ id- duħħan l-aċtu jispiċċa, mhux bħaż-żejt li jibqa' jinxtered.", "Mela, fi ftit kliem, is-siment se jagħmluh fit-tankijiet, l-kimika ma toħloq l-ebda periklu u għar-rigward tal-parts ta' min jgħid li l-Medserv mhux se ġġib xi derrick sħiħ taż-żejt imma biċċiet biċċiet minnu.", "Madam Speaker, rigward dak li ntqal dwar il-periklu ta' xi splużjoni rrid ngħid li din hija esaġerata għax, wara kollox, tieħu kemm tieħu miżuri l- inċidenti dejjem u kullimkien jistgħu jseħħu.", "Pero' f'dan il-każ, il- periklu jista' jkun ġej mill-possibbilta' li xi wieħed minn dawn it- tankijiet tal-kimika ma jkunx imnaddaf tajjeb u Allaħares qatt xi ħadd imur jagħmel xi xogħol ta' welding.", "Madam Speaker, fil-fatt għalhekk hemm l- idea li dawn it-tankijiet ikunu gas free.", "Peress li dawn it-tankijiet se jkunu mal-moll ta' barra, eżattament qrib it-tankijiet taż-żejt, huwa fl- interess tad-ditta stess li ma ssirx xi traġedja bħal din, jew aħjar, li ma jweġġa ħadd, għax l-aqwa li ma jweġġa jew imut ħadd u mhux għax jisplodu xi tankijiet.", "Il-kumpannija żgur li mhux se tħalli li jsiru ċertu tip ta' xogħlijiet qrib dak l-impjant taż-żejt għax peress li l-Freeport se tkun qrib dawn it-tankijiet se timponi ħafna miżuri ta' sigurezza u allura żgur li mhux se jkun hemm periklu għar-residenti ta' Birżebbuġa.", "Nixtieq ngħid ukoll li peress li l-istorage area tal-Medserv ma tidhirx mill-bajja u mill- postijiet l-oħra ta' Birżebbuġa, il-kwestjoni tal-ħmieġ ma tirriżultax.", "Dwar il-kwestjoni tal-ħsejjes nerġa' ngħid li d-ditta li se tieħu l- Medserv assiguratna li l-ħsejjes li din tiġġenera huma biss dawk tal- ġeneraturi li bħalissa għadhom jintużaw ġo Manoel Island fejn m'hemmx shore supply adegwat ta' l-elettriku.", "Għalhekk, issa li l-Medserv se tieħu l-elettriku mix-shore base, li hija provvista adegwata, mhux se jkun hemm iżjed bżonn l-użu tal-ġeneraturi.", "Hawn min qed jgħid li minn hemmhekk issa se jibda jgħaddi iktar traffiku, pero' jien ma narax kif dan għandu jikkawża xi traffiku kbir.", "Jekk kemm-il darba jirriżulta li din l-azjenda tikber tant li tibda taffettwa l-volum tat-traffiku, wieħed imbagħad għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex dan ma jgħaddix minn ġo Birżebbuġa imma juża t-toroq kbar li hemm f'Bengħajsa, f'Ħal Far u f'dik l-area ta' madwar dan ir-raħal.", "F'dan il-każ irridu nsemmu wkoll lat pożittiv għaliex meta jkollok dik it-tip ta' azjenda li tkun qed tikber dan jaf iġib miegħu ammont ta' nies - ħafna minnhom mill-oil fields ta' l-Afrika ta' Fuq - għal xi mawra ta' tlett ijiem biex jaraw ix-xogħol u allura wieħed jipprevedi li Birżebbuġa tibda tiggwadanja minn dan it-tip ta' servizzi anċillari li l-Medserv tiġġenera.", "Hawnhekk jien qed nirriferi għall-kiri ta' flats, għar- ristoranti, għal tat-taxis u għal servizzi simili.", "Huwa veru li Birżebbuġa se terfa', biex ngħid hekk, biċċa salib ieħor ma' dawk li diġa' għandha imma jien nawgura wkoll li dan il-lokal jibda jibbenefika mill-ġid li jiġġenera dan it-tip ta' negozju.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id- diskors tiegħi billi ngħid li għandna noqogħdu attenti għaliex f'każ bħal dan nuqqas ta' informazzjoni ħafna drabi jista' jikkawża paniku.", "Madam Speaker, jiena mhux inkwetat b'dan li qed nitkellmu fuqu llum imma ninsab inkwetat fuq in-nuqqas ta' kontroll - dan sirt naf bih dan l-aħħar - li jeżisti fuq ir-rimi għal ġol-baħar ta' affarijiet, inkluż affarijiet tat- toilet, li jsir mill-vapuri ta' l-irmonk.", "Jien ngħid lin-nies li iktar huwa perikoluż li jkollok tniġġis tal-baħar mill-ippurgar milli minn ftit aċtu li jevapora malajr.", "Ta' min jgħid li ftit żejt malajr tinduna bih imma mbagħad ma tantx tinduna bil-mikrobi li jiġu minn affarijiet infettati.", "Meta jien ġejt informat li jista' jkun li hemm dan it-tip ta' tniġġis ġbart l-informazzjoni li għandi bżonn u se nassigura li nagħmel minn kollox biex dan l-abbuż ma jkomplix isir għaliex dan huwa iktar ta' periklu mill-Medserv għal dawk it-tfal u nies li jkunu qegħdin jgħumu f'Birżebbuġa.", "Qed ngħid dan għax fl-ilma jkollok mikrobi - il-kollega tiegħi li huwa tabib jaf sew x'jiena ngħid - li ma tarahomx imma li jikkawżaw, per eżempju, infezzjonijiet fil-widnejn u fl-imsaren.", "Madam Speaker, lir-residenti ta' Birżebbuġa jien ngħidilhom li għandhom raġun jibżgħu u jissuspettataw li b'li se nagħmlu se jkollhom salib ikbar milli diġa' għandhom, pero' mbagħad mill-fatti ngħidilhom ukoll li l- affarijiet mhumiex hekk u ta' dan iż-żmien għad jagħtina parir.", "Din hija deċiżjoni li kellna neħduha - jien ma ngħidx li din ġiet imposta fuqna - għax kellna industrija li fiha kien hawn min hu lest li jinvesti pero' kellha bżonn ċerti faċilitjiet, liema faċilitajiet jinsabu fil-Port Ħieles ta' Birżebbuġa.", "Aħna ma stajniex inħallu lill-Medserv tagħlaq u għamilna dak li għamilna fl-interess ta' l-industrija tagħna.", "Nista' nassigura lil kulħadd li dan li qed ngħid qed ngħidu minn qalbi u għax nemmen fih u m'iniex se noqgħod insemmi affarijiet oħra għaliex iż-żmien, nerġa' ngħid, għad jagħtina parir.", "Jiena nawgura li din il-liġi li qed ngħaddu llum mhux biss ma tkunx ta' dannu għar-residenti ta' Birżebbuġa imma talli tgħin ħalli l-art li hemm available fil-Freeport tintuża b'mod li jkun għall- aħjar interess tal-Maltin kollha għax kulħadd imur tajjeb meta tissaħħaħ l- ekonomija tal-pajjiż.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li mhux sewwa li ssib min qed jipprova jxewwex billi jdaħħal f'moħħ in-nies ideat żbaljati biex b'hekk jagħmel kapital politiku.", "Jiena nagħder lil dawk li jibgħatulna l-karti lura bil-kummenti tagħhom, għax naf li teżisti ċerta biża', pero' m'għandniex inħallu lil min jisfrutta s-sitwazzjoni billi jdaħħal f'moħħ in- nies affarijiet li mhumiex veri.", "Jiena konvint li ż-żewġ naħat tal-Kamra se jaqblu ma' dan l-abbozz għax dan jagħti l-opportunita' li nagħmlu l- aħjar użu mill-art li hemm available ġewwa l-Freeport.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 20 ta' Mejju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnjiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa - Tieni Qari.", "Kumitati Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "MADAM SPEAKER: Hemm rimakri?", "Il-Ministru Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, nhar is-Sibt li għadda attendejt għal seminar dwar is-sigurta' u l-kwalita' tax-xogħol fejn jidħol sit ta' kostruzzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi dan kien seminar tajjeb ħafna u minn hawnhekk irrid nawgura lill-Kamra tal-Periti, lill-J.", "M. Vassallo Group, u lis-suppliers Taljani Ferriere Nord li organizzawh.", "Mill-attendenza li kien hemm għal dan is-seminar deher ċar li f'Malta dejjem qed tikber il- kuxjenza favur is-sigurta' u l-kwalita' ta' xogħol fl-industrija tal- kostruzzjoni.", "Il-Gvern huwa konxju ħafna li fejn sa ftit ta' żmien ilu ċerti fatturi ma konniex nagħtuhom importanza illum qegħdin jingħataw ħafna iktar importanza.", "F'soċjeta' demokratika u moderna jrid ikollok kwalita' aħjar fix-xogħol kif ukoll bilanċ bejn il-kwalita' aħjar u aktar sigurta' għall-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol, jekk irridu mmexxu 'l quddiem u nimmodernizzaw l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Hawnhekk irrid ngħid li din l-industrija hija t-tieni l-akbar industrija importanti għal pajjiżna għax tħaddem madwar 6,000 ruħ u għandha turnover kbir u tajjeb ngħid ukoll li l-gvern ftit għandu input b'mod dirett fiha għax 90% minnha hija tal-privat.", "Sinjura President, kif kien tħabbar ftit taż-żmien ilu, il-Gvern beħsiebu jwaqqaf il-building industry consultative council li se jiffoka fuq diversi setturi ta' din l-industrija.", "L-ewwel task tal-kunsill konsultattiv dwar l- industrija tal-bini, li nisperaw li jitwaqqaf għal nofs ix-xahar id- dieħel, se jkun li jieħu ħsieb ħames issues importanti ħafna.", "Preżentenment, parti kbira mill-industrija tal-kostruzzjoni għadha mhijiex organizzata fuq linji moderni u f'dan l-ambitu wieħed irid jistaqsi: X'inhuma n-nuqqasijiet li hemm f'din l-industrija u x'inhuma dawk is- setturi li rridu niffokaw fuqhom biex din l-industrija nġibuha 'l quddiem?", "Settur minn dawn jittratta l-building regulations, il-quality assurance u l-contractor registration.", "Dawn huma tliet items li fihom infushom huma vasti ħafna.", "Nibda biex ngħid li l-building regulations tagħna jmorru lura ħafna snin u qatt ma ġew aġġornati u allura kemm minħabba t-teknoloġija li dieħla kif ukoll bil-metodi tal-bini li qed jiżviluppaw bilfors wieħed irid jaġġorna r- regolamenti tal-bini.", "Diġa' sar ħafna xogħol fuq dawn ir-regolamenti tant li dawn jinsabu fi draft form u nisperaw li waħda mill-ewwel tasks li jiffaċċja l-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini tkun il-ħruġ ta' dawn ir-regolamenti.", "Il-quality assurance hija issue oħra importanti għax illum in-nies lesti jħallsu basta jingħataw prodott ta' kwalita' tajba.", "GĦalhekk hemm bżonn li ndaħħlu l-mentalita' li min iħallas għandu jingħata l-prodott li jixraqlu u li jkun ħallas għalih.", "Fir-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam ma' contractor registration irrid ngħid li hija xi ħaġa ta' għajb li filwaqt li nafu kemm għandna kuntratturi kbar tal-bini mbagħad m'għandniex idea ta' kemm għandna kuntratturi żgħar, jiġifieri dawk li jikkonsistu minn tnejn jew tlieta min-nies.", "GĦaldaqstant jien naħseb li anke f'dan il-qasam irridu nibdew nagħmlu l- affarijiet b'mod iktar sistematiku.", "Madam Speaker, it-tieni issue li jrid jittratta dan il-kunsill hija l- kwestjoni tas-saħħa u tas-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Aħna nħossu li din hija issue importanti ħafna, aktar u aktar meta nisimgħu bl-ammont esaġerat ta' inċidenti li jseħħu fuq il-post tax-xogħol, speċjalment fuq siti ta' kostruzzjoni.", "Sfortunatament ħafna minn dawn l-inċidenti qed ikunu fatali u għalhekk jidher ċar li hemm bżonn noħolqu iktar kuxjenza fost min iħaddem, kif ukoll fost il-ħaddiema u fost il-periti, dwar il- bżonn li jkun hemm sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Madam Speaker, it-tielet issue li beħsiebu jittratta l-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini hija l-edukazzjoni u t-taħriġ għax f'dan is-settur għad għandna vacuum kbir.", "Fil-fatt għad għandna ħafna u ħafna oqsma fejn wieħed jieħu xi skill partikolari mingħajr lanqas biss ikun ingħata t-taħriġ u l-edukazzjoni dwarha.", "Per eżempju, jekk wieħed ikun irid isir bajjad ikun biżżejjed li jkun jaf jaqbad pinzell u jċallas xi ftit għax hawn Malta wieħed ma jeħtieġlux jagħmel xi kors jew eżami biex jibda jipprattika s-sengħa ta' bajjad.", "Fil-fatt spiss jiġri li meta wieħed ma jkollu l-ebda edukazzjoni u taħriġ jgħidulu biex imur jaħdem ma' kuntrattur, bħal dak li qallu li x-xogħol ta' kostruzzjoni huwa xi ħaġa faċli.", "GĦalhekk hemm bżonn li niffokaw iktar fuq it-taħriġ u l-edukazzjoni fl-iskills li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal-bini.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li meta qed ngħid \"skills\" m'iniex qed nirriferi biss għal dawk ta' bennej, ta' bajjad, ta' min iwaħħal il-madum jew ta' l-electrician imma qed nirriferi wkoll għal skills ta' management, speċjalment f'dak li huwa middle management.", "Madam Speaker, ir-raba' settur li se jiffoka fuqu dan il-kunsill huwa dak tar-riċerka.", "Aħna pajjiż żgħir u għalhekk ma nistgħux nippretendu li aħna se nagħmlu ċerta tip riċerka imma almenu rridu naraw x'qed jiġri f'pajjiżi oħra ħalli nkunu nistgħu nadattaw dawk l-iżviluppi li jkunu jgħoddu għalina.", "Il-ħames settur li se jittratta l-kunsill konsultattiv dwar l-Industrija tal-bini huwa dak tas-suq tal-proprjeta'.", "Hawnhekk wieħed japprezza li jekk ibatti s-suq tal-proprjeta' xi ftit jew wisq tbatti wkoll l-industrija tal-bini u għalhekk irridu naraw li s-suq tal-proprjeta' jiġi monitored aħjar minn kif qiegħed isir illum .", "Madam Speaker, dawn huma l-ħames aspetti li primarjament se jaħdem fuqhom dan il-kunsill, liema kunsill se jkollu żewġ fergħat, jiġifieri l-advisory board, li taħtu jaqgħu dawk il-working groups li se jitħaddtu fuq is- setturi li għadni kif semmejt, u bord eżekuttiv, li se jara li jiġu implimentati dawk l-issues li jkunu ġew diskussi mill-working groups.", "Madam Speaker, sal-lum is-sitwazzjoni hija li m'hemmx mod formali kif dan it-tip ta' eżerċizzju jista' jsir għax m'hemm l-ebda kuntatt bejn l- industrija u min jagħmel ir-regolamenti.", "Is-sitwazzjoni preżenti f'dan il- qasam hija li jekk issib xi problema kulma tista' tagħmel hu li tikteb f'gazzetta jew li titkellem ma' xi membru parlamentari jew ministru biex tipprova tagħmel lobbying biex forsi jsir xi ħaġa dwar dak in-nuqqas.", "Permezz ta' dan il-kunsill aħna se noħloqu forum fejn jiġu diskussi l- problemi ta' dan is-settur u wara jsiru r-rakkmandazzjonijiet fuqhom lill- ministru konċernat biex eventwalment dan jagħmel il-leġislazzjoni jew ir- regolamenti meħtieġa jew inkella jieħu dik l-azzjoni li jkun hemm bżonn f'dak ir-rigward.", "Apparti l-advisory board, dan il-kunsill se jkollu wkoll bord eżekuttiv li se jimplimenta d-deċiżjonijiet.", "Biex wieħed ikun jista' jagħmel din l- implimentazzjoni hemm bżonn li tinħoloq strateġija ta' komunikazzjoni.", "Is- settur ta' l-industrija tal-bini huwa wieħed verament wiesa' li fih iħaddan nies li għandhom background akkademiku li jvarja konsiderevolment, fejn issib minn perit sa bennej.", "GĦalhekk wieħed irid isib metodu sempliċi, ċar u effettiv biex bih iwassal messaġġ li jkunu kapaċi jifhmuh dawk kollha involuti f'din l-industrija.", "Madam Speaker, jien naħseb li huwa importanti li dan il-kunsill mhux biss jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet imma li mbagħad jgħaddi biex jimplimentahom u jwassalhom għand min hu konċernat.", "Ħaġa oħra li dan il-kunsill jipprovdi hija post ċentrali fejn fih tinħażen id-dokumentazzjoni sħiħa ta' l-informazzjoni li jkollna dwar l- industrija tal-bini għax sfortunatament qed jiġri li ħafna informazzjoni qed tintilef peress li din qatt m'hi qed tiġi stored f'post wieħed.", "Minkejja li jingħad li 90% ta' l-industrija tal-kostruzzjoni hija f'idejn is-settur privat, il-Gvern ukoll għandu say, għalkemm żgħira, f'dan il- qasam permezz tal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni.", "Fil- fatt jien nemmen li l-Gvern għandu jkun minn ta' quddiem biex jagħmel dak li hu jippriedka u fil-fatt meta fi ħdan il-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni saret ir-ristrutturazzjoni inħoloq quality assurance unit.", "Madam Speaker, dan il-unit m'huwiex maħsub biss biex jikkontrolla imma biex jaċċerta l-kwalita' tax-xogħol fuq il-proġetti li jkunu jridu jsiru.", "Hawn ikun tajjeb li wieħed jifhem id-differenza li hemm bejn quality control u quality assurance għax filwaqt li meta wieħed ikun qed jikkontrolla l-kwalita' dan ikun qed jikkontrolla l-kwalita' ta' ċertu xogħol biss, meta wieħed ikun qed jassigura l-kwalita' mhux biss irid jittestja l-materjal li jkun intuża imma jrid jittestja l-prodott kollu kemm hu.", "Waħda mill-iktar affarijiet fundamentali li riedna nagħmlu kienet li noħolqu din l-istruttura ġdida, jiġifieri l-quality assurance unit.", "Fil- fatt dan il-unit irridu nibnuh bil-mod il-mod u nkomplu nsaħħuh b'riżorsi tajbin għax dawn, minbarra li f'pajjiżna għandna ftit minnhom, ma tantx issib nies bl-esperjenza li lesti li jaħdmu mal-gvern.", "Hawnhekk irrid nagħmel riferenza għal polemika żgħira li fil-jiem li għaddew ipprova joħloq l-Onor.", "Austin Gatt fuq din il-kwestjoni.", "Jekk inti trid li jkollok nies tajbin sabiex iwettqu dawn ix-xogħlijiet dawn iridu jkunu nies li għandhom l-esperjenza u l-kwalifiki.", "Madam Speaker, hemm persuna Maltija - din issemmiet fil-gazzetti u naħseb anke fil-Parlament - li akkwistat din it-tip ta' esperjenza minn barra minn Malta u li ġiet a conoscenza tagħna meta f'Jannar li għadda kien sar seminar biex jiġi launched il-pjan ta' azzjoni għal Buġibba.", "Din il- persuna kienet tkellmet waqt dan is-seminar u, fl-opinjoni tiegħi, tkellmet b'mod veru tajjeb.", "Din il-persuna qaltilna li huwa tajjeb li bħala gvern qegħdin nagħmlu dawn il-pjanijiet imma jrid ikun hemm min jara li dawn ix- xogħlijiet ikunu ta' kwalita' tajba.", "Aħna deherilna li din kienet persuna li taf x'qiegħda tgħid u allura bħala follow-up saru diversi diskussjonijiet magħha - kienet l-ewwel darba li ltqajt ma' din il-persuna partikolari - li wasslu biex f'Marzu li għadda din il-persuna ngħatat kuntratt ta' xahrejn on a casual basis.", "Din hija xi ħaġa li tista' tagħmilha u mhijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn għax fiċ-ċivil wieħed jista' jingħata kuntratt bħal dan għal massimu ta' xahrejn.", "Parti mit-task li kellha din il-persuna kien appuntu li teżamina l-quality assurance procedures li kien qed jadatta l-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni.", "Fil-fatt din il-persuna għamlet studju fuq dawn l-affarijiet u ssottomettiet rapport intern dwar kif aħna nistgħu ntejbu dawn il- proċeduri.", "Jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Austin Gatt qed jagħmel tant plejtu fuq dan il-każ għax wara li għaddew ix-xahrejn tal-kuntratt din il-persuna waqfet mix-xogħol tagħha.", "Huwa veru li f'risposta li jiena tajt għall-interpellenza li għamilli, jiena kont għidtlu li għandna ħsieb li ningaġġaw lil din il-persuna b'kuntratt ta' sena, pero' anke hawn din hija proċedura normali tal-gvern.", "F'dan il-każ aħna qed nitkellmu fuq persuna li hija kkwalifikata bħala concrete technoligist, għandha esperjenza kbira fi quality assurance u m'għandniex bħalha fid-dipartiment.", "Meta inti għandek din it-tip ta' persuna hija ħaġa normali li għal specific jobs jingħataw specific contracts.", "Fil-fatt saret talba lill-MPO u lill-PSC sabiex naraw jekk din il-persuna tistax tiġi mpjegata u peress li din it-talba għadha qed tiġi pproċessata, l-persuna konċernata twaqqfet mix-xogħol sakemm naraw x'se tkun il-pożizzjoni tagħha.", "Jiġifieri jien ma nistax nifhem kif fid-diskorsi tiegħu, l-Onor.", "Austin Gatt qiegħed jitlob lill-Ombudsman biex jinvestiga - jien ma nafx xi jrid jinvestiga - qisu saret xi ħaġa minn wara l-kwinti.", "Jiena rrid ngħid ukoll li min qed jinforma lill-Onor.", "Austin Gatt fuq kif qed jiġru l-affarijiet jew qed jinformah ħażin inkella dan qed jinformah tajjeb u l-Onor.", "Gatt is totally misleading lil min qed jaqra l-kitba tiegħu.", "Per eżempju, jekk nikkwota mill-ġurnal \"in-nazzjon\" ta' nhar is-Sibt li għadda, jiġifieri tas-17 ta' Mejju, 1997 fost affarijiet oħrajn huwa ġie rrapportat li qal hekk:", "\"Prova ta' kemm huma skużi r-raġunijiet li ġab il-Ministru hu l-fatt li l-unit li semma l-Ministru ilu li twaqqaf sew u kien immexxi minn persuna mpjegata tal-gvern li rtirat bl-eta' riċentement.\"", "Jiddispjaċini ngħid lill-Onor.", "Austin Gatt li m'hu qed jifhem xejn għax hawnhekk qed jirriferi għall-quality control laboratory mentri jiena qed nirriferi għal quality assurance unit li m'għandhom xejn x'jaqsmu ma' xulxin.", "Għalhekk jiena qed ngħid li l-Onor.", "Gatt qed jimmislidja għax aħna fil-fatt qed nitkellmu fuq unit li għadu lanqas biss twaqqaf formalment peress li għadna ma sibniex in-nies, aħseb u ara kemm jista' jgħid li kien diġa' mwaqqaf sew u li qiegħed jiġi mmexxi minn persuna mpjegata mal-gvern.", "L-Onor.", "Austin Gatt kompla jgħid hekk:", "\"Il-Ministru jaf ukoll li hemm persuna oħra li kienet taħdem f'dan il- unit u li llum hi mislufa fuq il-proġett ta' San Raffaele, li għandha l-kwalifiki kollha biex tmexxi dan il-unit.\"", "Jiena ma nafx għal min qed jgħid hawnhekk għax meta jien ipprovajt nindaga fid-dipartiment biex insib xi persuna li għandha dawn il-kwalifiki ma sibt lil ħadd.", "Jekk forsi l-Onor.", "Gatt jaf b'xi ħadd jien nitolbu jgħidli min hi din il-persuna u jien nassigurah li lest nikkonsidraha.", "Pero' mir- risposti li jien għandi mid-dipartimenti tiegħi jidher li din il-persuna ma teżisitix.", "L-Onor.", "Membru kompla billi qal:", "\"Bilfors wieħed ikollu jissuspetta ħażin f'din ir-relazzjoni meta ssir taf li fl-10 ta' April il-Ministru mar Kordin biex jiltaqa' ma' din il- persuna u dam hemm aktar minn siegħa jistennih għax ma kienx qiegħed hemm.", "Żgur li mhux normali li ministru jdum daqshekk jistenna ħaddiem casual u hu leġittimu li tikkonkludi li jew il-Ministru ma kellux wisq x'jagħmel jew veru għandu rispett kbir lejh.\"", "Iva, jiena naqbel ma' l-Onor.", "Austin Gatt meta jgħid li għandi rispett kbir lejn din il-persuna minħabba l-kapaċitajiet li għandha.", "Jiena ma nafx min qed jagħtih l-informazzjoni pero' nista' ngħid li kemm kienet ilha tagħti servizz fi ħdan il-quality assurance unit din il-persuna ma tantx jidher li għamlet wisq ħbieb, anzi nista' ngħid li għamlet ħafna għedewwa u fosthom kien hemm il-kuntratturi.", "Meta inti jkollok persuna li qed tiċċekjalek il- materjal li qed iġġib on site, tiċċekkjalek ix-xogħol li qiegħed tagħmel u li tkun serja tant li meta x-xogħol ma jsirx tajjeb iġġiegħel lill- kuntrattur jaqla' dak ix-xogħol u jerġa' jagħmlu mill-ġdid allura ma jistax ikun li dik il-persuna tagħmel il-ħbieb.", "Jien wisq nibża' li forsi bla ma jaf, jew inkella forsi għax irid, l-Onor.", "Gatt qed iħalli lilu nnifsu jiġi strumentalizzat għal dawn il-finijiet.", "Mhux sewwa li nieħdu din it-tip ta' attitudni u li nipprovaw nagħmlu din it-tip ta' character assassination fuq persuna li qed tipprova tagħti kontribut serju fix-xogħol li qed iwettaq il- Gvern.", "Hawn ta' min ifakkar li l-kwestjoni biex wieħed idaħħal konsulenza għal xogħol ta' quality assurance mhijiex xi ħaġa li bdiet issa.", "Fl-1993, jiġifieri taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista, tant kienet tinħass il- ħtieġa ta' nies kwalifikati fil-laboratorju ta' Kordin li kien hemm żmien meta tqabbdet il-kumpannija Harrison & Co. mhux biss biex tagħti pariri imma biex ukoll tmexxi l-laboratorju bi ħlas ta' Lm1,500 fix-xahar, liema ammont m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li qed titħallas din il-persuna partikolari.", "Mela l-Onor.", "Gatt qed jgħid li mal-Gvern hemm nies tajbin u kkwalifikati biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol, biex imbagħad huma stess, tlieta jew erba' snin ilu, qabbdu kumpannija privata biex tmexxi l- laboratorju.", "Dak skandlu!", "Assolutament ma nafx liema hu l-iskandlu li l- Onor. Gatt jrid li l-Ombudsman jibda jinvestiga meta ġiet impjegata persuna Maltija on a casual basis għal xahrejn sabiex tagħti ftit pariri fuq dawn l- affarijiet.", "Lill-Onor.", "Membru ngħidlu li jekk irid jagħmel xi ftit cheap publicity stunts jien ma naħsibx li din hija t-triq li għandu jaqbad għax b'hekk mhux qiegħed ikun serju.", "Madam Speaker, dan huwa gvern li huwa mpenjat li jagħmel l-affarijiet bis- serjeta' għax nemmnu li l-poplu tellagħna fil-gvern biex f'dan il-pajjiż inġibu s-serjeta'.", "Pero' s-serjeta' trid tkun f'kollox, anke fix- xogħlijiet li jkunu qed isiru.", "Spiċċa ż-żmien meta flus il-poplu kienu jitberbqu fix-xejn.", "Spiċċa ż-żmien meta flus il-poplu kienu jintnefqu u mbagħad kien ikollna dak li ngħidulu shoddy workmanship.", "Il-proġetti tal- gvern qabel dejjem kienu assoċjati ma' xogħol inferjuri u medjokri!", "Pero' aħna ma nistgħux nibqgħu mexjin b'din is-sistema.", "Bħala gvern ġdid Laburista aħna rridu mmexxu b'mod modern biex dan il-pajjiż nagħtuh prodott li verament jirrifletti l-kwalita' tal-ħajja li aħna ngħixu.", "Barra minn hekk, jekk se nonfqu l-flus aħna rridu nieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex dawn il-flus jintnefqu sewwa.", "Madam Speaker, jekk dan ifisser li għandna bżonn ċerti nies biex jagħmlu l-kontrolli neċessarji allura iva ninpjegawhom lil dawn in-nies għax meta inti tagħmel il- kontrolli meħtieġa tkun qed iddaħħal is-serjeta' ħalli l-affarijiet isiru kif suppost.", "Madam Speaker, la darba qed nitkellmu fuq character assassinations ma rridx ninsa nsemmi l-każ l-ieħor ta' l-assistent personali tiegħi, il-Perit Martin Debono.", "F'dawn l-aħħar jiem intqalu ħafna affarijiet fuq il-Perit Debono, saħansitra kien hemm programmi sħaħ - jiena ma smajthomx, imma qaluli bihom - fuq ir-radju.", "Mhux sewwa li nipprovaw nagħmlu ħsara bħal din.", "Jiena m'iniex se ninpprova nkun id-difensur tal-Perit Debono għax hu kapaċi jiddefendi lilu nnfisu ħafna iktar milli kapaċi niddefendih jiena, imma irrid ngħid din biss: Il-Perit Martin Debono, bħala l-assistent personali tiegħi, għandu il-kompitu li jara l-inizjattivi ġodda li jkun qed jieħu l-Gvern u wieħed minn dawn huwa l-proġett ta' Buġibba.", "Din il- persuna hija nvoluta f'dan il-proġett għax jiena ċert li hija persuna li tista' tagħti kontribut kbir.", "Ix-xogħol li qed isir hemmhekk għal darb'oħra jagħtina raġun li meta inti tqabbad nies li huma kapaċi tieħu riżultati tajbin.", "Jiena ċert li meta jitlesta x-xogħol li qed isir f'Buġibba - l-ewwel proġett ta' ċertu daqs li se jkun għamel il-Gvern Laburista - mhux biss se jkun ċertifikat ta' xogħol tajjeb imma se jkun ċertifikat ukoll tal-mod kif sar ix-xogħol u kif impenjaw ruħhom in-nies li kienu involuti fih, b'mod partikolari l-Perit Martin Debono u l-persuna li kienet inkarigata biex tara l-quality assurance tax-xogħol li jkun sar.", "Dan il-proġett se juri biċ-ċar li meta l-affarijiet isiru bis-serjeta' r- riżultati jiġu.", "Madam Speaker, aħna la t-theddid, la l-isfidi u l-anqas talbiet għal investigazzjoni bla bażi ta' xejn m'huma se jdejquna milli nkomplu nagħmlu xogħolna bis-serjeta' għax aħna nemmnu li għandna l-mandat biex nagħmlu dan.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 20 ta' Mejju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - MARD INFETTIV", "5032.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' mard infettiv jew li jittieħed fl-iskejjel tal-Gvern minn Ottubru 1996 sa' l-aħħar ta' Frar ta' din is-sena?", "X'azzjoni ttieħdet f'kull każ?", "Kemm kien in-numru ta' tfal f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minn Ottubru 1996 sa l-aħħar ta' Frar 1997 id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma kellha l-ebda rapport, fl-iskejjel tal- Gvern, ta' mard infettiv jew li jittieħed.", "Rapporti simili jintbagħtu lill- Uffiċċjal Mediku tad-Diviżjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa li min-naħa tiegħu jieħu l-prekawzjonijiet xierqa skond il-każ li jkun.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "5036.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4140, jaf il-Ministru li f'xi skejjel privati u tal-Knisja, l-eżamijiet finali tal-ħames klassi isiru f'April u mhux fi Frar?", "Hu konxju l-Ministru li dawn l-iskejjel ma jafux li l-istudenti jkollhom aktar stress mill-istudenti l-oħra?", "Jaqbel il-Ministru li għandu jikkonsulta lill-għalliema u lill-ġenituri direttament ħalli jara l-veduti tagħhom u mhux jibqa' biss fuq il-veduti ta' l-amministraturi tiegħu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-fatt li xi skejjel Privati u tal-Knisja jagħżlu li jagħmlu l-eżamijiet finali f'April joħroġ mill-awtonomija li għandhom dawn l-iskejjel.", "Bħalissa qed isiru konsultazzjonijiet mal- għalliema u l-kapijiet dwar tibdil fil-curriculum.", "SKEJJEL - DĦUL FIL-JUNIOR LYCEUM", "5037.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4259, jista' l-Ministru jispjega għaliex dawn l-istudenti barranin ma joqogħdux għall-eżamijiet ta' l-Istudju Soċjali u Reliġjon jekk ikunu jrid jagħmluhom?", "Jaħseb il-Ministru li għandu jinkoraġġixxi lil dawn l-istudenti biex jikkonformaw ma' sħabhom il-Maltin f'dan l-eżami?", "Tista' ssir karta bl-Ingliż f'dawn is-suġġetti għal dawn l- istudenti jekk huma ma jkunux jafu bil-Malti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-eżami għad-dħul fl-ewwel klassi tal-Junior Lyceum, lill-barranin li jitolbu li jiġu eżentati milli jagħmlu l-eżami fir- Reliġjon u fl-Istudji Soċjali tingħatalhom din l-eżenzjoni.", "Iċ-ċirkostanzi partikolari ta' dawn it-tfal ftit li xejn jistgħu jippermettu li huma jkunu midħla, mhux biss tal-lingwa Maltija, iżda wkoll tal-kunċett kollu tas-sillabu Malti għal dawn iż-żewġ suġġetti.", "Ikun piż esaġerat fuq dawn it-tfal barranin li kieku t-talba tagħhom għall-eżenzjoni minn dawn iż-żewġ suġġetti ma tiġix milqugħa.", "Għal dawn il-barranin, karta bl-Ingliż tneħħi l-problema tal-Lingwa iżda mhux tal-kontenut.", "Ta' min isemmi, li fl-istess waqt, issir verżjoni bl-Ingliż tal-karta ta' l- Istudji Soċjali għal dawk l-emigranti Maltin li jkunu ġew reċentament minn barra, minħabba li għal dawn it-tfal id-diffikulta' tkun waħda tal-lingwa.", "SKEJJEL - KOTBA", "5039.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kotba ta' ġrajjiet Malta qed jużaw l-istudenti fl-iskejjel tal-Gvern?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kotba ta' Ġrajjiet Malta li l-istudenti qed jużaw fl-iskejjel tal-Gvern huma;", "Ġrajjiet Malta 1 Ġrajjiet Malta 2 Ġrajjiet Malta 3", "MUNXAR - BAJJA TA' SAN TUMAS", "5067.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar (l-aktar riċenti) deċiżjonijiet rigward il-Munxar, Bajja San Tumas u l-madwar tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-unika applikazzjoni li ġiet sottomessa dwar il-Munxar kienet fl-1995, numru PA 5739/95.", "Wara li din l-applikazzjoni ġiet irtirata, l-Awtorita' qatt ma rċeviet xi applikazzjoni oħra dwar dan il-lokal.", "Skond il-Key Diagram anness fil-Pjan ta' Struttura, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tqis il-Munxar bħala zona ta' valur ekoloġiku.", "COMMONWEALTH YOUTH PROGRAMME", "5173.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-għanijiet tal- Commonwealth Youth Programme?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l- Commonwealth Youth Programme li dwaru l-istess Onor. Interpellant kien attenda wkoll laqgħa ministerjali fi Trinidad u Tobago, huwa ntiż biex iż- żgħażagħ ikollhom l-opportunita' u l-mezzi li jiżviluppaw il-potenzjal, it- talenti u l-kreattivita' tagħhom, biex b'hekk ikunu jistgħu jipparteċipaw f'kull livell ta' tmexxija u żvilupp, u jaħdmu għall-koperazzjoni nternazzjonali, valur li huwa mportanti għall-Commonwealth.", "Il-Commonwealth Youth Programme:", "* jgħin lill-pajjiżi membri jwaqqfu politika għaż-żgħażagħ u jiżviluppaw programmi li jkunu ta' fejda għaż-żgħażagħ;", "* jgħin lill-pajjiżi membri jwaqqfu u jsaħħu ministeri għaż-żgħażagħ, strutturi ndipendenti għaż-żgħażagħ, li jgħinu l-iżvilupp tal-politika u proġetti għaż-żgħażagħ;", "* jgħin u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ biex ikunu nvoluti f'deċiżjonijiet f'kull livell ta' tmexxija tal-\"Commonwealth Youth Programme\", u jħeġġeġ ukoll il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fid- deċiżjonijiet li jittieħdu fil-pajjiżi membri;", "* jgħin il-ħidma t'għaqdiet volontarji u jikkollabora m'għaqdiet internazzjonali f'proġetti li jgħinu l-iżvilupp taż-żgħażagħ;", "* jagħti għajnuna, support u jirrikonoxxi inizjattivi taż-żgħażagħ li jgħinu l-iżvilupp individwali tagħhom u tal-komunita' li jgħixu fiha;", "* jagħmel liż-żgħażagħ konxji ta' l-importanza tal-ħidma tal-Commonwealth fl-isfera nternazzjonali.", "ŻGĦAŻAGĦ - ĊENTRU TAL-MEDITERRAN", "5174.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Direttur taż- Żgħażagħ u Sport kellux kuntatti f'xi żmien jew ieħor ma' korpi barranin b'riżq it-twaqqif ta' Ċentru tal-Mediterran għaż-Żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "PROGRAMM YOUTH EXCHANGES", "5175.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi se jsiru skambji ta' żgħażagħ din is-sena fil-kwadru tal-programm tal-Youth Exchanges tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-pajjiżi li magħhom se jsir skambju din is-sena huma:", "* Italja * Ingilterra * Slovakja * Ċipru * Ġermanja", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - MISSION STATEMENT", "5188.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-ministeru tiegħu biex ipoġġi fil-prattika l-mission statement li hemm fl-estimi ta' din is-sena u li jiddikjara li se jittieħdu miżuri biex jikber l- apprezzament ta' l-espressjoni kulturali u artistika mill-Maltin u l- Għawdxin li jgħixu f'pajjiżna u dawk li jiffrumaw parti minn komunitajiet oħrajn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, kull attivita' mnedija jew mgħejjuna minn dan il-Ministeru, mis-Segretarjat Parlamentari u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu b'konnessjoni kulturali bħad-dipartimenti tal-Kultura, tal-Mużewijiet u tal-Libreriji Nazzjonali hija ndirizzata lejn it-tkabbir tal-apprezzament ta' l- espressjoni kulturali u artistika mill-Maltin u l-Għawdxin li jgħixu f'pajjiżna.", "Għar-rigward ta' miżuri ndirizzati lejn Maltin u Għawdxin li jiffurmaw parti minn komunitajiet oħra ninsab informat li d-Dipartiment tal-Kultura in partikolari, qed jagħmel kuntatt ma' diversi Ambaxxati Maltin dwar il- possibilita' li jittellgħu esebizzjonijiet ta' pittura kontemporanja u ta' fotografija artistika fihom.", "SKEJJEL - ĦAMRUN", "5258.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm Head Teacher fl-iskola Primarja B G. Pace, Ħamrun?", "Hu ġust li l-Assistant Head terfa' r-responsabbilitajiet ta' Head għal żmien indefinit mingħajr ma jkun hemm rikonoxximent għal dan jew hux il-każ li jintbagħat Head Teacher fl- iskola fuq imsemmija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fi żmien qasir se jiġi appuntat Kap fl-Iskola Primarja B (G Pace) Ħamrun.", "Wieħed mid-doveri ta' l-Assistant Head hu li fl-assenza tal-Headteacher, jerfa' r-responsabbilta' ta' l-iskola.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - KUNĊERTI", "5281.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunċert ġie organizzat mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali kemm dawk li saru fil-bini tagħha stess kif ukoll oħrajn li saru barra l-bini tal-fondazzjoni tal-Belt fil-perijodu bejn it-twaqqif tagħha sa l-aħħar ta' Jannar 1997?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull każ x'sewa kull kunċert u jagħti b'mod dettaljat lista ta' pagamenti li saru b'konnessjoni ma' kull kunċert u lil min?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kunċerti ta' nofs in-nhar bdew jiġu organizzati mill-Fondazzjoni minn April, 1995.", "Jiġi organizzat kunċert wieħed fil-ġimgħa matul is-sena kollha, minbarra Lulju, Awissu u Settembru.", "Ma jsirux kunċerti barra l-Fondazzjoni.", "L-ispejjeż prinċipali ta' kull kunċert ikunu dawn:-", "|Kiri ta' |LM25 |D'Amato | |Pjanu | |Fine Tunes | |Avviżi |LM20 |Times of | |fil-gazzetta | |Malta | |Co-ordinatriċ|LM25 |Marie | |i | |Therese | | | |Vassallo |", "Minn Jannar ta' din is-sena bdejna nitolbu donazzjonijiet minn nies li jattendu.", "S'issa ġbarna Lm119.", "Inġabru wkoll Lm230 fi sponsorships.", "Is- serje preżenti ta' kunċerti tintemm fl-aħħar ta' Ġunju.", "JUM NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "5319.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il CD inxtrat sabiex jingħataw bħala rigali fil-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ, minn fejn inxtraw, kemm kien il-prezz u minn taħt liema vot tħallsu dawn is-CD's?", "Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-irċevuta fiskali ta' dawn is-CD's u igħidilna kemm fil-fatt tqassmu minn dawn is-CD's mixtrija?", "Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għax-xiri ta' dawn is-CD's?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kollha għall-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ, minn taħt liema vot qed isir dan il-ħlas u fir-rispett ta' liema oġġetti/reklamar saret din l-ispiża?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Inxtraw għaxar CDs mingħand is-Sur M. Bonniċi u li l-ammont tagħhom kien ta' Lm34.00.", "Tħallsu mill-vot numru REC 2702013419.", "L-irċevuti fiskali ntbagħtu t-Teżor u ma tinżammx kopja tagħhom, minn dawn is-CDs tqassmu ħamsa.", "Responsabbli għax-xiri ta' dawn is-CDs kien id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li bejniethom ikkoordinaw l-attivitajiet tal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ.", "In-nefqa kollha għall-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ kienet ta' Lm1834.299 u tħallsu mill-vot numru REC 2701014185 u n-nefqa kienet tinvolvi stampar ta' T. Shirts, xiri ta' apparat sportiv, stampar ta' biljetti u posters, kiri ta' PA System, kiri ta' trasport, Rock Band, Corinthia Animation Team, CDs, ħlas għall-overtime, streamers u riċeviment informali.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - IMPJEGATI", "5369.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-riżultat li ġie maħruġ f'dawn il-jiem dwar impjiegi fid-Dipartiment tal-Mużewijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiżdiedu l-impjiegi fl-imsemmi dipartiment, jekk għadx baqa' nuqqasijiet ta' mpjegati u jekk iva, f'liema karigi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, li wara l- intervisti li saru reċentement (wara sejħa pubblika għall- applikazzjonijiet) biex jimtlew postijiet ta' Kuraturi w Assistenti Kuraturi fid-Dipartiment tal-Mużewijiet, in-numru attwali ta' staff professjonali se jiżdied b'għaxra (10) - Kuratur Ewlieni, żewġ Kuraturi u żewġ Assistenti Kuraturi fis-Sezzjoni ta' l-Arkeoloġija (wieħed minn dawn ta' l-aħħar biex iservi Għawdex); Kuratur u Assistent Kuratur fis-Sezzjoni ta' l-Etnografija, u tlett Assistenti Kuraturi fis-Sezzjonijiet tal-Belle Arti (2) u l-Istorja Marittima (1).", "Għalkemm din iż-żieda fl-istaff akkademiku hija pass kbir il-quddiem, għad hemm il-ħtieġa li s-Sezzjonijiet kollha tad-Dipartiment ikomplu jespandu biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw fl-aħjar kondizzjonijiet possibbli.", "Huwa ttamat li dan il-għan ikun jista' jintlaħaq ma jdumx.", "WSC - XIRI TA' KAROZZI", "5399.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Rigward xiri ta' karozzi fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1.11.96 sal-lum inxtrawx karozzi għall-użu mid-Diretturi jew Chairman tal-Board u jekk fl- affermattiv: 1) kemm kien in-numri ta' karozzi mixtrija; 2) il-valur ta' kull karozza; 3) jekk ix-xiri sarx b'tender/quotation?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum ma nxtrat l- ebda karozza għall-użu mid-Diretturi jew Chairman tal-Board, pero ġiet ordnata karozza Honda Accord bil-prezz ta' LM 8,500 (mingħajar reg tax) għall-użu tac-Chairman tal-Korporazzjoni.", "Billi l-prezz tal-karozza jaqa' fil-limiti stabiliti mill-Ministeru tal-Finanzi fi Frar tal- 1996 għax-xiri ta' karozzi għall-impjegati tac-Civil, ma nħassx il-bżonn li jinħareġ tender għal dan ix-xiri.", "SKEJJEL - DUN FRANS CAMILLERI", "5401.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' mal- ġenituri tat-tfal ta' l-iSkola Dun Frans Camilleri tal-Ħamrun dwar il-futur ta' din l-iskola?", "Kemm-il darba ltaqa' mal-ġenituri u/jew ma' l-għalliema ta' l-iSkola Patri Ġuże' Delia ta' B'Kara dwar it-trasferiment ta' din l- iskola għal Maria Assumpta, Ħamrun?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx iddiskuta l-futur ta' dawn l-iskejjel mal-Kunsilli Skolastiċi rispettivi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Direttur Operations iltaqgħet ma' membri tal- Kunsill ta' l-iskola Dun Frans Camilleri dwar il-futur ta' l-iskola.", "Id-Dipartiment tkellem diversi drabi mal-Kap ta' l-iskola Patri Ġuże' Delia dwar il-futur ta' din l-iskola.", "Il-Ministru ltaqa' diversi drabi ma' għadd ta' ġenituri minn dawn l- iskejjel.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENTI", "5095.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' trasferimenti ta' proprjeta' fir-Reġistru Pubbliku matul Marzu 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul Marzu 1997, ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta 1393 Noti ta' atti ta' trasferimenti ta' proprjeta' inklużi atti causa mortis u testmenti pubbliċi.", "QRATI - MULTI", "5096.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multi imposti mill-Qrati li kien għad baqa' jinġabru fl-aħħar ta' Marzu 1996?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"L-Onor.Interpellant huwa mitlub li jirriferi għat-tweġiba mogħtija lill-mistoqsija parlamentari numru W28 fejn ingħatat l-informazjoni sal-31 ta' Diċembru,1996.", "KUNSILLI LOKALI - ĊIRKOLARIJIET/MEMOS", "5097.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ- ċirkolarijiet/memos maħruġa lill-kunsilli lokali matul Marzu 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ- ċirkularijiet maħruġa lill-Kunsilli Lokali matul Marzu, 1997 tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TAXXI INTERNI - TRASFERIMENTI TA' PROPRJETA'", "5098.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta':- a) inter vivos; u b) causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Marzu, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' kuntratti li ġew irreġistrati mad- Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Marzu, 1997, jammontaw għal 692 inter vivos u 111 causa mortis.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "5099.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Riferibbilment għax-xahar ta' Marzu 1997, jista' l-Ministru jgħid:- 1) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; 2) kemm ġew allokati djar mid-dipartiment; 3) kemm saru rikonoxximent ta' kera; 4) kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar; 5) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; u 6) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Din it-tabella turi l-informazzjoni mitluba fuq l-ewwel parti tad-domanda.", "Matul ix-xahar ta' Marzu ġew allokati 28 postijiet u saru sitt rikonoxximenti.", "Fl-aħħar tax-xahar, id-Dipartiment kellu 31 post li jista' jiġi allokat u għaxar postijiet ġew lura f'idejn id-Dipartiment.", "Fl-aħħar ġurnata tax-xahar kien hemm 4762 applikazzjoni pendenti.", "IMPJIEGI", "5100.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit (c) konsulenti u (d) kemm ingħataw transfers f'Marzu, 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l- persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul ix-xahar ta' Marzu, 1997 ma ġiet impjegata l- ebda persuna b'kuntratt definit jew indefinit jew bħala konsulent fil-Ministeru tiegħi.", "Matul l-istess xahar saru wieħed u għoxrin 21 transfer lejn jew minn Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.", "Minn dawn, għaxra (10) kienu bejn Dipartimenti li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex waqt li wieħed (1) kien għas-Segretarjat Parlamentari għad- Drittijiet tan-Nisa.", "L-Onor.", "Membru għamel l-istess mistoqsija wkoll lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Dan il-Ministru se jagħti tweġiba separata, inkluża nformazzjoni dwar il-Korporazzjoni Telemalta.", "OPRI TAL-BAĦAR", "5299.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati li jġorru l-passiġġieri f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar li fil-fatt jistgħu jinkrew biex isuqhom min jikrihom?", "F'liema lokalitajiet huma liċenzjati dawn l-opri?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li fil-preżent hemm 177 opra tal- baħar li huma reġistrati biex iġorru passiġġieri bi ħlas.", "Dawn jikkonsistu f'75 dgħajsa ta' Wied iż-Żurrieq, tmien dgħajjes li joperaw fid-Dwejra, Għawdex, u 94 oħra li jinkludu l-vapuri tal-Gozo Channel u d-diversi dgħajjes oħra li joperaw pleasure trips.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- liċenzji għal kiri t'opri tal-baħar joħorġu mill-Kummissarju tal-Pulizija u għalhekk nirriferih għall-Ministru konċernat.", "SKEJJEL - TRASPORT", "5300.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hi l- ispiża mħallsa kull xahar għat-trasport tat-tfal ta' l-iskola, f'Malta u f'Għawdex maqsuma bejn skejjel primarji u dawk sekondarji?", "Min huma l- operaturi li qed jagħtu dan is-servizz?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-medja globali ta' spiża ta' kull xahar għat- trasport tat-tfal ta' l-iskola f'Malta hija ta' madwar Lm82,555.48.", "Dawn jinqasmu hekk: skejjel primarji Lm15,150.05 filwaqt li skejjel sekondarji Lm67,405.43.", "L-operaturi li qed jagħtu dan is-servizz huma l-Unscheduled Bus Services (U.B.S.), il-Public Transport Association (P.T.A.) u l-Mini- Bus Co-op.", "Ltd.", "F'Għawdex l-ispiża mħallsa kull xahar hija kif ġej:-", "PRIMARJI SEKONDARJI PRIMARJI/SEKONDARJI (combined)", "Jannar '97 471.20 3,695.20 229.40 Frar '97 427.80 3,552.60 223.20 Marzu '97 396.80 3,174.40 198.40", "L-operaturi li qed jagħtu dan is-servizz huma il-Gozo Bus Owners Association.", "VETTURI REĠISTRAZZJONI", "5301.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi ġodda li ġew reġistrati f'Malta u f'Għawdex matul il-perijodu l-1 ta' Jannaru t-30 ta' April, 1997?", "Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif maqsum xahar xahar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi ġodda li ġew irreġistrati f'Malta u f'Għawdex bejn l-ewwel ta' Jannar, 1997 u l- aħħar ta' April, 1997 huwa kif ġej:-", "Jannar 967 Frar 722 Marzu 847 April 939 TOTAL 3475", "VETTURI ĠODDA - REĠISTRAZZJONI", "5302.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul tal-Gvern mir- reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda li ġew reġistrati bejn l-ta' Jannar, 1997 u t-30 ta' April, 1997 maqsuma xahar xahar?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SKEJJEL - EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM", "5303.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' tfal tas-sitt sena fl-iskejjel primarji tal-Gvern li se jagħmlu l-eżami tad- dħul fil-Junior Lyceum?", "Dan in-numru x'perċentwali jirrappreżenta minn dawk kollha li jagħmlu l-eżami tal-Junior Lyceum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 3571 kandidat mis-sitt sena ta' l-iskejjel Primarji ta' l-istat applikaw biex jagħmlu l-eżami tad-dħul fil-Junior Lyceums.", "Dan huma 77.8 fil-mija minn dawk kollha li applikaw.", "PTA - VETTURI REĠISTRATI", "5304.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' vetturi reġistrati mal-Public Transport Authority bħala white taxis, chaffeur driven taxis u xi taxis oħra?", "Meta hu mistenni li joħorġu liċenzji ġodda għal kull kategorija ta' taxis?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-uniċi vetturi reġistrati biex jagħmlu xogħol ta' taxi huma dawk magħrufa bħala white taxis.", "Minn dawn hawn reġistrati 200 f'Malta u 50 f'Għawdex.", "Għalissa m'hemmx il-ħsieb li joħorġu permessi ġodda.", "LIĠI ĠDIDA GĦAS-SOSTITUZZJONI TAL-LIĠI TAL-VAT", "5466.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jqum l-eżerċizzju sabiex jinbidel is- software u s-sistema li tamministra l-liġi ġdida tat-taxxa li se tissostitwixxi l-liġi tal-VAT ġaladarba din tiġi approvata mill-Parlament?", "Min se jkun responsabbli minn dan it-tibdil?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dak li sa llum hu magħruf bħala d-Dipartiment tal-VAT se jkun responsabbli għat-tibdil, għat-tmexxija u għall- implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida li se tieħu post il-liġi tal-VAT.", "Huwa maħsub li n-nefqa biex jinbidel is-software mill-MSU se tkun ta' madwar Lm130,000.", "Tajjeb li wieħed jgħid li, l-ammont minfuq fuq software biex ġiet introdotta l-VAT mill-Gvern Nazzjonalista, swiet lill-poplu Malti s- somma ta Lm1,123,149.", "Il-Lm130,000 ta' llum huma transfer payment mill-Gvern lill-MSU, il- Lm1,123,149 ta' qabel tħallsu mill-Gvern lil impriżi barra s-settur pubbliku.", "GOZO CHANNEL - TARIFFI", "5467.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni/raġunijiet li għalihom il-Gozo Channel tat tariffi ssussidjati lil grupp ta' turisti Ġermaniżi li għamlu użu mill-vapuri tagħha matul l-aħħar xahar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf li biex inġarru din il-kwantita' ta' turisti saru, barra it-trips normali, trips għal ta' l-apposta għalihom u hija ħaga normali meta wieħed jagħmel charter trips' li jsiru arranġamenti speċjali.", "Barra minn dan, it-turisti Ġermaniżi nżammilhom il-prezz ta' Lm1.50 il- wieħed li huwa 25 ċenteżmu biss irħass mill-prezz normali u li huwa l- istess prezz illi kien applikat meta l-aġenti kienu qegħdin jirranġaw għal btala f'Malta ta' dawn il-Ġermaniżi.", "SLIEMA - BINI TAL-UNION CLUB", "5468.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3381 dwar l-iskedar tal-bini tal-Union Club f'Tas-Sliema, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi fuq dan mill-Kumitat dwar il-Wirt Nazzjonali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l- Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt Nazzjonali qed ikompli bil-proċess ta' l- iskedar tal-post.", "SLIEMA - TORRI SAN ĠILJAN", "5469.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jinkludi r- restawr tat-Torri San Ġiljan, f'Tas-Sliema fil-programm ta' restawr tiegħu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qegħda tiġi kkonsidrata fil-programm ta' tiswija u restawr.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "5470.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru sal-lum fuq il-proġett ta' Buġibba?", "Kemm ħarġu tenders?", "Kemm ingħataw direct orders?", "F'kull każ ta' kemm kien l-ammont tad-direct orders?", "Liema kumpannija ngħatat id-direct order?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nieħu gost li l-Oppożizzjoni qegħda tieħu daqshekk interess fil-proġett ta' Buġibba.", "Nista' nassigurakom li parti sostanzjali mill-uffiċjali u mpjegati tat- Taqsima tax-Xogħlijiet kif ukoll tal-Kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq ix- xogħol qegħdin jaħdmu bla waqfien biex ilestu fil-ħin stipulat.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tkun tista' tingħata hekk kif ix-xogħlijiet ikunu lesti.", "PULIZIJA - ATTIVITAJIET POLITIĊI", "5471.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4394, jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl ta' dik it-tweġiba x'passi se jittieħdu kontra l- persuna li isimha qed jintbagħat separatament li ħa sehem bi preżenza u b'diskors f'attivita' tal-Partit Laburista li saret ġewwa ż-Żejtun nhar il- Ħadd 23 ta' Marzu, 1997 u li nstemgħet ukoll fuq ir-Radju Super 1?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li taħt il-Gvern Nazzjonalista tħallew, anki fi żmien l-elezzjoni, diversi pulizija jieħdu sehem attiv f'laqgħat politiċi, tant li dehru f'ritratti ta' dawn l-attivitajiet fil-ġurnali, inġibdet l-attenzjoni tal-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant biex ma terġax iġġib ruħha bl-istess mod fil-futur.", "AMBAXXATI MALTIN", "5485.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta': (a) Maltin; u (b) barranin f'kull ambaxxata ta' Malta matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet l-ispiża totali biex tinżamm u titħaddem kull ambaxxata matul l-istess sena?", "Ittiedu miżuri minn Ottubru 'l hawn biex jiġi evalwat kemm hi n-nefqa f'kull każ, hijiex ġustifikata f'termini ta' utilita' għal pajjiż?", "Jekk fl-affermattiv, x'kien ir-riżultat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skeda li turi n-numru ta' impjegati fil-31 ta' Diċembru, 1996 f'kull waħda mill-ambaxxati Maltin barra minn Malta, kif ukoll in-nefqa totali ta' kull ambaxxata matul l-1996 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Jiena sodisfatt mill-istudji li jagħmel kontinwament il-Ministeru tiegħi biex jara li l-ħidma mwettqa minn kull ambaxxata tirrendi r-riżultati li jkunu ta' l-akbar benefiċċju possibbli għall-pajjiż.", "Il-Ministeru jieħu ħsieb ukoll li, meta jkun rakkomandabbli, jimplimenta dawk il-miżuri li jħoss li jagħmlu l-ambaxxata Maltija f'pajjiż partikolari aktar effikaċi, effiċjenti u li tagħti servizzi aktar propizji lil kull min ikollu bżonn l- għajnuna jew il-pariri tagħha.", "BARRANIN - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5486.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta' barranin miżżewġin Maltin li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn tliet xhur?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Iċ-ċifra ta' barranin miżżewġin Maltin li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn tliet xhur hija ta' 75.", "EDUKAZZJONI - SCHOLARSHIPS", "5487.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-Gvern ta' Malta joffrix scholarships taħt forma jew oħra?", "Jekk fl-affermattiv, liema huma u lil min ingħataw fis-sena skolastika li għaddiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TOBBA", "5488.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l- għadd ta' tobba fuq il-medical register ta' Malta, sena b'sena, fl-aħħar għaxar snin?", "Kemm minnhom kienu jaħdmu kull sena fis-servizz pubbliku?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-għadd ta' tobba fuq il-medical register ta' Malta sena b' sena fl-aħħar għaxar snin huwa kif jidher hawn taħt:", "1988 - 832 1993 - 1055 1989 - 850 1994 - 1136 1990 - 970 1995 - 1123 1991 - 1021 1996 - 1162 1992 - 1002 1997 - 1060", "Minn dawn insibu li fl-", "1988 - 424 1993 - 624 1989 - 457 1994 - 598 1990 - 470 1995 - 629 1991 - 502 1996 - 577 1992 - 520 1997 - 575", "rispettivament jaħdmu mal-gvern.", "TAXXA - DIKJARAZZJONI", "5489.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: In vista tal-fatt li l-predeċessur tiegħu kien iddikjara fil-Budget Speech ta' l-1995 li f'Malta hawn biss 350 familja li tiddikjara dħul ta' aktar minn Lm10,000 fis-sena u li 1,500 familja biss kienu jiddikjaraw dħul bejn is-Lm6,500 u Lm10,000 fis-sena, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk minn dak iż-żmien itteħdux miżuri biex jitrażżan l-evażjoni tat-taxxa u jekk fl-affermattiv, x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hija l-prattika tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li jeżamina fid-dettal każijiet li jirriżultawlu li jeżistu xi diskrepanzi fid- dikjarazzjonijiet magħmula.", "Minħabba nuqqas ta' riżorsi umani dawn ġeneralment ikollhom jiġu llimitati għall-każijiet l-iżjed serji.", "Madankollu, id-dipartiment qed jagħmel enfasi speċjali fuq backlogs ta' xogħol li jeżistu fl-assessments ta' prospetti ta' l-impjegati u l- pensjonanti minħabba l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida li se tieħu post il-PAYE, kif ukoll biex jinġabru l-ħlas b'lura tat-taxxa.", "Għalhekk, ix- xogħol dirett ta' investigazzjonijiet ġie ristrett.", "Indirettament id-dipartiment ħa diversi miżuri li jikkumbattu l-evażjoni tat-taxxa billi introduċa s-sistema ta' tnaqqis ta' taxxa minn ras il-għajn fil-każ ta' imgħaxijiet imħallsa mill-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, ħlas minn xogħol part-time, u fil-każ ta' bejgħ ta' proprjeta' immobiljari li ma tkunx ġejja minn wirt.", "Is-sistema l-ġdida flok il-PAYE, għandha twassal biex 'il quddiem numru konsiderevoli ta' persuni impjegati u pensjonanti ma jkollhomx għalfejn jibagħtu l-formola tat-taxxa kull sena; id-dipartiment imbagħad ikun jista' jutilizza l-impjegati fuq xogħol aktar produttiv u ta' aktar investigazzjoni.", "Miżuri oħra li ser idaħħal il-Gvern ser jgħinu sabiex inaqqsu l-evażjoni tat-taxxa.", "Mhux possibbli li wieħed jgħid x'kien l-effett jew x'kienu r-riżultati ta' dawn il-miżuri minħabba li s-sistema kkomputerizzata tad-dipartiment għadha mhix attrezzata li tiġbor din l-informazzjoni.", "Hija l-intenzjoni tad- dipartiment li jsaħħaħ aktar il-fergħa ta' l-investigazzjonijiet tiegħu biex dawn ikunu aktar effettivi u ta' deterrent għal min qed jevadi t- taxxa.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - WAITING LIST", "5498.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l- waiting list għal dħul ġewwa Zammit Clapp Hospital?", "Kemm hemm minn dawn l- applikazzjonijiet minn ġewwa l-isptarijiet tal-Gvern u kemm minn barra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-preżent m'hemmx waiting list għal dħul fl- Isptar Zammit Clapp.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "5499.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li issa kien hemm każ ta' MRSA ġewwa l-Isptar ta' Għawdex?", "Jikkonferma ukoll li dan il-każ intbagħat Għawdex qabel ma kienu għadhom lesti r-riżultati tat-testijiet biex jiskludu l-preżenza ta' MRSA?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kien hemm każ wieħed ta' MRSA fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.", "Għalkemm dan il-każ intbagħat Għawdex qabel ma kien hemm riżultati tat-testijiet meħtiega, il-każ ġie iżolat mill-ewwel f'Isolation Unit kif suppost u ma kienx hemm tixrid tal-MRSA.", "SAĦĦA - XIRI TA' AMBULANZI", "5500.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex l-ambulanzi li l-Gvern xtara riċentement għadhom ma bdewx jintużaw?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jidher illi għad hemm xi nuqqas ta' qbil mal- kuntrattur li ssupplixxa dawn il-vetturi dwar xi aċċessorji li kellhom jaslu ma' l-ambulanzi.", "Qabel ma din il-problema tiġi solvuta id- Dipartiment iħoss li l-ambulanzi m'għandhomx jibdew jintużaw.", "SAĦĦA - SKIMMED MILK", "5501.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa l-konsum ta' skimmed milk minn dawk il-pazjenti li huma ntitolati għalih b'xejn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-konsum ta' l-iskimmed milk għal dawk il- pazjenti ntitolati għalih b'xejn huwa ta' madwar 4,500 kg fix-xahar.", "SVPR - APPLIKAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL", "5502.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hija l-persuna preżentement responsabbli li tiskrenja l- applikazzjonijiet għal dħul bħala residenti ġewwa St. Vincent de Paule?", "Liema kriterji jintużaw meta pazjent japplika biex jidħol mill-privat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ebda tibdil sostanzjali ma sar, minn kif kien qabel, kif jidħlu r-residenti ġewwa San Vincenz de Paule.", "Il-persuni li għandhom l-iżjed prijorita' jiddaħlu l-ewwel.", "Id-deċiżjoni tittieħed mis- Supretendent tar-Residenza.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAL KURA MENTALI", "5503.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif ġiet riskrutturata l-Kummissjoni Nazzjonali għal Kura Mentali \"tali mod li tista' tkun verament effettiva\"?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Kummissjoni Nazzjonali għal Kura Mentali hija ffurmata minn :-", "CHAIRPERSON", "Prof Marie Therese Camilleri", "MEMBERS", "Dr Joe Saliba Dr Joe Spiteri Mr Charles Vella Mr Frans Ripard Mr Philip Camilleri Ms Louise Xerri Mr Joseph Busuttil Mr Paul Sciberras Mr Victor Saliba Dr Anthony G Schembri", "SECRETARY", "Ms Lorraine Darmanin", "EDUKAZZJONI - KORS TA' SKULTURA", "5535.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-istudenti li spiċċaw il-kors ta' skultura fis-6 ta' Frar, 1997, jistgħux ikunu nvoluti fix-xogħol ta' restawr li qegħdin isiru f'diversi knejjes u bini storiku fil-Belt, Valletta jew proġetti simili?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ESTS - KORS TA' L-ISKULTURA", "5536.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-ħames studenti li spiċċaw il-kors ta' skultur taħt l-iskema ESTS fis-6 ta' Frar, 1997 u li issa qegħdin jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istudenti ta' l-ESTS ma saritilhom l-ebda wegħda ta' impieg ma' l-istat meta bdew il-kors fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "L-obbligu tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lejn l-istudenti jiġi sodisfatt hekk kif l-istudenti jtemmu l-kors b'suċċess.", "P.A. - DITTA COOPERS & LYBRAND", "5537.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qattx ikkomissjonat xogħol ta' investigazzjoni, jew drafting ta' xi rapport mid-ditta Coopers & Lybrand?", "Għal-liema raġuni kien ikkommissjonat dan ix-xogħol u kemm tħallset din il-kumpannija għal dan ix-xogħol?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kkummissjonanti lil din id-ditta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanr ikkommissjonat xogħol ta' investigazzjoni u rapport fuq approvazzjoni ta' permess (kostruzzjoni ta' sitt flats u garaxx fil-Fgura) għall-ammont totali ta' Lm1,840 bil-VAT inkluża.", "Ir-rapport ġie kkommissjonat sabiex isir magħruf jekk kienx hemm xi ħaġa li saret fil-proċess ta' din l-applikazzjoni li ma kienx konformi ma' proċeduri stabbiliti.", "Ir-rapport jasal għall-konklużjoni li proċeduri adottati fil-prattika ma jikkonformawx ma proċeduri miktuba li issa saru outdated u jridu jiġu riveduti.", "Il-Bord ta' l-Awtorita' kien sodisfatt li din l-approvazzjoni tal-permess saret bi żball ġenwin.", "Qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il- proċeduri kollha jiġu aġġornati.", "Minħabba li dan kien rapport intern u ta' natura kunfidenzjali ma' jidhirlix li dan għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "QRENDI - ASFALTAR TA' TOROQ", "5551.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta se jingħata l- asfalt fit-toroq ġodda msemmija hawn taħt: (a) Triq Filippu Gutenberg; (b) Triq Ġdida fi Triq it-Tempesta; (ċ) Service Road fi Triq it-Tempesta; (d) Triq Massabielle; (e) Triq Filippu Zammit; (f) Triq il-Puniċi; u (g) Triq Soubiros?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5131 li tgħodd għax-xogħol indikat f'dan il-każ ukoll.", "QRENDI - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "5552.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li s-servizz tad- drenaġġ jingħata f'dawn it-toroq ġewwa l-Qrendi, ċioe' fi: (a) Minn Triq San Mattew sal-Kappella tal-Grazzja; (b) Triq Ġdida fi Triq il-Kabiri; u (ċ) Triq il-Fulija sal-Kappella tal-Ħniena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet innotata u tlabt lid-Dipartiment tad-Drenaġġ jieħu l-passi neċessarji.", "NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NRU.", "303", "5564.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 5373 li kienet tgħid hekk:", "\"B'riferenza għan-notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 303 (C.G. Nru. 16,446 - 25/4/97) dwar skedar ta' proprjeta'\"", "Għalhekk, jista' l-Ministru jfisser għaliex sar it-tibdil fil-pjanti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dak li ġie ppubblikat fil-ħarġa tal-Gazzetta tal- Gvern Nru. 16,446 huwa sempliċement tibdil fi skedar ta' proprjeta'.", "Għaldaqstant din il-mistoqsija trid tiġi ndirizzata lill-Ministru ta' l- Ambjent.", "Pero' ta' min jgħid li l-proprjeta' li tidher fil-pjanta ppubblikata, sa l-1992 kienet Skola tal-Kindergarten tas-Sorijiet tal- Karita' li kien jisimha St Joseph Infant School u li għalqet fi tmiem is- sena skolastika 1991-92.", "P.A. - APPLIKAZZJONI NRU.", "3450/93", "5572.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tat permess (PA 3450/93) lil sid id- dar f'Nicholas Street, Mdina kantuniera ma' Holy Cross Street, sabiex jagħmel bdil strutturali fil-faċċata tad-dar tiegħu (id-dar hija kantuniera) meta il-Kumitat ta' l-Antikitajiet ma tax permess li jsir l- istess tibdil fil-faċċata tad-dar li taħbat sewwa sew quddiem id-dar imsemmija hawn fuq?", "Jista' jara li l-permess li ħareġ mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar fl-1993 ġiex imġedded jew ix-xogħol qiegħed isir issa fuq il- permess li ħareġ fis-sena msemmija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l- applikazzjoni kwotata PA 3450/93 ma tirriferix għal dar f'Nicholas Street, Mdina iżda għal plots fi Triq Xagħret l-Art, Birżebbugia.", "Jinħtieġ aktar żmien sabiex l-Awtorita' tkun tista tagħmel l-istħarriġ meħtieġ.", "P.A. - APPLIKAZZJONI NRU.", "7627/94", "5573.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li l-Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5345, jista' jispjega kif qabel ma twaqqa' il-bini trakk ta' l-iscammel kien igħaddi mit-triq u issa minħabba l-allinjament tal-bini li ġie mogħti mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar dan it-trakk ma jistax igħaddi għax it-triq djieqet minn 3.2 metri għal 2.8 metri?", "Jista' jispjega kif sid dan il-bini reġa' beda jtella' b'ġebla ġdida meta r-regolamenti dwar bini antik li qiegħed fil-village core jgħidu li għall-faċċata ta' barra trid terġa' tintuża ġebla antika jekk mhux l-oriġinali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant, illi kif diġa weġibt fil-mistoqsija parlamentari numru 5345, il-wiesgħa tat-triq ta' 2.8 metri kien interpretat minn pjanta dettaljata ta' kif kien il-bini qabel ma' twaqqa'.", "Dwar ir-raġuni għaliex it-truck ta' l-iscammel m'għandux jgħaddi mit-triq, ir-raġunijiet jistgħu jkunu diversi u li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'għandux kontroll fuqhom.", "Dan jista jkun minħabba l-fatt illi hemm scammels b'wisgħat differenti.", "Dwar bini fil-village core li jitla' mill-ġdid ma jeżisti l-ebda regolament li jispeċifika li għandha tintuża bilfors ġebla antika.", "ŻURRIEQ - ĠNIEN PUBBLIKU", "5579.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 5428 u 4794 u ċioe' dwar il-public open space fi Triq San Pawl, fiż-Żurrieq li kien ippjanat u li dwaru kienet saret diskussjoni bejn is-Segretarju Parlamentari għall-Ambjent, il-Kunsill Lokali u r-residenti ta' din iż-zona, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid fiex wasal dan il- proġett u meta hemm il-ħsieb li jinbeda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-pjanti biex jiġi mibni ġnien pubbliku fi Triq San Pawl, fiż-Żurrieq tlestew", "YOUTH HOSTELS", "5580.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għaċ-Ċirkolari SILC 27/97 dwar sejħa għal applikazzjonijiet għal Uffiċjal biex imexxi l-Youth Hostels, jista' l- Ministru jgħid għaliex fiċ-ċirkolari m'hemmx speċifikat il-per diem allowance li se tingħata lill-uffiċjal li se jieħu ħsieb il-hostel?", "Dan ifisser li din l-allowance hija negozjabbli?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-per diem allowance li qed tirriferi għalih l- Onor. Interpellant tkun ikkalkolata fuq bażi ta' persentaġġ ta' l-allowance sħiħa ta' Lm480 fis-sena.", "Min jattendi tlieta u sittin (63) jum ta' l-iskola wara l-ħin ta' l-iskola u tmenin (80) jum li huma vaganzi skolastiċi f'sena waħda jieħu l-allowance sħiħa.", "Min jaħdem inqas jingħata per diem allowance li tiġi kkalkolata pro rata.", "FGURA - ŻVILUPP", "5581.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi zoning partikolari jew regolamenti jew xi kondizzjonijiet kwalunkwe għal applikazzjonijiet ta' żvilupp fuq l-area madwar il-Knisja tal-Fgura (il-parroċċa) u x'inhuma t-tali regolamenti, zoning jew kondizzjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-area madwar il-Knisja parrokkjali tal-Fgura hija fl-iskema ta' l-iżvilupp tal- bini.", "Il-height limitation ta' din l-area hija ta' m'hux aktar minn tlitt sulari jew ta' semi basement u żewġ sulari, għalkemm jistgħu jidħlu kondizzjonijiet oħra biex ma jsirux kuntrasti ma' l-arkitettura tal-Knisja.", "KONSLU POLLAK GĦAL MALTA - TAĦDIDIET", "5582.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tat-taħdidiet li kellu dan l- aħħar mal-Konslu Pollak għal Malta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ġew diskussi possibbiltajiet ta' ko-operazzjoni bejn il-METCO u n-naħa Pollakka.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "5583.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif se titħaddem is-sistema bejn il- kunsilli lokali u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal xogħol fl-iskejjel?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema ta' manutenzjoni fl-iskejjel ta' l-Istat se titħaddem billi l-Kap ta' l-iskola, b'konsultazzjoni mal-Kunsill ta' l-iskola u l-Kunsill Lokali jagħmlu assessment biex jiddeterminaw il-bżonnijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel tal-lokalita'.", "Iżda għall-ewwel darba, ix-xogħol li se jsir huwa biss dak li ġie identifikat bħala ta' prijorita' mill periti tal-Gvern.", "Il-Kap ta' l-iskola jitlob lill-Kunsill Lokali biex jipprovdi servizz ta' Works Manager biex ix-xogħol determinat jiġi esegwit.", "Din il-persuna tintgħażel wara sejħa pubblika u trid tkun ta' kompetenza man-natura tax- xogħol li jrid jiġi esegwit.", "Ix-xogħol jsir mill-kuntratturi magħżula mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni wara sejħa pubblika.", "Il-ħlasijiet jsiru mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni dirett lill-kuntrattur wara li x-xogħol jiġi ċertifikat mill-Works Manager.", "Kwalunke spejjeż li jagħmlu l-Kunsilli Lokali għal din l-iskema jiġu mgħoddija lura mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "SANTA SEDE - DISKORS MILL-E.T. DANIEL MICALLEF", "5584.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskors li għamel l-E.T. Daniel Micallef meta ppreżenta l-kredenzjali tiegħu fis-Santa Sede dan l-aħħar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-diskors li għamel l-Ambaxxatur ġdid ta' Malta għas-Santa Sede meta ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-Qdusija Tiegħu l- Papa tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "JUM DINJI TAL-KTIEB", "5585.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4923, 5118 u 5432 li t-tlieta huma:", "Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-ħidma tal-\"Kumitat għall-Jum Dinji tal-Ktieb/Drittijiet ta' l-Awtur\" li twaqqaf fit-3 ta' April, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ETC - KORSIJIET", "5586.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet bdiet torganizza l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul ix-xhur ta' Marzu/April, kemm hu t-tul ta' kull kors u kemm nies qegħdin jieħdu sehem f'kull kors?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru:5586", "Marzu 1997", "|Isem |Tul ta' |Numru ta' | |tal-Kors |hin |Partecipant| | |f'sighat|i | |Office |135 |36 | |Skills x 3 | | | |Groups | | | |Retail x 3 |30 |37 | |Groups | | | |Managing |30 |9 | |Markets | | | |Computer |15 |515 | |Skills x 34 | | | |Groups | | | |Typing x 4 |22.5 |30 | |Groups | | | |Basic |160 |12 | |Electronics | | | |Auto |160 |9 | |Electrical | | | |Handyman |200 |19 | |Woodwork |16013 | |", "April 1997", "|Isem tal-kors|Tul ta' |Numru ta' | | |hin |Partecipant| | |f'sighat |i | |Storekeepers |36 |20 | |Legal Clerk |110 |6 | |Wages Clerk |21 |12 | |Sage |20 |16 | |Desktop |30 |17 | |Publishing | | | |Managing |35 |16 | |Finance | | | |Managing |15 |14 | |People | | | |Driver/Delive|30 |17 | |ry | | | |Computer |15 |321 | |Skills x 21 | | | |Groups | | | |Spray |160 |13 | |Painting | | | |Auto |160 |20 | |Mechanical | | | |RAC |160 |18 | |Welding MIG |80 |6 |", "BEJJIEGĦA - PERMESSI", "5587.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm bankers u bejjiegħa oħra għandhom il-permessi meħtieġa tal-Pulizija biex ikunu jistgħu jbiegħu f'Putirjal u l-Belt Valletta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hemm 115 bejjiegħa ta' fuq il- Monti - Triq Merkanti; 2 fixed hawkers fejn Bieb il-Belt u 22 fixed hawkers bejn il-Belt u madwar il-bus terminus.", "DJAR - POST REKWIŻIZZJONAT", "5588.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'inhuma l-kondizzjonijiet sabiex post rekwiżizzjonat li se jitbattal, jingħata lil qarib (ex-neputi) tas-sid, li jgħix barra minn Malta, u beħsiebu jiġi lura Malta?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Bil-liġi d-Dipartiment hu obbligat li jalloka post battal rekwizizzjonat lil sid il-post jew lit-tfal tiegħu meta juru x- xewqa li jmorru joqogħdu fih.", "Talbiet mis-sid biex jalloka l-post lil xi neputi jiġu kkonsidrati wkoll basta dan ikun f'pożizzjoni li jidħol joqgħod fil-post fi żmien qasir.", "PULIZIJA - BORD TA' DIXXIPLINA", "5589.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li qed jistennew li jitressqu quddiem il-Bord tad-Dixxiplina?", "X'inhuma l-każi dwar xiex jittrattaw u kemm imorru lura fiż-żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hemm żewġ membri tal-Korp li se jitressqu quddiem il-Bord tad-Dixxiplina (PSC) fuq traskuraġni ta' xogħol, nuqqas ta' esekuzzjoni ta' ordni, nuqqas ta' kxif ta' provi u telf ta' reputazzjoni, dwar każ li seħħ fl-aħħar tas-sena l-oħra.", "PULIZIJA - BORD MEDIKU", "5590.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Pulizija li qed jgħaddu proċeduri biex igħaddu bord, mill-Bord Mediku?", "Mil-liema karigi fil-korp huma dawn il- membri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li hemm membru wieħed tal-Korp tal- Pulizija li dwaru għaddejjin proċeduri biex jirtira mill-Korp għal raġunijiet ta' saħħa - kuntistabbli mara.", "PULIZIJA - LOGĦOB KLANDESTIN", "5591.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu każijiet ta' persuni joperaw il-logħob klandestin fuq l-idejn, xahar b'xahar minn Jannar ta' l-1997 'l hawn?", "Kemm kienu l-flus maqbuda u kemm persuni ttellgħu l-Qorti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' persuni, li mill-ewwel tas-sena, nqabdu joperaw il-logħob klandestin kien kif ġej : -", "Jannar xejn Frar 2 Marzu 3 April 28 Mejju (sal-15) 22", "L-ammont totali ta' flus maqbuda kien ta' Lm9321.43 u 2300 dinar Libjan.", "Matul l-istess perjodu tressqu quddiem il-Qorti 18 -il persuna in konnessjoni ma' logħob klandestin.", "Il-persuni l-oħra se jitressqu quddiem il-Qorti fil-ġimgħat li ġejjin.", "PULIZIJA - LOGĦOB KLANDESTIN", "5592.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu każi ta' persuni joperaw il-logħob klandestin speċifikament minn fuq il-Monti nhar ta' Ħadd?", "Il-Pulizija x'qed tagħmel biex taqta' dan l-abbuż li qed jirrepeti ruħu kważi kull nhar ta' Ħadd fil- Foss ta' San Ġakbu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika l-perjodu li qed jirreferi għalih.", "SKEJJEL - ASSISTANT HEADS", "5594.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel sekondarji tal-Gvern tal-bniet fejn m'hemm l-ebda Assistant Head mara, iżda biss Head mara?", "Jaħseb il-Ministru li din m'hijiex miżura tajba?", "Jekk fin-negattiv, x'beħsiebu jagħmel biex jirratifika din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iskejjel Sekondarji - Junior Lyceums tal-bniet fejn m'hemm l-ebda Assistant Head mara, iżda biss Head mara huma dawk indikati kif ġej:", "B'Kara Girls' Secondary School Cospicua Girls' Secondary School Mosta Girls' Secondary School Ratat Girls' Secondary School B'Bajda Girls' Junior Lyceum St Lucia Girls' Junior Lyceium Marsa Girls' School (Head Mistress only)", "L-Appuntament ta' Assistnat Heads ġodda tiddependi fuq l-order of merit' ta' dawk kollha li japplikaw.", "Għalkemm Assistant Heads nisa jintbagħtu fi skejjel tal-bniet imma xorta qiegħed jiġri li ċertu vakanzi jkollhom jimtlew minn irġiel.", "EDUKAZZJONI - TNAQQIS FL-ESTIMI 1997", "5595.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex hemm tnaqqis fl- Estimi 1997 f'dawn il-voti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu: a) Vot IV (Kapitali) 6, Further and Adult Education minn Lm253,000 għal Lm160,000; b) Vot IV (Kapitali) 10, Education Support Services minn Lm40,000 għal Lm30,000; c) Vot 23 (Rikorrenti) 5202, Foundation for International Studies minn Lm210,000 għal Lm140,000; d) Vot 23 (Rikorrenti) 5454 Maltese National Commission for UNESCO minn Lm10,000 għal Lm5,000; e) Vot 24 (Rikorrenti), 4026 minn Lm56,000 għal Lm33,000?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - HEALTH & SAFETY TEACHERS", "5596.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess li kien beda l-Gvern preċedenti li jwaqqaf is-servizz ta' Health & Safety Teachers fl-iskejjel kollha?", "Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu d-doveri ta' dawn l-għalliema?", "Kemm se jitħallsu jew jingħataw ħin allokat għal dan ix-xogħol bħalma hu allokat għal-Librarians u l-Guidance Teachers?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "5597.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni jekk fir- reviżjoni tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali huwiex se jiġi rivedut ukoll is- sillabu ta' l-iskejjel primarji u sekondarji?", "Jekk fl-affermattiv x'inhi t- time-frame li fih beħsiebu jwettaq dan l-eżerċizzju?", "Fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali Rivedut x'persentaġġ ta' ħin se jibqa' fit-time-table ta' l- iskejjel primarji u sekondarji separatament għal suġġetti optional li ma jkunux koperti fl-istess Kurrikulu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: a) Iva.", "b) Xtaqt li nagħmlu distinzjoni bejn l-eżerċizzju li jrid jitħaddem fil- primarji u l-eżerċizzju li jrid jitħaddem fis-sekondarji.", "Barra hekk, f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ oqsma, għandha ssir distinzjoni bejn tnaqqis ta' \"eżaġerazzjoni fil-kontenut\" (overload) u ntroduzzjoni ta' kontenut ġdid fis-sillabi.", "Fil-każ ta' skejjel primarji, qed issir konsultazzjoni mal-għalliema konċernati sabiex l-\"overload\" jiġi identifikat u sillabu mnaqqas jibda jitħaddem minn Settembru 1997.", "L-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' kontenut ġdid irid isir f'medda ta' żmien itwal, bi preparazzjoni tajba.", "L- ewwel pass huwa li nistennew ir-rakkomandazzjonijiet li ser jagħmel il- kumitat maħtur apposta sabiex imexxi l-eżerċizzju għar-reviżjoni tal- Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "Wara nkomplu minn hemm.", "Fir-rigward tas-settur sekondarju, l-overload fis-sillabi jistgħu jiġu rettifikati mill-Matsec Syllabus panels.", "Fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju, ġewwa l-Universita', dawn il-panels ser jiltaqgħu mal-għalliema tal-ħames klassi ta' l-iskejjel sekondarji għal konsultazzjoni u feedback.", "Minn hemm għandhom isiru emendi fis-sillabi li jiġu f'seħħ fis-sena 2000.", "Innovazzjonijiet fis-settur sekondarju għandhom ukoll ikunu riżultat ta' rakkomandazzjonijiet magħmula mill-kumitat maħtur għar-reviżjoni tal- Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "c) M'hux xieraq li b'xi mod ikolli diġa' deċiż, dak li jien tlabt kumitat konsultattiv jiddelibera dwaru u jirrikkmanda skond ma jħoss wara d- diskussjoni.", "Parteċipazzjoni ġenwina u demokratika titlob hekk.", "SKEJJEL - SPEĊJALI", "5598.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-voti allokati għall-Iskejjel Speċjali kienx hemm tnaqqis minn dak li kienu allokati għalihom fl-1996?", "Jekk fl-affermattiv għaliex sar dan it-tnaqqis?", "Kien hemm xi reazzjoni għal dan it-tnaqqis mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'?", "Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni jekk dan it-tnaqqis hux temporanju jew le?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "5599.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex neħħa l-Vot tal- Kunsilli Skolastiċi mill-Estimi ta' l-1997?", "Jista' jinnega li dan mhux se jgħin lil dawn il-Kunsilli?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi talbitx xi għajnuna u jekk il-Ministru huwiex beħsiebu jagħti din l-għajnuna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-fondi vvotati taħt il-vot tal-Kunsilli Skolastiċi kienu, prinċipalment, jintużaw biex jitħallsu l-ispejjeż dwar l- elezzjonijiet tal-Kunsilli.", "Jekk ikun hemm xi spejjeż għal dan il-għan joħorġu minn voti oħra.", "Niltaqa' regolarment ma' din l-Assoċjazzjoni u nipprova ngħinhom kif nista'.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL GĦAWDEX - UFFIĊĊJU F'MALTA", "5616.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid fejn sab uffiċċju għas- Segretarju Parlamentari għal Għawdex u liema ġranet matul il-ġimgħa se jattendi f'Malta?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx uffiċċju lest ukoll għall-konsulent Michael Vella Haber f'Malta u jekk iva, meta huwa l-ħsieb li jiffissalu l-ġranet għal Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-uffiċċju għas-Segretarju Parlamentari għal Għawdex u dak għall-konsulent Michael Vella Haber se jkunu f'Kastilja.", "Huma se jattendu fl-uffiċini f'Malta kull meta jkun hemm bżonn.", "KUMPANNIJA SVEDIŻA - KUNTRATT TA' KONSULENZA", "5617.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'jisimha l-kumpannija Svediża li lilha ngħata kuntratt ta' konsulenza dwar l-Image ta' Malta skond ma' qal il-Prim Ministru f'risposta supplimentari għall-mistoqsija parlamentari numru 5084, kemm tħallset il-kumpannija ta' dan ix-xogħol, għal-liema perijodu kien dan il- kuntratt u fejn hi rreġistrata din il-kumpannija?", "Jista' ukoll il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim iffirmat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kumpannija Svediża jisimha HEMMA Annonsbyr - AB.", "Il-kumpanija se titħallas is-somma ekwivalenti għall-74,180 ECU għall- perijodu mill-1 ta' Marzu sal-15 ta' Awissu, 1997.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mistieden jiġi jara l-kopja tal-ftehim in kwestjoni pero', għal raġunijiet ovvji, il-Gvern mhux beħsiebu jippubblikah.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li, l-istess attivita' ta' relazzjonijiet pubbliċi għal dik li kellha tkun il-Mediterranean Crans Montana Forum, li kien daħal għaliha l-Gvern preċedenti, swiet lill-poplu Malti madwar 683,000 ECU.", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA MEDIKA", "5621.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Armla miż-Żejtun li isimha qed jintbagħat separatament fis-7 ta' Ottubru, 1988 irċeviet ittra mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fejn għarrfuha li kellha tirrifondi is-somma ta' Lm369.40c bħala Medical Assistance.", "Din il- persuna ħallset dan l-ammont billi d-dipartiment beda jnaqqsilha Lm10 minn kull ċekk tal-pensjoni.", "Għal tmien snin sħaħ din il-persuna ġiet imċaħħda minn din l-għajnuna.", "Ironikament hija reġgħet applikat għal għajnuna medika fit-3 ta' Frar, 1996 u din id-darba t-talba tagħha ġiet aċċettata.", "Jista' l-Ministru jistħarreġ dan il-każ u jara x'wassal lid-dipartiment f'Ottubru, 1988 jitlob lil din il-persuna tirrifondi l-għajnuna u jċaħħadha minn din l-għajnuna għal tmien snin sħaħ?", "X'wassal lid-dipartiment jaċċetta it-talba ta' din il-persuna fi Frar ta' l-1996?", "X'possibbilta' hemm li din il-persuna tiġi rrifondata f'każ ta' inġustizzja?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li għaliha qed jirriferi, li kienet tieħu l-Għajnuna Medika, ġiet lilha mwaqqfa u mitluba tirrifondi Lm369.40 billi naqset li tirraporta fil-ħin xi bidla fiċ-ċirkostanza finanzjarja tagħha ċioe` li wliedha bdew jaħdmu u b'hekk il-mezzi qabżu l-iskala.", "Hija ġiet avżata dwar dan u aċċettat li tħallas bir-rata ta' Lm10 fix-xahar.", "Meta fit-3 ta' Frar, 1996 reġgħet applikat għall-Għajnuna Medika hija setgħet tikkwalifika billi l-liġi dwar it-test tal-mezzi ġiet mibdula billi d-dħul ta' l-ulied ma baqax jiġi kkunsidrat aktar mad-dħul ta' l- applikanta.", "Mhux il-każ li din is-somma tiġi rifonduta billi ma kien hemm ebda inġustizzja.", "SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "5622.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' passiġġieri li wżaw is-servizz tal- helicopter matul ix-xahar ta' Marzu, 1997?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Matul ix-xahar ta' Marzu li għadda kien hemm 2,481 passiġġier li għamlu użu mis-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex.", "GĦAWDEX - HOME CARE HELP", "5623.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3713, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l- kumitat li jmexxi s-servizz tal-Home Care Help f'Għawdex minn Novembru tas- sena l-oħra 'l hawn bid-dati tal-laqgħat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Kumitat li jmexxi s-servizz tal-Home Help f' Għawdex iltaqa' erbgħa (4) darbiet minn Novembru tas-sena l-oħra sal-lum.", "Id-dati li fihom iltaqa' dan il-Kumitat kienu:", "28 ta' Novembru 1996 23 ta' Jannar 1997 20 ta' Frar 1997 26 ta' Marzu 1997", "PTA - KUMITAT EŻEKUTTIV U KONSULTATTIV", "5624.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat Eżekuttiv u Konsultattiv għal Għawdex fi ħdan l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku huwiex jiltaqa'?", "Meta l-aħħar li ltaqa' u min huma l-membri tiegħu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li dan il-kumitat kien magħmul mis-Sur Victor Custo', Chairman ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u Chairman ta' l-istess Kumitat; is-Sur Sylvio Zammit, Assitant Operations Manager ta' l-istess Awtorita' f'Għawdex; l-Avukat Chris Said bħala rappreżentant tal-Gozo Bus Owners Association; is-Sur Paul Camilleri bħala rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex; u żewġ rappreżentanti tal- pubbliku, is-Sinjuri Frans Scicluna u Joe Tabone.", "L-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat kienet saret fl-10 ta' Awissu 1995.", "Hu l-ħsieb ta' l-Awtorita' li jinħatar Kumitat ġdid fl-aqsar żmien possibbli.", "TURIŻMU - POLITIKA ĠDIDA", "5628.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li l-Prim Ministru ħabbar li riċentement il-Gvern ħa deċiżjonijiet dwar politika ġdida dwar it-turiżmu u meta mistoqsi biex jelabora dwarhom stieden lill-Interpellant biex jirrivolġi ruħhu lejn il-Ministru konċernat (ċioe' l-Ministru tat-Turiżmu), jista' għalhekk il-Ministru jagħti t- tagħrif mitlub?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Interpellant japprezza li huwa mpossibbli li tispjega politika ġdida dwar il-qasam turistiku fi tweġiba parlamentari.", "Madankollu l-Onor.", "Interpellant jista' isegwi din il-politika minn dak kollu li qed jiġri u min dak kollu li qed jiġi diskuss.", "BĊEJJEĊ TAL-BAĦAR - LIĊENZJI", "5629.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' dħul mil- liċenzji ta' bċejjeċ tal-baħar li huma reġistrati għas-snin 1994, 1995, 1996?", "Kemm huwa l-ammont ta' arretrati li għandu jieħu d-dipartiment mingħand dawk li ma ħallsux il-liċenzja ta' opri tal-baħar għall-istess perijodu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li d-dħul mill-liċenzji ta' bċejjeċ tal-baħar irreġistrati għas-snin 1994, 1995 u 1996 kien ta' Lm100,427, Lm120,367 u Lm127,472 irrispettivament.", "L-arretrati għall-istess snin huma ta' Lm11,503, Lm15,372 u Lm19,993 irrispettivament.", "TAQSIMA TAD-DRENAĠĠ - ĦADDIEMA", "5630.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għaċ-ċirkolari maħruġa mill- ministeru Ref.", "WD Pers.", "55/88 datata 7 ta' Mejju, 1997, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'wassal għad-deċiżjoni li mhux il-ħaddiema kollha li jaħdmu fit-Taqsima tad-Drenaġġ jieħdu l-allowance minħabba l-inżul tagħhom fis-sewers?", "Jekk kien hemm xi abbużi, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar dwar dawn il-ħaddiema?", "Kemm kien l-ammont ta' allowance li tħallas lill-ħaddiema kollha ntitolati xahar b'xahar fl-aħħar sena?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li jieħdu din l-allowance?", "Jikkonsidra l-Ministru li dawn il-ħaddiema għandhom awtomatikament ikollhom xi forma ta' allowance definit minħabba x-xogħol partikolari tagħhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni li xi ħaddiema tas-sezzjoni tad-drenaġġ se jitilfu xi allowance.", "Kull ma sar kien li nġibdet l-attenzjoni tal-Periti u l- Inġiniera li jaħdmu fid-Dipartiment tad-Drenaġġ dwar il-provvedimenti ta' l- Estacode u ta' approvazzjoni li ngħatat mill-Finanzi u l-MPO dwar ħaddiema li jaħdmu at ground level jew f'inqas minn tlett metri fond.", "Ma sar l-ebda rapport, iżda ġie nnotat li kienet qed tingħata interpretazzjoni ħażina ta' dak li jgħid para.", "2, 5, 8, 5 ta' l-Estacode u ta' dak li kienet tapprova l-ittra tal-Finanzi u ta' l-MPO.", "Dak li qed jitlob l-Onor.", "Membru fl-aħħar paragrafu tal-mistoqsija tiegħu diġa' kif spjegat hawn fuq huwa pprovdut fl-Estacode u fl-ittra tal- Finanzi.", "Dwar kemm kien l-ammont ta' l-allowance li tħallas lill-ħaddiema xahar b'xahar fl-aħħar sena u kemm ħaddiema jieħdu din l-allowance, l- informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "NAXXAR - FIERA TAL-VOLONTARJAT", "5631.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema mill-għaqdiet li pparteċipaw fil-Fiera tal-Volontarjat fin-Naxxar dan ix-xahar ingħatawx xi għajnuna finanzjarja mingħand il-Gvern fl-aħħar Budget?", "Kemm ingħataw f'liri Maltin f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dwar l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern lil diversi għaqdiet tal-Volontarjat hija mifruxa f'diversi programmi taħt il- Voti ta' Ministeri differenti li min-naħa tagħhom jikkonsidraw u jiddeċiedu fuq l-għajnuna li għandha tingħata.", "Rigward l-għajnuna li ngħatat mill-Ministeri kollha matul l-1996 nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3345.", "SPTAR SAN LUQA - TAGĦMIR FL-ISPTAR IL-ĠDID", "5632.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li l-Gvern iddeċieda li l- uniku sptar akut se jkun l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq la jitlesta, jista' l-Ministru jgħid:- 1) liema tagħmir installat fl-iSptar San Luqa jista' jiġi trasferit fl-isptar il-ġdid; kemm hu maħsub li jiswa dan l-eżerċizzju f'kull każ; 2) liema tagħmir installat fl-iSptar San Luqa ma jistax jiġi mċaqlaq minn fejn hu għall-isptar il-ġdid?", "Jista' sptar akut jgħaddi mingħajrhom?", "Jekk fin-negattiv, huwiex se jerġa' jinxtara u jiġi nstallat dan it-tagħmir fl-isptar il-ġdid u kemm hu maħsub li jiswa dan l-eżerċizzju f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif forsi jista' japprezza l-Onor Interpellant, għadu kmieni ħafna biex wieħed jgħid liema tagħmir se jkun trasferit mill- Isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid.", "Dan inkunu nafuh biss wara li l-ewwel nidentifikaw il-bżonnijiet ta' tagħmir fl-isptar il-ġdid meta l-kostruzzjoni tal-bini jkun fi stadju avvanzat, imbagħad naraw dak iż-żmien liema tagħmir jista' jiġi trasferit minn San Luqa u liema tagħmir irid jinxtara mill-ġdid.", "Peress ukoll li t-tagħmir mediku għandu ħajja limitata, dan l-eżerċizzju ma jistax isir issa għax mhux bilfors it-tagħmir li hemm bħalissa fl-Isptar San Luqa jkun f'kondizzjoni tajba biex inkomplu nużawh tlieta jew erba' snin oħra meta jinfetaħ l-isptar il-ġdid.", "Dan apparti li apparat ġdid se jkompli jinxtara ħalli jitjieb is-servizz tas-saħħa f'Malta.", "SAĦĦA - KAŻI TA' AIDS/HIV", "5633.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-intervista li tat id-Disease Surveillance Branch lil \"The Times\" dwar każijiet ta' AIDS/HIV, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-20 pajjiż Ewropew (WHO European region) li għandhom inċidenza annwali akbar minn ta' pajjiżna u kemm hi l-inċidenza ta' kull pajjiż?", "Liema huma l-pajjiżi fil-Mediterran (mhux fil-European region) u fl-Afrika ta' Fuq b'inċidenza annwali akbar minn ta' pajjiżna u kemm hi l-inċidenza ta' kull pajjiż?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-risposta għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SPTARIJIET - TWELID TA' TRABI", "5634.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Mill-ommijiet li welldu matul l- ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom (ta' lanqas minn dawk li żammew l-appuntament tagħhom sitt ġimgħat wara l-ħlas) jirriżulta li reddgħu t-trabi tagħhom għal perijodu ta' xahar jew iktar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ommijiet kollha li jwelldu fl-Isptar Karen Grech huma mħeġġa biex ireddgħu t-tarbija tagħhom.", "Huwa fatt magħruf li numru sostanzjali minn dawn jibqgħu jreddgħu t-trabi għal perjodu ta' xahar jew iktar, madankollu ma hux possibbli li tingħata l-istatistika mitluba.", "SAĦĦA - BONE MARROW BIOPSY", "5635.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jidhirlu l-Ministru li hu nkwetanti l-fatt li Biopsy fuq Bone Marrow f'każ ta' adult li l-I.D. No. tiegħu qed ngħaddiha separatament ġie pospost għal żmien indefinit minħabba nuqqas ta' needles apposta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar il-każ imsemmi mill-Onor Interpellant nirrileva li:", "(a) dwar id-disposable Trephine Biopsy needles (Jamshide) dawn kienu neqsin sa mill-1996, tant li kienet saret talba għalihom fit-22 ta' Marzu 1996.", "(b) teżisti dokumentazzjoni fl-istorja rispettiva li l-pazjent indikat ma kien xejn ħerqan biex jagħmel bone marrow biopsy.", "Barra minn hekk l- ispeċjalista kkonċernat minn naħa tiegħu ried jistenna risposta posittiva mingħand il-pazjent għax fil-ġudizzju kliniku tal-ispeċjalista jkun iżjed ta' ġid għall-pazjent jekk jagħmel il-bone marrow biopsy.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA", "5636.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4274, 5453 u 5454, nerġa' nitlob lill-Prim Ministru jikkonsidra mistoqsijiet parlamentari numri 5453 u 5454, għax inħass il-bżonn ta' l-aħħar żewġ mistoqsijiet wara t-tweġiba ta' l-ewwel waħda, fis-sens li n-numru ta' ħaddiema fil-bliet fiċ-ċentru ta' pajjiżna hu tant konsiderevoli li jlaħħaq saħansitra mal-popolazzjoni tal-lokalita' meta dawn huma żgħar bħal każ tal-Furjana; 2) l-eżerċizzju hu meħtieġ fid-dawl tal-fatt li flok ma dawn il-kunsilli lokali jfettqu fuq boundaries ikun jagħmel aktar sens jekk jiġu kumpensati għall-popolazzjoni ferm aktar kbira milli fil-fatt hija dik uffiċjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għal raġunijiet li diġa' għidt fit-tweġiba mogħtija fis-Seduta Nru. 66 għall-mistoqsija parlamentari numru 5453 ma' naħsibx illi l-Onor.", "Membru għandu għalfejn joqgħod jinsisti fuq l-informazzjoni mitluba, iktar u iktar meta għall-iskop li qiegħed jingħad tista' tgħid diġa' ngħatat tweġiba mill-kollega tiegħi l-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali għall-mistoqsija parlamentari numru 5333 fis-Seduta Nru. 64.", "WIED IL-GĦAJN - ESTENSJONI TAD-DRENAĠĠ", "5637.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' estensjoni tad-drenaġġ ħdejn ir-Razzett tal-Ħbiberija, f'Wied il-Għajn huwiex se jinbeda fiż-żmien qasir kif imwiegħed mill-istess Ministru f'mistoqsija preċedenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan ix-xogħol għandu jiġi ppubblikat dalwaqt u b'hekk ikun jista' jinbeda aktar tard din is-sena malli jintgħażel il- kuntrattur.", "TOROQ - DAWL FIT-TOROQ", "5638.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm sar street lighting ġdid f'dawn l-aħħar sitt xhur f'Malta u Għawdex?", "F'liema belt jew raħal ġew installati?", "Kemm hija d-domanda għal-lampi ġodda minn kull kunsill lokali f'Malta u f'Għawdex?", "X'inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta jekk kunsill lokali jkun irid jagħmel lampi ġodda fil-lokalita' tiegħu?", "X'inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta jekk kunsill lokali jkun irid jagħmel dawl ġdid ta' bozoz jew reflectors: (i) fi ġnien pubbliku; (ii) fi ground ta' l-isports; (iii) fi playing field; (iv) għal xi monument; u (v) fi Knisja Parrokkjali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - EXEMPTIONS", "5639.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal talbu exemption mill-iskola bejn Ottubru, 1996 u April, 1997, xahar b'xahar?", "Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?", "Kemm kienu subien u kemm kienu bniet?", "Mil- liema skejjel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - SCHOOL PSYCHOLOGICAL SERVICES", "5640.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda quddiem l-iSchool Psychological Services minn Ottubru, 1996 'il hawn?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost hu l-full complement ta' psikologi f'dan is-settur?", "Hemm xi school psychologist li għadu jistudja barra?", "Jekk għad hemm nuqqas ta' school psychologists, jagħmel sens li jibqgħu school psychologists barra minn Malta biex ikomplu jogħlew fil-grad tagħhom waqt li l-ħtieġa tagħhom hija hawn Malta?", "X'inhu jsir biex il-full complement jintlaħaq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - TUCKSHOPS", "5641.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fit- Tuckshops ta' l-iskejjel tal-Gvern bejn Ottubru, 1996 u l-aħħar ta' April, 1997?", "Min jagħmel dawn l-ispezzjonijiet?", "X'passi jittieħdu wara li jsiru dawn l-ispezzjonijiet?", "Jekk xi sid ta' tuckshop jonqos, jerġa' jiġi kkonsidrat is-sena ta' wara?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUMPANNIJA ĦAL FAR - IMPJEGATI", "5642.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-kumpannija Ħal Ferħ Company Ltd għamlet talba (ara PQ 5088) biex timpjega tmien animaturi fuq bażi permanenti?", "Xi kwalifiki u/jew kondizzjonijiet qed jiġu mitluba minn min japplika għal dan l-impjieg?", "X'inhi l-ħtieġa għall-animaturi hemm nisa kif ukoll ġuvintur?", "F'liema gazzetti ġew reklamati dawn l-impjiegi?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Bħalma kien isir qabel il-kumpannija Ħal Far qed timpjega tmien animaturi biex tkun tista' toffri s-servizzi tagħha skond kuntratti li għandha.", "Dawn mhux qed jiġu mpjegati fuq bażi permanenti.", "Il-proċeduri għall-impjieg inżammet l-istess bħal dik tas-snin ta' qabel.", "MOSTA - ILMA BIS-SADID", "5698.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex illum fi Triq ta' Xkora, fil-Mosta fejn qiegħed isir xogħol ta' drenaġġ f'dawn il-ġranet minn meta beda x-xogħol imsemmi l-ilma fid-djar ta' dawn it-toroq qiegħed ikun mimli sadid u dan meta qatt ma nbidlu kanen ta' l-ilma?", "ONOR.CHARLES BUHAGIAR:Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOSTA - TRIQ TA' XKORA", "5699.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-kuntrattur li għamel ix-xogħol ta' drenaġġ fi Triq ta' Xkora, fil-Mosta iħalli t-triq f'kondizzjoni tajba għall-abitanti ta' dawn l-inħawi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kuntrattur diġa' ġie avżat biex jirranġa t- triq.", "Madanakollu, baqa' biċċa mit-triq miftuħa minħabba li f'dan il-lok trid tinbena Pumping Station li tagħha qed nistennew il-permess mill- Planning Authority.", "Il-kuntrattur mhux se jitħallas qabel it-triq tiġi kif kienet.", "ETC - SENGĦA TA' ANIMATUR", "5714.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta kien li l-ETC daħlet bħala kategorija ta' xogħol il-professjoni/sengħa ta' animatur?", "Kemm hemm persuni li qed jirreġistraw biex isibu xogħol ta' animatur/animatriċi?", "Meta f'kull każ irreġistraw bħala animaturi?", "Minn liema bliet u rħula huma?", "Xi kwalifiki/esperjenza titlob l-ETC minn min jitlob biex jirreġistra bħala \"animatur\"?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fir-rigward ta' klassifikazzjoni ta' xogħol, il- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ timxi fuq l-International Standard Classification of Occupations (ISCO - 88) maħruġa mill-International Labour Organisation.", "F'din il- klassifikazzjoni x-xogħol ta' \"Animatur\" mhux elenkat, għaldaqstant meta l-Korporazzjoni tirċievi vakanzi ta' dan it-tip ta' xogħol hija ddur għall-kategoriji oħra li jkunu simili u relatati.", "L- istess jiġri jekk xi ħadd ikun irid jirreġistra bħala animatur.", "PITROLJU - ŻIEDA FIL-PREZZ", "5715.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li b'riżultat tal-miżuri mħabbra fl-aħħar budget il-prezz tal- pitrolju għola u dan biex skond il-Gvern jiġi kkontrollat aħjar l-użu tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Korporazzjoni Enemalta li tkompli bil-politika tal-kwoti fir-relazzjonijiet tagħha mal- bejjiegħa tal-pitrolju?", "Jekk iva, jidhirlu l-Ministru li jixraq li l- korporazzjoni toħroġ liċenzji ta' jobbers biex dawn il-bejjiegħa jkunu jistgħu joffru prodotti oħra ta' żejt u diesel?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni m' għandhiex il-ħsieb li tneħħi l- kwoti, għax l-użu tal-Pitrolju għadu għoli ħafna barra li wkoll huwa ssussidjat.", "Ma jaqbilx finanzjarjament li l-Korporazzjoni toħroġ aktar liċenzji ta' jobbers, meta l-istess xogħol jista' jsir minn kuntratturi bi prezz irħas u l-ġbir tal-flus isir aktar malajr.", "PITROLJU - ĠARR TA' PRODOTTI", "5716.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-kuntratti għall-ġarr ta' prodotti tal-pitrolju (Avviż P/10/95) ma ngħatawx skond min għamel l-aktar offerta vantaġġjuża iżda ngħataw mill-Korporazzjoni Enemalta?", "F'każ minnhom, lil min fl-items wieħed (1) u erbgħa (b) (4b), tefa' it-tieni l-aħjar offerta?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex min tefa' l-aħjar offerta taħt (1) u b(b) ġie skartat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SEZZJONI TAD-DRENAĠĠ - ĦADDIEMA", "5717.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex nies li jaħdmu fid- Drainage Section u li huma nvoluti għall-allowance ilhom ma jirċievu din l- allowance għal dawn l-aħħar erba' xhur?", "Meta hu maħsub li dawn il-ħaddiema jitħallsu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalma għidt fit-tweġiba tiegħi għad-domanda numru 5630 ġie nnotat li kienet qed tingħata interpretazzjoni ħażina ta' dak li jgħid paragrafu 2.5.8.5. ta' l-Estacode u ta' dak li kien approvat mill-Ministeru tal-Finanzi u l-MPO.", "GĦalhekk sakemm saru l-investigazzjonijiet meħtieġa numru ta' allowance twaqqfu iżda issa dawn se jitħallsu f'Mejju wara li nġibdet l-attenzjoni ta' l-inġiniera tad-dipartiment għall-provvedimenti ta' l-Estacode.", "SEZZJONI TAD-DRENAĠĠ - ĦADDIEMA", "5718.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi pjan li fir-rigward ta' allowance li suppost jieħdu l-ħaddiema tad-Drainage Section tinbidel is- sistema?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, m'hemm l-ebda pjan li tinbidel is-sistema.", "MANOEL ISLAND - PROĠETT", "5719.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Gżira u ta' Ta' Xbiex li se jkunu affettwati, fis-sens li jista' anke jitwaqqa' xi bini, meta u jekk il-Proġett ta' Manoel Island jiġi approvat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proġett ta' Manoel Island għadu fi stat ta' preparazzjoni u qabel ma dan jiġi ffinalizzat ma jistgħux jittieħdu deċiżjonijiet dwar it-twaqqigħ ta' bini jew ftuħ ta' toroq.", "LIĠI TAD-DWANA U SISA", "5720.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi mistennija li l-liġi ta' Dwana u Sisa se ddaħħal flus għal pajjiż?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul mistenni mis-sistema l-ġdida tat-taxxa se jkun bejn wieħed u ieħor daqskemm jidħol mill-VAT.", "VAT - DĦUL", "5727.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li l-Ministru f'diskors fil-Parlament qal li d-dħul net. mill-VAT fuq l-ewwel tlett xhur ta' l-1997 kien ta' Lm21.2 miljun waqt li d-dħul ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fuq l-istess tlett xhur huwa ta' Lm16.137 miljun, jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għal din id- differenza?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li d-dħul gross mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kien ta' Lm25.260 miljun, minn dan l-ammont tħallsu Lm4.045 miljun f'rifużjonijiet attwali u tqiegħdu Lm4.605 miljun f'Other Deposits Account fit-Treasury Clearance Fund biex iservu għal aktar rifużjonijiet.", "B'hekk, l-ammont nett fl-aħħar ta' Marzu li ġie kkreditat lill-Fond Konsolidat kien Lm16.609 miljun kif deher ippubblikat.", "Fil-fatt, mill-ammont imsemmi ta' Lm4.605 miljun tħallsu, matul ix-xahar t'April, Lm2.917 miljun f'aktar rifużjonijiet.", "Din il-proċedura ilha fis-seħħ minn mindu ddaħħlet il-VAT.", "ENEMALTA - PRODUZZJONI TA' L-ELETTRIKU", "5732.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l-elettriku mill-:- a) Marsa Power Station; u b) Delimara Power Station matul Frar, Marzu u April, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-produzzjoni ta' l-elettriku f'Megawatt hours mill-Marsa u Delimara Power Stations kienet kif muri fit-tabella ta' hawn taħt:", "|1997 |Marsa |Delimara| |Frar |77,699 |57,100 | |Marzu |93,184 |48,345 | |April |80,340 |55,774 |", "ENEMALTA - DIRETTUR ĦADDIEM", "5733.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma (jew jiċħad) li d-Direttur Ħaddiem fil- Korporazzjoni Enemalta riċentement kien ipprovdut b'karozza tal-kumpannija għall-użu eskużiv tiegħu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-Direttur Ħaddiem jagħmel użu minn karozza ta' l- Enemalta biex ikun jista' jaqdi bl-aħjar mod id-dmirijiet tiegħu mal- Korporazzjoni.", "ŻEJTUN - TWESSIGĦ TA' TRIQ", "5734.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dati u r-riferenza meta ħareġ il-permess biex isir twessigħ (inkluż twaqqigħ tal-ħajt) tat-triq quddiem il-Ġnien Luqa Briffa kantuniera maċ-Ċimiterju taż-Żejtun?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni numru PA 5265/96, għal twessiegħ ta' Triq id-Daħla ta' San Tumas, iż-Żejtun, fl-4 ta' Novembru, 1996.", "It-Taqsima ta' l-Infurzar fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet Enforcement Notice (ECF 1211/96) kontra min kien responsabbli għal dan l- iżvilupp.", "DISTRETT NRU.", "3 - DAWL", "5735.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew installati bozoz ġodda minn Novembru, 1996 sa l-aħħar ta' April, 1997 ġewwa: i) Ħaż-Żabbar; ii) iż-Żejtun; u iii) Marsascala?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni fuq min għamel din it-talba?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻEJTUN - KAŻI TA' VANDALIŻMU", "5736.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5555, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-perjodu japplikax għal kemm ilu mwaqqaf il-Kunsill Lokali taż-Żejtun?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar l-istima tal-ħsara ninsab informat illi din mhux dejjem tkun fornuta lill-Pulizija.", "ŻEJTUN - PELICAN LIGHTS", "5737.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna meta ħa jkunu nstallati l- pelican lights: a) fi Triq il-Barrani għal Wesgħa 25, ta' Novembru, fiż-Żejtun; u b) f'salib it-toroq għal Bir-id-Deheb ġewwa ż-Żejtun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Qed isiru pjanti mid-Dipartiment tat-Toroq għal biex jitwaħħlu t-traffic lights fil-lokalitajiet indikati mill-Onor.", "Interpellant sabiex ikun jista' jinġieb il-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għal dan ix-xogħol.", "MUŻEWIJIET - MUŻEW TA' L-ARKEOLOĠIJA", "5738.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-Mużew ta' l-Arkeoloġija jinsab magħluq għal xi tlett snin, jista' l-Ministru jgħid hux possibbli li proviżorjament jiġi allokat post fejn ikun jista' jitkompla jitgawda, għalkemm ristrett minn xi oġġetti li ma' jistgħux jiċċaqilqu minn posthom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SLIEMA - TRIQ IT-TORRI", "5739.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitneħħa dak l- inkonvenjent kbir u ta' periklu għat-tfal fejn il-bankina fi Triq it-Torri, Tas-Sliema li tinsab f'diżastru sħiħ?", "Qed nirriferi għal parti tat-triq ħdejn il-Plaza.", "Jista' l-Ministru jittratta din il-kwestjoni bħala urġenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant, jitqies li hu wieħed ta' manuntenzjoni u peress li din it- triq mhix arterjali, ir-responsabbilta' li dan isir hija tal-kunsill.", "Il-kunsill lokali ġie nformat biex jieħu ħsieb ineħħi dan l-inkonvenjent.", "XLENDI - XOGĦLIJIET", "5740.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm se jiswa x-xogħol li qed isir fix-Xlendi?", "Il- Kunsill Lokali tal-Munxar kien ikkonsultat rigward dan ix-xogħol?", "Jista' l- Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ix-xogħlijiet fix-Xlendi huma stmati li jiswew Lm 68,313.", "Il-Kunsill Lokali tal-Munxar mhux biss kien konsultat fuq dawn ix- xogħlijiet iżda huwa wkoll rappreżentat fuq il-kumitat imwaqqaf apposta biex jieħu hsieb dawn ix-xogħlijiet.", "Kopji tal-pjanti mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "LIBJA - ŻIEDA TA' TURISTI", "5741.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li l-Ministru fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5553 ma weġibx dwar x'kienet, skond hu, \"il-politika ħażina tal-Gvern ta' qabel\" u dan fil-kuntest tas-suq Ġermaniż, kif ukoll dwar x'miżuri speċifiċi ttieħdu biex tiġi riformata u emendata l-politika Turistika tal-Gvern u ta' l-NTOM minn Novembru 1996 sal-lum, jista' għalhekk il-Ministru jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant is-suq Ġermaniż huwa t- tieni suq l-iktar importanti taghna.", "Minkejja dan, l-NTOM għandha uffiċċju wiehed fi Frankfurt li jrid ilaħħaq mal-Germanja, l-Awstrija, Slovakkja, r- Repubblika Ceka, l-Isviżżera, s-Solvenja, u l-Polonja.", "Wieħed jimmaġina l-attenzjoni li qed jieħu kull pajjiż.", "Flimkien ma' l-Air Malta l-NTOM qed tistudja kif din il-qagħda tista' tigi rimedjata.", "BUĠIBBA - MAINS TA' ILMA", "5742.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq fejn qiegħed isir l-proġett ta' Buġibba sar xogħol ta' bdil ta' mains ta' l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GVERN TALJAN - BOROZ TA' STUDJU", "5746.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intagħżlu studenti għall-boroż ta' studju offruti mill-Gvern Taljan matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "X'obbligazzjonijiet jimponi l-Gvern Malti fuq min jieħu dawn il-boroż?", "Jista' xi ħadd mhux miċ- Ċivil japplika u jintgħażel għal dawn il-boroż?", "Dawk li ntgħażlu maċ-Ċivil ikollhom l-istess obbligi li jkollhom dawn li mhumiex maċ-Ċivil?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni qed tinġabar.", "Risposta tingħata iżjed tard.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "QRATI - MULTI", "W28.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' multi mhux imħallsa fil-31 ta' Diċembru, 1996 maqsuma: a) skond is-sena li ġew deċiżi; u b) skond in-natura tal-multa (eż. traffiku)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel biex jipprova jiżgura li dawn jinġabru?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-twegiba dwar it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru W28 inghatat fis-17 ta' Frar 1997.", "L-informazzjoni dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija hija din li gejja:", "L-ammont ta' multi mhux imħallsa sal-31 ta' Dicembru,1996 kien kif indikat hawn taht:", "|Traffiku u |LM1,489,420 | |Edukazzjoni | | |Notarili |LM | | |423 | |Qorti |LM 405,963 | |Kriminali | | |Qorti |LM 866,662 | |Pulizija | | |Gudizzjarja | | | |LM 2,762,468 |", "a) Peress li mhux l-istatistika kollha hija mizmuma għall-bazi tas-sena meta giet imposta l-multa, din il-parti tal-mistoqsija ma tistax tigi mwiegba.", "VALLETTA - BERĠA", "W603.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonsidra bl- akbar serjeta' il-ġustifikazzjoni tal-fatt li l-Berġa tal-Belt terġa' tmur Strada Stretta wara l-għassa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-Berġa tal-Belt li kienet fi Triq id-Dejqa tmexxiet għall-post il-ġdid tagħha fi Triq Zekka wara deċiżjoni tal-Kabinett ta' dak iż-żmien li l-fond okkupat mill-Berġa kellu jittieħed mill-Pulizija bħala parti mill-Għassa tal-Belt biex seta' jsir tkabbir fil-bini tal-Qorti.", "Jidher li fiċ-ċirkostanzi preżenti dan mhux possibbli.", "GĦAWDEX - AVVIŻ BIEX MA JSIRX GĦAWM", "W607.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk id- Dipartiment tas-Saħħa f'dawn l-aħħar tlett isjuf ħariġx avviżi biex ma jsirx għawm fil-bajjiet tax-Xlendi u ta' Marsalforn minħabba tniġġiż tad- drenaġġ?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kemm-il avviż inħareġ għall-bajja tax-Xlendi u kemm għal dik ta' Marsalforn, id-data ta' l -avviż u t-tul ta' ħin li kull avviż dam fis-seħħ matul is-sajf tas-sena 1994/5/6 - b'mod separat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bejn l-1994 u l-1996 id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż wieħed fejn javża biex ma jsirx għawm fil-bajjiet ta' Għawdex.", "Dan l-avviż ħareġ fil-15 ta' Lulju, 1996 għal bajja tax-Xlendi u dan l- avviż dam għal tlett ijiem, jiġifieri sas-17 ta' Lulju, 1996.", "PULIZIJA - FIXED HAWKERS", "W611.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn permessi tal-pulizija għal fixed hawkers u għal gabbani maqsuma skond kull lokalita' f'Malta w Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "VALLETTA - BANKIJIET", "W615.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta fil-pjazzetta fuq ġewwa nett f'St. Joseph Str, Valletta, se jkollhom xi ftit bankijiet u siġar?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Interpellant ghandu jitlob din l- informazzjoni lill-Kunsill Lokali koncernat billi din taqa' taht il- funzjonijiet mghoddija lill-Kunsilli Lokali.", "VALLETTA - SLEEPING POLICEMEN", "W616.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li jsiru s-sleeping policemen f'St. Joseph Str u t-triq ta' warajha, Fountain Str, fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Interpellant ghandu jitlob din l- informazzjoni lill-kunsill Lokali koncernat billi din taqa' taht il- funzjonijiet mghoddija lill-Kunsilli Lokali.", "KUMITATI TA' RIABILITAZZJONI", "W621.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestewx il-guidelines ġodda għall-Kumitati ta' Riabilitazzjoni, minn min huma komposti l-kumitati ta' riabilitazzjoni tal-Belt u l-Kottonera u kemm jitħallsu l-membri?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-guidelines ġodda tal-Kumitati tar- Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u tal-Kottonera se jiġu ppubblikati fi żmien qasir.", "Lista tal-membri ta' dawn iż-żewġ kumitati kif mitluba mill- Onor. Interpellant ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 16,432 (Aviż 356 u 357) tal-Ġimgħa 9 ta' Mejju 1997.", "L-ebda membru ta' dawn iż-żewġ kumitati m'għandu remunerazzjoni ħlief il- co-ordinator.", "Dawn jitħallsu s-somma ta' LM5707 fis-sena.", "ĦAMRUN - TRAFFIC LIGHTS", "W624.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li t-Traffic Control Board jieħu konjizzjoni tat-talba li jsiru traffic lights/zebra crossing quddiem ir- Reġina f'Qormi Rd, Ħamrun fejn hemm l-istage?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena rriferejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għal konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku."]} {"filename": "19921026_061d_par.doc", "date": "1992-10-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 61 It-Tnejn, 26 ta' Ottubru, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 61", "It-Tnejn, 26 ta' Ottubru, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "61", "It-Tnejn, 26 ta' Ottubru, 1992", "WERREJ", "MINUTI ....................................................", "1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ............................", "1", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ............................", "8", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ORDINANZA DWAR FOTOGRAFIJA MINN AJRUPLANI", "AIRCRAFT (PHOTOGRAPHY) (REPEAL) BILL", "It-Tielet Qari ........................................", "9", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IT-TĦARIS MILL-MARD", "PREVENTION OF DISEASE (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ..........................................", "10", "Kumitat ................................................", "26", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ..........................................", "31", "AĠĠORNAMENT ...............................................", "45", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ..........................", "52", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 60 li saret fil-21 ta' Ottubru, 1992, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "1980.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-deputy marriage registrars li jservu skond l-Att taż-Żwieġ ta' l- 1975 se jispiċċaw mill-post?", "Għaliex u meta?", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall- mistoqsijiet parlamentari Nri.", "20614 u 27834 li kienu jittrattaw dwar l-istess materja.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidux il- marriage registrars minn wara l-elezzjoni ta' l- 1987 u ta' l-1992?", "ONOR.", "JOE FENECH: Kien hemm żieda ta' madwar għaxra.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jista' jikkonferma li fl-1987 kien hemm żieda qawwija mill- Ħamrun, il-parti li ġej minnha l-Ministru De Marco?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ma nistax inwieġbek għal din id-domanda.", "Agħmilli domanda bil-miktub u nirrispondik.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli, mistoqsija suppli- mentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk kienx hemm xi tibdil rigward regolamenti jew kwalifiki biex tilħaq marriage registrar?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ma nafx għal liema tibdil qed tirreferi.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kien hemm min ilmenta miegħi li dan il-Gvern daħħal xi nies bħala marriage registrars li mhux suppost daħħalhom bħal per eżempju nies li mhumiex pensjonanti.", "ONOR.", "JOE FENECH: Fil-liġi m'hemmx li jridu jkunu pensjonanti.", "Kemm ili Ministru jien ma daħal ħadd.", "Li nista' ngħid hu li wieħed qed jikkontempla wkoll jagħmilx eta' għax hemm min għandu 'l fuq minn 80 sena li qiegħed ukoll marriage registrar.", "Naħseb li jkun korrett li nistabbilixxu eta', ta' per eżempju 75 sena.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, jien għandi l-akbar rispett lejn l- anzjani li jafu jġibu ruħhom tajjeb u baqgħu attivi ħafna aktar minn dawk li huma iżgħar minnhom.", "ONOR.", "JOE FENECH: Hawn ħafna nies fiċ-Ċivil li ta' 61 sena jkunu għadhom tajbin ħafna, imma dawn ikunu jridu jitilqu u allura xi mkien trid tistabbilixxi xi regola.", "HOUSING AUTHORITY - SUR ANTHONY ROSSI", "1981.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: X'pożizzjoni jokkupa ċertu Anthony Rossi fil-Housing Authority?", "Meta daħal u x'kienu r-rekwiżiti biex wieħed japplika?", "X'salarju għandu?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Is-Sur Anthony Rossi ġie mpjegat ma' l-Awtorita' tad-Djar bħala Higher Executive Officer fis-17 ta' Ottubru, 1981.", "L-anqas rekwiżiti kienu tlett suġġetti 'A' Level u sitta 'O' Level tal-General Certificate of Education jew l-ekwivalenti.", "Is-Salarju tiegħu hu ekwivalenti għal skala 13 tas- Servizz Civili u huwa mpjegat fuq bażi permanenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Dan daħal wara li kien hemm xi call for applications?", "Jiġifieri kien l-aħjar wieħed minn fost tant?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mir- risposta ma jirriżultalix, għalkemm naħseb li hekk hu.", "Jekk irid jagħmilli domanda u nkun nista' nirrispondih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, ilna nippruvaw naraw fuq dan il-każ.", "Ma jidhirlux il-Ministru li għandu jgħid ċar u tond jekk dan hux qed jagħmel ix-xogħol ta' PRO?", "X'inhi r- raġuni li HEO jagħmel ix-xogħol ta' PRO u ma jagħmlux min suppost jagħmlu?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Segretarju Parlamentari): L-ewwelnett, biex ma jakkużawniex b'xi nformazzjoni żbaljata, fid- domanda kif imwieġba bil- miktub hemm żball tat-typing - 1981 suppost qegħda 1988.", "Rigward dan il- każ, din il-persuna ġiet impjegata fl-1988 bħala HEO u minn żmien għall- ieħor jagħmel xogħol relatat ma' PRO.", "Pero' dan m'huwiex il-PRO uffiċjali tal-Housing Authority.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jista' jgħid min huwa l-PRO uffiċjali tal-Housing Authority?", "It- tabella tal-PRO li jgħidu li hemm imwaħħla mal-bieb tal- Housing Authority għal min tirreferi?", "Mr Speaker, iċ- Ċivil m'għandux ikun magħmul mill-fantażmi.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, din id-domanda dehret fuq l-Aġenda ta' din il-Kamra mill-inqas madwar seba' darbiet.", "Ilna li weġibniha mill-ewwel seduti - id-domanda parlamentari kienet Nru. 38.", "Il-Housing Authority m'għandhiex PRO uffiċjali.", "Dik hija s-sitwazzjoni u għidniha diversi drabi.", "Ma nafx xi jrid joħroġ iktar fuq din il-persuna u din il- kariga fil- Housing Authority.", "Din id-domanda diġa weġibtha diversi drabi u għalhekk, Mr Speaker, nitolbok li tieħu passi u taqta' domandi oħrajn fuq l-istess persuna.", "Nitolbok anke li tara li l-istess mistoqsija parlamentari ma terġax tidher f'agenda tal- Kamra li għad trid tiġi quddiemna għaliex ma jistax ikun li nibqgħu niġru wara din id-domanda u wara xulxin il-ħin kollu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, qabel ma tieħu l-passi - wara l-ħafna passi li tlabniek biex tieħu fuq affarijiet oħra - u ġaladarba l-Onor.", "Ċensu Galea qed igħidilna huwa stess li din il- persuna - ismu ma jinteressanix - minn żmien għal żmien tagħmel id-doveri ta' PRO, nistaqsi jekk dan ifissirx li l-Housing Authority minn żmien għal żmien ikollha xogħol ta' public relations xi jsir.", "Jekk hu hekk għaliex ma jiġix maħtur PRO substanstively u għaliex l- Onor. Ċensu Galea joqgħod juri nuqqas ta' paċenzja magħna meta għad fadallu ħafna żmien biex isir impazjenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, kien ikun ħafna iktar faċli għalija, għall-Ministru u għall-Housing Authority li nwieġbu b'mod dirett kieku l- Onor. Schembri Adami għamel din il-domanda parlamentari mil- bidu nett, b'mod dirett u fuq il-persuna li ried.", "L-Onor.", "Schembri Adami u s-Sur Tony Rossi kienu ħbieb għal żmien twil u għalhekk jekk hemm xi ħaġa li mhijiex marbuta ma' din il-kariga ikun aħjar li l-Onor.", "Membru jgħidilna x'kien l- iskop wara din id-domanda.", "Ma naħsibx li huwa fl-interess ta' din il-Kamra u iktar u iktar tal-pubbliku li l-Housing Authority u dan il-Parlament joqogħdu jiddiskutu l-problemi personali ta' xi ħadd għaliex ħaddieħor kellu kwestjoni miegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, ma jidhirlekx li twegibiet bħal dawn m'għandhomx jingħataw aktar u aktar meta l- Onor. Sandro Schembri Adami huwa Membru ta' dan il- Parlament u li bħal kull Membru ieħor għandu kull dritt li jistaqsi nformazzjoni li tirrigwarda uffiċċjal pubb- liku?", "Il- Ministru jew inkella s-Segretarju Parlamentari li issa ħa r-riedni f'idejh għandu wkoll kull dritt li jgħid li ma jridx iwieġeb, imma m'għandux dritt joqgħod idaħħal affarijiet li għal din il-Kamra huma estranji.", "Għaldaqstant nitlob biex nuru aktar serjeta' u aktar rispett lejn xulxin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il- verita' hija li aħna dejjem irrispondejna għal din id- domanda bl-istess manjiera li intom staqsejtuna.", "Kull meta intom għamiltu xi mistoqsija aħna dejjem irrispondejna għaliha.", "Illum l-Onor.", "Interpellant għamel il- mistoqsija tiegħu u semma l- isem tal-persuna u aħna tajnieh l-informazzjoni li talab.", "Jigifieri l-Onor.", "Interpellant jista' jibqa żgur li ma ħbejna xejn minnu għax kull ma konna nafu għidnih.", "Dik kienet ir- risposta għad-domanda li għamel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, il-Ministru jidhirlu li din ir- risposta hija xierqa li tingħata lill- Kamra tar-Rappreżentanti meta huwa jgħid li aħna qegħdin nagħmlu mistoqsijiet ta' telf ta' żmien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Meta inti tistaqsi l-istess domanda bl-istess mod għal erba' darbiet, ngħidlek li l-istess risposta tieħu minn għandi.", "MR SPEAKER: L-Onor Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jista' l-Ministru jikkonfermali jekk dan il- bniedem inħatarx wara li kien hemm a call for applications?", "Dan il-bniedem illum qiegħed ma' awtorita' pubblika u suppost il-proċeduri hekk kellhom isiru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Kieku l-Onor.", "Mangion kien hawn minn qabel kien ikun jaf kif inhi ir-risposta.", "Ir-risposta ma tgħidx jekk kienx hemm xi call for applications, pero' jiena nifhem u nemmen li kien hemm.", "Jien xtaqt li jkolli l-personal file tiegħu għax kieku nkun nista' nirrispondik għaliex m'għandna xejn x'naħbu.", "Jekk tagħmel domanda ad hoc inkun nista' nirrispondik.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Tista' jekk jogħġbok tgħidli jekk il-job tiegħu huwiex permanenti jew le?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ir- risposta hija fl-affermattiv.", "MR SPEAKER: L- Onor. Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Il- Ministru ma jħossx li jista' jgħid lil din il- Kamra għallinqas jekk hijiex proċedura ta' l-Awtorita' tad- Djar li timpjega fuq bażi ta' call for applications?", "Qed ngħid dan għax l-Onor.", "Charles Mangion reġa' staqsa lill-Onor.", "Hyzler għalfejn ma ngħatatx ir- risposta.", "L-Onor.", "Hyzler jista' jgħidilna li m'għandux dettalji fuq din il- persuna imma l-proċedura suppost li jafha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien diġa' rrispondejt li għalkemm mir-risposta ma jirriżultalix li kien hemm a call for applications, jien naħseb li hekk sar.", "Rigward id-domanda jekk din il-persuna hijiex impjegata fuq bażi permanenti, ir-risposta hija fl-affermattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Portelli, l-aħħar mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk il-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar iddiskutiex il-ħatra ta' PRO?", "Barra minn hekk, l- Awtorita' tad-Djar beħsiebha taħtar PRO?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dan mhuwiex il-każ fejn wieħed jiddiskuti jew le l- ħatra ta' PRO.", "Ħafna drabi ma nkunx naf jekk iddiskutiex il-ħatra ta' xi ufficjal jew segretarju ta' xi ħaġa oħra within the Housing Authority itself, imma l- Awtorita' tiddiskuti l- bżonnijiet tagħha minn żmien għal żmien u tara x'inhuma l- ħteġijiet tagħha mingħajr l- indħil tagħna.", "PULIZIJA FUQ KORSIJIET", "2062.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu n-numru ta' dawk il- pulizija li qed isegwu korsijiet (i) LLD (ii) LP (iii) Diploma in Law & Administration (evening)?", "X'inkoraġġiment aktar għandu jagħmel il-Gvern biex aktar pulizija jissoktaw bl-istudju tagħhom fl-Universita'?", "Kemm hemm pulizija li segwew studju barra, anke post- gradute?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Ninsab informat li fil-preżent hemm uffiċjal wieħed mill-Korp tal-Pulizija li qed isegwi kors ta' Avukat fl-Universita' ta' Malta.", "Dan qiegħed taħt l-iskema ta' ħaddiem/student u sponsorjat mill-Gvern.", "Filwaqt li diversi pulizija u uffiċjali segwew korsijiet ta' taħriġ f'diversi oqsma tal- kriminoloġija barra minn Malta, ma jidhirlix li kellna xi membru tal-Korp li kiseb xi kwalifika post-graduate barra mill-pajjiż.", "L-inkoraġġiment tal-Gvern biex ikollna aktar pulizija jissoktaw l-istudji tagħhom fl-Universita' irid jiġi nkwadrat fid-dawl tar-riforma u bidliet li qed jiġu implimentati fil- Korp.", "L-ewwel qed nagħti attenzjoni biex nassigura l- bażi tat-taħriġ għar-rekluti u kadetti u ta' taħriġ in service għal kull min qiegħed fil-Korp tkun waħda aktar soda u effettiva.", "Nittama wkoll li meta jkun hemm deċiżjoni dwar l-iskali ta' salarji u kondizzjonijiet tax-xogħol skond ir-Riforma tas-Servizz Pubbliku jirnexxielna nħajru aktar gradwati mill-oqsma ta' liġi, management, amministrazzjoni, eċċ. biex jingaġġaw fil- Korp.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Abbażi ta' dak li għadu kemm qal il- Ministru, kif jista' jispjega l-fatt li fil-qasam tal- Forensika, id-direttur mhuwiex jingħata permess biex isegwi t- taħriġ tant importanti fil- qasam tiegħu barra minn Malta?", "F'dawn l-aħħar ħames snin, id- direttur responsabbli mill- Forensika qatt ma ngħata permess mill-awtoritajiet biex jagħmel it- taħriġ tiegħu u jkompli l-istudji tiegħu barra minn Malta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru huwa għal kollox żbaljat għaliex matul dan is-sajf l- uffiċjal msemmi attenda taħriġ, kors, konferenza barra minn Malta li approvajtha jiena meta ġew il-karti għandi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Naħseb li l-Ministru ma fehemx is- supplementary question tiegħi.", "Jiena lill-Ministru staqsejtu kif mhux qed jingħata permess lid-Direttur tal-Forensika biex isegwi further studies barra minn Malta, bħalma għamel f'diversi talbiet f'dawn l- aħħar ħames snin.", "Dan l- uffiċjal partikolari lanqas trasport m'hu qed jingħata, aħseb u ara kif jista' jingħata taħriġ biex ikompli l-istudju tiegħu barra minn Malta!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nerġa' nirrepeti, Mr Speaker, li skond it-tagħrif li għandi sal-lum, l-aħħar talba li għamel id- Direttur tal-Forensika biex jattendi konferenzi fuq is- suġġett - jekk m'inix sejjer żball fl-Istati Uniti ta' l- Amerika - ġiet rakkommandata u safejn naf jien attenda.", "Ma naf bl-ebda talba oħra tad- Direttur tal-Forensika biex ikompli jagħmel studju ieħor ta' speċjalizzazzjoni barra dak li huwa diġa' għandu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d- diversi talbiet li għamel id-Direttur f'dawn l- aħħar ħames snin biex ikompli l-istudji tiegħu barra minn Malta?", "Nixtieq inkun naf ukoll x'talbiet għamel għar-rigward tat-trasport.", "Din id-domanda qed nagħmilha biex ikun hawn iktar trasparenza u biex aktar inkun nista' nemmen lill- Ministru, għax għalija qed jimmiżlijdja lill-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qabel l- Onor. Membru jibda jimmliżlidja l-Kamra billi jallega li qed nimmiżlidja l-Kamra jien, Mr Speaker, nerġa' niċċara dak li qed ngħid.", "Jiena naf biss b'talba waħda li għamel id- Direttur tal- Forensika biex jattendi konferenza fuq is- suġġett, jekk m'inix sejjer żball, fl-Istati Uniti ta' l- Amerika.", "Din it-talba ġiet rakkommandata u safejn naf attenda.", "Kemm ilni Ministru jien, personalment ma naf li tressqet quddiemi l-ebda talba oħra għal xi post-graduate studies jew għal xi continuing education courses min-naħa tad- Direttur tal-Forensika.", "Jekk l-Onor.", "Membru jridni niċċekkja kemm-il talba saret f'dan is- sens, dan nista' nagħmlu u nkun nista' ninforma lill-Kamra skond it-tagħrif li nikseb.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Meta kont responsabbli għall-Pulizija jien, ufficjal mil-Laboratorju tal- Forensika mar jagħmel kors u nista' ngħid li kull talba li saret minn dan id-Direttur ġiet milqugħa.", "Jiġifieri ma saritx xi talba minnu jew saret xi offerta lilu biex jattendi xi kors u jien ma aċċettajtx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, apparti għandniex nimmeraviljaw ruħna kemm iż- żewġ Ministri huma informati fuq x'talab jew x'ma talabx id- Direttur tal-Forensika, peress li l-Ministru Louis Galea qal li qiegħed jistenna li jkunu finalizzati l- kondizzjonijiet il-ġodda tal- Pulizija bit- tama li mbagħad ikun jista' jirrekluta livell aħjar fil-Korp, jista' jgħid lil din il-Kamra x'qiegħed iżomm milli dawn il-kondizzjonijiet jiġu finalizzati u implimentati?", "Illum li qegħdin fis-26 ta' Ottubru fadal ġimgħa biss biex ir-riżenja tal-Kummissarju Alfred Calleja tkun effettiva, jista' jgħid lil din il-Kamra wkoll jekk sarux it-tħejjijiet meħtieġa biex jinħatar kummissarju ġdid ħalli jkun hemm il-kontinwazzjoni li għandu jkun hemm fit- tmexxija tal-Korp tal-Pulizija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, għar-rigward ta' l- aħħar mistoqsija supplimentari, ninforma lill-Kamra li xi ħmistax ilu l-Kabinett iddiskuta l- materja - u mhux kif qal l-istazzjon tar-radju soċjalista - u fil-fatt saret ir-rakkommandazzjoni lill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Meta l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni allura nkunu fis-sitwazzjoni fejn nistgħu nħabbru l-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija.", "Għar-rigward tad-diskussjonijiet li qed isiru dwar il- Korp tal-Pulizija fil-kwadru tar-riformi tas-servizz pubbliku nista' ngħid li d- diskussjonijiet isiru ma' l- ogħla uffiċjali tal-Korp.", "Jiena diġa' kelli żewġ laqgħat ma' l-Assoċjazzjoni tal- Pulizija, li ssottomettiet il- memorandum tagħha, u jien qed nikkonsidrah - naturalment dan wara li sar ix- xogħol mill- Ministru Ugo Mifsud Bonnici meta ppreżenta l-proposti tiegħu li qed jiġu rikonsidrati fid-dawl ta' l-iżvilupp li kien hemm fir-riformi tas-servizz pubbliku.", "Jien nittama li ma jgħaddix żmien wisq sakemm tkun tista' ssir proposta konkreta u formali lill-Kumitat tal-Kabinett li jiddeċiedi dwar ir-riforma tas-servizz pubb- liku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Geroge Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi mistoqsija oħra li tidher fuq l-agenda.", "MR SPEAKER: Hemm il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "BINI BLA PERMESS", "5326.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru ta' l- Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 4727?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba eżatt kif għaddiha d-dipartiment koncernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob il- permess tal-Kamra bien inpoġġi mistoqsija oħra li tidher fuq l-agenda.", "MR SPEAKER: Hemm il- permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ŻJARA GħAND IL-GRAN MASTRU TA' L-ORDNI", "5041.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Wara ż- żjara tal- President tar- Repubblika u tal-Ministru għand il-Gran Mastru ta' l-Ordni, jista' jgħid liema huma dawk il-partijiet ta' Sant'Anġlu li l-Ordni beħsiebha tuża għall- bżonnijiet tagħha?", "Kien sar xi ftehim speċifiku dwar dan?", "Għal liema skop se jingħataw lill-Ordni?", "Peress li l-Ordni huwa meqjus bħala stat sovran, x'arranġamenti saru dwar l-użu ta' dawn il-postijiet mil-lat diplomatiku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- ftehim li Malta ffirmat ma' l- Ordni fil-21 ta' Ġunju, 1991, liema ftehim ikopri t-tagħrif mitlub fl- interpellanza.", "MR SPEAKER: Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "TQEGHID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-Rapport Annwali tal- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 1991/92.", "Financial Statements tal- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għas- sena li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1992; u", "Estimi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għas- sena 1992/93.", "Kopja ta' dawn ir-rapporti tqassmet lill-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 100 ta' l-1992 - Regolamenti ta' l-1992 li jemendaw ir- Regolamenti dwar iċ-Ċentri ta' Yachting;", "Rapport Annwali ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għall-perjodu 1 ta' Ottubru 1991 u 30 ta' Settembru 1992.", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għas- sena 1992/93; u", "Rapport Annwali u Accounts ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għas- sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1992.", "Kopja ta' dawn ir-rapporti tqassmet lill-Onorevoli Membri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ORDINANZA DWAR IL-FOTOGRAFIJA MINN AJRUPLANI", "AIRCRAFT (PHOTOGRAPHY) (REPEAL) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni, jekk jogħġbu, iressaq it- Tielet Qari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jħassar l-Ordinanza dwar il- Fotografija minn Ajruplani, Kap 51\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS REFALO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar l-Ordinanza dwar il-Fotografija minn Ajruplani, Kap 51\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IT-TĦARIS MILL-MARD", "PREVENTION OF DISEASE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Ottubru, 1992.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: Hemm iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Ministru jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT (Ministru ta' l-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, nhar l- Erbgħa bdejna niddiskutu l-liġi dwar it-Tħaris mill-mard.", "Irrid ngħid li ħadt gost ħafna bil-kummenti li saru min-naħa ta' l- Oppożizzjoni għax kienu kostruttivi għalkemm ma qbiltx ma dak kollu li qalu, biss billi ma bqajniex eżatt mal- liġi naħseb li fir-risposti tiegħi ikolli nagħmel l-istess.", "Se nibda biex nirrispondi dak li qal l-Onor.", "Buhagiar.", "L- Onor. Membru staqsiena kif la ġibna din l-emenda ma ġibniex emendi oħrajn tas-saħħa biex tiġi liġi kompluta.", "Jien nixtieq ngħidlu li kieku qgħadna nġibu l-emendi kollha li kien hemm bżonn jiġu ma' din il-liġi, żgur li ma konna nispiċċaw qatt.", "Kienet diffiċli ħafna biex toqgħod tara l-emendi kollha li hemm bżonn u aħna kellna bżonn ngħaddu din l-emenda kemm jista' jkun malajr għalkemm - kif se ngħid iktar 'il quddiem - xorta mxejna bix-xogħol tagħna mingħajr ma kellna din il-liġi f'idejna.", "Billi din il-liġi kienet mgħaġġla, rajna li aħjar ngħaddu dawn l-emendi li jkopru wkoll affarijiet oħrajn - barra l-emenda rigward in-naħal - milli noqogħdu nidħlu f'dettalji ta' emendi tal-liġi kollha għax b'hekk konna nieħdu ħafna iżjed żmien.", "Jien naqbel ma' dak li qal hu li l-importanti huwa l-inforzar tal-liġi.", "Diżgrazzjatament għad m'għandniex - anke min- naħa tagħna direttament - inspectors biżżejjed biex naraw li ċerti liġijiet jiġu nforzati u aħna qed nagħmlu li nistgħu biex nidentifikaw il-weak areas sabiex inżidu l- inspectors għaliex ħafna drabi għalxejn ikollok liġi fuq il-karta meta mbagħad ma jkollokx mezzi biex tinforzaha.", "Dan qed nagħmluh biex kemm jista' jkun il- liġijiet jiġu osservati minn kulħadd.", "L-Onor.", "Buhagiar semma wkoll il-mard tal-bhejjem li jistgħu jittieħdu minnu n-nies u fost oħrajn semma' liechmamia Jien nista' ngħidlu li rigward din il-marda tal-klieb li qed taffettwa ħafna lin-nies aħna llum għandna test avvanzat ħafna li ma kienx hawn qabel u dan użajnieh fuq il- klieb.", "Meta feġġet din il-marda għamilna survey fuq ħafna klieb, kemm stray dogs kif ukoll dawk li għandhom is-sid tagħhom u għamilna mill-aħjar li stajna biex din il-marda ma tinfirixx iktar milli kienet qed tinfirex.", "Irċevejna ħafna samples tad-demm mhux mingħand il-veterinarji tagħna biss imma ta' Malta kollha.", "Għidnilhom biex min ikollu dubju jiġi jagħmel testijiet fil- laboratorju tagħna mingħajr ħlas biex inkunu nistgħu neżaminaw id-demm kollu li jibagħtulna.", "Il-veterinarji għamlu wkoll programm bejniethom kollha ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il- Ministru aħjar jispjegalna kemm saru minn dawn it-testijiet ħalli nkunu nistgħu nsegwu l- ispjegazzjoni li qed jagħti.", "Huwa faċli li ngħidu li saru t- testijiet imbagħad wieħed ma jispeċifikax.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, kulma rrid nagħmel hu li nirrispondi lill- Oppożizzjoni.", "Saru ħafna testijiet pero' m'għandix il- figuri hawnhekk għax jien ma rajtx li hemm bżonn li noqgħod inġib id-dettalji kollha imma darb'oħra nista' nġibhom u nagħtihomlhom.", "Qed nirrispondi l- punti fuq fuq, speċjalment dawk li m'humiex fuq il-liġi proprja u qed nagħmel dan biex inkun għamilt id-dmir tiegħi li rrispondejt il-kummenti tagħkom.", "Jekk irid nista' nġiblu wkoll in-numru kbir ta' testijiet li għamilna fuq l- istray dogs u klieb tas-sidien li huma kkurati iżjed.", "Sar programm mill-veterinarji kollha ....", "(Interruzzjonijiet).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien naqbel ma' dak li għamiltu fuq l-istray dogs.", "Int forsi tiġri daqsi ġo l-irziezet u naħseb taf li waħda mill- problemi li għandna u li tinkwetana hija ta' dawk il-klieb li jkunu marbutin fuq il-bjut u maħmuġin jintnu.", "Jekk il-Ministeru mhux se jieħu ħsieb dawn il- klieb se jkunu l-kaġun ta' ħafna mard.", "Jien għamilt test għand veterinarju fuq tlett iklieb minn dawn, u bil-mard li kellhom fuqhom bqajt mistgħaġeb kif fir-razzett fejn kienu ma kienx marad kollox.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Int għandek raġun, pero' huwa mpossibbli li ddur il- bjut tal- farms bil-bhejjem kollha.", "Veru li dan irid isir pero' trid tapprezza li n-numru ta' veterinarji huwa limitat.", "Ma nistgħux induru l- bhejjem kollha li hawn Malta f'daqqa.", "Jien fhimtu l-punt tiegħek u nipprovaw inwettquh.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ilum il-Ministeru għandu nies esperti li jduru l-farms, skond kif dejjem smajna f'dawn l- aħħar ħames snin jew sitta.", "Jien mhux qed nagħti t-tort lill-Ministru pero' nafu li dawn il-klieb qed iġibu ħafna mard fost l-annimali.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, fil-fatt kont se ngħid li l-veterinarji għandhom assoċjazzjoni tagħhom li għamlet programm dwar kif tittekilja dan il-mard tal- klieb.", "Dan il-programm għadu ma ġiex għandi peress li qed tagħmlu l-assoċjazzjoni privatament.", "Nispera li l- programm jinkludi wkoll it- testijiet ta' dawn il-klieb ta' fuq il-bjut u jekk dan ma jsirx niġbdilhom l-attenzjoni jien.", "Irridu wkoll indaħħlu sistema fejn ikun hemm ċertu kontroll relatat mal- liċenzji fejn min jiġi jilliċenzja l-klieb, ikollu ċertu identification permanenti bħall-identification elettronika li qed nagħmlu fil- bhejjem bħalissa.", "Dan irridu nagħmluh biex min jiġi għal- liċenzja nkunu nafu x'number għandu, x'inhu u fejn qiegħed.", "Għad irridu naslu għal dan imma bħalissa għandna affarijiet iżjed importanti.", "Qed isir ukoll programm estensiv fuq mard - kif semma l-Onor.", "Buhagiar - li mill- bhejjem jgħaddi għal fuq in- nies.", "Per eżempju, kulħadd jaf bix- xogħol li għamilna biex neqirdu l-brucellożi u t- Tuberkolożi minn fuq il- bhejjem għax kif jaf kulħadd, dan huwa mard li jittieħed min-nies.", "F'dan il-qasam għamilna suċċess kbir tant li jiena nformat li ilna tliet snin ma naraw każ wieħed ta' T.B. fuq nies li jkun ġej mill-bhejjem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Min informak fuq it-T.B. informak ħażin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: B'mod privat lill-Ministru nista' nindikalu każ, f'dawn l-aħħar tliet snin, li huwa konfermat li ġej mill-bhejjem u li l- persuna konċernata qed tieħu l- kura.", "Qed ngħidlek dan biex inti tkun informat.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il- veterinarji qaluli li hemm diversi kwalitajiet ta' T.B. differenti u li ilu tliet snin ma jkun hawn każ ta' T.B. li ġej mill-bhejjem pero' la qed tgħidli hekk, nerġa' niċċekkja magħhom u ma' l- isptar u nagħtikom ir-riżultat.", "Diġa' għamilna - u se nippubblikawhom - regolamenti ġodda fuq il- hatcheries għaliex hawnhekk ukoll nistgħu nevitaw ħafna mard li jista' jiġi trażmess lin-nies.", "Aħna qed nagħmlu kulma nistgħu biex neqirdu l-mard kollu mill- bhejjem, speċjalment dak il- mard tal-bhejjem li jista' jaffettwa n-nies.", "Kellmuna wkoll fuq il-ħsara li tista' ssir lill-majjali mis-swill.", "Fuq dan il-qasam ilhom għaddejjin taħdidiet għal żmien mhux ħażin bejn il- Ministri u l-uffiċjali ta' l- Agrikoltura, ta' l-Ambjent u tat-Turiżmu.", "Ir- rapport li ġew imqabbda jagħmlu l-veterinarji dwar kif għandha tiġi tackled din il-problema serja ħafna huwa lest u nispera li issa jiena u ż-żewġ Ministri l-oħra jkollna ċans niddiskutuh sabiex nipprovaw nevitaw li jkollna mard minħabba s-swill.", "Nammetti li din hija problema kbira ħafna u li s'issa mhix kontrollata kif suppost għandha tkun.", "F'din il-kwestjoni nidħlu aħna ta' l-Agrikoltura minħabba l-bhejjem, jidħol it- Turiżmu minħabba r-restaurants u l-hotels u naturalment l- Ambjent minħabba l-ġbir ta' l- iskart.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: La qiegħed jitkellem fuq din il- problema nixtieq infakkar lill- Ministru fuq il-mistoqsija li għamiltlu dwar l-ismokeless incinerator li kien hemm fl- airport l-antik.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Bħalissa qed nitkellem fuq is- swill lokali u li qed nipprovaw insolvu din il-problema kbira.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jista' l-Ministru jgħidilna x'ġara minn dan l- incinerator jiġifieri jekk dan spiċċax, jekk hux qed jiffunzjona jew jekk intnefqux xi spejjeż fuqu?", "Mr Speaker, jiena għandi interess li nkun naf ir- risposta ...", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il- kwestjoni ta' l-iskart li ġej minn barra kont ġej għaliha.", "Illum il-ġurnata fl-airport hemm incinerator qadim li kważi spiċċa pero' b'mod jew ieħor għadu qiegħed jintuża, naturalment minbarra fil-każ tal-plastik li jiġi skartat u jmur fil-miżbla.", "Fl-airport il-ġdid irid isir xi incenarator ieħor u dan s'issa għadu ma sarx; pero' aħna qegħdin ninsistu u ktibna lil min hu responsabbli biex fl- airport ikollna incinerator ġdid u tajjeb biex l-iskart kollu li jiġi mill-ajruplani jinħaraq hemmhekk stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Meta mill-Komunita Ewropea konna ħadna dik l- għajnuna li tirrigwarda l-bini mill-ġdid ta' l-industrija tal-majjal, waħda mill-kondizzjonijiet kienet li aħna għandna nittrattaw is-swill lokali u naħarqu dak li jkun ġej mill- ajruplani.", "Issa fl-airport kien hemm arranġament biex dan jeħduh mill-ewwel u jaħarquh.", "Niftakar li għal dan ix-xogħol kien hemm in-nies jaħdmu round the clock, pero' issa spiċċaw.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Le, mhux spiċċaw imma m'għadhomx jaħdmu kif kienu jaħdmu qabel, għax jien ma ridtx ħela ta' żmien.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Issa l-Ministru qed igħid li dan kien ħela ta' żmien!", "Minn erba' taf li baqa wieħed biss?", "Issa jekk tidħol il-marda ...", "(Interruzzjonijiet) Imma x'inhija r-raġuni li ħaġa hekk serja - speċjalment fejn jidħol il-mard - ġiet neglected b'dan il-mod?", "Għaliex m'aħniex nieħdu ħsieb is-swills tal- lukandi wkoll?", "Martirju kelli ma dawk li jirrappreżentaw l- għaqda tal-catering establishments u tal-lukandi - kienu ħadu għalihom għax kont għidtilhom li mal-bdiewa kont se nasal mentri magħhom le - u niftakar li konna ftehemna li s-swill għandu jinġabar u jissajjar b'dan il-mod.", "Issa għaliex dan kollu gie neglected?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Jiena ngħidlek li dan ma ġiex neglected.", "Issa bi studju serju qegħdin naraw x'għandna nagħmlu - u kollox huwa lest - u qegħdin naraw kif nistgħu insolvu din il-problema darba għal dejjem.", "Imma mhux ngħidu li kollox ġie abbandunat - forsi mhux kif nixtequh aħna imma mhux ngħidu li kollox abbandunat.", "Issa nispera li bil-mod il-mod insibu anke soluzzjoni għal dan.", "Per eżempju, is-swill plant kellna nagħmlulha spejjeż ukoll għax fiha kien hemm anke ħsarat u kellna nirranġawha.", "Imma ma nħossnix kuntent għall-mod ta' kif jinġabar is-swill u nispera li 'l quddiem, bil-mod il-mod, insibu soluzzjoni għax inkella jista' jkun ta' dannu kbir għall-industrija tal-majjal.", "Rigward l-airport nixtieq ngħid li suppost hemm il- kontroll tal-Port Health u biex is-swill jinżel fl-art irid ikun hemm il-permess tal- veterinarju.", "Jigifieri f'dan il-każ hemm tabib, hemm health inspectors u dawn huma responsabbli li ma jinżilx swill, la mill-vapuri u lanqas mill- yachts.", "Barra minn hekk, tad-Drydocks għandhom l-incinerator tagħhom u jien ċert li dan qiegħed jintuża tajjeb.", "Għalkemm aħna minn żmien għal żmien immorru niċċekkjaw, huma responsabbli tas-swill kollu li jidħol fid- Drydocks.", "Kellmuna wkoll rigward il- pestiċidi u l-insettiċidi.", "B'kumbinazzjoni l- bieraħ kelli laqgħa - u din il-laqgħa ilha ppjanata, jiġifieri ma saritx minħabba din il-liġi - mal- bdiewa fis-Siġġiewi fejn fost affarijiet oħrajn, tkellimna fuq il-pestiċidi u l- insettiċidi.", "Għalkemm wieħed ma jistax ma jużax il-pestiċidi jew l-insettiċidi, huwa importanti li jkun hemm kontroll.", "Jien imkien fid- dinja ma naf fejn qatgħu għal kollox il- pestiċidi imma nafu li qed ikun hemm użu żejjed tagħhom.", "Għalhekk aħna bdejna ngħallmu lill-bdiewa - fil-fatt l-ewwel laqgħa saret il-bieraħ - biex inaqqsu l-użu tal- pestiċidi u biex jimxu ma' l- instructions għax ħafna mill- bdiewa ma jimxux ma' l- instructions u jużaw id-doppju biex żgur ikun effettiv.", "Qed nagħtuhom ukoll fuljett u qed nippreżentaw programmi fuq ir- radio u fuq it-television biex bil-mod il-mod ngħallmuhom inaqqsu l-użu tal-pestiċidi.", "Peress li llum ħafna mard jirreżisti l- pestiċidi, l- bdiewa qed iżidu l-użu tagħhom biex jipprovaw jeqirdu dan il- mard pero' ħafna minn dawn il- pestiċidi m'għandhomx effett u għalxejn jintużaw.", "Aħna dan li qed nipprovaw ngħallmu lill- bdiewa.", "M'għandniex bilfors nagħmlu bħalma jsir barra minn Malta għax dak li huwa tajjeb għal post mhux bilfors li jkun tajjeb għal post ieħor.", "Kulma jsir barra minn Malta nittestjawh u nużaw il-metodi tagħhom ukoll pero' rridu naraw jekk ikunux tajbin għal Malta.", "Biex innaqqsu din il-problema se ndaħħlu l- integrated pest management.", "Dan huwa management ta' l-insetti li juża pestiċidi, kontroll bioloġiku u kontroll mekkaniku.", "Il-bieraħ lill-bdiewa urejnihom kif jużaw dawn l-affarijiet.", "Il-kontroll bioloġiku jsir billi tagħmel ħsara lil dak l- insett li jagħmel il-ħsara mingħajr ma ssir ħsara la lill- bniedem u lanqas lill-pjanti.", "(Interruzzjonijiet) Allaħares tkun taf x'sibt u x'għamilt jien!", "Mur igħid lill-uffiċjali li hemm biex tkun taf!", "Aħna qed nipprovaw nibnu dak li suppost tagħmel in-natura.", "Il-metodu mekkaniku jsir permezz tan-nases.", "Per eżempju, aħna pprovajna nagħmlu nassa għad-dubbiena tal-frott, għas-susa tal-patata fl-għalqa u għal white fly fis-serer.", "Dawn in-nases kollha pprovawhom u sal-bieraħ stess il-bdiewa marru jarawhom u qalulhom kif jużawhom biex b'hekk nibdew innaqqsu l-pestiċidi.", "Qed nagħmlu programm serju fuq dan biex kemm jista' jkun ngħallmu lill-bdiewa li għandhom imorru fl-għelieqi u fis-serer tagħhom biex fl-aħħar mill-aħħar nilħqu l-għan tagħna.", "Jien għandi tama qawwija li l-bdiewa jobdu u fl-aħħar naslu wkoll, imma dawn huma metodi ġodda u bħalma taf il-Kamra, meta tiġi biex iddaħħal xi ħaġa ġdida, dak li jkun jibqa' daqsxejn xettiku dwar jekk jobdix jew le.", "Imma bil-mod il-mod, permezz ta' l- extension service qed jirnexxielna nagħmlu ħafna affarijiet li kont nibża' li mhux se jirnexxielna nagħmlu u nispera li din tirnexxi wkoll.", "Fil-laboratorju ta' l-Għammieri se nġibu strumenti biex niċċekkjaw ukoll l-effett tal- pestiċidi u l-insettiċidi fuq il-frott u l-ħaxix u fil- fatt diġa' qed nipprovaw apparat biex inkunu nistgħu nistudjaw dawn l- effetti.", "L-Onor.", "Farrugia tkellem dwar il-kwarantina u f'risposta li tajtu għidtlu li jekk skond ċertifikat tal- veterinarju jkun jidher li minn fejn ikunu ġejjin il-bhejjem m'hemmx ċertu mard, l-aktar il- foot and mouth disease, t- tobba jgħidulek li m'hemmx bżonn tuża kwarantina.", "Aħna mhux qed niċċekkjaw iċ- ċertifikat biss imma aħna membri ta' l-OIE.", "Din hija għaqda internazzjonali li tibgħat tinformana dwar xi mard li jista' jkun hemm f'pajjiżi oħra mill-ewwel.", "(Interruzzjonijiet) Le, il-klima ma ġġibx mard imma jista' jkun li l-bhima tkun imdorrija fl- għalqa u meta tiġi fuq il- konkos tweġġa' saqajha u għalhekk jista' jkun hemm xi difett fiżiku.", "Apparti dan, kull kunsinna li nġibu tal- baqar, aħna nibgħatu l- veterinarji tagħna biex jivvettjawhom waħda, waħda.", "Diffiċli li jiġu bhejjem morda minn dawk in-naħat, apparti l- fatt li ħafna bhejjem imorru dritt fuq farm li jkun ilu sitt xhur vojt u allura jkun kwarantina minnu nnifsu.", "Skond il-pariri li għandi, dawn jistgħu jmorru ġo farms bil- bhejjem imma dejjem trid toqgħod attent biex kemm jista' jkun tnaqqas il- mard.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri inti qed tassigurana li qatt ma jista' jkun hemm mard minħabba l-klima.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Jien qed ngħid li ma jistax ikun hemm mard, virus jew mikrobu minħabba l-klima.", "Skond il- parir tal-veterinarji, il-mard li qed nagħmlu kwarantina għalih ma jiġix minħabba l- klima.", "L-Onor.", "Farrugia semma ħaġa tajba ħafna rigward programm edukattiv, speċjalment għall- uffiċjali tad-Dwana.", "Hemm bżonn li dawn jagħrfu iżjed dak li għandu jidħol u dak li m'għandux jidħol.", "Ma jistax ikun li aħna jkollna l- uffiċjali tagħna d-Dwana għal kull container ta' prodott agrikolu li jidħol.", "Nispera li l-uffiċjali tad-Dwana ma jeħdux għalihom b'dan li qed ngħid pero' tajjeb li jkunu jafu iżjed fuq dan is-suġġett għax il-kontroll huwa totalment f'idejhom.", "M'għandniex ċans u m'għandniex in- nies biżżejjed biex ikollna uffiċjali tagħna ma' l-uffiċjali tad-Dwana għal kull prodott agrikolu li jidħol minn barra.", "Rigward l-uffiċjali żgħażagħ li semma l-Onor.", "Membru, nista' ngħidlu li qed nagħtu spinta kbira dwar dan.", "Fil-fatt jien għidtilhom diġa' li għal kull uffiċjal li għandna naħsbu għall-understudies - u dawn iridu joħorġu mill-kulleġġ - b'tali mod li kull uffiċjal ikollu student miegħu.", "Nista' ngħidlek li bdejna nibagħtu lill-istudenti biex jakkumpanjaw lill-uffiċjali meta jattendu konferenzi barra minn Malta.", "Jiena għandi l-ikbar rispett lejn l-uffiċjali li għandi imma bilfors trid taħseb għar-replacements.", "Ma jistax ikun li uffiċjal jimrad jew ikun bil-leave jew imur barra fuq xi konferenza u x-xogħol jieqaf ħesrem.", "Se nibdew ukoll - suppost diġa' beda - istitut ta' l- agrikoltura fl- Universita' għax hemm bżonn li nneħħu din l-idea li għax bidwi jġorr l- imgħazqa, dak allura ta' wara l-muntanji.", "Illum wieħed jista' jidħol għall- M.Sc. u saħansitra għall- Ph.D. u jiena fl-uffiċju tiegħi għandi minn dawn il-gradwati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif jista' l-Ministru jipprova jagħti l-impressjoni li hu kuntent li student jista' jmur l-Universita' ta' Malta meta l- iskola ta' l-agrikoltura li kellna tħarbtet u spiċċat?", "Jiġifieri meta m'għandniex studenti fil-livell t'isfel kif se nipprovaw nibnu 'l fuq?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Min qallek li tħarbtet?", "Tħarbtet meta l-istudenti tal-kulleġġ qed nibgħatuhom barra wkoll!", "Mur arah l-kulleġġ!", "Tħarbat kollox meta qabel kellek mijiet ta' studenti ma jagħmlu xejn.", "Issa biex tidħol fil-kulleġġ trid tidħol bl-\"O\" levels u min ma jridx jistudja nneħħuh.", "Dan żgur mhux bħal qabel meta kienu jispiċċaw la jafu jaqraw u lanqas jiktbu.", "Allaħares ngħidlek x'sibna fil-kulleġġ!", "Staqsi lil min hu hemm u jgħidlek x'differenza hemm bejn il-kulleġġ tal-lum u kif kien qabel.", "Forsi m'għandniex in- numru ta' qabel, imma min qiegħed hemm qiegħed hemm biex jitgħallem u min jeħel nagħtuh ċans sa sena u mbagħad irid jitlaq 'il barra.", "Qabel kien jibqa' repeater sena wara l- oħra, l-aqwa li jilħaq Group D u jieħu job mal-Gvern, jgħaddi jew ma jgħaddix mill-eżami.", "Illum mhux hekk qed issir; jekk teħel trid titlaq 'il barra.", "(Interruzzjonijiet) Hemm numru żgħir ħafna ta' studenti għax jien irrid ftit u tajbin.", "Għax billi jkun hemm il-mijiet ...", "Darba fl-iskola u fil-kulleġġ kien hemm xi 500 jew 700 ruħ u konna waqqajnihom għal 200.", "Jien nixtieq li tmur tistaqsihom x'kienu jagħmlu l- istudenti tal-kulleġġ qabel.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma tammetti li kien hemm żmien meta l-Iskola ta' l- Agrikoltura f'daqqa waħda ġiet orjentata aktar b'mod akkademiku milli b'mod prattiku.", "U din kienet waħda mill-affarijiet li keċċiet ħafna mill- istudenti li kienu qegħdin hemmhekk għaliex filwaqt li kien hemm ħafna minnhom orjentati għas-sengħa tal-biedja daħlu ħafna affarijiet oħra ...", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Għalija dak hu l-ħażin u issa ngħidlek għaliex.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, dan mhux ħażin.", "Int għandek żewġ kategoriji ta' nies; għandek min hu kapaċi għax-xogħol ta' l-idejn u moħħu jixrob dawk l- affarijiet li huma tekniċi u mbagħad għandek min jara l- biedja mil-lat akkademiku.", "U dawn huma assolutament differenti.", "F'dak iż-żmien li qed issemmi inti, minflok għamiltu żewġ sezzjonijiet, ġew introdotti ċerti suġġetti u lil dawk it-tfal li huma aktar orjentati għal dak li huwa xogħol manwali, gerrixtuhom.", "Dan hu li ġara.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, jien nista' ngħid li ġew xi ġenituri għandi li qaluli biex inħallilhom lit- tifel tagħhom fil-kulleġġ għax għall- biedja jinqala' ħafna pero' ma jafx jaqra u jikteb.", "Imma jien kif nista' nżomm lil wieħed li ma jafx jaqra u jikteb fil-kulleġġ?", "Dan jista' jidħol mod ieħor u jaħdem fir- raba' mingħajr ma jmur il- kulleġġ.", "Għax x'jiswa li inti tattendi l-lectures fil-kulleġġ meta lanqas taf taqra u tikteb?", "Aħna jew se nħarrġu bdiewa tajbin - u dawn se jkunu bdiewa uffiċjali ...", "Jekk m'inix sejjer żball, bħalma kien isir qabel, illum l-istudenti għandhom jumejn skola u tlett ijiem xogħol, jiġifieri jduru section section.", "Nerġa' ngħid, min ma jafx jaqra u jikteb jew mhux interessat fl- iskola, jista' jidħol fil-biedja mod ieħor billi jmur ma' bidwi tajjeb jew li għandu s-sengħa u jgħallmu hu għax ma nistgħux inħallu lil min ma jridx jaf bl-iskola fil-kulleġġ.", "(Interruzzjonijiet) Imma mhux fil-kulleġġ.", "Għal dawn irridu nsibu sistema oħra.", "(Interruzzjonijiet) Imma kif se ddaħħlu?", "Għaliex l-idea ta' dawn l-istudenti hi li huma għal mal-Gvern.", "Jien indaħħal mal-Gvern, imma rrid nara li huma kapaċi.", "Aħna ma rridux li jkollna mijiet ta' studenti li jagħmlu tliet snin fl-iskola u tliet snin fil-kulleġġ u kemm jekk jagħmlu l-eżami fl-aħħar sena u kemm jekk ma jagħmluhx, jispiċċaw mal-Gvern.", "Għax hekk kulħadd ikun irid jidħol fil- kulleġġ u aħna dejjem inżidu n- nies mal-Gvern fil-qasam ta' l- agrikoltura mingħajr ma jkollna bżonnhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Micallef, bil-permess tal- Ministru.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, jekk inhu veru li llum hemm il- kwalita' mhux il- kwantita' u anke l-MSc. eċċ., x'inhi r-raġuni - u issa propju qegħdin niddiskutu din il-liġi minħabba l-mard li hawn fuq l- istess ħaġa - li għal dan il- kors ma marx wieħed minn dawn l-istudenti u mar bniedem li wasal biex jispicca minn mal-Gvern?", "Dan hu course li qam flus kbar u mar wieħed li għandu xi 57 jew 58 sena.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, rigward l-understudy irrid ngħid li diġa' sibt student mill-kulleġġ li se jidħol miegħu.", "Meta għamilt din is- sistema li jintgħażlu studenti bħala understudy ma' dawn l-uffiċjali, qaluli li hemm wieħed li hu tajjeb u jixtieq ikompli jitħarreġ.", "Jien se npoġġi lil dan l- istudent bħala understudy tiegħu u meta jitħarreġ tajjeb nibagħatu wkoll fuq course barra minn Malta, imma sal-lum din il-persuna biss kien hemm.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien informat li dak li qed issemmi huwa ferm aħjar minnu, anke fil-prattika.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Dan għadu student u għad irid jipprattika ftit.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Allura aħjar trawwem lil wieħed li għadu żgħir, kemm fl-iskola, kif ukoll fil-prattika.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Dan qed jitħarreġ biex 'il quddiem, jieħu over hu.", "Jien personalment ma nafx min hu, imma meta qaluli li hemm student tajjeb, għidtilhom biex ipoġġuh ma' dan l-uffiċjal ħalli jibda x-xogħol mill-ewwel u malli nara li qed javvanza nibagħtu course barra minn Malta.", "Fil-fatt għidtilhom li dan l-istudent, jekk irid għandu cans li jibqa' javvanza sa PAO, u għalhekk issa tħajjar li jiġi f'din is-section.", "'Il quddiem beħsiebna nibagħtuh barra ħalli jistudja biex ikollu ċ-ċans li jibqa' miexi f'dik il-linja.", "Għar-rigward ta' uffiċjali żgħażagħ irrid ngħid li se ndaħħlu ħames gradwati - u fil-fatt diġa' huma approvati mill-PSC - biex inkunu nistgħu nagħmlu upgrading tax-xogħol.", "Waħda minnhom kienet diġa' fid-Dipartiment u l-ieħor kien on contractual basis, imma dawn issa se jkunu jistgħu jkomplu courses oħrajn fil- biedja u jgħallmu lil ħaddieħor.", "Irrid ngħid ukoll li kemm ili responsabbli jien diġa' bgħatt 38 uffiċjal jew student barra biex jagħmlu courses.", "Hemm minnhom li ġabu l-MSc, oħrajn ġabu d-diploma fosthom kien hemm sitt studenti li kienu fil-kulleġġ qabel.", "F'dawn il- ħames snin bgħatna 120 student barra fuq konferenzi, exchange visits u affarijiet oħrajn u hemm ukoll min mar darbtejn jara x'inhu jsir barra minn Malta.", "Rigward il-kontroll tal- pjanti rrid ngħid li l- ewwelnett biex iġġib pjanti minn barra jrid ikollok ċertifikat u hemm l-inspectors biex jaraw dak kollu li jidħol minn barra.", "Aħna diġa' ppreparajna emendi għall-Plant Protection Act, u nispera li ma ndumx ma nressaqhom hawnhekk.", "Għamilt ukoll emendi għal-liġi tal-Pesticides u waqqaft kumitat biex jistudja fuq dawn il-pestiċidi u nsetti.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-Sur George Carbone, is-Sur David Dandria, is-Sur Victor Farrugia, is-Sur Antoine Vella u s-Sur Dione Caruana għax- xogħol li qed jagħmlu.", "Safejn naf jien, dawn huma l-aktar ħamsa min-nies li jifhmu f'dan is-suġġett u aċċettaw li joqogħdu fuq dan il-kumitat.", "Dawn qed jaħdmu ħafna u diġa' ppreparawli l-emendi għal-liġi tal-pestiċidi.", "Dan juri kemm ix-xogħol qed jittieħed bis- serjeta'.", "Nieħu gost ngħid li l-aħjar nies li għandna fil- pajjiż qed jikkoperaw u jgħinuna biex dan ix-xogħol isir kif suppost.", "L-Onor.", "Micallef qal li xi bdiewa stqarrew miegħu li l- marda kienet ilha hawn u kif għidt l-aħħar darba, din hija problema serja.", "L-Onor.", "Debono Grech qal li f'Mejju bagħtilna ittra, imma għalkemm fittixniha kullimkien, jidher li ħadd ma jaf biha.", "Jien m'inix qed ngħidlek li ma bgħatthiex, imma din l-ittra la nstabet fil- Ministeru, u lanqas fid- Dipartiment.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il- Ministru ma jistax jallega li jien ma bgħatthiex.", "Jekk ma sabhiex mhux it-tort tiegħi.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Jien m'inix ngħid li ma bagħathiex, imma nista' ngħidlek li min- naħa tagħna qallibna kullimkien u ma sibniha mkien.", "Jien noqgħod fuq il-kelma tiegħu li bagħatha.", "L-Onor.", "Debono Grech kien jaf b'din il- marda f'Mejju u lill-Onor.", "Micallef ma nafx meta qalulu li hawn il-marda.", "Imma allura lilna ħadd ma jiġi jgħidilna?", "Li kieku xi ħadd ġie igħidli biex noqogħdu attenti għax għandna dan l-inkwiet, kont nirringrazzjah ta' l- għajnuna...", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Point of order.", "Il-Ministru m'għandux għalfejn joqgħod igħidli hekk.", "L-ewwelnett jien ktibtlu, imma apparti minn hekk il- Ministru ilu madwar sitt snin jiġi hawnhekk u jgħid li għandu l-esperti f'kull qasam, saħansitra hemm wieħed fuq in-naħal biss u suppost li dan imur idur il-postijiet fejn irabbu n-naħal.", "Allura ma naħsibx li għandi niġi ngħidlu jien!", "Jien m'inix imħallas biex immur noqgħod nara n- naħal!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Kulħadd huwa obbligat kemm min-naħa ta' l- Oppożizzjoni kif ukoll min- naħa tal-Gvern li għall-ġid tan-nazzjon, fejn jista' jgħin igħin.", "Jien mhux qed ngħid li kont obbligat imma kienet tkun xi ħaġa tajba kieku xi ħadd qalli għax kont nieħu l-passi immedjatament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Micallef, bil-permess tal- Ministru.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, dan li se ngħid huwa importanti u se ngħidu biex nikkoreġi dak li qal il- Ministru l-aħħar darba meta qal li ma jistax ikun li l-marda kienet hawn qabel il-bidu ta' Awissu.", "Meta jien allegajt li l-marda kienet daħlet qabel l-1 ta' Awissu, kont ċert minnu għax aċċertawni.", "B'danakollu meta l-aħħar darba bqajt tinsisti li ma jistax ikun, jien min-naħa tiegħi erġajt mort niċċekkja ma' nies ta' l- affari tagħhom u sibt li l- marda kienet ilha hawn minn ħafna qabel Awissu.", "Tant hu hekk li nformawni li l-Ministru stess kellu twissijiet biex ma jdaħħalx il-frieħ tan-naħal, il-bumble bee għax f'Novembru li għadda l-Ewropa kienet mimlija bil-mard.", "Ma' min erġajt iċċekkjajt qalli biex naċċerta lill-Ministru li ma jistax ikun li din il-marda dehret f'Awissu għar-raġuni li l-mikrobu jbid minn ħames sa tmien bwajdiet - l- ewwel wieħed ikun raġel u l-oħrajn ikunu nisa - u jrid 15-il ġurnata biex ifaqqas.", "Jiġifieri ara kemm trid żmien biex ikollok kwantita' li teqred il- frieħ kollha tan- naħal, madwar 5,000, imferrxin ma' Malta kollha!", "Kif jista' jkun dan?", "Jien mort niċċekkja u kieku tawni informazzjoni ħażina kont inkun raġel u niġi hawnhekk ngħid li żbaljajt.", "Imma nhar is-Sibt wara nofs inhar għamilt siegħa nitkellem ma' dawn in-nies li aċċertawni li l- marda kienet hawn mill- bidu tas-sena, u għalkemm kien hemm twissijiet dwarha, xorta daħlu l-frieħ tan-naħal għal xi serer u b'hekk ġiet il-marda.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, jien nhar il-Ġimgħa kelli laqgħa ma' madwar 100 bidwi li għandhom in-naħal u staqsejthom point blank: \"Intom kontu tafu li kien hawn il-marda tan-naħal qabel l-1 ta' Awissu?\"", "Qaluli li ħadd ma kien għaraf li hawn din il- marda u li kellhom xi mwiet iżjed mis-soltu.", "Jien staqsejthom għaliex ma ġewx igħidulna b'dan imma ħadd ma tkellem.", "Kien hemm fuq il-100 bidwi, ħadd ma għaraf din il- marda u lanqas ħadd ma ġie jgħidilna li kellu xi mwiet iżjed mis-soltu u jien staqsejthom għaliex m'għamlux dan.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Il- produtturi tan-naħal ma setgħux igħidulu biha l-marda għaliex qatt ma kienu rawha b'għajnejhom.", "Il-persuna li ġibdet l- attenzjoni għal din il-marda kien żagħżugħ li kif għidt lill-Ministru, huwa aqwa mill-espert li għandu u li taparsi qiegħed imexxi.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Iva.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Minn fuq akkużawh li kien hu li ġab din il- marda.", "Issa dan tant huwa modern li dak ix-xogħol li qed jagħmel il- Ministeru llum - jibdel il-qolla l-antika mal- kaxxa li tista' tinfetaħ biex wieħed ikun jista' jiċċekkjaha - kien diġa qed jagħmlu sena ilu tant kemm kien ċert minn fehemtu.", "Illum intom qegħdin tagħmlu l-istess ħaġa.", "L- espert li għandu l-Ministeru llum, is-Sur Arnold Grech - ma jimpurtax li nsemmuh - lil dawk li jrabbu n-naħa qatt ma qalilhom biex jibdlu l-kaxxi meta l-qolla l-antika ma tistax tiftaħha biex tiċċekkja għal dan il- mikrobu.", "Huwa veru li qed ngħid?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Iva veru.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Qed ngħid dan mhux għax nifhem imma għax ħadt l- interess biex nara jekk min tani l-informazzjoni kienx korrett u jekk darb'oħra għandix nafdah.", "Min tani din l-informazzjoni qalli li din il- marda kienet ilha hawn għax ma jistax ikun li f'xahar tagħmel dak it-tifqis kollu u teqred il-kolonja kollha tan- naħal li għandna f'Malta.", "Nerġa' ngħid li din il- parassita tbid minn ħames sa' tmien bajdiet li jridu 15-il ġurnata biex ifaqqsu u allura ma jistax ikun li fl-ewwel 15- il ġurnata ta' Awissu kienet diġa nqerdet nofs il-kolonja ta' 5,000 qolla naħal li għandna f'Malta.", "Anke jekk taħdimha bil-matematika tinduna li din il-marda kienet hawn qabel.", "Kieku kont żbaljat - għax tawni informazzjoni żbaljata - kont inqum u ta' raġel li jien kont nammetti li kont żbaljat imma jiena erġajt ikkonfermajt - għax din anke fil-laqgħa ħarġet - li kien hemm nies mill- Imġarr li xhur ilu mitulhom in-naħal.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: U dawn ma tkellmux?", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Ma tkellmux għax m'għarfuhiex.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli Gatt.", "Skadielek il- ħin.", "Għandek bżonn il-leave of House biex tkompli.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Nirringrazzja lill-Kamra li tatni ċans inkompli.", "Din il- persuna ...", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Kien hemm min qal li din il-kwalita' ta' mewt li issa qed tiġri lin- naħal kien ra tiġri lin-naħal tiegħu fil-bidu tas-sena, allura kif tiġi tgħid li din il-marda ma kenitx hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, meta staqsejt lil dan il-bniedem li qed isemmi l- Onor. Micallef u quddiem kulħadd meta sar jaf li din il- marda hija l-Varroa, hu qalli li sar jaf dak inhar li cemplilna, jiġifieri fl- ewwel tax-xahar.", "(Interruzzjonijiet) Jiena staqsejt lil kull min kien preżenti.", "(Interruzzjonijiet) Anzi lil dan il- bniedem nirringrazzjah pubblikament talli avżana bil- marda.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Għax dan il-bniedem għaraf il-marda akkużawh li xerridha hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jiena nissimpatizza ħafna ma' dak li qed igħid il- Ministru u ma naħsibx li huwa tort tiegħu personali li ma ndunax bil- marda imma naħseb li hawnhekk irid jammetti li d-Dipartiment - ma nafx ta' min hi l-ħtija - qiegħed hemm apposta għal dawn l-affarijiet u ma nippretendix li għandhom jindunaw bil-marda dawk li jrabbu n-naħal.", "Naturalment għandhom jindunaw li qed jiġri xi ħaġa lin-naħal imma ma nippretendux li għandhom ikunu jafu x'inhi l- marda.", "Intom għandkom tindunaw għax il-Gvern għandu naħal.", "Għalfejn qiegħed id-Dipartiment, biex lil dak li jkun sempliċiment igħidlu li għandu l-mard, jew biex imur jagħmel l-inspections u jkun jista' jara b'għajnejh.", "Jien qed ngħid dan biex jekk jista' jkun dawn l- affarijiet ma jerġgħux jiġru.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Aħna dak li nixtiequ.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: M'għandniex għalfejn noqogħdu naraw min għandu l- ħtija u min m'għandux imma lanqas għandek tagħti l-ħtija lil dawk in-nies li ma qalulekx.", "Jien ukoll għandi xi ftit naħal, imma allura tippretendu li għandi nkun nifhem fil-marda tan- naħal?", "Allura int qed tgħidli li jmissni għidtlek li għandhom il-mard!", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Jien lin-nies ma lumejthomx għax ma qalux li hawn il-Varroa imma għidtilhom li jekk kellhom xi mwiet iktar mis-soltu kien imisshom qalulna għax aħna għalhekk għandna n-nies tagħna.", "Din mhix ħaġa faċli li tkun taf biha.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: L-ewwel ħaġa li għandek tistaqsi int hija għaliex id- Dipartiment tiegħek ma ndunax, imbagħad ħalli tgħid lin-nies biex jiġu jgħidulek.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Għalija din m'hi skuża xejn.", "Jien ma nħobbx noqgħod indur mal-lewża.", "Int għandek bniedem li fi żmienna kien in charge min-naħal.", "Il-Gvern fi żmienna kellu n-naħal tiegħu, pero' l- Gvern tal- lum ma nafx għandux.", "Jien ma rrid inweġġa' lil ħadd imma hawnhekk nixtieq ngħid li kien hemm żewġ żgħażagħ l- iskola li kienu jifhmu ħafna fin-naħal, imma lil dawn baqgħu sakemm keċċewhom.", "Veru li wieħed minnhom lanqas ismu ma kien jaf jikteb, imma fejn jidħol in-naħal ħadd ma kien jifhem daqsu.", "Min iridha ta' espert fuq xi ħaġa, għandu jmur u jara x'inhu jiġri.", "Dan l- espert tagħkom anke għandu business ma' dawk li jkabbru n-naħal u min hu responsabbli jmissu ġibed l-attenzjoni tal- Ministru fuq din il-marda.", "L- espert għalhekk qiegħed, biex jagħraf il-marda l-ġdida.", "U l-parir li qed jagħtuk, li din il-marda ma teqridx mhuwiex minnu għax din il-marda ma jfiqux minnha.", "Il-marda hija ġdida u mhux veru li it-tobba qegħdin jagħtuk parir li din il-marda ma teqridx.", "Aqra l-ġurnal Amerikan ..(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Nitlob lill- Ministru biex ikompli bil- winding up jekk jogħgbu.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, f'dawn l-aħħar ġranet kont qiegħed naqra u sibt li l- marda tant hija difficli li fl- Ingilterra saru jafu biha madwar xahar jew xahrejn ilu meta din kienet ilha hemm għal ħames snin.", "Issa fl-Ingilterra m'hemmx experts!", "Imma dawn xorta ma ndunawx biha!", "(Interruzzjonijiet) Jien qiegħed ngħid li aħna ma konniex nafu biha, pero l- Ingliżi anqas bid-duwa ma kienu jafu.", "MR SPEAKER: Onor. Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Qaluli li tant kemm il-marda tan-naħal kienet ilha hawn Malta, mill-5,000 kolonja li kien hawn 1,000 biss kien baqa' meta l-Gvern ħa l-passi u ordna l-istrips.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, rigward il-moviment nixtieq ngħid li meta aħna sirna nafu b'din il-marda, l- moviment kien diġa' waqaf.", "Skond il-press release tal- Bayer li ġiet maħruġa mill- Ingilterra jgħid li: \"movements within the infested area are not restricted\".", "Jigifieri aħna ninsabu f'infested area kollha kemm hi.", "Imma skond it- teknika l-experts jgħidulek li lanqas hemm bżonn li tagħmel xi moviment, għalkemm jien xorta naqbel li għandu jkun hemm ċertu kontroll.", "Rigward il- moviment ta' l- annimali nixtieq ngħid li aħna għandna żewġ inspectors li fil-weekend imorru jduru, biex fost affarijiet oħrajn, jaraw x'moviment tal-bhejjem qiegħed ikun hemm f'dawk il-ħinijiet.", "L-Onor.", "Membru semma wkoll id-disease eradication scheme u nixtieq ngħid li aħna kulma nfaqna kien madwar Lm600,000.", "Sfotunatament il-marda tal- brucellosis għadna ma solvejnihiex għax għandna żewġ farms infettati, wieħed jinsab reġistrat ma' l-MDP u l-ieħor le.", "Dawn ġralhom hekk għaliex bagħbsu fil-bhejjem, fil-fatt it-tnejn se jitilgħu il-qorti.", "Apparti dawn it-tnejn aħna m'għandna l-ebda farm li nafu bih li fih il-brucellosis.", "Dawk il-farms li m'humiex reġistrati mal-MDP aħna nduruhom darba fis-sena u minn 1,500 diġa dorna żewg terzi u ma sibna l-ebda mara.", "B'riżultat ta' dan ix-xogħol li għamilna, biex tara kemm għamilna investiment tajjeb, fl-1988 fl-isptar kellna 65 każ tad-deni irqiq u fl-1991 kellna biss sitt każi.", "Għadna ma ħlisniex mill-mard kollu imma diġa' naqas sew u żgur li l-isptar kien jonfoq ħafna iżjed flus għall-kura milli nfaqna aħna biex ħlisna minn dan il-mard.", "Rigward it-tuberculosis nista' ngħid li hemm każ wieħed under observation f'Għawdex u hawn żewġ farms f'Malta li qed jiġu depopulated.", "Jien nispera li sa l-aħħar tax-xahar inkunu ħlisna mill-farms li għandhom xi ħjiel ta' tuberculosis.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il- Varroa.", "Jien informat li fl- Awstralja din il-marda ma teżistix.", "Fil-fatt l-uniċi postijiet fejn m'hemmx din il- marda huma l-Awstralja, New Zealand u l-Kanada għax fil- Kanada jeqirduhom kull sena.", "Allura l-marda ma setgħetx ġiet mill-Awstralja.", "Biex nikkonferma dan - għax għidt li seta' kelli xi informazzjoni qadima - illum bgħatt fax lis-Central Science Laboratory tal-Ministeru ta' l- Agrikoltura Ingliż.", "Fil-fatt dan qalilna: \"We have no official confirmation of Varroa.\".", "Staqsewna għalfejn ressaqna din il-Liġi daqshekk tard meta din kienet urġenti.", "Jista' jkun li jien abbużajt mill- Membri ta' l-Oppożizzjoni għax kont naf li kien se jkolli koperazzjoni f'dan ix-xogħol, pero' jien xorta ma kellix il- liġi ...", "Barra minn hekk, min ma riedx jirreġistra, seta' ma rreġistrax.", "Jien nispera li sa għada nkunu għaddejna din il- Liġi.", "S'issa konna mexjin xorta waħda u xejn ma żammna minn dak li kellna nagħmlu mingħajr liġi.", "Nista' ngħid li hemm żewġ mardiet kbar tan-naħal; hemm il-Varroa u l- American foulbrood.", "Fil-każ ta' l- aħħar marda bilfors trid taħraq in- naħal.", "Fil-fatt hawnhekk għandna hekk:", "\"If after the standstill order is imposed other outbreaks are discovered, colonies will not be destroyed and the standstill order will be lifted.\".", "Dan ifisser li jekk qabel kont żammejt ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Hawnhekk m'għandniex noqogħdu nikkwotaw għax jien ma tantx nemmen bit-teorija.", "Peress li l-espert tal-Ministru dam ma nduna bil-marda, qed igħidu li jekk ma kienx hemm ċaqlieq ...", "Il-Ministru ma jafx kemm hawn naħal.", "Billi l-Ministru semma l-Awstralja, ma kienx jaf x'inhi l-marda għax l-espert avża lill-Ministru biha ftit taż-żmien ilu.", "Issa inti qabel ma ġibt din il-liġi ma kontx taf kemm hawn min irabbi naħal f'Malta, mela ma tafx x'ċaqliq sar.", "Lil sieħbi qalulu li kien hawn il- marda f'Jannar u anke lill- bdiewa qalu, imbagħad lilek ma qalulek xejn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Point of order, l-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Il- Ministru qed jagħmel il- winding up u jekk hemm xi kummenti xi jsiru jistgħu jsiru fil-Committee Stage.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Hawnhekk għandi leaflet li joħroġ l- Extensions Service tad- Dipartiment tal-Biedja fl- Ingilterra u jgħid ċar u tond li meta jkollok din il-marda n-naħal ma tridx taħarqu.", "Għandek taħarqu jekk ikollok każ wieħed iżolat biex din il- marda ma tiċċaqlaqx.", "Imma jekk għandek il-post kollu infettat ...", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jien qed ngħid li l-Onor.", "Membru għandu żball għaliex l-experts fid-dinja kollha - inklużi l-experts Ingliżi - jgħidu li meta jkollok din il-marda m'għandekx taħraq.", "L-American Foulbrood taħraqha imma din le.", "MR SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien qabel għidt f'din il-Kamra li l-Ingliżi issa saru jafu biha din il-marda.", "Il-Ministru qed igħid li l-Ingliżi saru jafu biha u qed ikollhom xi każ iżolat.", "Issa jiena nemmen li dawn l-esperti Ingliżi għandhom imniżżel kull min għandu n- naħal, imma jekk Malta ma nafux kemm għandna naħal ...", "Nerġa' ngħid, jaf jekk ċaqalquhomx jew le?", "MR SPEAKER: Dan mhuwiex point of order, dan huwa argument.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: L- awtoritajiet li kkonsultajna qalulna li kontra din il-marda m'għandekx għalfejn taħraq.", "L-American Foulbrood taħraqha, imma din le.", "Tant hu hekk li issa wara li għamilna l-kura, din il-marda stabilizzat ruħha.", "Allaħares ħraqna kollox għaliex ma konna nsalvaw xejn mentri issa din il-marda stabillizzat ruħha.", "Mr Speaker, bħalma għidt nhar l-Erbgħa, tlabna li ssir registration u sal- lum rreġistraw 138 f'Malta u 78 f'Għawdex u naħseb li xi wħud baqgħu ma rreġistrawx, pero' diġa' huwa numru mhux ħażin ta' bee-keepers.", "Minn dan in-numru 55% tan-naħal f'Għawdex intilef minħabba l-marda u l-bqija salvajnihom, jiġifieri jew għad għandhom ftit mard jew m'għandhom xejn.", "Nispera li biż-żewġ treatments li tajna - u issa se nagħtu t-tielet wieħed - dawn insalvawhom ukoll.", "Kolonja tan-naħal jista' jkollha madwar 150,000 naħla.", "F'Malta u Għawdex kellna 3000 ferħ u baqgħalna 1,800.", "In-naħal mietu iżjed minn nofshom, imma bħala kolonji baqgħalna iżjed minn nofs.", "Aħna tajna l-ewwel medikament b'xejn, illum beda t-tieni round u qabel Frar li ġej - forsi anke f'Diċembru - nispera li nkunu tajna anke t- tielet wieħed.", "Dawn qed nagħtuhom b'xejn biex żgur ħadd ma jkollu skuża li minħabba xi spejjeż ma jagħmilx ix-xogħol kif suppost jagħmlu.", "Dawn x'kien l-effett tagħhom?", "Illum kellna min ġie għan-normal u m'għandu mard xejn.", "Kien hemm naħal li meta ħass din il- mediċina, biddel il-post fejn kien qiegħed fl- istess kaxxa u mar f'shed oħra, imbagħad kellna oħrajn li meta ħassewhom b'saħħithom qabdu u ħarbu u ma reġgħux lura.", "Allura f'każi bħal dawn qed inneħħu d-duqqas il-marid mill-ewwel u anke nqasqsu l-ġwienaħ tar-reġina biex jekk taqa' tiġi isfel u nillimitaw id-danni.", "Aħna qgħadna attenti li jkollna pariri minn experts barranin biex inkunu aktar ċerti.", "Per eżempju għandna kuntatti kontinwi ma' Dr. Mattei li huwa l-expert tal- Bayer, l-istess kumpannija li ħadet il-kuntratt ta' l- eradication tal-Varroa fl- Alġerija.", "Minn dawn in-nies li għandhom l- esperjenza u minn dawn il-pajjiżi li għandhom temperatura u klima bħal tagħna nistgħu nitgħallmu u nimxu aħjar f'dan ix-xogħol li qegħdin nagħmlu.", "Fl-Alġerija ma ħarqux kollox, imma kkurawhom.", "Aħna qed nagħmlu kuntatti kontinwi ma' dan l-espert biex igħallimna u jurina kif nistgħu napplikaw l-esperjenza tiegħu għal pajjiżna.", "L-espert Ingliz, li huwa l- aqwa wieħed li hemm, Clive De Bruye ukoll għandna kuntatti regolari miegħu.", "Apparti l-affarijiet li semmejt qabel, fl-1990 u anke din is-sena ġie l- Professur Sartorelli li huwa espert ta' l-FAO.", "F'Jannar ta' l-1993 il-FAO se jagħmlu TCP Project għall-Mediterran kollu fuq in-naħal u aħna tlabna li nkunu nklużi fih.", "Fil-fatt aċċettaw li aħna nkunu inklużi f'dan il-proġett u nispera li jkollna wkoll scholarships minn fost dawk li se toffri l-FAO biex nibagħtu l-istudenti jistudjaw fuq ix-xogħol tan- naħal.", "Wara li sirna nafu b'din il-marda, waqt ir- Regional Conference għall- Ministri ta' l-Agrikoltura li saret fi Praga, jien kelli laqgħa ma' Dr Saouma - li huwa ħabib ukoll tal-Membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra u jafhom sewwa u dejjem igħidli biex inselli għalihom - fejn tlabtu jagħmel proġett fuq in-naħal għal Malta biss.", "Huwa qalli biex napplikaw u li dan se jikkonsidrah.", "Fil- fatt applikajna u apparti l- proġett tal-Mediterran tas-CPE li se jsir f'Jannar nispera li jaċċettaw li jsir ukoll proġett għal Malta biss ħalli jkollna għajnuna mill-FAO biex immexxu lil din l- industija iżjed 'il quddiem u mmexxuha aħjar milli qatt imxiet.", "Fl- 1990, bis-saħħa tal-Lions Club, kellna fosnta lill-Professur Santi Longo mill- Universita' ta' Catania.", "Jiġifieri f'dawn is-snin kollha kellna esperti differenti fostna u dawn żaru nies differenti biex jiċċekkjaw kif isir ix- xogħol u x'mard għandna.", "Pero' dawn qatt ma sabu l-Varroa allavolja ċċekkjaw għaliha wkoll.", "Jiġifieri aħna kemm jista' jkun ipprovajna nżommu ruħna aġġornati ma' dak li jiġri barra anke billi ġibna esperti hawn Malta.", "Issa jibqa' l-problema kbira tal-pollination.", "Il-pollina- tion tibda minn Marzu 'l quddiem u apparti l-proġett tal-frawli għall-export ...", "Aħna nikkalkolaw li jekk kollox imur skond il-pjan tagħna, sakemm tibda l- pollination ikollna 80% ta' kif kienet l- industrija qabel ġiet il-marda.", "Jekk ma jirnexxilniex irridu nużaw strateġija differenti.", "Pero' l-problema hi li għandna ċertu rħula - bħall-Imġarr - li għandhom iż-żejjed naħal għall- pollination.", "Għalhekk il- bieraħ stess għidt lill-bdiewa li rridu nagħmlu avviżi kullimkien biex meta jaraw li hemm nuqqas ta' naħal għall- pollination u joqrob iż-żmien, igħidulna ħalli nġorru certu naħal minn post għal ieħor biex b'hekk il-pollination tkun l- istess ma' Malta kollha.", "Nispera li l-bdiewa jikkoperaw u jekk ikollhom xi problemi javżawna mill- ewwel biex b'arranġament mas-sidien tan- naħal inkunu nistgħu neħdulhom in-naħal għall-pollination.", "J'Alla f'Marzu tas-sena d- dieħla, meta jasal iż-żmien għall-pollination ma jkollniex problemi.", "Irrid ngħid - u din hija importanti ħafna - li l-għasel bl-ebda mod ma jiġi affettwat minn din il-marda u nassigura lil kulħadd li l-għasel huwa tajjeb, għax apparti li dan inġabar qabel ma ġiet il-marda, il-Varroa nnifisha ma tagħmilx effett fuq l-għasel.", "Hija l- mediċina għaliha li tħalli effett fuq l-għasel.", "Fl- Ingilterra meta feġġet din il- marda m'għamlu xejn għax il- mediċina li kien hemm kienet tħalli effett ħażin fl- għasel u fuq ix-xemgħa.", "Fil-fatt hemm kawża għax minħabba xi mediċinali li wżaw fuq in- naħal, meta ntużaw il-prodotti tan-naħal fuq il-wiċċ, dawn affettwaw il-wiċċ.", "Meta sabu t-tieni medikament ta' Bayer, użawh kif użajnieh aħna u għandna assigurazzjoni li l- effett fuq l-għasel u x-xemgħa huwa mill-inqas possibbli.", "Għalhekk wieħed mir-regolamenti li għamilna huwa li dawn il- plastic pieces kollha jiġu reġistrati biex meta joqrob l- istaġun ta' l-għasel niġbruhom kollha ħalli żgur ma jkun hemm ebda effett fuq l-għasel u x- xemgħa.", "Nista' nassigura lil kulħadd li l-għasel li għandna huwa tajjeb u nisperaw li bix- xogħol li qed nagħmlu, l-għasel li jkollna s-sena d-dieħla jkun tajjeb ukoll.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li nieħu gost nara koperazzjoni minn kulħadd, għaliex dan hu fl-interess tan-nazzjon.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Nitlob il-permess tal-Kamra biex ngħaddu għall- iStadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l- artikolu 2 tal-liġi prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 2 of the principal law.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il- Ministru Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GAT: Mr Chairman, klawsola 2 qed nagħmluha biex inbiddlu d- defenition ta' \"annimal\".", "Qabel din il-kelma kienet tinkludi poultry, swine, monkey, cattle, sheep and goats and many other kinds of four- footed beasts and fish.", "L- Ordinanza saret fl-1908 imma fl-1953, 1963, 1972, 1977, 1981, 1989 u fl-1990 saru emendi u nbidlet d-definizzjoni ta' \"annimal\", ħafna drabi għax tkun daħlet xi marda.", "Jien kont biddiltha meta fid- definizzjoni inkludejna l-ħut u issa qed nagħmlu definizzjoni *ġenerika kemm jista' jkun biex tinkludi kollox.", "L-iskop tagħna hu biex mhux kull darba noqogħdu nagħmlu emendi ta' din ix-xorta.", "\"Annimal\" issa tinkludi kważi d-dominju ta' l- annimali kollha barra l- bniedem, għax il- bniedem huwa kopert f'section oħra ta' l- istess liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar kummenti?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Id- drafting tagħha mhux qed jogħġobni għaliex qed tinkludi lill-bniedem mar-renju ta' l- annimali.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: L-ewwel parti tal-Liġi għandha x'taqsam mal-ħarsien mill-mard tan-nies, imma d-definizzjoni li qed nemendaw hawnhekk tirrigwarda biss l-annimali.", "Aħna pprovajna nsibu definizzjoni li tkopri kollox, u dan ma kienx faċli.", "Il-kwestjoni kollha nqalgħet minħabba li l- Attorney General kellu d-dubju dwar jekk in-naħal huwiex inkluż fid- definizzjoni ta' \"annimal\" li kien hemm qabel fil-liġi u li kienet tinqara hekk:", "\"\"animals\" include poultry, monkeys, horses, asses, mules, dogs, swine, cattle, sheep and goats and any other kind of four-footed beast, and fish;\".", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Li qegħda ħażin hija l-frażi \"four-footed\", għax meta tiġi biex tikkwalifika annimal ma tgħidx dak kollu li hu annimal imma li mhux bniedem.", "Jien bir-rispett kollu lejk, ngħix fir-renju tal-bhejjem jiġifieri ta' l-erbgħa saqajn li kellek id-diffikulta' għax kien hemm annimali b'żewġ saqajn.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Imma l- ewwel parti tal-liġi titratta fuq il- bniedem ukoll, ma naħsibx li hemm bżonn nagħmluha hawn ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jekk tieħu d-definizzjoni zooloġika ta' annimal tista' tifhimha u tiġi wkoll skond il-liġi li insett huwa tip ta' annimal allavolja għandu sitt saqajn jew iżjed.", "Jiġifieri dik li kien hemm ħażin u li tista' tbiddel għax id-definizzjoni zooloġika ta' annimal tinkludi wkoll l-insetti kollha.", "Ma nafx x'kien l-iskop oriġinali.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Aħna ressaqna dan l-Abbozz minħabba l-emenda li tirrigwarda l-liġi tan-naħal imma issa għidna li se ninkludu kollox biex mhux kull darba rridu noqogħdu niġu ...", "Matul is-snin kellna ħafna emendi u għal kull każ li nqala tressqet emenda.", "Issa pprovajna nsibu definizzjoni li tkopri kollox, imma jekk għandkom xi definizzjoni aħjar naċċettawha.", "Aħna tkellimna ħafna ma' l-AG u din kienet l-aħjar soluzzjoni li sibna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nerġa' ngħid li l-iżball kien meta kien hemm fil- liġi oriġinali \"four-footed animals\" għax dik tirristrinġi d-definizzjoni ta' annimal bħala annimal b'erba' saqajn.", "Jiġfieri dik trid titneħħa għax kieku ma kienx hemm dik fil-liġi id- definizzjoni ta' annimal kienet tinkludi wkoll l-insetti kollha u ma kienx ikun hemm problema.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Chairman, jekk kif inhi tkopri kollox jien naħseb ...", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Ħalli ngħidlek għaliex, għax meta tagħmel id- definizzjoni xi mkien u mbagħad tiġi biex tapplikaha xi mkien ieħor dik id- definizzjoni se tiġi tapplika.", "Per eżempju, artiklu 68 tal-liġi jgħid hekk:", "\"Kull min ikollu għandu jew taħt il-ħsieb tiegħu annimal li jkollu marda, hu obbligat -", "(a) iżomm kemm jista' jkun dan l-annimal imwarrab minn annimali oħra li ma jkunux hekk morda;\"", "Jekk għandek baqra marida u hemm id-dubbien, int obbligat li żżomm il-baqra 'l bogħod mid-dubbien u l-annimali l- oħrajn kollha.", "Mhux billi tagħmel id-definizzjoni mingħajr ma tħares lejn il- kontest tal-liġi.", "Ma nkunx qed niċċajta meta ngħid li darba kellna liġi f'dan il-Parlament - u din dejjem insemmiha - fejn kien hawn l-Avukat Mario Felice li qam u qal \"kif jista' jkun li f'definizzjoni ta' bastiment se ndaħħlu anke dgħajsa żgħira?\"", "Jekk wieħed ikollu dgħajsa l-menqa tal-Marsa u jagħmel żewġ qadfiet biex jaqsam għan-naħa l-oħra irid javża lill-kontrollatur tad- dwana li hu se jiċċaqlaq.", "Ma kenitx din l-intenzjoni tal- liġi imma jekk id-definizzjoni tagħmilha b'dak il-mod tiġi tagħmel il-kontrasens.", "Kif qal l-Onor.", "Buhagiar, skond id- definizzjoni li għandek hawnhekk tista' tgħid li kull annimal, anke dubbiena u nsett, trid iżżommhom 'il bogħod mill- baqra marida għax inkella tkun qed tikser il-liġi.", "Fil-fatt, f'paragrafu (b) ta' subartikolu 68 (1) insibu hekk:", "\"Mill-aktar fis li jista' jkun, jagħti avviż tal- marda lill-uffiċjal tal- pulizija tad-distrett fejn l-annimal ikun jinsab\".", "Jiġifieri jekk ikollu d-dubbien marid irid javża ...", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Allura jekk id-dubbien jiġi u tipprova tneħħiħ, jekk ma jirnexxilekx tkun qed tikser il-liġi?", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Fil- filosofija konna nistudjaw li meta tagħmel id- definizzjoni tagħmel per genus et specie - l-ewwel twaqqagħha fil-ġeneru tagħha u mbagħad tasal għall- parti speċjali.", "Kif qed tagħmilha hawnhekk se ġġib annimali li ma kellekx l- intenzjoni li tkopri.", "Per eżempju, semmejna ta' l-erba' saqajn.", "Din ta' l-erba' saqajn se titneħħa għax meta xi ħadd jiġi biex jinterpretaha, jgħidlek li minn erba' saqajn jista' jkollu iżjed jew inqas.", "Allura ċentopied jew xaħmet l- art se jidħol taħt din?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Iva, għaliex le?", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Jiġifieri jekk int għandek xaħmet l-art marid trid toqgħod tiġri warajh u tavża lis-Superintendent tas-Saħħa.", "Qed tgħid li forsi qed neżaġera imma l-\"annimali\" tfisser l- annimali kollha.", "X'inhi l- intenzjoni li riedet tolqot din il-liġi?", "Jekk naraw l- intenzjoni oriġinali tagħha, huma annimali li jistgħu jitrabbew mill-bniedem, li tkabbarhom, tieħu ħsiebhom u tista' tikkontrollhom int. Ma tistax tilleġiżla definizzjoni vastissima anke għal annimali oħrajn li m'għandek ebda kontroll fuqhom.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-iskop ta' din l-emenda li tagħmel a blanket provision f'dan is-sens hija unikament għar-raġuni biex permezz ta' regolamenti tkun tista' tirregola kull każ li jista' jinqala'.", "Ma jfissirx li l-annimali kollha huma koperti b'din l-emenda.", "Ir- regolament u d- definition li hemm illum ...", "Kif inhi l- iskop tagħha huwa li wieħed ikun jista' jilleġiżla, permezz ta' regolamenti, biex jolqot kull inċident li jista' jinqala'.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Jekk inti tara l-liġi kif inhi ssib li artiklu 68 mhux qiegħed hemm biex tilleġiżla għal quddiem b'regolamenti.", "Il- leġiżlazz- joni diġa teżisti u qegħda hemmhekk u allura m'hemmx kwestjoni ta' regolamenti għal quddiem.", "Din hija waħda minn dawk il-liġijiet li konna għamilna diversi emendi għaliha.", "Hemm partijiet minn din il-liġi li mhux se jsiru regolamenti ...", "Hemm partijiet minnha li l-Parlament biss jista' jbiddel.", "Bħala eżempju qed nagħtik l-artiklu 68.", "Jiena nissuġġerilek li kważi iktar milli tieħu parir ta' l- Avukat tar-Repubblika f'dan il- qasam, tieħu parir ta' bioloġista li jista' jgħidlek x'inhuma d- definizzjonijiet u l-qsim tal-beings.", "Per eżempju, l-amoeba bħala a living being, monocellular and an animal se tidħol taħt din id- definizzjoni jew inkella int ma kellek l-ebda intenzjoni li tagħmel dan?", "Jekk fid- definizzjoni li kellek qabel kellek affarijiet oħrajn - per eżempju, tal-ħut - allura issa l-brama se tidħol f'dan il- qasam ukoll jew ma kellek l- ebda intenzjoni li tagħmilha?", "Ma naħsibx.", "Jiena ngħidlek biex ma tieħux il-parir tiegħi ta' avukat pero' lanqas għandek tieħu l- parir ta' l-Avukat tar- Repubblika li huwa avukat bħali.", "Għallinqas staqsi lil xi ħadd li fl-annimali jifhem iktar.", "L-Onor.", "Membru jaf ma xiex trabbejt", "L-Onor.", "Membru jaf li qiegħed nitkellem hekk għaliex meta kont tifel żgħir, jien ma trabbejtx ma' l-avukati.", "THE CHAIRMAN: Aktar kummenti?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Aħna jidhrilna li biex inkopru kollox, ma kellniex għalfejn noqgħodu nibdew mill-bidu kull darba, għalkemm stajt tkellimt fuq in-naħal biss.", "Aħna dehrilna li din il-liġi qegħda tkopri kollox.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Inti għandek raġun tagħmel definizzjoni li fiha tista' tkopri dawn l-affarijiet kollha milli toqgħod tiġi hawn għal kull ħaġa waħda wara l-oħra - darba tiġi biex tapplika xi liġi fuq il-barri, darb' oħra tiġi hawn biex tkopri l-bagħal, darb' oħra tiġi biex tagħmel xi ħaġa għall-ħanżir, imbagħad darb'oħra tiġi biex tapplika xi liġi oħra għall-fenek.", "Inti għandek raġun, imma għallinqas id-definizzjoni għazilha b'mod u manjiera li għal ċirkostanzi bħal dawn għandu jkun hemm biologu li jgħidlek proprju x'għandha tkun id-definizzjoni illi tolqot dawn l- affarijiet, ħalli mbagħad l-avukati jsibuha u jimxu fuqha.", "Aħna m'aħniex qegħdin niġġieldu fuq prinċipju, imma dan qegħdin ngħiduh biex nevitaw il problemi darba għal dejjem.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Imma din il-ħaġa ilna niddiskutuha żmien twil u allura inti stajt gibtilna xi definition oħra aħjar minn din.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Jien qiegħed ngħidlek li jien m'inix biologu u għaldaqstant x'nista' ngħidlek aktar minn hekk?", "L- aktar definizzjoni li nista nagħtik hija dwar x'inhuma u kif inhuma l-bhejjem.", "Imma jiena ma nistax nagħtik id- definizzjoni .....(Interruzzjonijiet) Jien qiegħed ngħidlek biex il-parir tieħdu mingħand min jista' jagħtihulek.", "Jiena bejn wieħed u ieħor naf xi trid tgħid.", "Dawk l-annimali - huma x'inhuma jistgħu jkunu ix- xadini jew it-tiġri tal- kummiedja - li l-bniedem ikun qiegħed irabbi u li minnhom jirnexxilu jagħmel il-profitt, u wara li jagħmel il-profitt - jikkappararhom taħt il-poter tiegħu - mhux jiddomestikahom - u minflok iħallihom free in nature dan igibhom taħt ċerti kondizzjonijiet u taħt ċertu kontroll, ikun qed jużahom bħala kapital biex naturalment jagħmel qliegħ akbar.", "Din hija id-definizzjoni li inti trid tasal għaliha.", "Jekk allura din mhijiex id-definizzjoni u trid tespandi jew tirreferi għal affarijiet oħra, allura semmi kollox.", "Imma qabel tagħmel dan ara naqra xi tfisser l-animal kingdom.", "Jekk inti tħobb tara il-programm \"Quark\" ngħidlek li minn fuqu titgħallem xi jfissru dawn l- affarijiet u naturalment tasal biex tilleġiżla b'dan il- mod.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien hawnhekk ma naqbilx ma' dak li qed igħid sieħbi l-Onor.", "Brincat.", "Għaliex dan qed jgħid li jrid jilleġiżla biss għall- animali li jiġu ddomestikati u li wieħed jista' jagħmel użu minnhom.", "Jien ma naqbilx miegħu għaliex jista' jkollok ...(Interruzzjonijiet) Inti qed tirrestrinġi ruħek għal dawk l-animali li tista' tagħmel użu minnhom jew tiddomestikahom, imma dawn mhumiex l-uniċi nsetti jew annimali li jistgħu jdaħħlu l- mard fil-pajjiż.", "Allura hawnhekk naqbel mal- Ministru li jrid ikollu statement li jkopri kollox.", "Il-liġi kif kienet qabel kienet blanket statement, jekk inti tifhem li d-definizzjoni zooloġika ta' annimali tkopri kollox.", "U ma kienx hemm biża' li ma tkoprix l-insetti għax \"annimali\" tkopri l-insetti wkoll.", "Fl- opinjoni tiegħi l- iżball fil- liġi huwa meta tgħid \"four- footed animals\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Jiġifieri jekk wieħed ikollu bergħud fuqu, mingħajr tort ta' xejn se żżommu penalment responsabbli tal-bergħud.", "Kif jista' jkun!", "U jekk imbagħad quddiem il-maġistrat tgħaddi dubbiena u toqgħod fuq imnieħer il-maġistrat, l-individwu jkun jista' jgħidlu: sur maġistrat ġejt bħali għaliex id-dubbiena qagħdet fuq imnieħrek.", "Jiġifieri għandna naraw x'irridu nolqtu, b'referenza, wkoll għal dawk l-artikli li huma l-liġi sostantiva, ir- regolamenti li jkun hemm bżonn, eċċ, eċċ. Imma d-definizzjoni kif inhi tolqot kollox.", "Meta tiġi biex tapplikaha jridu japplikaw għal din ukoll.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l- President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Ottubru, 1992.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion huwa in possession.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, mill-aħħar darba li konna qegħdin niddiskutu din il-Liġi sal-lum, deher li hemm ċerti kategoriji ta' nies li huma nteressati.", "Fil-fatt f'dawn il-15-il ġurnata rajna li kemm sidien ta' video shops, kif ukoll għaqdiet u gruppi kkummentaw favur jew kontra din il- liġi.", "L-aħħar li tkellimt kont għidt x'kienet ir-raġuni li għaliha l- Gvern kien ħa d- deċiżjoni - u kienet deċiżjoni tajba - li jagħti żmien sa l- 1995 biex jispiċċa l-pirating u l-abbuż tal-copyright, u mbagħad f'daqqa waħda din id- data ġiet imressqa għal iktar 'il quddiem u l-piena ġiet miżjuda.", "Hawnhekk irrid nerġa' ntenni l-pożizzjoni.", "Il-Partit Laburista mhuwiex qiegħed jissapportja jew jittollera l-abbuż.", "Qegħdin ngħidu li meta l-istess Gvern kien ta perjodu ta' transizzjoni, kien hemm kategoriji ta' nies, speċjalment dawk tal- video shops - għax l- iktar attenzjoni taqa' fuhom, għalkemm il-copyright ma tkoprix lil dawn biss - illi kellhom ċerti investiment - żgħir, kbir jew moderat - li kienu qed jieħdu l-affarijiet b'ċertu serjeta' u jħarsu fil- bogħod billi kienu diġa' qegħdin jagħmlu t-transition bil-mod il-mod biex jibdew jużaw l- originals.", "Qed ngħid dan għax mhux sew li fil- gazzetti, fosthom fl- editorjal ta' \"Il-Ġens\", tingħata l- impressjoni li l-Oppożizzjoni qed tagħti wieħed x'jifhem li dawk li qed jabbużaw mill- ikkopjar illegali ta' videos għandhom ikunu ttollerati għax se jbatu.", "Dan l-argument huwa spostjat.", "Aħna qegħdin ngħidu li jrid ikun hemm perjodu ta' transizzjoni adegwat biex dawk li l-iktar li se jintlaqtu ma jbatux finanzjarjament.", "Jien tkellimt ma' dawn in-nies u qaluli li jaċċettaw il-fatt li jridu jaslu biex jagħmlu użu minn videos oriġinali u jikru videos oriġinali.", "Issemma wkoll l-argument li l-konsumatur m'għandux jikri videos li huma kkopjati jew pirated.", "Tajjeb li naħsbu fuq il-konsumatur, imma huwa tajjeb ukoll li nżommu quddiem għajnejna li l-video oriġinali se jinkera b'aktar.", "U jekk verament irridu nipporteġu lill-konsumatur, allura tajjeb li ngħidu kemm-il darba jista' jinkera video oriġinali.", "Għaliex jekk jinkera diversi drabi l-istampa u s-sound tiegħu jiddeterjoraw.", "Jiġifieri l-argument li qegħdin nipproteġu lill-konsumatur, fl- opinjoni tiegħi, ma jreġix.", "Iktar ireġi l-argument li ħareġ iktar fil-beraħ il-fatt li hemm min għandu interess li din il- ħaġa titħaffef li d-data timxi 'l quddiem u li jkun hemm iktar penali iebsin minħabba l- interess ta' l-investiment, u li din il-pressjoni ġejja minn dawk tas-cinemas.", "Jien m'inix kontra li jkollna cinemas adegwati, imma nixtieq nagħmel diverġenza żgħira u ngħid li għalkemm il-prezzijiet tas-cinemas m'għadhomx regolati u għollew il-prezzijiet minn kummenti li naqra mill-gazzetti jidher li s-cinemas s'issa ma tantx marru 'l quddiem fil- kwalita'.", "M'ilux f'xi gazzetta lokali kien hemm xi ittra dwar l-istat tas-cinemas, fejn intqal li għalxejn żdiedu l- fees tad-dħul u għalxejn konna eżentajniehom anke mit-taxxa biex jimpruwvjaw u b'hekk is- cinema f'pajjiżna jerġa' jikber fil-popolarita' bħala mezz ta' entertainment għax apparentement - u dan qed ngħidu minn dak li naqra għax ma nattendix cinemas proprju għax minn dak li naqra ma jidhirx li l- ambjent fis-cinemas tjieb ħafna - il- kwalita' tas- cinemas ma marritx 'il quddiem.", "Mr Speaker, jien inħoss li b'din il-liġi m'aħniex nolqtu l-problema reali tal-copyright.", "Peress li mis-snin sittin 'il hawn sar żvilupp teknoloġiku kbir - bħal, per eżempju, fil- qasam tal-computers u l-videos - il-liġi tal- copyright saret obsolete.", "Aħna nħossu li jekk verament ridna nagħmlu xi ħaġa serja fuq il-copyright, l-ewwel imissha ġiet imressqa liġi komprensiva tal-copyright, imbagħad misshom daħlu t- transition periods sakemm wieħed jaqleb mill-kopji għall- oriġinal, u wara misshom daħlu l-penalitajiet kollha.", "Peress li qed jingħad li l-copyright se tissaħħaħ, li se jiġri hu li se nolqtu settur wieħed.", "Per eżempju, kemm se jkunu protetti l-awturi lokali b'din il-liġi?", "Kemm se jkunu protetti dawk il- kantanti li l- kanzunetti tagħhom jinstemgħu fuq ir- radjijiet?", "Dawn se jintalbu xi permess?", "Għalkemm qed ngħidu li b'din il-liġi aħna avvanzajna l-copyright, joħroġ ċar - u dan il-kumment deher f'\"The Times\" ta' nhar is-Sibt - li donnu hemm xi forzi minn barra minn Malta li qegħdin jagħfsu biex il-Gvern igħaddi din il-liġi għax hemm interessi finanzjarji kbar.", "Għalhekk dawn qed iġiegħlu lill-Gvern ibiddel fehemtu biex fi żmien sena, jerġa' jemenda l-liġi li kien introduċa huwa stess.", "Jien se nagħmel ftit diverġenza billi ngħid li f\"The Times\" ta' nhar is- Sibt intqal li jekk ma nagħmlux din il-liġi, se jkun hemm theddida għall- GSP li tgawdi Malta.", "Il- GSP tfisser li f'Malta għandna industriji li jesportaw lejn l- Amerika u peress li aħna klassifikati bħala pajjiż li qed jiżviluppa, l-affarijiet jidħlu f'dak il-pajjiż mingħajr dazju jew għallinqas b'inqas dazju u dan jimbotta 'l quddiem lill-industrija Maltija.", "Jien qed insemmi dan għax donnu l- Gvern għall-ewwel darba qed jagħmel referenza għal din il- GSP.", "Hawnhekk intqal li kull sena aħna nesportaw b'kemm jiswew US$50 miljun lejn l- Amerika.", "Jekk wieħed jara d- ditti li jesportaw lejn l- Amerika jsib li bażikament dawn huma l-istess ditti li ilhom jesportaw żmien twil għax kien il-Gvern Laburista li nsista fuq din l-iskema u kien ħeġġeġ lill-industriji jiżviluppaw u jesportaw lejn l- Amerika.", "Nistgħu ninnotaw li dawn huma l-istess kumpanniji u ditti li kienu joperaw fi żmien Gvern Laburista, għax il-Gvern Nazzjonalista dejjem kien igħid li din l-iskema hija insinifikanti u tant ma kienx jagħtiha importanza li meta ngħidulu li jekk għada pitgħada nidħlu bħala membru sħiħ fil- Komunita' se nitilfu l-GSP, jiġifieri ma nibqgħux nieħdu rati preferenzjali, igħidilna li dan huwa insinifikanti.", "Jiġifieri meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq din il- materja jgħid li huwa insinifikanti, imbagħad hawn- hekk jużaha bħala argument biex jipprova jikkonvinċi lil xi ħadd li ma kienx hemm pressjoni interna sabiex din il-liġi tiġi mgħoddija malajr mingħajr konsultazzjoni mal-partijiet konċernati.", "U meta ngħidu l- partijiet konċernati, ma nifhmux parti waħda.", "Dawk li jiġu milquta għax għandhom l- oriġinal nifhimhom, imma lill- oħrajn li tajniehom l- opportunita' li jiżviluppaw, ma nistgħux niġbdulhom il-ħabel li tajniehom aħna stess u nifgawhom bih.", "L-Oppożizzjoni ma taqbilx ma' dan it-tip ta' atteġġjament, li min ikollu l-iktar saħħa finanzjarja jiddetta x'irid isir.", "Aħna naqblu li hemm bżonn ta' liġi dwar il- copyrights area, u jekk irridu nkunu serji minn hemm irridu nibdew.", "Jien ngħid li ż- żmenijiet jitolbu li jkollna liġi kompletament ġdida dwar il-copyrights.", "Kieku l-Gvern beda minn hemm kien ikun għamel pass pożittiv, imma b'dan il- mod qed jissodisfa biss xi ftit nies li għamlulu pressjoni.", "Għalkemm il-kwestjoni tal-GSP narawha li tagħmel sens mill- aspett industrijali ma nafux kif żviluppat issa bħala argument.", "Aħna ngħidu li l- Gvern din qed jużaha biex jipprova jokkonvinċi lil xi ħadd li ma kellux pressjoni ulterjuri minn terzi persuni.", "Mr Speaker, l-aħħar argument tiegħi huwa li l-Partit Laburista mhux favur li jkun hemm il-piraterija tal-videos, tal-computer games, tal- computer programmes, ecc. Pero' nafu li bl-atteġġjament tal-Gvern u ta' l- awtoritajiet, sfortunatament iffjorixxiet certu tip ta' industrija.", "Allura llum għandna din il- problema soċjali li ma tistax tiġi tackled billi nibdlu d- data jew nagħmlu penalitajiet iktar ebsin bl-addoċċ u bl- aktar mod arbitrarju.", "Il- problemi li jkollna f'pajjiżna ma jiġux solvuti b'dan il-mod u jekk ngħaddu din il-liġi u nagħmlu penalitajiet aktar ebsin se jiġri li jkun hemm numru ta' ħwienet li jagħlqu.", "Jiena ngħid li dawn xorta kienu jagħlqu, għax jekk ma timmodernizzax u ma tippreparax ruħek għat-tibdiliet li jsiru, bilfors ikollok tagħlaq.", "Pero' b'din il-liġi xorta mhumiex se jiġu protetti awturi ta' proża jew poeżiji, industriji li jkollhom xi kwalita' ta' patent għal xi prodott, ecc. Allura l- problema tal-copyright mhix se tiġi tackled u dak li hemm bżonn li jsir hu li jkollna draft ta' liġi studjata u ppreparata sew li verament teżamina u tilleġisla għall- copyright fiż-żmenijiet tal- lum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, biex tiskonġra trid tkun pur u dan japplika wkoll f'dan il-qasam.", "Dan qed ngħidu għax jekk hemm xi ħadd li qed jikser il-liġi tal-copyright repetutament dan huwa l-Gvern innifsu.", "Jien għandi infor- mazzjoni ta' min jorbot fuqha li hemm diversi Ministeri dipartimenti tal-Gvern u aġenziji parastatali, fosthom il-banek, li fil- fatt jużaw software li hu kkopjat u mhux oriġinali.", "Fost dawn l- azjendi nista' nsemmi lid- Dipartimenti ta' l-Agrikoltura, banek b'ishma tal-Gvern bħall- Bank of Valletta u l-Lombard Bank u anke l-Malfex Section tal-Mid- Med bank.", "Inutli li l- Gvern joqgħod jgħidilna biex inġibulu l-provi ta' dawn l- affarijiet, għax naħseb li l- provi qegħdin f'idejn il-Gvern innifsu.", "Jekk l-Awditur igħarbel sew il-purchase orders li permezz tagħhom jinxtara dan is-software, naħseb li jkun faċli għalih li jidentifika kemm fil-fatt inxtara software oriġinali u kemm kien hemm pirated software li nxtara b'awtorizzazzjoni mid- dipartimenti tal-Gvern u l- agenzija parastatali li għadni kif semmejt.", "Mr Speaker, għall-bidu li ġie introdott f'Malta l-video, permezz ta' diversi mistoqsijiet parlamentari li kont għamilt, kont wieħed minn dawk li stqarrejt li dak kien iż- żmien opportun li fih kellu jiġi mrażżan u kkontrollat l- abbuż tal-videos ħalli tiġi mrażżna l-firxa tal-piraterija f'Malta.", "Din il-ħaġa setgħet saret faċilment dak iż-żmien, iżda jidher li l-Gvern għamel bil-maqlub billi ħalla l- industrija illegali tiffjorixxi, b'kopji ta' vidoes mhux biss jinbigħu minn 260 ħanut, iżda llum spiċċajna b'videos jinbiegħu minn kiosks, minn souvenir shops u nista' nsemmi anke ċerti każi fejn jinbiegħu mingħand tal-ħaxix.", "Apparti li din il-liġi se tkun ferm aktar diffiċli biex tiġi nforzata milli kienet sitta jew tmien snin ilu, filwaqt li wieħed jaqbel ma' l-idea li titrażżan il-piraterija, din xorta waħda - kif qalu tajjeb sħabi - għandha riħa ta' skopijiet ulterjuri.", "Jien mhux qed ngħid għall- iskopijiet infushom tal-liġi, imma aktar għat-timing tagħha.", "U għalhekk tajjeb li wieħed igħid li filwaqt li s-suġġett tal-piraterija mhuwiex suġġett difensibbli, wieħed għandu jistaqsi - u jippretendi li l- Gvern għandu jwieġeb - x'kien fil- prattika li verament wassal lill-Gvern mhux biex jieħu din id-deċiżjoni, imma biex iwaqqa' deċiżjoni tiegħu stess.", "Dan mhux il-każ li d-data tal- provvediment kien għamilha Gvern Laburista u dan il-Gvern kien jaħsibha mod ieħor u allura mexxa d-data 'l quddiem.", "Kif diġa' aċċennajt hawnhekk, il-Gvern wasal biex waqqa' deċiżjoni tiegħu stess, deċiżjoni li kient ittieħdet - jekk m'inix sejjer żball - fi żmien meta din il-Kamra kellha quddiemha l-Liġi dwar ix- Xandir.", "Oriġinarjament il- provvedimenti mnaqqxa fil-liġi tal-lum kellhom jiġu fis-seħħ fil-bidu ta' l-1995, imma issa l- Gvern qed igħid - u dan bi ftit konvinzjoni - li r-raġuni għal din l- għaġġla kollha, hija għaliex irid jarmonizza lil pajjiżna mal-Komunita' Ewropea kemm jista' jkun malajr.", "Kulħadd jaf, Mr Speaker li l- Komunita' Ewropea għadha ferm 'il bogħod milli tiftaħ il- bibien tagħha għal pajjiżna għal raġunijiet ferm aktar qawwija minn dawk tal- copyrights li qed niddiskutu llum.", "Jien ngħid li l- Gvern fil-prattika qed jiġi mbottat minn min qed iħares l-interessi tiegħu, kemm minn min mingħalih li biċ-ċirkostanzi l-ġodda jista' joħloq xi monopolju ġdid għalih, kemm minn min forsi se jidħol f'inizjattivi ġodda - bħal ngħidu aħna, is-cinema complexes li aħna nawguraw li jirnexxu għax f'Malta hemm bżonn li jiġi upgraded il-prodott anke fil-qasam tas- cinema, ħalli ħadd ma jifhimni ħażin - kif ukoll - u din qed ngħidha bla ebda preġudizzju, imma qalitha wkoll \"The Times\" nhar is-Sibt - mill-Melita Cable Television.", "Lil din il-kumpannija l-Gvern Nazzjonalista mhux biss xegħelilha dawl aħdar biex tgħaddi mingħajr diffikulta' f'kulma tagħmel, imma firxilha anke t-tapit aħmar, forsi bħala ħlas lura ta' dejn lejn sostenitur kbir tal-Partit Nazzjonalista li hemm involut fiha, kif ukoll lejn shareholder ieħor li huwa lobbyist Malti Amerikan minn Ohio li kien għen ħafna lill- Partit Nazzjonalista meta kienu għadhom fil-bankijiet ta' l- Oppożizzjoni.", "Jien qed insemmi l-Melita Cable Television għaliex dawn diġa' jidhru li huma 'l fuq mil-liġi f'ċerti affarijiet, u qed nirreferi għall-ingaġġ ta' ħafna ħaddiema barranin li rriżultali li qed jaħdmu hawn Malta bla work permit b'mod partikolari fuq xogħlijiet fl- Għaxar Distrett.", "Mal-Melita Cable Television mhumiex jimxu bl-istess scale of flouting tal-liġijiet Maltin li qed jimxu bih fil-każ tal-ħaddiema barranin u bit- trażmissjonijiet li qed jagħmlu u li jistgħu jagħmlu fil-ġejjieni qarib minn stazzjonijiet oħrajn.", "Dan qed ngħidu għaliex sal-lum dehru ukoll rapporti f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li jgħidu li dawn mhumiex qegħdin iħallsu d-drittijiet għall-istazzjonijiet kollha li qed ixandru bħalissa, u dawn ir-rapporti ma ġewx miċħuda.", "Għalhekk huwa importanti li jekk il- Gvern se jilleġisla mal-ħuta ż-żgħira fuq il-kwestjoni tal-copyright, għandu jiżgura li ma jkunx hemm ħut kbir li qiegħed jabbuża ukoll minn din is-sitwazzjoni minħabba ċ-ċirkostanzi li għadni kif semmejt.", "U kif qed nitkellmu fuq il- copyright, għalkemm ma rridx nitkellem fuq il- penali, nixtieq nistaqsi lill-Gvern - kif nagħmel kull meta jkollna xi liġi li tipprova tinforza penali aktar ħorox - kif fil- prattika beħsiebu jinforza r- regoli l-ġodda dwar il- copyright.", "Jien nixtieq li l- Ministru fil-winding up tiegħu jagħtina ħjiel dwar kif b'mezzi effikaċi u effettivi l-Gvern beħsiebu jinforza l-miżuri li hemm kontemplati fil-liġi li għandna quddiemna.", "Dawn iċ- ċirkostanzi ġodda diġa' qed jagħtu lok għal piraterija ġdida u diġa' qed jissemmew nies li qed iħejju pjani biex il-kiri u x-xiri tal-pirate copies li kien isir mill- ħwienet, issa jibda jsir anke mill-idejn u mid-djar.", "Għalhekk huwa importanti li l- Gvern igħidilna wkoll kif se jiżgura li din il-piraterija tiġi mrażżna darba għal dejjem kemm mill-ħwienet kif ukoll lil hinn mill-ħwienet.", "Jiena nappella bl-ikbar sinċerita' biex id-data li fiha se tiġi fis-seħħ din il-liġi, tiġi emendata, għax mhuwiex fair li tiġi mposta giljottina ta' xahrejn fuq sidien li kienu ngħataw x'jifhmu mill-istess Gvern tal-lum li kellhom 26 xahar biex jirregolarizzaw il- pożizzjoni tagħhom.", "Appena jgħaddu dawn il-penali, il- Gvern għandu d-dmir li jiżġura li nimxu fedelment mal-Liġi tal-Copyright mill-angoli kollha u mhux fejn jaqbel lilna jew fejn jaqbel lilu biss.", "Qed ngħid dan kollu għax jekk wieħed jifli l-liġi tal- copyright li teżisti f'pajjiżi oħrajn, per eżempju fir- Renju Unit u l-Istati Uniti, wieħed isib li Liġi tal-Copyright tant hija rigoruża u komprensiva illi sakemm ma jkollokx a special licence, anke f'uffiċċju wieħed fejn għandek żewġ personal computers, mhux suppost li tuża l-istess software pack fuq żewġ computers differenti mingħajr ma jkollok l-awtorizzazzjoni meħtieġa.", "Għalhekk nixtieq nappella lill-Gvern biex l- ewwelnett ikun jaf għal xiex dieħel, u ladarba jkun daħal għaliha, jassigura lill-Membri ta' din il-Kamra li se jkollu l-mezzi effikaċi biex jenforza dak li qed nilleġislaw dwaru biex ma nerġgħux niġu ffaċċjati b'sitwazzjoni - bħalma dejjem kellna fl-imgħoddi meta lleġislajna fuq it- tniġġiż, fuq l-exhaust fumes u affarijiet bħal dawn - fejn ikollna liġijiet nobbli fuq il-karta biss u fil-prattika ma jkunu jsarrfu xejn.", "Fl-aħħarnett nixtieq nappella lill-Gvern biex jgħidilna kemm għandu nies kompetenti min-naħa tiegħu, mhux biss f'dak li jirrigwarda l-videos, imma wkoll f'dak li huwa verifikar ta' software oriġinali jew ikkopjat, kif ukoll igħidilna x'għandu jsir fl-inforzar tal- liġi f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, m'inix se ntawwal għaliex sħabi tkellmu fuq suġġetti li kważi laqtu l-punti kollha tal-liġi li qegħdin niddiskutu, iżda xtaqt ngħid xi affarijiet biex ngħid kif naħsibha jien dwar dan is- suġġett.", "L-ewwelnett, Mr Speaker, meta bniedem ikun seraq oġġett ta' ħaddieħor m'hemmx dubju li lil dan bl-ebda mod ma tista' tiddefendih.", "Kultant tista' tifhem għaliex jiġru ċerti affarijiet imma f'pajjiż li huwa bħal tagħna, fejn nippretendu li għandna ċertu sens ta' etika u demokrazija, fejn m'hawnx il-liġi tal-ġungla u fejn għandu jkun hawn ir-rule of law, wieħed ma jkunx jista' jifhem kif, għal raġuni jew oħra, niddefendu dak li huwa illegali.", "Jekk xi ħadd imur ġo dar ta' ħaddieħor u jisraq oġġett jew imur ġo fabbrika biex jisraq merkanzija, lil dan kulħadd jikkundannah.", "Meta aħna niġu għall-oġġetti li huma ta' natura intellettwali, biex nagħmlu distinzjoni minn dak li huwa purament materjali, wieħed donnu ma jifhimx li għandu jikkundanna l-istess serq mingħajr kondizzjoni.", "Fil-fatt, biex nieħdu eżempju, meta bniedem jikkopja tape jew software u dan ibigħu mingħajr ma jħallas lil min kien ipproducih, dan huwa serq daqs kwalunkwe serq ieħor.", "Bla dubju ta' xejn aħna tal-Partit Laburista, li fil-preżent qegħdin fl-Oppożizzjoni, mhux talli ma naqblux ma' dan is- serq izda talli nikkundannawh ukoll.", "Jien iżda nixtieq inkun naf min kien responsabbli f'pajjiżna għal dan l-istat.", "Illum Malta hija magħrufa internazzjonalment bħala haven tal-piraterija.", "Issib diversi pajjiżi fil-Mediterran, fil-Far East u anke fil-Golf fejn jidher li tirrenja l-liġi tal- ġungla u wieħed jista' jagħmel dak li jogħġbu fil-qasam tal- piraterija intelletwali u sfortunatament Malta hija waħda minn dawn il-pajjiżi.", "Jien bla tlaqliq u tmermir tal-kunxjenza ngħid li dan l-istat ta' fatt ġabu l-Gvern preżenti.", "Għalxejn aħna niġu hawnhekk u nipprovaw nuru li Malta trid tiġi fit-triq it-tajba u nadifa meta fil- fatt, għal dawn l- aħħar sitt snin, il-pajjiż tagħna ngħata certa xeħta u arja minħabba li l-Gvern Nazzjonalista stess tela' bl- għajta tal-liberta'.", "Illum Malta tinsab fost is-seba' jew tmien pajjiżi li huma meqjusa bħala l- iżjed postijiet fejn issir il-piraterija ta' ħwejjeġ ta' natura intellettwali.", "Ħadd ma jista' jieħu t-tort ta' dan ħlief il-Gvern preżenti.", "Hawnhekk ta' xejn ngħidu li rridu nirranġaw dawn l- affarijiet jekk aħna ma nagħrfux ir-responsabilita' ta' dak li ġara f'pajjiżna.", "Ma jfissirx li qed ngħid għal Malta, imma qed ngħid fis-sens li aħna rridu niffaċċjaw ir- realta' li llum pajjiżna għandu dan l-istat ta' fatt. Malta hija gżira fejn mhux biss tirrenja l-piraterija, iżda din hija kondiviża u tollerata.", "Issa jien qed ngħid li dan l- istat ta' fatt jeżisti minħabba l- atteġġjament, l-aġir u l- metodu tal-Gvern preżenti.", "Tant hu hekk li f'Diċembru ta' l-1991 il-Gvern preżenti ħass il-ħtieġa li jagħmel liġi fejn isiru ċerti pieni għal min jisraq materja intellettwali ta' ħaddieħor.", "Il-liġi li għadda l-Gvern Nazzjonalista pposponiet għall- 1995 dak li kien se jiġi meqjus bħala offiża kriminali li għaliha ngħataw ċerti pieni li kienu se jkunu ta' sitt xhur ħabs, multa ta' Lm1,000 jew it- tnejn.", "Jiġifieri l-Gvern f'Diċembru ta' l-1991 induna li fl-erba' snin li kien ilu fil-gvern, f'Malta kienet bdiet tirrenja mhux biss il-liberta' li tant ftaħar biha, imma wkoll il- libertinaġġ għax jekk ngħidu li kien hemm liġi tal-ġungla jfisser li kien hemm xi tip ta' liġi, imma dik is- sitwazzjoni kienet ta' free for all. Issa f'daqqa waħda fl-aħħar ta' Settembru, l-Gvern ressaq liġi fejn dik id-data li kien għamel hu stess - kif qal tajjeb l- Onor. Brincat - naqqasha b'sentejn.", "Kif intqal tajjeb, is-sitwazzjoni reali li qegħdin fiha mhux se tiġi solvuta billi taqbad u tressaq id-data ta' meta l-liġi ssir effettiva.", "Kien ikun iktar għaqli kieku saret liġi komprensiva biex l- aspetti kollha tal-kwestjoni tal- copyright jiġu meqjusa minn dan il-Parlament, imma ladarba għandna quddiemna din l-emenda tal-Kodiċi Kriminali jien se nillimita ruħi għaliha.", "Imissna l-ewwelnett nagħmlu paragun żgħir tal-penalitajiet għas-serq li għandna fil-Kodiċi Kriminali.", "Naħseb li kien ikun għaqli li meta qed tipproponi li tibdel piena ta' sitt xhur ħabs f'waħda ta' sena u multa ta' Lm1,000 f'waħda ta' Lm5,000, l-ewwel għandek tara kif se tiġi applikata l- liġi preżenti u kif il-qorti se timponi l-multi jew il- karċerazzjoni.", "Jien naħseb li l-piena li kontu għaddejtu intom ma kenitx żgħira meta tikkonsidra s-sitwazjoni ta' pajjiżna.", "Meta bniedem jipproduċi kopja mingħajr ma japplika għall-permess mis-sid tal-copyright ikun qed jikser il- liġi.", "Barra li avvanzajtu d-data mill-1995 għall-1993, kien hemm għalfejn iżżidu wkoll il-piena tal-ħabs u l-multa pekunarja?", "Jien ma nistax ngħid jekk kienx hemm din il- ħtieġa għax din il-liġi qatt ma daħlet in vigore u għalhekk ma nistgħux ngħidu x'kien se jkun l-eżitu u x'tip ta' piena kienet se tiġi mposta mill-qrati tagħna.", "Issa se jkollna żieda fil-multa u l- karcerazzjoni u tnaqqis fiż-żmien li fih din il-liġi se tiġi in vigore.", "Jien naħseb li jekk il-Gvern hu deċiż li jdaħħal din il-liġi s- sena li ġejja ikun għaqli li jagħti perjodu ta' żmien biex dawk in-nies li fil- preżent qed jiksru l-liġi u sal-lum ġew tollerati, ikunu jistgħu jiġbru l- investiment, tajjeb jew ħażin, li jkunu għamlu.", "Illum x'qed jiġri?", "Dawn l-260 jew 300 outlet li hawn f'Malta qegħdin jipprovaw ibigħu l- materjal irregolari li għandhom qabel ma din il-liġi tiġi in vigore biex meta tidħol il-liġi jkunu f'pożizzjoni regolari.", "Wieħed japprezza li din hija problema għal dawn it-300 ħanut għax dawn kellhom l-impressjoni li l-liġi se tidħol fl-1995.", "Qabel kellhom l-impressjoni li d-data meta se tidħol il- liġi kienet l-1995, issa tliet xhur u nofs oħra il-liġi se tapplika.", "Allura jiena naħseb li meta aċċettajna dan l-istat ta' fatt u l-Gvern bierek din l-illegalita' billi ħalla dan it-tip ta' negozju jsir, ikun xieraq li issa jestendi ż-żmien almenu bi tliet xhur jew erbgħa.", "Jien nixtieq li l-Ministru jisma' d-debate li qed isir u almenu jagħtina l-attenzjoni tiegħu.", "Naf li forsi ma tqisniex bħala l-għorrief imma almenu agħtina il-benefiċċju tas-smigħ.", "Jien nixtieq li l- Ministru jurina r- reazzjoni tiegħu.", "Jien qed nissuġerixxi li ladarba dawn is-sidien tal- ħwienet qegħdin irregolari ma nipprovawx naqtgħawlhom rashom mill-ewwel fi żmien xahrejn oħra qisna l-bojja, imma nagħtuhom - mhux qed ngħidlek biex tħalli l-liġi antika - ftit xhur żmien biex huma jirregolarizzaw il- pożizzjoni tagħhom.", "Il-liġi se tgħaddi u tidħol in vigore f'Jannar u jien qed ngħidlek - let us not ask for the pound of flesh and the drop of blood - nagħtuhom tliet xhur jew xahrejn, almenu sal-1 ta' Marzu ħalli jbigħu l-materjal li għandhom u jkunu jistgħu jiddisponu minnu.", "Jien naħseb li din mhix se taffettwa l-pożizzjoni jekk minn Jannar il-liġi nagħmluha tapplika f'Marzu u b'dan il-mod nkunu aġevolajna l-biċċa l- kbira tal-negozjanti f'dan il- qasam li tajjeb jew ħażin u forsi anke bit-tort ta' kulħadd jinsabu fejn jinsabu.", "Jien ma nistax naqbad u ngħidlek li dawn l-affarijiet twieldu mill-1987 'l hawn u li qabel l-1987 ma kienx hemm video shops li kellhom dan it- tip ta' negozju, għaliex ma nkunx realistiku.", "Il-każ huwa li mill-1987 'l hawn l-video shops żdiedu b'mod allarmanti imma bħala stat ta' fatt nafu li għandna 300 outlet.", "Jien nitlob lill-Ministru biex iressaq emenda, jekk irid jirregola l-pożizzjoni ta' dawn in-nies, iżda l-liġi minflok tidħol f'Jannar tidħol f'Marzu.", "Dawn is-sidien qed jipprovaw ibigħu l- materjal li għandhom privatament, u it's not going to harm anybody jekk il- liġi tidħol f'Marzu biex almenu sa Marzu jkunu ħelsu minn dawn il- videos - għaliex fil-parti l- kbira din lis-sidien tal- ħwienet tal-videos u lill- familthom se taffettwa.", "B'dan il-mod lil dak li jkun ma tkunx kissirtu billi l-investiment li jkun għamel f'madwar 5,000 tape jintilef.", "Ma rridux ninsew li tajjeb jew ħażin konna aħna li ttollerajna dan l-istat ta' fatt u allura ma nistgħux illum f'daqqa waħda nagħmluha tal- puri.", "Din it- tolleranza kienet teżisti għaliex il-Gvern donnu intebaħ bil-problemi li se joħloq għal dawn in-nies li huma involuti f'dan ix-xogħol u oriġinarjament tahom sa l-1995, imma issa f'daqqa waħda qed jagħtihom xahrejn żmien.", "Għalhekk jien nissuġġerixxi li almenu nagħtuhom ftit xhur żmien.", "Jien ma nixtieqx intawwal għaliex nimmaġina li l-Ministru jrid jispiċċaha llum, pero' nixtieq nagħlaq billi ngħid li huwa tajjeb li jkollok liġi ta' natura kriminali, imma aħna għandna liġi ta' natura ċivili wkoll u mhuwiex sewwa li nippretendu li min għandu l- interess li jissalvagwarda l- interessi tiegħu jibbaża biss fuq id-dritt kriminali.", "Aħna nafu li l- kumpanniji barranin għandhom interess li jipproteġu d-drittijiet tagħhom, pero' għandhom ikunu huma li jippromwovu azzjonijiet kummerċjali jew ċivili biex jipproteġu l-interessi tagħhom u mhux sewwa li jistrieħu biss fuq il- Gvern li jkun hu li jressaq lin-nies fuq ħwejjeġ kriminali.", "Aħna nafu li dawn il-kumpanniji għandhom avukati f'Malta u għalhekk jekk iridu jistgħu jieħdu azzjoni ta' danni kummerċjali jew ċivili direttament kontra min qiegħed jisraqhom.", "Imma dawn ma jridux jagħmlu hekk.", "Dawn iridu li dan jiġi meqjus bħala offiża u allura x-xogħol jagħmlu kollu l-Gvern permezz tal-Pulizija.", "Issa jekk il- Gvern tagħna aċċetta dan l- istat ta' fatt u jekk huwa veru dak li ġie rrapportat f'waħda mill-gazzetti li f'daqqa waħda hemm pressjoni - u jista' jkun li hemm pressjoni, għax kieku jien kont fil- pożizzjoni ta' l- Amerika kont nagħmel pressjoni biex nipproteġi liċ- ċittadini tiegħi - jekk aħna jidhrilna li għandna niġu in line, kif suppost li nkunu, m'għandniex nibqgħu f'dan l-istat ta' fatt. Pero' almenu għandu jkollna understanding lejn in-nies involuti għax kien kaġun tagħna li din is-sitwazzjoni iffjorixxiet u laħqet il-livell li laħqet.", "Għaldaqstant nagħlaq billi nappella lill- Ministru biex jestendi ż-żmien sa Marzu 1993.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, il-piraterija hija ħaġa ħażina u l- Oppożizzjoni taqbel li din taħt liema forma tkun, trid kemm jista' jkun tiġi eliminata.", "Pero' tajjeb li l-poplu jkun jaf li l-liġi Maltija ilha żmien tħares dan il-jedd tal-copyright u tipproteġi lill-awturi fl-oqsma kollha.", "Id-draft il-ġdid kif inhuwa konċepit, fil-fehma tiegħi huwa wieħed li sar mgħaġġel, huwa wieħed superfiċjali għall-aħħar u ma jissodisfax l- esiġenzi taż- żmenijiet tal-lum.", "U għaliex qed ngħid dan?", "L-emenda l-ġdida, jiġifieri l-artiklu 298B li hi emenda għall-kapitlu 9 tal-Kodiċi Kriminali, se tiddipartixxi mill-mod kif il-liġi Maltija kienet tħares lejn il-ksur tad- drittijiet ta' l-awtur.", "Sakemm tgħaddi din il- liġi, is- sanzjonijiet applikabbli li ilhom hemm għal numru ta' snin, kienu dawk is-sanzjonijiet kif kontemplati fil-Copyright Act li hija liġi ta' natura purament kummerċjali jew ċivili.", "Filwaqt li tħallew dispożizzjonijiet ta' natura ċivili f'din l-emenda qegħdin ukoll jiddaħħlu dispożizzjoni- jiet oħra ta' natura kriminali fejn il-ksur tad-drittijiet ta' l-attur jibdew jikkostitwixxu reat punibbli bi priġunerija ta' mhux inqas minn sena jew multa ta' mhux iżjed minn Lm5,000 jew it-tnejn flimkien.", "Mr Speaker, jien nixtieq nagħmel xi ftit osservazzjonijiet għar- rigward ta' din l- emenda għaliex jien naħseb li hija superficjali u bil- mod kif ġiet koncepitha mhux se tkun tajba għaż-żmenijiet tal-lum.", "L-ewwelnett jien nifhem li ladarba li l-ksur tad- drittijiet ta' l-awtur - meta tgħaddi l-liġi - se jikkostitwixxu reat kriminali, allura wieħed jippresupponi - u hekk għandu jkun - li l-principji kollha tal-Kodici Kriminali għandhom japplikaw għall-każ preżenti.", "Fost il-principji hemm il- principju ta' meta jkun hemm id-dubju favur l-akkużat, li l-prosekuzjoni hija tenuta li tipprova l-każ tagħha mingħajr dubju u l-akkużat ma jkunx tenut li jipprova xejn.", "Għalhekk meta tgħaddi din il- liġi u l-piraterija tkun reat kriminali, bilfors irid ikun hemm l-element materjali kif ukoll l- element speċifikament intenzjonali ta' dan ir-reat.", "U hawn naħseb li l- Gvern preżenti la għandu makkinarju u lanqas ħaseb fil-fond kif sejjer irażżan lil dawn in-nies akkużati b'dan ir-reat taħt l- Artiklu 298B tal- Kodici Kriminali, iġibhom quddiem il- ġustizzja u jieħdu dak li ħaqqhom.", "Mr Speaker, jien naħseb li l-prosekuzjoni biex tipprova sewwa l-element materjali u anke intenzjonali u specifiku se ssibha verament difficli.", "Hawn naqbel ma sħabi li din il-liġi se ssir żgur fuq il-karta imma mhux se jkun hemm makkinarju adatt kif tinforzaha, għaliex il- prosekuzzjoni sejra ssibha ferm u ferm difficli biex tipprova dan l-element intenzjonali u specifiku, jiġifieri min għandu fil-pussess tiegħu dan il-video jew dan it- tape ikkopjat, irid b'xi mod jilledi d-drittijiet ta' l-attur.", "Għalhekk jien naħseb li f'dan il-każ il-leġislatur għandu jistudja dan l- aspett tal-liġi sew u jagħmel eċċezzjoni għar- regola ġenerali li l-prova hija f'idejn il-prosekuzzjoni.", "Per eżempju, f'każijiet ta' serq tal- kurrent elettriku, meta l- prosekuzzjoni jirnexxilha tipprova l-pussess, l- oneru tal-prova jdur fuq l-akkużat u dan irid jipprova li ma kellu l-ebda intenzjoni li jikkommetti reat b'dak li kellu fil-pussess tiegħu.", "Huwa proprju għalhekk li aħna qed ngħidu li din hija liġi superfiċjali, konċepita għall- mument.", "Din il-liġi mhix se taqdi l-esiġenzi taż- żmenijiet tal-lum imma, għall-kuntrarju, se tiftaħ baħar ta' nkwiet fejn il- prosekuzzjoni se ssibha diffiċli ferm biex meta ttella' xi individwu quddiem il-qorti akkużat b'dan it-tip ta' reat, dan jinstab ħati.", "Huwa għalhekk li kif qal l-Onor.", "Mangion, hemm bżonn li jsir studju iktar fil- fond ħalli, l- ewwelnett nemendaw il-Liġi tal- Copyright u naraw kif din il- liġi u l-Kodiċi Kriminali jimxu paripassu ma' xulxin, speċjalment rigward l-element intenzjonali, imbagħad wara li nkunu għamilna dan l-eżami akkurat u akkademiku, niddraftjaw liġi li verament tkun tagħmel dehen u tħares id- drittijiet ta' l-awtur.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa li l-kliem użat f'dan l- Abbozz ta' Liġi huwa infeliċi għall-aħħar.", "Dan għaliex l- Abbozz jikkontempla l-kliem \"bil- liġi ta' Malta jew taħtha\", bl-Ingliż \"by or under Maltese law\".", "Xi jfisser dan il-kliem?", "Jien żgur li meta dan l-Abbozz ta' Liġi jasal fil- committee stage ikollu jinstab lingwaġġ ferm aħjar minn dak li ġie wżat.", "It-tielet punt li rrid nagħmel huwa li dan l-Abbozz ta' Liġi ma kienx studjat sew qabel ma ġie drafted.", "Il- gazzetti u ħafna nies qed jgħidu li dan l-Abbozz sar minħabba ħafna pressjonijiet li kellu l-Gvern f'dan ir- rigward.", "Certi xnigħat huma li l- awtoritajiet Amerikani ppressaw lill- Gvern preżenti sabiex jgħaddi din il-liġi kemm jista' jkun malajr għax inkella jimponu sanzjonijiet ekonomiċi.", "Irrid niġbed l-attenzjoni tal- Gvern li allaħares wasalna f'din l-estremita' li Abbozz ta' Liġi bħal dan jitressaq fil-Parlament b'konsegwenza ta' pressjoni li stat sovran jeżerċita kontra stat sovran ieħor.", "Abbozz ta' Liġi għandu jitressaq quddiem il-Parlament għax il-Parlament ikun moralment konvint mil-liġi li tkun se tgħaddi u mhux minħabba xi pressjoni li xi ħaddieħor ikun qed jagħmel fuq il-Gvern.", "Għalhekk naħseb li f'dan ir- rigward hemm bżonn li l- liġi tiġi studjata iktar għax żgur li għandhom jidħlu xi eċċezzjonijiet.", "Per eżempju, jekk nirrekordja bicca mużika, ngħaddiha lil sieħbi u dan iddoqqha f'funzjoni pubblika, dan ikun qed jikser il-liġi jew le?", "Dan ikollu l-intenzjoni speċifika li jikser il-Liġi tal-Copyright jew artiklu 298B tal-Kodiċi Kriminali?", "Il- prosekuzzjoni kif sejra tipprova dan l- element intenzjonali u speċifiku li dak li daqq id-diska f'funzjoni pubblika kellu l-intenzjoni li jikser il-Liġi tal-Copyright?", "F'dak il-każ dak li daqq it- tape huwa l-kompliċi u jien l- awtur tar-reat?", "Il-Gvern preżenti meta ddraftja din il- liġi ma studjax sewwa l-impatt li din il- liġi tista' tagħmel f'diversi oqsma tal-Kodiċi Kriminali u kif se taffettwa lill-prosekuzzjoni u d-difiża.", "Għalhekk naħseb li jkun aħjar li kieku l- Gvern qabel ma jipprova jgħaddi din il-Liġi jeħodha lura, jistudjaha u jagħmel liġi li tgħodd għal każ preżenti.", "Punt ieħor li rrid nagħmel hu li kif qalu sħabi, naħseb li l- pieni kontemplati huma gravi ħafna, speċjalment jekk inti tara l-pieni kontemplati fil- Kodiċi Kriminali għar-rigward tar-reat ta' serq u l- aggravju tiegħu.", "Pero' fl-istess ħin il-liġi ma tgħidlekx, per eżempju, li l-ewwel darba l- Qorti ma tistax tagħtik probation jew ma tistax tagħtik sentenza sospiża.", "Mr Speaker, jien naħseb li kien ikun aħjar li tħallew il-pieni kif kienu jeżistu oriġinarjmanet u ngħidu li l- Probation of Offenders Act ma tapplikax fil-każ preżenti u mhux nagħmlu pieni massimi li anke l-ġudikatur jew min ikun jagħti s-sentenza - zgur li dawk il-pieni massimi ma għandu qatt jattwahom - dejjem se jagħti l-minimu tas-sentenza u ħafna drabi se jagħti l- Probation of Offenders Act.", "L-aħħar punt huwa dwar il- konsumatur.", "Irridu noqogħdu attenti bis- serjeta' li nipproteġu d-drittijiet tal- konsumatur.", "Mr Speaker, jien naħseb li l-piż ta' din il-liġi se jerfgħu kollu l-konsumatur waħdu billi dawk li jqassmu l- video tapes sejrin jitħallew jiċċarġjaw kemm iridu u b'hekk minn estremita' waħda sejrin immorru għal estremita' oħra fejn finalment ibati l- konsumatur għax ikollu jħallas d-doppju jew it-triplu.", "Qabel ma nagħlaq nixtieq ngħid li naqbel ma' dak li qal sieħbi, l-Onor.", "Attard Montalto li mhux sewwa li dawk li għandhom negozju żgħir tal-kiri tal-videos u bejgħ ta' cassettes, ħabta u sabta sejrin isibu quddiem għajnejhom il- forza tal-liġi.", "Mhux possibli għal dawn in-nies li huma fil- minoranza - xorta huma nies li għandhom jiġu protetti - biex fi żmien hekk qasir jirnexxilhom ibiegħu dan l-istock kollu li għandhom tal-videos meta dawn - kif diġa' qalu sħabi - dejjem ġew ittollerati.", "Għalhekk naħseb li l-perjodu ta' żmien għandu jitħalla għal Jannar ta' l-1995.", "Għandna naraw li l-interessi tal- konsumatur jiġu protetti kemm jista' jkun sewwa biex b'hekk l-interessi ta' kulħadd jiġu salvagwardati.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, dnub li meta jkollna Abbozz ta' Liġi li fil- prinċipju jkun tajjeb jiġi mħassar b'żewġ affarijiet li ħolqu reazzjoni.", "Waħda minnhom li diġa' aċċennaw għaliha sħabi - se nitkellem ftit fuqha pero' m'inix se nieħu fit-tul - hi ż-żieda fil-penali li hemm għal dak ir-reat.", "L-oħra hi ż- żmien li qed jiġi ssuġġerit minn meta jibda jgħodd dan l- Abbozz.", "Illum il-ġurnata, Mr Speaker, fuq is-suq lokali hawn erba' tipi ta' videos.", "L-ewwel hemm il-pirate films, jiġifieri films li jiġu miġbuda waqt li l-film ikun qiegħed jintwera; hemm it-time copy, jiġifieri film fejn l-oriġinali jkun għadu ma ħariġx imma b'xi mod jew ieħor issibu fis- suq - għandna minnhom dawn f'Malta - hawn il-kopji u dawn jittieħdu mill- oriġinal; u hawn il-films oriġinali.", "Tajjeb li wieħed igħid li din in-naħa tal-Kamra la taqbel li jkun hemm kopji li jintużaw biex jinkrew jew jinbiegħu, la taqbel mal- pirate films u lanqas mat-time copy.", "Pero' mhux sew li ħafna min-nies li għandhom il-ħwienet tal-videos u li jbiegħu anke kopji ta' tapes ta' diski eċċ. ġew immiżlijdjati min-naħa tal- Gvern meta ftit xhur ilu qalilhom li l-liġi se tibda tiġi attwata mill-1 ta' Jannar ta' l-1995 u issa ddeċieda li l-liġi se tinbidel u se tibda mill-1 ta' Jannar ta' l-1993.", "Hawnhekk ta' min jagħmel xi suġġeriment lin-naħa tal- Gvern.", "L-Onor.", "Attard Montalto ssuġġerixxa li jitwal iż-żmien u forsi l-Gvern jirraġuna li jekk iż-żmien se jitwal jista' jagħti l-każ li jkun hemm min xorta jibqa' jabbuża u jibqa' jagħmel il-kopji ħalli dawn jibqgħu jinbiegħu.", "Hawnhekk il-Gvern irid jara x'tip ta' passi jrid jieħu biex - filwaqt li jitwal iż-żmien bi ftit xhur oħra ħalli min laħaq għamel investiment jirregolarizza ruħu wara li ġie mmiżlidjat bit- terminu ta' meta se tiġi attwata l-liġi - ma jagħtix ċans li jiġu prodotti kopji oħra u jispiċċaw fis-suq.", "Biss aħna nissuġġerulu xorta waħda li ż-żmien għandu jiġi mtawwal.", "Jista' jagħti l-każ li l-Gvern huwa magħfus minn diversi sorsi, mill-aġent li jġib il- films oriġinali hawn Malta u minn ċertu nies li beħsiebhom jagħmlu investiment fis- cinemas.", "Għalhekk bħalma qal sieħbi l-Onor.", "Brincat, nawgura li s-cinema jerġa' jaqbad daqsxejn l-art ħalli jkollna l-pjaċir li forsi film tarah ferm u ferm aħjar u anke b'sistemi aktar moderni.", "Fil-weekend li għadda kellna informazzjoni minn żewġ gazzetti li rrapportaw li hemm pressure minn barra minn Malta fuq il- Gvern Amerikan biex jieħu passi vis-a-vis il-Gvern Malti u ssemmiet ukoll illi tista' tinqata' is-sistema preferenzjali tal-GSP minn fuq l-exports ta' prodotti Maltin għall- Amerika.", "Jista' jkun li din l- iktar li għamlet pressure fuq il-Gvern imma irridu nifhmu li jekk Malta tidħol fis-Suq Komuni żgur li l-exports Maltin għall-Amerika ma jibqgħux igawdu mill-GSP għax l- Amerikani jaqtgħuna mil-lista tal-preferenzi.", "Mr Speaker, ta' min wieħed jagħmel xi mistoqsijiet ukoll kif se jiġu salvagwardati l- ħwienet li se jbigħu jew jikru videos jew tapes oriġinali jew software oriġinali meta wieħed li jixtri jew jikri dan il- prodott jagħmel il-kopji huwa stess biex jagħtihom lill- sieħbu.", "Kif se nżommu lil wieħed li jmur biex jikri jew jixtri xi video jew tape milli jagħmel kopji tagħhom u jislifhom lil sieħbu?", "Kif se jiġi kkontrollat wieħed li jħobb il- films u t-tapes milli jżomm il- kopji tagħhom jew inkella li jkollu xi tip ta' librerija tal-videos jew tapes fid- dar?", "Il-liġi se tiġi applikata għal dawn in-nies ukoll?", "Ħadd għadu ma jaf eżatt kif din il-liġi se tolqot lil dawn in-nies.", "Rigward il-konsumatur nixtieq ngħid li llum il-ġurnata minbarra t-tapes oriġinali, issib żewġ tipi oħra ta' tapes.", "Hemm tapes li l-pellikola tagħhom hija ta' kwalita' tajba u hemm ukoll dik it-tip ta' pellikola inferjuri, allura dak li qed jara d-dar huwa ta' kwalita' cheap ħafna.", "B'din il-liġi, meta wieħed se jkollu kopja oriġinali żgur li se jkollu reception tajba, imma għal dan se jkollu jħallas tajjeb.", "Illum il-ġurnata wieħed jaf li jekk ikollok film li huwa ricenti ħafna, dan jinkera bil- Lm1.25 jew bil- Lm1.50 kull kopja u jrid jiġi ritornat fi żmien 24 siegħa, filwaqt li jekk ikun xi film antik, dan jinkera, bejn wieħed u ieħor, xi 50c għal 24 siegħa.", "Per eżempju, wieħed ma jafx kif din se taħdem fil- weekends jew jekk hux se jkun hemm xi tip ta' membership biex tal-ħanut jissalvagwarda ruħu milli jkollu xi kopja oriġinali distrutta.", "Jista' jkun li meta kopja oriġinali tiġi ritornata, din tkun difettuża jew bil- ħsara.", "Jista' jiġri wkoll li jkun hemm xi videos li ma jiġux ritornati.", "Allura x'tip ta' kontroll se jkun hemm?", "Hemm diversi affarijiet li fl-aħħar mill- aħħar jkollu jħallas għalihom il-konsumatur meta dan imur jikri l-videos mingħand tal-ħanut.", "Ħaġa oħra li wieħed għandu jistaqi hi jekk hemmx xi tip ta' ftehim minn dawk in-nies - bħal per eżempju l-KRS - li jġibu films minn barra biex jillimitaw in-numru ta' videos li se jidħlu hawn Malta, jew inkella jista' jkun hemm terminu bejn meta film jidher fis-cinema u meta dak il-film jiġi mportat u mikri hawn Malta bħala video.", "M'għandna xejn bħala sugu x'wieħed jista' jara fuq dan is-suġġett.", "Sa fejn naf jien hemm xi terminu ta' sitt xhur minn meta film jidher fis-cinema għal meta jista' jinxtara.", "Jien ma nafx jekk hemmx xi tip ta' ftehim bejn min jimporta l-films għas- cinemas u min jimporta films biex jiġu mikrija jew inkella jekk hux se jkun hemm xi tip ta' kontroll rigward film li jidher fuq xi stazzjon ta' cable television jistax jiġi mikri minn ħwienet.", "Mr Speaker, għalkemm din il- liġi hija ta' ġid għall-pajjiż minħabba l- kontroll li se jkun hemm kontra l-prinċipju ħażin tal-piraterija, hemm ċerti affarijiet li jistgħu jiġu rranġati ħalli ħadd ma jbati l- konsegwenzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimakri?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hemmx aktar rimarki nistieden lill-Ministru jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOE FENECH: Sur President, donnha l-kritika ta' l-Oppożizzjoni inbidlet ftit mill-aħħar darba meta bdejna niddiskutu din il-liġi, imma xorta qegħda fi stat ta' kontradizzjoni.", "L-Onor.", "Vella, meta tkellem kien apoloġetiku li qed nagħmlu ħażin għax se jbatu l-bejjiegħa u se jbati l- konsumatur.", "Infatti qal li din se nagħmluha biex niddefendu xi retailer li hawn fis-suq li jikri l-videos oriġinali.", "Din kienet it-tema prinċipali ta' l-intervent ta' l-Onor.", "Vella.", "Pero' donnu wara li deher l- editorjal ta' \"Il-Ġens\" inbidlet il-folja u m'għadniex ngħidu kemm qed jimxi ħażin il- Gvern meta qed iressaq din il- liġi jew li l-Gvern irid jgħin lil xi ħadd biex ikollu monopolju.", "Illum il-kritika hija li l-Gvern qed jimxi bi prinċipju tajjeb, pero' ma kienx hemm għalfejn din l- għaġġla kollha.", "Jien ngħid li hemm bżonn li nsibu bilanċ ukoll għaliex jekk hija ħaġa sewwa per prinċipju li ma tittollerax li jkun hemm abbużi fil-liġi jew li l- kundanna li tagħmel tissanzjonaha, l-istess trid issegwi l- konsegwenza ta' din li tajjeb jew ħażin trid tara li tkun enforceable.", "Issa x'ġara?", "Il- Gvern m'għaddiex il-liġi tmien xhur ilu kif qalilna l-Onor.", "Vella, imma għaddiha sena u ħames xhur ilu, eżattament f'Mejju tas-sena l-oħra.", "Permezz ta' dik il-liġi li għaddejna, il-Gvern avża lil kull min kien qed ibigħ jew jinnegozja videos u tapes li kienu kkoppjati u qalilhom li dik il- liġi kienet se tidħol in vigore fl-1995 u għalhekk kien se jkollhom il- possibilita' li jnaqqsu l-istocks li kellhom.", "Pero' ġara l-kontra għaliex f'din is-sena u nofs żdiedet iktar il-piracy fuq il-videos u żdied l-istock biex f'dawn il- ħames snin setgħu jagħmlu xi qliegħ.", "Pero' l-iskop ma kienx li wieħed jagħti terminu ta' ħames snin imma l-iskop kien to tail down l-istocks ta' videos li kien hawn.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli għaliex skada l-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE FENECH: Nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru): Nipproponi l- Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tlieta, 27 ta' Ottubru, fis- 6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għas- sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1992 sat-30 ta' Settembru 1993.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Ordinanza dwar it-Tħaris mill- Mard - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Kodiċi Kriminali - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar id-Djar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar id-Drittijiet ta' l- Awtur - it- Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Rizzo Naudi.", "ONOR.", "JOHN RIZZO NAUDI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, jiena nixtieq nitkellem ftit fuq is-servizzi tas-saħħa li tkellem fuqhom ukoll l- Onor. Edwin Grech nhar it-Tnejn li għaddew.", "Jien nistagħġeb kif tan-naħa l- oħra nsew dak kollu li ġara qabel l- 1987 meta, skond huma, dak iż- żmien kien kollox ward u żahar.", "Tant hu hekk li l-Onor.", "Grech spiċċa d-diskors tiegħu billi qal li għandna nirranġaw is- servizzi tas-saħħa u nġibuhom kif kienu qabel l-1987.", "Allura dawn possibbli li nsew minn xiex għaddejna?", "Preżentement qed jagħmlu kapital għax it-tobba u n- nurses għandhom xi problemi u allura jsemmu xi tilwima.", "Insew kemm fi żmienhom kien hawn minn dawn il-problemi!", "It-tilwima li kien hawn fi żmienhom damet sejra għaxar snin u jien dejjem insostni li dik kienet waħda mill-kawżi prinċipali għalfejn fil-ħames snin li għaddew kellna xi problemi fl-isptar.", "Din il- problema mhux biss laqtet il-qasam tat-tobba imma laqtet ukoll il-qasam ta' l- infermiera u l-paramediċi għax meta jkollok tilwima bħal din, il- komplikazzjonijiet tagħha bilfors li jibqgħu jeżistu xi ftit.", "Kif għidt, l-Onor.", "Grech qal li s-servizzi tas-saħħa għandna nġibuhom kif kienu qabel l- 1987.", "Jien lest li nuri b'argumenti sodi bbażati fuq statistika u se nagħti figuri li jiċħdu li s-servizzi tas- saħħa marru lura, anzi juru biċ-ċar kif is-servizzi tas- saħħa f'Malta fl-aħħar ħames snin baqgħu sejrin 'il quddiem u ejja flimkien nipprovaw nagħtu ħarsa lejn ċerti indikaturi li juruna jekk hux sejrin tajjeb jew ħażin.", "Nistgħu nħarsu lejn ir-rata ta' mortalita', jiġifieri l-imwiet tat-tfal ta' inqas minn sena; ir-rata ta' neo-natal deaths, dawk li jmutu ftit wara li jitwieldu; l-istill birth rate, dawk li jitwieldu mejta u l- life expectancy at birth, voldieri kemm wieħed jistenna li se jgħix.", "Dawn huma kalkolazzjonijiet demografiċi ta' l-istatistika li huma kkalkolati skond kemm hawn imwiet f'kull eta' fil-pajjiż, u s-sogru li wieħed imut qabel jagħlaq ċerta eta'.", "Hemm ukoll indikaturi tal-life expectancy fl-eta' ta' 65 sena, li jiġu kkalkolati minn kemm hemm nies li jgħixu wara l-65 sena u kemm imutu f'kull eta' sakemm jaslu għall-eta' ta' 85 sena.", "Dan jikkalkola kemm minn, per eżempju, 10,000 bniedem li twieldu llum se jaslu sa ċerta eta'.", "U hawnhekk se ngħid xi ħaġa dwar il-life expectancy tan-nies li jitwieldu llum.", "L-aħħar ħarġa tad-Demographic Review ta' l-1990 tindika ċar li mara li titwieled illum hija mistennija li tgħix sa 78.09 sena u raġel huwa mistenni li jgħix 'il fuq minn 73 sena.", "Mentri mara li twieldet fl-1985 kienet mistennija li tgħix 76 sena u raġel mwieled fl-istess sena kien mistenni li jgħix 70.8 sena.", "Voldieri il-life expectancy mill-1948 'il quddiem, nistgħu ngħidu, baqgħet dejjem tiżdied.", "Sa l- 1930/32 kienet l-istess, għax kienu jmutu ħafna nies speċjalment fl-ewwel sena, pero' skond iċ-ċensimenti ta' l-1948, l-1957, l-1967 u l- 1985 u anke wara l- 1987, jidher li l-life expectancy tan-nies baqgħet tiżdied.", "Ovvjament li kieku fil-pajjiż kien hawn xi diżastru fis-servizzi tas-saħħa ma kenitx tibqa' tielgħa.", "Indiċi importanti huwa dak dwar il-mortalita' tat-tfal.", "Dawn lest li npoġġihom fuq il- Mejda tal-Kamra, imma naħseb li kemm il-press u anke l- Onor. Membri għandhom kopji tad- Demographic Review u jistgħu jarawhom.", "Naraw ukoll li l- infant mortality rate ...", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Veru li dawn l-indiċi qrajnihom imma hu stess għadu kemm qal li dawn ir-rati ilhom jitilgħu mill- 1948.", "Wieħed ma kienx jistenna li ma jkomplux jitilgħu, u l-fatt li dawn jitilgħu ma jiddependix biss ...", "ONOR.", "JOHN RIZZO NAUDI: Dan mhux point of order.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ħalli npoġġi l-mistoqsija mod ieħor.", "L-Onor.", "Rizzo Naudi ma jidhirlux li dawn l-indiċi ma jitilgħux biss bis-servizz tas- saħħa fl-isptar, imma hemm ħafna fatturi li jaffettwawhom?", "ONOR.", "JOHN RIZZO NAUDI: Veru, imma l-aktar fattur importanti huwa s- servizz tas- saħħa, partikolarment fl- isptar.", "Issa nirreferi wkoll għall- espectation of life ta' wara l-65 sena.", "Pero' niġu issa għall-mortalita' fit-tfal ta' qabel jagħlqu s-sena.", "L- istess, għal numru ta' snin din ir- rata baqgħet nieżla u nsibu, per eżempju, li fl-1980 kienet 15.2 f'kull 1000 tarbija li jitwieldu - fl-antik kienet fuq it-300 u dejjem baqgħet nieżla - u sa l-1987 niżlet għal 7.9 imbagħad fl-1989 telgħet għal 10.4 għaliex kien qed ikollna - u għadu jkollna - numru ta' triplets u quintuplets, u peress li f'pajjiżna mhux permess l-abort u jkollna twelid prematur, allura f'dik is-sena l-figura kienet għoliet u l-figura ta' l- aħħar sena kienet ta' 9.1 per 1,000.", "Kieku kellna xi problemi fl- isptarijiet żgur li kienet tiġi riflessa f'din ir- rata.", "Rata importanti oħra hija l- istill birth rate li tolqot proprju l-qasam ta' l-Onor.", "Grech.", "Din ir-rata kienet 11.1 per 1,000 fl-1980 u sal-lum din ir-rata niżlet għal 5.9, jiġifier kważi bin-nofs.", "L-istill birth rate tiddependi ħafna fuq il-kura qabel it- twelid u fit-twelid.", "Dawn huma affarijiet li jindikaw li s- servizz fil-qasam tal- maternita', kemm fl- isptar, kif ukoll fil-komunita', mill-1987 'il quddiem beda jitranġa u fil- preżent sar aħjar milli kien.", "(Interruzzjonijiet) Infatti allaħares nerġgħu niġu għas-sitwazzjoni ta' qabel l- 1987.", "Meta niġu biex inqabblu r- rati ta' imwiet tat-tfal qabel ma jagħlqu s- sena ma' pajjiżi oħra nsibu - l-aħħar figura li għandna tal-WHO għall- 1986/1989 hija ta' 7.9 per 1000 - li Malta għandha infant mortality rate inqas mill-Italja fejn ir- rata hija ta' 9.2 per 1,000, inqas ukoll minn ta' l- Ingilterra fejn ir-rata hija ta' 8.4 u hija inqas ukoll minn ta' l- Amerika fejn ir-rata hija ta' 10.1.", "Jiġifieri mhux talli lħaqna t-target tal-WHO - 20 per 1,000 - imma meta nqabblu ruħna ma' l-Awstralja, mal- Belgium, ma' Denmark, ma' l- Ingilterra u ma' l-Amerika nsibu li pajjiżna jikkompara tajjeb ħafna.", "Huwa importanti li dan niftakruh meta qed issir din il-kritika inġusta.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra qed jaqbdu ma' każ partikolari, per eżempju, isemmu lil xi ħadd li jkun dam jistenna u ma jqisux li dawn l-affarijiet jiġru f'pajjiżi oħra wkoll.", "Illum il-problemi li hemm fl-isptar jinkludu n- numru esaġerat ta' sodod - fil-fatt aħna se nimxu fuq programm biex nibnu sptar ġdid u se nirranġaw l-isptar billi nnaqqsu s-sodod - iż- żieda ta' l- ispeċjalisti u ż- żieda ta' operazzjonijiet kbar, partikolarment operazzjonijiet ta' reconstructive surgery u orthopaedic surgery.", "B'hekk żdied ukoll in-numru ta' konsulenti.", "Għalhekk huwa ħażin li naqbdu fuq każ partikolari u nipprovaw nużawh biex nitfgħu xi dell fuq l- isptar.", "L-Onor.", "Membru għamel ħażin li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċess verbal tal-każ tal- Korean li ġara fl-1990 għax il- proċess għadu sejjer u l- istorja għadha ma spiċċatx.", "Barra minn hekk, id-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fih argumenti validi warajh imma nafu wkoll b'argumenti li ma jaqblu xejn miegħu, anzi jmorru kontra dak li hemm f'dak il-proċess verbal.", "Anke l- membri ta' l-istampa għamlu ħażin meta ppubblikaw l- ismijiet ta' speċjalisti, tobba, nurses u paramediċi li jaħdmu fl-isptar.", "Jien jidhirli li kien ħażin li sar hekk u hija irresponsabbilta' li toħroġ biċċa mill-istorja li għadha sejra, li għad m'għandniex ir-riżultat kollu tagħha u li għad m'għandniex provi li xi ħadd minnhom huwa ħati.", "Aħna m'għandniex nagħmlu dawn l-affarijiet u rridu noqgħodu attenti li niżnu l- azzjonijiet tagħna u naraw jekk b'dak li nkunu se nagħmlu hux se nġibu xi ħsara irrimeddjabbli fuq xi ħadd intortament.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li l-istampa li ġabet l-ismijiet m'għamletx sewwa għaliex l- ewwel kellhom jiżnu dawn l- affarijiet kollha.", "Huwa faċli li ġġib l-ismijiet u li tkun sensazzjonali pero' daqshekk ieħor huwa diffiċli biex issewwi l-iżball li tkun għamilt.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, m'hemmx dubju li minn mindu tela', dan il- Gvern sar iktar legalment responsabbli, fis-sens ta' accountability lejn iċ- ċittadin.", "Insemmi l- Att XlV ta' l-1987 li jinkorpora l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem li bih iċ-ċittadin jista' jfittex lill- Gvern mhux biss fuq vjolazzjonijiet tal- Kostituzzjoni imma wkoll fuq vjolazzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea, u nsemmi wkoll it- twaqqif tal- Kummissjoni Perma- nenti Kontra l-Korruzzjoni, it- twaqqif tal-Kummissjoni dwar l- Impjiegi - li għalkemm kienet teżisti fil-Kostituzzjoni, mill-1974 għamlet ftit żmien tiffunzjona u reġgħet ġiet appuntata m'ilux - u t- twaqqif tal-Kummissjoni għall-Invest- igazzjoni ta' l-Inġustizzji li hija kummissjoni importanti ħafna.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Meta l-Gvern waqqaf din il- Kummissjoni ma llimitahiex biss għall- inġustizzji li jistgħu jiġu allegati li saru fil- passat imma tapplika wkoll għall-inġustizzji li ċ-ċittadin jidhirlu li qed isiru llum.", "U li huwa importatni f'dik il- liġi - li kienet waħda mill- ewwel liġijiet li għadda dan il-Parlament - huwa li għall- ewwel darba ġie introdott bħala rimedju li wieħed jagħmel azzjoni kontra l-Gvern mhux għaliex il-Gvern ikun ikkommetta xi ħaġa illegali imma għaliex ikun ikkommetta inġustizzja.", "Għaliex ħaġa tista' tkun perfettament legali pero' tkun inġusta.", "Sal- mument li fih għaddiet dik il-liġi wieħed seta' jfittex lill-Gvern biss fuq affarijiet li jkunu llegali mentri llum bit-twaqqif ta' din il-kummissjoni wieħed jista' jfittex lill-Gvern mhux biss għaliex jikkommetti xi ħaġa illegali imma wkoll għaliex jikkommetti xi ħaġa li tkun inġusta.", "Pero' jiena nħobb inħares 'il quddiem.", "Huwa biżżejjed li jkollna biss il- kummissjonijiet kontra l-inġustizzji?", "Iż-żewġ partiti politiċi f'diversi programmi elettorali tagħhom kienu wegħdu li meta jkunu fil- gvern jaħtru l- Ombudsman.", "Issa dan il-Gvern kuntrarjament għall-Gvern Soċjalista ta' qablu għamel pass f'din id- direzzjoni u ħoloq dawn il- kummissjonijiet kontra l- inġustizzji li għandhom parti mill-funzjoni li f'pajjiżi oħra huma allokati lill-Ombudsman.", "Pero' l-Ombudsman - li huwa istitut li żviluppa fl-Iżvezja u twaqqaf fl-1809 u li jeżisti f'diversi pajjiżi bħall- Ingilterra u Franza - għandu funzjonijiet usa' minn dawk ta' sempliċi kummissjoni għall- investigazzjoni ta' l- inġustizzji; għaliex kummiss- joni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji tinvestiga biss ilmenti li jsirulha u għandha funzjoni pjuttost ġudizzjarja li mbagħad tirrakkomanda lill- Prim Ministru x'għandu jsir bħala rimedju għal każ partikolari; mentri l- Ombudsman m'għandux biss din il-funzjoni, imma f'dawk il- pajjiżi fejn ġie introdott għandu l-funzjoni li jinvestiga u jieħu l-inizjattiva hu.", "Jista' jieħu l-inizjattiva mhux biss għaliex isirlu l-ilment imma jista' wkoll jieħu l- inizjattiva f'diversi oqsma fejn jara li hemm burokrazija żejda, fejn jara li hemm ċerti inġustizzji, u jista' wkoll jirrakkomanda lill-Parlament - għaliex f'diversi pajjiżi fejn hemm l- Ombudsman huwa accountable lejn il-Parlament mhux lejn l-Amministrazzjoni għaliex huwa l-Parlament li jinnomina l-Ombudsman - x'liġijiet għandhom jitbiddlu.", "Jiġifieri barra l-funzjoni ta' speċi ta' imħallef, għandu funzjoni usa' minn hekk, li jinvestiga, li jirrakkommanda, jagħmel suġġerimenti u anke jirċievi ilmenti u rapporti, u mhux biss minn nies li għandhom interess f'xi każ partikolari.", "Illum quddiem il-Kummissjoni dwar l-Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji tista' tmur jekk inti tħoss li saret inġustizzja fil-konfront tiegħek, mentri quddiem l-Ombudsman tmur anke b'sens ċiviku li tgħid li ċerti affarijiet mhux qed jimxu sew u qed joħolqu inġustizzji għaċ- ċittadin.", "Per eżempju, f'pajjiżi barranin l-Ombudsman jista' anke jkun preżenti f'bordijiet tal-Gvern li jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw liċ-ċittadin; ikun biss preż- enti meta jittieħdu d- deċiżjonijiet pero' ma jkollux dritt li jintervjeni.", "F'ċerti każijiet l-ombudsman innifsu għandu dritt jibda proċeduri kriminali, partikolarment f'każijiet ta' negliġenza, meta ċ- ċittadin jagħmel ilment f'dan is-sens.", "Jiġifieri jien qed ngħid li huwa tajjeb li waqqafna l-kummissjonijiet kontra l-inġustizzji, għalkemm forsi wieħed jista' jikkritika li damu xi ftit iż-żejjed u għandhom backlog ta' każijiet.", "Dan kien pass fid-direzzjoni t- tajba għaliex għall-ewwel darba sibna rimedju mhux biss għall- illegalitajiet imma wkoll għall-inġustizzji, pero' naħseb li wasal iż-żmien li jinħatar l-ombudsman li għandu poteri usa' mill-poteri li għandha l- Kummissjoni għall-Investi- gazzjoni ta' l- Inġustizzji.", "Fil-Programm Elettorali tal- Partit Nazzjonalista ta' l-1987 insibu li:", "\"Il-Gvern m'għandux ikollu privileġġi f'dik li hi liberta' tal-kelma aktar miċ-ċittadini ordinarji.", "Kulħadd għandu jkollu d- dritt li jinfetħu l- files tal-Gvern li jirrigwardawh quddiem il-Qorti.\".", "Illum fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili tagħna għandna sitwazzjoni legali li ilha teżisti snin twal.", "Skond dan il-Kodiċi kwalunkwe ħaġa li teżisti f'file tal-Gvern, jiġifieri dik li hi korrispondenza jew rapporti, il- Gvern jista' ma jikxifhomx anke fi proċeduri legali.", "Dawn it-tip ta' dokumenti huma meqjusa privileġġjati u ma jiddependix min-natura tad- dokument, jiġifieri jista' jkun dokument li hemm bżonn jiġi protett u jista' jkun dokument sempliċi li m'għandu l-ebda importanza, pero' l-Gvern xorta waħda għandu dritt ma jesibix dawn id-dokumenti quddiem il-Qorti.", "Se nagħti żewġ eżempji żgħar fejn informazzjoni li kienet importanti fi proċeduri legali ma ġietx mogħtija lill-Qorti minħabba dan il-privileġġ.", "L- ewwel eżempju jirrigwarda l-każ meta l-ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna\" kien kixef inċident dwar karozzi li kienu daħlu mingħajr ma tħallas id-dazju, sar libell mill-Ministru tal- Finanzi ta' dak inhar, il- ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna\" ried li l-file dwar il-każ jiġi esibit fil-proċess kriminali u l- Ministru kien invoka l- privileġġ.", "It-tieni eżempju jirrigwarda l-każ meta l-Partit Nazzjonalista kien talab lis- Segretarju tad-Djar biex jagħti informazzjoni dwar liema kienu dawk il-każini politiċi li ngħataw lill- Malta Labour Party bis-saħħa ta' requisition order, u għalkemm requisition order toħroġ biss fl-interess pubbliku, il-Ministru kien qal li mhux fl- interess pubbliku li fil-proċess legali toħroġ l- informazzjoni dwar liema huma l-każini politiċi li ngħataw b'rigal lill-Partit Laburista bis-saħħa tar-requisition order.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jiġi emendat - u b'kumbinazzjoni llum f'risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt jien stess, il-Ministru wiegħed li dan is-suġġeriment se jiġi kkonsidrat - sabiex informazzjoni ma tiġix żvelata biss għal raġunijiet ta' interess pubbliku ġenwin.", "Jekk ċerta informazzjoni tista' tkun ta' periklu għas-sigurta' jew għad-difiża tal-pajjiż, allura huwa tajjeb li l-Qorti jkollha d-diskrezzjoni li tgħid li dik l-informazzjoni ma tiġix żvelata pero' m'għandux ikollna a blanket provision li kwalunkwe dokument tal-Gvern jista' ma jiġix esibit fil- Qorti.", "Issa aħna nafu li għalkemm teżisti din il-liġi, dan il-Gvern rari invoka - jekk qatt għamel hekk - dan il- privileġġ li għadu jeżisti fil- liġi.", "Sfortunatament għadu jeżisti wkoll l-Att VIII ta' l-1981 li kien għadda taħt l-Amministrazzjoni Soċjalista.", "Permezz ta' dan l-Att ġew limitati r- raġunijiet għaliex iċ-ċittadin jista' jattakka diskrezzjoni li tkun eżerċitata minn uffiċjal pubbliku.", "L-iskop ta' dik il- liġi kien - u din il-liġi kienet daħħlet affarijiet oħra - li inti tista' tattakka diskrezzjoni ta' uffiċjal governattiv, ta' Ministru jew ta' kap ta' dipartiment jekk tmur espressament u bl-iktar mod ċar kontra provvediment tal-liġi pero' ma tistax tattakka dik id-diskrezzjoni għax l-eżerċizzju tagħha, per eżempju, ikun irraġonevoli.", "Qabel dik il-liġi kien possibbli - permezz tas-saħħa tal-ġurisprudenza Ingliża li aħna applikajna f'Malta - li wieħed igħid li l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tal-Ministru f'każ partikolari huwa illegali għax ma ġiex eżerċitat b'mod raġonevoli.", "Il-każ klassiku kien dak tal-Blue Sisters għax għalkemm il-liġi ma kenitx tgħidlek li l-Ministru għandu jeżerċita diskrezzjoni b'mod raġonevoli, fis-26 ta' Ġunju ta' l-1980, l-Qorti kienet qalet li fil-provvediment ta' kull liġi xorta waħda huwa impliċitu li meta l-Parlament jagħmel dik il-liġi u jagħti diskrezzjoni lil xi uffiċjal governattiv, dik id-diskrezzjoni għandha tiġi eżerċitata b'mod raġonevoli.", "L-iskop ta' l-Att VIII ta' l-1981 kien reazzjoni għal din is-sentenza biex iċ-ċittadin ma jkunx jista' jattakka aktar diskrezzjoni amministrattiva minħabba li tkun irraġjonevoli.", "Safejn naf jien taħt dan il- Gvern, din il-liġi ma ġietx applikata, fis- sens li għalkemm għadha teżisti din ir- restrizzjoni ta' l-azzjoni taċ- ċittadin kontra l-Gvern, l- Attorney General qatt ma qajjem din l- eċċezzjoni.", "Pero' dawn l-emendi ta' l-1981 għadhom fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u naħseb li wasal iż-żmien li jitneħħa Att VIII ta' l-1981, pero' fl- istess ħin għandha ssir liġi minn dan il- Parlament li tirregola l-litigazzjoni li jista' jkun hemm bejn il-Gvern u ċ- ċittadin.", "Fl-Ingilterra għandhom il-Crown Proceedings Act ta' l-1947 li titkellem fuq liema bażi wieħed jista' jattakka d-diskrezzjjoni amministrattiva u tgħid x'jiġri f'każ li uffiċjal governattiv ikun negliġenti.", "Hawn Malta aħna għandna l- konċett tal-culpa in eligendo fejn kwalunkwe employer - u ma ninsewx li l-Gvern huwa l-akbar employer fil- pajjiż - f'każijiet ta' negliġenza ta' impjegat/uffiċjali jista' ma jassumix ir-responsabilita' għaliex igħid li huwa impjega lil xi ħadd kompetenti u allura fil-każ li dik il-persuna kompetenti tagħmel żball, għandha tkun hi li tkun responsabbli għad-danni.", "Issa din tista' tagħmel sens f'każijiet ta' employer privat li jħaddem tlieta min-nies, imma meta qed nitkelllmu fuq il-Gvern - u safejn naf jien bejn in-nies li jħaddem direttament u bejn in-nies li jħaddem permezz ta' kumpanniji iċ-ċifra hija ta' madwar 40,000 ruħ - naħseb li wasal iż-żmien li f'ċerti każijiet il- Gvern ikun responsabbli wkoll għall-affarijiet li jagħmlu l-impjegati tiegħu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il- ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 27 ta' Ottubru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Pulizija,Membri schs,Pulizija,Membri gall,Pulizija,Membri KORP TAL-PULIZIJA", "2063.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMIstaqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu n-numru tal-Membri fil- Korp tal-Pulizija?", "Kemm huma nisa?", "Kemm hemm irġiel?", "Jista' x-xogħol li jagħmlu typists pulizija isir minn nies mhux pulizija stante li n-numru ta' pulizija hu baxx wisq?", "Kemm daħlu pulizija mill-1987 - 1992?", "Kemm ħarġu bejn l-istess perjodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru tal-Membri fil-Korp tal- Pulizija huwa ta' 1633 li minnhom 1451 huma rgiel u 182 huma nisa.", "Barra minn dawn hemm 9 Ufficjali Kadetti (8 rgiel u 1 mara).", "Ghalkemm ma hemmx Pulizija li jaghmlu biss xoghol klerikali u ta' tajpjar fl-Ufficini diversi li ghandu l-Korp, hemm il- hsieb li hafna mix-xoghol klerikali fl-ufficini tal- Pulizija jibda jsir minn skrivani biex hekk il- Pulizija tkun disponibbli ghax-xoghol proprju tal-Pulizija.", "Dan ser ikun jiddependi wkoll minn kemm l-Ufficcju ta' Tmexxija u 'Personnel' fl- Ufficcju tal- Prim Ministru jirnexxilu jghaddi lill-Korp l-iskrivani mehtiega.", "Mill-1987 sa Ottubru 1992 dahlu u hargu pulizija kif jidher hawn taht:", "| |Daħlu| Ħargu| | | | | |1987 | 263 | 109 | |1988 | 199 | 100 | |1989 |91 | 106 | |1990 |79 |99 | |1991 | 121 | 107 | |1992 (Sa 23 |86 | 100 | |ta' Ottubru)| | |", "Pulizija,Fiducja mill-pubbliku schs,Pulizija,Fiducja mill-pubbliku gall,Pulizija,Fiducja mill-pubbliku KORP TAL-PULIZIJA", "2064.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'sar s'issa b'mod konkret biex jikber u jiżviluppa dejjem aktar s-support reciproku bejn il-Pulizija u l-Komunita' biex il- Korp iżid fil-fiducja li għandu jgawdi?", "X'hemm ippjanat għall-futur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li għad fadal ħafna x'isir f'dan ir-rigward, kulħadd jaf li fl- aħħar snin ittieħdu diversi miżuri konkreti biex tixxettel il-fiduċja reċiproka bejn il- Pulizija u l-Komunita'.", "Il-progress għall-ġejjieni jiddependi minn kemm se jirnexxielna nassiguraw li l- Membri u l-Uffiċjali kollha fil-Korp jgħixu kuljum il- ġurament li lkoll jieħdu fil- bidu tal-missjoni tagħhom.", "Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ schs,Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ mifu,Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ KORPORAZZJONI TAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - ĦATRIET", "2065.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi il-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ għamlet sejħiet minn żmien għal żmien għall- applikazzjonijiet għal diversi ħatriet importanti għat- tmexxija professjonali u ufficjali, jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejħa saret, u fil-preżent minn jokkupa dawn il-ħatriet?", "Saru applikazzjonijiet ta' persuni oħra?", "Min kienu?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Mit-twaqqif tagħha l- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għamlet sejħiet għal applikazzjonijiet minn żmien għal żmien kif hawn taħt imsemmi:-", "|Manager (Operations) |Mejju, | | |1990 | |Manager (Employment | Mejju, | |Services) |1990 | |Manager (Training) |Mejju, | | |1990 | |Manager (Finance and |Mejju, | |Administration) |1990 | |Guidance and Counselling | Gunju, | |Officers |1990 | |Secretaries | Gunju, | | |1990 | |Manager (Youth Training | Gunju, | |Scheme) |1990 | |Training Liaison Officers | Gunju, | | |1990 | |Placement Officers |Gunju, | | |1990 | |Clerks (Inspectors) | Dic.,1990| |Guidance and Counselling | Dic.,1990| |Officers | | |Part-time Trainers |Jannar,199| | |1 | |Analysts/Programmers |Marzu, | | |1991 | |Chief Executive | Gunju, | | |1991 | |Labour Marker Information | | |Executive |Awissu,199| | |1 | |Marketing and Placement |Awissu,199| |Executives |1 | |Office Skills Trainer | Sett., | | |1991 | |Life Skills Trainer | Sett., | | |1991 | |Part-time Skills Trainer, |Dic,1991 | |Woodworking Instructor |Marzu, | | |1992 |", "Is-Selection Boards involuti fir-reklutaġġ tal-persuna/i dejjem għamlu l- għażla tagħhom skond min kien l-iżjed adattat minn dawk li applikaw.", "Is- sejħiet għall-applikazzjonijiet dejjem attiraw numru tajjeb ta' kandidati, imma mhix ħaġa sewwa li nagħmel pubbliċi l-ismijiet ta' kull min japplika għal impieg mal-Korporazzjoni.", "Power Station,Delimara sans,Power Station,Delimara falm,Power Station,Delimara POWER STATION", "4211.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'kienet ir- raġuni li kemm ic- Chairman kif ukoll id-Deputy Chairman ta' Enemalta tneħħew min din il-kariga speċjalment fil-każ ta' l-ewwel li kien hu l- persuna prominenti li bil- parir tiegħu il-Gvern iddeċieda dwar il-post, u t-tip ta' sistema li kellha tintuża għal Power Station il-ġdida ta' Delimara?", "X'konnessjoni għad għandhom dawn is-sinjuri ma' Enemalta u b'liema arranġamenti qegħdin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari numri 2813 u 3773.", "Power Station,Delimara sans,Power Station,Delimara fene,Power Station,Delimara POWER STATION: DELIMARA", "4212.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti fid-dettal ix-xogħol li qed jagħmel kull ħaddiem barrani li għad hemm jaħdem fil-Power Station ta' Delimara li lilhom ingħataw liċenzji ta' Impieg skond l- Artiklu 11 (3) ta' l-Att ta' 1970 dwar l-imigrazzjoni?", "X'inhi r-raġuni li ċertu tender/xogħol li issa ttieħed minn kuntrattur Malti fil-Power Station ta' Delimara qed isir minn ħaddiema barranin u mhux isir minn ħaddiema Maltin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija parlamentari numru 4213 mogħtija mill- Minitru ta' l-Ambjent f'din is- seduta.", "Power Station,Delimara sans,Power Station,Delimara falm,Power Station,Delimara POWER STATION: DELIMARA", "4213.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti fid- dettal ix-xogħol li qed jagħmel kull ħaddiem barrani li għad hemm jaħdem fil-Power Station ta' Delimara li lilhom ingħataw liċenzji ta' Impieg skond l- Artiklu 11 (3) ta' l-Att ta' 1970 dwar l- imigrazzjoni?", "X'inhi r-raġuni li ċertu tender/xogħol li issa ttieħed minn kuntrattur Malti fil-Power Station ta' Delimara qed isir minn ħaddiema barranin u mhux isir minn ħaddiema Maltin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- ħaddiema barranin fuq xogħol bil-kuntratti fil- Power Station ta' Delimara huwa kif jidher hawn taħt:", "|KUNTRATTUR|KUNTRATT | GRAD |NUMRU | | | | | | | | |WAAGNER-BI|Boilers |Site |1 | | |RO | |Manager| | | | | | | | | | |Commission| | | | | |ing | | | | | | Engineers| 5 | | | | | Erection | 1 | | | | |Supervisor| | | | | | Site | 1 | | | | |Manager | | | | | |From | | | | | | | 1 | | | | |Subcontrac| | | | | |tor | | | | | | |2 | | | | |Electricia| | | | | |ns | | | | | | |1 | | | | |TIG-Welder| | | | | | Fitters | 9 | | | | | Laggers | 2 | | | | | | | | | |BHEL |Turbo | | | | | |Alternator|Ch. | 1 | | | |s |Project| | | | | |Manager| | | | | Dy. | 4 | | | | |Manager | | | | | | Sr. | 2 | | | | |Manager | | | | | | Dy. | 1 | | | | |General | | | | | |Manager | | | | | | Manager | 4 | | | | | Engineer |1 | | | | | |7 | | | | |Supervisor| | | | | | |25 | | | | |Technician| | | | | |s | | | | | TEAMWORK | | | | | | |Aux.Switch| | | | | |gear | | | | | | & Cabling| Cook |2 | | | | | 12 | | | | |Electricia| | | | | |ns | | | | | | Pipe | 1 | | | | |Fitter | | | | | | Cd. |1 | | | | |Welder | | | | | | Camp Boss| 1 | | | | | Houseboy |2 | | | | | Project | 1 | | | | |Manager | | | | | | Elec. |1 | | | | |Supervisor| | | | | | Quantity | 1 | | | | |Supervisor| | | | | | | | | | |TOTAL |Misc. | | | | | |Mech. | | | | |WALTHER |Equipment | Welder|1 | | | | | | | | |TEAMWORK | Misc. | | | | | |Bldg. | | | | | | Services |Electri|12 | | | | |cian | | | | | |1 | | | | |Pipefitter| | | | | | | | | | |FREDERECI |Civil | Site |1 | | | |Works |Manager| | | |COGEFAR |Admn.& | 1 | | | | |Fin. | | | | | |Manager | | | | | | Senior | | | | | |Quantity | | | | | | Surveyor |2 | | | | | Quantity | 1 | | | | |Surveyor | | | | | | | | | | |BEI |Consultanc| Site |1 | | | |y |Manager| | | | | Senior | 1 | | | | |Electrical| | | | | | Engineer |1 | | | | | | 1 | | | | |Comm.Engin| | | | | |eer | | | | | | Senior | | | | | |Quantity | | | | | | Surveyor |1 | | | | | | | | |", "Rigward it-tieni parti tal- mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħti aktar dettalji dwar it-tender/xogħol li għalih qed jirreferi.", "Dipartiment tax-Xogħlijiet,Diretturi sans,Dipartiment tax-Xogħlijiet,Diretturi falm,Dipartiment tax-Xogħlijiet,Diretturi DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - DIRETTURI", "4214.", "L-ONOR.", "SALVU SANTstaqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Imbilli issa ġie mħabbar li l- PWD se jispiċċa, fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol taż- żewġ diretturi li nħatru fil-Works Department?", "X'se tkun ir-responsabilita' tagħhom?", "Kemm se jibqa' nies taħt ir- responsabilita' tagħhom?", "Kif se jkunu dawn in-nies maqsumin rigward xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dak li qabel kien il- PWD, issa dan huwa magħruf bħala t-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "F'din it-Taqsima kienu maħtura mhux żewġ diretturi iżda Direttur Ġenerali u seba' Diretturi li taħthom taqa' r- responsabbilta' għat-Toroq, Distretti, Bini u Inġinerija, Manutenzjoni u Kostruzzjoni tad-Djar, Drenaġġ, Bini tal- Gvern, u Manifattura u Servizzi.", "Dawn is-seba' Diretturi se jkunu responsabbli lejn Direttur Ġenerali.", "Barra dawn hemm id- Dipartiment tal- Finanzi u Amministrazzjoni li għalissa qiegħed immexxi minn Aġent Direttur sakemm jinħatar direttur għalih.", "Il-kompliment kollu ta' l- impjegati li qabel kienu jiffurmaw l-PWD, issa qed jifformaw it-Taqsima l-ġdida.", "L-impjegati jitqassmu skond l- esiġenza tas-servizz.", "Wied il-Għajn,Riciklagg sans,Wied il-Għajn,Riciklagg falm,Wied il-Għajn,Riciklagg WIED IL-GHAJN - RIĊIKLAĠĠ", "4215.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta kellu jibda jaħdem l-impjant ta' riċiklaġġ ta' solid waste li hemm f'Wied il-Għajn?", "Jekk dan qabad jaħdem kien hemm diffikultajiet fuq l- equipment jew fuq xi xogħol tas-Civil Engineering?", "Jekk fl-affermattiv x'kienu dawn il-problemi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Oriġinarjament kien maħsub li l-impjant għar- riċiklaġġ ta' l- iskart solidu (domestiku) jibda jaħdem f'Ġunju.", "Id-dewmien preżenti mhux kawżat minn xi problemi tekniċi fl-impjant (la fil-makkinarju u lanqas fil-bini) iżda minħabba raġunijiet ta' natura organizzattiva.", "Id-Dipartiment konċernat qiegħed fit-trattativ biex jinstab l-aħjar mod kif dan l- impjant jista' jitħaddem bl- aktar mod effiċjenti.", "Rahal Gdid,Wied Blandun,Main ta' drenagg sans,Rahal Gdid,Wied Blandun,Main ta' drenagg falm,Rahal,Wied Blandun,Main ta' drenagg PAOLA: WIED BLANDUN - MAIN TA' DRENAĠĠ", "4216.", "L-ONOR.", "SALVU SANTstaqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Minħabba l-fatt li green area f'Wied Blandun Paola/Fgura dan l-aħħar ġiet mogħtija għal bini, kellu jsir devjazzjoni tal-main tad-drenaġġ, u fl- aħħar xitwa mill-istess post għall-ewwel darba beda jiżbroffa d-drenaġġ fit- triq, jidhirlu l-Ministru li b'din d- devjazzjoni tal-main tad- drenaġġ se tikber il-problema fix-xitwa li ġejja?", "X'se jsir sabiex dan jiġi evitat?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Sliema,Paticia Hotel,Mewt ta' Marokkin calr,Sliema,Paticia Hotel,Mewt ta' Marokkin gall,Sliema,Paticia Hotel,Mewt ta' Marokkin SLIEMA: PATRICIA HOTEL - MEWT TA' MAROKKIN", "4720.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJAstaqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid jekk saritx xi inkjesta dwar il-mewt tal- Marokkin li waqa' minn fuq il- bejt tal-lukanda Patricia f'Tas-Sliema?", "Jista' l- Ministru jassigura lill-Kamra li m'hemm ħadd min qed jindaħal biex dan il-każ serju jorqod fuq ommu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l- istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba diġa' mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4445 ta' l-istess Onor. Interpellant.", "Pulizija,Dhul ta' cittadini illegli fl-Italja calr,Pulizija,Dhul ta' cittadini illegli fl-Italja gall,Pulizija,Dhul ta' cittadini illegli fl-Italja PULIZIJA - INVESTIGAZZJONI DWAR AFRIKANI", "4721.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Wara r-rapport tat-television Taljan li fi Sqallija reġgħu inqabdu numru ta' Afrikani li għaddew minn Malta, saret xi investigazzjoni mill-Pulizija Maltija?", "Se jitressaq xi ħadd b'dan il-kuntrabandu tal- bnedmin?", "Kif jispjega l-Ministru li wara li mhux l-ewwel darba li nqabdu Afrikani Sqallija li jkunu tgħabbew minn Malta jidher li dan l-att kriminali għadu sejjer?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- investigazzjoni dwar persuni li daħlu l-Italja illegalment via Malta għadha għaddejja u għalissa l-Pulizija mhix f'pożizzjoni li takkuża lil ħadd f'dan ir-rigward.", "Il-Pulizija Maltija u dik Taljana qed jaħdmu flimkien biex irażżnu l-ksur ta' liġi msemmi.", "Il-Pulizija Maltija hi f'pożizzjoni li ssostni li n- numru ta' immigrati illegali li allegatament jidħlu fit- territorju Taljan minn Malta hu bil- bosta iżgħar minn dak li jiġi imsemmi fl-istampa.", "Investigazzjoni dwar korruzzjoni calr,Investigazzjoni dwar korruzzjoni fene,Investigazzjoni dwar korruzzjoni INVESTIGAZZJONI TA' KORRUZZJONI", "4722.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Meta fl-Italja bieb u għadba ma' Malta ġew arrestati tant politiċi u irjus kbar għax ixxaħħmu biex taw kuntratti ta' miljuni kbar ta' liri, meta se jagħmel investigazzjoni biex jara jekk f'Malta sarx jew hux qed isir l-istess in vista ta' dak li qalet il-Kummissjoni kontra l-korruzzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk l-Onor.", "Membru għandu xi suspett fondat dwar korruzzjoni huwa fid-dmir jgħaddi t-tagħrif li għandu lill-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni.", "Ajruport,Uzu tal-VIP lounge calr,Ajruport,Uzu tal-VIP lounge zamf,Ajruport,Uzu tal-VIP lounge AJRUPORT - UŻU TAL-VIP LOUNGE", "4723.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jaf il-Ministru li nhar il-Ħadd, 16 ta' Awwissu, 1992 fuq it- titjira KM101 minn Londra ftit wara l-4.00 p.m. niżlu żewġ familji mgħobbija sewwa u għaddew mill-VIP lounge ta' Ħal Luqa?", "Jaf il-Ministru li jistennihom kien hemm Ministru tal-Kabinett?", "Huwa sewwa li familji sħaħ jużaw il-VIP għax ikun hemm Ministru jistennihom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-fatti kif indikati mill- Onor.Interpellant ma jirriżultawx.", "Rahal Gdid,Telephones cilj,Rahal Gdid,Telephones zamf,Rahal Gdid,Telephones RAĦAL ĠDID - TELEPHONES", "4843.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jindaga x'sar mill- applikazzjoni għas- servizz ġdid tat-telephone ta' A. Bonsfield Binja Kordin Ent B. Flat 1, Pjazza Sant'Antnin, Paola (AT/7497/91) u meta hemm il- ħsieb li l- applikazzjoni tiegħu tintlaqa'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-applikazzjoni bir-referenza AT/497/91 għadha fuq il-waiting list minħabba li ma hemmx linji spare.", "Huwa ppjanat li fl- aħħar tas-sena d-dieħla jiżdiedu l-linji u b'hekk dan l-applikant ikun jista' jingħatalu s-servizz tat- telefon.", "Dingli,Qasam tad-Djar,Provvista ta' ilma calr,Dingli Qasam tad-Djar,Provvista ta' ilma falm,Dingli Qasam tad-Djar,Provvista ta' ilma DINGLI HOUSING ESTATE - PROVVISTA TA' ILMA", "4878.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jaf il- Ministru li r- residenti tal-Housing Estate 2 ta' Ħad Dingli fejn hemm joqogħdu mill-inqas 41 familja ilhom bi problema ta' l-ilma xhur sħaħ u għamlu sajf bla qatra ilma?", "Jaf l-Ministru li sal-lum dawn ir-residenti għadhom bla ilma?", "X'se jagħmel il-Ministeru biex din il-problema tittaffa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 4812 (Seduta 59).", "Ajruport,Air Terminal calr,Ajruport,Air Terminal zamf,Ajruport,Air Terminal AJRUPORT - AIR TERMINAL", "4879.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Fit-terminal il-ġdid ta' l- Ajruport hemm faċilitajiet biex wieħed jixtri bolli u jimposta ittri?", "Jekk le jista' jipprovdi l- faċilita'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fit-Terminal il-Ġdid ta' l- Ajruport hemm Uffiċċju tal- Posta fis-sezzjoni tad- Departures, miftuħ is-sena kollha (Btajjel Pubbliċi nklużi) mis-6.00 a.m. sa 12.00 p.m..", "Rigward impustar ta' ittri dan jista' jsir 24 siegħa kuljum fil-kaxxa ta' l-ittri li hemm imwaħħla ma ġenb dan l- uffiċċju.", "Vetturi tal-Gvern,Assikurazzjoni cilj,Vetturi tal-Gvern,Assikurazzjoni dalj,Vetturi tal-Gvern,Assikurazzjoni VETTURI TAL-GVERN - ASSIKURAZZJONI", "4910.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Il- Gvern iħoss li wasal iż-żmien li jinxurja l-vetturi tiegħu fl-aħjar interess taċ- ċittadin?", "Veru li ċ-ċittadin involut f'inċident ma' vettura tal- Gvern ikollu jfittex legalment lis-sewwieq personali bla rikors għal xi forma f'insurance?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija numru 31637 f'Seduta 601 tal-11 ta' Diċembru, 1991.", "Vetturi tal-Gvern,Testijiet cilj,Vetturi tal-Gvern,Testijiet zamf,Vetturi tal-Gvern,Testijiet VETTURI TAL-GVERN - TESTIJIET", "4911.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Kemm ilhom ma jittellgħu għat-test il-vetturi kollha nklużi trakkijiet u heavy plant machinery tal- Gvern?", "Hemm xi obbligu legali li torbot lill-Gvern jagħmel dan?", "Jekk le, il-Gvern, ma jħossx li wasal iż- żmien li dan jibda jsir speċjalment minħabba l-istat ħażin u anke perikoluż għat-toroq tagħna ta' ħafna minn dawn il-vetturi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-pulizija.", "Servizz Civili,Messaggiera,Uniformi cilj,Servizz Civili,Messaggiera,Uniformi fene,Servizz Civili,Messaggiera,Uniformi SERVIZZ ĊIVILI: MESSAĠĠIERA - UNIFORMI", "4912.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk:-", "Hemmx il-ħsieb li titbiddel l-unformi tal-messaġġieri fid- Dipartiment tal-Gvern?", "Saret xi ordni f'dan is-sens?", "Ma' min saret din l-ordni, u kemm hi l-kwantita'?", "Kemm-il uniformi tiġi ordnata kull sena mill-Gvern għall- messaġġiera fid- Dipartimenti tiegħu?", "Kemm ġew ordnati sena b'sena mill-1981 'l hawn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li:-", "M'hemmx ħsieb li tinbidel l- uniformi tal-messaġġiera fid- dipartimenti tal-gvern, u ma saret l-ebda ordni f'dan is- sens.", "L-uniformi ta' messaġġier tikkonsisti f'uniformi għas- Sajf li hija qalziet griż kull sena u żewġ qomos griżi kull sentejn, u uniformi għax- Xitwa li hija ġlekk u qalziet blu skur u qmis ċelesti kull sena.", "L-ordnijiet ta' l-uniformijiet isiru permezz ta' kuntratti għall-perjodu ta' żmien speċifikat, wieħed għas-Sajf u ieħor għax-Xitwa.", "L-ammonti ta' l-uniformijiet tas-Sajf u tax-Xitwa li ħarġu mill-1981 'l hawn huma kif jidher hawn taħt:", "|YEAR | | | | | | | |1981 | Summer | 249 | | |Uniforms | | | |1981: | | | | |250 | | |Winter81/82:| | | | | | |1982 | Summer 82: |245 | | | |323 | | |Winter82/83:| | | | | | |1983 | Summer 83: |329 | | | |552 | | |Winter83/84:| | | | | | |1984 | Summer 84: |294 | | | |517 | | |Winter84/85:| | | | | | |1985 | Summer85: |292 | | | |530 | | |Winter85/86:| | | | | | |1986 | Summer 86: |279 | | | |457 | | |Winter86/87:| | | | | | |1987 | Summer 87 |215 | | | Winter87/88|425 | | | | | |1988 | Summer88: |293 | | | |518 | | |Winter88/89:| | | | | | |1989 | Summer89 |424 | | | Winter |507 | | |89/90 | | | | | | |1990 | Summer 90: |326 | | | Winter90/91|543 | | | | | |1991 | Summer 91: |484 | | | |526 | | |Winter91/92:| | | | | | |1992 | Summer 92: |384 | | | |593 | | |Winter92/93:| |", "Tarxien,Triq id-Dejma,Tnehhija tas-salib cilj,Tarxien,Triq id-Dejma,Tnehhija tas-salib falm,Tarxien,Triq id-Dejma,Tnehhija tas-salib TARXIEN: DEJMA ROAD - TNEĦĦIJA TAS-SALIB", "4913.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Veru li s- salib ta' Ħal Tarxien f'Dejma Road, ġie deċiż mill- Gvern li jitneħħa minn fejn hu?", "Għaliex u fejn se jittieħed?", "Ġew kkonsultati b'xi mod r- residenti ta' Ħal Tarxien f'din il-materja?", "Għaliex ma ġiex irrispettat dan is-salib fil- permessi li ngħataw għall- iżvilupp tal-bini fl-inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kulma nista' ngħid hu li kien ħareġ biss permess biex jinbena bank skond il-pjanti sottomessi u ma kien hemm ebda talba biex jitneħħa s-salib.", "Djar,Enumerazzjoni cilj,Djar,Enumerazzjoni gall,Djar,Enumerazzjoni DJAR - ENUMERAZZJONI", "4914.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l- Ministru jikkonsidra jekk minbarra l-ismijiet tad-djar tistax bil-liġi tidħol d-drawwa li jiżdied numru ukoll, għall- aktar konvenjenza tal-pubbliku u tad-Dipartiment tal-Posta?", "Jista' x-xogħol ta' enumerazzjoni tad-djar jgħaddi f'idejn l-Electoral Office minflok jibqa' jsir mill- Pulizija ħalli jkun hemm ċentralizzazzjoni u effiċjenza akbar f'din il-materja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru se jiġi kkonsidrat.", "Centru tad-Detox bare,Centru tad-Detox gall,Centru tad-Detox ĊENTRU TAD-DETOX", "5042.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li c-Centru tad-Detox sar żgħir ħafna u m'għadux adekwat biex jiġu kkurati dawk li jiddependu mid-droga fuq bażi residenzjali, jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern biex ifittex post alternattiv?", "Jista' l-Ministru jindika liema huma l-inħawi li qed jikkonsidra l-gvern għal dan il-għan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed jiġi kkonsidrat li Detox Unit preżenti isir Crisis Intervention Unit filwaqt li tinfetaħ unit oħra biex isservi bħala in patient Detox Unit f'Santa Marija.", "Habs Civili,Habsin bare,Habs Civili,Habsin gall,Habs Civili,Habsin ĦABS CIVILI - ĦABSIN", "5043.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu n-numru ta' persuni fil- ħabs li bħalissa:", "a) qed jiskontaw sentenza;", "b) qed jistennew biex igħaddu ġuri?", "Kemm minn dawn huma nisa?", "Kemm minn dawk f'(a) u kemm f'(b) huma suġġetti għall-kura minħabba id- droga?", "Jista' l-Ministru jgħid kif, minbarra iż-żjajjar tat-tabib, issir il-kura biex forsi dawn it-talin jingħataw kura adekwata biex jieqfu mill- vizzju tad-droga?", "Kif issir is-separazzjoni bejn dawk li jieħdu d-droga u dawk li jissejjħu clean?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' prigunieri fil-Habs li qed jiskontaw sentenza huwa 82 irgiel u 5 nisa.", "In-numru ta' prigunieri fil- Habs jistennew proceduri gudizzjarji kriminali kontra taghhom huwa ta' 55 irgiel u nisa xejn.", "In-numri ta' prigunieri li qed jiskontaw sentenza minhabba d-droga huwa kif se jinghad hawn taht:", "| |Senten|Pusses| | | | | |zjati |s | |Pusses| | | | | | |s u | | | | | | |Traffi| | | | | | |kar | | | | | | | | | | | | Rgiel|Nisa| Rgiel|Nisa| | | | | | | | | | 25 |5 |- |18 | 2 | | | | | | | | |Jistenne| | | | | | |w | | | | | | |Procedur| 12 | 1 | | 11 | | |i | | | | | | |Kriminal| | | | | | |i | | | | | |", "L-istituzzjoni tal-Habs tiehu dawk il-passi mehtiega biex tinghata kura lill-persuni bi problemi tad-drogi.", "Fejn ikun jehtieg isir konsulatazzjoni bejn it-tabib tal-Habs, il- psikjatra tal-Habs u d-'Detox Centre'.", "Fil-present mhux possibli li jigu separati prigunieri minhabba l-kwalita` ta' offizi li ghaliha jkunu jinsabu l- Habs.", "Qed ikun konsidrat x'tibdil hu mehtieg li jkun jista` jakkomoda l-htigijiet tal-lum.", "Importazzjoni ta' vetturi bare,Importazzjoni ta' vetturi gall,Importazzjoni ta' vetturi IMPORTAZZJONI TA' VETTURI", "5044. l-ONOR.", "EVARIST BARTOLO Staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Meta vettura tidħol Malta fuq bżai (importazzjoni) temporanja, il- pulizija tkun informata mid- dwana?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vetturi fuq importazzjoni temporanja, sena b'sena, mill- 1990 'l hawn?", "Dawk li jkunu baqgħu Malta wara li jiskadilhom it-terminu tat-tliet xhur suppost jħallsu d-dwana u jibdlu l-pjanci barranin għal dawk Maltin?", "Kemm matul l-istess żmien talbu li jinbidlu l-pjanci?", "Kemm matul l-istess żmien inqabdu mill-pulizija għaliex kellhom il- vettura tagħhom f'Malta aktar milli suppost specjalment f'dawn l-aħħar ġimgħat meta tħabbar li kien se jsir sforz biex jinqabdu dawn il-vetturi?", "Kull meta topera l-iskwadra magħmula bejn il-pulizija u d- dwana għal dan l-iskop?", "Minn kemm nies hija magħmula?", "Ittieħdu passi bil-Qorti kontra s-sidien peress li jidher li n-numru ta' vetturi bi pjanci ta' barra dejjem qed jiżdiedu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- pożizzjoni segwita s'issa hi li l-Pulizija ma tigix infurmata dwar vetturi li jidhlu Malta fuq bazi ta' importazzjoni temporanja.", "Kull vettura li tidhol f'Malta fuq bazi temporanja tinghata permess mill-Kontrollur tad-Dwana.", "Dan il-permess jista` jigi estiz.", "Rekords ta' dawn il-vetturi u l-permessi taghhom jinzammu u johorgu mid- Dwana.", "Ninsab informat li l-Pulizija ma zzommx statistika dwar talbiet ghal-bdil ta' pjanci ta' dawn il-vetturi.", "Sal-lum l-ebda kaz ma tressaq il-Qorti rigward vetturi simili, ghalkemm tliet vetturi gew maqbuda mill-Pulizija in konnessjoni ma' investigazzjonijiet.", "Ninsab informat ukoll li kemm il- Pulizija kif ukoll id-Dwana qed jikkonsidraw sistemi ahjar ghall-kontroll ta' vetturi bi pjanci barranin f'Malta.", "Behsiebni nitlob aktar taghrif fuq dak li qed isir.", "Mellieha,Telephones bare,Mellieha,Telephones zamf,Mellieha,Telephones Manikata,Telephones bare,Manikata,Telephones zamf,Manikata,Telephones Selmun,Telephones bare,Selmun,Telephones zamf,Selmun,Telephones MELLIEĦA - TELEPHONES", "5045.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet tat-telefon:", "a) fil-Mellieħa;", "b) fil-Manikata;", "c) f'Selmun?", "Kemm ilha l-aktar waħda pendenti f'kull lokal?", "Jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm biex f'kull lokal imsemmi f'din il- mistoqsija jingħataw is-servizz tat-telefon fl-aqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti ghas-servizz tat- telefon fil-lokalitajiet msemmija huwa kif jidher hawn taht:", "Applikazz- Transfers Total Data ta' l- jonijiet aktar app.", "Godda Pendenti _____ ________ _____ ________", "Mellieha 108 15 123 1985 Village.", "Manikata 5 3 8 1988", "Selmun 18 - 18 1985", "Fil-villaġġ tal-Mellieha sar hafna xoghol ta' espansjoni tal-\"cable network\" u ghalhekk l-applikanti pendenti kollha, minbarra xi wahdiet fl- \"outskirts\", se jinghatalhom is-servizz - il-maggoranza l- kbira din is- sena.", "Bhalissa mhux teknikament possibbli li l-applikazzjonijiet pendenti tal- Manikata u tas- Selmun jinghatalhom is-servizz.", "Madankollu qieghed jithejja pjan biex jitwasslu izjed linji bil-ghan li jkun jistghu jinghataw dawn is-servizzi kmieni fl-1994.", "San Giljan,Triq il-Kbira bare,San Giljan,Triq il-Kbira gall,San Giljan,Triq il-Kbira SAN GILJAN - TRIQ IL-KBIRA", "5046.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Meta triq tingħalaq minħabba xogħlijiet li jkunu qegħdin isiru f'post partikolari, u b'hekk it-triq tkun ingħalqet minħabba xogħol b'xi crane, ikun hemm bżonn il-preżenza kontinwa tal-pulizija?", "Nhar il-Ġimgħa, 3 ta' Ottubru kien hemm permess li tingħalaq Main Street, f'San Ġiljan għal żmien twil u parti minn Triq il-Kulleġġ l-Antik (dik il- parti l-aktar vicin Triq Birkirkara) għal xi sagħtejn?", "Minn Jannar sal-lum kemm-il darba ingħata permess biex tingħalaq Main Street, San Giljan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kemm biex isir xogholijiet fit-toroq kemm sabiex 'crane' jew 'heavy machinery' jahdem fit-triq jinhtiegu licenzja tal- Pulizija.", "Barra minn hekk jezistu kazijiet fejn tkun mehtiega wkoll il- presenza kontinwa tal-Pulizija li ssir bi hlas.", "Infurmat li ma hareg l-ebda permess tal-Pulizija rigward dan ix-xoghol f'San Giljan.", "Qed isiru investigazzjonijiet dwar dan mill-Pulizija.", "Sptarijiet,Zammit Clapp,Pazjenti gree,Sptarijiet,Zammit Clapp,Pazjenti gall,Sptarijiet,Zammit Clapp,Pazjenti SPTAR ZAMMIT CLAPP - PAZJENTI", "5116.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinformani min hu responsabbli biex jiddeċiedi jekk pazjent/a tkunx eliġibbli li tidħol bħal in patient f'Zammit Clapp Hospital?", "Id-deċiżjoni tittieħed minn persuna waħda jew minn xi forma ta' kumitat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fi sptar li jispecjalizza f'xi qasam tal-kura medika, huwa l- Konsulent f'dak il-qasam li jiddeciedi liema pazjenti ghandhom jiddahhlu f'dak l- isptar, liema tip ta' kura ghandhom jinghataw, kemm idumu l-isptar u meta ghandhom jintbaghtu d-dar.", "L-Isptar Zammit Clapp huwa Sptar li jispecjalizza fil-kura ta' l-anzjani u li fih l- anzjani jinzammu ghal zmein qasir.", "Il-Konsulent Gerijatriku huwa l-persuna li tiddeciedi liema pazjenti jistghu jibbenefikaw mis- servizzi moghtija f'dan l- Isptar, li jinkludu servizz ta' 'in-patients' u 'out-patients'.", "Id-decizjoni tittiehed minn persuna wahda.", "Safejn huwa maghruf, fi sptarijiet bhal dawn, id-decizjoni ma tittiehidx minn xi forma ta' kumitat.", "Ajruport,Karozzi ghall-passiggieri gree,Ajruport,Karozzi ghall-passiggieri bong,Ajruport,Karozzi ghall-passiggieri KAROZZI GĦALL-PASSIĠĠIERI FL- AJRUPORT", "5117.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jikkonferma li xi żmien ilu inxtraw passenger buses biex iġorru l-passiġġieri mill-ajruplani sat-terminal?", "Kemm inxtraw minn dawn il- buses?", "Dawn il-buses nxtraw ġodda jew second hand?", "Kemm qamu kull waħda?", "X'sar mill-buses ta' qabel?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Filwaqt li r-risposta għall- ewwel parti tad-domanda hija fl-affermattiv, ma jidhirlix li għandi nagħti aktar dettalji ta' natura kummercjali.", "Impjant ta' riciklagg gree,Impjant ta' riciklagg falm,Impjant ta' riciklagg IMPJANT TA' RICIKLAĠĠ", "5118.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru, b'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4148, jgħid jekk l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fil-kumpless ta' l- impjant ta' Sant'Antnin hux qiegħed isaffi id-drenaġġ kemm tas-south u kemm tan-naħa tan- North ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jiddikjara hux veru li d-drenaġġ tan-naħa tas-South huwiex tant ikkontaminat minħabba li jiġbor fih anke l-waste mill-fabbriki - li dan ma jistax jiġi mmsaffi mill-impjant tat-tisfija biex ikun jista' jintuża għat-tisqija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- impjant ta' tisfija ta' drenaġġ ta' Sant'Antnin qiegħed jieħu bħalissa massimu ta' 7,000 metru kubu kuljum li hu parti mid- drenaġġ li jinġabar mill- parti centrali ta' Malta.", "Dan jinkludi r-Rabat, Siġġiewi, Zebbuġ, Qormi, Birkirkara u Attard.", "Id-drenaġġ tal- partijiet l- oħra ta' Malta ma jiġix imsoffi f'Sant'Antnin għax l-impjant ma jiflaħx għalih.", "M'hemmx evidenza li turi li d-drenaġġ tan-naħa ta' Nofs Inhar ta' Malta ma tistax tintuża għat-tisqija wara li tissaffa.", "Li hemm bżonn hu li jsir certu kontroll biex meta jkun hemm il-kapacita' ta' tisfija, il-kwalita' ta' l-ilma tkun tali biex dan ma jiġrix.", "Għal dan il-għan il-Gvern qiegħed jieħu passi biex jinħarġu regolamenti relevanti.", "Bormla,Triq l-Ajkla,Bini abbandunat gree,Bormla,Triq l-Ajkla,Bini abbandunat falm,Bormla,Triq l-Ajkla,Bini abbandunat BORMLA - TRIQ L-AJKLA - BINI ABBANDUNAT", "5119.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Xhur ilu kont diġa' ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru rigward bini abbandunat f'Bormla, b'mod partikolari għal blokk sħiħ fi Triq l-Ajkla kantuniera ma' Triq l-Irlandiżi u Triq Santa Tereża, liema djar jinsabu vojta għax l- abitanti ħarġu minnhom wara li l-Gvern ipprovdielhom abitazzjoni xierqa.", "Dan l-bini suppost kellu jiġi mwaqqa' biex jagħmel lok għal bini ġdid.", "Għaddew xhur sħaħ u għadu ma sar xejn.", "Ħafna bibien u twieqi qed ikunu sfrundati u qed jidħlu fihom indvidwi bl-iskop ta' użu ta' drogi, delinkwenza u skopijiet oħra.", "Ir-residenti lokali saħansitra l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jinsabu inkwetati b'dak li qed jiġri f'dan il- bini abbandunat.", "Nappella lill- Ministru biex tinsab soluzzjoni bla dewmien iżjed biex dan l-abbuż ma jibqax isir, u fl-istess ħin biex l- ambjent u riabilitazzjoni ta' Bormla jibda jiġi ameljorat.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif semma' l-Onor.", "Membru, l-blokki msemmija ġew żvujtati ftit tax- xhur ilu biex isir proġett ta' twaqqigħ ta' bini sub- standard.", "Jirriżulta pero' li minħabba li mhux l-inkwilini kollha nħarġu mad-Dipartiment tad-Djar, ix- xogħol ta' twaqqigħ ma jistax jinbeda.", "Wara li saru l- ilmenti dwar żgassar tal- postijiet, id-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar beda jagħlaq il-bibien bil-katnazzi u nbeda l-proċess biex jiġu skonnettajti is-servizzi tad- dawl u l-ilma.", "Wieħed jittama li l- kumplament tan-nies jinħarġu dalwaqt u x-xogħol jista' jinbeda kmieni s- sena d- dieħla.", "Telemalta,Kuntratturi mizj,Telemalta,Kuntratturi zamf,Telemalta,Kuntratturi KUNTRATTURI MA' TELEMALTA", "5159.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l- Ministru jagħtini risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3453?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bejn is-sena 1987 u l-ahhar ta' Awissu 1992 il-Kuntratturi li gew immultati talli naqsu f'xi ftehim f'Kuntratti li kellhom mat-Telemalta huwa kif indikat hawn taht:", "| |Lm | | | | |Ph Agius & Sons | 420 | | | | |Construction & | 439 | |General Eng. | | | | | |Ch.", "Dimech |3,618 | | | | |S. Fenech | 1,670 | | | | |C. Zammit |15,788 | | | | |Polidano Bros. |100 | | | | |Ganpet Ltd |1,253 | | | | |V Hili & Co Ltd |10 | | | | |Testing Ltd | 400 | | | | |C. Farrugia Melfar |100 | |Ltd | | | | | |Petralux Ltd |4,400 | | | | |Zahra/Galea |10,721 | | | | |A. Xuereb Ltd | 2,900 |", "Birgu,Bankina quddiem il-MLP mizj,Birgu,Bankina quddiem il-MLP falm,Birgu,Bankina quddiem il-MLP BIRGU - BANKINA QUDDIEM IL-MLP", "5160.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: F'mistoqsija li saret madwar sena ilu biex il-bankina ta' quddiem il-Każin tal-Labour tal-Birgu tiġi rranġata, kien ġie mwiegħed li d-dipartiment se jara x'jista' jagħmel.", "Issa li reġgħet waslet ix- xitwa, jista' l-Ministru jieħu passi mmedjati biex din il- bankina tiġi rranġata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xogħol tal- bankina li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant jinsab inkluż fil- programm ta' tiswijiet ta' bankina fil-Kottonera.", "Bormla,Djar,Ittra mill-Kunsill Parrokkjali mizj,Bormla,Djar,Ittra mill-Kunsill Parrokkjali hyzg,Bormla,Djar,Ittra mill-Kunsill Parrokkjali BORMLA - ITTRA MILL-KUNSILL PARROKKJALI", "5161.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: B'referenza għall- ittra mibgħuta lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mid- Djar mill-Kunsill Parrokkjali ta' Bormla fit-28 ta' Settembru, 1992, għandu xi kumment il-Ministru dwar dak li ntqal fl-ittra?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien informat li l-bibien tal- postijiet li mhumiex abitati ġew kollha mblokkati u t- twaqqigħ tal-postijiet in kwestjoni se jibda hekk kif il- ftit abitanti li baqa' jingħataw akkomodazzjoni alternattiva.", "Fgura,Razzett mizj,Fgura,Razzett falm,Fgura,Razzett FGURA - RAZZETT", "5162.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li diversi drabi saru ilmenti li viċin razzett li jinsab f'kantuniera ma' Triq San Xmun u Triq il-Karmnu, il- Fgura jkun hemm rwejjaħ jintnu, jista' l- Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jittella ċint madwar dik l-għalqa biex ma jintremix aktar skart hemmhekk?", "Biex tkun taf aktar dwar l- ilmenti tar-residenti, qiegħed nibgħatlek kopja a' ittra li ġiet mibgħuta lili mis-Sur ML Mallia ta' St. Simon Street, Fgura datata 31.7.92.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ic- cint suġġerit mill-Onor.", "Interpellant hu f'proprjeta' privata.", "Il-każ ġie referut lill-ispetturi sanitarji għal aktar investigazzjoni.", "Pulizija,Rapporti mill-Patrol Boat PC 24 mizj,Pulizija,Rapporti mill-Patrol Boat PC 24 gall,Pulizija,Rapporti mill-Patrol Boat PC 24 PULIZIJA - RAPPORTI MILL-PATROL BOAT PC 24", "5163.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fl-24 ta' Mejju, 1992, saru żewġ rapporti mill-Patrol Boat PC 24 dwar ksur ta' liġi fuq il-baħar.", "Jista' l-Ministru jgħidli x'passi ttieħdu s'issa mill- Pulizija dwar dawn iż-żewġ każi u min kienu l-persuni involuti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 5149.", "Bormla,Trasport pubbliku mizj,Bormla,Trasport pubbliku gall,Bormla,Trasport pubbliku BORMLA - TRASPORT PUBBLIKU", "5164.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l- Ministru jara li l-istage li kien hemm fejn il-mina ta' Santa Liena, Bormla - dejjem int u ġej mill-Belt - jitpoġġa fejn kien qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t- talba tiegħu se titressaq quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għall- konsiderazzjoni.", "Ghawdex,Trasport pubbliku bork,Ghawdex,Trasport pubbliku mifu,Ghawdex,Trasport pubbliku GĦAWDEX - TRASPORT PUBBLIKU", "5173.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru bl-inkonvenjent u xi drabi anke perikli li l- istrajk tal-karozzi tal-linja qiegħed joħloq għat-tfal ta' l- iskola ġewwa Għawdex?", "X'passi qiegħed jieħu l-Gvern sabiex isolvi dan l-istrajk fl- iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ħa l-passi kollha meħtieġa biex it-tfal ta l-iskejjel jitwasslu bl-anqas inkonvenjent possibbli u mingħajr ebda periklu.", "Fid-diversi laqgħat li saru, il-Ministeru dejjem saħaq fuq aktar taħdidiet bil-għan li jintlaħaq ftehim accettabbli għaż-żewġ partijiet.", "L- azzjoni ta' strajk awtomatikament waqqfet id-diskussjonijiet li kienu qed isiru.", "Dip tas-Saħħa,Infermiera,Transfer gree,Dip tas-Saħħa,Infermiera,Transfer gall,Dip tas-Saħħa,Infermiera,Transfer DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TRANSFERS LILL-INFERMIERA", "5174.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nurses li ġew trasferiti f'dawn l-aħħar ħames snin mid-Dipartiment tas-Saħħa għal dipartimenti oħra f'postijiet fejn mhumiex qegħdin jipprattikaw il- professjoni tagħhom?", "Kemm minn dawn ġew transferred on secondment (self) jew bħala formal transfer?", "Jista' l-Ministru jgħid wkoll fejn kull nurse ġie/ġiet transferred?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li m'hemmx infermiera li ġew trasferiti f'dawn l- aħħar ħames snin mid- Dipartiment tas-Saħħa għal dipartimenti oħra tal-Gvern f'postijiet fejn mhumiex qegħdin jipprattikaw il- professjoni taghhom.", "Inzid nghid li bhalissa qed isir ezercizzju preliminari dwar it- tqassim ('deployment') tan- 'nurses' kollha impjegati mad- Dipartiment tas-Sahha.", "Dip tas-Saħħa,Infermiera,Tranfers gree,Dip tas-Saħħa,Infermiera,Tranfers gall,Dip tas-Saħħa,Infermiera,Tranfers DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TRANSFERS LILL-INFERMIERA", "5175.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa n-numru ta' nurses (medja) li jitolbu li jiġu trasferiti għal wards, diviżjonijiet jew sptarijiet oħra?", "Jekk in-numru huwa sostanzjali, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r- raġunijiet prinċipali għal dawn it-talbiet ta' transfer?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-Dipartiment tas- Saħħa ma jżommx statistika dwar it-tagħrif mitlub.", "Malta Film Facilities,Hlasijiet dovuti buhc,Malta Film Facilities,Hlasijiet dovuti bong,Malta Film Facilities,Hlasijiet dovuti MALTA FILM FACILITIES - ĦLASIJIET DOVUTI", "5182.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li jrid jitħallas lill-kumpannija Malta Film Facilities mill-kumpannija li ħadmet il-film Christopher Colombus, The Discovery?", "Kemm tħallsu s'issa?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija ta' natura kummercjali u għaldaqstant ma jidhirlix li għandha tingħata.", "Balzan,Latrina buhc,Balzan,Latrina falm,Balzan,Latrina BALZAN - LATRINA", "5183.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-kaptelli miksurin li jagħlqu l-inspection chamber tal-latrina li hemm fil-playing field ta' fejn il-knisja ta' Ħal Balzan, jinbidlu peress li fl-istat li huma, huma ta' periklu għal kull minn igħaddi minn dawn l-inħawi?", "Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa li ma tħalliex il- vetturi jipparkjaw fuq dan l- inspection chamber u b'hekk jevita l-ħsara fil-futur?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-dipartiment koncernat jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Mellieha,Popeye Village,Permessi tal-bini buhc,Mellieha,Popeye Village,Permessi tal-bini falm,Mellieha,Popeye Village,Permessi tal-bini POPEYE VILLAGE - PERMESSI GĦALL-BINI", "5184.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk Popeye Village inbeniex bil-permessi tal-PAPB?", "Popeye Village għandu l-użu ta' xi beach concession?", "Liema bini f'Anchor Bay hu kopert bil-permessi tal-PAPB?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Skond il-plotting Section ma jirriżultax li mill- 1969 kien hemm xi applikazzjoni tal-PAPB għall-istruttura msemmija li safejn naf jien kienet nbniet bħala set ta' film.", "Balzan,Toroq buhc,Balzan,Toroq falm,Balzan,Toroq BALZAN - IRRANĠAR TA' TOROQ", "5185.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li t-triq quddiem il-Mid- Med Bank Ħal Balzan titranġa sabiex ma żżommx kwantita' kbira ta' ilma kull meta tagħmel ftit xita?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-dipartiment koncernat jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Attard,Triq li tagħti għal ta' Qali buhc,Attard,Triq li tagħti għal ta' Qali falm,Attard,Triq li tagħti għal ta' Qali ATTARD - IRRANĠAR TA' TRIQ", "5186.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li t-triq li tagħti minn Ħ'Attard għal wara ta' Ta' Qali (quddiem iċ-ċimiterju tal- Mosta) tiġi rranġata peress li l-ammont ta' ħofor li fiha huwa ta' periklu kbir għas-sewwieqa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol mitlub mill-Onor.", "Membru beda u se jkompli sakemm jitneħħa l- periklu kollu.", "Forzi Armati ta' Malta,Membri buhc,Forzi Armati ta' Malta,Membri fene,Forzi Armati ta' Malta,Membri FORZI ARMATI TA' MALTA", "5187.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni u f'liema gradi ġew ingaġġati mal- Forzi Armati ta' Malta minn Ġunju, 1987 sal-lum?", "Fl-istess perjodu kemm persuni temmew l- ingaġġ tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-għadd ta' persuni li ġew ingaġġati mal- Forzi Armati ta' Malta, kif ukoll il-grad li ġew ingaġġati fih, minn Ġunju ta' l-1987 sal- lum, huwa kif jidher hawn taħt:", "Sena Forza Regolari Airport Co. RSC Total ---- ----- -------- ----------- --- -----", "1987 3 Gunners 11 Gunners 14 (Fizzjali Kadetti) 1988 2 Gunners 7 Surġenti 9 (Fizzjali Kadetti)", "1989 213 Gunners 3 Lieutenants 2 Surġenti 218", "1990 60 Gunners 3 Surġenti 5 Gunners 68", "1991 92 Gunners 1 Surġent 93", "1992 2 Surġenti 18 Gunners 19 Gunners 9 Gunners (Sezzjoni (biex jitħa- Tifi tan- rrġu għall- Nar) Air Traffic Control Corps 3 Gunners (Fizzjali Kadetti) 5 Gunners (Surġenti Bdoti) 58 Gunners 114", "Total 458 39 19 516", "Fl-istess perjodu temmew l- ingaġġ tagħhom 490 persuna.", "Luqa,Provvista ta' elettriku manc,Luqa,Qtugh ta' elettriku falm,Luqa,Qtugh ta' elettriku LUQA - QTUGĦ TA' DAWL", "5202.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega għaliex ma' kull ħalba xita id-dawl qed jinqata' ma' Ħal Luqa kollha għal ħin twil?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Fabbriki,Engineering Instruments,Haddiema manc,Fabbriki,Engineering Instruments,Haddiema bong,Fabbriki,Engineering Instruments,Haddiema ENGINEERING INSTRUMENTS", "5203.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jispjega jew jagħti tagħrif dwar il-qagħda ekonomika tal-fabbrika Engineering Instruments?", "X'inhi l-qagħda tal-ħaddiema fl-istess fabbrika?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Wara l-izviluppi li sehhew fil- pajjizi tal-Lvant, ic- Cekoslovakki li kellhom l-ishma fl-Engineers Instruments Ltd u li kienu jixtru l-prodotti taghha, iddecidew li jirtiraw minn din il- Kumpanija u ma baqghux jixtru l-prodotti taghha.", "Wara l-irtirar tac- Cekoslovakki l-kumpanija sabet ruhha f'sitwazzjoni finanzjarja kerha.", "Bejgh tal-prodotti kien kwazi spicca fix-xejn.", "Fi sforz biex jigu salvati kemm jista' jkun impiegi, f'Novembru 1991 ntlahaq ftehim ma' Storm SpA fejn dawn xtraw il-makkinarju ta' l-Engineers Instruments Ltd u fejn intrabtu wkoll li jimmanigjaw il- kumpanija ghal sena u wara jzommu dawk il-haddiema li kienu addattati ghal maghhom.", "L-izviluppi li sehhew dan l- ahhar fis-swieq internazzjonali hallew effett hazin ghall- prodotti ta' din il-kumpannija.", "Ghadhom qieghdin isiru negozjati biex Storm SpA tiehu ghal kollox ir-responsabilita tal-fabrika u tal-produzzjoni.", "Min-naha tal-MIMCOL saru sforzi biex instab xoghol alternattiv ghal xi whud mill- haddiema filwaqt li ohrajn ghazlu li jirrizenjaw volontarjament.", "Ghadhom qed isiru negozjati mal-GWU biex tinstab soluzzjoni ghall- problema ta' haddiema li Storm SpA m'ghandiex xoghol ghalihom b'mod immedjat.", "Skejjel,Qormi,San Bastjan manc,Skejjel,Qormi,San Bastjan mifu,Skejjel,Qormi,San Bastjan QORMI: SKOLA SAN BASTJAN - STAT PERIKOLUŻ", "5204.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Wara li għal diversi snin inġibdet l-attenzjoni tad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni dwar l-istat perikoluż li fih jinsabu l- pilastri li fuqhom mibnija l-iskola primarja Qormi, San Bastjan B, jista' l- Ministru jordna li mill-aktar fis jintbagħat il-perit tad- dipartiment biex jiggwida l- ħaddiema biex jagħmlu t- tiswijiet meħtieġa qabel ma tiġri xi diżgrazzja?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Servizz Civili,Impjegati godda manc,Servizz Civili,Impjegati godda fene,Servizz Civili,Impjegati godda SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI ĠODDA", "5205.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu ħaddiema fiċ-Ċivil li rriżenjaw jew spiċċaw bl- eta' mill-1987 sal-lum?", "F'liema kategorija/grad?", "Kemm ħaddiema/impjegati ġodda ġew ingaġġati maċ-Ċivil mill- 1987 sal-lum u f'liema kategorija/grad?", "Kien hemm call for applications f'kull każ ta' ingaġġ ġdid?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed nehmeż tabella li tagħti n-numru u l- kategorija ta' ħaddiema li rriżenjaw jew b'xi mod ieħor temmew l-impieg tagħhom mal-Gvern u ħaddiema li ġew impjegati, minn Mejju ta' l-1987 sal- lum.", "L-impieg ta' dawn il-ħaddiema sar skond kif tipprovdi il- Kostituzzjoni u r-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, (jiġifieri jew permezz tas-Servizz għall- impjegar (Labour Office u issa l-Employment & Training Corporation), jew b'eżami pubbliku jew b'sejħa għall- applikazzjonijiet maħruġa mill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku).", "Recruitment and Retirements/Resignations - May '87 to Sept '92 May to Dec '87 1988 1989 ---------------------------------------------- Rec- Ret/Res Rec- Ret/Res Rec- Ret/Res ruit- ruit- ruit- ment ment ment ----------------------------------------------", "General 0 93 328 131 124 185 Service", "Prof- 67 15 104 20 156 23 essi- onal", "Tech- 23 16 45 16 65 35 nical", "Depar- 302 238 549 365 740 306 tment- al", "Indus- 86 193 394 359 886 342 trial --------------------------------------------- Totals 478 555 1420 891 1971 891 ---------------------------------------------", "1990 1991 Jan to Sept '92", "Rec- Ret/Res Rec- Ret/Res Rec- Ret/Res ruit- ruit- ruit- ment ment ment --------------------------------------------", "Gene- 490 161 51 133 417 187 eral Ser- vice", "Prof- 139 40 147 50 83 35 essi- onal", "Tech- 48 37 24 41 13 34 nical", "Depart- 707 427 633 398 145 319 mental", "Indust- 360 340 222 329 65 201 rial ------------------------------------------- Totals 1744 1005 1077 951 *723 776 -------------------------------------------", "Fl-1992 kien hemm ukoll 2147 ex-membri ta' Awżiljarji (AWTS) li saru impjegati regolari tal- Gvern.", "Tindif pubbliku manc,Tindif pubbliku falm,Tindif pubbliku TINDIF TA' TOROQ", "5206.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid:-", "Kemm jiswa l-kuntratt ta' tindif ta' toroq pubbliċi b'mod mekkanizzat li ġie ntrodott riċentement?", "Minn ħa dan il-kuntratt?", "Minn huwa responsabbli li jispezzjona biex ix-xogħol isir b'mod tajjeb u sodisfaċenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4757 (Seduta 57).", "Inżid ngħid li hekk kif beda jopera dan is-servizz, ġie appuntat spettur apposta fit- Taqsima Tindif Pubbliku biex jispezzjona x-xogħol u jara li jkun qed isir b'mod tajjeb u sodisfacenti.", "Ghawdex,Xaghra,Mizbla bork,Ghawdex,Xaghra,Mizbla falm,Ghawdex,Xaghra,Mizbla GĦAWDEX: XAGĦRA - REFUSE DUMP", "5207.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Għar- risposta tal- mistoqsija parlamentari numru 2947, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r- rapport kif magħmul mill- kumpannija barranija li hemm referenza għaliha fl-istess mistoqsija?", "Barra minn hekk, jista' l- Ministru jgħid jekk il-Gvern wasalx għal xi konklużjonijiet rigward ir-riċiklaġġ ta' l- iskart ta' Għawdex; u jekk le meta hu beħsiebu l-Gvern jasal għal dawn il-konklużjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- fehma tas-Segretarjat għall- Ambjent hija li deciżjoni finali dwar x'għandu jsir mill- iskart ġewwa Għawdex tista' tittieħed biss meta jitlesta l- eżercizzju li qed isir bħalissa, mill- istess Segreterjat bl-għajnuna ta' konsulenti barranin dwar dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l- iskart fil-gżejjer Maltin.", "Rapport dettaljat dwar is- sitwazzjoni preżenti kien ippubblikat f'Lulju ta' din is-sena.", "Huwa mistenni li sa Frar ta' l-1993, tkun mfassla u ppubblikata l-istrateġija ndikata għal ġbir, trattament, riciklaġġ u dispożizzjoni ta' l-iskart f'Malta.", "Id-deciżjoni aħħarija dwar Għawdex bilfors li se tiddependi ukoll fuq dak li se jkun deciż għal Malta.", "Ghawdex,Xaghra,Triq Gorg Preca,Asfaltar bork,Ghawdex,Xaghra,Triq Gorg Preca,Asfaltar falm,Ghawdex,Xaghra,Triq Gorg Preca,Asfaltar GĦAWDEX: XAGĦRA - TRIQ GORG PRECA - ASFALTAR", "5208.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jidhirlu l-Ministru li għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi asfaltata t- triq ġdida fi Triq Dun Ġorġ Preca x-Xagħra, Għawdex meta wieħed iqis li l- parti l-kbira minnha hija mibnija, u ilha li nfetħet żmien mhux ħażin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li t-triq ġdida fi Triq Dun Ġorg Preca x-Xagħra tkun tista' tiġi asfaltata meta jsir ix-xogħol ieħor ta' gandott ta' l-ilma f'Dun Gorg Preca Street Xagħra għar-raġuni li t-triq imsemmija taqleb għal fuq din it-triq u ma tistax tiġi asfaltata qabel.", "Santa Venera,Progett tal-mini bril,Santa Venera,Progett tal-mini falm,Santa Venera,Progett tal-mini SANTA VENERA: PROĠETT TAL-MINI - DAWL", "5244.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jistgħu jttieħdu passi mmedjati biex tiġi mdawwla kif xieraq it-triq li tagħti għall-mina ta' Santa Venera minħabba l-għadd kbir ta' inċidenti li diġa' saru fiha fosthom żewġ fatalitajiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għadu ma ġiex stabbilit il-kaġun ta' l-incidenti fatali li ġraw fil- vicinanzi tat-toroq ta' Santa Venera u għalhekk l-incidenti msemmija ma jistgħux jiġu kkonsidrati li ġraw minħabba li xogħol fuq is-sistema tad-dawl għadu qiegħed isir.", "Santa Venera,Progett tal-mini bril,Santa Venera,Progett tal-mini falm,Santa Venera,Progett tal-mini SANTA VENERA: PROĠETT TAL-MINI - TRAFFIC SIGNS", "5245.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jistgħu jitwaħħlu road signs ġodda fit-triq li tagħti għall-mina ta' Santa Venera għaliex ir-road signs li hemm fil-prezent issibhom ma' wiċċek ħabta u sabta b'periklu kbir għas-sewwieqa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- signs li semma' l-Onor.", "Membru qed jinħadmu biex ikunu installati.", "Qormi,Provvista ta' elettriku spil,Qormi,Provvista ta' elettriku falm,Qormi,Provvista ta' elettriku QORMI - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "5246.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jaf il- Ministru li l- provvista tad-dawl f'Ħal Qormi, għallinqas f'ċerti inħawi bħal Fuq tal-Blat u oħrajn mhix qed tkun stabbli, bl-effett li tagħmir li jaħdem bl-elettriku jintlaqat ħażin?", "Jistgħu jittieħdu passi biex jirrimedjaw għal din il-qagħda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Korporazzjoni Enemalta ma rcevitx rapporti ta' instabilita' fil-provvista ta' l-elettriku fil-lokal imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "Jekk jingħataw aktar dettalji specifici, isiru l- investigazzjonijiet meħtieġa.", "Santa Venera/Mriehel,Dawl spil,Santa Venera/Mriehel,Dawl falm,Santa Venera/Mriehel,Dawl SANTA VENERA/MRIEĦEL - DAWL FIL-BYPASS", "5247.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'xogħol kien jonqos isir fil-bypass ta' Santa Venera/Imrieħel meta ġiet inawgurata?", "X'sar s'issa minn dak ix-xogħol?", "Għaliex l- aċċess minn ħdejn il-Mitħna tar-Riħ ta' Ħal Qormi baqa' ma tlestiex?", "X'xogħol sar mindu t-triq ġiet inawgurata?", "Jaf il-Ministru li hemm partijiet tan-network il-ġdida li baqgħu mhux imdawwla sewwa, lanqas għar-rigward tas-sign posts?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: In- network ta' toroq infetaħ għall-użu meta tant kien hemm toroq lesti iżda magħluqin li t-traffiku li juża dawk l- inħawi beda jiġi ostakolat mill-għeluq tagħhom u b'hekk il-pubbliku beda jiffaccja inkonvenjenzi kbar u fuq kollox bla bżonn.", "Kien għad baqa' erba' friegħi żgħar x'jinfetħu, waħda ħdejn il-mitħna ta' Ħal Qormi u tlieta fin-niżla lejn l-Imsida.", "Din ta' l-ewwel ma ġietx miftuħa għax qed jinbena gutter ta' l-ilma sabiex jgħaqqad it- triq ta' l- Imrieħel mal-mina l- ġdida li saret għall-ilma f'Ħal Qormi.", "Dawn ix-xogħlijiet issa kważi tlestew u t-toroq imsemmija dalwaqt jiġu asfaltati.", "Qormi,Bypass spil,Qormi,Bypass falm,Qormi,Bypass QORMI - BYPASS", "5248.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'kienu l- konsiderazzjonijiet psikoloġiċi li l- Onor. Ministru ġie rrapportat li rrefera għalihom dwar il-mod kif il-bypass ġdida minn Ħal Qormi għal Ħal Balzan/Attard ġiet mgħaqqda mat-triq eżistenti?", "Jista' l-Ministru jgħid għadux jinħass li l-mod kif iż-żewġ triqat ġew mgħaqqdin hu l-aħjar wieħed?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- għaqda tat-triq tar-Rabat saret bil-mod li saret sabiex it- traffiku minn naħa ta' fuq ta' Malta jiġbed lejn il-Bypass il- ġdida.", "Milli jidher s'issa din il- qagħda qegħda taħdem sewwa.", "Italja,Ftehim finanzjarju spil,Italja,Ftehim finanzjarju demg,Italja,Ftehim finanzjarju FTEHIM FINANZJARJU MA' L-ITALJA", "5249.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: X'ammonti ta' fondi waslu taħt il-ftehim ma' l- Italja s'issa din is-sena?", "Kemm kienu (f'liri Maltin) u meta ġew kreditati?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Waqt li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa responsabbli għal konklużjoni tal-ftehim finanzjarju ma l-Italja, it- trasferiment ta' fondi isiru mal-Ministeru tal-Finanzi lil min din il- mistoqsija għandha tiġi ndirizzata.", "Skejjel,Gian Frangisk Abela,Ghalliema spil,Skejjel,Gian Frangisk Abela,Ghalliema mifu,Skejjel,Gian Frangisk Abela,Ghalliema SKOLA GIAN FRANĠISK ABELA - GĦALLIEMA", "5250.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm kellu għalliema jgħallmu l-Ekonomija l-Upper Secondary, Ġian Franġisk Abela meta intemmet is-sena skolastika 1991/92?", "Kemm kellu meta bdiet is-sena 1992/93?", "Kemm għandu issa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Is-sena l-oħra l-iskola kellha seba' għalliema ta' l-Ekonomija full-time.", "Din is-sena l-istess skola għandha erba' għalliema full- time u seba' part-time.", "Coopers and Rybrands spil,Coopers and Rybrands bong,Coopers and Rybrands KONSULENTI COOPERS AND RYBRANDS", "5251.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Xi studji sussegwenti kienu indikaw li għandhom isiru l-Konsulenti Coopers and Rybrands fl-istudju li għamlu għall-FOI u l-Gvern (li ħareġ parti mill- finanzjament tiegħu)?", "Liema minnhom saru?", "Meta u minn min?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ir-rapport tal-konsulenti Coopers and Rybrands kien ikkumissjonat mill-FOI, ghalkemm kumpannija parastatali ghamlet kontribuzzjoni lill-FOI biex thallas parti mill- ispejjeż tieghu.", "In vista ta' dan li ghidt, ma jidhirlix li ghandi nidhol dwar studji sussegwanti li setghu saru mill-FOI.", "Turizmu,Ftehim mal-Lussemburgu bril,Turizmu,Ftehim mal-Lussemburgu bong,Turizmu,Ftehim mal-Lussemburgu TURIŻMU - FTEHIM MAL- LUSSEMBURGU", "5252.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar koperazzjoni fit-Turiżmu bejn Malta u l-Lussemburgu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Onor.", "Membru hu mistieden li jagħmel din il-mistoqsija lill- Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Ligi ta' Qiegh il-Bahar bril,Ligi ta' Qiegh il-Bahar demg,Ligi ta' Qiegh il-Bahar LIĠI TA' QIEGĦ IL-BAĦAR", "5253.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: X'qiegħed iżomm lill-Gvern milli jirratifika il-Liġi ta' Qiegħ il-Baħar li Gvern Nazzjonalista kien ippropona fl-1967?", "Il-Gvern Malti meta beħsiebu jirratifika il-Berne Convention?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Dwar l-ewwel parti tad-domanda dik il-Liġi ta' Qiegħ il-Baħar, nixtieq nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li jiena tajt f'Seduta Nru. 50 tal-Leġislatura preżenti għad- domanda numru 1686 dwar l- istess suġġett.", "Dwar it-tieni parti tad- domanda l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jispecifika għal liema konvenzjoni ta' Berne qiegħed jirreferi.", "Industriji Parastatali,Privatizzazzjoni bril,Industriji Parastatali,Privatizzazzjoni bong,Industriji Parastatali,Privatizzazzjoni BEJGĦ TA' KUMPANNIJA PARASTATALI", "5254.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Liema huma l-kumpanniji parastatali li l-Gvern jixtieq ibiegħ lill- privat on grounds of policy?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-gejjieni tal-kumpaniji parastatali jiddependi minn hafna fatturi u li minhabba f'hekk il-Gvern qieghed izomm flessibilta biex jassigura li dawn mhux talli ma jkunux ta' piz fuq il- pajjiz izda li jkunu ekonomikament sodi.", "Turizmu,Green Tourism bril,Turizmu,Green Tourism falm,Turizmu,Green Tourism GREEN TOURISM IN MALTA", "5255.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'follow up kien hemm mid-Dipartiment ta' l- Ambjent għall-istudju Green Tourism in Malta, Issues and Opportunities ta' Dick Sisman (Settembru, 1991)?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- Segretarjat għall-Ambjent ħa diversi spunti mill-istudju Green Tourism in Malta li se jkunu studjati u żviluppati fil- proġett tal-Girgenti.", "Dan il-proġett se jħares mill-qrib lejn l-implikazzjonijiet li t-Turiżmu jista' jkollu għall-ambjent rurali f'pajjiżna.", "Il-proġett tal- Girgenti se jingħata bidu hekk kif il-kummissjoni għas-servizz pubbliku tawtorizza l- ħatra ta' spetturi għall-Ambjent.", "Industrija,Progetti godda manc,Industrija,Progetti godda bong,Industrija,Progetti godda INDUSTRIJA - PROĠETTI ĠODDA", "5256.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari numru 4762?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS:", "(a) L-Aided Industries illum jammontaw għal 380.", "(b) 87 minnhom fethu mill- 1987 sal-lum.", "(c) Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija, t-twegiba hija fl-affermattiv.", "(d) Hemm 286 li jipproducu ghal-lokal.", "(e) L-ammont ta' esportazzjoni ta' dawn it-380 kumpannija kien kif imnizzel hawn taht:", "1987 1988 1989 1990 1991 Jan-Gun 92", "Lm 174m Lm209m Lm254m Lm315m Lm360m Lm213m", "Naxxar,Xwieki,Ismijiet ta' toroq farm,Naxxar,Xwiehi,Ismijiet ta' toroq falm,Naxxar,Xwiehi,Ismijiet ta' toroq NAXXAR: QASAM TAD-DJAR - ISMIJIET TA' TOROQ", "5259.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Meta se jingħataw ismijiet it-toroq tal-Housing Estate tax-Xwieki?", "Meta se jiġi deċiż jekk l- area tagħmilx parti minn Naxxar jew il- Għargħur?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt it-talba tiegħek lill- Kumitat ta' l- Ismijiet tat- Toroq.", "Il-Housing Estate magħruf bħala ix-Xwieki għandu jitqies bħala parti mill- Għargħur u mhux man-Naxxar.", "Naxxar,Xwieki,Kuntratt ta' l-art farm,Naxxar,Xwieki,Kuntratt ta' l-art falm,Naxxar,Xwieki,Kuntratt ta' l-art NAXXAR: XWIEKI HOUSING ESTATE - KUNTRATT TA' L-ART", "5260.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Wara li residenti fil-Housing Estate ta' Xwieki, Naxxar ilhom jabitaw r- residenza tagħhom għal snin sħaħ, meta se jsir il-kuntratt fuq l-art li ngħataw?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- plots imsemmija mill-Onor.", "Interpellant qegħdin fuq art li ġiet esproprjata mill-Gvern, u billi l-proċeduri tal- akkwist għadhom ma ġewx finalizzati, il-kuntratt taċ-ċens tal-plots ma jistax isir.", "Inżid ngħid li l-biċċa l-kbira ta' l-art hi proprjeta' tal- Knisja u naturalment dawn il-proċeduri jitħaffu meta l-ftehim bejn l- Istat u l-Knisja jibda jseħħ.", "Telephones,Microwave link farm,Telephones,Microwave link zamf,Telephones,Microwave link TELEPHONE - MICROWAVE LINK", "5261.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Kemm hu l-wattage aċċettabli biex jintuża fl-abitat mill- microwave link?", "X'inhi s-sitwazzjoni f'Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jeziztux standards internazzjonali li jirregolaw l- wattage u kull pajjiz jaghmel lis-standard tieghu.", "Fil-kaz tat-Telemalta l- antenni tal-microwave links minbarra li huma mmontati fuq towers fil- gholi hafna il-power huwa baxx hafna u ghallhekk is-sinjal li jigi trasmess mid- \"Dish Antenna\" ma jaffetwax is- sahha tal-pubbliku.", "Gharghur,playing field farm,Gharghur,playing field falm,Gharghur,playing field GĦARGĦUR - PLAYING FIELD", "5262.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Hemm xi ħsieb li ssir playing field sura ta' nies fil-Għargħur?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għall- playing field fil-Għargħur se jiġi nvestigat mit-Taqsima tax- Xogħlijiet.", "Gharghur,Kaxxi ta' l-ittri farm,Gharghur,Kaxxi ta' l-ittri zamf,Gharghur,Kaxxi ta' l-ittri GĦARGĦUR - KAXXI TA' L-ITTRI", "5263.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Kemm hemm kaxxi ta' l-ittri fil-Għargħur?", "Hemm xi ħsieb li jitwaħħlu iktar kaxxi ta' l-ittri fil- Għargħur?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-Gharghur hemm kaxxa ta' l- ittri wahda li qeghda fil- Pjazza tal-Knisja.", "M'hemm l-ebda hsieb li jitwahhlu aktar kaxxi ta' l- ittri fil-Gharghur.", "Gabbani,Tests fuq haddiema farm,Gabbani,Tests fuq haddiema gall,Gabbani,Tests fuq haddiema KIOSKS - TESTS FUQ ĦADDIEMA", "5264.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm spiss isiru testijiet fuq nies li jmexxu u jaħdmu fil-kiosks biex wieħed jara jekk humiex medikament kompattibli max- xogħol tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Isiru testijiet medici fuq nies li jmexxu u jahdmu fi 'kiosks' tal-ikel qabel ma tinghata lilhom il-licenzja tal- Pulizija.", "Impjegati f'dawn il- 'kiosks' ukoll isirulhom testijiet medici qabel jibdew jahdmu.", "Testijiet medici jigu ripetuti meta jkun hemm il- htiega.", "Uzu tal-kelma \"dizabilita'\" farn,Uzu tal-kelma \"dizabilita'\" gall,Uzu tal-kelma \"dizabilita'\" UŻU TAL-KELMA DIŻABILITA'", "5274.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi fid-dinja moderna ta' llum il-kelma \"diżabilita'\" qed tieħu post il-kelma/verżjoni \"ħandikappat\", jista' l- Ministru jgħid x'inhi l- opinjoni tad-dipartiment dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Kummissjoni Nazzjonali Handikappati ssegwi l- \"Programm Dinji ta' Azzjoni li Jikkoncerna l-Persuni b'Dizabilita\" (World Programme of Action Concerning Disabled People) mahrug mill-Gnus Maqghuda.", "F'dan il-programm hemm id-definizzjoni tat- termini 'impairment', dizabilita` u handikap.", "Dan il-programm jirreferi ghal dawn il-persuni bhala persuni b'dizabilita` u l-Kummissjoni ddecidiet li ssegwi din it- terminologija.", "Hu importanti hafna li nirreferu ghal dawn il-persuni l- ewwel bhala persuni mbaghad bhala persuni li ghandhom xi dizabilita` jew 'impairment' li tista' tirrendihom persuni handikappati fl-ambjent li jghixu.", "Ser jittiehdu mizuri biex il- 'policy' tal-Kummissjoni taqbad l- gheruq f'pajjizna.", "Awtorita' tad-Djar,Hlas farn,Awtorita' tad-Djar,Hlas hyzg,Awtorita' tad-Djar,Hlas AWTORITA' TAD-DJAR - ĦLAS", "5275.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jara sabiex jiġi regolat il-ħlas mill-Awtorita' tad-Djar skond il-kondizzjonijiet tal-każ HOS File Nru 341, 8 Art Nru 38 li tinsab l- Imġarr Xgħara tal-Knisja?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Għaliex kien hemm dan id- dewmien?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mill- pjanta sottomessa lill- Awtorita' tad-Djar jidher li l- benefiċċju tal-Plot 38, Mġarr (Ix-Xagħra tal-Knisja) ma mexiex mal-kondizzjonijiet tal- ħarġa relattiva.", "Minn inspection li saret fuq il- post jidher li l-bini ta' l-ewwel sular huwa lest, iżda jidher ċar li hemm pjanti li t-tieni sular li għalih hemm taraġ minn barra ippjanat se jkun binja oħra.", "Għaldaqstant jidher li se jkun hemm żewġ binijiet li żgur mhuwiex skond il- kondizzjonijiet tal-ħarġa ta' l-1988.", "Bahrija,TV reception farn,Bahrija,TV reception fene,Bahrija,TV reception BAĦRIJA - TV RECEPTION", "5276.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 4577 (Repeater fil-Baħrija) jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid kemm jiswa repeater f'ċifra jew f'ammont finanzjarju u jgħid għaliex qed jikkonkludi li l-ispejjeż mhux ta' piż kbir għar-residenti tal-Baħrija meta dawn jħallsu liċenzja daqs ċittadini oħra Maltin?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex f'diversi nħawi fir- Rabat u rħula ta' madwaru wkoll nħawi oħra fid-distrett qed ikollhom l-istess problema biex jirċievu trażmissjoni ta' Xandir Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Stimi ta' l-ispiża għall- apparat meħtieġ jistgħu jinkisbu faċilment mingħand diversi ħwienet.", "Kif għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4577, meta l-ispiża ta' repeater ta' din ix-xorta tinqasam ħafna, bilfors wieħed jikkonkludi li din m'għandhiex tkun ta' piż kbir.", "Dwar il-ħlas tal-liċenzja, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 2601.", "Dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija jiena nformat li t- Taqsima tal- Wirless Telegraphy m'għandha ebda lment li fl- inħawi msemmija teżisti l- istess problema bħal dik tal- Baħrija.", "Sptarijiet,San Luqa,Medicini psaj,Sptarijiet,San Luqa,Medicini gall,Sptarijiet,San Luqa,Medicini SPTAR SAN LUQA - MEDIĊINI", "5278.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta ġie rivedut l-aħħar il- metodu biex jiġi kkontrollat il-ħruġ ta' mediċini b'xejn mill-isptar San Luqa?", "X'sistema qegħda tintuża llum?", "Din is-sistema tkopri każi biex tinġibed l-attenzjoni għal mediċini li ġew preskritti żmien ilu għal raġuni waħda u baqgħu jiġu preskritti xahar wara l-ieħor, evidentement mingħajr raġuni?", "Isiru spot checks f'każi fejn ikun jidher ċar li qiegħed isir ħela sfrenat u sfaċċat mill-użu tal- karta r-roża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn mindu twaqqfet is-sistema tal- hrug tal-medicini b'xejn, certu aspetti gew riveduti u saru xi tibdiliet, bhall-introduzzjoni tal-formola l-bajda, illi permezz taghha il-pazjenti setghu jinghataw, fuq ir- ricetta ta' tabib, medicini li kienu jinghataw biss fuq ricetta ta' konsulent.", "Ezempju iehor huwa z-zieda fil-lista ta' mard kroniku li ghalih wiehed ikun intitolat ghall- medicini b'xejn.", "Anke zdied in-numru ta' spizeriji li minnhom isir it-tqassim ta' medicini.", "Qed isir studju fuq is- sistema tal-medicini b'xejn in generali, bl-ghan li din tigi rriformata f'hafna aspetti.", "Bhalissa l-pazjenti jinghataw il-medicini b'xejn fuq prezentazzjoni ta':", "1.", "Kartuna valida li tintitolhom ghall-medicini b'xejn.", "Principalment, din hija jew kartuna safra mahruga mid-Dipartiment tas-Sahha fuq applikazzjoni ta' konsulent tal-gvern ghall-mard kroniku, jew kartuna roza mahruga mid- Dipartiment tas-Sigurta' Socjali skond il-qaghda finanzjarja tal-persuna;", "2.", "Ricetti ffirmati minn tabib jew konsulent skond it-tip ta' medicina;", "3.", "Il-karta ta' l-Identita'.", "4.", "Xi dokumenti ohrajn skond il-bzonn, per ezempju l-kartuna l-bajda ghall- medicini narkotici jew psikotropici, u l-'white form' fuq imsemmija.", "L-istess medicina partikolari ma tinharigx qabel il-pazjent ikun kwazi ezawrixxa l- kwantita' li tkun inghatatlu qabel.", "Ghalhekk f'kazijiet ta' mard kroniku, il-medicini jinharrgu darba f'xahar fil- kwantita' li sservi ghal xahar.", "F'kazijiet illi d- 'dispensers' jissuspettaw xi abbuzi, dawn jigu rraportati lill-Ufficjali nkarigati biex isiru l-investigazzjonijiet necessarji u l-passi mehtiega biex jinqata' dan l-abbuz.", "Sptarijiet,San Luqa,Konsulenti psaj,Sptarijiet,San Luqa,Konsulenti gall,Sptarijiet,San Luqa,Konsulenti SPTAR SAN LUQA - KONSULENTI", "5279.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu n-numru ta' konsulenti fid-diversi dipartimenti ta' l- isptar San Luqa?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom f'dawk li huma sigħat u on call duties?", "Hemm minn dawn il-konsulenti jew speċjalisti f'livelli oħra li esprimew ix-xewqa li jaħdmu mingħajr prattika privata kieku l-kondizzjonijiet ikunu aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' Konsulenti, dipartiment b'dipartiment huwa kif gej:", "|Medicina | 8 | |Kirurgija |8 | |Pedjatrija | 4 | |Neurosurgery | 1 | |Obstetrija u |6 | |Ginekologija | | |Patologija | 8 | |Radjoloġija |5 | |Ortopedija | 6 | |E.N.T. | 2 | |Oftalmija |2 | |Dentistrija |1 | |Anestesija | 7 | |Blood Transfusion |1 | | | | |Total | 58 | | | |", "Il-kundizzjonijiet tax-xoghol maqsuma fi tnejn:", "a) dawk li jahdmu 40 siegha b) dawk li jahdmu 35 siegha", "Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat fil-mistoqsija parlamentari Numru 4846.", "'On- call duties' isiru skond id- Dipartiment partikolari.", "Per ezempju, fl-ENT 'on-call' jinqasam bejn zewg konsulenti, filwaqt li fil-Medicina jinqasmu bejn tmienja.", "Il- konsulenti jridu jkunu vicin mezz ta' kommunikazzjoni mmedjata.", "Xi konsulenti u anke specjalisti f'livelli ohra, fissru x-xewqa li jahdmu mal- Gvern minghajr prattika privata.", "Qieghed nikkonsidra l- implikazzjonijiet ta' haga bhal din.", "Zejtun,Gnien Luqa Briffa psaj,Zejtun,Gnien Luqa Briffa falm,Zejtun,Gnien Luqa Briffa ŻEJTUN: ĠNIEN LUQA BRIFFA", "5280.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ħafna mix-xogħol, ukoll dak għad-dawl elettriku fil-Ġnien Luqa Briffa, Żejtun ilu li tlesta, x'qiegħed iżomm biex jittellgħu u jinxtegħlu l-fanali?", "Jista' jiġi kkontrollat xi tibdil strutturali, jew ssir xi sorveljanza għal kontra l- vandaliżmu biex ukoll tkun tista' tiffunzjona l-funtana li kienet ġiet mibnija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol ta' l- arbli għadu qiegħed jinħadem ġol-garaxx tal-Gvern.", "Rigward it-tieni parti tal- mistoqsija, il-fażi ta' l-ewwel parti tax- xogħol fl-imsemmija funtana diġa' tlesta filwaqt li t-tieni fażi se titkompla fiż- żmien qarib.", "Zejtun,Gnien Luqa Briffa psaj,Zejtun,Gnien Luqa Briffa gall,Zejtun,Gnien Luqa Briffa ŻEJTUN: ĠNIEN LUQA BRIFFA", "5281.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi Ġnien Luqa Briffa fin- naħa ta' fuq tat-triq id- daħla ta' San Tumas, Żejtun qiegħed ikun il-mira ta' vandali u kaġun ta' xi mġieba aġġizzjonabbli minn żgħażagħ li jaqbżu l-kanċelli wara l-egħluq tagħhom fil-għaxija, jista' l- Ministru jirrakkomanda lid- dipartimenti konċernati viz il- pulizija u l-agrikoltura li ssir xi kwalita' ta' sorveljanza jew tibdil strutturali biex dan l-aġir jiġi kkontrollat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tajt struzzjonijiet lill-Pulizija sabiex izidu s- sorveljanza taghhom f'dan il-post.", "Għawdex,CID/Sezzjoni tal-Forensika refa,Għawdex,CID/Sezzjoni tal-Forensika gall,Għawdex,CID/Sezzjoni tal-Forensika GĦAWDEX - CID/SEZZJONI TAL- FORENSIKA", "5282.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jiddikjara jekk hemmx fergħa (a) tas-CID u (b) tal-Forensika fid- distrett tal-pulizija f'Għawdex?", "Jekk hemm, x'inhuma l-etajiet ta' dawk kollha f'kull fergħa, x'esperjenza għandhom u x'kienu l-kwalifiki li għandhom li nfluwenzat lis-superjuri tagħhom sabiex jagħżluhom għall-postijiet hekk delikati u sensittivi bħat- Taqsima ta' l- Investigazzjoni Kriminali u tal-Forensika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'Ghawdex ma hemmx la fergha tac-CID u lanqas tal- Forensika, izda hemm fergha li taghmel xoghol kontra d-drogi kif ukoll xoghol ta' nvestigazzjonijiet kriminali.", "Hemm ukoll membru tal-Korp li jaghmel xoghol relatat mad- Dipartiment tal-Forensika.", "F'kazijiet li jirrigwardaw attenzjoni specjalizzata issir hidma intensiva bejn it-Taqsima ta' l-Investigazzjoni Kriminali u tal-Forensika u l- Pulizija ta' Ghawdex.", "Ghawdex,Munxar,Ghassa tal-Pulizija refa,Ghawdex,Munxar,Ghassa tal-Pulizija falm,Ghawdex,Munxar,Ghassa tal-Pulizija GĦAWDEX: MUNXAR - GĦASSA TAL- PULIZIJA", "5283.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu ħsieb illi jagħmel dawk ix-xogħlijiet kollha neċessarji sabiex l-ilma ma jibqax jippenentra mix-xaftijiet tal- Munxar Police Station għall- plot adjaċenti bin-numru 46, Munxar Street, Munxar, Għawdex?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt li jittieħdu passi biex jitkompla mill-aktar fis possibbli x-xogħol ta' kontrabejt u t-tqegħid ta' katusi ta' l-ilma tax- xita biex l-imsemmi nkonvenjent jiġi eliminat.", "GAP Ltd,Haddiema rregolari refa,GAP Ltd,Haddiema rregolari fene,GAP Ltd,Haddiema rregolari GAP LTD - ĦADDIEMA RREGOLARI", "5284.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-ħaddiema li kienu rregolari se jingħataw impjieg regolari mal-GAP Ltd fit- Taflija, Għawdex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-GAP Ltd waqfet mix-xogħol u għaddiet f'idejn likwidatur.", "Għaldaqstant mhux il-każ li din il-kumpannija timpjega xi ħaddiema.", "Jien informat ukoll li f'April ta' l-1989 il-ħaddiema rregolari li kien hemm mal-GAP kienu ġew trasferiti \"on loan\" ma' l-AWTS.", "Dawk minnhom li għadhom hemm se jingħataw ħatra fi Grupp A mal-Gvern hekk kif jiġu konklużi d-diskussjonijiet li għaddejjin mal-Unions f'dan ir-rigward.", "Port Hieles,Ftuh ufficjali refa,Port Hieles,Ftuh ufficjali taba,Port Hieles,Ftuh ufficjali PORT ĦIELES - FTUĦ UFFIĊJALII", "5285.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Rigward l- opening day Freeport 1992, x'inhi r-raġuni li l-ewwel sar ħafna reklamar anke f'gazzetti li l-Għawdxin se jkollhom mezz ta' trasport b'xejn lejn il- Freeport u mbagħad f'ħabta u sabta dan is- servizz ġie kkanċellat?", "Jidhirlu l-Ministru li dan mhuwiex il-mod kif jiġu trattati l-Għawdxin?", "X'passi ħa f'dan ir-rigward il-Ministru?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Il-Gvern irid dejjem iħares lejn l- aspett soċjali w infrastrutturali tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex.", "Skejjel,Għawdex,Kupuni refa,Skejjel,Għawdex,Kupuni taba,Skejjel,Għawdex,Kupuni GĦAWDEX: SKOLA - KUPUNI", "5286.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jiddikjara jekk il-Ministeru tiegħu ġiex kkonsultat meta ġiet introdotta is-sistema tal- kupuni fis-sens illi parti mill-istipendju ta' l- istudenti Għawdxin jmur għax-xiri tal- kotba?", "Jikkonsidra l-Ministru illi b'din is-sistema l-aktar li se jbatu huma l- istudenti Għawdxin peress illi tali miżura iżżid ma' l-ispejjeż li għandhom?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Safejn hu magħruf is-sistema ta' kupuni li jidher li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ma ġietx introdotta.", "Sadanittant tajjeb li wieħed jiftakar li l-Gvern preżenti beda jagħti sussidju ta' 30c għal kull jum ta' studju lil dawk l-istudenti Għawdxin li jkunu jsegwu kors ta' studju fl-Universita' jew f'xi kulleġġ ieħor f'Malta kemm-il darba l- kors ma jkunx jingħata f'Għawdex.", "Din il-miżura l- Gvern ħadha biex itaffi l- ispejjeż żejda li jkollhom jagħmlu dawn l-istudenti.", "Ghawdex,Ufficcju tat-Taxxi Interni refa,Ghawdex,Ufficcju tat-Taxxi Interni taba,Ghawdex,Ufficcju tat-Taxxi Interni GĦAWDEX - UFFIĊĊJU TAT-TAXXI INTERNI", "5287.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: X'kienet ir- raġuni amministrattiva li ġiegħlet lill-Gvern preżenti li l- Uffiċċju tat- Taxxi Interni minn Pjazza Indipendenza jieħdu Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex?", "Ta' min huwa l-post fil- Pjazza Indipendenza u b'liema titolu kien fih il- Gvern ta' Malta?", "Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jagħti lura dan il-post lill-proprjetarju tiegħu u għaliex?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Hija l- politika tal-Gvern preżenti li jiġbor l- ikbar numru possibbli ta' dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex f'lokal wieħed.", "Kien għalhekk li f'dawn l-aħħar ħames snin ngħata bidu għal bini ta' Ċentru Amministrattiv Ġdid biex b'hekk l-impjegati ikollhom iktar kumdita' w ambjent ta' xogħol aħjar u fl- istess ħin il-pubbliku jkun jista' jinqeda mingħajr bżonn li joqgħod iterraq minn post għal ieħor.", "S'issa f'dan iċ-ċentru ġew akkomodati l-Uffiċċju tal- Passaporti, tat- Teżor, tal- Kummerċ, tal-Kura ta' l- Anzjani, tad-Djar, il- Poliklinika tal- Gvern, il- Ministeru għal Għawdex u proprju nhar it-Tnejn 19 ta' Ottubru, 1992 ġie trasferit l- Uffiċċju tat-Taxxi Interni.", "Iktar tard din il-ġimgħa għandu jiġi trasferit ukoll id- Dipartiment ta' l-Agrikoltura u ftit wara it-Taqsima tar- Rikonċiljazzjoni tad- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Dalwaqt jiġi trasferit ukoll l-Uffiċċju tal- Lottu Pubbliku.", "Iktar 'il quddiem iridu jiġu akkomodati wkoll f'dan iċ-ċentru w dipartimenti oħra biex flimkien ma' dawk li kien hemm qabel, jiġfieri, l-Uffiċċju tas-Saħħa, ta' l-Indafa Pubblika, tax- Xogħol u tas-Sigurta' Soċjali jagħmlu verament Ċentru Amministrattiv għal Għawdex.", "Id-dar li kienet qed tintuża bħala Uffiċċju tat-Taxxi Interni hija b'kera u hija l- policy tal-Gvern li jagħti lura lill-proprjetarji dik il- proprjeta' privata li l-Gvern ma jibqagħlux użu tagħha.", "Dip tas-Sahha,Skimmed milk degl,Dip tas-Sahha,Skimmed milk gall,Dip tas-Sahha,Skimmed milk DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - SKIMMED MILK", "5291.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm jitqassam skimmed milk mid- Dipartiment tas-Saħħa?", "Min hu intitolat li jieħdu b'xejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id- Dipartiment tas-Sahha jqassam madwar 3,500 Kilo ta' 'Skimmed Milk' fix-xahar.", "Intitolati li jiehdu b'xejn huma dawk il-kazi li jkollhom certifikat minn specjalista ta' l-Isptar u li ghandhom ukoll il-karta r-roza jew l-kartuna s-safra.", "Dip tax-Xoghlijiet,Trakkijiet impressed degl,Dip tax-Xoghlijiet,Trakkijiet impressed falm,Dip tax-Xoghlijiet,Trakkijiet impressed DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - TRAKKIJIET IMPRESSED", "5292.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Kemm hemm preżenta- ment trakkijiet impressed mal- Works Department fl-14-il distrett?", "Meta bdew jaħdmu hemm u għalxiex jintużaw?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-numru ta' trakkijiet impressed mad- distrett imsemmi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet huma 15.", "Dawn bdew jaħdmu mal-Gvern hekk:", "1980 - 3 1981 - 5 1983 - 1 1984 - 1 1985 - 1 1987 - 1 1988 - 1 1990 - 1 1992 - 1 Bħalissa dawn it-trakkijiet huma mqassmin fuq dan ix- xogħol:", "Mal-gangs tal-patching tat-toroq (5);", "Mal-gafef u ġarr ta' materjal (5);", "Ma' l-istores (1);", "Iġorru n-nies u materjal (2);", "Innadfu Malta (1);", "U distribuzzjoni ta' fuel u għodda (1).", "Dip tax-Xoghlijiet,Karozzi impressed degl,Dip tax-Xoghlijiet,Karozzi impressed falm,Dip tax-Xoghlijiet,Karozzi impressed DIPARTIMENT TAX-XOGħLIJIET - KAROZZI IMPRESSED", "5293.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Kemm hemm preżentament karozzi impressed mal-Works Department fl-14-il distrett?", "Kemm hemm karozzi tal-Gvern jaħdmu f'dan id-distrett?", "Min jagħmel użu minnhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-numru ta' karozzi impressed mad- distrett imsemi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet huwa erbgħa (4).", "Il-vetturi tal-Gvern huma żewġ karozzi użati mill-perit u mill-manager tad-Distrett, van użat mill-Assistent tal-Manager u jeep.", "PAPB Section,Kumputerizzazzjoni bork,PAPB Section,Kumputerizzazzjoni falm,PAPB Section,Kumputerizzazzjoni PAPB SECTION - KUMPUTERIZZAZZJONI", "5295.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jara li tiġi mmodernizzata s- sistema tal-computer fl- uffiċċju tal-PAPB fejn il- periti privati jkollhom l- opportunita' li jiċċekkjaw il- movements tal-files tal-PAPB permezz tal-computer privat tagħhom u b'hekk jitħaffef ix- xogħol tad-dipartiment u żgur li jitnaqqas l-inkonvenjent li l-periti jkollhom jistennew sabiex jagħmlu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Aċċess għal Computer Network tal- Planning Services Division mill-individwi privati jagħti lok għal aktar problemi ta' sigurta'.", "Iżda bħala parti mir-reviżjoni tal-proċess tad- Development Control it-tqassim aħjar ta' l-uffiċjal ġie identifikat bi priorita' sabiex jipprovdi aktar servizz u effiċjenza lill-periti, organizzazzjoni aħjar għall- pubbliku bi twaqqif ta' Planning Shop u post ta' diskussjoni u ġbir ta' informazzjoni bl-użu ta' Computer Network apposta.", "Sadanittant, qed ikomplu jittieħdu l-passi sabiex jitjieb is-servizz għal tagħrif ta' rutina.", "Djar tal-Gvern pora,Djar tal-Gvern hyzg,Djar tal-Gvern DJAR TAL-GVERN", "5308.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid meta se tiġi solvuta l-problema ta' min irid jixtri d-dar li jabita fiha li jkun ħadha b'kera mingħand il- Gvern meta l- art li fuqha nbniet id-dar kienet tal- knisja?", "Il-fatt li l-Knisja biegħet artijiet lill-Gvern, dan jaffettwa b'mod pożittiv lil dawn it-talin, fosthom dawk li jabitaw ġo djar tal-Gvern fil- Qasam tad-Djar ġo San Gwann?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: It- talbiet għal-xiri ta' flats jew djar jiġu kkonsidrati separatament wara li jiġi aċċertat li l-art hija f'idejn il- Gvern.", "Kalafrana,Kumpens lir-residenti pora,Kalafrana,Kumpens lir-residenti hyzg,Kalafrana,Kumpens lir-residenti KALAFRANA - KUMPENS LIR- RESIDENTI", "5310.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Rigward il- mistoqsija parlamentari numru 4358 magħmula lilek fl-4 ta' Settembru, 1992, Seduta numru 51, dwar familji li kienu joqogħdu f'Kalafrana:-", "(1) Kemm kien f'ammont ta' flus il-kumpens involut li ġie mħallas direttament mill-Malta Freeport Corporation;", "(2) Fiex kien jikkonsisti;", "(3) Il-Korporazzjoni għadha sal-lum tħallas dan il-kumpens; u", "(4) Fejn jinsabu ż-żewġ plots lill-familji evakwati minn Kalafrana minħabba l- proġett tal-Freeport?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Billi l- Malta Freeport Corporation taqa' taħt il- Ministeru għas- Servizzi Ekonomiċi nitolbok tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "Marsaxlokk,Xatt is-Sajjieda,Bankijiet galm,Marsaxlokk,Xatt is-Sajjieda,Bankijiet falm,Marsaxlokk,Xatt is-Sajjieda,Bankijiet MARSAXLOKK: XATT IS-SAJJIEDA - BANKIJIET", "5315.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministeru jikkonsidra li jsiru bankijiet ġodda mal-kosta f'Xatt is- Sajjieda, f'Marsaxlokk?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-bankijiet ġodda għall-kosta f'Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk diġa' ġew ordnati u huwa ppjanat li jitwaħħlu fil- post fi żmien qasir.", "Lija,Villa Francia bort,Lija,Villa Francia fene,Lija,Villa Francia LIJA - VILLA FRANCIA", "5316.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jara li jittieħdu passi immedjati sabiex il-Gvern jieħu f'idejh Villa Francia, Lija li tħallset b'legat lill- Gvern, u dan peress li qed isir ħsara fil-bini u fil-ġnien ta' l-istess villa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ġejt informat li issa li ġew xolti xi materji legali li kien jonqos fir-rigward tat- trasferiment ta' Villa Francia lill- Gvern, il-proċeduri finali biex din issir proprjeta' tal- Gvern mistennija li jiġu finalizzati f'qasir żmien.", "Attard,Pjazza,Restawr ta' fontana bort,Attard,Pjazza,Restawr ta' fontana falm,Attard,Pjazza,Restawr ta' fontana ATTARD: PJAZZA - RESTAWR TA' FONTANA", "5317.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li l-fontana fil-Pjazza ta' Ħ'Attard għadha fi stat delapidat, jista' d-dipartiment jieħu passi immedjati biex tiġi restawrata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qed jiġu mistħarrġa x-xogħlijiet li hemm bżonn fuq din il-funtana biex tiġi restawrata skond prioritajiet simili.", "Hal Far,Rimi ta' skart abew,Hal Far,Rimi ta' skart falm,Hal Far,Rimi ta' skart ĦAL FAR - RIMI TA' SKART", "5318.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'inhi r- raġuni li f'Ħal Far qed jintefa' kwantita' kbira ta' debris (ġebel, xaħx, eċċ) u minħabba f'hekk ħafna familji li s-soltu jmorru hemm isibuha diffiċli li jgħaddu ftit siegħat ta' rekreazzjoni?", "Barra min hekk il-Ministru jaf li qed jinħoloq periklu għat-tfal li jkunu jilagħbu hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Din hija problema kronika ta' nuqqas ta' sens ċiviku minn sezzjoni tal-pubbliku.", "It-Taqsima tax-Xogħlijiet kienet, għadha u tibqa' tagħmel l-almu kollu biex akkumulu ta' debris bħal dak ta' Ħal Far jitneħħa.", "Hamrun,Knisja tas-Samra,Kampnar cusl,Hamrun,Knisja tas-Samra,Kampnar falm,Hamrun,Knisja tas-Samra,Kampnar ĦAMRUN: KNISJA TAS-SAMRA - KAMPNAR", "5320.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-kampnar tal-Knisja tas-Samra il-Ħamrun u li qegħdin fi stat ħażin ħafna, jiġi rranġat kif kien diġa' imwiegħed madwar sentejn ilu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Peress li ma jirriżultax li l-kappella tas-Samra hi proprjeta' tal- Gvern, din mhix inkluża fil- programm ta' tiswijiet korrenti.", "Hamrun,Dawl cusl,Hamrun,Dawl falm,Hamrun,Dawl ĦAMRUN - DAWL", "5321.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-pjazza li hemm fejn jingħaqdu Triq Santa Venera, Misraħ il-Barrieri u Triq Villambrosa l-Ħamrun ikunu aktar imdawwla peress li qed ikun hemm wisq inċidenti tat- traffiku?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Korporazzjoni Enemalta diġa' ingħatat struzzjonijiet biex tipprovdi dawl adegwat fil- lokal imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "AIDS cusl,AIDS gall,AIDS AIDS", "5322.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Minn meta beda jaħdem l-HIV/AIDS helpline?", "X'kien ir-response tal-pubbliku minn dak inhar 'il hawn?", "Kif qed jaħdem dan il- helpline u xi pjanijiet hemm dwar dan is-servizz għaż- żmenijiet li ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Helpline fetaħ fis-17 ta' Lulju, 1992.", "Ninsab informat li minn mindu beda kellna mal-150 call.", "It- telefonati kienu fil-biċċa l- kbira ġenwini u n-nies li wżaw il-Helpline esprimew is- sodisfazzjon tagħhom għall- għajnuna u t-tagħrif mogħti lilhom.", "Hemm lok li nkomplu nagħtu promozzjoni lil dan is-servizz sabiex b'hekk nilħqu aktar l- iskop tagħna li nxerrdu informazzjoni korretta fuq is- suġġett fost il-pubbliku u l- aktar fost dawk li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Il-Helpline qed jopera jumejn fil-ġimgħa - nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ġimgħa, mis-7 sad-9 p.m., fuq in-numru tat-telefon 245524.", "It-telefonati jiġu meħuda b'sistema ta' roster minn għaxra min-nies voluntiera, fosthom infermiera, għalliema u counsellors li ngħataw taħriġ apposta fuq is- suġġett mill- Health Education Unit tad- Dipartiment tas-Saħħa.", "Isir assessment regolari ta' l-użu tas-servizz u għalhekk estensjoni għal dan is-servizz tkun deċiża skond ma tkun il- ħtieġa.", "Posta,Telf ta' ittri cusl,Posta,Telf ta' ittri zamf,Posta,Telf ta' ittri POSTA - TELF TA' ITTRI", "5323.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: F'dawn l-aħħar tlett snin saru rapporti lill-Awtoritajiet tal- Posta dwar xi posta li \"intilfet\"?", "Jekk fl-affermattiv, kienx fost il-posta mitlufa flus, money orders jew ċekkijiet?", "Saru xi rapporti dwar dan minn organizzazzjonijiet, individwi jew kumpanniji, u x'kien l- ammont ta' flus involut f'kull każ, x'passi ittieħdu dwarhom u x'passi qed jittieħdu biex dan ma jerġax isir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kull Amministrazzjoni Postali tircievi rapporti dwar posta mitlufa.", "Peress li records ta' posta ordinarja ma tinżammx fl- ebda Amministrazzjoni, jkun diffiċli ħafna biex wieħed jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet meta l-oġġetti postali nvoluti jkunu mpustati b'mod ordinarju.", "Ta' min wieħed isemmi li d- dipartiment dejjem avża li kull oġġett ta' valur mibgħut bil- posta għandu jiġi rreġistrat.", "Permessi tal-bini bork,Permessi tal-bini falm,Permessi tal-bini PERMESSI TAL-BINI", "5324.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall- Ambjent:", "1.", "Jista' l-ministru jgħid x'kienu n-numri (sena b'sena) ta' l- applikazzjonijiet għal permessi tal-bini li saru minn 1970 sal-lum? 2.", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' permessi tal-bini li nħarġu mis-sena 1970 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: In- numru ta' l-applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini li saru mill-1970 sal-lum, sena b'sena huwa kif jidher hawn taħt:- Applikazzjonijiet", "|SENA | PERMESSI|PERMESSI | | |TAL-BINI |MAĦRUĠA | | | | | | | | | |1970 |4010 | 5181 | |1971 |3830 | 4719 | |1972 |3920 | 4828 | |1973 |4010 | 4623 | |1974 |3480 | 4008 | |1975 |3770 | 3894 | |1976 |4470 | 4529 | |1977 |4927 | 4874 | |1978 |5233 | 5405 | |1979 |5590 | 4805 | |1980 |6820 | 6764 | |1981 |6199 | 7800 | |1982 |5696 | 6925 | |1983 |4925 | 6788 | |1984 |5600 | 6112 | |1985 |5426 | 6353 | |1986 |4937 | 6225 | |1987 |5442 | 5839 | |1988 |5124 | 5989 | |1989 |5856 | 5284 | |1990 |5034 | 5855 | |1991 |4629 | 6554 | |1992 |4554 | 4009 | |(sa | | | |30/9/| | | |92) | | |", "In-numru ta' permessi li ħarġu jinkludu applikazzjonijiet ġodda, Renewals u Fresh Plans.", "Bini bla permess velg,Bini bla permess falm,Bini bla permess BINI BLA PERMESS", "5325.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' issa l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 4726 tat-30 ta' Settembru, 1992, u liema informazzjoni kienet imwegħda li tingħata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għall-informazzjoni li qed tingħata bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 5326 billi dejjem jittieħdu passi kull meta jkun irrapurtat xi każ ta' bini llegali.", "Ghawdex,Uzu ta' helicopter minn pazjenti bork,Ghawdex,Uzu ta' helicopter minn pazjenti gall,Ghawdex,Uzu ta' helicopter minn pazjenti GHAWDEX - UŻU TA' HELICOPTER MINN PAZJENTI", "5333.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid:-", "1.", "Kemm hu n-numru ta' pazjenti Għawdxin li għamlu użu mis-servizz tal- helicopter biex dawn inġiebu l-isptar Malta tul dawn l-aħħar 15-il sena?", "2.", "Kemm kienu dawk il- pazjenti Għawdxin li għamlu użu mill-isptar San Luqa tul dawn l-aħħar 15-il sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA:Ma kenux jinżammu records qabel is-sena 1983 ta' dawk il-pazjenti li ttieħdu Malta bil-helicopter.", "Mir-records eżistenti jirriżulta dan li ġej:-", "| Sena | Numru| | | | | 1983 | 19 | | 1984 | 38 | | 1985 | 32 | | 1986 | 49 | | 1987 | 52 | | 1988 | 34 | | 1989 | 48 | | 1990 | 53 | | 1991 | 62 | | 1992 sa |34 | |Settembru| |", "Mhux possibbli li nagħti figuri ta' dawk l-Ghawdxin kollha li marru għall- kura fl- Isptar San Luqa, billi dawn jinkludu mhux biss dawk li ntbagħtu mill-Isptar imma wkoll dawk li marru għal rashom bil- għajnuna tat-tabib tagħhom.", "Pulizija,SAG,Garr ta' vannijiet abew,Pulizija,SAG,Garr ta' vannijiet gall,Pulizija,SAG,Garr ta' vannijiet PULIZIJA - SAG ĠARR TA' VANNIJIET", "5338.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' x-xogħol li għalih irrefera l-Ministru fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 4901, biex jagħmel aktar sens, jista' jsir b'mezzi ta' trasport ieħor li ċert li jeżisti u mhux bil- vapur t'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mogħti parir li m'hemmx ħtieġa għal mezz differenti ta' trasport.", "Poliklinici,Tobba psaj,Poliklinici,Tobba gall,Poliklinici,Tobba", "POLIKLINICI - TOBBA", "5339.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONAstaqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hemm tobba jaħdmu fil- polikliniċi tal-Gvern?", "Kemm ikunu jaħdmu f'ħin wieħed?", "Qatt sar stħarriġ biex jidher kemm mill- pazjenti li jattendu hemm, fil-fatt xorta waħda jiġu referiti, l-isptar San Luqa?", "It-tobba ta' dawn il- polikliniċi għandhom l- faċilita' li jxejnu pazjenti li jkunu jabbużaw b'dan is-servizz speċjalment dak domiċiljarji?", "Mill-banda l-oħra jiġu reġistrati talb għal viżita fid-dar li minflok ma ssir din il-viżita d-dar isir djanjosi minn fuq it-telephone?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm 97 tabib li jahdmu fic-Centri tas- Sahha ta' Malta u Ghawdex.", "In-numru ta' tobba jvarja skond il-hin tal-gurnata:", "Bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. 64 tabib Bejn is-1.00 p.m. u l-5.00 p.m. 21 tabib Bejn il-5.00 p.m. u t-8.00 p.m. 30 tabib Bejn it-8.00 p.m. u t-8.00 a.m. (l-ghada) 21 tabib", "Dawn jigu mqassmin fid- diversi Centri tas-Sahha u fil- Bereg, skond work plan stabbilit li hu bbazat fuq studju regolari tal-workload.", "Sar stharrig xjentifiku ta' 'referal rates' mic-Centri tas- Sahha ghall- Isptar San Luqa li gie ppubblikat fl-1989 li wera li madwar 3% ta' pazjenti li jmorru fic-Centri tas-Sahha jigu riferuti ghal aktar investigazzjoni u kura.", "Id-Dipartiment dejjem ibbaza l-azzjoni dwar abbuzi mis- servizz fuq ir- responsabilizzazzjoni u l-edukazzjoni tal- pubbliku biex isir uzu bil- ghaqal mis-servizzi offruti fic-Centri tas-Sahha.", "Dan isir kemm fuq livell personali ma' l-individwi koncernati kif ukoll f'tahdidiet, intervisti u programmi fil-mezzi tax-xandir.", "Kull telefonata li titlob vizta fid-dar tigi registrata sew b'inhar kif ukoll matul il- lejl.", "B'inhar dawk biss li jitolbu hekk specifikament jinghataw parir fuq it-telefon flok issirilhom vizta.", "Matul il-lejl, it- tobba ghandhom iktar diskrezzjoni ghalkemm ghandhom 'guidelines' precizi ta' kif ghandhom jezercitaw id- diskrezzjoni taghhom.", "Cinema,Kontravenzjonijiet psaj,Cinema,Kontravenzjonijiet bong,Cinema,Kontravenzjonijiet CINEMA - KONTRAVENZJONIJIET", "5340.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid:", "Qiegħedx isir xi kontroll biex dak li baqa' miċ-ċinema jiġi salvagwardat?", "Meta tqis in-numru żgħir ta' ċitazzjonijiet li jsiru hemm ma' l-medda ta' kontravenzjonijiet ma tikkonkludiex li dan mhux il-każ?", "Jekk illum tista' tikri video film għal ħafna anqas mill-fare ta' dħul, jaħseb il-Ministru li iċ-ċinema għandu ħtieġa ta' aktar għajnuna f'dik li hi dixxiplina, kontroll u superviżjoni biex forsi aktar nies jitħajjru jaraw film fuq l-iscreen il- kbir?", "Issir xi ko-ordinazzjoni bejn iċ-ċinema u l-kiri ta' video films biex ta' l-ewwel jiġi protett?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ma jidhirlix li s-suġġett ittrattat fil- mostoqsija huwa kompetenza tal-Ministeru tiegħi.", "Pensjoni ta' l-irtirar musp,Pensjoni ta' l-irtirar hyzg,Pensjoni ta' l-irtirar PENSJONI TA' L-IRTIRAR", "5341.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4052 ninforma lill-Ministru li l- informazzjoni li tajtu kienet intqalet uffiċjalment f'seduta tal-Bord tat-Telemalta No. 397 li saret fl-10 ta' Ottubru 1988, jista' l-Ministru issa jirrispondi?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru responsabbli mill- Korporazzjoni ta' Telemalta.", "Birkirkara,Gazzia Street,Twaqqigh cusl,Birkirkara,Gazzia Street,Twaqqigh falm,Birkirkara,Gazzia Street,Twaqqigh BIRKIRKARA: GAZZIA STREET - TWAQQIGĦ", "5344.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5053 tat-13 ta' Ottubru ta' din is-sena, qiegħed nistaqsi l-istess domanda u nibgħatlek kopja tas-site plan recenti kif mitluba minnek taħt separate cover.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- possibbilta' li tinfetaħ din it-triq qed tiġi kkonsidrata.", "Wieħed irid japprezza li peress li dan il-bini qiegħed fil- Village Core irid jiġi deċiż jekk għandux jitwaqqa' jew hux aħjar li jkun pprovdut aċċess għat-toroq ta' wara dan il- post, jiġifieri għall-inħawi ta' Sant'Antnin ħalli b'hekk it-traffiku jkun jista' joħroġ mill-qalba tar- raħal.", "Dwana,Container tal-whisky pora,Dwana,Container tal-whisky dalj,Dwana,Container tal-whisky DWANA - CONTAINER TAL-WHISKY", "5349.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: X'sar mill- whisky li kien miżmum mid-Dwana fil- container li kien inżamm f'Ħal Qormi magħruf bħala l-container ta' l-ilma?", "Hu minnu jew le jekk dan il- whisky reġax lura bi Transhippment Shipping Bill (TSB)?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ix-xorb li għalih saret referenza fil- mistoqsija parlamentari għadu jinsab miżmum fl-imħażen tad- Dwana billi l-proċeduria fil- Qorti għadhom għaddejjin.", "Skejjel,Gian Frangisk Abela,Studenti pora,Skejjel,Gian Frangisk Abela,Studenti mifu,Skejjel,Gian Frangisk Abela,Studenti SKEJJEL: GIAN FRANĠISK ABELA - STUDENTI", "5350.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid:", "1) Kemm daħlu studenti fl- ewwel sena tas-VIth Form, Ġian Franġisk Abela, Msida? 2) F'kemm-il klassi tqassmu l-istudenti?", "3) Kemm-il klassi minn dawn m'għandhomx għalliem tas- Systems of Knowledge u;", "4) Meta jaħseb li se jkollhom l-ewwel lezzjoni ta' dan is- suġġett?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Ministeru ghall-Ikel,Agrikoltura u Sajd,Haddiema farn,Ministeru ghall-Ikel,Agrikoltura u Sajd,Haddiema gatl,Ministeru ghall-Ikel,Agrikoltura u Sajd,Haddiema MINISTERU GĦALL-IKEL, AGRIKOL- TURA U SAJD - ĦADDIEMA", "5351.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu nies fid-dipartiment li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu, b'arranġa- menti speċjali li jaħdmu sigħat inqas minn dawk stabbiliti miċ- Ċivil?", "Jista' l-Ministru wkoll jgħid minn huma dawn il-ħaddiema u f'liema dipartimenti jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ma jirriżultalix li hemm impjegati fid-Dipartiment li qed jaħdmu sigħat inqas minn dawk stabbiliti miċ-Civil.", "Importazzjoni ta' frott farn,Importazzjoni ta' frott gatl,Importazzjoni ta' frott IMPORTAZZJONI TA' FROTT", "5352.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġie mportat frott bejn il-perjodu ta' Settembru u Ottubru, 1992?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mill-1 ta' Settembru sal-21 ta'Ottubru 1992 ġie impurtat dan il-frott:", "|Larinġ |769.3 | tunnellata | | | |metrika | |Mandolina |57.3 | \" | |Grapefruit|8.2 | \" | |* Banana | 1330.9| \" | |* Tuffieh |1162.1 | \" | |* Lanġas |176.2 | \" | |Pineapple | 5.1 | \" | |Kiwi | 20.3 | \" | |Avocado | 2.2 | \" | |Pears | | | |Coconuts |2.0 | \" | |Mangoes | 0.6 | \" | |Kaki |0.1 | \" | |Papaya |0.1 | \" | |Limes | 0.1 | \" | |Plums | 2.3 | \" |", "L-importazzjoni tal-Banana fetħet fl-1 ta' Ottubru u tat- tuffieħ u tal- lanġas fetħet fit-8 t'Ottubru bi ftehim ma' l-għaqdiet tal-bdiewa.", "Banek,Rabat,Cash link farn,Banek,Rabat,Cash link bong,Banek,Rabat,Cash link BANEK - RABAT - CASH LINK", "5353.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jikkonsidra li jiġi provdut is-servizz tal-cash link fl- inħawi ċentrali tar- Rabat jew fil-banek li hemm ir- Rabat?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Hemm il-hsieb li dan is-servizz jigi nstallat fil-fergha tal- Mid Med Bank, ir-Rabat fil-bidu tas-sena ddiehla.", "Kif qal tajjeb ic-Chairman tal-Mid Med nhar is-Sibt li ghadda waqt l- inawgurazjoni tal-ferghat l-gdida fiz-Zejtun il-Mid Med sejjer jirdoppja l- ATM's is-sena d-diehla.", "Skejjel,Tas-Snajja',Studenti pora,Skejjel,Tas-Snajja',Studenti mifu,Skejjel,Tas-Snajja',Studenti SKEJJEL TAS-SNAJJA' - STUDENTI", "5368.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari fejn it-tweġiba li 1,721 studenti telqu mill- iskejjel tas-Snajja' qabel għalqu s-16-il sena bejn l-1987 u l-1992, qisu average ta' 350 student fis-sena, dan jista' jiġi mħares fl-isfond relattiv ta' kemm hija l-popolazzjoni totali ta' l-istudenti fl- iskejjel tas-Snajja' ta' Malta kollha subien u bniet.", "Jiġifieri, id-dipartiment konċernat qiegħed jieħu ħsieb biex joħloq xi istituzzjoni biex jirrimedja għal dan l- eżitu li dawn l-istudenti li jidher biċ-ċar li posthom mhuwiex f'dawn l-iskejjel għax il-problema mhijiex l-iskola iżda l-istudenti li ntbagħtu hemmhekk għax is-sistema ma tipprovdi xejn aktar għalih biex hu jieħu l-edukazzjoni tiegħu?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy nict,Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy dalj,Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy STABBILIMENTI TA' L-IKEL - LEVY", "5369.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inġabru flus minn Jannar 1992 - Settembru 1992, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex mit-taxxa ta' l- expenditure levy fuq l-ikel mir-ristoranti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru, 1992 il- Gvern ġabar Lm832,493 minn Malta u Lm65,655 minn Għawdex bħala taxxa fuq l- infiq fuq servizzi mogħtija f'ristoranti.", "Gzira,Triq Moroni,Traffiku nict,Gzira,Triq Moroni,Traffiku gall,Gzira,Triq Moroni,Traffiku GŻIRA: TRIQ MORONI - TRAFFIKU", "5370.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Minkejja diversi lmenti lill- Pulizija ta' kuljum tinkiser il- liġi f'Moroni Street, Gżira billi sewwieqa ta' vetturi ma jobdux is-sinjali tal-one way, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-pulizija tagħmel sorveljanza stretta f'din it-triq biex twaqqaf dan l-abbuż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien infurmat li l-Pulizija diga' hadet passi sabiex izzid is- sorveljanza taghha fi Triq Morini, il-Gzira.", "Diversi persuni gew imharka dwar ksur tar-Regolamenti tat- Traffiku.", "Vot kapitali Energija,Infiq gatg,Vot kapitali Energija,Infiq falm,Vot kapitali Energija,Infiq VOT KAPITALI ENERĠIJA - INFIQ", "5372.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Kemm intnefqu flus mill-Vot Kapitali Enerġija mill-1 ta' Jannar, 1992 sat-30 ta' Settembru, 1992 minn Item 1 sa Item 4, maqsmumin item b'item?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- ispiża kapitali Enerġija bejn l-1 ta' Jannar, 1992 u t-30 ta' Settembru, 1992 kienet hekk:", "|Item No. |Electici|Lm10,281,614| |2 |ty | | |Item No. |Gas |Lm | |3 | |492,075 | |Item No. |Petroleu|Lm | |4 |m |66,961 | | | |------------| | | |Lm10,840,650| | | |------------|", "Monument tat-Tieni Gwerra gatg,Monument tat-Tieni Gwerra falm,Monument tat-Tieni Gwerra MONUMENT TAT-TIENI GWERRA", "5373.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm sewa ix-xogħol kollu li sar fuq il-monument tat- Tieni Gwerra - \"Second World War Siege Memorial\" kif ukoll jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus u lil min ġiet mogħtija kull tender?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kien hemm tender wieħed li jkopri x- xogħol kollu relatat mas-Second World War Siege Memorial.", "Il-valur tat-tender kien ta' Lm470,000 u l-kuntratt ingħata lil Vassallo Builders Ltd.", "It- tender kienet lump sum li tkopri l-items kollha u l- kuntrattur ma setax jitlob ħlas għal xogħol addizjonali.", "Wieħed irid ifakkar ukoll li skond ftehim mal-George Cross Island Association il-Gvern Malti kellu jħallas Lm150,000 minn din is-somma waqt li l- kumplament jridu jiġu mill- GCIA.", "Telemalta,Vot Kapitali,Infiq gatg,Telemalta,Vot Kapitali,Infiq falm,Telemalta,Vot Kapitali,Infiq TELEMALTA - VOT KAPITALI - INFIQ", "5374.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Kemm intnefqu flus mill-Vot Kapitali Telemalta mill-1 ta' Jannar, 1992 sat-30 ta' Settembru, 1992 item 1,2,3?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "Enemalta,Impjant High voltage gatg,Enemalta,Impjant High voltage falm,Enemalta,Impjant High voltage IMPJANT - HIGH VOLTAGE", "5375.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk inxtarax impjant high voltage?", "Jekk iva, x'kien?", "Minn fejn?", "U kemm sewa?", "Tħaffru aktar boreholes?", "Jekk iva, kemm?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Billi mhux ċar jekk l-Onor.", "Interpellant hux qed jirreferi għal Korporazzjoni Enemalta jew għal Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma ma nistax inwieġeb din il-mistoqsija.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara kemm jista' jkun x'inhi l-informazzjoni li qed jitlob.", "Enemalta,Vot Kapitali,Ilma,Infiq gatg,Enemalta,Vot Kapitali,Ilma,Infiq falm,Enemalta,Vot Kapitali,Ilma,Infiq VOT KAPITALI - ILMA INFIQ", "5376.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill- Vot Kapitali Ilma sat-30 ta' Settembru, 1992 minn Item 2 sa Item 5 maqsumin kull item?", "Kemm saru kilometri:", "1.", "F'extensions; 2. renewals; 3.", "Trunk mains?", "Kemm inxtraw second hand class treatment plants?", "X'sar dwar il-Public Relations Campaign?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r- risposta tingħata f'seduta oħra.", "Vot Kaptitali,Toroq,Infiq gatg,Vot Kaptitali,Toroq,Infiq falm,Vot Kaptitali,Toroq,Infiq VOT KAPITALI - TOROQ - INFIQ", "5377.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill- Vot Kapitali, toroq sat-30 ta' Settembru, 1992 minn Item 1 sa Item 7 maqsumin item b'item?", "Jista' l-Ministru wkoll jgħid:-", "1.", "Liema huwa x-xogħol li sar mill-Gvern?", "2.", "Liema huwa x-xogħol li sar mill-privat?", "3.", "Dak li sar mill-Privat hux imħallas?", "4.", "Għad fadal xogħol li sar li mhux imkejjel?", "5.", "Jekk iva, għal kemm jammonta bejn wieħed u ieħor?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li sa l-aħħar ta' Settembru, 1992, intnefqu Lm4,585,154 imqassmin hekk:", "Item 1: Lm1,298,845 Item 2: Lm 965,036 Item 3: Lm 247,839 Item 4: Lm1,867,233 Item 5: Lm 131,163 Item 6: Lm 74,488 Item 7: Lm 550", "Peress li l-informazzjoni l- oħra mitluba mill-Onor.", "Membru tirrikjedi aktar żmien biex tinġabar, din tingħata f'seduta oħra.", "Birkirkara,Bypass,Zebra crossing cusl,Birkirkara,Bypass,Zebra crossing falm,Birkirkara,Bypass,Zebra crossing BIRKIRKARA BYPASS - ZEBRA CROSSING", "5384.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li fil-Bypass ta' Birkirkara in-naħa ta' l- Oratorju t-triq tiddawwal aktar u ssir zebra crossing, peress li ħafna ġenituri jakkumpanjaw lil uliedhom kemm għall- iskejjel kif wkoll għall-mużew li jinsabu n-naħa l-oħra tat- triq msemmija u li din bilfors trid tintuża?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Birkirkara,Ta' Paris,Toroq musc,Birkirkara,Ta' Paris,Toroq falm,Birkirkara,Ta' Paris,Toroq Birkirkara,Tal-Qattus,Toroq musc,Birkirkara,Tal-Qattus,Toroq falm,Birkirkara,Tal-Qattus,Toroq BIRKIRKARA: TA' PARIS - TOROQ", "5432.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toroq f'Ta' Paris u f'Tal- Qattus f'Birkirkara jittranġaw u jingħatalhom it-tarmac?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil- preżent id-Dipartiment tat- Toroq qiegħed jipprepara programm ta' asfaltar ta' toroq għas-sena d-dieħla u t-toroq imsemmija se jiġu kkonsidrati sabiex jidħlu f'dan il- programm.", "Rabat,Cimiterju ta' Infetti musc,Rabat,Cimiterju ta' Infetti gall,Rabat,Cimiterju ta' Infetti RABAT - ĊIMITERJU TA' INFETTI", "5433.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija ta' kontra l-vizzji ħadux passi dwar informazzjoni li ngħatat f'ġurnal lokali li qal li fiċ- ċimiterju ta' Infetti fir-Rabat kienet qed titkabbar il-ħaxixa?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'instab eżattament f'dan iċ- ċimiterju?", "Meta saret it-tiftixa f'dan iċ-ċimiterju?", "Il-Pulizija arrestat xi nies?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Pulizija ghamlet sorveljanza kemm f'dan il-post kif ukoll f'din il-lokalita'.", "Ma nstab l-ebda hjiel ta' pjanti.", "Riti sanatici musc,Riti sanatici gall,Riti sanatici RITI SANATIĊI", "5434.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara l-artiklu dwar is- sataniżmu li kienu ppubblikati ftit jiem ilu f'ġurnal ta' kuljum, ittieħdu passi mill- pulizija?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'kienu dawn il-passi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Pulizija kkonsidrat l-artikli in kwestjoni.", "Qed isir stharrig biex wiehed jara jistax jigi stabbilit hemmx kaz ta' proceduri kriminali.", "Abort musc,Abort gall,Abort ABORT", "5435.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ħames snin il-Pulizija waslulhiex informazzjoni dwar persuni forsi tobba ukoll, li kienu qed jagħmlu direttament jew indirettament l-abort?", "Kemm kienu dawn il-każi u x'passi ittieħdu?", "Sadanittant il-Pulizija kemm hi konxja li fil-pajjiż regolarment qed ikun hawn każi ta' l-abort?", "X'qed isir biex dan il-ksur ta' liġi ma jissoktax u x'inhuma il-pieni marbuta miegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul dawn l-ahhar hames snin il- Pulizija investigat zewg kazi ta' abort.", "It-tnejn graw fl- 1992 u l-investigazzjonijiet ghadhom mhumiex konkluzi.", "Fl- ebda kaz s'issa ma irrizulta li kien hemm xi tobba involuti.", "Il-Pulizija tinvestiga bl- akbar serjeta' dawn id-delitti.", "L-artikli 241, 242 u 243 tal- Kodici Kriminali, Kap 9.", "Cimiterji,Serq minn kannierji musc,Cimiterji,Serq minn kannierji gall,Cimiterji,Serq minn kannierji ĊIMITERJI - SERQ MINN KANNIERIJI", "5436.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex ikun assigurat li l- kannierji fiċ-ċimiterji tal- pajjiż ma jkunux post faċli minn fejn jinsteraq għadam għal skop ta' ritwali sataniċi?", "Ġieli waslu rapporti li kannierji nstabu mitfuħa?", "X'għamel id- Dipartiment tas- Saħħa dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- kannierji tac-cimiterji pubblici huma mkahhla sewwa sabiex jigi evitat serq ta' ghadam.", "Meta jkun hemm rapporti li xi kannierja nstabet miftuha, din tinghalaq minnufih.", "Ir-responsabbilta' tac- cimiterji parrokkjali hija tal- Kappillani rispettivi.", "Prostituzzjoni musc,Prostituzzjoni gall,Prostituzzjoni PROSTITUZZJONI", "5437.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti, sena b'sena mill-1980, persuni akkużati bi prostituzzjoni u x'pieni ħadu?", "X'kienu l-etajiet ta' dawn il-persuni u mil-liema lokalitajiet inqabdu jipprattikaw il-prostituzzjoni?", "Dawn il-persuni fejn kienu jgħixu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bejn l- 1980 u 1992 dawn il-persuni tressqu quddiem il-Qorti dwar prostituzzjoni kif ser nghid:", "|1980 |xejn | |1981 |1 | |1982 |xejn | |1983 |xejn | |1984 |xejn | |1985 |5 | |1986 |15 | |1987 |4 | |1988 |17 | |1989 |37 | |1990 |13 | |1991 |43 | |1992 |2 | | | |", "L-eta' ta' dawn il-persuni kienu bejn is-sbatax (17) u disa w erbghin (49) sena.", "Kien hemm sentenzi ta' habs u ta' hlas ta' multi u f'kazijiet ohra il-Qorti applikat il- Provvediment ta' l-Artiklu 12 ta' 1957 dwar il- 'Probation' ta' Hatjin.", "Dawn il-persuni gejjin minn dawn il-postijiet: Qormi, Vittoriosa, Cospicua, Msida, Belt Valletta, Marsascala, Gzira, Zurrieq, Hamrun, Senglea, Paola, Safi, Floriana.", "Dawn il-kazijiet gew maqbuda mill- Pulizija mill-Gzira, Cospicua, Msida, Qormi, Zabbar u Paola.", "Birkirkara,Bypass,Crane bort,Birkirkara,Bypass,Crane gall,Birkirkara,Bypass,Crane BIRKIRKARA BYPASS - CRANE", "5438.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: F'Birkirkara Bypass hemm crane enormi li ilu wieqaf mix-xogħol għal dawn l- aħħar sentejn.", "Peress li dan qed ikun ta' inkonvenjenza għan-nies li joqogħdu fi Triq Dun Karm, Birkirkara Bypass, Birkirkara u anke possibilment ta' periklu, jistgħu jittieħdu passi ħalli dan il-crane jitneħħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li ninsab infurmat li dan il- 'crane' qieghed fuq art privata, tlabt jigi rikonsidrat hux qed ikun ta' inkonvenjent ghall- pubbliku.", "Pulizija,Korsijiet bort,Pulizija,Korsijiet gall,Pulizija,Korsijiet PULIZIJA - KORSIJIET", "5439.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhuma s- suġġetti li jsir tagħlim dwarhom fl-akkademja tal- pulizija, u x'korsijiet jingħataw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Membru ghall-'Paper Laid' No. 112, Seduta Nru. 23, dwar Mistoqsija Parlamentari Numru 2204, ninformah li twaqqfet Kummissjoni li ilha tahdem minn Gunju 1992 biex tirrevedi il- kontenut u l-metodi ta' tahrig ta' dawn il-korsijiet mehtiega ghall-preparazzjoni tal-membri tal-Korp tal-Pulizija u hu mahsub li l- korsijiet li jmiss ikollhom tibdil fil- 'curricula'.", "Qrati,Messaggiera bort,Qrati,Messaggiera fenj,Qrati,Messaggiera QRATI - MESSAĠĠIERA", "5440.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Min hu eliġibbli li japplika għal sejħa li saret għall- ingaġġ ta' court messengers?", "Membru tal-Forzi Armati jista' japplika?", "ONOR.", "JOE FENECH: Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall- postijiet ta' messaġġier tal- Qorti fil-Qrati ta' Malta datata 18 ta' Awissu, 1992 u maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM Circular No. 87/92), hija miftuħa għall- ħaddiema tal-Gvern inklużi dawk mislufa ma' korpi parastatali fi grad mhux anqas minn Messanġġier I.", "Rigward it-tieni parti tad- domanda din għandha tiġi riferita lill-Prim Ministru.", "Files tal-Gvern bort,Files tal-Gvern fenj,Files tal-Gvern FILES TAL-GVERN", "5441.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jidhirlu l- Ministru li wasal iż-żmien li l-privileġġ li jgawdi l-Gvern dwar files governattivi jiġi ristrett biss għal kwestjonijiet li, jekk jiġu ppubblikati jkunu kontra l-interess pubbliku?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-materja qed tiġi studjata attivament fil-kwadru tar- reviżjoni sħiħa tal-Kodiċi tal- Proċedura Ċivili li qed ssir minn kumitat ad hoc tal- Permanent Law Reform Commission.", "Mellieha,Ta' Penellu,Servizz ta' drenagg sana,Mellieha,Ta' Penellu,Servizz ta' drenagg falm,Mellieha,Ta' Penellu,Servizz ta' drenagg MELLIEĦA: TA' PENELLU - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "5452.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' jsir xi ħaġa biex fi Block B1, Flat 2, Qasam ta' Penellu, Mellieħa, fejn toqgħod Mrs Frances Zammit, - Flat tal-Gvern - isiru tiswijiet fis-sistema tad- drenaġġ u fit-twieqi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet riferuta lid- Dipartiment tal- Bini u Tiswija tad-Djar għall- konsiderazzjoni."]} {"filename": "19980505_213d_par.doc", "date": "1998-05-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 213 It-Tlieta, 5 ta' Mejju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 213", "It-Tlieta, 5 ta' Mejju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "213", "It-Tlieta, 5 ta' Mejju, 1998", "WERREJ MINUTI 687", "KOMUNIKAZZJONI TA' MADAM SPEAKER 687", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 687", "TQEGĦID TA' KARTI 693", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA' FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI ĊIVILI (IT-TIENI QARI) AIRPORTS AND CIVIL AVIATION (SECURITY) BILL (SECOND READING) 694", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER 711", "AĠĠORNAMENT 711", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 716", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 733", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 212 li saret fl-4 ta' Mejju, 1998 ġew konfermati.", "KOMUNIKAZZJONI TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Rapport dwar id-99 Konferenza ta' l-Inter-Parliamentary Union li saret f'Windhoek, in-Namibia, bejn is-6 u l-11 ta' April 1998.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "FORTIZZI/TORRIJIET", "13570.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Ċensu Galea) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' fortizzi u torrijiet li huma mikrija lill- privat?", "F'kull każ, x'inhu l-użu li qed isir minn dawn il-fortizzi jew torrijiet?", "Kemm-il fortizza jew torri kellha l-kera tagħha li għalqet fil- perijodu ta' bejn l-1 ta' Novembru ta' l-1996 u t-28 ta' Frar ta' l-1998?", "X'sar f'dawn il-każijiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi ħafna minn dawn il-fortizzi u torrijiet għandhom ċertu valur storiku u arkitettoniku, jista' l-Ministru jgħidilna jekk hijiex il-policy tal-Gvern li hekk kif jiskadi l-perijodu li fih tkun saret il-kirja jerġa' jeħodhom f'idejh, anke biex is-settur tat-turiżmu jkompli jissaħħaħ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, m'għandix din l-informazzjoni quddiemi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel mistoqsija bil- miktub.", "WSC - BOREHOLES", "13571.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Censu Galea) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13073, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il borehole ġiet approvata li titħaffer mill-WSC bil-proċedura indikata f'dik ir-risposta?", "Kemm ilha tiġi wżata mill-WSC il- proċedura indikata?", "F'liema lokalita' jinsabu dawn il-boreholes?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ħarġu permessi għall-boreholes kif ġej:", "|1995 | |3 |Fulija |Dipartiment ta' | | | |l-Ambjent | |1 |San |Park Towers | | |Ġiljan | | |1 |Kemmuna |Telemalta | |1 |Buġibba |Hyperion Hotel | |1 |Salina |Coastline Hotel | |1 |Tigne' |Fortina Hotel | |1 |San |National | | |Luċjan |Aquaculture Centre| |1996 | |2 |Floriana |Excelsior Hotel | |3 |San |Dragonara | | |Ġiljan | | |11 |Pembroke |Bay Point u | | | |Corinthia San Ġorġ| |1997 | |2 |Sliema |Holiday Inn Crowne| | | |Plaza | |5 |San |Hilton Development| | |Ġiljan | | |2 |San Pawl |Sealand Ltd. | |1998 | |2 |Magħtab |Ministry for | | | |Public Works & | | | |Construction |", "Dawn il-boreholes tħaffru f'distanza ta' ftit metri 'l bogħod mill-kosta għall-ilma baħar.", "BIDNIJA - PROVVISTA TA' ILMA", "14157.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex tiġi rranġata l-problema li għandhom ir-residenti fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Verdala fil-Bidnija, li mhux qed ikollhom pressa ta' ilma la matul il-ġurnata u lanqas bil-lejl?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma ma rċeviet l-ebda ilment dwar nuqqas ta' ilma fl-inħawi Tal-Verdala, fil-Bidnija, u meta saret spezzjoni fuq il-post irriżulta li l-pressa ta' l-ilma f'din il- lokalita' hija sodisfaċenti ħafna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Billi issa ħarġu r-rati l-ġodda tad-dawl u l- ilma, il-bdiewa se jkollhom garanzija li se jibda jkollhom pressa ta' l- ilma tajba?", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll jekk il-branch tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hemm fid-distrett konċernat hijiex armata kif suppost?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Safejn naf jien il-pressa ta' l-ilma ma tinħadimx bil- computer!", "Jiġifieri ma tistax tingħata garanzija li meta l-konsumaturi se jibdew jiġu ċċarġjati r-rati l-ġodda tad-dawl u ta' l-ilma, dawn se jkollhom pressa ta' l-ilma tajba.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Imma l-flus il-gvern qed jeħodhom, mhux hekk?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dik ovvja!", "Jekk il-konsumatur m'huwiex sodisfatt bil- pressa ta' l-ilma jista' jirrapporta lid-dipartiment ħalli jittieħdu l- passi neċessarji.", "KUNSILLI LOKALI - XOGĦLIJIET", "14159.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-memo mibgħuta lid-district officers mill-Perit Charles Cassar fit-13 ta' April, 1998 dwar xogħlijiet konnessi mal-kunsilli lokali, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiffranka flus il-ministeru ladarba l-materjal konness ma' l- ordnijiet ta' xogħol li se jordnaw il-kunsilli lokali issa jrid jinxtara minnhom stess?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux tal-fehma li l-materjal, ladarba jinxtara fi kwantita', għandu jinxtara bi prezz orħos milli kieku jinxtara ftit ftit, ħalli b'hekk il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jagħmlu iktar b'inqas?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-materjal li qed jintuża f'xogħol konness ma' l-isteering committee, li qed jaħdem fuq il-proġett ta' Marsascala, Birżebbuga u Marsaxlokk, huwiex qed jinxtara mill-isteering committee?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): L-esperjenza ta' erba' snin xogħol għall-kunsilli lokali wriet li jeżistu nuqqasijiet ta' kontroll fuq il-materjal u l-ġbir ta' flus, u għalhekk ġie deċiż li l-materjal jinxtara mill-kunsilli lokali stess għax b'dan il-mod il-klijent ikun f'pożizzjoni aħjar biex jikkontrolla l-kwalita' u l-kwantita'.", "Fil-fatt diġa' hemm kunsilli lokali li qed jixtru l-materjal meħtieġ huma stess.", "Ix-xogħol li qed isir fis-south qiegħed isir mill-gvern stess, li f'dan il-każ huwa wkoll il-klijent, u għaldaqstant il-materjal qed jinxtara minnu stess.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Peress li kunsill lokali jixtri ammont limitat ta' materjal, ma jaħsibx il-Ministru li l-ispiża tiġi orħos jekk id- dipartiment jixtri l-materjal kollu hu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Huwa veru li bis-sistema li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant il-materjal jiġi orħos pero' l-materjal irid ikun tajjeb ukoll u, kif għidt fir-risposta, l-esperjenza wriet li b'din is-sistema jkun hemm nuqqas ta' kontroll fuq il-materjal u l-ġbir ta' flus.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiġifieri l-Ministru qed jikkonferma li tant kien hemm ilmenti fuq il-materjal li kien qed jiġi pprovdut, li issa l-gvern qata' qalbu li jixtri l-materjal hu u qed jitlob li jixtruh il-kunsilli lokali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħid biss li b'dik is-sistema kien hemm nuqqas ta' kontroll fuq il-materjal u l-ġbir ta' flus.", "L-ilmenti kienu jsiru biss għal dawn ir-raġunijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Imma hawnhekk qegħdin naqblu li n-nuqqas ta' kontroll fuq il-materjal kien ġej mill-fatt li l-materjal kien qed jinxtara mill- gvern, għaliex kieku ma kienx hemm għalfejn tinbidel is-sistema u jibdew jixtru l-materjal il-kunsilli lokali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena ma jirriżultalix li hu hekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk lill-Ministru ma jirriżultalux li hu hekk, allura nistaqsi jien min kien jixtri l-materjal qabel ma bdew jixtruh il- kunsilli lokali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: In-nuqqas ta' kontroll fuq il-materjal u l-ġbir ta' flus ma kienx ġej mill-fatt li l-materjal kien qed jiġi provdut mill-gvern, kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Dan ifisser li l-kunsilli lokali jistgħu jixtru mingħand il-privat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien naħseb li sakemm il-kunsilli lokali ma jiksrux il- kondizzjonijiet li għandhom, jistgħu jużaw il-flus tagħhom kif iridu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Qed nifhem sewwa li r-regolamenti nbidlu b'tali mod li issa l-kunsilli lokali qegħdin jixtru l-materjal huma direttament mingħand min jidhrilhom li jista' jissupplixxi l-aħjar?", "Naturalment dawn iridu jixtru mingħand il-privat għaliex il-gvern ma jipproduċix materjal ta' din l-kwantita'.", "Imma jekk inhu hekk, kienet x'kienet ir-raġuni li wasslet għal dan l-arranġament - s'intendi bilfors li kien hemm raġuni li nħasset li hija valida u loġika biex sar hekk - ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir iktar riflessjoni fil-kontest tal-punt li diġa' ssemma min- naħa l-oħra, jiġifieri li jekk wieħed jixtri in bulk jista' jieħu prezz aħjar?", "Inkella se niġu f'sitwazzjoni fejn kull kunsill lokali mit-43 kunsill lokali li għandna jagħmel ordni għalih - jiena ngħidlu salami purchasing! - u żgur li l-materjal ma jeħduhx bl-istess prezz li jixtrih il- gvern.", "Jekk il-gvern ma jistax jixtri l-materjal kollu hu, almenu għandha tiġi kkonsidrata sistema fejn għall-ewwel il-kunsilli lokali jibdew jixtru fuq bażi distrettwali għax għallinqas il-prezz li jintalab mis-supplier ikun irħas jekk kemm-il darba kull kunsilli jixtri l-materjal hu.", "Qed ngħid dan iktar bħala suġġeriment milli għaliex nistenna li l- Ministru se jagħtini tweġiba dettaljata.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ħadt nota ta' dak li qal l-Onor.", "Interpellant u nwiegħdu li se ngħaddi dan is-suġġeriment lill-ministru konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biex norbot ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Spiteri, li għandu ammont kbir ta' validita', ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li s- sistema li qed jirriferi għaliha hu diġa' qiegħda tiġi wżata minn diversi kunsilli lokali.", "Fil-fatt fl-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali hemm provision li tgħid li l-kunsilli lokali jistgħu jiftehmu biex jixtru s- supplies u jagħtu s-servizzi b'mod konġunt minflok b'mod individwali.", "Fil- fatt, diversi kunsilli lokali, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, ingħaqdu flimkien biex jagħmlu kemm purchases kif ukoll jipprovdu servizzi.", "GĦalhekk filwaqt li s-sistema li qed isemmi l-Onor.", "Spiteri għandha tiġi nkoraġġita, din hija xi ħaġa li ilha teżisti.", "Nafu, Madam Speaker, li x-xogħol li jagħmel il-gvern lill-kunsilli lokali huwa regolat permezz ta' kuntratt li jsir bejn il-kunsilli lokali u d- dipartiment tax-xogħlijiet fejn il-gvern jintrabat li jipprovdi l-materjal u x-xogħol b'ċerti rati.", "GĦalhekk peress li issa nbidlu t-termini ġenerali tal-kuntratt, jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan it-tibdil sarx wara li saru xi diskussjonijiet ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali?", "Il- Ministru ma jidhirlux li qabel ma l-gvern ibiddel unilateralment kuntratti li ilhom jeżistu għal numru ta' snin u li jirregolaw ix-xogħol bażiku li jagħmlu l-kunsilli lokali, għandhom isiru diskussjonijiet sħaħ dwar ir- riperkussjonijiet li dan it-tibdil se jġib miegħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien m'iniex f'pożizzjoni li nirrispondi għal din id-domanda u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Gatt biex jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub ħalli l-ministru konċernat ikun jista' jagħtih it- tweġiba neċessarja.", "BIDNIJA - PROVVISTA TA' ILMA", "14160.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex ir-residenti fit-triq magħrufa bħala Tal-Verdala, fil-Bidnija, ikollhom pressa ta' ilma matul il-ġurnata peress li minn meta ġew irranġati xi pajpjiet għall-ilma tal-Wardija, ir-residenti msemmija spiċċaw mingħajr ilma?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma wettqet l- ispezzjoni fl-inħawi Tal-Verdala, il-Bidnija, u rriżulta li l-pressa hija sodisfaċenti ħafna.", "Ix-xogħlijiet li saru fil-Wardija ma affettwawx il- pressa ta' l-ilma fl-inħawi msemmija, peress li dawn iż-żewġ lokalitajiet huma distinti minn xulxin f'dak li għandu x'jaqsam mal-provvista ta' l- ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, x'għamlet il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma ma nafx pero' dan ftit huwa rilevanti.", "Jista' għalhekk il-Ministru jara li r-residenti li joqgħodu fl-inħawi magħrufa bħala Tal- Verdala ġewwa l-Bidnija jkollhom pressa ta' l-ilma sodisfaċenti matul il- ġurnata?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari oriġinali, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda tgħid li l- pressa ta' l-ilma fl-inħawi msemmija hija sodisfaċenti ħafna.", "Pero' jien se nerġa' nitlob lill-ministru konċernat jindaga iktar fil-fond dwar dan il- każ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hijiex qiegħda tirċievi xi rapporti dwar nuqqas ta' pressa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Żgur li fil-każ tal-Bidnija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma rċeviet l-ebda rapport.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jikkonferma li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma rċeviet rapporti li matul dawn l- aħħar tliet ġimgħat il-provvista' ta' l-ilma f'San Pawl il-Baħar inqatgħet għal diversi drabi, anke llum stess.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ovvjament jiena ma nkunx naf fejn ikun hemm qtugħ ta' ilma ġurnata b'ġurnata imma jekk l-Onor.", "Interpellant hekk jixtieq, nista' nindaga iktar fil-fond dwar il-każ u nagħtih risposta iktar tard.", "AWTORITA' NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI", "12989.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol fi Frar ta' l- 1998?", "Kemm inqatgħu appelli fl-istess perijodu?", "Kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Fi Frar ta' l-1998 l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol irċeviet 31 appell minħabba qtugħ mir- reġistrazzjoni għax-xogħol.", "Ta' min jgħid ukoll li fi Frar ta' l-1998 ġew deċiżi 47 appell minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol u dawn ġew deċiżi kif se ngħid:", "Konferma 20 Mhux konferma 17 Preskritti 4 Abbandunati 4 Sine die 2", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li ċ-ċifri li qed jiġu ppubblikati xahar wara l-ieħor qegħdin juru li n-numru ta' nies qiegħed dejjem jikber - fil-fatt il-bieraħ ħarġet ċifra li turi li fi Frar biss bdew jirreġistraw għax- xogħol 975 persuna - ma jaqbilx il-Ministru li bħalissa hawn kriżi fil- kreazzjoni ta' postijiet ġodda tax-xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'politika qed iħaddem il-ministeru tiegħu biex jiżdiedu l-postijiet tax- xogħol għall-ħaddiema tagħna?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, l-Onor.", "Interpellant huwa misinformed ħafna f'dan ir-rigward għaliex ma teżisti l-ebda kriżi fil- kreazzjoni ta' postijiet ġodda ta' xogħol.", "Tant hu hekk li f'dawn l-aħħar erba' xhur in-numru ta' persuni qegħda naqas u dan qed ikun persistenti xahar wara l-ieħor.", "Nittama li matul ix-xhur li ġejjin inkomplu mexjin f'din id-direzzjoni.", "Jiena llum se nerġa' naqra ċ-ċifri kollha, allavolja wara li nagħtihomlu xorta jerġa' joħroġ b'xi informazzjoni ħażina.", "GĦalhekk nispera li l-Onor.", "Interpellant jistorja l-informazzjoni li se nagħtih fil-computer, sabiex ma jerġax jagħmel żbalji bħal dawn.", "(Interruzzjonijiet) Huwa skorrett li tgħid li hawn xi kriżi.", "Nassigurak li la hawn kriżi fil-qasam tax-xogħol u lanqas fl-ebda qasam ieħor.", "Filwaqt li f'Diċembru tas-sena l-oħra l-qgħad tela' għal 7,149, f'Jannar ta' din is-sena dan in-numru niżel għal 7,135, jiġifieri niżel b'persentaġġ ta' 0.19%.", "Imbagħad fi Frar, dan in-numru niżel għal 7,089, jiġifieri niżel b'persentaġġ ta' 0.6%.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, illum lill-Onor.", "Interpellant qed nagħtih patafjun ta' informazzjoni.", "Issa nispera li dan il-materjal juzah.", "F'Marzu reġa' naqas bi 22, jiġifieri naqas b'persentaġġ ta' 0.3% u f'April - din l-informazzjoni għadha m'hijiex uffiċjali imma hija tajba - il-qgħad niżel b'234, jiġifieri naqas b'persentaġġ ta' 3.3%.", "GĦalhekk b'kollox f'dawn l-erba' xhur il-qgħad niżel b'4.4%, jiġifieri b'total ta' 316.", "Allura fejn hi l-kriżi li qiegħda tara l-oppożizzjoni?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Irrispettivament min-numru ta' dawk li qegħdin jirreġistraw għaliex dak jitla' u jinżel skond ċirkostanzi li mhux dejjem ikunu taħt l-influwenza tal-gvern - u dan l-oppożizzjoni tafu biżżejjed għaliex il-qgħad ilu on an upward trend għal dawn l-aħħar sentejn u nofs, minn sena qabel inbidel il-gvern - japprezza l-Ministru li l-maġġoranza ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol hija kif kienet meta nbidel il-gvern f'Ottubru, 1996, jiġifieri ta' nies bla sengħa li m'humiex flessibbli biżżejjed biex isibu xogħol ieħor ġaladarba jitilfu x-xogħol?", "Illum il- problema nazzjonali iktar tirrigwarda l-kompożizzjoni ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol milli n-numru ta' nies qegħda.", "GĦalhekk japprezza l-Ministru li f'kontest bħal dan għandha ssir reviżjoni fundamentali - wara kollox ma nafx jekk din hijiex qiegħda ssir - dwar il-funzjonijiet tal- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ biex jiġi assigurat li n-nies li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol ikollhom xi sengħa, jew iktar minn sengħa waħda, u b'hekk isibu l-openings li jkun hawn fl-ekonomija minn żmien għal żmien?", "Il-Ministru japprezza wkoll li jeħtieġ ikun hemm iżjed kordinament mal- ministeru ta' l-edukazzjoni u riżorsi umani ħalli jiġi aċċertat li l- problema li qed niffaċċjaw illum ma nerġgħux niġu ffaċċjati biha għaxar snin oħra minħabba li joħorġu mill-iskola wisq żgħażagħ li ma jkollhomx it- taħriġ meħtieġ fl-ekonomija li qiegħda tiżviluppa ġewwa pajjiżna?", "Dan għaliex l-ekonomija tagħna llum ma tistaqsix għal persuni li għandhom sengħa waħda imma tistaqsi għal persuni li għandhom sengħa bażika li kapaċi jadattawha għat-tibdil fid-domanda għal snajja' differenti.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ hija konxja tal-bżonnijiet li semma l-Onor.", "Interpellant u qiegħda tagħmel diversi programmi ġodda biex jintlaħaq dan l-għan.", "Fil-fatt bħalissa quddiem il- Kabinett hemm ippreżentat memo - dan se jiġi diskuss matul il-ġimgħat li ġejjin - li jittratta eżattament il-bżonn li nimxu maż-żmenijiet ħalli l- ħaddiema jkunu lesti meta jiġu biex ibiddlu x-xogħol tagħhom.", "Irrid infakkar ukoll li fi żmien ġimgħatejn se jiftaħ in-night institute for technical education u dan se nagħmluh bl-għan li nżidu t-taħriġ fid- diversi snajja' għaliex illum għandna bżonn nies imħarrġa u mhux nies li jaħdmu bħala messaġġiera jew suppost joqogħdu għassa ma' xi bini bil-lejl u jorqdu.", "Barra minn hekk, l-ETC qiegħda torganizza literacy classes bil- Malti u bl-Ingliż għaliex diżgrazzjatament nofs dawk li jirreġistraw lanqas biss jafu jiktbu u jaqraw bil-Malti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent) Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-diskors li d-delegazzjoni Maltija għamlet f'isem Malta waqt il-54th Session of the United Nations Commission on Human Rights li saret f'Ġinevra bejn is-16 ta' Marzu u l-24 ta' April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14351.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-gradi ta' l-istaff akkademiku fl-Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13486;", "Tagħrif dwar għalliema barranin f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13487; u", "Lista ta' għotjiet finanzjarji jew kontribuzzjonijiet f'materjal li l- Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali ta lil soċjetajiet/assoċjazzjonijiet f'Malta minn Mejju 1997 sa April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14241.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-ħlasijiet li saru lill-konsulenti jew advisers li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministru responsabbli mill-ħarsien soċjali bejn l-1988 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13488; u", "Tabella li turi l-klassifika ta' l-eta' tan-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-Ewwel Parti tar-Reġistru għax-xahar ta' Diċembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12992.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Memorandum u rapport dwar l-effiċjenza milħuqa mill-kunsilli lokali bejn Jannar u Marzu 1998; u", "Rapport Supplimentari dwar kuntratti mogħtija u marki miksuba mill- kunsilli lokali għall-perijodu bejn Lulju 1995 u Diċembru 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonjiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA' FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI ĊIVILI", "AIRPORTS AND CIVIL AVIATION (SECURITY) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' Mejju, 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea huwa in possession of the House.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Madam Speaker, kif konna qed ngħidu l-bieraħ, l- Oppożizzjoni qiegħda tħares lejn dan l-abbozz ta' liġi b'mod pożittiv għaliex dan qiegħed ipoġġi s-sigurta' ta' l-ajruport u ta' l-avjazzjoni ċivili tagħna fuq bażi aktar organizzata, qiegħed jagħti s-setgħat meħtieġa lill-uffiċjali inkarigati u qed jabbinahom ma' diversi pieni biex inkunu nistgħu nimplimentaw il-qafas li għandna quddiemna.", "Ċertament li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ta l-kontribut tiegħu biex tissaħħaħ is-sigurta' ta' l-ajruport.", "Kif kont qed infakkar il-bieraħ konna aħna li waqqafna l- kumitat tas-sigurta', konna aħna li bnejna air terminal ġdid li ffaċilita l- implimentazzjoni ta' konċetti moderni ta' sigurta' fl-ajruport, u konna aħna li nvestejna b'mod sostanzjali biex l-ajruport ikollu t-tagħmir meħtieġ.", "GĦalhekk illum l-Oppożizzjoni tixtieq li jkollha aktar informazzjoni dwar kif il-Gvern qed jimplimenta s-sigurta' ta' l-ajruport.", "Wieħed mill-kummenti li għamilna l-bieraħ kien li l-gvern irid jieħu ħsieb isewwi d-diskrepanza li teżisti bejn il-liġijiet li jirregolaw d- diversi kwestjonijiet ta' sigurta' f'dan il-qasam.", "Fil-fatt il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg daħal f'ċertu dettall biex jindika lill-Kamra d- diskrepanzi li jeżistu bejn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u l-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili - liġi li għaddietha l- amministrazzjoni preċedenti - li rabat flimkien l-obbligi ta' l-Istat Malti għar-rigward tad-diversi konvenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- avjazzjoni ċivili u mas-sigurta' f'dan il-kamp, fosthom il-Konvenzjoni ta' Tokyo ta' l-1963, il-Konvenzjoni ta' The Hague ta' l-1970, il-Konvenzjoni ta' Montreal ta' l-1971 u l-protokoll li kien sar taħt il-Konvenzjoni ta' Montreal fl-1988.", "Qed ngħid dan għaliex aħna jidhrilna li kieku t- tibdiliet li qed isiru f'dan l-abbozz ta' liġi ġew infilzati fl-Att ta' l- 1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili kienu jiġu evitati dawn id- diskrepanzi li jeżistu.", "Issa nixtieq inqanqal xi punti rigward it- terminoloġija li qiegħda tiġi wżata fl-abbozz ta' liġi, b'riferenza partikolari għal dik ta' \"direttur ta' l-avjazzjoni ċivili\".", "Madam Speaker, huwa minnu li l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili jagħti qafas ġenerali li bih għandha tkun regolata l-avjazzjoni ċivili u ma jagħtix xi status speċjali lid-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili, pero' qed ninnota li filwaqt li n-nomenklatura ta' l-uffiċjali f'dan l-abbozz ta' liġi baqgħet l- istess bħal dik tal-liġijiet eżistenti, in-nomenklatura ta' \"direttur ta' l- avjazzjoni ċivili\" nbidlet.", "Per eżempju, meta klawsola 2 tirriferi għal \"uffiċjal ta' l-immigrazzjoni\" din tieħu t-tifsira li hemm fl-Att dwar l- Immigrazzjoni u meta tirriferi għal \"uffiċjal tal-pulizija\" tieħu t- tifsira li hemm fl-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta.", "Pero' f'din il- liġi mhux se nibqgħu nużaw in-nomenklatura ta' \"direttur ta' l-avjazzjoni ċivili\", kif hemm fil-liġijiet eżistenti, għax f'din il-liġi d-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili se jibda jissejjaħ \"manager\".", "GĦalhekk naħseb li jkun siewi jekk tingħata spjegazzjoni dwar il-mod li bih qed jiġu maqsuma l- funzjonijiet ta' direttur ta' l-avjazzjoni ċivili u jekk jaqbilx li wieħed iżomm l-istess kap ta' dipartiment, li daqqa jilbes il-kappell ta' manager ta' l-ajruport u daqqa jilbes il-kappell ta' direttur ta' l-avjazzjoni ċivili għaliex, fil-fehma tiegħi, dan jista' jagħti lok għal ċerti diffikultajiet.", "Nixtieq li wieħed jiftakar ukoll fil-pjanijiet tal-Gvern li jipprivatizza parti mill-ishma li għandha l-Malta International Airport Co. Ltd..", "Hawnhekk donnu qegħdin naraw distinzjoni bejn ir-rwoli tad-direttur ta' l- avjazzjoni ċivili fejn tidħol l-operazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-ajru u kwestjonijiet oħra li jista' jkollhom x'jaqsmu ma' l-ajruport.", "Ikun tajjeb jekk wieħed iġib ukoll għall-attenzjoni tal-Kamra ċerti kwestjonijiet li jistgħu jinqalgħu proprju minħabba li teżisti diskrepanza bejn il-funzjonijiet tad-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili - allura tad- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili - u l-funzjonijet ta' l-istess direttur, li taħt din il-liġi qed jissejjaħ manager f'dak li għandu x'jaqsam mal-funzjonijiet ta' din il-liġi.", "Per eżempju, x'inhu maħsub li jsir mill-impjegati li llum jaqgħu taħt id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili?", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li f'Taqsima V li titkellem dwar sorveljar ta' ajruporti, eżattament taħt subklawsola (4) ta' klawsola 29, hemm definizzjoni ta' \"impjegat ta' l-ajruport\", li skond dan l-abbozz ta' liġi tfisser:", "\"... kull min ikollu impjieg mal-manager ta' l-ajruport u kull min ikun impjegat minn ħaddieħor li ma jkunx il-manager biex jaħdem fl- ajruport.\".", "GĦalhekk jiena nistaqsi: L-impjegati tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili se jkunu jaqgħu taħt il-manager, li hawnhekk qed ngħidu li se jkun ukoll id-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili imma taħt status differenti?", "X'se jkunu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn l-impjegati?", "Jekk se jkun hemm spostament ta' mpjegati mid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili għal ma' dan il-manager, x'sar f'dan ir-rigward s'issa?", "Ikun ferm utli li ningħataw din it-tip ta' informazzjoni għax b'hekk inkunu nistgħu nifhmu iktar kif se taħdem l-implimentazzjoni ta' din il-liġi.", "Kif kont qed ngħid il-bieraħ, kuntrarjament għall-Abbozz ta' Liġi dwar il- Protezzjoni Ċivili, dan l-abbozz ta' liġi m'hu qed jagħmel l-ebda riferenza għall-kompożizzjoni u l-funzjonijiet tal-kumitat dwar is-sigurta' fl- avjazzjoni.", "Fil-fatt l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili, li għandu jiġi diskuss f'dan il-Parlament iktar tard, jgħid li l-gvern għandu jkollu kumitat inter-ministerjali b'funzjonijiet ta' kordinament u spjega fid-dettall il-kompożizzjoni, is-setgħat u l-funzjonijiet ta' dan il- kumitat.", "Jiġifieri f'dan il-każ l-abbozz ta' liġi mhux biss qed jagħti status legali dettaljat lir-realta' amministrattiva imma wkoll lill- funzjonijiet tal-kunsill tal-protezzjoni ċivili.", "GĦalhekk f'dan il-każ il- kunsill għandu rikonoxximent ċar ħafna u naħseb li permezz ta' dan ir- rikonoxximent legali se jkun hemm iktar kordinament bejn id-diversi dipartimenti involuti f'dak il-kamp.", "Sfortunament pero' ma nistgħux ngħidu l-istess għal dan l-abbozz ta' liġi u l-fatt li l-kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni qed jissemma darba biss f'paragrafu (ġ) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 3 - fejn jingħad li l- ministru għandu jaħtar kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni - huwa sinjal ċar li m'aħniex nagħtu aktar forza lil dan il-kumitat milli sal-lum għandu.", "Jien ninsab persważ li l-ministru responsabbli jaqbel miegħi illi li kieku l-kompożizzjoni u l-funzjonijiet ta' dan il-kumitat jiġu definiti f'dan l-abbozz ta' liġi, id-dipartimenti involuti jħossuhom ħafna iktar marbuta ma' l-implimentazzjoni tas-sigurta' ta' l-ajruport u għalhekk inħoss li wieħed għandu jikkorreġi dan in-nuqqas li jeżisti fl-abbozz ta' liġi.", "Issa ħalli ngħaddi biex biex ngħid xi ħaġa fuq kwestjoni li għandha x'taqsam direttament mas-sigurta' ta' l-ajruport.", "Madam Speaker, fil-Kamra saru ħafna kummenti dwar is-sigurta'.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra dan l-abbozz ta' liġi jsemmi wkoll il-kontroll ta' l- aċċess u l-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-patrols u mal-kontroll tal-movimenti fl-ajruport.", "Pero' hemm ħafna iktar affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' li ma jissemmewx, u għalhekk ikun tajjeb li l- Ministru waqt il-winding-up jagħtina iktar informazzjoni f'dan ir-rigward ħalli nsiru nafu iktar dwar il-perikli li jidħlu fihom dawk li huma involuti fit-tifi tan-nar, dwar l-iżviluppi li qed isiru f'dan il-kamp u dwar kwestjonijiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' aspetti tal-kriminalita'.", "M'hemmx dubju li fost it-theddid li l-pajjiż qed jiffaċċja hemm dawk li ġejjin mit-traffikar tad-droga, mit-traffikar ta' l-armi u mill- immigrazzjoni llegali u f'dan is-sens l-ajruport huwa wieħed mill-għejjun l- aktar importanti.", "Hawnhekk tidħol is-security fl-air terminal innifsu u wkoll is-security f'dak li jiġri barra mill-air terminal.", "GĦalhekk ta' min jenfasizza, kif diġa' enfasizza l-Ministru Debono Grech, l-importanza li ninvestu fil-fence u fil-perimetru ta' l-ajruport b'dawl tajjeb u b'toroq adattati sabiex wieħed ikollu aċċess sħiħ għal dan il-perimetru.", "Huwa importanti wkoll li nieħdu ħsieb is-sigurta' tal-ħaddiema kollha li jaħdmu f'dan is-settur.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-perimeter fence u fuq l-uniformijiet li għandhom jilbsu l-impjegati li jaħdmu f'dan is-settur, speċjalment dawk li jaħdmu fuq barra li għandhom jilbsu ħwejjeġ adattati u protettivi biżżejjed għal kull kondizzjoni ta' temp, huwa importanti wkoll li nitkellmu dwar it- torri tal-kontroll li saru xi lmenti dwaru.", "L-air traffic control tower huwa l-istess wieħed li kellna meta l-airport tagħna nbena l-ewwel darba, jiġifieri meta r-runway kienet f'pożizzjoni differenti u kienet ħafna iqsar milli hi llum.", "Barra minn hekk il-volum tat-traffiku ta' l-ajru kien insinifikanti ħdejn il-volum tat-traffiku ta' l-ajru li għandna llum u r- relazzjonijiet tagħna ma' ħafna pajjiżi oħrajn kienu differenti milli huma llum.", "GĦalhekk dan il-control tower għandna nagħtuh l-attenzjoni meħtieġa u jekk hemm bżonn anke naħsbulu għal ċertu investiment.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Onor.", "Galea kompla bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "L-aħħar riflessjoni li bdejt il-bieraħ tirrigwarda l-legal notice dwar ix-xoljiment ta' l-Air Traffic Control Corps u l-Airport Company li l-Prim Ministru poġġa fuq il-Mejda tal- Kamra u li saret b'effett immedjat.", "Fil-fatt f'Diċembru li għadda l-Prim Ministru għamel stqarrija fejn qal li l-Gvern kien iddeċieda li jneħħi l- Air Traffic Control Corps u l-Airport Company minn taħt il-forzi armati u jqegħedhom taħt id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili bħala forza ċivili soġġetta għall-kondizzjonijiet speċjali ta' servizz skond l-Att ta' Proviżjonijiet u Servizzi.", "Dan ifisser li llum il-ġurnata l-uffiċjali, l- impjegati u t-tekniċi li jaħdmu f'wieħed mis-setturi l-aktar importanti għal dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta' ta' l-ajruport, ta' l-ajruplani u ta' l-avjazzjoni ċivili in ġenerali ġew disestablished, jiġifieri m'għadhomx jifformaw parti mill-Forzi Armati ta' Malta.", "GĦalhekk jiena naħseb li huwa importanti li l-Ministru jgħidilna jekk dawn sarux taqsima awtonoma jew jekk jaqgħux taħt xi dipartiment partikolari.", "Lil min jirrispondu u x'inhuma l-implikazzjonijiet tal-fatt illi m'għadhomx korp dixxiplinat?", "X'inhuma dawn il-kondizzjonijiet speċjali?", "Nafu li dawn jagħtu servizz mill-aktar essenzjali għall-pajjiż u kieku l-air traffic control kellu jieqaf, pajjiżna prattikament jiġi iżolat.", "Tajjeb ngħid, Madam Speaker, li l-Airport Company hija kumpannija li bdiet mix-xejn u rabbiet grupp ta' uffiċjali u ta' membri li għandhom expertise fil-qasam tas-sigurta' u li huma mħarrġa tajjeb ħafna.", "Fil-fatt qabel ma nħatar l-airport security manager, li nafu li ġej ukoll mill-fili tal-Forzi Armati ta' Malta, konna nduru fuq il-kapijiet ta' din il- kumpannija għal pariri dwar l-aspetti ta' sigurta' fl-ajruport u dejjem sibna li għandhom expertise tajjeb ħafna.", "Ta' min ifakkar pero' li fil- white paper dwar it-tibdil organizzattiv tal-Forzi Armati ta' Malta, bħala primary defence role nsibu \"the security and the integrity of the Maltese islands in peace time and in time of crisis\" li tinqasam f'ħames individual military tasks.", "Fost dawn it-tasks hemm \"to maintain territorial integrity\" - li bħala sub-task għandha \"to maintain security of the airfield\" - u \"to maintain integrity of Maltese airspace\".", "Imbagħad taħt is-secondary defence role, bħala sub-task hemm \"to administer Air Traffic Control Corps & Airport Company\".", "Issa jekk wieħed ikompli jaqra din il- white paper, fiha jsib ċertifikat tajjeb ta' kif kienet qed taħdem l- Airport Company.", "F'paġna 14 insibu dan il-kliem:", "\"The Airport Company and Air Traffic Control Corps are under the operational control of the director general of civil aviation.\"", "GĦaliex għalkemm kienet parti mill-Forzi Armati ta' Malta, kienet diġa' taħt l-operational control tad-director general tas-civil aviation.", "Imbagħad il-white paper tkompli tgħid:", "\"It is not proposed to alter the present establishment which seems to work well\".", "GĦalhekk meta jiena rajt din il-white paper, fhimt li ma kien hemm l-ebda proposta għal tibdil fir-rigward ta' l-Airport Company.", "Lanqas fil- konklużjonijiet u r-rakkmandazzjonijiet dettaljati mmens ta' l-istess white paper ma jidhirli li sibt xi proposta li titlob id-disestablishment ta' l- Airport Company li tieħu ħsieb is-sigurta' fl-ajruport.", "GĦalhekk, Sur President, hemm bżonn li l-Gvern jagħtina ftit aktar informazzjoni dwar x'se jiġri.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem dwar informazzjoni dettaljata u sensittiva imma dwar informazzjoni organizzattiva.", "X'ġara mill-membri u l- uffiċjali li sal-bieraħ kienu jifformaw parti mill-Airport Company?", "GĦadhom membri tal-Forzi Armati ta' Malta?", "Jekk m'għadhomx, fiex inhuma ngaġġati?", "Din il-kumpannija issa se tagħmel parti mid-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet speċjali li jissemmew?", "X'se jiġri mill-kondizzjonijiet vantaġġużi li kienu jgawdu meta kienu parti mill- Forzi Armati ta' Malta?", "U jekk din il-kumpannija se tmur ma' l-MIA, il- membri kollha se jmorru ma' l-MIA?", "Kellhom xi għażla?", "Setgħu jiddeċiedu?", "Il-proċedura saret jew ma saritx?", "Jiena naħseb li huwa importanti li wieħed ikollu din l-informazzjoni biex ikun jista' jara kif l-aħjar jirrifletti fuq dan is-suġġett.", "Sur President, biex nagħlaq nerġa' ngħid li dan huwa abbozz ta' liġi li qegħdin inħarsu lejh b'mod pożittiv.", "Aħna se nivvotaw favur tiegħu u nawguraw li l-ajruport tagħna, li huwa wieħed mill-akbar assets li għandu l- pajjiż, ikompli jiżviluppa għall-aħjar, illi s-sigurta' tiegħu tiġi ċċertifikata l-ħin kollu b'mod tajjeb ħafna u nittamaw illi kull min huwa nvolut jagħti l-koperazzjoni tiegħu.", "GĦaliex jista' jkollok ħafna liġijiet u ħafna strutturi imma fl-aħħar mill-aħħar is-sigurta' tirrikjedi kuxjenza minn kull min jagħmel użu minn dan is-servizz essenzjali għal pajjiżna.", "Qed ngħid dan għaliex minsuġa ma' dan is-servizz hemm ħafna aġenziji privati - mhux biss governattivi - u huwa importanti li kulħadd jagħti l- koperazzjoni tiegħu.", "Pero' jiena fiduċjuż ħafna li l-isforzi tal-Gvern għandhom iwasslu biex ikun hemm kollaborazzjoni kontinwa, djalogu kontinwu u kuxjenza kontinwa sabiex dan l-aspett tas-sigurta' li huwa essenzjali għall-futur ta' l-ajruport tagħna jiġi msaħħaħ.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, illum qegħdin nitkellmu fuq liġi li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipprovdi għal aktar sigurta' fl-ajruport u fl-avjazzjoni ċivili, għaliex ikollok kemm ikollok sigurta' naturalment dejjem ikun hemm lok għal aktar titjib.", "Huwa importanti ħafna li l- ajruport tagħna jkun imħares tajjeb u li s-sigurta' tkun ta' l-aqwa livell, u qed nagħmel din l-enfasi għaliex ma nistgħux nirriskjaw li f'pajjiżna jinqala' xi ħaġa li tkun ta' detriment għas-settur turistiku, settur vitali ħafna għal pajjiżna.", "Ta' xejn nagħmlu upgrading f'dan is-settur jekk ma ninvestux fis-sigurta'.", "Qed ngħid hekk għaliex bosta turisti jagħżlu li jiġu hawn Malta għaliex jafu li pajjiżna huwa post stabli u fejn m'hawnx inkwiet u allura jkollhom moħħhom mistrieħ li se jqattgħu btala trankwilla.", "Iżda jekk jiġri xi ħaġa fl-ajruport, kif ġara ftit tax-xhur ilu, wieħed jista' jiġi affetwat ħażin u għalhekk għandna nħarsu lejn l-aspett tas-sigurta' b'mod aktar wiesa' u mhux sempliċement b'mod tekniku.", "Għandna ninvestu fis-sigurta' ta' l- ajruport u ta' l-ajruplani tagħna u m'għandhiex tiġina t-tentazzjoni li għax ma nkunux qed nistennew qligħ f'terminu ta' flus naħsbu li se nagħmlu xi ħaġa żejda.", "Ma nistgħux nieħdu r-riskju li l-isforzi li nkunu qed nagħmlu jispiċċaw f'ħakka t'għajn.", "Raġuni oħra għalfejn is-sigurta' fl-ajruport tagħna għandha tittieħed b'aktar serjeta' huwa l-fatt li l-ajruport huwa l-post li minnu jidħlu diversi affarijiet illegalment.", "Irrid nagħmel riferenza hawnhekk b'mod partikolari għad-droga.", "Dan l-aħħar saru diversi qabdiet u ta' dan irridu nfaħħru x-xogħol siewi li qed jagħmlu kemm id-dwana kif ukoll il-pulizija, iżda mill-banda l-oħra seta' kien hemm persuni li għaddewha lixxa u ma nqabdux.", "U jekk ikollna nuqqas ta' sigurta' u dawn in-nies jirnexxielhom jisgiċċaw mill-ajruport tagħna, se tbati s-soċjeta' Maltija b'mod ġenerali imma l-aktar li se tbati hija dik il-parti debboli li għandha l-vizzju misħut tad-droga.", "Barra minn hekk, Sur President, il-pożizzjoni ġeografika tagħna għandha tagħmilna aktar konxji tal-bżonn li jkollna aktar sigurta'.", "Il-fatt li pajjiżna huwa żgħir u allura huwa aktar vulnerabbli minn pajjiżi li huma ferm akbar minn tagħna, għandu jurina l-importanza tas-sigurta' fl-ajruport tagħna kif ukoll tat-territorju Malti kollu.", "Li wieħed jinvesti fis- sigurta' huwa xi ftit jew wisq aspett soċjali għaliex in-nuqqas tagħha jista' jfisser li l-ekonomija s-sewda tkun qed tiġi megħjuna b'mod indirett.", "Qed ngħid dan għaliex jista' jkollok persuni li minflok droga jdaħħlu affarijiet oħra bi skop li jbigħuhom mingħajr ma jkunu ġew dikjarati u mingħajr ma titħallas taxxa fuqhom.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ftit li xejn jidher li hemm x'tikkritika fih għalkemm wieħed jista' jidħol f'ħafna aktar dettalji u jara kif jilħaq xi kompromess biex jagħmel liġi aktar perfetta, allavolja fid-dinja m'hawn xejn perfett.", "Wieħed jista' jikkritika l-multi u l-ammont ta' priġunerija u forsi anke jaħseb biex jibdilhom imma ovvjament trid tara l-gravita' tar-reat.", "F'dan l-abbozz qegħdin ngħidu li dik il-persuna jew persuni li jagħmlu xi att ta' vjolenza fuq ajruplan, jew fuq persuni jew proprjeta' li tkun abbord xi ajruplan fl-ajruport, tista' teħel għomorha l- ħabs f'każ li tinstab ħatja.", "Tajjeb pero' li naraw x'nifhmu meta ngħidu li wieħed imur għomru l-ħabs.", "Jekk b'dan nifhmu li l-individwu jagħmel għomru l-ħabs huwa tajjeb, iżda m'huwiex sewwa li pirata ta' l-ajru jinħeles wara ftit tas-snin għaliex igawdi minn amnestiji u affarijiet oħrajn, bħalma ġara fi żmien Gvern Nazzjonalisa.", "(Interruzzjonijiet) Il-fatt huwa li nħeles.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħal f'kull abbozz ta' liġi ieħor, \"Iife imprisonment\" tfisser \"għomru l-ħabs\" sakemm ma toħroġx amnestija, imma dik ħadd ma jista' jgħid meta se toħroġ.", "Fil-każ li qed isemmi l-Onor.", "Abela, ta' Ali Rezaq, l-amnestija kienet ingħatat minn Gvern Laburista f'Jannar ta' l-1987 u minflok għomru l-ħabs għamel biss 20 sena.", "Imbagħad wara ngħataw amnestiji lil kulħadd u reġa' bbenefika minnhom huwa wkoll.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għalhekk fil-bidu għidt li huwa importanti li jekk pirata ta' l-ajru jinstab ħati għandu jeħel għomru l-ħabs - naturalment jien ma dħaltx fid-dettall tal-każ li għamilt riferenza għalih u allura ma nistax nirrispondi għal dan li qed jgħid l-Onor.", "Borg - u naħseb li kull gvern jista' b'xi mod jirranġa dak li jsib għall-aħjar imma sfortunatament ma sarx hekk, u dan il-pirata ta' l-ajru nħeles wara ftit tas-snin.", "Nixtieq insemmi punt ieħor li nixtieq li l-Ministru jkun jista' jiċċara ftit.", "Qed nirriferi hawnhekk għal subklawsola (6) ta' klawsola 8 fejn insibu l-kliem \"xi parti ta' Malta\".", "Li nixtieq inkun naf huwa jekk dan ifissirx li l-airspace ta' Malta, jiġifieri l-flight information region, huwiex ferm aktar kbir mid-deskrizzjoni li nsibu f'artiklu 124 tal- Kostituzzjoni.", "Qed ngħid dan għaliex fil-Kostituzzjoni jingħad li \"Malta\" tfisser il-gżira ta' Malta, il-gżira ta' Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta' l- arċipelagu Malti, magħduda l-ibħra territorjali tagħhom, li huwa ta' 12-il mil meta l-airspace huwa ta' 500 mil jew aktar.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li fl-istess subklawsola jingħad li ajruplan jitqies li qed itir minn meta jingħalqu l-bibien wara l-imbarkazzjoni sakemm jerġa' jiftaħhom għall- iżbark.", "Forsi dan li qed ngħid jikkontradixxi dak li jingħad aktar 'il fuq u għalhekk tajjeb li naraw li fl-abbozz ma jkun hemm l-ebda kontradizzjoni jew loophole b'mod li xi ħadd li jinstab ħati ta' reat ma jeħilx dak li ħaqqu.", "Nixtieq insemmi l-importanza tat-taħriġ li f'bosta oqsma hija ttraskurata.", "X'jiswa' li jkollna liġijiet tajbin jekk fl-aħħar mill-aħħar il-ħaddiema ma jkunux imħarrġa fuq ix-xogħol li jkunu qed jagħmlu speċjalment dak ix-xogħol li jkun relatat mas-sigurta'?", "Huwa wkoll importanti li l-ħaddiema jkollhom l-apparat meħtieġ sabiex xogħolhom ikun aktar effikaċi u effiċjenti għax lanqas ma jiswa xejn li jkollok ħaddiema mħarrġa jekk imbagħad ma jkollhomx l-għodda meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jissorveljaw u jħarsu lis-soċjeta' tagħna minn affarijiet li jistgħu jkunu ta' deni.", "F'dan is-sens nixtieq nistaqsi jekk il-gates li jagħtu għall-ajruport għandhomx il-mezzi elettroniċi sabiex isir it-tiftix u l-iċċekjar meħtieġ.", "Jekk m'għandhomx, ladarba se jsiru tiswijiet fil-fence ta' l-ajruport ikun tajjeb li dawn isiru b'mezzi elettroniċi.", "Ċertament li din tinvolvi spiża kapitali kbira iżda, kif għidt fil-bidu, ma nistgħux nirriskjaw li jinqala' xi ħaġa fil-qasam tas-sigurta' għaliex lkoll kemm aħna nbatu.", "Jidhirli wkoll li fl-arrivals u fid-depatures hemm nuqqas ta' pulizija.", "Fil-fatt, jekk jiena nformat tajjeb, normalment ikun hemm biss tnejn jew tlieta, u trid tqis li dawn iridu jagħmlu l-għassa mal-bank, iridu jissorveljaw il- car park u bosta drabi jridu jieħdu ħsieb ukoll it-towing.", "Sur President, nagħlaq billi nħeġġeġ lill-Gvern u lil kull min huwa nvolut biex il-qasam tas-sigurta' neħduh bis-serjeta'.", "GĦal dan il-għan, kif qal il-Ministru Mizzi fl-introduzzjoni tiegħu, qed isiru numru ta' laqgħat mill-kumitat dwar l-airport security li huma ppreseduti mill- Ministru Mizzi stess bħala chairman.", "Tajjeb li dawn il-laqgħat ikomplu jsiru għaliex ma nistgħux naffordjaw li jinqala' xi ħaġa u nitilfu l- kredibbilta' mat-turisti li jiġu f'pajjiżna u allura tbati s-soċjeta' in ġenerali.", "Is-sigurta' fl-ajruport għandha tkun ta' l-ogħla livell kemm sabiex niddefendu t-turiżmu kif ukoll biex nevitaw id-dħul tad-droga u l- ekonomija s-sewda.", "GĦalhekk nawgura lill-ħaddiema kollha nvoluti f'dan il- qasam sabiex jifhmu l-ħtieġa u l-importanza tax-xogħol li qed jagħmlu u jwettquh mill-aħjar li jistgħu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, dan huwa abbozz ta' liġi li se jkompli jsaħħaħ is-sigurta' fl-avjazzjoni.", "Sfortunatament pajjiżna kellu jsofri ħafna fil-kamp internazzjonali minħabba inċidenti li f'ċerti każijiet seħħew innoċentement.", "GĦalhekk jekk nammeljoraw il-leġislazzjoni tagħna, irrispettivament mill-kritika dwar il-multiplikazzjoni ta' leġislazzjoni fil-qasam tas-sigurta' - għaliex kif intqal il-bieraħ għandna s-Civil Aviation Act ta' l-1981 u l-Airport Security Act, u allura wieħed jista' jissuġġerixxi li nagħmlu leġislazzjoni waħda - l-aktar ħaġa importanti li rridu nagħtu kas hija li Malta m'għandha bl-ebda mod tieħu dak ir-riskju, lanqas minimu, li l-ajruport tagħha jkun f'pożizzjoni li jimbarazzana.", "Meta jsir xi inċident fl-ajruport internazzjonali huwa l- pajjiż kollu li jbati u allura dan m'għandux jitħalla jsir, speċjalment jekk inkunu at fault fir-rigward ta' l-istandards rikjesti internazzjonalment.", "Dwar dan pero' sar progress kbir kemm fi żmien il- Gvern preċedenti u se nkomplu nsaħħuh permezz ta' dan l-abbozz li għandna quddiemna.", "Hawnhekk niftakar fil-konferenza internazzjonali dwar is-sigurta' fl- ajruporti li saret b'suċċess kbir fl-1993 ġewwa pajjiżna.", "Waħda mill- affarijiet li ħarġet f'dik il-konferenza kienet illi ma jistax ikollok adequate security f'ajruport jekk kemm-il darba ma ssegwix l-obbligi li kull pajjiż għandu jsegwi fejn tidħol is-sigurta'.", "U pajjiżna, wara snin twal ta' raqda - mhux qed nirriferi għal min kien fil-gvern għax ir-raqda kienet għal kulħadd - beda jinduna illi ħafna minn dawn l-obbligi, jiġifieri l-konvenzjonijiet internazzjonali, għandhom jiġu rratifikati u li l-liġijiet tagħna jkunu konformi magħhom.", "Allura ridna nirratifikaw kemm it-Tokyo Convention ta' l-1963, kemm il-Konvenzjoni ta' The Hague ta' l- 1970 u kif ukoll il-Konvenzjoni ta' Montreal.", "Issa l-iscars li saru fl-istorja ta' l-ajruport ta' pajjżna qegħdin hemm.", "Per eżempju, għadna nbatu l-konsegwenzi - jien ngħid innoċentement - tal- każ ta' Lockerbie, minħabba li l-Amerikani jridu jgħidu li l-ajruport tagħna kien imdaħħal b'xi mod.", "Dawn għadhom jagħmlu dan it-tip ta' bullying wara dawn is-snin kollha iżda jiena għadni nemmen li pajjiżna għandu l-interess jikklerja ismu mill-aktar fis u għandna noħorġu stqarrija f'dan is-sens.", "Jekk m'aħniex implikati dan għandna ngħiduh pubblikament, irrispettivament mill-fatt li l-każ għadu sub judice, għaliex m'huwiex sewwa li nibqgħu nbatu jekk m'għandna x'naqsmu xejn mal-kwestjoni.", "Għalhekk huwa importanti illi nkomplu nżidu u nammeljoraw is-sigurta' fl- ajruport tagħna għaliex meta jinqala' inċident, pajjiżi kbar u b'saħħithom jista' jkollhom l-interess li jgħabbuh lilek u allura nbatu l-konsegwenzi li jirriflettu kemm fuq l-ekonomija tal-pajjiż kif ukoll fil-qasam internazzjonali.", "Jiena niftakar meta kellna l-hijacking ta' l-Egypt Air fl-1986.", "Dak iż- żmien kont fil-pulizija imma xejn ma kelli esperjenza sabiħa meta ġejt wiċċ imb'wiċċ ma' dawk l-Eġizzjani li ġew hawnhekk u tawna palata għax ma konniex preparati.", "GĦalhekk jeħtieġ li l-forzi ta' ordni, jiġifieri l- pulizija u l-armata, ikunu preparati b'mod professjonali biex f'każ li jinqalgħu sitwazzjonijiet bħal dawn nkunu kapaċi niffaċċjawhom.", "Jiena naf li kemm fil-pulizija kif ukoll fl-armata għandna nies kapaċi u abbli biex jilqgħu għal dawn l-isfidi imma jkun tajjeb li naraw li dawn il-units ikun speċjalizzati.", "Tajjeb ukoll li l-emergency exercise f'każ ta' hijacking jiġi ripetut kull tant żmien ħalli l-forzi ta' l-ordni jaħdmu as a team, in an organised professional manner.", "Meta jkollok emerġenza f'airport int trid taħdem biex iġġib riżultat u ma tistax tfalli.", "Ir-riskju li tfalli jrid ikun tant minimu li kważi ma tfalli qatt, għaliex jekk f'din is-sitwazzjoni tagħmel żball tkun traġedja għall-pajjiż.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, sofrejna ħafna minħabba t-traġedja ta' Lockerbie u jekk Ali Rezaq ġie meħlus qabel iż- żmien, dan ukoll huwa ħażin.", "Imma l-Amerikani ma tantx ikkonfondew għaliex biex qabdu lil Rezaq kisru l-konvenzjonijiet li huma stess irratifikaw!", "Personalment ma naħsibx li legalment huwa ġustifikat li Ali Rezaq kellu jgħaddi ġuri ieħor l-Amerka għaliex hawn Malta jekk wieħed jagħmel reat u jinstab ħati ma jistax jerġa' jitressaq quddiem l-istess qorti jew qorti oħra fuq l-istess reat.", "Imma għaliex hekk kien jaqblilhom u għaliex ma qagħdux jiddardru minn Malta, l-Amerikani reġgħu għaddewh ġuri.", "Jidher għalhekk li l-prinċipju ta' ne bis in idem m'huwiex sanċit fil-liġi tagħhom għaliex żgur li ma mxewx miegħu fil-każ ta' Ali Rezaq, għalkemm nifhem li dan ħaqqu jibqa' l-ħabs għax għamel isem ħażin ħafna lil Malta u anke lil sħabu l-Palestinjani, li żgur li ma qablux miegħu f'dak li għamel.", "Li rrid nuri, Sur President, huwa li aħna rridu nkunu ppreparati kemm legalment kif ukoll professjonalment u għalhekk l-investiment f'dawn l- affarijiet għandu jiġi indirizzat mingħajr ebda riżerva.", "L-Onor.", "Tonio Borg il-bieraħ staqsa: Kemm huwa sew li, wieħed li jkun għamel reat f'ajruport fil-Gappun u b'xi mod dan jidħol f'pajjiżna, inti għandek dritt tarrestah u tipproċessah?", "Tajjeb pero' li ngħidu li dawn huma n-normi li qed jiżviluppaw b'mod mgħaġġel fil-kamp tad-dritt internazzjonali.", "U fejn għandu x'jaqsam it-terroriżmu kulħadd jibża' jagħti definizzjoni.", "Meta tistaqsi lil xi rappreżentant ta' xi gvern partikolari x'jifhem bil-kelma \"terroriżmu\" l-ebda wieħed ma jgħidlek; la se jgħidlek il-Gvern Amerikan, la l-Gvern Ingliż, la l-Gvern Franċiż u lanqas ħadd.", "Dawn joqogħdu 'l bogħod milli jagħtuk tifsira għax jibdew jirraġunaw b'mod li: Allura min huwa kontra tiegħi, għax għandu twemmin u jrid jilħaq għan minħabba li pajjiżu qed isofri, se nsejjaħlu terrorist?", "Jew ngħid li huwa kriminal allaċċjat ma' xi twemmin politiku ieħor?", "Jiena lill-Franċiżi, per eżempju, ma nagħtihomx tort li jibżgħu jiddefinixxu x'inhu terroriżmu għaliex hemm interess qawwi ta' pajjiżi kbar, speċjalment pajjiżi Afrikani u pajjiżi Asjatiċi, li ma jaqblux mal-konvenzjonijiet dwar it-terroriżmu.", "Issa permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qegħdin inxandru ma' l-irjiħat kollha li min jagħmel vjolenza fuq pajjiż ieħor u jiġi hawn Malta aħna se narrestawh u nipproċessawh.", "Din hija innovazzjoni fil-ġurisdizzjoni tal-kamp kriminali Malti pero' hija xi ħaġa li teżisti fil-kamp internazzjonali.", "Issa x'għamlu l-Amerikani wara li Ali Rezaq inħeles fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista?", "(Interruzzjonijiet) Jiena smajt l-intervent ta' l-Onor.", "Carmelo Abela u l-Onor.", "Tonio Borg.", "Fil-fatt mill-20 sena li kellu jservi, Ali Rezaq għamel biss seba' snin.", "Dan m'iniex qed ngħidu biex inkun kontroversjali imma biex inkunu fair anke ma' min qed jismagħna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ali Rezaq suppost li mar għomru l-ħabs għaliex hawn Malta min joqtol - apparti li dan kien kompliċi fil-qtil ta' oħrajn u nafu li meta Malti għamel hekk mar għomru l-ħabs - imur għomru l-ħabs.", "Ġara pero' li f'Jannar 1987, meta kien hemm Gvern Laburista, ingħatat amnestija ġenerali u kulmin kellu sentenza ta' għomru l-ħabs niżlitlu għal 20 sena.", "Malli jiġri hekk imbagħad dak li jkun jiggwadanja mill-amnestija tat-terz u jiggwadanja minn amnestiji oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien ngħid li ġrat kif ġrat l-amnestija, in- Nazzjonalisti kkontribwew sewwa biex Ali Rezaq inħeles, imma issa ħalli ma nidħlux f'din il-kontroversja.", "Issa l-Amerikani x'għamlu?", "Dawn marru jistennewh f'pajjiż ieħor u qabduh, kollox permezz tas-secret service u bil- barka ta' pajjiż Afrikan.", "GĦalhekk permezz ta' dan l-abbozz qegħdin ngħidu li min jagħmel vjolenza fi kwalunkwe airport internazzjonali u jiġi f'pajjiżna, aħna se narrestawh u se nipproċessawh biex nuru li ħadd m'għandu xi darba jisserva b'pajjiżna, u biex nagħtu eżempju lill-pajjiżi l- kbar li jridu jiddettawlna kif għandhom jiġu enforzati d-drittijiet internazzjonali meta huma stess qegħdin ħafna lura fihom.", "Ta' min jgħid hawnhekk li meta saret il-konvenzjoni dwar is-suppression of terrorism ta' l-1977, kellhom il-problema jekk jeskludux persuni li jkunu kkommettew reat minħabba twemmin ta' razza, ta' reliġjon, eċċ, eċċ. (Interruzzjonijiet) Imma jekk kemm-il darba ħaddieħor weħel, ma jfissirx li aħna ma nistgħux nimxu 'l quddiem.", "Mhux qed ngħid li ma kienx hemm progress għaliex f'dak li għandu x'jaqsam ma' estradizzjoni mxew ħafna, imma lilna ħadd ma jista' jżommna milli nagħtu l-eżempju fil-qasam tas- sigurta`.", "U meta qed tmexxi ajruport, fejn għandek problemi ta' dħul ta' droga, problemi ta' dħul ta' armi u armamenti projbiti, problemi ta' immigrazzjoni klandestina, kif se tiddefinixxi \"uffiċjal awtorizzat\"?", "Fl- abbozz id-definizzjoni tgħid hekk:", "\"\"uffiċjal awtorizzat\" tfisser kull persuna li tkun awtorizzata mill- manager tas-sigurta` fl-ajruport, jew li tkun awtorizzata mill-manager tas-sigurta` fl-ajruport bil-parir tal-Kummissarju tal-Pulizija, jew tal-Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta ...\"", "S'hawnhekk kważi naqbel pero' fejn jissemma ċ-chairman ta' l-ajruport naħseb li hija xi ħaġa li fl-istadju ta' Kumitat irridu nirranġawha.", "Qed ngħid dan għaliex iċ-chairman jista' jkun l-iktar persuna kapaċi u effiċjenti biex tieħu parir mingħandu imma jista' jkun ukoll - bir-rispett kollu - l-ikbar kaboċċa.", "Huwa tajjeb li l-manager tas-sigurta` fl-ajruport jieħu parir mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija u mingħand il-Kmandant tal Forzi Armati, għax dawn għandhom l-interess ta' l-ordni pubbliku, ta' l- investigazzjoni u tas-sigurta` f'pajjiżna, imma ma nistgħux ngħidu l- istess għaċ-chairman ta' l-ajruport.", "Għalhekk ma nistgħux inħalluha li:", "\"\"uffiċjal awtorizzat\" tfisser kull persuna li tkun awtorizzata mill- manager tas-sigurta' fl-ajruport.\"", "Nemmen ukoll li għandna nkomplu nsaħħu l-kumitat dwar is-sigurta` fl- avjazzjoni.", "Kif qal l-Onor.", "Mizzi fl-introduzzjoni tiegħu, din is-sena dan il-kumitat għamel ħafna xogħol imma ovvjament hemm fejn tirtokkja biex is- sigurta` fl-avjazzjoni tagħtiha spinta 'l quddiem bħalma għamilna fil-qasam legali.", "Nixtieq nirriferi hawnhekk, Sur President, għal dak li qegħdin ngħidu f'subklawsola (4) ta' klawsola 25, fejn jingħad li:", "\"Min jinsab ħati ta' reat taħt dan l-artikolu jista' jeħel, meta jinsab ħati, multa ta' mhux iżjed minn Lm2,000 jew priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn ħames snin, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.\"", "Jiena nistaqsi: Kif hawnhekk qegħdin nikkontemplaw dawn il-pieni meta l- pieni kkontemplati f'artiklu 313 tal-Kodiċi Kriminali, fil-każ ta' min jinstab ħati ta' pussess ta' esplozivi huma tant ħorox?", "Storikament meta daħal dan l-artiklu ma kienx hemm ħaġa agħar milli tagħmel reat b'esploziv, tweġġa' lil xi ħadd u taħrab minn fuq il-post tad-delitt.", "Dejjem kienet kkonsidrata bħalha cowardly act li tagħmel bomba jew esploziv wara bieb ta' xi ħadd.", "U b'hekk ħarġet li l-pieni huma tant ħorox.", "Għalhekk ma naħsibx li din is-sitwazzjoni tista' titħalla għaliex ikollna anomalija u m'huwiex fl-aħjar interess ta' pajjiżna li jkollna din l-anomalija.", "Sur President, b'dan l-abbozz pajjiżna qed jagħmel passi kbar biex itejjeb is-sigurta` fl-avjazzjoni imma huwa importanti ħafna li ma neqfux hawn.", "GĦalhekk nissuġġerixxi li meta mmorru barra minn Malta għal konferenzi, seminars u workshops internazzjonali, ngħidu x'aħna nagħmlu għaliex dan huwa riklam kbir għal pajjiżna.", "Tajjeb li nuru lill-pajjiżi kollha li aħna tant nemmnu fit-turiżmu li qegħdin insaħħu s-sigurta' fl- ajruport tagħna.", "Ħalli niġi issa għal punt ieħor qabel nagħlaq.", "Pajjiżna huwa żgħir iżda huwa pajjiż li joffri l-faċilitajiet li għandu kull pajjiż kbir ieħor.", "Issa jekk fost dawk li jidħlu f'pajjiżna jkun hemm xi żewġ terroristi mustaċċuni - u tajjeb li ngħidu li l-mustaċċuni kollha qegħdin mad-dawra tagħna, jiġifieri m'humiex qegħdin ħafna 'l bogħod - dawn jistgħu jaqilgħulna problemi kbar.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti li kemm jista' jkun ma nħallux nies ta' dan it-tip jirfsu l-għatba tagħna u tajjeb ukoll li nkomplu nkabbru l-intelligence gathering ma' pulizija ta' pajjiżi ġirien.", "Irid ikun hemm ukoll regular sharing of information u jrid ikun hemm xogħol kontinwu.", "Dan nistgħu nagħmluh biss jekk naħdmu b'nies li jkunu diġa` trained f'dan il-qasam imma safejn naf jiena s'issa kulma ttellgħu l-qorti kienu nies li damu fil-pajjiż iktar mill-ispecial leave li jkun tahom l-immigration officer huma u deħlin Malta.", "Għadna ma qbadniex persuna waħda u pproċessajniha minħabba li kienet implikata f'xi att terroristiku.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa li l-korp tal-pulizija jkompli jaħdem bis-serjeta` biex jorganizza screening aħjar tan-nies li jidħlu f'pajjiżna, speċjalment minn pajjiżi tat-tielet dinja.", "Il-fundamentaliżmu, il-factions u l-vjolenza li ssib f'ċerti pajjiżi ....", "(Interruzzjonijiet) M'iniex qed ngħid li t-terroristi jiġu kollha mid-dinja Għarbija imma żgur li dawn jistgħu jiġu hawn Malta anke biex jieħdu refuġju.", "Nistgħu neskludu li f'dawn l-aħħar xhur u snin ġie xi ħadd mill-Alġerija, għamel il- kuntatti li kellu jagħmel u reġa' ħareġ minn pajjiżna?", "GĦalhekk jeħtieġ li nkunu aktar organizzati u naħdmu ma' pulizija b'saħħithom u li għandhom esperjenza kbira f'dan il-qasam, bħalma huma l-Franċiżi.", "Bħala l-aħħar kumment, Sur President, ngħid li dan huwa abbozz ta' liġi importanti ħafna għalina u nawgura li fil-ġimgħat li ġejjin jsir aktar xogħol fuqu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, se nieħu din l-okkażjoni biex nitkellem dwar diversi aspetti tas-sigurta' fl-ajruport internazzjonali ta' Malta, li huwa wieħed miċ-ċentri ta' importanza strateġika fil-ħidma kollha ta' pajjiżna.", "Nistgħu liberament ngħidu li minn dak li jiġri fl-ajruport - u naħseb li dan jgħodd għall-ajruporti kollha u mhux tagħna biss - wieħed jista' jieħu indikazzjoni tat-tip ta' sigurta' li jkun hemm fil-pajjiż, fid- diversi aspetti tagħha.", "Iżda hawn Malta li jiġri huwa li fuq is-sigurta' tal-pajjiż u fuq is-sigurta' ta' l-airport - jew fuq in-nuqqas ta' sigurta' - nitkellmu biss dik id-darba meta xi ħadd ikun abbuża mis-sistema - j'Alla jkunu ftit u mbegħdin ħafna minn xulxin dawk l-okkażjonijiet - u b'konsegwenza t'hekk jiġu nvoluti mhux biss individwi, ajruplani u bini li jkunu fl-ajruport imma jiżżeffen fin-nofs u jaqla' daqqa ta' ħarta sew l- image tal-pajjiż.", "Nerġa' ngħid li ħadd ma jitkellem dwar is-sigurta' ta' l- ajruporti iżda dak il-mument li jinqala' inċident żgħir joħorġu l-kundanni kollha u tqum diskussjoni sħiħa ta' x'għandna bżonn intejbu fejn tidħol is- sigurta'.", "Sur President, il-problema ta' x'inhu l-aħjar mod kif nikkontrollaw dawk il-possibbiltajiet ta' abbuż tolqot mhux biss lil pajjiżna imma lill- pajjiżi kollha.", "Kien għalhekk li matul is-snin li għaddew saru numru ta' konvenzjonijiet u liġijiet fuq livell internazzjonali.", "Naturalment minbarra l-liġijiet u l-konvenzjonijiet internazzjonali hemm ukoll liġijiet ta' bixra nazzjonali u dawn il-konvenzjonijiet li se nsemmi saru jagħmlu parti mil-liġijiet ta' Malta permezz tas-Civil Aviation (Security) Act ta' l-1991.", "Qed nirriferi għat-Tokyo Convention 1963 on offences and certain other acts committed on board aircraft; The Hague Convention 1970 for the supression of unlawful seizure of aircraft; u The Montreal Convention 1971 for the supression of unlawful acts against the safety of civil aviation u l-protokoll li ħareġ mill-Montreal Convention.", "Issa llum għandna quddiemna l-Airports and Civil Aviation (Security) Bill u aktar kmieni smajna lill- Ministru tat-Trasport u Portijiet jindika li hemm possibbilta' li namalgamaw dawn iż-żewġ liġijiet flimkien.", "Jekk se jsir hekk għandna naraw li jkun hemm streamlining tal-pieni li jissemmew fiż-żewġ liġijiet biex ma niġux f'diffikulta' meta napplikaw il-liġi fil-konfront ta' individwi li jkunu nstabu ħatja li wettqu xi reati.", "F'dan il-Parlament diġa' ntqal kemm huwa importanti li jkollna sistema ta' sigurta' tajba u effettiva u li ma tħalli l-ebda dubju mhux biss f'moħħ in-nies li jużaw l-airport - għaliex hemm numru limitat ta' nies li jużaw l-airport sikwit, pero' globalment ikun hemm ħafna nies li jużaw l-ajruport tal-pajjiż - iżda li tista' anke sservi ta' deterrent għal dawk li jipprovaw jabbużaw mis-sistema ta' sigurta'.", "Is-sigurta' ta' l-ajruport għandha tkun tali li tnissel il-biża' fl-attentatur li jinqabad u li jiġi pproċessat u kkundannat.", "Jien nemmen li iktar ma ajruport ikun magħruf bħala wieħed ta' sigurta' kbira fors in-nies li jipprovaw jagħmlu atti terroristiċi, iktar inbiegħdu l-possibbilta' ta' xi attentat ta' abbuż.", "Sur President, sfortunatament pajjiżna għadda minn numru ta' esperjenzi li għadhom sal-lum jissemmew f'fora internazzjonali.", "Diversi kelliema, b'mod partikolari tan-naħa tal-Gvern, għamlu riferenza għall-konsegwenzi li qed ikollna nsofru għax ħaddieħor fettillu jdaħħalha f'rasu li reat partikolari ta' l-ajru oriġina f'pajjiżna.", "Għalhekk irridu naraw li kemm jista' jkun inkomplu nnaqqsu l-possibbilta' li jkun hemm min jabbuża mis- sigurta' fl-ajruport u nkomplu nserrħu ras kull min jiġi hawnhekk li Malta huwa pajjiż fejn is-sigurta' tibda mill-ajruport u terġa' tispiċċa fl- ajruport.", "Jien nemmen li dan huwa punt li verament għandna nenfasizzawh u nemmen li iktar ma nkunu serji u iktar ma nkunu magħqudin f'dan ir-rigward, iktar nistgħu naslu biex nevitaw diffikultajiet għal pajjiżna.", "Sur President, il-bieraħ issemmew emendi oħrajn - li fil-fatt għadna ma rajnihomx - dwar il-mod kif se titmexxa s-sigurta' fl-ajruport, li issa se tgħaddi minn taħt idejn l-armata għal għand organizzazzjoni oħra.", "Tejjeb li wieħed ifakkar li l-Air Traffic Control Corps u l-Airport Company se jgħaddu mingħand l-armata għal għand l-MIA.", "Fil-fatt jidher li din il- miżura daħlet fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Mejju, anke jekk s'issa il- leġislazzjoni għadha ma ġietx approvata mill-Parlament.", "Iżda niġbed l- attenzjoni ta' min hu konċernat ħalli jekk il-Gvern se jkompli miexi bil- pjan li għandu fil-preżent li jipprivatizza parzjalment l-MIA, allura tajjeb li wieħed jifhem li attwalment b'din il-liġi qegħdin ukoll ngħaddu parti mis-sigurta' ta' l-ajruport lill-privat.", "Allura wieħed għandu jirrifletti jekk din hijiex it-tip ta' leġislazzjoni li għandna bżonn u wieħed irid jara wkoll jekk kemm-il darba l-istandards li ġew set matul is- snin li għaddew humiex se jkunu garantiti wkoll 'il quddiem.", "Wieħed ikollu ċans jitkellem fuq dan il-punt meta naslu għad-diskussjoni proprja dwar dan it-tibdil.", "Sur President, fil-liġi li għandna quddiemna jissemma' l-personnel meħtieġ għas-sigurta' fl-ajruport u fl-avjazzjoni.", "Il-ministru responsabbli jrid jara li jiġu mplimentati r-regolamenti fil-konfront tas-sigurta' ta' l- ajruport permezz ta' personnel kwalifikat u fully trained għall-kontroll tas-sezzjonijiet differenti ta' l-ajruport u ta' l-ajruplani li jgħaddu mill-istess ajruport.", "Għalhekk huwa importanti, kif diġa' ntqal iktar kmieni, li l-personnel li jmexxu dawn is-sezzjonijiet ikunu verament preparati u jiġu aġġornati bl-informazzjoni u bit-taħriġ.", "F'dan il-qasam ma nistgħux innaqqsu mill-personnel.", "Għalkemm fid-diskussjoni dwar din il- liġi ħadd ma semmieha, naf li l-Gvern huwa maħkum mill-mentalita' li jnaqqas kemm jista' jkun mill-personnel.", "Hawn nagħmel appell sabiex ma jiġrix hekk fir-rigward tas-sigurta' fl-ajruporti u l-avjazzjoni ċivili.", "Nispera li ma ngħaddux minn problema ta' nuqqas ta' trained personnel jew nuqqas ta' apparat u makkinarju.", "Wara li dan il-Parlament jgħaddi din il- liġi se jkollna l-għodda legali li permezz tagħha nikkontrollaw lil min b'xi mod jipprova jagħmel xi reat kontra s-sigurta' ta' l-ajruport, pero' jrid ikollna n-nies imħarrġa tajjeb biex verament nilħqu l-għan li għalih qed ngħaddu din il-liġi.", "Sakemm ma tinqalax problema jista' jkun hemm min jaħseb li dawn il-persuni m'humiex jiġu utilizzati biżżejjed imma fil- verita' dawn xogħolhom huwa li jipprevenu, biex kemm jista' jkun jiġu evitati problemi li joħolqulna diffikultajiet li ma nifilħux għalihom bħala pajjiż u jagħtu image ħażin lil Malta.", "Sur President, dan l-abbozz jgħid li l-ministru għandu jaħtar manager tas- sigurta` fl-ajruport.", "Hawnhekk irrid nagħmel riferenza għal dak li qal l- Onor. Anġlu Farrugia iktar kmieni rigward iċ-chairman ta' l-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Naf li ma kienx qed jirriferi għal xi persuna partikolari - fil-fatt l-Onor.", "Membru kien qed jitkellem fuq il-kariga nnifisha - iżda l-kummenti li għamel għandhom iwasslu biex il-Ministru Mizzi jaħtar chairman li jkun kapaċi jaqdi d-doveri tiegħu kollha fl-aħjar interess tan-nazzjon.", "Meta ministru jaħtar chairman għandu jagħżel persuna ta' integrita', li verament tirrispekkja s-serjeta' tax-xogħol li għandha, għax jien nemmen li dak l-individwu li jinħatar chairman m'għandux iqis ix- xogħol bħala mezz kif jaqla' l-għixien tal-familja biss.", "Huwa ferm importanti li nifhmu li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed ikollna ħtieġa ta' kontroll aħjar fl-ajruport għaliex, kif nafu, qed jiżdied sew it-traffiku fl-airspace tagħna u iktar persuni qed jgħaddu mill- ajruport ta' pajjiżna.", "Jien żgur li ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Anġlu Farrugia meta qal li huwa faċli li ssewwi l-fence ta' madwar l- ajruport imma huwa ferm iktar diffiċli li tagħmel u tittrejnja l-persuni li jridu jagħmlu xogħol ieħor fl-ajruport.", "Ovvjament ma naqbilx ma' l-enfasi li għamel li donnu m'huwiex importanti li jkollok perimeter fence li jkun 100% secure.", "Sfortunatament nafu li ħafna drabi l-persuna li tidħollok fit- territorju ristrett ta' l-ajruport, li jkun imbagħad qed iservi ta' riskju kbir għall- ajruport u għall-pożizzjoni globali ta' l-avjazzjoni ċivili, jagħmel ħiltu kollha biex jara fejn hu l-weakest point tiegħek.", "Ġieli ġejna f'pożizzjoni li jkollok checkpoints u modi elettroniċi ta' kif tikkontrolla l-persuni, pero' mbagħad ikollok weak point minn fejn bniedem ikun jista' jgħaddi mingħajr wisq diffikulta'.", "Sfortunatament dawn huma postijiet li jkunu jidhru wkoll u allura jkun faċli biex nies li jkollhom xi intenzjoni li ma tkunx retta jidħlu fit-territorju ta' l-ajruport.", "Naturalment dawn l- affarijiet ma jiġrux f'pajjiżna imma pajjiżi oħra wkoll jiffaċċjaw problemi ta' abbużi simili.", "Il-liġi li għandna quddiemna titkellem dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni u jekk tiġi applikata tajjeb u jekk tiġi wkoll emendata biex tiġi in line mal-liġi l-oħra ta' l-avjazzjoni, wieħed jista' jgħid li nistgħu nkomplu nibnu fuq dak li ġara fil-passat.", "Din hija pożizzjoni li ttieħdet bl-iktar mod ċar min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "M'għandux ikun hemm diżgwid bejn iż-żewġ naħat għar-rigward ta' sigurta' fl-ajruport.", "Jien nawgura wkoll li dak li qal il-Ministru Debono Grech inkunu nistgħu naslu biex inwettquh iktar 'il quddiem.", "Tkellimna wkoll dwar il-funzjonijiet tal-ministru u tal-persuni maħtura minnu.", "Kien hawn diskussjoni fil-Kamra l-bieraħ dwar jekk għandux ikun il- ministru li jagħti ċerti ordnijiet u ċertu tip ta' permessi biex wieħed jidħol jew ma jidħolx f'ċerti inħawi.", "F'dan ir-rigward jiena nemmen li l- ministru m'għandux ikollu ċerti poteri eżekuttivi fid-daily running ta' l- affarijiet.", "Il-ministru għandu jkun above dan it-tip ta' ndħil - wieħed jista' jgħidlu indħli pożittiv - biex ikun f'pożizzjoni aħjar li jaqdi doveri oħrajn aktar serji, anke għar-rigward tat-twettiq ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Għandna mbagħad ukoll il-parti tal-liġi li titkellem dwar ħarsien ta' l- ajruplani, ajruporti, stallazzjonijiet u affarijiet oħra li huma marbutin ma' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-apparat ta' l-ajruport.", "Din m'hijiex xi ħaġa ġdida għax Att Nru. XX ta' l-1991 jitkellem dwar dawn it- tip ta' reati kontra ajruporti u ċertu tip ta' stallazzjonijiet li jkun hemm fl-ajruport.", "Hawnhekk ukoll wieħed irid jara li kemm jista' jkun il- persuni li jkunu marbuta ma' dan il-qasam ikunu persuni preparati u mħarrġin.", "F'dan ir-rigward żgur li għandu jkun hemm enfasi fuq taħriġ mhux biss kontra crimes imma taħriġ ukoll biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jagħrfu u jevitaw id-diffikultajiet u l-problemi f'dan ir-rigward.", "Sur President, hawnhekk għal darba oħra nagħmel enfasi fuq il-ħtieġa li jkun hemm aktar persuni f'dan il-livell.", "Riċentement il-Ministru Debono Grech wieġeb interpellanza dwar l- istruttura tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Fir-risposta ssemmew diversi karigi li għadhom vakanti.", "Dawn il-karigi żgur huma meħtieġa għall- amministrazzjoni u għall-ħtieġijiet ta' kuljum tat-tmexxija ta' l-ajruport.", "Jeħtieġ li d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili jkollu l-full complement tal-ħaddiema mhux biss fil-kwantita' imma wkoll fil-kwalita'.", "Dawn iridu jkunu ħaddiema li jkollhom ukoll ir-rikonoxximent internazzjonali.", "Il- personnel tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili, bħal f'pajjiżi oħra, għandu jkun personnel kwalifikat skond ir-regoli internazzjonali, bħalma huma l-protokolli internazzjonali, ir-regolamenti tal-Federal Aviation Authority ta' l-Amerka u r-regolamenti ta' awtoritajiet oħrajn internazzjonali.", "L-impressjoni li jista' jieħu the man in the street m'hijiex biżżejjed f'dan ir-rigward imma kif qalu l-Onor.", "Anġlu Farrugia u kelliema oħra aktar kmieni, ħaddieħor ikun qiegħed għassa ta' dak li jkun qed jiġri f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Farrugia qal li meta nkunu barra minn pajjiżna jeħtieġ li nwasslu messaġġ ċar li Malta qiegħda taderixxi għall- obbligi tagħha u qiegħda tilħaq il-livelli internazzjonali rikjesti fejn tidħol l-avjazzjoni ċivili.", "Il-ministru responsabbli minn dan is-settur u d-diversi organizzazzjonijiet differenti li b'xi mod imissu mas-sigurta' ta' pajjiżna jafu li s-sigurta' m'hijiex biss marbuta mal-pożizzjoni interna tal-pajjiż imma hija marbuta wkoll mad-destinazzjonijiet minn fejn ikunu ġejjin jew lejn fejn ikunu sejrin titjiriet ta' l-ajru.", "Nafu li ġieli kellna diffikultajiet ta' rikonoxximent tas-sistemi ta' kontroll ta' l-avjazzjoni ċivili f'pajjiżna u nafu wkoll li ġieli kellna problemi għar- rigward ta' liema awtoritajiet internazzjonali nqisu li huma validi jew le, u għalhekk jiena nawgura li din il-liġi tkun rispettata mill-awtoritajiet internazzjonali.", "Jien nemmen li wara li l-Parlament jgħaddi din il-liġi għandna nagħmlu ħilitna kollha biex il-personnel marbut ma' dan ix-xogħol ikun kontinwament imħarreġ, kontinwament ikun jaf x'qed jagħmel u jkun jaf x'inhuma l-bidliet internazzjonali li jkunu qed iseħħu.", "Pajjiżna għandu jkollu liġi li mhux biss tkun tajba fuq il-karta imma wkoll tkun imwettqa b'mod tajjeb minn dawk li jħaddmuha.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) L-Onor.", "Joe Mizzi jista' jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għall-mod kif dan id-dibattitu żvolġa b'mod ċivili.", "Kif għidt fid- diskors tal-ftuħ, il-Gvern qed jaħdem biex jimplimenta r- rakkmandazzjonijiet tal-kumitat ta' inkjesta li kien waqqaf il-Prim Ministru wara l-attentat ta' hijacking fuq it-titjira ta' l-Air Malta tad-9 ta' Ġunju tas-sena l-oħra.", "Tajjeb li nfakkar li waħda mir- rakkmandazzjonijiet prinċipali ta' dan il-kumitat kien li jitħaffef ix- xogħol ta' tħejjija biex pajjiżna jkollu liġi komprensiva moderna li tipprovdi għall-ħarsien tas-sigurta' fl-ajruport.", "U t-tieni l-aktar rakkmandazzjoni importanti kienet - din hija marbuta ma' l-ewwel rakkmandazzjoni - li kellha tiġi ċċarata l-kariga uffiċjali ta' manager airport security.", "Sur President, inħoss li dawn iż-żewġ rakkmandazzjonijiet ġew indirizzati bl-iktar mod ċar u preċiż f'din il-liġi l-ġdida.", "Il-liġi hija ntiża biex b'mod ġenerali tiġi kkontrollata s-sigurta' f'kull ajruport ġewwa pajjiżna u biex jiġi żgurat il-ħarsien ta' l- ajruplani, tal-persuni u tal-proprjeta' li tinġarr fihom.", "Il-liġi taħseb ukoll sabiex jinħatar manager tas-sigurta' fl-ajruport bir-responsabbilta' għat-tmexxija u kontroll tas-sigurta' fl-ajruporti u wkoll għall-kmand, għall-kordinament u sorveljar tar-riżorsi kollha tas-sigurta' provduti fl- ajruporti ta' pajjiżna.", "Taħseb ukoll biex jinħatar kumitat dwar is- sigurta' fl-avjazzjoni, b'responsabbilta' li jagħti pariri lill-gvern dwar kull ħaġa li tolqot is-sigurta' fl-avjazzjoni u fl-ajruporti, u li jimplimenta miżuri ta' sigurta' xierqa.", "Sur President, il-kelliema tan-naħa ta' l-oħra rrimarkaw li diġa' teżisti liġi dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni.", "Fil-fatt il-bieraħ għamilt riferenza għall-Att ta' l-1991 dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Ċivili.", "Pero' nfakkar li din il-liġi kienet ġiet introdotta għal skop preċiż, ċioe' biex jidħlu fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Tokyo ta' l-1993 - li hi dwar reati u ċerti atti oħra mwettqa abbord ajruplani - il-Konvenzjoni ta' The Hague ta' l-1970 għat-trażżin ta' qbid illegali ta' ajruplani - u l-Konvenzjoni ta' Montreal ta' l-1970 plus il-provvedimenti tal-protokoll marbuta ma' l- istess konvenzjoni għat-trażżin ta' atti illegali kontra s-sigurta' ta' l- avjazzjoni ċivili.", "Kif jidher mit-titlu, dawn il-konvenzjonijiet huma mmirati għal ċerti atti illegali speċifiċi.", "Min-naħa l-oħra l-liġi ġdida li għandna quddiemna hija mmirata li tindirizza s-sigurta' fl-ajruporti u fuq l-ajruplani b'mod ġenerali.", "Fil-fatt Taqsima II tal-liġi li qegħdin niddiskutu tipprovdi biex il-ministru responsabbli jagħmel regolamenti dwar kull ħaġa li tolqot is-sigurta' fl-avjazzjoni.", "Taqsima III hija dwar il- ħarsien ta' l-ajruplani, ta' ajruportijiet u ta' stallazzjonijiet minn atti vjolenti.", "Imbagħad Taqsima IV hija dwar reati kontra s-sigurta' ta' l- ajruplani.", "L-aħħar taqsima hija dwar is-sorveljar ta' l-ajruplani.", "Għalhekk jidher ċar li l-liġi ta' l-1991 u l-abbozz li ddiskutejna f'dawn l- aħħar jumejn m'humiex kontra xulxin, anzi jikkumplimentaw lil xulxin.", "Tajjeb li nfakkar ukoll li fil-kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni hemm rappreżentanza ta' kull organizzazzjoni li topera fl-ajruport b'mod uffiċjali.", "Fil-fatt dan l-airport security committee jikkonsisti fid- direttur ta' l-avjazzjoni ċivili, fiċ-Chairman ta' l-Air Malta, iċ-Chairman tal-Malta International Airport, is-Segretarju Permanenti dwar l-Affariijet Interni, li huwa wkoll il-Viċi Chairman, il-Kummissarju tal-Pulizija, il- Kmandant ta' l-Armata u l-Kontrollur tad-Dwana.", "Il-manager dwar is- sigurta' fl-avjazzjoni huwa fil-fatt is-segretarju tal-kumitat ukoll.", "Kif jidher ċar, il-kumitat minnu nnifsu qed joħloq kordinament bejn l- entitajiet kollha li joperaw fl-ajruport.", "B'hekk ikun qed jiġi assigurat li kull deċiżjoni tiġi diskussa u li jkun hemm qbil dwar il-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi żgurat li l-politika dwar is-sigurta' fl-ajruport tiġi mwettqa minn dawk kollha nvoluti.", "U tajjeb li ngħid, Madam Speaker, li kemm ili chairman ta' dan il-kumitat, kontra dak li wieħed ta x'jifhem il- bieraħ, kien hemm kordinament tajjeb bejn dawn l-entitajiet u nista' ngħid li d-deċiżjonijiet dejjem kienu unanimi u ma jirriżultalix li kien hemm xi konfużjoni.", "Hawnhekk nirringrazzja lil kull min qiegħed f'dan il-kumitat tas-sehem li qed jagħti, u tajjeb li ngħid ukoll li bil-mod kif qed jitmexxa l-kumitat se jkun diffiċli ħafna li jinqala' konflitt fit-twettiq tal-provvedimenti varji li jolqtu ż-żewġ liġijiet, jiġifieri dik ta' l-1991 u dik li qed niddiskutu llum.", "L-Onor.", "Louis Galea rrimarka li fil-liġi ġdida hemm riferenza ħafifa għall-kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni.", "Fil-fatt il-kelliemi kien qed jirriferi għal paragrafu (ġ) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 3 li jgħid li l-ministru responsabbli għas-sigurta' fl-avjazzjoni għandu: : \"... jaħtar kumitat dwar is-sigurta' fl-avjazzjoni b'responsabbilta' li jagħtih pariri dwar kull ħaġa li tolqot is-sigurta' fl-avjazzjoni u li jimplimenta miżuri ta' sigurta' xierqa.\"", "Fil-fatt jiena kont ġbidt l-attenzjoni ta' min ħa ħsieb din il-liġi li dan il-paragrafu għandu jkun aktar ċar u speċifiku.", "Ir-risposta tiegħu kienet fis-sens li m'huwiex il-lok li wieħed jespandi, pero' wara li smajt il- kummenti miż-żewġ naħat tal-Kamra jien inħoss li verament stajna nkunu aktar ċari u fl-istadju ta' Kumitat beħsiebni nressaq emenda biex nikkjarifikaw il-kompożizzjoni, il-funzjonijiet u d-dmirijiet ta' dan il- kumitat.", "Sieħbi l-Ministru Debono Grech irrimarka wkoll dwar il-ħtieġa li jkun hemm konsultazzjoni bejn il-ministru responsabbli għas-sigurta' fl- avjazzjoni u l-ministru responsabbli mill-avjazzjoni ċivili qabel ma tinħareġ xi ordni li taffettwa t-tmexxija u l-operat ta' l-ajruport jew l- avjazzjoni ġenerali.", "Jien naqbel ma' dan is-suġġeriment.", "Fil-fatt se nressaq emenda għal subklawsola (2) ta' klawsola 22 billi din tiġi sostitwita b'subklawsola ġdida li tgħid hekk:", "\"Qabel ma tinħareġ ordni bis-saħħa tas-subartiklu (1) ta' dan l- artiklu dwar xi ajruport, il-Ministru għandu jikkonsulta lill-Ministru responsabbli mill-avjazzjoni ċivili, lill-manager tas-sigurta' fl- ajruport u lill-membri tal-kumitat għas-sigurta' fl-ajruport.\".", "L-Onor.", "Tonio Borg irrimarka wkoll dwar il-konflitti bejn it-test Malti u t-test Ingliż.", "Dawn se jiġu rranġati fl-istadju ta' kumitat.", "Fil-fatt l- emendi neċessarji diġa' huma lesti.", "Rimarka aktar serja kienet dwar il-konflitt bejn il-pieni kkontemplati fil-liġi ta' l-1991 u dik li qed tiġi diskussa issa.", "Fil-fatt fil-parti fejn jidħlu esplożivi veru li kien hemm konflitt u kelli wkoll emenda lesta, biex ngħid hekk, pero' min-naħa l-oħra nistieden lill-Onor.", "Membru li qanqal dan il-punt biex jindikali anke privatament minn fejn joħorġu dawn il-konflitti biex jittieħdu l-passi neċessarji ħalli dawn ukoll jiġu rranġati fl-istadju ta' Kumitat.", "Min-naħa tiegħi jien diġa' qabbadt lil min abbozza l-liġi biex jerġa' jdurha flimkien mal-liġi ta' l-1991 biex b'hekk jiġi identifikat fid-dettall jekk hemmx ħtieġa li jsiru xi emendi f'dan ir-rigward.", "Pero' jidher li r-reati u l-pieni kkontemplati fil-liġi ta' l-1991 jittrattaw dwar in-nuqqas min-naħa ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajruplan li jassisti lill-kmandant fit-trażżin ta' xi persuna, dwar in-nuqqas min- naħa tal-kmandant li jiżbarka persuna mrażżna u wkoll dwar ħtif ta' ajruplan, vjolenza kontra persuna fl-ajruport u distruzzjoni ta' l-ajruplan u oħrajn.", "Il-liġi li qed tiġi diskussa issa tikkontempla reati differenti, inklużi dawk dwar dikjarazzjonijiet foloz, ħsara gravi fuq proprjeta' permezz ta' esplożivi, atti speċifiċi ta' vjolenza, dikjarazzjonijiet foloz dwar valiġġi, dikjarazzjonijiet foloz dwar dokumenti ta' identita', dħul ġewwa zoni ristretti ta' armi u esplożivi, ostruzzjoni ta' persuni awtorizzati, rifjut ta' xi ordni leġittima, impediment ta' persuna awtorizzata li taġixxi leġittimament, reati dwar oġġetti perikolużi u oħrajn.", "Kumment ieħor li sar mill-Onor.", "Borg kien dwar il-ħtieġa tal-kunsens ta' l-Avukat Ġenerali qabel ma jibdew il-proċedimenti dwar reati kkontemplati f'Taqsima IV tal-liġi.", "Jien lest li nerġa' nikkonsidra din il-parti tal- liġi pero' s'issa l-parir li għandi hu li din il-proċedura hija meħtieġa billi reat jista' jsir fuq ajruplan reġistrat Malta iżda li ma jkunx Malta f'dak il-mument.", "Kien hemm ukoll riferenza għall-provvediment li joħroġ minn klawsola 21 li tgħid li l-ministru jista' jagħti ordni bil-miktub lill-manager tas- sigurta' fl-ajruport biex ma jippermettix persuni jew proprjeta' li jitilgħu jew jitgħabbew fuq ajruplan jew inkella biex ma jippermettix li dak l-ajruplan itir.", "L-istess proċedura fil-fatt hija kkontemplata fi klawsola 22 meta jkun meħtieġ li ssir tfittxija fl-ajruport jew fuq xi ajruplan jew fuq xi persuna jew proprjeta'.", "L-Onor.", "Borg staqsa dwar xi ħtieġa hemm li l-ministru jagħti din l-ordni.", "Staqsa wkoll jekk dan jistax isir mingħajr il-ħtieġa li jindaħal il-ministru.", "Jiddispjaċini imma hawnhekk ma naqbilx ma' l-Onor.", "Membru.", "F'xi każijiet jista' jkun hemm implikazzjonijiet ta' natura politka, speċjalment jekk il-persuna li ssir tfittxija fuqha jew li ma titħalliex titla' fuq ajruplan tkun ta' nazzjonalita' barranija, jew jekk ajruplan ta' nazzjonalita' barranija ma jitħalliex jittajjar.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Membru ma jistax jgħid li f'każi bħal dawn m'hemmx implikazzjoni internazzjonali u għalhekk inħoss li huwa floku li responsabbilta' bħal din għandha titħalla f'idejn il-ministru u mhux f'idejn impjegat pubbliku.", "L-Onor.", "Ċensu Galea għamel riferenza għad-definizzjonijiet ta' manager u manager tas-sigurta' fl-ajruport u qal li dawn jistgħu joħolqu konfużjoni billi jirriferu għal żewġ karigi differenti.", "Fil-fatt fil-każ ta' l-ewwel, manager dan huwa d-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili u t-tieni wieħed jirriferi għall-uffiċjal pubbliku responsabbli għall-kontroll tas-sigurta' fl-ajruporti.", "Naqbel mal-konċett li kemm jista' jkun il-liġijiet għandhom ikunu ċari pero' għalkemm id-definizzjonijiet li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Membru huma diġa' kkjarifikati taħt klawsola 2, jien se nara wkoll jekk hemmx xi diffikulta' legali biex l-ewwel definizzjoni ta' \"manager\" tiġi sostitwita bil-kelma \"direttur\".", "Hekk m'hemmx, jien min-naħa tiegħi lest li nressaq emenda f'dan is-sens.", "Il-bieraħ issemmiet ukoll il-kwestjoni tat-theddid ta' bombi.", "Jiena naħseb li minħabba aspetti ta' sigurta' wieħed m'għandux jgħid x'inhu jsir dwar din il-problema partikolari.", "Is-sena l-oħra kien hemm tmien każi pero' naċċertakom li din is-sena ħadna ċerti prekawzjonijiet - ovvjament minħabba sigurta' m'iniex se nsemmi x'inhuma - li naqqsu drastikament dan it-theddid għaliex illum sar possibbli li taqbad minn fejn ikun ġej dan it- theddid.", "L-Onor.", "Louis Galea ried jagħti x'jifhem li se jkun hemm il- komplikazzjoni li l-airport security manager ma jiġix rikonoxxut barra imma jiġi rikonoxxut biss id-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta'.", "Jiena naħseb li l-Onor.", "Membru m'huwiex jiddistingwi bejn safety u security.", "Fil-fatt nassigurah li m'hemm l-ebda problema.", "Tant hu hekk li paragrafi 313 u 314 ta' Annex 17 tal-Convention on International Civil Aviation, Organisation of International Standards and Recommended Practices, jgħid li:", "\"Each contracting State shall designate appropriate authority within its administration to be responsible for the development, implementation and maintenance of the national civil aviation security programme.", "Each contracting State shall specify to ICAO the appropriate authority designated under 313.\".", "Jiġifieri jidher ċar li m'hemmx dik il-problema li hu jaħseb li seta' kien hemm.", "L-Onor.", "Galea għamel riferenza wkoll għall-ħaddiema li se jkunu assenjati ma' l-airport security manager u staqsa jekk dawn humiex se jkunu mill- armata jew minn x'imkien ieħor.", "Jien fil-fatt għidt ċar u tond li diġa' ġew impjegati żewġ assistant security managers u ma' dawn se jiġu ngaġġati nies oħra.", "Intlabt ukoll biex nagħti spjegazzjoni dwar il-fatt li l-airport security company se tiġi xolta.", "Ma naħsibx li dan l-istatement huwa korrett.", "Fil- fatt mhux l-airport security company se tiġi xolta imma l-Airport Company.", "Din l-Airport Company m'hijiex il-kumpannija li għandha s-sigurta' u m'hijiex parti mill-armata, għalkemm kienet taħt l-armata.", "L-Airport Company kellha taħtha t-taqsima tat-tifi tan-nar, il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru, l-uffiċju metereoloġiku, iċ-ċentru tat-telekomunikazzjoni u t- taqsima ta' l-elettriku.", "Dawn m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-sigurta' u għalhekk naħseb li dak li qal l-Onor.", "Membru ma kienx f'loku.", "L-Onor.", "Membru semma' wkoll il-counter drugs.", "Fil-fatt nista' ngħid li l- manager airport security huwa membru fl-active board li qiegħed within the CADA.", "Qed jaħdem flimkien ma' l-NDIU u nista' ngħid li qed isiru wkoll courses f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "Anglu Farrugia qajjem kwestjoni dwar xi tfisser \"uffiċjal awtorizzat\" fi klawsola 2.", "Staqsa minn min jiġi awtorizzat u ma qabilx li dan għandu jiġi awtorizzat minn xi ħadd ieħor barra l-Kummissarju tal- Pulizija.", "Jien ngħidlu li dik saret hekk minħabba r-raġuni tal-friskers, jiġifieri hemm raġuni valida għaliex din ġiet inkluża.", "Madam Speaker, inħoss li d-dibattitu li sar kien wieħed tajjeb u ċċara ċerti punti importanti li nispera li nerġgħu nittrattawhom aktar fid- dettall fl-istadju ta' Kumitat.", "Kif diġa' għidt, inħoss li fejn hu meħtieġ li jitressqu emendi neċessarji, dawn jitressqu biex kemm jista' jkun ikollna liġi tajba li sservina għal ħafna snin.", "Jien nemmen li s-sigurta' ta' l-ajruporti hija ta' importanza kbira u huwa fl-interess nazzjonali li naraw li din il-liġi tkun moderna u fuq kollox effettiva.", "Infakkar dwar x'kien qal il-kumitat ta' inkjesta fuq dan il-punt.", "Dan kien qal li l- pożizzjoni ġeo-strateġika ta' pajjiżna hija fiċ-ċentru ta' zona fejn hemm irqajja instabli u li allura jagħtu lok għal ċirkostanzi li jmorru 'l hemm minn dak li wieħed iqis bħala konsiderazzjoni ta' sigurta' normali fuq livell internazzjonali.", "Kompla jgħid li din is-sitwazzjoni għaldaqstant tiġġustifika li f'ċerti okkażjonijiet jittieħdu miżuri ta' sigurta' stretta.", "Fil-fatt il-liġi tagħmilha possibbli biex din it-tip ta' sigurta' titwettaq bl-iktar mod xieraq.", "Il-kumitat kien qal ukoll li r- relazzjonijiet bejn l-uffiċjal responsabbli mis-sigurta' fl-ajruport u l- pulizija fir-rigward ta' intelligence monitoring għandhom ħafna importanza.", "Instab li hemm sistema ta' komunikazzjoni regolari imma jinħass li din tkun iktar effiċjenti u effettiva jekk pajjiżna jkollu leġislazzjoni li tipprovdi għas-sigurta' fl-avjazzjoni.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi ntenni dak li għidt fil-bidu ta' dan id-dibattitu, jiġifieri li din il-liġi se tistabilixxi darba għal dejjem linji ċari ta' responsabbiltajiet u se telimina l-konfużjoni bejn l- entitajiet fl-ajruport.", "Qed tiġi wkoll rikonoxxuta bl-aktar mod ċar il- funzjoni ta' l-uffiċċju tal-manager tas-sigurta' fl-ajruport li se jkollu s-saħħa legali biex jiġi assigurat li d-deċiżjonijiet tal-kumitat dwar is- sigurta' fl-avjazzjoni jiġu segwiti minn kulħadd bl-aktar mod effettiv u tajjeb.", "B'dan l-abbozz ta' liġi se nkunu għamilna qabża fil-kwalita' fil- veru sens tal-kelma u nkunu mlejna vojt kbir f'dik li hija sigurta' fl- ajruporti ta' pajjiżna.", "L-aspett tat-taħriġ huwa importanti ħafna wkoll.", "Kemm ili jien f'dan l-airport security committee nista' naċċerta lil kulħadd li għamilna enfasi li għandu jkun hemm taħriġ ta' spiss u adattat għal pajjżna.", "Fil-fatt mis-sena l-oħra l-airport security manager beda jħejji diversi korsijiet ta' taħriġ li taw riżultati pożittivi.", "Tajjeb li ngħid ukoll li minn spot checks li nagħmlu qed jirriżulta li s-sigurta' f'ċerti oqsma żdiedet u ġiet ammeljorata bil-bosta.", "Dawn l-ispot checks ma nagħmluhomx biex nipprovaw naqbdu lil xi ħadd għal għarrieda jew biex nipprovaw nieħdu xi passi kontra xi ħadd imma biex naraw li s-sigurta' qiegħda tiġi attwata b'mod effiċjenti u bi skruplu.", "Dan il-ħaddiema jafuh u jafu wkoll li dawn l-ispot checks nagħmluhom biex fejn ikun hemm xi nuqqasijiet nirranġawhom.", "Tajjeb li nfaħħar hawnhekk lill-friskers li ħadu passi kontra passiġġieri li għaddew affarijiet li mhux suppost kellhom jgħaddu.", "Nerġa' ntenni, Madam Speaker, li dan kien dibattitu interessanti u ntenni wkoll li min-naħa tiegħi dispost li fejn hemm bżonn isiru xi emendi li jkunu fl-interess ta' pajjiżna, allura dawn isiru.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jagħti seħħ li ċerti liġijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' fl-avjazzjoni\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni d- Darba.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex dan l- Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruporti u fl-Avjazzjoni Ċivili jmur quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jagħti seħħ lil ċerti liġijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' fl- avjazzjoni\" jmur fil-Kumitat Permanenti dwar Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-Ombudsman skond subartiklu (4) ta' artiklu 22 ta' l-Att Nru. XXII ta' l-1995 dwar il-kaz Mifsud Bonnici.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li saru d-9.00 p.m. u għaldaqstant nitlob lill-Ministru Mizzi biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nippropona l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 6 ta' Mejju 1998, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. --------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, fil-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem fuq żewġ suġġetti li huma totalment differenti minn xulxin.", "Nibda biex nagħmel riferenza għal dak li ntqal fil-gazzetta \"KullĦadd\" ta' nhar il-Ħadd li għadda, kif ukoll tal-Ħadd ta' qabel, fir-rigward tax- xiehda illi s-Sur Godfrey Leone Ganado qed jagħti bħala xhud imtella' mill- Malta Labour Party f'kawża illi jiena kont bdejt kontra l-ex-Deputat Salvu Sant kif ukoll kontra l-Onor.", "Charles Mangion fl-1993.", "Din il-kawża tirrigwardja l-mozzjoni ta' sfiduċja li ż-żewġ sinjuri li għadni kif semmejt kienu għamlu fil-konfront tiegħi.", "Jiena kont sfidajthom biex l- allegazzjonijiet li kienu għamlu f'din il-Kamra jagħmluhom barra u huma hekk għamlu, u ovvjament imbagħad jiena ħadt passi legali.", "Irrid nagħmilha ċara li jiena m'iniex se nitkellem fuq dak li qal s'issa fix-xiehda tiegħu s-Sur Godfrey Leone Ganado imma se nitkellem biss fuq il-fatti li jafhom il- pubbliku kollu, li ntqalu barra dan il-Parlament u li ġew anke ppubblikati.", "Is-Sur Godfrey Leone Ganado diversi drabi qal li jiena u hu ma konniex naqblu.", "Per eżempju, meta jiena kont responsabbli mill-Enemalta ridt li l- cables tal-132kv minn Delimara għall-Marsa ngħadduhom minn mina u mhux noqogħdu nħaffru trinka.", "Dan għas-sempliċi raġuni li l-Enemalta - u ta' dan għandi l-provi kollha fil-file li tellajtu anke quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, li tat is-sentenza tagħha fil-31 ta' Jannar, 1996 u qalet li kulma sar kien above board - issa li waslet biex toħroġ circuits ġodda tal-132kv minn Delimara, kienet issib il-mina lesta u tgħaddi l-cables minn ġo fiha u mhux tagħmel mina oħra.", "Jiena kont nixtieq it-tender tinqasam, billi parti tingħata lill-cable supplier, dak li jipproduċi l-cable, u parti tingħata biex issir il-mina.", "Ġara pero' li kont imsiefer u s-Sur Leone Ganado qatagħha li minflok ma ssir il-mina ssir trinka.", "Imbagħad meta ġejna biex nagħmlu l-extension tal-132kv bejn il- Marsa u l-Mosta, issuġġerejt li ssir mina mill-Marsa sal-Mosta u dan is- suġġeriment ġie milqugħ.", "Kien hemm dawk li jissejħu geological faults iżda dawn ġew megħluba u l-cables tpoġġew ġol-mina.", "Issa l-istess nies li llum qegħdin fil-gvern u li tant qegħdin ifaħħru lis-Sur Leone Ganado, fil-ħarġa ta' \"l-orizzont\" tal-Ħamis, 24 ta' Awissu, 1995 - biex tara d-doppia faccia ta' dawn in-nies - kitbu dan li ġej:", "\"Iż-żmien jidher li ta raġun lis-Segretarju Parlamentari ta' l-Ilma u l-Enerġija, il-Perit Ninu Zammit, fil-proġett ta' twassil ta' ċirkwiti ta' 132kv mill-power station ta' Delimara sal-Mosta.", "Ninu Zammit ried li ċ-ċirkwiti jitwasslu permezz ta' mini taħt l-art.", "Is-Segretarju Parlamentari sab oppożizzjoni kbira u ġie njorat.", "Issa ġie deċiż li mill-Marsa sal-Mosta jsir kollox permezz ta' mina.", "Ninu Zammit ingħata raġun.\"", "Dan jiena qed insemmih biex nuri kif in-naħa l-oħra, b'mod partikolari l- Onor. Charles Mangion u Salvu Sant, qegħdin jinqdew bis-Sur Godfrey Leone Ganado.", "GĦaliex fejn iridu huma jgħidu li jiena kont nindaħal u mbagħad jikkritikaw lis-Sur Leone Ganado stess talli m'aċċettax li ssir mina bejn Delimara u l-Marsa.", "Ħalli nsemmi issa punt ieħor li dwaru jiena u s-Sur Leone Ganado ma konniex naqblu.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-kwestjoni tal-ftuħ tal-petrol stations nhar ta' Ħadd.", "Sa l-1987 il-pompi tal-petrol kienu jieħdu seba' milleżmi fuq kull litru ta' fuel li jbiegħu bħala commission.", "Bejn l-1981 u l-1987 din il-commission baqgħet l-istess u meta tlajna aħna fil-gvern bdew in- negozjati biex tiżdied.", "Niftakar li għas-sena 1989/90 - hawnhekk qed nitkellem mill-memorja - kienu kkalkolaw li kellna nżiduhom b'0.98 ta' milleżmu u aħna tajnihom milleżmu u allura l-commission minn 7 milleżmi kull litru telgħet għal 8 milleżmi.", "Ovvjament qalulna kemm aħna rġiel ta' l-Enemalta , kemm huwa raġel il-gvern u kulħadd kien kuntent!", "Ġara pero' li tliet snin jew erba' snin wara, out of the blue, is-Sur Leone Ganado ried jagħtihom 3milleżmi per litre fuq dak il-milleżmu li konna tajnihom.", "Ovvjament jiena oġġezzjonajt - dan huwa kollu recorded fil- files - għax dan kien ifisser li konna se nżidulhom il-commission b'¥0.5 miljun fis-sena.", "Imma dan, ta' awditur li hu u ta' accountant tal-galbu li hu, qabad u ċaflas u tahom 3 milleżmi minn fuq dahar il-poplu.", "Imbagħad Salvu Sant, b'mod partikolari, kellu l-wiċċ jiġi hawn ġew u waqt li qegħdin niddiskutu l-estimi ta' l-Enemalta, eżattament fis-7 ta' Diċembru ta' l- 1994, qalilna li mhux talli l-Gvern Nazzjonalista kien qed jgħaddi biż- żmien lill-konsumatur, talli biex jinfetħu l-petrol stations fil-Ħdud u l- festi qiegħda ssir nefqa ta' ¥0.5 miljun kull sena minn fuq dahar il-poplu Malti!", "Hawhekk qiegħda l-ipokrezija għax anke l-Oppożizzjoni Laburista kienet iddikjarat ruħha li kienet qed taqbel miegħi li m'għandniex nisparpaljaw flus il-poplu.", "Kien hemm każ ieħor li ttella' l-qorti, il-każ tal-pompa tal-petrol f'Għawdex.", "Irrid ngħid li t-tnejn min-nies li pprovaw jixtruni bagħtuli pakkett imma dan il-pakkett jiena erġajt bgħattu lura u mbagħad, minħabba ċerti ċirkostanzi, kelli nieħu passi kontra tagħhom bil-qorti.", "Dawn ammettew li pprovaw jikkorrompuni u s-sentenza nqatgħet fis-26 ta' Awissu, 1993 imma kien hemm min għamel plejtu anke talli ma nxtrajtx!", "Fil-fatt f'waħda mill-gazzetti lokali ġie rrapportat:", "\"Two Gozitan men yesterday admitted in Court to charges of having attempted to bribe Parliamentary Secretary for Water and Energy, Ninu Zammit.", "Anton Cassar, 31 and Michael Galea, 25, both of Victoria, were given a one year prison sentence, suspended for one year.\".", "Dan il-każ kien għalaq hemm pero' Leone Ganado, bħalma qal hu stess fil- qorti nhar l-Erbgħa, xorta ried jidħol bejn il-basla u qoxritha.", "Għaxart ijiem wara li dan l-istess Leone Ganado kien tneħħa minn chairman ta' l- Enemalta - għax it-tenure tiegħu ma kenitx ġiet imġedda - deherlu li kellu jikteb ittra lill-Prim Ministru, l-ittra datata 14 ta' Ġunju, 1993, fejn qallu:", "\"I would like to inform you that as far back as towards the latter part of last year and the first three months of this year, I was personally asked on a number of occasions by the Hon.", "Ninu Zammit to process the issue of a licence to Superintendent Salvu Galea to operate a petrol station in Gozo.\".", "Ovvjament din l-ittra kien bagħatha lill-Onor.", "Fenech Adami, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, li qabad u għadda din l-ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija.", "L-għada, il-15 ta' Ġunju, 1993 il-Kummissarju tal-Pulizija bagħat għas- Sur Godfrey Leone Ganado u dan, biex juri l-inkonsistenza tiegħu, erbgħa u għoxrin siegħa wara kiteb ittra oħra ndirizzata lill-Kummissarju tal- Pulizija, u li tagħha bagħat kopja lill-Prim Ministru, fejn qal:", "\"In order to clarify any misrepresentations that may be deduced from the contents of my letter, may I categorically state that no pressure was ever made on me by anyone to approve and/or expedite the issue of a licence to Superintendent Galea and/or to any member of his family.\".", "Mela fl-14 ta' Ġunju, 1993 qal li jiena għamilt pressjoni fuqu biex joħroġ liċenzja lis-Supretendent Salvu Galea u l-għada ċaħad kollox u qal li ħadd fid-dinja ma qatt għamel pressjoni fuqu biex joħroġ liċenzja biex dan jopera service station f'Għawdex!", "Dawn l-affarijiet qed ngħidhom biex nuri kemm tan-naħa l-oħra qegħdin jagħmlu żball meta jinqdew b'persuna li, bil- provi u bil-miktub, uriet diversi drabi l-inkonsistenza tagħha.", "Madam Speaker, fl-aħbarijiet issemma wkoll il-fatt illi ngħataw xi promotions fejn jiena qabbiżt lil xi ħadd biex nakkwista xi voti.", "Dan jien niċħdu u jiċħduh ukoll il-membri ta' l-interviewing board.", "F'dan il- board kien hemm nies - issa mhux se noqgħod ngħid x'qalu eżatt fil-qorti għax din m'hijiex irġulija - li lil Leone Ganado, fi żmien meta hu stess kien għadu chairman, kienu qalulu:", "\"Even more, we declare that we did not have any political pressure ...\"", "- jiġifieri fl-għażla tan-nies li kienu qegħdin jagħmlu -", "\"Before the start of the interviews, we received guidelines to the effect that candidates who were at that moment performing the duties of SPOs, fitters, TEPOs, linesmen and jointers ...\"", "- li huma s-sinsla tat-teknika ta' l-Enemalta -", "\"... were not to be placed in the top six as these trades were in demand and shortage of staff in these trades already existed at Enemalta\".", "Huwa veru li jiena tajt dik id-direttiva, u dan għidtu diversi drabi, imma mbagħad komplew:", "\"The board wishes to appeal that in future these guidelines ...\"", "- jiena ħriġt dawk il-guidelines għax meta ħarġet il-call for applications ma kontx rajtha -", "\"... be made public during the application period so that short- listing of candidates is carried out during the initial stages\".", "GĦalhekk jiena bi pjaċir ngħid li ma ndħalt fl-ebda promotion, mhux kif ġie allegat fil-gazzetta \"KullĦadd\", fuq il-mezzi tax-xandir il-bieraħ u kif qal is-Sur Leone Ganado.", "Hawnhekk għandi wkoll affidavit mill-membri kollha tal-bord li għamel din l-adjudication.", "B'sodisfazzjon ngħid ukoll li wara li l-Partit Laburista tela' fil-gvern, dan ħatar interviewing board ieħor biex jagħżel grupp ta' airfield operators - għaliex il-proċess kollu biex jintagħżlu n-nies kien waqaf u ħadd ma kien daħal għal dak il-job - li beda jsejħilhom aviation crewmen.", "Issa minn risposta li ngħatajt fl-24 ta' Frar ta' din is-sena għall- mistoqsija parlamentari numru 12,528 insibu li dan il-Gvern mexa fuq dawk il-guidelines li kont ipproponejt jien.", "Din tgħid:", "\"L-ebda kandidat li kkwalifika għall-grad ta' aviation crewman ma kien fil-grad ta' SPO, TEPO, linesman jew jointer.\"", "Dan jidher fir-riżultat ta' l-eżami ppubblikat fiċ-ċirkolari numru 21 tad-9 ta' Mejju, 1997.", "Ovvjament l-Enemalta għamlet sewwa li għamlet hekk għaliex irraġunat - bħalma kont nirraġuna jiena - li ma reditx tħott knisja biex tibni oħra.", "Dawn huma d-diversi punti li fuqhom qatt ma seta' jkolli qbil mas-Sur Godfrey Leone Ganado, u jiddispjaċini li l-ġurnal \"KullĦadd\", kif ukoll is-Super One Television, qabdu max-xiehda tiegħu.", "Jiena ngħid pero' li min jidħaq l-aħħar jidħaq l-aħjar għax wara li jispiċċa l-kontro- eżami nkunu nistgħu noħorġu l-fatti kollha u, bħalma dejjem ngħid, iż-żejt jitla' f'wiċċ l-ilma.", "Suġġett ieħor li nixtieq ngħaddi ftit kummenti dwaru huwa l-esportazzjoni tal-patata.", "Dan huwa staġun tajjeb għall-bdiewa, u dan ngħidu bi pjaċir għaliex il-produzzjoni tal-patata kienet tajba u kbira.", "Din bdiet tiddaħħal fil-pitkalija wara d-19 ta' April, meta beda l-ipproċessar ta' l- esportazzjoni.", "Ikolli ninnota pero' li qed ikun hemm wisq dewmien fil- proċess tal-grading u għalhekk għan-nom tal-bdiewa nissuġġerixxi lill- Ministru Noel Farrugia biex jagħmel l-almu tiegħu ħalli kemm jista' jkun il- proċess ta' l-esportazzjoni jsir b'pass iżjed mgħaġġel u b'mod iżjed effiċjenti.", "Anke s-sena l-oħra l-Ministru ammetta li hemm nuqqas ta' effiċjenza u nuqqas ta' kordinazzjoni fil-proċess ta' l-esportazzjoni.", "Dan qed ngħidu għas-sempliċi raġuni li iżjed ma nesportaw il-patata kmieni lejn l-Olanda, iżjed inġibu prezz tajjeb għall-bdiewa.", "Għalhekk inħeġġeġ lill- Ministru li jekk hemm bżonn idaħħal iżjed nies biex jagħmlu x-xogħol ta' grading u jħallas is-sahra għaliex in the end dan se jfisser prezz aħjar għall-bdiewa Maltin u Għawdxin.", "Irrid ngħid, Madam Speaker, li jiena ma neħux gost ngħid dawn l- affarijiet imma qed ngħidhom biex ikun hemm dik id-daqsxejn ta' pressure għaliex kull min mar il-pitkalija seta' jinnota serbut twil ta' containers u trakkijiet mimlijin patata u kien hemm każijiet fejn il-bdiewa kien ilhom hemm min-nhar il-Ħamis 30 ta' April u ħattew il-kaxxi tal-patata llum.", "Jiġifieri dawn damu sitt ijiem jistennew biex iħottu l-patata!", "Issa meta l- patata li tkun għada friska tħalliha esposta għax-xemx, din tiġrilha l- ħsara u allura fil-proċess tal-grading ħafna minnha tiġi skartata u ovvjament dak li jbati huwa l-bidwi, u dan minħabba li s-sistema ta' l- ipproċessar u ppakkjar tal-patata tkun ġiet imdewma minħabba l- ineffiċjenza.", "Niġi issa għall-kwantita' ta' patata li se tiġi esportata.", "Nafu li l- ammont ta' patata li tista' tiġi esportata u li tagħha għandna prezz garantit huwa ta' madwar 5,000 tunnellata metrika.", "Kif diġa' għidt, din is-sena kien hawn produzzjoni tajba u mill-informazzjoni li għandi jidher li dan l-ammont se jintlaħaq din il-ġimgħa.", "GĦalhekk tajjeb li l-bdiewa li baqgħalhom il-patata fl-uċuh tar-raba' tagħhom jingħataw informazzjoni mid- dipartiment ta' l-agrikoltura dwar x'se jiġri minn din il-patata li żergħu, ħadmu u kabbru b'tant sagrifiċċju u wkoll b'liema prezz se tinbiegħ.", "Punt ieħor illi ġejt informat bih huwa li minn għada 'l quddiem il-patata se tiġi ppakkjata f'dawk li jissejħu jumbo bags u li jesgħu 1,250 kilogramma, jiġifieri iżjed minn tunnellata metrika.", "Din hija bħal dik il- borża kbira li jippajkaw fiha s-cement.", "Pero' tajjeb li nserrħu moħħ il- bdiewa jekk il-patata hijiex se tiġi esportata ġo refrigerated containers jew inkella ġo xi stiva ta' vapur.", "Dan qed ngħidu għaliex jekk il-patata tintefa' ġol-jumbo bags u tiġi esportata fl-istivi tal-vapur, allura din tisħon u jekk kemm-il darba ma tkunx ġo refrigerated containers tasal l- Olanda qisha soppa u tintrema.", "Jiena ngħid Allaħares jiġri hekk għaliex jispiċċa jbati l-bidwi u għalhekk nistenna li l-Ministru jgħidilna jekk il- patata fil-jumbo bags hijiex se tiġi esportata f'refrigerated compartments jew f'xi stiva ta' vapur.", "Madam Speaker, jiena naħseb li anke hawnhekk wieħed ikollu jirriferi għall-politika estera tal-gvern preżenti fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-patata huwa prodott imfittex ħafna fis-suq Ewropew pero' peress li aħna m'aħniex membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, is-suq ta' l-esportazzjoni huwa kemm kemm imbexxaq bis-saħħa ta' l-agreement li sar fl-1988.", "Dan ifisser li aħna nistgħu nesportaw ammont limitat ta' patata lejn l-Unjoni Ewropea.", "Issa kulħadd jaf li fl-aħħar għaxar snin jew 11-il sena l-qasam agrikolu f'pajjiżna tajnih dik l-injection bl-ilma tal-pjan u ddaħħal id-drip irrigation.", "B'riżultat ta' dan, il-produzzjoni ta' kull prodott saret aktar effiċjenti u allura kibret.", "Issa pajjiżna ma kibirx fis-size u l- popolazzjoni tagħna baqgħet prattikament l-istess.", "Anke d-domanda baqgħet prattikament l-istess.", "Allura bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, kuntrarjament għal dak li kien jingħad mill-kamp Soċjalista qabel l- elezzjoni, il-biedja tagħna tiggwadanja ħafna.", "Fil-fatt kieku qbadna t- triq għas-sħubija, dan kien ifisser li kull qantar jew wiżna patata li jipproduċi l-bidwi kien ikollu ċ-ċans li jesportaha lejn l-Ewropa.", "Kif inhi s-sitwazzjoni llum - dejjem skond l-agreement ta' l-1988 u j'Alla l- affarijiet għallinqas jibqgħu hekk - fuq il-patata kollha li nesportaw sa l- aħħar ta' Mejju fl-Olanda ma nħallsux dazju.", "Nafu wkoll pero' li aktar ma jgħaddu l-ġranet fix-xahar ta' Mejju, aktar jaqa' l-prezz tal-patata u għall-patata li tiġi esportata wara l-aħħar ta' Mejju jkollha titħallas levy ta' 21%.", "GĦalhekk, Madam Speaker, dan huwa punt li l-Gvern għandu jerġa' jikkonsidrah, bħalma ntqal minn kollega fl-istess Partit Laburista fil- gazzetta \"The Times\" il-bieraħt lura.", "Il-Gvern għandu jerġa' jaħsibha dwar il-fatt li ffriża l-applikazzjoni tagħna għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u għandu jipprovja jkompli fuq din it-triq ħalli b'hekk l-oqsma kollha f'pajjiżna jkunu jistgħu jieħdu l-fiduċja tant mistennija sabiex nerġgħu naqbdu progress ġenerali.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Mejju fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "12990.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom fi Frar 1998 u jindika wkoll ix-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol fi Frar 1998 wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom kien ta' 183.", "Tourism/Hotels/Catering 26 Manufacturing 28 Mechanical/Building/Metal 37 Woodwork 10 Retail/Wholesale 28 Others 54 Total 183", "ETC - NIES LI MA KOMPLEWX JIRREĠISTRAW", "12991.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Relattivament għax-xahar ta' Frar, 1998, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqagħtu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u jindika għaliex l-ETC iddeċidiet li taqtagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li għax-xahar ta' Frar 1998 ma komplewx jirreġistraw minn jeddhom kien ta' 714.", "Filwaqt li kien hemm 55 persuna li nqatgħu mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "Ir-raġuni li wasslet għall-qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "|M'aċċetawx taħriġ |14 | |Jirreġistraw u jaħdmu|14 | |M'aċċetawx xogħol |1 | |M'attendewx |26 | |intervisti | | |Total |55 |", "ETC - INTERNAL WORKINGS", "12992.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-internal workings ta' l- ETC dwar l-istatistika dwar ix-xogħol relattiv għal Frar, 1998?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabelli li juru l-klassifika ta' l-eta' tan-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-Ewwel Parti tar-Reġistru, maqsumin f'nisa w rġiel, għax-xahar ta' Diċembru 1997 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Diċembru 1997.", "PROPRJETAJIET - KUNTRATTI/TRASFERIMENTI", "12993.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta' inter vivos; u causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Frar 1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-numru ta' kuntratti li ġew irreġistrati mad- Dipartiment tat-Taxxi Interni matul Frar, 1998, jammontaw għal 751 inter vivos u 131 causa mortis.", "PULIZIJA - APPLIKAZZJONI GĦAL FTUĦ TA' ĦWIENET", "12994.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfetħu ħwienet fi Frar 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fi Frar 1998 kien hemm 53 applikazzjoni mal-Pulizija għall-ftuħ ta' ħwienet.", "SKEJJEL - KAPIJIET", "13485.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn heads of schools illum?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm u f'liema tip ta' skejjel qegħdin dawn il-heads, kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif se nsemmi:", "SKEJJEL STATALI", "Nisa Irgiel", "Skejjel Primarji: 40 38 Skejjel Sekondarji/Junior 14 18 Lyceums Skejjel tas-Snajja' 2 6 Post Sekondarji 2 7 Skejjel Specjali 2 3 TOTAL SKEJJEL STATALI: 60 72 132", "SKEJJEL TAL-KNISJA", "Nisa Irgiel", "Skejjel Primarji 21 2 Skejjel Sekondarji 8 14 Skejjel Post-Sekondarji - 1 TOTAL 29 17", "SKEJJEL INDIPENDENTI PRIVATI", "Nisa Irgiel", "Skejjel Primarji 17 4 Skejjel Sekondarji 3 5 Skejjel Post-Sekondarji Nil Nil TOTAL 20 9", "Nisa Irgiel", "TOTAL SKEJJEL PRIVATI KOLLHA - 49 26 75", "UNIVERSITA' - ACADEMIC STAFF", "13486.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-gradi ta' l- academic staff fl-Universita', kemm hemm persuni f'kull grad, kemm huma part-time u/jew full-time f'kull grad?", "Kemm hemm nisa u kemm irġiel f'kull grad?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Listi bit-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA BARRANIN", "13487.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija li qegħdin jaħdmu bħala teachers illum?", "Mil-liema pajjiżi jiġu u x'suġġetti qegħdin jgħallmu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-sedut a.", "SERVIZZI SOĊJALI - KONSULENTI", "13488.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li tħallsu konsulenti jew advisors li kienu jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1988 sa l-1997 sena b'sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tabella li turi l-ammont ta' flus li tħallas lill- konsulenti jew advisors li kienu jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tal- Ħarsien Soċjali bejn l-1988 u l-1997 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZ DIPLOMATIKU - IMPJEGATI NISA", "13489.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nisa fid-diplomatic service illum?", "X'inhu l- grad tagħhom f'kull każ?", "Kemm huwa n-numru ta' rġiel fl-istess gradi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-servizz diplomatiku, bħala kategorija ta' uffiċjali pubbliċi fis-Servizz Ċivili, illum jikkomprendi 59 ruħ, li huma mqassmin hekk bejn irġiel u nisa:", "| |Irġiel|Nisa | |*Senior Counsellor|2 |- | |*First Counsellor |5 |- | |*Counsellor |5 |1 | |*First Secretary |23 |10 | |*Second Secretary |7 |6 |", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li hemm bosta uffiċjali oħra li, għalkemm ma jagħmlux parti mis-servizz diplomatiku, xorta qed jagħtu l-kontribut tagħhom fil-qasam diplomatiku fil-Ministeru kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.", "GZIRA - TALIANA LANE", "13490.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x- xogħol ta' surfacing u bankini ġewwa Taljana Lane, il-Gżira?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti għax- xogħlijiet meħtieġa f'Taliana Lane u wara li din tagħlaq fis-16 t'April, 1998 ikun jista' jitqabbad kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet.", "DCC - KAŻIJIET", "13578.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm sar ħlas lura attwalment lil dawk li rebħu l-każ tagħhom quddiem id-DCC wara talba għal reconsideration u kemm irċevew flus lura dawk li tellgħu l-każ tagħhom quddiem il-Bord ta' l-Appell fil-perijodu li ilha mwaqqfa l-Planning Authority?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ħlasijiet lura fir-rigward ta' każijiet li tressqu quddiem id-DCC wara talba għal rikonsiderazzjoni qatt ma saru.", "Fil-każ ta' l-appelli kellna dawn il-ħlasijiet:", "|Perijodu |Ammont | |1993 |Lm 0 | |1994 |Lm 0 | |1995 |Lm 5,750 | |1996 |Lm 1,116 | |1997 |Lm 2,020 | |1998 |Lm 4,150 |", "DJAR - TISWIJIET", "13673.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,432 u ċioe' jista' jgħid x'inhi sewwa sew il-policy approvata f'Novembru 1992 fejn jidħlu talbiet għal tiswijiet f'kirjiet f'postijiet tal-gvern?", "Kemm kienu t-talbiet fl-1992?", "Kemm inqdew?", "X'wassal biex ikun hemm bidla fil-policy f'Ottubru ta' l-1993?", "X'bidliet jistgħu jseħħu f'din il-policy biex ikollna firxa akbar u jiġu akkomodati aktar nies?", "Fiex kien jikkonsisti x-xogħol ta' tfassil tal-policy fl-1992?", "X'tibdil mistenni jsir fil-policy?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,432.", "DJAR - INSPECTORS", "13674.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,431 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-familja, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbgħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "Minn meta konna żorniehom qabel l-elezzjoni, flimkien mal-Prim Ministru attwali, jista' jgħid jekk il-qagħda ta' din il-familja komplietx taggrava ruħha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,431.", "DJAR - TISWIJIET", "13675.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,454 u ċioe' jista' jgħid xi pjani għandu l-Ministeru biex jassigura li ħafna mill-Housing Estates jiġu rranġati kif xieraq?", "It- tikħil ta' faċċati minn barra ta' blokki diversi se jkun estiż ukoll għal dawn il-Housing Estates hekk mitluqin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,454.", "DJAR - TISWIJIET", "13676.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,453 u ċioe' jista' jgħid kemm hu n-numru preżenti ta' talbiet biex jinbidlu u/jew jitranġaw is-soqfa ta' postijiet perikolużi li huma kirjiet tal-Gvern?", "Dawn kollha għandhom ċertifikat ta' perit?", "Meta se jinqdew?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,453.", "DJAR - INSPECTORS", "13677.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,452 u ċioe', għar-rigward tal-każ tal-persuna, li isimha diġa' ntbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "X'jgħid iċ-ċertifikat peritali dwar dan l-appartament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,452.", "DJAR - INSPECTORS", "13678.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,451 u ċioe' għar-rigward tal-persuna, li isimha diġa' ntbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l- każ, meta se jintbagħat?", "Dan il-każ ta' single parent qed jiġi ttrattat bħala social case?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,451.", "BORDIJIET - ĦATRIET", "13916.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward ta' kull dipartiment, entitajiet u korpi oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, ingħataw ħatriet kemm f'bordijiet kif ukoll f'karigi oħra lill-persuni li isimhom qed jintbagħat under separate cover?", "X'remunerazzjoni qed jirċievu f'kull każ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il- persuni ma ngħataw l-ebda ħatriet f'bordijiet jew f'karigi oħra.", "MIZZI, DOUBLET, SCERRI & CO. - RAPPORT", "13917.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għar- rigward tal-perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Marzu 1998 għar-rigward ta' kull dipartiment, entita' jew korp li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħek kemm-il rapport sar mid-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co.; x'kien is-suġġett ta' kull rapport; xi ħlas sar jew għad irid isir għal kull rapport imsemmi u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet mingħand ditti oħra; f'liema minn dawn id-dipartimenti, entitajiet jew korpi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu, id-ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. intgħażlet bħala awdituri; jekk l-għażla saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew sejħa għal offerti; u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm ditti oħra li kkwotaw jew offrew u x'kien l-ammont ta' kull oferta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA:", "|Numru ta' |Wieħed | |rapporti | | |Suġġett |Audit of the New| |tar-rapport | | | |Hospital Project| |Ħlas |Minħabba li | | |l-kumpanija | | |nvoluta hi waħda| | |privata, dan | | |it-tagħrif hu | | |ta' natura | | |kummerċjali. | |Jekk intalbux xi | | |kwotazzjonijiet | | |minn xi ditti |Le | |oħra | | |Entita' |FMS | |Kwotazzjoni / |Le | |Offerti | | |Nru. ta' Ditti |Ma tapplikax | |Oħra | | |Ammont |Ma tapplikax |", "BORDIJIET - ĦATRIET", "13918.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għar- rigward ta' kull dipartiment, entitajiet u korpi oħra li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħek, ingħataw ħatriet kemm f'bordijiet kif ukoll f'karigi oħra lill-persuni li isimhom qed jintbagħat under separate cover?", "X'remunerazzjoni qed jirċievu f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Avukat J. Azzopardi, L.L.D., huwa c-Chairman tal-Pharmacy Board u jirċievi remunerazzjoni ta' Lm6.00,0 għal kull laqgħa ta' dan il-bord.", "Is-Sur Franco M. Azzopardi, B.A. (Hons) Econ, A.C.I.I., Minst.", "S.M.M., M.I.M., M.M.I. bħala membru ta' Zammit Clapp Hospital jitħallas Lm1,000.00,0 fis-sena.", "Dan l-istess sinjur huwa ċ-Chairman tal- Hospital Management Committee (St. Luke's Hospital) u membru tal-Bioethics Consultative Committee.", "Is-Sur Franco M. Azzopardi, B.A. (Hons) Econ, A.C.I.I., Minst.", "S.M.M., M.I.M., M.M.I. ma jirċievi l-ebda remunerazzjoni ta' dawn iż-żewġ ħatriet.", "MIZZI, DOUBLET, SCERRI & CO. - RAPPORT", "13919.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward tal-perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Marzu 1998 għar-rigward ta' kull dipartiment, entita' jew korp li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħek kemm-il rapport sar mid-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co.; x'kien is-suġġett ta' kull rapport; xi ħlas sar jew għad irid isir għal kull rapport imsemmi u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet mingħand ditti oħra; u f'liema minn dawn id- dipartimenti, entitajiet jew korpi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, id- ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. intgħażlet bħala awdituri; jekk l-għażla saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew sejħa għal offerti; u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm ditti oħra li kkwotaw jew offrew u x'kien l-ammont ta' kull offerta?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jien informat li fil-perijodu ndikat mill-Onor.", "Membru, id-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co. ma tqabbdet tħejji l-ebda rapport u ma ntgħażlitx bħala awditur mid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.", "Dawn id-dipartimenti/entitajiet jinkludu d-Dipartiment tax-Xogħol, Sigurta' Soċjali, Ħarsien tal-Familja u Servizzi Korporattivi, il- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', l-Aġenzija Sedqa, l-Programm Ħidma Soċjali (SWDP) u l-Bord tal-Koperattivi.", "L-isem ta' Mizzi, Doublet, Scerri & Co. deher biss meta ordnajt investigazzjoni fuq l-operat ta' l-Aġenzija Sedqa wara r-riżenja tas-Sur Joe Gerada fi tmiem is-sena 1997.", "L-FMSS li kienet entita' li ma taqax taħt id-dikasteru tiegħi, kienet qabbdet lil din id-ditta ta' awdituri biex tagħmel rapport fuq l-operat tas-Sedqa li ġie sotomess nhar is-27 ta' Frar, 1998.", "BORDIJIET - ĦATRIET", "13920.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward ta' kull dipartiment, entitajiet u korpi oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, ingħataw ħatriet kemm f'bordijiet kif ukoll f'karigi oħra lill-persuni li isimhom qed jintbagħat under separate cover?", "X'remunerazzjoni qed jirċievu f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jien informat li l-persuni ndikati mill-Onor.", "Membru ma ngħataw l-ebda ħatra kemm f'bordijiet kif ukoll f'karigi oħra f'xi dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.", "MIZZI, DOUBLET, SCERRI & CO. - RAPPORT", "13921.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward tal-perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Marzu 1998 għar-rigward ta' kull dipartiment, entita' jew korp li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħek kemm-il rapport sar mid- ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co.; x'kien is-suġġett ta' kull rapport; xi ħlas sar jew għad irid isir għal kull rapport imsemmi u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet mingħand ditti oħra; u f'liema minn dawn id-dipartimenti, entitajiet jew korpi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, id-ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. intgħażlet bħala awdituri; jekk l-għażla saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew sejħa għal offerti; u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm ditti oħra li kkwotaw jew offrew u x'kien l-ammont ta' kull offerta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-ebda dipartiment jew entita' fid-dikasteru tiegħi ma għamel użu mis-servizzi tad-ditta ta' udituri msemmija.", "PULIZIJA - TOWING TA' KAROZZI", "14194.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ittowjati karozzi f'Birkirkara, xahar b'xahar, minn mindu ġie introdott it-towing?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, minn mindu ġie ntrodott it-towing, in-numru ta` karozzi li ġew ittowjati f`Birkirkara, xahar b'xahar, kien kif ġej:-", "1997 1998", "Novembru 52 Jannar 12 Dicembru 17 Frar 5 Marzu 6 April 3", "PULIZIJA - REINSTATMENT", "14195.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il reinstatement fil-Korp tal-Pulizija sar mill- 1.11.96?", "X'inhi l-policy tal-Gvern dwar dan is-suġġett?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li mid-data speċifikata mill-Onor.", "Interpellant sat-30 ta' April, 1998, sar reinstatement wieħed.", "Il-policy dwar is-suġġett għadha qed tiġi kkonsidrata fid-dawl tal- proċess kurrenti ta` riforma fil-korp u l-ħteġijiet tas-servizz.", "STABBILIMENTI TAD-DIVERTIMENT - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "14196.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-1997, kemm ġew imtella' l-Qorti sidien tal-postijiet ta' divertiment talli ippermettew id-dħul ta' persuni taħt is-16-il sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' sidien ta' postijiet ta' divertiment li fl-1997 ittellgħu l-Qorti talli ppermettew id-dħul ta' persuni taħt is-16-il sena kien ta' tlieta.", "PULIZIJA - SNIETER KONFISKATI", "14197.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ikkonfiskati snieter tal-kaċċa, xahar b'xahar mill- 1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TAJR IBBALZMAT", "14198.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie tagged tajr ibbalzmat matul l-1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Matul l-1998 intlaqgħu l-applikazzjonijiet għar- reġistrazzjoni ta' tajr protett ibbalzmat.", "Għadu ma sar l-ebda tagging ta' dan it-tajr.", "AKKUŻI TA' DROGA - PETIZZJONIJIET", "14199.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru petizzjonijiet minn priġunieri matul l-1997 u li kienu l-ħabs fuq akkużi ta' droga?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul 1997 il- Ministeru tal-Ġustizzja rċieva 15-il petizzjoni minn priġunieri li hemm il- ħabs fuq akkużi ta` droga.", "Dawn jinkludu tlieta minn priġunieri Libjani li l-petizzjoni tagħhom kienet biex ikomplu l-priġunerija tagħhom f`pajjiżhom.", "ŻURRIEQ:TRIQ BUBAQRA - \"lL-ĠIBJUN\"", "14216.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għal talba li kien għamel il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq biex zona magħrufa bħala Il- Ġibjun, Triq Bubaqra, Żurrieq tkun mibdula bħala public open space f'zona residenzjali fejn m'hemmx żvog ieħor għar-residenti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-Lands fl-20 ta' Novembru, 1995 kien qal li ma jsibx oġġezzjoni li din l-area tkun imsebbħa sakemm ma jintmessux is-siġar u l-ġibjun li hemm f'din l-area (Dok A); issa inbidel kompletament il-ħsieb oriġinali u se jitqaċċtu s-siġar biex jagħmlu spazju għal terraced houses skond ittra mibgħuta lill-Kunsill Lokali Żurrieq fil-21 ta' Jannar, 1997 mill-Planning Authority (Dok.B)?", "Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li f'zona residenzjali fejn m'hemmx public open space, u fejn l-area indikata mhijiex ta' daqs kbir din għandha tkun żviluppata bħala public open space għal benefiċċju tar-residenti?", "Dokumenti A, B u mappa qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "POWER STATIONS - XIRI TA' ŻEJT", "14239.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l- analisi kimika ta' kull shipment ta' żejt li nxtara matul il-perijodu Jannar 1997, sal-lum u liema żejt ġie maħruq fil-boilers tal-Power Stations ta' l-Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru huwa ta' natura kummerċjali u ma nħossx li għandu jingħata.", "ZURRIEQ - TRIQ SAN MARTIN - GARAXX", "14240.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-garage adjaċenti mal-fond bl-isem Ave Maria fi Triq San Martin, fiż-Żurrieq huwiex mibni skond il-permess approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' dan il-permess?", "Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' ħaditx passi sabiex dan l-iżvilupp ikun konformi jew ħarġitx xi enforcement notice?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minn spezzjoni li saret mill-uffiċċjal tat-Taqsima ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita', jirriżulta li l-garaxx imsemmi mhuwiex mibni skond il-pjanti approvati fil-permess PA 5615/95 maħruġ fit-18 ta' Ġunju, 1997.", "Għaldaqstant inħareġ Enforcement Notice kontra s-sid (ECF 524/98).", "GĦOTJIET FINANZJARJI - BENEFIKARJI", "14241.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' għotjiet finanzjarju jew kontribuzzjonijiet f'materjali li l-ministeru tiegħu ta minn Mejju 1997 'l hawn?", "F'kull każ liema soċjeta'/għaqda sportiva, kulturali, filantropika jew ta' xort'oħra bbenefikat minn dawn l-għotjiet jew kontribuzzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni dwar għotjiet finanzjarji se tingħata fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 13563.", "It-tagħrif l-ieħor mitlub dwar kontribuzzjonijiet/self f'materjali minn Mejju 1997 'l hawn tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "KOTTONERA - SLUM CLEARANCE", "14251.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti inbdew u/jew se jinbdew ta' slum clearance fil-Birgu, Isla, Bormla u Kalkara u li huma pproġettati li jiġu allokati fit-tliet snin li ġejjin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-proġetti maħsuba għall-Kottonera fit-tliet snin li ġejjin huma dawn:", "|Birgu|Pope Alexander |3 | | |Street |units| |Isla |St. Philip |4 | | |Street |units| |Borml|St John street |40 | |a |Phase I |units| | |St John street |29 | | |Phase II |units| | |Strejdek Lane |4 | | | |units| | |St Francis |4 | | |Street |units| | |St Helen's |1 | | |Bastion plot 6 |unit | | |St Helen's |4 | | |Bastion plots |units| | |1-4 | |", "M'hu ppjanat ebda proġett ta' slum clearance għall-Kalkara iżda applikazzjonijiet għall- ġnien pubbliku fl-area Tas-Salvatur tinsab quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ta' min isemmi li min dawn il-proġetti, kollha saru applikazzjonijiet lill-awtorita' madwar sena ilu ħlief dak ta' l-Isla fejn l-applikazzjoni mistennija ssir f'Mejju li ġej.", "Hu mistenni li l- permessi tal-proġett ta' Bormla jinħarġu qabel is-Sajf.", "Sadanittant qed jitħejja proġett ta' 30 unit fl-inħawi ta' St. Nicholas Married Quarters, Bormla iżda dwaru għadhom għadejjin id-diskussjonijiet preliminari ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - CHIEF EXECUTIVE", "14262.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat miċ- Ċivil għal post ta' Chief Executive tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażlitx xi waħda mill- persuni?", "Jekk iva, min hi din il-persuna?", "Xi kwalifiki għandha?", "X'kondizzjonijiet ta' impjieg se tingħata?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: * Tmien persuni applikaw miċ-Ċivil għall-post ta' Chief Executive tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "* Intgħażel il-Perit Carmelo Barbara. * Il-kwalifiki akkademiċi tal-Perit Barbara huma:-", "B.E.&A. (Hons) (University of Malta) M.Sc.(Lond) with Distinction from Imperial College of Science, Technology and Medicine, University of London.", "* Il-kondizzjonijiet ta' impjieg li ngħata huma kif kienu qabel.", "Il- Perit Barbara se jiġi seconded mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija fuq kuntratt ta' tliet snin li jista' jiġi mġedded (fuq sena probation) fuq salarju ta' Lm7,600 p.a.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU U S-SELF EMPLOYED - SURVEYS", "14264.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l- 1996?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - SURVEYS", "14265.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l- opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - SURVEYS", "14266.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-unika survey ikkommissjonat fil-perijodu msemmi kien il-Primary Care Survey li kien magħmul mill-MISCO f'Ottubru/Novembru 1992.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - SURVEYS", "14267.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - SURVEYS", "14268.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il survey ta' l-opinjoni pubblika jew surveys oħra ġew ikkummissjonati mid-dikasteru tiegħu bejn l-1992 u l-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRGĦAJN IL-MALTIN - IMPJEGATI", "14269.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13856, is-somma riferuta hija l-commuted pension and gratuity, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti tweġiba f'dan l-aspett?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Peress li l-Onor.", "Membru qed juża l-kliem commuted pension and gratuity jidher li qed jagħmel riferenza għall-pensjoni tat- Teżor u mhux għal dik tas-Sigurta' Soċjali.", "Għalhekk, nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SERVIZZ ĊIVILI - MG451/95/PSG149/97", "14272.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12090, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jitħallas it-tabib li qed jagħmel il-verifika tas-sick leave; fuq liema kriterji ġiet magħżula din il-persuna; saret call for applications għat-tobba biex jiġi mistħarreġ min huwa interessat biex jagħmel dan ix-xogħol konness mal-verifika tas-sick leave?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tabib li qed jagħmel il-verifika tas-sick leave f'Għawdex huwa mpjegat mal-Gvern bħala Medical Officer u qiegħed fuq Skala 7 ta' l-iskeda tas-salarji.", "Minbarra x-xogħol ta' verifika tal-mard, dan it-tabib jagħmel xogħol fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Għawdex.", "F'każ li jkun meħtieġ li jagħmel xogħol ta' verifika barra l-ħin tiegħu normali, dan l- Uffiċċjal Mediku jitħallas bir-rata ta' Lm3.348 is-siegħa.", "Dan it-tabib tqabbad jagħmel xogħol ta' verifika tal-mard wara laqgħa li s-Segretarju Permanenti għal Għawdex kellu mat-tobba fis-Servizz Pubbliku f'Għawdex fejn intalab mill-istess tobba biex isibu lil xi ħadd minn fosthom li kien lest li jagħmel dan ix-xogħol.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "14294.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega kif fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 11419 qal li l-Ġimgħa ta' Xjenza u Teknoloġija ta' l-1996 \"qamet aktar minn Lm60,000\" imbagħad fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12149 jirriżulta li din l-attivita' qamet Lm42,619 + Lm3,768 (total ta' Lm46,387)?", "Kif wasal għaċ-ċifra ta' 'l fuq \"minn Lm60,000\"?", "Kif jispjega din id-differenza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12149 kienet tirriferi għall-ħlasijiet li saru fl-1997 għall-commitments tas-sena 1996, u mhux pagamenti kollha relatati mal-Ġimgħa Xjenza u Teknoloġija 1996.", "KUMPANNIJA MALTA WIN CARGO CONTAINERS", "14312.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl tal- likwidazzjoni tal-Kumpannija Malta Win Cargo Containers Ltd., jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fis-snin 70/80 sarx studju mill-Malta Development Corporation fuq kemm hu vijabbli li tinfetah fabbrika f'Malta għal dan ix- xogħol, kif ukoll jekk il-konklużjoni ta' dan l-istudju kien li Malta qatt u taħt l-ebda ċirkostanza ma setgħet tippenetra dan is-suq?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jirriżultalux li qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li tinfetaħ din il-fabbrika mill- amministrazzjoni preċedenti, ġiex studjat dan l-istudju tas-snin 70/80 jew jekk sarx xi studju ieħor?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni li tinfetaħ din il- fabbrika kenitx waħda politika jew amministrattiva?", "Min ħa d-deċiżjoni li jinġiebu numru ta' ħaddiema Ċiniżi meta kien jidher ċar li t-tmiem tal- ħajja ta' din l-azjenda kienet fil-viċin?", "Kemm swew lill-kumpannija dawn il-ħaddiema Ċiniżi l-ispejjeż tagħhom kollha nklużi?", "Il-Gvern qiegħed iżomm lil xi ħadd accountable għal dan it-telf ta' miljuni ta' liri tal- poplu Malti?", "Jista' l-Prim Ministru jassigura lill-Kamra li l-flus li tħallsu għall- makkinarju huwa l-valur reali li jiswa, meta wieħed jikkonsidra li dan il- makkinarju hu ta' teknoloġija antika?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill- Ministru kkonċernat.", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA - SAHRA", "14319.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward ħlas ta' overtime fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura, jista' l- Ministru jgħid kemm-il siegħa overtime u kemm kien il-ħlas għall-istess overtime fis-segwenti perijodi 1.1.96 sa 30.6.96; 1.7.96 sa 31.12.96; 1.1.97 sa 30.6.97; u 1.7.97 sa 31.12.97?", "Fl-istess perijodi, kemm kien in- numru ta'sigħat u l-ħlas relatat għall-overtime minn ħaddiema fi grad ta' Scientific Officer?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA", "14320.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx veterinarju Franċiż jaħdem fl-istess Ċentru u jekk fl- affermattiv kif, b'liema mod (kuntratt) u għal kemm tul ta' żmien ġie ngaġġat l-istess veterinarju; kemm hu s-salarju fix-xahar ta' l-istess veterinarju; u x'kondizzjonijiet oħra (perks) hemm marbuta ma' l-istess salarju?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwalkultura hemm Veterinarju Franċiż (Dr. Alan Le Breton) li kien ġie mpjegat mill-Malta University Services Ltd., fl-1 ta' April, 1996 b' kuntratt għal-sentejn.", "Mill-1 ta' April, 1998 Dr. Le Breton ġie offrut kuntratt bl-istess kondizzjonijiet mal-Ministru tal-Biejda u Sajd.", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA", "14321.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min kien uffiċjalment responsabbli u nkarigat mit- tmexxija taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura minn Mejju 1997 sal-lum?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-perijodu msemmi, l-uffiċjali responsabli mit- tmexxija taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura kienu:", "Mr. Joe Galea Direttur tas-Sajd u Akwakultura (Mejju 1997- Jannar 1998)", "Mr. David Bonelli A/Dir. tas-Sajd u Akwakultura (Frar 1998- sal-lum)", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA - KORSIJIET", "14322.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux konferenzi/korsijiet internazzjonali dwar l-akwakultura jew is-sajd fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura minn Jannar 1997 sal-lum u jekk fl-affermattiv meta saru; u x'kienet in-natura ta' kull konferenza jew kors?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: F'Jannar 1998 it-team tal-Laboratorju ġewwa iċ- Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura ta Sehmu fit-taħriġ ta' student Cipriot Dr. Athos Savvides.", "Aktar 'il quddiem matul din is-sena, huma mistennija li jiġu studenti oħrajn minn Ċipru u mit-Turkija biex isegwu taħriġ simili fl- istess qasam;", "Fil-perijodu msemmi sar workshop on Artisanal Fisheries bejn 9 u 13 ta' Marzu 1998, u li għalih attendew 37 uffiċjal tas-sajd min diversi pajjiżi tal-Mediterran;", "Huma mistennija li jiġi grupp ta' studenti Libjani fil-futur qarib, fejn se jiġi organizzat kors prattiku fuq l-Akwakultura ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura.", "Il-kors se jkopri 13-il qasam differenti ta' l-akwakultura li jinkludu:", "Il-proċess kollu assoċjat mat-tfaqqis u t-trobbija ta' l-awrat.", "Tkabbir ta' awrat u spnott ġewwa gaġġeġ fil-baħar", "Analisi ta' ilma għall-użu fl-Akwakultura", "Analisi ta' mard differenti li jaffetwa ħut fl- akwakultura fil-Mediterran Elettriku u xogħol ta' pompi fil-qasam ta' l-akwakultura", "Taħriġ f'Farm Management.", "Aktar tard dan ix-xahar se jinbeda proġett fuq vaccines għall-awrat u spnott f'kollaborazjoni ma' kumpannija barranija li tipproduċi l-istess vaccines.", "Darba kull gimgħatejn, iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultra qiegħed jiftaħ għall-iskejjel ta' Malta u ta' Għawdex.", "L-istudenti qegħdin jiġu mdawwra maċ-ċentru fejn qegħdin jingħataw spjegazzjoni dettaljata fuq l- attivitajiet taċ-Ċentru u l-Akwakultura f'Malta.", "L-istess qiegħed isir għall-gruppi ta' studenti tal-Hands on Fishing", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA - AĊĊJOL", "14323.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward it-trobbija ta' l-aċċjol fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' l-istess trobbija li ġie mniedi fis-sajf ta' l-1997?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll xi kwantita' ta' aċċjol qed jitrabba fl-istess Ċentru fil-preżent?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ebda proġett fuq l-aċċjol ma ġie mniedi fis-sajf ta' l-1997.", "L-aħħar batch ta' aċċjol intilfet f'maltempata fix-xitwa ta' l- 1996 u b'hekk intemm proġett li ġie mniedi fl-1993 u li sa dak iż-żmien ma' kien ta' l-ebda riżultat konkret.", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AKWAKULTURA - ĦUT", "14324.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward it-trobbija ta' ħut fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Awkakultura fil- preżent, jista' l-Ministru jgħid, bl-esklużjoni ta' l-awrat u t-tilapja: (1) x'inhuma l-kwalitajiet ta' ħut li qed jitrabba; (2) x'inhu l-ammont ta' kull kwalita' msemmija f'(1); u 3) kemm kienu l-istess kwalitajiet u ammonti bħal-lum sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: 1.", "Illum il-ġurnata apparti l-awrat u t-tilapja, qed jitrabba wkoll l-ispnott li qiegħed jiġi ppreparat bħala brood stock.", "2.", "In-numru ta' spnott huwa ta' madwar 700 ħuta.", "3.", "L-istess ħut kien qiegħed jitrabba fl-istess żmien is-sena li għaddiet.", "KALAXLOKK CO.", "LTD. - ĦADDIEMA", "14328.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tal-Kalaxlokk li kienu seconded ma' xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern minn Novembru 1996 sal-lum u ma liema dipartiment jew aġenzija kienu seconded dawn il-ħaddiema u fuq liema proġetti qegħdin jaħdmu?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-ħaddiema tal-Kalaxlokk li kienu seconded ma' xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern minn Novembru 1996 sal-lum huma kif ġej: |Dipartiment/Kumpanni|Nru. | |ja |ta' | | |ħaddiem| | |a | |Mimcol Security |3 | |Services | | |KGT Security |4 | |Services | | |Malta Shipbuilding |8 | |Services | | |Malta Com plc |1 | |Water Services Corp.| 1 | |Public Works |7 | |Polidano Bros. |1 | |Total |25 |", "KALAXLOKK CO.", "LTD - ĦADDIEMA", "14329.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tal-Kalaxlokk li kienu trasferiti ma' xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern minn Novembru 1996 sal-lum?", "Ma' liema dipartiment jew aġenzija kienu trasferiti dawn il-ħaddiema u fuq liema proġetti qegħdin jaħdmu?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ħaddiema tal-Kalaxlokk li kienu trasferiti ma' xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern minn Novembru 1996 sal-lum huma kif ġej:-", "|Dipartiment/Kumpann|Nru. ta' | |ija |Ħaddiema | |Structural Builders|1 | |Public Transport |1 | |Ministry of |1 | |Industry | | |Tourim |1 | |Ministry of |1 | |Agriculture | | |Public Cleaning |1 | |Ministry of Social |1 | |Services | | |Ministry of Health |1 | |Inland Revenue |1 | |(Gozo) | | |Ministry without |1 | |Portfolio | | |Ministry of Culture|1 | |Total |11 |", "AJRUPORT - RETAIL CONCESSIONS", "14335.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-retail concessions fil-bini jew madwar il-bini ta' l-ajruport, li għalqu fil- perijodu 1.1.98 - 31.3.98?", "Meta ħarġu s-sejħiet għall-offerti biex dawn l- outlets jerġgħu jiġu mikrija?", "Meta għalqu s-sejħiet?", "Liema minn dawn l- outlets reġgħu ġew mikrija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-kuntratti għas-service providers fil-bini madwar il-bini ta` l-ajruport,li l-kuntratt tagħhom għalaq fil-perijodu 1.1.98 - 31.3.98 kienu dawn:", "Public Areas.", "1.", "Newsagent 2.", "Cafeteria Check-in 3.", "Pick`n' Mix Sweets 4.", "Pharmacy 5.", "Cafeteria Welcomers 6.", "Florist", "Tax Free Area.", "1.", "Delicatessen 2.", "Souvenirs 3.", "Costume Jewellery 4.", "Confectionery 5.", "Sportswear 6.", "Stationery 7.", "Music 8.", "Skincare & Cosmetics 9.", "Jewellery 10.", "Hi-Fi & Electronics", "Jien nformat li s-sejħa għall-offerti għal dawn is-servizzi kienu saru fl- aħħar ta` Settembru 1997 u għalqu bejn l-għaxra u t-13 ta` Novembru, 1997.", "Jien nformat li s-servizzi li reġgħu ġew allokati kienu dawn:", "1.", "Pick`n' Mix Sweets 2.", "Pharmacy 3.", "Florist", "Tax Free Areas.", "1.", "Delicatessen 2.", "Souvenirs 3.", "Costume Jewellery 4.", "Confectionery 5.", "Sportswear 6.", "Stationery 7.", "Music 8.", "Jewellery 9.", "Hi-Fi & Electronics", "AJRUPORT - GARDEN CENTRE", "14336.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk huwiex mistenni li jitkompla x-xogħol biex jinbena garden centre mill-MIA barra mit-terminal ta' l-ajruport?", "Jekk iva, minn min?", "Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-proposta tal-bini ta` garden centre barra t-Terminal ta` l-Ajruport qed tiġi meqjusa fi proġett akbar li jinsab taħt il- konsiderazzjoni tal-Malta International Airport p.l.c.", "TURIŻMU - TITJIRIET BEJN MALTA U L-AMERKA", "14337.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d- diskussjonijiet imsemmija fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 10179 dwar it-titjiriet diretti mill-Air Malta bejn Malta u l-Amerka?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: M'hemm xejn ġdid xi nżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 10179 Seduta Nru. 160.", "MIA - PRIVATIZZAZZJONI", "14338.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibda l-proċess ta' privatizzazzjoni ta' l-MIA?", "Min hu responsabbli li jieħu ħsieb dan il-programm ta' privatizzazzjoni?", "X'tip ta' konsulenti għandu l-gvern dwar dan il-pass li mistenni jitwettaq?", "Kemm hu issa n- numru ta' ħaddiema mpjegati ma' l-MIA?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il- proċess li ġie mħabbar fid-diskors tal-budget 1998 biex il-Gvern ibiegħ 40% tal-assi tal-Malta International Airport p.l.c qiegħed isir ftit ftit.", "Twaqqaf kumitat apposta magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru tat-Trasport u Portijiet, il-Ministeru tal- Finanzi u Kummerċ, il-Malta International Airport plc, il-Mid-Med Bank, Deloite & Touche(awdituri tal MIA) u Mizzi, Doublet & Scerri (MSD Consulting Ltd)li qiegħed jieħu ħsieb dan ix-xogħol.", "S`issa diġa' ttieħed il-pass importanti li l-operazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-Avjazzjoni Ċivili għaddew għand il-Malta International Airport p.l.c.", "Fil-fatt illum il-ġurnata, l-MIA, wara li ħadet numru ta' mpjegati mid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili u l-Forzi Armati, għandha 760 mpjegat.", "QAWRA - TRIQ L-ISKUNA", "14339.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq l- Iskuna, fil-Qawra tiġi asfaltata billi parti sostanzjali minnha hi mibnija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENERGY CHARTER TREATY", "14346.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tal-fatt li l-Energy Charter Treaty li kienet ġiet iffirmata minn 49 pajjiż fl-1994 issa ġiet ratifikata minn 36 pajjiż firmatarju u għalhekk għada kemm ġiet fis-seħħ, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) jekk Malta hijiex wieħed mill- pajjiżi firmatarji ta' l-Energy Charter Treaty; (b) jekk le, Malta beħsiebha tiffirma dan it-trattat u, f'każ affermattiv, meta; c) jekk ir- risposta għal (a) hija fl-affermattiv, Malta hija waħda mis-36 pajjiż li rratifikaw dan it-trattat; u d) jekk ir-risposta għal (c) hija fin- negattiv, meta Malta beħsiebha tirratifika l-Energy Charter Treaty?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9291.", "Il-pożizzjoni għadha l- istess.", "KOREA TA' FUQ - AMBAXXATA MALTIJA", "14347.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Ambaxxata tal-Korea ta' Fuq f'Malta qed tagħmel pressjoni fuq il-Gvern Malti biex jinnomina ambaxxatur mhux residenti għall-Pyonyang; u jekk iva, il-Gvern Malti beħsiebu jaħtar wieħed u, f'każ affermattiv, meta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-talba min-naħa ta' Pyongyang ilha sejra għal bosta snin.", "L-aħħar ambaxxatur Malti akkreditat għal dan il-pajjiż kien is-Sur Evarist Saliba li temm din il-ħatra fl-1993.", "Il-ħatra ta' ambaxxatur għal dan il-pajjiż tiġi regolarment eżaminata flimkien ma' dawk il-ħatriet ta' ambaxxaturi għal pajjiżi li l-ministeru għad irid jinnomina mingħajr ma jdgħajjef ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu b'numru kbir ta' akkreditazzjonijiet li jkun diffiċli li wieħed isegwi kif jixraq.", "ILO - ĦATRA TA' UMPIRE", "14348.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern Malti talab li jinħatar umpire mill-ILO biex jiddeċiedi fuq differenzi bejn il-Gvern ta' Malta u dak tal-Libja dwar materji ta' Social Security; jgħid x'inhuma dawn id-differenzi; u jekk inħatar dan l-umpire, jgħid min huwa u x'inhuma l-kwalifiki tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "NAZZJONIJIET UNITI - DELEGATI MALTIN", "14349.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu d-delegati ta' Malta għall-High Level Special Meeting of the Economic and Social Council tan-Nazzjonijiet Uniti li sar fi New York għall- ħabta tat-18 ta' April, 1998; u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad- diskorsi li saru f'isem Malta f'dik l-okkażjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Ġnus Magħquda, l-Ambaxxatur George Saliba, attenda għall-High Level Special Meeting ta' l-Economic and Social Council tal-Ġnus Magħquda li sar fi New York fit-18 ta' April, 1998.", "Nixtieq inżid li ma sar l-ebda diskors f'isem Malta f'din l-okkażjoni.", "CROWN PRINCE TAL-ĠORDANJA - VIŻITA F'MALTA", "14350.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna meta qed jistenna li l-Crown Prince tal-Ġordanja jagħmel il- viżita uffiċjali f'Malta li stiednu jagħmel l-istess Viċi Prim Ministru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Korrispondenza għadha għaddejja.", "Meta tiġi maqbula data din tiġi mħabbra.", "U.N. COMMISSION ON HUMAN RIGHTS - DELEGATI MALTIN", "14351.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu d-delegati ta' Malta għall-\"54\" Session of the United Nations Commission on Human Rights li saret f'Ġinevra bejn is-16 ta' Marzu u l-24 ta' April, 1998; jgħid x'inhi l-funzjoni tagħhom; u ipoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tad-diskorsi li saru f'isem Malta f'dik l-okkażjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li:", "Id-Delegazzjoni ta' Malta għall-\"54 Session of the United Nations Commission on Human Rights li saret f'Ġinevra bejn is-16 ta' Marzu u l-24 ta' April, 1998 kienet komposta mir-Rappreżentanza Maltija tal-Missjoni Permanenti ta' Malta għall-Ġnus Maqgħuda f'Ġinevra.", "Mhux applikabbli.", "Kopja tad-diskors li d-Delagazzjoni għamlet f'isem Malta f'dik l- okkażjoni tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - INSPECTORS", "W1,431.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatment, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħtx?", "U jekk hu l-każ meta se jintbagħat?", "Minn meta konna zorniehom qabel l-elezzjoni, flimkien mal-Prim Ministru attwali, jista' jgħid jekk il- qagħda ta' din il-familja komplietx taggrava ruħha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-familja li dwarha qed issir il-mistoqsija ġiet offruta post ieħor ġdid, il-Belt stess iżda huma lanqas biss riedu jmorru jarawh.", "DJAR - TISWIJIET", "W1,432.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi sewwa sew il-policy approvata f'Novembru 1992 fejn jidħlu talbiet għal tiswijiet f'kirijiet f'postijiet tal-gvern?", "Kemm kienu t-talbiet fl-1992?", "Kemm inqdew?", "X'wassal biex ikun hemm bidla fil-policy f'Ottubru ta' l-1993?", "X'bidliet jistgħu jseħħu f'din il-policy biex ikollna firxa akbar u jiġu akkomodati aktar nies?", "Fiex kien jikkonsisti x-xogħol ta' tfassil tal-policy fl-1992?", "X'tibdil mistenni jsir fil-policy?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-policy dwar tiswijiet approvata fl-1992 kienet tindika x'inhuma x-xogħlijiet li għalihom kien responsabbli d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar u x'inhuma dawk li huma r-responsabbilta' tar- residenti.", "Bażikament il-Gvern hu responsabbli għax-xogħlijiet ta' manutenzjoni f'partijiet komuni u l-inkwilin responsabbli għal xogħlijiet mill-bieb 'il ġewwa, bl-eċċezzjoni ta' gallarijiet ta' l-injam, tiswija u tibdil ta' soqfa u ta' ħitan perikolużi.", "Fl-1993 il-policy kienet ġiet emendata biex tinkludi tiswija/tibdil ta' injam li kien ġie attakkat mit- termites.", "Fl-1997, ġie deċiż li l-policy għalkemm intenzjonata li taqta' l- possibbilta' ta' abbuż kienet qegħda toħloq ċertu tbatija għal dawk l- inkwilini ta' qligħ tant baxx li ma kenux jistgħu jaffordjaw li jħallsu għal tiswijiet anke bażiċi.", "GĦalhekk saret skema bil-fondi tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u amministrata mill-Awtorita tad-Djar, fejn tingħata għajnuna lil dawk l-inkwilini f'postijiet tal-Gvern bi dħul ta' anqas minn Lm2,600.", "Fil-fatt mill-20 ta' April dawn ir-residenti jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna sa Lm500 biex jagħmlu xogħol fuq madum, aperturi, kmamar tal-banju, dawl, ilma, ecc. Li sal-lum kienu jkollhom jagħmluhom spejjeż tagħhom.", "B'hekk għalkemm il-policy per se ma nbiddlitx, saret skema ġdida li estendiet il policy li permezz tal-iskema l-ġdida familji fil-bżonn se jiġu mgħejjuna jagħmlu t-tiswijiet meħtieġa fil-fond fejn joqogħdu.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,451.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "Dan il-każ ta' single parent qed jiġi trattat bħala social case?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi fil-każ indikat għad ma saritx spezzjoni tal-post fejn toqgħod l-applikanta u din issir meta jkun il-waqt.", "Il-każ, bħal fil-każi l-oħra hu wieħed soċjali u qed ikun trattat bħala tali mid-dipartiment.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,452.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "X'jgħid iċ-ċertifikat peritali dwar dan l-appartament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ indikat hu wieħed fejn hemm periklu.", "Spezzjoni tal-post saret fid-29 ta'Awissu, 1997.", "DJAR - TISWIJIET", "W1,453.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru preżenti ta' talbiet biex jinbidlu u/jew jitranġaw is-soqfa ta' postijiet perikolużi li huma kirijiet tal-Gvern?", "Kollha għandhom ċeritifkat ta' perit?", "Meta se jinqdew?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Skond ir-records tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, hemm 29 soqfa ċertifikati li jridu jinbidlu u li 133 soqfa li jridu jissewwew.", "Is-soqfa li jridu jinbidlu kollha ġew spezzjonati u ċertifikati mill-periti tad-dipartiment waqt li dawk li se jissewwew ġew iċċertifikati mill-Uffiċjal Prinċipal Tekniku li hu nkarigat mit-Taqsima tat-Tenement Repairs tad-dipartiment.", "DJAR - TISWIJIET", "W1,454.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Ministeru biex jassigura li ħafna mill-Housing Estates jiġu rranġati kif xieraq?", "It- tikħil ta' faċċati minn barra ta' blokki diversi se jkun estiż ukoll għal dawn il-Housing Estates hekk mitluqin?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, id-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta Djar għaddej bi programm kontinwu ta' tiswijiet inkluż it- tikħil tal-faċċati minn barra ta' blokki differenti.", "Naturalment ma tistax tagħmel il-housing estates kollha f'daqqa.", "GĦalhekk ix-xogħol inevitibbalment ikollu jsir estate wara l-ieħor.", "L-offerti għal tibdil ta' soqfa ħargu u se jingħataw fil-ġranet li ġejjin.", "GĦalhekk ix-xogħol mistenni li jsir sas-sajf li ġej.", "Dawk li huma tiswijiet jingħataw prijorita' u għandhom isiru wkoll f'dawn is-sitt xhur li ġejjin."]} {"filename": "19970204_024d_par.doc", "date": "1997-02-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 24 It-Tlieta, 4 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 24 It-Tlieta, 4 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "24", "It-Tlieta, 4 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 173", "KUNSENS GĦAL ATTI 173", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 173", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 180", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IS-SITT JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET 181", "AĠĠORNAMENT 213", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 213", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 23 li saret fit-3 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru I ta' l-1997 - Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar it- Tarzna ta' Malta, Kap. 207.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "RABAT - TRIQ ID-DWEJRA - TISWIJA", "931.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Tony Abela) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex titranġa sew it-Triq tad-Dwejra, li min-naħa ta' Torri Falka tieħu għal fuq ir-riħ ta' l-Għemmieri limiti tar-Rabat, għax minkejja li madwar sena ilu sar xi xogħol, jidher li minn għamel dan ix-xogħol kien inkompetenti għal kollox tant li l-affarijiet ġew agħar milli kienu qabel?", "Qed nibgħatlek under separate cover kopja tas-site plan ta' l-istess triq u ritratt ta' parti mill-istess triq li turi l-istat ħażin li qegħda fih.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll, f'isem il-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ix-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant tlesta f'April 1996 mill-local council contracts unit tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni.", "Dan ix-xogħol ġie ċċertifikat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, liema kunsill kien ħareġ id-domanda għax-xogħol imsemmi.", "Peress illi din it-triq hija r-responsabilta ta' dan il-kunsill, kull domanda għat-twissija għandha tiġi ndirizzata lill-Kunsill tar-Rabat.", "DJAR - QORMI - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "582.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna min Ħal Qormi bil-karta ta' identita' numru 367771 (M) u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament se tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Ma nistax ngħid meta se tingħata akkomodazzjoni LILl-persuna ndikata, iżda mhux fil-viċin ħafna.", "ĊITTADINANZA - EMPLOYMENT LICENCE", "583.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'possibilta' hemm li fiż-żmien qarib il-persuna Taljana li isimha qed nibgħatu separatament takkwista residenza permanenti f'Malta wara li diġa' applikat fid- dipartiment konċernat f'Kastilja, ref: (OPM/EXP/1152/96)?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li l-persuna Taljana li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru m'applikatx għal permess ta' residenza permanenti.", "Dwar din il-persuna hemm talba sabiex tinħargilha liċenzja ta' impjieg - employment licence - liema liċenzja ġiet approvata fl-24 ta' Jannar, 1997.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ BL-ID NRU.", "531955 (M)", "584.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuna mill-Furjana bil-karta ta' identita' numru 531955(M) - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - u li serqulha ċ-ċekk tal-bonus bir- relief li b'kollox jammonta Lm174.52, għandha tistenna xahar/xahrejn biex jinħarġilha ieħor, hekk issa li għamlet l-istop payment?", "Dan l-eżempju m'għandux iservi ta' mod kif dawn l-affarijiet jitjiebu biex titnaqqas it- tbatija ta' nies bħal dawn?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta persuna titlef jew ma tirċevix iċ-ċekk tal-pensjoni jew għajnuna soċjali, jintalab li jsir stop payment, u wara jittieħdu passi sabiex jinħareġ ċekk ieħor.", "Madanakollu ikun jenħtieġ li jgħaddu madwar xahar qabel il-Bank Ċentrali jinforma lid-dipartiment li ċ-ċekk ma jkunx issarraf.", "Fil-każ li semma l-Onor.", "Interpellant ngħarrfu li ttieħdu passi sabiex jinħareġ ċekk ieħor u b`hekk jiġi evitat kull inkonvenjent li tista tbati din il-persuna.", "DJAR - MARSA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "585.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jagħti ħjiel dwar il-każ ta' persuna mill-Marsa bil-karta ta' identita' numru 361473 (M) li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament u kemm qed tqarreb lejn il-possibilta' li tingħata akkomodazzjoni alternattiva fi żmien mhux 'il bogħod?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ma nistax ngħid meta se tingħata akkomodazzjoni l- persuna ndikata, iżda l-każ qed jiġi nvestigat peress li l-indirizz mogħti mill-interpellant mhux l-istess li niżżlet l-applikanta fl-applikazzjoni.", "CERA", "586.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta, jekk hu l-każ, se jitressaq abbozz ta' liġi li jemenda Conditions of Employment (Regulation) Act (CERA) 1952, fid-dawl tar-rakkmandazzjonijiet li l-Gvern kien irċieva?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Għalkemm ilha dawn l-aħħar snin tinħass il-ħtieġa li jinbidel l-Att li jirregola il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg, ma tressaq ebda abbozz ta' liġi ġdid dwar dan.", "Wieħed irid jara, wara konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, xi strateġija għandha tiġi adottata, fl-aħjar interess ta' kulħadd, biex titjieb il-protezzjoni tal- ħaddiem f'dak li għandu x'jaqsam mal-kuntratt tax-xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibilita' li jkun hemm xi working group dwar din il-liġi?", "Din il-liġi ilha hemmhekk madwar 40 sena u għalkemm saru emendi għaliha, hija liġi li trid dejjem kemm jista' jkun timxi maż-żmenijiet u fl-istess ħin tieħu in konsiderazzjoni kemm l-interessi tal-ħaddiema kif ukoll l-interessi ta' min iħaddem.", "Jikkonsidra l-Ministru li jinħatar working group li jkun jista' jfassal ċerti emendi bil-għan li imbagħad tiġi pubblikata white paper dwar dan is- suġġett?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nixtieq ngħid lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni li għandi hija li sar ħafna xogħol fuq din il-liġi mill-gvern ta' qabel, imma wara xi erba' snin xogħol instab li kien għad baqa' x'tagħmel fiha u ma kenitx aċċettabbli għax ma ġewx konsultati l- partijiet.", "Qed nistenna li jkolli rapport ta' studju li qed isir fuq id- Dipartiment tax-Xogħol biex imbagħad wara nieħu in konsiderazzjoni l- suġġeriment li għamel l-Onor.", "Interpellant.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - PROBLEMI", "587.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jfisser ftit mill-problemi li l-ministeru sab ma' wiċċu wara li daħal għat-tmexxija tal-pajjiż il- Gvern immexxi mill-Partit Laburista?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għad-diskors tiegħi f'din il-Kamra tad-29 ta' Jannar meta kelli okkażjoni nfisser uħud mill-problemi li dan il-ministeru sab ma' wiccu wara li daħal għat-tmexxija tal-pajjiz il-Gvern Laburista.", "DJAR - ALLOKAZZJONIJIET", "2203.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Peress li b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 801 il-Ministru qal li fit- 13 ta' Ottubru, 1996 id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kellu biss 18-il post li kienu tajbin biex jiġu allokati waqt li b'risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 799 qal li f'Novembru u Diċembru 1996 saru 17- il allokazzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li d-Dipartiment baqagħlu biss dar waħda tajba għall-allokazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Onor.", "Interpellant jifhem illi d-dipartiment jidħlulu numru ta' postijiet oħrajn regolarment fl-istess waqt li jkun alloka li kellu qabel.", "Għalhekk dak li għidt ma jfissirx li baqagħlu post wieħed biss.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kemm għandu postijiet f'idejh il-Ministeru tad-Djar bħalissa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bl-amment ma niftakarx għaliex il-figura dejjem titbiddel.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - NOLLIJIET", "2204.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid hijiex l-intenzjoni tal-Gvern li jgħolli n- nollijiet għat-trasport bejn Malta u Għawdex?", "Jekk iva, jista' jgħid jekk dan huwiex se jolqot ukoll n-noll sussidjat għar-residenti Għawdxin?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-Avviż Legali numru 13/97 maħruġ fil- Gażżetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 31 ta' Jannar 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jikkoreġi xi informazzjoni żbaljata li tidher fuq l-istampa fejn qed jingħad li l-Gvern preċedenti kien approva żieda fin-nollijiet mentri fl-istqarrija tad-DOI li ħarġet il-bieraħ - Nru. 169 - jingħad testwalment li: \"Gvern Nazzjonalista baqa' jirritjeni\" - ma nafx xi tfisser \"jirritjeni\", naħseb li \"jittrateni\" kellha tkun - \"milli jawtorizza lill-Gozo Channel Co Ltd. tgħolli t-tariffi bil-konsegwenza kollha li ħalliet deċiżjoni bħal din\"?", "Din id-dikjarazzjoni hija għal kollox kontra dak li qed jinġieb f'xi sezzjoni ta' l-istampa.", "Jistax ukoll il-Ministru jikkonferma li l-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel qatt ma ltaqa' biex jiddiskuti ż-żieda fin-nollijiet, liema żieda wara ħarġet b'Legal Notice.", "Jistax ukoll il-Ministru jikkonferma li meta kienu qed jiġu diskussi ż- żieda fin-nollijiet ġiet diskussa l-possibilita' li jiżdied is-sussidju u fil-fatt kienet ittieħdet deċiżjoni li ma jiżdiedx is-sussidju.", "Jista' il-Ministru jgħidilna wkoll jekk iż-żieda taffettwax ukoll żieda fil-prezzijiet taċ-chartering tal-vapuri, speċjalment in vista tal-fatt li t-trasport tal-fuels bejn Malta u Għawdex isir permezz ta' charter li jsir mid-distributuri tal-petrol Għawdxin u jekk ikun hemm żieda fiċ-chartering allura jkun hemm żieda wkoll fil-costs tagħhom li jew tgħaddi fuq il- konsumatur jew jassorbuha huma?", "Jistax ukoll il-Ministru jgħidilna hux minnu li qed jiġi kkonsidrat li jitnaqqsu t-trips tal-Gozo Channel.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jekk l-Onor.", "Interpellant jieħu daqsxejn paċenzja, mit-8.30 p.m. 'il quddiem ngħidlu kollox fuq il-Gozo Channel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, nixtieq nistaqsi jekk in vista tal- kundanna ġenerali li kien hawn fil-pajjiż minħabba ż-żieda fin-nollijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel, il-Gvern hux qed jagħmel xi rikonsiderazzjoni ta' dawk in-nollijiet diġa' imħabbra biex jerġa' jara kif jagħmilhom iktar baxxi li jista' ilaħħaq magħhom il-poplu ħalli ma jkunx hemm ir- riperkussonijiet li kulħadd qiegħed jaħseb li se jkun hemm.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jekk l-Onor.", "Interpellant jieħu daqsxejn paċenzja u jistenna, dak li ma kienx jaf f'disa' snin li kien ilu rieqed ikun jafu llejla!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li m'humiex qed jingħataw tweġibiet għall- mistoqsijiet li qed isiru nixtieq li għallinqas il-Ministru jilluminana u jgħidilna ma' min ikkonsulta - għaqdiet, istituzzjonijiet, assoċjazzjonijiet - qabel ma tħabbru iż-żidiet li hemm fl-avviż legali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jien id-domandi kollha rrispondejthom.", "(Interruzzjonijiet) Issa nwieġbek wara ma' min ikkonsultajna.", "(Interruzzjonijiet) Inti oqgħod kwiet għaliex illum tiġi tiegħek ukoll.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, id-domandi li kelli bil-miktub kollha rrispondejthom.", "Ma' min ikkonsultajt se ngħidlu imma mhux issa.", "Dawn għamlu disa' snin ma jagħmlu xejn.", "Billi jissaportu siegħa oħra x'fiha!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jikkonsidrax il-Gvern li din hija kwestjoni ta' importanza nazzjonali għal kulħadd daqskemm huma l-affarijiet tat-Tarzna u oħrajn.", "Din m'hijiex problema ta' Għawdex biss imma hija problema tal-pajjiż kollu u allura xtaqt nistaqsi jekk il-Gvern jikkonsidrax li din timmerita l-akbar attenzjoni u l-ikbar diskussjoni serja u oġġettiva u li ma għandhiex tkun politiċizzata b'tali mod li meta tqum titkellem fuqha jkollok ċerti rimarki ġejjin min-naħa tal-Gvern li jwaqqgħu l-importanza ta' din il-materja.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jien m'għandix xi nwieġeb għaliex din m'hijiex domanda imma statement.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jikkonfermax il-Ministru li hu qiegħed hawnhekk mhux biex iwieġeb dak li jrid hu imma dak li jiġi mistoqsi lilu f'din il-Kamra u l-Membri Parlamentari għandhom dritt li jistaqsu domandi supplimentari u hu għandu d-dmir li jweġibhom.", "Jekk ma jridx iweġibhom jgħid li m'għandux risposta għalihom, imma ma jistax bl-iskuża li aktar tard se niddiskutu l- Ministeru tat-Trasport u Portijiet jibqa' ma jweġibx għal dawn id- domandi.", "(Interruzzjonijiet) Hekk isir fil-House of Commons!", "Aħna nimxu dejjem fuq il-prassi tal-House of Commons.", "MADAM SPEAKER: Onor. Borg, ejja għad-domanda jekk jogħġbok.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, għamilthielu d-domanda tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Ħadd m'għandu dritt ikellem lil ħaddieħor b'dan il-mod hawnhekk, la aħna lilkom u lanqas huma lilna.", "Saret mistoqsija supplimentari skond l-istanding orders u l-Ministru jrid iweġibha.", "Ma jistax jaħrabha għaliex se jitkellem fuq dan il-qasam aktar tard.", "Allura x'niġu nagħmlu hawnhekk aħna!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: M'hemmx iktar interruzzjonijiet, jekk jogħġobkom.", "L- Onor. Mizzi on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker il-Ministru rrisponda għad-domanda u rrisponda skond kif jgħidu l-iStanding Orders.", "Għandu dritt jirrispondi kif irrisponda u ma naħsibx li kien out of order imma l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jien għamilt domanda fejn staqsejt lill-Gvern ...", "(Interruzzjonijiet) Jien ma niddejjaqx jekk jirrispondi l- Prim Ministru li llum il-ġurnata huwa l-Ministru għal Għawdex.", "Jien kont nistenna li fuq materja bħal din ta' urġenza u ta' importanza kbira għal kulħadd, u b'mod partikolari għal Għawdex, il-Ministru responsabbli minn Għawdex jirrispondi.", "Meta jien għidt li qed nagħmel domanda lill-Gvern, għidt hekk sabiex nagħti lok lil min irid jirrispondi jirrispondi u min ma jridx ma jirrispondix.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, is-sħana hawnhekk qamet għar-raġuni li deċiżjonijiet fuq il-Gozo Channel ittieħdu mill-Gvern preċedenti u l-ex-Ministru għal Għawdex għandu responsabilita' sħiħa li baqa' sieket dawk is-snin kollha u għalaq għajnejh għal dak li kien qed jiġri, imbagħad mar jippoppa sidru qabel l-elezzjoni fuq il-catamaran u f'postijiet oħra biex jiffirma il-kuntratt tal-Gozo Channel.", "Iva, kien jaf li hemm tariffi li kellhom jiżdiedu f'Settembu li għadda u f'Jannar ta' din is-sena.", "Jiġifieri l-urġenza qed tiskatta għaliex qed tiġi mplimentata xi ħaġa li ilha x-xhur deċiża u nista' nassigura lill-Kamra li dan il-Gvern qed jagħmel konsultazzjonijiet meħtieġa biex jifhem u jisma' t-tgergir li qed iqum f'Għawdex dwar ir-riżultati tad-deċiżjoni - meħuda fuq il-bażi tad- deċiżjoni li ħa l-Gvern ta' qabel - biex naraw x'jista' jissewwa mid- diżastru li ħalla warajh anke f'dan il-qasam l-ex-Ministru għal Għawdex u l- Gvern li kien jirrappreżenta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien nixtieq li qabel xejn ngħid li r-risposta tal- Prim Ministru m'hi sodisfaċenti xejn.", "Nistaqsi wkoll lill-Prim Ministru jekk jistax jgħidilna jew ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-deċiżjoni tal- Gvern Nazzjonalista li l-fares tal-vapuri ta' Għawdex kienu sejrin jogħlew minn Settembru li għadda.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn xi nżid ma' dak li għidt.", "Il- konsultazzjonijiet għadhom għaddejjin u se jibqgħu għaddejjin u ċertament li l-poplu Malti u Għawdxi se jkun jaf bl-irresponsabilita' u l-ipokrezija li biha l-ex-Ministru għal Għawdex mexxa d-dossier tiegħu meta taparsi kien responsabbli għall-interessi ta' l-Għawdxin u għalaq għajnejh għal dawn l- affarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jiena ma offendejt lil ħadd, jien għamilt id-domandi tiegħi u dak li qal lili nibagħtulu lura.", "Jien naħseb li kont qed niddefendi l-interessi ta' Għawdex u ta' l-Għawdxin meta n- nollijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel għall-Għawdxin kienu roħsu b'terz ta' dawk li kienu 10 snin ilu.", "Jien naħseb li b'hekk kont qiegħed niddefendi l- interessi ta' l-Għawdxin.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-responsabilita' ta' kull ministru, inkluż ta' l-ex- Ministru għal Għawdex tikkonsisti li bl-għaqal u bil-galbu jiddefendi tassew l-interessi ta' l-Għawdxin, mhux li jidħak bihom u taparsi jgħidilhom \"Ara x'qed nagħmlilkom, biex imbagħad jimmina l-istituzzjonijiet li fuqhom tiddependi l-prosperita' ta' Għawdex.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imissu jistħi jitkellem b'dan il-mod!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: It-titjib li kien hemm f'dawn l-aħħar 10 snin hija r- risposta li qed jitlob għaliha l-Prim Ministru.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, bl-istess mod li l-Onor.", "Tabone għamel stqarrija jiena wkoll nixtieq nagħmel stqarrija ta' l-aħħar.", "Ir-riżultati jinġiebu mhux billi tidħak bil-poplu sena wara l-oħra u taħseb li b'hekk imbagħad se tkun qiegħed tidħak bih.", "L-ewwel poġġa kollox fuq pedamenti imminati imbagħad warrab - għaliex warrbu l-poplu - meta l-pedamenti kellhom tabilħaqq jiġu ssodati kif qed nagħmlu aħna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li almenu l-Prim Ministru jirrispondi bejn is- 6.00 p.m. u s-6.30 p.m, mhux bħall-Ministru ...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech, on a point of order.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nitolbu jirtira l-allegazzjoni għaliex id-domandi li għamilli kollha rrispondejthom skond l-iStanding Orders.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari, fil-qosor jekk jogħġbok għaliex sar il-ħin.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li fl-istqarrija 169 tad-DOI intqal li \"l- Gvern Nazzjonalista baqa' jittrateni milli jawtorizza lill-Gozo Channel Co. Ltd tgħolli t-tariffi bil-konsegwenzi kollha li ħalliet deċiżjoni bħal din\", kif jista' l-Prim Ministru jsostni li l-Gvern preċedenti approva żieda fit-tariffi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-risposta diġa' ingħatat mill-Ministru sieħbi l- Onor. Joe Debono Grech.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 12 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lil The Central Cooperative Fund; u", "u f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-ispiża tal-Premju Anzjan għas-sena 1995, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2599.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali):: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kummenti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar ir-Rapport ta' l-Awditur għas-sena 1995, sintendi mingħajr ma nassumi r-responsabilita' politika għalihom;", "Kopja tal-Junior Lyceum Entrance Examinations Report 1996;", "Pjanta li turi l-post indikat għal car park maġenb Ġnien Howard, ir- Rabat, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2565; u", "Lista li turi n-numru ta' studenti li kienu jattendu l-Universita' bejn l-1984 u l-1996, korsijiet ġodda li nfetħu f'dawn l-aħħar ħames snin fl-Universita' u lista li turi n-numru u l-lokalita' ta' studenti li qed jattendu l-Universita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2257.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-ammont ta' ċanga maqtula fil-Biċċerija bejn is-snin 1992 u 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2533; u", "Lista li turi l-ammont ta' majjal maqtul fil-Biċċerija bejn is-snin 1992 u 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2534.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IS-SITT JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċi-President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-Voti tal-Ministeru għat-Trasport u Portijiet.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- Gvern.", "Il-Ministru għat-Trasport u Portijiet jekk jogħġbu jressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 36 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,291,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Ministeru għat-Trasport u Portijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1997.", "VOT 37 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,239,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 38 - LIĊENZJI U TESTJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 918,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Liċenzji u Testjar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT IX - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,657,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru għat-Trasport u Portijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1997.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 36 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,297\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,296\".", "Delete the figure \"Lm 10,297\" and substitute therefor the figure \"Lm10,296\".", "Mr Chairman, naħseb li jekk xi ħadd kellu xi dubju li dan huwa suġġett jaħraq naħseb li ħa r-risposta fil-ħin tal-mistoqsijiet.", "Fil-fatt kont kieku bqajna sejrin b'dak ir-ritmu u b'dik is-sħana fl-argument kont se nitolbok tixgħel l-air conditioning!", "Pero' apparti dan, naħseb li huwa tajjeb li wieħed iżomm il-kalma u jiddiskuti dan is-suġġett li huwa serju u importanti ħafna u forsi ftit nies f'din il-Kamra jistgħu japprezzaw id- diffikultajiet li jkollu quddiemu l-ministru responsabbli f'dan il-qasam.", "Dan huwa settur li għal ħafna u ħafna snin ġie prattikament imkaħħal.", "Għaliex qed nuża' l-kelma \"imkaħħal\"?", "Qed nuża' din il-kelma għaliex dan huwa settur statiku għall-aħħar.", "Huwa settur li għal ħafna u ħafna snin kien qed jirreżisti l-bidla għaliex kien hemm ħafna monopolji ġo monopolji.", "Fil-fatt jekk tħares lejn is-settur tat-trasport waħda mill-aktar affarijiet li jolqtuk huwa l-fatt li għal ħafna snin dan żviluppa f'monopolju, mhux biss monopolju f'settur wieħed imma conglomerate ta' monopolji li flimkien ma kenux qegħdin iħallu l-affarijiet jiċċaqilqu.", "Waħda mill-affarijiet li jiena kelli niffaċċja meta kont responsabbli minn dan is-settur - din naħseb li anke l-Ministru jrid iħares lejha bir-reqqa - hija l-kwestjoni ta' kif inti se ċċaqlaq dan is-settur mhux biex tagħmel bdil sempliċement for the sake of change imma biex tagħmel bdil li jkun jagħmel sens għall-bżonnijiet tal-pajjiż.", "Kif nafu, dawn il-bżonnijiet jinbidlu għaliex iż-żmenijiet jinbdilu.", "Dan l-aħħar kien hemm anke mistoqsija parlamentari fejn ingħata elenku sħiħ ta' kemm żdiedu l-karozzi fit-toroq tagħna f'dawn l-aħħar snin.", "Konsistentement allura - fil-fehma tiegħi anke minħabba l-fatt li dan jirrifletti l-mod ta' kif il-Partit Nazzjonalista fil-gvern baqa' jiġġenera u jkabbar il-ġid fil-pajjiż - kien hemm żieda sostanzjali għar-rigward ta' bejgħ u xiri ta' karozzi ġodda.", "Din hija ħaġa pożittiva minnha nnifisha għaliex turi li f'dan il-pajjiż hawn ċertu ritmu ta' kummerċ, pero' din hija wkoll xi ħaġa li kull soċjeta' - partikolarment soċjeta' żgħira bħal tagħna - għandha tikkonsidra bis- serjeta' għaliex trid bilfors iżżomm quddiem għajnejha li l-progress ta' l- użu tal-vetturi privati jista' jkun ta' dannu soċjali, partikolarment għall- aspett ambjentali.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem biss fuq l-aspett tat- tniġġiż ta' l-arja imma wkoll dwar il-mod tal-ħajja tagħna bħala poplu żgħir fi gżira żgħira.", "Dawn iż-żidiet ġabu wkoll diffikultajiet ġodda.", "Kif diġa' għidt dawn ġabu fostna ċ-ċivilta' moderna tal-karozza li litteralment tiddomina u tmexxi l-ħajja tagħna.", "Pero' dawn ġabu wkoll it-traffic jams li ma konniex għadna nafu x'inhuma u konna nqisuhom problemi ta' pajjiżi oħrajn iżda llum saru problemi tagħna wkoll.", "Ta' min jgħid li dan m'huwa tort ta' ħadd in partikolari iżda joħroġ mill-fatt li s-soċjeta' moderna tagħna kontinwament qiegħda tiżviluppa; dawn huma problemi li sa ċertu punt joħorġu meta jkollok il-ġid fil-pajjiż u dan it-tip ta' żvilupp materjali.", "GĦalhekk naħseb li min huwa responsabbli mit-trasport irid iħares lejn x'jista' jagħmel biex isolvi din il-problema bi proġettazzjoni fit-tul u b'għażla strateġika.", "Dan irid jipprova jagħti tifsila differenti għal kif tista' tiżviluppa s-soċjeta' għar-rigward tal-mezzi tat-trasport.", "Problemi oħrajn li kienu hemm u li sa ċertu punt għadhom hemm f'dan is- settur huma dwar kif tirregola s-settur tal-mezzi tat-trasport li huma unscheduled, bħalma huma l-mezzi tat-trasport għat-turisti, partikolarment meta f'pajjiżna s-settur tat-turiżmu huwa mutur ta' l-ekonomija tagħna.", "Allura f'dan is-sens mhux biss hemm l-interess ambjentali, l-interess ta' l- iżviupp u l-interess li tirranġa l-affrijiet imma hemm ukoll interess kruċjali għall-ħajja tal-pajjiż.", "Din ukoll kienet waħda mill-problemi li jiena ffaċċajt u li pprovajt insib soluzzjonijiet għaliha.", "Dawn il- problemi kienu - u għadhom - xi ftit marbutin flimkien għaliex nafu, li bil- legal notice eżistenti, jekk inti ma jkollokx biżżejjed coaches fis-suq li jkunu jistgħu jissodisfaw il-bżonn ta' min ikun qed jorganizza attivitajiet turistiċi, allura mbagħad inti trid taqa' għal dawk ix-char-a-bancs li jaħdmu taħt skeda biex tkun tista' toffri dan is-servizz.", "Jiġifieri dawn huma żewġ setturi li huma separati u distinti minn xulxin pero' huma setturi li għandhom relazzjoni ma' xulxin.", "Pero' barra minn dawn hemm setturi oħrajn.", "Jiena ma rridx inkun inġust ma' min preżentement huwa responsabbli minn dan is-settur, pero' jkun inġust min jaħseb li tista' taqbad dawn is- setturi kollha flimkien u tbiddilhom kollha f'daqqa jew inkella li tista' taqbad il-bakketta maġika u ssolvi l-problemi kollha.", "Sfortunatament hawn ħafna li jaħsbu hekk pero' naħseb li dawn ikunu qed juru li ma fehmux kemm huwa diffiċli li ċċaqlaq xi ħaġa f'dan is-settur.", "Jiena m'għandix dubju li min jieħu dan ix-xogħol bis-serjeta' u b'impenn - lanqas għandi dubju li l-politiċi li jkunu jridu jagħmlu ġid lill-pajjiż dejjem hekk jagħmlu - isib id-diffikultajiet kollha quddiemu u għalhekk irridu naħdmu lkoll biex lil dan il-pajjiż verament nagħtuh progress li ma jkunx progress tal-mument imma jkun progress li jibqa' u li jagħmel bidliet strutturali.", "Fil-fatt il- ħsieb kollu ta' l-azzjoni li ttieħdet - hawnhekk qed nitkellem mill- esperjenza tiegħi f'dan il-ministeru - kienet biex nipprovaw nagħmlu tibdil strutturali mill-qiegħ, tibdil li jidentifika l-problemi reali ta' l- affarijiet u jipprova jsib soluzzjonijiet dejjiema.", "U nista' ngħid li din hija l-aktar ħaġa diffiċli li tista' tagħmel fil-politika.", "Jekk tħares lejn is-settur ta' l-unscheduled bus service, ssib li waħda mill-problemi ta' dan is-settur bla skeda kienet li fl-istess ministeru nzerta - naturalment taħt responsabbiltajiet ta' awtoritajiet differenti imma bħala strateġija ta' dan il-pajjiż - li huwa essenzjali li f'dan il- pajjiż ikompli jitkabbar il-kummerċ tat-turismu bil-cruiseliners.", "Jien m'għandix għax ikolli dubju, pero' nispera li l-Gvern preżenti jkompli bil- politika li jipprova jħajjar aktar u aktar cruiseliners jiġu f'dan il- pajjiż għaliex permezz tagħhom nistgħu nkabbru turiżmu ta' ċerta kwalita' li jħalli qligħ lill-ekonomija tagħna u allura strateġikament inkunu qed nagħmlu użu mill-benefiċċji li għandna bħala pajjiż.", "Għalkemm il-Ministru huwa responsabbli mill-portijiet u mill-aspetti marittimi, kif ukoll li jipprova jġib iktar cruiseliners lejn pajjiżna u jrid jagħmel input f'ħaġa bħal din, irid isir ukoll inpunt mis-settur responsabbli mit-trasport.", "Ftit tas-snin ilu għamilna ftehim kruċjali li permezz tiegħu dan is- settur beda jiċċaqlaq.", "Dak iż-żmien kienu saru anke reklami fejn ħafna nies kienu qalu li m'hu se jsir xejn, li qatt ma sar xejn u li m'hemmx dubju li dan se jkun kollu paroli fil-vojt.", "Dan jgħidulu political bashing fejn jiktbu fil-gazzetti u joqogħdu jgħidu li l-politiċi m'huma kapaċi għal xejn u li qegħdin biss biex joqogħdu jitkellmu bejniethom fil-Parlament biex jgħaddu ż-żmien.", "Jien pero' naħseb li r-riżultat f'dak is-settur wera assolutament il-kuntrarju u min kien għamel dawk ir-reklami deher pjuttost arroganti bil-mod kif qabad u kkundanna mingħajr ma stenna li jara l-fatti.", "Fil-fatt kien sar ftehim li se jwassal għal-liberalizzazzjoni ta' dan is-settur li huwa bla skeda, pero' l-Gvern ta' dak iż-żmien ħaseb li aħjar ma jaqbadx u jdaħħal il-kompetizzjoni mill-ewwel għaliex ħass li kien ikun ħażin.", "Qed ngħid li kien ikun ħażin mhux għall-bżonnijiet tal-pajjiż, għax jista' jkun li jekk tieħu l-viżjoni globali kien ikun tajjeb, imma mbagħad kien ikun ħażin għall-operaturi li kienu jaħdmu f'dak is-settur.", "Mr Chairman naħseb li l-Gvern għandu jkollu l-interess u l-kuxjenza soċjali li jieħu ħsieb li l-operaturi jingħataw iċ-ċans li jsaħħu l- pożizzjoni tagħhom.", "Fil-fatt dawn xtraw ħafna coaches għaliex id-dritt ingħata biss lil min kien jopera u kellu l-liċenzja li jġib il-coaches sabiex isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu qabel ma jkun hemm il- liberalizzazzjoni.", "F'kull ftehim kien ikun hemm tip ta' kompromess fejn l- operaturi li kellhom il-liċenzji kellhom id-dritt li jġibu iktar coaches, waħda għal kull liċenzja.", "L-operaturi ftehmu wkoll li mis-sena d-dieħla jkun hemm il-possibbilta' li f'dan il-pajjiż ikun hemm kompetizzjoni f'dan is-settur, allura dan is-settur diġa' wera li daħħal ċertu dinamiżmu.", "U x'kien ir-riżultat?", "Ir-riżultat kien li llum għandna coaches tat-turisti - kif ngħidulhom aħna - ta' l-aqwa kwalita', għalkemm fil-fehma tiegħi l- operaturi minflok ma ġabu coaches li huma kollha ta' 'l fuq minn 50 passiġġier seta' kellhom ukoll viżjoni li jġibu coaches li jesgħu xi 30 passiġġier.", "Kien hemm ftit li għamlu hekk imma l-għażla fil-ftehim ingħatat lilhom biss u naturalment kulħadd irid jagħmel l-għażliet kummerċjali tiegħu, għalkemm naħseb li jien kont inkun iktar kuntent kieku kien hemm iktar taħlita ta' coaches.", "Naħseb li dik il-bidla kienet importantissima mhux biex inżidu x-xogħol tat-turiżmu bil-cruiseliners partikolarment - biex nieħu eżempju wieħed - imma biex inżommuh għaliex pajjiżna, tajjeb jew ħażin, irid jaċċetta li qed jikkompeti ma' destinazzjonijiet oħrajn fil-Mediterran u allura għandu bżonn il-possibbilta' li jikkompeti tajjeb.", "Ħaġa li kienet qed tfixkel l- iżvilupp tas-settur tal-cruiseliners f'pajjiżna hi li kienu jiġu turisti fi cruiseliners 5-Star u mbagħad joffrulhom tours fuq ix-char-a-bancs il- ħodor.", "Issa hemm min jagħżel dak it-tip ta' trasport sempliċement għaliex jogħġbu dak il-karattru, imma normalment min ikun fuq tour jistenna li jkollu l-kumditajiet normali li jsib f'postijiet oħrajn.", "Il-bidla li saret naħseb li għamlet ħafna sens għax tagħti direzzjoni ċara u mportanti lejn kif dak is-settur kellu jiżviluppa u fil-fatt, skond il-ftehim, is-sena d- dieħla għandu jkun hemm il-liberalizzazzjoni ta' dan is-settur, issa li l- operaturi diġa' ġew imsaħħa u kellhom iż-żmien li jorganizzaw ruħhom.", "Naturalment ikun hemm ħafna nies li jgħidulek li issa jiġu t-tour operators u f'daqqa waħda jibilgħu lil kulħadd għax jagħmlu l-investimenti tagħhom u jaqilgħu lil ħaddieħor 'il barra jew inkella jista' jiġri l- kuntrarju għax m'hemmx dubju li kien hemm min qal: Isma', jekk it-tour operators jistgħu jikkompetu miegħi anke jien nista' nikkompeti magħom.", "Allura minflok ma t-tour operators jixtru l-coaches biex ikunu jistgħu jikkompetu ma' dawn in-nies tal-coaches dawn joperaw tours biex ikunu jistgħu jikkompetu mat-tour operators.", "Dak huwa s-suq ħieles, pero' l- ewwel irid jingħata ċans lin-nies li jkunu diġa' joperaw f'dak is-settur biex jissaħħu, kif fil-fatt sar, biex min iħoss li m'huwiex b'saħħtu biżżejjed jingħaqad ma' ħaddieħor ħalli jkollu daqsxejn iktar saħħa fis- suq.", "Naħseb li permezz ta' dawn l-affarijiet dan is-settur ħa ħajja ġdida u fuq kollox tjieb ħafna s-servizz.", "Dan kien l-ewwel żvilupp li sar u naturalment issa l-Ministru għandu d-dmir li jara li dik it-transizzjoni s- sena d-dieħla ssir għal-liberalizzazzjoni sħiħa kif inhu miftiehem bejn iż- żewġ naħat u kif ilu jiġi ppjanat għal diversis snin.", "Settur ieħor diffiċilissimu pero' mportanti ħafna f'dan il-pajjiż u aktar ma jgħaddi żmien qed isir aktar importanti huwa s-settur tal-karozzi li jaħdmu bi skeda, fejn fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata n-nies ikunu jisgħu jmorru minn post għall-ieħor mingħajr ma jużaw il-karozza tagħhom billi jagħmlu użu mill-mezzi pubbliċi.", "L-użu tal-mezzi pubbliċi hija xi ħaġa ġdida.", "Dan l-aħħar kont qed naqra ktieb interessanti li kien jitratta dwar kif kienu jintużaw dawn il-mezzi fi żmien l-Imperu Ruman u tinduna li anke l-Imperu Ruman kien jipprovdi l-mezzi pubbliċi tiegħu.", "Dak iż-żmien kellhom ix-charriots li kienu jipprovduhom anke għal min ma kellux il-possibbilta' li jkollu x-charriot privata tiegħu.", "Jiġifieri anke fi żmien l-Imperu Ruman kienu jaħsbu kif jistgħu jagħmlu kummerċ b'mezzi ta' dan it-tip.", "U x'inhuma d-diffikultajiet f'dan is-settur?", "Id-diffikultajiet huma kulturali għax f'pajjiżna s-sidien tax-char-a-bancs jitrattaw lix-char-a- banc tagħhom bħala ċ-ċentru ta' ħajjithom.", "Din hija ħaġa tajba, pero' jista' jkun hemm ukoll diffikultajiet għax dawn prattikament jitkellmu fuq \"it-trakk\" - għaliex hekk isejħulha x-char-a- banc - qishom qed jitkellmu fuq l-iktar ħaġa għażiża li għandhom, li hija parti minnhom.", "Jien meta kont ministru - ma nafx il-Ministru preżenti huwiex se jagħmel hekk ukoll - kont stedint lis-sidien tax-char-a-bancs għall-ikel man-nisa tagħhom.", "Kien eżerċizzju biex nipprovaw nispjegaw x'ipprovajna nagħmlu f'dan is-settur.", "Dan kien eżerċizzju interessanti ħafna u qed insemmih mhux biex noqgħod ngħid x'għamilna biss, imma għaliex f'dan il-Parlament tajjeb li naqsmu l-esperjenzi tagħna biex kulħadd jibni fuq ħaddieħor.", "Din l-istedina li kienet saret lis-sidien tax-char-a-bancs flimkien man-nisa tagħhom, apparti li hija ħaġa soċjali u kien hemm atmosfera sabiħa, urietna l-ewwelnett kemm dawn in-nies huma nvoluti fil-kummerċ tagħhom.", "Anke n- nisa tas-sidien huma nvoluti intimament f'dan ix-xogħol mhux biss għaliex jgħinu lir-raġel fit-tindif tax-char-a-banc, imma għax huma nvoluti wkoll fit-tmexxija tal-business innifsu.", "Allura jekk forsi hemm eżerċizzju fl- ugwaljanza naħseb li sar qabel f'dan is-settur.", "Huwa importantissimu li l- kultura f'dan is-settur tinbidel u biex din tkompli tinbidel irid ikun hemm atti ta' kuraġġ.", "Ma jistax ikun hemm biss attenzjoni għal kull pass li jsir għaliex ilna wisq għaddejjin b'din is-sistema li jidher ċar li mhix qed taħdem.", "Jidher ċar li qed jonqsu n-nies li jutilizzaw ix-char-a-bancs u iktar nies qed jutilizzaw il-karozza tagħhom.", "Din it-trend f'dan il- pajjiż għandna naħdmu biex inbiddluha.", "Waħda mill-affarijiet li jien ipprovajt nagħmel meta kont responsabbli minn dan is-settur - ħadt gost ħafna l-bieraħ meta qrajt fil-gazzetta dwar dan - kienet illi nintroduċu char-a-bancs ġodda.", "Forsi wieħed jistaqsi jekk kienx hemm il-bżonn ta' char-a-bancs ġodda.", "Jien naħseb li hemm bżonn ħafna li dan il-programm ta' char-a-bancs ġodda jkompli miexi għaliex hija parti mill-bidla kulturali tat-trasport f'dan il-pajjiż.", "Char-a-bancs ġodda jistgħu jbiddlu l-attitudni tal-passiġġier għax la jsibhom komdi ma joqgħodx juża l-karozza tiegħu biex imbagħad ma jsibx fejn jipparkja, jew jaqla' ticket - għada pitgħada forsi fil-kunsilli lokali jkun hemm min jagħmel il-parking meters u jrid joqgħod iħallashom - u jekk irid post fejn jipparkja jrid jikri parking space.", "Il-kultura tagħna trid tinbidel u rridu nifhmu li hemm prezz għal kollox - biex nutilizzaw it-triq, biex nipparkjaw u biex nużaw il-karozza tagħna.", "Pero' jrid ikollna l- alternattiva, l-option li, bħala passiġġiera, ma nagħmlux dak it-traġitt imma nagħżlu li nagħmlu t-traġitt permezz tax-char-a-banc, permezz tat- trasport bi skeda.", "GĦadna ma wasalniex għal dik il-bidla kulturali.", "Wieħed għadu jħares lejha bħala xi ħaġa li jagħmilha għax ta' bilfors, mhux ħaġa li jagħmilha għax hija iktar komda.", "Ma rridx ngħid li \"b'tal-linja jaqbillek\" - smajniha diversi drabi - pero' l-għan huwa li wieħed jibda juża l-karozza tal-linja għax hija xi ħaġa iktar komda u biex naslu għal dak m'għandix dubju li jrid ikompli jsir sforz mill-amministrazzjoni preżenti fuq il-linji li pprovajna nagħmlu aħna, li b'kull mezz inħajru lin- nies li jagħmlu użu minn dik is-sistema ta' trasport.", "Tista' tħajjarhom billi tagħtihom il-kumditajiet għax illum il-poplu ġustament jrid il- kumditajiet tiegħu għaliex anke meta wieħed isiefer barra minn Malta jara li hemmhekk jorganizzaw ruħhom tajjeb f'din il-ħaġa.", "Mela dik il-bidla kulturali trid issir anke fil-passiġġier, li nħajruh biex juża dak il-mezz ta' trasport; forsi dik hija l-iktar waħda faċli li tagħmel.", "L-iktar waħda diffiċli hija li nbiddlu n-nies li jaħdmu f'dan is-settur.", "L-ex-kollega tagħna f'dan il-Parlament, Reno Calleja, li issa se jmexxi l- Awtorita' tat-Trasport se jkollu din ir-responsabbilta' enormi li issa jfittex li jagħmel - u l-Ministru miegħu naturalment - il-bidla kulturali l- oħra, l-iktar waħda diffiċli, jiġifieri tan-nies li jaħdmu f'dan is-settur.", "Nispera li n-nies li jaħdmu f'dan is-settur, issa li bdew jaraw progress dwar dak il-ftehim li konna għamilna iktar minn sena ilu, jagħmlu kuraġġ ħalli f'dan il-pajjiż ikollna char-a-bancs diċenti fit-toroq tagħna.", "Veru huma char-a-bancs iktar għoljin milli pproġettajna - inkunu inġusti jekk ngħidu li mhux hekk - u bla dubju ta' xejn trid tħares lejn il-cost ta' dawn ix-char-a-bancs - pero' jien m'għandix dubju mill-fatt li jkun vale la pena għal pajjiżna.", "F'dan il-pajjiż aħna nibdlu char-a-banc darba kull 30 sena u kulħadd jifhem li ma tistax tbiddilha spiss wisq għax f'suq bħal tagħna s-sid ma jkollux il-possibbilta' li jifdiha.", "F'dan il-pajjiż irridu nagħmlu dawn il-bidliet għal żmien twil u huwa kruċjali li nagħżlu l-low floor.", "Forzi nazzarda ngħid li jekk dan il-Gvern se jdewwem l-affarijiet b'sena, din tkun favur il-bidla għax probabbilment iktar ma' dawn ix-char-a-bancs jidħlu fl-Ewropa u iktar ma s-suq tagħhom ikompli jikber - ma rridx inpoġġi din il-ħaġa qisha xi ħaġa tal-Bibbja! - il-prezz tagħhom jibda jonqos għax ikunu qed jintużaw iktar.", "Aħna nisperaw li l-prezz ta' dawn ix-char-a-bancs jibda jonqos għax iktar ikun faċli l-ewwelnett għall-Gvern biex jissussidjahom u t-tieni nett għas- sidien biex jixtruhom.", "Jien nemmen ħafna fis-sinċerita' u naħseb li jekk wieħed iħares lejn il- ħajja tiegħi - ma rridx inkun melodrammatiku - isib li qatt ma mpenjajt ruħi u qatt ma ħdimt daqskemm ħdimt biex wasalna għal dak il-ftehim li, fil- fehma tiegħi, għandu jkun bażi ta' ħafna u ħafna xogħol għax huwa ftehim strutturali.", "Dan huwa ftehim li jħares lejn x'inhuma l-problemi ta' dan is- settur u kif se nibdluhom.", "Jien nemmen bis-sħiħ - nispera li l-Ministru responsabbli jkollu wkoll din l-esperjenza - li min ikun qed isuq char-a- banc ġdida f'atmosfera nadifa u diċenti għandu jaġixxi ta' persuna li sabet lura d-dinjita' tax-xogħol tagħha.", "L-aġir ta' min jaħdem fit-trasport pubbliku huwa li huwa għaliex il-ħaddiema m'għandhomx id-dinjita' tax- xogħol tagħhom u jħossu lilhom infushom bħala l-agħar ħaddiema f'Malta.", "Dan m'għandux ikun għax l-ewwelnett ix-xogħol minnu nnifsu għandu jagħtik id-dinjita' u t-tieni nett inti trid tagħmel kollox biex tgħolli d-dinjita' tiegħek.", "Jien nemmen bis-sħiħ li l-investiment fix-char-a-bancs ġodda m'huwiex biss investiment f'makkinarju imma huwa investiment f'kultura ġdida ta' trasport f'pajjiżna.", "Ikun vale la pena li tonfoq ftit iktar għalih in the long run, anke jekk tbati in the short run.", "Nemmen ukoll li jridu jkomplu jsiru bidliet li ħdimna fuqhom fis-snin li għaddew, fosthom bidliet li kienu ta' diffikulta' kbira.", "F'dan il-pajjiż konna dejjem ninnegozjaw b'mod - hekk kienet taħdem l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku; u l-istess qabilha meta dan is-settur kien jieħu ħsiebu direttament il-Gvern ċentrali għaliex l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku m'hiliex ħafna li twaqqfet - li tax-char-a-bancs kienu jgħidulna li biex iżidu rotta jridu żieda ta' 1c.", "Din kienet ħaġa komuni.", "Per eżempju, f'Wied il-Għajn kellna sitwazzjoni li minn ħdejn l-istabbiliment \"Grabiel\" sa ħdejn il-Jerma Palace Hotel kienu jieħdu 7c oħra.", "Illum ħadd ma jista' jiġi jgħidlek li biex iżid it-tali rotta trid tagħtih 1c, għax inti tista' tgħidlu li dik ir-rotta hija parti mill-istess zone u jekk jaqsam dik iz- zone jitħallas talli għamel two zones u jekk jaqsam tliet zones jitħallas talli għamel three zones.", "Fil-fatt l-idea taż-zoning daħħalniha biex insibu darba għal dejjem tarf tal-problema strutturali li kien hemm qabel u nista' ngħid li rnexxilna.", "Mr Chairman, nixtied ngħid ukoll li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għamlet rapport u studju interessanti li jgħid kif iċċaqilqu ċ-ċentri ta' l- irħula tagħna.", "GĦal ħafna u ħafna snin aħna kellna l-venda fil-qalba tar- raħal, imma llum il-verita' hi li għalkemm jista' jkun li l-venda baqgħet fil-qalba tar-raħal il-qalba tar-raħal iċċaqilqet, għax peress li r-raħal baqa' jikber bil-housing estates u bi djar li nbnew barra mill-qalba tar- raħal, il-venda ġiet 'il bogħod minn ħafna nies u għalhekk ma nistgħux inkomplu nittrattaw il-problema bħal qabel.", "Sur President, waħda mill-ħafna affarijiet - fil-fatt irrid nagħlaq id- diskors tiegħi b'dan il-punt - li wieħed irid jara f'dan il-qasam huwa li jkun hawn char-a-bancs ġodda, li jkun hemm zoning u li jkun hemm kultura ġdida fil-pajjiż, imma ma' dawn ma rridux ninsew li trid tinstab soluzzjoni kif tħallas il-fare tiegħek.", "Din hija problema wkoll; hija problema għad- driver, għall-passiġġier, għat-turist, għall-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u għaċ-ċittadini Maltin.", "Xi tfisser din il-problema?", "Li inti meta titla' fuq char-a-banc trid tħallas lid-driver, id-driver irid ikollu l-bqija bil-konsegwenza li jrid iġorr il-flus miegħu, trid toqgħod fi queue biex tħallas u x-char-a-banc tispiċċa żżomm it-traffiku warajha sakemm in- nies iħallsu lid-driver.", "Hawn Malta hawn ħafna nies li jakkużaw lid-driver b'arroganza, pero' mbagħad biex inkunu fair irridu ngħidu wkoll li filwaqt li f'ħafna pajjiżi l-passiġġier irid ikollu l-exact fare, Alla jbierek ix- xufier tal-linja hawn Malta jrid ikollu l-bqija eżatta biex il-passiġġier ma joqgħodx jara li jkollu l-exact fare.", "GĦalhekk irid ikun hemm daqsxejn ta' bilanċ f'dawn l-affarijiet għax hija kruċjali li tinstab xi forma ta' soluzzjoni għal din il-problema.", "Il-konċett ta' l-introduzzjoni ta' bus- card kien eżattament dak li d-driver ma jkollux għalfejn iġorr flus bla bżonn fuqu, li ma jkunx hemm ħela ta' ħin u li nkunu nafu eżattament kemm telgħu nies fuq ix-char-a-banc għax b'din is-sistema jinżamm rekord tan- numru ta' passiġġieri wkoll.", "M'hemmx dubju li din hija parti mill-istampa ta' dak kollu li aħna pprovajna nagħmlu meta konna fil-gvern.", "Sur President, l-intervent tiegħi f'dan id-dibattitu għamiltu għax nemmen li huwa kruċjali li jkun hemm impenn b'saħħtu f'dan is-settur għall-ġid ta' pajjiżna ħalli nimmodernizzaw lis-soċjeta' tagħna b'mod li ċ-ċittadin tagħna jkun jista' jgawdi minnu, għax għalkemm huwa ħafif li titkellem fuq dan is-settur huwa diffiċli ħafna li tattwa r-riformi.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Claude Muscat.", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Sur President, tista' tgħid li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali f'Ottubru li għadda bl-għajta \"Għal Malta Moderna.\"", "Fil-fatt, f'diversi diskorsi li kien jagħmel, l-Onor.", "Alfred Sant kien iħambaq li jrid jagħmel minn pajjiżna Svizzera fil-Mediterran.", "Nhar l-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 1996 il-Prim Ministru temm id-diskors tiegħu lill-Kamra tal-Kummerċ billi reġa' tenna li ried jagħmel minn Malta \"soċjeta' tabilħaqq moderna, kompetittiva u espansiva\".", "Qal ukoll li kien fiduċjuż li kien se jirbaħ rebħa kbira.", "Jien wisq nibża' li l-Prim Ministru tal-lum għadu ma ġiex wiċċ imb'wiċċ mar-realta' u dan jidher mid- diskors tal-budget tal-Ministru Spiteri għax huwa proprju l-budget li jrid jagħti direzzjoni biex is-settur privat u l-komunita' kummerċjali jkunu l- mutur ta' l-ekonomija Maltija.", "L-ewwel budget li ppreżenta Gvern Laburista huwa bla direzzjoni, bla ideat u bla ħolqien ta' triqat ġodda biex l-ekonomija ta' pajjiżna timxi 'l quddiem, kif imxiet għal dawn l-aħħar snin.", "Dan huwa mfisser tajjeb fl- Economic Survey.", "Nistgħu ngħidu li dan huwa budget li jneħħilek l- inizjattiva u jiddemoralizzak għax l-unika ħaġa li l-Gvern qed igħid lill- poplu Malti hija li sab pajjiż marid.", "M'hemm xejn li jiddemoralizzak iktar milli meta jiġi fuqek il-mard.", "Erġajna rajna budget fuq l-istess linji tas- snin sebgħin u tmenin fejn il-Gvern qed imur għand il-poplu b'idejh miftuħa u jgħidlu biex inewwel u proprju taħt il-Vot tal-Ministeru għat-Trasport u Portijiet insibu xita ta' taxxi.", "F'paġna 85 tad-diskors tal-budget il- Ministru Spiteri ġab l-iskuża li żied ir-registration fee tal-karozzi u għolla l-liċenzji tal-karozzi privati u vetturi kummerċjali u għolla l- prezz tal-petrol u d-diesel minħabba l-fattur ambjentali.", "Din kollha ipokrezija.", "Din hija konferma li l-Gvern Laburista m'għandux ideat ġodda għax jekk naqraw mid-diskora ta' l-aħħar budget ta' Gvern Nazzjonalista - eżattament f'paġna 85 - insibu li l-Gvern li jien kont nagħmel parti minnu kien diġa' ħa l-miżuri biex jipproteġi l-ambjent meta ħabbar żieda fit- taxxa fuq vetturi second hand, roħs fil-prezz ta' vetturi kummerċjali biex kemm jista' jkun ir-raċanċ ta' pajjiżi oħra ma jispiċċax fil-gżira tagħna, u allokazzjoni ta' somma ta' Lm1.3 miljun lis-sidien tax-char-a-bancs biex ikunu jistgħu jixtru vetturi ġodda u jissostitwixxu dawk il-vetturi u char- a-bancs li għandhom 'il fuq minn 30 sena jew iktar.", "Dawn huma miżuri li tassew jipproteġu l-fattur ambjentali u allura l-Gvern preżenti missu kompla fuq dawn il-linji.", "Il-Gvern Laburista Malti ta' bla ideat seta' ħa xi ftit ideat mingħand gvernijiet ta' pajjiżi oħra.", "Per eżempju, il-Gvern Irlandiż ħejja skema biex jiġu scrapped karozzi antiki li jħammġu l-ambjent u s-sidien ingħataw kumpens ta' LStg 1000 biex ibiddlu l-karozza tagħhom ma' waħda ġdida.", "Fl-Italja hemm din l-iskema wkoll bid-differenza li hemmhekk jagħtu l-kumpens meta wieħed jixtri karozza li tkun maħduma hemmhekk stess.", "B'hekk wieħed jgħin lill- industrija tal-karozzi u lis-settur ta' l-impiegi.", "Jien kont naħseb li Gvern Laburista bi tmexxija moderna wkoll kellu ċ-ċans li jibda xi skemi fuq dawn il-linji li semmejt.", "Kulma kellu jagħmel kien li jitkellem mal- kumpanniji li jimportaw il-karozzi u jidħol f'xi ftehim magħhom biex flimkien jadottaw xi skema fuq il-linji li semmejt u l-ambjent jiġi salvagwardat.", "Hawnhekk wieħed jista' jsemmi ż-żidiet tal-liċenzji tal- karozzi privati u vetturi kummerċjali.", "Illum minħabba l-ambjent dieħla s- sistema li t-taxxa jew il-liċenzja annwali ma titħallasx skond l-engine capacity imma skond il-fuel consumption tal-vettura.", "Għalhekk il-poplu għandu jkun jaf jekk il-Gvern żiedx it-taxxa bħala revenue biss jew għax verament iħobb l-ambjent.", "Allura kif ma nsibuhomx dawn l-ideat moderni fid- Diskors tal-Budget?", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-posta.", "Is-sitwazzjoni fid-Dipartiment tal-Posta għal dawn l-aħħar snin kienet hekk.", "Fl-1987 id-dħul kien ta' Lm1,949,433 u n-nefqa kienet ta' Lm2,337,118 jiġifieri kien hemm telf ta' Lm387,685.", "Fl-1988 id-dħul kien ta' Lm2,943,915 u n-nefqa kienet ta' Lm2,489,253, jiġifieri kien hemm bilanċ favorevoli ta' Lm454,662.", "Fl-1989 id-dħul kien ta' Lm2,653,503 u n- nefqa kienet ta' Lm2,667,285 jiġifieri t-telf kien ta' madwar Lm22,755.", "Fl- 1990 kienet hemm bilanċ ta' Lm106,327, fl-1991 kien hemm telf ta' Lm348,935, fl-1992 kien hemm telf ta' Lm755,131, fl-1993 kien hemm telf ta' Lm1,124,207 u fl-1994 kien hemm bilanċ favorevoli ta' Lm921,116.", "Qed insemmi dawn iċ-ċifri biex wieħed jinkwadra l-affarijiet taħt Gvern Nazzjonalista.", "Mr Chairman, meta ġejt biex nagħmel assessment ta' dan is-servizz sibt xi diffikultajiet għax meta wieħed jara l-Estimi ma jsib xejn.", "Dan għaliex fl- 1995 dawn is-servizzi mid-Dipartiment tal-Posta għaddew f'idejn kumpannija kummerċjali tal-Gvern li hija Posta Limited.", "Allura hawnhekk irrid nagħmel l-ewwel mistoqsija: Fejn qiegħed ir-rapport finanzjarju ta' Posta Limited?", "Suppost is-sena finanzjarja ta' Posta Limited għalqet fl-aħħar ta' Settembru, 1996 u skond il-ftehim bejn il-Gvern u Posta Limited din ta' l- aħħar kellha tippreżenta r-rapport finanzjarju lill-Gvern mhux iktar tard minn tliet xhur minn mindu tagħlaq is-sena finanzjarja.", "Illum ninsabu erba' xhur minn mindu għalqet is-sena finanzjarja u sal-lum il-Gvern preżenti għadu ma ppreżenta xejn lil din il-Kamra.", "Naħseb li għandna dritt inkunu nafu jekk Posta Limited ippreżentatx ir-rapport finanzjarju lill- Gvern u jekk dan żammux għal xi raġunijiet.", "Imma almenu din il-Kamra, f'ġieħ it-trasparenza, għandu jkollha xi ħjiel dwar dan ir-rapport.", "U mhux ir-rapport finanzjarju biss ma nafux fuq liema mejda hu, imma lanqas nafu fejn wasal ir-rapport tas-Sur Sandro Cassar li ġie mqabbad mill-Prim Ministru biex jagħmel rapport fuq Posta Ltd.", "Mhux talli m'għandniex rapport finanzjarju, talli fl-Estimi lanqas biss tidher is-somma ta' ¥200,000 li l-Gvern kellu jdaħħal mingħand Posta Ltd. bħala operating licence.", "Din is-somma la tidher bħala dħul għal-1996 u wisq inqas tidher bħala dħul għall-1997.", "GĦalhekk forsi l-Ministru fir-risposta tiegħu jista' jagħti spjegazzjoni.", "Dak li nsibu fuq il-posta fil-budget huwa f'paġni 45 u 46 fuq iċ-Ċentru ta' Ħal Qormi u fuq il-kwestjoni tal-bulk mailing.", "Imbagħad f'paġni 87 u 88 insibu ż-żidiet fil-pustaġġ.", "Fil-budget il-Ministru Spiteri semma biss żidiet għall-ittri li fil-każ ta' ittri lokali l-pustaġġ għola b'1c, u fil- każ ta' ittri għal barra għola b'2ċ, pero' ma semma xejn fuq iż-żidiet li hemm fuq il-pakki għal barra.", "Kif nafu, Mr Chairman, fl-aħħar tal-ġimgħa l- oħra fuq il-gazzetti lokali kien hemm avviż fejn Posta Ltd. ħabbret aktar żidiet fuq il-pakki għal barra.", "Hemm żieda ta' 50ċ fuq l-ewwel kilo jew parti minnu u 2ċ fuq kull kilo addizzjonali għal dawk li jintbagħtu surface mail u 2ċ kull 500 gramma addizzjonali għal dawk li jintbagħtu bl-ajru.", "Mr Chairman, taħt Gvern Nazzjonalista r-rati ta' pustaġġ għolew darbtejn, jiġifieri fl-1988 u fl-1994.", "Fl-1988 inħass li kellhom jiżdiedu r-rati għaliex waqt li pajjiżi oħrajn dejjem jgħollu r-rati tagħhom skond il- kongressi tal-Universal Postal Union, Malta dan la għamlitu fl-1981 u lanqas fl-1986.", "L-ispiża tas-salarji żdiedet speċjalment bl- implimentazzjoni tar-riorganizzazzjoni ta' l-impjegati dipartimentali u l- ispiża rikorrenti baqgħet tiżdied biex jingħata servizz effiċjenti.", "Fl- 1994 in-nefqa tad-dipartiment kienet riżultat taż-żieda fis-salarju ta' l- impjegati kollha fid-dipartiment wara li kien intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-unions rigward stutturi ta' pagi ġodda, sew ta' dawk fi gradi postali kif ukoll ta' dawk l-impjegati fis-servizz ġenerali.", "Kien hemm il-fattur ta' firxa kbir ta' bini ġdid ma' Malta u GĦawdex li mponiet fuq id-dipartiment il-ħtieġa li jiżdiedu mas-sebgħin ronda ġdida ta' tqassim tal-posta.", "Dan ifisser żieda fin-numru ta' pustiera ta' madwar 81, żieda ta' aktar minn 20%.", "Barra mill-pustiera żdied ukoll in-numru ta' mail officers u mail inspectors biex setgħu jkunu maħduma dawn ir-rotot ġodda.", "Fil-fatt il-complement ta' l-istaff fid-dipartiment minn 815 fl- 1987 żdied għal 986 fl-1993.", "Allura, Mr Chairman, wieħed jistenna li l- Ministru jgħidilna għaliex kien hemm dawn iż-żidiet.", "Jiena nispera li l- Ministru jkun kostruttiv u ma jġibx l-iskuża li dawn iż-żidiet saru minħabba l-Euromail għaliex jekk sar żball minn min kien responsabbli m'għandux jeħel bih il-poplu billi żżidlu t-taxxi.", "Fuq kollox nixtieq li l- Ministru llejla jgħidilna jekk l-awtoritajiet Maltin għamlux xi claim lill-Ġermaniżi.", "Mr Chairman, nafu li bħalissa l-proġett għax-xiri taċ-Ċentru f'Ħal Qormi waqaf.", "Nixtieq li għalhekk il-Ministru jikkonferma dak li qed jingħad, jiġifieri li Posta Ltd se tingħata l-post fejn qabel kien hemm is-Central Supplies.", "Minħabba dan it-tibdil fil-policy, il-capital expenditure se tkun inqas u hawn irrid nistaqsi jekk il-Gvern hux se jitlob xi forma ta' kera għall-post li se tokkupa Posta Ltd, minbarra l-ħlas ta' l-operating licence, u nistaqsi wkoll f'hiex waslet il-komputerizzazzjoni, speċjalment dik tan-network, fil-fergħat tagħha.", "X'deċiżjonijiet ħa l-Gvern dwar il- posta inter-dipartimentali?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern lil Posta Ltd għax-xogħol postali tal-Gvern skond il-ftehim li beda jseħħ fl-1 ta' Jannar 1994?", "Mr Chairman, tul disa' snin taħt Gvern Nazzjonalista rajna kambjamenti kbar fid-Dipartiment tal-Posta.", "Il-fergħat tagħha minn 18 fl-1987 telgħu għal 28; is-sub-post offices minn disgħa fl-1987 telgħu għal 19; u l- impjegati minn 815 fl-1987 telgħu għal 976.", "Introduċejna s-servizz ta' l- EMS datapost u llum il-ġurnata għandna ftehim ma' 22 pajjiż fuq dan is- servizz.", "Id-Dipartiment tal-Posta kien wieħed minn ta' quddiem li mplimenta l-ugwaljanza bejn is-sessi fejn jidħlu l-impjiegi u fil-fatt mill- 1989 'l hawn in-numru ta' pustiera nisa baqa' jiżdied regolarment.", "Fl-1991 introduċejna s-sistema tal-kodiċi postali li bla dubbju għenet biex ix- xogħol tas-sorting jitħaffef, speċjalment dak fil-fergħat.", "Mr Chairman, l-oġġettiv prinċipali tad-dipartiment hu li jipprovdi servizz postali effiċjenti, kemm lokalment u anke għal barra minn Malta, kif ukoll li jespandi s-servizz eżistenti.", "Ninsab persważ li tul disa' snin dan għamilnih.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, qegħdin niddiskutu l-Ministeru tat- Trasport u Portijiet li huwa responsabbli minn numru ta' setturi - tnejn minnhom diġa' tkellmu dwarhom il-kollegi tiegħi u se nagħmel riferenza għalihom iktar 'il quddiem - fosthom Posta Ltd, l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku, id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet tal-Vetturi, il-Malta Maritime Authority, il-Malta International Airport u d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili.", "Ċertament huwa ministeru li, fid-diversi aspetti tiegħu, bħala poplu Malti jolqotna ta' kuljum, speċjalment is-setturi tal- posta u tat-trasport pubbliku.", "Imbagħad hemm setturi oħrajn - nagħmel riferenza għalihom aktar 'il quddiem - li għalkemm jolqtuna fil-ħajja ta' kuljum mhux dejjem inkunu konxji tagħhom.", "Jekk wieħed jibgħat ittra jaf li jrid iħallsilha l-bolla u allura jaf li hu qed juża l-posta.", "Madankollu l- ħidma tal-Malta Maritime Authority, tal-Malta International Airport u tad- Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili, għalkemm jolqtuna fil-ħajja ta' kuljum, mhux dejjem nifhmu li qed jaffettwana billi jtejbulna l-livell tal- ħajja individwali tagħna.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Frendo, diġa' għamel riferenza għas- servizz ta' cruise lining f'pajjiżna.", "Ħafna jaħsbu li dan is-settur ma jolqothomx jew li liċ-ċittadin normali ma jolqtux, iżda fil-fatt dan huwa settur li jolqotna lkoll - nispera li aktar 'il quddiem ikolli ċans ngħid kif.", "Jolqotna għaliex fil-ħajja ekonomika ta' pajjiż żgħir bħal tagħna kull pass li jittieħed u kull inizjattiva li ssir jinħassu għax permezz tagħhom l-ekonomija tkun miexja 'l quddiem - jew lura!", "Is-setturi li jaqgħu taħt dan il-ministeru jolqtuna b'mod differenti wieħed minn ieħor u jekk wieħed iħares lejn dawn is-setturi varji malajr jinduna kemm inkunu qegħdin nintlaqtu minnhom.", "Illejla diġa' saret riferenza għal Posta Ltd.", "Din hi kumpannija li twaqqfet f'Ottubru 1995, ftit iktar minn sena ilu, u llum qegħda taħdem b'dak li normalment kien jitħaddem id-Dipartiment tal-Posta, pero' qed taħdem ukoll fid-direzzjoni li tkompli ttejjeb il-pożizzjoni tal-posta kemm f'pajjiżna kif ukoll ma' pajjiżi barranin.", "Mal-kumplament tad-domandi li għamel l-Onor.", "Claude Muscat nixtieq inżid din id-domanda: X'inhi l- pożizzjoni taħt il-Gvern preżenti għar-rigward ta' l-eżistenza jew le ta' Posta Ltd?", "Skond dak li intqal, diġa' kien hawn riferenza għall- possibbilta' li din il-kumpannija ma tibqax taħdem kif ħadmet fis-sena li għaddiet.", "Wieħed jistenna li jkun hemm indikazzjoni ċara ta' fejn se tmur din il-kumpannija fis-snin li ġejjin u dan il-kumment qed nagħmlu b'mod partikolari għaliex uħud mill-ħaddiema li jaħdmu f'din il-kumpannija qed iħarsu lejn il-possibiltajiet li jkun hemm bidla fil-kondizzjonijiet tax- xogħol li gawdew matul is-sena li għaddiet.", "Bniedem li fuq il-post tax-xogħol ikollu ċerti dubji u nuqqas ta' ċarezza ta' x'se jiġri minnu jista' jasal biex ix-xogħol tiegħu ma jagħmlux dejjem tajjeb.", "Huwa importanti li nitkellmu dwar dan għaliex nafu li meta ġiet biex titwaqqaf il-kumpannija Posta Ltd, il-ħaddiema li kienu jaħdmu mad- Dipartiment tal-Posta ngħataw il-possibbilta' li jagħżlu jekk riedux jibqgħu jaħdmu mal-gvern, kif kienu qed jagħmlu qabel, jew inkella jmorrux jaħdmu mal-kumpannija l-ġdida.", "Kif nafu wħud minnhom għażlu li jmorru ma' din il-kumpannija u oħrajn għażlu li jmorru ma' dipartimenti oħrajn tal- gvern.", "Din kienet għażla libera li fl-aħħar mill-aħħar il-ħaddiem partikolari ried jasal għaliha personalment, b'għażla tiegħu stess, u għalhekk jien ċert li kull bniedem li kien jaħdem mad-Dipartiment tal-Posta dak iż-żmien għamel għażla li, fl-opinjoni tiegħu, kienet se tkun għas- serħan ta' moħħu u għall-aħjar tiegħu u tal-familja tiegħu.", "Mr Chairman, jekk wieħed ikun onest miegħu nnifsu jinduna li f'dan il- pajjiż fis-snin li għaddew saru żviluppi mportanti fil-qasam tal-posta li permezz tagħhom iċ-ċittadini Maltin qegħdin igawdu servizz iktar effiċjenti.", "Irridu niftakru li minbarra s-servizzi li jingħataw minn Posta Ltd, illum hemm mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni li qegħdin jikkompetu magħhom, mhux biss f'pajjiżna imma f'kull pajjiż ieħor fid-dinja.", "Qed ngħid dan għax illum m'għadniex bis-sistema li biex wieħed jikkomunika jrid bilfors jibgħat ittra minn raħal għal ieħor jew minn pajjiż għal ieħor għax illum għandna l-Internet u għandna l-E-mail li jistgħu jkunu ta' kompetizzjoni għas-sistema postali kif nafuha tradizzjonalment.", "Pero' kif nafu la l-E-mail u lanqas l-Internet m'huma se jwasslulna xi pakkett li jibagħtulna minn barra jew anke minn pajjiżna stess.", "F'dan ir-rigward jien ma nifhimx x'kienet ir-raġuni li fil-budget li qegħdin niddiskutu tħabbret żieda ta' 20% fuq il-posta lokali.", "Ma nifhimx x'inhi r-raġuni li għaliha nħass il-bżonn li jkun hawn żieda ta' 1c fuq il- pustaġġ lokali, jiġifieri żieda ta' 20% fuq dak li konna nħallsu sa ftit ġimgħat ilu għall-posta lokali.", "Fis-sistema postali lokali li għandna llum, kif qal tajjeb l-kollega tiegħi l-Onor.", "Claude Muscat, imxejna ħafna 'l quddiem.", "Kellna żieda sostanzjali f'dawk li huma post offices u wkoll sub-post offices, kemm f'Malta kif ukoll f'GĦawdex.", "Fil-fatt f'Malta għandna 23 post office u 14- il sub-post office u f'GĦawdex hemm sitt post offices u tliet sub-post offices.", "B'dawn is-46 post, żgur li Posta Ltd. għandha l-possibilita' li tlaħħaq aktar mal-bżonnijiet ta' kull wieħed u waħda minnha.", "Biex titħaddem din is-sistema għandna 80 letterbox f'GĦawdex u 640 oħra f'Malta - li huma aktar mill-average li jiġi rakkmandat fuq livell internazzjonali - pero' wieħed irid jgħid li ċ-ċokon ta' ċerti rħula bilfors jitlob li jkollna numru ta' post offices li jkunu fil-qrib.", "Barra minn hekk għandna bżonn nipprovaw nagħmlu network totali tal-post offices kollha li għandna f'pajjiżna b'mod li dak li jinbeda f'post office partikolari mbagħad jiġi trasmess f'post offices oħrajn.", "Jiena naħseb li l-idea li għandna l- kumpannija ta' one-stop shop sabiex tieħu ħsieb dan is-servizz hija xi ħaġa verament importanti u wieħed jittama li dan ikompli wkoll fis-snin li ġejjin.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Frendo għamel riferenza għal diversi aspetti ta' dan is-settur.", "Irrid ngħid li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbiku, minbarra lejn it-trasport pubbliku kif tradizzjonalment nafuh, trid tħares lejn diversi setturi oħrajn li huma ta' importanza għat- trasport f'pajjiżna.", "GĦal ħafna minna t-trasport pubbliku jfisser biss il- karozzi tal-linja, pero' minbarra dawn hemm setturi oħrajn li jagħtu servizz f'dan il-qasam.", "Dawn jolqtu miljuni ta' passiġġieri u ċertament li huwa tajjeb li l- awtorita' u l-ministeru jħarsu lejhom u jaraw fejn jistgħu jiġu żviluppati aktar.", "Minbarra l-karozzi tal-linja hemm ukoll il-minibuses, il-coaches, it-taxis, il-karozzi tal-kiri u l-karozzini.", "Hemm ukoll it-trasport bil- baħar li kif nafu huwa predominat kważi għal kollox mis-servizz li tagħti l- Gozo Channel Co. Ltd.", "Hemm ukoll pero' servizz bil-laneċ minn Tas-Sliema għall-Belt u vice-versa u hemm il-pleasure boats li jintużaw prinċipalment mill-barranin.", "Dan huwa settur li l-Ministru u n-nies li għandu fil- ministeru żgur iridu jħarsu lejh.", "Aħna ma rridux inħarsu lejn xi settur partikolari ta' l-ekonomija ta' pajjiżna imma rridu nħarsu lejn dik ir- rabta li hemm bejn settur u ieħor li tinfluwenza l-passi li għandna bżonn nieħdu, il-passi li fl-aħħar mill-aħħar permezz tagħhom ingawdu jew inkella nitilfu aħna l-Maltin, kollha kemm aħna.", "Rigward il-karozzi tal-linja, nistgħu ngħidu li matul is-sena kollha dawn jużawhom madwar 40 miljun persuna li minn naħa tagħhom jiġu f'kuntatt ma' 508 xufier.", "Dan jindika kemm huwa kbir in-numru ta' persuni li kull xufier irid iħabbat wiċċu magħhom matul is-sena.", "Ċertament għalhekk li anke f'dan ir-rigward il-passiġġieri jridu jifhmu li l-bniedem li qed jagħtih is- servizz irid jaqdi ħafna passiġġieri oħrajn bħalu.", "Irrid ngħid li biex jinġarru dawn il-passiġġieri jsiru bejn wieħed u ieħor 4,700 trip kuljum minn postijiet differenti min-naħa għall-oħra ta' pajjiżna.", "U f'dawn it- trips ix-xufier kontinwament iħabbat wiċċu mal-passiġġier u vice-versa.", "Punt li ta' min wieħed jenfasizzah u li jien nemmen bis-serjeta' fih huwa l-fatt li bħal f'kull settur ieħor hemm uħud mix-xufiera li jistgħu ma jaqdux id-dover tagħhom b'mod korrett u forsi jkunu arroganti man-nies.", "Pero' żgur li l-maġġoranza assoluta tan-nies li jaħdmu f'dan is- settur mhux biss jaqdu d-dover tagħhom imma jagħmlu ħilithom kollha u huma leali lejn il-passiġġier.", "Jiena naħseb li l-ministeru, il-Public Transport Authority u s-sidien tal-karozzi tal-linja jagħmlu tajjeb jekk lil dawn il- ftit li qegħdin jagħmlu ħsara jaraw li jiddixxiplinawhom għaliex minħabba fihom qed ibati s-settur kollu kemm hu.", "Ħaġa intrinsikament marbuta ma' dan is-settur hija l-bdil tal-karozzi tal- linja li aktar kmieni saret riferenza għaliha mill-Onor.", "Frendo.", "Minkejja l-fatt li l-bieraħ ġiet launched l-ewwel karozza tal-linja low floor f'pajjiżna, jiddispjaċini ngħid li lanqas sa l-aħħar ta' din is-sena m'aħna se nilħqu r-ritmu li kien intenzjonat li nilħqu u li permezz tiegħu kellhom jinbidlu madwar 100 karozza tal-linja sa l-aħħar tas-sena li għaddiet.", "Bil- ¥100,000 li hemm ivvotati fl-Estimi - jekk is-sussidju jibqa' ta' ¥20,000 - tista' tbiddel biss ħames karozzi tal-linja u allura tajjeb li wieħed jistaqsi jekk aħniex se nonfqu biss dawn il-¥100,000 jew jekk aħniex se nonfqu over and above dak li hemm fl-Estimi ħalli dawk kollha li għamlu l- agreement ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jkunu jistgħu jbiddlu l- karozza tal-linja tagħhom.", "F'dan ir-rigward naraw li hemm numru sostanzjali ta' ċirkostanzi li wieħed irid jindirizzahom.", "Wieħed jistaqsi: Kemm hu importanti li jkun hemm ċertu bdil?", "Kermm huwa importanti li jkun hemm ċertu direzzjoni f'dan ir-rigward?", "Għalkemm nieħu pjaċir ninnota li għat-tieni sena wara l-oħra hemm ivvotat ¥100,000 għall-bus terminus ta' Buġibba - sas-sena li għaddiet kienet għadha ma nbdietx il-kostruzzjoni tiegħu - wieħed xorta waħda jrid jifhem li dan huwa bus terminus li minnu bejn wieħed u ieħor jitilqu madwar 800 trip kuljum għal destinazzjonijiet differenti f'pajjiżna u żgur li bus terminus fil-qalba ta' ċentru turistiku bħal dan irid ikompli jingħata dak l-investiment li jeħtieġ.", "Dan ifisser li madwar 32,000 persuna jitilqu mit- terminus ta' Buġibba matul is-sena kollha.", "Kif tara dawn in-numri żgur li tgħid li dan ma jistax ikun imma jekk tqis it-trips li jkun hemm u l- average ta' passiġġieri li normalment jużaw din ir-rotta tinduna li dawn il- figuri jitkellmu weħidhom u huma ta' importanza sostanzjali.", "Sur President, għar-rigward tal-launching tax-char-a-banc il-ġdida low floor ikun tajjeb li wieħed jgħid li dan l-eżerċizzju ma wasalx għall- konklużjoni tiegħu wara ħidma fit-tliet xhur li għaddew imma wara ħidma ta' diversi xhur li fiha ġew involuti diversi għaqdiet u wara li ttieħdu diversi inizjattivi minn dik li qabel kienet tissejjaħ il-Kummissjoni għall- Użu Aħjar tat-Trasport Pubbliku magħmula minn diversi għaqdiet fosthom - forsi fuq quddiem nett - il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-Kummissjoni Nazzjonali ta' l-Anzjani, żewġ għaqdiet li taw is-sehem tagħhom għall-bidliet meħtieġa.", "Anke jekk stess ma' dawn iż-żewġ kunsilli kien hemm ukoll il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ċertament li l- Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b'Diżabilita' u l-Kummissjoni Nazzjonali ta' l-Anzjani huma l-iktar żewġ kummissjonijiet li jistgħu jagħtu l-ispinta neċessarja għal diskussjoni bħal din.", "Wieħed jifhem u japprezza li għaqdiet bħal dawn jistgħu jagħtu riżultati tajbin, kif taw riżultati tajbin meta ġew biex jiddiskutu dan is-settur, u jien nemmen li anke għal quddiem dawn huma għaqdiet - bħall-kunsilli lokali fl-aħħar mill- aħħar - li jistgħu jkomplu jagħtu indikazzjoni ċara ta' x'inhi l-pożizzjoni ta' dan is-settur.", "Sur President, issemmew ukoll il-minibuses.", "Hawnhekk ta' min jgħid li bejn tfal ta' l-iskola, bejn ħaddiema tal-fabbriki u bejn servizzi oħra li jingħataw minn din is-sezzjoni nistgħu ngħidu li fir-realta' is-servizz tal- minibuses jingħata matul is-sena kollha lil madwar 13-il miljun Malti u turist fis-sena.", "Kif qed naraw, dan is-servizz qed jolqot b'mod qawwi s- servizz pubbliku ta' pajjiżna u allura hawn żgur li wieħed irid jifhem u jagħraf li s-servizz tal-minibuses huwa settur importanti li rridu nkomplu niżviluppawh kemm f'dak li huwa servizz li jingħata kif ukoll f'dak li huwa kontroll li jsir fuq is-servizzi li jingħataw.", "Fil-fatt f'dan ir-rigward naħseb li l-idea li kellha l-Public Transport Authority - u li ħadmet fuqha matul ix-xhur li għaddew - li twaqqaf tribunal għat-trasport pubbliku hija waħda tajba u nispera li iktar 'il quddiem ikollna l-okkażjoni li niddiskutu abbozz ta' liġi li jirrigwarda dan it-tribunal, proprju biex il- każi marbuta ma' dawn is-servizzi jkunu jistgħu jitħaffu kemm jista' jkun u jkunu jistgħu wkoll jingħataw servizz fl-iqsar żmien possibbli għal dik li hija dixxiplina, għax fl-aħħar mill-aħħar id-dixxiplina hija wkoll servizz li permezz tiegħu tingħata spinta 'l quddiem lis-servizzi kollha kemm huma.", "Hawn ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li matul is-sena li għaddiet il-Public Transport Authority ħadet passi fuq madwar 9,000 każ ta' allegat ksur ta' xi regolament.", "GĦalhekk 9,000 każ żgur li huwa numru sostanzjali li jiġġustifika t-twaqqif ta' bord li jieħu ħsieb dawn it-tipi ta' problemi u diffikultajiet li jinħolqu minn żmien għal żmien.", "Sur President, fattur ieħor importanti li wkoll huwa marbut ma' dan is- servizz huwa t-twaqqif ta' seba' uffiċċji ta' informazzjoni li permezz tagħhom il-pubbliku in ġenerali jkun jista' jingħata informazzjoni dwar is- servizz li jkun qed jingħata mill-karozzi tal-linja.", "Hawn ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li f'GĦawdex isiru 13-il rotta differenti kuljum u bejn wieħed u ieħor ikun hemm 250 servizz ta' trasport pubbiku minn raħal għal ieħor kuljum.", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq GĦawdex irrid ngħid ukoll li wieħed għandu jikkonsidra l-possibbilta' li minflok ma s-servizz tat- trasport pubbliku f'GĦawdex jibqa' kif inhu llum, jiġifieri jibqa' indirizzat kollu lejn ir-Rabat, ikun hemm xi rotot li jmorru f'raħal ieħor bħalma f'Malta hemm rotta minn Tas-Sliema għal Buġibba u vice-versa, liema rotta li daħlet fis-seħħ fl-1988 wara diversi problemi.", "Fil-fatt illum waħda mir-rotot li għaliha kulħadd jgħidlek li hija ta' importanza kbira hija dik li titlaq minn Buġibba u tmur f'destinazzjoni partikolari.", "Sur President, iktar kmieni saret riferenza għaż-żieda fin-numru ta' coaches li seħħet wara ftehim storiku u issa minn 76 coach illum għandna 136 li qed jagħtu s-servizz f'dan is-settur u għalhekk permezz ta' din iż- żieda s-sidien ta' dawn it-tip ta' vetturi qed jipprovaw jagħtu servizz aħjar lill-passiġġieri.", "Sur President, mhux biżżejjed li wieħed jara li kemm jista' jkun malajr is-servizz li jagħtu t-taxis, b'mod partikolari dawk li huma magħrufa bħala l-white taxis amalgamated, ikun effiċjenti imma rridu naslu f'sitwazzjoni fejn wara li dak is-servizz ikompli jitjieb u anke jissaħħaħ jiġi mħaddem b'rati ftit iktar baxxi minn ta' llum, għax fl-opinjoni tiegħi b'hekk biss ikun jista' jiżdied in-numru ta' persuni li jużaw dan is-servizz.", "Irrid nammetti li nisma' ħafna nies jilmentaw dwar l-attitudni tat-taxi drivers, pero' għal darba oħra jkolli ngħid li l-maġġoranza l-kbira tan-nies li jaħdmu f'dan is-settur huma nies li jridu jaqilgħu l-għajxien tagħhom u huma nies li jagħmlu sigħat twal - xi kultant iljieli u ġranet sħaħ - mingħajr ma jirritornaw lejn id-dar għax ikunu jridu jaħdmu fl-aħjar interess tal-familja tagħhom.", "Imbagħad għandna settur ieħor marbut ma' dan il-ministeru li huwa s- settur tas-servizz marittimu.", "Kif għidt iktar kmieni l-parti l-kbira ta' dan is-servizz hija marbuta mas-servizzi tal-Gozo Channel.", "Biżżejjed wieħed jgħid li matul is-sena li għaddiet saru iktar minn 19,000 trip bejn Malta u GĦawdex u vice-versa li fuqhom inġarru iktar minn 2.7 miljun passiġġier u iktar minn 640,000 karozza.", "GĦalhekk dan is-servizz żgur li qiegħed jippredomina u jirbaħ fuq kull servizz ieħor tal-baħar li għandna f'pajjiżna u hawnhekk mingħajr ma nidħol fil-kontroversja li kellna iktar kmieni fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari wieħed irid jifhem bis- serjeta' x'wassal u x'qed iwassal għaż-żieda li bdiet tkun effettiva mill- bieraħ f'dan is-settur.", "Jien nieħu pjaċir li l-Ministru qal li iktar tard se jagħti l-ispjegazzjoni għal dan u nispera li effettivament ikollna l- ispjegazzjonijiet li wieħed jistenna f'dan ir-rigward.", "Sur President, is-servizz tat-trasport bil-baħar minn Tas-Sliema għall- Belt u vice-versa ġie ri-introdott ftit tas-snin ilu u jidher li kellu ċertu suċċess.", "Aħna nisperaw li s-suċċess ta' dan is-servizz ikompli proprjament biex inkunu nistgħu nilħqu bl-aħjar mod possibbli dawk il- postijiet li l-aktar li huma frekwentati mill-Maltin.", "Sur President, hawn ta' min jgħid ukoll li f'dawn l-aħħar għaxar snin ħarġu on the road iktar minn 140,000 vettura ġdida u meta wieħed jara li 140,000 vettura minn xi 250,000 huma ġodda, bilfors jikkonkludi li l- maġġoranza tal-vetturi f'pajjiżna żgur li mhumiex qodma.", "Fil-fatt jekk wieħed jara ftit x'tip ta' karozzi għandna fit-toroq tagħna jsib li fil- biċċa l-kbira tagħhom kemm il-vetturi żgħar kif ukoll il-vetturi kbar huma ta' livell tajjeb u ta' standard pjuttost modern.", "Fil-fatt huwa importanti li f'dan ir-rigward naraw li d-dipartiment konċernat ma jibqax biss id-dipartiment li fih isir il-ħlas tal-liċenzji u r-reġistrazzjoni tal- karozzi imma jsir ukoll id-dipartiment li jeduka lix-xufiera fis-sewqan tagħhom għax ix-xufiera ma għandhomx biss obbligi lejhom infushom imma wkoll lejn nies oħra.", "Ċertament iktar ma jgħaddi ż-żmien wieħed iktar irid jifhem u jagħraf dan is-settur.", "Sur President, għar-rigward ta' l-Awtorita' Marittima nistgħu ngħidu li saru u għadhom isiru diversi żviluppi f'dan is-settur.", "Fil-fatt fuq quddiem nett hemm l-iżvilupp fis-servizzi tal-cruise liners u tal-yachts u ma' dan wieħed irid iżid ukoll il-fatt li f'dawn is-snin li għaddew, għal dik li hija reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija llum, pajjiżna - pajjiż relattivament żgħir - sar wieħed minn ta' quddiem nett f'dan ir-rigward tant li qiegħed fit-tmien post tal-klassifika mad-dinja kollha.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li fl-1987 kellna xi ħaġa fuq is-700 vapur reġistrat, f'Settembru ta' l-1996 kellna 'l fuq minn 2,700 vapur reġistrat u minn żewġ miljuni t-tunnellaġġ żdied għal kważi 20 miljun tunnellata.", "GĦalhekk żgur li dawn huma faċilitajiet li qed imorru fid-direzzjoni t-tajba biex wieħed ikompli jkabbar is-servizzi li jingħataw.", "In-numru ta' cruise liners u ta' passiġġieri li jidħlu fil-portijiet tagħna kiber u avvanza ħafna u permezz ta' dan is-servizz qegħdin jersqu iktar turisti u vapuri lejn pajjiżna.", "Mill-banda l-oħra jkun tajjeb jekk ngħid ukoll li qed ikun hemm żieda kontinwa fir-reġistrazzjoni ta' yachts li għandhom il-berths f'pajjiżna u hawn wieħed irid jifhem li d-diffikulta li qed niffaċċjaw illum, minkejja l- iżviluppi li saru fl-Imsida, f'Ta' Xbiex u fl-Imġarr GĦawdex, hija kkaġunata mill-fatt li għalkemm hemm 250 applikazzjoni għal berthing place sa llum għad ma għandniex il-possibbilta' li dawn il-berths ikunu available għalissa.", "GĦalhekk huwa importanti li l-Awtorita' Marittima Maltija flimkien mal-Planning Authority tħaffef kemm jista' jkun il-proċess tagħha biex tieħu deċiżjoni dwar fejn se tagħmel yacht marinas oħra.", "Sur President, issa jkun tajjeb jekk wieħed isemmi l-Malta International Airport fejn hawnhekk ukoll insibu li permezz ta' l-iżviluppi li seħħew mill-1991 sa llum bit-twaqqif ta' din il-kumpannija, pajjiżna qiegħed kontinwament ikompli jdaħħal iktar flus u qed jagħti iktar servizzi lil persuni, lil ajruplani u lil pajjiżi oħra.", "Jekk wieħed jiftakar li matul is-sena li għaddiet iktar minn 27,000 ajruplan u iktar minn 2.5 miljun persuna wżaw is-servizz ta' l-ajruport tagħna, malajr jirrealizza li hemm bżonn inkomplu nkabbru u ntejbu s-servizz li jingħata minn din il- kumpannija.", "Huwa żgur li ma nistgħux nitkellmu fuq l-MIA u fuq l-1996 mingħajr ma nfakkru li s-sena l-oħra ġie inawgurat il-Heliport ta' GĦawdex, servizz ġdid ieħor li permezz tiegħu kull min irid imur minn Malta għal GĦawdex b'dan it-tip ta' servizz żgur li qed jingħata lqugħ iktar tajjeb u żgur li dan is-servizz, li se jkompli jingħata, huwa ta' livell tajjeb u ta' livell aċċettabbli u li se nkomplu naħdmu fuqu.", "Sur President, fl-aħħar żewġ minuti ta' dan id-diskors irrid nagħmel riferenza għad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili.", "Hawn ikun tajjeb jekk wieħed jiftakar li dan id-dipartiment mhux biss irid jara li t-48 mezz ta' titjir li għandna reġistrati f'pajjiżna jkunu dejjem fi stat tajjeb imma jrid jassigura wkoll li l-aircrafts reġistrati f'pajjiżna jkunu kontinwament airworthy mingħajr ma jkunu ta' periklu għall-passiġġieri u jrid joħroġ diversi liċenzji li joperaw f'dan is-settur.", "La qed nitkellmu fuq dan is-settur bilfors irridu nsemmu li l-1996 kienet is-sena li fiha ġie ffirmat l-air services agreement ma' l-Awstralja u mas-Slovenja u partikolarment permezz ta' l-agreement ma' l-Awstralja s-servizz ta' l- avjazzjoni minn Malta għal din id-destinazzjoni se jkun wieħed aħjar u se jkun wieħed li jkompli jagħti l-possibbilta' ta' ċentru iktar b'saħħtu.", "Mr Chairman, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li jekk wieħed iħares lejn l-azzjonijiet u l-achievements li għamel dan il- ministeru fil-passat bilfors jgħid li llum id-dipartimenti u l- korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-ministeru li qed insemmi huma b'saħħithom u huma kapaċi jħarsu lejn il-futur u s-seklu li ġej b'determinazzjoni, b'saħħa u b'kapaċita' ħalli jkomplu mexjin 'il quddiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skada l-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni.", "Issa l- ħin kollu huwa għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Chairman, kont se nirreżisti t- tentazzjoni li f'dibattitu bħal dan nitkellem biss fuq l-akkwisti li jixtieq jagħmel għal pajjiżna l-Gvern Malti mmexxi mill-Partit Laburista fid-dawl tal-politika tiegħu u ridt li nħares - kif inhu d-dmir tagħna meta aħna niddiskutu estimi u voti partikolari bħal dawn - lejn l-Estimi in partikolari.", "Imma fil-ħin limitat li għandna hija r-responsabbilta' tagħna li għallinqas nirrispondu u nagħtu l-veduti tagħna dwar l-oqsma li ssemmew.", "Il-bniedem jitkellem, jikkomunika u bil-kliem tiegħu joħloq rapporti inter- soġġettivi.", "Minbarra dan it-tip ta' komunikazzjoni teżisti l- komunikazzjoni permezz tat-trasport, tal-port u ta' l-ajru.", "Dawn il-mezzi li joħolqu mobilita' jaqgħu taħt il-ministeru li qed niddiskutu.", "Il- ministeru għandu jissorvelja u jassigura li jkun hemm effiċjenza u effettivita' f'dan it-tip ta' xogħol.", "Jien se nitkellem fuq l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku li spiċċa jitkellem dwarha l-ħabib tiegħi, l- Onor. Ċensu Galea.", "L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku taqa' fil-portafoll ta' dan il- ministeru u ċertament waħda mill-ikbar problemi li jeżistu hija t-tiswija tal-bus shelters u l-bus stops.", "L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - hawnhekk irrid nieħu l-okkażjoni biex nikkongratula liċ-chairman il-ġdid tagħha, is-Sur Reno Calleja - illum bdiet konċett ġdid sabiex jidħlu rotot li jgħaddu minn bus stop partikolari.", "Fl-istess waqt l-awtorita' ntroduċiet diversi uffiċċji ta' informazzjoni biex tkompli tiġi mgħejjuna l- industrija tat-turiżmu li tirrappreżenta madwar 40% tal-prodott gross domestiku tagħna.", "Barra minn hekk għamilna diversi uffiċċji ta' informazzjoni fejn il-vendi tal-karozzi tal-linja - permezz ta' hekk il- pubbliku jkun jista' jiġbor l-informazzjoni li jkollu bżonn, anke fejn jidħlu rotot u toroq differenti - bħal dik tal-Belt, li hija l-aktar waħda li tintuża, u Buġibba fejn se nonfqu Lm100,000.", "F'dan il-qasam qed nuru impenn filwaqt li se jkomplu jiġu pprovduti fondi biex isir computer network.", "B'hekk il-pubbliku jkollu informazzjoni online dwar is-servizzi tal-karozzi tal-linja.", "L-Onor.", "Ċensu Galea qal li f'Għawdex jistgħu jiġu żviluppati rotot aħjar f'diversi areas oħra u mhux via r-Rabat biss.", "Jien ċert li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku se tikkonsidra din il-ħaġa wkoll u nifhem li wieħed ikollu l-opportunita' jitkellem fuq dan f'iktar dettall meta jitressqu l-Estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Nistgħu nitkellmu wkoll dwar id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili.", "Il- ħabib tiegħi, l-Onor.", "Ċensu Galea qal - u qal tajjeb - li fl-1996 kien hemm air service agreement ma' l-Awstralja u mas-Slovenja.", "Illum il-partit tagħna fil-gvern qiegħed iħares 'il quddiem u qed igħid li d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili jrid ikompli jippjana mhux biss fuq dan il-qasam fejn jidħlu tip ta' agreements bħal dawn imma wkoll fuq xogħlijiet fit- taxiway, bħal parking guidance system fuq Apron Nru. 9.", "Għandha tkompli ssir manutenzjoni u tiswija fil-fire station; għandu jinbena apron control unit fuq Apron Nru. 9; u għandu jkompli jitranġa l-Gozo Heliport li huwa importanti għall-iżvilupp ta' Għawdex.", "Għandhom jinxtraw żewġ apron sweepers; għandu jinbeda x-xogħol tal-weather radar ġdid; u għandu jiġi stabbilit satellite link għal sistema Griega ta' radar data.", "Nitkellmu ħafna fuq li l-vapuri għandhom ikunu seaworthy, u bl-istess kriterju, iva, għandna naraw li l-ajruplani u kull biċċa ta' l-ajru jkunu airworthy.", "Meta f'din il-Kamra konna qed niddiskutu l-uffiċċju ta' Posta Limited - qabel dan is-servizz tal-post kien jingħata minn dipartiment tal-gvern - jien u l-kollega tiegħi, l-Ministru Debono Grech konna għidna li l-art magħżula f'Ħal Qormi ma kenitx l-aħjar għażla kif kien qal il-Ministru ta' dak iż-żmien.", "Aħna konna staqsejna għaliex dik l-art kienet l-aħjar waħda u għaliex ma ħadux in konsiderazzjoni postijiet bħal San Gwann, il-Marsa, Ħal Far, Ta' Qali, Ħal Qormi u Belt il-Ħażna biex imbagħad jaslu għal dak il-ġudizzju.", "Dak inhar dehrilna li seta' kien hemm xamma jew allegazzjoni ta' affarijiet li m'humiex etikament korretti.", "Naħseb li dak li għidna dak inhar jixħet dawl fuq dak li qed ngħidu llum.", "Imma Posta Limited, għall- benefiċċju ta' dawk li qed jisimgħuna, illum qed tħares ukoll 'il quddiem.", "L-ewwelnett trid tistabbilixxi l-pożizzjoni legali tagħha li bħalissa qed taħdem taħt kuntratt ta' management mal-Gvern.", "Jien naħseb li rridu nistabbilixxu post adegwat għall-amministrazzjoni ta' din il-kumpannija.", "Jien naħseb li b'hekk ikun aktar possibbli għall-Gvern li jifrex lill- ħaddiema b'mod effiċjenti filwaqt li joffri servizzi ġodda fl-oqsma postali.", "Naħsbu wkoll li jkun utli li jiġi finalizzat one-stop shop service f'kull counter postali fejn ix-xerrejja jkunu jistgħu jixtru s- servizzi kollha postali.", "Se jiġu rranġati wkoll u kompjuterizzati l- fergħat kollha tal-kumpannija.", "Huwa importanti li fl-istess waqt jibdew it- taħdidiet ma' diversi dipartimenti tal-gvern sabiex Posta Limited taġixxi bħala l-kaxxier tagħhom u jibdew diskussjonijiet fuq servizzi ġodda għall- pubbliku bħal, ngħidu aħna, quick money transfers, foreign exchange, security services u insurance.", "Dan kollu jkompli jagħmel Posta Limited effiċjenti kif nixtiequ li s-servizzi tal-posta jkunu f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Ċensu Galea qal li fl-MIA sar żvilupp u aħna nemmnu wkoll li rridu nsegwu l-ewwel snin ta' żvilupp ta' l-MIA billi nkomplu nkabbru u qegħdin nipprovdu l-flus għal dan.", "Hemm previst it-tkabbir ta' l- avjazzjoni u hemm proġetti oħra, ngħidu aħna, bħall-kwartieri ġenerali għall-ground handling staff, l-istallazzjoni għar-raba' carousel tal- bagalji u l-ftuħ ta' service care ġdid.", "Dan il-kumpless ġdid se jkollu faċilita' biex jinħaslu coaches, car-park taħt l-art u drive-through restaurant.", "Qasam ieħor li jixraq insemmuh huwa l-qasam marittimu li jien inħoss li nista' nagħti ftit iktar kontribut dwaru f'dan il-Parlament.", "Dan il-qasam għandu awtorita' mwaqqfa b'liġi li llum aktar minn qatt qabel qed tassumi ċerta importanza li hemm bżonn li ma nissottovalutawhiex.", "Fil-fatt qegħdin nivvotaw flus biex l-Awtorita' Marittima ta' Malta tkompli bl-iżvilupp tal- portijiet.", "Illum huwa importanti ħafna li jkollna safe ports u biex nilħqu dawn l-għanijiet qed nitkellmu dwar upgrading ta' Laboratory Wharf, Flagstone Wharf u l-biċċa antika ta' Pinto Wharf.", "Qed ngħidu wkoll li se jsir xogħol ta' dredging fiż-żona tal-Menqa biex ikunu jistgħu jidħlu l- inġenji tal-baħar.", "Qed ngħidu wkoll li l-awtorita' għandha tkompli tagħmel stħarriġ tekniku biex il-Port taċ-Ċirkewwa jkun jista' jaħdem matul is-sena kollha.", "L-awtorita' għandha pjanijiet biex tixtri mobile harbour crane għall-ġarr ta' reċipjenti biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir b'effiċjenza u b'aktar ħeffa.", "Mill-angolu ta' cruise lining eċċ, irid jiġi deċiż illi fl-attivitajiet kollha tal-port ikunu nklużi l-iżvilupp tat-terminals u jiġu koordinati permezz ta' riferenza għall-masterplan għall-portijiet.", "Malta għandha tkun il-hub minn fejn jibdew u jintemmu l-vjaġġi.", "Din l-idea għandha verament tiġi promossa.", "Bħal fis-snin ta' qabel l-awtorita' qiegħda fil-fażi ta' diskussjoni dwar pjanijiet biex jinbena sea passenger terminal.", "Fl-istess ħin l-awtorita' għandha tagħti pjanijiet biex tieħu sehem f'konferenzi u f'wirjiet barra ħalli jiġi promoss il-Port il-Kbir.", "Mil-lat ta' merchant shipping hemm bżonn nieħdu miżuri kontinwi, kif ċert li qegħdin nagħmlu u nkomplu nagħmlu, biex jissaħħu l-livelli ta' sigurezza fuq il-vapuri li jtajru l-bandiera Maltija, is-sigurezza li tant għandna bżonn kemm f'dik li hija struttura kif ukoll dak li hu equipment.", "Forsi għandna nemendaw ukoll il-liġijiet tagħna biex jirriflettu dak li jgħidu l- konvenzjonijiet internazzjonali fuq dan il-qasam, partikolarment il- Konvenzjoni ta' Ruma li titkellem fuq dan il-qasam u anke kif il-portijiet tagħna jkunu ħielsa minn kull att illeċitu li jista' jsir fih għaliex aħna nemmnu li l-portijiet tagħna wkoll għandhom x'joffru.", "Bħalissa l-marinas f'Malta u Għawdex qegħdin mimlijin bil-yachts u aħna nieħdu pjaċir b'dan Għalhekk l-awtorita' għandha tkompli, kif ċert li se tkompli, tagħmel żviluppi għal yacht marina ġdida.", "Ir-rapport issa tlesta, ġie sottomess lill-Gvern Malti għall-konsiderazzjoni tiegħu, u allura fl- istess ħin l-Awtorita' Marittima se tkompli żżid il-postijiet fejn wieħed jista' isorġi l-yacht tiegħu.", "Nitkellmu dwar il-cruise liners.", "Huwa importanti li meta l-Maritime Authority tixtri l-cruise liners ma jiġrix bħalma ġara fil-passat illi biex nixtru cruise liner indumu, bil-Planning Autority u mhux Planning Authority, u mbagħad nispiċċaw li n-nefqiet tagħna jkunu aktar minn dak li fil-fatt inkunu se ndaħħlu, biex imbagħad ma jsir xejn!", "Forsi dwar is-sigurta' tan-navigazzjoni jkun importanti li flok ma din tibqa' taħt it-Transport Authority tiġi mill-ewwel taħt il-Maritime Authority għal skop ta' immaniġġjar aħjar meta jiġu biex jittieħdu d- deċiżjonijiet.", "L-aħħar punt li xtaqt insemmi huwa s-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax- xogħol, anke s-seafarers' welfare at sea.", "Hemm konvenzjoni li kienet għaddiet u naħseb li dan il-Parlament ukoll irid jaħseb fiha u jara li din tiġi ratifikata.", "Ikollna okkażjoni li nitkellmu dwar l-ikbar problema fil-qasam marittimu, jiġifieri l-problema tal-kontaminazzjoni.", "Dan huwa aspett importanti li ma rridux ninsewh.", "Huwa importanti li jkollna management serju fejn tidħol il- kontaminazzjoni ta' l-ibħra tagħna.", "Konna għidna li l-Gvern Nazzjonalista ma ħax il-miżuri meħtieġa u llum inħossu li dan it-tip ta' management għandna nsaħħuħ, per eżempju, għar-rigward taċ-ċentru tal-Freeport tagħna f'Kalafrana.", "GĦandna naraw li jkollna laboratorju speċjalizzat li jagħti fejda lil pajjiżna biex f'dan il-qasam, anke bl-għajnuna ta' l-Universita' ta' Malta li tikkontrolla dawn l-attivitajiet ta' monitoring, inkunu nistgħu nilħqu l-objettivi tagħna.", "Ċertament għandna bżonn ikollna oil pollution control unit mgħammar b'tagħmir għal kull emerġenza li tista' tinqala'.", "Dan hu dak li nixtiequ u qegħdin hawnhekk biex niddiskutu dan kollu.", "Dan il-ministeru jawgura tajjeb taħt it-tmexxija tal-Ministru Debono Grech biex l-aspettattivi tagħna nilħquhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, jien ħadt pjaċir nisma' lill- kelliema ta' qabli, imma f'dawn id-disa' snin dawn jew ma kenux jeżistu jew, kif kienu jgħidu, veru li kollox kien miexi fuq ir-rubini!", "Kienu jiġu hawn u jgħidu li se jagħmlu \"hekk\" u se jagħmlu \"hekk\" u jiddispjaċini ngħid li meta tliet xhur ilu dħalt f'dan il-ministeru, ħlief taħwid ma sibtx.", "Se ngħid xi ħaġa fuq fuq dwar dan għax dawn l-affarijiet għad irridu niddiskutuhom meta jitressqu l-estimi ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku u l-estimi ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "Kif qal il-kollega tagħna veru li ġew ivvotati Lm2.3 miljun biex jinxtraw il-karozzi u kienu saru wirjiet għall-prototype u kienu daqqew ħafna trombi, imma mbagħad ma sar xejn aktar.", "Meta kont fuq il-bankijiet tan- naħa l-oħra kont nisma' li sa l-aħħar t'Ottubru, 1994 kellhom jiġu 100 karozza, sa l-aħħar ta' Novembru 120 u sa l-aħħar ta' Diċembru kellhom ikunu hawn kollha.", "Imbagħad konna erġajna smajna li kellu jiġi kollox fil- bidu tas-sena li għaddiet u fil-fatt baqa' ma ġie xejn.", "F'gazzetta kien hemm kumment tajjeb fejn intqal:", "\"I had gone through a few of the ranges of the prototype buses years ago and they were most impressive photo opportunities for the company and the minister involved, but as usual we are trying too hard to look like a northern European city instead of a Mediterranean island.\"", "Pero' issa ħadna n-nifs għax għandna bord ġdid biċ-Chairman u l-membri sħabu li veru jridu jagħtu sehemhom u nirringrazzjahom li fil-ftit ġranet li ilhom f'din il-kariga diġa' bdew jaħdmu.", "Veru li għandhom biċċa xogħol diffiċli, kif qal il-kollega tiegħi, u veru li vvotajna biss Lm100,000, pero' bil-Lm100,000 il-karozzi ġew.", "Kienu ilhom ħames snin biex jiġu l- karozzi l-ġodda!", "Veru dawn ma ġibthomx jien għax fi tliet xhur ma tagħmilx karozza ġdida, imma bix-xogħol li sar u bl-insistenza tagħna li jew jiġu jew se nieqfu, dawn il-ħames karozzi ġew.", "U fuq il-kwestjonijiet l-oħra l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku diġa' bdiet diskussjonijiet.", "GĦall- 1996 il-Gvern Nazzjonalista vvota Lm1,300,000 u jien kont nemmen li dawn il- karozzi l-ġodda kellhom jaslu.", "Pero' fuq dan nitkellmu iktar meta jitressqu l-estimi tal-Public Transport Authority u ngħidu x'sibna u x'ma sibniex.", "Fuq iż-żewġ bus termini, dak ta' Buġibba u l-ieħor tal-Belt, fl-1994 il- Gvern preċedenti ivvota Lm140,000, fl-1995 ivvota Lm60,000 u fl-1996 ivvota Lm230,000.", "Minn dan kollu ma sar xejn.", "Jien darba kont il-Mosta għal seminar li kien organizzat miż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara.", "Kont waħdi u kulħadd beda jgħid kontra l-Partit Laburista.", "Meta staqsejt fuq dawn l- affarijiet qaluli li kollox se jsir modern, inkluż bus shelters ġodda.", "Lili qaluli li jien ma nifhimx; u jien għidtilhom prosit!", "Qaluli li issa kemm taqbad it-telephone, iċċempel il-bus terminus il-ġdid u jgħidulek x'ħin ġejja l-karozza!", "Qaluli wkoll li kien se jkun hemm il-heating u l- air conditioning u kollox!", "U dan mhux talli ma sarx il-bus shelter imma talli meta mort infittex fejn hu dan il-bus terminus, qaluli li ġej taħt l- art!", "Issa jien il-ministeru tiegħi qiegħed taħt l-art fejn kien ġej dan il- bus terminus.", "S'issa m'hemm xejn.", "Jiena rigward it-Transport Authority għad irrid nitkellem iktar 'il quddiem u nitkellmu meta jiġi l-waqt.", "Se nitkellem dwar dipartiment li veru għamel xogħlu u qiegħed ngħid għad- Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet.", "Xi ħadd min-naħa l-oħra qal li għollejna l-liċenzja u għollejna l-affarijiet.", "Jiena ngħidlu li veru għollejna l-affarijiet u għollejna l-liċenzji, imma ilna niftaħru tant li kulħadd jixtri karozzi ta' Lm30,000 u Lm40,000!", "X'tippretendi li tħalli Lm900 miljun dejn u nimxu bit-talb!", "Darba kien hemm wieħed u lill-ieħor qallu: Taf kemm tlabt għalik jien, u l-ieħor mar id-dar u lill-uliedu temagħhom bit-talb.", "Id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet huwa dipartiment li għamel xogħlu bis-serjeta' u jien minn hawnhekk nifraħlu.", "GĦandna diġa' 20% tar-reġistrazzjonijiet ġodda.", "Aħna ma nistgħux nibqgħu iktar mhux compulsory.", "Ma jistax ikun li jkun hawn vetturi bin-numri l- ġodda u oħrajn bin-numri l-qodma.", "Il-vetturi kollha jridu bilfors jiġu bin- numri l-ġodda.", "Dan se jibda x-xogħol fuqhom.", "Diġa' bdejna t-taħdidiet u se nirranġaw biex in-numri l-ġodda kollha jiġu fis-seħħ minn din is-sena.", "Jiġifieri aħna sa l-aħħar tas-sena jrid ikollna l-pjanċi l-ġodda.", "Rigward dak li qal l-Onor.", "Claude Muscat fuq is-sewqan jiena naqbel miegħu, mija fil-mija.", "Fuq dan se nagħmlu leġislazzjoni u se nitkellem mal- kollega tiegħi tan-naħa l-oħra li għandu x'jaqsam mat-trasport.", "Jekk tinqabad b'senter f'idejk jeħduhulek għax tkun qed tagħmel kontravenzjoni, u allura ma nistax nifhem kif xi ħadd jista' jimmanka u anke forsi joqtol persuna oħra u jibqa' għaddej bil-liċenzja qisu qatt ma ġara xejn.", "Din irridu neħduha bis-serjeta'.", "Se jkun hemm leġislazzjoni fuq dan.", "GĦad irridu nitkellmu man-nies kollha konċernati f'dan is-settur biex meta jasal il-waqt nagħmlu din il-leġislazzjoni.", "Irridu niġu veru bħan-nies ċivilizzati u mhux kulħadd qabad steering f'idejh, xegħel iċ-ċavetta u telaq, kiser, farrak u qatel u qisu ma ġara xejn, għaliex mar il-qorti u weħel Lm5 jew Lm50 fuq negliġenza u baqa' bil-liċenzja f'idu.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin b'din is-sistema.", "U għalhekk jiena nifraħ lil dan id- dipartiment li ħa d-deċiżjonijiet.", "'Il quddiem se nagħmlu wkoll l-MOT.", "Din se nagħmluha sura ta' nies.", "Irridu nagħmlu liġi ta' l-MOT u mhux ngħidu li se nagħmlu l-MOT imbagħad ma jkollna xejn.", "Se nagħmlu wkoll test iktar riġidu biex iġġib il-liċenzja tas-sewqan.", "Minn jgħallem is-sewqan irid ikun veru qed jgħallem is-sewqan u mhux iġib liċenzja, qabbad iċ- ċavetta u telaq qisu ma ġara xejn.", "Dawn huma affarijiet li l-Gvern Laburista qed iħares 'il quddiem biex jagħmilhom.", "Issa se niġu għall-ewwel darsa.", "Fuq il-Malta Maritime Authority se nitkellem ftit għaliex fuq din għandna dibattitu ieħor.", "Kemm ili li sirt ministru jien ma kellix ċans indur kullimkien, iżda xi ħaġa li qbadt dan l-aħħar hija l-mod kif kienet titmexxa l-Malta Maritime Authority fi żmien l-Amministrazzjoni ta' qabel u speċjalment kif kienu jingħataw ċerti tenders.", "Irridu ninvestigaw l-ilmenti li waslulna minn kuntratturi li kellhom l-offerti tagħhom konformi ma' l-ispecifications u fl-istess ħin aktar vantaġġużi minn ta' ħaddieħor, iżda mid-dehra kien hemm min jirranġa, għax jiġri x'jiġri, anke jekk offerta tkun irħas u tkun veru tajba, din ma titteħidx.", "Din qed issir investigazzjoni fuqha u l-Gvern se jieħu l-passi.", "Fuq il-kwestjoni tal-pollution għadna 'l bogħod ħafna u rridu nġibu l- apparat, allavolja kienu qalulna li dan l-apparat ġie stallat u beda jaħdem, meta fil-fatt minn dan kollu aħna ma sibna xejn.", "L-istess, f'dawn l-aħħar disa' snin saru studji fuq il-Port sabiex ikun hemm immaniġġjar tajjeb tal-containers b'sistemi moderni li jintużaw fl-Ewropa.", "Anke din il-kwestjoni qbadniha f'dawn l-aħħar jiem u qegħdin f'kuntatti ma' nies li jifhmu f'dawn l-affarijiet u li kienu ilhom jitħabtu taħt il-Gvern preċedenti għal ħames snin sħaħ biex tkun tista' tidħol sistema ġdida ta' mmaniġġjar.", "Meta jien fittixt il-file ħalli nara x'sar u x'ma sarx bqajt ma sibtu mkien, imbagħad instab li kien għand persuna li ma kellha l-ebda awtorizzazzjoni li żżomm dan il-file għandha.", "Sur President, irridu nsaħħu wkoll il-kwestjoni tal-bandiera merkantili.", "Jekk se nħallu l-bandiera tiġri - kif qal tajjeb il-kollega tiegħi - din mhux se jkollha aktar fiduċja.", "Aħna ma rridux li l-bandiera tagħna tkun meqjusa bħala flag of convenience imma rridu li tkun waħda rispettata.", "Veru li llum qegħdin fit-tmien post imma b'daqshekk ma jfissirx li għaliex tkun fit-tmien post tkun qiegħed mill-aħjar għaliex mhux kemm ikollok tunnellaġġ igħodd.", "Dan l-aspett saħqu ħafna fuqu l-esperti li tkellimna magħhom u d-delegazzjonijiet li ġew minn barra li qalulna bla tlaqliq li mhux il-kwantita' li tgħodd imma l-kwalita'.", "Kif jaf il-kollega tiegħi tan- naħa l-oħra, ħafna mill-pajjiżi llum qegħdin jiġġieldu biex ikollhom il- kwalita' u mhux il-kwantita', għaliex jekk ikollok il-kwantita' u jkun hawn it-traskuraġini għalina daqslikieku ma jkollna xejn.", "Din kellna darsa biha, darsa li wara li jsiru l-investigazzjonijiet inpoġġi kollox fuq il- Mejda tal-Kamra għaliex jiena m'iniex happy u lanqas il-ministru preċedenti ma kellu għalfejn ikun happy kif kienet immexxijja l-Malta Maritime Authority.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad ġib id-dentist u tkellem!", "Illum aħna kellna stedina minn organizzazzjoni marittima internazzjonali - dak meta tibda tiblieħ ikollok għalfejn tidħak! - biex nattendu seminar internazzjonali dwar l-ambjent u l-ħarsien tal-ħajja fuq il-baħar - din semmiha l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Sandro Schembri Adami - u s-serjeta' li jrid ikollna biex niskansaw it-tingiż.", "Din hija waħda mill-affarijiet li se niddiskutu meta niġu għall-Maritime Authority.", "Minkejja l-ftaħir kollu li sar fuq is-civil aviation u fuq kemm intnefqu liri xorta waħda baqa' ma sar xejn.", "Biżżejjed ngħidu li minkejja li l- apparat tad-dawl għat-taxiway ta' l-ajruplani fuq il-Park 9 ilu li nxtara tliet snin, dan għadu ma ġietx stallat - għaliex wara li xtraw il-parti ta' fuq fejn hemm il-globi ndunaw li ma kellhomx il-parti tal-fanali li teħel fit-tarmac.", "Issa f'Ottubru bdew jitwaħħlu dawn il-fanali - tliet snin wara - u jonqoshom sa April li ġej biex jitlestew.", "Issa meta sentejn ilu jien kont tkellimt fuqhom il-ministru kien qalli li kollox kien sew.", "Meta nbena t-terminal ta' l-airport inxtraw il-floodlights għal Park 9 bi spiża ta' Lm100,000 u peress li ġew iċċertifikati li ma jagħtux il-kwalita' ta' dawl rikjesta mir-regolamenti internazzjonali kienu qed joħolqu periklu għall-passiġġieri u għall-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk.", "Id-dwal ma kenux jilħqu l-istandard speċifikat mill-International Civil Aviation u ma ġewx aċċettati.", "F'Lulju ta' l-1995 bdiet tittieħed azzjoni legali kontra l- kumpannija li ġabithom u f'Marzu ta' l-1996 - jiġifieri sena wara - saru pjanijiet ġodda għal dan id-dawl.", "Imbagħad f'Lulju ġie ordnat il-materjal li kien meħtieġ u meta f'Ottubru li għadda ġie stallat - jiġifieri qabel l- elezzjoni - id-dawl xorta nstab li ma kienx tajjeb u kien hemm żoni li ma kenux mixgħulin kif suppost.", "Issa d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili qed iħejji pjani ġodda biex jerġa' jsir kollox mill-ġdid.", "Kienu saru spejjeż kbar għalxejn u issa se jkollna nonfqu aktar minn Lm100,000 biex ix- xogħol fuq id-dwal li jindikaw l-għoli ta' l-ajruplani waqt l-inżul isir kif suppost mill-bidu nett.", "Is-sistema \"PAPI\" tikkonsisti fi tliet fanali, wieħed fuq l-ieħor; il-fanal ta' fuq nett ikun orange, tan-nofs ikun abjad u ta' isfel ikun aħmar.", "Din is-sistema hija marbuta ma' l-istrumentazzjoni li tagħti tagħrif jekk l-ajruplan li jkun nieżel fuq ir-runway ikunx għoli jew baxx iż-żejjed.", "Jekk jixgħel il-fanal abjad l-ajuplan ikun kif suppost.", "Meta twaħħlet din is-sistema tqiegħdet f'post ħażin u għalhekk hija ta' periklu għall-ajruplani għaliex filwaqt li l-istrumenti ta' l- ajruplani juru li l-ajruplan ikun qiegħed f'pożizzjoni tajba biex jinżel, id-dawl juri li mhuwiex jew bil-maqlub.", "B'hekk tiġi fid-dubju liema huwa l- istrument it-tajjeb, jekk hux dak ta' l-ajruplan jew hux dak tas-sistema \"PAPI\".", "Din is-sistema se titneħħa minn fejn twaħħlet u titwaħħal fejn u kif suppost, bi spiża oħra kbira.", "Dawn huma flus fil-ħela għaliex ix- xogħol ma sarx sew mill-ewwel.", "It-triq bejn it-terminal u Park 9 saret ħażin mill-ewwel u wara li nbena t-terminal sfrondaw ftit partijiet minnu.", "Għalkemm intnefqu Lm50,000 biex it-terminal jiġi rranġat, wara ftit il-partijiet l-oħra reġgħu sfrondaw.", "Dan huwa kollu effett ta' l-ippjanar ħażin li kien hemm fil-bini tat- terminal.", "F'din l-aħħar sena beda jaħdem it-torri tal-kontroll il-ġdid għax it- torri l-antik kien ta' periklu għall-ajruport u għall-ħaddiema ta' l- Uffiċċju Meteoroloġiku.", "Dan minħabba li ilhom sena jaħsbuha biex iżarmaw il- parti ta' fuq tal-ħġieġ.", "Diġa' waqa' xi ġebel għal isfel minn hemm.", "Waqa' wkoll xi ħġieġ li seta' nqala' minn postu b'xi buffura qawwija tar- riħ.", "Dan huwa xogħol urġenti li jrid isir malajr qabel ma tiġri xi diżgrazzja.", "Jien għalhekk għidt li l-ministru ta' qabli jew kien rieqed jew kienu jgħidulu li kollox kien tajjeb.", "Dawn huma affarijiet illi tista' tmur tarahom.", "Dawn ftit mill-affarijiet li sibna fl-ajruport, illi ftaħarna li ftaħnih u għamilna daqs dak xogħol biex inkunu nistgħu nużawh.", "Meta konna niġu hawn nitkellmu fuq dawn l-affarijiet kienu jgħidulna li kollox kien miexi fuq ir-rubini, kollox miexi tajjeb, kollox qiegħed għal- linja u money no problem!", "Jekk xi ħaġa tiġi ħażina tiġi maqlugħa u terġa' ssir mill-ġdid!", "Ma kienx hemm inkwiet.", "Kollox kien unbeatable, bħalma kienu l-iskejjel u bħalma kienu l-isptarijiet!", "Se ngħid xi ħaġa rigward ir-runway il-qadima.", "Din minflok irranġajniha biex tkun tista' tibda tintuża meta jkollna bżonnha fit-tlugħ u l-inżul ta' l-ajruplani, ingħataw permessi biex fit-tarf tar-runway, in-naħa ta' l- Imqabba, jitla' l-bini u qisu ma ġara xejn.", "Dan sar kontra l-pariri li ngħataw illi dik ir-runway għandha tiġi rranġata biex l-inżul ta' l- ajruplani jkun jista' jsir minn hemm.", "Kien ikun hemm talbiet kontinwi mill- Air Malta biex -Runway 06 tiġi utilizzata u wżata regolarment.", "Il-Gvern ta' qabel ma riedx jagħmel din il-bidla biex ma jibdilx ix-xogħol ta' sitt ħaddiema li hemm Għawdex - dawn kellhom posthom Għawdex; anke l-isptar riedhom għax kellu bżonnhom - u biex ma jbiddilhomx dan ittraskura kollox u ħalla kollox qisu ma ġara xejn.", "Sur President, min ma jafx li sa ftit snin ilu d-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili kien fornut b'ħaddiema li kapaċi jagħmlu x-xogħol?", "Imma issa x'ġara?", "Ix-xogħol ingħata lill-kuntratturi u lil dawn il-ħaddiema - kien hemm bennejja u mastrudaxxi - neħħewhom.", "L-iskuża kienet li x-xogħol kellu jingħata lill-privat għax il-ħaddiema tad-dipartiment ma' kellhomx għodda biex jaħdmu.", "Mhux għax m'humiex tajbin, imma għax ma' kellhomx għodda biex jaħdmu.", "Ma stajniex xtrajna l-għodda u niffrankaw dawk il- kuntratti biex minflok il-ħaddiema ma' nħalluhom jagħmlu xejn inġibuhom jaħdmu?", "L-iskuża biex nagħtu x-xogħol lill-kuntrattur kienet illi dan għandu l-għodda biex jaħdem u l-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili m'għandhomx.", "U din hija waħda mill-affarijiet li jridu jispiċċaw.", "Dawn huma l-affarijiet illi sibna fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili.", "Sibna każ illi kien hemm wieħed jaħdem mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili u li jitħallas minn żewġ bnadi.", "Jiena nammetti li l-ħabib tiegħi l- Onor. Ċensu Galea ma' kienx jaf b'dawn l-affarijiet għax ma kienx id- dikasteru tiegħu.", "Il-ministru li kien responsabbli minn hemm kien jiġi hawn u jitkellem, u meta nagħmillu dawn il-mistoqsijiet kien jibqa' għaddej qisu ma ġara xejn!", "Dawn huma affarijiet li aħna ma nistgħux naċċettawhom.", "Għaliex ma sarux dawn l-affarijiet, meta hemm l-affarijiet kollha neċessarji?", "Għaliex meta kien hemm dawn l-affarijiet kollha ix- xogħol ma sarx?", "Għaliex kellhom jintnefqu ħafna flus biex jiġu esperti fuq esperti biex jagħtuna l-pariri tagħhom u minflok ma nieħdu l-pariri tagħhom kollox jibqa' kif kien, qisu ma ġara xejn?", "Jien ma nagħtix tort lill- ħaddiema u lil min kien qiegħed imexxi, għax korrispondenza, tagħrif u talba kien hemm biex ix-xogħol isir fl-airport, imma dejjem kienu jinjorawhom.", "Kienu jiġu hawn jgħidu li qed jixtru l-computers u bil- computers isir kollox.", "Illum, fl-Uffiċċju Meteoroloġiku ta' Ħal-Luqa għadna naħdmu b'sistema manwali u biex jiċċekkjaw iridu joqogħdu telgħin u neżlin minn fuq il-bejt għal isfel.", "Dan lanqas f'pajjiż tat-tielet dinja ma ssibu!", "Hekk qiegħed l-Uffiċċju Meteoroloġiku ta' Ħal-Luqa, li ftaħarna li għamilnih ġdid.", "Dawn huma l-affarijiet illi sab ma' wiċċu Gvern Laburista.", "Mhux imbilli wħud f'din il-Kamra joqogħdu jwerżqu u jgħidu li ma tajnihomx risposti!", "X'risposti tridu tkunu tafu?", "Għandkom l-ex-ministri sħabkom u staqsu lilhom.", "Aħna m'ilniex fil-gvern għaxar snin.", "Tliet xhur kulma ilna!", "U f'dawn it-tliet xhur qed nipprovaw nirranġaw il-ħmieġ u l- korruzzjoni li ħallejtu.", "Staqsu lil sħabkom.", "Hemm bżonn tiġu tistaqsu lili jekk in-nol fuq il-vapur ta' Għawdex għoliex illum jew le!", "Hawnhekk għandkom waħda li sa l-1 ta' Ottubru kienet fil-Bord li kien jiltaqa' regolarment.", "Jekk il-Bord ma ltaqax mhux tort tiegħi.", "Mela jien iċ- chairman tal-Bord biex nissuġġerixxi meta għandu jitlaqqa' l-Bord!", "Il- Bord iċ-chairman ilaqqgħu.", "Jien jekk nara li ma' rċevejtx minuti jew li l- Bord miexi ħażin ngħidlu: X'ġara hawnhekk?", "Jien hekk għamilt, u għax għamilt hekk kien hawn wieħed minnkom u qalli li rrid nindaħal kif isiru r- rosters u kif jimxu l-kumpanniji.", "Mela l-poplu liċ-chairman tella'!", "Il- poplu lili tella' u lill-Gvern Laburista.", "Kif jista' jkun ma nkunx naf!", "Jekk ma nistaqsikx jien, kif se tiġi tistaqsini dwar x'ġara hawnhekk!", "Kif se nwieġbek!", "Issa meta tistaqsini ngħidlek biex tistaqsi liċ-chairman għax iċ-chairman jaf.", "U jekk trid tkun taf fuq il-kumpannija Gozo Channel Co. Ltd., nista' ngħidlek li kellkom waħda li tokkupa l-kariga ta' direttur u tgħidilkom hi x'ġara.", "Għalfejn tistaqsu lili!", "Kieku niġi sena oħra u dawn l-affarijiet ma nkunx irranġajthom, għiduli.", "Hemmhekk iva, għiduli.", "Imma jiena tliet xhur kulma ilni ministru u qed nipprova nirranġa dan it-taħwid li kien hemm.", "Rigward il-karozzi tal-linja, xi triduni nagħmel?", "Immur inġib dawk il- miljuni kollha biex jinxtraw il-karozzi tal-linja, meta l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku fi ftit xhur għandha Lm90,000 overtime?", "Dawn huma l- affarijiet!", "Jekk ma tkunx responsabbli ....", "Aħna veru għollejna l- pustaġġ bi 20%, eċċ, imma jiena ma nemminx b'dawn.", "Jiena nemmen x'sibna bħala Gvern Laburista.", "Dawn huma l-affarijiet illi sibna.", "U diġa' għidt li sibna airport li mingħalik kollox lest u fil-fatt trid tibdih kollu mill- bidu.", "Niġu issa għall-istorja tat-terminal il-ġdid ta' l-MIA, li kienet waħda sinonima ma' kull fejn resaq il-Gvern Nazzjonalista.", "Minn mindu nfetaħ dan it-terminal kien hemm tberbiq, ħela, spejjeż, safar, karozzi lussużi, eluf ta' liri f'konsulenzi u allowances lil tal-qalba u xeħħa u regħba mal- ħaddiem iż-żgħir.", "Din kienet il-viżjoni tal-gvern preċedenti dwar kif għandha titmexxa azjenda ta' din ix-xorta.", "Mill-ewwel kalkoli li għamilna sibna li l-kumpannija diġa' tilfet 'il fuq minn Lm3 miljun f'kambju fuq self mill-European Investment Bank u dan minbarra d-dejn fih innifsu.", "Hemm mistoqsijiet li għadhom ma ġewx imwieġba u l-bord il-ġdid irid jara kif se jsolvi dawn il-problemi.", "Hemm affarijiet li jien, bħala ministru responsabbli lejn il-poplu, għadni ma nafx kif saru u lanqas naf kif ittieħdu ħafna deċiżjonijiet li tefgħu lil din l-azjenda f'baħar ta' inkwiet.", "Jien għad irrid inkun naf kif ċerti kuntratti - bħal dak tal- McDonald's li ġie ffirmat f'Settembru bl-għaġġla - ingħataw daqshekk fit- tul u kif ċerti kuntratti oħra jiġu mġedda waħedhom.", "Hawnhekk nixtieq immur ftit lura u nirriferi għall-ħanut tal-Malta Maritime Authority li hemm f'Ta' Xbiex.", "Tafu b'kemm ingħata fis-sena dan?", "Ħanut ta' każin tal-banda jinkera Lm12 kuljum, ħanut tal-football jinkera Lm16 kuljum, ħanut tal-kafe' jinkera Lm16 kuljum u Alla jbierek sagħtejn qabel ma dħalt ministru jien dan il-ħanut ingħata b'kuntratt għal Lm500 kera fis-sena.", "Dan mhux serq tgħidlu!", "Mhux talli hekk talli 11-il sena oħra l-kera titla' għal Lm7,000 u l-MMA m'għandhiex dritt tħassru, pero' min krih jista' jżommu għal kemm irid b'Lm7,000 fis-sena.", "Għiduli 11-il sena oħra xi jkunu jiswew Lm7,000!", "U l-ministru lanqas biss kellu ċans li joqgħod bil-qegħda biex jara x'ġara.", "Dawn huma l-affarijiet li sibna ma' wiċċna.", "Possibbli li l-ex-Ministru ma kienx jaf b'dawn l-affarijiet!", "Għalhekk ħaduha bi kbira meta jien tlabthom il-minuti u għidtilhom li rrid inkun naf x'ġara!", "Għalhekk ġew jiġru għandkom u qalulkom biex tagħmluli domanda u tistaqsuni min qed imexxi, jekk hux jien jew huma!", "U jien minn hawnhekk ngħidilhom: Jien immexxi għax il-Prim Ministru lili għamel ministru u għaliex il-poplu lili tella' mhux lil xi chairman.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fl-MIA għad għandna diskrepanzi bejn l-audited accounts u l-budget rivedut - li għad iridu jiġu stabbiliti u vverifikati - liema diskrepanzi f'ċerti każijiet jilħqu Lm0.5 miljun.", "Aħna rridu nkunu nafu għaliex il- kumpannija nvestiet Lm0.25 miljun fi stocks tal-gvern qabel ma ħallset il- loan li kellha.", "B'hekk kienu jiġu evitati ħafna spejjeż f'imgħaxijiet.", "Huwa stmat li f'perijodu ta' ħames snin akkumulaw telf ta' Lm3 miljun.", "Jien għadni ma nistax nifhem kif loan ta' Lm6.4 miljun li kienet se tagħlaq f'April tas-sena 2003, u li fuqha kien jitħallas imgħax ta' 6.95%, ġiet mibdula - refunded - f'self ieħor ta' Lm7 miljun b'rata ta' 6%, liema somma l-Gvern irid isib kif iħallasha sas-26 ta' Diċembru ta' din is-sena.", "Dan kien jaf bih l-ex-Ministru?", "Huwa fatt ta' min jiddeplorah kif l-MIA ħallset aktar minn Lm123,000 f'dividends lill-Gvern meta l-qagħda finanzjarja ta' l-MIA kienet daqshekk imwiegħra!", "Ara kemm tgħidu min imexxi!", "Iċ-chairman għamel ħiltu hemm u kellem lill-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien u qallu li jekk joħdilha dawn il-flus l-MIA se jkollha tissellef mill-banek biex tmexxi.", "Il-ministru ma' aċċettax din il-claim ta' kważi Lm1 miljun ta' xogħlijiet li saru fuq l-air terminal għas- sempliċi raġuni li dawn l-ispejjeż ma daħlux fil-kontijiet li kienu saru qabel l-air terminal għadda b'kuntratt għand l-MIA.", "Dwar il-petrol station ta' l-ajruport ma tantx irrid ngħid billi bħalissa hemm każ quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni li jinvolvi din il-materja u nħoss li aħjar inkun naf l-eżitu ta' dan il-każ li hemm quddiem il-kummissjoni qabel nagħmel ir-rimarki tiegħi.", "Jidher li fuq din l-azjenda ma tantx kellna min iħabbel rasu - imxi ħa nimxu!", "Il- management tal-MIA l-ewwel daħħal il-casual workers biex jaqta' l-overtime, imbagħad f'waħda mil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi ċ-Chairman issuġġerixxa li kemm il-ħaddiema casuals kif ukoll l-overtime għandhom jibqgħu biex kulħadd ikun kuntent jew fi kliemu stess \"to ensure a happy medium\".", "Hu ta' min jiddeplora wkoll il-fatt li ħafna xogħlijiet setgħu saru faċilment mill-ħaddiema ta' l-MIA imma minflok ingħataw lill-kuntrattur.", "Issa aħna rridu nħallsu dawn il-miljuni ta' liri sas-26 ta' Diċembru li ġej.", "Ma ġara xejn!", "Billi aħna nixtru b'kemm jiswew iktar minn Lm100,000 karozzi għall-management u billi nagħtuhom il-fuel u l-mobile phone, ma fiha xejn!", "U billi nimpjegaw nies tal-Group 4 u nħallsuhom!", "L-aqwa li d- diretturi kienu tal-Partit Nazzjonalista!", "X'fiha b'daqshekk!", "Billi għandna l-pulizija, għaliex imbagħad tal-Group 4 ma jagħmlu xejn ...", "THE CHAIRMAN (Onor. Michael Bonnici): Ippermettili Onor. Debono Grech.", "Ma nippermetti l-ebda ċajt mill-iStrangers Gallery.", "Nitlob lill-ushers biex jinformawni jekk isiru xi osservazzjonijiet.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Fejn jidħlu l-pulizija, Mr Chairman, tal-Group 4 m'għandhomx saħħa u l-pulizija jissejħu biex forsi jsolvu s-sitwazzjoni, pero' minkejja dawn il-flejjes kollha li qed titħallas il-kumpannija tas- sigurta' qatt ma sar l-ebda roadblock fl-inħawi ta' madwar l-airport u qatt ma ġie mwaqqaf ħadd.", "Ta' min ikun jaf ukoll li l-MIA għandha 65 ruħ impjegati fuq security bi spiża ta' Lm355,000 u għalhekk m'hemmx il-ħtieġa li jkollhna lil tal-Group 4 ukoll.", "Mela għandna l-Pulizija, tal-Group 4, ta' l-Army u s-security ta' l-MIA!", "Tal-Group 4 qed jiswew lill-MIA Lm85,000 biex jagħtu l-istess servizz li tagħti l-Pulizija.", "Hemm ukoll il-gardening and landscaping.", "Il-gvern kellu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u nistħi ngħid li m'għandniex nies jifhmu fl-agrikoltura.", "Is- sabiħa hi li l-esperti ta' l-agrikoltura li jaħdmu mal-gvern imorru jaħdmu mal-privat u dak li m'humiex kapaċi jagħmlu fid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura kapaċi jagħmluh mal-privat!", "Fl-1993 għal-landscaping u għas- siġar ħallasna Lm14,460 u s'issa spiċċajna qed inħallsu Lm26,803 u ma nistgħux neħilsu minn dan il-kuntratt qabel ma tiġi s-sena 1998 - u ma nafx kemm se nħallsu sa l-1998.", "Hemm konċessjonijiet oħra li l-Gvern għad irid jara kif saru u jien nemmen li l-bord il-ġdid se jkun kapaċi jirranġahom billi jsib fejn kien hemm it-tberbiq u fejn kien hemm il-ħmieġ u jirranġah.", "Jekk mhux se jitranġaw dawn l-affarijiet l-MIA trid tara minn fejn se ssib is-Lm7 miljun li jridu jitħallsu sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Aħna bħala gvern se nieħdu passi biex li hemm bżonn isir fl-MIA isir u m'aħniex se nkeċċu nies.", "Din qed ngħidha minn hawn.", "Jien li kont ħaddiem żgħir, minn fuq innaddaf u mhux minn isfel għax il-ħaddiem iż-żgħir ta' fuq imexxuh u mhux ta' isfel.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk hemm din il-ħela huwa responsabbli għaliha min hu fuq u mhux min hu isfel.", "Ma jistax ikun li kumpannija li trid tħallas Lm7 miljun sa l-aħħar ta' Diċembru ta' din is-sena tibqa' tonfoq qisu ma ġara xejn għax hemm il-Gvern jagħmel tajjeb u mbagħad jiġu jgħajruna li qed nindaħlu fl-azjendi privati.", "Jekk dawn iridu jkunu privati ħaġa żgħira.", "Iva, kien hemm interess.", "X'ma jkunx hemm interess!", "L-ewwel ifalluhom, imbagħad l-għada jagħtuhom b'xejn lil xi erbgħa min-nies u jħallas kollox il-gvern.", "Mhux in-nies tad-Dockyard biss għamlulna l-ħela u ħallas il-poplu, imma kellna min kien responsabbli u għamel il-ħela.", "Dan il-Gvern se jinvestiga permezz ta' bord ġdid li jrid jaħdem biex sa l-aħħar ta' Diċembru dawn l-affarijiet jiġu flokhom.", "Ħalli niġi għall-Posta.", "Il-Posta meta kienet waħedha qalgħet il-flus, u minn meta ġejtu hawn tiftaħru li trid tiġi privatizzata aqta' kemm morna tajjeb!", "L-ewwel kuntratti li d-Dipartiment tal-Posta għamel ma' Euromail Ltd saru għall-aħħar ta' l-1993, meta l-Posta kienet għada aħt idejn il- gvern.", "Dawn il-kuntratti ħallew profitt ta' madwar Lm67,000 fl-1994 u Lm73,000 fl-1995.", "Fl-1 ta' Ottubru 1995, Posta Ltd. ħadet f'idejha s- servizzi postali mingħand id-Dipartiment tal-Gvern.", "Xahar wara l- kumpannija l-ġdida għamlet ftehim ma' Euromail Ltd. biex iġġorr il-bulk mail għas-sena 1996.", "Dan il-kuntratt swielha - jew aħjar sewa lill-poplu Malti kollu - telf ta' madwar Lm1 miljun.", "Intqalu ħafna affarijiet fuq il- mezzi tax-xandir dwar dan it-telf.", "Iva, tlifnihom tort tagħna u se ngħid għaliex.", "F'Settembru ta' l-1994 delegazzjoni Maltija li kien fiha rappreżentant tal-Posta, u fl-aħħar fażi l-Ministru responsabbli għall-Posta u ċ- Chairman, Dr. Austin Sammut - dak iż-żmien kient hemm dak li kien magħruf bħala l-Post Office Board of Management - li wara sar ukoll iċ-Chairman tal- Posta Ltd., marru l-Korea ta' Isfel sabiex jattendu għall-Kungress tal- Universal Postal Union.", "Dan il-kungress isir kull ħames snin u fih jittieħdu deċiżjonijiet importanti fuq it-tmexxija tas-servizzi postali, liema deċiżjonijiet jorbtu lil kull membru ta' din l-għaqda.", "F'dan il- kungress ġie deċiż li ssir emenda għal dak li hu magħruf bħala artikolu 49 tal-Konvenzjoni ta' l-Universal Postal Union.", "Din l-emenda, b'effett mill- 1996, tat id-dritt li kull pajjiż li jirċievi bulk mail minn pajjiżi oħra jitlob ħlas, għal dak il-bulk mail, ekwivalenti għar-rati postali f'pajjiżu.", "Din l-emenda saret minħabba li ċerti pajjiżi ndunaw li kumpanniji li jimpustaw kwantitajiet kbar ta' ittri - hawn qegħdin nitkellmu dwar kwantitajiet ta' miljuni ta' materjal postali - kienu qegħdin jaħdmu ma' pajjiżi fejn ir-rata postali hija ferm irħas minn dik ta' pajjiżhom, bħal fil-każ tagħna.", "Fit-2 ta' Ottubru, 1995 permezz taċ-ċirkulari numru 348, il-Universal Postal Union avżat lill-membri kollha, fosthom lil Malta, li ċerti pajjiżi kienu ddeċidew - kif kellhom id-dritt li jagħmlu wara l-konferenza li saret fil-Korea ta' Isfel - li mill-1 ta' Jannar, 1996 kienu se japplikaw it- tariffa ta' pajjiżhom kull meta jirċievu bulk mail minn pajjiż ieħor.", "Fost il-pajjiżi li avżaw minn qabel b'din id-deċiżjoni kien hemm il-Ġermanja u pajjiżi oħra Ewropej bħall-Irlanda, il-Belġju, l-Awstrija, id-Danimarka u Franza.", "Fil-każ tal-Ġermanja, Posta Ltd. ġiet avżata li r-rata li kienet se tiġi applikata għall-bulk mail kienet se tkun ta' madwar Lm5.40 għal kull kilo ta' posta.", "Barra minn dan Posta Ltd. kienet taf li kellha tħallas l-ispejjeż biex tinġarr bl-ajru l-posta għall-Ġermanja u dawn kienu jammontaw għal 47c kull kilo.", "Din kellha wkoll spejjeż oħra lokali biex tagħmel dan ix-xogħol ta' bulk mail bħalma huma trasport, kiri ta' warehouse u spejjeż tan-nies li fil-każ tal-kuntratt mal-Euromail ġew jiswew madwar 7c kull kilo.", "Dan kollu kien ifisser li Posta Ltd. kienet taf li kull kilo ta' bulk mail li kienet se tibgħat lejn il-Ġermanja kien se jiswielha Lm5.94, kważi Lm6.", "Minkejja li Posta Ltd. kienet taf dan kollu, xahar biss wara li rċeviet l-avviż mingħand il-Ġermanja, iffirmat kuntratt għal sena sħiħa, għall-1996, ma' l-Euromail fejn intrabtet li tibgħat il-posta lejn il-Ġermanja għall-prezz ta' bejn Lm2.80 u Lm2.90 kull kilo, skond il-kwantitajiet.", "Il-misteru l-ieħor, li wkoll qiegħed jiġi nvestigat, huwa x'inhi r-raġuni li l-kumpannija fil-kuntratt ma' l-Euromail ma daħħletx il-klawsola - kif għamlet fil-każ ta' żewġ kuntratti oħra li kellha ma' ditti oħrajn - biex toħroġ minn dan il-kuntratt f'każ li ssib li qiegħda titlef u mhux tibqa' marbuta għal sena sħiħa.", "Posta Ltd. kienet taf li sa mill-anqas Frar ta' l- 1996 kienet qiegħda titlef bil-kbir bil-kuntratt li kellha ma' l-Euromail.", "Minkejja dan s'issa jidher li min kien responsabbli żamm kollox mistur u lanqas biss indenja ruħu jitkellem biex jara setax jiġi rtirat il-kuntratt, akkost li jitħallsu xi pieni li żgur kienu se jiġu jiswew ferm anqas mill- Lm1 miljun li ntilfu.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri għalik ma ġara xejn!", "Dażgur li ma ġara xejn għalik għaliex dawn m'intix se tħallashom inti!", "(Interruzzjonijiet) Le, għalissa ma nistax ngħidlek min hi l-persuna responsabbli għaliex qegħdin ninvestigaw.", "(Interruzzjonijiet) Le, jimporta u kien imissek għidtli qabel.", "Ma nwerżaq xejn.", "Jiena qed inkellmek b'mod kostruttiv.", "(Interruzzjonijiet) Mela li titlef Lm1 miljun hija ċajta!", "(Interruzzjonijiet) Inti m'għidtli xejn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Debono Grech ikompli bid-diskors tiegħu, jekk jogħġbu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Iva.", "Il-ministru sieħbek mar il-Korea.", "Il- ministru sieħbek mar biex jagħmel dawn il-kuntratti.", "Issa oqgħod kwiet.", "THE CHAIRMAN: Onor. Debono Grech qiegħed titlef il-ħin.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien nieħdu l-ħin jekk nitilfu għaliex jiena ma tellift lil ħadd.", "THE CHAIRMAN: Onorevoli, qed titlef il-ħin.", "Kompli għaddej, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ħalli niġu Issa għall-Gozo Channel Co. Ltd.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad nirrispondik.", "GĦalissa daqshekk nista' ngħidlek għaliex qed isiru l-investigazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Onor. Muscat, m'hemmx cross-debate.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ħalli niġi issa biex naraw x'sibna fil-Gozo Channel Co. Ltd..", "(Interruzzjonijiet) Allura jien x'tort għandi?", "Inti għalhekk imħallas.", "Ħalli nsemmu ż-żieda fin-nollijiet.", "Il-Gozo Channel ħadet loan ta' Lm3.5 miljun biex tkopri parti mill-pagamenti tal-vapuri l- ġodda.", "Fis-sena li għalqet f'Settembru, il-Gozo Channel Co. Ltd. tilfet aktar minn Lm0.33 miljun u l-Gvern tiegħi ried ikun irresponsabbli li ma jwaqqafx, jew għallinqas jipprova jwaqqaf, il-kankru ta' din li-kumpannija falluta.", "Ma nafx b'liema wiċċ issa jiġi l-Bord tal-Gozo Channel Co. Ltd. u jgħid li l-kumpannija m'hijiex falluta għax jekk il-Gvern jgħolli n- nollijiet, dawn malajr jistgħu jagħmlu tajjeb għat-telf li kien qed isir.", "Dan m'hu veru xejn.", "Il-Gozo Channel Co. Ltd. daħlet f'kuntratt mal-kumpannija Ulstein/Carl Bros. għall-bini ta' tliet vapuri ġodda biex jintużaw bejn Malta u Għawdex.", "Hemm xniegħat li l-vapuri l-ġodda li se jinbnew hawn Malta m'humiex tajbin biex ibaħħru għal Sqallija.", "Hawn tajjeb li l-kumpannija tispjega kif waslet biex inxtara dan il-mudell ta' bastiment, fejn diġa' tħallsu Lm3 miljun kapparra.", "Ta' min kienet l- idea?", "X'garanzija taw il-manifatturi ta' dawn il-bastimenti?", "Fuq dan id- disinn, inbnew bastimenti simili?", "Jekk iva, fejn?", "Min kienu l-esperti li taw il-green light biex ġie kkonfermat dan id-disinn?", "Jekk ma kenux mibnija bastimenti fuq dan id-disinn, fuq liema kriterji ġew ikkonfermati?", "Jista' l-Bord preżenti li, flimkien mal-Gvern preċedenti mmexxi mill-Onor.", "Fenech Adami, approva l-ħlas ta' dawn il-miljuni, jiżgura lill-Maltin u lill-Għawdxin li dan id-disinn ta' bastiment se jkun ideali u li se jsolvi l-problemi kollha li tant kienu jiġu kkritikati l-bastimenti mixtrija fil- passat mill-Gozo Channel Co. Ltd.?", "Il-maltemp u l-lbiċ se jbandal lil dawn il-bastimenti u b'hekk jistgħu jweġġgħu n-nies, bħalma ġara riċentement fuq il-Calypso?", "Dawn il-bastimenti jistgħu jorbtu mal-mollijiet preżenti?", "Jew l-ewwel nikkonfermaw il-vapuri u wara naraw?!", "Qatt ma naf li sar investiment ta' dan il-kobor fejn l-informazzjoni hija daqshekk fqira jew ineżistenti.", "Kull ma ra l-poplu fuq dawn il-bastimenti huwa mudell ta' pied u nofs li ntwera taħt it-tinda meta ġie inawgurat il-catamaran f'Għawdex.", "Nerġa' nistaqsi: Min kienu l-esperti Maltin li kkonfermaw id- disinn u x'esperjenza għandhom?", "Hawnhekk wieħed jiskanta kif l-ebda wieħed minn dawn il-vapuri m'hu se jkun tajjeb biex jagħmel vjaġġi għal Sqallija.", "Is-servizz ta' Sqallija kien iġib turisti kull sajf lejn Malta u kien iħalli profitti kbar lill- kumpannija li nefqet eluf kbar ta' liri f'reklamar għal dan is-servizz.", "Fi żmien meta l-Gvern Nazzjonalista kien tant jiftaħar bil-kuntratt bejn Malta u l-Italja, partikolarment Sqallija, ma nistax nifhem kif din il- konsiderazzjoni ma ġietx mistħarrġa meta kien qed isir il-kuntratt.", "Allura bilfors wieħed jaħseb ħażin.", "Bilfors wieħed jidħollu dubju u bilfors wieħed jistaqsi jekk kienx qed jiġi aġevolat xi ħadd, xi kumpannija kompetitriċi.", "Biex inkomplu nħawdu, il-kumpannija li daħlet għall-kuntratt biex tibni l- vapuri, tat b'xejn lill-Gozo Channel Co. Ltd catamaran rikondizzjonat, dak il-famuż catamaran li l-Onor.", "Fenech Adami tant ftaħar bih.", "Biex il- catamaran seta' jinġieb malajr biex ikun hawn Malta qabel l-elezzjoni, il- kumpannija ħallset Lm65,000 f'kiri ta' vapuri.", "Min ta din l-ordni biex il- catamaran jiġi b'dan il-mod kien irresponsabbli.", "Din il-manuvra kienet biex il-catamaran iservi ta' propaganda għall-Partit Nazzjonalista qabel l- elezzjoni.", "Dak inhar kulħadd nesa l-impatt soċjali u dan hu każ ieħor ta' money no problem.", "Tafu min ġab dan il-catamaran hawn Malta?", "Dan ġabuh in- nies tal-Virtu' Rapid!", "Mhux biss, iżda l-istess kumpannija, Virtu Steamship Co. Ltd., kellha tipprovdi tekniċi u operaturi biex jieħdu ħsieb dan il-catamaran.", "Ħalli naraw x'suċċess kellu dan il-catamaran, basta ġibnih qabel l-elezzjoni.", "Sa ma ġie miżmum, dan għamel 238 vjaġġ, użawh 9,903 persuna - ma nafx jekk humiex qed jgħoddu lill-Onor Fenech Adami u lin-nies li marru għall-festa! - daħħal biss Lm7,635 u nefaq aktar minn Lm55,000.", "Dan barra li biex inġieb saritlu manutenzjoni, ċerimonji, insurance u spejjeż oħra u ntnefqu 'l fuq minn Lm85,000.", "Xi ngħidu mbagħad fuq l-\"m.v.", "Cittadella\" u l-\"m.v.", "Mgarr\"?", "Wara li dawn kienu maħluba, fi Frar ta' sentejn ilu ġie deċiż li l-użu tagħhom jiġi limitat biss għat-trasbord ta' merkanzija bejn Malta u Għawdex.", "Kellna l- vapur \"Mgarr Ferry\".", "Il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel Co. Ltd. ħa d- deċiżjoni li dan jinbiegħ lis-Sur George Zammit - membru ta' l-istess bord - għax ħass li l-vapur ma kienx aktar utli għall-kumpannija biex ibaħħar bejn Malta u Għawdex.", "Issa abbażi ta' l-informazzjoni li għandi jien nistaqsi: Veru li dan l-istess vapur reġa' nbiegħ mis-Sur George Zammit lill-kumpannija Ferguson Steamship Company of North Cyprus?", "Veru li dan il- vapur baħħar lejn Ċipru fis-6 ta' Mejju 1995 under its own steam ggwidat minn kaptan Tork u wara li saritlu tiswija reġa' baħħar lejn Malta għal xi tagħbija?", "U xi ngħidu għall-bejgħ tal-\"M.V. Jylland\" lill-privat?", "Niġu issa għall-ispejjeż tal-catamaran \"Victoria Express\".", "Dan kien qed jagħti servizz bejn Malta u Għawdex li nbeda fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Dan għamel 238 vjaġġ, rikkeb 9,903 passiġġier u kellu Lm7,635 dħul mill-bejgħ ta' biljetti.", "Spejjeż ta' reklamar u affarijiet bħal dawn kellu Lm2,254, spejjeż f'insurance kellu Lm2,800; spejjeż f'pagi lill-ħaddiema tal-Gozo Channel Co. Ltd. kellu Lm6,600; bħala technical management fees lill-Virtu Steamship Co. Ltd. kellu Lm28,000; u spejjeż f'diesel kellu Lm15,875.", "Dan hu l-mod kif tkissret il-Gozo Channel Co. Ltd. fi żmien tliet snin.", "Matul is-sena finanzjarja 1988/89, l-\"s.e.s.", "Gozo Express\", il-catamaran iż-żgħir, għabba lill-Gozo Channel Co. Ltd. b'dejn ta' Lm77,106.", "Il- management tal-Gozo Channel Co. Ltd. ingħata diversi pariri minn fejn kien ġej dan it-telf u x'għandu jsir, pero' hawn ukoll il-management ta' din il- kumpannija ftit ta kas ta' dawn il-pariri.", "Imma mhux hekk biss.", "Ta' min isemmi li l-engineer ta' dan il-vapur kien jiġbor il-flus tal-biljetti, kien jagħmel ir-rendikont ta' x'biegħ u barra minn hekk kien jieħu ħsieb ir- refuelling tal-vapur li kienet operazzjoni ta' kuljum.", "Insomma kien kollox a one-man job.", "Dan kien mismanagement li ma jmissu qatt tħalla jsir minn min kien responsabbli.", "Naturalment mhux l-ewwel darba li kien ikun hemm xi diskrepanzi li waħedhom kienu biżżejjed biex jitħallas wieħed li jaqta' l- biljetti.", "Imbagħad jiġu jgħidu li minħabba t-telf ma setgħux jimpjegaw wieħed li jaqta' l-biljetti!", "Meta tara dan kollu m'huwiex diffiċli sabiex tifhem kif sena wara l-oħra kien hemm telf fuq dan il-vapur.", "Dan lanqas biss kien jiġbor ħaqq il-fuel li kien jintuża.", "U dan mhux aħna waqqafnih; dan twaqqaf u ma saru l-ebda protesti!", "GĦall-informazzjoni ta' din il- Kamra, nista' ngħid li l-\"s.e.s.", "Gozo Express\" fl-1988/89 tilef Lm77,106, fl-1989/90 tilef Lm65,139 u fl-1990/91 tilef Lm52,084.", "Sabiex xtratu l- Gozo Channel Co. Ltd. qamilha Lm900,000 .", "Dan ma kienx inxurjat u lanqas kien hemm provision adegwata biex tkopri somma kbira bħal din f'każ ta' xi inċident.", "Minn sena għal oħra l-ispejjeż tal-manutenzjoni kienu dejjem jiżdiedu iżda l-figuri ħafna drabi kienu jkunu astronomiċi u anke l- kumpannija stess kienet ħasset il-ħtieġa li timpjega konsulent biex jinvestiga dawn it-tiswijiet.", "Iżda altru milli jimpjega konsulent, il- management messu ra kif fl-1989 intnefqu iżjed minn Lm0.33 miljun, għax dawn il-flus ħadd ma jaf fejn marru u kif intnefqu.", "GĦal dik li hija manutenzjoni nixtieq nistaqsi wkoll għaliex ir-refits qatt ma saru fil- Malta Drydocks?", "X'kellha ħażin il-Malta Drydocks dak inhar?", "X'kienet ir- raġuni li dawn ix-xogħlijiet kienu jsiru mill-privat u kull kumpannija privata tbiddlet f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Matul l-1990/91 il-Gozo Channel Company Ltd. ħallset 'il fuq minn Lm390,000 u hawnhekk kien jidher biċ-ċar li l-baħar beda jitqalleb sew għal din il-kumpannija.", "Sur President, ta' kull sena l-management tal-Gozo Channel Company Ltd. kien jagħmel depreciation qawwija tal-vapuri li kien jopera, liema depreciation ma kenitx realistika u korretta.", "Dan kien ifisser ukoll li kienet issir depreciation ta' vapuri li kienu diġa' written off.", "Fil-fatt id-depreciation li kienet issir kienet għall-partijiet tal-vapuri li jinbidlu, ħaġa li ma titwemminx.", "Manuvrar bħal dan kien juri wkoll assi li ma kenux jeżistu.", "Id-depreciation normalment tinħadem fuq perijodu ta' 15- il sena, li bejn wieħed u ieħor hija l-ħajja ta' vapur.", "Tant kien hemm taħwid speċjalment fejn jirrigwardaw materji finanzjarji li f'sena minnhom l-awditur għamel mhux inqas minn 88 journal adjustment biex fost l-oħrajn jaġġusta stocks ta' fuel imdaħħla ħażin u kalkolazzjoni maħduma ħażin anke fuq id-depreciation.", "Mhux biss ma kenux isiru bank reconciliation statements ta' kontijiet mal-bank f'Malta, iżda lanqas mal-bank ta' barra fejn il-Gozo Channel Company Ltd. kellha Lm100,000 depożitati ma kienu jsiru dawn l-istatements.", "Fil-fatt ma' dan ta' l-aħħar jidher li lanqas il- bank statement ma' kellhom u tgħidx kemm tħabtu biex ġabru dawn l- istatements!", "Irriżulta wkoll li l-imgħax dovut ma ġiex imdaħħal kif suppost fil-kotba tal-kumpannija.", "Din ma nistax nifhimha għax anke min ikollu sempliċi Lm10 depożitati jirċievi statements bħal dawn regolarment.", "Għal diversi snin il-Gozo Channel Company Ltd. inġibditilha l-attenzjoni dwar il-ħlasijiet li kienu dovuti lilha minn diversi kredituri liema ħlasijiet kienu jmorru lura fis-snin.", "Intilfu ħafna minn dawn il-finanzi f'bad debts, fosthom hemm ammont sostanzjali mingħand aġenti Sqallin.", "Mad- dipartimenti tal-gvern il-Gozo Channel Company Ltd. tilfet Lm69,901, ma' l- aġenti Maltin tilfet Lm17,239 u ma' l-aġenti Sqallin tilfet - dawn għidnielhom requiem aeternam - Lm61,223.", "Sur President, il-manager tal-Gozo Channel Company Ltd. tgħidx kemm ftaħar bis-servizz ta' l-\"M.V. Għawdex\" bejn Malta u Sqallija imma jidher li minħabba regolamenti marittimi internazzjonali l-\"M.V. Għawdex\" kellu jissospendi s-servizz tiegħu lejn il-gżira Taljana u d-dejn baqa' ma tħallasx.", "Kif diġa' kelli l-okkażjoni naċċenna tal-Gozo Channel Company Ltd. kienu galantomi ħafna u kienu jħallsu l-kontijiet tagħhom malajr mingħajr ma jieħdu vantaġġ ta' credit terms li normalment huma mogħtija lil ditti oħra.", "F'sena waħda l-Gozo Channel Company Ltd. kellha spejjeż ta' kważi Lm1 miljun fi fuel, fi żjut u fi spejjeż ta' manutenzjoni.", "Meta nqis li l-Gozo Channel Company Ltd. kienet iffaċċjata bi problemi daqshekk kbar jien ma nistax nifhem kif dawn il-ħlasijiet mgħaġġla ...", "Jew aħjar ngħid li għalissa lanqas nista' nipprova nifhem!", "Per eżempju, ħadd għadu ma fehemni għaliex il-Gozo Channel Company Ltd. kienet qed tħallas overdraft ta' 8% meta kellha kont ta' Lm100,000 mal-Banco di Sicilia bis-6.5% li tiegħu kienet iġġib madwar Lm1,500 fis-sena.", "Din kienet qed titlef ukoll madwar Lm1,000 f'imgħaxijiet minħabba valuta estera li nżammet għandha bla bżonn.", "Sur President, meta tara dawn l-irregolaritajiet kollha xejn ma tibda tieħu bi kbir, pero' m'iniex sejjer ma nsemmix li għal żmien twil ma kenux jinħarġu purchase orders biex jinxtraw il-bżonnijiet li kien ikollha l- kumpannija.", "Anke l-mod daqshekk veloċi li bih kien jitħallas dan ix-xiri ma kienx wieħed li ma jqanqalx suspett għax fid-dinja tal-lum kważi l- kumpanniji kollha jieħdu vantaġġ mill-credit terms li joffru l- kummerċjanti.", "Mhux biss ma kenux jinħarġu purchase orders meta kien isir ix-xiri, iżda ma kienx l-ewwel darba li l-invoice ma kenitx tiġi ttimbrata \"paid\" bil-possibbilta' li setgħet terġa' tiġi ppreżentata għall-ħlas.", "Lanqas ma kienet eċċezzjoni li jsir xiri mingħajr ebda awtorita'.", "Fil-fatt f'sena minnhom l-awdituri elevaw każi fejn il-bilanċ tal-kredituri tal- kumpannija ma kienx jaqbel mal-figuri tal-fornitur u mbagħad meta ddaħħlet is-sistema komputerizzata min kien responsabbli kien mgħaġġel wisq biex iwaqqaf is-sistema - jekk tista' ssejħilha hekk - li kien hemm qabel.", "Minn dan irriżulta li kien hemm kredituri li ma ġewx imdaħħla u ammonti ta' valuta estera tħalltu ma' ammonti f'liri Maltin.", "Sur President, kif jaf kulħadd il-petty cash tal-kumpannija hu intenzjonat biex jitħallsu ammonti żgħar li jsiru kuljum.", "GĦad irrid ninvestiga l-ammonti konsiderevoli li tħallsu mill-petty cash għax-xiri ta' fuel meta ħafna drabi dan kien isir on credit ma' stations approvati mill- kumpannija konċernata.", "Mhux hekk biss iżda kien hemm xiri li lanqas biss kien awtorizzat.", "Tidħak meta tisma li l-kumitat li kienet waqqfet il- Gozo Channel Company Ltd. biex jeżamina u jinnegozja x-xiri tal-kumpannija malajr ġie xolt u għalhekk hawn jidher li kien hemm min kellu interess li l- affarijiet ma jsirux kif suppost.", "Kif tistgħu timmaġinaw id-dħul tal-kumpannija jiġi mill-passiġġieri u l- vetturi li jagħmlu użu mis-servizz tal-Gozo Channel Company Ltd. u għalhekk kull management serju għandu jiżgura li l-kumpannija ddaħħal l-ammont eżatt mill-biljetti mibjugħa.", "Ħalli naraw ftit id-diskrepanzi elevati s'issa imma jien ċert li dawn m'humiex uniċi għax wisq nibża' li ż-żmien għad juri diskrepanzi u irregolaritajiet oħra.", "Per eżempju, jien informat li għal żmien konsiderevoli l-Gozo Channel Company Ltd. ma kenitx toħroġ biljetti għal gruppi ta' iżjed minn 50 persuna.", "Din kienet toħroġ embarkation cards li ma kenux numerati u għalhekk b'ebda mod ma kien possibbli li dawn jiġu ċċekkjati bir-riżultat li hawnhekk seta' kien hawn abbuż serju.", "Imma dan mhux biżżejjed għax filwaqt li s-subagents tal-Gozo Channel Company Ltd. suppost jissottomettu return tal-biljetti li jbigħu, dawn kienu jissottomettu dan ir-return ġimgħat wara, mingħajr ma ħadd kien jaf x'jiġri.", "Fil-fatt kien jiġri li għal ħafna żmien ma kienx possibbli għall- kumpannija li tirrikonċilja l-biljetti mibjugħa u l-flus li jidħlu, bir- riżultat li d-diskrepanzi ma kenux jistgħu jiġu investigati faċilment u jien m'iniex konvint li din il-proċedura irregolari ma kenitx issir apposta.", "Jien informat li mhux l-ewwel darba li aġenti taw lil Gozo Channel Company Ltd. flus anqas mill-biljetti li tniżżlu li nbigħu u kien hemm anke każijiet fejn biljetti ma kenux irritornati mill-aġent, biljetti li kienu mitlufa ...", "Dan kollox jindika n-nuqqas ta' serjeta' fit-tmexxija ta' din il-kumpannija.", "Sur President, għar-rigward tal-biljetti mibjugħa għas-servizz tal-Gozo Channel Company Ltd. li jmur Sqallija, mhux l-ewwel darba li ma kienx jingħata rendikont xieraq mill-aġenti dwar il-biljetti mibjugħa.", "Dan kien jagħti lok serju ta' abbuż, ħaġa li l-management tal-Gozo Channel Company Ltd. ftit jidher li nkwieta dwarha.", "Kien biss meta ddaħħlet forma ta' computerisation li setgħet issir verifika dwar il-biljetti mogħtija lill- aġent.", "Lanqas ma jidher li hemm kontroll fuq passes mogħtija lill-Għawdxin billi l-proċedura mħaddna mill-kumpannija tagħti lok għal abbuż.", "Aħna ma għandna xejn kontra l-poplu Għawdxi imma rridu li kulħadd, mill-kbir saż- żgħir, iħaddan moralita' fiskali u jikkontribwixxi b'mezzi raġonevoli għas- servizz li qed jingħata biex dan is-servizz jitjieb għall-ġid ta' kulħadd.", "Sur President, minn snin ilu kien jidher biċ-ċar li minħabba deċiżjonijiet ħżiena tal-Gvern Nazzjonalista, il-kompetizzjoni ta' l-Air Malta u tal-Virtu' Ferries kellha effett ħażin fuq il-Gozo Channel Company Ltd., l-iżjed meta din ta' l-aħħar kienet qed titmexxa daqshekk ħażin u min kien responsabbli ħalla kollox għaddej meta ma tax ukoll palata lil wieħed mill-kompetituri tiegħu!", "Kien hemm żmien li minn sena għal oħra n-numru ta' passiġġieri fil-Gozo Channel Company Ltd. biex imorru Catania naqas bin- nofs.", "Mhux hekk biss, imma kien hemm każi fejn in-numru ta' passiġġieri li għaddew il-pulizija huma u jirkbu l-vapur ma kienx jaqbel man-numru ta' biljetti mibjugħa u dan kien jiġri partikolarment fl-aħħar trips ta' filgħaxija.", "X'investigazzjonijiet għamlet il-kumpannija għadni ma sibtx.", "Kulħadd jaf li hija l-prattika regolari li jinżammu flus ġos-safe tal- kumpannija, speċjalment tal-Gozo Channel Co. Ltd. li kienet kumpannija tal- gvern.", "Pero' jidher li għall-Gozo Channel Co. Ltd. kollox kien jgħodd!", "Għal żmien twil il-general manger kien jimmaniġġa l-port tax, kien iżomm il- flus fis-safe tiegħu u mbagħad iħallas hu.", "Kienu jiġu depożitati flus dejjem fi kwantita' ugwali taċ-ċekkijiet li kienu joħorġu.", "F'lingwaġġ komuni kienu jiddepożitaw biżżejjed biex iċ-cheque jkun jista' jissarraf.", "Kien hemm każijiet fejn kienu jinħarġu ċekkijiet fuq isem debituri u dawn kienu jinżammu fis-safe għal żmien indefinit.", "Ir-raġuni għalfejn dan kien isir Alla biss jafha!", "Dwar dan l-awdituri talbu investigazzjoni iżda x'sar jew ma sarx il-Bambin biss irid jilluminana!", "Ma jidhirx li din kienet xi marda lokalizzata pero' mhux l-ewwel darba li xi impjegati f'ticket booths tal-kumpannija ma ddepożitawx il-flus tal-biljetti fil-bank kif suppost, għaliex jidrilhom li ma kienx ikun hemm ammonti sostanzjali biex jagħmlu dan u allura kienu jżommuhom għandhom.", "Irrid ngħid li l-awditur ta' kull sena kien jgħid lill-kumpannija sabiex iżomm reġistru ta' stocks fejn jitniżżlu l-istocks ta' spare parts u jitniżżlu wkoll dawk il-parts li jinxtraw.", "Dan ir-reġistru jservi wkoll biex jitniżżlu stocks li joħroġu u jintużaw.", "In-nuqqas ta' dan ir- reġistru altru li jagħti lok għall-abbuż għaliex mingħajru setgħat faċilment tintilef l-informazzjoni ta' kemm swew l-ispare parts li nxtraw.", "Barra minn hekk lanqas kien possibbli li ssir il-verifika ta' l-istocks kif meħtieġ.", "Il-management letter mill-awditur datata 15 ta' Novembru ta' l- 1989 tirriferi proprju għal dan.", "Għal sena wara l-oħra l-kumpannija kienet iżżomm kwantita' kbira ta' engine spare parts.", "Meta wieħed iqis il-kondizzjoni tal-vapuri tal- kumpannija jista' jiġġustifika dan l-ammont, iżda meta tqis li dawn l- istocks ma kienu jidħlu fl-ebda ktieb u meta tqis li qatt ma kienu jiġu ċċekkjati, malajr tasal għall-konklużjonijiet tiegħek.", "Ta' min isemmi li f'sena minnhom kien hemm b'kemm jiswew aktar minn Lm18,000 spare parts tal- vapur Melitaland li ma kienx qed jintuża.", "Ta' min isemmi wkoll li mid- dokumenti disponibbli, insibu li lanqas kien jitniżżel fuq liema vapur imorru l-ispare parts li kienu jinħarġu.", "Ħaġa ta' l-iskantament hija li għal żmien twil l-istorekeeper kien ex-baħri handyman.", "Irrid ngħid li lanqas reġistru tal-fixed assets ma kien jeżisti.", "Bżonn ta' reġistru bħal dan kulħadd jifhmu, barra naturalment id-diriġenti tal- Gozo Channel Co. Ltd!.", "Jidher li lanqas jeżistu dokumenti ta' kif iddisponew mill-assi tal-kumpannija.", "Fl-opinjoni tiegħi u ta' ħafna oħrajn, dan l-aġir jammonta għal frodi u dawk li għandhom xi informazzjoni f'dan ir-rigward huma mitluba biex jagħtuha għaliex ħadd ma jista' jsib tarf hemm ġew.", "Ta' min jgħid li l-pagi qatt ma ġew iċċekkjati minn persuna responsabbli jew ġew iċċertifikati tajbin jew iċċekjati minn presuna oħra kompetenti.", "Sena wara l-oħra l-awdituri tal-Gozo Channel Co. Ltd. ġibdu l- attenzjoni tal-management dwar dan il-fatt u rrakkmandaw x'għandu jsir, pero' l-bravu management tal-kumpannija qatt ma ta kas.", "Ir-raġuni ta' dan jafha biss il-management - lili għadu ħadd ma qalhieli.", "Dan in-nuqqas jidher iżjed meta wieħed iqis li għal snin sħaħ ma kien hemm ħadd li japprova s-somom li kienu joħorġu bħala pagi u overtime.", "Meta wieħed iqis li l-kumpannija kienet tħallas xi Lm0.5 miljun f'pagi u salarji, liema ammont jinkludi proporzjon kbir ta' overtime u allowances, naħseb li għandu għalfejn jiskandalizza ruħu li ammonti bħal dawn ma kenux jiġu approvati u lanqas verifikati.", "Kif kienet immexxija l-Gozo Channel Co. Ltd. huwa eżempju klassiku ta' mismanagement fl-aqwa tiegħu.", "Sibt li kien hemm okkażjonijiet fejn it-total tal-pagi ta' sena mogħti lill-bank ma jaqbilx ma' l-ammont ta' pagi mħallas lill-impjegati!", "Ma kienx każ rari lanqas li l-impjegati stess jibdlu r-rata tat-taxxa tagħhom kif u meta jaqblilhom jew jiddeċiedu huma meta jagħmlu l-overtime!", "Matul is-sena 1993/1994 il-ħlas tal-pagi u salarji qarreb lejn il-Lm1 miljun, iżda xorta dan ma kienx biżżejjed sabiex il-kumpannija u l-management ipoġġu lil xi ħadd ħalli jivverifika dawn il-pagi, u minkejja l-krib ta' l-awditur, il- management tal-Gozo Channel Co. Ltd. kompla jwebbes rasu.", "Li l-Oppożizzjoni xxewwex fuq iż-żieda fin-noll imħabbra mill-Gvern m'hi xejn ħlief ipokrezija ta' l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu għax fil-verita' l- Gozo Channel Co. Ltd. kienet ilha żmien tingħata parir biex taġġusta n- nollijiet in vista tat-telf li kienet qiegħda tagħmel.", "Iżda bħalma ġara f'postijiet u f'entitajiet oħra, kollox tħalla mistur, kollox tħalla għaddej, basta l-ministru ta' qabli kien dejjem jiftaħar kemm kollox kien sejjer tajjeb!", "Jiena ċert li lill-ministru kienu ilhom mas-seba' snin jgħidulu biex jaġġusta n-nollijiet pero' hu ma ħa l-ebda passi.", "Kieku ħa xi passi, ma kienx ikun hemm bżonn tal-passi kollha li ħa dan il-Gvern f'dan ir-rigward.", "Meta titfa' l-problemi taħt it-tapit, bħalma għamlu l- ministri Nazzjonalisti, li bl-aktar mod irresponsabbli mexxew din l- azjenda, tkun qed tqarraq bil-poplu Malti u Għawdxi u tpoġġi f'periklu l- impjieg tal-ħaddiema ta' din il-kumpannija.", "Kemm hija vera l-ħtieġa li jiċċaqilqu n-nollijiet tista' tittieħed mill-ittra li l-awdituri bagħtu lill-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel Co. Ltd. seba' snin ilu - mhux illum! - fejn fost affarijiet oħra rrimarkaw:", "\"Cost increases have eroded the profitability which resulted from the higher traffic in recent years.", "We were given to understand last year that a price increase in July 1992 was likely.", "This did not materialise and the company should continue to press for it.\".", "Kulħadd jaf x'għamlet il-Gozo Channel Co. Ltd.", "Ta' min jgħid li f'laqgħa tal-Bord tad-Diretturi li saret fl-20 ta' Lulju tas-sena l-oħra, iċ- chairman kien qal li kienet qiegħda tiġi ffinalizzata struttura ġdida ta' nolljiet u li kien se jressaq din l-istruttura quddiem l-istess bord fi żmien qasir.", "Issa li l-Kamra semgħat dan it-taħwid kollu tal-Gozo Channel Co. Ltd., tasal waħedha biex tifhem ta' min kienet ir-responsabbilta' ta' dan kollu.", "Forsi ma jkunx floku li ngħidilkom jien, iżda ngħidilkom x'qalu l-awdituri, jiġifieri l-istess nies li flew l-operazzjonijiet u l-kotba ta' din il- kumpannija fil-passat.", "Dawn qalu:", "\"The responsibility for the maintenance of an adequate system of internal control as well as for the prevention and detection of irregularities and fraud rests with management.\"", "Iżjed 'il quddiem jgħidu:", "\"Our audit has been planned so that we would have a reasonable expectation of detecting material misstatements in the accounts resulting from irregularities or fraud.\".", "Jiġifieri l-awditur ma qgħadtx itomha.", "GĦall-awditur l-abbużi u l-frodi ma kenux biss fl-arja, speċjalemnt meta aktar 'il quddiem kiteb li żewġ issues li kien iddiskuta mal-management diversi drabi kienu l-piż soċjali li kellha l-kumpannija u d-diffikulta' biex jiġu kontrollati l-abbużi.", "L- awditur għamilha ċara li hu l-management tal-Gozo Channel Co. Ltd. li finalment irid jirrispondi.", "Jiena bħala l-ministru responsabbli minn din il-kumpannija ma nistax ma ninvestigax l-abbużi, bħad-dħul li kellu jidħol mill-bejgħ tal-biljetti u ma daħalx, servizzi iċċarġjati mhux kif suppost u biljetti foloz.", "U hemm lista sħiħa ta' dawn l-abbużi.", "Matul l-aħħar sena l-Gozo Channel Co. Ltd. tilfet aktar minn ¥0.33 miljun u kienet mistennija tagħmel wisq aktar telf li seta' jilħaq sa Lm1 miljun f'sena.", "Kieku l-Gvern tal-ġurnata ma ħax passi immedjati biex jipprova jagħlaq il-ħofra finanzjarja ta' din il- kumpannija, il-fondi li kienet tiġġenera l-Gozo Channel Co. Ltd. lanqas biss kienu biżżejjed biex jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema.", "Aħseb u ara minn fejn kienu se jinġiebu l-flus għax-xiri tal-vapuri li ordnaw, għall-ħlas ta' l-imgħaxijiet u għall-bżonn li jlaħħqu ma' l-ispejjeż rikorrenti tal- kumpannija!", "L-ineffiċjenza li kienet tirrenja min-naħa tal-management ma setgħetx tkun akbar u minkejja l-problemi finanzjarji kbar li kellha din il- kumpannija, hija ħallset taxxa żejda ta' Lm19,048.", "Dan barra refund tal- VAT ta' aktar minn Lm71,000 li kellha tiġbor u li sal-lum għadha ma ġabritx.", "Xtaqt inkun naf għaliex inkrew flat u store fl-Imġarr Għawdex u baqgħu ma ntużawx.", "Xtaqt inkun naf għaliex xi partijiet ta' l-\"MV Calypso\" kienu ssewwew barra b'xi Lm800-il waħda meta f'Għawdex kienu jissewwew bi Lm30.", "Xtaqt inkun naf għaliex iddaħħal dak ir-revenue clerk meta ma kienx jaf jaqra u jikteb u ngħata paga ta' Lm50 fil-ġimgħa.", "Xtaqt inkun naf għaliex iċ-chairman tajjar lill-managers li kellu biex jieħdu ħsieb il-biljetti u beda jieħu ħsieb kollox dan il-wieħed li kif diġa' għidt la kien jaf jikteb u lanqas jaqra.", "Xtaqt inkun naf kif kien jingħata l-fuel lill-vapuri li minkejja li kellhom il-meters meħtieġa, dawn ħadd ma kien jagħti kashom.", "Xtaqt inkun naf fejn kienu l-invoices u d-dettalji ta' eluf ta' liri li ntnefqu f'manutenzjoni u f'xiri ieħor.", "Xtaqna nkunu nafu għaliex kien hemm kaptan li tkeċċa għaliex laqgħat il-vapur mal-moll f'maltempata u għaliex ma sarx l-istess f'żewġ każijiet oħra simili li jinvolvu lil ħaddieħor.", "Anzi fl-aħħar każ ingħatat ordni biex il-bastiment jiġi miżbugħ qisu qatt ma ġara xejn!", "Xtaqt inkun naf għaliex l-ex-general manager kellu jirriżenja minn mal-kumpannija u wara li rriżenja tawh karozza, tawh mobile telephone u nħafrulu s-Lm6,000 li silfitu l-Gozo Channel Co. Ltd - qatt ma kont naf li din il-kumpannija tislef il-flus u xtaqt nistaqsi b'liema rata ta' imgħax selfulu l-flus.", "Xtaqt inkun naf għaliex żewġ financial controllers kellhom jirrinżenjaw u sal-lum qatt ma ġie impjegat ieħor flokhom.", "Xtaqt inkun naf għaliex il-bord ma baqax jiltaqa' f'Sa Maison u beda jiltaqa' fil-fabbrika taċ-chairman f'San Ġwann u l-boardroom ta' Sa Maison ġiet mibdula f'żewġ uffiċini bl-għamara u l-air conditioning biex joqogħdu impjegati oħra.", "(Interruzzjonijiet) Għandkom raġun tidħku, u dan huwa ftit mill-ħmieġ li sibna.", "Ħalli naraw issa kif kienu jiġu mpjegati n-nies, Mr Chairman.", "Dawn malajr malajr kienu jmorru l-ETC, kienu jgħidulhom li jridu deck-hands tajbin, kienu jsejħulhom keepers - fil-fatt issa qed isejħulhom mooringrmen/watchmen - u meta jsiru l-interviews, min ikollu l-ktieb tal- baħar u tletin sena esperjenza ma jiġix impjegat u jgħidulu li m'għandux ċertifikati biżżejjed, u min lanqas jaf jekk il-vapur fihx poppa jew pruwa jiġi mpjegat!", "Kien hemm wieħed li mpjegawh bħala deck-boy u wara xahar għamluh customer service assistant, b'salarju ta' Lm400 fix-xahar.", "U jridu jimpjegaw il-kaptani u għandhom kaptan li jaqla' Lm16,000 fis-sena u ieħor li jaqla' Lm14,000!", "Irrid ngħid hawnhekk li l-ex-Ministru għal Għawdex qal li kien jaf kif kienet sejra din il-kumpannija.", "Jiena ngħidlu li jekk kien jaf kif kienet sejra din il-kumpannija, allura jmissu jistħi li ma ħax passi.", "U huwa veru li kienu jafu għaliex kienu ġibdulhom l-attenzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li waħda min-naħa l-oħra sa Lulju li għadda kienet għadha fil-bord tad- diretturi.", "Allura possibbli li lanqas kienu jafu li l-awdituri ma kellhom xejn?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Debono Grech, infakkrek li fadallek żewġ minuti.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dan hu d-diżastru li sibna fil-Gozo Channel Co. Ltd. u fl-ażjendi kollha waħda wara l-oħra.", "U dawn qed insemmuhom illum biex ħadd ma jiġi jgħid li minn dawn l-affarijiet ma kellna xejn.", "U veru dħalna għaliha u mhux jien waħdi, imma daħal fiha l-Prim Ministru u anke l- Ministri sħabi għax irridu nsalvawha.", "U qed isiru diskussjonijiet ma' min hu interessat u se Jkomplu jsiru diskussjonijiet u SE naslu, bħalma wasalna f'affarijiet oħra.", "Imma m'aħniex se nissagrifikaw il-postijiet u l-ħobż tal-ħaddiem iż-żgħir.", "Il-ħaddiem iż-żgħir ma kellux tort fiha, imma kellu tort min jiddeċiedi lil min jagħti l-overtime.", "Hemm min għamel Lm8,000 overtime għax hu jiddeċiedi meta jidħol overtime u ma jista' jkellmu ħadd!", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk jien se nindaħal, se nindaħal - illum se ngħidha din - kif isiru x-shifts fil-Gozo Channel biex meta jiġi jagħti d-diesel mhux dejjem Debono Grech ikun hemm għassa mad-diesel!", "Iva se nindaħal biex il-ħaddiema kollha jkollhom l-istess ammont ta' overtime u mhux min jieħu Lm8,000 u min ma jieħu xejn!", "Iva, se nindaħal biex min imissu jidħol jaħdem il-Ħadd, jidħol il-Ħadd!", "Dawn huma l-affarijiet li se nagħmlu u se nindaħal biex nara kif meta l- ex-Prim Ministru wara li xolja l-Parlament qal li ma jista' jiġi mpjegat ħadd kien hemm min għamel id-dati b'jumejn qabel biex ma jaqax taħt il- kategorija li ma jistax jiġi mpjegat.", "U jekk kien hemm bżonn ta' mooringmen u baħrin fil-labour office kien hemm 20 baħri u mooringmen minn Għawdex u Malta li kienu qed jirreġistraw.", "Pero' dwar dan jerġa' jkolli ċ- ċans nitkellem meta nressqu l-estimi tal-Public Transaport Authority u tal- Malta Maritime Authority.", "S'issa għidna daqshekk.", "Il-quddiem ngħidu iktar.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hija li l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Michael Frendo għall-Vot 36 Ministeru għat-Trasport u Portijiet.", "Dawk favur?", "(Onor.Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni il-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 36 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Michael Frendo.", "Dawk favur?", "(Onor.Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "12", "FAVUR: 33 L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius |Gonzi Lawrence | |Francis | | |Bonnici |Hyzler George M. | |Josef | | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |D'Amato |Psaila Savona Joe | |Helen | | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara |Refalo Michael | |Louis | | |Farrugia |Tabone Anton | |Jean Pierre | | |Fenech Adami|Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | |Galea Pace | | |Victor | |", "KONTRA: 35 L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-Riżoluzzjonijiet imressqa mill-Ministru tat-Trasport u Portijiet.", "VOT 36 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,291,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Ministeru għat-Trasport u Portijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 36 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT 37 - AVJAZZJONI ĊIVILI Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,239,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 37 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT 38 - LIĊENZJI U TESTJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 918,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Liċenzji u Testjar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 38 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT IX - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,657,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru għat-Trasport u Portijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot IX għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 36, 37, 38 u IX taħt il-Ministeru għat-Trasport u Portijiet ġew approvati mill- Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar l-Erbgħa, 5 ta' Frar, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997", "Is-Seba' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni", "L-Onor.", "Membri japprezzaw li l-aġenda ta' għada għadha kemm ingħatatilhom illejla.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 5 ta' Frar, 1997 fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar 1997.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - \"POLICY\" DWAR IT-TISWIJIET", "2205.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Gvern li jbiddel il-\"policy\" dwar it- tiswijiet fil-proprjeta' tal-Gvern u jekk iva fuq liema linja?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll hemmx il-ħsieb li xi parti mir-responsabbilta' tgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Ninforma lill-Onorevoli interpellat li jekk u meta tinbidel din il-\"policy\", din titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra kif kienet tqiegħdet meta tfasslet mill-Gvern preċedenti f'Novembru ta' l-1992.", "Madanakollu m'hemm ebda ħsieb li xi parti mir-responsabbilta' għal tiswijiet tgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - FIDI TA' ĊENS/XIRI TA' PROPRJETA'", "2206.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm applikaw persuni u taħt liema skemi biex jifdu ċnus jew jixtru proprjeta' li hi ta' l-Uffiċċju Konġunt?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta' persuni li applikaw biex jifdu ċnus jew jixtru proprjeta' kien kif ġej:", "|Skema ta' Fidi ta' Cens |668 | |Temporanju | | |Skema ta' Fidi ta' Cens |340 | |Perpetwu Rivedibbli | | |Skema ta' Xiri ta' |495 | |Proprjeta' Mikrija | | |TOTAL |1503 |", "KUNSILLI LOKALI - ĊIRKOLARIJIET", "2207.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ- ċirkolarijiet kollha indirizzati lill-kunsilli lokali sa mit-twaqqif tagħhom u maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li kopji taċ- ċirkolarijiet mitluba jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, f'seduta oħra.", "AWTORITA' MARITTIMA - MEMBRI TAL-BORD", "2209.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' l-Awtorita' Marittima u ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, kemm jitħallsu u jekk għandhomx \"fringe benefits\" bħall-użu ta' karozza, \"driver\", \"telecell\" u affarijiet oħra simili?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif indikata' hawn taħt:-", "Awtorita' Marittima ------------------- Chairman Dott. Edward Woods, L.L.D.", "Viċi Chairman Is-Sur George Carbone, B.Sc (Hons)(Lond), A.R.C.S.", "Membri Is-Sur Felix Agius Is-Sur Oscar Borg (ex-officio), B.A. (Hons) Econ, M.B.A.(Lanc.)", "Is-Sur Alfred A. Cremona (ex-officio) Dott. Vincent Moran M.D. Is-Sur Carmel V. Schembri (ex-officio) Ms. Anna Spiteri Is-Sur Carmel S. Vassallo (ex-officio), M.C.I.T.", "u għad irid jinħatar membru skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar Nomini mill-opożizzjoni.", "Jiena nfurmat li c-Chairman għandu onorarju ta' Lm5,000 fis-sena, użu ta' karozza inkuż l-ispejjeż, ħlas ta' telekommunikazzjoni u ħlas għall- ġurnali.", "L-membri l-oħra għandhom onorarju ta' LM1,000 u ebda \"fringe benefit\" ieħor ħlief għall membri ex-officio li għandhom 'fringe benefits' marbuta ma l-impjieg tagħhom. --- ------- --------- --------- --------- ----", "Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ----------------------------------- Chairman Is-Sur Reno Calleja", "Deputat Chairman Is-Sur Franxcis Azzopardi", "Membri Ms Moira Falzon Is-Sur Salvu Vella u għad irid jinħatar membru skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar Nomini mill-opożizzjoni.", "Jiena nfurmat li iċ-Chairman jirċievi ħlas ta' Lm4,000 fis-sena u għandu għad-dipożizzjoni tiegħu karozza u telecell.", "Id-Deputat Chairman għandu ħlas ta' Lm1,200 fis-sena filwaqt li l-Membri jirċievu Lm800.", "Kemm id-deputat chairman kif ukoll il-membri jirċievu \"fuel allowance\" ta' Lm10 fix-xahar.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Nterpellant, peress li l-Bords il- ġodda kienu rikostitwiti fil-jiem li għaddew, li l-ħlasijiet u l-benefiċċji msemmija huma l-istess ħlasijiet u benefiċċji li kienu jirċievu l-Membri li kien hemm qabel.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "2260.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li jieħdu l-allowance taż-Lm2 fil-ġimgħa għan-nisa tad-dar?", "Mil-liema lokalita' ġejjin dawn il- persuni, raħal raħal?", "X'tip ta' mpjiegi għandhom dawk li jirċievu dawn il- benefiċċji soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Għajnuna mogħtija bħala `Allowance` ta` Ġenitur kienet tiġi mħallsa taħt l-artiklu 73 ta` l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali (Kap 318).", "B`seħħ mis-6 ta` Lulju 1996 dan il-benefiċċju ġie nkorporat fl-iskema l- ġdida ta` `Allowance` tat-Tfal u għalhekk m`għadux jiġi mħallas bħala `Allowance` ta` Ġenitur.", "Ir-rati l-ġodda ta` l-`Allowance` tat-Tfal jinkludu fihom l-element ta` ħlas li kien isir bħala `Allowance` ta` Ġenitur lill-familji li d-dħul għas- sena 1996 ma kienx aktar minn Lm3263.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BINI TA' PLAYING FIELDS", "2301.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' \"playing fields\" mill-kunsilli lokali u mid-Dipartimenti tal- Gvern?", "F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?", "Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet u minn liema dipartimenti saru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "MOSTA - \"INDEPENDENCE AVENUE\" - DAWL", "2302.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi \"Independence Avenue\" fil-Mosta hi triq ta' ċertu wiesgħa, u fiha hemm nuqqas ta' dawl, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din it- triq tiddawwal aħjar?", "Jaħseb il-Ministru li d-dawl li jonqos, jekk jiżdied jista' jwassal biex jonqsu l-perikli ta' inċidenti f'din it-triq?", "F'din l- istess triq, tista' l-Korporazzjoni Enemalta flimkien mad-Dipartiment tat- Toroq tipprovdi dawl liż-\"zebra crossings\" li hemm f'din it-triq?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal-aktar dawl qiegħda tkun ikkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "Iż-żewġ Zebra Crossings li hemm ġo Vjal Indipendenza, il-Mosta, diġa għandhom id-dawl.", "Ma hemm l-ebda talba pendenti mill-Awtorita` kompetenti għal Zebra Crossings ġodda f`din it-triq", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN PAWL - TISWIJA", "2303.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 732, jista' l-Ministru jiggarantixxi li fil-fatt din it-triq xorta waħda tingħata wiċċ ġdid, minkejja li x-xogħol ta' tiswija tlesta?", "Jaħseb il-Ministru li dan importanti li jsir qabel iktar dewmien meta wieħed iqis li din it-triq hi l-arterja prinċipali tat-traffiku, u diġa' kellna żewġ okkażjonijiet fejn għal jiem sħaħ kellna t-trasport pubbliku sospiż miċ- ċentru ta' San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet investigazzjoni fuq ix-xogħol ta' trinek u re-instatment ta' Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar mill-kuntrattur li ġie ngaġġat mill- Korporazzjoni fuq il-proġett ta' bdil ta' mains ta' l-ilma.", "B'riżultat ta' dan il-kuntrattur issa huwa obligat li jsewwi t-trinek fejn inbidlu s-\"service connections\" mill-main tat-triq sal-bankini.", "Dawn it- tiswijiet jeħtieġu jsiru fejn ġew innotati d-difetti tax-xogħlijiet.", "Il-Korporazzjoni ħadet ħsieb li għalissa ma tħallasx lill-kuntrattur.", "Meta jitlestew ix-xogħlijiet il-kuntrattur ser jitħallas 90% mill-pagamenti.", "Il- kumplament ser jinżamm mill-Korporazzjoni għal perjodu ta' sentejn f'każ li jkollu jitqabbad kuntrattur ieħor biex jerġa jsewwi dawn ix-xogħlijiet f'dan iż-żmien.", "ENEMALTA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "2314.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi riċentement il-Ministru kien rapportat li qal li kien lest jinvestiga x'wassal għall-qtugħ tad-dawl, jista' jgħid x'tip ta' investigazzjonijiet wettaq, hu jew xi ħadd imqabbad minnu?", "X'kienu r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati ta' dawn l-istess investigazzjonijiet?", "X'qed jirriżulta li kienu r-raġunijiet għall-qtugħ mhux mistenni tad-dawl?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub diġa` tqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra waqt id-dibattitu dwar l-estimi ta` l-EneMalta.", "BUĠIBBA - \"BUS TERMINUS\"", "2315.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Billi fl-Estimi għal din is-sena qed jingħad li se jkun hemm nefqa ta' flus fuq il-\"bus terminus\" ta' Buġibba u oħra fuq dik tal-Belt, jista' l- Ministru jekk jogħġbu jagħti tagħrif dwar fuqiex se jintnefqu dawn il-flus?", "Sal-lum saru l-applikazzjonijiet neċessarji mill-Planning Authority?", "Jekk iva, jista' jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-pjanti tax-xogħol mitlub?", "Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsiru l- applikazzjonijiet għax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Tingħata' risposta f'xi seduta' oħra.", "PROGRAMM \"WEEKEND\" - PREŻENTATURI", "2501.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 824, jista' l-Prim Ministru jinnota:", "1) Li fir-rapport li ħejja s-Sur Joe A. Grima dwar il-PBS kien hemm riferenzi ċari u fit-tul dwar il-qagħda finanzjarja tal-kumpannija;", "2) Li f'paġna 7 l-qagħda finanzjarja tal-kumpannija tissejjah saħansitra \"prekarja\";", "3) Li f'paġna 6 jingħataw iċ-ċifri relattivi għad-dħul mill-pubbliċita' fil-perjodu qabel beda l-pluraliżmu u fil-perjodu meta \"bdiet il- kompetizzjoni\" kif jingħad testwalment fir-rapport?", "Il-Prim Minist, ma jarax li meta l-Gvern għamel pubbliku r-rapport tas- Sur Grima (bir-riferenzi kollha li hemm fih għall-għaqda finanzjarja tal- PBS) kien qiegħed jiżvela informazzjoni ta' natura purament kummerċjali?", "U għaliex fil-każ tal-programm \"Weekend\" il-Prim Ministru jħoss li \"ma jkunx xieraq li l-Public Broadcasting Services tintalab tiżvela informazzjoni ta' natura purament kummerċjali\" meta fir-rapport tas-Sur Grima jissemmew b'mod ċar iċ-ċifri f'paġni 24 u 28 li tħallsu lis-Sur Lou Bondi u lis-Sur Godfrey Grima?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Konvint li l-Onor.", "Membru japprezza li wieħed irid jiddistingwi bejn id-dettalji maħruġa f'rapport kommissjonat mill-Gvern għal skopijiet ta' stħarriġ, verifikazzjoni u pariri professjonali u d-dettalji ta' natura kummerċjali b'rabta ma programmi u kontributuri partikolari.", "L-aġġornament tal-policies tal-PBS vis-a-vis tagħrif li tista tibbenefika minnu l-kompetizzjoni jgħodd għall-programmi kollha.", "L-Onor.", "Membru zgur li jifhem u jaqbel li kull tmexxija ġdida f'kumpanija kummerċjali għandha l-liberta tfassal dawk il-policies ġodda li jidhirlha xierqa biex tilhaq il-miri tagħha.", "PROGRAMM \"YOUTH EXCHANGES\"", "2502.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 986, jista' l-Ministru jivverifika jekk id- dipartiment konċernat tax id-dati preċiżi ta' meta saret iż-żjara f'Malta miż-żgħażagħ ta' Rieti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jirriżulta li d-dati msemmija jirreferu għaż- żjara f'Rieti tal-grupp Malti.", "Iż-żjara ġiet reċiprokata bejn is-7 u l-15 ta' Diċembru 1996.", "\"KANZUNETTA GĦALL-EWROPA\" - FESTIVAL", "2503.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal dak li qal is-Segretarju Parlamentari Cilia fi tmiem il-Festival \"Kanzunetta għall-Ewropa\", fis-sens li l-Gvern tal-lum ta nifs ġdid lil dan il-Festival, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx ma' dik l-affermazzjoni, \"in vista\" tal-fatt li kien il- Gvern preċedenti li assigura mill-ġdid il-parteċipazzjoni ta' Malta f'dan il-Festival li fih Malta żammet post għoli sa l-ewwel għaxar postijiet f'kull edizzjoni li saret tul dawn is-snin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Festival tal-Kanzunetta għall-Ewropa ta' din is-sena kien suċċess enormi.", "Tassew ingħata nifs ġdid lil dan il-Festival kif stqarr is-Segretarju Parlamentari Cilia fost oħrajn għar-raġunijiet li ġejjin:", "1.", "Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Festival il-kumitat organizzattiv kien daqshekk rappreżentattiv bil-ħatra ta' elementi femminili u żgħażagħ.", "2.", "It-trasparenza li ġiet introdotta fl-għażla tal-ġurija u fil-votazzjoni min huma u kif ivvutaw.", "Sas-sena l-oħra lanqas min huma l-ġurija ma kien ikun magħruf u kien jitħabbar biss min ġie fl-ewwel tlett postijiet.", "3.", "Tilwim li kien jeżisti mall-\"union\" tal-Mużiċisti Maltin għal dawn l- aħħar snin minħabba n-nuqqas ta' rieda ta' djalogu minn-naħa tal-Gvern preċedenti ġie eliminat darba għal dejjem.", "4.", "Il-kanzunetti finalisti ingħataw l-opportunita' li jipparteċipaw kollha fiż-żewġ serati finali u mhux jiġu eliminati numru sostanzjali minnhom fl- ewwel serata finali.", "Apparti li dan ta \"exposure\" akbar lill-parteċipanti, kien ukoll opportunita' għall-ġurija biex tisma' u tiġġudika l-kanzunetti darbtejn u mhux darba, biex l-għażla tkun waħda aktar ċerta.", "Dawn it-tibdiliet ċertament ma rriżultawx minħabba l-politika tal-Gvern preċedenti.", "FURJANA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "2520.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex l-Għassa tal-Pulizija fil-Furjana spiss tkun magħluqa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-għassa tal-Furjana qed tkun miftuħa fuq bażi regolari u tingħalaq meta l-Pulizija li jkun għassa jkun meħtieġ fuq xi xogħol barra.", "KUNSILLI LOKALI", "2521.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jispjega li mill-kunsilli lokali kollha f'Malta li talbu ħlasijiet għal ħteġijiet speċjali, l-unika lokalita' li ma kellha ebda ħlas approvat kienet dik tal-Furjana?", "Jirrealizza l-Ministru li l-mod li bih jiġu ffinanzjati l-kunsilli lokali diġa' hu ta' detriment għal-lokalitajiet bħal Furjana peress li: (a) f'lokalita' ċentrali bħal din il-popolazzjoni reali li tuża l-lokalita' hi ferm akbar min-numru ta' residenti fil-lokalita'; (b) is-\"surface area\" ma tinkludix dawk l-ispazji kollha li huma esklużi mill-kompetenza tal- kunsilli lokali, u b'hekk is-\"surface area\" kkalkolata għall-finijiet ta' allokazzjoni ta' flus hi iżgħar mis-\"surface area\" reali tal-lokalita', fil- każ tal-Furjana hemm ħafna \"items\" fl-iskeda dwar postijiet esklużi mill- kompetenza tal-kunsilli lokali?", "Hemm il-ħsieb li tiġi riveduta s-sistema li biha tiġi allokata l-ispiża tal-Gvern għal kull kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux minnu li mill-Kunsilli Lokali kollha li talbu ħlasijiet għal-ħtiġijiet speċjali, l-uniku lokalita' li ma kellha ebda ħlas approvat kienet dik tal- Floriana.", "Fil-fatt kien hemm b'kollox sitt Kunsilli li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-\"fondispeċjali\" ma ntlaqgħux mill-Kumitati maħtura skond il- Memorandum anness mar-Riżoluzzjoni Nru 272 ta' din il-Kamra.", "Dan joħroġ ċar mir-Rapport li jien stess poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra nhar il-20 ta' Jannar 1997.", "L-uniku fond li applikaw għalih il-Floriana kien dak li jirrigwarda toroq biex jiġu rikostruwiti jew re-surfaced.", "It-tlett toroq li għalihom applika il-Kunsill ma jikkwalifikawx għal dan il-Fond iżda d-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali ħa l-inizjattiva hu stess u 'rranġa mal-Valletta Rehabilitation Project biex ix-xogħlijiet rikjesti fit-talba jsiru mill- Valletta Rehabilitation Project.", "Bħal ma jaf l-Onorevoli Membru, dan il-Gvern huwa konxju ta riżervi espressi mill-Kunsill dwar il-mekkaniżmu eżistenti tal-finanzjament tagħhom.", "Fil-fatt, diġa' qed isir studju mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex jiġi stabbilit l-aħjar mod kif l-operat tal-Kunsilli jkun iffinanzjat b'mod ġust kemm jista' jkun.", "Rigward il-parti l-oħra tal-Mistoqsija, sallum ma' kien jeżisti l-ebda \"fond speċjali\" biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċ meta l-popolazzjoni reali li tuża l-lokalita' tkun ferm akbar minn numru tar-residenti tal- lokalita'.", "Iżda hemm fond għall-każijiet fejn is-surface area tkun anqas minn 1.5 kilometru kwadru u l-popolazzjoni anqas minn 5000 (il-fond d4) u l- Floriana ikkwalifikat skond dan il-kriterju u b'konsegwenza ħadet LM 10,000 bħala fondi addizjonali għas-sena finanzjarja 1996/97.", "Ta' min isemmi li:- (a) Mill-Fondi kollha għal-Ħtiġijiet Speċjali tal-lokalitajiet approvati minn din il-Kamra, il-Kunsill Lokali tal-Floriana ngħata dawn il-Fondi.", "Fond ghaz-zamma u manutenzjoni (Fond d1) LM 5,463 tal-latrini pubbliċi Fond ghac-centri tan-negozju (Fond d3) LM 1,966 Fond ghall-Lokalitajiet \"zghar\" (Fond d4) LM10,000", "Dan b'kollox jammonta għall- LM 17, 429 ħlasijiet addizjonali ma' dawk allokati skond il-formola.", "(b) Skond ir-rapport annwali tal-Kunsill tal-Floriana irriżultaw dawn is- surplus funds għas-snin finanzjarji imsemmija hawn taħt:-", "1994/95 LM 13, 117 1995/96 LM 23, 426", "FURJANA - BINJA VILHENA - XOGĦOL", "2522.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jinbeda x-xogħol ippjanat f'Binja Vilhena fil-Furjana?", "Meta se jinbeda dan ix-xogħol ta' titjib f'din iż-zona?", "Meta hu maħsub li jitlesta?", "Jaf il- Ministru li r-residenti ta' Binja Vilhena għandhom diffikultajiet kbar minħabba akkumulazzjoni ta' ilmijiet madwar il-binja kull darba li tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: F'Binja Vilhena fil-Furjana hu ppjanat li jsir ġnien pubbliku ġdid kif ukoll xogħlijiet in konnessjoni ma' problemi ta' għarar fl-inħawi.", "Id-Dipartiment tal-Bini u Nġinerija għadu kif lesta l- pjanti u d-dokumenti tat-tender in konnessjoni ma' dan ix-xogħol liema xogħol kien ikkummissjonat mid-Dipartiment tal-Bini u Manutenzjoni tad-Djar tal-Ministeru tad-Djar.", "KUMITAT OLIMPIKU MALTI", "2523.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien sabiex il-Kumitat Olimpiku Malti jingħata informazzjoni dwar l- iffinanzjar tal-Gvern għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar?", "Jaf il-Ministru li dan id-dewmien qed jikkawża diffikultajiet għal dak li jirrigwarda l- organizzazzjoni tad-diversi għaqdiet għal dan il-logħob?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nassigura l-Onorevoli Nterpellant illi l-Gvern preżenti mhux se jagħmel xejn biex jipperikola l-parteċipazzjoni ta' pajjiżna fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru fl-Islanda bejn it-3 u s-7 ta' Ġunju li ġej u lest li jagħti l-appoġġ kollu possibbli fiċ- ċirkostanzi preżenti lill-Kumitat Olimpiku Malti mhux biss in konnessjoni ma' dan l-avveniment, iżda in konnessjoni wkoll ma' attiviatjiet oħrajn.", "Dan il-fatt diġa' ġie espress fl-ewwel laqgħa li kien hemm bejn is- Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u L-Arti u l-Kumitat Olimpiku Malti f'Novembru li għadda.", "Madankollu, il-fatt segwenti ikkontribwew biex ikun hemm dewmien fl- iffinanzjar:-", "1.", "L-Elezzjoni Ġenerali fl-aħħar jiem ta' Ottubru li għadda.", "2.", "L-Elezzjoni għall-Kumitat Olimpiku Malti ġdid bi struttura differenti għall-perjodu t'4 sninn li sar f'Novembru li għadda.", "3.", "Id-diskussjoni tal-Estimi Ġenerali fil-Parlament li qed issir bħalissa.", "L-unika ħaġa li għad trid tiġi kkjarifikata fil-konfront ta' dan il-Logħob huwa l-\"quantum\" u l-metodu ta' pagamenti.", "BIĊĊERIJA - QTIL TA' ĊANGA", "2533.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (kg.) ta' ċanga maqtulha fil- biċċerija fix-xhur (xahar b'xahar) Novembru u Diċembru (1996) u Jannar (1997); u kemm kienu l-istess ammonti fl-istess xhur fil-ħames snin preċedenti (sena b'sena wkoll)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija nru.", "2533.", "BIĊĊERIJA - QTIL TA' MAJJAL", "2534.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (kg.) ta' majjal maqtul fil- biċċerija fix-xhur (xahar b'xahar) Novembru u Diċembru (1996) u Jannar (1997) u kemm kienu l-istess ammonti fl-istess xhur fil-ħames snin preċedenti (sena b'sena wkoll)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba għal-mistoqsija nru.", "2534", "PA - \"SURVEYS\"", "2541.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'\"surveys\" ikkommissjonat l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mingħand aġenziji jew kumpanniji privati lokali u barranin matul l-1995 u l-1996?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - TOBBA", "2544.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm applikazzjonijiet għall-ewwel sejħa għal tobba fil-Ministeru tas- Saħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Billi mhux indikat għall-liema sejħa l-Onor Interpellant qed jirreferi, nitolbu jkun aktar speċifiku.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - \"PARAMEDIC AIDES\"", "2545.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l- 24 ta' Jannar, 1997 saret sejħa għal postijiet ta' \"Paramedic Aides\" fid- Dipartiment tas-Saħħa li diġa' għandhom iċ-ċertifikat ta' \"Paramedic Aides\" (para.", "5b) għandi nifhem li d-dipartiment mhux se jkompli bil-proċess għas- sejħa ta' korsijiet ta' \"Paramedic Aides\" kif ippubblikat fil-Gazzetta tal- Gvern tat-2/8/96.", "Kemm-il persuna applikat għal dan it-taħriġ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor Interpellant li d- Dipartiment ser ikompli bil-proċess għas-sejħa ta` kors ta` Paramedic Aides kif ippubblikat fil-Gażżetta tal-Gvern tat-2 t`Awissu 1996.", "In-numru ta` applikanti għal dan it-taħriġ huwa 1122.", "AIR MALTA - TITJIRIET TA' SKEDA U \"CHARTER\"", "2549.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bis-\"seat factor\" fuq titjiriet bi skeda u \"charter\" milħuq mill-Air Malta fix-xhur ta' Novembru u Diċembru, 1996 u Jannar, 1997 u kif dan jipparaguna ma' dak milħuq fl-istess xhur tas-snin 1995 u 1996?", "Kemm inġarru passiġġieri u x'kien il-\"passenger yield\" f'kull każ?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta' natura kummercjali kif ukoll kunfidenzjali mhux fl- interess ta'l-AirMalta li din tkun ippublikata.", "AIR MALTA - FTEHIM MAL-\"CABIN CREW\"", "2550.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi differenzi fil-ftehim milħuq mill-Air Malta u l-\"Cabin Crew\" mal-kondizzjonijiet negozjati sas-26 ta' Ottubru, 1996?", "F'każ li hemm, x'inhu maħsub li hu l-impatt fuq il-finanzi ta' l-Air Malta u l-qagħda tal-komponenti tal-\"Cabin Crew\"?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta' natura kummercjali kif ukoll kunfidenzjali mhux fl- interess ta'l-AirMalta li din tkun ippublikata.", "AIR MALTA - \"SAUNDERS REPOT\"", "2551.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'se jiġri jew x'ġara bir- rakkommandazzjonijiet imressqa mis-\"Saunders Report\" fil-konfront ta' l- organizzazzjonijiet ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta'natura kummercjali kif ukoll kunfidenzjali mhux fl- interess ta'l-AirMalta li din tkun ippublikata.", "SERVIZZ ĊIVILI - KONSULENTI LEGALI", "2552.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi:- (a) min kienu l- konsulenti legali li fil-15 ta' Ġunju, 1996 kienu jagħtu servizz f'kull kummissjoni maħtura skond il-kostituzzjoni u fil-korporazzjonijiet pubbliċi; u (b) x'salarji u ħlasijiet oħra kellhom kull wieħed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI", "2553.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal dak li ġie msejjaħ stat ta' traskuraġni kbira f'dik li hija manutenzjoni u ħsarat eżistenti fil- Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali li rriżultalu s-Segretarju Parlamentari fl- ewwel żjara tiegħu wara l-elezzjoni f'dan l-istess kumpless, u wara li l- istess Onorevoli rripeta din il-qagħda ta' \"traskuraġni\" fid-dibattitu tal- Budget dwar il-Vot tal-Ministeru mingħajr ma' indika mqar x'azzjoni qed tittieħed minn Novembru 1996 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kienu sewwa sew il-ħsarat imsemmija esklużi \"day to day wear and tear\"; u 2) x'miżuri ġew meħudin għal dan il-għan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fiż-żjara għall-għarrieda li għamel is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażgagħ, Sport, Kultura u L-Arti, Joe Cilia, fil- Pixxina Nazzjonali, irriżulta, fost affarijiet oħrajn, ħsarat konsistenti f'madum maqlugħ u qed jinqala' fl-ilma tal-istess Pixxina, madum mhux konformi fil-kulur mal-kumplament tad-\"deck\" ta' madwar il-pixxina, pompi joqtru, ilma nieżel mill-art tax-\"showers\" għall-kmamar ta' taħt, ilma joqtor minn ġo xi soqfa, \"scoreboard\" ma jiffunzjonax, bżonn li jinbidlu xi \"heat exchangers' u nuqqas ta' responsabilita' in ġenerali.", "Dan minbarra xogħol kbir mhux komplut fl-istat ta' ġebel u saqaf taħt iż-żewġt \"istands\" u l-\"Multi Purpose Sports Hall\" li tħalliet fl-istat t'abbandun għal xhur sħsħ mingħajr lanqas saqaf.", "Dan ovvjament f'Pixxina li nbniet ta' malajr madwar 3 snin ilu biss għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, li saru f'pajjiżna fl-1993.", "Bħala passi mmedjati saret spezzjoni minn Perit fl-impieg tal-Gvern mqabbad mis-Segretrjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u L-Arti.", "Bdew isiru xi tiswijiet wara diskussjoni mal-kuntratturi oriġinali u ġew ordnati xi \"heat exchangers\".", "Ta' min jgħid li issa ġie maħtur \"Acting Management Committee\" mill-istess Segretarju Parlamentari kompost minn:", "Mag.", "Lino Farrugia Sacco - Chairman Is-Sur Alfred Cachia Is-Sur Bertie Muscat Is-Sur Joe Cassar Il-Perit Anthony Satariano", "li għandu jittratta l-kumpless sportiv kollu fuq it-termini li ġejjin:", "i Titlu Legali u \"set up\" tal-Pixxina Nazzjonali u l-Kumpless Sportiv tal-Universita' proposti. ii It-tmexxija u l-operazzjoni. iii Diffikultajiet tekniċi konness mal-kostruzzjoni u l-apparat. iv Rakomandazzjonijiet u suġġerimenti għal titjieb u użu aħjar.", "Dan ir-rapport irid jiġi sottomess f'erba' xhur.", "\"YOUTH FOR EUROPE III\" - PROGRAMM", "2554.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 238 dwar il-programm \"Youth for Europe III\", ma jidhirx li kellu l-parir korrett, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopji tas-segwenti dokumenti: 1) Memo miċ-Chairman ta' l-Aġenzija Nazzjonali lili bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-imsemmi programm bid-data tal-25 ta' Ġunju, 1996; 2) Minuti ta' l-ewwel laqgħa ta' l-Aġenzija Nazzjonali tat-Tnejn, 29 ta' Lulju, 1996; 3) Ittra lis- Segretarju Permanenti mill-ex-Chairman bid-data tas-6 ta' Jannar 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LEĠISLAZZJONIJIET - TALBIET", "2555.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: - (i) kemm saru talbiet għal-\"legislation\" f'dawn l-aħħar tliet snin; (ii) kemm hu d-dħul għad-dipartiment konċernat minn dan is-servizz; (iii) kemm hemm nies addetti fid-dipartiment sabiex jaqdu l-pubbliku? (iv) x'jista' jsir sabiex jiġi mtejjeb is-servizz billi l-pubbliku qed idum biex jinqeda u ma jeżistux faċilitajiet adegwati fejn wieħed jistenna sakemm jinqeda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: (i) F'dawn l-aħħar tlett snin saru total ta' 29,422 legaliżżazzjoni imqassma kif indikat hawn taħt.", "(ii) Għal dan is-servizz, il-Ministeru jdaħħal ħamsin ċenteżmu għal kull legaliżżazzjoni.", "(iii) Il-Ministeru għandu uffiċjal wieħed responsabbli għal dan is- servizz.", "(iv) Huwa każ rari li jinħoloq queue għal dan is-servizz.", "Iżda meta dan jiġri ir-raġuni tkun li xi membru tal-pubbliku ikollu numru mhux żgħir ta' dokumenti biex jiġu legaliżżati.", "Għandi l-pjaċir ngħid li l-Ministeru ħa ħsieb sabiex fi żmien qasir dan is- servizz jitħaffef għax il-proċess tal-legaliżżazzjoni qed jiġi komputeriżżat.", "STATISTICAL INDICATORS", "1994 1995 1996 1997*", "APOSTILLE 3,502 3,989 5,908 341 LEGALISATION 5,207 4,395 5,555 525 TOTAL 8,709 8,384 11,463 866 REVENUE LM2,359.50 LM4,192 LM5,731.50 LM433", "NOTE;1997* - January only", "ASSISTENT PERSONALI TA' L-EX-PRIM MINISTRU - RICHARD CACHIA CARUANA", "2556.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Imbilli Richard Cachia Caruana l-assistent personali ta' l-ex-Prim Ministru ġie rrapportat li ngħata Lm30,000 wara l-inċident li kellu, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet deċiża din is-somma meta wieħed iqis li numru kbir ta' ċittadini sofrew danni bħal Cachia Caruana u ma ngħataw l-ebda kumpens?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - EX-SPETTUR CHARLES DEMICOLI", "2557.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterju ttieħdet id-deċiżjoni biex l-ex-Spettur Charles Demicoli jerġa' jiddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija wara li kien ġie rtirat mill-istess Pulizija mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fl-1980?", "X'kien il-kumpens li ngħata u l-pensjoni, meta ftit wara reġa' rriżenja mill-Korp?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li s-Sur Charles Demicoli kien reġa' daħal lura fil-Korp tal-Pulizija fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku wara li din irrevediet id-deċiżjoni li kienet ħadet fl- 1981.", "Kienet il-Kummissjoni stess li ordnat li s-Sur Demicoli jiġi promoss għal Supretendent.", "Huwa kien ingħata kumpens ta' Lm1316.", "Meta rtira mill-Korp f'Diċembru, 1991, is-Sur Demicoli ingħata pensjoni ta' Supretendent.", "SAĦĦA - PERSUNI DIJABETIĊI", "2558.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni dijabetiċi reġistrati fl-isptarijiet jew kliniċi ta' l-Istat?", "Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jaqsam il-lista skond gruppi ta' eta':- sitt xhur - sitt snin, sitt snin - 16-il sena, 16-il sena - 30 sena, 30 sena - 60 sena u 60 sena 'il fuq?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` persuni dijabetiċi rreġistrati fil- klinika tad-Dijabete ta`l-Isptar San Luqa huwa ta` 11306.", "Maqsumin skond l-eta` dawn huma kif ġej:", "6 xhur - 6 snin 33 6 snin - 16 il-sena 73 16 il-sena - 30 sena 119 30 sena - 60 sena 3920 il fuq minn 60 sena 7161", "In-numru ta pazjenti li jattendu il-Kliniċi tad- Dijabete fiċ-Ċentri tas- Saħħa huwa kif ġej:", "Floriana 1589 Mosta 1080 Paola 1705 Gzira 917 Rabat 748 Cospicua 591 Qormi 877", "Ma tinżammx statistika ta` kif dawn huma maqsumin skond l-eta`.", "PERSUNI LI GĦANDHOM \"WARRANT TA' INĠINIER", "2559.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li għandhom \"warrant\" ta' Inġinier f'pajjiżna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' persuni li għandhom \"Warrant\" ta' inġinier f'pajjiżna huwa 366.", "UNIVERSITA' - PERSUNI GRADWATI FIL-BAĊELLERAT TAX-XJENZA", "2560.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' gradwati fil-Baċellerat tax-Xjenza li għandna f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti n-numru ta' studenti li ggradwaw bil-B.Sc. sena b'sena, għal dawn l-aħħar 30 sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' studenti li gradwaw B.Sc. sena b'sena għal-dawn l-aħħar tletin sena huwa kif ġej:", "1967 10 1968 17 1969 14 1970 5 1971 11 1972 10 1973 8 1974 24 1975 17 1976 13 1977 20 1978 17 1979 16 1980 11 1981 - 1982 2 1983 - 1984 - 1985 - 1986 - 1987 - 1988 - 1989 - 1990 33 1991 63 1992 58 1993 42 1994 41 1995 49 1996 51 SAN ĠILJAN - TRIQ IL-QALB IMQADDSA", "2561.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinfetaħ Triq il-Qalb Imqaddsa, f'San Ġiljan sabiex tiffaċilita t-traffiku għal Triq il-Klarissi?", "Jista' l-Ministru jieħu nota li din it-triq tintuża ħafna minħabba li fiha hemm proprju l-iSkola tas-\"Sacred Heart\" u sa llum il-ħruġ minn din it-triq huwa ristrett ħafna u perikoluż?", "Jista' l-Ministru jara wkoll li Triq il-Klarissi tingħata t-tarmak?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Biex titniffed Triq il-Qalb Mqaddsa ma' Triq il- Klarissi, San Ġiljan irid jitwaqqa' bini residenzjali.", "Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex, għalkemm dan m'għandu l-ebda pjan biex iwaqqa' dan il-bini għalissa, jiffamiljariza ruħu mal-każ.", "Dwar il-kisi bit-tarmak ta' Triq il-Klarissi, peress li din hija diġa asfaltata, is-suġġeriment l-aħjar li jsir lill-Kunsill Lokali peress li dan ix-xogħol primarjament jaqa' taħt ir-responsabilita tiegħu.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - MEMBRU TAS-SEGRETERIJA", "2562.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk xi membru tas-Segreterija tal-Ministeru tiegħu ġiex ikkommissjonat mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali biex jagħmel rapport fuq it-\"tuck shops\" fl-iskejjel statali?", "Jekk fl-affermattiv, min kien u x'kienet ir- remunerazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ħa ħin dan ir-rapport biex jitlesta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma ġie kkumissjonat ħadd.", "SKEJJEL - \"JUNIOR LYCEUM\" - GĦALLIEMA", "2564.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid:- 1) kemm hemm għalliema nieqsa fil- \"Junior Lyceum\" u f'liema suġġetti; 2) kemm hu n-numru ta' studenti milquta bin-nuqqas ta' għalliema; 3) kemm intilfu \"lectures\" s'issa minħabba nuqqas ta' għalliema; u 4) x'kienet il-ħidma tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex l-ebda student ma jiġi mċaħħad mit-tagħlim?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa fil-Junior Lyceums hemm dawn in- nuqqasijiet:", "Ħamrun Boys' J.L.:", "Craft: 12-il lezzjoni fil-ġimgħa Dan jolqot 93 student u b'kollox intilfu 178 lezzjoni.", "Maria Regina Girls' J.L., Blata 'l Bajda:", "Fiżika: 2 Għalliema (40 lezzjoni fil-ġimgħa).", "F'din l-iskola saru arranġamenti nterni, billi fil-Form 3 kull klassi qed tieħu 3 lezzjonijiet minflok 4 lezzjonijiet, filwaqt li fil-Form 4 qed jieħdu l- lezzjonijiet kollha, iżda mhux qed jitqassmu fi gruppi iżgħar għall- prattika.", "Id-Dipartiment bħalissa għandu sejħa għall-impieg ta' 'supply teachers' biex safejn hu possibbli jimtlew il-vakanzi li jistgħu jinħolqu.", "RABAT - \"SURVEY\" ARKEOLOĠIKU", "2565.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fil-qasir x'inhu l-għan tas- \"survey\" arkeoloġiku li qed isir fuq medda art ma' ġenb ġnien Howard, fir- Rabat?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' l-imsemmija medda?", "Jista' jgħid kif qed isiru s-sondaġġi msemmija fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 488 mogħtija fit-13 ta' Jannar, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li l-Kunsill Lokali tar-Rabat għandu pjan biex jagħmel 'car park' fuq il-medda ta' art, magħrufa bħala 'Museum Esplanade', ma' ġenb Ġnien Howard, ir-Rabat - indikata bl-aħmar fuq il-pjanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Id-Dipartiment tal-Mużewijiet irid jassigura li dan il-proġett ma jaffettwax b'mod negattiv xi rovini antiki li jistgħu jinsabu mirduma f'dan il-post.", "Minħabba f'hekk id-Dipartiment ser jagħmel sondaġġi fuq il-post biex jistabbilixxi n-natura ta' dawn ir-rovini, kif ukoll jekk l-iżvilupp maħsub għal dan is-sit jistax isir mingħajr ma jaffettwa negattivament dawn ir-rovini.", "Kif diġa weġibt lill-Onorevoli Membru tal-Kamra (mistoqsija numru 488), dan ix-xogħol huwa ppjanat li jinbeda fix-xhur li ġejjin.", "DIPARTIMENT TAL-LIBRERIJI U ARKIVJI - XOGĦOL TA' RESTAWR FUQ DOKUMENTI", "2566.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-dokumenti li bħalissa qed isir xogħol ta' restawr fuqhom mid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji?", "Jista' jekk jogħġbu jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fil-qasam tar- restawr?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa qed isir xogħol intensiv ta' restawr fuq tliet manuskritti u tliet volumi stampati.", "Fost il-manuskritti hemm ir- Reġistru Notarili għas-snin 1530-1532 miġjub għal restawr delikat mill- Arkivju Notarili.", "Hemm volumi oħra li ġew eżaminati qabel jinbeda x-xogħol ta' restawr fuqhom.", "Fil-Laboratorju tar-Restawr tal-Kotba hemm ħames impjegati: L-Uffiċjal inkarigat; Restawratur tad-Dokumenti u tliet Bookbinders li jagħmlu xogħol ta' restawr.", "SANTO SPIRITO - IMPJEGATI", "2567.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati f'Santo Spirito, xi gradi għandhom u x'inhu x-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'Kollox hemm tnax-il impjegat fl-Arkivju Nazzjonali.", "Il-gradi u x-xogħol tagħhom huma:", "- Assistant Librarian - li jmexxi l-arkivju, jieħu ħsieb it-trasferiment ta' dokumenti u jipprepara katalgi ta' gruppi ta' dokumenti.", "- Library Officer - Gradwat fl-istorja, li qed jaħdem fuq 'card index' dettaljat tad-dokumenti, u jgħin lill-istudjużi fir-riċerka.", "- Library Assistant - li jissortja l-karti u dokumenti u jagħmel xogħol ieħor fl-arkivju.", "- Għalliem - misluf mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li jieħu ħsieb is- sala tal-qari.", "- Skrivana - fuq xogħol klerikali.", "- Postal Auxiliary u tliet General Hand - li jmiddu jdejhom fit-trasport u ċaqlieq ta' dokumenti, tindif u xogħol ta' manutenzjoni.", "- u tliet watchmen.", "TARXIEN - DAWL FIT-TOROQ", "2568.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jieħu ħsieb li tiżdied il-provvista tad-dawl fuq barra fi Triq il- Fieres u Triq l-Alfier De Medran, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar dawl fit-triqat imsemmija qiegħda tkun ikkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - XIRI/BEJGĦ TA' POSTIJIET", "2578.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2330, jista' l- Ministru jgħid liema huma dawn it-tliet postijiet?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien infurmat li l-postijiet imsemmija fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2330 huma kif ġej:", "Room 29A, Sulphur Alley, Blata l-Bajda.", "Room 4 in yard of 11, Melita Street, Valletta.", "Room in Block No.128 Marina Street, Pieta'.", "PULIZIJA - \"OPERATIONAL AND MAINTENANCE EXPENSES\"", "2579.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2328, jista' l- Prim Ministru jgħid huwiex se jiġu terminati mpjiegi \"fulltime\" jew \"part- time\" fl-Akkademja tal-Pulizija u f'liema gradi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali tifforma parti mill-istudju li għaddej bħalissa fuq l-istruttura maniġerjali u l- organizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija.", "L-istruttura ta' l-Akkademja trid tiġi determinata skond l-eżitu ta' dan l-istudju.", "PULIZIJA - PASSI KRIMINALI", "2582.", "L-ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tas-sentenzi u proċessi ta' 85 pulizija li bejn l-1980 u l-1986 ittieħdu passi kriminali kontrihom?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Nru.2235.", "Rigward il-proċessi dawn ma jistgħux jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-kamra kif qed jitlob l-Onor.Interpellant peress li jkun jinħtieġ li jsir rikors lill- Qorti kompetenti għal dan il-għan w imbgħad sta għall-Qorti jekk tilqax it- talba.", "QORTI KRIMINALI - ĠURIJIET", "2584.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2085, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fis-sens li jgħid: 1.", "Kemm hemm ġurijiet pendenti? 2.", "Kemm saru ġurijiet matul l-1996?", "Jista' jgħid ukoll mill-ġurijiet pendenti kemm huma: 1.", "Għall-omiċidju volontarju? 2.", "Traffikar ta' droga? 3.", "Serq? 4.", "Akkużi oħra?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Ġurijiet pendenti hemm 90.", "Matul l-1996 saru 16-il ġuri.", "Il-ġurijiet pendenti huma dwar:-", "1.", "Drogi 26 2.", "Omicidju Volontarju 12 3.", "Serq 15 4.", "Tentattiv ta' Omicidju 28 5.", "Akkuzi ohra 9", "SKEJJEL - \"FOOTBALL GROUND\"", "2585.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel li għandhom \"ground\" tal-\"football\" tagħhom?", "Fi tmiem il-ġimgħa, kemm minnhom jintużaw minn xi għaqda sportiva?", "Taħt liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iskejjel li għandhom \"pitch\" tal-football ta' daqs akbar minn dak normalment meħtieġ għall-logħob 5/7-a-side huma:", "1.", "Liċeo \"Ġuże' Despott\", Cottonera 2.", "Liċeo \"Carlo Diacono\", Żejtun 3.", "Skola Primarja, Attard 4.", "Skola Sekondarja \"Antonio Bosio\", Gżira 5.", "Skola Primarja, Kirkop 6.", "Liċeo \"Dun Ġużepp Żammit\", Ħamrun 7.", "Skola Primarja u Speċjali, Msida 8.", "Skola tas-Snajja \"Stefano Żerafa\", Naxxar 9.", "Liċeo \"San Ġużepp\", Corradino 10.", "Liċeo \"Ninu Cremona\", Victoria", "Minn dawn ħamsa (5) jintużaw fi tmiem il-ġimgħa minn xi għaqda sportiva.", "Il-kundizzjonijiet għall-użu ivarjaw minn użu bla ħlas jew ħlas miftiehem bejn l-għaqda sportiva u l-iskola; jew biss, ħlas lill-\"watchman\" għall- ħinijiet mhux fl-iskeda.", "\"SPORTS\" - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "2586.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid taħt id-Dipartiment ta' l- I\"sports\" liema huma dawk il-faċilitajiet sportivi li huma mmexxija minnu?", "Liema huma dawk il-faċilitajiet li huma mikrija u/jew mogħtija biex jitmexxew minn xi għaqda?", "Taħt liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAN RAFFAELE - FLUS ALLOKATI", "2597.", "L-ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati flus mill-Council of Europe Social Development Fund għall-bini ta' San Raffaele - sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm intnefqu sena sena?", "Il-Ministru sodisfatt li l-pubbliku Malti f'dan il-każ għandu \"value for money\"?", "Il-kriterji Maltin u dawk tal-Council of Europe fir-rigward tal-finanzi imsemmija huma l-istess jew ivarjaw?", "F'każ ta' varjazzjoni/jiet, x'inhi,x'inhuma?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-pubbliku in ġenerali diġa kellhom ideja ta` l- infieq finanzjarju, l-metodu li bih sar u l-value for money fis-snin li għaddew u dan minn rapporti li ġew pubblikati dwar dan is-suġġett.", "Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nitolbu jagħmel id-domanda lill- Onor Ministru għall-Ekonomija u Finanzi peress li l-allokazzjoni ta` fondi minn għotjiet barranin għall-fini ta` Budget isiru hemmhekk.", "ĊENTRU ĦIDMA SOĊJALI - GĦASAFAR", "2598.", "L-ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk fiċ- Ċentru Ħidma Soċjali inxtrawx xi għasafar minn fondi pubbliċi?", "Kemm swew?", "X'użu għandhom fl-interess pubbliku?", "Għadhom hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nikkonferma li fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, eżattament fil-parti li kienet tagħmel mas-Segretarjat għall-Kura ta` l- Anzjani, kienu nxtraw xi għasafar minn fondi pubbliċi, u dawn swew Lm 744.80.", "Dawn l-għasafar inxtraw fuq talba tas-Segretarjat stess bħala parti minn refurbishment li sar fil-ġnien li kien imiss ma` l-imsemmi Segretarjat.", "Il-parti l-kbira ta` dawn l-għasafar inxtraw fl-1995.", "Sal- lum uħud minn dawn mietu izda għad baqa` 34 numru ta` għasafar li għadhom ħajjin.", "PREMJU ANZJANI 1995/1996", "2599.", "L-ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-Premju Anzjan 1995/1996?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża tal-Premju Anzjan tal-1995 kienet Lm 3,696.23 u tal-1996, Lm 6,189.41.", "Il-lista tal-ispiża ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦOL - RAPPORT MID-DIRETTURI", "2600.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2423 l-Ministru fl- aħħar tkellem ċar u tond u ammetta b'mod sinċier li żvela u semma' partijiet mill-hekk imsejjaħ \"rapport konfidenzjali\" mħejji mid-Direttur tax-Xogħol, jaf il-Ministru li issa bħala dmir u bħala lealta' lejn il- Kamra għandu jqiegħed l-imsemmi rapport fuq il-Mejda ta' l-istess Kamra?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: M`għandix x`inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 2423.", "\"A BETTER TAX SYSTEM\"", "2603.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Liema huma dawk il-\"Broad spectrum of people\" u assoċjazzjonijiet li taw il-proposti tagħhom għall-ħruġ tal-White Paper dwar \"A Better Tax System\"?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Qed nagħti lista ta' dawk li magħhom saru laqgħat dwar is-sistema aħjar ta' tassazzjoni li fuqha ħarġet White Paper f'Jannar li għadda, uħud minn dawn għamlu sottomissjonijiet bil-miktub:", "Federation of Industries Malta Employers' Association Chamber of Commerce General Retailers & Traiders Union Confederation of Malta Trade Unions General Workers Union Malta Hotels & Restaurants Association Malta Institute of Accountants Malta Institute of Taxation Malta Paceville Hotels Restaurants Association Union Ħaddiema Magħqudin Consumers' Union National Musicians Union Rent-A-Car Association Malta Ten Pin Bowling Association", "Kien hemm ukoll individwi u azjendi li bagħtu suġġerimenti.", "SAN ĠWANN - TRIQ SANTA MARGERITA", "2612.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli ż-żewġ partijiet ta' St. Margaret Str, San Ġwann jiġu konġuti?", "X'inhu qed iżomm it-tkomplija ta' din it-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bejn iż-żewġ partijiet ta' Triq Sta.", "Margerita, San Ġwann għad irid isir żvilupp mil-privat ta' xi 60 jew 70 metru tul.", "F'din il-parti jrid jinqata' xi tlett metri blat matula kollha u dan irid isir mid-\"developers\" bħal ma jsir f'toroq oħrajn.", "Wara li din tiġi żviluppata u s-servizzi kollha ta' taħt l-art jiġu mgħoddija b'mod permanenti, it-triq imsemmija tkun tista' tiġi asfaltata.", "SNIETER/\"AIR GUNS\" - PERMESSI", "2613.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn permessi għal snieter fl-idejn?", "Kemm hawn permessi għal \"air guns\" fl-idejn?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet:- a) għal xiri ta' snieter u b) xiri ta' \"air guns\" is-sena l-oħra?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew proċessati s-sena l-oħra?", "Kemm hemm pendenti llum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hawn 11,461 persuna liċenzjati sabiex iġorru snieter.", "Ma jinħarġux liċenzji għal ġarr ta' air guns.", "Matul l-1996 kien hemm 2,382 applikazzjoni għal xiri ta' snieter u 1,145 applikazzjoni għal xiri ta' air guns.", "Minn dawn 3,022 ġew proċessati u għad fadal pendenti 505.", "BIDNIJA - \"INDOOR RANGE\" TA' L-ISPARAR", "2614.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-\"indoor range\" ta' l- isparar li hemm fil-Bidnija se jibda jintuża?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Indoor Range li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ġie inawgurat mill-ex-Ministru Refalo li kien responsabbli mill-isport lejliet l-Elezzjoni Ġenerali ta' Ottubru li għadda.", "Il-Gvern preċedenti kien investa Lm25,000 għal dan ir-'range' meta lanqas biss kien għadu jeżisti l-permess tal-pulizija għall-użu ta' range simili.", "B'hekk l- għada li ġie inawgurat dan ir-range spiċċa magħluq.", "Sadanittant, fil-jiem li ġejjin sejjer jinħatar 'Target Shooting Board' mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti li għandu jistħarreġ din il-kwistjoni fost affarijiet oħra konnessi ma' dan l-isport.", "SAN ĠWANN - MISRAĦ IL-WARD - XOGĦLIJIET", "2615.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li x-xogħol li qed isir f'Misraħ il-Ward, San Ġwann mhuwiex l-istess li deher fuq pjanta li ppubblika l-Kunsill, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir bħalissa huwiex skond il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar.", "QASAM TAL-\"POULTRY\"", "2617.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-qasam tal-\"poultry\", jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mill- 1984 sa l-1996:- 1) kemm kien in-numru ta' produtturi tal-bajd; 2) kemm kien in-numru ta' tiġieġ tal-bajd; 3) kemm kien in-numru ta' irziezet/\"farms\" bil-permess; u 4) kemm kienet il-produzzjoni ta' bajd (annwali)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sfortunatament l-unika nformazzjoni li għandu l- Ministeru f' dan ir-rigward tmur lura għar-rapport li kien sar fl-1988 meta ġew reġistrati dawk li kienu wieġbu għas-sejħa li kien għamel id- dipartiment.", "Din l-informazzjoni ma għadiex aktar relevanti u ninforma lil-Onor.", "Interpellant li fil-ġejjieni qarib ser tiġi ppreżentata ' White Paper' bil- għan li wara li tiġi diskussa mal-partijiet konċernati titressaq 'legal notice' biex tipprovdi għal-liċenzjar u kontroll ta 'dawn il-produtturi u l- industrija.", "INDUSTRIJA TAL-\"BROILERS\"", "2618.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-industrija tal-\"broilers\", jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mill-1984 sa l-1996:- 1) kemm kien in-numru ta' \"broiler producers\"; 2) il-kapaċita' annwali ta' produzzjoni ta' \"broilers\"; u 3) in-numru ta' \"slaughter houses\" liċenzjati?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sfortunatament l-unika nformazzjoni li għandu l- Ministeru f' dan ir-rigward tmur lura għar-rapport li kien sar fl-1988, meta ġew reġistrati dawk li kienu wieġbu għas-sejħa li kien għamel id- dipartiment.", "Din l-informazzjoni ma għadiex aktar relevanti u ninforma lil-Onor.", "Interpellant li fil-ġejjieni qarib ser tiġi ppreżentata 'White Paper' bil- għan li wara li tiġi diskussa mal-partijiet konċernati titressaq 'Legal Notice' biex tipprovdi għal-liċenzjar u kontroll ta' dawn il-produtturi u l- industrija.", "Għar-rigward is-'Slaughtering Plants' nitlob lill-Onor.Interpellant jgħamel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ĊANGA - IMPORTAZZJONI", "2619.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset \"levy\" fuq importazzjoni ta' \"beef\", sena b'sena, fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Onor. membru huwa mitlub jgħamel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat mill-ġbir tal-'levy'.", "INDUSTRIJA TAĊ-ĊANGA", "2620.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-industrija tat-trobbija taċ-ċanga, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-\"breeding rate\", sena b'sena, bejn l-1981 u l-ewwel xahar tas- sena 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - TRIQ IL-KBIRA - TARMAK", "2625.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' tarmak fi Triq il-Kbira, fis- Sannat, Għawdex wara li kienet ingħatat assikurazzjoni dwar dan lis-Sindku tal-lokal?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ix-xoġħol li qed jirreferi ġħalih l-Onorevoli interpellant ġħandu jsir mill-aktar fis possibbli."]} {"filename": "19980120_174d_par.doc", "date": "1998-01-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 174 It-Tlieta, 20 ta' Jannar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 174", "It-Tlieta, 20 ta' Jannar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "174", "It-Tlieta, 20 ta' Jannar, 1998", "WERREJ MINUTI 688", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 688", "TQEGĦID TA' KARTI 692", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU (EMENDA NRU 2) TRAFFIC REGULATIONS(AMENDMENT N.2) BILL(IT-TIENI QARI) 694 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3) EXCISE DUTY(AMENDMENT)( No.3) BILL (IT-TIENI QARI) 707", "AĠĠORNAMENT 714", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 718", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 741", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 173 li saret fl-19 ta' Jannar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "RABAT - TRIQ NIGRET - DRENAĠĠ", "10617.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl- inħawi ta' Triq Nigret, Rabat, ma jibqax ikun hemm fawran tad-drenaġġ kull darba li tagħmel ix-xita, bil-konsegwenza li numru ta' bini qed jegħreq kull darba?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru)(f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 10745, f'Seduta numru 174.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux qed jieħu ħsieb inħawi oħra fejn qed ifur id-drenaġġ, partikolarment Kent Street fil- Fgura?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien persważ li meta xi ħadd jagħmel xi rapport f'dan il-kontest, id-dipartiment jieħu l-passi meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Pero' mhux qed jittieħdu passi minnufih.", "Il-Ministru għandu jwegħedni li jgħaddi t-tagħrif lill-kollega tiegħu biex jittieħdu l- passi neċessarji.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni għaddihieli aktar tard biex ngħaddiha lill-ministru konċernat ħalli jara x'inhu jiġri u jittieħdu passi immedjati.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma nafx il-Ministru huwiex f'pożizzjoni li jgħidilna jekk ix-xogħol li kellu jsir in konnessjoni ma' environment impact assessment għall-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fl-inħawi taċ-Ċumnija tlestiex jew inkella għadux se jsir.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mill-aħħar mistoqsija li kienet saret dwar dan is- suġġett, ma ġejtx mgħarraf b'xi żviluppi.", "Naf li kien ġie mħabbar li se jsiru impjanti żgħar, speċjalment fin-naħa ta' isfel ta' Malta, minflok li jibqa' jkun hemm impjant wieħed kbir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru almenu jieħu l- inkarigu li jwassal lill-ministru konċernat l-ilment li f'ċerti inħawi ta' San Pawl il-Baħar qed jerġa' jkun hemm fawran ta' drenaġġ, li żgur li mhux se jinqata' qabel ma jsir ix-xogħol neċessarju?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Wara l-ħin tal-mistoqsijiet ngħaddi l-informazzjoni lill-Ministru biex ikellem lill-Onor.", "Interpellant u jara eżatt x'se jsir dwar dawn l-affarijiet.", "NURSING - KORSIJIET", "10727.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10550 - oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas- Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja - cioe' jista' l- Ministru jgħid jekk jilħqux infermiera b'kors ta' korrispondenza ma' nursing schools barra minn Malta?", "Jekk fl-affermattiv, ma' liema nursing schools barranin?", "Meta jsiru l-eżamijiet fil-kors tal-B.Sc Nursing, minn liema nursing schools barranin jattendu eżaminaturi barranin?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Mhux magħruf jekk studenti Maltin humiex jagħmlu xi kors ta' korrispondenza ma' nursing schools barra minn Malta.", "Jekk ikun hemm xi ħadd li jagħmel kors bħal dan, il-kors irid ikun meqjus ekwivalenti għal korsijiet li jingħataw fl-institute of health care.", "Peress li l-korsijiet fin-nursing jinkludu element qawwi ta' prattika, mhux possibli li dan isir b'kors ta' korrispondenza.", "L-Universita' tista' tistieden eżaminaturi barranin minn kwalunkwe universita' rikonoxxuta.", "Sa llum kienu mistiedna eżaminaturi barranin għal korsijiet fin-nursing minn Liverpool University u mill-University of Central Lancashire.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors li kien previst li jsir għal nursing aides, u li jien nformat li kien hemm mijiet ta' applikazzjonijiet għalih, fil-fatt ma sarx?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'iniex f'pożizzjoni li nwieġbu.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli tingħatalu risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jinvestiga għalfejn tnaqqsu l- istipendji ta' l-istudenti li jattendu l-institute of health care, minkejja li fid-diskors tal-budget kien intqal li mhux se jsir hekk?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ngħaddi l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dawk li jieħdu kors ta' korrispondenza fin-nursing ma' barra jiġux aċċettati?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fir-risposta jingħad ċar li f'dan il-każ hemm problema biex isiru korsijiet bil-korrispondenza għax korsijiet bħal dawn jinvolvu ħafna prattika.", "DRENAĠĠ - RABAT - TRIQ NIGRET", "10745.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10617, cioe' jieħu l-passi biex fl-inħawi ta' Triq Nigret, Rabat ma jibqax ikun hemm fawran tad-drenaġġ kull darba li tagħmel ix-xita, bil- konsegwenza li qed jegħreq numru ta' bini kull darba?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ninsab informat li biex ma jibqax ikun hemm fawran tad- drenaġġ fl-inħawi ta' Triq Nigret, Rabat, jeħtieġ li ssir deviation bejn Triq Nigret u Triq Għeriexem.", "Huwa maħsub li din id-deviation issir fil- futur qarib.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "10828.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il persuna kienet involuta f'inċidenti tat- traffiku fis-sena 1997?", "Kemm minn dawn kienu rġiel u kemm nisa?", "ONOR.", "ALFRED SANT(Prim Ministru): Ninsab informat illi s-sena l-oħra 32,453 persuna kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku; 27,099 kienu rġiel u 5,354 kienu nisa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Prim Ministru, dejjem jekk għandu t-tagħrif hawn, jgħidilna kemm nies iddaħħlu l-isptar wara dawn l-inċidenti?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni li għandi m'hijiex daqstant dettaljata u din tkopri biss persuni li ma kenux ospitalizzati.", "Jekk jixtieq aktar informazzjoni jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nkun nista' nwieġbu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Illum għandna proċedura ġdida li f'bumper to bumper collisions m'hemmx għalfejn jidħlu l-pulizija.", "Kemm hu l-persentaġġ ta' inċidenti li x'aktarx ma jkollhomx għalfejn jiġu riferuti lill- pulizija?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nistax nagħtik iċ-ċifra imma nifhem li hija ċifra ta' ċerta relevanza.", "Sa llum, għalkemm inċident bumper to bumper huwa relattivament inċident minimu, xorta waħda jiġu mmobilizzati r-riżorsi tal- pulizija, qisu kien inċident kbir.", "Barra minn hekk, jinħoloq inkonvenjent għat-traffiku minħabba l-fatt li jkun hemm stennija fuq il-post fejn jiġri l-inċident sakemm jiġu l-pulizija.", "Jiġifieri għalkemm ikun inċident żgħir, jispiċċa jkollu l-istess effett bħal inċident kbir.", "SERVIZZI SOĊJALI - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "10587.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm laqa' talbiet għal akkomodazzjoni alternattiva d- dipartiment tas-servizzi soċjali minn applikanti mill-Belt, Pieta', Ħamrun, Floriana u Santa Venera, maqsuma skond ir-raġuni tat-talba bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Naħseb li dan hu lapsus calami ieħor, bħal dak li rriferejna għalih il-bieraħ.", "Id-dipartiment tas- servizzi soċjali, safejn naf jien, ma jilqax applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ried jirriferi għad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, allura l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Chris Cardona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għal post alternattiv minn Ottubru 1997 sa Diċembru 1997?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Rigward statistika ta' kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti nista' ngħid li fl-aħħar ta' Ottubru ta' l- 1997 kien hemm 4,724; fit-30 ta' Novembru kien hemm 4,768; u fil-31 ta' Diċembru, 1997 kien hemm 4,798 applikazzjoni pendenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu l-programm dwar slum clearances u jagħtina xi tagħrif dwaru?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Li nista' ngħid huwa li waqqaft kumitat inter- dipartimentali bl-iskop li jara fejn hemm areas u postijiet dilapidati sabiex inkunu nistgħu nieħdu azzjoni fuqhom.", "Fil-fatt irnexxielna nsibu siti alternattivi u diġa' qegħdin inħejju l-pjanti għal dawn l-areas.", "Lestejna wkoll il-pjanti u fil-fatt qegħdin nibnu postijiet f'Bormla, fil- Belt u fl-Imsida u identifikajna żewġ siti ġodda f'Bormla u sit ieħor fil- Belt.", "Ma xandarniex fejn jinsabu l-postijiet minħabba l-isquatters.", "Għaddejjin b'diversi xogħlijiet u nista' ngħid ukoll li dalwaqt jingħataw il-postijiet li hemm vojta fejn l-Għajn tal-Ħassellin.", "Dawn ma tajniehomx qabel għar-raġuni li ma jaqbillekx toħroġ lin-nies mill-postijiet tagħhom, jekk dawn ikunu għadhom mhux ħażin, qabel ma tirċievi l-permess mingħand l- Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex tkun tista' twaqqa' bini dilapidat.", "Hawn min jieħu gost jagħti parir lin-nies sabiex jidħlu f'dawn il- postijiet li jkunu se jitwaqqgħu u meta d-dipartiment jiġi biex joħroġ lin- nies ikollu battikata għax ikun mingħalih li f'dik l-area għandu erba' familji bħala evictees, imbagħad meta jerġa' jmur isib li jkunu faqqsu erba' familji oħra.", "Dan mhux sewwa.", "Jiddispjaċini ngħid li hemm ċerti nies, anke fil-politika, li jagħtu dan il-parir.", "Dan irriżultalna anke min- nies li jiġu jkellmuna.", "Għal din ir-raġuni ma nistgħux ngħidu fejn huma ż- żewġ areas f'Bormla u l-area l-oħra fil-Belt li se jitwaqqgħu u jinbnew mill-ġdid.", "Rigward is-slum clearance ta' Triq Sant' Ursola l-Belt, il-każ ilu sejjer għal aktar minn sentejn u nofs.", "Dan kien bini li fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti qabdu jwaqqgħuh, waqqfuhom, reġgħu qabdu jwaqqgħuh u reġgħu waqqfuhom.", "Aħna qed nitħabtu ħafna biex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma twaqqafniex.", "Għamilna l-pjanti u kellna nerġgħu nbiddluhom minħabba li ħarġet ordni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-faċċata, li hi ta' ħames sulari u li għandha nofsha tperper, ma mmissuhiex.", "Ix-xogħol ta' l-irfid beda, it-triq tnaddfet ukoll u, bħalma ngħidu, kull bidu hu mitmum.", "Il-bieraħ stess mort hemmhekk, kellimt lill-ħaddiema li qegħdin jaħdmu f'ċertu periklu u kellimt ukoll lid-direttur u lill-konsulent inkarigat minn dan ix-xogħol sabiex ikomplu jiddiskutu u jinsistu ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif għamilt jien stess diversi drabi.", "Nisperaw li ma jdumux ma joħorġu l-permessi neċessarji ħalli x-xogħol jitkompla u jitlesta.", "Għandi pjaċir inħabbar ukoll li dwar każ ta' twaqqigħ ta' kantuniera ta' bini dilapidat fil-Birgu, wara li kellna diversi rappreżentazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fejn offrejna diversi options, issa wasalna għall-ftehim li se nwaqqgħu kantuniera sħiħa u se nibnuha b'ġebla li tkun adattata għall-istil ta' din il-belt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Refalo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Smajt lill-Ministru jitkellem dwar diversi skemi ta' ristrutturar ta' postijiet dilapidati u fost oħrajn semma l-binja li hemm fejn l-Għajn tal-Ħasselin, l-Imsida.", "X'policy se jsegwi l-Gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-allokazzjoni ta' dawk il-flats?", "Nies li qabel kienu joqogħdu hemmhekk se jingħataw prijorita' ħalli jokkupaw dawk il- postijiet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Aħna qegħdin nagħmlu policy ġdida għax dik li kien hemm ma kenitx ċara.", "Għar-rigward ta' l-Imsida, nista' ngħid li din il- ġimgħa stess se ntellgħu l-poloz bejn dawk li għandhom punti indaqs u min jitla' jiġi allokat wieħed mill-postijiet il-ġodda li hemm hemmhekk.", "Hawn trid timxi in stages.", "Aħna qegħdin nimxu b'mod li nneħħu lin-nies minn fażi, nallokawhom fejn inkunu bnejna, nibnu numru ta' postijiet oħra u meta nlestu nneħħu lin-nies minn fażi oħra u nakkommodawhom hemmhekk.", "Huwa ta' sodisfazzjoni kbir għalija li wara ħafna diskussjonijiet twal, anke ma' l-inkwilini tal-postijiet li ridna nwaqqgħu, peress li kien hemm ukoll min kellu postijiet kummerċjali - bħala avukat u ex-ministru, l-Onor.", "Interpellant jifhem aktar minni f'dawn l-affarijiet, speċjalment fejn jidħlu postijiet kummerċjali, u jaf id-diffikultajiet kbar li tiltaqa' magħhom f'dawn is-sitwazzjonijiet - illum nistgħu ngħidu li wasalna għal soluzzjoni.", "Jiena nrodd ħajr lill-impjegati kollha, lill-kunsill lokali ta' l-Imsida - aħna ħadna ħsieb li f'din il-policy ndaħħlu lill-Kunsilli Lokali ta' l-Imsida sabiex kulħadd ikun jaf b'dak li għaddej - u lil dawk kollha li taw sehemhom biex fl-aħħar irnexxielna naslu għal soluzzjoni sodisfaċenti.", "Illum li jiena ministru naf kemm hu diffiċli li toħroġ lin-nies minn darhom sabiex tkun tista' twaqqa' area li hija dilapidata.", "Pero' biex tassew ikollna pajjiż modern huwa xieraq li flok il-postijiet dilapidati li jeżistu, jitla' bini li verament jixraq lil pajjiżna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti breakdown tan-nefqa fuq il-kampanja pubbliċitarja fuq Super 1 Television u l-PBS b'konnessjoni mat- tneħħija tal-VAT u l-introduzzjoni tas-CET, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10597.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' l-ispecifications tal-clip-on regulators importati mill- Korporazzjoni Enemalta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11143.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' ittra mibgħuta mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali lis- Sindku tal-Marsa fit-22 ta' Diċembru 1997 dwar inizjattivi li għandhom jittieħdu sabiex isir interim audit fuq ordni ta' l-Awditur Ġenerali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11257; u", "f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' estratt mill-minuti tal-laqgħa ta' l-Urban and Rural Landscaping Committee li saret fl-20 ta' Ġunju 1997, kopja ta' ilment li sar f'Ġunju 1995 minn residenti f'Ħaż-Żebbuġ dwar siġar tal- każwarina f'Misraħ l-Isptar u kopja ta' ittra mibgħuta mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbug lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fid-9 ta' Awissu 1995, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11219; u", "Tabella li turi l-kontijiet u ħlasijiet għal servizzi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura użati mill-kunsilli lokali matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11244.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni .", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, xtaqt infakkar lill-Ministru tal-Finanzi li nhar l-Erbgħa li għaddew wiegħed li, fl-ewwel opportunita' li jkollu, jgħaddilna dak id-dokument li l-ewwel paġna tiegħu diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jista' jgħaddihulna issa dan id-dokument?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif diġa' spjegajt, dan id-dokument m'huwiex ta' natura tali li minħabba f'hekk ma nħossux li għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Biss meta għadna fi stadju preliminari, u meta għadna fl-ewwel round ta' konsultazzjonijiet mal-korpi kostitwiti, u meta għadna qed nistennew il-feedback tagħhom, naħseb li jkun inopportun li npoġġih fuq il- Mejda tal-Kamra għalissa.", "Jien dakinhar kont għidt, biex inkun preċiż, li dan id-dokument lest li npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel mument opportun mingħajr ma nkaxkar saqajja żżejjed.", "Biss il-bieraħ qrajt fil-gazzetta li xi ħadd interpretaha li jien għidt f'xi konferenza politika li se nqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra nhar it-Tnejn.", "Jien m'għidtx hekk, biss nagħti l-kelma lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li ma nara l-ebda raġuni għaliex għandi nkarkar unduly biex nippubblikah.", "Wara kollox dan mhuwiex xi dokument ta' tħammir il-wiċċ jew xi dokument konfidenzjali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU (EMENDA NRU 2)", "TRAFFIC REGULATIONS(AMENDMENT N.2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Jannar, 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Grazzi, Madam Speaker.", "Il-bieraħ kont bdejt ngħid li l-konsum esaġerat u b'mod kroniku ta' xorb alkoħoliku jista' jagħmel ħsara lil diversi organi u sistemi tal-ġisem.", "Biżżejjed li wieħed isemmi l-istonku, il-fwied, il-frixa, in-nervituri u anke s-sistema tad- demm.", "Fil-fatt wieħed jista' jsofri minn anemija, problemi marbuta maċ- ċirkolazzjoni tad-demm u mal-qalb, u anke pressjoni għolja.", "Imma għall- finijiet ta' din l-emenda, wieħed irid jikkonċentra fuq l-effett tax-xorb fuq l-istat mentali tal-persuna.", "Meta kkonsmat b'mod kroniku u abbużiv, ix- xorb jista' anke jwassal għal psicosi, jiġifieri ġenn.", "Il-konsum tax-xorb b'mod akut iwassal għal diversi problemi skond il-livell ta' l-alkoħol fid- demm.", "F'\"The Times\" ta' Londra kienet dehret tabella li tispjega ċar u tond li, meta l-livell ta' alkoħol fid-demm ikun ta' 0.02%, allura wieħed isib problema biex jagħmel ċerti tasks, bħalma hu s-sewqan, li hu l-punt prinċipali tad-diskussjoni tagħna bħalissa.", "Meta l-livell ikun ta' 0.05% wieħed jibda jkollu stat ta' eċitament minħabba l-effett tax-xorb fuq il- moħħ.", "Dan hu l-livell preskritt fil-leġislazzjoni Ingliża.", "Meta l-livell ta' l-alkoħol fid-demm ikompli jogħla u jasal għal 0.08% - il-livell preskritt skond l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum - wieħed isib li jkun hemm ukoll telfien tal-memorja.", "Aktar ma jogħla l-livell ta' l- alkoħol fid-demm, wieħed aktar jitlef il-kontroll fuq il-muskoli u fuq l- emozzjonijiet, jiżviluppa sintomi ta' sleepiness, ikollu t-tendenza li jorqod fuq l-isteering u wieħed jibda jsib problemi anke biex jitkellem.", "Wieħed jista' jasal f'livell fejn bl-Ingliż isejħulu dead drunk, jiġifieri assolutament ma jkunx jaf x'inhu jiġri.", "Ovvjament, jekk il-livell ta' l- alkoħol fid-demm ikompli jogħla, dan jista' anke jwassal għal unconsciouness.", "Persuna tista' wkoll tmut jekk il-livell jogħla sa 4%.", "Il-punt tiegħi hu li fil-każ ta' l-abbozz kif inhu drafted, wieħed irid joqgħod attent għal diversi affarijiet.", "Fost l-oħrajn subartiklu (4) ta' artiklu 15E li qed jiġi propost fi klawsola 3 jgħid li:", "\"Persuna li tirrifjuta jew tonqos milli tagħti kampjun kif maħsub taħt dan l-artikolu tkun ħatja ta' reat:", "Iżda tkun difiża għal dik il-persuna jekk tipprova li n-nuqqas tagħha li tagħti kampjun kien minħabba l-inkapaċita' fiżika jew mentali li tagħtih jew għaliex l-għoti tiegħu kien jagħti lok għal riskju sostanzjali għal saħħitha.\".", "Huwa importanti li ma nħallux lok għal xi nuqqasijiet meta wieħed jiġi biex jinforza din il-liġi.", "Dak li jkun m'għandux isib toqba mnejn jgħaddi u jkollu difiża billi jgħid li rrifjuta li jagħti l-kampjun għax kien hemm lok għal riskju sostanzjali għal saħħtu.", "Huwa importanti li l-istrumenti li jintużaw għall-breathalyser test ikunu dejjem disposable u huwa importanti wkoll li mhux talli jkunu hekk, imma jkunu jidhru li huma hekk.", "Hemm ukoll fattur ieħor li wieħed isib fil-liġi.", "Qed nirriferi għal subartiklu (2) ta' artiklu 15I, kif propost fi klawsola 3, li jgħid li l- kampjun tad-demm jittieħed minn tabib.", "Normalment meta bniedem imur f'xi poliklinka jew id-dipartiment ta' l-emerġenza ta' l-isptar, id-demm jittieħed minn infermieri kkwalifikati.", "Għaldaqstant nitlob li din il- klawsola tiġi emendata f'dan is-sens.", "Nafu li hemm nuqqas ta' infermiera u tobba fis-servizz primarju tas-saħħa u għaldaqstant għandu jkun hemm il- possibbilta' li d-demm ikun jista' jittieħed sew minn tabib kif ukoll minn infermiera kwalifikati.", "Minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari li ngħatat lill-Onor.", "Tonio Borg mill-Prim Ministru, joħroġ li l-livell ta' alkoħol fid-demm ma jiddependix biss mill-ammont ta' alkoħol li jkun ġie kkonsmat imma jiddependi wkoll minn diversi fatturi oħrajn, fosthom mill-piż u mil-livell ta' metaboliżmu tal-persuna.", "Jekk persuna tkun tbati mill-marda tal- glandola tat-thyroid u din it-thyroid gland tkun qiegħda taħdem b'mod mgħaġġel, allura l-alkoħol li jikkonsma bniedem jidħol fid-demm iktar malajr.", "Għaldaqstant il-livell ta' alkoħol fid-demm jista' jkun għoli anke jekk l-ammont ta' alkoħol li jkun ġie kkonsmat jista' jkun anqas minn 3 jew 4 units.", "Intqal ukoll li ċerti mediċini jistgħu jgħollu l-livell ta' l- alkoħol fid-demm.", "Hawnhekk ta' min jiftakar fil-każ tad-driver involut fl- inċident tal-Prinċipessa Diana f'Pariġi.", "Nafu li dan id-driver, barra li kien xorob, kien ħa wkoll xi anti-depressants, li kienu għollewlu l-livell ta' l-alkoħol fid-demm.", "Irid jingħad li dan id-driver ma kienx jaf li se jkun xogħol aktar tard matul il-ġurnata, u dan wieħed irid jikkonsidrah ukoll.", "Huwa importanti li wieħed jinnota li minn tweġiba li ngħatat il- bieraħ għall-mistoqsija parlamentari li għamilt jien, jirriżulta li matul is-sena 1997 kien hemm xejn inqas minn 23,482 persuna f'pajjiżna li għandhom control card għal mediċini li huma hypnotic, jiġifieri mediċini jew inkella kalmanti li jittieħdu biex wieħed ikun jista' jorqod bil-lejl.", "Il-figura ta' 23,482, ma tinkludix lil dawk li jieħdu l-anti-depressants għaliex biex tiġi preskritta mediċina anti-depressant m'hemmx bżonn ta' control card.", "Ovvjament dawn in-nies mhux kollha jsuqu imma jibqa' l-fatt li hemm parti sostanzjali tal-popolazzjoni ta' pajjiżna li jieħdu dawn il- kalmanti, barra l-oħrajn li jieħdu l-anti-depressants.", "Hemm mediċini oħrajn li jistgħu jaffettwaw l-ammont ta' alkoħol fid-demm.", "Eżempju ta' dawn huma l-pilloli kontra l-pressjoni għolja, u nafu li hawn eluf ta' persuni f'pajjiżna li jieħdu dan it-tip ta' pilloli.", "Hemm ukoll il-pilloli li jintużaw għall-irjiħat u għall-influwenza.", "Proprju dan huwa l-aktar żmien fis-sena meta jkun hawn każijiet ta' influwenza virus, u dawn il-pilloli jintużaw ħafna.", "Jekk tieħu anke unit wieħed ta' alkoħol meta tkun qed tieħu dawn il-pilloli, jista' jkollok riżultat mhux mistenni.", "Jekk tieħu unit ta' alkoħol flimkien ma' pilloli kontra l-influwenza, faċilment jiżviluppaw sintomi bħal staggering, sleepiness, problemi biex titkellem u anke viżjoni doppja.", "Irrid ngħid li huwa importanti li min ikun qed jieħu l-mediċini m'għandux jixrob.", "Il-penali proposti, il-multi, il-priġunerija u anke s-sospensjoni tal-liċenzja, tant huma ħorox li wieħed żgur li m'għandux jazzarda jiċċajta ma' din il-liġi.", "L-appell tiegħi huwa li min jieħu mediċini m'għandux imiss ix-xorb, speċjalment jekk ikun se jsuq.", "Irrid ngħid li huwa importanti li min ibati minn ċertu mard li jista' jaffettwa l-metaboliżmu, ma jixrobx għaliex barra li x-xorb jagħmel ħsara lis-saħħa, f'dan il-każ jista' wkoll jaffettwalu l-livell ta' alkoħol fid-demm.", "Dan ifisser li jista' jkollu riperkussjonijiet waqt li jkun qed isuq u jista' wkoll jinqabad mill-awtoritajiet b'livell ta' alkoħol fid- demm li jkun ogħla mil-limitu preskritt.", "Irrid ngħid ukoll li fl-Ingilterra hemm il-ħsieb li x-xahar id-dieħel jitnaqqas il-limitu preskritt ta' alkoħol fid-demm.", "Dan ifisser li f'pajjiżi barranin din il-proċedura tal-breathalyser mhux biss daħlet imma anke qed tiġi inforzata.", "Fir-rivista \"The Economist\" tal-ġimgħa li għaddiet kien hemm artiklu fejn intqal li fl-Ingilterra hemm il-ħsieb li għal nofs din is-sena jiddaħħal ukoll il-konċett tad-drugalyser, fejn wieħed ikun jista' jagħmel monitoring tal-livell ta' drogi u ta' mediċini illegali fid- demm ta' persuni li jkunu qegħdin isuqu u jġibu ruħhom b'mod li mhuwiex xieraq.", "Jingħad li permezz ta' kampjun ta' l-għaraq u permezz ta' drugalyser wieħed jista' jkun jaf il-livell ta' droga - bħall-cannabis, eroina u oħrajn - fid-demm tal-persuna.", "Jiena nħeġġeġ lill-Gvern sabiex jikkonsidra anke din il-miżura.", "Ovvjament, fil-każ ta' drogi illegali, wieħed ma jistax jitkellem fuq limitu għaliex f'pajjiżna l-pussess stess ta' droga huwa dejjem illegali.", "Min-naħa l-oħra l-konsum ta' l-alkoħol b'mod xieraq huwa ovvjament legali imma fil-każ ta' drogi illegali s- sitwazzjoni hija differenti.", "Mill-banda l-oħra hemm problemi oħrajn konnessi mad-drogi.", "Drogi illegali jibqgħu jiċċirkolaw fid-demm tal- persuna anke sa xahar wara li tkun ġiet ikkonsmata d-droga.", "Għaldaqstant anke meta din id-droga ma jkollhiex effett fuq is-sewqan, din xorta tiġi rreġistrata fit-test tad-demm.", "Tajjeb li wieħed jgħid li mill-awtopsji li saru fuq persuni li mietu f'motor vehicle accidents fl-Ingilterra - qed insemmi l-Ingilterra għaliex f'pajjiżna dawn il-figuri mhumiex available - irriżulta li 25% minnhom, jiġifieri wieħed minn kull erbgħa, kellhom traċċi ta' drogi illegali fid-demm.", "Allura tajjeb li wieħed iħares ukoll lejn din il-problema.", "Jien ma naqbilx li wieħed għandu joqgħod jipprova jgħodd in-numru ta' units ta' alkoħol li jkun ikkonsma mbagħad joqgħod jara li ma jkunx ħa l- mediċini jew għandux id-deni qabel ma jsuq.", "Anke d-deni jżid il-metaboliżmu u allura jista' jaffettwa l-livell ta' alkoħol fid-demm.", "Minflok ma ngħidu li wieħed għandu joqgħod jipprova jkejjel dawn l-elementi kollha, jien naħseb li hemm bżonn bidla fil-mentalita' tal-poplu tagħna.", "Ma jistax ikun li nibqgħu b'sistema fejn f'bar issib minn ikollu xi sitt flixken birra vojta quddiemu.", "Din hi xi ħaġa li narawha ta' spiss u żgur li ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "M'għandix dubju li dawn il-persuni mbagħad isuqu huma biex imorru lura lejn id-dar.", "F'attivitajiet soċjali, bħalma huma tiġijiet, tista' tgħid li żgur li jiġi kkonsmat ċertu ammont ta' xorb alkoħoliku.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Nafu li hija drawwa li aħna l-politiċi nduru d-djar biex inżommu komunikazzjoni kontinwa mal-kostitwenza.", "Ma jistax ikun li tibqa' din il-mentalita' li meta bniedem jiġi d-dar, l-ewwel ħaġa li tagħmel hi li toffrilu grokk.", "Jekk irridu nosservaw din il-liġi wieħed irid jeżerċita d-dixxiplina fuqu nnifsu u allura bilfors trid tinbidel il-mentalita'.", "Minn mistoqsija parlamentari tiegħi li ġiet imwieġba l-bieraħ mill- Ministru tal-Finanzi, jirriżulta li fl-ewwel 11-il xahar tas-sena li għaddiet, l-ammont ta' alkoħol li ġie importat f'pajjiżna naqas b'600,000 litru meta mqabbel ma' l-1996.", "L-ammont ta' tabakk importat minn Jannar sa Novembru 1997 tas-sena l-oħra żdied b'24,000 kilogramma meta mqabbel mas- sena ta' qabel.", "Wieħed jista' jargumenta li peress li għolew il-prezzijiet tat-tabakk u tax-xorb alkoħoliku, wieħed kien jistenna li jkun hemm tnaqqis fl-importazzjoni u fil-konsum.", "Dan huwa minnu imma l-ammont ta' tabakk importat f'pajjiżna fl-1997 xorta waħda kien ogħla minn dak tas-sena ta' qabel.", "Dan il-punt qed nirrimarkah għaliex donnu jidher li n-nies qed jibdew jifhmu l-ħsara li jagħmel ix-xorb.", "Jien diġa' rriferejt għal diversi problemi li jikkaġuna x-xorb fis-saħħa tal-persuna iżda żgur li l-aktar problema komuni hija dik konnessa man-numru kbir ta' inċidenti tat- traffiku.", "Ix-xorb aktar joqtol nies kawża ta' inċidenti tat-traffiku milli bi problemi fil-fwied, fl-istonku, fil-qalb jew fil-frixa.", "Fil-fatt irrid naċċenna għal punt li diġa' sar.", "Huwa importanti li wieħed jifhem li anke l-pedestrian għandu d-dmir li ma jikkonsmax alkoħol żejjed.", "Ħafna drabi wieħed jinsa li mhux biss min isuq għandu ċerta responsabbilta' imma anke min ikun qed jaqsam it-toroq.", "Issorprendietni tweġiba li ngħatajt illum għal mistoqsija parlamentari li għamilt għal dak li jirrigwarda il-kaos li hemm fi Triq il-Kbira, il- Ħamrun.", "Hemmhekk, filgħaxija, ġurnata wara l-oħra, ikun hemm overspeeding minn ħafna żgħażagħ.", "Numru ta' żgħażagħ jintefgħu bilqiegħda fuq l-għatbiet tan-nies, iħabbtu fuq il-bibien tan-nies u tal-ħwienet u jabbużaw mix-xorb u mid-droga.", "Jien staqsejt lill-Prim Ministru kemm tressqu persuni l-qorti matul l-1997 minħabba xi kontravvenzjoni fi Triq il-Kbira, il-Ħamrun u l- Prim Ministru wieġeb li matul l-1997, 25 persuna tressqu l-qorti fuq storbju u persuna waħda fuq sokor f'din it-triq.", "F'artiklu li kiteb riċentement Fr. Noel Grima fil-gazzetta \"The Malta Independent\" ukoll kien hemm riferenza għal dan il-kaos.", "Allura jien ngħid li hemm bżonn li l- Pulizija tieħu dawn il-problemi b'aktar serjeta'.", "Jien naf li l-Kunsill Lokali tal-Hamrun ilu x-xhur jitlob lill-pulizija, sew tad-distrett u anke lill-Kummissarju, sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.", "Qed insemmi l-Ħamrun mhux għaliex jien noqgħod hemm imma naf li dawn il- problemi jirrikorru f'diversi bliet u rħula f'pajjiżna.", "Huwa importanti li l-Pulizija tenforza l-liġi għax inutli ngħaddu liġijiet minn dan il- Parlament biex imbagħad jibqgħu fil-kexxun.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. George Pulliċino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien ukoll nixtieq li fil-ftit ħin li għandi nagħti l-kontribut tiegħi għal din il-leġislazzjoni, li naħseb li hija leġislazzjoni ta' importanza konsiderevoli meta wieħed iqis li qiegħda ssir sabiex kemm jista' jkun jonqsu l-inċidenti fatali fit-toroq ta' pajjiżna.", "Din hi problema li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tiżdied, mhux biss minħabba li żdied in-numru ta' vetturi fit-toroq tagħna, iżda wkoll minħabba li sfortunatament qed ikun hemm ukoll aktar intransiġenza fis-sewqan f'pajjiżna.", "Għalkemm napprezza li x-xogħol tat- tħejjija fuq din il-liġi sar fuq il-mudell tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit, naħseb li hemm bżonn ta' tibdil speċifiku li permezz tiegħu jkollna żewġ sistemi ta' dixxiplina.", "Ħalli nispjega ruħi, Sur President.", "Bażikament fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea hemm is-sistema ta' żewġ saffi ta' penalitajiet.", "L-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li m'għandux din il-miżura huwa r-Renju Unit li adotta s-sistema li dawk kollha li jinstabu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol u fit-test tad-demm li jsirilhom jirriżulta li jkollhom sa 80mg ta' alkoħol għal kull 100ml ta' demm, jiġu ppenalizzati.", "F'din is-sistema hemm saff wieħed għax tilħaq il-livell ta' 80mg ta' alkoħol u tiġi dixxiplinat.", "Fil-kumplament tal-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea hemm żewġ saffi.", "L-ewwel saff normalment jintlaħaq ma' 50mg u f'dan il-każ persuna teħel penali li tkun ħafna anqas minn dik li jeħel min jinstab li jkollu 80mg ta' alkoħol.", "Naħseb li din is-sistema tagħmel aktar sens.", "Proprju bħalissa fl-Ingilterra għaddejja diskussjoni sabiex din ukoll tbiddel is-sistema ta' saff wieħed ta' miżuri u ddaħħal dik li fl- Ewropa tissejjaħ it-two-tier system jew inkella t-two-tier ban.", "Nerġa' ngħid, naħseb li dan jagħmel ħafna sens u huwa pprovat anke xjentifikament li persuna li jkollha sa 50mg ta' alkoħol fid-demm hija suxxettibbli għal inċidenti darbtejn aktar minn persuna li ma jkollha ebda influwenza tax- xorb.", "Għalhekk naħseb li f'pajjiżna wieħed m'għandux iżomm il-livell ta' 80mg bħala l-minimu imma għandha tiġi adottata s-sistema li sa 50mg ta' alkoħol teħel multa anqas milli kieku tinqabad bi 80mg.", "Nenfasizza li huwa xjentifikament ipprovat illi b'50mg ta' alkoħol, il-vista tas-sewwieq diġa' tkun qiegħda tiġi llimitata u jkun hemm ukoll tibdil fil-veloċita' tar- reazzjoni tal-persuna.", "Jiġifieri b'50mg ta' alkoħol fid-demm persuna għandha l-possibbilta' kbira li ma tkunx f'pożizzjoni li tirreaġixxi bil- veloċita' neċessarja, per eżempju, fuq il-brake.", "Huwa wkoll xjentifikament ipprovat li b'50mg ta' alkoħol f'kull 100ml demm, il-judgement dwar id- distanza jkun imfixkel u aktarx li jkun żbaljat b'darbtejn aktar minn dik li għandha tkun.", "Għaldaqstant jiena nipproponi li l-Gvern jikkonsidra li f'din il-liġi jkun hemm tibdil fil-penali sabiex tkun konformi mas-sistemi diġa' adottati fil-pajjiżi Ewropej.", "Kif għidt, ir-Renju Unit, li huwa l-uniku pajjiż b'saff wieħed ta' penalitajiet f'dan ir-rigward, issa qiegħed jikkonsidra bis-serjeta' li jdaħħal is-sistema ta' żewġ saffi.", "Qed ngħid dan għax naħseb li jagħmel ħafna sens li jkun hemm żewġ saffi ta' penalitajiet.", "Kif għidt qabel, wieħed jistenna li fl-ewwel saff il-penali tkun ħafna inqas.", "Per eżempju, fil-Portugal jekk inti tinqabad b'50mg ta' alkoħol għal kull 100ml ta' demm, tista' teħel sospensjoni tal-liċenzja tas- sewqan sa tmint ijiem.", "Fil-Belġju, ma titħalliex issuq għal 24 siegħa u, apparti s-sospensjoni, imbagħad teħel ukoll multa.", "Diġa' għidt li b'livell ta' 50mg alkoħol fid-demm ikollok darbtejn aktar ċans mis-soltu li tikkommetti inċident, li ovvjament jista' jirriżulta f'suwiċidju jew omiċidju.", "Pero' b'livell ta' 80mg, dan iċ-ċans jiżdied għal disa' darbiet.", "Naħseb illi dan huwa fatt allarmanti ħafna.", "Meta kont qed nipprova naġġorna ruħi fuq dan is-suġġett biex inkun nista' nagħmel dan l-intervent u rajt dawn iċ-ċifri, ċertament li kkonvinċejt ruħi li l-miżuri kontemplati fl-abbozz li għandna quddiemna jagħmlu ħafna sens.", "Fir-Renju Unit l-assoċjazzjoni taċ-Chief Police Officers tqis illi bil- leġislazzjoni li għandhom f'dan ir-rigward l-Ingilterra mxiet ħafna 'l quddiem.", "Fil-fatt din l-assoċjazzjoni qiegħda tinsisti li jkun hemm kontroll anke fuq persuni li jkollhom sa 50mg alkoħol f'kull 100ml ta' demm u qiegħda ssostni li l-Ingilterra jinħtieġ li tikkonforma mas-sistemi adottati fil-kumplament tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ġaladarba anke l- Ingilterra qed tħoss li għandha tagħmel dan, naħseb li l-leġislazzjoni tagħna għandha ssir b'mod li l-penalitajiet li qed jiġu proposti jkunu konformi ma' dawk li diġa' adottaw il-maġġoranza assoluta tal-pajjiżi Ewropej.", "Din l-association of chief police officers qed issostni illi jekk l-Ingilterra tadotta din is-sistema, jiġu salvati nofs il-persuni li jinqatlu kull sena f'inċidenti tat-traffiku, u dan l-assoċjazzjoni qed tgħidu wara studju xjentifiku li għamlet.", "Naħseb li dan huwa punt li ta' min jagħtih il-konsiderazzjoni li jixraqlu.", "Sur President, wieħed ma jridx jibda jaħseb illi permezz ta' din il-liġi se nsolvu l-problemi kollha li għandna u li issa se jibda jkollna toroq ħafna aktar safe għas-sewwieqa u għall-pedestrians.", "Biżżejjed ngħid li llum fir-Renju Unit, minkejja din il-leġislazzjoni, in-numru ta' persuni li jisfaw maqtula f'inċidenti tat-traffiku, huwa 20% aktar milli kien fl-1967, meta ġiet introdotta l-liġi tal-breathalyser.", "B'daqshekk ma tridx tirraġuna li bil-liġi b'kollox l-inċidenza xorta żdiedet għax trid iżżomm f'rasek li n-numru ta' vetturi fuq it-toroq żdied ferm u li l-karozzi tal- lum ilaħħqu veloċita' ħafna ikbar minn ta' dak iż-żmien.", "Dan allura jkabbar iċ-ċans ta' inċidenti tat-traffiku.", "Minbarra din il-leġislazzjoni rridu nieħdu ħafna aktar passi sabiex it- toroq tagħna jsiru aktar safe għas-sewwieqa u għall-pedestrians.", "Jiena naħseb illi pajjiżna għandu bżonn ta' pjan komprensiv fejn jidħol it- trasport u fejn jidħol it-traffiku.", "Ma naħsibx li sal-lum sar biżżejjed sabiex verament inħarsu lejn il-qasam tat-trasport u t-traffiku b'mod sħiħ.", "Il-passi li ttieħdu kienu passi pożittivi imma ħafna drabi kienu maqtugħin minn xulxin.", "Ma kienx hemm pjan strateġiku komprensiv fuq il-qasam tat- trasport u t-traffiku.", "Naħseb li wasal iż-żmien illi nħarsu lejn it-titjib tas-sistema tat-toroq b'ħafna aktar dedikazzjoni.", "Naf li sar ħafna matul is-snin li għaddew sabiex is-sistema tat-toroq titjieb imma għadna ferm 'il bogħod milli wieħed ikun jista' jgħid li t-toroq tagħna huma ta' livell aċċettabbli.", "Issa mhux qed nirriferi biss għall-ħofor fit-toroq li wara kull xita li tagħmel ikomplu jikbru.", "Jeħtieġ li jkun hemm ħafna aktar pjanifikazzjoni tas-sistema kollha tat-toroq, ta' ħruġ u dħul minn arterji u fuq arterji prinċipali.", "Naħseb li jeħtieġ li nagħmlu wkoll ħafna aktar għal dak li għandu x'jaqsam mas-sinjali tat-traffiku.", "Hawnhekk ukoll sar progress iżda jeħtieġ li nagħmlu ħafna aktar sabiex is-sewwieqa jkunu nformati fil-ħin propizju bil-kondizzjonijiet tat-triq u b'hekk jiġu evitati inċidenti.", "Jiena nemmen u ngħid illi sabiex wieħed ikun jista' jħares b'mod sħiħ lejn is-sitwazzjoni tat-trasport u t-traffiku, hemm bżonn li nibdew inħarsu mhux biss lejn il-ħtieġa li jkollna public transport authority, kif għandna sa llum, imma li jkollna awtorita' tat-trasport.", "Irridu nibdew inħarsu lejn it-trasport u t-traffiku b'mod sħiħ u mhux nibqgħu nifirdu t-trasport pubbliku mill-kumplament tat-trasport.", "Naħseb li dan huwa neċessarju jekk wieħed irid illi verament nibdew inħarsu b'mod sħiħ lejn il-problemi konnessi mat-toroq.", "Jekk irridu nħarsu b'mod sħiħ, żgur li waħda mill- akbar ħtiġijiet li għandu pajjiżna hija dak illi nnaqqsu kemm jista' jkun in-numru ta' karozzi privati mit-toroq.", "Dan huwa punt li ssemma wkoll mill- kollega tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Pero' dan jista' jsir biss jekk pajjiżna jiddeċiedi li jibda jamministra sistema moderna ta' trasport pubbliku, effiċjenti u relevanti għas-soċjeta' moderna ta' pajjiżna.", "Għaldaqstant jiena nappella lin-naħa tal-Gvern sabiex malajr kemm jista' jkun, illum qabel għada, pajjiżna jadotta sistema fejn ikollna awtorita' waħda għat-trasport u t-traffiku u b'hekk forsi nkunu nistgħu ndaħħlu aktar effiċjenza f'dan il-qasam.", "Se nagħmel kumment li forsi se jinstema' daqsxejn partiġjan imma nittama illi dan il-kumment jittieħed fis-sens u fil-kontest li fih qiegħed isir.", "Sabiex isir dak kollu li ġie ssuġġerit waqt dan id-dibattitu, kif ukoll isir enforcement serju ta' din il-liġi, jeħtieġ li l-Pulizija tkun tista' tagħmel aktar sorveljanza.", "Jiena xejn ma nieħu gost nisma' li l-Pulizija f'pajjiżna spiċċat biex qed ikollha l-petrol tal-karozzi tagħha rationed.", "Illum qrajna f'wieħed mill-ġurnali - u jiena dan ili nafu numru ta' ġranet - illi l-karozzi tal-pulizija issa għandhom ration ta' 50 litru petrol għal kull karozza.", "Ċertament li jekk dan il-Gvern se jibda jadotta sistema' ta' rationing anke fuq l-ammont ta' petrol li l-karozzi tal-pulizija jistgħu jikkonsmaw kull ġimgħa, ma naħsibx li jawgura tajjeb għal sistema aħjar ta' sorveljanza fuq it-toroq tagħna, anzi m'għandix l-iċken dubju li se jkollna ħafna anqas sorveljanza fir-rigward tal-kriminalita' in ġenerali.", "Imma jekk nillimita ruħi biss għal dak li għandu x'jaqsam mat-traffiku, żgur li dan ma jawgurax tajjeb għal sorveljana serja u effiċjenti fil-qasam tat- traffiku u t-trasport f'pajjiżna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER : Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Sur President, apparti li naqbel totalment ma' dak li qal l-Onor.", "George Pullicino, jien jidhirli li din hija liġi li għandha torjenta lin-nies għal sens aktar ċiviku.", "Kien importanti li jkollna l- kunsilli lokali u li jkollna ambjent iżjed nadif u iżjed ikkurat, pero' huwa ħafna iżjed importanti illi aħna nkunu iżjed ċivili fil-mod kif naġixxu mhux biss f'postijiet privati imma anke meta nkunu f'postijiet pubbliċi.", "Kulħadd jaf li l-Maltin huma magħrufin li d-dar tagħhom iżommuha pupilla.", "Mill-bieb 'il ġewwa jkollna kullimkien irranġat qisna lesti għall- festa pero' mbagħad hemm it-tendenza illi kif noħorġu mill-bieb 'il barra s- sitwazzjoni tinbidel.", "Aħna wkoll poplu li jaf u li jħobb jiddeverti u poplu illi ma joqgħodx lura milli jieħu grokk.", "Huwa dan il-fatt li forsi wassal biex issir din il-liġi.", "Pero' din il-liġi biss m'hijiex biżżejjed għax hemm bżonn ammont sostanzjali ta' awto-dixxiplina min-nies.", "Fit-toroq tagħna m'għandniex bżonn nies li lesti jieħdu ċans li ma jinqabdux mill-pulizija għax ma jkunux se jgħaddu minn triq prinċipali u allura xorta jabbużaw isuqu wara li jkunu xorbu iżjed mill-ammont preskritt mil-liġi.", "Lanqas għandna bżonn nies li jgħidulek li mill-każin sad-dar m'hemmx periklu u allura jistgħu jsuqu wara li jkunu xorbu xi grokk żejjed.", "Hemm bżonn ta' sens kbir ta' awto-dixxiplina.", "Din il-liġi m'għandhiex isservi ta' deterrent imma għandha tkun ta' gwida.", "Qegħdin ngħidu li kulħadd għandu jkun daqsxejn iżjed attent meta jiġi biex isuq u b'hekk il-Pulizija ma jkollhiex għalfejn tieħu l- passi msemmija fil-liġi.", "Ilkoll smajna b'każijiet fejn minħabba li bniedem kien taħt l-influwenza tax-xorb, ikkawża l-mewt ta' ħaddieħor.", "Jiena malli rajt din il-liġi ma stajtx ma niftakarx episodju li ġara lil familja mir-Rabat li kienet adottat tarbija mir-Rumanija.", "Din il-familja kienet għaddejja mill-Imrieħel, wieħed xurban tilef il-kontroll tal- karozza, daħal fihom u qatlilhom it-tarbija.", "Nistgħu nimmaġinaw l-uġigħ ta' qalb li sofrew dawn in-nies li għax ma kellhomx ulied naturali tagħhom, għamlu sagrifiċċju finanzjarju u ġabu tarbija minn post ieħor, u minħabba l- kapriċċ ta' ħaddieħor din it-tarbija reġgħu tilfuha.", "Din il-familja llum ġabet tarbija oħra pero' f'qalbha jibqgħalha għal għomorha kollu l-memorja l-fatt li tilfet l-ewwel tarbija tagħha kawża tax-xorb.", "Jien inħoss, Sur President, li f'dan l-abbozz ta' liġi hemm xi affarijiet li tajjeb li wieħed jeżaminahom u kkummenta fuqhom.", "Artiklu 15D li qed jiġi propost jgħid li uffiċjal tal-pulizija għandu dritt jarresta persuna jekk mit-test tan-nifs li jagħmlilha jissuspetta li l-ammont ta' alkoħol f'ġisimha jeċċedi l-ammont preskritt fil-liġi.", "Artiklu 15G jgħid li persuna tista' tinżamm taħt arrest u mbagħad titħalla tmur lura x'ħin il-Pulizija jkun jidhrilha li tkun kapaċi ssuq.", "F'dan il-każ irridu naraw min se jieħu r-responsabbilta' tal-vettura.", "Din se teħodha l-Pulizija?", "Barra minn hekk ma naħsibx li huwa l-każ li l- Pulizija għandha tarresta bniedem u mbagħad titilqu malli dan ikun f'kondizzjoni li jerġa' jsuq, imma għandha tara li dan il-bniedem ma jsuqx għal perijodu ta' ħin.", "Huwa importanti illi l-Pulizija tara wkoll illi tipprovdi storage għall-vettura jew almenu tieħu ħsieb li l-vettura ma tintelaqx fit-triq fejn tista' ssirilha ħsara.", "Jiena ngħid illi min jabbuża mix-xorb u jinqabad għandu jiġi arrestat, u mhux tkun l-għażla tal-pulizija jekk jarrestahx jew le.", "Malta hija żgħira, in-nies jafu 'l xulxin u faċilment jista' jiġri li Ċikku jiġi arrestat u Peppi jitħalla jmur id-dar.", "Allura l-liġi għandha tkun tassattiva, fis-sens li min jinqabad jew jiġi arrestat, jew ma jiġix arrestat sakemm forsi ma jirrifjutax li jmur f'poliklinika fil-viċin jew f'post ieħor skond ma tikkontempla l-liġi, biex isirlu l-urine test jew il-blood test.", "Il-liġi tgħid wara kemm ħin jistgħu jsiru ċerti testijiet u x'effett jista' jkun hemm bħala evidenza jekk it-testijiet isiru wara.", "Jiena naħseb li l-liġi għandha tgħid ukoll fil-perijodu sakemm isirulu t-testijiet dak li jkun m'għandux ikollu aċċess għal ilma jew affarijiet oħra li jekk jeħodhom jistgħu jagħmlu differenza fir-riżultat tal-blood test.", "Jekk bniedem jiġi permess li jixrob xi ilma jew jagħmel il-bżonnijiet tiegħu, se jkun hemm differenza fir-riżultat tat-testijiet.", "Dan jiddependi ħafna mill-mod kif dak li hemm miktub fil-liġi se jiġi prattikat mill-pulizija.", "Niġi għal ħaġa oħra.", "Hawn Malta nafu illi r-roadblocks ma jsirux mill-Pulizija biss imma jsiru anke mill-Forzi Armati.", "X'se tkun il-pożizzjoni jekk isir roadblock mill- Forzi Armati u l-ufifċjali jkun jidhrilhom illi persuna għandha ammont eċċessiv ta' alkoħol u għaldaqstant m'għandhiex tkompli ssuq?", "F'każijiet bħal dawn, se jkollhom poter li jwaqqfu lin-nies milli jkomplu jsuqu?", "Se jittieħdu passi biex dawn ikunu jistgħu għallinqas jieħdu azzjoni preventiva, ħalli persuna li tkun qed issuq taħt l-influwenza tax-xorb ma tibqax għaddejja fi triqtha u forsi tkun ta' periklu anke għal ħaddieħor?", "Jiena m'iniex qed ngħid li għandu jkollhom id-dritt li jarrestaw pero' għallinqas għandu jkollhom id-dritt li jżommu lil dak li jkun milli jibqa' jsuq.", "Naħseb li dan għandu jsir, aktar u aktar issa illi l-Pulizija se jkollha l-petrol rationed u forsi għal ta' l-AFM dan ir-ration ma jeżistix.", "Fir-Rabat 10 galluni petrol faċilment jintużaw fil-weekend.", "F'dan il-każ allura tista' tittieħed bħala regola li bniedem jista' jagħmel li jrid bejn it-Tnejn u l-Ħamis għax il-pulizija ma jkollhomx petrol biex jiġru warajh.", "Min joħroġ dan it-tip ta' rations irid jifhem illi d-dmirijiet tal-pulizija ma jkoprux biss li jagħtu titwila fiċ-ċentru tal-lokalita' imma bl-istess jridu jmorru l-Belt fuq xogħol ta' qorti u jagħmlu xogħol ieħor li jista' jkollhom fl-outskirts tal-lokalita'.", "Nerġa' nsemmi l-lokalita' fejn noqgħod jiena; l-outskirts tar-Rabat jinkludu areas bħall-Baħrija, il-Kunċizzjoni, Ħad-Dingli, inħawi lejn Ta' Qali, l-Imdina, l-Imtarfa, iċ-Chadwick Lakes, Tas-Salib, in-Nadur u Binġemma.", "Allura dawn l-areas kollha jridu jintlaħqu b'dawn l-imberkin 50 litru petrol fil-ġimgħa.", "Trid altru jkollok karozza li taħdem bir-riħa tal-petrol biss!", "Naħseb li l-pulizija għandu jkollhom il- mezzi neċessarji sabiex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom.", "La qed insemmi l-pulizija rrid ngħid ukoll li issa dawn se jkunu kostretti li 14-il ġurnata mil-leave tagħhom iridu jeħduhom bilfors il- Ħadd.", "Dawn huma n-nies li aħna qegħdin nimponu fuqhom il-piż li jaraw li l- liġijiet jiġu segwiti.", "Dawn qed nagħmlulhom il-ħajja diffiċli meta qed nordnawlhom li nofs il-leave tagħhom iridu jeħduh bilfors il-Ħadd.", "Aħna nafu li jkun hemm aktar abbużi fis-sewqan u abbużi li jistgħu jaqgħu taħt din il-liġi matul il-weekends.", "L-ordni dwar meta jieħu l-leave kienet vleġġa - bħal dawk li ssemmew fi żmien il-budget - għall-pulizija li qalgħuha.", "Aħna li dejjem ngħidu li lill-pulizija rridu nagħtuhom il-poteri kollha meħtieġa biex jikunu jistgħu jaġixxu, nippretendu li l-pulizija jkun ħabib tal-poplu u nippretendu wkoll li fejn jara ksur tal-liġi jieħu passi biex iwaqqfu.", "Imma issa min-naħa l-oħra lill-pulizija ma rridux indejquh tant li jibda jisħet is-siegħa u l-mument li jmur għax-xogħol billi nneħħulu ċ-ċans li jaqla' lira overtime jew iċ-ċans li jitħallas doppju tal- Ħadd.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Lill-pulizija qed ngħidulhom li min minnhom jidħol il-Ħadd irid joqgħod fl-għassa inkella mhux se jkollhom petrol fil- karozza biex l-għada jmorru l-qorti.", "Qed ngħidulhom ukoll: Nhar il-Ħadd li ġej ħallik mill-għassa u mix-xogħol l-ieħor u ħudha leave!", "Għax fl- omnixjenza tiegħu l-Gvern deherlu li 14-il ġurnata leave fis-sena jridu jittieħdu fil-Ħdud.", "Imma aħjar ma nidħolx f'din il-polemika u niġi lura għall-abbozz ta' liġi.", "Il-multi msemmija u l-mod kif tista' taġixxi l-pulizija meta twaqqfek fit- triq, fl-opinjoni tiegħi, jagħtu element ta' poter soġġettiv.", "Jekk bi breath test jirriżulta li l-ammont ta' alkoħol jeċċedi l-ammont li tippermetti l-liġi, allura trid tkun tassattiva li lil dik il-persuna jsirlha l-urine jew il-blood test, ħalli mbagħad mhux kulħadd jibda jinsa jekk dan jittella' l-qorti.", "Jekk ikun hemm riżultat mediku ffirmat mill- persuna nkarigata fil-poliklinika li jindika b'mod ċar li dik il-persuna kellha ammont eċċessiv ta' alkoħol, dik tkun evidenza kważi konklużiva fil- qorti.", "Ma tistax tħalliha li l-evidenza tkun ibbażata fuq jekk il-pulizija deherlux li dik il-persuna nefħet tajjeb biżżejjed fil-borża jew le, għax inkella mhux twieqi se nkunu qed inħallu miftuħin imma bibien ta' garaxxijiet!", "Imbagħad naslu għall-mod kif jixhed il-pulizija fil-qorti.", "Jien naħseb li dan għandu jkun sekondarju għall-evidenza li jkun hemm.", "B'evidenza medika jew xjentifika għandek a tight case u bniedem ma jistax jiżloq minnu.", "Jien nawgura, Sur President, li din il-liġi tkun tassew effettiva.", "Jien personalment ma nixrobx alkoħol, jiġifieri ma naħsibx li se jkolli problemi, pero' nispera li kulħadd ikun kapaċi jimmodera u ma jaqbiżx il- limiti preskritti fil-liġi.", "Ma naħsibx li l-intenzjoni tal-Gvern hija li jinġabru flus mill-multi imposti f'din il-liġi, pero' dawn jistgħu jservu biex irażżnu lil dawk is-sewwieqa li m'għandhomx sens ċiviku.", "GĦalhekk naħseb li din il-liġi hija tajba u għandha tilħaq l-iskop li għalih qed issir.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, għandna quddiemna liġi li primarjament tittratta s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb u naħseb li kellna aktar minn dikjarazzjoni waħda li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu ma' dan il- provvediment, li għalina huwa ġdid.", "Anke jekk kien hawn min qal li din il- liġi għandha tiġi applikata b'mod differenti, żgur li ma kien hawn ebda kontroversja dwar is-siwi tagħha.", "Għaldaqstant li se nipprova nagħmel, Sur President, huwa li nagħti ħarsa lejn parti mir-rapport dwar il- prevenzjoni ta' l-inċidenti tat-traffiku - li ġie ppubblikat ftit ġranet ilu u li anke tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra - u f'dan ir-rigward tajjeb li wieħed jara r-riżultat ta' l-intervisti li saru għal skopijiet ta' dan ir-rapport.", "Ġew intervistati numru pjuttost kbir ta' nies, 662 persuna minn diversi rħula ta' pajjiżna, għalkemm kien hemm konċentrazzjoni f'areas partikolari.", "Per eżempju, fl-area ta' Paceville biss ġew intervistati 309.", "Minn dan ir- rapport jirriżulta li 359 persuna, jiġifieri aktar minn nofs in-numru totali, qalu li fl-opinjoni tagħhom il-kawża ta' l-inċidenti tat-traffiku hija l-konsum eċċessiv ta' l-alkoħol.", "Dan juri li fost il-poplu hawn awareness sostanzjali ta' din il-problema.", "Imbagħad l-istess rapport jgħid li ma nistgħux naslu għal analisi konkreta u li f'pajjiżna huwa diffiċli li tgħid kemm hu kbir l-effett tax-xorb alkoħoliku fuq is-sewqan għaliex m'hemmx statistika kompleta.", "Skond dan ir-rapport jirriżulta li 23% tal- persuni li mietu f'inċidenti tat-traffiku kienu taħt l-effett tax-xorb alkoħoliku.", "Pero' ma teżistix informazzjoni biżżejjed biex wieħed ikun jaf kemm minn dawn il-persuni kienu sewwieqa, kemm kienu passiġġieri u kemm kienu persuni li kienu għaddejjin mit-triq u li ntlaqtu minn xi ħadd li mhux bilfors kien taħt l-effett ta' l-alkoħol.", "Ta' min jgħid li l- persentaġġ ta' 23% huwa anqas minn nofs ta' kemm ħasbu n-nies intervistati.", "Naturalment wieħed jista' jgħid li mhux l-inċidenti tat-traffiku kollha li fihom ikunu nvoluti persuni taħt l-effett ta' l-alkoħol ikunu inċidenti mortali.", "Allaħares naslu għal dik is-sitwazzjoni.", "Madankollu l-argument hu li aktar minn nofs dawk intervistati qalu li l-inċidenti tat-traffiku jseħħu l-aktar għaliex ikun hemm min isuq taħt l-effett tax-xorb alkoħoliku.", "Sur President, naħseb li din is-sensibilazzjoni qawwija għandha tkun il-bażi tal-programm li jissemma fir-rapport li għamilt riferenza għalih u l-bażi għal kwalunkwe tip ta' kampanja edukattiva li tista' ssir f'dan ir-rigward.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li 27% ta' dawk intervistati qalu li huma jaħsbu li l-inċidenti tat-traffiku jiġu kkawżati l-aktar minn sewqan ħażin.", "Jiġifieri x-xorb u s-sewqan ħażin kienu żewġ raġunijiet li ssemmew minn 75% ta' dawk li ġew intervistati bħala l-kawża ta' l-inċidenti tat-traffiku.", "Il- fatt li hawn dan l-awareness għandu jservi ta' bażi soda għal programm ta' edukazzjoni fis-sewqan.", "Fil-fatt l-istess rapport jgħid ukoll li huwa importanti li nkomplu nedukaw mhux biss lil dak li jkun qed isuq imma wkoll lill-pedestrians biex kulħadd ikun jaf aħjar x'inhuma r-resposabbiltajiet tiegħu.", "Fir-rapport jissemmew punti oħrajn li huma importanti.", "Fl-opinjoni ta' min għamel ir-rapport u fl-opinjoni ta' 256 minn total ta' 662 persuna li kienu intervistati, jiġifieri aktar minn wieħed minn kull tlieta tinħass il-ħtieġa li jkun hemm aktar inforzar tal-liġi f'pajjiżna.", "Issemmiet l-idea tal-breathalyser test u ntqal ukoll li hemm bżonn li jkun hemm manutenzjoni aħjar tat-toroq.", "Ħaġa li tinkwetani hi li 9% biss tal-persuni li kienu ntervistati jaħsbu li kampanja ta' edukazzjoni tista' twassal biex ikun hawn livell aħjar ta' sewqan fil-pajjiż.", "Jista' jkun li dan il-persentaġġ huwa daqstant baxx għaliex nafu kemm hu diffiċli li teduka lil xi ħadd u ġġiegħlu jbiddel l- attitudni tiegħu u f'dan il-każ il-mod kif ikun imdorri jsuq.", "Madanakollu naħseb li għandu jkun hemm kampanja serja u jekk hemm bżonn fit-tul, li tolqot lil kull wieħed u waħda minna, għax it-tip ta' kontravenzjonijiet kontemplati f'dan l-abbozz jistgħu jitwettqu minn kull min isuq.", "Wara kollox, naħseb li fil-pajjiż kulħadd għandu d-dover li jkompli jtejjeb il- livell tas-sewqan tiegħu.", "Mir-rapport jirriżulta li nħass il-bżonn ukoll li jkun hemm aktar pulizija fit-toroq ta' pajjiżna mhux sempliċement biex jagħtu ċitazzjonijiet imma anke biex jedukaw.", "Ġieli jiġri li meta persuna b'aljenazzjoni tikser xi regola tat-traffiku, il-pulizija jħoss li jkun biżżejjed li jiġbdilha l- attenzjoni.", "Naħseb li l-Pulizija għandha tkabbar is-sehem tagħha biex tara li l-livell tas-sewqan fil-pajjiż verament jitjieb.", "Nafu li fil-ħinijiet bikrin tal-ġurnata, meta normalment bniedem ma jkunx taħt l-influwenza tax- xorb, kontinwament naraw sewwieqa li ma josservawx ir-regoli tat-traffiku.", "Hemm bżonn titjib mhux biss fil-livell tas-sewqan imma anke f'dik li hija osservanza tal-liġijiet.", "Kif qal ukoll l-Onor.", "Tony Abela, il-Pulizija m'għandhiex tkun imxekkla fit-twettiq tax-xogħol tagħha minn restrizzjonijiet, ngħidu aħna, fil-mod kif jittieħed il-leave jew minn ration fuq il-fuel għall-karozzi tal-pulizija.", "Għall-kuntrarju l-Pulizija għandha tkun attrezzata l-ħin kollu u bl-aħjar mod biex tkun tista' mhux biss tikkontrolla t-traffiku imma wkoll twettaq il-kumplament tad-doveri tagħha.", "Saret ukoll riferenza għall-kontroll tas-sewqan f'pajjiżi barranin.", "Fir- Renju Unit, pajjiż li għandna relazzjonijiet mill-qrib miegħu, hemm sens ta' responsabbilta' qawwija.", "Hemmhekk il-maġġoranza tas-sewwieqa jaraw li josservaw bl-aktar mod riġidu r-regoli tal-breathalyser u regoli oħrajn li jiġu mfassla minn żmien għall-ieħor għaliex jibżgħu li titteħdilhom il- liċenzja.", "Fil-fatt jekk persuna tinqabad tikkommetti reat għal iktar minn darba jkollha l-liċenzja tas-sewqan tagħha sospiża għal perijodu twil.", "Minkejja regolamenti daqshekk ibsin xorta waħda jibqa' jkun hemm inċidenti kkawżati minn persuni li jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb.", "Pero' żgur li fl-Ingilterra hemm kuxjenza aktar qawwija dwar l-osservanza tal-liġijiet tat-traffiku u tas-sewqan.", "Sur President, għandna quddiemna abbozz ta' liġi li wieħed jista' jwessa' ħafna l-argumenti dwaru.", "F'dan il-kontest wieħed jista' jitkellem dwar il- kontroll tat-traffiku fil-pajjiż u l-livell tat-toroq.", "Hemm argumenti oħrajn li jistgħu jsiru dwar il-kawżi l-aktar komuni ta' l-inċidenti tat- traffiku u f'dan ir-rigward fir-rapport hawn diversi kummenti u rakkmandazzjonijiet pero' jien naf li 'l quddiem se jkun hemm iċ-ċans li dawn il-punti jiġu diskussi aktar fid-dettall.", "Nagħlaq billi ngħid li naħseb li din hija liġi tajba jekk tiġi applikata b'mod korrett.", "L-osservanza tal-liġi m'hijiex biss responsabblilita' ta' min ikun qiegħed isuq imma wkoll ta' min qiegħed hemm biex jara li l-liġi fil-fatt tiġi osservata, jiġifieri l-pulizija.", "Nispera li wara li din il- liġi tidħol fis-seħħ ma niġux hawnhekk u noqogħdu nħabbru kemm inqabdu jiksruha, kif ġara meta daħlet is-sistema tal-clamping u t-towing.", "Ma naħsibx li għandu jsir hekk fil-każ ta' din il-liġi, għax din il-liġi għandha tkun ħolqa oħra f'sensiela ta' liġijiet immirati għal aktar kontroll tat-traffiku u għal titjib fil-livell tas-sewqan, biex kemm jista' jkun jonqsu l-inċidenti fatali fit-toroq tagħna u kull wieħed minna jħossu aktar safe li jsuq jew jimxi fit-triq.", "Dan għandu jkun l-iskop aħħari tal-liġi u ta' kull wieħed u waħda minna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, il-Ministru Joe Mizzi jista' jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, bqajt skantat b'diversi kummenti li saru f'din il-Kamra, l-aktar min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Għaliex?", "Naħseb li konna qed nisimgħu erba' verżjonijiet differenti tal-liġi.", "Min-naħa ta' l- Oppożizzjoni ntqal li din hija liġi kkopjata minn dik li kien ħejja l-Gvern ta' qabel u mil-liġi Ingliża, tant li fl-ammont biss kien hemm xi differenzi.", "B'dan l-argument wieħed kien jistenna li ma kenitx se ssir kritika.", "Veru li kien hemm min għamel kritika kostruttiva imma kien hemm tip ta' kritika oħra li dwarha ma nista' ngħid xejn ħlief li kienet intiża biex tipprova toskura lill-Partit Laburista fil-gvern, li ħa passi drastiċi biex jitnaqqsu l-inċidenti mit-toroq ta' pajjiżna.", "Jien nista' ngħid li din il-liġi hija bħal dik li kienet se tiġi ppreżentata mill-Gvern preċedenti, u kemm il-Gvern preċedenti kif ukoll dan il-Gvern ħaduha mil- liġi Ingliża.", "Jiġifieri din il-liġi la saret minna u lanqas min-naħa l-oħra imma għamilha l-Gvern Ingliż!", "Aħna rajna x'inhi l-esperjenza ta' din il- liġi u kkopjajnieha.", "Ma sar xejn ħażin, anzi li sar, sar għat-tajjeb.", "Min-naħa l-oħra kien hemm kritika għaliex aħna domna biex ressaqna din il- liġi quddiem il-Parlament u kien hemm ukoll min qal li l-pulizija mhux se jaġixxu b'mod li l-liġi tirnexxi.", "Naturalment il-pulizija m'humiex infallibbli imma jien żgur li se jagħmlu ħilithom.", "L-Oppożizzjoni għażlet ukoll li tirriferi għal dak li qalet gazzetta lokali u bħal donnu ftit tat kas ta' dak li għidt jien fil-Parlament.", "Din jien ma ngħidilhiex serjeta'.", "Jien ma nippretendix li l-Oppożizzjoni għandha toqgħod fuq dak li qalet gazzetta u tinjora għal kollox dak li jkun intqal fil-Parlament.", "Jien nemmen li huwa dak li jingħad fil-Parlament li jgħodd u mhux xi rapport f'gazzetta.", "Imma issa ħalli niġi għall-argumenti li saru dwar l- abbozz ta' liġi.", "Argument li l-Oppożizzjoni pprovat tkabbar kien li aħna domna biex ressaqna din il-liġi u staqsiet għalfejn kien hemm dan id-dewmien meta aħna sempliċement kkopjajna l-liġi mill-abbozz li kien hemm qabel.", "Jien nemmen li m'għandniex noqogħdu ninħlew fuq argumenti dwar jekk il-liġi hijiex ikkoppjata jew jekk inħeliex żmien biex jiġi ppreżentat l-abbozz ta' liġi ġdid.", "Jekk se naqbdu dan it-tip ta' argumenti se jinħela ħafna żmien fix- xejn.", "Biex nirrispondi fil-qosor għal din il-kritika tajjeb li ngħid li ftit wara li sar ministru ta' l-intern, l-Onor.", "Louis Galea, fil-bidu ta' l- 1992, kien wiegħed li din il-liġi kellha tkun waħda mill-prijoritajiet.", "Fil- fatt kienet baqgħet fuq l-ixkaffa għal aktar minn erba' snin għax imbagħad tressqet għall-Ewwel Qari mill-ministru ta' warajh, l-Onor.", "Tonio Borg, f'Lulju ta' l-1995.", "Allura dak ma kienx dewmien?", "Ara dak ma semmewhx.", "Imbagħad kellhom jgħaddu kważi disa' xhur oħra sakemm fit-23 ta' April, 1996 l-abbozz ta' liġi ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Minkejja dan jidher li xorta waħda ma kienx hemm għaġġla għax sakemm ġie xolt il- Parlament u nbidel il-gvern, din baqgħet ma tressqitx għad-diskussjoni fil- Parlament.", "Allura jien ngħid li fuq dewmien żgur li ħadd ma jista' jakkużana.", "Min-naħa tagħna, malli l-Gvern iddeċieda li din il-liġi għandha tgħaddi, ħadna l-passi kollha neċessarji.", "Fil-fatt sar l-Ewwel Qari tagħha fid-9 ta' Diċembru li għadda, ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern 17-il ġurnata wara u tressqet għad-diskussjoni fil-Parlament wara xahar.", "Qalu li li ma kellux jittieħed daqstant żmien biex titressaq din il-liġi għaliex aħna kkoppjajniha minn dik li kien ħejja l-Gvern preċedenti, imma dan m'hu veru xejn għax sarulna diversi kummenti u suġġerimenti li qgħadna fuqhom.", "Anke meta tlesta l-abbozz u ġie ppubblikat, bdew deħlin diversi suġġerimenti u saru laqgħat biex nerġgħu naraw ċerti affarijiet.", "Imma naħseb li għidt biżżejjed fuq dan il-punt u m'għandix għalfejn noqgħod naħli aktar ħin fuqu.", "Intqal li din il-liġi se tkun iebsa u li se jingħataw poteri kbar lill- pulizija.", "L-Onor.", "Tonio Borg qal li l-pulizija qed jingħataw dawn il-poteri minħabba l-gravita' tas-sitwazzjoni.", "Jien nista' ngħid li dawn il-poteri m'humiex anqas jew aktar minn dawk li jeżistu f'pajjiżi oħra f'dan ir- rigward.", "Kif għidt, aħna ħadna din il-liġi proprju mil-liġi Ingliża li ilha fis-seħħ għal 30 sena u għalhekk nista' ngħid li m'aħna qed nivvintaw xejn ġdid.", "Kulma qed nagħmlu huwa li qed nipprovaw nindirizzaw problema li kulħadd jaqbel li hija problema serja, dik tas-sewqan taħt l-influwenza tax- xorb.", "U qed nipprovaw nindirizzaw din il-problema b'metodi serji li għal ħafna snin ġew imħaddma b'suċċess f'postijiet oħra.", "Kelliem ta' l-Oppożizzjoni qal li skond ir-rapport ta' Dr Micallef Stafrace, l-alkoħol huwa l-kawża ta' 23% ta' l-imwiet minn inċidenti tat- traffiku.", "Dan jikkonferma l-bżonn ta' miżuri drastiċi u effettivi.", "Aħna dak li qed nipproponu li nagħmlu permezz ta' din il-liġi.", "Barra l-kummenti li saru f'din il-Kamra minn diversi kelliema, irċevejna wkoll kummenti u suġġerimenti mill-pubbliku li aħna ħassejna li kienu validi biżżejjed biex jiġu nkorporati fil-liġi.", "Fil-fatt nista' ngħid minn issa li fl-istadju ta' Kumitat se nipproponi xi emendi, b'riżultat ta' dawn il-kummenti.", "Fost l- oħrajn kien hemm kummenti li saru minn żewġ professjonisti separatament li ssuġġerew li, bħalma qed jiġi propost fil-każ ta' l-istrument li jrid ikejjel in-nifs, il-laboratorju fejn se ssir l-analisi tal-kampjun ta' l- urina u l-kampjun tad-demm għandu jkun wieħed approvat jew desinjat apposta mill-Gvern.", "Għalhekk se nipproponi dan il-provvediment ġdid:", "\"L-analisi ta' xi kampjun li jingħata skond id-dispożizzjoni ta' dan l- artiklu għandu jsir f'laboratorju li jiġi approvat b'ordni tal- Ministru, li jiġi ppubblikat fil-Gazzetta, u l-opinjoni ta' l-analista ta' dak il-laboratorju, kif ukoll ir-riżultat ta' dik l-analisi jkun ammissibbli bħala prova fil-proċedimenti għal reat taħt dan l-artiklu 15A jew 15B ta' l-Ordinanza.", "Ir-riżultati ta' l-analisi jitqiesu korretti sakemm ma jiġix ipprovat kuntrarju.\".", "B'din l-emenda se niżguraw li kemm l-istrumenti li jintużaw biex jittieħed il-kampjun tan-nifs, kif ukoll il-laboratorju li se jintuża biex jiġu analizzati l-kampjuni tad-demm u l-urina, ikunu approvati permezz ta' ordni pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.", "B'hekk inkunu qed inserrħu wkoll ras in- nies li l-affarijiet se jsiru b'ċerta serjeta' u għalhekk se jkunu affidabbli.", "Sur President, qabel ma nkompli xtaqt nesprimi l-apprezzament għal dawk kollha li b'sens ċiviku kbir indenjaw jiflu l-abbozz ta' liġi propost u jagħmlu l-kummenti tagħhom.", "Kif għidt, saru diversi suġġerimenti u nkitbu ittri anke wara li ppubblikajna l-abbozz.", "Nista' ngħid li l-Gvern huwa dispost li jisma' lill-pubbliku fejn jidħlu inizjattivi bħal dawn.", "Aħna rridu li kemm jista' jkun id-dibattitu jitwessa' u jkollna firxa kbira ta' opinjonijiet anke barra l-Parlament qabel ma liġi tiġi ffinalizzata.", "L-Onor.", "Helen D'Amato staqsiet jekk l-istrument tal-breathalyser hux se jinżamm fl-għassa jew jekk il-pulizija hux se jġorru miegħu.", "Jien kont għidt li hemm tip ta' strument li jinġarr mill-pulizija u mbagħad hemm strument ieħor li jkun aktar sofistikat u li jagħti riżultati aktar preċiżi.", "(Interruzzjonijiet) Hi qalet li fil-gazzetta ġejt rapportat li jien għidt li se jkun hemm apparat fl-għassa biss.", "Mhux veru li jien għidt hekk.", "Jien għidt li se jkun hemm apparat mobile u se jkun hemm apparat ieħor fl-għassa.", "Niġi issa għal xi kummenti u suġġerimenti li tqajmu f'din l-Kamra.", "Nibda b'kumment li sar mill-Onor.", "Tonio Borg fejn issemmiet il- kwestjoni tar-random checks mill-pulizija.", "Kif spjega tajjeb il-kollega tiegħi, il-liġi proposta tindika eżatt il- każijiet meta l-Pulizija tista' twaqqaf persuna u tagħmlilha t-test tan- nifs.", "L-erba' ċirkostanzi speċifikati jinsabu f'subartikli minn (a) sa (d) ta' artiklu 15C.", "F'kull każ, il-Pulizija jrid ikollha suspett raġonevoli dwar individwu u biex tarrestah irid jirriżulta mit-test tan-nifs li dik il- persuna jkollha proporzjon ta' alkoħol fid-demm iżjed mil-limitu preskritt fil-liġi.", "Il-Pulizija tista' tarresta individwu wkoll jekk dan jonqos milli jagħti kampjun.", "Barra minn hekk, skond il-liġi stess, il-pulizija jrid javża lil dik il-persuna li jekk din tirrifjuta li tagħmel dak meħtieġ minnha, dan jitqies bħala reat.", "Hemm metodi effettivi ta' kif wieħed jasal biex ikollu suspett raġonevoli li persuna tkun qed issuq jew qed tipprova ssuq taħt l-influwenza ta' l-alkoħol.", "Suspett jista' jqum minn sewqan erratiku jew nuqqas ta' kontroll li minnu nnifsu juri sintomi ovvji.", "Ninsab informat li l-Pulizija għandha metodi sempliċi u pprovati biex tistabilixxi jekk persuna hijiex fi stat li ssuq jew le.", "L-Onor Borg semma wkoll każ li deher quddiem il-Kummissjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fejn kien involut individwu f'pajjiż Ewropew li rrifjuta li jissottometti ruħu għat-test tad-demm wara li kien suspettat li kellu eċċess ta' alkoħol fid-demm.", "Intqal li l-Kummissjoni ċaħdet it-talba ta' dan l-individwu u qalet li:", "\"A blood test, if positive can lead to conviction for the offence referred to in article 25 paragraph 2 of the Netherlands Road Traffic Code.", "At the same time, the test, if negative can clear the accused.", "This is therefore a method of proof which can work to the advantage or disadvantage of the accused.", "The Commission thinks it reasonable that the authorities, in pursuance of their task, should be able to take certain measures affecting the person whom they suspect of an offence.", "It points out that article 5 - paragraph 1(c) of the Convention - even permits detention on demand in such cases.\".", "Għalhekk jidhirli li fuq din il-kwestjoni m'hemmx iktar x'wieħed jgħid għax id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea titkellem waħedha.", "Issemmiet ukoll il-ħtieġa li l-individwi għandhom jingħataw kampjun tad- demm jew ta' l-urina meħuda mill-pulizija biex dawn ikunu jistgħu jissalvagwardaw l-interessi tagħhom.", "Jien personalment m'għandi l-ebda oġġezzjoni għal dan u għalhekk se nara jekk dan jistax isir amministrattivament, jiġifieri li l-Pulizija taqsam il-kampjun fi tnejn u l- individwu jingħata kampjun minnhom issiġillat u ffirmat.", "Naturalment il- kampjuni miżmuma u mogħtija jridu jkunu ta' kwantita' li jistgħu jiġu analizzati.", "Qabel ma ndaħħlu din il-proposta se naraw x'kumplikazzjonijiet jista' jkun hemm fl-adozzjoni tagħha.", "Jien ma nħossx li għandha tidħol bħala parti mill-liġi imma għandha tkun xi ħaġa li tidħol fil-prattika amministrattivament.", "Ma nixtieqx li nivvintaw xi sistema li torbot idejn il-pulizija b'tali mod li l-liġi ma tibqax prattikabbli biex titħaddem.", "Jiġifieri hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax inkella flok insolvu l- problemi nkunu qed noħolquhom.", "Suġġeriment interessanti min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kien dwar il-ħolqien ta' sistema fejn il-pieni jinqasmu f'żewġ skali skond il-livell ta' l- alkoħol li jinstab fl-individwu.", "Il-konċett hu li bniedem li jkun b'eċċess ta' alkoħol m'għandux jitqies fuq l-istess livell ta' wieħed li jkun border line.", "Fl-opinjoni tiegħi din il-proposta hija valida ġaladarba l-pieni kkontemplati taħt il-liġi huma pjuttost ħorox u għalhekk forsi jkun tajjeb li wieħed ma jmurx għall-estrem mill-ewwel.", "Fid-dawl ta' dan se nressaq emenda għall-abbozz fis-sens li sospensjoni ta' liċenzja tingħata biss jekk jinqabeż ċertu ammont ta' alkoħol fin-nifs, fl-urina jew fid-demm u mhux fi kwalunkwe każ meta jinqabeż il-limitu preskritt, bħalma hemm fl-abbozz li ġie ppubblikat.", "L-Onor.", "Anglu Farrugia esprima l-opinjoni li l-aħħar parti ta' subartiklu (2) ta' artiklu 15E hija miftuħa wisq.", "L-imsemmi subartiklu jgħid:", "\"Kull kampjun ta' l-urina għandu jingħata fi żmien siegħa minn meta ssir it-talba biex jingħata:", "Iżda l-fatt li kampjun ta' l-urina jingħata barra dak il-perjodu ta' siegħa ma jolqotx l-ammissibilita' bħala prova ta' dak il-kampjun jew ta' kull prova oħra bażata fuqu.\".", "Għalkemm l-aħħar proviso mhuwiex fil-liġi Ingliża, dan jirrifletti d- deċiżjonijiet Ingliżi fuq il-materja u għalhekk ikun għaqli li jibqa'.", "Wara konsultazzjonijiet li għamilt ingħatajt il-parir li għandu jibqa'.", "Wara kollox dan il-proviso sempliċement jipprovdi li l-prova ma tiġix iddikjarata inammissibbli, mbagħad sta għall-qorti li tirregola ruħha dwar il-konsegwenzi jekk jirriżultalha li l-kampjun ma jkunx ingħata fiż-żmien li ssemmi l-liġi.", "Dan naturalment ikun jiddependi mill-provi l-oħra li jinġiebu quddiem il-qorti.", "Kwestjoni oħra li tqajmet mill-Onor.", "Farrugia hija dwar meta l-pulizija għandha titlaq lill-persuna mwaqqfa.", "Tajjeb ngħid li skond kif qed jiġi propost fl-abbozz taħt artiklu 15G, il-Pulizija tista' żżomm lil dik il- persuna sakemm jidhrilha li tkun f'kondizzjoni li ssuq.", "Jien naħseb li dan il-provvediment għandu jibqa' kif inhu.", "Kif diġa' għidt, il-pulizija għandhom metodi sempliċi, effettivi u pprovati ta' kif jaraw jekk wieħed ikunx tajjeb biex jerġa' jibda jsuq.", "Barra minn hekk, se joħorġu struzzjonijiet ċari lill-pulizija biex jikkonsultaw tabib jekk jibqgħu fid- diffikulta' dwar l-istat ta' persuna u f'dan il-każ għandhom jimxu fuq il- parir tat-tabib.", "Ħadd m'hu perfett u nafu li hemm xi difetti, anke fl- attitudni ta' ċerti pulizija, imma qed nagħmlu minn kollox biex naraw li dawn id-difetti jonqsu.", "Madam Speaker, jien inħoss li d-dibattitu kien wieħed interessanti.", "Kien hemm xi rimarki li ma deherlix li kienu f'waqthom pero' nista' ngħid li kien interessanti anke n-numru ta' kelliema li taw il-kontribut tagħhom bil- ħsieb li l-liġi tiġi pperfezzjonata.", "Is-suġġerimenti kollha ttieħdu in konsiderazzjoni għax jista' jkun li permezz ta' xi emendi li jistgħu jsiru nkunu qed nagħtu lil din il-liġi ċ-ċans biex taħdem aktar u tagħtina riżultat aktar pożittiv.", "Jidher li hawn qbil ġenerali kemm f'din il-Kamra u tista' tgħid anke barra l-Kamra dwar il-ħtieġa kbira ta' din il-liġi.", "Ir- rapport ta' l-Avukat Micallef Stafrace jikkonferma dan u għalhekk nispera li din il-liġi ma ddumx ma tgħaddi biex fi żmien qasir ngħaddu għall- implimentazzjoni tagħha.", "Nista' ngħid li dalwaqt se jkollna l-apparat li permezz tiegħu nkunu nistgħu nibdew indaħħlu l-liġi fil-prattika.", "Kif għidt fid-diskors tal-bidu, bħalma ġara f'diversi pajjiżi oħra, żgur li din il- liġi dinamika maż-żmien se jkollha tgħaddi minn ċerti kambjamenti bażiċi bbażati fuq l-esperjenza li wieħed jiggwadanja mill-attwazzjoni ta' diversi provvedimenti.", "Il-vantaġġ tagħna hu li aħna fassalna din il-liġi fuq il- liġi Ingliża, li kienet waħda minn ta' l-ewwel f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt għandha 'l fuq minn 30 sena esperjenza u hija rikonoxxuta bħala waħda mill- aħjar minn ħafna aspetti.", "Kif għidt diġa' fl-introduzzjoni ta' din il-liġi, il-Gvern huwa determinat illi jdaħħal id-dixxiplina f'dak li għandu x'jaqsam mat-traffiku u għalhekk nispera illi fi ftit żmien ieħor din il-liġi tgħaddi mill- istadju ta' Kumitat u fi ftit ġimgħat imbagħad tibda tiġi implimentata.", "Nispera li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu biex din tirnexxi.", "Jiena nerġa' ntenni li ma nistenniex mirakli mill-ewwel.", "Jista' jkun hemm xi problemi, pero' aħna m'aħna xejn inqas minn ħaddieħor, u persważ li din il-liġi se tagħti riżultati pożittivi bħalma tat f'pajjiżi oħra.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex ikompli jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku, Kap. 65'' ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skond il-Mozzjoni Nru 22 tad-9 ta' Diċembru, 1996.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3)", "EXCISE DUTY(AMENDMENT)( No.3) BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker għandi messaġġ mingħand il-President.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi ''biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa'', jirrakkmandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "13 ta' Novembru, 1997", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas- Sisa\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, kif kellna l-ġimgħa li għaddiet, illum għal darb'oħra għandna quddiemna abbozz ta' liġi illi huwa konsegwenzjali għall-budget.", "Dan l-abbozz jipprovdi għal żidiet maħsuba fid- dazju tas-sisa fuq is-sigaretti, fuq ix-xorb alkoħoliku u fuq il-pitrolju.", "Fil-każ tas-sigaretti qed nitkellmu fuq żieda fid-dazju tas-sisa fuq kull pakkett ta' l-għoxrin biex il-prezz għall-konsumatur jiżdied b'5ċ għal pakkett ta' għal sigaretti standard u b'10ċ għal sigaretti king size.", "Din iż-żieda tinkludi wkoll l-effetti tat-taxxa tad-dwana u tas-sisa.", "Fil-każ tax-xorb alkoħoliku hemm maħsuba żieda ta' 23% fir-rata tad-dazju tas-sisa, b'mod li jittieħed in konsiderazzjoni l-profitt.", "Iż-żieda fil-prezz għall- konsumatur hija ekwivalenti għal 13% meta pparagunat mal-prezz ta' qabel.", "Fil-każ tal-pitrolju ż-żieda hija ta' 7c5 fil-litru biex il-prezz tal- pitrolju jiġi daqs dak tad-diesel.", "Dan qed isir primarjament - kif diġa' ġie indikat fil-budget - minħabba l-abbuż li kien qed isir mill-użu tal- pitrolju meta suppost li jintuża żejt ieħor.", "Jien se niċċita figuri li jikkonfermaw l-extent ta' l-abbuż li kellna.", "Il-miżura tal-budget li saret is-sena li għaddiet kienet indikat li qed tittieħed din id-direzzjoni u għalhekk il-pass li qed nieħdu din is-sena huwa pass ta' evoluzzjoni biex naslu għat-twettiq ta' dan l-objettiv li ilu on the drawing board fuq il- livell ta' l-Enemalta għal dawn l-aħħar ħames snin jew sitta.", "Meta jkollok budget li huwa iebes u li jinkludi diversi miżuri fiskali - din aħna stess nammettuha - naħseb li konna nkunu qed nonqsu kieku ma inkludejniex mi;uri fuq żewġ negative items bħas-sigaretti u x-xorb alkoħoliku.", "Dawn huma items li fuqhom il-gvern kien mistenni li jieħu ċerti passi, kemm bħala sors ta' revenue kif ukoll għaliex huma t-tnejn fil- kategorija ta' dak li jissejjaħ a health hazard.", "Fil-każ tas-sigaretti naħseb li l-inqas nies li kienu sorpriżi biż-żieda kienu l-produtturi nfushom.", "Dawn antiċipaw kif kienu se jiġu affettwati fil-budget u kienu huma stess li kitbulna biex isiru konsultazzjonijiet magħhom qabel il- budget, kif fil-fatt sar, mingħajr ovvjament ma kxifna jdejna kompletament fuq il-livell ta' tassazzjoni illi konna se nintroduċu.", "Pero' għalkemm ikun hemm min jara ż-żieda li qed tiġi introdotta bħala waħda qawwija, aħna rajna kif nimminimizzaw mill-aħjar li nistgħu l-impatt fuq l-industrija tas- sigaretti nnifisha, minkejja li konna qed naraw dan il-qasam bħala revenue source u anke tenendo conto li dan huwa wieħed mill-items li aħna nikklassifikaw bħala a negative item.", "Nibda biex nuri bil-fatti kemm il-pitrolju kien qed jiġi abbużat tul is- snin.", "Din kienet xi ħaġa pjuttost inkwetanti.", "Bil-permess tiegħek, Madam Speaker, nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra consumption pattern tal- kerosene in metric tons from 1976 to 1997.", "Dan juri l-konsum tal-pitrolju in metric tons sena b'sena mill-1976 sakemm ġejna biex ħadna l-miżura li ħadna fil-budget din is-sena.", "Jekk wieħed iħares lejn din iċ-chart jara graph illi qisha l-ittra 'U'.", "Fl-1976 ġie kkonsmat 28,266 metric tons.", "Dan kien il-peak tal-konsum ta' dan il-prodott u kien jintuża b'mod estensiv ħafna.", "Imbagħad beda nieżel u fl-1986 laħaq an all time low ta' 10,384 metric tons.", "Minn hemmhekk, kważi sena wara l-oħra, b'eċċezzjoni ta' xi sena minnhom, il-konsum tal-pitrolju baqa' tiela' sakemm fl-1997 laħaq il- figura ta' 18,159 metric tons.", "Madam Speaker, nitlob il-permess sabiex inpoġġi din iċ-chart fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Inqiegħed fuq il-Mejda:", "Tabella li turi l-konsum tal-pitrolju bejn l-1976 u l-1997 u tagħrif dwar il-bejgħ ta' prodotti taż-żejt matul l-1996 u l-1997.", "M'hemmx għalfejn li wieħed ikun jifhem f'dan is-suġġett biex jasal għall- konklużjoni dwar l-extent ta' l-abbuż li kien hawn mill-pitrolju.", "Ovvjament la l-pitrolju kien qabad id-downturn bejn l-1976 u l-1986, il- loġika kienet tgħid li din id-downturn kellha jew titkompla jew se mai tibqa' statika għal numru ta' snin.", "Jiġifieri l-fatt li l-graph kompliet tiela' b'mod progressiv jindika illi l-Gvern żgur li m'huwiex qed jesaġera meta jgħid li l-użu tal-pitrolju kien qiegħed jiġi abbużat b'mod sostanzjali.", "Jekk nieħdu l-breakdown uffiċjali ta' l-użu tal-pitrolju, insibu li hu kklassifikat b'dan il-mod: għal użu domestiku - 11%; Għawdex - 12%; Gvern - 1%; catering establishments - 14%; u industrija - 62%.", "Fis-swieq internazzjonali l-cost ta' litru pitrolju normalment huwa ekwivalenti għal dak tal-petrol u kultant ikun anke ogħla.", "Issa l-prezz tal-pitrolju f'pajjiżna se jiġi ekwivalenti għal dak tad-diesel.", "Minkejja dan xorta waħda se jibqa' bi prezz issussidjat.", "Fl-Ewropa ħafna drabi l-pitrolju ma jitqiegħedx on the open market imma jinbiegħ bl-għoli f'bottijiet żgħar bi prezz simili għal dak tal-petrol.", "Kif aċċennajt aktar kmieni, l-Enemalta ilha uffiċjalment mill-1992 tippressa lill-gvernijiet tal-ġurnata biex jieħdu passi f'dan ir-rigward.", "Malta kienet qed tonfoq munita barranija żejda fuq dan il-prodott bil-prezz artifiċjali li kellu fuq is-suq.", "Għalhekk l-Enemalta ġiet fis-sitwazzjoni redikola li aktar ma kienet tbigħ pitrolju aktar kienet titlef flus.", "Dan meta minn dejjem kien hemm sostituti inqas għoljin għall-użu fl-industrija u fil-catering establishments.", "(Interruzzjonijiet) Dan l-aħħar sar ħafna diskors dwar is- sulphuric content.", "Tajjeb li wieħed jgħid li filwaqt li l-faħam użat għall- generation ta' l-elettriku għandu 0.7% sulphuric contents, il-fuel oil li ħadlu postu fih 3.5%.", "Ma rridx niġi interpretat li qed ngħid li għandna mmorru lura għall-faħam - ħalli ħadd ma jikkwotani ħażin - iżda tajjeb li l- argument tas-sulphuric content jinżamm fil-perspettiva korretta tiegħu.", "Rigward ir-reklami li għamlet l-Enemalta dwar alternattiva għall-użu industrijali tal-pitrolju, irrid ngħid li l-Enemalta dejjem saħqet fuq il- bżonn li qabel tiġi ntrodotta din l-alternattiva għandhom jiġu kkonsultati l-importaturi ta' l-apparat dwar suitability tal-prodott innifsu.", "Dan kien japplika anke fil-każi ta' central heating systems.", "L-akkuża li kien hemm f'sezzjoni ta' l-istampa illi l-Enemalta tat misleading information lil xi ħadd assolutament mhijiex minnha.", "Kull min indenja jċempel għal parir dejjem ġie ggwidat kif suppost.", "Fil-fatt għandi l-pjaċir ngħid li sa dalgħodu stess kellna trattattivi mal-furnara u huma stess, fil-preżenza tiegħi, ikkumplimentawna fuq il-livell tajjeb ħafna ta' substitutes li kellna għall-kerosene.", "Dawn qalulna li jekk aħna kapaċi niggarantulhom prodott ta' dan l-istandard, huma ma jsibu l-ebda diffikulta' biex jużawh bħala substitute għall-kerosene.", "Jiġifieri nista' ngħid li l-Enemelta ħadet din l-issue bis-serjeta' kollha.", "L-Enemalta dejjem ipprovdiet pariri bl- aħjar mod li setgħet u bl-ebda mod ma rriżultalna li kien hemm każi fejn nies ġew misgwidati mill-Enemalta.", "Għalhekk naħseb li nagħmlu ħażin meta niġġeneralizzaw fil-kritika tagħna.", "It-thin fuel oil, per eżempju, qatt ma kien intiż għall-użu domestiku.", "Dan is-substitute product huwa l-istess light heating oil użat fl-Ewropa u huwa fil-fatt low sulphur oil u mhux high sulphur oil.", "Pero' l-Enemalta, kif għidt aktar kmieni, se tkompli taħdem biex ittejjeb il-kwalita' tal-light fuel oil, bil-ħsieb li fil- ġejjieni qarib tkun tista' tagħti supply ta' dak li jissejjaħ a clean product.", "Qabel nagħlaq il-kummenti tiegħi fuq il-pitrolju, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-andament tal-bejgħ in metric tons qabel u wara l-budget.", "Kien hemm min qal li l-consumption patterns ta' prodotti u servizzi m'humiex se jiġu affettwati.", "Jiena ma nemminx li se jiġu affettwati bl-istess mod.", "Ma nemminx, per eżempju, li l-consumption patterns tad-dawl se jiġu affettwati bl-istess mod bħal dawk tal-kerosene.", "Meta l-Gvern jgħid: Ħalli naraw l- affarijiet kif imorru u naraw kif se jkun il-konsum, qed ikun realistiku.", "Jiena nemmen illi l-aktar li se jkun hemm kawtela huwa fl-użu ta' l- aktar items li kellhom effett fuq l-indiċi.", "Għalhekk naħseb li nagħmlu ħażin meta niġġeneralizzaw u ngħidu li d-domanda għal dawn il-prodotti u servizzi se tkun kompletament inelastic.", "Jien għandi quddiemi l-figuri tal-konsum tal-kerosene.", "F'dan il-każ żgur li d-demand was elastic.", "Jekk inħarsu lejn il-konsum tal-kerosene għall- perijodu bejn Ottubru u Frar jew Marzu insibu li dan baqa' jiżdied.", "F'Ottubru ta' l-1996 il-konsum kien ta' 1,544 metric tons u fl-1997 qabel il-budget il-konsum tal-pitrolju kien ta' 1,618 metric tons, jiġifieri tista' tgħid li baqa' l-istess.", "Il-budget tressaq fil-5 ta' Novembru, 1997.", "Filwaqt li f'Novembru ta' l-1996 il-konsum tal-kerosene kien ta' 1,474 metric tons, f'Novembru ta' l-1997 il-konsum niżel għal 507 metric tons, jiġifieri 34% ta' dak li kien f'Novembru tas-sena ta' qabel.", "Mill- figuri ta' Diċembru jidher illi d-downturn hija aktar aċċentwata, għaliex filwaqt illi f'Diċembru 1996 il-konsum kien ta' 1,948 metric tons, f'Diċembru ta' l-1997, il-figura niżlet għal 476 metric tons, jiġifieri 24% biss tal- pitrolju mibjugħ fl-istess xahar fl-1996.", "Dan huwa l-oġġettiv tagħna fir-rigward tal-kerosene.", "L-oġġettiv tagħna m'huwiex li nintaxxaw lin-nies ħalli ndaħħlu aktar flus imma li n-nies jikkonsmaw inqas kerosene minn qabel.", "U l-figuri jitkellmu waħedhom.", "Madam Speaker, fuq il-miżuri li għandna quddiemna llum jista' jingħad ħafna imma naħseb li fis-sustanza ftit hemm x'wieħed jgħid lil hinn mil- loġika ta' l-argument wara dawn il-miżuri li ħa l-Gvern.", "Għalkemm il- budget kellu miżuri li forsi mhux kulħadd qabel magħhom, jiena nemmen li t- tliet miżuri li għandna quddiemna llum huma miżuri mill-aktar ġustifikati u tista' tgħid li fost l-aktar miżuri li jagħmlu sens, f'tip ta' budget bħal dak li ġie ppreżentat f'Novembru li għadda.", "Aħna nemmnu li dawn kienu meħtieġa.", "Kienu parti minn pakkett komprensiv, intiż biex jindirizza l- problema strutturali tad-deficit.", "Illum qed naħdmu bis-sħiħ biex ikun hemm expenditure control u fl-istess ħin ikun hemm boost fir-revenue sources ta' dan il-pajjiż.", "Irrid nagħmilha ċara - u din naħseb li għandu jaċċettaha kulħadd - li ż-żieda fil-prezz ta' l-ilma u items oħra simili m'humiex taxxa imma huma sempliċement pass biex iqarrab il-prezz tagħhom lejn il- cost reali tas-servizz li qed jiġi provdut.", "Mhux qed ngħid li xi ħadd se jieħu gost iħallas aktar imma ma nistgħux nikklassifikaw dawn iż-żidiet bħala taxxa għax effettivament is-sussidju fih innifsu m'huwa xejn għajr taxxa moħbija.", "Naħseb li l-poplu jrid jifhem dan il-konċett.", "Aħna rridu nwasslu l-messaġġ lill-poplu li f'dan il-pajjiż, bħal pajjiżi oħrajn li qegħdin jaffaċċjaw l-istess diffikultajiet finanzjarji, ma jistax ikollok dak li l-Amerikani jgħidulu a free lunch.", "Naħseb li huwa importanti li ndaħħlu din il-mentalita' f'moħħ il-poplu.", "Madam Speaker, huwa importanti wkoll li jsir użu aħjar tar-riżorsi u li neliminaw il-ħela.", "Nista' ngħid li l-Gvern qed jaħdem bis-serjeta' f'dan ir-rigward, anke fuq livell ta' sub-committees tal-Kabinett.", "Aħna nemmnu li ċerti sussidji kellhom jiġu indirizzati għaliex ċerti subventions kellhom jiġu indirizzati wkoll.", "Ma stajniex nibqgħu b'ċerti korpi parastatali jieħdu l-istess subventions li kienu qed jieħdu tul is-snin taħt id-diversi amministrazzjonijiet.", "Aħna nemmnu li bil-pass li ħadna se nkunu qegħdin nirresponsabbilizzaw lil min qed imexxi dawn l-istituzzjonijiet.", "Jiena ħadt gost ħafna naqra l-intervista li dehret il-bieraħ f'''The Times'' maċ- Chairman ta' l-Enemalta.", "Nassigurakom li ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni bejnietna fuq din l-intervista; fil-fatt lanqas biss kont naf li saritlu.", "Pero' dan jidher li qiegħed verament on track u naħseb li l-kummenti li għadda kienu kummenti ta' chairman serju, li hu lest li jaqbad il-barri minn qrunu biex indaħħlu sens ta' vijabbilta' f'din il- korporazzjoni partikolari.", "Aħna ridna nkunu ċerti f'dak kollu li qed nagħmlu.", "L-ewwelnett rridu nilqgħu l-obbligi tagħna f'dawk li huma welfare payments.", "Il-krib tal-welfare payments huwa krib sostanzjali li mingħalija żdied b'xi ¥16-il miljun.", "Id-debt servicing costs ukoll splodew 'il fuq f'dawn l-aħħar snin.", "Għalhekk bħalissa qed nipprovaw nistudjaw, kemm mill- aspett legalistiku u anke min dak operational, il-possibbilta' li jkun hemm kordinazzjoni aħjar fir-revenue - raising sources, li huma primarjament l- income tax, is-social security, is-CET u d-dwana.", "Qed inħarsu lejn dan kollu mill-aspett loġistiku għax irridu naraw il-prattiċita' taż dak li nagħmlu.", "Hemm pajjiżi li diġa' għamlu dan, fosthom jekk m'iniex sejjer żball New Zealand.", "Aħna qed naraw jekk huwiex possibbli li jsir eżerċizzju simili f'pajjiżna.", "It-targets tagħna f'dawn is-sub-committees tal-Kabinett huma li nagħfsu fuq il-financial control, nikkontrollaw il-ħela u nagħmlu l- aħjar li nistgħu kemm biex nikkontrollaw ir-recruitment kif ukoll biex tiġi boosted l-effiċjenza fis-settur pubbliku.", "L-intenzjoni tagħna hija li niżguraw li l-ispiża pubblika tibqa' kemm jista' jkun fil-limiti tal-budget approvat għas-sena 1998.", "Għalhekk qed isir monitoring speċifiku ta' l- expenditure u r-revenue pubbliku fuq bażi ta' kull xahar, ħalli fejn ikun hemm bżonn inkunu nistgħu nieħdu azzjoni korrettiva immedjatament.", "Dan huwa proċess li fih ma daħħalniex biss lis-civil servants imma inkludejna wkoll lill-Forum għal Ekonomija Aħjar li tajnieh id-dritt li jattendi għal kull kumitat imsemmi.", "Barra minn hekk qed nużaw lill-management efficiency unit bħala konsulenti għal kull kumitat sabiex jipprovdu l-back-up support meħtieġ.", "Jiena naħseb li l-fatt illi l-current expenditure żdiedet biss b'2.8% huwa pass pożittiv li juri li diġa' bdejna mexjin fid-direzzjoni t- tajba.", "M'għandniex nikkonslaw b'dan, m'għandniex nieqfu b'sodisfazzjon imma naħseb li dan kollu huwa diġa' awgurju tajjeb, aktar u aktar meta għandna commitments li ma nnaqqru bl-ebda mod il-budgets tagħna tas- servizzi soċjali, ta' l-edukazzjoni u tas-settur tas-saħħa.", "Madam Speaker, mingħajr ma nkun partiġjan, l-appell tiegħi llum huwa biex ikun hemm aktar enfasi fuq value for money f'dak kollu li nagħmlu bħala amministrazzjoni.", "Kien hemm min iddieħek bina meta għidna li se nagħmlu 5% cut fuq l-ispiża rikorrenti imma jiena ngħid li din qed tibgħat messaġġ ċar lil kulħadd li għandna nipprovaw nagħmlu aktar b'anqas riżorsi.", "It-targets ewlenin tagħna għandhom jibqgħu li nżidu r-revenue tal-gvern.", "Għan ieħor għandu jkun li ntejbu l-effiċjenza billi nnaqqsu d-distortions fl-allokazzjoni tar-riżorsi tagħna.", "Il-prezzijiet ta' oġġetti u servizzi pprovduti mill-utilities pubbliċi jridu jirriflettu aħjar il-cost ekonomiku li jwassal għall-produzzjoni ta' dawn l-oġġetti u servizzi.", "Aħna qed nipprovaw nindirizzaw il-budget mingħajr ma ninduċu riċessjoni fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Per eżempju, id-deċiżjoni dwar il-bejgħ ta' assi kienet waħda strateġika, intiża biex mhux biss iżżid ir-revenue tal-gvern imma wkoll biex iddaħħal aktar effiċjenza fl-operat tal-korporazzjonijiet ikkonċernati.", "Barra minn hekk se jiġi allokat kwint mid-dħul minn dan il-bejgħ għar- ristrutturazzjoni ta' l-industrija Maltija.", "Dan huwa pjan li flimkien mal- pjan ta' l-industrial free trade zone qed jiġi studjat mill-korpi kostitwiti wara konsultazzjonijiet li għadna kif bdejna magħhom.", "Aħna ngħidu li ma nistgħux naffordjaw li nikkuntentaw b'dak li qed nimmiraw għalih.", "Iridu jsiru sforzi aktar intensivi biex id-deficit/GDP ratio jitniżżel għal-livell mixtieq b'deċiżjonijiet li kienu diffiċli jittieħdu fuq livell politiku għal kull amministrazzjoni.", "Mingħajr ħafna ftaħir aħna nemmnu li aħna wrejna ċertu kuraġġ u determinazzjoni.", "Aħna wrejna viżjoni politika.", "Ħaddieħor ħambaq u tambar kemm felaħ mingħajr ma kellu l-guts politiku illi jagħmel dak illi kien meħtieġ.", "Kif ġie enfasizzat fl-ikla annwali ta' l-istitut tal-bankiera, diversi gvernaturi tal-Bank Ċentrali kienu ilhom mill-1991 juru t-tħassib tagħhom għall-implikazzjonijiet gravi tad-deficit strutturali li kien hemm fil-budget tal-pajjiż.", "Jekk din hijiex problema kronika jew le, ma ngħidhiex jien bħala politiku, imma jgħiduha d-diversi gvernaturi li kien hemm mill-1991 'il quddiem, kważi kollha taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Dan huwa messaġġ li ġie ripetut sena wara sena imma li sfortunatament ħafna drabi waqa' fuq widnejn torox.", "Huwa messaġġ li kellu wkoll l-eku tiegħu fil-findings tal- consultation missions li l-IMF għamlet tul is-snin f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li aħna m'aħniex qed nippretendu li se nsolvu l-problemi overnight iżda t-thrust tal-budget - u aħna nemmnu li kien thrust ġenwin - kien li dan id-deficit kemm jista' jkun malajr għandu jsir wieħed manageable u sostenibbli.", "Jekk il-miżuri kinux biżżejjed jew le ż-żmien biss jista' jagħtina parir, pero' nemmnu bl-akbar sinċerita' li dawn kienu miżuri fid- direzzjoni t-tajba.", "Nemmnu wkoll li fix-xhur li ġejjin hemm bżonn li nżommu dan il-momentum għaddej.", "Il-ġimgħa li għaddiet qamet il-famuża kwestjoni dwar jekk aħniex se nerġgħu nintroduċu l-VAT.", "Fil-qosor nagħmel riferenza għal din l-issue li jiena, bir-rispett kollu, insejħilha a non-issue li l-Oppożizzjoni ħolqot bħala diversiv.", "L-ewwelnett tajjeb li ngħid li l-ewwel trovatura ma saritx il-ġimgħa l-oħra, meta tkellem l-Onor.", "Josef Bonnici, u lanqas saret meta tkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-week-end.", "Jekk wieħed iħares ftit lura jsib li dan l-argument kien qabdu l-Onor. de Marco fid-disjussjoni dwar l-estimi tal-ministeru għall-affarijiet barranin.", "Dakinhar kellu tweġiba xierqa mill-Onor.", "Vella li spjega x'inhuma l-intenzjonijiet min- naħa tagħna.", "L-Onor.", "Vella dan tennieh ċar u tond meta konna Brussels għal- laqgħat tal-Joint Parliamentary Committee bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Meta kien qed jindirizza lill-membri preżenti, membri parlamentari Maltin u membri parlamentari Ewropej, l-Onor.", "Vella qal :", "'' ... that his Government had proposed the maintenance of the present taxation system with two important amendments, the elimination of the protective levies and the progressive extension of the excise system to non-imported products.", "This transition was expected to take between five and seven years.''.", "Dan huwa fis-sustanza l-messaġġ li aħna wassalna lill-korpi kostitwiti bil- famuż memorandum, li għamlu tant plejtu fuqu l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni u li qegħdin jinsistu li npoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jiena tajt ir- raġunijiet għaliex ma nħossx li huwa opportun li npoġġih fuq il-Mejda tal- Kamra għalissa meta għadna qed nistennew ir-reazzjoni min-naħa tal-korpi kostitwiti għall-ewwel round ta' konsultazzjonijiet li kellna magħhom.", "Nerġa' ngħid li dan m'huwiex xi dokument konfidenzjali jew dokument li jħammrilna wiċċna imma m'huwiex loġiku li dokument li huwa discussion paper, li għadek kif tlaqtu biex jiġi mifli mill-partijiet konċernati, taqbad u tagħmlu pubbliku at this stage.", "Naħseb li l-ebda gvern serju ma jimxi b'dan il-mod.", "Fil-mument opportun dan id-dokument joħroġ għax, nerġa' ngħid, m'huwiex xi dokument li għandu jibqa' mistur bħallikieku kellu xi ħaġa ta' natura konfidenzjali.", "Dan id-dokument jittratta proposti dwar arranġamenti kuntrattwali bejn Malta u l-Unjoni Ewropea sabiex l-ekonomija Maltija, fi żmien miftiehem, tersaq lejn zona ta' kummerċ ħieles.", "Id-dokument fil-fatt ma jittrattax xi sistema ġdida ta' taxxi indiretti.", "Lanqas ma jagħti wisq dettalji dwar il- mekkaniżmi ta' l-arranġamenti proposti iżda jisħaq biss fuq l-effetti ekonomiċi li, fil-fehma tagħna, mistennija joħorġu minnhom.", "Forsi fil- konsultazzjonijiet li jkollna mal-korpi kostitwiti, dawn stess jidentifikaw effetti ekonomiċi li aħna, bħala gvern, ma rajnihomx.", "Għalhekk kollox għadu miftuħ, kollox għadu fuq il-mejda għad-diskussjoni u kollox għadu fi stat fluidu għall-aħħar.", "L-Oppożizzjoni ma kellhiex raġun tagħmel tant plejtu.", "Veru li hemm riferenza għall-kliem \"value added\" imma fil-verita' kulma qed ngħidu huwa li fejn qabel kien hemm sisa fuq materjal importat biss, issa fuq medda ta' snin se jkun hemm sisa anke fuq il-komponent tax-xogħol manifatturat f'Malta.", "Dan se jsir biex ikollna a level playing- field bejn dak li huwa manifatturat hawn Malta u dak li jiġi importat.", "Tant id- dokument ma jitkellimx dwar VAT, illi f'ħin minnhom jirriferi għat-taxxa li tkun introdotta taħt l-arranġamenti proposti bħala an excise tax, li bħalha teżisti diġa' fis-sistema tas-CET.", "Intant id-dokument jgħid li din it- taxxa tas-sisa fuq prodotti manifatturati f'Malta gradatament għad trid tilħaq l-istess livell ta' sisa li hija applikata llum fuq prodotti importati mill-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk naħseb li l-Oppożizzjoni kienet qed tagħmel a storm in a teacup.", "Ipprovat tagħmel issue imma fil-fehma tiegħi ma kellhiex raġun.", "Jien jiddispjaċini li l-issue pprovaw jagħmluha tnejn mill-aktar nies prominenti fil-Partit Nazzjonalista.", "Ma kienx xi back-bencher mhux intiż f'affarijiet ekonomiċi li pprova jagħmel din l-issue.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma nafx jekk il-Ministru jistax ipoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Diġa' rrispondejt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar dan waqt il-question time.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inti għidtlu li fl-ewwel opportunita' se tagħmel xi ħaġa u fil-verita' m'inti tagħmel xejn.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din iċċarajtha mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għalkemm forsi int ma kontx preżenti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien kont preżenti u nista' ngħid li inti ma ċċarajt xejn.", "Madam Speaker, il-Ministru qed jikkwota minn dokument.", "Jista' dan id- dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex inkunu nafu fuqhiex qed jitkellem?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qed nirriferi għal dokument mingħajr ma nikkwota minnu.", "Lanqas iss qiegħed quddiemi.", "MADAM SPEAKER: Jiġifieri qed tirriferi għalih biss u m'intix tikkwota minnu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, m'iniex nikkwota minnu.", "Ikkwotajt biss il-kliem li kkwotat l-Oppożizzjoni \"value added tax\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri dan huwa xi dokument sigriet?", "Ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, diġa' spjegajt ruħi sew.", "Dan m'huwiex dokument sigriet, m'huwiex dokument konfidenzjali u m'huwiex dokument li jħammrilna wiċċna pero' nħoss li m'huwiex opportun li f'dan l-istadju jitqiegħed fuq il-Mejda dokument li għadna kemm tajnieh lill-korpi kostitwititi biex jomogħduh.", "Għadna lanqas biss kellna a second round of consultations biex ikollna l-feedback tagħhom.", "Jiġifieri t-timing m'huwiex opportun biex jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Fl-ewwel mument opportun - din nerġa' ngħidha bir-responsabbilta' kollha u m'għandix intenzjoni li noqgħod nilgħab hide and seek - inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra bl-ebda inhibitions ta' xejn.", "La qed nitkellmu fuq dan, irrid ngħid li huwa importanti li l-Partit Nazzjonalista - issa rrispettivament mid-dokument - jieħu linja konsistenti fuq il-kwestjoni tal-free trade.", "Dawn jgħidu li l-politika tagħna hija banali għax qisna sejrin f'xi dead end u li fl-Unjoni Ewropea tista' tkun biss jew ġewwa jew barra.", "Mill-banda l-oħra kien hemm każi fejn anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qal li jista' jappoġġa lill-Gvern għaliex din it- triq, għalkemm m'hijiex it-triq preferuta tal-Partit Nazzjonalista, ma tagħlaqx it-triq għal relazzjonijiet oħra li gvernijiet futuri, Laburisti u m'humiex, jistgħu jkunu interessati li jieħdu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk naħseb illi wieħed għandu jaqbel - din qalha wkoll il-Prim Ministru diversi drabi - li hawnhekk qed nitkellmu dwar qafas li ma jeskludi ebda triq għall-futur.", "Jiena nemmen li din hija issue li, jekk wieħed jinsa d-dibattitu kollu li kien sar dwar il-VAT, għandna naslu biex nifhmu l-implikazzjonijiet tagħha u naraw li jkun hemm consensual approach fuqha.", "Fl-aħħarnett mingħajr ma ntawwal, irrid nitkellem ftit fuq is- CET.", "Dan l-aħħar kien hemm diversi kummenti u anke artikli fl-istampa fuq din is-sistema ta' tassazzjoni.", "Intqal li bis-CET bejn Lulju u Novembru tlifna xejn anqas minn Lm25 miljun u kkwotaw tweġiba għal mistoqsija parlamentari li tajt jiena stess.", "L-ewwelnett naħseb li tajjeb li wieħed jikkwalifika l- famuża ċifra ta' Lm25 miljun.", "Jekk wieħed jikkompara d-dħul tal-gvern mis- CET mad-dħul mill-VAT matul il-perijodu msemmi għas-snin 1996 u 1997 isib li fl-1997 id-dħul kien ta' Lm10.3 miljun inqas, jiġifieri Lm15-il miljun inqas miċ-ċifra msemmija f'ġurnal Nazzjonalista.", "Din id-differenza fid- dħul hija spjegabbli minn diversi fatturi.", "L-ewwelnett matul il-perijodu msemmi fl-1997 l-ammont li d-dipartiment kellu jħallas lura lit-taxpayers f'rifużjonijiet taħt ir-reġim tal-VAT kien ta' Lm8.6 miljun, filwaqt li fl- istess perijodu fl-1996 id-dipartiment kien ħallas lura Lm6.9 miljun biss.", "Din hija differenza ta' kważi Lm2 miljun u waħda mir-raġunijiet għal dan hi li f'Ottubru u f'Novembru ta' l-1996 id-dipartiment ma kien ħallas lura prattikament xejn.", "Min-naħa l-oħra bejn Lulju u Diċembru 1997 kien hemm ammonti sostanzjali ta' taxxa li l-Gvern neħħieħom mis-sistema tas-CET iżda qed idaħħalhom taħt forom oħra ta' taxxi.", "B'kollox huwa kkalkolat li dawn it-taxxi jlaħħqu madwar Lm7.8 miljun u jinkludu diversi elementi, fosthom il-VAT li l-gvern kien idaħħal fuq il-fuel importat mill-Enemalta u li issa qed idaħħal bħala excise duty; il-VAT li l-gvern idaħħal fuq ir- reġistrazzjoni tal-vetturi u li issa qed tidher bħala żieda fir- registration tax fuq il-valuri, u jinkludu wkoll il-VAT li l-gvern kien idaħħal fuq is-sigaretti u spirti u li issa qed tidher bħala dħul mill- excise duty fuq l-istess prodotti.", "Jekk wieħed jalloka dawn it-Lm8 miljun proporzjonalment fuq il-ħames xhur imsemmija, isib illi l-gvern suppost li daħħal 'il fuq minn Lm3.25 miljun mill-excise duty u registration tax minflok CET ...", "Ta' min jgħid ukoll illi l-Gvern kien iddeċieda li jeżenta lill-korporazzjonijiet Enemalta u Telemalta mit-taxxa tas-CET, liema taxxa taħt is-sistema tal-VAT kienet tlaħħaq għal madwar Lm0.5 miljun oħra fix- xahar.", "Minkejja dan kollu jekk wieħed jikkompara d-dħul tal-gvern mis-CET u l- VAT flimkien fl-aħħar sitt xhur ta' l-1997 mad-dħul mill-VAT fl-ewwel sitt xhur ta' l-istess sena, isib li filwaqt li fl-aħħar sitt xhur il-gvern daħħal Lm44 miljun fl-ewwel sitt xhur id-dħul kien ta' Lm39 miljun.", "Mill- banda l-oħra huwa kkalkolat li fl-1997 bejn CET u VAT il-Gvern se jkun daħħal Lm83 miljun ikkomparat mat-Lm78.6 miljun li l-gvern kien daħħal fl- 1996 taħt is-sistema tal-VAT.", "Dan juri illi fil-perjodu li fih bdiet tiffunzjona s-sistema tas-CET, id-dħul tal-gvern effettivament żdied u mhux naqas minkejja li din is-sistema għadha m'hijiex fully operational.", "Madam Speaker, f'dan l-istadju nagħlaq hawnhekk u fil-winding-up nirrispondi l-kummenti li jkunu saru.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin. il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 21 ta' Jannar, fid-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena 1997/98.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u s-Sajd): Madam Speaker, fil- ġurnal ''In-nazzjon'' tal-lum kien hemm rapportat dak li ntqal mix-shadow minister tal-biedja u sajd, l-Onor.", "Ninu Zammit, dwar l-aħħar miżuri li ħa l-Gvern rigward l-importazzjoni ta' tliet varjetajiet ta' ħxejjex friski għas-suq lokali.", "It-titlu tar-rapport huwa ''Tintuża l-Giljottina fl- Importazzjoni tal-Ħxejjex''.", "GĦalkemm ma jirriżultax li dan hu l-każ, huwa normali li meta tinnegozja fl-importazzjoni ta' ħaxix frisk, is-suq ikun differenti anke f'ħinijiet differenti tal-ġurnata.", "Naturalment bl-ebda mod ma tista' toħroġ talbiet sabiex jitwal il-perijodu tas-sejħiet fil-każ ta' ħaxix importat.", "F'dan il- każ il-miżuri li ġew applikati kienu dawk li ntużaw drabi oħra minn kull gvern u minn kull min kien involut.", "Kif ġara din is-sena, kawża tal-maltemp jew ta' l-umdita', il-perijodu li jkun jenħtieġ il-prodott jitwal - meta ma jimradx - u allura jinħoloq nuqqas ta' produzzjoni.", "Kien għalhekk li ngħata żmien qasir biex toħroġ is-sejħa għal applikazzjonijiet u mhux kwestjoni li ntużat il-giljottina.", "Dawn kienu passi li wieħed bilfors irid jieħu f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Nuqqas ta' verita' oħra f'dan l-artiklu li deher f'''In-nazzjon'' huwa fejn intqal illi l-interessi tal-bdiewa ma ġewx salvagwardati.", "Madam Speaker, dan m'huwiex minnu.", "Il-Gvern ried li jiġu salvagwardati kemm l- interessi tal-konsumatur u kemm l-interessi tal-bdiewa, u kien għalhekk li l-Gvern ħass li l-importazzjoni għandha tkun limitata għal tliet varjetajiet essenzjali u mhux il-varjetajiet kollha.", "Dawn it-tliet varjetajiet huma l-patata, il-kaboċċi u l-pastard, li huma l-aktar prodotti li jiġu kkonsmati mill-mara tad-dar.", "GĦamilna hekk biex anke fiċ- ċirkostanzi li qed niffaċċjaw fil-mument f'pajjiżna, li huma ċirkostanzi li jinħolqu minn mument għal mument, ikun min ikun fil-gvern, fis-suq ikun hawn ħaxix frisk aċċessibbli bi prezzijiet moderati.", "Li jkollok produzzjoni abbundanti jew inkella limitata ħafna drabi jiddependi min-natura.", "Jiena jiddispjaċini ngħid li skond ma ġie rrapportat li qal f'dan ir-rigward ix- shadow minister kien skorrett għall-aħħar u ma kienx qed jgħid il-verita'.", "Lanqas ma kien qed jgħid il-verita' meta fl-istess rapport intqal illi taħt dan il-Gvern il-bdiewa qalgħu inqas minn dik li hija esportazzjoni tal- patata u produzzjoni mdaħħla fil-pitkalija.", "Aħna qatt ma kellna l-idea illi noqogħdu ngħidu x'daħħlu u ma daħħlux il-bdiewa pero', fl-opinjoni tiegħi, kummenti diżonesti li jsiru b'tant irresponsabbilta' mill-Onor.", "Ninu Zammit ma nistgħux inħalluhom għaddejjin.", "Il-verita' hija illi matul l-1995, l-esportazzjoni u l-prodotti mdaħħla fil-pitkalija ċentrali kienu jammontaw għal ¥7.5 miljuni; fl-1996 kienu jammontaw għal ¥8.2 miljun u fl- 1997 għal ¥8.7 miljun.", "Dawn huma fatti li ma jista' jmerihom ħadd.", "Jiena nappella lil sieħbi biex ma jiqbax jagħmel dan it-tip ta' kritika.", "Bħala shadow minister huwa fid-dmir li jikkritika imma huwa importanti li l- kritika tkun korretta u tkun tirrispetta l-verita' tal-fatti.", "Jien nistiednu biex jagħmel is-suġġerimenti tiegħu dwar x'metodi oħra jistgħu jintużaw f'ċirkostanzi bħalma huma dawk fejn ikun jenħtieġ li jiġu mportati xi prodotti.", "Fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet li saru għall- importazzjoni ta' prodotti friski, nista' ngħid li kien hemm 41 applikazzjoni.", "Minn dan in-numru wieħed jirrealizza kemm anke n-nies involuti f'dan il-mistjier jirrealizzaw li dan huwa xogħol li jrid isir fl- inqas sigħat possibbli.", "Intqal ukoll li aħna qegħdin nikkonsidraw li l-levy għandha titnaqqas.", "Il- levy ovvjament tkun fil-prezz li jiġi kkwotat mis-swieq internazzjonali minn fejn jiġu importati dawn il-prodotti.", "Filwaqt li l-levy qiegħda hemmhekk biex tipproteġi lill-bidwi, f'dan il-każ, minħabba ċ-ċirkostanzi ta' nuqqas ta' produzzjoni lokali, il-konsumatur għandu jkun protett ukoll.", "Fl-Ewropa bħalissa hemm għandhom l-istess problemi li għandna aħna; għax qegħdin jiffaċċjaw nuqqas ta' produzzjoni minħabba l-fatt li l-maltemp laqat diversi pajjiżi Ewropej minn fejn normalment jiġi importat il-ħaxix frisk.", "Dan jista' jfisser li l-prezz tal-prodotti importati jkun għoli.", "L- aktar li jifhem dawn iċ-ċirkostanzi hu min huwa fil-mistjier.", "Diversi drabi l-prezz fil-pitkalija jvarja saħansitra minn filgħodu sa filgħaxija.", "Din hija sistema illi ilha tiġi pprattikata f'pajjiżna għal dawn l-aħħar snin, biex ma ngħidx sekli, u aħna bl-ebda mod ma nistgħu nxekklu jew nindaħlu f'din is-sistema.", "Niftakru kemm ma kenux intlaqgħu tajjeb mill-bdiewa l- miżuri li kienu ttieħdu fl-imgħoddi għal kontroll fuq il-prezzijiet.", "Min- naħa tagħna aħna ma ħassejniex illi għandna napplikaw ċerti metodi li jistgħu jnaffru lill-bdiewa.", "Aħna n-negozjati għamilniehom bil-miftuħ ma' l- għaqdiet tal-bdiewa u fihom fissirnielhom ċerti diffikultajiet li qed jiffaċċja l-konsumatur.", "Nista' ngħid li issa l-atmosfera kienet waħda kordjali.", "Dan il-kumitat se jkompli jiltaqa' l-ġimgħa d-dieħla biex ikun jista' jkompli jirrifletti fuq is-sitwazzjoni.", "Dan sar għax il-Gvern preżenti kontinwament jipprova jħares id-drittijiet taċ-ċittadini kollha u allura jrid jara li jwettaq miżuri li permezz tagħhom jindirizza d- diffikultajiet li jkunu qed jolqtu kemm lill-konsumatur kif ukoll lill- bdiewa.", "Dan qed isir fil-kontest li s-soċjeta' tagħna tkompli tagħraf l- impenn tagħha u tkompli tkun soċjeta' aktar matura.", "L-Onor.", "Ninu Zammit kien skorrett ukoll f'dak li ġie rrapportat li qal fir-rigward tad-dħul għall-bdiewa bejn Novembru u Diċembru ta' l-1996 u bejn Novembru u Diċembru ta' l-1997.", "Fuq il-varjetajiet tal-prodotti importati, jiġifieri tal-patata, kaboċċi u pastard, ukoll kien hemm żieda ta' 'l fuq minn 54% fid-dħul tal-bdiewa.", "Jiġifieri l-Onor.", "Zammit hawnhekk anke pprova jkun misleading biex sempliċement jgħid li hemm problema, meta fil-fatt ma teżistix, u biex sempliċement jikkritika lil dan il-Gvern.", "Pero' tajjeb ngħidu li minkejja d-diffikultajiet, dan il-Gvern qed jirnexxielu joħloq atmosfera ta' koordinazzjoni bejn is-setturi differenti.", "Madam Speaker, xtaqt ukoll nikkummenta dwar l-artiklu miktub minn Lawrence Grixti li deher fil-ġurnal \"In-\"nazzjon'' miktub dwar iċ-ċentru ta' l-akwakultura fit-Torri ta' San Luċjan.", "Fl-artiklu intitolat ''Jiddandan b'Rix Ħaddieħor'', is-Sur Lawrence Grixti miż-Żejtun għoġbu jgħid affarijiet li mhumiex minhom u li ma jixraqx li jingħadu fil-ġurnali tagħna.", "Dan huwa artiklu li fih ħafna diżgwid u tgħawwiġ ta' fatti.", "Jien ma nemminx li din hija sistema ideali biex wieħed jagħmel il-kritika tiegħu dwar l-operat tal-Gvern, u f'dan il-każ dwar iċ-ċentru nazzjonali ta' l- akwakultura, li jaqa' taħt id-dikasteru tal-ministeru tal-biedja u sajd.", "Jiena nibda billi nistieden lis-Sur Lawrence Grixti biex, flimkien ma' min għoġbu jinformah b'ċerti dettalji, bil-liberta' kollha u fl-ispirtu tad- demokrazija u tat-trasparenza li dejjem ipprattika dan il-Gvern, jiġi u jara hu stess għas-sodisfazzjon tiegħu dak li se ngħid.", "Irrid ngħid li mhux talli mhux veru li l-ħaddiema ma ġewx informati, talli jeżistu anke minuti tad-diskussjonijiet li saru magħhom u ta' dak illi ġie deċiż meta ġew ippreżentati bir-rapport ta' l-istrategic review dwar in-national aquacultural centre.", "Is-Sur Grixti qal ukoll li xi żewġ ministri għarrfuni bil-problemi li qanqal il-Prof.", "Agius.", "Safejn naf jien, il-problemi ta' Prof. Agius huma illi hu ma jridx ikun konsulent tal-ministeru fuq iċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura.", "Jekk Lawrence Grixti jaf xi ħaġa aktar minni nistieden lilu u lil Porof.", "Agius biex jgħiduli, għax safejn jien informat il-Prof.", "Agius lili dejjem spjegali ili hu lest li jkun konsulent tiegħi imma mhux konsulent fuq iċ-ċentru ta' l-akwakultura.", "Dan Grixti insinwa li dan iċ- ċentru sejjer lura.", "Jien nerġa' nistieden lil Lawrence Grixti sabiex jiġi u jara x'irnexxielna nagħmlu, u dan m'għamilniehx biex niddandnu b'rix ħaddieħor imma biex inkomplu fuq il-kisbiet li pajjiżna, grazzi wkoll għal Prof. Agius, irnexxielu jagħmel fiċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura.", "L-istrategic review li diġa' semmejt jispeċifika biċ-ċar illi l- arranġamenti li kienu saru bejn id-dipartiment, in-national aquacultural centre u l-Malta University Services huma nulli.", "Kemm l-Awditur Ġenerali tal-Gvern kif ukoll l-Attorney General ġibdulna l-attenzjoni illi dan l- agreement qatt ma jmissu sar mingħajr l-approvazzjoni tal-ministeru tal- finanzi.", "Meta aħna jaslulna rimarki bħal dawn ma nistgħux ma neħdux il- miżuri kollha possibbli sabiex noħolqu mezz kif l-istruttura tkun aktar accountable, aktar trasparenti u aktar skond ma jitolbu l-liġijiet u l- istrutturi legali ta' pajjiżna.", "Matul is-sena li għaddiet intbagħat espert mill-FAO, Athos Savvides, biex jagħti taħriġ speċjalizzat fuq id-djanjosi tal-mard ta' l-ispnott u l-awrat fic-ċentru ta' l-akwakultura.", "L-awtorizzazzjoni biex id-djanjosi ta' dan il-ħut issir f'Malta naturalment ġiet mill-FAO.", "Ma nifhimx kif b'xi mod xi ħaġa bħal din tindika illi ċ-ċentru sejjer ħażin.", "Irrid ngħid ukoll li ġie ffirmat protokoll bejn il-ministeru tiegħi u l- ministeru responsabbli mis-sajd tal-Libja bil-ħsieb li tissaħħaħ attivita' ekonomika u edukattiva bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-protokoll li juri l-għadd ta' courses li ġie miftiehem li jibdew isiru għall-ewwel darba fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess biex jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-protokoll dwar taħriġ f'Malta ta' personnel Libjan fl- akwakultura.", "Mela mhux biss il-FAO, li bagħtet lil espert Athos Savvides biex jagħti taħriġ speċjalizzat fuq id-djanjosi tal-mard li jkollu l-ispnott u l-awrat, temmen li ċ-ċentru tagħna huwa kredibbli imma anke l-Gvern Libjan għamel arranġament biex, għall-benefiċċju ta' l-istudenti Libjani, matul din is- sena jsiru 'l fuq minn 12-il kwalita' ta' kors taħriġ fiċ-ċentru tagħna.", "Madam Speaker, dan hu dak li qed jiġri regolarment fiċ-ċentru ta' l- akwakultura u minn hawn nappella biex ħadd ma jipprova joħloq image ħażin għax forsi jaħseb li xi ħadd qed jagħlaq xi bibien lil xi ħaddieħor.", "Dan il- Gvern dejjem fetaħ il-bieb għal kulħadd, basta kulħadd ikun kommess li jonora l-impenn tiegħu u josserva l-liġijiet kollha.", "Jiena nemmen li kull min qed jipprova jagħti x'wieħed jifhem li ċ-ċentru sejjer lura għandu ambizzjoni waħda, l-ambizzjoni li politikament jipprova jitfa' taħt it-tapit is-serjeta', il-korrettezza u t-trasparenza li miexi bihom dan il-Gvern fl-operat taċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura.", "Dan iċ-ċentru jista' joffri aktar sfidi u jista' jindirizza aktar il-ħteġijiet ta' l-industrija f'pajjiżna sabiex din tkompli tespandi.", "Matul din is-sena u s-sena d-dieħla pajjiżi ġirien tagħna se jibbenefikaw mit-taħriġ li jingħata fiċ-ċentru tagħna biex huma wkoll ikabbru l-attivita' tal- fishfarming f'pajjiżhom.", "Jien għadni kif semmejt il-Libja.", "Kif għidt, dan il-pajjiż, permezz ta' Dr. Atig A.D. Huni, li anke żar iċ-ċentru tagħna, approva li jsiru 'l fuq minn 12-il kors differenti fiċ-ċentru ta' l- akwakultura għall-benefiċċju ta' żgħażagħ Libjani li se jingħataw taħriġ fil-broodstock management, pathology and hygiene, nutrition, water quality and environment protection, cage culture, inshore and offshore, maintenance of mechanical equipment u electrical equipment.", "Dawn huma fatti illi awtomatikament ixejnu d-diżonesta' u l-gideb li qed isir dwar iċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura.", "Jiena nistieden lil kull min għandu xi diffikulta' dwar dak li qed isir biex imur fiċ-ċentru u bil-liberta' kollha jkellem lill-uffiċjali ħalli mhux biss jifhem l-impenn ta' dan il-Gvern imma jara u jmiss b'idejh dak li qed isir hemmhek.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi li l-Kamra taġġorna għal nhar l-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Fid-9.25 p.m. il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Kamra aġġornat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUMMISSJONI TAL-KOMUNITA' EWROPEA", "10588.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li Dr Edgar Mizzi u Dr Patrick Spiteri ppreżentaw lill-Kummissjoni tal-Komunita' Ewropea?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma nħossx li d-dokument imsemmi għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta dan il-materjal għadu taħt diskussjoni mal- Kummissjoni tal-Komunita' Ewropea.", "TRADE FAIR 1996", "10589.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min ingħata l-kuntratt jew kuntratti biex ilesti l-Malta Pavillion għat-Trade Fair 1996, kemm kienet l-ispiża totali tal-Gvern u jekk għadx baqa' ħlasijiet xi jsiru u kemm?", "Jista' jgħid ukoll meta ġie ppubblikat t-tender relattiv, min ikkwota u kemm ikkwota kull wieħed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-offerta għall-Padiljun ta' Malta għad-design concept, working drawings u specifications kienet ippubblikata fis-26 ta' Marzu, 1996.", "Min jagħmel l-offerta kellu jagħżel li jidħol għal turnkey basis jew supervision basis.", "Kien hemm tliet ditti li tefgħu l-offerta:", "Casapinta Zaffarese Sign It Design Group Visual", "Turnkey basis Lm92,470 Lm52,450 Lm44,400", "Supervision Lm 4,600 10% ta l- ma kienx basis ispiza totali indikat L-offerta ngħatat supervision basis lil Casapinta Design Group għal Lm4,600.", "Il-proċess tal-kostruzzjoni tal-Padiljun sar kif isegwi:", "1.", "Is-sejħa għall-offerti għal interactive PC's kienet ippubblikata fis-16 ta' April, 1996.", "Tefgħu l-offerta Zorin Ltd (Lm1,934); Jagrove Services (Lm4,200), Computing Levels (Lm6,010) u Tourist Information Systems Ltd (Lm3,160).", "L-offerta ngħatat lil Zorin Ltd.", "2.", "Is-sejħa għall-offerti għas-sound kienet ippubblikata fis-16 ta' April, 1996.", "Tefgħu l-offerta Sound System (Lm1,695) u Studio Seven (Lm2,622).", "L-offerta ngħatat lil Sound System.", "3.", "Is-sejħa għall-offerti għall-kiri ta' audio equipment kienet ippubblikata fis-16 ta' April, 1996.", "Tefgħu l-offerta Studio Seven (Lm1,242) u Sound System (Lm2,300).", "L-offerta ngħatat lil Studio Seven.", "4.", "Is-sejħa għall-offerti għall-lights and technical attendance kienet ippublikata fis-16 ta' April, 1996.", "L-unika offerta kienet ta' ITC Ltd (Lm6,110), li ngħatat lil din id-ditta.", "5.", "Is-sejħa għall-offerti għall-fotografija kienet ippubblikata fit-3 ta' Mejju, 1996.", "L-unika offerta kienet ta' The Foto Grafer (Lm16,251) li ngħatat lil din id-ditta.", "6.", "Is-sejħa għall-offerti għal signage giet ippubblikata fil-11 ta' Mejju, 1996.", "L-Unika offerta kienet ta' Sign It-(Lm3,059) li ngħatat li din id-ditta.", "7.", "Is-sejħa għall-offerti għall-provvista u stallazzjoni ta' airduct għall-airconditioning li kienet evalwata mill-MSU ngħatat lil Panta Contracting Ltd għal Lm6,305, b'kompetizzjoni ma' Cutrico Services, Topserv Ltd, Bezzina Bros, Medairco, Mekkanika Ltd, Arjakon Ltd, Maresco Ltd, Elosolar Ltd u Titan Ltd.", "8.", "Is-sejħa għall-offerti għal plants and planters kienet ukoll evalwata mill-MSU u ngħatat lil Zammit Nurseries għal Lm980, b'kompetizzjoni ma' Derek Gardens, Teleflor Int, Green Supplies u Evergreen.", "Xogħol addizzjonali kien:", "Casapinta Design Group Lm1,725 ITC Ltd 664 Sign It 121 Zammit Nurseries 262 The Foto Grafer 568", "Malta Trade Fairs & Exhibitions Ltd (ghal xogħol 460 strutturali) Engineering Services Ltd (ghal ducting ta l- 287 airconditioning) Spustar ta l-airconditioner mid-Dipartiment tal- 538 Manifattura u Servizzi", "Kannizzata tal-metall minn Autographics Ltd 920 Materjal tad-drapp minn Santex Ltd 546 Sigurta tal-Pulizija 1,247 Il-Formazzjoni tal-Padiljun mid-Dipartiment tal- 16,334 Manifattura u Servizzi (inkluz l-overtime)", "Nota: (1) Il-figuri jinkludu l-VAT (2) Invoice ohra ta' Lm587 minn Casapinta Design Group (ghal xoghol iehor addizzjonali) ma thallsitx.", "Il-Padiljun sewa Lm57,259 + Lm 8,589 VAT Kera annwali Lm12,750 + Lm 1,913 VAT Lm70,009 + Lm10,502 VAT", "REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "10596.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati veijkoli ġodda f'Novembru, 1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' veijkoli?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi ġodda li ġew irreġistrati f'Novembru 1997 huwa 870 maqsumin kif ġej:-", "|Karozzi privati |690 | |Vetturi |159 | |kummercjali | | |Vetturi |12 | |ghall-kiri | | |Buses u |- | |Mini-Buses | | |Muturi |9 | |TOTAL |870 |", "TNEĦĦIJA TAL-VAT - KAMPANJA PUBBLIĊITARJA", "10597.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- kampanja pubbliċitarja konnessa mat-tneħħija tal-VAT u l-introduzzjoni tac- CET, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' x'ġie bbukkjat bħala pubbliċita' fuq Super 1 TV u dak li ġie bbukkjat ma' TVM?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti wkoll r-rati relattivi li kull stazzjon ġie mħallas għal kull item ta' pubbliċita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TNEĦĦIJA TAL-VAT - KAMPANJA PUBBLIĊITARJA", "10598.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-kampanja pubbliċitarja konnessa mat-tneħħina tal-VAT u l- introduzzjoni tas-CET, jista' l-Ministr jagħti breakdown ta' x'ġie bbukkjat bħala pubbliċita' fuq Super 1 TV u dak li ġie bbukkjat ma' TVM?", "Jista' l- Ministru jagħti wkoll r-rati relattivi li kull stazzjon ġie mħallas għal kull item ta' pubbliċita'?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SAG - PERSUNI MGĦEJJUNA", "10858.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mgħejjuna mir-Rescue Team ta' l-SAG fis-sena 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi matul is-sena 1997 ir-Rescue Unit tal-SAG għenet 62 persuna.", "PULIZIJA - SEJĦIET GĦAL TIFI TAN-NAR", "10859.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu s-sejħiet għal tifi ta' nar mis-sezzjoni tal- pulizija matul is-sena 1997?", "Kemm minn dawn kienu hoaxes?", "Kemm weġgħu firemen matul ix-xogħol tagħhom fis-sena 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li s-Sezzjoni tat-Tifi tan-Nar tal- Pulizija kellha 3474 sejħa matul l-1997 li minnhom 134 kienu hoaxes.", "Matul l-istess sena żewġ firemen weġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "PULIZIJA - PERSUNI RRAPPORTATI NIEQSA", "10860.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni rrapportati nieqsa llum?", "Kemm ġew irrapportati matul is-sena 1997?", "Kemm minn dawn nstabu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li 32 persuna huma rrapportati nieqsa mal-Pulizija.", "Id-data li fihom saru dawn ir-rapporti jkopri l-perijodu bejn l-4 t'Awissu, 1970 u d-9 ta' Jannar, 1998.", "Matul l-1997 ġew rrapportati nieqsa 159 persuna, li kollha ġew misjuba.", "ADDOZZJONI TA' TFAL", "10861.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal matul is-sena 1997?", "Mil-liema pajjiżi ġew?", "Kemm hemm applikazzjonijiet għal addozzjoni pendenti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta addozzjonijiet li gew registrati matul is-sena 1997 kienu 67.", "Il-pajjizi huma:", "|Rumanija |47 | |Malta |13 | |Renju Unit| 3 | |Albanija | 3 | |Columbia | 1 |", "In-numru ta addozzjonijiet pendenti huwa ta 25.", "PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "10862.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti talli pejpu fuq karozzi tal- linja; f'cinemas; fi sptarijiet; u f'discos fejn ma jistax isir tipjip matul is-sena 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi matul l-1997, 12-il persuna tressqu l-Qorti talli pejpu fuq karozzi tal-linja u ħamsa oħra talli pejpu fi sptarijiet.", "Ma kienx hemm prosekuzzjonijiet dwar dan ir-reat kommess f'cinemas u f'discos.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TQASSIM TA' SIRINGI", "10863.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi miċ-Ċentri tas-Saħħa matul is-sena 1997?", "Minn liema ċentri tqassmu?", "(Din id-domanda ma tirrigwardax siringi li jitqassmu lill-pazjenti diabetiċi)", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' siringi mqassma lil nies bil-vizzju tad-droga matul l-1997 kien imqassam hekk", "|Centru |Numru ta' | |tas-Saħħa |Siringi | |Floriana |9,320 | |Qormi |13,191 | |Gzira |13,079 | |Paola |25,171 | |Cospicua |8,344 | |Mosta |4,263 | |Rabat |1,187 | |Total |74,555 |", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11027.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar- reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11028.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar- reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11029.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar, u għalhekk it-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11030.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall- perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar.", "Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11031.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal- kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Apparti xi avviżi żgħar fl-istampa dwar ħinijiet tal-ftuħ u trasferiment ta' l-Uffiċċju fl-1996 l-Uffiċċju Kongunt għamel kampanja dwar l-iskema \"Ixtri Darek\" jew \"Ifdi ċ-Cens\".", "Din ġiet afdata lill-kumpannija A.Z. Publicity Co. Ltd. u qamet Lm 3,450.", "Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għamel l-ebda użu ta' agenziji ta' reklamar u għamel biss xi avviżi zgħar, bħalma huma avvizi ta' direkwiżizzjoni, fl-istampi lokali.", "Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar twaqqaf fl-1992.", "Minn dakinhar m'uża ebda aġenzija ta` reklamar fil-ħidma tiegħu.", "L-Awtorita' tad-Djar qatt ma tat xogħol lil xi aġenzija ta'reklamar.", "L- Awtorita' tad-Djar ħarġet avvizi fuq il-gazzetti lokali direttament kull meta toħroġ residential units għall-bejgħ jew għall-kiri.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11032.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru, u għad-dekastru li għalih hu responsabbli, jagħti għall- perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezz ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istampar (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: S'issa qatt ma nżammu records f'dan il-Ministeru rigward l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru peress li jidher li rari saru kampanji ta' reklamar.", "Biss se jsir sforz biex tinġabar l- informazzjoni meħtieġa peress li dan ifisser ċertu ammont ta' tiftix.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11041.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10230 u mistoqsijiet supplimentari, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Ottubru, 1997 (Seduta Nru. 170 - 12/1/98)?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl- aħħar ta' Ottubru 1997 kien ta' 6,937.", "AMBAXXATURI", "11065.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk huwiex possibbli, skond ir-regolamenti tal-gvern jew skond l- etika governattiva, li ambaxxatur jkun jokkupa wkoll pożizzjoni ta' direttur f'xi kumpannija kummerċjali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Paragrafu 7.1.12.1 ta' l-Estacode jesiġi li \"l- uffiċjal (pubbliku), kemm jekk qiegħed kemm jekk mhuwiex fis-servizz whole time tal-Gvern, għandu, kif jinħatar fil-kariga li għandu fis-servizz (Pubbliku), jagħti dettalji dwar kwalunkwe investiment jew sehem li jista' jkollu, jew kwalunkwe interess ieħor kemm dirett kif ukoll indirett, f'xi kumpannija jew f'xi okkupazzjoni lokali jew xi intrapriża oħra ...\"", "Il- Prim Ministru jista' jordna biex l-individwu konċernat jiżvesti ruħu minn dawn l-investimenti jew interessi kemm il-darba jqis illi l-attivitajiet privati ta' l-uffiċjal konċernat jistgħu jqegħduh f'pożizzjoni ta' konflitt ta' interess mad-doveri pubbliċi tiegħu.", "Kapitlu D taħt ir-ras \"Konflitt ta' Interess\" tal-\"Kodiċi ta' Etika għall- Impjegati fis-Settur Pubbliku\" jipprovdi, fost oħrajn, dwar il-ħtieġa illi uffiċjal pubbliku jgħarraf lis-superjuri tiegħu kemm-il darba jkun hemm, potenzjalment jew realment, konflitt ta' interess.", "Paragrafu 15 ta' dan il- Kapitlu jistipula illi \"dan it-tagħrif għandu jinkludi notifikazzjoni ta' l- interessi kollha rilevanti, sew dawk personali, finanzjarji, ta' negozju u interessi oħra, partikolarment kull direttorat, sħubija f'soċjetajiet jew kumpanniji kummerċjali, aġenziji jew kontroll ta' ishma...\"", "Min jinħatar Rappreżentant Prinċipali ta' Malta huwa marbut li josserva r- regolamenti applikabbli, kemm b'mod ġenerali kif ukoll b'mod speċifiku, għal kull min qiegħed fis-Servizz Pubbliku.", "Għaldaqstant, Ambaxxatur jitħalla jżomm ukoll il-pożizzjoni ta' direttur f'kumpannija kummerċjali sakemm din il-kariga privata ma tikkonfliġġix mar-responsabbilitajiet pubbliċi li għandu.", "AMBAXXATI - KORSIJIET TA' LINGWA", "11066.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna, jekk jista' jkun f'forma ta' tabella, kemm intnefqu flus minn fondi pubbliċi f'liri Maltin u f'munita tal-post, f'korsijiet ta' lingwi minn kull ambaxxata individwalment fis-snin 1996 u 1997 separatament u jindika wkoll in-nil returns, jiġifieri l-ambaxxati u s-snin fejn ma kien hemm l-ebda nfiq ta' din in-natura?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "MOSKA - AMBAXXATA MALTIJA", "11067.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-ambaxxata Maltija f'Moska għandha f'idejha għadd ta' ikoni mogħtija lill-ambaxxata xi snin ilu mill-awtoritajiet Russi li ġabruhom mingħand xi turisti Maltin huma u ħerġin bihom mill-ajruport; jgħidilna x'inhu n-numru eżatt ta' dawn l-ikoni jekk humiex jinżammu fl-ambaxxata stess jew x'imkien ieħor; jindika meta beħsiebu jagħti istruzzjonijiet li dawn l-ikoni jinġiebu Malta u jitqassmu lill-proprjetarji tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fit-8 ta' Settembru, 1991 uffiċjali tad-Dwana Russi kienu ikkonfiskaw mingħand numru ta' Maltin li kienu se jitilqu minn Moska 33 ikona u salib tal-bronż.", "Peress li l-Maltin kienu qegħdin fi grupp, l- awtoritajiet Russi kienu għamlu notament li l-oġġetti ikkonfiskati kienu ta' persuna waħda.", "L-Ambaxxata Maltija f'Moska kienet ġiet infurmata illi skond Ordni mill-Ministeru tal-Kultura Russu, oġġetti li huma meqjusa li għandhom valur kulturali ma jitħallewx jiġu esportati barra mill-pajjiż.", "Din l-Ordni għadha fis-seħħ sal-lum.", "Wara intervent tas-Soċjeta' ta' Ħbiberija Sovjetika Maltija, dawn l-ikoni kienu ttieħdu fl-Ambaxxata Maltija biex jinżammu hemm għal raġunijiet ta' sigurta'.", "Huma jinsabu esposti fir-residenza ta' l-Ambaxxatur.", "Tul dawn l-aħħar snin, saru diversi talbiet mingħand Maltin li sostnew li l-ikoni kienu ġew ikkonfiskati minn għandhom biex jeħduhom lura.", "Filwaqt li teżisti problema reali biex jiġi stabbilit ta' min kienu kull waħda mill- ikoni msemmija, wieħed irid jikkonsidra wkoll il-fatt li xi uffiċjali Russi għandhom l-opinjoni li dawn l-ikoni setgħu nsterqu minn xi knejjes Russi Ortodossi u wara sabu rwieħhom għand il-bejjiegħa fis-suq minn fejn xtrawhom il-Maltin.", "Għalhekk, peress li l-esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti ta' valur kulturali għadha ipprojbita, għalissa ma jistgħux jinġiebu Malta.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI", "11086.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħet il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni u x'materji ġew trattati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni ltaqgħet għaxar darbiet minn meta ltaqgħet l-ewwel darba fil-11 ta' Settembru,.1997.", "Il-materji diskussi f'dawn il-laqgħat kienu jinkludu: l-identifikazzjoni ta' issues of concern fil-qasam edukattiv Malti; l-istipendju ta' l- istudenti Universitarji; l-edukazzjoni vokazzjonali wara s-16-il sena; attendenza fis-Second Information Technology in Education Study tal- International Evaluation Association; pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni; il-konflitt bejn l-eżamijiet tal-Matsec u l- GCE fil-livell ordinarju u għajnuna mill-fondi għall-1997 tal-NCE għal inizjattivi fil-qasam edukattiv mill-:Early Literacy Programme; Assoċjazzjoni Kunsilli Skolastiċi għaż-żamma ta' korsijiet għall-ġenituri; u English Language Project ta' Dr. Ray Fabri.", "DEKAN TAL-FAKULTA' TA' L-EDUKAZZJONI - INTERVISTA", "11087.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-rapport dwar l-intervista tad-Dekan tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni li kienet pubblikata fil-gazzetta The Times, fejn intqal li fis-sena skolastika li ġejja se jkun hemm surplus ta' gradwati tal-B.Educ. bil-possibbilta' li xi wħud minnhom ma jiġux impjegati, x'qed jagħmel il-Ministeru biex jilqa' din l-eventwalita'?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad rapporti li l-kors tal-PGCE mhux se jiftaħ is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - TITJIB FIL-LIVELL TA' L-INGLIŻ", "11088.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-Konferenza Stampa li saret f'Settembru tas-sena l-oħra, fejn il-Ministru kien qal li inizjattiva oħra għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kellha tkun li jittejjeb il-livell ta' l- Ingliż, jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa f'dan il-qasam u x'hemm ippjanat li jsir aktar 'il quddiem?", "ONOR.", "VARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "OPM - IMPJEGATI", "11093.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l- Prim Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - IMPJEGATI", "11094.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: M'hemm l-ebda korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva, jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "MINISTERU TAD-DJAR - IMPJEGATI", "11095.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l- Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar is-sena l-oħra, impjegat erba' skrivani bħala part-time - wiehed minn St. Andrews, tnejn minn M'Scala u ieħor minn Ħal-Qormi.", "Dawn intbgħatu mill-ETC.", "Nifhem li l-mistoqsija ma tkoprix impjegati tal-Gvern mad-dipartiment.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - IMPJEGATI", "11096.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar.", "Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "11097.", "L-ONOR..", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal- gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil- breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal entita'?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għalhekk it-twegiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - IMPJEGATI", "11098.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il- ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija murija hawn taħt:", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA", "Grad Numru Xoghol Permanenti/ Lokalita' Kuntratt", "Laboratory 1 O i/c 3 snin Naxxar Manager Laboratory kuntratt", "Laboratory 2 Laboratory Permanenti Mosta, Technicians Sliema Division Head 1 Financial 3 snin Zabbar - Finance Controller kuntratt", "Manager - 1 Officer i/c 3 snin Mosta Revenue and Revenue kuntratt Credit Control", "Clerks 25 Klerikali Permanenti 2 Zabbar, Zurrieq, Senglea, Mgarr, Rabat, G'Mangia, Dingli, 2 Zebbug, Ghaxaq, Balzan, 3 Gozo, 4 Zejtun, St. Lucia, Qrendi, Attard.", "L-impjegati ġodda fil-Building Industry Consultative Council bejn l-1 ta' Jannar, 1997 sat-8 ta' Jannar,1998 huma:", "Grad Numru Xoghol Permanenti/ Lokalita' Kuntratt", "Chairman 1 Chairman and 3 snin Sliema and Chief Chief Exe- Executive cutive", "PULIZIJA - KAROZZI ABBANDUNATI", "11112.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il karozza abbandunata ġew miġbura s-sena li għaddiet mill-Administrative Law Enforcement.?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti struzzjonijiet biex karozza Anglea abbandunata fi Triq Sant'Antnin, fil- Mosta (qrib il-kalkara tal-ġir) tkun miġbura?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' vetturi li nġabru mit- taqsima ta' l-Administrative Law Enforcement tal-pulizija matul l-1997 kien ta' 128.", "Rigward vettura ta' l-għamla Anglea abbandunata fi Triq Sant'Antnin, Mosta, ninsab informat li din inġabret fl-14 ta' Jannar.", "SKEJJEL - UŻU WARA L-ĦIN TA' L-ISKOLA", "11113.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi policy dwar kif il-kapijiet ta' l-iskejjel jistgħu jippermettu li l-iskejjel jintużaw mill-komunita' wara l-ħin ta' l-iskola?", "Teżisti xi policy dwar l-użu ta' swali, grounds, eċċ li għandhom l- iskejjel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Permessi għall-użu ta' l-iskejjel, kif ukoll tas- swali, btieħi eċċ ta' l-istess skejjel wara l-ħin ta' l-iskola jinħarġu mill-Kunsill ta' l-Iskola.", "Huwa l-istess kunsill li jagħmel il- kondizzjonijiet sakemm jimxi mal-policy kif imfissra fir-Regolamenti tal- Kunsilli ta' l-Iskejjel (Kap 327 Avviż Legali 135 ta' l-1993) li f'Taqsima 5 para 5.6 jgħid li l-kunsill ma jistax jikri l-iskola għal attivitajiet organizzati minn partiti politiċi.", "Qed nikkonsidra li nfassal regolamenti ġodda għall-użu ta' l-iskejjel wara l-ħin ta' l-iskola fuq linji moderni li jeżistu f'pajjiżi oħra u wara li nikkonsulta ma' dawk interessati.", "SKEJJEL - SKOLA TA' L-ARTI", "11114.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'jeħtieġ li jsir biex fil- ground u l-parking space ta' l-Iskola ta' l-Arti f'Tarġa Gap jingħata t- tarmac biex wara l-ħin ta' l-iskola u waqt il-ħin ta' l-iskola l-grounds ikunu wżati bħala faċilitajiet sportivi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu ma wasalx il-Ministeru mill-entita' kkonċernata.", "Għaldaqstant, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOSTA - TRIQ MIKELANĠ CAMILLERI", "11115.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'jeħtieġ li jsir biex Triq Mikelanġ Camilleri Mifsud fil-Mosta, li sa ftit ilu kellha l-isem Triq Dun Ġwann Bezzina, jkun jista' jingħatalha t-tarmac?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir it-tindif meħtieġ f'din it-triq għaliex issa jenħtieġ makkinarju goff biex ineħħu l-materjal żejjed li baqa' u li ħoloq miżbla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-triq indikata mill-Onor.", "Interpellant għad ma sarx żvilupp biżżejjed fiha sabiex din tiġi asfaltata.", "Din it-triq hija definita triq privata għat-termini tal-liġi u triq tinżamm fi stat tajjeb u nadif mill-proprjetarji tal-bini li jħares 'il fuq.", "MOSTA - TWAĦĦIL TA' BOZOZ", "11116.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jitwaħħlu bozoz fi Triq il-Għasel, f'parti minn Triq San Silvestru u fi Triq Camillo Sceberras kollha fil- Mosta, għaliex dawn it-toroq għadhom bla dawn u l-Kunsill Lokali tal-Mosta kemm-il darba għamel it-talba tiegħu lill-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar bozoz qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SKEJJEL - PRIVATES LI JWASSLU T-TFAL", "11117.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu passi biex privates li qed imorru għat-tfal (studenti) ta' l-iskejjel primarji jew sekondarji ma' jibqgħux jiġbru t-tfal qabel is-7.00 a.m.?", "Jista' l-Ministru jinsisti li din ir-rakkomandazzjoni tkun parti mill-kondizzjoni tal-kuntratt tal- privates li jġorru t-tfal ta' l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jgħaddili lmenti dwar il-ħin li t-tfal jinġabru għall-iskola.", "It-taqsima tat- trasport ta' l-iskejjel informatni li ebda vjaġġ ta' tfal li jattendu fl- iskejjel primarji ma jibda qabel is-7 a.m..", "Rigward studenti li jattendu fl-iskejjel sekondarji ġieli kien hemm xi lmenti dwar il-ħin ta' filgħodu.", "Meta jaslu lmenti bħal dawn jiġu rrapportati mill-ewwel lill-uffiċċju kkonċernat biex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "ARTIJIET - REĠISTRAZZJONI", "11128.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proċess ta' reġistrazzjoni ta' l-artijiet fil-Belt Valletta u fil-Furjana huwa wieqaf minħabba li twaqqaf l-overtime?", "Jidhirlu l-Ministru li l-ħafna xogħol li diġa' sar se jiswa għal xejn jekk il-proċess mibdi mhux se jitkompla?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: B`risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11128, l-Onor.", "Interpellant huwa nformat li fir-rigward tar-Reġistru tal- Artijiet, il-proċess ta` registrazzjoni mhuwiex wieqaf.", "Fil-fatt, fis 26 ta` Jannar, se issir laqgħa pubblika għas-sidien li għandhom proprjeta` fil- Belt u l-Floriana.", "Aktar `il quddiem se joħorġu xi blokki oħra għal reġistrazzjoni dikjaratorja.", "BORMLA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "11137.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' tkabbir u mmodernizzar tal-poliklinika ta' Bormla?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tender għall-offerti għax-xogħlijiet issa għalqet u l-offerti mixħuta qed jiġu evalwati bien jintgħażel il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa.", "Ladarba dan il-proċess jitlesta, ix- xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew.", "Huwa mistenni li x-xogħol jibda din is- sena.", "ŻABBAR - TRIQ BIEB IS-SULTAN", "11138.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li jitwassal is-servizz ta' l-ilma fi Triq Bieb is-Sultan, f'Ħaż-Żabbar peress li hemm numru ta' djar lesti u s-sidien tagħhom qed jistennew dan is-servizz sabiex ikunu jistgħu jidħlu fihom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - REGOLATURI CLIP-ON", "11140.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Dwar l-importazzjoni ta' clip-on regulators li l-Korporazzjoni Enemalta għandha fis-suq, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm-il tip differenti ta' clip-on regulator hawn fis-suq; b) x'inhu l-isem tal-manufacturer ta' kull tip ta' clip-on regulator; c) x'inhu l-isem ta' l-aġent lokali; u d) jekk il-Korporazzjoni Enemalta approvatx l-import licence għal kull tip ta' clip- on regulator?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "A) Il-Korporazzjoni Enemalta approvat u importat tip wieħed ta' regolatur clip-on.", "B) Kosan Teknova - Denmark", "C) Palma Trading Limited/Auto Cycle Limited", "D) Ir-regolaturi clip-on dejjem ġew importati dirett mill-korporazzjoni u qatt ma ngħatat approvazzjoni għall-import license għal dawn ir- regolaturi.", "ENEMALTA - REGOLATURI CLIP-ON", "11141.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li fil-pajjiż hawn tipi differenti ta' clip-on regulators li jiġu ffittjati mal-valvijiet taċ-ċilindri tal-gass, jista' l-Ministru jgħid, f'każ ta' inċidenti/splużjonijiet ta' ċilindru minħabba leakages, min se jkun responsabbli meta l-ħsara tkun ikkaġunata minn regolatur li ma jkunx ta' standard: l-aġent tar-regolatur; il-manufacturer tar-regolatur; jew il- Korporazzjoni Enemalta li legalment hija s-sole supplier tar-regolatur?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-korporazzjoni approvat u ipprovat tip wieħed biss ta' regolaturi clip-on u li huma ta' l-istess manifattur tal-valvi taċ- ċilindri minħabba garanzija u sigurta'.", "Fuq suspett ta' xi regolaturi oħra fis-suq, il-korporazzjoni ħarġet avviż lill-pubbliku li l-uniku regolatur li għandu l-approvazzjoni tal- Korporazzjoni Enemalta huwa dak li jġorr is-siġill tal-korporazzjoni, kif jidher fir-ritratt ippubblikat ma' l-avviż.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "11142.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, għall-perijodu mis-27 ta' Ottubru 1996 sal-lum: a) kemm inxtraw ċilindri tal-gass mill-Korporazzjoni Enemalta; b) kemm ġew ordnati ċilindri iżda li sal-lum għadhom ma waslux fl-istores tal- Korporazzjoni Enemalta; c) kemm ġew skrappjati ċilindri; u d) kemm ġew mixtrija u kemm ġew skrappjati ċilindri sena b'sena, fit-tlett snin qabel Novembru 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mis-27 t'Ottubru, 1996, sal-lum:", "a) Ma nxtrawx ċilindri b) 10,000 ċilindru ċ) 16,400 ċilindru d) Mill-1994 sa l-1996", "Ċilindri importati", "1994 Nil 1995 45,000 12 Kgs. ċilindri 1996 55,400 X 12 Kgs. ċilindri", "Ċilindri skrappjati", "1994 Nil 1995 38,380 1996 40,000", "ENEMALTA - REGOLATURI CLIP-ON", "11143.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward tal-clip-on regulators li l-Korporazzjoni Enemalta timporta, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ispecification ta' l-istess regolaturi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ispeċifikazzjonijiet ta' l-aħħar tender tar- regolaturi clip-on tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GASS", "11144.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm, fil-preżent (13.1.98), il-Korporazzjoni Enemalta għandha stock ta': regolaturi tat-tip clip-on; valvijiet ta' ċilindri tal-gass; u ċilindri tat-tip 12kgs?", "Jekk f'dawn l-aħħar tliet xhur inħarġitx xi direct order għal xiri ta' regolaturi u jekk fl- affermattiv, kemm hu l-ammont u l-ispiża ta' l-istess direct order; jekk f'dawn l-aħħar tliet xhur inħarġitx xi direct order għal xiri ta' ċilindri (12kgs) u jekk fl-affermattiv, kemm hu l-ammont u l-ispiża ta' l-istess direct order?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-istokk ta':", "Regolaturi clip-on fit-13 ta' Jannar, 1998 huwa 276.", "Valvijiet (jintużaw bħala spares u mhux li jiġu maċ-ċilindri) - 9075", "Ċilindri ta' 12kgs. kompluti bil-valvi - 10000", "Iva, ħarġet direct order biex jinxtraw 2500 regolatur mingħand l-istess manifattur li s'issa l-korporazzjoni dejjem xtrat mingħandu.", "L-ordni tiswa Lm7778.61.", "Dawn waslu fid-19 ta' Diċembru, 1997 u kważi ġew mibjugħa kollha.", "Il-kelma teknika hija direct order għax fil-fatt l-ordni saret wara sejħa għall-offerti.", "Dawn ukoll inxtraw mingħand l-istess kumpannija li ilha tforni lill- Enemalta biċ-ċilindri għal numru ta' snin.", "Saret ordni għal 10,500 ċilindru ta' 12 kgs. għal prezz ta' Lit.", "294,525,000.", "FORZI ARMATI - AJRUPLANI FIXED WING", "11145.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar sitt xhur ġewx mibjugħa mill-Armata xi ajruplani fixed wing u/jew xi helicopters, u jekk fl-affermattiv: dan il- bejgħ sarx b'tender/quotation; kemm-il item (helicopter/ajruplan) ġie mibjugħ; x'kien il-valur ta' kull item li ġie mibjugħ; u jekk l-avviż tal- bejgħ ġiex reklamat fuq il-media lokali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul dawn l-aħħar sitt xhur l-Armata biegħet żewġ helicopters tat-tip AB47G2 u AB206A.", "Fuq ieħor sar il-kuntratt tal- bejgħ u fuqu tħallas id-depożitu ta' £Stg1,000.", "Il-bejgħ ma sarx b'tender imma permezz ta' overseas consultants wara reklamar f'rivisti speċjalizzati barra minn Malta.", "Il-valur ta' kull item mibjugħ kien hekk:", "Tip Prezz Kumpanija", "AB47G2 Ser 260 GBP23,000 Autair Rotech UK (Depozitu ta' GBP1000 mħallas diga)", "AB47G2 Ser 262 GBP20,000 Autair Rotech UK (Lm12.942.88)", "AB206A US$185,000 Ambercate Ltd UK Lm74,139.38)", "VETTURI - ŻIEDA FUQ L-ASSIGURAZZJONI", "11154.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid mil-liema data bdiet iseħħ iż-żieda fuq l- insurance tal-karozzi kif imħabbra fil-Budget 1998?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iż-żieda fuq l-insurance tal-karozzi bdiet iseħħ fis- 16 ta' Jannar, 1998.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "11155.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-imwiet minn inċidenti tat-traffiku fis-snin 1995, 1996 u l-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi, kawża ta' inċidenti tat- traffiku, fl-1995 mietu 22 persuna, fl-1996 mietu 14, u fl-1997 mietu 20.", "EDINBURGH - COMMONWEALTH SUMMIT", "11157.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li waqt il-Commonwealth Summit li sar f'Ottubru li għadda f'Edinburgh kien hemm diżgwid quddiem diplomatiċi barranin bejn il- Kummissarju Għoli għal Malta fl-Ingilterra u l-Prim Ministru; u jekk iva, dan hu aġir diplomatiċu u professjonali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, ma nikkonfermax.", "AMBAXXATI MALTIN", "11158.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' kull waħda mill-Ambaxxati Maltin, jekk: il-kanċellerija; u r- residenza tal-ambaxxatur humiex: proprjeta' tal-Gvern Malti, u f'dan il-każ meta nxtrat jew; proprjeta' ta' xi istituzzjoni Maltija oħra, u f'dan il- każ meta nxtrat; jew qed jinkrew u f'dan il-każ x'inhi l-kera annwali ta' kull waħda minnhom kemm fil-munita li fiha titħallas kif ukoll f'liri Maltin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kont tajt it-tagħrif meħtieġ meta weġibt il- mistoqsija parlamentari numru 4578 is-sena l-oħra.", "Se naġġorna l- informazzjoni dwar il-flus ivvotati fl-1997 biex iħallsu għall-kirjiet billi nikkomparaha ma' dak li hemm ivvotat fl-Estimi Ġenerali għall-1998:", "|Missjoni |Vot 1997 |Vot 1998| | | |Lm |Lm | | |Algeri |8,890 |-(1) | | |Baghdad |7,902 |-(2) | | |Beijing |61,244 |45,000 |(3)| |Bonn |30,715 |31,000 | | |Brussell |21,732 |21,000 | | |Canberra | 8,298 | 8,300 | | |Ginevra |38,524 |36,000 | | |Kajr |23,707 |24,000 |(4)| |Londra |113,597 |120,000 | | |Madrid |30,622 |16,500 |(5)| |Moska | 1,334 |2,000 |(6)| |Parigi |98,644 |96,500 |(7)| |Riyadh |37,536 |38,000 | | |Ruma |56,799 |58,000 | | |Tunez |20,694 |9,000 |(8)| |Vjenna |43,957 |42,600 | | |Toronto | 5,927 |7,200 | |", "(1) Il-kera ta' l-uffiċċju f'din il-belt ma ġietx imġedda.", "(2) Il-kera ta' l-uffiċċju f'din il-belt tħallset bil-quddiem is-sena l- oħra.", "(3) Il-ħsieb li jiġi rilokat l-uffiċċju għal post akbar ma seħħx.", "(4) Il-kera tar-residenza uffiċjali ġiet terminata fl-aħħar ta' Diċembru 1997 malli skada t-terminu ta' l-Ambaxxatur.", "(5) L-ambaxxata ġiet rilokata fl-istess binja tar-residenza uffiċjali.", "(6) Hemm il-ħsieb illi l-ambaxxata u r-residenza uffiċjali jiġu rilokati din is-sena għal sit aħjar.", "(7) Ir-residenza uffiċjali ġiet rilokata għal post b'kera orħos.", "(8) L-ambaxxata ġiet rilokata fl-istess binja tar-residenza uffiċjali.", "L-istess kwalifiki li kont għamilt meta weġibt il-mistoqsija preċedenti japplikaw ukoll għal din it-tweġiba.", "INGILTERRA - KUMMISSJARJU GĦOLI TA' MALTA", "11159.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm ħa żmien il-Kummissarju Għoli ta' Malta fl-Ingilterra biex mar joqgħod fir-residenza tiegħu wara li ġie maħtur Kummissarju Għoli; x'kienet ir-raġuni għalfejn ħa dan iż-żmien u kemm kellu jħallas il-Gvern Malti bħala kera għall-akkomodazzjoni temporanja wżata fil-frattemp mill- Eċċellenza Tiegħu is-Sur Matrenzia?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Kummissarju Għoli Malti fl-Ingilterra daħal fir- residenza uffiċjali f'Londra, proprjeta' tal-Gvern Malti, fit-22 ta' Awwissu, 1997.", "Bejn it-3 ta' Frar, 1997 u din id-data, il-Kummissarju kien qed joqgħod f'appartament ġewwa Londra stess, mikri b'£Stg750fil-ġimgħa.", "Dan kien previst għaliex il-kummissarju ma setax imur joqgħod mill-ewwel fir-residenza uffiċjali f'numru 16 Kensington minħabba li l-post, li kien għadu kif ġie riabilitat u rranġat, la kien għadu lest minn kollox u lanqas kien fih l-għamara u neċessitajiet bażiċi ta' arredament meħtieġa biex tagħmlu abitabbli.", "Il-post issa qed jiġi arredat bil-mod il-mod, u dan qiegħed isir b'sagrifiċċju ta' ġiri minn hawn u minn hemm mill-Kummissarju Għoli u l-mara tiegħu - xogħol li m'huwiex strettament xogħlhom.", "BERĠA TA' KASTILJA - ARCHITECTURE PROJECT", "11165.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma illi l-kuntratt li kellhom l-Architecture Project għal xogħol ta' konsultazzjoni għax- xogħol fil-Berġa ta' Kastilja twaqqafx għaliex ma hemmx flus ivvotati għal dan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - DIRETTUR", "11166.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jinħatar Direttur għad-Dipartiment tad- Drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-post ta' Direttur tad-Drenaġġ ilu vakanti minn nofs l-1996 u r-responsabbiltajiet ta' Direttur ġew assunti mid-Direttur Ġenerali tax-Xogħlijiet.", "S'issa l-pożizzjoni għadha l-istess.", "LCCU SECTION - DIRETTUR", "11167.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min inħatar Direttur ta' l-LCCU Section, jekk saritx xi sejħa għall- applikazzjonijiet għal din il-kariga, u f'kull każ xi proċedura ntużat biex intgħażlet il-persuna maħtura?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma jista' jinħatar l-ebda Direttur għas-sezzjoni li rriifera għaliha l-Onor.", "Interpellant għax din hija sezzjoni ġo dipartiment.", "Biex jimtela' l-post li ġie vakanti riċentament ta' Direttur tad- dipartiment, diġa nħarġu w għalqu l-applikazzjonijiet.", "KUNTRATTURI - PAGAMENTI", "11168.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm għandhom jieħdu pagamenti kuntratturi għal xogħol magħmul fl-1997 u li ma jistgħux jitħallsu għaliex m'hemmx flus ivvotati fl-1998?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Membru trid ħafna xogħol biex tinġabar barra il-fatt li t-Teżor għadu m'għalaqx l-accounts tal-1997.", "Dan l-ammont huwa fil-qabda ferm inqas minn dak li wirtet din l- amministrazzjoni speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq.", "Din l- amministrazzjoni wirtet is-somma ta' l-fuq minn Lm7 miljun dejn iżda minn riċerka li qed issir jidher li din is-somma hija ferm aktar.", "KUMPLESS SPORTIV TAL-MARSA - CANTEEN", "11182.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min qed imexxi l-bar/canteen fil-Marsa Sports Ground?", "Saret sejħa għal tenders?", "Min tefa' l-offerta għat-tender?", "Kemm qed jitħallas dak li ġie mogħti t-tender?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-bar/canteen fil-Marsa Sports Ground qed jitmexxa mill-kumitat ta' tmexxija tal-kumpless tal-Marsa, wara li kien ilu magħluq taħt l-Amministrazzjoni preċedenti u bħala parti mill-upgrading tal- Kumpless Sportiv tal-Marsa li kien abbandunat mill-Gvern preċedenti.", "Dan infetaħ fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti wara diversi talbiet minn atleti, ġenituri u tfal biex ikollhom minn fejn jistgħu jixtru.", "Biex ġie allokat il-bar saret sejħa għall-offerti fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Awissu, 1997.", "Intefgħet offerta waħda mis-Sur Anthony Formosa u ma' din il-persuna saru arranġamenti temporanji sa kemm ikun jista' jsir ftehim uffiċjali.", "Bħalissa m'hu qed isir l-ebda ħlas lis-Sur Formosa anzi huwa offra is- somma ta' Lm240 minbarra li għamel benefikati biex il-bar ġie aktar preżentabbli u attrezzat.", "PULIZIJA - SHIFTS", "11196.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex veru li hemm il-ħsieb li x-shift ta' 24 siegħa fil-Korp tal-Pulizija jiġi sostitwit b'shift mis-7.00 a.m. sat-3.00 p.m. u shift ieħor mit-3.00 p.m. sal-11.00 p.m. - ħlief il-qasam ta' l-SAG?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diġa' spjegajt kemm-il darba u kif kulħadd jaf, għaddej l-eżerċizzju għall-modernizazzjoni tal-Korp tal-Pulizija.", "Ir- reviżjoni tal-ħinijiet tax-xogħol fit-taqsimiet kollha tal-korp jifformaw parti minn dan l-eżerċizzju.", "Ninsab informat li dan is-suġġett partikolari għadu fi stadju ta' studju.", "PULIZIJA - PROĠETTI", "11197.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti għall-1998 li jaqgħu taħt l-ispiża kapitali tal-Pulizija (Lm350,000)?", "Kif se jintnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-vot kapitali ta' Lm350,000 taħt id-Dipartiment tal-Pulizija mistenni jkopri n-nefqa ndikata taħt dawn il- proġetti :", "Xogħol ta' kostruzzjoni u alterazzjonijiet strutturali fil-blokk li llum fih il-Lock Up tas-CID fil-Kwartieri Ġenerali.", "Dan il-blokk se jinbidel f'kumpless li se jiġbor fih l-uffiċini kollha tat-Taqsima tas-Servizzi Investigattivi kif ukoll Laboratorju Forensiku ġdid.", "In-nefqa għal 1998 hi stmata li tlaħħaq Lm270,000.", "Alterazzjonijiet strutturali fil-gymnasium li jintuża mill-SAG f' Ta' Kandja.", "Dan il-proġett ilu pendenti mill-1996 meta kien ingħata kuntratt biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa.", "Minħabba xi problemi loġistiċi kellu jinħareġ permess ġdid mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ix-xogħol mistenni jitlesta fl-1998 u huwa stmat li jqum Lm23,000.", "Proġett ta' Management aħjar tat-traffiku li jkopri xiri ta' apparat konness mal-liġi tal-breathalyser kif ukoll tagħmir ieħor li jgħin fil- ġlieda kontra sewqan żejjed.", "L-allokazzjoni għal dan il-proġett hija ta' Lm30,000.", "Tkomplija ta' xogħol biex isir manutenzjoni u alterazzjonijiet fejn meħtieġa fl-għases u bini ieħor użat mill-Korp tal-Pulizija.", "In-nefqa f'dan ir-rigward mistennija tlaħħaq madwar Lm27,000.", "AJRUPORT - CIVILIANS", "11198.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mis-civilians li applikaw u li ntagħżlu sabiex jaħdmu fl-Airport flok il-membri tal-Korp tal-Pulizija, irrifjutaw li jmorru jaħdmu fl-airport?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li mill-ewwel 66 li kkwalifikaw għal kariga ta' Immigration Officers issejħu l-50 li kienu għadhom interessati li jaħdmu f'din il-kariga.", "Minn dawn il-50, 44 irrapportaw għax-xogħol fid-Depot tal-Pulizija biex jibdew bħala Immigration Officers, tnejn huma imsefrin u l-erbgħa l-oħra ddikjaraw li m'għadhomx interessati f'din il- kariga.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "11199.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku bumper ma' bumper fl- 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - DROGA", "11200.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba nstabet droga fil-ħabs ta' Kordin fid-Divisin V mill-1.1.97 sal-lum?", "Jikkonferma li sar strike tal-ġuħ mill-priġunieri fl-istess Division f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li matul is-sena 1997 sal-lum f'okkażjoni waħda kien li nstabet droga f'diviżjoni 5.", "Ninsab informat ukoll li matul dawn l-aħħar ġimgħat, f'żewġ okkażjonijiet, uħud mill-priġunieri f'Diviżjoni 5 irrifjutaw l-ikel provdut lilhom mill-ħabs.", "PA - SHOOTING RANGES", "11211.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar fiex wasal it-tifsil tal-policy dwar ix-shooting ranges f'Malta mill-Planning Authority?", "Meta hu mistenni li l-policy fil-fatt tiġi ppubblikata biex id-diversi talbiet pendenti għal tali żviluipp tkun tista' tiġi kkonsidrata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-tfassil tal-policy guidelines min-naħa ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar shooting ranges wasal fi stadju avvanzat, pero' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda tistenna li s-Segretarjat għall- Isports jinformaha bil-pożizzjoni tiegħu fuq il-kwestjoni qabel jitkompla x- xogħol fuq il-guidelines.", "PULIZIJA - SHOOTING RANGES LIĊENZJATI", "11212.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm hawn f'Malta shooting ranges liċenzjati mill-Pulizija?", "Fejn jinsabu?", "Kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għal-liċenzja ta' tali shooting ranges f'Malta u f'Għawdex?", "Fejn jinsabu dawn it-talbiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PTA - BDIL TA' KAROZZI TAL-LINJA", "11213.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba għall- bdil ta' vetturi li jagħtu s-servizz ta' trasport pubbliku fil-fatt hemm pendenti quddiem l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?", "Meta hu mistenni li jinbidlu dawn il-vetturi li jagħtu dan is-servizz?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nibda biex ngħid li skond ftehim li sar mill- Ministru ta' qabli f'Mejju tal-1995 kellhom jaslu mitt karozza ġdida sa l- aħħar tal-1996.", "Dan qatt ma ġara.", "Mhux talli hekk iżda flus ivvotati għal xiri ta' dawn il-karozzi kien hemm għal ħamsa biss.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma hemm ebda diffikulta' għal min irid ibiddel il-vetturi tiegħu sakemm dawn ikunu jaqblu ma' l-ispecifications mħabbra għal karozzi ġodda.", "SERVIZZ PUBBLIKU - INFERMIERA", "11216.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses bil-kwalifiki ta' diploma jew B.Sc. li jaħdmu fis-Servizz Pubbliku u li qegħdin jiggwadanjaw minn xi allowance speċjali fis-sena minħabba l- kwalifiki li għandhom?", "X'kienet l-ispiża totali ta' din l-allowance fis- snin 1995, 1996 u 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Skond iċ-ċirkolari ta' Mejju 1997, din l- allowance setgħet titħallas biss b'effett mill-1 ta' Jannar, 1996.", "L-ispiża kienet hekk:", "Għal 1995 - Nil Għal 1996 - Lm 9,202.62 Għal 1997 - Lm 10,139.51", "In-numru ta' nurses li tħallsu din allowance kien 54.", "L-ispiża globali ta' Lm 19,342.13 tħallset kollha matul l-1997.", "ŻEBBUĠ - SIĠAR TAL-KAŻWARINA", "11219.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jaf il-Ministru bit-tqaċċiet u qlugħ ta' siġar tal-każwarina minn Misraħ l- Isptar, Ħaż-Żebbuġ?", "Ġaladarba m'hemmx approvazzjoni mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għal dan l-att brutali fuq siġar ta' aktar minn 50 sena, jista' l-Ministru jgħid x'wassal lid-dipartiment biex jibgħat ħaddiema tiegħu jqaċċtu dawn is- siġar?", "Jaf il-Ministru li f'dan il-Misraħ hemm ġibjun kbir li l-ilma tiegħu jitqassam b'abbundanza sostanzjali lill-bdiewa fis-sajf u hemm possibbilta' kbira li l-qlugħ tagħhom b'makkinarju bħal hi mack jista' jagħmel ħsara li jiġbed ix-xorok ta' dan il-ġibjun b'konsegwenzi rreparabbli?", "Min issuġġerixxa l-qlugħ ta' dawn is-siġar?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-file relattiv għal kull fini ta' stħarriġ pubbliku għal dan is-suġġeriment selvaġġ fuq l-ambjent urban ta' wieħed mill-isbaħ pjazzetti fl-irħula Maltin?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-qtugħ tas-siġar tal-każwarina f'Misraħ l-Isptar f'Ħaż-Żebbuġ sar wara talba pendenti ta' diversi residenti lill-kunsill lokali fejn kienu lmentaw li dawn is-siġar kienu qed jikkawżaw ħsara fid- djar tar-residenti u ħmieġ fuq il-bjut.", "Il-kunsill lokali kien talab għall-pariri tad-Dipartiment tal-Biedja biex dawn is-siġar jinzabru min-nofs, jew jinbidlu ma' siġar oħra.", "Din it-talba ġiet ikkonsidrata mill-Urban and Rural Landscaping Committee li approva li dawn is-sigar, li m'huma protetti bl-ebda ordni ta' konservazzjoni (conservation order), u li kienu qed jikkaġunaw diversi ħsarat, jiġu maqlugħa u jinbidlu.", "Kopji tad-dokumenti relatati tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta", "ŻEBBUĠ - SIĠAR TAL-KAŻWARINA", "11220.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li kien hemm l-approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex jinqalgħu s-siġar tal-każwarina li hemm f'Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ?", "Jekk ma' kienx hemm approvazzjoni mill-A.P., x'passi mmedjati se jittieħdu biex dan ix-xogħol jieqaf immedjatament b'ordni ta' enforcement?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tat l-ebda approvazzjoni sabiex is-siġar imsemmija mill-Onor.", "Interpellant ikunu jistgħu jinqalgħu mill-post imsemmi.", "Ma jirriżultax illi s-siġar in kwestjoni huma protetti bil-liġi u peress illi l-qlugħ ta' siġar m'huwiex kkonsidrat bħala żvilupp skond l-Att dwar l- Ippjanar ta' Żvilupp, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tħossx illi għandha toħroġ Avviż tat-Twettiq u biex Tieqaf dwar dan ix-xogħol.", "IMPJIEGI - KORS TA' O.H.S.", "11221.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Peress li diversi studenti li qegħdin isegwu l-kors ta' O.H.S. fl- Universita' ta' Malta qegħdin jieħdu l-ħin allokat għal dawn il- lezzjonijiet mil-leave tagħhom, jidhirlu l-Ministru li għandha toħroġ ordni mill-Ministeru li f'materja bħal din ta' l-akbar ġid għal ħaddiem Malti għandu jkun hemm konċessjoni speċjali li l-attendenza għal kors tkun waħda mingħajr tnaqqis mill-benefiċċji tal-ħaddiema?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "ŻEBBUĠ - SIĠAR TAL-KAŻWARINA", "11222.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Id-Direttur fid-Dipartiment ta' l-Ambjent jaf bil-qlugħ ta' siġar tal-każwarina li qegħdin jinqalgħu minn Misraħ l-Isptar (Hospital Square) Ħaż-Żebbuġ?", "Jaf il-Ministru li taħt dan il-Misraħ hemm ġibjun kbir u kemm-il darba jinġibdu dawn is-siġar bil-makkinarju ta' hi mack jistgħu jinġibdu x-xorok ta' dan il-ġibjun b'konsegwenza ta' ħsara rreparabbli?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-Direttur għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jidhirlu li din il-mistoqsija ma tikkonċernax lid-dipartiment tiegħu, u għal daqstant jissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, li f'dan il-każ hu l-Ministru tal-Biedja u Sajd.", "QRATI - ASSISTENTI ĠUDIZZJARJI", "11225.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-avviż għall-ħatra ta' assistenti ġudizzjarji li qed jidher fil-Gazzetta tal-Gvern, ma jidhirlux il-Ministru li fost il- kondizzjonijiet tax-xogħol għal kwalunkwe impjieg, wasal iż-żmien li klawsoli bħal 4(b) m'għandhomx jinħarġu aktar?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-klawsola msemmija ġiet inkluża fis-sejħa bi żvista u għaldaqstant ma tapplikax.", "IMPJIEGI - PERSUNI F' MANAGEMENT POST", "11226.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10848 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tal-14 ta' Jannar, jista' l-Ministru jgħid kemm mis-7,397 persuna li kienu qed jokkupaw management post fl-aħħar ta' Settembru 1997 kienu nisa?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nisa li kienu jokkupaw management post fl-aħħar ta' Settembru 1997 kien ta' 858.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - SERVICE CHARGE FUQ ID-DRENAĠĠ", "11227.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju biex persuni li jieħdu xi forma ta' għajnuna soċjali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ħelsien ta' ħlas tas-service charge fuq id-drenaġġ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "ĦAMRUN - TRIQ IL-KBIRA", "11229.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl tal-fatt li fi Triq il-Kbira, fil-Ħamrun qed ikun hemm, ta' kull fil- għaxija, kontravenzjonijiet tal-liġi fosthom storbju, ħsara lill- proprjeta', abbuż ta' xorb alkoħoliku u droga kif ukoll tlajjar għall- prostituzzjoni, jistgħu jintbagħtu pulizija on the beat b'mod regolari?", "Kemm tressqu persuni l-Qorti matul l-1997 minħabba xi kontravenzjoni msemmija aktar 'il fuq fi Triq il-Kbira, fil-Ħamrun?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi, fit-triq imsemmija, qed ikun hemm Pulizija fuq il-beat regolarment, ħlief meta l-eżiġenzi tas-servizz ma jkunux jippermettu.", "Informat ukoll illi matul l-1997, 25 persuna tressqu l- Qorti fuq storbju u persuna waħda fuq sokor f'din it-triq.", "ĦAXIX - IMPORTAZZJONI", "11242.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar x'wassal biex tinħareġ sejħa għall-interess fl-importazzjoni ta' pastard, kaboċċi u patata nhar it-Tnejn 12 ta' Jannar tard wara nofs inhar, liema sejħa kellha tagħlaq f'nofs inhar tat-13 ta' Jannar?", "X'wassal għal din l-urġenza kollha, liema urġenza fissret li mhux kull min kien interessat seta' jitfa' l-applikazzjoni tiegħu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-provvista ta' dawn il-prodotti kienet skarsa u l- prezzijiet għoljin ħafna.", "Saru diskussjonijiet dwar dan mal-Għaqdiet tal- Bdiewa u ġie miftiehem li tinħareġ is-sejħa indikata.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant is-suq tal-ħxejjex kemm f'Malta u kemm f'pajjiżi barranin ivarja minn jum għall-ieħor u għaldaqstant is-sejħa kellha tkun b'urġenza.", "Kull minn seta' kien interessat kien avżat.", "XEMXIJA - ZEBRA CROSSING", "11243.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar x'wassal biex tinżebagħ iż-zebra crosisng li saret fit-telgħa tax-Xemxija xi ġimgħat ilu?", "Min iddeċieda l-post ta' din iż-zebra crossing?", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ikun hemm zebra crossings fejn verament hemm bżonnhom fl-istess telgħa, u ċioe' ħdejn il-Knisja tal- Kapuċċini, u aktar 'l isfel fit-triq minn fejn, fiż-żewġ każi, jaqsmu r- residenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iż-zebra crossing imsemmija mill-Onor.", "Interpellant saret fuq direttiva tat-Traffic Control Board u għalhekk l- Onor. Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - SERVIZZI", "11244.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali użaw is- servizzi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1997 (is-sena kollha jew parti minnha)?", "X'servizzi ngħataw dawn il-kunsilli lokali?", "X'kien il-kont tal-ħlas li sar lil dawn il-kunsilli?", "Min ħallas u x'wasal biex ma jitħallsux il- kontijiet kollha pendenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari numru 11244 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TELEMALTA - THE MILLENIUM PROJECT", "11245.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10716, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta' investituri prospettivi, żviluppaturi prospettivi, u kuntratturi kbar imsemmija minnek fl-istess tweġiba u li fil-fatt kienu mistiedna għal dak li qed jissejjaħ il-Millenium Project tal-Korporazzjoni Telemalta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, iżda ma nsib ebda oġġezzjoni jekk l- Onor. Interpellant jixtieq jaraha privatament.", "DJAR - XIRI", "11254.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna mill-Belt, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, filwaqt li d-Dipartiment tad- Djar informah li jista' jixtri l-post imsemmi fid-dettali ji qed nibgħat, issa rċieva li dan ma jistax isir?", "Meta se jkun jista' isir il-kuntratt tax-xiri tal-fond imsemmi separatament a bażi ta' l-istess dritt li kellhom u għandhom oħrajn meta xtraw jew se jixtru darhom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fit-18 ta' April il-persuna indikata ġiet informata illi hemm oġġezzjoni għall-bejgħ ta' din il-proprjeta'.", "MARSA - TRIQ IS-SAJJIEDA", "11255.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar wara li l-Kunsill Lokali tal-Marsa kkonsidra x'għandu jsir dwar ilma tax-xita fl-inħawi ta' Triq is- Sajjieda, fil-Marsa ħalli dan ma jibqax dieħel fi djar ir-residenti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed isiru diskussjonijiet dwar din il-problema bejn il-Kunsill Lokali tal-Marsa u l- Ministeru tax-Xogħlijiet Pubblici u Kostruzzjoni.", "MARSA - ĠNIEN 6 TA' AWISSU", "11256.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'manutenzjoni mistennija li ssir fil- ġnien 6 ta' Awissu, fil-Marsa li jinsab fi stat ħażin?", "Meta se jsir dan ix- xogħol għaliex s'issa għadu ma sarx?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sakemm dan il-ġnien kien taħt ir-responsabbilta' tad- Dipartiment tal-Biedja, kien jinżamm f' kondizzjoni tajba.", "Fil-preżent dan il-ġnien jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tal-Marsa.", "MARSA - KUNSILL LOKALI", "11257.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħareġ mill-aħħar laqgħa li l- Kunsill Lokali tal-Marsa kellu mal-Ministru dwar il-problema pendenti?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ġie diskuss matul dik il-laqgħa?", "X'ġie solvut?", "X'hemm pendenti?", "X'se jsir għall-futur biex jonqsu l-piki bejn il- kunsilliera stess?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: B'riferenza għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta kopja ta' ittra bid-data 22 ta Dicembru, 1997 li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali bagħat lis-Sindku tal-Marsa.", "Din l-ittra tirriferi għall-laqgħa li kelli mal- Kunsill tal-Marsa nhar it-18 ta Dicembru, 1997 u telenka l-inizjattivi li kellhom jitwettqu biex jintlaħaq l-għan specifikat fit-tieni paragrafu ta' l-imsemmija ittra.", "Minn dakinhar sar progress f dan is-sens :", "Sar il-back-up ta' l-informazzjoni finanzjarja nhar it-Tnejn 12 ta Jannar, 1998.", "L-Awditur Ġenerali għandu jitlob l-Awdituri tal-Gvern Lokali biex jagħmlu interim audit, skond il-provvedimenti tar-regolament numru 4 tar- regolamenti tal-1993 dwar Kunsilli Lokali (Verifika) Avviz Legali 156- 1993.", "Inhatret, temporanjament, Deputata Segretarja skond kif kien miftiehem.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija infakkar li l-imgieba tal-kunsilliera hija rregolata bil-Kodici tal-Etika.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "PENSJONIJIET", "W1,108.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuna mill-Gżira li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ex-serviceman u li spiċċa pensjonabbli 7/6/1967, għadu ma ħadx id-due terzi?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ mid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "QORTI - QORTI TA' L-INĠUSTIZZJI", "W1,121.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jikkonsidra l-Gvern li ssir estensjoni ta' xahar minn issa biex minn ma ressaqx it-talba tiegħu ta' rikors fil-Qorti ta' l- Inġustizzji ikun jista' jagħmlu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ż-żmien iffissat bil-ligi kien adegwat għal kull min ried iressaq l-każ tiegħu u għalhekk m'hemmx ħsieb li dan jiġi estiż.", "OQBRA - APPLIKAZZJONI GĦAL SIT", "W1,133.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' ipproċessar waslet l-applikazzjoni ta' persuna mill-Furjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bir-Ref.", "No. DH 39/90/517 għas- sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni għas-sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata tal-persuna ndikata għandha r-riferenza DH39/96/517 irreġistrata fl-10 ta' Diċembru 1996.", "Din l-applikazzjoni qegħda fuq il-waiting list u tinsab it-853 fil- lista msemmija."]} {"filename": "19971215_167d_par.doc", "date": "1997-12-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 167 It-Tnejn, 15 ta' Diċembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 167", "It-Tnejn, 15 ta' Diċembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.14 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "167", "It-Tnejn, 15 ta' Diċembru, 1997", "WERREJ MINUTI 325", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 325", "KONDOLJANZI 330", "TQEGĦID TA' KARTI 331", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU (L-EWWEL QARI) 332", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMPANNIJI COMPANIES (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI, KUMITAT U T-TIELET QARI) 333 ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JAGĦMEL PROVVEDIMENTI SPEĊJALI DWAR PROĊEDURI QUDDIEM QRATI JUDICIAL PROCEDURES (SPECIAL PROVISIONS) BILL (IT-TIELET QARI) 343", "AĠĠORNAMENT 343", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 348 MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 364", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru.166 li saret fit-12 ta' Diċembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - HOSPITALITY", "9600.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefaq f'hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju, 1997 sal-31 ta' Ottubru, 1997 maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ambjent): Bejn l-1 ta' Mejju 1997 u l-31 t'Ottubru, 1997 intnefqu dawn il-flejjes fil-ministeru tiegħi f'hospitality:", "uffiċċju ċentrali tal-ministeru ¥22,166 Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea 372 Ambaxxata Maltija f'Baghdad 294 Beijing 471 Bonn 200 Brussell 1,027 Kajr 397 Canberra 1548 Ġinevra 659 Londra 820 Madrid 164 Moska 528 New York 518 Pariġi 921 Riyadh 823 Ruma 229 Tripli 391 Toronto 917 Tuneż 182 Vjenna 863 Washington 42 ** Dip għall-ħarsien ta' l-Ambjent 4,926 Awtorita' ta' l-Ippjanar 2,566", "** N.B - Minħabba li l-flus għall-ospitalita' f'din l-ambaxxata kienu ġew eżawriti sa nofs April - meta kien imbagħad telaq l- Ambaxxatur ta' qabel - in-nefqa addizzjonali f'ospitalita' ġiet koperta minn taħt il-Vot ta' l-Uffiċċju Ċentrali.", "MINISTERI/DIPARTIMENTI TAL-GVERN - LECTURERS/PROFESSURI", "10093.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il- lecturers/professuri li qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza ma' ministri u/jew dipartimenti tal-gvern mill-fakultajiet ta' l-arkitettura u l- inġinerija, l-arti, l-ekonomija, management u accountancy, l-edukazzjoni, il-liġi u x-xjenza?", "Jista' l-Ministru jindika wkoll kull għalliem ma' liema ministeru/dipartiment qed jagħmel konsulenza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-informazzjoni mitluba qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fil-każ tal-fakulta' ta' l-arti, ġejt informat li l-ebda membru ta' din il-fakulta' ma jagħmel xogħol ta' konsulenza ma' ministri jew dipartimenti tal-gvern.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "10247.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel l-14 ta' Awissu, 1997 u kemm minnhom ġew ipproċessati xahar b'xahar s'issa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qabel l-14 ta' Awissu, 1997 kien hemm 4,958 applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Mill-14 ta' Awwissu, 1997 sal-4 ta' Diċembru, 1997 ġew deċiżi 2,160 applikazzjoni minnhom kif ġej:", "| |Numru |% |Total | | |ta' |mit-To|ta' | | |Applikaz|tal |Decizj| | |zjonijie|ta' |onijie| | |t |Decizj|t | | |Determin|onijie| | | |ati |t | | | |(Sottome| | | | |ssi | | | | |qabel | | | | |l-14 ta'| | | | |Awissu | | | | |1997) | | | |Awissu |395 |58.43%|676 | |(mill-14| | | | |ta' | | | | |Awissu | | | | |1997 'l | | | | |quddiem | | | | |) | | | | |Settembr|577 |89.5% |645 | |u | | | | |Ottubru |471 |74.64%|631 | |Novembru|618 |67.69%|913 | |Dicembru|99 |65.13%|152 | |(sa l-4 | | | | |tax-xaha| | | | |r ) | | | |", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi direttiva li tistipula li l-applikazzjonijiet li kienu daħlu qabel Awissu, 1997 jintefgħu lura u jiġu pproċessati wara applikazzjonijiet oħrajn?", "Qed ngħid dan għaliex hemm applikazzjonijiet li ilhom għand l-istess persuna tlieta jew erba' xhur u ma nafx jekk din hijiex direttiva ta' l-awtorita' jew inkella xi ħadd ħax l-poter f'idejh u ħoloq din is-sitwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, kif kont wegħedt lill-Onor.", "Mugliett - kien għamel l-istess allegazzjoni - ħadt l-inkarigu li nitkellem mad- direttur, li min-naħa tiegħu innega li hemm xi direttiva li dawk l- applikazzjonijiet li kienu pendenti qabel it-12 ta' Awissu jintefgħu lura u jiġu pproċessati wara applikazzjonijiet oħrajn.", "Barra minn hekk, meta ltqajt mal-case officers - din il-ġimgħa se jkolli laqgħa oħra magħhom - dawn ukoll qaluli li m'għandhom l-ebda struzzjonijiet biex jagħmlu hekk.", "GĦalhekk jekk kemm-il darba l-kollega tiegħi għandu xi informazzjoni dwar każijiet li ilhom weqfin ix-xhur għall-ebda raġuni partikolari, allura nistiednu jagħtini l-file number tagħhom ħalli nkun nista' ninvestigahom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naturalment il-file numbers m'humiex qegħdin hawnhekk pero' ngħaddihom lill-Ministru aktar 'il quddiem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, jiena naħseb li l-Onor.", "Galea għandu raġun f'dak li qed jgħid għaliex fuq ċerti files li nfetħu wara l-14 ta' Awissu hemm il-kelma \"priority\".", "GĦalhekk dawn qegħdin jiġu pproċessati b'aktar ħeffa u minħabba f'hekk dawk li daħlu qabel l-14 ta' Awissu qegħdin jibqgħu lura.", "Jiena nissuġġerixxi li jekk fid-DCC ikun hemm 20 applikazzjoni biex jiġu pproċessati, almenu għaxra minnhom għandhom ikunu applikazzjonijiet li daħlu qabel l-14 ta' Awissu.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nerġa' ntenni, Madam Speaker, li dan ġie miċħud mill- awtoritajiet tal-Planning Authority, pero' jiena noqgħod fuq il-kelma ta' sħabi l-membri ta' l-Oppożizzjoni u nwiegħdhom li nerġa' nindaga ħalli nara x'inhu jiġri.", "(Interruzzjonijiet) Anzi, jiena nirringrazzjakom u ngħid li m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn min japplika qabel u min applika wara ċertu data għax hija inġustizzja li xi ħadd jintefa' lura u ma jafx meta se jinqala' minn hemm.", "Jiena nirringrazzjakom talli qegħdin tiġbduli l-attenzjoni, ngħidilkom li diġa' kellimt lil min kelli nkellem u qaluli li dan m'huwiex minnu imma se nerġa' nara l-affarijiet kif inhuma.", "IKLIN - FTUĦ TA' KINDERGARTEN CENTRE", "10362.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Oralndo) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-proġett tal-ftuħ ta' kindergarten centre fl-Iklin, li kien mibdi mill-amministrazzjoni preċedenti, ġiex abbandunat?", "Jekk le, meta beħsiebu jinfetaħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-proġett ta' ftuħ ta' ċentru tal-kindergarten fl-Iklin ma ġiex abbandunat.", "Il-kuntratt mistenni jiġi ffirmat kmieni s- sena d-dieħla.", "STUDENTI BARRANIN - REVENUE", "10386.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega kif ir-revenue minn studenti barranin fl-1997 kien ta' ¥80,000 u għal din is-sena, skond l- estimi tal-budget, dan se jinżel għal ¥1,000?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-sors ewlieni ta' dħul minn studenti barranin kien jiġi minn tuition fees lill-iskola internazzjonali ta' l-Ingliż.", "Huwa ppjanat li fl-1998 l-iskola internazzjonali ta' l-Ingliż ma tibqax titmexxa taħt l-awspiċji tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Minħabba f'hekk ir-revenue mistenni jonqos.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Ma nafx jekk iniex sejjer żball imma jiena ħadt l-impressjoni li dawk kienu studenti barranin li qegħdin jitgħallmu fl- Universita' ta' Malta.", "GĦalhekk ma naħsibx li dawn kellhom x'jaqsmu ma' l- Iskola Internazzjonali ta' l-Ingliż.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-dħul li qiegħed jiżdied minn studenti barranin jidher taħt il-budget ta' l-Universita' u mhux se jkun bħala parti mill- general revenue tal-gvern.", "Dawk huma flus li jidħlu minn dawk l-istudenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż fl-iskola internazzjonali ta' l- Ingliż.", "Nista' ngħid ukoll li għaddejjin taħdidiet ma' l-Universita' biex dik l- iskola tibda titmexxa bħala joint project bejn id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u l-Universita' ta' Malta.", "PBS LTD. - ĦADDIEMA", "10284.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'karigi jeżistu fil-PBS Ltd u kemm hemm persuni f'kull kariga?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra lista ta' karigi li jeżistu fil-Public Broadcasting Services Ltd flimkien ma' l-għadd ta' persuni f'kull kariga.", "OPM - BOARD MEMBERS", "10285.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu, f'dak tal-Ministru mingħajr Portafoll fil- ministeru tiegħu u fis-segretarjati parlamentari li għalihom hu responsabbli u li ġew nominati fuq xi bord ta' xi kummissjoni, korporazzjoni, enti statali jew parastatali, kumpannija, kumitat jew korp ieħor li l-gvern għandu xi interess fih?", "Jista' għal kull persuna jindika l-korp relattiv, ir-remunerazzjoni li jirċievi mill-korp relattiv u jgħid ukoll min huma dawk il-persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u ma' ġew nominati mkien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qiegħed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - BOARD MEMBERS", "10286.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jaħdmu fis- segretarjat privat tiegħu u li ġew nominati fuq xi bord ta' xi kummissjoni, korporazzjoni, enti statali jew parastatali, kumpannija, kumitat jew korp ieħor li l-gvern għandu xi interess fih?", "Jista' għal kull persuna jindika l-korp relattiv ir-remunerazzjoni li jirċievi mill-korp relattiv u jgħid ukoll min huma dawk il-persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u ma' ġew nominati mkien?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-Sur Joe Zahra ġie nnominat biex jirrappreżenta lid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent fuq il-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ma tingħata ebda remunerazzjoni għal dan is-servizz.", "Ħadd mill-persuni l-oħra li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħi ma ġew nominati fuq xi bord jew kummissjoni, korporazzjoni, enti statali jew parastatali, kumitat jew korp ieħor li l-gvern għandu xi interess fih.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - BOARD MEMBERS", "10287.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u tas- segretarjat parlamentari li jaqa' taħtu u li ġew nominati fuq xi bord ta' xi kummissjoni, korporazzjoni, enti statali jew parastatali, kumpannija, kumitat jew korp ieħor li l-gvern għandu xi interess fih?", "Jista' għal kull persuna jindika l-korp relattiv, ir-rimunerazzjoni li jirċievi mill-korp relattiv u jgħid ukoll min huma dawk il-persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u ma' ġew nominati mkien?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħi li ġew nominati fuq xi bord huma kif se nsemmi:", "Joseph Mangani - Kumitat Premju Letterarju u Sussidji Bord tal-Matsec Kunsill tal-Universita' Kumitat Xogħol tas-Sajf Studenti Univ Kunsill Skolastiku tal-Liċeo Vassalli Bord ta' Scholarships Bord tal-Council of Europe Bursaries", "Godwin Pulis - Bord tal-Commonwealth Scholarships", "Philip Borg - Proġett Healthy Tuck Shop", "David Caruana - Kumitat Midweek School Development' Kumitat Wens fis-Sajf Kumitat Jum il-Wirt Ewropew Kumitat Bullying fl-iskejjel", "Rigward is-segretarjat privat tas-segretarju parlamentari, il-persuni li ġew nominati fuq xi bord ta' xi kummissjoni, etc. huma kif ġej:", "Paul Farrugia - Kumitat Festi Nazzjonali", "Ray Axisa - Kumitat Kanzunetta għall-Ewropa", "Andrew Buhagiar - Kumitat Kanzunetta għall-Ewropa Youth Specialization Studies Scheme", "Il-persuni msemmija ma jirċievu l-ebda rimunerazzjoni mill-kumitati relattivi.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jipparaguna t-tagħrif li qiegħed nagħti mat-tweġiba li tajt f'seduta Nru. 155 għall-mistoqsija parlamentari numru 10027.", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - BOARD MEMBERS", "10288.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il- persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u f'dak tas-segretarju parlamentari li għalih hu responsabbli u li ġew nominati fuq xi bord ta' xi kummissjoni, korporazzjoni, enti statali jew parastatali, kumpannija, kumitat jew korp ieħor li l-gvern għandu xi interess fih?", "Jista' għal kull persuna jindika l-korp relattiv, ir-rimunerazzjoni li jirċievi mill-korp relattiv u jgħid ukoll min huma dawk il-persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u ma' ġew nominati mkien?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ): Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - BOARD MEMBERS", "10289.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u li ġew nominati fuq xi bord ta' xi kummissjoni, korporazzjoni, enti statali jew parastatali, kumpannija, kumitat jew korp ieħor li l-gvern għandu xi interess fih?", "Jista' għal kull persuna jindika l-korp relattiv, ir- rimunerazzjoni li jirċievi mill-korp relattiv u jgħid ukoll min huma dawk il-persuni li jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u ma' ġew nominati mkien?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ħadd mill-membri tas-segretarjat tiegħi m'hu qiegħed fuq xi bord, eċċ, u li bis-saħħa ta' hekk jirċievi xi remunerazzjoni.", "DINGLI CLIFFS - TRANSMITTING/RECEIVING STATION", "10446.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-effett ta' l-operat/funzjonament tat-transmitting/receiving station li hemm fuq Dingli Cliffs fuq is-saħħa tar-residenti li jgħixu fl-irħula tal-viċinanza ta' l-istess station?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapport/studju fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Dan l-istudju qatt ma sar għaliex id-dipartiment tas-saħħa pubblika m'għandux ir-riżorsi neċessarji biex isir studju bħal dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Meta l-Ministru qed jgħid li qatt ma sar studju bħal dan, qiegħed jirriferi biss għat-transmitting/receiving station li hemm f'Had-Dingli jew qiegħed jirriferi wkoll għal stazzjonijiet oħrajn li jista' jkun hawn mifruxa mal-pajjiż?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni li għandi hija fuq dan l- istazzjon biss.", "Jista' jkun li hemm dipartiment ieħor li għandu dawn ir- riżorsi partikolari u t-testijiet jistgħu jsiru minn dak id-dipartiment.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux jew humiex qed isiru diskussjonijiet ma' xi dipartimenti oħrajn tal-gvern, jew ma' xi ħadd privat, biex isiru dawn it-tipi ta' testijiet?", "Qiegħed ngħid dan għaliex min-naħa tan-nies hemm ċerta biża', anke jekk din il-biża' tista' ma tkunx fondata.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena se nieħu nota tal-kummenti ta' l-Onor.", "Galea u nara jekk dawn it-testijiet li s'issa qatt ma saru jistgħux isiru minn dipartimenti oħrajn li għandhom l-apparat meħtieġ.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Kondoljanzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, huwa dejjem b'ċerta dieqa li tqum hawnhekk biex tagħti l-kondoljanzi lil xi ħadd mill-kollegi tagħna li jkun tilef lil xi ħadd mill-għeżież tiegħu.", "F'dan il-każ qed inqum biex f'isem din in-naħa tal-Kamra nagħti l-kondoljanzi lilek għall-mewt tal-mama' tiegħek Antonietta, li mietet f'eta' relattivament żgħira u wara marda pjuttost twila.", "Is-Sinjura Zammit ma kenitx figura pubblika imma kienet omm, bħal eluf ta' ommijiet oħra, li ħadmet b'dedikazzjoni biex trabbi familja - f'dan il- każ familja numeruża - u tagħti l-aħjar li tista' lil kull wieħed u waħda minn uliedha.", "Ħawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem lill- ommijiet kollha ta' Malta li jagħmlu dan ix-xogħol fil-kwiet u b'dedikazzjoni biex iwasslu lil uliedhom safejn missirijietna u ommijietna wasslu lilna.", "Irrid ngħid li jiena nħossha doppja li nitkellem fuq dawn l-affarijiet, speċjalment f'dan iż-żmien, meta suppost li kulħadd jistenna li jkollu ċertu ammont ta' ferħ imma jsib ma' wiċċu okkażjonijiet bħal dawn.", "Nixtieq li f'din l-okkażjoni wieħed jirrifletti dwar il-fatt li, 'l bogħod mid-dawl u mil-lenti ta' l-iskrutinju pubbliku, lkoll kemm aħna għandna l-ġenituri tagħna u l-familji tagħna, bil-problemi, bil-ferħ u bid-dwejjaq li wieħed isib f'kull familja.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat fit-tgeġwiġija tad-diffikultajiet proċedurali li għaddiet minnhom din il-Kamra, kont naf bl-inkwiet u l-istat ħażin ta' saħħet il-mama tiegħek, Madam Speaker, u f'dan l-isfond nista' nifhem iktar kemm kien diffiċli għalik illi twettaq dmirek b'mod ċar u bil- konċentrazzjoni meħtieġa.", "Naf ukoll bid-dedikazzjoni tiegħek u anke s- sagrifiċċju li għamilt biex wara l-ħin tal-Parlament taqsam lejn Għawdex u tmur tara lill-mama'.", "Madam Speaker, f'isem sħabi, nixtieq nagħtik il-kondoljanzi tiegħi u nixtieqek illi f'isimna tgħaddi l-istess kondoljanzi lill-papa tiegħek u lil ħutek kollha u nawguralkom li jkollkom il-faraġ li wieħed jittama li jkun hemm f'okkażjonijiet bħal dawn.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nistqarr illi f'okkażjonijiet bħal dawn inqum biex nitkellem b'ċertu dwejjaq għaliex, kif qal il-Viċi Prim Ministru, bħalissa ninsabu fi żmien fejn wieħed ikun qed jistenna ċertu ferħ.", "Din hija xi ħaġa li, fl-aħħar mill-aħħar, ilkoll irridu ngħaddu minnha, pero' sakemm ma tkunx waslet fuqna nkunu għadna nirriflettu fuq iċ- ċirkostanzi ta' ħaddieħor.", "Din hija t-tielet jew ir-raba' darba minn wara r-recess tas-sajf li qegħdin inqumu biex nagħtu l-kondoljanzi lil xi membru ta' din il-Kamra u f'dan il-każ, lis-Sinjorija Tiegħek.", "Din hija okkażjoni fejn kull wieħed minna jħoss illi għandu jesprimi s-solidarjeta' tiegħu miegħek, iktar u iktar, meta inti omm li tlift lil ommok.", "Ċertament illi kull wieħed minna jagħraf is-sehem, kif qal l-Onor.", "Vella, illi l-ġenituri tagħna jagħtu matul ħajjithom.", "Għalhekk filwaqt li f'isem l-Oppożizzjoni nagħti l-kondoljanzi tagħna lilek u lill-membri tal-familja kollha, huwa importanti li nirriflettu fuq ir-rwol tagħna, kemm dak pubbliku kif ukoll dak privat u dak personali.", "MADAM SPEAKER: Jiena nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra għas- sentimenti espressi.", "Ommi, bħalma ntqal, kienet omm li bħalha, għall- grazzja t'Alla, għad għandna ħafna f'Malta, li qatt ma ħasbet fiha nnifisha u l-ferħ tagħha kien fina.", "Nassigurakom li nwassal il-kondoljanzi tagħkom lil missieri u lil ħuti.", "Grazzi għal darb'oħra.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni li turi l-pożizzjoni fl-1 ta' Ottubru, 1997 ta' dwar il- membri nisa fuq bordijiet/kumitati maħtura mill-Gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10632;", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja taċ-ċirkolarijiet/memos maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali lill-Kunsilli Lokali matul Novembru, 1997, bi tweġiba bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1085; u", "f'isem il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 210 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' impjegati f'kull grad fid-Dipartiment tal- Mużewijiet matul is-snin bejn l-1995 u l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10576.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħqed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Audit Report and Financial Statements tal-kunsilli lokali, għas-sena li għalqet fil-31 ta' Marzu 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali għas-sena 1996 tal-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta; u", "Kopja tal-Memorandum u Articles of Association tal-Malta Freeport Corporation Ltd.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 209 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar Dolċifikanti li Jintużaw fi Ħwejjeġ ta' l-Ikel.", "MADAM SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Prim Ministru, nipproponi l- Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1997 biex jemenda l- Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku, Kap. 65\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1997 biex jemenda l-Att dwar ir-Regolament tat-Traffiku, Kap. 65\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMPANNIJI", "COMPANIES (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, xi xahar u nofs ilu kelli l-okkażjoni nżur il-Malta Financial Services Centre u żort b'attenzjoni partikolari r- Registrar of Companies li, kif wieħed jaf, f'dawn l-aħħar xhur ġie lokat fi ħdan l-MFSC inniffsu.", "Waqt li kont hemmhekk ġejt mgħarraf dwar l-għadd kbir ta' kumpanniji li għadhom ma ġewx konformi mal-ħteġijiet ta' l-Att dwar il-Kumpanniji ta' l- 1995.", "Fil-fatt l-istatistika turina li sa tmiem Novembru ta' din is-sena kien hemm biss 2,400 kumpannija li ppreżentaw dawk li jissejħu l-compliance documents tagħhom.", "Dan ifisser li sa tmiem Diċembru, li jaħbat tmiem il- perijodu transitorju, se jkollna madwar 8,000 kumpannija li għad iridu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.", "Meta l-MFSC ħa l-feedback mill- practitioners fil-qasam kummerċjali, sibna li għadd kbir minn dawn il- kumpanniji li ma rregolarizzawx il-pożizzjoni tagħhom huma kumpanniji fully operational, u dan il-fatt jagħmel il-problema iktar gravi u ta' iktar tħassib.", "Għaldaqstant illum qegħdin f'sitwazzjoni li jekk ma jiġġeddidx iż- żmien tranżitorju, hemm ċans tajjeb li dawn il-kumpanniji ma jilħqux jinnormalizzaw il-pożizzjoni tagħhom.", "Li kellna nimxu mal-liġi, Madam Speaker, dan ikun ifisser li dawn il- kumpanniji jiġu awtomatikament xolti bir-riżultat li legalment ma jkunux jistgħu joperaw iktar.", "Jekk nibqgħu nħarsu lejn din il-problema mill- aspett purament legalistiku, naraw li din hija ta' preokkupazzjoni anke għall-banek infushom.", "Fil-fatt il-banek lokali diġa' kitbu lill-corporate clients tagħhom li jekk ma jinnormalizzawx il-qagħda tagħhom sa tmien is- sena, teknikament id-diretturi mhux se jitħallew ikomplu joperaw il-company accounts tagħhom mal-banek.", "Kif jaf kulħadd, kumpannija xolta suppost tieqaf milli topera minnufih.", "F'ċirkostanzi bħal dawn suppost li l-bank accounts u anke l-faċilitajiet bankarji ta' din il-kumpannija jiġu ffriżati u d-diretturi ma jkollhomx dritt ikomplu jimmaniġġjaw l-affarijiet tal- kumpannija.", "Kieku kellu jiġri dan, ovvjament isir dannu kbir għall- commitments kuntrattwali u anke kummerċjali ta' dik il-kumpannija, inklużi l-kuntratti li jirregolaw l-impjieg, dawk li jissejħu employment contracts.", "Dan ikun ifisser li l-kumpannija xolta tgħaddi f'idejn il-likwidatur.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi l-MFSC ipprovat tieħu t-triq prattika, biex ngħid hekk, li biha ninċentivaw lil dawn il-kumpanniji biex jirregolarizzaw il- pożizzjoni tagħhom mingħajr ma tieħu dik l-azzjoni drastika li fil-fatt tippermettilha l-liġi.", "Ovvjament dan se nagħmluh biex nevitaw li noħolqu konsegwenzi u inċertezzi ekonomiċi bla bżonn li żgur ikollhom ripple effect negattiv fil-pajjiż kollu kemm hu.", "Għaldaqstant f'dawn iċ-ċirkostanzi tfasslu emendi għal-liġi biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni.", "L-emendi nfushom jikkonċernaw l-obbligi tal-commercial partnerships ifformati u reġistrati taħt il-Commercial Partnerships Ordinance qabel l-1 ta' Jannar, 1996.", "Ovvjament dawn jikkonċernaw ukoll it-time limit tagħhom, il-mod kif jistgħu jikkonformaw mal-liġi u wkoll il-konsegwenzi tan-non- compliance.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li l-liġi li qed nitkellmu fuqha ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1996 u bdiet tapplika għal min irreġistra minn dik id-data 'l quddiem iżda kellha żmien transitorju għal min irreġistra u ġie fformat qabel.", "L-għan tal-Gvern ta' dak inhar kien wieħed li jagħmel sens għaliex ried juża l-piena tax-xoljiment bħala stimolu, inċentiv jew deterrent biex dak li jkun jirregolarizza ruħu kemm jista' jkun malajr.", "Sfortunatament iżda r-riżultat mixtieq ma nkisibx, imma din m'hijiex xi issue partiġjana.", "Anzi nżid ngħid li fiċ-ċirkostanzi ta' dak inhar il- Gvern lagħab karta li fil-fehma tiegħi kienet karta li konna nilagħbu aħna stess kieku konna fil-gvern.", "Tajjeb li wieħed jgħid għalhekk li wara konsultazzjonijiet li saru ma' l-Oppożizzjoni se nressqu emendi permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi fejn ngħidu li biex tgħaddi riżoluzzjoni f'dan ir- rigward, kumpannija, minkejja l-provvedimenti tal-memorandum and articles tagħha, kulma għandha bżonn huwa maġġoranza tal-membri rappreżentati f'laqgħa li tissejjaħ apposta, u dan irrispettivament mix-shareholding percentage tagħhom u mingħajr ma japplikaw il-provvedimenti tal-quorum.", "Kif inhi l-liġi llum, din titlob li tibdiliet għal compliance għandhom isiru biss bil-kunsens tal-maġġoranza tal-partners, f'każ ta' partnership en nom collectif u en commandite u bil-kunsens ta' 51% jew iktar mix- shareholders f'każ ta' kumpannija.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li kumpannija li ma tinnormalizzax il-pożizzjoni tagħha sa tmiem is-sena ma tiġix xolta, għalkemm stajna ngħidu li tista' tiġi xolta.", "Qed ngħidu biss li tibqa' in eżistenza imma tiġi soġġetta għall-penali ta' ¥50.", "Bħala inċentiv biex dak li jkun jinnormalizza ruħu kemm jista' jkun malajr, qegħdin ngħidu wkoll li sakemm il-kumpannija tinnormalizza l-pożizzjoni tagħha din tkun soġġetta għall-penali ta' ¥2 kuljum.", "Qegħdin ngħidu wkoll li sakemm isiru l- compliance changes meħtieġa, ir-Registrar of Companies m'għandux jaċċetta li jirreġistra dokumenti ġodda li jistgħu jwasslu għal tibdil fid-dokumenti konstituttivi tal-partnerships kummerċjali.", "Dan qegħdin nagħmluh ukoll bħala deterrent biex dak li jkun l-ewwel jinnormalizza l-pożizzjoni tiegħu, iħallas il-penali, jekk hemm bżonn, u mbagħad jiġi pproċessat xi tibdil fid- dokumenti konstituttivi fil-partnerships li jista' jkollu.", "Jien nemmen li fiċ-ċirkostanzi l-Gvern qed joffri soluzzjoni sensibbli għal sitwazzjoni li hija inkwetanti u sitwazzjoni li jekk ma tiġix ikkontrollata tibqa' inkwetanti għal kulħadd.", "Nifhem ukoll li hemm qbil fis-sustanza ma' l- Oppożizzjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u nittama li nkunu nistgħu nirrapportaw progress fuqu ħalli qabel din il-Kamra tieqaf għar-recess tal-Milied inkunu nistgħu ngħidu li għaddejjnih mill-istadji kollha.", "Nerġa' ngħid, jiena naħseb li l-option li offriet l-MFSC hija option prattika biss, għalkemm diġa' sar ċertu abbokkament ma' l-Oppożizzjoni.", "Jekk ikun hemm xi suġġerimenti ulterjuri, apparti minn dawk li diġa' kellna feedback dwarhom, aħna lesti neħduhom in konsiderazzjoni għaliex nemmnu li liġi bħal din, jekk tiġi emendata. għandha tiġi emendata bil-kunsens ta' din il-Kamra.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, l-ewwelnett nixtieq ngħid li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni taqbel ma' l-ispirtu ta' dawn l-emendi pero' kemm jiena kif ukoll l-Onor.", "Joe Borg nixtiequ ngħaddu xi kummenti.", "Kif qal il-Ministru Brincat, ninsabu f'pożizzjoni fejn hemm madwar 8,000 kumpannija li baqgħu ma kkonformawx mal-liġi għaliex huma biss 2,400 li ppreżentaw il-compliance documents tagħhom.", "L-emendi li qegħdin nipproponu bażikament se jtawlu ż-żmien sakemm il-kumpanniji għandhom jikkonformaw ma' din il-liġi sa Marzu li ġej, u jekk imbagħad jibqgħu ma jikkonformawx jeħlu multa.", "Dan huwa aħjar milli kieku xxoljihom għaliex huwa veru wkoll li ma tistax xxolji kumpannija mingħajr ma jkollok effett negattiv fuq l- ekonomija, pero' nixtieq inkun informat għaliex l-MFSC jew il-Ministru jaħsbu li dan il-proporzjon enormi ta' kumpanniji reġistrati f'Malta baqgħu ma kkonformawx ma' din il-liġi.", "X'inhi d-diffikulta'?", "Forsi hemm xi kumpanniji li m'għadhomx joperaw u allura huma in name only?", "U jekk inhu hekk, għandna idea ta' kemm huwa dan il-proporzjon?", "Irrid ngħid li jiena qed nagħmel dawn il-mistoqsijet biex ma nerġgħux niġu xahrejn jew tlieta oħra u nsibu li jkollna xi 4,000 kumpannija li għadhom ma kkonformawx mal-liġi u rridu nikkonsidraw napplikawx il-multa.", "GĦalhekk jiena naħseb li jkun tajjeb li jitħejja rapport ibbażat fuq surveys ta' dawn il-kumpanniji stess biex naraw jekk dan huwiex frott ta' traskuraġni, għalkemm din hija daqsxejn diffiċli li wieħed jemminha.", "Wieħed irid jagħmel dan mhux biss għaliex il-pieni li hemm huma ta' ċertu piż, mhux biss għaliex ma tistax ixxolji kumpannija mingħajr ma jkollok effett negattiv, imma sabiex inkunu qegħdin nifhmu l-implikazzjonijiet ta' dak li qegħdin nagħmlu u r-raġunijiet għaliex għandna dan ir-riżultat.", "Jiena nistaqsi: Jista' jkun li s-sitwazzjoni ekonomika preżenti, li at best hija kajmana u at worst qegħdin f'riċessjoni, affettwat dan ir- riżultat?", "Wieħed irid jifhem li fiċ-ċirkostanzi li għandna bħalissa hemm diversi kumpanniji that are fighting for survival, u dan m'iniex qed ngħidu biex nieħu xi vantaġġ politiku imma għaliex ninsab inkwetat u mħasseb.", "Fis-settur tal-kostruzzjoni, per eżempju, hemm ħafna kumpanniji li qegħdin f'pożizzjoni kritika għaliex m'hu qed jidħlilhom l-ebda xogħol ġdid, speċjalment mis-settur privat.", "Diversi kumpanniji li jagħmlu l- għamara wkoll sabu ruħhom f'nuqqas serju ta' xogħol.", "Kumpanniji oħrajn li joffru ċerti servizzi u li meta l-ekonomija kienet qiegħda tespandi kienu qegħdin jikbru, issa li l-ekonomija m'għadhiex tespandi bir-ritmu li kienet qiegħda tespandi qabel, qegħdin isibu ruħhom f'diffikultajiet.", "Għalhekk qabel nikkontemplaw il-bidliet li għandna quddiemna, aħjar nirriflettu ftit u naraw x'inhu l-aħjar li jsir ħalli ma nerġgħux niffaċċjaw dawn l-istess problemi.", "Jiena naħseb li ma jistax ikollok threat akbar milli tgħid li l- kumpanniji jiġu xolti jekk ma jikkonformawx mal-liġi imma issa se nagħmlu threat finanzjarja.", "Jiena nistaqsi: Imma possibbli għandna 8,000 kumpannija hawn Malta li huma lesti jiffaċċjaw xoljiment biex ma jikkonformawx mal-liġi?", "Safejn naf jiena din il-liġi m'hijiex timponi affarijiet daqshekk diffikultużi jew daqshekk ta' burden fuq il-kummerċ tagħhom.", "U dawn il-mistoqsijiet qed nagħmilhom fi spirtu ta' koperazzjoni u biex forsi nifhmu aħjar x'inhi s-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "Għalhekk nistieden lill-Ministru biex meta jgħaddi għall-winding-up, jagħtina iktar informazzjoni u nissuġġerixxi li l-MFSC tikkonsidra li tagħmel rapport li jkun ibbażat mhux biss fuq ħsebijiet u fuq opinjonijiet imma wkoll fuq riċerka xjentifika.", "Dan m'hijiex xi ħaġa diffiċli biex issir u taf twassal lill-MFSC biex tkun iktar effiċjenti u biex tinkoraġġixxi l-kumpanniji li verament iridu jibqgħu joperaw sabiex la jidħlu f'diffikultajiet ta' xoljiment u wisq inqas f'diffikultajiet ta' pieni finanzjarji.", "Sur President, wieħed irid jittratta dan is-suġġett b'ċerta kawtela u b'mod li nkunu qegħdin nifhmu l-implikazzjonijiet kollha u, għalkemm naħseb li din l-emenda li ġiet proposta hija emenda sensibbli, forsi nistgħu nitkellmu fuqha iktar tard fl-Istadju tal-Kumitat.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, l-ewwelnett ta' min ifakkar li l-Att dwar il-Kumpanniji kien għadda bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u tista' tgħid li kien l-Att li ssiġilla l-financial services package.", "Niftakar li kien hemm numru ta' leġislazzjonijiet u dan l-Att kien dak li ħa l-aktar żmien biex ġie konkluż.", "Fil-fatt l-Istadju tal-Kumitat tiegħu għadda mill- Kumitat dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u mhux mill-Kumitat tal-Kamra kollha.", "Ta' min ifakkar ukoll - din il-Ministru diġa' għamel aċċenn għaliha - li l-perijodu li fih is-soċjetajiet kummerċjali kollha eżistenti kellhom jiġu in line ma' din il-liġi ġdida kien perijodu ta' sentejn li beda fl-1 ta' Jannar, 1996.", "Din l-idea li s-soċjetajiet kummerċjali eżistenti li ma jottemparawx ruħhom mal-liġi fil-perijodu mogħti jiġu xolti, dehret ukoll fl-Ordinanza dwar is-Soċjetajiet Kummerċjali ta' l-1962 fejn subartiklu (5) ta' artiklu 198 kien jgħid li:", "\"Jekk soċjeta' li għaliha dan l-artikolu jgħodd tonqos milli tħares id- dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu f'egħluq iż- żmien fih speċifikat, hija għandha, meta jtemm dak iż-żmien, awtomatikament tiġi maħlula u għandha tiġi stralċjata skond id- dispożizzjonijiet ta' din l-Ordinanza.\".", "Ta' min isemmi wkoll li din l-Ordinanza kienet ġiet fis-seħħ f'April ta' l- 1965 u s-soċjetajiet kummerċjali kellhom sat-30 ta' Ġunju 1966 biex jottemporaw ruħhom, jiġifieri sena u tliet xhur.", "Peress li dak iż-żmien in- numru ta' soċjetajiet kummerċjali kien ferm inqas minn dak tal-lum, ir- rimedju drastiku li jekk soċjeta' kummerċjali eżistenti ma tottemporax ruħa mal-liġi tiġi xolta, kien jagħmel sens.", "Dan il-Parlament ħaseb li din il- miżura se taħdem anke għas-sitwazzjoni tal-lum pero' l-fatti wrewna li fil- kultura Maltija l-affarijiet jitħallew għall-aħħar mumenti u minkejja l- fatt li l-kumpanniji ngħataw sentejn żmien, ħafna minnhom ma ħadux l- okkażjoni li jagħmlu t-tibdil neċessarju.", "Ftit kienu dawk is-soċjetajiet li għax riedu jieħdu l-benefiċċju tal-liġi l-antika sa l-aħħar mument, għamlu t-tibdil neċessarju, irreġistrawhom u qalu li dawn se jiġu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar.", "Il-bulk tal-kumpanniji litteralment baqgħu ma għamlu xejn sa l-aħħar xahrejn.", "Issa, wieħed irid japprezza li dan ix-xogħol ta' tibdil fl-istatut tas- soċjetajiet isir prinċipalment mill-awdituri, mill-avukati u mill- accountants, u allura ġie kkreat backlog enormi.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq 8,000 kumpannija li għadhom ma ottemporawx ruħhom mal-liġi u huwa fiżikament impossibbli li jsir it-tibdil kollu neċessarju ta' kull waħda minnhom u jiġu reġistrati f'xahrejn u mbagħad ir-Reġistratur tal- Kumpanniji jivverifika li t-tibdil li sar huwa dak rikjest mil-liġi u jirreġistrah.", "Irridu napprezzaw li l-pajjiż kien iffaċċjat b'sitwazzjoni li kienet tirrikjedi rimedju qabel ma jiskadi dan it-terminu ta' żmien għaliex ċertament li ħadd minna ma jrid jikkrea problemi għall-kummerċ Malti bix- xoljiment ta' dawn is-soċjetatjiet u kumpanniji kummerċjali.", "GĦaldaqstant aħna, min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, naqblu ma' dawn l-emendi u naqblu wkoll li għandu jingħata perijodu ta' xahrejn oħra qabel ma l-liġi tiġi in effect.", "Dan ifisser li fl-1 ta' Marzu, l-Att dwar il-Kumpanniji se jkun japplika għall-kumpanniji kollha eżistenti.", "Mela hawnhekk m'aħniex nitkellmu iżjed fuq xoljiment imma qegħdin nitkellemu fuq stat ta' fatt fejn l-Att dwar il-Kumpanniji se jkun japplika għall-kumpanniji kollha eżistenti, sew jekk ikunu għamlu t-tibdil neċessarju u sew jekk le.", "Nixtieq ngħid li jiena għall-ewwel kelli ftit dubju dwar dan għaliex ħsibt li jekk il-liġi tiġi in effect mingħajr ma dawn il-kumpanniji jkunu għamlu t-tibdil, jista' jkun li jkun hemm xi riperkussjonijiet li forsi m'aħniex qegħdin nirrealizzawhom, pero' fl-aħħar iddeċidejt li jkun aħjar li nagħmlu dan milli jkun hemm ix-xoljiment.", "Imbagħad jekk ikun hemm xi problemi allura wieħed jarahom meta jinqalgħu, għaliex huwa impossibbli li nipprevedu minn issa l-problemi kollha li jista' jkun hemm meta qegħdin nitkellmu fuq liġi li għandha 'l fuq minn 400 artiklu.", "Aħna naqblu wkoll li jekk fix-xahrejn żmien li s-soċjetajiet se jingħataw biex jikkonformaw mal-liġi jibqgħu ma jagħmlux dan, għandhom jeħlu multa ta' ¥50 u multa ta' ¥2 kuljum.", "Forsi wieħed jista' jgħid li l-figura ta' ¥2 m'hijiex tassattiva biżżejjed kieku kienet waħedha għaliex il-multa ta' ¥50 żgur li m'hijiex xi multa enormi.", "Imma hemm ukoll il-provvediment li jgħid li kwalunkwe dokument, kwalukwe riżoluzzjoni li l-kumpannija tkun trid tgħaddi ma jiġix aċċettat mir-Reġistratur tal-Kumpanniji qabel ma dik il-kumpannija tkun ikkonformat ruħha mal-liġi.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan jagħmel ħafna sens għaliex din il-kumpannija ma tkunx tista' tirreġistra tibdil fl-istatut tagħha u ma tkunx tista' tissottometti dokumenti - ħlief ċerti dokumenti li hemm eċċezzjoni għalihom - qabel ma tottempora ruħha mal- liġi.", "Għaldaqstant jekk dik il-kumpannija trid tibqa' miexja 'l quddiem, ikun fl-interess tagħha li tottempora ruħha mal-liġi kemm jista' jkun malajr u tħallas il-multa għaliex jekk din ma titħallasx, dak it-tibdil ma jiġix aċċettat.", "Ta' min isemmi wkoll li skond l-artiklu 325 ta' l-Att dwar il-Kumpanniji, il-Ministru għandu l-fakulta' li wara l-31 ta' Diċembru, 1998 jaqbad u jagħżel ċerti kumpanniji li jkunu kkonsidrati mejta sabiex dawn jiġu struck off mir-reġistru.", "GĦalhekk dan l-artiklu jipprovdi għall-hekk imsejħa defunct companies.", "Hawnhekk nixtieq nissuġġerixxi li flok ma nagħtu l- poter lill-ministru li jxolji kumpanniji mejta, ikun aħjar li jirriferihom lir-Reġistratur tal-Kumpanniji sabiex dawn jiġu wound up.", "Qed ngħid hekk għaliex jista' jkun li jkun hemm numru ta' kumpanniji li ma ottemporawx ruħhom mal-liġi u huma mejta pero' għandhom ċerti assi, u bil-provvedimenti ta' l-artiklu 325 dawk l-assi jispiċċaw għand il-Gvern.", "Huwa veru li hemm rimedji biex wieħed jipprova jevita dan pero' naħseb li jagħmel sens li f'dan l-eżerċizzju partikolari flok ma nużaw din l-arma ġdida għal Malta, ngħidu li l-ministru jirriferi lir-Reġistratur tal-Kumpanniji biex dan jibda l-proċedimenti għax-xoljiment tal-kumpannija hu.", "B'hekk, jekk ikun hemm kredituri, dawn jitħallsu u l-assi li jifdal jitqassmu bejn ix- shareholders flok ma jmorru għand il-Gvern.", "Sur President, aħna naqblu wkoll mal-provvediment li hemm fl-abbozz ta' liġi dwar dawk is-soċjetajiet kummerċjali li huma regolati mill-Controlled Companies (Procedures for Liquidation) Act, 1995 - fejn dawn kienu tħallew mill-provvediment tranżizzjonali dwar l-Att dwar il-Kumpanniji - u issa hemm provvediment apposta għalihom biex meta jispiċċaw minn dak il-proċess ikollhom żmien mogħti lilhom biex jottemporaw ruħhom mal-liġi l-ġdida minflok ma jsibu ruħhom iffaċċjati b'liġi li l-perjodu tranżizzjonali normali tagħha jkun skada u allura awtomatikament mill-ewwel ġurnata tibda tapplika l-liġi wara li jkunu ħarġu, biex ngħid hekk, minn din il-proċedura speċjali li hemm bis-saħħa ta' din il-liġi.", "Bħalma għamel l-Onor.", "Bonnici qabli, nixtieq nagħmel suġġeriment biex ir- Reġistratur tal-Kumpanniji jidħol f'eżerċizzju fejn lil dawn is-soċjetajiet kummerċjali jibgħatilhom notice li fiha jitlobhom informazzjoni dwar il- pożizzjoni tagħhom.", "Huwa veru li l-figura ta' 8,000 hija figura relattivament kbira pero' m'huwiex impossibbli li dan isir.", "Jista' jkun li xi kumpanniji ma jagħtu l-ebda informazzjoni u allura dan jista' jindika x'perċentwali minnhom huma mejta u liema huma dawk il-kumpanniji li jistgħu jagħmlu t-tibdil previst fil-liġi biex jiġu konformi mal-Companies Act.", "Ġaladarba għandna din l-emenda quddiemna, Sur President, nixtieq nieħu l- okkażjoni sabiex nissuġġerixxi li fl-Istadju tal-Kumitat ngħaddu wkoll ċerti emendi ta' natura kosmetika li jirriżultaw fil-prattika ta' din il- liġi biex ma jkunx hemm għalfejn wieħed jerġa' jagħmel abbozz ta' liġi li jinkorpora fih dawn it-tibdiliet.", "Ovvjament, jekk in-naħa tal-Gvern ikollha xi dubji dwar it-tibdil li se nissuġġerixxi, jiena m'iniex se ninsisti li jgħaddu.", "Ħafna minn dawn l-emendi huma dwar żbalji ta' cross- referencing u użu ta' kliem difettuż.", "Fl-aħħar mill-aħħar, qegħdin nitkellmu fuq liġi li hija voluminuża ħafna u allura bilfors li kultant żmien wieħed irid jagħmel dan il-polishing exercise biex, kemm jista' jkun, iżommha nadifa u fl-istess ħin miexja skond l-iżviluppi li jkun hemm minn żmien għal żmien.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien naħseb li l-mistoqsija li tqum waħedha hija dik li staqsew iż-żewġ kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra, jiġifieri x'ġara eżattament biex kellna din in-non-compliance.", "Huwa diffiċli li din il-mistoqsija tweġibha fi tweġiba waħda, biss jidher ċar li hawnhekk għandna eżempju tipiku ta' kemm f'dan il-pajjiż m'għandniex kultura ta' compliance.", "Din hija xi ħaġa li taraha f'diversi oqsma; din taraha anke fil-mod li bihom jiġu adhered to ċerti regolamenti tat-traffiku u liġijiet sbieħ, liġijiet li fuq il-karta kulħadd jaqbel magħhom imma meta niġu biex nattwawhom insibu diffikulta' ta' compliance min-naħa ta' l- individwi.", "Jien naħseb li hawnhekk għandna każ tipiku tan-nuqqas ta' kultura li teżisti fil-compliance, anke fir-rigward tal-kumpanniji konċernati, u dan iżjed u iżjed meta l-Companies Act hija liġi pjuttost ġdida.", "Anzi jiena ngħid li ħafna kumpanniji, anke kumpanniji ta' ċertu daqs u ċerta serjeta', fl-ebda stadju għadhom ma flew l-implikazzjonijiet ta' dan l-Att inniffsu.", "Dan huwa ħażin u naħseb li huwa importanti li kull kumpannija tirregolarizza ruħha ma' l-implikazzjonijiet tal-liġi nnfisiha, hu x'inhu d- daqs u hi x'inhi l-għamla tagħha.", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni saru żewġ suġġerimenti li naħseb li għandna nilqugħhom mingħajr riżervi ta' xejn.", "L-ewwel suġġeriment kien li jsir xi forma ta' rapport.", "GĦalkemm issa m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq każ ta' xoljiment għaliex il-liġi kif se tkun emendata m'hijiex se tikkontempla xoljiment as such, naħseb li l-fatt li jkollok 76% tal-kumpanniji li ma ġewx in order minkejja l-ħafna tbeżbiżiet ta' xoljiment, jirrikjedi xi forma ta' studju, analisi jew rapport min-naħa ta' l-MSFC.", "Nista' ngħid li meta żort l-MSFC, jiena stess kont użajt il-karta tax-xoljiment, l-istess kif kien qiegħed jagħmel il-Gvern ta' qabel, imma jidher ċar li l- kumpanniji Maltin huma immune għal dawn it-tip ta' tbeżbiżiet.", "Jiena naħseb li deep down kienu qegħdin jgħidu li għalkemm konna qegħdin nhedduhom bix-xoljiment, fl-aħħar mill-aħħar ma konniex se niġu f'sitwazzjoni katastrofika u nxolju daqstant kumpanniji.", "Għalhekk naħseb li xejn xejn, jekk mhux bħala post-mortem imma anke għall-benefiċċju biex inkunu nistgħu nħarsu 'l quddiem b'lenti differenti, ikun tajjeb jekk l- MFSC tilqa' l-istedina ta' din il-Kamra li tħejji rapport li fih tagħti ftit background u tgħid x'seta' kien li wassal għal din is-sitwazzjoni.", "Ikun tajjeb li l-MFSC tagħmel speċi ta' analisi ħalli naraw kemm minn dawn il-kumpanniji huma kumpanniji fully operational, kemm minnhom huma dormant u kemm minnhom qegħdin fit-triq tan-nofs jew fit-triq tal-limbu.", "L-Onor.", "Borg issuġġerixxa li jintbagħtilhom avviż, u jiena naħseb li din hija ħaġa prattika.", "Illum qegħdin fil-computer age, jiġifieri li wieħed jibgħat mail shot hija xi ħaġa mill-inqas problematika u jkun tajjeb li ssir għax mill- feedback li jkollhom l-MFSC tkun tista' tikkanalizza t-tip ta' responses li jista' jkollha mill-komunita' kummerċjali Maltija.", "Għaldaqstant naċċetta formalment dawn iż-żewġ suġġerimenti u nitlob lill-MFSC biex jieħdu nota tagħhom ħalli jkunu jistgħu jattwawhom fil-ġranet li ġejjin.", "Jiena m'għandi l-ebda riżervi għall-emendi li l-Onor.", "Borg jixtieq iressaq fl-Istadju tal-Kumitat sakemm dawn ikunu emendi li t-tekniċi jkunu f'pożizzjoni li jirreaġixxu għalihom waqt is-seduta nnifisha.", "Dan hu li kelli xi ngħid f'dan l-istadju, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawl favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nitlob il-permess sabiex il-Kamra tgħaddi għall-Istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kulma għandna huma xi tibdiliet żgħar u ma naħsibx li hemm għalfejn inlaqqgħu l-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi imma jsir Kumitat tal- Kamra kollha.", "Fil-fatt diġa' saru konsultazzjonijiet ma' l-Oppożizzjoni dwar dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra issa tirriżolvi ruħha f'Kumitat.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 428 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 428 of the principal Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, klawsola 2 qiegħda temenda l-artiklu 428 ta' l-Att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, se nirriferi biss għal xi tibdiliet fit- test Ingliż għaliex jidher li t-test Malti huwa tajjeb.", "Fis-subartiklu (14) tal-paragrafu (c) tal-klawsola 2, wara l-kelma \"Act\" hemm bracket żejjed.", "Imbagħad fis-subartiklu (15), fis-seba' linja, fejn għandek \"... by virtue of subsection (14) of this section is paid, ...\", din trid tiġi \"... by virtue of subsection (14) of this section are paid, ...\"", "Iżjed 'l isfel, il-wording ta' dan is-subartiklu huwa komplikat ħafna.", "Jien qed nissuġġerixxi li jiġi jaqra hekk:", "(15) Notwithstanding the provisions of paragraph (d) of subsection (1) of section 401 of this Act, until such time as the instrument or resolution, or a copy thereof, giving effect to the changes necessitated by virtue of subsection (4) of this section is delivered to the Registrar for registration, and until such time as any penalties that may be incurred by virtue of subsection (14) of this section are paid, the Registrar shall not retain and register : -", "(i) in the case of a company, any resolution, notice, return or other documents required to be registered under this Act, other than any resolution, notice, return or other document required to be delivered to the Registrar in terms of the provisions of Title II of Part V and of sections 122, 146, 183 and 184 of the Act;", "(ii) and in the case of any other commercial partnership any instrument giving effect to any alteration or addition to the deed of partnership.", "Fl-opinjoni tiegħi, hekk tiġi tinqara b'mod iżjed feliċi.", "Fuq din il- klawsola daqshekk għandi xi ngħid.", "Jekk dan it-tibdil jiġi aċċettat nistgħu mmexxu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, jien personalment ma nsibx diffikulta' li nipproċedu kif qed jissuġerixxi l-Onor.", "Borg.", "(Interruzzjonijiet) Forsi jkun aħjar li nissospendu l-kumitat għal ftit minuti sakemm nikkonsulta ruħi.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba għal sospensjoni.", "Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Fis-7.25 p.m. il-Kumitat kien sospiż u rriżuma għaxar minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, wara l-intervent tan-naħa l-oħra għal klawsola 2 qiegħed nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Il-paragrafu (c) tal-klawsola 2 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fit-test Ingliż tas-subartikolu (14) li hemm fiha, minflok il- kliem \"of this Act)\" għandhom jidħlu l-kliem \"of this Act\"; u", "(b) fis-subartikolu (15) li hemm fiha:", "(i) minflok il-kliem \"is paid\" fit-test Ingliż tagħha, għandhom jidħlu l-kliem \"are paid\";", "(ii) minflok il-kliem \"iżomm u jirreġistra\" għandhom jidħlu l-kliem \"iżomm u jirreġistra:\" u", "(iii) minflok il-kliem minn \"xi riżoluzzjoni, avviż jew prospett meħtieġ\" sal- kliem \"fl-att tas-soċjeta'\" għandhom jidħlu l-kliem \"xi riżoluzzjoni, avviż, prospett jew dokument ieħor meħtieġ li jkun reġistrat taħt dan l-Att, ħlief għal xi riżoluzzjoni, avviż, prospett jew dokument li jkun meħtieġ li jiġi konsenjat lir- Reġistratur skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tat-Taqsima V u ta' l-artikoli 122, 146, 183 u 184 ta' dan l-Att; u fil-każ ta' xi soċjeta' k ummerċjali oħra xi strument li jkun jagħti seħħ għal xi bdil jew żieda fl-att tas-soċjeta'.\".", "\"A\" Paragraph (c) in clause 2 shall be amended as follows:", "(a) in the English text of subsection (14) therein, for the words \"of this Act)\" there shall be substituted the words \"of this Act\"; and", "(b) in subsection (15) therein:", "(i) in the English text, for the words \"is paid\" there shall be substituted the words \"are paid\";", "(ii)for the words \"shall not retain and register\" there shall be substituted the words \"shall not retain and register:\" and", "(iii)for the words from \"any notice, return or other document\" to the words \"deed of partnership\" there shall be substituted the words \"any resolution, notice, return or other document required to be registered under this Act, other than any resolution, notice, return or other document required to be delivered to the Registrar in terms of the provisions of Title II of Part V and of sections 122, 146, 183 and 184 of this Act; and in the case of any other commercial partnership any instrument giving effect to any alteration or addition to the deed of partnership.\".", "Sur President, issa għandi emenda oħra li l-Oppożizzjoni suppost diġa' għandhom kopja tagħha.", "\"B\" Minflok il-paragrafu (c) ta' l-artikolu 10 li hemm fil-paragrafu (b) tal-klawsola 2, għandu jidħol il-paragrafu (c) li ġej:", "\"(c) fil-każ ta' kumpannija, minkejja kull ħaġa li tinstab fil- Memorandum jew l-Istatut tagħha, permezz ta' riżoluzzjoni mgħoddija f'laqgħa ġenerali msejħa għal dak il-għan, b'maġġoranza tal-membri rappreżentati fil-laqgħa u li jivvutaw, u kull dispożizzjoni dwar quorum f'dik il-laqgħa ma għandhiex tapplika.\".", "\"B\" For paragraph (c) of section 10, in paragaraph (b) of clause 2, there shall be substituted the following paragraph (c):", "\"(c) in the case of a company, notwithstanding anything contained in its Memorandum or Articles, by means of a resolution passed by the majority of members represented and voting thereat, and any provision relating to the quorum of members at that meeting shall not apply.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Nistqarr li din it-tieni emenda ma kontx naf biha.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dik l-emenda għamilniha b'konsultazzjoni ma' l-Onor.", "Dalli l-ġimgħa l-oħra.", "ONOR.", "JOE BORG: B'dan li qegħdin ngħidu hawnhekk, jekk jissejjaħ general meeting u f'dan il-meeting ikun hemm preżenti 20 membru u 11 minnhom jivvotaw favur ir-riżoluzzjoni, din se tgħaddi minkejja l-fatt li jista' jkun il-każ li dawk ikunu jirrappreżentaw biss 5% tal-voting power.", "(Interruzzjonijiet) Jista' anke jkollok kumpanniji b'żewġ shareholders biss, kull wieħed b'50% sehem - minn dawn għandna ħafna - u f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejniethom se jkollok il-problemi, minkejja l-emenda kif proposta; mentri kif kienet qabel, kienet immirata biex issolvi din il- problema.", "(Interruzzjonijiet) Jekk indaħħlu: \"either a majority of the members or 50% of ....\".", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, naħseb li nistgħu nilqgħu l-proposta ta' l-Onor.", "Membru u għaldaqstant nitlob il-permess tal-Kumitat biex nirtira l- emenda \"B\".", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata u l-emenda \"B\" ġiet irtirata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, qed inressaq din l-emenda għal klawsola 2:", "\"C\" Minflok il-paragrafu (c) ta' l-artikolu 10 li hemm fil-paragrafu (b) tal-klawsola 2, għandu jidħol dan li ġej:", "(c) fil-każ ta' kumpannija, minkejja kull ħaġa li tinstab fil- Memorandum jew l-Istatut, permezz ta' riżoluzzjoni mgħoddija f'laqgħa ġenerali msejħa għal dak il-għan minn -", "(i) ħamsin fil-mija tal-membri rappreżentati fil-laqgħa u li jivvotaw; jew", "(ii) għadd ta' membri li jkollhom bejniethom mhux anqas minn ħamsin fil-mija tal-valur nominali ta' l-ishma rappreżentati f'dik il-laqgħa u li jivvotaw;", "u kull dispożizzjoni dwar quorum f'dik il-laqgħa ma għandhiex tapplika.\".", "\"C\" For paragraph (c) in section 10 in paragraph (b) in clause 2, there shall be substituted the following:", "\"(c) in the case of a company, notwithstanding anything contained in the Memorandum or Articles, by means of a resolution, passed by a general meeting of the company called for the purpose, by -", "(i) fifty per cent of the members represented at the meeting and voting; or", "(ii) a number of members having between them not less than fifty per cent of the nominal value of the shares represented at that meeting, and voting thereat;", "and any provision relating to the quorum of members at that meeting shall not apply.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem.con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"C\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 431 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment to section 431 of the principal Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 3:", "\"D\" Minflok il-kliem \"wara li jgħaddi dak il-perjodu ta' sitt xhur.\" fil- paragrafu (d) li hemm fil-paragrafu (b) tal-klawsola 3, għandhom jidħlu l- kliem \"wara l-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha jkun skada dak il-perjodu ta' sitt xhur.\".", "\"D\" For the words \"lapse of the said period of six months\" in paragraph (d) in paragraph (b) of clause 3, there shall be substituted the words \"31st December of the year in which the said period of six months would have lapsed.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex nipproponi t-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji.\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE BORG: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet darba u għadda.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Madam Speaker, nixtieq ninforma lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvidimenti Speċjali dwar Proċeduri Quddiem Qrati għadda mill-Istadju tal-Kumitat, b'emenda waħda.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JAGĦMEL PROVVEDIMENTI SPEĊJALI DWAR PROĊEDURI QUDDIEM QRATI", "JUDICIAL PROCEDURES (SPECIAL PROVISIONS) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq it-Tielet Qari ta' dan l- Abbozz ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar Ċerti Proċeduri Quddiem Qrati\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar Ċerti Proċeduri Quddiem Qrati\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta 16 ta' Diċembru, 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar tibdil fil-Memorandum and Articles of Association tal- kumpannija Air Malta.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu magħha - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - it-Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni; u", "Xi agenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "---------------------------", "Abbozz ta' Liġi biex jirregola t-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, meta f'din il-Kamra konna qegħdin niddiskutu l-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma kellix iċ- ċans nesprimi l-opinjoni tiegħi fuq materja li nħoss li hija importanti ħafna.", "Qiegħed nirriferi hawnhekk għall-problema taċ-child labour.", "Din hija problema li f'pajjiżi barranin hija allarmanti ħafna u l-istess nista' ngħid għal pajjiżna.", "Mill-korrispondenza li jkun hemm f'diversi gazzetti, joħroġ ċar li hawn Malta għandna ċ-child labour ukoll.", "U meta nitkellem dwar child labour ma nkunx qiegħed nirriferi għal dawk it-tfajliet u l- ġuvintur li jkunu waslu biex jagħlqu s-16-il sena, jiġifieri jkunu se jidħlu fid-dinja tax-xogħol, imma nkun qiegħed nirriferi għal dawk it-tfal żgħar li jmorru jaħdmu - u allura jitilfu l-iskola - minħabba f'xi commitments li jkollhom anke f'eta' daqshekk żgħira.", "Jista' jkun li dawn joħorġu jaħdmu minħabba r-regħba tal-ġenituri li jippreferu jtellfulhom l-iskola biex ikunu jistgħu jaqilgħu xi ħaġa tal- flus u hekk jikkumplimentaw l-income ta' dik il-familja.", "Jista' jkun ukoll li jkunu waqgħu fil-vizzju tad-droga u allura jaċċettaw xogħlijiet li ma jkunux mħarrġa għalihom u fejn jingħataw pagi verament baxxi.", "Jiddispjaċini ngħid li jiena kemm-il darba nara tfal jaħdmu jew jiġru fit- toroq.", "Jiena naħseb li mhux qed ikun hemm għassa biżżejjed mill-ispetturi tal-Korporazjzoni għax-Xogħol u Taħriġ sabiex jaraw li dan l-abbuż jinqata' immedjatament u ma nħallux li tfal f'eta' daqshekk żgħira jidħlu fil-kamp tax-xogħol.", "Ftit ta' żmien ilu d-Dipartiment ta' l-Edukazjzoni ħareġ ċirkolari rigward il-policy dwar permessi biex tfal iħallu l-iskola qabel ma jagħlqu s-16-il sena.", "Permessi bħal dawn jingħataw biss jekk ikun hemm raġunijiet validi bħal, per eżempju raġunijiet ta' saħħa.", "Irrid ngħid li għalkemm jiena għandi rispett kbir lejn it-tobba, wisq nibża' li kultant iċ- ċertifikati tal-mard joħorġu b'mod abbużiv.", "GĦalhekk nappella lit-tobba biex ikunu daqsxejn ebsin fil-ħruġ taċ-ċertifikati tal-mard lil tfal li jmorru l-iskola biex kemm jista' jkun ma jiġux sfruttati fil-kamp tax- xogħol b'detriment għal saħħithom u wkoll għall-mentalita' psikoloġika tagħhom.", "Jekk wieħed isegwi ftit il-kawżi dwar tfal li ma jattendux l- iskola, malajr jinduna li dawn qegħdin jiżdiedu kull sena.", "L-iskuża li t- teachers iġibu hija li dawn ma jattendux għax jibagħtu ċ-ċertifikat tat- tabib.", "GĦalhekk nixtieq nappella lill-head-teachers sabiex jagħmlu laqgħat għall-ġenituri fejn jittrattaw dan l-argument bit-tama li jekk xi wħud minnhom qegħdin jabbużaw minn uliedhom billi jibgħatuhom jaħdmu meta suppost li qegħdin l-iskola, dan ma jibqgħux jagħmluh.", "Fl-1 ta' Jannar, 1998 il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali wiegħed li se jidħlu in vigore ċerti regolamenti ̧ fejn fost oħrajn jingħad:", "\"Employers must ensure that the work assigned to young people is not beyond their physical or psychological capability and that they are properly trained and supervised at work.\".", "Qiegħed jingħad ukoll li hemm ċerti regolamenti li se jiġu nforzati b'mod li tfal taħt l-eta' ma jkunu jistgħu jiġu mpjegati għall-ebda raġuni.", "Nixtieq issa nitkellem dwar dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel sekondarji jew tekniċi sempliċement biex isaħħnu s-siġġu.", "Hawn studjużi li kitbu fuq tfajliet li jmorru l-iskola sempliċement għall-gost li jiltaqgħu ma' sħabhom u biex jiffrankaw il-faċendi tad-dar.", "X'se nagħmlu bihom dawn it-tfal li ma jridux jitgħallmu l-iskola?", "Mir- rapport tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena li għalqet f'Ottubru, 1997 insibu li kien hemm 733 persuna li kienu qegħdin jitħarrġu f'diversi snajja', li minnhom 690 huma ġuvintur.", "Dan ifisser li tfajliet kien hemm biss 43.", "Hawnhekk jiena nħoss li għandi nistaqsi: Il- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qiegħda timmira dawn il-korsijiet tas- snajja' għat-tfajliet ukoll, jew qiegħda tagħmilhom apposta għall-irġiel biex lit-tfajliet inħalluhom bħala factory girls?", "Jien nibża' li mhux qegħdin naħdmu biżżejjed f'din il-linja għaliex lit-tfajliet qegħdin inħarrġuhom biss għal xogħol ta' fabbriki, li ħafna drabi jista' jkun ta' detriment għal saħħithom.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan m'huwiex sewwa imma nħoss li għandna nħarrġuhom fi snajja' li huma tajbin kemm għall- irġiel kif ukoll għan-nisa.", "Dan l-aħħar, fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari, il-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali qal li l-eżamijiet tas-City and Guilds kważi saru absolete fl-Ingilterra u f'ħafna pajjiżi oħra.", "Allura għalfejn għandna nġiegħlu lit-tfal jistudjaw suġġetti tas-City and Guilds meta dawn huma obsolete u ma jiswew assolutament għal xejn?", "Jien naħseb li dan m'għandux ikun għax jekk dawn huma obsolete għall-Ingilterra huma wkoll obsolete għalina.", "Is-settur turistiku huwa settur li jiġġenera ħafna xogħol u huwa settur li jistgħu jiġu mpjegati fih ħafna ħaddiema nisa.", "M'iniex qed ngħid li dawn se jmorru jagħmlu d-dirty work ta' kull lukanda, imma jeħtieġ li f'dan is-settur indaħħlu ammont sostanzjali ta' ħaddiema nisa biex jikkontribwixxu għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ta' min jgħid li l-Institute of Tourism Studies m'huwiex jaċċetta studenti li ma jkollhomx biżżejjed kwalifiki.", "Jiena nistaqsi: Jekk fl-Universita' jagħtu ċans lil persuni ta' ċerta eta' li jattendu korsijiet anke jekk ma jkollhomx kwalifiki biżżejjed, għaliex fl-ITS m'għandux isir hekk ukoll?", "Jiena nixtieq li dan is-suġġeriment jittieħed bis-serjeta' għaliex is-settur turistiku huwa settur li fih jistgħu jaħdmu ħafna tfajliet.", "Għalhekk kemm il- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kif ukoll istituzzjonijiet oħra bħalma hu l-Institute of Tourism Studies għandhom jagħmlu minn kollox biex jagħtu taħriġ bħal dan.", "Ħaġa oħra li qegħdin nisimgħu dwarha hija l-prostituzzjoni fost tfajliet taħt l-eta'.", "Din ukoll hija child labour u qed narawha anke hawn Malta, u minkejja li għandna l-White Slave Traffic (Suppression) Ordinance, xorta waħda għandna tfajliet ta' eta' żgħira li qegħdin jiġu abbużati sesswalment.", "GĦalhekk nappella lill-Pulizija u lill-awtoritajiet kollha konċernati biex fejn tidħol il-prostituzzjoni, speċjalment meta jkunu nvoluti tfal taħt l-eta', issir sorveljanza stretta.", "GĦandhom ukoll jittieħdu l-passi kollha neċessarji kontra dawk li jħajru lil dawn it- tfajliet taħt l-eta' għall-prostituzzjoni ħalli din il-ħaġa tant ta' mistħija tinqata' minn ġewwa pajjiżna darba għal dejjem.", "Dan qed ngħidu għax kemm-il darba qrajna dwar każijiet fejn tfal taħt l-eta' jiġu abbużati sesswalment.", "Għalhekk għandna anke noħolqu kuxjenza nazzjonali dwar din il-ħaġa biex ma jiġrilniex bħal pajjiżi oħrajn.", "Madam Speaker, qabel nagħlaq nixtieq nagħmel appell ieħor sabiex l- ispetturi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, issa li ġejjin il-festi tal-Milied, jagħmlu spezzjonijiet fir-ristoranti biex jaraw min qiegħed iħaddem tfal taħt l-eta'.", "Ħafna drabi dawn ikunu qegħdin jagħmlu d-dirty work f'xi kamra fuq ġewwa għal ftit flus, u dan huwa ħażin.", "Nispera li dan l-appell tiegħi jiġi mismugħ min-negozjanti li jħaddmu lil tfal taħt l- eta' biex dawn l-abbużi jinqatgħu darba għal dejjem.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħed joħroġ ċar li l-Partit Laburista fil-gvern għaddej minn kriżi soċjali u anke politika.", "U jekk wieħed iħares ftit lejn dak li seħħ fil- Parlament fil-ġranet tal-budget ftit ġimgħat ilu malajr jikkonferma dan.", "L-Onor.", "Lino Spiteri f'\"The Sunday Times\" tat-30 ta' Novembru kien kiteb li f'stiwazzjoni fejn il-finanzi tal-gvern u tal-korporazzjonijiet parastatali huma mwiegħra għandna naslu biex naċċettaw li jitnaqqsu s- sussidji għall-poplu in ġenerali, iżda m'huwiex sew li jintlaqtu wkoll dawk li huma minn taħt.", "Jiena naqbel perfettament ma' dan iżda għan-New Labour dawk fil-bżonn huma biss il-koppji li d-dħul tagħhom huwa inqas minn Lm35 fil-ġimgħa u l-persuni waħedhom bi dħul ta' inqas minn Lm26 fil-ġimgħa.", "Dawn huma t- thresholds ta' dawk li se jiġu eżentati mit-tariffi l-ġodda ta' l-ilma, ta' l-elettriku u tas-servizz tad-drenaġġ.", "Skond l-economic survey, l-iktar wieħed riċenti, l-inqas paga f'pajjiżna tul dawn l-aħħar snin telgħet għal Lm50 fil-ġimgħa.", "Jiġifieri meta l-Gvern fassal dawn it- thresholds ma kellux ħila jaħseb f'dawk il-ftit li għad għandhom il-paga minima, jiġifieri dawk li għandhom Lm42 fil-ġimgħa biss.", "Meta n-New Labour introduċa l-ħlas ta' 50c fuq kull riċetta ta' mediċini, la eżenta lil madwar 400 persuna li huma intitolati għall-karta r- roża minħabba d-dħul finanzjarju baxx u lanqas lit-72,000 persuna li huma ntitolati għall-mediċini b'xejn minħabba mard kroniku.", "Naħseb li dawn m'humiex jieħdu mediċini b'xejn b'xi kapriċċ.", "Fost dawn it-72,000 persuna b'mard kroniku li huma ntitolati għall-mediċini b'xejn, insibu 4,500 li jbatu bl-iskiżofrenija.", "Anke dawn issa jridu jerfgħu l-piż tal-problemi finanzjarji li għandu pajjiżna!", "Hemm ukoll 2,500 persuna li jbatu bil- kanċer u 1,500 li jbatu bl-aċċessjonijiet, fosthom ħafna tfal.", "Hemm każi oħra li wieħed jista' jsemmi imma jiena qed insemmi dawn biex nuri li l- miżura li ħa l-Gvern laqtet ukoll lin-nies l-iktar batuti.", "Madam Speaker, irrid ngħid ukoll li għall-iċken, l-eqdem u l-ikreħ karozza wieħed irid iħallas Lm22 fis-sena aktar f'liċenzji u ħlasijiet oħra.", "Biex wieħed imur sa Catania jrid iħallas Lm6 aktar bħala passenger service charge għax minn Lm4 tellgħuha għal Lm10 tkun liema tkun id- destinazzjoni.", "Jiġifieri m'hemmx differenza bejn wieħed li se jmur sa Catania, għax s'hemm jaffordja li jmur, u ieħor li huwa f'sitwazzjoni finanzjarja ferm aħjar u jmur sa l-Amerka.", "Dan għaliex it-taxxa li tpoġġiet fuq is-safar ma tagħmilx distinzjoni bejn destinazzjoni u oħra.", "Dan wieħed irid jinkwadrah ukoll mal-fatt li kienu għolew il-biljetti għal min irid imur Għawdex għal vaganza.", "Ta' min jgħid li ż-żiediet fid-dazju tas-sisa fuq spirti, sigaretti u nbid huma deterrent kontra l-mard u jiena naqbel magħhom, pero' ma nistax ngħid l-istess għaż-żieda fil-prezz tal-pitrolju.", "Jekk il-Gvern ried inaqqas l- użu ħażin tal-pitrolju jmissu kompla jagħmel bħalma kien jagħmel il-Gvern Nazzjonalista, jiġifieri jressaq lil min iħallat il-pitrolju mad-diesel quddiem il-qorti.", "Dan barra l-fatt li kien hemm ukoll kontroll fuq l- ammont ta' pitrolju li jinbiegħ.", "Fil-fatt kien hemm il-ftehim li l-ammont ta' pitrolju li jinbiegħ minn sena għall-oħra ma jiżdiedx.", "Jiġifieri ma kienx hemm għalfejn insallbu lil dawk li baqgħu dipendenti fuq il-pitrolju biex isajru u jsaħħnu d-djar tagħhom.", "Min se jaqleb fuq il-gass jew fuq l- elettriku xorta se togħlilu l-ispiża għaliex sew il-gass kif ukoll l- elettriku għolew bil-miżuri li ttieħdu f'dan il-budget.", "Dawn il-miżuri fiskali ntiżi biex inaqqsu l-ispiża pubblika, kif ukoll il-konċett tal- privatizzazzjoni, huma politika tal-lemin bħal dik li kienet tmexxi Thatcher.", "M'ilux kont qiegħed naqra ktieb li sibt fil-librerija ta' dan il- Parlament bl-isem ta' \"The Government and Politics of Britain\" miktub minn John Macintosh li, fost oħrajn, qiegħed jgħid:", "\"Inflation and unemployment are often treated as alternative evils, but in the 1980s we have both.\".", "Hawnhekk John Macintosh jgħid li l-inflazzjoni u l-qgħad normalment huma ttrattati mill-politiċi u mill-ekonomisti bħala alternattivi li huma ħżiena u allura wieħed jagħżel waħda jew l-oħra iżda fis-snin tmenin fl-Ingilterra kellhom kemm waħda kif ukoll l-oħra.", "Dan kien ir-riżultat tal-politika tal- lemin imma hekk ukoll qiegħed jiġri bil-politika ta' l-Onor.", "Alfred Sant f'pajjiżna bħalissa.", "Niftakru li dawn kienu tkażaw meta l-Onor.", "Fenech Adami kien qal li la għandna x-xogħol ħa jogħlew il-prezzijiet, iżda llum b'politika tal-lemin għandna kemm l-għoli tal-ħajja kif ukoll il-qgħad.", "Il- poplu Malti m'huwiex imdorri b'politika li ma taħsibx f'min hu minn taħt, la min-naħa tal-Partit Nazzjonalista u lanqas min-naħa tal-Partit Labruista.", "Imma naħseb li sakemm in-New Labour idum fil-gvern, jew sakemm jibda jagħti ftit kas ta' x'inhu jissuġġerilu l-old guard tiegħu stess kif ukoll l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, il-Maltin u l-Għawdxin iridu jibdew jidrawha.", "Wara sena li fiha ħlief dwar ħofor ma smajniex, ħadd ma kien jistenna li l- Prim Ministru Alfred Sant kien sejjer ikun xi Santa Claus f'dan il-budget.", "Żgur li ħadd, per eżempju, ma kien jistenna li l-Gvern Laburista f'dan il- budget se joħroġ b'miżura soċjali bħalma ħareġ in-New Labour fl-Ingilerra, jiġifieri li tingħata somma flus lill-anzjani sabiex dawn ikunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispejjeż għall-konsum tad-dawl sabiex ikunu jistgħu jsaħħnu darhom.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li s-sħana fil-kesħa hija importanti għal kulħadd imma hija ta' importanza akbar għal dawk l-anzjani li jkollhom diversi mard u żgur li l-kesħa ma tgħinhom bl-ebda mod.", "Iżda ħadd ma kien jgħaddilu minn moħħu li l-Prim Ministru Alfred Sant kien se jsir Scrooge mal-fqir u mal-marid.", "Irrid ngħid ukoll li fiż-żmenijiet tal-budget barra li rajna l-Partit Laburista fil-gvern fi kriżi soċjali, rajna wkoll il- Partit Laburista fil-gvern b'sinjali ta' kriżi politika.", "Madam Speaker, fl-opinjoni tiegħi, ir-riżenja ta' l-Onor.", "Lino Spiteri - bl-eċċezzjoni tar-riżenji ta' l-Onor.", "Mintoff minn ministru fl-1949, minn Prim Ministru bil-Kabinett b'kollox fl-1958 u minn Prim Ministru fl-1985 - qatt ma kellna bħalha.", "Barra minn hekk l-Onor.", "Lino Spiteri u l-Onor.", "Dom Mintoff kienu l-uniċi tnejn fil-Kabinett li kienu kontra li l-Malta Labour Party jibqa' jiggverna kontra l-maġġoranza tal-poplu mill-1981 sa l-1987.", "U kieku għaddiet tagħhom, pajjiżna ma kienx jgħaddi minn kriżi kostituzzjonali u kriżi ekonomika li farrket lil pajjiżna bejn dawn is- snin.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel erba' mistoqsijiet.", "Fil-kriżi politika preżenti, l-Onor.", "Lino Spiteri u l-Onor.", "Mintoff reġgħu qegħdin waħedhom?", "Skond artiklu miktub mis-Sur Anton Cassar fil-ġurnal \"it-Torċa\", l-Onor.", "Mintoff lanqas f'logħba tal-boċċi ma jissaporti telfa.", "Allura nistaqsi: L- Onor. Mintoff se joqgħod għaliha li l-Partit Laburista jsir partit tal- lemin?", "L-Onor.", "Lino Spiteri kiteb li l-ħames snin li għamel bħala ministru taħt l-Onor.", "Mintoff u l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici kienu ħames snin miżerabbli iżda minkejja dan xorta waħda ma kienx irriżenja.", "Allura nistaqsi: Mela x'kienu l-ħames xhur li għamel bħala minisru taħt il-Prim Ministru Alfred Sant biex ried jirriżenja darbtejn qabel ma rnexxielu jirriżenja mat-tielet darba?", "L-Onor.", "Lino Spiteri kien ilmenta pubblikament dwar iċ-ċirkostanzi li fihom ġiet ikkontestata l-kariga ta' mexxej tal-Partit Laburista fl-1992, u dan minħabba l-id moħbija wara dik il-famuża ittra anonima kontra tiegħu.", "F'dan il-każ l-Onor.", "Lino Spiteri kiteb riċentement fil-gazzetti, u jiena nistaqsi: L-elezzjoni ta' l-Onor.", "Alfred Sant bħala mexxej tal-Malta Labour Party kienet ibbażata fuq l- ingann, bħal dik li għamlitu Prim Ministru?", "Madam Speaker, mingħajr ebda tlaqliq ngħid li dan il-budget wera biċ-ċar li l-Partit Laburista fil-gvern qed juri sinjali ċari ta' kriżi ta' kuxjenza soċjali, kif ukoll kriżi politika, minħabba nuqqas ta' qbil bejn il-mexxejja preżenti tal-Partit Laburista u l-old guard ta' l-istess partit.", "Il-Partit Laburista fiż-żmien kien magħruf li kien partit li jiġġieled għall-interess ta' min hu minn taħt u għall-interessi tal- ħaddiem, mentri bil-miżuri li ħa f'dan il-budget wera biċ-ċar li huwa partit li mexa lejn il-lemin, partit li mhux qiegħed jagħti priorita' lill- interess tal-batut, tal-marid u tal-fqir iżda qiegħed jgħabbihom b'piżijiet li żgur ma jifilħux għalihom.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 16 ta' Diċembru, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PITKALIJA - MAKNA TAL-ĦASIL TAL-CRATES", "10447.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li l-makna għall-ħasil tal-crates fil-Pitkalija se tinxtara mill-flus li joriġinaw mill-ġbir ta' levy ta' 3mills fil-lira fuq xiri/bejgħ ta' prodotti agrikoli fil-Pitkalija u, jekk fl-affermattiv, x'qed iżomm milli l-kumpannija Pitkali Crates titħalla tixtri, topera u tagħmel maintenance hi stess ta' makna tal-ħasil adegwata għall-ħtiġijiet tal-Pitkalija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Huwa kkonfermat li bħalissa qegħdin jiġu kkonsidrati offerti għax-xiri ta' makna tal-ħasil tal-kaxxi wzati fil-Pitkalija.", "Dan qiegħed isir wara li ġiet ippublikata sejħa għall-offerti mit-Teżor.", "Il-ħtieġa tax-xiri ta' din il-makna tal-ħasil kienet urġenti għaliex il- magna qadima li kien hemm fil-Pitkalija kienet ilha li tilfet l-effiċjenza tagħha bir-rizultat li l-biċċa kbira tal-kaxxi kienu joħorġu mimlija bil- ħaxix u bl-istess ħmieġ li kienu jidħlu biħ.", "Nikkonferma li l-Ministeru u d-ditta Pitkali Crates Ltd ftehmu li l- makna tinxtara bil-finanzi tal-istess kumpannija, iżda minkejja dan l- arrangament, qablu wkoll li x-xiri jsir wara sejħa pubblika maħruga mit- Teżor biex jiġi assigurat trasparenza fil-għoti tal-offerti li jidħlu.", "Għalhekk naċċerta l-Onor.", "Interpellant li m'hemm xejn li qed iżomm il- kumpannija Pitkali Crates Ltd milli tixtri, topera u tagħmel maintenance hi stess ta' makna tal-ħasil adegwata għall-ħtiġijiet tal-Pitkalija.", "WSC - SPIERI", "10448.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' l-ispejjer kollha tal- pajjiż li seħħ dan l-aħħar, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l- ipproċessar ta' l-istess informazzjoni u meta se jsiru r-refunds lil dawk l- individwi li kellhom iħallsu fee stabilita fuq spieri li bi dritt ma kienx hemm għalfejn iħallsu ħlas ta' reġistrazzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ENEMALTA - UNITS TA' L-ELETTRIKU", "10449.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 10349, jista' l- Ministru jgħid, sena b'sena bejn l-1981 u l-1986 dejjem rigward l- electrical losses kemm-il surprise inspection saret; kemm-il meter ta' l- elettriku (li ma jistgħux jitreġġgħu b'lura) ġew installati; u sa liema sena s-sistema tal-billing kienet ġiet komputerizzata?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BDIEWA/SAJJIEDA/RAĦĦALA - EŻENZJONI MINN ĦLAS TA' L-ETS", "10450.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur totali ta' eżenzjoni minn ħlas ta' ETS fejn jirrigwarda l-bdiewa/sajjieda/raħħala fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 1997 u t-30 ta' Novembru 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "BDIEWA/SAJJIEDA/RAĦĦALA - REFUNDS FUQ VAT", "10451.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' ħlas ta' VAT fuq servizzi minn bdiewa/sajjieda/raħħala matul il-perijodu li kienet applikabbli l-liġi tal-VAT, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' refunds imħallsa lura lill-istess operaturi fuq VAT li kienet tħallset fuq servizzi biss?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10353.", "DJAR - GĦAJNUNA FINANZJARJA TAĦT L-ISKEMA 13", "10487.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita ta' ħajja aħjar espress mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal- Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li bħalma żdiedet l-għajnuna finanzjarja fuq diversi skemi tad-djar, tiżdied ukoll l-għajnuna finanzjarja taħt l- Iskema 13, li hi maħsuba biex persuni b'diżabilita' jirranġaw darhom minħabba d-diżabilita' u li l-għajnuna sal-lum tikkonsisti f'Lm500 u f'Lm800 f'każ ta' lift; meta wieħed jaf li l-inqas spiża għal-lift illum hi ta' mhux anqas minn Lm3,000?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar qed tipprepara skema ġdida għal għajnuna finanzjarja aħjar minn dik li kien hemm taħt l-iskema eżistenti għal xogħlijiet ta' titjib fir-residenzi okkupati minn persuni b'Diżabilita'.", "Meta titlesta tiġi ppubblikata.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - EŻENSJONI TA' TAXXA", "10488.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-eżenzjoni sħiħa fuq it- taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vetturi adattati għall-persuni b'diżabilita' tingħata wkoll fil-każ ta' vetturi adattati biex jittrasportaw persuni li jużaw siġġu tar-roti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-iskema ta' eżenzjonijiet fuq vetturi għall- benefiċċju ta' persuni b'diżabilita' inklużi vetturi addattati biex jittrasportaw persuni li jużaw siġġu tar-roti qed tkun diskussa u miftiehma mal-partijiet kollha nvoluti.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA' - MOBILE PHONES", "10489.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għandhiex il-ħsieb li bħalma għamlet mal-Kumpannija Skytel fil-każ tal-pagers, titlob lill-Kumpannija Telecell biex din ukoll toffri offerta speċjali lill-persuni b'diżabilita' għall-mobile phones ħalli dawn ikunu jistgħu jużaw dan is-servizz li jgħinhom sew biex ikollhom ħajja aktar indipendenti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-iskema ta' servizz issussidjat tal-pager lill- persuni b'diżabilita' li qed titmexxa minn Skytel kienet proposta minn Skytel stess.", "Il-kummissjoni tat l-appoġġ tagħha lil din l-iskema u tatha pubbliċita' u qed tiffaċilita' l-implimentazzjoni tagħha skond il-bżonn.", "Dwar il-kumpannija Telecell il-kummissjoni kienet issuġġerit li din tagħmel offerta speċjali biex persuni b'diżabilita' jistgħu jużaw mobile phone.", "Is-suġġeriment sar madwar ħames snin ilu iżda l-kumpannija ma kenitx laqgħet it-talba tal-kummissjoni.", "Il-kummissjoni se tieħu kull opportunita' biex terġa' tressaq din it-talba quddiem it-Telecell Ltd.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10490.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' toħroġ il-fuljett li kienet toħroġ darbtejn fis-sena bl-isem ta' \"Indaqs\" u li issa ilu ma joħroġ aktar minn sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ir-raġunijiet għaliex il-fuljett \"Indaqs\" għadu ma ġiex stampat huma identiċi għal raġunijiet mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru.", "10,484.", "PULIZIJA - DISCOS/PARTIES", "10492.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Peress li qed jasluli diversi rapporti li qed isiru discos u/jew parties li jibdew f'nofs il-lejl u jibqgħu sejrin sas-7.00 a.m., dan hu permess mil-liġi?", "Jista'l- Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar il-ħinijiet ta' attivitajiet bħal dawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalkemm l-Onor.", "Interpellant ma ndikax jekk ir- rapporti li qed jaslulu humiex dwar discos jew parties fi djar privati, jew f'postijiet li jirrikjedu permess jew inkella fi stabilimenti liċenzjati, ninsab informat illi l-policy hija kif spjegat hawn taħt : -", "(i) illi dawk fi djar privati jistgħu jsiru sakemm ma jkunx hemm ksur tal- mistrieħ tan-nies jew il-bon ordni jew il-kwiet tal-pubbliku;", "(ii) dawk f'postijiet li jirrikjedu permess, bħal, per eżempju fl-apert, il-ħin jingħata skond il-lokalita' u bil-kondizzjoni li ma jkunx hemm ksur tal-mistrieħ tan-nies jew il-bon ordni jew il-kwiet tal-pubbliku u li l- attivita' tiġi mwaqqfa jekk ikun hemm ilmenti mill-ġirien;", "(iii) għal attivitajiet li jsiru f'postijiet liċenzjati dawn idumu skond il-ħinijiet permessi mil-liġi, ċioe' sal-ħin li l-istabbiliment li fih tkun qed tinżamm l-attivita' huwa liċenzjat.", "ĦABS ĊIVILI - DIVISION 6", "10493.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Peress li fil- ġurnal \"It-Torċa\" dehru rapporti li ngħalqet id-Division 6 fil-Ħabs, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu?", "Jekk le, kemm kien hemm priġunieri li ntbagħtu fl-istess Division mill-1.1.97?", "Jekk iva, għal xiex ingħalqet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li mhux minnu li Diviżjoni 6 ingħalqet.", "In-numru ta' priġunieri li ntbgħatu f'Diviżjoni 6 mill-1 ta' Jannar 1997 hu ta' 278.", "PULIZIJA - REATI", "10494.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu ċ-ċifri ta' reati rrapportati lill-Pulizija maqsuma f'infringements u cases tax-xhur ta' Ottubru u Novembru, 1997?", "Kemm minnhom kienu reati ta' offiżi sesswali; frodi; u reati vjolenti kontra l- persuna?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9142, rapport qed jiġi meqjus bħal każ wieħed (case).", "Ninsab informat li f'Ottubru u f'Novembru ta' din is-sena n-numru ta' każijiet irrapportati lill-Pulizija kien ta' 1185 u 1144 rispettivament.", "Rigward it-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.", "Interpellant, ninsab informat li mill-figuri fuq imsemmija kien hemm il-każijiet kif jidher hawn taħt :", "|Każijiet ta' |Ottubru |Novembru | | |1997 |1997 | |Offiżi |13 |9 | |sesswali | | | |Frodi |41 |33 | |Reati |54 |51 | |vjolenti | | | |kontra | | | |l-persuna | | |", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - KONSULENTI", "10495.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati fil-Ministeru tal- Biedja u Sajd u fid-Dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-konsulenti fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd u fid- Dipartimenti li jaqghu taħtu huma: L-istitut Agronomiku tal-Mediterran ta' Bari.", "Il-Perit David Xuereb.", "Il-Professoressa Radmilla Vuyoolo.", "Il-Patologu Dr. Fred Brooks.", "Il-Kimiku Dr. Adrian Zammit In-Nutritionist Dr. Peter Jackson.", "TAL-FIDDIEN - XOGĦLIJIET", "10496.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi environment impact assessment għax- xogħlijiet li qed isiru f'Tal-Fiddien; inkluż il-bini ta' ħajt bil-ġebel ta' gagazza?", "Kemm ġie jqum dan il-proġett?", "Min kien il-kuntrattur?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Saru l-istudji kollha li ġew mitluba mill-Awtorita' tal-Ippjanar li flimkien jammontaw għal EIA.", "Il-proġett fil-Fiddien qam madwar Lm 300,000.", "Il-kuntrattur ewlieni kien il-Kalaxlokk Co. Ltd.", "TASK FORCES", "10497.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il task force ġiet maħtura minnu fl- oqsma differenti tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ħtart l- ebda task force fl-oqsma differenti tad-dipartimenti li jaqgħu taħti.", "KODIĊI TA' PRATTIKA - SPEZZJONIJIET", "10529.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq postijiet u lantijiet tax-xogħol sabiex ikun assigurat li l-Kodiċi ta' Prattika ippubblikat din is-sena ikun imħares?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm passi li ttieħdu kontra xi persuni li kissru dawn il-kodiċi?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-Kodiċi ta' Prattika għall-Industrija tal-Bini u l-Kostruzzjoni qatt ma kien intiż li jkun infurzat bħala liġi.", "Il-ħsieb wara dan il-Kodiċi, skond kif espress f'sezzjoni 1(1.1) tal-istess Kodiċi huwa li jipprovdi gwida prattika fuq bażi teknika, amministrattiva u legali għas-saħħa u s-sigurta' fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Għal din ir-raġuni, persuni ma jistgħux ikunu akkużati f'Qorti b'reat kontra l-Kodiċi.", "Madanakollu, jien inħoss li għal din l-industrija partikolari, hemm bżonn ta' regolamenti li jikkonċernaw il-ħarsien tas- saħħa u s-sigurta'.", "Għal dan l-iskop, inkarigajt lill-Kummissjoni għall- Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' biex tħejji abbozz ta' regolamenti.", "Mill-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena sal-aħħar ta' Novembru, saru 175 spezzjonijiet minn Spetturi tas-Saħħa u s-Sigurta' f'postijiet fejn ikun qed isir bini jew kostruzzjoni biex ikun aċċertat li qed jitħarsu l- liġijiet relevanti.", "REGOLAMENTI TAL-BINI - TIME FRAME", "10530.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex stabilit xi time frame sabiex jidħlu fis-seħħ regolamenti tal-bini aġġornat li jagħti każ il-metodi moderni ta' kostruzzjoni u safety standards mistennija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għar- risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10415 (Seduta Nru. 164)", "SANTA LUĊIJA - GARDEN DRIVE - AKKWIST TA' ART", "10531.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3015, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri għall-akkwist ta' l-art f'Garden Drive, Santa Luċija li fuqha nbnew il-blokki Nri 1,3 u 6?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "10532.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi programm bi prijoritajiet għal xogħlijiet tat-toroq f'Malta u Għawdex u jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il- programm?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TA' QALI - VILLAĠĠ TAS-SNAJJA'", "10533.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Master Plan għall-villaġġ tas-snajja' f'Ta' Qali kienx approvat mill-istadji kollha ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-Master Plan għall-villaġġ tas-snajja' f`Ta` Qali ġie approvat fil-prinċipju mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "IL- Korporazzjoni tal-Iżvilupp issa trid tagħti kjarifikazzjoni dwar ir- rilokazzjoni ta` xi operaturi li jinsabu fiż-żona tal-Park Nazzjonali.", "PJAN TA' STRUTTURA - REVIEW", "10534.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġiet magħżula l-persuna li se tagħmel ir-Review tal-Pjan ta' Struttura?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ix-xogħol fuq ir-Review tal-Pjan ta' Struttura se jkun immexxi mill-Istrategic Planning Unit ta' l-awtorita' u l-Unit Manager ta' l-istess unit.", "ENEMALTA - REGOLATURI TAL-GASS", "10544.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jikkonferma l-Ministru li talbiet għal regolaturi taċ-ċilindri tal-gass qed ikunu ristretti għal bejgħ ta' mhux iktar minn wieħed l-iktar tnejn kull konsumatur?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Żewġ regolaturi huma kkunsidrati suffiċjenti għall- ħtiġijiet domestiċi.", "Madanakollu, il-konsumaturi jistgħu jingħataw aktar ċilindri skond il-bżonn.", "SAĦĦA - SCHEDULE 5", "10553.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10433 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja ċioe' jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jiddaħlu f'Schedule 5 mard deġenerattiv tan-nervituri; u mard minħabba livelli għoljin ta' ormoni fid-demm?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-suġġeriment tiegħu se jiġi mgħoddi lid-Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tas-Saħħa biex jagħti l-parir tekniku tiegħu kif soltu jsir f'dawn il-każijiet.", "Madanakollu, jidhirli li dawn iż-żewġ suġġerimenti huma miftuħin wisq u allura jistgħu jagħtu lok għall-abbuż.", "ENEMALTA - BINI TA' SUBSTATION", "10573.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regolamenti li jirregolaw il-bini ta' substation li tinbena mill-Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-reġolamenti li jirregolaw il-bini ta' substation huma dawk kif stipulati mill-Electricity Supply Regulations (1993).", "Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħti aktar dettalji jekk irid xi tagħrif speċifiku.", "ENEMALTA - METERS", "10574.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk min għandu l-meter ta' l-ilma u d-dawl f'basement li huwa parti mid-dar jkollux iħallas ir- rata kummerċjali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MUŻEWIJIET - VAKANZI", "10575.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex ir-riżultati ta' vakanzi bħal dak ta' Chief Curator (Archeology), Kuraturi (Arkeoloġija u Etnografija) u assistenti Kuraturi fil-Fine Arts; u fl-Arkeoloġija li l- applikazzjonijiet u l-interviews saru fl-istess żmien għas-sejħa għal mili ta' vakanzi ta' Assistent Kuratur fil-Mużew Marittimu; fil-Mużew ta' l- Etnografija u fir-Restawr ġew ippubblikati filwaqt li dawk għal vakanzi ta' Assistenti Kuraturi fil-Mużew Marittimu; fil-Mużew ta' l-Etnografija u fir- Restawr għadhom ma ġewx ippubblikati?", "Jista' l-Ministru jgħid meta huwa previst li joħorġu r-riżultati pendenti?", "Jista' l-Ministru jagħti raġuni għalfejn għadhom ma ġewx ippubblikati?", "Jista' l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord ta' l- Għażla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Billi r-riżultati w vakanzi fis-Servizz Ċivili jitħabbru w jimtlew bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, liema Kummissjoni ma taqgħax taħt ir-responsabbilta' ta' dan il-ministeru, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "MUŻEWIJIET - IMPJEGATI", "10576.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati (fulltime/contractual) f'kull grad fid-Dipartiment tal-Mużewijiet matul dawn l-aħħar tlett snin, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kienu l-ħaddiema ġodda (fulltime/contractual) li ġew impjegati matul l-istess perijodu fil-gradi differenti?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema ġodda (fulltime/contractul) li temmen l-impjieg tagħhom matul l-istess perijodu fil-grad differenti u jispeċifika r-raġuni tat-terminazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jimtlew il-vakanzi mħollija minn ħaddiema li tterminaw jew ġie terminat l-impjieg tagħhom u jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li dan isir?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "10592.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li se tqum il-Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija organizzat f'Novembru 1997?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawn l- ispejjeż?", "Jista' l-Ministru jgħid liema persuni u/jew organizzazzjonijiet u kumpanniji għamlu xi xogħol konness ma' din l-attivita'?", "F'kull każ kemm kien jiswa x-xogħol li għamlu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL STATALI - PART-TIME CLERKS", "10593.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentaru numru 10329?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-bord għadu kemm lesta l-proċess tal-għażla bejn dawk eliġibbli u m'humiex.", "Issepara dawk eliġibbli f'żewġ kategoriji dawk bil-kwalifiki kollha inkluż typing u dawk bil-kwalifiki kollha iżda mingħajr kwalifika tat-typing.", "Għal dawn ta' l-aħħar il-bord għamel l- arranġamenti kollha u mexxa l-eżami tat-typing.", "Ir-riżultat ta' dan l-eżami ġie ppubblikat il-ġimgħa l-oħra.", "Bħalissa l- bord qed jikkonkludi fuq listi ta' kandidati eliġibbli u kwalifikati li se jgħaddi lill-Kumitat ta' Għażla fl-iskejjel rispettivi biex dawn jagħmlu l- intervisti neċessarji u joħolqu l-Order of Merit.", "Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari tkun tista' tingħata meta jintemm dan il-proċess.", "KUMPANNIJI/KORPORAZZJONIJIET - KONSULENTI", "10594.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10145 rigward lista ta' konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "INTEGRATED RESOURCES MANGEMENT LTD - SERVIZZI", "10595.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10331, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport għar-rigward tax-xogħol li għamlet l-IRM Ltd?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - DIRETTUR", "10601.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li ssir il- ħatra tad-Direttur tad-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħatra tad- Direttur tad-Dipartiment tal-Mużewijiet qegħda tiġi pproċessata mill- Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MUŻEW TA' L-ARKEOLOĠIJA - XOGĦOL", "10602.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix- xogħol fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija li ilu magħluq aktar minn sena, x'xogħlijiet saru s'issa, kemm kienu l-ispejjeż u minn min sar ix-xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid x'pjanijiet hemm kemm ta' refurbishment jew estensjoni fil-Mużewijiet l-oħrajn kollha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fil- Mużew ta' l-Arkeoloġija wasal fi stadju avvanzat fejn qed jitlesta xogħol ta' tibjid, twaħħil ta' dawl u konklużjoni ta' finishes ġenerali interni.", "L-Esibizzjoni Permanenti b'hekk ukoll daħlet fi stadju ta' produzzjoni.", "Xogħol li sar s'issa kien jikkonsisti f'restawr ġenerali tal-bini, t- tqegħid ta' sistema elettrika ġdida w tibjid ġenerali.", "Ix-xogħol sar minn diversi kuntratturi: Polibon Contruction Ltd.; Scicluna Installations; C&F Bartoli, RAMCO Ltd. u REA Ceramics.", "Xogħol ieħor qed issir mill-Iskola tal- Bini u l-Malta Drydocks.", "S'issa n-nefqa fuq il-proġett kienet ta' Lm281,555.", "Bħalissa għaddej ukoll xogħol ta' refurbishment fil-Hypogeum, fil-Mużew ta' Għar Dalam u l-Mużew Marittimu.", "RABAT - TRIQ NIGRET - FAWRAN TAD-DRENAĠĠ", "10617.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi ta' Nigret Rd, Rabat ma jibqax ikun hemm fawran tad-drenaġġ kull darba li tagħmel ix-xita, bil-konsegwenza li numru ta' bini qed jegħreq kull darba?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AIR MALTA - IMPJIEG TA' PERSUNI ĠODDA", "10618.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm persuni ġodda ġew impjegati ma' l-Air Malta fil-perijodu 1/11/96 - 31/10/97?", "Fl-istess perijodu kemm persuni ġew boarded out?", "Kemm saru transfers f'dan il-perijodu fid-dipartimenti differenti ta' l- Air Malta?", "Kemm hu n-numru ta' ħaddiema li ħarġu b'unpaid leave f'dan il-perijodu?", "Kemm ħaddiema ġew mislufa minn u għall-Air Malta f'dan iż-żmien?", "Kemm ħaddiema rriżenjaw?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar ċaqlieq ta' personnel fl-Air Malta fil-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 huma kif ser insemmi :", "a) impjiegi ġodda 223 (inklużi 19 fl-outstations u 196 part-timers u temporanji)", "b) impjiegi terminati 228 (inklużi 14 fl-outstations u 198 part- timers u temporanji)", "c) transfers inter- dipartimentali 128 d) leave bla paga 28 e) mislufa mill-Air Malta 20 mislufa mill-Air Malta 1 f) Riżenji 24", "P.A. - PERMESS GĦAL XIRI TA' SKEJJEL", "10619.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuni jixtru skola li kellha l-permess u kienet topera bħala tali jridux jerġgħu japplikaw għall-permess ta' skola mill-ġdid?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: B'mod ġenerali u fil-prinċipju m'hemmx bżonn ta' permess ġdid.", "Wieħed iżda jrid jara jekk il-permess oriġinali kellux xi kundizzjonijiet dwar l-ammont ta' studenti u t-tip ta' skola u l-etajiet ta' l-istudenti involuti.", "F'kull każ speċifiku wieħed irid jikkonferma ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI TAL-WENS", "10620.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li persuni li kienu jieħdu l-benefiċċju tal-wens, meta l-persuni dipendenti jiġu nieqsa, għandhomx jibdew jingħataw xi forma ta' benefiċċju peress li f'ħafna każijiet il-persuni li jieħdu ħsieb lill-morda fil-familja jiċċaħħdu minn impjieg u b'hekk ma jkunux intitolati għal Pensjoni Kontributorja?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Skond il-provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, persuna tingħata Pensjoni għall-Wens sakemm il-persuna dipendenti tibqa' ħajja.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li wara li din il-persuna tiġi nieqsa, mhux possibli li din il-pensjoni tibqa' titħallas xorta waħda.", "Il-liġi tipprovdi biex persuni li jieqfu mill-impjieg biex jieħdu ħsieb ta' persuna oħra jingħataw kontribuzzjonijiet akkreditati matul il-perjodu li fih ikunu qed jirċievu l-Pensjoni għall-Wens jekk dawn qabel kienu jaħdmu f'impjieg u immedjatament qabel ma bdew jieħdu din il-pensjoni kellhom medja ta' kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati, minn sena għal oħra, ta' mhux anqas minn 20.", "Dan il-provvediment jassigura li din il- persuna żżomm id-dritt għall-Pensjoni Kontributorja.", "Jekk wara li tiġi nieqsa l-persuna dependenti, l-persuna li tkun qed tirċievi l-Pensjoni għall-Wens tkun tinħtieġ għajnuna, din dejjem ikollha d- dritt titlob l-Għajnuna Soċjali.", "GĦAWDEX: DJAR SUBSTANDARD", "10621.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm mit-8,000 post li skond l-aħħar ċensiment (1995) instabu substandard jew inadegwati huma f'Għawdex?", "U kemm mill-20,000 dar battala fil-pajjiż jinstabu f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Miċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar 1995 jirriżulta li kien hemm 5958 djar vojta f'Għawdex.", "Skond analiżi li saret fuq it-tagħrif miġbur miċ-Ċensiment, madwar 540 post instabu li huma substandard jew inadegwati.", "DJAR - BEJGĦ", "10622.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk skond l-Avviż 60 fejn ħarġu għall-bejgħ 50 maisonette, 24 appartament u għadd ta' garaxxijiet kienx hemm minnhom għall-bejgħ f'Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm u fejn?", "Kemm kien in-numru ta' applikanti għal Għawdex u kemm għal Malta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Taħt dan l-avviż f'Għawdex inħarġu tmien maisonettes u tmien garaxxijiet.", "Dawn jinsabu fil-lokalitajiet ta':", "|Lokalita|Numru ta' |Garaxxijiet| |' |Maisonette| | | |s | | |Kercem |2 |2 | |Qala |2 |2 | |Xagħra |2 |2 | |Victoria|2 |2 |", "Dawn inbnew taħt Gvern Laburista:", "L-Awtorita' tad-Djar irċeviet 82 applikazzjoni li jindikaw postijiet f'Għawdex bħala waħda mill-priferenzi tagħhom u 1,007 applikazzjoni għall- postijiet f'Malta.", "COMINO HOTEL", "10623.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid, issa li għalqet il-Comino Hotel għax-xitwa, x'arranġamenti jeżistu biex wieħed ikun jista' jmur Kemmuna u jirritorna?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li minn informazzjoni miġbura jidher li qed jingħata dan is-servizz:-", "Il-kumpannija privata MIDAS li s-soltu tipprovdi servizz għat-turisti bejn iċ-Ċirkewwa u Kemmuna illum qed tagħti servizz lil dawk in-nies li jaħdmu fil-Pig Farm.", "Din l-istess kumpannija tittrasporta għalf għal l- istess razzett.", "Patrol Boat tal-Forzi Armati qed tagħti servizz ukoll biex twassal kemm pulizija, suldati u nies li jipprovdu servizz ieħor f'Kemmuna.", "Se jsir arranġament biex fil-weekend jiġu pprovduti mill-anqas żewġ trips bejn Kemmuna u l-Imġarr, Għawdex.", "RAS IL-ĦOBŻ - SEWAGE TREATMENT PLANT", "10624.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ġie kkummissjonat EIA li kellu jgħin biex jistabbilixxi s-sit indikat għall-bini ta' mpjant ta' sewage treatment f'Ras il-Ħobż u konness mal-Master Plan f'Għawdex?", "Jista' jgħid jekk dan l-EIA hux lest u jekk fl-affermattiv, meta ġie sottomess lid- dipartiment konċernat?", "Kemm ġie jqum dan l-EIA?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - VETTURI REĠISTRATI", "10625.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi reġistrati f'Għawdex f'tarf is-sena 1996?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi reġistrati f'Għawdex f'tarf l-1996 kien ta' 19,276.", "GOZO CHANNEL - NOLLIJIET", "10626.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonferma li passiġġieri isuqu van jew truck li qasmu minn Sa Maison/Mġarr/Sa Maison nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, l- 1/2/3 ta' Diċembru ġew mitluba jħallsu noll addizzjonali ma' dak tas-soltu?", "Jekk ġara dan min kien li awtorizza dan il-ħlas addizzjonali?", "Jikkonferma l-Ministru li f'dawk it-tliet ijiem il-linja miftuħa bejn Malta u Għawdex minħabba l-maltemp kienet dik Mġarr/Sa Maison/Mġarr?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-passiġġieri li saqu van jew truck jew vettura oħra kummerċjali ħallsu noll normali skond it-tariffa li tidher hawn taħt.", "|Commercial |From |From Sa | |Vehicles |Ċirkewwa |Maison | | |LM |LM | |Vans not |7.00 |8.00 | |exceeding 5m | | | |Vans not |10.00 |11.00 | |exceeding 6.5m| | | |Truck & |15.00 |17.00 | |Trailer not | | | |exceeding 8m | | | |Truck & |23.00 |26.50 | |Trailer not | | | |exceeding 10m | | | |Truck & |27.00 |31.00 | |Trailer not | | | |exceeding 12m | | | |Truck & |32.00 |37.50 | |Trailer not | | | |exceeding 14m | | | |Truck & |38.00 |44.00 | |Trailer | | | |exceeding 14m | | | |All overhang |1.00 |1.00 | |cargo per | | | |linear metre | | |", "Nikkonferma li t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, jiġifieri l-1/2/3 ta' Diċembru s-servizz kien mill-Imġarr għal Sa Maison viċe-versa, minħabba l- maltemp.", "Ta' min jinnota li meta jitħaddem servizz bħal dan il-Gozo Channel tidħol għal spejjeż ferm għola.", "Dan il-ħlas hu normali għal dawk kollha li jagħmlu użu ta' dan is-servizz minn Sa Maison u għalhekk ħadd ma awtorizza xi ħlas addizjonali.", "ENEMALTA - KAŻI PENDENTI", "10627.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti dettalji rigward kemm u ta' liema natura fadal każi pendenti fl-Enemalta li qegħdin quddiem il-Kummissjoni ta' l- Inġustizzji?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet innotifikata b'60 rikors li saru quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji.", "Dawn il-każi għadhom kollha pendenti.", "In-natura tal-każ hi kif ġej:-", "|Trasferimenti |16 | |Promozzjonijiet/riżultati |31 | |ta' interviews | | |Kumpens għall-allowances li|5 | |ma ngħatawx | | |Kuntratt mhux imġedded ta' |2 | |karozzi impressed | | |Installazzjoni ta' pompi |1 | |tal-petrol | | |Użu ta' Karozza |1 | |Allegata diskriminazzjoni |1 | |fl-għoti ta' shift duties | | |Talba għal study leave |1 | |Area ta' distribuzzjoni |1 | |għal ċilindri tal-gass | | |Impjieg mal-Korporazzjoni |1 |", "TRIBUNAL GĦALL-INĠUSTIZZJI - KAŻIJIET TA' L-ENEMALTA", "10628.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il każ tressaq sal- lum quddiem it-Tribunal ta' l-Inġustizzji li jirrigwarda l-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant sal-15 tax-xahar daħlu 70 rikors quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li jirrigwardaw l-Korporazzjoni Enemalta.", "ENEMALTA - TENDER", "10629.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward tender tal-Enemalta għall- Overhead Line Conductors bin-numru E/E/T/45/97 u jagħti r-raġunijiet għaliex ma ntgħażilx l-orħos tender?", "Jekk dan hu l-każ, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet din id-differenza fil-ħlas?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett ngħarraf lill-Onor.", "Membru li għat-tender E/E/T/45/97 l- ordni għadha ma ngħatax.", "M'huwiex sewwa li l-Onor.", "Membru jkollu tagħrif ta' affarijiet li għadhom m'humiex pubbliċi.", "Lanqas huwa sewwa li l-ħin tal-Parlament jintuża għal dan l-iskop, meta hemm triqat oħra għal kull tenderer biex jieħu t-tagħrif meħtieġ meta jkun il-waqt.", "Sew l-Enemalta kif ukoll il-kumitat tal-kuntratti, żgur li bħas-soltu ma humiex ser jonqsu milli jagħmlu dak li huwa sewwa f'dan il-każ ukoll.", "BIRŻEBBUĠIA - DIVIŻJONI TAL-GASS", "10630.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar informazzjoni rigward jekk il-Gas Division fil-Qajjenza, Birżebbugia hijiex se tiċċaqlaq għal xi post ieħor; jekk fl- affermattiv, f'liema parti ta' Malta; kemm se tiġi tiswa din il-bidla; u x'kienu r-rakkmandazzjonijiet fuq dan is-suġġett?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-istudji fuq it- trasferiment tad-Diviżjoni tal-Gass tal-Korporazzjoni Enemalta minn ġol- Qajjenza, Birżebbugia għadhom għaddejjin.", "Għaldaqstant, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti d-dettalji mitluba.", "ENEMALTA - KAMPANJA TA' REKLAMAR", "10631.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġiet tiswa l-kampanja ta' reklamar li għamlet l-Enemalta fuq is-suġġett ta' clip-on valves u regulators?", "L-Enemalta kkonsidrat li tagħmel spots televiżivi li f'kull każ jistgħu jkunu iktar effettivi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minħabba li l-korporazzjoni għadhom ma waslulhiex il- kontijiet kollha għall-kampanja ta' reklamar li għamlet dwar il-clip on valves u r-regolaturi, ma nistax nagħti tweġiba kompleta għad-domanda ta' l- Onor. Interpellant.", "Il-kontijiet li waslu sal-11 ta' Diċembru, 1997 kienu dawn:", "|Allied Newspapers |Lm 99.20 | |Ltd. | | |Multi Comm Ltd. |Lm 99.20 | |Sound Vision Print |Lm 68.80 | |Ltd. | | | |Lm267.20 |", "Dawn il-kontijiet tħallsu kollha.", "Il-Korporazzjoni Enemalta ma tħossx li hemm bżonn li tuża t-televiżjoni ukoll sabiex twassal dan it-tagħrif lill-konsumatur.", "Dan għaliex il-mod li bih ġie ppreżentat it-tagħrif fl-istampa kien ċar biżżejjed sabiex il- konsumatur ikollu t-tagħrif kollu li għandu bżonn.", "BORDIJIET/KUMITATI TAL-GVERN - NISA", "10632.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Peress li waqt id-diskors li s-Segretarja Parlamentari l-Onor.", "Dalli għamlet dwar l- Estimi 1998, hija semmiet li 17% tal-membri tal-bordijiet/kumitati maħtura mill-Gvern huma nisa, jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista ta' dawn il- korpi pubbliċi wieħed wieħed, ministeru ministeru u l-għadd ta' membri f'kull kumitat maqsuma f'nisa u rġiel?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru kif mgħoddi lis- Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa mis-Segretarji Permanenti ta' kull Ministeru li juri l-pożizzjoni fl-1 ta' Ottubru, 1997 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "10633.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'policies qed jiġu kkonsidrati dwar l-estensjoni ta' sena għal dawk l-għalliema li jaslu għall- eta' tal-pensjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - VOT DWAR ADULT EDUCATION", "10634.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega li fl-Estimi 1998 tnaqqas il-Vot dwar Adult Education minn Lm33,000 għal Lm13,000?", "X'attivitajiet jew x'korsijiet se jitnaqqsu b'riżultat ta' dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - PROF.", "EDWARD DEBONO", "10635.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Wara li sar is-seminar dwar il-Creativity and Thinking Skills mill-Prof.", "Edward Debono lill-għalliema kollha ta' l- iskejjel primarji, jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'beħsiebu jsir dwar din il-materja fl-iskejjel primarji?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - REPEATERS", "10636.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm repeaters fil- klassijiet primarji, sekondarji, Junior Lyceum, skejjel tas-snajja' u skejjel oħra sena b'sena, fl-aħħar sena skolastika li għaddiet?", "X'inhuma l- kriterji li tuża d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex tistabilixxi min għandu joqgħod repeater?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bniet u kemm subien separatament fil-figuri mitluba f'din il-mistoqsija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERI TAL-GVERN - LECTURERS/PROFESSURI", "10637.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10093 dwar lecturers/professuri li qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza ma' Ministri u/jew dipartimenti tal-Gvern mill- fakultajiet ta' l-Arkitettura u l-Inġinerija, Arti, Ekonomija, Management u Accountancy, Edukazzjoni, Liġi u Xjenza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10093 mogħtija f'din is-seduta.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI", "10640.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mis-sistema ġdida ta' tassazzjoni fis-sezzjonijiet tagħha kollha ndividwalment fix-xahar ta' Lulju, Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "MARSA - TISWIJA TA' TOROQ", "10641.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Ġaladarba l-Kunsill Lokali tal-Marsa jinsab fi żbilanċ finanzjarju, jista' l-Ministru jara li ssir tiswija ta' toroq f'Qormi Road, Marsa u madwar ir-roundabout fejn kien ikun maħżun il-faħam?", "X'passi qiegħed jieħu l-Ministeru għar-rigward ta' tiswijiet urġenti ta' arterial & distributory roads?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "CHADWICK LAKES - PROĠETT", "10642.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' xogħol wettqet il-Kalaxlokk fuq il-proġett ta' Chadwick Lakes?", "Kemm kien il-ħlas li sar sal-lum fuq dan ix-xogħol lil din il-kumpannija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-kumpannija Kalaxlokk ġiet mitluba tagħmel dak ix-xoghol kollu li kien jenħtieġ biex il-parti tal-wied bejn il-pont tal-Fiddien u l-pont tal-Għemieri tiġi mnaddfa, u jinbnew ħitan ta` lqugħ ta` ġenb il-wied bis-sistema ta` kostruzzjoni magħrufa bħala box gabions.", "Sal-lum fuq dan ix-xogħol il-kumpannija tħallset is-somma ta` madwar Lm200,000.", "HCEB - LUKANDI ĠODDA", "10643.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba hemm quddiem l-HCEB għal-lukandi ġodda fil-preżent skond il-livell tagħhom?", "F'liema lokalitajiet?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirriferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10218.", "P.A. - ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENTS", "10644.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9930, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu l-proġetti li għalihom id- dipartimenti/awtoritajiet tal-Gvern issottomettew E.I.A.?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-EIAs sottomessi minn dipartimenti/aġenziji tal- Gvern kienu dawn:", "* Power Station f'Marsaxlokk * Freeport Terminal 2 * L-Isptar il-Ġdid f' Tal-Qroqq * Visitor Centre għall-Ħaġar Qim/Imnajdra Archaeological Park * Outfall tad-Drenaġġ f'Ras il-Ħobż, Għawdex * Waste Transfer Station fix-Xagħra, Għawdex * Helicopter Terminal Building fix- Xewkija, Għawdex * Telecommunications Training Centre fis-Swatar, limiti ta' Ħad-Dingli * Sit għar-Rimi ta' Skart Inert ta' Kostruzzjoni, Tal-Ksajjem, Għarb Għawdex * Xogħlijiet ta' Dredging fiċ-Ċirkewwa.", "MIŻIEB/SAN MARTIN - TQEGĦID TA' MAINS", "10645.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li qed isir fil-preżent fi tqegħid ta' mains, bejn ir-roundabout tal- Miżieb/San Martin u Għajn Tuffieħa Road?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra MOSTA - TELEPHONE BOOTH", "10652.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li titwaħħal telephone booth (box) fejn il-Knisja ta' Sant'Anton fi Triq San Anton, il-Mosta jew viċin tal-Palazz ta' Kasno u dan minħabba l-bżonn tal-pubbliku fl-inħawi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li public cardphone se titwaħħal fi Triq Sant'Antnin kantuniera ma' Sqaq Sant'Antnin Nru. 3 dalwaqt.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "VALLETTA - SPIŻERIJA", "W1,083.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara li l- ispiżerija f'Old Mint Str, Valletta, preċiżament quddiem il-Ministeru tal- Finanzi, tinfetaħ fil-ħin dejjem u mhux kwarta jew għoxrin minuta tard; kif ġara ġimgħatejn ilu b'detriment għall-anzjani?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nassumi li l-Onor.", "Membru qiegħed jirriferi għall-berġa (klinika) li hemm f'Old Mint Street, għaliex id-dipartiment m'għandux spiżerija f'dan il-post.", "Id-Dipartiment tal-Kura Primarja konxju u jinsisti li kull berġa għandha tintefaħ fil-ħin dejjem.", "Il-pubbliku huwa imħeġġeġ illi jekk xi klinika ma tinfetaħx fil-ħin jukkuntattja lid-dipartiment fuq in-numru tat-telefon 239993 sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.", "Ma wasal l-ebda rapport li l-klinika ta' Old Mint Street, fetħet tard f'dawn l-aħħar ġimgħatejn.", "Se jsiru investigazzjonijiet dwar dan il-każ u din il-berġa.", "TAL-PIETA' -TRIQ ID-DULURI", "W1,084.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq id-Duluri, f'Tal-Pieta', in- naħa tal-Ħamrun heroes, issir kif kienet qabel one-way bil-kontra għax qed tikkaġuna problema għat-trakkijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "KUNSILLI LOKALI - ĊIRKOLARIJIET/MEMOS", "W1,085.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ- ċirkolarijiet/memos maħruġa lill-Kunsilli Lokali matul Novembru, 1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta."]} {"filename": "19970714_093d_par.doc", "date": "1997-07-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 93 It-Tnejn, 14 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 93", "It-Tnejn, 14 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "93", "It-Tnejn, 14 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 626", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 635", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 635", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI", "GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA 653", "AĠĠORNAMENT 660", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 665", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 92 li saret fil-11 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ART - MELLIEĦA - ADVENTURE CAMPERS ASSOC.", "6936.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment ta' l- Artijiet l-ewwel talab kera ta' Lm70 lill-adventure campers association għal biċċa art - liema somma tħallset - u wara li bdew il-protesti mill- Kunsill Lokali tal-Mellieħa għolla l-kera għal Lm2,160?", "Jista' l-Ministru jiġġustifika din id-differenza kbira u jistax jispjega min għamel l-istima oriġinali ta' Lm70?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu kienx involut f'xi stadju dwar id-deċiżjoni fuq il-kera?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru)) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ART - MELLIEĦA - ADVENTURE CAMPERS ASSOC.", "6937.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet enforcement notice kontra l-Land Department dwar art fil-Mellieħa mogħtija lill- adventure campers association, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu xi passi dixxiplinarji interni kontra min naqas?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ART - MELLIEĦA - ADVENTURE CAMPERS ASSOC.", "6938.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol li sar bla permess fuq art fil-Mellieħa mogħtija lill-adventure campers association sar minn ħaddiema tal-gvern?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex isir ix-xogħol, kemm ġie jqum ix-xogħol, min kien il-foreman inkarigat u kemm qam?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ix-xogħol sarx mill-gvern jew fuq ordni ta' xi ħadd privat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ma sar l-ebda xogħol bla permess mill-ħaddiema tal-gvern fuq il-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Ix-xogħol li sar kien biss tindif ta' l-area msemmija minn ħmieġ, sodod imkissra, saqqijiet, fridges u cookers u dan kien jifforma parti mix-xogħol ta' embellishment li jsir perijodikament mid-dipartiment.", "GĦal dan ix-xogħol intuża makkinarju tal- gvern bħal gaffa, truck u romblu.", "Saret ukoll talba mill-adventure campers association lid-dipartiment sabiex tiġi miknusa u nvellata parti mis-sit.", "Ix-xogħol ta' tindif sar mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi u se jitħallas b'rata kummerċjali mill-adventure campers association.", "Il-kont għadu ma nħadimx u nkun nista' nagħti informazzjoni meta jkun lest.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qabel ma d-dipartiment għamel ix-xogħol fuq talba ta' l-adventure campers association, ra jekk kienx hemm il-permess ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-post jiġi invellat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, m'hemmx bżonn permess biex tinvella post. Fil-fatt l-enforcement notice inħarġet minħabba change of use.", "EURO-MED CONFERENCE", "6939.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont iddettaljat ta' l-ispejjeż minfuqa mill-Gvern Malti in konnessjoni mal-Euro-Med Conference?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Minn hawn u ftit ieħor se nippreżenta rapport fuq l-ispejjeż tal-Euro-Med Conference, kif ukoll il-kontribut ta' Malta u dak tal-Kummissjoni Ewropea.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Meta qal \"minn hawn u ftit ieħor\", il-Viċi Prim Ministru ried jgħid li se jqiegħd dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra llum jew iktar 'il quddiem?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dan ir-rapport mhux se nqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra llum imma mhux se ndum ma nqiegħdu.", "Hawn ta' min jgħid li sa llum l- kontijiet ġew iffinalizzati, ġiet issetiljata s-somma li kellha tħallas Malta u s-somma li kellha tħallas l-Unjoni Ewropea u minn hawn u ftit ta' żmien ieħor - ma nistax ngħid ġimgħa jew ġimgħatejn imma dan mhux se jkun fil-bogħod - se nagħti kont iddettaljat fuq kemm qamu l-affarijiet u fuq affarijiet simili.", "QORTI - ĦLAS TA' OVERTIME", "6940.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, relattivament għal kull grad ta' mpjegat li jaħdem il-qorti, meta sar l-aħħar ħlas ta' overtime u kemm hi s-somma totali dovuta bħala overtime lill-impjegati tal-qorti sa l-aħħar ta' Ġunju 1996?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-ħlas jiġi up to date u jagħti assigurazzjoni li l-ħlas jibda jsir regolari kull xahar?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Nassumi li l-Onor.", "Interpellant irid jaf is-somma dovuta sa l-aħħar ta' Ġunju 1997 u mhux ta' l-1996.", "L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t- tweġiba tkun tista' tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILL LOKALI PIETA' - KERA", "6941.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex se jilqa' favorevolment it-talba li saret mill- Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta' biex tinħafirlu s-somma ta' Lm6,000 kera dovuta lill-Awtorita' tad-Djar fuq l-uffiċċju li kellu l-kunsill, in vista tal-fatt li l-kunsill għamel sforz kbir u issa xtara bini tiegħu u anke għall-fatt li l-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali hu favorevoli, u anke għaliex dipartimenti oħra ħafru somom wisq ikbar lil kunsilli lokali oħra?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Skond ittra datata 1 ta' Lulju, 1997 mibgħuta mill-Kunsill Lokali tal-Pieta' lill-Awtorita' tad-Djar il-kunsill aċċetta li jħallas is-somma ta' Lm6,000 b'pagamenti ta' Lm1,500 kull sitt xhur.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx jaf bit-talba biex din is-somma tinħafer qabel ma l-każ għadda f'idejn l-Awtorita' tad-Djar.", "Fuq domanda parlamentari oħra il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali kien qalli li t-talba ġiet riferuta lill-Awtorita' tad-Djar u li hu kien favorevoli li tintlaqa'.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fil-fatt il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali kellimni fuq dan il-każ pero' in the meantime il-Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta' aċċetta li jħallas is-somma dovuta.", "Issa milli jidher il- kunsill lokali għandu jerġa' jagħmel talba bil-miktub lill-Awtorita' tad- Djar biex din is-somma tinħafirlu, jiġifieri s-sequence huwa tajjeb.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri jekk dan il-kunsill lokali se jagħmel talba oħra din se tiġi kkonsidrata favorevolment, hux hekk!", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien ma nistax nintrabat u li nista' ngħid huwa li se tiġi kkonsidrata.", "POSTA LTD - IMPJEGATI", "6994.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema grad kienu mpjegati l- ħaddiema ta' Posta Ltd fl-aħħar ta' Ġunju, 1997?", "F'liema uffiċċji postali kienu mpjegati dawn il-ħaddiema?", "Kemm mill-ħaddiema ta' Posta Ltd fl-aħħar ta' Ġunju, 1997 kienu ġew minn mal-gvern u kemm kienu mpjegati ma' Posta Ltd innifisha?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jien informat li fl-aħħar ta' Ġunju, 1997 kien hemm 950 ħaddiem jaħdmu ma' Posta Ltd.", "Dawn l-impjegati kienu jokkupaw dawn il-gradi:-", "| 2 |accountants | | 1 |assistant director | | |(mail operations) | | 9 |assistant principals | | 1 |chief executive | | 3 |senior clerks | | 4 |clerks | | 2 |chief mail officers | | 3 |senior tradesmen | | |(carpenter) | | 1 |tradesman (carpenter) | | 4 |charwomen | | 30 |executive officers | | 1 |designate financial | | |controller | | 6 |senior tradesmen | | |(fitter) | | 3 |tradesmen (fitter) | | 1 |garage attendant | | 1 |graphic designer | | 4 |general tradesmen | | 1 |human resources | | |executive | | 1 |marketing executive | | 9 |messengers | | 10 |managers (scale 7) | | 64 |mail inspectors | |166 |mail officers | | 1 |operations executive | | 72 |postal auxiliaries | | 1 |philately executive | | 8 |principal mail officers| | 11 |principal officers | |436 |postpersons | | 64 |senior postpersons | | 1 |secretary to chief | | |executive | | 5 |secretaries to | | |executives | | 9 |senior mail officers | | 4 |senior managers (scale | | |5) | | 5 |supervisors | | 1 |technician apprentice | | 1 |technical officer | | 1 |assistant technical | | |officer | | 3 |watchmen |", "Jien informat ukoll li dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu fil-head office (Admn.) central mail room, l-uffiċċju tal-pakki, sezzjoni tat-trasport u f'diversi fergħat tal-Posta f'Malta u Għawdex.", "Jien informat ukoll li fit-30 ta' Ġunju, 1997 minn 950 ħaddiem 609 kienu ħaddiema tal-gvern mislufa lill-kumpannija Posta Ltd. u 341 kienu ġew impjegati minn Posta Ltd.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Illum il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jassigura lil din il-Kamra li m'hu se jsir l-ebda tibdil fil- kondizzjonijiet tax-xogħol fir-rigward tal-ħaddiema li kienu mpjegati direttament ma' Posta Limited?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, kif diġa' għidt fl-istqarrija li għamilt, ħadd m'hu se jitlef il-job li għandu jew xi kondizzjoni milli kellu s'issa ma' Posta Limited.", "Dan qed ngħidu biex ma tkomplux ixxewxu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, in vista ta' dak li qal il-Ministru li ħadd mill-ħaddiema ta' Posta Limited m'hu se jitlef xagħra minn rasu, issa li se terġa' ssir dipartiment tal-gvern, kif inhu maħsub li jiġu ngaġġati dawn il-ħaddiema?", "Nimmaġina li jekk dawn se jifformaw parti minn dipartiment tal-gvern se jsiru impjegati tal-gvern.", "Jikkonferma l-Ministru li dawn, in vista tax-xoljiment ta' Posta Limited, m'għadhomx aktar impjegati ta' Posta Limited?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, s'issa għadhom għaddejjin it- taħdidiet ma' l-unions u meta jasal il-mument nagħmel stqarrija f'din il- Kamra.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Peress li l-Ministru enfasizza ħafna il-kelma \"s'issa\", jaf li fil-kondizzjoniijet li qed igawdu s'issa hemm ukoll ftehim li jkollhom żidiet fil-pagi u kondizzjonijiet aħjar fis-snin li ġejjin?", "Dan jikkonfermah jew jeskludih?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, meta l-management kien iffaċċjat b'talba għal żidiet kien imissu dar fuq il-ministru jew fuq il-bord ta' dak iż-żmien u qalilhom: Isma', l-Posta hija falluta, u ma nafux kif tista' tagħtuhom dawn iż-żidiet!", "Hawn qiegħda l-irresponsabbilta'.", "Issa jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid ikun jaf, ngħidlu li qatt ma kien hemm collective agreement għax dan beda jiġi diskuss fl-1995 u baqgħu jkaxkru bih sa l-1996 imma qatt ma sar ftehim.", "Meta bħala ministru responsabbli rajt il-pożizzjoni ta' Posta Limited, spjegajt lill-unions x'hemm u x'm'hemmx.", "Aħna qegħdin ngħidu li dawn il-ħaddiema se jibqgħu jgawdu l-kondizzjonijiet li għandhom s'issa imma nerġa' ngħid li ma ffirmajt l-ebda collective agreement.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, qegħdin nipprovaw nistabilixxu l-fatti biex la jkun hawn allegazzjonijiet ta' tixwix u lanqas affarijiet oħra, ħlief il-verita' tal-fatti.", "Minn dak li qal il-Ministru qed jikkonferma li m'huwiex f'pożizzjoni li jonora dak li kien hemm miftiehem bejn il-unions u Posta Limited, għalkemm mhux f'forma ta' collective agreement bil-miktub.", "Din hi l-pożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Qatt ma kien hemm ftehim bejn Posta Limited u l- unions.", "L-Onor.", "Fenech Adami huwa avukat u jaf li meta kumpannija tiġi ddikjarata falluta ħadd ma jkollu dritt ta' xejn.", "(Interruzzjonijiet) Tgħaġġilx!", "Issa mbagħad tkellem.", "Ilek ixxewwex ġimgħa!", "Issa oqgħod kwiet ħalli nkellmek jien!", "Madam Speaker, aħna ħadna kumpannija falluta, imfarrka, imkissra, b'nies irresponsabbli u ma kien hemm xejn fil-ftehim.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont segretarju ta' union u naf li meta jkun hemm xi ftehim irid ikun iffirmat, pero' sal-lum għadni ma sibt xejn iffirmat.", "Jiena qed nerġa' ngħid li l-Gvern huwa marbut u jien bħala ministru marbut li nara li dawn l-impjegati jibqgħu jgawdu l-affarijiet li kienu jgawdu qabel.", "Dak li qal l-Onor.", "Tonio Borg li \"ħadd ma jitlef xagħra\" l-Bambin biss jista' jgħidu, pero' jien flimkien mal-Gvern qed inwiegħed li mill-ħaddiema li hemm illum - kemm dawk li ġew mislufa mill-gvern lil Posta Limited, kif ukoll dawk li ġew impjegati ma' Posta Limited - ħadd minnhom m'hu se jitlef ix-xogħol.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Meta għadu kif qal li l-kumpannija Posta Limited hija falluta, jaf il-Ministru li fil-fatt ġiet depożitata dikjarazzjoni bil-miktub - skond il-liġi - li tgħid illi Posta Limited m'hijiex insolvent u dak kollu li għandha tagħti se jitħallas fi żmien 12- il xahar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: X'jippretendi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li l- Gvern ma jonorax l-agreements li għandna mal-posta internazzjonali!", "Jien fl-istqarrija għidt li se nonorawhom.", "X'jiġifieri ma nonorawhomx!", "U l- liġi hekk tgħidlek biex tiġi insolvent.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jien kont nippretendi li jiġi l- ex-Ministru Frendo biex iweġibhom hu dawn il-mistoqsijiet għax kien hu li fl-1995, waqt id-diskussjoni tal-budget, kien qal li kollox kien miexi fuq ir-rubini.", "Aħna għad irridu nkomplu nfittxu u nsibu l-ħmieġ li qed ikompli joħroġ il-likwidatur.", "Il-Gvern għamel kuntratt biex jiżgura li l-Posta Limited tagħti dak li għandha tagħti.", "Mela xi ħadd jista' jagħmel kuntratt f'isem il-Gvern Malti u ma jonorahx!", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, nixtieq li l-affarijiet ikunu preċiżi.", "Hemm dikjarazzjoni uffiċjali li l-kumpannija m'hijiex insolvent, mela d-diskors li l-kumpannija hija falluta huwa żbaljat.", "Rigward il- kwestjoni li l-Gvern jonora l-ftehim li sar, dażġur li għandu jonorah.", "U hawn hu fejn il-Gvern qiegħed jiżbalja, għax jekk wieħed jeskludi dan il- kuntratt, li veru ġab telf lil Posta Limited, is-sitwazzjoni ta' Posta Limited bħala running tal-kumpannija hija aħjar mid-dipartiment u l- Ministru għandu ittri f'dan is-sens.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, dak li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni m'hu veru xejn għaliex minbarra dawn il-Lm1 miljun aħna sibna affarijiet oħra.", "Mela lanqas l-istqarrija ma qara!", "Dawn huma affarijiet li aħna poġġejna fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jaf il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li aħna tlifna Lm40,000 ma' posta barranija għax iċ-chits ħallewhom fil- kxaxen?", "Jiġifieri dawn se jiġborhom hu!", "Jaf li tlifna imgħax ta' 'l fuq minn Lm80,000 għaliex ħadd ma kien responsabbli biżżejjed biex jara li dawn jitpoġġew il-bank?", "Jiena għadni ma nistax nifhem kif cheque jiġi trasferit il-bank u l-flus jibqgħu jiġru fil-kxaxen!", "Jaf il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li għadna ma nafux x'kien hemm fil-posta ta' San Pawl il-Baħar?", "Huwa qiegħed jgħidli li l-kumpannija m'hijiex insolvent imma jiena ngħidlu li din hija falluta, u dan mhux aħna qegħdin ngħiduh imma l-awdituri li qabbdu huma stess.", "L-awdituri kienu ilhom jgħidulhom li ġej l-inkwiet minn Frar ta' qabel, reġgħu qalulhom f'Diċembru u reġgħu qalulhom aktar tard meta qalulhom li jekk il-Gvern m'huwiex se jidħol garanti allura l-kumpannija se tfalli.", "U l-ebda gvern, l-ebda imprenditur jew bniedem li qiegħed fin-negozju m'hu se jgħidlek: GĦandek dan il-management f'idejk, kisser kulma hemm pero' bħala shareholder jien se nkompli nagħtik.", "Trid tkun miġnun biex tagħmel dawn l- affarijiet.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jekk għadu ma jistax jemmen, ngħidlu li l-Posta hija falluta, u li kieku ma kienx għall-Gvern Laburista kieku l-ħaddiema għadhom jgħixu fl-ajru.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Japprezza l-Ministru li l-issue li dan il- Parlament għandu quddiemu hija dwar xi kwalita' ta' management irridu li jkollha l-Posta, jiġifieri jekk hux se nerġgħu mmorru għas-sistema antikwata u retrograda ta' dipartiment tal-gvern, jew inkella ta' kumpannija jew korporazzjoni li naturalment trid tkun effiċjenti?", "Ħadd m'hu se jiskuża l-iżbalji li seta' għamel xi ħadd għax l-iżbalji rridu nikxfuhom u nikkorreġuhom.", "Imma xorta waħda tibqa' l-kwestjoni primarja.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, ejja għad-domanda.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: ... li t-tendenza fil-pajjiżi moderni kollha hija li l-Posta ma tkunx dipartiment tal-gvern imma ssir kumpannija jew korporazzjoni.", "Allura ma jidhirlux il-Ministru li fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom, ikun retrogradu li l-Gvern, għar-raġunijiet li qed isemmi hu, ineħħi kumpannija u jerġa' jagħmel dipartiment tal-gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dan huwa x'jaħseb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, Madam Speaker, pero' ċ-ċirkostanzi llum jitolbu mod ieħor u meta jasal il- waqt u wara li jkunu saru d-diskussjonijiet, il-Gvern jiġi hawnhekk u jagħmel stqarrija dwar x'inhu l-aħjar li jsir minn Posta Ltd.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Madam Speaker, il-Ministru qed jgħid li Posta Ltd. hija falluta.", "Allura għandi nifhem li d-deċiżjoni li jxolju l-istess kumpannija ttieħdet għaliex il-Ministru wasal għall-konklużjoni li din il- kumpannija hija falluta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, aħna wasalna għal din il- konklużjoni għaliex, bħalma jaf il-kollega tiegħi l-Onor.", "Gonzi Posta Ltd. hija falluta.", "Din il-kumpannija ma kellhiex kapital biex timxi u jiena lanqas kont nippretendi dan il-kumment mill-Onor.", "Gonzi, bniedem li jifhem fl-azjendi.", "Jekk bħala avukat ta' kumpannija huwa jagħti pariri lill- kumpannija li meta jkollha din il-kwalita' ta' management tkompli toħroġ u tippompja l-flus, allura ngħidlu li veru wasalna fl-aħħar!", "Skond il-Gvern, Posta Ltd. hija falluta u għalhekk ġiet xolta.", "GĦidt ukoll li qegħdin isiru t-taħdidiet biex naraw x'se jsir minnha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiddispjaċini li l-Prim Ministru u l-Viċi Prim Ministru ħarġu barra mill-Kamra proprju issa għaliex id-domanda li xtaqt nagħmel lill-Ministru fiha aspetti ta' politika barranija.", "Jirriżulta li l-gvernijiet fl-Ewropa, anke dawk soċjalisti u ex-komunisti, qegħdin jimxu bil-politika li jipprivatizzaw diversi servizzi, anke dawk essenzjali.", "MADAM SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk jogħġbok ejja għall-mistoqsija.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Issa dan li qiegħed jippreżenta l-Gvern Malti kif jinkwadra ruħu f'dan is-sens, meta pajjiżi oħra Ewropej qegħdin jimxu lejn il-privatizzazzjoni u l-Gvern Laburista Malti jinsab riesaq lejn iċ-ċentralizzazzjoni tas-servizzi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: M'għandi xejn aktar x'inżid ma' dak li għidt, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jiena lill-Ministru staqsejtu jekk il- ħaddiema li se jibqgħu jaħdmu fil-Posta ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Diġa' rrispondejtek għal dan.", "MADAM SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Ministru qal li se jagħmel stqarrija imma l- Kostituzzjoni tal-pajjiż tgħidlek li biex tidħol mal-gvern - naħseb li l- Ministru jafu dan għaliex ilu fil-kariga għal dawn l-aħħar tmien xhur u kien serva ta' ministru anke qabel ...", "MADAM SPEAKER: Onor. Borg, jekk jogħġbok, ejja għall-mistoqsija.", "ONOR.TONIO BORG: Il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li trid tidħol mal-gvern jew permezz tal-Labour Office jew inkella permezz ta' eżami pubbliku.", "Jista' jgħidli allura l-Ministru liema waħda minn dawn iż-żewġ toroq se jagħżel il-Gvern?", "Jista' jgħidli llum dawn il-ħaddiema humiex impjegati ta' Posta Ltd. jew tal-gvern?", "Jew inkella huma casual?", "MADAM SPEAKER: Il-Minstru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nerġa' nirripeti li qed isiru taħdidiet u meta jasal iż-żmien niġu hawnhekk u nagħmlu statement.", "Illum il-ħaddiema għadhom kollha mal-Posta u mhux ma Posta Ltd., għaliex din spiċċat.", "Barra minn hekk, aħna qegħdin ngħidu li l-ħaddiema tal-Posta, dawk li kienu tal- gvern u dawk li ġew impjegati, ħadd minnhom m'hu se jitlef postu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nixtieq nagħmel żewġ domandi.", "L-impjegati li kienu jaħdmu ma' Posta Ltd. minn min se jitħallsu għall-ewwel cheque li jmiss tal- paga?", "Dawn minn liema fondi se joħorġu?", "Huwa minnu li kieku l-bord ta' Posta Ltd. aċċetta t-talba tal-Ministru li jitkeċċew xi executives, allura l-Gvern ma kienx jieħu passi għax-xoljiment tal-kumpannija?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dwar l-ewwel parti tad-domanda, inkun nista' nirrispondi meta jasal l-aħħar tax-xahar għaliex m'għandix xi nżid iktar ma' dak li diġa' għidt.", "Dwar il-kwestjoni tad-diretturi jistgħu jistaqsu lilhom u bħalma qalulhom affarijiet oħra jgħidulhom din ukoll.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru qiegħed il-ħin kollu jgħid li qegħdin isiru xi taħdidiet, dawn dwar xiex qegħdin isiru meta jidher li hemm xi affarijiet li diġa' ddeċidihom hu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, m'għandix iktar xi nżid ma' dak li għidt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Billi l-Ministru qed jassigura lil din il-Kamra li se jagħmel stqarrija oħra dwar l-iżviluppi ta' Posta Ltd., f'din l-istqarrija jista' jinkludi punti komparattivi li juru x'vantaġġi nkisbu jew ma nkisbux billi s-servizz postali ma baqax dipartiment tal-gvern u mar taħt kumpannija kummerċjali?", "Jista' l-Ministru jinjora s-suġġerimenti li minħabba li pajjiżi oħra qed jipprivatizzaw dipartimenti tal-gvern allura pajjiżna għandu jagħmel l-istess?", "Mingħajr ma joqgħod jidħol f'ħafna polemiċi permezz ta' din l-istqarrija, il-Ministru jista' jassigura lil din il-Kamra li l-benefiċċji u l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema se jibqgħu rispettati, ladarba dawn diġa' nkisbu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jien nassigura lill-kollega tiegħi li dak li nkiseb mill-ħaddiema s'issa m'humiex se jitilfuh.", "Meta jasal iż- żmien jien se nagħmel dak li ssuġġerieli l-Onor.", "Lino Spiteri, jiġifieri li dan inniżżlu fl-istqarrija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, peress li l-Ministru qal li dak li huwa miftiehem ma' amministrazzjonijiet postali barranin għandu jkun onorat - dan huwa korrett - ma jħossx ukoll li ladarba Posta Ltd. kienet diġa' ddeċidiet favur żieda lill-ħaddiema kollha tagħha fuq it-tliet snin li ġejjin, liema żieda tammonta għal Lm7.50 fil-ġimgħa, għandu juri l- istess entużjażmu u jonora wkoll dak l-impenn min-naħa ta' Posta Ltd., mingħajr ma joqgħod jipprova jinħeba wara ċertu legaliżmu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, m'għandix xi nżid ma' dak li diġa' għidt.", "MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li fost id-dokumenti li tqiegħdu fuq il- Mejda tal-Kamra hemm ittra mill-Ministru fejn fiha qal lill-ex-diretturi ta' Posta Ltd. li huwa lest jagħti garanzija għal self li jridu jagħmlu jekk ikeċċu ħames impjegati, jidhirlux li l-kredibbilta' tiegħu u tal-Gvern tispiċċa fix-xejn meta issa qed jgħidilna li dik l-ittra li nkitbet lil Posta Ltd. ma kenitx inkitbet bis-serjeta' għax il-Gvern qatt ma kellu l- ħsieb li jagħti garanzija lil Posta Ltd. biex tkompli n-negozju tagħha?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, fl-ittra m'hemmx miktub dan imma hemm li l-Gvern m'huwiex lest li jagħmel letter of comfort bl-istess management li hemm.", "Irid ikun gvern miġnun li wara li jirċievi ħames rapporti fejn jgħidulu li l-management huwa ħażin, ikompli jippompja l-flus biex Posta Ltd. tkompli titmexxa minn nies li m'humiex kapaċi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, il-Ministru qal li fl-ittra hemm li l- Gvern m'huwiex lest li jagħmel letter of comfort bl-istess management li hemm.", "Allura xi jfissru l-kliem \"bil-management li hemm\"?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien lill-Onor.", "Austin Gatt ngħidlu li l-kliem \"bil-management li hemm\" ifissru li trid tkun miġnun li tara nies ikissru kumpannija bħal din u inti tkompli toħroġ il-flus, meta taf li n-nies li qed imexxuha fil-fatt qed imexxuha ħażin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiġifieri l-Ministru qed jikkonferma li kieku tneħħa l- management li kien hemm il-Gvern kien joħroġ il-letter of comfort u l- kumpannija ma kenitx tiġi xolta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dak int qed tgħidu.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Żommu l-ordni ħalli nkunu nistgħu ngħaddu għall- mistoqsija li jmiss.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, l-Onor.", "Membru qalli \"giddieb\" u għalhekk nitolbok biex tgħidlu jirtira din il-kelma.", "Qalli li għallinqas hu ma jigdibx, jiġifieri dan ried ifisser li jien kont qed nigdeb.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt ma kienx awtorizzat li jintervjeni.", "SKEJJEL - SEKONDARJI - STUDENTI", "6995.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li matul is-sena li għaddiet kienu qed jattendu skola sekondarja?", "Kemm minn dawn hu mistenni li jkomplu l-istudju fil-livell post-sekondarju?", "Kemm minn dawn l-istudenti hu mistenni li jfittxu xogħol permanenti?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li kienu qed jattendu l-iskola fil-livell post-sekondarju?", "Kemm minn dawn l-istudenti hu mistenni li jfittxu x-xogħol u kemm minnhom mistennija li jmorru l- Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): It-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra, pero' nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li parti mill-mistoqsija li għamel m'hijiex skond l-iStanding Orders għax safejn huwa stat ta' fatt jien nista' ngħidlek kemm kienu jattendu fil-livell sekondarju u fil-livell post-sekondarju imma li ngħidlek kemm huwa mistenni li jattendu ma jagħmilx sens.", "(Interruzzjonijiet) Jekk bħalissa għadhom lanqas biss ħarġu r-riżultati ta' l-eżamijiet jien kif nista' nispekola kemm studenti huma mistennija jfittxu x-xogħol u kemm studenti huma mistennija jkomplu bl-istudji tagħhom!", "Kif għidt diġa', din il-parti tal-mistoqsija parlamentari m'hijiex skond l-iStanding Orders għax dawn jgħidu li l-mistoqsijiet parlamentari għandhom ikunu dwar stat ta' fatt u mhux dwar x'jaħseb il- ministru.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 103 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar Żvilupp Ġenerali skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' pajjiżi li magħhom qed isiru taħdidiet dwar double taxation agreements, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7232.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' allokazzjonijiet li saru mill-Awtorita' tad-Djar bejn Ottubru 1996 u Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7169.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President tar-Repubblika.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta billi jipprovdi għall- Karigi ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali\" jirrakkommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "15 ta' Mejju 1997", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta billi jipprovdi għall-Karigi ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi li qiegħed jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta biex nipprovdu għall-karigi ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali b'mod differenti minn kif inhu provvdut sa issa.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa wieħed sempliċi, għal żewġ raġunijiet.", "Dan għaliex l-ewwelnett il-provvedimenti li jagħmel huma relattivament ċari u sempliċi u t-tieni nett għaliex ħafna mill-affarijiet li jittratta dwarhom diġa' ġew diskussi fit-tul f'din il-Kamra permezz ta' liġi oħra li għaddiet minn dan il-Parlament b'kunsens u li pprovdiet għall- ħatra ta' Direttur tal-Verifika u ta' Deputat Direttur tal-Verifika u wkoll għat-twaqqif ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, biex ngħid hekk, taħt is-setgħa tal-Parlament.", "Dik il-liġi waqqfet l-istatus tad-Direttur tal- Verifika b'dan il-mod ġdid imma biex tassew dik il-liġi tiġi viġenti kien jonqos li jkun hemm kumplimentari magħha liġi oħra - dik li għandna llum quddiemna - li temenda l-Kostituzzjoni biex il-provvedimenti ġodda għal dak li għandu x'jaqsam mad-Direttur tal-Verifika jkunu mplimentati fiha.", "Kif nafu l-Kostituzzjoni tiddefinixxi kif għandu jitħaddem l-Uffiċċju tad- Direttur tal-Verifika u allura effettivament ħafna mid-diskussjoni li wieħed jista' jagħmel dwar din il-liġi diġa' ġiet eżawrita meta kellna l- liġi l-oħra li, kif għidt, għaddiet b'consensus.", "Il-bidla li għandna quddiemna prinċipalment hija bidla għal artiklu 108 tal-Kostituzzjoni, li jiddefinixxi kif jiġi mwaqqaf id-Direttur tal- Verifika, il-funzjonijiet tiegħu bħala uffiċjal pubbliku u d-dmirijiet tiegħu u x'inhuma r-reporting relationships tiegħu fis-sistema pubblika.", "Il-bidla li qed nagħmlu hija bidla radikali imma hija kompletament aċċettabbli għas-soċjeta' tagħna, fis-sens li d-Direttur tal-Verifika jsir effettivament uffiċjal ta' dan il-Parlament.", "GĦallinqas jiena hekk nifhem li huwa s-sens reali tal-bidliet li qed nagħmlu.", "GĦalkemm id-Direttur tal- Verifika għandu l-kariga tiegħu stabilita permezz tal-Kostituzzjoni stess, l-awtonomija tiegħu hija, biex ngħid hekk, imxekkla peress li f'ħafna affarijiet jiddependi mill-gvern tal-ġurnata u mill-ministeru tal-finanzi.", "Allura wieħed jista' jgħid li effettivament ix-xogħol tiegħu huwa limitat mill-parametri ta' awtonomija li hija mxekkla b'dan il-mod.", "Il-mod kif ġiet imfassla l-kariga tad-Direttur tal-Verifika fl-1964 forsi kien konformi ma' l-ispirtu ta' dawk iż-żmenijiet, pero' aktar ma għadda ż-żmien aktar inħass il-bżonn li jkun hemm forma ta' kontroll, forma ta' awditjar fuq ix-xogħol tal-gvern li tkun indipendenti kemm jista' jkun u awtonoma kemm jista' jkun mill-gvern tal-ġurnata.", "GĦalhekk permezz tal-liġi li għandna quddiemna artiklu 108 tal-Kostituzzjoni qiegħed jinbidel kważi integralment biex jirrifletti l-parametri l-ġodda li qed nissettjaw għax- xogħol tad-Direttur tal-Verifika.", "Is-sens ta' dawn il-bidliet huwa li d- Direttur tal-Verifika jirrapporta direttament lill-Parlament u qed ngħidu wkoll li se jkollu miegħu Deputat Direttur tal-Verifika li jkollu l-istess protezzjoni li għandu d-Direttur tal-Verifika nniffsu.", "Kien hemm ħafna diskussjonijiet, anke meta kienet qiegħda tiġi mgħoddija l-liġi fl-istadju tat-Tieni Qari u fl-istadju ta' Kumitat, dwar kif jintgħażel id-Direttur tal-Verifika, x'inhuma l-funzjonijiet, x'inhuma l- attributi li wieħed għandu jirrikonoxxilu jew ifittex fih.", "Kien hemm qbil li din il-persuna għandu jkollha l-aħjar kompetenzi imma mbagħad bqajna lura milli niddefinixxuhom b'mod iddettaljat ż-żejjed ħalli ma nxekklux iċ- ċans ta' l-għażla.", "Allura filwaqt li huwa rikonoxxut li d-Direttur tal- Verifika u d-Deputat Direttur tiegħu għandu jkollhom l-aqwa kompetenzi tekniċi possibbli, il-liġi - u ovvjament il-Kostituzzjoni wkoll kif qed nibdluha - ma tidħolx fid-dettall ta' kif għandhom ikunu dawn il- kompetenzi.", "Pero' hemm consensus li kemm jista' jkun dawn il-kompetenzi tekniċi għandhom ikunu ta' l-aqwa grad u ta' l-aqwa kwalita'.", "Il-punt prinċipali jibqa' dak li d-Diretttur tal-Verifika, id-Deputat Direttur tal-Verifika u l-uffiċċju tagħhom jirrapportaw direttament permezz tal-Parlament ix-xogħol li jagħmlu.", "Din hija xi ħaġa li aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar qiegħda tiġi adottata fid-demokraziji tal-Punent.", "F'ċerti kostituzzjonijiet, hemm uffiċċji ta' l-awditur li huma parti essenzjali mill-mod kif jaħdem il-Parlament, is-Senat jew il-Kungress, hu x'inhu, u anzi huma parti - għalkemm ma ngħidilhiex \"parti eżekuttiva tal-Parlament\" - li għandha l-poter li tfittex, taġixxi u tieħu l-inizjattivi.", "Aħna ma morniex daqshekk 'il bogħod imma bil-parametri li qegħdin nissettjaw qegħdin nagħtu ċans lill-Awditur Ġenerali u lid-deputy tiegħu li jkunu f'possibbilta' li jirrispondu għat-talbiet tal-parlamentari ħalli jsiru investigazzjonijiet, studji u rapporti dwar l-operat tal-gvern.", "Il-bidla li qegħdin nissuġġerixxu fil-Kostituzzjoni tirrikonoxxi l-fatt li issa l-Parlament qed jopera wkoll permezz tal-kumitati tiegħu, f'dan il- każ il-Public Accounts Committee.", "GĦalhekk il-Kostituzzjoni, f'dan il- qasam tad-Direttur tal-Verifika, bil-bidliet li qed nagħmlu, qiegħda tissuġġerixxi li l-Public Accounts Committee jkollu funzjoni diretta f'dak li għandu x'jaqsam, per eżempju, ma' l-appointment tad-Direttur tal- Verifika.", "Din hija indikazzjoni oħra ta' kif aħna qegħdin ngħaddu lill- Parlament il-poter li bih jista' jkollu responsabbiltajiet ta' sorvelja u ta' inizjattiva fuq ix-xogħol ta' l-Awditur Ġenerali.", "Dan jorbot minnufuh ma' kif issir l-għażla tad-Direttur tal-Verifika, kif ukoll tad-deputy tiegħu, fejn qiegħed jiġi propost li d-Direttur tal-Verifika jintgħażel permezz ta' diskussjoni u qbil bejn il-Prim Minstru tal-ġurnata u l- president tal-Public Accounts Committee.", "Fil-każ li ma jkunx hemm Public Accounts Committee kostitwit u li jiffunzjona - u allura ma jkunx hemm president tal-Public Accounts Committee li, kif nafu, skond il-qbil u l- istatut li hemm irid ikun Membru ta' l-Oppożizzjoni - allura l-għażla trid issir permezz ta' qbil bejn il-Prim Ministru tal-ġurnata u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni tal-ġurnata.", "Il-mudell magħżul għal din il-ħaġa huwa mudell li jimxi fuq l-għażla ta' l-Ombudsman u f'dan is-sens allura jkun hemm qbil fuq persuna li n-naħat kollha jew iż-żewġ naħat - meta jkun hemm żewġ naħat - iqisu li huwa idoneu biex jagħmel ix-xogħol tiegħu bl-ikbar imparzjalita' u bl-akbar effettivita'.", "Jiena nemmen li kull partit fil-Parlament - u anke barra minnu - jaqbel jew ma jaqbilx mal-politika tal-gvern tal-ġurnata, u tkun xi tkun dik il- politika, jaqbel li t-tmexxija finanzjarja u amministrattiva tal-gvern għandha tirrispekkja ċerti normi ta' trasparenza, accountability u serjeta' amministrattiva.", "Allura huwa fl-interess ta' kull partit politiku u huwa fl-interess tad-demokrazija nnifisha li t-tmexxija amministrattiva finanzjarja tal-pajjiż, ikunu x'ikunu l-linji politiċi li qed jiġu segwiti, issegwi dawn in-normi ta' accountability, trasparenza u serjeta' finanzjarja.", "GĦalhekk aħna nemmnu li hemm koinċidenza sħiħa ta' interessi bejn gvern u oppożizzjoni - ikun min ikun fil-gvern u jkun min ikun fl- oppożizzjoni - fl-għażla ta' l-aħjar persuna.", "Huwa veru li wieħed jista' jargumenta li wieħed qed jieħu r-riskju - l-istess riskju li ttieħed fil- każ ta' l-Ombudsman - li jista' konċepibilment ma jkunx hemm qbil fuq persuna idonea, imma jiena nippreferi ngħid li huwa importanti li d- demokrazija tpoġġi l-onus fuq iż-żewġ naħat jew aktar tal-Kamra - jekk ikun hemm iktar minn żewġ naħat - li jaċċettaw ir-responsabbiltajiet tagħhom u jkun hemm insistenza li l-għażla tal-persuna indikata tkun tassew b'consensus.", "Dan ġara fil-każ ta' l-Ombudsman u jien persważ li għandu jiġri wkoll fil-każ ta' l-għażliet li jistgħu jsiru tad-Direttur tal- Verifika u mbagħad anke tad-Deputat Direttur tal-Verifika għaliex għandna interess komuni - kif nittamma, naħseb u nemmen miż-żewġ naħat tal-Kamra - li s-sorvelja tax-xogħol tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' accountability u responsabbiltajiet finanzjarji mmexxija b'serjeta' tiġi assigurata bl-iktar mod preċiż u bl-iktar mod ċar.", "Imbagħad hemm ukoll il- konsiderazzjonijiet fil-liġi li nistgħu niddiskutuhom fl-istadju tal- Kumitat imma, nerġa' ngħid, id-diskussjoni diġa' ġiet eżawrita meta konna qegħdin niddiskutu l-liġi li wasslet biex jiġu mfassla dawn il-proposti dwar kif ikunu salvagwardati d-drittijiet u d-dmirijiet tad-Direttur tal- Verifika u ta' l-uffiċċju tiegħu.", "Sinjura President, tajjeb li ngħid li l-bidla li għandna bżonn nagħmlu hija bidla li tenħtieġ maġġoranza ta' żewġ terzi u aktar għaliex artiklu 108 tal-Kostituzzjoni huwa protett mill-miżura li tgħid li biex artiklu jinbidel jew jitneħħa għandu jkun hemm mhux biss maġġoranza imma maġġoranza ta' żewġ terzi jew aktar.", "Allura hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar bidla f'waħda mill-klawsoli l-iktar importanti tal-Kostituzzjoni għax hemm ukoll ir-riflessjoni li tmur fuq ir-rwol ta' l-Oppożizzjoni u tal-Gvern f'demokrazija parlamentari.", "Jiena nemmen li s-sens ta' dak li qed nagħmlu u ta' dak li qed jiġi propost jagħti saħħa iktar lill-funzjoni parlamentari tagħna biex tassew isservi bħala sorvelja, bħala watchdog, fuq dak li jkun qed jagħmel il-gvern tal-ġurnata.", "Allura hemm bżonn - u dan il-bżonn qed jiġi rikonoxxut mill-bidliet li qegħdin jiġu proposti - li jkun hemm makkinarju serju li jippermetti lill-parlamentari - ikunu min ikunu wara kollox, imma l-iktar ta' l-Oppożizzjoni - li jinsistu fuq investigazzjonijiet u rendikonti serji ta' dak li jkun qed iwettaq il-gvern tal-ġurnata.", "Allura huwa importanti wkoll li dawn l-investigazzjonijiet kemm jista' jkun isiru in real time u mhux isiru tliet snin jew erba' snin wara.", "S'issa l-kritika li ssir b'mod regolari lill-Uffiċċju ta' l-Awditur u l- operat tiegħu hija li jipprovdi rapporti li jkunu ftit jew wisq dettaljati - iktar ftit milli wisq - dwar operat tal-gvern li jkun ilu li skada b'sentejn jew tlieta.", "Allura m'hemmx is-sens li l-operat tal-gvern qed jiġi ssorveljat u kkontrollat in real time u dan bir-riskju - ħafna drabi b'riżultat - li l-paprati jiġu skoperti żmien wara li jkunu saru u kulma jkun hemm bżonn li tagħmel huwa sempliċement li tagħlaq il-kotba.", "Allura m'hemmx dak is-sens ta' urġenza li bih il-gvern is being kept on its toes.", "Huwa veru li bl-introduzzjoni tal-Public Accounts Committee tejjibna ftit din is-sistema għaliex dan il-kumitat qiegħed f'pożizzjoni li jagħfas fuq il-gvern biex jagħti rendikonti in real time ta' dak li jkun qed jagħmel.", "Jiena nemmen li l-Public Accounts Committee għandu jkompli jsaħħaħ u jifrex dan ir-rwol tiegħu imma biex jifirxu tajjeb irid ikollu, kif għadna kemm għidna, l-apparat li jippermetti li jwassal u jmexxi 'l quddiem l- investigazzjonijiet tiegħu.", "Allura dan li qed nagħmlu llum huwa maħsub biex iġedded u jqawwi dan il-ħsieb, u dan imbagħad jorbot ma' kemm huwa u kemm jista' jkun effettiv l-Uffiċċju ta' l-Awditur u x'riżorsi - mhux biss finanzjarji imma wkoll umani - se nkunu qegħdin nagħtuh.", "Kif diġa' għidt, l-Uffiċċju ta' l-Awditur, biex ngħid hekk, se jibqa' parti mill-funzjoni pubblika, se jibqa' parti mis-servizz ċivili, fejn hemm ċertu rbit dwar il-pagi li jistgħu jingħataw u dwar x'inhuma r-rewards li jistgħu jingħataw uffiċjali jew funzjonarji f'dak il-qasam, u dan jista' jliġġem xi ftit il-possibbilta' tad-Direttur tal-Verifika li jibni staff professjonali u kompetenti.", "Min-naħa l-oħra l-grad li qed jingħata lid- Direttur tal-Verifika nnifsu li jkollu terminu ta' ħames snin - li jista' jerġa' jiġġedded għal ħames snin oħra li huwa l-maximum - huwa wieħed mill- iktar gradi għoljin fl-iskala tal-funzjoni pubblika.", "Dan jirrifletti l- importanza, is-saħħa morali u s-saħħa amministrattiva li rridu li d- Direttur tal-Verifika jkollu bħala post fuq skala ta funzjoni pubblika.", "Jibqa' l-punt pero' li hemm bżonn ta' impenn biex l-Uffiċċju tad-Direttur tal-Verifika jiġi msaħħaħ 'l hinn minn dak li tgħid il-liġi għaliex il-liġi hija limitattiva f'dak li titkellem dwaru.", "GĦalhekk b'rieda amministrattiva u b'volonta' politika fiż-żmien li ġej ikun hemm bżonn li nsaħħu bis-serjeta' l-Uffiċċju tal-Verifika ħalli dawn in-nies ikunu jistgħu jaqdu t-tasks li jpoġġi fuqhom il-Parlament, l-Oppożizzjoni u anke - għaliex le - il-parlamentari tal-gvern tal-ġurnata.", "Jiena nemmen li bil-miżura li qegħdin indaħħlu, li safejn naf jien għandha l-consensus, qegħdin naffermaw il-ħtieġa li tabilħaqq il-funzjoni pubblika u d-deċiżjonijiet li jieħu l-gvern tal-ġurnata, amministrattivi u finanzjarji, ikunu trasparenti u accountable.", "F'dan is-sens allura huwa importanti li l-Oppożizzjoni b'mod speċjali, permezz tal-mekkaniżmu li qegħdin nistabilixxu, ikollha ċ-ċans li teżerċita l-funzjoni ewlenija tagħha f'demokrazija parlamentari moderna, jiġifieri l-funzjoni li tkun tista' tissorvelja lill-gvern u tinsisti li jagħti rendikonti ċari mhux biss ta' deċiżjonijiet finanzjarji speċifiċi imma wkoll ta' kif ikunu qegħdin jitmexxew 'il quddiem ċerti proġetti amministrattivi ta' ċerta importanza u ta' ċerta daqs.", "L-Uffiċċju tal-Verifika, bil-protezzjoni kostituzzjonali li se jkollu - għaliex il-bidliet li se nagħmlu se jkunu protetti bil-maġġoranza taż-żewġ terzi - se jkollu saħħa iktar sħiħa biex ikun jista' jwettaq il-mandat li għandhom il-parlamentari f'demokrazija moderna li jistaqsu għall-informazzjoni u jikkonfrontaw l-informazzjoni ma' dak li jkun tabilħaqq qed jiġri .", "Jiena nemmen li b'din il-bidla li qegħdin nipproponu biex nikkonfermaw il- liġi li diġa' għaddiet minn dan il-Parlament sa l-istadju tal-Kumitat, qegħdin naffermaw il-volonta' tagħna lkoll li d-demokrazija timxi b'mod trasparenti u b'mod serju u b'mod li kull lira li l-gvern ikun qed jonfoq minn flus il-poplu tiġi minfuqa b'mod serju, b'mod responsabbli, b'mod trasparenti u b'mod li huwa accountable.", "Min-naħa tal-Gvern hemm l-impenn sħiħ li mhux biss nagħtu nifs sħiħ ħalli l-Uffiċċju tad-Direttur tal- Verifika jiżviluppa imma ċertament li se nagħtu l-ispazju kollu ħalli d- Direttur tal-Verifika u l-uffiċċju tiegħu jkunu jistgħu jaqdu tabilħaqq ir- responsabbiltajiet li jpoġġi fuqhom il-Parlament ħalli jkollna sorvelja aħjar ta' l-operat tal-gvern.", "Grazzi, Sinjura President.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, kif qal il-Prim Ministru, din hija liġi li fl-essenza tagħha hawn qbil dwarha.", "Jiena nżid ngħid li l- qbil ġej mill-fatt li fil-11 ta' Novembru, 1993 il-Gvern ta' qabel kien ippubblika white paper - \"Il-Bidla Tkompli\" - fejn waħda mill-proposti kienet eżattament li jsiru emendi fil-Kostituzzjoni biex jiġi nominat Awditur Ġenerali tal-pajjiż.", "Kien hemm proposti konkreti li l-Gvern ta' qabel, immexxi minni, kien tahom sura billi effettivament ppubblika żewġ abbozzi ta' liġi, li prattikament huma kelma b'kelma bħall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali, li reġgħu ġew ippubblikati mill-ġdid u li bħalissa qegħdin niddiskutuhom f'dan il-Parlament.", "Allura ma jistax jonqos li jkun hemm qbil dwar dak li huwa essenzjali fil-proposti l-ġodda.", "U x'inhu essenzjali fil-proposti l-ġodda?", "Fil-proposti l-ġodda huwa essenzjali li l-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali jsir uffiċċju tal-Parlament u l-Awditur Ġenerali jkun persuna accountable lejn dan il-Parlament, għalkemm ċertament li kif inhi l-Kostituzzjoni illum l-Awditur Ġenerali għandu grad ta' responsabbilta' u awtonomija garantita taħt l-istess Kostituzzjoni.", "Kif għidt, fl-essenza qegħdin naqblu u jidher li qegħdin naqblu wkoll fl-emendi li jridu jsiru dwar kif jiġi nominat l- Awditur Ġenerali.", "Il-proposta li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi - li kienet qiegħda wkoll fl-abbozz ta' liġi li ressaqna aħna - hija li l-Awditur Ġenerali jiġi nominat mill-President fuq il-parir tal-Prim Ministru u l- president tal-Public Accounts Committee.", "Jien naħseb - u dan il-ħsieb huwa anke mniżżel fil-minuti tal-Kabinett ta' qabel - li ladarba l-Awditur Ġenerali se jkun uffiċċjal tal-Parlament, allura għandna nagħmlu emendi simili kemm jista' jkun għal dawk li għamilna fil-Kostituzzjoni meta daħħalna l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman.", "Ladarba dan se jkun il-kriterju tan- nomina ta' l-Awditur Ġenerali, aħna jidhrilna li din għandha ssir mill- President, wara li dan il-Parlament b'riżoluzzjoni jipproponi għan-nomina persuna u li dik ir-riżoluzzjoni tkun approvata b'maġġoranza ta' żewġ terzi ta' dan il-Parlament.", "Wieħed jista' jargumenta li jekk ikun hemm il-qbil bejn il-Prim Ministru u c-chairman tal-Public Accounts Committee jfisser li kważi b'ċertezza jkun hemm maġġoranza kważi assoluta ta' dan il-Parlament għal dik in-nomina, pero' jekk nirraġunaw hekk, l-ewwelnett ma nkunux qegħdin nirraġunaw abbażi ta' prinċipju, u t-tieni nett inkunu qegħdin nirraġunaw abbażi tal- kontinġenzi attwali ta' kif inhu fformat il-Parlament illum.", "Irrid ngħid li llum għandna żewġ partiti rappreżentati fil-Parlament pero' dan ma jfissirx li s-sitwazzjoni se tibqa' dejjem b'dan il-mod.", "Jista' jkun hawn ċirkostanzi fejn in-naħa tal-gvern u l-partit il-kbir fl-oppożizzjoni, biex ngħid hekk, bejniethom ma jkollhomx il-maġġoranza taż-żewġ terzi u jkun hemm partiti oħra fil-Parlament.", "Allura anke d-deċiżjoni tal-Prim Ministru bi qbil maċ-chairman tal-Public Accounts Committee, mhux neċessarjament li tkun tirrappreżenta l-fehma ta' żewġ terzi ta' dan il-Parlament.", "GĦalhekk kif għamilna fil-każ ta' l-Ombudsman jidhirli li għandna nagħmlu hawnhekk ukoll u n-nomina ssir b'riżoluzzjoni ta' dan il-Parlament.", "Hemm xi dettalji oħra li m'għandix għalfejn noqgħod nidħol fihom jien dwar kif jitneħħa l-Awditur Ġenerali pero' naħseb li fl-Istadju tal-Kumitat ma jkunx diffiċli li nsibu qbil anke dwar dawn.", "Il-punt prinċipali huwa li din hija emenda għall-Kostituzzjoni li fl-essenza tagħha hemm qbil dwarha.", "Kif diġa' għidt, kienet saret proposta simili mill-Gvern ta' qabel u għalhekk naħseb li dan il-Parlament m'għandux isibha diffiċli biex insibu kif jistgħu jiġu attwati l-proposti komuni taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, xtaqt inqajjem biss l- attenzjoni għall-area ta' ġurisdizzjoni ta' l-Awditur Ġenerali kif kien u kif se jkun permezz ta' din l-emenda għall-Kostituzzjoni.", "Tajjeb li wieħed jinnota li fil-ġurisdizzjoni tad-Direttur tal-Verifika kif kienet stabilita s'issa kien hemm problema minn żewġ naħat.", "L-ewwel problema, kif qal sewwa l-Prim Ministru, hija li l-ministru tal-finanzi tal-gvern ma jkunx għadda l-files neċessarji fiż-żmien neċessarju jew fi żmien raġonevoli lill- Awditur.", "Dan huwa validu u sa ċertu punt illum min-naħa huwa konfortat b'din l-emenda u min-naħa l-oħra bis-saħħa l-ġdida li għandu l-Public Accounts Committee.", "Imma mbagħad hemm il-blanket clause, biex ngħidilha hekk, li kienet saret prattika fl-amministrazzjoni ta' qabel u li kienet tidħol ripetutament fl-establishment ta' kull corporation, kull national authority jew kull kumpannija parastatali li kien iwaqqaf.", "Nieħdu, per eżempju, kap.", "332 li kien waqqaf il-Public Transport Authority.", "Subparagrafu 21(2) jgħid:", "\"The accounts of the Authority shall be audited by an auditor or auditors to be appointed by the Authority and approved by the Minister: ...\"", "Din dak iż-żmien mill-ewwel laqtitni għaliex għall-ewwel darba kienu qegħdin jiġu esklużi minn taħt il-ġurisdizzjoni mmedjata tad-Direttur tal- Verifika l-kontijiet tal-Public Transport Authority, li huma kontijiet ta' entita' pubblika.", "Biex inkun għidt kollox kienet iddaħħlet il-proviso li:", "\" ...", "Provided that the Minister responsible for finance may, after consultation with the Minister, require the books and accounts of the Authority to be audited or examined by the Director of Audit who shall for this purpose have the power to carry out such physical checking and other verifications as he may deem necessary.\".", "Imma din tant qiegħda removed minn automatic jurisdiction li ovvjament inti tissuspetta li dan is-subartiklu ddaħħal sabiex kumpannija bħall-Public Transport Authority tiġi removed mill-ġurisdizzjoni mmedjata tad-Direttur tal-Verifika.", "Allura huwa sewwa li awtorita' nazzjonali mwaqqfa mill-fondi tal-pubbliku għandha tkun imwaqqfa 'l hinn minn id id-Direttur tal- Verifika?", "Nimxi issa għall-Kap.", "343 li bih twaqqfet l-Employment and Training Services Corporation.", "Kumbinazzjoni hawnhekk nerġgħu nsibu l-istess tip ta' blanket clause użata b'mod sterjotipat f'kull corporation fis- subartiklu 20 (2), li jerġa' jgħid l-istess ħaġa.", "Biex ma ntawwalx f'dan id-dibattitu, peress li hawn ftehim miż-żewġ naħat dwaru, se nsemmi dawn iż- żewġ corporations biss imma jekk xi ħadd irid ifittex jista' jara li kull corporation li twaqqfet taħt Gvern Nazzjonalista dejjem kellha din il- blanket clause li tgħid:", "\"The accounts of the Authority shall be audited by an auditor or auditors to be appointed by the Authority and approved by the Minister:", "Mela hawnekk l-audit se jsir separat u privat u mbagħad jgħidlek li dan se jkun 'il bogħod mill-ġurisdizzjoni tad-Direttur tal-Verifika Nazzjonjali li qed insejħulu hekk għaliex qed jagħmel il-verifika fl-interess ta' Malta kollha kemm hi.", "Jiena m'iniex ngħid dan kollu għall-formalita' imma għaliex id-Direttur tal-Verifika fl-aħħar rapport li għamel - u dan għidtu fil-Public Accounts Committee u f'dan il-Parlament meta ddiskutejna l-liġi dwar il-poteri tad- Direttur tal-Verifika - ħareġ lista ta' djun li għamlu l-corporations imwaqqfin b'liġi minn dan il-Parlament, fejn hemm indikat li sal-31 ta' Marzu, 1996 dawn il-corporations tellgħu dejn ta' kważi Lm500 miljun.", "Meta m'hemmx kontroll jew xi alarm mechanism meta d-dejn jilħaq ċertu livell.", "Kieku kien hemm xi alarm mechanism forsi l-pajjiż kien jiċċaqlaq qabel u ma joqgħodx jistenna li ssir elezzjoni ġenerali.", "Huwa tajjeb li rridu nistennew ħames snin ta' amministrazzjoni ħażina qabel ma jkun hawn kambjament fuq nefqiet li jwasslu għal kważi Lm500 miljun dejn minħabba klawsoli mdaħħlin, inkiss inkiss, fit-twaqqif ta' kull korporazzjoni, li qishom jeżentaw lil dawk il-korporazzjonijiet mis-setgħa ta' ġurisdizzjoni mmedjata tad-Direttur tal-Verifika?", "Għalhekk naħseb li se jkun tajjeb ħafna illi l-Awditur Ġenerali minn banda se jkun iktar affjatat għax se jkun taħt l-awspiċju u l-patroċinju tiegħek, Madam Speaker, u dan il-Parlament se jkollu iktar setgħa mal- ministeru tal-finanzi u allura anke mal-Public Accounts Committee u mill- banda l-oħra - u jiena jkolli nirreġistra l-konvinzjoni tiegħi - l-effett ta' dawn il-klawsoli li ġew ripetuti matul dawn l-aħħar disa' snin u nofs f'kull korporazzjoni li twaqqfet se jkollhom jaqgħu taħt liġi superjuri - din se tkun liġi li se tkun entrenched biż-żewġ terzi ta' din il-Kamra - li se tagħti awtorita' u ġurisdizzjoni immedjata lid-Direttur tal-Verifika tassew nazzjonali għax se jkollu setgħa mmedjata fuq fejn hemm fondi pubbliċi.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jidher li fuq il-qafas ta' din il-liġi qegħdin niftehmu.", "Ikun diffiċli li ma jkunx hekk għax mhux biss fil- manifesti elettorali rispettivi ż-żewġ partiti qbilna li għandu jissaħħaħ l- Uffiċċju ta' l-Awditur imma wkoll għax, kif qal l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, dak li hemm provdut f'dan l-abbozz ittieħed kelma b'kelma, tista' tgħid, minn abbozz ieħor li kien diġa' ġie ppubblikat fis-sajf tas-sena l-oħra.", "Hawnhekk issa qegħdin fl-istadju ta' emendi kostituzzjonali sabiex dak li hemm diġa' rifless fl-abbozz jiġi rifless ukoll fil-Kostituzzjoni.", "Pero' fil-Kostituzzjoni, naturalment, wieħed irid jidħol fil-kwestjonijiet ta' kif jiġi nominat u kif jitneħħa l-Awditur Ġenerali u m'hemmx dubju li dan huwa abbozz pożittiv għax qed ilaħħam iktar l-istruttura tiegħu u anke l- funzjonijiet tiegħu.", "Jekk naraw kif inhi l-Kostituzzjoni llum u nqabbluha ma' kif qed jiġi propost issa f'dan l-abbozz, m'hemmx dubju li qed inkunu iktar ċari fil- funzjonijiet li rridu nagħtu lill-Awditur Ġenerali.", "Per eżempju, il- funzjoni tiegħu li jkun jista' jinvestga mhux biss accounts tal-gvern iżda wkoll accounts ta' korpi parastatali qiegħda tiġi msaħħha mhux biss fil- liġi li għaddejna imma wkoll fil-Kostituzzjoni nnifisha.", "Pero' huwa tajjeb li meta wieħed jiddiskuti abbozzi li jemendaw il-Kostituzzjoni wieħed jidħol ftit fil-fond ta' dak li qiegħed jiġi propost minħabba li, kif qalu kelliema ta' qabli, emendi kostituzzjonali ta' dan it-tip għandhom bżonn iċ- ċavetta taż-żewġ terzi biex jinfetħu u ċavetta taż-żewġ terzi tal-membri Parlamentari biex jingħalqu.", "Allura meta wieħed jipproponi u jgħaddi emenda minn dan il-Parlament wieħed, anke jekk jaqbel, irid joqgħod attent fil-kliem li jintuża għax inkella nkunu qed norbtu mhux biss lil dan il- Parlament imma l-parlamenti kollha tal-futur, sakemm ma jkunx hemm maġġoranza ta' żewġ terzi li tbiddel dak li qed jiġi propost.", "Madam Speaker, li l-Awditur Ġenerali jkun uffiċjal tal-Parlament hija ħaġa pożittiva għax qegħdin niżviluppaw iktar dik il-funzjoni li forsi fil- passat setgħet kienet ftit rieqda f'dan il-Parlament.", "Din hija l-funzjoni li wieħed jikkontrolla l-finanzi pubbliċi.", "Ħafna drabi, anke f'moħħ l- istudenti tal-liġi, il-funzjoni tal-Parlament hija dik ta' fabbrika tal- liġijiet, istituzzjoni li tagħmel il-liġijiet.", "Il-poplu jtella' lir- rappreżentanti tiegħu fil-Parlament u allura dak li jiddeċiedu r- rappreżentanti tiegħu, f'forma miktuba li hija l-liġi, għandha torbot lil kulħadd, mhux biss lill-membri Parlamentari imma lill-popolazzjoni kollha.", "Din hija l-funzjoni vera tal-Parlament.", "Imbagħad għandu funzjoni oħra li jikkontrolla lill-gvern permezz ta' mistoqsijiet parlamentari, permezz ta' kritika u permezz ta' l-aġġornament.", "Pero' din hija funzjoni ftit debboli minħabba l-fatt illi fis-sistema parlamentari tagħna, fejn m'hemmx separazzjoni ċara u netta bejn l-esekuttiv u l-Parlament, jiġri li l- esekuttiv biex ikun esekuttiv irid jiddomina, għallinqas numerikament, il- Parlament u allura dak il-kontroll għalkemm jeżisti, forsi mhuwiex effettiv daqs f'sistemi kostituzzjonali oħrajn.", "Li forsi qed naraw ċaqlieqa f'dawn l-aħħar snin huwa fl-iżvilupp tal- funzjoni tal-Parlament li jikkontrolla l-finanzi pubbliċi.", "Wara kollox din kienet ix-xrara li fuqha bdiet ir-rivoluzzjoni Amerikana.", "L-għajta ta' \"no taxation without representation\" kienet dik ix-xrara li mbagħad qabbdet in- nar tar-rivoluzzjoni Amerikana.", "Dan kien ironikament żvilupp ta' prinċipju kostituzzjonali Ingliż li kien diġa' ġie affermat fl-Ingilterra u li mbagħad ħa sura iktar konkreta fil-Kostituzzjoni Amerikana wara r- rivoluzzjoni Amerikana.", "Hawnhekk naħseb li huwa tajjeb li nkomplu niżviluppaw dan ir-rwol tal-Parlament.", "Diġa' żviluppajnih bit-twaqqif tal- Public Accounts Committee li bin-nomina taċ-chairman tiegħu min-naħa ta' l- oppożizzjoni - għalkemm il-maġġoranza tibqa', kif għandu jkun, f'idejn il- gvern - tat irwol importanti lill-oppożizzjoni fil-kontroll tal-finanzi tal- gvern.", "Dan il-Parlament kif seta' l-iktar jikkontrolla l-finanzi tal- gvern?", "Kien jikkontrollahom bżaikament waqt id-diskussjoni tal-budget.", "Il-gvern jipproponi x'għandu jonfoq - u llum qed naraw l-iżvilupp tal- prinċipju li biex inti tonfoq sold mill-fondi pubbliċi trid l-approvazzjoni tal-Parlament - u l-oppożizzjoni tagħmel il-kritika tagħha fil-ġimgħa u nofs li jkollha tul id-dibattitu dwar il-budget u mbagħad qisu jintesa kollox.", "Imbagħad niskopru, sena wara sena, li fejn nefaq iktar il-gvern jiġu proposti l-estimi supplimentari, proprju fl-aħħar ġurnata mad- diskussjoni dwar l-appropriation bill, b'mod li l-iktar affarijiet li suppost iqajmu l-attenzjoni ta' dan il-Parlament jgħaddu fl-iqsar żmien, għax l-estimi supplimentari, għar-rigward tas-sena ta' qabel, li l- Parlament jintalab li japprova jikkostitwixxu proprju l-iktar dokument importanti fil-budget kollu.", "Huwa proprju hemmhekk li tinduna fejn il- gvern ħareġ mill-binarju ta' dak li kien ġie pproġettat.", "JIsta' jkun hemm ġustifikazzjoni għaliex il-gvern ħareġ minn dak il-binarju u allaħares xi kultant ma tagħmilx ċerta nefqa u ma tkunx flessibbli fin-nefqa, pero' jista' jkun ukoll li l-gvern ikun ħareġ minn dak il-binarju għar-raġunijiet ta' ineffiċjenza, għal raġunjiet li ma kienx hemm kontrolli biżżejjed jew għal raġunijiet - u din forsi teżisti f'ċerti impjegati tas-settur pubbliku - li m'hemmx limitu għan-nefqa għax sempliċiment trid twettaq dak il- proġett.", "Jiena niftakar id-diskussjonijiet li kien ikollhom il-ministri u s-civil servants kollha mal-ministru tal-finanzi.", "Kulħadd kien ikun irid jonfoq għax kulħadd kien ikollu l-proġetti tiegħi x'iwettaq u l-ministru tal- finanzi, kif għandu d-dover li jagħmel, dejjem iqasqas f'dik li hija nefqa ta' kull ministeru.", "Mela allura tajjeb li l-Public Accounts Committee beda bejn budget u ieħor - u mhux ristrett għal Novembru jew għal xi xahar partikolari jew għal xi dibattitu partikolari - jiżviluppa iktar dan il-kontroll fuq il-finanzi tal- gvern.", "Tant hu hekk li niftakar li l-ewwel seduta tal-Public Accounts Committee kienet saret proprju fuq l-estimi supplimentari.", "Issa b'dan l- iżvilupp naħseb li se nkomplu nipperfezzjonaw dan ir-rwol u qegħdin ngħidu li l-Awditur Ġenerali se jkun uffiċjal tal-Parlament u jidhirli li anke l- ġurament tal-kariga jagħtihulu l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati.", "Dan mhuwiex iktar figura kostituzzjonali misterjuża, nominat mill-President tar- Repubblika fuq parir tal-Prim Ministru - li jfisser nominat mill-Prim Ministru - mingħajr responsabbilita' diretta lejn il-Parlament ħlief li jippreżenta r-rapport kull sena, imma issa se jsir uffiċjal tal-Parlament.", "F'Malta, sa fejn naf jien, wara li jgħaddi dan l-abboz se jkollna żewġ uffiċjali tal-Parlament rikonoxxuti b'dan il-mod: wieħed minnhom huwa l- Ombudsman u issa se jkollna lill-Awditur Ġenerali.", "Allura huwa tajjeb li dan it-tieni uffiċjal tal-Parlament isegwi kemm jista' jkun f'dik li hija forma, struttura, nomina u tneħħija l-istruttura li għandna llum dwar l- Ombudsman.", "Issa tejjeb li wieħed jinnota li l-liġi ta' l-Ombudsman mhijiex inkorporata fil-Kostituzzjoni u allura fil-Kostituzzjoni m'hemm xejn dwar l- Ombudsman; forsi xi darba ninkorporawha fil-Kostituzzjoni.", "Pero' kienet għaddiet liġi fl-1995 illi tirregola kemm in-nomina ta' l-Ombudsman kif ukoll it-tneħħija ta' l-Ombudman.", "Hemm hekk hemm provdut illi l-Ombudsman jinħatar b'maġġoranza ta' żewġ terzi ta' dan il-Parlament.", "Dan ifisser li sakemm ma jkunx hemm naħa li jkollha maġġoranza ta' żewġ terzi - l-aħħar darba li ġara hekk kien xi 70 sena ilu - bilfors irid ikun hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat.", "Jiena naħseb li għandna wkoll insegwu, kemm jista' jkun, l- istess proċedura anke għall-Awditur Ġenerali.", "Ir-rekwiżit li għan-nomina jkun hemm bżonn maġġoranza ta' żewġ terzi hija tajba għax tirresponsabbilizza liż-żewġ naħat tal-Parlament.", "Ġaladarba jiena naf li n- nomina trid il-proposta tal-Gvern u l-qbil ta' l-Oppożizzjoni, allura dan jirrresponsabbilizza lill-Gvern li jressaq bħala persuna biex tinħatar Awditur Ġenerali lill-iktar persuna idonea u aċċettabbli għan-naħa l-oħra, u tirresponsabbilizza lill-Oppożizzjoni wkoll għax l-Oppożizzjoni ma topponix dik in-nomina sempliċiment għax ipproponiha l-Gvern imma tirresponsabbilizzaha sal-punt li toġġezzjona biss meta jkun hemm raġunijiet gravi.", "Jiena niftakar meta ddiskutejna l-liġi dwar l-Ombudsman.", "Dak il-pass li sar fl-1995 kien importanti għax għall-ewwel darba f'pajjiżna kien se jkollna uffiċjal pubbliku li biex tinnominah trid żewġ terzi tal-Parlament.", "Sa dak inhar kellna uffiċjali pubbliċi li biex tneħħihom trid maġġoranza ta' żewġ terzi, imma li biex tipproponihom trid maġġoranza ta' żewġ terzi ma kellniex.", "Lanqas imħallef ma tipproponi b'maġġoranza ta' żewġ terzi, għax jipproponih prattikament il-Prim Ministru u imbagħad biex tneħħih trid maġġoranza ta' żewġ terzi.", "Biex tipproponi l-Attorney General lanqas biss għandek bżonn l-intervent tal-Parlament imma ikollok bżonnu biex tneħħih.", "Din kienet liġi ordinarja u tista' tinbidel imma llum naħseb li hija aċċettata miż-żewġ naħat tal-Kamra li għall-ewwel darba - u dan meta konna qed niddiskutu l-liġi dwar l-Ombudsman - ġie propost li l-Ombudsman jista' jiġi mhux biss imneħħi b'żewġ terzi tal-membri Parlamentari imma jista' jiġi propost biss jekk ikun hemm maġġoranza ta' żewġ terzi.", "Jiena niftakar ukoll li ddiskutejna x'jiġri fil-każ li ma jkunx hemm ftehim u kellna diskussjoni twila dwar din il-kwestjoni, anke qabel ma l- abbozz tressaq fil-Parlament, u l-konklużjoni tal-Gvern ta' dak iż-żmien - u llum tidher li hija aċċettata għax anke l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet ivvotat favur dak l-abbozz - kienet li jekk ma jkun hemmx ftehim dwar in-nomina ta' l-Ombudsman, dan ma jsirx.", "Dan ipoġġi piż ikbar fuq iż- żewġ naħat tal-Kamra biex jaslu għall-ftehim.", "Fid-dinja tal-lum fejn għandek il-pluraliżmu fix-xandir, bil-mod kif il-gazzetti jikkritikaw liż- żewġ naħat tal-Kamra u bil-mod ta' kif sirna iktar liberi f'dak li huwa xandir u kritika, naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra, iktar u iktar meta jkollhom dan il-piż kostituzzjonjali, iridu jiftehmu għax inkella l- Ombudsman ma jsirx u allura iżjed għandhom jaslu għal ftehim u l-ftehim isir.", "Fil-fatt il-ftehim dwar il-persuna li għandha tinħatar bħala Ombudsman sar.", "Jiena nħobb noħroġ paragun ma' dak li jiġri fil- Kostituzzjoni Amerikana.", "Fil-Kostituzzjoni Amerikana huma mdorrijin iktar għal dawn iċ-checks and balances kostituzzjonali.", "Fil-fatt fl-Amerka anke l-ministri li jipproponi l-President iridu jiġu approvati mill-Parlament.", "Naturalment dawk għandhom sistema differenti fejn l-elezzjoni tal-President u l-elezzjoni tal- Kungress huma separati.", "Allura jista' jkollok sitwazzjoni - kif hemm illum - li l-President ikun minn partit wieħed u l-Kungress ikun dominat minn partit ieħor.", "Pero' xorta waħda jeżisti dan ir-rekwiżit importanti fil- Kostituzzjoni Amerikana li kull federal appointment irid l-approvazzjoni tas-Senat.", "Dan ifisser li meta jkollok sitwazzjoni kif għandek illum, bil- President ikun ġej minn partit u l-Kungress dominat minn partit ieħor, fil- prattika jrid jinstab consensus u ħafna drabi minkejja li l-Kungress jista' jimblokka n-nomini li jagħmel il-President, mhux biss ta' l-imħallfin u ta' l-ambaxxaturi imma anke tal-ministri tiegħu stess, il-fatt li għandu dan l- oneru kostituzzjonali jużawh biss f'dawk is-sitwazzjonijiet fejn verament in-nomina li tkun saret min-naħa tal-President ma tkunx nomina serja.", "Darba kien ippropona persuna li kien hemm allegazzjoni ta' korruzzjoni dwarha u minħabba ċerti problemi li kellha din il-persuna ma kenitx idonea biex tkun ministru ta' l-amministrazzjoni.", "Għalhekk hawnhekk naraw kif meta tpoġġi ċertu oneru u responsabbilta' fuq il-Parlament, anke li jista' jimblokka n-nomini ta' l-esekuttiv, fil-prattika l-ftehim jintlaħaq.", "Allura huwa tajjeb li wieħed jesplora l-possibilita' li kemm jista' jkun in-nomina ta' l-Awditur Ġenerali ssir fuq l-istess linji tan-nomina ta' l- Ombudsman u la se noħolqu uffiċjal ieħor ma noqogħdux noħolqu ideat ġodda imma nsegwu l-eżempju ta' l-Ombudsman.", "Anke f'dak li huwa dettall, per eżempju, fil-liġi dwar l-Ombudsman hemm illi meta wieħed jikkalkola ż-żewġ terzi biex jara hemmx il-maġġoranza neċessarja kwalifikata tal-Parlament biex jiġi nominat l-Ombudsman, l-iSpeaker, li huwa meqjus bħala membru tal- Kamra tad-Deputati, ma jitqiesx biex wieħed jikkalkola l-maġġoranza ta' żewġ terzi ntlaħqitx jew le.", "Mela jekk illum f'dan il-Parlament għandna 69 membru, int ma taħdimx iż-żewġ terzi fuq 69 - jekk ma nagħmlux l-emenda li hemm fil-liġi ta' l-Ombudsman - imma taħdem iż-żewġ terzi fuq 70 għax l- iSpeaker huwa meqjus bħala membru tal-Parlament.", "Fil-liġi ta' l-Ombudsman għidna li biex taħdem iż-żewġ terzi tal-membri Parlamentari lill-iSpeaker ma tinkludihx.", "Issa f'dan l-abbozz li għandna quddiemna llum din tħalliet barra u allura naħseb li jkun tajjeb li din tidħol ħalli ż-żewġ terzi għan- nomina ta' l-Awditur Ġenerali tkun żewġ terzi ta 69 u mhux żewġ terzi ta' 70.", "Din trid tidħol speċifikatament għax jekk ma tidħolx hemm il- Kostituzzjoni li tgħidlek li l-iSpeaker huwa meqjus bħala membru tal-Kamra tad-Deputati.", "Dwar kif jitneħħa l-Awditur Ġenerali jiena nemmen li għandna nsegwu l- istess proċedura li għandna fir-rigward ta' l-Ombudsman.", "Kif inhi l- Kostituzzjoni llum, diġa' hemm provdut li l-Awditur Ġenerali jitqies fuq l- istess livell ta' l-imħallfin u l-maġistrati, jiġifieri jista' jitneħħa biss bi proċess ta' impeachment li jsir quddiem il-Parlament fejn irid jiġi pprovat bix-xhieda, mhux allegat biss, l-inkapaċita' ta' dik il-persuna li tkompli taqdi d-dmirijiet tagħha kif ukoll l-imġieba ħażina, l-istess bħal fil-każ tal-maġistrati u l-imħallfin.", "Mela llum l-Awditur Ġenerali diġa' għandu l-protezzjoni.", "Ma kienx hemm iż-żewġ terzi biex tinnominah imma ż- żewġ terzi biex tneħħih kienet diġa' teżisti fil-Kostituzzjoni.", "Jiena nemmen li bħalma l-Ombudsman jitneħħa b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal- membri tal-Parlament f'każ ta' mġieba ħażina pprovata, hekk ukoll fil-każ ta' l-Awditur Ġenerali li se jkun ukoll uffiċjal ta' dan il-Parlament ikun aħjar li nsegwu dak l-eżempju.", "Xtaqt nikkummenta ukoll dwar xi ħaġa ġdida li qed tiġi proposta permezz ta' dan l-abbozz, li bażikament hija ħaġa tajba, pero' ta' min wieħed jiġbed l-attenzjoni ta' dan il-Parlament għaliha wkoll.", "Din hija li l- Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali jista' jingaġġa nies li jiġu mħallsa minn fondi pubbliċi mingħajr ma jsegwi l-proċeduri stabiliti sal-lum bil- Kostituzzjoni għar-rigward ta' recruitment ta' public officers.", "Din hija importanti li nsemmuha għax naħseb li hija innovazzjoni tajba.", "Jiena nifhem l-iskop li hemm warajha pero' tajjeb li wieħed jiddiskutiha iktar u iktar meta naslu fl-istadju tal-Kumitat ħalli nkunu nafu l-implikazzjonijiet kollha tagħha.", "Qed nirrriferi għal subartiklu (10) ta' artiklu 108 ta' dan l-abbozz li meta jiġi approvat se jkun qed jgħid hekk:", "\"Għandu jkun hemm Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li jkun magħmul mill-Awditur Ġenerali, li jkun imexxi dak l-ufiiċċju, id-Deputat Awditur Ġenerali u dawk il-funzjonarji l-oħra, li jinħatru mill- Awditur Ġenerali, hekk kif l-Awditur Ġenerali jista' jqis li jkun meħtieġ sabiex jassistuh fit-twettiq sew tal-kariga tiegħu,...\" - u mbagħad ikompli u din hija l-iktar parti importanti -", "\"....u d-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni ma għandhomx ikunu japplikaw għall-uffiċjali li jinħatru fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.\"", "Dan ifisser li l-irbit u r-restrizzjonijiet li hemm fil-Kostituzzjoni għar- rigward ta' recruitment ta' nies li jokkupaw uffiċċji pubbliċi - u issa nispjega x'inhuma - ma japplikawx għall-istaff ta' l-Awditur Ġenerali.", "L- iskop wara din l-emenda huwa li kemm jista' jkun lill-Awditur tħallilu ċerta' liberta' u leeway dwar lil min għandu jimpjega miegħu u anke jekk jiddeċiedi li jimpjega lil xi ħadd b'kuntratt indefinit ma' jkunx marbut bil-proċeduri kostituzzjonali li għandna llum.", "X'inhuma dawn il-proċeduri kostituzzjonali?", "Illum biex tidħol mal-gvern - u impieg fl-Uffiċċju ta' l-Awditur huwa impieg mal-gvern għax dan jitħallas mill-fondi pubbliċi - ir-recruitment irid bilfors ikollu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li tistabilixxi l-kriterji li għandhom jintużaw biex jiġu recruited impjegati pubbliċi.", "Il-Kostituzzjoni tgħid li dan ċertament japplika għall- public officers, għall-korporazzjonijiet pubbliċi jew inkella għal dawk il- kumpanniji fejn il-gvern għandu maġġoranza ta' ishma.", "Għalkemm ma jaqgħux taħt il-Public Service Commission, għax il-Public Service Commission tapplika biss għall-public service, artiklu 110 jipprovdi li għal dak li huwa recruitment jistgħu jidħlu ma' korporazzjonijiet pubbliċi u korpi parastatali biss b'żewġ metodi:- jew b'eżami pubbliku, jew inkella fi gradi bħalma huma porters jew charwomen permezz tal-Labour Office.", "Il- Labour Office jibgħatlek lista mbagħad wieħed jista' jagħżel minnha u minnha biss jista' jagħżel.", "Hawn qegħdin ngħidu li dawn ir- restrizzjonijiet, għar-rigward ta' recruitment through the PSC f'każ ta' impjegati tal-gvern permezz tal-proċedura ta' l-eżami stabilita mill- Kostituzzjoni u għar-rigward il-korporazzjonijiet pubbliċi u l-kumpanniji fejn il-gvern għandu maġġoranza ta' ishma, mhumiex se japplikaw iktar.", "Jiġifieri l-Awditur jista' jimpjega lil min irid hu.", "Naħseb hawnhekk wieħed x'imkien fil-kuriduri ta' moħħu jista' jgħid li hemm lok għal abbuż għax l-Awditur jista' jdaħħal lil min irid hu fl- uffiċċju tiegħu u mbagħad wara sitt xhur jew sena jista' jibagħtu f'uffiċċju ieħor tal-gvern u allura jkun hemm dak il-każ fejn dak li ma jidħolx mill-bieb prinċipali jipprova jidħol mill-bieb sekondarju.", "Pero' jiena naħseb li għalkemm din il-possibilita' ta' abbuż teżisti, meta mbagħad wieħed iqabbilha mal-vantaġġi li jista' jkun hemm li r-recruitment jitħalla f'idejn l-Awditur, nippreferi li tibqa' kif inhi milli ngħidu li nistgħu nagħtu lok għal abbuż u minħabba din il-possibilita' ta' abbuż ma nipproponux xi ħaġa li bażikament hija tajba, jekk verament irridu li jissaħħaħ l-Awditur Ġenerali.", "Meta l-Ministru kien qed jintroduċi l-abbozz ta' liġi l-ieħor qal li ħafna drabi fl-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali jispiċċaw nies li mhux suppost jispiċċaw hemmhekk jew li ma jkollhomx konoxxenza biżżejjed ta' x'inhu x- xogħol ta' l-auditing u issa b'din l-emenda se nsolvu din il-problema.", "L- argument l-ieħor kontra l-abbuż huwa li għalkemm fit-teorija dan l-abbuż jista' jeżisti, meta se jkollna garanziji sodi għan-nomini ta' l-Awditur Ġenerali - li dan mhux se jibqa' jiġi propost mill-Prim Ministru biss imma se jiġi propost bħala uffiċjal tal-Parlament bil-kontrolli li se jkun hemm anke fuqu stess u bl-apporvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Parlament - naħseb li allura jekk se jkollna l-fiduċja tal-Kamra kollha jew għallinqas ta' żewġ terzi minnha fin-nomina ta' persuna partikolari, m'għandux ikun hemm oġġezzjoni lanqas li wieħed jagħmel eċċezzjoni għar-regola f'dak li huwa recruitment ta' l-istaff ħalli wieħed jagħtih liberta' kemm jista' jkun.", "Qed ninnota li l-liberta' se tkun assoluta u se tapplika mhux biss għar- recruitment ta' l-istaff imma anke għad-dixxiplina u t-tkeċċija ta' l- istaff innifsu.", "Sur President, sal-lum artiklu 110 tal-Kostituzzjoni jgħid li jekk tkun tokkupa kariga pubblika, ħlief għal xi eċċezzjonijiet żgħar, biex titkeċċa jew tiġi dixxiplinat trid tgħaddi mill-Public Service Commission.", "Anzi proprjament il-Prim Ministru jaġixxi fuq ir-rakkmandazzjoni tal-PSC pero' m'għandu l-ebda diskrezzjoni fiha.", "Kulma jista' jagħmel hu li jirriferi lura lilhom darba biss biex jerġgħu jikkonsidraw id-deċiżjoni tagħhom.", "Dan kollu se jispiċċa għax hawn qed jiġi propost li l-prinċipju jibqa', pero' fil-każ ta' l-istaff ta' l-Awditur Ġenerali kemm ir-recuitment, kemm id- dixxiplina u kif ukoll it-tkeċċija ta' l-istaff isiru mill-Awditur innifsu.", "Esperiment simili li naħseb li tmexxa diġa' 'l quddiem sar fil-każ ta' l- Ombudsman, imma għalkemm l-Ombudsman għandu ċerta liberta' dwar kif jinnomina l-istaff tiegħu, fil-liġi dwar l-Ombudsman hemm speċifikament li r-recruitment irid isir subject to the provisions of the Constitution.", "Jiġifieri r-recruitment li jsir mill-Ombudsman irid isir skond artiklu 110 tal-Kostituzzjoni.", "Naturalment wieħed dejjem isib kif jaħrab minn dan l-artiklu u maż-żmien żviluppa l-konċett tal-kuntratt definit.", "Donnu hemm il-parir ta' l-Avukat Ġenerali li sakemm il-gvern jimpjega nies b'kuntratt għal perijodu limitat, allura dak ma jaqax taħt il-provvediment tal-Kostituzzjoni u l-gvern jista' jimpjega dawn in-nies - meta ngħid il-gvern qed ngħid l-amministrazzjoni sħiħa, inkluż l-Ombudsman - mingħajr ma jsegwi l-proċedura tal- Kostituzzjoni.", "Hawnhekk qed nagħmluha iktar ċara u qed ngħidu li fil-każ ta' kuntratt definit jew kuntratt indefinit ta' xogħol għall-istaff ta' l- Awditur Ġenerali se jkun responsabbli l-Awditur Ġenerali biss mingħajr il- ħtieġa ta' intervent tal-PSC u mingħajr ma jsegwi l-proċedura ta' l-eżami pubbliku jew tar-recruitment mill-Labour Office.", "Dan ma jfissirx li fil- prattika ma jsirux interviews jew eżamijiet pubbliċi imma m'huwiex obbligat li jagħmel hekk.", "Jiġifieri jekk l-Awditur Ġenerali jrid isib lil xi ħadd malajr li huwa verament tajjeb biex ifittex jimpjegah, m'għandux għalfejn joqgħod jaħli l-ħin u jgħaddi mill-proċeduri kollha.", "Hawn qed ninterpreta subartiklu (10) ta' artiklu 108, kif propost fi klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi, li jgħid li l-Awditur Ġenerali jista' jkollu mano libero, qisu kumpannija privata li timpjega lil min trid hi, għalkemm il-fondi huma fondi pubbliċi.", "Allura meta ngħidu li l-accounts li se jagħmel auditing tagħhom l-Awditur, u nikkwota:-", "\"jinkludu dawk l-awtoritajiet pubbliċi jew korpi oħra li jamministraw u li jkollhom f'idejhom jew li jużaw fondi li jappartjenu direttament jew indirettament lill-Gvern ta' Malta, kif jista' jiġi preskritt minn xi liġi li dak iż-żmien tkun fis-seħħ f'Malta jew bis-saħħa tagħha\",", "inkunu qed ngħidu li din tpoġġi obbligu mandatorju bil-Kostituzzjoni li l- Awditur Ġenerali jrid jagħmel l-auditing ta' l-accounts tal- korporazzjonijiet pubbliċi?", "Forsi l-Ministru jista' jgħid li din diġa' solvejniha, pero' peress li qed niddiskutu l-Kostituzzjoni, u ladarba din tidħol fis-seħħ ħadd ma jkun jista' jemendaha jekk mhux b'maġġoranza ta' żewġ terzi, nixtieq li meta niġu fl-istadju ta' Kumitat wieħed ikun aktar ċar dwarha.", "Għax dan li qed ngħidu donnu jfisser li l-Awditur Ġenerali jrid jagħmel l-auditing ta' l-accounts tal-Korporazzjoni Telemalta, għaliex subartiklu (5) ta' artiklu 108, kif propost fi klawsola 3, jgħid li:", "\"Il-kontijiet tad-dipartimenti u uffiċċji tal-Gvern ta' Malta ..... u ta' dawk l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra jew korpi oħra li jamministraw, ikollhom f'idejhom, jew jużaw fondi li jappartjenu direttament jew indirettament lill-Gvern ta' Malta ..... għandhom jiġu verifikati.\",", "u mhux \"jistgħu jiġu verifikati.\".", "Issa huwa veru li hemm frażi oħra li tgħidlek li huma dawk l-awtoritajiet li jamministraw il-fondi pubbliċi li jappartjenu direttament jew indirettament lill-Gvern ta' Malta, \"kif jista' jiġi preskritt minn xi liġi li tkun fis-seħħ f'Malta dak iż-żmien jew bis-saħħa tagħha ....\"", "Allura nixtieq inkun naf jekk hemmx xi liġi partikolari li diġa' tipprovdi għall- Awditur li jagħmel l-auditing ta' l-accounts, jew aħniex beħsiebna nagħtu xi poter lill-Parlament li jkun jista' jgħaddi liġijiet fejn jgħid li l- Awditur Ġenerali jkun jista' jagħmel auditing ta' l-accounts tal- korporazzjonijiet pubbliċi.", "Din qed nagħmluha bil-Kostituzzjoni li tgħid li", "\"l-Awditur għandu jivverifika l-accounts ta' korporazzjonijiet pubbliċi kif jista' jiġi preskritt f'xi liġi li diġa' teżisti jew li għad trid issir.\"", "Il-frażi, \"kif jista' jiġi preskritt minn xi liġi\" x'tikkwalifika?", "Qiegħda tikkwalifika l-użu tal-fondi pubbliċi jew inkella meta tgħid \"kif jista' jiġi preskritt minn xi liġi\" qed tikkwalifika l-ħtieġa tal-verifika ta' l- Awditur Ġenerali?", "Jien kważi ninterpretaha li meta tgħid \"kif jista' jiġi preskritt\" qed tagħmel riferenza għall-auditing, imma aħjar inkunu ċari għax inkella wieħed jista' jressaq l-argument, li naħseb ikun validu, li jekk ma nagħmluhiex ċara l-Awditur ikun marbut li jagħmel l-auditing mhux biss ta' l-accounts tad-dipartimenti tal-gvern, tal-PSC, tal-qrati u ta' l- Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati, li diġa' jeżistu taħt il- Kostituzzjoni preżenti, imma tista' tiġi nterpretata li jrid jivverifika wkoll l-accounts ta' l-awtoritajiet pubbliċi u tal-kumpanniji tal-gvern.", "Jidhirli li meta bdejna d-diskussjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi konna qegħdin ngħidu li għal dawk li huma l-accounts ta' dipartimenti tal-gvern, tal-PSC, ta' l-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati u tal-Qrati Inferjuri u Superjuri bilfors irid jintervjeni l-Awditur Ġenerali u jagħmel il- verifika.", "Imbagħad f'dawk li huma public corporations u kumpanniji li fihom il-gvern għandu maġġoranza ta' ishma, il-verifika hija fid- diskrezzjoni tal-Public Accounts Committee li għandu l-poter bil-liġi li jitlob lill-Awditur mhux li jagħmel auditing imma li jagħmel rapport u jinvestiga xi accounts u tmexxija finanzjarja tal-korporazzjonijiet pubbliċi.", "Qed nerġa' nqajjem dan il-punt għax issa rridu nkunu iktar ċari.", "Jekk għamilna żball x'imkien nistgħu nirranġawh u jekk nagħmlu żball hawn, sakemm naqblu bejnietna, nistgħu nirrettifikawh imma jekk ma naqblux ma jkunx jista' jitħassar b'gomma għaliex irid ikollok l-appoġġ ta' żewġ terzi tal-Kamra.", "Il-garanziji finanzjarji favur l-Awditur Ġenerali mhux biss qegħdin jiġu preservati imma qegħdin jiġu msaħħa ukoll għaliex fil-fatt hemm provvediment interessanti ħafna - ma jidhirlix li kien jeżisti taħt il- Kostituzzjoni kif inhi sal-lum - li jissalvagwarda s-salarju ta' l-Awditur Ġenerali, mhux biss waqt li jkun qed jokkupa l-kariga ta' Awditur Ġenerali imma anke wara li jispiċċa.", "Fil-fatt, bil-mod kif qed nemendaw il- Kostituzzjoni, qed niggarantixxu li, waqt li jkun qed jaqdi dmiru fl- Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, is-salarju ma jistax jitnaqqaslu - dik hija garanzija li tapplika wkoll għall-imħallfin u għall-maġistrati, jiġifieri ħaġa li diġa' kienet teżisti - u qed ngħidu li s-salarju ta' l- Awditur, bħas-salarji ta' l-imħallfin u l-maġistrati, se jkun a direct charge on the Consolidated Fund, jiġifieri għalkemm jiġi budgeted lanqas jista' jiġi diskuss f'dan il-Parlament.", "Hawnhekk qed immorru pass 'il quddiem għax paragrafu (b) ta' subartiklu (3) ta' artiklu 108, kif propost fi klawsola 3, jgħid:", "\"Meta l-Awditur Ġenerali jkun inħatar minn fost uffiċjali pubbliċi u meta tintemm il-ħatra jkun ta' eta' iżgħar mill-eta' ta' irtirar fis- servizz pubbliku, ...\"", "- m'għandux jippretendi l-Awditur li jibqa' jieħu s-salarju sħiħ anke wara li jsir pensjonant! -", "\"... il-persuna li tkun ġiet hekk maħtura għandha terġa' lura fis- servizz pubbliku u tkompli tgawdi l-istess salarju u allowances imsemmija fis-subartikolu (6).\".", "Dan qed isir sabiex nevitaw l-abbuż li jista' jkun hemm fit-teorija - jew fil-prattika - li wieħed jgħid li aħjar jagħmel l-affarijiet kif iridhom il- Gvern jew kif tridhom l-Oppożizzjoni għax inkella se jmur lura f'post mal- gvern fejn is-salarju se jkun inqas minn dak li kellu meta kien Awditur Ġenerali.", "Fil-fatt żvilupp ieħor li qed isir hu li qed jiġi entrenched fil- Kostituzzjoni li s-salarju ta' Awditur Ġenerali - kemm f'dak li huwa salarju nnifsu kif ukoll f'dawk li huma allowances - irid ikun bħal dak ta' imħallef.", "Imbagħad qegħdin ngħidu d-Deputat Awditur Ġenerali jrid ikollu salarju u allowances daqs ta' maġistrat.", "Mela apparti li kostituzzjonalment qed ngħidu li s-salarju ta' l-Awditur Ġenerali għandu jkun bħal dak ta' mħallef - jiġifieri jekk jitla' s-salarju ta' l-imħallef jitla' ta' l-Awditur Ġenerali wkoll - u fil-każ tad-Deputat Awditur Ġenerali bħal dak ta' maġistrat, jekk dan il-Parlament jaqbel, jekk l- Awditur Ġenerali wara t-termination of office tiegħu ma jerġax jiġi elett, meta jmur lura fis-civil service se jġorr miegħu s-salarju ta' mħallef.", "Għallinqas jien hekk interpretajtha u naħseb li din hija garanzija oħra li qiegħda tiżdied mal-garanziji li diġa' jeżistu biex l-Uffiċċju ta' l- Awditur Ġenerali mhux biss jissaħħaħ imma jkun kemm jista' jkun indipendenti.", "Jiġifieri una volta li int ġejt elevat għall-kariga ta' Awditur Ġenerali, anke meta tispiċċa minn Awditur Ġenerali tkompli tgawdi s-salarju li kellek, li jfisser salarju ta' imħallef sakemm tirtira.", "Din tista' tidher ġenerożita` u extravaganza daparte ta' dan il-Parlament pero' hija garanzija għall-indipendenza ta' l-Awditur.", "Nispjega għaliex.", "Għaliex il- protezzjoni li teżisti għall-imħallfin u l-maġistrati hija b'saħħitha ħafna għaliex mhux biss trid il-maġġoranza ta' żewġ terzi biex tneħħihom imma dawn lanqas għandhom term of office.", "L-imħallef jirtira ta' 65 sena u l- maġistrat jirtira ta' 60 sena.", "Veru li l-Awditur għandu l-protezzjoni ta' żewġ terzi, pero' għal ħames snin biss għax wara ħames snin tista' ma terġax tinnominah Awditur.", "GĦalhekk biex ma tintużax it-theddida li ma jerġax isir hu Awditur Ġenerali hawn qed ngħidu bil-Kostituzzjoni li s- salarju tiegħu jġorru miegħu qisu privileġġ anke wara li jispiċċa mill- kariga ta' Awditur Ġenerali.", "Dan il-provvediment se jkun japplika mhux biss għall-Awditur Ġenerali imma wkoll għad-Deputat Awditur Ġenerali li s- salarju tiegħu se jiġi marbut ma' dak ta' maġistrat.", "Jista' jkun li din tidher dettall pero' huwa dettall importanti ħafna li juri kif se nsaħħu iktar l-indipendenza u l-awtonomija ta' l-Awditur Ġenerali.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onorevoli niġbidlek l- attenzjoni li skada l-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li l-Onor.", "Borg ikompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE BORG: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Tonio Borg ikompli jinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli estendewli l-ħin biex nagħmel il-konklużjoni tiegħi.", "Sur President, bħalma nagħmlu kull meta jiġu diskussi emendi ta' dan it-tip, pero' iktar u iktar f'dan il-każ, dan kollu li qed nipproponu jsirilna suf jekk imbagħad ma jkunx hemm in-nies adattati li mhux biss imexxu l-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali imma li jkunu kapaċi li jikkontrollaw verament in- nefqa tal-gvern.", "Fiż-żmenijiet tal-lum, meta l-pressjoni fuq kull min ikun fil-gvern hija biex jonfoq fuq proġetti ġodda, mhux biss ta' natura kapitali imma anke fuq servizzi soċjali, tajjeb li jkollna uffiċċju li jikkontrolla din in-nefqa.", "L-Awditur Ġenerali jikkontrolla din in-nefqa mhux neċessarjament biex jekonomizza, mhux neċessarjament biex ngħidu li nfaqna inqas minn qabel, għaliex in-nefqa tista' tkun ħażina mhux biss fl- ammont imma fid-direzzjoni.", "Bl-istess nefqa inti tista' tonfoq aħjar jew tgħin lil min fis-soċjeta' verament għandu bżonn li jiġi megħjun.", "Jiġifieri meta ngħidu li nikkontrollaw in-nefqa ma jfissirx li neċessarjament innaqqsu n-nefqa u nikkontrollawha biex ma tikbirx bla rażan imma wkoll li d-direzzjoni ta' l-infiq tkun fid-direzzjoni tajba.", "Issa dan kollu nistgħu niktbuh sabiħ, kif ktibnieh diġa' fl-abbozz li għaddejna u fil- Kostituzzjoni, imma mbagħad irid ikollna l-aħjar nies li jkollhom il-kuraġġ ukoll għax għalkemm dan m'huwiex xogħol li wieħed għandu jibża' minnu jista' jkun li jitqies minn xi nies bħala xogħol ftit antipatiku għaliex tkun qiegħed iddur in-nies - ħafna drabi jkunu sħabek stess - biex tara li l-infiq ikun qiegħed isir kif propost.", "L-idea ta' l-inspector m'għandhiex tkun li l-inspector huwa l-għadu tiegħi, li l-Awditur ġie jindaga lili, imma għandha tkun li dan huwa eżerċizzju kif, b'dawn l-eluf ta' nies li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika, wieħed jista' jsib skemi biex jikkontrolla n-nefqa u jidderiġiha b'mod tajjeb.", "L-aħħar darba semmejt in-nefqa fuq is-servizzi soċjali, li kull gvern żied fuqha, mhux biss billi żied l-ammont imma billi ħoloq servizzi soċjali ġodda.", "Imma dawk is-servizzi soċjali li nħolqu matul iż-żmien għadhom tajbin u qed jilħqu lin-nies li verament għandhom bżonn?", "Jiġifieri dan kollu jrid jidħol fix-xogħol ta' l-Awditur Ġenerali u nittama li aħna, il-Parlament, se nagħtu l-poteri kollha li jixraqlu li jkollu l-Awditur Ġenerali, pero' fl-aħħar mill-aħħar imbagħad iridu jkunu n-nies li jokkupaw dawn il-karigi - li se nagħtuhom il-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra biex żgur ikunu imparzjali u ma jibżgħux jagħmlu x-xogħol tagħhom - li jaraw li verament il-flus li aħna nivvotaw lid-dipartimenti tal-gvern jiġu minfuqa mingħajr ħela u fid-direzzjoni xierqa.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, mhux se nirripeti l-ħafna punti li tqajmu tant tajjeb mill-kollegi taż-żewġ naħat fuq dan l-abbozz pero' xtaqt nirrifletti ftit fuq dak li qed nagħmlu, speċjalment it-twaqqif ta' Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-funzjonijiet tiegħu.", "Ftit tas-snin ilu, forsi sentejn ilu, il-Public Accounts Committee, li jien kont membru tiegħu, kellu l-opportunita' li jmur jara kif jopera n- National Audit Office ta' l-Ingilterra.", "Waħda mill-affarijiet li laqtitna kienet li f'dan l-uffiċċju kellhom il-faċilita' li jagħmlu analisi professjonali, jiġifieri mhux sempliċement wieħed jagħmel auditing ta' l- accounts billi jara jekk għandekx records biżżejjed, għandekx bilanċ u allura li m'għandekx konfużjoni jew taħwid - m'hemmx dubju li huwa importanti li ma jkollokx taħwid f'dak l-istadju - pero' huwa ferm iktar importanti li wieħed jara kif wasal biex tassew jieħu value for money għall- affarijiet li jkun hemm fl-accounts.", "F'dan il-qasam m'hemmx dubju li l- Uffiċċju ta' l-Awditur preżenti għandu d-diffikutajiet, prinċipalment għaliex m'għandux nies biżżejjed imħarrġin f'din it-tip ta' analisi.", "Mhux qed nirriferi sempliċement għall- accounting - dak huwa importanti - imma wieħed irid ikun kapaċi jidħol ftit iktar fil-fond u jevalwa aħjar.", "Nista' ngħid li fil-Public Accounts Committee - se niltaqgħu llejla fil-5.00 p.m. - qegħdin nanalizzaw ir-rapport ta' l-Awditur Ġenerali u kważi kull darba qegħdin niġu wiċċ imb'wiċċ ma' ċirkostanzi li juru biċ-ċar li għalkemm tkun saret ċerta verifika pero' din it-tip ta' analisi iktar iddettaljata li tara jekk għandekx value for money ma tkunx saret.", "Per eżempju, l-aħħar darba li ltqajna, madwar ġimgħatejn ilu, tqajmu xi punti dwar il-medical stores u qam ukoll il-punt li l-abilita' ta' l- Awditur li jidħol f'ċerti dettalji hija limitata ħafna fiċ-ċirkostanzi preżenti għaliex m'għandux in-numru ta' nies kwalifikati biex jagħmel dan ix-xogħol.", "Allura kultant ikollok rapport li ma jkunx mirqum biżżejjed f'ċerti kummenti li jsiru.", "Din ir-rimarka saret miċ-chairman tal-Public Accounts Committee u ladarba llum dan il-kumitat qiegħed jissorvelja dawn ir-rapporti b'mod iktar iddettaljat milli kien isir fil-passat fl-ambjent tal-Parlament, allura huwa ferm u ferm iktar importanti li l-Uffiċċju ta' l- Awditur ikollu l-mezzi biex jasal għal value for money u għal sistema li hija simili għal dik ta' l-Ingilterra.", "B'dan ma rridx ngħid li bilfors irridu nimitaw dak li jagħmel ħaddieħor imma ċertament li wieħed irid jara x'inhu l-aħjar fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna u x'nistgħu nutilizzaw għal pajjiżna.", "L-Uffiċċju ta' l-Awditur issa se jiġi entrenched fil-Kostituzzjoni b'mod li l-appointment ta' l-Awditur - u iktar u iktar is-salarju ta' l-impjegati ta' l-Uffiċċju ta' l-Awditur - se jkun ferm iktar flessibbli milli qatt jista' jkun taħt is-sistema tas-servizz pubbliku.", "M'hemmx dubju li jekk wieħed irid jagħmel dan ix-xogħol b'ċerta attenzjoni u b'ċerti riżorsi, irid ikollok il-flessibbilta' li tappunta lin-nies b'mod li tista' tieħu the best performance mingħandhom.", "Nafu pero' li l-Uffiċċju ta' l-Awditur kellu u għad għandu diffikultajiet kbar f'dan il-qasam u allura ċertament li huwa importanti ħafna li għall-ewwel darba qegħdin nagħtu flessibbilta' akbar għall-mod kif jiġu mpjegati n-nies f'dan l-uffiċċju u għar- rimunerazzjoni tagħhom u ta' l-Awditur u d-Deputat Awditur.", "Meta tkellem il-Prim Ministru laqtitni r-rimarka li għandha x'taqsam ma' l-hekk imsejħin real time assessments u din hija xi ħaġa li ilna nħossuha fil-Public Accounts Committee.", "Fil-fatt waħda mid-diffikultajiet tal- Public Accounts Committee u ta' l-Uffiċċju ta' l-Awditur hija li ħafna drabi nkunu qegħdin inħarsu lejn stampa li hija sentejn jew tliet snin qadima, biex ngħid hekk.", "Minn ċerti aspetti dan ma tistax tevitah għal kollox għaliex trid tistenna sakemm jingħalqu l-accounts u mbagħad tkun tista' tibda l-investigazzjonijiet tiegħek abbażi ta' dawk l-accounts.", "Pero' jiena naħseb li kieku wieħed ikollu jistaqsi lill-Uffiċċju ta' l- Awditur biex jagħmel xi ħaġa iktar reċenti fuq issue partikolari - u nafu li any three members fil-Public Accounts jistgħu jitolbu dan - il-verita' hi li dan l-uffiċċju m'huwiex f'pożizzjoni li jagħmel dan ix-xogħol malajr u kif inhu meħtieġ.", "M'huwiex biżżejjed li inti tgħid li hemm xi ħaġa li sentejn ilu jew tliet snin ilu ma jmisshiex saret imma kultant trid tolqot il-musmar fuq rasu dak il-ħin u mhux toqgħod tistenna sakemm jissaddad u mbagħad meta tipprova tolqtu fuq rasu dan jitmermer għaliex tant ikun għadda ż-żmien.", "Fl-aħħar laqgħa tal-Public Accounts Committee kien hemm irrapportat li fil- medical stores kien hemm xi files li ntilfu.", "Jiena, ngħid għalija, ixxukkjajt ruħi għaliex ma nistax naċċetta li file jintilef u li m'hemm xejn iktar x'tagħmel.", "Naħseb li f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jkun hemm xi uffiċċju jew persuna li tagħmel xi investigazzjoni u tara x'ġara għaliex inkella l-iktar ħaġa faċli tkun li tgħid li ma sibtx l-informazzjoni li għandek bżonn u allura l-kwestjoni tmut malajr.", "Madam Speaker, li rrid ngħid huwa li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li se jitwaqqaf se jkun istituzzjoni importanti ħafna għal pajjiżna.", "Bħalissa m'hemm l-ebda istituzzjoni li hija viċin dan l-uffiċċju, kemm għaliex dan jista' jimpjega n-nies kif ukoll minħabba l-abilita' li jeżamina u jiddeċiedi ċerti affarijiet.", "Hawnhekk mhux biss qed nirriferi għall-accounting system li tkun qed tintuża u jekk ikunx hemm il-provi kollha imma wkoll jekk l- affarijiet ikunux imxew b'mod li wieħed ikun ħa value for money.", "It-tibdil li qed nagħmlu fil-Kostituzzjoni wieħed irid jiżnu sewwa għaliex huwa tibdil li se jibqa' hemmhekk u jrid ikun adattat għaċ- ċirkostanzi differenti li pajjiżna jista' jsib ruħu fihom.", "Allura huwa tajjeb li hawn qbil bejn iż-żewġ naħat fuq dan l-abbozz u l-emendi li qegħdin jitressqu.", "Hemm qbil ukoll fuq il-fatt li l-Awditur se jkun uffiċjal tal-Parlament u, bħal fil-każ ta' l-Ombudsman, irid two thirds majority biex jiġi appuntat.", "Huwa importanti ħafna li aħna nibqgħu mexjin f'din it-triq li fil-fehma tiegħi bdejna tant tajjeb f'dan il-Parlament meta waqqafna l-kumitati permanenti.", "Dan huwa pass ieħor li se jwassalna fis-sitwazzjoni li jkollna istituzzjonijiet li jkunu jistgħu jagħmlu x- xogħol tagħhom b'mod effettiv u b'mod li s-saħħa ta' dan il-Parlament li jifli u jgħarbel ċerti infiq tal-gvern tiżdied.", "Issa rridu naraw li l- uffiċjali li jinħatru jkunu nies li jkunu ta' ġieħ lil dan l-uffiċċju.", "Jiena m'għandix dubju li hekk se jiġri pero' wieħed irid joqgħod attent għaliex mhux dejjem issib nies li huma kapaċi biżżejjed.", "Allura wieħed forsi jrid jifrex daqsxejn xibka wiesgħa sabiex jipprova jiġbed ċerti riżorsi, anke temporanjament, minn pajjiżi oħra ħalli nkunu f'pożizzjoni li tassew ngħarblu l-kontijiet tal-gvern u ndaħħlu l-kultura li hemm bżonn tidħol fl-operat tal-gvern li jrid ikun hemm value for money fl-infiq tal- gvern u mhux infiq li sempliċement nibbilanċjaw il-kotba, fis-sens li wieħed ġie allokat \"tant\" u allura jrid jonfoq \"tant\", imma jrid ikun infiq li jagħti l-aħjar valur lil pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki nitlob lill-Prim Ministru sabiex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, innotajt l-interess li bih tkellmu diversi kelliema, fis-sens li mhux biss hawn qbil li din hija bidla tajba imma l-interventi li saru kienu maħsuba biex insaħħu dak li rridu nipproponu.", "Smajt b'attenzjoni dak li kien qed jintqal għax nemmen li nistgħu nkomplu ntejbu dak li għandna quddiemna.", "Waħda mir-rimarki kienet dwar il-proċeduri li bihom jinħatar id-Direttur tal-Verifika u naqbel mal- proposta li saret li għandna nsegwu l-mudell ta' l-Ombudsman f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra u naħseb li għandna nressqu l-emendi meħtieġa.", "Nemmen ukoll li għalkemm dejjem tajjeb li jkun hemm xi mekkaniżmu ieħor li jilqa' għall-possibbilta' li ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat jew iktar tal-Parlament - biex ma nissograwx li ma jiġix appuntat d-Direttur tal-Verifika - pero' naħseb li wasal iż-żmien li f'karigi ta' ċerta importanza, rikonoxxuta min-naħat kollha, ngħidu li l-aqwa mekkaniżmu huwa dak li n-naħat kollha jaċċettaw li għandhom jaqblu rather milli nipprovdu an escape route li biha, jekk ma naqblux, inkunu nistgħu nipproċedu xorta waħda.", "Naħseb li naqbel ma' l-argumenti ta' l-Onor.", "Borg fuq dan il-punt u jkun tajjeb li nsegwu l-mudell ta' l-Ombudsman anke f'dan il-qasam.", "L-argumenti l-oħra kienu dwar kif l-Awditur Ġenerali għandu jaħtar lill- uffiċjali tiegħu.", "Fil-fatt qed ngħidu li d-dispożizzjonijiet ta' artikolu 110 tal-Kostituzzjoni m'għandhomx ikunu japplikaw għall-uffiċjali li jaħtar l-Awditur Ġenerali ħalli jkollu l-liberta' biex isib l-aħjar elementi biex jgħinuh fix-xogħol tiegħu.", "Nemmen li din il-possibbilta' hija importanti ħafna għall-Awditur ħalli nkunu assigurati li x-xogħol li qed jagħmel ikun qed iwettqu bl-aħjar elementi umani.", "Inħoss li hawn qbil li lill-Awditur Ġenerali nagħtuh eżenzjoni mill-provvedimenti ta' artiklu 110 tal- Kostituzzjoni.", "Tqajjem punt ieħor dwar jekk għandux ikun mandatorju għall-Awditur Ġenerali li jagħmel verifika mhux biss tad-dipartimenti u korpi kostitwiti tal-gvern, bħala parti miċ-ċivil, imma wkoll tal-korporazzjonijiet pubbliċi u tal-kumpanniji tal-gvern.", "Hawnhekk il-ħsieb tagħna huwa li waqt li tibqa' dejjem il-possibbilta' li l-Parlament jitlob lill-Awditur Ġenerali biex jivverifika l-kontijiet tal-korpi parastatali u kumpanniji tal-gvern, u malli jagħmel hekk ikollu kull dritt li jidħol f'dawk il-kontijiet, min- naħa l-oħra ma tkunx mandatorja li kull korporazzjoni u kull kumpannija tal- gvern trid tiġi verifikata u investigata annwalment mid-Direttur tal- Verifika.", "Il-ħsieb huwa li fejn il-liġijiet li jikkostitwixxu dawn il- korpi jgħidu b'mod mandatorju li l-Awditur Ġenerali għandu jinvestigahom, dawk jiġu nvestigati, imma fejn il-liġijiet ma jgħidux hekk allura m'hemmx obbligu regolari annwali għall-Awditur Ġenerali li jidħol f'dawk il-każi.", "Naturalment dejjem tibqa' l-fakulta' li l-Parlament, u anke bl-inizjattiva ta' l-Awditur Ġenerali stess, jidħlu f'dawk il-kontijiet skond kif jokkorru l-każi.", "Dak hu l-ħsieb u jekk il-kitba nnifisha ma tinterpretax dan il- ħsieb b'mod preċiż, allura wieħed jitkellem dwarha anke fl-istadju tal- Kumitat biex inkunu nistgħu nippreċiżaw l-affarijiet b'mod li ma jkunx hemm ambigwita' fihom.", "Jien qed nara li ninsabu fi stadju fejn nistgħu nipproċedu għall-istadju ta' Kumitat - naħseb li llejla jkun tajjeb - ħalli f'termini testwali nnaddfu t-test li għandna quddiemna biex inkunu nistgħu niffinalizzaw l-abbozz fuq il-binarji li jaqblu miegħu ż-żewġ naħat u allura l-affarijiet pendenti ta' natura teknika jistgħu jiġu ċċarati u miktuba aħjar fl-istadju tal-Kumitat.", "Tajjeb li nagħmel osservazzjoni oħra li okkorrietli kull darba li ssemma' l-punt li lil hinn minn dak li jgħid l-abbozz u l-bdil fil-Kostituzzjoni, donnu li l-preokkupazzzjoni hija jekk l-istrutturi u l-personnel, li se jkun alaċċjat magħhom biex iwettqu l-funzjoni ta' l-Awditur Ġenerali, humiex se jkunu ta' natura li jistgħu jġorru l-piżijiet u l-aspettativa li qegħdin inpoġġu fuqhom, kemm min-naħa teknika kif ukoll min-naħa ta' effettivita' amministrativa maniġerjali.", "Kważi l-kelliema kollha qajmu din il-preokkupazzjoni u jien ukoll naqsamha magħhom.", "Biss ma naħsibx li għandna nħalluha tipparalizzana.", "Ħalli nitilqu bl-istrutturi li qed nipproponu llum, imbagħad naraw fiż-żmien li ġej kif nistgħu nħaddmuhom aħjar.", "Se nagħmlu struttura li se taħdem fuq bażi ta' personnel għal ħames snin.", "Wieħed jista' jgħid li ħames snin huwa żmien twil wisq għax in the meantime jista' jkun hemm dubji dwar kemm il-personnel se jkun qiegħed affjatat tajjeb biex ikun jista' jkompli x-xogħol tiegħu.", "Imma min-naħa l- oħra l-konsiderazzjonijiet - dawn semmihom tajjeb l-Onor.", "Borg fl-intervent tiegħu - li jenfasizzaw il-ħtieġa li l-personnel li jkun ingaġġat biex jagħmel dan ix-xogħol, speċjalment l-Awditur Ġenerali u d-deputat tiegħu, ikollhom sigurta' personali u sigurta' ta' karriera hija konsiderazzjoni primordjali u allura tiġġustifika li l-appointment tagħhom ikun għal ħames snin u ħames snin.", "Minkejja l-konsiderazzjoijiet li wieħed jista' jagħmel fuq l-orrizzont ta' żmien fil-pespettiva tal-preokkupazzjonijiet dwar kemm l-istrutturi u l-personnel jistgħu jġorru dan il-piż, tibqa' tirbaħ il- konsiderazzjoni primordjali li hemm bżonn li dawn il-funzjonarji jkollhom garanzija sħiħa li mhux se jkun hemm xi problema għas-sigurta' tal-karriera tagħhom.", "GĦalhekk nerġa' mmur lura għall-preokkupazzjoni li lkoll naqsmu li rridu nirriflettu fuq l-aħjar mod kif nattiraw lejn dan is-servizz ta' awditjar pubbliku mhux biss l-aħjar strutturi u l-aħjar talenti imma anke s-sens investigattiv li tassew iwassal ħalli meta l-parlamentari f'din il-Kamra jew il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi jitolbu rapporti, dawk ir-rapporti jkunu kemm jista' jkun teknikament effikaċi, aġġornati maż- żmenijiet u li jaqdu l-ħtieġa tal-Parlament biex ikun jista' jiddiskuti b'sens ta' analisi ċara u determinanti l-operat tal-gvern.", "L-għan sħiħ ta' dak li qegħdin nagħmlu huwa biex nagħtu lill-Parlament demokrazija moderna, iktar saħħa biex ikun jista' jinvestiga biċ-ċar l-operat tal-gvern u jagħti ċ-ċans sħiħ liċ-ċittadini biex ikunu jistgħu jaslu għall- konklużjonijiet tagħhom dwar jekk il-gvern huwiex qed jimxi b'sens ta' responsabbilta', b'effiċjenza amministrattiva u maniġerjali li jixraq li l- Gvern jimxi biha, jekk irid iżomm il-fiduċja tal-pajjiż.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta billi jipprovdi għall-Karigi ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L- INFORMATIKA", "Ikompli mill-11 ta' Lulju, 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, l-aħħar darba kont bdejt id-diskors tiegħi dwar it-teknoloġija ta' l-informatika billi għidt li, minkejja li pajjiżna huwa gżira f'nofs il-baħar Mediterran, żgur li m'huwiex maqtugħ waħdu u li allura ma jiġi nfluwenzat minn xejn u minn ħadd.", "Ċertament li t- teknoloġija ta' l-informatika daħlet u qed tkompli tidħol f'pajjiżna bħalma daħlet f'ħafna pajjiżi oħrajn.", "Ħadd ma jista' jżomm il-progress u allura tajjeb li titwaqqaf din il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l- Informatika, mhux biex tikkontrolla jew tara x'jidħol jew ma jidħolx f'pajjiżna - ma naħsibx li dan għandu jkun l-għan ewlieni għat-twaqif ta' din il-kummissjoni - imma biex tkun ta' għajnuna għal min jenħtieġha f'dak li għandu x'jaqsam mat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Punt ieħor ta' importanza huwa li l-kummisjoni għandha tħares lejn il- kwalita' ta' x'jidħol f'pajjiżna, f'dak li għandu x'jaqsam ma' din it- teknoloġija avvanzata, biex tara li jkollna kwalita' tajba u għolja.", "Iżda fuq kollox, kif insibu fl-istess mozzjoni, għandha tħejji u tibdel l- istrateġija nazzjonali skond il-bżonn.", "Il-pajjiż għandu jkollu direzzjoni ċara dwar din it-teknoloġija moderna li kulma jmur qed issir iktar u iktar importanti biex pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Din il-kummissjoni tista' sservi wkoll bħala dak il-post fejn wieħed jista' jiddiskuti xi problemi fuq settur partikolari, ovvjament fejn tidħol it-teknoloġija ta' l-informatika.", "Il-ħolqien ta' din il-kummissjoni se jservi biex ikun hemm kordinazzjoni aħjar u mhux kulħadd jaħdem għal rasu.", "Ħaġa oħra li teħtieġ tagħmel din il- kummissjoni on a long term basis hija studju dwar il-pożizzjoni ġeografika ta' Malta, jiġifieri kif nistgħu nisfruttaw il-pożizzjoni tagħna aħjar biex dan is-settur ikun jista' jħalli qligħ għal pajjiżna.", "Nixtieq inqajjem punt ieħor li forsi ma tantx issemma f'dan id-dibattitu imma nħoss li huwa importanti f'kull ħaġa li niddiskutu f'dan il-Parlament, ċioe' li nħarsu lejn l-aspett soċjali, kif se jolqot lill-persuni.", "Smajt b'attenzjoni lil ċerti kelliema f'dan il-Parlament fejn semmew xi programm li sar fil-Fillandja.", "Jekk fhimt tajjeb kien xi tip ta' teleworking, u dan il-programm sar bl-intenzjoni li jqarreb lin-nies tal-post, minħabba li l-popolazzjoni tal-Fillandja hija mifruxa mhux ħażin.", "Is-sitwazzjoni ta' pajjiż bħall-Fillandja u pajjiżi oħrajn kbar u pajjiż bħal Malta hija differenti.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti li filwaqt li jkollna l-aħjar u l-aqwa teknoloġija f'pajjiżna, min-naħa l-oħra huwa importanti li naraw kif se tiġi milquta s-sitwazzjoni tagħna, fis-sens li ċerti sistemi avvanzati fil-qasam tat-teknoloġija minflok iservu ta' ġid jistgħu jservu biex ikun hawn inqas kuntatt bejn il-persuni.", "Ma nistgħux nippermettu li x- xogħol qed isir b'mod li ma jkunx hemm kuntatt bejn persuni u allura, minflok inressqu lin-nies iktar lejn xulxin, qisu kulħadd ikellem lill- computer u l-kuntatt bejn persuna u oħra fuq il-post tax-xogħol jispiċċa.", "GĦalhekk hemm bżonn li filwaqt li jkollna l-aħjar u l-aqwa teknoloġija possibbli f'pajjiżna, huwa importanti wkoll li nadattaw din it-teknoloġija għall-ħteġijiet tagħna.", "Dan ifisser li l-informatika għandha tintuża għas-servizz tal-bniedem u mhux il-bniedem għas-servizz ta' l-informatika.", "GĦandna naraw li l-bniedem għandu jiġi dejjem u għandu jibqa' ċ-ċentru ta' kull ħaġa li nagħmlu.", "Illum mhijiex kwestjoni jekk irridux nagħmlu parti minn din is-soċjeta' ta' l-informazzjoni.", "Ovjament l-influwenzi tat-teknoloġija daħlu f'kull pajjiż u ċertament li Malta bħala pajjiż fid-dinja tiġi influenzata wkoll u hija parti minn din is-soċjeta' kbira mondjali.", "GĦalhekk il-mistoqsija hija kif se nipparteċipaw iżjed milli jekk irridux nipparteċipaw jew le.", "Naħseb li huwa importanti li nibdew mid-dipartimenti tal-Gvern u l-korporazzjonijiet għax inħoss li dawn għandhom idaħħlu iktar l-informatika sabiex ikunu jistgħu jaħdmu b'mod aħjar u ordnat ħalli finalment iċ-ċittadini jingħataw servizz aħjar.", "Anke l-Pulizija u l-Forzi Armati ta' Malta għandu jkollhom l-aħjar teknoloġija sabiex iwettqu x-xogħol siewi u xi drabi anke diffiċli tagħhom.", "GĦalhekk permezz ta' l-użu ta' din it-teknoloġija avvanzata fl- aħħar mill-aħħar il-bniedem jiġi mogħti servizz aħjar.", "Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn l-aspett soċjali jsib li anke l- anzjani u persuni b'diżabilita' jistgħu jgawdu permezz ta' din it- teknoloġija għax il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l- Informatika għandha xogħol importanti ħafna u xi ftit jew wisq iebes sabiex tara kif kulħadd jista' jipparteċipa u jagħmel użu aħjar minn din it- teknoloġija.", "Ċertament l-anzjani u l-persuni b'diżabilita' m'għandhomx jinqatgħu mis-soċjeta' għax dawn għandhom dritt jifformaw parti minnha u għalhekk dawn ukoll għandhom jiffamiljarizzaw ruħhom mat-teknoloġija li tista' sservi fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Hawn ta' min isemmi wkoll in- numru ta' anzjani li jgħaddu ħafna ħin weħidhom għax permezz tal-computer issa dawn jistgħu jikkomunikaw ma' persuni oħra li jinsabu fl-istess sitwazzjoni tagħhom u għalhekk din it-teknoloġija tista' sservi ta' wens għalihom.", "Madam Speaker, bħal ħafna affarijiet oħra hemm bżonn li nibdew inrawwmu fit-tfal din il-kultura teknoloġika u għalhekk huwa importanti li kemm fl- iskejjel primarji, kemm fl-iskejjel sekondarji, kif ukoll f'dawk post- sekondarji jsir it-tagħlim tal-computer għax b'hekk it-tfal tagħna, minn mindu jkunu żgħar, jiġu murija l-importanza li għandha t-teknoloġija ta' l- informatika u li iktar ma jgħaddi żmien din iktar se ssir vitali u essenzjali għal kull pajjiż.", "Madam Speaker, għalkemm kull min m'huwiex computer literate żgur li fil- ħajja ta' llum se jkun fi żvantaġġ, ma rridux ninsew li xorta jibqa' importanti li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkunu jafu jaqraw u jiktbu.", "Sfortunatament għad hawn numru mhux ħażin ta' tfal u żgħażagħ li lanqas biss jafu jaqraw u jiktbu isimhom.", "Fil-fatt f'artiklu qrajt li wieħed minn kull tlieta ma jafx jaqra u jikteb ismu.", "GĦalhekk aħna ma rridux ninsew l- importanza li wieħed ikun jaf jaqra u jikteb għalkemm illum min ma jafx juża l-computer sa ċertu punt huwa illitterat.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tikber il-ħtieġa li iktar għalliema jiġu mħarrġa fit-tagħlim tal- computer għax mingħajr għalliema ma jistax isir dan it-taħriġ meħtieġ fl- iskejjel tagħna.", "Hemm ukoll il-bżonn li fl-iskejjel tagħna tikber l- infrastruttura u jiġi rranġat il-kurrikulu sabiex dan jidħol iktar fil- qasam ta' l-informatika.", "Madam Speaker, ċertament l-eta' m'hijiex importanti biex wieħed jitgħallem it-teknoloġija, anzi kemm jista' jkun kulħadd għandu jitgħallem juża din it-teknoloġija għal xi raġuni jew oħra.", "Huwa importanti li meta ndaħħlu din it-teknoloġija avvanzata f'diversi oqsma ma nagħmlux dan biex ngħidu li għandna teknoloġija avvanzata imma biex nagħmlu użu tajjeb minnha għal ġid ta' kulħadd u għalhekk hemm bżonn li jinħolqu diversi strutturi sabiex dan it-tagħlim ikun miftuħ għal kulħadd, anke jekk isiru evening classes għal dan l-għan.", "Ovvjament iktar ma l-iskejjel tagħna jkunu attrezzati biex isir dan it-tagħlim iktar għandna naraw li dawn l-iskejjel ma nużawhomx filgħodu biss imma anke filgħaxija għal dawk l-adulti li jkunu jixtiequ jitgħallmu l-computer.", "Madam Speaker, madanakollu jien naħseb li hemm bżonn li jkun hawn nies iktar professjonali li mhux biss ikunu jafu kif jużaw computer iżda jkunu esperti f'dan il-qasam.", "Is-soċjeta' tagħna ma jistax ikollha biss persuni li jkunu jafu kif jużaw il-computer għan-natura tax-xogħol tagħhom, għad- divertiment jew għar-riċerka imma għandu jkollna nies esperti f'dan il- qasam.", "Żgur li jagħmlilna kuraġġ in-numru ta' nies li ġew appuntati fuq din il-kummissjoni nazzjonali, imma mhux dawk biss għax hemm oħrajn li huma kapaċi iżda ovvjament ma jistax ikun li jidħol kulħadd f'din il- kummissjoni.", "Huwa tajjeb li n-numru ta' esperti f'dan il-qasam ikompli jikber.", "Huwa importanti wkoll li l-ETC tkabbar it-taħriġ f'dan il-qasam tat- teknoloġija ta' l-informatika.", "Kif semmejt qabel, it-tfal u żgħażagħ li ma jafux jiktbu u jaqraw huma n-nies li l-iktar insibuhom jirreġistraw għax- xogħol.", "U għalhekk tajjeb li wieħed jipprova jeduka lil dawn il-persuni u jagħtihom anke ċertu taħriġ bażiku u lil dawk li jafu jaqraw u jiktbu jagħtihom taħriġ fuq il-computer.", "Dan jista' jsir b'mod speċjali fl-ETC fejn jista' jsir ċertu taħriġ bi preparazzjoni ħalli iktar 'il quddiem iż- żgħażagħ u anke dawk inqas żgħażagħ ikunu jistgħu jsibu post tax-xogħol.", "Jien naħseb li biex tkompli tikber il-kultura tat-teknoloġija ta' l- informatika huwa importanti li fl-ibliet u fl-irħula tagħna l-kunsilli lokali wkoll jibdew jieħdu ċerti inizjattivi, anke bl-abbilta' ta' ċerti nies, jew kunsilliera stess, jew persuni mqabbdin mill-istess kunsill.", "Nissuġġerixxi lill-kunsilli lokali li forsi anke jagħmlu gruppi ta' persuni li huma interessati fil-qasam tal-computer.", "Forsi ta' min iħeġġeġ li fil- kunsill lokali jsir tagħlim għat-tfal u persuni oħrajn li jixtiequ jitgħallmu l-computer.", "Jiġifieri jrid ikun hawn sforz kollettiv biex navvanzaw kemm jista' jkun f'dan il-qasam, kemm min-naħa tal-gvern, li l- investiment kbir tiegħu huwa meħtieġ u importanti, kif ukoll min-naħa tal- privat.", "Huwa importanti li s-settur privat ma jħarisx biss lejn kemm se tavvanza l-kumpannija jew il-fabbrika tiegħu - dan huwa importanti u Allaħares ma jkunx hekk - imma jagħti kas ukoll tas-soċjeta' in ġenerali.", "Ma rridux ninsew anke gruppi volontarji li jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom f'dan il-qasam.", "It-twaqqif ta' din il-kummissjoni huwa meħtieġ biex ikompli jikber l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika ħalli x-xogħol isir aħjar u jkun hemm l-istrutturi biex din it-teknoloġija tiżviluppa iktar.", "Madam Speaker, nagħlaq billi ngħid li fid-dinja tal-lum ma rridux ningħalqu u nħarsu biss lejn x'inhu jiġri fl-Ewropa għax meta ngħidu hekk kważi kważi inkunu qed immorru kontra l-konċett bażiku ta' l-użu ta' din it- teknoloġija, dak li jgħaqqad lil kulħadd permezz tal-komunikazzjoni.", "GĦalhekk irridu nħarsu lejn il-pajjiżi kollha tad-dinja, lejn l-Amerka, il- Ġappun u l-kontinenti oħra u ovvjament huwa importanti li nħarsu wkoll lejn l-Ewropa.", "Ma nistgħux ningħalqu u ngħidu li l-Ewropa hija d-dinja imma rridu ngħidu li dan il-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika ċertament jgħaqqad lil kulħadd.", "Għalhekk hemm bżonn li naraw x'inhu jiġri f'kontinenti oħra.", "Jiena nħoss li għandna nadattaw din it-teknoloġija ta' l-informatika għall-ħteġijiet tagħna filwaqt li kemm jista' jkun nimxu 'l quddiem sabiex pajjiżna verament ikun pajjiż modern, kif ilkoll nawguraw li jkun u kif jixraqlu li jkun.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Madam Speaker, f'dan id-dibattitu ħadu sehem ħafna kelliema u min issaporta jismagħna naħseb li ħa l-impressjoni li hawnhekk hawn ħafna esperti ta' l-informatika!", "Huwa importanti li nitkellmu u niddiskutu fuq din il-kummissjoni pero' kollox idur fuq il-mistoqsija għaliex ħassejna l-bżonn li nagħmlu kummissjoni dwar l-informatika.", "Kif kien qed isir anke mill-amministrazzjoni preċedenti, issa li għandna dan il- fenomenu ta' l-informatika li qed jgħaqqad id-dinja u qed jagħmilha iktar żgħira u iktar faċli biex nikkomunikaw flimkien, qed jinħass il-bżonn li jkollna ċerti regoli u policies biex kulħadd ikollu ċerta direzzjoni fejn sejrin.", "Minn dak li qed naraw f'pajjiżi oħra, pajjiżna qed jagħmel ċerti evalwazzjonijiet?", "Qiegħed isir studju biex naraw x'impatt se jkollha t- teknoloġija ta' l-informatika fuq is-soċjeta' Maltija?", "X'tibdiliet hemm bżonn li jsiru?", "Il-poplu qed jiġi edukat għal din ir-rivoluzzjoni?", "Nemmen li jekk naraw xi problemi qed jiffaċċjaw pajjiżi oħra nkunu nistgħu nilqgħu għal din l-isfida aħjar u ma niffaċċjawx l-istess problemi li kellhom pajjiżi oħra.", "Per eżempju, pajjiżi oħra kellhom problema ta' sigurta' fuq personal data.", "Hawnhekk issemmiet l-aċċessibilita' għad-data banks.", "It- teknoloġija ta' l-informatika hija fenomenu fejn l-informazzjoni tkun aċċessibbli għad-dinja kollha u mid-dar tiegħek ikollok aċċess għall- informazzjoni kollha.", "Imma xi prekawzjonijiet qegħdin jittieħdu biex informazzjoni li hija personali tibqa' personali?", "U wara kollox x'inhu personali u x'inhu pubbliku?", "Issue oħra hija l-pornografija fuq l-internet u kif il-kriminalita' organizzata qiegħda tuża l-internet biex topera, tirreklama u tbiegħ il- pornografija.", "Jiena nistaqsi: Waqt li f'dan il-Parlament niddiskutu l- ugwaljanza u niddiskutu l-avvanzi li għamlet it-teknoloġija ta' l- informatika meta fuq l-Internet, li huwa l-parti rivoluzzjonarja f'din it- teknoloġija ta' l-informatika, il-mara qiegħda tiġi ppreżentata b'mod daqshekk baxx, nistgħu nħallu dawn l-affarijiet jibqgħu għaddejjin?", "Veru li huwa diffiċli li jkun hemm iċ-ċensura, imma kif qegħdin nilqgħu għal dawn l-affarijiet?", "Qegħdin insegwu x'inhu jiġri barra?", "Il-konsumatur kif qiegħed jidħol f'dan l-ambitu kollu?", "Il-konsumatur qiegħed jingħata pariri x'tip ta' software jista' jixtri u x'inhu l-oriġinali?", "Ir-regoli tal- copyright qegħdin jinżammu jew qegħdin jiġu abbużati bħalma tiġi abbużata regolarment il-liġi tal-copyright f'pajjiżna?", "Jiena naħseb li dawn il- punti wieħed għandu jżommhom quddiem għajnejh għaliex huma punti li l- kummissjoni trid taħdem fuqhom.", "Issa x'inhuma l-għanijiet tal-kummissjoni?", "Dawn huma li tħejji u taġġorna perjodikament l-istrateġija nazzjonali għat-teknoloġija ta' l-informatika, li twettaq direttament hi partijiet minn din l-istrateġija u li tissorvelja u tieħu ħsieb it-twettiq settorjali ta' din l-istrateġija.", "Barra minn hekk din trid tikkordina organizzazzjonijiet pubbliċi u privati biex din l-istrateġija titwettaq.", "Dawn huma għanijiet sbieħ u l-kummissjoni se tipprova tinvolvi lil kull settur li huwa nvolut sabiex niżviluppaw din it-teknoloġija ta' l- informatika.", "Aħna qegħdin ngħidu li ħadd m'għandu jibqa' lura u huwa sewwa li ngħidu hekk pero' nistaqsi: Kif se nintegraw il-persuni b'diżabilita' permezz tat-teknoloġija ta' l-informatika?", "GĦall-grazzja t'Alla t- teknoloġija ta' l-informatika tat opportunitajiet ġodda lill-persuni b'diżabilita' u jekk wieħed jara daqsxejn x'avvanzi saru permezz tal- computer, isib li dawn illum m'għadhomx il-persuni iżolati li forsi kienu 10 jew 20 sena ilu.", "Il-persuni b'diżabilita' llum għandhom aċċess ikbar għall-informazzjoni u għandhom aċċess għas-servizzi bħal ħaddieħor.", "Apparti minn hekk jistgħu jagħmlu ħbieb ġodda u jaraw x'inhu għaddej fid- dinja ta' madwarhom u mhux jiddependu biss fuq dak li jgħidilhom ħaddieħor.", "Illum persuni għomja bl-użu ta' scanners, speech synthesisers u servizzi on line jistgħu jikkomunikaw fuq livell kważi ugwali ma' persuni li jaraw.", "Jekk neħduha minn dan l-ambitu, naraw li t-teknoloġija ta' l-informatika qiegħda tikkejterja għal diżabilitajiet speċifikati.", "Per eżempju, persuni neqsin mis-smigħ jistgħu jużaw l-E-mail b'mod li d-diżabilita' titnaqsilhom għal kollox u għalhekk ma jibqgħux iżolati.", "Persuni b'diżabilita' mentali jistgħu jużaw programmi ta' tagħlim fuq il-computer biex jitgħallmu b'pass adattat għalihom u b'hekk isaħħu l-kunfidenza fihom infushom.", "Persuni bi problemi ta' mobilita' llum għandhom għodda tajba ħafna li biha jistgħu jnaqqsu mil-limitazzjonijiet fiżiċi bħalma huma l-fax modems li bihom jistgħu jikkorrispondu ma' ħbieb f'Malta jew barra.", "Persuni b'diżabilita' fiżika severa ħafna għandhom il-faċilita' li jużaw mezz elettroniku magħruf bħala remote pointing device, li jaħdem permezz ta' remote control bħal dik tat-television.", "B'dan il-mezz ikunu jistgħu jikkontrollaw l-ambjent ta' madwarhom bħal, per eżempju, iwieġbu għat-telephone u jiftħu u jagħlqu bieb jew tieqa.", "Minn dan kollu nistgħu ngħidu li t-teknoloġija ta' l-informatika qiegħda tagħti iktar indipendenza lil persuni b'diżabilita' pero' jiena nistaqsi: Dan kollu se nagħmluh possibbli għall-persuni b'diżabilita' f'pajjiżna?", "Huwa inutli li niġu hawnhekk u noqgħodu nitkellmu fuq x'inhu jiġri internazzjonalment, kemm qegħdin isiru żviluppi barra minn Malta u kemm it- teknoloġija ta' l-informatika qiegħda tagħmel il-ħajja iktar faċli jekk din m'hijiex se tkun aċċessibbli għal dawk li l-iktar għandhom bżonn it- teknoloġija ta' l-informatika.", "Jiena naf li fil-preżent il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tagħti s-somma ta' Lm500 - jekk m'iniex sejjer żball - għal persuni b'diżabilita' sabiex ikunu jistgħu jixtru computer għalihom personali.", "Dan huwa pass tajjeb u ta' min ikompli fuqu pero' aħna nafu li l-computer joffrilek ċerti vantaġġi pero' fih ċerti żvantaġġi.", "Id-dinja tal-computers tant hija mgħaġġla li dawn ikollhom bżonn ta' upgrading minn żmien għall-ieħor għaliex inkella ma timxix mal- pass li tkun miexja bih it-teknoloġija u allura taqa' lura.", "GĦalhekk il- persuna b'diżabilita' u anke l-poplu in ġenerali jew dawk l-iktar li għandhom pagi baxxi ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' dan it-tip ta' upgrading u ma jkunux jistgħu jimxu ma' l-avvanzi li jsiru.", "GĦalhekk naħseb li l- kummissjoni trid tara kif din it-teknoloġija tista' tkun aċċessibbli għal kulħadd.", "Ta' min jgħid li t-teknoloġija ta' l-informatika qiegħda tgħin lill- persuni b'diżabilita' wkoll fid-dinja tax-xogħol.", "Aħna nafu li persuni b'diżabilita' severa, bħal dawk li jbatu minn spinal cord injuries fejn kultant lanqas ikunu jistgħu jċaqilqu l-ebda parti minn ġisimhom ħlief rashom, jispiċċaw f'iżolament totali u jiddependu totalment fuq ħaddieħor.", "Pero' permezz ta' l-avvanzi li saru f'dan is-settur inħoloq dak li jgħidulu teleworking.", "X'inhi din it-teknoloġija tat-teleworking?", "Din tfisser li taħdem minn fuq il-computer u tgħodd l-aktar għal pesuni b'diżabilita' severa li ma jistgħux iħallu d-dar, għal pazjenti b'mard kroniku bħal severe rheumatic arthritis u severe asthma, għal pazjenti b'diżabilita' mentali u anke għall-carers li jieħdu ħsieb lil dawn il-persuni b'diżabilita' mentali u anke għall-carers li jieħdu ħsieb lil dawn il- persuni.", "Fost il-vantaġġi li joffri t-teleworking lil persuni b'diżabilita' hemm il-flexible hours.", "Dan jakkomoda l-bżonnijiet ta' dawk in-nies li sakemm jieħdu t-taħriġ ikunu jixtiequ ambjent familjari.", "Barra minn hekk dawn in-nies ikollhom ambjent b'ċerta protezzjoni għax ikunu qed jaħdmu f'ambjent illi jkun qiegħed jakkomoda l-bżonnijiet tagħhom.", "Dan għandu l-iżvantaġġi tiegħu wkoll u hawn irrid insemmi l- iżolament u n-nuqqas ta' ideat ġodda fix-xogħol ripetittiv li xi kultant isir boring u persuna ma tibqax tieħu gost tagħmlu minħabba n-nuqqas ta' kreattivita'.", "Infatti barra minn Malta ġie ssuġġerit li x-xogħol isir f'sheltered workshops fejn wieħed jista' jitħallat ma' persuni oħrajn.", "Ta' min jinkoraġġixxi t-twaqqif ta' skema bħal din billi jkun hemm partnerships bejn oqsma differenti, fosthom kunsilli lokali, gvern ċentrali, NGOs, l-ETC u l-qasam ta' l-industrija.", "Għandu jkun hemm kordinament sħiħ bejniethom sabiex il-focus ma jkunx fuq id-diżabilita' iżda jkun fuq l-abilita' ta' l-individwu.", "Qed ngħidu hekk għax f'din id- diskussjoni ssemmew diversi punti dwar il-kunsilli lokali.", "Jien nemmen li l-kunsilli lokali li llum għandhom aċċessibilita' għal ċerta informazzjoni - fosthom it-tagħrif ta' persuni b'diżabilta' fil-komunita' tagħhom - jistgħu jwaqqfu sistema bħal din - jekk hemm bżonn jieħdu l-pariri minn setturi differenti bħal, per eżempju, l-MSU, li tista' tgħin ħafna f'dan ir- rigward - biex il-komunita' ta' nies b'diżabilita' tkun iktar integrata fis- soċjeta'.", "B'hekk tkun tista' tinħoloq skema li permezz tagħha persuni b'diżabilita' jkunu produttivi u jkunu qed joffru servizz lill-komunita'.", "Fit-teknoloġija ta' l-informatika għandna nimxu ma' dak li qiegħed jiġri barra minn Malta.", "Filwaqt li għandna nħarsu lejn a wide spectrum u m'għandniex nillimitaw irwieħna għandna naraw x'inhuma l-bżonnijiet tagħna wkoll.", "Irridu naraw kif se tiġi affettwata l-kultura u r-reliġjon tagħna u l-mod ta' kif jaħsbuha l-Maltin.", "Ċerti valuri li aħna rnexxielna nakkwistaw matul iż-żmenijiet irridu noqogħdu attenti li nibqgħu ngħożżuhom għax wara kollox huma dawk il-valuri li lilna jagħmluna nazzjon differenti.", "Ma jfissirx li kull ħaġa li aħna nirtu jew nipprovaw nikkoppjaw mingħand pajjiżi oħrajn m'għandniex nagħtuha l-laqta tagħna u m'għandniex nissalvagwardaw il-karatteristiċi tagħna.", "Huwa hawnhekk fejn nistgħu nużaw l-internet.", "Per eżempju, fis-settur turistiku għaliex m'għandux ikollna l-home page tagħna biex nirreklamaw lil pajjiżna?", "Ċerti servizzi lill-konsumatur għaliex m'għandhomx ikunu aċċessibbli billi jkunu reklamati fuq l-internet biex il-konsumatur jingħata iktar saħħa u iktar informazzjoni?", "Kien passi għaqli li l-computer beda jiġi mgħallem lill-istudenti fl- iskejjel primarji għaliex b'hekk l-istudenti jkunu jistgħu jiffamiljarizzaw irwieħhom aħjar miegħu.", "Pero' fl-istess waqt qegħdin noqogħdu attenti li t-tfal ma ntellgħuhomx f'dinja egoistika fejn huma jikkomunikaw biss permezz tal-computer?", "Qed isir xi studju dwar kemm it-tfal tagħna qed iqattgħu ħin quddiem il-computer?", "Wara kollox dan se jirriżulta fuq il- personalita' tagħhom.", "Fil-bidu jien għidt li rridu noqogħdu attenti u nitgħallmu minn dak li qed jipprovaw jagħmlu pajjiżi oħrajn li t- teknoloġija ta' l-informatika tagħhom hija avvanzata iktar minn tagħna u llum qed isibu ċerti problemi.", "Aħna rridu naraw xi problemi sabu biex filwaqt li nimplimentaw il-policy tagħna fuq l-informatika fl-istess waqt nissalvagwardaw is-soċjeta' tagħna minn diffikultajiet li forsi llum nistgħu nevitawhom.", "Iktar ma t-teknoloġija ta' l-informatika tieħu over iktar isir diffiċli u jkun tard wisq.", "Jien nemmen li t-teknoloġija ta' l- informatika hija avvanz fis-soċjeta' u hija għodda oħra li tista' tintuża tajjeb u tista' tiġi abbużata u tintuża ħażin.", "B'hekk tkun qed tbaxxi d- dinjita' tal-bniedem.", "Għalhekk filwaqt li għandna nfittxu li navvanzaw f'dan il-qasam irridu noqogħdu attenti mir-riskji li nistgħu npoġġu fuqna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI (Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa): Madam Speaker, l-akkwist ta' l-informazzjoni huwa l-ewwel pass sabiex isseħħ il-bidla, kemm jekk din il-bidla tkun teknoloġika, soċjali, ekonomika, politika, kultura, legali kif ukoll jekk tkun bidla oħra.", "Nistgħu ngħidu li l-informazzjoni hija l-catalyst ta' dan il-proċess ta' bidla.", "Bla dubju ta' xejn is-sistemi ta' informazzjoni għandhom rwol ċentrali f'ħajjitna u avvanzi fit-teknoloġija ta' l-informatika qed ikollhom effett qawwi fuq ix-xena ta' l-attivita' umana.", "Għalhekk m'hemmx dubju għall-bżonn ta' twaqqif ta' kummissjoni nazzjonali għat-teknoloġija ta' l-informatika meta ninsabu qalb dan it-tibdil kollu f'dan il-qasam.", "Dan it-tibdil jaffettwa l-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna u tas- soċjetajiet kollha.", "Madam Speaker, ninsabu fil-qalba ta' bidla fundamentali ekonomika u soċjali u nistgħu ngħidu li din il-bidla hija mmexxija mill-interplay tad- dinamika soċjali u teknoloġika, speċjalment fejn jidħol - biex insemmu xi eżempji - l-iżvilupp fl-information management u t-telekomunikazzjonijiet, ir-rwol dejjem jikber tal-media, l-interazzjoni globali mgħaġġla bejn l- organizzazzjonijiet, iż-żieda kbira fl-availability ta' l-informazzjoni.", "Nistgħu ngħidu wkoll li l-prodott ta' dan it-tibdil huwa dak li qed insejħulu l-information society.", "Ta' min isemmi li mhux kulħadd qed jieħu l-istess benefiċċji minn din it-trend u minkejja li nbidel il-potenzjal ta' l-informazzjoni, l-attitudnijiet u l-aġir, għad trid tingħata aktar saħħa lill-gruppi żvantaġġati, kif għadu kemm semma' tajjeb l-Onor.", "Joseph Abela għax minkejja li saru investimenti kbar fit-teknoloġija ta' l-informatika għad għandna ħafna diffikultajiet, speċjalment fejn jidħlu n-nisa.", "Per eżempju, nistgħu nsemmu li r-rivoluzzjoni ta' l-informazzjoni u l- information society li qed nitkellmu fuqha baqgħet siekta fuq ċerti gender issues u ftit saret riċerka li tindirizza ċ-ċirkostanzi tan-nisa vis-a-vis l-informazzjoni.", "Għalkemm ftit ingħatat attenzjoni speċifikament lill- overlap ta' l-informazzjoni, il-gender, l-iżvilupp, ix-xjenzja u t- teknoloġija, il-qasam ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni għandu implikazzjonijiet serji fuq l-impjieg, l-edukazzjoni, it-training u aspetti oħra tal-ħajja produttiva.", "Għalhekk meta naraw dan bilfors li jqumu ċerti mistoqsijiet bħal, per eżempju.", "In-nisa qegħdin igawdu opportunitajiet professjonali daqs l-irġiel fil-qasam ta' l-informatika?", "Għandna aċċess għall-informazzjoni li għandna bżonn?", "Qegħdin inkunu moqdijin tajjeb mill- mass media?", "Lesti li nieħdu vantaġġi mit-teknoloġiji ġodda?", "Hemm bosta iktar mistoqsijiet li nistgħu nagħmlu u hemm ħafna x'juri li t-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet hija fin-negattiv.", "Għalhekk hemm il-ħtieġa ta' orjentazzjoni ġdida sabiex in-nisa jkunu jistgħu jsiru membri ugwali f'din l-information society li qed nitkellmu fuqha.", "Madam Speaker, jien naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Louis Galea meta jgħid li għandu jitwaqqaf sotto-kumitat fi ħdan din il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika sabiex jagħmel monitoring dwar kif qed jintlaqtu n-nisa mill-qasam ta' l-information technology.", "Fil- fatt l-iskop ta' dan l-intervent kien proprju biex nagħmel proposta ta' din ix-xorta.", "It-teknoloġiji avvanzati naturalment jibdlu l-qagħda tal- ħaddiema fid-dinja tax-xogħol minħabba l-bidla ta' l-iskills meħtieġa, kif ukoll minħabba l-bidla fl-organizzazzjoni tax-xogħol.", "It-teknoloġiji li huma computer aided diġa' affettwaw l-istruttura ta' l-impjiegi u flimkien mat-telekomunikazzjoni u s-satelliti dawn bidlu l-ħtieġa ta' l-iskills u n- numru tax-xogħlijiet għad-dispożizzjoni tan-nisa.", "Irrid insemmi li t- telekomunikazzjoni u t-teknoloġija tal-computer fetħu bosta opportunitajiet għan-nisa fil-qasam ta' l-industrija tas-servizzi, imma dan ġara minħabba li għadna nħarsu lejn in-nisa fir-rwol stereotipat tagħhom tax-xogħol fl- uffiċċju.", "Per eżempju, l-iskills tat-typing huma bżonnjużi fix-xogħol ta' l- information processing.", "Id-dħul tan-nisa f'oqsma bħalma huma l-industrija tat-telekomunikazzjoni, il-banek u l-insurance huwa wieħed sostanzjali u nistgħu ngħidu li, bl-introduzzjoni tal-micro electronics, in-nisa żdiedu sew fl-industrija tal-printing u anke tal-publishing.", "Dan qed ngħidu biex nagħti eżempju ieħor, pero' hawnhekk ta' min isemmi li m'huwiex biżżejjed li l-ħaddiema jingħataw aċċess għall-computer training darba biss, imma f'qasam fejn ta' kuljum ikun hemm bidliet jeħtieġ li l-iskills ikunu upgraded kontinwament.", "Kif għidt, il-biċċa l-kbira tan-nisa f'dawn l-oqsma kienu bħala typists u rrid ngħid li m'għandux ikun hekk, speċjalment meta nafu li dawn il-jobs se jiġu automated b'aktar żvilupp teknoloġiku.", "F'din ir-rivoluzzjoni tat-telekomunikazzjoni ma nistgħux ma nsemmux id- deċentralizzazzjoni tax-xogħol ta' l-uffiċċju, li qed jieħu diversi forom, kif diġa' aċċenna l-Onor.", "Abela.", "Per eżempju, permezz tat-telecommuting, id-distance working u t-teleworking, minbarra li nsibu persuni jaħdmu mid- dar regolarment, hemm ukoll organizzazzjonijiet oħra ta' xogħol bħalma huma t-telecottages, is-satellite offices u teleservice centres.", "Meta wieħed jitkellem fuq dawn l-affarijiet ma jistax ma jsemmix id-dimensjoni tal- gender meta nanalizzaw l-implikazzjonijiet soċjali tat-telework.", "Naturalment it-teknoloġija li tippermetti lin-nisa jikkombinaw il-kura tat-tfal u jieħdu ħsieb id-dar flimkien mal-karriera hija xi ħaġa tajba.", "Barra minn hekk, it-teleworking joffri wkoll il-prospett ta' flessibbilta' fil-ħinijiet tax-xogħol, pero' minn studji li saru s'issa fil-prattika jidher li t-teleworking qiegħed jirrinforza l-qsim tax-xogħol fuq linji tradizzjonali - dak li ngħidulu l-gender division of labour - iżjed milli jillibera lin-nisa.", "Dan għaliex in-nisa qed ikunu mgħobbijin bix-xogħol tad-dar kif ukoll dak ta' barra mid-dar li issa qed jagħmluh fid-dar ukoll u allura sabu li dan qed jikkawża stress kemm fix-xogħol u anke fil- familja.", "Fil-fatt, instab li filwaqt li l-irġiel jaħdmu mid-dar in-nisa jaħdmu fid-dar.", "Meta nevalwaw l-impatt tat-teleworking jeħtieġ li nżommu dan kollu f'moħħna u rridu noqogħdu attenti li ma nerġgħux immorru lura.", "Il-fatt li l-mara qiegħda taħdem id-dar ma jfissirx li r-responsabbilta' tax-xogħol domestiku għandu jaqa' kollha fuqha.", "Għalhekk ħafna minn dawn il-problemi jsiru inqas rilevanti meta x-xogħol ikun magħmul f'satellite offices jew f'ċentri fil-lokalita' u b'hekk il-problemi ta' l-iżolament jonqsu wkoll.", "Madam Speaker, hawn ta' min jgħid li għalkemm in-nisa ggwadanjaw numru ta' jobs dawn xorta baqgħu inviżibbli f'postijiet fejn jittieħdu d- deċiżjonijiet.", "In-nuqqas ta' rappreżentazzjoni fil-proċess tat-teħid tad- deċiżjonijiet jispikka partikolarment fl-industriji l-ġodda ta' l- information technology, li relattivament huma ħielsa mit-tqassim tax-xogħol skond is-sess, kif nafuh tradizzjonalment.", "Għalhekk aħna konna nistennew li n-nisa jmorru aħjar f'dawn l-oqsma imma madanakollu fil-kumpanniji l- kbar tat-telekomunikazzjoni ta' l-Ewropa l-istruttura tal-gender hija simili għal dik ta' setturi aktar tradizzjonali.", "Normalment in-nisa huma predominanti fil-livelli baxxi fejn ix-xogħol jirrikjedi inqas training formali u huma inqas viżibbli fil-livelli ta' fuq.", "Madam Speaker, fil-fatt hemm bosta raġunijiet komplessi li għalihom m'hemmx ħafna nisa fil- pożizzjoni ta' management.", "Hawn ta' min jgħid li fl-Ingilterra sar studju fil-fond dwar il-progress fil-karriera ta' managers nisa f'żewġ kumpanniji kbar ibbażati fuq l- information technology.", "Dan l-istudju, bl-isem ta' \"An Innovative Approach to Positive Action - The Experiences of Telecommunication Sector in the EC\", juri li teżisti differenza fil-karriera tan-nisa u ta' l-irġiel minħabba li l-organizzazzjonijiet huma dominati mill-irġiel u b'hekk in- nisa ma jkollhomx aċċess għaċ-channels informali tal-promotions.", "GĦalhekk qabel ma jkun hemm numru sostanzjali ta' nisa fil-livell ta' senior management ikun diffiċli li tinbidel din il-kultura ta' l- organizzazzjonijiet.", "Kif kelli l-okkażjoni li ngħid drabi oħra wkoll, wieħed mill-ikbar fatturi li jżomm lin-nisa milli jaħdmu fil-qasam ta' l- information technology huwa relatat man-nuqqas tagħhom fl-edukazzjoni teknika għax l-opportunitajiet f'din it-tip ta' edukazzjoni għandhom it- tendenza li jkunu mmirati iktar għall-bżonnijiet u għall-aspirazzjonijiet ta' l-irġiel.", "Għalkemm kulħadd jista' jidħol għal dawn il-korsijiet - għax naturalment l-iktar importanti m'huwiex li tidħol f'dawn il-korsijiet imma li tkompli ssegwihom - minn dan l-istudju li qed insemmi rriżulta li dawn il-korsijiet jaħdmu iktar favur l-irġiel u għalhekk huma ftit dawk in-nisa li, per eżempju, jistudjaw il-computer science f'livelli għolja ta' l- edukazzjoni.", "Madam Speaker, meta nqisu li llum l-information technology għandha s- saħħa li tbiddel lid-dinja minħabba l-effett fuq l-ekonomija u l- produzzjoni, tkun ħasra li ma jkollniex aktar nisa li jagħtu sehemhom f'dan il-qasam.", "In-nisa għandhom ħafna x'joffru u n-nuqqas tagħhom f'dan il- qasam għandu jiġi investigat u jingħata aktar attenzjoni.", "Fil-fatt jiena ċerta li waħda mill-affarijiet li se tagħmel din il-kummissjoni se tkun proprju din.", "MADAM SPEAKER: Onor. Dalli, se jkolli ninterrompik għax sar il-ħin għall- Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "HELENA DALLI: Iva.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lum it-Tnejn, 14 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Mozzjoni sabiex titwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l- Informatika - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tielet Qari. ---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Madam Speaker, illum nixtieq nitkellem fuq l- isports, suġġett li min jafni żgur li jaf li hu għal qalbi ħafna.", "L- isports iservi kemm biex jeduka lill-bniedem kif ukoll biex iżommu b'saħħtu u għalhekk l-oqsma ta' l-edukazzjoni, ta' l-isports u tas-saħħa ma tistax tifridhom.", "Għalkemm il-Partit Nazzjonalista ħadem biex jipprova jkabbar l- imħabba tal-poplu Malti lejn l-isports, billi fost l-oħrajn għamel titjib fil-kumplessi sportivi, naqas li joħloq l-istrutturi neċessarji sabiex dan il-qasam jikber u jissaħħaħ u naqas milli joħloq il-mekkaniżmu neċessarju sabiex itejjeb b'mod sistematiku l-użu tal-kumplessi sportivi u tal-livell milħuq mill-atleti tagħna fid-diversi dixxiplini pprattikati hawn Malta.", "Fil-fatt illum se nipproponi xi affarijiet li jistgħu jsiru mid-diversi entitajiet lokali ħalli ssir qabża fil-kwalita' u tinbidel il-mentalita' lokali.", "Madam Speaker, bħalma jaf kulħadd f'Malta ftit huma dawk in-nies li jgħixu mill-isports professjonalment u għalhekk il-ġenituri Maltin ma tantx jagħtu appoġġ lil uliedhom biex jipprattikaw xi sport.", "Biex tgħaxxaqha, is- sistema edukattiva tagħna ftit tħalli lok għat-tfal tagħna li jipprattikaw xi sports minħabba l-volum esaġerat ta' studju li nbellgħulhom, pero' jekk irridu soċjeta' iktar b'saħħitha verament irridu nibdew minn hawn.", "Fil- fatt il-ġimgħa l-oħra ħadt gost naqra s-suġġerimenti li għamel il-kunsill ministerjali sportiv għall-iskejjel - dan ġie mqabbad biex jagħmlu mill- Ministru Evarist Bartolo, li jien żgur li qed jagħmel mill-aħjar li jista' f'dan ir-rigward - u ta' min jagħtihom attenzjoni vera u bis-serjeta'.", "Madam Speaker, meta jien kont għadni tifel niftakar li l-iskejjel sekondarji, li kienu jispiċċaw fit-3.15 p.m., kellhom break ta' madwar siegħa u kwart.", "Waqt dan il-break ħafna għalliema kienu jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom iħajru lill-istudenti jipprattikaw xi sport.", "Fil-fatt niftakar li f'St. Joseph Technical School ta' Corradino kien hemm teachers - fosthom is-Sur Johny Calleja li kien jgħallem il-football, is-Sur Alfred Cachia li kien jgħallem il-waterpolo u s-Sur John Pace li kien jgħallem il- bodybuilding u jħarreġ lill-ħandikappati fl-isports; dawn għadhom attivi sa llum - iddedikati ferm tant li, kif għidt, diġa' kienu waslu anke biex iqattgħu l-ħin liberu tagħhom jgħinu lit-tfal jipprattikaw l-isport favorit tagħhom.", "Pero' hawn ta' min jgħid li dak iż-żmien meta wieħed kien jispiċċa l-iskola kien isib problema biex jipprattika l-isports għax ma kienx isib post fejn jjista' jagħmel dan u għalhekk ħafna atleti tajbin kienu jispiċċaw fix-xejn.", "Pero' għallinqas fl-iskejjel sekondarji kienu jiġu identifikati dawk l-istudenti li kellhom dan il-potenzjal għax fl- iskejjel primarji ma kienx hemm dawn l-opportunitajiet.", "Madam Speaker, sfortunatament illum morna lura minflok 'il quddiem f'dik li hi edukazzjoni sportiva.", "It-tfal ftit li xejn qed jingħataw edukazzjoni sportiva fl-iskejjel primarji u fil-fatt lanqas biss hemm teachers speċjalizzati f'dan il-qasam.", "Biex l-istudenti jagħmlu ftit PE jrid ikollhom xi teacher li jħobb l-isports għax mill-bqija qatt ma jipprattikaw xi sport.", "Dan qed ngħidu biex nuri n-nuqqas amministrattiv li jeżisti f'dan il-qasam, imma madanakollu jien niskanta kif ħadd mill-ġenituri ma jitkellem fuq dan ir-rigward.", "Mur ara kemm jipprotestaw il-ġenituri u x'pandemonju jqum kieku kellna naqtgħu l-għoti tal-ħalib b'xejn lill- iskejjel tal-gvern li ma jmurx it-tifel imutilha bil-għatx lill-mummy jew jonqsilha fil-piż!", "Pero' billi t-tifel ma jingħatax edukazzjoni sportiva dak ma jimpurtax u m'hemm xejn ħażin!", "Madam Speaker, minħabba li fl-iskejjel sekondarji ma jeżisti l-ebda break twil biżżejjed, l-isports ftit qed jingħata importanza, għalkemm xi skejjel privati ġieli jħeġġu lill-istudenti joqogħdu wara l-ħin biex jipprattikawh.", "Imbagħad kif nistgħu nippretendu li meta nibagħtu lill-atleti tagħna barra minn Malta jagħmlu suċċess meta ħaddieħor iħarreġ lill-atleti tiegħu mill- eta' ta' ħames snin jew ftit aktar!", "GĦalhekk hawn nappella lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex jara li ssir xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Possibbli li ma nistgħux inħaffu ftit mill-kurrikulu tat-tfal u ndaħħlu iktar attivita' sportiva?", "Possibbli li m'aħniex kapaċi nipprovdu sports instructors biżżejjed fl-iskejjel primarji u sekondarji tagħna?", "Possibbli li m'aħniex kapaċi noħolqu programm ta' koperazzjoni bejn l-iskejjel tagħna u l- għaqdiet sportivi biex dawn iħarrġu lit-tfal fl-iskejjel?", "Madam Speaker, jien nissuġġerixxi wkoll li għandha tiġi studjata l- possibbilta' li titwaqqaf skola ta' l-isports ħalli t-tfal jingħataw l- opportunita' li jiżviluppaw it-talenti tagħhom u fl-istess ħin jingħataw l- edukazzjoni kollha neċessarja.", "Forsi wieħed jista' jara kif jestendi l- Iskola Sports li hemm fil-Marsa.", "Barra minn hekk hemm bżonn li nżidu l- attivita' sportiva fl-iskejjel tagħna għax biha biss nistgħu nbiegħdu d- droga mit-tfal tagħna u ntellgħu iktar ċittadini b'saħħithom li jevitaw il- mard u l-vizzji, bħas-sigaretti u x-xorb.", "Madam Speaker, barra minn hekk biex il-kumplessi sportivi tagħna jiġu mħarsa aħjar hemm bżonn li dawn jingħataw lill-għaqdiet sportivi nazzjonali jew lill-Kumitat Olimpiku Malti.", "Pero' dawn għandhom jaraw kif jistgħu jorganizzaw ruħhom aħjar ħalli ma joqogħdux jitolbu l-flus lill-Gvern il- ħin kollu.", "Għal dan l-għan jien nissuġġerixxi li, per eżempju, id-dħul mill-lotteriji, bħal dik tal-Presto, għandu jgħaddi lis-segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ, sport, kultura u arti biex, flimkien mar- rappreżentanti ta' għaqdiet sportivi jara kif isir marketing aħjar ħalli d- dħul imur għall-isports.", "Jekk mhux se nikkreaw xi tip ta' attivita' ekonomika se nispiċċaw biex nitilfu anke dak li għandna għax illum biex tmexxi kumpless sportiv trid ħafna flus.", "Per eżempju, jien nammira lill-Malta Football Association li rnexxielha tkun self-sufficient fl-attivita' tagħha billi tuża l-ground nazzjonali u t- training grounds li hemm f'Ta' Qali b'mod tajjeb.", "Madanakollu ħafna għaqdiet sportivi għadhom ma rrealizzawx li jekk mhux se jorganizzaw ruħhom tajjeb se jkun impossibbli li jkomplu jiffunzjonaw u għalhekk il-ministru responsabbli mill-isports jagħmel tajjeb li qabel ma jagħti l-flus lil xi għaqda partikolari jitlob rapport dwar kif din topera ħalli l-flus jingħataw lill-għaqdiet li juru serjeta' fit-tmexxija tagħhom.", "Hemm bżonn ukoll li naraw kif il-kumplessi sportivi jistgħu jiġu mtejba, speċjalment fl-irħula u l-villaġġi tagħna.", "S'issa ftit kienu dawk il- kunsilli lokali li smajthom jgħidu li se jinvestu flushom biex itejbu l- kumplessi sportivi tar-raħal jew tal-belt tagħhom.", "Hawn ta' min isemmi diffikulta oħra, ċioe' min se jmexxi dawn il-kumplessi wara li jiġu rranġati, jekk hux l-għaqdiet sportivi jew inkella l-kunsilli lokali.", "Din il-problema trid tiġi solvuta għax inkella wisq nibża' li nispiċċaw biex il- kunsilli lokali qatt ma jonfqu xejn f'dan ir-rigward.", "Madam Speaker, fl-aħħar nett irrid ngħid li hemm bżonn ninkoraġġixxu lin- nies ta' kull eta' biex jieħdu sehem attiv fl-isports billi niftħu iktar il- bibien ħalli n-nies ikunu jistgħu jużaw il-faċilitajiet sportivi eżistenti fil-gżejjer tagħna.", "Hemm bżonn ukoll li nidentifikaw kif se nkabbru d-dħul min dawn il-faċilitajiet, anke permezz ta' turiżmu sportiv.", "Jekk se nħallu kollox maqsum bejn ħafna entitajiet żgħar u ma nagħmlux pjan fit-tul wisq nibża' li se mmorru lura u mhux 'il quddiem.", "Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar uriena li waqajna ferm lura meta mqabbla ma' pajjiżi bħal Ċipru, il- Lussemburgu u l-Islandja, għalkemm irridu nammettu li morna aħjar minn drabi oħra.", "Hawn ma nistax ma nsemmix nies bħal Tony Drago u Carol Galea li minn hawn nixtieq nifirħilhom talli b'tant sagrifiċċji personali għamlu suċċess barra minn xtutna.", "Dan juri li jekk nieħdu l-affarijiet bis- serjeta' nistgħu naslu pero' dan għandna nibdewh minn meta t-tfal ikunu għadhom l-iskola.", "Madam Speaker, illum qed tinħass il-ħtieġa li nbiddlu l-kultura eżistenti fejn ngħidu li peress li aħna pajjiż żgħir huwa impossibbli li naslu għal suċċess internazzjonali.", "Jien nibża' li għadna wisq dilettanti f'dan il- qasam u ħafna mill-finanzi li jiġu utilizzati jistgħu jintużaw b'mod aħjar.", "Per eżempju, il-clubs tal-football lokali jonfqu eluf ta' liri f'salarji u mbagħad ftit jinvestu fit-tfal, għalkemm nispera li n-nurseries jagħtu l- frott tagħhom.", "Anke l-ministru responsabbli mill-qasam tas-saħħa għandu rwol importanti f'dan il-qasam u għalhekk għandu jara kif jista' jipprovdi l-aħjar riżorsi li għandu biex jgħin l-atleti tagħna.", "Il-mediċina fl- isports saret xjenza u wieħed ma' jistax jagħmel progress mingħajr din l- għajnuna medika.", "Bla dubju hemm wisq xi jsir u għalhekk hemm bżonn li jitwaqqaf kunsill sportiv nazzjonali ħalli jkun hemm aktar koperazzjoni u r- riżorsi eżistenti jiġu utilizzati aħjar.", "Madam Speaker, fid-diskors tiegħi ma daħħaltx politika għax inħoss li dan il-qasam huwa għal qalb bosta deputati ta' din il-Kamra u bosta minna nikkontribwixxu personalment, kemm finanzjarjament kif ukoll b'mod attiv.", "Jien nispera li s-suġġerimenti li għamilt ma jaqgħux fuq widnejn torox għall-ġid ta' l-isports Malti.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Madam Speaker, illum xtaqt nitkellem fuq iż-żgħażagħ, il-futur u r-ruħ ta' dan il-pajjiż.", "Ngħid għalija huwa importanti li għall-grazzja t'Alla f'dan il-Parlament għandna numru ta' deputati żgħażagħ, għax filwaqt li kulma nagħmlu hawn ġew iħalli effett fuq is- soċjeta' b'mod ġenerali, fil-verita' kull deċiżjoni li nieħdu bħala Kamra tar-Rappreżentanti tkun qed isservi ta' pedament għal soċjeta' oħra, soċjeta' ta' żgħażagħ, li għada pitgħada se jkunu huma l-mexxejja tal- pajjiż, jekk mhux diġa' jinsabu f'dik il-pożizzjoni.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jistaqsi x'valuri qed nirċievu aħna ż-żgħażagħ fis-soċjeta' tagħna.", "Jekk wieħed iħares daqsxejn lejn il-passat isib li l- ġenerazzjoni Maltija dejjem irċeviet valuri sodi, li huma l-valuri tal- familja, tar-reliġjon u tax-xogħol, pero' s-soċjeta' hekk imsejħa moderna għadha tgħożż dawn il-valuri?", "Jien xi kultant ninkwieta għax nemmen li, filwaqt li għandna ħafna żgħażagħ ġenerużi, fl-istess waqt is-soċjeta' ta' madwarna qed titlobna nkunu konsumisti u xi ftit jew wisq - jekk mhux ħafna wkoll - qed tbiddel il-valuri fis-sens li l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja għal ħafna żgħażagħ saret il-flus.", "Illum il-valuri saru biex minn job ikollok tnejn u jekk ikollok tlieta aħjar, biex tixtri l-karozza minn eta' żgħira, biex tixtri ħwejjeġ lussużi ...", "Dawn huma l-valuri ta' llum!", "U fiex qed jirriżultaw dawn il-valuri?", "B'dawn il-valuri hekk imsejħa moderni ż-żgħażagħ minn eta' żgħira qed jispiċċaw bi problemi ta' dipressjoni, li ħafna drabi jwasslu wkoll għall-abbuż tad-droga u ma jafux kif għandhom jibnu familja.", "Fil-fatt hawn ta' min isemmi l-fatt li fil-qorti qed jiżdiedu l-każi ta' separazzjoni bejn koppji żgħażagħ.", "Meta tħares lejn dan kollu bilfors li tinkwieta għax tirrealizza li aħna qed inwarrbu l- valuri tradizzjonali tas-soċjeta' Maltija.", "GĦal dan għandu tort kulħadd, kemm l-Istat, sa ċertu punt kemm il-knisja, kif ukoll iż-żgħażagħ infushom, jiġifieri ħadd ma għandu għalfejn ineħħi l-ħtija, ifarfar jew iwaħħal f'ħaddieħor, għax b'xi mod kulħadd qed iħalli l-messaġġ jasal żbaljat għand iż-żgħażagħ.", "Madam Speaker, ftit tal-jiem ilu meta konna qed niddiskutu t-twaqqif tal- Kumissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tkellimna ħafna fuq il-bżonn li din il-kummissjoni tħares lejn il-valuri li għandhom jibnu ż-żgħażagħ u fuq il- valuri li għandna ngħaddu lit-tfal, pero' fil-preżent x'inhu jiġri?", "Fil- preżent qed jiġri li s-sistema edukattiva qed timla' liż-żgħażagħ tagħna bl- informazzjoni imma m'hijiex qed tagħtihom l-ispazju li jaħsbu u li jirriflettu, anzi lanqas biss qed tagħtihom iċ-ċans li jirriflettu.", "It- tfal saru qishom computers; jirċievu l-informazzjoni u jobżquha fl-eżami mingħajr ma janalizzaw xejn u mingħajr ma jaraw x'inhu l-aħjar għalihom.", "Illum l-iktar ħaġa importanti hija l-ġirja sfrenata lejn iċ-ċertifikati bil- konsegwenza li meta t-tfal jikbru, jibdew l-iskola sekondarja u jiltaqgħu ma' l-ewwel kriżijiet taż-żgħożija ma jkunux jafu kif se jiffaċċjawhom.", "Fil-passat il-familja kienet tgħaddi iktar ħin flimkien għax l-omm ma kenitx toħroġ taħdem, il-missier kien ikollu iktar ħin ma' wliedu u l- familja kienet tinġabar iktar għat-talb.", "Imma llum x'ġara?", "L-ugwaljanza hija xi ħaġa tajba u ta' min ifaħħarha pero' sfortunatament il-valur tax- xogħol qed jisraq il-ħin tal-familja.", "Assolutament li m'iniex kontra li l- mara toħroġ taħdem pero' l-missier u l-omm għandhom isibu aktar ħin għat- tfal biex jiddiskutu magħhom il-problemi li jkunu qed jiffaċċjaw għax wisq nibża' li ħafna drabi ż-żgħażagħ m'humiex qed isibu l-ħin jagħmlu dan mal- ġenituri.", "Huwa fatt inkwetanti li llum iż-żgħażagħ qed jibdew bil-problemi minn eta' żgħira għax dawn iħossuhom iżolati u jkunu jridu jiffaċċjaw il- problemi li jiltaqgħu magħhom weħidhom għax għalkemm forsi jitkellmu ma' sħabhom li jkollhom l-istess problemi tagħhom m'humiex qed isibu lil min jagħtihom direzzjoni.", "Madam Speaker, ma nistax ma nsemmix kif qed jiġu sfruttati ż-żgħażagħ permezz tad-divertiment.", "Jien żagħżugħ u nieħu gost immur Paceville pero' ma neħux gost meta nara li l-istabilimenti li hemm f'dan il-lokal jisfruttaw liż-żgħażagħ bl-iktar mod sfaċċat.", "Per eżempju, kemm qed tiġi mogħtija importanza s-sigurta' f'dawn il-postijiet?", "Ġieli dawn il-postijet ikunu mballati bin-nies, kulħadd iross, kultant bilkemm ikollok ċans tieħu nifs, mużika qawwija ...", "Min qed jagħti każ tas-sigurta' taż-żgħażagħ tagħna?", "Min imur sa Paceville jinduna li qed isiru abbużi kbar minn dan il- lat, anke meta jinqala' l-ġlied.", "U xi ngħidu għal dawk it-tfal ta' madwar 11 u 12-il sena - hawnhekk m'iniex qed nesaġera - li jiffrekwentaw dawn il- postijiet u sas-01.00 a.m. jkunu għadhom jiġru fil-pubs jixorbu l-alkoħol u jpejpu s-sigaretti.", "Aħna x'soċjeta' qed nibnu?", "Din ta' l-alkoħol hija xi ħaġa li wieħed jinnota faċilment meta jmur Paceville.", "Jien ma għandi xejn kontra min jixrob għax jien ukoll nixrob, pero' kif kulħadd jixrob u mbagħad kulħadd sejjer id-dar bil-karozza tiegħu?", "Qed nagħmlu evalwazzjoni dwar dak li qed jiġri kull nhar ta' Sibt fejn wieħed l-ewwel jixrob u mbagħad imur isuq u mbagħad il-Ħadd fil-għodu naqraw fuq il-gazzetti li kien hemm traġedja ?", "Ħadd m'hu qed jaħseb xejn fuq dawn l-affarijiet?", "Madam Speaker, imbagħad xi ngħidu għall-prezzijiet li s-sidien ta' l- istabilimenti ta' Paceville qed jitolbu liż-żgħażagħ, iktar u iktar meta ħafna minnhom ikunu għadhom qed imorru l-iskola u għalhekk il-flus iġibuhom mingħand il-ġenituri tagħhom?", "Aħna liż-żgħażagħ x'messaġġ qed inwasslulhom; li l-ġimgħa kollha, mit-Tnejn sal-Ħadd, qiegħda għad- divertiment?", "Dawn iż-żgħażagħ kif jistgħu xi darba jrabbu sinsla?", "Madam Speaker, kif għidt, diġa' jien ukoll għadni żagħżugħ u naf xi jridu ż-żgħażagħ, bħalma wara kollox naf xi rrid jien, imma morru tkellmu ma' dawk li jmexxu l-għaqdiet ħalli taraw kemm hawn żgħażagħ li jridu jidħlu għar-responsabbilta'.", "GĦall-grazzja t'Alla, għalkemm dan in-numru qed jonqos, għad għandna ħafna żgħażagħ li lesti li jidħlu għar- responsabbilta'.", "Għad għadna ħafna żgħażagħ li qed jagħmlu xogħol volontarju, anke fil-qasam tal-politika, pero' għandna ħafna żgħażagħ oħra li l-messaġġ li qed jirċievu huwa li l-ġimgħa kollha qiegħda hemm għad- divertiment.", "Fejn qabel il-poplu Malti kien jagħti valur kbir lix-xogħol sfortunatament illum għandna ħafna żgħażagħ li dan il-valur m'għadux imnaqqax f'moħħhom bħal dari u jinteressahom biss li jiskartaw u jitilqu 'l barra u xi kultant dawn il-valuri qed jirċevuhom mingħand kollegi ikbar minnhom.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid - fil-fatt din ħallejtha għall-aħħar apposta - li ż-żgħażagħ tagħna llum huma mifnija bil-problema tad-droga u għalhekk hemm bżonn naraw x'nistgħu nagħmlu bis- serjeta' f'dan il-qasam.", "Jien naf li l-pulizija qed jaqdu d-dmir tagħhom billi qed jarrestaw diversi nies u jipprovaw jiġbru l-informazzjoni.", "Anke l-pubbliku sar iktar aware ta' din il-problema u qiegħed jgħin iktar lill- pulizija, pero' hemm bżonn li nagħmlu iktar minn hekk.", "Aħna kif nistgħu nittolleraw - din se ngħidha bl-ikbar liberta' u bl-ebda mod ma jien se ngħid xi ħaġa kontra ż-żagħżagħ - li jiġu organizzati parties - issa dalwaqt nisimgħu bihom, partikolarment fil-festa ta' Santa Marija - speċifikament biex tinbiegħ l-ecstasy meta nafu li s-sound għoli li jkun hemm ma jkunx qiegħed biex dak li jkun jiddeverti imma biex wieħed jieħu gost jiddamdam - il-kelma \"jiddamdam\" tfisser li wieħed jieħu l-ecstasy u drogi oħra - u meta nafu li l-istabilimenti li jorganizzaw dawn il-parties jagħlqu l-vit ta' l-ilma biex iż-żgħażagħ li jispiċċaw dehydrated wara li jaħlu dik l-enerġija kollha li tagħtihom l-ecstasy ma jsibux ilma fil-vit u jkollhom jixtri flixkun ilma li jridu jħallsu Lm1 tiegħu?", "Dan m'huwiex sfruttament?", "Aħna se nkomplu nħallu dawn it-tip ta' abbużi għaddejjin?", "Madam Speaker, kif qed naraw hemm bżonn li nieħdu azzjoni mill-iktar fis possibbli ħalli nħejju pedamenti sodi għall-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Aħna nafu li ż-żgħażagħ huma l-pedament u għalhekk hemm bżonn nagħtu kas din il-ġerħa u nagħtuha attenzjoni speċjali.", "B'hekk biss jista' jkollna soċjeta' verament b'saħħitha u b'hekk biss inkunu nistgħu ngħidu li s- soċjeta' Maltija żammet il-valuri tagħha u fl-istess ħin baqgħet moderna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-lum it-Tnejn, 14 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "POPOLAZZJONI MALTIJA", "6996.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid ta' liema oriġini huma l-persuni li wasslu biex il- popolazzjoni Maltija żdiedet bi kważi 3,000 ruħ bejn Diċembru, 1995 u Marzu, 1997?", "Din iż-żieda hi kollha ta' ċittadini Maltin?", "Kif tikkompara din ir-rata ta' żieda fil-popolazzjoni Maltija ma' dik tas-snin ta' qabel?", "Kemm mill-persuni li bdew joqogħdu f'Malta għamlu dan wara li żżewwġu Malti/Maltija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-rata normali ta' żieda fil-popolazzjoni Maltija kienet kostanti għal dawn l-aħħar 10/15-il sena, jiġifieri dik ta' 0.9%, li hi madwar dik ta' 3,000 ruħ.", "Iċ-ċifri iriveduti b'bażi taċ-Ċensiment tal- Poplazzjoni ta' Novembru, 1995, huma hekk: f'Diċembru, 1995, il- popolazzjoni Maltija kienet ta' 371,173 filwaqt dik ta' Marzu, 1997, hija ta' 374,286.", "In-numru ta' dawk il-barranin li jieħdu ċittadinanza Maltija tvarja bejn 250 u 300 ruħ fis-sena.", "Għall-fini ta' statistika dawn huma residenti f'Malta.", "TAL-QROQQ - BRIDGE", "7023.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq il-bridge li hemm ħdejn il-mini ta' Regional Road?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi jieħu d-dipartiment ħalli l- piż permissibbli ma jinqabiżx b'dak il-piż li għandu minn fuq dan il- bridge?", "Kif qed jiġi assigurat li l-joints tal-bridge fil-fatt mhux qed jiddeterjoraw?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: S'issa ma jsirux spezzjonijiet u testijiet fuq l- istrutturi tal-bridges fil-pajjiż u lanqas isir xi kontroll speċifiku tal- vetturi li jgħaddu minn fuq dawn il-pontijiet.", "Ma dan kollu inħasset il- ħtieġa li jsir dan it-tip ta' ntervent u d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jaħdem fuq pjan biex jibda' jsir dan ix-xogħol.", "PULIZIJA - GĦASES", "7026.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-għases fil-11 u 12-il distrett elettorali li mhux qed ikunu miftuħa 24 siegħa kuljum?", "X'passi se jittieħdu biex dawn l-għases ikunu jistgħu jinfetħu l-ħin kollu?", "Kemm hu fil-preżent il-complement tal-pulizija li hemm f'dawn l-għases?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Għases tal-Pulizija li ma jkunux miftuħa 24 siegħa kuljum fil-11 u t-12-il Distrett Elettorali huma dawk tal-Għargħur, tal-Imġarr, ta' l-Għadira u taċ-Ċirkewwa.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant bħalissa qed jittieħdu ċertu inizjattivi relatati mall-programm ta' modernizazzjoni tal-Pulizija biex il- korp jitneħħewlu x-xogħlijiet żejda li m'għandhomx x'jaqsmu max-xogħol tal- pulizija.", "Kif jispiċċa dan l-eżerċizzju, li f'ċertu każijiet huwa diġa' fi stat avvanzat, ikun possibli li numru konsiderevoli ta' pulizija jiġu mpoġġijin fl-għases biex jagħmlu x-xogħol meħtieġ hemmhekk.", "Il-complement ta' kull għassa huwa skond l-esiġenzi partikolari tad-distrett, inkluż il- popolazzjoni.", "PBS - BORD", "7097.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' sal-lum il-Bord tal-PBS mill-1 ta' Novembru, 1996?", "X'kienet l-attendenza?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li, filwaqt li l-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services Ltd maħtur mill-amministrazzjoni ta' qabel ma ltaqa' qatt f'Novembru 1996, il-bord il-ġdid li nħatar f'Diċembru 1996 s'issa ltaqa' 23 darba.", "L-attendenza dejjem kienet sħiħa, bid-Direttur Ħaddiem jibda jattendi l-laqgħat mal-ħatra tiegħu fil-31 ta' Jannar, 1997.", "SKEJJEL - STUDENTI TA' 16-IL SENA", "7098.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li studenti se jispiċċaw l-iskola sekondarja bl-eta' ta' 16-il sena din is-sena?", "Kemm minnhom huma ġuvintur u kemm minnhom huma tfajliet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - STUDENTI BARRANIN", "7099.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti ta' nazzjonalita' barranija jattendu skejjel statali f'livell primarju, sekondarju u post-sekondarju fl-1996 u fl-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TELEMALTA - INTERNATIONAL INTERNET CONNECTION SERVICE", "7100.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'ikkawża qtugħ fl-International Internet Connection Service min-naħa tat-Telemalta Corporation nhar it-Tnejn 7 ta' Lulju mill- 4.00 p.m. 'l quddiem?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li s-servizz fl-International Internet Connection Service min-naħa tat-Telemalta kien maqtugħ nhar is-7 ta' Lulju, bejn is-1.30 pm u l-4.10 pm. Dan kien kawżat minħabba problemi tekniċi f'apparat tat-trasmissjoni fl-exchange ta' Birkirkara.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI", "7101.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll finanzjarju u amministrattiv teżerċita l-Universita' fuq l-Akkademja Mediterranja ta' l- Istudji Diplomatiċi?", "Kif jiġi stabbilit il-budget u min japprovah?", "Kif jiġu stabbiliti s-salarji ta' l-istaff ta' l-istess akkademja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI - FTEHIM", "7102.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar s'issa bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Svizzeru dwar l-Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi; l-Universita' u l- istess Akkademja; u l-Akkademja u l-Fakulta' tal-Liġi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IBĦRA TERRITORJALI TA' MALTA - OPRI TAL-BAĦAR", "7120.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l-opri tal-baħar illi nqabdu jivjolaw l- ibħra territorjali ta' Malta sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'tip ta' opri tal-baħar kienu?", "Kemm min dawn ġew imġiegħla jidħlu fil-portijiet tagħna mill-iskwadra marittima?", "F'kemm il-każ l-iskwadra marittima kellha tuża in-nar biex iġiegħlhom jobdu l-ordnijiet tagħha?", "Kemm kien in-numru ta' każi li minkejja kollox ħarbu mill-ibħra tagħna u ma nqabdux?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "7121.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi u vetturi oħra nvoluti f'kollużjonijiet is-sena l-oħra?", "Kemm mietu persuni, kemm weġġgħu gravi u kemm weġġgħu ħafif?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li matul l-1996 kien hemm 30,678-il vettura nvoluti f'kolliżjonijiet.", "Fl-istess perijodu mietu 14-il persuna, 156 persuna weġġgħu gravi filwaqt li 582 persuna weġġgħu ħafif.", "KUMPANNIJI TA' L-ASSIKURAZZJONI - VETTURI", "7122.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mħallsa flus fi premiums fuq insurances għal karozzi u vetturi oħra s-sena l-oħra?", "Kemm kien l-ammont ta' flus imħallsa fi claims fuq dawn il-poloz is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ammont ta' flus imħallsa fi claims fuq dawn il- poloz is-sena l-oħra kien ta' Lm9,263,798.", "Din is-somma ma tinkludix ammont ta' claims li saru fuq dawn il-poloz u li sa l-aħħar tas-sena kienu għadhom ma tħallsux.", "VETTURI BIL-MUTUR", "7123.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni liċenzjati biex isuqu vetturi bil-mutur u jagħti breakdown tal-liċenzji li għandhom skond il-grupp?", "Kemm minn dawn għandhom aktar minn 60 sena?", "Is-sena l-oħra kemm kien in-numru ta' persuni li għaddew mit-test tas-sewqan u ngħataw liċenzja biex isuqu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' persuni liċenzjati biex isuqu vetturi bil-mutur huwa kif ġej:-", "|Grupp A | 17,538| |Grupp B |182,074 | |Grupp B1 | | | |2,611 | |Grupp C | | | |7,630 | |Grupp D | | | |2,710 | |Grupp E | | | |7,630 |", "Minn dawn hemm 20,091 persuna li għandha aktar minn 60 sena.", "Jiena nformat ukoll li s-sena l-oħra (1996) kien hemm 7,244 persuna li għaddew mit-test u ngħataw liċenzja biex isuqu.", "SAĦĦA", "7124.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tintbagħat għat-test li għandha bżonn urġentement?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-test imsemmi kien diġa bbukjat għall l-10 ta' Lulju, 1997.", "SAĦĦA - MEDIĊINI B'XEJN", "7125.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' persuni li għandhom il-karta s-safra u għalhekk huma ntitolati biex jieħdu l-mediċini b'xejn?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem id-Drugs and Therapeutic Committee llum?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-preżent hemm 35,401 pazjenti li għandhom il- karta s-safra u għalhekk huma ntitolati biex jieħdu l-mediċini b'xejn.", "In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem id-Drugs & Therapeutics Committee illum huwa ta' 13.", "WORLD ENERGY DAY", "7167.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet huma maħsuba għal World Energy Day li jmiss?", "Meta hu ppjanat li din tinżamm u x'se tkun it-tema ewlenija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-World Energy Day ma teżistiex fuq il-kalendarju uffiċjali tal-Ġnus Magħquda.", "Nitlob lill-Onor.", "Membru jkun aktar preċiż fil-mistoqsija tiegħu.", "ŻVILUPP TA' ART", "7168.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni dwar il-progress tal-proposta ta' żvilupp ta' art (Wileg - Żabbar) bħala djar għal poplu li kien irrifera għaliha fil- bidu ta' din il-leġislatura?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li dak li kelli xi ngħid dwar dan il-proġett diġa' għedtu.", "DJAR", "7169.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti l-figuri ta' kemm ġew allokati djar jew flats bħala social housing, lokal b'lokal, minn Ottubru 1996 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPIŻERIJI", "7170.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti xi progress sar rigward ir-regolamenti tal-liċenzji ta' l-ispiżeriji u jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi aġġornament?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalissa qegħdin jiġu pproċessati liċenzji ta' spiżeriji li kienu eliġibbli mir-regolarmenti ta' qabel it-tneħħija ta' Regolarment Numru 5.", "'Il quddiem jiġu kkonsidrati wkoll il-liċenzji l-ġodda u t-trasferimenti.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7171.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il- futur ta' l-eżami tas-City and Guilds u jekk fl-affermattiv, x'passi se jittieħdu biex jinżamm standard għoli u biex eżamijiet u ċċertifikati Maltin ikunu rikonoxxuti internazzjonalment?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ETC - KORS TA' ĠARDINARA", "7182.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6713, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għal dan il-kors u meta għalqet?", "Kemm kien in- numru ta' persuni li applikaw?", "Kemm ġew aċċettati?", "Kemm minn dawk aċċettati fil-fatt m'attendewx għall-kors?", "Min qed iħallas lil dawn it- trainers?", "Minn fejn huma?", "X'tip ta' mpjieg hu mistenni li jingħataw meta jispiċċa l-kors?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-korporazzjoni fl-isforzi tagħha biex tkabbar il- ħiliet ta` dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, speċjalment dawk li ilhom aktar minn sena fuq ir-reġistru, u li huma illitterati kienet sejħet lill- dawn il-persuni sabiex jagħzlu xi sena partikolari biex jitħarrġu fiha.", "Oriġinarjament 40 persuna għazlu s-sengħa ta` ġardinara.", "Ma kienx hemm il- ħtieġa għal ħruġ ta` sejħa għaliex dan, barra li hu parti mill-operat tal- korporazzjoni, huwa kors u mhux xogħol.", "Mill-40 persuna li aċċettaw li jattendu, 19 attendew.", "Iz-żewġ trainers li qed imexxu dan il-kors huma imħallsa mill- korporazzjoni.", "Wieħed jaħdem l-iskola tal-biedja, u l-ieħor huwa `ex teacher`.", "L-għan ta`l-ETC hu li wara li jintemm il-kors jinstab xogħol għal dawn il-persuni li jkun addattat għalihom.", "BARRAKKA TA' FUQ - TELESCOPES", "7203.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara jistgħux isiru t- tiswijiet meħtieġa jew jinbidlu t-telescopes fil-Barrakka ta' Fuq fil-Belt?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BUĠIBBA - IRRANĠAR", "7204.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li fil-ħin tal-mistoqsijiet fis-Seduta Nru. 88, il- Ministru stqarr li l-flus li ntnefqu fl-irranġar ta' Buġibba ma nħarġux mill-voti normali iżda minn vot speċjali, jista' l-Ministru jgħid fejn fl- estimi preżentati f'Jannar ta' din is-sena jirriżulta l-vot speċjali għal Buġibba?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Huwa minnu li fl-estimi tas-sena 1997 ma kienx hemm flus ivvotati għax-xogħol li sar f'Buġibba.", "Madankollu fuq talba li għamlet id-Diviżjoni fl-14 ta' Mejju l-Ministru tal-Finanzi ħareġ Contingencies Fund Warrant biex ikopri l-ispejjeż fuq dan il-proġett.", "Awtorizza wkoll illi n-nefqa tidher taħt Capital Works Vote X - Ministry of Public Works and Construction (Public Buildings, Plant and Equipment) - item 32 - Qawra/Buġibba Upgrading Project\".", "RAĦĦALA - ŻIDIET FIL-PREZZ TAL-ĦALIB", "7212.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li dan l-aħħar tħabbru żidiet fil-prezzijiet tal-ħalib frisk u ta' prodotti magħmula mill-ħalib, liema żidiet se jagħmlu tajjeb għalihom il- konsumaturi, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-raħħal hux se jgawdi minn xi żidiet fil-prezz tal-prodott (ħalib) li r-raħħal jipprovdi u jekk fl- affermattiv, kemm se tkun din iż-żieda bħala persentaġġ tal-prezz preżenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-prezz tal-ħalib nej mħallas mill-MDP lir-raħħala huwa rregolat mill-ftehim bejn l-MDP, il-KPH u l-Gvern u huwa bbażat fuq formula stabilita.", "Xi ċaqlieq li seta' kien hemm f'xi prodotti tal- kumpannija m'għandux x'jaqsam direttament mal-prezz tal-ħalib nej mħallas lir-raħħala.", "BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM", "7213.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li dan l-aħħar il-Ministru qal li kien ta direttivi sabiex bejjiegħa tal-laħam (butchers) jibdew ikollhom imbollat (immarkat) il-laħam taċ-ċanga frisk biex dan jiġi ddentifikat minn dak iffriżat, jista' l-Ministru jgħid jekk il-laħam frisk ta' l-għoġġiela hux se jibda jiġi mmarkat b'mod viżibbli u b'mod differenti mil-laħam frisk tal-baqar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li jiena ma' tajt l-ebda direttiva kif qed jgħid l-Onor.Membru.", "Għall-informazzjoni tiegħu jiena għidt li biex il-Konsumatur Malti jkun aċċertat li verament qiegħed jixtri ċanġa friska, mill-1 ta' Lulju sejjer jibdew jinħarġu certifikati lil tal-ħwienet tal-laħam li jixtru ċ-ċanga friska.", "Dawn iċ-ċertifikati fil-fatt bdew jinħarġu fl-1 ta'Lulju u qegħdin jinbidlu kull ġimgħa ma' kull qatla taċ-ċanga.", "B'hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu jiċċekkjaw jekk tal-ħanut ikunx xtara ċanga friska, u meta jkun xtraħa.", "RAĦĦALA - PREZZ TA' GĦOĠĠIELA", "7214.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li dan l-aħħar il-Ministru qal li ma kenux qed jiġu mħallsa l- prezzijiet ta' Lm126 kull qantar għall-għoġġiela u ta' Lm80 għall-baqar lir- raħħala, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu inqas f'daqqa r-raħħala kollha li ġew affettwati b'dan in-nuqqas fil-perijodu minn 01.11.96 sa 08.07.97?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-bejgħ u x-xiri ta' għoġġiela u baqar huwa negozju privat bejn il-prodottur (raħħal) u l-biċċier (middleman).", "Il-Gvern mhux involut fl-ebda stadju ta' dan in-negozju u għalhekk mhux f'posizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.", "Li nista' ngħid hu li bosta raħħala jilmentaw li mhux qegħdin jingħataw l- prezzijiet miftiehma fuq il-karta taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "BIĊĊERIJA - GĦOĠĠIELA", "7215.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu mill-01.11.96 sal-lum, kemm-il każ kien hemm fil-Biċċerija fejn ir-raħħal ma ġiex imħallas il-prezz garantit ta' Lm126 kull qantar għall-għoġġiela u ta' Lm80 kull qantar għall-baqar rispettivament?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll ir-raġunijiet, għaliex dawn il-prezzijiet garantiti ma ġewx imħallsa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7214.", "MALTA/BELĠJU - SOCIAL SECURITY AGREEMENT", "7231.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk bejn Malta u l-Belġju humiex qed isiru xi taħdidiet dwar xi forma ta' Social Security Agreement?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ebda taħdidiet dwar xi forma ta' Social Security Agreement ma qed isiru bejn Malta u l- Belġju.", "AVOIDANCE OF DOUBLE TAXATION - TAĦDIDIET", "7232.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi taħdidiet/negozjati ma' xi pajjiż dwar avoidance of double taxation?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Negozjati dwar ftehim fuq avoidance of double taxation isiru fuq bażi regolari ma' diversi pajjiżi.", "Kopja tad-dettalji dwar dawn l-agreements li għadhom mhux kompletament finalizzati tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - ART", "7233.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema użu se sservi l-art f'San Pawl il-Baħar imsemmija fl-Avviż Nru. 496 fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Lulju, 1997 Nru. 16481?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kuntrarjament għal dak li fehem l-Onor.", "Interpellant l-avviż li għalih qed jirriferi m'hux wieħed ta' esproprju, iżda hu wieħed ta' terminazzjoni ta' qbila tal-Gvern.", "Din it-terminazzjoni qiegħda issir minħabba l-proġett tal-bus terminus ġo Buġibba/Qawra.", "Kopja tal-pjanta relattiva tista' tinkiseb mid-dipartiment tal-Artijiet.", "GĦAWDEX: XAGĦRA - ART", "7234.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema użu se sservi l-art fix- Xagħra, Għawdex imsemmija fl-Avviż Nru. 497 fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Lulju, 1997 Nru. 16481?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-terminazzjoni qed issir biex fuq l-art jinbena substation.", "ĦABS ĊIVILI - ĦIDMA MILL-ETC", "7235.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed tagħmel l-ETC fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "LOTTU PUBBLIKU - FLUS MIĠBURA", "7236.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li nġabru din is-sena bejn Jannar u Mejju f'lottu u lotteriji organizzati mill-Gvern?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ammont ta' flus li laħqu ġew mgħoddija lill-Gvern bejn Jannar u Mejju 1997 mill-Lottu u lotteriji organizzati mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku jammontaw għal Lm1,384,461 u huma maqsuma kif jidher hawn taħt:", "|Lottu |Lm605,660 | |Super Five |Lm636,628 | |Lotterija |Lm 85,028 | |Nazzjonali | | |Tiritombla |Lm 57,145 |", "Barra dan l-ammont id-Dipartiment irrealizza profit ta' Lm105,389 mill- Presto Instant Lottery li skond ir-regolamenti rispettivi ta' din il-logħba għandhom jitħaddmu sabiex titwettaq b'mod umanitarju u meritevoli dawk l- għanijiet li jkunu ta' xorta soċjali u ċivika.", "DJAR - GĦAWDEX - APPARTAMENTI", "7254.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta nbena l-aħħar blokk ta' flats fil-post magħruf Taċ- Ċawla fir-Rabat, Għawdex?", "Kemm-il flat fih il-blokk u jekk humiex kollha okkupati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "DJAR - GĦAWDEX - PLOTS", "7255.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta kienu nħarġu l-applikazzjonijiet għall-bini ta' djar fuq il-plots fil-post magħruf Ta' Kassja fil-Qala, Għawdex?", "Kemm hemm postijiet mibnija u abitati?", "Kemm hemm taħt kostruzzjoni u jekk fadalx spazju għall-iktar bini fl-istess area?", "Jekk fl-affermattiv, kemm jesa' iktar djar l-ispazju disponibbli?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "7256.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6229?", "Jista' jaġġorna l-informazzjoni mitluba sat-30 ta' Ġunju, 1997, minflok sal-31 ta' Mejju, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali f'Ghawdex li kienu jaħdmu fil-31 ta' Ottubru 1996 - 136.", "In-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali miktubin u m'humiex jahdmu fil-31 ta' Ottubru 1996 - 201.", "In-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali li kienu jaħdmu fil-30 ta' Gunju 1997 - 137.", "In-numru miktubin iżda m'humiex jaħdmu fil-30 ta' Gunju 1997 - 127.", "Matul Mejju sar eżerċizzju biex il-lista ta' persuni li kienu miktuba biex jaħdmu bħala Assistenti Soċjali Każwali tiġi updated u ghalhekk hemm varjazzjoni bejn in-numru tal-31 ta' Ottubru 1996 u dak tat-30 ta' Gunju 1997.", "Minn dawk fuq il-lista tal-31 ta' Gunju 1997, 18 minnhom inkitbu wara l-1 ta' Novembru 1996.", "SPTAR SAN LUQA - MAMMOGRAMS", "7257.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm isiru mammograms investigattivi kull ġimgħa ġewwa l-iSptar San Luqa?", "X'inhi l-waiting list għal din l-investigazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' mammograms li jsiru huwa ta' madwar 30 fil-ġimgħa.", "Il-waiting time huwa kif ġej:", "IMMEDJAT f'każi urġenti.", "22 ta' Lulju, 1997 għal każijiet mhux urġenti.", "AMBAXXATI TA' MALTA", "7258.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta pożittiva u kostruttiva tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 3049, magħmula minni, fejn qal li l-ministeru tiegħu qed jistudja kemm u fejn jista' jestendi l-proċedura ta' kontijiet tat-telephones itemised, u r- risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 4582, magħmula minni fejn qal li aktar tard matul is-sena jkun f'qagħda li jagħti aktar dettalji, jista' issa l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk il-kontijiet kollha għal-linji tat- telephone u tal-fax ta' l-ambaxxati u tar-residenzi ta' l-ambaxxaturi kollha, fil-każi li qed jitħallsu minn fondi pubbliċi itemised issa hux jaslu fil-Head Office?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "LONDRA - KUMMISSJONI GĦOLJA TA' MALTA", "7259.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna sa liema xahar irċieva fil-ministeru l-monthly accounts report tal-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra u jekk dan ir-ritmu huwiex normali skond ir-regolamenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħala prassi ġenerali, ir-rendikont bid-dokumenti kollha relattivi dwar it-transazzjonijiet finanzjarji ta' ambaxxata Maltija barra minn Malta f'xahar partikolari jintbagħtu lill-Ministeru f'Malta sa l- 20 tax-xahar ta' wara.", "Ġieli kien hemm ċirkostanzi f'xi Missjonijiet, fil- passat, fejn din id-data ma tkunx tista' tiġi osservata fedelment.", "Fil- preżent, qegħdin f'korrispondenza ma' Londra biex tiġi spjegata r-raġuni għaliex il-kontijiet ta' Mejju 1997 għadhom ma ntbagħtux Malta.", "AMBAXXATURI TA' MALTA", "7260.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 3047 magħmula minni, fejn qal li m'huwiex il-ħsieb tiegħu li jiffissa eta' massima għall-ambaxxaturi, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm hemm bħalissa ambaxxaturi li: (a) qabżu l-75 sena; (b) qabżu s-70 sena; (ċ) qabżu l-65 sena; u (d) qabżu s-60 sena?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "KUMMISSARJU GĦOLI/AMBAXXATUR", "7261.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk, wara l-bidla tal-Gvern fl-Ingilterra u fi Franza, fejn illum hemm Gvernijiet Soċjalisti, il-Kummissarju Għoli u l-Ambaxxatur li Malta għandha f'Londra u f'Parigi, rispettivament, iltaqgħux mal-ministri l-ġodda ta' l-esteri u jekk le għamlux appuntamenti biex il-Viċi Prim Ministru jiltaqa' magħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li meta jsiru laqgħat f'livell ta' Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ma' pajjiżi oħra din l-informazzjoni tkun pubblika.", "L-Ambaxxaturi ta' pajjiżna għaddejjin kontinwament b'ħidma diplomatika, u żgur mhux possibbli jew prattiku jingħataw dettalji ta' x'jagħmlu kuljum fil-ħidma tagħhom.", "KUMMISSJONI GĦOLJA TA' MALTA", "7262.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm: (a) MBO's u (b) LEPs fil-Kummissjoni għolja ta' Malta f'Londra ħarġu bis-sick leave bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju, 1997 u mingħajr ma jiddentifika l-persuni, jista' l-Viċi Prim Ministru jindika kemm minnhom ħarġu bis-sick leave minħabba dipression?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru in oltre jgħidilna: (a) kemm rriżenjaw LEP's mill-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju, 1997; (b) għal-liema raġuni; u (ċ) jekk irċeviex korrispondenza dwar dan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATI - FONDI PUBBLIĊI", "7263.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sar infiq minn fondi pubbliċi għal ameljorament u attrezzamenti ġodda: (a) fl-ambaxxata; u (b) fir-residenza ta' l-ambaxxatur f'Washington DC bejn id-data li wasal l-Ambaxxatur Mark Micallef u t-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KUMMISSJONI EWROPEA - SCHOLARSHIPS", "7271.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jespandi fuq il-kawża u r-raġunijiet li għalihom il- Kummissjoni Ewropea ffriżat il-fondi tar-raba' protokol finanzjarju allokat għall-ischolarships għal Bruges u Sussex?", "Apparti dawn l-ischolarships il- Kummissjoni Ewropea ffriżat xi fondi oħra taħt dan il-protokol?", "Billi d- diskussjonijiet ma Van Den Broek issa ilhom li saru, ġie kkonfermat li tali sitwazzjoni mhijiex se tippersisti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li diġa' saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwar dan is-suġġett u dawn ġew imwieġba b'mod eżawrjenti.", "Fir-rigward ta' l-aħħar biċċa tal-mistoqsija - jiġifieri jekk ġiex ikkonfermat li apparti dawn l-ischolarships il- kummissjoni Ewropea ffriżatx xi fondi oħra taħt dan il-protokol - għadu ma ġiex ikkonfermat jekk din is-sitwazzjoni hux se tippersisti.", "DJAR - GĦAWDEX - BINI TA' DJAR", "7272.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta nħarġu l-applikazzjonijiet għall-bini ta' djar taħt l- HOS fil-post magħruf Tal-Fal, fir-Rabat, Għawdex?", "Kemm hemm djar okkupati u kemm taħt kostruzzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "DJAR - GĦAWDEX - BINI TA' DJAR", "7273.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta nħarġu l-applikazzjonijiet taħt l-HOS għall-bini ta' djar fil-post magħruf Tal-Barmil, fix-Xewkija, Għawdex?", "Kemm hemm djar okkupati u kemm taħt kostruzzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx spazju disponibbli f'dik iż-zona għal aktar bini?", "Jekk fl-affermattiv, għalkemm?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "VETTURI - VETTURI LI QASMU BEJN MALTA U GĦAWDEX", "7274.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 6610, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-vetturi li qasmu misjuqa minn nies b'residenza f'Għawdex, b'residenza f'Malta u minn barranin?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "7275.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-istqarrija tad-DOI 1263, jista' l- Ministru jgħid kemm kandidati minn Għawdex qagħdu għall-eżami f'Mejju li għadda għad-dħul fil-Junior Lyceum?", "X'kien il-pass rate tagħhom u l-grade li kisbu f'dawn is-suġġetti li ġejjin:- Ingliż, Matematika, Malti, Studji Soċjali u Reliġjon?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TIGNE' - ŻVILUPP GOVERNATTIV", "7284.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar dawk il-persuni li jgħixu Tigne' fejn hu pproġettat żvilupp governattiv u jekk dawn humiex se jingħataw l- opportunita' li jibqgħu jgħixu hemm?", "Jikkonsidra l-Prim Ministru li jaċċetta li dawk il-persuni li kienu għażlu l-alternattiva li jieħdu Lm15,000 biex jixtru post alternattiv, li l-Gvern jieħu lura l-Lm15,000 u jibqgħu jgħixu Tigne' kif inhi x-xewqa tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Meta u jekk Tigne' u Manoel Island jiġu żviluppati, l-Gvern se jieħu ħsieb li tiġi garantita r-residenza tal-post ta' dawk il-familji li għadhom hemm.", "DJAR - TPARTIT TA' FONDI", "7285.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk jeżistux xi problemi burokratiċi biex isir it-tpartit bejn iż-żewġ fondi li l-indirizzi tagħhom qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-ebda waħda mill-persuni ndikati m'għandha applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "BICAL", "7311.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kwestjoni tal-BICAL u meta wieħed jista' jistenna li dawk li għad għandhom jieħdu lura xi depositi li kellhom fil-BICAL madwar 25 sena ilu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bħalissa il-kwestjoni tal-BICAL hija wieqfa minħabba li hemm xi kawżi legali li għad iridu jiġu deċiżi qabel ma l-pożizzjoni tad- depositanti tista' tkun ittrattata.", "DAZJI U SISA - PREZZIJIET", "7312.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Issa li s-sistema ta' dazji u SISA iddaħlet f'pajjiżna, jista' l-Ministru jagħti lista tal-prodotti li l-prezz tagħhom żdied u b'kemm żdied minħabba s-sistema ta' Dazji u SISA minflok dik tal-VAT?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi qed isir eżerċizzju intensiv biex jitraħħsu l- prezzijiet, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li prezzijiet oħra jsibu l-livell xieraq tagħhom, mhux opportun li jingħata dan it-tagħrif.", "SPTARIJIET - CT SCANS", "7313.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru CT Scans mill-1.01.97 sal-lum?", "Kemm pazjenti ġew riferuti għal dan it-test mill-Out-Patients Department u kemm mill-wards?", "Mill-liema wards intalbu CT Scans rispettivament?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' CT Scans li saru bejn l-1 ta' Jannar, 1997 u t-30 ta' Ġunju, 1997 kien ta' 2640 (jiġifieri madwar 110 f'ġimgħa) 40% tal-pazjenti jkunu riferuti bħala in-patients filwaqt li 60% jkunu riferuti bħala out-patients.", "30 - 40% ta' l-in-patients jkunu pazjenti ta' Newroloġija u Newrokirurgija.", "Il-kumplament huma mqassma fost il-wards kollha.", "MDP - PREZZ TAL-ĦALIB", "7314.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ż-żidiet fil-prezz tal-ħalib, l-impatt ta' dawn fuq l-indiċi tal-prezzijiet u jekk kienx hemm possibbilta' li jibqgħu jintużaw il-fliexken tal-ħalib biex mhux biss il-prezz ma jiżdiedx imma wkoll jiġi imħares l-ambjent?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Prezz tal-ħalib fil-flixkun tal-pinta għadu 12ċ5 sakemm dan jibqa' fis-suq.", "Il-prezz tal-ħalib abjad fil-kartuna tal-pinta se jkun 15ċ.", "Il-prezz tal-ħalib abjad fil kartuna tal-litru baqa' kif kien, i.e.", "26ċ.", "Dak tal-ħalib bl-essenza fil-kartuna tal-litru se jkun 28ċ.", "Dan it-tibdil beda jseħħ minn dan ix-xahar u l-ġbir tal-prezzijiet mill- Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika għal matul dan ix-xahar għadu għaddej.", "Għaldaqstant, l-impatt ta' dan it-tibdil fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl- Imnut ikun magħruf meta jinħadem l-Indiċi għax-xahar ta' Lulju.", "Għar-rigward tal-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant, nixtieq ngħarrfu li l- produzzjoni tal-ħalib fil-kartun ilha għaddejja tul dawn l-aħħar snin.", "Il- ħalib fil-flixkun kien jagħmel anqas minn 10% tal-produzzjoni u l-bejgħ tiegħu qiegħed jonqos kull ma jmur.", "L-impjant ta' l-ibbottiljar u tal- ħasil tal-fliexken wasal biex jinbidel u, għalhekk, l-MDP ma ħassitx li tkun għażla għaqlija li tinvesti flus f'impjant ġdid biex taħdem prodott li l-konsumatur m'għadux ifittex.", "Mill-banda l-oħra, nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-konsiderazzjonijiet li ttieħdu biex ikun imħares l- ambjent huma dawk li kienu ttieħdu meta l-ħalib beda jkun maħdum fil- kartuna l-ewwel darba.", "DITTI KUMMERĊJALI - PREZZIJIET", "7319.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l- Prim Ministru qed imexxi kampanja li fiha jippubblika l-ismijiet ta' Ditti Kummerċjali Maltin intiża biex jirregola l-prezzijiet mill-1 ta' Lulju 'l hawn, jaqbel il-Prim Ministru li din il-kampanja tmur kontra l-prinċipju tas-suq ħieles kif imwiegħed fil-Programm Elettorali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, ma naqbilx.", "Il-wegħda - li issa twettqet - li minflok it-taxxa tal-VAT tidħol taxxa aktar ġusta ta' Dwana u Sisa kienet u għadha marbuta mal-wegħda l-oħra li fejn il-prezzijiet għandhom jorħsu jridu jorħsu.", "Jiena konvint li s-sistema l-ġdida ta' tassazzjoni taqbel bil-kbir mar-realta ta' Malta u ħadd m'għandu, bl-iskuża tas-suq ħieles, jipprova jisfrutta lill-konsumatur għax dan m'għandux għaqda li tiddefendi l-interessi tiegħu.", "Il-Gvern għaldaqstant mhux se joqgħod lura milli jagħti lill-konsumatur l- informazzjoni li hu obbligat li jagħtih l-aktar billi l-konsumatur jinżamm aġġornat dwar il-qagħda vera tal-prezzijiet, u mhux l-anqas il-bidla abbuziva fil-prezzijiet ta' prodotti u servizzi.", "TELEMALTA - ĦLAS TA' SAHRA", "7328.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija s-somma globali mħallsa kull xahar li l-Korporazzjoni Telemalta qed tħallas f'sahra lill-ħaddiema tas-C.S.U., sezzjoni telefonija u telegrafija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-somma globali mħallsa kull xahar tas-C.S.U., sezzjoni Telefonija u Telegrafija, f'termini ta' average overtime costs maħduma fuq il-perjodu bejn Ottubru 1996 u Ġunju 1997, huwa ta' madwar Lm2,964 fit-Telefonija u Lm6,044 fit-Telegrafija.", "Ta' min jgħid li żewġ (2) C.S.O.s u 25 C.S.A.s ħadmu fit-Taqsima tat- Telefonija u madwar 28 C.S.O.s, 18 C.S.A.s, 3 S.R.T.O.s u 6 R.T.O.s fit- Taqsima tat-Telegrafija.", "TELEMALTA - ĦADDIEMA", "7329.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega x'qed iżomm lit-Telemalta milli tiġi ffirmata r-riforma b'lura mill-1 ta' Jannar, 1991 tal-ħaddiema tas-C.S.U issa li l-garanzija li l-korporazzjoni riedet mingħand il-GWU ġiet mogħtija?", "Jaf il-Prim Ministru li dawn huma l-uniċi ħaddiema f'Malta li għadhom ma gawdewx minn din il-kwalita' ta' riforma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li diġa' tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 59 fis-Seduta 11.", "AĠENZJI TA' L-INTERNET", "7330.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Għar-rigward ta' dak li qal il-Ministru dwar il- ħlasijiet għoljin li qegħdin jitolbu l-aġenzji ta' l-Internet f'Malta, jikkonsidra l-Ministru li l-Gvern stess ikollu aġenzija ta' l-Internet għal użu speċifiku ta' studenti Maltin u b'hekk ikun hemm prezz imnaqqas sewwa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qiegħed nara x'jista' jsir biex l-istudenti jkunu jistgħu jlaħħqu aħjar mal-prezzijiet tas-servizz ta' l-Internet.", "PULIZIJA - ĦLAS TA' SAHRA", "7331.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol sabiex il-Pulizija jitħallsu ta' l- overtime u x-xogħol extra fi żmien l-elezzjoni, disa' xhur wara l- elezzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-ħlas kollu fir-rigward ta' sigħat żejda maħduma minn membri tal-Korp fi żmien l-elezzjoni se jkun sar sa l- aħħar ta' Awissu, ta' l-1997.", "PULIZIJA - GARAXX TAL-PULIZIJA", "7332.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fil-garaxx tal-Pulizija?", "Hemm xi ntenzjoni li civilians jintbagħtu fuq xogħol fil- garaxx tal-Pulizija skond kif propost fir-Rapport ta' l-MSU?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li hemm 23 membru tal-Korp li qed jaħdmu fil-garaxx tal-Pulizija.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, bħalissa qed jittieħdu ċertu inizjattivi relatati mal-programm ta' modernizzazzjoni tal-Pulizija biex il- korp jitneħħewlu x-xogħlijiet żejda li m'għandhomx x'jaqsmu max-xogħol tal- pulizija.", "Kif jispiċċa dan l-eżerċizzju, li f'ċertu każijiet huwa diġa' fi stat avvanzat, wieħed ikun jista' jiddeċiedi skond l-eżitu ta' dan l- istudju.", "SECURITY CORPS - MEMBRI", "7333.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma li membri tas-Security Corps qed jintbagħtu jħabtu bieb bieb biex jaraw għaliex ċerti individwi għandhom arretrati ma' l-Inland Revenue?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Membri tar-Revenue Security Corps qatt ma ntbagħtu bieb bieb biex jiġbru l-arretrati.", "Dawn jintbagħtu biss biex iqassmu posta, anke dik reġistrata, li tkun ġiet lura fid-Dipartiment minħabba li ma tkunx waslet jew inġabret mit-taxpayer.", "SKEJJEL - ŻURRIEQ", "7342.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Rigward \"is-secondary area school\" tas-subien proposta fuq site fit-tarf taż-Żurrieq, jidhirlu l-Ministru li: (i) din l- iskola għandha tinbena fuq site li jkun fiċ-ċentru ta' l-area fin-nofsinhar tal-pajjiż, liema area hija ċirkondata mill-irħula taż-Żurrieq, Safi, Kirkop, Qrendi, Mqabba, Luqa, Gudja, Għaxaq u Birżebbuġia għal raġunijiet ta' aċċess u viċinanza aħjar kif ukoll biex jiġu eliminati problemi ta' noise għall-areas abitati; (2) li s-site propost fiż-Żurrieq ibati minn żvantaġġi bħal aċċess adegwat u peress li hemm irziezet bil-permess maġemb is-site propost; u (3) għaldaqstant, jikkonsidra l-Ministru li fl-area li tinsab ċentrali għal dawn l-irħula u ċioe' fl-area tal-Karwija (bejn Safi u Kirkop) hemm art tal-Gvern li minħabba l-lokazzjoni tagħha għandha ħafna vantaġġi fuq is-siti taż-Żurrieq, kif ukoll is-site tal-Karwija huwa ideali għall-bini ta' skola sekondarja (area school) tas-subien fin-nofs inhar tal- pajjiż?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM", "7343.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6469 dwar self sussidjat lill-bejjiegħa tal-laħam, jista' l-Ministru jgħid kemm bejjiegħa tal-laħam applikaw għal self sussidjat mis-16.6.97 sal- lum biex jimmodernizzaw il-ħwienet tagħhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bejn is-16.06.97 sal-lum ma kien hemm l-ebda applikazzjoni ġenerali min bejjiegħa tal-laħam għal self sussidjat biex jimmodernizzaw il-ħwienet tagħhom.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "7347.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qed jinqatagħlha ċ-children's allowance?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-benefiċċjarja ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "DJAR - KERA SUSSIDJATA", "7348.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-post Nru. 64, Flat 9, Triq ix-Xitwa, Qormi (Ref 075788 - 658/87/9, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-inkwilin ta' dan il-post tal-Gvern mhux qed iħallas kera sussidjat (Lm64.50c) minflok qed iħallas Lm215 fis-sena?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-persuna li ġiet allokata l-post fl-1993 naqset li tirritorna iċ-ċwievet tal-post fejn kienet toqgħod qabel u għalhekk f'Lulju 1994 twaqqfilha s-sussidju.", "PORT IL-KBIR - PJAN LOKALI", "7349.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal- Gvern rigward il-proposta fil-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, Floriana Policies, GF12, rigward l-introduzzjoni ta' pedestrian footbridge fi Triq Nazzjonali fil-viċinanza ta' Pjazza Robert Sammut, fil-Furjana, u dwar il- possibbilta' ta' kompetizzjoni internazzjonali sabiex il-pjanti jkunu ta' l- ogħla kwalita'?", "Jekk fl-affermattiv, ifisser li l-Gvern qed ikun kontra l- proposta ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dwar il-Bus Terminus f'Bieb il-Belt, fis-sens li jsir underground traffic system fi Triq Sant'Anna li mbagħad tkun tista' ssir pedestrian only area?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "FURJANA - TRADE SCHOOL BUILDING", "7350.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li l-Kunsill Lokali tal-Furjana mhux se jibqa' juża l-uffiċini fl-ex Trade School building fil- Mall, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadhiex ta' l-idea li dan il-bini jiġi ristrutturat f'bini ta' prestiġju skond il-Floriana Policies, fil-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, GF18?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "PORT IL-KBIR - PJAN LOKALI", "7351.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, Floriana Policies 3.3, il- Gvern beħsiebu jagħmel development brief dettaljat dwar żvilupp ta' uffiċini governattivi f'Beltissebħ, ovvjament bl-esklużjoni tax-Xagħra Sports Ground?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Il-proposta li jkun hemm ukoll lok għal units għall-abitazzjoni ta' residenti (Pjan Lokali GF17) hi aċċettabbli għall-Gvern?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-policy tamplifika policy COM li titkellem dwar dan is-suġġett fil-Pjan ta' Struttura.", "Peress li l-proġett huwa wieħed rilattivament kbir u jinkludi aspetti ta' konservazzjoni, mpatti fuq it- traffiku, u mpatti viżwali fost oħrajn, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tħoss li meta jkun hemm il-ħtieġa ta' żvilupp, l-ewwel ħaġa li trid issir hija Development Brief li jidħol aktar fid-dettal dwar dak li hemm u dak li jrid isir.", "Dan għaliex ma jistax isir zvilupp ta' din l-iskala b'mod tajjeb jekk ma jsirx Development Brief bi preparazzjoni għalih.", "Rigward il-kwestjoni tal-Housing Units, meta kien qiegħed jiġi fformulat il-Pjan kien jidher ċar li l-bażi residenzjali tal-Furjana kienet qed tiġi mhedda minħabba numru ta' raġunijiet.", "Għaldaqstant, il-Pjan jinkludi numru ta' policies bl-intenzjoni li din il-problema tiġi ndirizzata, liema policies iridu jinqraw flimkien.", "Waħda minn dawn hija proposta ta' bini ta' żewġ Housing Blocks fuq Triq Dimech.", "Huwa kkonsidrat li dan huwa l- aktar sit tajjeb, jekk mhux l-uniku wieħed li jista' jissodisfa l-ħteġijiet ta' ppjanar tajjeb u fl-istess ħin jgħin biex tingħeleb il-problema ta' tnaqqis fin-numru ta' residenti.", "GĦAWDEX - ĦADDIEMA FIS-SERVIZZ ĊIVILI", "7352.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-diversi dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex li qed jagħmlu xogħol klerikali mingħajr m'għandhom grad klerikali?", "Kien hemm xi deċiżjoni mill-Ombudsman nazzjonali dwar dan is- suġġett?", "X'kienet?", "X'azzjoni ħa l-Gvern wara l-passi ta' l-Ombudsman?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - HAEMOPHILIACS", "7353.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill- haemophiliacs li huma morda jew mietu bl-AIDS f'dawn l-aħħar 13-il sena ġew diagnosed b'AIDS, kull sena, sena sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: 13-il persuna b'haemophilia/coagulation disorder kienu notifikati bl-Aids s'issa llum dawn it- 13- il persuna huma mejtin.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija lest li ngħaddi l-informazzjoni b'mod konfidenzjali.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA", "7357.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi ħaddiem jiġi mistħarreġ skond l-income li jkollu biex id- dipartiment jara jekk jikkwalifikax għaċ-children's allowance, x'miżuri jittieħdu fuq ħaddiema li jagħmlu parti minn kumpannija u li minnha jieħdu s-salarju?", "Id-dipartiment jaċċetta li dak is-salarju hu l-uniku dħul li għandu l-ħaddiem, jew jitlob li jara jekk għandux aktar dħul mill-profitti li tagħmel il-kumpannija?", "Skond il-liġi, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għandu d-dritt jitlob biex jara l-kotba tal-kumpannija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Artikolu 76 ta` l-Att dwar is-Siguta` Soċjali Kap (318) jipprovdi li kap ta` familja jkun intitolat għall-Allowance tat-Tfal jekk il-mezzi tiegħu kalkolati skond Taqsima VII tat-Tieni Skeda ma jeċċedux ir-rati applikabbli għal dik il-familja kif determinat fit-Taqsima VI tal-Erbatax-il Skeda.", "Dawn l-iskedi jirregolaw x`għandu jittieħed mid- dħul tal-familja u x`għandu jiġi eskluż biex kap ta`familja jkun eliġibbli għal din l-allowance.", "L-istess Att jagħti bis-saħħa ta`l-Artiklu 133 poteri speċjali lid- Direttur tas-Sigurta` Soċjali li jitlob kull dokument u verifika meħtieġa biex jiġi assigurat li hemm dritt għal din l-allowance.", "SAĦĦA - MEDIĊINA BACLOFEN", "7358.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tas-16 ta' Ġunju inti kont aċċertajtni li s-syrup tal-Baclofen kellu jkun in stock mill-Ispiżerija tal-Gvern lejn l-aħħar ta' dik il- ġimgħa, tista' jekk jogħġbok tinvestiga r-raġuni għaliex sa dalgħodu stess dan kien nieqes?", "Dan tlett ġimgħat wara l-wegħda tiegħek.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ordni tal-Baclofen Syrup saret fis-7 t'April, 1997.", "Skond il-kwotazzjoni dan il-prodott kellu jasal bejn żewġ u tmien ġimgħat mill-ordni, jiġifieri sas-7 ta' Ġunju.", "Dawn waslu fil-Medical Stores il-Ħamis 10 ta' Lulju u qed jiġu mqassma."]} {"filename": "19980616_227d_par.doc", "date": "1998-06-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 227 It-Tlieta, 16 ta' Ġunju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 227", "It-Tlieta, 16 ta' Ġunju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "227", "It-Tlieta, 16 ta' Ġunju, 1998", "WERREJ MINUTI 458", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 458", "TQEGĦID TA' KARTI 463", "MOZZJONIJIET 464", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT", "TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED 464", "AĠĠORNAMENT 494", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 500", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 509", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Hemm korrezzjonijiet għal- Minuti, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nipproponi din l-emenda:", "\"F'paġna 3 tal-Minuti tas-Seduta Nru 226 li saret fil-15 ta' Ġunju 1998, minflok il-kliem \"bħala ksur ta' privileġġ l-istqarrija għall- istampa Nru. 1098 b'riferenza għall-bini\" għandhom jidħlu l-kliem \"każ ta' ksur ta' privileġġ kontra l-Prim Ministru u d-Direttur ta' l- Informazzjoni b'riferenza għall-istqarrija għall-istampa Nru. 1098 dwar il-bini.\".", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Minuti jistgħu issa jiġu konfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 226 li saret fil-15 ta' Ġunju 1998, kif emendati, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14491.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, l-aġenziji governattivi, l- awtoritajiet statali u l-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu u li kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' l-IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is- servizz f'kull każ?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Maintenance agreements ta' din ix-xorta saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma':", "i) Hardware (DEC) Maintenance Agreement u Software Support (Operation Systems) and Maintenance Agreement.", "ii) Oracle Support Maintenance Agreement.", "Dawn il-maintenance agreements ġew ipprovduti minn Megabyte Ltd. għas-somma ta' ¥54,766.", "Fl-istess perijodu sar maintenance agreement mal-ministeru, dak iż-żmien għall-ambjent, mal-kumpannija Infomate Limited.", "Matul dawn is-sentejn l- ispiża totali kienet ta' ¥580,000.", "PARK NAZZJONALI - KUNĊERTI", "14620.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-ministru jgħid x'tenders, quotations jew direct orders ingħataw in konnessjoni mal- kunċerti fil-park nazzjonali f'Ta' Qali?", "X'offerti ntefgħu għal dawn it-talbiet, min tefagħhom u liema xogħlijiet kienu mogħtija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni):", "Servizz ta' kiri ta' karozzi bix-xufier", "Dan ix-xogħol ingħata lid-ditta John's Garage Ltd. bl-istess prezz tal- kuntratt ta' din l-istess ditta mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "Il-kumitat għat-tmexxija tal-park nazzjonali f'Ta' Qali ingħata roħs speċjali ta' 30% fuq il-prezz totali għal dan is-servizz.", "Kiri ta' sound equipment", "Għal dan ix-xogħol intefgħu offerti minn The Sound System Co. Ltd. u minn Light Sound Vision.", "Dawn iż-żewġ offerti ntefgħu in konnessjoni ma' kunċerti mogħtija minn Fish u l-ieħor minn Bonnie Tyler flimkien ma' Spicey Girls.", "Kiri ta' lighting equipment", "Id-ditta Nexos & Co. Ltd ġiet magħżula biex tikri lighting equipment għal matul iż-żewġ kunċerti.", "Quotations għal dan is-servizz intefgħu minn Nexos & Co. Ltd. u minn Light Sound Vision.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna mil-liema vot ingħataw dawn il-flus u jekk minbarra l-kumitat għat-tmexxija tal-park nazzjonali f'Ta' Qali kienx hemm xi persuni oħra li ħadu sehem f'dawn it-tip ta' arranġamenti li saru mal-ministeru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Bħalma ntqal fir-risposta, fil-każ tas-servizz ta' kiri ta' karozzi bix-xufier intużaw l-istess proċeduri u prezzijiet ta' kuntratt ieħor eżistenti u fil-każ ta' kiri ta' sound equipment u light equipment il- kuntratt ingħata wara li nġabru l-quotations.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, diġa' saru diversi mistoqsijiet parlamentari biex inkunu nafu jekk kienx hemm xi arranġamenti ma' xi individwi minbarra mad-dipartimenti u ma' l-awtoritajiet tal-gvern biex dawn b'xi mod jieħdu sehem fl-organizzazzjoni ta' l-attivitajiet li saru fit-teatru tal-park nazzjonali.", "Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħidilna ma' min saru dawn l-arranġamenti u x'koordinazzjoni kien hemm bejn l- għaqdiet, l-individwi u l-ministeru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, mill-karti li għandi quddiemi ma jirriżultax li kien hemm xi arranġamenti ma' individwi partikolari.", "Madanakollu huwa l-management committee ta' Ta' Qali li jieħu ħsieb jagħmel l-arranġamenti u jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq iktar informazzjoni speċifika nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, Massimo Ellul, li fl-elezzjoni li għaddiet kien kandidat tal-Partit Laburista, qal diversi drabi - b'kumbinazzjoni dan issemma llum stess fil-ġurnal \"l-orizzont\" - li kien hu li organizza ħafna affarijiet f'Ta' Qali b'koordinazzjoni mal-ministeru.", "Allura jista' l-Ministru jgħidilna jekk sarux xi arranġamenti bejn il- ministeru u dan l-individwu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, Massimo Ellul kien membru tal- kumitat għat-tmexxija tal-park nazzjonali f'Ta' Qali u għalhekk fil-każi li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant kien qed jaġixxi bħala membru tal-kumitat.", "UE - ZONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14693.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Borg) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru, għall-korporazzjoni jew għall-entita' pubblika konċernata li Malta tissieħeb f'zona ta' kummerċ ħieles biss ma' l- Unjoni Ewropea?", "X'se jkun l-impatt fuq il-ministeru tiegħu jew inkella fuq kwalunkwe korporazzjoni u entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli x'inhuma l-benefiċċji kollha li jinkisbu b'zona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 14687.", "AMBJENT - SKART - ECOPOD", "15028.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14854 li oriġinarjament saret lill- Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru, issa li waslu biex jgħaddu s-sitt xhur minn meta kellha tibda s-sistema ta' l- Ecopod, jagħti rendikont ta' l-osservazzjonijiet li saru s'issa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-iskart li ġie pproċessat bis-sistema ta' l- Ecopod f'dawn il-ħames xhur ilaħħaq l-ammont ta' 11,392 tunnellata.", "Dan l- ammont huwa iktar minn dak li ġie pproċessat fl-1997, li kien ta' 9,687 tunnellata, u huwa viċin dak li ġie pproċessat fl-1996 li kien jammonta għal 13,843 tunnellata.", "L-inkonvenjent li sofrew ir-residenti matul dawn is-sentejn għall-ipproċessar ta' din il-kwantita' ta' skart m'huwiex komparabbli mas-sitwazzjoni preżenti fl-inħawi ta' dan l-impjant.", "In-numru ta' Ecopods li ġew mimlija s'issa jammonta għal 73 borża.", "Minn dawn ġew miftuħa 36 borża u l-materjal tagħhom qiegħed jiġi pproċessat biex jimmatura u jrendi iktar kompost.", "L-ewwel riżultat ta' kompost li ġie pprovdut minn din is-sistema huwa nkoraġġanti ħafna.", "Bis-sistema li kienet titħaddem qabel kien jiġi pprovdut 20% kompost mill-iskart organiku wara li jkun diġa' tneħħa madwar 45% mill-iskart li jkun daħal fl-impjant.", "Bis- sistema esperimentali rriżulta li l-ammont ta' kompost li l-materjal organiku qiegħed irendi tela' għal 77%.", "Dan ifisser li filwaqt li l-ammont ta' skart li kien jidħol fl-impjant qabel kien irendi madwar 11% f'kompost, bis-sistema l-ġdida l-ammont ta' kompost li qiegħed jiġi provdut mill- iskart huwa ta' madwar 42%.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, xi ftit tax-xhur ilu kien intqal li l- miżbla tal-Magħtab kif ukoll diversi miżbliet oħrajn se jingħalqu sabiex jintużaw għar-rimi tal-materjal li jintuża għall-kostruzzjoni.", "Kif nafu, fil-każ tal-miżbla tal-Magħtab ġara bil-maqlub għaliex minflok ingħalqet, qiegħda tkompli tikber b'ritmu mgħaġġel ħafna.", "Jien informat li hemm barriera waħda biss li qiegħda tintuża għal dan il-għan.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk ingħatax permess li dan il-materjal jintefa' f'barrieri oħrajn ukoll?", "Jista' l-ministru jgħidilna x'passi ttieħdu min-naħa tal- ministeru rigward l-intejjen li qed joħorġu kontinwament mill-miżbla tal- Magħtab u li qed inittnu l-inħawi kollha tal-madwar, partikolarment Buġibba u l-Qawra?", "Bla ebda dubju għadna ferm 'il bogħod milli nsolvu l-problema ta' l-iskart f'pajjiżna.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jiddispjaċini ngħid li l-Onor.", "Interpellant m'huwiex informat tajjeb f'dan ir-rigward għaliex fil-fatt mhux barriera waħda biss qiegħda tintuża għar-rimi tal-materjal għall- kostruzzjoni imma jidhirli li qed jintużaw xi erba' jew ħames barrieri u r- raġuni li għaliha m'humiex qed jiġu liċenzjati iktar barrieri għal dan il- għan hija sempliċi.", "Bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda taħdem fuq skema li permezz tagħha qiegħda tassigura li ddaħħal sistema ta' insurance għal min jopera dan it-tip ta' barrieri għaliex minkejja li aħna dejjem ngħidu li fil-barrieri għandu jintefa' biss skart inorganiku, jiġifieri materjal ta' bini, wieħed ma jistax jeskludi l-possibbilta' li jkun hemm xi ħadd irresponsabbli li jitfa' affarijiet oħrajn.", "GĦalhekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda tara x'tista' tagħmel biex jekk jinqala' xi inċident bħal dak li kellna ftit ilu meta tniġġeż l-ilma tal-pjan minħabba żejt maħruq, tkun tista' tilqa' għal din l-eventwalita' mill- ewwel.", "Fil-fatt kif aċċennajt ftit ilu, fl-estimi ta' din is-sena ġiet saħansitra vvotata somma sabiex permezz tagħha tinħareġ insurance kontra dan it-tip ta' inċident.", "Barra minn hekk id-dipartiment qiegħed jaħdem sabiex jinżamm record ta' l- iskart li qed jinġarr ġewwa l-barrieri.", "Fil-fatt il-burdnara ġew imqabbda jirreġistraw il-vetturi li jġorru l-iskart bihom u qegħdin nassiguraw li kull trakk li jidħol fil-Magħtab ikun liċenzjat li jġorr l-iskart u jekk ma jkunx ma jitħalliex jidħol.", "Qed nittamaw li fil-futur qarib tiddaħħal sistema bħalma hemm fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex f'każ li wieħed ikun irid ikisser xi blat jew iwaqqa' xi proprjeta', jimla formola li fiha mhux biss jindika l-materjal li jkun irid jitneħħa imma wkoll min hu s-sid tal- proprjeta', min hu l-burdnar li se jġorr dan il-materjal u fejn se jittieħed.", "Din il-formola mbagħad tgħaddi għand id-dipartiment u b'hekk ikun magħruf fejn ittieħed ċertu skart.", "Madam Speaker, l-iskop li għalih il-gvern illiċenzja numru ta' barrieri biex jintefa' fihom il-materjal li jintuża għall-kostruzzjoni huwa sabiex jipprovdi a short-term solution għall-problema kbira ta' l-iskart li għandna f'pajjiżna, għaliex il-parti l-kbira ta' l-iskart li nipproduċu f'pajjiżna, jidhirli 85%, ġej mill-industrija tal-bini u ma jistax ikun li dan jibqa' jittieħed fil-Magħtab.", "Fil-fatt jekk wieħed iqabbel l-ammont ta' materjal li jintuża għall-kostruzzjoni u li ntefa' fil-Magħtab matul dawn l-aħħar xhur - jiġifieri minn mindu ddaħħlet sistema ġdida ta' liċenzjar u ġew illiċenzjati iktar barrieri għal dan il-għan - ma' l-ammont ta' materjal li kien jintefa' qabel, insibu li dan naqas b'mod konsiderevoli.", "Għalhekk jiena niċħad bl-iktar mod kategoriku li l-miżbla tal-Magħtab qed tikber b'mod esaġerat.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li qabel ma ħadna dawn il-passi li semmejt, aħna konna kkalkolajna li l-lifespan tal-miżbla tal-Magħtab kienet ta' sentejn u għalhekk irrealizzajna li hemm bżonn li nsibu a short-term solution sakemm naraw x'se nagħmlu.", "Fil-fatt wara li saru diversi konsultazzjonijiet ma' kull min huwa involut f'dan il-qasam ġie deċiż li wieħed mill-metodi li bih jista' jiġi kkontrollat l-ikbar persentaġġ ta' skart li jidħol fil-Magħtab li, kif għidt diġa', huwa l-iskart tal-materjal li jintuża fil-bini, huwa li dan jintradam fil-barrieri.", "Naturalment aħna ma waqafniex hemmhekk għax kieku, għall-grazzja ta' l-argument, kellna nilliċenzjaw il-barrieri kollha ta' pajjiżna xorta hemm limitu ta' kemm jista' jintefa' materjal fihom.", "Fil-fatt bħalissa qed nistudjaw diversi long-term solutions li nistgħu nieħdu f'dan ir-rigward u nittama li fl- aħħar inkunu nistgħu naslu għal ċerti konklużjonijiet.", "Madam Speaker, jien naħseb li ma nkun qed nikxef l-ebda sigriet jekk nirrimarka li qed nikkonsidraw u neżaminaw bis-serjeta' s-sistema ta' land reclamation permezz tar-rimi ta' materjal li jintuża fil-qasam tal- kostruzzjoni, liema sistema tintuża f'pajjiżi oħra.", "Ta' min jgħid li fil- miżbla tal-Magħtab qed jintefa' wkoll skart organiku, u dan minħabba li fl- impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin qed jidħol biss madwar 30% ta' dan l- iskart.", "Dan ifisser li 70% ta' l-iskart organiku kollu li jipproduċi pajjiżna qed imur fil-Magħtab.", "Fattur importanti li joħroġ minn dan kollu huwa li jekk kemm-il darba l-esperiment ta' l-Ecopod jirnexxi, din is- sistema tkun tista' tiġi estiża għal postijiet oħrajn, inkluż f'GĦawdex, u b'hekk niffrankaw il-ħtieġa li nibnu transfer station għall-iskart minn Għawdex għal Malta, kif kien hemm il-ħsieb li jsir.", "Naturalment il-miżbla tal-Magħtab ma tistax tingħalaq għal kollox għax dejjem se jkun hemm ċertu skart, bħall-plastic u l-metall, li jista' jiġi riċiklat.", "Madam Speaker, ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li ftit tax-xhur ilu d- dipartiment kien ħareġ sejħa għall-offerti għal min hu interessat li jixtri fractions mill-iskart, jiġifieri min jixtri l-aluminium, min jixtri l- ħġieġ, min jixtri l-ħadid u min jixtri l-karta, u fil-fatt dawn it-tenders ingħataw.", "Kien hemm saħansitra min kien interessat li jixtri fractions differenti ta' skart mingħand il-gvern sabiex jirriċiklahom.", "Aħna qed naraw li ma neħdux il-problema ta' l-iskart f'pajjiżna bħala problema waħda imma nanalizzaw kull tip ta' skart u nistudjaw x'inhu l-aħjar proċess li għandna nużaw biex niddisponu minnu.", "Naturalment jifdlilna l-problema ta' l-iskart kliniku u tossiku pero' jidher li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jitkellmu dwar il-possibbilta' li l-inċineratur li hemm fl-Isptar San Luqa jkun jaħdem aħjar.", "Madam Speaker, kif forsi wieħed jista' jinduna, meta nitkellmu fuq l- iskart inkunu qed nitkellmu fuq problema wiesgħa mhux ħażin u għalhekk huwa importanti li nittrattaw din il-problema bis-serjeta' għaliex jien inħoss li bħalma fi żmenijiet oħra ċerti nuqqasijiet f'servizzi infrastrutturali kienu jimpedixxu l-iżvilupp f'pajjiżna, illum il-ġurnata jekk mhux se nsibu soluzzjoni ġusta għall-mod kif aħna nittrattaw l-iskart f'pajjiżna dan se jimpedilna l-iżvilupp ukoll.", "Ma jistax ikun li l-iskart ta' pajjiżna jibqa' dejjem jikber mingħajr ma nsibu soluzzjonijiet sostenibbli għal din il-problema.", "Rigward dak li semma l-Onor.", "Galea, jiġifieri li qed joħorġu ċerti rwejjaħ mill-Magħtab, ngħidlu li jien ma waslulix rapporti fuq hekk, pero' se nagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji f'dan ir-rigward u nieħu azzjoni dwarhom.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni sentenzjati jew taħt arrest preventiv li ħarbu mill-ħabs bejn l-1987 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15051.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 150 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. - fiċ-Ċentru għat-Teknoloġija tal- Komunikazzjoni;", "Avviż Legali Nru 151 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Science - B.Sc - (Business and Computing);", "Avviż Legali Nru 152 ta' l-1998 - Ordinamenti għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. - fil-Fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili, 1998;", "Avviż Legali Nru 153 ta' l-1998 - Ordinamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. - fl-Istitut tal-Gżejjer u Stati Żgħar, 1998;", "Avviż Legali Nru 154 ta' l-1998 - Ordinamenti għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. - fl-Istitut tal-Gżejjer u Stati Żgħar, 1998;", "Avviż Legali Nru 155 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Science - M.Sc. - in Environmental Planning and Management;", "Avviż Legali Nru 156 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Postgraduate Diploma in Social Work - P.G. Dip.", "S.W.; u", "Avviż Legali Nru 157 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għad- Diploma in Agriculture - Dip.", "Agric.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar aġenziji tal-kiri ta' karozzi użati mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14077.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Biedja u Sajd.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-prezz u l-kwantita' ta' tonn maqbud matul Mejju 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15132.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, nipproponi din il-mozzjoni:", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta beħsiebu jikkonċedi b'titolu ta' enfitewsi temporanja lill-Port Cottonera Limited il-mollijiet, bini u dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla kif deskritt aħjar fl-abbozz ta' kuntratt imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, għaż-żmien, bil- korrispettiv u taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, Kap. 268, li art li tkun proprjeta' tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita \"skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-ħin tat-trasferiment\";", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-mollijiet, il-bini u d-dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla kif deskritt aħjar fl-abbozz ta' kuntratt li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll fid-dokument \"A\" anness ma' din ir-riżoluzzjoni, liema dokument \"A\" jagħti klawsola ġdida li tissostitwixxi lill-klawsola numru 2.2 ta' l-abbozz tal- kuntratt imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-26 ta' Mejju 1998, jiġi mogħti lill-Port Cottonera Limited għall-iskop, il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, kif għarraft lill-Kamra l-bieraħ, b'deċiżjoni tal-Kabinett din il-mozzjoni li qed titressaq min-naħa tal- gvern hija mozzjoni ta' fiduċja fil-gvern u iktar 'il quddiem se nelabora fuq ir-raġunijiet li wasslu lill-gvern biex iressaq din il-mozzjoni b'dan il-mod.", "Kif taf is-Sinjorija Tiegħek, din il-mozzjoni diġa' tressqet quddiem il-Parlament il-ġimgħa li għaddiet imma m'għaddietx, u allura evidentement hemm affarijiet ta' natura politika serja li jimmotivaw il-mod kif qed titressaq quddiem il-Kamra llum.", "Biss, jekk is-Sedja tippermettili l-ewwel nixtieq niċċara ċerti affarijiet tekniċi li għandhom x'jaqsmu ma' din il-mozzjoni.", "Sinjura President, l-ewwelnett nixtieq nagħmilha ċara li l-kuntratt li qed jitressaq quddiem il-Parlament ma' din il-mozzjoni, fl-opinjoni tagħna, huwa identiku għal dak li tressaq il-ġimgħa li għaddiet.", "Jien naf li hawn argumenti min-naħa l-oħra tal-Kamra fis-sens li għamilna emendi li ma kenux sanzjonati u li ma jidhrux fil-kuntratt u għalhekk irrid nagħmilha ċara li dan huwa l-istess kuntratt li tressaq il-ġimgħa li għaddiet.", "Sa ftit taż- żmien ilu kuntratti ta' dan it-tip kienu jersqu quddiem il-Parlament, imbagħad wara b'att amministrattiv, kienu jiġu mibdula u kienu jinbidlu anke x-shareholders u qisu ma ġara xejn.", "Imma kemm ilu fil-poter dan il- gvern ir-regoli ta' kif jersqu l-kuntratti saru iktar iebsa.", "Biżżejjed ngħid li llum meta jkun hemm bidla sostanzjali fil-kuntratt jew fix- shareholders fuq bażi ta' deċiżjoni li jkun ħa l-Ombudsman, il-kuntratt jerġa' jitressaq quddiem din il-Kamra.", "Din hija xi ħaġa tajba u serja u diġa' saret kemm-il darba, pero' sa ftit taż-żmien ilu, minkejja li kienu jinbidlu ċerti klawsoli fil-kuntratt u kienu jinbidlu x-shareholders, bħalma ġara, per eżempju, fil-każ tal-car park tal-Belt, kien qisu qatt ma ġara xejn u kien ikun hemm sempliċement arranġament amministrattiv li jissana s-sitwazzjoni.", "Sinjura President, fil-każ ta' dan il-kuntratt ġara li fil-ġurnata li fiha tressaq quddiem il-Parlament, jiġifieri bħall-bieraħ ġimgħa, saret bidla li tirrigwarda l-aċċess.", "Issa ta' min jgħid li effettivament din il- bidla wessgħet id-dritt ta' aċċess lill-pubbliku Malti u Għawdxi, liema aċċess kien diġa' rikonoxxut b'mod ċar u serju fl-abbozz ta' kuntratt.", "GĦalhekk aħna ngħatajna l-parir legali li peress li l-arranġament ġdid li ġie negozjat u li dwaru l-Kamra ġiet informata kien qiegħed jagħti lill- pubbliku iktar drittijiet mill-kuntratt, kulma kien hemm bżonn kien illi l- Kamra tiġi informata b'dik il-bidla.", "GĦaliex?", "Għax l-aċċess kien diġa' garantit b'mod ċar, b'mod serju u b'mod sod, u bil-bidla li saret nhar it- Tnejn wara nofsinhar dak l-aċċess ġie iktar speċifikat - ma ngħidx \"imtejjeb\" - u kkjarifikat.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nenfasizza li l-parir li kellna kien illi ġaladarba kienu qed jingħataw iktar drittijiet lill- pubbliku, jew aħjar kienu qed jiġu ċċarati iktar id-drittijiet tal-pubbliku biex dan il-kuntratt jiġi dejjem iktar issanat, kien biżżejjed li nirrapportaw lill-Kamra li saret dik il-bidla.", "Għalhekk jien bħall-bieraħ ġimgħa, qabel wasalna għall-vot qomt u qrajt il-klawsola l-ġdida.", "Qalulna li din il-klawsola l-ġdida ma kenitx qiegħda fil-minuti uffiċjali.", "Dan huwa veru, imma din qiegħda fit-transcript ta' dak id-dibattitu u t- transcript huwa ċar.", "Dakinhar qabel wasalna għall-vot jien qomt biex ngħid fiex tikkonsisti eżattament din il-klawsola, u fil-fatt issa din il- klawsola, jiġifieri dik li qrajt bħall-bieraħ ġimgħa qabel ma vvotajna, tinsab fl-abbozz ta' kuntratt illi għandha quddiemha din il-Kamra.", "GĦalhekk irrid nerġa' nagħmilha ċara li llum aħna qed inressqu l-istess kuntratt li vvotajna fuqu bħall-bieraħ ġimgħa.", "Hawnhekk ikolli ngħid li fejn qabel kuntratt bħal dan kien ikun jista' jgħaddi by coach and horses minn dan il-Parlament - u aħna rbatnieha din il-ħaġa - illum jekk tgħaddi biċċa tibna, ta' l-oppożizzjoni jipprovaw jaqbdu magħha biex imbagħad ikunu jistgħu jgħidu: Qed taraw kif il-kuntratt ma kienx tajjeb biżżejjed!", "Bir- rispett kollu, bejn kif kienu jimxu l-affarijiet sa sena u nofs ilu u kif qed jimxu llum hemm baħar jaqsam.", "Imma issa ħalli nqajjem punt tekniku ieħor.", "Sinjura President, nixtieq inressaq minnufih - u nittama li ma jkunx hemm tfettiq fuq din - emenda teknika żgħira oħra għal dan l-abbozz li għandna quddiemna, liema emenda toħroġ minn dan li se ngħid.", "Fil-kuntratt li għaddejna l-ġimgħa li għaddiet kien imsemmi l-mument meta jkun hemm l- awtorizzazzjoni biex il-gvern jidħol għat-twettiq ta' dan il-kuntratt.", "Fil- fatt dan l-abbozz apposta ħallejnieh kif kien il-ġimgħa li għaddiet biex issa nressqu din l-emenda ħalli nuru fejn dak li rridu nagħmlu llum hu differenti minn dak li kien hemm bħall-bieraħ ġimgħa.", "Ħalli naqra din l- emenda teknika li qed nipproponi.", "Din tgħid hekk:", "\"Illi minnufih f'tarf il-mozzjoni għandhom jiżdiedu l-kliem \"B'dana wkoll illi minflok il-kliem \"not later than the twelfth day of June one thousand nine hundred and ninety eight\" kull fejn jinstabu fil- klawsola 4.6 ta' l-abbozz ta' kuntratt fuq imsemmi, għandhom jidħlu l- kliem \"not later than four days after the approval of the resolution by the House of Representatives authorising the Government to enter into this deed\".\".", "Din hija l-emenda teknika qed inressaquha għax ġaladarba l-kuntratt m'għaddiex sa meta kellu jgħaddi ħalli sat-12 ta' Ġunju jkun jista' jiġi ffirmat il-kuntratt proprju, aħna qegħdin ngħidu li l-kuntratt għandu jitmexxa 'l quddiem sa erbat ijiem wara li jiġi awtorizzat mill-Kamra tad- Deputati.", "Din hija l-unika bidla teknika li qegħdin nagħmlu għall-abbozz li kellna l-ġimgħa li għaddiet u għalhekk nittama li issa ma jkunx hemm min joqgħod ifettaq fuqha u jkun irid jieħu seduta fuqha wkoll.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jek jogħġobkom?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, ikun tajjeb li mill-ġdid nagħti l- motivazzjoni għal din il-mozzjoni, li hija xi ħaġa sabiħa u importanti li ġrat.", "Apparti minn mobilizzazzjoni oħra, mill-ġimgħa li għaddiet 'l hawn eluf ta' ċittadini mit-Tieni Distrett - kif nafu, dan jinkorpora fih l- Isla, il-Birgu, Bormla, il-Kalkara, il-Fgura, ix-Xgħajra u parti minn Ħaż- Żabbar - imma partikolarment mill-Isla, il-Birgu, Bormla u l-Kalkara, għamlu petizzjoni li tqassmet bl-iktar mod ħieles, liema petizzjoni kienet tgħid hekk:", "\"Aħna hawn taħt iffirmati qegħdin nitolbu li r-riżoluzzjoni biex iseħħ il-proġett tal-yacht marina u l-iżvilupp ta' Dockyard Creek terġa' titressaq għall-approvazzjoni fil-Parlament.", "Aħna nemmnu li dan il- proġett barra li se jipprovdi impjiegi lill-familji u liż-żgħażagħ tagħna, se jsebbaħ l-inħawi tagħna, jiġġenera n-negozju u jgħin biex aħna u l-poplu Malti kollu jkun jista' jgawdi ambjent aħjar f'din il- parti ta' Malta.", "Dan kollu żgur li jwassal biex din il-parti ta' Malta terġa' tieħu r-rispett mistħoqq.\".", "Bħalma għidt diġa', din il-petizzjoni hija ffirmata minn eluf u eluf ta' ċittadini mill-Isla, il-Birgu, Bormla u l-Kalkara u fiha l-identity card number, l-isem, il-kunjom u l-indirizz kif jitolbu r-regolamenti.", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦalhekk issa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Petizzjoni ffirmata minn residenti tat-Tieni Distrett dwar il-bini ta' yacht marina fil-Cottonera u l-iżvilupp ta' Dockyard Creek.", "Sinjura President, ħaġa bħal din lilna tikkonfortana u ssaħħaħna fil- fehma tagħna, ċioe' li apparti mir-raġunijiet politiċi, li se jkolli ċans nitkellem dwarhom fit-tul, u mir-raġunijiet ta' żvilupp ekonomiku li beħsiebni nibda bihom, fil-Kottonera hemm moviment popolari favur dan l- iżvilupp, anzi jien ngħid li f'Malta u Għawdex kollha hemm dan it-tip ta' moviment, għax iċ-ċittadini ma jistgħux jifhmu kif dan il-Parlament wasal għad-deċiżjoni li jivvota kontra mozzjoni bħal din.", "GĦalhekk kif għidt diġa', dan il-fatt iktar u iktar ikompli jimmotiva u jsaħħaħ ir-rieda tal- Gvern Laburista li jqis din il-mozzjoni li qed iressaq illum bħala waħda ta' fiduċja stretta fih.", "Issa ħalli nispjega ftit x'jgħid il-kuntratt li qed nippreżentaw.", "Sinjura President, il-kuntratt li qed nippreżentaw jgħid li l-mollijiet tal-Birgu li qegħdin 'il hinn mill-baċir numru 1 tat-tarzna jingħataw b'ċens ta' 99 sena lill-kumpannija li hija fformata minn konsorzju ta' industrijalisti Maltin ma' investituri Amerikani biex flimkien ma' bini li jdawwar dawn il-mollijiet u flimkien ma' l-użu tal-mollijiet li jinsabu faċċata, li jiġu n-naħa ta' l-Isla, jiġu żviluppati f'yacht marina ta' ċerta importanza fejn l-ispiża kapitali li tkun trid issir ma tistax tkun inqas minn ¥6 miljun.", "Kif qalulna kemm-il darba anke l-esperti tad- Dipartiment ta' l-Artijiet, din forsi hija l-ewwel darba li l-benefikati li għandhom isiru ġew speċifikati b'dan id-dettall, b'din is-serjeta' u b'din il-preċiżjoni kollha.", "Iktar minn hekk, il-kuntratt jispeċifika wkoll illi jekk dawk li qed jingħataw il-kuntratt ma jonorawx l-obbligi tagħhom se jkunu maqrusa b'mod li jkollhom iħallsu penali li jammontaw għal mijiet ta' eluf ta' liri.", "Ta' min iżid jgħid li dawk li jingħataw il-kuntratt huma obbligati wkoll illi sa l-ewwel sena minn meta jinħarġu l-permessi ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar - aħna dejjem ittamajna li l-awtorita' ma ttawwalx f'dan il-każ, iktar u iktar meta wieħed iqis li daħħalnieha mill-ewwel f'dan il-proġett - ikunu għamlu l-irmiġġi u l-equipment kollu li bih tista' taħdem il-yacht marina u li sat-tieni sena jkunu bnew madwar din l-area l- faċilitajiet kollha neċessarji biex il-yacht marina tkun tista' tiżviluppa bħala ċentru kummerċjali.", "Ta' min jgħid ukoll li l-kera li se tingħata fuq dan il-kumpless kważi mill-bidu nett ta' l-operat tiegħu se tlaħħaq l-ammont ta' ¥300,000, jiġifieri kważi terz ta' ¥1 miljun, u kull għaxar snin titla' b'perċentwali ta' 10%.", "Huwa importanti li wieħed iżomm dawn il-figuri f'moħħu għaliex hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq iċ-ċejċa imma qegħdin nitkellmu fuq kera, jiġifieri fuq dħul minn ċens illi b'mod jew ieħor żgur illi huwa sostanzjali.", "Apparti minn hekk, ta' min jgħid ukoll li m'hemmx dubju li proġett bħal dan se jkollu spill-over effects ekonomiċi u kummerċjali kbar għall-poplu tal-Kottonera u għall-poplu kollu ta' Malta u Għawdex.", "Ċertament li jekk wieħed joqgħod janalizza u jifli t-tip ta' rabtiet illi jinħolqu meta jkun hemm proġett u potenzjal enormi bħal dan isib li n-numru ta' mpjiegi li jinħolqu fiz-zona tal-yacht marina, apparti mill-istadju ta' kostruzzjoni tal-proġett, faċilment ilaħħaq il-mijiet.", "Sinjura President, nixtieq issa norbot dan il-proġett mal-fatt li dan il- gvern ħass il-ħtieġa li jinkwadra l-proġett dwar l-iżvilupp tal-Kottonera f'xi ħaġa iktar kbira u wiesgħa.", "Pero', qabel xejn, irrid infakkar illi waħda mill-problemi li għandu pajjiżna hija li m'huwiex jagħraf jivvalorizza tajjeb biżżejjed l-assi naturali li għandu.", "Huwa minnu li aħna ma tantx għandna assi naturali bħal faħam u żejt - sakemm ma nsibuhx għada! - imma mbagħad għandna ċerti assi naturali bħall-portijiet li minn dejjem kienu importanti għal pajjiżna għax minn dejjem attiraw lejna interess strateġiku, militari u kummerċjali.", "Sfortunatament f'dawn l-aħħar snin pajjiżna ma rnexxilux jgħaqqad flimkien il-valuri mhux iktar strateġiċi daqskemm ċentrali u naturali tal-portijiet tan-naħa tal-Port il- Kbir ħalli nibdew żvilupp ġdid, u dan dejjem fil-kontest li f'dawn l-aħħar snin l-investiment barrani ġdid lejn pajjiżna nixef, ħlief forsi fejn tidħol l-SGS-Thomson.", "U mhux billi n-naħa ta' l-oppożizzjoni tipprova tibni l-ħrafa li fi żmienha kellna xi influss ta' investiment ġdid barrani f'pajjiżna.", "Dan mhux veru.", "Biżżejjed infakkar fil-proġetti li taparsi ġew iħasslu f'din il-Kamra meta ġabu hawnhekk riżoluzzjonijiet dwar art li kienet tinsab in-naħa tal-Bajja ta' San Ġorġ biex jibnu żewġ lukandi.", "Dak iż-żmien kienu qalulna li għal dan il-proġett ġejja kumpannija Franċiża u oħra Olandiża biex imbagħad wara li għadda ż-żmien u għaddew il-kuntratti minn dan il-Parlament irriżulta li l-investitur hekk imsejjaħ barrani li kellu jersaq biex jimxi fuq dawk il-kuntratti kien għosfor u effettivament iż-żewġ lukandi l-kbar, jiġifieri s-San Ġorġ Corinthia Hotel u r-Radisson Baypoint Hotel, spiċċaw saru minn investiment Malti.", "Naturalment I wish all the luck lill-investiment Malti, imma bla ebda dubju f'pajjiżna hemm bżonn li nwieżnu l-investiment lokali b'investiment barrani ħalli b'hekk inkunu nistgħu nagħtuh iktar għajnuna u inkoraġġiment.", "Sinjura President, meta aħna bdejna nistudjaw x'għandu jsir tlaqna b'dan il-ħsieb strateġiku ta' importanza nazzjonali f'moħħna, jiġifieri li nipprovaw nivvalorizzaw mill-ġdid il-vantaġġi naturali kbar li għandu pajjiżna, fosthom il-portijiet.", "Kien hemm wisq żmien fejn lablabna fil- vojt, fejn għidna li se naslu x'imkien u ma wasalniex u għalhekk kien hemm ħtieġa kbira li naraw x'nistgħu nagħmlu għall-Port il-Kbir u għall-area ta' madwaru.", "Mhux billi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu jiġu jgħidulna li kemm damu fil-gvern huma għamlu minn kollox u ppjanaw u ppjantaw!", "Huwa veru li forsi ppjanaw u ppjantaw, imma ma waslu mkien għax meta aħna pprovajna naraw fejn waslu sibna li kważi kellna nibdew kollox mill-ġdid.", "GĦalhekk kien hemm bżonn ta' ħsieb ġdid, ta' impetu ġdid u modern u mhux biż-żigużajg ta' l-imgħoddi biex naraw kif nistgħu nagħtu lill-portijiet il- kbar ta' pajjiżna sentiment ġdid.", "Ridna naraw ukoll li b'dak li nagħmlu, kemm bl-investiment Malti kif ukoll b'dak barrani, inressqu iktar affarijiet produttivi lejn pajjiżna.", "Hemm bżonn li ntejbu, li nġeddu u li nkabbru l-istock produttiv tal-pajjiż, u dan jista' jsir billi jiġġedded l- investiment Malti, billi jkun hemm iktar investiment Malti u billi jkun hemm iktar investiment barrani f'pajjiżna, liema investiment imur lejn affarijiet produttivi.", "Sinjura President, kif għidt diġa' aħna tlaqna bil-ħsieb li nagħtu spinta 'l quddiem lill-proġetti kollha li nistgħu nħasslu għall-portijiet tradizzjonali tagħna u għalhekk rajna x'kien hemm imħejji, imma l-unika ħaġa li sibna kienet li daqs sitt snin jew ma nafx kemm-il sena ilu l-Gvern Nazzjonalista kien beda jinnegozja ħalli jmexxi 'l quddiem żvilupp f'Manoel Island u Tigne'.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq iz-zona kollha min-naħa ta' Tigne' f'Tas-Sliema għan-naħa ta' Marsamxett, għall- qasma l-oħra tal-Belt u għan-naħa l-oħra tal-Kottonera.", "Fil-fatt li sibna kien li dawn bdew il-proġett ta' Manoel Island u waqfu f'nofs leħja, tant li meta staqsejna fejn waslu l-affarijiet ħadd ma kien jaf.", "Li sirna nafu hu li kien hemm ċertu Bannister li suppost kien qed imexxi n-negozjati ta' xi proġett imma meta ċċekjajna fejn wasal dan il-proġett ħadd ma kien jaf eżattament fejn huma l-affarijiet.", "Ta' min jgħid li l-ħsieb wara l-proġett ta' Manoel Island kien li Manoel Island u Tigne' jiġu rivitalizzati b'investiment Malti li kellu jwassal għal zoni residenzjali ġodda, għal faċilitajiet ta' lukandi kif ukoll għal faċilitajiet rikreattivi.", "Imma, bir-rispett kollu, iktar minn hekk ma sibna xejn.", "Naturalment dan kollu bilfors kellna norbtuh mal-fatt li parti mir-rivitalizzazzjoni tal-portijiet tagħna għandha tkun mogħtija għall- ħtieġa li nagħtu nifs ġdid lill-Kottonera għax minkejja li fl-imgħoddi kien hemm numru ta' Maltin u GĦawdxin li lill-Kottonera kienu jarawha qisha xi ħaġa li għadha lura u xi ħaġa depressed, il-potenzjal u l-istorja tagħha huma tremendi, enormi.", "Jien dejjem nibqa' impressjonat, u għadni impressjonat sal-lum, bin-numru ta' barranin li jmorru l-Birgu b'kumbinazzjoni u jogħxew u jibqgħu ossessjonati b'dak li jaraw, u jistaqsuna ċar u tond kif jista' jkun li area bħal din ilha daqstant snin f'dan l-istat.", "L-istess nistgħu ngħidu għad-diplomatiċi barranin li ħafna minnhom meta jkunu se jixtru xi appartament iħarsu lejn il-Birgu jew l- Isla.", "Imbagħad apparti mill-valur storiku ta' dawn il-postijiet hemm ukoll il-ħsieb li z-zona kollha tal-port tkun tista' tintuża b'mod kummerċjali, b'mod ġdid u b'mod modern ħalli nivvalorizzawha.", "Mela għandna z-zona tal-Kottonera li jixirqilha u li għandha fejn ittejjeb u ssaħħaħ l-affarijiet tagħha b'investiment ġdid, għandna z-zona ta' Manoel Island li għandha bżonn tiġi mqajma mill-ġdid u mbagħad għandna wkoll il-Belt.", "Rigward il-Belt nistgħu ngħidu li iktar ma jgħaddi ż-żmien din iktar qed tispiċċa spopolata; iktar qed jonqos il-kummerċ ġdid fiha u iktar qed jonqsu t-turisti minnha.", "Fil-fatt biżżejjed ngħidu li ħafna mill- Beltin bir-raġun jgħidu li l-Belt saret qisha GĦawdex għax it-turisti jiġu għal nofs ta' nhar u jitilqu 'l barra minnufih.", "Allura anke hawn meta rajna x'jista' jsir irrealizzajna minnufih li din hija belt imdawra bil- baħar u fiha hemm port kbir, jiġifieri bla ebda dubju għandha tiġi vvalorizzata b'mod jew ieħor.", "Għalhekk iktar ma beda jgħaddi ż-żmien u iktar ma studjajna l-potenzjal iktar bdejna naraw il-ħtieġa li Manoel Island u Tigne' jerġgħu jiġu vvalorizzati u l-ħtieġa li mmexxu ħalli dak il-proġett jerġa' jitlaq u mhux inħalluh staġnat, kif ħallewh in- Nazzjonalisti qabilna.", "Fil-fatt aħna ftaħna n-negozjati mal-konsorzju konċernat minnufih biex nerġgħu nfasslu dak li kien qed isir ħalli l-proġett ikun jista' jitlaq.", "Imbagħad ħarisna lejn l-iżvilupp tal-Belt u bix-xogħol kbir li għamel l- Onor. Karmenu Vella u anke bix-xogħol volontarju li kienu għamlu grupp ta' esperti privati li qabbadna, ġiet identifikata l-ħtieġa li l-Belt tiġi żviluppata f'terminal tal-cruise liners.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: X'inhu dan it-terminal tal-cruise liners?", "F'dawn l-aħħar snin beda jidher ċar li qed jiżdied in-numru ta' cruise liners li jagħmlu cruises fil- Mediterran u għalhekk hija idea sublimi li nipprovaw nagħmlu lil Malta ċentru biex il-cruise liners jiġu hawn Malta, iduru mal-Mediterran u jerġgħu jieqfu hawn Malta.", "B'hekk filwaqt li jkun qed jiżdied in-numru ta' turisti lejn Malta biex imorru fuq dawn il-cruises, fl-istess ħin tkun qed tiżdied il-ħidma għall-Belt.", "Sinjura President, proġett ieħor li ġie propost u li mxejna fuqu huwa dak li minn taħt il-Belt tinfetaħ forma ta' mina li tgħaqqad in-naħa tal-port ta' Marsamxett man-naħa l-oħra li tiġi faċċata tal-Kottonera biex nassiguraw li jkollna komunikazzjoni min-naħa għall-oħra tal-port.", "Jien għall-ewwel ħsibt li dan huwa proġett li ma jistax jirnexxi, iktar u iktar minħabba li mbagħad ikunu jridu jinbnew numru ta' lifts biex in-nies jitilgħu minn taħt il-Belt għal fuq.", "Imma, oħroġ il-għaġeb, hemm numru ta' investituri privati li huma interessati fi proġett bħal dan u diġa' għamlu l-proposti tagħhom.", "Wara li għamilna ċertu screening tal-Belt, issa qed nersqu lejn in-naħa tal-Kottonera fejn għamilnieha ċara li għandna nivvalorizzaw u mmexxu 'l quddiem il-potenzjal ta' din iz-zona kif, wara kollox, konna wegħedna fil-manifest elettorali tagħna.", "Sinjura President, kien hemm tliet oqsma li ħdimna u li għadna naħdmu fuqhom; il-ħtieġa li Sant'Anġlu ma jibqax fl-istat ta' abbandun li jinsab fih imma jingħata ħajja ġdida biex isir kalamita għat-turisti, għall- investimenti, għall-interess storiku kif ukoll għall-interess kulturali; il- ħtieġa li l-mollijiet tal-Birgu u l-bini ta' madwar jintużaw biex tassew jiġbdu l-investiment; u l-ħtieġa li tiġi żviluppata yacht marina bil- faċilitajiet annessi magħha, inkluż li l-baċir numrru 1, minkejja li huwa importanti li jibqa' f'idejn il-ħaddiema tat-tarzna, jiġi żviluppat b'mod li jkun parti mill-kumpless turistiku u kummerċjali ġdid li ridna naraw u mmexxu fil-Kottonera.", "U fil-fatt hekk għamilna.", "F'dawn l-aħħar sena u nofs aħna ma konniex qed nitkellmu biss fuq l-istrinġenzi finanzjarji, ma konniex qed nitkellmu biss fuq it-tħejjija ta' abbozz ġdid għal-liġi li tirrigwarda l-pulizija, ma konniex qed naħdmu biss fuq kif se jkollna l- aħjar relazzjonijiet li qatt kellha Malta ma' l-Ewropa, ma konniex qed naħdmu biss biex inneħħu t-taxxa tal-VAT u ndaħħlu t-taxxa tas-sisa, kif għamilna, ma konniex qed naħdmu biss biex indaħħlu iktar serjeta', iktar dixxiplina u iktar kontroll fit-tmexxija tal-gvern - dak għamilnieh u għadna qed nagħmluh - imma konna qed naħdmu wkoll biex immexxu l-proġetti tal-Kottonera 'l quddiem.", "U dawn ma mexxejnihomx 'il quddiem kif ippretendiet l-oppożizzjoni Nazzjonalista, imma b'serjeta', b'galbu, bi ħsieb u bl-ikbar trasparenza.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Effettivament għal dak li għandu x'jaqsam mal-baċir numru 1 nista' ngħid li d-diskussjonijiet mat-tarzna baqgħu għaddejjin u l-project team li waqqafna fi ħdan it-tarzna biex jiġu suġġeriti proġetti oħra għall-istess tarzna ħa x-xogħol ta' konverżjoni li kellu jsir fil-baċir numru 1 bis- serjeta', tant li ġie identifikat il-proġett li jista' jsir u li permezz tiegħu dan il-baċir se jkun jista' jingħata spinta 'l quddiem u jservi ta' attrazzjoni ġdida bħala park tal-wirt turistiku, kulturali u kummerċjali tal-baħar tal-Kottonera.", "Fil-fatt anke x-xogħol fuq dan jinsab miexi.", "Biżżejjed ngħidu li diġa' sibna investiment barrani li huwa interessat f'dan il-proġett u aħna, min-naħa tagħna, se nagħmlu minn kollox biex inkunu nistgħu nżewġu l-ħidma u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema tat-tarzna ma' dan l-investiment privat ġdid li qed nattiraw kemm minn barra kif ukoll minn Malta.", "Sinjura President, ta' min jgħid ukoll li ftaħna diskussjonijiet ma' l- Ordni ta' San Ġwann biex jieħu f'idejh il-forti ta' Sant'Anġlu.", "Dawn id- diskussjonijiet għadhom għaddejjin, imma l-punt huwa li jekk l-Ordni ta' San Ġwann jieħu f'idejh dan il-forti l-ewwelnett inkunu qed nattiraw lejna l-interess dirett li għandhom ħafna mill-mexxejja ta' l-Ordni ta' San Ġwann li jkabbru r-relazzjonijiet tagħhom ma' Malta, it-tieni nett inkunu qed nattiraw lejna l-interess tal-kungressi li jorganizza l-Ordni ta' San Ġwann kif ukoll l-interess tat-turisti li jiġu Malta u jkunu jridu esperjenza ġdida f'pajjiżna jew fil-Kottonera.", "Din hija xi ħolma?", "B'daqshekk qed nipprovaw nisirqu xi wirt ta' xi ħadd?", "Le, qegħdin sempliċement nipprovaw noħolqu ambjent ġdid għax dan hu li għandha bżonn il-Kottonera u jekk kemm- il darba tingħata dan l-ambjent ġdid issir l-isbaħ belt ta' Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sinjura President, l-istess nistgħu ngħidu għall-moll tal-Birgu għax hemmhekk bħalissa hemm moll li ma jintuża għalxejn.", "Huwa veru li jekk trid tista' tmur tgħum f'dak il-ħama.", "Fil-fatt l-Onor.", "Gonzi biss kien interessat li jagħmel hekk s'issa, imma qalulu biex ma jgħumx hemm!.", "Allura dan il-moll għandu jibqa' hekk?", "Aħna għidna li l-ideali hu li dak il-post jiġi żviluppat f'yacht marina, u anke hemm ridna li dan ikun investiment sod u serju.", "Aħna qed inressqu dan il-proġett għaliex dan kien l-ewwel wieħed mill-proġetti kollha li semmejt li wasal sal-barkun.", "Ta' min jgħid ukoll li wasalna biex nikkonkludu anke l-proġett ta' Manoel Island, grazzi għax-xogħol tajjeb ħafna li għamel l-Onor.", "Charles Mangion flimkien mat-team tiegħu.", "Il-gvern l-ieħor kien dam xi erba' jew ħames snin iħawdu fuq dan il-proġett biex imbagħad spiċċaw raqdu fuqu.", "Barra minn hekk il-proġett tal-baċir numru 1 riesaq biex ikun formolat fi proġett serju, flimkien mal-ħaddiema tat-tarzna.", "Hekk ukoll il-proġett tat- terminal cruise liners fejn wara li għamilna diversi kuntatti internazzjonali - fil-fatt kien hemm xi 20 konsorzju interessati fih - issa se nagħmlu l-għażla skond l-aħjar offerta li jkollna, bħalma għamilna fil- każ tal-mollijiet tal-Birgu fejn wara li għamilna gara internazzjonali mbagħad għażilna skond kif qablilna li nagħżlu.", "Sinjura President, tajjeb ngħid li l-mudelli għal dawn il-proġetti kollha huma bbażati fuq il-mod li bih il-gvern jaħdem mas-settur privat.", "Fil-fatt fil-manifest elettorali tagħna aħna għamilnieha ċara - u ma se nagħmel l- ebda apoloġija għal dan - li se nagħtu nifs ġdid lis-settur privat biex ikun hu li jiżviluppa l-affarijiet.", "Dan huwa l-mudell ta' kif irridu naħdmu; jiġifieri mhux il-gvern jagħmel kollox hu u jispiċċa jġorr iktar milli jiflaħ imma jingħata nifs ġdid lill-ekonomija u lit-tmexxija tal- pajjiż permezz ta' investimenti produttivi, maħduma u maħsuba mal-gvern.", "Fil-fatt kull wieħed minn dawn il-proġetti li semmejt huwa bbażat fuq dan il-mudell, jiġifieri li s-settur privat jingħata xi ħaġa, imma mbagħad ikun mistenni li jagħmel benefikati serji fuqha, li jagħti ċerti garanziji fuqha, li jipprovdi faċilitajiet produttivi fuqha u li jagħti ċans li jiġu żviluppati s-setturi ta' l-ekonomija u ta' l-impjiegi fil-pajjiż.", "Mela għandna kullana ta' proġetti; għandna l-proġett ta' Manoel Island, il- proġett ta' taħt il-Belt, il-proġett tat-terminal tal-cruise liners, il- proġett tal-baċir numru 1, il-proġett tal-Birgu u l-proġett ta' Sant'Anġlu, biex ma nsemmix ukoll proġetti oħra li jridu jiżviluppaw bl-istess mod.", "Aħna qed inħarsu lejn dan li għandna quddiemna bħala wieħed mill-mudelli li qed naħdmu fuqhom u jekk inwaqqfu xi wieħed minn dawn il-proġetti nkunu qed inwaqqfu proġetti oħra.", "Jekk dan jiġri kull ħsieb li s-settur privat jista' jiddijlja mal-gvern b'ċerta serjeta' jisfa fix-xejn.", "Din hija xi ħaġa li l-gvern irid jiffaċċjaha u jrid jistaqsi: Imma aħna għandna s- saħħa politika u r-rwol li dak li qed nipprospettaw għall-pajjiż inwettquh?", "Aħna għandna mandat u rrid infakkar li f'Ottubru ta' l-1996 fuq il- manifest elettorali Laburista kellna l-appoġġ ta' maġġoranza ta' 8,000 ruħ.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sinjura President, aħna m'aħniex qed nagħmlu xi ħaġa minn wara dahar il- poplu jew li qed tkisser ir-rieda tal-poplu, anzi qed inwettqu r-rieda tal- poplu għax f'dan il-pajjiż hemm il-bżonn strateġiku li jkollna investiment produttiv ġdid.", "Jekk ma nagħmlux hekk se nistaġnaw, kif ġara taħt Gvern Nazzjonalista fejn staġnajna għal żmien twil wisq għax l-affarijiet kienu jaħbuhom.", "U kif kienu jaħbuhom?", "Kienu jaħbuhom billi l-gvern kien ikompli jippompja l-liri fl-ekonomija; kien joħroġ mill-budget u jippompja l-liri.", "B'dan il-mod kienu jaħbuh l-istaġnar!", "Imma jekk wieħed jirrealizza x'kien qed jiġri dak iż-żmien, isib li fil-pajjiż ma kellniex biżżejjed investiment dirett privat u barrani.", "GĦalhekk imbagħad il-produttivita' tagħna waqgħet lura u l-performance tagħna biex noħolqu l-impjiegi - minkejja l-ħafna stqarrijiet min-naħa l-oħra - bdiet tonqos u tmajna matul is-snin.", "Jekk wieħed janalizza b'mod xjentifiku u professjonali x'kien qed jiġri jsib li matul is-snin taħt iż-żewġ gvernijiet - din nixtieq nagħmilha ċara - l-ekonomija tagħna naqqset mill-potenzjal tagħha biex iżżid l-impjiegi fil-pajjiż u allura llum hemm bżonn strateġiku li nindirizzaw din il-problema billi għallinqas naraw li nivvalorizzaw l- assets naturali tagħna bis-serjeta'.", "Dan il-proġett, li huwa parti minn din l-istrateġija, huwa l-ewwel wieħed li wasal sal-barkun u, kif għidt diġa', jekk inwaqqfu dan il-proġett inkunu qed nipperikolaw il-proġetti l- oħra kollha.", "Imma dan il-gvern m'hu se jaċċetta li jipperikola l-ebda proġett li jsir fl-interess tan-nies tal-Kottonera u tal-Maltin u l- GĦawdxin kollha kemm huma.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sinjura President, ikun tajjeb jekk infakkar ukoll li aħna qed nagħmlu dan fil-kontest ta' l-iktar strateġija wiesgħa tal-gvern.", "Diġa' għidt imma se nerġa' nirripeti, din l-istrateġija qalgħetilna l-problemi.", "Mela le!", "Mhux ovvja li qalgħetilna l-problemi?!", "Aħna ħadna deċiżjonijiet iebsa, imma lanqas għal dan ma se nagħmel xi apoloġija.", "Jiena naċċetta li kultant għamilna xi żbalji imma d-deċiżjonijiet li ħadna - u nista' nassigurakom li ħadniehom b'mod kollettiv - ħadniehom għaliex emminna li kien hemm bżonnhom u minn dak iż-żmien 'l hawn imxejna ħafna iktar 'il quddiem milli jaħsbu ċerti nies.", "Biżżejjed insemmu, per eżempju, il-problema tad-deficit tal- budget li nżammet moħbija għal snin twal imma meta aħna ġejna ffaċċjati biha ddeċidejna li jeħtieġ nieħdu d-deċiżjonijiet iebsa kollha meħtieġa biex nipprovaw insolvuha.", "Aħna konna nafu li kien se jkollna nieħdu deċiżjonijiet iebsa.", "Tant konna nafu li għedna mill-bidu nett li fejn insibu li dawk id-deċiżjonijiet huma iebsa wisq fuq in-nies li l-inqas jifilħu nkunu lesti li nħaffulhom dawn il-piżijiet, u fil-fatt hekk għamilna.", "Imma dan swielna ġimgħat ta' diskussjonijiet diffiċli, ġimgħat ta' ġlied u anke diżgwid.", "Sinjura President, taħseb li ħadna gost li kellna ngħaddu minn dik l-esperjenza?", "Dażgur li le!", "Imma għaddejna minnha xorta waħda għaliex konna u għadna konvinti li hemm bżonn li dawn l- affarijiet isiru fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, l-iktar fl- interess tal-ħaddiema u tal-pensjonanti.", "Imbagħad xi ngħidu għall-Ewropa?", "Aħna kellna strateġija ċara x'inwettqu fuq l-Ewropa; strateġija li biha konna mpenjati li naslu għall-aħjar rabta bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Aħna ma ridniex li din l-aħjar rabta tkun biss fi kliem vojt imma f'affarijiet li jridu jsiru.", "Lanqas ma ridna li naċċettaw l-istatus quo li ħallew ta' qabilna imma għedna li jekk hemm bżonn nerġgħu nibdlu, u fil-fatt hekk għamilna.", "Kien għalhekk li neħħejna l-VAT.", "U m'aħna se nagħmlu l-ebda apoloġija għaliex neħħejna l-VAT.", "Anzi għamilna sewwa li neħħejna l-VAT għaliex b'hekk nistgħu ninnegozjaw tajjeb ma' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet)", "Sinjura President, dak li rridu nagħmlu mhux biss qed jintgħaraf kemm ġewwa kif ukoll barra l-pajjiż, mhux biss ksibna rispett sħiħ kemm hawn Malta kif ukoll barra minn Malta, imma effettivament ninsabu f'pożizzjoni fejn nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li qatt daqs illum ma kien hemm rabtiet tajba bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Meta aħna rajna l-affarijiet sejrin ħażin u ddeċidejna kif se naħdmu u kif nistgħu nimxu 'l quddiem, għamilna dak kollu li kien hemm bżonn, u dan kollu ta riżultat.", "Ħalli nsemmi t-turiżmu, per eżempju.", "It-turiżmu sibnieh flat; sibna li kien hemm kemm tnaqqis fid-dħul mit-turiżmu kif ukoll fin-numru ta' turisti li jersqu lejn pajjiżna imma fi żmien sena u nofs irnexxielna naqilbu l-folja.", "Mhux talli rnexxielna naqilbu l-folja u nagħtu nifs ġdid lit-turiżmu talli daħħalna fiduċja ġdida fit-turiżmu, u diġa' nafu li fix-xhur li ġejjin se jkollna l-aqwa turiżmu li qatt kien hawn fis-sjuf li għaddew.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sinjura President, l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-oqsma ta' l- industrija u ta' l-esportazzjoni aħna mill-ewwel indunajna li l-industrija kienet qed tmajna.", "U kienet qed tmajna bir-raġun għax minkejja li huma kienu jgħidu ħafna kliem fuq l-industrija, fil-fatt ma kenux jagħtu kasha.", "Biżżejjed ngħid li minkejja li kien hemm il-Malta Development Corporation, kien hemm telqa totali fil-mod kif isiru l-affarijiet u għalhekk aħna bdejna nerġgħu nagħtu nifs ġdid lill-industrija.", "Għalhekk illum l- industrija ta' l-esportazzjoni qiegħda tirkupra u timxi 'l quddiem.", "Hawnhekk m'iniex qed insemmi l-oqsma soċjali apposta, għaliex qed norjenta dak kollu li qed ngħidu fil-qasam ekonomiku, pero' naħseb li jekk irridu nitkellmu fuq il-qasam soċjali nistgħu nsemmu s-sehem ġdid ta' serjeta' u tolleranza li daħħalna fil-pajjiż.", "Fejn qatt kien hawn gvern li meta daħal fil-kariga assigura kalma totali fil-pajjiż?", "Liema gvern irnexxielu jagħmel dan?", "Aħna konna l-ewwel nies li rnexxielna nagħmlu dan u b'hekk tajna prova ta' kemm aħna moderni u serji f'dawn l-affarijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Xi ngħidu mbagħad għas-serjeta' li daħħalna fl-oqsma differenti tat- tmexxija, fosthom fil-korp tal-pulizija, fit-toroq u fil-mod kif isiru l- affarijiet?", "Aħna qed nagħfsu, nagħfsu u nagħfsu fuq dawn l-affarijiet.", "Ta' min isemmi, per eżempju, l-abbozz ta' liġi ġdid kontra l-korruzzjoni li se jitressaq għad-diskussjoni f'dan il-Parlament, liema abbozz ta' liġi se nressquh skond il-mandat li tana l-poplu li nagħmlu miżura verament serja biex dan il-pajjiż ikun protett mill-kankru tal-korruzzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imbagħad ikun tajjeb li nistaqsu: Aħna rnexxielna nġibu fiduċja fil- pajjiż?", "Dażgur li rnexxielna nġibu fiduċja fil-pajjiż!", "Biżżejjed insemmi li wara li qbiżna l-problema teknika li kellna fil-bidu, fi żmien tlieta jew erbat ijiem is-self ta' $0.25 biljun għall-Freeport fuq is-swieq internazzjonali Amerikani nħataf għad-doppju tiegħu, jiġifieri minflok bi $0.25 biljun spiċċajna b'$0.5 biljun b'rata ta' imgħax li kienet tassew vantaġġjuża għall-Freeport.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli Sant.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex il-Prim Ministru jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra ta' din l-estensjoni fil-ħin.", "Xi ngħidu mbagħad għall-flotazzjoni li għamilna ta' l-ishma tal-Maltacom p.l.c.?", "Din bdiet il-ġimgħa li għaddiet u f'temp ta' jumejn ix-shares tal-Maltacom p.l.c. inbiegħu kollha bid- doppju tat-tripplu tal-volum li kellna fuq is-swieq, kemm f'Malta kif ukoll barra!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din kienet l-ewwel darba li ishma Maltin qatt ġew mibjugħa fuq is-swieq barranin u nbelgħu.", "Dan qed ngħidu biex nuru kif ħdimna.", "Sinjura President, issa resqin lejn parti strateġika oħra bil-ħidma tagħna; il-ħidma li biha rridu ndaħħlu dawn il-proġetti fin-nofs, u qed nibdew bil-proġett tal-Birgu li huwa tajjeb mhux biss għall-Kottonera imma għal Malta kollha kemm hi.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-ewwel argument li wieħed għandu jagħmel f'dan ir-rigward huwa li dan il-proġett ġibnieh b'investiment barrani.", "Aħna ġejna akkużati li l-investiment li daħħalna f'dan il-proġett huwa Amerikan u li jmissna daħħalna investiment Svediż, imma aħna ma kellna l-ebda rabta, la ma' naħa u lanqas ma' oħra.", "Aħna mxejna fuq il-pariri li tawna l-esperti li qabbadna u dawn qalulna li għal dan il-proġett l-ewwel għandna nibdew ninnegozjaw ma' dak il-konsorzju Malti li għandhom x'jaqsmu miegħu l-Isvediżi.", "L-esperti li qabbadna qalulna wkoll li jekk ma naslux ma' dan il-konsorzju għandna nipprovaw naslu mal-konsorzju l-ieħor, li kien tajjeb kważi daqs l-ieħor.", "Pero' kif diġa' għedt, għamluhielna ċara li huma tal-fehma li għandna nibdew ninnegozjaw ma' dak il-konsorzju Malti li għandhom x'jaqsmu miegħu l- Isvediż.", "Aħna hekk għamilna u bdejna naħdmu fuq l-investiment Malti u Svediż.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lill- Onor. Karmenu Vella li għamel biċċa xogħol brillanti u m'hu veru xejn li kien il-perit ta' xi ħadd.", "L-Onor.", "Karmenu Vella kien biss il-perit tal- gvern Malti u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjah tax-xogħol li għamel.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sinjura President, aħna ddiskutejna ma' dan il-konsorzju - anke jien kelli x'naqsam ma' dan il-konsorzju Malti li kellu l-Isvediżi miegħu - u għednielu: Int ġejt magħżul; issa ejjew naqblu fuq kif se naħdmu ħalli mmexxu 'l quddiem.", "Fil-fatt qbilna fuq kif se naħdmu u mmexxu 'l quddiem, u waħda mill-affarijiet li insistejna fuqhom mill-bidu nett hija li 40% ta' l-investiment irid ikun barrani.", "Mill-bidu nett għidna li rridu investiment produttiv ġdid li parti minnu jkun barrani.", "Imma n-nies ta' dan il-konsorzju wegħduna li se jġibu l-investiment u ma ġabuhx u minkejja li tajniehom tliet deadlines baqgħu ma waslux.", "Meta rajna hekk għidnielhom: Daqhekk biżżejjed; jekk intom ma taslux se mmorru għand l- oħrajn.", "Fil-fatt morna għand il-konsorzju l-ieħor magħmul minn investituri Maltin ma' investituri Amerikani u għamilnihielhom ċara li ma konniex qegħdin ninnegozjaw magħhom biss.", "GĦidnielhom li se ninnegozjaw magħhom bl- istess mod u bl-istess kondizzjonijiet li nnegozjajna mal-konsorzju l-ieħor u li jekk jirnexxielhom taslu l-ewwel huma għall-barkun jieħdu l-proġett huma, u jekk l-oħrajn jaslu qabilhom jieħdu l-proġett l-oħrajn.", "GĦalhekk dawn bdew itellqu bejniethom imma filwaqt li l-ewwel grupp baqa' ma wasalx, it-tieni grupp wasal u allura aħna qbilna li għandna nikkonkludu magħhom.", "Fil-fatt hekk għamilna u mxejna 'l quddiem magħhom bl-istess kondizzjonijiet, bl-istess termini u bl-istess perspettivi bħalma konna mxejna ma' l-ewwel grupp.", "Hawnhekk ngħid b'wiċċi minn quddiem - u jien noqgħod attent x'ngħid - li dan huwa l-ewwel investiment dirett Amerikan li kellna f'dawn l-aħħar 30 sena jekk mhux iktar.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qed nitkellem fuq investiment Amerikan dirett u produttiv u mhux fuq xi għajnuna li l-Amerikani setgħu tawna biex nagħmlu l-armata tal-pikles!", "Imma minn meta tlaqna fuq din il-biċċa xogħol 'l hawn qamu l-irwiefen kollha.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħidulna li ma rrispondejniex għall- kritika li għamlulna.", "Mela ħalli nirrispondi minn hawnhekk for the record.", "Sinjura President, fost affarijiet oħra qalulna li dawn ħallsu ¥70,000 boll meta suppost li kellhom iħallsu ¥700,000.", "Dan m'huwiex veru.", "Din hija gidba.", "Kieku ridna aħna stajna neżentawhom mill-boll, kif għamlu huma fuq Chambrai.", "Fil-fatt ikun tajjeb li ngħid li jien rajt nota ffirmata mill-ex-ministru tal-finanzi l-Onor.", "John Dalli fejn eżenta lill-kumpannija ta' Memmo li ħadet Chambrai, li hi nofsha tal-gvern u nofsha tal-privat, minn kull boll li kien jammonta għal iktar minn ¥700,000.", "(Interruzzjonijiet) Dawn qajmulna argument sensat għax qalulna: Jagħmel sens li s-¥700,000 inħallsuhom f'boll, jew inkella f'dan l-istadju jkun aħjar jekk dawn is-¥700,000 nonfquhom fuq il-bini jew fuq l-attrezzi?", "U aħna għednielhom: X'qed tistennew; li naħfrulkom il-boll, kif għamel l- Onor. John Dalli lil Memmo?!", "GĦalhekk issuġġerejnielhom li din nagħmluha b'mod li minnha jibbenefikaw kemm il-gvern kif ukoll il-proġett innifsu u qlibna s-¥700,000 boll għal ¥70,000 kera, jiġifieri żidna l-kera ta' ¥300,000 li tlaqna bihom b'¥70,000 kull sena li tiżdied b'10% kull sena, kif wara kollox isir meta jkun hemm ċens.", "GĦalhekk jekk wieħed jikkalkola l-valur veru ta' dan kollu jsib li fir-realta' dawn mhux talli se jkunu ħallsu boll ta' ¥700,000 talli ħallsu boll doppju!", "Tan-naħa l-oħra din ma jgħiduhiex, imma jkun tajjeb li ngħiduha hawnhekk for the record.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imbagħad qam l-argument dwar il-kobor ta' l-investiment u qalulna li l- Isvediżi kienu se jonfqu ¥12-il miljun filwaqt li dawn qed jgħidu li se jonfqu mhux inqas minn ¥6 miljun.", "Imma aħna ngħidulhom: Allura intom ma rajtux x'ġara u x'hemm fil-kuntratti.", "Qed ngħid dan għaliex l-ewwel konsorzju li kellu x'jaqsam ma' l-Isvediżi kien qed jimmarka biċċa art li fuqha ried jiżviluppa lukanda u kien qed jikkalkola li dik il-lukanda se tiġi tiswih madwar ¥5 miljun jew ¥6 miljun.", "Imma aħna għednielhom mill- ewwel li dik l-art m'humiex se jeħduha u m'humiex se jibnu lukanda għax f'dan l-istadju l-proġett ma jikkonċernax il-bini ta' lukanda imma l-bini ta' yacht marina.", "GĦalhekk mit-¥12-il miljun jitnaqqsulhom ¥6 miljun.", "Aħna naqqasnielhom xi attrezzi oħra li riedu jieħdu, biex ma ngħidx ukoll li l-proġett oriġinali mhux veru li kien se jiġi jiswa ¥12-il miljun.", "GĦalhekk f'dan il-proġett mhux inqas minn ¥6 miljun huma indirizzati lejn dawk il-faċilitajiet li huma indikati fil-kuntratt li qed inressqu għall- approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Sinjura President, imbagħad reġgħu qanqlu ħafna dubji dwar għaliex aħna għażilna konsorzju u mhux ieħor.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li aħna m'għażilniex l-ewwel konsorzju minħabba li ma wasalx, wara li domna nistennewh.", "Fil-fatt l-Onor.", "Karmenu Vella kien ikollu laqgħat ta' negozjati magħhom li kienu jtulu anke sa nofsillejl u ġieli ċempilli fis- 1.00 a.m. Jien kont ngħidlu biex nagħtuhom ftit ċans ieħor ħalli naraw jekk jaslux, imma dawn xorta baqgħu ma waslux.", "U lil min l-aħħar darba, biex taparsi juri kemm għandu fwied fuq din il-ħaġa, ippropona emenda biex nibagħtu dan kollu quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, ngħidlu: Kien hemm bżonn tagħmel emenda biex isir hekk?", "Qajmuha intom fil-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi u nagħtukom l- ispjegazzjonijiet kollha.", "Imma aħna żgur li mhux se inwaqqfu l-kuntratt minħabba f'hekk.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Public Accounts Committee għandu kull saħħa li jħares lejn dan il-proġett u jivverifikah, u aħna lesti li mmorru quddiem dan il-kumitat, imma m'aħniex lesti li nwaqqfu l- kuntratt minħabba f'hekk għaliex hemm bżonn li l-affarijiet isiru.", "Sinjura President, imbagħad kien hemm il-kwestjoni sabiħa ta' l-aċċess.", "Qalulna li qed jiġi miċħud l-aċċess għall-mollijiet.", "Meta smajt din il- kritika jien għedt: Imma possibbli li minħabba din il-yacht marina aħna ċħadna l-aċċess tan-nies biex imorru fuq il-mollijiet?", "Fil-fatt jien staqsejt saħansitra lill-Onor.", "Karmenu Vella dwar dan u huwa qalli: Kif jista' jkun?", "Ma tarax?!", "Dażgur li le!", "L-Onor.", "Vella qalli li huwa ovvju li se jkun hemm aċċess limitat għall-karozzi għax dan huwa post fejn in- nies jgħaddu bil-mixi.", "Jien din nifhimha għax dan l-aħħar mort nimxi kemm- il darba f'dan il-post u stajt nara kemm hu sabiħ li jkun hemm aċċess limitat għall-karozzi.", "Il-kuntratt jispeċifika li ċerti toroq magħluqin li jinsabu n-naħa ta' San Lawrenz, dawk li qishom slielem u li jwasslu sal- baħar, iridu jinfetħu.", "Imma mbagħad hemm ċerti limitazzjonijiet ġejjin mill-fatt li jekk int għandek yacht marina ma jistax ikollok kermis sħiħa u ma jistax ikollok barbecues għaddejjin għax ċerti affarijiet jikkonfliġġu mat-tmexxija ta' yacht marina.", "Din kulħadd għandu jifhimha ġaladarba qed nipproponu yacht marina li għandha sservi ta' ġid u ġaladarba għaliha qed jiġi garantit aċċess raġjonevoli b'ċerti kondizzjonijiet li jkunu jistgħu jiggarantixxu li l-yacht marina timxi tajjeb.", "Qalulna wkoll li skond il-kuntratt wieħed mhux se jkun jista' jmur jgħum f'dak il-post u fil-fatt meta ċċekkjajt sibt li dan huwa minnu.", "Pero' r- raġuni hija li f'dawn l-aħħar snin id-Dipartiment tas-Saħħa kien joħroġ health warning biex ħadd ma jmur jgħum hemmhekk għax jispiċċa mniġġeż!", "(Interruzzjonijiet) MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Skond il-kuntratt wieħed lanqas jistad ma jista' f'dan il-post imma meta staqsejna kien hemm min qalilna: Mela hawn xi ħadd li jrid jgħum fil-ħama?!", "Mela hawn xi ħadd li jrid itella' l-gambli minn hemmhekk?!", "Allura jien għedt: Allura din għalfejn niżżilnieha?!", "Irriżulta li din għaddejnieha lill-Avukat tar-Repubblika, u dak, miskin, niżżilha għax ħaseb li hija xi ħaġa ...", "(Interruzzjonijiet) Hawn xi ħadd li qed jgħidli: Dejjem \"dak\"!", "Bir-rispett kollu, mhux veru li dejjem ''dak''.", "L-Avukat tar-Repubblika huwa bniedem tar-rispett u din niżżilha għax f'dawn l-affarijiet hija kondizzjoni regolari.", "Nerġa' ngħid, meta aħna staqsejna jekk imurx xi ħadd jgħum hemmhekk ....", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew.", "Mela l-Onor.", "Gonzi jrid imur jgħum hemmhekk.", "Kien hemm brigadier li darba mar jgħum hemmhekk ukoll!", "Imma ħalli nkompli.", "Meta aħna tkellimna fuq din il-ħaġa, qbilna li min-naħa tagħna ma nsibu l-ebda oġġezzjoni biex min ikun irid imur jgħum f'nofs l-iskrejjen tal-yachts.", "Meta staqsejna lill-investituri jekk isibux xi oġġezzjoni fuq din il-ħaġa qalulna li huma ma jsibu l-ebda oġġezzjoni u qalulna li min hu miġnun biżżejjed li jrid imur jgħum hemmhekk jista' jmur.", "GĦalhekk qbilna li għandna nbiddlu l-klawsola biex tiġi eżattament kif qrajtha jien qabel ma ttieħdet il-votazzjoni, liema klawsola kienet kompletament innokwa u ma għandha l-ebda sens.", "Fil-fatt meta nsemmu din il-klawsola man-nies tal- Kottonera li dan l-aħħar iltqajt ħafna magħhom, dawn jaqbdu jidħku u jgħidulna: Fuq din hi l-ġlieda kollha?!", "Iva, fuq din hi l-ġlieda kollha, u l-aċċess tajniehulhom.", "Imbagħad kien hemm l-argument ta' l-enfitewsi ta' 99 sena fejn l- Oppożizzjoni Nazzjonalista kixfet beraħ l-ipokresija li taħdem biha.", "F'daqqa waħda dawn in-nies skandalizzaw ruħhom li l-enfitewsi huwa ta' 99 sena u għalhekk jien staqsejt: X'inhu r-record tan-Nazzjonalisti fuq din il-ħaġa?", "X'taw?", "Forsi taw enfitewsi ta' 20 jew 60 sena?", "U aħna għaliex tajna enfitewsi ta' 99 sena?", "Aħna tajna enfitewsi ta' 99 sena għaliex meta tkellimna mal-konsorzji kollha li ġew f'pajjiżna, dawn qalulna li biex ikunu jistgħu jkabbru l-finanzi fuq dan il-proġett kellhom bżonn tul ta' enfitewsi serju, tul ta' 99 sena, xejn iktar u xejn inqas.", "Effettivament imbagħad jien ikkonfortajt ruħi għax xi ħadd urieni x'qal din is-sena l- Onor. John Dalli rigward enfitewsi ta' 99 sena meta kien qed jitkellem fuq proġett ieħor.", "Huwa kien qal li: in a country's life 99 years are nothing, jiġifieri fil-ħajja ta' pajjiż 99 sena enfitewsi m'huma xejn.", "Mela filli nibnu l-argument li 99 sena huma xi ħaġa ta' barra minn hawn, u mbagħad meta jaqblilna nbiddlu l-argument!", "Aħna ċċekkjajna ftit u sibna li l-Gvern Nazzjonalista kien biegħ Kemmuna għal dejjem u li l-front-benchers Nazzjonalisti, speċjalment il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u l-Onor. de Marco, kienu parti mill-grupp parlamentari li aċċettaw li Kemmuna tinbiegħ għal dejjem.", "Imbagħad taħt il-Perit Duminku Mintoff Gvern Laburista bidel dik il-biċċa enfitewsi perpetwa biex ikun hemm parti mil-lukanda u mill-foreshore għal 150 sena.", "Jiena ċċekkjajt iktar affarijiet u sibt li l-art fejn hemm is-San Ġorġ Corinthia Hotel ingħatat minn Gvern Nazzjonalista b'riżoluzzjoni ta' dan il-Parlament għal 99 sena.", "U tafu kemm hu dan iċ-ċens, Sinjura President?", "Mhux ¥300,000 imma ¥50,000 fis-sena!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa din qiegħda fi prime site n-naħa tal-Bajja ta' San Ġorġ!", "Imbagħad meta ċċekkjajna fuq Tigne' sibna li n-Nazzjonalisti kienu qablu li dan jingħata għal 99 sena.", "(Interruzzjonijiet) Mela fuq il-moll tal-Birgu qed jiskandalizzaw ruħhom li jingħata enfitewsi ta' 99 sena u għal Tigne' u għal Manoel Island m'hemmx skandli, hemmhekk kollox jgħaddi!", "Iċċekkjajna wkoll fuq Chambrai.", "(Interruzzjonijiet) Issa jien naf li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li Chambrai huwa għall-gremxul, għax meta rridu mbagħad lill-Għawdxin nittrattawhom ta' gremxul!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Chambrai wkoll ingħata għal 99 sena, u terġa' l-kera ma tammontax għal xi ¥300,000 fis- sena imma għal ¥10,000 fis-sena!", "Dan biex ma nsemmix ukoll li f'dan il-każ il-gvern għandu l-obbligu li jonfoq bejn ¥1.5 miljun u ¥2 miljun biex jirrestawra s-swar.", "Jiġifieri l-gvern mhux talli qed jieħu biss ¥10,000 fis-sena, talli huwa obbligat li jonfoq bejn ¥1.5 miljun u ¥2 miljun biex jirrestawra s-swar ta' Chambrai!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imbagħad bil- wiċċ tost kollu jiġu jiskandalizzaw ruħhom li fil-każ tal-moll tal-Birgu ngħata enfitewsi għal 99 sena!", "Issa jkun tajjeb jekk ngħidu wkoll lil min taw Chambrai .", "Dan tawh lil kumpannija li hija stuffed bil-bearer shares, liema shares jistgħu jgħaddu minn id għal oħra u wieħed ma jkunx jaf liema id tkun qed iżżomm ix-shares.", "Li nafu biss huwa min hemm wara l-proġett ta' Chambrai.", "U aħna għidnielhom - ma kien hemm l-ebda ħabi f'dak li konna qed ngħidu - li kienu qed jiddijljaw ma' xi ħadd li huwa tal-P2, li huwa mażun u li għandu konnessjonijiet politiċi skabrużi.", "Jiġifieri ma jistgħux jgħidu li ma kenux jafu għax aħna qlajnielhom kollox fuqhom, għamilna debate sħiħ nitkellmu f'dan ir-rigward u saħansitra għaddejnielhom informazzjoni li ġibna minn barra.", "GĦidnielhom ukoll li Memmo ma kellux flus u li ma kellux saħħa ħlief biex jgħaddi minn hemm u minn hawn taħt il-gvernijiet demokristjani ta' l-Italja ta' l-imgħoddi.", "Imma forsi tan-naħa l-oħra għalhekk kienu jafu bih; forsi dawn kienu l-konnessjonijiet moħbija.", "Minkejja li għidnielhom dan kollu, dawn baqgħu għaddejjin u llum li ninsabu fil-gvern nafu x'inhu għaddej.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li l-Gvern Nazzjonalista kien rabat il-kuntratt b'mod li ma tistax tħollu.", "Jiġifieri l-gvern huwa marbut b'kuntratt li ma tistax tkissru ma' wieħed li mhux veru kellu l-flus u r-rieda.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-fatt li issa Memmo qed jipprova jirranġa biex ibigħ ix-shares tiegħu lil wieħed Għawdxi.", "Mela dan diġa' jaf lil min se jerġa' jbigħ dawn ix-shares, u apparti milli x- xogħol li għamel fuq Chambrai bilkemm ilaħħaq it-¥80,000, jiġifieri m'onora xejn minn kemm kellu jħallas, issa qed jirrifjuta li jagħmel ix-xogħol li għandu jagħmel sa l-aħħar tas-sena.", "Kif qed ngħid, qed jipprova jirranġa biex ibigħ l-ishma tiegħu through a bearer system lil dan l-Għawdxi u barra minn hekk qiegħed jirranġa biex jieħu benefikat fuq ċerti appartamenti li diġa' nbnew u li jammontaw għal xi ¥1.5 miljun.", "U dan kollu huwa marbut b'ċoff!", "Għalhekk, Sinjura President, hawn nistaqsi: Kif jista' jkun li wara l- ħniżrijiet li għamlet f'Chambrai u f'postijiet oħra issa l-oppożizzjoni qiegħda tiskandalizza ruħha fuq id-99 sena enfitewsi li qed jingħata għall- moll tal-Birgu?", "Min-naħa tagħna, aħna għandna kollox black on white, u hawnhekk nisfidahom biex itellgħu dan il-kuntratt quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi għax aħna ma nsibu l-ebda problema li jsir dan.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Pero' aħna ma rridux li din tintuża bħala skuża biex jitwaqqaf, biex jiġi mfixkel jew biex jiġi mwaddab lura dan il- proġett għax issa rridu nimxu 'l quddiem u ma rridux inħallu lil min ifixkilna iktar.", "Għalhekk, Sinjura President, illejla qed nipprospettaw vot ta' fiduċja.", "Jien apposta spjegajt l-istrateġija u l-ħsieb li qed naħdmu fuqhom.", "Tista' taqbel u tista' ma taqbilx, imma dak huwa l-ħsieb ddedikat, ispirat u b'moħħ maħruġ 'il quddiem mill-mandat elettorali tagħna.", "Apparti li għandna oppożizzjoni żleali mija fil-mija, illum għandna wkoll ingovernabbilta', jiġifieri m'aħniex f'pożizzjoni li niggvernaw.", "U din kienet ir-raġuni li l-Kabinett iddeċieda li din il-mozzjoni npoġġuha bħala vot ta' fiduċja quddiem dan il-Parlament.", "Aħna lesti li mmexxu sakemm għandna l-fiduċja ta' dan il-Parlament.", "Nafu li għandna l-fiduċja tal- poplu imma jekk ma jkollniex il-fiduċja tal-Parlament ma nimxux 'il quddiem.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien nista' nispjega għaliex ninsabu f'din il-problema.", "Ninsabu f'din il-problema għaliex dawk li daqs 15-il sena ilu kienu jiskandalizzaw ruħhom bil-gerrymandering għamlu gerrymandering fl-aħħar elezzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Onor. Borg, jekk jogħġbok tinterrompix.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Araw jekk xi darba kienx hemm gvern li fil-pajjiż kellu maġġoranza ta' 8,000 ruħ u spiċċa b'maġġoranza ta' siġġu wieħed biss fil-Parlament!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Onor. Farrugia, tinterrompix.", "ONOR.", "ALFRED SANT: La lingua batte dove il dente duole, kif jgħidu t- Taljani, Sinjura President.", "Jafu li missejniehom fil-laħam il-ħaj!", "Għamlu dawk is-snin kollha jippreżentaw ruħhom bħala qaddisin u meta waslu għax- xoqqa f'moxtha wrew fejn qiegħda qalbhom, urew l-ipokresija tagħhom!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, ikun tajjeb li nenfasizzaw ukoll punt ieħor.", "Dawn huma l-paladini tad-demokrazija li kienu jgħidu: \"Mhux siġġijiet!\", u qed jippretendu li jipprovaw jagħmlu l-bsaten fir-roti għax huma kienu jafu li kif kienu qed jaħdmu ...", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Tonio Borg għandu raġun jitbaqbaq għax l-ipokresija tiegħu ħarġet sa l- aħħar, anke llum.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kieku m'għidnielhomx forsi konna naħsbu li dawn bħaħan u ma ndunawx x'se jiġri, imma aħna għidnielhom biex il-konfini kif kienu qed jiġu ppreżentati nerġgħu nibagħtuhom lura lill-Kummissjoni Elettorali ħalli tiddeċiedi hi.", "Aħna konna għednielhom biex nibagħtu lura lill-Kummissjoni Elettorali l-konfini elettorali li kienu qed jiġu proposti għall-aħħar elezzjoni ħalli l-Kummissjoni tara jekk tistax toħroġ b'xi proposta aħjar, imma huma ...", "GĦax huma m'humiex arroganti u lanqas huma suppervi!", "Tant hu hekk li proposta raġjonevoli bħal din warrbuha minnufih u baqgħu jinsistu fuq konfini elettorali li fl- aħħar elezzjoni taw riżultat demokratikament pervers!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Gatt, tinterrompix.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, illum diġa' ninsabu f'pożizzjoni perversa fis-sens li din hi l-ewwel darba li gvern li għandu maġġoranza ta' 8,000 vot fil-pajjiż, għandu siġġu wieħed biss bħala maġġoranza fil- Parlament.", "(Interuzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Gatt u Onor. Farrugia, żommu l-ordni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, f'dawn il-kondizzjonijiet trid taħdem id-demokrazija parlamentari tagħna.", "U hawn nistaqsi: Kif taħdem id- demokrazija parlamentari tagħna?", "Id-demokrazija parlamentari taħdem billi d-deputati eletti f'dan il-Parlament li jkunu jappartjenu lil partit jew ieħor isostnu, dejjem skond il-kuxjenza tagħhom, lill-partit tagħhom għax dawn ma jkunux eletti minħabba li huma Ċikku, Peppu jew Pawlu imma minħabba li huma membri ta' partit.", "Effettivament xi snin ilu kellna diskussjoni kostituzzjonali sħiħa dwar kif wieħed jista' jirrikonoxxi l-eżistenza tal- partiti meta l-Kostituzzjoni nnifisha ma titkellimx dwar l-eżistenza tal- partiti.", "Imma m'hemmx dubju li l-mod li bih taħdem id-demokrazija Maltija huwa li fl-ambitu ta' żewġ partiti - ġieli kien hemm min kien qed jaħseb li jkun hemm it-tielet wieħed ukoll - ikollok gruppi parlamentari xi ftit jew wisq stabbli li jirrispondu għad-dixxiplina tal-partit li titħaddem permezz tal-konferenza ġenerali u tad-deċiżjonijiet tal-Kabinett kif rispekkjati fil-grupp parlamentari li jkun.", "Dik hija s-sitwazzjoni tad-demokrazija, u m'hemmx dubju li l-problema ta' fiduċja li għandna preżentement u li rridu niffaċċjaw hija li bħalissa dik is-sistema m'għadhiex taħdem aktar.", "U hawnhekk irrid nirrikonoxxi li din is-sistema m'għadhiex taħdem minn din in-naħa tal-Kamra għax għandna deputat, il-Perit Mintoff, li m'għadux jirrispekkja f'diversi każi - għax issa mhux f'każ wieħed - deċiżjonijiet meħuda mill-Kabinett li kienu approvati mill-grupp parlamentari.", "Sinjura President, għalhekk illejla bilfors se jkolli nindirizza din il- problema u ngħid l-istess affarijiet li għedt barra, u se ngħidhom kif inħosshom u bir-responsabbilta' kollha għax kulħadd irid jassumi r- responsabbiltajiet tiegħu.", "Nibda biex nistaqsi dwar l-akkuża li saritli l- bieraħ li jiena qridt lill-partit u li se neqred lill-pajjiż.", "Bir-rispett kollu, jien ma nassumix ir-responsabbilta' għal dak li ġara f'dawn l-aħħar snin waħdi imma m'għandi l-ebda mistħija li nirrikonoxxi s-sehem li tajna jien u sħabi biex lill-Partit Laburista, li fl-1992 sibnieh b'disfatta ta' 13,000 vot, fis-sena 1996, jiġifieri erba' snin biss wara, tajnieh maġġoranza ta' 8,000 vot.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura b'hekk qridna 'l-partit?!", "Meta kienet l-aħħar darba li l-Partit Laburista ġab din il-maġġoranza ta' 8,000 vot?", "Meta kienet?", "Allura ma nistax naċċetta akkuża bħal din, daqskemm ma nistax naċċetta l-akkuża li qed immexxi lill- pajjiż lejn ir-rovina.", "Kif nista' naċċetta l-akkuża li qed immexxi lill- pajjiż lejn ir-rovina meta aħna sibna l-finanzi tal-gvern imkissrin, meta aħna sibna kullimkien imċappas bi kliem sbieħ li meta tagħsru ma ssib xejn u meta aħna, wara li sibna li fil-pajjiż m'hemmx serjeta' u m'hemmx responsabbilta', bdejna ndaħħluhom bil-modi tagħna?", "Nammetti li kultant forsi konna ebsin iktar milli suppost, imma iktar minn hekk ...", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, staqsu lil min huwa onest f'dawn l- affarijiet, staqsu lil min jifhem dwar dak li għaddej, staqsu lil min mhux biss jara tajjeb il-pass li jmiss imma wkoll il-passi ta' wara u jgħidulkom ...", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li aħna nagħmlu żbalji.", "Mela le!", "Imma jien ma naċċettax l-argument li b'xi mod qridna lill-partit, anzi jien ngħid li l-partit qatt ma kien ħaj daqskemm hu ħaj illum, Sinjura President, u huwa ħaj fil-veru sens tal-kelma.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Biżżejjed ngħid li d-deċiżjonijiet li nieħdu huma meħuda fuq bażi tal- laqgħat tal-Kabinett u tal-grupp parlamentari li jsiru kull ġimgħa, jekk mhux iktar spiss, u qatt ma kien hemm laqgħat tal-konferenza ġenerali daqskemm kien hemm f'dawn l-aħħar ħames snin jew sitta.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura dan huwa partit meqrud?!", "Sinjura President, saritli wkoll l-akkuża li jiena naħdem għal rasi u li tlaqt għal rasi.", "Bir-rispett kollu, dan m'huwiex veru.", "Fil-fatt nista' ngħid li kull ħaġa li ressaqna quddiem dan il-Parlament, tressqet wara diskussjoni sħiħa bejn il-Kabinett u l-grupp parlamentari kollu, u jekk hawn xi ħadd li din ma jafhiex jew inkella ma jaqbilx miegħi ngħidlu biex iqum u jgħidha issa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Meta nibda naħseb għaliex jingħad li jien rasi iebsa jew li naħdem għal rasi, nibda niftakar fil-pariri li kont ningħata fl-1992 u fl-1993.", "Dak iż- żmien, meta kellna dik il-ħerba madwarna, kont għadni kif sirt Kap ta' l- oppożizzjoni u jiena kelli t-triq tiegħi wkoll, bħal sħabi.", "Fil-fatt id- delegati tal-Partit Laburista għalhekk tellgħuni; għax riedu bidla u tmexxija moderna fil-partit.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jiena dak iż- żmien kont nismagħhom il-pariri imma kultant ma kontx nista' naqbel magħhom.", "Jiena ma stajtx naqbel mal-fatt li lil pajjiżna konna nżommuh bid- deni ta' dimostrazzjonijiet il-ħin kollu u ma stajtx naqbel li l-ħaddiema joħorġu fit-toroq il-ħin kollu.", "Ma kontx naqbel ma' dan għal żewġ raġunijiet; l-ewwelnett għax dan la jaqbel għall-pajjiż u lanqas għall- ħaddiema, u t-tieninett għax ma kienx jaqbel għall-Partit Laburista.", "Jien lil sħabi kont ngħidilhom li biex naslu fejn għandna naslu rridu nikkonvinċu lin-nies li l-ħaddiema u l-mexxejja tagħhom jafu jħarsu 'l quddiem u li m'humiex l-għajjat u l-istorbju fit-toroq li jwasslu imma hemm affarijiet oħra ħafna iktar fundamentali u importanti minn hekk.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Iva, il-pariri li kont ningħata f'dan is-sens ma kontx nismagħhom, u ma nagħmel l-ebda apoloġija li ma kontx nismagħhom għax imbagħad wara kollox ir-riżultati juruk.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imma mbagħad x'beda jiġri, Sinjura President?", "Beda jiġri li kienu jintbagħtu nies fit-tali każin, fit-tali każin u fit-tali każin biex iniggżu lin-nies u jgħidulhom: Ara kif irqadna!", "Ara x'raqda reqdin!", "Jien bdejt inkun naf min kien qed jagħmilhom dawn l-affarijiet.", "Dażgur li kont qed insir naf min qed jagħmel dawn l-affarijiet!", "Għalhekk għedt: Le, se nispjega jien.", "U għal sena u nofs imqaddsa, ġurnata wara l-oħra, kont immur għal kull coffee morning li kien jagħmel il-Partit Laburista kullimkien, għal kull laqgħa lokali u ġenerali li kienet issir, kemm jekk kienet tkun tan-nisa u kemm jekk kienet tkun taż-żgħażagħ, kont immur ġurnata wara l-oħra kullimkien, mill-ponta t'Għawdex sal-ponta ta' Marsaxlokk, biex nispjega wiċċ imb'wiċċ li mhux din hi t-triq; hemm triq oħra li rridu insegwu, it-triq li biha nikkonvinċu lin-nies, it-triq li biha nbiddlu l-politika tagħna fejn hemm bżonn li tinbidel, it-triq li nibqgħu ninsistu fuq il-valuri tan-newtralita' tagħna, li ma jikkonsistux fi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropeja imma f'rabta mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropeja għax sħubija sħiħa ma tgħoddx għal Malta.", "Ridt nispjega wkoll li hemm bżonn li minflok ma nibqgħu nikkakkmaw ruħna ma' ċerti affarijiet li fl-imgħoddi kienu importanti, inbiddluhom għax illum dawn m'għadhomx importanti, u dan kien il-messaġġ tiegħi.", "Kienu jgħidu li n-nies mhux se jifhmu, imma dan m'huwiex veru għax jien lin-nies kont narahom jinbidlu u jifhmu l-affarijiet iktar u aħjar.", "Imbagħad inqalgħu wkoll diversi argumenti għax bħala partit ħriġna mill- Isla.", "Iva, kien meħtieġ li noħorġu mill-Isla, u dan mhux għax ridna nwarrbu l-Kottonera.", "Ma tarax!", "Qed nuru kemm irridu nwarrbuha l- Kottonera!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Le, ma ħriġniex mill-Isla għax ridna nwarrbu l-Kottonera imma għaliex ġaladarba l-Partit Laburista kellu jkun il-partit ta' Malta u Għawdex kollha, ridna nkunu x'imkien ċentrali fejn in-nies ikunu jistgħu jilħquna faċilment u kemm jista' jkun malajr, fejn in-nies iħossuhom li qed jgħixu f'partit dinamiku li jiftaħ, li jagħtihom ċans jitkellmu u li jagħtihom ċans jimxu 'l quddiem.", "Huwa importanti wkoll li ma nibqgħux iktar bl-idea li għax aħna nifformaw parti mill-Partit Laburista hemm għalfejn inkunu fl-umdita', qalb il-kamla jew inkella nixxaħħu magħna nfusna.", "Le, aħna ma ridniex nixxaħħu mal-Partit Laburista, u proprjament għax ma ridniex nixxaħħu mal-Partit Laburista mhux talli ma qridniex lill-Partit Laburista imma talli tajnieh ħajja ġdida.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imbagħad inqalgħu ħafna problemi u kontroversji fuq il-politika barranija.", "Sinjura President, irrid nagħmilha ċara li jien Mintoffjan fil-politka barranija tiegħi.", "Iva, jien Mintoffjan fil-politika barranija tiegħi fis- sens li nemmen li pajjiżna għandu jkun newtrali, li pajjiżna għandu jkun ħieles u li pajjiżna għandu jiżviluppa l-aħjar rabtiet ma' kulħadd.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma nkun qed nagħmel l-ebda skoperta ġdida jekk ngħid li għalkemm jien kont l-iktar wieħed li enfasizzajtu, mhux jien ħriġt bis- slogan ta' l-Isvizzera fil-Mediterran imma l-Perit Mintoff fl-1957, u jien nirringrazzjah għal dan is-slogan u se nibqa' nagħfas fuqu, minkejja li kien hemm min ikkritikani minħabba f'hekk, għax nemmen fih.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imbagħad jien ċertament nemmen ukoll li fil-kondizzjonijiet tal-lum - għax jien il-kondizzjonijiet l-oħra ma niġġudikahomx - m'għandniex inpoġġu lil pajjiżna qisu xi pajjiż li qed jiġi rkantat.", "Aħna ma nistgħux naqblu - almenu jien, l-ewwel wieħed, ma naqbilx ma' dan - li biex immorru tajjeb ma' l-Ewropa għandna taparsi nitħabbu mal-Libja u biex immorru tajjeb mal-Libjani taparsi nitħabbu ma' l-Ewropa.", "Jiena nemmen li pajjiżna għandu jistqarr il-politika tiegħu bl-iktar mod ċar, jiġifieri li huwa pajjiż newtrali, li jrid ikun ħabib ma' kulħadd u li m'hu se jixximjotta lil ħadd, la lil-Libjani u lanqas lill-Amerikani, imma safejn nistgħu nibqgħu nkunu ħbieb ma' kulħadd, anzi nipprovaw inġibu lil kulħadd flimkien.", "Dik kienet it-triq u dejjem dik għandha tkun it-triq!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jien lanqas ma nemmen li għandna nitkellmu biss fuq il-Mediterran u ninsew lill-Ewropa.", "Iva, jien nemmen fil-Mediterran kif nemmen ukoll li dan għandu futur kbir u għandna nikkontribwixxu għalih, imma m'għandniex nitkellmu fuq il-Mediterran biss biex nikkuntrastawh ma' l-Ewropa.", "Le, hawnhekk hawn komplimentarjeta' u għalhekk m'għandniex insemmu waħda għas- skapitu ta' l-oħra għax aħna Ewropej u Mediterranji u għalhekk nissejħu Ewro-Mediterranji, Sinjura President.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien lanqas ma naqbel li b'xi mod jew ieħor għandna nipprovaw naraw kif insibu niċeċ biex inġelldu naħa ma' oħra.", "Żgur li m'iniex se nkun jien li ngħid lil xi ħadd: Keċċi lill-Filippini ħalli tagħmel impressjoni fuq l- Amerikani!", "Ma tarawx!", "Jien dawn l-affarijiet m'iniex se ngħidhom għax ma naqbilx magħhom, u jrid jasal il-messaġġ li aħna ma naqblux ma' dawn l- affarijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sinjura President, aħna rridu li l-Libjani u l-Amerikani jkunu ħbieb, u lesti naħdmu biex dan iseħħ kif qegħdin nagħmlu biex ikunu ħbieb il-Libjani u l-Ewropej għax nemmnu li l-Libjani jistħoqqilhom ikollhom parti importanti mit-tmexxija tal-Mediterran.", "Il-poplu Libjan huwa ħanin u m'għandniex għalfejn nipprovaw inġegħluh jew nagħtuh pariri u ideat biex ma jkunx ħanin.", "Aħna anzi nirringrazzjaw lil-Libja tal-kontribut li tat lil pajjiżna u fejn hu leġittimu nibqgħu niddefendu l-interessi tagħha kif ukoll nibqgħu nitkellmu ma' pajjiżi oħra favur l-unjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Għandna nibqgħu nisħqu wkoll - u din nixtieq nenfasizzaha - li għalina l- Ewropa hija parti essenzjali mill-karattru tagħna u rridu niżviluppaw politika Ewropea li tkun denja u komplimentari mal-karattru Mediterranju tagħna, mhux waħda għall-esklużjoni ta' l-oħra.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli Sant.", "GĦandek bżonn il-leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, issa jkun tajjeb jekk insemmi xi ħaġa li l-bieraħ verament ixxokkjatni għax tmur kontra l-mod li bih suppost naħdmu f'dan il-Parlament.", "Qed nirriferi għal meta qam deputat, il-Perit Mintoff, u qal: \"GĦandi dritt inwaqqa' l-gvern!\".", "Jien din irriflettejt fuqha u għedt: Minn fejn jiġi dan id-dritt?", "Dan id-dritt jiġi milli fuq il-kuxjenza tant ikun hemm kwestjoni kbira li deputat jikser id-dixxiplina tal-partit, jikser il-mandat u jitlaq u jagħmel tiegħu?", "Forsi!", "Hawn tajjeb li nagħmel parentesi.", "Il-bieraħ il-Perit Mintoff qal ukoll li kieku verament konna kontra tiegħu konna nieħdu passi permezz ta' l-eżekuttiv, permezz tal-bord tad-dixxiplina u nneħħuh min-nofs.", "Ħalli nagħmilha ċara din, Sinjura President.", "Jien f'dawn l-aħħar seba' jew tmien xhur tajt il- parir u għedt li m'għandu jittieħed l-ebda pass dixxiplinarju kontra l- Perit Mintoff, u dan għamiltu bl-ikbar responsabbilta'.", "Taħsbu li ma kenitx tkun ħaġa faċli li nressaq mozzjoni jien stess biex jiġri xi ħaġa li titla' quddiem il-bord tad-dixxiplina u viġilanza u tittieħed ċerta deċiżjoni, jew li ngħid lill-eżekuttiv jew inkella lill-konferenza ġenerali biex jimxu sat-tkeċċija, jekk hemm bżonn?", "Kien hemm min ried jagħmel hekk u jien ma nlumhomx li kien hemm min ikkonsidra din il-ħaġa.", "Pero' jien waqqafthom u dan għamiltu għal raġuni waħda bl-ikbar sens ta' prudenza, għaliex ma rridx li terġa' tirripeti ruħha l-istorja u jiġri kif ġara fil- każ tal-kap predeċessur tal-Perit Mintoff.", "Aħna m'għandniex bżonn dawn l- affarijiet.", "Sinjura President, il-Perit Mintoff kien qed ipoġġi problema politika ta' ċerta importanza.", "Il-Perit Mintoff huwa bniedem ta' statura kbira, u jien żgur li m'iniex se nnaqqaslu din l-istatura, anzi nagħtih ġieh tagħha, imma mbagħad fejn ikun hemm bżonn għandna nagħmlu stop.", "Jien ma ridtx li nimxi sal-punt jew inwassal lill-partit tiegħi biex jimxi sal-punt li jieħu dawk il-miżuri.", "Dan m'għamiltu bl-ebda sinifikat politiku u għal xejn iktar jew inqas minn dak li qed ngħid.", "Tinftiehem din il-ħaġa?", "Jien ngħid li tinftiehem u nemmen li l-poplu Malti u Għawdxi jifhimha wkoll.", "Imma li mbagħad naslu biex nagħmlu l-argument li kull deputat għandu dritt iwaqqa' l-gvern, din irridu nirriflettu fuqha għax hemmhekk hemm ħafna x'tomgħod.", "Qisu dan id-deputat, hu min hu, qed jarroga għalih xi dritt divin li jiġġudika fuq kulħadd!", "Qisha l-esperjenza taż-żmien tatu dan id-dritt divin li jiddeċiedi fuq kulħadd, li jgħid: Isma', kif ngħid jien jgħodd!", "Jiena din ma naċċettahiex għaliex jien ma naċċetta l-ebda impożizzjoni.", "Minn fejn jiġi dan id-dritt divin?", "Minn fejn jiġi dan id-dritt li jagħmel ġudizzju li qridna 'l-partit meta dan il-partit qatt ma kien qawwi daqs kemm hu llum?", "Imma nistgħu mmorru iktar 'il bogħod minn hekk, Sinjura President.", "F'dan il-Parlament hawn xi ħadd - forsi l-Onor. de Marco, l-Onor.", "Fenech Adami, il-Perit Mintoff, jien jew inkella l-Onor.", "George Vella - li jemmen li l-poplu jivvota għalina personalment?", "Hawn xi ħadd li jemminha din il- ħaġa?", "Iva, il-poplu jivvota għalina personalment, imma fil-kontest ta' l- operat tagħna għall-partit, għat-twemmin u għas-sens ta' kif inressqu strateġija ta' ħidma lkoll flimkien.", "Iva jew le?", "Jien ngħid li iva, ħadd minna hawnhekk m'hu elett għalih personali għax kieku kien joħroġ għalih waħdu.", "Hawnhekk irrid nippreċiża x'ġara fl-aħħar elezzjoni għax intqal kemm-il darba li jien u sħabi morna nitbikkew għand il-Perit Mintoff biex joħroġ għall-partit u dan qalilna li huwa se joħroġ għall-elezzjoni bil- kondizzjoni li jkun jista' jgħid li jrid, fosthom li ma jaqbilx mal- manifest elettorali.", "Dan m'huwiex veru u jiena niċħdu.", "Li ġara kien illi waqt li kienet għaddejja l-kampanja elettorali, l-ex-deputat John Dalli - li jekk niftakar tajjeb kien ma' xi ħadd mill-kumitat ta' Bormla - ġie jgħidilna li l-Perit Mintoff qed jgħid li ma riduhx joħroġ u allura mhux se joħroġ.", "Dakinhar dawn kienu mbikkmin għax huma ħbieb personali tiegħu.", "Jien għamilthielhom ċara li l-Perit Mintoff huwa welcome li joħroġ magħna għax huwa xi ħadd li ta kontribut kbir lill-partit matul is-snin u għedtilhom biex jgħidulu li jekk irid jista' jingħaqad magħna u m'hemmx oġġezzjoni għal dan.", "Imma dan żgur li ma jfissirx li aħna morna nitbikkew lill-Perit Mintoff biex joħroġ jew inkella li ġegħelnih joħroġ u li għednielu li jista' jgħid li jrid.", "Imbagħad dawn ġew lura u qalulna: Isma', il-Perit Mintoff biex joħroġ irid \"hekk\", \"hekk\" u \"hekk\".", "Fosthom kien hemm kondizzjoni li għandha x'taqsam mad-dħul għall-eżekuttiv nazzjonali minħabba li kien hemm xi ċirkolari li kienet ilha minn żmien il- brodu u li l-Perit Mintoff, rightly or wrongly, ħaseb li tapplika għalih u ried li tiġi rtirata.", "Kien hemm ukoll il-kondizzjoni li jagħmel meetings distrettwali, għax f'dak il-perijodu li fih kienu qed jgħiduli biex nagħmlu d-dimostrazzjonijiet fit-toroq jien kont waqqaft ukoll il-meetings distrettwali, jiġifieri minn dak iż-żmien 'l hawn il-meetings li kienu jsiru f'Bormla u fil-Kottonera ma baqgħux isiru.", "Fil-fatt it-tieni kondizzjoni aċċettajnieha għax il-Perit Mintoff kellu raġun; dak kien il- mod kif iwassal il-messaġġ tiegħu.", "Imma li aħna għednielu biex joħroġ għall-elezzjoni bil-patt u l-kondizzjoni li jkun jista' jmur kontra l- programm elettorali jew il-mandat elettorali tagħna, dak le.", "Dan assolutament m'huwiex minnu u jiena niċħdu, kif ċħadtu diġa' fil-konferenza ġenerali ta' Novembru.", "Imma issa ħalli nerġa' lura għall-argument.", "L-argument li rrid nagħmel huwa dan: Hawnhekk hawn xi deputat li jħoss li għandu l-kariżma u l-barka personali li għax tela', jista' bir-rieda tiegħu jwaqqa' l-gvern?", "Le, iktar u iktar meta din is-saħħa ma tiġix mill- fatt li inti deputat imma tiġi mill-fatt li wara l-maniġġi tan- Nazzjonalisti, partit li kellu 8,000 vot iktar fil-pajjiż spiċċa b'siġġu wieħed biss minn quddiem.", "Din il-ħaġa kulħadd jista' jagħmilha minn din in- naħa tal-Kamra.", "Imma dak huwa dritt jew faċilita'?", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "ONOR.", "DOM MONTOFF: Point of order, Sur President!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff, on a point of order.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Il-Prim Ministru qed jimplika li jien kont kompliċi man-naħa l-oħra biex itellgħu maġġoranza ta' siġġu wieħed biss, mentri jien ma kontx qed naqbel mat-tattika tiegħu għax ma kienx qed jagħmel oppożizzjoni biżżejjed ħalli dak ma jsirx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena bl-ebda mod ma kont qed nimplika li kien hemm xi kompliċita' min-naħa tal-Perit Mintoff fil-gerrymandering tan- Nazzjonalisti.", "In-Nazzjonalisti huma ħajnin u makakki biżżejjed biex jagħmlu l-gerrymandering weħidhom u m'għandhom bżonn l-għajnuna ta' ħadd.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Kompli, Onorevoli Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, issa ħalli nifhmu kif tiġi eżerċitata d-demokrazija parlamentari b'sistema ta' partiti kif nafuha aħna.", "Din tiġi eżerċitata billi l-grupp parlamentari tan-naħa tal-gvern u l-Kabinett iressqu l-proposti tagħhom u jkunu jafu li sakemm il-proposti tagħhom ikunu għaddew mill-grupp parlamentari dawn huma assigurati minn appoġġ u minn maġġoranza.", "Għax inkella m'hemmx gvern.", "Din is-sistema tibqa' demokratika sakemm fuq il-livell tal-partit ikollok il-konferenza ġenerali, li hija suprema, u fuq il-livell parlamentari jkollok il-grupp parlamentari bil- Kabinett li jkunu qed jaħdmu demokratikament u regolarment.", "Sakemm dak li jitressaq f'dan il-Parlament ikun soġġett għal dan il-proċess, allura nkunu nistgħu ngħidu li d-demokrazija tkun għadha ħajja u sana.", "Jekk imbagħad, per eżempju, fil-grupp parlamentari jkun hemm minoranza li titlef il-vot, meta dak il-vot jitressaq quddiem il-Parlament, wieħed jistenna minnha li tkun leali fil-vot tagħha.", "Dawn l-argumenti ċertament ma jfissrux li l- grupp parlamentari jew il-membri tal-partit għandhom jitkellmu biss b'mod stalinist, kollha bl-istess kliem fuq fommhom u kollha fuq l-istess linja.", "Biżżejjed ngħid li jien ninsab żgur li kemm ilni Prim Ministru kulħadd tkellem bl-ikbar liberta' għax huwa importanti li jiġu espressi opinjonijiet diversi ħalli l-politika tkun tista' tevolvi ruħha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Per eżempju, lili xejn ma jdejquni l-artikli ta' l- Onor. Lino Spiteri, għalkemm naf illi dawn jużawhom biex mingħalihom joqogħdu jagħtuna bihom.", "Mhux tajjeb li jkollok min jesprimi ruħu b'ċertu mod?", "B'hekk id-dixxiplina ta' partit tkun tista' taħdem fis-sens demokratiku tal-kelma.", "U dan huwa l-mod kif naħdmu aħna, mhux bħalhom.", "Jekk taqra dak li jiktbu n-Nazzjonalisti mill-ewwel tinduna li dawn qishom stalinisti tal-lemin; kull ħaġa li jgħidu jkun kliem ripetut.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, meta aħna żviluppajna l-argument li f'dik li hi politika barranija, speċjalment meta din ikollha x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropeja, ikun tajjeb li nibdew naħdmu b'ċerta konverġenza u li nipprovaw naraw x'jgħaqqadna minkejja li mbagħad ikun hemm affarijiet li we diverge fuqhom, dawn minflok ma raw kif għamlu biex jipprovaw jibqgħu għaddejjin b'dan id-dibattitu, bdew jisparaw - ibda mill-Onor. de Marco, għaddi għall- Onor. Gonzi u kompli bl-editorjali tagħhom - biex jaqtgħu dan it-tip ta' dibattitu.", "Aħna bħala partit naqblu mad-dixxiplina demokratika u naqblu li l-affarijiet għandhom jaħdmu b'sens strutturat - wara kollox hekk għandu jkun - imma mbagħad huwa importanti li anke d-diskorsi li jsiru jimxu 'l quddiem.", "Sur President, jien nirrespinġi wkoll bl-iktar mod ċar kwalunkwe akkuża li saret il-bieraħ kontra xi ħadd mill-ministri tagħna.", "Nirringrazzja lill- Onor. Karmenu Vella li diġa' semmejtu iktar kmieni fid-diskors tiegħi, nirringrazzja lill-Onor.", "Joe Debono Grech, nirringrazzja lill-Onor.", "John Attard Montalto u nirringrazzja wkoll lill-Onor.", "Charles Buhagiar għax dawn kollha ħadmu bil-kbir fuq il-proġett tal-Birgu u nemmen li x-xogħol li għamlu fuq dan il-proġett irendi lil dan il-kuntratt bħala wieħed mill- aħjar kuntratti li qatt tressqu quddiem dan il-Parlament.", "Għalhekk jien jiddispjaċini għal dak li ġara u għalhekk ukoll tqum il-kwestjoni tal- governabbilta'.", "Sur President, il-kwestjoni tal-governabbilta' tqum meta wara li tkun iddijljajt man-nies u tkun wassalt kuntratt bl-aqwa kondizzjonijiet li qatt saru f'kuntratt tal-gvern, dan jiġi mwaqqaf u tkun taf li ġejjin kuntratti oħra fil-pipeline.", "Meta tasal f'din is-sitwazzjoni, iva, bilfors ikollok tgħid li dan il-gvern għandu bżonn jagħmel stop u jgħid ċar u tond li hu se jmexxi taħt ċerti kondizzjonijiet biss.", "Dik kienet ir-responsabbilta' li ħadt jien il-ġimgħa li għaddiet u apposta mort il-Kottonera, biex nispjega l-affarijiet, l-ewwelnett għaliex din il-kwestjoni tikkonċerna partikolarment lin-nies tal-Kottonera u t-tieni nett għaliex jien ma rridx nemmen iktar li dak li ngħidu aħna ma jinstemax u ma jitwemminx.", "Dak li qed ngħidu aħna jinstema' u jitwemmen għax qed ngħidu affarijiet li jifhimhom kulħadd.", "Għalhekk jien bir-rispett kollu ma nistax nifhem l- għajta li saret il-bieraħ biex nittella' fuq każ ta' privileġġ għax għidt ċerti kliem.", "Jien nistiednek, Sur President, biex timbollani b'każ ta' privileġġ ieħor issa għaliex hawnhekk qed nerġa' nagħmel il-konklużjoni tiegħi li l-Perit Mintoff għandu jirriżenja minn dan il-Parlament, u din qed ngħidha bl-iktar mod ċar u bl-iktar mod skjett.", "Jekk il-Perit Mintoff irid jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu li huma mibnija fuq dak li għamel fil-Partit Laburista, fuq it-tmexxija li ta lil dan il-pajjiż għal snin sħaħ u fuq il-kontribut li ta lil pajjiżna u lill- partit, dik hija t-triq onorabbli li għandu quddiemu, li jirriżenja minn deputat ta' dan il-Parlament.", "U ma qed nagħmel l-ebda apoloġija għal dan li qed ngħid.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din qed ngħidha bl-ikbar responsabbilta' u bl-ikbar dieqa wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Il-Perit Mintoff qed jistaqsini jekk dan huwiex parir jew hijiex theddida.", "Jien ma nhedded u ma nordna lil ħadd.", "Wara kollox deputat ma jistax jingħata ordni jew jiġi mhedded fuq ħaġa bħal din.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nesprimi l-ħsibijiet u l-konklużjonijiet tiegħi bl-ikbar responsabbilta'.", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, jien nitkellem qiegħed.", "Qisni għidt xi ħaġa ta' barra minn hawn!", "Wara kollox kien il-Perit Mintoff stess li darba kien qal lil Ġorġ Borg Olivier: \"Warrab!", "F'ġieħ Alla, warrab!\".", "(Interruzzjonijiet) Mela ħalli nagħtik parir.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ma tistgħux tidħlu f'dibattitu personali.", "Onorevoli Sant, jekk jogħġbok, kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Irrid infakkar li l-għajta ta' ''F'ġieh Alla, warrab!'' ma kenitx ivvintata dak iż-żmien imma kienet ivvintata minn Churchill meta kien qal lil Chamberlain: ''F'ġieh Alla, warrab!''", "Imma jien għaliex qed ngħid dawn l-affarijiet, Sur President?", "Dawn qed ngħidhom għaliex ir-responsabbiltajiet tagħna m'humiex indirizzati biss lejn is- siġġijiet li nokkupaw imma wkoll lejn il-mijiet u l-eluf li tawna l-fiduċja tagħhom u vvotawlna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Meta niftakar f'dawk in- nies kollha li vvotawlna, jien iktar nikkonkludi li hija r-responsabbilta' tiegħi li nagħti dan il-parir u nagħmel din l-istqarrija.", "Kien hemm min qalli: Għaliex għedtha dik?", "Ma tafx li jekk tgħid hekk żgur li ma tiġrix?", "U jien għedtilhom: Imma, bir-rispett kollu, jien x'jimpurtani? jien għandi d-dmir li ngħid lil dawk li vvotaw lill-Partit Laburista u lill- poplu Malti u Għawdxi kollu x'inhuma l-konklużjonijiet tiegħi fuq dak li qed iseħħ f'dan il-Parlament.", "Jiena għalhekk noħroġ b'dawn l-istqarrijiet, u ngħidhom mingħajr ma nhedded lil ħadd imma fl-istess ħin b'sens ċar ta' x'għandhom ikunu r-responsabbiltajiet ta' kulħadd; hekk kont, hekk għadni u hekk nibqa'.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imbagħad anke jiena f'dan il- qasam nisma' l-pariri kollha li jagħtuni u d-diskors kollu li jsirli.", "Per eżempju, illejla stess ċempilli l-Avukat Ġuże' Cassar u qalli: Jekk nipprova nirranġa laqgħa bejnek u bejn il-Perit Mintoff tiġi għaliha?", "U jien għedtlu li sal-lejla żgur li ma nistax nitkellem.", "Hu żied jgħidli li l-Perit Mintoff ma jafx b'dan u li l-proposta qed jagħmilha hu imma jien erġajt għidtlu li sal-lejla żgur li ma nistax nitkellem għax illejla se nagħmel stqarrija fil-Parlament fuq il-vot ta' fiduċja, liema stqarrija hemm bżonn li titpoġġa għall-attenzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi ħalli mbagħad ikun il-poplu li jiddeċiedi.", "Imbagħad staqsieni fiex tikkonsisti l- istqarrija u jien spjegajtlu.", "Filwaqt li nirringrazzja lill-Avukat Ġuże' Cassar ta' l-intervent tiegħu, irrid ngħid li issa lkoll kemm aħna jkollna nassumu r-responsabbiltajiet tagħna.", "Sur President, il-bieraħ intqal li jien b'xi mod jew ieħor ipprovajt nikkalpesta lil Sammy Meilaq.", "Dan m'huwiex veru u llum ipprovajt nikkuntattjah biex nitolbu jagħtini permess niżvela x'diskussjoni kellna bejnietna ħames ġimgħat ilu.", "Sfortunatament ma sibtux u għalhekk nitolbu jiskużani li ma lħaqtx ħadt il-permess tiegħu biex niżvela x'intqal bejnietna f'dik id-diskussjoni.", "Iva, ħames ġimgħat ilu jien u Sammy Meilaq tkellimna bejnietna.", "Sammy Meilaq huwa ħabib tiegħi u jien narah bħala bniedem rett u sinċier u għalkemm f'ċerti affarijiet ma naqbilx miegħu, nibqa' nsostni l-ħbiberija tiegħi lejh.", "Fil-fatt dakinhar lil Sammy Meilaq staqsejtu jekk jixtieqx li jkun president tal-Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali u filwaqt li m'aċċettax għal raġunijiet personali, qalli li huwa lest jgħin lill-Partit Laburista.", "Għalhekk jien għedtlu: Ara tistax tqarribna lejn il-Perit Mintoff.", "ONOR.", "DOM.", "MINTOFF: Jien nista' naċċertak li dan lanqas qaluli lili!", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandix dubju, għax hu kien qed jipprova jagħmel dan bil-mod tiegħu; b'mod sottili.", "Dan qed ngħidu biex ikun on record il- fatt li jien mhux talli m'għandi xejn kontra Sammy Meilaq, talli nafdah.", "Sur President, apparti dan kollu rrid ngħid li minħabba li l-argumenti li qed niżviluppaw hawnhekk huma ta' natura personali u allura rridu nippreċiżawhom sa l-aħħar, il-Kabinett għażel id-deċiżjonijiet li rridu niffaċċjaw u jemmen li l-ewwel u qabel kollox dan il-gvern għandu jiffaċċja l-isfida tal-governabbilta'.", "Għalhekk din il-mozzjoni li għandna quddiemna qed titressaq bħala mozzjoni ta' fiduċja u aħna min-naħa tagħna qed nagħmluha ċara li jekk din il-mozzjoni ma tgħaddix, il-gvern ma jkomplix fil-kariga, ixolji l-Parlament u jsejjaħ elezzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Sur President, hawnhekk qed nagħmilha ċara li jekk il-vot jispiċċa in a tie għax ikun hemm xi ħadd assenti jew jastjeni, jidħol jew ma jidħolx fin-nofs il-vot ta' l-iSpeaker, aħna xorta waħda nqisu li l-vot intilef u nkomplu għaddejjin.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Sur President, aħna qed nagħmluha ċara li jekk dawn il-proġetti qabel ma jittellgħu hawn ikunu għaddew mill-Kabinett u jkunu ġew approvati mill-grupp parlamentari, jiġifieri mhux il-Kabinett ikun qabad u poġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra, allura kull vot għal proġett bħal dak inqisuh bħala vot ta' fiduċja jew sfiduċja.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Ta' min jgħid li din id-deċiżjoni ħadha l-Kabinett, biex ħadd ma jakkużani li kienet xi deċiżjoni personali tiegħi biss, imma jien napprovaha u naqbel magħha mija fil-mija.", "Nagħmilha ċara wkoll li dan qed nagħmlu fl-aħjar interess tal-poplu Malti u GĦawdxi u tal-pajjiż kollu kemm hu għax ma jistax ikun li nħallu lil pajjiżna mdendel qisu b'xi mod jew ieħor qed jiġi rikattat jew mhedded.", "Aħna t-theddid ma naqblux miegħu u ma rriduhx, la f'naħa u lanqas f'oħra, u fir-rispett tad-demokrazija parlamentari kif dejjem tmexxiet nixtiequ li jkun ċar li dan il-gvern, li kien jistħoqqlu mill-inqas maġġoranza ta' żewġ siġġijiet u llum jinsab ridott għal maġġoranza ta' wieħed, qiegħed in charge tal-pajjiż u se jmexxi lill-pajjiż.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, matul dan id-diskors jien ipprovajt inkun kalm kemm jista' jkun u nressaq l-argumenti tagħna bl-iktar mod ċar u loġiku.", "Filwaqt li nassigura li lkoll kemm aħna, kemm min-naħa tal-Kabinett kif ukoll min- naħa tal-grupp parlamentari, ninsabu sereni b'dak li qed nagħmlu, nassigura wkoll lill-poplu Malti u GĦawdxi li aħna lesti nwettqu l-fiduċja li tana biex nibnu tassew Malta moderna li tkun tal-Maltin u ta' l-GĦawdxin kollha bil-fatti u mhux bil-paroli biss.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, jien smajt id-diskors tal-Prim Ministru u jiddispjaċini ninnota li l-Prim Ministru mhux qed juża dan il-Parlament u din il-mozzjoni biex kull membru, kif inhu d-dmir tiegħu, jagħraf jivvota japprovax din il-mozzjoni imma biex isolvi l-problemi li għandu fil-partit tiegħu.", "Il-Prim Ministru jaf li m'għandux isolvi l-problemi tal-Partit Laburista, li hu huwa l-kap tiegħu, f'dan il-Parlament imma għandu jipprova jsolvihom fil-partit tiegħu stess.", "F'din il-Kamra hawn 69 deputat u kull wieħed għandu l-liberta' sħiħa tiegħu u għandu d-dmir li jivvota fuq kull vot li jiġi f'dan il-Parlament kif jidhirlu hu li jkun fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Dan huwa d-dmir u d- dritt ta' kull deputat.", "Jekk il-Prim Ministru għandu l-problemi fil-partit tiegħu jmissu jaffrontahom hemmhekk stess.", "Sur President, jien skantajt bil-mod kif il-Prim Ministru beda d-diskors tiegħu.", "Il-Prim Ministru beda d-diskors tiegħu billi qalilna li l-Kamra se terġa' tivvota fuq kuntratt li huwa identiku għal dak li din il-Kamra diġa' vvotat fuqu.", "Allura jien nista' noqgħod bilqiegħda u ngħid li fuq dan il- kuntratt diġa' vvotajna u li se nerġgħu nivvotaw \"le\".", "Jien kont nippretendi li l-ewwel ħaġa li kien se jgħidilna l-Prim Ministru kienet: \"Tidhru li ma fhimtux biżżejjed dak il-kuntratt u għalhekk hemm bżonn nispjegah iktar fil-fond\", jew inkella: \"L-oppożizzjoni qajmet ħafna diffikultajiet, min-naħa tagħna ma spjegalnielkomx biżżejjed u allura se nispjegalkom biżżejjed biex kull wieħed minnkom jerġa' jivvota b'mod li jifhem għalxiex ikun qed jivvota.\".", "Pero' dak li qalilna l-Prim Ministru huwa faċli ħafna: \"M'hemmx x'nisimgħu iktar!", "M'hemm xejn xi nżid!", "Il- kuntratt għadu l-istess; aħna għadna ta' l-istess opinjoni!\"", "Bir-rispett kollu, jien lill-Prim Ministru ngħidlu li huwa politikament irresponsabbli biex minflok ma qed jiġi hawn u jgħidilna kemm dan huwa proġett tajjeb u minflok ma qed jipprova jġib vot favur il-proġett, qed jgħidilna: M'għandix iktar xi ngħid; erġajt ġibtilkom il-kuntratt fil-forma li kien.", "Sur President, ħalli nibdew l-argument billi nagħmlu din il-mistoqsija: Dan huwa proġett importanti?", "Ir-risposta hija: Iva, dan huwa proġett importanti ħafna.", "Għaliex?", "Għax hawn qbil kemm f'dan il-Parlament kif ukoll fil-pajjiż kollu li hemm bżonn li dik il-parti ta' Malta li tissejjaħ ''Kottonera'', kif jgħid il-leaflet li ħareġ dan l-aħħar - kont se ngħid \"li ħareġ dan l-aħħar il-Partit Laburista'' imma fil-fatt il-leaflet bit- titlu ''Nifs Gdid għall-Kottonera'' ħarġu d-DOI - ...", "U jkun tajjeb li nidraw x'ifisser dan in-nifs ġdid għax qabel l-elezzjoni konna naraw diversi posters bil-kliem ''Nifs Ġdid lin-negozjanti'' imma lkoll kemm aħna nafu li llum in-negozjanti jinsabu taħt l-ilma u qegħdin jisħtu s-siegħa u l-mument li emmnu l-wegħdiet ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Minflok ma n- negozjanti ħadu nifs ġdid, ġew iffaċċjati b'diversi problemi.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa dan il-fuljett qed juri yacht marina fil-Birgu u qed jgħid ''Nifs Ġdid għall-Kottonera''.", "Iva aħna rriduha l-yacht marina fil-Birgu, irridu li Sant'Anġlu jsir attrazzjoni turistika u rridu li jkun hemm ċentru turistiku minflok il-baċir numru 1.", "Dażgur li rriduh dan!", "Imma aħna dan ilna rriduh.", "Aħna dan ma ridniehx f'dawn is-sena u nofs jew kemm ilu Prim Ministru l-Onor.", "Alfred Sant.", "Jiena naħseb li l-Prim Ministru wkoll qed jgħix f'Malta u jaf li l-yacht marina fil-Birgu m'hijiex idea tiegħu, kif ma kenitx idea tiegħu - u dan qalulna issa stess - l-idea ta' Svizzera fil-Mediterran.", "Il-Prim Ministru għandu ħabta jikkopja l- affarijiet.", "Nafu, per eżempju, li biex jgħajjar lill-kollega tiegħi, isejjaħlu ''beatu'', u aħna nafu li fl-1962 kien hawn deputat ieħor li kienu jsejħulu ''beatu''.", "Imma għalkemm Alfred Sant huwa modern, maniġerjali u ma nafx x'inhu iktar - għax kliem minn dan għandna kemm trid! - ħafna drabi jaqa' għal ideat li xejn m'huma oriġinali.", "Biex niftiehmu, m'hemm xejn ħażin li jiġu kkopjati ideat tajba.", "Pero' rridu ngħidu li l- proġetti għall-iżvilupp tal-Kottonera ilhom jiġu ppreparati u jinħmew.", "Per eżempju, nista' ngħid li l-gvern immexxi minni ried jara kif jagħmel u jqajjem lill-Kottonera, u n-nies dan jafuh.", "Ma jafux in-nies tal-Birgu li konna aħna li nfaqna l-flus - forsi wieħed jista' jgħidli li din ma kenitx xi ħaġa kbira - biex irranġajna l-moll tal-Birgu ħafna aħjar milli kien qabel?", "Mhux kulħadd jaf li fuq il-moll tal-Birgu kien hemm l-ex-naval bakery qed taqa' u aħna nfaqna l-flus - naturalment dawn kienu flus il- poplu mit-taxxi li ndaħħlu - biex ittrasformajna din l-ex-naval bakery f'mużew marittimu ħalli ndaħħlu l-mentalita' li fil-Birgu hemm x'tara?", "U minn dakinhar 'l hawn diversi altin kif ukoll turisti bdew imorru l-Birgu biex jaraw dan il-mużew marittimu.", "Mhux aħna ħriġna bl-idea tal-Birgufest billi pproponejna li nagħmlu festa b'daqsxejn kuluri fil-Birgu ħalli n-nies ifittxu aktar il-Birgu?", "Il-Birgufest irnexxa, anzi rnexxa ħafna, u permezz tiegħu eluf ta' Maltin u turisti li qatt ma kienu marru l-Birgu bdew imorru jżuru dan il-post.", "Mhux aħna konna li għedna li fix-xatt tal-Birgu għandu jsir boat show - għalkemm, biex inkun sinċier, ma nafx jekk din l-idea oriġinatx mill-Gvern Nazzjonalista jew tahilniex ħaddieħor - li minħabba fih f'ċertu perijodu tas-sena jkun hawn mijiet u eluf ta' nies li jmorru l- Birgu?", "U mhux aħna konna li qbilna li għandu jiġi rrestawrat ħafna bini antik fil-Birgu?", "Irrid ngħid li dan mhux aħna biss għamilnieh imma anke ta' qabilna.", "Mhux kulħadd jaqbel ma' dan it-tip ta' żvilupp?", "Mhux kulħadd jaqbel li hemm bżonn nagħtu nifs ġdid - ħalli nuża l-espressjoni tagħhom allavolja ddejjaqni - lil Bormla?", "Mhux aħna konna li waqqajna s-slums li kien hemm in-naħa ta' Santa Liena?", "Dawn jien stess mort narahom qabel ma waqgħu.", "Nammetti li mhux aħna biss ħdimna għal Bormla, imma kull gvern ipprova jagħmel xi ħaġa.", "Pero' huwa fatt li aħna għamilna diversi affarijiet f'Bormla.", "Mhux aħna konna li għedna li l-anzjani ta' Bormla għandhom dritt ikollhom dar ta' l-anzjani u qisna bħala prijorita' li hemmhekk nibnu waħda mill-iktar djar ta' l-anzjani moderni?", "Illum ma nafx fejn wasal dan il-gvern, minkejja li ilu sena u tmien xhur.", "Mhux aħna konna li ħadna ħsieb nibdew nirrestawraw - tt dawn kont mort narahom ukoll - is-swar ta' Santa Margerita li kienu ilhom mitluqin għal żmenijiet twal minkejja li konna nafu li dan ix-xogħol jirrikjedi spejjeż kbar?", "Allura fuqiex qed niġġieldu, Sur President?", "Għalfejn qed noqogħdu ngħidu li n-Nazzjonalisti huma kontra dawn il-proġetti, li jridu jfixklu u li huwa biss Alfred Sant li se jagħti nifs lill-Kottonera?", "Dan m'hu veru xejn.", "Mela ejjew naqblu, għaliex fuq dan mhux konverġenza għandna imma consensus.", "Madanakollu jien nista' nkompli nistaqsi affarijiet oħra.", "Il-Prim Ministru reġa' semmielna l-forti ta' Sant'Anġlu.", "Ma jafx il-Prim Ministru li aħna konna diġa' għamilna ftehim mal-kavallieri rigward ir-restawr ta' parti minn Sant'Anġlu?", "Ma jafx il-Prim Ministru li aħna konna qegħdin niftiehmu mal-kavallieri għall-użu ta' parti minn Sant'Anġlu wkoll?", "Aħna taf fejn ma naqblux?", "Ma naqblux fuq dak li ntqal darba l-Ħadd mill-Prim Ministru meta kien qal li se nagħmlu Vatikan ieħor; li se nagħmlu Vatikan f'Malta bħalma hemm Vatikan f'Ruma!", "Fil-fatt l-għada stess jien kont ħriġt dikjarazzjoni u għidtlu: No way!", "Ma tistax tagħmel Vatikan f'Malta għax Malta m'hija għall-bejgħ għal ħadd.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna ma rridu nagħtu sovranita' lil ħadd, jista' jkun jisimhom x'jisimhom.", "L-Onor.", "Alfred Sant qed jgħid li din tas-sovranita' hija invenzjoni.", "Imma mhux hu semma l-Vatikan?", "U mhux kulħadd jaf li l-Vatikan huwa stat sovran f'nofs Ruma?!", "Aħna fuq dan il-punt konna għednielu li ma naqblux miegħu.", "Issa reġgħet qamet din il-kwestjoni.", "Imma ma nixtieqx noqgħod intawwal għax l- idea tiegħi hi li dan id-debate m'għandux għalfejn jittawwal.", "Jien ma nistax nifhem għaliex qed niġġieldu fuq dak li naqblu fuqu.", "Aħna fuq xiex mhux qed naqblu?", "Sur President, il-gvern ma ġabilniex xi ħaġa fl-ajru, ġabilna quddiemna kuntratt.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li ma naqblux li għandu jsir żvilupp fil-Kottonera jew li għandu jsir yacht marina; qed ngħidu li ma naqblux mal-mod li bih il-gvern se jagħmel dan il-kuntratt.", "Aħna tant naqblu li għandu jsir dan l-iżvilupp, li kif qal il-bieraħ is-sindku ta' Bormla stess, kienu diġa' nbdew diskussjonijiet kemm miegħi kif ukoll ma' l- ex-ministru Dalli f'dan ir-rigward u fil-fatt fl-uffiċċju ta' dan il- kunsill lokali hemm mudell ta' l-iżvilupp li aħna konna qed ngħidu li għandu jsir f'Bormla.", "Jien lin-nies ta' Bormla nistedinhom jagħmlu kif għamilt jien u jmorru jaraw - jien mhux issa mort imma żmien ilu - il- mudell li konna pproponejna aħna għall-iżvilupp ta' parti minn Bormla li twassal sa l-Isla.", "U x'distinzjoni hemm bejn dak il-mudell u l-mudell li qed nipproponu llum?", "F'dak il-mudell ix-xatt li minn Bormla jwassal sa l- Isla kellu jibqa' xatt pubbliku biex ikunu jistgħu jgawduh kemm in-nies ta' Bormla, ta' l-Isla u tal-Birgu, kif ukoll il-Maltin kollha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk wieħed imur jara dak il-mudell li, kif għedt jinsab fl- uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' Bormla, jifhem li aħna ridna niżviluppaw yacht marina, imma mhux nagħtu x-xatt lil kumpannija privata.", "Immaġinaw kieku meta żviluppajna l-yacht marina ta' l-Imsida, ta' Ta' Xbiex jew ta' l- Imġarr, GĦawdex, għedna li hemmhekk se ssir hija proprjeta' privata u li biex tidħol tkun trid tingħata permess raġjonevoli!", "U jrid ikun verament raġjonevoli!", "Imma din x'serjeta' ta' gvern hi?!", "Sur President, aħna m'aħniex nikkontestaw li l-proġett isir u għalkemm għandna iktar riżervi fuq dan il-proġett, il-punt ta' prinċipju kardinali li fuqu din in-naħa m'hijiex se tiċċaqlaq hija li l-moll tal-Birgu jingħata bi proprjeta' privata għal 99 sena.", "Dan aħna qatt ma nistgħu naċċettawh.", "Wara kollox il-prinċipju li l-foreshore, jiġifieri dik il-biċċa art li tmiss mal-baħar, għandha tibqa' dejjem proprjeta' pubblika ġej minn ħafna żmenijiet ilu.", "Immaġinaw kieku l-pulmun tal-Kottonera, jiġifieri Dockyard Creek, u x-xatt li mill-Birgu jieħu sa l-Isla - almenu s'issa mhux qed jingħad hekk għall-Isla - jkun proprjeta' privata!", "Jiena nistaqsi: Allura għall-gvern dan in-nifs ġdid għall-Kottonera jfisser li jaqbdu l-pulmun tal- Kottonera u jgħidu li sar proprjeta' privata?!", "Jiena ma nistax nifhem kif il-Prim Ministru lanqas biss tkellem fuq dan il-punt meta din hi l- oġġezzjoni prinċipali tagħna.", "Il-Prim Ministru, li issa ħareġ minn dan il- Parlament - forsi għandu affarijiet urġenti, imma dik hi affari tiegħu u jien se nkompli xorta waħda - jaf li aħna spjegajna dan kollu bl-iktar mod ċar fl-ewwel seduta li bdejna niddiskutu din il-mozzjoni fil-Parlament meta aħna min-naħa tagħna ressaqna emenda u dik l-emenda m'għaddietx.", "L- emenda kien ressaqha l-Onor.", "Lawrence Gonzi, u ma kenitx kumbinazzjoni li ressaqha hu; hu l-uniku deputat fuq din in-naħa tal-Kamra li jirrappreżenta lill-Kottonera u għalhekk il-grupp parlamentari nkarigah li jressaq emenda li permezz tagħha jgħid li aħna rridu nivvotaw biex dan il-proġett isir imma li ma nistgħux napprovaw il-kuntratt li bih il-gvern se jesegwixxi dan il-proġett.", "X'qal l-Onor.", "Gonzi f'dik l-emenda, Sur President?", "Huwa qal: Ejjew nibagħtu d-dokumenti kollha quddiem wieħed mill-kumitati permanenti tal- Kamra u meta dawn jiġu eżaminati mill-kumitat inkunu f'pożizzjoni li niddeċiedu kif dan il-Parlament għandu jivvota.", "Madanakollu l-Kamra ma qablitx ma' dan u għalhekk jiena ħassejtni fid-dmir li nsejjaħ konferenza stampa nhar il-Ġimgħa filgħodu u biex ma jkunx hemm ċans li niġi miżinterpretat f'dak li ngħid ħadt il-briga li nħejji handout li tajnieh lill-press li kien hemm preżenti.", "F'din il-handout għedna:", "\"Nhar it-Tnejn li ġej, it-8 ta' Ġunju, il-Parlament għandu jivvota biex jawtorizza lill-gvern jagħti b'ċens għal 99 sena art, bini u drittijiet għall-użu tal-baħar b'tul ta' madwar żewġ kilometri tax- xatt tal-Birgu u ta' l-Isla.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista, filwaqt li taqbel li għandu jsir żvilupp ta' marina għall-yachts f'din iz-zona, tqis li l-gvern qed juri inkompetenza u taħwid kbir f'din l-għotja frott ta' l-għaġġla, ta' nuqqas ta' ħsieb serju u ta' konsultazzjoni.\".", "Imbagħad spjegajna li wasalna għal din il-konklużjoni għal raġunijiet li sejjaħnielhom \"soċjali\".", "Fil-fatt l-ewwel paragrafu ta' dan il-handout jgħid preċiżament li:", "\"Għall-iżvilupp tal-marina m'hemmx bżonn li l-moll tal-Birgu jingħata b'ċens għal 99 sena.", "Fil-moll ta' l-Isla, li wkoll se jiġi żviluppat għall-irmiġġ tal-yachts, qed jingħata biss id-dritt ta' l-użu tal- baħar u s-servizz fuq l-art mingħajr l-ebda trasferiment ta' l-art.", "L- istess għandu jsir fil-moll tal-Birgu.\".", "Jiġifieri aħna għamilnieha ċara li din hi l-oġġezzjoni prinċipali tagħna għal dan il-kuntratt.", "Iżda x'inhi r-reazzjoni tal-gvern?", "Ir-reazzjoni tal- gvern hi li pproponielna klawsola - ħalli nsejħilha kif sejjaħtilha f'dan il-handout - tal-mistħija għaliex permezz tagħha l-aċċess jiġi deċiż minn kumpannija privata u wieħed ma jistax - u din niżżluha fil-kuntratt - imur jgħum jew jistad hemmhekk.", "Issa jien ma kontx qed niddefendi d-dritt li wieħed imur jgħum jew jistad x'imkien, imma hija tal-mistħija li gvern Malti jiġi hawn u jgħidilna li din il-kumpannija privata u l-istess gvern qed jintrabtu li għal 99 sena sħaħ - sa dak iż-żmien kemm il-Prim Ministru, kemm jien, kif ukoll il-membri kollha ta' din il-Kamra nkunu spiċċajna - ħadd ma jista' jmur hemmhekk bil-qasba f'idu u joqgħod jistad.", "Jiena sejjaħt din ir-reazzjoni tal-gvern bħala xi ħaġa tal-mistħija, imma fil-fatt hija wkoll xi ħaġa redikola.", "Issa, Sur President, jiena ma kontx naf x'kien qed jiġri barra, ma kontx naf bil-problemi u bid-diffikultajiet li kien qajjem - bir-raġun - l-Onor.", "Mintoff u bl-isforzi li għamel il-gvern b'kull mod biex jipperswadih li nhar it-Tnejn jiġi u jivvota favur.", "Imma meta saru d-9.00 p.m. u sieħbi l- Onor. Lawrence Gonzi talab lill-Ministru Karmenu Vella kważi bil-ħniena biex ma nivvotawx u minflok jgħidilna kif se jemenda l-kuntratt, il-Prim Ministru ma ħallihx jagħmel dan.", "Nafu li l-Prim Ministru ma ħallihx jagħmel dan għaliex rajnieh ħdejh jgħidlu \"le\" u mbagħad fl-aħħar minuta l- Prim Ministru qal: Għandi side letter!", "GĦandi ittra fil-but!", "Tajba din!", "Jiġifieri aħna d-deputati rridu noqogħdu fuq is-side letters li jikteb u li jirċievi l-Prim Ministru?!", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u Self-Employed): Point of order, Sur President!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Vella, on a point of order.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni diġa' ssemma barra minn dan il-Parlament, imma m'hu veru xejn li l-Prim Ministru żammni milli nitkellem.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok agħmel il-punt tiegħek fil-qosor kemm jista' jkun.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Irrid infakkar lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kien hu li żammni milli nitkellem meta ridt inwieġbu u mhux il-Prim Ministru.", "Kien hu li waqqafni milli nitkellem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli, Onorevoli Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, dakinhar jien kont preżenti f'din il-Kamra u rajt dawn l-affarijiet isiru.", "Jiena m'għandi l-ebda dubji dwar l-affarijiet li ġraw dakinhar f'dan il-Parlament qabel ma ħadna l-vot.", "Imma issa ħalli nkompli d-diskors tiegħi.", "Kif għedt diġa', l-oġġezzjoni prinċipali ta' l-oppożizzjoni f'dan ir- rigward hija li l-mollijiet tal-Birgu u tal-Kottonera jingħataw bħala proprjeta' privata għal 99 sena.", "Ġaladarba qed nirrimarka fuq din il- kwestjoni tad-99 sena ma nistax ma nsemmix id-diżonesta' li qed juru f'dan is-sens kemm il-gvern, kemm il-partit li jappoġġja lill-Prim Ministru kif ukoll il-gazzetti li jappoġġjaw lill-Prim Ministru, fosthom gazzetta li tissejjaħ indipendenti u li fl-editorjal tagħha qalet li aħna kontra li proprjeta' pubblika tingħata b'ċens għal 99 sena, meta dan aħna qatt ma għednih.", "Bla ebda dubju, jekk ikun hemm xi ħadd li jkun jixtieq li nsibulu biċċa art tal-gvern ġewwa Birkirkara - qed inġib lil Birkirkara bħala eżempju għax jien noqgħod hemmhekk - jien inkun l-ewwel wieħed li ngħidlu: Ara, din il-biċċa art se nagħtuhielek b'ċens; agħmel ħofra kbira fiha u tella' erba' sulari biex hemmhekk iservi bħala car park għall-Karkariżi li m'għandhomx fejn jipparkjaw.", "Jien stess ma nsibx fejn nipparkja meta nasal bil-lejl hemmhekk.", "Ċertament din tkun ħaġa tajba u żgur li jiena nkun lest nagħti l-art għal dan l-iskop.", "Issa jekk din tkunx għal 99 sena jew għal 60 sena ...", "Sur President, hawnhekk ikolli nsemmi xi ħaġa li semmieha wkoll il-Perit Mintoff il-bieraħ.", "X'għandha x'taqsam il-moskea li ngħatat lil min ried jibniha?", "Jien naħseb li kien ikun nuqqas li kieku f'Malta ma nbnietx moskea.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-Musulmani.", "Anke f'Ruma nbniet moskea!", "Allura kif qed jiġi jikkritika l-għoti ta' din l-art b'ċens għal 99 sena jew inkella għax biegħnieha?", "X'għandu x'jaqsam dan l-argument?", "Qed isemmulna wkoll Chambrai u qed jgħidulna: \"Kif qed tiġu tgħidulna kontra li l-moll jingħata għal 99 sena?", "Mela nsejtu li intom kontu tajtu Chambrai għal 99 sena? \".", "Le, Sur President, aħna ma nsejna xejn, u naħseb li jekk għamilna xi żball ħallasna għalih.", "Aħna rridu nitgħallmu mill- esperjenza ta' Chambrai, kif kont naħseb li tgħallem dan il-gvern ukoll.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Sur President, f'idejja għandi rapport ta' Edgar Mizzi wieħed mill- esperti li qabbad il-Prim Ministru Alfred Sant, liema rapport jittratta dwar kif ingħata l-kuntratt ta' Chambrai.", "Tan-naħa tal-gvern qed jgħidulna: X'għarukaża li Chambrai ngħata b'¥10,000 ċens fis-sena!", "Allura l-Prim Ministru ma jafx x'qallu fir-rapport tiegħu Edgar Mizzi?", "Fih ħafna affarijiet li jien ma naqbilx magħhom, imma rrid ngħid x'fih dan ir- rapport.", "Fost affarijiet oħra jgħid hekk:", "\"Ma nixtieqx ninftiehem li fl-opinjoni tiegħi dan il-proġett huwa kundannabbli f'kull sens.", "Dan mhux minnu, anzi hemm aspetti li fihom elementi pożittivi.", "Per eżempju, huwa pożittiv li fil-kumpannija Fort Chambray Ltd. il-gvern għandu sehem ta' 49% u li dawn tħallsu bħala parti mill-korrispettiv għall-għoti ta' l-art.\".", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Prim Ministru qrah ir-rapport li għamillu l- konsulent tiegħu jew ma qrahx?", "GĦax dan qed jgħidlu li huwa element pożittiv li l-gvern kien għaqli biżżejjed - il-kelma \"għaqli\" qed nużaha jien - li minflok ma qabad u ta Chambrai lil kumpannija privata b'¥10,000 ċens fis-sena, qal lil din il-kumpannija biex tagħmel l-iżvilupp, u hu, talli jkun taha din l-art tal-gvern, jiġifieri bħala korrispettiv, iżomm nofs dik l-art u dak kollu li jsir fuqha.", "Imma ħalli ngħidu x'jgħid iktar dan ir-rapport.", "Ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "\"Pożittiv ukoll huwa l-iżvilupp fih innifsu ta' Chambrai, jekk dan jitwettaq.", "Jekk dan isir, iġib miegħu l-impjieg ta' ħafna nies, sew waqt li jkun qed isir u kemm meta jitlesta, u jgħin ħafna lit-turiżmu f'Għawdex.", "Barra minn hekk, jirriabilita u jagħti ħajja ġdida ...\"", "- ara hawnhekk m'hawnx il-kliem \"nifs ġdid\", imma \"ħajja ġdida\"-", "\"... lill-monument storiku li llum jinsab abbandunat.\".", "Allura aħna għandna nistħu minn dan il-proġett?", "Hawnhekk għandna ċertifikat għal dak li għamilna.", "Naturalment kien hemm żbalji fil- proċedura li ntużat għal Chambrai u dan il-konsulent ta parir lill-Prim Ministru f'dan ir-rigward.", "Imma tafu x'għamel b'dan il-parir il-Prim Ministru?", "Tefgħu fil-kexxun u ma tax kasu!", "X'parir tah dan il-konsulent lill-Prim Ministru?", "Isimgħuh:", "\"Fuq kollox il-Kamra tad-Deputati m'għandhiex tiġi wżata bħala rubberstamp tal-gvern tal-ġurnata.\".", "Imma l-Prim Ministru jrid li jiġi b'kuntratt hawnhekk u aħna, id-deputati ta' l-oppożizzjoni, nagħmlu rubberstamp u ngħidulu: Bravu, kemm se tagħmel affarijiet tajbin!", "L-Avukat Edgar Mizzi qallu: Ma jistax ikun li l-gvern jinnegozja u mbagħad imur quddiem il-Parlament u jgħidlu: Jien lest, issa tindaħallix; il-kuntratt qiegħed hawnhekk u inti vvota biex taqbel mal- gvern.", "Din hija xi ħaġa li trid tinqata'.", "Dan hu l-parir fundamentali li ta Edgar Mizzi lill-Prim Ministru imma l-Prim Ministru, biex ngħidha bl- iktar mod prudenti, poġġa dan il-parir fil-kexxun u forsi nsieh.", "Pero' jiena naħseb li jkun aħjar jekk il-Prim Ministru jerġa' jiftaħ il-kexxun għax dan ir-rapport ikompli jgħid:", "\"Premess dan kollu, nista' ngħaddi għar-rakkmandazzjonijiet li nħoss li għandi nagħmel fuq l-esperjenza ta' l-imgħoddi, partikolarment ta' dan il-każ u l-każi l-oħra li semmejt għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-għoti ta' art tal-gvern in ġenerali.\".", "Irrid ngħid li jiena naċċetta l-esperjenza ta' l-imgħoddi u r- rakkmandazzjoni ta' Edgar Mizzi u nwiegħed li meta nerġgħu nkunu fil-gvern nimxi fuq din ir-rakkmandazzjoni.", "Imma ejjew naraw x'inhi din ir- rakkmandazzjoni.", "Ġie rakkmandat li għandha tiġi miftiehma proċedura ġdida sabiex kuntratti għall-għoti ta' art tal-gvern jiġu l-ewwel ikkonsidrati minn kumitat permanenti tal-Kamra.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela Edgar Mizzi, il-konsulent tal-Prim Ministru, qallu: Tgħallem mill-esperjenza ta' l-imgħoddi, tgħallem mill-iżbalji tal-gvern li kien hemm qablek u tipprovax tmur quddiem il-Parlament biex dan sempliċement jagħtik it-timbru.", "Jekk il- Prim Ministru jrid jimxi sewwa, il-mod korrett li bih għandu jimxi hu li l- ewwel imur quddiem il-kumitat tal-Kamra biex jiġu eżaminati l- kondizzjonijiet tal-kuntratt ħalli meta aħna d-deputati niġu biex finalment nivvotaw inkunu nafu sew x'inhuma l-affarijiet.", "Sur President, għalhekk meta jien nibqa' naqra ta' kuljum fuq il-każ ta' Chambrai li jissemma fl-editorjal ta' \"l-orizzont\" tal-lum stess, u meta naqra l-ktieb li ppubblika Joseph Muscat - bħalissa qed naqra eżattament waħda mill-annexes tiegħu - jiena ngħid: Imma dan il-gvern x'wiċċ għandu li jikkummissjona rapport li jagħtih diversi suġġerimenti biex ma jsirux l- iżbalji ta' l-imgħoddi li saru minn kulħadd, inklużi minni, u li jagħtih ukoll rakkmandazzjoni preċiża, u mbagħad jiġi hawn, isib din il-maltempata kollha u ma jaċċettax l-istess proposta li nagħmlulu aħna biex insalvawh?!", "Imma issa ħalli nkompli ngħid xi ħaġa fuq l-oġġezzjonijiet tagħna.", "Kif diġa' għedt, l-oġġezzjoni prinċipali tagħna hija li l-mollijiet tal- Birgu u tal-Kottonera jingħataw bħala proprjeta' privata, imma ma' dan irrid inżid li jkun agħar u agħar ħafna jekk dawn jingħataw bħala proprjeta' privata għal 99 sena.", "Dan huwa l-aqwa u l-ikbar argument li kellna, li għad għandna u li se jġegħelna bilfors nivvotaw kontra dan il- kuntratt.", "Ta' min jgħid ukoll li l-leaflet li semmejt iktar kmieni li qassamt waqt il-konferenza ta' l-aħbarijiet li saret fil-5 ta' Ġunju, isemmi l-oġġezzjonijiet l-oħra li qed insibu għal dan il-kuntratt, fosthom li dan ma jispeċifikax x'użu se jsir mill-bini li qed jiġi rrestawrat jew inkella li qed jiġi mwaqqa' u mtella' mill-ġdid.", "Allura l-gvern m'għandux jgħidilna, lilna d-deputati li rridu napprovaw dan il-kuntratt, x'użu se jsir mill-bini li se jingħata b'ċens għal 99 sena?", "M'għandniex dritt inkunu nafu x'se jsir f'dak il-bini biex inkunu nistgħu nivvotaw bis-sens?", "Fil-fatt fl-outline brief ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm miktub li l- iżvilupp fil-Kottonera għandu jsir billi jiġi spjegat x'użu se jsir mill- bini u li qabel ma jingħata l-kuntratt għandhom jiġu ppreparati pjanti u ssir exhibition biex naraw kif se jkun l-iskyline u x'se jiġri u ma jiġrix.", "Imma l-gvern warrab dan kollu u qed jippretendi li jiġi hawn bl-istess kuntratt.", "Sur President, illum il-Prim Ministru stess qalilna li l-kuntratt għadu l- istess.", "U veru għadu l-istess għax għalkemm sħabi talbuh jagħtina iktar informazzjoni u jiena stess tlabtu bil-miktub, permezz ta' leaflet li qassamt lil kull min ġie jismagħni, biex jagħtina spjegazzjoni, illum il- Prim Ministru għandu l-wiċċ jiġi hawn u ma jgħidilna xejn ħlief li rridu nivvotaw favur għax inkella jirriżenja.", "Aktar 'il quddiem nitkellem fuq il- kwestjoni tal-fiduċja wkoll.", "Imma jekk il-Prim Ministru jrid jirriżenja, jista' jirriżenja!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna żgur li mhux se noqogħdu nibkuh!", "(Interruzzjonijiet) Niġi issa għall-kwestjoni finanzjarja.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross-debates.", "Onor. George Pullicino, jekk jogħġbok żomm l-ordni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ħalli ngħid x'għedna aħna fuq il-kwestjoni ta' l-investiment li se jsir billi naqra silta minn dak il-leaflet li qassamt lill-press.", "Għedna li:", "\"Il-kumpannija li se tieħu x-xatt tal-Birgu kienet offriet li tonfoq ftit inqas minn ¥12-il miljun.", "Il-gvern irid jorbotha li tonfoq biss ¥6 miljun.\".", "GĦalhekk jien staqsejt: GĦaliex?", "Possibbli l-Prim Ministru m'għandux id- diċenza jgħidilna għaliex?", "Imma ġie hawn u qal ħmerija; qalilna li huwa l- konsorzju l-ieħor li kien qal li se jonfoq ¥12-il miljun.", "Imma dan m'huwiex veru.", "Jiena għandi f'idejja r-rapport ta' l-isteering committee li jitkellem fuq il-proposta tal-konsorzju li qed jieħu l-kuntratt.", "F'paġna 20 ta' dan id-dokument hemm miktub li n-nefqa tal-proġett ta' dan il-konsorzju kellha tkun ta' ¥11.8 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Imma jien mhux bilfors ikolli nistaqsik biex tispjega għaliex qed tgħidilhom li inti kuntent b'¥6 miljun?!", "L-uniku item li mhux se jsir huwa l-Maċina li fuqha kienu se jintnefqu ¥236,000.", "(Interruzzjonijiet) Il-breakwater?!", "Mela intom tafu li l-breakwater mhux se jsir?", "Għandkom tagħmlu marine test biex tkunu tafu jekk il-breakwater huwiex se jsir jew le.", "(Interruzzjonijiet) Le, jien qed nitkellem fuq id-diskors li għamlilna l-Prim Ministru ....", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom m'hemmx interruzzjonijiet, la minn naħa u lanqas minn oħra.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lill-Prim Ministru diġa' smajnieh u huwa recorded li qal li t-¥12-il miljun kien wiegħed li se jinvestihom il- konsorzju l-ieħor, imma dan m'huwiex veru għaliex kien dan il-konsorzju li semma t-¥12-il miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma ħalli nkomplu, Sur President.", "Aħna diġa' għedna li d-dokument li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-6 ta' April ta' din is-sena mill-Ministru George Vella kien jgħid li r- rakkmandazzjoni ta' l-isteering committee li ġie nominat mill-gvern kienet li l-art u l-bini jingħataw b'ċens għal 65 sena, filwaqt li l-użu tal-baħar għall-marina jkun għal 20 sena.", "Allura nistaqsi: GĦaliex se jagħtu kollox għal 99 sena?", "M'għandniex ningħataw tweġiba għal dan?", "GĦaliex għandna nintrabtu li l-pulmun tal-Kottonera jkun mimli bil-yachts għal 99 sena?", "Fuq dan hawn xi tgħid favur, pero' hawn xi tgħid kontra wkoll.", "Wieħed jista' jgħid li m'huwiex feasible li dawn ma jingħatawx għal 20 sena u li kieku ma sarx hekk il-proġett ma kienx isir.", "Jien ma nafx x'kien isir jew x'ma kienx isir u għalhekk qed nisma' l-argumenti, imma xi ħadd irid jispjegali għaliex l-isteering committee li ġie nominat mill-gvern stess kien qal li l-faċilitajiet ta' rmiġġ fil-baħar għandhom jingħataw għal 20 sena.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li hemm differenza!", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li l-isteering committee kien irrikmanda li l-bini jingħata għal 65 sena, issa se nagħtuhulhom għal 99 sena.", "Il-Prim Ministru qalilna li jkun jaqbel li nagħtu l-bini għal 99 sena għax jekk irridu garanzija biex nissellfu ...", "Pero' hawnhekk jien nagħmel domanda: Proprjament l- investiment minn fejn ġej?", "Jaqaw mill-banek Maltin, bħas-soltu?", "Għalhekk irridu l-garanzija tal-proprjeta' għal 99 sena?", "Jew huma l-famużi investimenti kbar Svediżi u Amerikani li hemm fix-share capital tal- kumpannija?", "Sur President, niġi għal argument ieħor.", "Il-Prim Ministru huwa kuntent u ferħan se jtir li se jkun hemm ċens ta' ¥370,000.", "Pero' nafu li ¥25,000 minn dawn it-¥370,000 se jitħallsu lill-Maritime Authority minn issa għal 99 sena oħra b'żieda ta' 1% fis-sena, li ċertament hija inqas mir-rata ta' l-inflazzjoni li wieħed jistenna li se jkun hemm għal 99 sena oħra.", "Qed jingħad ukoll li l-Maritime Authority se tieħu ¥25,000 għal kull dritt li jista' jkollha.", "Jiġifieri dan il-Parlament ma jistax għada pitgħada jiddeċiedi li hemm bżonn inżidu d-drittijiet ta' l-irmiġġ tal-marina għax huwa rħis wisq.", "Allura l-Maritime Authority ntrabtet li għal dak li huwa rmiġġ fil-Kottonera tieħu ¥25,000 għal 99 sena u xejn iktar!", "Din biċċa negozju tajba!", "Jiena lill-Prim Ministru nistiednu jagħmel kif għamilt jien, jaqra r-rapport tad-diskussjoni dwar il-budget tal-Maritime Authority u jsib - issa dan qed ngħidu mill-memorja, ma nafx jekk iniex sejjer żball - li s-sena l-oħra l-Maritime Authority daħħlet ¥415,000 mill-marinas li għandha.", "Ara kemm għamilna biċċa negozju tajba!", "Irrinunzjajna għad-dħul kollu għal 99 sena - jew aħjar iriduna nirrinunzjaw, għax jien nittama li din il-Kamra ma tapprovax dan il-kuntratt - għax ninsabu ferħanin bil- ¥25,000!", "L-istess nistgħu ngħidu għan-National Tourism Organisation of Malta. .L- NTOM, li hija nkarigata mit-tkattir tat-turiżmu ta' Malta, trid id-dħul u sabiex ma jibqax joħroġ il-flus kollha l-gvern, aħna għedna li kull min għandu restaurant, kull min għandu lukanda u kull min għandu hostel irid jikkontribwixxi.", "Imma issa x'qed jipproponi l-gvern f'dan il-kuntratt?", "Li jiġri x'jiġri u jibnu x'jibnu, l-NTOM għal 99 sena sħaħ ma teħux ħlief ¥25,000 fis-sena!", "Imma l-Prim Ministru bis-serjeta' qed jgħidilna kemm hu kapaċi jinnegozja?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Int inkompetenti għax m'għandekx torbot ...", "Anke lil dan il-Parlament qed torbtu.", "Jekk xi darba aħna nilleġislaw u ngħidu li rridu fees iktar minn dawk, dawn jgħidulna: Il-gvern Malti lilna qalilna li daqshekk għandna nħallsu; mela jekk tridu iktar flus araw minn fejn se ġġibuhom.", "Imma dan jagħmel sens?", "Huwa veru li din il-kwestjoni m'hijiex fundamentali daqs dik li x-xatt jingħata lil kumpannija privata, pero' dan ma jagħmilx sens.", "Sur President, il-Prim Ministru reġa' ġie bl-argument tal-boll.", "Jien ngħid li jekk il-Prim Ministru jidhirlu li n-negozju huwa tant tajjeb li ma jridx jieħu l-boll, ma jeħdux, imma mhux jipprova jbellagħhielna li ¥70,000 huma aħjar minn ¥800,000 imħallsin bħala boll!", "Jien lill-Prim Ministru nistiednu biex jaqbad calculator, jimmultiplika ¥70,000 fis-sena għal 99 sena u mbagħad jaqbad ¥840,000, jiġifieri kemm kien il-boll, jaħdem l- imgħax fuqhom kull sena minn issa sa 99 sena oħra u jsib li kieku l- kumpannija kienet toħroġ għaxar darbiet ta' dak li qed toħroġ issa.", "Allura kif qed jiġi jiftaħar b'dan?!", "Jekk il-Prim Ministru jgħidli li din kienet parti min-negozjati li saru nifhimha, imma mhux jiġi jbellagħhieli li għamel xi big deal li rrinunzja għal kważi ¥1 miljun biex joqgħod iddaħħalhom bil-pezzi bukkuni għal 99 sena!", "Ejjew nagħmlu l-kalkoli sew!", "Jien naħseb li l-Ministru Karmenu Vella bħala perit jifhem fin-numri ħafna iktar minni u jaf jagħmel dawn il-kalkoli.", "GĦalhekk nistieden lilu wkoll biex jimmultiplika ¥70,000 fis-sena għal 99 sena ma nafx b'kemm imgħax fis- sena u jara x'riżultat iġib wara li jieħu in konsiderazzjoni t-¥800,000 li ħafrilhom.", "Kieku morna quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi u smajna r-raġunijiet, forsi kont nasal biex ngħidlu: U iva, issa inti qiegħed fil-gvern, affari tiegħek; la m'għandekx bżonn flus, m'għandekx bżonn flus.", "Imma safejn naf jien dan il-gvern għandu bżonn il-flus.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq it-trasparenza.", "Dan il-gvern għamel tant plejtu fuq it-trasparenza u qabbad tant esperti jfittxu bil-lenti kulma għamilna aħna biex ikun kollox trasparenti!", "Jien diġa' kkwotajt mir- rapport ta' Edgar Mizzi, u jekk wieħed jieħu s-sustanza ta' dan ir-rapport isib li jgħid li saru kemm żbalji kif ukoll affarijiet tajbin ħafna meta ngħata l-kuntratt ta' Chambray, pero' l-iktar ħaġa importanti kienet li ma jiġux ripetuti l-iżbalji billi l-gvern juża lil dan il-Parlament bħala rubber-stamp.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli Fenech Adami.", "Skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Fenech Adami jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Sur President, jiena ngħid li għandna naraw l-affarijiet bl-iktar mod oġġettiv.", "Aħna rridu li dan il-proġett isir imma issa f'daqqa waħda l-gvern tefa' l-ikbar torpedo biex ifarrak dan il-proġett.", "Qed nirriferi għall-kwestjoni tal-fiduċja.", "Jien nifhem li l-Prim Ministru għandu bżonn li dan il-Parlament jurih l- appoġġ tiegħu.", "Fhimt ukoll id-diskors li għamel meta tkellem fil-Birgu u kien għalhekk li l-bieraħ ressaqt mozzjoni ta' urġenza.", "GĦaliex kif jista' jkun li l-Prim Ministru jmexxi f'dan il-Parlament meta huwa qal li kien ilu jaf minn Novembru tas-sena l-oħra li m'għandux maġġoranza li jista' joqgħod fuqha?", "Madam Speaker, aħna qed nivvotaw fuq dan il-kuntratt u jien innotajt ir- ruling li tat is-Sinjorija Tiegħek il-bieraħ fuq dan il-kuntratt.", "Il- bieraħ is-Sinjorija Tiegħek tat ruling li jorbot lil din il-Kamra, inkluż lis-Sedja, li vot ta' fiduċja fil-gvern irid isir b'mozzjoni sostantiva.", "Meta mbagħad semmiet il-vot ta' fiduċja, is-Sinjorija Tiegħek ikkwotat l- artiklu 81 tal-Kostituzzjoni u l-Ordni Permanenti numru 13 - u għamlet tajjeb li għamlet hekk - u qalet li biex dan il-Parlament jivvota skond il- Kostituzzjoni fuq fiduċja jew sfiduċja fil-gvern irid ikun hemm mozzjoni sostantiva b'notice ta' tlett ijiem ħalli dan il-Parlament jivvota fuqha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hawnhekk m'aħniex qed nivvotaw fuq il-fiduċja tal-gvern.", "Mhux għax għandna fiduċja fih.", "Dażgur li m'għandniex fiduċja fih!", "Imma l-Prim Ministru, għax għandu diffikultajiet kbar fil-partit tiegħu, għax mhux jafda lil sħabu u għax jaf li hemm min ma jaqbilx miegħu fuq affarijiet importanti saħansitra ħafna iktar importanti minn dan il- kuntratt, għoġbu jgħid: Ħalli nara mmurx għall-elezzjoni issa.", "Din hija għażla tal-Prim Ministru, pero' m'għandux il-kuraġġ jerfagħha u jrid iwaħħal f'xi ħadd.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Madam Speaker, dak li qal il-bieraħ u llum il-Prim Ministru, jiġifieri li jekk din il-mozzjoni ma tgħaddix huwa jirriżenja u jmur għall-elezzjoni, hija deċiżjoni tiegħu biss għaliex huwa l-Prim Ministru biss - qed ngħid kull darba \"biss\" biex neskludi lil sħabu - li jagħżel meta jagħti parir lill-President biex ixolji l-Parlament.", "Dan huwa wieħed mill-ftit drittijiet u piżijiet li għandu kull prim ministru.", "Il-Prim Ministru għażel li jekk din il-mozzjoni ma tgħaddix ...", "(Interruzzjonijiet) Affari tiegħu, jista' jinterpretaha kif irid, pero' Madam Speaker, irrid nerġa' nattiralek l-attenzjoni għal dak kollu li jista' jinqala'.", "Jekk din il-mozzjoni terġa' ma tgħaddix, ikun ifisser li l-Parlament ma jkunx irid li l-gvern jiffirma dak il-kuntratt, punto e basta.", "Din hi l-istorja kollha.", "Jekk ma naqblux, ma naqblux!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa jekk il-Prim Ministru qed iħossu f'sitwazzjoni fejn ma jistax jiggverna, allura għandu jagħti parir lill- President u jgħidlu: Jien ma nistax niggverna u qed nitlob li mmorru għall- elezzjoni.", "Dik affari tiegħu, imma mbagħad mhux jiġi jgħid lilna biex nivvotaw għall-fiduċja tagħna fih!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, on a point of order.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff, on a point of order.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: L-ewwelnett il-President għandu jara jekk il-Partit Laburista jistax jifforma gvern ieħor jew jekk din il-Kamra tistax tifforma gvern ieħor u mbagħad għandu jaċċetta jsirux elezzjonijiet jew le.", "Kompliha l-istorja ħalli nkunu nafu!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naturalment il-Perit Mintoff ilu f'din il- Kamra 50 sena jew aktar u naħseb li l-Kostituzzjoni, l-Erskine May, ir- regolamenti, il-proċeduri u dawn l-affarijiet kollha jafhom daqsna lkoll jew ftit iktar minna.", "Il-Perit Mintoff għadu kif spjegalna l- interpretazzjoni tal-Kostituzzjoni u jiena ma nħossx li għandi għalfejn noqgħod nagħti l-opinjoni tiegħi, pero' rrid nagħmilha ċara fuq xiex se nivvotaw.", "Il-Prim Ministru qata' qalbu.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tinterrompux.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Illum il-Prim Ministru qalilna li m'hawn xejn mibdul fil-kuntratt.", "Hekk bdieh id-diskors tiegħu.", "Fi kliem ieħor, kien qed jgħid lil din il-Kamra li m'għandhiex għalfejn tivvota b'mod differenti milli vvotat nhar it-Tnejn li għadda.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hekk qal il-Prim Ministru; dan ifisser li ddeċieda li din il-Kamra tivvota kif ivvotat nhar it-Tnejn li għaddew u mbagħad hu jmur għall-elezzjoni.", "J'Alla jagħmel hekk u jiddeċiedi l-poplu skond il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna!", "Madam Speaker, jien għandi ħafna iktar xi ngħid, pero' m'għandix għalfejn nibqa' ntawwal għax jidhirli li għamilt il-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni fuq dan il-kuntratt kristalizzata.", "Aħna anke at this late stage ninsabu lesti li naraw jekk il-Prim Ministru jridx li ma neħdux vot, li mmorru quddiem il-kumitat permanenti tal-Kamra jew inkella quddiem xi select committee tal-Kamra nominat apposta.", "Nerġa' ngħid, aħna ma rridux li dan il-proġett jintilef.", "Jiena persważ li dan il-proġett se jsir xi darba, imma kieku jsir illejla aħjar milli jsir għada u kieku jsir għada aħjar milli jsir pitgħada.", "GĦalhekk jekk il-Prim Ministru jgħidilna li fehem l- oġġezzjonijiet tagħna u jirrealizza li huwa la pprova jispjega u lanqas jipperswadi ...", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, nixtieq nenfasizza li jiena għamilt din il-press conference ma' sħabi nhar il-Ġimgħa, jiġifieri qabel nhar it-Tnejn meta kellna niġu hawn biex nivvotaw, bit-tama li l-Prim Ministru ma jkunx rasu iebsa - biex nuża l-espressjoni li uża hu; hu qalilna li m'huwiex supperv iżda rasu iebsa, ngħid għalija ma nafx x'inhi d-differenza għax għalija huwa supperv, u kif! - u biex nagħmiha ċara li l-oppożizzjoni kienet se tivvota kontra dan il-kuntratt u mhux kontra l-proġett.", "Aħna naqblu ma' dan il-proġett imma ma nistgħux naċċettaw il-kuntratt; biex jifhimni kulħadd - għax in-naħa tal-gvern, id-DOI li reġa' sar il-pappagall tal- gvern, u wkoll xi gazzetti, qed iħawdu apposta - nerġa' ngħid li aħna noġġezzjonaw li l-mollijiet ta' Bormla u tal-Birgu jingħataw bħala proprjeta' privata u noġġezzjonaw ħafna iktar li dawn jibqgħu proprjeta' privata għal 99 sena.", "Li jmissu jsir hu li l-proprjeta' tibqa' tal-poplu Malti u jsir bil-maqlub, jiġifieri jkun il-poplu Malti li jagħti aċċess lil min irid juża l-marina.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Aħna bilfors ikollna nagħmlu ċerti domandi, Madam Speaker, u bħad-deputat tan-naħa l-oħra li nhar il-Ħadd kiteb:", "\"Personally I was not in tune with the way the initially chosen consortium was dumped, much less so with unnecessary and unjustified references to brass-plate companies...\",", "jiena wkoll għandi dubji kbar u għadni ma fhimtx .....", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux minħabba l-Amerikani jew l-Isvediżi.", "Jien ma jimportanix jekk jiġux jinvestu Amerikani, Svediżi, Taljani jew Ġappuniżi.", "L-importanti huwa li jsir il-proġett.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mela vvota għalih!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, ma nistax nivvota għalih.", "(Interruzzjonijiet) Jidher li l-Ministru Vella jaqbel mal-Prim Ministru li qata' qalbu li jiggverna lil dan il-pajjiż u jġib il-ġid u allura jrid iwaħħal f'xi ħadd.", "Għax l-20 xahar li matulhom ilu jmexxi dan il-pajjiż huma record ta' diżastru għall-ekonomija, huma record ta' diżastru għall- familji Maltin u huma record ta' diżastru għall-ħaddiema Maltin.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onor. Fenech Adami.", "Sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iva.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Issa nistieden lill-Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa 17 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar Enfitewsi temporanja ta' mollijiet, bini u dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla lill-Port Cottonera Limited - Kontinwazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. ----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Madam Speaker, waħda mill-affarijiet li bla dubju ta' xejn għadu għaddej dibattitu fuqhom fil-pajjiż hija l-opinjoni differenti taż-żewġ partiti rigward jekk pajjiżna għandux isir membru ta' l- Unjoni Ewropea jew inkella għandux jinnegozja biss ftehim ta' free trade zone ma' l-Unjoni Ewropea.", "F'dawn il-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nuri kemm l-argumenti li qed iġib il-Partit Laburista rigward il-free trade zone jmorru kontra l-argumenti li kien jagħmel bi kritika għall-għażla tal-Gvern Nazzjonalista li jimmira għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex meta wieħed jara u jifli x'kienet tgħid qabel l-elezzjoni l-Oppożizzjoni Laburista għar-rigward tas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea jislet numru ta' punti.", "L-ewwel punt li kienet tqajjem l-Oppożizzjoni Laburista kien li jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jibdew jiġu jgħixu hawn Malta ħafna Sqallin u barranin bil-konsegwenza li jibdew jeħdulna l-impjiegi.", "Punt ieħor li kienet tagħmel l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien u għadhom jagħmluh sal-lum kien li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea il-barranin jibdew jixtru l-artijiet u b'hekk l-art ta' pajjiżna tispiċċa għand il-barranin.", "L-Oppożizzjoni Laburista kienet tagħmel ukoll il-punt li jekk pajjiżna jissieħeb f'din l-unjoni, in-negozjant u l-intrapriżi ż-żgħar Maltin jispiċċaw jinbelgħu minn intrapriżi kbar Ewropej għax ma jkollhomx is-saħħa li jikkompetu magħhom.", "Dawn kienu l-argumenti li kienet tagħmel l-Oppożizzjoni Laburista biex twaqqa' l-għażla tal-Gvern Nazzjonalista li jdaħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea imma qabel ma nkompli nitkellem fuq dawn l-argumenti li kienet iġġib l-Oppożizzjoni Laburista nixtieq inwarrab mill-ewwel mid-diskussjoni l-punt li jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, jiġu l-barranin u jixtrulna l-art.", "Din hija gidba u min jgħidha jkun qed jgħidha biex jinganna u biex jiżvija lill-poplu Malti fid-deċiżjonijiet tiegħu għaliex pajjiżi membri li kellhom din il-biżgħa' kollha sabu soluzzjoni għal din il- problema li tista' tinqala'.", "Li kieku pajjiżna m'għandux ir-regoli u l- liġijiet li jirregolaw din il-materja, kont nifhem li din tista' tkun ta' problema għax peress li aħna pajjiż żgħir ma jistax ikun li nħallu lill- barranin ikollhom is-saħħa finanzjarja li jieħdu l-art tagħna f'idejhom.", "Pero' aħna għandna diversi regoli u liġijiet f'dan is-sens li filwaqt li jippermettu lill-barranin jixtru xi artijiet f'pajjiżna, jimponu ċerti kondizzjonijiet ħalli wieħed li jkollu saħħa finanzjarja kbira ma jkunx jista' jaffettwa s-suq ta' l-artijiet ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, kif għedt diġa', kienu diversi l-pajjiżi li kellhom din il- preokkupazzjoni, fosthom l-Awstrija, id-Danimarka u l-Fillandja.", "Fil- Fillandja, per eżempju, għalkemm huwa pajjiż kbir, minħabba l-klima tiegħu, l-area kkonsidrata bħala abitabbli hija żgħira.", "Allura l-Unjoni Ewropea tat lil dan il-pajjiż il-konċessjoni li jżomm ir-regoli tiegħu ħalli l- barranin ma jkunux jistgħu jixtru l-art hemmhekk.", "Allura meta l-Unjoni Ewropea solviet din il-problema fil-każ ta' diversi pajjiżi membri, ma narax għalfejn għandna noqogħdu nsemmuha fil-kontest tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Min jagħmel dan ikun qed jaħbi l-fatt li l-Unjoni Ewropea diġa' aċċettat li ċerti pajjiżi li għandhom din il-biżgħa' jkollhom il-possibbilta' li jkomplu jfasslu l-liġijiet tagħhom b'mod li l-barranin ma jkunux jistgħu jixtru l-art ta' pajjiżhom.", "Għax filwaqt li l-Unjoni Ewropea tat lil dawn il-pajjiżi d-drittijiet u l-obbligi kollha bħala membri, hija aċċettat li tneħħilhom l-obbligu li jħallu l-art tagħhom tinxtara mill-barranin.", "Kif diġa' għedt punt ieħor li jissemma hu li jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea jiġu l-barranin jaħdmu f'pajjiżna u ssemmew l-Isqallin u nies ta' nazzjonalitajiet oħrajn, bħallikieku aħna m'għandniex ikollna rispett lejn dawn in-nies ukoll!", "Wara kollox ma nafux jekk bil-free trade zone dan ikunx jista' jseħħ ukoll għax s'issa l-Partit Laburista għadu ma taniex indikazzjonijiet ċari dwar dan, minkejja l-fatt li tgħidx kemm ikkritikawna dwar din il-materja.", "Madam Speaker, l-aħħar punt li rrid nagħmel peress li m'għandix ħafna ħin għad-dispożizzjoni tiegħi hu li filwaqt li l-Oppożizzjoni Laburista kienet dejjem tgħid li jekk pajjiżna jidħol membru fl-Unjoni Ewropea, in- negozjanti u l-industrijalisti ż-żgħar ikollhom jagħmlu restructuring u jibdew iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet kbar, il-fatti llum juruna li huwa l-Gvern Laburista bil-politika tiegħu ta' free trade zone li lin- negozjanti u lill-industrijalisti qed joħolqilhom il-bżonn li jagħmlu restructuring, bid-differenza li b'dan it-tip ta' politika l-Unjoni Ewropea mhux se tgħin lill-pajjiż jagħmel dan.", "Mela hawnhekk ġejna f'kontradizzjoni kbira għax il-kritika li kienet tagħmel l-Oppożizzjoni Laburista lill-Gvern Nazzjonalista, illum Gvern Laburista għamilha politika tiegħu għax il-politika preżenti tiegħu hija magħmula mill-punti kollha li huwa kien jikkritika minħabba l-għażla tagħna li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien għażel li l-industrijalisti u n- negozjanti ż-żgħar Maltin jagħmlu r-restructuring li hemm bżonn bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea, pero' l-Gvern Laburista ma jridx din l-għajnuna bil- konsegwenza li qed joħloq diffikultajiet kummerċjali kbar u ħafna tbatija bla bżonn.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Madam Speaker, illum imiss lili biex ngħaddi xi kummenti waqt il-ħin ta' l-Aġġornament.", "Hija verament ħasra li pajjiżna jinsab f'sitwazzjoni mwiegħra minħabba d-deċiżjonijiet ħżiena li ħa l-Gvern Laburista għall-poplu tagħna u għall-pajjiż kollu kemm hu mindu tela' fil- poter f'Ottubru ta' l-1996.", "Biżżejjed ngħid li minħabba d-deċiżjonijiet ħżiena li ħa, f'dawn l-20 xahar dan il-gvern waqqaf il-kummerċ, għolla l- ħajja, żied in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol, naqqas l-impjiegi, naqqas l-overtime, naqqas l-extras tal-Pulizija, ġab diżgwid sħiħ fl-istess korp, naqqas is-servizzi li jingħataw lill-anzjani u ħoloq ħafna tbatija lill-GĦawdxin, forsi anke iktar milli ħoloq lill-Maltin.", "U se nispjega għaliex.", "L-ewwel miżura li ħadet il-Gozo Channel Company Ltd. hekk kif tela' fil- gvern il-Partit Laburista kienet żieda fin-nollijiet u tnaqqis fin-numru ta' mpjiegi.", "Fil-fatt minħabba ż-żieda li kien hemm fin-nollijiet, l-eluf kbar ta' Maltin u GĦawdxin li kienu jżuru lil GĦawdex naqsu sew bil- konsegwenza li f'din il-gżira naqas ix-xogħol, kemm fil-qasam tal- kostruzzjoni, kemm fil-postijiet turistiċi kif ukoll f'oqsma oħra.", "Bla ebda dubju, iż-żieda fin-nollijiet mhux biss affettwat b'mod ħażin lill- Maltin li jaqsmu lejn Għawdex imma wkoll lill-Għawdxin li jaqsmu lejn Malta u għalhekk nistgħu ngħidu bla tlaqliq li l-Gvern Laburista ċaħħad lill- Maltin milli jmorru Għawdex għax illum il-Maltin qed isibuha bi tqila ħafna iktar minn qatt qabel biex imorru jqattgħu ftit jiem f'din il-gżira.", "Madam Speaker, dan il-Gvern naqqas ukoll il-fondi li kienu jingħataw lill- kunsilli lokali biex illum mhux biss jinsabu f'sitwazzjoni fejn ma jistgħux joperaw, imma tnaqqsitilhom ukoll l-awtonomija u żdied l-indħil mill-gvern ċentrali.", "X'differenza hemm bejn kif inhuma l-kunsilli lokali issa u kif kienu taħt il-Gvern Nazzjonalista!", "Il-Gvern Nazzjonalista mhux biss irnexxielu joħloq il-kunsilli lokali imma tahom l-awtonomija, tahom biżżejjed fondi biex joperaw u għamel minn kollox biex minn sena għall-oħra jgħinhom ħalli jkunu jistgħu joperaw aħjar, jgħinu lil-lokal tagħhom u jinvolvu wkoll lill-volontarjat.", "Imma llum, sena u nofs wara li tela' fil- poter dan il-gvern, l-eżistenza tal-kunsilli lokali tinsab mhedda għax mingħajr fondi ma tistax topera kif trid.", "Min-naħa l-oħra nistgħu ngħidu li f'dawn l-aħħar sena u tmien xhur il- gvern ħadem bħal xi kunsill lokali, għax għalkemm iddejjen 'il fuq minn ¥310 miljun, ix-xogħol li sar b'dawn il-flus kollha m'huwiex qed jidher.", "Ċertament mhux l-istess nistgħu ngħidu għall-Gvern Nazzjonalista għax għall- kuntrarju llum wieħed jista' jinnota b'sodisfazzjon kbir kemm il-poplu ggwadanja mill-flus li ssellef il-Gvern Nazzjonalista.", "S'issa l-Gvern Laburista m'għamel xejn ħlief wera inkompetenza, ħa deċiżjonijiet ħżiena u kkommetta diversi żbalji.", "Dan bil-konsegwenza li llum ninsabu fi kriżi, kriżi li l-Prim Ministru biss jaf kif se noħorġu minnha għax hemm saħansitra membri min-naħa tiegħu li m'humiex qed jaqblu mad-deċiżjonijiet ħżiena li qed jieħu.", "J'Alla ma ndumux ma noħorġu minn din il-kriżi, pero' biex noħorġu lil pajjiżna minn din il-kriżi rridu nieħdu deċiżjonijiet kbar u serji.", "J'Alla ma ndumux ma naraw ix-xemx tielgħa għall-Maltin u l- Għawdxin u j'Alla l-Gvern Nazzjonalista ma jdumx ma jerġa' jibda jiggverna lill-pajjiż ħalli l-poplu jkun jista' jserraħ moħħu li jkollu l-qliegħ.", "GĦalhekk nittama li d-deċiżjonijiet li għandu jieħu l-gvern jeħodhom malajr ħalli pajjiżna jkun jista' joħroġ minn din il-kriżi.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari l-bieraħ ingħatat tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saret fuq Triq San Pawl, f'San Pawl il-Baħar.", "Fil-fatt jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lill-aġenda tal-Parlament minn Diċembru ta' l-1996 sal-lum isib li din it-triq kienet is-suġġett ta' xi 20 domanda parlamentari magħmulin kemm minni kif ukoll minn diversi membri parlamentari oħrajn.", "Jien naħseb li l-ebda gvern serju u modern ma jħalli triq prinċipali bħal din, li kuljum jgħaddu minnha eluf ta' Maltin u GĦawdxin fi triqithom lejn iċ-Ċirkewwa jew ġejjin miċ-Ċirkewwa jew lura mitluqa għal dan iż-żmien kollu.", "Ċertament li atteġġjament bħal dan ma jurix li dan huwa gvern responsabbli.", "Madam Speaker, jien illum iddeċidejt li nieħu parti mill-Aġġornament biex nitkellem fuq din it-triq wara li smajt l-aħħar risposta parlamentari li ngħatat għall-mistoqsijiet supplimentari li saru l-bieraħ waqt il-ħin tal- mistoqsijiet.", "GĦaliex qed ngħid dan?", "GĦax il-bieraħ meta għamilt mistoqsija parlamentari numru 14827 fejn staqsejt meta se jsir ix-xogħol meħtieġ f'din it-triq, il-Ministru Buhagiar, li huwa responsabbli minn dan is-settur, weġibni li l-ewwel irid isir it-tħaffir ta' l-inspection pits, xogħol li se jsir fi ftit ġimgħat oħra, u mbagħad wara jkun jista' jiġi deċiż ix-xogħol li jrid isir.", "Kieku din id-domanda saret għall-ewwel darba forsi wieħed kien ikun jista' jaċċetta dan it-tip ta' risposta u jieqaf hemmhekk, pero' jien ili mill-5 ta' Diċembru ta' l-1996, meta saret l-ewwel seduta ta' din il-leġislatura wara l-elezzjoni, nagħmel domandi parlamentari dwar din it-triq.", "Barra minn hekk, jien ma nistax nifhem kif il-bieraħ il-ministru qal li l- amministrazzjoni preċedenti ma kienet għamlet xejn f'din it-triq għax biss biss matul ix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru ta' l-1996 kien sar xogħol vast f'din it-triq, xogħol li kien jikkonsisti fi tqegħid ta' pajpijiet ġodda ta' l-ilma u diversi connections mad-djar li hemm f'dik it-triq.", "Fil- fatt kienet għadha bilkemm għaddiet l-elezzjoni meta jiena tlabt li jsir surfacing ta' din it-triq għaliex kont naf li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet responsabbli - u safejn naf jien għadha responsabbli - biex tagħti wiċċ ġdid lit-toroq li tkun ħaffret biex tagħmel it-tiswijiet neċessarji.", "Ta' min jgħid li d-domanda parlamentari li kont għamilt fil-5 ta' Diċembru, 1996 ingħatajt risposta għaliha fid-9 ta' Diċembru ta' l-istess sena, u din ir-risposta kienet tgħid hekk:", "\"Ix-xogħol ta' tiswija li sar s'issa mill-kuntrattur tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fir-rigward tat-tiswija ta' din it-triq għadu fi stat temporanju, u għalhekk wieħed jistenna li meta jitlesta r- reinstatement finali t-triq terġa' tirritorna għall-istat oriġinali tagħha.\".", "Imbagħad fit-8 ta' Jannar, jiġifieri kważi xahar wara, jien għamilt din il- mistoqsija parlamentari lill-istess ministru:", "\"Billi iktar kmieni għal mistoqsija parlamentari weġibtni li din it- triq dalwaqt tittranġa, nitolbok tgħidli fiex wasal ix-xogħol ta' din it-triq.\",", "imma t-tweġiba li ngħatajt dakinhar kienet:", "\"Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.\".", "L-istess domanda kienet called up u twieġbet fl-24 ta' Jannar, 1997, liema tweġiba kienet tgħid hekk:", "\"Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar ix-xogħlijiet ta' reinstatement ta' trinek issa tlestew, inkluż il-kisi tat-tarmak.", "Fadal biss reinstatement ta' ftit servizzi fi Triq San Pawl u fi Triq it-Torri li jista' jingħata l- wiċċ fi żmien qasir.", "Il-kwalita' ta' reinstatement ħafna drabi ma jkunx ta' standard aċċettabbli u bħalissa qed isiru konsultazzjonijiet bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u d-Dipartiment tat- Toroq dwar kif il-kwalita' tax-xogħol tista' titjieb.\".", "Dakinhar stess, b'riferenza għal din ir-risposta, jien kont staqsejt lill- Ministru x'se jagħmel biex din it-triq tingħata wiċċ ġdid kemm jista' jkun malajr.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dak il-perijodu kont ingħatajt it-tweġiba li l-karozzi tal-linja ma kenux baqgħu jgħaddu minn din it-triq u għalhekk kien qam ċertu għagħa min-nies li joqogħdu f'dawk l-inħawi.", "Fl-24 ta' April il-ministru weġibni:", "\"Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet investigazzjoni fuq ix-xogħol ta' trinek u r-reinstatement ta' Triq San Pawl, San Pawl il- Baħar mill-kuntrattur li ġie ngaġġat mill-korporazzjoni fuq il-proġett tal-bdil ta' mains ta' l-ilma.", "B'riżultat ta' dan issa l-kuntrattur huwa obbligat li jsewwi t-trinek li saru fejn inbidlu s-service connections mill-main tat-triq sal-bankini.", "Il-korporazzjoni ħadet ħsieb li għalissa ma tħallasx lill-kuntrattur.", "Meta jitlestew ix- xogħlijiet il-kuntrattur se jitħallas 90% tal-pagament u l-kumplament se jinżamm mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal perijodu ta' sentejn f'każ li jkollu jitqabbad kuntrattur ieħor biex isir ix- xogħol neċessarju.\".", "Madam Speaker, fit-28 ta' April, jiġifieri erbat ijiem wara li ngħatajt ir- risposta li kkwotajt, għal darb'oħra erġajt staqsejt lill-ministru jekk kenux spiċċaw il-konsultazzjonijiet bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma man-nies konċernati, u fil-5 ta' Mejju l-ministru weġibni:", "\"Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li l-kuntrattur imqabbad fil-proġett tal-bdil tal-mains fi Triq San Pawl, San Pawl il- Baħar se jiksi t-triq bit-tarmak sħun sa nofs Mejju.\".", "Dakinhar il-ministru qalilna wkoll li dan ix-xogħol kien se jsir sa nofs ix- xahar, jiġifieri għaxart ijiem wara li twieġbet ir-risposta.", "Madanakollu minkejja li għaddew ix-xhur baqa' ma sar xejn u għalhekk fl-4 ta' Lulju għal darb'oħra erġajt staqsejt lill-ministru jekk jistax jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol ta' resurfacing fuq din it-triq prinċipali u x'qed iżomm milli jitlesta dan ix-xogħol.", "Fit-28 ta' Lulju l- ministru weġibni hekk:", "\"Bħalissa qed isiru taħdidiet koordinati mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar dwar il-possibbilta' li t-triq, fil-wisa' tagħha, tingħata wiċċ ġdid.", "F'dan ir-rigward il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qablet li tagħti kontribuzzjoni finanzjarja għall-wisa' tat- trinka.\".", "Ta' min jgħid ukoll li meta għamilt domanda parlamentari numru 9471 biex inkun naf liema se jkunu t-toroq li se jingħataw wiċċ ġdid f'dawn l-inħawi, ir-risposta li ngħatajt kienet li:", "\"Dan it-tip ta' xogħol għadu ma sarx.\"", "Min-naħa l-oħra f'mistoqsija parlamentari numru 10101, meta staqsejt mil- liema vot kien se jitħallas ix-xogħol fit-triq partikolari, ingħatajt risposta dwar liema items se jintużaw, pero' x-xogħol baqa' ma sarx.", "Fid-9 ta' Jannar ta' din is-sena f'mistoqsija parlamentari numru 11008 staqsejt jekk il-ministru jistax jagħti tagħrif dwar fiex jinsabu l- preparazzjonijiet biex Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar tingħata t-tarmak.", "Ta' min jinnota li dan kien disa' xhur wara li ngħatat ir-risposta li sa nofs Mejju kellu jingħata wiċċ ġdid lil it-triq, imma t-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija li għamilt f'Jannar kienet:", "\"Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.\".", "Fil-fatt ir-risposta għal din id-domanda mbagħad ingħatat fis-26 ta' Jannar, liema risposta kienet tgħid hekk:", "\"Saret stima preliminari għall-għoti ta' wiċċ ta' tarmak ġdid f'din it- triq, iżda peress li din hija mibnija fuq art dgħajfa qed isir pjan sabiex tiġi ssodata l-bażi tagħha ħalli x-xogħol li se jsir ma jerġax jispiċċa f'qasir żmien.\".", "Prattikament erġajt għamilt l-istess domanda fit-13 ta' Frar ta' din is- sena u r-risposta kienet:", "\"Qed tingħata l-informazzjoni meħtieġa ħalli t-triq tingħata kollha.\".", "Imbagħad għamilt l-istess domanda fit-13 ta' Marzu ta' din is-sena u r- risposta kienet tgħid hekk:", "\"F'dan il-każ ir-rapport ġeoloġiku tlesta u r-rakkmandazzjonijiet tiegħu qed jiġu evalwati biex it-triq terġa' tiġi rrestawrata.\".", "Fis-6 ta' Mejju ta' din is-sena erġajt għamilt mistoqsija parlamentari f'dan ir-rigward u fil-25 ta' l-istess xahar ingħatajt ir-risposta li:", "\"Fi Triq San Pawl se jitħaffru inspection pits biex jiġi determinat jekk il-konkos li kien ingħata meta ġiet imsewwija t-triq l-ewwel darba għadux tajjeb biex ikun jista' jiġi kkollaborat aħjar ir-rapport ġeoloġiku u wara jingħata l-wiċċ ġdid lit-triq.\".", "Fis-27 ta' Mejju, għal domanda oħra f'dan ir-rigward ir-risposta kienet:", "\"Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.\",", "u fil-fatt kien il-bieraħ li ngħatat risposta għal din id-domanda, liema risposta kienet tgħid hekk:", "\"Hemm il-ħsieb li x-xogħol ta' resurfacing ta' Triq San Pawl, il- Pwales jiġi inkluż max-xogħol li jrid isir fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.", "Madam Speaker, minn dak li għadni kemm għedt u mis-sensiela ta' domandi li saru għar-rigward ta' Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar, wieħed jista' jgħid li t-toroq m'humiex qegħdin fuq l-aġenda tal-gvern tal-ġurnata għax kieku żgur li Triq San Pawl, bħala triq prinċipali, kienet tingħata wiċċ suret in-nies mingħajr il-bżonn li jsiru 20 domanda f'dan ir-rigward.", "Kif għedt diġa' kemm-il darba f'dan il-Parlament, din m'hijiex l-unika triq li tinsab f'qagħda mwiegħra.", "Jien naf li jrid jiżdied il-vot għall- manutenzjoni tat-toroq biex forsi nibdew nattakkaw din il-problema biss serjeta' - u hemm diversi rapporti li jgħidu dan - imma wieħed irid jifhem li ma jistax ikun li nibqgħu f'sitwazzjoni fejn toroq prinċipali jibqgħu f'qagħda ħażina għal snin sħaħ mingħajr ma jiġu rranġati.", "Ċertament li dan juri li l-aġenda tal-gvern preżenti m'hijiex qed tagħti prijorita' lil dan il-qasam hekk importanti.", "Jien ċert li wieħed qed iħoss il-ħtieġa li t-toroq jingħataw l-importanza li tixirqilhom u nispera li fil-ġimgħat jew fix-xhur li ġejjin jitkompla l- programm ta' xogħol intensiv li kien inbeda qabel l-elezzjoni li għaddiet u li sfortunatament waqaf wara l-elezzjoni.", "Hawnhekk irrid nerġa' nenfasizza li Triq San Pawl m'hijiex l-unika triq prinċipali li teħtieġ ċerta manutenzjoni.", "Pero' qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nappella lill-gvern biex jasfalta din it-triq fl-iqsar żmien possibbli ħalli ma tkomplix tkun ta' dannu għan-nies; la għar-residenti u lanqas għal min jgħaddi minn din it-triq.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 17 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - TFASSIL TA' KONFINI", "13765.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Mnistru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,214 u ċioe' jikkonferma l-Ministru li għandhom isiru emendi fl-Att tal-Kunsilli Lokali fejn jirrigwarda t-tfassil tal-Konfini b'mod li dawn isiru darba għal dejjem u mhux b'bord li ilu mwaqqaf kważi sentejn b'150 talba quddiemu għall-bdil fil-konfini?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,214.", "KUNSILLI LOKALI - POSTIJIET VOJTA", "13766.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,211 u ċioe' jista' jgħid kemm u liema mill-kunsilli lokali ssottomettew lill-gvern ċentrali lista ta' postijiet vojta fil-lokal tagħhom kif saru għall-Furjana?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,211.", "LOCAL COUNCIL ACT - BYE-LAWS", "13767.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,208 u ċioe' jista' jgħid kemm saru bye-laws taħt il-Local Council Act?", "Min għamilhom u liema kunsill ġie effettivament effettwat?", "Rigward liema qasam saru u x'kontroll għandu l-Parlament fuq in-natura ta' bye-laws bħala liġi sussidjara?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,208.", "KUNSILLI LOLKALI - EMENDI", "13768.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,206 u ċioe' jgħid x'emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali għandhom isiru a bażi tad-deċiżjoni kontra l-artiklu 92(2) fit-Tielet Skeda dwar il- co-option ta' kunsilliera fil-lokal ta' Raħal Ġdid fl-1996 (fejn ġie co- opted persuna bi twemmin Nazzjonalista flok kunsillier indipendenti li kien irriżenja)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,206.", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "13769.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,201 u ċioe' jista' jgħid kemm żdied jew naqas, skond il-każ, il- persentaġġ tal-votanti għall-kunsilli lokali li effettivament marru jivvotaw f'kull elezzjoni li nżammet minn meta twaqqfu sal-lum, lokalita' b'lokalita' u kunsill b'kunsill, f'Malta u Għawdex?", "Jista' jagħti statistika kompleta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,201.", "DJAR - KAŻ WD 2910/57/1", "13770.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,240 ċioe' b'riferenza għall-WD 2910/57/1 li d-Direttur għall- Akkomodazzjoni Soċjali rigward fond fil-Belt, li d-dettalji tiegħu diġa' ntbagħtu separatament, jafferma li meta uffiċjal tal-personnel tat-Taqsima tax-Xogħlijiet marru fil-post, dawn weġġgħu u ttieħdu l-isptar u li s'issa d-Direttur għad m'allokax post lil dawn l-anzjani fid-dawl ta' \"I consider these premises to constitute great danger to tenants\" kif intqal mill-Perit Grech, u li b'riżultat ta' dan qed tiġi pperikolata l-ħajja ta' l-anzjani?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,240.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14076.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO:", "| |Agenziji |Ammont | | | |Lm | |Ministeru |Buvell Car |2395.15| | |Rentals | | | |John's |36.00 | | |Garage | | |Dipartiment|Ace Car Hire|727.67 | |ta` | | | |l-Industrij| | | |a | | | |Malta | | xejn| |Standardisa| | | |tion | | | |Authority | | | |Malta |Meli Car |7978.00| |Freeport |Rentals | | |Corporation| | | | |FX Garage |9240.00| |MIMCOL | | | |Mimcol, | | | |Kalaxlokk, | | | |Konkos, | | | |Fort | | | |Chambray, | | | |Gozo | | | |Ferries, | | | |Medigrain, | | | |Casma, | | | |Interprint,| | | |Tug Malta. | | xejn | |Malta |Alphine | 893.76| |Gantry |Rent.", "A. Car| | |Sea Malta |Super Car |3429.96| | |Hire | | |Kordin |London | 85.75| |Grain |Services | | |Terminal | | | |Malta | | | |Development| | | |Corporation| | | | |Percius Car | 6.50| | |Hire | | | |Wembley | 280.00| | |Leo`s Garage| 216.00| | |Paramount | | | |Unicar Hire |100.00 | | |Services | | | |United |6094.80| | |Garage Ltd | | | |(Leasing of | | | |six Opel | | | |Vectras | | | | Contract | | | |20.02.98 - | | | |19.02.2000) | |", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA KAROZZI", "14077.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14078.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni hija kif ġej:-", "Segretarjat Privat: Xejn", "Telemalta/Maltacom", "Merlin Car Hire Lm 11,679.00 Johns Garage Lm 1,032.84 Ta Falzon Land Rovers Ltd.", "Lm 4,118.49 Wembley Motors Ltd.", "Lm 3,583.99 Buvell Car Rentals Lm 10,662.06 J&A Garage Car Hire Lm 4,190.00 TJB Services Lm 2,491.50 FX Garage Van & Car Hire Lm 10,803.03 Concord Rent-a-Car Lm 792.75 Garden of Eden Garage Lm 86.62", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "14079.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih l-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Din hi l-lista ta' l-aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd, flimkien man-nefqa li saret ma kull kumpannija mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998:", "|Aġenziji |Indirizz |Ammont | |Henry's |Misraħ Żjara |Lm | |Garage |tal-Papa, |482.78 | | |Mellieħa | | |K.W.L. |Triq l-Alka, |Lm1725.0| |Rent-a-car|Buġibba |0 | |Mirage Car|Triq |Lm | |Rentals |it-Turisti, |758.02 | | |Buġibba | | |Buskett |Buskett l/o |Lm | |Forest Car|Rabat |679.50 | |Hire | | | |Butterfly |153, Triq |Lm6359.0| |Garage |Briġhella, |1 | |Co.Ltd |Hamrun | |", "MINISTERU TAD-DJAR - KIRI TA' KAROZZI", "14080.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Riferibbilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bejn l ta' Novembru, 1997 u l-31 ta' Marzu, 1998 il-kumpanniji msemmija hawn taħt ingħataw xogħol ta' kiri taħt kuntratti maħruġa mill-Ministeru għad-Djar għall-ewwel tlett entitajiet msemmija u mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali fil-każ tad-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali.", "Intefqu s-sommom indikati:-", "|Minister|Butterfl|Lm | |u |y Garage|633.75 | | |Freddie'| Lm | | |s Car |2,076.8| | |Hire |0 | |Dept.Akk|Butterfl|Lm | |.", "Soċ. |y Garage|737.38 | |Uffiċju |Butterfl|Lm | |Konġunt |y Garage|985.76 | | |Freddie'|Lm | | |s Car |514.81 | | |Hire | | |Dept. | | | |tal-Bini| | | |u | | | |Tiswija |Butterfl|Lm | |ta'Djar |y Garage|8,230.0| | | |0 | | |Joe's |Lm | | |Garage |4,338.0| | | |0 | |Dept. |Premier |Lm | |tal-Kuns|Leasing |2,124.0| |illi |& |0 | |Lokali |Investme| | | |nts Co. | | | |Ltd. | | | |Sutton |Lm | | |Motors |1,740.5| | |Ltd |0 |", "MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - KUNTRATTI", "14081.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Riferibbilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dikasteru li għalih il- Viċi Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u, jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-ministeru tiegħi ma ħariġx kuntratti permezz ta' direct order bejn l-1 ta' Novembru, 1997 u l-31 ta' Marzu, 1998.", "GVERN SPANJOL - INVITI", "14930.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-risposta tal-Gvern Spanjol għall-inviti li għamel hu lir-Re Juan Carlos biex jagħmel viżita statali Malta u lill-Ministru Abel Matutes biex jagħmel viżita uffiċjali?", "ONOR.", "GEORGE VELLA:", "(a) Il-viżita statali f'Malta tar-Re Juan Carlos I mhijiex prevista għal din is-sena minħabba programm ferm impenjattiv tar-Re Spanjol.", "(b) F'laqgħa li kelli f'Palma de Mallorca f'April li għadda, ġie maqbul li l-Ministru Abel Matutes iżur Malta fis-sena li ġejja.", "MALTA/EFTA - DISKUSSJONIJIET/KUNTATTI", "14931.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'diskussjonijiet u kuntatti saru bejn Malta u l-EFTA bejn Ottubru 1997 u l- 31 ta' Mejju, 1998; u x'konklużjonijiet laħaq il-gvern dwar id-Draft Model Agreement li l-EFTA ppreżentat lill-Gvern Malti f'Marzu 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tieni parti tar-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 11785 li jiena tajt lill-Onor.", "Interpellant fis-Seduta Nru. 182.", "U.E. - PROGRAMMI", "14969.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħidilna xi programmi ta' ko-operazzjoni jeżistu bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, li minnhom tista' tibbenefika Malta, fis-settur tat-turiżmu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "IMPJIEGI - BDIL TA' MPJIEGI", "15005.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li biddlu l-impjieg tagħhom fi Frar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - HOWARD GARDENS", "15006.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'riżultati kellha s'issa l- ħidma tad-Dipartiment tal-Mużewijiet fl-inħawi ta' Howard Gardens, ir- Rabat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-ħidma hijiex se tissokta fil-ġejjini qarib?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- investigazzjonijiet arkeoloġiċi fil-medda tal-art magħrufa bħala Museum Esplanade, fir-Rabat, huma marbuta ma' proposta ta' żvilupp numru PA3707/95.", "Bħal kull skav marbut ma' xi żvilupp, l-investigazzjoni fil-Museum Esplanade normalment issir biss f'każ li l-Awtorita' tal-Ippjanar tirrikjedi li dawn l-iskavi jsiru bħala pre-kondizzjoni għall-għotja tal- permess għall-iżvilupp.", "Fil-każ ta' l-applikazzjoni PA3707/95, l-ebda permess għadu ma nħareġ u għaldaqstant s'issa ma hemm l-ebda bżonn għal investigazzjonijiet arkeoloġiċi.", "MUŻEW TA' L-ARKEOLOĠIJA", "15007.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li żaru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija minn meta reġa' nfetaħ għall-pubbliku?", "Liema xogħol se jsir fil-ġejjini qarib f'dan il-Mużew?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' viżitaturi li żaru l-Mużew tal-Arkeoloġija kien hekk:", "April 1998 - 9,841; Mejju 1998 - 6,802.", "Il-Mużew tal-Arkeoloġija se jkompli jħejji s-swali għall-wirja tal- fdalijiet ta' Żmien il-Bronż, kif ukoll għall-wirja tal-fdalijiet Puniċi Klassiċi u Medievali.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - ĦIDMA", "15008.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13001 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-13 ta' Mejju, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir aktar stħarriġ f'Taċ-Ċawla, Għawdex mid-Diparitment tal-Mużewijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Dipartiment tal-Mużewijiet mhux qed iħejji investigazzjonijiet arkeoloġiċi ġodda fl-inħawi magħrufa bħala Taċ-Ċawla, ġewwa r-Rabat, Għawdex.", "Kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13001, is-sit arkeoloġiku f'dawn l-inħawi kien ġie nvestigat fis-snin bejn l-1993 u l-1995.", "Sadanittant, id-Dipartiment tal-Mużewijiet għadu qed jispezzjona kull każ ta' żvilupp ġdid li qed isir fl-inħawi Taċ-Ċawla.", "PA - STĦARRIĠ FUQ IS-SALIB TA' L-GĦOLJA", "15009.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlitx xi stħarriġ dwar l-inħawi tas- Salib ta' l-Għolja, is-Siġġiewi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet surveys tar- riżorsi ambjentali (ekoloġija, arkeoloġija, ġeoloġija, ilma) ta' l-inħawi Tas-Salib ta' l-Għoja bħala preparazzjoni għall-Pjan Lokali tal-Majjistral ta' Malta.", "TARXIEN - ALUMINIUM CABLES", "15010.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Ħal Tarxien għad għandhom alumiunium cables u meta hu maħsub li dawn jinbidlu mill-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-toroq li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru huma dawn:-", "Triq Ġanni Faure Triq E.B. Vella Triq Lampuka Triq Fieres Triq Gudja (Qasam Industrijali) Triq Ħal Għarrat Triq Napuljun Caruana Triq Lorenzo Gonzi Triq Gabell Triq Buġa Triq Vittorio Vigorelli", "Ix-xogħol meħtieġ sejjer isir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili f'diversi postijiet.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "15051.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ħarbu persuni mill-ħabs jew meta kienu taħt arrest, sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "Kemm damu biex reġgħu nqabdu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - KSUR TA' REGOLAMENTI TAL-KAĊĊA", "15052.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni allegatament jiksru r-regolamenti tal-kaċċa jew insib din is-sena s'issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li din is-sena, sat-2 ta' Ġunju, inqabdu jiksru r-regolamenti tal-kaċċa u dawk ta' l-insib kien 48 u tlieta rispettivament.", "SKEJJEL - SCHOOL GIRL MOTHERS", "15053.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal illi m'humiex qed jattendu l-iskola llum għax ħarġu tqal?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm school girl mothers din is-sena s'issa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-għadd ta' tfal li mhux qegħdin jattendu skola fis-sena skolastika 1997/98 huwa kif se nsemmi:", "Skejjel Sekondarji 23 studenta Skejjel Post Sekondarji 8 studenti", "PULIZIJA - STABBILIMENTI", "15054.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti akkużati li m'għalqux il- ħanut tagħhom ġewwa Paceville skond il-ħin permess li kellhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika l- perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni.", "PACEVILLE - PERSUNI JIXORBU FIT-TOROQ", "15055.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi ġewwa Paceville ta' spiss tara persuni għaddejjin mit-toroq jixorbu bi flixken tax-xorb u tazzi f'idejhom u ħafna drabi dawn jitħallew barra fuq bankini eċċ, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm itellgħu persuni l-qorti għal dan minn ġo Paceville din s-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li mhux projbit li persuna tixrob fit- triq, sakemm din ma tkunx qed tikkommetti xi kontravenzjoni oħra.", "OMMIJIET XEBBIET - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "15056.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħareġ il-gvern flus f'benefiċċji soċjali lill-unmarried mothers is-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinħassx il- ħtieġa li tinżamm statistika separata li turi l-ammont ta' flus imħallsa f'benefiċċji soċjali lill-unmarried mothers.", "Id-dritt għall-benefiċċju, mhux dejjem jiddependi mill-istat tal-persuna li tkun għamlet it-talba għalih.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "15130.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol fit- tieni fażi tal-proġett ta' Buġibba nbeda?", "Liema kellu bżonn applikazzjoni tal-Planning Authority?", "Liema permessi fil-fatt inħarġu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol li nbeda fit-tieni fażi tal-proġett ta' Buġibba huwa dan kif ġej:", "i) Belvederes u bankini ġodda fl-inħawi ta' Portobello Restaurant fi Triq Bognor Beach.", "ii) Titjib fil-bus terminus temporanju fi triq it-Turisti kantuniera ma' Triq Għawdex.", "iii) Upgrading tat-triq quddiem il-boathouses fi Triq il-Qawra, inluż il- bini ta' bathing platforms ġodda.", "iv) Channelization tat-traffiku fi Triq il-Knisja quddiem il-Gillieru Restaurant.", "v) Xogħol ta' titjib ta' toroq f'diversi toroq f'Buġibba.", "vi) Tkomplija ta' pedestrian area fi Triq St. Anthony li tingħaqad max- xogħol li sar f'Bay Square is-sena l-oħra, kif ukoll xi xogħol ieħor ta' upgrading f'Bay Street u Triq il-Ħallel.", "Mix-xogħlijiet imsemmija hawn fuq items (i), (ii), (iii) u (vi) kienu jenħtieġu permess sħiħ tal-Planning Authority.", "Fir-rigward ta' item (iv) kien meħtieġ biss applikazzjoni tal-G.D.O. Applikazzjoni oħra hi meħtieġa biex issir Sea Water Jet Fountain fil-bajja f'Bay Square.", "MIA - ĦADDIEMA", "15131.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew impjegati persuni ma' l-Malta International Airport fil-perijodu 1/11/96 sa 31/5/98?", "Meta ħarġu s-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal dan l-impjieg?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11099 u 14841.", "Dawn il-postijiet ma ntlewx b'sejħa għall-applikazzjonijiet iżda b'permezz tas-servizzi tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "PIXKERIJA - ĦUT", "15132.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm daħal tonn fil-Pixkerija matul ix-xahar ta' Mejju 1998, kuljum?", "Kemm kien il-prezz li bih inbigħ dan il-ħut fil-pixkerija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MAJJAL - QATLA", "15133.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal matul ix-xahar ta' Mejju 1998, qatla qatla?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'piż/average kien fih il-majjal li nqatel?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qatla tal-Majjal - Mejju 1998", "Numru Piż (kilos) Ġimgħa 19 2338 202,423 Ġimgħa 20 2337 194,906 Ġimgħa 21 2408 204,805 Ġimgħa 22 2349 197,122 Totali 9432 799,256 Piż medju 84.74 kilos", "MUNITA EURO", "15150.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'passi jew miżuri qed jistenna l-Gvern li jieħu għall-effetti li jista' jkollha l-munita Euro fuq il-lira Maltija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15150, nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Francis Agius li l-Bank Ċentrali ta' Malta qiegħed isegwi mill-qrib l-effetti li jista' jkollha l-introduzzjoni tal- munita euro fuq il-lira Maltija.", "Din se twassal għal reviżjoni tal-muniti barranin li jiffurmaw il-basket tal-Lira Maltija.", "Dan għaliex l-euro se tieħu post l-ECU fil-basket preżenti tal-lira Maltija.", "Il-Bank Ċentrali huwa tal-fehma li din il-bidla ta' natura teknika m'għandiex ikollha effett fuq il-valur tal-lira Maltija.", "BINI TA' VAPURI ĠODDA", "15155.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl ta' l-ispiża kbira li l-Gvern irid iġorr għall-bini tal-vapuri ġodda għal Għawdex u fid-dawl ta' l-ispejjeż involuti għall-bini tal-moll taċ- Ċirkewwa, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-alternattiva li jinbena pont bejn iż-żewġ gżejjer qattx kien studjat għall-feasibility tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, id-deċiżjoni għall- ispiża kbira li l-Gvern qed ikollu jġorr għall-bini tal-vapuri l-ġodda tal- Gozo Channel ittieħdet mill-gvern preċedenti ftit jiem biss qabel l- Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta' Ottubru, 1996.", "Ma jidhirx li sar xi feasibility study bħal dak li semma l-Onor.", "Membru meta l-poplu Malti ġie mgħobbi b'dan il-piż li l-Gvern preżenti sab li ma jistax legalment joħroġ minnu.", "PITKALIJA - PRODOTTI AGRIKOLI", "15162.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-bejgħ ta' prodotti agrikoli mill-Pitkalija, bl-esklużjoni tal- patata tas-safar, għall-perijodu bejn l-1.1.98 sal-31.5.98, jista' l- Ministru jgħid: 1) x'kien l-ammont ta' prodotti agrikoli (kg) li nbigħ mill-Pitkalija; 2) x'kien il-valur ta' l-ammont imsemmi f'(1); u 3) x'kienu ċ-ċifri (1) u (2) għall-istess perjodu fis-snin 1997, 1996 u 1995?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA:", "Sena Kgs.", "Lm", "1.01.98 - 1.05.98 11,901,463 2,255,777 1.01.97 - 1.05.97 13,713,446 1,819,209 1.01.96 - 1.05.96 11,211,423 2,301,365 1.01.95 - 1.05.95 11,499,692 2,016,044", "SAĦĦA - SENIOR REGISTRAR", "15163.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex il-post ta' Senior Registrar (Obstetrics/Gynaecology) għadu vakant, minkejja li saru l-interviews f'Mejju 1996?", "Meta hu mistenni li fil-fatt jimtlew il-karigi li għalihom saru l- interviews f'dan id-dipartiment?", "Kemm applikaw persuni biex jimlew il-vacancies?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Billi l-proċedura dwar il-mili tal-post indikat mill-Onor.", "Interpellant, bħal kull post ieħor fis-Servizz Pubbliku, taqa' taħt il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, m'iniex f'qagħda li nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari.", "GĦAMMIERI - BINI", "15164.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex bini eżistenti fl- Għammieri jinbidel f'hostel?", "Meta saru l-applikazzjonijiet biex dan il-bini isirlu bdil kemm strutturali, kif ukoll ta' l-użu ta' l-istess bini, lill-Planning Authority?", "Meta ġie approvat ix-xogħol?", "Xi żviluppi saru fuq dan il-proġett fl-aħħar 12-il xahar?", "X'inhi l-ispiża li saret s'issa fuq dan ix-xogħol?", "X'inhu maħsub li tkun l-ispiża?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bil-mira li ninkoraġġixxu l-Hands on Farming u l- Agrituriżmu, blokk bini fl-Għammieri li qabel kien jintuża bħala stores ġie ddentifikat biex jinbidel f'hostel għall-użu sew ta' adulti kif ukoll ta' studenti li jinteresshom dan il-qasam u dak tal-proġett Ngħożżu l-Biedja.", "Il-mod loġiku li ħdimna biħ kien l-ewwel jitlestew draft plans u jsiru costings għall-proġett kollu.", "Dan il-materjal, maħdum minn perit, ġie rappreżentat lill-Manager, Management Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara sejħa għall-inizjattivi ġodda li saret mill-istess uffiċċju permess ta' ċirkolari Nru. 20/98.", "S'issa ma saru l-ebda spejjeż fuq il-bini u lanqas applikazzjoni lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,406.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Marsa, li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal- każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi peress li hemm każ pendenti quddiem il-Qorti Kriminali dwar l-applikazzjoni li dwarha saret il- mistoqsija, mhux il-każ li jingħata tagħrif dwarha.", "EDUKAZZJON - EDUCATION SOCIAL WORKERS", "W1,644.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħidli jekk l- Education Social Workers għandhomx long term plan biex itaffu l-assenteiżmu fl-iskola u problemi oħra li għandhom x'jaqmu ma' l-iskola f'Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hemm il-ħsieb li fi żmien qasir nikkuntattjaw l- aġenziji li jipprovdu servizzi lit-tfal u l-familji tagħhom f'GĦawdex biex niddiskutu x-xogħol u l-expertise tal-aġenziji varji u naraw fejn nistgħu nikkomunikaw, nikkoperaw u naħdmu flimkien biex inkunu nistgħu nipprovdu servizz aħjar fil-futur.", "SKEJJEL - SKOLASAJF", "W1,645.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il- proġett komunitarju, jew skola tas-sajf, li tiġi mtella' mit-Taqsima tal- Welfare tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, hux se tinżamm Għawdex, din is- sena?", "Jekk ir-risposta hija iva, jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-social workers li jaħdmu fil-Welfare Unit għandhomx esperjenza fil-problemi li jiltaqgħu magħhom it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u jekk ikkonsultawx ma' xi persuni f'Għawdex biex jindunaw jekk riedux jew kellhomx bżonn inizjattiva ta' dan it-tip?", "X'inhuwa n-numru ta' tfal li se jibbenefikaw minn dan l-intervent u x'benefiċċji se jirriżultaw għat-tfal?", "Se jsir follow-up tal-proġett fix-xhur tax-xitwa, partikolarment mat-tfal li għandhom problemi familjarji u soċjali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dik l- attivita', li qed jirriferi għaliha fil-mistoqsija parlamentari, din is- sena mhijiex se ssir f'GĦawdex.", "Kien hemm il-ħsieb u anke ġie ppreżentat project proposal biex dan is- sajf isir xogħol mat-tfal tal-iskejjel sekondarji f'GĦawdex.", "Wara li saret analisi bir-reqqa tal-proġetti u xogħol mibdija minn dan il- unit matul din is-sena skolastika, is-social workers jaħsbu li għal dan is- sajf ikun aktar ta' fejda li titkompla u tintemm riċerka dwar assenteiżmu li qegħda ssir mill-Education Welfare Section u ssir evalwazzjoni u konsolidament tax-xogħol li sar matul din is-sena.", "Wara nibdew infasslu s- servizzi għas-sena skolastika li jmiss.", "Mhux eskluż li l-proġett għal GĦawdex isir darb'oħra."]} {"filename": "19970604_075d_par.doc", "date": "1997-06-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 75 L-Erbgħa, 4 ta' Ġunju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 75", "L-Erbgħa, 4 ta' Ġunju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "75", "L-Erbgħa, 4 ta' Ġunju, 1997", "WERREJ MINUTI 1028", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1028", "KUMITATI PERMANENTI TALL-KAMRA 1032", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1033", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL- VERIFIKA", "AUDITOR GENERAL AND NATIONAL AUDIT OFFICE BILL (IT-TIENI QARI) 1034", "AĠĠORNAMENT 1055", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1062", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 1074", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Il-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li l- Onor. Edwin Vassallo kien preżenti għas-seduta tal-bieraħ.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, jien ukoll nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li s- Segretarju Parlamentari għal Għawdex u l-Ministru tal-Biedja u Sajd ukoll kienu preżenti għas-seduta tal-bieraħ.", "MADAM SPEAKER: GĦaldaqstant l-ismijiet ta' l-Onor.", "Edwin Vassallo, l- Onor. Anton Refalo u l-Onor.", "Noel Farrugia għandhom jinqatgħu mil-lista ta' l-Onor.", "Membri li huma indikati bħala assenti.", "Il-Minuti issa jistgħu jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta 74 li saret fit-3 ta' Ġunju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - KAROZZI MISRUQA", "5479.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati karozzi misruqa lill-pulizija sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?", "Kemm minn dawn instabu?", "X'miżuri ttieħdu mill-pulizija fil-kors ta' l-aħħar għaxar snin biex jitrażżan is-serq ta' karozzi f'dawn il-gżejjer?", "Kemm tressqu nies quddiem il-qrati, sena b'sena, fuq akkużi ta' serq u kemm minnhom instabu ħatja?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Tabella li turi l- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din il- leġislatura.", "Ninsab informat ukoll illi l-pulizija qed tieħu l-passi necessarji biex jitrazzan is-serq ta' karozzi, partikolarment permezz ta' patrols u road blocks.", "Għal dan l-iskop fl-1994 twaqqfet skwadra apposta fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li se tkompli tiġi msaħħa fil-proċess ta' modernizzazzjoni li qed issir bħalissa fil-korp.", "MINISTRU TAT-TURIŻMU - INVESTIMENTI", "5225.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li l- investimenti li għandu jikkonfliġġu max-xogħol tiegħu ta' ministru u, jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'arranġamenti għamel biex jevita dan il- konflitt?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Ir-risposta hija fin- negattiv.", "GOZO CHANNEL - BUILDING SCHEDULE", "5306.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- building schedule għall-bini tat-tliet vapuri ġodda tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): L- informazzjoni mitluba hija kif ġej:-", "| |Hull |Hull 179|Hull | | |178 | |180 | | Start|Sept |Mar 1998|Sept | |date |1997 | |1998 | | |Feb |Sept |Jun | |Delive|1999 |1999 |2000 | |ry | | | |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Psaila Savona, mistoqsija supplimentari,", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Jista' l-Ministru jagħti xi ħjiel dwar x'xogħlijiet hemm fil-Marsa Shipbuilding f'dan il-mument, apparti x-xogħol fuq dawn il-vapuri tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, il-Marsa Shipbuilding ma taqax taħt il-ministeru tiegħi u jekk l-Onor.", "Membru jagħmel domanda lill- ministru konċernat ikun jista' jingħata tweġiba.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jien jidhirli li kienet ħarġet press release u kien tħabbar li twaqqfet task force li kellha tieħu ħsieb il- programm tal-bini tal-vapuri ta' Għawdex.", "Jista' l-Ministru jelabora ftit fuq din it-task force u jgħid min huma n-nies involuti u jekk kemm-il darba humiex lesti biex jirrapportaw progress fil-programm imħejji?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, aħna sibna taħwid kbir fil- kwestjoni tal-vapuri.", "Mhux veru li kien hemm xi kuntratti ffirmati u lanqas kien hemm min kien responsabbli minn dawn il-vapuri.", "Ma kien hemm xejn.", "Kulma kien hemm kienet firma lejliet l-elezzjoni li se jiġu mibnijin tliet vapuri fil-Malta Shipbuilding.", "Kulma sibna kien li l-Gvern Nazzjonalista kien ħallas Lm3 miljun f'depożitu, liema flus kellha tagħmel tajjeb għalihom il-kumpannija u dan meta l-ex-Ministru għal Għawdex kien jaf li l- kumpannija ma kenitx kapaċi li tidħol għal dawn l-ispejjeż.", "Wara ħafna taħdidiet il-Gvern Laburista waqqaf tliet kummissjonijiet; waħda biex tara l-finanzjament tal-vapuri, waħda biex tara li x-xogħol ikun miexi u t- tielet waħda, li hija komposta minn ħamsa minn nies u mmexxija mill-Perit Lawrence Mintoff, biex tagħti l-informazzjoni lill-ministru dwar kif ikun miexi x-xogħol.", "S'issa sa hawnhekk wasalna.", "Sibna ħafna taħwid u biex inġibu kollox floku kellna nagħmlu dawn l- affarijiet.", "Il-Gozo Channel Co. Ltd hija kumpannija falluta u qed iżżomm ħajja grazzi għall-intervent tal-Gvern preżenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jekk il-Ministru jrid li nidħlu f'dibattitu ma niddejjaq xejn, pero' jien għamiltlu domanda sempliċi ħafna u staqsejtu jekk huwiex minnu li kellha titwaqqaf task force li tkun inkarigata li ssegwi l-progress tal-bini tal-vapuri l-ġodda.", "In quanto għall-kuntratt, jien għandi nifhem li l-kuntratt kien ġie ffirmat bejn il-Gozo Channel Co. Ltd u l-kumpannija Norveġiża għall-bini ta' dawn il-vapuri.", "Dak kien il-kuntratt li kien ġie ffirmat qabel.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jien jaqbadni d-daħk nisma' dawn l- affarijiet.", "Jekk l-Onor.", "Tabone qed jgħid li kien ġie ffirmat kuntratt għall-bini tal-vapuri, għalfejn qed jistaqsi lili jekk għamiltx task force!", "Meta sirt ministru jien ħsibt li se nsib din it-task force lesta u kollox lest, bil-flus b'kollox, imma ma sibt xejn minn dan! il-Gvern issa waqqaf it-task force komposta minn tliet kummissjonijiet; waħda magħmula mill- Malta Shipbuilding; l-oħra min-naħa tal-MIMCOL u min-naħa tal-Ministru tal- Finanzi ħalli jara l-flus li se jintnefqu; u dawn iż-żewġ kummissjonijiet imbagħad huma kordinati minn kummissjoni komposta min ħamsa minn nies u chaired mill-Perit Lawrence Mintoff, liema kummissjoni tirrapporta on the day to day running.", "Rigward il-kuntratt li l-Onor.", "Tabone mingħalih kien hemm m'hemm xejn.", "Jekk irid jista' jiġi l-ministeru u jekk isibuli nieħu pjaċir għaliex jien għadni ma sibtux dan il-kuntratt.", "Lanqas il-kuntratti tal-Gozo Channel u l- affarijiet bħal finanzi u affarijiet oħra li kellhom x'jaqsmu ma' din il- kumpannija għadna ma sibna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiġifieri l-Minstru qed jikkonferma li teżisti din it- task force, pero' issa jrid ikun konsistenti wkoll.", "Il-Gvern diġa' għamel dikjarazzjoni u kkonferma li l-kuntratt kien ġie ffirmat qabel l- elezzjoni.", "Jekk kemm-il darba il-Gvern qiegħed on record li kkonferma li l- kuntratt jeżisti dan ifisser li l-kuntratt kien jeżisti.", "Il-Gvern ikkonferma - qed nuża din il-kelma għax qed nikkwotaha - il-kuntratt li kien hemm qabel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-Onor.", "Tabone qed iħawwad ħaġa ma' oħra.", "Meta tlajna fil-gvern u fittixna dawn l-affarijiet, kulma kien hemm kienet biċċa karta ffirmata li turi li l-kumpannija tant kienet sejra tajjeb li mill-24 sal-25 ta' Ottubru, 1996 xtrat shares li ma jeżistux!", "F'dan il-kuntratt - li jeżisti f'moħħ l-Onor.", "Membru - sibna biss li l-Gozo Channel kienet marbuta li jekk ma tagħmilx dawn il-vapuri, teħel Lm3 miljun.", "Ma kienx hemm kuntratt iffirmat u anke meta tkellimt ma' l-ex-Chairman tal-Gozo Channel lili qalli li ma jafx bih.", "Il-Gozo Channel ma taf b'xejn u huwa inutli li l-Onor.", "Tabone joqgħod jiġi jgħidli li kien hemm kuntratt.", "Hu jaf daqsi t-taħwid li kien hemm fil-Gozo Channel u 'l quddiem se ngħidlu kemm sibna taħwid.", "Imma m'hemmx għalfejn din l-għaġġla kollha.", "Madam Speaker, jien qed ngħid li karti m'għandna xejn.", "Jekk l-Onor.", "Tabone huwa kapaċi jsibhomli, jġibhom.", "Onor. Tabone, int li kont ministru għal Għawdex, taf li l-files ma kenux jinżammu fil-Gozo Channel?", "(Interruzzjonijiet).", "MADAM SPEAKER: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mela lil min tridni nistaqsi!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, jiena nsostni d-domandi li għamilt u nistqarr li ma kellix risposti għalihom.", "Ir-risposti li tani l-Ministru ma jissodisfawni xejn.", "CATAMARAN - SERVIZZ TA' TRASPORT", "5307.", "L-ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk interessi privati wrewx interess li joperaw is-servizz ta' trasport bil-catamaran bejn Malta u Għawdex minn Ottubru 1996 'il hawn?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li f'dawn l-aħħar xhur kien hemm kumpannija li għamlet offerta konkreta biex topera l-Catamaran Victoria Express.", "Din l-offerta kienet bil-kondizzjoni li jingħata sussidju sostanzjali mill-Gvern.", "Minħabba dan, l-offerta ma ntlaqgħetx mill-Gvern.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, in vista ta' dikjarazzjonijiet riċenti li kienu qegħdin isiru diskussjonijiet li suppost kellhom iwasslu biex is-servizz tal-catamaran jerġa' jibda jaħdem bejn Malta u Għawdex, u in vista tal-fatt li mbagħad f'daqqa waħda sirna nafu - mingħajr l-ebda dikjarazzjoni uffiċjali - li l-catamaran telaq barra mill-pajjiż biex ibaħħar fl-Adriatiku, jista' l-Ministru jiċċara daqsxejn dawn l-affarijiet?", "Jista' jgħidilna min iddispona minn dan il-mezz li kien qiegħed hawn fostna biex jagħti servizz bejn Malta u Għawdex?", "Ta' min kienet id-deċiżjoni?", "Għaliex ma kienx hemm stqarrija uffiċjali biex tispjega dan kollu?", "Sirna nafu li dan il-catamaran m'għadux Malta għaliex qrajna rapport f'gazzetta ta' kuljum.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, l-ewwelnett saru diskussjonijiet biex noperaw dan is-servizz minn Għawdex għal Malta pero' ma' min tkellimna ried li l-fuel jiġi ssussidjat, mhux biex jaqla' l-Gvern u biex taqla' l- Gozo Channel imma biex niġu f'sitwazzjoni ta' break-even.", "Il-catamaran kien qed jiswa lill-kumpannija Lm1,000 kuljum.", "Dan kien inġieb biex kulħadd jiġi mgħaġġel minn Għawdex għal Malta!", "Kien hemm l-ieħor ukoll u waqqfuh għax ma kienx vjabbli.", "Qed nirriferi għall-iSpeedway, jiġifieri ż- żgħir.", "(Interruzzjonijiet) Allura l-ieħor bħalma kontu tħaddmuh fix- xitwa, ma stajtux ħaddimtuh qabel Ottubru?", "GĦax ma ħaddimtuhx qabel Ottubru?", "(Interruzzjonijiet) Meta ġibna l-catamaran, kien hemm il-vapur ukoll.", "Mela meta aħna ġibna l-vapur waqaf il-catamaran?", "Il-catamaran ma jaħdimx meta r-riħ ikun force 4.", "Mela l-ieħor ġibtuh, kif qed tgħidli inti, għas-sajf biss.", "Mhux hekk qed tgħidli!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Indirizza lis-Sedja Onorevoli.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-catamaran ma jaħdimx meta r-riħ ikun force 4.", "(Interruzzjonijiet).", "Issa mhux għal ta' Sqallija qed ngħid imma għal dak li kellha l-Gozo Channel, li lanqas kellhom nies biex iħaddmuh għax kienu jġibu n-nies tal-Virtu' Steamship Co. biex iħaddmuh.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, aħna qegħdin hawn biex nagħmlu d- domandi.", "Jekk jien qed nagħmel domanda fuq suġġett, jien naħseb li l- Ministru huwa obbligat li jirrispondini għad-domanda li nkun għamiltlu.", "Id- domanda tiegħi kulħadd sema x'kienet; kienet fuq il-catamaran.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-ewwelnett għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Tabone, il-catamaran ma begħnihx imma krejnih għaliex il-Gozo Channel ma tiflaħx toħroġ Lm1,000 kuljum.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma krejniehx lit- Taljani.", "Jekk inti l-Gozo Channel ridtha toħroġ Lm1,000 kuljum imissek ħadt ħsiebha.", "U 'l quddiem tkun taf aktar dwar il-Gozo Channel.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa skada.", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "KUMITATI PERMANENTI TALL-KAMRA", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA (President tal-Kumitat Permanenti dwar l- Affarijiet Soċjali): Madam Speaker, nippreżenta l-minuti konfermati ta' l- ewwel erba' laqgħat li saru x-xahar li għadda u nressaq ir- rakkmandazzjonijiet bħala rapport tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Fil-laqgħat li qed insemmi kkonsidrajna s-suġġett ta' saħħa u sigurta' f'Malta u Għawdex, kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll fil-ħin ħieles.", "Ikkonsidrajna wkoll ir-rapport tal-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 1996 li kien imqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra fil-21 ta' Frar 1997 - u dak iż-żmien id-draft Code of Practice for the Building and Construction Industry in Malta 1997 - li kien imħejji mill-istess kummissjoni matul dawn l-aħħar sentejn.", "Raddejna ħajr lill-membri kollha tal-kummissjoni għax-xogħol li għamlu.", "Kopja tal-Code of Practice for the Building Industry qiegħed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Madam Speaker, fil-kumitat smajna u flejna s-sottomissjonijiet ta' diversi korpi kostitwiti u esperti fis-suġġett, fosthom l-Employers' Association, il-Federation of Industry, il-General Workers' Union, il-Confederation of Malta Trade Unions, l-Unjoni Ħaddiema Magħqudin, il-Malta Council for Economic Development u t-Tabib Ewlieni tal- Gvern.", "Rajna l-Konvenzjoni ta' l-International Labour Organisation dwar is- Saħħa u s-Sigurta' ta' l-1998 u l-code of practice dwar is-saħħa u s- sigurta' fil-kostruzzjoni approvat mill-governing body ta' l-ILO fit-250th Session ta' Ġunju 1991 - għalkemm ma dħalniex fil-kwestjoni għaliex Malta għadha ma rratifikathomx.", "Qbilna mal-korpi kostitwiti kollha li ġew ikkonsultati li tinħass il-ħtieġa li l-code of practice fl-industrija tal- bini u tal-kostruzzjoni f'Malta u Għawdex jiġi adottat kemm minn min iħaddem kif ukoll mill-ħaddiema u jiġi mwettaq immedjatament mis-settur kollu.", "Aħna nqisu l-coverage kontinwu dwar saħħa u sigurta' fuq il-mezzi tax- xandir u quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali bħala żvilupp pożittiv għall-ħolqien ta' kultura nazzjonali f'din il-materja u nirrikmandaw li l-code of practice jingħata pubbliċita' xierqa u sostnuta mill-mezzi kollha tax-xandir sabiex ikunu jistgħu jonqsu l-inċidenti fuq il- post tax-xogħol.", "Fil-fatt aħna ħadna pjaċir ħafna bl-aħbar li l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali approva dan il-kodiċi u nixtiequ li dan il-code of practice jingħata l-forza ta' liġi permezz ta' regolamenti legali għal titjib istituzzjonalizzat fil-kondizzjonijiet tas-saħħa u tas-sigurta' fl- industrija tal-kostruzzjoni u tal-bini għax kif nafu eluf ta' ħaddiema jisfaw imweġġa' fuq il-post tax-xogħol, bosta minnhom b'mod fatali.", "GĦal dan l-għan nirrikmandaw li malli l-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-xogħol tirċievi r-regolamenti legali mfassla mis-sotto-kumitat tagħha - ikun tajjeb jekk dawn jintrabtu li jagħmluh qabel l-aħħar ta' Settembru tas-sena kurrenti - dawn jitressqu quddiem il- Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ma' l-ewwel opportunita' biex issir diskussjoni dwarhom ħalli finalment l-Eżekuttiv ikun f'pożizzjoni aħjar li jdaħħalhom fis-seħħ.", "Madam Speaker, aħna se nibqgħu ngħarblu dan is-suġġett u nirrapportaw lill-Kamra l-iżviluppi li jsiru minn żmien għal żmien.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 76 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar Emendi għal Skemi u Tibdil f'Allinjamenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 75 ta' l-1997 - Regoli ta' l-1997 li jemendaw ir- Regoli dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopji ta' diversi ftehim in konnessjoni mat-trasferimenti ta' l-ishma ta' Med Serv Ltd. u l-ftehim ukoll li għandu x'jaqsam mal-Freeport Corporation.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Guidelines for the Establishment of Rehabilitation Projects maħruġ mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5310.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL- VERIFIKA", "AUDITOR GENERAL AND NATIONAL AUDIT OFFICE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-3 ta' Ġunju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Grazzi, Madam Speaker.", "Meta l-bieraħ kont qed nitkellem dwar dan l-abbozz ta' liġi għidt li din in-naħa tal-Kamra taqbel li l-Awditur Ġenerali jkun uffiċjal tal-Parlament u naqblu wkoll li għandu jitwaqqaf in-National Audit Office.", "Jien il-bieraħ kont qed nistenna li l- Ministru tal-Finanzi jgħidilna x'differenzi hemm bejn dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u l-abbozz ta' liġi in draft form li kien tlesta taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "Sfortunatament il-Ministru ma taniex indikazzjoni pero' tajjeb li wieħed jagħmel xi osservazzjonijiet b'mod ġenerali.", "L-ewwelnett fil-verita' il-Kamra għandha żewġ abbozzi ta' liġi quddiemha għax għandna l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika - li llum qed niddiskutu u li jittratta dwar id- dmirijiet ta' l-Awditur Ġenerali kif ukoll ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - u għandna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, li għadu ma bediex jiġi diskuss u li jittratta dwar emendi biex il- Kostituzzjoni tipprovdi għall-kariga ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali u dwar it-twaqqif tan-National Audit Office.", "L-ewwel rimarka li wieħed irid isemmi hija li fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum hemm riferenza għall-mod ta' kif se tinbidel il-Kostituzzjoni permezz ta' l- abbozz ta' liġi li għadu ma bediex jiġi diskuss.", "Jien naħseb li kien ikun iktar għaqli kieku l-ewwel bdejna niddiskutu l-abbozz ta' liġi li jemenda l- Kostituzzjoni, li huwa ta' ċerta importanza.", "Jidher li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum bażikament qed jirriproduċi l-klawsoli li kien hemm fid-draft bill li kien sar is-sena l- oħra, liema bill kien ġie mgħoddi lill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Jirriżulta li dan id-draft bill kien ġie diskuss mill-Kabinett preċedenti u fil-fatt jidher li xi emendi li ġew issuġġeriti ma daħlux f'dan l-abbozz ta' liġi li huwa ta' natura importantissima għaliex, kif nafu, meta jkun se jsir tibdil fil-Kostituzzjoni jkun hemm bżonn maġġoranza ta' żewġ terzi ta' dan il-Parlament.", "Naħseb li jkun ferm iktar għaqli li wieħed jikkonsidra dawk l-emendi u forsi l-Ministru fil-winding up ikun jista' jgħidilna għaliex dawn għadhom ma daħlux jew jekk hemmx il-ħsieb li jdaħħalhom.", "Dawn l-emendi jittrattaw il-ħatra u t-tneħħija ta' l-Awditur u fl-abbozz ta' liġi li għadna ma ddiskutejniex hemm il-mod kif dan isir u jien għalhekk għidt li dak l-abbozz kellu jiġi diskuss qabel dan.", "Din hija xi ħaġa fundamentali.", "Issa nixtieq inkompli fejn ħallejt il-bieraħ meta kont qed niddiskuti l- importanza tax-xogħol ta' l-Awditur u hawn ikun tajjeb li wieħed jifhem li madwar 30,000 impjegat li hemm mal-gvern u mal-korpi parastatali jaqgħu taħt l-iskrutinju ta' l-Awditur Ġenerali.", "Naturalment l-Awditur jipprovdi mod kif jassigura li l-affarijiet qed isiru sewwa billi filwaqt li jsir iċ- checking u l-auditing meħtieġ isiru wkoll iċ-checks and balances li dan il- Parlament jista' jeżerċita dwar l-infiq tal-gvern.", "Huwa fatt interessanti li għalkemm il-Public Accounts Committee twaqqaf matul il-leġislatura li għaddiet - hawn ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li kemm il-PAC kif ukoll l- ideat ta' dan l-abbozz ta' liġi kienu ġew ittrattati fil-white paper \"Il- Bidla Tkompli\" - dan il-Gvern qed ikompli miexi fuq dawn il-passi.", "Permezz tal-PAC aħna nafu li llum l-Awditur mhux qed jipprova jiċċekkja kollox imma qiegħed juża sistema ta' sampling biex ikun jista' jevalwa l-kontijiet tal- gvern u l-accounts ta' diversi dipartimenti b'mod li jassigura li jkollu għażla wiesgħa biżżejjed u li allura jkollu wkoll l-abbilta' li jeżerċita dak iċ-checking u l-auditing professjonali li wieħed jistenna minn uffiċċju bħal dan.", "Waħda mill-problemi li l-Awditur dejjem jiffaċċja tikkonsisti fil-proċeduri antikwati li għadhom jeżistu.", "Problema oħra li dejjem isemmi l-Awditur tittratta dwar l-istocks li għandhom id-dipartimenti, it-tip ta' apparat li għandhom u jekk dan huwiex audited sewwa.", "Fil-PAC kemm-il darba ssemmiet il-problema dwar il-mod kif id- dipartimenti tal-gvern jistgħu jeħilsu minn equipment li jkun outdated jew damaged, pero' l-proċeduri eżistenti huma pjuttost antikwati u jirrikjedu li jitwaqqaf bord għal dan l-għan.", "Peress li kif għidt diġa' dawn il- proċeduri huma antikwati qegħdin fis-sitwazzjoni redikola li siġġu mkisser jiġi stored għax għad m'hemmx mod effettiv kif wieħed jiddisponi minn din l- għamara u iktar u iktar mill-computers.", "U ma ninsewx li computer normalment wara tliet snin ikun irid jinbidel minħabba l-avvanz teknoloġiku li għaddejjin minnu llum.", "Allura peress li għad għandna dawn il- proċeduri antikwati, meta wieħed jiġi biex jiġbed rendikont isib li d- dipartimenti tal-gvern huma overburdened b'affarijiet li ma għandhomx użu.", "GĦalhekk illum qed tinħass il-ħtieġa li jsir dan it-tibdil fir-regolamenti tal-gvern biex ikun iktar faċli li wieħed jiddisponi minn dawn l-affarijiet ħalli meta jixtri l-materjal li jintuża on a daily basis il-gvern mhux biss ikun qed jieħu value for money imma meta jiġi biex jiddisponi minnu jkollu sistema adegwata u effikaċi kif jagħmel dan.", "Madam Speaker, problema oħra li hemm f'dan ir-rigward tittratta dwar ir- recruitment.", "Fil-fatt meta dan l-aħħar tkellem dwar ir-riforma fil-Korp tal-Pulizija, il-Prim Ministru qal li fid-dipartimenti tal-gvern hemm problema għax filwaqt li f'ċerti kategoriji hemm overmanning, f'kategoriji oħra - hawn nistgħu nsemmu kategoriji professjonali u maniġerjali - hemm shortage kbir.", "Eżempju ta' dan huwa l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika għax, per eżempju, niftakar li meta fl-1987 tela' l-Gvern Nazzjonalista minn 100 impjegat f'dan l-uffiċċju ma kienx hemm gradwat wieħed biss filwaqt li f'pajjiżi simili għal tagħna, bħal-Lussemburgu, nofs l-impjegati ta' l-uffiċċju ta' l-istatistika mhux talli jkunu gradwati talli jkunu ħadu training speċifiku għax ix-xogħol ta' auditing, ta' l-istatistika, ta' l- economic planning u ta' diversi oqsma oħra huwa xogħol speċjalizzat li jirrikjedi training speċifiku anke wara li wieħed jiggradwa.", "Imma llum għall-grazzja t'Alla fl-Uffiċċju Ċentrali ta' l-iStatistika ma għadx għandna dan in-nuqqas kollu għax almenu preżentement hemm 10% ta' l- impjegati li huma gradwati.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-Economic Planning Division u għall-Uffiċċju tal-Verifika imma madanakollu dejjem hemm id-diffikulta' ta' kif dawn iżommu l-impjegati tagħhom għax naturalment is-settur privat joffri packages iktar attraenti.", "GĦalhekk forsi bil-flessibbilta' li qed tiġi ppjanata hawnhekk dwar is-salarji u l-packages li se jiġu offruti wieħed ikun jista' jżomm ċertu livell ta' ħaddiema speċjalizzati u ma jitlifhomx wara xi sentejn, għalkemm realment dawn mhux qed jintilfu għaliex xorta qed jagħtu servizz lill-ekonomija tagħna u huwa importanti li jkollna dan l- ispillover mill-gvern għall-privat, pero' l-ispillover ma jridx isir b'tali b'mod li jdgħajjef l-operat tad-dipartimenti tal-gvern.", "Madam Speaker, għalhekk wieħed jista' jgħid li jidher li r-recruitment f'dan l-uffiċċju se jsir b'mod iktar effikaċi u flessibbli għalkemm wieħed irid jaħseb ukoll kif il-Public Service Commission se tinkwadra ruħha f'din l-istruttura li qed naħsbu għaliha.", "Forsi hawn ikun tajjeb jekk il-Ministru jagħtina indikazzjoni dwar xi ħsieb għandu l-Gvern fuq dan il-qasam għax għalkemm huwa tajjeb li jkollok il-liġijiet, trid tara kif se jaħdmu fil-prattika u l-prattika s'issa kienet li kien hemm ċerti diffikultajiet biex wieħed ikun jista' joffri xi ħaġa differenti milli offrielna l-Gvern s'issa biex nattiraw specialised skills li huma tant neċessarji biex dan l-uffuċju jopera b'mod effikaċi.", "Mix-xogħol li qed isir fil-PAC jidher li l-Uffiċċju ta' l-Awditur sar iktar professjonali u fejn qabel konna f'sitwazzjoni fejn il-PAC ma kienx jeżisti, illum permezz tar-rwol ġdid tiegħu kellna dan l-effett.", "F'waħda mill-aħħar laqgħat li kellna tal-PAC konna qed nitkellmu ma' l-Awditur li fir-rapport tiegħu jgħid:", "\"This office looks to the Public Accounts Committee to be the catalyst for ensuring corrective action\".", "Naturalment permezz ta dan l-abbozz se nagħtu l-opportunita' lill-Uffiċċju ta' l-Awditur li jkun catalyst hu u mhux jiddependi biss fuq il-PAC, pero' naħseb li dan huwa strument importanti biex wieħed ikun jista' jiżgura li dan l-uffiċċju jkun qed jaħdem b'mod professjonali.", "Madam Speaker, ċertament l-Uffiċċju ta' l-Awditur huwa mportanti għal pajjiżna u għall- operat tal-Gvern sabiex ikollna t-trasparenza.", "Meta l-Ministru l-bieraħ irrifera għall-PAC fl-aħħar leġislatura donnu ried jgħid li ma kienx hemm trasparenza biżżejjed.", "Jien ma nixtieqx inkun polemikuż, pero' nixtieq nikkummenta f'dan ir-rigward għaliex naħseb li hija xi ħaġa żbaljata li wieħed jgħid li ma kienx hemm trasparenza biżżejjed.", "Anzi rrid ngħid li donnu li l-Prim Ministru preżenti jaqbel mal-Gvern preċedenti dwar ċerti kwestjonijiet li tqajmu fil-PAC s-sena li għaddiet.", "Waħda mill-kwestjonijiet li tqajmet dak iż-żmien kienet dwar kemm għandha tingħata informazzjoni li tista' tkun sensittiva, per eżempju, dwar ir-rimunerazzjoni ta' ċerti konsulenti.", "Fil-PAC kien hemm dibattitu sħiħ f'dan ir-rigward u fil-fatt din kienet waħda mill-affarijiet li wasslet għar-riżenja taċ-chairman ta' dak iż-żmien.", "Il-kwestjoni kienet li l-Kabinett preċedenti kien deherlu li jekk ċerta informazzjoni ssir pubblika, tista' tagħmel iktar ħsara milli ġid u tista' tkun ta' diffikulta' fl-operat ta' l-istabiliment innifsu.", "Dak iż-żmien konna qed niddiskutu l-MSU u fil-fehma tiegħi kien hemm attitudini pjuttost riġida dwar dan il-punt.", "Issa donnu li l-Prim Ministru ta' llum qed jaqbel mal- Gvern preċendenti fuq dan il-punt għax hawn nista' nirriferi għall- mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Austin Gatt lill-Prim Ministru, li kienet tgħid hekk: \"Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt definit iffirmat f'Diċembru, 1996 tal-general manager tal- PBS?\"", "L-Onor.", "Alfred Sant irrisponda b'dan il-mod:", "\"Ma jidhirlix li hu xieraq li l-kuntratt definit tal-general manager ta' kumpannija kummerċjali bħalma hi l-PBS isir pubbliku\".", "Din hija eżattament il-pożizzjoni li kienet ittieħdet mill-Kabinett preċedenti dwar materja li kienet tidher li hi kummerċjalment sensittiva u li kienet se toħloq diffikultajiet amministrattivi f'każ li wieħed jagħti dettalji ta' ċerti packages li jkunu qegħdin jiġu nnegozjati u anke tal- packages in existence.", "Għalhekk jien ngħid li l-kwestjoni li kienet inqalgħet fil-PAC u anke r-riżenzja taċ-chairman ta' dak iż-żmien ma kenitx neċessarja u llum il-Prim Ministru stess qed jagħtina raġun fuq dan.", "Għal darba darbtejn il-Prim Ministru preżenti qal li m'hijiex ħaġa xierqa li jippubblika s-salarju tal-general manager tal-PBS għaliex din hija kumpannija b'interessi kummerċjali.", "Ċerti pożizzjonijiet li kienu ttieħdu mill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien - fil-fehma tiegħi dawn ma kenux jagħmlu sens - qegħdin jinbidlu issa li l-Partit Laburista qiegħed fil- gvern.", "Ir-risposta li ta l-Prim Ministru titfa' dawl ġdid fuq il- kwestjonijiet li kien hemm dwar il-PAC, liema kwestjonijiet ġew ittrattati b'mod pjuttost partiġjan min-naħa tal-press li kienu trattaw din il-materja b'mod li qisu l-Gvern ta' dak iż-żmien ma riedx trasparenza.", "Illum insibu li l-Prim Ministru fil-fatt waqa' għall-istess konklużjoni li, iva, hemm materja li tista' tkun kummerċjalment sensittiva.", "Madam Speaker, qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi nerġa' ntenni li hemm qbil ġenerali dwar il-prinċipji ta' dan l-abbozz ta' liġi pero' għad hemm xi punti li jridu jiġu diskussi.", "Fil-fehma tagħna l-Abbozz ta' Liġi li qed jemenda l-Kostituzzjoni jmissu ġie diskuss l-ewwel għaliex it-tibdil fil- Kostituzzjoni huwa xi ħaġa li trid tiġi meqjusa.", "Jidhrilna wkoll li hemm lok għal diskussjoni dwar ċerti klawsoli u sistemi li jistu jiġu solvuti imma din is-soluzzjoni donnha ma ġietx integrata fl-abbozz ta' liġi.", "M'hemmx dubju li l-bidla li bdiet isseħħ fl-amministrazzjoni preċedenti, bidla li seħħet b'ċertu ritmu u li rat it-twaqqif tal-kumitati permanenti tal-Parlament bi qbil miż-żewġ naħat, kien pass 'il quddiem.", "Wieħed minn dawn il-kumitati kien proprju l-PAC fejn sfortunatament kien hemm kwestjoni dwar l-interpretazzjoni tal-kliem \"informazzjoni sensittiva\".", "Illum milli jidher din ġiet risolta għaliex il-Prim Ministru attwali jaqbel mal- pożizzjoni li ttieħdet mil-Kabinett preċedenti u allura wieħed irid jgħid li dan l-ispirtu ta' consensus li nagħmlu s-sistema tagħna iktar trasparenti u effiċjenti huwa sinjal tajjeb li dan il-Gvern qed ikompli fuq il-pass li kienet bdiet l-amministrazzjoni preċedenti.", "Dan kien ġie deskritt b'mod tajjeb fil-white paper \"Il-Bidla Tkompli\" u kien inbeda b'mod prattiku bit-twaqqif tad-diversi kumitati, b'mod partikolari bl- operat tal-PAC li wara li fela r-rapport ta' l-awditur issuġġerielu kif jagħmel u jorganizza ċerti affarijiet.", "Kif diġa' għidt, ikollu kemm ikollu mpjegati miegħu l-Awditur ma jista' jasal qatt biex jifli kull kont, kull account u kull purchase li tista' toħroġ għaliex barra li jkun overwhelmed ħafna drabi jista' jiġri li he'll miss the wood for the trees.", "GĦalhekk ikun ferm iktar għaqli li - kif wara kollox qed jagħmel l-Acting Auditor - isir attentat biex issir analisi aktar xjentifika u effikaċi.", "Madam Speaker, jien nawgura li kemm id-diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi kif ukoll id-diskussjoni dwar l-abbozz ta' liġi li għandu x'jaqsam mat- tibdil fil-Kostituzzjoni jwasslu għal sitwazzjoni fejn inkunu nistgħu ngħidu li għandna sistema ferm aħjar milli qatt kellna fil-passat u nawgura wkoll li din is-sistema twassal sabiex il-Gvern ikun on it's toes u jkun ċert li f'amministrazzjoni li għandha iktar minn 30,000 impjegat l- affarijiet isiru sewwa.", "Ix-xogħol ta' l-Awditur huma importanti ferm għal din l-organizzazzjoni kbira u massiva u l-uffiċċju tiegħu għandu jkun mibni b'mod li l-Awditur ikollu dik il-flessibbilta' li diġa' tkellimt fuqha u li hija ntiża f'dan l-abbozz ta' liġi.", "GĦalhekk huwa importanti li nibqgħu mexjin fuq dan il-pass ħalli l-bidla tkun tista' tkompli verament.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, jien naqbel ħafna mal-kollega tiegħi fejn qal li dan l-abbozz ta' liġi għandu jiġi kkonsidrat fl-ambitu' ta' abbozz ta' liġi ieħor li jittratta dwar l-emendi kostituzzjoni u li dalwaqt se jiġi diskuss mill-Parlament.", "Fil-fatt għalkemm il-Parlament għandu dritt jgħaddi liġi u jikkrea l-kariga ta' Awditur Ġenerali - jiġifieri m'hemmx bżonn li l-Awditur Ġenerali jkun entrenched fil- Kostituzzjoni u jieħu post id-Direttur tal-Verifika biex tgħaddi din il- liġi - ma jagħmilx sens jekk il-kariga ta' Awditur Ġenerali ma teħux post dik tad-Direttur tal-Verifika.", "GĦalhekk hawn bilfors trid teżamina dan l- abbozz ta' liġi fl-ambitu' ta' l-emenda li se nagħmlu għall-Kostituzzjoni għax dawn jimxu flimkien.", "Fil-fatt lanqas ma jagħmel sens jekk għall- grazzja ta' l-argument il-Gvern jikkrea l-Uffiċċju ta' Awditur Ġenerali permezz ta' liġi u l-poteri tiegħu ma jkunux protetti mill-Kostituzzjoni daqs dak tad-Director of Audit għax l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi hu li mill-kariga ta' Director of Audit inwelldu l-kariga ta' Awditur Ġenerali, ħalli filwaqt li nagħtuh definizzjoni iktar ċara tal-funzjonijiet u l- poteri tiegħu nagħtuh iktar għodda biex ikun jista' jaħdem.", "Biex tagħmel dan żgur li ma tistax tpoġġih f'pożizzjoni inqas b'saħħitha.", "Jiena nemmen li din m'hijiex xi liġi li m'hemmx qbil fuqha u ma nistax nimmaġina kif wieħed jista' ma jaqbilx magħha għaliex hija liġi ntiża biex toħloq aktar trasparenza u biha se jkun ikkontrollat aħjar l-infiq pubbliku u l-infiq li jirrigwardja dipartimenti governativi u entitajiet oħra li b'xi mod għandhom x'jaqsmu ma' fondi pubbliċi.", "Kienet xi ħaġa ġdida għal pajjiżna li jkollna din il-kariga ta' Director of Audit imdaħħla fil- Kostituzzjoni tagħna b'ċerti poteri, pero' matul iż-żmien wieħed seta' jinnota li dan ma kienx effettiv biżżejjed.", "Dwar dan kienet issir ċerta kritika mill-Oppożizzjoni ta' qabel fejn kien jingħad li d-Director of Audit ħafna drabi jew ma kellux l-għodda jew ma kellux il-poteri biżżejjed biex jagħmel ċerti investigazzjonijiet minħabba l-burokrazija governattiva.", "Meta kien jipprova jinvestiga xi ħaġa kien jeħel u allura nħass il-bżonn minn kulħadd li din il-persuna, li issa se nsejħula Awditur Ġenerali, ikollha iktar poteri u makkinarju biex tkun tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha.", "Madam Speaker, l-inkarigu ta' Director of Audit huwa definit f'Artiklu 108 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, artiklu li huwa magħmul minn tmien subartikli li jiddefinixxu l-funzjonament tad-Director of Audit b'mod mhux dettaljat.", "Hawnhekk se jkollna liġi dettaljata bi skedi ta' x'se jkunu l- funzjonijiet tiegħu u kif se jkun iffurmat l-uffiċċju tiegħu.", "Apparti minn hekk fi stadju aktar tard se jkollna wkoll emenda għal Artiklu 108 tal- Kostituzzjoni ta' Malta fejn minfloku se jkollna ferm aktar artikli li jiddefinixxu ferm aktar il-poteri ta' l-Awditur Ġenerali.", "GĦall-ewwel darba se jkollna Deputat Awditur Ġenerali - kariga li ma kenitx teżisti lanqas remotament - li se jkollu poteri li jiddelegalu l-Awditur Ġenerali.", "F'każ li l-Awditur Ġenerali jkun assenti, id-Deputat Awditur Ġenerali joħodlu postu.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna dwar l-Awditur Ġenerali u l- Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika huwa ċertmanet wieħed interessanti.", "L- ewwelnett naraw li minn klawsola 1 sa klawsola 6, il-leġislatur jiddefinixxi preċiżament x'inhuma l-funzjonijiet u l-poteri speċjali ta' l- Awditur Ġenerali.", "Dan se jkollu l-poteri li jeżamina mhux biss dipartimenti jew bordijiet tal-gvern imma se jkollu poteri wkoll li jinvestiga qualsiasi entita', bord jew awtorita' li għalkemm ma tkunx governattiva jkollha x'taqsam ma' fondi pubbliċi.", "Din hija ħaġa ġdida fis- sistema tagħna għax qabel din kienet taqbeż ċerti intrapriżi li jkunu kważi privati.", "Jekk dawn b'xi mod qed jgħaddu jew iħaddmu flus tal-gvern jew tal- poplu, l-Awditur għall-ewwel darba se jkollu dritt jinvestiga u jaċċerta ruħu li l-affarijiet mexjin kif suppost.", "Klawsoli 5 u 6 jirriferu għall-iskedi u hawn naraw li l-Ħames Skeda tirriferi għall-mod kif l-Awditur Ġenerali jrid jagħmel ir-rapport u x'tip ta' rapport jista' jagħmel.", "It-Tieni Skeda imbagħad tirrigwarda r- reklutaġġ tal-personnel u dwar din il-kwestjoni ta' min wieħed jgħid li l- liġi timmira li jkun hemm istituzzjoni totalment indipendenti.", "Il- leġislatur tant irid li l-Awditur Ġenerali jkollu funzjonijiet kbar li anke għar-rigward ta' personnel - u hemm ukoll cross reference fl-emenda li se ssir għall-Kostituzzjoni - li ċerti uffiċjali jagħżilhom hu.", "Meta wieħed jeżamina din l-iskeda jsib li għandu dritt jistabilixxi s-salarji tagħhom.", "Il-hiring and firing ta' dawn in-nies la jaqa' taħt il-Public Service Commission u lanqas taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "GĦalhekk se jkollok distakk totali bejn dan l-uffiċċju u kif ordinarjament jiffunzjonaw id- dipartimenti tal-gvern.", "Il-hiring and firing fid-dipartimenti tal-gvern isir tramite l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Public Service Commission, pero' f'dan il-każ mhux hekk se jsir għax f'dan il-każ se jikkontrolla u jiddefinixxi kollox l-Awditur Ġenerali.", "Dan kollu huwa mniżżel fit-Tieni Skeda.", "Il-liġi qed tipprovdi wkoll għall-mod kif l-Awditur Ġenerali jrid jirrapporta dwar il-ħidma tiegħu - din hija ħaġa teknika u kważi anke akkademika - u tgħid li issa dan irid jibda jirrapporta direttament lill- iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati.", "Sal-lum id-Direttur tal-Verifika l-ewwel ried jgħaddi r-rapport tiegħu lill-ministru tal-finanzi li mbagħad iqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra skond it-terminu li tipprovdi l-liġi.", "Għalkemm ma nistgħux ngħidu li din il-prattika kienet ħażina, kien hemm speċi ta' cross bejn il-Parlament u l-Awditur, fis-sens li l-ministru tal- finanzi qisu seta' jagħmel vetting tar-rapport ta' l-Awditur.", "Issa, by definition, l-Awditur Ġenerali huwa uffiċjal tal-Parlament, jiġifieri se jirrispondi direttament lill-Parlament u lill-ebda ministru.", "Din hija ħaġa tajba u hija radikalment differenti minn kif kienet sal-lum il-pożizzjoni tad-Director of Audit.", "Kif għidt qabel, il-liġi tipproponi żewġ skedi.", "L-ewwel skeda tiddefinixxi l-poteri u d-doveri ta' l-Awditur Ġenerali.", "Fil-fatt klawsola 8 hija waħda interessanti ħafna u tgħid hekk:", "\"Kull riferenza li hemm f'xi liġi għad-Direttur ta' Verifika u għall- Uffiċċju tal- Verifika għandhom jitqiesu bħala riferenza għall-Awditur Ġenerali u għall-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, rispettivament.\"", "Din turi li dan l-uffiċjal qed jassorbi l-poteri kollha li kellu sa issa d- Director of Audit pero' issa qed inżidulu poteri oħrajn.", "Per eżempju, issa qegħdin ngħidu li l-Awditur Ġenerali jista' jagħmel rapporti speċjali lil- Kamra tad-Deputati, poter li bħalissa m'għandux id-Director of Audit.", "Hawnhekk l-Awditur Ġenerali qed jingħata funzjoni ġdida li jista' jagħmel rapporti speċjali lill-Kamra dwar kwestjonijiet ta' ċerta importanza jew urġenza.", "Dan ir-rapport jista' jittratta dwar verifika fuq jekk kienx hemm valur tajjeb li ntnefaq għar-rigwrd ta' l-effiċjenza u l-effettivita' ta' xi dipartiment, uffiċċju jew korp.", "Jiġifieri qed inwessgħu l-iskop ta' dak li bħalissa huwa l-Audit Office.", "Sa issa l-funzjoni tad-Director of Audit kienet speċi ta' watchdog biex jara jekk kienx hemm xi element ta' korruzzjoni bħal, per eżempju, jekk jgħosfru xi flus.", "Bl-emendi li qegħdin nagħmlu qegħdin inżidu l-poteri ta' l-istess uffiċjal u qed nagħtuh poter li jara l-effiċjenza u l-effettivita' ta' dipartiment.", "Eżempju ta' dan jista jkun xi head of department li għalkemm ma jkunx qed jabbuża fl- amministrazjoni finanzjarja, fil-verita' ma jkunx qed jagħti kas l-infiq.", "L-Awditur se jkollu poter li jekk tinqala' xi ħaġa urġenti jew importanti, jew jekk il-mod kif jintnefqu flus id-dipartiment ma jkunx effikaċi, jista' jagħmel rapport speċjali lill-Kamra tad-Deputati.", "GĦandek ukoll it- termini meta dan ir-rapport speċjali jrid jersaq quddiem il-Kamra u jista' anke jiġu dibattut.", "Hawnhekk għandek system of checks and balances li ma ssirx biss darba fis-sena, kif kienet il-pożizzjoni s'issa.", "Darba fis-sena kien jiġi r-rapport ta' l-awditur, inpoġġuh fuq il-Mejda tal-Kamra u daqshekk.", "Kif se tiġi s-sistema l-ġdida, dak ir-rapport annwali se jibqa' jsir bħas-soltu, pero' issa l-Parlament se jkollu kuntatt il-ħin kollu ma' l-Awditur Ġenerali.", "L-Awditur Ġenerali se jkollu wkoll dawn il-poteri li meta jħoss li hemm xi ħaġa urġenti, l-Parlament jista' jikkontrolla l- amministrazzjoni matul iż-żmien kollu tas-sena.", "Klawsola 9 ta' dan l-abbozz ta' liġi wkoll hija interessanti.", "Din titkellem dwar il-poter li se jkollu l-Awditur Ġenerali li jagħmel inkjesta u jirrapporta dwarha.", "Il-pożizzjoni qabel kienet li l-Awditur seta' biss jagħmel ir-rapport tiegħu darba fis-sena filwaqt li issa qed ngħidu li jista' jagħmel diversi rapporti.", "Issa l-Awditur qed jingħata poter ġdid għal kollox li jaqbad hu stess, ex-officio, u jappunta inkjesta. u wara li jkollu r-riżultati f'idejh ikun jista' jirrapporta lill-Parlament.", "U meta jista' jagħmilha din l-inkjesta?", "Jista' jew jagħmilha ex-officio, jew bl- inizjattiva tal-ministru tal-finanzi, jew ikollok tliet membri tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi jew xi kumitat ieħor tal-Kamra tad- Deputati li minn żmien għal żmien jista' jissotitwixxi lil dak il-kumitat.", "Jiġifieri hawnhekk se jkollok ukoll feedback għax għandek uffiċċju attrezzat li jista' jagħmel inkjesti hu stess, jagħmel rapport u jippreżentah lill-Parlament.", "Klawsola 10 imbagħad tgħid li l-Awditur jista' jagħmel rapport lill- iSpeaker dwar kull persuna, uffiċjali tal-gvern jew qualsiasi awtorita' oħra.", "Jista' wkoll jagħmel rapport lill-ministru responsabbli u jirrikkmanda sabiex il-ministru jwaħħal penali lil dik il-persuna li tkun kissret xi dispożizzjoni ta' dan l-Att jew ta' l-Att dwar il-Verifika.", "Issa hawnhekk qegħdin f'pożizzjoni fejn l-Awditur se jkollu wkoll il-poter li jagħmel sanctioning ta' l-aġir ta' persuni individwali.", "Jekk iħoss li persuna m'hijiex qed tonera l-inkarigu tagħha dwar finanzi, l-Awditur Ġenerali jista' jagħmel rapport fuqu lill-ministru jew lill-Parlament stess jew jista' wkoll iwaħħlu penali.", "Jiġfieri issa se jkollna sistema aktar iebsa ta' checks and balances għaliex issa uffiċjali tal-gvern jafu li mhux se jkun hemm rapport darba fis-sena biss imma se jkollna sistema ta' uffiċċju attrezzat taħt il-kontroll tal-Parlament.", "Naturalment l-ammont ta' penali li jista' jwaħħal l-Awditur m'huwiex unlimited u fil-fatt fl-istess skeda naraw kemm dan jista' jwaħħal penali li taħt ċerti ċirkostanzi ma jistgħux ikunu aktar minn xahar paga.", "Ix- xogħol ta' l-Awditur Ġenerali huwa eżekuttiv u mhux ġudizzjarju, jiġifieri dan qiegħed hemmhekk bħala investigatur u għalhekk min jeħel penali jista' jagħmel ċitazzjoni ċivili kontra l-ministru konċernat biex jikkontesta dik l-istess penali.", "Jiena naqbel ma' din il-klawsola u ma naħsibx li kellu jkun hemm xi bord inter-dipartimentali fejn wieħed jappella mid-deċiżjoni ta' l-Awditur.", "L-ewwelnett jekk tikkrea bord inter- dipartimentali li jirċievi xi appell minn xi uffiċjal governattiv li weħel penali b'mod indirett tkun qed timmina l-awtorita' assoluta tad-direttur ġenerali għaliex tkun qisek qed iġġib bord dixxiplinarju jew bord ta' appell ġo dipartiment li jista' jagħmel overruling fuq id-deċiżjonijiet stess tad-direttur ġenerali.", "Dan m'huwiex l-iskop tal-liġi u ma jagħmilx sens, pero' mill-banda l-oħra jagħmel sens li wieħed ikollu dritt jikkontesta għaliex inti ma tistax timponi multa imbagħad ma tħallix lil dak li jkun jikkontestaha.", "Allura li wieħed ikollu rikors għal azzjoni ċivili quddiem il-Prim'Awla tagħmel ħafna sens għaliex għandek l-organu ġudizzjarju indipendenti u min iħoss li jkun ġie mmultat intortament għandu dan it-tip ta' rimedju.", "Sal-lum id-Direttur tal-Verifika kellu l-poter li jissindika l-andament ta' l-infiq tal-qrati, tad-dipartimenti, ta' l-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal- Kamra u entitajiet oħra li b'xi mod iħaddmu jew jużaw flus tal-gvern, pero' issa se jkollu poter ieħor, jiġifieri li jissorvelja accounting officers li għandhom x'jaqsmu ma' fondi pubbliċi.", "Hawnhekk erġajna żidna poter ieħor li kien alien għal din it-tip ta' sistema.", "Issa l-Awditur Ġenerali se jkollu l-poteri li jissindika x-xogħol u l-andament ta' nies li jkunu jaħdmu mal-privat - bħal accountants - pero' li jkunu qed jagħmlu xi xogħol għall-gvern u se jkollu wkoll id-dritt li jissindika l-andament tax- xogħol tagħhom.", "Hija ħaġa tajba li jkollok aktar accountabilty minn kull min b'xi mod jagħmel handling tal-flus ta' l-Istat għaliex it-tberbiq ta' flus jew l-abbużi mhux bilfors isiru minn ġewwa b'mod dirett imma jistgħu jsiru anke b'mod indirett minn barra.", "Jiġifieri din l-eventwalita' qiegħda tingħalaq ukoll u hija ħaġa tajba.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-Awditur Ġenerali se jkollu l-poter li l- ħaddiema fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jagħżilhom hu.", "Jiġifieri b'dan wieħed qed japprezza l-indipendenza totali ta' dan l-uffiċċju mill- gvern, li hija xi ħaġa li ma teżisti kważi mkien fis-sistema politika tagħna.", "Safejn naf jien, l-uniku persuna li jista' jagħżel lil xi ħadd hu huwa l-President tar-Repubblika li jista' jagħżel l-ADC u s-segretarju tiegħu eċċ. Jiġifieri dan huwa poter li ma jeżisti taħt l-ebda awtorita' għax lanqas il-President tal-Qorti m'għandu dan il-poter.", "Din hija ħaġa tajba għaliex b'hekk l-Awditur se jkun indipendenti u allura bl-ebda mod ma jista' jkollu xi ndħil jew favoreġġament politiku u lanqas se jkun hemm xi interess dirett jew indirett ta' min jaħdem f'dan l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li forsi jkollu too much allegiance għall-gvern tal-ġurnata.", "Għalhekk naħseb li din ukoll hija idea tajba ħafna għaliex tkompli tagħti aktar awtonomija u indipendenza lil din il-kariga.", "Kif diġa' għidt, is-salarju ta' dawn l-uffiċċjali se jkun ikalkolat, stabilit u mogħti mill-istess Awditur Ġenerali.", "Min-naħa l-oħra jekk wieħed jagħmel cross-reference għall-emenda li qegħdin nipproponu għall- Kostituzzjoni isib li dan se jkollu l-istess kariga, l-istess salarju u l- istess fringe benefits li għandu mħallef.", "Qegħdin ngħidu wkoll li s- salarju tiegħu se jitħallas mill-Fond Konsolidat u japplika dak l-artiklu tal-Kostituzzjoni fejn jingħad li ma jista' jsir xejn biex is-salarju tiegħu b'xi mod jitnaqqas.", "Dan se jinħatar għal ħames snin u wara dawk il- ħames snin jista' jerġa' jiġi maħtur.", "F'każ li ma jerġax jiġi maħtur qegħdin ngħidu li jekk qabel kien fiċ-ċivil allura jerġa' jidħol fiċ-ċivil u s-salarju li jieħu, anke jekk qabel kellu l-kariga ta' head I jew head II, jibqa' l-istess għal ħames snin.", "Fuq din il-kwestjoni ta' ħames snin forsi wieħed jista' jikkumenta iktar meta niddibattu f'aktar dettall l- emendi kostituzzjonali, pero' jien ma nafx kemm huwa ideali li l-Gvern ikollu d-dritt li jaħtar l-istess persuna wara ħames snin għaliex l-idea hija li dan ikun totalment indipendenti u jekk se jerġa' jiġi maħtur allura ma nafx kemm se tibqa' din l-indipendenza assoluta għaliex dan ikollu dik il-carrot li jista' jiġi re-appointed.", "L-idea li anke jekk ma jiġix reappointed tħallilu l-istess salarju hija ntiża biex dak li jkun ma jkollux għalfejn jilgħaq għaliex anke jekk ma jibqax f'dik il-kariga, se jibqa' jgawdi l-istess salarju u l-istess benefiċċji li kien igawdi qabel u allura ma jkollux għalfejn jiggranfa mal-post għaliex il-benefiċċji li jkun akkumula m'huwiex se jitlifhom.", "Din hija ħaġa tajba wkoll.", "Partita 3 ta' Taqsima II tat-Tieni Skeda tgħid:", "\"... l-Awditur Ġenerali, u kull uffiċjal awtorizzat ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, ikollu jedd ta' aċċess ħieles f'kull żmien raġonevoli dwar dik l-informazzjoni mingħand funzjonarji u persunal ieħor ta' dipartimenti u uffiċċji tal-Gvern,... \".", "Mela hawnhekk qed nerġgħu naraw li l-Awditur Ġenerali se jkollu aċċess komplet għall-files, għan-notamenti u għal kulma jeżisti fid-dipartimenti governattivi fi qualsiasi entita' u bord li għandhom x'jaqsmu mal-gvern.", "Dan se jkollu aċċess liberu għall-files kollha u mhux bilfors hu personalment, għax jekk jawtorizza lil xi ħadd mill-uffiċċju tiegħu biex imur jagħmel vetting jew jiġbor xi files jew notamenti, dawn iridu jiġu made readily available lilu.", "Hawnhekk għandna wkoll \"f'kull żmien raġonevoli\".", "Dan ifisser li burokrazija jew mhux burokrazija, hi x'inhi, jekk id-direttur ġenerali jkun irid jikkontrolla ċerti files, notamenti jew reġistri ma jistax ikun hemm xi mottiv ulterjuri biex id-dipartiment jgħatti xi affarijiet, imma dawn il-files iridu jiġu made available kemm jista' jkun malajr.", "F'partita 4 ta' l-istess taqsima mbagħad insibu li:", "\"L-Awditur Ġenerali jista' wkoll jordna li jsiru riċerki, u li jittieħdu estratti, minn kull ktieb, dokument jew record li jkun hemm ....\"", "mill-uffiċċji kollha li jaqgħu taħtu.", "Dan huwa komplimentari għal dak li hemm fil-partita ta' qabel.", "L-Awditur jista' jordna li jsiru riċerki, jiġifieri bażikament meta jkun qed jinvestiga jrid ikollu s-civil service at his disposal.", "Kif spjegajt qabel, wieħed mid-difetti li kellu d- Director of Audit kien illi teoritikament kellu pożizzjoni sabiħa sanċita fil-Kostituzzjoni - meta konna nistudjaw fuqu fil-Kostituzzjoni konna ngħidu li dan qisu mħallef għax biex tneħħih trid żewġ terzi tal-Parlament - u kellu ħafna poteri, pero' ma kellux il-poteri tiegħu definiti b'liġi u dak li kien il-gwaj.", "Allura hawnhekk qed niddefinixxu l-poteri tiegħu u qed ngħidu li trid issir emenda fil-Kostituzzjoni.", "Naturalment għal dan irridu l-koperazzjoni ta' l-Oppożizzjoni għalkemm ma naħsibx li se jkun hemm xi diffikulta' fuqha, għaliex il-pożizzjoni tiegħu trid tiġi rinforzata billi tidħol fil-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Kif tidħol fil- Kostituzzjoni - din nitkellmu aktar fid-dettal fuqha meta nressqu l-emendi - l-affarijiet li qed insemmu se jiġu protetti mill-istess Kostituzzjoni, jiġifieri mhux se ngħidu biss x'inhi l-kariga tiegħu u mbagħad nibdew inneħħu minn hemm u minn hawn u nġibuh fix-xejn.", "Meta ssir l-emenda fil- Kostituzzjoni anke l-poteri li qed ngħidu li se jgawdi minnhom permezz ta' din il-liġi se jiġu safeguarded kollha bil-Kostituzzjoni.", "Dan ifisser li għada pitgħada l-Parlament ma jistax jgħid li jrid jiddefinixxi ċerti poteri ta' l-Awditur.", "Hawnhekk irrid nammetti li naqbel ma' l-Onor.", "Josef Bonnici fejn qal li aħjar tkellimna ftit fuq l-emenda kostituzzjonali qabel ma dħalna f'din.", "Naħseb li hemmhekk kellu daqsxejn raġun għax il-poteri li għandu issa l-Awditur Ġenerali huma speċi l-iskeletru u dan li qed nagħmlu huwa biex inlaħħmuhom.", "Aħna bdejna nitkellmu fuq ħaġa qabel ma tkellimna fuq ħaġa oħra, pero' madanakollu jista' jsir dan it-tip ta' cross-reference fuq dan ir-rigward.", "Punt interessanti ieħor li hemm f'Taqsima II ta' din l-istess skeda hija li l-Awditur Ġenerali issa jista' wkoll iħalli uffiċjali tiegħu fid- dipartimenti governattivi.", "Per eżempju, jekk dan iħoss li hemm xi dipartiment jaħraq jew hemm xi dipartiment hitting the news fuq xi nfiq, jista' jħalli jew jinkariga wieħed mill-uffiċjali tad-dipartiment tiegħu biex joqgħod hemm permanentement jew għal xi perijodu.", "Mela hawnhekk qed nerġgħu nifirxu l-poteri tiegħu iktar u iktar għax qed ngħidu li l-Awditur Ġenerali jista' jkollu l-kontroll u s-sorveljanza permanenti u kontinwa f'ċerti dipartimenti governattivi.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq rapport li jsir darba fis-sena imma fuq action li ssir anke fuq suspett.", "Dan l-uffiċjal qed ikollu poteri eżekuttivi diretti, ħaġa li qabel lanqas konna noħolmu biha.", "Minħabba n-natura delikata tal-funzjonament li qed jingħata l-Awditur Ġenerali, minħabba li dan se jiddependi mill-ħaddiema tiegħu li se jappuntahom hu u minħabba wkoll li dawn il-ħaddiema u l-uffiċjali se jkollhom aċċess għall-files governattivi kollha, għad-dokumenti kollha u għan-notamenti kollha, il-leġislatur ħass li l-Awditur għandu jingħata l- poteri li jesiġi mill-funzjonarji tiegħu ġurament ta' segretezza.", "Għalkemm din hija ħaġa li forsi ma tagħtix kasha meta taraha tifhimha għaliex minħabba l-emendi li qed isiru, ċerti affarijiet ma jistgħux jibqgħu aktar moħbija taħt l-umbrella tal-konfidenzjalita'.", "Wieħed ma jistax jaħbi l- verita' minħabba dan l-element jew ma jagħtix, per eżempju, aċċess għal ċerti computers għaliex forsi fis-software tagħhom hemm ċerta informazzjoni.", "Wieħed ma jistax iwaqqaf investigazzjoni assoluta f'dak li jirrigwarda l-poteri ta' dan l-uffiċjal u allura minħabba f'hekk huwa importanti li min ikun qed jagħmel dan ix-xogħol delikat ikun marbut li ma jikxifx l-informazzjoni li jkun ingħata fil-qadi ta' dmirijietu.", "Ħaġa interessanti oħra hija li l-Awditur, apparti milli jagħżel u jimpjega lill-ħaddiema tiegħu u jiffissalhom is-salarju hu, jista' wkoll jimpjega nies minn barra f'każ li, per eżempju, dipartiment governattiv jew entita' li għandha x'taqsam mal-gvern ikollha l-accountants u l-awdituri tagħha u għal xi raġuni jew oħra l-Awditur Ġenerali ma jkunx persważ bl- audited accounts u bil-mod kif ikunu qed isiru l-affarijiet.", "Għalhekk wieħed jista' jimmaġina x'poteri eżekuttivi amministrattivi kbar se jkollu l-Awditur Ġenerali.", "Dan għandu l-poter li jagħti pariri, li jikxef fejn ikun hemm affarijiet li m'humiex mexjin kif suppost, fejn ikun hemm sparpaljar tal-flus, fejn ikun hemm korruzzjoni u fejn ikun hemm amministrazzjoni ħażina.", "Jiġifieri l-poteri tiegħu huma iktar ġenerali milli kienu qabel u ma jidħolx biss fuq frodi jew sparpaljar ta' flus.", "Barra minn hekk din il-liġi qiegħda tagħtih aċċess għad-dipartimenti kollha fejn jista' anke jħalli ħaddiema tiegħu u jista' jimpjega nies minn barra u ma jaċċettax ċerti rapporti.", "Waħda mill-wegħdiet li biha l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni kienet li jkun hawn is-serjeta' u t-trasparenza u jien nemmen li b'dan l-abbozz ta' liġi l-Gvern qiegħed iwettaq din il-wegħda għaliex hija waħda mill- ikbar garanziji ta' trasparenza li jista' jagħti kull gvern.", "Ma jistax ikollok istituzzjoni aqwa minn din li tikkontrolla l-infiq, il-finanzjament u l-ekonomija tal-pajjiż.", "GĦalhekk nemmen li l-Oppożizzjoni għandha tivvota favur dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien nemmen ukoll li jrid isir xi rfinar meta naslu fl-istadju ta' Kumitat, pero' żgur li dan huwa abbozz pożittiv u huwa pass ieħor 'il quddiem lejn aktar trasparenza u lejn aktar progress politiku.", "Hawnhekk wieħed jista' japprezza wkoll il-maturita' politika għaliex huwa unur għall-Parlament tagħna li jgħaddi liġijiet fejn il-Gvern qed jgħid li jrid aktar checks and balances fuqu, li jrid inaqqas u jirrinunzja għal ċerti poteri li għandu u li jrid kontroll assolut biex ma jkunx hawn abbużi.", "GĦalhekk din verament hija liġi ta' min ifaħħarha u hija a feather in the cap tal-partit fil-gvern.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor.John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, naturalment wieħed ma jistax jaqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Herrera waqt li kien qiegħed jispjega t-teknikalita' ta' dan l-abbozz ta' liġi, pero' naqbel miegħu meta qiegħed ifaħħar is-serjeta' u t-trasparenza ta' min għamel din il-liġi u l-ħafna aġġettivi oħra li uża, għaliex fir-realta' abbozz simili għal dan li għandna quddiemna llum kien diġa' ġie ppubblikat qabel l-elezzjoni li għaddiet.", "GĦalhekk jien naqbel ma' l-Onor.", "Herrera meta jgħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa sinjal ta' serjeta', ta' trasparenza u ta' ħafna aġġettivi oħra li semma.", "Hija ħaġa tajba li l-Gvern preżenti kompla għaddej b'din il-liġi għaliex jien, li kont responsabbli minn din il-liġi meta konna fil-gvern, kont ħadt il-briga li nara li l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet taqbel mal-provvedimenti li fiha din il-liġi, biex bħalma għamilna f'liġijiet u inizjattivi oħra li huma ta' interess nazzjonali - bħal, per eżempju, il-liġijiet finanzjarji - f'dan il-Parlament ikollna vuċi waħda meta niġu għal sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Peress li din il-liġi fiha emenda kostituzzjonali li tirrikjedi l- qbil ta' żewġ terzi ta' din il-Kamra, qabel ma ppubblikajna l-liġi kont aċċertajt ruħi li hemm il-qbil ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien fuq il- kontenut tagħha.", "Aħna naqblu ma' din il-liġi għaliex ipproponejniha aħna, għalkemm naturalment waqt li konna għaddejjin bid-diskussjoni saru xi emendi.", "Sur President, illum nixtieq nieħu ftit minuti sabiex inkun spjegattiv aktar milli biex nagħmel polemika.", "Żgur li ma nistax inkun polemikuż għaliex it-thrust huwa dak li xtaqna aħna u l-ġenesi ta' din il-liġi hija l- white paper \"Il-Bidla Tkompli\", li kien ippubblika l-Gvern preċedenti fejn kien hemm sezzjoni speċifika fuq l-Awditur li mbagħad ittrasformat ruħha f'din il-liġi.", "X'qegħdin nagħmlu hawnhekk, Sur President?", "Mill-esperjenza ngħid li waħda mill-affarijiet li l-Awditur dejjem ilmenta dwarha hija n- nuqqas ta' riżorsi u kull min segwa ftit il-Public Accounts Committee minn kemm ilu jeżisti seta' jirrealizza li dejjem jingħad, anke f'kull rapport li jikteb l-Awditur, li l-uffiċċju tiegħu huwa nieqes mir-riżorsi biex ikun jista' jagħmel dak kollu li hu jħoss li jista' jagħmel biex jissalvagwardja n-nefqa pubblika.", "Ħalli naraw x'qegħdin nagħmlu b'dan l- abbozz ta' liġi.", "Sur President, b'dawn l-emendi fil-liġi, lill-Awditur qegħdin nagħtuh l- indipendenza; qegħdin nagħmlu Uffiċċju ta' Awditur li m'għadux iktar parti mill-establishment governattiv u burokratiku, jiġifieri m'għadux marbut mal- proċeduri ta' budgeting tal-gvern, mal-wage scales tal-gvern u mas-sistemi ta' ingaġġ ta' nies mal-gvern.", "U dan m'aħniex qed nagħmluh għall-gost u lanqas biex ngħidu li issa dan jista' jagħmel li jrid imma qegħdin nagħmluh ħalli min jintgħażel biex jaqdi din il-funzjoni u jingħata din ir- responsabbilta', fl-istess ħin ikun ingħata l-għodda u l-awtorita' li jwettaq din il-funzjoni tajjeb.", "Għalhekk issa se jkun l-Awditur Ġenerali nnifsu li jistabilixxi x'organizzazzjoni għandu bżonn u li jiddetermina x'pagi jrid iħallas lin-nies tiegħu sabiex jattira lejn l-uffiċċju tiegħu nies li jkunu kapaċi jaqdu dmirhom tajjeb.", "L-Awditur se jiddetermina wkoll x'tip ta' faċilitajiet għandu bżonn, bħal per eżempju sistema komputerizzata li permezz tagħha jkun jista' jiċċekkja s-sistemi komputerizzati ġodda li bil-mod il-mod qed jidħlu anke fis-sistemi governattivi.", "B'hekk l-Awditur ingħata l-indipendenza biex ikun jista' jibni l-organizzazzjoni li jħoss li hawn bżonn mingħajr ma jiddependi mill- burokrazija globali governattiva, bħalma hu l-ministeru tal-finanzi, li sal- lum għad għandu l-aħħar kelma dwar x'finanzi jipprovdi lill-Awditur sabiex dan jaqdi dmiru.", "F'din il-liġi ħsibna wkoll sabiex ma nħallux lill-Awditur mingħajr checks and balances għaliex min-naħa l-oħra imbagħad lanqas nistgħu nagħtu lill- Awditur l-awtorita' assoluta li jagħmel li jrid.", "Dan il-Parlament m'hu se jagħti blank cheque lil ħadd, lanqas lill-Awditur.", "Għalhekk anke f'dik li hija indipendenza ta' l-Awditur, qegħdin naħsbu fuq sistema kif jista' jkun hemm il-kontrolli direttament mill-Parlament fuq l-Awditur innifsu.", "GĦalhekk qegħdin ngħidu li l-Awditur kull sena jrid jippreżenta l-budget tiegħu quddiem dan il-Parlament sabiex jiġi approvat, bħalma jiġu approvati l-budgets kollha ta' nefqa governattiva minn dan il-Parlament.", "Pero' qegħdin ngħidu li minflok ma dan il-budget noqogħdu niddiskutuh fid- dettall f'dan il-Parlament, se jitwaqqaf kumitat apposta li se jkun magħmul mill-ministru responsabbli mill-affarijiet parlamentari, miċ-chairman tal- PAC u minn tliet membri tekniċi, tnejn min-naħa tal-Gvern u wieħed min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li se jiflu bir-reqqa - ċerta reqqa li ħafna drabi ma tkunx possibbli li ssir fil-Kumitat tal-Kamra - id-dettalji tal-budget li jippreżenta l-Awditur, imbagħad naturalment il-kumitat jipproponi lill- Parlament x'għandu u m'għandux isir.", "Jien nassumi li jekk ma jaqbilx ma' xi affarijiet il-kumitat jiddiskuti ma' l-Awditur sakemm - nisperaw li l- affarijiet isiru b'dan il-mod ċivili - jaqblu ż-żewġ naħat, jiġifieri l- Awditur, li finalment irid iġorr ir-responsabbilta' tar-riżultati, u l- membri tekniċi li jkunu qed jivverifikaw dak l-istatement.", "B'hekk l- Awditur ikun jista' jingħata dik l-indipendenza li sal-lum għad m'għandux u fuq dan l-aspett qbilna iż-żewġ naħat tal-Kamra qabel l-elezzjoni u qed nerġgħu naqblu llum.", "Sur President, iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu wkoll fuq il-funzjonijiet li għandu jkollu l-Awditur.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Jose' Herrera pprova jagħti l-impressjoni li kull klawsola li tinsab f'dan l-abbozz ta' liġi hija xi ħaġa ġdida, pero' fil-fatt dan m'huwiex il-każ għax f'dan l- abbozz ta' liġi hemm ħafna affarijiet li huma traspożizzjoni ta' dak li qed isir illum.", "Hawn for the record irrid ngħid li meta dan l-abbozz ta' liġi jirriferi għall-accounting officers ikun qed jirriferi għall-persuna li hija responsabbli mill-finanzi tad-dipartiment li huwa mpjegat fih u mhux kif interpretaha l-Onor.", "Herrera, jiġifieri li l-accounting officers huma dawk l-accountants privati li jkunu qed jagħmlu xi xogħol konness mal- gvern.", "Fi kliem ieħor, meta dan l-abbozz ta' liġi jsemmi accounting officer ikun qed jirriferi għall-persuna nominata - din ħafna drabi tkun il-kap tad-dipartiment - li tkun responsabbli mill-finanzi tad-dipartiment u li għalhekk tkun trid tagħti l-approval tagħha għal ċertu nfiq u għal ċerti affarijiet oħra.", "Min-naħa l-oħra qed ngħidu li l-Awditur għandu jibqa' jagħmel il-financial audits li qed jagħmel illum, irid jibqa' jiċċekkja li l-affarijiet ikunu saru b'dokumentazzjoni vera u reali skond il-proċeduri stabiliti u jrid jivverifika l-kontijiet tal-gvern.", "Il-gvern jippubblika l-kontijiet tiegħu darba kull sena u bħal kull awditur ieħor, anke fis-settur privat, l-Awditur tal-gvern għandu r-responsabbilta' li jivverifika li ċ-ċifri li hemm f'dawk il-kontijiet huma tajbin.", "Fil-fatt tajjeb ngħidu li l-Awditur minn dejjem kellu din il-funzjoni.", "Funzjoni oħra li kellu l-Awditur u li issa qed insaħħuha xi ftit hija dik li tissejjaħ value for money audit.", "Dan ifisser li, per eżempju, jekk wieħed jonfoq Lm100, l-Awditur mhux biss ikun irid jara l-irċevuta li turi li dawk il-Lm100 fil-fatt intnefqu bl-approval tal-head of department tiegħu - normalment meta jsir financial audit tintuża din il-proċedura imma meta jagħmel value for money audit l-Awditur ikun irid jidħol xi ftit iktar fil-fond - imma jkun irid jara wkoll jekk dik il-Lm100 ntnefqitx tajjeb, jekk qabel intnefqet sarux ċerti verifiki biex jiġi assigurat li l-prodott jiswa Lm100 verament u jekk setax inxtara prodott irħas u aħjar.", "Il-value for money audit jidħol ukoll f'ċerti deċiżjonijiet li jkunu jridu jsiru u minn dawn hemm ħafna.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid ġustament li dan ma jfissirx li l-Awditur jista' jagħmel xi mistoqsijiet dwar il-policies tad- dipartimenti għax dan mhux qiegħed hemm biex jiggverna.", "Il-policy jagħmilha min jiggverna, jiġifieri l-ministru, u jesegwiha l-kap tad- dipartiment u għalhekk hawn l-Awditur m'hu qed jingħata l-ebda poter li jistaqsi xi ħaġa dwar il-policies tad-dipartiment għax dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta` tiegħu.", "Sur President, l-Awditur irid jara li d-deċiżjonijiet jaqblu mal-policies tad-dipartiment, li l-policies li jkunu ġew stabiliti jkunu ġew implimentati b'mod li jagħmel sens u li jagħti assigurazzjoni ta' ġudizzju tajjeb.", "Aħna qed ngħidu wkoll li l-Awditur jista' jagħmel ċerti rapporti speċjali fejn iħoss li hemm każi li fuqhom hemm bżonn li jsir rapport.", "Fil- fatt, fuq każi bħal dawn l-Awditur jista' jagħmel anke inkjesta fuq inizjattiva tiegħu stess, jiġifieri jekk, per eżempju, waqt li jkun qed jiċċekkja ċerti affarijiet ta' xi dipartiment l-Awditur ikollu xamma ta' xi ħaġa, dan jista' jagħmel inkjesta speċifika mingħajr il-bżonn li jiġi mqabbad biex jagħmel dan.", "GĦalhekk hawn qed ngħidu li issa l-Awditur għandu wkoll il-poter li jagħmel l-inkjesti.", "Sur President, bħalma sar fil-liġijiet ta' qabel, b'dan l-abbozz ta' liġi wkoll il-ministru responsabbli mill-finanzi qed jingħata l-poter li jidderieġi lill-Awditur meta dan ikollu bżonn jagħmel ċerti inkjesti.", "Fil- fatt hawn ta' min jgħid li issa dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti wkoll il- poter - dan qed nagħmluh biex ikun in line ma' l-iżviluppi li saru f'dan il- Parlament meta twaqqaf il-PAC, liema kumitat huwa nkarigat li jagħmel ċerti verifiki fuq l-infiq u d-dħul tal-gvern - li kif għandna fl-iStanding Orders stess, tliet membri mill-PAC jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill- Awditur biex jagħmel ċerti inkjesti.", "Dan ma jfissirx li dawn il-membri jkunu jistgħu jagħtu ordnijiet lill-Awditur - fil-fatt din il-prattika teżisti f'diversi parlamenti oħra, fosthom fil-Parlament Ingliż li fuqu aħna nimmudellaw ħafna mill-attivita' tagħna - għaliex imbagħad sta għall- Awditur li jagħżel l-inkjesti li jistħoqqilhom l-ikbar prijorita'.", "Jien nimmaġina li l-Awditur jintalab jagħmel ħafna inkjesti u kif għidt diġa' huwa l-Awditur li għandu jagħti l-prijoritajiet u jara kif għandu jmexxi.", "Sur President aħna għadna għaddejjin bil-proċess li beda dan il- Parlament sabiex isaħħaħ is-settur tal-verifika.", "Kif għidna, dawn huma kollha żviluppi li rridu narawhom flimkien.", "Per eżempju, kellna l-iżvilupp tal-PAC li għandu relazzjoni intima ma' l-Awditur, imma issa mhux biss se jkollna relazzjoni intima, iżda se jkollna relazzjoni aktar kordinata għaliex qed ngħidu li l-Awditur irid jintgħażel bejn il-Prim Ministru u ċ- chairman tal-PAC.", "Din m'hijiex xi ħaġa vvintata f'din il-liġi imma hija xi ħaġa li meta ġiet ipprattikata f'parlamenti oħrajn ħadmet u jien nispera li hawn Malta taħdem ukoll.", "Jekk irridu bis-serjeta' li f'Malta jkollna istituzzjoni li tagħti kontribut lil pajjiżna u tassigura li l-affarijiet isiru sew ...", "Mhux billi noqogħdu ngħidu li kollox se jsolvi ruħu għax xorta se jibqa' jkun hawn il-problemi u wara li nkunu tajnih il-fakulta' li jimpjega lil min irid, l-Awditur xorta mhux se jsib nies adattati x'jimpjega.", "Fil-prattika din hija r-realta' għaliex hawnhekk ħafna drabi noqogħdu naraw l-affarijiet kemm huma sbieħ u noqogħdu ngħidu kif se nsolvu l-problemi tad-dinja kollha, pero' mbagħad meta naslu għall-prattika jibdew jitfaċċaw il-problemi reali li jrid jiffaċċja l-Awditur anke taħt din il- liġi.", "Jiġifieri ma rridux naħsbu li għax se ngħaddu din il-liġi l-problemi se jisfumaw fix-xejn.", "Meta għamilna din il-liġi qabel l-elezzjoni għamilniha biex intejbu s-sitwazzjoni u huwa tajjeb li dan il-Gvern qed ikompli jibni fuqha.", "Nerġa' ngħid li qabel l-elezzjoni kellna qbil fuq din il-liġi u llum ukoll qed nerġgħu naqblu fuqha.", "Naturalment irridu niddiskutu xi dettalji imma m'hemmx affarijiet kbar.", "Sur President, huwa importanti li l-affarijiet inwassluhom tajjeb biex dan il-Parlament ikollu consensus fuq din l-istituzzjoni mportanti fil- pajjiż u nkunu vuċi waħda fejn ngħidu li rridu nappoġġaw dan l-istitut u naqblu miegħu lkoll għaliex nemmnu li dan il-pass huwa fid-direzzjoni t- tajba.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Sur President, qed nieħu gost ħafna nara dan l-abbozz ta' liġi quddiem din il-Kamra għaliex qegħdin naraw li fejn hemm bażi fuqhiex wieħed jista' jaħdem flimkien nistgħu naħdmu.", "Dan huwa ta' ġid għal pajjiżna għaliex fiċ-ċokon tagħna jekk tkompli taqsam is- saħħa, x'se jibqa' minnha?", "U hawnhekk wieħed mill-ewwel jistaqsi: Allura anke x-xogħol ta' l-awditjar f'dan il-pajjiż irridu nagħmluh ping-pong politiku?", "Allura aħna se nkunu daqstant irresponsabbli li f'dan l- eżerċizzju fejn niċċekkjaw preċiżament jekk hijiex qiegħda ssir ħela jew huwiex qed isir abbuż fil-pajjiż ikun hawn kontenzjoni jew nuqqas ta' qbil?", "Huwa veru li accountants ta' diversi naturi jistgħu ma jaqblux bejniethom fuq l-accounts ta' kumpannija għal sena waħda u huwa veru li accountant jista' jqislek ċerti assets mod, ċertu dħul mod, ċerti piżijiet mod u jiġbidlek konklużjoni li t-tali kumpannija sejra tajjeb u accountant ieħor idawwarha mod ieħor u jgħidlek li dik il-kumpannija sejra tant ħażin li m'hawnx min isalvaha, pero' hemm limitu kemm tista' ġġebbed dik l- interpretazzjoni.", "Mela ejja nkunu ftit aktar ċari, loġiċi u rispettosi, anke internazzjonalment, ħalli ċerti standards komuni internazzjonali ta' accountancy nirrispettawhom kif imiss u b'hekk inkunu iktar denji ta' stima mhux biss għall-prestiġju imma nkunu denji ta' stima li tkabbar il- fiduċja anke kummerċjali, ħalli jkun hawn iktar relazzjonijiet ta' kummerċ b'saħħtu, iktar investiment kif jixraq lil dan il-pajjiż u iktar relazzjonijiet ekonomiċi tajbin.", "Għalhekk jiena nara li qbil fuq abbozz ta' liġi bħal dan se jkompli jagħti status tajjeb lil Malta fil-qasam internazzjonali.", "Wieħed irid mill-ewwel jgħid li x-xogħol ta' l-Awditur se ntellgħuh mhux tarġa waħda u lanqas indana imma se ntellgħuh fuq pedestall bl-emenda li se nagħmlu fil-Kostituzzjoni għax se jkun entrenched b'mod li jkun ħafna u ħafna iktar b'saħħtu bil-varjazzjonijiet li se nkunu qegħdin nintroduċu.", "Dan juri li s-serjeta' li se ntellgħuh fuqha se jkollha bżonn riżultat ħafna iktar prolifiku f'areas li s'issa l-Uffiċċju ta' l-Awditur bil-ftit staff li kellu, bil-ftit snien jew kemm kemm nebħa li kellu - għax hawnhekk wieħed malajr jagħmel distinzjoni li qabel l-Awditur bilkemm seta' jagħmel żewġ rimarki fir-rapport annwali li ....", "Jiena diġa' kelli l-okkażjoni nsemmi ċerti affarijiet fil-PAC li huma tassew ħaġa ta' l-iskantament u tassew ta' ċertu inkwiet u naħseb li huwa l-waqt li llum nerġa' niċċita lista ta' punti li tqajmu f'diversi kumitati u f'diversi fora ta' osservazzjoni fuq l-andament ekonomiku f'dan il-pajjiż.", "Dawn ħarġu mill- Uffiċċju ta' l-Awditur stess, jiġifieri la huma ħerġin mill-uffiċċju ċentrali tal-Malta Labour Party u lanqas mill-uffiċċju ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, u malli dawn il-liġijiet ikun tajjeb li l-Awditur, minn fuq il-pedestall il-ġdid li se noħolqu b'dawn il-liġijiet u bl-emenda l-ġdida għall-Kostituzzjoni, jgħarbel u jifli aktar mill-viċin u jieħu ċerti passi anke mingħajr ma jkollu bżonn jirrikorri għand il-ministru tal-finanzi, għaliex din kienet id-dilemma tradizzjonali ta' l-Awditur kif kien imsejjes fil-Kostituzzjoni s'issa.", "X'kienet il-problema, Sur President?", "Il-problema kienet li r-rapporti ta' l-audit kienu qed jiġu ppubblikati anke sentejn wara l-fatt, u meta wieħed jaqra kumment sentejn wara li jkun ġara l-fatt lanqas ikun jaf għalxiex qed jirriferi u lanqas ikun jaf jekk dik l-okkażżjoni ġietx imsewwija jew inkella ġietx midfuna u allura dak il- kumment ta' l-Awditur ikun nebħa fil-vojt.", "Imbagħad b'dik it-time-lag ta' sentejn ir-rapport kien imut fuq ommu, biex ngħidu hekk - lanqas kien ikun hemm okkażżjoni ta' forum ġo dan il-Parlament fejn jiġi diskuss għax kemm kemm jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u daqshekk - għaliex kien sta għall-ministru tal-finanzi ikkonċernat li jkun qed jiġi kkritikat mill- Awditur stess li jieħu l-passi.", "Issa jekk il-ministru kien jieħu l-passi u juri li l-gvern tiegħu qisu kien fit-tort konna nerġgħu naqgħu dejjem f'din il-kwestjoni partiġjana li naħa tgħid li n-naħa tagħha qiegħda tagħmel kollox sew u li n-naħa l-oħra qiegħda tagħmel kollox ħażin.", "Dan assolutament ma jistax ikun għaliex xi redeeming features irid ikun hemm u xi żbalji jrid ikun hemm ukoll, jiġifieri xi bilanċ bejn it-tnejn huwa aktar verosimile.", "U jiena naħseb li dan huwa l-għan ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, jiġifieri li jkollna yardstick ma' xiex inkejlu dak li jkun għaddej tajjeb u dak li jkun għaddej ħażin u għallinqas iż-żewġ naħat - allavolja antagonisti u avversarji, feroċement jew le - b'mod aktar san inkunu nistgħu nikkalkolaw eżatt ma' din il-yardstick dak li jkun għaddej tajjeb u dak li jkun għaddej ħażin.", "Ovvjament dik li issa se jkun qed jikkummenta fuqha l-Awditur mhijiex se tkun aktar il-parti li għandha x'tiddefendi at all costs u tgħid li minkejja dak li qed jgħid l-Awditur kollox huwa perfett, loġiku u ideali.", "Issa l-Awditur mhux se jkun qiegħed man-naħa tal-gvern imma se jkun fin-nofs, kif inhi s-Sinjorija Tiegħek, Sur President.", "Inti, Sur President, għandek ir-rwol - u għandna bżonn ta' dan ir-rwol f'dan il-pajjiż - li jekk xi ħadd ikun qiegħed jeċċedi l-limitu tgħidlu li qed jeċċedi l-limitu.", "Żgur li m'hijiex ħaġa tajba li ż-żewġ naħat naħbtu ġo xulxin a skapitu ta' l-interess ta' l-assets ta' dan il- pajjiż - u hawnhekk verament qegħdin nitkellmu fuq l-assets ta' dan il- pajjiż.", "Jiġifieri ejja nieħdu ħsieb li l-assets li għandna nkomplu nagħtuhom valur u ċans li jiżviluppaw u fejn inkunu qegħdin ħażin ikollna yardstick ma' xiex inkejlu.", "Dan huwa l-improvement.", "Li kieku hawnhekk qegħdin nagħmlu dibattitu mingħajr il-President tal-Kamra kieku kulħadd jgħid li għandu raġun u li għandu jitkellem iktar.", "Kieku lanqas fuq l- arloġġ ma naqblu għaliex kulħadd jibda jżomm il-ħin fuq l-arloġġ tiegħu!", "Aħna li qegħdin hawn ġew noqogħdu għad-direttiva tal-President tal-Kamra u issa aħna, bħala pajjiż kollu, se nibdew noqogħdu għad-direttiva ta' l- Awditur li se jkun taħt ir-responsabbilita' ta' l-Uffiċċju ta' Madam Speaker, fin-nofs ta' din il-Kamra.", "Hekk huwa sewwa u xieraq.", "GĦalhekk f'dan il-qafas m'aħniex se nibqgħu nitkellmu iktar min-naħa ta' gvern jew oppożizzjoni, donnu huwa l-ping-pong tad-dibattitu ta' hawn ġew.", "Forsi din hija l-parti l-ħażina tal-wirt li ħadna minn Westminster.", "Qed ngħid dan għaliex ġewwa parlamenti oħra l-membri jpoġġu bil-qiegħda f'forma ta' semi-circle jew f'forma ta' horseshoe biex ikun hemm iktar sens ta' għaqda għall-interess tal-pajjiż milli jkun hemm antagoniżmu, wieħed għall-ieħor, kif qegħdin skjerati s-siġġijiet ġewwa Westminster.", "Ħalliha li issa Tony Blair, bir-rebħa kbira li kellu fl-aħħar elezzjoni, okkupa s-siġġijiet fuq in-naħa ta' l-Oppożizzjoni u bir-riżultat numeriku li ġab qed iġibhom għall- istil kontinentali - naturalment fuq il-mod kif qed joqogħdu bil-qiegħda biss u mhux fuq modi oħra!", "Xtaqt niġbed l-attenzjoni għar-Rapport ta' l-Awditur li għandna quddiemna bħalissa, jiġifieri r-rapport għas-sena 1995.", "Kif kont qed ngħid iktar kmieni, qegħdin fl-1997 u qed nitkellmu fuq rapport għas-sena 1995!", "GĦalissa m'iniex se nidħol fid-dettalji ta' dan ir-rapport imma se naqbad biss tliet konklużjonijiet ewlenin li l-Uffiċċju ta' l-Awditur innota li huma suġġetti ta' importanza kbira \"that need to be urgently addressed\".", "Mela s-sitwazzjoni li ninsabu fiha hija li llum, fl-1997, l-Awditur qed jikkummenta fuq l-1995 u qed juża l-kliem \"urgently addressed\".", "Jekk fl- 1995 kellek in-nanna ma tiflaħx, kif tista' tiġi llum, fl-1997 u tgħid li dan huwa każ ta' urġenza!", "X'urġenza tibqa' meta jkollok din it-tip ta' sitwazzjoni!", "Meta wieħed jibda jara x'inhuma l-kummenti jibda jinkwieta.", "Meta tħares lejn l-ewwel punt li jirrigwarda l-effiċjenza fid-dipartimenti tal-gvern - dan huwa sostanzjali meta wieħed jiftakar kemm ġew dedikati riżorsi u investimenti f'din id-direzzjoni - tara li r-Rapport ta' l- Awditur huwa wieħed ta' kundanna u jgħid li hemm l-urġenza.", "Imma issa diġa' qegħdin tard b'sentejn biex inqumu u nagħmlu xi ħaġa!!", "Fuq dan l- ewwel punt l-Awditur qed jgħid hekk:", "\"The apparent absence of qualified human resources to perform key functions in departments tasked with the management of essential programmes is contributing to their ineffectiveness and inefficiency.\".", "Dan qed igħid li d-dipartimenti tal-gvern mhumiex qed ikunu effettivi u effiċjenti; imbagħad qed jagħti r-raġuni għaliex mhux qed ikun hemm qualified human resources biex jagħmlu l-funzjonijiet prinċipali ġewwa d- dipartimenti u anke biex jagħmlu l-programmi essenzjali.", "Dan qed nikkwotah minn paġna 30 tar-Rapport ta' l-Awditur.", "Din hija serja u qed insemmiha hawnhekk mhux bħala ħarsa lura lejn l-1995 - għax l-1995 u l-1996 għaddew u qegħdin f'nofs l-1997 - imma bħala ħarsa 'l quddiem.", "Wieħed jassumi li din is-sitwazzjoni għadha piu o meno l-istess u nittama li l-Awditur Ġenerali, minn fuq il-pedestall il-ġdid li se ntellgħuh fuqu bis-saħħa ta' dan l-abbozz ta' liġi, jifli iktar dawn id-dipartimenti biex din iċ-charge li qed jagħmel l-Awditur fuq is-sitwazzjoni fl-1995 ma tibqax isseħħ illum il-ġurnata, hu min hu fil-gvern.", "It-tieni punt li hemm fir-Rapport ta' l-Awditur u li ridt nikellem fuqu huwa:", "\"The inability of departments to meet programme objectives ...\"", "- u hawnhekk ġej is-serju -", "\"... to sustain new information technology systems ...\"", "- din hija vera ta' inkwiet -", "\"... and generally improve on customer service initiatives will continue unless there is some macro rationalisation of resources within the public service.\".", "Mela m'hemmx il-macro rationalisation of resources within the public service u m'hemmx - u din hija ħaġa ta' serjeta' kbira - abilita' biex id- dipartimenti jsostnu s-sistemi l-ġodda ta' l-informatika.", "Kemm smajna fuq kemm investew miljuni ta' flus id-dipartimenti tal-gvern fid-disa' snin li għaddew u kemm smajna li konna diġa' dħalna fl-era tat-teknoloġija l-ġdida u smajna li l-computers kollha li kienu qed jinxtraw kienu mill-iktar moderni u li t-training kien mill-aqwa u kulħadd kien ferħan u kuntent f'din l-era ta' teknoloġija ta' informatika kważi tas-seklu li ġej!", "F'daqqa waħda konna diġa' qisna iktar 'il quddiem mill-Amerka, imbagħad hawnhekk għandna r-Rapport ta' l-Awditur li qed jgħidilna li d-dipartimenti tal-gvern ma kellhomx l-abilita' \"to sustain new information technology systems\".", "Naħseb li din hija biċċa nkwiet sewwa u allura lill-Awditur il- ġdid fuq il-pedestall li se jkollu bis-saħħa ta' din il-liġi ngħidlu: Ifli u għidilna ftit x'ġara f'dan l-infiq ta' dawn il-computers.", "Għal li jista' jkun ma kienx hemm xi riħa ta' xi ħaġa li ma jmisshiex kienet biex sar dan l-infiq kollu fuq computers u flimkien miegħu ma kienx hemm infiq propozjonali biex isir it-training tan-nies li kellhom jużawhom?", "GĦaliex hawn din l-inabilta' biex insostnu dawn il-computers ġewwa d-dipartimenti tal-gvern?", "GĦaliex kien sar dan l-isparpaljar kollu biex kulma wasalna għalih bħala riżultat huwa l-inabilta' tad-dipartimenti?", "Dan mhux kliemi imma kliem l-Awditur.", "It-tielet punt - u din ukoll hija ta' inkwiet - huwa li l-Awditur fir- rapport tiegħu għall-1995 jgħid li:", "\"Departments continue to find it difficult to give the appropriate attention to the safeguarding of public assets by not accounting for all assets and inventories.\"", "Prosit!", "Jiġifieri issa li suppost dħalna fl-era fejn kollox huwa komputerizzat u diġitalizzat, lanqas biss għandna l-listi u l-inventarji ta' l-assi fid-dipartimenti tal-gvern!", "X'ġara minn dawn il-listi u l- inventarji ta' l-assi?", "Sewwa jagħmel l-Awditur li jiġbed l-attenzjoni ta' min suppost ikollu l-lista ta' l-oġġetti li għandu fid-dipartiment.", "Żgur li l-ewwel ħaġa li jagħmel prokuratur jew amministratur hija li jagħmel lista ta' x'hemm fil-wirt u x'hemm f'dak li qed jamministra f'isem minorenni jew f'isem xi ħadd interdett.", "Dawk l-affarijiet huma essenzjali għal amministrazzjoni tajba, dik li ngħidulha amministrazzjoni ta' bonus pater familias.", "Ħalli ma nsemmux il-pater għax issa rridu nkunu gender conscious, u ngħidu buoni genitori, pero' naħseb li l-punt huwa ċar u ż- żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li ma nistgħux nitkellmu fuq management tajjeb f'dan il-pajjiż jekk lanqas biss għandna sitwazzjoni fejn l-inventarji huma miġbura quddiemna korrettement.", "Kif nistgħu nitkellmu fuq value for money u metodi iktar sofistikati ta' accounting jekk lanqas biss nafu x'inxtara u x'hemm in stock!", "Allura aħna qegħdin niffokaw fuq naħa waħda ta' l- accountancy procedure il-value for money, jiġifieri l-exchange ta' flus għall-prodott, imma mbagħad meta l-prodott jitqiegħed fid-dipartiment lanqas għandna lista tiegħu.", "Hekk qegħdin fid-dipartimenti!", "GĦalhekk issolevajt dawn it-tliet punti kardinali, għax jekk m'aħniex se nibdew niċċekkjaw l-inventarji fid-dipartimenti tal-gvern, fuq xiex se nibdew nitkellmu bħala auditing!", "Qed ngħidu li lill-Awditur Ġenerali se nqiegħduh fuq pedestall u se nagħmluh entrenched fil-Kostituzzjoni, imbagħad ir- Rapport ta' l-Awditur stess li ħareġ din is-sena jgħid li fl-1995 lanqas inventarji ma kellna fid-dipartimenti tal-gvern ta' Malta!", "Ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "\"Assets of the Goverrnment are therefore susceptible to misuse and theft.\".", "Mela l-Awditur għandu raġun jasal għal din il-konklużjoni.", "Dażgur li jinsterqu jekk ma jkollokx lista ta' l-oġġetti li suppost hemm fid- dipartiment!", "Jekk, per eżempju, f''sala suppost li hemm 50 siġġu u jonqsu 10, ħadd m'hu se jkun jaf jekk ma ssirx lista, bħalma jsir fl-iskejjel fejn wara kull bieb ikollhom imniżżel kemm għandhom siġġijiet.", "Allura hawnhekk nieħu issue mil-konklużjoni ta' l-Awditur fejn qal:", "\"It was not within the scope of this year's audit plan to quantify the extent of the problem.\".", "Jekk lill-Awditur se nagħtuh dan il-poter kollu fejn se jiġi indipendenti u se jkollu l-istaff tiegħu, din il-problema ta' l-inventories fid- dipartimenti għandha tiġi quantified.", "Dan issa mhux se jibqa' jiġi influwenzat mill-politika partiġjana kif kien jiġri qabel meta kien qisu qed jiġi sandwiched bejn iż-żewġ naħat.", "Forsi ċinikament wieħed jista' jgħid li issa ta' xejn toqgħod tikkwantifika għax la ż-żiemel ħarab għalxejn toqgħod tagħlaqlu l-bieb ta' l-istalla, imma għallinqas issa naraw li ma jġorrilniex il-bieb ta' l-istalla wkoll!", "Ejja nagħmluh dan l- imbierek inventarju f'kull dipartiment ħalli jkollna ċerta serjeta' fit- tmexxija ta' l-amministrazzjoni preżenti.", "Fir-rapport tiegħu l-Awditur qal ukoll:", "\"Except that within the limited tests carried out by this Office, it can be stated that the amount could be significant.\".", "Mela anke l-Awditur innota li l-ammont ta' awditjar li mhux qiegħed jiġi elenkat b'mod normali huwa ta' daqs sinifikattiv u jista' jħalli ċerti konsegwenzi.", "Fl-auditing ta' dawn l-affarijiet mhux talli għadna elementari talli għadna primittivi.", "Lill-Acting Director of Audit insellimlu minn hawnhekk talli kellu l-kuraġġ iniżżel dawn l-affarijiet bil- miktub fir-rapport tiegħu għas-sena 1995 għaliex huwa ċar li kull wieħed minn dawn it-tliet oqsma li qed insemmu hawnhekk illejla huwa lok ta' inkwiet kbir meta tara li lanqas dan il-primitive accounting ma kien qiegħed isir fid-dipartimenti tal-gvern.", "Huwa tajjeb li l-Awditur għamel xogħlu u nnotah dan.", "Issa l-Awditur se jkun qiegħed fuq din il-bradella ġdida li se tagħtih din il-liġi u se jkun jista' jwettaq dawn it-tliet tasks b'aktar abilita' personali, b'aktar appoġġ amministrattiv u b'aktar indipendenza minn indħil partiġjan - jekk dan kien jeżisti - u allura l- pajjiż għandu biex igawdi mill-fatt li qed inressqu din il-liġi quddiemna f'dan il-Parlament u l-liġi konsegwenzjali li tieħu ħsieb sabiex dan kollu jkun entrenched fil-Kostituzzjoni.", "Niġi issa għal aspett ieħor tar-rapport ta' l-istess Awditur li huwa ta' inkwiet għaliex issa huwa ta' livell aktar sofistikat.", "Issa m'iniex se nkompli fuq l-inventarji imma se nitkellem dwar paġna 131 ta' l-istess Rapport ta' l-Awditur għas-sena 1995 fejn intqal li hemm ċerti letters of comfort u ċerti bank guarantees tal-gvern li huma \"contingent liabilities which are not included in the financial report\".", "Meta wieħed jaqra dawn iż- żewġ linji li hemm f'dan ir-rapport jgħid li forsi min-naħa tat-Teżor fil- financial report qabżitilhom li jniżżlu xi letters of comfort, imma meta tara x'inhu t-total ta' dawn il-bank guarantees u ssib li jammontaw għal Lm489 miljun, taf li din m'hijiex xi somma li ssib fuq il-bankina inti u miexi fi Triq ir-Repubblika!", "Is-somma totali as on March 30th, 1996 kienet tlaħħaq Lm489,763,914 - a nine digit figure li fir-Rapport ta' l-Awditur hemm query fuqha.", "U din iċ-ċkejkna Repubblika ta' Malta kemm tiflaħ ikollha queries fuq nine digit figures ta' kważi Lm500 miljun!", "Sur President, dan huwa rapport serju ħafna u hawnhekk wieħed mhux biss jara kemm hija tajba l-forma li se nagħtu lill-Awditur imma wkoll kemm se tkun ħafna u ħafna iktar importanti l-aġenda li huwa se jsegwi.", "Din hija aġenda li għamilha huwa stess u dan innotah fl-aħħar rapport imqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra dwar l-1995 b'osservazzjoni daqshekk tajba li hemm ammont ta' Lm489 miljun li ma kienx inkluż fil-financial report ta' dik is-sena!", "GĦall-benefiċċju tal-pubbliku li qed isegwi nistgħu ngħidu li din il- figura hija maqsuma fuq 28 kumpannija u ma nafux b'liema kriterju l-Gvern ta' dak iż-żmien kien qed jagħti dawn il-bank guarantees.", "Ma nafux jekk dawn kenux qed jingħataw lill-kumpanniji parastatali jew governattivi, lil ditti privati, lil dawk li kienu qegħdin in an expanding phase - u allura kien qed jagħtihom garanzija bankarija biex ikunu jistgħu jikbru għax diġa' kienu mexjin tajjeb - jew lil dawk li kienu sejrin ħażin u allura kien qed jipprova jsalvahom meta suppost kien gvern li ma kienx se jintervjeni fis- suq.", "Ovvjament hemm imbagħad l-aspett soċjali bħall-Housing Authority u l- Lohumbus, fejn jidher ċar li kien hemm bank guarantees li ġew mogħtija għal attivita' li dikjaratament hija soċjali, imma hemm ukoll ditti żgħar li wħud minnhom ftit nafu min huma jew x'inhuma.", "Hemm ditti bħall- Countertrade, Gantry Manufacturing, Master Antenna, MGI, MIGA, Mediocredit - personalment jiena ma nafx min huma dawn ta' l-aħħar pero' għandhom bank guarantee ta' Lm17 miljun - u l-SGS Thomson.", "Jiena ngħid good luck to them all imma naħseb li kull ditta privata f'Malta - kemm jekk għandha investiment Malti u kemm jekk għandha investiment barrani - tippretendi li ladarba l-SGS Thomson għandha bank guarantee ta' Lm5 miljun allura huma wkoll imissu jkollhom bank guarantee għaliex sejrin ħażin, għaliex se jespandu jew għaliex għandhom ċerti pjanijiet għall-futur.", "Dan huwa li qed inressaq jiena, u dan huwa x-xogħol li l-Awditur irid joħorġilna malli jitla' fuq il-pedestall li qegħdin nibnulu b'dan l-abbozz ta' liġi: X'inhuma l-kriterji li bihom qegħdin jingħataw dawn il-bank guarantees?", "Insibu li l-Air Malta, per eżempju, għandha bank guarantee ta' Lm4 miljun.", "Għaliex ingħatat din il-bank guarantee?", "Għaliex kienet se tixtri xi ajruplani ġodda?", "Għaliex kienet sejra ħażin?", "GĦalhekk jiena ma' kull bank guarantee nistenna li jkollna imqar nota ta' sitt linji, kif wara kollox jagħmel kwalunkwe bank, li tgħidilna li l-Air Malta f'dan il-każ tajniha Lm4 miljun għaliex kienet qiegħda turina li sejra tajjeb, kienet se tixtri żewġ ajruplani ġodda u kellha bżonn naqra back-up u rajna li minn kif qed tipproġetta kienet se tkun tista' tifdih over a period of eight years.", "GĦaliex allura hawnhekk għandna funzjoni tal-gvern, bħala istituzzjoni ta' kreditu, li qiegħda tikkompeti mal-banek pero' ma nafux b'liema rati dawn il-contingent liabilities qegħdin jingħataw, jew jekk qatt ġewx called upon, u xi jfissru eżattament għal pajjiżna.", "Per eżempju, Sur President, nafu li biex il-Freeport Corporation setgħet tieħu loan mill-Amerka ingħatat Lm100 miljun bank guarantee, imma mbagħad naraw li San Lucian Oil Company Ltd. ħadet Lm1 miljun, Posta Limited ħadet Lm2 miljun, il-Medio Credit ħadet Lm17 miljun, l-MGI ħadet Lm14 miljun, il- METCO ħadet Lm3 miljun u l-MDC ħadet Lm5 miljun.", "Imma dawn x'inhuma eżattament?", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq total ta' kważi Lm500 miljun f'bank guarantees li l-gvern qed jidħol għalihom, pero' jiena ma nafx kemm dawn huma ssanzjonati bħala prattika aċċettabbli internazzjonalment u għalhekk tajjeb li għall-futur ikollna naqra iktar sustanza fuq kull wieħed minn dawn il-punti li qed insemmi hawnhekk.", "Ovvjament hawn ukoll il- korporazzjonijiet il-kbar bħat-Telemalta li għandha bank guarantee ta' Lm29 miljun, l-Enemalta li għandha bank guarantee ta' Lm87 miljun u l-Malta Drydocks li għandha bank guarantee ta' Lm57 miljun.", "F'dan il-qafas wieħed irid jibda jara liema huma dawk l-istituzzjonijiet li sejrin tajjeb minn jeddhom u liema huma dawk li sejrin tajjeb bis-saħħa ta' dak li qed jagħtihom il-gvern.", "F'din is-sitwazzjoni naħseb bl-iktar rilevanza tqum il-mistoqsija: Veru li dan il-pajjiż kien miexi b'ekonomija ta' free enterprise jew inkella kien miexi f'sitwazzjoni fejn il-Gvern Nazzjonalista kien daħal għal Lm500 miljun back-up, iktar milli kienu qed jagħmlu l-banek kummerċjali f'dan il-pajjiż stess?", "Jiena naħseb li din il-mistoqsija titlob risposta, aktar u aktar meta tara li l-Gvern Nazzjonalista kellu wkoll jagħti letter of comfort ta' Lm10,000 għal youth specialisation studies.", "Xi tkun din, Sur President?", "Il-Gvern ta' Malta jidħol għal letter of comfort ta' Lm10,000 meta hemm dawn il-Lm500 miljun f'bank guarantees!", "Mil-liema bord qed jgħaddu dawn?", "B'liema kriterji qed jingħataw?", "Mela allura Ċikka għandha erbat iqfief u trid issewwihom u tgħidlek: GĦaliex ma tagħtinix letter of comfort!", "Kulħadd jixtiequ l- comfort!", "Allura dan tal-youth specialisation studies - ma nafx min huwa u m'iniex qed nirriferi għal xi persuna partikolari, pero' din hija l- lista li hawn fir-Rapport ta' l-Awditur - ħa Lm10,000 f'letter of comfort jew bank guarantee.", "Kif kont qed ngħid, it-Telemalta għandha bank guarantee ta' Lm29 miljun, imma b'liema kriterji?", "Għaliex lanqas huwa ċar jekk dawn jingħatawx fuq il-kriterju ta' jekk kumpannija tkunx pubblika jew inkella privata, jew inkella fuq il-kriterju ta' jekk kumpannija tkunx sejra ħażin jew tajjeb.", "F'din il-lista kellna wkoll it-Tarzna li dejjem ngħidu li sejra ħażin.", "U ġaladarba l-Awditur għamel daqstant tajjeb li ħareġ din il-lista ta' 28 benefiċjarju li marru daqshekk tajjeb - ħalli nsejħulhom benefiċjarji, m'hemmx kelma aħjar minn hekk kif insejħulhom - naħseb li malli l-Awditur il-ġdid jieħu l-pussess bil-liġi l-ġdida għandu jidħol fihom aktar u jgħidilna x'inhi eżattament il-qagħda tal-pajjiż.", "Il- pajjiż qiegħed agħar b'Lm500 miljun oħra dejn, jew mhux?", "Mill-bradella l- ġdida li qed nagħtuk, Sur Awditur, għidilna x'inhi s-sitwazzjoni.", "Sur President, xtaqt issa nsemmi l-poter ta' l-Awditur li jagħmel inkjesti.", "Bil-liġi l-ġdida mhux biss il-ministru tal-finanzi se jkun jista' jqabbad lill-Awditur sabiex jagħmel inkjesta - kif kien sal-lum il- poter tradizzjonali - imma anke ċ-Chairman tal-PAC se jkun jista' jirriferilu każ biex jiġi nvestigat.", "Mhux hekk biss imma huwa stess, fid- diskrezzjoni indipendenti tiegħu, jista' minn jeddu jiddeċiedi li jagħmel inkjesta fuq settur jew fuq attivita'.", "Dan huwa sewwa għaliex ma jistax ikun li l-Awditur kemm kemm jaħdem ta' robot għaliex kieku lanqas kien ikollna dawk it-tip ta' rapporti li kont qed nikkwota minnhom hawnhekk aktar kmieni llejla.", "Hawnhekk forsi tajjeb li wieħed jikkontempla ftit fuq liema kriterji se jkunu qegħdin isiru dawn l-inkjesti.", "Hemm il-kriterji tradizzjonali tal-financial purchasing; hemm il-kriterji komparattivament iktar moderni, ta' xi 100 sena, ta' value for money u hemm il-kriterji iktar kontemporanji issa ta' social auditing.", "Jekk tippermettili s-Sedja, xtaqt nieqaf ftit fuq dan il-konċett ta' social auditing.", "Naħseb li jkun tajjeb li mill-bradella għolja l-ġdida li se jkollu b'din il-liġi, l-Awditur ikun jista' jagħmel inkjesti appożitament ta' natura ta' social auditing.", "X'inhu eżattament dan is-social auditing?", "Bl-iktar mod sempliċi dan wieħed jista' jispjegah billi jgħid li fejn il-gvern jipprovdi ċerti servizzi soċjali - bħalma huma s-servizz tat-tagħlim fil- qasam ta' l-edukazzjoni, is-servizz tal-housing min-naħa ta' l- akkomodazzjoni soċjali, is-servizz tas-saħħa permezz ta' l-isptarijiet u permezz tat-tobba - jista' jsir awditjar ta' kif qed jingħataw dawk is- servizzi, kif ilhom jingħataw kważi għal medda ta' nofs seklu mindu bdew dawn is-servizzi bir-riformi ta' welfare li seħħew taħt il-Gvernijiet Laburisti ta' l-1947 u ta' l-1955.", "Bil-medda taż-żmien dawn is-servizzi soċjali saru parti mill-ġeografija leġislattiva u amministrattiva tal- pajjiż u allura hemm areas ta' anomaliji.", "Hemm ċerti kategoriji ta' nies li m'humiex qegħdin jintlaħqu minn dak is-servizz li suppost qed jiġi pprovdut u allura tajjeb li l-Awditur, anke b'din il-forza u yardstick soċjali, ikun jista' jqis jekk dawn is-servizzi soċjali li qed insemmi humiex qegħdin jilħqu lill-pubbliku Malti kif inhu maħsub fil-liġijiet li waqqfuhom u fil-fondi li jiġu vvotati kull sena fil-budget.", "Per eżempju, fil-qasam tal-housing, bil-kriterju ta' awditjar soċjali, l- Awditur ikun jista' jkejjel u jgħidilna, per eżempju, għalfejn is-single mothers m'humiex qegħdin jintlaħqu u jekk dan huwiex minħabba li l-kriterji ta' kif qegħdin jitqassmu l-postijiet, is-single mothers m'humiex qed ikollhom biżżejjed punti u allura qegħdin jitħallew barra.", "Per eżempju, jista' jgħidilna wkoll jekk familja b'erbat itfal li qiegħda fuq paga minima u tgħix ma' familja oħra hijiex qed titqies b'mod tajjeb u anke jekk bil-punti li qed jingħataw humiex qed jitħallew xi nies lura u x'jista' jsir sabiex dawn jiġu mbuttati 'l quddiem sabiex is-servizz ikun tassew wieħed soċjali.", "L-istess jista' jingħad għall-qasam edukattiv.", "Jekk hemm min ġej minn familji li huma mkissra u għandhom bżonn aktar għajnuna biex ikunu jistgħu jassorbu l-edukazzjoni, allura dan l-awditjar ikun jista' jurina jekk f'dawk l-oqsma huwiex qed jasal is-servizz ta' edukazzjoni.", "Għal dak li jirrigwarda l-qasam tas-saħħa, l-awditjar soċjali jista' jidentifika s-social poverty traps u jara li min ikun fil-kategorija li jkollu dritt għal ċerti mediċini b'xejn, fil-fatt ikun jaf b'dan għaliex inkella ma jkunx jista' jibbenefika.", "B'dan l-awditjar soċjali, l-Awditur ikun jista' jurina hawnhekk li nkunu qegħdin naqgħu lura eżattament minn dak li niddikjaraw li qegħdin nagħmlu hawn ġew anke b'consensus nazzjonali wara 50 sena ta' welfare system li ilha mwaqqfa f'dan il-pajjiż.", "Issa ħalliha li f'dan il-pajjiż kien hawn diversi dibattiti dwar kif għandhom jitbiddlu dawn il-liġijiet tal-welfare, imma issa in linea di massima hemm qegħdin.", "Għamlu 50 sena hawn, emendati għal aktar minn darba, imma hemm qegħdin u hemmhekk donnhom se jibqgħu.", "Għalhekk huwa tajjeb li nibdew naraw jekk il-benefiċċji li qegħdin jingħataw humiex qegħdin jingħataw lil min għandu dritt għalihom għaliex hemm dan l-aspetti ta' l-anomaliji, li forsi jkun hemm min ma jixraqlux jieħu kemm ikun qiegħed jieħu.", "Jista' jkun hemm min suppost qiegħed jibbenefika minn education, housing u health imma m'huwiex qiegħed jibbenefika u allura b'dan il-kriterju soċjali l-Awditur ikun jista' jiġbdilna l-attenzjoni u jgħidilna li anke ġeografikament, fejn joqogħdu ...", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Sceberras Trigona jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Sceberras Trigona jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra u nwiegħed li ma ndumx iż-żejjed.", "Kif kont qiegħed ngħid, min-naħa dan l-awditjar soċjali jista' jkun eżerċizzju kemm biex inwasslu s-servizzi li aħna marbutin inwasslu lil dawk li mhumiex qed jaslu għandhom, u min-naħa l-oħra biex naraw li dawk li qegħdin jieħdu servizzi doppji tinġibed l-attenzjoni tagħhom sabiex ma jibqax isir dan l-abbuż.", "Allura wieħed jista' jitkellem fuq the proper delivery of social services u \"proper\" ifisser li min-naħa nneħħu n-negattiv, jiġifieri l-abbuż, u min- naħa l-oħra rridu nkunu pożittivi billi nkunu żguri li qegħdin inwasslu dawn is-servizzi lil dawk li suppost jeħduhom.", "Hawnhekk wieħed jara kemm, apparti mix-xogħol tradizzjonali tiegħu, l-Awditur il-ġdid se jkun jista' wkoll jagħmel upgrading tax-xogħol tiegħu b'xogħol ġdid ta' awditjar soċjali li bħal pajjiżi oħra pajjiżna tajjeb ukoll li jibda jagħmlu.", "Per eżempju, fl-Amerka, fl-Ingilterra u anke fi Franza qegħdin anke jiċċekkjaw kemm ċerti dipartimenti jdumu biex iwieġbu liċ-ċittadini meta jiktbulhom.", "Hemmhekk l-auditing soċjali jkun li joħorġu lista tad- dipartimenti kollha li fiha jkun hemm check list, fis-sens li dipartiment wieħed iġib full marks, dipartiment ieħor jġib around 75%, grupp ta' dipartimenti jġibu around 50% u grupp sostanzjali ta' dipartimenti jġibu under 50%.", "Allura minn dawn wieħed ikun jista' jgħid li s-sena ta' wara, dawk id-dipartimenti li jkunu ġabu l-inqas marki jridu jibdew jagħtu customer care service ftit aħjar milli kienu qegħdin jagħtu s-sena ta' qabel għaliex wara kollox dawn jitħallsu daqs l-oħrajn.", "Madam Speaker, inżid aspett ieħor għall-awditjar soċjali, aspett li dan l-aħħar qed jiġi diskuss u kkonsidrat f'ħafna ċirkoli ta' ċittadini Maltin u jfakkarni f'dik is-sitwazzjoni fl-aħħar tas-snin 60 meta kienet twaqqfet l-Anomalies Commission dwar ir-relattivita' fil-pagi u kull natura ta' fringe benefit li kienu jieħdu l-impjegati f'postijiet tal-gvern, parastatali u azjendi fejn il-gvern kellu kontroll effettiv.", "Illum tant varjaw kważi b'mod esaġerat is-salarji u l-fringe benefits li jkun tajjeb li l-Awditur il-ġdid għallinqas jagħmel investigazzjoni tal-fatti.", "Niftakar li s-sena li għaddiet fil-PAC kellna problema, anke biex inkunu nafu s-salarji ta' ċerti uffiċjali ta' korpi kostitwiti mill-gvern.", "Issa tajjeb li l-Awditur Ġenerali l-ġdid ikun jista' jippreżenta lil dan il- Parlament għallinqas bil-fatti ħalli naraw jekk dak li qed nallega jien - ħalli ngħid \"li qed nallega\" għax jiena qiegħed nallega li issa l- konċertina nfetħet iż-żejjed - huwiex minnu.", "Forsi din l-allegazzjoni m'hijiex minnha, imma fin-nuqqas ta' fatti quddiemna biex inkunu nistgħu ngħidu, per eżempju, fid-dipartimenti tal-gvern in linea di massima \"din\" hija l-varjazzjoni; fil-parastatali \"din\" hija l-varjazzjoni għal chief executive, etc., imbagħad fl-azjendi li l-gvern għandu controlling share jew influwenza \"din\" hija r-range ta' varjazzjoni, għallinqas ejja naraw li fi żmien raġonevolment qasir ikollna dan l-exercise quddiem dan il- Parlament, billi wieħed iqabbel l-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa ta' wieħed u ta' ieħor jistaqsi għaliex wieħed għandu ċerta percacci jew fringe benefits u ieħor m'għandux.", "Jien naħseb li wasal il-waqt għal dan l-exercise u biex nibdewh l- ewwelnett se jkollna bżonn il-fatti quddiemna u għallinqas ikollna r-range ta' varjazzjonijiet u anke identifikazzjoni tat-tip ta' fringe benefits għax issa saru iktar sofistikati l-fringe benefits.", "Min għandu hospital insurance ma' ditta' ta' insurance u min għandu l-mobile phone, min għandu x-chauffeur driven car u min għandu ċertu ammont ta' żmien liberu anke matul il-ġimgħa, eċċ. Jiġifieri ta' min jikkwantifika dawn id- definizzjonijiet ta' fringe benefits sabiex ġo dan il-Parlament inkunu nistgħu nitkellmu fuq is-sitwazzjoni fil-pajjiż għaliex quddiemna lanqas għandna l-matrix tagħha ħalli nkunu nistgħu nanalizzaw l-affarijiet.", "Huwa insult għas-suppost sovranita' ta' dan il-Parlament li lanqas il-fatti m'għandna quddiemna!", "Għalhekk hija ħaġa tajba issa li dan l-Awditur li se jkollu dan il-complement suppost ħafna iktar effiċjenti jkun jista' jipprovdina bil-fatti.", "Ħalli mbagħad aħna u l-partit ta' l-Oppożizzjoni noġġezzjonaw għal xi ħaġa u huma forsi jiddefendu, imma għallinqas ejja nqiegħdu l-fatti f'nofs il-Kamra u mbagħad id-dibattitu ħallih jiffjorixxi.", "Kulħadd għandu jkun jaf il-fatti tas-salarji, tal-fringe benefits u tas- sinecures ta' kull min għandu mpjieg mal-gvern għaliex dawn il-fringe benefits huma sinecures kollha kemm huma.", "Is-salarji huma evidenti għaliex joħorġu mill-payrolls, allavolja ma jkunux magħrufa f'ċerti każijiet, imma l-fringe benefits huma ħafna u ħafna iktar moħbija.", "Hemm jidħol ukoll ċertu ammont ta' awditjar soċjali - biex nerġa' ngħaqqad dak li kont qed ngħid ma' dan li qed ngħid issa - għaliex jekk f'daqqa waħda l-fringe benefits jibdew isiru ta' ċertu persentaġġ tas-salarju imbagħad ma tkunx qed titkellem iżjed fuq mobile phone imma tkun qed titkellem kważi kważi fuq salarju ieħor, barra dak uffiċjali, tant kemm ikun hemm fringe benefits għaddejjin.", "Mela ejja nagħmlu auditing b'mod raġonevoli u b'mod soċjali ħalli l-poplu jkun jaf x'inhuma l-fatti u jkun kuntent anke bil- varjazzjonijiet li hemm.", "Imbagħad ħalli l-poplu jiddeċiedi jekk il- varjazzjonijet humiex esaġerati, jistgħux jiġu mġebbda iktar jew għandhomx jibdew jiġu mnaqqsa xi naqra wkoll.", "Madam Speaker, jien nirringrazzjak u nerġa' nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant ta' l-estensjoni li tawni u kif wegħedthom ma domtx iż- żejjed.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jien smajt b'attenzjoni dak li qal l- Onor. Sceberras Trigona u għalkemm ma nistax ngħid li naqbel ma' kulma qal naħseb li hemm lok għall-miljorament fil-finanzi tal-gvern u anke għall- qerda ta' anomaliji f'settur pubbliku li qabel kien jinkludi biss is- servizz ċivili u llum hemm ukoll il-korporazzjonijiet pubbliċi, li nofshom twieldu minħabba n-nazzjonalizzazzjoni u n-nofs l-ieħor twieldu sempliċement min kien fil-gvern deherlu li fl-interess tat-titjib fl- amministrazzjoni jkun tajjeb li jkun hemm korporazzjoni pubblika.", "Imbagħad hemm dawk il-famużi soċjetajiet li fihom il-gvern għandu maġġoranza ta' ishma - fl-antik kienu jammontaw għal ħafna iktar imma llum xorta għadhom jeżistu - li ħafna nsew li dawn jifformaw parti mis-settur pubbliku u li jsiru collective agreements mal-unions dwarhom.", "Il-unions jagħmlu sew li jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom pero' fl-aħħar mill-aħħar dawn il-flus dejjem qed joħorġu mill-fondi pubbliċi u għalhekk dan l-abbozz ta' liġi huwa importanti għaliex għall-ewwel darba l-Awditur se jkollu l-poter fuq kull sold li ġej minn fond pubbliku u se jkollu l-poter li jindaga, jivverifika l-accounts u jitlob rapporti fuq kwalunkwe awtorita', korporazzjoni jew kumpannija li fiha l-gvern għandu maġġoranza ta' ishma.", "Madam Speaker, qabel ma nkompli nitkellem fuq x'hemm f'dan l-abbozz ta' liġi xtaqt inqajjem il-punt li teżisti ċerta anomalija fid-diskussjoni li qed issir f'dan il-Parlament u se nispjega għaliex.", "Fl-aġenda tal-Parlament għandna żewġ abbozzi ta' liġi dwar l-Awditur.", "Wieħed huwa dak li qed niddiskutu issa li jittratta dwar id-doveri ta' l- Awditur Ġenerali u dwar kif se nsaħħu l-uffiċċju tiegħu u dwar kif se nagħmlu kumitat parlamentari dwar l-uffiċċju ta' l-audit.", "L-ieħor huwa dak l-abbozz ta' liġi li se jemenda l-Kostituzzjoni sabiex inbiddlu l-mod li bih jiġi appuntat u mneħħi l-Awditur Ġenerali.", "U jien hawnhekk nistaqsi għaliex bdejna niddiskutu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qabel ma bdejna niddiskutu l-abbozz l-ieħor li jemenda l-Kostituzzjoni.", "GĦalkemm dan huwa punt tekniku huwa importanti ħafna għaliex filwaqt li biex ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi kulma għandna bżonn hija sempliċement il-maġġoranza tal-membri preżenti, biex nemendaw il-Kostituzzjoni u nbiddlu l-mod ta' kif jiġi maħtur dak li issa qed insejħulu l-Awditur Ġenerali għandna bżonn maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Parlament.", "GĦalhekk jien naħseb li kien ikun jagħmel iktar sens kieku l-ewwel bdejna niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni milli dan l-abbozz ta' liġi li jitkellem dwar id- dmirijiet ta' l-uffiċċju ta' l-audit.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu nsibu li d-definizzjoni ta' \"Awditur Ġenerali\" - s'issa għadna nsejħulu Director of Audit, jiġifieri l- fatt li daħħalna t-titlu l-ġdid diġa' qed nassumu li se tgħaddi l-emenda kostituzzjonali - tgħid hekk:", "\"\"Awditur Ġenerali\" u \"Deputat Awditur Ġenerali\" ifissru l-Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali maħtura skond l-Artiklu 108 tal- Kostituzzjoni;\".", "Issa Artiklu 108 tal-Kostituzzjoni kif inhu llum la jsemmi Awditur Ġenerali u lanqas isemmi Deputat Awditur Ġenerali.", "Jien qed nagħmel dan il-punt għaliex għalkemm huwa ftit tekniku naħseb li huwa importanti.", "(Interruzzjonijiet) Iva, naf li dan il-punt diġa' tqajjem imma qed insemmih ħalli għallinqas issa, wara li fl-opinjoni tiegħi bdejna b'mod zopp billi bdejna niddiskutu l-liġi ordinarja qabel dik li se temenda l- Kostituzzjoni u allura qed nassumu li għaddew l-emendi l-oħrajn - m'iniex qed ngħid li mhux se jiġri hekk, imma qed nassumu hekk - għallinqas għandna naraw li t-Third Reading ta' l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Kostituzzjoni għandu jiġi approvat minn dan il-Parlament qabel it-Third Reading ta' l- abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum.", "Qed ngħid dan għaliex biex tiġi emendata l-Kostituzzjoni hemm bżonn ta' maġġoranza ta' żewġ terzi meta tiġi biex tgħaddi mit-Third Reading u allura jien naħseb li biex ikun hemm ċerta ordni hekk irid isir.", "Pero' ħalli għall-mument inħalli dan l-argument - għaliex l-emendi kostituzzjonali niddiskutuhom meta jkunu fuq l-aġenda - u nkompli ngħid xi ħaġa dwar dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum.", "Madam Speaker, bi pjaċir ninnota li l-Awditur se jkun uffiċjal tal- Parlament - bħall-Ombudsman - u nittamaw li f'ħafna affarijiet ikun bħall- Ombudsman ukoll.", "Għalkemm dawn iż-żewġ uffiċjali m'humiex l-istess għandhom ċerti funzjonijiet li jistgħu jkunu l-istess u allura tajjeb li wieħed jimxi kemm jista' jkun fuq il-proċedura ta' l-Ombudsman.", "Hawnhekk xtaqt ngħaddi xi kummenti dwar il-poteri li se jingħataw lill-Awditur Ġenerali u se nsemmi dawn biss għaliex nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet, fl- aħħar mill-aħħar dan kollu jirnexxi jew ifalli skond kemm se nkunu kapaċi nsibu nies tajbin li niġbduhom lejn l-Uffiċċju ta' l-Awditur.", "L-aktar ħaġa importanti hija li dawn ikunu a force to be reckoned with, mhux nies li jbeżżgħu.", "Jien niftakar li meta kont direttur tal-bank konna ngħidu li l- inspector tal-bank li jiġi jdur m'għandux ikun meqjuż bħala l-inkwiżitur li jiġi hemmhekk biex isib l-abbużi, qisna qed nassumi li se jsiru l-abbużi.", "U allura f'dan is-sens hija tajba l-prattika - li diġa' bdiet u li hija msemmija f'dan l-abbozz ta' liġi - li kull ministeru jkollu public officer li jkun rappreżentant ta' l-Awditur li jkun impjegat hemmhekk.", "Jien niftakar li meta kont ministru ta' l-intern għodwa waħda tfaċċa wieħed li kien mibgħut mid-Director of Audit u ma kienx ġie sempliċement biex jara imbagħad telaq imma baqa' hemmhekk.", "Naturalment, bniedem bħal dan għall- bidu kulħadd jibda jarah b'ċertu suspett, pero' man mano wieħed jinnota li tajjeb li persuna bħal din tkun ġewwa d-dipartiment jew ġewwa l-ministeru nnifsu.", "Din il-prattika li diġa' bdiet hija prevista wkoll f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien ninnota wkoll li apparti li l-firxa tal-poter ta' l-Awditur issa se tkun fuq is-settur pubbliku kollu u mhux biss fuq parti minnu, u apparti l-fatt li se jkollu dan il-poter li jagħmel rapporti anke fuq rikjesta ta' tliet persuni tal-PAC ...", "Hawnhekk jien xtaqt nieqaf ftit fuq żewġ aspetti.", "L-ewwel aspett huwa t-twaqqif ta' kumitat parlamentari dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, liema kumitat qed jipprevedi għalih dan l-abbozz ta' liġi u kien anke jipprevedi għalih l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat f'Lulju li għadda, abbozz li huwa kważi identiku għal dan li għandna quddiemna llum.", "Mela mhux biss se jitwaqqaf l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika imma se jitwaqqaf ukoll kumitat parlamentari dwar l-istess Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Dan huwa kumitat parlamentari li se jkun kompost minn dak il-membru tal-Kamra tad-Deputati li għal dak iż-żmien ikun chairman tal-PAC, mill-ministru responsabbli għall-affarijiet tal- parlament u wkoll minn tliet membri tal-Kamra tad-Deputati; tnejn min-naħa tal-Gvern u wieħed min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli ppermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, nibqa' in possession.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nippoponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni biex titwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tieni Qari (Kont); u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kif naħseb li ħafna mill-Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra jafu li meta kont fl-Oppożizzjoni kont inkun informat sew fuq it-Telemalta, aktar u aktar illum li qiegħed fin-naħa tal-Gvern qed inkun informat sew.", "Qed ngħid hekk għar-raġuni li l-bieraħ kont naf minn qabel li se jitkellem il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni dwar it-Telemalta u kont informat ukoll li se jsemmi lil xi ħadd ħandikappat u se jieħu vantaġġ skandaluż fuq il-każ tiegħu.", "Madam Speaker, mhux se nsemmi l-punti kollha li tqajmu l-bieraħ għax fuq ħafna minnhom hemm mistoqsijiet parlamentari li ġew imwieġba b'mod trasparenti għax aħna bis-serjeta' nemmnu fit- trasparenza.", "Min-naħa l-oħra l-bieraħ intqalu ħafna banalitajiet pero' kien hemm affarijiet ta' min jistmerrhom.", "Saru ħafna insinwazzjonijiet fuq transfers, imma prova waħda ma nġabitx.", "U bir-raġun għax m'hemmx provi.", "M'hemm l-ebda transfer vendikattiv!", "Anzi jiena nfakkar illi meta kont għadni fl-Oppożizzjoni u kont insemmi transfers vendikattivi ma kienx ikolli l-protezzjoni ta' din il-Kamra u kien ikolli nirrikorri għall-kitba fil-gazzetta, fejn kont anke insemmi l-każijiet bil-particulars kollha u ħadd qatt ma ħa passi kontrija fil-qrati.", "Imma x'inhu jiġri llum?", "Illum biċ-ċaqlieq li sar fit-Telemalta, li sar għall-ġid tat-Telemalta u tal- ħaddiema, il-fatt ta r-riżultat li minn mindu sar dan iċ-ċaqlieq inkisru ħafna records fit-Telemalta.", "Illum għandi pjaċir inħabbar record ieħor li nkiser din il-ġimgħa.", "Minn kemm ilha mwaqqfa t-Telemalta bħalissa l- waiting list għas-servizz tat-telefon qiegħda fl-inqas livell li qatt kienet.", "U dan, nerġa' ngħid, wara li sar dan iċ-ċaqlieq.", "Barra dan kien hemm records oħra wara li sar dan iċ-ċaqlieq ta' ħaddiema.", "Imma apparti dan!", "Meta kienu jingħataw transfers qabel, kienu jsiru b'mod li xi ħadd jitpoġġa f'xi kamra bla telephone jew anke bla siġġu biex jispiċċa jagħtih breakdown.", "Dawn l-affarijiet illum ma jsirux għax aħna kulma nagħmlu nagħmluh għall-interess tal-kumpannija u tal-ħaddiema.", "Imma issa ħalli ngħaddi għat-transfer li semma l-bieraħ il-kelliem tan- naħa l-oħra, it-transfer ta' persuna ħandikappata.", "Minkejja li kont informat li l-bieraħ se jitkellem ħsibt li mhux se jagħmel xi ħaġa daqstant ta' min jistmerrha li jipprova jinqeda bi transfer bħal dan.", "Madam Speaker, ħalli naqra affidavit li sar illum fil-qorti, imma m'iniex se nsemmi ismijiet.", "L-affidavit jgħid hekk:", "\"Jiena .... uffiċjal impjegat mat-Telemalta, li naħdem fis-Segretarjat tal-General Manager, niddikjara li xahar ilu l-General Manager avżani li kellu talba mis-Sur ... sabiex isib post adattat għat-tifla tiegħu, tfajla bi bżonnijiet speċjali u li hi mpjegata bħala clerk mat- Telemalta.", "Il-General Manager wara li kkonsidra l-każ irrakkommanda li Miss ... tibda taħdem x'imkien f'post li m'hemmx taraġ.", "Is-Sur ..., missier din it-tfajla, ġie informat u deher li kien jaqbel mad- deċiżjoni tal-General Manager li kienet, wara li saru l-proċeduri normali, li din it-tfajla ntbagħtet taħdem bħala clerk f'post ...\".", "- ma nsemmix fejn għalissa biex ma nagħtix dettalji u ma nindikax min hi l- persuna -", "\"Nhar it-Tnejn, 2 ta' Ġunju, 1997, is-Sur ..., jiġifieri missier din it-tfajla, ċempel fl-uffiċċju u għarraf lil dan li qed jagħmel din l- affidavit li kien ġie avviċinat mis-Sur ..., impjegat tat-Telemalta u wkoll Membru tal-Partit Nazzjonalista, u li l-missier ta' din it- tfajla qallu ....\".", "- u mhux biss lil din il-persuna li għamlet l-affidavit għax se npoġġi affidavit ieħor magħmul minn persuna oħra illi kienet preżenti wkoll, imma dan l-affidavit mhux se npoġġih illum, għax il-persuna hija indisposta -", "\"Is-Sur ..., Membru tal-Partit Nazzjonalista...\"", "- jiġifieri partitarju Nazzjonalista -", "\"... talbu tagħrif fuq iċ-ċaqlieq tat-tifla tiegħu sabiex il-kelliemi ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista jkun jista' jibni każ fil-Parlament fuq tfajla ħandikappata.", "Dan, missier din it-tfajla, qalli li s-Sur ..., jiġifieri din il-persuna li marret titolbu biex jagħmel każ, qallu li t-tifla kienet kuntenta fil-post il-ġdid u ma riedx li jsir kapital politiku mill-każ tat-tifla tiegħu.\".", "Dan huwa affidavit minn xi ħadd li jaħdem fl-Uffiċju tal-General Manager.", "Se jsir affidavit ieħor minn ħaddiem ieħor fl-Uffiċċju tal-General Manager li ddikjara dan ukoll.", "Illum stess, missier din it-tfajla wkoll għamel affidavit fil-qorti li tgħid hekk:", "\"Fl-Aġġornament tal-Parlament tat-3 ta' Ġunju, 1997 issemma li t-tifla tiegħi, li għandha diżabilita' fiżika, taħdem bħala clerk fit- Telemalta Corporation ...\"", "- ma ngħidx fejn -", "\"... qalgħet transfer.", "Jiena niċħad li dan it-transfer kien b'xi mottiv vendikattiv jew politiku iżda t-transfer kont tlabtu jien f'isimha, xhur ilu, għall-benefiċċju tat-tifla stess u dan jista' jikkonfermah l-AGM Human Resources.\"", "Madam Speaker, meta tara dawn il-ħniżrijiet fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż ...", "Li xi ħadd jipprova jinqeda b'persuna ħandikappata u jipprova jagħmel gwadann u ħoss politiku fis-sens li qed isiru transfers vendikattivi u jsemmi persuna ħandikappata qisu biex jgħid \"ara fiex waslu!\", hija xi ħaġa ta' min jistmerrha.", "U bir-raġun, Madam Speaker, jien il-bieraħ bqajt nitlob u nsostni biex jinġiebu l-provi.", "GĦax ħassejt għafsa ta' qalb meta smajtu jitkellem fuq transfer vendikattiv fil-konfront ta' persuna ħandikappata biex jipprova jinqeda b'din il-persuna.", "Madam Speaker, dawn l-affarijiet qed isiru fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż!", "Jien ma nafx kif il-gazzetti u min sema' dak li ntqal f'dan il- Parlament il-bieraħ, ma ħariġx jgħid: Xi ħniżrijiet qed isiru biex wieħed jipprova jagħmel ħoss politiku!", "Għaliex kulħadd jaf li t-Telemalta qed tagħmel passi kbar 'il quddiem, anke f'dawn il-ftit xhur li ilna fil-gvern u aktar trid tmur 'il quddiem fil-futur.", "Imma jiena ma rridx nitkellem fuq affarijiet oħra llejla, għax qomt nitkellem biss fuq dan il-punt.", "Jien naċċerta lil kulħadd li fit-Telemalta ma ngħatawx u m'humiex jingħataw transfers vendikattivi anzi jiena qed nissorvelja biex żgur ma jsirux!", "Naċċerta lil kulħadd li dak li qed isir qed isir fl-interess tat-Telemalta, imma mbagħad li ssemmi wkoll lill-Ombudsman biex tipprova tinfluwenza, jew inkella li tipprova żżeffen fil-politika lil xi ħadd li m'għandux jiżżeffen hawnhekk, xi ħadd illi huwa newtrali u għandu jibqa' newtrali ...", "Madam Speaker, jien għalhekk żammejt ħalqi magħluq għal ħafna ġranet biex ma ninfluwenzax u biex nagħti dritt lil kulħadd jeżerċita d-drittijiet tiegħu.", "Fil-fatt jiena lanqas se nkompli nitkellem biex żgur ma ninfluwenzax imma f'ġieħ is-sewwa ma ninsinwawx!", "F'ġieħ is-sewwa ma nużawx lil dawk li forsi huma ftit żvinturati aktar minna biex nippruvaw nieħdu gwadann politiku!", "Jiena nerġa' ntenni li mhux veru li ngħataw transfers vendikattivi u nisfida lil kulħadd li jġibli provi ta' xi transfers bħal dawn.", "Aħna t- transfers vendikattivi jew politiċi ma nittollerawhomx u li qed isir, nerġa' ngħid, qed isir fl-interess tat-Telemalta u dan iċ-ċaqlieq ta riżultat pożittiv.", "Nispera li issa l-kelliem tan-naħa l-oħra joqgħod jaħseb daqsxejn u forsi tniggżu l-kuxjenza.", "Nispera li fuq dan nieqfu hawn, imma jekk irid li nkomplu nkabbru l-affarijiet allura jkolli nuri affarijiet oħra.", "Ma nixtieqx li jweġġa' xi ħadd imma naċċertak, Madam Speaker, illi kemm ili f'dan il-Parlament meta għidt li se nipprovdi dokumenti dejjem ipprovdejthom u nerġa' ntenni li jekk niġi magħfus nipprovdi dokumenti oħrajn dwar affarijiet oħra u transfers vendikattivi li saru.", "S'issa fejn l-Ombudsman iddeċieda li kien hemm każi ta' inġustizzji fit-Telemalta, dawn l-inġustizzji ma sarux issa, imma kienu saru fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Hemmhekk hemm konferma li saru inġustizzji u vendikazzjonijiet!", "Issa 'l quddiem kulħadd ikollu dritt jara jekk sarux vendikazzjonijiet f'dawn l-aħħar xhur.", "Naċċertakom li jien personalment bħala l-ministru responsabbli nissorvelja li ma jsirux azzjonijiet bħal dawn u s'issa ma rriżultali qatt li saru.", "U żgur li mhux se jirriżultali għax m'hijiex l-intenzjoni tat-Telemalta li jsiru dawn l-affarijiet.", "U mela niġu f'dan il-Parlament u mmorru nfittxu n-nies biex nipprovaw nieħdu gwadann politiku minn fuqhom.", "Li nżeffnu fin-nofs persuna b'diżabilita' hija xi ħaġa illi kważi ngħid li ma jridx ikollok kuxjenza biex tagħmilha.", "Madam Speaker, jiena jkolli mumenti oħrajn biex nitkellem fuq affarijiet oħra li ssemmew imma llum ħassejt li għandi nsemmi dan il-punt biex ċerti affarijiet ma jiskalawx u ma joqogħdux jiżżeffnu ċerti persuni fin-nofs biex ninqdew bihom politikament meta l-każ ma jkun veru xejn, anzi jkun bil- kontra, għax dak li jkun sar ikun fuq bażi umanitarja, biex tingħata għajnuna.", "Jiena llum se nieqaf u nerġa' ntenni lill-poplu u lil min qed jisma': \"Qed taraw xi Gvern għandkom quddiemkom!", "Qed taraw x'Oppożizzjoni għandkom quddiemkom!", "Issa araw intom, evalwaw intom!", "Araw aħna x'ġara minn mindu għamilna ċ-ċaqlieq fit-Telemalta, kemm marret 'il quddiem it-Telemalta, kemm qed indaħħlu serjeta' fit-Telemalta u araw x'kien qed jiġri qabel.", "Araw min qed jinqeda b'nies li forsi huma żvinturati, jekk hux aħna jew in- naħa ta' l-Oppożizzjoni!", "Jien se nieqaf hawn u nħalli f'idejn il-poplu.", "Ara fiex waslet l-Oppożizzjoni!", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Madam Speaker, illum fil-ħin li baqa' waqt dan l- Aġġornament xtaqt insemmi xi problemi li ta' kuljum qegħdin jaffettwaw lin- nies li jgħixu fid-disa' distrett, id-distrett li minnu ġejt elett jiena.", "Nibda biex ngħid li naħseb li kulħadd ħa pjaċir bid-deċiżjoni li ħadet dan l-aħħar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar meta din ħarġet direttiva jew policy li ċ-ċentri ta' l-irħula tagħna kemm jista' jkun għandhom ikunu kkonservati.", "Dawn iċ-ċentri antiki ta' l-irħula tagħna b'dik l-arkitettura differenti, toroq dojoq, sqaqien kwieti u anke toroq iserrpu joffru serħan tal-moħħ għal dawk in-nies li joqogħdu f'dawn iċ-ċentri, jpaxxu l-għajn ta' dawk li jkunu għaddejjin minn hemm, kif ukoll, jekk inżommuhom fi stat tajjeb, huma ta' attrazzjoni turistika.", "Jekk aħna nieħdu r-raħal jew inkella belt - sejjaħlu li trid - li jiena trabbejt fih u naħdem fih ta' kuljum, jiġifieri dak ta' l-Imsida, insibu li dan ukoll għandu ċ-ċentru tiegħu.", "L-Imsida nbniet madwar il-knisja ż- żgħira, kif jgħidulha l-Misidjani, jew inkella dik Tal-Kunċizzjoni, kif jafuha oħrajn, u ċ-ċentru ta' l-Imsida huwa dak li qiegħed mibni madwar l- Għajn tal-Ħasselin, jew inkella kif insejħulha aħna l-Misidjani stess, in- naħa ta' ġewwa.", "Sa 30 sena ilu, meta ma kienx hemm żvilupp lejn in-naħa ta' l-Universita', l-Imsida kellha popolazzjoni ta' kważi 11,000 ruħ filwaqt li llum, minkejja żvilupp kbir, il-popolazzjoni niżlet għal madwar 8,000 ruħ.", "Ir-raġuni għal dan kollu huwa li ċ-ċentru ta' l-Imsida llum jinsab totalment vojt min-nies, jinsab mejjet u l-ftit nies li għadhom joqogħdu hemm joqogħdu fi djar li m'għadhomx tajba għall-abitazzjoni.", "Dan jista' jixhdu l-Prim Ministru li ftit qabel l-elezzjoni kien ġie f'dawn l- inħawi u ra b'għajnejh il-problemi li hemm.", "Madam Speaker, iċ-ċentru ta' l-Imsida minn dejjem kellu l-problema ta' għarar, ovvjament meta tagħmel ix-xita.", "B'konsegwenza ta' dan ħafna djar jimtlew bl-ilma u saħansitra l-ilma jitla' anke minn taħt il-madum.", "Ħafna mid-djar li għadhom jeżistu f'dan il-lokal huma żgħar għall-ħteġijiet moderni tal-lum, ħafna minnhom m'għandhomx qatran għaliex huma antiki ħafna u minħabba f'hekk għandhom problema kbira ta' umdita'.", "Hemm ukoll il- problema li ħafna mis-soqfa ta' dawn id-djar jinsabu fi stat perikoluż u huwa kollu ta' xejn li wieħed jipprova jirranġa l-bini eżistenti li hemm.", "Minħabba dawn il-problemi ħafna nies li kienu joqogħdu f'dan iċ-ċentru telqu minn hemmhekk u dawk li ma setgħux jagħmlu dan, minħabba li l- maġġoranza ta' dawn in-nies huma ħaddiema jew inkella anzjani, ingħataw x'imkien ieħor fejn joqogħdu.", "Il-Gvern Laburista fis-sebgħinijiet beda jibni housing estates ġewwa Ta' Xbiex u ħafna Misidjani marru joqogħdu hemmhekk, imbagħad fit-tmeninijiet l- istess Gvern Laburista kompla bl-iżvilupp ta' housing estates fil-Gżira, Tigne', St Andrew's, St George's u St Patrick's fejn marru joqogħdu ħafna Misidjani.", "Meta l-Gvern Nazzjonalista ġie elett fl-1987 għamel tajjeb li kompla għaraf din il-problema u kompla ċaqlaq ħafna nies oħra li kienu baqgħu joqogħodu f'dawk l-inħawi fi djar perikolużi u bagħthom fil-housing estate li bena f'Tal Pieta'.", "Fl-Imsida, minbarra li beda jwaqqa' ħafna djar li sfaw vojta, għall-ewwel darba beda jibni numru ta' flats proprju wara l-Għajn tal-Ħasselin pero' minkejja li dawn il-flats issa ilhom lesti għal ftit żmien għadhom ma ġewx allokati.", "Hemm bżonn li dawn jiġu allokati malajr kemm jista' jkun għaliex diġa' ġew sgassati u ta' kuljum qed ikun hemm xi abbużi.", "Nittama wkoll li dawk il-familji li għadhom joqogħdu fl- inħawi ta' madwar dawn il-flats fi djar perikolużi jingħataw attenzjoni xierqa għaliex huwa tajjeb li dawk li twieldu, trabbew u għexu għal żmien twil f'dawn l-inħawi jibqgħu joqogħdu hemmhekk.", "Dan għaliex ovvjament ma jagħmilx sens li xxerridhom 'l hawn u 'l hemm meta tista' tipprovdilhom akkomodazzjoni alternattiva fl-istess raħal.", "Il-Gvern preżenti se jkompli bit-twaqqiegħ ta' djar perikolużi f'dawn l-inħawi u wara li dan isir se jerġa' jkompli b'bini ta' postijiet ġodda.", "Hawnhekk tidħol il-Planning Authority li hija dik l-awtorita' li trid toħroġ il-permessi.", "Jiena nittama li l-Planning Authority tagħraf kemm is-sitwazzjoni li qed insemmi hija kerha u kemm jista' jkun tagħti prijorita' lil dan il-proġett ta' slum clearance u bini ta' djar ġodda tal-gvern u b'hekk ikun jista' jitkompla kemm jista' jkun malajr.", "B'dan il-mod iċ-ċentru ta' l-Imsida jerġa' jingħata l-ħajja bħalma kien sa ftit żmien ilu pero' din id-darba b'nies joqogħodu fi djar moderni u li jixirqu għall-bniedem kif għandu dritt li jgħix fid-dinja tal-lum.", "Din in-naħa ta' l-Imsida, kif inhi llum, wieħed jibża' jgħaddi minnha speċjalment filgħaxija għaliex ma tara lil ħadd.", "Din saret qisha ghost town u hija eyesore kemm għall-Maltin li jgħaddu minn hemmhekk kuljum kif ukoll għat-turisti.", "Area oħra ta' l-Imsida li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin jinħolqu problemi fiha hija l-area ta' Misraħ il-Barrieri ħdejn il-Junior College jew, kif kien magħruf sa ftit ta' żmien ilu, il-Polytechnic.", "Minn area kwieta u bla problemi ta' xejn illum saret area fejn hemm problemi kbar.", "F'dawn l-inħawi nfetħu diversi stabilimenti ta' divertiment li ovvjament ikunu mballati minn żgħażagħ li jattendu l-Junior College kif ukoll oħrajn li ġew miġbuda hemmhekk minn kull rokna ta' Malta.", "Qed jiġri li ħafna studenti minflok jattendu għal-lezzjonijiet jippreferu jibqgħu f'dawn l- istabilimenti li huma speċi ta' kalamita għalihom u b'riżultat ta' dan qed ikun hemm problemi kbar għar-residenti ta' l-inħawi.", "Qed ikun hemm storbju l-ħin kollu, mużika qawwija minn dawn l-istabilimenti li ħafna drabi tibqa' sejra anke sa ħinijiet kmieni filgħodu, mużika minn stereos ta' karrozzi, irrejżjar, parking bl-addoċċ, innamrar fuq il-bankini jew fil-bibien tan- nies, ġlied, drogi u kliem ħażin u ħadd ma jista' jkellimhom.", "Barra minn hekk, minkejja d-diversi telefonati li jsiru lill-pulizija qatt ma tara pulizija wieħed u meta xi darba jiġi xi wieħed, għal xi raġuni jew oħra t- trouble ikun spiċċa.", "GĦalhekk hemm bżonn li ssir xi ħaġa u qabel ma jinħarġu iktar permessi għal postijiet bħal dawn inħoss li r-residenti ta' l-inħawi għandhom jiġi kkonsidrati u jingħataw il-possibilita' li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.", "Nerġa' ngħid, dan minn post kwiet f'temp ta' ħames snin ġie trasformat f'wieħed storbjuż u sar qisu speċi ta' mini Paceville ieħor, din id-darba bi nhar.", "Ftit 'il fuq minn din il-pjazza, ġewwa Triq is-Snajja', ir-residenti ta' l-inħawi huma nkwetati bi kbir minħabba bowsers tal-fuel li kif nafu huwa materjal fjammabbli li ta' kuljum ikunu pparkjati ġewwa garaxx jew inkella jitħallew barra.", "Ovvjament jekk isir xi att vandalu jew xi inċident u wieħed minn dawn it-trakkijiet jieħu n-nar issir disgrazzja kbira u għalhekk wieħed jista' jimmaġina kemm huwa diffiċli li bniedem jgħix lejl u nhar b'bowsers mimlijin b'eluf ta' galluni ta' fuel ipparkjati jew quddiem jew wara d-dar tiegħu.", "M'huwiex sewwa li n-nies ta' dawn l-inħawi qed ikollhom jgħixu f'din il-biża'.", "Dan issa ilu sejjer għal snin twal u n- nies ipprotestaw, pero' ma ġara xejn.", "It-trakkijiet hemm kienu, hemm baqgħu u mhux talli kienu hemm u baqgħu hemm talli żdiedu.", "GĦalhekk jien nitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Enemalta u lil dawk li huma responsabbli mill-protezzjoni ċivili sabiex jaraw jeżistix periklu għan- nies li joqogħdu hemmhekk u jekk inhu hekk allura jieħdu azzjoni mill-aktar fis.", "Jekk min-naħa l-oħra, m'hemm periklu ta' xejn allura għandhom imorru jitkellmu man-nies ta' l-inħawi li huma rrabjati ħafna u ovvjament inkwetati u jserrħulhom moħħhom u jagħtuhom ukoll din l-assigurazzjoni bil- miktub ħalli jekk Allaħares qatt tinqala' xi problema, min ikun refa' r- responsabbilta' jispjega għaliex ħa dik ir-responsabbilta'.", "Sfortunatament hawn Malta kollox qisu jgħaddi u wara li ssir xi diżgrazzja mbagħad nibdew nibku, nolfqu, nagħmlu funerali u nitkażaw u mbagħad forsi tibda tittieħed azzjoni.", "Problema oħra li hemm ġewwa l-Imsida u li qiegħda taffettwa kważi 300 familja li joqogħdu ġewwa l-area l-ġdida tas-Swatar, li hija maqtugħa għal kollox miċ-ċentru ta' l-Imsida, hija n-nuqqas ta' kumditajiet li fiż- żmenijiet tal-lum huma essenzjali.", "Fil-fatt fis-Swatar la hemm stationery, la hemm ironmongery u lanqas spiżerija.", "Ma' dan wieħed irid iżid ukoll l- area Tal-Qattus fejn hemm xi 300 familja oħra li wkoll għandhom l-istess problema.", "Jiena naf li f'din l-area hemm art li hija tal-gvern u għalhekk inħeġġeġ lill-Gvern sabiex jara kif jagħmel u forsi jibni xi erba' ħwienet.", "F'din l-area wkoll qegħdin jinbnew xi flats tal-gvern u għalhekk nisperaw li dawn ikunu jistgħu jinkrew ħalli l-abitanti ta' hemmhekk ikunu jistgħu jinqdew aħjar.", "Problema oħra li għandhom dawn in-nies hija dik tat- trasport.", "Il-karozzi tal-linja jgħaddu 'l bogħod ħafna minn din l-area u allura dawn m'huma moqdija xejn.", "Nispera li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tindaga fuq din il-kwestjoni u tipprova ssib soluzzjoni kemm jista' jkun mill-aktar fis.", "Niġi issa biex nitkellem ftit dwar il-Gżira.", "Ovvjament il-Gżirjani kollha ħadu r-ruħ meta semgħu lill-Prim Ministru jgħid li l-faċilitajiet sportivi ta' Manoel Island se jibqgħu hemmhekk, pero' l-ħmieġ u d-drogi ġo din il-lokalita' qegħdin jiżdiedu u għalhekk sakemm il-proġett jibda hemm bżonn ta' aktar sorveljar mill-pulizija.", "Madam Speaker, hawnhekk irrid insemmi wkoll il-fatt li madwar l-area ta' Triq Testaferrata n-numru ta' nisa li jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni kiber.", "Ovvjament ġewwa djarhom dawn jistgħu jagħmlu li jridu u ma jista' jżommhom ħadd imma mhux sew li kull min jgħaddi minn din it-triq f'kull ħin tal-ġurnata jara lil dawn in-nisa b'ilbies suġġestiv fit- tieqa, fejn il-bieb ta' l-appartament tagħhom u fuq il-bankina b'tali mod li n-nies partikolarment l-irġiel, ma jistgħux jgħaddu minn hemm li ma jingħatawx fastidju.", "GĦalhekk hemm bżonn li madwar din l-area ssir iktar sorveljanza ħalli dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru fil-beraħ.", "Madam Speaker, rigward Ta' Xbiex irrid ngħid li dalwaqt se jingħata t- tarmac fl-area tal-housing estate ta' hemmhekk, pero' rrid niġbed l- attenzjoni għall-fatt li peress li l-popolazzjoni ta' dan il-housing estate kulma tmur qiegħda dejjem tixjieħ it-taraġ qiegħed ikun ta' problema għal ħafna mir-residenti.", "Il-policy tal-Gvern preżenti hija li meta l- finanzi jippermettu jiġu stallati l-lifts fil-housing estates ħalli r- residenti anzjani ma jibqax ikollhom din il-problema, pero' ovvjament l- ewwel iridu jippermettu l-finanzi.", "Madanakollu jien nixtieq nappella biex l-istudju preliminarju għal dan il-proġett li għandu jsir mill-inġiniera u mill-periti jibda minn issa - hawn m'iniex qed nirriferi għall-housing estate ta' Ta' Xbiex biss imma għall-housing estates li jinsabu mxerrdin ma' Malta kollha - ħalli mbagħad meta l-finanzi jkunu jippermettu x-xogħol ikun jista' jibda mingħajr ħela ta' żmien.", "Madam Speaker, xtaqt issa nagħmel punt żgħir fuq San Ġwann.", "L-iktar ħaġa li qed tinkwieta lir-residenti ta' dan il-post hija li l-problema tad- droga li teżisti hemmhekk kulma tmur qiegħda dejjem tikber, speċjalment fil- ġnien ta' quddiem il-knisja u fl-area ta' Taż-Żwejt.", "Hija ħasra li ġo belt bħal din l-għassa li tinsab viċin ta' din l-area tkun magħluqa kważi l-ħin kollu u issa, li saret riforma fil-Korp tal-Pulizija, nispera li jkun hemm aktar pulizija available ħalli din il-problema tkun tista' titrażżan kemm jista' jkun.", "Nixtieq ngħid ukoll li Wied Għomor huwa l-uniku wied pittoresk li għad fadal ġewwa d-Disa' Distrett u għalhekk hemm bżonn li nibżgħu għalih għaliex jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma sejrin dan se jispiċċa biex jinqered.", "Hawnhekk wieħed irid ifaħħar l-isforzi li ħadu diversi kunsilli lokali, speċjalment dawk ta' l-areas ta' madwar, sabiex dan il- wied jiġi kkonservat u minn hawnhekk jiena nixtieq inħeġġeġ lill-Gvern sabiex jieħu azzjoni fuq dan ir-rigward.", "Madam Speaker, nerġa' mmur lura għall-problemi li jeżistu fl-Imsida.", "Hemmhekk il-Gvern kulma qiegħed jistenna huwa li joħroġ il-permess mill- Planning Authority ħalli jibda jwaqqa' l-postijiet li m'humiex tajbin għall- abitazzjoni u jibni oħrajn minflokhom.", "Ovvjament qabel ma joħroġ dan il- permess il-Gvern ma jistax joħroġ lin-nies minn hemm u għalhekk huwa importanti li l-Planning Authority toħroġ dan il-permess kemm jista' jkun malajr.", "Biżżejjed ngħid li preżentement dawn in-nies qed jgħixu fi djar koroh u perikolużi - kif diġa' għidt aktar kmieni anke s-soqfa ta' dawn il- postijiet jinsabu fil-periklu - fejn hemm ġrieden u mard.", "GĦalhekk iktar ma tittieħed azzjoni malajr f'dan ir-rigward, aktar tiġi solvuta maljar il- problema ta' ħafna residenti.", "Madam Speaker, f'dan il-ftit ħin li kelli semmejt diversi problemi li hemm fid-Disa' Distrett u dan għamiltu sabiex il-Gvern ikun jista' jikkonsidrahom u jibda jieħu xi azzjoni dwarhom.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1997, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - KAROZZI MISRUQA", "5479.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati karozzi misruq lill-Pulizija sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?", "Kemm minn dawn instabu?", "X'miżuri ttieħdu mill-Pulizija fil-kors ta' l-aħħar għaxar snin biex jitrażżan is-serq ta' karozzi f'dawn il-gżejjer?", "Kemm tressqu nies quddiem il-qrati, sena b'sena, fuq akkużi ta' serq u kemm minnhom instabu ħatja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ninsab informat ukoll, illi l-Pulizija qed tieħu l-passi necessarji biex jitrazzan is-serq ta` karozzi partikolarment permezz ta` 'patrols' u 'road blocks'.", "Għal dan l- iskop fl-1994 twaqqfet skwadra apposta fi hdan il-Pulizija li ser tkompli tiġi msaħħa fil-proċess ta` modernizzazzjoni li qed isir bħalissa fil-korp.", "MINISTRU TAT-TURIŻMU - INVESTIMENTI", "5225.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jikkonsidrax li l-investimenti li għandu jikkonfliġġu max- xogħol tiegħu ta' Ministru u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'arranġamenti għamel biex jevita dan il-konflitt?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "GOZO CHANNEL - BUILDING SCHEDULE", "5306.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-\"building schedule\" għal bini tat-tliet vapuri ġodda tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-", "| Hull 178 | |Hull 179 Hull 180 | | | | Start date Sept 1997 | |Mar 1998 Sept 1998 | | Delivery Feb 1999 | |Sept 1999 June 2000 |", "KATAMARAN - SERVIZZ TA' TRASPORT", "5307.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk interessi privati wrewx interess li joperaw is-servizz ta' trasport bil-Katamaran bejn Malta u Għawdex minn Ottubru 1996 'il hawn?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li f'dawn l-aħħar xhur kien hemm kumpannija li għamlet offerta konkreta biex topera l-Catamaran Victoria Express.", "Din l-offerta kienet bil-kondizzjoni li jingħata sussidju sostanzjali mill-Gvern.", "Minħabba dan, l-offerta ma ntlaqatx mill-Gvern.", "BUĠIBBA - KUMITAT TA' AZZJONI", "5308.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk twaqqfux Kumitati ta' Azzjoni simili għal dak ta' Buġibba iżda għal zoni oħra u jekk iva, jgħid għal liema zoni, min huma l- membri ta' kull kumitat, ix-xogħlijiet li mistennija jwettqu kull kumitat, meta mistenni li jitwettqu u l-ispiża prevista għal kull zona?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Twaqqaf il-kumitat ta' Azzjoni għal Għawdex, il- Kumitat ta' Azzjoni għal Paceville u l-kumitat ta' Azzjoni dwar il-ħarsien tal-Wirt Kulturali.", "Il-Kumitat ta' Azzjoni għal Għawdex qed jaħdem biex tingħata dehera aħjar liż-żoni turistiċi fosthom ix-Xlendi u Marsalforn.", "Il-Kumitat ta' Azzjoni ta' Paceville qed iħejji pjanijiet sabiex isir titjib f'Paceville u 'l madwar filwaqt li l-kumitat ta' azzjoni dwar il-ħarsien tal-wirt kulturali qed jaħdem biex jikkordina 'l ħarsien tal-wirt kulturali f'pajjiżna.", "Fil-Kumitat ta' Azzjoni għal Għawdex hemm rappreżentanza tal-Ministeru tat-Turiżmu, tas-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex, tal-kunsilli lokali, kif ukoll tas-settur privat.", "Fil-kumitat ta' Azzjoni ta' Paceville hemm rappreżentanza tal-Ministeru tat-Turizmu, Ministeru tax-Xogħlijiet, Awtorita' ta' l-Ippjanar, Paceville Hotels and Restaurants Association, General Retailers and Traders Union, kunsilli Lokali u s-settur kummercjali.", "Fil-Kumitat dwar il-ħarsien tal-Wirt Storiku, hemm rappreżentanza tal- Ministeru tat-Turiżmu, tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u kultura Nazzjonali, tal-Ministeru tax-Xogħlijiet, ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar, Dipartiment tal-Mużewijiet, Għaqdiet kulturali u storiċi u personalitajiet magħrufin tajjeb f'dawn l-oqsma.", "KUNSILLI LOKALI", "5309.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali rrispondew għat- talba tad-dipartiment biex jibagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-iskema proposta ta' assenjar ta' ħaddiema u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ssottomettietx il-veduti tagħha u jekk iva, jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: S'issa għad ma saret l-ebda talba mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali kif qed isemmi l-Onor.Interpellant.", "Wara li kelli taħdidiet ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma' delegazzjonijiet tal-General Workers' Union u l-Union Ħaddiema Magħqudin dwar l-iskema ta' assenjar ta' ħaddiema mal-Kunsilli, għandi l-pjaċir ngħid li dawn kollha qablu ma' l-iskema kif ser titħaddem.", "Nissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant biex jikkonsulta ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali jekk irid iżjed tagħrif dwar il-pożizzjoni tagħha f'dan ir-rigward.", "VALLETTA REHABILITATION COMMITTEE - GUIDELINES", "5310.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex l-istudju dwar il- \"guidelines\" ġodda tal-Valletta Rehabilitation Committee u jekk iva, jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kopja tal-guidelines tal-Kumitati tar- Riabilitazzjoni tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant aktar kmieni f'din is-seduta.", "EDUKAZZJONI - EARLY LITERACY PROGRAMME", "5667.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-Early Literacy Programme, jista' l- Ministru jagħti definizzjoni preċiża ta' x'qed jifhem hu bit-terminu Illiteracy?", "Qed ifisser li persuna ma tkun taf taqra xejn, taf ftit, jew taf taqra inqas mill-medja?", "Ma' xiex qed inkejlu l-illiteratiżmu f'Malta?", "Jista' l-Ministru jindika jekk hawnx xi inħawi f'Malta fejn din il-problema hija akbar minn inħawi oħra għal dak li qed jistabbilixxi l-Ministru?", "X'inhuma r-raġunijiet li jikkawżaw dan l-iżbilanċ fl-illiteratiżmu f'inħawi differenti ta' Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nikkoreġi lill-Onor.", "Deputat li l-enfasi tal- programm huwa wieħed pożittiv u jiffoka fuq 'literacy' mhux 'illiteracy'.", "L-iskop huwa li ntejbu l-livelli tal-literatiżmu b'mod ġenerali.", "Għaldaqstant nippreferu nitkellmu fuq 'literiżmu' milli 'illiteriżmu'.", "Hemm il-ħsieb li jsir 'assessment' tal-livelli ta' litteriżmu fis-snin bikrin tal-primarja.", "Dan għandu jagħtina stampa aktar attwali tal-qagħda f'dan ir-rigward.", "KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "5668.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fl-eżerċizzju tar-reviżjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux qed issir jew se ssir xi diskussjoni dwar l-allokazzjoni tal-ħin tat-timetable ta' kull suġġett?", "Hemm xi ħsieb li tingħata l-fakulta' lill-iskejjel biex huma wkoll jallokaw l-ħin għas-suġġetti tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali skond il- ħteġijiet ta' l-istudenti ta' l-iskejjel tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-eżerċizzju tar-reviżjoni tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali qegħda ssir diskussjoni dwar firxa kbira ta' aspetti li jolqtu t- tagħlim tas-suġġetti varji.", "L-istess konsultazzjoni li saret ma' l- istakeholders differenti, ġibdet attenzjoni għal ħafna minn dawn l-aspetti.", "Peress li l-proċess tar-reviżjoni għadu għaddej, ikun prematur jekk f'dan l-istadju wieħed jagħti tagħrif dwar xi konklużjonijiet.", "EDUKAZZJONI - KORSIJIET POST-SEKONDARJI", "5669.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' drop- outs minn Ottubru, 1996 'il hawn li kienu qed jagħmlu korsijiet post- sekondarji li jaqgħu taħt id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Sar xi studju dwar ir-raġuni għaliex kien hemm dawn id-drop-outs?", "Jista' jagħti l-figuri tad-drop-outs skola bi skola u kors b'kors?", "X'jiġri mit-timetable ta' l- għalliema li jkunu naqsulhom ħafna studenti mill-kors tagħhom kmieni matul is-sena skolastika?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mill-aħħar statistika li ntbagħtet lid- dipartiment fi Frar, l-għadd ta' studenti, li ma komplewx il-kors Post- Sekondarju li jkunu bdew f'Ottubru, huwa kif ġej:-", "Skola It-Total ta' studenti li ma komplewx xi wieħed mill-korsijiet Post-Sekondarji", "Secretarial School 5 Mill-Ewwel sena tas- Secretarial Course 1 Mit-Tieni sena tas- Secretarial Course", "Fellenberg Training 1 Mill-Ewwel sena ta' l-Industrial Centre Electronic Technicial Course 1 Mit-Tieni sena ta' l- Industrial Electronic Technician Course", "Gozo (Post-3 Matriculation Certificate Course Secondary Complex) 1 Ordinary Level Course", "Arts & Design Course NIL", "Nautical School NIL", "Technicial Institute 2 Ordinary Technicial Diploma Paola 4 Electrical and Electronics Engineering Course 3 Mechanical Engineering Technician Course 3 Micro Computer Technology Course 1 Refrigeration Technician Course 1 Draughtsmen Course 1 Electrical and Maintenance and Repairs", "Paolino Vassallo 17 Matriculation) Minn total Certificate Upper) ta' 20 Klassi Lyceum Course}) 30 Banking Course}", "College of NIL Agriculture", "Pre-Vocational 5 (Health Care)", "School of Hairdre- NIL ssing and Beauty Therapy", "Pre-School Education 6", "Giovanni Curmi 42 Matriculation Minn Certificate} Total ta' Higher Secondary 34 Klassi Course} 10 Advanced/Ordinary Level Course} 19 Ordinary Level Course} TOTAL 156", "Ir-raġuni għaliex l-istudenti ma jkomplux il-kors huwa li jew isibu xi xogħol, (ħafna drabi jkun xogħol relatat mal-kors li jkunu qegħdin jistudjaw) jew inkella għax ikun irnexxielhom iġibu ċ-ċertifikat fis- suġġett li jkunu qegħdin jistudjaw.", "Dan joħroġ minn tagħrif li jasal mingħand il-kapijiet ta' l-iskejjel li jkunu jafu fejn ikunu marru l- istudenti.", "Kif jidher mill-għadd ta' studenti li naqsu minn fuq il-kotba ta' l- iskejjel Post-Sekondarju, ma jirriżultax li t-timetables tbiddlu.", "Dan għaliex l-għadd ta' studenti li jonqos f'kull klassi, meta tqis li dawn ikunu maqsumin klassijiet skond is-suġġetti li jagħżlu, hu żgħir ħafna.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "5670.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Vot Kapitali Construction and adaptation works in Government Schools ma jinkludi xejn dwar Skejjel Speċjali?", "Jekk hemm xi ħsieb li jsiru xi xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'dawn l-iskejjel, f'liema vot qegħdin u kemm kien hemm maħsub li jintnefqu għal dan l-iskop matul l-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fondi għal infiq ta' xogħlijiet fl-iskejjel speċjali qegħdin taħt il-cost centre, Student Services and International Relations fis-sub-heading Repair and Upkeap.", "Inżid ngħid li xogħlijiet ta' natura kapitali fl-iskejjel speċjali sejrin jitħallsu mill-Vot Kapitali - \"Refurbishment and Maintenance in Government Schools\", item 8.", "SKEJJEL - REMEDIAL TEACHERS", "5671.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal artiklu li bħala Ministru ta' l- Edukazzjoni kiteb f'The Times tas-17.3.97: Helping them early, peress li l- Ministru kiteb li In an education like ours, a student's sense of self is tied to the academic performance, u b'riferenza wkoll għal tweġiba ta' mistoqsija parlamentari riċenti, fejn il-Ministru kkonferma li l-Physical Education ukoll se jsir suġġett eżaminabbli, kif iqabbel dawn iż-żewġ stqarrijiet ma' xulxin?", "Peress li fl-istess artiklu kiteb li: There are new opportunities for the professional development of mainstream and learning support (remedial) teachers in the detection and remediation of reading and writing difficulties, dan ifisser li la l-Universita' u lanqas id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni qatt ma għamlu xejn f'dan il-qasam?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux in-service courses għar-Remedial Teachers matul l-aħħar ħames snin?", "Jekk fl-affermattiv, kemm saru?", "X'isir fit-taħriġ ta' l-għalliema tal-B.Educ fl-Universita' f'dan il-qasam?", "Jekk l-Universita' m'hija qiegħda tagħmel xejn f'dan il-qasam, kif allura issa se tmexxi hi dan il- programm?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill- Onor. Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.", "Matul l-aħħar ħames snin saru 18 in-service courses għar-Remedial Teachers.", "Dawn kienu kif ġej:", "1.", "Learning support", "2.", "Drama in support teaching", "3.Helping Special Children in the mainstream", "4.", "Learning Support - Special Education (Dan il-kors sar darbtejn)", "5.", "Remedial teachers in Primary Schools", "6.", "The Education of Hearing Impaired Children", "7.", "Integrating children with disabilities in schools/society", "8.", "Staff for children with special needs", "9.", "Drama and Teaching/Learning Support", "10.", "Children with special needs", "11.", "Collaborative approach to teaching low attainers", "12.", "Drama with low achievers", "13.", "Meeting special educational needs (Dan il-kors sar darbtejn)", "14.", "Alleviating reading difficulties", "15.", "The hearing impaired child in your classroom", "16.", "Reading and writing difficulties - identification and intervention", "17.", "Teaching approaches", "18.", "Teaching strategies", "Fl-1997, ir-Remedial Teachers ħadmu fuq erba' proġetti li għalihom saru laqgħat regolari.", "Dawn il-proġetti kienu:", "Teaching Maltese using computers Oracy (listening and speaking) Reading (different approaches) Writing (Self expression and spelling)", "Id-dijanjosi ta' diffikultajiet fil-qari u l-kitba normalment kienet issir minn professjonisti b'taħriġ speċjalizzat bħall-educational psychologists.", "Fil-B.Ed kienu u għadhom isiru numri ta' korsijiet għall-għalliema ġodda sabiex jiġu ppreparati f'aspetti bażiċi ta' dawn id-diffikultajiet.", "Dan it- taħriġ huwa bażiku ħafna u ċertament m'għandux jitqies bħala taħriġ speċjalizzat jew semi-speċjalizzat.", "F'dawn l-aħħar snin ma sar l-ebda taħriġ għar-remedial teachers min-naħa tal-fakulta' ta' l-Edukazzjoni.", "Issa li għandna numru ta' nies bi speċjalizzazzjoni fil-qasam imsemmi, kemm fil-Fakulta' kif ukoll fid-Diviżjoni, l-Universita' tinsab f'pożizzjoni li tniedi kors għar-remedial teachers.", "Dan huwa ppjanat li jibda f'Ottubru li ġej.", "SKEJJEL - KOTBA", "5672.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi beħsiebu jieħu biex l-iskejjel ikollhom dawk il-kotba attraenti u stimulanti li huwa semma fl- artiklu tiegħu f'The Times tas-17 ta' Marzu meta kiteb li Of utmost importance is the provision of attractive and stimulating books (fiction and non-fiction)?", "Skond l-opinjoni tiegħu, fiex inhuma defiċjenti l-kotba preżenti?", "Kemm hu maħsub li jipproduċi kotba l-Ministeru f'dawn il-ħames snin li ġejjin għall-iskop imsemmi hawn fuq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'dawn l-aħħar snin il-libreriji fl-iskejjel primarji tħallew jaqgħu lura.", "Kien biss għall-impenn ta' ċerti heads u għalliema li baqgħu jiksbu kotba interessanti għall-iskejjel.", "Il-ministeru qed jaħseb li jixtri kwantita' ta' kotba ġodda għall-iskejjel u jibda programm ta' materjal edukattiv ġdid għall-istudenti.", "MIA - COMMUNICATOR ASSISTANTS", "5897.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' communicator assistants li hemm jaħdmu fl-Airport bħalissa?", "Meta sar l-aħħar course fost l-impjegati bi preparazzjoni għal dan it-tip ta' xogħol?", "Meta hu mistenni li jsir kors ġdid?", "Kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema li jwettqu xogħol fir-Runway Control Posts li hemm fl-Airport?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fid- Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili m'hemmx grad ta' \"Communicators Assistant\".", "Jiena qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal grad ta' \"Communicator\".", "Jiena nformat li bħalissa hemm 33 `communicator'.", "Ma jinżamm l-ebda kors speċifiku biex jiġu mħarrġa `communicators', u mhux ippjanat li jinżamm kors ta' dan it-tip.", "Fl-ajruport hemm \"Runway Control Post\" wieħed biss u x-xogħol f'dan il-post huwa parti mid-dmirijiet tal- `communicator' u għaldaqstant kull `communicator' huwa obbligat li jagħmel xogħol fi \"Runway Control Post\" skond skema ta' `roster'.", "MINISTERI - TENDERS", "5910.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferezna għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 3853, jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li ħatar biex imexxu l-proċess tat-tenders li joħroġ il-Ministeru?", "Jista' jgħid meta ħatarhom u liema tenders itrattaw s'issa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bord 'ad hoc' jinħatar għal kull tender skond in- natura tiegħu u mhux neċessarjament ikun kompost mill-istess individwi.", "Dan il-bord ikun kompost minn chairman, rappreżentant tal-Ministeru u minn wieħed sa żewġ membri tekniċi.", "Barra mir-rappreżentant maħtur mill- Ministeru, il-membri l-oħra tal-bord jinħatru mill-kap tad-dipartiment konċernat.", "THE TIMES - ITTRA MIS-SUR ERIC SALIBA", "5911.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-ittra li ġiet ippubblikata fil- ħarġa ta' nhar il-Ħamis, 1 ta' Mejju, 1997 tal-gazzetta \"The Times\" bit- titlu Minister geatly misinformed, u li dehret bl-isem tas-Sur Eric Saliba bħala awtur, u billi s-Sur Saliba jaqdi dmirijiet fis-Segretarjat tal- Ministru, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ittra tressqitx għall-konjizzjoni tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni qabel intbagħtet lill-gazzetta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma tressqitx.", "KUMITAT TAL-BIOETIKA - MONS.", "CHARLES G. VELLA", "5971.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Mons. Charles G. Vella għadux rappreżentant tal-Gvern Malti fuq il-Kumitat tal-Bioetika tal-Kunsill ta' l-Ewropa?", "Jekk fin-negattiv, għaliex m'għadux u min ġie maħtur floku?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mons. Charles G. Vella kien wieħed minn numru ta' membri fuq il-Kumitat tal-Bioetika li kienu jirrappreżentaw lil Malta f'laqgħat tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "It-terminu ta' dan il-kumitat għalaq fid-9 ta' Mejju, 1997 u għalhekk Mons. Charles G. Vella għalaqlu ż-żmien li għalih kien appuntat.", "Dan il-kumitat se jkun rikostitwit fil-futur qarib mill-ministeru konċernat.", "Tajjeb li l-Onor.", "Richard Muscat jinnota li l-aħħar darba li Mons. Charles G. Vella irrappreżenta lil Malta f'dan il-kumitat kien mil-4 sas-7 ta' Ġunju, 1996.", "ISTITUZZJONI SAN RAFFAELE - RELAZZJONIJIET", "5972.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-relazzjonijiet tal-Gvern ma' l-Istituzzjoni San Raffaele ta' Milan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DITTA SKANSKA - BINI TA' L-ISPTAR SAN RAFFAELE", "5973.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-relazzjonijiet attwali mad-Ditta Skanska dwar it- tkomplija tal-bini ta' l-Isptar San Raffaele?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħol tal-bini huwiex immexxi regolarment jew huwiex wieqaf?", "Fil-każ, sakemm mistenni dan il-waqfien u għal liema raġuni waqaf?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.", "SPTAR SAN RAFFAELE - FINANZJARJAMENT", "5974.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-finanzjament mill-European Development Fund li kien miftiehem għall-Isptar San Raffaele mill-gvern preċedenti għadux jgħodd ukoll għall-isptar kif qed jipproġettah il-Gvern preżenti?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid kemm kien l-ammont qabel u kemm hu issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5986.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies li kienu jirreġistraw fl-ewwel parti tar- reġistru sabu xogħol matul Marzu u April 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li kienu jirreġistraw u li sabu xogħol matul ix-xhur ta' Marzu u April 1997, hu kif ġej:", "| |Malta |Għawdex | |Marzu 1997 |187 |7 | |April 1997 |270 |3 |", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN SIR PAUL BOFFA", "5987.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li titwettaq ħidma biex il- ġnien Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid ma jibqax fi stat ta' żdingar kbir - xi drabi ġej minn vandaliżmu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-manutenzjoni tal-ġnien Sir Paul Boffa f'Raħal Ġdid kienet fdatha b'kuntratt lil min kien imexxi il-kiosk li hemm fl- istess ġnien.", "Għalkemm dan il-kuntratt spiċċa, il-gvern qiegħed isib diffikultajiet legali biex jiżvojta dan il-kiosk, ħalli jerġgħu jissejħu l- offerti biex jerġa' jinkera.", "Intalbet l-għajnuna tal-Kummissarju tal- Pulizija biex tisserva l-Eviction Order.", "Huwa l-ħsieb li l-arranġament imsemmi aktar 'il fuq jitkompla ma' min se jkun il-kerrej il-ġdid ta' dan il-kiosk.", "IMPJIEGI - SAĦĦA/SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "5988.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet il-Korporazzjoni li Tippromwovi s- Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol meta seħħ ħruq fit-Tarzna fuq vapur Kroat f'Baċir Nru. 6?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Irrid infakkar lill-Onor.", "Membru li l-funzjonijiet tal- Kummissjoni, kif suppost huwa nformat, huma stabbiliti bl-Artiklu Nru. 4 ta' l-Att tal-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il- Post tax-Xogħol.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Membru, mhix il-funzjoni tal-Kummissjoni għall- Promozzjoni tas-Saħħa u tas-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol li tinvestiga fuq postijiet tax-xogħol.", "Anzi nżid ngħid li l-Kummissjoni ma kenitx mgħarrfa bl-inċident li semma l-Onor.", "Membru.", "BANEK - SELF", "5989.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Billi dan l-aħħar ġie rrapportat fil-media li l-Ministru qal li l-banek qed jilqgħu kull talba raġjonevoli għal self u semma ittra li ntbagħtet lilu, jista' l-Ministru jgħid x'somom selfu l-banek matul April 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-figuri proviżorji juru li s-self totali tal-banek lokali fl-aħħar ta' April 1997 jammonta għal Lm1.619,0 miljuni.", "Minn dan l-ammont, is-self lir-residenti lokali jammonta għal Lm1,276.4 miljuni waqt li s-self lir-residenti barranin jammonta għal Lm342.6 miljuni.", "Fis-settur lokali, is-self lis-settur tal- manifattura tela' għal Lm223.2 miljuni, is-self lis-settur tal-bejgħ bl- ingrossa u l-imnut jammonta għal Lm216.5 miljuni, is-self lis-settur turistiku tela' għal Lm147.7 miljuni, waqt li s-self lis-settur privat jlaħħaq Lm224.7 miljuni.", "ANZJANI", "5990.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li dak li ġie rrapportat f'l-orizzont tat-22 ta' Mejju (p6) - \"L-anzjani qed jieħdu iktar riżorsi\" jirriflettix eżatt dak li qal is-Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani fil-kors organizzat mill-INIA?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, u li s-soċjeta trid tagħmel minn kollox biex ikollhom livell ta' għajxien l-aktar xieraq.", "REFALO ONOR.", "ANTON - LAQGĦA MA' CHARGE' D'AFFAIRES TA' L-ISTATI UNITI", "5991.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid dwar xiex kienet il-laqgħa bejn is-Segretarju Parlamentari għal Għawdex u ċ-Charge' d'Affaires ta' l-Istati Uniti li saret dan l- aħħar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iż-żjara li ghamel ix-Charge' d'Affaires ta' l-Istati Uniti lis-Segretarju Parlamentari għal Għawdex nhar it-Tnejn 19 ta' Mejju 1997 kienet waħda ta' kortesija.", "SPTARIJIET/KLINIĊI PRIVATI - SPEZZJONIJIET", "6010.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru spezzjonijiet ġewwa l-isptarijiet privati kif ukoll kliniċi privati mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "Instabu xi rregolaritajiet u jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ispezzjonijiet li saru ġewwa l-isptarijiet u kliniċi mill-1 ta' Jannar 1997 sal-lum huma dawn:", "17/1/97 - St. Mark's Clinic 22/1/97 - St. Mark's Clinic 28/1/97 - St. James Hospital 4/2/97 - Capua Hospital 7/2/97 - St.Philip Hospital 18/2/97 - Klinika Vella", "Dawn l-ispezzjonijiet saru bħala parti mill-proċess għat-tiġdid annwali tal-liċenzji ta' dawn il-postijiet.", "Dejjem ikun hemm lok ta' titjib fis- sistemi ta' kura fl-isptarijiet u kliniċi privati.", "Id-Dipartiment tas- Saħħa dejjem jagħmel ir-rakkommandazzjonijiet tiegħu biex fi spirtu ta' kollaborazzjoni, il-kwalita' u l-istandards jinżammu u jitjiebu.", "SAĦĦA - WARD CLERKS", "6011.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew ingaġġati ward clerks mad-Dipartiment tas-Saħħa minn mindu ġie ppubblikat ir-riżultat finali ta' l-għażla?", "F'liema sptarijiet bdew jaħdmu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' Ward Clerical Assistants li ser jiġu appuntati mad-Dipartiment tas-Saħħa fit-2 ta' Gunju, 1997 huwa 103 u se jitqassmu skond l-esiġenzi tas-servizzi.", "Ma' dawn 15 oħra se jibdew fid-Dipartiment tal-Kura ta' l-Anzjani.", "SPTAR MONTE CARMELI - CLEANERS", "6012.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li preżentement hemm nuqqas ta' cleaners ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, għaliex apparentement twaqqfet is- sahra lil dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma jirriżultax li twaqqfet is-sahra lil dawn il- ħaddiema.", "SAĦĦA - SOCIAL WORKERS", "6013.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra kemm huwa l-complement preżenti ta' Mental Health Social Workers u ta' Welfare Officers?", "X'qiegħed jagħmel il-Gvern biex iħajjar aktar studenti jaqbdu din il-linja?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ġewwa l-Isptar Mount Carmel hemm (a) żewġ persuna li jipprattikaw ta' social workers mal-Gvern fuq bażi fulltime (b) seba' persuni oħra li jaħdmu mal-Gvern fuq bażi part-time; bħala Casual Social Work Assisstants, u (3) tliet Health Social Officers li huma social workers impjegati fulltime mis-social Welfare Development Programme (SWDP).", "Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal- Qormi hemm tliet Health Social Officers li jaħdmu fuq bażi part-time bħala social workers fil-komunita'.", "Dawn it- tlieta huma mpjegati tas-Social Welfare Development Programme (SWDP).", "Permezz tas-Social Welfare Development Unit tal-ministeru, intbagħtu fuljetti attraenti ħafna lill-kull student tas-6th Form jittellgħu stands fil-Carreers Conventions, u tħejjew programmi fuq il-University Radio.", "SPTAR MONTE CARMELI - MARD", "6014.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għal domandi preċedenti kemm kien hemm każi ta' diarrhoea ġewwa l-Isptar Monte Carmeli f'dawn l- aħħar xahrejn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: F'dawn l-aħħar xahrejn kellna 11-il każ ta' diarrhoea ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.", "MENTAL HEALTH REVIEW TRIBUNAL", "6015.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa' l-Mental Health Review Tribunal mis-26.10.96 sal-lum?", "Kemm-il każ ġie evalwat?", "Min huma l-membri li jikkomponu dan it-tribunal?", "Kemm hemm każi pendenti quddiem it-tribunal?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mis-26 t'Ottubru, 1996 il-Mental Health Review Tribunal għadu ma ltaqax.", "Il-membri li jikkomponu dan it-tribunal huma:", "Chairman: Mr Justice V Caruana Colombo LL.D", "Membri: Ms Marika Sacco B.Psych (Hons) Dr Peter Muscat MD, LRCP, MRCS, MRCPsych (UK) (Cons Psych)", "Membru Sostitut: Mr Alfred Zammit Montebello BA (Hons) ME & AFB.", "Ps.S.C Psych C, Psych UK.", "Segretarja: Ms M'Louise Borg", "Hemm ħames każi pendenti quddiem dan it-tribunal.", "MOBILE KIOSKS - GARANZIJI BANKARJI", "6093.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew mitluba Lm5,000 bħala garanzija bankarja biex jingħata permess għal mobile kiosk?", "Jista' l-Ministru jara li jnaqqas mill-garanzija bankarja għal prezz aktar raġjonevoli?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-gvern għandu l-ħsieb li jirregolarizza darba għal dejjem il-pożizzjoni ta' dawn hekk imsejħin mobile kiosks, li għandhom permess ta' użu temporanju ta' biċċa art tal-gvern imam ma jiċċaqalqu qatt.", "Hija l-intenzjoni ta' dan il-gvern li din is-sena jagħmel skema li twassal biex is-sidien ta' dawk il-kiosks li din is-sena jkunu koperti bil-permess tad-Dipartiment ta' l-Artijiet jekk ikun possibbli jkollhom biċċa art mogħtija lilhom taħt titlu legali li fuqha jkunu jistgħu jibnu struttura permanenti koperta bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għal dan il-għan, il-gvern se jwaqqaf kumitat li fih se jkun hemm ukoll rappreżentant tal-Għaqda tas-sidien tal-kiosks biex fi żmien qasir jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.", "Il-garanzija bankarja msemmija mill-Onor.", "Membru se sservi ta' deterrent għal dawk is-sidien ta' kiosks, li b'mod irresponsabbli jiksru l-kondizzjonijiet tal-permess mogħti lilhom din is- sena.", "PULIZIJA - NAR TAL-FESTI", "6098.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jiġri minn nar mixtri jew maħdum għal festa ladarba kien hawn xi festi li fihom ma nħaraqx n-nar u għalhekk issa żgur li jkun maħżun f'stat li jista' jkun perikoluż?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant m'hijiex ċara fis-sens li s-sitwazzjoni msemmija minnu ilha tezisti minn dejjem billi hu maghruf li l-ħażna tan-nar għall-festi tkun ilha ssir xhur qabel id-data tal-festa.", "MARD KRONIKU - TNAQQIS MIT-TAXXA TA' L-INCOME", "6102.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinformani minn meta beda ma jingħatax tnaqqis mit-taxxa ta' l-income fuq mard kroniku?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-Budget għas-sena bażi 1996, il-Gvern Nazzjonalista kien waqqaf it-tnaqqis mit-Taxxa ta' l-Income fuq Mard Kroniku.", "ORGANIZZAZZJONIJIET FILANTROPIĊI - TAXXA TA' L-INCOME", "6103.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinformani minn meta beda ma jingħatax tnaqqis mit-taxxa ta' l-income fuq donazzjonijiet mogħtija lill- organizzazzjonijiet filantropiċi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tnaqqis mit- taxxa ta' l-Income tax fuq donazzjonijiet mogħtija lill-organizzazzjonijiet filantropiċi twaqqaf mill- Gvern Nazzjonalista fil-budget tas-sena bażi 1996.", "BUĠIBBA - VENDA", "6125.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jinbena l-bus terminus f'Buġibba?", "X'tibdil sar fil-pjanti ta' dan it-terminus matul dawn l-aħħar ġimgħat?", "Meta saret l-applikazzjoni għall-bini tiegħu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li t-terminus il-ġdid ta' Buġibba hu ippjanat li jinbena fuq art tal-Gvern li tinsab bejn Triq il- Konz u Triq Domenico de Nizza.", "L-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar saret fl-24 ta' Marzu 1997 u ġġib in-numru 1504/97.", "Jiena nformat ukoll li bħalissa qed isiru diskussjonijiet bejn l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku u d-Direttorat tal-Ippjanar dwar modifikazzjoni għall- pjani oriġinali.", "PTA - WHITE TAXIS", "6126.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma d-drittijiet tal-white taxis fil-konfront tax-chauffer driven?", "Il-PTA x'miżuri tieħu biex tiggarantixxi li dawn id-drittijiet jiġu osservati?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li d-drittijiet u d-dmirijiet, tas-sidien/xufiera tat-taxis u ta' dawk li jipprovdu servizz ta' trasport `chauffer driven' huma elenkati fir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur.", "Jiena nformat ukoll li l-miżuri li jittieħdu biex ikun żgurat li dawn id- drittijiet, u dmirijiet, ikunu osservati huma dawk ta' `enforcement'.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "6127.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tibdil sar fid- daħla ta' Buġibba waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol, meta mqabbel ma' dak approvat?", "X'kienet ir-raġuni li nqata' blat imbagħad reġa' ntradam, kif ukoll kien hemm irdim li wara li ntefa' reġa' tneħħa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-daħla ta' Buġibba qiegħda ssir skond il- pjanti approvati.", "Persważ li l-Onor.", "Membru japprezza li x-xogħol fuq il- proġett ta' Buġibba qiegħed isir, il-biċċa kbira tiegħu minn nies tal-Gvern u li kemm dawn in-nies kif ukoll kull minn hu fuqhom huma kompetenti fix- xogħol tagħhom.", "Mhix kompitu tal-Ministru li jindaħal jew ibiddel dawn ix-xogħlijiet għax hemm uffiċjali tad-dipartiment li jaraw u jagħmlu dan, aktar u aktar meta x- xogħol ikun miexi skond pjani approvati.", "Jista' jagħti l-każ li dak li deher li rrifera għalih l-Onor.", "Membru huwa minnu biss ma naħsibx li kien hemm għalfejn wieħed jagħmel plejtu minn dan aktar u aktar meta kif tindika l-mistoqsija stess setgħa kien żball ġenwin.", "Jidher li ħdejn il-komplessita' tax-xogħol dak li rrifera għalih l-Onor.", "Membru huwa qatra f'Oċejan.", "Nista' nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru li jekk għandu xi nformazzjoni oħra fuq dan is-suġġett, jgħaddihieli privatament biex inkun nista' nieħu l- passi neċessarji.", "BUĠIBBA - DAWL", "6128.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ħarġux tenders għal-lighting ġewwa Buġibba?", "Jekk ħarġet, meta sar dan u meta ġiet awarded?", "Lil min?", "Kemm ġiet tiswa din it-tender?", "Jista' l-Minisru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din it-tender?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tender li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru ħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti u nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "P.A. - XOGĦOL FIL-WIDIEN", "6129.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' xogħol fil-widien quddiem il-Planning Authority li saru minn dipartimenti tal-Gvern?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - APPLIKAZZJONI", "W662.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Land Department waqqafx l-applikazzjonijiet tal-persuni li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex jixtri l-post tiegħu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-file relattiv qed jiġi pproċessat."]} {"filename": "19970212_028d_par.doc", "date": "1997-02-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 28 L-Erbgħa, 12 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 28 L-Erbgħa, 12 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "28", "L-Erbgħa, 12 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 427", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 427", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 435", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "L-GĦAXAR JUM STABBILIT", "MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA 435", "AĠĠORNAMENT 470", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 471", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 27 li saret fil-11 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦAMRUN - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "2326.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex reġa' inqata' d-dawl fil-Ħamrun il-bieraħ?", "Jekk kien avżat, fejn u kif ġie avżat?", "Kemm-il darba nqata' d-dawl fil- gżejjer Maltin f'dawn l-aħħar tliet xhur?", "Kemm-il darba nqata' d-dawl fl- istess perijodu ta' żmien sena ilu?", "Kemm-il talba għal kumpens saret lill- Korporazzjoni Enemalta minħabba ħsarat kawżati minn qtugħ mhux avżat fil- provvista tad-dawl fl-aħħar tliet xhur u fl-istess perijodu sena ilu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Kummerċ): L-interruzzjoni li kien hemm il-Ħadd is-26 ta' Jannar, 1997 kienet ikkawżata minn manutenzjoni fis- substation tal-Housing Estate f'Tal-Pieta'.", "Dan ix-xogħol kien avżat permess tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.", "Il-qtugħ ta' dawl minn Novembru sa Jannar ta' sena ilu jammonta għal 170, waqt li għall-istess perijodu sa Jannar ta' din is-sena jammonta għal 253.", "Talbiet għal kumpens minħabba qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar tliet xhur kien hemm tnejn minn azjendi industrijali.", "Ma kellniex talbiet fl-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jaf il-Ministru li, minkejja li dan il- qtugħ kien avżat permezz tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, fil-gazzetti ta' dak inhar stess ma kien hemm l-ebda riferenza għal dan il-qtugħ?", "Nixtieq inkun naf ukoll għaliex kien hemm differenza daqshekk qawwija bejn ix-xhur Novembru-Jannar ta' din is-sena u x-xhur Novembru - Jannar tas- sena ta' qabel, meta din ix-xitwa pjuttost għandna anqas kesħa.", "Xtaqt inkun naf ukoll fiex kienu jikkonsistu t-talbiet għal kumpens miż-żewġ azjendi industrijali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett nixtieq ngħid li min-naħa ta' l- Enemalta - għandi kopja hawnhekk stess - it-talba lid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni intbatgħet fil-21 ta' Jannar, jiġifieri ħamest ijiem qabel effettivament sar il-qtugħ.", "Rigward il-mistoqsija l-oħra ma nħossx li jkun etiku li nagħti l- ismijiet taż-żewġ kumpanniji speċifiċi li għamlu t-talba, biss jekk l-Onor.", "Interpellant jibqa' jinsisti jien lest li nagħtih id-dettalji neċessarji.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, jien ma staqsejtx x'jisimhom l-azjendi industrijali imma fhiex kienu jikkonsistu dawn it-talbiet għal kumpens.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, din hija ħaġa li tiġri regolarment.", "Kull meta jkun hemm power cut hija ħaġa normali li jkun hemm kumpanniji, speċjalment dawk li b'xi mod tintlaqtilhom il-produzzjoni, li jagħmlu claim lill-Enemalta u dawn kienu żewġ każi tipiċi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Wieħed irid jirrealizza wkoll li jkun hemm ukoll ħsarat fi djar privati li jiġu kkawżati permezz ta' qtugħ fil- provvista ta' l-elettriku u jien naħseb li l-Enemalta għandha tipprovdi fund għal każijiet bħal dawn.", "Nixtieq li l-Ministru jagħtina l-opinjoni tiegħu dwar dan.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, jien ma nħobbx niddefendi dak li huwa indifensibbli, biss naħseb li l-Enemalta riesqa lejn l-istat li tkun konxja minn u soġġetta għal consumer protection laws tal-pajjiż.", "Dan jafuh id-diriġenti ta' l-Enemalta u qed nagħmlu minn kollox biex din il- mentalita' tidħol kemm jista' jkun down the line.", "Jien bl-ebda mod ma niġġustifika la l-qtugħ li kien hemm qabel u lanqas dak li hemm issa.", "Din hija a sore point u kif għidt qabel żgur li m'iniex se niddefendi dak li mhux difensibbli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' il-Ministru jispjega d-differenza li hemm bejn l-ammont ta' drabi li nqata' d-dawl din is-sena u l-ammont ta' drabi li nqata' sena ilu fl-istess perijodu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-figura li ngħatat kienet waħda pjuttost globali għaliex ma għamlitx distinzjoni bejn suspensions u faults.", "Fil-fatt din id- darba kien hemm iktar suspensions mid-darba ta' qabel għaliex kien hemm madwar 176 każ ta' suspension, paragunat ma' 122.", "More or less il-faults kienu kważi l-istess.", "Naħseb li hawn huwa diffiċli tipparaguna like with like u nemmen li wieħed ikun f'pożizzjoni aħjar li jagħmel ċerti paraguni fuq medda ta' sena.", "BASTIMENTI MERKANTILI - INĊIDENTI", "606.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' inċidenti li seħħew fuq il-baħar, ċioe' fit-territorju Malti tul is-snin 1990-1996 sena b'sena?", "Għall-istess perijodu sena b'sena kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?", "Kemm fosthom kienu abbord bastimenti Maltin?", "Kemm fosthom kienu abbord bastimenti barranin (għall-istess snin)?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru tat-Trasport u Portijiet): Jiena nformat li n-numru ta' inċidenti li seħħew fl-ibħra Maltin jew fuq il-kosta ta' Malta jew meta xi ħadd kien jinsab Malta u li minħabba s-serjeta' tagħhom kienu jitolbu nkjesta taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili kienu dawn:-", "|Sena |Numru ta' | | |Inkjesti | |1990 |1 | |1991 |- | |1992 |2 | |1993 |1 | |1994 |1 | |1995 |5 | |1996 |- |", "TRASPORT U PORTIJIET - PROBLEMI", "607.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu sewwa sew il-problemi li sab ma' wiċċu l-Ministeru tat-Trasport u Portijiet wara t-telfa tal-Partit Nazzjonalista f'Ottubru li għadda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant sar jaf sewwa, matul id-dibattiti fuq l-Estimi, dwar il-problemi li sab ma' wiċċu mhux biss il-ministeru tiegħi iżda ukoll il-ministeri l-oħrajn.", "QRATI - DRITT I AMMINISTRATTIV", "608.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Billi fil- leġislatura li għaddiet l-ex-Ministru Joe Fenech, bi tweġiba għall- interpellanza tiegħi stess, kien wera l-intenzjoni tal-Gvern tiegħu li jwaqqaf administrative court jew tribunal, jista' l-Ministru jgħid jekk il- ħsieb tal-Gvern jimmilitax fl-istess direzzjoni, u jekk fl-affermattiv, jgħid jekk hux se jsegwi d-Dritt Amministrattiv Franċiż?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll, f'isem il-Ministru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant qed jiġi nnotat u jkun ikkonsidrat fil-mument opportun.", "EUROPEAN PRISON RULES", "609.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Konformament ma' dak stabbilit fil-European Prison Rules u dawk l-aktar aġġornati, partikolarment artikolu 42(1), priġunier jingħata l-opportunita' li \"kull jum\" iressaq talbiet jew ilmenti lid- Direttur tal-Ħabs li min-naħa tiegħu għandu jikkonsidrahom u jara li jekk ġustifikati, jilqagħhom?", "Jekk fl-affermattiv, għandu jkun hemm appell minn deċiżjonijiet li l-priġunier jista' forsi jħossu aggravat bihom?", "Mill- ħabs, jista' priġunier iressaq ilment/talba lill-awtoritajiet barra l-ħabs?", "Jekk fl-affermattiv, b'liema mod?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Kuljum id-Direttur tal-Ħabs ikellem lil dawk il-priġunieri li jkunu talbu biex ikellmuh.", "Dawn ikollhom l- opportunita' li jressqu l-ilmenti jew problemi tagħhom.", "Fejn it-talba tkun ġustifikata din dejjem ġiet milqugħa u safejn hu possibli dejjem ingħatat l-għajnuna meħtieġa.", "F'ċerti deċiżjonijiet meħuda mid-direttur dwar dixxiplina, il-priġunier jista' jappella lit-Tribunal ta' l-Appelli maħtur apposta.", "Skond Regolament 18(3) tar-Regolamenti ta' l-1995 dwar il-Ħabs, minbarra lid-Direttur tal-Ħabs, kull priġunier jista' jagħmel talba jew ilment lill- Bord ta' Viżitaturi tal-Ħabs, lill-Ministru responsabbli għall-ħabs, jew jagħmel petizzjoni lill-President ta' Malta, jew lill-korp tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxut internazzjonalment.", "ĦABS - COMMUNITY SERVICE", "610.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibilitajiet li jiġu ntrodotti non custodial methods of treating criminal offenders?", "X'inhuma l-possibilitajiet li jkollna community service li jingħata minn priġunieri taħt community service orders?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): L- Onor.Interpellant għandu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru responsabbli mis-servizzi korrettivi.", "QRATI - KORRUZZJONI TA' MINORENNI", "611.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux ikun hemm provdut b'mod espliċitu fid-Dritt Penali biex fejn jirrigwarda l-korruzzjoni tal-minorenni, żwieġ li jsir bejn min ikun wettaq ir-reat u l-vittma jġib miegħu t-tħassir ta' l-effetti penali kollha anke jekk tkun ingħatat is-sentenza?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill-Avukat Ġenerali għall-konsiderazzjoni tiegħu.", "Għandu jingħad mill-ewwel, iżda, li hemm ċerti konsiderazzjonijiet serji li jridu jsiru dwar il-konsegwenzi potenzjali ta' proposta simili fuq żwieġ ta' bejn min jagħmel ir-reat u l-minuri.", "Wieħed jrid jevita li jieħu miżuri li jistgħu jservu ta' incentiv għal żwiġijiet li jsiru għal motivi ulterjuri, bħal biex jiġu evitati is-sanzjonijiet penali, minflok għal motivi ġenwini b'mod li miżura li tkun maħsuba għal għanijiet tajba tispiċċa li tkun kontro- produċenti.", "P.A. - SERER", "2474.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal serer quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Kemm ġew approvati serer matul iż- żmien li ilu meħtieġ permess tal-Planning Authority?", "Billi s-serer huma sors importanti għall-produzzjoni agrikola - għalhekk naturalment dawn iridu jkunu fil-kampanja - tista' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tħaffef l- ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha 45 applikazzjoni pendenti għal bini ta' serer.", "Minn meta twaqqfet l-awtorita' fl-1992 ġew approvati 41 applikazzjoni għal bini ta' serer.", "L-awtorita' tagħti kull konsiderazzjoni neċessarja biex tħaffef il- proċess ta' dawn l-applikazzjonijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jirriżultalux lill-Ministru li effettivament numru minn dawn l-applikanti ilhom jistennew kważi s-snin u li xi files ta' applikazzjonijiet ta' serer qed jibqgħu għand l-uffiċjal responsabbli għal xhur sħaħ?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, filwaqt li ninnota l-informazzjoni li qed jgħaddilna l-Onor.", "Interpellant, inwiegħdu li se ninvestiga ħalli nara x'inhi din ir-raġuni.", "Pero' meta qed jgħid li ilhom snin ....", "Mhux qed jirriferi għal dawn l-aħħar tliet xhur żgur!", "(Interruzzjonijiet) Kif għidt diġa', jien se nara x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien għax fl- opinjoni tiegħi ma jagħmilx sens li jkun hemm dak id-dewmien kollu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, filwaqt li jkun qed jagħmel l- investigazzjonijiet tiegħu, jista' l-Ministru jinvestiga wkoll għaliex applikazzjonijiet li kienu diġa' ntbagħtu lill-Water Services Corporation għal clearance, reġgħu ntbagħtu lura għand l-istess korporazzjoni f'dawn il- ġranet?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din hija burokrazija li kif qed jindika l-Onor.", "Membru naħseb li wieħed irid jipprova jistudjaha ħalli jara kif id-dewmien jitnaqqas.", "Ovvjament dawn l-affarijiet qed iżommu l-applikazzjonijiet milli jimxu.", "Fil-fatt jien inwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li se nagħmel mill-aħjar ħalli nara x'inhi r-raġuni għal dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Fid-dawl ta' dak li qed jgħid il-Viċi Prim Ministru jikkonsidrax li fir-ri-organizzazzjoni li beħsiebu jagħmel fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar idaħħal ukoll xi membru mill-Water Services Corporation, b'mod speċjali minħabba dawk il-konflitti li qed ikun hemm.", "Qed ngħid dan għax ġieli qed ikun hemm każi fejn filwaqt li l-Water Services Corporation qed taċċetta li jkun hemm ċerti serer l-uffiċjal inkarigat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed jirrifjuta l-applikazzjoni.", "GĦalhekk issa li mal-Water Services Corporation se jingħaqad id-Dipartiment tad-Drenaġġ, jagħmilx sens li almenu jkun hemm rappreżentant tal-Water Services Corporation fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, filwaqt li napprezza l-ispirtu li bih qed jitkellem l-Onor.", "Interpellant, fis-sens li qed jissuġġerixxi li jkun hemm iktar koordinament u koordinazzjoni bejn dipartimenti differenti, wieħed għandu jifhem li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha komunikazzjoni kważi mad-dipartimenti u ma' l-organizzazzjonijiet kollha governattivi kollha kif ukoll ma' wħud li m'humiex governattivi.", "GĦalhekk mil-lat loġiku forsi ma tkunx prattika li wieħed jinvolvi bħala preżenza regolari lil rappreżentant minn kull organizzazzjoni, pero' s-suġġeriment li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant se nieħdu in konsiderazzjoni xorta waħda.", "DCC - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "2475.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet quddiem id-DCC li huma pendenti għaliex il-perit jew l-applikant ikunu talbu li jkunu preżenti għal-laqgħa tal-bord li fiha jkun deċiż il-każ?", "Kemm ilu jistenna l-iktar file pendenti għal din ir-raġuni?", "X'inhi r-raġuni li għaliha applikazzjonijiet bħal dawn idumu jistennew daqstant żmien?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-preżent hemm 596 applikazzjoni pendenti jistennew li jiġu assenjati data meta jistgħu jiġu diskussi mill-Kummissjoni għall- Kontroll ta' l-Iżvilupp.", "219 minn dawn l-applikazzjonijiet huma talbiet għal rikonsiderazzjoni li kienu diġa' ġew rifjutati mill-istess kummissjoni.", "PA 0835/96 hi l-aktar applikazzjoni li ilha tistenna data sabiex tiġi diskussa u deċiża.", "PA 1868/90 hi l-aktar applikazzjoni li ilha tistenna data sabiex tiġi ri-ikkonsidrata d-deċiżjoni.", "Dawn l-applikazzjonijiet idumu daqstant sabiex jidhru quddiem il- Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp għaliex fuq struzzjoni ta' l- istess kummissjoni, 12-il applikazzjoni biss jistgħu jitqiegħdu fuq l- aġenda.", "Fil-każ tal-laqgħat meta l-kummissjoni tiddiskuti applikazzjonijiet għal żvilupp f'Għawdex - li jsiru darba kull 15-il ġurnata - 20 minn dawn it-tali applikazzjonijiet jistgħu jiġu mqiegħda fuq l-aġenda meta ma jkunx hemm numru ta' applikazzjonijiet biżżejjed biex jiġu kkonsidrati.", "Madam Speaker, irrid nagħmel nota żgħira li membri li qegħdin fuq dan il- bord m'humiex full-time imma min qiegħed fuq dan il-bord huwa part-time u jagħmel biss numru ta' sessjonijiet fil-ġimgħa.", "Qed ngħid dan sempliċement bħala additional information.", "PA - RESTAWR TA' SWAR", "2476.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni uffiċjali aġġornata ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar ir-restawr tad-diversi swar li għandna f'pajjiżna, b'mod partikolari dawk tal-bliet qodma tagħna u dawk li jifformaw parti mill-Victoria Lines?", "Liema inizjattivi qed jiġu mwettqa fil-preżent b'kooperazzjoni ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġu restawrati dawn is-swar?", "Kemm hu maħsub li jiswa l-proġett ta' dan ir-restawr?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħalissa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tiġbor l- informazzjoni meħtieġa fuq dawn is-swar u l-Victoria Lines sabiex jinbena database fuqhom.", "L-Awtorita' tikkopera mad-dipartimenti tal-gvern konċernati li jesegwixxu r-restawr billi tagħti għajnuna teknika.", "L- awtorita' tieħu sehem attiv fil-kumitati bħal dak li hemm għar-restawr tal- Victoria Lines li qed jibbenefika mill-fondi tal-Medurbs Project.", "MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, għandi nifhem li fost id-dipartimenti li semma l-Ministru hemm ukoll inkluż id-Dipartiment tal-Mużewijiet li naħseb li għandu jkollu informazzjoni fuq l-affarijiet li qed isiru mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex iħares il-wirt tal-pajjiż.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bla dubju.", "Jien hawnhekk qed nitkellem fuq id- dipartimenti tal-gvern ikkonċernati u naħseb li l-Victoria Lines huma xi ħaġa li jaqgħu taħt din il-kategorija.", "Qed nirriferi għal kull dipartiment li għandu x'jaqsam ma' dan il-wirt, bla ebda esklużjoni ta' l-ebda dipartiment.", "KAROZZINI - ĠARR TA' PASSIĠĠIERI", "2498.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzini liċenzjati għall-ġarr ta' passiġġieri f'Malta u f'Għawdex?", "Il-liċenzja hi marbuta ma' servizzi f'lokalita' partikolari jew le?", "Minn liema lokalitajiet huma l-persuni liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri permezz tal-karozzini?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH : Ninsab informat li l-informazzjoni li talab l- Onor. Interpellant taqa' taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal- Pulizija, għalhekk nitlob lill-Onor.", "Membru biex jirriferi din id-domanda lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija.", "MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jista' jagħti l-każ li fil-fatt hemm xi diskrepanza bejn il-ministeru responsabbli mit-trasport u dak responsabbli mill- pulizija għaliex ftit ilu għamilt din l-istess mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-pulizija u kien hemm riferenza biex id-domanda ssir lill- Ministru responsabbli mit-trasport.", "Jiġifieri jekk hu l-każ forsi wieħed isib mezz biex din l-ambigwita' tispiċċa darba għal dejjem.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jien ipprovajt nindaga fuq din pero' l-liċenzji jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Pulizija.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, inwiegħdek li nagħtik l-informazzjoni meħtieġa.", "TURIŻMU - TRAVEL AGENCIES", "2499.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2157, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' postijiet li huma liċenzjati biex jagħmluha ta' travel agents u ta' sub agents f'Malta u Għawdex?", "Kemm hu n-numru ta' dawn l-agents u sub agents f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): F'Malta hawn 207 travel agents u 11 sub-agents liċenzjati mill-Ministeru tat-Turizmu.", "F'Għawdex hemm 8 travel agents u 2 sub-agents.", "MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jekk bniedem jiddeċiedi li jiftaħ aġenzija jew inkella sub-aġenzija, ikun irid il-permessi tal-HCEB qabel ma japplika għal dawn il-permessi jew jista' japplika normalment lill-Planning Authority biss u lill-Pulizija jekk inhu l-każ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru għat-Turiżmu.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-applikazzjoni tintbagħat ukoll l-HCEB għar- rakkmandazzjoni jew le min-naħa ta' l-HCEB.", "PULIZIJA - RZIEZET ILLEGALI", "2500.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-ALE section tal-Pulizija ħaditx sehem f'xi attivita' dwar irziezet illegali f'pajjiżna f'dawn l-aħħar tliet xhur?", "Jekk iva, kemm kienu l-każijiet li ħadet sehem fihom u f'liema tip ta' rziezet saret l-attivita'?", "F'liema rħula, u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul dawn l-aħħar tliet xhur it-taqsima ta' l-ALE tal-Pulizija ma ħaditx sehem f'attivita' dwar irziezet illegali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jista' l-Prim Ministru jinformani - għalkemm forsi m'għandux l-informazzjoni hawnhekk - jekk kienx hemm xi rapporti ta' rziezet illegali li għalkemm ma tteħdux passi kontra s-sidien tagħhom sal- lum qegħdin jiġu nvestigati?", "Qed ngħid dan għaliex naf li jkun hemm azzjonijiet preparattivi għal investigazzjonijiet bħal dawn.", "Kien hemm xi azzjoni preparattiva għal investigazzjoni f'xi razzett partikolari f'pajjiżna?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija preċiża fuq dan is-suġġett inkun nista' nagħtih risposta bil-miktub.", "VAT - SISTEMA TA' TAXXI", "2548.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Peress li qabel l- Elezzjoni Ġenerali ta' Ottubru 1996 il-Prim Ministru kien wiegħed li hu ma jikkontestax elezzjoni oħra kemm-il darba Gvern Laburista ma jneħħix il- VAT, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'beħsiebu jagħmel wara li mill-White Paper ippubblikata mill-Ministru tal-Finanzi huwa evidenti li l- elementi kollha tal-VAT se jibqgħu fis-sistema ta' taxxi proposta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Risposta tingħata f'elezzjoni oħra.", "STABBILIMENTI TA' DIVERTIMENT -ĦINIJIET TA' L-GĦELUQ", "2688.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet ta' divertiment, jiġifieri discos, bars, eċċ. li għandhom permess jibqgħu miftuħin wara nofsillejl f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm hawn postijiet li għandhom permess jibqgħu miftuħin sas-2.00 a.m.?", "Kemm hawn postijiet li għandhom permess jibqgħu miftuħin sa l-4.00 a.m.?", "Kemm hawn postijiet ta' divertiment jew ħwienet tax-xorb li jistgħu jibqgħu miftuħin bil-lejl u bi nhar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li f'Malta u Għawdex, hawn 1,149 stabbiliment li għandhom permess biex jibqgħu miftuħin wara nofs il-lejl; 1,081 għandhom il-permess biex jibqgħu miftuħin sas-1.00 a.m.;9 għandhom il- permess biex jibqgħu miftuħin sas-2.00 a.m.;59 għandhom il-permess biex jibqgħu miftuħin sal-4.00 a.m.", "Ebda ħanut li fih jinbiegħu mbejjed, birra jew likuri alkoħoliċi ma jista' jinfetaħ qabel l-4.00 p.m.", "IMMIGRAZZJONI - RESIDENCE PERMIT", "2689.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin li għandhom il-permess li joqogħdu Malta bħala residenti u li jaħdmu Malta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li sal-5 ta' Frar 1997 kien hemm 1,408 persuni barranin li għandhom permess taħt l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217) biex jirrisjedu Malta fuq bażi permanenti.", "Dawn il-persuni ma jistgħux jaħdmu Malta.", "Ninsab informat ukoll li skond il-lista li toħroġ kull xahar ta' nies barranin li għandhom liċenzi ta' mpjieg li ġiet ippubblikata f'Jannar 1997, hemm 2,245 persuna awtorizzata li jaħdmu Malta.", "PULIZIJA - MORALI PUBBLIKA", "2690.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-każijiet li ttellgħu l-qorti mill-Pulizija mill-1988 'il hawn sena b'sena talli offendew il-morali pubblika?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.", "PULIZIJA - KAŻI TA' GĦAWM TOPLESS", "2691.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Billi għadhom friski fil-memorja tal-poplu dawk il-protesti kontra l-għawm topless lejn tmiem l-Amministrazzjoni Laburista tat- tmeninijiet, u billi l-poplu kollu jaf li għawm topless sas-sajf li għadda kien għadu jsir u issa żdied ukoll in-nudiżmu f'ċerti xtajtiet, jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti mill-Pulizija - dejjem jekk fil-fatt ittellgħu - mill-1988 'il hawn?", "X'se tkun il-policy tal- Gvern fuq din il-kwestjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li mill-1988 'l hawn ma tressaq ħadd il-qorti fuq għawm topless filwaqt li tressqu ħames persuni l-qorti dwar nudiżmu.", "M'hemm l-ebda ħsieb li nibdlu dak li kien isir sa issa fuq dan is- suġġett mikxuf.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mangion.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar allokazzjoni ta' fondi mgħoddija mill-Gvern lill- kunsilli lokali f'GĦawdex għas-snin finanzjarji 1994/95 u 1997/98, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3010.", "MADAM SPEAKER: Grazzi, l-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni għax-Xjenza u s- Servizzi Mediċi dwar id-dar residenzjali ta' l-anzjani fiż-Żejtun, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2906.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Industrija): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt ta' Dr Mario Vella bħala Co-ordinator for Planning and Policy mal-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3016.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "L-GĦAXAR JUM STABBILIT", "MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Issa nistieden jekk jogħġbu lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja jressaq ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nipproponi:", "VOT 42 - MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm45,030,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 43 - KURA TA' L-ANZJANI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm9,688,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 43 - Kura ta' l-Anzjani, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 44 - AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,216,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 44 - Affarijiet tal-Familja, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT XI - MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm12,049,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sur President, inressaq din l-emenda:", "VOT 42-MINISTERUTAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL- FAMILJA", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,297\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,296\".", "Delete the figure \"Lm 10,297\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,296\".", "Mr Chairman, illum għandna quddiemna l-Estimi li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, ministeru ta' importanza kbira għax nistgħu ngħidu li jolqot direttament lil kull ċittadin Malti u Għawdxi, lil kull membru tal-familja, kbar, tfal, żgħar, ġenituri u anzjani, u jolqothom mhux biss f'saħħithom, fil-kura tant meħtieġa għall-poplu tagħna imma jista' jinfluwenza wkoll xi stil ta' ħajja aħna ngħixu.", "Dan għaliex il-miżuri li jistgħu jiġu mwettqa taħt dan il-ministeru jwasslu lil xi membri tal-familja għal ċerti deċiżjonijiet li jbiddlu kompletament l-istil tal-ħajja tagħhom.", "Issa jien se nħalli l-qasam tas-saħħa u tal-kura ta' l-anzjani għall-kelliema ta' warajja u nillimita ruħi għal dak li għandu x'jaqsam mal-parti li tittratta dwar l-affarijiet tal-familja li nafu kemm hija parti sensittiva.", "Mr Chairman, fl-Amministrazzjoni preċedenti kellna segretarjat parlamentari responsabbli għall-affarijiet tal-familja u kif nafu f'din l- Amministrazzjoni dan is-segretarjat ma nsibuhx.", "B'dan ma rridx ngħid li allura issa l-affarijiet tal-familja se jiġu mwarrba, pero' żgur li l- Ministru responsabbli bl-oqsma kollha fdati f'idejh ta' dekasteru tant vast u mimli żgur li se jkollu jifrex u jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq dipartimenti oħra bil-possibilita' li jnaqqas mill-importanza li jirrikjedu l-affarijiet tal-familja.", "U jien hawnhekk nappella lill- Ministru Michael Farrugia li ladarba għandu għal qalbu l-familja, jagħmel ħiltu kollha biex dan ma jiġrix.", "Qed ngħid dan għaliex fid-Diskors tal- Budget imressaq mill-Ministru tal-Finanzi ma nsibu l-ebda paragrafu li jittratta speċifikament dwar xi miżura jew inkella inizjattiva immirata direttament lejn il-familja.", "Jien ninkwieta li l-familja ma tantx tissemma u ninkwieta wkoll li meta tfittex fil-Budget u fl-Estimi biex tara x'qed ikun imfassal biex tissaħħaħ il-familja kważi ma ssib xejn.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi hija li mid-Diskors tal-Budget ma jidher li hemm ebda garanzija li l-aġenziji li twaqqfu taħt l-Amministrazzjoni preċedenti se jibqa' jingħatalhom l-importanza ġusta li kellhom qabel.", "Jien nappella lill-Ministru sabiex japprezza l-fatt li dawn l-aġenziji - huwa jaf għal liema ażenziji qed nirriferi - taw u għadhom jagħtu servizz tajjeb ħafna u għalhekk għandu jkompli jinkoraġġihom.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għall-aġenzija magħrufa bħala s-Social Welfare Development Programme, l-SWDP.", "Din l-aġenzija jidher li sparixxiet mill-estimi għaliex il-flus li kienu vvotati għaliha s-sena li għaddiet qed jidhru taħt xi vot ieħor.", "Dan huwa fatt inkwetanti speċjalment meta tqis il-ħidma siewja imwettqa minn din l-aġenzija għal dak li għandu x'jaqsam ma' problemi soċjali.", "Per eżempju, fost is-servizzi offruti minn din l-aġenzija nsibu s- servizz ta' terapija għall-familja.", "Dan is-servizz kien ġie mwaqqaf f'Settembru ta' l-1995 u nfakkar li fost il-problemi li jaffettwaw lill- familja kollha u li sar xogħol dwarhom kien hemm, per eżempju, l-abbuż mill- alkoħol, il-logħob tal-flus, l-abbuż mid-drogi, swat, abbuż fuq it-tfal, dipressjoni u anzjeta' u anke problemi tal-personalita'.", "Fi ħdan l-SWDP hemm ukoll it-Taqsima Vjolenza Domestika li għandha r- responsabilita' li toffri servizz ta' social work speċjalizzat għall-vittmi tal-vjolenza fid-dar.", "Din it-taqsima tipprovdi wkoll servizzi ta' crisis intervention u follow-up lill-vittmi ta' vjolenza domestika u l-familji tagħhom.", "Apparti minn hekk ukoll din kienet qed twettaq riċerka sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' vjolenza domestika f'Malta u l-fatturi li jwasslu għaliha.", "Mr Chairman, dawn li semmejt huma biss ftit mis-servizzi mwettqa minn din l-aġenzija u semmejthom mhux biex niftaħar b'dak li wettqet l-SWDP imma semmejthom sabiex ninkoraġġixxi u nkompli nqajjem kuxjenza favur it- tkomplija ta' ħidma ta' din il-kwalita', ħidma tant meħtieġa għall-familji tagħna b'mod partikolari f'dawn iż-żmenijiet.", "Dan dejjem jekk dan il- Gvern verament jemmen bis-serjeta' fit-tmexxija hekk imsejħa moderna u wkoll bl-enfasi fuq \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\".", "Iċ-ċittadin jiġi l-ewwel, Mr Chairman, jekk bis-serjeta' u bil-fatti inħallulu available għad- dispożizzjoni tiegħu servizz tajjeb fis-social welfare, bħal dak li semmejt u bħal dak li kien imwettaq fl-Amministrazzjoni preċedenti, servizz li kontinwament kien ta' għajnuna lill-familji li kienu jinsabu fi kriżi.", "Kellna wkoll, Mr Chairman, edukazzjoni għall-familja in ġenerali.", "Hawnhekk ukoll sinċerament nappella lil dan il-Ministru sabiex ikompli wkoll b'din l-inizjattiva għaliex aħna lkoll nafu li l-aqwa arma ta' prevenzjoni għal kull tip ta' problema fil-familja hija l-edukazzjoni fis- sens wiesgħa tagħha.", "Biex nagħti eżempju wieħed ta' tip ta' edukazzjoni għall-familja, insemmi l-laqgħat li konna nagħmlu għal koppji miżżewġin friski li żgur kienu ta' benefiċċju u ta' edukazzjoni għall-istess koppji.", "Ma lħaqqniex għamilna ħafna laqgħat għaliex it-terminu tagħna bħala segretarjat parlamentari kien qasir - Il-ministeru faċilment jista' jkompli b'dawn il-laqgħat - pero' huwa żgur li dawn il-laqgħat kienu ta' edukazzjoni.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Gonzi lill- Ministru responsabbli sirna nafu li sal-lum fi ħdan il-ministeru preżenti ġie fformat grupp biex jiddentifika l-problemi soċjali li tiltaqa' magħhom il-familjia Maltija.", "Din hija ħaġa tajba u naqbel magħha pero' nixtieq nissuġġerixxi li dan il-grupp jagħmel użu wkoll minn xogħol imwettaq qabel, mhux biss mill-aġenziji li semmejt imma anke jagħmel użu mill-istudju u mir-riċerka xjentifika li saret dwar dak li għaddejjin minnu l-familji Maltin u Għawdxin, studju li kien imwettaq mill-Kummissjoni Studju u Riċerka fuq il-Familja Maltija ta' Fr. Tabone.", "Qed ngħid dan sabiex l-ewwelnett ma jkunx hemm xogħol ripetut u wkoll għaliex din ir- riċerka hi ta' min joqgħod fuqha għax saret bl-aktar mod profond u fuq linji professjonali u għalhekk tista' faċilment isservi ta' direzzjoni għal min ifassal policies dwar il-familja.", "Jien inħeġġeġ ukoll lil dan il- grupp sabiex jikkoordina x-xogħol u l-istudju tiegħu max-xogħol u l-istudju mwettaq qabel għaliex huwa importanti li l-impenn tagħna fil-ħolqien ta' policies soċjali, speċjalment favur il-familja, ikun ikkoordinat u jibqa' dejjem konsistenti.", "Mr Chairman, nixtieq nagħmel riferenza wkoll għall-ħidma mwettqa mid- Dipartiment tas-Servizzi għat-Tfal u għall-Familja li għandu uffiċju fiċ- Ċentru Ħidma Soċjali ġewwa Santa Venera.", "Dan id-dipartiment dejjem offra għajnuna soċjali personali lin-nies f'diffikulta', bħalma huma koppji miżżewġa, tfal li jkollhom bżonn protezzjoni u kura u oħrajn.", "Dan id- dipartiment b'kollaborazzjoni ma' aġenziji u anke ma' organizzazzjonijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali - kif kien imsejjaħ qabel - kien miexi b'politika li tassigura li kull ċittadin jkollu aċċess għas- support meħtieġ fil-każ partikolari tiegħu.", "Fl-Amministrazzjoni preċedenti kienu saru wkoll sforzi kbar biex għamilna firxa akbar fit-taqsima ta' l-adozzjoni tat-tfal u kif jaf kulħadd din kienet irnexxiet ħafna.", "Nerġa' ngħid, dan m'iniex qed insemmih bi ftaħir imma sabiex nappella lill-Gvern ikompli miexi b'din il-politika u ma jwarrabhiex għaliex ir-riżultati wrew li kienet politika tajba u politika ġusta.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern dejjem għamel ħiltu kollha biex joħloq miżuri li jsaħħu lill-familja, miżuri li jkunu aġġoranti u li jkunu ta' benefiċċju għal kull membru tal-familja.", "U f'kull inizjattiva li wettaqna aħna rrispettajna r-rwoli differenti tal-membri tal-familja.", "Il- ħin ma jippermettilix insemmi kull miżura pero' nfakkar biss il-miżura tal- parental leave.", "Kif nafu, il-parental leave jista' jittieħed jew mill-omm jew mill-missier jew inkella mit-tnejn bejniethom u b'hekk il-ġenituri jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom għall-perjodu li ġie estiż għal tliet snin.", "B'din il-miżura jibbenefikaw l-ewwelnett l-ulied - li hija l-iżjed ħaġa, biex ngħid hekk, importanti - u t-tieni nett tagħti l-opportunita', fil- maġġor parti tal-każijiet lill-ommijiet, li ma jitilfux l-impieg tagħhom għaliex b'hekk jista' jinħoloq bilanċ tajjeb bejn il-familja u l-ħajja tax- xogħol.", "Jiena nieħu pjaċir ninnota li dan il-Gvern qed jaqbel li ċ-child day care centres, li konna bdejna naħdmu fuqhom, għandhom jiġu mwaqqfa.", "Hawnhekk inħoss li għandi nappella sabiex dawn iċ-ċentri jkunu ċentri li joffru servizz ta' kwalita'.", "Mr Chairman, dak li jien min-naħa tal-Gvern narah li hu ta' fejda għall-familja tagħna nfaħħru u ninkoraġġih kif għadni kif għamilt fil-każ taċ-child day care centres.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li f'ħafna aspetti oħra l-familja tagħna, speċjalment wara l-ħafna kliem u wegħdiet li kellna qabel l-elezzjoni, stennew ċerti miżuri minn dan il- budget pero' dawn ġew iddiżappuntati għall-aħħar.", "Kull budget li sar fiż- żewġ Amministrazzjonijiet ta' qabel, stajna liberament inlaqqmuh il-\"budget tal-familja\" pero' żgur li dan m'huwiex il-każ ta' dan il-Budget.", "Anzi jiena ngħid li dan imur ħafna 'l bogħol minn dan it-titlu għaliex bil- miżuri mħabbra fih il-familja se tintlaqat b'mod negattiv.", "GĦalhekk jiena nagħmel l-aħħar appell tiegħi sabiex għallinqas dan il- ministeru li qegħdin niddiskutu llejla li fost l-affarijet oħra huwa responsabbli għall-affarijiet tal-familja jimpenja ruħu bl-aktar mod qawwi sabiex ibiddel id-direzzjoni li miexi biha l-Gvern preżenti li hija direzzjoni li qiegħda tifni l-familja tagħna u jkompli fuq id-direzzjoni li konna mexjin biha aħna għaliex din kienet verament u bil-provi d-direzzjoni li trid il-ġid veru lill-familji tagħna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, fil-ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi rrid nittratta l-qasam ta' l-anzjani minn żewġ aspetti.", "L-ewwel irrid nitkellem dwar x'kien wiegħed lill-anzjani u lill- pensjonanti l-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni bl-għajta tiegħu \"Iċ- Ċittadin l-Ewwel\" u kif wara dan il-budget dawn l-istess anzjani sabu ruħhom ingannati u ttraduti, u mbagħad ngħaddi biex nuri x'wirt ħalla warajh il-Gvern Nazzjonalista fil-qasam ta' l-anzjani, wirt li żgur jimla parti kbira mill-hekk imsejħa ħofra li l-Gvern Laburista qed jgħidilna li wiret.", "Mr Chairman, x'kienu jgħidu tan-naħa l-oħra meta kienu għadhom fl- oppożizzjoni, kemm ġewwa u kemm barra l-Parlament?", "Naħseb li kulħadd jiftakar xi kritika kienu jagħmlulna f'din il-Kamra meta konna niġu biex nitrattaw tibdil fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali u fi żmien il-budget.", "Jien irrid infakkar lil din il-Kamra u lill-poplu xi ftit mill-kliem li kien jintqal hawn ġew u nqabbluh ma' dak li qed jgħid - jew mhux qed jgħid - dan il-Gvern ħalli kulħadd ikun jista' jiġġudika hu fejn hi l-onesta', fejn hi l-verita' u fejn hi t-trasparenza li tant jiftaħru biha, jew jekk hijiex diżonesta' politika li tittradixxi sezzjoni kbira tal-poplu tagħna, l-anzjani u l-pensjonanti.", "Fuqhiex kienu jtambru l-aktar hawn ġew?", "Kienu jitkellmu ħafna fuq l-inflazzjoni, fuq l-għoli tal-ħajja u fuq il-livell ta' l-għajxien ta' l-anzjani li skond huma kien qiegħed dejjem jitbaxxa.", "Niftakruhom jikkwotaw studji biex isostnu l-argument tagħhom li għaxar snin ilu, anzjan kien jgħix aħjar milli kien jgħix sas-sena l-oħra.", "Jekk dan li kienu jgħidu kien veru, naħseb li għandhom ikunu huma l-ewwel nies li wara dan il-budget li huwa mingħajr ruħ soċjali, jgħidu li din l-asserzjoni saret iktar reali.", "Ħalli nikkwota minn xi diskorsi li smajna hawn ġew dwar l-għoli tal-ħajja.", "Fis-seduta tat-3 ta' Diċembru 1993, waqt li kien qed jiġi diskuss il- budget, l-Onor.", "Buhagiar kien qal hekk:", "\"L-għoli tal-ħajja u t-tnaqqis fil-livell ta' l-għajxien kien u għadu l-ikbar uġigħ ta' ras għall-anzjani tagħna.\"", "Fis-seduta tas-6 ta' Lulju 1993 fil-ħin ta' l-Aġġornament kien ingħad li:", "\"L-Oppożizzjoni u anke s-sezzjoni tal-pensjonanti tal-General Workers' Union ilhom żmien jinsistu li l-qagħda ta' l-anzjani f'pajjiżna sejra lura prinċipalment minħabba l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja.", "Għalhekk l-anzjani huma l-iżjed klassi żvantaġġata minħabba li huma l- iktar li se jbatu mill-għoli tal-ħajja u m'humiex f'pożizzjoni li jiġġieldu għaż-żidied ta' l-għoli tal-ħajja.\".", "Dan apparti l-propaganda li kienu jagħmlu fuq il-media u fil-gazzetti tagħhom dwar l-għoli tal-ħajja.", "Ma ninsewx ukoll il-billboards li kienu tellgħu fi żmien l-elezzjoni mal-pajjiż kollu li kienu jgħidu \"L-Għoli Tal- Ħajja Jifnik\".", "Tiskanta, Mr Chairman, kif jipprovaw jidħku bil-poplu.", "Per eżempju, wara ftit tal-ġranet li kienu ilhom fil-gvern u għola ħafna l-prezz ta' kull kwalita' ta' ġobon, ħarġu press release li tgħid li dak l- għoli kien ġustifikat għaliex kien għoli li ġej minn barra.", "Bħalikieku fi żmien Gvern Nazzjonalista l-ġobon kien isir f'Malta jew GĦawdex!", "Issa huma stess qed jammettu li l-ħajja qed tkompli togħla u s'issa m'għamlu xejn biex jikkontrollawha.", "Dan ammettih ukoll fost oħrajn l-istess Prim Ministru, iżda dejjem iġibu l-iskuża tal-ħofra.", "Is-sabiħa hi li wara dan il-budget il-ħajja kompliet togħla u se tkompli togħla, mhux biss kaġun tal-fatt li l-affarijiet ġejjin għoljin minn barra imma, kaġun anke tal- miżuri li tħabbru fil-budget.", "Din id-darba ma ġiethomx ħasra mill-anzjani u mill-pensjonanti!", "Issa dawn m'humiex iktar imsieken!", "Jew inkella jridu jipperswaduna li meta żżid il-prezz tal-petrol, tad-diesel, tal-pitrolju u tas-sigaretti, apparti l-għoli fil-liċenzji tal-karrozzi, dawn ma jaffettwawx ukoll lill-anzjani u lill-pensjonanti?", "Boloh kienu dawk l- anzjani li emmnu li jekk jitla' l-Labour Party fil-gvern il-ħajja kienet se torħos.", "Dawn hekk kienu qalulhom u issa qed jaraw li huwa l-istess Gvern Laburista li bil-miżuri li ħa qed ikompli jgħolli l-ħajja.", "X'wegħduhom aktar lill-anzjani u lill-pensjonanti qabel l-elezzjoni dwar l-għoli tal- ħajja?", "Sur President, ħalli naqra silta żgħira minn diskors li għamel l-Onor.", "Louis Buhagiar fis-seduta tat-2 ta' Ottubru 1995 fid-dibattitu dwar l- emendi għall-Att dwar is-Sigurta' Soċjali fl-Istadju tat-Tieni Qari fejn kien qal hekk:", "\"Waħda mill-affarijiet l-iżjed li jaċċennawlek għaliha l-pensjonanti meta tkellimhom hija li meta l-ħajja togħla, din togħla għal kulħadd u hija inġustizzja soċjali oħra li jingħataw biss żewġ terzi miż- żidied ta' l-għoli tal-ħajja.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija inġustizzja soċjali.\".", "U kien għamel enfasi fuq \"inġustizzja soċjali\".", "Din hija ipokresija u dan huwa ngann għax kien hemm min emminhom.", "Sur President, illum indur fuq l-istess nies li issa qegħdin fil-gvern u ngħidilhom li jekk aħna konna qed nikkommettu inġustizzja soċjali, issa huma qegħdin jipperpetwawha għaliex lill-anzjani u lill-pensjonanti xorta żewġ terzi taż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja tawhom.", "Iżda huma dejjem iġibu l-istess skuża, jiġifieri li l-finanzi tal-pajjiż għalissa ma jippermettux.", "X'differenza minn Gvern Nazzjonalista, Sur President!", "Ara aħna fl-aħħar budget tagħna x'għamilna, għaliex nemmnu fil-ġustizzja soċjali.", "Huwa veru li aħna tajna żewġ terzi taż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja li dak inhar kienet Lm2, pero' konna ntroduċejna għall-ewwel darba l-għajnuna supplimentari li kienet tlaħħaq sa massimu ta' Lm120 għal koppja li d-dħul tagħha kien inqas minn Lm3,500 u Lm60 għal persuna waħedha li d-dħul tagħha kien inqas minn Lm3,000.", "Dan kien ifisser li numru kbir ta' anzjani u pensjonanti ħadu din l-għajnuna u b'hekk ġew ħadu aktar miż-żieda kollha ta' l-għoli tal-ħajja.", "Dik hi l-vera ġustizzja soċjali li aħna nemmnu fiha.", "Iva waqafna l-aktar ma' dawk l-anzjani u pensjonanti li l-aktar għandhom bżonn.", "Mr Chairman, kemm konna nisimgħu fuq l-għoli tal-prezzijiet tal-mediċini?", "U hawnhekk wieħed jistaqsi x'ġara minn mindu telgħu huma fil-gvern.", "Roħsu jew għolew il-mediċini?", "M'ilux ħafna anke ex-deputat Laburista kiteb f'gazzetta lokali dwar l-għoli tal-prezzijiet tal-mediċini.", "Kienu jgħidulna dwar it-tbatija ta' numru kbir ta' anzjani li ma kienux isibu l- mediċini available fl-isptar u dawn kien ikollhom jixtruhom mill-ispiżeriji bil-għoli u llum insibu li hemm nuqqas kbir ta' mediċini fl-isptar li qatt ma kien hemm bħalu taħt Gvern Nazzjonalista.", "Allura dawn l-anzjani mhux bil-għoli qed jixtruhom issa mill-ispiżeriji, Mr Chairman?", "Dawn jgħidulna li qed jagħmlu dak kollu li jistgħu biex ma jħallux il-mediċini jogħlew u saħansitra l-Ministru Leo Brincat - fil-winding up tad-debate fuq il-Ministeru tal-Kummerċ ftaħar li fis-26 ta' Novembru tas-sena l-oħra kienu ħarġu press release biex jindikaw xi mediċini li raħħsu wara intervent min-naħa tiegħi.", "Jiena dħakt meta smajtu għaliex dik il-press release kont qrajtha f'gazetta lokali u kienet tgħid hekk:", "\"The following prices of medicinals have been reduced following intervention by the Office Of Fair Competition:", "Balanced Ratio Cal.", "Mag EPO 1000 mgm.", "Royal Jelly Super Once a Day TR Super Once a Day DD Synergistic Zinc Unbleached Lecithin Vitamins C 1000 mgm.", "Vitamins E 1000 mgm.", "Vitamins E 400 mgm.\".", "Jekk il-Ministru jaħseb li dawn huma l-mediċini li jikkonsmaw iċ-ċittadini Maltin għandu idea ħażina ħafna.", "Imma naħseb riedu jidħku bil-poplu bħalma jagħmlu s-soltu jew inkella forsi ried jiċċajta.", "Jien lill-Ministru nista nsemmilu lista oħra ta' mediċini li qed jogħlew u safejn naf jien ma ħarġet l-ebda press release li tgħid li qed jorħsu.", "Dawn huma mediċini li jużaw ħafna l-anzjani u l-pensjonanti tagħna.", "Fost dawn nista' nsemmi:", "Opticrom Drops Dalacine Antibiotics Imodium Capsules Oilatum Soap Ventolin Ceporex Antibiotic Pears Soap Epanutin Vitera Capsules Aludrox Syrup Lanoxin PG u Ultralan tablets.", "Dawn huma l-mediċini li jużaw iċ-ċittadini Maltin speċjalment l-anzjani u l- pensjonanti u mela dik il-lista li rrifera għaliha fil-press release!", "Fuqiex kienu jikkritikawna iżjed, Sur President?", "Ma ninsewx kemm kienu jtaqtqu dwar il-kriminalita' li kien hawn fil-pajjiż, speċjalment fuq l- anzjani.", "Wieħed bilfors irid isemmi kif il-mezzi tal-propaganda tagħhom kienu jonfħu aktar u aktar kull inċident li kien ikun vittma tiegħu xi anzjan jew anzjana.", "U kemm wiegħdu lill-anzjani li bil-Partit Laburista fil-gvern din il-pjaga kienu se jsolvuha?", "Anke f'din il-Kamra ta' spiss kienu jfakkruna fiha.", "Per eżempju, fis-seduta tas-6 ta' Diċembru ta' l- 1995, fil-Kumitat ta' Provvista, fid-dibattitu fuq il-Ministeru għall- Iżvilupp Soċjali intqal hekk:", "\"Kemm-il darba tkellimna minn hawn ġew u kemm-il darba għamilna stqarrijiet anke min-naħa tal-Partit Laburista dwar li għandha ssir xi ħaġa biex titrażżan din il-mewġa ta' kriminalita' speċjalment fuq l- anzjani.", "GĦalhekk jiena nixtieq li llum nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk iqisx li din hija problema ta' priorita' għall- pajjiż.\".", "Jiena naħseb li llum għandi d-dritt nistaqsi l-istess domanda lilhom.", "Jiena nistaqsihom: X'se jagħmel il-Gvern Laburista fuq din il-kwestjoni li huma jqisu bħala prijorita'?", "Il-prijorita' ta' dan il-Gvern mhux hawn kienet iżda banda oħra għaliex l-ewwel abbozz ta' liġi li ressaq kien dak dwar it-twaqqif ta' Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji biex jikkonsidra l-allegati inġustizzji li saru taħt Gvern Nazzjonalista.", "Din il-wegħda tagħhom tant tawha importanza li nsew il-ħofor kollha!", "Il- Ministru tal-Finanzi fil-Budget Speech qal:", "\"Se jkun hemm ukoll provvediment ta' ¥200,000 b'konnessjoni mas-smigħ ta' każi ta' inġustizzji minn tribunal li se jitwaqqaf b'liġi apposta.\".", "Mela għalhekk sabu flus, iżda għal miżuri soċjali ma kellhomx għaliex l- istess Ministru fl-istess Budget Speech qal:", "\"Jinftiehem mill-ewwel li l-ispazju għal miżuri fil-qasam soċjali huwa ristrett mill-qagħda finanzjarja.\".", "Illum il-fatti kixfu l-ipokresija tagħhom.", "U mhux talli m'għamlu xejn milli wiegħdu dwar il-kriminalita' - u m'għamlu xejn sabiex jipproteġu lill-anzjani talli nqabdu f'gamblu jinten bl-amnestija li ngħatat lill- priġunieri mill-Gvern Laburista!", "Jiena rrid nasal biex nemmen li dawk li qatlu lil dik l-anzjana u ġew liberati, ġew liberati frott ta' żball tekniku li l-Gvern donnu jrid jitfgħu fuq uffiċjal pubbliku, iżda tajjeb li nistaqsi: Kieku Alla ħares qatt dan l-iżball sar taħt Gvern Nazzjonalista, x'kienu jgħidu?", "Kienu min jaf kemm allegazzjonijiet ta' korruzzjoni kienu jsiru!", "Jiena persważ li kieku l-Avukat Edgar Mizzi kien ikollu każ ieħor ta' allegata korruzzjoni li jrid jifli!", "Jista' wieħed jinsa kemm ikkritikawna dwar il-Kartanzjan?", "L-ewwel ikkritikawna għaliex domna biex għamilniha u mbagħad għaliex riedu jaraw li tkun aktar effettiva!", "Fil-fatt, f'din il-Kamra kienu qalu:", "\"Aħna nisperaw minn hawnhekk li 'l quddiem il-Gvern tmissu l-kuxjenza huwa wkoll ...\"", "- għaliex ma kellniex kuxjenza! -", "\".. u jdaħħal aktar benefiċċji għall-anzjani, speċjalment f'dak li jirrigwarda t-trasport, l-ilma, id-dawl u t-telephone.\".", "Aħna wrejna li kellna kuxjenza għaliex f'ċerti każijiet konna wasalna biex nagħtu ċerti benefiċċji fit-telephone u fit-trasport bin-noll irħas għall- anzjani.", "Iżda fejn hi l-kuxjenza tagħhom, Mr Chairman, meta proprju f'dawn il- ġranet in-noll għall-anzjani għal GĦawdex minn 30c għollewh għal 50c?", "Din hija l-kuxjenza li għandhom.", "Din hija ipokresija grassa u allura bir-raġun li dak l-anzjan jew l-anzjana li emmen fis-slogan tal-Partit Laburista \"Iċ- Ċittadin l-Ewwel\" issa diġa' rrealizza li wara dan il-budget huwa veru li huwa l-ewwel ċittadin li l-aktar ġie ngannat u ttradut minn dan il-Gvern.", "Ħalli nitkellem issa fuq il-wirt li Gvern Nazzjonalista ħalla lill-Gvern Laburista fil-qasam ta' l-anzjani.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern f'dawn l-aħħar żewġ leġislaturi poġġa lill-anzjani fuq nett ta' l-aġenda tiegħu.", "GĦaxar snin ilu kien għad hemm il-mentalita' li kien biżżejjed li l-anzjani tagħtihom pensjoni tajba biex jgħixu ħajjithom fil-kumdita'.", "Imma aħna għarafna li fil-verita' dan m'huwiex biżżejjed għall-anzjani.", "Il- politika tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern dwar l-anzjani kienet ibbażata fuq it-twemmin li l-aħjar post għall-persuna anzjana hija f'darha stess.", "Biss dejjem żammejna f'moħħna li hemm diversi anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħedhom f'darhom stess, l-aktar jekk ma jkollhomx familjari li jistgħu jduru bihom.", "Biex wieħed japprezza dak kollu li rnexxielu jagħmel il-Gvern Nazzjonalista fil-qasam ta' l-anzjani f'dawn l-aħħar snin bilfors irid jara x'kienet is-sitwazzjoni f'dan il-qasam fl-1987, jiġifieri meta l-Partit Nazzjonalista beda jiggverna.", "X'kellhom u x'kienu jgawdu l- anzjani u l-pensjonanti dak iż-żmien?", "X'servizzi kienu jeżistu għalihom dak iż-żmien?", "Naturalment in-naħa l-oħra żgur li se ssib x'tikkritika fuq id-diversi servizzi li aħna ntroduċejna u anke dwar id-diversi djar u sptarijiet li l-anzjani qegħdin igawdu llum.", "Jiena ma niskanta xejn li nsibu litanija ta' ilmenti, nuqqasijiet u difetti.", "X'irnexxielna nwettqu tul dawn l-għaxar snin?", "L-ewwelnett - u nixtieq nagħmel enfasi fuq din il-ħaġa - Gvern Nazzjonalista ta' kull sena kien iżid id-diversi pensjonijiet li jeżistu u mhux bil-ftit, kemm dawk kontributorji u kemm dawn li m'humiex kontributorji.", "Hawnhekk m'iniex se noqgħod insemmi ħafna figuri imma se nsemmi tlieta biss.", "Per eżempju, fil-pensjonijiet mhux kontributorji, il- pensjoni ta' l-eta' għal koppja miżżewġa fl-1 ta' Jannar 1987 kienet ta' ¥22.80c.", "Fl-1 ta' Jannar 1996 din tellajniha għal ¥33.91 u bl-għajnuna supplimentari li ntroduċejna din telgħet għal ¥36.21.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-pensjoni ta' l-eta' għal persuna waħedha.", "Fl-1987 din kienet ta' ¥14.50 u bl-għajnuna supplimnetari b'kollox fl-1996 din telgħat għal ¥26.58.", "Niġu issa għall--pensjonijet kontributorji.", "Il-pensjoni minima nazzjonali miżjuda fl-1987 kienet ta' ¥25.80 u fl-1996 telgħet għal ¥43.44.", "Dan minbarra d-diversi żidiet li ngħataw f'benefiċċji u f'għajnuna soċjali.", "Barra minn hekk Gvern Nazzjonalista, waqt li lill-anzjan tejjiblu l-aspett finanzjarju, ipprovdilu numru ta' servizzi fil-komunita' li ma kenux jeżistu qabel.", "Dawn is-servizzi daħħalnihom fil-pajjiż sena wara sena u pass wara pass.", "Per eżempju, hemm is-servizz ta' kura u għajnuna fid-dar, is-servizz tat-telecare, is-servizz tal-handyman, il-meals-on- wheels, is-servizz dwar l-inkontinenza, id-day centres, il-kartanzjan u l- proġett info anzjan.", "Din hija lista ta' servizzi li lilna tagħmlilna unur u naturalment tagħmel diżunur lil ħaddeħor li ma kienx kapaċi jagħmilhom.", "Illum m'għandix il-ħin li nitkellem fuq kull servizz speċifiku biex nuri kemm dawn is-servizzi huma ta' ġid għall-anzjani, allavolja wieħed irid jistqarr li wasal iż-żmien li ssir ċerta valutazzjoni tagħhom u xi riformi neċessarji.", "Bilfors li wieħed irid jagħmel dawn l-affarijiet, iżda wisq nibża' li dan il-Gvern m'għandux il-motivazzjoni biżżejjed sabiex jagħmel dan.", "GĦaliex x'inhu mniżżel fil-mission statement li jidher fl- introduzzjoni ta' l-Estimi ta' dan id-dipartiment?", "Dan jgħid hekk:", "\"Government will continue to encourage the elderly to continue living in the community by further developing the homecare help service, telecare and handyman service.\".", "Daqshekk biss għandna fuq dawn is-servizzi.", "Dwar id-day centres jgħid:", "\"Day centres for the elderly in other localities will be opened.\".", "Mur obsor!", "Jiena ma naħsibx li dan huwa statement serju.", "Ħalli nitkellem ftit dwar dawn id-day centres.", "Jekk irridu - kif naf li hija wkoll ix- xewqa tal-Gvern preżenti - li nżommu lill-anzjani jgħixu f'darhom sakemm huwa possibbli, irridu nkomplu niftħu day centres oħra ma' Malta u GĦawdex F'perijodu ta' madwar sentejn ftaħna erba' ċentri, fiż-Żejtun, fil-Ħamrun, f'Ħad-Dingli u f'Ħal Qormi bl-għajnuna u bil-koperazzjoni, f'ċerti każi, tal-kunsilli lokali.", "Hemm bżonn li din il-koperazzjoni tkompli tissaħħaħ.", "Aħna kellna ppjanat ukoll li niftħu day centre fiż-Żurrieq.", "Fil-fatt għamilna l-kuntratt mas-sid tas-sala, pero' ma nafx għaliex din is-sala għadha ma bdietx tiffunzjona bħala day centre meta m'għandhiex bżonn ħafna alterazzjonijiet u refurbishment.", "Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema xtara post għal dan l-iskop u konna miftehmin biex id-dipartiment tagħna jibda x-xogħol ta' refurbishment u redecoration kemm jista' jkun malajr.", "Konna ftehemna wkoll mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina biex nattrezzaw il- Casino Notabile, li huwa post sabiħ ħafna fuq is-Saqqajja, u nutilizzawh bħala dar ta' l-anzjani li jgħixu f'dawk l-akkwati.", "Kellna taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa biex jiġi akkwistat il- post fejn kien hemm il-Mid-Med Bank fi New Street ħalli nittrasformaw is- sular ta' isfel ta' dan il-post bħala day centre għan-nies ta' dan ir- raħal.", "Nispera li dan il-proġett jitkompla.", "Is-suċċess ta' dawn iċ- ċentri huwa rikonoxxut mhux biss mill-anzjani li jattendu fihom iżda wkoll mill-barranin li jiġu jżuruhom.", "Kien ta' sodisfazzjon li f'gazzetta lokali qrajt x'qalet Mrs Jaspersen, group leader ta' turisti anzjani Norveġiżi li kienu hawn Malta dan l-aħħar.", "Din qalet hekk:", "\"The centres are relatively the same standard as in Norway.", "We were very surprised with the standard and the residents seem very happy.\".", "L-aħħar kumment tiegħi dwar id-day centres huwa dwar dak li ġie rapportat fil-media li hemm l-idea li biex isir day centre fl-Imsida se jittieħed il-ground floor fejn hemm id-dining room ta' l-Imsida Home for the Elderly.", "Skond l-opinjoni umli tiegħi dan ikun żball kbir għax tkun qed tadultera dar ta' l-anzjani sabiħa.", "Barra minn hekk żgur li l-anzjani residenti mhux se jieħdu gost.", "Jien nissuġġerixxi li jekk id-day centre għandu jsir f'dawk l-akwati id-dipartiment għandu jagħmel użu mill-art li mhix mibnija li tmiss man-naħa ta' l-istess dar.", "Fil-fatt konna diġa' bdejna xi sondaġġi dwar dan il-pjan.", "X'inhu l-pjan tal-Gvern dwar id-djar residenzjali ta' l-anzjani?", "Il- mission statement jgħid hekk:", "\"The conversion of Mtarfa Hospital will be completed while the work on the setting up of the Cospicua Home will continue.\".", "Dawn huma żewġ proġetti li nbdew taħt Gvern Nazzjonalista u fuqhom m'hu qed jissemma xejn iktar.", "Iċ-ċerimonja tat-tqegħid ta' l-ewwel ġebla tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla mill-Prim Ministru l-ġimgħa l-oħra kienet ta' sodisfazzjon għalina għaliex fakkritna fix-xogħol enormi li sar qabel biex setgħet titqiegħed dik il-ġebla.", "Dan kien ċertifikat tal-politika li biha mxejna fil-gvern, anke fil-kontest tal-ftehim li aħna ridna nagħmlu u kif ikkonfermah dan il-Gvern ma' l-awtoritajiet ekklesjastiċi.", "It-tieni fażi ta' Mtarfa Home mhux suppost li għandha ddum ma titlesta biex b'hekk il-proġett kollu jkun lest u nkunu nistgħu ninsew darba għal dejjem dak li sibna meta tlajna fil-gvern.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-post li kien jissejjaħ Ħaż-Żmien, li żgur ma kienx denju li jgħixu l-anzjani fih.", "Fil-mission statement m'hemm xejn imsemmi jekk il-Gvern għandux l- intenzjoni li jibni aktar djar għall-anzjani għalkemm hekk wegħedhom fil- programm elettorali.", "Fil-fehma tiegħi, is-soluzzjoni għal din il-problema tinstab permezz ta' ftehim mas-settur privat li jkun jista' jipprovdi numru ta' sodod għall-użu tal-Gvern.", "Waqt li qed nitkellmu fuq id-djar ta' l- anzjani wieħed ma jridx jinsa d-djar li qed tmexxi l-Knisja u li żgur, illum jew għada, l-Gvern irid jgħinhom biex ikomplu jaqdu l-missjoni nobbli u fejjieda tagħhom.", "Nista' ngħid li aħna diġa' kellna taħdidiet mal- persuni konċernati dwar din il-problema.", "Wirt ieħor li ħallejna lill-Gvern preżenti huwa l-Isptar Zammit Clapp.", "Kemm qlajna kritika fuq dan l-isptar mill-Oppożizzjoni Laburista!", "Issa donnu li hemm min qed jaħsibha mod ieħor wara li raw b'għajnejhom x'jiswa dan l-isptar għall-anzjani tagħna.", "L-Onor.", "Louis Buhagiar, kemm meta żar dan l-isptar u kemm meta żar ir-residenza ta' San Vincenz de Paule, qal li hemm sodisfazzjon li l-livell ta' kura fl-Isptar Zammit Clapp huwa għoli.", "Jiena naf pero' li għad hemm ċertu xettiċiżmu dwar dan l-isptar u mhux kulħadd min-naħa l-oħra huwa konvint dwar il-funzjoni tiegħu.", "B'hekk biss tista' tispjega artiklu li deher f\"it-Torċa\" tat-8 ta' Diċembru tas-sena l- oħra mimli kollu ineżattezzi u gideb.", "Sur President, m'hemm l-ebda dubju li r-residenza ta' San Vincenz de Paule kif inhi llum hija wirt kbir li aħna ħallejna lil ta' warajna.", "GĦandi s-sodisfazzjoni kbir li din ir-residenza rnexxielna nibdluha b'tali mod li ma tingħarafx minn kif kienet qabel.", "Billi ntqal ħafna - u naħseb li se jkompli jintqal - fuq din ir-residenza dwar id-difetti u n- nuqqasijiet li bilfors jeżistu meta għandek post daqshekk kbir, nixtieq nelenka diversi proġetti u xogħlijiet li saru fi żmienna f'dawn l-għaxar snin f'din ir-residenza.", "Sar xogħol ta' kisi tat-toroq kollha fir- residenza u ġew imdawla b'dawl elettriku; numru kbir ta' swali ġew ridekorati; kien hemm il-ftuħ tad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija u tad- Dipartiment ta' l-Occupational Therapy; kien hemm stallazzjoni ta' makni ta' l-X-ray u ta' sistema ta' air-conditioning ta' diversi swali; female ward 9/10 ġiet modernizzata; kien hemm upgrading u modernizzar tal-laundry u ftuħ ta' mini-laundry għas-servizz privat tar-residenti; stallazzjoni ta' żewġ lifts ġodda; male ward 20/21 modernizzata; Psycho Geriatric Unit ġdid li jikkomprendi żewġ wards ġodda u ġnien sabiħ; żewġ wards ġodda modernizzati fis-sular ta' fuq is-psycho geriatric wards; stallazzjoni ta' żewġ ġeneraturi ta' l-elettriku għall-ewwel darba f'din ir-residenza; kċina ġdida b'apparat modern; ftuħ ta' wing ta' flatlets b'wards bħala respite ward fil-kumpless Rużar Briffa; ristrutturazzjoni u mmodernizzar tas-sala RB 2 li kienet maqsuma f'żewġ wards sbieħ u moderni; admission ward ġdida modernizzata; ftuħ ta' ward ġdida fuq l-admission ward; female ward li tospita 21 pazjent; refurbishing tal-kamra mortwarda bi stallazzjoni fiha ta' air-condition; provvista ta' variable height beds kważi għar-residenti kollha.", "Din hija lista li jonqos magħha wkoll imma li taqta' nifsek taqraha aħseb u ara tarahom.", "Dan hu x-xogħol ta' Gvern Nazzjonalista f'San Vincenz de Paule.", "Jiena minn qalbi nawgura lil dan il-Gvern biex iżomm ir-ritmu tal- progress li rnexxielna nottjenu aħna f'San Vincenz de Paule.", "Pero' jiena nibża' li m'hemmx dik il-ħeġġa għaliex fil-mission statement insibu:", "\"The extensive programme of modernising St Vincent de Paule will continue, priority being given to the purchasng of laundry machines and upgraiding the dining-room and pharmacy.\".", "Jiena naf li x-xogħol fuq l-ispiżerija li aħna konna diġa' ppjanajna biex jibda qed isir, iżda donnu m'hemmx dik il-ħeġġa li wieħed jixtieq jara biex il-progress ikompli.", "Ladarba qiegħed nitkellem fuq l-Isptar Zammit Clapp u fuq ir-residenza ta' San Vincenz de Paule ma nixtieqx ma nirrimarkax li wara li konna rnexxielna nżidu konsulent ieħor fil-qasam tal-ġerjatrija - u min jaf kemm qlajna kritika minħabba li kellna konsulent wieħed - issa dan il-konsulent telaq u allura erġajna għas-sitwazzjoni li konna qabel.", "Mr Chairman, f'dawn l-aħħar għaxar snin ta' Gvern Nazzjonalista, l- anzjani kollha, kemm dawk li joqogħdu f'darhom u kif ukoll dawk li jgħixu f'istituzzjoni, gawdew livell ta' għajxien għoli kif qatt ma kellhom qabel.", "Iżda f'dan iż-żmien seħħ fenomenu ieħor li għandu għaliex jagħmilna verament kburin.", "Aħna ħdimna biex nibdlu l-image tax-xjuħija b'tali mod li l-persuna anzjana ma tibqax tidher f'għajnejn kulħadd bħala dik il-persuna li għaliex hija rtirata m'hi kapaċi tagħmel xejn.", "Ħdimna biex l-anzjani jkunu verament protagonisti fl-iżvilupp ma jaqta' xejn li għaddej minnu pajjiżna.", "Huwa f'dan l-isfond li matul dawn is-snin twaqqaf fl-Universita' ta' Malta l-Istitut tal-Ġerentoloġija u nfetaħ l-Istitut tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Anzjani - l-INIA.", "Kien b'dan l-iskop ukoll li aħna promwovejna t-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani u nkorraġġejna l- inawgurazzjoni ta' l-Universita' tat-Tielet Eta'.", "L-attivitajiet inovattivi li saru fil-qasam ta' l-anzjani, bħall-Premju Anzjan tas-Sena, il-Fiera Anzjan Attiv u l-ħarġiet soċjo-kulturali komplew taw ir-ruħ lix- xjuħija taħt sura ġdida .", "M'hemmx dubju li l-image ta' l-anzjan u tax- xjuħija għollejniha ħafna 'l fuq.", "U dan hu li minn qalbi nawgura lill- Gvern il-ġdid li jkompli jagħmel fl-interess suprem ta' l-anzjani kollha ta' pajjiżna.", "Għandi d-dubji tiegħi kemm se jirnexxielu iżda neżortah biex jimxi fuq it-tajjeb tagħna u jgħożż l-wirt li ħallejnilu.", "Mr Chairman, jekk il-Gvern mingħalih li se jiġġustifika ruħu ma' l- anzjani li dan il-progress li huwa sab ma jkomplihx bl-iskuża tal-ħofra li huwa qed isemmi nassigurah li sejjer imqarraq.", "Billi lix-xjuħ tagħna twegħedhom li imbagħad sentejn jew tliet snin tkun f'pożizzjoni li tagħtihom dak li suppost tagħtihom issa - għaliex wara kollox hekk wegħedthom - dawn jistgħu jirrisponduk li huma jistgħu ma jkunux għadhom hawnhekk sa dak iż-żmien.", "Mr Chairman, nagħlaq billi ngħid li ftit tal-ġranet ilu mort ninvista anzjan li kien isofri minn marda kronika u qalli - kif jgħid metaforikament il-Malti - li għalkemm huwa veru li għandu sieq waħda fil-ħofra, qed jibża' li dan il-Gvern se jitfagħlu l-oħra wkoll fil-ħofra.", "Jien minn qalbi nittama li dan ma jkunx.", "Grazzi, Mr Chairman.", "(Onor. Membri: hear, hear)", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Chairman, żgur li wara l-bidla li seħħet fis-26 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet kulħadd kien qiegħed jistenna u jippretendi li partit li ilu 10 snin fl-oppożizzjoni jgħid kemm għandu kollox lest biex imexxi bi stil modern, effiċjenti u serju kellu almenu fl- ewwel 100 ġurnata jagħti d-direzzjoni għal ħames snin li ġejjin fis-settur tas-saħħa.", "Ngħid dan aktar u aktar meta ddikjara li konna spiċċajna - u hawnhekk nikkwota - \"b'servizz ta' medjokrita' fejn sena wara l-oħra s- servizzi tas-saħħa fis-settur pubbliku tħallew jitmermru\".", "Tajjeb għalhekk li għal ftit minuti nikkomparaw minn fejn tlaqna aħna disa' snin u nofs ilu mas-sitwazzjoni ta' minn fejn telaq il-Partit Laburista llum fil-gvern.", "Mr Chairman, disa' snin u nofs ilu aħna writtna sistema fejn il-Gvern kien ċaħħad liċ-ċittadini, li tant għandu għal qalbu llum, id-dritt fundamentali ta' l-għażla ħielsa meta għalaq l-isptarijiet privati.", "Writtna sistema fejn kien hemm lockout tat-tobba, fejn numru sostanzjali ta' speċjalisti Maltin kellhom imorru jaħdmu barra, fejn numru kbir ta' studenti tal-mediċina kienu kostretti jkomplu l-istudji tagħhom f'universitajiet barranin, fejn aktar nurses kienu jitilqu mis-servizz milli jiggradwaw, fejn ħadd ma kien jaf sew x'inhu mistenni minnu u fejn il- kelma \"job description\" lanqas biss kienu għadhom semgħu biha.", "Sibna wkoll nuqqas serju u kroniku ta' investiment kapitali li kien qiegħed ixekkel l- iżvilupp f'dan is-settur u għalhekk kellna ninvestu bil-qawwi biex nagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet ta' qabel.", "Tajjeb infakkar li f'medda ta' disa' snin u nofs aħna tellajna n-nefqa rikorrenti minn Lm22 miljun għal Lm46 miljun qabża ta' aktar minn 107%.", "Fl-istess żmien tellajna n-nefqa kapitali minn Lm0.7 miljun għal Lm4.3 miljun, qabża ta' iktar minn 500%.", "Barra minn dan kellna wkoll ivvotati u nfaqna Lm7 miljun għall-isptar ġdid.", "In-nefqa fuq il-mediċini tellajniha minn Lm1.9 miljun ta' disa' snin u nofs ilu għal Lm7 miljun is-sena li għaddiet.", "Għal disa' snin u nofs kellna nħabbtu wiċċna ma' kelliema u stampa ta' l-Oppożizzjoni li wżat il- mezzi kollha tax-xandir biex tnaffar lill-poplu mis-servizz tas-saħħa tal- gvern u li pprovat għalxejn toħloq issue politika minn settur tant sensittiv u għall-qalb il-poplu Malti.", "Dan kollu minkejja li sena wara sena l-indikaturi mkejla fuq parametri internazzjonali kienu juru titjib sostnut u b'ritmu mgħaġġel.", "Minkejja din il-kritika kollha sena wara l-oħra l- poplu baqa' juri fiduċja sħiħa u jagħmel aktar użu mis-servizzi tal-gvern, anke meta nfetħu l-isptarijiet privati.", "Pero' minkejja dak kollu li sibna ma qtajniex qalbna.", "Disa' snin u nofs ilu tlaqna b'viżjoni, direzzjoni u impenn mhux biss li nkomplu ntejbu s-servizzi imma ridna u fil-fatt wettaqna qabża fil-kwalita'.", "Żammejna quddiem għajnejna żewġ prinċipji fundamentali għat-twemmin tagħna: L-ewwel li f'kulma nagħmlu rridu dejjem inżommu quddiem għajnejna li l-pazjent jibqa' ċ-ċentru ta' kull servizz li nipprovdu; it-tieni kien il-prinċipju ta' l-ekwita', jiġifieri li s-servizz ikun aċċessibbli għal kulħadd, irrispettivament mill-abbilta' tal-ħlas u għalhekk iffaċilitajna l-aċċess għas-servizz tas-saħħa għall-gruppi u persuni żvantaġġati.", "Mhux biss, imma għall-ewwel darba ridna ninvolvu u tajna vuċi lill-pazjent fid-deċiżjonijiet tagħna billi stedinnieh jikkritika u jevalwa s-servizz provdut biex inkunu aktar konxji ta' dak li kien qiegħed jistenna u fil-fatt ingħata u bdejna nirranġaw u nimxu skond pjan fit-tul.", "L-introduzzjoni tal-customer care services kienet żgur pass importanti ħafna u jien nieħu gost nara li l-Amministrazzjoni preżenti milli jidher se tkompli ssaħħaħ, tiżviluppa u tifrex dan is-servizz.", "Tejjibna mhux biss is- servizz imma anke l-mod kif jingħata.", "Mill-questionaires li nġabru fis- swali l-ġodda, proprju dawk li ġew refurbished is-satisfaction rate tal- pazjenti telgħet 'il fuq minn 95%.", "Konna wkoll mexjin biex nintroduċu sistemi moderni ta' quality control u ġibna esperti biex jgħinuna nintroduċuh ġewwa dawk l-areas fejn l-aktar kellna bżonn nirranġaw, bħall- Outpatients.", "Solvejna wkoll nispera darba għal dejjem il-problema ta' nuqqas ta' lożor billi għamilna bidliet radikali fis-sistema.", "Ix-xiri ta' apparat ġdid u l-motivazzjoni ta' l-istaff kollu kienu essenzjali għas- suċċess.", "Konna bdejna pjan biex dawn il-ħaddiema jwaqqfu koperattiva u jkun interessanti jekk il-Ministru jinformani jekk għadux bl-istess pjanijiet.", "Mr Chairman, bla dubju ħallejna warajna sistema ferm aħjar milli sibna mingħajr ma nippretendu li konna perfetti u konxji li stajna ħdimna u wettaqna aktar kieku kellna l-koperazzjoni sħiħa ta' kulħadd, anke ta' l- Oppożizzjoni.", "Pero' żgur li ma naqasx l-impenn sew tal-gvern tal-ġurnata u lanqas tal-maġġoranza l-kbira tal-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur u li ta' kuljum jistinkaw biex jipprovdu l-aħjar servizz skond l-abbilta' tagħhom.", "Minn qalbi lil dawn kollha, mill-ikbar sa l-iċken, nirringrazzjahom f'isem il-Gvern, f'ismi u f'isem il-pazjenti li rċevew il- kura tagħhom.", "Biex imxejna 'l quddiem dejjem kellna viżjoni ċara li tatna direzzjoni.", "Mhux biss kellna targets x'nilħqu imma aktar importanti ntrabatna li nilħquhom.", "Il-Health Vision 2000 hija prova ta' dan, mhux biss paroli u wegħdiet fiergħa imma pjanijiet u soluzzjonijiet konkreti kif irridu naslu.", "Ridna wkoll nagħmlu minn pajjiżna ċentru ta' eċċellenza fir-reġjun billi nisfruttaw il-pożizzjoni strateġika u l-klima ta' pajjiżna biex nattiraw pazjenti barranin lejn il-gżejjer tagħna.", "Minn settur li dejjem kien jonfoq biss ridna nagħmluh wieħed li jista' jirrendi l-flus biex ikompli jespandi b'ħiltu.", "Imxejna lejn dan l-iżvilupp bil-konċett ta' l-isptar Malti; sensiela ta' sptarijiet awtonomi, kull wieħed speċjalizzat f'qasam partikolari, kull wieħed b'management għalih li flimkien jipprovdu nisġa ta' servizzi ta' l-ogħla kwalita' u fil-prattika wrejna kif bil-ftuħ ta' Zammit Clapp, u anke l-Oppożizzjoni baqgħet mistagħġba meta telgħet fil- gvern.", "Pero' waqt li kulħadd jagħraf it-tajjeb mhux kulħadd jiftakar li talli tħallas tiekol.", "Biex ikollok l-aħjar trid tinvesti għax din hija s- solidarjeta' u l-ekwita' fil-prattika.", "Aħna komplejna nagħmlu nisġa mis- servizzi provduti biex eventwalment nintegraw is-servizzi kollha ta' l- iStat mas-servizz li hemm ġewwa l-privat u b'hekk saħħaħna u tajna spinta lis-settur ta' l-informatika u lill-mezzi tal-komunikazzjoni.", "Il-viżjoni tagħna kienet taħseb ukoll għal bidla fir-rwol tad-Diviżjoni għax ridna li din tibdel il-funzjoni tagħha preżenti bħala manager fil-livelli kollha għal funzjoni ta' ippjanar u għassiesa ta' l-istandards.", "Aħna mxejna sew ukoll fid-deċentralizzazzjoni bit-twaqqif ta' diretturi fid-dipartimenti li ngħataw il-liberta' li jippjanaw l-iżvilupp tas-servizz dejjem skond il- policies tal-Gvern u tajna wkoll iktar awtonomija lin-nurses, tejjibna l- pagi fil-livelli kollha mingħajr distinzjoni u daħħalna struttura ġdida ta' management għan-nurses fejn għall-ewwel darba kull post qed ikollu job description dettaljat.", "Aħna saħħaħna wkoll il-ħidma biex nattiraw iktar studenti lejn in-nursing profession filwaqt li vvotajna iktar flus għat- tagħlim u fil-fatt ir-riżultati bdew jidhru biċ-ċar.", "Sur President, sa mill-1988 aħna waqqafna l-Institute of Health Care b'żewġ skopijiet; l-ewwelnett biex inżidu n-numru ta' infermiera u paramediċi u t-tieni nett biex ngħollu l-livell tagħhom.", "Aħna wrejna l-mod serju, modern u galbat ta' kif tippjana fit-tul meta poġġejna t-taħriġ fuq bażi professjonali u soda.", "Speċjalment wara l-ftehim ta' ri- organizzazzjoni, ffirmat fl-1993, in-numru ta' studenti li bdew il- korsijiet ta' l-infermiera beda jiżdied kull sena tant li huwa maħsub li l- full complement jintlaħaq fi żmien ħames snin u hawnhekk wieħed dejjem irid jiftakar li aħna mhux biss konna qed nikkompetu ma' l-espansjoni tagħna stess imma wkoll mal-ftuħ ta' l-isptarijiet privati.", "Aħna mhux biss żidna l-kwantita' imma tejjibna wkoll il-kwalita'.", "Biżżejjed ngħid li llum għandna diversi infermiera li għandhom il-B.Sc. u fil-fatt naħseb li wasal iż-żmien li l-infermiera jiġu kkonsidrati u jitpoġġew fl-istess skala ta' paga bħal professjonisti oħra.", "L-Institute of Health Care għolla l-livell tal-paramediċi kollha tant li l-korsijiet b'certificate level spiċċaw u l- inqas livell sar dak ta' diploma.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll il- korsijiet tal-management fis-settur tas-saħħa.", "Fil-fatt ħafna mir-riformi li xtaqna nwettqu kienu mxekkla minn dan it-tip ta' nuqqas.", "Jien ċert li l- Institute of Health huwa parti mill-wirt għani li għaddejna lill-Gvern Laburista.", "Sur President, fil-programm tagħna aħna konna beħsiebna nagħtu support ikbar lill-Institute of Health Care.", "Lill-istudenti tal-Pre-Vocational School aħna konna wegħdnihom li se nagħtuhom stipendju biex inħajru lil iktar żgħażagħ jaqbdu l-karriera Para-medika.", "Mill-Estimi għal din is-sena jidher li l-Institute of Health Care se jingħata inqas support mill-Gvern preżenti tant li mill-Vot għall-Personal Emoluments jidher li l-istaff se jonqos b'madwar 15%.", "Jekk jien korrett f'dak li qed ngħid dan huwa suwiċidju għas-servizz.", "Sur President, aħna wettaqna bidliet radikali li jista' jarahom kulħadd f'kull sptar li għandna.", "Konna konxji li sptar li nbena 60 sena ilu ma setax jibqa' jaqdi l-bżonnijiet ta' llum u iktar u iktar tal-ġejjien u għalhekk iddeċidejna li għall-millenju l-ġdid Malta kellha bżonn sptar ġdid u modern.", "Fil-fatt bdejna ħidma intensiva biex filwaqt li jkun għaddej il- bini ta' l-isptar il-ġdid, l-Isptar San Luqa jiġi modernizzat kompletament u l-livell tiegħu jittella' biex jiġi jikkompara ma' dak ta' l-isptar privat.", "U r-riżultati dehru.", "Ix-xogħol kollu li sar fl-Isptar San Luqa u fl-isptarijiet l-oħra huma xiehda ta' l-impenn ta' gvern li ma jħarisx lejn is-saħħa b'lenti politika imma b'sens ta' solidarjeta'.", "Dan huwa prova ċara daqs il-kristall ukoll li aħna mxejna skond pjan.", "Madanakollu l- Partit Laburista ddeskrieva din il-viżjoni tagħna ta' bini ta' sptar ġdid bħala kapriċċ, donnu għadu ma rrealizzax li jekk verament irridu naslu għal qabża fil-kwalita' fis-settur ma nistgħux nibqgħu nfettlu.", "Sur President, fl-Isptar San Luqa hemm problemi li ma tistax issolvihom jekk ma teħux deċiżjonijiet kuraġġużi bħalma ħadna aħna u naħseb li qabel ma wieħed jiftaħ ħalqu għandu jevalwa sew għax lanqas id-day surgery li se jinfetaħ ix-xahar id-dieħel, wara li tlesta mill-Gvern tagħna, m'huwa se joffri soluzzjoni permanenti.", "Is-soluzzjoni aħħarija hija dik li wasalna għaliha aħna sitt snin ilu.", "Aħna nħarsu lejn l-isptar il-ġdid bħala investiment fis-saħħa tal-poplu Malti u nieħu gost nara li wara tant kritika u rapporti l-Gvern iddeċieda li jivvota Lm7 miljun fil-budget għat- tkomplija ta' dan il-proġett.", "Issa ħareġ ir-rapport ta' l-Assoċjazzjoni Medika li nissuspetta li l-Gvern preżenti kien qed jistenna b'ħerqa kbira biex ikollu skuża aħjar milli kellu l-ewwel rapport tal-Perit Busuttil biex ma jkomplix jinbena dan l-isptar.", "Sur President, l-Assoċjazzjoni Medika taf x'qaltlu lill-Gvern preżenti?", "Din mhux talli ma qaltlux biex ma jkomplix jibni l-isptar imma talli qaltlu li hemm bżonn ikabbru.", "Jekk il-Partit Laburista għandu s-saħħa tal-poplu għal qalbu verament - jien ċert li hekk hu - id-deċiżjoni li jitkompla l- isptar tkun pass għaqli u rebħa għas-sens komun.", "Issa li qegħdin imexxu huma dawn bdew jindunaw kemm huwa iktar faċli li tikkritika milli li ssolvi l-problemi.", "Il-problemi traqqaqhom tista' u mhux issolvihom billi tikri s- servizzi tal-privat kif għamlu fl-operazzjonijiet tal-qalb u dan għamluh wara li kienu akkużawna li rridu nipprivatizzaw.", "Fil-fatt se nikkwota minn paġna 85 taċ-\"Ċittadin l-Ewwel - Politika Ġdida Laburista\" fejn insibu li:", "\"Illum bdew jidhru sinjali ċari li jindikaw l-intenzjoni tal-Gvern Nazzjonalista li jipprivatizza dan il-qasam u b'hekk ikompli jġib firda soċjali fil-poplu tagħna.\".", "Jien personalment ma għandi xejn kontra x-xiri tas-servizzi mill-privat sakemm l-affarijiet isiru bi trasparenza u bla motivi ulterjuri.", "Jien nistaqsi lili nnifsi: Oppożizzjoni li sa llum dejjem kien moħħha biex tiffranka l-flus, kif waslet biex tieħu deċiżjoni daqshekk malajr biex tikri s-servizzi tal-privat?", "U għaliex tikri s-servizzi tal-privat biss għal operazzjonijiet tal-qalb meta hemm waiting list ferm itwal għal operazzjonijiet ortopediċi?", "Il-Gvern preżenti għamel studju jew ikkummissjona rapporti qabel ma ħa dan il-pass?", "Fil-fatt jien nixtieq inkun naf mingħand min ħa l-pariri l-Gvern biex ħa dan il-pass.", "Sur President, possibbli li ħadd min-naħa tal-Gvern ma ġieh suspett li l- pazjenti fl-ITU setgħu bdew jinżammu hemm iktar milli suppost?", "U ħadd ma ġieh is-suspett li din ma kenitx b'kumbinazzjoni, imma setgħet kienet ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni li kellha tittieħed?", "Jien nixtieq li din tiġi ċċarata sew biex ħadd ma jkollu dubji li din id-deċiżjoni ttieħdet għal finijiet oħra barra milli għall-ġid tal-pazjent, iktar u iktar meta hemm għajdut li l-isptar privat involut f'dan il-każ qed jitlef madwar Lm10,000 fil-ġimgħa.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix problema oħra li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kienet waħda mill-kritika favorita tal-Partit Laburista fil- qasam tas-saħħa u hawnhekk qed nirriferi għall-Medical Stores jew aħjar għan-nuqqas ta' mediċini.", "Min jaf kemm-il darba ġewwa din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra smajna li qatt ma ssib il-mediċini meħtieġa u li l-pazjenti qed ikollhom jixtruhom bil-konsegwenza li dawn qed ibatu biex imorru jiġbruhom mill-isptar!", "Staqsu lill-pazjenti jekk qattx qabel kienx hawn in-nuqqas ta' mediċini li hawn illum.", "Staqsu lill-Membri tal-Gvern stess, fosthom lill-Onor.", "Chris Cardona, għaliex huma stess qed jagħmlu domandi parlamentari dwar in-nuqqas tal-mediċini.", "Mhux nuqqas ta' Elastoplast, ta' peroxide jew ta' wadding imma hawn nuqqas ta' mediċini essenzjali u importanti.", "Fil-fatt għal dawn l-aħħar ġimgħat f'diversi health centres ma kienx hemm Atenolol, Tofranil, Burinex, Enalapril, Anafranil, Digoxin, silicone catheters u ħafna affarijiet oħra.", "Pero' madanakollu skond il-Ministru t-tort huwa dejjem tagħna minħabba li sar ippjanar ħażin fi żmien il-Gvern preċedenti.", "Donnu l-Ministru qed jinsa li issa ilu hemm biżżejjed biex jibdew iseħħu s-soluzzjonijiet li jgħidu li kellhom lesti u li kienu kkargati biex iwettqu.", "Donnu l-Ministru nesa wkoll li l-mediċini li nordnaw aħna mhux suppost idumu iktar minn tliet xhur biex jinxtraw.", "Fil-fatt il-Gvern jixtri madwar 5,000 mediċina differenti kull sena u għalhekk bilfors li jkun hemm in-nuqqas ta' xi prodotti jekk ma jkunx hemm sistema tajba li tikkontrolla l-istocks u meta dawn jaslu biex jispiċċaw.", "Dinja moderna titlob li sistema komplessa tista' tiġi kkontrollata aħjar permezz tal-computers u fil-fatt aħna hekk għamilna allavolja kien hemm u għad hemm min ġewwa l-Medical Stores li din is-sistema ma riedhiex akkost ta' kollox u għadu lest jagħmel minn kollox biex din ma tidħolx.", "GĦall-kuntrarju jien din il-problema kont ħadha bħala prijorita' imma madanakollu kulma qlajt kienet biss kritika minflok inkoraġġiment mill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Sur President, aħna għamilna bidliet oħra bħala parti mill-viżjoni tagħna għal servizz modern u effiċjenti.", "L-Isptar Boffa kien se jkun l-ewwel sptar awtonomu mill-isptarijiet tal-gvern, minn Jannar li għadda.", "Issa l- Ministru stess qal li l-programm waqa' xhur lura.", "Aħna konna ħadna din id- deċiżjoni wara li tgħallimna mill-esperjenza ta' l-Isptar Zammit Clapp.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li għall-Isptar Boffa aħna bdejna studju serju u intensiv ta' auditing biex naraw sew x'inhi l-aħjar sistema ta' cost- effectiveness qabel ma nintroduċuha fis-servizz kollu.", "Aħna investejna bil- qawwi f'dan il-post biex illum kważi l-każi kollha tal-cancer jistgħu jiġu ttrattati lokalment.", "Kien ukoll f'dan il-qasam li aħna rnexxielna ninvolvu għaqdiet volontarji, bħall-Hospice Movement, il-Maria Bugeja Cancer Foundation u l-Psoriasis Association.", "Fil-fatt kien hemm ukoll il-ħsieb li lil dawn nagħtuhom rwol fit-tmexxija meta l-isptarijiet isiru awtonomi.", "Sur President, ġewwa l-Isptar Monte Carmeli wkoll bdejna refurbishment għalkemm għad baqa' ħafna xi jsir.", "Pero' l-ikbar riforma, dik li nintegraw lill-pazjent lura fis-soċjeta', xtaqna li wettaqniha iktar milli rnexxielna pero' kellna limitazzjonijiet finanzjarji u kellna nħabbtu wiċċna wkoll ma' diffikulta' oħra, bħal bidla fil-mentalita' tal-poplu.", "Jien nittama li l- Ministru jgħidli jekk huwiex veru l-għajdut li se tingħalaq Villa Chelsi minħabba li m'hijiex cost-effective.", "Aħna nħarsu lejn Villa Chelsi iktar mil-lat ta' cost benefit għax il-pazjent, hu min hu, inqisuh bħala persuna umana.", "Hekk titlob u hekk titħaddem is-solidarjeta' fil-prattika.", "Sur President, fidili lejn il-wegħda tagħna li GĦawdex jistħoqqlu sptar li jaqdi sew il-bżonnijiet tal-gżira aħna komplejna nespanduh u nintroduċu servizzi ġodda f'dan l-isptar.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li komplejna fejn konna ħallejna qabel il-bidla li seħħet fl-1971.", "Dak iż-żmien aħna wkoll konna tajna spinta lis-servizzi billi bnejna sptar ġdid imma madanakollu konna qlajna l-istess kritika li qed naqilgħu llum meta kien inbidel il- Gvern u għal darb'oħra l-GĦawdxin bdew jiġu ttrattati bħala ċittadini tat- tieni klassi - saħansitra l-bini ta' dan l-isptar kien waqaf - kif qed jiġri llum.", "Meta fl-1987 aħna erġajna tlajna fil-gvern għal darb'oħra beda jseħħ titjib kbir ġewwa dan l-isptar billi kabbarnih, espandejna s-servizzi li fih u għamilnih sptar b'apparat ġdid u b'diversi konsulenti residenti hemmhekk.", "Sur President, il-mediċina moderna titlob u hija bbażata fuq impenn iktar favur il-prevenzjoni biex safejn hu possibbli mhux biss ngħixu iktar fit- tul imma anke ntejbu l-kwalita' tal-ħajja tagħna.", "Prevenzjoni tajba u effettiva titlob informazzjoni dwar il-kaġun tal-mard imwassla minn nies professjonisti u titlob ukoll aċċess iktar faċli għall-investigazzjonijiet fil-komunita'.", "Dan l-għan jista' jintlaħaq biss permezz ta' effiċjenza effettiva u li naħdmu id f'id mas-servizzi provduti mill-privat.", "Fil-fatt anke hawnhekk aħna wrejna t-triq.", "Sur President, aħna ma ridniex li ċ-ċittadin jibqa' jingħata servizz ġewwa ċentri li qatt ma kienu ppjanati għal dan l-iskop u għalhekk bdejna nibnu health centres li mill-bidu kienu mfassla u ppjanati għal din il- funzjoni.", "Wettaqna titjib sostanzjali fil-health centres antiki bħal tal- Mosta u Raħal Ġdid u bnejna health centre ġdid ġewwa Ħal Qormi.", "Health centre ieħor li se jinfetaħ minn hawn u fit ġimgħat oħra - dak ta' Birkirkara - kien inizjattiva tagħna wkoll.", "Din is-sena kellu wkoll jibda x-xogħol fuq il-Health Centre ta' Bormla.", "Ridna li dawn il-health centres ikunu ta' l-ogħla kwalita', sew fis-servizz li jipprovdu kif ukoll billi joffru servizz f'ambjent komdu u attraenti.", "B'hekk biss stajna nnaqsu l- pressjoni minn fuq l-isptarijiet.", "Ħriġna ħafna servizzi li qabel kienu jingħataw biss ġewwa l-isptarijiet u wassalnihom u għamilnilhom aktar aċċessibbli u b'kumdita' akbar ġewwa l- health centres tagħna.", "Waqqafna wkoll kliniċi tad-diabete, tal-glawkoma, servizz ta' speech therapists, erġajna tajna faċilitajiet li t-tobba privati jagħmlu testijiet tad-demm u ħtarna konsulenti fil-kura primarja li jagħtu servizz mill-aqwa.", "Konna mexjin biex nipprovdu servizzi ġodda oħra bħal dak tad-dermatoloġija u ta' l-anti-coagulant clinics.", "Introduċejna wkoll, b'kooperazzjoni ma' diversi kunsilli lokali, kliniċi biex inħajjru lin-nies jitilfu l-piż għaliex aħna konxji li dan il-fattur komuni fil- poplu tagħna huwa wieħed mill-kaġunijiet li jwassal għall-mard tad-diabete u l-mard kardivaskolari.", "U hawnhekk kellna suċċess kbir ukoll.", "Riformi oħra li ffaċilitaw u li tejbu s-servizz kienu l-bidliet li seħħew fl-għoti tal-mediċini.", "Żidna n-numru ta' mard li jaqgħu taħt ix-schedule 5, ir-riċetti bdew jinħarġu darba kull tliet xhur u għamilna riforma oħra li bdiet tippermetti lit-tobba jbiddlu l-mediċini preskritti fuq il-kartuna s-safra għal ċertu mard mingħajr il-bżonn li l-pazjent jiġi riferut ġewwa l- isptar.", "Introduċejna wkoll tilqim ġdid u qassamna għall-ewwel darba siringi u sticks tad-demm lid-diabetiċi taħt il-35 sena bil-ħsieb li nestenduha gradwalment għad-diabetiċi kollha.", "Saħħaħna u espandejna s-servizz li jingħata ġewwa l-iskejjel primarji u sekondarji.", "Dan kien il-mod kif il- viżjoni tagħna saret realta'.", "Pero' llum, Mr Chairman, għandna garanzija li dan kollu se jkompli?", "Il- furur li tqajjem dwar kemm jiswa servizz ta' l-ogħla kwalita' bħal dak ta' l-Isptar Zammit Clapp huwa indikazzjoni li l-Gvern preżenti mhux se jżomm ir-ritmu mgħaġġel li qbadna?", "Saru żewġ dikjarazzjonijiet strambi li għandhom jinkwetaw lill-poplu.", "Fl-updates tal-politika tagħhom kienu qalulna li \"is-servizzi mediċi fil-livell primarju u sekondarju huma dritt bażiku taċ-ċittadin irrispettivament mill-mezzi finanzjarji\" mingħajr ma saret ebda riferenza dwar id-dritt għall-kura terzjarja.", "Diġa' hemm pajjiżi li waqt li jipprovdu kura b'xejn fil-livell primarju u sekondarju, jġiegħlu lill-pazjent joħorġ parti sostanzjali mill-ispiża għal ċerti operazzjonijiet bħalma huma dawk tal-qalb, tal-bdil ta' l-irkoppa jew ta' l- ingroppa.", "Jien nixtieq li l-Ministru jiċċarali jekk din hijiex il-policy tal-Gvern preżenti.", "It-tieni wegħda li tinsab f'\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" paġna 87 tgħid li jipprovdu \"servizz ta' tabib tal-familja għal min ma jistax iħallas privat\".", "Dan jista' jfisser li se jintroduċu xi forma ta' means test biex tibqa' tieħu dak li sal-lum kulħadd kellu dritt għalih?", "Veru li fir- risposta li se jagħtini l-Ministru se jgħid li din tat-tabib tal-familja ta' l-għażla tiegħek hija waħda mill-wegħdiet li aħna ma wettaqniex, pero' jien ngħid li ndunajna li ma konniex ippreparati biżżejjed biex inneduha u l-ewwel ridna nsaħħu aktar l-istrutturi u s-servizzi fil-health centres.", "Kien għalhekk li wettaqna riformi akbar fis-servizzi li jingħataw f'dawn iċ- ċentri biex inżidu u ntejbu l-faċilitajiet li jistgħu jużaw it-tobba fil- privat.", "Il-fatt li bqajna nivvotaw Lm250,000 f'kull budget juri biċ-ċar li l-intenzjoni tagħna baqgħet hemmhekk.", "Allavolja sal-lum konna nisimgħu li l-Gvern ġdid kien se jipprovdi skema tat-tabib b'xejn moderna, f'dan il-Budget ma ġie vvotat lanqas sold wieħed biss għal dan il-għan.", "Minkejja li wettaqna dan kollu ħallejna wkoll problemi warajna, problemi li se jirithom il-Gvern preżenti flimkien ma' l-investiment qawwi sew f'bini, f'attrezzatura medika u f'riżorsi umani.", "L-ewwelnett u fuq ta' quddiem hemm il-problema ta' nuqqas ta' staff fil-livelli kollha.", "F'risposta li ta l-Ministru stess kien qal li kien hemm nuqqas ta' 135 persuna fil-gradi klerikali.", "Is-servizz tant kiber u tant kibret id- domanda għal dawn il-ħaddiema li minkejja reklutaġġ ta' numru ta' sostanzjali ta' skrivana maċ-Ċivil xorta waħda ma mlejniex il-ħtiġijiet tad- dipartiment.", "Konna wasalna biex kellna diffikultajiet kbar biex inlaħħqu mal-ħruġ tal-pagi, ta' l-overtime u ta' l-allowances u dan kien qed iġib tbatija fuq il-ħaddiema nfushom, protesti ġustifikati mill-unions u kien qed ixekkel ukoll l-espansjoni tas-servizz.", "Kien għalhekk li wara li ħadna parir kellna nirrikorru temporanjament għax-xiri ta' servizzi klerikali ta' madwar 20 ruħ.", "Hawnhekk nixtieq nitlob lill-Ministru jispjegali għaliex għadhom ma ħarġux ir-riżultati tal-ward clerks issa li huma lesti u għaliex hemm dan id-dewmien kollu meta hemm bżonn li dawn in-nies jibdew jaħdmu mil-lum stess.", "Minkejja li mpenjana ruħna biex inżidu n-numru ta' nurses b'kondizzjonijiet aħjar u b'mezzi oħra, sal-lum ma rnexxilniex nilħqu t- targets tagħna.", "Konna kostretti bħalma jagħmlu pajjiżi ferm akbar minna li nirreklutaw nurses barranin biex inkomplu niżguraw servizz tajjeb u biex nagħtu ċans lin-nurses tagħna imorru barra biex jispeċjalizzaw.", "Iżda żgur li n-nuqqas ta' infermiera ma ttaffihx billi lil dawn tqabbadhom jagħmlu xogħol li mhux tagħhom.", "F'\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" qalulna li \"titwaqqaf sistema ġdida ta' allokazzjoni ta' infermiera u paramediċi biex dawn ma jibqgħux jiddependu mill-ministru u mill-gvern tal-ġurnata\".", "U jien nixtieq li l-Ministru allura jispjegali kif jista' jiġġustifika li tnejn minn dawn l-infermiera jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu.", "F'din l-aħħar sena feġġ ukoll nuqqas fin-numru ta' tobba.", "Għalkemm ftaħna applikazzjonijiet għal-locums kien hemm applikant wieħed biss li wara ftit ġranet li daħal jaħdem, irriżenja.", "Konna fassalna skema għal tobba part-time; l-applikazzjoni ġiet miżmuma minħabba l-elezzjoni u ħarġet wara, pero' xorta waħda r-rispons kien fqir.", "Jien konvint li mingħajr titjib sostanzjali fil-kondizzjonijiet, inklużi r-rimunerazzjonijiet, m'aħniex se nsibu soluzzjoni permanenti għal din il-problema.", "Hemm bżonn ukoll - kif konna wegħedna fil-programm elettorali tagħna - li l-konsulenti jsiru full time mingħajr prattika, pero' biex isir dan, dawn iridu jitħallsu kif jixirqilhom.", "Jien kont nieħu gost nisma' lix-shadow minister preċedenti l-Onor.", "Edwin Grech meta f'intervisti fuq radios privati, wara li kien sar l-ewwel trapjant tal-qalb, bierek it-Lm30,000 li jieħu l- konsulent u stqarr li din kienet it-triq li l-Gvern kellu jieħu.", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna jekk humiex se jibqgħu mexjin fuq dan il-pjan.", "Ċertament inqassna wkoll li nrażżmu l-abbuż li qed isir mis-servizzi tas- saħħa.", "Naħseb li kulħadd jaf bil-100,000 pazjent li ta' kull sena jmorru ġewwa d-Dipartiment ta' l-Emerġenza, bin-nofs miljun ruħ li jattendu għall- visti ġewwa l-Out-patients Department kif ukoll bil-ħela tal-mediċini.", "Kulħadd jaħseb li għaliex ikunu b'xejn allura għandu dritt għalihom anke jekk ma jużahomx.", "Niftakar li meta kont Segretarju Parlamentari, meta kien imut xi anzjan, kienu jiġu l-qraba tiegħu b'boroż sħaħ mimlijin mediċini.", "Jien naħseb li hemm bżonn li b'sistema komputerizzata mhux biss inżommu record ta' l-istocks ta' l-affarijiet li jkollna fl-istores imma anke nżommu kontroll aħjar u nkunu nafu eżattament għand min qegħdin imorru.", "Kien hemm każi - l-Ministru preżenti żgur jaf bihom - fejn mediċini li kienu jiġu b'batch number esklussiv għad-dipartiment ma kenux jibqgħu hemmhekk u minflok kienu jinbiegħu fi spiżeriji privati.", "Jien kont ordnajt li ssir investigazzjoni dwar dan anke bil-Pulizija.", "Nixtieq li l-Ministru wkoll jgħid jekk dwar dan kienx hemm xi konklużjoni.", "Mr Chairman, fis-26 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet il-poplu għamel għażla.", "Biex wasal għad-deċiżjoni li ħa kellu jiżen, tajjeb jew ħażin, fuq ċerti issues.", "Jien ċert li s-saħħa ma kenitx waħda minnhom.", "Mill- bankijiet ta' l-Oppożizzjoni konna nisimgħu biss kritika mingħajr soluzzjonijiet.", "Issa qiegħed jidher biċ-ċar, tul dawn l-aħħar tliet xhur aktar minn qatt qabel, li l-Partit Laburista ma kienx ippreparat biex jiggverna u li meta kienu jikkritikawna ma kellhom l-ebda idea jew pjan.", "Għaliex sal-lum għadna ma smajniex soluzzjoni waħda biss plawsibbli anke għal dawn il-problemi li semmejt?", "Dan wassal għal tliet xhur ta' staġnar anke fir-refurbishment ġewwa l- Isptar San Luqa.", "Jiena bqajt mhux skantat imma mbellaħ meta qrajt ir- risposta għad-domanda parlamentari numru 481 fejn il-Ministru qal li r- refurbishment tas-swali l-ġodda fl-Isptar San Luqa se jkompli skond il- bżonnijiet tas-servizz tas-saħħa, jiġifieri f'kelma waħda minn ġurnata għal oħra.", "Ried jgħid bil-pulit li skond id-daqqa niżfnu!", "Dawn huma l-famużi pjanijiet u assigurazzjonijiet ta' servizz serju?", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi x'sar mit-tieni tender li kellu jkopri r-refurbishment tas-swali li kien baqa' jsiru ġewwa St. Luke's.", "Eżempju ieħor li xtaqt insemmi wkoll huwa l-kritika kontinwa tagħhom dwar il-bżonn urġenti tat-titjib fil-management.", "Sal-lum għadna mingħajr kap ta' dipartiment u dan meta l-proċess ta' l-għażla kien kollu lest u ġie interrot biss minħabba l-elezzjoni.", "L-istess jista' jingħad għad- diretturi.", "Għalkemm it-terminu ta' dawk preżenti skada fit-2 ta' Novembru tas-sena l-oħra għadu ma ġiex imġedded permanentement u allura wieħed jistaqsi: Kif jista' qatt isir ippjanar bis-serjeta' u fit-tul jekk kulħadd huwa aġent?", "Kif jista' jsir ippjanar fit-tul u management suret in- nies jekk the top posts m'humiex okkupati permanentement?.", "Ma nafux lanqas jekk dawn humiex se jibqgħu għaddejjin bil-pjan li bdejna li nixtru s-servizzi tan-nies professjonali li m'għandniex fiċ-Ċivil biex jipprovdu sistema serja ta' accounting ġewwa l-isptarijiet biex jgħinu lill- managers tagħna.", "Dan l-exercise konna bdejnih diġa' ġewwa Boffa Hospital u l-feedback mingħandu u l-konklużjonijiet kellhom jingħataw lura lilna għal madwar Jannar.", "Naħseb li sal-lum waslu għand il-Ministru u jkun tajjeb jekk dan jgħidilna x'se jagħmel fuq dan il-pass.", "F'\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" f'paġna 17 inisbu li \"il-kura tas-saħħa fil- komunita' għandha tkun l-bażi għal skema ta' kura tas-saħħa tassew nazzjonali u effettiva\" u f'paġna 86 tal-\"Politika Ġdida Laburista\" insibu li \"Gvern Laburista jagħti priorita' lill-kura tas-saħħa fil-komunita'\".", "Jiena ma stennejtx li dan se jitwettaq fl-ewwel sena tal-Gvern Laburista imma min-naħa l-oħra lanqas kont nistenna li se mmorru lura u l-Vot tal- kura primarja se jitnaqqas minn Lm4.5 miljun is-sena li għaddiet għal Lm3.1 miljun din is-sena.", "Dan ifisser tnaqqis ta' 30%.", "Forsi l-Ministru jgħidli li fil-Vot jidher li fil-fatt l-ammont żdied, pero' dan il-Vot li żdied tnaqqas min-nefqa rikorrenti tad-dipartiment.", "Veru li parti mit- tnaqqis ġara għaliex issa l-Vot għall-mediċni se jibda jidher taħt il- pharmaceutical services kif konna ppjanajna aħna, pero' xorta waħda se jibqa' tnaqqis sostanzjal.", "Dan ma jagħmilx sens meta aħna mhux biss smajna l-istqarrijiet tal-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni imma nafu wkoll li dan huwa kontra l-parir ta' kull sistema moderna.", "Aktar kmieni fid-diskors tiegħi diġa' għidt kemm huwa importanti li l-kura primarja u s- servizzi fil-komunita' jibqgħu jissaħħu.", "Jekk inħarsu min-naħa l-oħra lejn il-personal emoluments wieħed jista' jikkonkludi li se jkun hemm tnaqqis ta' 25% fl-istaff.", "Din hija l- priorita' li se tingħata lill-kura primarja?", "Din hija l-importanza li kien jisħaq fuqha x-shadow minister ta' qabel?", "Il-poplu jistenna spjegazzjoni mill-Ministru.", "F'\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" insibu wkoll li \"Mil-lat preventiv tingħata spinta lit-tagħlim fuq l-iġene, il-prevenzjoni tal-mard u dwar l-użu korrett tas-servizzi tas-saħħa\".", "Dwar dan naqblu, imma mbagħad għaliex allura l-Vot tal-Health Promotion tnaqqas b'aktar minn Lm100,000 f'dan il- Budget?", "Waqt li fl-1996 kien ta' Lm445,000, din is-sena ġew ivvotati biss Lm166,000.", "Kif jista' jkun li nieħdu lill-Ministru u lill-Gvern tiegħu bis- serjeta'?", "U nerġa' nikkwota mill-istess dokument din id-darba minn paġna 87 fejn hemm li \"isir studju tal-bżonn ta' aktar ċentri distrettwali\".", "Il- Ministru diġa' stqarr fl-aħħar tliet xhur li se jinbena ċentru ġdid fiż- Żurrieq u jien nistaqsih jekk qabel ma ħa din id-deċiżjoni li konna ħadna aħna għamilx studju jew inkella jekk ħadhiex mill-programm elettorali tagħna fejn tisemma f'paġna 149.", "Dan kollu juri nuqqas ta' preparazzjoni u mn'Alla aħna kellna pjanijiet fit-tul li l-Gvern issa qiegħed isegwihom u qiegħed jagħmel sew għaliex dawn kienu pjanijiet imfasslin wara studji akkurati.", "Mr Chairman, fl-istess programm elettorali Laburista f'paġna 17 hemm li \"il-modernizzazzjoni ta' l-isptar Monte Carmeli trid issir b'ritmu mgħaġġel u b'impenn\".", "Imbagħad jekk wieħed iħares lejn il-vot kapitali jsib li għal dan l-isptar il-Vot li s-sena l-oħra kien ta' 'il fuq minn Lm263,000 din is- sena tnaqqas għal Lm150,000; differenza ta' kważi 50%.", "Qegħdin jagħmlu kollox bil-kontra ta' dak li wegħdu!", "Ma naħsibx li dan qed jiġri biss fis- settur tas-saħħa għaliex għadna kemm smajna diversi kelliema f'din id- diskussjoni tal-Budget li lkoll urewna biċ-ċar id-differenza bejn dak li kien wiegħed il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni u dak li fil-fatt qed iwettaq Gvern Laburista.", "Safrattant dawn ġew jiftaħru li llum il-poplu Malti qiegħed iħallas biex il-Gvern iżomm konsulent fuq it-twettiq tal- programm elettorali tagħhom.", "U ma jiġix issa l-Ministru jgħid li dan huwa riżultat tal-ħofor għaliex fejn deherilhom huma sabu flus.", "Il-Vot għal personal emoluments fis-segretarjat tal-Ministeru mistenni li jitla' minn Lm107,000 għal Lm193,000 li juri biċ-ċar li fejn iridu, isibu flus.", "Dan naħseb li jfisser li n-numru ta' impjegati fis-segretarjat tal- Ministeru kważi se jirdoppja.", "Aħna konna nisimgħu ħafna dwar il-bżonn tal-kontroll sabiex ma ssirx ħela, pero' żgur li ma konniex nimmaġinaw li se naqgħu fir-redikolu.", "Pazjenti li attendew l-Anti-Coagulant Clinic il-ġimgħa l-oħra qaluli li daħal konsulent u ordna lill-infermiera li lill-pazjenti ma tagħmlilhomx stikka minn fejn ikunu ġibdulhom id-demm.", "Qalulhom biex ipoġġu biċċa tajjara - u nixtieq li l-Ministru li qed jidher skantat b'din il-proposta jmur jiċċekkja - u jżommu jdejhom magħluqin.", "Fil-fatt sakemm dawn ħarġu mill-bieb ta' barra reġa' beda ħiereġ id-demm, kellhom jerġgħu jidħlu lura l-isptar u kien hemm konfużjoni u rebus sħiħ.", "Jiena ma naħsibx lanqas li tikkontrolla l-ħela billi ma daħħalx mechanics is-Sibt bis-sahra biex imbagħad jiġri dak li ġara fl-4 ta' Frar ta' din is- sena meta ħafna pazjenti baqgħu għal ħafna ħin jistennew l-ambulanzi jiġbruhom mid-dar tagħhom għal xejn.", "Ħafna minn dawn in-nies tilfu appuntamenti li kienu ilhom jistennew għal ġimgħat sħaħ.", "Jiena nittama li l-Ministru fir-risposta tiegħu jagħtini tweġibiet għal dawn id-domandi.", "Nittama wkoll li ma jibqax bil-mentalita' li kellhom meta kienu fl- Oppożizzjoni li jikkritikaw biss mingħajr ma joffru soluzzjonijiet.", "ll-poplu jixtieq ikun jaf kif se jimxi taħt il-Gvern ġdid l-iżvilupp tas- settur tas-saħħa.", "Fuq viżjonijiet smajna ħafna pero' fuq pjanijiet għadu ma twettaq xejn.", "Aħna m'aħniex qegħdin nippretendu li fl-ewwel 100 ġurnata kien se jsir xi titjib sostanzjali jew xi miraklu pero' wara tliet xhur ta' honeymoon il-poplu għandu dritt ikun jaf kif se jkompli jiżviluppa s- servizz tas-saħħa.", "Irrid ngħid li għalkemm għal disa' snin u nofs konna nisimgħu biss li kellna kollass totali fis-servizzi tagħna, illum qegħdin naraw li l-mission statement tad-dipartiment għall-Budget ta' din is-sena huwa l-istess wieħed li fassalna aħna, għax issa sejrin ikomplu bil- proġetti kollha li konna bdejna aħna.", "Fil-fatt jekk tneħħi l- operazzjonijiet tal-qalb fl-isptar privat, kull miżura msemmija konna ddeċidejniha aħna.", "Meta l-poplu jkollu dawn ir-risposti jkollu raġun ma jkollux għalfejn jinkwieta aktar dwar l-iżvilupp tas-servizz tas-saħħa f'pajjiżna.", "Hemm bżonn ta' kollaborazzjoni aħjar bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex insolvu dawn il-problemi mingħajr ħadd minna ma jipprova jieħu vantaġġ politiku għas-skapitu ta' l-ieħor.", "Dan jista' jsir u diġa' sar.", "Fil-fatt qabel ma ħriġna l-Health Vision 2000, konna stedinna lill-Oppożizzjoni sabiex tagħti l-kontribut tagħha.", "Dak iż-żmien kien hemm shadow minister l-Onor.", "Grech, u għidnielu jistax jikkontribwixi u x'jidhirlu minn qabel ma preżentajna dak id-dokument.", "Irrid ngħid li l-Onor.", "Grech kien ta kontribut siewi biex nipproduċu dan id-dokument, u jiena naħseb li dan huwa l-mod kif irridu nimxu.", "Dan m'huwiex impossibbli aktar u aktar meta llum fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra hawn talent u esperjenza medika biżżejjed biex nifformolaw pjan fit-tul ta' kif għandu jiżviluppa dan is-servizz u ta' kif għandna nimxu 'l quddiem f'dan is-settur li huwa tant importanti għall-poplu tagħna.", "THE CHAIRMAN: Onor. Deguara, niġbidlek l-attenzjoni li fadallek erba' minuti biss.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Grazzi, Mr Chairman.", "Irrid nagħmel issa appell lill-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur.", "Jiena kont segretarju arlamentari u kont ninnota li dan verament huwa l-uniku settur fejn meta kienet tidħol persuna biex titlob l-għajnuna - hemmhekk qatt ma kienu jidħlu persuni biex jgħaddu ż-żmien - dejjem konna ninsew il-politika.", "GĦalhekk jien nispera, anzi ninsab ċert li l-Ministru preżenti jaqbel miegħi li kull ħaddiem li jaħdem f'dan is-settur irid jinsa l-kulur politiku tiegħu għax dan qiegħed hemm biex jgħin lil min hu l-inqas fortunat.", "Sur President, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nfakkar lill-Gvern li biex tibqa' toffri l-aħjar trid kontinwament tinvesti bil-qawwi f'dan is- settur fejn il-finanzi donnhom ma jservu qatt.", "Jien nemmen ukoll li hemm jew ma hemmx ħofor m'għandna qatt nitqammlu fis-settur tas-saħħa.", "Aħna għax urejna t-triq u investejna b'saħħitna ġibna l-progress u jien nittama li l-Gvern preżenti se jkompli mhux biss bil-pjanijiet li konna għamilna aħna imma se jkompli b'investiment qawwi f'dan is-settur biex verament il- poplu tagħna ma jkollux biss sptar ġdid imma wkoll sistema li twasslu għall- millennju l-ġdid.", "Hija ħaġa pożittiva li minkejja li aħna pajjiż żgħir gvern wara ieħor dejjem żamm u f'ċertu każ qabeż fil-kwalita' s-servizzi provduti minn pajjiżi ferm ikbar minna.", "Meta pajjiżi oħra dejjem qed jillimitaw is-servizzi tas-saħħa aħna komplejna nespandu.", "Iż-żewġ partiti għamlu hekk meta kienu fil-gvern u naħseb li dan huwa l-uniku mod li bih mhux biss niżguraw servizz b'saħħtu għall-futur u servizz li jagħmel dehen lid-dipartiment imma servizz li finalment jagħmel ġid lill-poplu Malti kollu.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Issa skada l-ħin għad-dispożizzjoni ta' l- Oppożizzjoni u l-ħin li fadal huwa kollu għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "L- Onor. Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR (Segretarju Parlamentari għall-Anzjani): Sur President, jekk wieħed iħares lejn il-budget ta' din is-sena jsib kemm dan għandu jkun budget li jagħmel kuraġġ u jserraħ moħħ l-anzjani.", "Min-naħa l- oħra, jekk wieħed iħares lejn il-kritika li saret illejla għall-qasam ta' l- anzjani, mill-fatti li se nuri jsib kemm il-kritika ta' l-Oppożizzjoni li saret mill-budget 'l hawn hija waħda fjakka.", "Dan il-budget huwa kontrast għal dawk il-budgets li kienu jagħtu daqqa ta' ħarta lill-anzjani - jien dan kont ngħidu meta kont nagħmel il-kritika tiegħi fid-diskussjonijiet tal-budget u mhux jien biss ipprevedejtu - u kulħadd irid jammetti li l- istess anzjani kienu jħossuha din id-daqqa ta' ħarta.", "Minn hawn ukoll joħroġ ir-riżultat ta' l-elezzjoni ta' tlett xhur ilu.", "Tiġik ħasra tisma' li f'laqgħa li kellu ma' anzjani Ġermaniżi li kienu f'Malta, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ikkritika dan il-budget u fost affarijiet oħra qal li ma fih xejn għall-anzjani għax m'hemm l-ebda kelma favur tagħhom.", "Din kienet il- politika ta' Gvern Nazzjonalista, politika ta' miżinformazzjoni - dan se nurih bil-fatti u bil-figuri - li tant swiet ta' ħsara lill-Partit Nazzjonalista li tellfitu l-elezzjoni tas-26 ta' Ottubru li għadda.", "Dan il-partit donnu ma jistax jitgħallem li qed jiffaċċja poplu matur li jiġġudika fuq dak li jara u jisma u fuq dak li jmiss b'idejh u għalhekk ma jistax jibqa' jagħti stampa ta' miżinformazzjoni u jpinġi kollox ħażin.", "Ma jistax ikun li sempliċement nikkritikaw fuq bażi ta' miżinformazzjoni.", "Jiena nawgura li 'l quddiem ikollna Oppożizzjoni ferm iżjed kredibbli minn din.", "Aħna rridu Oppożizzjoni kredibbli u Oppożizzjoni serja għaliex kif qal l-Onor.", "Deguara nħossu li l-fatt li jkollok suġġermenti tajbin, kif għamilna mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni, dawn is-suġġerimenti jkunu utili biex jagħtu direzzjoni lill-Gvern.", "Ħalli niġi issa għall-figuri li juru kemm il-kritika li saret s'issa hija kritika żbaljata.", "Sur President, diġa' rriferejt għar-rimarki li għadda l-Kap ta' l- Oppożizzjoni meta qal li dan il-budget m'hu qed joffri xejn lill-anzjani minħabba li ma fihx kelma waħda biss li tirriferi għalihom.", "Ma nafx għaliex l-Onor.", "Fenech Adami lil dan il-grupp ta' anzjani barranin li ltaqa' magħhom ma semmilhomx, per eżempju, iż-żieda kbira fit-total ta' fondi vvotati favur l-anzjani.", "Meta tieħu in konsiderazzjoni li fl-aħħar budget ta' Gvern Nazzjonalista l-Vot ta' l-Isptar Zammit Clapp - u fost l- oħrajn anke l-Vot ta' l-INIA u l-Vot tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani - kien joħroġ fuq il-ministeru, u meta żżomm quddiem għajnejk il-fatt li Lm452,000 mill-Vot ta' dan il-ministeru effettivament marru fuq il-Vot tas- Sigurta' Soċjali, ssib li hemm żieda enormi fil-Vot ta' dan l-ewwel budget li qed jippreżenta Gvern Laburista.", "U dan minkejja l-ħofra finanzjarja li l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni stess jafu li ħallew.", "Din il-ħofra finanzjarja aktar 'il quddiem irrid niġi għaliha biex nuri kemm dawn ikkontribwew għaliha u se nsemmi wkoll fatti u figuri.", "Mela f'dan il- budget, minkejja din il-ħofra finanzjarja, hemm żieda fil-Vot ta' l-Anzjani ta' 9.46% fuq is-sena ta' qabel.", "Dan l-Onor.", "Fenech Adami ma semmihx u lanqas l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Allura kif niġu nitkellmu fuq il-budget u l- figuri ta' l-Estimi ma nsemmuhom xejn!", "Dawn huma l-affarijiet li jridu jisimgħu l-anzjani tagħna.", "Jiena għandi l-pjaċir ninformahom - u għalhekk għidt li dan huwa budget ta' kuraġġ - li fil-Vot ta' l-Anzjani hemm żieda ta' kważi 10% u dan minkejja s-sitwazzjoni xejn feliċi li ħallewlna.", "Dan huwa l-wirt li tħobbu tiftaħru bih!", "Niġu issa għall-għoli tal-ħajja.", "Dażgur li l-anzjani huma milquta mill- għoli tal-ħajja!", "Aħna għal sentejn sħaħ konna nikkritikaw il-miżuri li kien jieħu Gvern Nazzjonalista, liema miżuri wasslu għal żieda qawwija fil- għoli tal-ħajja.", "Allura issa ma jistgħux jippretendu li fit-tliet xhur li ilna fil-gvern, dak kollu li konna pprevedejna tul l-aħħar tliet snin ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista, bid-devaluation tal-lira u bl-introduzzjoni tal-VAT.....", "Dan tant kien minnu li l-anzjani fil-maġġoranza tagħhom ikkontribwew biex fis-26 ta' Ottubru, 1996 inbidel il-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Lill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici nista' ngħidlu li kif konna wegħedna, il-Liġi tal-VAT li kkontribwiet daqstant għall-għoli tal- ħajja se nneħħuha u f'dan ir-rigward diġa' ppubblikajna white paper.", "Lill- Onor. Membru ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu wkoll li f'section 5.7 tal-white paper - jekk qraha - hemm speċifikament il-miżuri li se jnaqqsu l-piż minn fuq l-anzjani.", "GĦaliex fl-istess white paper hemm provdut li s-servizzi privati fid-djar ta' l-anzjani - dawn tant ikollhom bżonnhom u inti taf, Onor. Mifsud Bonnici, għax fil-fatt kont int li ntroduċejt il-handyman service li għadu jeżisti, jiġifieri taf li s-servizzi ż-żgħar iħallu impatt kbir fuq l-anzjani - m'humiex se jintlaqtu bl-introduzzjoni tat-taxxa l- ġdida, kontra dak li ġara bil-VAT, minħabba li l-VAT speċifikament kienet taxxa anke fuq is-servizzi u għalhekk li laqtithom tant ħażin lill-anzjani.", "L-istess ħaġa dwar il-mediċini.", "Wara li sena wara l-oħra ittieħdu miżuri li rriżultaw fi prezzijiet ogħla tal-mediċini, kif issa, wara li għaddew tliet xhur biss, tiġi tikkritikana li l-mediċini għadhom ma bdewx jorħsu!", "Din hija l-kritika!", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici semmilna wkoll il-pensjonijiet u nista' ngħidlu li l-anzjani għandhom biex jiftaħru b'dan il-budget għax il-wegħda li għamilnilhom qabel l-elezzjoni mill-ewwel se nwettquha.", "Aħna konna wegħedna lill-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi - il-biċċa l-kbira tagħhom huma anzjani llum - li se nirritornawlhom il-pensjoni sħiħa.", "Dan se nagħmluh u fl-ewwel budget li ressaq il-Partit Laburista fil-gvern speċifikament indikajna li minn Ottubru li ġej dawn in-nies se jieħdu l- pensjoni kollha.", "Issa ħalli ngħidilkom intom x'kontu tagħmlu, il-wirt li ħallejtulna u l-wegħdi li kontu tagħmlu u ma wettaqtuhomx.", "Qabel l-1987, meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista, intom kontu xxewxu lil dawn il-pensjonanti u kontu tgħidulhom li l-Gvern Laburista serqilhom il-pensjoni.", "Intom wegħedtuhom li se tagħtuhielhom lura biex tisirqulhom il-vot.", "Fil-fatt għaddew disa' snin u nofs u din il-pensjoni ma tajtuhilhomx.", "Issa hemm il-Partit Laburista fil-gvern u wara l-wegħda li kien għamlilhom qabel l-elezzjoni, true to its word, se jagħtihielhom immedjatament.", "Issa hemm affarijiet oħrajn importanti li sfortunatament il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma jarax l-importanza tagħhom.", "Nispera li tan-naħa l-oħra jaraw l-importanza ta' affarijiet ġodda li għalkemm żgħar jolqtu tajjeb ukoll lill-anzjani, bħalma hija l-accessibility unit, li għaliha hemm ivvotata somma żgħira ta' Lm10,000.", "Din is-somma mhux biex nibdew nirranġaw ir-rampi tal-postijiet, kif ipprova jindika l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, imma hija sempliċement biex jitwaqqaf unit li se jieħu ħsieb jirranġa dawk il-postijiet li jużaw l-anzjani u nies bi bżonnijiet speċjali.", "Il-kollega tiegħi semma l-kriminalita' fuq l-anzjani.", "Kemm konna nsemmuha u żgur li nerġgħu nsemmuha!", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici qisu ried jgħidilna: Ara kemm kontu ilkom twegħduhom li se tnaqqsu l-kriminalita', imma l-ewwel li ressaqtu kienet il-Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji!", "Dan mhux veru.", "Fil-fatt malli l-Partit Laburista tela' fil- gvern - biex nurukom kemm l-anzjani huma għal qalbna u kemm hija soda l- intenzjoni tagħna li nnaqqsu l-kriminalita' fuq l-anzjani - l-ewwel miżura kienet li l-maħfra li tingħata lill-priġunieri tkun maħfra selettiva, minħabba li għidna speċifikament li nies li għamlu kriminalita' fuq l- anzjani ma jeħdux dik il-maħfra.", "(Interruzzjonijiet) Issa niġi għaliha.", "U kien hemm ħafna kriminali li kienu l-ħabs minħabba li wettqu kriminalita' fuq l-anzjani u ma ħadux amnestija.", "(Interruzzjonijiet) Dawk it-tnejn ħarġu fuq punt tekniku.", "Imma l-Onor.", "Tonio Borg dawn l-affarijiet ma jgħidhomx.", "(Interruzzjonijiet) Issa, Onor. Austin Gatt, ħalli ngħidlek dawn it-tnejn min-niees lli qed tirriferu għalihom jiġifieri Joseph Azzopardi u Michael Bonnici, kemm ħadu maħfriet taħt l-Amministrazzjoni tagħkom.", "Mela l-wegħda ta' maħfra selettiva kienet idea oriġinali tagħna u lil dawnit-tnejn tajnihielhom għax minħabba punt tekniku ma setgħux ma jeħduhiex.", "Imma taħtkom ħadu amnestija ta' 213-il ġurnata f'Mejju ta' l-1989 mal ħatra ta' President ġdid, dak iż-żmien Dr Ċensu Tabone; ħadu 214-il ġurnata f'Settembru ta' l-1989 f'għeluq il-25 sena ta' Malta Indipendenti; ħadu 30 ġurnata meta ġie l-Papa u ħadu 518-il ġurnata meta ngħatajna l- Kommemorazzjoni tal-George Cross.", "Imbagħad filwaqt li aħna nieħdu inizjattivi biex innaqqsu l-kriminalita' fuq l-anzjani, insibu lil min jipprova jinsinwa ċerti affarijiet u nsibu lill-Onor.", "Tonio Borg jiġi jagħmel kritika bħal dik.", "Issa nispera li dawn il-fatti li semmejt iġibu fix-xejn dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni.", "Sur President, il-kontroll tal-kriminalita' huwa prijorita' għall-Gvern u aħna mill-ewwel urejna din il-prijorita', minn qabel ma ddaħħlet il-liġi dwar it-tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li meta kont fl-Oppożizzjoni jien kont staqsejt lill- Onor. Mifsud Bonnici jekk qattx għamel konsultazzjoni mal-Ministru ta' l- Intern, dak iż-żmien l-Onor.", "Tonio Borg biex forsi joħorġu b'xi inizjattiva li tista' trażżan il-kriminalita' u milli nista' nifhem qatt ma ltaqgħu, mentri issa jien nista' ngħidlu li minn mindu tbiddel il-gvern dawn il- laqgħat saru regolarment mal-Ministru Mangion.", "Sur President, issa niġu għas-servizzi li l-anzjani jingħataw fid-djar.", "Dawn ta' min jgħid xi ħaġa fuqhom għax in-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed tindika li aħna se nnaqqsu l-importanza ta' dawn is-servizzi.", "Pero' kuntrarjament għal din l-indikazzjoni, filwaqt li għal dik li hija home help fil-budget tas-sena li għaddiet ġiet ivvotata s-somma ta' Lm588,000, din is-sena dan il-Vot żdied għal Lm700,000, li hija żieda sostanzjali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN(l-Onor Anġlu Farrugia): Point of order, l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Ma nixtieqx infixklek imma naħseb li jkun aħjar jekk tikkonferma dik il-figura għax nassigurak li dik id-differenza kienet fuq il-Vot ta' GĦawdex.", "Qed ngħidlek dan biex ma tkomplix b'dan l- argument.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Kompli, Onor. Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, kif kont qed ngħid f'dan il-budget hemm żieda sostanzjali fuq il-Vot li ngħata għall-home help.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li f'dak li jirrigwarda t-tqassim ta' sigħat lill-anzjani se jkun hemm serjeta' kbira għax minkejja li l-ministru ta' qabilna kien jaf li kien hemm abbuż sħiħ meta kienu jiġu biex jingħataw dawn is-servizzi ...", "(Interruzzjonijiet) Għalkemm kien hemm ċerti anzjani li ma kellhomx bżonn dan is-servizz dan xorta kien jingħatalhom; imbagħad kien hemm każi fejn għalkemm kien hemm bżonn li dan is-servizz jingħata dan ma kienx jingħata.", "Fil-fatt fuq din kien hemm bosta kritika li tan-naħa l-oħra kienu jafu biha u għalhekk issa jien ħadt passi immedjati biex dan l-abbuż jibda jinqata' ħalli niżguraw li l-anzjani li ma għandhomx bżonn dan is-servizz ma jeħduhx u jieħdu biss min għandu bżonnu.", "Sur President, hawn ta' min jgħid ukoll li f'dan il-qasam kienu jiddaħħlu ħafna CSAs mhux fuq bażi ta' kemm huma kapaċi imma fuq bażi ta' pjaċir politiku.", "Fil-fatt kien hemm ħafna nies li għalkemm kienu jiddaħħlu jaħdmu bħala CSAs u kienu jitħallsu għal dan ix-xogħol dawn qatt ma kienu jagħtu dan is-servizz lill-anzjani.", "Bħalissa fuq dan is-servizz għandna 443 CSA - dawn ġeneralment ikunu nisa - 372 minnhom għandhom kuntatt dirett ma' l- anzjani u hemm 2,569 anzjan li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz.", "Kif għidt, hija prijorita' min-naħa tagħna li dan is-servizz jeħduh l-anzjani li l-iżjed għandhom bżonn u twaqqaf bord biex jieħu ħsieb dan li għidt.", "Niġi issa għall-meals on wheels.", "L-impressjoni li qed tipprova tagħti l- Oppożizzjoni hija li dawn is-servizzi m'aħniex se nagħtuhom l-importanza li jixirqilhom - far from that.", "Fl-1995 għal meals on wheels intom kontu vvotajtu s-somma ta' Lm14,000, fl-1996 is-somma baqgħet l-istess u din is- sena f'dan il-budget, minkejja l-ħofra finanzjarja li sibna u minkejja l- ħela li kien hemm, is-somma qegħdin intellgħuha għal Lm20,000 - nispera li l-Onor.", "Mifsud Bonnici m'għandux xi point of order ieħor! - li tfisser żieda ta' 40%.", "Imbagħad l-ex-Prim Ministru l-Onor.", "Fenech Adami jmur jgħid quddiem grupp ta' anzjani Ġermaniżi li l-Gvern Laburista l-ġdid mhuwiex qed jagħti żieda, li m'huwa qed jagħmel xejn għall-anzjani u li fil-budget speech ma kien hemm l-ebda kelma favur l-anzjani, u dan minkejja li qegħdin nagħtu żieda fuq meals on wheels ta' 40%.", "Mhux hekk biss talli se nimpenjaw ruħna biex dan is-servizz minflok ma jintlaħaq biss minn numru żgħir ta' nies - għal ħafna snin tul id-disa' snin ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista dan is-servizz kien milħuq biss minn nukleu żgħir ta' nies - jibda jintlaħaq minn kull parti tal-gżira.", "Niġi għad-day centres għax l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici semmihom ukoll.", "Fl-1995 kontu vvotajtu s-somma ta' Lm11,874, fl-1996 ivvotajtu s-somma ta' Lm40,000 u din is-sena, minkejja li qed tgħidulna li ma għamilna xejn għall-anzjani, qed nivvotaw is-somma ta' Lm100,000, jiġifieri żieda ta' 150%.", "Kif jista' allura jiġi l-Onor.", "Membru ta' l-Oppożizzjoni u mingħalih jipprova jisfiduċjana!", "Aħna l-affarijiet nagħmluhom ħafna iżjed bis- serjeta' milli kien jagħmilhom il-Gvern preċedenti għax minbarra li żidna s- somma qed naraw li dawk il-flus jingħataw bl-iżjed mod cost effective liċ- ċittadin.", "U kif se nagħmlu dan?", "L-ewwelnett billi nidentifikaw u nagħtu prijorita' lil dawk l-anzjani li l-iżjed għandhom bżonn imorru d-day centres, għax minkejja li kontu tiftaħru li l-idea tad-day centres kienet xi ħaġa tagħkom din qatt ma għaddejtu biex timplimentawha.", "Mr Chairman semmejna wkoll punt importanti li ntlaqa' tajjeb minn kulħadd li f'dawn id- day centres għandhom jibdew jattendu nies bi bżonnijiet speċjali.", "Punt ieħor li sar kien li nibdew noħorġu questionnaire biex naraw preċiżament liema huma l-iżjed anzjani li għandhom dawn il-bżonnijiet.", "Fl- Amministrazzjoni preċedenti kien tħalla f'idejn il-Kunsill Lokali ta' Tas- Sliema sabiex jixtri post ħalli jintuża bħala day centre.", "Jien ma nafx jekk is-segretarju parlamentari ta' dak iż-żmien rax dan il-post, imma meta mort narah jien skandalizzajt ruħi kif xi ħadd seta' ffirma biex dawn in-nies setgħu jixtru dak il-post.", "GĦaliex?", "GĦax mimli umdita' mal-ħitan u tant hu strutturat ħażin u barra minn hekk m'huwiex adattat biex isir bħala day centre.", "Jien għidtilhom u anke l-perit - mhux li appuntajna aħna imma kienet appuntata minn qabel - ukoll kienet qaltilhom li tant hu fi stat ħażin li se jinvolvi ħafna spejjeż biex ikun jista' jinfetaħ dan id-day centre.", "L-istess ġara fil-każ tad-day centre taż-Żurrieq.", "Inkera l-post u l-kuntratt sar għal ħames snin meta l-ispejjeż li jridu jsiru biex dan il- post jiġi konvertit huma kbar ħafna, imbagħad jekk jgħaddu l-ħames snin u s- sid tal-post jitlob li ssir reviżjoni tal-kuntratt immorru ħażin ħafna.", "Issa se nitkellem fuq il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani li ġie mwaqqaf mill-Gvern preċedenti.", "Din hija ħaġa tajba u jien dejjem tajtu l-appoġġ tiegħi, pero' mhux sew li toqgħod tiftaħar li waqqaft dan il-kunsill imbagħad ma tikkonsultah qatt.", "Minn mindu nbidel il-Gvern kellna mill- inqas żewġ laqgħat konsultattivi u meta staqsejt lin-nies - prattikament dawn għadhom l-istess - qaluli li qabel qatt ma saret laqgħa bħal dik biex huma jiġu konsultati u jagħtu s-suġġerimenti tagħhom lill-Amministrazzjoni biex nimxu fuqhom.", "Nerġa' ngħid li qabel qatt ma saret ħaġa bħal din u minkejja li jiġu jiftaħru - anke llejla stess - bil-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani ma kienu jikkonsultawh qatt.", "Minbarra dan, dawk in-nies li għandhom kwalitajiet tajba se jiġu wżati.", "Iżjed minn hekk, kif għamilna fil-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani f'dawn l-affarijiet irridu ninvolvu lin-nisa anzjani wkoll.", "Fil-fatt in-numru ta' anzjani nisa li ġew appuntati f'dan il-kunsill kiber sostanzjalment.", "Tajjeb ngħid ukoll li l- President tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani mhux biss nikkonsultawh imma diġa' rajna xi kwalitajiet tajbin għandu - dan għandu kwalitajiet tajbin ħafna - u appuntajnih bħala membru fil-bord tal-management audit team li waqqafna għal St. Vincent de Paule.", "Minkejja li jiftaħru ħafna fuq St Vincent de Paule, meta jien dħalt responsabbli għalih sibt li ma teżisti l-ebda tmexxija.", "Għaddew disa' snin u nofs u qatt ma ħadd indenja ruħu jbiddel l-istruttura ta' management li teżisti.", "Tan-naħa l-oħra dejjem ipprovaw jagħtu l-impressjoni li huma moderni u li huma professjonali fix-xogħol tagħhom u meta tmur hemmhekk tibqa' mbellaħ.", "Kemm konna nisimgħu min-naħa l-oħra diskors dwar management u konsulenti barranin, iżda meta tmur hemmhekk issib bniedem wieħed biss li kollox irid jgħaddi minn taħtu, mill-iċken ħaġa sa l-ikbar ħaġa.", "Meta jien waqqaft il-bord il-ġdid il-membri tiegħu qaluli li ma kienu qed jaraw management structure ta' xejn.", "Per eżempju, huwa diffiċli li tara min kien imexxi eżattament, jekk kienx imexxi dan il-bniedem jew kienx imexxi xi bniedem ieħor li kien fuq il-Welfare Committee li donnu kien jiddetta kollox hu minħabba li kellu l-protezzjoni tal-Ministru għall- Iżvilupp Soċjali ta' dak iż-żmien.", "Kien hemm anarkija sħiħa u kulħadd kien jaħdem indipendentement.", "L-unika ħaġa li kienet taffettwahom fid- deċiżjoni tagħhom kienet il-politika għax jekk inti Nazzjonalista kont tasal fejn trid.", "Per eżempju, n-nies li kienu jintgħażlu biex joħorġu ma' l-anzjani - Onor. Mifsud Bonnici, dawn inti suppost tafhom mhux billi qed ixxengel rasek - kienu jkunu ta' naħa politika waħda u Allaħares kien jintgħażel xi Laburist!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Point of order, l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "Buhagiar għandu jindirizza lis- Sedja u mhux lili għax inkella nirrispondih.", "Qed jgħid ħafna affarijiet li m'humiex minnhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok Onor. Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jekk tkun Laburist ma kellekx ċans li toħroġ ma' dawn l-anzjani biex jagħmlu nofs ta' nhar barra jieħdu gost.", "Issa dawn ħadu r-ruħ u t-tqassim ta' xogħol qed isir b'mod aktar ekwu.", "Min qed jismagħna jaf liema hi l-verita'.", "Il-verita' tweġġa' u għalhekk hawn min joqmos.", "Din hi l-verita' u dan huwa t-tip ta' management li sibt meta dħalt responsabbli għal dan l-isptar.", "L-istess ħaġa sibt fil-gradi tal-ħaddiema.", "Per eżempju, sibt ġardinar jagħmel xogħol ta' telephone operator u ġardinar ieħor li jagħmel xogħol fis-swali.", "Kulħadd jaf li kien hemm nuqqas ta' nurses fis-swali u mbagħad issib nurse fil-welfare committee ma jagħmel xejn!", "Ma kien hemm l-ebda struttura u l-ebda razzjonalita' tal-gradi tal-ħaddiema.", "Kien hemm taħwid u rebus sħiħ u, minn fuq, ta' l-Oppożizzjoni kienu jiġu hawnhekk jiftaħru li St Vincent de Paule mexa 'l quddiem.", "Il-kollega tiegħi semma x-xogħol fis-swali - kemm konna nisimgħu ftaħir! - iżda l-verita' hi li meta mort hemmhekk sibt ix-xogħol sena b'lura għax in-nies li kienu jagħmlu x-xogħol ma kien isuqhom ħadd u kulħadd kien jitħalla jagħmel li jrid.", "Anke biex ibiddlu biċċa serratura kienu jġibuha bi kbira!", "Meta mort jien għidtilhom li hemmhekk iridu jimxu u fi żmien xahar sar xogħol daqskemm normalment isir f'ħames xhur.", "Kienet sitwazzjoni tal-biki f'St Vincent de Paule u mbagħad l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici jiġi hawnhekk u jipprova jagħti l-impressjoni li għamlu xi ħaġa kbira f'St Vincent de Paule!", "Huwa semma lista twila tax-xogħol li sar u jien ngħidlu li hemm lista twila iżjed tax-xogħol li jrid isir u dan diġa' bdejnieh.", "(Interruzzjonijiet) Il-kollega tiegħi qed jgħid li huma kellhom il-pjanti ta' l-ispiżerija.", "GĦandi l-pjaċir ngħidlu li f'perjodu ta' xahrejn ix-xogħol ta' l-ispiżerija diġa' tlesta u l-ispiżerija dalwaqt tinfetaħ.", "F'dan il-budget hemm ivvotata somma sostanzjali biex tiġi mfassla u strutturata l-laundry l-ġdida, imma aħna se nimxu ħafna iżjed minn hekk f'St Vincent de Paule.", "L-ewwel ħaġa li ridna nagħmlu u li diġa' saret hija l-management audit team.", "Dan se jmur hemmhekk biex jagħmel studju ta' ftit ġimgħat u rridu nimxu skond is-suġġerimenti tiegħu.", "Il-management structure hemmhekk trid tinbidel kompletament biex nagħmlu struttura moderna ħalli nimxu 'l quddiem.", "Kull xahar qed ikollna laqgħat regolari ma' l-istaff.", "Dawn l- affarijiet ma kenux isiru qabel, għalhekk m'għandniex għalfejn nistagħġbu li kellna xogħol b'lura ta' sena sħiħa.", "Ix-xogħol qed isir b'ritmu mgħaġġel u hemm ħafna eżempji ta' dan u l-pazjenti huma moqdijin aħjar.", "Jien naf li l-Onor.", "Mifsud Bonnici huwa nformat b'dak kollu li qed isir hemmhekk.", "F'dan il-budget, minħabba li waħda mill-problemi li hemm huwa n- nuqqas ta' staff, hemm ivvotata s-somma ta' Lm460,000 għall-overtime filwaqt li qabel kien hemm ivvotati Lm231,000.", "U mbagħad joqogħdu jbeżżgħu li se nneħħu l-overtime u li l-affarijiet se jmorru lura!", "Il-Voti se jiżdiedu fejn hemm bżonn, pero' se nagħmlu wkoll superviżjoni kontinwa biex naraw li l-pazjent igawdi mill-overtime li jsir, mhux bħalma kien isir qabel illi l-overtime kien jingħata lil min jaqbel għall-partit tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Hekk kien isir qabel.", "Se jsir supervisory team biex l- overtime jingħata ħalli eventwalment igawdi l-pazjent.", "Issa niġi għal Zammit Clapp.", "Veru li meta mort hemmhekk jien kont sodisfatt bil-livell ta' kura li jingħataw il-pazjenti u anke bil-livell ta' sodisfazzjon li għandhom l-istaff.", "Dan jien qatt ma kkritikajtu mill- Oppożizzjoni, pero' kkritikahom iċ-Chairman tal-Bord stess meta hu qal li d-deficit li kien hemm kien preċiżament minħabba li l-Gvern Nazzjonalista ma kienx jgħaddi l-fondi li kienu jiġu rikjesti mill-bord li kienu appuntaw huma stess.", "Dawn ma kenux jingħataw il-flus li kienu jitolbu biex imexxu l-affarijiet 'il quddiem u għalhekk spiċċaw b'deficit.", "Issa ħalli nitkellem fuq l-imberkin djar ta' l-anzjani u nibda b'dik ta' Bormla minħabba li ftit ilu tpoġġiet l-ewwel ġebla.", "Veru li tqegħdet l- ewwel ġebla u nista' ngħid li kulħadd ħa gost b'dan l-avveniment, pero' din kienet għażla ħażina tal-Gvern l-ieħor, liema deċiżjoni qed tiswa lill- poplu flejjes kbar.", "Biżżejjed ngħid li fuq l-art fejn qed tinbena d-dar ta' Bormla kien proġettat li tintnefaq is-somma ta' Lm266,000, ġebel u saqaf.", "Minħabba li meta ppruvaw jagħmlu l-pedamenti nstab li taħt il- post kien hemm barriera u taħt il-barriera kien hemm ġibjun - u hemm indikazzjonijiet li tan-naħa l-oħra kienu jafu b'dan - il-kuntrattur beda dejjem jidħol għal iktar spejjeż.", "Għalhekk fejn kien proġettat li kienu se jintnefqu Lm266,000 llum huwa stmat li l-ispiża se tiġi tiswa Lm600,000.", "Il-poplu mhux biss minħabba l-ispiża li se jbati, iżda mid-dewmien esaġerat biex titlesta din l-imbierka dar.", "Is-sabiħa hi li għaddew tliet snin sħaħ minn mindu sar il-ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja u kelli nkun jien bl-intervent tiegħi biex dan il-ftehim iffirmajnieh dak inhar stess li tqiegħdet l-ewwel ġebla u nista' ngħid li għadni sal-lum ma nafx għaliex qatt ma waslu biex iffirmaw dak il-ftehim li tant ftaħru bih.", "L-istess problema kien hemm fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida.", "Hemmhekk kien hemm diżastru, ħsarat strutturali, drenaġġ tiela' minn taħt l-art minħabba li kien hemm difetti kbar fil-katusi, umdita' kbira fis-sular ta' isfel u konsenturi fil-ħitan.", "(Interruzzjonijiet) Dan kollu rajtu b'għajnejja stess.", "Għalkemm in-nies kienu talbu biex issir inkjesta din qatt ma saret.", "Is-Segretarju Parlamentari ta' qabel kien jaf b'dawn l- affarijiet għax hawnhekk stess jien għandi l-files li jindikaw dan.", "L-istess ngħid għad-dar ta' l-anzjani tal-Gżira.", "(Interruzzjonijiet) Din hija dar żgħira ...", "(Interruzzjonijiet) Aħna nagħmluhom għax aħna serji.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Kompli, Onor. Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Din hija dar żgħira li m'hijiex adattata għall- anzjani u f'ċerti postijiet lanqas wheelchair ma jista' jidħol.", "Meta xi ħadd ikun marid ikollhom joħorġuh fuq l-idejn għax lanqas stretcher ma jista' jidħol f'din id-dar.", "Fil-Mosta Home hemm l-istess problemi għax hemm lista twila ta' xogħlijet li qatt ma tlestew.", "Minkejja dan kollu kienu jiġu hawnhekk jiftaħru b'dawn id-djar ta' l-anzjani.", "Se ngħid xi ħaġa fuq iż-Żejtun Home.", "Għal din id-dar fl-1995 kienet ivvotata s-s-somma ta' Lm127,000 u fl-1996 kienet ivvotata s-somma ta' Lm145,000, jiġifieri żieda ta' 13.57%.", "Issa llum fil-budget, li skond il- Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex qed jieħu kura ta' l-anzjani, hemm ivvotata s-somma ta' Lm171,000, żieda ta' 17.93% fuq is-sena l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk irridu naraw li s-servizzi li jingħataw ma jkunux biss cost effective imma jkunu servizzi ta' standard għoli.", "Ħalli nispjega daqsxejn kif kienu jintnefqu l-flus fid-dipartiment li kien jaqa' taħt l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "F'dan id-dipartiment kien hemm xi ħadd li kien jieħu deċiżjonijiet unilaterali - ma nafx jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici kienx ikun jaf b'dan - u jonfoq somom kbar ta' flus biex jagħmel showers, ġonna u biex jixtri l- għasafar!", "Biżżejjed ngħid li l-poplu Malti ħareġ Lm784 biex inxtraw 32 Australian goldfinches, tliet breeding birds, 3 paguni, 2 faġani, 8 doves, 20 finches u 5 green finches.", "(Interruzzjonijiet) Jistgħu jagħmluhom soppa għal min hu dilettant tas-sopop, bħalma huma ta' \"The Times\"!", "Nispera li għada jġibuhom dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) F'dawn l-affarijiet kienu jonfquhom il-flus.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Mifsud Bonnici jekk jogħġbok m'hemmx interruzzjonijiet.", "Onor. Buhagiar indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, se nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li l-anzjani għandhom raġun ikunu ferħanin għax għandhom gvern li se jiggarantilhom is-serjeta'.", "Dik ta' qabel ma kenitx serjeta'.", "L- anzjani għandhom ikunu jafu li fejn jidħlu huma m'hemmx xeħħa u minkejja l- ħofra finanzjarja kbira li sibna m'aħniex se nixxaħħu magħhom u l-Vot għalihom se jiżdied sostanzjalment.", "Lill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici nixtieq inserraħlu moħħu li l-ħofra li ħallew mhux se żżomm lil dan il- Gvern milli jġib l-interessi ta' l-anzjani iżjed 'il quddiem.", "Għandi għalfejn inserraħlu moħħu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, wieħed mit-targets prinċipali tal- ministeru tiegħi huwa li jippromwovi u jipprovdi għall-bżonnijiet ta' saħħet iċ-ċittadini Maltin.", "Barra minn hekk aħna naraw li jingħataw is- servizzi assoċjati magħhom, kif ukoll li nipprovdu s-support psikoloġiku u soċjali lill-membri kollha tal-familja.", "Nixtieq nibda billi nsemmi xi affarijiet li jirrigwardaw lis-settur tal-familja.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li bħala ministeru se nkunu qed inħarsu lejn is-setturi kollha, jiġifieri kull tip ta' familja li teżisti fis-soċjeta' Maltija, u naraw xi bżonnijiet għandhom.", "Irridu nieħdu ħsieb ukoll il-lat ta' prevenzjoni u kura li wieħed jista' jiġi bżonn qabel ma jasal għal ċerti problemi, aktar milli nattakkaw il-problemi li jkunu nqalgħu.", "GĦalhekk fi ħdan il-ministeru fformajna grupp ta' persuni, li huma pjuttost esperti fil-linja tagħhom, sabiex jaraw x'inhuma l-problemi soċjali li jeżistu f'pajjiżna fil-preżent.", "Dan il-grupp, fost affarijiet oħra, għandu jħares lejn kwalunkwe xogħol li kien diġa' sar f'kull settur tas-soċjeta' Maltija, kemm minn amministrazzjonijiet preċendenti kif ukoll mis-settur tal-Knisja, sabiex ikun jista' jasal għal soluzzjoni tad-diversi problemi soċjali li jeżistu f'pajjiżna.", "Qegħdin nipprovaw nagħrfu dawn il-punti kollha u meta wieħed jieħu ideat minn diversi sezzjonijiet tal-ħajja Maltija jkun jaf kif jista' jimplimentahom.", "Il-Partit Laburista m'huwiex xi partit li ma jattwax jew inkella jħassar affarijiet tajbin sempliċement għax dawn ikunu saru minn amministrazzjonijiet preċedenti, anzi bħalma għidna kemm-il darba qabel l-elezzjoni aħna se nsostnu u nsaħħu l- affarijiet tajbin li saru u se nagħmlu l-almu tagħna biex l-affarijiet ħżiena nirranġawhom.", "Sur President, jien niskanta meta nisma' lil min jgħid li b'xi mod jew ieħor il-familja ntlaqtet ħażin minn dan il-budget.", "Biżżejjed insemmi l- wegħdiet li kienu saru qabel l-elezzjoni ta' tliet xhur ilu, fosthom it- tneħħija tal-VAT.", "Fil-fatt diġa' ħarġet White Paper li tagħti bidu għal diskussjoni sħiħa biex jitressaq abbozz ta' liġi quddiem dan il-Parlament u b'hekk inkunu nistgħu naraw il-wegħda tat-tneħħija tal-VAT titwettaq.", "Din hija biss waħda mid-diversi deċiżjonijiet serji li qed jieħu dan il- Gvern.", "Apparti minn hekk il-Gvern ma waqafx hemm u qal sempliċement li se jagħti ż-żieda li kienet miftehma mill-partijiet konċernati, imma qal ukoll li hu jifhem li l-indiċi tal-prezzijiet m'huwiex wieħed reali u, bħala ġest, mill-1 ta' April se tingħata żieda oħra fil-ġimgħa lill-familji Maltin.", "Fil-fatt din hija parti minn struttura sħiħa li se twassal għal bidla fis-sistema ta' kif tinġabar l-indiċi tal-prezzijiet, liema sistema tkun turi kemm qed togħla l-ħajja verament, u għalhekk iż-żidiet li jingħataw ikunu pari ma' l-indiċi ġdid tal-prezzijiet li aħna se jkollna ġewwa fi ftit xhur oħra.", "Tajjeb naraw ukoll li, għal dawk li huma liġijiet li jirrigwardjaw lill-familja, se jkun hemm kummissjoni li tistħarreġ dawn il-liġijiet u fejn hemm bżonn tara li dawn jiġu aġġornati u magħmula bi stil iktar modern li se jkun immirat lejn il-problemi u s- sitwazzjoni tal-familja hekk kif qed javviċina dejjem aktar il-millenju l- ġdid.", "Wieħed ma jridx jinsa jsemmi wkoll id-diversi problemi soċjali li jiltaqgħu magħhom il-familji u bħalma għidt fil-bidu aħna se nkunu iktar impenjati biex il-problemi jiġu tackled qabel ma nħabbtu wiċċna magħhom.", "Sur President, l-Onor.", "Giovanna Debono fid-diskors tagħha, li kien wieħed relattivament bilanċjat, ikkonkludiet li l-SWDP mhux imsemmi fl-Estimi.", "Fil-fatt lill-Onor.", "Debono nixtieq niġbdilha l-attenzjoni li f'paġna 280 ta' l-Estimi taħt Programmes and Initiatives, eżattament f'item 4046, hemm ivvotata s-somma ta' Lm390,000 għall-SWDP.", "Niġi issa għal dak li jirrigwarda ċ-child day care centres.", "Fl-1996 il-Gvern preċendenti kien ivvota Lm10,000 bil-ħsieb li jinfetħu żewġ child day care centres.", "Qatt ma stajt nimmaġina kif dawn iż-żewġ child day care centres, li l-ħsieb tagħhom kien li jinfetaħ wieħed f'Malta u ieħor f'Għawdex, setgħu jinfetħu b'Lm10,000.", "Fil-fatt dawn baqgħu ma nfetħux.", "Huwa tajjeb ukoll li wieħed jgħid li kien sar kors għal child carers u f'dan il-Parlament kont għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari f'dan ir-rigward, fosthom il-mistoqsijiet numru 34038, 34115, 34326 u 34834.", "Apparti minn hekk, f'dan il-Parlament fis-16 ta' Lulju, 1996 kont stqarrejt ċar u tond li jekk mhux se ningħata risposti ċari għall- mistoqsijiet li kont għamilt bilfors kelli nasal biex ngħid li \"allura nkun ġustifikat li ngħid li kien hemm xi forma ta' abbuż fl-għażla taċ- child carers ladarba ħadd ma jrid jgħidli x'kienu l-kwalifiki ta' dik il- persuna li kellha l-inqas kwalifiki\".", "Dak inhar erġajt irripetejt din il- mistoqsija u r-risposta għall-ħames darba reġgħet ma ngħatatx.", "Jien ipprovajt nindaga daqsxejn u f'rapport li ingħatajt fid-9 ta' Jannar, 1997 kien hemm miktub hekk:", "\"What is missing is not the file but the application forms that were attached with the file\".", "Fil-fatt huwa tajjeb li wieħed jgħid li dawn kienu interessanti b'mod speċjali meta iktar 'il quddiem jien għidt li fost dawk li ġew magħżulin kien hemm min kellu erba' u ħames O levels.", "Din l-għażla saret mingħajr l- ebda interview jew eżami u barra minn hekk kien hemm persuni li kellhom ħafna iktar qualifications u baqgħu ma daħħluhomx fil-kors.", "Niġi issa biex ngħid xi ħaġa żgħira dwar l-anzjani u nżid xi affarijiet żgħar ma' dak li diġa' qal il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Louis Buhagiar.", "Sur President, l-idea tagħna hija li minbarra li nieħdu ħsieb l-anzjani fil-komunita' nimpenjaw ruħna aktar biex naraw li s-soċjeta' lil dawn ma twarrabhomx, ħalli ma naslux f'sitwazzjoni fejn jispiċċaw litteralment dumped ġewwa l-isptar.", "Meta jiġri hekk tinħoloq problema enormi fis-swali għax qed ikollna average ta' aktar minn 60 pazjent ġewwa l-Isptar San Luqa at any one time - dan ifisser żewġ swali sħaħ mimlijin b'pazjenti - li qed jistennew biex jidħlu f'St. Vincent de Paule.", "Kull wieħed minna jrid jagħmel ħiltu biex meta l-ġenituri, jew anke l-qraba, jikbru fl-eta' mhux naraw kif nagħmlu biex neħilsu minnhom, aħna li niftaħru tant li aħna insara kattoliċi.", "Hemm bżonn li ndaħħlu ideat soċjali ta' kif wieħed iħares lejn l-anzjani bħala umani u lejn il-ġenituri bħala dawk il-persuni li rabbewna u li bis-saħħa tagħhom wasalna fejn wasalna.", "Dan il-konċett hemm bżonn li jidħol iktar ġewwa pajjiżna u mhux bil-kontra, kif sfortunatament qed jiġri, fejn kulma mmorru l-problema dejjem tikber.", "Żgur li rridu nirrivedu l-mod kif pazjenti jidħlu għal riabilitazzjoni ġewwa Zammit Clapp, speċjalment meta qed insibu ruħna f'sitwazzjoni fejn qed ikollna pazjenti ġewwa l-Isptar San Luqa li jiġu riferuti għal Zammit Clapp u ma jiddaħħlux għaliex ma jkunx hemm spazju.", "L-Onor.", "Louis Deguara staqsa għaliex fil-każ ta' Boffa Hospital għadna ma mxejniex lejn status ta' awtonomija għall-isptar.", "Jekk wieħed iħares lejn l-Isptar Zammit Clapp, bħala eżempju ta' sptar awtonomu, isib li sa l-aħħar ta' l-1995 dan l-isptar kellu numru ta' kredituri u accruals ta' aktar minn Lm0.5 miljun, li fl-1996 baqgħu jiżdiedu, u dan minbarra l-accumulated losses li minn sena għal oħra dejjem telgħin.", "Sur President, hawnhekk tajjeb li nikkoreġi ftit dak li qal, on a point of order, l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Irrid infakkru li l-Vot għas-CSAs - dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani fid-djar - fl-1996 għal Għawdex kien ta' Lm117,000 filwaqt li għal din is-sena li qegħdin fiha hemm ivvotati Lm171,000 - kważi Lm65,000 iktar.", "Il-flus ivvotati għall-istess qasam, imma għal Malta, fl-1996 kienu ta' Lm588,000 filwaqt li għal din is-sena hemm ivvotati Lm700,000.", "Minn dan naraw li l-point of order ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici kien irrilevanti u ma jagħmilx sens u dawn iċ-ċifri li għadni kemm semmejt jista' jarahom kulħadd f'paġna 85 ta' l-Estimi, Item 4046.", "Nixtieq ukoll inkompli nżid ma' dak li qal il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Louis Buhagiar meta qal li kien hemm ċerta persuna li donnu li kellha l-barka ta' xi ħadd.", "Ħalli nagħti xi ftit dettalji biex wieħed ikun jaf kif dan l- individwu nefaq Lm1,507 f'xogħol fuq l-uffiċċju tiegħu, meta dan l-istess individwu suppost jagħmel xogħol ta' supervisor.", "Jidher li l-flus nefaqhom f'tibjid, f'fittings, f'xogħol tal-ġebel, f'funtana, f'madum taċ-ċeramika u f'diversi għodda li kienu jinkludu cutter għaċ-ċeramika u chaser.", "Nista' nkkonferma wkoll li dak li qal il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Louis Buhagiar, li din l-istess persuna nefqet aktar minn Lm800 fuq għasafar.", "Il-kamra tal- banju fl-uffiċċju tiegħu ġiet tiswa Lm987 u sar bieb ta' l-aluminium bl- electric motor control bir-riżultat li b'kollox l-uffiċċju ġie jiswa Lm1849.20.", "Mhux ta' b'xejn li f'Malta aktar ma beda jgħaddi ż-żmien iktar bdew jikbru l-ħofor!", "Sur President, l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici ftaħar ukoll bil-Premju Anzjan u hawn irrid ngħid li fil-fatt anke dan il-premju kien sors għal tkabbir tal-ħofor.", "Biżżejjed ngħid li fl-1995 għall-Premju Anzjan intnefqet is-somma ta' Lm3,696, fejn iktar minn Lm400 minnhom ġew minfuqa għand is-Citadel Video Communications u ntnefqu Lm498 f'diversi pjanti li għal ġieħna ma nafx jekk dawn dbielux wara li spiċċat l-attivita'.", "Imbagħad fl-1996 il-Premju Anzjan ġie jiswa Lm6,189 u fost l-oħrajn din is- somma kienet tinkludi Lm879 f'iffilmjar ta' diversi lokalitajiet f'Malta mill-istess Citadel Video Communications, mas-Lm600 f'xiri ta' materjal u ħjata, kważi Lm400 fi slots pubbliċitarji, li għal darb'oħra saru mis- Citadel Video Communications, u mbagħad tafu kemm tawh lill-PBS tax-xogħol li għamlilhom fuq video cassette?", "Lm14.", "Sur President, issa ħalli niġu għal sitwazzjoni oħra li mhux l-ewwel darba li ċerti nies jiftaħru fuqha u għalhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll x'sibna fis-settur ta' l-anzjani.", "Fl-1979 kienet saret laqgħa ta' l- esperti tas-CSCE f'Malta fejn fiha kienet tressqet white paper li tipproponi lil Malta bħala ċentru ta' studju ta' l-anzjanita' fil- Mediterran, liema white paper kienet ġiet diskussa u kienu ttieħdu ċerti deċiżjonijiet fuqha.", "Imbagħad fl-1982 Malta kienet ħadet sehem fil-World Assembly on Aging tal-Ġnus Magħquda fejn fiha kien twaqqaf advisory committee li fformola u approva a draft plan of action taħt iċ-Chairman Malti l-Professur Anthony Debono.", "Il-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien kellu l-għan li jwaqqaf l-Institute of Aging tal-Ġnus Magħquda f'Malta u għalhekk fir-rapport tiegħu kien daħħal dan li ġej:", "\"The election of the Maltese delegate as chairman of the committee strengthens the possibility that should the Government of Malta so decide there should be set up in Malta an international centre for the study of problems of aging that would represent a focus for continuing international", "\"concern for the team of the world assemby and would, in a practical way, put Malta at the forefront of peaceful humanitarian activities as well as being of benefit to its own people.\".", "Dan kien l-ewwel pass għat-twaqqif ta' l-INIA.", "L-action plan on aging kien ġie aċċettat fit-totalita' tiegħu mis-sezzjoni plenarja tal-Ġnus Magħquda.", "Fl-1986, eżattament qabel l-elezzjoni ta' l-1987, kien twaqqaf l- International Institute on Aging mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Dr Carmelo Mifsud Bonnici.", "Id-direttur kien il-Professur Anthony Debono.", "Fuq dan l-institute kien ġie mibni l-United Nations International Institute on Aging ġewwa Malta.", "Fl-1987, kif tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, il- Professur Debono tneħħa u b'hekk Malta kienet tilfet persuna rispettata fil-konferenzi tal-Ġnus Magħquda.", "Mr Chairman fil-qasam tas-saħħa qegħdin naħdmu biex, bħalma jafu ħafna minna, nidentifikaw l-aktar mard komuni li qed iwassal għall-imwiet.", "Se naħdmu biex ikollna l-informazzjoni u l-edukazzjoni kollha neċessarja ħalli nkunu nistgħu nidentifikaw dan il-mard u nfittxu soluzzjonijiet għal dawn il-problemi li qed jolqtu liċ-ċittadini Maltin, speċjalment dawk ta' eta' żgħira.", "Bil-mod il-mod irridu ndaħħlu diversi reġistri oħra, inkluż dawk li jiġbru fihom il-pazjenti li jbatu bid-dijabete għax minkejja l-ħafna paroli li kien isir qabel baqa' ma sar xejn.", "Settur importanti fil-kura tal-pazjenti huwa ovvjament il-kura fil- komunita' u tajjeb li nsemmi l-kummissjoni li ġiet maħtura dwar tmexxija aktar effiċjenti tas-servizz tas-saħħa fil-komunita'.", "Din il-kummissjoni se tara li s-servizz li jingħata fil-komunita' jkun wieħed iktar effiċjenti, li verament ikun qed jilħaq l-iskopijiet tiegħu.", "Rigward il-polikliniċi tajjeb li wieħed jgħid li qed naħsbu biex inlestu l-poliklinika ta' Birkirkara, nkabbru u nimmodernizzaw il-poliklinika ta' Bormla u nagħmlu r-refurbishment tal-poliklinika tal-Gżira.", "Hawnhekk nixtieq ngħid lill-Onor.", "Louis Deguara li ż-Żurrieq ma semmiħx jekk semmih xi ħaddieħor ma nafx.", "(Interruzzjonijiet) Li għidt biss kien li jekk aħna nagħmlu xi ħsibijiet dwar kwalunkwe estensjoni tas-servizz irridu naraw ir- riżorsi umani li għandna - u hawnhekk mhux qed nirriferi biss għall- polikliniċi imma għas-settur kollu - u kemm fil-fatt jifilħu jestendu ruħhom is-servizzi, mhux biss fejn jidħlu l-polikliniċi imma fis-settur kollu.", "Biżżejjed insemmi n-nuqqas ta' tobba li hemm u li ilhom għal xhur sħaħ jonqsu minn ġol-polikliniċi.", "Fil-fatt konna daħħalna sistema ta' part- time general practitioners fis-servizz u diġa' hemm disgħa minnhom.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont għidt li kien hemm pjanijiet - u nerġa' nirripeti li kien hemm pjanijiet - li tinfetaħ poliklinika fiż-Żurrieq, imma naturalment dan jiddependi ħafna mir-riżorsi umani li għandna u li rridu nużawhom fl-aħjar interess taċ-ċittadin.", "Mr Chairman, għandna każijiet ta' persuni b'mard mentali li jkunu ħadu ċerta kura ġewwa l-isptar u li huma ċertifikati li jistgħu joħorġu fil- komunita'.", "B'dan il-ħsieb f'moħħna qed noħolqu support group ta' nurses għal ma' dawn il-pazjenti li xogħolhom ikun li jidentifikaw kwalunkwe deterjorazzjoni fil-pazjent u f'dak il-każ dan ta' l-aħħar jerġa' jiddaħħal lura l-isptar għall-kura.", "Se nitkellem fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Mard Mentali li kienet ġiet imwaqqfa kontra l-pariri ta' l-esperti tad-Diviżjoni tas-Saħħa f'Marzu ta' l-1994.", "Il-membri tagħha kienu maħtura sal-31 ta' Diċembru, 1995 u fil- fatt l-ittri tal-ħatra tagħhom qatt ma ġew imġedda.", "Kien żball fundamentali li l-kummizzjoni ngħatat ċerta funzjoni għax dan xekkel ir-riforma f'dan il- qasam.", "Il-Gvern huwa kommess li jagħti spinta effettiva lis-settur tas- saħħa mentali, imma dan irid isir skond pjan strateġiku li jindirizza l- prijoritajiet f'dan il-qasam u jassigura li kull żvilupp ikun effettiv u jagħti value for money.", "Ir-rwol tal-kummissjoni għandu jinbidel u trid tidħol l-idea ta' management modern u effettiv.", "Nista' nassigura lil kulħadd li l-kummissjoni se tkun strutturata b'mod differenti ħalli fil- fatt tkun iktar effettiva fid-deċiżjonijiet tagħha, b'mod speċjali meta fil- qasam tal-mard mentali rridu naslu għall-bidla fil-mentalita' tas-settur mediku u paramediku, kif ukoll tas-soċjeta' b'mod ġenerali.", "F'dan is- settur aħna wkoll obbligati li nħarsu lejn is-saħħa ta' l-infermiera speċjalment dawk li jaħdmu f'ċerti swali.", "Sur President, jiena nħoss li l-infermieri li jaħdmu f'ċerti swali ġewwa Monte Carmeli m'għandhomx jagħmlu snin twal jaħdmu hemm, kontra dak li ġara fl-1987 meta infermiera ġew trasferiti hemmhekk ma' l-ewwel ġurnata u tħallew hemmhekk għal għaxar snin sħaħ.", "Jien m'iniex beħsiebni nimxi b'dan il-mod u nurses li jitpoġġew f'ċerti postijiet daqsxejn delikati, li jinvolvu ċertu xogħol, m'għandhomx jagħmlu hemmhekk iktar minn sentejn jew tlieta u wara sentejn, tlieta għandhom jidħlu nies oħrajn ħalli dan il-post ma jkunx qed iservi sempliċement biex xi ħadd jiġi diskriminat.", "Ġewwa Monte Carmeli issir diskriminazzjoni wkoll fejn jidħol ix-shift għax issib wieħed jew tnejn mill-impjegati li ma jaħdmux bħal sħabhom u ssib reżistenza kbira biex dawn jidħlu jaħdmu bix-shift.", "Nista' ngħid ukoll li kien hemm overtime żejjed għal uħud filwaqt li oħrajn ma kenux jingħataw overtime u dawn n-nuqqasijiet aħna qegħdin nindirizzawhom.", "Meta kienu jitkellmu fuq it-Tarzna semmewhom dawn l-affarijiet, Mr Chairman, bħallikieku f'dak is-settur biss jeżistu!", "(Interruzzjonijiet) Kemm hemm minn dawn l-affarijiet f'postijiet oħra!", "Jien għadni qed nitkellem fuq l- Isptar Monte Carmeli biss.", "Fis-settur kollu tas-saħħa kienet qed tiġri din is-sitwazzjoni fejn ikollok numru ta' nies li jingħataw overtime filwaqt li oħrajn jingħataw ftit, sempliċement biex ikunu qegħdin jagħlqulhom ħalqhom.", "Tajjeb li nsemmi wkoll id-difetti infrastrutturali li jeżistu ġewwa l-Isptar Monte Carmeli u nista' ngħid li fid-diversi żjarat li għamilt hemmhekk tkellimna fuq dawn id-defiċjenzi - bħalissa dawn qegħdin jiġu ddentifikati - ħalli filwaqt li naraw li jsir it-tibdil infrastrutturali naraw ukoll li jkun hemm il-bidla fl-attitudini lejn il- mard mentali.", "L-Onor.", "Louis Deguara semma Villa Chelsea u ma nafx x'ried jgħid eżattament.", "Hawnhekk irrid ngħid li r-Richmond Foundation, li qed tmexxi Villa Chelsea, kienet l-unika NGO li qabel ma bdew id-diskussjonijiet tal- budget kienet diġa' rċeviet il-pagament dovut minħabba li hemm ftehim li jorbot għal tliet snin.", "GĦad jonqos sentejn oħra u l-ħlas ta' din is-sena fil-fatt diġa' sar.", "Min-naħa tad-dipartiment ma ħarġet l-ebda ordni biex Villa Chelsea b'xi mod jew ieħor tagħlaq jew inkella jinbidel ir-rwol tagħha.", "Niġi issa għall-Isptar Boffa.", "Sur President, hemm il-ħsieb li bil-mod il-mod innaqqsu l-pazjenti soċjali li hemm fl-Isptar Boffa ħalli nwessgħu s-servizzi tad- dermatoloġija, ta' l-onkoloġija, kif ukoll ta' l-ispinal unit.", "Oriġinarjament dan l-isptar kien jagħti għajnuna lil diversi pazjenti bħala post ta' riabilitazzjoni, imma fil-fatt għal xi żmien kien spiċċa bħala post fejn imorru każijiet soċjali minflok ma jispiċċaw f'St Vincent de Paule.", "Huwa tajjeb li nħabbar li nħatar Direttur tad-Dermatoloġija, Dr Joe Pace.", "Fl-Isptar Boffa jeżistu numru ta' difetti strutturali li se jkunu indirizzati minħabba li meta saret l-estensjoni ma kienx sar xogħol tajjeb u mhux l-ewwel darba li jitla' l-ilma minn taħt l-art.", "Kien hemm studju fuq tmexxija aktar effiċjenti u accountable fl-Isptar Boffa u bħalissa għaddejjin bit-training ta' numru sostanzjali ta' impjegati.", "Dan l-istudju li rreferejt għalih u li se jwassal għall-awtonomija, se jiġi implimentat fl-1 ta' April ta' din is-sena u bil-mod il-mod wieħed ikun jista' jara kif ikun qed jaħdem.", "Hemm il-pjan li l-fever unit tmur fil- parti indikata għaliha li se tkun parti mir-refurbishing ta' l-Isptar San Luqa, għax jagħmel iktar sens li din tkun parti integrali minn sptar komplut.", "La qed insemmi r-refurbishing huwa tajjeb li nsemmi xi ħaġa fuq l- Isptar San Luqa.", "Matul din is-sena jkollna nagħmlu ċerti xogħlijiet li żgur li kienu jafu bihom il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari ta' qabli, imma għal snin sħaħ baqa' ma sar xejn.", "Fil-fatt għall-ewwel resquli quddiemi - kont għadni dieħel fl-uffiċċju tiegħi - id-draft estimates, kif kienu maħsuba mill-Gvern preċedenti, u wara li rajna x'tibdiliet ridna nagħmlu żidna magħhom numru ta' proposti li sussegwentement ġew approvati mill-Ministru tal-Finanzi, l-Onor.", "Lino Spiteri.", "Allura hawnhekk irid nenfasizza li l- Vot tas-Saħħa mhux talli ma naqqasniħx talli żidnih b'mod sostanzjali.", "Fil- fatt il-Vot Rikorrenti żdied b'iktar minn Lm5 miljun filwaqt li l-Vot Kapitali żdied b'Lm2.85 miljun minħabba xogħlijiet li qed isiru fl-isptar, jiġifieri żieda ta' Lm0.5 miljun fuq dak li kien hemm approvat għal 1996.", "Tajjeb li ngħid \"fuq dak li kien approvat\" għaliex fil-fatt minn Vot ta' ¥2.3 miljun intnefqu biss Lm1.7 miljun.", "GĦal din is-sena se jinbeda l-proġett tant bżonnjuż fis-sistema tad- drenaġġ ġewwa l-Isptar San Luqa għaliex, bħalma jaf il-kollega tiegħi, għalkemm il-Gvern preċedenti kien jaf li hemm problemi kbar u għalkemm kienu saru t-testijiet kollha neċessarji, ma tnieda l-ebda xogħol ta' fejda f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt għal din is-sena għandna vvotati ¥350,000 għal dan il-proġett ħalli bil-mod il-mod nagħtu bidu biex nibdlu l-katusi tad- drenaġġ li huma mimlijin ġrieden, insetti u affarijiet oħra.", "Fl-istess ħin se jitnaddfu r-reservoirs ta' l-ilma ħalli dawn ikunu jistgħu jintużaw anke fil-każ ta' ħruq għaliex sfortunatament f'dawn ir-reservoirs hemm taħlita sħiħa ta' ilma u drenaġġ.", "Irrid ngħid ukoll li bi ftehim u wara diskussjonijiet li kien hemm mal- Medical Association of Malta, se jiżdiedu madwar 16-il kamra oħra fil- medical quarters.", "Se jkun hemm ukoll il-proġett tal-cardiac catheterisation laboratory li l-flus għalih se jittieħdu mill-Protokoll Taljan, se jkun hemm l-estensjoni u r-refurbishing ta' l-emergency laboratory; se jkun hemm xogħol urġenti fit-teatri ta' l-operazzjonijiet; u se jkun hemm estensjoni ta' l-intensive therapy unit.", "Se jkun hemm ukoll it-tlestija tad-day surgery ward li ilha tissemma minn qabel l-elezzjoni ta' l-1987 u għal disa' snin sħaħ ma sar xejn fuqha.", "Dan il-proġett beda fl-aħħar xhur u se nkunu mpenjati sabiex kemm jista' jkun noqorbu lejn kif inhi s-sitwazzjoni barra minn Malta fejn 30% sa 40% ta' l-operazzjonijiet li jsiru jkunu f'forma ta' day surgery.", "Rigward l-Outpatient Department qiegħda tiġi fformata task force li mill- ġimgħa d-dieħla se tkun qed taħdem biex tagħmel proposti dwar il-bidliet meħtieġa ħalli naraw li dan id-dipartiment jimxi b'aktar effiċjenza, b'mod li l-outpatients jiġu staggered aħjar.", "Il-ħsieb tagħna huwa li f'dan l- eżerċizzju ninvolvu wkoll lill-pazjenti u lill-qraba tagħhom qabel ma nibdew nimplimentaw xi tibdiliet.", "GĦaddej ukoll xogħol ieħor fejn qed naraw li jkun hemm apparat aktar modern għall-Isptar San Luqa u se naraw il- cost effectiveness tax-xiri ta' l-MRI .", "Hemm ukoll il-ħsieb li jiddaħħal is-servizz tal-lithotripter ħalli l-pazjent tkun tista' titneħħilu l-ġebla fil-kliewi u fis-sistema ewroloġika mingħajr il-bżonn ta' operazzjoni.", "Se nkunu qegħdin naraw ukoll il-problema tar-riżorsi umani.", "Meta nafu li għandna nuqqas ta' infermiera, irridu bilfors nirduppjaw l-isforzi tagħna biex nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi umani li għandna available, imbagħad naslu għat-tieni fażi, jiġifieri dik li tħares long-term, u naraw li jkollna l-aħjar complement.", "GĦalhekk se jkun hemm kollaborazzjoni ma' l- Institute of Health Care biex naraw li t-targets tagħna jkun possibbli li nersqu għalihom u jkunu milħuqa.", "Hemm ukoll numru ta' nursing aides li qegħdin jattendu kors.", "Dawn in-nursing aides - għaliex biex infajru ċ- ċifri kulħadd tajjeb - għal żmien twil ħallewhom jagħmlu l-prattika u wara li tlajna aħna fil-gvern ridna naraw fejn se nsibulhom post biex jingħataw il-lectures.", "Jiġifieri qabel ma nfetaħ il-kors lanqas biss kien hemm maħsub fejn se jsiru l-lectures, u ġara li nfetaħ il-kors u sa erba' xhur wara, għal ġieħna, konna għadna ma sibnilhomx post għal klinika!", "Inħabbar minn hawnhekk li issa sibnilhom dawn il-postijiet u allura l-biża' li kellhom li jispiċċaw bil-prattika biss issa taret.", "Tajjeb li nsemmi xi ħaġa fuq il-medical stores fejn jirrigwarda r- refurbishing.", "Jiena nidħak meta nisma' ċertu tip ta' diskors mill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici u mill-ex-Segretarju Parlamentari li kien jieħu ħsieb il-medical stores.", "Dawn ma jafux li ħallew warajhom akkumulu ta' dejn ta' Lm3.5 miljun li kien ilu ġej tul dawn l-aħħar disa' snin!", "Fil- fatt l-istock items kienu qegħdin jonqsu u bil-mod il-mod konna ġejjin fix- xejn.", "Rigward l-ispecial items nista' ngħid li ħafna mit-talbiet qegħdin jiġu ndirizzati u għalkemm il-medical stores m'humiex obbligati li jżommu stock tagħhom, fil-fatt qed jaraw li jkollhom stock limitat.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li minkejja l-ħafna kliem rigward il-komputerizzazzjoni sa Settembru li għadda ma kienx hemm computer system li tiffunzjona kollha kemm hi, għax meta pprovaw jintroduċuha ma ħadmitx tajjeb u kellhom jerġgħu jmorru lura għall-bin-cards għaliex meta falla l-computer falla kollox.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb li wieħed jgħid li biex tipproċessa tender tieħu ferm iktar milli fil-fatt qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "Hawnhekk nixtieq infakkru fid-diversi ittri ta' qabel l-elezzjoni li kienu jidhru fil- gazzetti rigward nuqqas ta' mediċini fl-Isptar St Luke's (Interruzzjonijiet) Lill-Onor.", "Membru nista' nikkonfermalu li dan il-Gvern għadu jbati l-konsegwenzi għall-mod kif tmexxew il-medical stores f'dawn l- aħħar disa' snin.", "Jiddispjaċini ngħid li kien proprju fl-aħħar ftit ġranet ta' qabel l-elezzjoni li l-Gvern ta' qabel ipprova jara li l-medical stores jimxu 'l quddiem u li ċertu nies jitħallew jagħmlu xogħolhom.", "Sur President, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien ħoloq il-Foundation for Medical Services and Sciences fl-istess żmien li ġie ffirmat il-ftehim għall-bini ta' l-Isptar San Raffaele.", "Dak kien l-ewwel pass, imbagħad wara twaqqfet il-Monte Tabor (Malta) biex tieħu ħsieb ix-xogħol ta' l-isptar il- ġdid u din għamlet agreement mal-FMSS dwar id-disinji, superviżjoni ta' bini u pjanijiet biex 'il quddiem tieħu f'idejha t-tmexxija u l- allokazzjoni tas-sodod ta' dan l-isptar.", "Dan l-isptar suppost li kellu jitmexxa fuq l-orjentazzjoni u l-kultura ispirata mill-istess filosofija evanġelika.", "Il-Monte Tabor kienet magħmula minn tliet Taljani u tliet Maltin u kull deċiżjoni ried ikollha s-support ta' erba' membri.", "Għalhekk wieħed jista' jkun jaf min kien jieħu d-deċiżjonijiet.", "Għan-naħa Maltija kien hemm l-Onor.", "Louis Galea, il-Professur Frederick Fenech u r-Rev.", "Peter Serracino Inglott.", "Il-Monte Tabor kienet qabbdet lil Ortesa li hija kumpannija mmexxija mill-istess nies li jifformaw il-parti Taljana tal- Monte Tabor.", "Minkejja kollox l-FMSS kienet tidher li kienet sempliċement conduit ta' kif jgħaddu l-flus.", "Tajjeb li nsemmi li l-Ortesa kellha tlesti d-disinji f'Ottubru ta' l-1993 imma sal-lum dawn għadhom m'humiex lesti u kompluti.", "Il-kumpannija Skanska kienet rebħet il-kuntratt kontra s-CMC li kienet tefgħet offerta irħas, pero' ma nixtieqx nidħol f'dan l-argument minħabba l-kawża li hemm il-Qorti bejn is-CMC u l-Gvern għal Lm2 miljun danni.", "Nista' ngħid li d-dewmien tal-pjanti ħolqu diversi problemi mal- kuntratturi tat-toroq li huma l-IRB.", "Dawn il-problemi għadhom għaddejjin s'issa u hemm kawża kontra l-Gvern.", "Tajjeb ukoll li nsemmi li l-isptar qed jinbena fuq art li għadha m'hijiex esproprjata u l-valur ta' din l-esproprjazzjoni għadu m'huwiex miftiehem.", "Tajjeb li nfakkar li l-konċett oriġinali ta' dan l-isptar kien għal sptar privat ta' 70 sodda.", "Wara ħafna tidwir kien ġie ppjanat sptar ta' aktar minn 400 sodda u teaching institute.", "Fl-aħħar spiċċajna bi sptar ta' 480 sodda, dipartiment għall-outpatients u laboratorju.", "Fil-fatt waħda mill- affarijiet interessanti hija illi wara li qagħad jagħmel dan it-tibdil kollu, l-Partit Nazzjonalista fil-gvern lanqas kellu d-diċenza li jinforma lis-Social Development Fund tal-Kunsill ta' l-Ewropa li kienu qed jisilfuna Lm12 miljun.", "Minbarra li dan huwa ta' għajb għall-Gvern ta' qabel, dan poġġa lil Malta f'dawl ikrah quddiem il-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Ta' min igħid li dawn qed jitolbu tibdil fil-pjanti, liema pjanti suppost tressqu ħames snin ilu u baqgħu ma tressqux.", "Għalhekk il-kwestjoni ta' self ta' Lm12 miljun mill-Kunsill ta' l-Ewropa għadha mdendla.", "Tajjeb illi wieħed jgħid ukoll li kien hemm nuqqas ta' diskussjonijiet serji u fid-dettall mal-MAM u ma' kulma min huwa konċernat.", "Il-MAM illum qed tgħid li trid sptar wieħed komplut.", "Aħna fil-preżent qegħdin fi stadju finali dwar id-deċiżjoni ta' kif għandna nagħmlu l-aħjar użu mill- faċilitajiet preżenti u futuri, dejjem b'konsultazzjoni sħiħa ma' min huwa involut u ma' min se jkun milqut bid-deċiżjoni aħħarija.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid x'sibna fl-Isptar San Raffaele.", "L-ewwel stima kienet ta' Lm27 miljun għal sptar komplut, apparti d-drenaġġ, u llum din l-istima telgħet għal Lm51 miljun.", "Qegħdin insibu li dawn l-ammonti kulma jmur dejjem qegħdin jiżdiedu minħabba d-disinji ħżiena li saru, apparti li dawn għadhom m'humiex lesti minkejja li kien sar ftehim li 90% minnhom kellhom ikunu lesti sa l-1 ta' Ottubru, 1993.", "L-FMSS kienet qed tqabbad esperti biex jaraw l-istandard quality u t-tlestija tad-disinji.", "Dawn l-esperti dejjem qalu li d-disinji ma kenux tajbin u jekk wieħed jara r-rapport li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex issir \"overview of the set-up and operations of the Foundaton for Sciences and Medical Services\" isib diversi kummenti ta' esperti fuq dan l-isptar.", "Barra minn hekk, insibu li f'laqgħa li l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Fenech Adami, kellu flimkien ma' l-FMSS u l-PMO f'Settembru ta' l-1996, Don Verze' kien aċċetta verbalment li jibgħat tliet inġiniera ta' l-Ortesa biex jimplimentaw il- koordinament tad-disinji.", "Wara li telaq minn Malta Don Verze' inħall mill- ftehim verbali li kien għamel u bagħat ittra f'dan is-sens u addio l- filosofija evanġelika ta' bejn Malta u Milan!", "S'issa l-Ortesa tħallset Lm1.6 miljun u qed jitolbu Lm200,000 oħra għal xi tibdil li għamlu u dan minkejja li d-disinji xorta waħda għadhom m'humiex tajbin.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll id-diversi obbligi li l-Gvern Malti qed jagħmel minflok l- MTFM.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onorevoli nfakkrek li għad fadallek ħames minuti oħra.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, il-Gvern Malti ħareġ iktar minn Lm100,000 f'ġieħ il-Fondazzjoni Monte Tabor, apparti l-ħlasijiet li saru lill-project management office ta' ftit inqas minn Lm2 miljun u apparti l- claim ta' Lm0.5 miljun peress li l-proġett beda tard.", "Hawnhekk nixtieq insemmi lista ta' persuni li tħallsu mill-FMSS u li kollha kienu qrib ta' ċerti individwi fil-Partit Nazzjonalista matul Amministrazzjoni preċedenti.", "Dawn huma s-Sur Teddy Cilia li kien jitħallas Lm10,000 fis-sena, is- Sinjura Maria Panzavecchia li kienet titħallas Lm7,200 fis-sena u s-Sur David Agius li kien jitħallas average ta' Lm1,500 fis-sena, għalkemm l- aħħar tnejn kienu tħallsu għal perijodu ta' xahrejn biss.", "Imbagħad insibu affarijiet iktar strambi minn hekk, bħal meta lay administrators u supritendenti jitħallsu extra għax jieħdu ħsieb ir-refurbishing ta' l- isptarijiet meta dan huwa parti minn xogħolhom.", "Fil-fatt fuq perijodu ta' sena wieħed minnhom tħallas Lm1,800 extra u l-eħor tħallas Lm1,680 extra, apparti s-Sur Norman Bezzina li kien jitħallas Lm10,000 fis-sena.", "Dan biex ma nsemmix ukoll numru ta' għaqdiet oħrajn, bħal \"RGB Television Productions\" u \"Sign It\", li bejniethom kienu tħallsu Lm4,000.", "Biex għamlu mudell in miniature ta' l-Isptar San Raffaele qamilhom Lm6,000 u reġgħu nefqu Lm1,100 oħra biex jingħata dehra aħjar.", "Imbagħad insibu li l-proġett proprju huwa mimli difetti f'dak li għandu x'jaqsam ma' service towers u disinji oħra, uħud minnhom magħmulin b'mod li jgħolli ħafna l-prezz, u nista' ngħid ukoll li l-istruttura tal-bini qed toħloq problemi loġistiċi.", "Sur President, bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet li jirrigwardaw il-post-graduate studies u hawnhekk se nsemmi individwu - lil dan il-Partit Nazzjonalista rema' s-servizz tiegħu għax xi ħadd hekk għoġbu - li fl-1980 kien ta bidu għall-kors post-graduate mar-Royal College of Edinburgh.", "Qed nirriferi għal Mr. L. Zrinzo illi flimkien ma' Mr. A.G.Felice kienu għamlu arranġamenti biex min irid ikun jista' jidħol għal post graduate studies minn hawn Malta stess.", "Mhux talli hekk talli l-arranġament kien ikopri li n-neuro surgery seta' jibqa' jiġi studjat hawn Malta u mbagħad l-istudenti jersqu għall-eżamijiet mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru barra.", "Għandi d-dokumenti f'idejja biex jipprovaw dan li qed ngħid u lest li nqiegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Żewġ ittri mir-Royal College of Surgeons ta' Edinburgh lil Mr A G Felice FRCSEd, Direttur fid-Dipartiment tal-Kirurġija; u", "Ittra datata 3 ta' Novembru 1987 minn Leeds Western Health Authority lill-Kirurgu Mr L Zrinzo.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, fil-fatt riċentement xi ħadd beda jiftaħar li dawn l-affarijiet qed jibdihom hu.", "Biżżejjed insemmi illi l- lista twila ta' registrars u senior house officers li r-Royal College of Edinburgh aċċetta li jistudjaw hawn Malta ntremiet għal raġunijiet li jien ma nafhomx, għalkemm jista' jagħti l-każ li dan sar għas-sempliċi raġuni illi mhux kulħadd kien kuntent b'min ta' bidu għal din is-sistema.", "Fil- fatt tant ma konniex kuntenti b'min beda din is-sistema li wasalna biex lil dan keċċejnih mis-servizz pubbliku tas-saħħa.", "Forsi t-tkeċċija tiegħu kienet ikkaġunata mill-perijodu ta' servizz li dan l-individwu ta matul l- 1977 u l-1987 u mill-fatt li dan daħħal hawn Malta programm ta' operazzjonijiet fin-neuro surgery li qabel kienu jsiru barra minn Malta.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-ħrejjef u l-ħmerijiet - fosthom li l-Gvern Laburista kien għalaq xi sptarijiet privati - li n-naħa l-oħra dejjem isemmu u li min-naħa tagħna aħna kemm-il darba rrispondejna fuqhom.", "(Interruzzjonijiet) Inthom tafu xi writna.", "Aħna writna sitwazzjoni fejn biex tagħmel operazzjoni trid tistenna' erba' snin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nagħlaq dan l-intervent tiegħi b'riferenza għall-akkuża li saret li xi ħadd - jew xi wħud - seta' kellu l- intenzjoni li jżomm il-pazjenti fl-ITU ħalli l-operazzjonijiet ikollhom isiru barra.", "GĦalhekk jien nitlob li dawn in-nies jiġu identifikati ħalli nkunu nistgħu naraw jekk dan hux veru u nġibu x-xiehda ta' min għamel din l- akkuża ġewwa din il-Kamra.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Issa skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 42 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Giovanna Debono.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.30 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 42 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Giovanna Debono.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "16", "FAVUR : 29", "L-Onor | | | |Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Debono |Psaila Savona Joe | |Giovanna | | |Deguara Louis|Pullicino George | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | |Galea Pace | | |Victor | | | | |", "KONTRA : 34", "L-Onor", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Agius Chris |Grech Edwin | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John| | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mintoff Dom | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar |Pace Bertu | |Louis | | |Camilleri |Portelli Alfred | |Maria | | |Cardona Chris|Refalo Anton | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cilia Joe |Sceberras Trigona Alex | |Dalli Helena |Schembri Adami Sandro | |Debono Grech |Spiteri Lino | |Joe | | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella George | |Farrugia |Vella Karmenu | |Michael | | | | |", "L-emenda ma għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se nqiegħed il-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.", "Il- mistoqsija hi:", "VOT 42 - MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL- FAMILJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 45,030,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 42 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 43 - KURA TA' L-ANZJANI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 9,688,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 43 - Kura ta' l-Anzjani, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 43 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 44 - AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,216,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 44 - Affarijiet tal-Familja, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 44 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XI - MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL- FAMILJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 12,049,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XI għaddiet.", "Fid-9.37 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 42, 43, 44 u XI taħt il-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Frar 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997", "Il-Ħdax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - KAŻI TA' \"HOLD-UPS\"", "2692.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Wara li qabel l-elezzjoni ta' l-1987 il-Partit Nazzjonalista kien qal \"li kulħadd kien se jgħix ġewwa daru bla biża\", jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru \"hold- ups\" sena b'sena, mill-1988 sa Ottubru 1996?", "Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?", "Kemm tressqu persuni l-Qorti f'dan iż-żmien fuq dawn il-każi?", "Kemm instabu ħatja u kemm inħelsu?", "Kemm huwa stmat li nsterqu flus f'dawn il-\"hold-ups\"?", "Kemm huwa stmat il-valur fi flus ta' oġġetti prezzjużi li nsterqu waqt dawn il-\"hold-ups\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - ŻAMMA TA' SNIETER", "2693.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn għadu qed jinżamm is-senter ta' persuna mill-Gżira li ismu u l-indirizz qed nibgħathom taħt separate cover, peress li ninsab informat li kaċċaturi li nqabdu jiksru l-liġi dak inhar diġa' ittellgħu l- Qorti u ngħataw l-armi lura?", "Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jara għaliex għadu ma ttellax il-Qorti meta l-każ tiegħu huwa relattivament \"straight forward\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant kellu l-każ tiegħu deċiż quddiem il-Qorti nhar id-29 ta' Jannar 1997 u li l-arma nagħtatlu lura l-għada stess.", "ETC - SEHEM FIL-FIERA TAL-KARRIERI", "2741.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ hijiex se tieħu sehem fil-fiera tal-karrieri kif kienet tagħmel fis-snin ta' qabel?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Din is-sena il-Korporazzjoni għad ma kelliex stedina biex tieħu sehem fil-fiera tal-karrieri.", "Minn stħarriġ li sar ma` l-organizzaturi ġejna mgħarrfa li għad m`hemm l- ebda data ffisata meta din sa ssir.", "Bħas-snin ta` qabel, il-korporazzjoni lesta li tipparteċipa.", "IMPJIEGI - \"FOUNDATION FOR THE IMPROVEMENT OF WORKING & LIVING CONDITIONS\"", "2742.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rabtiet li għandu l-Gvern mal- \"Foundation for the Improvement of Working and Living Conditions\" ta' l- Unjoni Ewropea f'Dublin fl-Irlanda?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-`Foundation for the Improvement of Working and Living Conditions` hija istituzzjoni tal Unjoni Ewropea u l-Gvern m`għandu l-ebda rabtiet magħha independentement mill-Unjoni, għalkemm l-Onor.", "Interpellant kien sab l-okkażjoni li jżur din il-Fondazzjoni ġewwa Dublin.", "Malta tirċievi letteratura minn din il-Fondazzjoni u l-WPC.", "Fl-Universita minn żmien għal żmien, jiġu `lecturers` minn din il-Fondazzjoni biex jipparteċipaw f`xi seminar u konferenza.", "UNJONI EWROPEA - \"SOCIAL CHARTER\"", "2743.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-\"policy\" tal-Gvern dwar is-\"Social Charter\" ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- amministrazzjoni ġdida Laburista hi kommessa li tassigura li Malta tonora l- provedimenti ta` dawk l-artikoli tas-`Social Charter li ġew ratifikati.", "Bħal ma jaf l-Onor.", "Interpellant matul l-amministrazzjoni preċedenti, il-kumitat ta` l-Esperti Indipendenti li huwa responsabbli biex jeżaminaw ir-rapporti tal-pajjiżi li rratifikaw is-`Social Charter` taw ġudizzju negattiv dwar Malta fuq diversi artikoli li Malta rratifikat.", "Għaldaqstant hi politika ta` dan il-Gvern li jara li fejn hu possibli ser jagħmel dak li jista` biex kull fejn jirriżulta li l-amministrazzjoni preċedenti ma kinitx konformi mal-provedimenti taċ-`Charter`, tiġi amendata l-leġislazzjoni relevanti.", "KUNSILLI LOKALI - VOT TA' L-ESTIMI", "2749.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kunsill Lokali għamilx \"projections\" ta' l-infiq ordinarju (vot ta' l-Estimi) għall- Kunsill Lokali għas snin-finanzjarji 1997/1998, 1998/1999 u 1999/2000 u jekk iva x'kien kull sena?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- Business Plan tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali hija projection essenzjalment interna u tkopri l-aspettativa konfidenzjali tad-Dipartiment li tkun suġġetta għall-konsiderazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi skond ir- riżorsi finanzjarji tan-nazzjon.", "PBS - \"PROJECT MANAGER", "2750.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn ġie appuntat \"Project Manager\" biex jieħu ħsieb il- proġett tan-News Centre tal-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-Sur Gino Cauchi.", "PBS - FREKWENZI GĦAT-\"TEST TRANSMISSIONS\"", "2751.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar it-talba tal-Partit Nazzjonalista li jiġi allokat frekwenza biex ikun jista' jibda \"test transmissions\" bit-televiżjoni u biex il-frekwenzi kollha li għandu l-Gvern jgħaddu lill-Awtorita' tax-Xandir biex kull min hu interessat fi frekwenza jkun jista' japplika?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 332.", "KUNTRATT TA' KONSULENZA", "2752.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta konsulenza ta' Dr Michael Vella Haber, Prof. Albert Vella u s-Sur Joseph Bartolo?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 2210.", "Il-kuntratt ta konsulenza ta' Dr Michael Vella Haber għadu ma ġiex konkluż b'mod definittiv.", "GOZO CHANNEL - KAROZZI", "2753.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi nies jew kategoriji ta' nies li bil-karozza għandhom dritt ma jistennewx fil-kju meta jitilgħu fuq il- vapuri tal-Gozo Channel u jekk fl-affermattiv meta jistgħu jagħmlu dan?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien nfurmat li l-peresuni / meżżi tat- trasport li-għandhom id-dritt li ma jistennewx fil-kju huma skond il-lista' maħruġa mill-pulizija, i.e:-", "(a) Il-President. (b) Il-Prim Ministru. (ċ) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni. (d) Ministri u Segretarji Parlamentari. (e) Membri Parlamentari Għawdxin. (f) L-Isqfijiet. (ġ) Il-Kummissarju tal-Pulizjia. (ħ) L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija - Region 'B'. (i) Is-Supretendent tal-Pulizija risposabbli għall-Għawdex. (j) Maġistrati li jkun xogħol fil-Qorti ta' Għawdex. (k) Il-Kummissarju tal-Ġustizzja li jkun xogħol Għawdex. (l) L-Ambaxxaturi li jkun qed jivvjaġġaw 'in Flag Cars'. (m) L-Ambulanza / Karozzi oħra ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. (n) Trakkijiet / Bowsers ta' l-M.D.P. (o) Karozzi tas-Segretarjat ta' Għawdex. (p) Fire Tender. (q) Il-Kmandant tal Forzi Armati. (r) Delegazzjonijiet Uffiċjali tal-Gvern, skond kif jiġu avżati minn żmien għal żmien. (s) Meżżi ta' trasport b'materjal industrijali u prodotti oħra maħduma mill-Fabbriki ta' Għawdex. (t) Iċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi, l-Executives u s-Segretarji tal- Bord. (u) L-impjegati tal-kumpanija meta jiġu mitluba jidħlu xogħol f'Malta jew f'Għawdex.", "Naħseb li l-Onorevoli Nterpellant japprezza li jista' minn żmien għal żmien jinqalgħu każijiet ta' urġenza li wieħed bilfors irid jiddeċidhom fuq il-post.", "BUILDING INDUSTRY CONSULTATIVE COMMITTEE - SUR MARTIN DEBONO", "2782.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 2538, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas is-Sur Martin Debono bħala \"Assistent Personali\" tal-Ministru?", "Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet oħra ngħat bħall-użu ta' karozza u \"mobile phone\"?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal- kuntratt ta' impieg tas-Sur Martin Debono fil-kariga ta' \"Senior Secretarial Officer\" li fiha qiegħed iwettaq xogħol ta' assistent personali fuq inizjattivi ġodda.", "Fost l-inizjattivi li qiegħed jaħdem fuqhom is-Sur Debono hemm il-proġett ta' l-\"Upgrading\" ta' Buġibba.", "Minħabba li dan ix-xogħol jirrikjedi li s- Sur Debono jkun ħafna barra mill-uffiċju u jattendi laqgħat \"on site\" inħass il-bżonn li s-Sur Debono jingħatalu l-użu ta' karozza u ta' \"mobile phone\".", "ATTIVITA' B'TIFKIRA LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ LI MIETU FL-1996", "2830.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-attivita' li fakkret liż-żgħażagħ li mietu fl-1996, li kienet diġa' ippjanata li ssir meta jien kelli r- responsabbilta' taż-żgħażagħ u li effettivament saret, għalkemm b'mod ridimensjonat, fid-29 ta' Novembru, 1996, jista' l-Ministru jgħid l- attivita' kemm swiet?", "Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri relattivi għas- sahra li tħallset lill-impjegati tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport b'konnessjoni ma' dik l-attivita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "2831.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-ewwel parti tat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 2495, ladarba s-Segretarju Parlamentari nassumi li kien aġġornat sewwa bil-problemi li tfaċċaw għall-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, konnessi mal-miżuri ta' sigurta' li ħadet l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, u peress li l-istess K.N.Z. kien anzjuż li jinstab Ċentru alternattiv adegwat għall-ħteġijiet ta' l-għaqdiet taż- żgħażagħ, jaqbel il-Ministru li kien aktar għaqli meta l-K.N.Z. ipprefera jistenna s-soluzzjoni msemmija qabel ma' jsiru spejjeż ta' \"maintenance\" inutli?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwel nett nixtieeq niġbed l-attenzjoni ta' l- Onorevoli Nterpellant illi l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kien għadu mhux magħruf jekk il-\"premises\" tiegħu huwiex se jibqa' St.Francis Revelin jew x'imkien ieħor, sakemm iltaqa' magħhom is-Segretarju Parlamentari Dr Cilia, u fl-ewwel laqgħa li kellu ma' l-istess Kunsill, intalab kjarifika darba għal dejjem dwar dan il-fatt.", "L-istess kjarifika issa ingħatat mill- Gvern il-ġdid.", "Din l-inċertezza ċertament ma tiġġustifikax l-atitudni tal-Onorevoli Nterpellant li meta kien Segretarju Parlamentari risponsabbli miż-Żgħażagħ hu, ħallihom fi stat t'abbandun kull forma ta' sigurta', mingħajr maintenance u nieqes minn tindif ġenerali u staff li jagħmel dan it-tindif.", "SERVIZZ PUBBLIKU - VAKANZI FIL-GRAD TA' \"ASSISTANT DIRECTORS\"", "2832.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-180 vakanza li ġew identifikati fil-grad ta' \"Assistant Directors\" fis-Settur Pubbliku, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se ssir is-sejħa għall-mili ta' dawn il-vakanzi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux korrett li ġew identifikati 180 vakanza fil- grad indikat.", "KUMITAT TAL-MILLENJU L-ĠDID", "2833.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għad-dibattitu tal-Budget mis- Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Joe Cilia, li fih huwa qabel mas- suġġeriment tiegħi, diġa' dikjarat speċifikament fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa biex jitwaqqaf il-Kumitat tal-Millenju l-Ġdid?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li s- Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, in-Nutar Cilia kien diġa' ħareġ huwa bil-ħsieb li jsir xi forma ta' kumitat biex jieħu ħsieb l-organizzazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet marbutin mal-Millenju l- Ġdid ferm qabel il-\"Budget speech\" tiegħu fil-Parlament.", "Huwa pjaċir tiegħi ninnota li l-Onorevoli Nterpellant jaqbel ma' din l- inizjattiva li ħa l-Gvern ġdid peress illi ma kien għadu ma sar xejn f'din id-direzzjoni mill-Gvern preċedenti.", "Meta jkun opportun il-pubbliku jiġi mgħarraf bl-inizjattiva l-ġdida li qed jipproponi l-Gvern ġdid.", "MATTIA PRETI - ĊELEBRAZZJONI TAT-300 SENA MILL-MEWT TIEGĦU", "2834.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir bi tkomplija għall-inizjattivi li ħa l-gvern preċedenti biex jiġu ċelebrati it-300 sena mill-mewt ta' Mattia Preti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - \"TRANSFERS\"", "2875.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li mis-17/01/97 sal-lum saru 2 transfers mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi.", "Tajjeb li wieħed jinnota li dawn iż-żewg trasferimenti saru fuq talba mill-individwi stess.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - \"TRANSFERS\"", "2876.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' \"Transfers\" li saru mis-17 ta' Jannar 1997 ġewwa id-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħi, huma hekk:-", "Mid-Dipartiment tal-Lands - xejn", "Mid-Dipartiment tax-Xoghlijiet - sebgha", "Mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika - wiehed", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - \"TRANSFERS\"", "2877.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: B'kollox seħħew 5 transfers.", "Kien hemm 3 impjegati li mill-Qorti marru Dipartimenti oħra u fil-Kummissjoni kontra l- korruzzjoni kien hemm skrivana li marret post ieħor u oħra ġiet minflokha.", "MINISTERU TAD-DJAR - \"TRANSFERS\"", "2878.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Ma saru l-ebda \"transfers\" mis-17 ta' Jannar 1997 'il hawn fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- Ministeru tiegħi.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA,KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA - \"TRANSFERS\"", "2879.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta` transfers li seħħew fid-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilta tiegħi mis-17 ta` Jannar 1997 `l hawn huwa kif ġej:", "Dipartiment tas-Sahha 2 Dipartiment tal-Kura ghall-Anzjani 2 Dipartiment ta' l-Affarijiet tal-Familja 0", "MINISTRU TAL-BIEDJA U SAJD - \"TRANSFERS\"", "2880.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17/1/97 'il hawn?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "2884.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2495 f'paragrafu 1, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa sal-lum is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ biex jipprovdi \"staff\" li jagħmel it-tindif ġenerali tal-post tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u mil-liema vot ġew meħudin l-ispejjeż konnessi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "MALTA UNIVERSITY SERVICES LTD. - PROJECT MANAGEMENT OFFICE", "2902.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Project Management Office tal-Malta University Services Ltd. għandux xi kuntratt mad-Diviżjoni tas-Saħħa biex dan jirċievi servizzi ta' project management fit-twettiq tar- \"refurbishment\" ta' l-iSptar San Luqa?", "Jekk fin-negattiv, jista' l- Ministru jikkonferma li l-Project Management Office ta' l-MUS Ltd għandu jieħu madwar Lm0.25 miljun fi spejjeż u \"fees\" mid-Diviżjoni tas-Saħħa għal servizzi li ta bejn l-1993 u l-1996 li tagħhom għadu ma tħallas l-ebda lira?", "Jista' l-Ministru jgħid fil-fatt jekk il-Project Management Office għadx għandu uffiċċju u x'sehem għandu fil-programm ta' \"refurbishment\" ta' l-iSptar San Luqa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "UNIVERSITA' - ENTRATURA", "2903.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-entratura li twassal għall-Universita' s-sena l-oħra kenitx bdiet tinbena mingħajr il-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' l-Ministru jgħid min iddisinja din l-entratura, xi flus tħallsu biex sar dan id-disinn, kif ukoll igħid x'inhi l-istima biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa li jonqos fuq din l-entratura?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll b'mod dettaljat x'intnefaq fuq xogħlijiet ċivili ta' kostruzzjoni bejn l-1 ta' Jannar 1995 u l-aħħar ta' Novembru 1996 u lil min tħallsu l-pagamenti relattivi fuq din l- entratura?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "UNIVERSITA' - ĦLASIJIET MILL-VOT KAPITALI", "2904.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti b'mod dettaljat x'kienu l- ħlasijiet li saru mill-Vot Kapitali ta' l-Universita' bejn l-1 ta' Jannar ta' l-1996 u l-aħħar Novembru ta' l-1996, lil min saru, fuq liema proġetti u kif dawn il-ħlasijiet li saru li qed tintalab \"breakdown\" tagħhom jirrelataw ma' \"tenders\" pubbliċi li kienu pubblikati mill-Universita' jew mid-Dipartiment tal-Kuntratti?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhu l- programm ta' xogħlijiet li l-Universita' triq twettaq tul l-1997 mill-Vot Kapitali tagħha u jgħid ukoll x'inhi l-istima ta' kull proġett li jrid li jitwettaq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "UNIVERSITA' - PROJECT MANAGEMENT SERVICES", "2905.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi kuntratt bejn il-Project Management Office tal-Malta University Services Ltd. u l- Universita' ta' Malta biex din ta' l-aħħar tirċievi \"project management services\"?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk fin-negattiv, jista' jgħid xi tħallas il-Project Management Office b'mod dettaljat mill-Universita' għal servizzi li ta bejn l-1 ta' Jannar 1992 u l-aħħar ta' Novembru 1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "ŻEJTUN - DAR TA' L-ANZJANI", "2906.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kif il- kumpannija Healthcare Services Ltd. tal-Vassallo Builders Group ingħatat it- tmexxija tad-Dar ta' l-Anzjani fiż-Żejtun?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-inkarigu ngħata mingħajr ebda sejħa għall-offerti?", "Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim kollu li jeżisti għat- tmexxija ta' din id-Dar fiż-Żejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-kumpanija Healthcare Services Ltd tal- Vassallo Builders Group ingħatat t-tmexxija tad-Dar ta` l-anzjani fiż- Żejtun billi sar kuntratt, fl-1994, bejn id-Dipartiment għall-kura ta` l- anzjani u l-Foundation for Medical Sciences and Services u kuntratt ieħor bejn il-Foundation for Medical Sciences and Services u l-Healthcare Services Ltd.", "Dawn il-kuntratti reġgħu ġew imġedda fil-11 t`April 1996.", "Dan l-inkarigu ngħata mingħajr ebda sejħa għall-offerti, iżda kien ġie assigurat li l-prezz lil-Gvern qegħed iħallas għal kull resident fid-dar taż-Żejtun ma jkunx għola mill-ipiża li l-Gvern qiegħed iħallas għal kull resident li qiegħed fid-Dar ta` l-Anzjani tal-Imsida.", "Kopja tal-ftehim bejn Id-Dipartiment ta` l-anzjani u l-Foundation for Medical Sciences and Services u dak bejn il-Foundation for Medical Sciences and Services u l-Healthcare Services Ltd se jitpoġġew fuq il-mejda tal- kamra, waqt il-ħin tat-tqegħid tal-karti.", "RABAT - VILLA MESSINA", "2907.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t- taħdidiet bejn il-Gvern u s-sidien ta' Villa Messina Ltd. biex il-Gvern jibda jibgħat anzjani fid-dar privata ta' Villa Messina, fir-Rabat li ċ- \"Chairman\" tal-kumpannija proprjetarja huwa Nazzareno Vassallo?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sa fejn hu magħruf ma saru l-ebda taħditiet bejn il-Gvern u s-sidien ta` Villa Messina biex il-Gvern jibda jibgħat anzjani fid-dar privata ta` Villa Messina la taħt l-amministrazzjoni ta` qabel u l- anqas taħt din l-amministrazzjoni.", "FGURA - TISWIJA TA' TOROQ", "2927.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi l-Ministru nhar il-Erbgħa, 5 ta' Frar, semma li se jsiru xogħlijiet f'toroq biswiet Triq Zabbar, Fgura, jista' jgħid għal liema toroq kien qed jirriferi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-Toroq biswiet triq Ħaż-Żabbar, Fgura li kont qed nirreferi għalihom nhar l-Erbgħa 5 ta' Frar huma dawn:- Parti minn Triq A.N. Valperga Triq Ċensu Busuttil Parti minn Triq il-Kampanella Parti minn Triq Liedna Parti minn Triq San Franġisk Parti minn Triq San Mikiel Triq il-Ġiżi Triq ir-Rihan Triq il-Qronfol Parti minn Triq San Pietru Parti minn Triq San Tumas Triq il-Ward tax-Xemx Triq l-Għollieq", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - MOVIMENT KOPERATTIVI", "2928.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi l-Ministru nhar l-Erbgħa 5 ta' Frar, faħħar il-ħidma tal-moviment koperattivi fi ħdan id-Dipartiment tal-Gvern, jista' l- Ministru jgħid x'passi ħa/se jieħu biex iħajjar ħaddiema jwaqqfu aktar koperattivi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Ministru bħalissa hu attivament jara x'jista' jsir sabiex l-effiċjenza tal-ħaddiema tiżdied permess tas-sistema tal- koperattivi.", "Għal dan il-għan qiegħed jiġi identifikat xogħol li jista' jitmexxa b'din is-sistema.", "S'issa hemm il-ħsieb li jitwaqqfu koperattivi tal-mastrudaxxi u ta' l-indafa ta' l-uffiċji, sabiex inħajjru l-ħaddiema għal din is-sistema irridu nipprovdulhom ix-xogħol u l-materjali u l- \"equipment\" li jkollhom bżonn fil-ħidma tagħhom.", "IMPJIEGI - KONDIZZJONIJIET TA' XOGĦOL", "2929.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jagħmel konsultazzjonijiet mal- partijiet soċjali dwar liġi ġdida dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol, la din il-liġi hija lesta u jonqos biss li jsiru dawn il-konsultazzjonijiet?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Onor.", "Membru qiegħed jirreferi għall-abbozz li kien tħejja fis-sena 1994 mill-amministrazzjoni ta` qabel u li għal xi raġuni li huwa stess qiegħed f`qagħda tajba li jkun jaf, la tressaq fil-Parlament u lanqas ma saru konsultazzjonijiet dwaru ma` partijiet interessati.", "Qed nistudja xi strateġija għandha tiġi adottata biex il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema jkomplu jitjiebu sa ma jilħqu l-livelli kontemplati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom l-ILO u s-`Social Charter`, fuq `time scale` rejalistiku li jirrispetta l-esiġenzi ta` dan il-pajjiż tagħna.", "Konsultazzjonijiet iridu jsiru mal-partijiet interessati dwar dan l-`action plan` u dwar it-twettiq tiegħu.", "Qabel xejn, iżda qabbadt Kummissjoni biex tagħmilli rapport dwar id-Dipartiment tax-Xogħol li dawn l- aħħar snin tħalla jitfarrak.", "Billi, fl-aħħar mill-aħħar, dan id- Dipartiment għandu responsabbilta` li jara li titwettaq kull miżura li tittieħed, huwa essenzjali li jissaħħaħ mill-aktar fis.", "PERITI TAL-GVERN", "2939.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2527 u r-risposta relattiva, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet (inkluż dak tat- Toroq) se jibqa' miexi bil-\"policy\" li jikkummissjona xogħlijiet u proġetti lill-periti jew kumpanniji ta' periti privati, fid-dawl tan-nuqqas ta' periti maċ-ċivil?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Meta jkun hemm bżonn li xogħol jiġi ikkummissjonat lill-Periti Privati, dan isir.", "SPTAR SAN LUQA - \"NURSING AIDES\"", "2940.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħata jew se jingħata lil numru ta' \"nursing aides\" li ġew ingaġġati fl- Isptar San Luqa dan l-aħħar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dan il-Group tan-Nursing Aides bdew il-kors fit- 2 ta` Settembru 1996.", "Dawn ġew allokati f`diversi swali u sptarijiet inkluż.", "L-Isptar San Luqa L-Isptar Boffa L-Isptar San Vinċenz L-Isptar Monte Karmeli", "F` dan iż-żmien ġew segwiti minn għalliema f` dan il-kors, fejn sarulhom rapporti kliniċi.", "It-tieni parti tal-kors ser titratta it-Teorija tal-kors li ser tibda nhar it-Tlieta 11 ta` Frar 1997.", "Is-suġġetti prinċipali li jaqgħu f`din il- parti tal-kors huma:", "Assistenza fil-kura akuta Ġerjatrija", "Assistenza fil-kura tal-omm u t-tarbija", "Assistenza fil-kura mentali.", "PEMBROKE - PJAN TA' AZZJONI", "2959.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 80, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill- Kamra jekk fil-fatt kienx hemm bidla fil-pożizzjoni li ħadu l-aġenziji governattivi għar-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Pembroke?", "Jekk fl- affermattiv, fiex tikkonsisti preċiżament din il-bidla u x'inhi l- pożizzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Wara li saru numru ta' laqgħat ma' Ministeri u Aġenziji governattivi dwar il-Pjan ta' Azzjoni għal Pembroke fid-dawl tal- bidla fil-Gvern, l-Awtotita' ta' l-Ippjanar qiegħda bħalissa tistenna l- konferma tal-pożizzjoni formali li ser tiġi adottata minn dawn l-istess Ministeri u aġenziji governattivi, li mistennija tittieħed fid-dawl ta' l- eżiġenzi soċjali, kummerċjali u ambjentali ta' din l-area.", "AUBERGE D'ITALIE", "2960.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal ix-xogħol fuq il-bdil ta' Auberge d'Italie biex tintuża bħala Ministeru, u x'\"time frames\" preċiżi beħsiebu jimxi bihom il-Gvern preżenti f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fuq l-Auberge d'Italie għadu fl- istadji inizjali tiegħu.", "Sa issa saru laqgħat mal-klijent, (Il-Ministeru tat-Turiżmu), biex jiġi stabbilit \"brief\" tal-proġett.", "L-istadju li jmiss jinvolvi t-tħejjija ta' proposti mill-Perit assenjat mill-proġett.", "SANT'ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "2961.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern preżenti ħax deċiżjoni konkreta fuq l-Impjant tar-Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin sabiex ikun assigurat li jkun jista' jitħaddem mingħajr inkonvenjent għar-residenti ta' Wied il-Għajn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Gvern bħalissa għandu għall-kunsiderazzjoni tiegħu numru ta' proposti kif din il-problema tista tiġi ffaċċjata.", "Peress li din id-deċiżjoni trid tkun waħda serja u effettiva, u mhux għal ftit ta' żmien biss, il-Gvern iħoss li bla ma jkaxkar bla bżonn, irid jittieħed iż-żmien kollu meħtieġ biex tittieħed din id-deċiżjoni.", "TAQSIMA XOGĦLIJIET - DIPARTIMENT TAL-MANIFATTURA U SERVIZZI", "2962.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min qiegħed imexxi l-\"Manufacturing and Services Department fi ħdan it- Taqsima Xogħlijiet u jekk min qed imexxi ngħatax il-ħatra ta' Direttur għal dan l-iskop u xi proċedura ntużat f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi bħalissa qiegħed jitmexxa mis-Sur Anġlu Żahra, bniedem li għandu esperjenza kbira f'dan is-settur.", "L-ebda persuna s'issa ma ngħatat il-ħatra ta' Direttur f'dan id-dipartiment.", "BUILDING INDUSTRY CONSULTATIVE COMMITTEE - SUR MARTIN DEBONO", "2963.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2538 u r-risposta relattiva, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- remunerazzjoni li qed jingħata s-Sur Martin Debono u x'faċilitajiet oħra għandu, bħal karozza, eċċ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2782.", "(Seduta nru 28).", "VETTURI - TESTIJIET FUQ L-\"EXHAUST\"", "2964.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il \"test\" sar fuq il-kwalita' ta' l-\"exhaust\" minn vetturi xahar b'xahar minn Novembru 1996 sal-lum?", "Fuq liema tip ta' vetturi saru dawn it-testijiet, per eżempju, trakkijiet, \"coaches\", karozzi tal-linja, karozzi privati, eċċ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-pulizija ma tagħmilx testijiet fuq vetturi dwar il-kwalita' ta' dħaħen li joħorġu mill-exhaust.", "GĦAWDEX - ART FIL-QALA", "2965.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2571 u r-risposta relattiva, jista' l-Ministru jgħid x'qies fiha (f'metri kwadri) l-biċċa art li ġiet identifikata fil-Qala, Għawdex mill-avukat ta' l-Onor.", "Dom Mintoff?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni EneMalta m`għandhiex dettalji tal- qies li fiha l-biċċa art li ġiet identifikata fil-Qala, Għawdex, mill- avukat ta` l-Onor.", "Dom Mintoff.", "Dan minħabba li preżentement it- trattazzjonijiet għadhom qed isiru mad-Dipartiment ta` l-Art.", "ŻABBAR - TRIQ SAN ĠUŻEPP - TISWIJA", "2983.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rranġata t-triq (almenu l-wiċċ) sekondarja li minn Triq San Ġużepp, f'Ħaż- Żabbar twassal għaż-Żejtun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - ĦLAS TA' LIĊENZJI TAL-KAĊĊA", "2995.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex fl-għases tal-Pulizija mhux qed ikun aċċettat il-ħlas biex jiġu mġedda:- a) il-liċenzji tan-nassaba u l-kaċċaturi; b) il-liċenzji ta' l-arma (kemm \"to keep\" u kemm \"to carry\")?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PATATA - IMPORTAZZJONI", "3006.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-patata mportata f'pajjiżi Ewropej minn Malta fil-perjodu 1972-1986 kenitx suġġetta għall-ħlas ta' \"levy\" fil- pajjiż li kien jimporta l-istess patata, u jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur (%) ta' l-istess \"levy\"?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien infurmat li l-patata ta' Malta esportata lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja qatt ma kienet suġġetta għal-ħlas ta'levy iżda ta'dazju li ġie mnaqqas gradwalment matul iż-żmien.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - SKOLA PRIMARJA", "3008.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-estensjoni fil-bini ta' l-iSkola Primarja ta' Sannat, Għawdex li kellha tipprovdi iktar spazju ta' kmamar għall-klassijiet, hijiex se ssir jew le?", "Jekk le, x'żamm lura x- xogħlijiet meħtieġa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "SERVIZZ TAL-CATAMARAN", "3009.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-istqarrija tad-DOI 2214 ta' l-20 ta' Diċembru, 1996, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-istudju li sar biex jiġi kkonfermat li s-servizz tal-Catamaran jieqaf fix-Xatt ta' Ta' Sliema?", "Min kien involut f'dan l-istudju?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ma nistgħax nifhem x'relazzjoni hemm bejn l- istqarrija tad-DOI numru 2214 ta' l-20 ta' Diċembru 1996 u s-servizz tal- Catamaran.", "GĦAWDEX - KUNSILLI LOKALI", "3010.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus mogħti mill- Gvern Ċentrali lil kull kunsill lokali f'Għawdex għall-1994/95; għall- 1995/96; għall-1996/97 u kemm għall-1997/98?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti t-tagħrif mitlub", "MIA - ĦADDIEMA FI GRADI INDUSTRIJALI", "3012.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema fi gradi industrijali li huma mpjegati ta' l-MIA?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li l-M.I.A. għandha 3 Skilled Labourers, 23 Impjegat Tekniku, 7 Apprendisti, 44 Airport Attendant u 4 Shift Leaders li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala ħaddiema ndustrijali mpjegati magħha.", "KUNSILLI LOKALI - FGURA", "3013.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal- Fgura issottomettiex applikazzjoni għal xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar, Fgura u jekk din intefgħet, fiex wasal l-aġġudikazzjoni ta' dan il-permess?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Kunsill Lokali huwa korp statutorju ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta, għaldaqstant informazzjoni bħal din għandha tintalab minn għand il-Kunsill Lokali konċernat.", "PA - XOGĦLIJIET F'BUĠIBBA", "3014.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet saru lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax- xogħlijiet proposti għal tiġdid ta' Buġibba u x'numru ta' applikazzjoni għandhom u kif inhi mqassma l-istima tax-xogħlijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "SANTA LUĊIJA - \"GARDEN DRIVE\" - AKKWIST TA' ART", "3015.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2733 li oriġinarjament saret lill-Ministru tad-Djar u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid jekk itteħdux passi biex il- Gvern jakkwista l-art f'\"Garden Drive\", Santa Luċija, fejn hemm mibnija diversi blokkijiet ta' \"flats\" sabiex imbagħad l-inkwilini ta' dawn il- \"flats\" ikunu jistgħu jakkwistaw il-fondi li qegħdin għandhom b'kera?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-art li fuqha nbnew il-blokki Numru 1, 3 u 6 ġiet kollha trasferita lil Gvern u għalhekk il-flats li hemm ġewwa dawn il- blokki jistgħu jinxtraw.", "Dwar il-blokki l-oħra qed isiru l-proċeduri relattivi biex kemm jista' jkun malajr l-art tgħaddi għand il-Gvern.", "MDC - DR MARIO VELLA", "3016.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l- Ministru jgħid kif Dr. Mario Vella nħatar Coordination Planning and Policy fil-Korporazzjoni Maltija ta' Żvilupp u minn meta, u jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jingħata xi kariga oħra fl-istess korporazzjoni?", "Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn il- Korporazzjoni Maltija ta' Żvilupp u Dr. Mario Vella li bis-saħħa tiegħu Dr. Vella ġie maħtur Coordination Planning and Policy?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dr. Mario Vella nħatar Coordinator Planning and Policy minn Anthony Diacono, Chairman tal-Korporazzjoni Maltija ta' l- Iżvilupp.", "Il-ħatra tiegħu saret wara konsultazzjonijiet mal-konsulent ewlieni tat-team Ramboll u wara rakkomandazzjoni tiegħi bħala Ministru ta' l-Industrija.", "Il-ħatra tiegħu saret b'effett mill-1 ta' Novembru 1996 u hija soġġetta għar-ratifika mill-Bord tad-Diretturi skond il-kuntratt li qiegħed jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Il- kuntratt, inkluż ir-remunerazzjoni, ġie sostanzjalment ibbażat fuq dak taċ- Chief Executive liema post huwa preżentement okkupat miċ-Chairman.", "Fil- fatt Anthony Diacono informani li wara li jiskadi il-kuntratt tiegħu ta' Chief Executive f'Marzu 1997 jixtieq li ma jibqax jokkupa aktar din il- kariga sabiex jiddedika aktar ħin għal xogħol privat tiegħu fl-industrija u l-kummerċ.", "Dwar jekk hemmx xi ħsieb li Dr. Mario Vella jingħatax kariga oħra fl-istess Korporazzjoni kif diġa' intqal il-pożizzjoni bħala Coordinator Planning and Policy hija soġġetta għar-ratifika tal-Bord, liema Bord għandu wkoll jikkonsidra jekk id-doveri ta' l-istess għandhomx jiġu amalgamati ma' dawk ta' Chief Executive.", "UNJONI EWROPEA - SĦUBIJA TA' MALTA", "3017.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li s-Sinjura Maren Guenther, Tuni Viċi President tal-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, ikkritikat id-deċiżjoni tal-Gvern Laburista Malti li jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta għas- sħubija fl-Unjoni Ewropea u li, skond hi, r-riżultati ta' l-elezzjoni li għaddiet ta' Malta ma jistgħux jiġu nterpretati bħala espressjoni ċara li l- poplu Malti rriġetta l-addizzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - MEMBRI TAS-SEGRETARJAT", "3018.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-aħħar paragrafu tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2819, tista' tingħata informazzjoni jekk - bħalma kienet il-prassi fl- amministrazzjoni preċedenti - qraba tal-Ministru jew Segretarju Parlamentari jkunux esklużi li jagħmlu parti mis-Segretarjat tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-Tweġiba hi fl-affermattiv.", "ĊENTRU TA' TAĦRIĠ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA'", "3019.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' mentali li applikaw biex jidħlu f'Ċentru ta' Taħriġ għall- Persuni b'Diżabilita' u li għadhom qegħdin jistennew tweġiba mingħand id- dipartiment u kemm huwa kkalkolat li jiżdied dan in-numru sa l-aħħar tas- sena kurrenti meta jispiċċaw adulti oħra mill-iskejjel speċjali minħabba l- eta' tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta` persuni b`diżabilita` mentali li kienu għadhom jistennew biex jidħlu f`Ċentru ta` Taħriġ, qabel il-bidla tal-Gvern kien 85.", "Dan in-numru għadu ma nbidilx.", "Huwa kalkolat li sa l-aħħar tas-sena se jispiċċaw madwar 20 adulti oħra mill-iskejjel speċjali minħabba l-eta` tagħhom.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "3020.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-Kamra kif se titqassam is- somma ta' Lm190,000 allokata lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' mill-estimi tas-sena kurrenti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SEDQA", "3021.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-Kamra kif se titqassam is- somma ta' Lm720,000 allokata lis-SEDQA fl-estimi tas-sena kurrenti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻURRIEQ/ĦAL FAR - TISWIJA TA' TRIQ", "3022.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex tiġi rranġata t-triq li tagħti miż-Żurrieq għal Ħal Far peress li din verament imtliet b'ħofor kbar matul din ix-xitwa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nfurmat li t-tiswija ta' din it-triq hija r-responsabilita' tal-Kunsill Lokali, Żurrieq.", "ĊANGA - ĦLAS TA' \"LEVY\" FUQ IMPORTAZZJONI", "3023.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset \"levy\" fuq importazzjoni ta' \"beef\", sena b'sena, fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Infakkar lill-Onorevoli Sinjur li l-levy fuq iċ- ċanga impurtata bdiet isseħħ mill-ewwel ta' Jannar 1995.", "Fis-sena 1995 il- levy li nġabret kienet ta' Lm568,505 waqt li fil-1996 din kienet ta' Lm588,860.", "PITKALIJA - TINDIF", "3024.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tindif tal-Pitkalija huwiex f'idejn il- privat u jekk fl-affermattiv:- (a) meta nħarġet u għalqet it-\"tender\" jew \"quotation\" għall-istess xogħol; (b) kemm kien in-numru ta' \"bidders\" u (ċ) kemm kien il-ħlas mitlub minn kull \"bidder\"?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirreferi l-Onor.Interpellant għar-risposta tal- Mistoqsija Nru. 1027.", "FROTT IMPORTAT - \"LEVY\"", "3025.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1981 sa l-1996 kemm tħallset \"levy\" fuq kull tip ta' frott importat f'pajjiżna?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Infakkar lill-Onorevoli Sinjur li l-levy fuq il- frott impurtat bdiet isseħħ mill-ewwel ta' Jannar 1995.", "Fis-sena 1995 il- levy li nġabret kienet ta' Lm95,804 waqt li fil-1996 din kienet ta' Lm123,131.", "MOSTA - SQAQ IL-KMAND - WIĊĊ TAL-KONKOS", "3030.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jieħu passi biex Sqaq il-Kmand li tidħol għalih minn Triq il-Kbira, fil-Mosta u li jgħaddi għar-raba' - kopja tas-site plan qed nibgħatilek under separate cover - jkun mogħti wiċċ tal-konkos biex jkun aktar aċċessibbli għal bdiewa u min juża dan l-isqaq?", "Dawn il-bdiewa lesti li jaħdmu biex dan l-isqaq jiġi mogħti wiċċ ġdid?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nfurmat li s-sqaq maghruf tal-Kmand limiti tal-Mosta qiegħed imdaħħal fil-lista ta' sqaqien tar-raba li saru talbiet biex jingħataw il-konkos.", "Iżda minħabba li qabel l-elezzjoni ġew awtorizzati xogħolijiet ħafna aktar milli kien hemm flus ivvutati għal dan il-għan, u billi dan l-isqaq ma kienx inkluż fil-lista ta' prioritajiet tal- Ministru ta' qabli, sejjer nara x' jista jsir f' dawn iċ-ċirkustanzi.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA' - \"ACCESSIBILITY UNIT\"", "3031.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti indikazzjoni tal-kompożizzjoni tal- \"Accessibility Unit\" imsemmi fl-Estimi għas-sena 1997 u jgħid jekk dan il- \"unit\" huwiex se jkun integrat fl-istruttura tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-proġett `Accessibility Unit` qiegħed indikat fl- Estimi tal-1997 taħt il-Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u għalhekk din id-domanda għandha ssir lil dan il-Ministeru.", "Nista` pero inżid ngħid li se jsiru taħdidiet bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b`Diżabilita` u l-Ministeru tax-Xogħolijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni biex isir kordinament bejniethom fuq dan il-proġett.", "ĊENTRI TA' TAĦRIĠ - SALARJI", "3032.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jispjega ż-żieda fin-nefqa tas-salarji u pagi għaċ-Ċentri ta' Taħriġ, indikat fl-estimi tas-sena kurrenti Lm311,440 li tirrappreżenta żieda ta' Lm48,728 fuq l-ispiża għas-sena 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Iż-żieda ta` Lm46,728 fin-nefqa tas-salarji u pagi għaċ-Ċentru tat-Taħriġ indikat fl-Estimi tas-sena kurrenti fuq l-ispiża għas-sena 1996 hija l-pagi ta` 21 impjegati `part-time` li jaħdmu wkoll f`dawn iċ-ċentri u li kienu jitħallsu minn voti oħrajn tad-Dipartiment għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali.", "Fil-fatt is-salarji u l-pagi tal-impjegati `full time` taċ-Ċentri kienet Lm266,840 is-sena l-oħra waqt li tħallsu Lm33,017 lill-`part-time staff`.", "Wieħed irid iżid l-ispiża ta` Lm1.5 fil-ġimgħa li tingħata lill-impjegati kollha u li titla` għal Lm8,346.", "Barra minn hekk, għad iridu joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal- postijiet ta` Kapijiet taċ-Ċentri, Assistenti Kapijiet u `Senior Care Workers` skond il-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u t-`Trade Unions`.", "\"NGO COMMITTEE\"", "3033.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk dan il-Gvern huwiex sejjer b'xi mod, ivarja t-termini ta' riferenza tal-\"NGO Committee\" jew il-kompożizzjoni ta' dan il-Kumitat, u jekk inhu possibbli, jagħti indikazzjoni ta' kif u lil min huwa maħsub li jiġu allokati l-fondi vvotati lil dan il-Kumitat fl-estimi ta' din is-sena li b'kollox jammontaw għal Lm387,000?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MSIDA - TRIQ IL-WIED - APPARTAMENTI", "3038.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid xi pjanijiet hemm rigward l-appartamenti tal-Gvern li jinsabu fi Triq il-Wied, Msida?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Għalkemm il-ħsieb huwa dak li dawn l- appartamenti jintużaw biex jakkomodaw familji effetwati mill-proġett tal- \"Msida Slum Clearence\" id-deċiżjoni finali dwar dan għad trid tittieħed.", "SKEJJEL - MANUNTENZJONI", "3039.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-iskejjel governattivi primarji u sekondarji li saret xi manutenzjoni fihom matul is- snin 1994, 1995 u 1996?", "Xi kwalita' ta' manteniment sar f'dawn l-iskejjel f'kull każ partikolari?", "Minn min sar ix-xogħol, minn kuntrattur jew mill- \"maintenance section\" tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Kemm tħallsu l- kuntratturi privati fejn japplika?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li billi l-informazzjoni meħtieġa biex tingħata risposta kompleta trid ħafna riċerka, risposta tingħata f'seduta oħra.", "MARSA SHIPBUILDING - TRAVI TA' L-INJAM/TANKIJIET", "3044.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2784 u t-tweġiba tagħha, jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod mhijiex korretta l-allegazzjoni li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant?", "Tista' tingħata informazzjoni kif fil- verita' kienu l-fatti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-allegazzjoni li għamel l-Onor Interpellant mhix korretta għax, kif ninsab infurmat, fit-3 ta' Frar, fl-ebda ħin ma tħallew joħorġu travi kbar ta' l-injam u tankijiet mill-Malta Shipbuilding.", "Ninsab infurmat ukoll li lanqas il-Harbour Master ma rċieva xi rapport simili dwar din l-allegazzjoni.", "NTOM - DIRETTORAT TA' L-EVENTS", "3045.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm ta' xogħol tad-Direttorat ta' l- Events ta' l-NTOM għas-sena li qegħdin fiha?", "Sar xi bdil minn dak li kien ipproġettat mill-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: S'issa ma sar l-ebda tibdil fil-pjan ta'azzjoni tad- Direttorat inkarigat mill-Events ta' l-NTOM.", "\"DIPLOMATIC MAIL BAGS\"", "3046.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intbagħtu \"diplomatic mail bags\" matul ix-xahar ta' Jannar, 1997:- a) minn kull waħda speċifikament ta' l-ambaxxati ta' Malta lejn il-Ministeru f'Malta; u b) mill-Ministeru lejn kull waħda speċifikament mill-ambaxxati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: NUMRU TA' BAGALJI DIPLOMATIĊI LI NĠABRU U NTBAGHTU TUL JANNAR 1997 MILL-MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT", "|AMBAXXATA |MIĠBURA |MIBGHUTA | |MALTIJA F'| | | |Bonn |1 |1 | |Canberra |1 |0 | |Kajr |4 |10 | |Londra |2 |2 | |Moska |1 |2 | |New York |1 |0 | |Pariġi |0 |2 | |Riyadh |1 |1 | |Ruma |5 |7 | |Toronto |0 |1 | |Tripli |1 |4 | |Tuneż |1 |3 | |Vjenna |0 |1 |", "AMBAXXATURI TA' MALTA", "3047.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tiegħu li, kif inhu l-każ għal diversi karigi oħra, jiffissa eta' massima (per eżempju 70, 75 jew 80 sena) għall-ambaxxaturi ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le", "AMBAXXATI MALTIN", "3048.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' kull waħda mill-ambaxxati Maltin jekk:- a) il-kanċellerija u b) ir-residenza ta' l-ambaxxatur humiex:- 1) proprjeta' tal-Gvern Malti, u f'dan il-każ meta nxtrat jew; 2) proprjeta' ta' xi istituzzjoni Maltija oħra, u f'dan il-każ, meta nxtrat; jew 3) qed jinkrew, u f'dan il-każ, x'inhi l-kera annwali ta' kull waħda minnhom, kemm fil-munita li fiha titħallas kif ukoll f'liri Maltin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f` seduta oħra.", "AMBAXXATI TA' MALTA - KONTIJIET TAT-\"TELEPHONES\"", "3049.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li f'ħafna bliet barranin il-kont tat-telefon jasal \"itemised\" awtomatikament, jew jista' faċilment jinkiseb \"itemised, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid:- a) jekk il- kontijiet tat-telefon li jitħallsu mill-ambaxxati ta' Malta (tal- kanċellerija, tar-residenza ta' l-ambaxxatur u, fejn dan hu l-każ, ta' diplomatiċi Maltin oħra) jintbagħtux \"itemised\" jew le fl-\"Accounts Report\" li jintbagħat kull xahar lill-Ministeru; u b) jekk le, jistax jesiġi fl- interess ta' kontroll aħjar u ekonomija minn fondi pubbliċi li dawn il- kontijiet jibdew jintbagħtu \"itemised\"?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena nfurmat illi erba` ambaxxati Maltin barra minn Malta (dawk ta` Brussell, Canberra, Madrid u Tuneż) jirċievu u jissottomettu flimkien mad-dokumenti tal-kontijiet lill-Uffiċċju Ċentrali Malta kontijiet dettaljati tas-servizzi tat-telefon użati minnhom, kif qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.", "Il-Ministeru tiegħi qed jistudja kemm u fejn nistgħu nestendu din il-proċedura għall-ambaxxati l-oħrajn Maltin."]} {"filename": "19970721_101d_par.doc", "date": "1997-07-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 101 It-Tnejn, 21 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 101", "It-Tnejn, 21 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "101", "It-Tnejn, 21 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 8", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 9", "AĠĠORNAMENT 33", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 38", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 100 li saret fit-18 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "4623.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-Aġent Direttur tal-Ħabs ġie rrapportat li qal li priġunieri se jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru dwar dan is-servizz?", "Dan is-servizz se jsir bi ħlas?", "Liema huma l-iskejjel li ġew magħżula sabiex għal dan ix- xogħol fil-komunita' mill-priġunieri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Xogħol li jagħmlu priġunieri huwa regolat minn artiklu 29 tar-Regolamenti tal-Ħabs 1995.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li ma jistgħux jingħataw dettalji dwar kif u meta jingħata dan ix-xogħol għal raġunijiet ta' sigurta'.", "Il-ministeru ta' l-edukazzjoni qed joqgħod attent li persuni b'record kriminali ma jkunux fl-iskejjel f'kuntatt mat-tfal.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Ministru jikkonferma li veru hemm il-ħsieb li l-priġunieri jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel?", "Jiena m'iniex ngħid li dan huwa xi ħsieb ħażin, anzi ngħid li huwa tajjeb u ġieli sar hekk taħt l-amministazzjoni preċedenti.", "Tkun ħaġa tajba li wieħed jieħu ċerti prekawzjonijiet billi, per eżempju, jiġu magħżula l-priġunieri li jistgħu jagħmlu ċertu xogħol u dawn ma jkunux dawk akkużati jew li ġew misjuba ħatja ta' reati ta' vjolenza.", "L-aħjar metodu naħseb li huwa li jingħata leave biex jaħdmu biss, għallinqas fl-iskejjel, dawk il-priġunieri li jkunu qed jiskontaw l-aħħar parti tas-sentenza biex b'hekk ikun hemm inqas inċentiv li wieħed jagħmel xi ħaġa li mhux suppost.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena se nara li dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant isir.", "Sadanittant, anke jekk din l-idea ġiet imsemmija, s'issa għadha ma twettqitx fil-prattika u bħalissa m'hemmx nies li huma priġunieri li qed jaħdmu fl-iskejjel.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PERFORMANCE AGREEMENT", "5034.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma dawk il- membri tas-servizz pubbliku li huma marbutin b'performance agreement u bonus?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm vacancies f'dawn il-gradi?", "Kemm minnhom ħadu grad differenti, grad grad, ta' bonus annwali?", "Hemm xi uffiċjali li qed jistennew konferma jew renewal ta' dan il-kuntratt?", "X'inhi l-proċedura biex xi wieħed minn dawn l-uffiċjali jieħu l-bonus li għandu stipulat fil-kuntratt?", "X'inhi l-proċedura biex xi ħadd minn dawn l- uffiċjali jkollu l-kuntratt imġedded jew le?", "F'liema gradi huma ntitolati għal dan il-kuntratt?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Nippresumi li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-pożizzjonijiet fis-servizz pubbliku ta' segretarju permanenti, direttur ġenerali u direttur, li min jokkupahom jinħatar fuq bażi ta' performance agreement.", "Fid-data tal-15 ta' Ġunju, 1997 kien hemm 108 uffiċjal pubbliku maħtura f'dawn il-pożizzjonijiet, erbgħa minnhom nisa.", "Kien hemm 27 pożizzjoni oħra li kienu battala, waqt li kien hemm 51 minn dawn l-uffiċjali li kien intemmilhom il-perjodu tal-performance agreement u dan għadu ma ġiex imġedded b'mod definittiv.", "Id-deċiżjoni dwar il-persentaġġ ta' performance bonus li għandhom jieħdu dawn l-uffiċjali tittieħed wara evalwazzjoni tal-ħidma tagħhom li ssir mill-uffiċjal innifsu u mis-superjur tiegħu, jiġifieri minn direttur ġenerali jew segretarju permanenti skond iċ-ċirkostanzi partikolari.", "Fil-każ tas-segretarji permanenti din l-evalwazzjoni ssir mis- Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li jistabilixxi wkoll firxa ġenerali tal-livelli tal-performance bonuses li għandhom jingħataw fis-servizz pubbliku kollu fis-sena partikolari.", "Id-deċiżjoni dwar jekk performance agreement għandux jiġġedded jew le tiddependi fuq numru ta' fatturi, inkluż ix-xewqa tal-uffiċjal konċernat, il-kwalita ta' servizz li jkun ta l-uffiċjal fis-snin ta' qabel u l-esiġenzi tas-servizz pubbliku.", "Ma naħsibx li jkun prudenti li noqgħod nagħti nformazzjoni dwar il-performance bonuses li attwalment ingħataw lil dawn l-uffiċjali fis-snin li għaddew.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "6509.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew uffiċjali mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-Islanda u fil-Logħob tal-Mediterran f'Bari?", "X'kienet il-funzjoni tagħhom f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti attenda fuq stedina kemm fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru fl-Islanda kif ukoll fil-Logħob tal-Mediterran f'Bari.", "Fiż-żjara għall- Islanda attenda s-segretarju privat ta' l-Onor.", "Cilia fil-kapacita' tiegħu.", "Għaż-żjara f'Bari, l-Onor.", "Cilia ma kien akkumpanjat mill-ebda uffiċjal mis-segretarjat tiegħu.", "Għall-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saret fil-Lussemburgu il-predeċessur ta' l-Onor.", "Cilia, l-Onor.", "Richard Muscat, kien attenda akkumpanjat mis-segretarju privat tiegħu, kif ukoll minn uffiċjal ieħor.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6881.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi f'diversi ġurnali kien hemm rapporti li juri li l- Gvern jaf kemm nefaq fuq il-proġett ta' Buġibba, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar dan is-suġġett?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar it-tenders li ħarġu u li ġew allokati għal dan il-proġett, iktar u iktar meta x-xogħol fuq uħud minn dawn ix-xogħlijiet mhux talli huma allokati talli tlestew?", "Min ħa t-tenders f'kull każ u x'kien il-valur ta' kull tender?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni) : Ix-xogħlijiet li saru fuq Buġibba huma:-", "a) embellishment tal-promenade bil-bankini, siġar, ħadid, pavimentar, balavostri ġodda u service ducts;", "b) bini ta' żewġ car parks kbar u l-irranġar ta' diversi areas oħrajn għall-parking;", "c) bini ta' żewġ latrini pubbliċi ġodda;", "d) bini ta' uffiċċju tal-lottu ġdid;", "e) kisja ġdida lill-wiċċ tal-moll u l-irranġar ta' l-aċċess għad- dgħajjes;", "f) xogħol ta' bankini ġodda pavimentati u tarmac ġdid f'diversi toroq;", "g) tindif ta' materjal żejjed lejn it-Trunċiera;", "h) junction ġdida u xogħlijiet oħra f'Pioneer Road;", "i) tibdil u żieda ta' servizzi kull fejn kien meħtieġ inklużi rainwater culverts f'Bay Street;", "j) estensjoni ta' Bay Square, li kienet tinkludi l-bini u t-twaqqigħ mill- ġdid ta' disa' boat-houses u bini ta' sittax-il belvedere fuq il-promenade;", "k) embellishment ta' Bay Square li kien jinvolvi tibdil ta' servizzi, diversi servizzi ġodda anke biex tittaffa l-problema ta' l-ilma tax-xita, sodda ġdida għat-triq, pavimentar, funtana, pergolas, twaħħil ta' siġar, fanali u bollards; u", "l) street markings u arbli tad-dawl ġodda li saru mill-Enemalta.", "Lista tat-tenders u direct orders li nħarġu fuq il-proġett ta' Buġibba qiegħda tinġabar u tingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 6491.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, kieku l-Ministru kien qiegħed jirrispondi din il-mistoqsija waqt xi eżami kien jieħu 50% għax il-parti fejn ġie mistoqsi kemm kien il-valur tat-tenders ma rrispondix għaliha.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk għandux risposta għal din il-parti tad- domanda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, infakkar lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif tlesta l-proġett, fl-4 ta' Ġunju, 1997 uffiċjalment ippubblikajna lista tat-tenders kollha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, jista' l-Ministru jinforma lil dan il- Parlament kemm kienet in-nefqa nvoluta f'dan il-proġett għax, jingħad x'jingħad fil-gazzetti u fil-press conferences, dan il-Parlament għandu dritt jistaqsi għal ċerta informazzjoni daqs kemm għandhom il-ġurnalisti?", "F'din il-mistoqsija ċerti dettalji ngħataw, anke liema boat houses twaqqgħu, imbagħad l-iktar ħaġa sempliċi, informazzjoni dwar kemm kienet in- nefqa ma rrispondix għaliha.", "Jiena nħoss li din l-informazzjoni kellha tingħata f'dan il-Parlament, b'risposta għal din il-mistoqsija parlamentari.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza, għax hu kien ministru wkoll, li meta tiġi biex tagħti ċifri preċiżi ta' kemm qamu l- affarijiet l-ewwel iridu jitkejlu x-xogħlijiet kollha li jkunu saru.", "Bħalissa għaddej il-proċess tal-kejl tax-xogħol li sar u li ngħata b'tender u meta jiġi ffinalizzat il-kejl wieħed ikun jista' jgħid kemm kienet in- nefqa b'mod preċiż ħafna.", "Pero' fil-mument għadu mhux possibbli li tgħid b'mod preċiż kemm kienet in-nefqa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, il-Ministru ma jistax jgħid kemm kienet din in-nefqa bejn wieħed u ieħor?", "Jiena naħseb li f'moħħu għandu xi ċifra ta' kemm qam dan ix-xogħol.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, nippreferi li nistenna l-kejl tax- xogħlijiet jitlesta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena napprezza li l-ħlas finali jrid isir wara li effetivament isir il-kejl tax-xogħlijiet, imma għalkemm naf li jista' jkun hemm xi aġġustament 'il fuq jew 'l isfel fil-ħlas finali, wieħed xorta waħda jista' joħroġ il-valur tat-tender.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-valur tat-tenders mogħtija, jekk niftakar sew, kien xi ħaġa 'l fuq minn Lm1.5miljun.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "6918.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tibdiliet seħħew - jew għad iridu jseħħu - fil-pjanta tal-junction bejn Triq il-Pijunieri u l- Coast Road fil-junction ta' Buġibba?", "X'wassal għal dan it-tibdil?", "X'se jkun ir-riżultat ta' dan it-tibdil?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tibdiliet li saru fuq il-pjanta oriġinali naqqsu l-impatt illi l-proġett kellu fuq l-art u s-siġar.", "Bl-użu tat- traffic lights it-traffiku se jiġi kkontrollat aħjar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, f'dan il-junction partikolari, kif jaf il-Ministru u kif jafu dawk li jgħaddu minn dawn l-inħawi, hemm bankini li nksew biċ-ċangaturi u hemm bankini oħra li nksew bil-konkos.", "Ġaladarba l- bankini f'dawn l-inħawi qed jinksew biċ-ċanġaturi, jaħsibx il-Ministru li l- bankini li nksew bil-konkos għandhom wkoll jinksew biċ-cangaturi?", "Dan qiegħed ngħidu għax dawn il-bankini jinsabu fil-parti tad-dħul ta' l-inħawi u wkoll għax, fl-opinjoni tiegħi, bankini li jinsabu fl-istess inħawi għandhom ikunu miksija bl-istess materjal.", "Barra minn hekk bankini iktar imbiegħda, bħal dik li tieħu għall-Kennedy Grove, effettivament inksew ukoll biċ-ċangaturi.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nikkonsidra s-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Interpellant.", "F'dan il-każ partikolari li nista' ngħid huwa li ma nafx għalfejn dawn il-bankini saru bil-konkos.", "Pero' f'każijiet oħrajn għamilna l-bankini bil-konkos u mhux biċ-ċangatura, bħalma sar kważi kullimkien, għar-raġuni li huma bankini li jista' jkun hemm il-bżonn li jerġgħu jinqalgħu fil-futur u allura ma kienx ikun worth it li ssir biċ-ċangatura.", "Ma nafx jekk f'dan il-każ li semma l-Onor.", "Interpellant sarx hekk minħabba din ir-raġuni, pero' niċċekkja jekk hux hekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, issa se mmur ftit 'il bogħod mill- junction ta' Buġibba u se nistqsi xi ħaġa dwar ir-roundabout tax-Xemxija.", "Jekk wieħed jara l-impatt ta' din ir-roundabout, malajr jinduna li qed ikun hemm traffic jams enormi min-naħa tal-Mellieħa għax-Xemxija.", "Peress li diġa' sar ħafna xogħol li fl-opinjoni tiegħi jrid jinqala' għax qed jikkaġuna ħafna traffic jams, jikkonsidrax il-Ministru li jwaqqaf ix-xogħol li għaddej bħalissa jew inkella jbiddel dak li qed isir?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inti qed tgħid għal dik ta' quddiem il-Mistra Village?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, għal dik qed ngħid.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dik hija roundabout li ma saritx mill-Gvern.", "Din ir-roundabout kien intalab permess għaliha mill-owners tal-Mistra Village, għamlu applikazzjoni lit-traffic control board, ħareġ il-permess mingħajr ma ġie riferut lir-Roads Department u aħna sirna nafu biha wara li saret.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nieħu l-kelma tal-Ministru li veru saret min- nies li qed isemmi pero' naħseb li l-ministeru responsabbli mit-toroq xorta waħda għandu jagħmel l-intervent tiegħu biex ix-xogħol li sar jiġi rranġat b'mod li ma jikkawżax dawn it-traffic jams enormi.", "Nhar is-Sibt fin-12.30 a.m., meta suppost ma jkunx hemm traffiku għaddej, il-queue tal-karrozzi kien iwassal sal-Mellieħa, aħseb u ara xi traffiku se jkun hemm f'ħinijiet fejn it-traffiku ikun ferm ikbar!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Interpellant u rrid ngħid li l-ewwel darba li sirna nafu biha ...", "(Interruzzjonijiet) Kienet bdiet tinbena b'kurduna ta' għaxar pulzieri 'l fuq mit-triq u kien biss bl-intervent tad-Dipartiment tat-Toroq li saret kurduna vera baxxa biex il-karozzi jkunu jistgħu jgħaddu minn fuqha wkoll.", "Jidher ċar li meta saret dik ir-roundabout u meta ħareġ il-permess għaliha mit-traffic control board ma kienx sar biżżejjed studju u aħna, bħala gvern ċentrali, qegħdin naraw x'nistgħu nagħmlu sabiex il-problemi reali li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant jiġi ndirizzati.", "FINANZI: INVESTIMENTI U DEPOŻITI", "7025.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Josef Bonnici) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru.5480, jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sors ta' din l- informazzjoni u jistax jipprovdi l-informazzjoni mogħtija b'mod gross u mhux biss nett, kemm għal private direct investment kif ukoll għal private financial investment?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-figuri kif mitluba.", "Is-sorsi għal din l- informazzjoni huma surveys regolari magħmula mis-sezzjoni tal-bilanċ tal- pagamenti lill-entijiet kollha li għandhom transazzjonijiet ma' barra minn Malta.", "Sorsi oħrajn huma d-Dipartiment tal-Finanzi, minn fejn niġbru informazzjoni dwar il-loans tal-gvern, u l-Bank Ċentrali li jfornina bl- ammont ta' depożiti li jsiru mal-banek minn persuni mhux residenti hawn Malta.", "FORZI ARMATI - AIR SEARCHES", "7146.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rikjesti għal air searches mill-Air Squadron ta' l-AFM is-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' operazzjonijiet ta' salvataġġ li wettqu l- helicopters ta' l-Armata s-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm ġew salvati nies is-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' pazjenti ttrasportati mill-Isptar ta' Għawdex is-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): It-tagħrif mitlub qiegħed jingħata hawn taħt għas-sena 1996, kif ukoll sal-14 ta' Lulju ta' din is- sena:", "| |1996|1997| |Talbiet ghal air | 74| 22| |searches | | | |Ghadd ta' | 16| 15| |operazzjonijiet ta' | | | |salvatagg | | | |Ghadd ta' nies li | 19| 18| |gew salvati | | | |Ghadd ta' pazjenti | 61| 22| |trasportati | | | |mill-Isptar ta' | | | |Ghawdex | | | |Trasport ta' | 38| 9| |plasma/demm | | |", "POSTIJIET STORIĊI - ŻJAJJAR", "7282.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in- numru ta' persuni li żaru siti storiċi li għandna f'Malta u Għawdex fl- ewwel sitt xhur ta' l-1997?", "Fejn tinżamm tali statistika?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex qed ikun hemm xi miżuri speċjali biex aktar persuni jżuru dawn il-postijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Matul l-ewwel nofs ta' l-1997 in-numru ta' persuni li żaru kull xahar siti storiċi f'Malta u Għawdex kien 549,306.", "Dawn kienu mqassma kif ġej:", "|Jannar | 37,001| |Frar | 50,359| |Marzu |101,065 | |April |147,678 | |Mejju |149,235 | |Gunju | 63,968|", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, id-Dipartiment tal-Mużewijiet qed jikkolabora mal-ministeru tat-turiżmu fl-istampar ta' fuljetti pubbliċitarji.", "Dan bl-iskop li jiżdied in-numru ta' persuni li jżuru l- mużewijiet u siti storiċi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li hemm ċerti siti storiċi u anke mużewijiet li ftit li xejn iżuruhom nies u minħabba f'hekk biex iżżommhom miftuħin tinvolvi spiża kbira mill-fondi pubbliċi, ikunx aħjar li wieħed iqassam aħjar il-ftuħ u l-għeluq ta' dawn is-siti storiċi u mużewijiet biex forsi tikber xi ftit il-konkorrenza u fl-istess ħin l-mezzi finanzjarji addizzjonali jmorru speċifikament għal dawk is-siti u mużewijiet li fihom imorru l-iktar nies?", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija dwar il-mużew ta' l-istorja politika.", "Dan il- mużew kien proprju ngħalaq minħabba li kienu jżuruh inqas minn persuna waħda kuljum.", "Billi dan kien f'post fejn wieħed isibha diffiċli biex jasal għalih, jista' jkun li mhux minħabba n-nuqqas ta' interess fil-politika ma kenux imorru jżuruh in-nies imma minħabba li kien diffiċli li tasal għalih.", "Jikkonsidrax il-Ministru li dan il-mużew ta' l-istorja politika jerġa' jitwaqqaf?", "F'każ li jerġa' jitwaqqaf tkun ħaġa tajba li dan ikun f'post differenti u, biex żgur ma jkunx hemm akkużi reċiproċi, ikun hemm kumitat rappreżentattiv miż-żewġ naħat tal-Kamra u minn storiċi li jkunu jistgħu jagħtu interpretazzjoni oġġettiva u matura ta' l-isorja politika Maltija ta' dawn l-aħħar żmenijiet.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwel parti tal-mistoqsija ma tantx fhimtha tajjeb.", "Inti ridt tfisser li l-ħinijiet tal-ftuħ ta' dawn il-mużewijiet jistgħu jkunu differenti minn kif inhuma llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena kont qed ngħid anke għall-ġranet - jekk ma tantx imorru jżuruhom m'hemmx bżonn li jiftħu kuljum - għax tliet darbiet fil- ġimgħa naħseb li jkunu biżżejjed u wieħed ikun jista' jikkonċentra aħjar fuq postijiet oħra.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena naħseb li f'dan il-qasam għandna bżonn rethinking totali.", "L-ewwelnett, mingħajr ma ngħid ħafna kliem żejjed, għandi dubju kemm dawn iċ-ċifri huma preċiżi, fis-sens jekk hux veru li l- gvern jiġbor il-flus kollha ta' dawk li jħallsu biex jidħlu.", "Mingħajr ma nitfa' dell fuq ħadd, nissuspetta li hemm iktar li ma jħallsux milli li jħallsu.", "Irridu naraw iktar bis-serjeta' li jkun hemm preżentazzjoni aħjar tal-mużewijiet, ikun hemm iċċekkjar aħjar, jekk hemm bżonn anke b'mezzi elettroniċi.", "Pero' l-aspett uman qatt ma tista' tinsih, ħalli naraw li d- dħul mill-ħlas ta' dawk li jmorru jżuru lil dawn il-postijiet imur fejn għandu jmur biex jerġa' jintuża f'dawn l-oqsma.", "Imbagħad rridu naraw mhux biss il-jiem tal-ftuħ imma anke il-ħinijiet għax ħafna drabi nispiċċaw li dawn il-postijiet ikunu miftuħin fil-ħin li n-nies ma jkunux jistgħu jmorru jarawhom u fil-ħin li n-nies ikunu jridu jmorru jarawhom ma jkunux miftuħin u naħseb li dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid kif qed tintuża t- teknoloġija biex dawn is-siti jieħdu sura aħjar?", "Meta wieħed jara li x- xemx qed tkun problema anke għat-turiżmu minħabba l-effett tar-raġġi fuq is- saħħa tal-bniedem, u peress li l-Gvern jixtieq li t-turiżmu jkun iktar up- market, jista' l-Ministru jgħid kif it-teknoloġija lil dawn is-siti storiċi qed tgħinhom aħjar?", "Kien hemm anke ittra f' \"The Sunday Times\" tal-ġimgħa l-oħra dwar dan.", "Din kienet ittra negattiva ħafna iżda sfortunatament kien fiha ħafna verita'.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'dik l-ittra l-unika ħaġa li ma semmiex il- kittieb kienet min waqqa' t-Teatru Rjal.", "Qal li ra ħafna shabbiness fil- pajjiż - u ħafna drabi għandu raġun - imma kumbinazzjoni ma semmiex li kienu bombi Ġermanizi li ġabu l-post trab.", "Pero' kellu ħafna raġun u m'għandniex noqogħdu nieħdu għalina fejn ikollna tort.", "Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm proġett u pjani ambizzjużi ħafna u hemm ħafna affarijiet validi li wieħed irid ikompli jaħdem fuqhom.", "Per eżempju, il-Hypogeum se jkun l-aktar sit hi-tech li għandna.", "Il-kwestjoni se tkun kif se jitmexxa għax jekk tpoġġi nies b'ċerti abbiltajiet u b'ċerti drawwiet imexxu xi ħaġa kif kienet titmexxa qabel, anke jekk tagħtihom it-teknoloġija ġdida, ma nkunux qed nieħdu l- vantaġġi u l-benefiċċji kollha li din tipprovdi.", "Hemm pjani li kienu mħejjijin tajjeb mill-amministrazzjoni preċedenti u se nkomplu nimxu fuqhom.", "Irridu wkoll nagħmlu sforzi kbar għax li qed jiġrilna issa huwa li minbarra li għandna ħafna siti li huma ppreżentati b'mod fqir, fl-iskejjel diġa' qed jasal software sabiħ dwar siti storiċi f'pajjiżi oħra u allura qed nispiċċaw li l-istudenti tagħna stess bil-qiegħda fil-klassi tagħhom jistgħu jduru l-Louvre u l-piramidi ta' l-Eġittu u għalihom dawk l- affarijiet antiki huma assoċjati ma' xi ħaġa moderna u ġdida.", "Jekk mhux se nagħmlu software edukattiv dwar il-heritage tagħna - sintendi dejjem jibqa' l-bżonn li jżuruhom fiżikament - se nkunu qed nitilfu kemm internazzjonalment kif ukoll lokalment.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru għadu kemm semma l-Hypogeum, jista' jgħidilna jekk għadx baqa' xogħol xi jsir f'dan is-sit u bejn wieħed u ieħor meta se jkun miftuħ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Lili dejjem jgħiduli li teknikament dak huwa sit diffiċli ħafna u x-xogħol li kien qed isir, sa ċertu punt, kien ukoll learning experience.", "Kien hemm ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-esperti tal- UNESCO ta' x'kien hemm bżonn isir biex dak is-sit jiġi salvat u riabilitat u sar ħafna xogħol tajjeb, imma waħda mill-problemi hija li meta jkollna dawk li jissejjħu safari visits - u din irridu noqogħdu attenti minnha - ta' esperti li jiġu hawn għal tlett ijiem jew erbat ijiem jistudjaw il- post, l-istess esperti mhux dejjem ikunu f'pożizzjoni li jaraw dak li qed jirrikkmandaw x'effett se jkollu.", "Milli qalulna n-nies tekniċi jirriżulta - sintendi sa ċertu punt tkun at the mercy tat-technical espertise li jkollok - li kellhom ibiddlu anke wħud minn dawk ir-rakkmandazzjonijiet għax sabu ċerti affarijiet li ma kenux qed jistennew.", "Jien informat li sa l-aħħar tas-sajf suppost li dan is-sit għandu jinfetaħ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Refalo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Madam Speaker, jiena nieħu pjaċir nisma' lill- Ministru jgħid li se jerġa' jagħti momentum għal dak li kien qed isir fil- qasam tal-mużewijiet u allura nistaqsi jekk in vista tal-fatt li s-siti, l- istorja u l-kultura Maltija hija parti integrali u importantissima għal dak li għandu x'joffri il-pajjiż, jidhirlux il-Ministru li għandu jaħseb biex l-istruttura tar-riżorsi umani li timmanja l-mużewjiet u d-dipartiment tieħu xejra aktar outgoing u allura ma tibqax parti mid-dipartiment tal- gvern?", "MADAM SPEAKER: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qiegħed iqajjem punti importanti ħafna li żgur sajjarhom fl-esperjenza li kellu hu f'dan il- qasam.", "Naħseb qabel ma nwieġeb il-mistoqsija dwar x'tip ta' struttura għandu jkollna żgur li l-ewwel irridu nwieġbu l-mistoqsija x'tip ta' nies imħarrġa għandu jkollna.", "Jekk wieħed jara kemm l-istruttura sekondarja, kemm post-sekondarja, kif ukoll dik terzjarja jsib li m'għandniex studji u modules li għandhom x'jaqsmu ma heritage management u għalhekk hemm bżonn li ndaħħlu l-heritage studies fil-livell sekondarju u post-sekondarju u mbagħad indaħħlu heritage studies anke fl-Universita'.", "Meta niġu biex inwaqqfu l-istrutturi, jkunu x'ikunu, kemm jekk ikunu governattivi u kemm jekk ikunu aġenziji pass 'il bogħod mill-gvern, li se jkollna bżonn huwa n- nies u aktar ma nibdew malajr inħarrġu n-nies li għandna bżonn fid-diversi livelli tagħhom aktar inkunu nistgħu nagħtu risposta sodisfaċenti għal dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Madam Speaker, jiena dejjem ħassejt - u kelli xi ftit esperjenza f'dan il-qasam - li huwa ħażin li l-amministratur ikun l- akkademiku jew inkella l-akkademiku jkun ukoll responsabbli għat-tmexxija ta' l-affarijiet amministrattivi.", "Filwaqt li jiena napprezza ħafna l-punt li għamel dwar heritage management, nixtiequ jikkonsidra wkoll li l- prinċipji tal-management, sew jekk huma heritage, sew jekk huma industrial jew xi ħaġa oħra, huma fil-fatt ibbażati fuq l-istess binarji u allura ladarba wieħed ikun qiegħed jitkellem fuq dikotomija ta' responsabilitajiet, jidhirlux il-Ministru li fit-tfassil ta' dawn l- affarijiet għandu jkun hemm chain amministrattiva u chain akkademika?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, naħseb li dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant huwa fid-direzzjoni t-tajba.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Buhagiar.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' fax mibgħuta mill-Adventure Campers Association fil-5 ta' Ġunju 1997 dwar talba għal tindif ta' sit fil-Mellieħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7510.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Statistika dwar familji b'ġenitur wieħed li kienu jirċievu allowance tat-tfal għall-perijodu bejn l-1988 u l-1996, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7480; u Lista li turi l-professjonijiet u gradi tekniċi inklużi fil-kategorija \"professjonisti\" fil-lista ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7706.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li tagħti informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet li kienu saru għall-bini li se jitqassmu taħt l-Avviż Nru 60 ta' l-Awtorita' tad- Djar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7631.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "Ikompli mit-18 ta' Lulju, 1997", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, fid-diskussjoni li qed nagħmlu fuq dan l-abbozz ta' liġi huwa utli li wieħed jara għalfejn u għaliex wasalna fl-istadju li dan il-Gvern kellu bżonn iressaq din il-liġi u forsi huwa ta' min ifakkar kif saru l-affarijiet s'issa.", "Qabel ma kellna l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, il-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien irriveda l-iskemi tal-bini u rrivedihom b'mod li sal-lum aħna bqajna ma nafux fuq liema kriterji kienu ġew riveduti u fil-fatt kienu saru dawk l-iskemi.", "Kienu saru ħafna allegazzjonijiet minn naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien għall-mod ta' kif kienu saru l-affarijiet.", "Ir-reviżjoni ta' dawn l-iskemi kienet saret fl-1988 permezz ta' select committee ta' din il- Kamra, li effettivament ma kien select committtee xejn għax fil-fatt dan kien kumitat magħmul mir-rappreżentanti tal-Gvern Nazzjonalista biss.", "Il- kritika li konna għamilna aħna kienet li ma jistax ikun li f'pajjiżna nibdew nippjanaw l-iżvilupp b'mod arbitrarju jew minn xi ministru jew inkella permezz ta' select committee, kif kien ġara dak inhar.", "Kulħadd jiftakar x'kienu r-riżultati taħt dak is-select committee li kien twaqqaf mill-Gvern Nazzjonalista.", "Kien hemm postijiet fejn fuq villa sites ħarġu permessi għal ħames sulari u kien hemm fejn ħarġu permessi mingħajr ħadd ma jaf kif ħarġu u dan ftit mumenti qabel ma spiċċa s-select committee li kien twaqqaf mill-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Din kienet sitwazzjoni li żgur ma kenitx l-aħjar waħda għal pajjiżna u meta l-istess Gvern Nazzjonalista ressaq liġi f'dan il-Parlament sabiex isir pjan ta' struttura u sabiex titwaqqaf l-Awtorita' ta' l-Ippjanar aħna konna minn ta' l-ewwel li għidna li hemm bżonn li jkun hemm din it-tip ta' struttura.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra kienu qablu fuq din u t-tnejn konna għidna li hemm il- ħtieġa li jkun hemm awtorita' ta' l-ippjanar.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar twaqqfet bil-liġi madwar ħames snin ilu u f'dawn il-ħames snin ġie fis-seħħ ukoll il-pjan ta' struttura.", "Filwaqt li aħna konna qed ngħidu li naqblu mal-liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar konna għidna wkoll li kien hemm diversi aspetti tal-pjan ta' struttura li aħna, dak inhar fl-oppożizzjoni, ma konniex naqblu magħhom u nixtiequ narawhom mibdula.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha l-kompitu li tħaddem il-pjan ta' struttura u allura jekk għandek ċerti aspetti li mhux qed taqbel magħhom f'dak li hu l-pjan ta' struttura, ovvjament in-naħa ta' l- awtorita' ma tista' tagħmel xejn jekk il-pjan ta' struttura ma jinbidilx.", "Jiena nħares lejn din il-liġi li għandna quddiemna llum minn żewġ angoli.", "Inħares lejha b'mod li effettivament aħna rridu nagħmlu xi ħaġa ħalli l- pjan ta' struttura jkun rivedut u jkun jirrifletti l-politika tal-gvern tal- ġurnata; u nħares lejha wkoll bħala attentat mill-Gvern Laburista biex mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar nagħmlu awtorita' li tkun iktar effikaċi u aktar accountable f'dak li tagħmel.", "Il-kelliema tan-naħa l-oħra tal-Kamra - mhux kollha, għax kemm l-Onor.", "Ninu Zammit u kemm l-Onor.", "Michael Bonnici tkellmu b'mod kostruttiv - qalu li se mmorru lura għaż-żmien tal-PAPB u għaż-żmenijiet meta l-ministru kien jiddeċiedi kollox hu.", "Minkejja li tilfu l-elezzjoni tan-naħa l-oħra għadhom ma tgħallmux li dawn l-affarijiet ma jaħdmux f'dan il-pajjiż.", "Inutli li toqgħod tgħid li sejrin lura meta fil-fatt ma nkunux sejrin lura.", "Li noqogħdu nbeżżgħu lin-nies li l- affarijiet b'xi mod qed isiru biex indawru l-arloġġ lura meta fil-fatt is- sitwazzjoni ma tkunx hekk, din it-tip ta' propoganda ma taħdimx.", "L- elezzjoni li għaddiet iġġelduha b'dan il-mod - bdew ibeżżgħu lin-nies li se mmorru lura għaż-żmien tal-passat - tilfuha u sal-lum għadhom ma biddlux il- mod ta' kif jagħmlu l-affarijiet.", "Dik affari tagħhom u j'Alla jibqgħu jaħdmu b'din is-sistema għax nassigura lill-Kamra li nerġgħu nirbħu l- elezzjoni li jmiss.", "Fir-realta' x'qegħdin nagħmlu aħna, Madam Speaker?", "L-ewwel ħaġa li qed nipprovaw nagħmlu huwa li, meta jkun hemm bdil fil- gvern għax ikun tela' partit differenti, dan ikollu l-fakulta' li l- policies tiegħu jiġu attwati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u mhux l- awtorita' tibqa' miexja għal rasha qisu ma ġara xejn fil-pajjiż.", "Meta sar l-pjana ta' struttura aħna mill-ewwel konna indikajna li f'ċerti aspetti ma konniex naqblu miegħu.", "Kemm ilna nħaddmu l-pjan ta' struttura l-esperjenza għallmitna li hemm bżonn li ċerti affarijiet jinbidlu.", "Il-liġi tgħidlek li l-pjan ta' struttura hemm bżonn li jinbidel kull sentejn u għaddew kważi ħames snin u għadu ma nbidilx.", "Aħna qed ngħidu li ma tistax toqgħod tbiddel il-pjan ta' struttura kull sentejn u hemm bżonn li dan jinbidel kull ħames snin.", "Aħna nagħrfu wkoll il-possibilita' li jkollok bidla fil- gvern half way ta' dawk il-ħames snin u jkun hemm bżonn li dan il-pjan ta' struttura jindibel anke half way.", "Allura għax qed ngħidu li jekk ikun hemm bidla fil-gvern u l-gvern il-ġdid, li naturalment ikollu l-prijoritajiet tiegħu, ikun jista' jbiddel il-pjan ta' struttura basta jġibu għall- approvazzjoni tal-Parlament, jiġu jgħidu li qed nagħmlu xi ħaġa biex l- ippjanar isir piecemeal!", "Dan m'hu veru xejn.", "Li qed nagħmlu huwa li nagħtu l-fakulta' lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tagħraf il-policies u l- prijoritajiet tal-partit li jkun tela' fil-gvern u tgħid mela issa hemm il- Partit Laburista li tela' fil-gvern fuq aġenda soċjali u la tela' fuq aġenda soċjali hemm ċerti affarijiet li għalih huma importanti, - li forsi qabel ma kenux meqjusa daqshekk importanti - u hemm bżonn li nirrivedi l- pjan ta' struttura biex dawk li huma prijoritajiet tal-gvern tal-ġurnata neħodhom in konsiderazzjoni.", "Għax qegħdin nagħmlu hekk qed niġu kkritikati li se nagħmlu planning li huwa piecemeal!", "Jiena ma nistax nifhimha din.", "Waħda mill-affarijiet li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabet ta' xkiel għaliha kienet li fi żmien l-amministazzjoni preċedenti kienet qed taħdem in a vacuum.", "Għaliex?", "Għax peress li l-Gvern Nazzjonalista ta' dak inhar kien ħass li l-pajjiż m'għandux bżonn pjan ta' żvilupp u allura ma kienx qed jindika b'mod ċar x'għandhom ikunu l-prijoritajiet tal-pajjiż, kellna awtorita' li kienet qed taħdem in a vacuum.", "Kellna awtorita' li qed taħdem kif taħseb hi li hu l-aħjar.", "Dan ma jistax ikun.", "Fl-aħħar mill-aħħar - u naħseb li dan huwa il-qofol - wieħed irid jiddistingwi x'inhuma r-roles tal- gvern u x'inhuwa r-role ta' l-awtorita' fejn jidħol żvilupp.", "Jiena nifhem li r-role tal-gvern fejn jidħol l-iżvilupp huwa li jagħmel l-prijoritajiet tiegħu għal dak li hu żvilupp u l-awtorita' min-naħa l-oħra trid tippjanifika u tagħmel monitoring ta' l-implimentazzjonijiet ta' dawk il- prijoritajiet u tara li jekk l-affarijiet mhumiex qed isiru kif suppost tagħmel enforcement biex isiru kif suppost.", "Hekk għandha taħdem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Allura billi qed ngħidu li l-pjan ta' struttura jrid jiġi rivedut sabiex jirrifletti l-prijoritajiet tal-Gvern qed nagħmlu xi ħaġa ta' barra minn hawn!", "Qalulna li qed nagħtu fakultajiet kbar lill-ministru li għandu r- responsabbilita' ta' din l-awtorita' u li qegħdin nagħmlu planning li huwa piecemeal.", "Jiena ma nistax nifhem kif dan jista' jkun il-każ.", "Jekk, per eżempju, nieħu dak li ġie rrapportat li qal l-Onor.", "Jesmond Mugliett, insibu li qal li b'din il-liġi l-prijoritajiet se jiġu stipulati mill- gvern.", "Mhux bilfors!", "Mela l-prijoritajiet ta' l-iżvilupp fil-pajjiż mhux il-Gvern jaf x'inhuma?", "Dan x'argument hu!", "X'argument hu li niġu hawn u ngħidu li l-prijoritajiet ta' l-iżvilupp fil-pajjiż tafhom l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "X'jiġifieri!", "Il-prijoritajiet li għandha l-awtorita' huma l- prijoritajiet li għandu l-gvern u ma jistax ikun hemm prijoritajiet differenti, għax inkella nispiċċaw b'żewġ gvernijiet, kif effetivament konna spiċċajna f'dan il-pajjiż.", "Hekk konna spiċċajna, b'żewġ gvernijiet.", "Mhux qed ngħid hekk għal issa biss imma anke għal qabel għax hekk konna.", "Kellna gvern li huwa accountable għall-poplu u allura jekk l-affarijiet ma jimxux sewwa l-poplu bil-vot tiegħu jbiddel lil dak il-gvern, kif għamel fl- elezzjoni li għaddiet, u kellna awtorita' li m'hi accountable lejn ħadd.", "Hekk iriduna nibqgħu tan-naħa ta' l-oppożizzjoni, fis-sens li jkollna awtorita' li tiffissa hi x'jidhrilha f'moħħha li hu prijoritarju?", "Per eżempju, jekk għada l-awtorita' tgħid li għaliha l-iżvilupp taħt l-art huwa prijorita' u l-gvern m'għandu l-ebda ħsieb dwar dan, xi dritt għandha l- awtorita' li tgħid li din hija prijorita' u l-riżorsi tagħha tużahom b'dan il-mod?", "Aħna ma naqblux ma dan.", "Aħna ngħidu li l-awtorita' għandu jkollha l-awtonomija kollha tagħha sabiex dawk li huma prijoritajiet tal-gvern tara li jiġu mħaddma tajjeb, imma mill-banda l-oħra m'għandux ikollna żewġ gvernijiet li jiddeċiedu separatament.", "Jiena ngħid li għandu jkollna awtorita' li timxi b'mod kumplimentari ma' dawk li huma l-prijoritajiet politiċi tal-gvern tal-gurnata.", "Il-prijoritajiet tagħna huma prijoritajiet soċjali u din diġa' rajniha meta kellna l-famuż żvilupp ġewwa Pembroke.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabdet u qalet li f'Pembroke hemm area li fiha se nagħmlu business park.", "L-ewwelnett aħna ma nafux minn fejn ġiet din l-idea tal-business park.", "Aħna pprovajna ninvestigaw kif l-awtorita' ddeċidiet li se tagħmel business park x'imkien.", "Kulma sibna kien li xi darba, ma nafx kemm-il sena ilu, kien hemm kumpannija Ingliża BOVIS li kienet marret għand l-awtorita' u qaltilhom li jekk jagħtuha post fejn jibnu business park kienu se jġibu ħafna miljuni ta' liri lejn Malta.", "Fir-realta' din kienet diskussjoni li saret xi ħames snin ilu, li jfisser li l-awtorita' qattgħet ħames snin tfittex il-postijiet fejn se jsir dan il-business park.", "Fil-frattemp il- BOVIS telqet minn Malta u l-awtorita' ddeċidiet li f'Pembroke għandu jkun hemm business park.", "Din hija s-serjeta' ta' kif isiru l-affarijiet!", "Din m'hijiex serjeta'.", "Issa li seħħet bidla fil-gvern aħna qed ngħidu li l-prijorita' ta' Gvern Laburista, fost affarijiet oħrajn, huwa l-housing.", "L-aspett soċjali tal- Gvern Laburista huwa li aħna rridu nipprovdu housing li huwa affordable għan-nies ta' pajiżna.", "Meta bdejna naħdmu fuq dan il-proġett identifikajna li l-abkar medda ta' art li għandu l-Gvern li tista' tiġi żviluppata bħala belt ġdida qiegħda f'Pembroke.", "Allura aħna għidna li, minflok il-business park li kien hemm ipproġettat li jsir, aħjar nagħmlu dan il-proġett tal- housing u hawnhekk iltqajna ma' l-ewwel diffikultajiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u sal-lum għadna ma solvejnihomx, għax għad irid isir il-proċess tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni u l-affarijiet l-oħra kollha.", "Li rrid ngħid jien huwa: B'liema dritt jiġi xi ħadd lill-Gvern jimponilu l- prijoritajiet tiegħu?", "Ma nistax nifhimha din.", "Safejn naf jien fil-pajjiż għandna sistema demokratika fejn in-nies jivvotaw fuq programm elettorali u allura dawn bir-raġun jippretendu li dawk il-prijoritajiet li vvotaw għalihom jseħħu u mhux jiġri bil-kontra u tiġi xi awtorita' u tiffissa hi l- prijoritajiet.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li rridu nifhmu hija li wieħed irid jirregola b'mod ċar x'inhu r-rwol tal-gvern u x'inhu r-rwol ta' l-awtorita'.", "Dak hu li qed nagħmlu b'dawn l-emendi li ġibna quddiem dan il-Parlament.", "Aħna qed nipprovaw niddefinixxu x'inhi r-rwol ta' l-awtorita' u x'inhu dak tal- gvern.", "Fl-opinjoni tagħna r-rwol tal-gvern huwa li jissettja prijoritajiet ta' żvilupp u dawn il-prijoritajiet għandhom iseħħu.", "Allura jrid ikollna l- mekkanismu li permzz tiegħu l-affarijiet li ma naqblux magħhom - u meta tkellima fuq il-pjan ta' struttura konna għidna mill-ewwel li ma naqblux dwar dak li hemm fuq housing - jiġu rranġati.", "Jiġifieri meta aħna qed ngħidu li għandna aġenda politika tagħna, aħna nippretendu li l-gvern ikun jista' jiffissa l-prijoritajiet ta' żvilupp.", "Imbagħad l-awtorita' tieħu on board il-prijoritajiet tal-gvern, tippjanifikahom u tara li kollox isir skond il-proċeduri li hi stess tkun għamlet.", "Dan isir kollu b'mod awtonomu.", "Mhux se nindaħlulha lill-awtorita'.", "Imma l-mekkaniżmu jrid isir u m'għandniex noqogħdu ngħidu ċuċati, bħalma qal l-Onor.", "Francis Zammit Dimech - għamel diskors verament isteriku - meta qal li f'din il-liġi qed jiddaħħal il-konċett li flok structure plan integrat, fejn kollox ikun relatat, kollox se jsir bil-biċċiet.", "Dan m'hu veru xejn.", "Jiena ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membru wasal għal din il-konklużjoni.", "U dan ġie rripetut minn diversi kelliema, kemm f'din il-Kamra kif ukoll fuq il-media.", "Kulma qed nagħmlu - u din qed nagħmluha ċara - hija li qed noħolqu l- fakulta' li minflok li l-pjan ta' struttura jiġi rivedut darba kull sentejn ikun rivedut darba kull ħames snin - u fuq dan naħseb li hemm qbil - imma f'każ li jkollok bidla fil-gvern f'nofs dawk il-ħames snin jkun hemm il- fakulta' li b'riżoluzzjoni fil-Parlament dak il-pjan ta' struttura jinbidel b'mod li jkun jirrifletti l-prijoritajiet tal-gvern tal-ġurnata.", "Jiġifieri l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li noħolqu dan it-tip ta' mekkaniżmu.", "It-tieni ħaġa li rridu nagħmlu huwa li naraw kif se nagħmlu biex din l- awtorita' taħdem b'mod aktar effikaċi.", "Donnhom tan-naħa l-oħra insew kemm id-diskorsi li kienu jsiru minn din in-naħa, kif ukoll li kienu jsiru min- naħa tagħhom meta kienu huma fil-gvern, fejn kienu jgħidu li ħolqu mostru u dan il-mostru m'hu qed iħalli xejn jiġri u affarijiet bħal dawn.", "Ħasbu li n-nies insew li dawn id-diskorsi kienu jsiru minn membri parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern Nazzjonalista ta' dak inhar.", "Allura għax aħna qed nieħdu miżuri biex nindirizzaw il-problemi li hemm fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar qisna qed nagħmlu xi ħaġa li biha se nreġġgħu l-arloġġ lura u nerġgħu mmorru lura għaż-żmien tal-PAPB.", "Aħna x'qed nipprovaw nagħmlu bl-emendi li qed inressqu quddiem dan il-Parlament?", "Li qed nipprovaw nagħmlu huwa li nagħmlu awtorita' ħafna aktar effikaċi milli hija llum.", "Dan se nipprovaw nagħmluh billi nnaqqsu l-burokrazija li teżisti.", "Kif se nnaqqsuha din il- burokrazija?", "Wieħed mill-aktar ilmenti komuni li nisimgħu f'Malta fuq l-awtorita' huwa l-mod ta' kif din tirreaġixxi fuq applikazzjonijiet, anke meta jkunu applikazzjonijiet tassew sempliċi.", "Hemm bżonn li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar toqgħod tidħol fil-mertu ta' appplikazzjoni għal washroom ta' ċertu daqs fuq il-bejt jew inkella għal xi internal alterations?", "Ħriġna lista ta' xogħlijiet li ma jirrikjedux permess biex tesigwihom.", "Diġa' kien hemm lista bħal din imma aħna aġġornajniha wara li saru diskussjonijiet u kien hemm il-qbil dwarha bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u bejn il-Kamra tal-Periti.", "Jiena ma nafx kif jiġu tan-naħa l-oħra jiddefendu lill- awtorita' fuq din il-ħaġa meta l-istess awtorita' qablet fuqha.", "Għamilna xi ħaġa ħażina billi għamilna hekk!", "Jekk nagħmlu hekk se nżidu l- effiċjenza u l-awtorita' tkun tista' taħdem b'mod iktar effikaċi.", "X'għamilna iktar?", "Qed ngħidu li għal ċerti applikazzjonijiet wieħed ma jkollux għalfejn imur quddiem id-development control commission, għax dawn jistgħu jiġu ġġudikati mill-case officer.", "Dan seta' jsir anke qabel imma aħna kabbarna l-lista ta' xogħlijiet li jistgħu jsiru mingħajr ma jitilgħu quddiem id- DCC.", "Fir-realta' li qegħdin nagħmlu huwa li nħaffu l-proċedura u għax qed nagħmlu hekk qegħdin niġu akkużati li kollox irid isir bil-barka tal- ministru u li morna lura għaż-żmien tal-PAPB.", "Dan mhux veru, qegħdin jigdbu.", "Issa jekk dawn in-nies qegħdin jieħdu pjaċir li għandna slow-down fl-industrija tal-bini għax għandna awtorita' li xejn m'hi effikaċi affari tagħhom, pero' għandhom jgħidu dan lill-kuntratturi wkoll.", "Aħna ma neħdux pjaċir b'dawn l-affarijiet.", "La ħadna pjaċir qabel u anqas u anqas issa u rridu naraw kif jitħaffu l-affarijiet.", "Din hija xi ħaġa li gvern serju għandu jagħmel.", "Bħalma qal il-kollega tiegħi, il-Ministru George Vella, meta tkellem fl-introduzzjoni tiegħu għal dan id-dibattitu, minkejja li tan- naħa l-oħra kienu qed jgħidu li hemm bżonn tibdil fl-awtorita', ħadd m'għamel xejn sabiex b'xi mod jipprova jagħmel it-tibdil neċessarju.", "Issa għax aħna qed nressqu emendi sabiex isir dan it-tibdil qed niġu akkużati li rridu nieħdu l-poter minn idejn l-awtorita'!", "Madam Speaker, dan m'hu veru xejn.", "Li qed nipprovaw nagħmlu huwa, kif diġa' għidt, li nagħmlu awtorita' iktar effiċjenti.", "X'qed nipproponu aktar?", "Biex inkunu aktar effiċjenti, qed nipproponu li meta jidħlu l- applikazzjonijiet għand l-awtorita' - apparti li ċerti applikazzjonijiet m'għandhomx għalfejn jitilgħu quddiem id-DCC - din ta' l-aħħar għandu jkollha proċedura li permezz tagħha minflok li l-applikazzjonijiet joqogħdu jiġu maqsuma bħalma qed isir bħalissa f'north, f'south u Għawdex għalihom, jiġu maqsuma skond it-tip ta' żvilupp li se jsir.", "Aħna nemmnu li jekk inti għandek persuna li qed tara applikazzjonijiet li huma ta' l-istess ġeneru, wara ftit ta' żmien din il-persuna ssir esperta fuqhom u tħaffef ħafna, mhux bħal meta jkollok proċedura li permezz tagħha l-istess persuna tara applikazzjoni għal xogħlijiet differenti.", "Aħna jidhrilna li jekk ikollna streamlining fil-mod ta' kif l-awtorita' fil-proċeduri tagħha tara kif titratta l-applikazzjonijiet, dan għandu jgħin sabiex ikun hemm aktar effiċjenza.", "Jiġifieri għax qegħdin nagħmlu dawn l-affarijiet qed niġu akkużati li qed nagħmlu xi ħaġa sabiex l-iżvilupp f'pajjiżna nitfgħuh lura!", "Irrid ngħid ukoll li dak li qed nagħmlu sabiex inħaffu l-proċeduri quddiem id-DCC qed nagħmluh ukoll fir-rigward tal-bord ta' l-appell.", "Waħda mill-affarijiet li titfa' l-applikazzjonijiet ħafna lura hija meta jkollok l-objections.", "Ikun hemm min jagħmel objections serji - u huwa sewwa li jsiru objections serji - imma jkun hemm ukoll min jagħmel objections li huma frivoli.", "Ikun hemm min minħabba pika ma' persuna oħra jagħmel dawn it- tip ta' objections li huma frivoli.", "Per eżempju, nhar is-Sibt li għadda ġie wieħed ħdejja u qalli li applika biex jibni washroom ta' ċertu daqs fuq il- bejt u dak li joqgħod ħdejh oġġezjona għax qal li se jagħlaqlu d-dawl u għamel objection kontra l-bini ta' din il-washroom quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u talab li jkun preżenti quddiem il-bord.", "Malli persuna titlob li tkun preżenti jitfagħlek il-file tiegħek sitt xhur lura u trid toqgħod tistenna sakemm jasal it-turn tiegħek biex tmur quddiem il-bord flimkien mal-perit tiegħek sabiex tipprova tiġġustifika l-applikazzjoni tiegħek.", "Għandna nħalluhom jiġru dawn l-affarijiet?", "Inħallu lil min b'pika joqgħod jagħmel objections frivoli?", "Allura aħna għidna li għandu jkun hemm sistema fejn naqtgħu l-appelli frivoli minn dawk li huma serji.", "Aħna deherilna li għandna nagħmlu nominal fee żgħira li titħallas minn min jagħmel l- objection ħalli għallinqas dak li jkun jekk se jagħmilli appell frivolu jeħel xi ħaġa talli jagħmlu, għax meta wieħed jagħmel appell frivolu xogħol żejjed lill-awtorita' jkun qed jagħti.", "Għax qed nagħmlu hekk, tan-naħa l- oħra, qalu li ma rridux nagħtu ċans lit-third parties li jagħmlu l- objections!", "Ma nafx x'ma qalux!", "Madam Speaker, jiena ma nafx kif jaħsibha l-kollega tiegħi, il-Ministru George Vella, imma jekk hi daqshekk importanti li kulħadd jagħmel l- objections jiena ma nsibx oġġezzjoni li nneħħu n-nominal fee li hija proposta li ssir.", "Imma hemm raġuni warajha din u rridu nifhmuha u mhux naqbdu u ngħidu li se noħonqu d-dritt li wieħed jagħmel objection għax se nagħmlu din in-nominal fee.", "Jista' jkun li wieħed jgħid li dan mhux l-aħjar mod kif dawn l-objections frivoli li jsiru minn terzi jiġu kkontrollati.", "Forsi hawn xi ħadd f'din il-Kamra, anke min-naħa l-oħra - naf li hemm xi ħames periti - li jista' joħroġ b'idea ta' kif innaqqsu ċ-ċansijiet ta' dawn it-tip ta' objections frivoli.", "Jekk hemm xi ħadd li jaf b'xi metodu kif nistgħu nnaqqsu l-objections frivoli, ħalli permezz t'hekk inħaffu aktar il-proċess ta' l-applikazzjonijiet, jgħidilna x'inhu u nikkonsidrawh.", "Aħna ma nsibu l-ebda diffikulta'.", "Meta aħna tkellimna fis-sotto-kumitat tal-Kabinett flimkien mal-partijiet l-oħra ma stajniex insibu kif nistgħu nikkontrollawhom.", "L-uniku mod li deherilna li forsi nistgħu nikkontrollawhom kien billi nagħmlu nominal fee.", "Issa għax għidna li se nagħmlu din in-nominal fee infetħu l-bibien tas-sema kollha u qed jakkużawna li m'aħniex nagħtu ċans lit-terzi li jagħmlu l-objections tagħhom!", "Jekk din il-ħaġa qed tiġi nterpretata hekk, jiġifieri li għax qed nagħmlu nominal fee mhux se nagħtu ċans lil terzi jagħmlu objections, jiena ma nsib l-ebda diffikulta' li nirrikmanda lill-kollega tiegħi jerġa' jaħsibha dwar din tan-nominal fee.", "Bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni fejn jekk inti tapplika għal permess, bil- liġi suppost li fi tmien ġimgħat l-awtorita' tagħtihulek u jekk fi tmien ġimgħat ma tagħtihulekx inti għandek tassumi li l-applikazzjoni tiegħek ġiet irrifjutata.", "B'dan il-mod inti, li qed tħallas il-flus għal dik l- applikazzjoni biex l-awtorita' tagħmel xogħolha, qed tagħtiha mill-ewwel il- mod kif jekk trid xogħolha ma tagħmlux u l-aktar ħaġa faċli tkun li tgħidlek li m'għandekx permess.", "Aħna jidhrilna li dan mhux mod responsabbli ta' kif isir ix-xogħol.", "Dan mhux mod accountable ta' kif isir ix-xogħol.", "X'għandna nagħmlu jekk aħna rridu li l-affarijiet isiru bis- serjeta'?", "Għandna verament naraw kemm jieħdu żmien biex l- applikazzjonijiet jiġu pproċessati u dan l-eżerċizzju għamilnih flimkien ma' l-awtorita' u sibna li f'ħafna mill-każi fi żmien tnax-il ġimgħa l- applikazzjonijiet ikunu pproċessati.", "Allura għidna li għandna ngħidu li fi żmien tnax-il ġimgħa l-awtorita' trid tipproċessa l-applikazzjonijiet imma jekk applikazzjoni ma jkunx hemm risposta għaliha wieħed irid jassumi li dik l-applikazzjoni ġiet approvata.", "Kien hemm min qalilna: Din minn fejn ġibtuha?", "Hawn xi pajjiż ieħor li jagħmel hekk?", "Dażgur li hemm pajjiżi oħrajn li jagħmlu hekk!", "Anzi kulħadd hekk jagħmel għax dak hu l-metodu responsabbli ta' kif taħdem.", "Jekk inti ġejt inkarigat biex f'terminu massimu tagħtini risposta, kif ma tagħtihilhiex!", "In-naħa l-oħra hemm tliet periti li qed jisimgħu din id-diskussjoni u jafu kemm tesiġihom it-time limits l-awtorita', għax naħseb ġieli kitbitilhom u qaltilhom li within three weeks hemm bżonn li tagħtuni t-tali informazzjoni għax inkella nagħtikom refusal.", "Issa għax se nesiġu time limit wieħed minn fuq l- awtorita' qisna qed nagħmlu xi ħaġa ħażina u permezz tagħha se nitfgħu l- affarijiet lura!", "Dan m'hu veru xejn.", "Aħna nafu li fi żmien tnax-il ġimgħa ħafna mill-applikazzjonijiet li jkun hemm quddiem l-awtorita' jistgħu jiġu pproċessati u mogħtija risposta.", "Imbagħad qalulna: X'jiġri jekk ikun hemm xi ħadd li jkollu bżonn consultation fuq l-applikazzjoni tiegħu mingħand xi dipartiment governattiv?", "Jekk dan ikun il-każ, peress li nafu li d-dipartimenti governattivi m'humiex effiċjenti biex jagħtu r-risposti tagħhom - din nafha mill-prattika tiegħi li kont nagħmel qabel - għandna nagħmlu l-proċedura li jekk inti tibgħat għal consultation għand xi dipartiment governattiv, dak iż-żmien sakemm il-file idum għal consultation ma jgħoddx mat-tnax-il ġimgħa.", "Din il-proċedura għamilniha fir-rigward taż-żmien li għandek bżonn sabiex tagħmel it-traffic impact assessment jew l-invironment impact assessment.", "Għaliex?", "Għax it-tnax-il ġimgħa għandhom jibdew jgħoddu meta inti għandek l-informazzjoni kollha at hand sabiex inti tiġġudika dik l- applikazzjoni, għax meta m'għandekx l-informazzjoni f'idejk ma tistax tapplika t-terminu tat-tnax-il ġimgħa.", "Allura jiena nippretendi li anke meta l-applikazzjonijiet imorru għand xi dipartiment governattiv għal konsultazzjoni, iż-żmien li jinħela f'din it-tip ta' konsultazzjoni m'għandux ikun parti mit-tnax-il ġimgħa.", "Jiena naħseb li l-Ministru Vella għandu jikkonsidra din il-ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Aħna qegħdin nitkellmu biex nirranġaw l-affarijiet.", "Meta tkellem il-Ministru Vella qalilkom li huwa lest jisma' kull rakkmandazzjoni li ssir biex kemm jista' jkun nirranġaw l-affarijiet u jiena ċert li se jkun hemm ħafna affarijiet li jinbidlu fil-liġi.", "Aħna m'hu se nsibu diffikulta' ta' xejn li nikkonsidraw il-proposti tagħkom.", "Il- liġi tgħidlek li fil-każ li jkun hemm bżonn ta' traffic impact assessment jew environment impact assessment it-tnax-il ġimgħa jibdew jgħoddu wara li jsir dak l-istudju, għax naħseb li huwa ġust li t-tnax-il ġimgħa jibdew jgħoddu minn meta l-awtorita' jkollha l-informazzjoni kollha at hand.", "Issa jiena qed ngħid li parti mill-informazzjoni tista' tkun f'forma ta' consultation ma' dipartimenti oħrajn - u nifhimha din mill-prattika tiegħi bħala perit - u ma nara l-ebda diffikulta' li din nistudjawha fl-istadju ta' Kumitat biex nirranġawha.", "Aħna l-affarijiet inġibuhom għall-aħjar irridu u mhux għall-agħar, imma għallinqas għandna b'mod definittiv ċerti time frames u mhux bħalma konna qabel.", "Mela nsew tan-naħa l-oħra kemm huma stess meta kienu fil-gvern kienu jilmentaw li jiġu sottomessi applikazzjonijiet u qatt ma jingħataw risposta!", "Ġieli kienu jdumu sena u nofs u sentjen u sal-lum għadha hekk is-sitwazzjoni.", "Aħna rridu nirrisponsabbilizzawha lill-awtorita' u rridu nagħmlu dan billi ndaħħlu ċerti kriterji u wieħed mill-kriterji jrid ikun marbut ma' terminu ta' żmien.", "Jekk aħna rridu li jkollna awtorita' responsabbli hemm bżonn li din tkun marbuta b'mod li din tkun taf meta se tagħti r-risposti tagħha.", "Anzi aħna qed immorru iktar minn hekk għax qed ngħidu li f'ċerti proġetti hemm bżonn li jkun hemm extension ta' sitta u għoxrin ġimgħa.", "Għaliex le!", "Jekk inti qed tapplika biex tibni lukanda u allura għandek bżonn ħafna iktar studju milli għandek bżonn kieku tapplika biex tibni terraced house, nifhimha li għandek bżonn aktar żmien.", "Jiena naħseb li jekk inti jkollok l-informazzjoni neċessarja at hand, it-terminu ta' żmien li qed ngħidu li għandu jkun hemm huwa biżżejjed biex tipproċessa kwalunkwe applikazzjoni.", "Aħna jidhrilna li dawn huma termini li huma ġusti u li jistgħu jsiru.", "Jiena ma narax għalfejn għandna niġu hawnhekk u noqogħdu ngħidu li issa jista' jiġri li jkollna xi skrivan mill-awtorita' li jaħbilek il-file fil-kexxun u meta jgħaddu it-tnax-il ġimgħa u ma tirċevix risposta tassumi li għandek l-approval u inti tibda x-xogħol u wara joħorġulek l-enforcement u dawn l-affarijiet kollha.", "L-awtorita' taf li jekk ma tagħtikx il-permess fi żmien tmien ġimgħat trid tiktiblek u l- istess proċedura se tibqa' tuża.", "Jekk fi żmien tnax-il ġimgħa ma tkunx tagħtek il-permess tiktiblek u tgħidlek li għandha bżonn ta' extension.", "Id- differenza hija li qabel kienet tiktiblek u tħallik tistenna in aeternum u issa hemm massimu ta' 26 ġimgħa u taf li f'dan it-terminu ta' żmien għandu jkollok permess.", "Dik hija d-differenza bażika.", "Il-periti ta' dik in-naħa jafu li f'dak iż-żmien għandu joħroġ il-permess u m'hemmx għalfejn joqogħdu jikkritikaw biex sempliċiment joqogħdu jitkellmu għall-gallerija.", "(Interruzzjonijiet) Hekk tgħidlek il-liġi.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Le, ma tgħidlekx hekk il-liġi.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Mela għidli xi tgħid.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, il-liġi kif proposta tgħid li fuq planning policies tista' ġġedded għal 26 ġimgħa.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mela l-Onor.", "Pullicino qed jgħid li l-perjodu ta' 26 ġimgħa jgħodd biss għall-planning policies.", "Mela jekk ikun hemm xi ħadd li b'mod abbusiv - nieħu l-każ li semmejtu intom - jitfa' l-file fil- kexxun u l-awtorita' ssir taf bihom dawn l-affarijiet meta tiġi biex tagħmel il-file audit, tippretendi li m'għandniex nagħtuh extension!", "Jiena ngħid li l-irregolaritajiet ma jsirux biss mill-politiċi, l- irregolaritajiet - u intom tafu - isiru anke minn xi uffiċjali ta' l- awtorita'.", "Jiena ċert li intom tafuh dan.", "Ma noqogħdux nitkellmu fuq l- uffiċjali ta' l-awtorita' għax jien perit, għamilt ħafna snin naħdem ma' l- awtorita', naf il-periti li għandhom il-private practice li jaħdmu fl- awtorita' u naf għalfejn jaqdu ċerti periti iktar minn ċerti periti oħra.", "Jekk tridu li nsemmu dawn l-affarijiet hawn ġew insemmuhom ukoll.", "Intom tafuhom dawn l-affarijiet u m'għandkomx il-guts li tgħiduhom.", "Jiena ma niddejjaqx ngħidhom għax kont ngħidhom qabel meta kont fuq in-naħa ta' l- oppożizzjoni u qed ngħidhom issa li qiegħed fuq in-naħa tal-gvern.", "Fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm min jabbuża u dan l-abbuż hemm bżonn li jinqata'.", "Intom tafu li meta ċerti periti privati japplikaw għal xi permess jingħataw preferential treatment mill-case officers.", "Dawn jingħataw preferential treatment għax dawk il-periti privati jiffirmaw l- applikazzjonijiet tal-periti li hemm jaħdmu ma' l-awtorita'.", "Din hija r- realta'.", "Meta nitkellmu hawn ġew għandna ngħidu l-verita' jew inkella ma nitkellmu xejn.", "Issa qed nipprovaw nagħmlu xi ħaġa biex dawn l-affarijiet joħorġu fil-beraħ u ma nibqgħux naħbuhom.", "B'din is-sistema nindunaw b'dawn l-abbużi għax min jibda jabbuża u jwaddablek il-file fil-kexxun ta' l- iskrivanija jagħmilha darba u taqbdu mill-ewwel u tinvestigah.", "Mela nibqgħu b'sistema fejn jiena bħala perit immur l-awtorita' niċċekkja file tiegħi u għal xhur sħaħ jibqa' għand l-istess persuna!", "Jiena naħseb li intom ukoll kellkom każi bħal dawn.", "Jekk ma kellkomx veru kontu ffortunati għax jien kelli ħafna każi bħal dawn.", "Hekk tridu li nibqgħu f'din is- sitwazzjoni fejn ikollok case officers li ma jċaqalqux il-files u jżommu x- xogħol kollu!", "Ma naħsibx li dak huwa l-iskop tagħkom.", "Naħseb li l-iskop tagħkom huwa bħal dak tagħna, li l-affarijiet isiru sewwa.", "B'dan il-mod se nkunu nistgħu nagħmlu dan għax se ngħabbu bir-responsabbilta' lill- awtorita' sabiex tara li l-affarijiet isiru sewwa.", "Dan huwa dak li kelli xi ngħid dwar it-terminu ta' tnax-il ġimgħa.", "Jekk nistgħu ntejbu dawn il- miżuri aħna lesti niddiskutu s-suġġerimenti tagħkom fl-istadju ta' Kumitat.", "Aħna għalhekk qed niddibattu l-affarijiet għax nixtiequ nagħmlu xi ħaġa ħafna aħjar milli għandna llum.", "Ħaġa li ma tantx issemmiet hija l-kwestjoni tal-pre-submission discussions.", "Ħafna drabi meta xi perit jmur quddiem l-awtorita' b'xi proġett jgħidulu li qabel ma japplika biex jagħmel dak il-proġett aħjar jiddiskuti l-proġett ma' l-uffiċjali ta' l-awtorita' ħalli meta jissottometti l-proġett jista' jiġi pproċessat mill-ewwel, għax mill-pre- submission discussions ħafna drabi jkollok indikazzjoni jekk dak il-proġett huwiex aċċettabbli jew le.", "Dawn huma diskussjonijiet li l-awtorita' tinkoraġġihom u tagħmel sewwa.", "Imma x'kien qed isir ħażin?", "Mhux l-ewwel darba li perit ikollu klijent li jgħidlu li għandu f'moħħu li jagħmel it- tali proġett.", "Inti tmur titkellem ma' l-awtorita' fuq dak il-proġett partikolari u ħafna drabi, abbażi tal-pre-subbmission discussions li jkollok ma' l-awtorita', iddaħħal lill-klijent tiegħek f'ċerti spejjeż għax jekk tara li hemm indikazzjoni tajba li l-permess se joħroġ allura lil- klijent tissuġġerilu biex jinvesti fuq is-sit partikolari.", "Imma x'kien qiegħed jiġri?", "Konna nagħmlu l-pre-submission discussions, il-perit jingħata indikazzjonijiet ċari li dak it-tip ta' proġett huwa wieħed li l- awtorita' se tħares lejh b'mod tajjeb, imbagħad kien jgħaddi ż-żmien u milli jkun intqal fil-pre-submission discussions ma jiġri xejn.", "Sadanittant il-klijent ikun daħal fi spejjeż kbar sabiex jagħmel ix-xogħol u kulħadd jibqa' billi ħa.", "Aħna jidhrilna li dan mhuwiex mod serju kif isiru l- affarijiet.", "Aħna qed ngħidu: Jekk għandhom isiru l-pre-submission discussions - u għandhom isiru - għandhom isiru b'mod li verament ir- riżultat finali tagħhom jirrifletti dak li jkun intqal.", "Kif se nagħmluh dan?", "Se nagħmluh billi qed ngħidu li l-presubmission discussions għandhom ikunu minuted u għandhom ikunu ffirmati mill-case officer li jkun għamilhom.", "Għalfejn qed ngħidu dan?", "Qed ngħidu biex ma jkunx hemm xi ħadd u wara jgħid: Jien mhux hekk għidt!", "Ma' din norbot kwestjoni oħra li jidhirli li l-Onor.", "Mugliett qabel magħha.", "Din hija l-kwestjoni tal-policies applikabbli.", "Mela inti qed tagħmel l-pre-subission discussions u l-klijent tiegħek se ġġiegħelu jagħmel l-investiment taħt ċerti policies u mbagħad minħabba li ċerti proġetti jieħdu ċertu tul biex jiġu fis-seħħ jistgħu jinbidlulek il- policies.", "Mela inti tajt parir lill-klijent tiegħek biex jagħmel ċertu investiment, subject to policies li kienu viġenti dak inhar li kienet saret id-diskussjoni, jgħaddi ż-żmien sa meta dak l-istess proġett jitla' quddiem il-bord, jinbidlu l-policies u għax jinbidlu l-policies jgħidulek li dan il- proġett ma jistax iseħħ għax ma jaqbilx mal-policies li għandna llum.", "Din ma tagħmilx sens.", "L-affarijiet bis-serjeta' ma jsirux hekk.", "Aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm sistema li permezz tagħha l-applikazzjonijiet jiġu ddeterminati skond il-policies ta' meta kienu saru l-applikazzjonijiet u mhux bil-kontra.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Buhagiar ikompli jinstema'.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex il-Ministru Buhagiar ikompli bid-diskors tiegħu.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li biex l- applikazzjonijiet ikunu ttrattati b'mod fair għandhom ikunu ttrattati fuq policies li jkunu viġenti meta ssir l-applikazzjoni.", "Jidher li fost il- kelliema ta' l-Oppożizzjoni hemm min qabel ma' din il-proposta u hemm min ma qabilx, għax jidhirli li l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, fid-diskors esteriku li għamel, ma qabilx magħha.", "Imma kien hemm ħafna affarijiet li l- Onor. Zammit Dimech ma qabilx magħhom, għax ma nafx fiex qabel.", "Madam Speaker, permezz ta' l-emendi li qegħdin inressqu rridu nnaqqsu s- soġġettivita' tal-mod ta' kif taħdem l-awtorita'.", "Waħda mill-affarijiet li kienet iddejjaqni bħala perit kienet li nagħmel applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, tmur quddiem case officer u dan jagħtini refusal, imbagħad l-istess applikazzjoni fuq sit differenti tmur quddiem case officer ieħor u dan japprovaha.", "Jiena qatt ma stajt nifhem għaliex applikazzjoni preċiża u eżatta fuq żewġ siti differenti, li t-tnejn qegħdin fl-ischeme, quddiem żewġ case officers differenti għandu jkollhom deċiżjoni differenti.", "Ħadd ma seta' jifhimha din.", "Jien nitkellem ma' periti oħra u każi bħal dawn kellhom ukoll.", "Naħseb anke l-periti li hemm fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra kellhom każi bħal dawn.", "Aħna qed ngħidu li mhux sewwa li l-interpretazzjoni tal-policies ta' l-awtorita' tkun soġġettiva skond min ikun l-case officer.", "Qed ngħidu li għandu jkun hemm uniformita' fid-deċiżjonijiet tal-Planning Authority u biex iseħħ dan hemm bżonn li jitħejja manual fuq il-policies u fuq il-proċeduri ta' l- awtorita', liema manual ikun rivedut b'mod regolari ħalli kemm jekk inti applikant, u aktar u aktar jekk inti perit, meta tmur quddiem l-awtorita' tkun taf x'inhuma l-policies u l-proċeduri li jkunu viġenti dak inhar.", "Jekk nagħmlu hekk inneħħu l-abbuż - u ħafna drabi dan ikun abbuż - li jista' jqum meta policies ta' l-awtorita' jiġu interpretati b'mod soġġetiv.", "Jiena jidhirli li din hija xi ħaġa utli u ma jidhirlix li ssemmiet f'dan id- dibattitu mill-kelliema tan-naħa l-oħra u naħseb li hija xi ħaġa li żgur għandha tgħin biex tnaqqas is-soġġettivita'.", "Attakk ieħor sfrenat li sar fuq dawn l-emendi kien jirrigwarda l-parti fejn hemm li ċerta deliberazzjoni mill-boards tista' ssir bil-magħluq, jekk tkun hekk rikjesta minn xi membru tal-bord.", "Ma nafx x'ma ntqalx.", "Qalu li din se tnaqqas it-trasparenza u tista' tkun abbużiva.", "Ħa ngħidilhom x'jista' jkun abbużiv lil tan-naħa l-oħra.", "Ikollok deliberazzjoni bil- miftuħ fuq proġett partikolari fejn il-bord kollu ta' l-awtorita' jitkellem kontra applikazzjoni partikolari - jekk kien hemm 15-il membru kollha tkellmu kontra tiegħu - jieħdu vot sigriet wara li jkunu għamlu d- deliberazzjonijiet tagħhom fil-pubbliku, u minkejja li kulħadd ikun tkellem kontra xorta waħda dan il-proġett jiġi approvat.", "Din hija waħda mill- ikbar blemishes fl-istorja ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-membri tal- bord kollha jitkellmu kontra applikazzjoni partikolari u wara li jieħdu vot sigriet din tiġi approvata.", "Allura għax id-deliberazzjonijiet isiru bil- miftuħ ifisser li l-affarijiet qed isiru b'mod trasparenti?", "Inkella jkollok każ fejn ikollok proġett ta' ċertu kobor - ġieli anke ma jkunx ta' ċertu kobor imma jkun proġett li jqajjem ċerta reazzjoni - u jkollok sala mimlija nies, kollha ostili għal min qiegħed jipprova jiġġudika u kollha lesti biex jaqbżu fuq il-membri tal-bord, kemm jekk huma tad-DCC u kemm jekk huma tal-Planning Authority ...", "Mhux l-ewwel darba li kien hemm xi applikant u tela' jhedded lill-membri tad-DCC.", "Jiena kont preżenti meta kien hemm theddid u daħlu l-pulizija u lanqas naf x'ma ġarax.", "Allura intom taħsbu li meta l-bord tad-DCC jew tal-Planning Authority jieħdu deċiżjonijiet qed jeħduhom b'mod li huwa tajjeb meta qed jiffaċċjaw folla li hija ostili lejhom?", "Dawn jistgħu jagħmlu diskussjoni serja bejniethom meta jafu li jekk jgħidu kelma waħda kontra xi ħaġa jew kontra xi ħadd se tqum konfuzjoni sħiħa hemm ġew?", "Dawn huma affarijiet serji?", "Hekk triduhom isiru l-affarijiet?", "Li qed ngħidu huwa dan: Hemm xi ħaġa ħażina li f'ċerti każi, li jkunu sensittivi ħafna, wara li ssir diskussjoni verament serja bejn il-membri tal-bord tad-DCC jew tal-Planning Authority, wara li jiġi ppreżentat il-każ min-naħa ta' l-uffiċjali tal-Planning Authority, wara li l-applikant jagħmel il-każ tiegħu quddiem il-bord u wara li jkun instema' kulħadd, il-membri tal-bord, jekk ikun hemm il-bżonn, jaqbdu u jiddeliberaw bil-magħluq?", "Mela allura skond intom il-qrati tagħna mhumiex trasparenti u ġusti għax, sa fejn naf jiena, meta jkollok kawża quddiem il-qorti l-ġurati fil-magħluq jiddeliberaw u mhux quddiem in-nies.", "Jiġifieri skond it-teorija tagħkom il-qorti tagħna la hija trasparenti u lanqas ġusta, għax il-ġurati ma jiddeliberawx quddiem in-nies.", "Ma jidhrilkomx li qed tgħidu xi ħaġa li ma treġix?", "Aħna m'aħniex ngħidu li d-diskussjoni li hemm bżonn issir fil- pubbliku ma ssirx.", "Dażgur li ssir!", "Imma d-deliberazzjoni, biex tagħti ċans lill-membri kollha tal-bord jgħidu tagħhom b'mod liberu u bla ma jħossuhom bl-ebda mod pressured minn xi ħadd li jkun ostili għalihom f'dik il-kamra, jistgħu jagħmluha bil-magħluq.", "Jiena jidhirli li din hija xi ħaġa li bl-ebda mod ma tista' tiġi interpretata li se tnaqqas mit-trasparenza jew li l-affarijiet mhux se jsiru b'aktar ġustizzja, għax allura jekk se ngħidu li l-affarijiet mhux se jsiru b'aktar ġustizzja, nistgħu naqbdu u nbiddlu l-proċeduri tal-qrati tagħna għax l-istess proċedura li qed nipproponu aħna jużawha l-qrati.", "X'qed nagħmlu aktar Madam Speaker?", "Qed nagħmlu emendi sabiex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun aktar accountable u għax għamilna emendi sabiex l-awtorita' tkun aktar accountable tan-naħa l-oħra sabu wkoll x'jikkritikaw.", "Per eżempju, għax qed ngħidu li għandu jkun hemm direttur inkarigat mill-administration u mill- audit tal-Planning Authority qam l-Onor.", "Francis Zammit Dimech u fid- diskors esteriku li għamel qal: Issa sew ma nafux min se jmexxiha din l- awtorita' għax għandna żewġ diretturi!", "Mela jiena mmur il-Planning Authority - u mort kemm-il darba l-Planning Authority - għax ikolli meetings bl-appuntament mal-case officers u għal xi raġuni jew oħra l-case officer li jkolli appuntament miegħu ma nsibux u nistaqsi meta se jkun hemm u ħadd ma jkun jaf.", "Nerġa' mmur darba oħra u nerġa' ma nsibux.", "Imbagħad darba għidtilhom: Jekk bħala perit jew bħala applikant ikolli każ fejn b'mod mill-aktar ċar case officer, hu min hu, qed jittratta mal-pubbliku b'dan il-mod, lil min nista' nirrapportah?", "U bqajt mingħajr risposta.", "Għaliex?", "Għax il-case officers m'huma accountable għal ħadd.", "Din hija r- realta'.", "Issa qed nitkellmu rigward l-accountability fuq l-actions tagħhom u mhux fuq l-accountability ta' kif iħaddmu l-proċeduri.", "Il-mod kif jittrattaw man-nies xejn m'hu accountable.", "Jekk iridu jkunu onesti tan- naħa l-oħra jistgħu jikkonfermawha din għax naħseb li probabbilment ġratilhom ukoll din il-ħaġa bħalma ġrat lili.", "Naħseb li ġieli marru hemmhekk u jsibu l-case officers jgħadduhom biż-żmien.", "Aħna għidna li peress li għandna case officers li jew ma jridux jagħmlu xogħolhom għax dejjem ikunu skartati minn fuq ix-xogħol, jew inkella qed jagħmlu l- affarijiet diffiċli ħafna għall-applikanti u għall-periti, hemm bżonn li nagħmlu sistema li permezz tagħha dawn jiġu kkontrollati.", "Hemm bżonn li jkun hemm xi ħadd inkarigat mill-administration tal-Planning Authority.", "Hemm bżonn li nagħmlu director for administration.", "L-istess ħaġa jista' jingħad fir-rigward tad-director of audit.", "Għaliex m'għandux ikollok director of audit, persuna li tista' tagħmel audit tax-xogħol kif qed isir, speċjalment issa meta qed inkunu tant tassattivi fuq l-awtorita' li fi żmien tnax-il ġimgħa trid toħroġ il-permess bilfors.", "Hemm bżonn li jkun hemm persuna bħal din biex tagħmel il-monitoring neċessarju.", "Jiġifieri ma nistax nifhem x'argument hu li tan-naħa l-oħra jiġu jgħidulna li se nlaħħqu direttur ta' l-audit u ta' l-administration għax għandna lil xi ħadd f'moħħna, għax il-Prim Ministru jista' jinnomina lil xi ħadd hu!", "Li l-Prim Ministru jew il-ministru jistgħu jinnominaw persuni huma donnu li qed tħassibhom ħażin.", "Jekk inhu hekk naraw ftit l-emendi u jekk ikun hemm bżonn nirranġawhom ukoll biex ma tibqgħux taħsbu ħażin, kif mid-dehra qed taħsbu bħalissa.", "L-argument huwa li bis-sistema li se ndaħħlu issa hemm bżonn li jkollok director in charge of administration and audit.", "Jiġifieri ma nafx għaliex tan-naħa l-oħra ħaduha bi kbira li se jsir director of administration and audit.", "Dan se jkun hemm bżonnu minħabba s-set-up ġdida ta' l-awtorita'.", "Ġejna kkritikati wkoll għax se nagħmlu l-users' committee.", "L-ewwelnett x'irridu nfissru b'users' committee?", "Users' committee ridna nfissru bih kumitat li permezz tiegħu kull min b'xi mod ikollu bżonn is-servizz ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, jimmonitorja dak li qed jiġri u permezz tal-vuċi ta' dan il-kumitat iwassal lill-awtorita' dak li qed jiġri ħażin.", "Fost il- users ta' l-awtorita' għandek il-periti, id-developers, id-dipartimenti tal- gvern, il-kunsilli lokali u ħafna nies oħrajn.", "X'hemm ħażin billi jkollok kumitat li jkun magħmul minn dawn il-users - dawn ma jidħlux fil-każi partikolari għax dawn m'humiex xi ombudsman - biex meta tkun saret xi ħaġa ħażina fl-operat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikun hemm grupp li jkun qed jara x'qiegħed jiġri, biex permezz ta' dan il-grupp isiru r- rakkmandazzjonijiet biex dak li fl-opinjoni tagħhom mhux qed isir sewwa u dak li qed ikun ta' xkiel jiġi rranġat?", "Dawn rakkmandazzjonijiet se jagħmlu.", "Hemm xi ħaġa ħażina li jkollok grupp li jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-awtorita' u lill-ministru sabiex dawn jimplimentaw ċertu tibdil li jkollu bżonn isir?", "Madam Speaker, permezz ta' dawn l- emendi se nipprovaw, kemm jista' jkun, innaqqsu l-abbuzi u ndaħħlu aktar serjeta'.", "Kif se ndaħħlu aktar serjeta'?", "Waħda mill-affarijiet li fuqha ġejna kkritikati ħafna hija li skond huma t-terzi mhux se jkollhom ċans jaraw il-pjanti ta' min ikun għamel l- applikazzjoni.", "Jiena ngħid li kif inhi s-sitwazzjoni llum, inti bħala perit, jekk tmur l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-uffiċjali jimxu kif suppost, mhux talli ma tarax il-pjanti tal-file tiegħek stess talli lanqas jgħidulek fiex wasal il-file!", "Inti bħala applikant jekk illum il-ġurnata tmur għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u titlob lil xi uffiċjal jara x'sar mill-file tiegħek jgħidlek li qiegħed jinħadem u tibqa' b'dik ir-risposta.", "(Interruzzjonijiet) Hekk suppost.", "Issa ħalliha li ħafna periti, inkluż jiena, konna b'xi mod jew ieħor insiru nafu fejn qegħdin il-files imma r- realta' hija li jekk l-awtorita', kif inhi llum, taħdem kif suppost, bit- trasparenza kollha li għandha, int bħala applikant jew bħala perit lanqas fejn hu l-file tiegħek ma jgħidulek.", "Dan hu l-mod trasparenti kif isiru l- affarijiet għax tmur tiċċekkja l-affarijiet tiegħek u ħadd ma jgħidlek xejn!", "Din qed inneħħuha u qed ngħidu li għandu jkun hemm aċċess għall- informazzjoni imma tali aċċess għandu jkun restritt għal min huwa bona fide.", "Per eżempju, Il-Ministru George Vella jagħmel applikazzjoni - dan ma joqgħodx ħdejja! - u għax irrid inkun naf x'tip ta' dar se jibni mmur l- awtorita' u nitlob li nara l-applikazzjoni tal-Ministru Vella.", "Nista' nagħmlu dan jien?", "Għalfejn għandi nkun nafha din l-informazzjoni?", "Mela issa sforz it-trasparenza kollha li qed insemmu se nneħħu l-privatezza ta' l-individwu!", "Jiena ngħid li għandu jkun hemm dritt għall-privatezza ta' l- individwu.", "Aħna qed ngħidu li l-individwu għandu l-privatezza tiegħu li hija sagrosanta u għandha tkun imħarsa bil-liġi, imma jekk hemm xi ħadd bona fide li jrid ikun jaf għal liema permess applika l-ġar tiegħu, dan għandu dritt ikun jaf għax dak jista' jaffettwah u bħala bone fide objector, ħa ngħidu hekk, għandu dritt li jmur jara l-affarijiet, imma m'għandniex inwessgħuha b'mod u manjiera li l-informazzjoni tkun miftuħa għal kulħadd.", "Inkella fejn hu d-dritt ta' l-individwu għal privatezza!", "Jekk nagħmlu hemm inkunu qed inneħħuhielu.", "Ma jidhirlix li din hija ħaġa sewwa.", "Jiġifieri dak li qiegħed jingħad li b'xi mod se nnaqqsu d-dritt ta' terzi biex dawn ikunu jafu x'qed jiġri m'hu veru xejn.", "Jekk inti bona fide objector għandek id-dritt li tmur tara.", "Imbagħad qalu li objection tista' ssir mill-periti.", "Imma l-objections mhux kollha mill-periti jsiru!", "Hemm xi ħadd ieħor li jagħmel l-objections?", "Il-periti u l-avukati jagħmluhom l-objections normalment.", "Jiena naf, għax kont nipprattika, li l-objections dejjem saru mill-avukati u l-periti.", "Qatt ma kien hemm każi differenti.", "Għallinqas jiena ma naf bl-ebda każ fejn objection ma saritx permezz ta' avukat jew perit.", "Għaliex?", "Għax il- layman mhuwiex intiż fil-policies u fil-proċeduri ta' l-awtorita' u bilfors trid tmur għand xi ħadd intiż biex jagħmillek l-objection.", "Jiġifieri billi l-objection issir minn perit ma jfissirx li se noħonqu xi drittijiet ta' terzi milli jagħmlu l-objection tagħhom.", "Madam Speaker, saret ukoll kritika fuq l-emenda li permezz tagħha qed ngħidu li l-bord ta' l-appell m'għandux ikun immexxi minn avukat imma għandu jkun immexxi minn planner.", "Għandu jkun hemm avukat fuq il-bord ta' l-appell biex jittratta l-punti li huma legali imma finalment il-Planning Authority ma tittrattax punti legali.", "Aħna ngħidu li għandu jkun hemm avukat imma l-awtorita' planning issues għandha tittratta.", "L-Onor.", "Mugliett fid-diskors tiegħu dwar l-appell qal hekk:", "\"Saret il-prattika li kull applikant itella' l-avukat u ġieli tkun qisek qiegħed f'seduta l-qorti fejn ikollok iktar avukati minn periti u jrid ikun hemm xi ħadd konxju mill-proċedura.\"", "Dażgur!", "F'din is-sitwazzjoni wasalna!", "Hekk tajjeb li l-planning issues li suppost jiġu ttrattati mill-planner jiġu ttrattati mill-avukat?", "Hemm postijiet oħrajn fejn tista' tittratta aspetti legali.", "L-aspetti legali għandhom jiġu ttrattati fil-qorti.", "Dak huwa il-post fejn jittieħdu deċiżjonijiet legali u mhux nirriduċu lill-Palnning Authority għall-qorti kif qed nagħmlu s'issa.", "Għandna żewġ qrati, waħda l-qorti proprja u l-oħra l-Planning Authority.", "Hekk triduhom l-affarijiet?", "Jekk triduhom hekk għidulna.", "Jiena jidhirli li mhijiex serjeta' u lanqas qed inkunu effiċjenti meta fl-appelli ntellgħu l-avukati li jibdew isibulek ħafna oġġezzjonijiet legali u l-planning issue tintnesa.", "Per eżempju, jiena naf b'appelli li ma ntrebħux fuq planning issues imma ntrebħu b'mod legali.", "Anke intom tafu bihom dawn.", "Huwa sewwa li lill-Planning Authority nirriduċuha biex tittratta l-appelli b'mod legali?", "Jiena jidhirli li l- function tal-Planning Authority m'għandux ikun dan.", "Il-function tal- Planning Authority għandu jkun li tittratta planning issues.", "U lanqas huwa sewwa - u dan għidtu inti u għandek raġun - li waqt l-appelli iktar ikun hemm avukati milli jun hemm periti.", "Jiġifieri din il-problema se nipprovaw nindirizzawha u qed ngħidu li l-avukat għandu jkollu postu fil-bord ta' l- appell biex ikun hemm min jagħti l-pariri, għax ovvjament iqumu aspetti legali, imma l-aspett legali m'għandux ikun il-focus ta' l-appell.", "Madam Speaker, qed inressqu emendi sabiex kemm jista' jkun inkabbru t- trasparenza.", "Waħda mill-affarijiet li l-aktar toħnoq l-operat ta' l- awtorita' hija effettivament in-nuqqas ta' trasparenza għax ħafna drabi din imbagħad tirriżulta f'burokrazija kbira.", "Per eżempju, waħda mill- affarijiet li tevitalna ħafna problemi fl-ipproċessar ta' l- applikazzjonijiet tkun jekk il-perit li jkollu applikazzjoni li se tidher quddiem il-bord ikun jaf minn qabel li r-rapport tal-case officer huwa favorevoli, għax lanqas ikun hemm għalfejn joqgħod jitlob biex ikun preżenti quddiem il-bord.", "Intom tridu tiftakru li ħafna mill-backlog li għandha l-Planning Authority quddiem id-DCC ġej mill-fatt li minħabba li ċerti periti jew applikanti jaħsbu li se jkollhom refusal jitolbu biex ikunu preżenti.", "B'hekk hemm backlog enormi għax id-DCC waqt seduta - u din nifhimha - b'dawk l-applikanti kollha ma tistax tara aktar minn għaxra jew tnax minnhom, għax kull wieħed jeħodlok għaxar minuti.", "Jiġfieri hemm bottleneck li ġej mill-fatt li għandek ħafna requests to be present.", "Ħafna minn dawn ir-requests, kif għidt qabel, isiru għax il-periti jkunu qed jimmaġinaw li l-application tagħhom se tiġi refused.", "Mela jekk inti tkun taf minn qabel li l-case officer tiegħek qiegħed jirrakkmanda li l- applikazzjoni tiegħek għandha tkun approved, ħafna drabi inti m'għandekx għalfejn titla' quddiem il-bord għax tgħid li ċ-ċansijiet huma li l-permess jinħareġ.", "Sal-lum il-ġurnata din ma ssirx u ma tkunx taf x'rakkmandazzjoni għandha l-applikazzjoni tiegħek.", "Ikun hemm min ikun jaf imma mhux suppost li tkun taf.", "Aħna qed ngħidu: X'hemm ħażin li f'każ li inti jkun se jkollok refusal ikollok dritt li tkun taf ħalli tkun taf jekk għandekx titla' quddiem il-bord jew le?", "Ħafna drabi jagħtuk refusal fuq xi punt żgħir, per eżempju, ikollok xi tieqa li għamiltha wiesgħa wisq u jekk iċċekkinha jagħtuk l-approval.", "Allura inti titla' quddiem il-bord u jgħidlek li jekk tirranġa t-tieqa jagħtuk il-permess u mbagħad tispiċċa li jibgħatulek kollox lura u tibda kollox mill-bidu.", "Jekk wieħed ikun jaf minn qabel li jekk jirranġa ftit il- pjanta - u dawn ikunu tibdiliet minuri - joħorġulu l-permess, nevitaw ħafna burokrazija.", "Min jaf kemm-il darba ma tkunx ħadt il-briga li titlob request to be present, jibagħtulek refusal minħabba xi ħaġa żgħira u jkollok toqgħod titlob reconsideration kull darba.", "Din tfisser li qisek applikajt mill-ġdid u b'hekk il-files dejjem telgħin u l-burokrazija dejjem tiżdied.", "Aħna qed ngħidu li l-periti għandu jkollhom d-dritt għall-aċċess tar-rapport tal-case officer biex dawn l-affarijiet naqtgħuhom.", "B'naqra ħsieb minn qabel nistgħu nevitaw ħafna burokrazija milli attwalment teżisti.", "Nispera li ma jmurx xi ħadd jaħseb li dawn l-affarijiet li qed nagħmlu huma l-uniċi affarijiet li hemm bżonn isiru fil-Palnning Authority.", "Kemm hemm affarijiet oħra importanti li jridu jsiru fil-Planning Authority!", "Imma għallinqas irridu nibdew minn x'imkien.", "Dawn huma l-ewwel batch ta' emendi li qed nressqu f'dan il-Parlament għal din il-liġi sabiex nipprovaw nżidu l-effiċjenza ta' din l-awtorita'.", "Min-naħa l-oħra tkellmu - u jidhirli li tkellmu tajjeb - dwar x'għandu bżonn isir f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, l-Onor.", "Michael Bonnici tkellem dwar l-enforcement u naqbel miegħu perfettament.", "Waħda mill-iktar affarijiet li nħoss li għandha tingħata attenzjoni hija s-sistema ta' l-enforcement u naħseb li rridu nippruvaw li b'xi mod l- enforcement nagħmluh aktar effettiv.", "Hemm bżonn - u dan kont ngħidu anke qabel - li fuq il-Planning Authority ikun hemm rappreżentanza aktar wiesgħa.", "Iva, nafuha din u rridu naslu għaliha wkoll.", "Jien fl-opinjoni tiegħi waħda mill-iktar affarijiet importanti li hemm bżonn issir fil- Planning Authority hija li l-awtorita' tiffoka aktar fuq dawk li huma l- core functions tagħha.", "S'issa jien inħoss li mhijiex iffokata biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li hemm x'isir fil-Planning Authority!", "Hemm ħafna x'isir fil-Planning Authority.", "Mhux qed ngħidu li din hija the end all ta' kollox, din hija l-ewwel parti tal-proċess li aħna rridu nressqu sabiex nipprovaw bil-mod il-mod, jekk jista' jkun bi qbil ma' kulħadd u b'consensus, naslu biex l-affarijiet nagħmluhom aħjar.", "Fl-aħħar mill-aħħar biex nagħmlu l-affarijiet hemm bżonn li noħolqu sistema ta' checks and balances.", "Hemm bżonn li jkun hemm sistema fejn xi ħadd jikkontrolla lil xi ħadd ieħor.", "Kif qegħdin illum, il-Planning Authority ħadd ma jista' jgħid xejn fuqha.", "Għallinqas bil-users committee se jkun hemm xi ħadd li jibda jiġbed naqra l-attenzjoni ta' l-affarijiet li mhumiex sejrin sewwa u se jkun hemm mekkaniżmu li permezz tiegħu l- affarijiet li ma jkunux sejrin sewwa jibdew jersqu lejn xi ħadd.", "Jekk inti tressaqhom lejn l-awtorita ħafna drabi x'issib?", "Illum x'inhi s- sitwazzjoni?", "Illum, jekk inti perit u taf li hemm xi ħaġa li mhux sejra sewwa fi ħdan l-awtorita' u tressaqha b'mod personali lejn l-awtorita' - jien personali kont nagħmilha qabel, meta konna fl-Oppożizzjoni, kelli relazzjoni tajba mas-Sur Fabri u kont inressaqlu ħafna lmenti u naf li kien jagħti kashom - taf li se teħel għax m'hemmx il-mekkaniżmu neċessarju.", "Issa b'dan li qed nagħmlu se nistabilixxu mekkaniżmu fejn l-ilmenti jistgħu jiġu ttrattati - qed nirriferi għal ilmenti b'mod ġenerali u mhux għal każijiet individwali - u fejn ir-rakkmandazzjonijiet li joħorġu jistgħu jiġu implimentati (Interruzzjonijiet) Qed ngħidu li issa r- rakkmandazzjonijiet se jitressqu lill-Ministru ħalli wara li jikkonsidrahom jara jistgħux jiġu mplimentati.", "Qisna se nagħmlu xi ħaġa ta' barra minn hawn!", "Aħna jidhrilna li s-sistema li qegħdin nagħmlu se żżid l- accountability, se żżid it-trasparenza, se żżid is-serjeta' u aktar minn hekk se tnaqqas il-burokrazija.", "Se noħolqu sistema, bħalma għidt qabel, ta' checks and balances li biha nkunu ċerti li għandna awtorita' li jekk jista' jkun mhux biss taħdem imma taħdem b'mod effiċjenti.", "Huwa importanti ħafna li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-gvern li hu responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, awtonoma kemm hija awtonoma, għax jekk l-awtorita' ma taħdimx tajjeb biżżejjed b'mod effiċjenti u toħloqlok xi bottleneck, b'mod li żżomlok il-proġetti l-kbar li jkollok, u tikkawżalek xi kriżi x'imkien fl-industrija tal-bini, fl-aħħar mill-aħħar huwa l-gvern tal-ġurnata li jrid iħallas id-deċmi.", "Aħna rrridu nagħmlu sistema fejn ikun hemm ċerti kontrolli.", "Iva, l-awtorita' għandha tibqa' tgawdi l-awtonomija tagħha imma l-awtorita' trid taħdem fuq il- prijoritajiet tal-gvern tal-ġurnata u aktar minn hekk l-awtorita' trid taħdem b'mod effiċjenti, b'mod accountable u b'mod li verament mhux biss tkun accountable u effiċjenti imma tidher li qed taħdem b'mod ġust ma' kulħadd.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, bħalissa qed niddiskutu emendi għall-kostituzzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, organizzazzjoni li ilha mwaqqfa madwar erba' snin.", "Ċertament erba' snin m'humiex xi perijodu twil biex wieħed ikun jista' jgħid li għandu ċerta esperjenza għax kważi kważi kien hawn xi Onor. Membri f'din il-Kamra li bilkemm ma tawx l-impressjoni li erba' snin saru qishom erbgħin sena!", "Naħseb li jkun tajjeb li nirrikonoxxu l-qabża fil-kwalita' li kellna f'pajjiżna u mhux biss fl- ipproċessar ta' applikazzjonijiet, għax ħafna drabi meta l-pubbliku ġenerali jisma' bl-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-ewwel jiġih f'rasu meta jkollu bżonn jagħmel xi applikazzjoni.", "Jien lill-pubbliku nifhmu għax l- ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet jolqtu mill-qrib, imma naħseb li wieħed irid japprezza li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet pass 'il quddiem fil- mod kif isir dak li jissejjaħ positive planning.", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar, bħala istituzzjoni nazzjonali, kellha numru ta' opportunitajiet minn mindu twaqqfet - forsi hawn min jgħid li seta' kellha aktar - biex aktar milli tirreaġixxi tkun tista' tipproponi skemi u programmi ta' kif isir l-ippjanar u l-policies ġenerali u mhux sempliċement tipproduċi pjanti stampati.", "Naħseb li b'mod ġenerali l-awtorita' mxiet tajjeb.", "Ovvjament irridu nifhmu wkoll li hemm numru ta' problemi u jidhirli li ħadd f'din il- Kamra għadu ma qam jgħid li fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar dawn ma jeżistux pero' wieħed irid jifhem li din l-istituzzjoni għadha fl-infanzja tagħha jew forsi issa bdiet titfarfar ftit.", "Naħseb li jekk hemm xi ħaġa interessanti din m'hijiex qiegħda fl-emendi li qegħdin niddiskutu imma fil- general development order, il-GDO, speċjalment fil-partijiet ta' l-aħħar li huma pożittivi ħafna u ħafna aħjar mill-mod kif ġie drafted dan l-abbozz ta' liġi.", "Dan ma jfissirx li l-GDO ma fihiex żbalji - fil-fatt għandha ruxxmata żbalji - imma l-ispirtu u l-applikazzjoni tal-proposti kif ippreżentati fiha - effettivament dawn ħarġu mill-istess awtorita' li qed tiġi kkritikata ħafna - naħseb li huma pożittivi ħafna.", "L-aħħar paragrafu ta' l-abbozz ta' liġi, fejn hemm \"Għanijiet u Raġunijiet\", jgħid hekk:", "\"L-għan ta' dan l-Abbozz hu biex iwaqqaf makkinarju li għandu b'għan tiegħu li jżid l-effiċjenza, t-trasparenza u l-accountability ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u li jiżgura servizz aħjar għall-pubbliku ġenerali f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ippjanar.\".", "Issa jien se nitkellem fuq dawn it-tliet punti li suppost huma l-mira ta' dan l-abbozz ta' liġi u se nibda bit-trasparenza.", "X'qed joffrilna l-abbozz ta' liġi rigward it-trasparenza?", "Hawnhekk għandna proposti fejn id- deliberazzjonijiet - jiġifieri meta ċ-ċittadin komuni jmur jagħmel applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u din tittieħed quddiem il- kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp, jew aħjar id-DCC - jistgħu jibdew isiru fil-magħluq jekk ikun hemm xi ħadd li jkun irid hekk u l- votazzjoni, li tkun sigrieta, ssir barra.", "S'issa assurdita' akbar minn din fl-abbozz ta' liġi - għalhekk bdejt biha - għadni ma sibtx.", "Mela d- deliberazzjoni ssir wara l-bibien imma l-votazzjoni sigrieta ssir barra biex il-pubbliku ġenerali jara x'biros ikunu qed jintużaw fil-votazzjoni!", "Issemma l-każ ta' San Lawrenz.", "Jien naf b'ruxxmata każijiet oħrajn fejn meta titla' quddiem id-DCC u minkejja li kważi l-membri kollha jkunu tkellmu mod - anke każijiet quddiem il-bord tal-Planning Authority nnifisha, mhux biss tad-DCC - meta jiġu biex jiddeċiedu jagħmlu l-kontra ta' dak kollu li jkunu qalu.", "Illum il-Ministru Buhagiar jaf bil-każ ta' San Lawrenz għax id-deliberazzjoni semagħha, imma b'din is-sistema li se jagħmlu ma jkunx jista' jiġu hawn sena jew sentejn oħra u jgħid li jaf b'dak il-każ u bil-każ l-ieħor!", "Jekk jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi kif inhu mill-Parlament ħadd m'hu se jkun jaf li kien hemm min tkellem u qal ħaġa u mbagħad ivvota mod ieħor għax forsi għandu familjarita' ma' min għamel l-applikazzjoni, jew għax forsi l-membru li jintbagħat mill-partit għandu xi kontijiet pendenti ma' min ikun għamel l-applikazzjoni, jew għal xi raġuni oħra!", "Għallinqas illum nistgħu nippuntaw subgħajna lejn in-nies li jpoġġu fuq id-DCC u fuq il-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u nistaqsuhom kif l-ewwel jgħidu mod imbagħad jivvotaw kontra.", "Jekk għada pitgħada d-deliberazzjonijiet se jibdew ikunu fil-magħluq ħadd m'hu se jkun jista' jippunta subgħajh lejn ħadd għaliex lanqas biss se nkunu nafu x'deliberazzjonijiet kien hemm.", "Jien irrid insemmi punt ieħor għalfejn din in-naħa temmen li huwa importanti li d-deliberazzjonijiet jibqgħu jsiru fil-miftuħ.", "Mill- esperjenza li għandi nista' ngħid li, ħafna drabi meta jsiru d- deliberazzjonijiet, jew ikun hemm min assolutament ma jgħid xejn, jew ikun hemm min ma jifhimx.", "Issa qed ngħidu li min ma jifhimx ikun jista' jsemmi d-dubji tiegħu fil-magħluq!", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Viċi Prim Ministru, bil- permess ta' l-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Infakkar lill-Onor.", "Membru li l-ewwelnett in-nies li qed jirriferi għalihom li għandhom xi interess jew xi djun ma' l- applikant u n-nies li ma jifhmux huma obbligati li jiddikkjaraw l- interess tagħhom f'kull każ li jkun hemm; u t-tieni nett huma nies li fil- maġġoranza l-kbira tagħhom huma magħżulin mill-Prim Ministru għall- integrita' tagħhom.", "Issa jekk se noqogħdu nitfgħu dellijiet fuq dawn in- nies irridu nitfgħuhom ukoll fuq il-Prim Ministru li jkun appuntahom.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien qed nitkellem fuq Malta u fuq ir-realta' mhux fuq l-aspirazzjoni ta' xi ġenna oħra fl-art jew fuq xi utopja!", "Jien qed ngħid li jekk din hija r-realta' aħjar inħalluha mikxufa milli ngħattuha.", "Il-kapaċitajiet tan-nies li jitpoġġew fuq il-bordijiet għandna narawhom.", "Jien ikolli nammetti li ħafna drabi wieħed jitgħallem mid-deliberazzjonijiet li jsiru imma jkun hemm okkażjonijiet fejn wieħed lanqas ikun jaf fuqhiex ikunu qed jitkellmu.", "Jien nemmen li huwa importanti ħafna li d-deliberazzjonijiet jibqgħu jsiru fil-miftuħ ħalli n- nies kollha jkunu jafu xi kwalita' ta' persuni jitpoġġew fuq il-bord tad- DCC u fuq il-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Mill-mod kif issir id- deliberazzjoni tkun taf kemm tkun tajba l-persuna li titpoġġa fuq il-bord.", "Dan huwa importanti ħafna u aħna qed ninsistu li jkun żball kbir jekk deliberazzjonijiet ta' dan it-tip jibdew isiru wara bibien magħluqa.", "Issa ħalli nsemmi punt ieħor dwar it-trasparenza.", "Hawnhekk qed jissemma li l-perit biss jista' jara l-pjanti u dan huwa żball ieħor.", "Jien li issa ilni perit mill-1990 ikolli ngħid - l- ispeċjalizzazzjoni tiegħi hija fl-ippjanar - li mhux veru li l-perit huwa l- uniku bniedem li jifhem fl-ippjanar.", "Fil-fatt meta tistudja l-ippjanar l- ewwel ħaġa li titgħallem hi li mhux il-perit biss huwa l-unika persuna li tista' tagħti kontribut fl-ippjanar.", "Din hija materja inter-dixxiplinarja ħafna u fiha jidħlu soċjoloġi, persuni li jifhmu fil-ġeografija, periti u ruxxmata nies oħrajn.", "Għalhekk li npoġġu lill-perit bħala l-uniku omni sapiens li kapaċi jeżamina pjanta huwa żball.", "Qed ngħid hekk fl-interess tal-pubbliku ġenerali.", "Jiena perit u jaqbilli ngħid li l-uniku omni sapiens li kapaċi jeżamina pjanta huwa l-perit pero' din ma tkunx il- verita'.", "Jien kont nistenna xi ħaġa oħra, f'isem it-trasparenza, anke jekk issa rridu nillimitawha għall-periti.", "X'jiġifieri tmur teżamina l- pjanta u ma tingħatax kopja tagħha meta ħafna drabi l-applikazzjoni tkun komplessa?", "Jien mhux qed ngħid li l-pjanta għandha tingħata lill-pubbliku in ġenerali imma għallinqas, jekk irridu nimxu b'dawn il-parametri, din għandha tingħata lill-perit bona fide biex jeżaminaha fid-dettall.", "Punt tajjeb li joħroġ mill-GDO - mhux mill-abbozz ta' liġi - huwa li issa r-rapport li jkun għamel id-DCC se jibda jiġi ppreżentat u b'hekk inkunu nafu x'ikun hemm miktub fih.", "Fl-abbozz ta' liġi hemm li issa se jibda jintalab xi ħlas.", "Minkejja li l-Ministru Buhagiar qalilna li dan huwa ħlas minimu xorta baqa' ma qalilniex kemm huwa.", "Dan se jkun abbażi ta' perċentwali tal-ħlas li jsir għall-applilkazzjoni jew se jkun ammont fiss?", "(Interruzzjonijiet) Għadhom kif qalulna li lesti li din ineħħuha imma issa allura għandhom jiddeċiedu.", "Possibbli dawn tant iddeċidew malajr li ma kellhomx iċ-ċans jaħsbu daqsxejn fuq dawn l-affarijiet!", "Ta' min igħid ukoll hawn li issa daħlet drawwa li abbozz ta' liġi jiġi diskuss fi żmien 48 siegħa minn meta jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u jippretendu li l- Oppożizzjoni tkun lesta u ppreparata bl-argumenti!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Vici Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, dan li qed jallega l-Onor.", "Membru mhuwiex veru għax kopja ta' dan l-abbozz ta' liġi ngħatat lin-naħa l-oħra sebgħat ijiem qabel bdejna niddibattu, kif jitolbu r-regolamenti u skond il- qbil li kellna fil-House Business Committee.", "L-Onor.", "Pullicino m'għandux jibqa' jagħmel allegazzjonijiet bl-addoċċ.", "Jekk kemm-il darba lill- kollega tagħna sħabu ma tawhx kopja ta' l-abbozz ta' liġi affari tagħhom pero' aħna lill-Oppożizzjoni tajnihom sebat ijiem clear skond il-ftehim.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, ħalli nkun preċiż fil-kliem tiegħi għalkemm avukat m'inix għall-grazzja t'Alla.", "Irrid ngħid li l- abbozz ta' liġi ġie stampat ...", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk l-Onor.", "Vella jrid li noqogħdu nfettqu għandu jkun jaf li aħna kapaċi nfettqu ħafna bil-kliem.", "(Interruzzjonijiet) L-argument huwa li minkejja li n-naħa tal- Gvern illum ġiet hawnhekk u semmithielna l-kwestjoni ta' ħlas qaltilna wkoll li jista' jkun li l-ħlas tneħħieh.", "Jien se nagħmel mistoqsija u nixtieq li xi ħadd jitfa' xi dawl fuqha.", "Jekk il-ħlas jinżamm, dan se jkun abbażi ta' perċentwali ta' l-ammont ta' DPF u ISC, jew se ngħidu ħlas minimu ta' Lm2, Lm5 jew Lm10?", "Il-proposta fiha nnifisha hija nejja u jidher li ma kienx hemm ħsieb ta' dettall.", "Punt ieħor li jorbot ma' dan huwa l-mod kif saret din il-liġi.", "Fi Frar li għadda l-Viċi Prim Ministru qal pubblikament għal darba darbtejn li se jressqu emendi għall-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp imma l-ewwel kellhom joħorġu white paper.", "Illum nafu li din il-white paper sparixxiet.", "Issa li qegħdin f'Lulju għandna l-abbozz ta' liġi quddiemna u, minbarra li l-white paper għadha ma ħarġitx, għandna wkoll il-bibien magħluqin għad- diskussjoni.", "Għalhekk mhux biss ingħalqu l-bibien għad-deliberazzjonijiet fil-proċess tal-pjanti ta' l-applikazzjonijiet imma għalaqna wkoll il- bibien għad-deliberazzjoni pubblika fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Kieku ma qalu xejn wieħed jifhimha għax ikunu ddeċidew hekk imma fi Frar li għadda, jiġifieri meta kienu fil-gvern u mhux fl-oppożizzjoni, dawn wegħduna li se toħroġ white paper.", "Kif diġa' għidt, l-ewwel il-Viċi Prim Ministru qalilna pubblikament - din qalha iktar minn darbtejn - li se toħroġ white paper u mbagħad ġiet xi id minn fuq, minn taħt jew minn x'imkien ieħor, iġġebbed minn hawn u minn hemm u f'daqqa waħda l-unika ħaġa li sparixxiet kienet il- white paper.", "Jien napprezza l-argumentazzjoni li għamlu l-għaqdiet ambjentalisti f'pajjiżna li wara tmien xhur fil-poter in-naħa tal-Gvern diġa' bdiet tinsa li dawn huma ċittadini oħrajn importanti.", "Qed ngħid dan għax lanqas biss marru jiddiskutu magħhom u injorawhom totalment.", "Fil-fatt l- għaqdiet ta' l-ambjent nhar is-Sibt qalu li hija tal-mistħija li l- Ministru responsabbli mill-ambjent u mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar l-ewwel jiġi jwiegħedna li se jagħmel white paper u mbagħad tant tkun white li tispiċċa trasparenti!", "Din ħaġa tal-mistħija!", "(Interruzzjonijiet) Jiena m'għandni xejn x'inpoġġi fuq il-kuxjenza tiegħi dwar il-każ ta' Busietta Gardens.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Vella jrid isib x'għidt u xi ktibt jien fuq il-każ ta' Busietta Gardens hemm ir-records u jista' jfittixhom.", "Il-Viċi Prim Ministru jmissu jaf li ex-kollega tiegħu, Alla jaħirfirlu, kien ta permess għal żvilupp lill-istess nies li għamlu l- applikazzjoni ta' Busietta Gardens u għall-istess post iżda b'densita' ħafna ikbar minn dak li eventwalment ġie approvat.", "Dan insewh!", "Mela jiġi hawnhekk u jgħidli: Mur 'l hinn!", "Jien qed nitkellem fuq il-fatti u m'għandi xejn fuq il-kuxjenza tiegħi.", "Jien dak li kelli xi ngħid għidtu fl-apert.", "(Interruzzjonijiet) Jgħaddi ż-żmien u l-poplu jiġġudika.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Pullicino, żomm ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien nittama li l-Viċi Prim Ministru fil-winding up jispjegalna għalfejn f'daqqa waħda din il-white paper saret trasparenti.", "Kien hemm xi hidden arms biex f'daqqa waħda ddeċidew li din il-white paper ma toħroġx?", "Kienet saret din il-white paper?", "Jekk ma kenitx saret għaliex ma saritx?", "U jekk saret għalfejn f'daqqa waħda tpoġġiet xi mkien fid-dlam?", "Jien dawn ir-risposti rrid.", "Dak li qal li kellha toħroġ white paper kien l-Onor.", "George Vella u mhux xi kollega ieħor tiegħu u dan sar fi Frar li għadda pero', kif diġa' għidt, din il-white paper baqgħet ma ħarġitx.", "F'din il-Kamra, l-Onor.", "George Vella, fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt jien rigward ir-rapport ta' Carmelo Farrugia, qalilna li għalissa mhuwiex se jippubblika r-rapport ta' Farrugia għax hemm rapporti oħrajn.", "Meta jien staqsejtu ta' min huma dawn ir-rapporti qalli li rapport wieħed ieħor hemm u dan kien ir-rapport ta' l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Minkejja li għadda ż-żmien u qalilna li se jippubblika r-rapport ta' Farrugia u r-rapport ta' l-awtorita', dawn baqgħu ma ġewx ippubblikati u ma nafux x'fihom biex issa għandna quddiemna dan l- abbozz ta' liġi.", "Mela minkejja li qalilna li se jagħmel white paper din ma għamilhiex u minkejja li qalilna li se jippubblika r-rapporti dawn baqgħu ma ġewx ippubblikati.", "Jien nixtieq inkun naf fejn hi l-kredibilita' ta' l-Onor.", "Vella!", "Dawn l-affarijiet mhux hawn ġew biss qalhom imma qalhom ukoll barra.", "(Interruzzjonijiet) Il-kredibilita' ta' l-Onor.", "Vella jiġġudikaha l-poplu.", "Jekk l-Onor.", "Vella jaħseb li l-ġudizzju li sar darba kien totalment etern huwa żbaljat.", "Il-Viċi Prim Ministru għandu jkun jaf li l-ġudizzju tal-poplu jinbidel.", "Jien m'għandix l-iċken dubju li dan il- ġudizzju diġa' beda jinbidel għax hemm ammont kbir ta' ingann li daħal għalih dan il-Gvern u wettqu.", "(Interruzzjonijiet) Mhux biss x'qal qabel l-elezzjoni jgħodd imma x'jgħid u x'jagħmel issa.", "Nerġa' nirripeti li minkejja li fi Frar u Mejju - mhux qed nitkellmu fuq ħames snin ilu - qalilna li ħierġa white paper u li se jippubblika r-rapporti, minn dan kollu baqa' ma sar xejn.", "Sur President, issa se nitkellem ftit fuq il- kwestjoni tal-kontroll min-naħa tal-Gvern.", "Jien irrid ngħid mill-bidu li m'għandi l-ebda diffikulta' niddiskuti to what extent għandna ntejbu l-effiċjenza ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L- unika diffikulta' li għandi hija li m'għandniex niġu murija karrotta u ningħataw basla, la aħna f'din il-Kamra u lanqas il-pubbliku ġenerali.", "Il- biża' tiegħi hija li l-argumentazzjoni li se nipprovaw intejbu l-effiċjenza hija biss argumentazzjoni irħisa u cover-up għal kontroll ħafna akbar tal- gvern fuq din l-istituzzjoni nazzjonali.", "Wisq nibża' li t-tibdil żgħir li qed nagħmlu biex naġġustaw il-makkinarju qed nagħmluh biex jidher fil- pubbliku u l-argumentazzjoni politika min-naħa tal-Gvern tkun li qed nagħmlu tibdil fil-makkinarju biex iżid l-effiċjenza b'risq iċ-ċittadin.", "Pero' meta tiskopri u taqra fid-dettall dan l-abbozz ta' liġi ssib li l- verita' hija li l-argumentazzjoni vera u proprja toħroġ minn dak li kiteb is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista l-bieraħ fil-\"Kullħadd\".", "Dawn iridu kontroll sħiħ fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dak hu l-veru argument li qegħdin niddiskutu hawnhekk.", "M'għandniex nipprovaw niddevjaw id- diskussjoni - kif qed tipprova tagħmel in-naħa tal-Gvern - li t-tibdiliet qed isiru biex tiżdied l-effiċjenza.", "Aħna lesti li niddiskutu għal ħames ġimgħat sħaħ x'tibdiliet hemm bżonn isiru biex titjieb l-effiċjenza.", "Punt li ssemma b'mod ġenerali fl-abbozz ta' liġi huwa li kull dokumentazzjoni u kull policy trid tkun approvata l-ewwel mill-gvern.", "Meta ġew quddiemna l-emendi għal klawsola 3 għidna li dawn indunaw u jridu jgħidu li l-policies l-ewwel tapprovahom l-awtorita' imbagħad imorru għall- approvazzjoni tal-gvern.", "Wara sibna li l-emenda għal din il-klawsola tgħid proprju l-kontra, jiġifieri li l-gvern issa se jibda jiddeċiedi u japprova kull dokumentazzjoni u kull policy imbagħad jagħtihom lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "THE DEPUTY SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien ma nafx x'gosti għandu l-Onor.", "Pullicino pero' l-pjaċir tiegħu hu li jimmiżlidja lill-Kamra.", "Dan jaf li dak li qed jgħid m'huwiex veru u qed jgħidu għall-gost li jirripetih.", "Jekk kien qed isegwi d-dibattitu, bħalma segwejtu jien mill-bidu sa l-aħħar, jaf li jien diġa' rrimarkajt li hemm comma barra minn postha.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien kont preżenti għad-dibattitu u qrajt l-abbozz ta' liġi fid-dettall pero' nista' ngħid li l-linja ġenerali li qed jieħu l-Gvern mhijiex se titbiddel b'dik il-comma.", "Issa jekk dik il-comma tant għandha weight, dan napprezzah imma ma jidhirlix li bil-comma se jitbiddel l-ispirtu ta' dak li qiegħed ngħid jien.", "J'Alla li dak li qed igħid l-Onor.", "Vella huwa veru imma jien għadni m'inix konvint li bil-comma li qed jissuġġerixxi d-dokumenti u l-policies l-ewwel jiġu approvati mill-awtorita' mbagħad imorru għand il-gvern, iżda wisq nibża' li l-affarijiet se jsiru bil-kontra.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa l-argument li jissemma fl-abbozz ta' liġi li l-pjan ta' struttura issa se nibdew napprovawh bil-biċċiet.", "Skond meta jidhrilha n-naħa tal-Gvern issa se tgħid li t-tali parti mill- pjan ta' struttura se tinbidel.", "Naħseb li anke jekk hemm l-aħjar volonta' u l-aħjar intenzjonijiet min-naħa tal-Gvern, wieħed irid jifhem bis- serjeta' kollha x'qed isir b'dan it-tibdil.", "Għandna noqogħdu attenti ħafna minn dan it-tibdil għax dan jista' jfisser li l-proċess ta' pjan ta' struttura, kif ġie adottat f'pajjiżna, se jintefa' fil-qiegħ u se jintrema.", "Jien nixtieq nistaqsi u nitlob lill-Onor.", "Vella biex fil- winding up jgħidilna daqsxejn x'tip ta' konsultazzjoni kien hemm, apparti li naf li tkellem ma' xi wħud mill-uffiċjali tal-Kamra tal-Periti.", "Jien m'għandix dubju illi kieku d-diskussjoni saret aktar profonda man-nies li verament jifhmu fl-ippjanar, kien joħroġ ħafna aktar bis-saħħa l-argument li ma jistax ikun li pjan ta' struttura inti se tibda tapprovah u tbiddel fih skond meta tħoss int. Pjan ta' struttura huwa pjan għal pjanifikazzjoni integrata u ma jistax ikun li f'daqqa waħda narmuh.", "Jien ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Charles Buhagiar f'mument minnhom jgħid li l-pjan ta' struttura għandna nbiddluh.", "Għax ikun inbidel il-gvern għandna nbiddlu l-pjan ta' struttura!", "Jekk se nagħmlu din it-tip ta' argumentazzjoni allura ngħidu li l-perijodu meta jinbidel pjan ta' struttura għandna nqassruh għall-inqas perijodu possibbli imma mhux ngħidu li se nbiddluh biċċa biċċa biex il-gvern ikollu mano libera.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Pjan ta' struttura fih innifsu jitlob li inti tħares lejn l- oqsma kollha diversi b'mod nazzjonali u mhux lokalita' b'lokalita' jew inkella tħares lejn qasam as distinct minn qasam ieħor.", "Jekk il-Gvern irid li jkun f'pożizzjoni li jbiddel il-pjan ta' stuttura, dan għandu jinbidel kull sentejn jew kull tliet snin.", "Jekk dan huwa l-goal li rridu naslu għalih għandna nagħmlu hekk f'ġieħ il-pjanifikazzjoni u mhux nispezzaw il- mod ta' kif isir pjan ta' struttura.", "Il-pjan ta' struttura aħjar isir iktar frekwenti u b'mod integrat milli jiġi rivedut kull ħames snin imbagħad nibdew inbiddlu biċċa minn hemm u biċċa minn hawn minħabba l- esiġenzi u r-riżultati politiċi li l-Gvern ikun jixtieq jottjeni.", "Dan qed ngħidu b'onesta' u b'responsabbilita' u nappella lin-naħa tal-Gvern biex jekk irid li nżommu l-proċess ta' kif jaħdem pjan ta' struttura jerġa' jikkonsidra din il-proposta li qed jagħmel li ma tagħmilx sens.", "Waqt li kont qed naqra l-abbozz ta' liġi bdew jiġuni dubji jekk min għamel id-drafting tiegħu jafx x'ifisser pjan ta' struttura.", "Jista' jkun li min kiteb dan l-abbozz ta' liġi għad għandu nostalġija għal dak li kien jissejjaħ pjan komprensiv li miet fis-snin sittin u li issa xi ħadd kważi qed joħlom li jerġa' jirxoxta.", "Dan ifisser li inti tibda tfassal pjani u tipprova tiddettaljahom kemm jista' jkun ħalli ma toqgħodx tbiddilhom biex ma tħalli l-ebda flessibilita' jew leeway.", "Jekk għandhom nostalġija għal dak il-proċess għandhom jgħidulna ħalli nkunu nafu x'qed niddeċiedu imma mhux niġu f'din il-Kamra u ngħidu li se nbiddlu l-pjan ta' struttura u se nagħmluh bil-biċċiet għax dan ma jibqax pjan ta' struttura.", "Dan huwa konċett importanti ħafna u għalhekk huwa importanti li nifhmuh.", "Dan qisek qed tgħid li trid karozza li ma timxix bir-roti imma timxi bil-katina!", "Naturalment din ma tkunx karozza imma tractor jew xi ħaġa oħra.", "Għalhekk irridu nkunu nafu x'qed ngħidu.", "Jekk irridu karozza mingħajr roti għandna nkunu nafu li qed nagħżlu tractor u jekk il-pjan ta' struttura se nibdew inbiddluh biċċa biċċa rridu nkunu nafu li dan m'huwiex pjan ta' struttura u għalhekk għandna nsejħulu xi ħaġa oħra.", "Jekk hemm bżonn insejħulu pjan komprensiv, kif uħud jista' jkollhom nostalġija għalih.", "Irridu nifhmu li l-idea ta' pjan komprensiv intremiet fis-snin sittin u l- ebda pajjiż mhu qed jipprova jirxoxta xi ħaġa simili għax kull fejn kien hemm pjani komprensivi dawn ġabu diżastru mhux biss rigward il-land use policy imma wkoll rigward l-iżvilupp ekonomiku.", "Naħseb li dak li seta' jgħin u jagħti xi pariri dwar dan kien il-Partit Laburista Ingliż li tgħallem ħafna mill-iżbalji ta' comprehensive planning li kien hemm fis- snin sittin.", "Fil-fatt il-Laburisti Ingliżi remew totalment il-pjan komprensiv u they got on board il-pjan ta' struttura u l-istrategic planning.", "Għal dan it-tip ta' ippjanar kien hemm kritika kbira min-nies tal-lemin bħal Thatcher.", "Kultant f'din il-Kamra nibda naħseb li hawn min qed jagħżel is-sistema ta' Thatcher għax uħud mill-Onor.", "Membri tan-naħa l- oħra, li jifformaw parti minn dak li suppost jissejjaħ il-Partit Laburista bilkemm m'għandhomx nostalġija għall-metodi li kienet tadotta Margaret Thatcher.", "Il-Partit Laburista Ingliż għażel il-pjan ta' struttura u kompla għaddej bih.", "Sur President, ma nafx għalfejn dan se nibqgħu nsejħulu pjan ta' struttura meta effettivament mhux se nħalluh pjan ta' struttura.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti ħafna li nifhmu li pjan ta' struttura huwa pjanifikazzjoni integrata ta' l-oqsma kollha f'daqqa tal-politika soċjali, tal-politika ekonomika u tal-politika dwar it-trasport u mhux biċċa biċċa.", "Jien nappella lin-naħa tal-Gvern biex terġa' tikkonsidra din il-bidla bis- serjeta' għax inkella se narmu l-ideal li jkollna pjan ta' struttura.", "Għalhekk irridu nkunu nafu x'qegħdin nagħmlu u x'jistgħu jkunu l-ħlasijiet li pajjiżna se jkollu jagħmel għal dan it-tibdil.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa li fl-abbozz ta' liġi jingħad li l- ministru se jerfa' r-responsabbilita' li jinforma lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar dwar policies tal-gvern.", "Jien ma nara xejn ħażin b'daqshekk imma kien ikun ferm aħjar kieku l-Ministru responsabli għażel li jsaħħaħ il- funzjonament ta' dak li jissejjaħ l-inter- departmental committee għall- ippjanar.", "Kien jagħmel ħafna iktar sens kieku dan il-kumitat jingħata iktar saħħa u iktar poteri milli kellu sal-lum.", "Naħseb li nkun qed nagħmel evalwazzjoni tajba jekk ngħid li mit-twelid ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dan il-kumitat ma ntużax tajjeb biżżejjed għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett kien hemm kapijiet u dipartimenti tal-gvern li kienu totalment green fuq dawn il-materji u kważi beżgħu jinvolvu ruħhom fihom għax ħasbu li ma kenux kapaċi, u t-tieni raġuni hija li ħafna dipartimenti tal-gvern għad għandhom il-mentalita' - kif għidna meta konna qegħdin niddiskutu l- Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika - li jingħalqu fit-torri ta' l-avorju tagħhom u ma jkunu jridu jiddiskutu ma' ħadd għax jaħsbu li se jitilfu l-poteri tagħhom.", "Jien nitlob lin-naħa tal-Gvern biex terġa' tikkonsidra li tagħti boost ġdida lil dan l-inter-departmental committee għax naħseb li jekk jaħdem sew jaf jagħti kontribut kbir lill- pjanifikazzjoni f'pajjiżna.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid tara li dan l- inter-departmental committee tagħtih iktar appoġġ u tippromwovih ħafna iktar.", "Punt ieħor li jissemma fl-abbozz ta' liġi huwa li l-planning consultative committee jirrapporta lill-ministru.", "Jien nixtieq nistaqsi bl-ikbar umilta' lill-Ministru biex jispjegalna għalfejn daħlet din il-ħaġa, għalkemm m'għandi xejn kontra tagħha.", "X'inhu l-iskop li dan il-kumitat jirrapporta lill-ministru u ma jirrapportax lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Punt ieħor li din in-naħa ssostni huwa li ma naqblux li s-segretarju ta' l-appell ikun nominat mill-ministru.", "Aħna nemmnu li dan għandu jkun nominat mill-awtorita' jew mill-users' committee.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Pullicino, skadielek il-ħin u għandek bżonn exstension.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi li l-Onor.", "Pullicino jkompli jinstema'.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Pullicino jkompli jinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Niringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Sur President, ikollna ħafna iktar trasparenza jekk is- segretarju ta' l-appell jintgħażel min-nies li jkunu inqas politiċi, bħal dawk li jkunu nominati fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jew mill-users' committee.", "Kif diġa' għidt, naħseb li huwa importanti ħafna li wieħed jara x'inhi s-sustanza prinċipali li fih dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien għandi l-biża' li l-linja ġenerali u l-goal aħħari ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa aktar kontroll fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif qal il-bieraħ is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista.", "Dak huwa biss cover-up għal tibdiliet oħrajn li taparsi rridu nagħmlu f'dik li hija effiċjenza.", "Jista' jkun li qed inkun ftit iebes meta nuża l-kelma \"taparsi\" għax naħseb li n-naħa l-oħra għandha wkoll motivi tajbin li tipprova ttejjeb l- effiċjenza ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Pero' jkun ħażin jekk dawk il- motivi għal tibdil aħjar f'dik li hija effiċjenza nżommuhom bħala kopertina għal tibdiliet ħafna iktar ta' sustanza li n-naħa tal-Gvern trid tagħmel biex ikollha iktar poter fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq il-kwestjoni ta' l-effiċjenza għax wieħed mill- iskopijiet deskritti f'dan l-abbozz ta' liġi huwa li l-awtorita' trid issir aktar effiċjenti.", "F'emenda għal klawsola 12 jissemma l-argument ta' l-acquired rights u naħseb li fl-istadju tal-Kumitat hemm bżonn li wieħed jitkellem iktar fil- fond fuq dan il-punt.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li tista' tfisser ħafna u li jista' jkollha riżultati negattivi anke għall-istess Gvern li llum qed imexxi dan il-pajjiż.", "Għandna noqogħdu attenti fuq xiex inkunu qegħdin nitkellmu għax jista' jkun li nkunu qed nagħmlu detonating ta' bomba u wara ma jkunx faċli li ssostni l-argumentazzjoni favur l- acquired rights.", "Jien m'għandi xejn kontra li wieħed jiddiskuti imma dan m'għandux isir bil-mod kif qed isir hawnhekk għax qegħdin niftħu bieb għal gliegel kbar ta' ilma bil-pressa li jista' jiġi anke fuq dan il-Gvern li se jorbot idejn min jieħu ħsieb il-mod kif issir il-pjanifikazzjoni u dan jista' jkun ta' detriment.", "X'jistgħu jkunu l-effetti jekk se tidħol fis-seħħ il-parti ta' l-acquired rights?", "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn bażikament pjan lokali bilkemm ikun jista' jinbidel.", "Barra minn hekk se nispiċċaw nirrestrinġu ħafna d-drittijiet soċjali li jkollu gvern biex jara li ċerti istituzzjonijiet nazzjonali, bħall-oqsma ta' l-edukazzjoni u tas- saħħa, ikollhom postijiet allokati għalihom, dawk li jissejħu community facilities.", "Filwaqt li nifhmu l-ispirtu ta' din il-parti ta' l-acquired rights irridu noqogħdu attenti li ma nispiċċawx nagħmlu xi ħaġa li tgħallaq lill-istess gvern.", "Minkejja li aħna qegħdin fl-Oppożizzjoni nifhmu li fl- interess ta' dan il-pajjiż il-gvern m'għandux jitgħallaq b'affarijiet bħal dawn.", "Aħna m'għandna xejn kontra li persuna jkollha permess tibni ħames sulari u ħadd ma jista' joħdilha dan id-dritt, per eżempju, billi jnaqqsilha l-permess għal tliet sulari, basta dan isir wara li jkun hemm pubblikazzjoni tal-pjanijiet.", "Nifhem li wara li jkun hemm pubblikazzjoni tal-pjanijiet lil dak li jkun m'għandekx tbiddillu xi ħaġa, imma in the meantime tibda torbot idejk u tgħid li waqt li qed tagħmel draft policy dak li jkun għandu jibqa' għaddej?", "Dan ifisser li inti tkun qed toqtol l- istess policies li trid tagħmel.", "Lill-Ministru ngħidlu li jien nifhem li dan huwa punt delikat ħafna imma rridu noqogħdu attenti kif nitkellmu fuqu għax jista' jkun li se norbtu idejn il-gvern wisq rigward community facilities u pjanifikazjoni fit-tul.", "Emenda oħra għal klawsola 12 tgħid li l-perijodu ta' pubblikazzjoni ta' l-avviż jista' jonqos għal sebat ijiem jekk dik l-applikazzjoni tkun urġenti.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax din jista' jkollha ammont ta' abbuż.", "F'daqqa waħda jista' jkun li ċerti applikazzjonijiet jibdew jgħaddu bħala urġenti u dawk il-proġetti li jkunu kbar u ta' ċerta dimensjoni nibdew ngħidulhom urġenti u minflok ikun hemm avviż ta' 21 ġurnata jibda jkun hemm avviż ta' sebat ijiem.", "Naħseb li hemm bżonn li jkun hemm definizzjoni aħjar ta' xi tfisser il-kelma \"urġenti\" għax inkella jista' jkun hemm l-abbużi u ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż ikun hawn abbużi bħal dawn.", "Klawsola 16 ta' l-abbozz ta' liġi tgħid li jekk applikazzjoni ma tkunx approvata fi żmien 12-il ġimgħa għandu jitqies li jkun ingħata l-permess.", "Jien mhux se nitkellem b'mod negattiv fuq in-naħa tal-Gvern minħabba din il- ħaġa, pero' nifhem tajjeb x'qed jipprova jagħmel il-Gvern u x'inhuma l- intenzjonijiet tiegħu biex jipprova jnaqqas kemm jista' jkun d-dewmien fl- ipproċessar.", "Lill-Ministru ngħidlu biex ma nispiċċawx nagħmlu affarijiet li jdaħħluna f'sitwazzjoni ta' abbużi ħafna ikbar minn dak li nkunu ħsibna li jistgħu jdaħħluna.", "Naħseb li kien hawn biżżejjed kelliema fuq din in- naħa tal-Kamra li spjegaw kif jista' jkun hemm mod ta' kif isiru l-abbużi.", "Onestament nitlob lin-naħa tal-Gvern biex toqgħod attenta u tidħol ħafna iktar fid-dettall fuq din il-materja għax tista' tiftaħ bibien kbar ta' abbużi li nemmen u nittama li lanqas dan il-Gven ma jrid.", "Nittama wkoll li dan il-Gvern ma jispiċċax jagħmel tibdiliet li jistgħu jitfgħu lil dan il- pajjiż fi sqaq li jispiċċa b'xi monti ta' abbużi fejn nibdew ngħidu li l- applikazzjonijiet ħarġu minn hawn u minn hemm.", "Dan jista' jwassalna għal dak li ma jridx il-Gvern.", "Għalhekk il-Gvern irid ikun reponsabbli u jara li l-parti li tgħid \"għandu jitqies li jkun ingħata l-permess\" ma tispiċċax tiftaħ deluge kbir ta' abbużi f'pajjiżna.", "Ħaġa oħra interessanti li hemm fl-abbozz ta' liġi hija li issa ċ-ċittadin komuni spiċċalu d-dritt li jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tiktiblu u tgħidlu li se tagħtih estensjoni dan jista' jagħżel li jwaqqaf il-proċess u jmur quddiem bord ta' appell.", "Issa ċ-ċittadin ma jistax joġġezzjona li tingħata lilu estensjoni - hawnhekk nitlob lill-Ministru biex jispjegali dan fil-winding up - u jidher li dan id-dritt spiċċa.", "Jekk l-awtorita' tawtorizza estensjoni ċ-ċittadin irid joqgħod ċiċċi beqqi u jaċċetta li din issir.", "Bis-sistema tal-lum, jekk l-awtorita' tiktiblek u tgħidlek li se tagħtik estensjoni inti tista', bħala ċittadin, toġġezzjona li tingħata l- estensjoni.", "Nixtieq inkun naf fejn qegħdin fuq dan il-punt.", "Punt ieħor ta' importanza kbira f'dan il-qasam huwa li jekk irridu nkunu ħafna iktar effiċjenti u forsi ħafna iktar liberali rridu nadottaw sistemi li adottaw pajjiżi oħrajn, bħall-Ġermanja, li aċċettat li f'ċerti reġjuni l-applikazzjonijiet lanqas biss isiru sakemm ikunu abbażi ta' guidelines.", "Fil-fatt f'ċerti reġjuni din saret prattika.", "Jekk se nkunu liberali tajjeb li nadottaw miżuri ta' enforcement ta' id tal-ħadid kif hemm fil-Ġermanja.", "F'ċerti partijiet fil-Ġermanja l-applikazzjonijiet lanqas biss isiru għax għandek guidelines ċari ta' x'tista' tagħmel u ma tagħmilx imma mbagħad iċ- ċittadin jaf tajjeb li jekk l-awtorita' jidhrilha li xi bini ma jkunx skond il-guidelines din tista' tħott mingħajr ma tmur il-qorti.", "Jekk imbagħad is-sid jidhirlu li għandu xi dritt dan jista' jmur ifittex lill-awtorita'.", "Bis-sistema li għandna llum effettivament għandek il-proċess bil- kuntrarju!", "Huwa tajjeb li wieħed jilliberalizza imma rridu noqgħodu attenti li ma nilliberalizzawx b'mod li mbagħad niftħu bibien għall-abbużi.", "Jien nixtieq nagħmel proposta rigward l-emenda għall-klawsola 16 biex forsi l-perijodu ma jkunx stabbilit b'mod riġidu.", "Naħseb li għandu jkollna 12-il ġimgħa għal dawk li jissejħu designated files, 16 jew 20 ġimgħa għall-files li jmorru quddiem id-DDC u 20 jew 24 ġimgħa għal dawk il-files li jmorru quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-Gvern qed jgħid li għandu jkun hemm streamlining, imma anke f'dan il- qasam għandu jkun hemm streamlining għax mhux kollox għandu jidħol taħt il- parametru ta' 12-il ġimgħa.", "Il-Ministru jista' jgħidli li dawk li għandhom l-environment impact assessments ma jkollhomx 12-il ġimgħa żmien.", "Dawn huma eċċezzjoni imma jien nemmen li l-maġġoranza kbira tal-bqija tal-files m'għandhomx jidħlu kollha fil-parametru ta' 12-il ġimgħa.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li jkun hemm gradwazzjoni differenti għal dawn il-files kollha u mhux kollha jidħlu fl-istrait-jacket ta' 12-il ġimgħa.", "Jien naħseb li dan huwa punt ta' prijorita' u l-Gvern għandu jistudjah verament.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar semma ċ-chess clock, fis-sens li file li jkollu bżonn risposta mingħand id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, mingħand id- Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili jew mingħand id-Dipartiment ta' l-Ilma, sakemm dan imur hemmhekk jitwaqqaf il-ħin.", "Xi ħadd kien qed jgħidli li din hija waħda mill-proposti li għamel is-Sur Carmelo Farrugia fir-rapport tiegħu.", "Allura din il-proposta għalfejn ma ddaħħlitx fl-abbozz ta' liġi?", "Dan l-abbozz ta' liġi sar tant bil-għaġġla li l-proposti tajbin li għamel is-Sur Farrugia fir-rapport tiegħu ġew totalment injorati tant li issa l- Onor. Buhagiar qed jgħidilna li kważi ħareġ b'din il-proposta hu?", "L- Onor. Vella jkollu ċans jgħidli jekk din il-proposta kenitx fir-rapport ta' Carmelo Farrugia jew le.", "Jista' jkun li l-proposta taċ-chess clock - jiġifieri sakemm file jittieħed f'ċerti dipartimenti jitwaqqaf l-arloġġ u ż-żmien ma jkunx qed jonqoslok minn dawk it-12-il ġimgħa - hija proposta tajba.", "Għalhekk jien għidt mill-bidu li l-affarijiet saru bl-għaġġla u staqsejt għalfejn sar dan.", "L-Onor.", "Buhagiar ipprova jagħti x'jifhem li qed niġu hawnhekk u ngħaġġlu l-affarijiet għax ma jistax ikun - qed nuża l-kliem eżatti li uża hu - li nibqgħu b'din is-slow-down fl-industrija tal-bini.", "Dan qal li s-slow-down fl-industrija tal-bini hija kkaġunata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Madam Speaker, jekk irridu nkunu korretti rridu ngħidu li mhux veru li s-slow- down fl-industrija tal-bini hija kkawżata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma din ġejja min-numru inqas ta' applikazzjonijiet.", "Dan mhux biss jidher min-numru ta' applikazzjonijiet li huma deħlin imma wkoll mill- kwalita' u mid-dimensjoni ta' proġetti li qed ikollhom dawn l- applikazzjonijiet.", "Dan joħroġ ċar mir-risposti li ngħatajt hawn ġew għal sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari li għamilt dwar id-dħul li ddaħħal l-awtorita' mid-development permit fees u mill-infrastructure services contributions.", "Jekk tqabbel dan iż-żmien ma' qabel tinduna li kien hemm tnaqqis li jvarja minn 25% għal 42% u mhux tnaqqis ta' 5%.", "Mhux billi l- Onor. Bertu Pace qed jgħidli: Ħallina!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Tinterrompux lil xulxin, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qed ngħid dan kollu għax hemm differenza kbira.", "Irridu nifhmu x'qed ngħidu u nitkellmu fuq il-fatti.", "Kif diġa' għidt, fl- aħħar perijodu ta' żmien kien hemm tnaqqis sostanzjali kemm fin-numru ta' applikazzjonijiet kif ukoll fil-proġetti ta' sustanza li l- applikazzjonijiet tagħhom jaslu quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "U mhux billi issa nipprovaw naqilbu s-sitwazzjoni u ngħidu li s-slow-down hija kkaġunata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "J'Alla l-Gvern isib ir- rimedju għalfejn qed jiġri dan.", "Ir-rimedju m'għandux ikun li inti tipprova toħloq xi kontroll fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex mingħalik is-slow-down trażżnu.", "Dan ma jkunx il-mod kif għandek trażżan is-slow- down.", "Is-slow-down jonqos meta jkun hawn ħafna aktar fiduċja fil-pajjiż u jkun hawn ħafna iktar ċittadini fl-impriża ta' l-industrija tal-bini li jkollhom il-kuraġġ jgħidu li se jinvestu fil-proprjeta'.", "Jidher li din il-fiduċja fil-proprjeta' naqset u dan qed ngħidu bil-fatti, Madam Speaker.", "Issa se nasal għall-kwestjoni ta' l-accountability li tissemma kemm fl- abbozz ta' liġi kif ukoll fil-general development order li ħarġet l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Huwa tajjeb ħafna li kif hemm miktub fil-GDO issa r-rapport se jibda jingħata .", "Jien kont dejjem kritiku ta' dan.", "X'jiġifieri tagħmel applikazzjoni u dak li jkun hemm fir-rapport issir tafu biss jekk titla' quddiem il-bord u la jkollok ċans tipprepara biex inti tkun taf x'inhuma l- argumenti li jkun ġab id-direttorat kontra l-applikazzjoni tiegħek u lanqas ikollok ċans tara x'inhuma t-tibdiliet kbar li jkunu jriduk tagħmel!", "Huwa tajjeb li llum l-Awtorita' ta' l-Ippjanar stess qed tgħid li se jibda jsir dan ir-rapport għax dan huwa importanti ħafna.", "Jien naħseb li se jkun hemm qabża ta' kwalita' bil-mod kif jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għax issa l-perit u l-applikant se jkollhom iċ-ċans jeżaminaw ir-rapport.", "Issa nittama li r-rapport ikun iffirmat għax jien dejjem sostnejt pubblikament li l-perit jew il-case officer li jaħdem fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar għandu jinżamm hu personalment liable għal dak li jikteb fir- rapport.", "Mela perit ikun liable għal 15-il sena jekk jinħatt jew jaqa' saqaf u min jagħmel rapport fuq applikazzjoni ta' dimensjoni serja - anke jekk m'hijiex serja - jista' jkollu piż qawwi fid-deċiżjoni tad-DDC jew ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ma jerfa' l-ebda responsabbilta' personali.", "Jien dejjem għidt li min jagħmel ir-rapport għandu hu personalment ikun liable għal dak li jikteb fih.", "Dan huwa konċett ta' accountability importanti ħafna.", "Jien nixtieq li issa nneħħu l-maskra ta' min ikun qed jikteb ir-rapport biex inkunu nafu min hu.", "Jien mhux qed ngħid hekk biex issir xi pressjoni fuq il-persuna imma biex dak li jkun qed jikteb ir-rapport jifhem li għandu responsabbiltajiet kbar xi jrid jerfa' f'dak li jkun qed jikteb u mhux jistaħba taħt il-kopertina ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "B'hekk inkunu nafu s-sustanza ta' dak li jkun qed jikteb hu u kulħadd ikun jista' jiġġudika.", "Ħalli nsemmi punt ieħor dwar l-accountability.", "Il-Ministru Buhagiar qal - se nikkwota preċiż - hekk: \"Naf periti li għandhom private practice.\"", "Jien nifhem li l-Ministru jaf min huma l- periti li hemm fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għandhom private practice.", "Meta ħaġa bħal din intqalet minn din in-naħa, xi ħadd min-naħa l-oħra kien qallu biex isemmi min huma.", "Jien ftit ilu għamilt mistoqsija parlamentari biex nistaqsi min huma dawk il-periti jew il-konsulenti li jaħdmu ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar li huma awtorizzati jagħmlu xogħol privat.", "It- tweġiba li ngħatajt kienet li ma kien hemm ħadd.", "Dan m'huwiex veru u kull min jaħdem jew għandu x'jaqsam ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jaf li dan m'huwiex veru.", "Jien nixtieq li jkun hemm aktar trasparenza fuq din u let's call a spade a spade.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-mistoqsija li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Pullicino rrispondejtha fuq ir-responsabbilta' tad-Direttur ta' l-Ippjanar.", "Jien tlabt lid-Direttur ta' l-Ippjanar informazzjoni dwar min għandu awtorizzazzjoni sabiex jagħmel xogħol privat u r-risposta li kellna mill- awtorita' kienet li m'hemm ħadd li għandu din l-awtorizzazzjoni.", "Pero' dan ma jfissirx li jiena qed nassumi r-responsabbilta' li ħadd m'hu qed jaħdem privat.", "Jiena qed ngħid li uffiċjalment ħadd m'għandu permess biex jaħdem fil-privat, imma mbagħad mhux niġi akkużat jien b'nuqqas ta' trasparenza.", "Jien m'iniex qiegħed immur l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħalli nara min qiegħed jaħdem fil-privat u min ikun jew ma jkunx f'postu - 'il quddiem dawn l-affarijiet nitkellmu fuqhom ukoll - pero' qiegħed nirrepeti r- risposta tad-direttur ta' l-Ippjanar li m'hemm ħadd uffiċjalment awtorizzat biex jagħmel xogħol privat.", "Tant hu hekk, li każ wieħed li nqabad l- ewwelnett tkeċċa u t-tieni nett qiegħed f'idejn il-pulizija minħabba allegazzjonijiet li saru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, jiena m'iniex qed nitfa' dellijiet fuq il-Viċi Prim Ministru u jekk fehemni sewwa jmissu fehem li m'huwiex dan l-ispirtu ta' dak li qed ngħid jien u lanqas ma rrid nitfa' l- ħtija biss fuq iċ-chief executive ta' l-awtorita'.", "Jiena qed ngħid li rridu noqogħdu attenti.", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma l-proposti tiegħi sabiex naslu għal accountability akbar u iktar trasparenza f'dan il-qasam.", "Jiena personalment ma nsib l-ebda oġġezzjoni li jkun hemm periti li jaħdmu ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jagħmlu xogħol privat, pero' rrid inkun naf min huma u f'liema uffiċini jaħdmu biex imbagħad nibda nifhem għalfejn ċerti applikazzjonijiet - kif kiteb is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista l-bieraħ fil-gazzetta \"KullĦadd\" - jgħaddu bit-turbo minn quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Imbagħad nibda nifhem għalfejn ċerti applikazzjonijiet quddiem ċerti periti fl-awtorita' jgħaddu bi speed fenomenali.", "Din m'hijiex kwestjoni li jiena nidentifika l-persuna biex ngħid li hija l-ħatja imma qed ngħid li hemm bżonn naslu lejn ħafna iktar trasparenza f'dan il-qasam.", "U nippreferi li nkun nafhom milli ma nkunx nafhom u nippreferi li jinżamm reġistru ta' interessi.", "Nasal issa għal punt ieħor rigward dan l-abbozz ta' liġi.", "Qiegħed nirriferi għall-kwestjoni tal-users' committee.", "Huwa tajjeb li jkun hemm users' committee.", "Jiena personalment naħseb li huwa tajjeb ħafna pero' importanti wkoll li dan il-kumitat ikun nominat mill-utenti jew għallinqas jingħataw iċ-ċans jagħmlu r-rakkmandazzjoni tagħhom dwar min jistgħu jkunu l-persuni nominati minnhom biex ikunu fuq dan il-kumitat.", "Dan il-punt jiena kont semmejtu wkoll fil-każ tal-Kummissjoni Nazzjonali għat- Teknoloġija ta' l-Informatika pero' għalkemm il-Viċi Prim Ministru qed jgħid li se jkun hekk, dan ma jidhirx fl-abbozz.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk il-kollega tiegħi jridni niċċaralu nista' ngħidlu li dak li se jiġri huwa li dawk l-istituzzjonijiet nazzjonali magħrufin jintalbu biex huma jagħżlu membru li jirrappreżentahom fuq dan il- users' committee u mhux nagħżlu jien.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jiena napprezza dak li qed jgħid l-Onor.", "Vella pero' kont nippreferi li f'dan l-abbozz ta' liġi niddefinixxu min huma dawn l-għaqdiet u istituzzjonijiet li se jkollhom iċ-ċans jirrakkmandaw persuni.", "Per eżempju, jiena nimmaġina li fost dawn se jkun hemm il-Kamra tal- Periti, kuntratturi - forsi jkunu anke rappreżentanti tal-Federation of Industry li għandha x'taqsam mal-kuntratturi - il-kunsilli lokali, għaqdiet ambjentali u rappreżentanti mill-qasam tat-turiżmu, imma naħseb li kien ikun ħafna aħjar li niddefinixxu dawn min huma pero' forsi din naslu għaliha fl-istadju tal-Kumitat.", "Nasal issa għal punt ieħor, Madam Speaker, rigward l-accountability.", "Jiena nifhem dak li ntqal min-naħa tal-Gvern u se nieħdu fl-ispirtu pożittiv li ntqal, jiġifieri li jixtiequ li jagħmlu direttur ta' l- amministrazzjoni u l-verifika sabiex ikun hemm iktar accountability u verifika.", "Pero' dan ma tagħmlux billi tinnomina direttur ta' l- amministrazzjoni u l-verifika u tpoġġih fl-istess livell taċ-chief executive!", "Kienet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar stess li ssuġġeriet li għandu jkun hemm persuna li tirrispondi lilha u li tieħu ħsieb il-funzjonament tad- direttorat.", "Imma mhux imbagħad tpoġġih fl-istess keffa taċ-chief executive!", "Inti lil min qed jivverifika m'għandekx iddaħħlu responsabbli mill-amministrazzjoni ta' dik l-istituzzjoni li huwa stess irid jivverifika fuqha.", "Jiġifieri filwaqt li naqblu fil-prinċipju li għandu jkun hemm persuna responsabbli mill-verifika, dan ma tagħmlux billi tintegraha proprju fl-istess organizzazzjoni.", "Għandu jkun hemm persuna li taħdem fuq il-verifika u li tagħmel awditjar serju fuq l-operat tad-direttorat imma din għandha tkun answerable lejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u mhux tkun fi ħdan l-istess organizzazzjoni!", "Allura l-Onor.", "Zammit Dimech kellu raġun jgħid li dan ma jagħmilx sens għaliex issa se jkollna istituzzjoni mmexxija minn żewġ kaptani.", "Madam Speaker, nixtieq ngħid li l-Gvern se jsib il-koperazzjoni kollha tagħna sabiex l-awtorita' tkun aktar trasparenti, aktar effiċjenti, aktar dinamika u aktar pożittiva, pero' ċertament li mhux se jsib l-ebda koperazzjoni min-naħa ta' l-Oppożizzjoni sabiex noħonqu l-ispirtu u d- direzzjoni ġenerali li kienet ingħatat l-awtorita' bħala awtorita' awtonoma mill-gvern.", "Aħna ma nistgħux nidħlu f'logħba li fiha l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tonqsilha l-awtonomija.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn talba biex l-Onor.", "Pullicino jkompli jinstema.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirringrazzja lill-kollegi tiegħi talli reġgħu estendewli l-ħin.", "Fil-fatt, Madam Speaker, il-punti li kont qed nagħmel huma tnejn ta' konklużjoni.", "Aħna lesti li nagħtu l-kontribut kollu, anke fl-istadju tal-Kumitat, biex ngħinu lin-naħa tal-Gvern tiddefinixxi aħjar il-mod kif il-makkinarju ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nagħmluh aktar effiċjenti.", "Ċertament pero' li m'aħniex se nidħlu f'logħba li fiha l- awtorita' tonqsilha l-awtonomija u l-gvern jieħu ħafna iktar poteri.", "Punt ieħor li xtaqt nagħlaq bih huwa dwar il-kwestjoni soċjali li qiegħda ssemmi n-naħa tal-Gvern.", "Jien nifhem il-preokkupazzjoni li għandu l-Gvern fuq l-aspettattiva soċjali - kif għandu jkollu kwalunkwe gvern - imma jrid joqgħod attent għaliex huwa ma jistax ipoġġina f'pożizzjoni, abbażi ta' dawn il-preokkupazzjonijiet soċjali, fejn il-pjan ta' struttura nibdew napprovawh bil-biċċiet u nibdew naraw il-prijoritajiet u l-aspettattivi soċjali maqtugħin mill-kumplament ta' l-aspettattivi ekonomiċi, ta' trasport u ta' the end use li għandu jkollna.", "Jenħtieġ li nagħmlu differenza ċara.", "Irridu jew ma rridux pjan ta' struttura?", "Jekk irridu pjan ta' struttura allura għandna nżommu ma' pjan ta' struttura li jagħtina pjanifikazzjoni integrata u mhux pjan ta' struttura li bih nimxu biċċa biċċa.", "Nerġa' ngħid, l-għajnuna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, il-Gvern se jsibha.", "Kif għidna fil-programm elettorali tagħna, aħna rridu awtorita' aktar effiċjenti li biha ċ-ċittadin jinqeda aħjar imma rridu u nibqgħu nsostnu li din għandha tibqa' awtorita' awtonoma mill-gvern.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla 21 ta' Lulju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, illum nixtieq nitkellem fuq il-wirt storiku tagħna.", "Nibda biex ngħid li pajjiżna huwa mogħni fl-istorja u l- wirt storiku tiegħu.", "Kemm pajjiż huwa sinjur ma jitkejjilx biss minn kemm għandu flus jew kemm għandu riżorsi naturali - li f'Malta sfortunatament ma tantx insibu minnhom - imma wkoll mill-istorja u l-wirt storiku tiegħu.", "M'hemm l-ebda dubju li pajjiżna huwa pajjiż sinjur ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istorja u l-wirt storiku in ġenerali.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel mistoqsija li rrid ngħid li ħsibt ħafna dwarha, u din hija: Il-poplu Malti u GĦawdxi, kemm huwa konxju ta' dan kollu?", "Jiena naħseb li pajjiżna tant huwa mogħni bl-istorja u l-wirt storiku u tant aħna mdawrin b'affarijiet li writna tul is-snin li l-poplu Malti ma japprezzax dak li għandu.", "Dan bħal meta wieħed tant ikollu x'jiekol li jitfixkel minn fejn se jibda.", "Illum kulħadd isiefer u jdur pajjiżi oħra u jara postijiet storiċi u mużewijiet u nirrealizzaw li f'pajjiżna ma tantx nagħtu kas u ma nħarsux u lanqas nagħmlu użu tajjeb ta' dak li aħna mdawrin bih.", "Jiena naħseb li hemm żewġ raġunijiet għal dan in-nuqqas.", "L-ewwel waħda hija n-nuqqas ta' edukazzjoni; għax aħna m'aħniex edukati biżżejjed fuq ir-rikkezzi kollha li pajjiżna għandu.", "Ovvjament meta wieħed isemmi l-aspett edukattiv, mill-ewwel imur għall-iskejjel, u bir-raġun.", "Hemm bżonn li fl-iskejjel tagħna jkun hemm tagħlim intensiv fuq l-istorja ta' pajjiżna.", "Huwa importanti li wieħed ikun jaf l-istorja tad-dinja kollha, imma x'jiswa li tkun taf l-istorja ta' pajjiżi barranin u ma tkunx taf l-istorja ta' pajjiżek?", "It-tieni raġuni hija n-nuqqas ta' apprezzament ta' dan il-wirt storiku u huwa tajjeb li nifhmu u nivvalorizzaw dak kollu li għandna.", "Sfortunatament pero' ħafna postijiet u siti storiċi huma abbandunati, traskurati u mitluqin.", "Kultant ngħaddu minn ħdejn dawn il-postijiet u naraw li jsiru anke atti ta' vandaliżmu fihom.", "Biżżejjed wieħed isemmi t-Tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra.", "Infakkar ukoll li kellna twiddiba minn barra li jekk m'aħniex se noqogħdu attenti u nħarsu dawn it-tempji neolitiċi uniċi nkunu qegħdin nirriskjaw li dawn jispiċċaw barra mill-world heritage.", "GĦalhekk hemm bżonn li dawn is-siti u postijiet storiċi ma jibqgħux abbandunati, traskurati u mitluqin.", "GĦalhekk ukoll hemm il-bżonn ta' edukazzjoni biex dawn l-atti ta' vandaliżmu, b'mod speċjali f'dawn il-postijiet ta' storja kbira, jispiċċaw darba għal dejjem.", "Sfortunatament il-vandaliżmu ma jsirx biss fejn jidħol il-wirt storiku imma anke f'postijiet oħrajn u xogħlijiet tal-kunsilli lokali.", "Jiena ngħid li n-nies bla kuxjenza li jagħmlu dawn l-atti ta' vandaliżmu ma ħaqqhomx ħlief kundanna u hija ħasra li min hu responsabbli jew min ikun għassa ma' dawn il-postijiet storiċi ...", "Forsi m'hemmx sorveljanza biżżejjed biex ikunu jistgħu jħarsu u jipprevjenu dawn l-atti ta' vandaliżmu.", "Jiena ngħid li dak li għandna għandna nibżgħu għalih qabel nitilfuh u jkun tar wisq.", "Inutli li wieħed jibki wara li tkun ġrat id-diżgrazzja, pero' tkun verament ħasra u diżgrazzja kbira jekk f'pajjiżna nkomplu nitilfu iktar milli diġa' tlifna minħabba li ħallejnihom mitluqin.", "Jiena niżżilt xi punti li nixtieq insemmi f'din il-Kamra dwar x'hemm bżonn isir biex ma nitilfux u nħarsu dak li għandna.", "Ċertament li l-ħarsien, il-maintenance u l-upkeeping ta' dawn il- postijiet għandu jkun kontinwu u m'għandniex nintervjenu biss meta jiġġaraf jew ikun se jiġġaraf xi post. Hemm bżonn li nintevjenu kull ħin u kull mument u hemm bżonn li jkun hemm maintenance kontinwa ta' dawn il- postijiet storiċi.", "M'hemmx għalfejn noqgħod insemmi l-ħafna postijiet li għandna mitluqin għaliex kulħadd jarahom u jmisshom b'idejh imma hemm bżonn li tinħoloq sistema li permezz tagħha dawn il-postijiet storiċi jiġu miżmuma f'kondizzjoni tajba kontinwa.", "It-tieni ħaġa li nħoss li hemm bżonn issir u titkabbar iktar fid- dimensjoni tagħha hija l-edukazzjoni u kif dejjem ngħid għandna nibdew mill- iskejjel.", "Pero' ma nħossx li għandna nieqfu hemmhekk għaliex hawn anke persuni adulti li ma jafux x'joffri l-pajjiż fil-qasam ta' l-istorja u l- wirt storiku u lanqas huma nformati b'dak li għandna u għalhekk ma jifhmux il-bżonn li dan għandna nibżgħu għalih.", "Hawnhekk imbagħad jidħlu l-mezzi tax-xandir.", "Jiena nemmen li l-gazzetti, ir-radios u l-istazzjonijiet tat- televiżjoni jistgħu joffru edukazzjoni f'dan is-sens sabiex dawk il-persuni li ma jattendux l-iskejjel ikollhom l-opportunita' li jitgħallmu japprezzaw aktar dawn il-postijiet storiċi.", "It-tielet ħaġa li naħseb li hemm bżonn li ssir hija li d-Dipartiment tal- Mużewijiet isir iktar effiċjenti u jekk tinħass il-ħtieġa li jiżdiedu nies kwalifikati f'dan id-dipartiment allura dan għandu jsir.", "Nenfasizza l- punt li hemm bżonn li dawn in-nies ikunu kkwalifikati għaliex tista' aktar issir ħsara milli jsir ġid.", "Hemm bżonn ukoll li jkun hemm żieda fil- finanzi ta' dan id-dipartiment.", "Nafu kemm jenħtieġu finanzi biex wieħed jirrestawra postijiet u siti storiċi u għalhekk tajjeb li kull sena l- finanzi ta' dan id-dipartiment jiżdiedu.", "GĦalhekk inħoss li huwa pass pożittiv li f'waħda mill-emendi li qegħdin niddiskutu bħalissa fl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp qed jingħad li l- heritage advisory committee se jingħata iktar saħħa sabiex ikun jista' joħroġ emergency conservation orders mingħajr ma joqgħod jistenna li jiltaqa' l-bord tal-Planning Authority b'konsegwenza li l-qerda tkompli ssir.", "B'dan il-mod wieħed jilqa' mill-ewwel u fil-ħin għal ċerti żviluppi mhux meħtieġa u forsi mhux mistennija li jkunu qegħdin isiru b'detriment għall-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa l-ħtieġa li l-għaqdiet volontarji jingħataw iktar għajnuna.", "Jiena m'iniex se noqgħod insemmi jew infaħħar lil dawk l-għaqdiet li huma involuti fil-ħarsien tal-wirt storiku pero' tajjeb li wieħed jagħti l-għajnuna tiegħu lil dawn l-għaqdiet volontarji.", "Dawn qed jagħmlu xogħol utli ħafna mingħajr interessi personali u jiddedikaw il-ħin ħieles tagħhom għall-ħarsien tal-wirt storiku.", "Fil-fatt kellna għaqdiet li fuq inizjattiva tagħhom għamlu restawr ta' diversi siti storiċi li għandna f'pajjiżna.", "GĦalhekk tajjeb li wieħed jinkoraġġixxi dawn l-għaqdiet volontarji u jgħinhom u jappoġġahom mill-aħjar li jista'.", "Punti ieħor li nħoss li għandna noqogħdu attenti għalih u li kultant ikun qed jeqred l-ambjent storiku ta' pajjiżna huwa l-pressjoni li ssir minn ċerti developers ta' l-art b'detriment għall-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Wieħed irid joqgħod attent minn ċerti pressures li jsiru u li ma jaqax fit- tentazzjoni li jinħarġu permessi fejn m'għandhomx jinħarġu, speċjalment meta jkunu qegħdin jintilfu dawn il-postijiet u siti storiċi li pajjiżna hu mogħni bihom.", "Mistoqsija li tiġini f'moħħi hija: Pajjiżna kemm qed jisfrutta pożittivament il-wirt storiku tagħna biex jirreklama dawn is-siti storiċi fil-qasam tat-turiżmu ħalli nġibu lejn pajjiżna turisti li l- interess tagħhom huwa l-istorja u l-wirt storiku?", "Punt ieħor li huwa importanti li wieħed jenfasizzah huwa l-kontribut li l-kunsilli lokali jistgħu jagħtu f'dan il-qasam.", "Dawn, bħala gvern lokali, għandhom jidħlu f'bosta oqsma.", "Naf li ħafna kunsilli lokali għandhom kunsilliera responsabbli mill-affarijiet storiċi għaliex kull lokal għandu affarijiet li jista' jiftaħar bihom u li jista' jagħmel reklam bihom biex il-barranin u wkoll il-Maltin imorru jarawhom.", "GĦalhekk il- kunsilli lokali għandhom ukoll jagħtu l-kontribut tagħhom fil-ħarsien, fl- edukazzjoni u fit-tagħrif dwar il-wirt storiku.", "Nikkonkludi billi ngħid li hemm bżonn li kulħadd jifhem il-ħtieġa li nibżgħu u nħarsu l-minjiera ta' ġid li għandna f'pajjiżna fejn jidħol il- wirt storiku għaliex tkun traġedja kbira li pajjiżna jitlef minn dan il-ġid li huwa mogħni bih.", "GĦalhekk l-appell tiegħi huwa sabiex il-poplu kollu jifhem il-bżonn li nibżgħu għal dak li għandna u sabiex l-awtoritajiet, flimkien ma' l-għaqdiet volontarji, jagħmlu l-almu tagħhom biex il-wirt storiku li għandna f'pajjiżna jkun imħares ħalli b'hekk uliedna u wlied uliedna jibqgħu jgawdu minn dan il-wirt storiku mhux biss ta' pajjiżna imma tad-dinja kollha.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Madam Speaker, f'dan l-Aġġornament xtaqt nitkellem fuq it-turiżmu.", "Kulħadd jaf li t-turiżmu huwa fattur vitali għall- ekonomija ta' pajjiżna u li huwa wieħed mill-pilastri li fuqhom tistrieħ l- ekonomija tagħna.", "Pero' t-turiżmu rridu naħdmu għalih għaliex il-pajjiżi viċin tagħna qegħdin joffrulna kompetizzjoni ħarxa ħafna u allura rridu nikkompetu billi noffru servizz u vaganza tajba lit-turisti li jiġu jżuruna.", "Il-Gvern Laburista mill-ewwel għaraf din l-importanza u mbarka fuq proġett sabiex isebbaħ lil Buġibba.", "Irrid ngħid li aħna m'għażilniex Buġibba b'xi diskriminazzjoni man- nofsinhar ta' Malta.", "Jiena ġej minn raħal fin-nofsinhar ta' Malta, miż- Żejtun, u ma nħosshiex xi ħaġa diskriminatorja li ġiet magħżula Buġibba għal dan l-iżvilupp għaliex aħna nafu li madwar 50% tat-turisti jkunu alloġġati f'dawk in-naħat.", "GĦalhekk huwa importanti li ninvestu biex l- ambjent f'dawn l-inħawi jiġi msebbaħ, kif fil-fatt sar.", "Kull min kien involut f'dan il-proġett ħaqqu kull tifħir għaliex dan wera l-effiċjenza meta l-gvern u l-privat jaħdmu id f'id, wera l-effiċjenza tal-ħaddiema tal- gvern u wera li, meta rridu, kapaċi nimxu ma' ċertu timing u jirnexxielna nlestu l-affarijiet fil-ħin.", "Ħalli nkompli fuq l-argument li bdejt.", "Meta t-turist jiġi f'pajjiżna jippretendi servizz tajjeb u allura jeħtieġ li wieħed jirrifletti ftit u jara jekk aħniex qegħdin nagħtuh dan is- servizz.", "Sfortunatament jew fortunatament, ħudha minn liema angolu trid, l- area li ġej minnha jiena hija area li tagħti ħafna servizzi lill-pajjiż pero' hija area li t-turist iżurha wkoll.", "Fin-nofsinhar tal-pajjiż għandna l-power station, l-ajruport, id-dockyard u l-freeport pero' għandna wkoll bajjiet bħal St. Peter's Pool ġewwa Delimara u l-bajjiet ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk, li wkoll huma ffrekwentati ħafna mit-turisti.", "Qed nitkellem hekk għaliex huwa importanti li nieħdu ħsieb dawn l-areas u ninvestu fihom ħalli jkunu ta' attrazzjoni għat-turisti.", "GĦalhekk meta tara li n- nofsinhar ta' Malta qiegħed jagħti dan is-servizz u dan il-kontribut biex l- industrija tat-turimu, fil-peak tagħha, tkun tista' tiġi servuta bl-aħjar mod, jiena nippretendi li mill-flus li jħallu t-turisti din l-area tiġi żviluppata wkoll.", "Gvern Laburista ħaseb f'dan ukoll u fil-fatt qed isir eżerċizzju li fih qed jiġu kkonsultati dawk kollha li huma konċernati ħalli n-nofsinhar ta' Malta jiġi żviluppat kif suppost u jsir l-investiment li jixraq fih.", "Pero' jiena nistaqsi: Meta qegħdin nitkellmu fuq is-servizz mogħti lit-turisti, kemm huwa veru li t-turist qed jieħu s-servizz meta jiġi biex jixtri, meta jgħum fil-bajjiet u meta jmur fil-hotels tagħna?", "Irrid ngħid li l-ftuħ ta' l-Institute for Tourism Studies kienet idea tajba u ta' min ifaħħarha.", "Dan l-istitut beda jgħallem lill-istudenti l-mod kif nistgħu nbiegħu s-servizz tagħna lill-barranin u kif irridu naqduh.", "Illum it-turist ma jiġix f'pajjiżna għat-tbissima biss imma jippretendi servizz għall-flus li qed iħallas.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li btala f'Malta m'għadhiex xi waħda mill- irħas, anzi pjuttost saret għolja meta tikkomparaha ma' pajjiżi oħrajn, u allura t-turist aktar jippretendi li jkollu ċertu servizz.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti li l-bajjiet tagħna jkunu nodfa u ma nħallux li l-probelma tad-drenaġġ ttelfilna mis-suq turistiku.", "Ladarba qed nitkellem fuq il-bajjiet, il-bieraħ ħadt pjaċir naqra li ttieħdet l-inizjattiva minn grupp ta' għaqdiet volontarji bl-għajnuna tal- pulizija sabiex il-bajjiet jibda jkollhom bay watch għal dak li jista' jinqala'.", "Din hija inizjattiva ta' min ifaħħarha pero' huwa importanti wkoll li nenforzaw ir-regolamenti li għandna dwar l-ispeed boats.", "Kif nafu, ir-regolamenti jgħidu li dawn iridu jibqgħu 100 metru 'l barra minn max-xatt pero' hemm ħafna li m'humiex jobdu dan ir-regolament u għalhekk hemm bżonn li nenforzaw dawn il-liġijiet.", "Apparti minn hekk kulħadd jaf li meta jkun hemm ħafna speed boats fil-bajjiet, dawn iniġġsu l-bajja bil- petrol u xi affarijeit oħrajn u dan żgur li ma jirriflettix tajjeb fuq id- dehra li rridu nagħtu tal-bajjiet u s-sigurta' li noffru lill-għawwiema.", "Pajjiżna jrid joqgħod attent li jsib bilanċ bejn dak li huwa żvilupp u bejn dak li huwa ambjentali.", "Bħalissa fil-Parlament għaddejja diskussjoni taħraq fuq il-Planning Authority u jiena nemmen li din se tkun qiegħda tinvolvi direttament dan is-suġġett.", "GĦaliex?", "It-turist ma jiġix f'pajjiżna għal-lukanda biss imma biex igawdi l-ambjent naturali ta' madwarna.", "Jiena nemmen li f'pajjiżna wasal iż-żmien li nieħdu deċiżjoni fuq in-numru massimu ta' turisti li jistgħu jkunu f'pajjiżna fi staġun wieħed.", "Aħna nieħdu gost bit-turiżmu u nieħdu gost li jiżdied pero' nemmen li għaċ-ċokon ta' pajjiżna għandna nżommu ċerti standards u nfittxu turiżmu tajjeb li jħalli l-flus u fl-istess waqt inkunu qegħdin inżommu ċertu bilanċ bejn is-servizzi li nagħtu u dak li jista' joffri pajjiżna.", "Ħaġa oħra li nixtieq ngħid u li tkellem fuqha wkoll sieħbi l-Onor.", "Carmelo Abela hija dwar il-wirt storiku tagħna li, fl-opinjoni tiegħi, m'aħniex nieħdu ħsiebu biżżejjed.", "Jiena diġa' tkellimt f'aġġornamenti ieħor fuq dan is-suġġett u, kif diġa' għidt, hemm bżonn li nippubliċizzaw aktar lil Malta fuq dak li tista' toffri mil-lat ta' wirt storiku u kulturali.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nħallux dak li aħna mogħnijin fih jintilfilna.", "Jeħtieġ ukoll li nieħdu ħsieb li t-turisti ma jinsterqux meta jkunu f'pajjiżna.", "Kultant ikun hemm min jisraqhom ħajjin, bħal dawk in- nies bla kuxjenza li ma jħarsux lejn il-ġid nazzjonali u meta t-turist imur jixtri mingħandhom, minflok ikunu ġusti miegħu, jisirqulu kull m'għandu.", "Dan żgur li qed iħalli image kerha ta' pajjiżna.", "L-image li rridu nagħtu aħna hija ta' nies li kapaċi jagħtu s-servizz li jagħtu pajjiżi oħrajn u hemm bżonn li min jinqabad jagħmel dawn l-abbużi jiġi kkastigat bl-aħrax.", "Irridu nieħdu ħsieb ukoll il-karrattru ta' l-irħula tagħna għaliex sfortunatament bl-abbużi li qegħdin isiru dan qed jsipiċċa fix-xejn.", "It- turist jiġi jżurna għaliex jara f'pajjiżna xi ħaġa differenti, għaliex jara li l-irħula tagħna huma differenti minn ta' pajjżi oħrajn u jekk se nibqgħu nwaqqgħu dak li għandna allura nispiċċaw li ma nkunu nistgħu noffru xejn differenti minn dak li qegħdin joffru pajjiżi oħrajn.", "It-turist jista' jmur Spanja, per eżempju, imma jiġi Malta għax fiċ-ċokon tagħna jara li aħna differenti minn Spanja u hemm bżonn li dawn l-affarijiet inkomplu nieħdu ħsiebhom.", "Punt ieħor li nixtieq nitkellem dwaru huwa t-trasport pubbliku.", "Tista' tgħid li t-turisti kollha li jiġu f'pajjiżna jgħidulna li Malta hija mibnija ż-żejjed u għandna ż-żejjed karrozzi.", "Jiena naħseb li wasal iż- żmien li naqtgħu linja anke fuq il-karrozzi u hemm bżonn li nsaħħu s- servizz tat-trasport pubbliku.", "GĦaliex?", "L-ewwelnett it-trasport pubbliku fil-preżent m'huwiex wieħed effiċjenti u t-turisti, speċjalment dawk li jippreferu jivvjaġaw bit-trasport pubbliku, m'humiex qegħdin ikunu moqdijin sewwa.", "Ilu żmien twil jissemma l-bżonn li jkollna bus terminus ġdid, suret in-nies u li jista' jaqdi d-demands tagħna lkoll fil-Belt Valletta imma s'issa għadu ma sar xejn dwar dan.", "GĦalhekk jiena nħeġġeġ lil min huwa responsabbli sabiex inkomplu fuq dawn il-pjanijiet.", "Punt ieħor li nixtieq nitkellem dwaru huwa dwar it-tinġis ta' l-arja.", "Hemm bżonn li naraw liema huma dawk il-karrozzi li huma roadworthy u rridu nkunu dixxiplinati fil-mod kif insuqu.", "Mhux darba jew tnejn li nisimgħu turisti jilmentaw mill-mod kif isuqu l-Maltin u għalhekk irridu nieħdu ħsieb dan ukoll.", "Niġi issa għall-faċilitajiet sportivi għax it-turist li jiġi f'pajjiżna jrid servizz komplet.", "Ilu s-snin jissemma l-bżonn li jkollna golf course oħra u ħadt gost ħafna bir-rapporti li kien hemm il-bieraħ fil-ġurnali fejn issemma l-proġett li l- miżbla tal-Magħtab tinbidel f'golf course.", "Żgur li b'dan il-mod inkunu qegħdin infejqu ġerħa kbira f'pajjiżna għaliex il-miżbla tal-Magħtab qiegħda tagħmlilna ħafna ħsara, anke peress li qiegħda f'area b'potenzjal turistiku kbir u li kieku kellha tinbidel f'golf course u jsir dak li qiegħed jissemma f'dan ir-rapport żgur li tkun ta' ġid kbir għal din l- industrija.", "L-ambjent ta' pajjiżna mhux biss irridu nsebbħuħ għat-turisti imma anke għalina lkoll għaliex wara kollox aħna ngħixu f'Malta s-sena kollha.", "It-turist jiġi f'pajjiżna u jieħu l-holiday tiegħu u jieħu gost pero' finalment aħna rridu ngħixu f'pajjiżna.", "Madam Speaker, xtaqt niġbed ftit l-attenzjoni għall-fatt li l- aġġornamenti, speċjalment min-naħa tagħna, mhux dejjem qegħdin jiġu rrapportati mill-istampa, u qed nirriferi b'mod speċjali - għalkemm m'għandi xejn kontrihom - għall-ġurnalisti ta' \"The Times\".", "Aħna l- aġġornamenti nagħmluhom biex nesprimu l-opinjoni tagħna, biex jinstemgħu mill-poplu u biex nikkomunikaw mal-poplu pero', kif diġa' għidt, l- aġġornamenti minn din in-naħa m'humiex qed ikunu rrapportati.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum it-Tnejn, 21 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mostoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "7365.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum din is-sena?", "Mil-liema skejjel kienu ġejjin l-istudenti li għaddew?", "Jista' l-Ministru jgħid (bħala numru totali) kemm kien in-numru ta' studenti li ġabu \"A\" f'kull suġġett li qagħdu għalih?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 2393 għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum f'Mejju 1997.", "Bħal ma jaf l-Onor.", "Membru, rapport dwar l-andament ta' l-eżami jiġi publikat kull sena u jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "In-numru ta' studenti li jgħaddu minn kull skola jkun (bħas-soltu) indikat f'dan ir- rapport.", "Kien hemm 24 student li ġabu ħames A's f'dan l-eżami.", "EDUKAZZJONI - KORSIJIET POST-SEKONDARJI", "7385.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6711, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jikkonsulta mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ li żgur għandha ċifri li jistgħu jwasslu biex jinkiseb tagħrif dwar kemm studenti li ma jkomplux jistudjaw ikunu sabu xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minn informazzjoni li waslitilna, il- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ma żżommx tagħrif dwar x'kienu jagħmlu l- persuni li jiġu mpjegati qabel ma jidħlu għax-xogħol.", "Għalhekk biex jingħata tagħrif dwar studenti li ma jkomplux jistudjaw għax ikunu sabu xogħol, ikun jeħtieġ riċerka aktar dettaljata bl-isem u l-ID No. ta' kull student li jkun telaq mill-iskola.", "Din titlob aktar żmien biex tkun tista' tinġabar u għalhekk it-tagħrif ikun jista' jingħata aktar tard.", "SKEJJEL - SKOLA TAL-MUŻIKA JOHANN STRAUSS", "7389.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6720, jista' l-Ministru jgħid kemm studenti qed jieħdu sehem fil-master classes tal-vjolin fl-iSkola tal-Mużika Johann Strauss?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minn tagħrif mgħoddi mill-iskola, hemm 25 student li qegħdin jattendu għall-Master Classes fil-vjolin.", "Qed isirulhom lezzjonijiet fi gruppi kif ukoll individwali.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "7402.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet jew talbiet pendenti quddiem id-Dipartiment ta' l- Artijiet sabiex ikun hemm camping sites ġodda?", "Meta saru dawn it-talbiet u min għamilhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-unika applikazzjoni pendenti hi tal-1st Ħamrun Boy Scouts li fl-20 ta' Ġunju 1997 applikaw biex jużaw parti minn Kennedy Grove.", "B'ittra tas-7 ta' Lulju 1997 l-istess group informa lil dan id-dipartiment li xtaq ibiddel is-site minn Kennedy Grove għal tal-Pwales.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - MULTI LEVEL JUNCTION", "7428.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet għall-multi level junction ħdejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Diġa sar xogħol ta' ground investigation, traffic counts u outline conceptual plans għal dan il-proġett.", "Dawn issa qegħdin jiġu kkunsidrati sabiex wara jkunu elaborati fid-dettal.", "B'KARA - TRIQ L-AĦWA HYZLER", "7438.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 651 u t-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid f'liema prijorita' fost il- prijoritajiet l-oħra qiegħda Triq Aħwa Hyzler, f'B'Kara?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mhux possibbli li wieħed jiddentifika prijorita' fi prijoritajiet meta hemm ħafna toroq li x-xogħol fihom hu kkunsidrat ta' l-istess prijorita'.", "SKEJJEL - XOGĦOL TA' MANUTENZJONI MILL-PRIĠUNIERI", "7443.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4623 u t-tweġiba għaliha, dwar proposta mid-Direttur tal-Ħabs li priġunieri jaħdmu f'manutenzjoni ta' l-iskejjel, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti tweġiba għal din id-domanda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru 4623.", "ENEMALTA - KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "7457.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti figuri tal-każijiet ta' dixxiplina fil- Korporazzjoni Enemalta, xahar b'xahar, matul l-1996 u l-ewwel sitt xhur ta' l-1997?", "Kemm kien hemm (jekk kien hemm) każijiet riferuti lil xi awtorita' oħra, per eżempju, pulizija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba hija kif muri hawn taħt:", "Sena 1996", "Jannar 88 Frar 02 Marzu 43 April 28 Mejju 18 Ġunju 09 Settembru 08 Ottubru 11", "Sena 1997", "Marzu 26 April 07 Mejju 09 Ġunju 10 Meta l-Korporazzjoni tgħaddi xi każ lill-Pulizija jew tiġi mgħarrfa li xi persuna qed tkun investigata, ġeneralment tieqaf milli tieħu passi ta' dixxiplina sakemm tkun taf l-eżitu tal-każ.", "Dan huwa kif stipulat fil- Ftehim Kollettiv.", "Ġieli kien hemm każi eċċezzjonali li bla preġudizzju għall-eżitu ta' l- investigazzjonijiet ġudizjarji, l-impjegati kkonċernati ġew imsejħa jidhru quddiem il-Bord tad-Dixxiplina sabiex ikun trattat il-każ tagħhom.", "SAĦĦA - CHILD CARE CENTRES", "7230.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Child Care Centres fil-pajjiż illum?", "Kemm hu n-numru ta' tfal illi jitħallew mill-ġenituri tagħhom ġo dawn il-care centres waqt illi l- ġenituri jkunu għax-xogħol?", "Kemm hija l-eta' tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Ministru qiegħed jinforma l-Onor.", "Interpellant illi dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, peress illi Child Care Centres f'Malta m'humiex regolati bil-liġi, in-numru eżatt tagħhom mhux magħruf.", "Madanakollu, id-Dipartiment tas-Servizzi għat-Tfal u għall- Familja jesiġi li jkun informat minn min ikun se jopera Child Care Centre, id-Dipartiment jibgħat l-uffiċjali tiegħu biex jagħmlu spezzjoni u jipprovdi guidelines dwar it-tmexxija tagħhom.", "Bħalissa hemm diversi minn dawn iċ-Child Care Centres li tagħhom id-Dipartiment iżomm records.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, għall-istess raġuni, in-numru ta' tfal li jattendu dawn iċ-Ċentri mhux magħruf.", "Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija l-eta' ta' attendenza f'dawn iċ- Ċentri hija bejn 0-3 snin.", "Ħ'ATTARD - KUNSILL LOKALI", "7295.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien is-sehem li ngħata l-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard fil-proġett tal-bini ta' sular u faċilitajiet ġodda fl- iskola primarja tal-lokal?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard ġie spjegat lilu l- proġett kif approvat fil-prinċipju mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex tkun tista' toħroġ l-offerta għax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni.", "SPTAR SAN LUQA - KIRURĠIĊI", "7296.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l- waiting list ta' kull kirurgu li jservi fl-Isptar San Luqa u meta hu kkalkolat li kull lista tiġi sodisfatta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta aktar tard.", "VALLETTA - POSTIJIET TA' L-UFFIĊĊJU KONĠUNT", "7297.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-eżerċizzju li sar bejn l-Uffiċċju Konġunt, il-Land Registry u l-VRP dwar postijiet fil-Belt li huma proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt?", "Dan l-eżerċizzju tlesta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bħala riżultat ta' l-eżerċizzju li jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant, 'l fuq minn 500 proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt fil-Belt kienu ġew spezzjonati u ddettalji fiżiċi tagħhom mdaħħla fid-database tal-computer tar-Reġistratur ta' l-Artijiet.", "Issa li ġie mħabbar uffiċjalment li r-reġistrar tal-proprjeta' kollha fil- Belt u fil-Furjana - kemm dik tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privat - l- eżerċizzju li hu s-suġġett tal-mistoqsija għandu jkun ta' utilita biex dan l-irreġistrar isir fl-iqsar żmien possibli.", "PROPRJETA': TAL-KNISJA", "7298.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ippreparat minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici dwar il-proprjeta' li kienet tal-Knisja kemm-il darba dan tlesta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 5970.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - VOT VII", "7299.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu mill-Vot VII tal-Budget (Capital) għas-sena kurrenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena taħt il-voti għal Information Technology (Vot 31/1 stima għas-sena Lm274,000), Public Registry (Vot 31/6 u 7 stima għas-sena Lm115,000) u Judicial (Vot 33/8 sa 12 stima għas-sena Lm195,000?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mill-Vot ta' l-Estimi Ġenerali fl-ewwel sitt xhur tas-sena intnefqu dawn l-ammonti:-", "|Prov. |Infiq bejn | |fl-Estimi |Jannar-Ġunju 1997 | |1997 | | |Information |Lm274,000-Lm67,046| |Technology | | |Public |Lm115,000-Lm4,136 | |Registry | | |Judicial |Lm195,000-Lm32,263|", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - VOT 33", "7300.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu mill-Vot 33 tal-Budget (Judicial) għas-sena kurrenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena taħt il-voti għal Personal Emoluments (stima għas-sena Lm1,787,000) u Operational and Maintenance Expenses (stima għas-sena Lm500,000) u Programmes and Initiatives (Lm190,000)?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mill-Vot ta' l-Estimi Ġenerali (Judicial) fl- ewwel sitt xhur tas-sena intnefqu dawn l-ammonti:-", "|Prov. fl-Estimi|Infiq bejn | |1997 |Jannar-Ġunju | | |1997 | |Personal |Lm1,787,000-Lm87| |Emoluments |9,793 | |Operations & |Lm500,000-Lm317,| |Maintenance |025 | |Expenses | | |Programmes & |Lm190,000-Lm136,| |Initiatives |909 |", "ŻWEĠIJIET", "7478.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn żweġijiet is- sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm minn dawn iż-żweġijiet kien hawn nisa illi għażlu li jibqgħu jżommu kunjomhom wara ż-żwieġ?", "Kemm hawn nisa miżżewġin li żżewġu qabel l-1 ta' Diċembru, 1993 li għażlu li jerġgħu jibdew jużaw il- kunjom li kellhom qabel ma żżewġu u kemm hemm nisa illi żżewġu wara din id- data u baqgħu jużaw kunjomhom?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Malta, s- sena l-oħra saru 2171 żwieġ u din is-sena sal-31 ta' Mejju saru 746 żwieġ.", "Fl-1996, 114-il mara għażlu li jibqgħu iżommu kunjom xbubithom wara ż- żwieġ, u din is-sena sal-31 ta' Mejju, 47 għamlu din l-għażla.", "487 mara li kienu żżewġu qabel l-1 ta' Diċembru 1993 kienu għażlu li jerġgħu jibdew kunjom xbubithom.", "326 mara li żżewġu mill-1 ta' Diċembru 1993 'il hawn baqgħu jużaw kunjom xbubithom.", "ŻWEĠIJIET", "7479.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żweġijiet fil-knisja u ċivili separatament sena b'sena mill-1987 'il hawn; u jgħid kemm kienu l- kawżi għas-separazzjoni sena b'sena fl-istess żmien?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-1987 sal- 31 ta' Mejju 1997 saru dawn iż-żweġijiet:", "|SENA |RELIĠJUŻI |ĊIVILI | |1987 |2091 |132 | |1988 |2195 |140 | |1989 |2170 |155 | |1990 |2151 |154 | |1991 |2156 |216 | |1992 |1934 |241 | |1993 |2031 |260 | |1994 |1993 |306 | |1995 |1812 |333 | |1996 |1824 |342 | |1997 |614 |132 (sal-31| | | |ta' Mejju |", "L-informazzjoni dwar it-tieni parti tal-mistoqsija għadha qed tinġabar u nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "SINGLE PARENT FAMILIES", "7480.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single parent families illum u sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt is- 16-il sena illi qegħdin jgħixu ma' ġenitur wieħed?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown sena b'sena tar-raġuni għaliex il-familja għadha single parent jiġifieri, widows, widowers, separati, spinsters, bachelors u divorced?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jiena nfurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jżomm statistika ta' dawk il-Ġenituri waħedhom li għandhom tfal u li dwarhom qed jirċievu Allowance mid-Dipartiment.", "L-istatistika tan-numru ta' dawn il-familji, li jiffurmaw ġenitur waħdu, sena b'sena bdiet tinżamm mill-1988 'l hawn, u din tidher fit-tabella A li poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "Fir-rigward tan-numru ta' tfal li jgħixu ma' ġenitur waħdu u li qed jieħdu l-allowance, l-istatistika miġbura hi dik sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l- 1995, u n-numru ta' dawn it-tfal hu ta' 3504 kif jidher fl-istess tabella.", "Ma tinħassx il-ħtieġa fil-preżent li tinżamm statistika dwar ir-raġuni għaliex persuna tkun ġenitur waħdu. l-Onor.", "Interpellant jifhem li jista' jkun hemm diversi raġunijiet, għall-istat attwali ta' dawn il-familji, filwaqt li r-raġuni tal-kawża f'ħafna każijiet tista' tinbidel skond iċ- ċirkostanzi.", "B'danakollu minn kif huma klassifikati fit-tabella li għaliha qed nirreferi hemm indikazzjini tar-raġuni ewlenija.", "BORDIJIET TAL-GVERN", "7481.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' nisa illi kienu jifformaw parti minn bordijiet tal-gvern sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru, safejn dan għandu x'jaqsam ma l-Uffiċċju tiegħi, ser jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - MANAGEMENT POSTS", "7482.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni mpjegati ġo management posts illum?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni mpjegati ġo gradi maniġerjali hu ta' 10,293.", "Minn dawn hemm 8,659 irġiel u 1,634 nisa.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI - STUDENTI BARRANIN", "7508.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li studenti barranin ta' l-Akkademja Mediterranja ta' l-iStudji Diplomatiċi marru din is-sena żjara f'Ruma mill-flus tal-Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja u jekk fl-affermattiv: (i) dan imurx kontra l-kondizzjonijiet ta' l-istess protokoll; u (ii) dan ifissirx li bħala riżultat ingħataw din is-sena anqas boroż ta' studju mill-Italja għal studenti Maltin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI - FLUS MINFUQA", "7509.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti figuri ta' kif intnefqu flus mogħtija lill-Akkademja Mediterranja ta' l-iStudji Diplomatiċi mill- Unjoni Ewropea mill-1995 'il hawn, lil min u għalxiex ingħataw, kif ukoll iqiegħed kopja tal-ftehim li saru bejn l-istess akkademja u l-UE fl-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MELLIEĦA - XOGĦOL FUQ ART BLA PERMESS", "7510.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6938, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra fejn l-Adventure Camping Association għamlet talba lid- dipartiment sabiex \"tiġi miknusa u nvellata parti mis-sit\"?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kopja tal-Fax mill-Adventure Campers Association kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI INTERNAZZJONALI", "7511.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti sena b'sena - minn mindu l- Akkademja Mediterranja ta' l-iStudji Diplomatiċi nħolqot sal-lum - il- figuri ta' għotjiet jew sussidji mogħtija lill-istess akkademja mill-Gvern Malti, mill-istess universita' u mill-awtoritajiet Svizzeri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - QALA - ART", "7521.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 249, 257 u 2965, jista' l-Ministru jgħid x'qies fiha (f'metri kwadri) l-biċċa art li ġiet identifikata fil-Qala, Għawdex mill-avukat ta' l-Onor.", "Dom Mintoff u li preżentement it-trattazzjonijiet qed isiru mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-trattativi għadhom ma ġewx finalizzati.", "DIABETE: PERSUNI DIABETIĊI", "7522.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna xahar b'xahar ġiet irreġistrata għall-ewwel darba bħala persuna diabetika bejn Jannar u Ġunju 1997 fl-isptarijiet u kliniċi ta' l-Istat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena 1997 ġew reġistrati għall-ewwel darba dawn il-persuni bħala diabetiċi ġodda:", "|Jannar 97 | 81 | |Frar 97 | 75 | |Marzu 97 | 69 | |April 97 |101 | |Mejju 97 | 85 | |Ġunju 97 | 71 | |TOTAL |482 |", "REĠISTRU PUBBLIKU - CREDIT CARDS", "7561.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru, fl-isfond ta' l-iżvilupp teknoloġiku preżenti jara u jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-ħlas magħmul fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta ta' noti ta' insinwa, noti ta' ipoteki u noti ta' kanċellamenti jkunu jistgħu jsiru da parti tan-nutar permezz ta' credit cards?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħlasijiet li jsiru fir-Reġistru Pubbliku għal noti ta' Ipoteki, Insinwi u ħlasijiet oħra jsiru kif isir f'dipartimenti tal-Gvern.", "Is-sistema tal-ħlas permezz ta' Credit Cards ma tiddependix mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku waħdu iżda mill-Policy ġenerali tal-Gvern.", "Għalhekk qabel ma jkun hemm deċiżjoni globali id-Dipartiment ma jkunx jista' jieħu pożizzjoni unilaterali.", "IMPJIEGI - PERSUNI MAQTUGĦA MIR-REĠISTRAZZJONI", "7562.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6953 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tal-15 ta' Lulju (Seduta Nru. 95), jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ġie offrut lil 57 persuna li ma aċċettawx li jagħmlu taħriġ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ETC - JOB PLACEMENTS", "7563.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 6952 u 6953 u l- mistoqsijiet supplimentari li saru warajhom fis-seduta tal-15 ta' Lulju (Seduta Nru. 95), jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li kienu jaħdmu bi qliegħ fix-xahar ta' Ġunju?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li kienu qed jaħdmu bi qliegħ f'Ġunju 1997 għadhom qegħdin jinġabru.", "SKEJJEL - SANTA LUĊIJA", "7564.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7325 li kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn wieħed u ieħor se takkomoda studenti l-iskola tal-Junior Lyceum ta' Santa Luċija li se tinfetaħ f'Settembru?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Nru 7325 f'seduta 98.", "MOSTA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "7630.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex fl- inħawi tal-Housing Estate Ta' Mlit, fil-Mosta, fil-fatt kien hemm fawran tad-drenaġġ f'basements tan-nies?", "X'passi ttieħdu biex fil-fatt dan il- fawran ma jkomplix a skapitu tar-residenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-fawran ta' drenaġġ fl-inħawi tal-Housing Estate ta' Mlit, Mosta, ġara minħabba stoppage fil-main ta' Triq il-Barjol u peress li l-manhole kienet mirduma taħt tlett piedi terrapien ma setgħetx tinstab.", "Din fil-fatt instabet nhar il-Ħamis 17 ta' Lulju u b'hekk seta jsir xogħol biex dan il-main jitnaddaf.", "DJAR - APPLIKAZZJONIJIET TAL-BINI", "7631.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti d-data u n-numru tal-file ta' kull waħda mill- applikazzjonijiet tal-bini li bihom inbena l-bini li se jitqassmu taħt Avviż Nru. 60 ta' l-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "AĠENZIJI TA' L-IVVJAĠĠAR - RAPPORT TAT-TTI", "7645.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li r-rapport tat-TTI dwar il-ġejjieni ta' l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar fl- Ewropa jbassar ċertu tibdil radikali fis-settur b'riżultat ta' l- introduzzjoni u żvilupp ta' sistemi ta' informatika dejjem aktar sofistikata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern permezz ta' l-NTOM huwiex se jaddatta l-politika ta' marketing u destination familiarisation biex b'hekk jilqa' għal bidliet prospettati f'dan ir- rapport?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-NTOM għandha - bħala wieħed mill-oggettivi prinċipali tagħha - dak li tkun fuq quddiem fl-applikazzjoni tat- teknologija ta'l-informatika fl-attivitajiet tal-marketing tagħha.", "Fost inizjattivi li qegħda tiehu f'dan il-kamp, l-NTOM illu għandha Web Site attrajenti estensiva, u qiegħed isir hafna xogħol biex din issir dejjem izjed interattiva.", "L-Organizzazzjoni għandha ukoll Divizjoni ta'l- information Technology attiva, li tizgura li l-NTOM tinzamm up-to-date fuq l-aħħar zviluppi teknologici.", "PARKS", "7652.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7341, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn min saru s- suġġerimenti msemmija fir-risposta (mingħajr ismijiet ta' individwi)?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn is-suġġerimenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-suġġerimenti li saru minn diversi individwi, għaqdiet, kumpaniji, klubs u movimenti għadhom qegħdin jiġu analizzati.", "MTARFA - TOROQ", "7657.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar meta ħareġ il-permess biex ikunu lesti t-toroq fl-Imtarfa (HOS area u maisonette area)?", "Meta ħarġu t-tenders għal kostruzzjoni ta' dawn it-toroq, meta ġew allokati u kemm tħallsu sal-lum minn dawn il-flus?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: It-tenders ħarġu fit-30 ta' Diċembru 1994 u għalqu fis-26 ta' Jannar 1995.", "L-ittra biex jinbeda x-xogħol hi datata 28 ta' Novembru 1995.", "Il-permess tad-Dipartiment tat-Toroq ħareġ fit-2 ta' Jannar 1996.", "S'issa tħallsu Lm282, 789.69,0", "REFUĠJATI", "7661.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li fil-preżent qed jitolbu status ta' refuġjati f'Malta?", "Ta' liema nazzjonalita' huma l- persuni li qed jitolbu dan l-istatus?", "Kemm ilha l-iktar talba li qegħda tiġi kkonsidrata u li għadha mhijiex deċiża?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li talbiet għal status ta' refuġjati f'Malta jsiru lir-rappreżentant ta' l-UNHCR li hi l-Kummissjoni dwar l- Emigranti u mhux lill-Gvern.", "Għalhekk miniex f'pożizzjoni li nagħti l- informazzjoni mitluba.", "BARRIERI", "7662.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 7425, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-barrieri li jinsabu elenkati bħalissa biex fihom ikun jista' jsir radam?", "Meta ġiet ippubblikata din il-lista?", "X'kontroll qed isir biex jiġi assigurat li f'dawn il-barrieri jintefa' biss dak il-materjal li hu aċċettabbli għal dan it-tip ta' radam?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kif indikajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7425 din ir-risponsabbilta hija tal-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PULIZIJA - ĦLAS TA' ĊITAZZJONIJIET", "7671.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-pubbliku ma jistax iħallas parking tickets permezz ta' cheque fl-għases tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-ħlas ta' traffic offence tickets jista' jsir permezz ta' cheque maħruġ f'isem il-Kummissarju tal- Pulizija li jintbagħat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, l-Furjana.", "Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant, kif ukoll jekk dan il-ħlas għandux jibqa' jsir lill-Pulizija, ser jiġi kkunsidrat fid-dawl ta' l-eżerċizzju li għaddej dwar il-modernizazzjoni fil-Korp tal-Pulizija.", "ĦAMRUN - GĦASSA TAL-PULIZIJA - FONDI PUBBLIĊI", "7672.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li għaddejja investigazzjoni nterna mill-Pulizija dwar miżapproprjazzjoni tal-fondi pubbliċi fl-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nikkonferma.", "ĦABS ĊIVILI - IMPJEGATI MA' L-OUTSIDE GATE", "7673.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 7441, jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' xogħol jingħata lill-priġunieri ħdejn l-Outside Gate tal-Ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li fil-viċinanzi tal-Outside Gate isiru dawn ix-xogħlijiet mill-priġunieri :", "Tisjir fil-kċina", "Xogħol tal-Aluminium", "Xogħol fil-mechanics garage", "Ristrutturar taċ-ċimiterju tal-ħabs li kien inżamm għal snin twal fi stat ta' abbandun", "Xogħol fil-Masons' workshop", "Xogħol ta' tiswija ġenerali ta' l-area li bħalissa tinsab fi stat ta' ristrutturar.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "7674.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed issir investigazzjoni dwar ir-raġuni għaliex priġunier li kellu jittieħed fl-isptar f'qagħda kritika minħabba kondizzjoni fil-pulmun, ma ngħatax kura medika mmedjata fil-ħabs?", "It-tabib tal-ħabs eżamina personalment u fiżikament lil dan il-priġunier?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa kkonfermat illi t-tabib tal-ħabs kien eżamina personalment u fiżikament lill-priġunier kmieni filgħaxija, u rreferih l- Isptar l-għada filgħodu għal aktar eżamiijet.", "Pero' iktar tard dak inhar stess il-priġunier reġa' ħassu ħażin u peress illi t-tabib kien laħaq telaq mill-ħabs, il-personnel paramediku kkuntattjah fuq it-telefon u t-tabib ħareġ ordni biex il-priġunier jittieħed fil-Polyclinic ta' Raħal Ġdid.", "Fil- fatt sar hekk u l-priġunier intbagħat l-isptar.", "Huwa konfermat illi dan il- priġunier kien il-ħin kollu assistit mill-personnel paramediku, pero' xorta waħda sejra ssir investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk hux il-każ li jittieħdu passi dixxiplinarji fiċ-ċirkostanzi.", "ĦABS ĊIVILI - MEMBRI TA' L-SRT", "7675.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma minnhom rapporti li wasluli, li apparti l-każ tal- membri ta' l-SRT li nstabu fis-sakra meta suppost kienu fil-ħabs għassa mar- refuġjati barranin, kien hemm każ ieħor ta' membri ta' l-SRT li nstabu barra il-ħabs taħt l-influwenza tax-xorb meta suppost kienu on duty ġewwa l- ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li ma kienx hemm każijiet oħra fejn membri tal-SRT instabu barra l-ħabs taħt l-influwenza tax-xorb meta suppost kienu on duty ġewwa l-Ħabs.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7676.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni taħt l-20 sena kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Mejju/f'Ġunju?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol taħt l-20 sena f'Mejju 1997 kien ta' 937 filwaqt li ta' Ġunju 1997 kien ta' 892.", "EDUKAZZJONI - KORSIJIET POST-SEKONDARJI", "7677.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7385 li saret fil-11 ta' Lulju u li kienet tgħid:", "\"B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6711, jista' l- Ministru jikkonsulta mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li żgur għandha ċifri li jistgħu jwasslu biex jinkiseb tagħrif dwar kemm studenti li ma jkomplux jistudjaw ikunu sabu xogħol\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 7385 mogħtija f'din is-seduta.", "UNIVERSITA' - INĠINIERA RIĊERKATURI", "7678.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7386 li saret fil-11 ta' Lulju u li kienet tgħid:", "\"B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6710 u t-tweġiba mogħtija fil-11 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid għaliex la hemm ħtieġa ta' għaxar riċerkaturi temporanji qegħdin isiru biss intervisti biex jimtlew ħames postijiet?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WORLD ENERGY DAY", "7685.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7167 rigward World Energy Day, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni u dati ta' meta Malta tfakkar xi aspett ta' l-enerġija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dawn l-aħħar snin il-Korporazzjoni EneMalta ħadet sehem, flimkien ma' organizazzjonijiet oħra fil Clean Up the World Campaign organizzata mis-Segretarjat għall-Ambjent taħt l-awspiċju tal-Programm Ambjentali tal-Ġnus Magħquda.", "Għall-attivitajiet ta' din is-sena, li normalment isiru fix-xahar ta' Settembru, l-EneMalta ser tipparteċipa bħalma għamlet fi snin oħra.", "Iżda minħabba li għadha ma rċevitx stedina mingħand id-dipartiment ikkonċernat, għadu kmieni biex wieħed jgħid x'attivitajiet ser tagħmel il-Korporazzjoni EneMalta għal din is-sena.", "PAJJIŻI BARRANIN - BILATERAL HEALTH AGREEMENT", "7686.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni aġġornata dwar ma' liema pajjiżi Malta għandha bilateral health agreement?", "X'jinvolvu dawn l-agreements u ma' liema pajjiżi hemm ħsieb li jsiru fiż- żmien qasir?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Malta għandha Bilateral Health Agreement ma' l- Ingilterra u ma' l-Awstralja.", "Permezz tal-ftehim ma' l-Ingilterra", "(a) turisti (sa xahar) Maltin jirċievu kura urġenti b'xejn (b) il-Gvern Malti jista' jibgħat 180 (mija u tmenin) pazjenti fis-sena għall-kura fi sptarijiet fir-Renju Unit.", "Minn naħa tiegħu, il-Gvern Malti joffri kura urġenti b'xejn lil ċittadini tar-Renju Unit li jkunu fuq btala f'Malta (matul l-ewwel xahar tal-btala).", "Residenti Ingliżi f'Malta li jkollhom Permanent Residents Permit maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wkoll jirċievu kura b'xejn.", "Jeżisti wkoll tnaqqis fir-rati li jħallsu ta' kura fl-Isptar f'Malta ċittadini tar-Renju Unit residenti f'Malta iżda jkollhom Temporary Permit.", "Il-ftehim ma' l-Awstralja jaħseb biex turisti Maltin u Awstraljani jieħdu kura b'xejn waqt żjajjar fl-Awstralja u f'Malta (sa sitt xhur)", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7320.", "U.E. - SĦUBIJA", "7687.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-poplu Malti permezz tal-mezzi tax-Xandir ta' l-Istat, ikun informat bl-iktar mod oġġettiv fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SPTARIJIET - BIDLIET FL-ISTRUTTURA MANIĠERJALI", "7688.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li l-Ministru indika li jenħtieġu bidliet fl-istruttura maniġerjali fl-isptarijiet, jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar il-pjan tal-Gvern u kif dan hu differenti minn dak li kien beda l-Gvern preċedenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mill-ħafna kliem dwar awtonomija, irridu nibdew naslu għal fatti.", "Dan se nkunu qed nagħmluh b'diversi modi:-", "1.", "Se jibdew il-Bordijiet ta' tmexxija fil-qafas tal-liġi eżistenti, li minkejja li fiha d-difetti għadha funzjoni importanti għaliex tibda tagħti sura lejn tmexxija aktar deċentralizzata.", "2.", "Bdejna nirrevedu l-proċeduri ta' tmexxija.", "Dan sar bħala proġett pilota fl-Isptar Boffa u issa se nestenduh għall-Isptar Monte Carmeli.", "3.", "Bl-għajnuna ta' l-MEU se nibdew analizi dettaljata tal-proċess maniġerjali ta' l-Out Patients u d-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa.", "Pass wara pass inkunu qegħdin nibnu l-qafas maniġerjali li hu tant meħtieġ biex verament id-diversi sptarijiet jibdew jitmexxew b'mod awtonomu.", "GŻEJJER MALTIN - BUILT-UP AREA", "7693.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal kull raħal u għal kull belt fil-gżejjer Maltin, kemm hija l-built-up area f'kull lokal kif ukoll kemm hija l-area built-up ta' kull industrial estate li hemm f'pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "XGĦAJRA - DAWRET IX-XATT - TINDIF", "7704.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara illi jitnaddaf Dawret ix-Xatt (in- naħa tal-fabbriki quddiem djar 1-20) fix-Xgħajra mit-terrapien u materjal ieħor li qed iġib kwantita' kbira ta' ġrieden u firien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tlabt id-dipartiment ta' l-Indafa Pubblika flimkien mad-dipartiment għax-Xogħlijiet biex jagħmel spezzjoni tas-site u jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "FGURA - HOMPESCH RD - XOGĦLIJIET", "7705.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jitkomplew ix- xogħlijiet ġewwa Hompesch Rd, Fgura u jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jagħti indikazzjoni meta se jitkomplew dawn ix-xogħlijiet u meta hu ppjanat li jispiċċaw?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħlijiet ġewwa Ħompesch Road, Fgura huma ippjanati li jsiru wara li jitlesta ix-xogħol preżenti fil-parti t'isfel tat-triq magħrufa bħala Żabbar Road u dan skond ir-riżorsi finanzjarji li minn żmien għall-ieħor jkunu disponibbli fil-vot tad-Dipartiment tat-toroq.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7706.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'tinkludi l-kategorija \"professjonisti\" fil-lista ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta", "SAĦĦA - MWIET BIL-KANĊER TAS-SIDER", "7707.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' mwiet ta' nisa li mietu bil-kanċer tas-sider, sena b'sena matul dawn l- aħħar għaxar snin?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm nisa għamlu użu mis-servizz tal-mammography li hemm fl-iSptar San Luqa minn meta beda?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru programmi ta' tagħlim dwar is-saħħa tal-mara fuq il-mezzi tax-xandir?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta aktar tard.", "SKEJJEL - XOGĦOL MINN PERITI", "7708.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imqabbda periti privati fuq xogħol ta' skejjel?", "Kif intgħażlu dawn il-periti?", "Min huma dawn il-periti magħżula?", "Kemm hu l-valur ta' xogħol ta' kull perit u proġett?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - NADUR - TA' ĦALI - BINI TA' DJAR", "7710.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm, minn Mejju 1987, nbnew djar taħt l-HOS f'Ta' Ħali fin- Nadur, Għawdex?", "Kemm minnhom jinsabu okkupati u kemm taħt kostruzzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hemmx iktar spazju disponibbli għal iktar bini?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - SANNAT - TA' SEGUNA - BINI", "7711.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm, minn Mejju 1987 'il hawn tela' bini taħt l-HOS fil- post magħruf Ta' Seguna, f'Sannat, Għawdex?", "Kemm minnhom huma okkupati u kemm taħt kostruzzjoni?", "Hemm iktar spazju fl-istess zoona?", "Jekk fl- affermattiv, għalkemm?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - XAGĦRA - DON ANTON - BINI", "7712.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta nħarġu l-applikazzjonijiet għal bini fuq plots taħt l- HOS fil-post magħruf ta' Don Anton, fix-Xagħra, Għawdex?", "Jista'l-Ministru jgħid kemm fih bini okkupat u kemm taħt kostruzzjoni u jekk fadalx spazju fiż-zona msemmija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - RABAT - UFFIĊĊJU TAL-HOUSING", "7713.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta nfetaħ l-Uffiċċju tal-Housing fir-Rabat, Għawdex?", "Kemm fih impjegati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-uffiċċju nfetaħ fid-29 ta' Marzu 1989.", "Peress li kif jaf l-Onor.", "Interpellant dan l-uffiċċju m'għadux jaqa' taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru għad-Djar, huwa mistieden jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SA MAISON/MĠARR - VJAĠĠI", "7714.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ bil-merkanzija sar bejn Sa Maison/Mġarr/Sa Maison kull xahar fis-snin 1995; 1996 u 1997, sal-15 ta' Lulju?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej:-", "1995 1996 1997", "Jannar 63 66 41", "Frar 36 63 45", "Marzu 43 51 31", "April 36 37 55", "Mejju 49 44 43", "Gunju 45 40 43 Lulju 74 52 (1st to 15 July) 23", "Awissu 54 49", "Settembru 46 46", "Ottubru 46 68", "Novembru 41 80", "Dicembru 38 63", "KUMITAT TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA", "7715.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5893, jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Kumitat tat-Trasport tal-Merkanzija minn Sa Maison għal Għawdex?", "X'inhuma t-terms of reference?", "Kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat u x'progress ġie reġistrat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Kumitat tat-Trasport tal-Merkanzija minn Sa Maison għal Għawdex huwa kompost minn dawn il-Membri:", "Dr. Gavin Gulia Chairman Is-Sur C. Brincat Membru Is-Sur Ivan Borg Membru Is-Sur Evan Caruana Membru Is-Sur Michael Caruana Membru Is-Sur A.J. Mangion Membru Is-Sur Raymond Cutajar Membru Is-Sur John Paul Attard Membru", "It-termini ta' riferenza huma:", "1.", "Biex jagħmel rakkmandazzjonijiet rigward użu aħjar mis-servizz tat- trasport tal-merkanzija mix-xatt ta' Sa Maison, Pieta'.", "2.", "Biex jiddetermina jekk huwa vijabbli li s-servizz ta' trasport tal- merkanzija mix-xatt ta' Sa Maison ikompli jkun operat mill-Gozo Channel Co. Ltd. esklussivament.", "3.", "Biex jagħmel rakkmandazzjonijiet dwar alternattivi oħrajn fosthom li s-servizz ikun privatizzat jew miftuħ għall-kokorrenza ta' operaturi privati.", "4.", "Biex jagħmel suġġerimenti dwar it-trasport tal-merkanzija bejn Malta u Għawdex.", "Il-kumitat iltaqa' darbtejn u kien aġġorna sine die sakemm jinġabar it- tagħrif konness ma' dan ix-xogħol liema tagħrif huwa ndispensabbli għat- tkomplija tax-xogħol tal-Kumitat.", "Ninsab mgħarraf li dan it-tagħrif issa nġabar u l-Kumitat ser ikompli bil-laqgħat u għandu jerġa jiltaqa' nhar l- Erbgħa it-23 ta' Lulju, 1997.", "DJAR - KAŻ TA' FAMILJA", "7718.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jindaga dwar il-każ tal-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li sal-lum, flimkien mat-tfal tagħhom, qegħdin joqogħdu fi flat mal-ġenituri tagħhom li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament?", "Peress li f'dan il-flat qegħdin joqogħdu tmien (8) persuni, jista' l-Ministru jara li f'dawn iċ-ċirkostanzi jingħataw post mill- Housing?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat.", "KORDIN - PROĠETT TA' TANKIJIET", "7719.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni aġġornata tal-proġett tat-tankijiet ġewwa Kordin?", "Jaħseb il-Ministru li dan il-proġett waqa' lura fit-time frame li kellu jsir?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol ta' tqattiħ ta' blat u bini tal-Bund Wall ilu lest, minbarra il-finishing screen li mbagħad issir meta x-xogħol tal- ħadid ikun tlesta.", "Dan il-proġett kien ġie miżmum minħabba xi oġġezzjonijiet li saru, minn xi membri tal-pubbliku lill-Planning Authority, fiż-żmien it-tqattih tal-blat.", "Il-bini tat-tankijiet tal-ħadid il-ġodda, li qed isir mill-Malta Shipbuilding Co. Ltd., issa għaddej b'rata normali, u qiegħda fi stadju avvanzat ħafna.", "Jibqa wkoll it-tindif u t-tiswija tat-tankijiet il-qodma li kienu fuq il-post minn qabel ma beda dan il-proġett.", "Meta dan il-proġett jtlesta, jkun jista' jerġa jiġi integrat mal-Fuel System ta' l-EneMalta skond il-ħtiġijiet presenti.", "GĦAWDEX/MALTA - VJAĠĠI", "7724.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trips bejn Għawdex u Malta u lura bejn l-1 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju ta' din is-sena?", "F'dan l-istess żmien, kemm inġarru vetturi u kemm qasmu passiġġieri?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju 1997 kien hemm 3039 trips, inġarru 515,453 passiġġieri u 98,511 vetturi bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, Għawdex.", "GĦAWDEX - RABAT:TRIQ IR-REPUBBLIKA - BINI TAS-SEGRETERIJA", "7725.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid meta ħareġ l-avviż ta' l-offerta fil-Gazzetta tal-Gvern għal tiswijiet fuq il-bini tas-Segreterija fi Triq ir-Repubblika, Rabat Għawdex?", "Kemm kienet l-istima, kemm se tiswa u meta għandu jispiċċa dan ix- xogħol?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-avviz ghall-offerta ghat-tiswijiet fuq il-bini tas- Segretarija fi Triq ir-Repubblika hareg fil-Gazzetta tal-Gvern numru 16,429 tal-14 ta' Marzu 1997.", "L-istima originali ghal dan ix-xoghol kienet ta' Lm 12,998.530 eskluz xi xogholijiet extra li jistghu jinghataw bil-gurnata skond il-bzonn waqt l-andament tax-xoghol.", "L-ammont li ser jiswa dan ix- xoghol ikun jista' jinghata meta isiru l-kejlijiet u jinhadmu l-kontijiet.", "Ix-xoghol skond il-bill of quantities ta' din l-offerta ghandu jkun lest sas-26 ta' Lulju 1997.", "U.E. - DIKJARAZZJONIJIET", "7726.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta ġietx mistiedna tassoċja ruħha mad-dikjarazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni preżenti fi Sierra Leone ta' l-10 ta' Lulju, 1997?", "Il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant assoċjati ma' l-Unjoni Ewropea, Ċipru, l-Islanda u n-Norveġja assoċjaw ruħhom ma' din id- dikjarazzjoni, għalhekk jaħseb il-Viċi Prim Ministru li għandha ssir talba da parti ta' Malta sabiex minnufih nibdew niġu mistiedna mill-Unjoni Ewropea sabiex nassoċjaw ruħna ma' dikjarazzjonijiet simili?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "EURO MEDITERRANEAN PARTNERSHIP", "7727.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li Malta ħadet parti fis-segwenti laqgħat li saru fi Brussels bejn l-15 u t-18 ta' Lulju, 1997 fil-kontest tal-Euro Mediterranean Partnership: (a) laqgħa ta' l-uffiċjali anzjani dwar kwestjonijiet politiċi u ta' sigurezza; (b) laqgħa tal-kumitat dwar il-proċess ta' Barċellona; u (ċ) laqgħa tal-korrispondenti fuq il-programm ta' azzjonijiet prijoritarji dwar l-ambjent?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn min kienet rappreżentata Malta f'kull waħda minn dawn il-laqgħat, x'konklużjonijiet kien hemm u x'kienet il-pożizzjoni Maltija dwarhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "TELEMALTA - AGM FINANCE", "7728.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid meta l- post ta' AGM finance fit-Telemalta ġie vakant?", "Min qed jagħmel ix-xogħol bħalissa?", "Għalfejn ma ħarġux l-applikazzjonijiet għal dan il-post s'issa?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-post ta' AGM Finance fil-Korporazzjoni Telemalta ġie vakant fit-3 ta' April li għadda.", "Sadanittant, minħabba s-sitwazzjonijiet li ma kenitx il-prattika li jsiru management accounts kull xahar, u fil-fatt qatt ma ngħataw l-importanza li jixirqilhom mill-management l-antik, il-Korporazzjoni deherilha li m'għandhiex tkompli timxi fl-għama.", "Għalhekk qabbdet accountant ta' kumpannija minn management consultancy temporanjament sakemm jimtela' l- post vakanti.", "Dan ukoll sabiex min eventwalment jintgħażel fuq bażi permanenti jsib dan l-eżerċizzju lest u jkun jista' jmantnih.", "Inżid ngħid li b'hekk qed nuru li konna nagħmlu kritika kostruttiva għax dak li ppriedka l-Prim Ministru tal-lum, qegħdin inwettquh.", "Sejħa għall-applikazzjonijiet saret fl-4 ta' Mejju u l-proċess ta' l-għażla għadu għaddej.", "TELEMALTA - SGPO (FINANCE)", "7729.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm dam fil-pożizzjoni tiegħu l-SGPO (finance) fit-Telemalta qabel ma' din il- pożizzjoni ġiet okkupata mis-Sinjura Brenda Azzopardi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-PGPO (Finance) u mhux SGPO (Finance), dam impjegat mal-Korporazzjoni Telemalta mis-7 sat-18 ta' April 1997.", "Nixtieq inżid li s-Sinjura Brenda Azzopardi li kienet ġiet it-tieni fl- interviews ddaħlet b'kondizzjonijiet speċifiċi għax veru nemmnu fit- trasparenza.", "Dawn il-kondizzjonijiet kienu li sakemm ir-raġel tagħha ikun f'kariga ta' General Manager, hi ma tkunx tista' taħdem fl-internal audit u l-anqas tkun f'kariga li tmexxi hi d-dipartiment tal-finanzi.", "Dik hi l- vera trasparenza u l-insinwazzjonijiet u l-attakki anke personali li qiegħed jagħmel l-interpellant ma jagħmlulux ġieħ.", "Is-sinjura Azzopardi ħadmet fil-privat minn fejn ġabet kwalifika ta' awditur, liema kwalifika it-Telemalta ma tagħtiex ċans iġġib, meta hi diġa' kienet taħdem mal-Korporazzjoni madwar erba' snin ilu.", "Bl-iktar mod sfaċċat, għax ma kenitx waħda mill-bażużżli, iddiskriminaw kontriha biex oħra minn tal-qalbha, li kienet junior tagħha, iqabbżuha, jagħtuha żewġ promozzjonijiet f'temp ta' ġurnata u jġibuha Head tagħha.", "Mhux hekk biss, iżda l-Korporazzjoni saħansitra ħallset il-flus biex din ta l-aħħar tkun tista' takkwista l-kwalifika ta' awditur.", "Naturalment, f'wiċċ dawn il-ħniżrijiet is-Sinjura Azzopardi ma kellhiex triq oħra ħlief li tirriżenja mill-impjieg.", "Issa b'dawn il-mistoqsijiet bla sens u mimlija insinwazzjonijiet, l-Onor.", "Interpellant donnu jrid jiċħad id-dritt li kellha s-Sinjura Azzopardi (li nerġa' ngħid hija accountant u awditur kwalifikat) li tapplika biex terġa' tidħol mat-Telemalta.", "TELEMALTA - SELECTION BOARD - MRS BRENDA AZZOPARDI", "7730.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru:: Jista' l-Ministru jgħidilna minn min kien kompost is-Selection Board li għażel lis-Sinjura Brenda Azzopardi għall-post li qegħda tokkupa llum fit-Telemalta?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Bord kien kompost mis-Sur Tony M. Meilaq (Chairman) u mis-sinjuri Deo Scerri u Edgar Borg (Membri).", "TELEMALTA - S.P.O", "7731.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-14-il persuna li kellhom isiru SPO fit-Telemalta?", "Min kien li m'aċċettax?", "Għalfejn ma ġewx avviċinati l-persuni li ġew wara fil-lista ta' applikanti biex jieħdu posthom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-grad ta' SPO fit-Telemalta ma jeżistix.", "TELEMALTA - ESPERTI KANADIŻI", "7732.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu fir-rigward tar-rapport tat-tliet esperti Kanadiżi kkummissjonat mit-Telemalta s-sena li għaddiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fid-29 ta' Frar tas-sena l-oħra, il-Bord tat-Telemalta aċċetta rapport imħejji miċ-Chief Executive ta' dak iż-żmien, is-Sur Anthony Debono, biex jiġu mikrija s-servizzi ta tlett konsulenti Kanadiżi biex jagħmlu Pjan Viżjonarju għat-Telekommunikazzjonijiet.", "Dan sewa 42,500 dollaru Amerikan flimkien ma spejjeż tal-biljetti ta' l- ajru, lukandi full board, trasport u spejjeż oħra anċillari.", "Ta min isemmi li minkejja dawn il-ħlasijiet, ħafna mix-xogħol kellu jsir minn impjegati tat-Telemalta stess, l-Universita', l-MSU, l-ITU u organizzazzjonijiet oħra li magħhom il-korporazzjoni kellha ftehim ta' koperazzjoni.", "Dawn il-konsulenti tqabbdu mingħajr ebda sejħa għal offerti għal dan ix- xogħol iżda biss permezz ta' kuntatti għolja li saru waqt fora internazzjonali mis-Sur Debono stess.", "Kif jgħid ismu dan huwa pjan viżjonarju u mhux pjan ta' azzjoni.", "Fost il- pjani li qed taħdem fuqhom il-korporazzjoni hemm uħud li setgħu ssemmew f'dan il-pjan u hemm oħrajn li jagħtu viżjoni iktar wiesgħa lill- Korporazzjoni, speċjalment fejn jidħlu joint business ventures ma' kumpanniji barranin.", "TELEMALTA - TRAINING CENTRE", "7733.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-isem tal-kumpannija li se tmexxi t-Training Centre tat-Telemalta?", "Min huma d-diretturi ta' din il-kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Din il-kumpannija ma teżistix għax għadha ma ġietx reġistrata.", "TAXXI ĠODDA - LOTTERIJA ABBINATA MA' L-IRĊEVUTI", "7738.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7454 u t- tweġiba għaliha, billi hemm madwar għaxart elef stabbiliment biss reġistrati għal din il-lotterija, u billi ttellgħu tmien numri biex jiġi ffurmat in-numru rebbieħ jiġifieri 99,999,999 possibilitajiet differenti, inkun korrett jekk nifhem li hemm 99,989,999 possibilitajiet ta' numri li tagħhom ma jeżistix numru ta' reġistrazzjoni?", "Inkun korrett jekk nifhem li għal kull ċans li għandu l-poplu kollu li xi ħadd ikollu l-biljett rebbieħ, il-Gvern għandu 10,000 li l-biljett rebbieħ ma jkun ta' ħadd?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' reġistrazzjoni ta' dawk l-istabbilimenti kollha li jużaw il-Cash Register jew xi sistema ta' ħruġ ta' riċevuti mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa jidħlu kollha fil-computer u għalhekk bilfors jitla' xi wieħed minnhom.", "Iżda, biex jintrebaħ il-premju, jkun jinħtieġ ukoll li jitla' numru li juri l-ġurnata u numru ieħor li juri ċ-ċenteżimi fuq l-irċevuta.", "Għalhekk in- numru mtella' ikun dejjem ta' tnax il-diġit.", "Billi n-numru ta' riċevuta li jinħarġu ivarja minn stabbiliment għall-ieħor, ma jistgħux jiġi stabbiliti minn qabel il-possibilitajiet ta' ċans ta' rebħ mill-pubbliku.", "Meta ma jkunx hemm irċevuti rebbieħa, l-premju jiżdied ma' l-ammont tal-lotterija ta' wara, u għaldaqstant ma jistax wieħed jikkonkludi li l-Gvern għandu għaxart elef ċans li l-irċevuta rebbieħa ma tkun ta' ħadd.", "SANTA LUĊIJA - WIED TA' GARNAW - TINDIF", "7740.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi mnaddaf il-Wied ta' Garnaw limiti ta' Santa Luċija?", "Jaf il-Ministru li peress li dan il-wied fil-preżent huwa imblukkat, il-ġibjun li suppost qiegħed jintuża għat- tisqija ta' l-għelieqi qiegħed ikun vojt bil-konsegwenza li r-raba' jispiċċa mifqugħ bl-ilma tax-xita minħabba li l-ilma ma jasalx fil-ġibjun?", "Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li dan huwa raba' fertili ħafna u jekk il- ġibjun li fil-preżent huwa vojt u abbandunat jiġi utilizzat u mogħti attenzjoni f'dik li hija manutenzjoni, jista' jkun utli ħafna għal bdiewa.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-Xogħol imsemmi mill-Onor.", "Membru huwa nkluż fil-programm tax-xogħol u huwa mistenni li jkun lest qabel l-istaġun tax- xita.", "BORMLA - ĊENTRU SPORTIV", "7741.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx ġew ivvotati flus bejn l-1988 u l-1995 għal ċentru sportiv ġewwa Bormla?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jsemmi dawn il-figuri sena b'sena, u jekk intnefqux għall-iskop li għalihom ġew ivvotati jew jekk le, fiex intnefqu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BIRGU - QASAM TAD-DJAR MANDRAĠĠ - BOZZA", "7742.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza ma' Blk 2 H/E Mandraġġ, Birgu, peress li din l-area hi mudlama ħafna?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Lampa waħda hija neċessarja għal dawl adegwat fit- Triq indikata mill-Onor.", "Membru.", "Il-Korporazzjoni EneMalta qiegħda tagħmel stima għax-xogħlijiet li ser tiġi sottomessa għall-approvazzjoni.", "FGURA - TRIQ L. SCHICKLUNA", "7743.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni meta hemm il-ħsieb li jitkompla s-servizz ta' l-ilma fi Triq L. Schickluna, fil-Fgura?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "COTTONERA REHABILITATION PROJECT", "7744.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati flus għall- Cottonera Rehabilitation Project mit-twaqqif tagħha sa l-1996 sena b'sena?", "Jista' jgħid jekk il-flus ivvotati ntnefqux għall-proġetti fil-Cottonera?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Cottonera Rehabilitation Project twaqqaf fl- 1992.", "Minn dik is-sena sal-1996 il-flus ivvutati u l-infiq fuq dan il- proġett kienu hekk:", "Sena Ammont Ivvutat Infieq", "1992 Lm100,000 Lm100,860 1993 Lm200,000 Lm254,703 1994 Lm200,000 Lm232,305 1995 Lm200,000 Lm 95,264 1996 Lm250,000 Lm100,726", "ŻABBAR - TRIQ IL-KAPUĊĊINI - SQAQ", "7745.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwessa' s-sqaq fi Triq il-Kapuċċini, Ħaż-Żabbar, peress li fil-bidu ta' dan is-sqaq (passaġġ dejjaq għall-għelieqi) ir-resident li joqgħod fil-bidu ta' dan is-sqaq qiegħed ikollu nkonvenjent kontinwu mill-bdiewa li jgħaddu bil-makkinarju tar-raba' peress li l-makkinarju jaħbat mal-proprjeta' tiegħu?", "Jista' l- Ministru jgħid x'politika beħsiebu jaddotta rigward passaġġi u sqaqien bejn l-għelieqi peress li dawn il-passaġġi huma dojoq ħafna għall-makkinarju li qiegħed jintuża llum fl-agrikoltura u allura qegħdin joħolqu konflitti meta jiġu biex jitwessgħu bil-konsegwenza li ħafna raba' mhuwiex jinħadem?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona t-triq imsemmija u jirrikmanda azzjoni.", "SANTA VENERA - DAR SAN ĠUŻEPP - GROUND", "7753.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari numri 5330 u 5538 li oriġinarjament saru lill-Ministru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra"]} {"filename": "19980527_222d_par.doc", "date": "1998-05-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 222 L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 222", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "222", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 1998", "WERREJ MINUTI 60", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER 60", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORGALI 60", "TQEGĦID TA' KARTI 64", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "(EMENDA NRU 2) (IT-TIELET QARI)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.2) BILL (THIRD READING) 65", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (IT-TIELET QARI)", "LOCAL LOAN BILL (THIRD READING) 66", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI (KUMITAT)", "COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL (COMMITTEE STAGE) 66", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMERĊ TA' L-ASSIGURAZZJONI (KUMITAT)", "INSURANCE BUSINESS BILL (COMMITTEE STAGE) 81", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "(EMENDA NRU 2) (VOTAZZJONI) 90", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (DIVISION) 90", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (VOTAZZJONI) 91", "LOCAL LOAN BILL (DIVISION) 91", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI (VOTAZZJONI) 92", "COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL (DIVISION) 92", "AĠĠORNAMENT 94", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 99", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 106", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 221 li saret fis-27 ta' Mejju, 1998 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI TA' MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li skond l-Att ta' l-1995 dwar l-Ombudsman, is-Sedja rċeviet kopja ta' rapport li sar mill-Ombudsman u skond l-istess Att inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Kopja ta' rapport magħmul mill-Ombudsman b'konnessjoni ma' lmenti dwar ħatriet fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORGALI", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14656.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnerships ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem l-Onor.", "George Vella): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru.", "14775 f'seduta numru 220.", "DJAR - INSPECTORS", "13735.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,416 u ċioe' għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Marsa, li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W 1,416.", "DJAR - AKKOMMODAZZJONI SOĊJALI", "13736.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,415 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal- persuna mill-Ħamrun li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkommodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W 1,415.", "DJAR - AKKOMMODAZZJONI SOĊJALI", "13737.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,414 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal- persuna mill-Marsa, li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkommodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W 1,414.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Maria Camilleri, mistoqsija suppliemtari.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru fiex wasal il- proġett ta' l-Imsida ladarba qed nitkellmu dwar l-akkomodazzjoni soċjali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, rigward il-proġett ta' l-Imsida nista' ngħid li lestejna l-ewwel fażi tiegħu.", "Hemm żewġ blokki ta' bini li t-tnejn tlestew taħt Gvern Laburista.", "Meta l-bieraħ mort l-Imsida biex nara fiex wasal ix-xogħol - u kont mort diversi drabi qabel - rajt li wasalna biex inlestu wkoll numru ieħor ta' appartamenti; fil-fatt il-kuntrattur wasal fl-aħħar saqaf, jiġifieri s-saqaf tar-raba' sular.", "Nisperaw li din il- ġimgħa jingħata l-konkos u sa l-aħħar ta' Lulju dan il-blokk il-ġdid ikun lest ukoll.", "Il-Gvern Laburista għamel policy ġdida għall-evictees li għaddiet ukoll mill-Kabinett.", "Din il-policy tinkludi mhux biss lil dawk illi jiġu evicted mid-djar tagħhom biex isir xi slum clearance u minfloku jsir proġett tal-housing, imma tinkludi wkoll lil dawk in-nies li jintlaqtu minn xi proġett tal-gvern bħalma hu t-twessigħ ta' xi triq jew xi proġett nazzjonali bħalma kien ġara taħt Gvern Nazzjonalista meta kienu tneħħew nies minn Kalafrana u ntbagħtu Ġebel San Martin, iż-Żejtun.", "Jiġifieri għamilna policy ġdida li tolqot lil dawk kollha illi b'xi mod jew ieħor jiġu evicted for public purposes.", "Tajnihom sussidju ferm ogħla fil-kera minn dak illi kienu jieħdu, għar-raġuni illi ħafna minnhom kien ikollhom kirjiet baxxi bħal fil-każ ta' l-Imsida.", "Hemm 26 familja illi se jinħarġu minn darhom sabiex il-postijiet tagħhom jitwaqqgħu ħalli jitkomplew aktar fażijiet tal-proġett ta' l-Imsida.", "Jiena kont waqqaft grupp, is-slum clearance group, sabiex jidentifika s- slum areas u jsir programm tajjeb.", "Dan il-grupp għamel xogħol tajjeb tant illi għandna diversi talbiet, waqt li għaddejjin b'ċertu xogħol, għal slum clearance f'diversi partijiet ta' Malta.", "Fir-rigward tal-Kottonera, nispera li l-ewwel permessi jinħarġu sa mhux aktar tard minn xahar u nofs oħra.", "Għada għandha ssir ukoll laqgħa oħra tas-slum clearance group fuq il-każ ta' l-Imsida biex imbagħad ikunu jistgħu jiġu allokati dawn il-postijiet li nbnew ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Xtaqt li l-Ministru jagħtina ftit aktar dettallji dwar il-policy ġdida illi ħabbar issa hawnhekk u speċifikament minn meta bdiet din il-policy.", "Din hija policy verbali jew inkella saret bil-miktub?", "Jekk hi verbali, ma jidhirlux li aħjar tkun bil-miktub?", "U jekk hi bil- miktub jista' jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Xtaqt nistaqsi wkoll fiex tikkonsisti preċiżament din il-policy.", "Il-Ministru qal li se jingħataw sussidji aktar vantaġġjużi fuq il-kera.", "Xtaqt nistaqsi jekk hux dan il-benefiċċju biss hemm taħt din il-policy jew hemmx xi benefiċċji oħra.", "Xtaqt nistaqsi wkoll x'inhi d-differenza fis-sussidju li qiegħed jingħata.", "Jista' l-Ministru jassigurana li din il-policy ma tapplikax għal min huwa squatter - allura qiegħed f'post illegalment - u issa se jiġi evicted?", "Jiena jidhirli li jekk qiegħed hemmhekk mingħajr titolu legali għaliex huwa squatter, m'għandux jiġi kkompensat.", "Jiena fhimt lill-Ministru jgħid li din il-policy tapplika għal evictees milquta minn public order, jiġifieri minn akkwiżizzjoni ta' post. Jista' jikkonferma li fhimt sew, illi din ma tapplikax għal evictee wara sentenza tal-qorti, per eżempju, fuq żgumbrament?", "Jekk fhimt sew, f'dan il-każ il- policy ma tapplikax.", "Xtaqt li l-Ministru jgħidilna wkoll min huma l-membri tas-slum clearance group.", "Dan il-grupp jikkordina ma' Dr. Karmenu Mifsud Bonnici dwar il-brief li kien ingħata minn dan il-Gvern biex jidentifika postijiet fejn jista' jsir housing tal-gvern fuq proprjeta' li ġejja mingħand il-Knisja?", "Fl- aħħarnett xtaqt inkun naf ukoll jekk dan ir-rapport ta' Dr. Karmenu Mifsud Bonnici huwiex lest.", "Jekk iva, se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, nibda mill-aħħar mistoqsija dwar ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Dr. Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dak se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fiż-żmien opportun.", "Barra minn hekk, il- policy ma tapplikax għal-evictees bil-qorti.", "Jiena nassigurah li l-policy se tkun ippubblikata.", "Irrid ngħid ukoll li aħna mhux din il-policy dwar l-evictees biss għamilna, imma għamilna wkoll standardisation tal-kirjiet tal-Gvern.", "F'dan il-każ ħadna biċċa xogħol kbira għax kellna noqogħdu naraw madwar 3,000 file ħalli naraw kif tista' ssir din l-istandardisation b'mod li tgħinna aktar fix-xogħol tad-dipartiment.", "Per eżempju, min kellu xi kera tal- Gvern kuntrattwali, din qatt ma tista' togħlilu aktar mis-ceiling oriġinali li kellu.", "Din l-istandardisation kienet meħtieġa wkoll għar-raġuni illi kellna rapporti illi fl-amministrazzjoni preċedenti kien hemm min suppost għolietlu l-kera għax id-dipartiment huwa marbut li kull sentejn jagħmel reviżjoni tal-kera għal dawk l-applikanti li kienu ħadu flat wara l-1986, u din ir-reviżjoni ma kenitx qed issir.", "Din ma kenitx ħaġa ġusta.", "Mhux sewwa li d-dipartiment ma kienx qiegħed jagħmel din ir-reviżjoni.", "Jiena jidhirli li dan seta' sar għal raġunijiet politiċi, aktar u aktar għax kienet riesqa l-elezzjoni.", "L-Onor Gatt staqsa wkoll dwar is-slum clearance group.", "Dan qed jagħti frott tajjeb u naħseb li l-Onor.", "Austin Gatt ħa pjaċir b'din l-aħbar għaliex kien hemm il-ħtieġa li ssir xi ħaġa.", "Nista' ngħid li f'din l- inizjattiva hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta' dipartimenti oħra, fosthom tal-Lands Department, li huwa wieħed mill-aktar dipartimenti illi l-Housing jiġi bżonn.", "Naħseb li l-Ministri ta' qabli li kellhom x'jaqsmu ma' housing jifhmu sewwa x'qed ngħid.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista l-Ministru jgħidilna x-xogħol sar mill- elezzjoni sal-lum fuq l-ewwel fażi tal-proġett ta' l-Imsida?", "Ix-xogħol fuq il-proġett ta' 28 appartament fl-Imsida kien prattikament lest minn kollox u ma nafx x'xogħol seta' sar biex jitlesta l-proġett.", "Għaliex sena u disa' xhur wara li nbidel il-Gvern għadhom ma tqassmux dawn it-28 appartament li kienu lesti?", "Il-Ministru rrifera għal tibdil fil-policy li kien hemm.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jafx li attwalment kien hemm bidla fil-policy - din kienet ħarġet ukoll fil-pubbliku - fis-sens illi jkun hemm talba għar- reviżjoni biss fil-każ tal-persuni li jħossu li għandu jkollhom tnaqqis fil-kera u mhux żieda.", "Naħseb li l-Ministru jaf li kien hemm kritika qawwija għall-fatt li kienu qed jiżdiedu l-kirjiet u għalhekk kien hemm bidla fil-policy li permezz tagħha min ikun qed jibbenefika jista' biss japplika għal tnaqqis u mhux għal żidiet.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiena nista' ngħid li ma sibt l-ebda policy miktuba fuq dan li qed jgħid sieħbi u frankament ma nistax nifhem kemm tista' tagħmel sens.", "Jekk il-bieraħ wieħed kien batut, allura kellu jieħu sussidju, imma jekk illum m'għadux batut, allura mod ieħor.", "Minn dak li qed jgħid l-Onor.", "Ċensu Galea stess joħroġ eżatt dak li kont qed nirriferi għalih, li dik kienet deċiżjoni purament politika, minħabba l-voti.", "Rigward l-ewwel mistoqsija nixtieq inwieġbu li safejn naf jiena rari kien hemm xi proġett fl-Imsida jew Bormla li bdieh u lestieh Gvern Nazzjonalista.", "Dan il-proġett ma kienx lest.", "Tant hu hekk li lanqas l- allokazzjoni tal-postijiet ma kienet saret.", "Barra minn hekk meta jiena mort fuq il-post la kien hemm bibien u lanqas twieqi.", "Jiena kont tajt ordni wkoll biex jgħaġġlu ħalli ma jkunx hemm aktar moffa.", "L-Onor.", "Ċensu Galea semma l-policy.", "Hu jaf li ma kienx hemm policy ċara rigward l-evictees u ħadna biċċa xogħol kbira sabiex nirranġaw ma' dawn l- evictees.", "Pero' aħna qegħdin nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta' kif għandhom ikunu.", "Dawn jiftaħru bil-Kottonera, imma kien fl-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista li nbeda proġett f'Bormla li mbagħad komplieh Gvern Laburista.", "Irrid ngħid ukoll li hemmhekk se nibdew proġetti oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ħalli nillimita ruħi fuq il-każ ta' l- Imsida.", "Jikkonferma l-Ministru illi fil-fatt anke l-bibien li għamel riferenza għalihom kienu diġa' mwaħħlin f'posthom meta l-Ministru mar fuq il-post?", "Jista jgħidilna xi spejjeż saru fuq dan il-proġett?", "Jikkonferma wkoll illi l-pjanti għall-ewwel tliet fażijiet kienu diġa' lesti, sottomessi u approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ferm qabel Ottubru ta' l-1996?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmilli l-mistoqsija bil-miktub biex inkun nista' nwieġbu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA Madam Speaker, jiena naħseb li la l-Ministru kien jaf daqstant dettalji għal domanda supplimentari ta' membru min-naħa tal-Gvern, huwa wkoll f'pożizzjoni illi bl-istess spontanjeta' jwieġeb din id- domanda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jiena qed inwieġbu u qed ngħidlu illi bħalma jaf huwa stess f'għaxar snin kulma sar kien li fl-Imsida bdew blokk mingħajr ma allokawh lin-nies, f'Bormla l-istess.", "Jgħid x'jgħid l- Onor.Galea dawn kellna nlestuhom aħna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ma nafx il-Ministru huwiex f'pożizzjoni li jikkonferma li f'Ottubru 1996 quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien hemm applikazzjoni għal aktar minn 1000 appartament.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELI: Le, mhux hekk.", "Li nista' ngħidlu huwa li matul iż- żmien li ili responsabbli jien kien hemm madwar 1,100 applikazzjoni għal permess quddiem l-Awtorita' tad-Djar u kulma sibna meta tlajna aħna kienu xi 40.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena m'iniex nistaqsi x'hemm illum imma qed nistaqsi x'kien hemm pendenti f'Ottubru ta' l-1996.", "Jikkonfermax, bħalma kkonferma fl-aħħar mill-aħħar ftit tal-ġimgħat ilu f'risposta għal mistoqsija Parlamentari li ta lili stess, ili x-xogħlijiet li huma in hand huma kważi kollha fuq permessi u pjanti li saru qabel Ottubru 1996?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Le, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14051.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 138 ta' l-1998 – Ordni ta' l-1998 li jemenda l-Ordni dwar il-Kummissarju ta' l-Artijiet (Trasferiment ta' Drittijiet u Responsabilitajiet).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Biedja u Sajd.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tal-Biedja u Sajd għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14047.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tal-Ġustizzja għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14050.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.2) BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas- Sisa\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju 1997, din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN BILL", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELLA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza li somma ta' mhux iżjed minn mija u għaxar miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond Konsolidat matul is-sena 1998 u n-nefqa li mistennija sseħħ matul is-sena 1987, ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju 1997, din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI", "COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Titolu fil-qosor.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fi klawsola 2 nsibu d-definizjoni tal- liġijiet li hemm riferenza għalihom f'dan l-abbozz u tifsira ta' bank kummerċjali.", "Hawnhekk jingħad li qed jiġu esklużi istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu reġistrati maċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta bħala kumpanniji offshore taħt l-Att dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta u istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom liċenzja limitata għal negozju biss f'munita barranija ma' persuni mhux residenti f'Malta.", "Sur President, li rrid ngħid fuq din il-klawsola huwa li hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu bażikament fuq il-banek kummerċjali, jiġifieri l-APS Bank, il-Bank of Valletta, il-Lohombus, il-Lombard, il-Midland Bank u l-Mid- Med Bank.", "Il-Lohombus qed jiġi eżentat għal raġunijiet soċjali, kif kont għedt fl-introduzzjoni għat-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Chairman, għal klawsola 2 nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Minflok it-tifsira ta' Bank Kummerċjali fil-klawsola 2, għandu jidħol dan li ġej:", "\"\"Bank Kummerċjali\" tfisser istituzzjoni ta' kreditu li jkollha liċenza taħt l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju, iżda ma tinkludix istituzzjoni bħal dik li jkollha l-liċenza limitata għal negozju biss f'munita li ma tkunx il-lira Maltija;\".", "\"A\" For the definition of Commercial Bank in clause 2, there shall be substituted the following:", "\"\"Commercial Bank\" means a credit institution licensed under the Banking Act, 1994, but does not include such an institution which has a licence limited to dealing only in currencies other than the Maltese lira;\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawn ħafna rimarki, Mr Chairman.", "L-ewwelnett irrid nerġa' nirripeti l-appell tiegħi lill-Ministru Brincat biex din il-liġi jirtiraha, għaliex din hi liġi li se tagħmel ħafna ħsara lill-pajjiżna.", "Din hi liġi li se tkun parti mill-kodiċi legali tal-pajjiż u se tidher f'kull studju li jsir fuq Malta bħala post ta' investiment.", "Dan huwa ħażin.", "Din hija sword of damocles fuq kull investitur b'futur f'pajjiżna u hija xi ħaġa li m'għandhiex tkun ittollerata.", "M'għandniex noqogħdu nġibu l- iskużi li saret għaliex il- banek sabu mezz kif ma jħallsux VAT kif suppost iħallsu minħabba l-mod kif ikkalkolaw il-kontribuzzjoni tagħhom.", "Fid-diskors tiegħi waqt is-Second Reading jiena għedt illi din il-problema kellha soluzzjonijiet amministrattivi u setgħu ttieħdu dak it-tip ta' soluzzjonijiet.", "Dan huwa metodu ħażin kif nipprovaw insolvu dik il- problema.", "U għalxejn noqogħdu ngħidu li din se tkun għal darba biss, għaliex din il-liġi ma kenitx teżisti f'pajjiżna u issa se tibda teżisti u għada pitgħada tista' malajr issir emenda għaliha f'dan il-Parlament b'mod li ma tibqax ta' darba biss, jew inkella b'mod li ssir fuq xi settur ieħor ta' l-ekonomija.", "Fir-realta' din mhijiex kwestjoni ta' kemm-il darba se tiġi imposta din it-taxxa.", "Il-punt huwa illi b'din il-liġi qed noħolqu preċedent.", "Qed nagħtu messaġġ lill-barranin u lill-investituri illi dan il- pajjiż huwa pajjiż illi jasal biex jagħmel taxxi retroattivi fuq settur partikolari u jasal biex jagħmel distinzjonijiet bejn setturi skond il- profitti li jaħseb illi qed jagħmlu.", "Din hija ħaġa konċettwalment inaċċettabbli u nerġa' nirripeti, hija ta' dannu kbir.", "Dwar l-emenda li ppropona l-Ministru nixtieq nistaqsi kif fid- definizzjoni ta' bank kummerċjali qiegħed jelimina l-istituzzjonjiet ta' kreditu li jkunu wkoll irreġistratati maċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-emenda li ressaqt tajt definizzjoni ġdida ta' commercial bank fejn qed ngħid hekk:", "\"\"Commercial Bank\" means a credit institution licensed under the Banking Act, 1994, but does not include such an institution which has a licence limited to dealing only in currencies other than the Maltese lira;\".", "Paragrafu (a) ta' klawsola 2 li jirrigwarda d-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu li tkun reġistrata ma ġiex minsus.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-offshore banks għandhom liċenzja taħt l-Att ta' l- 1994 dwar il-Kummerċ Bankarju.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-raġuni hija, li skond il-Bank Ċentrali, l-offshore banks mhumiex regolati mill-Banking Act 1994 imma jaqgħu taħt il-liġi bankarja l-antika. bankarja.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawk il-banek li qed jirreġistraw f'Malta taħt il- liġjiet il-ġodda - mhux qed nalludi għall-banek li qed jirreġistraw taħt il- Liġi ta' l-Offshore - taħt liema Att qegħdin jirreġistraw?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hawnhekk qed ngħidu għal dawk l-istituzzjonijiet \"limited to dealing only in currencies other than the Maltese lira\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kwestjoni dwar f'liema munita jinnegozjaw hija xi ħaġa transitory u mhijiex daqstant ta' sustanza.", "Din hija kondizzjoni li tista' ttir mil-liċenzja.", "Kull bank li qed jirreġistra f'Malta llum u li qed jagħmel din il-kondizzjoni li ma jinnegozjax fil-lira Maltija jista' jibdel din id-deċiżjoni għax m'hijiex kondizzjoni marbuta b'xi liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk per eżempju, il-Midland Bank jidħol f'Maltese currency allura mbagħad ikun soġġett għal din il-liġi wkoll.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura din se tkun fuq negozjati li qed isiru fil-lira Maltija?", "Għax il-profitti li se jiġu kkalkolati huma l-profitti kollha tal- bank, huma fuqhiex inhuma, kemm jekk huma fuq lira Maltija u kemm jekk m'humiex.", "Issa l-banek lokali li għamlu transactions b'munita barranija se jiġu kkastigati b'taxxa ta' 15% u l-banek l-oħra li m'għamlux hekk, m'humiex se jiġu kkastigati b'taxxa ta' 15%?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq xi liġi li se tibqa' in vigore for an indefinite period.", "Qed nitkellmu fuq miżura one-off għas-sena li għaddiet.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma huwa hemmhekk fejn din il-liġi ma tagħmilx sens bħala liġi, Mr Chairman.", "Suppost li se tkun liġi għal darba imma xorta se tkun fl-istatute books tagħna u allura eventwalment tista' temenda kwalunkwe klawsola tagħha.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tista' toqgħod sejjer hekk f'kull liġi.", "Trid tara l- commitment tal-Gvern tal-ġurnata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma nistgħux nillimitaw l-argumenti għall-fatt illi din se tkun one-off.", "Din se tkun liġi fl-istatute books tagħna.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb illi trid tagħmel distinzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, ma nagħmilx distinzjoni.", "Illum qed niddiskutu liġi li se tkun fl-istatute books u l-Ministru s-sena d-dieħla jista' jkollu ħofra akbar milli kellu din is-sena u jiddeċiedi li jintaxxa lil xi ħaddieħor.", "Biex jagħmel hekk jista' jemenda klawsola 2 u jdaħħal settur ieħor flok is-settur bankarju.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhux kull leġislazzjoni tista' tinbidel!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hi l-ħsara ta' din il-liġi.", "Liġi bħal din qatt ma kellha tkun fl-istatute books ta' pajjiżna.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, naħseb illi qed nieħdu pożizzjoni allarmista bla bżonn.", "Hemm political commitment li ma jsirx dan li qed isemmi l-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-sena d-dieħla nistgħu niġu u ngħidu li flok \"1997\" naqraw \"1998\" u jerġa' jkollna taxxa ta' 15% is-sena ta' wara.", "Nerġa' ngħid, din hija liġi li se tkun fuq l-istatute books.", "Ma nistgħux nirraġunaw illi ngħaddu kollox għax hija liġi one-off.", "Ma nistgħux nieħdu dak l-atteġġjament.", "Madankollu rridu nkunu preċiżi, u jien għalhekk qed ngħid li għandha titlaq id-definizzjoni ta' bank kummerċjali fuq bażi ta' x'policy hemm illum.", "Finalment, irrid ngħid li jien u din in-naħa tal-Kamra kontra l-konċett kollu ta' din il-liġi u nemmnu li għandha ttir minn fuq l-istatute books malajr kemm jista' jkun.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, naħseb illi dan il-punt l-Oppożizzjoni għamlitu anke fis-Second Reading u għalhekk m'għandix x'inżid aktar fuqu.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jista' l-Ministru jispjega għaliex id-definizzjoni ta' bank kummerċjali li hemm fl-abbozz oriġinali nstabet mhux adegwata u qed tiġi sostitwita b'definizzjoni li donnha hija biss nofs dik li kien hemm fl-abbozz oriġinali?", "Ma nistax nifhem xi gwadann hemm b'din is- sostituzzjoni.", "Wara kollox fl-abbozz oriġinali kienet tidher aktar ċara.", "Forsi l-Ministru jista' jispjega r-raġuni għal dan.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din l-emenda saret fuq suġġeriment tal- Bank Ċentrali għaliex kieku l-klawsola baqgħet kif kienet kien jiġi captured bank barrani liċenzjat li riċentement ġie awtorizzat biex jagħmel transactions in foreign currency kemm għar-residenti kif ukoll għal non- residenti f'dawk li huma trade finance related transactions.", "U bħala leġislaturi ma kenitx l-intenzjoni tagħna that we capture this type of bank.", "Rigward il-Lohombus, naħseb li tajjeb li nagħmlu emenda speċifika biex neskludu lil dan il-bank milli jkun wieħed mill-banek koperti b'din il-liġi barra li niddikjaraw dan bil-fomm.", "Pero' din l-emenda għadha qed tiġi drafted u nressaqha aktar tard.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, qegħdin ngħidu li se neskludu lil- Lohombus.", "Aħna nafu li l-Bank of Valletta u l-Mid-Med Bank - għalkemm il- Lohombus illum huwa totalment tal-Mid-Med Bank - għandhom l-organizzazzjoni tagħhom biex jagħtu house loans bħalma jagħti l-Lohombus.", "Allura issa x'se jiġri?", "GĦalfejn lill-Bank of Valletta, li wkoll jagħti house loans, m'aħniex se neskluduh?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma dik hija frazzjoni biss mill-attivita' kollha tal-bank u ma naħsibx li f'dan il-kontest hija rilevanti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: X'jiġifieri m'hijiex rilevanti?!", "Hawnhekk qegħdin neqirdu l-level playing field fl-ekonomija in ġenerali bejn settur u ieħor u qegħdin neqirdu wkoll il-level playing field within the sector.", "Ma nistax nifhem kif dan m'huwiex importanti għall-ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, hemm distinzjoni bejn istituzzjoni li hija għal kollox concerned with house finance u istituzzjoni oħra li l- house finance hija biss faxx mill-attivita' wiesgħa u mifruxa tagħha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bir-rispett kollu lejn il-ministru u lejn l-esperti li għandu, jiena ngħid li f'dan il-pajjiż ma nistgħux nilleġislaw b'dan il- mod, ma nistgħux nilleġislaw bl-addoċċ.", "Dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru.", "M'aħniex qegħdin fil-gvern biex naraw kif se nigirfu ¥3 miljun minn x'imkien imma biex nassiguraw li r-relazzjonijiet bejn iċ-ċittadini kollha jkunu ekwi.", "Bħala gvern għandna din ir-responsabbilta' wkoll.", "Kif nistgħu nilleġislaw b'mod li neqirdu l-ekwita' fir-relazzjonijiet taċ- ċittadini tagħna?", "Nerġa' ngħid, hawnhekk qed nargumenta favur il-level playing field; ma jkunx hawn xi ħadd li jinterpretani li qed nargumenta favur din it-taxxa għaliex ċertament li m'iniex.", "Issa l-Bank of Valletta fil-maġġoranza tiegħu huwa owned mill-privat u l- Lohombus fil-maġġoranza tiegħu huwa owned mill-gvern.", "Pero' lil-Lohombus qegħdin niffrankawlu t-taxxa u lill-Bank of Valletta, għaliex biċċa żgħira biss mill-attivita' tiegħu tikkonċerna house finance, m'aħniex niffrankawhielu.", "Imma din m'hi biċċa żgħira xejn mill-attivita' tiegħu, għaliex illum il-Bank of Valletta qed joffri kompetizzjoni lil-Lohombus f'din l-attivita'.", "Il-Bank of Valletta beda din l-attivita' b'serjeta' u b'dipartiment speċifiku għaliha meta ntlaħaq il-qbil li l-Lohombus jgħaddi totalment f'idejn il-Mid-Med Bank.", "Jiġifieri l-Bank of Valletta llum m'għandux kumpannija sussidjarja li tagħti l-house loans bħalma hija l- Lohombus għall-Mid-Med Bank, imma għandu dipartiment speċifiku u diġa' għandu miljun kbar ta' liri mislufa.", "Allura kif ngħidu li dan m'huwiex rilevanti?", "Għalija huwa inconceivable li nilleġislaw b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, il-punt tiegħi għamiltu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din in-naħa tal-Kamra qiegħda hawn biex toqgħod tparla ma' bankijiet vojta?", "Din hija argumentazzjoni u mhux polemika.", "Aħna m'aħniex nitkellmu fuq partiġjaniżmu imma dwar l-ekwita' bejn iċ-ċittadini f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, jien ma kontx qed nintervjeni pero' qed nifhem il-gravita' tas-sitwazzjoni.", "Ma jistax ikun li minn din in-naħa nagħmlu punti validi u niġu injorati.", "Dan il-Parlament mhux hekk irid jaħdem.", "Niġbed l-attenzjoni wkoll għal nuqqas ta' quorum.", "THE CHAIRMAN: Peress li m'hawnx quorum, il-Kumitat huwa sospiż.", "Skond Ordni Permanenti Nru. 111 fis-7.00 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u l- Kamra rriżumiet fis-7.05 p.m.", "MADAM SPEAKER: Peress li hawn quorum is-seduta tista' tkompli.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir (Kont.).", "Clause 2 - Interpretation (Cont.).", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nagħmilha ċara li aħna s-suġġerimenti kostruttivi mill-Oppożizzjoni dejjem ħadniehom in konsiderazzjoni u lesti li neħduhom fi kwalunkwe leġislazzjoni.", "Il-punt li semma l-Onor.", "Dalli qegħdin nikkonsidrawh ukoll pero' jiena personalment nara distinzjoni bejn sempliċi dipartimenti li jkun qed jopera fil-house lending u entita' li hija kkonċernata għal kollox fuq house lending kif huwa l-każ tal-Lohombus.", "Biss, biex naqtgħu barra kull possibbilta' li jista' jkun hemm xi diskriminazzjoni u biex ma jkunx hemm min jaħseb li rridu b'xi mod jew ieħor naġevolaw lill-gvern a skapitu tal-privat, aħna lesti nikkonsidraw is-suġġeriment li sar.", "GĦalhekk nipproponi li d- diskussjoni fuq din il-klawsola tiġi posposta ħalli d-drafters ikunu jistgħu jikkonsidraw emenda.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, jien jidhirli li s-serjeta' hekk titlob meta min-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed nagħmlu dmirna biex ikollna liġijiet li jixirqu lill-pajjiż.", "Qed nieħu pjaċir li l-Ministru issa qed jagħti konsiderazzjoni lill-punti mqajma.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil li klawsola 2 tkun posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Klawsola 3 - Impożizzjoni ta' Taxxa Speċjali.", "Clause 3 - Charge of Special Tax.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola tittratta l-persentaġġ ta' \"ħmistax fil-mija fuq il-profitti ta' Bank Kummerċjali li jinġabru jew jiġu minn Malta jew minn band'oħra u sew jekk dawn ikunu ġew riċevuti f'Malta jew band'oħra dwar is-Sena ta' Taxxa.\".", "Imbagħad il-proviso għall-istess klawsola jgħid:", "\"Iżda meta Bank Kummerċjali jkun jopera f'Malta biss bħala fergħa ta' bank barrani, għaldaqshekk għall-għanijiet ta' dan l-artikolu, il- profitti għandhom jitqiesu li jkunu l-profitti tal-Bank Kummerċjali hekk kif partikolarment attribwibbli għall-operat ta' dik il-fergħa jew dawk il-fergħat ġewwa Malta.\".", "M'iniex se noqgħod insemmi l-bank b'ismu, pero' għandna każ speċifiku.", "Peress li konna qegħdin nitkellmu dwar start up year tal-bank ikkonċernat u kien hemm negative pretext position, allura dan il-bank mhux se jiġi affettwat minn din il-miżura.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, il-ministru qed jgħid li dak il-bank li s-sena li għaddiet inzerta investa ħafna u m'uriex ħafna profitti, issa se jħallas inqas taxxa.", "Kieku din it-taxxa se tidħol is-sena li ġejja u allura l-bank ikun forewarned u jkun jaf x'se tkun il-pożizzjoni tiegħu - għalkemm xorta ma naqblux mal-miżura - allura mod ieħor.", "F'dan il-każ dan il-bank huwa ffortunat għaliex investa ħafna u issa qiegħed f'pożizzjoni privileġġjata.", "Nixtieq nistaqsi wkoll għal xiex qegħdin nirriferu meta fil-klawsola qegħdin nitkellmu dwar profitti li ġejjin minn Malta jew minn band'oħra.", "Qegħdin nirriferu għall-branches tal-Mid-Med Bank u l-Bank of Valletta barra minn Malta u allura anke l-profitti deriving from these branches are subject to this surtax?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hawnhekk qed nitkellmu fuq branches ta' foreign banks.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sakemm il-profitti tal-mother company flow through, dawn se jkunu taxxabbli.", "Jekk il-Mid-Med Bank ikollu branch f'Timbuctoo, l- accounts ta' dan il-bank huma part and parcel mill-accounts tal-head office ta' Malta.", "Jiġifieri kull sitt ħabbiet profitt li jagħmel il-bank f'Timbuctoo, huwa profitt f'Malta u se jeħel it-taxxa ta' 15%.", "Jekk nespandu ftit aktar l-argument, nistgħu ngħidu wkoll li ma' dawn il- profitti hemm inkluż ukoll kull profitt li jkunu għamlu kumpanniji sussidjarji li m'għandhomx x'jaqsmu mal-banking imma li jkunu għaddewhom lill-bank bħala dividend.", "Jiġifieri dawk se jiġu ċċarġjati 15% ukoll.", "Jiena għalhekk qed nitkellem fuq level playing fields u fuq l-inekwita' ta' dan it-tip ta' liġi li hija a one time surtax.", "Min-naħa l-oħra, billi l-liġi ta' l-income tax hija a continuity, hemmhekk hemm flow.", "Jiġifieri d-deċiżjonijiet li tieħu llum se jirrendulek profitti għada u jekk ma ġejtx intaxxat illum se tiġi ntaxxat għada.", "Imma meta jkollok a one time surtax, m'hemmx flow, timxi skond id-daqqa u skond x'tinzerta.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, dan it-tip ta' liġijiet huma ħżiena.", "Dan barra l-argumenti l-oħra li għamilt qabel dwar il-fatt li din il-liġi se tkun part of our statute books li wkoll huwa ħażin.", "Jiena naf kif jaħdmu barra u naf kemm-il avukat se jibda jperper quddiem imnieħru kull min jitolbu parir biex jinvesti f'pajjiżna!", "GĦalfejn għandna nagħmluhom dawn l-affarijiet?", "U hawnhekk m'iniex qed ngħid biss għas- settur tal-financial services imma għal kull settur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, ma nixtieqx nerġa' niftaħ fuq il-punt li konna ftaħna fuqu fis-Second Reading imma jkolli nerġa' ngħid li meta kellna kuntatti ma' banek li għandhom investimenti hawn Malta u banek oħrajn li qed iħarsu lejn Malta bħala sors prospettiv ta' investiment, l- assigurazzjoni tan-naħa tal-gvern li din hija a one-off legislation, kienet biżżejjed għalihom.", "GĦalhekk naħseb li huwa inutli li nġibu dan l-argument dwar il-fatt li din il-liġi se tkun fuq l-istatute books.", "On our statute books qed jingħad ċar li it is a one-off legislation.", "Il-gvern m'huwiex se jmur lura mill-political commitment li għamel, ikunu x'ikunu ċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-deficit tal-pajjiż fil-ġejjieni.", "Jiena naħseb li wieħed irid jimxi b'ċertu sens ta' rġulija għaliex teknikament kull liġi tista' tinbidel.", "Jiġifieri jekk noqogħdu sejrin hekk, inkunu qisna qed nilagħbu biċ-chewing gum.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, se nagħmel dan il-punt għall-aħħar darba.", "Ladarba l-liġi ma tkunx hemm, m'hijiex hemm.", "Ladarba l-liġi tkun qiegħda hemm, allura qiegħda hemm.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, jien segwejt dak li qal il-Ministru fil-winding-up, u ngħid id-dritt, tħassibt iktar għaliex meta qal li hemm xi investituri finanzjarji Franċiżi li qed jaħsbu biex jiġu Malta u qal li staqsew fuq din it-taxxa ....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena mhux hekk għidt; lanqas biss semmewh dan il- punt.", "Li għidt huwa li kellna investituri prospettivi li effettivament spiċċaw investew f'Malta.", "Qed ngħid għas-CCF, li tant ħadu l- assigurazzjoni tagħna li investew fil-Lombard Bank.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena li rrid ngħid huwa li rridu noqogħdu attenti għaliex l-effett ħażin ma tistax tikkalkolah kif qed jgħid il-Ministru.", "Jekk inti għandek bank li għadu se jinvesti - u aħna qegħdin dejjem nikkompetu ma' ċentri oħrajn, kif qed jgħid l-Onor.", "Dalli - dan se jaqbad ma' dan it-tip ta' liġi u jgħid: \"Qed tara x'għamlu Malta!", "Can you trust them meta dawn f'daqqa waħda jistgħu jgħollu t-taxxa fuq il-profitti bi 15%?\".", "Huwa veru li kulħadd jista' jieħu żball, imma ċerti affarijiet wieħed għandu jsaffihom minħabba l-ħsara li tista' ssir lil pajjiżna.", "Il-Ministru dalgħodu qal li aħna qisna qegħdin inxewxu meta ngħidu li s'issa kien hemm bipartisan approach to the financial sector, imma din il- liġi qisha qed titfa' feles f'dik l-approach wara li fis-settur finanzjarju ż-żewġ naħat qablu u mxew 'il quddiem.", "Jekk hemm ċertu consensus, dak il- consensus trid tipproteġih billi tisma' l-argumenti kollha u toqgħod attent x'tip ta' liġijiet tagħmel.", "Qed jinkwetani wkoll il-fatt li qegħdin ngħidu li l-Mid-Med Bank u l-Bank of Valletta se jiġu ntaxxati anke fuq il-profitti li jagħmlu barra waqt li bank li huwa offshore u qed jopera f'pajjiżna se jiġi privileġġjat.", "Pero' l-iktar ħaġa li qiegħda tinkwetani hija dwar fejn hu eżatt u x'sens jagħmel il-line of demarcation.", "Dan huwa bażikament l-istess konċett li konna qegħdin nitkellmu dwaru fil-każ tal-Lohombus u dawk il-partijiet tal-banek kummerċjali li wkoll isellfu għad-djar.", "Issa dalgħodu l-Ministru qal li ċ- chairman tal-Mid-Med Bank qal li they can absorb this extra tax.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dak huwa x'qal fil-gazzetti.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, jien m'għedtx li għedtha inti.", "Imma din il- pożizzjoni lili ddejjaqni.", "L-ewwelnett, allaħares qegħdin f'pożizzjoni li tiżdied it-taxxa u qisu ma ġara xejn!", "Jiena naħseb li kull bank iħossha u kieku ma jkunx hemm din it-taxxa forsi l-bank ikun jista' jraħħas iċ- charges li jagħmel.", "Jiġifieri dan l-argument huwa daqsxejn superfiċjali.", "Barra minn hekk, il-Mid-Med Bank huwa owned mill-gvern.", "Issa dalgħodu aħna staqsejna: Il-gvern jaf x'kienet tkun il-pożizzjoni tiegħu mil-lat ta' revenue kieku m'għamilx din it-taxxa u allura kien ikun hemm aktar profitti u l-banek kienu jistgħu jagħmlu iktar dividend payments?", "Il-gvern għamlu dan il-kalkolu biex jara x'inhi d-differenza bejn id-dħul minn din l-extra tax on profit vis-a-vis ir-revenue li kien ikollu bil-proċess normali?", "GĦaliex żgur li hemm xi dħul, u żgur li t-¥3 miljun li konna qegħdin nitkellmu fuqhom se jonqsu.", "Allura hija worthwhile li ssir din it-taxxa meta, kif għedt dalgħodu - u ġejt ikkritikat li qisni qed inxewwex - s'issa fuq is-settur finanzjarju kellna agreement miż-żewġ naħat?", "Fil-fatt din hija l-ewwel darba f'dawn l-aħħar tliet snin jew erba' fejn m'hawnx agreement f'dan is-settur.", "Sur President, aħna nopponu l-miżuri fiskali għaliex dak huwa dmirna, imma f'dan il-każ din il-miżura qed timmina dak it-tip ta' consensus li konna mexjin bih fil-qasam finanzjarju.", "Inħoss ukoll li din il-liġi m'hijiex imsajra biżżejjed.", "Il-ministru iktar kmieni qal li wara li l- Lohombus ġie eżentat bil-fomm, issa se ssir emenda formali f'dan is-sens.", "Imma tista' teżenta xi ħaġa bil-fomm?", "Hemm bżonn li l-liġijiet f'dan il- pajjiż isiru b'mod serju, hemm bżonn li nifluhom u naraw ukoll x'se jkun l- effett tagħhom.", "Immur lura għal klawsola 3 u nitlob li jkollna spjega dwar x'nifhmu meta fil-klawsola qegħdin ngħidu ''banda oħra'' u x'qiegħda tkopri.", "Qed nifhem sewwa li qegħdin nirriferu għal branches barra l-pajjiż?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bl-Ingliż forsi qiegħda iktar ċara.", "Qed jingħad li:", "''... shall be payable at the rate of fifteen per centum upon the profits of a Commercial Bank accruing in or derived from Malta or elsewhere and whether received in Malta or elsewhere in respect of the Tax Year:''.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, xtaqt nintervjeni daqsxejn fil- kontest tar-riferenzi li qed isiru għall-consensus.", "Iva, fuq il- leġislazzjoni finanzjarja maħsuba biex tkompli tippromwovi lil Malta bħala ċentru finanzjarju hawn consensus.", "Dan il-consensus ġie stabbilit meta fil- gvern kien hemm il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista kien fl- oppożizzjoni.", "Ma kienx faċli li jsir dak il-consensus, imma sar.", "Imma ma nara li hemm xejn f'dak li qed jiġi diskuss bħalissa li għandu jkun marbut ma' dak il-consensus jew li għandu b'xi mod jaffettwa l-consensus b'mod negattiv.", "Dan ma jfissirx li m'għandniex niddiskutu l-liġi b'mod kritiku, imma lanqas għandna, għall-finijiet ta' rapportaġġ li jista' jkun hemm - fil-committee stage ma tantx ikun hemm rapportaġġ, imma jista' jkun hemm għaliex dan huwa punt delikat - nagħtu ħjiel li minħabba din il-liġi jista' jixxaqqaq dak il-consensus.", "Irridu noqogħdu attenti.", "Huwa għasfur rari li jkollok consensus u kien għasfur rari li kellna dan il-consensus.", "Ħadd ma ħa ordnijiet tal-mertu minħabba fih imma l-pajjiż ibbenefika u jista' jkompli jibbenefika.", "U fl-opinjoni tiegħi m'hemm l-ebda raġuni għaliex fil- kontest ta' din il-liġi għandna ndaħħlu dak il-consensus.", "Dak huwa l-ewwel punt.", "It-tieni punt huwa li dak li qiegħed iressaq il-ministru, dak li għadda mis-Second Reading u issa qed jiġi diskuss fid-dettall tiegħu, huwa xi ħaġa delikata ħafna u jrid jiġi handled bl-akbar attenzjoni.", "Jiena qed insegwi u qed nisma' l-preokkupazzjoni ta' l-oppożizzjoni u fejn ma taqbilx fil- prinċipju; għandha kull dritt ma taqbilx u wieħed jifhem dak li qiegħda tgħid.", "Imma smajt ukoll b'attenzjoni kbira dak li qal il-Ministru Leo Brincat fis-Second Reading, inkluż dak li qal fil-winding up.", "Issa ejja nneżżgħu kollox mill-politika - għaliex aħna politiċi u xi naqra politika tidħol - u naraw x'inhu l-punt tekniku.", "Il-punt tekniku li qed jiġi enfasizzat il-ħin kollu huwa li kien hemm sitwazzjoni li jafu biha ż-żewġ naħat tal-Kamra - għaliex din ġrat meta kien hemm ir-reġim tal-VAT - fejn il-banek kummerċjali ma ġewx debitati bil-VAT daqskemm kienu jiġu debitati kieku kienet immaturat iżjed u wieħed għaraf jifrex l-umbrella aħjar.", "Jien mhux qed ngħid li dan sar apposta, bi traskuraġni jew għaliex riedu jqarrqu imma kien hemm sitwazzjoni li huma min-naħa tagħhom korrettement ivvantaġġjaw ruħhom minnha.", "Issa l-gvern x'qal, Sur President?", "Il-gvern qal li għal darba biss - għalhekk tressqet din il-liġi u ma tteħditx xi miżura taħt l-Income Tax Act jew taħt dik li kienet il-VAT Act għalkemm il- ministru seta' jagħmel dan - b'liġi speċifika u mhux b'xi emenda taħt xi liġi oħra, se jimponi special tax fuq il-profitti tal-banek bil-kwalifika li din hija miżura one-off.", "Jiġifieri l-ministru qed ikun ċarissimu.", "Xorta waħda wieħed jista' jgħid li ma jaqbilx li għandek tagħmel hekk u l- oppożizzjoni qiegħda tgħid hekk, kif għandha kull dritt li tagħmel.", "Jiena personalment ngħid li għandna nkunu delikati fuqha imma sodisfatt li l- ministru qed ikun delikat.", "Issa dan ma jfissirx li waqt li qed tkun delikat ma jistax ikun hemm spazju għal iżjed kjarifika u suġġerimenti.", "Fil-fatt l-oppożizzjoni trid iżjed kjarifika dwar jekk kemm-il darba all income from Maltese activities and other sources tinkludix l-attivitajiet barra minn Malta.", "Imma d-definizzjoni ma tistax ma tinkludix l- attivitajiet barra minn Malta.", "U biex tara jekk dan huwiex tajjeb jew ħażin you have to undo dak kollu li qed jiġi propost ħalli tara eżattament kemm kien jidħol kieku l-VAT ġiet miġbura b'mod iżjed issikkat fuq il- banek.", "Issa l-ministru jista' jagħmel hekk imma m'għamilx hekk, u forsi m'hemmx għalfejn jagħmel hekk għaliex iktar ma jagħmel hekk il-biċċa tax- xogħol iżjed tikber.", "Il-ministru qiegħed jgħid li anke l-income li jiġi minn barra se jiġi ntaxxat, imma qed jgħid ukoll li l-income li ġej minn wieħed mill-banek fejn il-gvern għandu sehem u li għandu x'jaqsam ma' self lin-nies biex jibnu jew jirranġaw darhom, se jkun eżentat.", "L-oppożizzjoni osservat li hemm bank ieħor kummerċjali li għandu division - mhux subsidiary - li tislef għal dan il-għan u staqsiet għaliex din m'hijiex eżentata.", "Il- ministru qal li dan il-punt se jħares lejh, u jien persważ li qiegħed iħares lejh u jara jekk huwiex il-każ li jagħmel xi ħaġa.", "Se jkollu diffikulta' għaliex in-net income mill-attivitajiet ta' self għal personal house loans m'huwiex identifikat fil-profit and loss account, imma with a broad measure - mhux bi preċiżjoni - mill-accounts interni jista' jiġi identifikat kemm hi n-net contribution minn din l-attivita'.", "Kif jgħallimni l-Onor.", "Dalli li huwa accountant, tista' ssir anke stima ta' kemm ġej minn dik id-division billi talloka l-overheads.", "Ovvjament din ma tkunx stima preċiża, imma tista' tasal għal din it-tip ta' stima.", "Il- ministru diġa' qal li din se jħares lejha.", "Jekk huwiex se jagħmilha jew le, dik hija deċiżjoni tiegħu.", "Imma la qal li se jħares lejha sinjal li qiegħed iħares lejha proattivament u mhux biss għall-kelma.", "Ladarba rajna dawn l-argumenti, il-qagħda tibqa' jekk taqbilx fil- prinċipju li għandha ssir it-taxxa jew le.", "L-oppożizzjoni m'hijiex taqbel u n-naħa tal-gvern trid tirrispetta l-opinjoni tagħha.", "Ħalli tiddividi fuqha kif iddividiet diġa', imma dan huwa l-argument.", "Ikun ħażin ħafna - mhux biex inneħħi d-dritt ta' xi ħadd jew nimpinġi fuq id-dritt ta' xi ħadd - jekk kemm-il darba l-argument jitwessa' iżjed minn hekk u ndaħħluh fil- qasam ta' l-offshore banks u l-foreign banks hawn Malta.", "Anzi lill- Midland Bank li qed jopera hawn Malta, il-gvern mhux talli ma daħħlux, talli eżentah.", "(Interruzzjonijiet) Il-Midland Bank huwa eżentat jew le?", "Mela l-Midland Bank m'huwiex eżentat.", "Kollox sew, Onor. Bonnici.", "Mhux nistaqsi qiegħed?", "Qisek molla toqmos!", "U molla tajba mhux ħażina, jiġifieri qed nagħmillek kumpliment.", "Min għandu molla tajba għandu għaliex jifraħ imma iktar ma tkun tajba l-molla iżjed trid toqgħod attent kemm ittirlek malajr!", "Mela l-Midland Bank m'huwiex eżentat għaliex għandu l-attivitajiet tiegħu hawn Malta.", "Imma noqogħdu attenti kif nitkellmu fuq il-Midland Bank.", "Dan qiegħed joffri kompetizzjoni tajba għall-banek imma qiegħed joffriha fuq bażi li m'hijiex fair għaliex għandu vantaġġi - u jekk se titkellmu fuq diskriminazzjoni bejn istituzzjoni u oħra mingħajr ma nwessgħuha wisq, dan l-argument irridu nħarsu lejh ukoll - fuq il-banek domestiċi.", "Fil-fatt meta wieħed jara kemm qed jifrex l-attivitajiet tiegħu hawn Malta, jista' jgħid: Dawk il-vantaġġi fil-pakkett tal-leġislazzjoni finanzjarja li għaddejna minn dan il-Parlament - ara kemm għaddejtu sigħat inkom tasslulhom u mbagħad ara kemm għaddew sigħat fil-committee stage bil- parteċipazzjoni partikolari ta' Dr Karmenu Mifsud Bonnici - kienu maħsuba għal xogħol li ġej minn barra u mhux għal xogħol domestiku, għaliex hemmhekk hemm a comparative tax advantage.", "Imma dan il-punt ejja nħalluh għaliex illum mhux dan li qegħdin niddiskutu.", "Jiena qiegħed ngħid li għandna nillimitaw l-argument fil-parti li għandu jkun limitat.", "U dan hu l- argument, taqbel jew ma taqbilx, tikkritika jew ma tikkritikax lill- ministru jew lill-gvern jew lili li qiegħed ngħid li din hija xi ħaġa delikata imma ħalli tgħaddi.", "Sur President, jidher li qed tikber daqsxejn id-drawwa li jiġu ċċitati opinjonijiet ta' nies barra minn din il-Kamra mingħajr ma jiġu ċċitati in full.", "Il-bieraħ saret riferenza għall-gvernatur tal-Bank Ċentrali u llum qed issir riferenza għaċ-chairman tal-Mid-Med Bank.", "Imma meta tiċċita l- affarijiet trid tiċċitahom sewwa.", "X'qal iċ-chairman tal-Mid-Med Bank?", "Huwa ma qalx \"we can take it in our stride\" kif intqal hawnhekk.", "Min jieħu pjaċir jara l-profitti tiegħu mnaqqsa?", "Iċ-chairman tal-Mid-Med Bank qal li din ma ħadux pjaċir biha imma qal li se jassorbuha billi ma jkunx hemm żieda fuq ir-riżervi.", "Qal ukoll li din m'hijiex se taffettwa d-dividend policy tal-bank.", "Iċ-chairman tal-Mid-Med Bank mar on record li din it- taxxa ma jaqbilx magħha.", "Issa dan huwa chairman ta' bank li l-maġġoranza tiegħu għadha f'idejn il-gvern.", "Huwa chairman, bħaċ-chairman tal-Bank of Valletta, li huwa maħtur mill-gvern.", "Jiġifieri nikkritikaw kemm irridu nies imma ejja nikkritikawhom fil-kontest li jixirqilhom kritika għaliex inkella nispiċċaw f'sitwazzjoni - jien persważ li din ħadd ma jixtieqha - fejn nies li jistgħu jitkellmu u għandhom jitkellmu, jibdew jaħsubha jekk jitkellmux.", "Dan mar on record li ma jaqbilx ma' din il-miżura.", "Kieku għadni ministru jiena u kont f'waħda mill-burdati tiegħi, kont ngħid: \"Anke dan ħareġ kontra tagħha?\", imma sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat ma jbatix bil- burdati bħali u ma qalx hekk.", "Ħadd ma qal hekk.", "Imma dan, li huwa bniedem appuntat mill-gvern, mar on record li fuq din il-miżura mhux qed jaqbel mal- gvern li appuntah.", "Allura se noqogħdu ngħidu li dan m'għamilx sewwa?", "Mhux veru li qal li the bank can take it in its stride, Onor. Bonnici.", "Huwa qal li din se tkun assorbita ...", "(Interruzzjonijiet) Mela fil-Committee Stage hemm point of order?", "Issapporti ftit ieħor u mbagħad weġibni.", "Isma' minni, meta jkollok molla tajba użaha tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Trid inċedilek il-kelma?", "Tridx ngħidlek x'qegħdin tagħmlu hawnhekk?", "Intom on the one hand qegħdin tipprovaw tagħmlu argument tekniku u l-ġewwieni tagħkom jgħidilkom biex tagħmlu argument tekniku u on the other hand ma tistgħux tinsew li intom politiċi.", "Trid ngħidlek iżjed ħalli ma noqgħodx insemmi iżjed il-molla?", "On the one hand, il-marġini politika f'dak li qed jgħid l-Onor.", "Dalli, li għamel ħames snin ministru u jaf intimament xi problemi jkollu dan il-qasam, hija inqas u inti, li inti iżjed politiku, li taf x'inhi s-sensittivita' ta' hemmhekk imma ma kellekx esperjenza diretta tagħha, ittir malajr fuqha.", "U m'għandniex intiru malajr fuq dawn l- affarijiet.", "Dan hu li qed ngħid u ma qed nagħmillek ebda kumment dispreġjattiv billi ngħidlek li għandek molla tajba.", "(Interruzzjonijiet) Mela ngħidlek li għandek molla ħażina jew inkella li m'għandek molla xejn!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, normalment waqt kumitat hekk nitkellmu, u din m'hijiex kwestjoni ta' molol u mhux molol.", "M'hijiex l- ewwel darba li kont żbaljat, Onor. Spiteri, u għedtlek li għandek żball; ġieli nkun żbaljat jiena u tgħidli li għandi żball.", "Imma ma jagħmilx sens li noqgħod nistenna sakemm tispiċċa biex ngħidlek.", "Ħalli nirrispondi issa fuq l-iktar affarijiet li huma sensibbli.", "Il-kwadru li poġġa l-Onor.", "Spiteri jinkwetani daqsxejn għaliex hemm ċerti argumenti li jiena konvint li huwa jifhimhom ukoll.", "L-ewwelnett, jekk kien hemm xi problema fuq il-VAT, il-logical solution hija li tipprova tirranġa fejn kien hemm ħażin u mhux tagħmel liġi bħal din.", "Jekk kien hemm xi banek li kellhom jagħtu lill-gvern imma rnexxielhom inaqqsu l-burden tagħhom, is- sens komun jgħidlek li għandek tara din x'kienet, tikkwantifikaha u tindirizzaha, mhux tagħmel a one time only tax on their income.", "Ma jagħmilx sens lanqas li ngħidu li din il-liġi se tkun tifforma parti mill- pakkett finanzjarju imma mbagħad ngħidu li hija a budgetary measure.", "Minbarra din il-biċċa tal-VAT, li hija red herring - għaliex jekk huwa veru li wieħed ried jiġbor dawk il-flus, allura kellu jikkalkola u jara x'jista' jagħmel, u jekk hemm bżonn anke jgħaddi liġi ad hoc biex isewwi l-problema - jiena għad ma kellix risposta dwar jekk il-gvern .....", "U hawn tajjeb ngħidu li barra minn Malta s-settur finanzjarju normalment ma jaqax taħt il- VAT u on a question of principle ngħidlek li s-settur finanzjarju ta' Malta għandu jiġi mpoġġi kemm jista' jkun on an equal footing mas-settur finanzjarju barra minn Malta.", "Nerġa' ngħid, jekk hemm problema dwar xi VAT due, allura kellha ssir liġi ad hoc jew xi ħaġa li tindirizza dik il- problema u mhux tittieħed din il-miżura.", "Niġi issa għal punt ieħor.", "Nerġa' nistaqsi lill-ministru: Peress li l- gvern għandu xi 66% mill-Mid-Med Bank u peress li għandu 25% mill-Bank of Valletta, kieku dawn il-profitti baqgħu għand il-banek u sar extra dividend payment, ir-revenue kemm kien ikun?", "Dan ma setax jiġi kkalkolat?", "Jekk il- gvern qed jgħid li għandu problema finanzjarja u jrid idaħħal iktar flus, għandu triq oħra minn fejn jgħaddi.", "Niġi issa għall-kumment taċ-chairman tal-Mid-Med Bank.", "Huwa veru li dan qal li din it-taxxa m'għoġbitux - jiena nistenna li kull chairman ta' bank jgħid hekk - imma mbagħad qal ukoll li they will absorb it.", "Issa jien għedt li he will take it in his stride.", "Imma mhux hekk tkun qed tfisser when you absorb something?", "Il-punt tiegħi huwa li meta tassorbi taxxa, jekk forsi kellek l-opportunita' li tbaxxi ċerti service charges - niftakru li s-sena li għaddiet dawn iċ-charges żdiedu - dawn tispiċċa ma tbaxxihomx.", "Jekk hemm il-kompetizzjoni, li hija tajba u allura tnaqqas it-taxxa fuq kulħadd, il-possibbilta' li s-service charges jitnaqqsu tikber.", "Jiena bħala ekonomista ngħid li l-fatt li l-gvern qed jagħmel din il-one time only tax bilfors li żiedet ċerti costs u allura bilfors li wasslet għal sitwazzjoni fejn il-konsumatur ġie milqut iktar milli seta' kien.", "Finalment din hija a zero sum game.", "Jiġifieri jekk il-gvern se jieħu iktar, se jibqa' anqas għand il-banek li mhux se jkollhom aktar il- pressjoni li jraħħsu s-service charges.", "GĦalhekk jiena għedt li din għandna implication u li there is a cost to that.", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-consensus.", "Jien nixtieq li fuq dawn il- punti jkollna trattament daqsxejn iktar adegwat u mhux wieħed iqajjem il- punti, jerġa' jqajjimhom u jibqa' ma jkollux risposta għalihom.", "Ftit ilu l- Kap ta' l-Oppożizzjoni spiċċa biex sejjaħ quorum qabel ma l-punt li konna qegħdin inqajmu dwar il-Lohombus ġie kkonsidrat.", "Imma x'qalilna l- ministru?", "Qalilna li frazzjoni żgħira mill-attivita' tal-Bank of Valletta topera fil-house lending.", "Imma wieħed mill-prinċipji importanti li din il- miżura qiegħda tkisser hija l-level playing field li hija neċessarja.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi l-gvern irid jara kemm jista' jieħu revenue mill- banek mingħajr ma jżid din it-taxxa, kif jagħmel recovery tal-flus li għandu jieħu mill-VAT u jara wkoll li din is-sitwazzjoni ma jkollhiex effett ħażin internazzjonalment meta nafu li f'dan is-settur hemm kompetizzjoni qawwija.", "F'dan is-sens, dalgħodu l-ministru semma lil Franza, il-Kanada u l- Ingilterra u qal li dawn għamlu one time only tax.", "Imma, bir-rispett kollu, dawn huma pajjiżi li għandhom financial sector ferm iktar stabbilit minn tagħna.", "Lil dan it-tip ta' liġi tkun on the statute books tagħha, m'hijiex the right move for the financial sector as a whole.", "Niftakru li fis-settur finanzjarju aħna pprovajna nneħħu d-distinzjoni bejn l-offshore u l-onshore.", "Allura din hija a bad piece of legislation li setgħet ġiet ittrattata b'diversi modi oħra.", "GĦalhekk nerġa' nappella lill-ministru sabiex jevalwa kemm il-gvern jista' jdaħħal flus mid-dividends u kemm jista' jirkupra money due mill-VAT.", "Dawn huma issues li jistgħu jiġu tackled mingħajr ma jkollna din il-liġi u barra minn hekk l-effett finanzjarju tal-gvern jibqa' l-istess.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq nagħmel ċerti kummenti li nħoss li huwa importanti li nagħmilhom.", "Ħalli nibda mill-punt dwar il-consensus.", "Kif qal l-Onor.", "Spiteri, il-consensus fuq il-Liġi tas-Servizzi Finanzjarji kien xi ħaġa which was hard won f'dan il-Parlament.", "Pero' nassigura lilu u lil kulħadd f'din il-Kamra, anke lil sieħbi l-Onor.", "Bonnici, li minn din in- naħa m'aħniex nintimaw li b'xi mod qegħdin ngħidu li dan il-consensus huwa fraġli jew li jista' b'xi mod jiġi attakkat.", "Naturalment huwa importanti ħafna li jkun hemm djalogu kontinwu fuq l-iżvilupp ta' dan is-settur u nixtieq li f'ċerti affarijiet nieħdu lil xulxin into confidence bħalma għamilna meta konna qegħdin ngħaddu mill-Parlament il-pakkett ta' liġijiet finanzjarji.", "GĦall-benefiċċju ta' kulħadd, Sur President, nerġa' nirripeti li jien niftakarni nagħmel sessions twal ma' membri parlamentari miż-żewġ naħat tal- Kamra qabel ġejna f'dan il-Parlament biex infehemhom fid-dettall l- implikazzjonijiet kollha tal-klawsoli ta' dan il-pakkett finanzjarju.", "F'ċerti affarijiet naħseb li anke aħna nistgħu nikkontribwixxu xi ħaġa għall-iżvilupp ta' dan is-settur.", "Tajjeb ukoll li nkunu informati qabel ma jsiru xi emendi jew żviluppi ġodda f'dawn il-liġijiet ħalli nassiguraw li jkun hemm consensus bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, bħalma kont nagħmel jien meta kont ministru tal-finanzi.", "Meta kienet se titressaq il-liġi dwar l- insurance l-Onor.", "Leo Brincat stedinni biex niddiskutu l-liġi qabel ma titressaq fil-Parlament.", "Hekk għandna nagħmlu meta jkunu se jsiru ċerti emendi fil-liġijiet.", "Hemm affarijiet li wieħed jista' jiddiskuti u oħrajn li ma jistgħux jiġu diskussi għax ikunu delikatissimi f'ħafna aspetti tagħhom.", "Jiena ma rridx li b'xi mod niġi drawn illi nagħmel kritika ta' xi ħaġa fil-pubbliku li mhux fl-interess tal-pajjiż li nagħmilha u għalhekk nixtieq li jkun hemm djalogu bejnietna, għax naħseb li f'dan is-settur naqblu, għandna l-fiduċja ta' xulxin u rriduh jimxi 'l quddiem kemm jista' jkun.", "X'kienet is-sitwazzjoni ta' l-imbierka VAT u l-banek?", "Il-banek fin- negozju bankarju tagħhom, bħall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha barra minn Malta, kienu exempt without credit, jiġifieri la kienu jiċċarġjaw VAT u lanqas kienu jagħmlu claim għal refunds tal-VAT li kienu jħallsu fuq l- ispejjeż li jagħmlu, pero' fuq ċerti servizzi oħra l-banek kienu jiġu ntaxxati bil-VAT.", "Kien hemm xi ħadd li ta interpretazzjoni ta' xi klawsola tal-liġi dwar il-VAT li tintitola lill-banek biex taħt l-element ta' tranżazzjonijiet li kienu taxxabbli, jitolbu refunds straordinarjament aktar milli suppost talbu.", "Huwa hawn fejn taw il-possibbilta' li jiġu claimed refunds meta mhux suppost li ġew claimed.", "Din kienet xi ħaġa legali u amministrattiva.", "Niftakar li jiena assolutament ma kontx qbilt ma' din l-interpretazzjoni - din ġrat fl-ewwel sena li daħlet il-VAT - u kont tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tal-VAT biex din nirranġawha kemm jista' jkun malajr għax l-intenzjoni tal-liġi żgur li ma kenitx illi l- banek jingħataw dan it-tip ta' refunds.", "Dak iż-żmien kont inħoss - jien m'iniex legali u allura m'għandix ċerta preżunzjoni li ngħid x'inhuma s- soluzzjonijiet legali - li anke b'ċerti deċiżjonijiet amministrattivi forsi stajna nsolvu din il-problema u jekk ma nsolvuhiex allura kellna nagħmlu emenda biex nagħlqu t-toqba fil-liġi tal-VAT.", "Pero' ċertament li jiena kontra li jkollna liġi bħal din on our statute books.", "L-Onor.", "Spiteri semma li jiena kont ministru tal-finanzi għal ċertu żmien.", "Jien ngħidlu aktar minn hekk.", "L-iżvalutazzjoni li kellna bejn l- 1992 u l-1994 ġabet profitti enormi fil-valutazzjoni ta' ħafna assets li kellhom il-banek.", "Jiena, bħala ministru tal-finanzi, kienet ġietni t- tentazzjoni li nagħmel liġi bħal din għall-budget ta' dik is-sena imma l- pariri li ngħatajt kienu kollha kontra li nagħmilha.", "Jien inħobb nisma' l- kritika ġustifikata li tkun qed issirli - m'iniex rasi iebsa kif jgħidu ħafna nies - u f'dak il-każ qgħadt fuq il-pariri li ngħatawli u din il-liġi m'għamilthiex.", "Nerġa' nirripeti li kelli t-tentazzjoni li nagħmel windfall tax fuq il-windfall profits illi għamlu l-banek bl-iżvalutazzjoni u m'għamilthiex għax ipperswadewni li din tagħmel ħafna ħsara.", "Jiġuk tentazzjonijiet bħal dawn għax tibda tgħid: Għamlu daqshekk profitti minħabba miżura li ħadt jien fil-budget u mhux minħabba l-effiċjenza tagħhom, għalfejn m'għandix nintaxxahom?!", "Imma l-fatt hu li jekk iddaħħal dan it-tip ta' sitwazzjonijiet issir aktar ħsara u allura ddeċidejt li ma nagħmilhiex.", "Għalhekk lill-Ministru tajtu l-parir biex lanqas din ma jagħmel għax bis-serjeta' nemmen li tagħmel il-ħsara.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li dan l-argument diġa' ġie eżawrit fis-Second Reading, biss nieħu nota ta' l-ispirtu li fih l-Oppożizzjon għamlet il- kritika tagħha.", "Bażikament hawnhekk qed nitkellmu fuq il-fundamentals, jekk liġi bħal din għandhiex tibqa' fuq l-istatute books tal-pajjiż jew le.", "Aħna fiċ-ċirkostanzi dehrilna li kienet a one-off measure dictated mill- qagħda finanzjarja tal-pajjiż innifsu.", "Biss hemm il-commitment tagħna, mhux biss il-commitment politiku imma qiegħed anke fl-abbozz innifsu, li din hija a one-off law illi m'għandna l-ebda intenzjoni li nerġgħu nirrepetu, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi tal-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 60 din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Klawsola 4 - Japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Atti dwar it-Taxxa.", "Clause 4 - Provisions of Tax Acts to apply.", "THE CHAIRMAN: II-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola tittratta l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar it-Taxxa.", "Fil-fatt ta' min jgħid li skond id-draft oriġinali the relevant banks kellhom iħallsu d-due tax sat-30 ta' April, 1998, pero' peress li din il-liġi għadna qed niddiskutuha kellna ngħaddu emenda biex id-data tiġi estiża sat-30 ta' Ġunju, 1998, u qed ngħidu li r-return ta' din it-taxxa għandha tkun akkumpanjata minn return ta' l-audited accounts tal-banek u l-income tax computation relattiva.", "Qed jingħad ukoll li taxxa bħal din ma tistax tiġi set off kontra l- income tax liability tal-bank innifsu jew tax-shareholders tiegħu, u l- Kummissarju tat-Taxxi Interni qed jiġi empowered bil-provisions ta' l- Income Tax Act biex jinforza l-applikazzjoni ta' din l-ispecial tax għal dak li għandu x'jaqsam ma' returns, assessments, appeals, collection u anke penalties ikkonċernati.", "Sur President, nixtieq nipproponi din l-emenda għal klawsola 4:", "''B'' Fis-subklawsola (4) tal-klawsola 4, minflok il-kliem \"sat-30 ta' April, 1998\" għandhom jidħlu l-kliem \"sat-30 ta' Ġunju, 1998\".", "''B'' In subclause (4) of clause 4, for the words \"30th April, 1998\" there shall be substituted the words \"30th June, 1998\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk irrid nagħmel rimarka qasira li m'iniex se nagħmel trattati fuqha.", "Aspett ieħor ħażin ta' din il-liġi huwa r- retroattivita'.", "Din il-liġi se tintaxxa profitti li saru s-sena l-oħra.", "Dan ukoll huwa element mill-aktar negattiv u dan it-tip ta' preċedenti m'għandhomx isiru.", "Qed nintaxxaw attivitajiet li diġa' saru u m'aħniex nintaxxaw attivitajiet li se jsiru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-punt ta' l-Onor.", "Membru ġie nnotat imma effettivament meta se tintaxxa windfall tax bilfors trid tkun retrotattiva.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda għal klawsola 4 kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 60 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Klawsola 5 - It-Taxxa Speċjali ma għandhiex titnaqqas għall-għanijiet ta' l- Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Clause 5 - Special Tax not to be deductible for purposes of Income Tax Act.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, hawnhekk qegħdin ngħidu li t-taxxa speċjali m'għandhiex titnaqqas għall-għanijiet ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Il-liġi tispeċifika li din it-taxxa m'għandhiex tkun kkunsidrata bħala expense u għaldaqstant ma tkunx deductible meta jiġi determinat iċ- chargeable income għall-finijiet ta' income tax.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 60 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob il-permess tal-Kamra biex nirtira l-emenda li kellna għal klawsola 2 u minflok indaħħal emenda li fiha tiġbor żewġ affarijiet.", "L-emenda tipproponi li meta nitkellmu dwar profitt nimxu fuq is-suġġeriment li sar min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, li l-eżenzjoni ma nillimitawhiex biss għal-Lohombus imma nestenduha wkoll għal profitti li jistgħu jsiru minn self magħmul minn xi bank kummerċjali lil individwi biex jgħinuhom fl-akkwist jew fil-kostruzzjoni ta' dar sabiex tintuża bħala residenza personali tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex l-emenda \"A\" għal klawsola 2 tiġi rtirata?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata l-emenda ''A'' ġiet irtirata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, issa se nipproponi din l-emenda ġdida għal klawsola 2:", "''C'' Klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok it-tifsira ta' \"Bank Kummerċjali\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"\"Bank Kummerċjali\" tfisser istituzzjoni ta' kreditu li jkollha liċenza taħt l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju, iżda ma tinkludix istituzzjoni bħal dik li jkollha l-liċenza limitata għal negozju biss f'munita li ma tkunx il-lira Maltija u ma tinkludix il- Bank magħruf bħala Lohombus Bank Limited;\";u", "(b) minflok it-tifsira ta' \"profitti\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"\"profitti\" tfisser income taxxabbli kif stabbilit skond l-Atti dwar it-Taxxa iżda ma tinkludix profitti minn self magħmul minn banek kummerċjali lil individwi biex jgħinhom fl-akkwist jew fil- kostruzzjoni ta' dar sabiex tintuża bħala residenza personali tagħhom;\".", "\"C\" Clause 2 shall be amended as follows:", "(a) for the definition of \"Commercial Bank\" there shall be substituted the following:", "\"\"Commercial Bank\" means a credit institution licenced under the Bank Act, 1994, but does not include such an institution which has a licence limited to dealing only in currencies other than the Maltese lira and does not include the Bank known as Lohombus Bank Limited;\"; and", "(b) for the definition of \"profits\" there shall be substituted the following:", "\"\"profits\" means chargeable income as determined in accordance with the Tax Acts but does not include profits from loans advanced by commercial banks to individuals to assist them in the acquisition or construction of a house to be used as their personal residence;\".", "Mr Chairman, din l-emenda tispjega lilha nnifisha.", "Dawn kienu punti li tqajmu fid-diskussjoni aktar kmieni llejla.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, fid-definizzjoni oriġinali ta' \"commercial bank\" hemm paragrafu li jgħid li commercial bank ma jinkludix:", "''such a credit institution which is also registered with the Malta Financial Services Centre as an offshore company under the Malta Financial Services Centre Act;''.", "Din issa se tħalluha barra issa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'aħniex qed naqtgħuha barra.", "Kif spjegajt aktar kmieni qed jiġu maqlugħa barra dawk li jaqgħu taħt il-liġi bankarja l- antika u mhux il-Banking Act ta' l-1994.", "ONOR.", "JOE BORG: Jiġifieri qegħdin ngħidu li in any case ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' commercial bank?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva.", "ONOR.", "JOE BORG: It-tieni mistoqsija li xtaqt nagħmel hija din.", "Nafu li l-banek kummerċjali - il-Bank of Valletta u l-Mid-Med Bank - għandhom numru ta' kumpanniji sussidjarji tagħhom.", "Issa jekk il-profitti jkunu saru matul is-sena l-oħra u din is-sena dawn il-kumpanniji sussidjarji ddikjaraw dividend li għadda għand il-Bank of Valletta jew il-Mid-Med Bank bħala shareholder, dak se jiġi kkonsidrat bħala parti mill-profitti tal-banek u allura jaqa' taħt il-provvedimenti tal-liġi dwar 15% taxxa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"C\" għal klawsola 2, kif imressqa u moqrija mill-Ministru Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMERĊ TA' L-ASSIGURAZZJONI", "INSURANCE BUSINESS BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Anglu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-8 ta' April, 1999.", "Klawsola 55 - Kooperazzjoni fi dmirijiet ta' sorveljanza u skambju ta' informazzjoni.", "Clause 55 - Co-operation in supervisory duties and sharing of information.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola tittratta kooperazzjoni fi dmirijiet ta' sorveljanza u skambju ta' informazzjoni u tipprovdi sabiex fuq bażi ta' ftehim internazzjonali jew ftehim ta' reċiproċita', l-awtorita' kompetenti tkun tista' taqsam l-informazzjoni u fi dmirijiet ta' sorveljanza tikkoopera ma' l-awtoritajiet regolatorji barranin oħra.", "Din il-klawsola tipprovdi wkoll sabiex meta tinħass il-ħtieġa, ikun hemm laqgħat bejn l- udituri ta' kumpannija awtoritazzata, l-attwarju tagħha fejn ikun il-każ u l-awtorita' kompetenti.", "Din il-klawsola hija mfassla fuq id- dispożizzjonijiet ta' artiklu 25 - Kooperazzjoni u Skambju ta' Informazzjoni - ta' l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Xtaqt kjarifika żgħira.", "L-ewwelnett f'subklawsola 55(2) tgħid li:", "\"There shall be meetings held between an authorised company, its approved auditors, ...\".", "Għandi nifhem li hawn qed nirriferu għall-meetings in konnessjoni ma' dak li hemm f'subklawsola (1), jiġifieri mhux meetings in ġenerali.", "Jew l- iskop huwa li r-riferenzi għal-laqgħat ġenerali?", "Jiġifieri l-meetings huma għal kwalunkwe suġġett jew inkella in konnessjoni ma' dak li hemm f'subklawsola (1)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, in ġenerali.", "ONOR.", "JOE BORG: Jiġifieri mhux biss għal dak li għandu x'jaqsam ma' subklawsola (1).", "Meta qed nużaw il-kliem \"multilateral or a bilateral basis\" qed ngħidu li tista' tkun il-competent authority ma' l-awdituri biss, jew inkella l-competent authority, l-awdituri u l-authorised company, etc?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-affermattiv.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 55.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 55 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 56 - Komunikazzjoni mill-udituri, eċċ. ma' l-Awtorita' Kompetenti.", "Clause 56 - Communication by auditors, etc. with the Competent Authority.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola tipprovdi sabiex ebda dmir, inkluż id- dmir tas-sigriet professjonali li għalih uditur jew attwarju ta' kumpannija, jew persuna maħtura biex tagħmel rapport taħt dan l-abbozz, ma għandu jitqies li jkun inkiser minħabba li huma jkunu b'bona fede, ikkomunikaw lill-awtorita' kompetenti xi informazzjoni jew opinjoni dwar materja li għaliha tapplika din il-klawsola u li tkun rilevanti għal xi funzjoni ta' l-awtorita' kompetenti taħt dan l-abbozz.", "B'mod ġenerali din il-klawsola ġiet imfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 26, komunikazzjoni mill-udituri, eċċ., minn awtorita' kompetenti ta' l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: F'paragrafu (a) tas-subklawsola 5b(1) insibu l-kliem \"an auditor or an actuary of a company; or\".", "Dik apposta qiegħda \"a company\" jew suppost li tiġi \"an authorised company\" peress li iżjed 'il quddiem f'subklawsola (2) u anke f'subklawsola (4) hemm riferenza speċifika għal \"an authorised company\"?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Suppost li tkun \"an authorised company\".", "ONOR.", "JOE BORG: Mela forsi ta' min jinnota din l-emenda verbali.", "ONOR.", "JOE BORG: F'subklawsola 56(4) insibu l-kliem:", "\"... the Competent Authority to represent the interests of accountants and authorised companies, ...\".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq accountants illi ma jkollhomx guidelines maħruġa minn xi professional body li jirregolahom u allura f'dak il-każ il- competent authority, wara konsultazzjoni magħhom, tkun tista' toħroġ regolamenti hi biex tistabbilixxi guidelines.", "Issa jien nifhem li l- competent authority tagħmel konsultazzjoni ma' ''bodies as appear to the Competent Authority to represent the interests of accountants''.", "Allura għaliex qed indaħlu wkoll lill-authorised companies?", "Jekk iridu jiġu stabbiliti guidelines ta' professional standards li għandhom isegwu l- accountants, x'jidħlu fiha l-interessi ta' l-authorised companies?", "Naħseb il-konsultazzjoni għandha tkun mal-bodies li jirrappreżentaw lill- accountants.", "Għax jista' jkun hemm interessi li jkunu xi ftit jew wisq at variance.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din saret b'mod komplimentari mal-Banking Act.", "ONOR.", "JOE BORG: L-uniku punt li ridt inqajjem huwa li qishom se jiġu stabbiliti guidelines għal accountants u l-konsultazzjoni barra ma' l- accountants se ssir ukoll ma' l-authorised companies li jista' jkollhom interessi li jvarjaw minn dawk ta' l-accountants.", "Wieħed jifhem illi iżjed huwa importanti li tagħti kas dak li jgħid il-body li jirrappreżenta lill- accountants imma jekk qiegħda hekk anke fil-leġislazzjoni dwar il-banek, allura tista' tibqa'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 56.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 56 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 57 - It-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji.", "Clause 57 - The 'Financial Services Tribunal''.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, it-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji jfisser it-tribunal imwaqqaf skond artiklu 10 - Appelli - ta' l-Att ta' l- 1994 dwar il-Kummerċ Bankarju.", "Għall-finijiet ta' dan l-abbozz il-membri tat-tribunal għandhom ikunu persuni li, fil-fehma tal-ministru, ikollhom it- tagħrif u l-esperjenza meħtieġa fil-kummerċ ta' l-assigurazzjoni.", "Din il- klawsola tipprovdi wkoll sabiex it-tribunal ikollu s-setgħa li jisma' l- appelli mressqa quddiemu u jiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal trasferiment ta' kummerċ fit-tul ippreżentati quddiemu.", "Fil-fatt għall-proviso tas-subklawsola (1) se nipproponi emenda li hi maħsuba sabiex ma jinħoloq l-ebda dubju li t-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji kif provdut u mwaqqaf taħt artiklu 10 ta' l-1994 dwar il- Kummerċ Bankarju ma jinbidillu xejn meta għall-finijiet ta' dan l-abbozz iż- żewġ membri maħtura taħt dak l-Att jiġu sostitwiti b'żewġ persuni li jkollhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa fil-kummerċ ta' l- assigurazzjoni maħtura taħt dan l-Abbozz.", "L-emenda tipprovdi sabiex iż-żewġ membri maħtura taħt l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju jiġu sostitwiti b'żewġ persuni maħtura taħt dan l- abbozz.", "Biex id-dmirijiet u d-drittijiet tal-membri kollha tat-tribunal, sew dawk maħtura taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju kif ukoll dawk maħtura taħt dan l-abbozz ikunu l-istess f'kollox, l-emenda tipprovdi wkoll sabiex id-dispożizzjonijiet ta' subartikli (5) sa (7) ta' l-artiklu 10 ta' l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, jiġifieri d-dispożizzjonijiet dwar it-terminu u t- tneħħija ta' ħatra u dwar ir-remunerazzjoni ta' membri, japplikaw bl-istess mod u sa l-istess limitu għal kull membru tat-tribunal, sew jekk maħtur taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju kif ukoll jekk maħtur taħt dan l- abbozz.", "Jiena qed nipproponi wkoll emenda għal subklawsola (4) ta' din il- klawsola sabiex barra milli japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 10 ta' l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, japplikaw ukoll ir-regolamenti li l- Ministru jista' jagħmel għall-finijiet ta' dak l-artiklu.", "Il-proviso hu maħsub sabiex meta l-ministru jagħmel ir-regolamenti li jirregolaw il- proċedura għall-għemil u t-tmexxija ta' appelli taħt dak l-artiklu, ir- regolamenti jkunu jistgħu jiddistingwu bejn proċeduri magħmulin għall- finijiet ta' din il-liġi u proċeduri magħmulin għall-finijiet ta' l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju.", "Mr Chairman, għalhekk għal klawsola 57 se nipproponi din l-emenda:", "\"R\" Il-klawsola 57 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok il-proviso ta' subklawsola (1) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"Iżda għal finijiet ta' proċeduri li joħorġu taħt dan l-Att il-membri maħtura taħt is-subartikolu (4) ta' l-artikolu 10 ta' l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju għandhom jiġu sostitwiti b'persuni maħtura mill-Ministru taħt dan l-Att li fil-fehma tiegħu jkollhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa fil-kummerċ ta' l-assigurazzjoni; u d- dispożizzjonijiet tas-subartikoli (5) sa (7) ta' l-artikolu 10 ta' l- imsemmi Att għandhom japplikaw għall-persuni msemmija f'dan il-proviso bl-istess mod u sa l-istess limitu kif japplikaw għall-membri msemmija fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 10 ta' l-imsemmi Att.\"; u", "(b) minflok is-subklawsola (4) tagħha għandha tidħol din is- subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(4) Id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 10 ta' l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju u xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, għandhom, ħlief safejn xi waħda minnhom tkun inkompatibbli mad- dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu jew ta' l-artikolu 35 jew 58 ta' dan l-Att, japplikaw għal applikazzjonijiet għal trasferiment ta' kummerċ fit-tul u għal appelli magħmula lit-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji taħt dan l-Att:", "Iżda r-regolamenti magħmula taħt is-subartikolu (15) ta' l-imsemmi artikolu 10 jistgħu jiddistingwu bejn proċeduri magħmula għal finijiet tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u proċeduri magħmula għal finijiet tad-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju.\".", "\"R\" Clause 57 shall be amended as follows:", "(a) for the proviso of subclause (1) thereof there shall be substituted the following:", "\"Provided that for the purposes of procedures arising under this Act the members appointed under subsection (4) of section 10 of the Banking Act, 1994 shall be substituted by persons to be appointed by the Minister under this Act who in his opinion possess the necessary expertise and experience in business of insurance; and the provisions of subsections (5) to (7) of section 10 of the said Act shall apply to the persons mentioned in this proviso in the same manner and to the same extent as they apply to the members mentioned in subsection (2) of section 10 of the said Act.\";", "(b) for subclause (4) thereof there shall be substituted the following new subclause:", "\"(4) The provisions of section 10 of the Banking Act, 1994 and of any regulations made thereunder shall, exept in so far as any of them is incompatible with the provisions of this section or of section 35 or 58 of this Act, apply to applications for transfer of long term business and appeals made to the Financial Services Tribunal under this Act:", "Provided that regulations made under subsection (15) of the said section 10 may distinguish between procedures made for the purposes of the provisions of this Act and procedures made for the purposes of the provisions of the Banking Act 1994.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: B'din l-emenda subklawsola (5) ġiet superfluous?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, fil-fehma tad-drafters tibqa' rilevanti għaliex din tapplika l-aktar għal long term business innifsu.", "ONOR.", "JOE BORG: Iva, imma f'subklawsola (4) kif emendat qed ngħidu li:-", "\"The provisions of section 10 of the Banking Act, 1994 and of any regulations made thereunder ...\".", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li regolamenti taħt il-Banking Act se jiġu applikabbli għal applications for transfer of long-term business.", "Barra minn hekk ir-regolamenti li joħorġu għandhom jiddistingwu bejn long term business, jiġifieri business ta' l-insurance u tal-banking.", "Issa f'subklawsola (5) hemm biss:", "\"The Minister may, for the purposes of this section, subject to section 35 of this Act, make regulations governing the procedure for determining an application for transfer of long term business filed under that section ...\".", "L-unika ħaġa li hemm f'subklawsola (5) li m'hijiex repetizzjoni ta' subklawsola (4) hija li sakemm joħorġu dawn ir-regolamenti ''the Tribunal shall regulate its own procedure''.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, il-Banking Act jista' jirregola biss dak li għandu x'jaqsam mat-Tribunal imma mhux dak li għandu x'jaqsam ma' trasferiment ta' long term business.", "Għalhekk xorta nħossu li hija rilevanti.", "ONOR.", "JOE BORG: Subklawsola (4) ta' l-emenda tgħid hekk:", "\"The provisions of section 10 of the Banking Act, 1994 and of any regulations made thereunder shall, exept in so far as any of them is incompatible with the provisions of this section or of section 35 or 58 of this Act, apply to applications for transfer of long term business ...\"", "Jiġifieri qed jiġu magħmula applikabbli speċifikament għal applications for transfer of long term business.", "Jiena nara li hemm ripetizzjoni għax subklawsola (5) titkellem speċifikament fuq an application for transfer of long-term business ukoll.", "Jekk tridu li nħalluha, inħalluha pero' hemm żewġ subklawsoli li qed jgħidu l-istess ħaġa, semai f'subklawsola (5) tista' tħalli biss \"sakemm isiru dawn ir-regolamenti\".", "Għax inkella għalfejn qed tgħidu li japplikaw r-regolamenti tal-banking pero' adattati għall-bżonnijiet ta' l-insurance u speċifikament għal long term business f'subklawsola (4), jekk il-Ministru se joħroġ ir-regolamenti apposta għall-insurance?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, il-legal advisors tagħna qed jinsistu illi mill-aspett tekniku l-Banking Act ma jistax japplika għal dak li għandu x'jaqsam ma' long term business u allura jħossu li għandha tibqa' kif inhi.", "ONOR.", "JOE BORG: Jekk iridu jagħmlu hekk, jagħmlu hekk pero' subklawsola (4) se tiġi bla sens għax qed tirriferi għal long term business.", "Subklawsola (4) qed tgħid li dak li jsir għas-settur bankarju jiġi applikat għas-settur ta' l-insurance vis-a-vis applications for transfer of long term business.", "Punt ieħor li xtaqt nirrimarka dwaru huwa rigward subklawsola (1) ta' klawsola 57 li tgħid hekk:", "\"In this Act, subject to subsection (2) of this section ...\".", "Forsi l-Ministru jista' jispjega għaliex subklawsola (1) qed tiġi soġġetta għal subklawsola (2), għax jien ma narax il-link bejniethom.", "Se mai iżjed naraha subject to the provisions of subclause (4) milli of subclause (2).", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, l-esperti għadhom kemm għaddewli din in- nota u se naqraha:", "\"The tribunal established under the Banking Act to hear appeals under clause 58 of the said Bill, shall also hear appeals under the |nsurance Business Bill.", "In addition under subclause (2) of clause 57 of the Insurance Business Bill, the tribunal has the function and powers to decide applications for long term business\".", "ONOR.", "JOE BORG: Allura għaliex f'subclause 57 (1) qegħdin ngħidu \"subject to subsection (2) of this section\"?", "Subsection (1) tagħti t- tifsira tal-financial services tribunal u tgħid li huwa t-tribunal stabbilit taħt artiklu 10 tal-Banking Act.", "Imbagħad subsection (2) tgħid illi apparti mill-funzjonijiet li għandu hemmhekk, għandu wkoll dawn il- funzjonijiet.", "Jekk nagħmluha \"subject to subsection (2) of this section\" kważi iżjed se niżvijjaw u allura nissuġġerixxi li dan il-kliem jitħalla barra.", "Għax waqt li qed tgħid li t-tribunal huwa dak stabbilit taħt section 10 tal-Banking Act, b'varjazzjoni fil-kompożizzjoni tiegħu meta jkun qed jittratta dwar insurance, f'subsection (2) qed tgħid illi barra milli għandu dawk il-funzjonijiet għandu l-funzjonijiet illi għandhom x'jaqsmu ma' long term business.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: La tidher illi qed iddejjaq ħafna lill-Onor.", "Borg naħseb li nistgħu nakkommodawh u nħalluha barra.", "ONOR.", "JOE BORG: Jekk ma jimportax se nissuġġerixxi tibdil fil-kliem biex subklawsola 57 (1) tiġi tinqara' hekk:", "''The 'Financial Services Tribunal' shall, in this Act, mean the Tribunal established in terms of section 10 of the Banking Act, 1994 and 'Tribunal' shall be construed accordingly: ... '',", "u bil-Malti tiġi:", "\"It-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji, f'dan l-Att, ifisser it- Tribunal imwaqqaf skond l-artikolu 10 ta' l-Att ta' l-1994 dwar il- Kummerċ Bankarju\".", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, għal klawsola 57 qed nipproponi din l- emenda verbali:", "Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 57, minflok il-kliem minn \"F'dan l- Att, bla ħsara\" sa \"Tribunal imwaqqaf\" għandhom jidħlu l-kliem \"\"Tribunal għal Servizzi Finanzjarji\" f'dan l-Att tfisser Tribunal imwaqqaf\".", "In subclause (1) of clause 57, for the words from \"In this Act,\" to \"the Tribunal established\" there shall be substituted the words \"\"Financial Services Tribunal\" shall in this Act mean the Tribunal established\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda verbali mressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawn kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"R\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"R\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 57, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 57, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 58 - Appelli", "Clause 58 - Appeals", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola tittratta appelli magħmula minn persuna li tħossha aggravata b'xi deċiżjoni ta' l-awtorita' kompetenti dwar materja speċifikata fl-istess klawsola.", "Il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet tas-subartikli 8 u 9 ta' l-artiklu 10 ta' l-Att ta' l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju; is- subartikli 2, 3 u 4 ta' l-artiklu 19 ta' l-Att tal-1994 dwar Servizzi ta' Investiment, u s-subartikoli 2 u 3 ta' l-artiklu 21 ta' l-Att ta' l-1994 dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: It-test Malti ta' subklawsola (1) jinqara tajjeb, pero' t-test Ingliż ma narahx qiegħed tajjeb.", "Dan jgħid hekk:", "\"Subject to the provisions of this section, any person who is aggrieved by a decision of the Competent Authority -", "(a) to refuse to issue an authorisation under sections 7, 13 or 21 of this Act;", "(b) to impose any condition in an authorisation issued or held under sections 7, 13 or 21 of this Act; ...\".", "Il-kliem \"who is aggrieved by a decision of the Competent Authority to refuse to issue\" jiftiehem, jew ikun aħjar kieku nagħmluh \"who is aggrieved by a decision of the Competent Authority which - (a) refuses to issue - etc.\"?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, naħseb li tajba qiegħda.", "ONOR.", "JOE BORG: Xtaqt nagħmel rimarka oħra dwar subklawsola (3) li tgħid:", "\"Appell magħmul taħt dan l-artikolu ma għandux jissospendi l- eżekuzzjoni ta' xi deċiżjoni li minnha jkun sar l-appell.\".", "Imma għandu jkun dejjem hekk?", "Din tgħid li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tista' tkun \"to impose an administrative penalty in respect of infringement\".", "Jien naraha stramba li waqt li inti tappella tiġi imposta l- penalty.", "Naħseb li għandu jsir xi proviso biex f'ċerti ċirkostanzi l- appell jissospendi l-eżekuzzjoni, speċjalment meta nitkellmu fuq administrative penalties.", "Għax inkella bniedem jappella, sakemm isir l- appell tiġi imposta l-penalty u mbagħad jekk dak li jkun jirbaħ l-appell ikollu jeħodhom lura mingħand l-awtorita' jew mingħand min jieħu l-penalty!", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li l-Onor.", "Borg għandu raġun għal dak li jirrigwarda l-penali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: F'paragrafu (a) hemm il-kliem:", "\"to refuse to issue an authorisation under sections 7, 13 or 21 of this Act;\".", "F'dan il-kliem m'hemm xejn ħażin, jiġifieri li jekk tappella minn deċiżjoni din tibqa' esegwita.", "Paragrafi (b); (c); (d) u (e) qegħdin tajbin ukoll.", "Imbagħad hemm paragrafu (f) li jittratta l-penalty, li hija l-iżjed ħaġa importanti.", "Se mai subklawsola (3) għandha tiġi tinqara hekk:", "\"An appeal made under this section shall not suspend the operation of any decision from which the appeal is made except insofar as it relates to a decision under paragraph (f) of subsection (1) of this section.\".", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 58 ġiet posposta.", "Klawsola 59 - Konfidenzjalita'.", "Clause 59 - Confidentiality.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi għall- konfidenzjalita' meta ssir investigazzjoni fl-affarijiet ta' detentur ta' polza u tipprovdi wkoll x'għandu jsir meta wieħed ikollu għalfejn jaħseb li t-tranżazzjoni jew it-tranżazzjoni proposta tista' tinvolvi money laundering.", "B'mod ġenerali din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' żewġ liġijiet, dik ta' artiklu 34 ta' l-Att ta' l-1994 dwar Kummerċ Bankarju u ta' artiklu 25 ta' l-Att ta' l-1994 dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji.", "ONOR.", "JOE BORG: Xtaqt nagħmel żewġ osservazzjonijiet żgħar ħafna.", "Naħseb li fit-test Ingliż tas-subklawsola (1) ta' min idaħħal żewġ commas biex tiġi tinqara' hekk:", "''Nothing in this Act shall authorise the Competent Authority to enquire, or cause an enquiry to be made in an authorised company, into the affairs of any individual policyholder ...'.'", "Għal subiklawsola (2) għandi l-istess osservazzjoni li kont għamilt qabel.", "Meta qed ngħidu:", "\"No person, including past and present officers or agents of a company...\",", "Din trid tiġi \"of an authorised company\"?", "Jiġifieri hawnhekk qed nippruvaw nolqtlu l-kumpaniji kollha jew inkella qed nirriferu biss għal authorised companies?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li qed nirriferu għal authorised companies.", "ONOR.", "JOE BORG: Mela fil-każ trid issir emenda verbali biex it-test Ingliż jiġi jaqra hekk:", "\"No person, including past and present officers or agents of an authorised company, shall disclose any information relating to the affairs of a company or of a policyholder of a company which he has acquired ...\".", "ONOR.", "JOE BORG: Fejn il-kelma \"company\" tokkorri t-tieni darba qed tirriferi għall-istess kumpannija jew għal xi kumpannija oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qed jiġi ssuġġerit li aħjar tibqa' \"a company\" minflok \"the company\" minħabba informazzjoni li wieħed jista' jiltaqa' magħhom in the course of his duties.", "Kulma se nagħmlu hu li se ndaħħlu \"an authorised company\".", "Sur President, għal klawsola 59 nipproponi din l-emenda verbali:", "F'subklawsola (2) tal-klawsola 59 minflok il-kliem \"jew tal-preżent ta' kumpannija,\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew tal-preżent ta' kumpannija awtorizzata,\".", "In subclause (2) of clause 59 for the words \"agents of a company,\" there shall be substituted the words \"agents of an authorised company,\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali għal klawsola 59.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 59, kif emendata verbalment.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 59, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 60 - Komunikazzjoni ta' informazzjoni konfidenzjali.", "Clause 60 - Communication of confidential information.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hawnhekk qed nitkellmu dwar il-komunikazzjoni ta' informazzjoni konfidenzjali.", "Din il-klawsola tipprovdi sabiex minkejja d- dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1994 dwar Segretezza Professjonali, artiklu 257 tal-Kodiċi Kriminali m'għandux jolqot jew itellef l-iskambju ta' informazzjoni dwar poloz, detenturi ta' polza jew detenturi prospettivi ta' polza, fost oħrajn, bejn assiguraturi u/jew intermedjarji u l- Kummissarju tal-Pulizija kemm-il darba dak l-iskambju jkun kompatibbli ma', jew raġonevolment meħtieġ sabiex ikun evitat, identifikat jew imrażżan il- frodi ta' l-assigurazzjoni.", "Din il-klawsola kienet daħlet wara diskussjonijiet li kellna ma' l- Association of Insurance Companies li talbet li l-Abbozz għandu jagħmilha possibbli li jsir skambju ta' informazzjoni bejn assiguraturi, intermedjarji u l-Pulizija sabiex kemm jista' jkun ikun evitat, identifikat jew imrażżan il-frodi ta' l-assigurazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Paragrafu (b) ta' subklawsola (1) tgħid hekk:", "\"bejn kumpanniji jew persuni reġistrati jew iskritti taħt l-Att ta' l- 1996 ...\" .", "Naħseb li minflok \"l-Att ta' l-1996\" irid jidħol il-kliem \"l-Att ta' l- 1998\" għax din hija l-liġi l-oħra li għadha qed tiġi diskussa minn dan il- Parlament.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva.", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-fatt kull darba qiegħda \"1996\".", "Din id-data tidher f'ħafna bnadi oħra speċjalment fl-iskedi u għandi nifhem li trid tinbidel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nistgħu nawtorizzaw lill-Clerk of the House biex idaħħal din l-emenda, jekk taqblu.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 60.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 60 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 61 - Notifika ta' avviżi, eċċ.", "Clause 61 - Service of notices, etc.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din il-klawsola tistabbilixxi l-proċedura ta' kif għandu jingħata jew ikun notifikat avviż taħt dan l-abbozz.", "B'mod ġenerali din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 28 ta' l- Att ta' l-1994 dwar servizzi ta' investiment.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 61:", "\"S\" Il-paragrafu (d) tal-klawsola 61 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) minnufih wara l-kliem \"tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 11 ta' dan l-Att;\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew tal-paragrafu 4.1 ta' l- Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att, skond kif ikun il-każ;\"; u", "(b) il-kliem minn \"l-espressjoni \"uffiċjal\"\" sa \"l-istess limitu bħal aġent ta' l-assigurazzjoni\" tat-test Malti għandhom jiġu minnufih wara l-kliem \"skond kif ikun il-każ; u\" kif emendat.", "\"S\" Paragraph (d) of clause 61 shall be amended as follows:", "(a) immediately after the words \"subsection (1) of section 11 of this Act;\" there shall be inserted the words \"or paragraph 4.1 of the First Schedule to the Act, as the case may be;\" and", "(b) the words from \"l-espressjoni \"uffiċjal\"\" till \"l-istess limitu bħal aġent ta' l-assigurazzjoni in the Maltese text shall immediately follow the words \"skond kif ikun il-każ; u\" as amended.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: L-ewwel tliet paragrafi ta' klawsola b1 jipprovdu għal notifika ta' individwi.", "Paragrafu (d) imbagħad jipprova jiġbor l-oħrajn kollha.", "Nixtieq nagħmel suġġeriment biex f'każ ta' soċjetajiet kummerċjali li allura huma regolati bil-Companies Act u kollha għandhom registered office li għandu ċerta rilevanza, in-notifika ssir fir-registered office.", "Għalhekk nissuġġerixxi li minflok paragrafu (d) jidħol paragrafu ieħor u paragrafu (d) eżistenti jsir paragrafu (e).", "Paragrafu (d) imbagħad jiġi jaqra hekk:", "\"in the case of a commercial partnership it has been delivered, sent by post or by telefax or left at the registered office or the last known registered office of that commercial partnership;'.'", "Qed nissuġġerixxi li jiżdied dan biex jekk il-commercial partnership, għal xi raġuni jew oħra, ineħħi r-registered office tiegħu - ħaġa li hija kważi impossibbli - u ma jappuntax ieħor, allura n-notifika ssir, bħal fil-każ ta' individwu, at the last known registered office.", "Imbagħad paragrafu (e) jiġi jinqara hekk:", "''in the case of any other body of persons ...\".", "Ġaladarba l-liġi tagħna tirrikjedi li s-soċjetajiet kummerċjali jkollhom indirizz uffiċjali, in-notifika għandha ssir f'dak l-indirizz filwaqt li mbagħad \"any other body\" jiġi notifikat għand l-aġent or whoever.''", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi li klawsola 61 tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil li din il-klawsola tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata u klawsola 61 ġiet posposta.", "Klawsola 58 - Appelli.", "Clause 58 - Appeals.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, għal klawsola 58 se nipproponi din l- emenda:", "''T'' Fis-subklawsola (3) tal-klawsola 58 immedjatament wara l-kliem \"li minnha jkun sar l-appell\" għandhom jidħlu l-kliem \"ħlief fil-każ ta' appell minn deċiżjoni msemmija fil-paragrafu (f) tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu''.", "''T'' In subclause (3) of clause 58 after the words \"from which the appeal is made\" there shall be inserted the words \"except in the case of an appeal from a decision as is mentioned in paragraph (f) of subsection (1) of this section''.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda għal klawsola 58.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"T\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 58, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 58, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.00 p.m il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "MADAM SPEAKER: Peress li aktar kmieni fis-seduta ntalbet votazzjoni fuq it-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 li jemenda l- Att dwar Dazju tas-Sisa\", skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.20 p.m.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 li jemenda l-Att dwar Dazju tas- Sisa (Emenda Nru. 2)\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU 153", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\" nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN BILL", "MADAM SPEAKER: Billi aktar kmieni fis-seduta ntalbet votazzjoni fuq it- Tielet Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali, se nerġa' npoġġi l- mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed immedjatament skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60.", "VOTAZZJONI NRU 154 FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza li s- somma ta' mhux iżjed minn mija u għaxar miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond Konsolidat matul is- sena 1997 u n-nefqa li hi mistennija sseħħ matul is-sena 1998\" inqara t- Tielet Darba u għadda.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra issa tirriżolvi ruħha fi stadju ta' Kumitat biex ikunu jistgħu jittieħdu l-votazzjonijiet li ntalbu aktar kmieni fis- seduta fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI", "COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Anglu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li aktar kmieni waqt is-seduta ntalbet votazzjoni fuq klawsola 3 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nerġa' nagħmel il- mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU 155", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Klawsola 3 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li kienet intalbet votazzjoni fuq l-emenda \"B\" kif imressqa mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għal klawsola 4 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda ''B'' għal klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU 156", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "L-Emenda \"B\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li kienet ntalbet votazzjoni wkoll fuq klawsola 5 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il- mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU 157 FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Klawsola 5 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.32 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Ġunju, b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi biex jitwaqqaf Kunsill Reġjonali għal Għawdex;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar il-Qorti tal-Familja;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs Persuni b'Diżabilita'; u", "Riżoluzzjoni dwar enfitewsi temporanja ta' mollijiet, bini u dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla lill-Port Cottonera Limited.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi ligijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali – it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sinjura President, nirringrazzjak talli tajtni l-opportunita' li nieħu ftit mill-ħin ta' l-aġġornament.", "Kien ikun aktar ta' pjaċir għalija li nressaq riżoluzzjoni li l-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin, li tiegħu kont president, kien ilu li sajjar, kien ilu li ħejja u kien ilu li studja għal diversi xhur.", "Il-Vici Prim Ministru ħass li wieħed għandu jaħseb aktar fuqha u li din għandha tiġi diskussa meta l-Kumitat li tiegħu int president, Madam Speaker - qed nirriferi għall-House Business Committee - jiddeċiedi liema hi dik il- ġurnata propizja biex din tkun tista' titressaq.", "Imma kif jispjega 'l quddiem l-Onor.", "Herrera, il-Euro-Med Conference saret u din ir-riżoluzzjoni li kellha l-ħsieb li ssaħħaħ l-id tal-Gvern, anke bil-kooperazzjoni ta' l-Oppożizzjoni, baqgħet ma tressqitx fil- Parlament u allura baqgħet mhix approvata.", "Naħseb li nkun qed nagħmel użu tajjeb mill-ħin ta' l-aġġornament jekk ngħid għallinqas x'kien ikun il- ħsieb tiegħi li nressaq joint resolution bil-firma kemm ta' l-Onor. de Marco kif ukoll ta' l-Onor.", "Vella, għax fejn tidħol il-foreign policy hemm bżonn kbir li xi darba naslu biex naqblu.", "Is-Sedja tapprezza li din kienet xi ħaġa li konna qed naqblu fuqha.", "Wasal iż-żmien li għallinqas il-Parlament jieħu nota ta' dak illi l- kumitat li tiegħu kont president kien qed jiddiskuti dwar id-dimensjoni parlamentari għall-proċess Ewro-Mediterranju?", "Hija s-supremazija tal- Parlament li tagħti lili u lil sħabi li konna f'dan il-kumitat id-dritt li nitkellmu, li nirraġunaw u li nargumentaw u din is-supremazija hija finalment vestita fil-Parlament, li hija l-forza legali sovrana ta' dan il- pajjiż.", "Jien nemmen anke llum li m'għadnix president ta' dan il-kumitat - ħadt deċiżjoni għal raġunijiet li ħassejt li aħjar neħodha biex nevitaw ħafna battibekki u gwaj minkejja li l-Prim Ministru baqa' sa l-aħħar jitlobni biex nibqa' - illi minkejja li wieħed forsi seta' ħaseb li jkun aħjar li ma nressqux din ir-riżoluzzjoni fil-Parlament, wasal iż-żmien li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ikun inkarigat illi jsegwi mill-qrib u jgħin kif jista' biex jiġu attwati dawk l-inizjattivi li huma fl-interess tar-reġjun Ewro-Mediterranju.", "Jiena nemmen li dan il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin għandu jara li jwassal fost il-poplu l-għanijiet u l-benefiċċji li għalihom pajjiżna - hawn mhux qed nitkellem bħala Laburist, imma bħala Malti - jisħaq fl-isfond tal-politika Mediterranja tiegħu.", "Dan il-kumitat għandu jkompli jgħin fit- tisħiħ tal-kuntatti bilaterali u multilaterali mal-parlamenti tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Mediterran u ma' dawk ta' pajjiżi oħra li huma interessati fil-qrib f'dan ir-reġjun, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kemm reġjonali kif ukoll oħrajn, bl-iskop li jissaħħaħ id-djalogu bejniethom sabiex ikun jista' joħroġ qbil li jwassal għal dak li aħna ddiskutejna u qbilna fuqu fl-istess kumitat, jiġifieri l-ħolqien ta' kunsill jew assemblea tal-pajjiżi tal-Mediterran.", "Dan hu li xtaqna li l-Parlament jawtorizza li nistgħu nwasslu hawnhekk.", "Pero' għal seba' xhur sħaħ ma konniex kapaċi niġu f'dan il-Parlament u nressqu din ir-riżoluzzjoni.", "Kien hemm mument meta għidna li din ma tistax titressaq għax kienet se tiġi superseded by events, u naħseb li hekk hu l- każ; din ġiet superseded by events wara li kellna l-preparatory meeting ta' l-Euro-Med Conference.", "Ilkoll nafu li huwa fl-interess ta' pajjiżna li nitkellmu u jkollna vuċi waħda.", "Jien nispera li l-kumitat jibqa' jaħdem u li ma jkollniex l-eku ta' dak il-kumment banali li kien sar fl-20 ta' Frar, 1998 fil-Kumitat tiegħek dwar ix-Xogħol tal-Kamra, meta xi ħadd għaref ħafna qal li rridu niddeċiedu jekk dan il-kumitat għadx għandu funzjoni u jekk le rridu nabolixxuh.", "Din qiegħda on record u għandha tkexkex lil min jaqraha u lil min jipprova jaħseb biss fuqha għax f'sistema ta' parliamentary democracy on the Westminster model, il-Foreign Affairs Committee huwa kumitat li dejjem ta sehem biex l-għanijiet u l-objettivi tal-politika barranija tkompli tqarreb ...", "Għax jekk nieħdu biss l-aspett tal-politika dwar l-Ewropa naraw li f'din il-Kamra naħa trid full membership at all costs u n-naħa l-oħra trid tfittex relazzjonijiet mill-qrib falling short of membership.", "Pero' ż-żewġ naħat iridu jmorru hemm u biex imorru hemm iridu jiddiskutu.", "Din hija waħda mill-affarijiet li l-aktar li kienet tweġġagħli qalbi meta niġu biex niddiskutu u nipprovaw noħolqu problemi biex ma niddiskutux.", "Ejja nibdew niddiskutu u fejn ma naqblux ma nkunux qbilna imma għallinqas ejja nibdew niddiskutu.", "Dan kien l-ewwel punt tiegħi.", "Nixtieq inqajjem punt ieħor li diġa' tkellimt dwaru.", "Jiena nemmen li wasal iż-żmien li jsir re-thinking fuq artiklu 7 ta' Chapter II tal- Kostituzzjoni li jitkellem dwar rights.", "X'jiswa li jingħad li:", "''The State recognises the right of all citizens to work and shall promote such conditions as will make this right effective.''?", "Artiklu 21 u artiklu 22 tal-Kostituzzjoni huma fundamentali - kif kien jgħallimna l-Professur Busuttil - imma jekk ikollok gvern li jiġi jitmellaħ, dawn ma jibqgħu fundamentali xejn għax imbagħad ir-rimedju jkun wieħed politiku billi l-elettorat, il-forza politika sovrana tal-pajjiż, out-votes dak il-gvern.", "Kif nafu, chapter II tal-Kostituzzjoni jitkellem ukoll dwar educational interests, dwar natural heritage u affarijiet oħra bħal dawn.", "Is-social and economic rights m'għandhomx ikunu biss dikjarazzjonijiet ta' prinċipji għall-gvern imma għandhom ikunu wkoll il-pern ta' dak li hu l- programm elettorali ta' kull gvern.", "Huma għandhom jixprunaw lill-gvern - biex nuża kelma li jħobb juża l-Onor.", "Louis Galea - lejn ħidma kontinwa favur iċ-ċittadin, li aħna ngħidu li jiġi l-ewwel.", "Dawn huma prinċipji fundamentali, imma huma fundamentali daqs id-drittijiet fundamentali tal- bniedem elenkati f'kapitlu IV tal-Kostituzzjoni?", "Għax hemmhekk hemm rimedju mhux if they are but if they have been or are likely to be trampled upon.", "Aħna bħala partit li suppost għandu kuxjenza soċjali dawn l- affarijiet irridu ngħiduhom u nibqgħu ngħiduhom.", "Niġi għall-aħħar kumment tiegħi għax warajja jridu jitkellmu l-Onor Farrugia u l-Onor Herrera.", "Hawnhekk nitkellmu fuq the basic social rights.", "Imma għaliex il-housing m'huwiex wieħed minnhom?", "Il-bniedem ma jitwelidx biex jeżisti imma jitwieled biex jgħix, u biex jgħix il-ħajja fil-milja tagħha naħseb li jrid ikollu saqaf fuq rasu.", "Issa jekk aħna qegħdin nitkellmu fuq dawn is-social and economic rights ejja naraw li dan ikun dritt fundamentali għallinqas daqskemm huma fundamentali l-oħrajn.", "Ejja naraw li għallinqas ikun pronunzjat u jekk hemm bżonn ikun entrenched fil- Kostituzzjoni.", "Dak huwa kulma kelli xi ngħid, Madam Speaker.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-Onor.", "Schembri Adami u lill- Onor. Jose' Herrera talli ppermettewli ftit ħin.", "Xtaqt nagħmel osservazzjoni importanti u jidhirli li dwarha għandha tittieħed azzjoni kemm jista' jkun malajr, kemm mill-Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll mill- membri tal-korp.", "Fl-airport tinżamm lista ta' nies li malli jirfsu l- ajruport issir tfittxija fuqhom, jew isirilhom arrest jew deport on arrival.", "Sfortunatament jidher illi din il-lista qed tiqdiem sew u m'hijiex qed tiġi riveduta b'mod regolari.", "Dan qed ngħidu għax f'idejja għandi każ ta' wieħed Ingliż - dan il-każ ġie rrapportat lili minn membru parlamentari Ingliż li se jqajjem il-każ fil-House of Commons ukoll - illi ġie f'pajjiżna biex jattendi għal funzjoni.", "Malli dan wasal Malta bagħtuh lura lejn l-Ingilterra bl-ajruplan li ġie bih.", "Wara li l-Pulizija Ingliża tat clearance li jista' jinżel Malta dan reġa' ġie mibgħut għat-tieni darba f'pajjiżu għax skond ir-records tagħna ma kellux jidħol Malta.", "Irriżulta li dan huwa każ ta' mistaken identity sempliċement għax l-isem, il-kunjom u date of birth inzertaw l-istess bħal ta' xi ħaddieħor li hu pprojbit li jidħol Malta.", "Pero' irridu niftakru li minbarra l-isem, il-kunjom u d-data tat-twelid il-bniedem għandu dettalji oħra, kemm ta' fiżiku u kemm ta' features, kif ukoll l-istorja tiegħu.", "Notwithstanding illi jidher illi l- Kummissarju tal-Pulizija jaf tajjeb b'dawn l-affarijiet, dan il-bniedem għadu sal-lum fuq din il-lista u għadhom ma sarux il-verifiki tiegħu lanqas ma' l-Interpol għax skond l-instructions li tat l-Interpol jidher bħala persuna oħra għalkemm bl-istess isem.", "Dan qed ngħidu għax allaħares insiru magħrufa li f'Malta r-records m'humiex qed ikunu updated u m'aħniex qed nagħmlu l-investigazzjonijiet tagħna dwarhom!", "Dan jista' jkun ta' detriment għalina anke mil-lat turistiku.", "Jiena naf persuna oħra, membru fil-Korp tal-Pulizija, li għal raġunijiet li jafhom il-Kummissarju, għadha sal-lum fuq din il-lista u kull meta tiġi biex issiefer jagħmlulha search.", "Madam Speaker, dan mhux sew u qed insemmi dawn il-każijiet - mingħajr ma nsemmi ismijiet għalissa - biex l-affarijiet jitranġaw mill-aktar fis u ma nħalluhomx jiggravaw aktar.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, deherli li għandi nagħmel xi kummenti dwar il-konferenza preparatorja li saret dan l-aħħar għall-Euro- Mediterranean Parliamentary Forum fil-25 u s-26 ta' Mejju ta' l-1997.", "L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-Ministru George Vella talli għoġbu jistedinni biex nifforma parti mid-delegazzjoni u nieħu l-okkażjoni biex nawguralu u nagħtih prosit għas-suċċess kbir tal-konferenza u għall-mod li bih ġiet organizzata.", "Fuq il-kwestjoni tal-proċess Ewro-Mediterranju jidher li hemm consensus nazzjonali fil-pajjiż.", "Minn dan il-proċess Ewro- Mediterranju twieldet l-idea li tiġi kkreata assemblea parlamentari li tkun tħaddan fiha rappreżentanti tal-popli li jiċċirkondaw il-Mediterran u rappreżentanti mill-Unjoni Ewropea.", "L-aktar li ħadet spinta din l-idea kien wara l-konferenza Ewro-Mediterranja li kienet saret f'Barċelona fis-26 u s-27 ta' Novembru ta' l-1995.", "Id-dikjarazzjoni ta' Barċelona kienet irriferiet għat-tieni Inter- Parliamentary Union Conference għas-sigurta' u koperazzjoni fil-Mediterran li kienet saret fil-Belt Valletta bejn l-1 u l-4 ta' Novembru 1995, jiġifieri ftit qabel.", "Waqt dik il-konferenza kien ġie rrakkommandat li tinħoloq assoċjazzjoni ta' stati Mediterannji u ta' dawk il-pajjiżi li b'xi mod għandhom konnessjonijiet ma' l-istess Mediterran.", "Attwalment dan is- suġġett qed jiġi diskuss fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin.", "Fil-fatt ikolli nikkummenta ftit fuq dak li qal il-kollega tiegħi.", "L-idea tal-Ministru George Vella f'dan il-kumitat, li jiena wkoll nifforma parti minnu, m'huwiex illi d-dibattitu jiġi ttronkat.", "Xejn minn dan.", "L-ewwelnett il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin huwa mwaqqaf minn dan il-Parlament, jifforma parti intergrali mill-stess Parlament u huwa forum miftuħ.", "L-idea tal-Ministru Vella - din ġiet kondiviża mill-istess Membri ta' l-Oppożizzjoni; jiġifieri l-Onor.", "Guido de Marco, l-Onor.", "Joe Borg u l-Onor.", "John Vella - hi li jara l-iżviluppi li qegħdin isiru u jibqa' jiġi diskuss dak li se jiġri wara l-konferenza li kienet qed issir f'Malta.", "Jiena ma nemminx illi l-fatt li ma ġietx abbozzata mozzjoni biex tiġi ppreżentata fil-Parlament f'dak il-mument, kien b'xi mod intiż biex jiġi ttronkat id-dibattitu fil-Parlament.", "L-idea kienet li d-dibattitu jitkompla f'dan il-kumitat, li huwa parti mill-istess Parlament, biex l-affarijiet jimmaturaw aktar u biex wieħed ikun jista' jissinkronizza l-iżviluppi li qed isiru.", "Fil-fatt fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin, il-consensus nazzjonali hu manifest imma ġie argumentat bosta drabi mill-kelliema kollha li donnu ma kienx qed jiġi rreġistrat progress biżżejjed.", "Ir-raġuni prinċipali kienet tidher illi hija li l-pajjiżi individwali kienu qed japprofittaw ruħhom mid-diversi laqgħat li jsiru biex javvanzaw il-problemi nazzjonali partikolari tagħhom.", "Pero' l-laqgħa preparatorja li kellna din il-ġimgħa kienet pass ta' ġgant f'din id-direzzjoni, jiġifieri biex jinħoloq dan il-forum parlamentari, li hu l-għan aħħari ta' din il-laqgħa.", "Jien nemmen li wara din il-laqgħa finalment dan il-forum parlamentari se jitwaqqaf u qed jiġi previst, skond rakkmandazzjonijiet li qed isiru, li jibda jiffunzjona f'qasir żmien.", "Ta' min jgħid li fil-bidu tal-laqgħa d- delegazzjoni Maltija inkwetat xi ftit fis-sens illi bħas-soltu diversi pajjiżi bdew jisservew bil-laqgħa biex javvanzaw l-interessi partikolari tagħhom.", "L-aktar pajjiż li spikka f'dan is-sens kien l-Alġerija li enfasizzat, per eżempju, il-problema tal-Lvant Nofsani u li l-Ewropa tinvesti biss 5% ta' l-investiment tagħha fil-pajjiżi tas-south.", "Qajmet ukoll il-problema tal-freedom of movement lejn l-Ewropa, speċjalment għar- rigward ta' Franza, u wkoll il-problema ta' l-ekonomija protezzjonista li teżisti fl-Ewropa, naturalment minħabba s-suq komuni li jeżisti bejn il- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-Eġittu min-naħa tiegħu ssottollinea l- assenza tal-Libja f'din il-laqgħa u l-problemi ta' l-embargos li hemm fuq il-Libja u pajjiżi oħra, bħall-Iraq.", "Ta' min isemmi wkoll kummenti tal- Ġordan u l-Marokk li enfasizzaw li l-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani kważi waqaf għal kollox u l-bżonn li jiġi fformat trattat ta' nuclear free zone u ta' zona fejn ma jkunx hemm armi ta' mass destruction.", "Madanakollu wara interventi partikolari f'dan is-sens il-bonsens irrenja u ttieħdu deċiżjonijiet konkreti.", "Fil-fatt Malta spjegat u enfasizzat il- punt li proprju minħabba l-problemi u t-tensjonijiet sollevati minn għadd ta' pajjiżi, jidher li hemm il-bżonn ta' forum parlamentari sabiex ikun hemm dibattitu dejjem ħaj u miftuħ fuq dawn is-suġġetti.", "Ġie spjegat li huma l-membri parlamentari li huma l-aktar viċin tal-popli rispettivi tagħhom u mhux il-gvernijiet u għalhekk f'tali forum jinżamm ħaj u miftuħ id-dibattitu tad-diversi popli li huma membri u li huma storikament marbutin bejniethom.", "Fil-fatt ta' min jirriferi wkoll għall-pożizzjoni ta' l-Italja u Spanja, f'żewġ pajjiżi li qed jikkontribwixxu ferm għall-proċess Ewro-Mediterranju.", "Huma spjegaw li l-parlament tal-Mediterran għandu jikkrea equilibrium fir- reġjun.", "Fost affarijiet oħra, tali forum jikkostrinġi lill-Unjoni Ewropea li tagħti ferm aktar attenzjoni lill-pajjiżi tas-south.", "Ġie enfasizzat ukoll, speċjalment minn Spanja, li l-enfasi f'dan il-forum għandha tkun l- ugwaljanza ta' l-istati sovrani li jipparteċipaw ugwalment kemm f'dak li jirrigwarda dritt ta' vot kif ukoll f'dak li jirrigwarda speaking time.", "Ġie rilevat ukoll mir-rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea li fil-viċin għandu jsir inkontru ma' l-ambaxxatur Libjan bl-intendere li jsir speċi ta' rikonċiljament biex anke l-Libja tibda tipparteċipa bi sħiħ f'dan il-forum.", "Wara kollox fid-dikjarazzjoni ta' Barċelona nnifisha hu previst li jkun jista' jiżdied l-għadd ta' membri.", "Huwa interessanti li wieħed jara x'kienu l-kummenti fuq dan il-forum mir- rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, li wara kollox huwa l-istigatur ta' dan il-proċess.", "Qed jiġi ssuġġerit illi jkun hemm 43 membru rappreżentanti tal-Parlament Ewropew innifsu u żewġ membri oħra mill-parlamenti nazzjonali.", "Naturalment tista' tinħoloq il-problema, li forsi għad trid tiġi sorvolata, ta' rappreżentazzjoni doppja għax ikun hemm pajjiżi membri li jkollhom rappreżentant mill-pajjiż proprju u rappreżentant ieħor mill- Parlament Ewropew.", "Ġie wkoll enfasizzat il-bżonn li dan il-forum jibqa' jiltaqa' almenu darbtejn fis-sena u, naturalment bħal fil-parlament, ikun hemm standing committees biex jissoktaw bix-xogħol kontinwament.", "Ġie enfasizzat ukoll il-bżonn li jiġi kkreat segretarjat permanenti biex jamministra l-burokrazija neċessarja ta' dan il-forum.", "Barra minn hekk ġie aċċennat minn diversi pajjiżi li Malta, li qiegħda fiċ-ċentru tal- Mediterran, tkun il-post ideali għal dan il-venue.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fl-10.02 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13738.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,413 u ċioe' għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Belt, li d- dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,413.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13739.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,412 u ċioe' għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Ħamrun, li d- dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,412.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13740.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,411 u ċioe' għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Belt, li d- dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,411.", "MINISTERU TAD-DJAR - DELEGAZZJONIJIET", "14046.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d- delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l- bijetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fil-perjodu msemmi siefret delegazzjoni waħda.", "Din kienet magħmula minn Dr. Stefan C.Buontempo, Konsulent tiegħi.", "Huwa attenda għall-International Workshop fl-Olanda, bis-suġġett: Social Housing Management in Europe.", "F'din is-safra ntnefqet is-somma ta' Lm334.43.", "Il- biljett ta' l-ajru nxtara mill-Air Malta plc. u kien jiswa Lm161.14.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - DELEGAZZJONIJIET", "14047.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivvjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET - DELEGAZZJONIJIET", "14048.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta id- delegazzjoni għal kull safra u kemm ntnefaq għal kull safra?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivvjaġġar ittieħdu l- biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - DELEGAZZJONIJIET", "14049.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d- delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivvjaġġar ittieħdu l- biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - DELEGAZZJONIJIET", "14050.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l- iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivvjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - DELEGAZZJONIJIET", "14051.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjoni fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l- iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "B'zieda ma' dan qed nagħti wkoll l-ispejjeż fuq delegazzjonijiet li saru bejn l-1995 u Ottubru 1996.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14500.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal-ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda dipartiment\\kummissjoni li bħalissa jaqgħu taħt dan il-Ministeru ma daħal f`xi ftehim kollettiv separat mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.", "Iżda f`Ottubru 1996 id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali kien iffirma ftehim mal-UĦM rigward is-segretarji impjegati mal-kunsilli lokali.", "Dan il-ftehim kien għal perjodu ta` tlett snin.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14501.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar- rappreżentanti tal-ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il- ftehim kollettiv?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO:", "|KUMPANNIJA|DATA |PERIJODU | | |TAL-FTEH| | | |IM | | |Malta |16/10/94|15/08/94 -| |Developmen| |31/12/97 | |t | | | |Corporatio| | | |n | | | |Malta |Nil | | |Standardis| | | |ation | | | |Authority | | | | | | | |MIMCOL | | | |Mimcol |Nil | | |Fort |Nil | | |Chambray | | | |Gozo |Nil | | |Ferries | | | |Konkos |Nil | | |Malta |Nil | | |Cantry | | | |Casma |12/01/98|12/01/98 -| | |* |31/03/98 | |Interprint|06/03/97|31/12/97 | |Kordin |30/01/98|01/01/97 -| |Grain | |31/12/00 | |Terminal | | | |Kalaxlokk |27/06/96|01/01/95 -| | | |31/12/97 | |Medigran |10th |01/01/96- | | |March |31/12/98 | | |1997 | | |Sea Malta |17/10/97|01/01/96 -| | | |31/03/01' | | |04/08/97|01/01/96 -| | | |31/03/01''| |Tug Malta |20/03/98|01/10/97 -| | | |31/12/97 |", "* dan il-ftehim ġie estiż sakemm jieħu f'idejh it-tmexxija tal-casino il- consortium il-ġdid.", "' għall-ħaddiema on shore. '' għall-baħħara.", "|MALTA FREEPORT | | | |CORPORATION | | | |Malta Freeport | | | |Corporation | | | |UHM |16/05|31/12| | |/95 |/97 | |Freeport Terminal| | | |(M) Ltd | | | |UHM |03/11|30/06| | |/95 |/97 | |UHM/GWU |16/08|30/06| | |/96 |/97 | |UHM |15/07|30/06| | |/96 |/98 |", "FTEHIM KOLLETTIV", "14502.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id- dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal- ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni li talab l- Onor. Interpellant fuq ftehim kollettiv f'azjendi li jaqgħu taħt il- Ministeru tiegħi hija kif ġej:-", "Malta International Airport plc - L-aħħar ftehim kollettiv li ffirmat il- Malta International Airport plc mal-UĦM kien fit-2 ta' Frar, 1996 u dan kien ikopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 1995 u l-31 ta' Diċembru 1997.", "Gozo Channel Co. Ltd. - Ftehim kollettiv iffirmat fil-25 ta' Lulju 1996 sar bejn il-kumpanija u l-GWU (Taqsima Port u Trasport) li kien ikopri bejn l-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 1998.", "Malta Maritime Authority - Sar ftehim kollettiv bejn l-Awtorita' u l- General Workers' Union fit-22 ta' Jannar 1998 u dan ikopri l-perjodu bejn l- 1 ta' Jannar 1997 sal-31 ta' Diċembru 1999.", "Sar ukoll ftehim kollettiv bejn l-Awtorita' u l-Union Ħaddiema Magħqudin fit-12 ta' Marzu 1998 u dan kien ikopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 1997 sal-31 ta' Diċembru 1999.", "Maltapost plc iffirmat il-ftehim kollettiv mal-General Workers' Union fl- 20 ta' April 1998.", "Dan il-ftehim kollettiv idum fis-seħħ għal perjodu ta' tlett snin li jibda jgħodd mill-1 ta' Mejju, 1998.", "L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - l-aħħar Ftehim kollettiv kien iffirmat bejn l-Awtorita' u l-Union Ħaddiema Magħqudin fl-4 ta' Ottubru 1996.", "Dan il-ftehim jagħlaq fil-31 ta' Diċembru 1998.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14503.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id- dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal- ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-taqsima tax-xogħlijiet ma tagħmel ebda ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ffirmat ftehim kollettiv fit-8 ta' Mejju 1996 u dan kien ikopri d-data ta' bejn l-1 ta' Novembru 1993 sal- 31 ta' Diċembru 1997.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14504.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal-ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru hija kif ġej:", "(i) Employment and Training Corporation", "L-aħħar ftehim kollettiv li ġie ffirmat mar-rappreżentanti tal- ħaddiema kien fl-24 ta' Awissu, 1995 u jkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 1995 u l-31 ta' Diċembru 1997;", "(ii) Aġenzija Sedqa", "L-Aġenzija ffirmat ftehim kollettiv mal- General Workers' Union u l-Union Ħaddiema Magħqudin fl-10 t'Ottubru,1996.", "Dan ikopri perjodu ta' ħames snin bejn l-1 ta' Jannar, 1996 u l-31 ta' Diċembru, 2001;", "(iii) Programm Ħidma Soċjali", "M'hemmx ftehim kollettiv.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14505.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar- rappreżentanti tal-ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il- ftehim kollettiv?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-unika ftehim kollettiv li jaqa' taħt il- Ministeru tiegħi huwa dak bejn l-Isptar Zammit Clapp u l-Union Ħaddiema Magħqudin li ġie ffirmat fil-11 ta' Meju, 1995 u jkopri l-perjodu mill-1 ta' Lulju, 1994 sat-30 ta' Ġunju, 1997.", "RUMANIJA - VISTA MILL-PRESIDENT", "14735.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema xahar ta' din is-sena se jagħmel il-viżta uffiċjali tiegħu Malta il- President tar-Rumanija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hemm indikazzjonijiet li l-viżita uffiċjali tal- President tar-Rumanija f'Malta ssir fil-ħarifa li jmiss.", "S'issa għadhom għaddejjin kuntatti biex tiġi stabbilita data u programm.", "GVERN ĊINIŻ - GRANT", "14736.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif inhu maħsub li jintużaw it-3 miljun Yuan fi grant li l-Gvern Ċiniż se jagħti lill-Gvern Malti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li qed isiru negozjati biex jinstab l-aħjar mod kif se tintuża din l-għotja.", "EGYPTIAN MALTESE MIXED COMMISSION", "14737.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se ssir il-laqgħa li jmiss ta' l-Egyptian Maltese Mixed Commission?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Kummissjoni Mħallta bejn Malta u l-Eġittu tiġi mlaqqa' perjodikament f'Malta u fl-Eġittu b'mod alternat.", "Ir-raba' sessjoni ta' din il-Kummissjoni Mista hija mistennija li tiġi mlaqqa' f'Malta matul it-tieni nofs ta' din is-sena.", "ĦADDIEMA ĊINIŻI", "14738.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinġiebu Malta ħaddiema Ċiniżi biex jaħdmu f'joint venture bejn interessi Maltin u Ċiniżi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA CHINA JOINT ECONOMIC MIXED COMMISSION", "14739.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se ssir il-laqgħa li jmiss tal-Malta China Joint Economic Mixed Commission?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l-Malta China Joint Economic Mixed Commission mistennija li tiltaqa' fl-ewwel ġimgħa ta' Settembru, 1998, f'Beijing.", "TUNESIJA - FTEHIM MA' MALTA", "14740.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma: (a) li t-Tunesija qegħda tipprova tillimita d-definizzjoni ta' Malta fin-negozjati għal ftehim fuq Accordance of double Taxation; u (b) li l-Gvern Malti mhux se jiċċaqlaq mill-pożizzjoni li ħa l-Gvern Nazzjonalista fl-1995?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja bejn Malta u t-Tuneżija għadu soġġett għal negozjati bejn iż-żewġ pajjiżi u għalhekk mhux propizju li jingħata tagħrif pubbliku f'dan il-mument.", "L-Onor.", "Interpellant huwa aċċertat li bħal f'kull negozjati dwar ftehim ma' pajjiżi oħra, l-interessi nazzjonali ta' Malta jiġu dejjem imħarsa qabel kollox.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN PAWL", "14827.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta finalment se jiġi attwat ix-xogħol meħtieġ fuq Triq San Pawl, f'San Pawl il-Baħar?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol li ssemma tant drabi huwiex se jsir matul ix-xhur tas-sajf, meta t-triq hi daqstant passaġġa, jew matul ix-xhur tax-xitwa, meta hu perikoluż ħafna li jsir xogħol f'din it-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ IL-PWALES", "14828.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol ta' resurfacing meħtieġ fi Triq il-Pwales, f'San Pawl il- Baħar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "14829.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt kienx hemm xogħol li sar mid-dipartimenti/kuntratturi mqabbda minnu fl-inħawi ta' Buġibba li nqala'?", "Liema xogħol inqala', bl-ordni ta' min u min ħallas għalih?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SALINA - XOGĦOL TA' DRENAĠĠ", "14830.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol fuq il-main tad-drenaġġ ħdejn Kennedy Grove, fis-Salina fil-fatt huwiex lest minn kollox?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux xi inspections fuq il-mini baxxi li hemm fit-triq fl-istess area, liema xogħol kellu jsir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,409.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Furjana, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikanti li qed japplikaw minħabba taraġ iridu post il-Furjana biss u l-każ tagħhom jiġi kkonsidrat meta jidħol post bla taraġ f'dan il-lokal, flimkien ma' l-20 applikazzjoni oħra minn applikanti li qed jitolbu post simili fil-Furjana.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,411.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Belt, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal- każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni ndikata ġiet ikkanċellata peress li l-applikant ma rrispondiex għal kwestjonnarju li ntbagħatlu.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,412.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Ħamun, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata ma jonqosha xejn.", "Iżda l-applikanta trid tmur toqgħod il-Belt u l- Furjana biss fejn hemm numru kbir ta' applikanti jistennew.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,413.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Belt, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal- każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-applikazzjoni ndikata ġiet ikkanċellata peress li l-applikanti kienu qed japplikaw bħala koppja għarajjes.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,414.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Marsa, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata ma jonqosha xejn.", "Iżda l-pplikanta trid tmur toqgħod l-Imsida jew il-Gżira fejn bħalissa għaddej proġett ta' slum clearance li jagħmilha diffiċli li ssib postijiet adattati biex jiġu allokati.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,415.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Ħamrun, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall- ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni ndikata ġiet ikkanċellata peress li l-applikant ma rrispondiex għal kwestjonarju li ntbagħatlu.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,416.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna mill-Marsa, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "Jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ilha li nqdiet minn Ottubru 1997."]} {"filename": "19941202_357d_par.doc", "date": "1994-12-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 357 Il-Ġimgħa, 2 ta' Diċembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 357", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Diċembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.", "07p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 357", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Diċembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 754", "KUNSENS GĦAL ATTI 754", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 754", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 760", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMPETIZZJONI", "THE COMPETITION ACT", "Kumitat 760", "AĠĠORNAMENT 785", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 790", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 356 li saret fit-2 ta' Diċembru, 199,4 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-Kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXVIII ta' l-1994 - Att ta' l-1994 dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL SPEĊJALI - SAN MIGUEL", "22744.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' bini ta' pool fl-iskola speċjali ta' San Miguel?", "Kemm ilha tinbena?", "Kemm intnefqu flus s'issa fuqha?", "X'użu se jsir minnha meta tibda tintuża?", "Il-faċilitajiet li hemm f'din l-iskola huma adegwati?", "L-iskola hija meqjusa nadifa biżżejjed?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): L-ewwelnett wieħed irid japprezza li x-xogħol kollu fil-Kumpless qiegħed isir minn studenti ta' l- Iskola tal-Bini \"Ġlormu Cassar\".", "Ix-xogħol li nbeda madwar tliet snin u nofs ilu qiegħed jiġi ffinanzjat permezz ta' donazzjonijiet u attivitajiet ta' fund raising minn kumitat bl-isem ta' Hydrotherapy Pool Committee, taħt it-tmexxija tas-Sinjura Ġemma Mifsud Bonnici.", "F'dawn it-tliet snin u nofs tlesta l-bini kollu u xi attrezzar ta' sala, tliet klassijiet, bini li se jagħlaq il-pool, toilets, showers, kif ukoll aċċess aktar komdu permezz ta' platform u rampi għal-lifter vans li jwasslu l-istudenti f'din l-iskola.", "Ta' min isemmi li nqalgħu ħafna diffikultajiet waqt il-qtugħ tal-blat minħabba high tension cables u mains tad-drenaġġ li kienu għaddejjin eżatt fejn kellu jiġi skavat.", "Ix-xogħol s'issa sewa madwar Lm9,000.", "Iċ-ċifri eżatti jistgħu jingħataw aktar tard peress li min jieħu ħsieb il-kotba bħalissa jinsab bil-leave.", "Filwaqt li x-xogħol tal-pool innifsu wasal fi stat avvanzat biex jitlesta, tant li jonqos biss xi madum madwar il-pool, xogħol ta' elettriku u xi twieqi, għad irid jinxtara l-apparat kollu li jħaddem il-pool.", "Dan il-pool qiegħed jinbena biex jiġi wżat minn studenti bi bżonnijiet speċjali f'din l-iskola.", "Wara l-ħin ta' l-iskola jkun jista' jintuża minn persuni bi bżonnijiet speċjali barra l-iskola.", "Filwaqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika x'tip ta' faċilitajiet qiegħed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu, jien informat li fl-iskola hemm indafa adegwata.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA LILL-FAMILJA CAMENZULI", "22745.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Wara li l-familja Camenzuli li kienet toqgħod f'88, St. Mary Street, Sliema, spiċċat bis-saqaf tad-dar tagħha sfrondat, fejn ingħatat akkomodazzjoni alternattiva, jista' l- Ministru jgħid ġiex żgurat li l-akkomodazzjoni alternattiva hija deċenti?", "Kien hemm ilmenti dwar din l-akkomodazzjoni?", "X'sar biex l-akkomodazzjoni tiġi rranġata deċentament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Minsitru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Il-familja Camenzuli ġiet allokata temporarjament il-fond Door C Flat 4, Juno Flats, St. Andrews sakemm il-post li kienu joqogħdu fih jigi rranġat.", "L-istess familja talbet li din l-allokazzjoni ssir wahda permanenti, kif fil-fatt saret.", "Ma jirriżultalix li dan il-fond m'hux deċenti għall-abitazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari lill-Ministru dwar ċirkostanzi diffiċli li nifhem li huwa informat dwarhom fl-Imtarfa.", "Hemm diversi familji li qed jilmentaw li għandhom problemi serji fis-soqfa tad-dar tagħhom.", "Naturalment din is- sitwazzjoni qiegħda dejjem tiggrava u nixtieq li l-Ministru jinforma lill- Kamra dwar xi prekawzjonijiet qed jieħu biex jipprova jirrimedja għal dawn iċ-ċirkostanzi li qed jolqtu ferm ħażin u jimbarazzaw daqstant lill-familji konċernati.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Farrugia qed jirreferi għall-każijiet li fil-preżent hemm xi azzjoni legali fuqhom fil-Qorti, nippreferi ma nirrispondix.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien nimmaġina li l-Ministru huwa informat daqsi u forsi anke iktar minħabba r-responsabilita' li għandu, pero' nista' ngħidlu li għalkemm hemm residenti li għandhom il-każ tagħhom il-Qorti, hemm oħrajn li ma ressqux il-każ il-Qorti.", "Jekk il-Ministru m'huwiex f'pożizzjoni li jwieġeb għal dawn in-nies li fetħu kawża l-Qorti, għallinqas għandu jwieġeb għal dawk l-oħrajn li għalkemm qegħdin fl-istess ċirkostanzi, ma jaffordjawx iressqu l-kawża tagħhom il-Qorti.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien se nagħmel referenza għal dak in-numru ta' appartamenti li l-każ tagħhom m'huwiex quddiem il-Qorti.", "Fuq din is- sitwazzjoni tkellimna diversi drabi f'din il-Kamra u, kif jaf l-Onor.", "Farrugia, kellna grupp ta' persuni li fl-1985 jew fl-1986 xtraw appartament mingħand l-Awtorita' tad-Djar bil-kondizzjoni li jieħdu dan il-post tale quale.", "Effettivament dawk in-nies ħadu l-post tale quale u, diżgrazzjatament għalihom, iktar tard irriżulta li dawk il-postijiet kellhom ammont kbir ta' problemi fis-soqfa.", "Bil-ftehim li sar dak iż-żmien taħt Amministrazzjoni Soċjalista, intrabtu li jieħdu l-post kif inhu, bil- konsegwenza li llum qed ikollhom jiffaċċjaw diversi problemi strutturali, minkejja l-ispejjeż li kienu saru mill-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien napprezza l-ispjegazzjoni li qed jagħti l- Ministru, imma wieħed jifhem li s-sitwazzjoni xorta għadha gravi.", "Għaldaqstant nixtieq li bħalma l-Ministru aktar kmieni fis-seduta Nru. 356 għamel korrezzjoni ta' domanda li għamilt jien, fejn qal li l-Awtorita' tad- Djar biddlet il-policy tagħha fir-rigward ta' ċerti nuqqasijiet li b'xi mod jew ieħor kienu jeżistu fi żmien il-Leġislatura Laburista ...", "Per eżempju, fejn dak iż-żmien ma kienx permess li ċittadini jiftħu premises jew business premises f'bini li jkun allokat lilhom mill-Awtorita', illum għal raġunijiet forsi maturi u moderni, l-Awtorita' ħasset li għandha tirrikonoxxi ċ-ċirkostanzi li forsi qed jersqu quddiemha mingħand iċ- ċittadini u tippermetti li jsiru premises ta' dan it-tip.", "Meta qed jeżisti dan il-periklu, il-Ministru ma jħossx li jkun matur li jgħid jekk x'imkien kienx hemm miżinterpretazzjoni f'dawk il-kuntratti jew li kien konfermat li l-bini kien ħażin?", "Il-Ministru ma jħossx li dan ikun ta' benefiċċju għall- istess ċittadini u għall-istess effiċjenza ta' l-Awtorita' biex tagħraf tifhem u tirrimedja għaċ-ċirkostanzi hekk diffiċli li qed jiffaċċjaw dawn il-familjari?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien tkellimt u ssimipatizzajt diversi drabi ma' dawn in-nies li qed jgħixu f'din is-sitwazzjoni.", "Jien nifhem il- problema, id-diżappunt u l-frustrazzjoni ta' familja li tkun nefqet il-flus biex xtrat appartament mingħand l-Awtorita' tad-Djar u mbagħad issib ħsarat strutturali bħal dawn, imma fl-istess ħin l-Onor.", "Farrugia u r-residenti ta' dan il-post iridu jifhmu li diżgrazzjatament dawn m'humiex l-uniċi nies li nqabdu f'din in-nassa.", "Hemm oħrajn li sabu ruħhom f'dawk iċ-ċirkostanzi u kieku hemm biss sitt soqfa l-Awtorita' forsi kienet tagħmel kapriċċ u tonfoq il-flus - eluf ta' liri u mhux mijiet - ħalli dawn il-ħsarat jiġu rranġati.", "Madankollu hemm ħafna familji oħrajn li ħadu l-post bl-istess kondizzjonijiet u llum għandhom is-saqaf tagħhom fi stat ħażin.", "Jekk kemm- il darba l-Awtorita' tidħol responsabbli għall-ħlasijiet li suppost saru minn dawk in-nies stess, ikun faċli li nispiċċaw niżborżjaw flus li suppost m'għandhomx jiġu żborżjati mill-Kaxxa ta' Malta għal individwi partikolari, bħal f'dan il-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nifhem sew li l-Ministru qed jgħid li m'hix responsabilita' tiegħu jekk allaħares qatt tiġri xi traġedja fiċ- ċirkostanzi preżenti ta' dawn il-familji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, allaħares il-Ministru responsabbli mill- Housing ikun responsabbli għal kull saqaf tal-privat li jkun perikoluż u li jista' jiġrilu l-ħsara għax kieku l-Onor.", "Farrugia u l-Membri kollha ta' din il-Kamra jistgħu jibqgħu ċerti li ma jkun hawn ħadd li jkun lest li jaċċetta l-inkarigu ta' Ministru responsabbli għall-housing.", "SKEJJEL - NIES RESPONSABBLI GĦAT-TINDIF", "22746.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel ta' Malta u Għawdex hemm nuqqas ta' staff adegwat għat- tindif?", "X'se jagħmlu dawk l-iskejjel li qed ibatu minn nuqqas ta' staff adegwat?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġi stabbilit x'inhi s- sitwazzjoni attwali fl-iskejjel kollha f'dak li għandu x'jaqsam ma' nies responsabbli għat-tindif.", "Aktar 'il quddiem jittieħdu l-passi li jirriżulta li jkun hemm bżonn f'dan ir-rigward.", "MAGĦTAB: SQAQ IL-ĠEBEL - ARTIJIET", "22747.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: L-artijiet li jmissu jew li huma fil-viċinanza mmedjata ta' \"Stables\", Sqaq il-Ġebel, fil-Magħtab, jistgħu jinbnew?", "Hemm applikazzjonijiet biex isir bini fuq dawk l-artijiet?", "Għal-liema tip ta' bini hemm applikazzjoniet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nitlob lill- Onor. Interpellant biex jimmarka fuq site plan l-art li qiegħed jirreferi għaliha biex il-mistoqsijiet tiegħu jkunu jistgħu jitwieġbu b'mod preċiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jien nixtieq li inti tkun raġel biżżejjed u jekk hemm applikazzjoni tpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli nara meta saret l- applikazzjoni u jekk hemm permess, meta ħareġ.", "Jien irrid nara jekk l- applikazzjonijiet humiex qed jiġu trattati kif suppost.", "Jekk trid ngħidlek fejn, nista' ngħidlek issa.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Gatt, peress li l-mistoqsija m'għamilhiex hu, ma nafx ...", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk inti għandek site plan tal-post u trid timmarkalna l-post, aħna nkunu nistgħu ngħadduha lill-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex iwieġbu.", "Qed jgħidli biex inqiegħed l-applikazzjonijiet fuq il-Mejda tal- Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx għaliex qed tirreferi għalija personali, pero' bil-qalb kollha nista' nqiegħed dan li qed titlobni fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Dan huwa proċess pubbliku u meta trid tista' tmur u tivverifika.", "Wieħed jista' jara l-applikazzjonijiet kollha u l-permessi li joħorġu.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħidlek li tista' tmur - jista' jmur kulħadd - u tara l-proċess kollu, għax dan huwa proċess miftuħ beraħ għal kull min irid jarah.", "PULIZIJA - GĦASES TAL-PULIZIJA", "22748.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarest Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għases tal-Pulizija li huwa ppjanat li jsir xogħol ta' manutenzjoni fuqhom fis-sena finanzjarja li jmiss?", "Jista' l-Ministru jara li l-għassa tal-Ħamrun li tinsab fi stat primittiv tiġi rranġata biex tingħata xejra aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Il- proċess ta' manutenzjoni ta' l-għases tal-pulizija huwa programm kontinwu li jgħaddi minn għassa għal oħra, skond il-prijorita' u skond il-flus ivvotati.", "Żgur li għas-sena d-dieħla hemm il-ħsieb li ssir manutenzjoni fuq l- għases ta' Marsaxlokk, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, Ħal Qormi, Ħaż- Żebbuġ u l-Imsida.", "Se titkompla wkoll il-manutenzjoni ta' l-għassa ta' Birkirkara.", "Nispera li tinbena wkoll għassa ġdida f'Wied il-Għajn.", "Rigward l-għassa tal-Ħamrun, peress li din tinħtieġ ukoll xogħol strutturali, qed nistennew li l-Management Estates Division tal-Ministeru għall-Ambjent biex jibda x-xogħol.", "Il-pjanti relattivi diġa' ġew approvati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-maintainance li qed issir fl-għases tal-pulizija li se tiġi tiswa ħafna flus, hijiex se tkun ta' siwi jew le biex dawn l-għases jinfetħu kollha?", "Jekk se tagħmel dan il-programm kollu, ma jidhirlekx li l-għases għandhom ikunu miftuħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, mhux neċessarjament; waħda ma ssegwix mill-oħra.", "Hemm postijiet li jservu bħala għassa tal-pulizija u hemm numru minnhom li jinqdew bihom ukoll il-kunsilli lokali.", "Fil-każijiet fejn il-kunsill lokali jkollu faċilita' ta' l-għassa wkoll, inkluż dawk l-għases li ma jinfetħux regolarment, xorta waħda jrid isir refurbishment u maintenance suret in-nies.", "Il-problema l-oħra dwar jekk għassa tinfetaħx jew le, hija materja li wieħed irid iħares lejha fi kwadru ħafna usa' milli aħna mdorrijin inħarsu fil-kontest ta' l-għases.", "Sa ċertu żmien ilu, jien ukoll kon tal-fehma li l-fatt li għassa tinfetaħ kontinwament jista' jkollu impatt fuq il- kwestjoni tal-kriminalita'.", "Illum, li kelli l-opportunita' li nidħol f'ċertu dettal u f'ċerta profondita' f'din il-kwesjtoni, ġejt konvint li waqt li hemm raġunijiet għaliex għandek tiftaħ għassa kontinwament, ngħidu aħna għas-servizz taċ-ċittadin speċjalment fl-għoti ta' informazzjoni - xi ħaġa li tista' tiġi assunta wkoll mill-kunsill lokali - l-impatt tal-ftuħ ta' l-għassa m'għandux relazzjoni mal-kwestjoni ta' kriminalita'.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li 30 sena ilu kellna lokalitajiet pjuttost ċkejkna, imma llum il-boundaries tad-diversi lokalitajiet f'pajjiżna nbidlu sostanzjalment.", "Kulħadd japprezza li f'dawn l-aħħar 30 sena kien hemm qabża sostanzjali fid-distanza bejn l-għassa - li normalment tkun fl-area ċentrali tal-lokalita' - u l-periferiji.", "Illum qed inħarsu lejn metodi oħra ta' kif wieħed jipprovdi ċerta sorveljanza, bħall-mobile squad tal- pulizija, forom ta' intelligence, skwadri speċjali u affarijiet oħra bħal dawn.", "Jiġifieri fil-Korp ta' Pulizija hemm rethinking dwar ir-rwol ta' l- għases fid-diversi lokalitajiet, speċjalment issa li qed joperaw ukoll il- kunsilli lokali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma nikkontestax dan li qed jgħid, għax il-Ministru jaf iktar minni.", "Pero' nixtieq inkun naf għaliex meta jkun hemm talba biex xi għassa tibda tinfetaħ regolarment - nista' nsemmi lokalitajiet żgħar fit- Tieni Distrett, fejn noqgħod jien - min hu responsabbli jgħidilhom li dik trid tibda tinfetaħ 24 siegħa kuljum u mbagħad ma tinżammx il-kelma?", "Jien, nerġa' ngħid, mhux qed nikkontesta l-mertu ta' dak li qal il- Ministru, imma mhux sewwa li l-ewwel tingħata din il-garanzija li l-għassa se tibda tinfetaħ, imbagħad dan ma jseħħx.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan li qed ngħid jien għadu fl-istadju ta' diskussjoni bejni u l-Korp fil-kwadru ta' ċerta riorganizzazzjoni li trid issir.", "Jiġifieri s'issa din m'hijiex xi policy addottata, imma dawn huma l- ideat li qed niddiskutu u nirriflettu fuqhom.", "Veru li skond il-kriterji u l-istruzzjonijiet li jkun hemm fil-Korp tal-Pulizija ċerti għases suppost li jinfetħu regolarment u jibqgħu miftuħin, pero' mill-informazzjoni li għandi jirriżulta li jistgħu jinqalgħu kontinġenzi fejn ikollhom bżonn aktar pulizija - jista' jkun hemm xi kwestjoni l-ħabs, jew inkella l-Qorti - u normalment l-ewwel ma jissejħu huma l-pulizija minn dawn l-għases li m'humiex distrettwali, biex ngħid hekk.", "Fil-fatt ix-xogħol tal-Korp tal- Pulizija huwa xogħol li jvarja ħafna, fis-sens li ma tistax iżomm xi pattern riġidu ta' kif jevolvi.", "Ġieli jiġri li hemm bżonn jissejħu dawn il- pulizija għal xi xogħol partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għassa tal- Belt hijiex fost dawk li għandhom jiġu refurbished?", "Jekk fin-negattiv, dan jindika li, kif intqal f'okkażjonijiet oħra, aktarx li din l-għassa se titneħħa minn hemmhekk u tmur x'imkien ieħor?", "Jiġifieri x'inhi l- pożizzjoni eżatt dwar l-għassa tal-Belt?", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk hemmx bżonn li din l-għassa tibqa' miftuħa 24 siegħa kuljum, jew inkella inqas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemmx dubju li l-għassa tal-Belt, il-belt kapitali ta' pajjiżna, trid tibqa' miftuħa l-ħin kollu.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru, hemm proġett ta' espansjoni fil-Qrati u l-ispazju li llum huwa okkupat mill-għassa tal-Belt, se jiġi allokat lill-Qrati.", "Fil-fatt diġa' ġie identifikat post fejn tista' tkun l-għassa tal-Belt u issa qegħdin fi stadju ta' finalizzar ta' disinji u pjanti biex dak il-post jiġi konvertit fl-għassa tal-Belt.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Hawn forsi se noħroġ ftit minn dan is- suġġett, pero' dan li se ngħid xorta jirrigwarda l-għases tal-pulizija.", "Il- Gvern għadu jirrikonoxxi li l-għassa m'hijiex il-post fejn sempliċement ikun hemm membri tal-Korp jagħmlu x-xogħol normali tagħhom, imma tista' titqies ukoll bħala uffiċċju distrettwali, biex ngħid hekk, fejn ikun jista' jingħata ċertu servizz liċ-ċittadin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, Mr Speaker.", "Fil-fatt waħda mill-ewwel diskussjonijiet li kelli meta sirt Ministru responsabbli għal dan il-qasam, kienet f'dan il-kontest u kont poġġejt għall-konsiderazzjoni l-idea li l- għases tagħna jistgħu jservu wkoll bħala ċentru għall-informazzjoni u anke għal ċerta għajnuna, xogħol lu mhux neċessarjament irid isir mill-pulizija nfushom.", "Il-grad ta' pulizija jirrikjedi ċertu taħriġ, ċerti kwalifiki u ċerti kwalitajiet, u għalhekk ħassejt li din il-kwalita' ta' persuna tista' tkun moħlija ġewwa għassa fir-rwol li tagħti informazzjoni, ngħidu aħna biex tidderiġi liċ-ċittadin dwar fejn għandu jfittex ċerti servizzi u affarijiet oħra bħal dawn.", "Dawn huwa ħwejjeġ li faċilment jistgħu jsiru minn persuni ta' grad inqas minn dak ta' kuntistabbli u b'taħriġ differenti.", "Forsi wieħed jista' jappunta speċi ta' wardens għal dan il- għan.", "Per eżempju, aħna nafu li parti mix-xogħol tal-pulizija li jkun fl- għassa huwa li jieħu ħsieb it-traffiku ħdejn l-iskejjel waqt li t-tfal ikunu deħlin u ħerġin mill-iskola, jew inkella xogħol ieħor konness mal- kontroll ta' ċertu traffiku fil-lokal.", "M'hemmx dubju li għas-sitwazzjoni ta' pajjiżna, il-pulizija anke fis-sens kif mifhum fil-liġijiet tagħna, għandu jitħalla għall-funzjoni tal-prevenzjoni tal-kriminalita', għall- ħarsien tal-liġi u l-ordni, u l-investigazzjoni ta' kriminalita', waqt li s- servizzi l-oħrajn li huma marbuta mal-lokal, għandhom jew isiru responsabilita' tal-kunsill lokali, jew inkella jkun hemm xi grad ieħor fil- Korp tal-Pulizija li jkunu apposta għall-qadi ta' dawk id-doveri.", "Dawn huma l-idea li kienu qed jiġu konsidrati.", "Sal-lum il-Kummissarju tal-Korp tal- Pulizija mhux qed jaddotta dawn it-tip ta' ideat.", "L-ewwelnett irridu naraw kif se jevolvu l-kunsilli lokali, imbagħad nieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi li jkunu qed isiru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, il-Ministru għadu kif qal li l- għassa tal-Belt se tiċċaqlaq minn fejn hi.", "Ħafna drabi, il-priġunieri mill- Qorti jittieħdu jew fil-lock-up, jew inkella jmorru proprju taħt il-Qorti jistennew il-karozza biex teħodhom il-ħabs.", "Jista' għalhekk il-Ministru jgħidilna jekk hux se jkun hemm faċilitajiet pożittivi jew jekk hux qed jikkonsidra xi ħaġa biex il-priġunieri ma joqogħdux jittieħdu minn post għall-ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, irrid ngħid li qed jittieħdu passi biex jinqata' l-itlajjar fil-kuriduri tal-Qorti meta l-priġunieri jiġu msejħa biex jidhru quddiem il-Qorti.", "Fil-fatt nittama li fi żmien relattivament qasir ikun hemm arranġamenti biex dan l-itlajjar jinqata' u diġa' saru laqgħat bejn il-Ministru tal-Ġustizzja u l-maġistrati fejn ġiet miftiehma sistema kif dan l-itlajjar jista' jinqata' ħalli l-priġunier jittieħed fil- Qorti fil-ħin li għandu jidher quddiem il-maġistrat fil-ħin eżatt meta tissejjaħ il-kawża.", "Naturalment fil-frattemp ma jkunx hemm il-possibilita' ta' kuntatt bejn il-priġunieri, familjari u persuni oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI: Mr Speaker, jekk fhimt sew, il-Ministru qed jgħid li fil-futur jista' jkun li jispiċċaw l-uffiċċji mill-għases tal- pulizija.", "B'dan qed nifhmu li, per eżempju, il-permessi tal-ħwienet ma jibqgħux jiġu registered u jitħallsu minn hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien inqis li strettament il-proċessar ta' permessi tal-ħwienet, m'għandux ikun xogħol ta' pulizija u fil-fatt diġa' nbeda x- xogħol biex ħafna minn dan ix-xogħol klerikali konness ma' trading licences u proċessar ta' permessi bħal dawn, jgħaddi f'idejn awtoritajiet diġa' kostitwiti jew oħrajn li se jitwaqqfu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' safriet li għamel ir-Rettur, is-Segretarju u r-Reġistratur ta' l-Universita', bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 23267.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMPETIZZJONI", "THE COMPETITION ACT", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-2 ta' Diċembru 1994.", "Klawsola 3 - Twaqqif ta' Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta.", "(Kont.)", "Clause 3 - Establishment of Office for Fair Competition.", "(Cont.)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, dalgħodu qabel ma aġġornajna l-Onor.", "Leo Brincat staqsa jekk dan l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta għandux jitwaqqaf bħala awtorita' kompletament maqtugħha mill-Gvern.", "Aħna nħossu li għalissa għandna nimxu b'dan il-mod pero' jista' jkun li fil-futur inkunu żviluppajna dan l-Uffiċċju b'mod tali li jkun hemm awtorita' li tkun bħall-awtoritajiet l-oħra għalkemm forsi m'hux kompletament.", "F'dan l- istadju naħsbu li jkun ħafna aħjar jekk nimxu b'dan il-mod, niżviluppaw dan l-Office for Fair Competition u nimxu pass pass.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'dan l-Abbozz m'hux qegħdin ngħidu min se jaħtar id-Direttur meta s-soltu jkun hawn fil-liġijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-Direttur huwa uffiċjal pubbliku, jiġifieri bażikament hija l-PSC li taħtru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Twaqqif tal-Kummissjoni.", "Clause 4 - Establishment of Commission.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: GĦal klawsola 4 u għall-iskeda li hemm magħha għandi dawn l-emendi:", "\"Ċ\" Il-klawżola 4 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fit-test Malti tal-paragrafu (a) tas-subklawżola (3) minflok il- kliem \"'il quddiem imsejħa\" għandhom jidħlu l-kliem \"'il quddiem f'dan l-artikolu imsejħa\";", "(b) fit-test Malti tal-paragrafu (c) tas-subklawżola (3) minflok il- kliem \"tibdil fil-membri\" għandhom jidħlu l-kliem \"tibdil ieħor fil- membri\";", "(c) fit-test Ingliż tal-paragrafu (d) tas-subklawżola (3) minflok il- kliem \"prescribed provided\" għandhom jidħlu l-kliem \"prescribed: provided\";", "(d) fit-test Malti tas-subparagrafu (iii) tal-paragrafu (e) tas- subklawżola (3) minflok il-kelma \"l-att\" għandha tidħol il-kelma \"l- Att\";", "(e) minnufih wara s-subparagrafu (iv) tal-paragrafu (e) tas- subklawżola (3) għandu jidħol dan il-paragrafu (f) ġdid li ġej:", "\"(f) Membru tal-Kummissjoni għandu qabel ma jibda jiġi trattat xi każ jiddikjara kull interess li huwa jista' jkollu fil-proċedimenti.\";", "(f) fit-test Ingliż tas-subklawżola (4) minflok il-kliem \"from the chairman\" għandhom jidħlu l-kliem \"from the Chairman\"; u", "(g) fit-test Ingliż tal-paragrafu (b) tas-subklawżola (5) minflok il- kliem \"before it.\" għandhom jidħlu l-kliem \"before it;\".", "\"Ċ\" Clause 4 shall be amended as follows:", "(a) in the Maltese text of paragraph (a) of subclause (3) for the words \"'il quddiem imsejħa\" there shall be substituted the words \"'il quddiem f'dan l-artikolu msejħa\";", "(b) in the Maltese text of paragraph (c) of subclause (3) for the words \"tibdil fil-membri\" there shall be substituted the words \"tibdil ieħor fil-membri\";", "(c) in the English text of paragraph (d) of subclause (3) for the words \"prescribed provided\" there shall be substituted the words \"prescribed: provided\";", "(d) in the Maltese text of subparagraph (iii) of paragraph (e) of subclause (3) for the word \"l-att\" there shall be substituted the word \"l-Att\";", "(e) immediately after subparagraph (iv) of paragraph (e) of subclause (3) there shall be inserted the following new paragraph (f):-", "\"(f) Any member of the Commission shall before the commencement of any case declare any interest he may have in the proceedings.\";", "(f) in the English text of subclause (4) for the words \"from the chairman\" there shall be substituted the words \"from the Chairman\"; and", "(g) in the English text of paragraph (b) of subclause (5) for the words \"before it.\" there shall be substituted the words \"before it;\".", "\"D\" L-Iskeda li tinsab ma' l-Att għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fit-test Malti tal-paragrafu 2 tagħha, minnufih wara l-kliem \"il- membri lajċi\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"tal-Kummissjoni\", u minflok il- kliem \"id-dipożizzjonijiet\" għandhom jidħlu l-kliem \"id- dispożizzjonijiet\";", "(b) fit-test Malti tal-paragrafu 3 tagħha, minflok il-kliem \"ċirkostanzi mutatis mutandis\"għandhom jidħlu l-kliem \"ċirkostanzi, mutatis mutandis\";", "(c) fit-test Malti tal-paragrafu 4 tagħha, minflok il-kliem \"Id- deċiżjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \"Id-deċiżjonijiet\" u minflok il- kelma \"kategorija\" għandha tidħol il-kelma \"kategoriji\"; u", "(d) fit-test Ingliż tas-subparagrafu (b) tal-paragrafu 7 tagħha, minflok il-kelma \"victom\" għandha tidħol il-kelma \"victim\", minflok il- kliem \"affected by any breach of, any\" għandhom jidħlu l-kliem \"affected by, any breach of any\", u minflok il-kelma \"registered\" għandha tidħol il-kelma \"Registered\".", "\"D\" The Schedule to the Act shall be amended as follows:", "(a) in the Maltese text of paragraph (3) thereof, immediately after the words \"il-membri lajċi\" there shall be added the words \"tal- Kummissjoni\", and for the words \"id-dipożizzjonijiet\" there shall be substituted the words \"id-dispożizzjonijiet\";", "(b) in the Maltese text of paragraph 3 thereof, for the words \"ċirkostanzi mutatis mutandis\" there shall be substituted the words \"ċirkostanzi, mutatis mutandis\";", "(c) in the Maltese text of paragraph 4 thereof, for the words \"Id- deċiżjoni\" there shall be substituted the words \"Id-deċiżjonijiet\" and for the word \"kategorija\" there shall be substituted the word \"kategoriji\"; and", "(d) in the English text of subparagraph (b) of paragraph 7 thereof, for the word \"victom\" there shall be substituted the word \"victim\", for the words \"affected by any breach of, any\" there shall be substituted the words \"affected by, any breach of any\", and for the word \"registered\" there shall be substituted the word \"Registered\".", "Din il-klawsola tittratta t-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust u telenka wkoll min se jkunu l-membri tagħha; jiġifieri ċ-Chairman, li jrid ikun maġistrat u l-membri oħra li tnejn minnhom iridu jkunu ekonomista u certified public accountant.", "Fi klawsola 4 hemm ukoll il-possibilita' li jiġu nominati iktar minn membru wieħed bħala acountant jew ekonomista, imma fuq każ wieħed ma jistgħux iservu iżjed minn maġistrat wieħed, ekonomista wieħed u acountant wieħed.", "Dawn il-membri se jkunu maħtura għal tliet snin u min ikun irid jirriżenja jkun jista' jagħmel dan billi jikteb ittra ta' riżenja lill-President.", "Pero' dawn jistgħu jiġu mneħħija biss mill- President wara rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja.", "Il-ħatriet tal-membri ta' din il-Kummissjoni se jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.", "F'din il-klawsola hawn speċifikat ukoll li se jkun hemm xi remunerazzjoni.", "F'paragrafu (e) ta' subklawsola 4 (3) hemm ukoll li persuna ma tistax tikkwalifika biex tinħatar jew tibqa' membru lajk tal-Kummissjoni jekk:", "\"(i) tkun fallut mhux meħlus; jew", "(ii) tkun ingħatat sentenza ta' priġunerija għal sitt xhur jew iżjed minn xi qorti; jew", "(iii) tkun instabet ħatja ta' xi reat kontra dan l-att; jew", "(iv) tkun Membru tal-Kamra tad-Deputati.\".", "F'paragrafu (f) li qed inżidu ma' subklawsola (3) qed nispeċifikaw b'mod ċar li qabel ma jibda jiġi trattat xi każ, kull Membru għandu jindika kull interess li jista' jkollu.", "Prinċipalment għamilna din l-emenda fuq talba tal-korpi kostitwiti, għax għalkemm fl-iskeda hemm indikazzjoni ta' dan, huma xtaqu li din tkun iktar speċifikata.", "Is-Segretarju ta' din il-Kummissjoni għandu jkun uffiċjal pubbliku u dan se jkollu l-istess dmirijiet ta' Reġistratur tal-Qrati.", "Is-setgħat għandhom jittieħdu skond l-iskeda.", "Il-Kummissjoni tista' tagħmel ir- regolamenti tagħha, imma naturalment dawn ma jridux ikunu inconsistent with this Act.", "Fl-aħħar nett qed jingħad li fejn il-Kummissjoni tiltaqa' ma' xi ħaġa li ma jkollhiex regoli fuqha, din tkun tista' tirregolha lilha nnifisha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien xtaqt nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "L-ewwelnett meta wieħed iqis li xi kummissjonijiet oħra, per eżempju l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji u l- Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, taw lok għal ċerti ilmenti minħabba l-mod li bih qed jinħatru, ma taħsbux li wasal iż-żmien li l-Gvern jikkonsidra serjament li l-proċess tal-ħatra u t-twaqqif ta' dawn il- kummissjonijiet - inkluża l-Kummissjoni li għandna quddiemna llum - jiġi mwessgħa u iktar demokratizzat?", "It-tieni nett, ġaladarba l-Ministru m'eskludiex il-possibilita' li fil- futur tista' tiġi konsidrata l-possibilita' li jkun hemm awtorita' li tirregola l-kompetizzjoni jew il-fair trading, ma taħsbux li għandha tkun konsidrata wkoll il-possibilita' li kieku minflok ma jkun hemm organu li japplika għall-konsumatur u organu li japplika għat-trading, ikun jagħmel iktar sens li minfloka sempliċment a fair trading authority jkun hemm a competition authority li tkun tiġbor flimkien kemm l-affarijiet tal- konsumatur kif ukoll ir-regolamentazzjoni tal-qasam tan-negozju?", "F'ċerti pajjiżi hekk sar, għax l-esperjenza wriethom li dik hi l-aħjar soluzzjoni.", "Biex inkun fair, veru li meta ħareġ il-White Paper, il-Gvern rabat dawn iż- żewġ konċetti b'mod kumplimentari, imma kulma qed nissuġġerixxi jien huwa li iktar milli jkun hemm żewġ organi kumplimentari għal xulxin, ikun hemm organu wieħed li jirregola kemm l-affarijiet tal-konsumatur, kif ukoll l- affarijiet tan-negozjant.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Rigward it-tieni punt li semma l-Onor.", "Brincat, naħseb li hemm ħafna x'wieħed jikkonsidra.", "Bażikament wieħed isib żewġ mudelli.", "Per eżempju, aħna se jkollna liġi u kummissjoni li jħarsu speċifikament l-interessi tal-konsumatur.", "GĦalhekk din il-liġi se tidħol iktar fir-relazzjoni bejn l-intrapriżi u r-relazzjonijiet tal-kummerċ, u naturalment il-konsumatur, għax anke f'dan l-Abbozz ta' Liġi hemm link qawwi bejniethom, peress li l-konsumatur jista' jressaq il-każ tiegħu wkoll.", "Naħseb li 'l quddiem għad jasal iż-żmien li dawn jiġu iktar integrati, pero' naħseb li ma jkunx pass ħażin jekk wieħed jaqsam dawn ir- rwoli differenti, li bażikament qabel ma kenux daqstant żviluppati, anzi f'ċerti każi ma kien hemm ebda żvilupp.", "Allura forsi huwa għaqli li wieħed jiżviluppa żewġ dirgħajn fuq xiex jifrex il-piż kemm tal-konsumatur bil- problemi li jistgħu jinqalgħu, kif ukoll tal-competition.", "Naħseb li 'l quddiem nistgħu nimxu b'dan il-mod, pero' din hija miżura oħra li wieħed irid jara aktar 'il quddiem meta jagħmel assessment tas-sitwazzjoni.", "Dwar l-ewwel punt li semma l-Onor.", "Brincat, qed nifhem li kien qed jirreferi għall-mod kif jintgħażlu l-membri tal-Kummissjoni.", "Bħalissa dawn jiġu appuntati mill-President, bil-parir tal-Prim Ministru, li hija bażikament l-istess sistema li tintuża fil-ħatra ta' ħafna kummissjonijiet oħra.", "Naħseb li hemm ċertu mertu f'dak li qal l-Onor.", "Brincat, fis-sens li 'l quddiem forsi jkun tajjeb li nimxu lejn sistema li tkun daqsxejn aktar wiesgħa, imma f'dan l-istadju nistennew żviluppi oħra dwar kif wieħed jittratta dawn il-kummissjonijiet varji li għandna u l-mod kif jintgħażlu n- nies biex iħaddmu u jmexxu dawn il-kummissjonijiet.", "Bħalissa ma nistax ngħid li nista' nara xi problema kbira għax it follows the current procedure ta' kummissjonijiet oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawn irridu nitkellmu fuq żewġ aspetti, il- kompożizzjoni u l-proċedura wżata quddiem il-Kummissjoni.", "Imma qabel ma nibdew, nixtieq nistaqsi għaliex din qed tissejjaħ \"kummissjoni\".", "Jien naħseb li strettament iktar qisha bord jew qorti.", "Allura x'inhu l-iskop li tissejjaħ \"kummissjoni\"?", "Din se tkun qed tisma' ilmenti li jsiru minn min jallega li hemm restrictive practice jew li m'hemmx fair trading jew fair competition.", "Allura naħseb li iktar hu indikat li tkun bord jew qorti.", "Apparti l-isem ta' dan l-organu, nixtieq nikkummenta ftit fuq il- kompożizzjoni ta' din il-Kummissjoni li se tkun magħmula minn maġistrat, ekonomista u accountant.", "Wieħed jifhem l-iskop li ekonomista u accountant ikunu jifformaw parti minn dan l-organu, imma meta niġu għaċ-chairman, naħseb li jrid ikun hemm spjegazzjoni għaliex qed ngħidu li għandu jkun maġistrat u mhux bniedem lajk - bħalma huma l-membri - li jkun intiż fin- negozju.", "L-ekonomista u l-accountant huma indikati għax huma preżunti li huma ntiżi fin-negozju.", "Il-persuna li tmexxi dan l-organu naħseb li għandha tkun superjuri għat-tnejn f'dak li hu knowledge fil-materja li jkollha quddiemha, imma m'hemmx għalfejn tkun maġistrat.", "Imbagħad rigward jekk il-ġudikant, jien ma narax għaliex ma ngħidux li jista' jkun ukoll maġistrat irtirat.", "GĦaliex?", "F'pajjiżna għandna sistema fejn l-imħallef jista' jibqa' jaqdi d-dmirijiet tiegħu sa 65 sena, meta ma jkollux ukoll ħatriet miżjuda wara dik l-eta', mentri l-maġistrat u l-Avukat Ġenerali jirtiraw ta' 60 sena.", "Jien jidhirli li kieku l-maġistrat li jkun irtira ta' 60 sena kien imħallef, aħna konna nippretendu li ta' dik l-eta' jkun għad baqagħlu l-kapaċita' mentali li jkompli jservi lill-pajjiż għal ħames snin oħra.", "Allura naħseb li l-maġistrat jista' jibqa' jservi sa 65 sena biex jippresjedi dan l-organu, u b'hekk inkunu qegħdin innaqqsu wkoll il- piż fuq il-maġistrati li li jissejħu sedenti, jiġifieri dawk li huma okkupatissimi bil-proċeduri ġudizzjarji li għandhom illum fil-Qrati tagħna.", "Allura naħseb li m'għandux ikun hemm raġuni għaliex wieħed jinsisti li ċ- chairman ta' din il-Kummissjoni ma jistax ikun maġistrat irtirat jew Avukat Ġenerali tar-Repubblika li hu rtirat, meta dawn tassattivament iridu jirtiraw f'dik l-eta' tenera meta paragunata ma' l-imħallfin, li għal ħames snin oħra jibqgħu meqjusa li huma kapaċi jservu lil pajjiżna.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li din issejħet \"kummissjoni\" u mhux qorti jew tribunal, għaliex bażikament ma twaħħalx penali bħall-qorti, u allura l-prattika hija li wieħed ma jsejħilhiex qorti jew tribunal.", "Dwar jekk għandhiex tissejjaħ bord jew kummissjoni, forsi bħal pajjiżi oħra ġejna nfluwenzati mit-terminu \"Fair Trading Commission\" flok \"Fair Trading Board\".", "Naħseb li \"board\" toqgħod ukoll, imma din hija kwestjoni ta' semantika.", "Rigward għaliex ma daħħalniex il-possibilita' li ċ-chairman jista' jkun ukoll maġistrat irtirat, l-ewwelnett irrid ngħid li, jekk m'iniex sejjer żball, iktar 'il quddiem f'dan l-Abbozz jingħad li jista' jkun hemm bżonn li dan joħroġ search warrant f'każi ta' investigazzjoni.", "Fil-fatt subklawsola 12 (5) tgħid hekk:", "\"The Director, duly authorised by a Warrent issued by the Chiarman of the Commission ...\".", "Jekk ikun maġistrat li jkun qed jipprattika, forsi s-sistema tkun iktar faċli.", "Huwa importanti ħafna li l-maġistrat ma jkollux interess f'xi negozju partikolari u peress li jista' jkollok maġistrati rtirati li jkollhom xi interess fin-negozju, inħass li jkun iktar għaqli jekk din il- kariga nillimitawha għal dawk il-maġistrati li qed jipprattikaw milli niftħuha wkoll għal dawk li huma rtirati.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Sinċerament ngħid li r-raġunijiet m'humiex konvinċenti, imma jekk il-Gvern irid jaddottahom m'hemmx x'tagħmel.", "Ħalli nitkellmu rigward il-ħatriet.", "Kuntrarju għall-każ tal-membri lajċi fil-Kummissjoni, il-maġistrat jista' jitneħħa mill-kariga, anke f'nofs proċeduri li jkollu quddiemu, u l-membri lajċi jkunu wkoll eliġibbli għall- ħatra mill-ġdid.", "It-tneħħija tal-maġistrat se tkun soġġetta għall- iskrutinju u l-kontroll tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja, jew se jkun jista' jitneħħa anke mingħajr l-indħil jew mingħajr il-parir tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja?", "Qed nirreferi għall-maġistrat li jkun chairman tal-Kummissjoni, għax f'subklawsola 12 (3) qed jingħad li l-membri lajċi biss ma jistgħux jinbidlu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li meta maġistrat jiġi appuntat bħala chairman tal-Kummissjoni, din il-ħatra se tkun parti mid-doveri tiegħu u għahekk ikun jista' jitneħħa bl-istess sistema li jitneħħa kwalunkwe maġistrat meta jkun hemm bżonn li jitneħħa.", "Rigward il-punt l-ieħor li semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici, irrid ngħid li maġistrat li m'huwiex irtirat għandu ċerta security of tenure, filwaqt li wieħed li jkun irtirat ma jkollux dak is-security of tenure u allura jkun iktar soġġett proprju għal dan li qed isemmi l-Onor.", "Membru, jiġifieri jkun aktar faċli li jitneħħa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma tistax tagħmel maġistrati irtirat għal tliet snin ukoll bħall-membri lajċi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għaliex huwa daqshekk importanti li jkun maġistrat irtirat?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli ma tgħabbix lill-maġistrati b'iktar xogħol milli għandhom u fl-istess ħin tutilizza lil dawk in-nies li kieku kienu mħallfin kienu jkomplu bix-xogħol tagħhom sa 65 sena.", "Ma nafx għaliex lill-maġistrati ma nħalluhomx jaħdmu sa l-eta' ta' 65 sena, meta dawn jagħmlu xogħol inferjuri għal dak ta' l-imħallfin.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fehma tiegħi, il-problema hija li l-maġistrati jirtiraw iktar kmieni minn nies oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma nimmaġina li ta' 65 sena maġistrat ikun għadu tajjeb biex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu ta' maġistrat.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Rigward jekk il-maġistrati għandhomx jirtiraw ta' 65 sena, naħseb li dan huwa punt diskutibbli.", "Forsi l-Onor.", "Mifsud Bonnici għandu raġun, għax il-verita' hija li llum il-bnedmin qegħdin jgħixu aktar u allura hemm il-possibbilta' li jservu anke wara ċerta eta'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nafx jekk iniex se nidħol f'xi ħaġa li ma nkunx fhimt sewwa minħabba li ġejt tard.", "Il-kwestjoni tal-possibilita' li jinħatru maġistrati - jew imħallfin, skond il-każ - li jkunu rtirati, donnha hija għal qalb ħafna l-Onor.", "Membru, għaliex anke meta konna qiegħdin niddiskutu l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, kien qal li l-imħallfin u l-maġistrati fuq il-Kummissjoni kellhom jiġu maħtura minn fost l-imħallfin u l-maġistrati rtirati.", "Kieku sar hekk, din aktar kienet tkun tixbah kummissjoni għall-anzjani milli kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Ma nafx jekk f'dan il-każ aħniex se nsegwu l-istess linja ta' argument, għaliex il-problema li tagħmel maġistrat li huwa irtirat ....", "Safejn naf jien, f'Malta maġistrat wieħed biss hawn li hu rtirat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed ngħid li għandna nagħtu din il- possibilita', mhux li nagħmluha tassattiva.", "Jekk ma jsirux imħallfin, se jkun hawn ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif qiegħda tiġi proposta, dan ikun parti mix-xogħol tal-maġistrati.", "Wieħed jista' jappunta aktar maġistrati u x-xogħol li għandhom jitqassam aktar.", "Jiena nifhem li jistgħu jiġu assenjati doveri differenti lill-maġistrati, imma safejn naf jien, bil-Liġi u l- Kostituzzjoni stess kif emendata, id-doveri tal-maġistrati u tal-membri tal- Ġudikatura jiġu deċiżi mill-Prim Imħallef biex żgur ma jkunx hemm indħil daparti ta' l-Eżekuttiv.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Is-suġġeriment kien li tingħata l- possibilita' li jkun jista' jiġi maħtur maġistrat irtirat, imma l-iskuża li nġabet kienet li dan ma jkunx jista' joħroġ search warrant.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Minstru u Minstru ta' l-Affarijiet Barranin): Sur President, donnu d-diffikultajiet li hemm huma minħabba s- security of tenure li nixtiequ nagħtu lil min ikun qed jippresjedi din il- Kummissjoni u d-diffikulta' biex tinħareġ warrant għat-tenur ta' l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Rigward it-tieni diffikulta', għandi nifhem li dan il-poter joħroġ mill-Abbozz ta' Liġi stess.", "Ma nafx id-dettalji ta' l-Abbozz, imma naħseb li jipprovdi għal dawn il-poteri, mhux sempliċement għax min ikun qed jippresjedi huwa maġistrat, imma wkoll proprju għax qed jippresjedi dan it-tip ta' bord.", "Hemm diversi bordijiet oħra, bħall-Bord tal-Kera, li għandhom poteri li joħorġu mandati, poter li joħorġu mill- istess liġi li twaqqaf il-bord in kwestjoni.", "Meta konna nestendu t-terminu ta' l-Imħallef Censu Scerri - Alla jaħfirlu - l-Imħallef Borg Costanzi u anke l-Imħallef Stephen Borg Cardona, naħseb li ħadd ma kien jiddubita li dawn ma baqgħux korretti fl-andament tagħhom.", "Jien ma nafx x'jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet tal-fatt li tagħti l-possibilita' li tista' tagħżel li tinnomina maġistrat sedenti jew inkella bniedem li diġa' aġixxa ta' maġistrat imma llum huwa rtirat.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iż-żewġ reperkussjonijiet li jista' jkun hemm huma li ċ-chairman tal-Kummissjoni jista' jiġi mibdul billi jiġi assenjat doveri differenti, imma fl-istess ħin għandu sigurta' tal-kariga li toħroġ mill- Kostituzzjoni nnifisha.", "It-tieni problema li tista' tinqala' hija li maġistrat li huwa rtirat ma jkollux l-obbligu li ma jkunx involut fil- kummerċ, waqt li maġistrat sedenti għandu l-obbligu li ma jkunx fil- business; hemm regola f'dan is-sens u jrid josservaha.", "Pero' fi kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan l-Abbozz, jekk iċ-chairman tal- Kummissjoni jkun maġistrat irtirat li allura għandu jikkummerċja, jista' jkun hemm kwestjonijiet ta' konflitt ta' interess.", "Veru li wieħed jippretendi li jekk ikun hemm dan it-tip ta' konflitt, wieħed għandu jiddikjara l-interess tiegħu u jastjeni, imma tista' tinħoloq din it-tip ta' problema, li mhux suppost li tinqala' jekk iċ-chairman ikun maġistrat sedenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hekk aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa niġu għall-kwestjoni tal-proċedura li ssegwi din il-Kummissjoni.", "Min għandu dritt jibda azzjoni quddiem din il- Kummissjoni?", "Dan joħroġ mill-Iskeda annessa ma' dan l-Abbozz, li hija marbuta proprju mal-klawsola li qed niddiskutu.", "Skond regolament numru 7 ta' l-Iskeda, il-proċeduri quddiem il-Kummissjoni għandhom jinbdew b'talba magħmula mid-Direttur, jew mill-intrapriża relevanti jew inkella minn persuna b'ilment permezz tad-Direttur.", "Ma nistax nifhem x'inhi r-raġuni li biex persuna tressaq ilment quddiem il-Kummissjoni, trid tgħaddih permezz tad-Direttur.", "Pero' fl-Abbozz imkien m'hemm indikat li meta d-Direttur jirċievi lment jew talba, huwa obbligat li dik it-talba jew ilment jgħaddih lill-Kummissjoni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed jiġi propost li l-ilment jgħaddi permezz tad- Direttur għax huwa iktar prattiku li jsir hekk, biex wieħed ma jsirx jaf ċerta informazzjoni fuq il-kompetituri tiegħu permezz ta' claims superfiċjali jew intiżi għal hekk.", "Allura jekk id-Direttur iħoss li ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kwestjoni hija jekk trid tagħti s-setgħa lid-Direttur li jwaqqaf l-ilment, fis-sens li ma jipproċedihx, l-ilment ma jimxix?", "Jiġifieri d-deċiżjoni tad-Direttur se tkun finali f'dan ir- rigward?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien naħseb li klawsola 14 tirrispondi għal dik id- diffikulta'.", "Din tgħid hekk:", "\"Where the Office for Fair Competition receives a complaint as is referred to in paragraph (b) of subsection (1) of section 12 it shall in the first place examine whether such complaint is admissible or otherwise, and where it is of the opinion that the complaint is inadmissible it shall not carry out the relative investigation and inform the Commission accordingly.\".", "Jiġifieri hemm dak is-sifting organ, li se jkun l-Uffiċċju nnifsu, għal complaints li m'humiex admissible.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma x'jiġri jekk min ikun għamel il- complaint jibqa' mhux sodisfatt mid-deċiżjoni tad-Direttur?", "Dan għandu dritt jieħu azzjoni quddiem il-Kummissjoni?", "Din hija l-kwestjoni kollha; mhux li d-Direttur iħoss li lment huwa ammissibbli u jgħaddih lill- Kummissjoni, imma meta jgħid li m'huwiex ammissibbli.", "Hemmhekk x'jiġri?", "Jien ngħid li d-Direttur għandu jkollu l-obbligu li jinvestiga.", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond dak li hawn fl-Abbozz, id-deċiżjoni finali hija tad-Direttur.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, id-deċiżjoni finali se tkun tad- Direttur.", "Imma aħna rriduha li tkun hekk?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt din iddiskutejniha ħafna drabi ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed nirreferi għad-deċiżjoni tad- Direttur u mhux tal-Kummissjoni, li hija kwestjoni differenti.", "Issa aħjar nibqgħu fuq id-deċiżjoni tad-Direttur.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-funzjoni tad-Direttur naturalment hija li jkun watchdog biex jara li jkun hemm iktar sistema kompetittiva u ma jkunx hemm abbuż, eċċ. Issa jekk dan l-ufiċċjal pubbliku, jiġifieri d-Direttur, m'hux kapaċi jiddeċiedi jekk l-ilment ikunx sostanzjali jew le?", "Jien naħseb li lid-Diretttur trid tħallilu l-abilita' li finalment jiddeċiedi hu jekk il-każ ikunx ta' sustanza jew le u allura ma jkunx hemm għalfejn tipproċedi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri lid-Direttur se nagħtuh iċ- ċavetta li jiddeċiedi li lment m'għandux imur quddiem il-Kummissjoni?", "Kif jista' jkun li se nagħtuh din is-setgħa assoluta b'mod li jkun jista' jimpedixxi li compliant imur quddiem il-Kummissjoni?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nispera li qed nifhem tajjeb lill-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Inti qed tgħid li jista' jkun hemm xi ħadd li lid-Direttur jgħaddilu lment u mbagħad jiddeċiedi d-Direttur jaċċettahx jew le, fis-sens li jew iressqu quddiem il-Kummissjoni jew inkella jgħid li m'huwiex amissibbli.", "Pero' fl-Abbozz qed ngħidu li se jkun hemm filtru għal dawn id-deċiżjonijiet tad-Direttur biex ma nħallux diskrezzjoni totali.", "Issa meta d-Direttur jiddeċiedi dwar xi lment, kemm jekk jgħid li hu ammissibbli u kemm jekk jgħid li m'huwiex, dejjem irid jinforma lill- Kummissjoni.", "Issa jekk il-Kummissjoni, skond subklawsola 14 (2), tiddeċiedi li dak li d-Direttur qal li m'huwiex ammissibbli, fil-fatt huwa ammissibbli, allura tornadlu jagħmel l-investigazzjonijiet normali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jieqaf hemm.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Subklawsola 14 (2) tgħid hekk:", "\"Where the Commission does not agree that the complaint is inadmissible, it shall inform the Director accordingly, and the Director shall thereupon commence or resume the investigations.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jieqaf hemm.", "Jiġifieri wara jista' jiddeċiedi li l-ilment ma jmurx quddiem il-Kummissjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, imbagħad jibda l-proċess.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Xi proċess?", "Mela mhux hu jieħu l-ilment quddiem il-Kummissjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, imma ladarba hemm il-file miftuħ b'complaint speċifiku u fih hemm indikat li l-Kummissjoni qalet li d-Direttur għandu jagħmel investigazzjoni dwar dak l-ilment, allura ma naħsibx li d-Direttur jista' jaqbad u jħallih fuq l-ixkaffa u ma jagħmel xejn iktar dwaru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Forsi dan ikun irid jinvestigah imma mbagħad xorta jgħid li m'hemm xejn.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-konċett kollu huwa li d-Direttur jieħu l-ewwel deċiżjoni jekk il-kwestjoni għandhiex tkompli għaddejja jew le.", "Jiġifieri l-ewwel deċiżjoni tiegħu hija sindikabbli, għaliex meta hu jinforma lill- Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu, din tidħol biex tiddeċiedi jekk id- deċiżjoni tad-Direttur, f'każ li jgħid li l-ilment m'huwiex ammissibbli, kenitx tajba jew le.", "Allura jekk il-Kummissjoni ma taqbilx mad-deċiżjoni tad-Direttur, iġġiegħlu jkompli jinvestiga l-ilment.", "Meta mbagħad ikompli bl-ilment u d-Direttur finalment jiddeċiedi ...", "Ħalli nagħti eżempju biex nifhmu l-konċett sew.", "Jekk, ngħidu aħna, wieħed jagħmel ilment fuq azzjoni dwar kuntratt li qed isir bejn tnejn, fis-sens li terza persuna tressaq ilment għax b'dak il-kuntratt tkun se titpoġġa f'pożizzjoni ħażina.", "Naturalment f'dak il-każ il-Kummissjoni tordna lid-Direttur biex ikompli bl- investigazzjonijiet.", "Ladarba ssir l-investigazzjoni, id-Direttur se jsib jekk dak l-ilment huwiex veru jew le, jiġifieri jekk il-kuntratt hux veru kellu effett ħażin fuq it-terza persuna.", "Jekk isib li mhux veru, allura d- Direttur jipproċedi u jressaq il-każ quddiem il-Kummissjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, mhux hekk qed nifhem.", "Jekk id- Direttur jiddeċiedi li hemm lok għal ilment, min ikun ġie milqut minn dik id-deċiżjoni - mhux min ikun għamel il-complaint - għandu d-dritt li jmur quddiem il-Kummissjoni biex tiġi riveduta d-deċiżjoni tad-Direttur?", "Issa ħalli nieħdu każ ieħor fejn wara li d-Direttur jiddeċiedi li min għamel l-ilment m'għandux raġun, jgħaddi r-rapport lill-Kummissjoni, din tgħidlu biex jirriżumi l-investigazzjoni, jispiċċa l-investigazzjoni, u xorta jiddeċiedi li l-ilment m'hux ammissibbli.", "Min ikun għamel il- complaint, ikollu d-dritt li jmur quddiem il-Kummissjoni b'dak l-ilment?", "Dawn huwa żewġ każijiet differenti.", "Jiġifieri jekk id-deċiżjoni tad- Direttur tkun finali wara l-investigazzjonijiet, fl-aħħar mill-aħħar l- ilment ma jmurx quddiem il-Kummissjoni, la fl-ewwel każ u lanqas fit-tieni każ.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawn qed ngħidu li finalment d-deċiżjoni tkun tad- Direttur.", "(Interruzzjonijiet) Għax il-complaint irid jieqaf x'imkien.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jrid jieqaf quddiem il-Kummissjoni u mhux quddiem id-Direttur.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'dan il-pajjiż meta jkollok sitwazzjoni fejn nobody takes no for an answer, dak li jkun jispiċċa jibqa' tiela' bl-ilment tiegħu sakemm jipprova ....", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawn għandna l-kelma \"ammissibbli\".", "Din tirreferi għall-complaint, jew inkella l-ilment huwa ammissibbli biex jinstema' mill-Kummissjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Subklawsola 14 (1) tgħid hekk:", "\"Where the Office for Fair Competition receives a complaint as is referred to in paragraph (b) of subsection (1) of section 12 it shall in the first place examine whether such complaint is admissible or otherwise, and where it is of the opinion that the complaint is inadmissible it shall not carry out the relative investigation and inform the Commission accordingly.\".", "Din qiegħda biex id-Direttur ma jaqbadx u jiddeċiedi li mhux se jinvestiga lil xi ħadd, imma jiċċekkja l-affarijiet sew.", "Subklawsola (2) imbagħad tgħid hekk:", "\"Where the Commission does not agree that the complaint is inadmissible it shall inform the Director accordingly, and the Director shall thereupon commence or resume the investigations.\".", "From there on, jekk id-Direttur jiddeċiedi li kien ammissibbli, tidħol il- proċedura normali ta' complaint ammissibbli.", "Ladarba l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma taqbilx miegħu, u tgħid li l-ilment huwa ammissibbli, allura mbagħad il-complaint jieħu l-istess statura ta' complaint li mill- ewwel jiġi ġġudikat mid-Direttur bħala ammissibbli.", "Jiġifieri mbagħad jibdew l-investigazzjonijiet u jittieħdu l-miżuri kollha kontemplati fil- liġi rigward dak il-complaint, jiġifieri jistgħu jittieħdu interim measures u l-affarijiet normali l-oħra kontemplati fil-liġi li qed niddiskutu.", "Imma l-ewwel irid jgħaddi quddiem il-Kummissjoni għad-deċiżjoni tagħha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri meta Direttur jiddeċiedi li complaint huwa ammissibbli ma jagħtix deċiżjoni dwaru biex min ikun involut f'xi kontravvenzjoni tal-liġi jikkonforma ruħu mal-liġi?", "L-ilment bilfors irid imur quddiem il-Kummissjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hemm proċeduri differenti ta' kif dawn jistgħu joperaw.", "Id-Direttur għandu dritt jieħu ċerti azzjonijiet.", "Per eżempju, d- Direttur jista' jieħu interim measures immedjatament, pero' mbagħad irid imur quddiem il-Kummissjoni.", "Id-Direttur jista' wkoll jagħmel price order immedjatament, pero' mbagħad dik il-price order trid tiġi konfermata mill- Kummissjoni.", "Aħna qed ngħidu li d-Direttur għandu dritt jieħu azzjoni immedjata biex iwaqqaf abbuż immedjatament, pero' fl-istess ħin qed ngħidu li mbagħad il-Kummissjoni trid tidħol fil-kwestjoni, tisma' x-xhieda, issejjaħ lil min hu aggravat, issejjaħ lill- azjenda implikata fl-azzjoni li tkun qed tiġi deċiża bħala abbużiva u tikkonferma d-deċiżjoni tad- Direttur rigward l-azzjoni, issaħħaha jew inkella tneħħiha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma wara li fit-tieni lok il- Kummissjoni tkun qalet lid-Direttur biex jirriżumi l-investigazzjonijiet u jasal għall-konklużjoni tiegħu, min ma jaqbilx ma' dik il-konklużjoni jista' mbagħad imur quddiem il-Kummissjoni, jew le?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, għaliex finalment kull deċiżjoni tad-Direttur - issa jekk jien żbaljat ikkorreġini - trid tmur quddiem il-Kummissjoni għall- verifika tagħha.", "Ladarba tispiċċa l-investigazzjoni, id-Direttur għandu jew jieħu azzjoni immedjata li trid tiġi konfermata mill-Kummissjoni, jew inkella jitlob lill-Kummissjoni ttella' l-każ quddiemha biex tieħu d- deċiżjoni hi għax ma jkunx ħa azzjoni.", "Jiġifieri d-deċiżjoni tad-Direttur dejjem se titla' quddiem il-Kummissjoni.", "Issa jekk ilment ikun ħa l-linja li hu ammissibbli mill-bidu, se jibda b'din il-proċedura mill-bidu, imma jekk kellu l-problema ta' inammissibilita' min-naħa tad-Direttur u mbagħad dik id-deċiżjoni ġiet overruled mill-Kummissjoni, ma' l-overruling jibda fit-triq ta' lment normali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien jidhirli li l-affarijiet m'humiex ċari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawn speċifikament li \"it can overrule him\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nerġa' ngħid li jien jidhirli li l- affarijiet m'humiex ċari u m'humiex qegħdin sewwa.", "Issa ħalli niġi għal paragrafu (b) ta' regolament numru 7 li jgħid hekk:", "\"Persuna b'ilment tista' tkun kull intrapriża li turi li l- attivitajiet tagħha jkunu milquta direttament mill-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni ... \".", "Mela hawnhekk hawn l-ipotesi li l-intrapriża b'ilment ma tkunx l-intrapriża li kienet involuta in the first place.", "Issa din kif tersaq quddiem il- Kummissjoni?", "Hawn ukoll:", "\"... u kull persuna li tallega li tkun il-vittma ...\".", "Anke f'dan il-każ, din kif tressaq l-ilment tagħha quddiem il-Kummissjoni; tramite d-Direttur jew inkella direttament?", "How do they join in fil- proċeduri quddiem il-Kummissjoni, jekk l-ilment bilfors irid jgħaddi mingħand id-Direttur?", "Skond paragrafu (a) ta' regolament numru 7 kollox irid jgħaddi mid-Direttur u mbagħad paragrafu (b) qed jikkontempla ipotesijiet fejn xi ħadd jista' jidħol fil-proċeduri quddiem il-Kummissjoni għax huwa milqut direttament jew indirettament minn dawk il-proċeduri.", "Fil- kawżi normali aħna ngħidu li kull min għandu interess jista' jintervjeni.", "Issa l-intervent skond paragrafu (b) ta' regolament numru 7 huwa minn min għandu interess?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien naħseb li se jkollna nagħmlu xi emenda żgħira għal dak il-paragrafu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Regolament 14 ta' l-iskeda jgħid hekk:", "\"Fl-interpretazzjoni ta' dan l-Att il-Kummissjoni għandha tirrikorri għad-deċiżjonijiet tagħha ta' qabel ...\".", "Dan ifisser li l-Kummissjoni hija marbuta bid-deċiżjonijiet ta' qabel?", "F'pajjiżna m'hawnx dan il-prinċipju fil-Qrati tagħna.", "Illum Qorti tista' tiddeċiedi mod u jekk l-istess imħallef għada jrid ibiddel l-opinjoni fuq l- istess materja, jista' jagħmel dan bil-liberta' kollha.", "Lanqas l-istess imħallef m'hu marbut b'deċiżjoni li jkun ta qabel.", "Hawnhekk irridu norbtu lill-Kummissjoni bi preċedenti?", "Jekk ma tridx tagħtiha dik l- interpretazzjoni, m'hemmx skop għaliex tagħmilha, għax kull kummissjoni tipprova tara x'ġie deċiż qabel; issa jekk issegwix deċiżjonijiet preċedenti hija ħaġa oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Mr Chairman, il-punt li rreleva l-Onor.", "Mifsud Bonnnici huwa importanti ħafna.", "Jien naħseb li bħala organu leġislattiv irid ikun ċar li aħna mhux qed niddipartixxu mit-tradizzjoni tas-sistema legali tagħna, li l-preċedenti jorbtu.", "Ir-raġuni għaliex daħlet din il-parti iktar milli for the Commission to have recourse to its own previous decisions, biex tindika li hemm ħafna deċiżjonijiet fuq każijiet fid-dritt Ewropew li jagħmel sens li l-Kummissjoni tħares lejhom meta tiġi biex tinterpreta l- liġijiet.", "Per eżempju, fit-Trattat ta' Ruma il-wording huwa kważi identiku għal dan, partikolarment artikli 85 u 86 ...", "Fil-fatt anke jekk dan ma jiġix speċifikat fil-liġi, il-Kummissjoni tista' tagħmel dan.", "Jiġifieri m'hux daqstant neċessarju li ddaħħalha fil-liġi.", "Naħseb li aktar hija dikjaratorja milli ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li hawnhekk mhux qed issir b'mod dikjaratorju, imma huwa mandatorju li trid tagħmel hekk.", "Inkella għalfejn tispeċifikaha fil-liġi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Forsi minflok \"shall\" ikun aħjar li nużaw il-kelma \"may\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Rigward l-interpretazzjonijiet u d- deċiżjonijiet mogħtija mid-dritt Ewropew irrid ngħid li jien ma naċċettahomx għax huma żbaljati mill-konċepiment tagħhom.", "Barra minn hekk, ma tagħmilx sens li tgħid hekk, għax iċ-ċirkostanzi fl-Ewropa huma totalment differenti miċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Anke d-definizzjonijiet ta' frażijiet jistgħu jkunu differenti, għax huma mibnijin fuq liġijiet u konċetti li għalina għadhom alien u jekk jiġri hekk jista' jkollna l- istraġi li għandna fil-kamp tad-drittijiet tal-bniedem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din beħsiebna nemendawha u minflok il-kliem \"shall have recourse to its previous decisions\" indaħħlu l-kliem \"shall take into consideration\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fil-fatt b'dak il-mod tista' ssolvi l-problema għaliex tagħmilha ċara li mhux se niddipartixxu mit-tradizzjonijiet tas- sistema legali tagħna.", "Fl-istess ħin isservi bħala linja ta' gwida għax tagħti indikazzjoni lill-Kummissjoni dwar lejn liema ġurisprudenza tista' tħares biex tagħti d-deċiżjonijiet tagħha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk irridu noqogħdu attenti, għax jekk imbagħad mid-deċiżjoni ma jirriżultax that the Commission has taken into consideration preċedenti oħra jew l-interpretazzjoni ta' l-Ewropa, x'jiġri?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma naħsibx li din hija daqshekk diffikultuża għaliex hawnhekk il-leġislatur qiegħed sempliċement jindika lill- Kummissjoni x'għandha tikkonsidra ...", "Veru li l-intenzjoni tal-leġislatur hija li l-Kummissjoni kemm jista' jkun timxi mat-tradizzjoni li għandna ta' deċiżjonijiet simili fejn ġew applikati l-liġijiet eżistenti f'sitwazzjonijiet ekonomiċi.", "Jiġifieri ma naħsibx li huwa ħażin li jkun hemm l-indikazzjoni li l-Kummissjoni trid tħares lejn dawn id- deċiżjonijiet, imma dan ma jfissirx li bilfors trid taqbel magħhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kwestjoni ta' interpretazzjoni.", "Jekk hawn xi ħaġa li toħroġ ċara mil-liġi nnifisha m'hemmx għalfejn issir referenza għaliha.", "F'każ li wieħed ikollu bżonn jinterpreta ċerti kliem li m'humiex ċari jew inkella jrid jagħtihom ċerta tifsira, irid jikkonsidra d-deċiżjonijiet tiegħu stess.", "Sa ċertu punt, l- Onor. Mifsud Bonnici għandu raġun; tista' ma ddaħħalx din il-parti fil- liġi.", "Fl-aħħar mill-aħħar għalkemm tista' tikkonsidra li la ssegwi s- sentenzi tiegħek stess u lanqas il-provvedimenti tat-trattati u d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, għallinqas hemm obbligu morali li wieħed jikkonsidra ċerti affarijiet.", "Kif qal ukoll l-Onor.", "Membru, xi kultant ikun hemm ċerti ġudikanti li lanqas isegwu s-sentenzi tagħhom stess.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sa ċertu punt, jien naħseb li fil-kontest li qed tiġi ppreżentata qed tfittex ukoll li jkun hemm ċertezza ta' dritt, li f'dan il-każ naħseb li huwa importanti...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Se jkun hemm xi formola kif issir it- talba, jew inkella se nħalluha f'idejn il-Kummissjoni biex tiddeċiedi f'liema forma għandha ssir it-talba?", "Jiġifieri ssir b'xi rikors?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hemm provvediment li l-Kummissjoni tista' tirregola hi fejn m'hemmx speċifikat.", "Naħseb li dan huwa każ minnhom fejn għandha tiddeċiedi hi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-Taljani, per eżempju, għandhom l-uffiċċju li jirregola din il-materja u wieħed jista' jikteb ittra - issa jindirezzawha lil Giulio Amato għax hu l-persuna li qed imexxi dik il-kummissjoni - li permezz tagħha jibda l-proċeduri dwar l-ilment tiegħu.", "Hawnhekk il-kliem \"fuq talba\" fit-test Malti naħseb li jindika li tista' ssir b'mod informali.", "Ma naħsibx li għandna nesiġu li t-talba ssir b'mod formali għax inkella ntaqqlu l-proċedura.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura forsi jkun aħjar li nressqu emenda fis-sens li ma jistgħux jidhru avukati quddiem il-Kummissjoni!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi li klawsola 4 tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 4 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 5 - Akkordji u prattiki projbiti.", "Clause 5 - Prohibited agreements and practices.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: GĦandi din l-emenda:", "\"E\" Il-klawsola 5 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha minflok il-kliem minn \"Ħadd ma jista' jieħu\" sa \"jiġifieri kull akkordju\" għandhom jidħlu l-kliem \"Dan li ġej mhuwiex leġittimu, jiġifieri kull akkordju\";", "(b) fit-test Malti tal-paragrafu (a) tas-subklawsola (1) minflok il- kliem \"jew ta' kundizzjonijiet\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew kundizzjonijiet\"; u", "(c) fil-paragrafu (e) tas-subklawsola (1) tagħha minflok il-kliem minn \"jagħmlu l-konklużjoni\" sa \"ta' obbligazzjonijiet supplimentari\" għandhom jidħlu l-kliem \"jagħmlu l-konklużjoni ta' kuntratti suġġetta għall-aċċettazzjoni mill-partijiet l-oħra ta' obbligazzjonijiet supplimentari\".", "\"E\" Clause 5 shall be amended as follows:", "(a) in subclause (1) thereof for the words from \"It shall not be lawful\" to \"that is to say\" there shall be substituted the words \"The following shall be unlawful, that is to say\";", "(b) in the Maltese text of paragraph (a) of subclause (1) for the words \"jew ta' kundizzjonijiet\" there shall be substituted the words \"jew kundizzjonijiet\"; and", "(c) in paragraph (e) of subclause (1) thereof for the words from \"makes the conclusion\" to \"supplementary obligations\" there shall be substituted the words \"makes the conclusion of contracts subject to the acceptance by the other parties of supplementary obligations\".", "Klawsola 5 tirreferi għal prohibited agreements and practices.", "Bażikament qed ngħidu li hija unlawful li jkun hemm min jipprova jiffissa l- prezz, jillimita l-produzzjoni tas-suq jew ta' żvilupp tekniku.", "Ħadd ma jista' jimponi ċerti kondizzjonijiet biex isiru tranżazzjonijiet li ma jkollhomx konnessjoni mas-suġġett tal-kuntratt.", "Jiġifieri qegħdin nagħtu spjegazzjoni ta' x'inhuma prohibited agreements and practices.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq li naraw jekk dan li hawn hux se jissarraf fil-prattika.", "Nimmaġinaw li intrapriżi ftiehmu fuq l-iffissar tal-prezz u sussegwentement ġie ddikjarat li dak il-ftehim huwa null u mhux esegwibbli.", "X'jiġifieri null u mhux esegwibbli, xi ħadd se jvarja dak il- prezz jekk intrapriżi ftiehmu bejniethom?", "Nimmaġinaw hawn Malta l-bottlers ta' l-ilma minerali, luminati u affarijiet hekk jiftiehmu bejniethom dwar il-prezz, dak hu null u mhux esegwibbli.", "Billi tgħid hekk, jekk il-prezz jibqa' dak miftiehem, fil-prattika x'tagħmel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett qed tgħid li dan huwa null u ma jistax jiġi nforzat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma dak meta wieħed ma jridx jinforzah, imma jekk kollha jiftiehmu, x'tagħmel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tieni nett għandek il-faċilita' li toħroġ price order jekk trid u tinforzah.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dak mhux għax null imma.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma tirriduċih għal xi ħaġa nulla għax jekk xi ħadd jiftiehem li se jbigħ xi oġġett 20c u jidher li jkun veru każ ta' price fixing, allura tgħid li dak il-ftehim huwa null u għandu jkun hemm prezz iffissat li jkun raġjonevoli.", "Jien naħseb li dan għandu jkun l-ewwel pass li timxi bih il-Kummissjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bil-price fixing, null jew le, int tkun iffissajt prezz, anke jekk ma tkunx ftehimt ma' ħaddieħor u b'hekk ikun daħal prezz ieħor fil-price order li jipprevali u m'hemmx għalfejn tikkontempla bħala null l-ewwel prezz.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma trid tgħid li l-prezz li waslu għalih b'arranġamenti bejniethom, anke privati, se jkun null.", "Mhux il-prezzijiet biss, imma anke ċertu kuntratti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ftiehmu bejniethom kif iqassmu s-swieq ta' provvista.", "Tgħid li dak il-ftehim huwa null, imma jekk huma jibqgħu bis- sistema li jien ma nidħolx fl-għalqa tiegħek u int ma tidħolx fl-għalqa tiegħi, x'tagħmel?", "Fil-prattika se jibqa' dak li kien ġie miftiehem u m'hemmx rimedju.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hemm diversi affarijiet li jistgħu jsiru.", "Din hija problema ekonomika wkoll.", "Per eżempju, jkun hawn tliet produtturi li jiftiehmu bejniethom li jaqsmu s-suq tagħhom b'mod li wieħed jieħu GĦawdex, ieħor jieħu naħa ta' Malta u l-ieħor jieħu n-naħa l-oħra ta' Malta.", "Jekk wieħed irid ineħħi dan l-arranġament - jista' jkun arranġament prattiku wkoll - jista' jagħmel ħafna affarijiet.", "Hawn Malta, minn daqshekk iffortunati li għandna importazzjoni ta' kważi kollox u għandna ċertu protezzjoni bil-levies, eċċ. Jiġifieri jekk assolutament għandek dan it- tip ta' sharing arrangement tas-suq, li jkun ta' detriment, jien naħseb li wieħed jista' jsib soluzzjoni kif iħares lejn din il-problema.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma din tfisser li l-aġenti esklussivi ma jistgħux jibqgħu fil-pajjiż?", "Hawn ċerti prodottti li biex jiġu ntrodotti fis-suq Malti bilfors iridu li l-aġent esklussiv tagħhom igawdi mill-qliegħ u anke jekk ikun hemm tender tal-Gvern xorta waħda jieħu s- sehem tiegħu.", "Dan ifisser li m'hemmx iktar esklussivita'.", "Jiġifieri jien nista' nimporta dak li jimporta Bandallu li għandu l-esklussivita' u jekk Bandallu jibqa' jinsisti fuq l-esklussivita' allura jkun qed imur kontra l- provvedimenti ta' din il-Liġi?", "Hekk tfisser?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mistoqsija li staqsejt iktar kmieni din il-ġimgħa kienet jekk fis-sistema preżenti jistax ikollok parallel trading.", "L-Onor.", "Brincat qed jgħidli iva.", "Fil-fatt il-parir li tawni kien li tista' ssir u qed issir.", "Jiġifieri din ta' l-esklussivita' m'hijiex xi ħaġa mponuta issa bis-sistema tagħna.", "Jista' jkun hemm raġunijiet prattiċi fejn tispiċċa hekk; per eżempju biex ikollok servizz aħjar, tista' żżomm certu stocks, eċċ. u allura jwassal għal sitwazzjoni fejn effettivament ma jkunx prattiku li jkollok iżjed minn rappreżentant ta' l-istess marka.", "Pero' safejn naf jien is-sistema legali li għandna ma timpediex l-esklussivita'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, mhux timpediha imma l-Qrati tagħna jaċċettaw l-esklussivita' u jagħtu rimedju.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ftehim bejn aġent Malti u ditta estera naħseb li huwa binding.", "Pero' li ħafna drabi qed isir huwa li kompetitur ta' aġent Malti jixtri, mhux mid-ditta oriġinali, imma mingħand xi ħaddieħor barra minn Malta li jkun xtara dak l-oġġett.", "Safejn naf jien dan it-tieni tip ta' arranġament jista' jsir u m'hemmx mezz legali f'Malta kif dan jista' jitwaqqaf, pero' nimmaġina li l-ftehim dirett bejn ditta estera u aġent Malti, sal-lum huwa binding u jista' jiġi esegwit.", "Jista' jfittex għad- danni f'Malta - jekk ikollha xi proprjeta' f'Malta - talli tkun kissret dak il-ftehim.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jekk qed nirrenduh null u mhux esegwibbli kif issa tista' tesegwih?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sub klawsola 5 (1) tgħid:", "\"... any agreement between undertakings, any decision by an undertaking or by an association of undertakings and any concerted practice between undertakings having the object or effect of preventing, restricting or distorting competition with the relevant market and in particular, but without prejudice to the generality of this subsection, to partake in any agreement, decision or practice which:", "(a) directly or indirectly fixes the purchase or selling price or other trading conditions; or", "(b) limits or controls production, markets, technical development or investment; or ...\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: \"Market\", hemm hu l-qofol.", "Il-franchise hija market.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din qed tgħid li dan it-tip ta' arranġament huwa null.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela allura l-franchises kollha li huma esklussivi huma nulli.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jekk il-kwestjoni hija jekk jistax ikollok exclusive agency in terms of clause 5, iva jista' jkollok pero' l-exclusive agency, bħalma hi s-sitwazzjoni legali llum ma jfissirx li ma jistax ikollok parallel trading.", "Illum bl-exclusive agency b'kollox, jekk xi ħadd imur jixtri l-istess ħaġa mingħand distributur kbir fuq il-kontinent li jbiegħhlu irħas peress li jkun xtara kollox bil-bulk, xorta ma jistgħux iwaqqfuh, sakemm ma jkunx in breach ta' xi trade mark jew ikun qabad xi ħaġa magħmula minn ħaddieħor u jkun biddel it-trade mark fuqha.", "Jiġifieri jekk jien aġent ta' ditta li tagħmel l-arloġġi, jista' jmur xi ħadd u jixtri arloġġi ta' l-istess ditta u jimportahom f'Malta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Skużi, l-ewwel aħna għidna li l-kuntratt għal exclusive agency huwa null u mhux esegwibbli.", "Din id-diffikulta' hija fondata jew le?", "GĦax fiha nnifisha l-esklussivita' hija kontra l-prinċipji ta' din il-klawsola.", "ONOR.", "MICHEAL FRENDO: F'subklawsola 7 (1) insibu li:", "\"Notwithstanding the provisions of section 5 of this Act, the Commission may, upon an application for the purpose made by an undertaking or by an association of undertakings through the Director, declare that the objective of improving production or distribution of goods or promoting technical or economic progress and which allows consumers a fair share of the resultant benefit, not to be restrictive practices in competition, and thereupon the provisions of section 5 of this Act shall not apply.\".", "Jekk m'hemmx ġustifikazzjoni għaliha hija nulla, imma jekk hemm ġustifikazzjoni in terms ta' klawsola 7, allura m'hijiex nulla.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma qegħdin ngħidu li parallel trading huwa possibbli, imbagħad qed ngħidu li jista' ma jkunx hemm ġustifikazzjoni għal exclusive agency wkoll.", "Aħna rridu li hawn Malta, biex exclusive agency tiġi sostnuta bħala valida, trid tgħaddi minn dawn il-kriterji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawn il-konċett kollu huwa favur il-kompetizzjoni, jiġifieri li inti ma jkollokx min jaqbad is-suq u jpoġġih f'morsa.", "Issa jekk ikun hemm ġustifikazzjoni ta' natura ekonomika jkun hemm raġunijiet għaliha, imma jekk m'hemmx ġustifikazzjoni din m'hijiex aċċettabbli.", "Jekk tiġi ddikjarata aċċettabbli f'termini ta' klawsola 7, allura trid issir mill-Kummissjoni.", "Issa l-proċedura ta' negative clearance hija magħmula biex inti tagħti ċans lin-negozjant jagħmel tip ta' ftehim bħal dan, jissottomettih għal negative clearance biex ikun jaf fejn hu, imbagħad tittieħed deċiżjoni aktar tard.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk nieħdu l-birreriji, dawn għandhom aġenti f'ċerti lokalitajiet u l-aġent ikollu l-franchise tiegħu, ħalli wieħed ma jidħolx fis-suq jew fil-qasam ta' l-ieħor.", "Allura jista' xi ħadd imur fuq Farsons jew fuq ta' l-Iljun u jgħidlu li minkejja li għandu l- aġent il-Hamrun irid jagħtih ċans biex jagħmel id-distribuzzjoni tal-birra tiegħu għax ma jistax ikollu aġent esklussiv fil-Hamrun.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Hu jagħżel aġent tiegħu biex jagħmillu d- distribuzzjoni - f'ħafna rħula dawn ikunu magħrufa bħala l-aġenti ta' Farsons jew ta' l-Iljun.", "Dan ma jfissirx li hu ma jistax ikollu aġent tiegħu biex jagħmillu d-distribuzzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma bil-franchise, jiġifieri l-area fejn jista' jiddistribwixxi tkun kostretta.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Iva, għaliex issa qed nitkellmu fuq xi ħaġa daqsxejn differenti, qed nitkellmu fuq distribution agreements u mhux agency agreements.", "Jekk tara kif ġiet żviluppata l-kwestjoni ta' exclusive distribution agreements fid-dritt Ewropew, issib li hemm ħafna raġunijiet għaliex qed jaċċettawha.", "L-ewwelnett, għaliex dak ikun bniedem li għandek fiduċja fih, li jagħtik servizz tajjeb eċċ. Il-problema m'hix dik, il-problema hi meta d-distributur jgħid lil xi ħadd li ma jistax jixtri birra mingħand ħaddieħor ħlief mingħandu.", "Issa qed tgħid għal tal- ħanut u mhux għad-distributur.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, nibdew mid-distributur l-ewwel għax dan ovvjament ma jiddistribwixxix lil ta' l-Iljun ukoll.", "Allura dawk huma esklussivitajiet.", "Dawn huma permessi jew le?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nista' ngħidlek kif żviluppat band'oħra, fejn kien hemm il-kwestjoni ta' jekk inti jkollokx exclusive distributor agreements u l-konsumatur imur jixtri l-istess ħaġa mingħand distributur ieħor u dan ma jbegħlux għax jgħidlu li l-kumpannija qaltlu li ma jistax ibigħ lil min hu barra mill-area tiegħu.", "Din hija legali jew le?", "Fil-fatt minħabba r- raġunijiet li semmejt, fejn wieħed għandu jkollu fiduċja fil-persuna, ħafna minnhom jaqgħu jew taħt klawsola 7 jew biex inkun iktar ċar taħt klawsola 8 li tittratta dwar block exemptions.", "F'ħafna każijiet ikun hemm kwestjonijiet ta' aġenzija u ta' distribution agreements ta' dan it-tip, allura jingħataw block exemption basta jkun jista' jintwera li dan hu ta' vantaġġ għall-konsumatur, għax inkella se jkun xi ħaġa li qed tintuża biss biex tipproteġi s-suq.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kwestjoni hi jekk humiex nulli u mhux esegwibbli mill-bidu.", "Meta agreement bejn il-produttur u d-distributur jimxi tajjeb, imbagħad xi ħadd ikun irid joħroġ minnu billi jikkontendi li huwa null, allura joħroġ minnu bħalma jsir fiż-żwieġ.", "Hux hekk?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: GĦalhekk hemm il-proċedura tan-negative clearance, għaliex meta inti tagħmel agreement tibagħtu lid-Direttur li sadattant ikun qed isegwih u sakemm ikollok a negative clearance inti tkun qed timxi skond l-agreement.", "Negative clearance tiċċara jekk dik hijiex skond l- interpretazzjoni li qed tingħata dik il-klawsola jew le.", "Jekk hu le, dak ma jkunx jista' jkompli jiġi esegwit.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-Emenda \"E\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Approvazzjoni negattiva.", "Clause 6 - Negative clearance.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt din il-klawsola nistgħu ngħidu li diġa' bdejna niddiskutuha u tirrigwarda n-negative clearace.", "Din tgħid li jekk wieħed ikollu xi dubju li l-arranġament li jkun se jidħol fih jista' ma jkunx konformi mal-liġi, għandu jitlob negative clearance mingħand id- Direttur.", "Imbagħad hawn diversi raġunijiet għaliex negative clearance jista' jkollu ċertu limitu bħala żmien u affarijiet oħra.", "Dan jista' jiġi revokat jekk l-informazzjoni tinbidel, jekk tkun falza jew jekk tinbidel is- sitwazzjoni fis-suq.", "Jiġifieri hawnhekk għandna konċett importanti ta' negative clearance fejn qed ngħidu li min għandu xi dubju għandu jġib in- negative clearance minn qabel biex ikun jista' jserraħ moħħu u jibqa' jopera skond kif irid jiftiehem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq li wieħed jikkontempla l-każ fejn tnejn għamlu akkordju u ġabu n-negative clearance tad-Direttur, imbagħad ikun hemm terza persuna li tgħid li dak l-akkordju qiegħed jippreġudikah u jmur kontra l-provvedimenti tal-Liġi.", "Wara li d-Direttur ikun diġa' ta n- negative clearance, kif se tinqaleb id-deċiżjoni tiegħu?", "GĦax id-Direttur jagħti l-clearance fuq iċ-ċirkostanzi li jkunu sottomessi lilu mill- partijiet fl-akkordju, imma hemm terzi persuni li jistgħu jiġu milquta jew interessati minn akkordju.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'subklawsola 6 (4) nsibu li:", "\"Without prejudice to subsection (5) hereof a negative clearance given in accordance with this section may be revoked by the Director where:", "(a) it results that the information supplied with such request had been false, misleading or incomplete;\".", "U f'dan il-każ hija incomplete, għax kien hemm informazzjoni oħra relevanti u ma tteħditx in konsiderazzjoni.", "Jiġfieri jien kieku ninterpretaha bħala każ fejn ittieħdet deċiżjoni, ingħatat negative clearance, imma l- informazzjoni ma kenitx kollha hemm, għax ġiet affettwata terza persuna u wara li ngħatat in-negative clearance ġabet informazzjoni oħra addizzjonali.", "Allura taqa' taħt din il-klawsola.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura konsumatur ma jistax iħossu preġudikat minn akkordju?", "Jekk l-akkordju jkun ġab in-negative clearance, l-ilment tal-konsumatur jew għaqda ta' konsumaturi se tiġi rinfaċċjata minn ftehim li kien diġa' ottjena t-timbru tan-negative clearance.", "Dawn l- arranġamenti qed jidhru fraġili ħafna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-diffikulta' li għandi fi klawsola 6 hi li donnu jekk persuna li għandha undertaking tkun se tidħol f'akkordju u din għandha dubju jekk dak li se tagħmel imurx kontra klawsola 5, jiġifieri restrizzjoni prevenzjoni jew distortion tal-competition, allura qabel ma tiffirma u timxi skond dak l-agreement trid titlob għal negative clearance.", "Imbagħad insibu kif joħroġ dak in-negative clearance u skond klawsola 7 nsibu li dan għandu l-istess effett ta' exemption.", "Issa ħalli naraw x'jiġri f'każ li xi ħadd, għalkemm għandu dan id-dubju, ma jitlobx in-negative clearance.", "Donnu dan fih innifsu huwa reat, għaliex subklawsola 22 (1) tgħid li:", "\"Any person who contravenes the provisions of subsections (1), (5) or (8) of section 6 ...\".", "tkun ħatja ta' reat u teħel multa.", "Is-subklawsola 6 (1) titkellem fuq ħafna affarijiet Per eżempju din tgħid li:", "\"... shall before acting in accordance with such agreement, decision or practice seek the negative clearance ...\".", "GĦalhekk jekk jien niddubita jekk dan l-agreement imurx kontra l-klawsola 5, iżda ma nitlobx in-negative clearance u wara jirriżulta li dak l- agreement huwa in contravention ta' clause 5 - għaliex il-Kummissjoni tkun iddikjarat illi huwa kontra clause 5 - awtomatikament inkun ksirt dak il- provvediment.", "Hawnhekk qegħdin fi stadju fejn jekk qabel ma ffirmajt dan l- agreement ma nitlobx in-negative clearance, awtomatikament jien inkun ħati ta' reat li għallinqas kif inhu issa l-Abbozz, iġib miegħu piena minima ta' Lm3,000 jew 10% tat-turnover.", "GĦalhekk jekk jien ikolli dubju u ma nitlobx in-negative clearance, il-Qorti hi obbligata li twaħħalni Lm3,000 u għalhekk inkun ħati ta' reat.", "Din il-piena tista' tkun tajba għal min jabbuża mid-dominant position, imma fl-opinjoni tiegħi għal dan it-tip ta' reat hija sproporzjonata.", "Fi klawsola 21 wieħed jista' jara għal liema reat għandha tkun applikabbli din il-piena pekunjarja ta' Lm3000.", "(Interruzzjonijiet) Imma jien qed naraha ftit esaġerata u forsi il-kollegi tiegħi jistgħu jilluminawni xi ftit.", "Dik li għax jien ma nitlobx in-negative clearance minħabba xi dubji li jista' jkolli, niġi ħati ta' reat ta' dan it-tip, naraha daqsxejn goffa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien nixtieq li nikkonsultaw xi ftit il-kumment li għamel l-Onor.", "Borg għax jistgħu jinħolqu xi diffikultajiet mill-punti li semma hu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minħabba li forsi f'dan l-istadju jkollna bżonn nagħmlu xi rewording, jekk il-Kumitat jaqbel, nitlob li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn talba għal postponiment ta' klawsola 6.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 7 - Ċerti akkordji eċċ. jistgħu jiġu dikjarati eżenti.", "Clause 7 - Certain agreements etc. may be declared exempted.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: GĦal klawsola 7 għandi din l-emenda:", "\"F\" Il-klawsola 7 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, minnufih qabel il-proviso, fit-test Ingliż minflok il-kelma \"progreess\" għandha tidħol il-kelma \"progress\", u fit-test Malti minflok il-kelma \"japplikaw;\" għandha tidħol il-kelma \"japplikaw:\"; u", "(b) fit-test Malti tal-proviso li hemm mas-subklawsola (4) minflok il-kliem \"li jkunu minimali\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jkun minimali\".", "\"F\" Clause 7 shall be amended as follows:", "(a) in subclause (1) thereof, immediately before the proviso, in the English text for the word \"progreess\" there shall be substituted the word \"progress\", and in the Maltese text for the word \"japplikaw;\" there shall be substituted the word \"japplikaw:\"; and", "(b) in the Maltese text of the proviso to subclause (4) for the words \"li jkunu minimali\" there shall be substituted the words \"li jkun minimali\".", "Klawsola 7 titratta dwar agreements li jistgħu jiġu eżentati.", "Aħna rreferejna għal din il-klawsola qabel ukoll.", "GĦalhekk bażikament hawnhekk qed ngħidu li jekk ikun hemm agreement li jista' jiġi muri li jkun qed jikkontribwixxi biex itejjeb il-produzzjoni, id-distribuzzjoni jew il- progress ekonomiku u allows consumers a fair share, dan jista' jkun eżentat u kkonsidrat bħala li m'huwiex restrictive practice in competition.", "Imma fil-proviso hemm miktub:", "\"Provided that the Commission shall not so declare any such agreement, decision or practice if the said agreement, decision or practice either:", "(i) imposes on undertakings concerned any restriction which is not indispensable ...\".", "GĦalhekk dan il-proviso jagħti kwalifikazzjoni rigward dawn l-agreements.", "F'subklawsola 7 (2) il-Kummissjoni tagħti eżenzjonijiet - bħal subklawsola 5 (1) - u meta dawn jiddeterminaw jekk l-impatt ta' l-agreements huwiex minimali jew relevanti, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra ċ-ċirkostanzi relevanti kollha \"including but not limitedly the share of the undertakings concerned of the relevant market.\"", "Il-paragrafu (a) tal-proviso ta' subklawsola 7 (4) qed tgħid li:", "\"an average employment of 20 persons during the relevant period;\".", "Din hi waħda mill-kondizzjonijiet li hija kkonsidrata bħala l-minimu.", "Imbagħad il-paragrafu (b) tal-proviso ta' subklawsola 7 (4) jgħid li:", "\"an annual turnover of three hundred thousand Maltese liri ...\"", "jew", "\"a net asset value of one hundred and fifty thousand Maltese liri, or such other higher sum as the Minister may prescribe.\"", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'din il-klawsola l-proviso huwa l-qofol ta' kollox.", "Fi klawsola 7 hemm miktub li:", "\"f'kull każ ikunu jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan li tittejjeb il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta' oġġetti jew biex jinġieb 'il quddiem il-progress tekniku jew ekonomiku u li jħallu lill-konsumatur sehem ġust mill-benefiċċju li jġibu magħhom ...\".", "Hawnhekk il-kelma \"u\" hija kumulattiva.", "Hawnhekk qed jingħad li dawn iridu jissodisfaw waħda mill-kontinġenzi li semmejna u jħallu lill-konsumatur sehem ġust mill-benefiċċju.", "Xi tfisser il-frażi \"li jħallu lill-konsumatur sehem ġust mill-benefiċċju\"?", "Per eżempju, jekk il-kompetitur itejjeb il- produzzjoni - din hi l-ewwel kontinġenza - aħna x'aħna nippretendu?", "Li jkun hemm riduzzjoni tal-prezz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Aħna nippretendu li t-titjib tal-produzzjoni jiġi rifless ukoll għand il-konsumatur.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma f'liema sens?", "Jiġifieri ġġib riduzzjoni fil-prezz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiddependi għal xiex qed tirreferi.", "GĦax jekk qed tirreferi għall-ħalib, per eżempju, dan ikun iktar frisk għax id- distribuzzjoni tkun aħjar.", "Imma mill-banda l-oħra, jekk qed tirreferi għas- soft drinks, jista' jkun hemm riduzzjoni fil-prezz.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien mhix qed ngħid li l-kompetitur itejjeb il-prodott, imma l-produzzjoni.", "Jien mhux qed nirreferi għall- kwalita' tal-prodott.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma d-distribuzzjoni taffettwa l-kwalita' wkoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-produzzjoni m'hijiex il-kwalita' tal- prodott.", "Il-kompetitur irid itejjeb il-produzzjoni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiġifieri inti qed tgħid li dan irid itejjeb il- produzzjoni u mhux id-distribuzzjoni?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, għax minħabba d-distribuzzjoni jkun hemm iktar productivity.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma fil-kwalita'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, mhux il-kwalita'.", "Itejjeb il- produzzjoni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Permezz ta' titjieb fil-produzzjoni jista' jkollok titjieb fil-kwalita' tal-prodott ukoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma per eżempju jekk ma jkunx hemm titjib fil-kwalita' u tiżdied il-produttivita', f'dak il-każ bilfors irid ikun hemm xi gwadann għall-konsumatur ukoll?", "Kif jista' jkun?", "Kulħadd irid jipprova jtejjeb il-mezz tal-produzzjoni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, imma hawnhekk you are allowing a restrictive practice.", "GĦalhekk irridu noqogħdu attenti għax hawnhekk aħna mhux qed ngħidu li kull progress li jtejjeb il-produzzjoni, wieħed irid jgħaddih lill-konsumatur - hekk għandu jkun imma l-kompetizzjoni biss tista' twassal għal dan.", "Din il-klawsola qed tippermetti kondizzjonijiet li b'xi mod they constrain the competition.", "Jekk wieħed jagħti permess għar-restrictive practice, irid ikun żgur li l-konsumatur jibbenifika għax inkella jispiċċa li jagħti konċessjoni lil dak li jkun biex idaħħal iktar flus fil-but.", "Dan huwa l-konċett.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien nifhem li wieħed ma jridx jagħmel ħsara lill-konsumatur imma li wieħed irid bilfors jagħti benefiċċju lill- konsumatur minn akkordju li jtejjeb il-produzzjoni, ma nifhimhiex.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'sens ta' restrictive practice lil dawn qed tagħtihom konċessjoni li ma jkollhomx sistema daqshekk kompettiva b'xi ftehim jew arranġament u għalhekk finalment se jgawdi l-konsumatur.", "Dan l- arranġament jista' jkun ġġustifikat imma jekk dan l-arranġament se joħloq biss interessi għal ċerti nies, dan ma jistax jiġi ġġustifikat.", "Dan hu l- prinċipju.", "GĦalhekk aħna qed inħallu safety valve biex f'każ li - speċjalment meta qed titratta ċerta produzzjoni - jkun hemm din it-tip ta' relazzjoni jew ftehim, dan jista' jkun ta' benefiċċju għall-konsumatur.", "Dan hu s-safety valve li qed jingħata hawnhekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kieku l-kriterju hu li l-konsumatur se jbati, naqbel miegħek imma hawnhekk il-kompetitur se jbati.", "Il-kompetitur m'huwiex il-konsumatur.", "Per eżempju, jien inkun qed nipproduċi u nagħmel exclusivity agreement ma' min ifornini bil-provvista' ta' materja prima.", "Minħabba li din il-materja prima tkun ta' ċerta kwalita', jien nesiġi li l- kompetitur tiegħi ma jkollux dik il-kwalita' ta' materja prima.", "Hawnhekk il-kompetitur qed ibati u mhux il-konsumatur.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li mhux kull restrizzjoni tagħmel ħsara lill-konsumatur.", "Hemm restrizzjonijiet li jagħmlu ħsara lill-kompetitur biss u mhux lill- konsumatur.", "Aħna rridu nipproteġu kemm lill-konsumatur u kemm lill- kompetitur.", "M'għandniex naħsbu li kull darba li nagħmlu xi restrizzjoni naħsbu li b'hekk se jbati l-konsumatur.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed nifhem sew jien?", "Jiġifieri qed nagħtu konċessjoni lill-producer għal xi restrizzjoni li se tagħmel ħsara lilu nnifsu?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Lill-kompetitur tagħmel ħsara.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Allura iktar u iktar irid ikollna din il-klawsola li biex inħallu dak il-każ għaddej irid ikun hemm benefiċċju għall- konsumatur.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma kif se jkun ikkalkolat il-benefiċċju għall-konsumatur, permezz ta' riduzzjoni tal-prezz?", "X'inhu dan il- benefiċċju?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jistgħu jkunu ħafna affarijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'inhuma dawn il-ħafna affarijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Semmejtlek diġa'.", "Jista' jkollok titjib fil-kwalita' tal-prodott.", "Per eżempju, il-ħalib jista' jkun ħalib aktar frisk.", "Jista' jkun kwalita' aħjar ta' birra għax tkun aktar friska.", "Jista' jkun prezz iktar baxx.", "Jista' jkollok tant affarijiet li jien ma nistax nelenkalek il- kondizzjonijiet kollha hawnhekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, le.", "Per eżempju, inti produttur ta' l- għeneb u jien għassar u nipproduċi l-inbid.", "Jien nagħmel exclusivity agreement miegħek għax inti l-kwalita' ta' għenba li għandek hija l-iprem kwalita' li hawn f'Malta.", "Tal-Lachryma Vitis miskin mhux se jkollu aċċess għall-għenba tiegħek għax ikkapparrajtha jien!", "Ħallast il-flus iktar minn ħaddieħor biex xtrajt kollox jien.", "Dik hija restrictive practice?", "Jien għamilt hekk biex ikolli kwalita' ta' inbid aħjar minn tal-Lachryma Vitis.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ħadd m'hu qed jgħid li dik hi restrictive practice.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dik restrictive practice ġejja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ejja nassumu għall-argument li dan huwa restrictive practice.", "Dan jista' jkun aċċettabbli għax fil-fatt minħabba li inti nfaqt il-flus biex għamilt hekk irnexxielek tipproduċi xi ħaġa li l- konsumatur qabel ma kellux.", "Kieku ma ħallewkx tagħmel restrictive pratice biex tixtri dak u tiżviluppa dak il-prodott, il-konsumatur ma kienx ikollu dak il-prodott.", "Imma inti trid kontinwament tiġġustifika għaliex qed tagħmel restrictive practice.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Inkomplu fuq l-eżempju li tajt.", "Jista' jkun restrictive practice imma jista' jkun permissibbli jekk ...", "Issa jien qed ngħidlek li jien assigurajt li l-aħjar kwalita' ta' għenba naħdimha jien.", "Issa kieku dik il-kwalita' ta' għenba ħadha wkoll il-kompetitur mhux l-istess kwalita' ta' inbid bħalma noħroġ jien se joħroġ?", "Mela l-konsumatur x'ibbenefika?", "Xejn.", "Jien qed inbigħ bit-tikketta tiegħi, ta' Coleiro, u mhux bit-tikketta tal-Lachryma Vitis.", "X'gawda l-konsumatur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-eżempju tiegħek huwa tajjeb għaliex ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-konsumatur anzi jbati għax la m'għandix kompetitur ta' l-istess kwalita', l-prezz li niċċarġja jien jista' jkun preferenzjali.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-argument tiegħek juri kemm din il-kondizzjoni wieħed irid joqgħod attent biex jara li żgur hija ta' benefiċċju għall- konsumatur.", "Finalment din lejn il-konsumatur qed tħares bħala point of benefit għax inkella tidħol f'komplikazzjonijiet li huma diffiċli biex tevalwahom.", "Finalment it-test tagħha huwa jekk il-konsumatur hux se jkun f'pożizzjoni aħjar jew le b'din ir-restrictive practice.", "Hawnhekk, kif qed tgħid inti, jista' jkun diffiċli biex tipprovaha sewwa għaliex jekk l- għeneb minflok ma tagħtih lil dak tagħtih lill-ieħor jew tagħmlu inti xorta jkollok inbid tajjeb.", "Allura dak ma tagħtihx permess, ma jkunx aċċettabbli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dawn huma r-regoli restrittivi li ġew introdotti b'intenzjonijiet tajba f'pajjiżi oħrajn, imma jkollhom l-effett li jien, bħala produttur, biex nassigura li l-aħjar kwalita' ta' provvista ġejja għandi u ma jeħodhiex kompetitur, nakkwista wkoll is-sors tal- produzzjoni, nixtri lilek.", "Imbagħad tiġi wkoll il-verticalisation li saret f'pajjiżi oħra.", "Hekk qed nintroduċu hawn Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Pero' hemmhekk tiġi taħt abbuż minn pożizzjoni dominanti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'tagħmel, mela se timpedini li nixtrik?", "Inti għandek l-aħjar dwieli fil-pajjiż, xi ħadd se jimpedik li tbigħhomli?", "Hekk għamlu barra, kullimkien!", "Allura d-difetti ta' barra rridu ngħaddu minnhom bilfors!?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien ma xtaqtx niftaħ id-diskussjoni fuq klawsola 9 li hija indirizzata għal dan.", "Klawsola 9 tittratta dwar abbuż minn pożizzjoni dominanti.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mhix qegħda mniżżla fil-Liġi, pero' qabel għidna illi għandha ssegwi wkoll dak li ġie deċiż anke fid-dritt Komunitarju.", "Fil- fatt hemmhekk hemm ħafna eżempji ta' fejn - qed nitkellmu fuq klawsola 9 issa - min jakkwista lil xi ħadd, anke jekk jakkwista lill-kompetitur tiegħu nnifsu u allura b'dak l-akkwist jiġi kompletament qed jikkontrolla s- suq, dak l-akkwist jiġi kkonsidrat bħala abbuż minnu nnifsu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma kif tista' tirriversjah fil- prattika?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jekk takkwista l-prodott jew xi ħaġa oħra.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma dan ifisser li tkun xtrajtu għaliex hawnhekk inkella jkollna konfużjoni ta' ideat.", "Jekk takkwista jew taħtaf il- kumpannija taqa' taħt klawsola 9 pero' jekk il-prodott tixtrih, ikollok kummerċ.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk jien ma nistax nagħmel ftehim biex nakkwista provvista ta' xi ħaġa esklussivament, jien nixtri s-sors tal- provvista, kif għamlu barra.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma meta tixtri s-sors tal-provvista jiġifieri tixtri l-kumpannija ....", "Imbagħad tidħol ukoll il-kwestjoni tan-negozjar tal-prezz.", "Jekk xi ħaddieħor irid jixtri minn dak l-għeneb, per eżempju, joffrilek prezz aħjar.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri inbigħlu l-għeneb li nkun qed naħdem jien stess?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk inti tkun qed taħdmu għalik stess allura tiegħek f'tiegħek.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela meta inti kont indipendenti ma kontx nista' nagħmel ftehim esklussiv u meta xtrajtek ...", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma meta xtrajtni sirna sħab?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Inkun tajtek parti mix-shares tiegħi biex jien inkun akkwistajt lilek ukoll.", "Mhux hekk jingħaqdu l-affarijiet kbar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Inti qed tirreferi għal merger?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Tista' tieħu kwalita' ta' forom jew merger jew outright purchase.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk inti qed tgħid merger ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Xtrajtlek il-majority shares.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk tiġi f'sitwazzjoni ta' pożizzjoni dominanti hemmhekk tidħol klawsola 9.", "Jekk inti qed tgħid li tista' tagħmel arranġament bħalma jagħmlu dawk li jipproduċu l-għeneb li jgħidu sewwa, jien se nixtri mingħand it-tali ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bħalma għamel Marks & Spencer.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dak tarah li qed jirrestrinġi l-kompetizzjoni?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux esklussiv?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Trid toqgħod attent kif wieħed jinterpreta \"esklussivita'\".", "Inti qed tgħid li jekk se nixtri l-output tiegħek kollu nista' nassorbih kollu.", "Issa b'daqshekk m'hemm xejn ħażin pero' jekk fl- arranġament tgħid li ma tista' tbigħ lil ħadd iktar, hemmhekk jista' jkollok diffikulta'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk xtrajt kollox.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hemm differenza.", "Jien altru nistaqsi lill- produttur kemm se jipproduċi u dan jgħidli li jista' jipproduċi 500 jeans fil-ġimgħa u mbagħad jien nixtri 500 jeans fil-ġimgħa, jiġifieri l-output tiegħu kollu.", "Atru jekk dan jespandi u jibda jipproduċi b'7% iktar u allura ma jkunx jista' jbiegħ lil ħaddieħor minħabba l-kuntratt li jkollu miegħi.", "Hemmhekk il-konċett huwa daqsxejn differenti u jista' jkun ukoll li jkun abbużiv anke għall-konsumatur.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'dan il-proviso għandna l-exception ta' l- exception.", "Jiġifieri klawsola 7 hija exception għall-klawsola 5.", "Issa l- provisio hija parti minn dik l-exception u dik li ġejja wara se tkun exception għall-exception li tkun ġejja.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dik tkun minimali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fl-ewwel waħda qed ngħidu li tkun indispensabbli u fit-tieni waħda qed ngħidu li ma tnaqqasx jew li tnaqqas il-kompetizzjoni fejn qed tgħid: \"... jeliminaw jew b'xi mod sinjifikanti jnaqqsu l-kompetizzjoni ...\".", "Issa xi tfisser \"tnaqqas il-kompetizzjoni\"?", "Din tfisser li inti tiggwadanja fuq il-kompetitur jew meta inti tiggwadanja fuq il-kompetitur tkun qed tnaqqas il-kompetizzjoni?", "X'inhija li \"tnaqqas il-kompetitizzjoni\"?", "Din tfisser li tnaqqas in-numru ta' kompetituri?", "Hawn qed nirreferi għall-paragrafu (ii) ta' subklawsola 7 (1) (ċ).", "Huwa stat dinamiku li minħabba l-kompetizzjoni, l-oġġett ikun irid jinbidel dejjem.", "Imma meta jinbidel ikun qed inaqqas lil xi ħadd milli jiggwadanja minn fuqu?", "Dik hija l-kompetizzjoni.", "Allura dik tkun qed tnaqqas il- kompetizzjoni jew le?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hawn qed tgħid hekk:", "\"gives the undertakings concerned the possibility of eliminating or significantly reducing competition ....\".", "Issa xi jrid jgħid biha l-kelma \"significantly\"?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħti eżempju ta' fejn wieħed ikun qed jikkompeti ma' ħaddieħor u dan ikun dejjem qed jerbaħ, fis-sens li huwa jkun qed jieħu iktar s'intendi at his own expense.", "Jiġifieri b'daqshekk ma jkunx qed inaqqas il-kompetizzjoni.", "Imma sakemm tibqa' tikkompeti, allavolja jien ikolli 90% u inti jkollok 1%, xorta jibqa' l-fatt li hemm il- kompetizzjoni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-issue hija jekk inti teħodha minħabba xi prattika restrittiva, allura iva.", "Jiġifieri altru jien qed neħodlok is-suq għaliex nikkompeti iktar minnek, għaliex jien kapaċi nipproduċi bi prezz inqas, għax jien forsi iktar effiċjenti jew għax għandi distribuzzjoni aħjar, marketing aħjar, eċċ ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din hija l-eċċezzjoni li żammejna fejn tejjibna l-produzzjoni u b'hekk ibbenfika l-konsumatur imma naqset il- kompetizzjoni.", "Issa jekk jien tejjibt il-produzzjoni li biha bbenefika l- konsumatur, allura ma nkunx qed nirbaħ minn fuqek, li inti l-kompetitur tiegħi?", "Mela jien qgħadt inżid ix-share tal-market u għamilt dawk l- isforzi kollha biex nibqa' statiku.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Pero' din ibbażata fuq restrictive trade practice.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kieku m'għandnoex din l-eċċezzjoni, ikun permessibbli għax ittejjeb il-produzzjoni u jigwadanja l-konsumatur, iżda l- mument li jiggwadanja l-konsumatur, jitlef il-kompetitur.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Irridu noqogħdu attenti għal long term effect tagħha fis-sens li fix-short term il-konsumatur jista' jibbenefika, iżda meta qed tikber il-kompetizzjoni b'mod sinifkanti, in the long term il- konsumatur se jitlef.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan ifisser li jekk jiena effiċjenti u qed nirbaħ is-suq, jista' jiġi xi ħadd u jeħodha kontrija.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk tkun effiċjenti ħafna allura m'għandekx bżonn ir-restrictive practice.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦamilt restrictive practice, tejjibt il- produzzjoni li permezz tagħha bbenefika l-konsumatur, allura se żżommni għax qed noqtlok.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena ngħid li jekk hemm periklu li se tispiċċa b'monopolju ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kompetizzjoni mhux hekk, wieħed joqtol lill-ieħor?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kompetizzjoni tfisser li jkollok sistema rivali u mhux sistema unitarja, għax dik tkun sistema ta' monopolju.", "L-intenzjoni tas-sistema kompetittiva ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Knock outs ma jsirux; tirbaħ on points.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mhux fis-sistema restrittiva.", "Innegozja kemm trid on a level playing field mingħajr ma jkollok bżonn sistema restrittiva, imma jekk qed tiddependi fuq sistema restrittiva, allura hemmhekk ma tistax.", "Dik hi l-intenzjoni u hija konsistenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hekk kibru l-intrapriżi kbar tad-dinja!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Seta' kien hemm u seta' ma kienx hemm biżejjed liġijiet tajbin, imma hawnhekk qed nitkellem fuq meta jkollok xi ħaġa bbażata fuq ir-restrictive practices li hija iktar ta' natura base shaking.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'inhu l-kriterju ta' l-20 persuna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kriterju ta' l-20 persuna huwa soġġettiv għax jiffissa numru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma tħossx li dan huwa kriterju artifiċjali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Irid ikollok xi kriterju.", "Issa jekk l-Onor Membru jagħti raġuni għaliex dan il-kriterju għandu jinbidel u minflok 20 persuna nagħmluha 21, allura jiena lest li nisma' l-argumenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Inti tfajtili f'ħoġri u jiena se nerġa' nitfaħhilek f'ħoġrok.", "GĦaliex għamilt 20 persuna u mhux 30 persuna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk tkun 10 jew 15 hija ħaġa soġettiva.", "Hawnhekk wieħed ma jistax jaqta' linja dritta, imma jista' jgħid li jekk tiġi biex timpjega 20 persuna u jkollok turnover ta' Lm300,000 bejniethom dawn iż- żewġ kriterji jindikaw li għandek settur żgħir ħafna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda \"F\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Eżenzjonijiet ġenerali.", "Clause 8 - Block exemptions.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Klawsola 8 tipprovdi għal block exemptions, jiġifieri l-Ministru jista' jiddikjara block exemptions taħt ċerti kondizzjonijiet u limitazzjonijiet li hu jħoss appropriate.", "Din hija speċi ta' safety valve għax jista' jkollok każi fejn il-Ministru jista' jgħid li f'dan is-settur hemm raġuni għaliex wieħed għandu jikkonsidra exemption taħt dawn il-kondizzjonijiet, u din il-klawsola tagħmilha possibbli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jaħsibx is-Segretarju Parlamentari li kellha tiżdied referenza ma' din il-klawsola għall-affarijiet mhux normali?", "Kif inhi, apparti li hija discretionary hija soġġettiva għall-aħħar.", "Aħna nafu li jista' jkun hemm ċerti constituted bodies li jitolbu biex kemm jista' jkun, ikun hemm block exemptions.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Apparti dak il-punt li semma l-Onor.", "Membru - u wieħed jista' jittratah separatament - din hija section importanti ħafna.", "Il-block exemptions qegħdin hemm biex jolqtu dawk l-eżempji komuni fil- kummerċ - inklużi dawk li ssemmew illum - bħal agreements mal-bars jew ma' aġent li jbigħ il-prodotti tiegħek, bħal birra, u anke rigward petrol stations biex tirregola min ibigħ il-petrol u min ikun id-distributur tiegħek.", "Fil-fatt dan huwa strument li aktar m'għadda ż-żmien aktar qed jintuża għax jagħti ċertezza billi jiddefinixxi dawk l-exemptions li jaqgħu taħthom.", "Per eżempju, jekk qed topera bħala negozju u jkollok bżonn tiddeċiedi jekk għandhekx titlob in-negative clearance jew le, taħt il- block exemptions jista' jkollok pariri li jwassluk biex tkompli għaddej bix- xogħol tiegħek.", "M'hemmx dubju li dawn iridu jiġu studjati b'mod li jiffaċilitaw il-kummerċ u mhux imorru kontra dawn il-prinċipji kollha li semmejna, iżda jridu jirriflettu dawn il-prinċipji.", "Irid ikun hemm deċiżjoni li tgħid li kummerċ ta' dan it-tip huwa aċċettabli u li b'kwalunkwe każ dan se jirriżulta f'benefiċċju għall-konsumatur.", "THE DDEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Frendo jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada, is- Sibt, 3 ta' Diċembru, fid-9.00 .a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjoni sabiex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 1995 - It-Tieni Jum imħolli kollu għall-Gvern.", "Ninforma lill-Kamra li skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru 345 tat-22 ta' Novembru 1994, din is-seduta se tixxandar bit-television u bir-radio.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Nicholl.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Mr Speaker, f'dan l-intervent tiegħi llum xtaqt nitkellem dwar żewġ punti.", "L-ewwel punt li nixtieq nitkellem dwaru huwa t- turiżmu, punt li m'huwiex kontroversjali.", "Xtaqt nitkellem fuq it-turiżmu għaliex peress li bħalissa l-istaġun tat-turiżmu spiċċa nippretendi li l- Ministeru jkun ftit kwiet u għalhekk ikun jista' juża dan iż-żmiem biex iħejji l-istrateġija tiegħu għas-sena li ġejja.", "It-turiżmu qed jikber, pero' donnu jidher li dan huwa l-uniku qasam li miexi tajjeb f'dan il- pajjiż.", "Jekk wieħed iħares lejn il-figuri ta' l-impiegi jsib li din is- sena dawn żdiedu b'1,500.", "Minn dawn l-1,500, 980 kienu fil-lukandi u stabbilimenti ta' l-ikel u 360 kienu fil-community and business services li huma indirettament konnessi mat-turiżmu.", "Mela minn żieda totali ta' 1,500 impieg f'pajjiżna, 1,330 kienu fl-industrija tat-turiżmu.", "Għalhekk bħalissa l-industrija tat-turiżmu hija l-aktar ħaġa importanti għall- ekonomija tal-pajjiż li tiddependi fuq il-qliegħ li jidħol minnha.", "Meta wieħed iħares lejn l-istatistika jsib li s-sena l-oħra mill-gross income tat-turiżmu l-pajjiż daħħal Lm233 miljun u fl-ewwel disa' xhur ta' din is- sena l-qliegħ kollu mit-turiżmu kien ta' Lm207.4 miljun.", "Din hija l- importanza tat-turiżmu.", "Il-Gvern irid jieħu din l-industrija bis-serjeta' għaliex minnha jiddependu ħafna impiegi u hija essenzjali għall-bilanċ tal- pagament tal-pajjiż.", "Peress li dan huwa żmien tas-sena li fih nistgħu nirriflettu aħjar, nitlob lill-Ministeru tat-Turiżmu sabiex jistudja u jara xi strateġija hemm bżonn fil-qasam tat-turiżmu.", "Saret ħafna propaganda fuq l-up-market u ntqal ħafna kliem tqil li ġejjin turisti li jonfqu aktar, pero' minn dan kollu ma sar xejn.", "Jien nifhem li l-aktar affarijiet essenzjali għat-turiżmu għadna ma lħaqnihomx.", "Per eżempju, aħjar inħarsu ftit lejn l-affarijiet bażiċi għat-turiżmu u nsaħħu l- infrastruttura.", "Illum x'jirrikjedi t-turist?", "Illum turist jirrikjedi li jkollu infrastruttura tajba.", "Primarjament it-turist jiġi Malta għax-xemx u għall-baħar u jippretendi li f'Malta għandu jsib baħar u xtut nodfa.", "Aħna xortina tajba li f'Malta m'għandniex industrija tal-kimika li tista' tħammeġ il-baħar u l-ibħra Maltin.", "Għalhekk l-ewwel għan tal- Ministeru tat-Turiżmu għandu jkun li jżomm ix-xtut u l-baħar nodfa kemm jista' jkun sabiex it-turist li jiġi fis-sajf iżur il-gżejjer tagħna u jonfoq flusu hawn, ikun jista' igawdi l-baħar tagħna.", "Is-sajf l-ieħor kellna tniġġis max-xtut kollha partikolarment il-kosta ta' San Pawl il- Baħar li kienet kollha mniġġsa bid-drenaġġ.", "Il-Gvern ilu tmien snin iwiegħed li se jsolvi din il-problema, pero' għadu ma solvihiex.", "Huwa essenzjali li almenu għas-sena d-dieħla jiggarantixxi li x-xtut u l-baħar tagħna jkunu nodfa u ħielsa mill-kontaminazzjoni tad-drenaġġ.", "It-turist jippretendi wkoll li t-toroq tagħna jkunu nodfa.", "Kulħadd jaqbel dwar l-istat ħażin tat-toroq ta' Malta.", "Min kellu x-xorti jsuq f'pajjiżi oħra ta' l-Ewropa żgur jara d-differenza.", "Minkejja li t-taxxi, il- prezz tal-petrol u l-liċenzji għolew - il-Gvern idaħħal il-miljuni ta' liri minn fuq il-karozzi u s-sewwieqa - t-toroq qatt ma kienu daqshekk fi stat ħażin.", "GĦalhekk il-Gvern meta jikkalkola l-flus kollha li l-pajjiż qed idaħħal mit-turiżmu għandu d-dmir li jirranġa l-istat tat-toroq li huwa diżastruż.", "Jekk wieħed iħares lejn il-postijiet l-aktar frekwentati mit- turisti, isib li sar xejn f'dawn l-aħħar tmien snin.", "F'Malta, l-aktar postijiet imfittxija mit-turisti huma primarjament San Ġiljan, Tas-Sliema, Buġibba, Marsascala, Marsaxlokk u l-Belt.", "Jekk wieħed idur dawra ma' dawn il-postijiet żgur jara li dawn jinsabu fi stat diżastruż.", "Biss biss jekk inħarsu lejn il-Belt Valletta - li jien inqisha bħala waħda mill-isbaħ bliet ta' l-Ewropa - naraw li minkejja li saru ħafna kumitati u minkejja li l-Valletta Rehabilitation Committee kellu budget ta' miljuni ta' liri, din il-Belt tinstab fi stat ħażin ħafna.", "Jekk jiġu miljun turist f'Malta 900,000 minnhom żgur jgħaddu minn Triq ir-Repubblika.", "Jien nistieden lill- Ministru jmur ppassiġġata fi Triq ir-Repubblika u jara l-istat li jinsabu fih il-bankini u t-triq.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk ma jagħmel xejn aktar, il-Gvern għandu jieħu ħsieb li jagħmel Triq ir-Repubblika bħala showpiece.", "Triq ir-Repubblika għandha tkun ix-showpiece ta' Malta għaliex kważi kull turist li jżur pajjiżna jgħaddi minn din it-triq.", "Min jgħaddi minn Triq ir- Repubblika żgur jaqbel miegħi li minkejja l-flus li ġew ivvotati għar- riabilitazzjoni tal-Belt, minn bieb il-Belt sal-Palazz ma jidher li sar xejn; il-bankini, it-toroq u l-wires tat-telephones jinsabu fi stat diżastruż.", "L-istess ħaġa tista' tingħad għal San Ġiljan u għal Tas-Sliema.", "F'dan il- postijiet insibu drenaġġ qed ifur minn kullimkien, it-toroq jinsabu maħmuġin u hemm kollox żdingat u dan minkejja li l-pajjiż qed idaħħal daqstant miljuni ta' liri mit-turisti li ħafna minnhom iżuru dawn il- postijiet.", "GĦalhekk jien nappella lis-Segretarju Parlamentari li huwa responsabbli mit-Turiżmu sabiex jirrifletti ftit fuq dan il-qasam għaliex issa huwa ż-żmien li jagħmel strateġija qawwija għax-xhur li ġejjin sabiex jirranġa s-sitwazzjoni tal-biki li tinsab fiha l-infrastruttura tagħna fil- qasam tat-turiżmu.", "Jekk dan ma jsirx żgur li se jkollna problemi kbar għaliex it-turiżmu huwa industrija fertili ħafna għall-pajjiż u jekk tegħreq din l-industrija żgur li jegħreq il-pajjiż kollu.", "Aħna niddependu ħafna minn dan is-settur u bħalissa dan huwa l-uniku qasam li għaddej tajjeb.", "GĦalhekk jien nixtieq nappella lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu sabiex jieħu ħsieb li jirranġa dawn id-difetti kollha li għandna fil-qasam ta' l-infrastruttura u tas-servizzi li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu.", "Mr Speaker, fil-bidu għidt li se nitkellem dwar żewġ punti, pero' ma tantx fadalli ħin.", "Il-punt l-ieħor li kont se nitkellem dwaru huwa serju ħafna - ma rridx ngħid li s-settur tat-turiżmu m'huwiex importanti - ġie mqanqal diversi drabi mill-kollegi tiegħi u qiegħed f'ħalq kulħadd.", "Dan huwa dwar il-każ tal-Brażiljan li ngħata l-maħfra Presidenzjali.", "Dan kien każ uniku u serju ħafna u għalhekk f'din il-Kamra tkellimna diversi drabi fuqu.", "Tkellmu fuqu wkoll diversi nies oħra li żgur ma jappoġġawx lill- Partit Laburista.", "Jien niftakar li l-maiden speech tiegħi kienet dwar id-droga li kif jaf kulħadd f'pajjiżna din hija problema serja li qed tolqot lil kulħadd.", "In- numru ta' drogati f'pajjiżna qed jikber b'mod allarmanti u minkejja l-ħafna ftaħir u propaganda li saret mill-Gvern Nazzjonalista, din il-problema kompliet tiggrava ruħha sena wara sena.", "L-ikbar daqqa li qatt seta' jaqla' l-Korp tal-Pulizija u pajjiżna kontra t-traffikanti tad-droga kienet il- maħfra Presidenzali tal-Brażiljan Queiroz.", "Il-Korp tal-Pulizija jinsab demotivat u demoraliżżat.", "Din kienet daqqa below the belt kbira ħafna għal min qed jiġġieled lit-traffikanti tad-droga.", "Jien m'iniex se ngħid li din hija r-responsabilita' tal-Ministru Fenech biss, imma hija wkoll responsabilita' tal-Ministru Louis Galea u tal-Prim Ministru, għaliex meta f'dan il-Parlament għamilna mozzjoni fuq dan l-inċident, iddefendew bil- qawwa d-deċiżjoni li ħa l-Gvern Nazzjonalista.", "GĦalhekk ngħid li r- responsabilita' hija tal-Prim Ministru għaliex hu għandu responsabilita' kollettiva tad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kabinett.", "L-aktar ħaġa inkwetanti - ikolli żmien biex nitkellem aktar fuq dan l-inċident serjissimu, għax il-Partit Laburista m'hu se jitilqu qatt - hija li n- Nazzjonalisti sabu ruħhom darhom mal-ħajt, fejn anke l-iktar Nazzjonalisti akkaniti stmerrew id-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista.", "Fl-aħħar jiem rajna li sar kamp Nazzjonalista sabiex jiddefendi din id-deċiżjoni li ħa fejn il-Ministru Fenech, il-Ministru Galea, il-ġurnali Nazzjonalisti u l- istampa Nazzjonalista, li dejjem kienu kontra l-Partit Laburista, tant huma ffissati b'partiġġjaniżmu sfrenat li b'ipokrezija kbira bdew iqabblu dan l- inċident ma' inċident li ġara f'Malta fis-sena 1976.", "Din hija ipokrezija kbira u huwa l-ikbar att oxxen li qatt jista' jagħmel il-Partit Nazzjonalista.", "Imbagħad, sabiex jipprova jiddefendi d-deċiżjoni li ġabet stmerrija mill-poplu Malti kollu, qabbel l-inċident tal-maħfra Presidenzjali ma' l-inċident li ġara fl-1976.", "Din hija ipokrezija kbira għaliex il-Gvern, l-istampa u l-Ministri Nazzjonalisti qed jipprovaw iħawdu l-imħuħ tal-poplu Malti billi jgħidu affarijiet li m'humiex korretti - biex ma nużax kelma oħra.", "Il-fatti huma dawn u l-poplu Malti żgur li ma jitħawwadx l-inċident li qed tirreferi għalih l-istampa Nazzjonalista, ma dak li ġara din is-sena.", "Fl-1976 persuna Maltija nqabdet il-Libja b'nofs libbra kannabis sativa, jew kif inhija magħrufa aħjar, ħaxixa.", "L-ewwelnett, din ma kenitx eroina u lanqas kokaina, kif qalu huma.", "Dan il-bniedem Malti ġie arrestat il- Libja, tressaq il-Qorti u weħel għaxar snin ħabs u multa ta' 3,000 Dinar.", "Peress li dan kien sportiv li jirrappreżenta lil pajjiżu, il-familjari tiegħu, l-attivisti u anke l-membri uffiċjali tal-Valletta Football Club, bdew kampanja biex jiġbru l-firem għall-ħelsien ta' din il-persuna.", "Dawn inġabru mill-familjari tiegħu, mis-supporters u minn ċerti attivisti tal- Valletta Football Club, u nġabru 'l fuq minn 30,000 firma.", "Mela kien hemm 30,000 persuna li ffirmaw din il-petizzjoni biex dan il-Malti jinħeles mil-Libja.", "Imbagħad il-familjari tiegħu u persuna oħra li dak iż-żmien kienet membru tal-Valletta Football Club li żgur m'għandha l-ebda konnessjoni mal-Partit Laburista - se nkun prudenti u m'iniex se nsemmi ismijiet, pero' jekk jisfidawni nsemmihom - ippreżentaw din il-petizzjoni lill-Ambaxxatur Libjan f'Malta.", "Ovvjament dan ma setax jiċħad din il- petizzjoni ffirmata minn 'il fuq minn 30,000 Malti u ppreżentaha lill-Gvern tiegħu fil-Libja.", "Il-Gvern Libjan iddeċieda li jeħles lil din il-persuna Maltija.", "Nenfasizza li l-Gvern Libjan iddeċieda li jeħles lil din il- persuna Maltija u nġabet lura Malta.", "Mela hija gidba faħxija u faxxista li l-Gvern Laburista taha maħfra presidenzjali lil xi traffikant tad-droga.", "Jiddispjaċini li qed nitkellem b'dan il-mod, Mr Speaker, u nisfida lill- Gvern Nazzjonalista jgħid li jien m'iniex ngħid il-verita'.", "Fl-ebda mument ma daħal il-Gvern Laburista u Gvern Laburista ma taha l-ebda maħfra presidenzjali lil xi traffikant tad-droga Malti.", "GĦalhekk il-każ ta' Queiroz huwa uniku u l-Gvern Nazzjonalista li m'għandu qatt ma jista' jkun kredibbli meta jgħid li qed jiġġieled il-ġlieda kontra t-tixrid tad-droga.", "Huwa żgur li l-ġlieda kontra t-traffikanti tad-droga qatt ma tista' tintrebaħ bi Gvern Nazzjonalista.", "Il-Gvern Malti - u s-Sinjorija Tiegħek, bħala avukat tgħallimni u l-Gvern Nazzjonalista li huwa partit ta' l- avukati jgħallimni għaliex jien m'iniex bniedem legali - ma seta' qatt itella' lil din il-persuna l-Qorti għaliex ma kellu l-ebda ġurisdizzjoni fuqha.", "Din il-persuna ġiet investigata, ġiet interrogata u ġiet imtella' l-Qorti u ngħatat sentenza mill-Qorti Libjana u l-Qrati Maltin qatt ma kellhom ġurisdizzjoni fuq dan ir-reat li sar barra minn Malta.", "Biex nagħti eżempju, jekk jien nagħmel reat l-Ingilterra u naħrab u niġi Malta, il-Qorti ma tistax għalija għaliex jien ir-reat inkun għamiltu l-Ingilterra u lanqas il-Gvern Malti ma jkun jista' jidħol fil-każ.", "Li jista' jiġri huwa li l-Qrati Maltin jkunu jistgħu jibgħatuni lura l-Ingilterra, imma mhux il-Gvern Malti.", "GĦalhekk il-Gvern Malti ma seta' qatt jinterroga u jġib quddiem il-Qrati lil din il-persuna.", "GĦalhekk il-kamp Nazzjonalista qed iqarraq u jħawwad l-imħuħ tal-poplu Malti.", "Nerġa' nirrepeti, li Gvern Laburista qatt ma ta maħfra lil ebda traffikant tad-droga Malti.", "Jien nisfida lil kull membru tal-Gvern Nazzjonalista jgħid li dawn m'humiex il- fatti veri; dan l-inċident huwa uniku.", "GĦalhekk il-poplu Malti tilef il- fiduċja u l-kredibilita' u responsabbli ta' dan huwa l-Ministru Galea li għandu t-tmexxija tal-ħabs u ta' l-Intern f'idejh u li ta l-ikbar daqqa ta' ħarta lil dawk li verament iridu jrażżnu t-traffikar tad-droga f'pajjiżna.", "Nerġa' nenfasizza li l-Gvern Malti ma ndaħal xejn f'dan il-każ u qatt ma ta maħfra presidenzjali lil xi traffikant tad-droga.", "Issa jien nisfida lill-Ministru Fenech, lill-Ministru Galea u lill-Prim Ministru sabiex fl-ewwel aġġornament jiċħdu jew jikkonfermaw dak li għidt jien.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jien m'iniex se nieħu ħafna ħin.", "L- aħħar li tkellimt fil-Parlament u semmejt li l-ETC kienu bagħtu għalija għax m'iniex qed nirreġistra, membri min-naħa tal-Gvern u anke ċerti gazzetti kienu daħqu bija.", "Jien irċevejt ittra mill-ETC fit-8 ta' Ġunju ta' l-1993 li tgħid hekk:", "\"Debono Grech Joseph 7 Mules Street Birkirkirkara ...\"", "- dawn tant huma up-to-date li bagħtuli din l-ittra fejn kont noqgħod 16-il sena ilu għax jien ilni noqgħod fid-dar li għandi llum mill-1978 -", "\" ...", "Sinjur,", "Minn stħarriġ li sar mill-Korporazzjoni inti tidher li waqaft mix- xogħol fid-29 ta' Frar, 1992.", "Il-Korporazzjoni tixtieq tikkonferma jekk inti sibtx xogħol jew għadekx interessat li taħdem.", "Għalhekk inti mitlub sabiex timla l-parti t'isfel ta' din l-ittra u tibgħatha fi żmien ħamest ijiem lill-Korporazzjoni, tax-Xogħol u Taħriġ, Taqsima ta' l-Informazzjoni u Riżorsi Umani, Head Office, Ħal Far.", "F'każ ta' xi diffikulta' inti ġentilment mitlub iċċempel lis-Sur Raphael Scerri fuq in-numru 684940, extension 342.\"", "Din l-ittra kienet mibgħuta lili u nixtieq ngħid lill-Korporazzjoni li jien kont imkeċċi mix-xogħol fit-8 ta' Mejju ta' l-1987, u għad għandi kawżi mal- Gvern preżenti sabiex meta jgħoġbu dak li ħadli jerġa' jagħtihuli lura, u bħalma bgħatuli din l-ittra, l-ETC għandha tieħu paċenzja biex fuq il- kwestjoni tax-xogħol tiegħi u ta' ħafna Laburisti oħra, tidħol u tara għaliex tkeċċejna u m'hux tibgħatli ittra ħalli tara jekk għadniex interessat fix-xogħol.", "Liċ-Chairman ta' l-ETC u lis-sur Scerri li bgħatli din l-ittra ngħidilhom li jien għadni interessat u għadni nistenna sabiex meta jgħoġobhom jerġgħu jagħtuni dak ix-xogħol li keċċewni minnu.", "Mr Speaker, jiena nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inpoġġi kopja ta' din l- ittra fuq il-Mejda tal-Kamra..", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, filwaqt li npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Ittra mibgħuta lili mill-ETC fit-8 ta' Ġunju 1993,", "nitlob sabiex l-ETC tinvestiga għaliex jien ġejt imkeċċi mix-xogħol.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "L-onor.", "Reno Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra li tliet ġimgħat ilu qajjimt tliet każijiet importanti rigward il- kriminalita' lokali, jiġifieri l-allegazzjoni li tliet membri ta' l-SAG taw xebgħa lil wieħed Libjan u kważi qatluh.", "M'hux talli ma kellix risposta mill-Ministru responsabbli mill-Pulizija - li soltu jkun pront iwieġeb - imma talli sirt naf li wieħed minnhom applika biex jilħaq surġent.", "Nispera li dan il-punt li qajjimt jiġi mistħarreġ u m'hux naraw lil din il- persuna bil-penzijiet fuq spallejha meta hemm allegazzjoni serja fil- kontront tagħha.", "Irrid ngħid li lanqas dwar is-Surġenta li hemm fil-Mobile Unit ma kelli risposta.", "Meta nara dawn l-affarijiet jiena ngħid li dan jiġri jew għaliex l-affarijiet ikunu veri jew għaliex dan il-Gvern tant huwa arroganti u għandu ġilda ħoxna li jiġi jaqa' u jqum minn dak li ngħidu f'din il-Kamra.", "Mr Speaker, jien ma niskantax meta nisma' li żewġ professuri mill-Italja li qed jiġu investigati mill-maġistratura Taljana - qed nirreferi għall-ex-deputati Taljani Vincenzo Scotti u Salvo Ando', nispera li m'humiex professuri kif għandna f'din il-Kamra u jiena darba kont għidt li jekk issir taxxa fuq il-professuri niġbru ħafna taxxa - fuq korruzzjoni u fuq affarijiet kriminali u b'dana kollu aħna l-għorrief ħallejnihom jgħallmu l-Universita'.", "Min kien responsabbli?", "Il-Gvern direttament għaliex kellu xi ftehim magħhom?", "Ir-rettur?", "L-Universita'?", "Kien min kien irridu risposta.", "Daqstant ieħor irridu risposta, Mr Speaker, kif il-persuni li se nsemmi, Vincenzo Mariscotti u Mario Cal, li qed jiġu investigati mill-maġistrati Taljani fuq evażjoni ta' taxxa u fuq affarijiet oħra qegħdin imċapsin ma' l-Isptar San Raffaele.", "Saħansitra wieħed minnhom qiegħed fuq l-Adjudicating Committee.", "Issa meta bniedem qiegħed jiġi nvestigat mill-maġistratura Taljan u meta nafu x'qed jiġri fl-Italja, kif meta nistaqsi lill-Prim Ministru jekk lil din il-persuna huwiex se jżommha hemmhekk, huwa jevita milli jagħtini risposta, anzi jgħidli li se jżommha hemm għaliex sakemm l-affarijiet jiġu ppruvati dawn għadhom innoċenti?", "Dawn l-affarijiet ikomplu jitfgħu dell ikraħ fuq dak li qed jiġri fl-Isptar San Raffaele li diġa' huwa mċappas b'ħafna suspetti serji.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-gazzetti xebgħu jgħidu u issa biex tagħqad għandna żewġ persuni li minkejja li qegħdin jiġu nvestigati fl-Italja, dan il-Gvern żammhom hemm.", "Dan sieħeb il-każ ta' Memmo li huwa mċappas bil- mażunerija Taljana u bil-Mafja Taljana.", "Dawn huma fatti li jidhru fil- gazzetti u meta jien staqsejt jekk dan għadux imċappas mal-proġett ta' Chambrai, qaluli li għadu.", "Allura meta jkollok Gvern li jipproteġi nies li huma allegati li huma kriminali, fejn nistgħu naslu aktar?", "Punt ieħor li xtaqt insemmi qabel nagħlaq, Mr Speaker, huwa dwar xi rapporti li qed jidhru fil-gazzetti li issa wasal it-turn tal-Buskett biex jiġi stuprat.", "F'Malta għandna nuqqas kbir ta' postijiet fejn tistrieħ.", "In- naħa tas-South m'hemmx post fejn tieħu lill-familja u tistrieħ għaliex l- affarijiet li ħallew l-Ingliżi f'Ħal Far bħal tennis courts, football grounds u swimming pools kollha qridnihom.", "Anke l-Wied ta' Xaqqa fejn il- Maltin kienu jmorru jgħumu u jistrieħu ngħalaq minħabba t-tankijiet tal- gass tal-Freeport!", "Allura meta għandna dawn in-nuqqasijiet kollha f'Malta u m'għandniex postijiet fejn tistrieħ, hija ħaġa skandaluża jekk se nagħtu permess għal xi żvilupp fil-Buskett.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa oħra li diġa' qajjimtha hawnhekk permezz ta' interpellanzi u rrid inkun fair u onest mal-Ministru Zammit Dimech li nħoss li hu receptive għall-ideat ta' l-ambjent għaliex qal li din se jistudjaha u se jistudjaha sewwa.", "Jien ili ngħid li l-Buskett m'għandhomx jinżlu karozzi ħalli jekk tmur bit-tfal hemmhekk ma jkollokx moħħok li jistgħu jintlaqtu minn xi karozza.", "Il-poplu Malti għandu jitgħallem jimxi; billi timxi kwart ta' mil tkun qed tagħmel ġid lilek innifsek.", "Il- ġimgħa li għaddiet mort iċ-Chadwick Lakes u kważi qbadt nibki għaliex fl- għadira ħlief biċċiet tal-plastic, fliexken, ħmieġ u tajn ma tarax u kulħadd jipprova jaqbad iż-żrinġijiet tant li qerduhom.", "Allura dawn il- ftit affarijiet li għandna ma nafux nibżgħu għalihom?", "Jien ngħid li hawnhekk ukoll m'għandhomx jidħlu karozzi.", "Min irid jimxi l-mixja u jistrieħ ftit.", "X'jiswa li noqogħdu ngħidu li l-ħajja llum hija aħjar u li l-livell ta' ħajja ogħla jekk meta tiġi biex tistrieħ wara ġimgħa xogħol daqs bagħal, ma ssibx fejn?", "Dawn l-affarijiet għandna nipproteġuhom u nagħmlu bħalma jagħmlu pajjiżi oħra.", "Jien għandi pjaċir ngħid li ħafna mis- suġġerimenti li kont għamilt fuq Ħaġar Qim, ġew milqugħha.", "Issa qed ngħid li fil-Buskett, fiċ-Chadwick Lakes u f'postijiet oħra m'għandhomx jidħlu karozzi.", "Ma jimpurtax billi jmorru n-nies jimxu hemmhekk imma dawn il- postijiet irridu nżommuhom nodfa u 'l bogħod mill-iżvilupp ħalli wliedna u wlied uliedna ma jgħidux li ħloqna l-ġid materjali imma serħan il-moħħ ma ħloqniex.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada s-Sibt, 3 ta' Diċembru, 1994, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - APPLIKAZZJONI NRU.", "4117/94", "22807.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'għandu jagħmel is-Sur Michael Parnis li joqgħod 177, Triq Santa Liena, Tas-Sliema u li għandu s-saqaf perikoluż bit-travi msaddin u xorok li jridu jinbidlu u qed ikollu jgħix f'dan il-periklu wara li l-applikazzjoni tiegħu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar 4117/94 suppost kellha tiġi deċiża sal-5 ta' Settembru, 1994 iżda sal-lum għadu ma ġie deċiż xejn?", "Kemm se jdum f'dan il-periklu minħabba dewmien mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Skond il-General Development Order 1993, is-Sur Michael Parnis jista' jbiddel is-saqaf imsemmi mmedjatament sabiex ineħħi l-periklu eżistenti.", "Madanakollu, huwa ma jistax jagħmel alterazzjonijiet oħrajn fil-bini qabel ma tiġi deċiża l-applikazzjoni tiegħu (Ref.PA 4117/94) li bħalissa qed tiġi konsidrata mid-Direttorat ta' l-Ippjanar.", "XGĦAJRA - TRIQ IL-KNISJA - BOZZA", "22937.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għal bżonn ta' lampa fi Triq il-Knisja, x- Xgħajra quddiem ir-residenza numru 110 u biswiet triq li għada mingħajr isem.", "Il-lampi f'din it-triq huma ħafna 'l bogħod minn xulxin.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li hemm bżonn ta' żewġ bozoz bejn residenza Nru 110 fi Triq il-Knisja x-Xgħajra u l-ewwel bozza li hemm bħalissa.", "Dan il-programm qed jiġi konsidrat flimkien ma' proġetti oħra.", "XGĦAJRA: TRIQ IL-KNISJA - ARBLU TA' L-ELETTRIKU", "22938.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru ta' arblu ta' l-elettriku difettuż li hu mwaħħal mal-ħajt ta' residenza numru 70 Triq il-Knisja, Xgħajra.", "Dan l- arblu hu msaddat u maqtugħ minn naħa ta' isfel u mhux imwaħħal tajjeb.", "Hemm riskju li fix-xhur tax-xitwa jaqa' u jikkaġuna xi ħsara jew li jweġġa' lil xi ħadd.", "Jista' l-Ministru jressaq dan l-ilment lill-awtoritajiet konċernati biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tinvestiga l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "SPTAR MONTE CARMELI - STAFF MEDIKU", "22954.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" ta' l-istaff mediku fl- Isptar Monte Carmeli, skond il-grad tagħhom jiġifieri Junior u Senior Assistant u Konsulenti?", "Kif inhuma imqassmin it-teams?", "X'xogħol jagħmlu l- Junior u Senior Assistants barra x-xogħol ta' out-patients biex jiġi żgurat li l-pazjenti fis-swali jkollhom visti regolari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-Isptar Monte Carmeli hemm tliet Konsulenti Psikjatri (inkluż id-Direttur tal-Psikjatrija), 2 'Senior Registrars' u 12- il Tabib f'diversi gradi oħra.", "It-'teams' jikkonsistu minn konsulent, 'Senior Registrars' u tobba oħra mill-aspett mediku li huma mgħejjuna minn infermiera, 'Social Worker', 'Occupational Therapist' u 'Psychologist'.", "Minħabba 'staff shortages' xi wħud mit-'teams' huma neqsin minn 'Senior Registrars', 'Social Workers' u 'Psychologist'.", "Kemm is-'Senior Registrar' kif ukoll it-tobba l-oħra huma assenjati s- swali tagħhom biex iżuruhom regolari u fejn hemm bżonn jiddiskutu mal- Konsulent tal-pazjent.", "KUMMISSJONI KONTRA L-ABBUŻ TAD-DROGA U L-ALKOĦOL", "22985.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi l-Ministru ħabbar li l-Gvern jsaħħaħ l-istrutturi eżistenti fil-ġlieda kontra d-droga, x'bidliet beħsiebu jwettaq biex ix- xogħol tan-National Drug Intelligence Unit (NDIU) u tal-Kummissjoni Kontra l-Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol (KADA) jissaħħaħ u jsir aktar relevanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'mod ġenerali ngħid li bħalma diġa' tħabbar, il- Kummissjoni Kontra l-Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol (KADA) tinkludi membri minn diversi setturi lokali li jaħdmu flimkien kontra l-abbuż tad-droga u l- alkoħol.", "Din il-Kummissjoni għadha kif ġiet ristrutturata biex tkun tista' tkopri aspetti aktar wiesgħa tal-problema tad-droga u anke, għall-ewwel darba, dawk ta' l-alkolhol.", "Il-Kummissjoni għandha tliet Bordijiet Konsultattivi:", "Il-Bord tal-Prevenzjoni; il-Bord tat-Trattament u Riabilitazzjoni; il-Bord għat-Traffikar Illeċitu", "Ta' min isemmi li l-Bord Konsultattiv tal-Prevenzjoni jinkludi fih sotto- kumitati aktar speċjalizzati:", "dak għall-edukazzjoni;", "dak għall-Professjonisti u s-Servizzi fil-Kommunita';", "dak għall-Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u attivitajiet ta'", "divertiment; dak għall-postijiet tax-xogħol.", "In-'National Drug Intelligence Unit (NDIU) jikkoordina l-ġbir, analiżi u t-tqassim ta' informazzjoni dwar it-traffikar tad-droga lill-aġenziji ta' l- infurzar tal-liġi.", "Dan l-aħħar żdiedu miegħu Uffiċjali mill-Forzi Armati ta' Malta.", "Qed isiru tħejjijiet biex jinxtara aktar 'equipment' biex ix- xogħol tan-NDIU' jkun aktar effettiv.", "Barra minn hekk, l-Aġenzija SEDQA qed tagħti s-'support' meħtieġ lin-NDIU billi tgħin fil-komunikazzjoni ta' informazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet imdaħħla fl-infurzar tal-liġi, fi żviluppar ta' sistemi ta' informazzjoni; u qed isiru tħejjijiet biex jingħata aktar taħriġ lill-Membri tan-NDIU.", "SPTARIJIET - KORSIJIET GĦALL-' HEALTH ASSISTANTS", "22986.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-korsijiet li saru s'issa ta' Health Assistants minn mindu nħoloq dan il-post?", "Kemm kien hemm studenti f'kull kors?", "Kemm kien twil kull kors u x'kien il-kontenut ta' taħriġ f'kull wieħed minnhom?", "Hemm il-ħsieb li dawn il-korsijiet jitkomplew fil-futur, meta jiġi stabbilit il-kors ta' Nursing Aids?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INDUSTRIJA TAL-KIMIKA - ŻEJT MAGĦRUF BĦALA NAFTA", "22987.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti ż-żejt magħruf bħala Nafta?", "Hija konxja l-Korporazzjoni Enemalta li dan iż-żejt qed jikkawża xi ħsarat f'xi boilers, bħalma ġara fil-każ ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "Xi ħsara jikkaġuna dan iż-żejt u x'kienet in-nefqa tal-ħsara li saret fil- boiler ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-Nafta hija spirtu li tixbaħ ħafna lill- petrol.", "Din tintuża mill-industrija tal-kimika.", "L-Enemalta ma tużax Nafta.", "Dwar it-tieni parti, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA TAD-DJAR - TISWIJA FIL-QASAM TAD-DJAR", "23186.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Il-Ministru ma jħossx li għandu jkun hemm sistema ta' kordinament bejn l-Awtorita' tad-Djar u Ministeri oħra tal-Gvern sabiex ċerta manutenzjoni u ħteġijiet oħra taċ-ċittadini fil-Housing Estates isiru regolarment?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar fil-Ministeru għall-Ambjent twaqqaf proprju għal dan il-għan.", "MTARFA: KAPPELLA OSWALD - DAWL", "23187.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għat-talbiet tiegħi sabiex tiġi restawrata l-kappella Oswald fl- Imtarfa, jista' l-Ministru jara li din il-kappella tiġi mdawwla minn barra u jsiru dwal fil-parking areas sabiex ikun hemm aktar atmosfera ta' sigurta' fl-inħawi?", "Billi issa resqin lejn iż-żmenijiet tal-Milied u dawn l-inħawi jkunu ferm frekwentati mill-komunita' ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru ġentilment japprova dawn il-bżonnijiet immedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant qed jiġi studjat.", "MTARFA - BINI TA' L-EX-SPTAR", "23188.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi ħafna mill-bini ta' l-ex-sptar ta' l-Imtarfa illum skola, huwa vojt, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex lest li jgħin għaqdiet ta' żgħażagħ jużaw dan il-bini vojt sabiex ikunu jistgħu jirrikreaw ruħhom waqt ħin ħieles?", "Jekk iva, jista' jiffissa appuntament meta jistgħu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-block li bħalissa jintuża bħala skola sekondarja se jibqa' jintuża għal dan il-għan.", "Huwa ttamat li din l-iskola ma jdumx ma jsirilha programm ta' titjib u refurbishment ġenerali.", "It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant tkun tista' tiġi kkonsidrata meta jitlestew il-pjani għal dan ix-xogħol.", "MTARFA - PROĠETT TAL-BELT TA' L-IMTARFA", "23189.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi l-uniku ċentru tista' tgħid komunitarju fl-Imtarfa huwa l- kappella Oswald u billi wkoll issa ġejjin il-festi tal-Milied, jista' l- Ministru jara li ssir sorveljanza mill-Awtoritajiet responsabbli mill- proġett tal-belt ta' l-Imtarfa sabiex isiru xi manutenzjonijiet u jsebbaħ l- ambjent ta' madwar il-kappella għall-benefiċċju tal-komunita' ta' l- Imtarfa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Se nara x'jista' jsir f'dawn l-inħawi flimkien mal- programm tax-xogħol għall-Imtarfa.", "MTARFA - DAWL FIT-TOROQ", "23190.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-programm ta' xogħlijiet ta' stallazzjoni ta' bozoz u street lighting fil-belt ġdida ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "MTARFA - DAWL FIT-TOROQ", "23191.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi kulma jmur il-problema tad-dlam fid-daħla ta' l-Imtarfa fil-parti ta' naħa ta' ħdejn (in-Nigret), Għajn Qajjed qed toħloq inkonvenjenza u periklu lil numru akbar tar-residenti li dejjem qed jiżdiedu f'din il-belt, jista' l- Ministru jara li jirrimedja immedjatament bl-istreet lighting meħtieġ?", "Billi wkoll il-karozzi tal-linja fl-inħawi huma biss sas-7.00 p.m. u dan b'detriment li ħafna tfal żgħażagħ, nies tax-xogħol eċċ ikollhom jidħlu bil- mixi f'dan id-dlam, jista' l-Ministru jikkonsidra bħal dritt taċ-ċittadin li din it-talba tiġi ppreferuta minn oħrajn li għandha l-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "VAT - UFFIĊĊJU TAL-VAT", "23252.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti dettalji tal-kirjiet li għandhom Korporazzjonijiet Pubbliċi bħall-MDC, l-MSU, l-VAT Office, l-Awtorita' tad-Djar u oħrajn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed nagħti t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant rigward il-VAT Office; l-entitajiet l-oħra msemmija minnu la huma Dipartimenti tal-Gvern u lanqas jaqgħu fil-Ministeru tal-Finanzi.", "Il-kera li titħallas għall-VAT Office hija kkalkolata bir-rata ta' Lm19.89 kull metru kwadru u din tiżdied b'16.8% tal-valur tax-xogħlijiet li jsiru mill-proprjetarji tal-bini.", "Il-VAT Office jokkupa area ta' 2379.43 metri kwadri fuq ħames sulari.", "KONVENZJONI DWAR L-ABOLIZZJONI TA' L-ARMI KIMIĊI", "23253.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta Malta se tirratifika l-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni ta' l-Armi Kimiċi?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Qed isiru t-thejjijiet sabiex titressaq il- legislazzjoni necessarja quddiem din il-Kamra sabiex Malta tkun tista' tirratifika l-Konvenzjoni mill-aktar fis possibbli.", "PULIZIJA - DETENZJONI TA' BARRANIN", "23256.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni detenuti ta' nazzjonalita' barranija li qed jiġu miżmuma esklussivament taħt il- Provvedimenti ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni ta' l-1970?", "Kemm minnhom huma miżmuma fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija?", "Kemm minnhom huma detenuti fil-ħabs ta' Kordin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa hemm 16-il persuna ta' Nazzjonalita' Barranija li qed jiġu miżmuma taħt il-Provvediment ta' l-Att dwar l- Immigrazzjoni ta' 1970 li huma reġistrati mal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.", "9 persuni huma miżmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.", "5 persuni fil-'Lock Up' ta' Raħal Ġdid.", "2 persuni fil-'Lock Up' tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.", "ŻURRIEQ: TRIQ DUN NARD MALLIA - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "23257.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li f'Dun Nard Mallia Street, Bubaqra, ż-Żurrieq tissaħħaħ is-sistema tad-dawl elettriku?", "Jaf li ħafna residenti hemmhekk kultant anqas televiżjoni ma jistgħu jaraw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "ILJUNFANTI - PROJBIZZJONI TA' DĦUL F'MALTA", "23258.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Ministeru tiegħek oppona li l-iljunfanti li kienu parti miċ-ċirku hawn Malta bħalissa, ġew rifjutati milli jidħlu Malta?", "Jekk fl-Italja u f'ħafna pajjiżi ta' l-Ewropa l-iljunfanti huma parti mill-ispettaklu, għaliex f'Malta le?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fl-1989 Malta aċċediet għall-ftehim dwar il-Kummerċ internazzjonali ta' speċi ta' fawna u flora li qiegħdin mhedda, magħrufa bħala l-Washington Convention jew CITES (Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Flora and Fauna).", "Skond dan il-ftehim l-ebda speċi li tidher fil-lista Nru. 1 (u l- iljunfant qiegħed inkluż f'din il-lista) ma jista' jiġi impurtat f'pajjiż għal skopijiet primarjament kummerċjali: Dan jista' jsir biss jekk l- eżemplari jkun it-tieni ġenerazzjoni imwielda fil-magħluq (bred in captivity).", "Kif jista' japprezza l-Onor.", "Membru, biex iljunfant jidħol Malta, irid jiġi esportat minn xi pajjiż u importat.", "L-użu tiegħu fiċ-ċirklu huwa prinċipalment għal skopijiet kummerċjali.", "Billi l-importaturi taċ-ċirklu ma taw l-ebda dokumenti li juru li l- iljunfanti kienu tat-tieni ġenerazzjoni imwielda fil-magħluq, u billi d- Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma kellux dawn id-dokumenti u għalhekk ma setax jikkonferma mas-Segretarjat tas-CITES l-awtentiċita' tagħhom, ma kienx hemm alternattiva oħra ħlief li l-importazzjoni ta' l- iljunfanti tiġi miżmuma.", "Dan sar biex jiġu onorati l-obbligi internazzjonali li għandna f'dan il-qasam.", "SPTAR SAN LUQA - TESTIJIET TAL-MAMMOGRAM", "23265.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru tests tal-Mammogram fl-Isptar San Luqa matul is-sena korrenti?", "Kemm minnhom intalbu minn general practitioners?", "Kemm minnhom saru fuq talba ta' konsulent fis-Servizz tas-Saħħa Pubblika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' 'mammograms' li saru fl-Isptar San Luqa bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Novembru 1994, kien ta' 850.", "Il-'waiting time' għal dan l-eżami huwa biss ta' jumejn.", "Skond il-'policy' introdotta fid-Dipartiment fl-1977, il-'General Practitioners' kemm privati kif ukoll dawk li jaħdmu fiċ-ċentri tas-Saħħa, m'għandhomx aċċess dirett għall-mammografija.", "Każi fejn ikun hemm bżonn ta' dan l-eżami jiġu referuti għall-attenzjoni tal-konsulenti ta' l-Isptar, li jkunu huma li jiddeċiedu dwar il-ħtieġa ta' dawn l-eżamijiet.", "MINISTERU GĦALL-IKEL, AGRIKOLTURA U SAJD - PERSUNI BI GRAD TA' TECHNICIANS", "23266.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-grad ta' Tech I, Tech II u Tech III fid-Dipartiment għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd?", "Kemm hemm postijiet vakanti f'dawn il-gradi?", "Hemm possibilita' li dawn jiżdiedu jew li jimtlew biss il-gradi vakanti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fid-dipartimenti msemmija ma hawn l-ebda uffiċjal fil-gradi msemmija.", "UNIVERSITA' - SAFAR", "23267.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer ir-Rettur, is-Segretarju u r-Reġistratur ta' l-Universita' fuq xogħol ta' l- Universita' minn meta ħadu l-kariga?", "Kemm damet kull mawra u kemm ġiet tiswa?", "Liema kienu l-postijiet li żaru f'dawn il-mawriet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li r-Rettur ta' l-Universita' għamel 13-il mawra barra minn Malta fuq xogħol konness ma' l-Universita' ta' Malta u li għalihom tħallsu fondi mill-Universita'.", "Id-dettalji ta' dawn is- safriet jidhru fid-dokument li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Is-Segretarju ta' l-Universita' għamel tliet safriet fuq xogħol ta' l- Universita'.", "Id-dettalji ta' dawn is-safriet u l-fondi li tħallsu mill- Universita' jidhru wkoll fid-dokument imsemmi.", "Ir-Reġistratur ta' l-Universita' qatt ma siefer fuq xogħol li tħallas minn fondi ta' l-Universita'.", "Huwa attenda iżda ħames konferenzi tal- Kunsill ta' l-Ewropa konnessi max-xogħol tiegħu fl-Universita' bħala delegat nominat mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "L-ispiża tħallset mill-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Għamel ukoll 'Group Study Visit' fi Brussels li l-ispejjeż għaliha tħallsu mill-Unjoni Ewropea.", "FAMILJI B'ĠENITUR WIEĦED - GĦAJNUNA MILL-GVERN", "23268.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna prattika beħsiebu jagħti l- Gvern lill-familji b'ġenitur wieħed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li dan hu suġġett li jaqa' taħt ir- responsabbilita' tal-Ministeru għas-Sigurta' Soċjali.", "SANTA VENERA: TRIQ IL-KAPPILLAN MIFSUD - ZEBRA CROSSING", "23278.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li ż-zebra crossing ta' quddiem \"Chantine Hall\" fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera tiġi mressqa aktar 'il fuq fejn hemm djar abitabbli u ma tibqax fejn hemm tela' peress li din hija ta' periklu kbir għal min ikun qed jaqsam?", "Ma' din il-mistoqsija hawn annessa \"petizzjoni ta' l-abitanti tal-post\".", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se nirreferi t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - KUNTRATT MAL-LIBYAN NATIONAL OIL CORPORATION", "23290.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx oil supply agreements ta' Malta ma pajjiżi oħra apparti milli mal-Libja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha biss kuntratt mal-Libyan National Oil Corporation għalkemm ġieli tixtri minn swieq oħra.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - BDIL TA' ARLOĠĠI TA' L-ILMA", "23292.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 23130 ċioe' jista' jgħid kemm inbidlu meters ta' l-ilma matul is-sena finanzjarja 1993/94?", "Kemm minn dan ix-xogħol sar mill-impjegati tal-Korporazzjoni u kemm mill- kuntratturi (kull kuntrattur separatament)?", "Fejn inbidlu dawn il-meters?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul is-sena Ottubru 1993/Settembru 1994 inbidlu 28,986 arloġġ ta' l-ilma (meters).", "Minn dan l-ammont 8,481 arloġġ inbidlu mill-impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, filwaqt li 20,505 inbidlu minn kuntratturi.", "Għal dan ix-xogħol ġew imqabbda seba' kuntratturi b'kollox, li kull wieħed bidel l-ammont li qed jingħata hawn taħt:", "1.", "Bonear 8,781 arloġġ 2.", "Scorpio 4,546 \" 3.", "NC Services 2,359 \" 4.", "M & E Services 2,812 \" 5.", "Titan Int.", "1,600 \" 6.", "Melfar 337 \" 7.", "P.Zammit 70 \"", "L-arloġġi imsemmija hawn fuq inbidlu f'dawn il-lokalitajiet:", "Rabat, Mosta, Naxxar, San Pawl il-Baħar, Msida, l-Isla, Bormla, Birgu, M'Scala, Żejtun, M'Xlokk, B'Bugia, Għaxaq, Sta.", "Luċija, Marsa, Qrendi, Żebbuġ.", "Priorita' ngħatat għal bdil ta' arloġġi li kienu weqfin u ma jaħdmux madwar prattikament Malta kollha.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - KAROZZI \"CHAUFFEUR DRIVEN\"", "23293.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri jew impjegati ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li jagħmlu użu minn karozzi \"chauffeur driven\"?", "Jekk fl-affermattiv, min jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li n-numru ta' karozzi li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tagħmel użu minn chauffeur driven, jekk tista' tuża din id-deskrizzjoni, huma dawk li huma impjegati bħala impressed drivers bħalma hu l-każ ta' dipartimenti oħra tal-Gvern.", "Dawn huma skond din l-iskeda.", "SEZZJONI BUILDING INSPECTORS - 10 IMPRESSED APU 1: APU 2 APU 3 3 IMPRESSED MAPPING UNIT 3 IMPRESSED LAND SURVEYORS 13 IMPRESSED GHAWDEX 3 IMPRESSED", "Barra minnhekk hemm żewġ karozzi oħra li jintużaw miċ-Chairman u mid- Direttur waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul ix-xogħol tal-ġurnata.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - KAROZZI SELF-DRIVE", "23294.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid minn min jintużaw il-karozzi self-drive li hemm mikrija mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-karozzi self-drive li hawn mikrija mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma użati hekk:", "7 Enforcement Unit 11 Area Planning Units 1 Transport Planning Unit 2 Local Planning Unit 1 Secretary DCC 1 Chairman PA 4 Environmental Management Unit 3 Business Unit - 1 Human Resource Manager 1 Information Technology Consultant 1 Contribution Manager 14 mill-karozzi hawn fuq indikati huma koperti mill-Agreement li sar bejn il-Gvern u l-Union tal-Periti."]} {"filename": "19970422_050d_par.doc", "date": "1997-04-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 50 It-Tlieta, 22 ta' April, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 50", "It-Tlieta 22 ta' April, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.14 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "50", "It-Tlieta, 22 ta' April, 1997", "WERREJ MINUTI 602", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 602", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 606", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' MEMBRI FUQ IL-KUMITAT PARLAMENTARI KONĠUNT", "BEJN MALTA U L-UNJONI EWROPEA 607", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR", "LOCAL AND OTHER LOANS BILL (IT-TIENI QARI U KUMITAT) 608", "AĠĠORNAMENT 631", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 636", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 658", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 49 li saret fil-21 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI ŻGĦAŻAGĦ, SPORT, KULTURA U ARTI - TENDERS", "3853.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-memo li nħareġ fis-26 ta' Diċembru li għadda mis-Segretarju Parlamentari Cilia lill-kapijiet tad-dipartimenti, li fih is-Segretarju Parlamentari ta struzzjonijiet biex id-dipartimenti jagħtu pre-avviż suffiċjenti dwar tenders li jkun hemm il-bżonn li jinħarġu u jassiguraw li t-tenders kollha jiġu approvati u aġġudikati minn bord li jiġi maħtur minnu, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istruzzjonijiet tas- Segretarju Parlamentari jmorrux kontra l-prassi amministrattiva?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkolari riveduta datata 24 ta' Marzu 1997 minflok il-memo msemmi fil-mistoqsija.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Richard Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Jekk jogħġbu, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il- ħtieġa li tiġi riveduta din iċ-ċirkolari li jien għadni ma rajtx għax għadha kemm tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. kollega jagħmel mistoqsija bil-miktub biex jingħata risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: In vista li s-Segretarju Parlamentari qiegħed preżenti fl-awla, minflok ma terġa' ssir domanda bil-miktub kif qed jitlob il- Ministru mingħajr Portafoll, ma jistax iwieġeb l-Onor.", "Cilia nnifsu?", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nkompli, Madam Speaker.", "Il-mistoqsija ta' l- Onor. Muscat kienet jekk jistax jgħid jekk il-memo - dan kien inħareġ mis- Segratarju Parlamentari Cilia preżenti hawnhekk illum - li kien jgħid li kull tender għandu jiġi riferut għall-bord maħtur minnu qabel ma jinħareġ it-tender, ġiex rivedut u għaliex ġie rivedut.", "Ladarba hawn is-Segretarju Parlamentari hawnhekk li ħareġ il-memo jista' jweġibna hu stess.", "Għaliex għandu jweġibna l-Ministru mingħajr Portafoll li m'għandux informazzjoni x'jagħtina biex imbagħad joqgħod jitlobna nagħmlu d-domanda bil-miktub?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-mistoqsija originali ma kenitx kif qed tgħidt inti.", "Jien nerġa' ngħidlek li jekk trid tingħata risposta, agħmel il-mistoqsija bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, b'riferenza għall-kopja taċ- ċirkolari li għadha kemm tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra jien nista' ngħid li ma tlabtx li jkollna kopja tagħha, pero' la issa ġiet f'idejja nixtieq nistaqsi lis- Segretarju Parlamentari hawn preżenti għaliex ħareġ din iċ- ċirkolari b'din id-data.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru ħareġ iċ-ċirkolari u allura m'għandekx tistaqsi lis-Segretarju Parlamentari u nerġa' ngħidlek li jekk trid l- informazzjoni agħmel il-mistoqsija bil-miktub u tingħata risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Ministru jinformana f'liema dipartimenti nħarġet ċirkolari simili li biha tenders iridu jiġu riferuti lill-bord maħtur mill-ministeru qabel ma jinħarġu?", "Hemm xi ċirkolari f'dipartimenti jew ministeri oħrajn sabiex jingħata pre-avviż suffiċjenti dwar tenders li jkun hemm bżonn li jinħarġu?", "Fil-ministeru li għalih huwa responsabbli l- Onor. Evarist Bartolo nħarġet ċirkolari simili, jew fil-qasam tas- Segretarju Parlamentari Cilia biss ħarġet din iċ-ċirkolari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux l-Onor.", "Interpellant li jekk irid ikun jaf din l-informazzjoni kollha għandu jagħmel mistoqsija bil-proċedura normali biex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni?", "Ma jidhirlux li ma jistax ikun li tingħata informazzjoni bħal din f'dan il-mument?", "(Interruzzjonijiet) Jekk jagħmel il-mistoqsija bil-miktub tinġabar l-informazzjoni u jingħata tweġiba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru almenu jgħidilna b'mod speċifiku, kif hemm fid-domanda, jekk fil-fatt dan il-memo tbiddilx u ħareġ ieħor minfloku għaliex l-ewwel wieħed kien kontra l-prassi amministrattiva?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'iniex f'pożizzjoni li nikkonferma u lanqas li ninnega.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, din il-mistoqsija parlamentari partikolari qed tiġi trattata fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari nnifsu li ffirma l-memo u li ċertament kien jaf x'kien qed jgħid.", "Mhux sew li kull darba qed jiġi mgħoddi l-ballun lill-Ministru mingħajr Portafoll.", "Ikolli nosserva li hawn min qed iħoss ruħu imbarazzat b'din id-domanda u allura nitlob lill-Ministru mingħajr Portafoll, li assolutament jidher li huwa sajjem għal kollox mir-risposti, biex jinforma lil dan il-Parlament dwar liema hi dik il-parti ta' l-Estacode jew liema hi dik il-prassi taċ- Ċivil, fejn għandha x'taqsam ma' l-għoti tat-tenders, li tirrispekja dan il- memo.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi xejn x'inżid ma' dak li diġa' rrispondejt.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, qed issir domanda lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni li mhux hawn; fid-domanda jissemma s-Segretarju Parlamentari li qiegħed hawn; issa għal din id-domanda qed iqum iwieġeb il-Ministru mingħajr Portafoll u qed jgħidilna li ma jaf xejn; imbagħad meta nistaqsu d- domanda dwar kif u għaliex ħarġet din iċ-ċirkolari jgħidilna biex nagħmlu l- interpellanza bil-miktub.", "Allura x'niġu nagħmlu nistaqsu d-domandi?", "Is- Segretarju Parlamentari qiegħed hawnhekk preżenti iżda qed iżomm mutu.", "L- Onor. Muscat qed jakkużah li din mhix skond il-prassi amministrattiva u ma jweġibx, iżda jwieġeb il-Ministru mingħajr Portafoll.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma jridux question time jistgħu jaqbdu u jneħħuħ.", "Imma ma jistax ikun niqbgħu sejrin hekk, għax inkella xi skop hu li jsir il-question time!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nixtieq nistaqsi jekk l-Onor.", "Cilia huwiex direttament responsabbli għax milli jidher id-deċiżjoni ħadha l-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u mhux is-Segretarju Parlamentari.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għal darba oħra jekk tridu risposta agħmlu l-mistoqsija bil-miktub.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Min qed jirrispondi f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali jikkonferma li din hija tattika biex tgħatti żball li sar mis-Segretarju Parlamentari Joe Cilia?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, ma nikkonfermax.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-fatt l-Ministru ta' l-Edukazzjoni ġibed l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari li kien żbalja?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, ma nikkonfermax.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni aħħarija fuq dawn it-tenders.", "Forsi hawn il-Prim Ministru u jista' jirrispondi hu wkoll.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Diġa' għidt li jekk tagħmlu mistoqsija bil-miktub tingħataw risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Qed nieħu pjaċir nara li għadu kemm wasal il- Ministru ta' l-Edukazzjoni u allura ħa nagħmillu din id-domanda wara din il- battikata kollha.", "Jista' xi ħadd jgħidilna jekk il-fatt li s-Segretarju Parlamentari waqqaf il-bord li japprova u jaġġudika t-tenders hijiex prattika normali u trasparenti kif irid il-Gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Fil-fatt kont beħsiebni li fil-ħin tat-Tqegħid ta' Karti nqiegħed kopja taċ-ċirkolari riveduta datata 24 ta' Marzu, 1997 minflok il-memo imsemmi fil-mistoqsija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex inħasset il- ħtieġa li joħroġ memo rivedut?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien kont bgħatt iċ-ċirkolari msemmija tas-26 ta' Diċembru lin-nies tad-dipartiment biex jagħmlu l-vetting tagħha fid-dawl tar-regolamenti finanzjarji tal-gvern u qgħadt fuq il-pariri tagħhom li kien hemm bżonn li toħroġ ċirkolari ġdida datata 24 ta' Marzu, 1997 minflok dik li diġa' semmejt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Għandi nifhem li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali qed jassumi r-responsabbilta' aħħarija għal dak li ġara?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena qiegħed nassumi r-responsabbilta' primarja, intermedjarja u aħħarija għal dak li ġara u għal dak li hemm imniżżel fiċ- ċirkolari ta' l-24 ta' Marzu, 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Peress illi din id-data ġġib l-24 ta' Marzu u llum diġa' qegħdin fl-aħħar ġimgħa ta' April - voldieri diġa' għadda aktar minn xahar minn din id-data - jista' jgħidilna f'liema proċess waslu t-tenders u jekk humiex diġa' aġġudikati?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant tirrikjedi mingħandi li nistudja l-każi kollha tat-tenders li setgħu ġew aġġudikati, nitolbu jagħmel il-mistoqsija bil-miktub ħalli mbagħad jien nagħtih l-informazzjoni kollha li qed jitlob.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk fhimt sew il-Ministru qal li jassumi responsabbilta' primarja, intermedjarja u aħħarija għaċ-ċirkolari ta' l-24 ta' Marzu, 1997.", "Fuq liema grad ta' responsabbilta' jieħu fuqu l-kontenut taċ-ċirkolari tas-26 ta' Diċembru, 1996?", "Aħna nixtiequ nkunu nafu jekk kienx jaf biha, jekk ħariġhiex hu, jekk ħariġhiex ħaddieħor għan-nom tiegħu jew jekk ħariġhiex ħaddieħor mingħajr ma nformah.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Malli ġiet a konjizzjoni tiegħi ċ-ċirkolari tas- 26 ta' Diċembru, 1996 jien indikajt lill-persuni li hemm fid-dipartiment biex jistudjawha fid-dawl tar-regolamenti finanzjarji tal-gvern biex jittieħdu l-passi li hemm bżonn ħalli kollox ikun konformi u kif suppost.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In vista tar-risposta li għadu kemm ta l-Ministru, nassumi tajjeb li ċ-ċirkolari nħarġet mis-Segretarju Parlamentari mingħajr ma raha l-Ministru oriġinarjament u mbagħad sussegwentement ġiet a konjizzjoni tiegħu?", "Din hija assunzjoni korretta jew le?", "Nassumi tajjeb illi t-tibdil sostanzjali bejn iċ-ċirkolari tas-26 ta' Diċembru, 1996 u l- 24 ta' Marzu, 1997 kienet il-fatt li fiċ-ċirkolari oriġinali s-Segretarju Parlamentari kien qed jinsisti li jinnomina hu l-bordijiet li jaġġudikaw it- tenders u li l-Ministru oġġezzjona għal dan għax m'huwiex skond il-prassi amministrattiva?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li s'issa kont ċar biżżejjed f'dak li għidt.", "Għalhekk m'għandix xi nżid ma' dak li għidt qabel u l-Onor.", "Interpellant jista' jara ż-żewġ dokumenti ħdejn xulxin u jkollu tweġiba għal dak li talab hu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, wara li l-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali ta r-risposti tiegħu għall-interpellanzi li ġew sottomessi jien qed nassumi li l-memo li nħarġet fis-26 ta' Diċembru, 1996 kienet tmur kontra l-prassi amministrattiva viġenti ta' dakinhar.", "MADAM SPEAKER: Din m'hijiex domanda.", "PA - WIED IL-GĦAJN - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT", "4176.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet enforcement notice sabiex jitwaqqa' ħajt li nbena fit-tarf ta' Triq Nigel Dennis ġewwa Wied il-Għajn mingħajr permess?", "Dan il-ħajt li s'issa għadu ma twaqqax qiegħed joħloq inkonvenjent lir-residenti.", "Fid-dawl ta' dan kollu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi beħsiebha tieħu l- Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq dan il-każ?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Huwa minnu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet enforcement notice kontra dan il-ħajt, pero' peress li hemm appell pendenti kontra l-istess notice ma tkunx tista' taġixxi qabel ikun deċiż l-appell imsemmi.", "PA - DIRECT ACTIONS", "4256.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru direct actions mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fin-naħat tas-south, central, north u f'Għawdex fl-1996 u fl-1997?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent):", "|Sena |Centra|South|North|Gozo | | |l | | | | |1996 | 3 |8 | 3 | 5 | |1997 |nil |4 |12 |nil |", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' oġġetti li l-priġunieri jistgħu jżommu fiċ-ċelel tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3057; u", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Prim Ministru lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni fis-26 ta' Marzu 1997 dwar talba mill-Partit Nazzjonali għal liċenzja għax-xandir bit-televiżjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4238.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar tenders maħruġa mill-Korporazzjoni Enemalta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3007; u", "Tabella li turi n-numru ta' persuni reġistrati u di-reġistrati ma' l- Uffiċċju tal-VAT bejn Jannar 1996 u Frar 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4413.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella b'informazzjoni dwar xogħol ta' iċċangjar ta' bankini fuq il- promenade ta' Buġibba, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4477.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-ammont ta' konsum annwali ta' mediċini matul l-1995 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4446.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' MEMBRI FUQ IL-KUMITAT PARLAMENTARI KONĠUNT BEJN MALTA U L-UNJONI EWROPEA", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, nipproponi li:", "Billi dan il-Parlament jidhirlu li għandu jiġi mwaqqaf Joint Parliamentary Committee flimkien mal-Parlament Ewropew kompost minn 12-il Membru nominati mill-Parlament Ewropew u 12-il Membru nominati minn dan il-Parlament;", "Hu għalhekk riżolut li din il-Kamra tinnomina lil dawn il-Membri bħala r- rappreżentanti tagħha:", "L-Onor Lino Spiteri L-Onor Evarist Bartolo L-Onor Leo Brincat L-Onor John Attard Montalto L-Onor Joe Cilia L-Onor Jose' Herrera L-Onor Sandro Schembri Adami L-Onor Guido de Marco L-Onor Joe Borg L-Onor Tonio Borg L-Onor Michael Frendo L-Onor Francis Zammit Dimech", "Hu wkoll riżolut illi din in-nomina ta' kull rappreżentant tibqa' fis-seħħ sakemm dawn ir-rappreżentanti jibqgħu Membri ta' dan il-Parlament jew sakemm din il-Kamra ma tiddeċidix xort'oħra.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR", "LOCAL AND OTHER LOANS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' April, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia huwa in possession of the House.", "ONOR.", "JOE CILIA: Madam Speaker, il-bieraħ f'din il-Kamra smajna diversi akkużi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li dan il-Gvern m'huwiex miexi bi trasparenza u li lill-poplu m'huwiex qed jgħidlu l-verita'.", "Fil- fatt jirriżulta li l-ikbar ħabi kien isir mill-Gvern preċedenti u fil-fatt illum il-poplu l-ħin kollu qed jistaqsi u huwa għatxan li jkun jaf kif fl- aħħar snin ta' l-amministrazzjoni tiegħu l-Gvern Nazzjonalista kellu l-ħila jgħatti u ma jurix l-istampa vera ta' dak li kien qed jiġri fl-isfera ekonomika tal-pajjiż.", "Fil-fatt għalkemm l-Oppożizzjoni preżenti kienet tiftaħar li kellha xi proġetti ta' estimi finanzjarji ta' barra minn hawn illum jidher li kollox kien miexi fid-direzzjoni opposta.", "Aħna llum rajna kif il-Gvern kien qed jinstiga lill-korporazzjonijiet u lill-entitajiet pubbliċi biex jidħlu għal self huma ħalli f'dak li għandu x'jaqsam ma' ekonomija jipprova jimmanipula ċ-ċifri.", "Fil-fatt ir-riżultat ta' din is- sitwazzjoni huwa li matul is-sena li għaddiet id-dejn pubbliku kiber b'mod sfrenat tant li sa l-aħħar tas-sena kien laħaq is-somma globali - huma qed jikkwotaw biss il-figuri li jaqblilhom - ta' Lm514 miljun b'imgħaxijiet li jlaħħqu l-Lm21 miljun fis-sena.", "Din hija l-istampa tas-sitwazzjoni li l- pajjiż kien sab ma' wiċċu sa l-aħħar tas-sena li għaddiet.", "Jien ma nafx kif l-Oppożizzjoni llum qed tippretendi passi immedjati u dan qed tagħmlu bi skop għax kif għidt diġa' l-bieraħ kieku ried il-Gvern kellu żewġ toroq minn fejn jista' jagħżel; jew li jżid it-taxxi biex jilħaq mal-commitments li sab ma' wiċċu jew inkella li jnaqqas in-nefqa kapitali.", "Pero' l-Gvern Laburista kien wiegħed lill-poplu li mhux se jissikka ċ-ċinturin u għalhekk ma għażel l-ebda waħda minn dawn it-toroq, anzi għażel it-triq li jqajjem u jistimula l-ekonomija li għandna bżonn u fl-istess ħin jara li l-flus ikunu qed jintnefqu sew.", "Madam Speaker, fil-budget li ppreżenta l-Gvern Laburista kien hemm tliet punti ewlenin li naħseb li jkun tajjeb jekk nerġa' nelenkahom għax dawn huma l-fulkru li fuqhom għandha ddur diskussjoni fuq abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna.", "Fil-fatt l-ewwel punt li wieħed isib f'dan il- budget huwa li l-estimu ta' l-iżbilanċ fiskali li l-Gvern Nazzjonalista ippjana kien żbaljat b'mod esaġerat - dan hu l-ippjanar li kien isir! - għax minn Lm38 miljun tela' għal Lm112 miljun.", "L-expenditure gap kienet ta' Lm132 miljun, jiġifieri aktar mid-doppju ta' dak li kien ipproġettat mill-Gvern Nazzjonalista.", "L-iktar li huwa nkwetanti imma huwa l-fatt li meta tanalizza din l-expenditure gap issib li filwaqt li l-infiq rikorrenti qabeż dak proġettat - dan m'huwiex xi nfiq li jħallilek ir-revenue imma huwa infiq li jsir minn sena għal oħra bl-għan", "li l-amministrazzjoni jkollha biex taħdem - l-infiq kapitali, ċioe dak l- investiment li nagħmlu biex iħallielna r-revenue, kien inqas minn dak ipproġġetat.", "Dan bħal meta għandek żewġ kxaxen bil-flus, wieħed biex jagħmel tajjeb għal xi investiment u l-ieħor għan-nefqa ordinarja.", "Issa waqt li l-flus li kellhom disponibbli għall-investiment kapitali ma nefquhomx kollha, il-flus li kellhom għar-rikorrent mhux talli nefquhom talli qabżu bil-kbir l-ammont li kellhom jonfqu.", "It-tielet problema kbira li qed insibu ma' wiċċna tikkonsisti f'ammont straordinarju ta' kontijiet pendenti li l-Gvern preżenti b'xi mod irid iħallas għal prodotti u servizzi li ta' qabilna kienu kapaċi jordnaw imma ma kenux lesti li joħorġu ta' rġiel u jħallsu għalihom.", "Uħud minn dawn il- kontijiet imorru lura tliet snin u anke erbgħa.", "M'hemmx dubju li l-Gvern Nazzjonalista ħallielna ekonomija li dejjem kienet qed tmajna u l-operaturi ekonomiċi dan kienu jgħiduhulu iżda dawn ma kenux jagħtu kas u baqgħu jaħbu l-verita' mill-poplu.", "Aħna nemmnu tabilħaqq li rridu nżommu l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż għaddej u dan ma nistgħux nagħmluh jekk ma nissellfux.", "GĦalhekk il-Gvern qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi u nitkellmu iktar fid- dettal dwar dan is-self għax il-kwestjoni m'hijiex biss li tissellef imma hawn tidħol ukoll il-kwestjoni ta' kif tonfoq il-flus li għandek disponibbli.", "Nerġa' ntenni li dan huwa gvern li qed iressaq soluzzjonijiet.", "Dan m'huwiex gvern li tela' hawnhekk biex jordna u jibqa' għaddej kif kien jagħmel Gvern Nazzjonalista mingħajr ma jħallas għall- commitments li jkun daħal għalihom imma huwa gvern responsabbli u dak li jagħmel irid jerfa' l-piż kollu tiegħu.", "L-iżbilanċ li kellna s-sena l-oħra ta' Lm112 miljun kien jammonta għal tliet darbiet u aktar ta' dak li kien ipproġetta Gvern Nazzjonalista.", "Barra minn din is-sitwazzjoni kerha għandek ukoll il-qagħda xejn sabiħa li jinsabu fiha korporazjonijiet u entitajiet pubbliċi li kien jieħu pjaċir jistaħba warajhom il-Gvern preċedenti.", "Forsi jkun hawn min jaħseb li f'sitwazzjoni bħal din żewġ alternattivi għandek, ċioe jew iżżid it-taxxi jew tnaqqas in-nefqa.", "Aħna qed ngħidu li t-triq hija li ma nagħżlu l-ebda waħda minnhom imma rridu nimxu b'mod kawtel, għax waqt li rridu naqbdu ritmu tajjeb ta' espansjoni ekonomika rridu noqogħdu attenti li f'dak li nagħmlu l-infiq isir kif għandu isir.", "Fil-fatt din is-sena hemm ipproġettat li l-budgetary gap tibqa' tonqos minn Lm112 miljun għal Lm90 miljun.", "Naturalment irridu naraw li nżidu r-Revenue imma l-aktar ħaġa mportanti - u din ngħidha b'mod enfatiku - hi li noqogħdu attenti ħafna fuq x'nonfqu u ma nonfqux.", "(Interruzzjonijiet) Iva, rridu nnaqqsuh l-iżbilanċ imma fl-istess ħin nafu li rridu nkomplu nonfqu flejjes kbar biex intejbu l- infrastruttura.", "Tant hu hekk, li għal din is-sena li qegħdin fiha l-ispiża totali fuq l-infrasttruttura hija stmata li tilħaq Lm12 miljun fuq is-sena l-oħra.", "Dik hija l-kapaċita' amministrativa tal-Gvern preżenti.", "B'hekk kulħadd għandu jifhem u japprezza li l-Gvern mhux beħsiebu jirristrinġi l- infiq f'dak li għandu x'jaqsam ma' infrastruttura u investiment kapitali għax minn hawn tiddependi l-ħajja ekonomika tal-pajjiż.", "Biex l-ekonomija tespandi rridu aktar xogħol u aktar dħul u jekk il-Gvern se jonfoq irid jara fuqiex se jonfoq.", "Ta' min jgħid li l-bieraħ sar ċertu diskors irresponsabbli speċjalment fejn tidħol il-VAT u l-Unjoni Ewropea.", "Sal-bieraħ l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, wara sitt xhur ta' bidla, kienet qiegħda tippriedka żewġ policies prinċipali li tellfuha l-elezzjoni b'mod allarmanti.", "Il-poplu Malti wera li l-VAT u s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea ma jridhomx pero l- Gvern Nazzjonalista għadu jinsisti li l-VAT hija l-aħjar taxxa għall-pajjiż minkejja li aħna qegħdin nuru fejn kienet se twassal din il-politika tagħhom.", "Issa ħalli nagħti ftit eżempji dwar kif se jsir dan is-self għaliex m'huwiex biżżejjed li niġu hawn u ngħidu li se nissellfu 'l fuq minn Lm800 miljun.", "Minn dan is-self, is-somma ta' Lm25 miljun sejra tagħmel tajjeb għad-dejn marbut mal-kontribuzzjonijiet tan-national insurance, il-PAYE u djun ieħor li kien hemm fit-Tarzna ta' Malta.", "GĦall-Gvern kien komdu li jħalli din is- sitwazzjoni għaddejja imma aħna qbadna l-barri minn qrunu u ma qgħadniex inħarsu lejn il-popolarita' elettorali f'dawn id-deċiżjonijiet.", "Aħna nemmnu li l-popolarita' tiżdied mar-riżultati miksuba u jekk hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet diffiċli dawn jittieħdu basta jkunu fl-interess nazzjonali.", "Nemmnu wkoll li dan l-infiq irid jiġi onorat biex is- sitwazzjoni tiġi regolarizzata.", "Forsi l-Oppożizzjoni ma taqbilx ma' dan imma aħna nippreferu li kieku l-infiq li qed insemmi se jsir fuq xi investimenti milli fuq spejjeż rikorrenti għaliex kieku l-affarijiet saru bil-għaqal kieku dan l-investiment sejjer f'investiment kapitali fit-Tarzna u mhux f'investiment rikorrenti biex naqtgħu d-dejn li ħalla l-Gvern preċedenti.", "Kieku dawn il-Lm25 miljun ntnefqu fi spiża kapitali, kieku dan l-infiq kien ikun maqsum fi tliet direzzjonijiet, fis-sens li l-ewwel li jipproduċu ġid għall-futur, it-tieni li titranġa l-infrastruttura - għaliex din tifforma l-bażi ta' l-attivita' ekonomika fil-pajjiż - u t- tielet li toħloq proġetti b'għanijiet soċjali.", "Dawn ma nistgħux ma nsemmuhomx għaliex meta titkellem fuq l-ekonomija ma tistax taljena mill- aspetti soċjali li jolqtu liċ-ċittadin.", "Imma, kif diġa' għidt, ir-realta' hija li minħabba l-politika ħażina u negattiva li mexa biha l-Gvern Nazzjonalista dawn il-Lm25 miljun minn dan il-pakkett iridu jmorru f'infiq rikorrenti minflok f'infiq kapitali.", "Nixtieq nirriferi wkoll għalll-Estimi li ppreżentajna fil-bidu tas-sena biex wieħed jifhem aħjar għalfejn il-Gvern ipproġetta li jnaqqas l-iżbilanċ u fl-istess ħin ikabbar l-infiq infrastrutturali.", "Il-Gvern se jonfoq madwar Lm12 miljun aktar mis-sena l-oħra fuq l-infiq kapitali.", "Dawn se jmorru l-ewwelnett fuq l-infrastruttura f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq, mad-drenaġġ u sistemi li jeħtieġ pajjiż modern dieħel għal seklu ġdid, u t- tieni nett fuq l-ispiża soċjali, speċjalment fuq l-edukazzjoni.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix l-impenn li għandu l-Gvern lejn l-edukazzjoni fejn hemm proġettat spiża kapitali ta' aktar minn Lm9 miljun, jiġifieri Lm6 miljun aktar mis-sena l-oħra.", "Kulħadd jaf li f'pajjiżna, fejn m'għandniex riżorsi naturali, trid tingħata importanza kbira lill-edukazzjoni għaliex meta inti tinvesti fl-edukazzjoni tkun qiegħed tinvesti fl-iskills.", "Qed ngħid dan għax peress li pajjiżna jiddependi ħafna mis-servizz li noffru jrid ikollna riżorsi umani adattati, speċjalment issa li deħlin f'millenju ġdid.", "B'hekk nilqgħu għall-isfidi ekonomiċi fl-isfera internazzjonali li jeħtieġ li pajjiż modern ikollu.", "Dan l-infiq fl- edukazzjoni ma jistax isir jekk ma tinvestix f'apparat, f'teknoloġija u fi skejjel ġodda.", "B'hekk biss il-pajjiż jista' jkollu qabża fl-edukazzjoni ta' uliedna li tant ilna nixtiequ naraw f'pajjiżna.", "Pero' mill-argumenti ta' l-Oppożizzjoni jidher li dan m'għandux jissemma fil-pajjiż.", "Biex nagħlaq fuq l-infiq kapitali rrid ngħid li l-Gvern huwa mpenjat li mhux biss joqgħod attent li l-infiq kapitali jsir b'mod ġust imma wkoll li dan isir b'mod li r-return li jagħmel ikun kemm jista' jkun sostanzjali.", "Qed ngħid hekk għax għalkemm kull tip ta' investiment jista' jagħtik return trid toqgħod attent li tinvesti b'mod għaqli li jagħtik l-aħjar return.", "Għalhekk irridu naraw kif l-affarijiet jitqassmu u jsiru b'ċertu għaqal.", "Fl-aħħarnett nixtieq nikkummenta wkoll illi kieku ma sibniex il-ħofor li ħalla l-Gvern preċedenti naħseb li lanqas qegħdin hawn niddiskutu din il- liġi.", "Pero' nista' nassigura lill-Oppożizzjoni li l-Gvern mhux se jaqa' fit-tentazzjoni li jkompli jdgħajjef il-makkinarju ta' l-ekonomija billi jrażżan kull tip ta' infiq iżda se jkun bil-għaqal biżżejjed - mhux magħna nfusna biss imma mal-poplu kollu - li nissellfu l-ammont ta' flus li jidher f'dan l-abbozz ta' liġi.", "B'hekk ma nżidux il-piżijiet tat-taxxi fuq il- poplu u nkunu nistgħu nkabbru l-investiment f'pajjiżna.", "L-appell aħħari tiegħi huwa li wara sitt xhur ta' bidla fl- amministrazzjoni naħseb li mhux biss wasal il-waqt li l-Oppożizzjoni tħares ftit madwarha imma tkun ftit prattika f'dak li tagħmel, partikolarment fil-policies li qed tressaq rigward il-pożizzjoni li qed tieħu fil-konfront ta' l-Unjoni Ewropea u fil-kwestjoni dwar il-VAT li llum għadna nħossu l-effetti tagħha.", "Aħna għadna ma bdejniex inħaddmu s- sistema l-ġdida li jixtieq jintroduċi Gvern Laburista ġdid.", "Kieku tan-naħa l-oħra sabu s-sitwazzjoni li sibna aħna x'kienu jgħidu?", "Nerġa' ngħid li aħna għadna nbatu l-effetti tal-politika żbaljata li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern baqa' jinsisti li jdaħħal kontra r-rieda tal-poplu.", "(Interruzzjonijiet) Minn fuq qed jattakkaw lill-Gvern li qed jipprova jdaħħal sistema ta' tassazzjoni aktar ġusta li se tgħin lil manifattura lokali - settur li tan-naħa l-oħra abbandunaw totalment - lit-turiżmu u lill-biedja.", "Liż-żgħażagħ m'għandkomx għalfejn issemmulhom l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, l-bieraħ l-Onor.", "Bonnici qal li aħna qed inħarsu lejn l-emigrazzjoni.", "Dawn li għandhom storja mimlija jridu jitkellmu fuq l-emigrazzjoni!", "Kien ikollna l-emigrazzjoni kieku baqa' fil-gvern il- Partit Nazzjonalista u baqa' jinsisti fuq sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Kif qal dan il-kelliemi l-bieraħ, kieku sar dan, l-aħjar element tal- pajjiż konna nitilfuh minn hawn Malta għax hawnhekk ma kienx ikun hawn opportunitajiet xierqa biżżejjed.", "Din hi l-politika li għadkom tippriedkaw liż-żgħażagħ tagħna u titfgħuhom f'borma nkwiet?", "Liż-żgħażagħ aħna qed noffrulhom l-opportunitajiet u dan irrealizzawh.", "Fil-fatt tawhom risposta fl-elezzjoni li għaddiet dwar kif jaħsbuha fuq il-politika li baqa' jinsisti fuqha l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Jekk tridu tibqgħu b'għajnejkom magħluqin, kif bqajtu fil-passat, dik hija l-għażla tagħkom, imma naħseb li fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għandna d-dmir li nirrispettaw l-opinjoni tal-poplu Malti.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, meta wieħed jiddiskuti liġijiet bħal dik li qed niddiskutu llum naturalment irid janalizza minn x'hiex irriżulta dak il-bottom line.", "Se nerġgħu nirrepetu l-argumentazzjoni li ssir kull darba li niddiskutu liġijiet bħal dawn u nenfasizzaw li l-bilanċ jew l-iżbilanċ u l-ħtieġa jew in-nuqqas ta' ħtieġa ta' self finalment jirriżultaw mir-revenue u l-expenditure tal-Gvern.", "Madam Speaker, konna ngħidu u għadna ngħidu sal-lum li l-ispiża tal-gvern hija waħda strutturata u għalkemm meta kienu fl-Oppożizzjoni konna nisimgħuhom lil tan-naħa l-oħra jgħidu għal sena wara l-oħra li kif jitilgħu fil-gvern se jnaqqsu l-ispiża tal-pajjiż, illum li ġew wiċċ imb'wiċċ mar-realta' tal-ħajja rrealizzaw li dan huwa mpossibbli għaliex l- ispiża tal-gvern, fil-biċċa kbira tagħha, hija magħmula minn żewġ elementi kbar u prattikament fissi.", "Dawn huma l-pagi li l-gvern jagħti lill- ħaddiema tiegħu, li bejn wieħed u ieħor jammontaw għal 35% mill-ispiża totali tiegħu, u l-benefiċċji li bejn wieħed u ieħor jammontaw għal 50% minn din l-ispiża.", "Mela b'kollox insibu total ta' 85% u din l-ispiża llum m'hijiex qed tonqos imma qed tiżdied għax il-pajjiż dejjem qed jespandi.", "Mela dan juri li min kien jgħid li dawn l-ispejjeż jew xi spejjeż oħra se jonqsu ma kienx jaf x'inhu jgħid.", "Għandna wkoll l-element tad-dħul tal-gvern.", "U hawn fejn irridu ngħarrxu daqsxejn iktar fil-profond ħalli naraw effettivament x'ġara fil-passat u x'inhu jiġri bħalissa.", "Meta wieħed jara l-budget li ppreżenta l-Gvern f'din il-Kamra f'Jannar li għadda ...", "U fuq dak nistgħu nitkellmu għax minn dak inhar sal-lum għadu ma ġie ppubblikat xejn mill-Gvern li juri x'inhu r- revenue tiegħu.", "L-aħħar ċifri li għandna f'idejna biex inkunu nistgħu ngħaddu ġudizzju huma ċ-ċifri li ppubblika l-Gvern għal Novembru u l-estimi tar-revenue li ppubblika fil-budget tiegħu illi kienu jkopru sa Diċembru.", "Iċ-ċifri attwali ta' Diċembru u ta' Jannar għadhom ma ġewx ippubblikati u se nieqaf hemm.", "Ir-revenue tal-gvern huwa affettwat minn ħafna fatturi, per eżempju, mis-sistemi ta' kif jinġabar ir-revenue, mill-kultura ta' kif titħallas it-taxxa, u mil-livell li fuqu tkun qed timxi l-ekonomija li allura tagħti l-bażi fuqhiex jinġabar ir-revenue.", "Għax jista' jkollok l- aqwa sistema ta' tassazzjoni fid-dinja, jista' jkollok poplu li għandu kultura perfetta ta' ħlas ta' taxxi, imma jekk ikollok ekonomija bażwija, jekk ikollok ekonomija mejta, allura din is-sistema perfetta ta' poplu perfett ma tirrendi xejn f'revenue lill-gvern għax ma jkunx hemm il-bażi fuqhiex jinġabar ir-revenue.", "Din l-analisi li rridu nagħmlu fuq x'inhu jiġri fil-pajjiż illum.", "L-Onor.", "Cilia li għadu kemm spiċċa d-diskors tiegħu, ammetta li qegħdin f'qagħda ekonomika ħażina llum!", "Qalilna: Mur ġibna daħħalna t-taxxi l- ġodda u qegħdin fiex qegħdin x'kontu tgħidu?", "Jiġifieri \"qegħdin fiex qegħdin\" għax qegħdin ħażin u jaf hu li qegħdin ħażin.", "U meta ngħidu aħna li qegħdin ħażin jgħidulna li qegħdin inxewxu, qegħdin nipprovaw nagħtu l- gambetti u li qed nipprovaw intellfu l-ekonomija.", "Bħallikieku m'aħniex ngħixu f'pajjiż wieħed, ma nkellmux lin-nies tal-ħwienet, ma nkellmux lill- importaturi, ma nkellmux lill-manifatturi, ma nkellmux lill-bennejja, ma nkellmux lin-nies li qegħdin fin-negozju tat-turiżmu u naraw fiex qegħdin.", "Għax anke fit-turiżmu, mhux imbilli nimlew is-sodod bi Lm3.", "Mhux imbilli ngħidu: Kemm hawn nies jiġru fit-toroq tagħna!", "Huwa tajjeb li jkun hawn in-nies jiġru fit-toroq tagħna pero' finalment irridu dejjem nitkellmu fuq fatturi ta' revenue li jirrendu lill-gvern.", "Il-problema li għandna f'pajjiżna llum hija appuntu l-problema tar-revenue.", "L-ispiża qiegħda hemm u se tibqa' hemm u jekk il-Gvern - kull gvern, ikun min ikun - irid li jqarreb u jċekken l-iżbilanċ li jirriżultalu fil-pajjiż irid dejjem jenfasizza u jaħseb fuq in-naħa tar-revenue li jrid idaħħal.", "U hawn fejn id- diskors li qed nagħmlu aħna fuq il-VAT u fuq l-Ewropa għandu rilevanza kbira għaliex għandu rilevanza fuq ir-revenue tal-gvern.", "Aħna nitkellmu b'dan il-mod fuq il-VAT għaliex nemmnu - u mhux il-Partit Nazzjonalista biss jemmen; temmen il-komunita' kummerċjali kollha fil- pajjiż - li l-poplu Malti llum qed jirrealizza li għalkemm taxxa ma xtaqx pero' m'hemmx alternattiva tajba għaliha.", "Dan jemmnuh ukoll l-esperti barranin li ġew jagħmlu l-audits tagħhom lill-Gvern bħalma għamlu dejjem.", "Dan jifhmu kull min għandu ftit melħ ġo rasu, kull min hu ftit oġġettiv fid- deċiżjonijiet li jieħu, kull min ma jdaħħalx rasu fir-ramel u jgħid \"għax hekk irrid\" u jifhem l-implikazzjonijiet ta' dak li jkun qed jagħmel, jifhem fejn ikun se jagħmel tajjeb jew ħażin u jkun raġel li jaħrab dak li hu ħażin biex jagħmel dak li huwa tajjeb.", "F'pajjiżna għaddejjin minn fażi li għax hekk irridu, għax rasna iebsa, nafu li se nagħmlu l-ħażin u qed nippersistu fil-ħażin.", "L-effetti ta' dan il-ħażin qed jidhru diġa' u l-effetti ta' dan il-ħażin se jkomplu jidhru fis-sena li ġejja u f'ta' warajha jekk inkomplu nippersistu fil-ħażin għaliex is-sistemi jew nuqqas ta' sistemi li qed jiġu proposti mill-punt tekniku ngħid li m'humiex se jiġbru revenue adegwat u diċenti għall-Gvern.", "Se jkunu sistemi dilettanteski, se jkunu sistemi li se jħallu lok għal evażjoni tremenda, fil-mod kif isir in-negozju f'pajjiżna.", "Din hija responsabbilta' fuq dan il-Gvern li jara li dan ma jseħħx.", "Hija responsabbilta' fuq spallejn il-Gvern li jara li jagħmel minn kollox biex jassigura li jkun hawn nuqqas ta' evażjoni u allura jkun hawn ġustizzja soċjali vera f'dan il-pajjiż.", "Aħna ngħidu b'wiċċna minn quddiem li mhux biss parlajna fuq il-moralita' fiskali imma aħna wettaqniha l-moralita' fiskali.", "Aħna mhux biss għidna kemm hi sabiħa l-moralita' fiskali imma aħna ħadna dawk il-miżuri kollha meħtieġa biex f'pajjiżna tiddaħħal kultura vera ta' moralita' fiskali.", "Mhux faċli taf, imma hekk titlob il-ġustizzja, hekk jitolbu s-setturi tas- soċjeta' tagħna li għandhom id-dħul tagħhom kontrollat u allura kienu jħallsu t-taxxa kollha.", "Hekk jitolbu s-setturi tas-soċjeta' tagħna li jiddependu għall-eżistenza tagħhom mill-għajnuna li jirċievu mill-Istat u li din l-għajnuna tista' tingħata biss jekk il-Gvern jiġbor dak li għandu jiġbor mit-taxxi ġusti li jagħmel.", "U aħna fuq dan qegħdin nitkellmu.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq is-sistemi ta' kif jinġabru t-taxxi fil-pajjiż ħalli dawn jiġu utilizzati bl-aħjar mod.", "Madam Speaker, smajna wkoll xi kummenti dwar xi mandat elettorali u qegħdin nerġgħu nisimgħu li l-poplu vvota biex titneħħa l-VAT.", "Taf kemm hu faċli li l-poplu jivvota biex ineħħi xi taxxa!", "Ejja nagħmlu elezzjoni llum u ngħidu li se nneħħu t-taxxi li hawn fil-pajjiż u naraw kif jivvota l- poplu!", "Pero' għal liema taxxa vvota l-poplu fl-elezzjoni li għaddiet?", "X'mandat ta' taxxa għandu l-Gvern biex idaħħal f'pajjiżna?", "X'alternattiva poġġa quddiem il-poplu għal-liġi tat-taxxa fil-pajjiż?", "Nerġa' nirrepeti: Għal xiex ivvota l-poplu Malti?", "Żgur li l-poplu ma vvotax għal dawn is- sistemi li qegħdin jivvintaw issa, Madam Speaker.", "Il-poplu ma vvotax għall- ETSS, għall-ETS, għall-ETP, għas-sisa, għad-dazji u ma nafx għal kemm-il taxxa oħra hemm fil-kawlata!", "Il-wegħda tal-Partit Laburista kienet li se jneħħu l-VAT biex torħos il-ħajja.", "Dan kien il-mandat imma ma qalux kif u x'fatta.", "U jekk il-ħajja togħla, allura l-azzjoni li tkun ittieħdet se tkun kontra l-mandat elettorali li għandu dan il-Gvern.", "Qegħdin nisimgħu wkoll ċerti ċifri li semmejnihom anke aħna pero' bis- sistemi ta' tassazzjoni li jidher li se jkun hawn .....", "Għaliex li nistgħu ngħidu s'issa huwa x'naħsbu li se jsir.", "Kienet inħarġet white paper imma milli qegħdin nisimgħu din tqattgħet biċċiet.", "Issa hemm xi sistema oħra li qiegħda tinħema u rajna biċċa karta b'erba' paragrafi fuqha li prattikament qiegħda tgħid li se jagħmlu turnover tax u se jsejħulha ETS, pero' mbagħad qalu li dawn kienu opinjonijiet biss.", "Jidher ukoll li l- GRTU qiegħda tikteb il-liġi hija għaliex jidher li s-Sur Vince Farrugia qed jagħmel kollox hu pero' aħna nafu x'inhu jiġri fil-pajjiż.", "Ir-rati li qegħdin jissemmgħu issa huma ta' bejn 21% u 26% minflok ir-rata ta' 15% li kellna.", "Issa kif din ma tgħollix il-ħajja nixtieq li n-naħa l-oħra jispjegawli.", "Nixtieq spjegazzjoni kif taxxa ta' bejn 21% u 26% flok 15% m'hijiex se tgħolli l-ħajja għax din ma nistax nifhimha.", "Almenu se nħallu l- cash registers u jidher ukoll li se jagħmlu lotterija biex jesiġu li jitħallsu u jinġabru l-irċevuti fiskali.", "Din m'hijiex xi idea li jiena se nidħak biha għaliex din kienet waħda mill-affarijiet li fil-ministeru tiegħi konna qegħdin naħsbu fuqha attivament.", "Aħna konna qegħdin naħsbu kif ninċentivaw lill-poplu Malti ħalli huwa jesiġi d-dritt u l-obbligu tiegħu li jara li t-taxxa qiegħda titħallas minn kulħadd.", "Pero' jekk ma jkollokx is-sistema tagħlaq minn kullimkien bħalma kienet is-sistema tal- VAT ma timxix.", "U kif donnu huma s-suġġerimenti bħalissa, jekk kulħadd se jinqata' għalih waħdu u jirrapporta t-turnover tiegħu biss, allura l-audit trail li hawn fil-pajjiż se jinqata' u kulħadd jirrapporta li jrid.", "Pero' fuq dawn id-dettalji nkunu nistgħu nikkummentaw meta xi darba naraw l- abbozz ta' liġi u nkunu nistgħu nidħlu fil-punti tekniċi u naraw jekk il- Gvern daħalx fihom sewwa.", "Qed ngħid dan għaliex meta tiġi biex tikteb liġi tat-taxxa - u jiena naf x'jiġifieri - m'huwiex biżżejjed li jkollok il- konċetti, m'huwiex biżżejjed li jkollok il-ħsieb, m'huwiex biżżejjed li jkollok is-sistema imma jrid ikollok id-definizzjonijiet preċiżi għaliex inti taf li kull kelma li se ddaħħal fil-liġi se jkun hemm 100,000 ruħ li se jaraw kif se jinterpretawha biex ma jħallsux sitt ħabbiet.", "Din hija d- diffikulta' meta tikteb liġi tat-taxxa; u mhux imbilli jkollok sistema sabiħa u ideat sublimi.", "Irid ikollok kollox jagħlaq.", "U tagħlaq kemm tagħlaq, xorta se jiftħulek beraħ twieqi u bibien fil-liġi u jaraw minn fejn jgħaddu.", "Hekk jiġri meta jkollok liġi li tkun mirquma sewwa, aħseb u ara kemm se tkun aktar u aktar faċli biex jgħaddu minn sistema li ma tkunx intiża li tagħlaq sewwa.", "Madam Speaker, fil-bidu għidt li r-revenue tal-gvern jiddependi fuq sistema tajba u effiċjenti ta' ġbir u fuq kultura ta' ħlas fil-pajjiż.", "Ta' min jgħid ukoll li r-revenue tal-gvern jiddependi fuq ekonomija li tkun miexja b'mod tajjeb u huwa hawn fejn tidħol l-Unjoni Ewropea.", "U tidħol l- Unjoni Ewropea għaliex il-messaġġi li qed jibgħat il-Gvern fil-politika barranija tiegħu, b'mod speċjali fuq l-Unjoni Ewropea, huma messaġġi negattivi għall-komunita' ekonomika finanzjarja imprenditorjali barranija.", "Wieħed irid jifhem li l-Unjoni Ewropea, barra li hija viżjoni politika, hija wkoll realta' ekonomika għax hija suq ta' 300 miljun ruħ.", "Jekk in- nies minn barra ġejjin biex iġibu t-teknoloġija magħhom u jinvestu flushom hawn b'ċertu riskju - kull investiment fih ċertu riskju - m'humiex se jagħmlu dan għal suq ta' 370,000 ruħ.", "Dan jagħmluh għal suq ta' 300 miljun ruħ u jrid ikollhom assigurazzjoni li se jkollhom aċċess sħiħ u mingħajr restrizzjoni ta' xejn, bħalma diġa' għandhom dawk il-pajjiżi li qegħdin jimbuttaw qatigħ biex jidħlu huma wkoll fl-Ewropa.", "Qed ngħid għal dawk il- pajjiżi ex-komunisti f'Eastern Europe li għarfu l-vera triq x'inhi biex isaħħu l-ekonomija tagħhom.", "Jekk ma tidħolx fl-Unjoni Ewropea Malta se tkun emarġinata fl-ispectrum ta' investiment.", "Dan m'aħniex ngħiduh biex inbeżżgħu jew biex ingerrxu xi investiment imma qed ngħiduh biex forsi nġibu lill-Gvern f'sensih għax dawn huma r-realtajiet tal-ħajja.", "Ma nistgħux nemarġinaw lil pajjiżna b'dan il-mod.", "Pajjiżna huwa żgħir wisq u jimxi biss meta jintegra ruħu fi blokk ekonomiku - bħalma hija l-Ewropa - li jkun jista' joffrilu l-vantaġġi li aħna fil-limitazzjonijiet tagħna m'għandniex.", "X'inhija l-problema li għandu l-Gvern illum?", "Il-problema li għandu l- Gvern illum - u din ħoloqha hu - hija li għandna pajjiż fi stat ta' inċertezza tremenda.", "Għaddejjin minn stat fejn ħadd ma jaf fejn qiegħed.", "Ħadd ma jista' jaħseb għall-futur u kulħadd ineħħi l-istocks mill-ħwienet.", "F'din is-sitwazzjoni jinsab il-pajjiż.", "Il-politiċi tan-naħa l-oħra għandhom bżonn jaraw min qed jerfa' l-piż ta' l-ekonomija għax dan mhux għal kemm tgħid \"nixtieq li jkun hekk\".", "M'għandniex xi lampa ta' Aladin!", "Biex tmexxi ekonomija ħielsa ma tridx tuża l-istess metodu li bih tmexxi ekonomija kkontrollata.", "Min ipprova jmexxi ekonomija kkontrollata billi jikkontrolla kollox hu falla.", "Min imexxi ekonomija ħielsa jrid ikun moħħu hemm il-ħin kollu għax xejn ma jiġi bħal manna mis-smewwiet.", "Ikollok żmenijiet fejn l-affarijiet jimxu ħafna 'l quddiem u jkollok żmenijiet fejn l-affarijiet jibdew ibattu u inti trid tkun on the ball il-ħin kollu.", "Is- sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż trid taqraha inti u mhux it-tekniċi - iva, it-tekniċi jaraw il-parti tagħom u jagħtuk parir - għax fl-aħħar mill- aħħar inti l-politiku u inti trid tqis l-ekonomija, il-finanzi u l-elementi soċjali fil-pajjiż.", "Irridu nifhmu li ħafna li jkunu qed jagħtuk parir ekonomiku ma jkunux qed jaraw spin-offs soċjali ta' dak li jkunu qegħdin jgħidu.", "Jiġu esperti u jgħidulek \"għalaq hemm u għalaq hawn\" u ma jimpurtahomx mill-qgħad u l- frustrazzjoni u t-tbatija li jakkawżaw lill-poplu.", "Dak trid tarah inti bħala politiku.", "Kulħadd jaf jagħti l-pariri meta ma jkunx qed jerfa' hu r- responsabbilta' ta' l-effett ta' dawk il-pariri.", "Taf kemm hu faċli li tagħti parir, speċjalment meta m'intix terfa' inti r-responsabbilta' u l- konsegwenzi ta' x'jiġri fuq dak il-parir!", "Il-politiku jrid jerfagħha r- responsabbilta', pero' rridu naraw x'inhu jiġri u jkollna saqajna ma' l- art.", "Mhux billi tgħid issa nissellef Lm100 miljun u nerġa' nagħti ż-żejt lill-ekonomija.", "L-affarijiet ma jaħdmux hekk, Madam Speaker.", "Min jaħseb li l-ekonomija ta' pajjiżna taħdem billi titfgħalha Lm100 miljun u b'hekk terġa' tqajjimha qed jaħseb ħażin.", "Dan qed ngħidu mill- esperjenza.", "Ma taħdimx hekk l-ekonomja tagħna.", "Irridu noqogħdu attenti għax dak li qal Keynes għall-Ingilterra ma japplikax għal pajjiżna għax pajjiżna mhuwiex l-Ingilterra.", "Il-leakages li hawn f'pajjiżna huma enormi.", "Il- veloċita' ta' kif jaħdmu l-flus f'pajjiżna hija wisq inqas mill-veloċita' li jaħdmu f'pajjiżi oħra għax aħna rridu nimportaw kollox.", "Il-leakages li hemm fis-sistema ta' l-importazzjoni huma kbar.", "Jien nistaqsi: Jekk tonfoq Lm100 miljun, kemm verament se jkunu minfuqa f'pajjiżna u kemm se jkunu diġa' nqatgħu barra mill-ekonomija tagħna f'importazzjoni?", "Dak huwa element, fattur u criterion fil-formola ekonomika li ma japplikax l-istess għal kulħadd.", "Imbagħad hemm il-fatturi l-oħra kollha tal-mod kif isir in- negozju, bħalma hu l-bartering flok il-bejgħ u l-affarijiet l-oħra kollha li jiġru.", "Trid tkun taf x'inhu jiġri biex tieħu l-policy.", "Madam Speaker, irridu noqogħdu attenti għax dan li qed jiġri llum f'pajjiżna mhux veru huwa frott ta' dak li kien hemm qabel.", "Qabel il- pajjiż kien miexi u l-poplu Malti jaf kif kien miexi l-pajjiż.", "M'hemmx għalfejn nipperswaduh li kien miexi l-pajjiż.", "Matul id-disa' snin li ggvernajna aħna kellna problemi għax l-Ewropa kienet għaddejja mill-agħar riċessjoni li qatt għaddiet minnha.", "Waqt li aħna konna fil-gven l-Ewropa kienet għarkobbtejha u l-ekonomija ta' Malta kienet qed tespandi b'rata ta' 8% kull sena.", "Dik hija l-ekonomija li kien kapaċi jiġġenera Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Issa r-riċessjoni fl-Ewropa spiċċat.", "L-Ewropa reġgħet qamet fuq saqajha u Malta donnha destinata biex tkun l-antitesi ta' l-Ewropa għax aħna waqajna.", "U waqajna għax qed jittieħdu policies ħżiena, għandna mismanagement fl-ekonomija tagħna u qegħdin nagħtu messaġġi ħżiena lid-dinja ta' liema direzzjoni jrid imur pajjiżna.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Madam Speaker, xtaqt li nagħmel xi kummenti fuq dan l- abbozz ta' liġi li l-Kamra għandha għall-konsiderazzjoni tagħha.", "Għalkemm liġi bħal din iddiskutejna diversi drabi, fil-fehma tiegħi ma naħsibx li kellna abbozz ta' liġi li jitlob lill-Parlament jawtorizza self ta' din l- entita'.", "Il-Gvern qed jagħmel proposta li jkun awtorizzat li jissellef sa Lm100 miljun f'din is-sena.", "Għalina l-Maltin Lm100 miljun mhijiex xi somma żgħira għax din is-somma kważi tammonta għall-parti minn ħamsa tan-nefqa kollha tal-Gvern f'sena waħda.", "Jekk illum aħna niftaħru li kull wieħed mill-banek tagħna f'idejhom għandhom 'il fuq minn biljun lira Maltin, allura meta qed nawtorizzaw lill-Gvern jissellef sa Lm100 miljun inkunu qed nawtorizzawh li jissellef kważi parti minn għaxra ta' l-assi kollha li għandu kull wieħed mill-banek tagħna.", "Allura l-entita' tas-self pubbliku li qed jipproponi li jsir dan il-Gvern hija entita' li l-Kamra m'għandhiex tħalliha għaddejja fid-diskussjoni bħallikieku din hija miżura amministrattiva ta' amministrazzjoni ta' finanzi normali illi kull gvern għandu jagħmel.", "Madam Speaker, kelli l-okkażjoni li ngħid li kienet il-politika tal-Gvern Nazzjonalista, taħt it-treġija ta' l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, li wara dawk iż-żmenijiet ta' ekonomija orjentata fuq stil soċjalista mmexxija b'mod ċentralizzat fejn l-istat dejjem irid jikkontrolla kemm jista' jkun, fehem li biex l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna jkun jista' jieħu r-ruħ u jġib lill-poplu tagħna fuq saqajh ħalli jħaddem it-talenti kbar u l- intelliġenza kbira li għandu, kien meħtieġ li waħda mill-karatteristiċi tal- politika ekonomika tal-Gvern tkun illi fil-budgets tiegħu jagħmel deficits, jiġifieri jissellef biex ikun jista' jinvesti fil-poplu tagħna u f'dawk il- ħwejjeġ kollha essenzjali li mingħajrhom pajjiżna ma seta' qatt isir pajjiż modern.", "Pero' il-Gvern Nazzjonalista ma mbarkax fuq din il-politika ta' budget deficit bħala politika arbitrarja.", "Kellna parametri ċari li aħna ridna nimmiraw għalihom, parametri u limiti li aħna ridna nagħmlu ħilitna kollha biex nosservaw għaliex huwa ċar li meta wieħed jidħol fuq il- mekkaniżmu li jagħmel deficit budgeting u allura jkollu jissellef anke għar-raġuniijiet l-iktar validi, din hija politika li għandha l- limitazzjonijiet tagħha fil-kwadru kollu ekonomiku.", "U għalhekk aħna dejjem ħdimna - u dan sar b'enfasi ħafna ikbar meta l-Unjoni Ewropea bdiet tagħti ċerti indikazzjonijiet ta' f'liema limiti għandhom isiru n-nefqiet pubbliċi, f'liema limiti wieħed jista' jkollu livelli ta' inflazzjoni, f'liema limiti għandu jimmira li jkollu deficit fin-nefqa pubblika - biex dawk il-limiti li kienu fiċ-ċirka ta' 3% tal-prodott gross domestiku nassiguraw li jiġu osservati.", "Ħdimna wkoll biex nossservaw li bħala self pubbliku globalment ma jkollniex iktar mir-rata ta' 66% ta' dak li jipproduċi l-pajjiż kollu kemm hu.", "U għalhekk aħna l-liġijiet li konna ressaqna kienu liġijiet li kienu jaħsbu għal self ta' Lm20 miljun u Lm30 miljun.", "Illum għandna abbozz ta' liġi li qed jipproponi li l-Gvern jissellef Lm100 miljun.", "Il-liġi tgħidilna kif u għaliex qed jiġu mitluba dawn il- Lm100 miljun .", "Il-bieraħ smajt kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra jgħidu li dawn il-Lm100 miljun qed nitolbuhom għax il-Gvern Nazzjonalista għamel deficit ta' Lm100 miljun is-sena li għaddiet.", "Hawnhekk qed jibdew jitfgħu l-figuri bl-iktar mod arbitrarju.", "It-test tal-liġi li għandna quddiemna mkien ma jgħid li d-deficit tas-sena li għaddiet kien ta' Lm100 miljun.", "Klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid li:", "\"L-iskop ta' dan is-self huwa biex somma ta' mhux iżjed minn Lm75 miljun jagħmel tajjeb għad-deficit fil-Fond Konsolidat fin-nefqa li saret fis-sena 1996.\"", "Mela mhux sewwa li jkun hawn min jgħid li dawn il-Lm100 miljun qed jintalbu għaliex is-sena li għaddiet il-Gvern Nazzjonalista għamel deficit fil-Fond Konsolidat ta' Lm100 miljun.", "Dan l-abbozz ta' liġi li qed iressaq il-Gvern stess qed jgħidilna li mhux Lm100 miljun kien hemm deficit imma Lm75 miljun.", "U l-Lm25 miljun l-oħra se jiġu mislufa lit-Tarzna ta' Malta u din għandha tużahom biss biex sa Lm20 miljun jiġu mħallsa f'kontribuzzjonijiet dovuti tas-sigurta' soċjali, tal-PAYE u djun oħra u Lm5 miljun biex it- Tarzna tħallas arretrati ta' imgħax.", "Jiġifieri minn dawn il-Lm100 miljun, Madam Speaker, Lm5 miljun minnhom qed imorru sempliċement biex jitħallsu arretrati ta' imgħax fuq debiti dovuti għall-faċilitajiet ta' overdraft u faċilitajiet bankarji oħra li għamlet it-Tarzna ta' Malta u jidhirli li dan għandna niffokaw fuqu.", "Ċertament li jien kont nistenna li wieħed jieħu l- opportunita' biex fl-introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi jagħti kwadru ċar tal-politika ekonomika li jrid isegwi l-Gvern biex ikun jista' jiġġustifika iktar din il-proposta tiegħu.", "L-istess fuq it-Tarzna, Sinjura President.", "Ftit taż-żmien ilu aħna konna vvotajna f'dan il-Parlament għal tibdil fis- sistema tal-management tat-Tarzna bit-tama li wieħed ikun jista' jirrapporta progress ħalli t-Tarzna tieqaf fuq saqajha, il-ħaddiema tat- Tarzna jkollhom ix-xogħol u jġibu x-xogħol għal Malta u kemm jista' jkun it- Tarzna ma tibqax tieħu piż daqshekk qawwi mill-finanzi tal-gvern.", "Imma anke hawnhekk ma kellniex l-iċken attentat biex wieħed jgħidilna: Isma', f'dawn l-aħħar ġimgħat minn meta aħna nidejna l-management il-ġdid aħna qegħdin ninnotaw li qed isiru dawn il-kambjamenti fil-management tat- Tarzna.", "Naħseb li l-Parlament li qiegħed jintalab jivvota Lm25 miljun għat- Tarzna biex jitħallsu d-djun għas-sena li għaddiet u tal-passat, imgħaxijiet, eċċ., għandu dmir jistaqsi lill-Gvern x'qed jiġri ġot-Tarzna llum.", "X'inhuma l-prospetti kif qed jarahom il-kunsill il-ġdid, x'inhuma l- prospetti kif qed jarahom il-management il-ġdid?", "Naħseb li biex id- diskussjoni tkun oġġettiva, serja u kompleta, jidhirli li l-Gvern huwa obbligat li lill-Parlament mhux sempliċement jgħid li jrid Lm100 miljun; Lm10 miljun għal \"hekk\", Lm5 miljun għal \"hekk\", Lm10 miljun oħra għal \"hekk\", Lm25 miljun għat-Tarzna u fullstop.", "Ma naħsibx li l-affarijiet isiru tajjeb b'dan il-mod.", "Wisq iktar imbagħad isiru ħażin meta jkollok membri tan-naħa l-oħra li jaqilgħu mill-arkivju d-diska li konna drajniha ħafna fiż-żmien il-Gvern li kien imexxi l-Prim Ministru Mintoff u anke fiż-żmien il-Gvern li kien imexxi l-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici, id-diska li kienet tlaqqam kull ħaġa li tgħid bi kritika l-Oppożizzjoni bħala tixwix, bħala diskors li jagħmel ħsara lill-pajjiż.", "Aħna gvernajna għal disa' snin u nofs, u f'dawn id-disa' snin u nofs kellna okkażjonijiet fejn kellna l-Partit Laburista u l-General Workers' Union li pprovaw jipparalizzaw lill-pajjiż billi mblokkaw il-Port.", "Kellna diffikultajiet bħalma jkollu kull gvern u iblah min jaħseb li jista' jwiegħed lill-poplu Malti li se jitla' fil-gvern u mhux se jiffaċċja problemi jew inkella se jkollu biss il-problemi li jkun qed jara dak il-ħin.", "Il-ħajja tas-soċjeta' hija dinamika, tevolvi, hija influwenzata l-ħin kollu minn kwantita' kbira ta' kurrenti li jseħħu fid- dinja u l-gvernijiet iridu bilfors jiffaċċjaw problemi li lanqas qatt jaħsbu li jkollhom jiffaċċjaw.", "Aħna ffaċċjajna problemi, pero' fl-ebda mument ma mbarkajna fuq kampanja vili kif qed jagħmel il-Gvern, kif anke poġġiha f'termini li ma jixirqux lil Prim Ministru fil-weekend li għadda, li jattakka lill-Oppożizzjoni u jerġa' jipprova jibda proċess ħalli jrażżan lill-Oppożizzjoni billi jagħmel brainwashing fuq il-poplu Malti u jgħid li l-iskop ta' l-Oppożizzjoni huwa li xxewwex u li tagħmel il-ħsara.", "Dan aħna għaddejna minnu għal 16-il sena sħaħ, imma l-fatt xorta jibqa' li l- ħsara ma saritx għax tkellmet l-Oppożizzjoni.", "Meta aħna konna fil-gvern, kellna fl-oppożizzjoni Partit Laburista li ġieli kien jgħid affarijiet tajbin u jagħmel kritika tajba u ġieli qal affarijiet li kienu xniegħat, qlajjiet, gideb u ma nafx x'aktar, pero' minkejja li l-poplu kien jisma' lill-Oppożizzjoni - ġieli emmen u ġieli le - il-pajjiż xorta baqa' jiżviluppa għax kellu politika ekonomika soċjali tajba.", "Mela allura ma niġux inkomplu nipprovaw inqajmu din l-istrateġija tal-passat.", "Minn ħafna diskorsi u sinjali li kultant tara, jien kont ħsibt li din il-fażi għaddejniha.", "Ma jistax ikun li kull meta Gvern Laburista jħossu marsus f'xi sitwazzjoni allura r-reazzjoni tiegħu għall-kritika leġittima tkun li l-Oppożizzjoni qiegħda xxewwex u tagħmel il-ħsara.", "Jien naħseb li din hija attitudni żbaljata u li ma tiġbidx is-simpatija tal- poplu.", "Il-verita' hi li dan jagħmel ħsara lill-istess programm u politika tal-gvern tal-ġurnata għaliex is-soċjeta' ma tmexxihiex b'dak il-metodu.", "Aħna nafu li fil-fatt dan huwa kontro-produċenti mhux għall-iskopijiet propagandistiċi tal-Partit Laburista - dak jista' jkun li jaħseb li qed jiggwadanja b'daqshekk, almenu fix-short term - imma għall-istess image tal- pajjiż, għall-istess mod ta' kif għandna niżviluppaw ġo pajjiżna u anke għall-istess riżultati ekonomiċi.", "Għalhekk, Madam Speaker, jiena naħseb li mhux sewwa li jsir dan il-ħafna diskors li għaliex aħna qegħdin insostnu t-teżi tagħna favur l-element prinċipali tal-politika fiskali bil-VAT u għaliex qegħdin insostnu l- politika li Malta għandha x'tiggwadanja kieku kellha tkun sieħeb attiv u sħiħ fl-Unjoni Ewropea, in-naħa l-oħra tgħidilna: Mela għadkom ma rrealizzajtux li tliftu l-elezzjoni?", "Mela għadkom ma rrealizzajtux li l- poplu dawn l-affarijiet ma jridhomx?.", "Jiena naħseb li jekk irridu niddiskutu bis-serjeta' irridu niddiskutu fuq il-merti oġġettivi tal- proposti u tal-policies li nkunu qegħdin nipproponu.", "Kieku kelli nagħmel analisi tal-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-VAT, per eżempju, ikolli nasal għall-konklużjoni li llum il-Gvern ma fadallux argument wieħed oġġettiv u validu għaliex jopponi l-VAT.", "Tant ma fadallux li issa l-unika ħaġa li qalilna l-Prim Ministru kienet: Għidu li tridu.", "Ma jinteressanix.", "Dan hu l- mandat li tani l-poplu u hekk se jsir.", "Jien għandi rispett kbir lejn l-opinjoni tal-poplu tagħna u f'dan il- pajjiż għandu jsir dak li trid il-maġġoranza tal-poplu u rrid ngħid li għamel sew il-Prim Ministru meta qal: Isma', imma jien għandi mandat elettorali.", "Jien mort quddiem il-poplu u għidtlu li se nneħħu l-VAT.", "Dik hija ħaġa serja.", "Dażgur li hija ħaġa serja!", "Dażgur li dik hija wegħda importanti!", "Nafu li dik kienet il-pern tal-programm elettorali tal-Partit Laburista.", "Dażgur li dik hija ħaġa li ma terġax lura fuqha faċilment!", "Aħna nifhmuh dan.", "Nifhmu li hawn problema mhux biss ekonomika u ta' politika fiskali.", "Nifhmu li hawn problema politika li iktar hija problema tal-gvern, imma dak huwa l-gvern tagħna wkoll.", "Nifhmu li hija problema, Madam Speaker.", "Allura għax hawn problema ma narawx kif se nsibu l-metodu ħalli ngħelbuha?", "Nibqgħu nagħmlu bħat-tfal, insabbtu saqajna ma' l-art u ngħidu: Imma hekk hu għax jien għandi l-mandat!", "Jien ngħid oħra.", "Jekk l-ikbar diffikulta' li għandu l-Prim Ministru hija l-mandat, jekk il- Prim Ministru ma jridx li s-soluzzjoni għal din il-problema tal-mandat tkun il-kunsens bejn il-partijiet soċjali kollha u l-Oppożizzjoni - li offrietu dan - jista' jagħmel ħaġa oħra u jgħid: Jien m'għandi bżonn lil ħadd, pero' jien raġel u mhux se noqgħod nimpika ħalli niġġustifika l-eżistenza tal- karriera politika personali tiegħi, pero' ma rridx lilkom biex insolvi din il-problema u rrid immur għand il-poplu.", "Imur għand il-poplu u jgħidlu: Isma', qabel l-elezzjoni għamilnilek wegħda solenni li jekk nitilgħu fil- gvern inneħħu l-VAT u issa wara li ilna numru ta' xhur nikkonsidraw kif nistgħu nagħmlu dan, wara d-diskussjonijiet interminabbli li kellna mal- korpi kostitwiti u ma' l-unions, wara d-djalogi li kellna mas-social partners, aħna llum serji biżżejjed biex niġu quddiemek u ngħidulek xi problemi jeżistu biex inneħħu l-VAT.", "Ngħidulek x'inhuma l-prospetti li jistgħu jevolvu jekk il-politika fiskali tagħna ma tkunx waħda serja, veru moderna, li qed naqblu fuqha li ma tkunx tal-yoyo - illum indaħħluha u fi ftit snin oħra nneħħuha - imma li tkun politika li aħna jidhrilna li hija ta' ġid.", "Allavolja għamilnilkom ċerti wegħdiet, issa rajna dawn l- affarijiet u jidhrilna li huwa fl-interess tal-poplu li nġibuhom a konoxxenza tagħkom.", "Issa li tafu l-fatti kollha, issa li qed nitkellmu fuq il-VAT mhux bi spirtu ta' partiġjaniżmu imma fid-dawl tad-djalogu li sar, se nerġgħu nitolbukom tgħidulna jekk jaqbilx li nneħħu l-VAT jew inkella għandux isir dak li qed jgħid kull min hu nvolut fl-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna, jiġifieri li għandna nżommu l-arkitettura tal-VAT u nirfinawha u nbiddluha biex inkunu nistgħu nagħtu iktar inċentivi għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Għalhekk naħseb li d-deputati tal-Gvern m'għandhomx jibqgħu sempliċement jgħidulna \"għax għandna mandat\".", "Qabel l-elezzjoni, waqt id-diskussjoni dwar il-VAT, l-Oppożizzjoni Laburista pprovat iġġib xi argumenti sew dwar l-impatt fiskali u ekonomiku, kif ukoll dwar il-kwestjoni ta' l-impatt fuq l-inflazzjoni u fuq l-għoli tal-ħajja.", "Dak iż-żmien huma kienu fl-oppożizzjoni u aħna konna fil-gvern u pprovajna nfiehmu lilhom u lil kulħadd li dak li qed tgħid l- Oppożizzjoni Laburista m'huwiex validu, m'huwiex se jagħtina soluzzjonijiet li l-pajjiż għandu bżonn fil-qasam fiskali kemm biex ikun jista' jimmaniġġja tajjeb l-ispiża pubblika u d-dħul pubbliku, kif ukoll biex ikun jista' jżomm koeżjoni soċjali, għaliex bis-saħħa tat-twettiq tal- moralita' fiskali allura għandu l-fondi għall-programmi u l-inizzjattivi soċjali tiegħu.", "Dak iż-żmien dan għidnih, imma l-Oppożizzjoni ma riditx tisma', ma riditx tbiddel il-fehma tagħha.", "Kienet mogħmija u li kien jinteressaha at that point in time kien li tilgħab mas-sentiment tal-poplu biex ikun jista' jivvotalha, u rnexxielha.", "Pero' llum, il-Partit Laburista fil-gvern ma jistax jgħidu dan.", "Illum argument b'argument, argument ta' ekonomija, argument ta' politika fiskali, argument ta' politika dwar l-inflazzjoni, it-teżi tal-Gvern oġġettivament qed tfalli.", "L-ikbar alleat li kellha l-Oppożizzjoni Laburista f'din il-materja, il-GRTU, ukoll lill-Gvern qed tagħtih avviso ai naviganti, qed turih ir-red light, u meta jfalli argument b'argument fuq kull qasam li verament huwa ta' interess pubbliku ...", "Il-poplu Malti jinteressah li l-mandat tiegħu jiġi rispettat - dażgur li jinteressah! - imma l-poplu Malti jinteressah il-mandat li jagħti għax jinteressah il-ġid tiegħu, il-ġid tal-familji tiegħu, il-ġid ta' uliedu, il-ġid tal-ħaddiema tiegħu u l-ġdid tal-pajjiż tiegħu.", "Liema hu dak l-iblah li jagħti prokura għall-ġid u ma jibdilx dik il-prokura jekk jinduna li se tagħmillu l- ħsara?", "Mela allura mhux veru li hawn ostaklu assolut biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu żvilupp ta' pajjiż matur u ta' pajjiż modern biex ikollna l- aħjar politika fiskali f'dan il-qasam.", "Mhux veru li l-ostakolu assolut huwa dak li qed jgħid il-Prim Ministru, għax għandu mandat.", "Nifhmuh dan u niddiskutu kif, jekk hemm bżonn, inġibu reviżjoni tiegħu bl-unuri kollha, bl-onesta' u bl-irġulija kollha.", "Kellna riżenja ta' ministru wkoll u ma naħsibx li issa fadal xi ħadd li għadu jibla' r-ross bil-labra li dan il- ministru ma rriżenjax b'konnessjoni ma' l-approach kollu kemm hu fil-qasam ta' l-ekonomija u b'mod partikolari fil-qasam tal-finanzi pubbliċi.", "Għalhekk jien naħseb li jekk wieħed irid li dan il-bill li qed niddiskutu biex il-Gvern jissellef Lm100 miljun u jekk irridu li lill-poplu Malti ngħidulu biex ma jinkwetax allavolja dan is-self tista' tgħid li huwa tliet darbiet daqs kull self li għamel Gvern Nazzjonalista kull sena għaliex, nerġa' ngħid, normalment il-limiti tagħna kienu jkunu fir-reġjun ta' Lm30 miljun ...", "Il-poplu tagħna se ngħidulu: Tinkwetax għaliex aħna bħala pajjiż qegħdin mexjin b'politika soċjo-ekonomika ċara, li hawn consensus fuqha.", "Aħna qegħdin inħossuna sodi daqs il-blat.", "Imxi warajna għaliex m'għandniex għax naqtgħu qalbna.", "Il-poplu Malti qatt ma qata' qalbu u lanqas issa m'hu se jaqta' qalbu allavolja qed jinħassu dawn id- diffikultajiet.", "Fid-dinja mgħaġġla tal-lum kull minuta li tintilef tgħodd - qabel forsi kienet tgħodd kull sena li tintilef; illum fid-dinja mgħaġġla tal-lum kull minuta li tintilef mhix f'direzzjoni ċara, f'direzzjoni li taspira fiduċja, f'direzzjoni li tirrendi, kull minuta li nitilfu nħallsu prezz qares ħafna tagħha u għalhekk wieħed m'għandux jibqa' jieħu dan l-atteġġjament partiġġjan li joqgħod jgħid għaliex l-Oppożizzjoni ma tirrealizzax li tilfet l-elezzjoni.", "Anzi jien kultant naħseb li l- Gvern ma rrealizzax li rebaħ u li jrid jaffaċċja l-problemi mhux ta' partit politiku imma ta' Gvern li jrid iħares lejn il-poplu kollu, lejn il-kwadru kollu u l-options kollha tal-problemi.", "Allura jien naħseb li f'din il- materja, meta għandna quddiemna din it-tip ta' proposta, wieħed irid anke ma jispirax ċertu atteġġjament ta' riġidita' fil-konfront tad-dibattitu u tad-diskussjoni li tkun qiegħda ssir.", "Madam Speaker, qegħdin ngħidu wkoll li f'ċertu sens l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa intimament marbut ma' l-amministrazzjoni finanzarja tal-pajjiż.", "Sieħbi l-Onor.", "John Dalli qal li rridu noqogħdu attenti li mhux għaliex il-famuż Keynes kien qal li waqt ċerta riċessjoni jew slowdown wieħed għandu jinjettja l-finanzi pubbliċi fl-ekonomija biex imbagħad jirristrinġi l-finanzi pubbliċi waqt il-boom, dan bilfors ifisser li l- prinċipju japplika għal pajjiżna.", "Mhux biss li mhux bilfors japplika għal pajjiżna imma anke għaliex dan il-prinċipju kien li jekk inti għandek pajjiż fejn l-ekonomija qiegħda tbatti, wisq agħar jekk ikollok riċessjoni, il-gvern m'għandux joqgħod b'idejh fuq żaqqu imma għandu jara kif se jħaddem rasu ħalli dik l-ekonomija jagħtiha injection - u kultant trid tagħtiha injection billi l-gvern innifsu jinvesti ħalli tagħtiha l-ħajja mill-ġdid - imbagħad dak l-istess gvern għandu jiġbed il-ħabel tal-finanzi pubbliċi meta dik l-ekonomija tkun qabdet ritmu u tkun qiegħda tirrendi.", "Kulħadd jaf li Keynes kien qal dan żmien twil ilu, imma d-dinja tal-lum hija totalment differenti u diversi prinċipji li tkellem dwarhom Keynes u oħrajn ta' shades differenti, anke fl-orjentament tal-ħsieb tagħhom, huma validi anke għal-lum, imma trid tinterpretahom fid-dawl ta' ċirkostanzi radikalment differenti minn ta' dak iż-żmien.", "Wieħed bilfors irid joqgħod attent li l-fulcrum ta' kollox irid ikun kemm is-soċjeta' tagħna se jirnexxielha tkattar prosperita'.", "Jekk kull ħaġa li ssir mill-Gvern, mill-unions u mis-social partners ma tissarrafx skond il- kejl ta' kemm se tkattar prosperita' allura m'għandhiex tingħata marki tajbin.", "U f'din l-equation kollha, kull min jara x'qed jiġri f'pajjiżi oħra llum jinduna li wieħed mill-ħafna argumenti li qed jaqbad hija l- preżenza tal-gvern fl-ekonomija tal-pajjiż.", "U jidher li preżenza goffa tal- gvern fl-ekonomija tal-pajjiż hija preżenza li xxekkel l-iżvilupp, it- tkattir tal-prosperita' ta' dak il-pajjiż.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li l-preżenza tal-Gvern tagħna fl-ekonomija tal-pajjiż hija ta' kważi 55% u biex ma ninftehimx ħażin irrid ngħid li m'aħniex waħedna f'din is- sitwazzjoni għaliex jekk inħarsu lejn il-Ġermanja naraw li l-gvern hemmhekk għandu preżenza ta' madwar 45%, il-persentaġġ fl-Italja huwa ta' kważi 45% u fi Franza għandhom preżenza ta' iktar minn 50%, wieħed mill- argumenti li fuqu ġiet imsejħa elezzjoni bikrija ġo dan il-pajjiż.", "Imma ma jfissirx li għaliex hawn pajjiżi oħra li għandhom din il-preżenza aħna m'għandniex naħdmu ħalli nnaqsuha.", "L-ewwelnett anke dawn il-pajjiżi mexjin u biex nifhmu x'qegħdin ngħidu insemmi l-każ ta' l-Amerika fejn il-preżenza tal-gvern bħala gvern hija ta' madwar 10%.", "Ma rridx ninftiehem ħażin u niddikjara bil-quddiem li jien m'iniex qed nipproponi policies soċjo- ekonomiċi kif jitħaddmu ġo l-Amerka - fuq dan l-argument forsi jkolli ċans 'il quddiem ngħid xi ħaġa wkoll - imma qed ngħid li filwaqt li ngħidu li qed nissellfu Lm100 miljun ngħidu wkoll li mexjin f'din id-direzzjoni biex nagħmlu dawn il-miżuri ħalli maż-żmien il-preżenza tal-gvern inkunu nistgħu innaqqsuha għaliex tkun żdiedet il-prosperita' u l-ġid li qed jitkattar mill-poplu tagħna bl-inizjattiva privata u bl-inizjattiva personali tal- poplu tagħna.", "U allura huwa importanti li aħna nagħfsu ħafna, infehmu u nitkellmu.", "Huwa veru li aktar tard se titressaq liġi f'dan il-Parlament li tittratta dwar inċentivi li se jingħataw fil-qasam industrijali u ta' intrapriżi żgħar u għalhekk ikollna ċans nitkellmu dwar dan, pero' jiena għadni m'iniex qed nifhem biżżejjed x'inhuma l-elementi li qiegħed jistrieħ fuqhom il-Gvern għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż tagħna.", "Madam Speaker, il-bieraħ filgħaxija kont qiegħed nattendi seminar ta' l- Unjoni Ewropea li qiegħed jagħmel il-European Documentation and Research Centre u kien hemm l-Ambaxxatur ta' l-Unjoni Ewropea, Dott. Boggio, li kkwota lil Delors meta kien qal that nobody falls in love with the rate of growth\".", "Jien ngħid li huwa veru li tikber kemm tikber l-ekonomija finalment ħadd m'hu se jeħodha miegħu għaliex dik qiegħda hemm biex isservi lill-bniedem għaliex il-bniedem għandu jkun fiċ-ċentru ta' kollox, imma filwaqt li jien nifhem li din għandha tkun l-aspirazzjoni nobbli tagħna, jiġifieri li l-bniedem ikun fiċ-ċentru ta' kollox biex ikollu l-aħjar kwalita' tal-ħajja li mhux neċessarjament ifisser li nissodisfaw, naċċelleraw u ngħollu bla sens l-aspirazzjonijiet tagħna lkoll - forsi tajjeb li dan id-diskors isir fi kwadu ieħor - ma nistax niċħad li fid- dinja xejn m'hu b'xejn u li kull gvern bilfors irid il-fondi f'idejh biex ikun jista' jmexxi lill-pajjiż 'il quddiem.", "U inqas ma l-gvern ikollu nies jiddependu fuqu biex isostnu l-kwalita' tal-ħajja tagħhom iktar aħjar għaliex il-fondi li jkollu f'idejh il-gvern ikun jista' jipprioritizzahom b'sens akbar ta' ġustizzja, b'effettivita' akbar u jkun jista' jżid iktar il-valur f'dak kollu li jkun qiegħed isir fil-pajjiż.", "Jekk aħna rridu nikbru u jekk irridu li jkollna żieda tajba fir-rata ta' l-economic growth tagħna, allura bilfors irridu naħdmu ħafna biex pajjiżna jkun kompetittiv.", "Filwaqt li jien nemmen ħafna - ġieli tkellimt dwar dan ukoll - dwar il- ħtieġa ta' kompetittivita' b'saħħitha għal pajjiżna - hawnhekk nirriferi ftit għal dak il-kumment li għamilt fuq l-Istati Uniti ta' l-Amerka - nemmen ukoll li din trid timxi id f'id ma' solidarjeta' b'saħħitha ġo soċjeta'.", "U għalhekk aħna rridu naħdmu sabiex dan it-tkabbir inġibuh, anke issa meta nisselfu.", "Madam Speaker, nerġa' ngħid, li nisselfu Lm100 miljun m'hijiex xi ħaġa li tiġri ta' spiss.", "Fil-fehma tiegħi jekk naħdmu tajjeb m'għandux ifisser li waqgħet id-dinja.", "Naħseb li aħna bħala poplu kapaċi that we take it in our stride, pero' bil-kondizzjoni li nassiguraw politika soċjo-ekonomika li tagħmel sens, li verament tirrendi u li jkollha bħala l-ewwel objectives tagħha mhux il-propaganda, mhux l-interessi partiġjani, imma fl-aħħar mill- aħħar il-progress tal-poplu tagħna.", "Għax il-ħin kollu nagħtu bejnietna biex nilħqu l-objectives partiġjani, imma jien ċert li kull wieħed u waħda minna hawn ġew x'ħin imur jorqod u jpoġġi rasu fuq l-imħadda il-bottom line ikun li l-iktar ħaġa mportanti hi li l-poplu tagħna jimxi 'l quddiem.", "Qed ngħid dan għax irridu noqogħdu attenti li ma jiġrix kif ġara fil-Belgju.", "Aħna ma nistgħux niġu fl-istat li 22% tat-taxxi li jħallas il-poplu jmorru sempliċement biex jitħallas l-imgħax fuq id-dejn pubbliku ta' dan il- pajjiż.", "MADAM SPEAKER: Onor. Galea, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha u nipprova ma ndumx ħafna.", "Irridu noqgħodu attenti għaliex qed nara li fil-poplu tagħna - mhux il-Gvern biss, mhux l-Oppożizzjoni, mhux il-unions imma kull wieħed u waħda mill-poplu tagħna - għandna in- built kultura u mentalita' li ilha ġejja snin twal.", "Meta kont ftit iżgħar kienu jiddiskrivuha bħala l-mentalita' tar-reġina; hemm ir-Reġina tħallas hi!", "Iktar tard din il-mentalita' daret fuq il-gvern, hemm il-gvern jagħmel hu, għax tal-gvern ma jimportax u għax tal-gvern huwa b'xejn.", "Għandna in- built fina u dan hu l-mekkaniżmu li rridu nfiehmu lill-poplu.", "Il-poplu kollu jrid jifhem li kull ħaġa li jagħmel kull wieħed minna jista' jkollha dan l-impatt li ma rriduhiex twassal biex proprju naslu fejn l-ikbar share mit-taxxi tagħna jmur mhux biex inħallsu d-dejn, għax kieku ħaġa tajba, mhux biex ninvestu fil-kapital, għax hija ħaġa iktar tajba, imma biex inħallsu l-imgħax.", "Naħseb li huwa mportanti li dan nifhmuh u għalhekk nerġa' nagħmel l-enfasi li rridu nimxu lejn din l-ekonomija li tissarraf fir-realta' u mhux fil-propaganda li nistgħu nagħmlu aħna jew li tista' tagħmel in-naħa l-oħra u li tissarraf b'mod konkret u fir-realta' proprju f'dan it-tkattir ta' prosperita'.", "Madam Speaker, l-ismall and medium sized enterprises m'humiex xi ħaġa li għadhom se jiġu vvintati llum, anzi Malta dejjem għexet u kibret permezz tan-negozjant iż-żgħir u n-negozjant medju.", "Mela allura aħna għandna nkabbru u niffaċilitaw dak li diġa' għandna u fil-fatt għandna ħafna x'nagħmlu f'dan ir-rigward.", "Hawn ta' min jgħid li 98% tal-kumpanniji fl- Ewropa huma small and medium sized enterprises u dawn għandhom 66% ta' l- impjiegi.", "Ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li 65% tat-turnover ta' dawn il- kumpanniji ġej minn dawn it-tip ta' intrapriżi.", "GĦalhekk aħna rridu nibnu inizjattiva personali u privata fuq żvilupp ekonomiku li jkun b'saħħtu għax ikun kompetittiv u għax fil-pajjiż ikun hawn il-koeżjoni soċjali minħabba li jkun hawn solidarjeta' b'saħħitha.", "Naturalment biex dan isir hemm bżonn kbir ta' djalogu soċjali bejn il-partijiet kollha involuti.", "Sinjura President, fil-fatt jien nieħu gost ninnota li f'dawn l-aħħar għaxar snin, inkluż illum - għalkemm qabel dawn l-aħħar għaxar snin kellna mumenti pożittivi ta' dan it-tip ukoll - f'pajjiżna pjuttost kien hemm sinjali pożittivi ta' disponibilita' sħiħa tal-partijiet soċjali għal dan id-djalogu bl-iskop komuni li nimxu 'l quddiem ilkoll flimkien.", "Naturalment forsi l-Gvern għandu piż ikbar minn ħaddieħor biex jara li jkollu kemm jista' jkun appoġġ għall-policies ekonomiċi tal-pajjiż u biex jara li ma jersaqx lejn dawn il-policies b'ċerti preġudizzji li jagħmlu ħsara.", "GĦalhekk anke dak li tgħid l-Oppożizzjoni u m'iniex qed nirriferi biss għall-Membri preżenti ta' l-Oppożizzjoni.", "Għalkemm nemmen li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom għal qalbhom l-interessi fundamentali tal-poplu Malti, jien naħseb li partit li ilu mwaqqaf 100 sena għandu xi ftit esperjenza.", "GĦalhekk jien naħseb li huwa importanti li ma nittrattawx il- kummenti li jsiru bħallikieku huma motivati ulterjorment għax f'dawn l- affarijiet hemm ħafna ħwejjeġ li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh.", "Jien naħseb li hemm bżonn niċċaraw u nifhmu d-diskors tagħna biex naraw fejn hi sejra l-politika ekonomika, fiskali u monetarja ta' pajjiżna għax ma nistgħux niġu b'abbozz ta' liġi li jitlob l-awtorizzazzjoni għal Lm100 miljun u niddivorzjaw id-diskussjoni mill-aspetti l-oħrajn li jorbtu flimkien kwadru li jispira l-fiduċja meħtieġa.", "Fil-fatt dan il-pass qiegħed isir u dan għandu jeħodna fid-direzzjoni t-tajba.", "Grazzi, Sinjura President.", "MADAM SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, għalkemm kellna diskussjoni illi f'ċerti mumenti kienet imqanqla all in all kienet waħda nteressanti u l- uniku diżappunt tiegħi huwa illi ftit li xejn tkellimna fuq il-qagħda attwali fl-1996 li wasslitna biex effettivament nilleġislaw dak li qegħdin nilleġislaw illum.", "Smajna ħafna diskors dwar ir-referenda u donnu li issa dawn saru moda.", "Fil-fatt fil-pajjiż għandna lobby group li jixtieq li jsir referendum dwar l-Unjoni Ewropea.", "Meta mbagħad tmur tfittex issib li wara dan il-moviment m'hemm ħadd ħlief is-segretarju privat jew l-ex-assistent personali ta' l-ex-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Jien ngħid li għandna naraw l-affarijiet kollha fil-perspettiva tagħhom u ma nħallux l- arma tar-referendum tintuża bħala skop propagandistiku, kif donnu ġie ssuġġerit issa fuq leġislazzjoni ta' tassazzjoni illi tħares lejha mil- liema angolu tħares lejha l-Gvern tal-lum żgur li għandu mandat jilleġisla dwarha, kif beħsiebu jagħmel bla dubju ta' xejn fil-ġimgħat li ġejjin.", "Jien kont nippretendi illi kellhom jiġu pprovduti x-rays tal-qagħda ekonomika kif kienet fl-1996 ħalli naraw jekk dak li qed jagħmel il-Gvern illum huwiex ġustifikat jew le.", "Madam Speaker, quddiemi għandi ftit economic indicators fil-qosor imħejjija mill-Economic Planning Division illi jekk teħodhom settur settur juruk kemm kienet effettiva s-slowdown illi kien hemm fl-1996, liema slowdown donnu n-naħa ta' l-Opożizzjoni għadhom sal-lum ma jridux jirrikonoxxu.", "Meta ġew għall-general comments qalu ċar u tond illi r- ritmu ta' l-ekonomija Maltija kien diġa' naqas sostanzjalment fl-1996 u meta ġew għall-economic growth qalu ċar u tond illi l-estimi ta' l-1996 indikaw żieda fil-GDP growth rate ta' 5%, li żgur ma tipparagunax tajjeb ma' stima li kellha ta' 9%.", "F'dak li huwa l-labour market kien hemm trend ta' żieda fl-unemployment li bdiet sew matul l-1996.", "Fil-qasam tal- manifattura kien hemm decline fil-produzzjoni minn Lm906 milljun fl-1995 għal Lm862 miljun fl-1996.", "Naħseb li llum it-turiżmu huwa t-talk of the town, biex ngħid hekk, imma l-figuri jitkellmu weħidhom.", "Fil-fatt fl-1996 kellek toruist arrivals ta' 1.053 miljuni pparagunat mal-figura ta' l-1995 ta' 1.115 miljun.", "Fl-1996 l-earnings globali mit-turiżmu - forsi fuq per capita basis kien hemm ċaqlieqa żgħira għalkemm wieħed irid jagħmel aġġustament anke għall-inflation - għal darb'oħra kienu inqas milli kienu fl-1995.", "Fil-fatt fl-1996 il-figura kienet ta' Lm228.9 miljun u fl-1995 kienet ta' Lm232.8 miljun.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk insibu li din id- decline tapplika għas-setturi kollha.", "Ħalli nsemmi, per eżempju, l-foreign trade and balance of payments.", "Il- figuri proviżorji għas-sena kollha ta' l-1996 juru decline kemm f'dawk li huma imports u kemm f'dawk li huma exports.", "Per eżempju, l-imports naqsu b'2.6% għal Lm1010.3 miljun meta pparagunat ma' l-1995.", "Għalkemm kien hemm żieda fl-imports ta' consumer goods, l-imports ta' supplies industrijali li juru verament fejn tkun l-attivita' ekonomika niżlu bi Lm23.2 miljun għal Lm598.1 miljun - dan a paragun mas-Lm621.3 miljun for the previous year.", "Jista' jkun li dak li semma l-Onor.", "Josef Bonnici għandu raġun fuqu.", "Jekk nieħdu l-provisional balance of payments figure għas-sena 1996, insibu d- deficit tal-current account kien qiegħed Lm130 miljun u għalhekk għat-tieni sena konsekuttiva konna qed naraw current account deficit ta' ċerta magnitude li bilforsi tinkwieta lil dak li jkun għaliex turi wkoll biex ngħid hekk, il-long term trend kif evolviet.", "Issa qabel nirribatti xi punti li tqajmu fid-diskussjoni tal-bieraħ, nixtieq ngħid li nħoss li l-kritika li saret min-naħa tal-Partit Nazzjonalista fuq dawn il-famużi Lm100 miljun kienet verament a storm in a teacup għaliex jekk wieħed janalizza ftit u jagħmel breakdown ta' dawn il- Lm100 miljun malajr jasal għall-konklużjoni sempliċi li turi li m'hemm l- ebda każ ta' allarm jew każ ta' tħassib pubbliku.", "L-ewwelnett il-Lm75 miljun huwa l-bilanċ kopert mid-deficit akbar ta' Lm107 miljun għaliex l- Amministrazzjoni preċedenti diġa' kienet issellfet Lm35 miljun għal parti minn dan id-deficit.", "U jien nistaqsi: Għaliex dan l-istorbju kollu fuq il- kobor tas-self preżenti ta' Lm100 miljun?", "Wara kollox jekk tneħħi s-self ta' Lm25 miljun għat-Tarzna, il-kumplament tal-Lm75 miljun m'huma xejn ħlief ekwivalenti għal-livell ta' Lm70 miljun li ssellfet l-istess Amministrazzjoni preċedenti tul l-1996.", "Jien irrid nuri wkoll b'ċerti figuri kif anke f'din is-sena li qegħdin fiha, il-Gvern qed jimxi b'ċertu prudenza u bi prioritajiet li jagħmlu ħafna iktar sens milli kien qed jimxi bihom il-Gvern ta' qabel.", "Ejja nieħdu, per eżempju, l-infiq rikorrenti u naraw x'qed jagħmel il-Gvern preżenti dwaru.", "Huwa veru, kif qal l-Onor.", "Dalli, li jkun hemm min ikun hemm fil-gvern l-infiq dejjem ikompli jikber, imma mbagħad trid tara r-rata li biha jikber l-infiq u trid tara l-enfasi fejn tkun; jekk tkunx fuq l-aspett rikorrenti, kif kien qed jiġri qabel, jew jekk tkunx fuq l-aspett kapitali.", "L-infiq rikorrenti huwa maħsub li jkun ta' Lm493.7 miljun, żieda ta' Lm22 miljun fuq dak attwali ta' l-1996, imma mbagħad dan trid tqabblu maż-żieda aktar sostanzjali ta' Lm50 miljun li kien hemm fin-nefqa rikorrenti bejn l-1995 u l-1996, li turi li taħt il-Gvern preċedenti kien hemm enfasi aktar qawwija fuq dak li kien infiq rikorrenti.", "Infakkar li għal dik li hija nefqa kapitali fl-1997 hemm maħsub li jintnefqu Lm85.6 miljun as against Lm73.5 miljun tas-sena 1996, b'dan ikollu d-deficit tal-Gvern qed innaqqsuh minn Lm107 miljun għal Lm82.6 miljun f'din is-sena.", "B'dan qed nuru ċar u tond li bil-politika tagħna diġa' qed inqiegħdu l-pedamenti biex nissannaw l- infiq pubbliku filwaqt li m'aħniex qegħdin noqogħdu lura biex nipprovaw nirriversjaw is-slowdown fl-ekonomija tal-pajjiż permezz ta' infiq kapitali ta' aktar ħtieġa għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Madam Speaker, jien kont nippretendi li anke biex jiġġustifikaw ir-record tagħhom, in-naħa l-oħra kienu jagħmlu xi riferenza għall-economic performance tagħhom tul l-1996.", "Jien naħseb li l-iktar punt importanti huwa li fl-1996, kif qal anke l-Bank Ċentrali u kif għidna aħna anke l- bieraħ, l-Amministrazzjoni Nazzjonalista donnha abbandunat il-policy li żżomm d-deficit fil-limitu ta' 3% tal-GDP, il-famuż kriterju applikabbli għall-Istati membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "U r-raġuni vera u effettiva ovvjament kienet li l-Amministrazzjoni tilfet il-kontroll fuq l-operat tagħha b'mod partikolari billi nsistiet li tibqa' miexja fuq ċertu programm ta' infiq meta kien jidher ċar li t-targets tagħha għal dak li huwa dħul ma kenux se jintlaħqu.", "L-istess Amministrazzjoni kellha t-tendenza li meta tiġi ffaċċjata bi problemi finanzjarji tissagrifika l-ispiża kapitali għal dik kurrenti.", "Dan jirriżulta mill-fatt li ġew applikati prijoritajiet żbaljati u irrazzjonali favur l-infiq rikorrenti li għadni kif semmejt kemm issa kif ukoll iktar kmieni.", "Jien naqbel ma' min qal li l-ikbar shortfalls kienu fir-revenue.", "Fil-fatt 88% ta' l-excess deficit huwa dovut primarjament għal shortfall fir-revenue maħsub li jkun hemm u kważi 50% tax- shortfall kien dovut għal return iktar baxx mill-VAT.", "Fil-fatt l- Oppożizzjoni donnha qiegħda in two minds dwar kif għandha tikkritikana l- operat tal-VAT bħalissa minħabba l-commitment tagħna li nneħħu din it-taxxa fi żmien qasir.", "Madam Speaker, l-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li nies tekniċi jgħidulek li l-istima ta' Lm110 miljun li l-Gvern bassar bħala dħul mill-VAT fl-1996 kienet waħda minfuħa għax fil-fatt għalkemm sar ħafna tidwir u tiftix il- kriterji li fuqhom inħadmu dawn il-projections għadhom m'huma ċari għal ħadd.", "Li huwa interessanti wkoll huwa - għax in-naħa l-oħra qed jagħtu l- impressjoni żbaljata li d-dħul mill-VAT naqas sempliċement għax inbidel il- gvern u tela' gvern li huwa kommess li jneħħi l-VAT - li huwa fatt magħruf - dan ftit li xejn jissemma min-naħa l-oħra - li sa minn April ta' l-1996 il-VAT Office kien diġa' informa lill-Ministeru tal-Finanzi li l-istima tad- dħul mill-VAT minn Lm110 miljun kellha tinżel għal Lm92.25 miljun, jiġifieri dan juri li sa mill-ewwel erba' xhur tas-sena Gvern Nazzjonalista kien diġa' qed jara the writing on the wall u huwa stess diġa' kien qed jintebaħ li l-projections tiegħu għad-dħul tal-VAT ma kienu xejn realistiċi u kienu maqtugħin mir-realta'.", "Imbagħad jekk wieħed jara x'kien id-dħul tal-VAT xahar b'xahar isib irregolarita' u anke inkonsistenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' tax collections.", "Biex forsi wieħed ikollu stampa ċara jrid jifli wkoll ir-refunds li ġew settled u l-monthly net VAT revenue li kien hemm.", "Ovvjament ma' dan wieħed irid jiddetermina wkoll l-ammont ta' VAT avoidance kemm fil-collecting stage kif ukoll fir-refund stage.", "Ladarba qed nitkellmu fuq it-taxxa tal-VAT ikun tajjeb li niċċaraw ftit l- affarijiet għax in-naħa l-oħra tal-Kamra donnha hi indeċiża fuq kif se tikkritikana dwar il-ġbir tal-VAT.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Madam Speaker, qabel xejn irrid ngħid li kemm il-predeċessur tiegħi kif ukoll jien qed nagħmluha ċara, all across the board, li sakemm tibqa' fis- seħħ il-liġi tal-VAT din għandha tiġi osservata u miġbura kemm u kif suppost.", "Imma madanakollu kultant l-Oppożizzjoni qed tagħmel ċerti insinwazzjonijiet li għalkemm m'humiex ċari xorta jwasslu messaġġ ċar.", "Jekk qed nifhimhom tajjeb, l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni filli qed jinsinwaw li aħna rridu nżommu l-figura tad-dħul mill-VAT baxxa biex nuru kemm din it-tassazzjoni m'hijiex effettiva u kemm ma tirrendix, u filli qed jgħidu li m'aħniex qed indaħħlu flus mill-VAT għax taħtna qed tikber l- evażjoni u għax peress li n-nies jafu li din it-taxxa se titneħħa qed jiġu jaqgħu u jqumu minnha, bħallikieku ma teżistix.", "Fil-fatt il-bieraħ iltqajt ma' xi ftit figuri li wieħed żgur isibhom interessanti u dawn jirrigwardaw id-dħul mill-VAT fuq bażi komparattiva bejn Jannar u Marzu ta' l-1996 u ta' l-1997.", "Filwaqt li fuq bażi akkumulattiva bejn Jannar u Marzu ta' l-1996 id-dħul totali mill-VAT kien ta' Lm27.4 miljun, b'net balance ta' ¥17.5 miljun, fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena għalkemm il-gross VAT kien marġinalment ftit aktar baxx - kien ¥25.2 miljun - il-VAT net balance kien ta' ¥21.5 miljun.", "Niġi issa għall-punt ta' kritika li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Josef Bonniċi meta fir-rigward ta' xi ħaġa li għidt jien qal: \"Kif jista' jkollok allegazzjoni min-naħa tal-Gvern li jkollok ekonomija overheating u slowdown f'daqqa?\"", "Dan ovvjament qalu biex juri ċertu sens ta' konfużjoni u taħwid min-naħa tagħna.", "L-ewwelnett m'hemmx għalfejn ngħidha jien li l- ekonomija kienet overheating għaliex il-figuri jitkellmu waħedhom.", "Dwar is- slowdown m'iniex se nitkellem jiena imma tkellmu diversi drabi pubblikament, anke f'ġurnali li ma jissimpatizzawx magħna, diversi korpi kostitwiti - biex inkunu ċari kienu favur il-VAT - li qalu ċar u tond li s- slowdown ilu ġej mill-1995.", "Anzi kien hemm min qal ukoll li dan is- slowdown m'għandu x'jaqsam xejn mat-tibdil li kien hemm fl-amministrazzjoni tal-pajjiż.", "Dawn huma argumenti li dehru fl-istampa lokali u safejn naf jien ma ġewx irribattuti min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Jiena nħoss li m'hemm l-ebda inkonsistenza f'dak li għidna dwar overheating u slowdown għaliex li ġara fil-fatt kien li għalkemm kellna overheating ta' l- ekonomija għaliex il-Gvern kien qed jippompja kemm jista' flus u fondi pubbliċi aktar milli kien sostenibbli, biex ngħid hekk, fil-pajjiż, ir- riżultat nett ma kienx riżultat parallel għal dak l-ippumpjar min-naħa tal- Gvern imma kien rifless f'attivita' ekonomika baxxa jew mhux parallela magħha ġġenerata fis-settur kummerċjali.", "Nerġa' ngħid, hawnhekk m'iniex qed nikkwota għejjun Laburisti.", "Kemm għal dak li huwa overheating u kemm għal dak li huwa slowdown qed nikkwota sorsi li tradizzjonalment aktar kellhom ġibda lejn il-Partit Nazzjonalista milli qatt kellhom lejn il- Partit Laburista imma huma nies li wieħed irid jirrispetta l-opinjoni tagħhom, jaqbel jew ma jaqbilx magħha.", "L-Onor.", "Bonnici tmasħan ukoll mhux ftit għax qal li l-leader tagħna akkuża lill-Partit Nazzjonalista li qiegħed jagħmel ħsara lill-pajjiż bil- kummenti tiegħu.", "Jiena naħseb li kull wieħed minna huwa matur biżżejjed li kapaċi jiddistingwi bejn kritika u oħra.", "Żgur li aħna m'aħniex daqshekk sensittivi li hekk kif nisimgħu ċerta kritika noħorġu ngħidu li dik tagħmel ħsara u hija tixwix, imma ċertu kliem li sar fuq l-andament ta' l-ekonomija kien kważi inducing a recession, kien kważi accelerating a slowdown, u bilfors jiġi perceived bħala ħsara anke meta titkellem ma' nies li jgħidulek li ħafna kliem dwar ir-riċessjoni jwassal biex jiġġenera riċessjoni fil-pajjiż.", "Din kienet il-kritika prinċipali tagħna; li l- kritika li saret, id-doża li saret, l-istil li bih saret, kienet sejra tagħmel ħsara lill-ekonomija tal-pajjiż.", "Jiena ngħid li ħadd m'għandu jiskanta b'dawn l-affarijet għaliex nies li forsi ilhom ċertu żmien fil-politika żgur jiftakru f'ċerti diskorsi li kienu jsiru mill-istess Kap ta' l-Oppożizzjoni bejn l-1981 u l-1987.", "Jista' jkun li dak inhar il-klima politika kienet pjuttost differenti imma xorta waħda l-kritika kienet issir u f'din il-kritika tal-lum jiena nara ċertu sens ta' déjà vu.", "Dan ifakkarni f'każ speċifiku meta żżifnet fin- nofs allegazzjoni li l-banek Ġermaniżi kienu qed jaħsbu li jwaqqfu l- export credit guarantees lejn Malta.", "Wara li saret din l-outburst min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi ħarġu jirrifjutaw din l-allegazzzjoni li dak inhar, fil-fehma tagħna, kienet għamlet ħsara kbira lill-kredibilita' ta' pajjiżna.", "Il-bieraħ issemma wkoll l-affjatament tal-Ministeru tal-Finanzi u l- Kummerċ mal-Bank Ċentrali u s-self tal-banek.", "Ovvjament aħna naraw li mal- Bank Ċentrali jkollna l-aqwa relazzjonijiet u konsultazzjonijiet fuq bażi regolari, preferibbilment anke fuq bażi ta' kull ġimgħa.", "Li rrid ngħid fuq il-banek huwa - u pprovajt nagħmel reading tiegħi anke f'kuntatti li kelli f'dawn il-ftit ġimgħat li ili responsabbli għall-finanzi - li s-sitwazzjoni fil-banek hija li filwaqt li llum qed jimxu b'ċerta serjeta' u kawtela, kien hemm żmien meta sar ċertu self li kien over-generous kważi b'mod mill- aktar suspettuż, biex ma ngħidx anke abbużiv, li spiċċa ppompja flus fi proġetti li ngħid, mingħajr ma nkun kattiv ma' ħadd, li ma kenux kummerċjalment vijabbli.", "U llum għandek proġetti li jinsabu mdendlin b'ħajta wara l-ultra-dipendenza tagħhom fuq fondi bankarji.", "Kien hemm diversi proġetti li ġew inawgurati b'ħafna pompi u ċerimonji għax intqal li se jdaħħlu state of the art techniques u affarijiet bħal dawn - ma rridx nitkellem dwar dan is-settur għax ma nħossx li jkun fair li nitkellem dwar il-proġetti nfushom - imma min jaqra l-gazzetti jsib li ħafna mill-proġetti li ġew launched b'ħafna pompa llum ġew f'sitwazzjoni li għadhom lanqas biss ħallsu l-kuntratturi li bnew dawn l-istess proġetti sentejn jew tlieta ilu.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li llum il-banek għandhom xi direttiva min-naħa tagħna biex joqogħdu jissikkaw għall-gost jew b'vendikazzjoni, imma naħseb li l-banek qed jeżerċitaw ċerta prudenza biex ikopru lilhom infushom wara l-mod over-exposed li mxew bih fl-imgħoddi, forsi minħabba l- politika differenti li kienet qed titmexxa biha s-sistema finanzjarja tal- pajjiż dak inhar.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Bonnici, jekk fhimtu sew, qal ukoll li s-self minn barra fi żmienhom kien dejjem ikun linked ma' ċertu dħul jew return fuq xi proġett partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun, jien noqgħod għall- korrezzjoni tiegħek u naqbel li għandu jkun hekk primarjament, imma fl- imgħoddi kien hemm diversi każi fejn żgur ma kienx hekk.", "Niddejjaq noqgħod insemmi kull darba lill-Enemalta, imma nista' ngħid li kellek korporazzjonijiet bħall-Enemalta li s-self u d-dejn barrani, minflok ma kienu jużawh biex jiffinanzjaw proġetti ġodda, ħafna drabi kienu jużawh għall-working capital tagħhom jew biex iħallsu l-imgħaxijiet u l-interessi fuq dejn ieħor li kellhom akkumulat.", "Jiġifieri dan kien jinvolvi finanzjament barrani li żgur li kien imur ferm oltre l-iskop oriġinali li għalihom kien awtorizzat dan it-tip ta' ftehim u finanzjament.", "L-Onor.", "Bonnici u l-Onor.", "Dalli ddedikaw parti sostanzjali mill-ħin tagħhom iktar dwar it-tassazzjoni l-ġdida milli dwar is-self li għandna quddiemna jew dwar il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż on an as is basis.", "Jien ngħid li għalkemm, fil-fehma tiegħi, dan kien diskors barra minn loku, naħseb li rridu nwieġbu fuq żewġ punti mportanti.", "Naħseb li fuq dan is- suġġett tat-tassazzjoni se jkollna okkażjoni niddiskutu għax nhar il-Ħamis se tiġi diskussa l-mozzjoni mressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, imbagħad ovvjament ikun hemm ample time bl-ebda giljottina ta' xejn meta niġu biex niddiskutu l-better tax system, ladarba tibda tiġi diskussa fil-Parlament.", "Issa ħalli niġi għaż-żewġ punti li xtaqt nippreċiża dwar dak li qal l- Onor. Bonnici l-bieraħ.", "L-ewwelnett, dwar l-obbligi internazzjonali tagħna nerġgħu ntennu li aħna se nirrispettawhom bis-sħiħ - dan jafu ħaddieħor ukoll - meta niġu biex nattwaw il-liġijiet li qed nitkellmu dwarhom.", "Barra minn hekk, l-Onor.", "Bonnici m'għandux għalfejn jitmasħan u jeħodha kontrina dwar il-kwestjoni tal-levies għax din m'hijiex issue li qajjimniha aħna ma' l-EU, imma kienet issue li qajmu huma magħna fil-konsultazzjonijiet li saru l-ġimgħa li għaddiet.", "U l-Onor.", "Bonniċi jkun qed jimmislijdja lill-Kamra meta jgħid li dwar il-levies qatt ma kien hemm problemi.", "Naħseb li kulħadd jaf kif l- Unjoni Ewropeja dejjem ħarsu lejn dawn il-levies għax indunaw li dawn filli kienu jitneħħew fi żmien qasir u mbagħad kienu qegħdin jibqgħu hemmhekk għal żmien itwal, imma l-interessanti huwa dan.", "Meta sar is-summit bejn il- Prim Ministru u l-korpi kostitwiti, min-naħa tal-Prim Ministru dak inhar kien intqal ċar, għal min beda jaħseb li nistgħu nkunu qed niksru xi obbligi internazzjonali, li jekk hemm xi problema ma' l-Unjoni Ewropeja m'hijiex it-tassazzjoni li qed nipproponu aħna.", "Qalilhom: Jekk hemm xi ħaġa li tistona huma l-levies.", "Jien mhux se noqgħod ngħid li għandna Prim Ministru profetiku, f'sens bombastiku.", "Effettivament li ġara kien li sar is-summit mal-korpi kostitwiti fit-28 jew id-29 tax-xahar li għadda, saru l- konsultazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea l-ġimgħa li għaddiet u effettivament il-focus tagħhom, minn rajhom, kien proprju fuq il-levies u aċċettaw ferm l-ispjegazzjonijiet li tajnihom fuq it-tassazzjoni li għandna proposta min-naħa tagħna.", "L-aħħar osservazzjoni li xtaqt nagħmel qabel ma ngħaddi għal xi kummenti oħrajn hija dwar it-treasury bills li ftit issemmew hawnhekk.", "Donnu hawn l- impressjoni li aħna se jkollna self ta' treasury bills imbagħad self ieħor ta' dan il-Lm100 miljun.", "Jien irrid nippreċiża li fl-1996 dan il-Gvern għolla l-ammont massimu ta' treasury bills minn Lm100 miljun għal Lm200 miljun iżda l-iskop kien biex sakemm tgħaddi l-liġi dwar is-self, li l- Parlament għandu quddiemu, Il-Gvern ikollu l-likwidita' f'idejh.", "Issa la tgħaddi din il-liġi u la l-Gvern jissellef kif hemm ipprovdut, dan ovvjament se jerġa' jirripaga t-treasury bills li kien dar fuqhom.", "Għalhekk qed nagħmilha ċara ħafna li s-self taħt din il-liġi m'huwiex self addizzjonali mit-treasury bills iżda huwa self li effettivament se jieħu post dawn l-istess treasury bills.", "Jien issa se nagħmel xi żewġ osservazzjonijiet oħra dwar dak li ntqal f'dawn l-aħħar jumejn fuq ix- shortfall fl-income tax.", "Kif diġa' ġie spjegat ix-shortfall li kien hemm fl-income tax ġiet attribwita għal non-payment taċ-children's allowances li ġie kkumpensat bi tnaqqis f'income tax liability, ħaġa li fil-fehma tiegħi turi nuqqas ta' koordinament effettiv bejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u d-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.", "Jien nista' ngħid li diġa' ħadna passi min-naħa tagħna biex ikun hemm affjatament aħjar bejn dawn iż-żewġ dipartimenti ħalli f'dak li għandu x'jaqsam ma' revenue collection ma jkunx hemm duplication of work imma jkun hemm riżultat ferm iktar effettiv mingħajr ma jkun hemm skumditajiet għall-pubbliku in ġenerali.", "Madam Speaker, il-bieraħ tajt stampa mċekkna ta' l-impatt ta' l- Enemalta fuq in-nuqqas tad-dħul tal-Gvern għaliex jien semmejt biss aspett wieħed, jiġifieri l-fatt li ma tħallsitx excise duty fuq il-petroleum products.", "Fil-fatt l-impatt ta' l-Enemalta fuq in-nuqqas ta' dħul tal- Gvern kien wieħed kbir għaliex kien jolqot mill-inqas tliet setturi importanti ta' dħul għall-Kaxxa ta' Malta.", "Kien hemm Lm3 miljun li ma tħallsux minħabba nuqqas ta' profitt realizzat b'kuntrast ma' xi snin ta' qabel; kien hemm Lm3 miljun li ma ġewx imħallsin f'excise duty on petroleum products importati fl-1996 minħabba li dawn kellhom cashflow problems; u kien hemm Lm1.8 miljun f'dik li hija VAT li ma tħallsux fl-1996 għall-istess raġuni.", "Jien li nista' ngħid fuq l-azjendi parastatali huwa li beħsiebna niżguraw li jkun hemm iktar serjeta' u iktar prontezza fil- financial reporting tagħhom.", "Aħna nippretendu li mhux noqogħdu nistennew li jiġu l-estimi fil-Parlament darba fis-sena biex ikollna ħjiel ta' l- andament finanzjarju tal-korporazzjonijiet varji.", "Aħna nemmnu li min qed imexxi dawn il-korporazzjonijiet għandu jkollu l-obbligu li perjodikament lill-poplu jżommu informat dwar l-andament ta' dawn il-korporazzjonijiet, iżjed u iżjed jekk huma korporazzjonijiet li jkunu ta' piż fuq il-Kaxxa ta' Malta.", "Dan qed ngħidu f'ġieħ it-trasparenza u f'ġieħ l-accountability ħalli l-poplu Malti mhux darba fis-sena biss ikun jaf b'dawn il-problemi imma jkun dejjem jaf xi tkun il-qagħda attwali f'diversi korporazzjonijiet iffinanzjati minn fondi pubbliċi.", "Osservazzjoni oħra li rrid nagħmel hija iktar ta' natura ġenerali.", "Din tikkonċerna l-Amministrazzjoni l-oħra għal meta kienet tapplika l- prijoritajiet tagħha.", "Konferma ta' kemm l-Amministrazzjoni l-oħra ġieli applikat prijoritajiet irrazzjonali toħroġ mill-fatt li l-ispiża rikorrenti qabżet il-limitu bi Lm23.1 miljun, filwaqt li dik kapitali kienet ta' Lm16 miljun inqas minn dak ipproġettat.", "Jien nirrikonoxxi l-fatt illi seta' kien hemm każi fejn kellek over-expenditure li kienet dovuta iktar għal erratic estimation aktar milli sempliċi over-spending deliberata.", "Għal dak li qed jiġi propost dwar it-Tarzna jiena ngħid li nittamaw li l-istess ażjenda għandha tibda tidħol direttament responsabbli għall-piżijiet finanzjarji tagħha.", "Jiena nista' ngħid li għalkemm aħna jkollna talbiet ta' finanzjament mid-Drydocks m'għadniex noħorġu ċ-ċekkijiet bħala blank cheques imma qegħdin neżaminaw il-kotba tagħhom b'ċertu reqqa u qabel ngħaddu biex nagħtu ċerti advances lid-Drydocks ikollna diskussjonijiet magħhom ħalli nkunu sodisfatti li l-avvanzi li ngħaddulhom ikunu ġustifikati.", "Bil-passi li qed nieħdu issa, u se nieħdu anke 'l quddiem, il-Gvern qed juri li bil-mod il-mod il-Malta Drydocks għandha tibda tassumi r-responsabbilta' hi għall-financial management tagħha ħalli jekk Alla jrid tinqata' darba għal dejjem il-marda kronaka, li ma teżistix fid-Drydocks biss imma anke f'korporazzjonijiet oħrajn, li jkollok employers li ma jħallsux ir-revenue dovut lill-Gvern, bħalma huma n-national insurance contributions, il-PAYE, ir-rents u affarijiet oħra simili.", "Jien naħseb li fil-ħin li kellna għad-dispożizzjoni tagħna ż-żewġ naħat tal-Kamra elaborajna biżżejjed fuq il-punti mqajma u nagħlaq bl-appell finali li dan m'huwiex każ ta' allarmiżmu żejjed.", "Jien inħoss li bil-figuri li semmejt, speċjalment illum, urejt li l-Gvern Laburista qed ikun prudenti u oġġettiv ħafna f'dak li qed jipproponi u għaldaqstant inħeġġeġ sabiex nivvotaw favur din il-leġislazzjoni li hija ferm meħtieġa mhux biss għaċ- ċirkostanzi tal-lum u ta' għada imma iżjed u iżjed minħabba dak li sab il- Partit Laburista wara li ħa over mill-Ammistrazzjoni preċedenti.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza li jsir self ta' somma ta' Lm100 miljun\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni il-Kamra ġiet sospiża fil-11.36 a.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza li jsir self ta' somma ta' mitt miljun lira Maltija\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Onor. Membri, ġejt informata li għal din il-votazzjoni l- Onor. John Attard Montalto, l-Onor.", "Maria Camilleri, l-Onor.", "Chris Cardona, l-Onor.", "Karl Chircop, l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona, l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Karmenu Vella se jiġu paired ma' l-Onor.", "Helen D'Amato, l-Onor.", "Guido de Marco, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, l- Onor. Richard Muscat, l-Onor.", "Anton Tabone u l-Onor.", "John Vella.", "Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jekk jogħġbu jsejjaħ l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri.", "VOTAZZJONI NRU : 31", "FAVUR: 27", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Grech Edwin | |Abela Joseph |Gulia Gavin | |Agius Chris |Herrera Jose' | |Bartolo |Mangion Charles| |Evarist | | |Brincat Leo |Mintoff Dom | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar |Pace Bertu | |Louis | | |Cilia Joe |Portelli Alfred| |Dalli Helena |Refalo Anton | |Debono Grech |Sant Alfred | |Joe | | |Farrugia |Schembri Adami | |Anglu |Sandro | |Farrugia Joe |Spiteri Lino | |Farrugia |Vassallo Adrian| |Michael | | |Farrugia Noel| |", "KONTRA: 25", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gonzi Lawrence | |Agius Francis|Hyzler George | |Bonnici Josef|Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici |Mugliett | |Michael |Jesmond | |Borg Joe |Muscat Claude | |Borg Tonio |Psaila Savona | | |Joe | |Cassar Joe |Pullicino | | |George | |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |Deguara Louis|Refalo Michael | |Frendo |Vassallo Edwin | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Gatt Austin | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nitlob li bil-permess tal-Kamra ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat ta' dan l-istess abbozz ta' liġi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nhar il-Ġimgħa li għaddiet fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra qbilna li ngħaddu din il-liġi mill-istadji kollha, naturalment jekk ikollna ħin.", "GĦalhekk naqblu li issa ngħaddu għall- istadju ta' Kumitat.", "MADAM SPEAKER: Mela dan ifisser li hawn ftehim li issa ngħaddu għall- istadju ta' Kumitat.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Awtorita' li jsir self.", "Clause 2 - Authority to raise loan.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, għal klawsola 2 nixtieq nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Fit-test Malti tal-paragrafu (b) tas-subklawsola (2) tal-klawsola 2, fin-nota marġinali tiegħu, minflok il-kliem \"Kap. 169\" għandhom jidħlu l-kliem \"Kap. 161\".", "\"A\" In the Maltese text of paragraph (b) of subclause (2) of clause 2, in the marginal note thereof, for the words \"Cap.", "169\" there shall be substituted the words \"Cap.", "161\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li din il-klawsola qed tipprovdi għal self minn barra jista' l-Ministru jispjega ftit - għalkemm dan il-punt issemma fit-Tieni Qari safejn naf jien ma kienx hemm riferenza għalih fl- għeluq tiegħu - kif il-Gvern qed jippjana li se jsellef dawn il-Lm100 miljun?", "Dawn il-flus ġejjin minn xi protocol jew se jiġu ffinanzjati b'xi mod ieħor?", "Dawn il-punt huwa rilevanti għal dan l-abbozz ta' liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna m'aħniex qed nirriferu għal self minn xi protocol imma qed nirriferu għal self minn capital markets barranin.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Aħna konna staqsejna kif se joħorġu dawn il-bonds għax il-mekkaniżmu m'huwiex ċar.", "Dawn se jkunu f'isem il-Gvern għad- Drydocks?", "Il-bonds tad-Drydocks se joħorġu barra minn Malta jew jew se jkunu bonds tal-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħidilna bejn wieħed u ieħor x'ammonti se jissellef mis-suq lokali u x'ammont se jissellef mis-suq barrani?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ammont għadu mhuwiex wieħed speċifiku.", "Li nista' ngħid biss huwa li l-Lm25 miljun self tal-Malta Drydocks se jkun iffinanzjat billi lokalment we raise government bonds.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-uniku punt li xtaqt nagħmel huwa li għalkemm l- intenzjoni fir-rigward tad-Drydocks hija li nużaw is-suq lokali, qegħdin nirriżervaw id-dritt li jkollna l-options kollha available quddiemna biex ma nkunx qiegħed nimmiżlijdja lill-Kamra.", "Jiġifieri l-intenzjoni bħalissa hija li we raise government bonds lokalment.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"A\" kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - GĦan.", "Clause 3 - Purpose.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din l-emenda hija korrezzjoni ta' xi ħaġa grammatika.", "Din tgħid hekk:", "\"B\" Fil-paragrafu (b) tas-subklawsola (1) tal-klawsola 3, minflok il-kliem \"ammonti dovuti tal-Gvern\" għandhom jidħlu l-kliem \"ammonti dovuti lill-Gvern\".", "\"B\" In paragraph (b) of subclause (1) of clause 3, for the words \"debts of the Government\" there shall be substituted the words \"debts due to the Government\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Bonniċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li din hija l-ewwel darba li l-Gvern qed jissellef biex jiffinanzja dan it-tip ta' dejn li għandha d-Drydocks mal- Gvern stess.", "Jista' l-Ministru jinformana daqsxejn dwar is-sitwazzjoni?", "Id-Drydocks qiegħda f'pożizzjoni li tagħmel tajjeb għal dan is-self forsi b'xi improvements fil-management u fis-sistema biex ma jkollniex il- problema li ċerti pagamenti dovuti minnha għall-PAYE u s-social security - li parti minnhom skond il-Ministru hija multa ....?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk huwa jħossux konfidenti li dan se jkun biżżejjed jew inkella aħniex se jkollna bżonn niġu quddiem il-Kamra biex inkunu nistgħu niffinanzjaw l-infiq tad-Drydocks?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi l-Malta Drydocks ma tistax tissellef hija stess, li se jiġri huwa li dawn se jiġu avvanzati lilha biex hija tkun tista' tħallashom lura lill-Gvern.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiġifieri issa se jkollha d-dejn mal-Gvern?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar id-dejn li kien hemm mal-banek, hemm xi ħsieb li jkun hemm xi trattament simili?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, għalkemm l-Onor.", "Bonnici qiegħed jitkellem fuq dan is-suġġett u qiegħed jieħu ħsieb l-affarijiet tal- finanzi, jidher li ma kienx briefed mill-ex-Ministru tal-Finanzi dwar il- qagħda li kien hemm fid-Drydocks u dwar dak li sab dan il-Gvern.", "Kieku ġie briefed kien isib li l-proposta li jkun hemm konsolidament ta' dak li d- Drydocks għandha tagħti lill-Gvern, qua gvern, kienet diġa' qiegħda quddem l-ex-Ministru tal-Finanzi, jiġifieri l-Onor.", "Dalli, fi żmien l- Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Jiġifieri diġa' kien hemm din il-proposta li hija inkorporata f'dan l-abbozz ta' liġi li qiegħed fl-istadju tal- Kumitat.", "Dan ifisser li l-proposta kienet waħda ċara u speċifika, u dak li hemm fl-abbozz ta' liġi.", "Dan l-abbozz ta' liġi żgur kien jitressaq mill- ministru shadow tal-finanzi attwali kieku rebaħ l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista.", "Il-proposta hija li d-debiti tad-Drydocks għar-rigward ta' national insurance, taxxa u ħlasijiet oħra dovuti lill-gvern jiġu konsolidati permezz ta' din il-klawsola - li qed jirriferi għaliha l- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, li qiegħed jiġi mistoqsi dwarha, biex ikun hemm a paper transaction - imma l-qagħda tkun kristalizzata b'tali mod li waqt li d-Drydocks jibqgħu debituri lejn il-gvern tiġi konvertita f'debitu differenti.", "Li kien fiha tajjeb din il-proposta - u ġaladarba kien fiha tajjeb dan li se ngħid ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex m'għandhiex tiġi mwettqa minkejja li kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi ta' Gvern Nazzjonalista - huwa li permezz tagħha se tiġi regolarizzata l-qagħda tad- Drydocks ma' l-Inland Revenue, ma' diversi korporazzjonijiet u mad- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "S'hemmhekk tasal il-proposta.", "Issa dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Josef Bonnici hija xi ħaġa kompletament differenti għax qed jipprova jibni ipotesi fuq x'se jagħmel il-Gvern għall- quddiem.", "Mhux hekk trid tagħmel imma trid tirreaġixxi għal dak li l-Gvern ressaq hawnhekk u mhux toqgħod tistaqsi lill-Ministru x'intenzjoni għandu.", "Huwa jagħmel dak li jista' u dak li jkun meħtieġ fiċ-ċirkostanzi.", "Fid- Drydocks saru diversi affarijiet, allura wieħed irid jara għall-quddiem x'se jiġri.", "Imma d-domanda speċifika tiegħu, jekk hux se jiġri ma l- istituzzjonijiet tal- krediti, l-istess ħaġa fir-rigward ta' debiti li d- Drydocks għandha mal-banek kummerċjali, ma treġix.", "GĦaliex il-gvern tal- ġurnata, hu min hu, għandu jidħol hu awtomatikament - mhux li m'għandux jikkonsidraha - biex jieħu fuqu debiti li m'humiex tiegħu?", "Illum is- sistema bankarja hija mferrxa, parti pubblika u parti privatizzata.", "Hemm il-garanziji tal-gvern imma ma ġewx u ma kienx ġie propost mill- Amministrazzjoni preċedenti li jiġu konvertiti - u għadu mhux propost li jiġu konvertiti - f'mekkaniżmu kif qed jitressaq hawnhekk.", "Il-Kamra għandha quddiemha dan il-mekkaniżmu attwali u lanqas huwa in order fil-fatt li wieħed joqgħod jistaqsi u jipotizza fuq affarijiet li huma a twinkle in the eye ta' min qed jagħmel dawn il-mistoqsijiet.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien qed insegwi wkoll x'inhu jiġri.", "GĦalissa din mhijiex kwestjoni ta' handover u jidher li ma tantx ingħatat handover bejn l-Onor.", "Spiteri u l-Ministru attwali.", "Pero' dan li qiegħed isir illum fuq it-Tarzna fir-realta', kif qal l-Onor.", "Spiteri, kien maħsub li jsir fil- budget għal din is-sena, jiġifieri kien maħsub li jsir is-sena l-oħra biex ikun inkluż bħala parti mill-attwali ta' din is-sena.", "Naturalment din hija waħda mill-affarijiet li tiġi spustjata minn sena għall-oħra u fil-fatt spustjat ukoll parti mill-iżbilanċ li rriżulta s-sena l-oħra għal din is- sena.", "Ir-realta' hija li, kif qal l-Onor.", "Spiteri, din kienet maħsuba li ssir matul l-1996, naturalment parti mill-budgeting process li konna qegħdin nagħmlu fl-1996.", "Kien hemm ukoll ħaġa oħra.", "Min kien qed isegwi dak iż-żmien x'kien qed jiġri jiftakar illi parti oħra li konna qed nipprovaw nagħmlu kienet li naslu sabiex nirrazzjonalizzaw id-djun li kellha t-Tarzna mad-dipartimenti tal-gvern, li minħabba fihom kienu qed ibatu ħafna l-ħaddiema tat-Tarzna għax kellhom sitwazzjoni fejn n-national insurance contributions tagħhom ma kenux tħallsu u kienu qed isibu diffikulta' min-naħa tas-Social Security Department meta jiġu biex jieħdu l-pensjonijiet u lanqas ma kienu qed jieħdu refund fuq taxxa li kienu ħallsu żejda bħala parti mill-paga tagħhom.", "Jiena din kont qed norbotha mat-tneħħija tal-Baċir nru.1, liema baċir aħna konna nemmnu li huwa ta' importanza kbira biex jiġi żviluppat is- south ta' Malta.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Se jkolli nwaqqafkom għax sar il-ħin.", "F'12.24 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal- lejla, it-Tlieta, 22 ta' April, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Madam Speaker, naħseb li huwa fatt magħruf minn kulħadd li l-ġimgħa d-dieħla se niċċelebraw Jum il-Ħaddiem.", "Din hija festa internazzjonali li biha d-dinja tirrikonoxxi l-kontribut li jagħti l-ħaddiem lis-soċjeta'.", "Naħseb li din is-sena hawn bosta ħaddiema Maltin li qed jistaqsu: Liema hu l-vera partit tal-ħaddiema f'Malta?", "Niftakru li sa ftit żmien ilu l-Partit Laburista Malti kien aktar magħruf għall-korpi paramilitari li fihom il-ħaddiem kien jitpoġġa taħt dixxiplina militari mingħajr ebda drittijiet li wieħed jassoċjahom mad-drittijiet komuni tal-ħaddiema.", "Il-Partit Laburista Malti kien magħruf ukoll għall- famuż time-off-in-lieu li kien jingħata flok il-ħlas għall-overtime.", "Kien magħruf ukoll għat-tnaqqis fil-vaganzi, għall-vjolenza politika fuq il-post tax-xogħol, għad-diskriminazzjoni fl-għoti tal-promotions u għat-transfers relatati mal-politika.", "Issa minkejja l-ħafna wegħdiet li saru qabel l- elezzjoni li għaddiet dawn l-affarijiet qed narawhom issa wkoll.", "Ta' min ifakkar ukoll li l-Gvern Laburista tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet kien magħruf ukoll għall-wage freeze li bih ipprova jrażżan id-diżastru ekonomiku li kienu qed jiffaċċjaw il-ħaddiema Maltin dak iż-żmien.", "Il- gvernijiet Laburisti preċedenti tant kienu qatgħu qalbhom li jiġġeneraw ix- xogħol produttiv li saħansitra mpjegaw madwar 8,000 ħaddiem mal-gvern u korpi parastatali fil-ftit xhur ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Hemmhekk kienet inħolqot il-ħofra kolossali li kellu jiffaċċja l-Partit Nazzjonalista meta tela' fil-gvern.", "Madam Speaker, jiena nsostni li l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit tal-ħaddiema bil-provi u mhux bil-paroli.", "Il-fiduċja li nissel f'dan il- pajjiż u l-kwiet industrijali li kellna fid-disa' snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista wasslu biex inħolqu 21,000 impjieg fis-settur privat u mhux fis-settur pubbliku.", "Ta' min wieħed jgħid li dawn kienu mpjiegi kompletament ġodda.", "Filwaqt li bejn l-1983 u l-1986 id-dħul medju fil- ġimgħa għall-ħaddiema Maltin naqas minn Lm45 għal Lm42, sa l-1995 id-dħul medju tal-ħaddiema tela' għal Lm75, jiġifieri qabża ta' Lm33 fil-ġimgħa.", "Hekk kien ilaħħaq ma' l-għoli tal-ħajja l-ħaddiem, mhux bil-kliem imma bil- fatti.", "Ta' min wieħed isemmi wkoll li filwaqt li sa l-1986 il-qgħad kien kważi laħaq is-7%, sa l-1996 iċ-ċifra tal-qgħad kienet ta' 3.4%, liema ċifra ftaħar biha saħansitra l-Onor.", "Alfred Sant stess il-ġimgħa l-oħra waqt intervista relatata mal-Konferenza Ewro-Mediterranja.", "In-numru ta' persuni b'impjieg temporanju naqas, minn 6.5% fl-1986 għal 2.9% fl-1996.", "Din hija ċifra oħra li turi l-kontribut kbir li ta l-Partit Nazzjonalista fil-gvern għax-xogħol f'pajjiżna.", "Dan huwa l-partit tal-ħaddiema, il-partit li rregala u ggarantixxa x-xogħol lill-ħaddiem Malti.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hija li n-numru ta' nisa jaħdmu żdied bi 30% fuq iċ-ċifra li kien hemm fl-1986, filwaqt li n-numru ta' nisa jirreġistraw għax-xogħol naqas b'66%.", "Qabel l-elezzjoni li għaddiet l-Onor.", "Alfred Sant wiegħed lill-mara tad-dar li mhux se jkollha bżonn toħroġ taħdem biex tlaħħaq ma' għoli tal-ħajja.", "Il-ħmerija hi li jekk verament il-mara tixtieq toħroġ taħdem biex tlaħħaq ma' l-għoli tal-ħajja, issa xogħol ma tistax issib.", "Fatti oħra li juru t-titjib sostanzjali li sar għall-ħaddiem Malti fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista huma li s-servizzi soċjali minn Lm75 miljun fl-1986 qabżu għal Lm175 miljun fl-1995 u ċ-ċifra ta' depożiti fil- banek minn Lm497 miljun fl-1986 qabżet għal Lm1,340 miljun fl-1995.", "Dan juri li l-ħaddiema tagħna mhux biss bdew jaqilgħu iktar iżda bdew ifaddlu iktar ukoll.", "Madam Speaker, indikattiv tas-sistema ekonomika tajba li wiret dan il- Gvern mill-amministrazzjoni preċedenti huwa l-fatt li, per eżempju, id-dħul mit-turiżmu żdied minn Lm21 miljun fl-1987 għal Lm33 miljun fl-1995.", "Imbagħad jiġu jitkellmu fuq kriżi fis-settur tat-turiżmu!", "Ta' min wieħed isemmi wkoll li l-esportazzjoni fl-1987 kienet tlaħħaq għal Lm209 miljun filwaqt li fl-1995 iċ-ċifra qabżet għal Lm672 miljun.", "Nerġa' nisħaq fuq il-fatt li dawn iċ-ċifri ftaħar bihom l-Onor.", "Alfred Sant stess meta tkellem il-ġimgħa l-oħra waqt intervista ma' ġurnalist televiżiv Franċiż.", "Dawn iċ-ċifri juru wkoll il-qagħda tajba ta' l-ekonomija Maltija li hija frott l-għaqal tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Din hija r- raġuni prinċipali għalfejn il-ħaddiem Malti tjieblu drastikament il-livell ta' l-għajxien fl-aħħar disa' snin.", "Wieħed ma jridx jinsa li tant żdiedu l- benefiċċji soċjali li familja b'paga minima fl-1996 kienet iddaħħal aktar minn familja b'paga medja fl-1987.", "B'hekk familja skomda fl-aħħar sena tal- Gvern Nazzjonalista kienet aħjar minn familja b'paga medja fl-aħħar sena tal-Gvern Laburista preċedenti.", "Madam Speaker, jiena nerġa' nistaqsi: Min hu l-vera partit tal-ħaddiema f'Malta?", "Madam Speaker, x'ingħidu għall-ħrafa ta' l-għoli tal-ħajja?", "Peress li ma stajniex niġu attakkati fuq xi nuqqas ta' xogħol, fuq pagi baxxi jew servizzi soċjali inadegwati, attakkawna fuq l-għoli tal-ħajja.", "Mhux billi nivvinta ħafna slogans fuq l-għoli tal-ħajja għax meta mbagħad tħares lejn il-fatti tara li l-verita' hija kompletament differenti.", "Bejn l-1982 u l- 1986 iż-żieda reali fis-servizzi soċjali, wara t-tnaqqis minħabba l-għoli tal-ħajja, kienet ta' 2.5%; u bejn l-1987 u l-1996 iż-żieda reali fis- servizzi soċjali, wara t-tnaqqis ukoll minħabba l-għoli tal-ħajja, kienet ta' 15.5%.", "Hekk kien ilaħħaq mal-ħajja l-ħaddiem Malti.", "Madam Speaker, tan-naħa l-oħra kienu jgħajruna li ma stmajniex lill- ħaddiema fis-settur tas-self-employed.", "Hawnhekk wieħed ta' min isemmi li kien il-Partit Nazzjonalista li neħħa l-provvediment li permezz tiegħu s- self-employed kienu jiġu mċaħħda milli jirċievu l-pensjoni minima nazzjonali miżjuda.", "Kien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li neħħa l- provvediment li kien jimpedixxi s-self-employed taħt il-65 sena li kellhom dħul aktar minn Lm630 fis-sena milli jirċievu l-pensjoni taż-żewġ terzi.", "Kien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li neħħa l-provvediment li kien iċaħħad numru ta' self-employed milli jirċievu l-pensjoni tas-sigurta' soċjali għax kellhom liċenzja tan-negozju.", "Kien ukoll il-Partit Nazzjonalista li ta lis-self-employed li jirċievu l-benefiċċju tal-mard bħal kull ħadiem ieħor.", "Aħna lis-self-employed nistmgħuhom mhux bil- paroli imma bil-fatti.", "Ngħaddi issa għaċ-ċajta l-kbira li hija waħda mill-wegħdiet elettorali tal-Partit Laburista meta wiegħed li:", "\"Il-paga soċjali għandha tkun tali li tipprovdi għall-ħteġijiet tal- familja u l-membri tal-familja jekk iridu biss jagħmlu xogħol extra.", "Jagħmlu dan għax jagħżlu huma u mhux għax imġiegħla mill-fatt li l- paga ma sservihomx.\"", "Il-verita' hija - u jiena niltaqa' man-nies u m'iniex qed ngħix fl-ajru, kif forsi qed jagħmlu xi wħud mill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra - illi issa verament il-paga mhux qed isservihom għall-ħajja minħabba żidiet sostanzjali fil-prezzijiet, uħud minnhom b'riżultat tal-miżuri meħuda fl- ewwel budget tal-Gvern Laburista, minħabba ż-żieda redikola fil-paga mħabbra fil-budget li għadda u minħabba ż-\"żero\" kbir fil-miżuri soċjali ġodda mħabbra fil-budget li għadda mill-Minitru tal-Finanzi.", "Huwa indikattiv ħafna li l-Partit Laburista m'għandux ix-\"xogħol\" fuq l- aġenda tiegħu u fil-fatt lanqas biss issemma darba fid-diskors tal-ftuħ ta' dan il-Parlament mill-President ta' Malta.", "Issa hawn ħafna li jixtiequ jaħdmu xogħol extra iżda xogħol ma jsibux minħabba l-ħofra kbira li nħolqot f'pajjiżna frott tan-nuqqas ta' fiduċja fl-amministrazzjoni preżenti.", "Din in-nuqqas ta' fiduċja wassal ukoll għal żieda kbira fid-disimpjieg, għalkemm dan għalissa mhux qed jiġi rikonoxxut pubblikament u uffiċjalment mill-Gvern preżenti.", "Illum il-ġurnata imma għandna lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU li huwa kkwotat li qal hekk:", "\"Il-qagħda fis-settur tal-manifattura hija ferm agħar minn sitt xhur ilu.\"", "F'dawn l-aħħar sitt xhur Gvern Laburista kien hemm.", "Wieħed jistaqsi: Għaliex ġara dan?", "Li ġara huwa li intilfet kompletament il-fiduċja f'pajjiżna.", "Bħalissa l-Kamra qed tiddiskuti abbozz ta' liġi li jittratta dwar self li jrid jidħol għalih il-Gvern Malti.", "Li qed jiġri huwa li minħabba n-nuqqas ta' fiduċja li għadni kemm semmejt hawn kriżi fl-ekonomija lokali u jidher li biex inpattu għal din il-kriżi u biex forsi nimlew xi ħofra, il-Gvern Malti se jiddejjen ħafna flus biex jippompjahom fl-ekonomija ħalli jipprova jagħtiha spinta.", "Bħas-soltu, qed nerġgħu naqgħu għas-soltu skuża li dan huwa kollu tort tat-tixwix tal-Partit Nazzjonalista.", "Qed jgħidu li l-miżuri negattivi li l-Unjoni Ewropea se tieħu fil-konfront ta' Malta - il-Prim Ministru stess ammetta li dawn il-miżuri jistgħu jheddu eluf ta' impjiegi - huwa tort tat-tixwix tal-Partit Nazzjonlista.", "Huwa verament tort tat- tixwix jew tort tat-taħwid fil-politika barranija tal-Gvern preżenti?", "Jiena naħseb li iktar huwa tort, per eżempju, ta' l-iffriżar ta' l- applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "B'din id-deċiżjoni li ħa l- Gvern preżenti sirna l-uniku pajjiż fid-dinja fi stat ta' animazzjoni sospiża.", "Kien hemm bżonn li l-pajjiż iżomm sakemm jerġa' jkollu tmexxija serja u ma jikkrollax.", "Madam Speaker, viva l-vera partit tal-ħaddiema, il- Partit Nazzjonalista.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Angelo Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Madam Speaker, jiena xtaqt li llum, eżattament kif fetaħ il-festival tal-Belt, nagħmel xi kummenti u xi riflessjonijiet dwar li dik jiena nemmen li hija l-industrija mutur ta' l- ekonomija ta' dan il-pajjiż u l-industrija li minnha jiekol kulħadd, jiġifieri l-industrija tat-turiżmu.", "Għandi pjaċir ngħid li ħafna mill- affarijiet li qed isiru llum ġew imfasslin, mnebbħin u ħafna minnhom varati minni stess fiż-żmien twil li għamilt responsabbli mit-turiżmu.", "Hawn min forsi jgħid li qed niftaħar, imma jekk wieħed ikollu biex jiftaħar jista' jiftaħar.", "Dawn l-attivitajiet kienu bdew mill-Imdina, imbagħad sussegwentement komplejna bil-festival tal-Birgu u anke tal-Belt.", "Dawn huma attivitajiet tajbin ħafna u jagħmel sew il-Gvern tal-lum u National Tourism Organisation li jibnu fuq dawn l-affarijiet.", "Imma jiena ngħid li mhux tibni billi sempliċiment tvarja, issaħħaħ u tkabbar il-programm, imma wieħed irid jara wkoll x'inhuma l-iskopijiet għaliex qed isiru dawn il- programmi.", "Jiena f'moħħi dejjem kien ikolli - u għalhekk kont inħallihom għal ċerti żmenijiet - li jkunu fihom nnifishom attrazzjoni biex iktar jiġu nies f'dan il-pajjiż u jaraw fih xi ħaġa differenti minn pajjiż ieħor.", "U għalhekk l-ewwel punt li rrid nagħmel hawnhekk huwa li ma nemminx li saret promozzjoni speċifika li ġġib in-nies speċifikatament għal dawn l- attivitajiet, liema attivitajiet l-NTOM qegħda toffri b'xejn bħala on site entertainment lil kull min jiġi.", "Huwa veru li min ikun qiegħed hawn din is- sena jista' jmur lura u jgħid li jerġa' jiġi s-sena d-dieħla għax ikun hawn l-istess attivitajiet?", "Tabilħaqq dak huwa l-iskop li għandu jkun?", "U jiena ngħid li huwa żball li ma nagħmlux il-promozzjoni.", "M'iniex ngħid permezz tat-television għax jiena naf mill-esperjenza kemm tiġik flus il- promozzjoni tabilħaqq b'saħħitha kontinwa fuq it-television, imma għandha ssir b'riklamar u permezz tal-ġurnalisti xhur qabel ma jibdew dawn l- attivatjiet.", "It-tieni punt li rrid nagħmel dwar l-industrija tat-turiżmu huwa dan.", "Riċentement kien hemm intervista li għamel il-general manager tal-Lukanda Dragonara Westin fl-okkażjoni meta ġew il-Conference and Incentive Organisers u Buyers hawn Malta, li hija attivita' tajba li ġiet sostnuta wkoll mill-Air Malta - mhux l-ewwel darba li saret, kellna diversi bħalha - u l-punt li l-aktar laqatni mid-dikjarazzjoni li għamel dan il-general manager kien meta qal illi rridu nuru lil dawn in-nies \"Malta ġdida\".", "Ma naħsibx li meta qal hekk kien qed jagħmel riferenza għall-bidla fil- gvern!", "Dan huwa barrani u ċertament ma jidħolx f'dawn l-aspetti.", "Nista' ngħid li b'fortuna għalija, l-iżvilupp tal-parti tal-Bajja ta' San Ġorġ u l- lukandi kollha li qed jinbnew u li hemm lesti, sew min-naħa tad-Dragonara kif ukoll min-naħa tal-Bajja ta' San Ġorġ, kif ukoll l-Istitut tat-Turiżmu, huma kollha affarijiet li ġew imfasslin fi żmienna u jien segwejt l- iżvilupp tagħhom meta kont responsabbli mill-industrija tat-turżmu.", "L- istess manager tal-Lukanda Dragonara Westin qal li dan huwa tajjeb għax kieku ma kellniex dawn il-5-star hotels - u il-Kamra tiftakar kemm kien ikollna kritika għax kienu jinbnew 5-star hotels - kieku llum ma nistgħux inħajru negozju ta' incentives u konferenzi kif qegħdin nagħmlu għax ma kienx ikun hawn sodod biżżejjed.", "F'dan il-kontest wieħed irid jistaqsi jekk f'dan il-pajjiż konniex inkunu nistgħu nospitaw il-Euro-Med Conference b'dawk id-delegazzjonijiet, media people, gurnalisti u television crews kollha kieku fil-fatt ma kellniex is-sodod adegwati li jistgħu jakkomodawhom.", "Allura wieħed irid iqiegħed fil-perspettiva ġusta tagħha l-impronta li kont tajt biex ma' l-accommodation stock l-ieħor li kellu l-pajjiż - acommodation stock li jiena nieħu pjaċir nara wkoll li jsir aħjar - ikollna wkoll niċċa soda ta' 5-star accommodation.", "Pero' l- iżvilupp tal-Bajja ta' San Ġorġ ma kienx se jieqaf bl-Istitut tat-Turiżmu u bil-lukandi li jinbnew imma kien jinkorpora fih - u jiena inħeġġeġ lil min hu responsabbli llum biex ifittex fost il-karti u fost l-istudji li hemm fil-Ministeru tat-Turiżmu - it-twaqqih ta' dak il-bini antik ta' żmien is- servizzi li qiegħed in-naħa ta' ta' wara ta' l-Istitut tat-Turiżmu, liema bini huwa delapidat u qed ikerrah l-ambjent.", "Nitlob ukoll lil min hu responsabbli biex iħares ftit lejn il-pjanti u l-istudji li kienu saru minn esperti barranin, jekk niftakar sew konna ġibna lil ċertu Dott. Fabbri, eżattament biex titwessa' t-triq li hemm quddiem Villa Rosa - triq li hija relattivament dejqa għat-traffiku li hawn bħalissa - u biex tiġi estiża l- bajja tar-ramel.", "Din tista' fil-fatt tiġi estiża u jkun importanti li f'dik il-lokalita', li llum hija tourist area number one, ikun hemm ukoll bajja tar-ramel.", "Jiena nħeġġeġ lill-Gvern biex iħares ftit lejn dawk l- istudji li tabilħaqq huma importanti u nistgħu mmexxuhom.", "Madam Speaker, irrid ukoll nagħmel kumment żgħir dwar dak li qed isir f'Buġibba.", "Jiena diġa' qiegħed on record li għidt li dak huwa proġett tajjeb, proġett bżonnjuż u proġett li seta' jsir wara li ġew istallati s- servizzi kollha, għax meta inti jkollok cake l-icing tagħmlu wara, imma l- icing huwa importanti daqs il-cake għax l-ewwel ma tiekol hija l-għajn.", "Il- Gvern qiegħed jgħid li se jonfoq Lm3 miljun.", "Issa Lm3 miljun fi żmien meta l-Gvern stess qed jgħid li m'għandux flus huwa ammont sostanzjali.", "Il- parir li rrid nagħti huwa dan: L-iktar ħaġa importanti meta jkollok investiment ta' dik l-entita' u l-iktar ħaġa li hija ta' siwi meta l-pajjiż qed jonfoq dawk il-flus kollha hija li x-xogħol isir tajjeb.", "U jiena ma nixtieqx li biex taparsi naqtgħu iż-żigarella fiż-żmien li hemm stipulat ċertu xogħol isir bl-għaġġla.", "Jiena qed ngħidu dan għax min jifhem - jiena nitla' hemmhekk u nsegwi, imma ma nifhimx daqs nies li huma tekniċi f'dawn l-affarijiet - jgħidli li f'ċerti postijiet ix-xogħol qed isir bl-għaġġla wisq.", "U tkun sfortuna jekk l-investiment li jkun qed jagħmel il-poplu permezz tal-Gvern ma jkunx investiment li verament jagħti l-frott li huwa intiż li jagħti.", "Għax jekk inti s-sena ta' wara jkollok terġa' tibda taqla' u ssewwi dak li tant tkun infaqt għalih is-sena ta' qabel, jiena ma naħsibx li huwa għaqli li wieħed għandu jinvesti b'dak il-mod.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel, u nispera li nagħlaq hawnhekk, huwa li l- Gvern donnu ddeċieda li jikkonċentra fuq it-turiżmu biex jagħti kick-start lill-ekonomija.", "Huwa veru li l-industrija tat-turiżmu hija l-ewwel ħaġa li twieġeb għall-inizjattivi ta' funding, imma huwa veru wkoll li din l- industrija hija l-ewwel waħda li tikkrolla meta jkun hemm l-inkwiet.", "Pero' sfortunatment - wara ngħid li hemm xi ħaġa pożittiva wkoll - dan il-Gvern iddeċieda li l-industrija tat-turiżmu jirbaħha bin-numri.", "Jiena hawnhekk kemm-il darba għidt li l-iktar numru li huwa importanti huwa n-numru ta' l- impjegati u l-ammont ta' flus li jidħol mit-turiżmu u mhux l-ammont tat- turisti li jiġu.", "Jiena ninsab sbalordit kif ġiet stabbilita t-TOSS rate għax-xitwa li ġejja.", "Din ġiet stabbilita b'mod ġeneruż iż-żejjed u dan meta l-isterlina qegħda b'saħħitha.", "Dan huwa mod li bih wieħed qed juri li jrid iġib it-turisti bix-xejn u meta iġġib it-turisti bix-xejn ma tantx iħallulek fil-pajjiż għax min jaffordja li jiġi bl-irħis ħafna huwa dak biss li inti qed tinduċi li jiġi Malta flok band'oħra għax għandu budget limitat.", "L-istess ħaġa nista' ngħid dwar l-attivita' tat-Tedeski li hawn magħna bħalissa - jiena wkoll kont ħabbart li se ssir għax fil-fatt kienet ippjanata fi żmienna - għax sew ir-rati tal-lukandi kif ukoll il-profile huwa very low yield u allavolja dan se juri li s-suq Tedesk se jirpilja, kif jien għidt xi tliet xhur jew erba' xhur ilu, fil-fatt ekonomikament - wara kollox it-turiżmu għalina huwa servizz ekonomiku - mhux se jkollu r- return ekonomiku mistħoqq.", "Pero' huwa pożittiv li lill-kumpanniji li ġabu dawn it-turisti, l-NTOM, l-MIA u l-Air Malta tawhom sussidji kbar.", "Dan ifissser li qed jaraw li t-TOSS mhijiex mezz biss ta' kif inti tiffissa rate of exchange, imma wkoll li tista' tagħti premju ta' kif iġġib ix- xogħol.", "Mela filwaqt li l-prinċipju huwa tajjeb jiena naħseb li it- targeting huwa ħażin.", "Is-suġġeriment li rrid nagħmel, għax jien nemmen ħafna li din l-industrija tista' tagħtina ħafna frott bħala pajjiż, huwa li filwaqt li nużaw it-TOSS għall-inċentivar bħala premju għal min iġibilna x- xogħol, niżguraw li x-xogħol li jiġi jkun xogħol verament tajjeb u ekonomikament vijabbli għall-pajjiż u għall-poplu Malti.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 22 ta' April, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill- Onor. Joe Mizzi.", "Fis-12.55 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "P.A. - KONSULENTI MALTIN", "4347.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin li l-Awtorita ta' l-Ippjanar (inkluż id- direttorat) kkumissjonat matul l-1996 sal-lum?", "X'kienu t'tasks u terms of reference ta' kull konsulent?", "ONOR.", "GEORGE VELLA:", "Konsulenti Maltin Tasks and Terms of References", "Vella & Associates Konsulent Legali Harrison & Company Testijiet laboratoriċi u rapport", "fuq il-barriera", "tal-Mithna Dr Joseph Micallef & Ivan Grech Spezzjoni u rapport fuq il-car park Micallef Offices Ltd Tfassil ta' regoli fuq it-tmexxija tal- laqghat", "li jikkonċernaw", "il-Planning Consultative", "Committee Mediterranean Tech Services LTD Spezzjonijiet u rapporti tekniċi fuq sigurta", "li huma stipulati fuq", "il-permess", "tal-progetttal- carparkf'ta'Sliema.", "P.A. - KONSULENTI BARRANIN", "4349.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-konsulenti barranin li jaħdmu ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u x'tasks għandu kull wieħed/waħda u meta hu maħsub li jtemm ix- xogħol ta' konsulenza kull konsulent?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-konsulenti barranin li jaħdmu ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma:-", "1 Is-Sur Chris Stratford 2 Is-Sur Graham Rogers 3 Is-Sur Christopher Amos", "It-tasks ta' dawn il-konsulenti huma:-", "Is-Sur Chris Stratford", "Konsulenza dwar il-Pjan ta' Struttura u Acting Unit Manager ta' l- Istrategic Planning Unit.", "Dan ix-xogħol jinvolvi preparazzjoni u reviżjoni ta' l-istrateġija għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' struttura nkluż il- kejl tal-performance u monitoring tal-proċessi u proċeduri.", "Is-Sur Graham Rogers", "Konsulenza dwar il-Local Plans.", "Dan ix-xogħol jinvolvi pariri esperti, analiżi, investigazzjonijiet, rapporti u pjanijiet, transfer ta' esperjenza fil-planning techniques, prattika u adattament ta' dan għal-Local Planning Environment, provvediment ta' training għall-istaff Malti li qegħdin fil-Local Planning Unit; provvediment ta' expert support lid- Direttur u l-Unit Manager (Local Plans) kif ukoll kontribuzzjoni fl- iżvilupp ġenerali tas-servizzi li toffri l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Is-Sur Christopher Amos", "Konsulenza għal dak li għandu x'jaqsam mar-reviżżjoni ta' development control procedures u assistenza esperta lid-Direttur f'diversi oqsma fl- iżvilupp ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Is-Sur Stratford tefa' r-riżenja tiegħu b'effett mill-4 ta' Mejju 1997.", "Minħabba l-esperjenza vasta tas-Sinjuri Rogers u Amos, huwa diffiċli għall- Awtorita' li tindika meta dawn in-nies ser itemmu l-konsulenza tagħhom għall-fatt li għad m'hemmx Maltin bl-esperjenza neċessarja biex ikomplu fuq ix-xogħol ta' Rogers u Amos.", "TELEMALTA - TENDERS", "2997.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk matul il-leġislatura preċedenti kienx hemm tenders mal-Korporazzjoni Telemalta li ma ġewx awarded?", "U jekk kien hemm, jista' l-Prim Ministru jgħid:- 1) liema huma; 2) kemm kienet it-tender oriġinali; 3) kemm ħarġet l-istess tender wara u lil min kienet awarded?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul il-leġislatura preċedenti (jiġifieri bejn l- 1992 u l-1996) kien hemm erbgħa u erbgħin (44) tender li ma ġewx awarded mill-Korporazzjoni Telemalta.", "Uħud minn dawn it-tenders reġgħu ġew re-issued u oħrajn le.", "Peress li l-informazzjoni mitluba hija waħda ta' natura kummerċjali, il- Korporazzjoni Telemalta tħoss li ma għandhiex tagħmel din l- informazzjoni pubblika.", "Għaldaqstant, jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq aktar tagħrif dettaljat dwar is-suġġett, lest li ngħaddihulu b'mod kunfidenzjali.", "ENEMALTA - TENDERS", "3007.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul il-leġislatura preċedenti kienx hemm tenders mal-Korporazzjoni Enemalta li ma ġewx awarded?", "U jekk kien hemm, jista' l-Ministru jgħid:- 1) liema huma; 2) kemm kienet it- tender oriġinali; 3) kemm ħarġet l-istess tender wara u lil min kienet awarded?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-Tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "3054.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir, jekk hu l-każ, biex wieħed jiddifferenza bejn persuna li qed tistenna li tgħaddi l-proċess ġudizzjarju (taħt arrest preventiv) u dik sentenzjata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 433.", "ĦABS ĊIVILI - ĊELEL", "3055.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-Ħabs għad hemmx ċelel bil-wall paper, bil- fitted carpets\" kif ukoll għamara speċjali għal xi priġunieri/persuni speċjali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-passat, xi priġunieri li kienu talbu biex jagħmlu xi dekorazzjonijiet jew jagħmlu tapit fiċ-ċella tagħhom, ingħataw il- permess biex jagħmlu dan taħt ċerti kundizzjonijiet, fosthom li dan isir għas-spejjes tagħhom.", "L-għamara li hemm fiċ-ċelel tiġi fornuta mill-Awtoritajiet tal-Ħabs b'mod kemm jista' jkun uniformi jekk ma jkunx hemm xi raġuni medika li għaliha għandu jkun hemm għamara differenti.", "ĦABS ĊIVILI - WORKSHOPS", "3056.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Workshops li fil-preżent qed jintużaw fil-Ħabs?", "Kien hemm xi refurbishment tul dawn l-aħħar għaxar snin biex jgħin lill-priġunieri jitgħallmu snajja' ġodda li jkunu jiswewlhom għal meta jiġu biex joħorġu mill-Ħabs u jsibu xogħol għalihom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-Faċilita' Korretiva ta' Kordin hemm sitt workshops li jintużaw għal taħriġ mill-priġunieri.", "Dan barra li priġunieri jiġu mħarrġa wkoll fix-xogħol tal-bini, kisi u tibjid.", "Minn żmien għal żmien isir xogħol ta' refurbishment fuq dawn il-workshops.", "Bħalissa qed jinbena workshop ġdid biex jintuża għal taħriġ tal-priġunieri nisa kif ukoll qed isir refurbishment u kostruzzjoni ta' klassijiet fejn preżentement hemm il-librerija bil-ħsieb li ssir sezzjoni għat-tagħlim tal- kompjuter.", "Fil-proġett ta' l-iżvilupp tal-Faċilita' hemm ippjanat il-bini ta' workshops ġodda li jkunu mgħammra kif jixraq biex jintlaħaq l-iskop li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "ĦABS ĊIVILI - ĊELEL", "3057.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux il-priġunieri kollha għandhom id-dritt li jdaħħlu fiċ-ċella tagħhom home possessions?", "X'inhi l-policy għar-rigward il-mod kif ċella tkun dekorata, l-għamara li wieħed għandu jkollu fiċ-ċella u l-allokazzjoni ta' ċelel għall-priġunieri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' oġġetti li l-priġunieri jistgħu jżommu fiċ-ċelel tagħhom.", "Iċ-ċelel jinżammu fi stat xieraq ta' manutenzjoni u ndafa u jiġu fornuti bl- għamara meħtieġa għall-użu tal-priġunieri u ċioe' sodda, mejda, siġġu u locker għall-ħwejjeġ.", "Rigward id-dekorazzjoni taċ-ċelel nirriferi l-Onor Interpellant għat- tweġiba li ngħatat għal mistoqsija numru 3055 li qed nagħti llum stess.", "DJAR - BDIL TA' POSTIJIET", "4207.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward bdil bejn (a) inkwilini li huma t-tnejn f'post tal-Gvern; (b) bejn inkwilin li hu f'post tal-Gvern u ieħor f'post ta' l-Uffiċċju Konġunt; (c) bejn inkwilin f'post ta' l- Uffiċċju Konġunt u inkwilin f'post tal-privat; u (d) inkwilin f'post tal- Gvern u inkwilin f'post tal-privat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Policy dwar bdil ta' inkwilini hi li fejn, wara investigazzjoni meħtieġa, jinstab li ma jkun hemm xejn kontra, u fejn il-postijiet ikunu taħt il-kontroll tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali u tal-Uffiċċju Konġunt, talbiet għal bdil jiġu milqugħa.", "DJAR - INKWILINI", "4208.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward rikonoxximent ta' persuna bħala inkwilin ta' fond tal-Gvern li jkun preċedentement ingħata lil persuna oħra?", "Jekk hemm policy bil-miktub, jista' jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kull talba għal rikonoxximent tiġi mistħarrġa fuq il-meritu tagħha u fejn jinstab illi tkun ġenwina tiġi aċċettata.", "M'hemmx policy bil-miktub.", "NEGOZJI LIĊENZJATI", "4209.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2413 u peress illi m'għandi ebda diffikulta' biex nirranġa għal ġarr ta' l-informazzjoni relattiva minkejja li tiżen 17.5 kilos, jista' l-Prim Ministru jgħid hux lest li nieħu l-informazzjoni jew inkella jridnix biss niġi neżaminaha l-uffiċċju tiegħu u dan in vista tal-fatt li fid-domanda oriġinali tiegħi jien tlabt li l-informazzjoni titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, li jidher li l-Prim Ministru mhux qed isib oġġezzjoni, bil-konsegwenza li kulħadd ikun jista' jieħu kopja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandix aktar xi nżid ma' dak li diġa' għidt fit- tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 2413.", "KUNSILLI LOKALI - KENNIESA", "4210.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi rivedut l- istudju li kienet għamlet l-MSU dwar in-numru ta' kenniesa li kull kunsill lokali għandu bżonn u jekk iva, kif se jsir dan l-eżerċizzju, minn min, min se jkun involut u meta se jsir?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm il-ħsieb li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali bl-għajnuna tal-Management Efficiency Unit jagħmel update ta' l-istudju li kien sar biex jinstab il-volum ta' xogħol li hemm bżonn f'kull lokalita' biex isir it-tindif tat-toroq.", "Dan huwa pprogrammat li jibda ma jdumx.", "VAT - PROFS.", "D.W. WILLIAMS", "4211.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas jew sejjer jitħallas il-Profs.", "D.W. Williams għal konsulenza tiegħu dwar il-liġijiet li sejrin jissostitwixxu l- VAT?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-cv tal- Profs.", "Williams fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti oħra li qed jaħdmu fuq l-istess suġġett u jekk iva min huma u kemm se tħallsu jew se jitħallsu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-ħlas dovut lill-Professur David W. Williams għall- konsulenza tiegħu dwar l-ewwel fażi tal-proġett biex jitħejjew il-liġijiet li sejrin jissostitwixxu l-VAT li twassal sal-preparazzjoni tal-White Paper kien ta` 7,500 lira Sterlina.", "It-tagħrif l-ieħor mitlub se jingħata f'seduta oħra", "TOROQ - TINDIF", "4212.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ivvotati flus għal din is-sena għat-tindif mekkanizzat ta' toroq li għadhom responsabbilta' tal- Gvern?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Flus biex issir manutenzjoni u tindif ta' toroq, arterial and distributor roads u allura biex isir tindif mekkanizzat, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jidhru vvutati taħt vote 39 item 23 (repair & upkeep) fis-somma ta' Lm207,000.", "P.A. - PARKEĠĠ GĦALL-PERITI", "4235.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi jidher li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar m'għandha l-ebda pjan biex fl-inħawi tagħha tipprovdi parking għall-periti u l-pubbliku li jżur dawn l-uffiċċji, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min jista' jagħmel użu mill-car parking facilities li hemm enumerati kemm fil-precints ta' l-istess awtorita' kif ukoll madwar il-bini ta' l-istess awtorita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Faċilita ta' l-ipparkjar madwar u ġol-bini ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar hija mqassma kif jidher hawn taħt:", "|Car Park|40pos|Impjegati ta' | |A |t |l-Awtorita' fuq | | | |servizz ta' min | | | |jasal l-ewwel | | | |jinqeda | |Car Park|20pos|Is-Senior | |B |t |Management Team | | | |ta' l-Awtorita' | |Car Park|20pos|Viżitaturi/Membri | |C |t |tal-Bord ta' | | | |l-Awtorita' | |Car Park|19pos|Karozzi ta' | |D |t |l-Awtorita', | | | |Middle Management | | | |u staff ta' | | | |l-Awtorita'. |", "KEMMUNA - ŻVILUPP", "4236.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' żvilupp hu mistenni jitħalla jsir f'Kemmuna?", "Billi fil-passat iktar minn darba kien hemm problema dwar l-użu ta' Kemmuna bħala post li fih jitrabbew l-annimali, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-qagħda tal-Planning Authority f'dan ir-rigward illum?", "Meta hu mistenni li jiġi finalizzat pjan dwar l-iżvilupp, (jew nuqqas tiegħu) permess f'Kemmuna mill-Planning Authority sadanittant, x'jużu jista' jsir minn din il-gżira?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-gżira ta' Kemmuna tagħmel parti mportanti mill- Pjan Lokali għal Għawdex.", "Il-Pjan Lokali huwa intenzjonat li jagħti direzzjoni għall-użu ta' l-art u l-proċess ta' żvilupp fuq il-gżira ta' Kemmuna għal għaxar snin minn meta jiġi approvat.", "Dan għandu jistudja fid-dettal is-sitwazzjoni preżenti tal-gżira b'mod partikolari: ambjent, turiżmu, rikrejazzjoni, konservazzjoni u agrikoltura, li jinkludi t-trobbija ta' l-annimali.", "Il-Pjan ser jitratta wkoll dwar il- konflitt bejn l-iżvilupp mhux aċċettabli u 'natural habitat' rari tal- gżira.", "Il-gżira kollha ta' Kemmuna hija ddikjarata bħala Riserva Naturali skond l- Att ta' l-1991 biex iħares l-Ambjent, u Area ta' Konservazzjoni Rurali skond it-termini tal-Pjan ta' Struttura għall-gżejjer Maltin.", "Kemmuna tgawdi minn wieħed mill-isbaħ ambjenti prestiġjużi naturali tal- gżejjer tal-Mediterran.", "Il-Pjan Lokali ser ikompli isaħħaħ il-liġijiet eżistenti biex iħarsu dan l-ambjent naturali uniku permezz ta' proposti oħra għall-protezzjoni.", "MOC - PROĠETTI U PROGRAMMI TEKNIĊI", "4237.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Cilia insista li l-MOC iżżomm informat dwar il- proġetti u l-programmi tekniċi ta' l-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet Sportivi membri ta' l-MOC li jkunu irċevew funds mill-grant ta' Lm55,000 mogħti mill-Gvern lill-MOC bħala spejjeż għat-tħejjija tal-Logħob Mediterran, meta l-istess Onor. Cilia qal li kien konxju li l-MOC għandha strutturi tajbin biex tara u issegwi sewwa l-infiq ta' dawn il-funds?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Gvern iħoss li għandu jkun hemm accountability dwar użu ta' fondi pubbliċi kif nispera li l-Onor.", "Interpellant japprezza li għandu jkun il-każ.", "Apparti dan il-prinċipju bażiku, huwa mportanti li dwar kif jintnefqu l- flus ikun hemm kordinazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti u l-Kumitat Olimpiku Malti biex ma jiġrix kif ġara fil-passat taħt l-Amministrazzjoni preċedenti min jieħu l-ħafna fondi u min ma' jieħu xejn.", "B'hekk tkun tista' ssir distribuzzjoni aktar ġusta ta' fondi pubbliċi a favur l-isport f'pajjiżna.", "PARTIT NAZZJONALISTA - STAZZJON TELEVIŻIV", "4238.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3869, peress li l-mistoqsija kienet tgħid x'inhuma l-problemi tekniċi u mhux jekk għax hemm problemi, jista' l-Prim Ministru jirrispondi u jgħid x'inhuma eżattament dawn il- problemi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li diġa tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 3869 fis-17 ta' Marzu 1997 ħlief li ninsab fiduċjuż li s-soluzzjoni ser tinstab fi żmien raġonevoli.", "Kopja tal-ittra mibgħuta riċentement lill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar dan.tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAMMUT MARK A.", "4278.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jikkonferma l-Ministru dak li ġie allegat f'Radio 101, li saret diskriminazzjoni favur Mark A. Sammut fil-ħruġ tal-warrant ta' Nutar?", "Jekk fl-affermattiv, il-Ministru huwa intenzjonat li jieħu miżuri xierqa biex jara li ssir ġustizzja ma' l-istudenti kollegi ta' Sammut?", "X'inhuma l-miżuri?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saret l- ebda diskriminazzjoni favur il-persuna msemmija fil-ħruġ tal-Warrant ta' Nutar.", "Id-data tal-Warrant tan-nutar imsemmi hija l-istess waħda li tidher fuq il- Warrants tan-nutara l-oħra.", "Li ġara kien biss li fuq talba tiegħu l-Warrant ġie ppreżentat lilu jumejn qabel l-oħrajn u ismu deher fil-Gazzetta tal-Gvern qabel ta' l-oħrajn.", "Kieku kien hemm xi talba simili minn xi nutar ieħor kienet tintlaqa' bl- istess mod.", "SAMMUT MARK A.", "4279.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma l-allegazzjoni ta' Radio 101, li saret forma ta' pressjoni ma' l-ambjenti fil-Ministeru tiegħu minn Mark A. Sammut u missieru, li hu mpjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Kastilja, biex isir trattament preferenzjali fil-ħruġ tal-warrant lill- istess Mark A. Sammut?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienet il-pressjoni?", "Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni dokumentata lil din il-Kamra dwar dan il-każ skond it-trasparenza u l-verita'?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma saret l-ebda pressjoni kif qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "GĦAWDEX - FINAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA", "4280.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min kien in-nutar għall- Gvern waqt il-polza li telgħet biex tassenja t-Teatru għall-final tal- Kanzunetta Maltija f'Għawdex?", "Fuq liema kriterji ġie nnominat u kemm tħallas?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4346.", "SAMMUT MARK A.", "4281.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji biex innomina lin-Nutar Mark A. Sammut bħala membru fil-Bord tal-Koperattivi?", "Kemm qed jitħallas ta' dan?", "Kif jispjega l-fatt li n-nomina saret fis-17 ta' Jannar, 1997 meta Mark A. Sammut ma' kienx għadu rċeva l-warrant ta' Nutar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-Nutar Mark A. Sammut ġie magħżul għaliex fil-fehma tiegħi jaqdi l-kriterju għal din l-għażla.", "Bħala membru fil-Bord tal- Koperattivi dan jitħallas Lm500 fis-sena bħala onorarja, jiġifieri l-istess rata bħal membri l-oħra.", "Il-kriterji għal sħubija f'dan il-Bord m'mhumiex marbuta ma' xi warrant jew xi degree iżda ma' esperjenza u abbilta'.", "BIĊĊERIJA - QATLA TAL-MAJJAL", "4362.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2325, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet tal-KIA dwar il-kwoti tal-majjal?", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru u tad-dipartiment tas-servizz veterinarju dwar it-tibdil f'dawn il-kwoti?", "Kemm hu fil-preżent il-konsum tal-majjal, kemm għall-ikel kif ukoll għall-ipproċessar?", "X'qed jiġri mill- majjal li skond tweġibiet parlamentari qed jilħaq il-qatla ta' 2,700 fil- ġimgħa meta l-kwota hi ta' 2,340 fil-ġimgħa?", "X'inhu l-piż average tal-majjal li nqatel kull ġimgħa mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "Kif jitqabbel mal-piż average tal-qatla matul l-ewwel tlett xhur ta' l-1995 u l-1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill- Onor. Interpellant li ma kelli l-ebda rakkomandazzjoni tal-KIA dwar il- kwoti tal-majjal.", "Rigward il-piżijiet tal-qatla, ġimgħa b'ġimgħa ta' din is-sena, l-informazzjoni hija kif tidher hawn taħt:", "Ġimgħa Numru 1 80.4 kgs Ġimgħa Numru 2 80.3 kgs Ġimgħa Numru 3 79.0 kgs Ġimgħa Numru 4 79.9 kgs Ġimgħa Numru 5 79.8 kgs Ġimgħa Numru 6 79.6 kgs Ġimgħa Numru 7 79.0 kgs Ġimgħa Numru 8 80.0 kgs Ġimgħa Numru 9 78.9 kgs Ġimgħa Numru10 77.8 kgs Ġimgħa Numru11 79.2 kgs Ġimgħa Numru12 82.1 kgs", "F'dawn l-aħħar tlett snin il-medja tal-piż żdiedet minn 77 kgs fl-1995, 78 kgs fl-1996 u 79.6 kgs fl-1997.", "SPTAR MONTE CARMELI - MANAGEMENT", "4381.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ttieħdu mill-amministrazzjoni preżenti biex jissaħħaħ il- management ġewwa l-iSptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ġie mwaqqaf Hospital Management team.", "Ġiet ristrutturata l-Kummisjoni Nazzjonali għall-Kura Mentali tali mod li tista tkun verament effettiva.", "SPTAR ĠENERALI - MANAGEMENT", "4382.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ttieħdu mill-amministrazzjoni preżenti biex jissaħħaħ il- management ġewwa l-iSptar Ġenerali ta' Għawdex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Peress li l-Isptar Generali ta' Għawdex għal dak li jirrigwarda finanzi u amministrazzjoni jaqa taħt il-Ministeru responsabbli minn Għawdex, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id- domanda tiegħu lill-Onor Prim Ministru.", "NAĦAL - ESPERTI BARRANIN", "4383.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew f'Malta esperti barranin dwar in-naħal matul l-1994, l-1995 u l-1996, kif ukoll matul l-1997 sal- lum?", "Min kienu dawn l-esperti li ġew u kemm damu Malta f'kull każ?", "X'tip ta' rapporti għamlu dwar l-Agrikoltura f'Malta?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li minbarra dawn l-esperti kellhom jiġu Malta wkoll żewġ esperti oħra minn Iżrael, li fil-fatt ħassru ż-żjara tagħhom f'Malta minħabba raġunijiet ta' sigurta' wara l-mewt f'Malta ta' uffiċjal ieħor barrani?", "Meta kellhom jiġu dawn l-esperti?", "Jikkonferma l-Ministru li fil- fatt, imbagħad ġew f'Malta żewġ esperti oħra mill-istess pajjiż?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KEMMUNA - ORGANIC FARMING", "4384.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min kien jew kienu l-esperti Ġermaniżi li flimkien mal-MTARYC fasslu l-istudju dwar l-Organic Farming ġewwa Kemmuna?", "Xi kwalifiki kellhom dawn l-esperti li ħadmu dwar dan ir- rapport?", "Kemm-il rapport ieħor bħal dan kien sar dwar l-Organic Farming f'pajjiżi oħra minn dawn l-istess espert jew esperti?", "F'liema pajjiżi saru dawn l-istudji?", "Kemm tħallas dan l-espert Ġermaniż għax-xogħol tiegħu?", "Meta beda l-istudju u meta spiċċah?", "Kemm-il darba ġie Malta biex iwettaq l- istudju tiegħu, u kemm dam kull darba f'Malta?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ġermaniżi li flimkien mal-MTARYC ħejjew ir- rapport dwar l-Organic Farming huma żewġ esperti, li wieħed huwa kwalifikat fuq l-impatt Ambjentali u l-ieħor huwa kwalifikat fuq l-Organic Farming u l- Integrated Pest Management.", "Dawn l-istudji dwar l-Organic Farming saru f'ħafna pajjiżi u ta' min isemmi li dawn kollha jivvalorizzaw l-importanza ambjentali fil-qasam.", "Dawn l-esperti ġew kemm-il darba fil-gżejjer Maltin għall-waqfien ta' ġimgħa jew ħmistax.", "Dawn l-esperti ma' ħadu l-ebda ħlas tax-xogħol li għamlu.", "BDIEWA - SERER", "4385.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru inspections fis-serer tal- bdiewa mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum?", "X'tip ta' prodott kien jitkabbar fis-serer li fihom saru l-inspections?", "Fejn huma s-serer li ġew inspected, raħal raħal?", "X'tip ta' prodotti kienu qed jitkabbru f'dawn is-serer?", "Liema tipi ta' mard irriżulta fuq il-pjanti differenti li kien hemm fis- serer?", "Xi prekawzjonijiet ġodda ġew suġġeriti lill-bdiewa f'dawn l- okkażjonijiet?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - PATIENT ADMINISTRATION SYSTEM", "4395.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta u f'liema swali ta' l-iSptar San Luqa l-Patient Administration System se tibda topera?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-Patient Administration System ser tibda topera fit-28 ta' dan ix-xahar.", "L-ewwel stadju tas- sistema huwa l-Patient Master Index u dan ser jibda jopera fid-dipartiment tal-Medical Records, fil-Main Reception, fl-Outpatients Reception, fir- Reception tal-Emerġenza, fit-tliet swali l-ġodda tal-Ortopedija u fil- Klinika tad-Dijabete ta' l-Isptar San Luqa, fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal- Furjana, u fid-Dipartiment tal-Health Information fi G' Mangia.", "Fl-erba' xhur ta' wara, is-sistema se tinfirex fis-swali, l-kliniċi u d-dipartimenti l-oħra ta' l-isptarijiet u ċ-Ċentri tas-Saħħa l-oħra tal-Gvern.", "EURO MED CONFERENCE", "4396.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li jkunu l-ispejjeż għal pajjiżna sabiex ix-xahar id- dieħel jospita l-Euro Med Conference?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "BALLUTA - SUB-POST OFFICE", "4397.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4000 u peress li d-Dipartiment tal-Posta kien informa lill-Ministru Michael Frendo fl-1995 li d-dipartiment kien qed jieħu l-passi neċessarji sabiex jinfetaħ sub-uffiċċju tal-Posta fil-Balluta tant, li l-Ministru Frendo rrapporta dan f'paġna 58 tar-'Rapport tat-Tielet Sena tat-Tieni Leġislatura tal-gvern preċedenti' li kien ġie ppubblikat fl-1995, jista' l-Ministru jitlob lil Posta Ltd. tirrikonsidra li jinfetaħ dan is-sub-uffiċċju fil- Balluta sabiex il-pubbliku u t-turisti jkunu jistgħu jinqdew aktar f'dawn l- inħawi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li l-Posta Limited qatt ma kellhom pjan biex jinfetaħ Sub-Post Office fl-inħawi ta' Balluta.", "Madankollu, jekk tinħass il-ħtieġa ta' Sub-Post Office fil-lokalita' msemmija, tingħata konsiderazzjoni serja minn Posta Limited.", "Ta' min ifakkar li Fergħa tal-Posta tinsab fejn l-uffiċċju tat-Telemalta fi Triq San Ġorg, San Ġiljan.", "UFFIĊĊJU TAL-VAT - PERSUNI RREĠISTRATI", "4413.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rreġistrati mal- VAT Office f'kull xahar bejn Jannar, 1996 u Frar, 1997?", "Kemm kien in-numru ta' persuni rreġistrati mal-VAT Office li għal xi raġuni jew oħra kkanċellaw ir-reġistrazzjoni tagħhom bejn Jannar, 1996 u Frar, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-il-Mejda tal- Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "LOGĦOB TAL-LOTTU", "4414.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus fuq logħob tal-lottu li ntlagħab matul l-1996?", "Kemm kien l-ammont ta' rebħ mil-lottu matul l-1996?", "Kemm-il darba matul is-sena 1996 l-ammont ta' rebħ qabeż is-somma stipulata fir-regolamenti tal-lottu, u b'kemm kien l-ammont?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ammont ta` flus fuq logħob tal-Lottu li ntlagħab matul l-1996 kien ta` Lm10,571,749.", "Minn dawn intrebah l-ammont ta` Lm5,407,324.", "Fl-1996 l-ammont ta` rebh stipulat fir-regolamenti tal-Lottu nqabeż darbtejn u dawn kienu darba bi Lm15,006 u darba oħra b`Lm39,595.", "WIED IL-GĦAJN - BUS SHELTER", "4434.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se jsir il- bus shelter fil-Pjazza Dun Tarcisio Agius (f'Wied il-Għajn) ħdejn id- Downtown Bar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li dan l-istage diġa' hu ordnat mill-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku biex jinħadem mid-Dipartiment tal- Manifattura u Servizzi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "WIED IL-GĦAJN - FAIR WAY", "4435.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta l-Awtorita' tal-Port se tagħmel fair way fin-nofs tal-bajja ta' Wied il-Għajn kif ukoll jorganizza l-irmiġġi għad-diversi dgħajjes fil-bajja?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima qegħda għaddejja b'konsultazzjonijiet ma' rappreżentanti tas-sajjieda u ta' sidien oħra li għandhom id-dgħajjes ġewwa Marsaskala bi skop li tiġi immarkata fairway u jiġu organizzati l-irmiġġi fl-iqsar żmien possibli.", "SPTAR SAN LUQA - NURSING OFFICER", "4440.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx replacement flok in-nursing officer li ġie trasferit mill-VCCI Cardiology Clinic fl-Isptar San Luqa?", "Huwa minnu li flok SRN hemm casual ward clerk li qed imexxi din il-klinika?", "X'inhuma l-kwalifiki meħtieġa sabiex persuna tagħmel kors ta':- a) ward clerks u b) SRN?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għalkemm għadu ma ġiex identifikat replacement għall-post vakant ta' Nursing Officer f'din is-sezzjoni ninsab assigurat li saru arranġamenti alternattivi biex ix-xogħol tal-klinika jibqa miexi.", "Il-Casual Ward Clerk għadu jaqdi l-istess doveri li kellu għall-dawn l- aħħar snin.", "Dwar kwalifiki biex tagħmel il-korsijiet :-", "(a) Ta' Ward Clerk - ma jeżistux korsijiet.", "Il-postijiet jimtlew wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet li kienet miftuħa għal dawk li kellhom ċertifikat li għallinqas temmew Edukazzjoni Sekondarja sal-livell ta' Form 2.", "(b) Ta' SRN - jeżistu diversi modi kif wieħed jilħaq SRN.", "Dawn ilkoll jinvolvu korsijiet ta' livell post sekondarju jew universitarju.", "Għall- aktar dettalji l-Onor Interpellant għandu jagħmel mistoqsija speċifika lill- Onor Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "SAĦĦA - MARD TAT-THYROID", "4441.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Ma jidhirlux il-Ministru li ma jagħmilx sens li filwaqt li pazjent/a li għandu/ha l-glandola tat-Thyroid taħdem bil-mod (Hypothyroidism) għandu/ha dritt għall-mediċini b'xejn, iżda meta pazjent/a għandu/ha t-Thyroid taħdem mgħaġġla (Hyperthyroidism) m'hemmx dan id-dritt?", "Jaqbel il-Ministru li kull tip ta' mard tat-Thyroid għandha tiġi nkluża fl-iskeda V?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sitwazzjoni dwar il-lista tax-Schedule V għada ma tbidlitx.", "Is-suġġeriment tal-Onor Interpellant ser jiġi kkonsidrat.", "SAĦĦA - ISMIJIET FARMAKOLOĠIĊI", "4442.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Ma jidhirlux il-Ministru li għandu jkun hemm proof reading ta' dokumenti b'ismijiet farmakoloġiċi u ta' ditti peress li kien hemm diversi żbalji fil-lista ta' offerti għal Frar 1997 mogħtija mit-Taqsima tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern tad-Diviżjoni tas-Saħħa, kif dehret f'paġni 2141 u 2142 f'ħarġa numru 16,432 tal-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta, fejn jien għoddejt ta' l-anqas sitt żbalji?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li minn naħa tat-Taqsima tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern isir proof readingtad- dokumenti b'ismijiet farmakoloġiċi qabel ma jintbagħtu għall-publikazzjoni fuq il-gazzetta tal-gvern.", "Madankollu d-dmir li jsir il-proof reading ta' l-aħħar qabel ma tiġi maħruġa l-gażetta tal-gvern taqa' taħt ir- responsabilita' ta' dipartiment ieħor.", "SPTAR SAN LUQA - KAŻI TAT-THYROID", "4443.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Il-Ministru ma jidhirlux li peress li ċerti investigazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu ordnati minn GP's (e.g.", "Thyroid Function Tests, RA factor) dan qed jirriżulta f'aktar każijiet li jiġu riferuti sew fid-dipartiment ta' l-Emerġenza kif ukoll fid- dipartiment tal-outpatients ta' l-iSptar San Luqa?", "Peress li l-iffullar f'dawn iż-żewġ dipartimenti hu allarmanti - fl-outpatients hemm waiting lists ta' xhur sħaħ - jidhirlu l-Ministru li jekk ikun hemm ċerti ndikazzjonijiet speċifiċi ikunu jistgħu jiġu ordnati ċerti investigazzjonijiet anke minn GP's?", "F'każijiet bħal Thyroid Function, fejn skond ir-riżultat tad-demm jiżdied jew jitnaqqas l-ammont ta' mediċina li tingħata, il-pazjent għax għandu jiġu riferut jew followed up fi sptar ċentrali jew ċentru tas-saħħa minn speċjalista?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li ftit xhur ilu kienet twessgħat il-firxa ta' testijiet li setgħu jiġu ordnati mill-G.P's privati.", "Għadu kmieni biex wieħed jikkonsidra tibdil ieħor f'dan l-istadju meta d- Dipartiment tal-Patoloġija għadu qiegħed jassessja l-impatt tal-miżuri li ttieħdu.", "Huwa fl-interess ta' kulħadd li testijiet speċjaliżżati jiġu ordnati minn konsulent jew speċjalista.", "Din hi ħaġa xierqa biex il-pazjent ikollu l- aħjar parir possibbli.", "SAĦĦA - MRSA", "4444.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid humiex qed jingħataw antiseptics u antibiotiċi b'xejn bħala kumpens għall-fatt li pazjenti li jkunu ġew admitted fi sptar pubbliku jkunu ġew infettati bl- MRSA?", "Huwa minnu li fl-iSptar San Luqa qed jiġu posposti operazzjonijiet mhux urġenti minħabba ż-żieda fil-każijiet ta' MRSA?", "Huwa minnu li qed jiġi evitat li pazjenti jintbagħtu fl-iSptar Zammit Clapp minħabba każijiet ta' MRSA fl-istess sptar?", "Huwa minnu li kien hemm każijiet li għamlu kawżi legali kontra d- Dipartiment tas-Saħħa minħabba li persuni ġew infettati bl-MRSA fi sptar pubbliku?", "Jekk fl-affermattiv, kemm u meta saret kull kawża?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Paragrafu 1) Dawn il-każijiet jiġu ttrattati bħal kull każ ieħor meta jiġi biex jiġi liċenzjat mill-Isptar għal dak li jirrigwarda tkomplija ta' kura d-dar.", "2) Le mhux minnu.", "3) Le għaliex bejn il-31 ta' Marzu 1997 u d-9 t'April 1997 kien hemm 14-il pazjent li ġew trasferiti mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Zammit Clapp.", "4) Le, mhux minnu.", "SERVIZZ CIVILI - IMPJEGATI", "4445.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4090 tal- 11/3/97, jista' l-Prim Ministru jinfurmani kemm kien hemm uffiċjali esekuttivi nvoluti fir- Reform & Commission Report li dwarhom saret anomalija?", "Jidhirlu l-Prim Ministru li wara li diġa' għaddew ħames snin u dawn għadhom ma tħallsux u wara li dawn lanqas tpoġġew fl-iskala tas-salarji li ħaqqhom speċjalment dawk li kienu ilhom iżjed minn tmien snin fil-grad ta' uffiċjal esekuttiv, issa wasal iż-żmien biex dan isir?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-Reform and Commission Report ma jeżistix iżda għandi nifhem illi l-Onor.", "Membru qiegħed jirreferi għal grupp ta' Uffiċċjali Eżekuttivi li kienu ġew promossi minn Skrivani.", "Kien hemm xi diffikultajiet ta' interpretazzjoni tal-ftehim dwar il-Gradi tas-Servizz Ġenerali fejn jirrigwardja lil dawn l-Uffiċċjali Eżekuttivi.", "Jien infurmat illi din il-kwistjoni issa ġiet solvuta u ġie deċiż illi, dawk l-Uffiċċjali Eżekuttivi li jkollhom il-performance tagħhom sodisfaċenti, ikunu jistgħu jitilgħu fuq skala ta' salarju 13.", "Qegħdin jittieħdu passi biex dan isir.", "MEDIĊINI - LISTA' TA' MEDIĊINI", "4446.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħtini l-annual consumption tal-lista tal-mediċini tas-snin 1995 u 1996 li qed tintbagħat separatament?", "Fiż-żmien li dawn il-mediċini kienu out of stock, kemm kien l-ammont ta' kull mediċina li nxtrat mis-suq lokali sakemm wasal l-istock ordnat mill- Medical Stores?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għall din il-mistoqsija ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA/SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "4447.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għar-rapport dwar il-ħidma tal-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 1996, fejn tissemma l-ħidma li saret dwar il-kodiċi ta' Prattika għall-Industrija tal-Bini u Kostruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid meta dan il-kodiċi se jiġi ppubblikat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Kummissjoni għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s- Sigurta' fuq il-post tax-Xogħol qiegħda tieħu passi biex jiġi pubblikat il- Kodiċi ta' Prattika għall-Industrija tal-Bini u tal-Kostruzzjoni.", "Kopji ta' dan il-Kodiċi ġa ġew imqassmin lil organizzazjonijiet interessati.", "ETC - PROGRAMM \"LEONARDO\"", "4448.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4095 dwar il- programm\"LEONARDO\", jista' l-Ministru jgħid liema huma l- \"organizzazzjonijiet Ewropej\" li saru kuntatti magħhom u min ħa sehem f'dawn il-kuntatti? (seduta ta' l-24 ta' Marzu, 1997).", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-organizzazzjonijiet Ewropej li magħhom il- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għamlet kuntatti rigward il-programm Leonardo huma dawn li ġejjin:", "1.", "Keski-Uusimaa Institute for Further Education, Finland.", "2.", "Flemish Support and Development Centre for Adult Basic Education, Belgium.", "3.", "Turku Employment Office, Finland.", "4.", "Berufsforderungswerk Frankfurt am Main, Germany.", "5.", "Centre de Readaptation Professionnelle et Fonctionnelle de Nanteau sur Lunain, France.", "6.", "Le Lycee Marcel Sembat, France.", "7.", "Idjuberg, Iceland.", "8.", "Don Bosco International, Belgium.", "Il-kuntatti saru minn uffiċjali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "SAĦĦA U SIGURTA' - KORSIJIET", "4449.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jniedi xi forma ta' kors għal dawk li jixtiequ jaħdmu mal-Gvern fil-qasam tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Occupational Health and Safety Unit tad-Dipartiment tax-Xogħol avviċinat lill-Institute of Health Care bil-għan li jitħejja kors Universitarju li jwassal għal kwalifiki fil-qasam tas-saħħa u sigurta' fuq ix-xogħol.", "Din l-inizjattiva mhix limitata biss għal uffiċjali fis- settur pubbliku, iżda tapplika wkoll għal persuni interessati fis-settur privat.", "SIMPLEX BUSINESS SOLUTIONS LTD", "4450.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta bdew it-taħdidiet/inizjattivi biex titwaqqaf il-Koperattiva Simplex Business Solutions Co-operative Ltd?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm huma l-imsieħba f'din il-koperattiva u x'inhu l-għan soċjali ta' din il-koperattiva?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-taħditiet/inizjattivi bdew f'Settembru 1996.", "In- numru ta' msieħba huwa 7.", "Fid-dinja ta' żvilupp kontinwu fil-qasam ta' l- informatika din il-Koperattiva tkun tista toffri s-servizzi tagħha lill- pubbliku u lill-Moviment Koperattiv.", "KOPERATTIVA GĦAS-SERVIZZI FARMAĊEWTIĊI", "4451.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta bdew it-taħdidiet/inizjattivi biex titwaqqaf il-\"Koperattiva għas-Servizzi Farmaċewtiċi limitata\"?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-imsieħba f'din il-koperattiva u x'inhu l-għan soċjali ta' din il-koperattiva?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-taħditiet/inizjattivi bdew f'Lulju ta' l-1996.", "In- numru ta' msieħba hu ta' 7 u l-għan soċjali hu li l-konsumatur jista' jibbenefika minn kwalita approvata mill-World Health Organisation u bi prezzijiet vantaġġjużi.", "KOPRI KOPERATTIVA LIMITATA", "4452.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta bdew it-taħdidiet/inizjattivi biex titwaqqaf il-koperattiva \"Kopri Koperattiva Limitata\"?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-imsieħba f'din il-koperattiva u x'inhu l-għan soċjali ta' din il- koperattiva?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: It-taħditiet/inizjattivi bdew f'Marzu ta' l-1996.", "In- numru ta' msieħba hu 15.", "Fi spirtu koperattiv dawn il-membri jkunu jistgħu jagħmlu produzzjoni u distribuzzjoni bi prezzijiet kompetittivi għall- konsumatur.", "SPIŻERIJI", "4476.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- policy tal-Gvern rigward il-liberalizzazzjoni ta' spiżeriji b'mod partikolari f'żoni ġodda ta' abitazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-preżent għaddejin diskussjonijiet bejn id- Dipartiment tas-Saħħa, u l-GRTU u l-Assoċjazzjoni tal-Ispiżjara.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "4477.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fir-rigward tal-proġett ta' Buġibba, jista' l- Ministru jgħid min huma dawk il-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq dan il- proġett?", "Liema huma dawk il-kuntratturi li qegħdin jissupplixxu l- concrete, l-iċċanġar tal-bankini, l-arbuxell u pjanti oħra kif ukoll il- materjal tal-ġebel?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Hemm numru ta' kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq dan il-proġett.", "Il-kuntratturi li qegħdin jissupplixxu l-konkos huma dawk li ġew mogħtija l-period contracts fuq ir-ready-mix concrete.", "L-istess jgħodd għall-kuntratturi li qed jipprovdu l-ġebel.", "Ix-xogħol ta' l-iċċangjar ta' bankini fuq il-promenade qed isir mill- kuntratturi li jidhru fil-lista li qegħed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.", "Għal dan ix-xogħol ġew utilzzati tenders li kienu nħarġu biex isiru xogħlijiet fuq bankini f'diversi lokalitajiet ta' Malta liema xogħol ma kienx inbeda jew inbeda u ma tkompliex.", "Ix-xogħol ta' pavimentar fuq bankini oħra qed isiru skond il-Period Contracts eżistenti.", "Fir-rigward ta' siġar u pjanti għal dan il-proġett, nissuġġerixxu li l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru ta' l-Agrikoltura.", "PULIZIJA - TIFTIX GĦAL PERSUNA GĦARBIJA", "4485.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet it-tfittxija tal-Pulizija għal persuna ta' nazzjonalista' Għarbija, deskritta minn sezzjoni tal-media bħala \"traffikant kbir\" tad-droga li ħarbet waqt raid f'St. Luke's Street, San Pawl il-Baħar xi ġimgħat ilu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi t-tfittxija għal din il-persuna għadha sejra.", "B'KARA - NAXXAR ROAD", "4486.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' d-dipartiment jintervjeni sabiex isewwi parti mill- arterja prinċipali tat-traffiku, ċioe' Naxxar Rd, Birkirkara, quddiem id- dar Nru. 85, peress li f'din il-parti niżlet xi ftit it-triq, b'mod li vetturi kbar qed joħolqu inkonvenjenza mhux żgħira lir-residenti ta' l- inħawi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab infurmat illi x-xogħol meħtieġ diġa tlesta.", "BUSIETTA GARDENS", "4501.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4300 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent, ċioe' ġaladarba fuq il-każ ta' Busietta Gardens hemm deċiżjoni mistennija mill-Qorti ta' l-Appell, il-Prim ma jidhirlux li dak li ġie rrapportat minn Dr Edgar Mizzi fl-istħarriġ li għamel il-Prim Ministru stess jista' jippreġudika l-każ, ċioe' bit-twaqqif ta' inkjesta oħra?", "Peress ukoll li l-Qorti ta' l-Appell għandha quddiemha mhux biss id- dettalji tal-ħruġ tal-permess in kwestjoni iżda wkoll il-legend ta' l- iżvilupp, jidhirlu l-Prim Ministru li t-twaqqif tal-Bord ta' l-Inkjesta se jkompli l-preġudizzju b'aktar mod gravi fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-inkjesta ser issir biex jiġi stabbilit kienx hemm xi nuqqas amministrattiv jew ta' xorta oħra fl-għoti tal-permessi in kwistjoni u mhux ser tidħol fil-mertu ta' xi kawżi pendenti.", "Għalhekk, ma kien hemm ebda preġudizzju u anqas ser ikun hemm xi preġudizzju għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja kif allegat.", "ENEMALTA - ĦADDIEMA", "4521.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta li huma assenjati għall-maintenance ta' l-arbli tad-dawl?", "Jikkonferma l- Ministru illi t-talbiet biex arbli perikolużi jinbidlu kull ma jmur qed jikber?", "Jista' l-Ministru jagħti raġunijiet għaliex dan ix-xogħol qed jieħu ħafna żmien?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-ħaddiema tad-Distretti f`Malta u Għawdex li jammontaw għal madwar 430 ruħ huma disponibbli, flimkien ma` xogħol ieħor, għal xogħol ta` manutenzjoni ta` arbli tad-dawl kif meħtieġ.", "Lill- Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultalhiex li qegħdin jiżdiedu t-talbiet sabiex jinbidlu arbli perikolużi u nista` nassigura lill-Onor.", "Membru li arbli perikolużi jinbidlu mill-aktar fis possibli.", "ENEMALTA - VETTURI", "4522.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi proprjeta' tal-Korporazzjoni Enemalta li qed jaħdmu ma' l-istess korporazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid ta' liema natura (tip) huma dawn il-vetturi?", "Ma' liema diviżjoni qegħdin assenzjati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta għandha 131 vettura proprjeta` tagħha.", "Dawn huma mqassma kif ġej:-", "|Sezzjoni |Karo|Van|Trak|*Ohr| | |zzi |n-i|k-ij|ajn | | | |jie|iet | | | | |t | | | |Amministrazzjon|9 |0 |0 |0 | |i | | | | | |Finanzi |2 |0 |0 |0 | |Planning & |4 |10 |1 |2 | |Development | | | | | |(Development, | | | | | |Maintenance & | | | | | |W. Shop | | | | | |Consumers` | | | | | |Services | | | | | |Consumers' |5 |40 |0 |15 | |Services | | | | | |(District, | | | | | |Meters, | | | | | |Transport & | | | | | |Stand-By) | | | | | |Taqsima |3 |0 |0 |0 | | |tal-Generazzjon| | | | | | |i - Marsa P.S | | | | | | |Ċentru |2 |0 |0 |0 | |tal-Computer | | | | | |Power Station |5 |2 |0 |3 | |ta` Delimara | | | | | |Ċentru ta` |1 |4 |0 |0 | |Tahrig - | | | | | |M`Xlokk | | | | | |Taqsima tal-Gas|1 |5 |0 |0 | |Taqsima |3 |12 |0 |2 | |tal-Pitrolju | | | | |", "*Jinkludu Hydraulic Platforms, Oil Plant, Land Rovers, Ambulanza u Route Bus (għall-impjegati).", "ENEMALTA - VETTURI MIKRIJA", "4523.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx vetturi mikrija mill-Korporazzjoni Enemalta?", "X'tip ta' vetturi huma dawn?", "Ma' liema diviżjoni qegħdin assenjati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-Korporazzjoni Enemalta hemm 30 karozza mikrija maqsuma bejn sitt taqsimiet kif se ngħid:", "|Sezzjoni |Karozz| | |i | |Amministrazzjoni |5 | |Finanzi |3 | |Planning |6 | |and Development | | |(Development, | | |Maintenance & | | |W`Shop) | | |Consumers` |14 | |Services | | |(District | | |& Meters Section)| | |Ċentru |1 | |tal-Computer | | |Taqsima |1 | |tal-Pitrolju | |", "ENEMALTA - VETTURI IMPRESSED", "4524.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq impressed vehicles mal- Korporazzjoni Enemalta (i) in-numru; (ii) l-għamla (tip) ta' vetturi; (iii) skond id-diviżjoni li huma assenjati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mal-Korporazzjoni Enemalta hemm 48 vettura impressed, dawn huma kif ġej:", "|Sezzjoni |Karro|Vanni|Trakki| | |zzi |jiet |jiet | |Planning & |1 |5 |4 | |Development | | | | |(Development, | | | | |Maintenance & | | | | |W`Shop) | | | | |Consumers` |7 |16 |9 | |Services | | | | |(Distretti u | | | | |Taqsima | | | | |tal-Meters) | | | | |Power Station |2 |3 |0 | |ta` | | | | |Delimara | | | | |Taqsima |0 |0 |1 | |tal-Gass | | | |", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI NISA", "4534.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri nisa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fl-ewwel ta' kull xahar, mill-1.10.96 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' priġunieri nisa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fl-ewwel ta' kull xahar mill-1 t'Ottubru 1996 sa llum hu kif jidher hawn taħt:", "|Ottubru 1996 |10 | |Novembru 1996 |11 | |Dicembru 1996 |14 | |Jannar 1997 |13 | |Frar 1997 |14 | |Marzu 1997 |15 | |April 1997 |16 |", "QRATI - KAWŻI KOSTITUZZJONALI", "4539.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi kostituzzjonali pendenti quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili?", "Kif inhuma mqassmin imħallef b'imħallef, dawn il-kawżi kostituzzjonali pendenti?", "F'liema snin ġew introdotti dawn il-kawżi kostituzzjonali pendenti?", "Kemm hemm kawżi kostituzzjonali pendenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali?", "F'liema snin ġew introdotti dawn il-kawżi kostituzzjonali pendenti fl-appell?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' kawżi kostituzzjonali pendenti fil-Prim'Awla huwa ta' 69.", "Dawn huma mqassmin kif ġej:- |IMĦALLEF |NUMRU | |Frarnco Depasquale |14 | |Albert Manche' |3 | |Geoffrey Valenzia |4 | |Giannino Caruana |6 | |Demajo | | |Frank G. Camilleri |8 | |Gino Camilleri |13 | |Vincent DeGaetano |6 | |Albert J. Magri |15 |", "Is-snin li fihom ġew introdotti dawn il-kawżi kostituzzjonali pendenti huma 1987, 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996 u 1997.", "In-numru ta' kawżi kostituzzjonali pendenti fil-Qorti Kostituzzjonali huwa ta' 23.", "Is-snin li fihom ġew introdotti dawn il-kawżi kostituzzjonali pendenti fil- Qorti Kostituzzjonali huma 1987, 1990, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996.", "PAJJIŻI ĠIRIEN - SERVIZZI MOGĦTIJA", "4565.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' x'obbligi finanzjarji għandhom pajjiżi ġirien tagħna għal servizzi li ttieħdu u għadhom ma tħallsux?", "Xi sforzi saru mill- Gvern f'dawn l-aħħar ħames xhur biex dawn jiġu mħallsa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika l-pajjiżi ġirien li għalihom qiegħed jirriferi u jindika wkoll is-servizzi li dawn il- pajjiżi ħadu iżda għadhom ma tħallsux għalihom.", "UGWALJANZA BEJN IN-NISA U L-IRĠIEL", "4566.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Billi fl- okkażjoni tal-preżentazzjoni lilek ta' rapport biex ikun hemm kummissjoni għall-opportunitajiet indaqs mill-Moviment Nisa tal-Partit Laburista, inti għidt li hemm il-ħtieġa għal aktar miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva favur in-nisa tant li għandu jkun hemm bidliet kostruzzjonali biex jiġi ntrodott il-kunċett ta' kwota ta' rappreżentanza femminili fil-Kamra tad- Deputati, biss min-naħa l-oħra l-impenn tal-partit, skond il-politika ġdida tiegħu, hu favur il-jeddijiet indaqs għan-nisa u għall-irġiel, x'inhi eżattament il-politika dwar dan tal-Gvern preżenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-politika tal-Gvern Laburista dwar l-ugwaljanza sħiħa bejn in-nisa u l-irġiel hija dik kif espressa fil-Programm Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali tal-1996 u f'paġni 101 sa 109 tad-Dokument Iċ-Ċittadin l-Ewwel- Il-Politika Ġdida Laburista.", "SPTAR SAN RAFFAELE", "4567.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid issa li ttieħdet deċiżjoni fuq l-Isptar San Raffaele, tista' tidħol f'aktar dettal fuq it-tifsiriet ta' każi akuti u każi kroniċi?", "Eżattament liema każi se jilqgħu fihom l-iSptar San Luqa u l-isptar il-ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Każi akuti huma dawk li jiddaħħlu fl-isptar bi problemi mediċi speċifiċi li jkollhom bżonn trattament speċjalizzat jew faċilita' ta' kura sekondarja jew terzjarja.", "Dawn il-pazjenti joqogħdu l- isptar għal żmien definittiv li jista' ivarja min ftit sigħat għal ftit ġranet jew maximum għal ftit ġimgħat skond il-każ u skond l- speċjalizzazzjoni.", "Każi mhux akuti jinkludu dawk il-każi li jkollhom bżonn ta' kura u riabilitazzjoni iktar fit-tul.", "Dawn jinkludu il-kura tal-anzjani; ir- reħabilitazzjoni tal-anzjani, ta' persunai b'diżabilita u ta' każijiet psikjatriċi; u servizzi oħra li jipprovdu kura u terapija fit-tul.", "TRAVEL FAIRS - DIRETTUR TA' L-NTOM", "4568.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid f'liema Travel Fairs fl-Istati Uniti u l-Kanada kien hemm attendenza tar-rappreżentant ta' l-NTOM f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Id-Direttur ta' l-NTOM ġewwa New York żar dawn il- fieri u l-workshops:-", ".", "Incentive Travel & Meetings Exhibition (ITME) - Chicago .", "USTOA - Banff, Alberta, Canada .", "ETC Roundtable & Supermarts f'14 il-belt: Denver, Seattle, Portland, San Francisco, San Jose, Los Angeles, Orange City, Boston, White Plains, Long Island, Minneapolis, Milwaukee, Chicago u Detroit. .", "Nation Travel Exchange Shows f'6 ibliet: Philadelphia, Baltimore, Washington, Secawcus, Westchester u Hartford. .", "Sea Trade Convention - Miami, Florida.", "DJAR - FIDI TA' ĊENS", "4569.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Minkejja li l-Joint Office jilqa' applikazzjonijiet għall-fidi ta' ċens fuq proprjeta' u jaċċetta wkoll ħlas, jista' l-Ministru jgħid għaliex sa mill- anqas sitt xhur wara l-applikant ikun għadu bla risposta ta' xejn?", "Jista' l-Ministru jgħidli fejn waslet l-applikazzjoni biex jinxtara ċ-ċens ta' \"St. Joseph House\", Triq il-Madonna tal-Ħniena, Żejtun li depożitu għaliha sar fid-9.IX.96 (riċevuta Nru. M 136071) u sal-lum l-applikant għad m'għandux tweġiba?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-applikazzjonijiet għall-fidi ta' ċens fuq proprjeta' u xiri ta' djar b'kera għalqu fit-30 ta' Diċembru 1996.", "L- Uffiċju Konġunt bħalissa għaddej bil-bejgħ ta' postijiet li huma b'kera taħt l-iskema 'Ixtri Darek'.", "Dwar applikazzjonijiet għall-fidi ta' ċnus taħt l-istess skema, jiena nformat li dalwaqt jibda l-ipproċessar tagħhom.", "AMBAXXATI MALTIN", "4576.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti, sena b'sena, mill-1990 sa l-1996, u għal kull ambaxxata Maltija speċifikament: (a) is-somma ta' flus li ġiet ivvotata mill-Parlament fil- budget jew estimates of expenditure għall-operational and maintenance expenditure ta' dik l-ambaxxata; u (b) in-nefqa effettiva ta' l-istess ambaxxata għall-operational and maintenance expenditure?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "EUROCONTROL ROUTE CHARGE SYSTEM", "4577.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm Malta daħħlet flus sena b'sena, mill-1989 'il hawn mill-Eurocontrol?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li Malta bdiet tipparteċipa fl- iskema ta' Eurocontrol Route Charge System mill-1 ta' Jannar u għaldaqstant il-flus li Malta irċeviet mill-Eurocontrol matul is-snin 1990 u l-1996 huma:", "|Sena |Ammont LM| |1990 |1,279,538| |1991 |1,433,441| |1992 |3,469,558| |1993 |3,764,756| |1994 |2,719,271| |1995 |2,394,286| |1996 |2,613,300|", "AMBAXXATI MALTIN", "4578.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3048 li għaliha l-Viċi Prim Ministru wieġeb li \"l- informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra, jista' l-Viċi Prim Ministru issa jagħti l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - RECIPROCAL HEALTH AGREEMENT", "4579.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li ta l- Ministru tas-Saħħa għall-mistoqsija parlamentari numru 3703, fejn qal li t- taħdidiet rigward trattat bilaterali ma' Franza (Reciprocal Health Agreement) wasal fi stat avvanzat, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-trattattivi humiex jinkludu faċilitajiet biex ċittadini Maltin fi Franza u ċittadini Franċiżi f'Malta jibbenefikaw mis-Sigurta' Soċjali b'mod reċiproku?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATURI ĠODDA", "4580.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tax struzzjonijiet lill-ambaxatturi ġodda biex, fiż-żjajjar ta' kortesija li b'konswetudini jagħmlu lill-ambaxxaturi sħabhom, jagħtu priorita' lill-ambaxxatur ta' xi pajjiż jew pajjiżi partikolari?", "Jekk fl- affermattiv, liema huwa dan il-pajjiż jew pajjiżi?", "Għal kull ambaxxatur ta' Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-ambaxxaturi fil- post fejn huwa akkredidat l-ambaxxatur Malti, li sal-lum saritilhom żjara ta' kortesija mill-ambaxxatur Malti, u għal-liema postijiet huma akkreditati dawn l-ambaxxaturi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mhux fl-interess pubbliku li jingħataw dettalji kif mitluba mill-Onorevoli Membru.", "AMBAXXATI BARRANIN - PERSUNI TA' NAZZJONALITA' MALTIJA", "4581.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3628 li għaliha l-Viċi Prim Ministru rrisponda li ma jarax il-ħtieġa li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin iżomm tagħrif dwar persuni ta' nazzjonalita' Maltija mpjegati ma' ambaxxati barranin f'Malta, u li tagħrif bħal dan jinżamm minn dipartimenti tal-gvern oħra, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna fuq liema ministeru Malti jaqa' l- obbligu li jiddefendi l-interessi ta' impjegati Maltin f'każi ta' differenzi ma' l-ambaxxata li timpjegahom peress li f'ċerti każi din ta' l- aħħar tista' tibbenefika mill-provvedimenti tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "TOROQ - TISWIJA", "4613.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lid- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex jitkompla l-programm tax- xogħlijiet mibdi mill-Gvern preċedenti flimkien mal-kunsill lokali biex toroq li ġew indikati mill-istess kunsilli jingħataw it-tarmac?", "Jista' l- Ministru jagħti kas li billi l-isforzi tal-Gvern qegħda mixħuta kollha fuq Buġibba, lokalitajiet oħra qed jiġu abbandunati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tat-Toroq ma waqafx mill-programm tax-xogħlijiet mibdi mill-gvern preċedenti.", "Kif inhu magħruf tkompla x- xogħol tal-Qroqq, tal-Pieta', l-Fgura, ż-Żejtun, l-Imrieħel u bnadi oħra, kif ukoll inbdew xogħlijiet ġodda b'Buġibba u l-Kalkara.", "B'hekk kif wieħed jista' jara l-isforzi tal-Gvern mhux qegħdin mitfuha biss fuq Buġibba iżda huma mifruxa f'diversi inħawi tal-pajjiż kollu.", "SKEJJEL - XOGĦOL TA' MANUNTENZJONI MILL-PRIĠUNIERI", "4623.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-Aġent Direttur tal-Ħabs ġie rapportat li qal li priġunieri se jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru dwar dan is-servizz?", "Dan is-servizz se jsir bi ħlas?", "Liema huma l-iskejjel li ġew magħżula sabiex isir dan ix- xogħol fil-komunita' mill-priġunieri?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦABS ĊIVILI - SERQ TA' DEHEB", "4624.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru dwar allegat serq ta' deheb li hu proprjeta' ta' priġunieri nisa fil-Ħabs ta' Kordin?", "Minn liema diviżjoni tal-Faċilita' Korrettiva sar dan is-serq?", "Fiex waslu l- investigazzjonijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.", "PRODOTTI TAL-BIEDJA U SAJD - ESPORTAZZJONI", "4640.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 3258 rigward dazji/levies imħallsa f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fuq prodotti ta' biedja u sajd esportati minn Malta, jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l- investigazzjonijiet li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura (flimkien mal-METCO) qed jagħmlu bil-għan li Malta tibda tibbenefika aktar mill-iskema tal-GSP (Generalised System of Preferences) ta' l-Unjoni Ewropea fuq prodotti tal- Biedja u Sajd?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nformat li saret talba lill-Kummissjoni tal- Komunitajiet Ewropej sabiex Malta tibbenefika aktar mill-iskema tal-GSP ta' l-Unjoni Ewropea tal-Biedja u Sajd.", "TKABBIR TA' L-GĦENBA", "4641.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 3257 (18.02.97) dwar \"tkabbir ta' l-għenba\", jista' l-Ministru jgħid: (i) jekk sal-lum ġewx magħżula gradwati biex jieħdu taħriġ fuq il-Vitikultura u fuq l-Oenoloġija; u (ii) jekk sal-lum twaqqafx il-Wire Advisory Board u, jekk fl-affermattiv, min huma l-membri ta' dan il-bord?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: (1) Sal-lum għadhom ma ġewx magħżula gradwati biex jieħdu taħriġ fil-Vitikultura u l-Oenoloġija.", "Saret talba lid-Direttur Ġenerali tal-FAO sabiex Malta tirċievi għajnuna teknika fl-istess qasam.", "2) Il-Wine Advisory Board twaqqaf kif ġej:", "Chairman: Id-Direttur ta' l-Agrikoltura", "Vice-Chairman: Dott Nicholas Bonanno", "Membri: Is-Sur T.J. Cassar Is-Sur M. Miceli Farrugia Is-Sur V.G. Delicata Is-Sur J.G. Coleiro Is-Sur J. Camilleri Is-Sur P. Vella Is-Sur A. Azzopardi Is-Sur E. Zahra Is-Sur V. Cortis", "Segretarju: Is-Sur A. Meli", "NAĦAL - TROBBIJA", "4642.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 3256 (18.2.97) dwar l-industrija tat-trobbija tan-naħal, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' twaqqif ta' Breeding Station f'Kemmuna u kemm hu stmat il-capital cost ta' dan il-proġett?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan il-proġett qiegħed fi stadju ta' studju u għalhekk ma jistax jingħata l-capital cost.", "PITKALIJA - PRODOTTI AGRIKOLI", "4643.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-prodotti agrikoli li spiċċaw ma jinbiegħux fil-Pitkalija fix- xhur ta' Jannar sa Marzu, 1997, jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar:- (1) liema kienu l-prodotti li ma nbiegħux; (2) l-ammonti (kg) ta' l- istess prodotti; (3) il-prezz medju (kull xahar) ta' l-istess prodotti li ġew mibjugħa fl-imsemmi perjodu; u (4) l-prezz medju (kull xahar) ta' l- istess prodotti li kienu ġew mibjugħa fl-istess xhur fil-ħames (5) snin preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat lill-Onor.", "Michael Bonnici għad-domanda numru 3087 (Seduta Nru. 29).", "POWER STATION - MARSA", "4644.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Rigward il-manutenzjoni tat-turbini tal-Marsa 'B' Power Station, jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex qed isir/huwiex se jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq turbina Nru. 4 u jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid:- (1) liema ditta qed tagħmel/se tagħmel l-imsemmi xogħol ta' manutenzjoni; (2) il-valur tax-xogħol kollu; (3) jekk id-ditta ngħatatx direct order u jekk fin-negattiv, meta nħarġet it-tender/quotation, meta ġiet awarded, u kemm kien in-numru ta' bidders; (4) meta hu kkalkolat li jitlesta x-xogħol?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li bħalissa qed isir major overhaul tat-turbina Nru. 4.", "Dan ix-xogħol qed isir mill- ħaddiema ta` l-Enemalta taħt is-supervizzjoni t'inġiniera tad-ditta barranija Ansaldo li mmanifatturat din it-turbina.", "Huwa stmat li x-xogħol ta' superviżżjoni u non destruction testing li ser isir mid-ditta Ansaldo ser jiswa madwar Lm88,500.", "Ix-xogħol li qed isir mid-ditta Ansaldo huwa ta' natura speċjalizzata.", "Hija ħaġa normali li dan isir mid-ditta li tkun immanifatturat l-impjant u li, għalhekk, ikollha aċċess għal disinji u tagħrif li ma jkunux aċċessibbli għal ditti oħra.", "Għaldaqstant, id-ditta ngħatat direct order biex tagħmel dan ix-xogħol speċjalizzat.", "Huwa kkalkulat li x-xogħol ikun lest fi żmien tliet xhur.", "ENEMALTA - WIRES/CONDUCTORS", "4645.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Rigward it-tip ta' wires/conductors użati mill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tissupplixxi servizzi ta' single phase u ta' 3 phase, jista' l- Ministru jgħid:- 1) xi cross-section ta' wires qed jintużaw biex jingħataw l-imsemmija services; 2) l-istock (length) preżenti ta' wires użati għal dan l-iskop; 3) l-ammont totali (length) ta' dawn it-tipi ta' wires użati fl-istess disa' (9) xhur tas-sena 1996?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru huwa kif ġej:", "| |Cross |Stock |1-4-96 - | | |Section|Metri |31-12-96 | | | | |Metri | |Singl|2X10mm*|226,84|62,462 | |e | |1 | | |Phase| | | | |Three|4X16mm*|30,474|16,497 | |Phase| | | |", "*squared", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT - KAROZZI", "W441.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għaż-żewġ karozzi GVN 005 u GVN 006 li qegħdin fl-Uffiċċju ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President, għaliex il-kliem mal-bibieb tagħhom \"Uffiċċju tal- President\" inqalgħu u fejn attwalment marret il-karozza GVN 005?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li fuq iż-żewġ karozzi msemmija fil- mistoqsija l-kliem \"Uffċċju tal-President\" kienu żgħar wisq u għalhekk inqalgħu biex isiru ta' dimensjoni akbar.", "Ninsab infurmat ukoll li l-karozza GVN 005 kienet u għadha tintuża minn wieħed mill-ajjutanti militari tal-President.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - WARD CLERKS", "W504.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ward clerks mill-aħħar eżami u jekk hemmx il-ħsieb li jsir eżami ieħor peress li jidher li hemm bżonn dawn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' Ward Clerical Assistants li se jidħlu mill-aħħar eżami huwa 103 fid-Dipartiment tas-Saħħa u 29 fid-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani, fil-każ li jkun jenħtieġ li jiġu mpjegati aktar, ir-riżultat huwa validu għal sena oħra.", "Għalhekk m'hemmx ħtieġa li jsir eżami ieħor għalissa."]} {"filename": "19970714_094d_par.doc", "date": "1997-07-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 94 It-Tnejn, 14 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 94", "It-Tnejn, 14 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "94", "It-Tnejn, 14 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 682", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 682", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 691", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL (KUMITAT) 692", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI", "GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA 710", "AĠĠORNAMENT 721", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 726", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 740", "MINUTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono) Hemm xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Iva, jidhirli li dalgħodu l-Ministru tat-Turiżmu, il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, kif ukoll l-Onor.", "Bertu Pace kienu preżenti.", "MADAM SPEAKER: L-ismijiet tat-tliet Onor. Membri għandhom jinqatgħu mil- lista ta' l-assenti.", "Il-Minuti jistgħu issa jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva) Il-Minuti huma konfermati.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 93 li saret fl-14 ta' Lulju, 1997 - kif emendati - ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORTS", "6233.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl tal-fatt li l-Onor.", "Joe Cilia, meta kien ir- rappreżentant tal-MLP fuq il-Kunsill Malti għall-Isports, attenda żewġ laqgħat minn disgħa; u peress li l-istess Onor. Cilia f'Diċembru 1996 kien irrapportat f'\"l-orizzont\" li qal li \"l-Kunsill Malti għall-Isports mhux miexi bi trasparenza\", jista' l-Ministru jgħidilna kif: (i) l-Onor.", "Cilia wasal għal din il-konklużjoni; (ii) jista' jagħti raġunijiet għal din l-opinjoni; u (iii) kif qed jesiġi li dan il-Kunsill Malti għall-Isports ikun trasparenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-Onor.", "Interpellant jidher li m'huwiex informat tajjeb jew jogħġbu li jikkwota biss is-sena ta' l-elezzjoni ġenerali li fiha, meta m'attendiex għal-laqgħat tal-kunsill, l-Onor.", "Joe Cilia dejjem kien skużat.", "Fis-sentejn li l-Onor.", "Cilia kien membru tal-Kunsill Malti għall-Isports huwa attenda ħames seduti, jiġifieri mhux tnejn kif indika l-Onor.", "Interpellant, u mir-records li nstabu kien assenti biss f'żewġ okkażjonijiet.", "Fl-ewwel żmenijiet tat-twaqqif tal-Kunsill Malti għall- Isports, meta kien jiltaqa' aktar frekwenti, jien informat li l-Onor.", "Cilia kien ikun dejjem preżenti.", "Madanakollu kull meta ma kienx preżenti l-Onor.", "Cilia kien ikollu l-minuti tas-seduti bħall-membri l-oħrajn u kien ikun informat b'dak li kien qed iseħħ.", "In kwantu għar-riferenza ta' nuqqas ta' trasparenza fil-Kunsill Malti għall-Isports, kuntrarju għal kif qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant billi jipprova jaqbad ma' individwi partikolari, l-Onor.", "Cilia kien qed jitkellem fuq dan l-organu bħala konċett.", "L-Onor.", "Cilia kien qed jirriferi għall- fatt li l-ħidma tal-kunsill ftit li xejn kienet ingħatat pubbliċita' fil- passat.", "Dan huwa nuqqas li tellef ħafna mill-fiduċja tal-pubbliku sportiv f'dan il-kunsill.", "L-impressjoni pubblika kienet li dan il-kunsill m'hu qed jagħmel xejn u qiegħed għal xejn.", "Is-segretarjat parlamentari għaż- żgħażagħ, sport, kultura u arti qed jipprova jbiddel din l-immaġni billi jwessa' r-rappreżentanza fuq dan il-kunsill u jagħmlu aktar accountable lejn il-pubbliku f'ħidmietu ħalli b'hekk isir aktar trasparenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, li l-Onor.", "Joe Cilia attenda żewġ laqgħat minn disgħa toħroġ minn statistika li l-Ministru stess qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ftit tal-ġimgħat ilu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Se nivverifika ftit dan it-tagħrif u mbagħad nirrispondih iktar tard.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qed nifhem sew li meta l-Onor.", "Joe Cilia kien qed jitkellem fuq il-ħtieġa li jkun hemm \"iktar trasparenza\", ried ifisser li l-iktar ħaġa importanti hija li jkun hemm aktar pubbliċita'?", "Din hija d- definizzjoni ta' \"trasparenza\"?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma naħsibx li din hija l-unika interpretazzjoni li tista' tagħti għat-tweġiba li tajt jien!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna kif se jwessa' r- rappreżentanza tal-Kunsill Malti għall-Isports?", "Għandu idea x'se jagħmel 'il quddiem?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa ma niftakarx id-dettalji ta' kif inhuwa kompost attwalment il-Kunsill Malti għall-Isports.", "Żgur li waħda mill- affarijiet fejn nixtiequh jgħolli l-profil tiegħu hu li ma jservix biss ta' rubber stamp imma li jkun qed jieħu sehem sħiħ fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fix-xogħol li jsir f'dan il-qasam.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - SAFAR", "6361.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Min kienu l-persuni li siefru minn fondi diretti jew indiretti tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija mill-1 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "Kemm swiet kull żjara?", "X'kien l-iskop taż-żjara, id-dati tat-tluq u l-wasla ta' kull persuna li siefret?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SAN ĠILJAN WPC - PIXXINA", "6678.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk taħt l-amministrazzjoni l-oħra kienx hemm flus ivvotati għall-pixxina ta' San Ġiljan Waterpolo Club u jekk iva, kemm intnefqu minnhom u fuq xiex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-amministrazzjoni l-oħra kienet ivvotat flus u anki għaddiet is-somma ta' madwar Lm60,000 biex jitħallsu xogħlijiet lill- kuntrattur.", "Mill-informazzjoni li għandu s-segretarjat parlamentari għaż- żgħażagħ, sport, kultura u arti dawn intnefqu fuq xogħlijiet preparatorji bħal concrete slabs u xogħol simili.", "Minkejja dan on site għadhom ma saru l-ebda xogħlijiet.", "EDUKAZZJONI - GENDER ISSUES", "6685.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Helen D'Amato) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gender issues humiex jiġu inklużi fir-reviżjoni tal-kurrikulu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Proposti fuq gender issues ġew sottomessi lill- kumitat imwaqqaf għar-reviżjoni tal-kurrikulu.", "Dan il-kumitat se jikkonsidra u jiddelibera fuq il-proposti mressqa u jissottometti l- konklużjonijiet tiegħu f'Marzu 1998.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk effettivament il-proposti li saru fid-dokument \"Tomorrow's Schools\", humiex se jkunu kkonsidrati wkoll fir-reviżjoni tal-kurrikulu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, jien ma għandix dubju li l-kumitat li qed imexxi r-reviżjoni tal-kurrikulu se jdaħħal is-sottomissjonijiet li sarulu fil-proċess tar-reviżjoni u se jagħtihom il-konsiderazzjoni serja li tistħoqqilhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien fhimt sew li bejn wieħed u ieħor il-kurrikulu se jkun lest għall-1998?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwel abbozz ta' proposti suppost jasal għandi sa l-aħħar ta' Marzu, 1998.", "UNIVERSITA' - POST TA' KORDINATUR", "6709.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jeżisti fl-Universita' ta' Malta l-post ta' kordinatur fl-Universita' tat-Tielet Eta'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-post ta' kordinatur fl-Universita' tat-Tielet Eta' fl-Universita' ta' Malta ilu jeżisti minn meta kien ġie deċiż li titwaqqaf l-istess Universita' tat-Tielet Eta' fl-Istitut tal-Ġerontoloġija fl-Universita' ta' Malta, jiġifieri minn Settembru 1992.", "ARENA TA' L-INDIPENDENZA - FOOTBALL GROUND", "6730.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jintnefqu flus minn fondi pubbliċi sabiex isir ir-resurfacing tal-football pitch fl-Arena ta' l-Indipendenza fil-Furjana?", "X'inhu ppjanat li jsir sabiex isir upgrading tal-faċilitajiet sportivi fl-istess kumpless?", "Hemm ħsieb li jsir użu aħjar mill-ispazju ta' l-istand ta' l-ispettaturi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm pjani mill-amministrazzjoni preċedenti biex isiru alterazzjonijiet fl-Arena ta' l-Indipendenza u biex il-kumpless sportiv jiġi ttrasformat f'kumpless amministrattiv.", "Il-Gvern il-ġdid fehem il-preokkupazzjoni tal-poplu b'din l-idea, partikolarment il-poplu Furjaniż, u abbanduna dan il-ħsieb.", "L-amministrazzjoni preċedenti ma warrbet l-ebda flus ivvotati biex isir l- upgrading li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant u fil-preżent ix- xogħol fuq il-wiċċ tal-football ground qed isir mill-club li qed jużah u li qed jieħu ħsieb il-manutenzjoni tiegħu.", "Membri tal-kumitat qed jiddiskutu bħalissa x'għajnuna jista' jagħti s- segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ, sport, kultura u arti f'dawn ix- xogħlijiet.", "Sa llum għadhom ma tressqu l-ebda suġġerimenti dwar użu ieħor mill- ispazju tal-istand ta' l-ispettaturi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li f'ħafna rħula hemm football grounds u faċilitajiet sportivi oħra, nixtieq inkun naf x'inhi l-politika tal-Gvern.", "Dawn se jgħaddu f'idejn il-clubs li qed iżommuhom?", "Meta se jagħmel dan il- pass il-Gvern?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dawn għandhom jgħaddu f'idejn il-clubs u f'idejn l-assoċjazjonijiet sportivi.", "GĦad baqa' ħafna xogħol biex l-affarijiet isiru kif suppost, kemm min-naħa tal-ministeru u kemm min-naħa tad- dipartimenti ta' l-artijiet.", "Hemm areas fejn ix-xogħol huwa avvanzat u hemm oħrajn fejn għadu lura imma l-politika hija li dawn jgħaddu f'idejn l- assoċjazzjonijiet sportivi.", "It-trasferiment isir wara li jkun sar sewwa ix- xogħol kollu preparatorju ta' dokumenti eċċ, billi naraw b'liema kondizzjonjiet se jiġu trasferiti.", "Sintendi dawk ir-riżoluzzjonijiet imbagħad jiġu quddiem il-Kamra għad-diskussjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk, wara li dawn il-faċilitajiet sportivi jgħaddu għand l-għaqdiet sportivi, il-ministeru huwiex se jibqa' jgħin finanzjarjament lil dawk il-clubs jew għaqdiet sportivi oħrajn li mill-finanzi tagħhom ma jkunux jistgħu jwasslu għall- maintenance tal-faċilitajiet sportivi .", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sintendi dan se jkun jiddependi mill-ftehim li se jsir f'kull każ speċifiku.", "Għalhekk din l-operazzjoni hija daqshekk komplikata għax ma tistax taqbad u tagħmel mudell wieħed li japplika għal kull sport u kull assoċjazzjoni sportiva.", "Kull każ irid jittieħed għalih.", "Jiena m'għandix dubju li tingħata l-għajnuna li jkollhom bżonn dawn l- assoċjazzjonijiet, anke meta jiġu trasferiti dawn il-faċilitajiet sportivi.", "Wara kollox ħafna mix-xogħlijiet li jagħmlu dawn l-assoċjazzjonijiet isir b'ġenerożita' u b'sagrifiċċji kbar u naħseb li jimmeritahom li jingħataw l- għajnuna kollha li għandhom bżonn.", "PEMBROKE - SPORTS COMPLEX", "6735.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba datata 18 ta' Lulju, 1996 li għamel il-Club ta' Pembroke Athletic lill-ministeru responsabbli mill-Isports sabiex il-Ministru jgħaddi l-ground indikat fil- pjanta - mibgħuta separatament - għall-użu ta' l-istess club?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u lill-club - dan jipparteċipaw fih numru kbir ta' sportivi nkluż ħafna residenti ta' Pembroke - jekk il- ministeru tiegħu kellux kuntatti mad-dipartiment ta' l-artijiet sabiex din it-talba tiġi pproċessata?", "Jista' l-Ministeru jagħti prijorita' lil din it-talba fid-dawl tal-fatt li dan il-club jixtieq jinvesti hu stess sabiex jiżviluppa dan is-sit fi sports complex anke minħabba li, għalkemm waħda mid-dixxiplini sportivi li għandu l-club huwa l-football, sal-lum dan il-club m'għandux ground għalhekk?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-dettall li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jagħti fil-mistoqsija tiegħu qatt ma tressaq quddiem is-segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ, sport, kultura u arti mill-club imsemmi.", "It-talba li saret fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti ma kenitx ittieħdet azzjoni dwarha u l-club qatt ma reġa' ressaq it-talba in kwestjoni wara l-bidla fil-gvern.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jiġifieri qed nifhem tajjeb li jekk ma saritx talba wara l-bdil fl-amministrazzjoni, dan il-Gvern qed iqis li dik it- talba ma saritx?", "(Interruzzjonijiet) Jien għandi għax nifhem li l-ittra qiegħda ġol-file.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Se niċċekkja dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant biex jekk hemm bżonn tittieħed azzjoni dwarha u jsir kuntatt ma' dan il-club .", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Ministru jieħu in konsiderazzjoni din it-talba kemm jista' jkun b'urġenza minħabba li l-club huwa deċiż u għandu s-support meħtieġ biex jinvesti f''dan il-qasam, għax din il- kwestjoni hi ta' importanza kemm għar-residenti kif ukoll għall-attivisti kollha ta' dan il-club.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Se nagħti kas bis-serjeta' dak li qal l-Onor.", "Interpelant biex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "EDUKAZZJONI - M.A. (EDUC)", "6784.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti għall-kors ta' grad ta' Masters fl-Edukazzjoni f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' studenti li daħlu fil-kors ta' grad ta' Masters fl-Edukazzjoni f'dawn l-aħħar snin huwa kif ġej:", "1989 - 17 1990 - 0 1991 - 24 1992 - 0 1993 - 23 1994 - 0 1995 - 30 1996 - 32", "In-numru ta' studenti li ggradwaw fil-kors ta' Masters fl-Edukazzjoni fl- istess snin huma kif ġej:", "1989 - 0 1990 - 5 1991 - 9 1992 - 2 1993 - 9 1994 - 3 1995 - 7 1996 - 15", "SKEJJEL - GĦALLIEMA TAS-SCIENCES", "6797.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6575, jista' l-Ministru jgħid kemm mis-17-il għalliem li jgħallmu l-bioloġija huma nisa; kemm mit-12-il għalliem li jgħallmu l-kimika huma nisa; kemm mill-104 għalliema li jgħallmu l-fiżika huma nisa; u kemm mill-51 għalliema li jgħallmu x-xjenza integrata huma nisa?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'liema sena kull għalliem imsemmi fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6575 ġab l-ewwel lawrja, x'kienet il-lawrja u jekk kienx hemm lawrji oħra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - RAPPORT F''THE TEACHER'", "6826.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Helen D'Amato) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar- rapport li hemm f''The Teacher\" - (pubblikazzjoni MUT, ħarġa No. 67, paġna 16) - fejn il-Ministru huwa rrapportat li qal li:", "\"school autonomy will be increased to include control over curriculum, teaching methods and staff recruitment\",", "jista' l-Ministru jispjega fid-dettall kif se jwettaq dawn il-miżuri?", "X'timeframe hemm biex jitwettqu dawn il-miżuri?", "X'taħriġ se jingħataw il- kapijiet ta' l-iskejjel biex iwettqu dawn il-miżuri?", "Hemm qbil dwar dan ma' l-MUT?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Membru għandu japprezza li l-oġġettiv imtenni jrid iseħħ biss b'riżultat fit-tul.", "L-ewwel pass f'din id- direzzjoni kien li l-konċett jiġi propost u ddibattut.", "It-triq li għad tinfetaħ tkun riżultat ta' djalogu ġenwin bejn il-partijiet kollha.", "Dwar it-tielet konċett ta' \"to include control over curriculum, teaching methods and staff recruitment\", l-iżviluppi jiddependu wkoll minn modifikazzjoni tar-regolamenti tal-Management and Personnel Office u l- Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.", "SKEJJEL - RAPPORT F''THE TEACHER'", "6827.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Helen D'Amato) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-rapport li hemm f''The Teacher', fejn il-Ministru huwa rrapportat li qal li:", "Fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni se jitwaqqaf unit għal school management and support services\",", "jista' l-Ministru jispjega fid-dettall x'se jkunu dawn is-servizzi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa qed isir stħarriġ dwar xi bżonnijiet hemm għall-istrutturi maniġerjali fl-iskejjel.", "Malli jkollna stampa aktar ċara nkun f'pożizzjoni aħjar biex inwieġeb din il-mistoqsija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Għandi nifhem li l-Ministru qed jagħmel laqgħat ma' l- MUT, kemm għal dak li jirrigwarda din il-mistoqsija u anke għal dik ta' qabilha?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed ikun hemm laqgħat regolari ma' l-MUT kif ukoll laqgħat regolari mal-heads u ma' l-assistant heads.", "Bħalissa għaddej ukoll eżerċizzju biex qabel jittieħdu xi passi fuq x'tip ta' strutturi għandu jkollna għal-local management ta' l-iskejjel ikollna stampa ċara.", "Għax ħafna drabi ċerti problemi mhumiex għax m'għandhomx support services iżda għax il-heads, li ħafna minnhom ma ngħatawx taħriġ ta' kif imexxu, ma jkollhomx idea tajba la ta' time management u lanqas ta' kif jużaw in-nies tagħhom.", "Per eżempju, l-agħar każi li nista' ngħid jien huma fejn ikollok heads li għandhom assistant heads kwalifikati u anke ħadu t-taħriġ fl-educational management u fit-tmexxija ta' l-iskejjel u bażikament jużawhom bħala skrivana biex jagħmlulhom xogħol ta' photocopying, aktar milli biex imexxu l-iskejjel.", "Il-problema hija li hemm heads li għalihom management ifisser one-man management, kollox f'idejhom, mingħajr ma jaqsmu ma' sħabhom l-assistenti kapijiet, mat-teachers u anke mal-kunsill skolastiku.", "SKEJJEL - RAPPORT F'\"THE TEACHER\"", "6977.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6826?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 6826 f'seduta 94.", "SKEJJEL - RAPPORT F'\"THE TEACHER", "6978.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6827?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 6827 f'seduta 94.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, is-seduta 94 fil-fatt hija s-seduta li qed nagħmlu issa!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa qed isir stħarriġ dwar xi bżonnijiet hemm għall-istrutturi maniġerjali fl-iskejjel, malli jkollna stampa aktar ċara nkun f'pożizzjoni aħjar biex inwieġeb din il-mistoqsija.", "Ovvjament iż-żewġ mistoqsijiet li ġew wara jirriferu għal din.", "EDUKAZZJONI - GENDER ISSUES", "6979.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6685?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 6685 f'Seduta 94.", "LIMBORDIN - FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "6984.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi tal-ġibjun ta' Limbordin ma jibqax iseħħ fawran tad-drenaġġ bħalma kien qed iseħħ fil-lejl ta' bejn il-5 u s-6 ta' Lulju, 1997?", "Meta hu mistenni li jitlesta l-EIA f'dawn l-inħawi biex jiġi deċiż kif se tgħaddi l-mina li trid twassal id-drenaġġ minn San Pawl il-Baħar għaċ- Ċumnija, fil-Mellieħa?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ir-raġuni tal-fawran tad-drenaġġ fl-inħawi tal-ġibjun ta' Limbordin huwa minħabba l-fatt li l-main tad-drenaġġ bejn il-Pwales u Għajn Żnuber ma' jlaħħaqx mal-kwantita' ta' drenaġġ meta l-pompi tal-Pwales jaħdmu t-tnejn f'daqqa, kif seħħ fil-lejl imsemmi.", "Il-kuntratt għall-konsulenza dwar il-master plan tad-drenaġġ għat- tramuntana ta' Malta ġie ppubblikat u d-dipartiment jistenna l-għeluq ta' l- offerti li mistenni jkun f'Awissu.", "Wara li jiġu fformulati l-proposti għal dan il-pjan dawn jiġu sottomessi għal studju dwar l-impatt ambjentali tagħhom.", "Huwa mistenni li l-proċess ta' l-EIA jinbeda din is-sena.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-post li minnu kien qiegħed isir il- fawran fil-lejl imsemmi huwa qrib ħafna ta' ġibjun ta' l-ilma, ġibjun li fir-realta' jintuża għax-xorb.", "X'qed jagħmel il-ministeru biex ix-xogħol mibdi jitħaffef u jitlesta kemm jista' jkun malajr?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena nassumi li passi ttieħdu peress li l-fawran sar fejn hemm ilma tax-xorb, pero' ngħaddi l-kumment li għamel l-Onor.", "Membru lill-ministru konċernat biex jara li l-affarijiet jitranġaw.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-fatt li l-Ministru Mizzi jgħaddi dan il-kumment lill-Onor.", "Buhagiar fih innifsu huwa tajjeb u ma nista' ngħid xejn, pero' l-fawran ta' drenaġġ f'dawn l-inħawi huwa xi ħaġa li tiġri ta' spiss u f'dawn it-tliet xhur tas-sajf li ġejjin wieħed jistenna li tkun xi ħaġa ta' kuljum prattikament.", "Allura x'passi oħra qed jittieħdu min-naħa tal-ministeru biex dan il-fawran ma jibqax isir, iktar u iktar minħabba li hemm il-ġibjun?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Onor.", "Interpellant qal li kien isir dan il- fawran qabel ukoll, allura nassigurah li l-passi li se jittieħdu mhumiex dawk il-passi li suppost ittieħdu u ma tteħdux - għax kieku ttieħdu ma kienx isir dan il-fawran! - b'konsegwenzi għall-ilma tax-xorb.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien fl-ebda ħin m'għidt li l-fawran kien qed isir qabel.", "Nafu li fl-inħawi milquta kien diġa' sar ħafna xogħol u kienet anke qamet kontroversja politika qabel l-elezzjoni minħabba mina li kellha ssir.", "X'sar effettivament fl-aħħar tmien xhur biex dak il- proġett jitkompla fl-iqsar żmien possibbli?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, dak li ma kkonfermax l-ewwel ikkonfermah issa!", "Minn dak li qal l-Onor.", "Membru, sinjal li l-problema kienet hemm.", "Jien nista' ngħid li l-ministru responsabbli żgur qed jieħu passi biex isolvi din il-problema.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, japprezza l-Ministru li l-fatt li matul id-disa' xhur li għaddew ma sar xejn fir-realta' jfisser li kien hemm estensjoni tal-problema, almenu għal disa' xhur?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, l-Onor.", "Galea qed jallega li ma sar xejn Veru li l-problema għadha hemm imma nassigurah li l-ministru responsabbli qed jieħu l-passi neċessarji biex il-problema tissolva.", "Mhijiex ħaġa faċli meta jkollok affarijiet bħal dawn, imma żgur qed jittieħdu passi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, issa li daħal il-Ministru Buhagiar, jista' jgħidilna x'passi konkreti ttieħdu matul id-disa' xhur li għaddew?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker il-fawran tad-drenaġġ fl-inħawi mhuwiex xi ħaġa t'issa.", "Għaxar snin ilu kien hemm il-fawran ukoll, jiġifieri li wieħed jistaqsi x'passi se nieħdu issa naħseb li nkunu qed inġebbdu naqra l- kwestjoni.", "(Interruzzjonijiet) Meta l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi x'passi qed nieħdu għal liema każ qed jirriferi?", "Passi kontra xiex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt Madam Speaker, jien ma staqsejtx għall-passi \"kontra\" xi ħadd jew xi ħaġa imma staqsejt għall-passi favur xi ħaġa, passi li kienu diġa' ttieħdu fil-passat biex il-problema li hemm ma tibqax tkaxkar.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, ir-risposta għad-domanda numru 6984 tgħid x'passi ttieħdu sabiex dawn l-inċidenti ma jinqalgħux.", "Fil-fatt fir-risposta ingħad li skond il-master plan tad-drenaġġ ħarġet l-offerta sabiex isir l-istudju infrastrutturali li hemm bżonn isir ħalli jitpoġġa main ġdid minn hemmhekk għaċ-Ċumnija, fejn se ssir sewage treatment plant.", "Wara li jagħlqu dawn it-tenders u jsir id-disinn, dan jiġi sottomess għall- EIA.", "Jiġifieri l-passi li qed jittieħdu huma li jsiru studji neċessarji ħalli kemm jista' jkun malajr din il-problema tiġi eliminata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, fl-inħawi partikolari kienu saru diversi xogħlijiet mill-Water Services Corporation, mid-Dipartiment tad- Drenaġġ u minn ma nafx kemm-il dipartiment ieħor.", "X'ġara minnu x-xogħol li kien sar, li tlesta xhur ilu u għaliex dak li kien prattikament lest ma tkompliex fix-xhur li għaddew?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għax- xogħlijiet tad-drenaġġ irrid infakkar li din il-kwestjoni li qed insemmu hawnhekk hija marbuta mal-fatt li l-Gvern ta' qabel kien ħareġ offerta sabiex issir gallery mill-Pwales għaċ-Ċumnija.", "L-Oppożizzjoni ta' dak inhar kienet opponiet, fis-sens li din il-gallery riedet issir bil-ħsieb li l-main li jwassal id-drenaġġ mill-Pwales - u l-inħawi li qed nitħaddtu fuqhom illum - saċ-Ċumnija ikun biżżejjed kbir biex ilaħħaq mal-volum tad- drenaġġ li jrid jgħaddi.", "Dak inhar ma kienx sar ix-xogħol minħabba l-fatt li ma kienx sar studju ambjentali fuq din il-gallery.", "Kienet inġibdet l- attenzjoni li jekk issir din il-gallery li kienet ġiet proposta jista' jiġi affettwat l-aquifer u per konsegwenza l-għelieqi fertili li kien hemm fin- naħat tal-Pwales.", "Madam Speaker, irrid infakkar li minħabba f'hekk dan il-proġett kien twaqqaf mill-Gvern tal-lum.", "Reġa' ġie studjat u reġgħet ħarġet sejħa għall- offerti, bħalma diġa' għidt hawnhekk.", "Qabel ma jiġu mplimentati x- xogħlijiet irid isir studju ambjentali serju.", "Il-problema li għandna hemmhekk hi li qegħdin telgħin bi dual mains tad-drenaġġ u meta tiġi f'dawn l-inħawi ta' Limbordin, iż-żewġ katusi jispiċċaw f'katusa waħda ta' daqs iżgħar mit-tnejn l-oħra flimkien, b'konsegwenza li din il-katusa ma tlaħħaqx u jkollok il-fawran fl-inħawi tal-Miżieb u ta' Limbordin.", "Biex insolvu din il-problema jrid isir main ġdid mill-Pwales għaċ-Ċumnija, ħaġa li qed issir u nittamaw li malli l-istudji jkunu lesti tinħareġ l-offerta mill-ewwel sabiex dan ix-xogħol isir.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT(Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' karozzi impressed mad-dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7131;", "Tabella li turi n-numru ta' persuni trasferiti minn korpi parastatali għal ma' segretarjati privati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari mill-1 ta' Novembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7183; u", "Tabella li turi n-numru ta' sejħiet li saru lis-Sezzjoni tat-Tifi tan- Nar tal-Pulizija matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7277.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Malta Freeport Corporation Ltd report and consolidated accounts għas-sena 1996.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni minn single mothers fl-1 ta' Novembru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7205.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti informazzjoni dwar il-qatla taċ-ċanga bejn l-1981 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7345.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-KumitatI, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 107 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 2 - Amendment of section 107 of the Constitution.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, klawsola 2 tirriferi għal artiklu 107 tal-Kostituzzjoni li jitħaddet fuq rimunerazzjoni għal ċerti karigi u jistabilixxi li ċerti karigi fil-funzjoni pubblika huma sottomessi għal artiklu 107.", "Il-kariga ta' Direttur tal-Verifika hija sottomessa għal artiklu 107 u aħna qed ngħidu li peress li l-emendi li għandna quddiemna llum qed jagħmlu lid-Direttur tal-Verifika taħt kondizzjonijiet ta' rimunerazzjoni differenti u speċjali, allura għandna neliminaw ir-referenza għad-Direttur tal-Verifika minn artiklu 107.", "Allura r-riferenza għal artiklu 108 tal-Kostituzzjoni li jitkellem dwar id-Direttur tal-Verifika titneħħa minn artiklu 107 tal-Kostituzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' nkun korrett jekk ngħid li se titneħħa biss teknikament minħabba li mbagħad l-istess garanziji li jeżistu llum ta' protezzjoni tas-salarju tiegħu se jibqgħu fil-korp ta' l-emenda nnifisha?", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Borg huwa korrett, fis-sens li se ndaħħlu l- garanzija tar-rimunerazzjoni tad-Direttur tal-Verifika fl-emenda li se nagħmlu speċfikament.", "U naħseb immorru aktar 'il bogħod minn dak li hemm f'artiklu 107, vis-a-vis gradi fil-funzjoni pubblika, għal dak li għandu x'jaqsam mad-Direttur tal-Verifika.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 108 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 3 - Substitution of section 108 of the Constitution.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, klawsola 3 hija l-qalba ta' dak li qed nagħmlu, jiġifieri qegħdin inneħħu artiklu 108 tal-Kostituzzjoni, li huwa riferibbli għad-Direttur tal-Verifika, u qed indaħħlu l-klawsola ġdida li tinkorpora l-pożizzjonijiet kollha li tkellimna dwarhom.", "Naħseb li jkun aħjar jekk din il-klawsola neħduha subartiklu subartiklu.", "Mela subartiklu (1) jgħid li għandu jkun hemm il-kariga ta' l-Awditur Ġenerali u jgħid li għandu jkollu dawk il-funzjonijiet li huma definiti fis- subartikli li jiġu wara.", "Subartikolu (2) jgħid hekk:", "\"L-Awditur Ġenerali ikun uffiċjal tal-Kamra tad-Deputati u jinħatar mill-President li jaġixxi skond il-parir konġunt tal-Prim Ministru u taċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-Kamra tad- Deputati.", "Iżda meta l-kariga ta' Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-Kamra tad-Deputati tkun vakanti ...\"", "jew dan il-kumitat ma jkunx qed jopera, allura hemmhekk trid issir fuq il- parir konġunt tal-Prim Ministru u tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiġifieri l- abbozz ta' liġi qed jgħid li meta ma jkunx hemm qbil \"il-President għandu jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru.\"", "Fuq dan il-punt kellna diskussjoni sħiħa, b'mod informali, u qbilna li għandna nimxu fuq l- istess proċedura li adottajna fil-każ ta' l-Ombudsman, jiġifieri li jkun hemm konsultazzjonijiet bejn il-Prim Ministru, ic-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi u/jew il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mbagħad il-kariga ta' Awditur Ġenerali tgħaddi bil-vot ta' żewġ terzi tal-Kamra.", "Qegħdin inneħħu wkoll, dejjem fuq il-mudell tal-liġi ta' l-Ombudsman, ir- riferenza għal x'jiġri jekk ma jkunx hemm qbil.", "Qegħdin ngħidu li l- kariga ta' Awditur Ġenerali tant hija importanti u tant iż-żewġ naħat għandhom ikunu konvinti li għandhom jaqblu, li qed inneħħu r-riferenza għal x'jiġri jekk ma jkunx hemm qbil.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR TONIO BORG: Ma ftehemnix.", "Fl-emenda li informalment ġiet mgħoddija lilna dalgħodu ma kienx se jkun hemm riferenza għall-Public Accounts Committee.", "Jiġifieri l-idea kienet li, bħal fil-każ ta' l-Ombudsman, l- Awditur Ġenerali jinħatar mill-President b'riżoluzzjoni li jkollha l- approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-membri tal-Parlament, mingħajr ebda riferenza għall-Public Accounts Committee u għall-Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Oriġinarjament hekk kienet.", "Fil-fatt jiena ġibt l- Att dwar l-Ombudsman ukoll u l-Ombudsman jinħatar:", "\"mill-President li jaġixxi skond riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li tgħaddi bis-saħħa tal-voti ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal- membri kollha li hemm fil-Kamra.\"", "ONOR ALFRED SANT: Sur President, l-emenda li għandi quddiemi titkellem ukoll f'dan is-sens.", "Ħalli nressaqha formalment:", "\"A\" L-artikolu 108 li hemm fil-klawsola 3 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Minflok is-subartikolu (2) tiegħu għandu jidħol is-subartikolu li ġej:", "\"(2) L-Awditur Ġenerali jkun uffiċjal tal-Kamra tad-Deputati u jinħatar mill-President li jaġixxi skond riżoluzzjoni tal-Kamra tad- Deputati li tgħaddi bis-saħħa tal-voti ta' mhux anqas minn żewġ-terzi tal-membri kollha tal-Kamra:", "Iżda meta persuna li ma tkunx membru tal-Kamra tad-Deputati tiġi eletta bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati, dik il-persuna ma għandhiex titqies li tkun membru tal-Kamra għall-għan li tiġi stabbilita l-maġġoranza meħtieġa b'dan is-subartikolu.\"; u", "(b) Minflok is-subartikolu (4) tiegħu għandu jidħol is-subartikolu li ġej:", "\"(4) (a) L-Awditur Ġenerali jista' f'kull żmien jitneħħa jew jiġi sospiż mill-kariga tiegħu mill-President, meta jsirlu indirizz mill- Kamra tad-Deputti li jsir bis-saħħa tal-voti ta' mhux anqas minn żewġ- terzi tal-membri kollha tal-Kamra, li fih jintalab biex ineħħih mill- kariga minħabba f'inkapaċita' ppruvata li jwettaq il-funzjonijiet tal- kariga tiegħu (sew jekk din tkun minħabba nuqqas ta' saħħa fiżika jew mentali jew minħabba xi raġuni oħra) jew minħabba f'imġieba ħażina ppruvata, u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (a) tal-proviso li hemm mas-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll għall- għan li tiġi stabbilita l-maġġoranza meħtieġa b'dan is-subartikolu.", "(b) F'kull żmien meta ma jkunx hemm sessjoni tal-Parlament, l- Awditur Ġenerali jkun jista' jiġi sospiż mill-kariga tiegħu mill- President, li jaġixxi skond id-diskrezzjoni tiegħu, dwar l-inkapaċita' li jwettaq id-dmirijiet tal-kariga tiegħu jew imġieba ħażina li dwarha tinġieb prova li tissodisfa lill-President; iżda kull sospenzjoni bħal dik ma għandhiex tkompli sseħħ għal aktar minn xahrejn wara li tibda s- sessjoni tal-Parlament li jkun imiss minnufih wara.\".", "\"A\" Section 108 in clause 3 shall be amended as follows:", "(a) for subsection (2) thereof, there shall be substituted the following:", "\"(2) The Auditor General shall be an officer of the House of Representatives and shall be appointed by the President acting in accordance with a resolution of the House of Representatives supported by the votes of not less than two-thirds of all the members in the House:", "Provided that when a person who is not a member of the House of Representatives is elected to be the Speaker of the House of Representatives, he shall not be treated as a member of the House for the purpose of establishing the majority required by this subsection.\"; and", "(b) for substection (4) thereof, there shall be substituted the following:", "\"(4) (a) The Auditor General may at any time be removed or suspended from his office by the President, upon an address from the House of Representatives supported by the votes of not less than two- thirds of all members in the House, praying for such removal on the ground of proved inability to perform the functions of his office (whether arising from infirmity of body or mind or any other cause) or proved misbehaviour, and the provisions of paragraph (a) of the proviso to subsection (2) of this section shall also apply for the purpose of establishing the majority required under this subsection.", "(b) At any time when Parliament is not in session, the Auditor General may be suspended from his office by the President, acting in accordance with his own discretion, for inability to perform the functions of his office or misbehaviour proved to the satisfaction of the President; but any such suspension shall not continue in force beyond two months after the beginning of the next session of Parliament.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR TONIO BORG: Sur President, meta niġu għan-nomina ta' l-Awditur Ġenerali se jkollna bżonn l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra tad-Deputati, jiġifieri kemm dawk li jkunu preżenti dak il-ħin kif ukoll dawk li jkunu assenti.", "(Interruzzjonijiet) Iż-żewġ terzi tinħadem fuq in-numru tal-membri parlamentari kollha, anke ta' dawk li jkunu msefrin jew assenti.", "Mr Chairman, xtaqt ngħaddi osservazzjoni pjuttost teknika, fis-sens li hawn għandna li l-Awditur Ġenerali jista' jiġi sospiż meta l-Parlament ma jkunx in session:", "\"The Auditor General may be suspended from his office by the President acting in accordance in his own discretion.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li nużaw it-terminu preċiż li tuża l- Kostituzzjoni għal meta tagħti poter lill-President li jaġixxi skond id- diskrezzjoni tiegħu.", "Nerġa' ngħid li din hija teknikalita' għax nifhem li l-intenzjoni hi li l-President se jkollu l-poter li jaġixxi mingħajr ma jirriferi l-każ lill-Gvern - u naqblu fuq dan.", "Normalment, il-President irid bilfors jaġixxi fuq il-parir tal-gvern tal-ġurnata, ħlief f'sitt każijiet, u hawnhekk jidhirli li ma tintużax il-frasi \"in his own discretion\" imma \"in his own deliberate jugdement\" u jkun tajjeb li, ladarba se nemendaw il-Kostituzzjoni, nużaw l-istess kliem.", "Qiegħed nirriferi għal subartiklu (1) ta' artiklu 85 tal-Kostituzzjoni tagħna, li jgħid hekk:", "\"In the exercise of his functions, the President shall act in accordance with the advice of the Cabinet ....\"", "Mela dik hija r-regola.", "Mela anke jekk tgħid li l-\"President jinnomina\", dak ifisser li jinnomina fuq il-parir tal-Kabinett.", "Imbagħad hemm l- eċċezzjoni.", "\"Provided that the President shall act in accordance with his own deliberate judgement ...\",", "u mhux \"in his own discretion\".", "Jien nippreferi li nużaw l-istess kliem li jintuża għal meta ssir eċċezzjoni dwar il-poteri tal-President.", "Hawnhekk se nżidu prerograttiva oħra - jeżistu xi sitta illum - li l-President ikun jista' jissospendi l-Awditur Ġenerali għal raġunijiet gravi meta l- Parlament ma jkunx in session u allura ma jkunx jista jiltaqa biex ineħħi l- Awditur hu.", "ONOR ALFRED SANT: L-Onor.", "Borg qed jgħid sitta mentri t-test li għandi quddiemi qed jirriferi għal ħames każi ta' \"ġudizzju deliberat\" u nimmaġina li s-sitt każ huwa dak ta' l-Ombudsman.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk tagħmel riferenza għal subartiklu (5) ta' artiklu 76 hemm tliet poteri differenti.", "Per eżempju, il-President jista' jxolji l- Parlament meta l-Prim Ministru jkun sofra mozzjoni ta' sfiduċja u jista' ma jxoljix il-Parlament fuq talba tal-Prim Ministru.", "Allura dawk jiġu sitta bħala kategoriji ta' suġġetti.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Kostituzzjoni ħamsa ssemmi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jeżistu oħrajn f'liġijiet oħrajn.", "Waħda minnhom hija li jekk jastjeni xi ħadd mill-membri tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni ta' Inġustizzji, il-President jista' jaħtar ieħor minfloku li kemm jista' jkun jirrappreżenta l-istess kariga u veduti.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nifhem x'qed jiġi ssuġġerit.", "Jien naħseb li naqbel miegħu, pero' salv li jkollna l-go ahead tan-nies tekniċi tagħna.", "Qegħdin nużaw il-kliem \"il-ġudizzju deliberat tiegħu\" għat-tneħħija ta' l- Awditur Ġenerali meta l-Parlament ma jkunx in session.", "As far as I'm concerned din hija tajba u għandna l-konferma tan-naħa teknika li it makes sense.", "Allura nipproċedu fuq din il-bażi.", "THE CHIARMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Qed niddiskutu x'nagħmlu meta niġu biex inneħħu l- Awditur, pero' għad għandi daqsxejn diffikulta' dwar x'nagħmlu meta niġu biex nipproponu l-Awditur.", "Milli jidher tlift xi partijiet mid- diskussjonijiet li saru u mid-diskorsi li ntqalu.", "Kif se tkun issa, il- Prim Ministru jew il-Ministru tal-Finanzi se jressaq quddiem il-Kamra n- nomina ta' l-Awditur li tkun teħtieġ l-approvazzjoni ta' żewġ terzi.", "Għalhekk m'hemm l-ebda dubju li l-Awditur - bħalma jsir fil-każ ta' l- Ombudsman - se jkun aċċettat miż-żewġ naħat tal-Kamra, la se jkun hemm l- approvazzjoni taż-żewġ terzi, anke jekk wieħed jieħu l-ipotesi li xi darba jkun hawn iżjed minn żewġ partiti f'din il-Kamra.", "Jien niftakar li l-provenjenza ta' dan kollu kienet marbuta mal-Public Accounts Committee u l-ewwel ħsieb li kien hemm kien li nimxu fuq kif evolviet il-prattika fl-Ingilterra - mhux biflors għandna nagħmlu hekk, imma qed ngħid x'kien l-ewwel ħsieb - jiġifieri li jkun iċ-Chairman tal- Public Accounts Committee, allura nnominat mill-Oppożizzjoni, li jinnomina l-persuna indikata għall-kariga ta' Awditur.", "Sussegwentement taħt il- Gvern preċedenti kien hemm evoluzzjoni fil-kontest li m'huwiex tajjeb li tħalli l-inkarigu u l-piż fuq bniedem wieħed.", "Allura mbagħad kien hemm qbil li n-nomina ssir mill-Prim Ministru u miċ-Chairman tal-Public Accounts Committee.", "Imbagħad inqalgħet diffikulta' oħra fis-sens ta' x'jiġri jekk kemm-il darba dawn it-tnejn ma jaqblux.", "Hemmhekk daħlet l-elezzjoni fin- nofs, inbidel il-Gvern u issa għandna quddiemna dan l-abbozz ta' liġi u dawn l-emendi.", "Jien qed nara li ċ-Chairman tal-Public Accounts Committee sparixxa kompletament mill-abbozz ta' liġi u mill-emendi.", "Allura issa tiġi l- mistoqsija: Ġaladarba se jkun hemm ir-rekwiżit li l-bniedem nominat - ikun kif ikun nominat - se jkollu l-approvazzjoni ta' żewġ terzi mill-Kamra, hemm għalfejn toqgħod tidħol f'min jinnominah?", "U l-opinjoni personali tiegħi hi li: Iva, hemm għalfejn.", "F'dan il-Parlament aħna evolvejna biex waqqafna Public Accounts Committee bi qbil bejn iż-żewġ naħat - għamel żmien ma jaħdimx għal raġunijiet li l-Onor.", "Membru ta' l-Oppożizzjoni li tkellem fuq din il-liġi, l-Onor.", "Josef Bonnici, qalibhom rashom 'l isfel u għamel żball meta rabat dak li qal man-nuqqas ta' informazzjoni dwar is- salarju taċ-chief executive tal-PBS u ħallat il-ħass mal-patata - imma mbagħad erġajna mxejna 'l quddiem u qbilna li l-Public Accounts Committee kellu jitwaqqaf.", "Fil-fatt twaqqaf u qiegħed jiffunzjona.", "Issa qegħdin fil- qagħda fejn qbilna li nibdlu l-mod kif jopera l-Awditur, fis-sens li se jsir uffiċjal ta' din il-Kamra, u issa se jkun hemm emenda fil- Kostituzzjoni fejn il-Public Accounts Committee ħareġ barra għal kollox.", "Jien ngħid li għandu jkun hemm riflessjoni għax hu desiderevoli li biex issir in-nomina nnifisha - mhux l-approvazzjoni għax f'dak il-każ huwa tajjeb li jkun hemm żewġ terzi - għandu jkun hemm konsultazzjoni maċ- Chairman tal-Public Accounts Committee.", "Din hija ħaġa tajba.", "Aħna evolvejna fil-ħsieb f'dan il-Parlament u għidna li huwa tajjeb li minbarra li jkun hemm l-Awditur, ikun hemm il-Public Accounts Committee biex jagħmel skrutinju fuq l-operat tal-gvern.", "Dak l-iskrutinju se jkun taħt iċ- chairmanship ta' bniedem nominat mill-Oppożizzjoni u hemm ċerti poteri dwar mozzjonijiet li jistgħu jersqu mill-Public Accounts Committee bl- approvazzjoni tat-tlieta, speċifikament biex l-Oppożizzjoni jkollha ċerti poteri.", "Dawn eżerċitajnihom meta tlabna r-rapport mingħand l-Awditur fir- rigward ta' Posta Ltd u l-art li kienet se tixtri f'Hal Qormi u l-bini li kien se jinbena fuqha.", "Mela evolvejna biex il-Public Accounts Committee jkollu rwol mhux ġdid imma estensiv f'isem il-poplu kollu.", "U jien ngħid li għandna nirriflettu daqsxejn oħra dwar jekk huwiex desiderevoli - jien ngħid li, iva, huwa mixtieq - li qabel ma tersaq in-nomina quddiem dan il- Parlament, għallinqas ikun hemm konsultazzjoni bejn iċ-Chairman tal-Public Accounts Committee u l-Ministru tal-Finanzi jew inkella l-Prim Ministru.", "Mhux neċessarjament qbil għax, ladarba n-nomina se tiġi quddiem il-Kamra għall-approvazzjoni rikjesta ta' żewġ terzi, bilfors li jrid ikun hemm qbil aħħari.", "Imma jekk kemm-il darba jkun hemm tpartit ta' ideat fl-istadju ta' qabel ma ssir in-nomina ma jkunx sinjal iktar ċar u matur ta' kemm aħna, bħala Kamra, napprezzaw il-kariga ta' Awditur u kemm napprezzaw ukoll ir- rabta u l-istanding li tajna lill-Public Accounts Committee?", "Ma ninsewx li l-Kamra qablet unanimament fuq it-twaqqif tal-Public Accounts Committee u jien dan narah bħala sinjal ta' maturita' kbira.", "Aħna għandna nissottolineaw dik il-maturita' u ma nagħmlu xejn li jista' jidher li jekk ma jagħmilx pass lura jkun qiegħed - ma jkunx hekk imma jista' jidher - jiffriża milli jsir pass ieħor 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jien naħseb li l- argument li qed jagħmel l-Onor.", "Lino Spiteri huwa validu fis-sens ta' kif għandhom isiru l-affarijiet fil-prattika, pero' dan il-metodu ta' kif isiru l-konsultazzjonijiet naħseb li m'huwiex argument tajjeb biex jidħol fil- Kostituzzjoni.", "Ladarba qegħdin ngħidu li l-Awditur Ġenerali jkun uffiċjal ta' dan il-Parlament, il-proċedura t-tajba hija dik li adottajna fil-każ ta' l-Ombudsman, jiġifieri li l-Kamra tiddeċiedi b'riżoluzzjoni min għandha tkun il-persuna.", "Issa mbagħad sta għall-awtoritajiet kompetenti, naturalment eminentement il-Prim Ministru, kif ukoll iċ-Chiarman tal-Public Accounts Committee, li meta jkun hemm ċirkostanzi li jkun irid jiġi nnominat l-Awditur issir il-konsultazzjoni.", "Jiġifieri jien nifhem li dak li qal l-Onor.", "Spiteri għandha tkun il-prattika.", "U hekk għandha tevolvi l- prattika, li meta niġu biex ninnominaw issir il-konsultazzjoni.", "Anzi jien naqbel ukoll li forsi l-pass inizjali jittieħed mill-Public Accounts Committee through its Chairman li jgħid: Aħna nissuġġerixxu li din il- persuna tkun Awditur Ġenerali.", "Dik il-proposta tiġi diskussa u dik il- provision li qegħdin nagħmlu issa b'din l-emenda tfisser li bilfors irid ikun hemm qbil.", "U hekk imxejna wkoll fil-każ ta' l- Ombudsman.", "Il-Prim Ministru jew iċ-Chairman tal-Public Accounts Committee m'għandux jiġi fil-Kamra u jgħid: Jien jidhirli li din il-persuna għandha tkun Awditur Ġenerali; issa ħalli naraw il-Kamra x'jidhrilha.", "L- affarijiet mhux hekk isiru.", "Jien naħseb li hija tajba l-proċedura kostituzzjonali li jkun hemm biss l-esiġenza ta' żewġ terzi biex issir in- nomina, imbagħad il-prattika tal-konsultazzjonijiet m'għandhiex tkun fil- Kostituzzjoni jekk mhux għal raġuni oħra għaliex qed nitkellmu fuq il- Public Accounts Committee - li jiena ċert qiegħed hemm u se jibqa' - li hu mwaqqaf bir-regolamenti tal-Kamra.", "Jiġifieri fil-Kostituzzjoni ma tistax tagħmel xi ħaġa dipendenti minn regolamenti li jistgħu jitbiddlu minn ġurnata għall-oħra, għalkemm f'dan il-każ m'humiex se jitbiddlu.", "Jien naqbel mar-razzjoċinju ta' l-Onor.", "Lino Spiteri pero' ma naħsibx li dan għandu jwassal biex dak li qal jidħol fil-Kostituzzjoni.", "Il- Kostituzzjoni tgħid biss kif issir in-nomina b'riżoluzzjoni u n-nomina ssir mill-President, imbagħad irridu nevolvu l-prattika.", "U jien persważ li hekk se jkun.", "Jien ma naħsibx li l-Prim Ministru jew iċ-Chairman tal-Public Accounts Committee se joħlom xi ġurnata u jiġina b'riżoluzzjoni fejn jgħid: Ara, jien lil dan se nipproponi.", "Bilfors irid ikun hemm il- konsultazzjonijiet pero' ma naħsibx li dak għandu jkun fil-Kostituzzjoni.", "THE CHAIRMAN L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR LINO SPITERI: Jien m'għidtx li għandu jkun hemm xi mekkaniżmu li permezz tiegħu ċ-Chairman tal-Public Accounts Committee jiġi f'din il-Kamra u jinnomina.", "Jekk għidt hekk, jew ftehimt li għidt hekk, m'huwiex il-każ li qed nagħmel dak il-punt.", "Jekk l-Oppożizzjoni ma tarax li din għandha tidħol fil-prattika sta għall-Oppożizzjoni, imma nfakkarha li meta l-abbozz ta' liġi kien imfassal oriġinarjament taħt il-Gvern tiegħu, il-ħsieb kien li n-nomina ssir bi qbil bejn il-Prim Ministru u ċ-Chairman tal-Public Accounts Committee u jekk ma jkunx hemm qbil - dan kien ippubblikat taf - jinnomina l-Prim Ministru nnifsu.", "Issa jekk kemm-il darba dak kien l- abbozz ta' liġi, kif kien se jsir hekk mingħajr ma jkun hemm riferenza għal dan il-metodu fil-Kostituzzjoni?", "Fil-Kostituzzjoni ċertament m'għandniex indaħħlu excess baggage, imma meta jkun meħtieġ li ddaħħal xi ħaġa m'għandekx tħalliha nieqsa għall-melħa.", "F'dan il-każ naħseb li l-melħa kienet tagħmel it-tisjira ħafna itjeb, imma forsi l-Oppożizzjoni ma tixtieqhiex hekk.", "Jien għamilt il-punt tiegħi, personalment għadni nixtieqha hekk imma jekk l-Oppożizzjoni ma tinsistix naħseb li l-Prim Ministru se jdur lejja u jgħidli: Inti biss qed tinsisti hekk għax l-Oppożizzjoni mhux qed tinsisti.", "Ma jimportax, ikun hemm Oppożizzjoni ta' wieħed!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR ALFRED SANT Fil-fatt, Sur President, fit-tieni rank ta' l-emendi li kellna aħna kien se jkun hemm il-proposta on the lines li ssuġerixxa l- Onor. Spiteri.", "Imbagħad wara li komplejna bid-diskussjoni flimkien ma' l- Oppożizzjoni, b'sens anke ta' flessibilta' f'dan il-qasam, min-naħa tiegħi ħassejt li kelli naċċetta l-argument li nistgħu ngħidu li jkun hemm riżoluzzjoni tal-Kamra b'żewġ terzi, aktar u aktar jekk il-kjarifiki li ntqalu f'dan id-dibattitu jindikaw kif għandha ssir il-proċedura.", "Nifhem l-argument ta' l-Onor.", "Lino Spiteri li kien hemm validita' li anke l-Kostituzzjoni tispeċifika l-proċedura ta' kif għandna naslu għall-għażla, inkluż il-mekkaniżmu tal-Public Accounts Committee.", "Min-naħa l-oħra nifhem ukoll l-argument li l-Kostituzzjoni tkun miktuba kemm jista' jkun mingħajr excess baggage, biex nuża l-istess kliem li uża l-Onor.", "Lino Spiteri.", "Hemm ukoll validita' f'din l-approach u min-naħa tagħna, b'sens ta' flessibilta', aċċettajna li nimxu fuq it-test li għandna quddiemna imma dejjem on the understanding li, anke mill-ispjegi li ħarġu llum, is-sistema ta' konsultazzjoni għandha tinkludi liċ-Chairman tal-Public Accounts Committee u ovvjament imbagħad b'dak il-mod kemm lin-naħa tal-Gvern u kemm lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni, għax ma jistax ikun li nersqu quddiem din il- Kamra sempliċement b'isem u nippretendu li pum paqq kulħadd jaqbel b'maġġoranza ta' żewġ terzi jew aktar fuq dak l-isem.", "Biex ikun hemm maġġoranza ta' żewġ terzi jrid ikun hemm konsulazzjonijiet għaddejja.", "Dik qed neħodha li hija implied f'dak li qed ngħidu llum, kif ukoll li l- proċedura li ġiet imsemmija fl-intervent ta' l-Onor.", "Lino Spiteri tiġi segwita - hekk se jiġri fl-ewwel nomina li se jkollna - fuq il-bażi taċ- Chairman tal-Public Accounts Committee, referibbli mbagħad għall- konsultazzjonijiet bejn Oppożizzjoni u Gvern.", "Sur President, naħseb li huwa tajjeb li bil-permess tal-Kumitat nirtira l- Emenda \"A\" u nressaq emenda oħra flokha li tinkludi l-punt ta' \"deliberate judgement\".", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex l-Emenda \"A\" tiġi rtirata.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jerġa' iressaq l-emenda mill-ġdid.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nipproponi li: \"B\" L-artikolu 108 li hemm fil-klawsola 3 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) Minflok is-subartikolu (2) tiegħu għandu jidħol is-subartikolu li ġej:", "\"(2) L-Awditur Ġenerali jkun uffiċjal tal-Kamra tad-Deputati u jinħatar mill-President li jaġixxi skond riżoluzzjoni tal-Kamra tad- Deputati li tgħaddi bis-saħħa tal-voti ta' mhux anqas minn żewġ-terzi tal-membri kollha tal-Kamra:", "Iżda meta persuna li ma tkunx membru tal-Kamra tad-Deputati tiġi eletta bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati, dik il-persuna ma għandhiex titqies li tkun membru tal-Kamra għall-għan li tiġi stabbilita l-maġġoranza meħtieġa b'dan is-subartikolu.\"; u", "(b) Minflok is-subartikolu (4) tiegħu għandu jidħol is-subartikolu li ġej:", "\"(4) (a) L-Awditur Ġenerali jista' f'kull żmien jitneħħa jew jiġi sospiż mill-kariga tiegħu mill-President, meta jsirlu indirizz mill- Kamra tad-Deputati li jsir bis-saħħa tal-voti ta' mhux anqas minn żewġ- terzi tal-membri kollha tal-Kamra, li fih jintalab biex ineħħih mill- kariga minħabba f'inkapaċita' ppruvata li jwettaq il-funzjonijiet tal- kariga tiegħu (sew jekk din tkun minħabba nuqqas ta' saħħa fiżika jew mentali jew minħabba xi raġuni oħra) jew minħabba f'imġieba ħażina ppruvata, u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (a) tal-proviso li hemm mas-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll għall- għan li tiġi stabbilita l-maġġoranza meħtieġa b'dan is-subartikolu.", "(b) F'kull żmien meta ma jkunx hemm sessjoni tal-Parlament, l- Awditur Ġenerali jkun jista' jiġi sospiż mill-kariga tiegħu mill- President, li jaġixxi skond il-ġudizzju deliberat tiegħu stess, dwar l- inkapaċita' li jwettaq id-dmirijiet tal-kariga tiegħu jew imġieba ħażina li dwarha tinġieb prova li tissodisfa lill-President; iżda kull sospensjoni bħal dik ma għandhiex tkompli sseħħ għal aktar minn xahrejn wara li tibda s-sessjoni tal-Parlament li jkun imiss minnufih wara.\".", "\"B\" Subsection 108 in clause 3 shall be amended as follows:", "(a) for subsection (2) thereof, there shall be substituted the following:", "\"(2) The Auditor General shall be an officer of the House of Representatives and shall be appointed by the President acting in accordance with a resolution of the House of Representatives supported by the votes of not less than two-thirds of all the members in the House:", "Provided that when a person who is not a member of the House of Representatives is elected to be the Speaker of the House of Representatives, he shall not be treated as a member of the House for the purpose of establishing the majority required by this subsection.\"; and", "(b) for substection (4) thereof, there shall be substituted the following:", "\"(4) (a) The Auditor General may at any time be removed or suspended from his office by the President, upon an address from the House of Representatives supported by the votes of not less than two- thirds of all members in the House, praying for such removal on the ground of proved inability to perform the functions of his office (whether arising from infirmity of body or mind or any other cause) or proved misbehaviour, and the provisions of paragraph (a) of the proviso to subsection (2) of this section shall also apply for the purpose of establishing the majority required under this subsection.", "(b) At any time when Parliament is not in session, the Auditor General may be suspended from his office by the President, acting in accordance with his own deliberate judgement, for inability to perform the functions of his office or misbehaviour proved to the satisfaction of the President; but any such suspension shall not continue in force beyond two months after the beginning of the next session of Parliament.\".", "Issa, Sur President, jekk qed nifhem se mmorru għal subartiklu (3) ta' artikolu 108 kif propost fi klawsola 3.", "Dan jitkellem dwar il-perijodu ta' ħatra ta' l-Awditur Ġenerali li huwa ta' ħames snin u mbagħad huwa eliġibbli biex jerġa' jinħatar għal perijodu ta' ħames snin oħra.", "Dan is-subartiklu jitkellem ukoll dwar x'jiġri meta l- Awditur Ġenerali jkun maħtur minn fost uffiċjali pubbliċi biex ikollu garanzija ta' security of tenure u biex meta jispiċċa mill-kariga jkollu wkoll id-dritt li jibqa' jgawdi l-istess salarju marbut mal-grad li kellu bħala Awditur Ġenerali.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex f'subartiklu (1) ta' artikolu 107 tal-Kostituzzjoni neħħejna r-riferenza għall-Awditur Ġenerali, mhux biex innaqqsulu jew inbiddlulu 'l isfel id- drittijiet tiegħu, imma għax b'dan is-subartiklu qegħdin insaħħu d- drittijiet u s-sigurta' ta' l-Awditur Ġenerali.", "Subartiklu (4) ta' artikolu 108 jitkellem dwar kif l-Awditur Ġenerali jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu.", "Dan isir permezz tal-parir tal- President li jaġixxi fuq il-pariri konġunt tal-Prim Ministru u taċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontjiet Pubbliċi.", "(Interrruzzjonijiet)", "ONOR TONIO BORG Jekk m'iniex sejjer żball subartiklu (4) ta' artikolu 108 spiċċa kompletament, jiġifieri m'hemmx il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi għax issa ġie emendat b'mod li t-tneħħija ma ssirx aktar fuq il- parir konġunt imma bil-maġġoranza taż-żewġ terzi kif inhi llum.", "Wara kollox anke kieku ma ngħaddu xejn minn dan kollu, illum id-Direttur tal- Verifika jista' jitneħħa biss bil-maġġoranza taż-żewġ terzi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: GĦandek raġun għax fil-fatt din diġa' hija covered bl- emenda li għamilna.", "Niġu issa għal subartiklu (5) ta' artikolu 108 li jitkellem dwar liema huma l-kontijiet li jivverifika l-Awditur Ġenerali.", "Hawnhekk hawn kontijiet li għandu d-dmir u s-saħħa li jinvestiga bħala Awditur Ġenerali imma mbagħad hemm kontijiet oħrajn li jista' jintalab li jinvestiga.", "F'dan is-subartiklu qegħdin ngħidu:", "\"(5) Il-kontijiet:", "\"(a) tad-dipartimenti u uffiċċji tal-Gvern ta' Malta, magħdud l- Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, u l-uffiċċju ta' l- Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati, u tal-qrati kollha Superjuri u Inferjuri f'Malta, u", "(b) ta' dawk l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra jew korpi oħra li jamministraw, ikollhom f'idejhom, jew jużaw fondi li jappartjenu direttament jew indirettament lill-Gvern ta' Malta kif jista' jiġi preskritt minn xi liġi jew bis-saħħa tagħha li f'dak iż-żmien tkun fis- seħħ f'Malta,", "għandhom jiġu verifikati u jsir rapport dwarhom kull sena mill-Awditur Ġenerali lill-Kamra tad-Deputati ....\".", "Dalgħodu kellna l-mistoqsija jekk din hijiex ċara jew le.", "Allura jekk fhimt tajjeb dak li kien qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Borg - u rrid ngħid li jiena naqbel miegħu -jista' jkun li jkollna bżonn inbiddlu t-test.", "Fil- fatt għandi nota quddiemi li tgħid hekk:", "\"L-Awditur għandu jivverifika l-kontijiet ta':", "(a) id-dipartimenti u l-uffiċċji kollha tal-gvern; u (b) dawk l-entijiet li: (i) il-liġi partikolari tagħhom tipprovdi speċifikament għal dan l- ivverifikar, u (ii) b'xi liġi oħra l-kontijiet tagħhom jistgħu jiġu verifikati.\".", "ONOR.", "TONIO BORG: Milli jidher qegħdin niftiehmu pero' t-test li għadek kemm qrajt m'aħniex konvinti bih.", "GĦalkemm l-ispjegazzjoni kienet li l- kliem \"kif jista' jiġi preskritt minn xi liġi jew bis-saħħa tagħha li f'dak iż-żmien tkun fis-seħħ f'Malta\" kienet tfisser dak li qed jgħid il-Prim Ministru, jiena xtaqt li tkun aktar ċara għaliex \"kif jista' jiġi preskritt\" tista' tikkwalifika l-kwestjoni jekk għandhomx fondi f'idejhom u mhux dwar l-accounts.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien qbilt miegħek u tlabt li jagħmlulna emenda.", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' din li għaddejtli nasħeb li hija l-ispjegazzjoni u mhux l-emenda proprja.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, hekk hu.", "Nixtieq li jkollna emenda għaliex inti għandek raġun meta tgħid li kif inhi miktuba m'hijiex ċara.", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' naħseb li l-ewwel biċċa aħjar inħalluha kif inhi.", "Kif inhi llum, hemm il-paragrafu (a) u l-paragrafu (b).", "Il- paragrafu (a) huwa meħud kelma b'kelma mill-Kostituzzjoni tal-lum pero' hemm imsemmijin b'mod speċifiku l-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati u l-Qrati Superjuri u Inferjuri f'Malta, biex żgur ħadd ma jaħseb li dawn m'humiex parti mill-gvern u ma jiġux audited.", "Imbagħad inqalgħet il-kwestjoni dwar il-paragrafu (b) li ġie introdott anke fl-abbozz ta' liġi li għadna kemm għaddejna.", "Dan jgħid li l- kontijiet:", "\"ta' dawk l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra jew korpi oħra li jamministraw, ikollhom f'idejhom, jew jużaw fondi li jappartjenu direttament jew indirettament lill-Gvern ta' Malta, kif jista' jiġi preskritt minn xi liġi jew bis-saħħa tagħha li f'dak iż-żmien tkun fis- seħħ f'Malta ....\",", "għandhom jiġu verifikati wkoll.", "Issa meta għaddejna l-liġi l-oħra, l- ispjegazzjoni min-naħa tal-Ministru kienet li din hija fakultattiva biss, jew għaliex l-Awditur stess jieħu l-inizjattiva, jew inkella għaliex tliet membri mill-Public Accounts Committee jitolbu li jsiru enquiries jew li jiġu mistħarrġa xi rapport dwar xi koporazzjoni.", "Pero' hawnhekk il-kliem \"kif jista' jiġi preskritt minn xi liġi jew bis-saħħa tagħha li f'dak iż- żmien tkun fis-seħħ f'Malta\" jirriferu għad-definizzjoni tal-korpi li jamministraw il-fondi jew inkella jirriferu għall-accounts?", "Li rrid ngħid jiena huwa li l-idea donnha hija li biex l-Awditur jivverifika l-accounts tal-Korporazzjoni Telemalta, allura fit-Telemalta Act irid ikun hemm provvediment - li fil-fatt hemm - li jgħidlek li l-ministru jista' jitlob li l-accounts tal-korporazzjoni jiġu eżaminati u audited by the Director of Audit, imma jiena għadni m'iniex konvint li din tfisser hekk.", "Din hija l- problema tiegħi pero' jekk il-konsulenti legali jassigurawna - u dan joħroġ anke mid-dibattitu - li \"kif jista' jiġi preskritt minn xi liġi\" ifisser biss fejn fil-liġi li twaqqaf xi korporazzjoni pubblika li jkun hemm dan il- poter li l-Awditur jista' jivverifika, allura mmexxu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qegħdin naqblu fuq dak li rridu ngħidu u dak li rridu nfissru u jien qed naqbel miegħek ukoll fuq il-fatt li t-test li għandna quddiemna m'huwiex ċar biżżejjed.", "Jiġifieri l-kritika li għamilt int, semantika jew legali, whatever it is, naqbel magħha.", "Biss l-esperti tekniċi tagħna qegħdin jinsistu li jekk jista' jkun inżommu t-test quddiemna u qed jgħidu li tajjeb li we put on record, just in case, il- meaning li qed ngħidu aħna, li huwa dak it-test li għaddejtlek u li nixtieq nerġa' naqrah.", "It-test li għandna quddiemna jgħid hekk:", "\"L-Awditur għandu jivverifika l-kontijiet ta':", "(a) id-dipartimenti u l-uffiċċji kollha tal-gvern; u (b) dawk l-entijiet li: (i) il-liġi partikolari tagħhom tipprovdi speċifikament għal dan l- ivverifikar, u (ii) b'xi liġi oħra l-kontijiet tagħhom jistgħu jiġu verifikati.\".", "Din hija t-tifsira li toħroġ minn dan it-test.", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' tqum il-kwestjoni wkoll x'ifisser il-paragrafu (b) jekk it-Telemalta Act, biex nieħdu eżempju, diġa' jgħidlek li:", "\"The accounts of Telemalta shall be audited by an auditor or auditors to be appointed by it and approved by the Minister.", "Provided that the Minister may require the books and the accounts of the Corporation to be audited or examined by the Director of Audit who shall for this purpose have power to carry out such physical checking and other verifications as he may deem necessary.\".", "Allura xi skop hemm li fil-Kostituzzjoni ngħidu li l-Awditur jista' jivverifika l-accounts ta' dawn il-korporazzjonijiet fejn l-att ta' kostituzzjoni tagħhom jagħti l-poter lill-ministru li jitlob lid-Direttur tal-Verifika jagħmel din il-verifika?", "Forsi hemm xi ħaġa li jiena m'iniex qed nifhimha.", "(Interruzzjonijiet) Imma x'inhi l-utilita' tal-paragrafu (b) jekk qed ngħidu li hija fakultattiva biss?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk qiegħda ssir distinzjoni bejn il-funzjoni ta' l-Awditur vis-a-vis dipartimenti u uffiċċji tal-gvern, fejn ipso facto huwa l-Awditur Ġenerali li għandu l-poter li jidħol, jinvestiga u jistħarreġ u anzi huwa mistenni li jagħmel hekk bil-liġi u bil- Kostituzzjoni.", "Imma mbagħad hemm dawk l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra fejn il-liġi li għandha x'taqsam ma' dik l-awtorita' tista' tagħti dak il-poter lill-Awditur Ġenerali u fakultattivament tista' tagħti lill-ministru konċernat il-funzjoni li jitlob li l-Awditur Ġenerali jagħmel dak l- istħarriġ.", "F'dan il-każ naħseb li mhux biss jista' jkun il-ministru imma anke l-Public Accounts Committee.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma dik qiegħda fil-liġi l-oħra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma toħroġ mill-fatt li l-Awditur qiegħed għad- dispożizzjoni ta' min jitolbu jistħarreġ li min-naħa tiegħu huwa empowered minn xi liġi jew oħra li jagħmel dik it-talba.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma xorta tiddependi mil-liġi ordinarja.", "Per eżempju, il-liġi li għaddejna tagħti l-poter li tliet membri tal-Public Accounts Committee - jistgħu jkunu tliet membri min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - jgħidu li jridu investigazzjoni dwar l-accounts tat-Telemalta.", "Pero' jekk il-liġi li għaddejna tiġi emendata, din ma tkun tfisser xejn għaliex il-paragrafu (5) (b) huwa dipendenti fuq il-fatt li jkun hemm liġi li tawtorizza li ssir l-investigazzjoni.", "GĦalhekk jiena qed ngħid li sa ċertu punt ma jfisser xejn għaliex jekk il-Parlament iħassar dik il-liġi ordinarja allura ma jkunx hemm korporazzjoni li l-liġi li twaqqafha tippreskrivi li l-accounts tagħha jiġu audited mid-Direttur tal-Verifika.", "Jiġifieri għalkemm tidher sabiħa, meta tagħsarha ma tfisser xejn.", "Min-naħa l-oħra kieku kien hemm provvediment li jgħid li l-accounts tal- korporazzjonijiet pubbliċi kollha jridu jiġu vverifikati mid-Direttur tal- Verifika, imbagħad tqum il-problema għaliex dawn għandu jkollhom l-awdituri tagħhom biex imbagħad ikollhom awditur ieħor fuqhom.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma dik teżisti.", "Ħafna mill-korporazzjonijiet għandhom l-awditur tagħhom u mbagħad l-Awditur Ġenerali jista' jissejjaħ mill-ministru konċernat biex jagħmel l-istħarriġ tiegħu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Li qed ngħid jiena huwa li filwaqt li l-paragrafu (5) (a) huwa tassattiv, li jfisser li ma jistax ikun li l-Parlament jgħid li d- Direttur tal-Verifika ma jagħmilx auditing ta' l-accounts tal-Public Accounts Committee, anke għaliex il-Kostituzzjoni hija ċara u tonda, min- naħa l-oħra l-paragrafu (5) (b) jiddependi minn jekk ikunx hemm liġi li tawtorizza lid-Direttur tal-Verifika li jinvestiga jew inkella jagħmel auditing ta' l-accounts ta' xi korporazzjoni pubblika.", "Jiġifieri jekk inti tneħħi dak il-provvediment fil-liġi ordinarja din ma tkun tfisser xejn.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Irrid nagħmilha ċara li jiena għadni naħseb li din għadha m'hijiex miktuba tajjeb biżżejjed imma l-parir li qed jagħtuna l- esperti legali tagħna huwa li kif inhi hija ċara biżżejjed biex naħdmu fuqha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Li xtaqt nistaqsi lill-esperti tal-liġi - għaliex lanqas jiena m'jien legali - hija jekk fil-liġijiet tal-korporazzjonijiet li se jsegwu, u anke dawk li għandna llum, hux se jkun hemm il-problema li l-Awditur ikun jista' jaqdi din il-funzjoni jekk ma jkollux id-dritt ġenerali li joħroġ mill-Kostituzzjoni u li qed indaħħlu f'din il-klawsola.", "Ma jkunx aħjar li nagħtu lill-Awditur dan id-dritt fil-Kostituzzjoni b'mod ġenerali, biex b'hekk tkun qed tkopri kull dritt ieħor partikolari li joħroġ mil-liġijiet sussegwenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Li qed jgħid l-Onor.", "Dalli huwa li jkun tajjeb li l- Kostituzzjoni tirrikonoxxi l-possibilita' li liġijiet oħra jagħtu din il- fakulta' lill-Awditur fuq talba ta' awtorita' kostitwita, jiġifieri jew il- ministru jew il-PAC.", "F'dan is-sens naħseb li għandu raġun ukoll - ma tantx nifhem fid-drafting tal-liġijiet pero' teknikament inħoss li l-paragrafu (5) (b) huwa ftit imħawwad - pero' l-esperti legali tagħna qegħdin isostnu li huwa korrett kif inhu u l-proposta tiegħi allura tkun li ladarba qed naqblu fuq it-tifsira allura forsi għandna nħalluha kif inhi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond il-Kostituzzjoni kif inhi llum, subartiklu (8) ta' artikolu 108 jgħid li:", "\"Nothing in this section shall prevent the performance by the Director of Audit of -", "(a) such other functions in relation to the accounts of the Government of Malta and the accounts of other public authorities and other bodies administering public funds in Malta as may be prescribed by or under any law for the time being in force in Malta; or", "(b) such other functions in relation to the supervision and control of expenditure from public funds in Malta as may be so prescribed.\".", "Issa jiena naħseb li dan is-subartiklu kellu jidħol għaliex subartiklu (7) ta' l-istess artiklu qiegħed jiġi abolit.", "Kellu jidħol xi ħaġa oħra għaliex inkella wieħed jista' jargumenta li fit-Telemalta Act, per eżempju, ma jkollniex dritt ngħidu li:", "\"... the Minister may require the books and the accounts of the Corporation to be audited or examined by the Director of Audit ....\".", "GĦalhekk subartiklu (5) ta' artikolu 108, għalkemm bi kliem differenti, bejn wieħed u ieħor qiegħed jagħti l-poter lill-Parlament li jitlob lill- Awditur Ġenerali li jivverifika l-accounts ta' ċerti entijiet pubbliċi li m'humiex parti mis-servizz ċivili.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qegħdin naqblu li nibqgħu kif aħna bil-ftehim li għamilna u bil-kjarifika li għamilna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Subartiklu (6) ta' artikolu 108 jittratta dwar is- salarju ta' l-Awditur Ġenerali u jispeċifika li dan ikun ekwivalenti għal dak ta' imħallef.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu kemm għal dak li huwa s- salarju nniffsu u kif ukoll għal dawk li huma l-allowances li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu permessi jew allokati għal imħallef tal-Qrati Superjuri.", "Il-paragrafu (b) imbagħad jgħid li dawn jinħarġu mill-Fond Konsolidat.", "Subartiklu (7) jitkellem dwar il-ġurament ta' lealta' u l-ġurament li jirrigwarda l-eżekuzzjoni sew tal-kariga ta' l-Awditur Ġenerali.", "Imbagħad subartiklu (8) bażikament jistabilixxi n-normi dwar ir-rapporti ta' l-Awditur Ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta ngħidu li:", "\"Il-Parlament jista' minn żmien għal żmien jipprovdi permezz ta' liġi dwar il-mod kif ir-rapporti li jsiru mill-Awditur Ġenerali għandhom jintgħamlu\",", "dan il-poter jeżisti diġa' fil-Parlament?", "Din timpinġi b'xi mod fuq l- awtonomija tiegħu?", "Għalxiex qegħdin nirriferu meta ngħidu li l-Parlament jista' minn żmien għal żmien jipprovdi dwar il-mod kif għandhom isiru r-rapporti mill- Awdituri?", "Din hemm bżonnha bħala provvediment?", "Jiġifieri se nagħtuh l- awtonomija kollha, jiġi nominat b'żewġ terzi, jitneħħa b'żewġ terzi u għandu lill-Parlament li b'liġi jista' jindaħħallu fil-mod kif jagħmel ir- rapporti tiegħu!", "Qed nirriferi kemm għall-annual reports kif ukoll għal rapporti speċifiċi li jistgħu jsiru fuq dipartimenti speċifiċi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ir-raġuni prinċipali għalfejn qed issir din il- klawsola hija li kultant żmien jinbidlu l-kriterji u l-parametri li fuqhom isiru dawn ir-rapporti.", "Dan bħal meta daħal il-konċett tal-value for money.", "Għaldaqstant tajjeb li nagħtu l-fakulta' li l-Parlament, perjodikament jew kull meta tinħass il-ħtieġa, jaġġorna l-metodi dwar il-mod kif isir ir- rapport ta' l-Awditur Ġenerali.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hija ftit ġenerali \"dwar il-mod kif isiru\".", "Jiġifieri l-Parlament għandu jindaħallu b'liġi ta' maġġoranza sempliċi dwar il-mod kif jagħmel ir-rapporti tiegħu?", "Issa jekk jibda jagħmilhom ħażin, inneħħuh!", "U qed ngħid dan għaliex ma jidhirlix li dan jeżisti fil- Kostituzzjoni.", "Jekk jeżisti llum ngħid li għandna nħalluha hemm.", "Ir- risposta tal-Ministru kienet dwar il-kriterji.", "Jien ma tantx nifhem fl- accounting exercises u fl-auditing exercises imma nemmen li jeżistu metodi differenti ta' kif isir l-auditing.", "Imma għandna nindaħlu lil din il-persuna - li se jkollha l-fiduċja tagħna u li tiġi eletta b'żewġ terzi - dwar il-mod kif tagħmel ir-rapporti tagħha?", "F'artikolu 108 kif inhi llum dan il-poter ma jeżistix.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-thinking tan-nies legali tagħna huwa li ġaladarba qed nitkellmu fuq xi ħadd li huwa uffiċjal għoli tal-Parlament, ma nkunux qed nimpinġu fuq l-awtonomija tiegħu imma sempliċement nidentifikaw il- metodi ta' kif isir dan ir-rapportar.", "Anzi pjuttost ikun metodu li bih wieħed jipprovdi biex ikun hemm aġġornament perjodiku fl-istil u fl- approach mill-Awditur Ġenerali.", "Dwar il-fatt li semmejt inti tal-maġġoranza, bl-istess kriterju kellna l- liġi l-oħra li għaddiet b'maġġoranza sempliċi.", "Jiġifieri ma naħsibx li tqum ir-relevanza taż-żewġ terzi f'dan il-kontest.", "ONOR.", "TONIO BORG: Liema liġi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li l-affarijiet mhumiex għal kollox ċari.", "Qed ngħidu:", "\"may provide for the manner in which the reports of the Auditor General shall be made\"", "Din hija daqsxejn vaga.", "Hawnhekk qed nirriferu għal jekk ir-rapporti jsirux kull sena jew kull sitt xhur?", "Qed nirriferu għall-format tiegħu?", "Naf li l- advisor qed jgħid \"anything\", imma naħseb li jrid ikollna xi ħaġa f'moħħna għalxiex qed isservi din.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma torbotx iż-żmien għaliex jirriżulta li fi klawsola 5 qed jitkellem dwar kull sena.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: GĦandna xi ħaġa li mhijiex ċara fil-liġi.", "GĦandna xi ħaġa fil-Kostituzzjoni li assolutament mhijiex ċara.", "Hawnhekk għandna li nistgħu nirregolaw il-manjiera kif dawn ir-rapporti jsiru.", "Nixtieq li jkollna kjarifika aħjar ta' x'tip ta' affarijiet il-Parlament jista' jirregola.", "Dan biex dan is-subparagrafu jkun interpretat fil-Kostituzzjoni b'mod adegwat.", "Dan jista' jfisser ħafna affarijiet.", "Naħseb li għandu jkollna spjega aħjar ta' x'għandna f'moħħna b'subparagrafu (8).", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien naħseb li dan il-provvediment qiegħed hemm biex ċerti affarijiet ta' dettall li ma setgħux jidħlu fil-Kostituzzjoni - għax inkella l-parti ta' l-Awditur tiġi twila - jiġu mdaħħlin f'liġi.", "Per eżempju, il-fatt li tliet membri tal-Public Accounts Committee jitolbu rapport lill-Awditur dwar korporazzjoni pubblika ma joħroġx mill- Kostituzzjoni imma joħroġ mill-liġi.", "Issa din donna li hija l-enabling section li biha nistgħu nitolbu rapport lill-Awditur.", "Dan għax hemm liġi dwar il-mod kif ir-rapporti jistgħu jsiru.", "Kieku tfisser hekk kollox sew, imma l-kliem \"dwar kif\" qishom jagħmluha kwestjoni ta' proċedura.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Li kelli nagħmel il-kliem bl-Ingliż kont ngħid \"the manner and type of reports\".", "Dak huwa l-ispirtu li fih saret din il- klawsola min-naħa tal-legal drafters.", "Biss huma jħossu li l-kelma \"dwar il-mod kif ir-rapporti li jsiru mill-Awditur Ġenerali għandhom jintgħamlu\" hija all embracing.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-punt li semma l-Onor.", "Borg dwar il-Public Accounts Committee huwa punt importanti ħafna.", "Aħna tajna l-fakulta' li tliet membri tal-Public Accounts Committee jistgħu jitolbu prattikament kwalunkwe rapport mingħand l-Awditur.", "Mela għandha funzjoni ċara u mportanti ħafna, pero' fil-Kostituzzjoni m'hawn l-ebda referenza għall- Public Accounts Committee.", "Infatti waħda mill-issues li ppreokkupatni huwa l-fatt li m'hemm kważi l-ebda rabta mal-Public Accounts Committee li qed jopera prattikament on its own.", "Tista' ssib ruħek f'pożizzjoni fejn il- Public Accounts Committee jgħid lill-Awditur li jrid ċertu rapport u l- Awditur jgħidlek li ma jieħu ordnijiet mingħand ħadd għax huwa awtonomu kompletament.", "Imbagħad il-Public Accounts Committee jispiċċa jitlef il- fakulta' - qed immur fl-estrem - li jkollu l-Uffiċċju ta' l-Awditur biex jagħmel dawn it-tip ta' rapporti.", "Jiġifieri jekk din it-tip ta' klawsola qed tirriferi għal dan, jien naħseb li għandha tibqa'.", "Din id-diskussjoni għandha tiġi meħuda bħala spjegazzjoni ta' dan li qed ngħidu.", "Dan għaliex din id-diskussjoni tipprovdi l-fakulta' li istituzzjoni tal-Parlament tista' jitlob lill-Awditur biex jagħmel ċerti tipi ta' rapporti b'ċertu manjiera li wieħed jista' jispeċifika.", "Jekk hemm dan il-qbil naħseb li nkunu qed nagħmlu pass il-quddiem.", "THE CHAIRMAN: Immorru għal subartiklu (9).", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'subartiklu (9) qed nitkellmu dwar id-Deputat Awditur Ġenerali.", "Bażikament hawn elenku tal-funzjonijiet tiegħu.", "Hawn anke riferenza għal kif issir il-ħatra tad-Deputat Awditur Ġenerali.", "Bħala metodu ta' ħatra din hija simili għal dik ta' l-Awditur Ġenerali nnifsu.", "Imbagħad meta niġu għas-salarju, filwaqt li fil-każ ta' l-Awditur Ġenerali hawn pegging ma' dik ta' imħallef, hawnhekk għandna pegging mas-salarju ta' maġistrat.", "Fil-fatt dan huwa provdut fil-paragrafi (a) sa (d) ta' subartiklu (9) ta' artiklu 108, kif propost fl-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan il-provvediment dwar il-garanzija tas-salarju tiegħu huwa interessanti.", "Jekk fil-kariga ta' Awditur Ġenerali jew Deputat Awditur Ġenerali inpoġġu civil servant u mbagħad wara ħames snin dan jispiċċa jew jirriżenja mingħajr ma jkun għadu għalaq 61 sena u jmur lura fis-civil service, dan jibqa' jgawdi l-istess salarju li kellu meta kien Awditur Ġenerali jew Deputat Awditur Ġenerali.", "L-iskop huwa tajjeb ħalli b'hekk insaħħu l-indipendenza tiegħu u ma jkollux il-biża' li għax mhux se jerġa' jiġi nominat allura se jitlef xi ħaġa, anzi jgawdi l-istess privileġġi li għandu mingħajr ir-responsabbilta' ta' Awditur Ġenerali.", "Għalkemm din tista' tidher estravaganza u ġenerożita' naħseb li hija ħaġa tajba.", "Naturalment wara li jispiċċa minn Awditur Ġenerali s-salarju tiegħu ma jibqax direct charge fuq il-Consolidated Fund, allura kif se jiffittja fil-pay scales?", "Din hija diffikulta' teknika.", "Jiġifieri jekk kien direttur ta' corporate services u jsir Awditur Ġenerali dan jerġa' jmur lura għal direttur ta' corporate services pero' jitħallas paga ta' imħallef?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fuq livell personali.", "ONOR.", "TONIO BORG: Bis-saħħa tal-Kostituzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, f'subartiklu (10) ta' artiklu 108, kif propost fi klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi, qed nitkellmu fuq l- Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika nnifsu.", "Fil-fatt għandna paragrafi (a) u (b) li l-ewwelnett jipprovdu għat-twaqqif ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika u hemm riferenza għall-fatt li l-istaff jinħatar mill-Awditur Ġenerali biex jaqdi l-funzjonijiet stabiliti taħt l-Att dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u jistabilixxi wkoll il-mod kif jiġu provvduti l-fondi neċessarji għall-amministrazzjoni ta' dan l- uffiċċju.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Huwa interessanti li f'dan il-provvediment qed jiġi propost li artiklu 110 tal-Kostituzzjoni mhux se japplika għall-istaff ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Dan ifisser li l-Awditur Ġenerali jkun jista' jingaġġa lil min irid hu mingħajr riferenza la għall-Public Service Commission u lanqas għall-proċedura kostituzzjonali u bl-istess mod li għandu dritt to hire għandu dritt to fire.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb tajjeb ukoll li niċċaraw punt li qam fid- diskussjoni ta' dalgħodu ċioe' li, jekk l-Awditur jimpjega lil xi ħadd li mhux ex-impjegat tal-gvern, dan l-impjegat qatt ma jista' jidħol direttament mal-gvern jekk jiġi biex jispiċċa minn ma' l-Awditur.", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' jidhirli li din ma toħroġx mill-Kostituzzjoni.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, iktar bħala kjarifika għall-punt li tqajjem fid- diskussjoni dalgħodu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma, legally speaking, naħseb li kelli raġun li nqajjem din id-diffikulta'.", "Jien mhux qed ngħid li se jiġri hekk imma kif inhi l-proposta jista' jiġri hekk.", "Jien għidt li dan huwa prezz żgħir li jkollna nħallsu jekk inqisu l-vantaġġi li hemm f'din is-sistema, pero' m'hemm xejn xi jżomm lill-Awditur Ġenerali milli jdaħħal miegħu xi skrivan minn barra s-civil service b'kuntratt indefinit u mbagħad taparsi jagħtih transfer għal ma' l-Avukat Ġenerali.", "(Interruzzjonijiet) Imma kariga ma' Awditur, mhijiex kariga pubblika f'uffiċċju pubbliku?", "Skond il- Kostituzzjoni, kull min jitħallas mill-Kaxxa ta' Malta jista' jiġi kkonsidrat bħala public officer.", "(Interruzzjonijiet) La t-Telemalta m'hijiex parti mill-Kaxxa ta' Malta, min huwa mpjegat ma' l-istess korporazzjoni mhuwiex meqjus bħala public officer.", "Imma kull min qiegħed f'post fejn qiegħed jitħallas mill-Kaxxa ta' Malta - jew aħjar mill-Gvern ta' Malta - dak huwa meqjus bħala public officer u jaqa' taħt il-Public Service Commission.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fatt il-punt li għamilt iktar kmieni qed jissollevawh min-naħa ta' l-esperti legali li għandna.", "\"Public officer\" hija marbuta ma' civil servant.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħaġa separata, kif kien anke fil-każ ta' l-Ombudsman.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma fil-każ ta' l-Ombudsman m'hemmx din l-eċċezzjoni u lill-Ombudsman ma tajnihx dan il-poter - mhux qed ngħid li ma naqbilx ma' dan il-poter iżda nixtieq konferma li din tfisser kif qed tgħid int għax hekk żgurissimu li ma jistax isir abbuż - għax qiegħda ċara li jista' jdaħħal nies miegħu subject to the provisions of the Constitution.", "Section 10 ta' l-Ombudsman Act ta' l-1995 tgħid:", "\"Subject to the provisions of the Constitution and of any other enactment applicable thereto, the Ombudsman may appoint such officers and employees as may be necessary\".", "(Interruzzjonijiet) Le, le, mhux mill-PSC, imma marbut li jrid jidħol jew b'eżami jew inkella mil-Labour Office, bħama tapplika għal kull organizzazzjoni tal-gvern.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'dan il-każ le.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hawn issa qed nagħmluha speċifikament li artiklu 110 tal-Kostituzzjoni ma japplikax, la biex jingaġġa fis-civil service u lanqas il-parti dwar kif jistgħu jidħlu mpjegati ma' korporazzjonijiet parastatali.", "Artiklu 110 kollu ma japplikax.", "Imma dak ifisser li jekk jidħol fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika - veru li mhux dipartiment tal- gvern - se jkun fl-istess livell ma' korporazzjoni pubblika?", "Donnu li hekk qed ngħidu.", "Ejja naraw id-definizzjoni ta' \"public officer\".", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-thinking legali huwa li huwa oġġett sui generis.", "ONOR.TONIO BORG: Issa hawn fejn forsi ma naqbilx jien.", "Ejjew naraw id- definizzjoni ta' \"public officer\" f'artiklu 124 tal-Kostituzzjoni.", "\"\"public officer\" means the holder of any public office...\"", "S'hemmhekk ma wasalna mkien u allura rridu naraw \"public office\" x'inhu.", "\"\"public office\" means \"an office of emolument in the public service\".", "Imbagħad irridu naraw \"public service\" x'inhi, għax titfgħek minn section għall- oħra.", "\"\"the public service\" means, subject to the provisions of subsections (2) and (3) of this section, the service of the Government of Malta in a civil capacity.\".", "Jġifieri l-parir li għandna huwa li dan m'huwiex \"an office in the service of the Government of Malta in a civil capacity\".", "Allura biex imbagħad jiġi ttrasferit ma' dipartiment tal-gvern, dak jiġi \"public officer\" u jaqa' taħt il-Kostituzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu mmorru għal subartiklu (11) ta' artikolu 108, kif propost fi klawsola 3.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, subartiklu (11) jitkellem dwar il- possibbilta' ta' funzjonijiet jew setgħat li jistgħu jiġu mogħtija lill- Awditur Ġenerali skond liġijiet partikolari.", "THE CHAIRMAN: Subartiklu (12).", "ONOR.", "TONIO BORG: Subartiklu (12) jeżisti diġa' fil-Kostituzzjoni.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fatt li qed ngħidu f'subartiklu (12) bażikament huwa li l-Awditur Ġenerali mhux soġġett għall-awtorita' jew kontroll ta' xi persuna oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Public Accounts Committee kif jidħol meta qegħdin ngħidu li l-Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali ma jkunux soġġetti għall-awtorita' jew kontroll ta' ebda persuna oħra?", "Jiġifieri se taqa' taħt the control of any authority or person?", "Forsi xi ħadd li għandu background legali jista' jiċċara ftit dan il-punt.", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'dan li hawn hawnhekk jiena qed nifhem li ħadd ma jista' jikkontrolla lill-Awditur Ġenerali fit-tmexxija tax-xogħol li jiġi mqabbad jagħmel taħt il-Kostituzzjoni u taħt il-liġijiet afferenti billi jgħidlu: Agħmel hekk u agħmel hekk, jew sib din il-konklużjoni u mhux dik.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dan huwa naturali imma meta wieħed jitlob rapport mingħand l-Awditur, dik tista' b'xi mod tidher li it is in conflict with ...", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ċertament li le.", "Il-mod kif ġie definit ix-xogħol ta' l-Awditur Ġenerali u ta' l-Uffiċċju tiegħu huwa li jirrispondi għar- requests li jkollu u għad-direttivi li jingħata, imma mbagħad m'għandu jkun hemm l-ebda kontroll u l-ebda eżerċitu ta' awtorita' għall-mod kif iwettaq dawk id-direttivi u kif imexxi x-xogħol tiegħu professjonalment.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt, Mr Chairman, din diġa' teżisti fil- Kostituzzjoni.", "F'subartiklu (7) ta' artiklu 108 insibu li:", "\"In the exercise of his functions under the provisions of subsections (4) and (5) of this section the Director of Audit shall not be subject to the direction or control of any other person or authority.\".", "Issa dan ma jfissirx li l-Awditur Ġenerali m'huwiex soġġett għal-liġijiet tal-pajjiż.", "Anke l-Avukat Ġenerali għandu provvediment simili, pero' dan ma jfissirx li m'huwiex soġġett għall-ordinanza dwar il-kostituzzjoni tal- kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika, iżda jfisser li meta jimxi skond il-liġi ma jistgħux jindaħlulu kif jagħmel l-accounts.", "Jiġifieri jekk hemm liġi li tgħid li tliet membri tal-Public Accounts Committee jistgħu jitolbu lill-Awditur Ġenerali jagħmel rapport, huwa ma jistax jgħidilhom li ma jridx jagħmlu.", "Huwa dwar kif jagħmel dan ir- rapport li ma jistgħux jindaħlulu imma jekk jordnawlu jkunu qed jimxu skond il-liġi.", "Jiġifieri \"shall not be subject to the direction or control of any other person or authority\" tfisser li jrid josserva l-liġijiet, pero' fil-mod kif jaġixxi hu ma jista' jindaħallu ħadd iżda jistgħu jistaqsuh domandi dwar kif aġixxa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-artikolu 123 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 4 - Amendment of section 123 of the Constitution.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din hija neċessarja minħabba t-tiġdid għat-tieni ħames snin fil-kariga kemm ta' l-Awditur Ġenerali u kif ukoll tad-Deputat Awditur Ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiġifieri jekk ma nagħmlux dan il-provvediment ikun ifisser li dawn ikunu jistgħu jinħatru darba biss, bħall-President?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, hekk hu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 5 - Amendment of section 124 of the Constitution.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din l-emenda hija neċessarja għal skopijiet ta' pensjoni u anke għall-irtirar ta' l-Awditur Ġenerali u tad-Deputat Awditur Ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk qed nifhem sewwa, għal skop ta' trasferiment, kull min se jkun fl-Uffiċċju ta' l-Awditur m'huwiex se jitqies public officer imma għall-pensjoni se jitqies li huwa public officer!", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, f'isem il-Prim Ministru nipproponi din l- emenda għal klawsola 1:", "\"C\" Minflok il-kliem \"l-Att ta' l-1996\" fil-klaswola 1 għandhom jidħlu l- kliem \"l-Att ta' l-1997\".", "\"C\" For the words \"Act, 1996,\" in clause 1, thereof there shall be substituted the words \"Act, 1997,\".", "Din hija emenda li tirrifletti t-tibdil fil-kariga fil-funzjoni ta' l- Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali, kif ukoll id-data effettiva li tiġi stabilita permezz ta' avviż legali mill-Prim Ministru fil-Gazzetta tal-Gvern.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda \"C\" kif imressqa mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Fis-7.46 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ irrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L- INFORMATIKA", "Il-Kamra rriżumiet mill-14 ta' Lulju, 1997 id-diskussjoni fuq din il- mozzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER (L-Onor.", "Michael Bonnici): L-Onor.", "Dalli hija in possession.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, nixtieq inkompli fuq dak li kont qiegħda ngħid dalgħodu dwar il-bżonn li jkun hemm aktar nisa fil-livell fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, jiġifieri fis-senior levels tal-management, speċjalment fl-industriji l-ġodda ta' l-information technology.", "Dalgħodu semmejt ukoll il-bżonn li aktar studenti bniet jitħarrġu fl-oqsma ta' l- information technology u fuq il-bżonn li aktar tfajliet u aktar nisa jistudjaw il-computer science f'livelli ogħla ta' l-edukazzjoni.", "Ta' min isemmi li d-diskussjoni internazzjonali fuq policy dwar gender u informazzjoni għall-iżvilupp hija skarsa.", "Infatti r-rapport ta' l- international commission for the study of communication problems li sar mill-UNESCO snin ilu kien jinkludi rakkmandazzjoni speċifika fuq id- drittijiet indaqs tan-nisa f'dan il-qasam.", "Dan ir-rapport kien ikkonkluda li", "\"The world cannot afford to waste the great resources represented by the abilities and talents of women.", "This is the thought that should be constantly in the minds of those responsible for decisions in communication.\".", "Minn dak iż-żmien 'il hawn, minkejja li sar ħafna xogħol fuq policies nazzjonali għall-informazzjoni u teknoloġiji assoċjati magħha, ftit għamlu riferenza għall-kwestjoni dwar kif jintlaqtu n-nisa.", "GĦalhekk huwa ċar li hemm bżonn ta' azzjoni.", "Min jagħmel il-policy m'għandux jassumi li n-nisa qegħdin lura f'dan il-qasam.", "M'għandux jassumi li n-nisa għandhom bżonn jaqdfu aktar mill-irġiel biex jimxu 'l quddiem fuq sistemi ta' informazzjoni.", "Il-policies għandhom jagħtu kas il-bżonnijiet kemm ta' l- irġiel kif ukoll tan-nisa.", "Punt ieħor huwa li l-policies għandhom jaħsbu għal bżonnijiet short term u long term.", "Qed nirriferi għall-kondizzjoni preżenti kif ukoll l-interessi strateġiċi fit-tul tan-nisa.", "Fil-proċess tal- formolazzjoni tal-policy għandha tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tan- nisa f'kull inizjattiva ta' informazzjoni u komunikazzjoni.", "Dan is-suġġett anke tqajjem fl-aħħar żewġ konferenzi internazzjonali tan- nisa:- l-ewwel f'Nairobi fl-1985, fejn kien ġie adottat id-dokument \"Forward-Looking Strategies for the Advancement of Women\" u kienu anke saru ċerti rakkmandazzjonijiet; imbagħad reġa' issemma' u reġgħet intweriet l- istess preokkupazzjoni sentejn ilu f'Beijing, fejn fid-dikjarazzjoni ta' l- aħħar intqal li:-", "\"We are determined to ensure women's equal access to economic resources including land, credit, science and technology, vocational training, information, communication as a means to further the advancement and enpowerment of women and girls, including through the enhancement of their capacities to enjoy the benefits of equal access to these resources.\"", "Mela wara Nairobi u Beijing, għadna qed infittxu modi kif insaħħu r-rwol tan-nisa kemm bħala parteċipanti, kif ukoll bħala benefiċċjarji ta' dan l- iżvilupp teknoloġiku.", "GĦalkemm il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-qasam tat- teknoloġija ta' l-informatika żdiedet f'dawn l-aħħar għaxar snin, ma nistgħux ngħidu li m'għadx baqa' ħafna x'isir.", "Kif għidt diġa', il-persentaġġ ta' nisa nvoluti fl-information technology, kemm mil-lat ta' impjiegi kif ukoll mil-lat ta' edukazzjoni, huwa baxx.", "Mhux hekk biss imma nistgħu ngħidu li fuq livell globali n- numru ta' nisa impjegati fit-telekomunikazzjoni jew - biex inkunu iktar ġenerali - fl-information tetechnologies, huwa kkonċentrat fil-livelli baxxi.", "Il-proporzjon ta' nisa impjegati fit-telekomunikazzjoni jonqos ħesrem fil-livelli iktar għoljin ta' din il-ġerarkija.", "Dan il-fatt huwa preokkupanti ħafna għax ifisser li anke l-iskills teknoloġiċi għandhom it- tendenza li jkunu gender labelled.", "Dan x'ifisser?", "Ifisser li n-nisa jużaw il-computers f'kategoriji ta' impjieg fejn il-ħlas huwa baxx.", "Il- pożizzjonijiet li jirrikjedu skills għoljin fl-użu tal-computer u teknoloġija oħra m'humiex f'idejn in-nisa.", "GĦalhekk naraw li n-nisa, minflok mexjin 'il fuq, qegħdin jinżlu l-isfel f'dan il-qasam.", "Studju li sar fuq gender, information and communication technology - \"trapped in electronic cages, gender and new information technologies in the public and private domain\" - jikkonferma li n-nisa jużaw il-computer f'xogħol bi ħlas baxx u f'xogħol ta' anqas prestiġju.", "Peress li l-information technology għandha influenza kbira, l-esklużjoni tan-nisa minn dan il-qasam tista' twassal għall-emarġinazzjoni tan-nisa.", "L-informazzjoni teknoloġika qed tikkrea tipi ġodda ta' xogħlijiet għan-nisa bi ħlas baxx bħal, per eżempju, l-electronics assembly.", "Jekk ma noqogħdux attenti dan jista' jkabbar il- problema tradizzjonali tal-qsim ta' xogħol fuq bażi ta' sess, dak li ngħidulu gender based division of labour.", "Nixtieq insemmi wkoll lil dawk l-adulti li ma kellhomx iċ-ċans li jitgħallmu din it-teknoloġija.", "Bla dubju ta' xejn hemm il-ħtieġa li d- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jieħu ħsieb li jorganizza programmi ta' adult education on IT awareness and IT literacy.", "Dan biex kulħadd ikollu l- opportunita' li jlaħħaq ma' dan l-iżvilupp tant importanti fil-ħajja tal- lum.", "Ma nistgħux inħallu lura lil dawk in-nies li fi żmien meta kienu iżgħar dawn l-affarijiet ma kenux jeżistu.", "Ma nistgħux inħalluhom iħarsu lejn l-IT bħala xi ħaġa li m'humiex kapaċi jifhmu.", "Hemm bżonn li tinbena kultura ta' information technology biex pajjiżna ma jinqatgħax lura mill- iżviluppi li qegħdin isiru madwarna.", "Dan isir permezz ta' l-edukazzjoni billi mill-bidu nett inrawwmu fit-tfal iż-żgħar din il-kultura.", "GĦalhekk tajjeb li l-information technology qed tiġi ntrodotta lit-tfal sa minn year one tal-primarja.", "Dan qed isir biex l-information technology ssir parti minn ħajjithom u ma jsibuhiex diffiċli biex jużawha kemm biex jistudjaw kif ukoll meta jiġu biex jaħdmu.", "Tajjeb li nsemmu wkoll li f'dan l-istadju impressjonabbli tat-tfal tagħna huwa importanti li ma nagħmlux differenza bejn il-bniet u s-subien.", "GĦandna ninkoraġġixu kemm lill-bniet kif ukoll lis-subien biex jistudjaw dan is- suġġett.", "Naturalment biex niżviluppaw l-iskills fl-information u fil- communication technologies hemm bżonn ta' korsijiet fil-computer studies fl-iskola sekondarja.", "Fejn dawn diġa' jeżistu - bħall-Upper Lyceum u l- Junior College - għandhom jiġu upgraded.", "Ovvjament l-Universita' għandha rwol importanti f'dan il-qasam, kif huwa importanti wkoll li l-IT professionals, kemm fl-industrija ta' l-information technology kif ukoll f'organizzazzjonijiet tal-business, ikollhom l-opportunita' li jżommu ruħhom aġġornati jew jakkwistaw skills ġodda permezz ta' refresher courses.", "Tajjeb ukoll insemmu l-IT technician courses u l-bżonn li l-industrija lokali tkun nvoluta f'dan il-qasam sabiex ikun hemm aktar kordinazzjoni u aktar effiċjenza.", "Biex nagħlaq, nixtieq nerġa' nsemmi li fil-qasam ta' l-użu ta' l- information and communication technologies ma tantx ingħatat importanza lill-aspett tal-ġeneru.", "Dan mhux hawnhekk biss jinħass imma madwar id- dinja kollha.", "Naturalment dan għandu effett fuq l-aċċess għall- informazzjoni, effett fuq l-impjiegi u opportunitajiet ta' edukazzjoni u fuq il-benefiċċji li jistgħu jittieħdu permezz tal-parteċipazzjoni attiva fl-information society.", "Is-sitwazzjoni tista' tiġi rranġata permezz ta' żvilupp ta' policy li tieħu ħsieb il-bżonnijiet ta' l-irġiel kif ukoll tan- nisa fil-qasam ta' l-information technology, permezz ta' sensibilizzazzjoni fuq il-problema, permezz ta' riċerka u anke permezz ta' azzjoni li jien ċerta li l-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika se tirrikkmanda.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, ġaladarba din il-kummissjoni qed tingħata bixra nazzjonali, ma tistax tonqos li tara li l-avvanz tat- teknoloġija jasal anke għand dawk in-nies inqas ixxurtjati minna.", "Qed nirriferi għal nies fis-soċjeta` li għandhom ċerta diżabilita` li bilfors isibu aktar problema biex jagħmlu użu mit-teknoloġija.", "Allura jkun tajjeb li bħala parti mill-assignment tagħha, din il-kummissjoni tara kif tfittex biex tinkwadra lil dawn il-persuni b'diżabilita' f'dan il-qasam teknoloġiku għax lil dawn in-nies ma nistgħux inħalluhom barra mill-bqija tas-soċjeta'.", "Forsi jkollna nammettu li bħala soċjeta' domna naqra biex ħloqna kuxjenza favur din il-kategorija ta' nies.", "Storikament nistgħu ngħidu li, wara li bdew jirritornaw lura lejn arthom mill-kampijiet tal-battalja ta' l-Ewwel Gwerra Dinjija ta' bejn l-1914 u l- 1918 l-eluf ta' suldati Ingliżi, Franċiżi, Tedeski, Russi u Amerikani, li kienu feruti b'mod gravi - min kien spiċċa mingħajr idejn u min spiċċa mingħajr saqajn - is-soċjeta' nnifisha bdiet tħoss fil-kuxjenza li ma jkunx ġust li wara li wrew dik il-qlubija kollha dawn in-nies jitwarrbu fil-ġenb minħabba d-diżabilita' tagħhom, għax huwa ovvju li persuna li tkun 100% fit ma ssibx diffikulta' biex tavvanza imma dak il-wieħed li għandu xi diżabilita' jrid jara kif jagħmel biex isib postu.", "F'dawk iż-żmenijiet l- avvanz tat-teknoloġija kien limitat ħafna u żgur li persuna b'diżabilita' la kellha aċċess għall-informazzjoni u lanqas għal xejn.", "L-iżvilupp kiber sakemm ġejna għat-Tieni Gwerra Dinjija, imma ġejna wkoll f'pożizzjoni fejn min kien ikkonsidrat bħala disabled kellu problema biex isib ix-xogħol.", "Il-problema kienet kif is-soċjeta' nnifisha se tpoġġi lil dawn l-individwi fil-kamp tax-xogħol u fil-kamp ta' l-istudju.", "Ħafna minn dawn in-nies b'diżabilita' kienu baqgħu jiġu skartati - u għadhom jiġu skartati sa llum - u għalhekk qed ngħid li din il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika għandha d-dover li tara kif tistabilixxi dan il-konċett ta' teknoloġija assistiva ħalli dawk il-persuni b'diżabilita' wkoll ikollhom aċċess għall-użu tal-computers.", "Nistgħu nimmaġinaw kemm hu diffiċli għal persuna ħandikappata li jkollha ċertu aċċess għal dawn il-faċilitajiet.", "Meta wieħed jirrifletti fuq dawn il- punti bilfors irid jgħid li l-kompitu ta' din il-kummissjoni huwa li toħroġ b'ideat, bħalma ħarġu pajjiżi kbar.", "Per eżempju, fl-1990 l-Amerikani għaddew liġi apposta - qed nirriferi għall-Americans with Disability Act, liġi pijuniera f'dan il-kamp - biex persuni b'diżabilita' jingħataw l-opportunita' ta' edukazzjoni aktar wiesgħa, b'mod li ma jkun hemm l-ebda sens ta' diskriminazzjoni f'dak li huwa aċċess għall-informatika u għat-teknoloġija.", "Issa l-Amerikani kienu diġa' għaddew mill-esperjenza tar-Rehabilitation Act ta' l-1973 u proprju f'artiklu 504 ta' din il-liġi nsibu li għal ebda raġuni m'għandu jkun hemm diskriminazzjoni kontra xi persuna ħandikappata jew kontra xi istituzzjoni jew organizzazzjoni li tkun tirrappreżenta lil dawn in-nies.", "Il-liġi tgħid li fejn jidħol l-użu tat-teknoloġija dawn għandu jkollhom aċċess għal benefiċċji u għal fondi daqs persuni normali.", "Nemmen li mhux biss fl- Amerka imma anke l-Ewropa llum il-ġurnata hemm liġijiet simili u nassumi li anke l-European Union fid-direttivi tagħha għandha xi ħaġa f'dan ir-rigward fejn għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għat-teknoloġija ta' l-informatika għal persuni b'diżabilita`.", "Għalhekk din il-kummissjoni nazzjonali għandha taċċerta ruħha li kull persuna b'diżabilita` għandu jkollha l-faċilitajiet kollha għall-aċċess ta' din it-teknoloġija ta' l-informatika.", "Anke l-Universita' ta' Malta trid tara li talloka s-servizzi u l-flus meħtieġa lill-istudenti biex ħadd ma jħossu fi żvantaġġ fil-qasam ta' l-informatika.", "Ngħid għalija nistgħu mmissu diversi punti dwar x'tista' tagħmel it-teknoloġija avvanzata f'dak li għandha x'taqsam ma' l-informatika, basta naraw li fil-fatt din timxi at pace ma' dawk in-nies li fil-ħajja qegħdin fi żvantaġġ.", "Per eżempju, permezz tal-braille computer systems, persuni neqsin mid-dawl għandhom aċċess għall-iscreen display in braille waqt li jagħmlu input permezz ta' keyboard.", "Ħaġa bħal din tgħin lil dawn in-nies b'tali mod li fuq il-post tax-xogħol kważi jisparixxi l-handicap li jitilqu bih.", "Illum għamilna ħafna avvanzi f'dan il-qasam għax anke daħlet is-sistema ta' power braille 40.", "Ċertament li l-braille software għandu jiġi nkoraġġit ħafna aktar.", "Per eżempju, il-mouse, il-monitor u l-iscreen tal-computer jistgħu jiġu aġġustati skond id-diżabilita' ta' dak li jkun, sew jekk huwa nieqes mid- dawl jew mis-smigħ u sew jekk għandu xi diżabilita' fil-mod kif jimxi, kif jitkellem u kif jaħseb.", "Sur President, wieħed ma jistax ma jżommx ruħu aġġornat kontinwament fil- qasam tat-teknoloġija u għalhekk nemmen li din il-kummissjoni għandha żżomm ruħha aġġornata l-ħin kollu f'dan il-qasam.", "Qed ninnota li ħafna mill- membri ta' din il-kummissjoni għandhom għal qalbhom dan il-qasam u jixtiequ li kull persuna żżomm ruħha aġġornata mal-current technologies li jkunu qed isiru.", "Ċertament li din il-kummissjoni trid tara li l-adaptive technology timxi bl-istess pass li jimxi l-qasam tat-teknoloġija ħalli ħadd ma jibqa' jħoss li għandu żvantaġġ f'dan il-qasam u kulħadd ikun jista' jkollu l- istess aċċess għal din id-dinja ta' l-informatika.", "Hawn ta' min isemmi li llum ċerti pajjiżi, speċjalment l-Amerka - meta tkun qed titkellem fuq dan il-qasam bilfors trid issemmi lil dan il-pajjiż għax ħafna mill- investimenti u mir-riċerki jsiru fl-Amerka - tant avvanzaw f'dan il-qasam li l-persuni b'diżabilita' qatt ma jħossuhom fi żvantaġġ biex ikollhom aċċess għal din it-teknoloġija.", "Dan huwa riżultat tajjeb ħafna għax b'hekk persuni b'diżabilta' jkunu jistgħu jgħixu b'mod kompletament indipendenti.", "Biex pajjiżna jilħaq dan l-għan il-computer environment irid ikun b'saħħtu, b'mod aċċessibbli u organizzat, u dan jista' jsir biss wara li jsiru ċerti studji mill-kummissjoni.", "Sur President, ikun interessanti jekk naraw x'għandhom xi jgħidu l- organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-kummissjonijiet li qed jaħdmu għall-persuni b'diżabilita', anzi fl-opinjoni tiegħi dawn għandhom ikunu l- mutur tad-djalogu li jrid isir f'dan ir-rigward biex b'hekk inkomplu nwessgħu l-ideat li għandha timxi fuqhom din il-kummissjoni.", "Filwaqt li wieħed għandu jħares lejn il-membri ta' din il-kummissjoni li għandhom diżabilita' b'rispett u b'dinjita', wieħed għandu jara li dawn jorganizzaw ruħhom kontinwament - kif fil-fatt hawn Malta huma organizzati, grazzi għal kulħadd, imma naturalment dejjem hemm il-ħtieġa li jibqgħu jorganizzaw ruħhom iktar b'mod professjonali għax wieħed dejjem irid itejjeb l-affarijiet - ħalli jkunu jistgħu jagħtu dak li jistgħu f'dawk li huma ideat, dettalji, messaġġi u ħsebijiet lil din il-kummissjoni ħalli hi tkun tista' timplimenta affarijiet importanti f'dak li għandu x'jaqsam mat- teknoloġija ta' l-informatika.", "Jiena nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li l-vuċi tal-persuni b'diżabilita' trid dejjem tibqa' tinstema' f'kull kummissjoni, jekk hemm bżonn, biex ħadd f'din is-soċjeta' u ħadd f'dan il-pajjiż ma jħoss li qiegħed fi żvantaġġ.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru Bartolo biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, ħadt gost ħafna nisma' lill-kollegi tiegħi taż-żewġ naħat tal-Kamra jitkellmu fuq din il-mozzjoni.", "B'mod ġenerali, jidher li hawn qbil dwar x'għandu jsir f'dan il-qasam ħalli pajjiżna mhux biss igawdi mill-benefiċċji kollha li ġġib magħha t- teknoloġija l-ġdida imma wkoll biex noqogħdu attenti mill-aspetti negattivi ta' din l-istess teknoloġija.", "Kważi kull kelliem semma li l-benefiċċji ta' din it-teknoloġija l-ġdida m'humiex awtomatiċi.", "Issa hawnhekk ta' min igħid li dawn il-benefiċċji m'humiex awtomatiċi għaliex m'humiex se jinkisbu jew isiru waħedhom.", "Għandu jkun hemm sforz nazzjonali magħqud biex pajjiżna jikseb mhux biss it-teknoloġija l-ġdida rigward hardware, infrastruttura tal-makni u infrastruttura fil-qasam tat-telekomunikazzjoni li għandna bżonn, imma wkoll it-taħriġ u l-aspett uman li hemm bżonn biex imbagħad dik it-teknoloġija nkunu nafu nużawha.", "Innotajt ukoll bi pjaċir illi ġie enfasizzat ħafna l-fatt li waqt li bla dubju rridu kemm jista' ikun nagħmlu użu minn din it-teknoloġija l-ġdida biex pajjiżna jieħu sehem fl-iżvilupp ekonomiku dinji - mingħajr l-iżvilupp teknoloġiku ma nkunux nistgħu nagħmlu dan - fl-istess ħin irridu nagħtu kas l-aspett soċjali u l-aspett uman ta' l-effetti tat-teknoloġija l-ġdida.", "Fil-fatt tkellimna fuq il-bżonn li din it-teknoloġija l-ġdida tgħin biex ikollna soċjeta' inklużiva, soċjeta' li ma tħalli lil ħadd barra minnha.", "Semmejna l-problema li jekk il-firxa tat-teknoloġija ma tilħaqx lil kulħadd hemm ċans li fis-soċjeta' tagħna jkun hemm il-fqar il-ġodda u dawn jinkludu lil dawk li huma analfabeti teknoloġikament u għalhekk ma' l-analfabeti tradizzjonali jiżdiedu l-analfabeti teknoloġiċi u dawn ta' spiss ikunu l- istess persuni.", "Semmejna wkoll il-bżonn li dan il-qbil nazzjonali jiġi tradott fi pjan ta' azzjoni strateġiku maħsub bil-kollaborazzjoni ta' kulħadd.", "Il- kummissjoni m'għandha bl-ebda mod tikkontrolla l-iżvilupp f'dan il-qasam anzi trid isservi ta' forza ta' enerġija li xxerred, tistimula u tinċentiva dan l-iżvilupp.", "Mela min-naħa waħda għidna li m'huwiex biżżejjed li nħallu l-affarijiet jiżviluppaw waħedhom u min-naħa l-oħra għidna li m'għandniex nirregolaw kollox u li kollox ikun ikkontrollat.", "Fid-diskors introduttorju tiegħi - u nieħu gost li l-kollegi taż-żewġ naħat ta' din il- Kamra komplew jitkellmu f'din il-linja - sħaqt ħafna fuq il-bżonn ta' kordinazzjoni, networking u fuq il-bżonn li naħdmu flimkien.", "Forsi waħda mill-aspetti pożittivi li t-teknoloġija l-ġdida tista' ġġibilna magħha - jekk s'intendi nieħdu l-inizjattivi li għandna bżonn nieħdu - hija li nitgħallmu naħdmu aktar flimkien.", "Jekk f'dan il-qasam mhux se nitgħallmu naħdmu aktar flimkien mhux se jirnexxielna negħlbu ċerti ġelosiji territorjali msieken fejn aktar ikun moħħna li ħadd ma jidħlilna fl-għalqa.", "It-teknoloġija waħedha li suppost minnha nnifisha ġġib in-networking u ġġib in-nies jaħdmu flimkien ma twassalniex għal dan.", "Għalhekk irridu nitgħallmu naħdmu aktar flimkien.", "Ġie enfasizzat ukoll il-fatt li l-istrateġija nazzjonali li għandu bżonn ikollna trid tkun f'qafas internazzjonali.", "Dak li nkunu qed nagħmlu aħna hu li niflu u nistudjaw xi jkun qed isir f'pajjiżi oħra.", "Minnu nnifsu l- iżvilupp teknoloġiku jġiegħlek tħares lil hinn mix-xtut tiegħek.", "Ħafna drabi biex tagħmel avvanz f'dan il-qasam mhux biss tkun taf x'qed isir f'pajjiżi oħra iżda trid tikkopera magħhom ukoll.", "Għalhekk il- koperazzjoni u l-kordinazzjoni ma jridux iseħħu biss fit-territorju nazzjonali u għal dan il-għan il-kummissjoni mistennija taħdem ħafna ma' oħrajn.", "Ta' min igħid li fl-aġġornament ta' l-istrateġija nazzjonali ta' l- informatika qatt m'hu se jasal jum jew qatt m'hi se tasal data li fiha ngħidu li għandna l-istrateġija u d-dokument lesti u allura nkunu lestejna minn dak li kellna Fil-qasam ta' l-istrateġija nazzjonali ta' l- informatika l-proċess ta' tiġdid u ta' żvilupp huwa kontinwu għax trid taħseb, tfassal, twettaq, titgħallem mit-tajjeb u mill-iżbalji li tagħmel u terġa' taġġorna u tiżviluppa.", "In-nies li hemm f'din il-kummissjoni hemm bżonn li jkollhom - m'għandix dubju li hekk huma - moħħhom miftuħ biex jaraw l-iżviluppi li qed iseħħu, jirċievu l-proposti ta' x'għandna nagħmlu u fid-dawl ta' dak li jkun qed iseħħ fid-dinja u anke tal-proposti li jiġu mill-protagonisti nazzjonali jagħmlu t-tiġdid u l-iżvilupp meħtieġ.", "Il-kummissjoni mistennija taħdem b'ħafna clusters differenti.", "Per eżempju, ikollok il-cluster ta' l-industrija, il-working group tat- telekomunikazzjoni, il-working group tal-persuni b'diżabilita', il-working group ta' l-edukazzjoni u l-working group ta' inizjattivi soċjali biex, per eżempju, nieħdu inizjattivi qalb l-adulti flimkien mal-kunsilli lokali u anke man-nisa ħalli min għal xi raġuni jew oħra s'issa ma kellux iċ-ċans li jitgħallem iħaddem din it-teknoloġija nagħtuh iċ-ċans iħaddimha u b'hekk ma jitħalliex barra mill-iżvilupp li għandna bżonn.", "Per eżempju, se jkun hemm grupp li għandu x'jaqsam mat-tħaddim ta' l-informatika fit-turiżmu u fl- amministrazzjoni pubblika.", "Mela f'kull qasam tal-ħajja se jkunu qed jifformaw dawn il-working groups li l-ħin kollu jkunu qegħdin jirċievu kemm x'ikun qed isir lokalment kif ukoll x'ikun qed isir internazzjonalment, imbagħad flimkien ikunu qed jifformolaw x'għandu jsir.", "Biex jirnexxi x- xogħol ta' din il-kummissjoni trid il-ħin kollu żżomm kuntatt miftuħ ma' l- oqsma kollha tas-soċjeta' Maltija u naħseb li tagħmel tajjeb li perjodikament tiltaqa' ma' rappreżentanti taż-żewġ naħat tal-Kamra biex ikun hemm anke accountability mhux biss meta jasal ir-rapport - li b'din il- mozzjoni l-kummissjoni hija marbuta li tagħmel - iżda wkoll biex ikun hemm skambju ta' ideat u ta' esperjenza matul is-sena.", "Fil-fehma tiegħi, waħda mill-affarijiet tajbin li ġrat kemm meta ressaqna din il-mozzjoni fuq l-istrateġija nazzjonali ta' l-informatika - kif ukoll meta ressaqna l-kummissjoni nazzjonali dwar l-edukazzjoni - kienet li l- kwalita' ta' kontributi u l-kwalita' ta' dibattitu li kien hawn f'din il- Kamra kien ta' livell ogħla mis-soltu.", "Jista' jkun li dan ġara għaliex konna qed niddiskutu mozzjoni b'ċertu spazju ta' liberta' u mhux vot tal- gvern f'budget fejn ikun mistenni li fil-Kamra jkun hawn speċi ta' logħba football, fejn team jipprova jiskorja lill-ieħor.", "Is-sabiħ meta ddiskutejna din il-mozzjoni, kif ukoll meta ddiskutejna l-mozzjoni dwar il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni, kien li ma qgħadniex naraw il- vantaġġi u l-iżvantaġġi jew kif nistgħu nużaw dan id-dibattitu biex niskorjaw kontra xulxin iżda pprovajna niskorjaw favur pajjiżna u żammejna l-focus tagħna fuqu.", "Huwa importanti ħafna li fl-informatika niskorjaw favur pajjiżna.", "Naturalment matul id-diskussjoni ma naqsux il-mumenti ta' kontroversja u l-mumenti ta' nuqqas ta' qbil.", "Waħda mill-affarijiet sbieħ tad-demokrazija u tas-sistema tagħna hija d-diversita' u n-nuqqas ta' qbil.", "Huwa min-nuqqas ta' qbil li niżviluppaw il-pożizzjonijiet tagħna.", "Id- differenzi għandna nieħdu gost bihom għaliex jekk ikollok perspettiva u opinjoni differenti, id-dibattitu jkollu iktar valur u jkun hemm ċans li d- deċiżjonijiet li tkun qed tieħu jkunu aħjar.", "Filwaqt li qed ngħid dan kollu ma nistax ma nikkummentax fuq ċerti fatti u din m'hijiex kwestjoni ta' opinjoni.", "Fil-fehma tiegħi, m'huwiex il-każ li toqgħod tgħaddi ġudizzju fuq l-opinjonijiet.", "Kulħadd għandu l- opinjonijiet tiegħu imma fuq il-fatti naħseb li kemm jista' ikun irridu nkunu korretti; ħalliha mbagħad li l-interpretazzjonijiet li noħorġu minnhom ikunu differenti.", "Per eżempju, l-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra ħadu l-okkażjoni biex jerġgħu jgħidu x'qed titlef Malta minħabba li bħalissa l-partit fil-gvern iddeċieda li ma jkomplix fit-triq li jimbotta lil pajjiżna għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk mhux se noqgħod nagħti sfond ta' kif dawk li għadhom mexjin f'din it-triq ma tantx jidher li se jkollhom risposta u riżultati malajr, għax żgur li se jkun beda s-seklu li ġej.", "Għalhekk huwa importanti li fid-diskussjoni li nagħmlu - tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħna ta' x'għandha tkun ir- relazzjoni ta' pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea, kemm jekk nitkellmu fuq sħubija sħiħa, kif ukoll jekk nitkellmu fuq relazzjonijiet mill-qrib imma mingħajr sħubija sħiħa - hemm bżonn li nkunu sinċieri u onesti mal-poplu Malti u mhux noqogħdu nipprovaw ningannaw fuq xi triq li se twassal bilfors għal xi riżultati maġiċi.", "F'dan il-qasam irridu nimmaturaw aktar.", "Il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija li għall-iżvilupp tagħna jaqblilna li nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea għax din iġġib ħafna vantaġġi.", "Fost il-vantaġġi li ssemmew kien hemm li pajjiżna jkun jista' jieħu sehem sħiħ mill-benefiċċji tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropea fil- qasam tax-xjenza, teknoloġija, riċerka u informatika u skond huma issa dawn il-bibien ingħalqu għalina.", "Ma naħsibx li meta l-kollegi tagħna tan- naħa l-oħra jkunu korretti meta jgħidu dan.", "L-ewwelnett ta' min igħid li s'issa ma kien hemm xejn konkluż ma' l-Unjoni Ewropea imma kien hemm biss taħdidiet u intenzjonijiet.", "Apparti minn hekk, programmi internazzjonali ta' riċerka fl-informatika u ta' riċerka teknoloġika għadhom għaddejjin u se nirriferi għal wieħed partikolari.", "Kollega min-naħa l-oħra semma li donnu mill-aħħar ta' Ottubru 'l hawn aħna dħalna fi żmenijiet ta' dlam u l- affarijiet li kienu qed jiġru qabel issa ntilfu.", "Intqal ukoll li aħna abbandunajna kollox f'dan il-qasam.", "Fost affarijiet oħra ssemma l-proġett ABEL, proġett importanti ta' riċerka li hija mdaħħla fih il-kumpannija l- aktar avvanzata li għandna f'pajjiżna, jiġifieri l-SGS.", "Jien mort niċċekkja biex nara jekk aħniex daqshekk nies ħżiena, nies li ma nħobbux lil dan il-pajjiż u nies li nixtiequ noqtlu dan it-tip ta' żvilupp u programm ta' riċerka teknoloġika.", "L-informazzjoni li għandi - s'intendi din hija informazzjoni bbażata fuq minn min hu mdaħħal fl-ABEL Research and Development Project - hija li dan il-proġett ta' riċerka mhux biss ma waqafx imma beda, għadu għaddej, qed jiġi operat fl-impjant ta' l-SGS Thomson f'Ħal Kirkop, qed jieħdu sehem fih kumpannija mill-Olanda, kumpannija rinomata ħafna minn Franza, l-SGS Thomson ta' Agrate ta' l-Italja kif ukoll il-Corporate Packaging ta' Grenoble.", "L-SGS Thomson qed isservi ta' hub fejn qed isir dan il-proġett kollu kemm hu.", "L-iskop tal-proġett hu li jintegra tagħmir kumpless biex titħaffef aktar u tilħaq kwalita' aħjar il-manifattura tas-semi-conductors.", "Fih hemm ukoll kif jistgħu jintużaw materjali ġodda u teknoloġija ġdida biex ikun hemm sistema ta' manifattura iktar avvanzata u awtomatika ħalli l-pajjiżi li qed jagħmlu dan ix-xogħol ikunu aktar kompetittivi u effettivi f'pajjiżi fejn il-pagi huma għolja u għalhekk iservu biex kumpannija bħall- SGS tibqa' taħdem anke f'pajjiżi fejn il-pagi huma għolja.", "Proġett bħal dan huwa importanti ħafna anke għal pajjiżna għaliex illum aktar minn qatt qabel pajjiżna ma jistax jiddependi li jiġbed lejh kumpanniji li jiġu hawn għax jaħsbu li l-pagi huma aktar baxxi minn pajjiżi oħrajn.", "Illum dawn jiġu hawn għax ikollna nies imħarrġa u ta' teknoloġija għolja, il-bqija ma jiġux.", "Importanti li ngħid dan għaliex min-naħa l-oħra ngħatat l-impressjoni li f'dan il-qasam ġie abbandunat kollox, li dħalna f'xi sqaq mudlam u li issa fuq Malta waqgħet xi purtiera ġdida tal-ħadid li tifridna mill-bqija tad- dinja.", "Dan mhuwiex veru u fil-każ tal-proġett ABEL ta' l-SGS, il-proġett ta' riċerka għadu għaddej kif għadhom għaddejin ukoll proġetti oħrajn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, ġaladarba dan il-proġett li qed isemmi għadu għaddej, xtaqt nistaqsi lill-Ministru min se jħallas il-parti ta' nfiq għall-parteċipazzjoni Maltija?", "Jekk ħarġu l-flus, minn liema parti ħarġu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk l-Onor.", "Interpellant irid tweġiba ddettaljata fuq dan li għadu kemm staqsa nġiblu l-informazzjoni kollha.", "L- informazzjoni li għandi hija li l-fondi għal dan il-programm mhumiex neqsin għax qed jikkontribwixxu għal dan il-proġett il-kumpanniji barranin li qegħdin jieħdu sehem fih u l-SGS qed toħroġ anke l-parti tagħha biex isir dan il-proġett.", "L-importanti hu li dan il-proġett mhux veru waqaf.", "Din importanti li ngħiduha għaliex qed tkompli tingħata l-impressjoni li mingħajr ċerti fondi mill-Unjoni Ewropea f'Malta se nidħlu fi żmien ta' l- għaks u fiż-żmien fejn ikollna nuqqas ta' progetti għall-futur.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, jien kont hawn preżenti meta tkellem l-Onor.", "Josef Bonnici u l-argument li għamel kien għar-rigward tal- finanzjament.", "Ġaladarba l-applikazzjoni ta' Malta ġiet iffriżata, effettivament il-finanzjament tal-parti Maltija għall-parteċipazzjoni min- naħa ta' l-SGS, li hija stabilita f'Malta, ġie ffriżat min-naħa ta' l- Unjoni Ewropea.", "Fuq din il-parti nitlob lill-Ministru jitfa' aktar dawl.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien m'għandix bżonn nitfa' aktar dawl.", "Aħna niċċekkjaw x'qal testwalment l-Onor.", "Josef Bonnici - mhux se noqgħod fuq il- memorja tiegħi għax mhux fair - u naraw jekk qalx li dan il-proġett kien se jsir u li issa waqaf.", "Imbagħad jekk qal li dan il-proġett ma kienx se jsir għax issa l-fondi spiċċaw wieħed jikkorreġi dik l-impressjoni żbaljata li ngħatat, jekk qal hekk, ħalli nkunu fair.", "Sadanittant jekk il-fondi humiex ġejjin mill-SGS Thomson, jekk il-fondi humiex ġejjin minn Brussels huwa immaterjali.", "(Interruzzjonijiet) Iva, huwa immaterjali għax inkella inti qed tmur bil-mentalita' ta' Oliver Twist - can I have some more?.", "Jien niftakar lil tan-naħa l-oħra jgħajru lil xi ħadd minn din in-naħa li biex isir xi ħaġa fil-pajjiż irid joqgħod jittallab minn sorsi barranin.", "Issa se nerġgħu mmorru lura għal dik il-mentalita' li tant kienet tiġi mkasbra u mżebilħa?", "(Interruzzjonijiet) Lill-SGS Maltija m'hemmx għalfejn nispjegalha jien għax aħna hawn ġew ngħidu ħafna diskors fuq kemm huwa importanti li l-inizjattiva privata jkollha enerġija u jkollha spinta.", "Issa għandna kumpannija privata li xorta qed tgħaddas rasha fi proġett tajjeb u tgħid li se tkompli b'dan il-proġett, jiġri x'jiġri, u m'hemm xejn - ħalli nitkellmu ċar - x'jindika li fil-ftehim, li rnexxielu jilħaq dan il- Gvern ma' l-Unjoni Ewropea fuq it-tip ta' relazzjonijiet li aħna nixtiequ għal pajjiżna, ma jkunx hemm fondi min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea li nistgħu nibbenefikaw minnhom anke f'dan il-qasam.", "Fil-fatt jekk wieħed jara x'tip ta' relazzjoni nixtiequ aħna ma' l-Unjoni Ewropea wieħed mill-oqsma li nsemmu huwa proprju l-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija.", "Aħna nafu li jkun tajjeb għal pajjiżna li f'dan il-qasam ikollna relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, mhux ma' l-Unjoni Ewropea biss imma anke ma' pajjiżi oħra u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn.", "Imma l-importanti hu li ma tidħolx il-mentalita' perikoluża - li donnu hawn min jixtieq idaħħal - li jekk għal xi żmien mhumiex ġejjin fondi mill- Unjoni Ewropea aħna għandna niċċassaw, għandna nieqfu, m'għandna nagħmlu xejn u noqogħdu nibku: Jaħasra, jaħasra, jaħasra!", "Jien naħseb li dak ikun żbaljat għal pajjiżna.", "Jien nixtieq nirringrazzja lil dawk fl-SGS Thomson li minflok joqogħdu jistennew il-manna taqa' minn Brussels jagħmlu x-xogħol li għandhom jagħmlu u jkomplu jiżviluppaw dawn il-proġetti, kif għandna proġetti oħra ta' riċerka għaddejjin ħalli ma nagħtux l-impressjoni żbaljata, nerġa' ngħid.", "Anke fuq pjan kulturali u politiku hija żbaljata li nerġgħu ndaħħlu xi mentalita' neo-kolonjali li biex pajjiżna jimxi 'l quddiem irridu l-ewwel nistennew bilfors fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid aħna se naħdmu biex dawn il-fondi internazzjonali li hemm f'dan il- qasam nużawhom ħalli ngawdu minnhom, imma allura sakemm jiġu dawk il-fondi noqogħdu ċċassati ma nagħmlu xejn!", "U hemm proġetti oħrajn.", "Biex ma nsemmux imbagħad - għax din waħda mill-affarijiet fejn nara li jkun hemm diżonesta' politika min-naħa l-oħra - li ngħatat l-impressjoni li l-għada li Bangemann telaq minn Malta pajjiżna kien se jsir ċentru tat- telekomunikazzjoni f'xi proġett flimkien mal-Fillandja u l-Awstrija u jaħasra dan iċ-ċentru ma sarx għax kien hemm bidla fil-gvern f'Ottubru li għadda!", "Dan mhuwiex veru.", "Jekk wieħed jara d-dokumenti kemm taż-żjara ta' Bangemann f'Malta kif ukoll il-follow-up meeting li kien sar bejn l-uffiċjali tad-DG3 u uffiċjali tat-Telemalta, l-ewwelnett ma qablux fuq il-kelma \"ċentru\".", "Ejja nammettu li f'Malta għandna daqsxejn ta' megalomania f'dan il-qasam, li kull meta niltaqgħu ma' xi barrani ngħidulu: Għax ma tagħmilx ċentru hawn!", "Qisna dejjem għaddejjin bid-diska li aħna mhux biss ċ-ċentru tal-Mediterran imma ċ-ċentru tad-dinja.", "Din nagħmluha lkoll kemm aħna, biex inkunu fair ma' xulxin, qisha l-bqija tad-dinja dejjem qed tistenna lilna li nissuġġerixxulhom li jsir ċentru x'imkien u dejjem hawn nissuġġerixxuh għal xi raġuni jew oħra.", "Kienu qed jgħidu li hawn se jsir ċentru tat- telekomunikazzjoni flimkien ma' l-Awstrija u mal-Finlandja.", "F'dik il- laqgħa li saret fil-5 ta' Awissu, 1996 min-naħa tad-DG3 għamluhielhom ċara li ma kenux qed jgħidulhom li Malta se ssir ċentru imma li jistgħu jgħinuna biex niżviluppaw xi ħaġa f'dan il-qasam.", "Importanti li ngħiduh dan biex ma nagħtux l-impressjoni li jaħasra kien hemm kollox lest u mbagħad għax inbidel il-Gvern f'Ottubru ta' l-1996 issa tlifna opportunitajiet kbar f'kull qasam!", "Hemm biżżejjed dokumentazzjoni u għandkom biżżejjed kuntatti fid-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea biex tkunu tafu kemm saru dokumenti tas-suppost proġetti differenti li ħadna sehem fihom imma li jew ma kienx sar biżżejjed xogħol biex jibdew jew kien għad fadal ħafna u ħafna xogħol xi jsir biex nieħdu sehem f'xi wieħed minnhom.", "Qed ngħid dan biex ma toqgħodx tingħata l-impressjoni li sa Ottubru ta' l- 1996 kien hemm xi jackpot kbir fi Brussels u l-Maltin kulma riedu jagħmlu hija li jagħfsu xi erba' buttini u jibdew ħerġin miljuni ta' ECUs.", "M'huwiex fair u lanqas hija onesta' li nagħtu din l-impressjoni liċ- ċittadini sħabna.", "Din hija mentalita' żbaljata u apparti milli hija żbaljata hija wkoll skorretta.", "Jiġifieri l-proġetti internazzjonali ta' riċerka f'dan il-qasam se jkomplu, u se jkomplu anke permezz tal-COST, li fl-aħħar laqgħa fi Praga mhux biss aħna aċċettajna li nieħdu sehem, imma huma aċċettawna bħala membri sħaħ.", "(Interruzzjonijiet) Allura inti trid tkun tallab?", "Allura jekk ma ġġibx il-flus minn x'imkien ma teħux sehem?", "Dan hu li qiegħed tissuġġerixxi?", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mela l-Onor.", "George Pullicino, parti mill- ġenerazzjoni moderna tal-politika lokali, qed jgħid li jekk ma jkollniex fondi minn barra m'għandniex nieħdu sehem f'dawn l-affarijiet.", "Imma aħna mhux biss se nsibu dawn il-fondi imma se nieħdu sehem.", "Apparti minn hekk, nieħu gost ngħid ukoll li fit-18 u d-19 ta' Settembru li ġej se ssir f'Malta laqgħa għolja tal-COST biex ikomplu bil-proġetti u l-ipprogrammar li hemm f'dan il-qasam.", "Allura ma neħdux sehem f'affarijet bħal dawn?", "Aħna żgur li m'aħniex se nimxu b'din il-mentalita' u m'għandix dubju li fil- programmi u fl-attivitajiet tal-COST hemm proġetti fl-informatika.", "Hemm, per eżempju, l-proġett nru 14 u l-proġett nru 15 li jittratta l- koperazzjoni teknoloġika u l-użu tal-computer fil-qasam tat- telekomunikazzjonijiet, fost oqsma oħrajn.", "Pero' hemm ħafna proġetti differenti u issa huwa importanti li dawn nużawhom għaliex kemm jekk naqblu li nidħlu fl-Unjoni Ewropea u kemm jekk naqblu li jkollna relazzjonijiet mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea - u din hija importanti li ngħiduha għal kulħadd - irridu nneħħu l-mentalita' żbaljata li l-fondi internazzjonali, kemm jekk huma ta' l-Unjoni Ewropea, kemm jekk huma tal-Commonwealth, kemm jekk huma tal-UNESCO, kemm jekk huma tal-COST, huma ta' min huma, jekk mhux se naħdmu għalihom u nressqu proġetti speċifiċi, se joħduhomlna pajjiżi oħrajn.", "Din hija xi ħaġa li kemm-il darba ġrat f'dan il-pajjiż taħt amministrazzjonijiet differenti, biex inkun fair ma' kulħadd.", "Kemm-il darba f'pajjiżna tlifna opportunitajiet tajbin għax bqajna bil-mentalita' żbaljata li l-fondi internazzjonali nħarsu lejhom minn perspettiva ta' tallaba u nistennew li jaqgħu f'ħoġorna.", "Aħna naħsbu li kulma rridu nagħmlu hija li noffru l-pożizzjoni ġeografika tagħna għaliex ninsabu f'nofs il-Mediterran u allura kważi awtomatikament naħsbu li l-bqija tad- dinja qiegħda tistenna biex l-affarijiet tallokahom hawnhekk mingħajr ma nagħmlu l-isforzi kolla meħtieġa biex dawn il-fondi mmorru għalihom u noħorġu bi progetti speċifiċi biex nieħdu sehem fihom.", "Jekk se nibqgħu bil- mentalita' li nistennew biss mingħajr ma nkunu proattivi u mingħajr ma nieħdu l-inizjattiva, dawn il-fondi se jibqgħu jintilfu anke jekk ikunu available għalina, aħseb u ara jekk ma jkunux.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li nkunu attivi f'dan il-qasam u nieħdu l-inizjattivi aħna u ma noqogħdux nistennew x'se jiġri mir-relazzjonijiet tagħna ma' pajjiżi oħra jew ma' gruppi ta' pajjiżi oħra.", "Biex inkomplu b'dawn l-inizjattivi li qed nieħdu l-Universita' qiegħda tidħol f'ħafna ftehim ġenerali ma' universitajiet oħra, fosthom anke fil- qasam ta' l-informatika.", "Per eżempju, kemm il-programm li għandna ma' l- Universita' ta' Augsburg fil-Ġermanja, kif ukoll mat-Techinical High School for Economics and Technology ta' Berlin jittrattaw proġett ta' riċerka komuni fl-information technology.", "L-istess ma' l-Universita' ta' Dublin, l- istess ma' l-Universita' ta' Lecce fl-Italja, l-istess ma' l-Universita' ta' Catania u l-istess ma' l-Universitajiet ta' Cambridge u ta' Kent fl- Ingilterra.", "Dawn huma kollha proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' l- information technology.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet biex nuru li jekk pajjiżna jrid jieħu sehem f'dan l-iżvilupp li qed iseħħ irridu nkunu fuq tagħna u rridu nuru inizjattiva.", "Il-bqija naqgħu lura u, nerġa' ngħid, kemm jekk aħna favur li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea u kemm jekk aħna favur li jkollna relazzjoni speċjali ma' l-Unjoni Ewropea, irridu ninsistu kemm nifilħu biex kemm jista' jkun nieħdu l-opportunitajiet li hemm mhux biss fl-Ewropa imma fil-Mediterran, fil-Paċifiku u anke fl-Istati Uniti ta' l-Amerka.", "Aħna għandna nkunu proattivi għax jekk ma nurux inizjattiva min- naħa tagħna se nkunu qegħdin nagħmlu żball.", "M'hu se jaqa' l-ebda bajtar, la minn Brussels, la mill-UNESCO u lanqas mill-Commonwealth.", "Speċjalment f'soċjeta' ta' teknoloġija avvanzata, il-bajtar ma' tantx jaqa' 'l isfel u llum biċ-ċansijiet li hemm ta' networks u ta' komunikazzjoni malajr, jekk ma neħdux l-inizjattiva aħna se naqgħu lura.", "GĦalhekk huwa importanti li l- kummissjoni tagħmel ix-xogħol tagħha anke nazzjonalment billi tinvolvi kemm tiflaħ setturi differenti biex ikollha thrust u strateġija tassew nazzjonali mhux biss fid-dikarjazzjoni iżda anke fil-mod kif taħdem.", "Fil-fatt ix-xogħol biex jaraw xi struttura u x'tip ta' budget se jkollhom diġa' beda u rrid ngħid li aħna ma ridna nimponu xejn fuqhom.", "Aħna rridu lilhom joħorġu bi proposti kif se jorganizzaw l-istruttura tagħhom, kemm se jkollhom nies, min fejn ġejjin dawn in-nies u l-mod kif se jaħdmu.", "Dan kollu se jkollhom ċans jagħmluh huma fil-laqgħat tagħhom, u anke kif se jiżviluppaw ċerti relazzjonijiet bejn ċerti entijiet differenti bħal, per eżempju, ir-relazzjoni bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Kunsill Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, bil-permess ta' l-Onor.", "Bartolo.", "Onor. Pullicino, jekk jogħġbok, kun brief kemm jista' jkun.", "ONOR.", "GOERGE PULLICINO: Ladarba l-Ministru qed jgħid li l-Gvern ma mpona xejn, qed nifhem tajjeb li l-Gvern mhuwiex se jibqa' jesiġi li l-persuni li se jkunu qed jgħinu lill-Kap Eżekuttiv tal-Kummissjoni Nazzjonali għat- Teknoloġija ta' l-Informatika jkunu bilfors mill-MSU jew mill-MITTS?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li l-aħjar ħaġa hi li nħalluhom jiġu bil-proposti tagħhom għax inkella nkunu qed norbtulhom idejhom minn qabel dwar kif għandhom jaħdmu u b'min għandhom jaħdmu.", "Madam Speaker, jien nixtieq nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'din id- diskussjoni u l-fatt li ġieli ma qbilniex bejnietna huwa tajjeb għax f'soċjeta' demokratika bilfors jiġu espressi opinjonijiet u punti diversi.", "Huwa importanti li f'dan il-Parlament tressqet mozzjoni f'dan ir-rigward u mhux saret sempliċement stqarrija ministerjali għax kieku saret stqarrija ministerjali żgur ma kienx ikun hemm iċ-ċans li jkollna dibattitu daqshekk mifrux u wiesa' fuq dan il-qasam imma konna sempliċement nagħmlu żewġ minuti naqraw xi ħaġa u jispiċċa kollox.", "Waqt dan id-dibattitu aħna rajna kemm hu importanti li kemm jista' jkun nies li ġejjin minn setturi differenti jaħdmu flimkien biex b'hekk f'pajjiżna jxerrdu kultura ta' xjenza u teknoloġija fl-iskejjel u fis-soċjeta' kollha kemm hi.", "Huwa importanti ħafna li nħallu lis-settur privat jieħu l-ispinta li għandu bżonn u li flimkien naraw kif nistgħu naħdmu biex insaħħu dan il-qasam.", "F'pajjiżna hemm bżonn kbir li tidħol id-drawwa li s-service providers, jiġifieri mhux l-internet providers biss imma anke t-Telemalta u dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jipprovdu servizz f'dan il-qasam, ikunu f'kuntatt kontinwu - hawnhekk naħseb li l-kummissjoni għandha rwol importanti x'taqdi - biex jiddiskutu l-problemi u l-opportunitajiet ġodda li hemm f'dan il-qasam għaliex waqt li l-kummissjoni għandha r-rwol importanti li toħroġ b'inizjattivi ġodda, aħna rridu nieħdu ħsieb, niżviluppaw, nikkultivaw u nsaħħu dak li għandna.", "GĦalhekk kif għidt diġa' huwa importanti ħafna li kemm is-service providers kif ukoll il-users jiltaqgħu kontinwament biex jaraw x'għandu jsir f'dan il-qasam.", "(Interruzzjonijiet) Dak mhux investiment ġdid li semma l-kollega tiegħi, il- Ministru Mizzi?", "Mingħajr investiment ġdid fid-digital communications l- investiment li qed tagħmel it-Telemalta ma kienx ikun possibbli bħalma ma kienx ikun possibbli li nidħlu f'areas ġodda.", "(Interruzzjonijiet) Ċertament li jien nirrikonoxxi x-xogħol li għamlet l-amministrazzjoni preċedenti f'dan il-qasam.", "Fil-fatt fis-snin li għaddew il-voice network tat- Telemalta kien ġie upgraded ħafna imma ftit kien sar xogħol biex jiġu żviluppati l-oqsma tad-data communications u l-high speed data communications, tant li organizzazzjonijiet bħall-Bank of Valletta u l-MSU kellhom iwaqqfu n-networks tagħhom peress li t-Telemalta ma kenitx f'pożizzjoni li taqdihom u fil-fatt illum din il-korporazzjoni qed tipprova tirrimedja dan il-qasam.", "Madam Speaker, biex nagħlaq dan id-diskors nixtieq ngħid li filwaqt li aħna f'dan il-Parlament ilkoll kemm aħna qbilna kemm hu importanti li niżviluppaw it-teknoloġija l-ġdida, huwa importanti ħafna li ma jkollniex illużjonijiet f'dan il-qasam.", "Studju li ħareġ proprju dan ix-xahar fl- Istati Uniti fil-ħarġa \"Atlantic Monthly\" wera kemm irridu noqogħdu attenti li ma jkollniex illużjonijiet esaġerati f'dan il-qasam għax inkella jkollna dak li l-artiklu sejjaħ bħala \"the computer delusion\".", "Fil-fatt id- delusion il-kbira li daħlet ġejja mill-fatt li l-Istati Uniti hija waħda mill-iktar pajjiżi li investiet miljuni kbar ta' dollari biex fl-iskejjel jidħlu l-computers u l-IT.", "Dan l-istudju jsemmi kif dawn il-proġetti l- kbar li ġew launched mill-President Bill Clinton mhux talli ma wasslux għall-kisbiet edukattivi mixtieqa imma talli żiedu r-rati ta' falliment.", "Dan l-istudju ħasad lil ħafna nies involuti fis-sistema edukattiva Amerikana.", "Il-kittieb ta' dan l-artiklu, Todd Oppenheimer wissiehom li qabel ma jkomplu jippompjaw miljuni kbar ta' dollari fit-teknoloġija l- ġdida fl-iskejjel tagħhom, għandhom jaraw li jonfqu dak li hu fundamentali għax hawn wieħed irid jiftakar li l-edukazzjoni qiegħda biex it-tfal jitgħallmu jaqraw, jiktbu, jikkalkolaw u jħaddmu moħħhom.", "GĦalkemm dawn l- affarijiet m'humiex meqjusa glamorużi jew affaxxinanti ma nistgħux ninsewhom u nintilfu fl-illużjoni ta' l-IT.", "Filwaqt li għandna naħdmu lkoll flimkien, hi x'inhi l-opinjoni tagħna, biex inkomplu niżviluppaw u nsaħħu l-użu tat-teknoloġija l-ġdida irridu naraw ukoll aspetti soċjali oħra ta' ħajjitna għax l-użu tat-teknoloġija l-ġdida b'hekk biss tista' sservi għall-umanita'.", "Huwa importanti ħafna li t-teknoloġija l-ġdida tkun hemm għall-bnedmin u mhux il-bnedmin għat-teknoloġija l-ġdida.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa mill-Onor George Pullicino.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Nistieden lil-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 15 ta' Lulju fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tielet Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, ix-xogħol li jien trabbejt fih, għadni naħdem fih u nibqa' naħdem fih huwa bħala sid ta' ħanut.", "Bħala retailer ma nistax niġi hawn u, għalkemm f'ambjent kompletament differenti, ninsa lill-sħabi tal-ħwienet u l-problemi li qegħdin niffaċċjaw fix-xogħol tagħna.", "Inħoss li għandi r-responsabbilta' li nitkellem dwar il- problemi kbar li bosta sidien tal-ħwienet qed jiffaċċjaw.", "Dawn huma kemm problemi finanzjarji kif ukoll problemi fir-relazzjoni tagħhom mal- konsumaturi.", "Madam Speaker, irrid nikkundanna r-reklamar li qiegħed isir fuq il-mezzi tax-xandir.", "Dawn ir-reklami huma maħsuba biex juru kemm raħsu l-prodotti b'riżultat tal-liġi tad-dwana u s-sisa.", "Dan ir-reklamar huwa eżerċizzju ta' ingann.", "Huwa parti minn eżerċizzju ta' propaganda tal-gvern imħallsa bi flus il-poplu u flus in-negozjant.", "Sistematikament il-Gvern irid jimmanipola lill-poplu.", "Dawn huma riklami li qegħdin ideffsu f'moħħ il- poplu li l-ħajja bdiet torħos u fejn m'hemmx roħs ir-raġuni hija għaliex in- negozjant qiegħed jagħmel qligħ żejjed, profiteering.", "Dawn ir-riklami qegħdin jingannaw għaliex huma aħbar finta għax bil-liġi tad-dwana u s-sisa l-ispejjeż tan-negozju għolew.", "Kellna taxxi fuq taxxi u għalhekk dawn huma riklami li qegħdin jixhdu l-pandimonju li dan il-Gvern jinsab fih.", "Dan il- Gvern kellu l-mandat li jraħħas il-ħajja u mhux li jagħmel liġi li tgħolli xi prodotti jew inkella traħħas xi prodotti.", "Madam Speaker, dan il-Gvern għandu problemi kbar.", "Hu biss jaf kemm huma kbar u gravi dawn il-problemi.", "Tant hu hekk li biex jiġġustifika liġi li għamel u li jaf li ma rnexxietx kif xtaqt hu, qiegħed ixandar kontinwament aħbar li tinkludi ingann.", "Li l- Gvern ixandar li b'riżultat tal-liġi tad-dwana u s-sisa xi prodotti raħsu m'hu xejn ħlief tentattiv biex permezz ta' rikatt ixandar aħbar ta' dak li kellu jiġri u ma ġarax.", "Permezz tar-reklamar irid jgħid li l-liġi rnexxiet pero' jaf li ma rnexxietx.", "Permezz tar-reklamar irid joħloq ambjent li juri li l-prodotti raħsu, għalkemm jaf li dan l-ambjent ma nħoloqx.", "B'dan ir- reklamar - li huwa riżultat ta' boycott min-naħa tal-Gvern fuq l- industrijalisti - lill-industrijalisti qiegħed jisforzahom biex iraħħsu.", "Dan huwa aġir li qed joħloq malafama.", "Tant hu hekk li dawk imsemmija waslu biex ħadu lill-Gvern il-qorti biex jieħdu ġustizzja kontra l-malafama li saritilhom.", "Madam Speaker, l-effett ta' dan ir-reklamar huwa negattiv.", "Qed ipinġi lil tal-ħwienet bħala ħallelin.", "Il-Gvern qiegħed jinqeda bi flus il- poplu biex jgħajjar ħallelin lil dawk il-ħaddiema li huma sidien ta' ħwienet.", "Permezz ta' dan ir-reklamar il-konsumatur huwa mġiegħel jemmen li akkost ta' kollox, il-prodotti raħsu.", "Jekk prodotti ma raħsux, dan hu għaliex tal-ħanut qed jaqla' iktar milli suppost.", "Din hija sitwazzjoni inaċċettabbli f'pajjiż fejn kull min kien fil-gvern wiegħed li jaħdem biex ikun hawn konsultazzjoni bi djalogu kontinwu biex intejbu l-livell tal- ħajja.", "Sitwazzjonijiet bħal dawn ikissru dak kollu li dan il-poplu b'tant sagrifiċċju ilu jibni.", "Madam Speaker, meta niġu biex ngħaddu l-kummenti f'dan il-Parlament, in- negozjant dejjem jaqlagħha ħażin, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern.", "Illum qed jiġi mgħajjar ħalliel, u dan qiegħed isir b'reklami mħallsa bi flus il- poplu.", "Dawn huma reklami li jiswew l-eluf tal-liri.", "Biżżejjed ngħidu li mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6945 - li staqsa l-Onor.", "Austin Gatt lill-Onor.", "Alfred Sant - ħareġ li fuq Television Malta saru b'Lm6,596 reklami.", "Fuq is-Super I saru bi Lm8,640 riklami u fuq Smash Television - biex inkunu qegħdin insemmu r-reklami kollha tat-televison - saru b'Lm420 riklami.", "F'dawn ir-reklami l-Gvern qed jallega li xi prodotti raħsu pero' mhux qiegħed juri kemm.", "Qiegħed iġiegħel lill- konsumaturi ifittex roħs pero' mhuwiex jispjega li kull ħanut m'għandux l- istess spejjeż tan-negozju.", "Permezz ta' dan ir-reklamar li jiġġeneralizza, tal-ħanut qed joħroġ ta' ħalliel mal-konsumatur.", "Li l-Gvern jirrikorri wkoll biex ixandar ismijiet ta' industrijalisti li skond hu qegħdin jagħmlu profiteering huwa aġir inġust, tipikament ta' l- agħar żmien tas-soċjaliżmu, meta l-Gvern kellu l-kontroll ta' kollox.", "Madam Speaker, din it-tmexxija li qiegħda tikkontrolla s-suq teħodha kontra l-pirnċipju tas-suq ħieles.", "Hija tmexxija li qiegħda tnissel biża'.", "Din il- biża' hija forma ta' rikatt u fil-ġejjieni se tissarraf fi sfiduċja fil- Gvern li ttellef l-iżvilupp li l-ekonomija ta' dan pajjiżna kienet qabdet.", "Għal din l-irresponsabbilta', min-naħa tal-Gvern inżomm responsabbli lis- Segretarju Parlamentari għas-Self Employed, l-Onor.", "Gavin Gulia.", "Nixtieq nagħmillu wkoll xi rimarki.", "Il-Gvern ħa permess mill-industrijalisti, li qegħdin jidhru l-prodotti tagħhom fir-reklami tat-television, u li skond il-kalkoli tal-Gvern il- prezz tagħhom roħos?", "Jekk iva jgħidilna.", "Il-Gvern jaċċetta li permezz tal- liġi tad-dwana u s-sisa huwa għabba lin-negozjant b'taxxi fuq taxxi u saħansitra wasal biex talabhom lura flus li kienu tħallsu bħala refunds tal- VAT?", "Jammetti l-Gvern li din l-ispiża tar-refunds li trid titħallas lill- Gvern minn negozjant hija spiża fuq kull negozju, u llum jew għada jrid iħallas għaliha l-konsumatur?", "Fil-kalkoli ta' kif qed jallega li l- prezzijiet roħsu, il-Gvern qed jikkalkula ż-żieda fl-ispejjeż tan-negozju?", "Qed jikkalkula li mhux kull negozju għandu l-istess spejjeż?", "Madam Speaker, qed ngħid dan kollu biex din il-problema tan-negozjanti tkun irreġistrata fid-dibattiti ta' dan il-Parlament.", "Il-pajjiż qiegħed ikun imġiegħel jifhem - u forsi jemmen - li l-prezzijiet roħsu.", "Li ġara huwa li żdiedu l-ispejjeż tan-negozji.", "Ma nistgħux naslu li jkollna pajjiż modern li jemmen fis-suq ħieles jekk se nibqgħu nittrattaw lin-negozjanti b'dan il-mod.", "Li noħolqu segretarju parlamentari għas-self employed kien pass pożittiv.", "Kien pass li wera l-intenzjoni li se jkun hemm konsultazzjoni ma' dan is-settur.", "Kienet deċiżjoni li tat xhieda li l- Gvern irid jaħdem id f'id mas-settur tan-negozju, pero' qed jidher li dan il-ministeru m'għadux aktar jirrispetta t-terms of reference tiegħu.", "Madam Speaker, nappella biex is-Segretarju Parlamentari għas-Self-Employed u l- unions ta' dan is-settur jagħmlu dmirhom iżjed milli diġa' għamlu biex dawn ir-reklami jsiru b'mod li ma jkunux mezz ta' inġustizzja.", "Fil-pajjiż jidher li qed jonqos ix-xogħol.", "L-ispejjeż tal-prodotti, minħabba li l- Gvern żied l-ispejjeż tan-negozju bit-taxxi li għamel, jidhru li jridu jogħlew.", "Il-konsumatur jonfoq skond id-dħul tiegħu pero' illum qed jonfoq inqas għax qiegħed jaqla' inqas.", "Is-suq ta' kull settur huwa wieqaf, ibda minn tal-bini sa tal-ħwienet.", "Jirriżulta li ħafna negozji huma f'diffikultajiet finanzjarji kbar.", "Is-suq waħdu diġa' għamel is- sitwazzjoni diffiċli pero' din il-propaganda tal-Gvern qegħda żżid il- problemi.", "In-negozji tagħna se jkunu mġiegħla jadottaw sistema ta' negozju ta' tqanċiċ.", "Meta tagħmel negozju tkun qisek qed tisraq.", "Id-dħul tal-Gvern diġa' naqas.", "Il-Gvern diġa' kien uriena li ġabar inqas mill-VAT f'dawn l- aħħar xhur.", "Diġa' uriena li ġabar inqas mill-capital gains u jidher li se jkompli jiġbor inqas.", "Dan il-kontroll tal-prezzijiet qed ireġġa lura l- ekonomija tagħna għal żmien il-price orders.", "Qegħdin nitkellmu fuq settur li jimpjega 15,000 ruħ u mas-700 ruħ f'dak li għandu x'jaqsam wholesale u retail.", "Il-private market sector kollu kemm hu jimpjega mas-47,000 ruħ.", "Qegħdin nagħmlu propaganda li qed toħloq spekulazzjoni ta' roħs.", "Jekk se nibqgħu sejrin hekk se jonqos aktar ix-xogħol għaliex iżjed negozjanti se jsibu pożizzjoni diffiċli f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament tan- negozji tagħhom.", "Jiddispjaċini ninnota li l-Prim Ministru, meta kien għadu Kap ta' l- Oppożizzjoni, fit-tħejjija għall-elezzjoni ġenerali kien qal li l-għoli tal-ħajja mhuwiex importat iżda maħluq lokalment.", "Darb' oħra kien qal li l- Gvern qed jgħolli l-ħajja iżda issa qiegħed jgħid li n-negozjanti qegħdin jgħollu l-ħajja.", "Kien jaħseb ukoll li jekk titneħħa l-VAT ikun hawn aktar purchasing power għax kien qal li l-problema hija s-set-up tat-taxxi.", "Illum qegħdin naraw li bil-VAT kellna sistema fejn l-ispejjeż tan-negozju kienu irħas.", "Madam Speaker, il-Gvern qed ixandar lista li turi prezzijiet ta' prodotti li raħsu pero' ma jgħidx b'kemm.", "Lanqas fuq is-servizz tat-telephone għall- konsumatur -il-freephone - ma jgħidu kemm hu l-prezz tal-prodott.", "Dan juri li r-roħs li qiegħed ixandar il-Gvern huwa finta.", "F'suq ħieles il-prezz ikun ikkwotat skond il-bejgħ u x-xiri tal-prodott .", "Nistgħu ngħidu li għandna Gvern li f'dawn l-aħħar sitt xhur qiegħed jorbot is-suċċess tiegħu ma' roħs ta' xi 5c f'hamburger u xi ftit cents fuq l-inbid jew birra u trab tal-ħasil.", "Hu stess qed jallega li dawn suppost roħsu.", "Nawgura li dan l-eżerċizzju ta' informazzjoni jkun immirat biex jispjega din il-liġi u niċċaraw il-ħafna punti li għadhom mhux prattikabbli.", "Il-liġi għandha ħafna punti li għadhom qegħdin inisslu problemi kbar fi x'ħin tiġi biex timplimenta n-negozju.", "Jekk inneħħu l-ingann minn dan l-eżerċizzju ta' informazzjoni nkunu qegħdin nirrispettaw id-dritt tal-poplu tagħna li jkollu informazzjoni li tirrispetta l-verita'.", "Huwa importanti li dawn l- iżbalji jieqfu immedjatament biex ikollna suq aktar ħieles.", "Nawgura wkoll biex kull min għandu vuċi jsemmagħha biex dan l-abbuż jinqata'.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, fl-aħħar aġġornament kont tkellimt ftit dwar it-traffic management u llum se nħares ukoll minn aspetti differenti ta' kif u x'jista' jinfluwenza t-traffiku f'pajjiżna.", "Se nħares ukoll lejn x'jista' jwassal biex jew ikollna tnaqqis - fiċ-ċirkostanzi tagħna ftit hemm ċans - jew żieda fit-traffiku fis-snin li ġejjin.", "Jekk wieħed jagħti titwila lejn ir-risposti parlamentari li ħadna dalgħodu, isib riferenza għan-numru ta' persuni li huma liċenzjati f'pajjiżna u hemm ukoll informazzjoni dwar iż-żieda fil-popolazzjoni.", "Dawn huma żewġ fatturi li fir-realta' huma marbutin ftit jew wisq flimkien għaliex illum, kif nafu, hekk kif ġuvni - jew xebba - jagħlaq it-18-il sena, waħda mill-ewwel affarijiet li jagħmel hija li jmur jiġri biex iġib il-liċenzja tas-sewqan.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se tikber din iż-żieda fin-numru ta' persuni bil-liċenzja u allura hawn għandna indikazzjoni li se jkollna pressjoni akbar fuq it-toroq biż-żieda fit-traffiku.", "Madam Speaker, l-ewwelnett iċ-ċifra tal-popolazzjoni f'pajjiżna turi, bejn wieħed u ieħor, żieda konsistenti ta' 0.9% kull sena, jiġifieri 3000 persuna kull sena.", "Din qiegħda ġġib magħha pressjoni fuq it-traffiku għaliex żieda fil-popolazzjoni tirrifletti ruħha f'żieda fil-persuni liċenzjati, li jekk mhux diġa' qegħdin jilħqu ċ-ċifra ta' 3,000 persuna kull sena, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jiżdiedu u jiżdied ukoll in- numru ta' vetturi.", "Fir-realta' jekk tgħaddi minn ċerti toroq f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata malajr tinduna li hemm bżonn ta' sistemi tat-traffiku li huma differenti minn dawk li qegħdin napplikaw illum.", "Anke l-Gvern tal- lum donnu qiegħed jifhem il-ħtieġa ta' l-użu tat-traffic lights, xi ħaġa li kienet reġgħet ġiet introdotta matul l-aħħar ħames snin ta' l- amministrazzjoni preċedenti, ħaġa li għenet u qed tkompli tgħin biex wieħed jagħmel kontroll aħjar tat-traffiku.", "F'pajjiżna nsibu li l-ammont globali ta' persuni liċenzjati kull sena - jekk nieħdu l-1996, li m'għandhiex tkun xi sena aktar eċċezzjonali minn tas- soltu - huwa ta' aktar minn 7,200.", "Fiċ-ċirkostanzi tagħna din hija ċifra għolja mmens u tikkrealna ċerti problemi, aktar u aktar meta wieħed jifhem li fl-ewwel ftit xhur ta' meta persuna jkollha l-liċenzja ftit ikollha esperjenza ta' sewqan.", "Jiena nagħmel appell żgħir lil żewġ kategoriji ta' sewwieqa; l-ewwelnett lill-kategorija ta' sewwieqa żgħażagħ li normalment, fl-entużjażmu li jridu juru li għandhom liċenzja, forsi jsuqu b'veloċita' li tkexkxek.", "Nappella wkoll għall-bonsens ta' dik il-kategorija ta' sewwieqa li għalqu ċerta eta'.", "Skond l-informazzjoni li toħroġ mill-istess domandi parlamentari, fil-pajjiż għandna wkoll 20,000 persuna bil-liċenzja li għandhom aktar minn 60 sena.", "Naturalment m'hemmx kategoriji differenti skond l-eta' għax jiena naf persuni li għandhom aktar minn 80 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan.", "F'din il-kategorija ta' sewwieqa aktar ma wieħed jikber fl-eta', għalkemm fir-realta' jkun qed isuq tajjeb, forsi korrett iż-żejjed fis-sens li żgur josserva l-ispeed limits u affarijiet simili, pero' kultant ikun hemm ukoll nuqqas ta' reazzjoni għas-sinjali fit- toroq u forsi anke kaġun ta' prekawzjoni żejda jiġu kkawżati ċerti accidents.", "Madam Speaker, hawnhekk forsi wieħed isemmi l-funzjoni tal-pulizija tat- traffiku fil-pajjiż.", "Jiena personalment ma nemminx li l-pulizija tat- traffiku għandu jkun dak li joqgħod jagħti ċ-ċitazzjonijiet lin-nies għaliex jiksru xi regolament partikolari tat-traffiku.", "Għall-kuntrarju, fl- opinjoni tiegħi l-pulizija tat-traffiku għandu jidderieġi t-traffiku billi jiġbed l-attenzjoni meta jara lil xi ħadd li ma jkunx qiegħed josserva r- regoli, b'mod partikolari jekk dan ikun l-ewwel nuqqas tiegħu.", "Il-pulizija tat-traffiku għandhom ikunu preżenti f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata, partikolarment f'toroq fejn it-traffiku jkun qawwi u jinħolqu t-traffic jams.", "Wieħed jista' malajr jidentifika numru ta' toroq li m'huwiex kbir wisq li f'ħinijiet partikolari tal-ġurnata aktarx li se jsib diffikulta' biex jgħaddi minnhom.", "Per eżempju, in-naħa ta' Marsascala u n-naħa ta' Buġibba, b'mod partikolari fil-weekends, wieħed jirrealizza li hemm bżonn ta' intervent tal-pulizija tat-traffiku.", "Imbagħad hemm junctions oħrajn li huma wkoll ta' importanza matul il-ġimgħa.", "Per eżempju, fl-inħawi tar- roundabout tal-Marsa - dik ta' ħdejn il-Marsa Dock - fil-ħinijiet tax- xogħol ikun hemm ammont sostanzjali ta' traffiku kemm filgħodu u kemm filgħaxija.", "Hemm postjieti oħra li jkollhom ammont sostanzjali ta' traffiku, per eżempju, ħdejn it-tank tal-gass ġewwa Regional Road, fejn ikun hemm traffic jams f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata, partikolarment fil-għodu u wara nofsinhar meta l-ħaddiema tal-gvern jaħdmu bil-ġranet, u filgħodu u għall-ħabta tas- siegħa meta l-ħaddiema jkunu bin-nofs ta' nhari.", "Allura fl-opinjoni tiegħi nistgħu nidentifikaw dawn is-siti fejn l-intervent tal-pulizija għandu jkun aktar spiss biex jikkontrolla t-traffiku ta' dawn l-inħawi.", "Madam Speaker, Triq Reġjonali hija t-triq li magħha kulħadd jassoċja l- bridges li hemm hemmhekk, qabel ma tidħol u wara li toħroġ mill-mina.", "Fir- risposta li ngħatat dalgħodu ntqal li ma jsirux kontrolli fil-joints ta' dawn il-bridges u, fl-opinjoni tiegħi, għalkemm fir-risposta qed jingħad li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem fuq pjan biex jibda jsir dan it-tip ta' kontroll, naħseb li għandna nfittxu nibdew nagħmlu dawn it-tip ta' testijiet biex naraw li l-bridges ikunu taħt kontroll u għassa stretta u naħseb li għandna naraw ukoll x'tip ta' vetturi jkunu għaddejjin minn fuqhom.", "Bħal f'kull struttura oħra mibnija permezz tal-concrete u materjali differenti, bħalma huma l-bridges li għandna ġewwa pajjiżna, għandna naraw li jsir kontroll kontinwu fuq il-kwalita' ta' dawn il-bridges, fis-sens li naraw li ma jkunx hemm deterjorament tal-post li jgħaqqad il-pilastri mal- kumplament tal-bridge, aktar u aktar meta wieħed jiftakar li minn dawn l- inħawi jgħaddu eluf ta' karozzi kuljum.", "Meta wieħed jiftakar li minn dawn it-toroq ta' ċerta importanza jgħaddu wkoll numru sostanzjali ta' vetturi kbar li jġorru l-materjal, wieħed irid jifhem li dawn il-postijiet għandhom ikunu kontinwament fi stat tajjeb.", "Madam Speaker, nagħmel ukoll riferenza għall-preżenza tal-pulizija, mhux biss fit-toroq tagħna imma f'diversi postijiet ta' importanza.", "Nerġa' ngħid li għalkemm ma nemminx li l-pulizija għandu jaqdi l-funzjoni tiegħu billi jagħti ċ-ċitazzjonijiet, nemmen li għandu jkun hemm il-preżenza tal- pulizija f'postijiet bħalma huma l-Għadira u ċ-Ċirkewwa.", "Hemmhekk għandna żewġ għases li ma jkunux miftuħin kontinwament il-ġurnata kollha u nappella lill-Gvern biex almenu fix-xhur tas-sajf, meta jkun hemm ammont sostanzjali ta' nies ferm ikbar minn tas-soltu, f'dawn il-postijiet l-għases għandhom jinfetħu l-ġurnata kollha u jkun hemm il-pulizija l-ħin kollu proprju biex jagħmlu kontroll aħjar tat-traffiku li jkun hemm hemmhekk.", "Nirringrazzjak, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 15 ta' Lulju fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦABS ĊIVILI - TWIN-BAY PROJECT", "7029.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-twin-bay project tal-Ħabs?", "Min applika fil-pre-qualification stage?", "Min intgħażel?", "X'kienu l-kriterji wżati fl-għażla?", "Min kien imdaħħal fl-għażla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministeru li taħtu jaqgħu l-affarijiet interni filwaqt li l-partijiet l-oħra tal-mistoqsija jagħmilhom lill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ.", "DIPARTIMENT TAL-BINI U INĠINERIJA - SURVEYOR", "7079.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Issa li tħabbar ir-riżultat għall-\"postijiet ta' Senior Quality Surveyor fid-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija tat-taqsima tax- xogħlijiet\", jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikanti; kemm għaddew applikanti; u kemm minn dawk li għaddew se jidħlu fil-kariga msemmija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hija hekk.", "In-numru ta' dawk li applikaw kien ta' 12.", "Għadda wieħed biss.", "Sintendi dak li għadda se jimla' l-vakanza.", "VALLETTA - DIPARTIMENT TA' L-INDUSTRIJA", "6942.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma tkompliex ix- xogħol fuq dak li kien id-Dipartiment ta' l-Industrija, fi Triq il-Punent, il-Belt u jekk se jitkompla meta hu stmat li jispiċċa?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali u kemm intnefaq s'issa, kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol u min kien il-perit inkarigat?", "Jaf il- Ministru jekk ingħatax kumpens lil persuna li mietet waqt li kien qed isir ix-xogħol u jekk iva, kemm ingħata?", "Min se juża l-post meta jitlesta?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- Dipartiment ta' l-Artijiet għandu jkun f'pożizzjoni aħjar biex jirrispondi din il-mistoqsija.", "Fit-2 ta' Marzu, 1995 id-Dipartiment ta' l-Industrija permezz ta' ittra, informa lill-Kummissarju ta' l-Artijiet illi ma kellux aktar interess fil- bini li kien jokkupa fi Triq il-Punent, il-Belt (nri.", "90, 91, 92 u 93) għaliex kien sab uffiċini oħra f'Sta.", "Venera u għalhekk waqaf iħallas il- kera ta' dawn fl-1994.", "M'iniex f'pożizzjoni li ngħid minn min jew kemm sewa x-xogħol li sar wara dan iż-żmien, jew jekk il-pjanti oriġinali ta' l-1990 tbiddlux.", "Fl-1993 id- dipartiment kellu pjanti u tenders maħduma mill-Periti tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp li ġew mitluba li jintbagħtu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u wara dan id-Dipartiment ma sema' xejn iżjed dwarhom.", "Il-ħaddiem li miet riferut fil-mistoqsija kien fiż-żmien imsemmi hawn fuq meta dan id-dipartiment kien diġa' nqata' minn dan il-post.", "COTTONERA REHABILITATION COMMITTEE", "6943.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu maħsub li jintnefqu l- Lm175,000 ivvotati din is-sena għall-Cottonera Rehabilitation Committee u kemm intnefqu fuq kull vot individwali sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ġejt informat li l-kumitat il-ġdid qiegħed jirrevedi l-commitments tal-kumitat ta' qabel u jfassal business plan ġdid u għalhekk għadna mhux f'pożizzjoni li ngħidu kif ser jintnefqu l-flus għall-kumplament tas-sena.", "Il-figuri ta' nfiq sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 għadhom qegħdin jiġu awditjati sas-16 ta' Mejju, 1997 u l-flus intnefqu hekk:-", "|Pagi |Lm4,457,34,0 | |Kuntratti |Lm18,794.87,0| |għax-xogħlijie| | |t | | |Xiri ta' |Lm2,481.53,0 | |materjal | | |Kiri ta' |Lm15,009.99,0| |materjal | | |Servizzi varji|Lm887.24,0 | |eċċ. | | |Total:- |Lm41,630.97,0|", "KUNTRATT TA' HEALTH INSURANCE", "6944.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hu rċeva xi lmenti jew sottomissjonijiet qabel ma ngħata l-kuntratt tal-health insurance mill-Air Malta?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid minn min sar l- ilment, fiex kien jikkonsisti u x'għamel hu?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk irċeviex xi lmenti oħra dwar l-istess ħaġa iżda fil-konfront ta' enti oħra u jekk iva, jgħid liema huma l-enti kkonċernati u jagħti l-istess informazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Wara li tħejjiet it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6646, irċevejt minn aġenzija korrispondenza dwar il- kuntratt imsemmi datata 30 ta' Ġunju, 1997 li waslet fis-Segretarjat Privat fit-2 ta' Lulju 1997 u li jiena rajt fis-7 ta' Lulju, 1997 wara li tajt it-tweġiba fil-Parlament.", "M'għandi xejn xi nżid f'dan l- istadju dwar is-suġġett.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - KAMPANJA PUBBLIĊITARJA", "6945.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' l-infiq li sar ma kull radju/televiżjoni/ġurnal bejn id-19 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju, 1997 in konnessjoni mal-kampanja pubbliċitarja konnessa ma' l-introduzzjoni tas- sistema ġdida ta' tassazzjoni ta' dazju u sisa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-infiq li sar hu kif ġej:", "Mid-19 ta' Mejju sal-31 ta' Mejju 1997", "|TVM |Lm6,596.00 | |Super 1 TV |Lm8,640.00 | |Smash TV |Lm420.00 | |The Times |Lm928.80 | |L-Orizzont |Lm928.80 | |In-Nazzjon |Lm870.75 | |The Sunday Times|Lm1,613.10 | |It Torca |Lm1,613.10 | |Il-Mument |Lm1,613.10 | |Kull Ħadd |Lm1,613.10 | |The Malta |Lm1,399.20 | |Independent | |", "Matul Gunju 1997", "|TVM |Lm7,866.00 | |Super 1 TV |Lm10,960.00| |Smash TV | Lm720.00 | |The Times | Lm1,197.50| |L-Orizzont | Lm1,197.50| |In-Nazzjon |Lm1,197.50 | |Kull Ħadd | Lm724.55 | |Retailer |Lm100.00 |", "Minbarra dawn, fuq l-istazzjonijiet tat- TV u tar-radju, kien hemm 18-il insert dwar il-prezzijiet ta' oġġetti maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ li swew Lm4,522.00", "L-ammonti li jidhru huma esklużi mill-VAT.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - KUNTRATT GĦALL-PUBBLIĊITA'", "6946.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min tefa' t-tender biex jieħu l-kuntratt għall-pubbliċita' konnessa ma' l-introduzzjoni tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni minflok il- VAT u kemm kien kull tender?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll minn min kien jikkonsisti l-Bord ta' l-Għażla?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - STAMPAR", "6947.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi stampar sar b'konnessjoni mal-kampanja ta' pubbliċita' dwar l-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' tassazzjoni minflok il-VAT?", "Jista' l-Prim Ministru jindika għal kull biċċa xogħol, kemm intnefaq, fejn sar l-istampar, fejn saru s-separations, min ipproduċa x-xogħol, il- kwantita' li ġiet stampata u kif tqassam l-istampar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-istampar sar kif ġej:", "|Ktejjeb it-Tneħħija | | |tal-VAT 132,000 kopja | | |Produzzjoni: Plus |Lm930.0| |Advertising Co Ltd |0 | |Stampar: Interprint Ltd|Lm7,764| |Marsa |.00 | |Inviti fuq letterheads | | |44,000 x 2, A4 kulur | | |wieħed, għal laqgħat | | |ma' self -employed | | |f'diversi lokalijiet. | | |Inklużi artwork u | | |films |Lm1,200| | |.00 | |Stampar ta' leaflet | | |Konsumatur, 140,000 | | |kopja A5, 4 paġni | | |kulur.", "Jinkludi | | |artwork | | |u colour separations |Lm4,703| | |.00 | |Stampar ta' leaflet | | |Retailer 15,000 kopja | | |A5, 4 paġni kulur. | | |Jinkludi artwork u | | |colour separations |Lm1,060| | |.00 | |Stampar ta' leaflet | | |Wholesaler, 7,000 | | |kopja A5, 4 paġni | | |kulur.", "Jinkludi | | |artwork | | |u colour separations |Lm730.0| | |0 | |Stampar ta' leaflet | | |Importatur, 9,000 | | |kopja A5, 6 paġni | | |kulur.", "Jinkludi | | |artwork | | |u colour separations |Lm1,350| | |.00 | |Stampar ta' leaflet | | |Self-mployed, 21,000 | | |kopja A5, 6 paġni | | |kulur.", "Jinkludi | | |artwork | | |u colour separations |Lm2,450| | |.00 | |Stampar ta' leaflet | | |Lotterija, 20,000 | | |kopja A5 kulur li | | |jinkludi artwork u | | |separations |Lm560.0| | |0 |", "Il-prezzijiet li jidhru huma esklużi mill-VAT.", "Ipproduċa x-xogħol il-Plus Advertising Co. Ltd.", "L-istampar, minbarra tal-ktejjeb It-Tneħħija tal-VAT u l-colour separations saru minn min ipproduċa x-xogħol.", "Ix-xogħol stampat tqassam mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni u mid- Dipartiment tad-Dwana u s-Sisa.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI", "7103.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid każ b'każ x'jitħallsu kemm l- għalliema barranin u kemm dawk lokali, li kienu jew għadhom jaħdmu f'din l- Akkademja minn mindu nħolqot s'issa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "EDUKAZZJONI - ALLOWANCES", "7104.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u fl-iskejjel tal-Knisja li qed jieħdu l- allowance ta' diploma, degree, masters u dottorat separatament f'kull settur?", "Kemm kienet in-nefqa totali għal dawn l-allowances matul l-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "7126.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' ħabsin li nstabu li qed ibatu mill- effett ta' droga li ħadu waqt li kienu residenti l-ħabs sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin sa l-1996?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l-okkażjonijiet li nstabu drogi fil-bini tal-ħabs waqt xi tfittxija jew searches fl-istess żmien u din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' ħabsin li kienu qed ibatu mill-effett tad-droga li ħadu waqt li kienu residenti fil-ħabs sena b'sena mill-1994 hu kif jidher hawn taħt:-", "1994 - 116 1995 - 39 1996 - 72", "M''hemmx records ta' qabel dawn id-dati.", "In-numru ta' okkażjonijiet li nstabet droga fil-bini tal-ħabs waqt xi tfittxija jew searches, mill-1989, hu kif jidher hawn taħt : -", "|1989 | 2 | |1990 | 0 | |1991 | 3 | |1992 | 4 | |1993 | 1 | |1994 |13 | |1995 |13 | |1996 |14 | |1997 | 5(sal-10 ta' | | |Lulju) |", "M'hemmx records ta' qabel dawn id-dati.", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR", "7127.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi ta kull sena jidħlu numru konsiderevoli ta' armi tan-nar fil-pajjiż, is-sena l- oħra aktar minn 14,000, bejn snieter u airguns, pero' n-numru ta' armi liċenzjati bejn wieħed u ieħor ma jiżdiedx paralelment ma' l- importazzjoni, dan ifisser li numru ta' persuni ma jibqgħux iħallsu liċenzja ta' l-arma li jkollhom?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi tagħmel il-pulizija dwar dan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TURIŻMU - LUKANDI", "7128.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ammont ta' sodod li hawn għat-turisti f'dawn il-postijiet lukandi 5 star; 4 star; 3 star; 2 star; u 1 star; holiday complexes; guest houses; u appartamenti/vilel/djar liċenzjati?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru.", "7128 hija kuf muri fit-tabella hawn taħt :", "A. TOURIST ACCOMMODATION", "|ESTABLISHMENT |BEDS | |Five Star | 1,774 | |Four Star |10,153 | |Three Star | 8,500 | |Two Star | 2,377 | |One Star | 372 | |TOTAL |23,176 |", "B. HOLIDAY COMPLEXES", "|ESTABLISHMENT |BEDS | |First Class | 3,828 | |Second Class |1,133 | |Third Class |540 | |Fourth Class |148 | |TOTAL |5,649 |", "C. GUEST HOUSES", "|ESTABLISHMENT |BEDS | |First Class |358 | |Second Class |566 | |Third Class |450 | |TOTAL |1,374 |", "D. F' appartamenti/vilel/djar liċenzjati għall-btala f'btala f'Malta u f'Għawdex hawn 7543 sodod; 6018 f'Malta u 1525 f'Għawdex.", "KUMPANNIJI TA' L-ASSIKURAZZJONI - LIFE INSURANCE", "7129.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn policy loans (life assurance) sa l-aħħar tas-sena l-oħra?", "Kemm huwa stmat li hija s-somma ta' dawn il- policy loans meta dawn jitħallsu?", "Kemm kien l-ammont ta' flus imħallsa fi premiums għal dawn il-policy loans?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "TA' XBIEX - TIBDIL TA' PAJPIJIET TA' L-ILMA", "7130.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista ' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq it-tibdil tal-pajpijiet ta' l-ilma u/jew drenaġġ ġewwa l-Housing Estate, f'Ta' Xbiex biex imbagħad jingħata t-tarmac mill-kunsill?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Wara diversi diskussjonijiet bejn il-kunsill lokali u l-Co-Ordinating Unit fi ħdan il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni sar qbil li qabel jista' jitkompla ix-xogħol f'Ta' Xbiex Housing Estate għandhom jinġabru il-kontribuzzjonijiet mill-Kunsill għat- tibdil ta' Earth Electrodes.", "Dan it-tibdil huwa meħtieġ biex tkun tista' ssir il-bidla mis-sistema qadima galvanizzata ta' l-ilma għal dik ta' polyethylene.", "Meta x-xogħol imsemmi jitwettaq jista' wara jingħata t-tarmak skond ir- riżorsi tal-kunsill lokali.", "SERVIZZ ĊIVILI - KAROZZI IMPRESSED", "7131.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn impressed vehicles mad-diversi dipartimenti tal- Gvern u jgħid kif inhuma mqassma dipartiment dipartiment u kemm ilhom impressed?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub, safejn dan għandu x'jaqsam ma' l- Uffiċċju tiegħi, tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "PBS - MEMBRI TAL-BORD", "7164.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'remunerazzjoni għandu ċ-Chairman u kull membru tal- Bord tal-PBS?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diġa' weġibt fid-19 ta' Frar 1997 għall- Mistoqsija 746, iċ-Chairman tal-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services Ltd jirċievi Lm15,000 fis-sena bħala remunerazzjoni filwaqt li l-membri l-oħra ta' l-istess Bord kull wieħed u waħda minnhom jirċievu Lm1,000 fis-sena.", "PBS - MEMBRI TAL-BORD", "7165.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'safar sar minn membri tal-Bord tal-PBS u ċ-Chief Executive mill-1 ta' Novembru 'l hawn?", "X'kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat?", "Kemm intnefaq f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru jinsab f'din it- tabella:", "Isem Data Fejn Attivita Nefqa", "Tony Mallia Dicembru Strasbourg Kunsill ta l- Lm465 (Chief 1996 Ewropa Executive)", "Albert Jannar Marseille COPEAM Lm320 Marshall 1997 (General Manager)", "Albert Marzu Strasbourg Kunsill ta' l- Lm15 Marshall 1997 Ewropa", "Prof J J Mejju Strasbourg Kunsill ta' l- Lm30 Cremona 1997 Ewropa (Chairman)", "Albert Lulju Edinburgh European Għad Marshall 1997 Broadcasting mhux Union maghruf", "Londra British Ghad Broadcasting mhux Corporation maghruf Prof J J Lulju Edinburgh European Ghad Cremona 1997 Broadcasting mhux Union maghruf", "MPO - TRASFERIMENTI", "7183.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li l-MPO ta l-kunsens tiegħu biex jiġu trasferiti minn ma' korporazzjonijiet u awtoritajiet parastatali mill-1/11/96 sal-lum?", "Mil-liema korporazzjonijiet/awtoritajiet ġew trasferiti?", "F'liema dipartiment jew ministeru ntbagħtu dawn il-persuni?", "X'xogħol qed iwettqu dawn il-persuni li ma setax jitwettaq mill-istaff permanenti li kien hemm qabel?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-preżent hemm 91 persuna li kienu trasferiti fuq secondment minn ma' korporazzjonijiet u awtoritajiet għal ma Segretarjati Privati ta ' Ministri u Segretarji Parlamentari u li l- kunsens ngħata mill-1 ta' Novembru 1996.", "Żewġ tabelli li juru minn fejn dawn il-persuni ġew trasferiti u fejn qed iservu tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Ix-xogħol li qed jagħmlu dawn il-persuni huwa data konness ma xogħol f'Segretarjati Privati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari u ivarja minn dak ta' Segretarju Privat, xogħol amministrattiv, eżekuttiv u klerikali għal dak ta' messaġġier u Driver.", "WSC - ĦSARAT", "7184.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rapporti ta' ħsarat li saru lill-Water Services Corporation f'kull lokal tal-11 u 12-il distrett elettorali mill-1/1/97 sat-30/6/97?", "X'qed iwassal biex uħud mir-rapporti li jsiru jdumu ġranet sħaħ biex jittieħdu passi dwarhom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tirċievi medja ta' għaxar rapporti ta' ħsarat fuq perjodu ta' 24 siegħa kuljum.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha disgħa fergħat distrettwali u oħra f'Għawdex assenjati għal xogħlijiet tekniċi.", "F'kull distrett hemm bejn erba' u ħames gruppi komposti b'żewġ ħaddiema tekniċi f'kull grupp responsabbli mill-manutenzjoni u tiswijiet fis-sistema tad- distribuzzjoni ta' l-ilma fil-lokalitajiet assenjati lilhom.", "Fil-ħinijiet ta' wara x-xogħlijiet, s-Sibtijiet, Ħdud u Festi Pubbliċi hemm erba' gruppi bi tliet ħaddiema f'kull grupp li jkopru l-istess xogħlijiet f'Malta kollha.", "Il-maġġoranza tal-ħsarat li jiġu rrapportati jissewwew fi żmien qasir.", "Kultant meta l-inċidenza tal-ħsarat tiżdied it-tiswijiet jitwettqu skond il- prijorita'.", "Għaldaqstant il-Korporazzjoni ma jidhrilhiex li minħabba dawn l-inċidenti għandha żżid il-ħaddiema.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' DJAR", "7205.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6847, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti qabel l-1/11/96 fil-kategorija ta' applikazzjonijiet imsemmija f'dik l-applikazzjoni?", "Mil-liema lokalita' huma l-applikanti li kienu pendenti?", "Ta' liema eta' kienu l-applikanti li ngħataw post mill-1/11/96?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta..", "PROPRJETA' - AVVIŻ NRU.", "496", "7211.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti kopja tal-pjanta ndikata f'Avviż Nru.496 kif deher fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Lulju, 1997?", "Ta' min kienet il-proprjeta'?", "X'inhu l-iskop li għalih ittieħdet din il- proprjeta'?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7233 (Seduta Nru. 93).", "ETC - TAĦRIĠ", "7237.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ġie offrut lill-persuni li ġew maqtugħa mir-reġistru mill-ETC matul ix-xahar ta' Mejju minħabba li ma aċċettawx taħriġ?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm min-nies maqtugħa minħabba r-raġuni msemmija għamlu appell quddiem il-Bord Nazzjonali għax-Xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7238.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies mill-1 ta' Ottubru, 1996 sa Mejju, 1997 li bdew jirreġistraw ġew intervistati mill-ETC?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol mill-1 ta' Ottubru, 1996 sa Mejju, 1997 kien ta' 3,078.", "Hija prattika tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ li kull min jibda jirreġistra jiġi ntervistat mill-Placement Officers dak inhar stess.", "L-iskop ta' din l-intervista hi biex tintgħażel is-sengħa li l-individwu jkun se jirreġistra għaliha, u fl-istess ħin jiġu spjegati l- opportunitajiet ta' xogħol u/jew taħriġ li jkunu jeżistu fil-mument.", "CASH REGISTERS", "7239.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l- Gvern fit-12 ta' Ġunju ħabbar li \"mhux possibbli li l-modifikazzjonijiet meħtieġa fil-cash registers isiru qabel l-1 ta' Lulju, 1997\", jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jkunu lesti dawn il-modifikazzjonijiet?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu \"r-raġunijiet ovvji\" li ssemmew fl- istqarrija tad-DOI Nru. 1147?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara diversi laqgħat li saru dwar il-modifikazzjonijiet meħtieġa fil-Cash Registers, ma l-operaturi tan-negozju u ma l-aġenti li jissupplixxu l- Cash Registers, dawn ġew informati bit-tibdiliet meħtieġa.", "Hu maħsub li minħabba n-numru konsiderevoli ta' cash registers li hawn fil-pajjiż, dan l-eżerċizzju m'għandux jieħu aktar mill-aħħar ta' din is-sena.", "Il- modifikazzjonijiet jistgħu jitlestew qabel, imma dan jiddependi mill- koperazzjoni ta' l-operaturi li għandhom il-cash registers u mill-aġenti li jridu jagħmlu l-modifikazzjonijiet meħtieġa.", "Għal dan il-għan id- Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa qed jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jara li dan isir fl-iqsar żmien possibbli.", "Huwa ovvju li ma kienx possibli li fil-lejl ta' bejn it-30 ta' Ġunju u l- 1 ta' Lulju setgħu isiru l-modifikazzjonijiet kollha meħtieġa f'dawn il-cash registers.", "PALAZZ TA' BIGHI", "7240.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4904?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-palazz ta' Bighi se jintuża bħala ċentru għall- Istudji tar-Restawr.", "Hemm il-ħsieb li l-bini fuq ix-xellug tal-Palazz ta' Bighi jibda jintuża mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara.", "MBAXXATUR HENRY DEGABRIELE", "7264.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk l-Ambaxxatur Henry Degabriele minn Ruma: (a) huwiex akkreditat ukoll għall-Isvizzera; (b) jekk iva, ippreżentax il-kredenzjali; u (ċ) jekk ippreżentahom x'kienu d-dati eżatti tal-viżita tiegħu; minn min kien akkumpanjat; u kemm ġiet tqum lill-fondi pubbliċi din il-viżita, fil- munita tal-post u f'liri Maltin globalment u separatament għal dak li hu vjaġġ, lukandi u per diem?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.", "KUMMISSARJU GĦOLI TA' MALTA", "7265.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li l-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra, l-Eċċellenza Tiegħu is-Sur Richard Matrenza, kien Malta fl- aħħar ta' Ġunju u l-bidu ta' Lulju, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) f'liema dati eżatti s-Sur Matrenza kien Malta; (b) jekk kienx Malta fuq leave jew għax ġie msejjaħ għal konsultazzjonijiet jew għal xi raġuni oħra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Kummissarju Għoli Malti f'Londra, is-Sur Richard A Matrenza, niżel Malta fuq leave għal raġunijiet personali bejn l-Erbgħa 25 ta' Ġunju 1997 u s-Sibt 28 ta' Ġunju 1997.", "AMBAXXATI MALTIN BARRA MINN MALTA", "7266.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li l- Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2023, magħmula minni, fejn qal li waħda mill-karozzi li kien hemm fil-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra kienet Mercedes Benz 230E, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) jekk din il-karozza għadhiex proprjeta' tal-Gvern Malti; (b) jekk le, x'sar minnha; (ċ) jekk inbiegħet, il-bejgħ sarx bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Viċi Prim Ministru jew tal-Ministeru tiegħu u jekk le, x'passi se jieħu; (d) jekk inbiegħet, kemm ġabet flus, x'sar mill-flus, kienx ikun aħjar li, kif isir normalment, il-karozza nġiebet Malta; u (e) hijiex l-intenzjoni tal-Viċi Prim Ministru li jawtorizza x-xiri ta' karozza oħra għall-mission ta' Londra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "NEW YORK - EARTH SUMMIT", "7267.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna minn min kienet komposta d-delegazzjoni li mexxa għall-Earth Summit li sar fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York f'Ġunju li għadda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-delegazzjoni li jiena mexxejt għall-Earth Summit li sar fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York f'Ġunju li għadda kienet komposta kif se ngħid:", "L-Ambaxxatur George Saliba, is-Sur Victor Pace, is-Sinjorina Joanna Darmanin, is-Sinjorina Elaine Miller u Dr. Anton Tabone mill-Missjoni Permanenti ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York , is-Sur Leonard Sacco, is-Sur Pierre Hili u Dr. Simone Borg mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, il-Prof.", "Lino Briguglio mill-Fondazzjoni għall- Istudji Internazzjonali ta' l-Universita' ta' Malta u s-Sinjorina Marguerite Camilleri mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "AMBAXXATURI - KORSIJIET", "7268.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 4586 magħmula minni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna: (a) kemm intnefqu flus fil-munita tal-post u f'liri Maltin, biex jitħallsu korsijiet tal-lingwa għall-ambaxxaturi Maltin, għal kull wieħed separatament u speċifikament, bejn l-1 ta' April u t-30 ta' Ġunju, 1997; u (b) jekk tħallsux korsijiet oħra fl-ewwel tliet xhur tas- sena minbarra dawk imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4586?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATURI VICTOR CAMILLERI", "7269.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk l-Ambaxxatur Victor Camilleri minn Brussels: (a) huwiex ukoll akkreditat għal-Lussemburgu; (b) jekk iva, ippreżentax il- kredenzjali; u (ċ) jekk ippreżentahom x'kienu d-dati eżatti tal-viżita tiegħu; minn min kien akkumpanjat; u kemm ġiet tqum lill-fondi pubbliċi din il-viżita, fil-munita tal-post u f'liri Maltin, globalment u separatament għal dak li hu vjaġġ, lukandi u per diem?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-possibilita' li minn Brussels l-Ambaxxatur Victor Camilleri ikun ukoll akkreditat għal-Lussemburgu għadha taħt konsiderazzjoni kif fil-fatt qegħdin ukoll jiġu konsiderati ħatriet oħra Ambassadorjali fuq bażi mhux residenzjali.", "BAJJIET - TINDIF", "7276.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' makkinarju qed jintuża għat-tindif tal-bajjiet fil-preżent?", "Jidhirlu l-Ministru li ċertu makkinarju li jagħmel ħsara lill-bajjiet m'għandhomx jitħallew jintużaw fit-tindif ta' dawn il-bajjiet?", "Kemm huma s-sidien ta' dan l-apparat?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fil-preżent qed jintużaw gaffa, excavator u sand- sifter mekkaniku biex jitnaddfu l-bajjiet.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-gaffa u excavator, hemm il-ħtieġa li jintużaw billi wara baħar qawwi diversi bajjiet jimtlew f'daqqa bl-alka u jkun hemm il-ħtieġa li jitnaddaf ammont kbir f'qasir żmien għaldaqstant ma jkunx possibbli li jitneħħa bl-idejn.", "Is-sand sifter mekkaniku jintuża biex inaddaf ir-ramel mill-oġġetti rqaq li jkun hemm fir-ramel.", "Biex ma jintilifx ramel, dan is-sand sifter jnaddaf ir-ramel billi jgħarblu.", "Is-sidien ta' l-apparat huma tlieta.", "PULIZIJA - SEZZJONI TAT-TIFI TAN-NAR", "7277.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti nformazzjoni dwar kemm-il darba kienu msejħa l-fire engines biex jintervjenu minħabba ħruq ta' siġar jew ħażiż fil-perjodu 1/1/97 - 30/6/97?", "F'liema lokalita' kienu l-interventi li saru?", "Minn liema fire station telqu xahar b'xahar?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar, 1997, u t-30 ta' Ġunju, 1997, is-Sezzjoni tat-Tifi tan-Nar tal-Pulizija kellha 565 sejħiet minħabba ħruq ta' siġar jew ħaxix f'diversi lokalitajiet ġewwa Malta u Għawdex.", "Tabella li turi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar il-lokalitajiet, billi l-lista hija twila, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika liema lokalitajiet huwa partikolarment interessat fihom.", "HEALTH AGREEMENTS", "7320.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru taħdidiet ma' xi pajjiż dwar Health Agreements?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar Health Agreements fil-preżent qed isiru taħditiet ma' l-Isvezja, Belġju, Franza, l-Iżrael u l-Italja.", "DROGA - TRAŻŻIN", "7321.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi taħdidiet ma' xi pajjiż dwar trażżin ta' traffikar ta' droga?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infOrmat li s'issa, diġa' ntlaħaq ftehim dwar il-koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalita' organizzata ma' l-Italja, il-Libja u l-Eġittu.", "Qed isiru kuntatti u taħdidiet biex jintlaħaq ftehim simili ma' diversi pajjiżi oħra.", "INVESTMENT GUARANTEE AGREEMENTS", "7322.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa humiex għaddejjin bejn Malta u xi pajjiż ieħor taħdidiet dwar Investment Guarantee Agreements?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "BICAL - ĦLAS LILL-KREDITURI", "7323.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqagħlu jagħti ħlas il-BICAL lill- kredituri tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi pagament ieħor ill-istess kredituri?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Preżentament il-BICAL għad baqagħlu jagħti Lm1,898,925 lill-kredituri tiegħu.", "Għalissa mhux maħsub li jsiru xi pagamenti lil dawn il-kredituri minħabba li qabel iridu jiġu deċiżi ħafna kawżi legali li hemm pendenti.", "PILOTI - FTUĦ TA' SKOLA", "7334.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Wara li kienet issemmiet (anke fil-Parlament) li se tinfetaħ skola tal-piloti (bdoti), jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet din il-proposta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-iskola msemmija diġa' ilha miftuħa u qiegħda tagħti taħriġ teoretiku lill-piloti studenti.", "L-iskola se tiġi eżaminata fil-jiem li ġejjin mid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili sabiex tingħatalha permess biex tibda tagħti anke lezzjonijiet tat- titjir fuq l-ajruplani tagħha lill-istudenti.", "KUMPANNIJA LI TIBNI L-AJRUPLANI", "7335.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Wara li kien issemma (anke fil-Parlament) li kumpannija barranija li tibni ajruplani (żgħar) kienet se tiftaħ kumpannija hawn Malta, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-proposta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li d-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili ma għandu ebda informazzjoni dwar dan il-proġett.", "BAQAR/GĦOĠĠIELA - PREZZ", "7344.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6468 fejn intqal li matul l-1996 inħareġ vot għal sussidju ta' Lm450,000 biex jassigura prezz ta' Lm126/qantar għall-għoġġiela u ta' Lm80/qantar għall-baqar, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm kien l-ammont ta' sussidju li tħallas lir-raħħala; 2) kemm kien l-ammont ta' sussidju li tħallas fuq qatla ta' baqar u fuq qatla ta' għoġġiela rispettivament; 3) kemm kien l-ammont rispettiv ta' baqar u l-ammont ta' għoġġiela maqtula?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ammont ta' sussidju li tħallas fl-1996 kien ta' Lm281,083.", "Minħabba li l-laħam taċ-ċanga jinbiegħ min fuq il-linja bl-istess prezz ma' ssirx differenza bejn laħam tal-baqar u laħam ta' għoġġiela.", "GĦOĠĠIELA/BAQAR - QATLA", "7345.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' għoġġiela u ta' baqar rispettivament maqtula bejn is-snin 1981 u 1996, sena b'sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija numru 7345 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "RABA' SAQWI/RABA' BAGĦLI", "7346.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li hawn raba' saqwi u kemm hawn raba' bagħli fil-gżejjer Maltin fil-preżent kif ukoll kemm kienu l-istess ammonti għaxar snin ilu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma' naħsibx li din hija xi kwestjoni ta' kalkoli.", "Li nista' ngħid hu li l-aħħar ċensiment tal-Biedja sar fl-1990/91 u l- informazzjoni migbura qatt ma' ġiet ippubblikata għax, skond l-ufficjali tal-Ministeru ta' dak iż-żmien, l-informazzjoni miġbura ma' kenitx ta' min joqgħod fuqha.", "Skond l-aħħar ċensiment ippubblikat, dak ta' l-1986, l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hi:", "Raba' saqwi 664 etteri Raba' bagħli 9878 etteri.", "ANZJANI - COMPUTER LITERATE", "7354.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu available għall- anzjani f'pajjiżna sabiex jingħataw l-opportunita' jsiru computer literate?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Dipartiment għall-Istudji Għola u Edukazzjoni Adulta joffri taħriġ dwar l-użu tal-Computers.", "Dawn il-lezzjonijiet li jsiru fil-għaxija huma miftuħin għall-adulti.", "Persuna li tippossedi l-karta Anzjan tiġi eżentata milli tħallas il-miżata ma' l-applikazzjoni.", "QRATI - KAŻIJIET", "7355.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet il-Qorti sena b'sena u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena talli marru kontra l-Liġi tal-Copyright f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll breakdown tal- prodotti li jkunu ġew ikkoppjati llegalment?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma tinżammx statistika dwar dak li qed jitlob l- Onor. Interpellant.", "GĦAQDIET/KUMPANNIJI SPORTIVI", "7356.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ntgħażlu: 13-il għaqda nazzjonali; 8 għaqdiet lokali; u 2 kumpanniji meta l-Gvern qassam is-somma ta' Lm166,850 lill-għaqdiet/kumpanniji sportivi?", "Għaliex il-fondi ta' Lm135,000 li ngħataw lill-Kumitat Olimpiku Malti ngħataw fi tliet pagamenti differenti u mhux mill-bidu nett?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAL-FINANZI - TAX REBATES/GRANTS", "7360.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kummenti tal-Ministeru rigward il-proposti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, Valletta and Floriana Policies dwar tax rebates u/jew grants għal: (i) Housing Improvements Action Area (GV03) (GF03) fil-Belt u fil-Furjana; (ii) Commercial Improvement Action Area fi Triq Sant'Anna, Furjana (GF19)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ŻERRIEGĦA TAL-PATATA - IMPORTAZZJONI", "7361.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux xi sistema ta' kontroll fis- sens li l-ammont taż-żerriegħa tal-patata li tiġi mportata tkun marbuta: (i) mal-konsum lokali; (ii) ma' esportazzjoni tal-prodott meta l-istess żerriegħa tkun ipproduċiet il-frott fl-istaġun tagħha u dan dejjem bil-għan biex ma jiġix fgat is-suq?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Minn dak li ġara s-sena l-oħra ma' naħsibx li d- dipartiment kellu xi sistema ta' kontroll effettiv fuq l-ammont ta' żerriegħa tal-patata li tiġi mportata.", "Fil-fatt, is-sena l-oħra l-importazzjoni taż-żerriegħa tħalliet libera b'riżultat li ġew importati kwantitajiet ta' patata taż-żriegħ ta' diversi kwalitajiet mingħajr ma' kien hemm l-ebda ħjiel li l-prodott ta' l-istess żerriegħa seta' qatt jiġi esportat.", "Ġew importati wkoll kwantitajiet ta' patata taż-żriegħ ta' varjetajiet ġodda b'detriment għall-importazzjoni ta' żerriegħa ta' qatgħa bajda mportata mad-Dipartiment tal-Biedja.", "B'rizultat ta' dan madwar 200 tunnellata ta' patata taż-żriegħ Aran Banner ma' nbiegħux kellhom jiġu mormija.", "L-importazzjoni ta' patata taż-żriegħ mingħajr kontroll tħalliet issir mill-amministrazzjoni ta'qabel minkejja li d-Dipartiment tal-Biedja kien diġa' marbut b'kuntratt ta' tlett snin dwar il-kwantita' ta' zerriegħa tat-tip Alpha u Aran Banner li kellhom jiġi mportati.", "PIXKERIJA - ĦUT", "7362.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għall-ewwel sitt xhur (6) ta' l-1997: (i) kemm kien l-ammont (kgs) ta' ħut li ddaħħal fil-Pixkerija; (ii) kemm kien il-valur ta' dan il-prodott li jħallas lis-sajjieda; u (iii) kemm kienu l-istess figuri fl-ewwel sitt (6) xhur ta' l-1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni hi kif tidher hawn taħt:", "Użin (Kgs) Valur Lm 1996 334,879 621,905 1997 413,823 809,926", "Kif jidher minn dawn il-figuri, f' dawn l-aħħar 6 xhur kien hemm żieda ta' 78,944 kilo (+23.6%) fil-qbid ta' ħut fuq l-istess perijodu tas-sena l- oħra.", "F' dak li jirrigwarda valur, iż-żieda kienet ta' Lm188,021 jew 30.2 % fuq l- istess 6 xhur tas-sena l-oħra.", "PIXKERIJA - PRODOTTI AGRIKOLI", "7363.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għall-ewwel sitt (6) xhur ta' din is-sena: (i) kemm kien l-ammont ta' prodotti agrikoli (kgs) li ddaħħal fil-Pitkalija; (ii) il- valur tal-prodott li ġie mħallas lill-bdiewa; u (iii) kemm kienu l-istess figuri fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA:", "Kilos Lm", "Jannar-Gunju 1996 14,501,703 2,426,156 Jannar-Gunju 1997 17,413,237 2,416,157", "DJAR - KAŻ H 12541", "7364.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jiggwidani dwar l-aħħar żviluppi tal-każ tal-persuna mill- Belt li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament b'file no. H 12541 wara diversi interventi mistħoqqa u ġustifikati da parti tiegħi u tal- kollega tad-distrett Jose' A. Herrera?", "Jista' l-Ministru jfornini bl-eżitu ta' l-aħħar ipproċessar fl-applikazzjoni tiegħu u x'sar bil-postijiet li diġa' iddentifika?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant jirrigwarda Engaged Couple u għad jonqoshom ftit biex jiġu allokati.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "TAXXI INTERNI - RIFUŻJONI TA' TAXXA", "W778 L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament se jingħata r-refunds lura tat-taxxa tiegħu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma naħsibx li għandi nagħti tagħrif konfidenzjali.", "Jekk l-Onor Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer, allura t-tweġiba tingħata lilu privatamant.", "FURJANA - XAGĦRA", "W782 L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa d-dawl li hemm maqtugħ fix-Xagħra tal-Furjana?", "Meta se jsiru l-linji tal-pitch?", "Meta se jsir il-maintenance?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6730 f'Seduta Nru. 94.", "BANEK - BICAL BANK", "W793.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħidli jekk il-bord li kellu jagħmel/iwaqqaf l- ex-Ministru Lino Spiteri fuq il-każ tal-Bical Bank sarx?", "Jekk sar fiex wasal?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Bord li għalih qiegħed jalludi l-Onor.", "Membru huwa l-Bord ta' l-Appelli skond l-act 7 ta' l-Att ta' l-1995 dwar Kumpanniji Kontrollati (proċedura ta' stralc).", "Dan il-Bord ġie mwaqqaf iżda s'issa għadu qatt ma ltaqa'."]} {"filename": "19970521_070d_par.doc", "date": "1997-05-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 70 L-Erbgħa, 21 ta' Mejju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 70", "L-Erbgħa, 21 ta' Mejju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "70", "L-Erbgħa, 21 ta' Mejju, 1997", "WERREJ MINUTI 512", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 512", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 517", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-EUROCONTROL", "EUROCONTROL (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 518", "AĠĠORNAMENT 538", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 544", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 552", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 69 li saret fl-20 ta' Mejju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITA' - STIPENDJU TA' L-ISTUDENTI", "4825.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3992 u anke diskrepanzi li hemm, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm studenti li nqatgħalhom l-istipendju matul il-perjodu Ottubru - Frar?", "Kemm kienu l-istudenti li nqatgħalhom l-istipendju u mil- liema fakultajiet?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni jew raġunijiet għaliex inqatgħalhom l-istipendju?", "X'kontroll isir biex jiġu ċċekkjati li dawk l-istudenti li f'Ottubru 1996 kienu ntitolati għall-istipendju baqgħu ntitolati għalih fix-xhur ta' wara?", "Jekk student ikollu part-time job xorta jibqa' ntitolat għall-istipendju?", "Sakemm huwa permess li jaħdem bħala part-time biex student jibqa' ntitolat għall-istipendju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Id-diskrepanza fil-figuri bejn xahar u ieħor hi dovuta għall-fatt li studenti jew ikunu applikaw tard minħabba r-riżultati ta' l-eżamijiet, jew għax kellhom xi dokumenti nieqsa, jew għax temporanjament twaqqfilhom l- istipendju għax ikunu jridu jħallsu lura xi overpayment li jkun sar qabel, inkella għax ikunu irriżenjaw jew abbandunaw il-kors tagħhom.", "In-numru ta' studenti li nqatgħalhom l-istipendju għar-raġunijiet imsemmija f'paragrafu 1 kien ta' 391, imqassmin kif ġej:", "BA 25 BED 52 B COMM 50 B COMM HONS 6 BSC 18 BSC B & C 5 BSC I T 14 B ENG 50 B PSYCH 20 B E & A 45 B COMMUN 10 B A LEGAL 41 LLD 7 STH B 3 MD 4 B PHARM 23 B CH D 1 BA SOC ADMIN 7 B A THEO & HUM 3 BSC COMM THER 1 BSC NURSING 1 BSC PHYSIO 4 MA 1", "Hija l-prattika li wieħed jivverifika mal-fakulta' li student ikun qed jattendi regolarment u jagħmel progress sodisfaċenti.", "Meta jiġi nnotat li student mhux jattendi jew mhux jippreżenta xogħol mitlub minnu jew ma joqgħodx għat-testijiet jew għall-eżamijiet, il-fakulta' tinforma lill- uffiċċju ta' l-istipendji fejn tittieħed azzjoni biex jitwaqqaf l- istipendju.", "Jekk student ikollu part-time job jibqa' ntitolat għall-istipendju.", "Ir- rimunerazzjoni għax-xogħol m'għandhiex teċċedi l-ammont ta' l-istipendju imma f'każ li r-rimunerazzjoni għax-xogħol teċċedi l-ammont ta' l- istipendju, mill-istipendju jitnaqqas ammont ekwivalenti għad-differenza bejn il-ħlas għax-xogħol u l-ammont ta' l-istipendju.", "Biex student fulltime jagħmel part-time job irid ikollu permess bil-miktub mid-dekan tal- fakulta' tiegħu fejn jiddikjara li dak il-part-time job ma jtellifx l- istudju ta' l-istudent.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jagħti konsiderazzjoni għal kif qed jitqassmu l-lectures f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħinijiet?", "Qed ngħid hekk għaliex ħafna drabi qed jiġri li student ikollu lecture fit-8.00 a.m. u mbagħad jerġa' jkollu lecture ieħor fis-1.00 p.m u b'hekk ċerti studenti - uħud minnhom mid-distrett tiegħi - iridu jqumu fis-6.00 a.m. biex jattendu l-lecture tat-8.00 a.m. u jekk għal xi raġuni l-lecture ma jsirx allura dawn ikunu ħlew nofs ta' nhar sħiħ.", "Hawnhekk ta' min jgħid li għalkemm dawn l-istudenti jistgħu jmorru fil- librerija, l-ispazju li hemm huwa limitat ħafna minħabba li llum il- complement ta' l-Universita' huwa ta' 7,000 student.", "Lanqas ma jistgħu jagħmlu bħall-istudenti fil-kors tal-mediċina li jmorru jagħmlu xogħol fil- wards.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Irrid ngħid li l-mod kif jitqassmu l-ħinijiet tal- lectures huwa responsabbilta' ta' l-Universita'.", "L-Onor.", "Membru jaf li bin- numru ta' studenti li hemm fil-preżent qed ikun hemm problema ta' spazju u allura jkun hemm bżonn li jintuża l-ħin kollu possibbli.", "Jien ma naħsibx li l-istudenti jinħaqru ħafna jekk jiġu mitluba jattendu lecture fit-8.00 a.m. imma l-agħar ħaġa hija meta dawn iqumu kmieni biex jattendu għal- lecture biex imbagħad il-lecturer ma jattendix.", "Jien pero' se ngħaddi dan l-ilment għall-konsiderazzjoni ta' l-awtoritajiet ta' l-Universita'.", "PA - KIOSK F'SAN ANTON", "5054.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess dwar l-applikazzjoni tal-kiosk ta' l-injam f'San Anton u dan meta l-licensee minn dejjem kien kopert b'liċenzja?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-applikazzjoni PA 4903/96 għall-kiosk ta' l- injam f'San Anton ma tistax tkompli tiġi proċessata qabel ma l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tirċievi l-clearance mingħand id-drainage department għall- ittra li ntbagħtet fis-7 ta' Mejju 1997.", "PA - MDP", "5126.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħd fiex waslet l-applikazzjoni li l-MDP għamlet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-bini ta' dairy ġdida?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mir-records ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jidhirx li hemm applikazzjoni għal żvilupp ta' dairy ġdida.", "Mill-banda l- oħra ta' min jgħid li għal diversi snin kienu saru attentati biex jinstab sit adattat għall-MDP u fil-fatt riċentement reġa' kien hemm kuntatt bejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u d-direttorat ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex jinstab sit xieraq għal din id-dairy.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għalkemm mir-risposta jidher li f'dan ir-rigward m'hemm l-ebda applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' pero' jagħti l-każ li hemm xi outline application li kienet ġiet sottomessa żmien ilu dwar sit li hemm quddiem l-Għammieri u li l-Gvern stess kien identifikah għall-iżvilupp ta' dairy?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nistqarr li m'iniex f'pożizzjoni li nirrispondi għal din il-mistoqsija off the cuff.", "Mill-informazzjoni li għandi hawnhekk jirriżulta li kien hemm kuntatt mill-ġdid bejn id- Dipartiment ta' l-Agrikoltura u d-direttorat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinstab sit għal din id-dairy.", "L-Onor.", "Membru probabbilment qed jirriferi għal xi applikazzjoni li forsi ilha hemmhekk, imma fil-każ nixtieq li ssirli mistoqsija speċifika ħalli nkun nista' nagħtih l- informazzjoni meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea:.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk il-Ministru jitlobni nagħmel din id-domanda bil-miktub jien lest nagħmilha pero' s-sit speċifiku li qed nirriferi għalih huwa proprju dak li hemm quddiem l-Għammieri u li għal snin twal kien jagħmel parti mis-Central Supplies li kien jaqa' taħt id- Dipartiment tat-Teżor.", "Fiż-żmien l-amministrazzjoni l-oħra dan is-sit kien ġie identifikat għal dan l-iskop u safejn naf jien il-Malta Dairy Products għamlet outline application biex f'dak il-post isir dan it-tip ta' żvilupp.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam, Speaker, jien la qed neskludi u lanqas qed nikkonferma dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru għax kif diġa' għidt bħalissa jien m'iniex f'pożizzjoni li nagħti din l-informazzjoni, pero' jekk jagħmel din il-mistoqsija bil-miktub inkun nista' nagħtih l-informazzjoni mitluba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, peress li r-residenti tal- Ħamrun ilhom diversi xhur jilmentaw dwar diversi nuqqasijiet min-naħa ta' l- MDP - fost l-oħrajn li hemm ħafna vetturi li huma unserviceable kif ukoll li hemm ammont ta' skart - jista' l-Ministru jieħu passi sabiex l-MDP tneħħi dawn l-affarijiet li jistgħu jġibu magħhom mard u problemi oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, napprezza jekk l-Onor. kollega jagħmel dawn ir-rapporti lill-pulizija, lill-kunsill lokali u lil awtoritajiet l-oħra direttament kkonċernati.", "Dan qed ngħidu għax il-liġi fil-fatt tagħti l-poter lill-pulizija biex ineħħu vehicles abbandunati u fir-rigward ta' affarijiet li jġibu l-irwejjah wieħed għandu jaqbad mad- Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll mal-kunsill lokali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, pero' l-vehicles huma ta' l- MDP stess.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien naħseb li meta tiġbdilhom l- attenzjoni li xi ħaġa m'hijiex skond il-liġi, l-pulizija jridu jieħdu azzjoni kemm jekk il-vetturi jkunu ta' l-MDP - jew ta' xi dipartiment tal- gvern - kif ukoll jekk ikunu tal-privat.", "Għalkemm l-MDP ma taqax taħti jien xorta se nieħu nota ta' dan li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant u se nara x'jista' jsir dwaru.", "XEMXIJA - TISWIJIET TA' TOROQ", "5144.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex fl- Erbgħa, 30 ta' April, 1997 ingħalqet it-triq tax-Xemxija li tagħti għall- bypass?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex min kien qed jagħmel dan ix-xogħol ma poġġa l-ebda sinjal li jindika li t-triq kienet magħluqa kollha, bil- konsegwenza li numru ta' karozzi kellhom jerġgħu jduru lura biex jaqbdu l- bypass mit-tarf l-ieħor?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha twettaq xogħlijiet fuq devjazzjoni ta' mains fl-inħawi ta' madwar l-Olympic Gardens peress li xi żmien ilu kienu għaddew main ta' l-ilma fil-fond u allura kellu jitwettaq dan ix-xogħol sabiex f'każ ta' telf ta' ilma minn dan il-main jiġi evitat li ssir ħsara lil dan il-ġnien.", "It-triq ingħalqet taħt is-sorveljanza tal-pulizija u dan l-għeluq affettwa lit-traffiku kollu b'eċċezzjoni għat-trasport pubbliku.", "Dan l- inkonvenjent seħħ għal ftit sigħat sakemm għaqad it-tarmac li ngħata lil din il-parti tat-triq.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena nifhem li kultant ikun hemm il- bżonn li ċerti toroq jingħalqu minħabba xogħlijiet li jkunu qed isiru pero' naħseb li jkun xieraq li fejn triq tkun se tingħalaq jitwaħħlu sinjali tat- traffiku adegwati.", "F'dan il-każ il-karozzi li kienu ġejjin minn San Pawl il- Baħar għax-Xemxija kellhom jerġgħu jduru u jmorru lura biex jaqbdu l- bypass.", "Jien naħseb li f'dan il-każ wieħed seta' faċilment evita dan l- inkonvenjent kieku ngħata indikazzjoni minn qabel.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien ma nafx jekk il-każ kienx kif qed jingħad jew le pero' jiena naqbel li l-affarijiet għandhom isiru bħalma qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "Ix-xogħlijiet fit-toroq għandhom isiru b'ċerta serjeta' u jien naħseb li wasal iż-żmien li min hu responsabbli għandu jara li dawn l-affarijiet ma jibqgħux iseħħu.", "MALTA RACING CLUB - KAMPJONAT TAT-TROTT", "5256.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-1998 hux se jiġi organizzat f'Malta il-kampjonat tat-trott għal professjonisti?", "Jekk ir- risposta hija fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid għaliex se jiġri dan u jekk jaqbilx ma' din id-deċiżjoni tal-Marsa Racing Club?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għalkemm il-kumitat il-ġdid tal-Malta Racing Club sab dejn ta' aktar minn Lm200,000, xorta waħda fis-sena 1998 beħsiebu jorganizza l-kampjonat għal sewwieqa professjonali li ġie fdat lilu mill- Unjoni Ewropea tat-Trot.", "Għal dan il-għan il-kumitat diġa' beda jaħdem fuq l-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment, kif ukoll biex isib sponsors ħalli jkopri dawn l- ispejjeż.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Madam Speaker, minkejja dan id-dejn li kien hemm, fi żmien l-amministrazzjoni ta' qabel kien hemm il-ħsieb li l-korsa l- antika tal-Marsa tiġi rranġata biex id-dilettanti taż-żwiemel ikunu jistgħu jużawha għat-tlielaq biex b'hekk dawn it-tlielaq ma jibqgħux isiru fit- toroq.", "Hemm xi ħsieb li jsir xi ħaġa f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il- mistoqsija bil-miktub biex b'hekk inkun nista' nagħtih it-tagħrif mitlub.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "5336.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li f'diversi stqarrijiet li għamel is- Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Joe Cilia ntqal li sab ħsarat fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx it-tiswija meħtieġa u kemm sewa dan ix-xogħol?", "Jista' l-Ministru jiżgura li t-tiswija li saret hi waħda permanenti u li xogħol huwa ta' kwalita' għolja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-31 ta' Jannar, 1997 ġie maħtur acting management committee li l-inkarigu tiegħu kien jinkludi, fost affarjiet oħra, li fi żmien erba' xhur iħejji rapport fuq dan il-kumpless sportiv li jinkudi l-pixxina nazzjonali.", "Il-Perit Anthony Satariano għadu għaddej bit- tħejjija ta' dan ir-rapport.", "Fost it-tiswijiet li saru fil-pixxina kien hemm dak ta' replacement ta' madum maqlugħ, xogħol fuq id-deck biex ineħħi l-periklu li kien hemm għal min juża l-pool, bdil ta' żewġ heat exchangers tube batteries, kif ukoll qed jittieħdu l-passi biex jinxtraw żewġ heat exchangers tube batteries oħra biex jinbidlu aktar tard matul din is-sena.", "Barra minn hekk sar xogħol ta' plumbing biex jissewwew il-leakages li kien hemm fix-shower rooms.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Madam Speaker, fi żmien l-aħħar amministrazzjoni l-ex-pixxina nazzjonali ta' Wied il-Għajn kienet għaddiet, semi-uffiċjalment, lill-kumitat tal-waterpolo club ta' Wied il-Għajn.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhija s-sitwazzjoni preżenti f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, niftakar li dan it-tagħrif ingħata diġa' meta dan l-aħħar kelli xi mistoqsija bil-miktub dwar l-istess suġġett.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant irid jaġġorna ruħu fuq din is- sitwazzjoni nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub.", "PROPRJETA' SKEDATA", "5373.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għan-notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 303 dwar skedar ta' proprjeta', jista' l-Ministru jfisser għaliex sar dan it-tibdil fil-pjanti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru.5564.", "SKEJJEL - GĦAJNUNA MEDIKA", "5491.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistqosija parlamentari numru 4136 u peress li n-numru ta' inċidenti fl-iskejjel jidher li huwa numru għoli ħafna - f'199 każ kellu jissejjaħ tabib jew kellha tingħata attenzjoni medika - jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġraw waqt il-break ta' filgħodu u ta' nofs inhar rispettivament?", "Se jittieħdu xi miżuri biex titjieb is-supervision waqt dawn il-breaks?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta niftakru li f'kull ġurnata skolastika jattendu fl-iskejjel primarji, sekondarji u tas-snajja' 'l fuq minn 50,000 student, naħseb li wieħed jibda japprezza li s-superviżjoni għal waqt il- breaks fil-fatt hija waħda adegwata.", "Madam Speaker, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, peress li hemm diversi skejjel governattivi li bħala playground space m'għandhomx surface area adegwata, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir sabiex jipprova jsolvi din il-problema?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, dan li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant jiddependi mill-post fejn tkun tinstab l-iskola pero' aħna napprezzaw kull suġġeriment li jista' joffri l-Onor.", "Membru dwar kif nistgħu nipprovdu spazju għal dawk l-iskejjel li la għandhom bitħa u lanqas recreation area.", "Peress li kien hemm skejjel li wrew xewqa li jkun hemm playing area fuq il-bejt ta' l-iskola, aħna ħadna l-parir ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-periti li għandhom x'jaqsmu mal-bini ta' l-iskejjel u dawn qalulna li ma jkunx għaqli li nagħmlu playing areas fuq il-bjut ta' l-iskejjel għax noħolqu aktar perikli minn dawk li qed nipprovaw nevitaw.", "Waħda mir- raġunijiet li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tindikalna hija li, fil-każ ta' skejjel li ħdejhom hemm spazji miftuħa jew spazji li diġa' qed jintużaw bħala faċilita' rikreattiva u sportiva, kemm jista' jkun m'għandhomx jittieħdu għall-bini imma b'xi mod jew ieħor għandna nagħmluha aċċessibbli biex it-tfal għallinqas ikollhom fejn iqattgħu ftit mill-ħin ħieles tagħhom.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħadu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "L-ewwel rapport annwali ta' l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman għall-perijodu bejn il-31 ta' Lulju, 1995 u l-31 ta' Diċembru 1996.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 65 ta' l-1997 - Ordni ta' l-1997 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxa fuq l-Income) (Rumanija); u", "Informazzjoni dwar bini ta' substations ġodda ta' l-Enemalta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5570.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar id-dħul ta' pazjenti fl-Isptar San Luqa u t- trasferiment tagħhom għar-Residenza San Vincenz de Paule, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5513.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-kuntratt li għandu l-Personal Driver/Security Officer fil- Ministeru tal-Biedja u Sajd, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5108.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Mozzjonijiet.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-EUROCONTROL", "EUROCONTROL (AMENDMENT) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech, jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Eurocontrol.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, l-għan li għalih qed inressqu dan l-abbozz ta' liġi huwa sabiex id-Department of Civil Aviation ikun jista' jistabilixxi rata ta' imgħax li tkun ogħla minn 8% għal pagament tardiv ta' ħlasijiet en route li jsiru mill-ajruplani.", "Ir-route charges system tal- Eurocontrol hija sistema mħaddma mis-central route charges office ta' l- organizzazzjoni li permezz tagħha ssir talba waħda għall-ħlas għal kull titjira mingħand dawk li jużaw l-ispazju ta' l-ajru tal-pajjiżi membri.", "Fil-prattika din tfisser li, per eżempju, għal titjira ta' l-Air Malta bejn Malta u Londra is-CRCO tikkalkula r-route air navigation charge li tkun trid tħallas lil kull pajjiż membru tagħha - għalkemm l-ajruplan jgħaddi minn fuq xi erba' pajjiżi ċ-charge jitħallas darba biss - tagħmel talba waħda lill-Air Malta u mbagħad l-CRCO tqassam dawk il-ħlasijiet lill- pajjiżi konċernati.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dawk l-ajruplani li jgħaddu minn fuq Malta.", "Hawn ta' min jgħid li dawn it-titjiriet jiġu trasmessi elettronikament lis-CRCO skond kalendarju ta' trasmissjoni fejn kull Stat irid jirraporta t-titjiriet li jitilqu mill-ajruporti tiegħu, it- titjiriet li jaslu minn pajjiżi li m'humiex membri, kif ukoll dawk it- titjiriet li jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jinżlu għandu.", "Madam Speaker, biex pajjiż ikun jista' jipparteċipa fir-route air navigation charge ta' l-Eurocontrol l-ewwel irid jiffirma l-multilateral agreement relating to route charges li kien daħal in vigore fl-1 ta' Jannar ta' l-1986.", "Fil-fatt Malta daħlet fil-konvenzjoni tal-Eurocontrol u fil- multilateral agreement relating to route charges fl-1 ta' Lulju ta' l-1986 filwaqt li fl-1 ta' Jannar ta' l-1990 bdiet tipparteċipa fir-route air navigation charge.", "Bejn l-1990 u l-1996, Malta rċeviet madwar ¥17 miljun mingħand il-Eurocontrol bħala route charges filwaqt li din is-sena huwa mistenni li ndaħħlu madwar ¥2.9 miljun.", "Pajjiżi oħra li jippartiċipaw fir- route charges system huma l-Belġju, Lussemburgu, il-Ġermanja, Franza, l- Ingilterra, l-Olanda, l-Irlanda, l-Isvizzera, il-Portugall, l-Awstrija, Spanja, il-Greċja, it-Turkija, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, in-Norveġja, id- Danimarka, is-Slovenja, l-Isvezja, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka.", "Is-somma li s-CRCO titlob li titħallas f'isem il-pajjiżi membri tammonta għal miljuni kbar ta' liri u fil-fatt għall-perijodu bejn Jannar u Diċembru ta' l-1996 din telgħet għal ¥2,867 miljun.", "Ċertament li l-ġbir tar-route charges huwa wieħed mill-għanjiet prinċipali tas-CRCO u nżid ngħid li l-kumpanniji ta' l-ajru huma obbligati li jħallsu fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-kont.", "Ta' min jgħid li sa ftit ta' żmien ilu ma kien hemm ebda inċentiv għall-kumpanniji ta' l-ajru biex iħallsu dawn il- kontijiet fiż-żmien stipulat.", "Għall-pajjiżi membri dan in-nuqqas kien ifisser telf ta' imgħax u possibbilment anke problemi ta' cash flow, kif ukoll djun li probabbli jibqgħu ma jinġabrux.", "Il-problema dwar id-dewmien fil-ħlas ta' kontijiet ġiet indirizzata mill- enlarged committee for route charges f'Diċembru ta' l-1994 li sarulu rakkmandazzjonijiet biex jiġu mposti nteressi fuq ħlasijiet li jsiru tard.", "Wara din id-deċiżjoni - jiġifieri fl-1 ta' Jannar ta' l-1995 - ġie ntrodott l-interest on late payment bir-rata ta' 9.25%, liema rata niżlet għal 8.69% fl-1996 u għal 7.27% fl-1997.", "Din ir-rata hija bbażata fuq sitt xhur mal-London Interbank offer rate miżjuda bi tliet punti.", "Wara t-tibdil fil- Eurocontrol Act, is-civil aviation route charges for navigation services regulations ta' l-1989 - li permezz tagħhom Malta tosserva l- kondizzjonijiet tar-route charges system - se jkollhom jinbidlu wkoll biex ikopru l-interess u l-late payment tar-route charges dovuti lil Malta.", "Dan qegħdin nagħmluh għaliex bħala firmatarji ta' din il-konvenzjoni aħna konna qegħdin insibuha diffiċli u kellna nitħabtu biex niġbru l-flus.", "Peress li konna qegħdin nirċievu l-ħlasijiet tard, konna qegħdin nitilfu mill-imgħax b'detriment kemm għall-amministarazzjoni ta' l-ajru tagħna - in charge minnu d-DCA - kif ukoll għalina, għax filwaqt li aħna konna nħallsu fil-ħin għaċ-charges dovuti lill-pajjiżi li tagħhom nużaw l-airspace, konna qegħdin inbatu biex niġbru ċerti ħlasijiet dovuti lilna minn pajjiżi oħra through the Eurocontrol system.", "Madam Speaker, aħna qed nipproponu din l-emenda għall-approvazzjoni ta' dan il-Parlament kemm għax hija bżonnjuża għal Malta kif ukoll għax qegħdin niġu mitluba mill-Eurocontrol biex aħna niġu in line mal-pajjiżi l-oħra.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol li daħal in vigore wara li Malta saret parti minn ċerti konvenzjonijiet, partikolarment il-Konvenzjoni dwar il- Koperazzjoni għas-Sigurta' fin-Navigazzjoni ta' l-Ajru u l-protokolli addizzjonali ta' l-1970, 1978, 1981 u oħrajn.", "Qed nagħmel riferenza għal dan għaliex fost l-għanjiet ewlenin ta' din il-konvenzjoni hemm il-ġbir tat- tariffi dovuti lejn il-pajjiżi firmatarji, jiġifieri l-contracting parties.", "Malta hija waħda minn dawk li rratifikat din il-konvenzjoni, jiġifieri Malta din għamlitha b'liġi.", "Artiklu 2 ta' din il-konvenzjoni jgħid li l-Eurocontrol għandha tistabilixxi sistema biex tiġbor iċ-charges li għandhom jiġu mposti fuq dawk li jagħmlu użu mill-airspace u għal dan il-għan, kif qal tajjeb il- Ministru, hemm is-central route charges office li qiegħed Brussels.", "Kull pajjiż membru ta' din il-konvenzjoni għandu l-obbligu li jinforma lil dan l- uffiċċju b'dak li hu jaħseb - ovvjament mill-informazzjoni li jkollu dwar l- ajruplani li jkunu użaw il-faċilitajiet tiegħu - li huwa due lilu.", "Dan huwa fattur importanti għax jekk ma jkollokx koperazzjoni internazzjonali ma tistax tiġbor dawn l-ammonti kbar ta' flus.", "Is-sena l-oħra minn dak li hu dovut lilna ġbarna kważi Lm1.8 miljun u ovvjament iktar ma jikber it- traffiku iktar ikollna x'niġbru.", "Artiklu 6 ta' l-Att dwar il-Eurocontrol jgħid b'mod ċar li l-ministru responsabbli - f'dan il-każ il-Ministru Joe Debono Grech - jista' jagħmel regolamenti biex ikun jista' jiffaċilita dak li hu dovut lilna minn dawn ir- route charges.", "Iżda meta wieħed jifli Artiklu 6, li llum qegħdin nemendaw, isib li dan għandu ingredjent nieqes li jirrigwarda dawk il-ħlasijiet li ma jsirux in time.", "Dan għaliex sakemm wieħed iħallsek wara 30 ġurnata kollox sew, imma mbagħad mhux sew li kumpanniji kbar ta' l-ajru ma jħallsux fil-ħin, speċjalment jekk dan jagħmluh biex jieħdu vantaġġ minnek.", "Tajjeb li ngħidu li teżisti a permanent commission, li nistgħu ngħidu li hija l-gvern jew aħjar l-executive body ta' din il-konvenzjoni.", "Il-voting power ta' membru ta' din il-konvenzjoni jkun b'saħħtu skond kemm ikun il- persentaġġ tiegħu meta mqabbel mal-persentaġġ globali ta' dak li ddaħħal il- Eurocontrol.", "Skond il-konvenzjoni, jekk ikollok 1% allura l-voting power tiegħek ikun ta' vot wieħed; jekk minn 2% jitla' sa 3% allura l-voting power tiegħek jitla' għal tliet voti; u jekk dan jitla' għal 4.5% ikollok ħames voti.", "Din il-kummissjoni tista' tagħmel regolamenti biex tistabilixxi l-mod kif se tirregola l-ġbir ta' dak li hu dovut lejn il-contracting parties, jiġifieri lejn dawk il-pajjiżi li huma parti mil-konvenzjoni.", "Fil-fatt, kif qal tajjeb il-Ministru, taħt is-Second Schedule ta' din il-konvenzjoni hemm il-multilateral agreement li jitkellem fuq dak li għandu x'jaqsam ma' route charges.", "Din ix-schedule tgħid li l-kummissjoni - li Malta tagħmel parti minnha għax għandha ċertu voting power - tista' tistabilixxi jew tgħolli r-route charges li huma dovuti lejn il-pajjiżi u li dawn għandhom jiġu collected mill-Eurocontrol as a single charge per flight.", "Jekk il- liġi tagħna ma tkunx qegħda in line ma' l-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fil-kamp internazzjonali taħt dawn il-konvenzjonijiet, allura aħna nkunu qegħdin fi żvantaġġ meta niġu biex nibbenefikaw minn dak li nistgħu nieħdu.", "Il-kummissjoni ta' l-Eurocontrol tista' tistabilixxi li dawk il-pajjiżi li jdumu aktar minn 30 ġurnata biex jagħtuha l-flus jibdew jeħlu interessi ta' 8%, 9%, 10% u anke ta' 11%, u jekk ma nagħmlux regolament għal dan ir- rigward legalment aħna ma nkunux f'pożizzjoni li niġbru d-dues dovuti lilna bl-interessi.", "GĦalhekk klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hija importanti għal dawk il-każi fejn hemm pajjiżi li għad iridu jħallsuna, kif fil-fatt għad hemm.", "Hawn ta' min jgħid li, minn informazzjoni li għandna, l-Eurocontrol preżentement qed timponi rati iktar għolja minn 8% u għalhekk we have to keep abreast ma' dan l-iżvilupp biex b'hekk niġbru wkoll l-interessi skond dan il-ftehim internazzjonali.", "Din il-klawsola hija importanti għax tirrigwarda r-revenue tal-pajjiż u allura għandna nemendaw l-Att dwar il-Eurocontrol ħalli nkunu nistgħu ndaħħlu iktar flus.", "Madam Speker, din l-organizzazzjoni twaqqfet 30 sena u minn dak iż-żmien 'l hawn għamlet ħafna progress.", "Fil-fatt, throughout all these years, l- Eurocontrol baqgħet tittratta b'mod serju u fuq bażi long-term l-bżonnijiet futuri fit-teknoloġija tat-traffiku ta' l-ajru.", "Biex jinġabru l-flus illum m'għadhiex tintuża s-sistema tradizzjonali - il-Ministru għamel sew li aċċenna għal din is-sistema - fejn il-pajjiżi membri li jkunu għadhom ma ħallsux jingħataw 30 ġurnata ċans to settle their dues, imma peress li llum it-traffiku ta' l-ajru tant kiber u tant qed isir negozju f'dan il-qasam wieħed bilfors irid jaġġorna s-sistema ta' kif jiġu miġbura dawn il- ħlasijiet.", "Ma jistax ikun li pajjiż jinvesti fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili, li jinvolvi investiment kbir, biex imbagħad ma jiġborx il-flus dovuti lilu u allura hemm bżonn li wieħed jaġġorna is-sistema għal dan ir- rigward.", "GĦalhekk huwa tajjeb li fi Brussels hemm is-central route charges office ta' l-Eurocontrol biex jieħu ħsieb jiġbor il-ħlas dovut lilna, għalkemm tajjeb ngħidu wkoll li l-liġi nnifisha ma teskludix il- possibbilta' li pajjiżna jiġbor flusu hu stess jew xi flus dovuti lil xi pajjiż ieħor.", "Fil-fatt, għalkemm Artiklu 6 jagħti delegated power lill- uffiċċju tas-CRCO, dan l-artiklu jgħid ukoll li f'dak li huwa ħlas il- ministru jista' jagħmel regolamenti biex jitlob li jsiru l-ħlasijiet dovuti u f'Subartiklu (2) ta' Artiklu 6 insibu wkoll li aħna nistgħu nieħdu azzjoni bil-qorti kontra xi operatur ta' l-ajru jew kontra xi sid ta' ajruplan li jkun għadu ma ħallasx il-levies u r-route charges dovuti.", "F'każ bħal dan l-operatur ikun responsabbli in solidum, jiġifieri jkun irid jagħmel tajjeb għal dak kollu mitlub lilu.", "Madam Speaker, għalhekk jien inħoss li din l-emenda hija waħda f'postha għax qed iżommna abreast ma' l-iżvilupp internazzjonali għal dak li għandu x'jaqsam ma' route charges billi tagħmilha possibbli li f'każ li jsiru xi ħlasijiet b'lura r-rata ta' imgħax tkun tista' taqbeż 8%.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, meta llum wieħed jisma' lill-Ministru u lill-Onor.", "Anġlu Farrugia bilfors li jieħu pjaċir jinnota li fl-aħħar mill-aħħar dak li f'pajjiżna beda bħala kontroversja spiċċa biex illum hawn qbil fuqu miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Qed ngħid dan għax meta fl-1989 ġejna hawn biex nirratifikaw din il-konvenzjoni d-diskussjoni mhux biss ħadet fit- tul mil-lat ta' ħin imma talli n-naħa l-oħra kienet xettika għall-aħħar u beżgħana mill-konsegwenzi tar-ratifika.", "Imma illum, tmien snin wara, qed nirrealizzaw li quddiemna għandna sitwazzjoni differenti għal kollox u li min kien ressaq din il-konvenzjoni għar-ratifika tal-Parlament fil-fatt kellu raġun.", "Madam Speaker, kif jgħidu r-raġun jagħtihulek iż-żmien u fil-fatt jien ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Anġlu Farrugia jitkellem dwar l-oġġettivi long-term ta' din l-organizzazzjoni, kif ukoll dwar il-fatt li din hija organizzazzjoni serja ħafna.", "Minn mindu twaqqfet, jiġifieri fl-1960, din l- organizzazzjoni kompliet tiżviluppa u tespandi l-influwenza tagħha b'mod li iktar pajjiżi waslu biex jirratifikaw il-konvenzjoni.", "Fil-fatt il-Gvern Nazzjonalista ressaq din il-konvenzjoni għar-ratifika tal-Parlament għax minn dak iż-żmien kien diġa' fehem u apprezza li l-Eurocontrol hija organizzazzjoni serja li tagħti direzzjoni u li toffri diversi benefiċċji lil min jissieħeb fiha.", "Tant hu hekk, li fl-introduzzjoni tiegħu il- Ministru qal li mill-1990 sa llum pajjiżna daħħal Lm17.7 miljun fi ħlasijiet dovuti minn diversi kumpanniji internazzjonali.", "Bla dubju ta' xejn meta wieħed jinkwadra id-dħul fil-pożizzjoni finanzjarja u ekonomika ta' pajjiżna jkollu jammetti li dan huwa ammont sostanzjali u jiġġustifika l-pass li kien ħa Gvern Nazzjonalista fl-1989.", "Madam Speaker, irrid ngħid mill-bidu nett li din in-naħa tal-Kamra taqbel ma' l-emenda li llejla għandna quddiemna għax, safejn naf jien, dan l- abbozz ta' liġi kien ġie ppreparat minn qabel l-aħħar elezzjoni.", "Anke kieku għall-argument dan l-abbozz ta' liġi kien frott ix-xogħol ta' Gvern Laburista, aħna xorta waħda konna naqblu ma' din l-emenda għax fl-aħħar mill-aħħar din qed tagħti l-possibbilta' li r-rata ta' imgħax tkun ogħla minn 8% u allura din il-miżura żgur li se tfisser dħul akbar.", "Madam Speaker, forsi hawn tajjeb li nfakkar lill-Kamra li meta konna ġejna biex nirratifikaw din il-konvenzjoni għan-naħa tal-Gvern kienu tkellmu l-Onor.", "Eddie Fenech Adami u Ray Bondin, filwaqt li għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni kien hemm sensiela ta' kelliema, fosthom l-Onor.", "Leo Brincat, l-Onor.", "Tony Nicholl, l-Onor.", "Alfred Sant, l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona, l-Onor.", "John Attard Montalto, l-Onor.", "Dom Mintoff, l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici u l-Onor.", "Ġuże' Cassar.", "X'ħin wieħed jara d-diskorsi kollha li saru minn naħa tal-Partit Laburista jsib li kien hemm linja waħda, fis- sens li kollha qalu li pajjiżna kien se jitlef parti mis-sovranita' tiegħu.", "Kien intqal ukoll li pajjiżna se jkun servili lejn in-NATO, kif ukoll li aħna konna se naċċettaw kondizzjonijiet li ħaddieħor ried ibellgħalna għal skopijiet tiegħu.", "Imma r-realta' urietna mod ieħor u dan huwa evidenti anke mill-fatt li llum għandna din l-emenda quddiemna.", "In- naħa l-oħra ndunat - anke jekk s'issa m'ammettewx u ma naħsibx li se jammettu pubblikament - li dak inhar kellhom żball u li d-deċiżjoni li konna ħadna li nirratifikaw din il-konvenzjoni kienet waħda tajba.", "Għadni niftakar lill-Onor.", "Fenech Adami jitkellem b'mod ċar dwar il-benefiċċji li Malta takkwista mir-ratifika tal-konvenzjoni, jiġifieri kemm bħala dħul finazjarju dirett kif wkoll bħala opportunita' ta' taħriġ bla ħlas għal min għandu x'jaqsam ma' dan it-tip ta' xogħol.", "Dan it-taħriġ kien u għadu importanti għal dawk li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol u fil-fatt kien hemm diversi nies li bbenefikaw minn dan it-taħriġ b'xejn.", "Fl-1989 kien hemm min staqsa kif jista jkun li d-dħul jiżdied b'ammont hekk sostanzjali, jiġifieri li fejn qabel kien hemm dħul ta' xi Lm130,000 f'daqqa waħda dan kien se jiżdied għal bejn wieħed u ieħor Lm1 miljun fis- sena.", "Jekk taqra' d-dibattiti twal ta' dak inhar tara li kważi l-kelliema kollha li kienu fuq in-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista staqsew kif seta' jkun hemm din iż-żieda kollha jekk mhux għal raġuni waħda, li kien se jkun hemm xi żieda enormi fin-numru ta' ajruplani li jidħlu fl-ispazju ta' l- ajru tagħna.", "Madam Speaker, kien hemm ukoll min qal li din il-qabża sostanzjali fid-dħul kienet tfisser rati ogħla għal-linji ta' l-ajru u allura beda jistaqsi b'kemm se jiżdiedu dawn il-ħlasijiet u x'kien se jkun l-effett ta' dan fuq it-turiżmu.", "Kienu ħafna li qajmu dan il-punt mingħajr ma fehmu - jew aħjar mingħajr ma riedu jifhmu, almenu pubblikament - li permezz ta' din il-konvenzjoni aħna konna se nibbenefikaw aktar mill-ħlas ta' l-ajruplani li jgħaddu mill-ispazju tagħna.", "Madam Speaker, fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħu l-Ministru Debono Grech qal li hemm grupp ta' nies apposta biex jaraw li jitqassmu l- ħlasijiet dovuti lill-pajjiżi li huma membri ta' din il-konvenzjoni.", "Fil- fatt, argument ieħor li qed niftakar li kien issemma diversi drabi fid- diskussjoni parlamentari dwar din il-konvenzjoni kien li Malta għandha flight information region pjuttost kbir għad-daqs tagħha.", "Matul is-snin li għaddew aħna rnexxielna minn sena għal sena nżidu l-ammont ta' flus li ndaħħlu minn dan is-sors u hawn biżżejjed ngħidu li filwaqt li fl-1989 tħallasna s-somma ta' Lm130,000, fl-1990 din is-somma telgħet għal Lm1.3 miljun u din baqgħet tiela' sakemm fl-1993 laħqet Lm3.7 miljun - għalkemm hawn irrid ngħid li dik is-sena rċevejna ħlasijiet li kienu dovuti għas- snin ta' qabel - biex fis-snin ta' wara dan l-ammont stabilixxa ruħu għall- ammont ta' Lm2.7 miljun fis-sena, li jfisser, bejn wieħed u ieħor, 20 darba iktar milli konna ndaħħlu mill-istess sors qabel l-1989.", "Għalhekk wieħed irid japprezza dan l-avvanz li ġabet magħha matul dawn l-aħħar snin din l- adezjoni tagħna u dan mingħajr ma ġiet mittiefsa s-sovranita' ta' pajjiżna, mingħajr ma ġiet affettwata l-politika barranija ta' Malta, mingħajr ma dħalna f'rabta akbar milli kien hemm qabel l-1989 fir- relazzjonijiet tagħna man-NATO u mingħajr ma ġew imposti fuqna kondizzjonijiet minn xi alleanza militari.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk nirriferi għal xi wħud mid-diskorsi li kienu għamlu diversi kelliema matul id-diskussjoni li kienet saret dak inhar, fosthom l-Onor.", "Brincat li kien qal li għalkemm ma riedx jallarma lill- poplu wieħed għandu jaċċetta s-sitwazzjoni li ġeografikament Malta qiegħda ftit mili biss 'l bogħod minn waħda mill-ikbar konċentrazzjonijiet ta' air bases li għandha n-NATO.", "L-Onor.", "Brincat kien kompla l-argument tiegħu billi qal li peress li aħna żgħar konna se nsibuha diffiċli biex insibu postna f'din l-organizzazzjoni, liema organizzazzjoni qalilna l-Onor.", "Membru hija ta' \"theddida kbira għal pajjiżna\".", "Matul din id-diskussjoni l- Oppożizzjoni kienet immirat il-kritika l-aktar qawwija tagħha bejn in-NATO.", "Tant kien hawn oppożizzjoni qawwija fil-Parlament għal din il-liġi li, minbarra li kienu ħadu kważi l-ħin kollu disponibbli matul tliet seduti, in- naħa l-oħra kienet ħasset il-bżonn li ssejjaħ division għax beżgħet li jekk pajjiżna jkun membru ta' din l-organizzazzjoni seta' jkun hemm konsegwenzi negattivi.", "Kienu anke jgħidu li konna se nkunu servili lejn xi potenzi u għaqdiet barranin, fosthom lejn l-Unjoni Ewropea, għax kienu jaħsbu li jekk aħna nkunu membri ta' l-Unjoni se nkunu kontinwament servili billi nobdu d- direttivi li jiġu minn Brussels.", "Pero' fil-verita' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien qed iħares kontinwament lejn l-interessi ta' pajjiżna, kif wara kollox għadu jagħmel sa llum mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni.", "Fil- verita' ż-żmien ta raġun lill-Gvern Nazzjonalista għax illum kulħadd jirrikonoxxi li d-deċiżjoni li kienet ħadet din in-naħa tal-Kamra kienet waħda tajba.", "Nifhem li l-emenda li għandna quddiemna jista' jkollha ċerta importanza f'dak li għandu x'jaqsam ma' dħul ta' flus imma m'hijiex xi emenda ta' sinifikat qawwi.", "L-importanti huwa li llum kulħadd jirrealizza li din il-liġi hija tajba u li għandna nkomplu nħaddmuha.", "Jien nieħu pjaċir li l-Gvern preżenti jidher li nesa l-kritika kollha li għamel fl-1989 u llum qed iħares lejn il-Eurocontrol Convention bħala mezz ta' dħul ekonomiku u ta' ġid għall-pajjiż.", "Madam Speaker, it-training tal-ħaddiema f'dan il-qasam huwa importanti għax ikunu jistgħu jaġġornaw ruħhom bl-iżviluppi li jkunu qed iseħħu f'dan is-settur.", "Ċertament li hawn irridu nżommu quddiem għajnejna li f'dan ix- xogħol ma nistgħux naffordjaw li jsiru żbalji - għall-grazzja t'Alla f'Malta l-inċidenti ta' l-ajru huma rari jekk mhux ineżistenti - għax f'każ ta' inċident il-konsegwenzi jbatihom mhux biss l-individwu imma jbatuhom ukoll diversi familji u saħansitra l-pajjiż kollu kemm hu.", "Minbarra dan it- taħriġ wieħed irid isemmi ukoll il-kontribuzzjoni kontinwa tal-ħaddiema tagħna fid-diversi laqgħat li jiġu organizzati matul is-sena.", "Forsi xi ħaġa li ma konniex qegħdin nistennew fiż-żmien meta rratifikajna l-konvenzjoni kienet li Malta setgħet b'xi mod tinfluwenza l-andament ta' din l-organizzazzjoni.", "Fil-verita' mhux biss dħalna membri imma talli għal ċertu żmien - jidhirli għal sena - Malta kellha wkoll il-presidenza ta' din l-organizzazzjoni fejn tajna s-sehem tagħna kemm fl-andament ekonomiku kif ukoll mil-lat ta' ippjanar.", "Aħna fil-fatt tajna kontribut illi għadu rikonoxxut sal-lum minn din organizzazzjoni u li kompla juri li għalkemm pajjiżna huwa ċkejken xorta waħda aħna kapaċi nagħtu sehem siewi anke f'livell ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Fl-1989 din l-organizzazzjoni kienet ifformata minn tmien pajjiżi, jiġifieri s-sitt pajjiżi oriġinali flimkien ma' Malta u pajjiż ieħor pero', kif qal il-Ministru, din l-organizzazzjoni kompliet tikber u jiena konvint li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkun hemm pajjiżi li jifhmu u japprezzaw x'inhu r-rwol tagħha, speċjalment meta l-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru dejjem qed iżid fl-importanza tiegħu.", "Jekk wieħed jillimita ruħu għall-flights li direttament jużaw lil Malta insibu li fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena diġa' niżlu f'pajjiżna madwar 4,000 ajruplan, li minnhom kien hemm 2,500 scheduled flight, 1,300 chartered flight, 160 flight ta' ajruplani privati u 32 flight minn ajruplani militari.", "Ta' min jinnota li n-numru ta' ajruplani li jillandjaw f'pajjiżna qiegħed jiżdied kontinwament.", "Madam Speaker, kif qal il-Ministru, tajjeb li wieħed ifakkar li aħna ma nibbenefikawx biss minn dawk l-ajruplani li jużaw l-ajruport tagħna imma hemm ftehim internazzjonali - originarjament kien sar fl-1960 u kompla jiġi aġġornat matul is-snin - għar-rigward ta' kif isir u kif jinqasam il- ħlas fil-każ ta' dawk l-ajruplani li jgħaddu mill-ispazju ta' l-ajru tagħna biex imorru minn destinazzjoni għal oħra.", "Ovvjament organizzazzjoni bħal din hija kapaċi tikkontrolla t-traffiku li jgħaddi mill-ispazji ta' l-ajru b'mod aktar effikaċi milli kieku jista' jagħmel pajjiż individwali.", "Jekk il-pajjiżi li oriġinarjament iffirmaw din il-konvenzjoni fehmu li kien hemm bżonn ta' dan it-tip ta' kontroll, allura dan kien aktar u aktar bżonnjuż fil-każ tagħna ħalli b'hekk inkunu jistgħu nikkontrollaw l-air space tagħna b'mod li nieħdu l-fair share tagħna minn dawn il-ħlasijiet.", "Dik il-biża' li kienet uriet l-Oppożizzjoni Laburista, fis-sens li l-Gvern Nazzjonalista kien se jkollu bilfors jgħaddi xi parti minn pajjiżna lil din l- organizzazzjoni, ma mmaterjalizzatx u lanqas se timmaterjalizza għax mhux l- għan ta' din l-organizzazzjoni li tipprova tieħu xi biċċa minn pajjiżna.", "Madam Speaker, għaddew tmien snin minn meta dan l-Parlament approva s- sehem ta' Malta f'din il-Konvenzjoni u llum nistgħu ngħidu li dan huwa eżempju ieħor ċar li meta tippjana bis-serjeta' u fit-tul tirnexxi.", "Aħna bi pjaċir naqblu ma' l-emenda li qed iressaq il-Gvern għaliex fl-aħħar mill- aħħar din qed issir f'waħda mil-liġijiet li tirrifletti x-xogħol siewi li sar fil-passat.", "Din hija liġi li permezz tagħha kien sar pass fid- direzzjoni t-tajba u aħna se nkunu konsistenti billi nivvotaw favur tagħha għal ġid tal-pajjiż.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, l-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huma dawk biex jagħtu lok li tiġi stabilita' rata ta' imgħax ogħla mill-massimu ta' 8% għal ħlasijiet en route.", "Jiġifieri din hija emenda li qegħda tmiss liġi viġenti li kien għamel l-Partit Nazzjonalista u li dwarha l-Onor.", "Ċensu Galea ħass li għandu jieħu għoxrin minuta biex jgħidilna x'tip ta' dibattitu kien sar fuqha dak iż-żmien.", "Nixtieq li nkunu ftit iktar pożittiv milli kien il-ħabib tiegħi tan-naħa l-oħra imma biex nagħmlu hekk irridu nħarsu lejn dan l-abbozz ta' liġi mill-perspettiva korretta tiegħu għax jien naħseb li wieħed ma jistax jitkellem sew fuq dak li qiegħed jiġi propost mill-Ministru Debono Grech mingħajr ma jinkwadra kif ħarġet id-diskussjoni dwar l-iżvilupp tal-Eurocontrol kif ukoll dwar ir- route charges system li l-Ministru tkellem tant tajjeb dwarha.", "Nibda biex ngħid li fl-1960 sitt Stati Ewropej - qiegħed nirriferi għar- Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda - kienu fasslu u ffirmaw konvenzjoni dwar koperazzjoni f'dak li jirrigwarda s-safety fl-air navigation, liema konvenzjoni kienet waqqfet l- Eurocontrol.", "Din il-konvenzjoni, li nsejħulha Eurocontrol jew inkella l- Brussels Convention - peress li s-sede tagħha hija fi Brussels - kellha l- iskop li tipprovdi organizzazzjoni komuni għas-servizz ta' air traffic, l- aktar dak li jgħaddi mill-upper air space - jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq dak l-ispazju a' l-ajru 24,000 feet above sea level - għall-Istati firmatarji tal-Eurocontrol Convention.", "F'dawk iż-żmenijiet kien hemm diversi fatturi li kienu qed jinfluwenzaw it-trasport ta' l-ajru bħal, per eżempju, l-introduzzjoni ta' jet-propelled air transport aircraft, il- konfrontazzjoni dejjem tiżdied bejn il-blokki militari tan-NATO u tal- Warsaw Pact, kif ukoll il-fatt li hekk kif l-ekonomiji tal-pajjiżi tal- punent imxew 'il quddiem konsegwentement rajna espansjoni fl-air travel kemm mil-lat ta' kummerċ kif ukoll mil-lat ta' turiżmu.", "F'dak l-istess żmien li dawn l-Istati kienu għaddejjin minn dan il-well-being dawn kienu kommessi biex jiddefendu s-sovranita' tagħhom.", "Hawnhekk qed nirriferi għal dak li huwa theddid militari mill-Istati tal-Warsaw Pact għas-sovranita' ta' ċerti pajjiżi u fil-fatt waħda mill-kolonni tad-difiża tan-NATO kienet proprju l-qawwa ta' l-ajru.", "Jien naħseb li wieħed irid jifhem l-element storiku li fih ħarġet il-Eurocontrol Convention għax fil-fatt din kellha l- iskop ewlieni li tipprovdi għal mekkaniżmu u struttura biex jiġu kkordinati l-attivitajiet ta' avjazzjoni ċivili kif wkoll militari.", "Wieħed mill-għanijiet kien li l-avjazzjoni ċivili titħalla topera bl- iktar mod wiesa' u b'aktar liberta' fir-rispett tal-constraints li jiġu mposti mir-requirements tan-NATO collective national defence requirements.", "Din il-konvenzjoni fil-fatt talbet ukoll għat-twaqqif ta' agenzija, l- Eurocontrol Agency, li kellha l-għan li tesegwixxi politika komuni - mfassla mill-pajjiżi li oriġinaw il-konvenzjoni dwar l-upper air space - biex tikkordina l-ATS activities ta' dawk il-pajjiżi li m'humiex membri u anke biex issir riċerka u żvilupp fil-qasam ta' air traffic management, li semma' l-Onor Ċensu Galea.", "Hawn irid ngħid li l-management ta' l-agenzija tal-Eurocontrol jikkonsisti f'żewġ bodies li huma l-permanent commission - li kellha tkun magħmula mill-ministri tat-trasport ta' l-Istati membri - u l-kumitat tal-management li huwa magħmul minn persuni li jirrappreżentaw is- civil aviation authorities ta' l-Istati membri ta' din il-konvenzjoni.", "Filwaqt li l-kumitat jagħmel management ta' rutina u xogħol ta' natura teknika, il-kummissjoni tipprovdi l-kontroll, is-support u d-direzzjoni fuq il-livell politiku.", "Ix-xogħol biex jiġi mħares l-interess ta' l- avjazzjoni kemm militiari kif ukoll ċivili jitwettaq permezz ta' rappreżentanti kemm ċivili kif ukoll militari ta' kull Stat membru.", "Inizjalment l-Istati membri tal-Eurocontrol kienu favur li jkun hemm the surrender of the national upper space tagħhom favur l-organizzazzjoni tal- Eurocontrol.", "Pero' l-interessi ta' difiża nazzjonali dejjem kienu hemm u allura wieħed ma jistax jissottovaluthom u jien naħseb li f'dan il-kontest tal-Eurocontrol huwa importanti li dan jittieħed in konsiderazzjoni.", "Din il-konvenzjoni, li kienet u għadha importanti sal-lum, hija kkumplimentata minn multilateral agreement relating to route charges li kien sar fl-1970 u li kien ġie redrafted fl-1981, kif ukoll iffirmat mis- sitt Stati membri oriġinali li diġa' semmejt.", "Fil-fora internazzjonali llum qed isir żvilupp fis-sens li l-multilateral agreements se jiġu ħaġa waħda mal-Eurocontrol b'mod li se jkollok korp legali wieħed li jirregola din l-istruttura biex b'hekk il-Eurocontrol tkun tista' tissodisfa aħjar l- għanijiet u l-objettivi li twaqqfet għalihom.", "Il-multilateral agreeement kellu l-objettiv li jittrasferixxi l-ġbir taċ-charges tan-navigazzjoni ta' l-ajru mill-air space users u anke mill-membri individwali għall- Eurocontrol.", "L-iskop kien li jkollok organizzazzjoni Ewropea li tissorvelja u tamministra - żewġ elementi importanti għas-safety - dan il-qasam biex b'hekk ikun hemm aktar sigurta'.", "B'mod komparattiv, dan il-konċett ta' amministrazzjoni u anke ta' sorveljanza joħroġ anke fil-qasam marittimu.", "Il-Eurocontrol tidħol fil-prinċipji ta' charging u ta' cost recovery biex imbagħad wara li tiġbor il-flus tirridistribwihom lill-Istati firmatarji skond il-prinċipju ta' l-ekwita'.", "Il-Konvenzjoni ta-Eurocontrol kienet ġiet emendata fl-1981 permezz ta' protokoll li neħħa dawk l-ostakli għal accession ta' aktar Stati.", "Bħala riżultat ta' dan rajna li fl-aħħar parti tas-snin tmenin żdiedu l-membri fi ħdan din l-organizzazzjoni - qed nirriferi għall-Greċja, it-Turkija, l- Isvizzera u l-Awstrija li kienu għamlu multilateral agreements.", "Bil-mod il- mod beda jsir aktar evidenti li din l-organizzazjoni bdiet tieħu over dawk li huma specialised co-ordinating functions tal-European Office ta' l- International Civil Aviation Organisation.", "L-Eurocontrol tista' tgħid li llum tkopri il-periferija ta' kważi l-Ewropa kollha meta bħala membri għandek pajjiżi bħall-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, Franza u diversi pajjiżi oħra, fosthom Malta.", "Malta kienet daħlet fil-Eurocontrol f'Lulju ta' l-1989 u f'Jannar ta' l-1990 kienet integrata b'mod sħiħ fix- xogħol tas-central route charges office, is-CRCO, li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Debono Grech.", "Dan l-uffiċċju jesegwixxi l-funzjonijiet neċessarji biex wieħed ikun jista' jirrealizza dak li huwa l-multilateral agreement, li bażikament huwa sistema għall-ġbir ċentrali ta' en route charges mingħand l-operaturi ta' l-ajruplani biex b'hekk ikun hemm aktar uniformita'.", "Biex ikun hemm aktar sens ta' ekwita' fil-ġbir u fid- distribuzzjoni tal-ħlasijiet beda jinħass il-bżonn ta' ċerta integrezzjoni fis-CRCO.", "Qabel ma daħlet fil-Eurocontrol Malta kellha tinnegozja hi l- kwestjoni ta' l-air navigation charges mal-IATA.", "Illum dan in-negozjar qed isir permezz ta' l-Eurocontrol għalkemm xorta waħda għad hemm il- possibbilta' li f'dan ir-rigward Malta, bħala pajjiż, tista' tieħu l- inizjattiva hi stess.", "Dan ix-xogħol qed jsir bl-istess cost charging u bl- istess recovery principles li diversi Stati oħra kienu ftehmu fuqhom ma' l- IATA.", "F'dan ir-rigward jien kont għamilt eżerċizzju dwar kif Malta tista' tiġbor id-drittijiet dovuti lilha b'mod iktar effettiv.", "Bħala riżultat ta' l-inizjattiva tal-European Civil Aviation Conference, il-ministri tat-trasport Ewropej kienu ltaqgħu fi Frankfurt fl-1988 biex isibu soluzzjoni għas-sitwazzjoni serja li kienet żviluppat fit-trasport ta' l-ajru fl-Ewropa minħabba dewmien eċċessiv fit-titjiriet bl-ajru bħala riżultat ta' defiċjenzi infrastrutturali.", "Malta, bħala membru ta' l-ECAC, ipparteċipat f'din il-laqgħa tal-ministri fejn ingħatat assignment dwar il- management ta' l-Eurocontrol. |l-fatt li fl-1989 aħna aderejna għal din il-konvenzjoni ifisser li aħna nikkwalifikaw biex nieħdu sehem b'mod effettiv fid-diversi programmi", "li jiġu organizzati mill-Eurocontrol.", "Fil-fatt, l-Eurocontrol Agency ikkollaborat mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili biex isir pjan għall- modernizzazzjoni tal-Maltese air traffic control system, liema pjan kien ġie implimentat fl-1993 biex b'hekk Malta setgħet tikkonforma ma' standards tal-Eurocontrol.", "Hemm il-possibilita' wkoll li sa l-aħħar ta' din is-sena jkollna radar services li jkopru l-partijiet kollha ta' Malta.", "Żgur li l- membership ta' Malta fl-Eurocontrol inkoraġġiet koperazzjoni ma' ħafna pajjiżi, bħal, per eżempju, mal-Greċja li taw riżultati pożittivi.", "Kif semma' wkoll l-Onor.", "Censu Galea, ibbenefikajna wkoll fit-taħriġ ta' staff fejn, per eżempju, il-Eurocontrol għenitna nistabilixxu u noperaw l- ewwel radar simulator.", "Fil-bidu dan is-simulator kien qed jintuża biss biex jipprovdi additional training lill-air traffic controllers tagħna mentri llum dan qiegħed jintuża mit-training centre ta' l-ETC.", "Madam Speaker, qed nieħu gost li l-Oppożizzjoni wkoll taqbel ma' din l- emenda.", "Jekk il-Gvern Nazzjonalista ried jagħmel din l-emenda, kif intqal, ma nistax nifhem għaliex ma ressquhiex fi żmienhom.", "Il-ministru ta' dak iż- żmien, l-Onor.", "Michael Frendo, kien qal li hu oppona li ssir din l-emenda għax ħass li ma kienx hemm bżonnha.", "Allura dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien jaqbel ma' din l-emenda mentri l-ministru li kien responsabbli dak iż-żmien ma xtaqx li jkun hemm emenda hekk importanti għal din il-liġi?", "Se nserġa' nistaqsi: L-ex-Ministru, l-Onor.", "Michael Frendo, kien għamel xi forma ta' oppożizzjoni dwar din l-emenda?", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Ċensu Galea jħossx li għandu jistaqsi lis-segretarju permanenti ta' dak iż-żmien, pero' huwa importanti li wieħed jiċċarah dan il-punt għax ma nafx wieħed għandux jieħu l-kelma tal-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Censu Galea, jew inkella jeħux il-kelma tal-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Michael Frendo.", "La qed nitkellmu fuq dan il-livell ta' min jinnota li l-qasam tas-civil aviation għadda minn diversi idejn, fis-sens li kien hemm żmien meta dan kien taħt l-Onor.", "Patrick Holland, mbagħad spiċċa taħt il-Prim Ministru u llum jinsab taħt il-Ministeru tat-Trasport u Portijiet kif inhu xieraq, u mhux bħal meta kien taħt il-Ministry for the Development of Infrastructure fi żmien il-Perit Michael Falzon.", "Issa xtaqt ngħid xi ħaġa fuq ir-route charges system, għax bażikament din l-emenda tittratta ż-żieda ta' l-imgħax fuq dawn iċ-charges.", "Fir-route charges system tal-Eurocontrol, li hija mħaddma mis-CRCO, għandek a single charge għal kull flight li jsir fl-air space ta' l-Istati membri.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech tana l-eżempju ta' flight ta' l-Air Malta bejn Malta u Londra fejn semma kif is-CRCO hija l-organu kompetenti li tikkalkola r- route air navigation charge pagabbli lil kull Stat membru li minn fuqu tkun għaddiet dik il-flight u mbagħad toħroġ ukoll charge wieħed, f'dan il- każ, lill-Air Malta.", "It-titjiriet huma trasmessi b'mod elettroniku lis-CRCO skond transmission calender fejn kull Stat irid jirrapporta biex b'hekk ikun hemm two-way traffic u tinħoloq forma ta' kordinazzjoni.", "Dan ifisser li kull Stat membru jrid jirrapporta dwar il-flights li jitilqu mill-mitjar tiegħu, dwar il-flights li jaslu minn airports ta' non-member States u dwar overflying f'dak l-air space.", "Mill-informazzjoni li għandi jiena jidhirli li l-ammont li qed jiġi billed mis-CRCO għan-nom ta' l-Istati membri laħaq livell formidabbli u qed ikompli jeskala mentri sa ftit taż- żmien ilu ma kienx hemm limitu ta' data partikolari li fih l-airlines kellhom iħallsu id-dues tagħhom.", "Dan id-dewmien fil-ħlas kien ifisser li l-Istati membri kienu qed isofru telf ta' interessi, liema sitwazzjoni setgħet toħloq a cash flow problem.", "Il-problema ta' late payment of bills kienet ġiet indirizzata mill-kumitat dwar ir-route charges li fl-1994 irrikkmanda li jiġu mposti l-interessi fuq dawk l-airlines li jħallsu wara d-due date.", "Din il-miżura fil-fatt kienet ġiet introdotta fl-1 ta' Jannar, 1995 u r-rata ta' l-interessi hija bbażata fuq six month London Interbank offer rate plus li magħha mbagħad jiżdiedu an additional three percentage points.", "Fl-1996 ir-rata ta' interessi kienet ta' 8.6% filwaqt li għal din is-sena r-rata se tkun 7.2%.", "Sur President, jiena kont għamilt ftit domandi dwar sena partikolari meta Malta kienet daħħlet somma sostanzjali ta' flus fil-perijodu ta' bejn Jannar u Marzu, għax għalkemm aħna nieħdu gost li l-pajjż jaqla' dawn il- flus pero' jista' jkun hemm raġuni għaliex ġara hekk u allura nitlob lill- ħabib tiegħi l-Onor.", "Frendo biex jirrispondini għal dan fil-kontribuzzjoni li se jagħmel aktar 'l quddiem.", "Issa se nikkwota minn rapport li deher f'ħarġa ta' ġurnal lokali:", "\"Servizz ieħor marbut mal-ħidma tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili hu t-taħriġ li jsir minn ajruplani mill-ajruport internazzjonali ta' Malta.\".", "Dan ir-rapport imbagħad ikompli jgħid hekk:", "\"GĦal darba oħra l-kumpannija ta' l-ajru Swissair għandha programm intensiv li jestendi bejn Jannar u l-aħħar ta' Mejju.\".", "Hawnhekk m'hawnx ċerti figuri u dettalji, pero' la qegħdin nitkellmu f'dan is-sens forsi jkun tajjeb li l-ministru ta' qabel jagħtina xi nformazzjoni dwar dan.", "Sur President, jiena ħadt gost meta fil-qasam internazzjonali Malta kellha sehem attiv meta l-Onor.", "Michael Frendo u John Vassallo assumew d- dmirijiet ta' president u ta' vici president tal-Eurocontrol rispettivament.", "Aħna nieħdu gost b'dawn l-affarijiet u naħseb li huwa importanti li nseddqu l-ħidma tagħna f'dan ir-rigward.", "Sur President, permezz tar-revised convention jidher li l-multilateral agreements se jispiċċaw u jsiru parti minn konvenzjoni waħda.", "Dan il-fatt għandu jgħin biex isseħħ ċerta harmonisation biex b'hekk l-attivita' tat- traffiku ta' l-ajru tkun aktar kordinata u effettiva.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (L-Onor.", "Michael Bonnici): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, jiena se nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi kemm għaliex l-objective ta' din l-emenda għandu ċerta rilevanza u kemm għaliex l-Onor.", "Membru tan-naħa tal-Gvern qajjem xi punti li naturalment irrid inwieġeb għalihom.", "L-ewwel punt li xtaqt nagħmel huwa dwar dak li ntqal fuq l-imgħaxijiet.", "Probabbilment xi ħadd informa lill-Onor.", "Membru dwar dan u min informah kien korrett għaliex meta konna fil-gvern kienet tqajmet il-kwestjoni dwar kif nistgħu niġbru imgħaxijiet ogħla mir-rata ta' 8% mingħand min ma jħallasx fil-ħin it-tariffi dovuti.", "Naturalment, kif jagħmel kull ministru meta jkollu materja legali, jien kont irriferejt din il-materja lis-segretarju permanenti biex min-naħa tiegħu jirriferiha lill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Jien niftakar li kienu qalulna li hemm bżonn emenda fil-liġi u fil-fatt jien kont bgħattha lura għar-rikonsiderazzjoni ta' l- Avukat Ġenerali fejn staqsejt jekk, minflok li ssir emenda u noqogħdu niġu biha fil-Parlament, jistax jinstab xi mezz ieħor kif nistgħu nagħmlu bidla ta' natura teknika bħal din.", "Aħna konna ħassejna li kien hemm metodi oħra li permezz tagħhom pajjiżna seta' jiġbor dawn il-flus dovuti lilna permezz tal-ftehim internazzjonali pero' l-Avukat Ġenerali kien baqa' jinsisti fuq il-pożizzjoni tiegħu u peress li mbagħad kienet waslet l-elezzjoni din l- emenda ma laħqitx saret fi żmienna.", "Sur President, aħna naqblu ma' din l- emenda u żgur li qatt ma stajna qatt inkunu kontriha għax trid tkun baħnan meta għandek mezz kif tista' tiġbor aktar flus u ma tagħmlux.", "Din l- emenda mhix kwestjoni ta' xi prinċipju imma sempliċiment ħaġa li hemm bżonn issir.", "Jien naħseb li l-Ministru għamel sew li l-emenda li ġab hija magħmula tali li mhux se jkollu bżonn joqgħod jiġi fil-Parlament kull darba li fil- futur ikun irid iżid ir-rata.", "Fil-fatt din kienet waħda mill-affarijiet li jien fittixt f'dan l-abbozz ta' liġi għax kieku jien stess kont nissuġġerixxi li jsir hekk.", "L-emenda li għandna quddiemna hija miktuba b'mod li jagħmel ħafna sens għaliex filwaqt li huwa importanti li l-Gvern ikun accountable għall-Parlament pero' dan il-fatt lanqas għandu b'xi mod ixekkel lill-Gvern milli jagħmel ix-xogħol normali tiegħu.", "Sur President, aħna se nagħtu s-support tagħna għal dan l-abbozz ta' liġi u hawnhekk jien naħseb li l-Ministru preżenti għandu l-vantaġġ - jien ma nafx kellix dan il-vantaġġ fi żmieni - li għandu quddiemu Oppożizzjoni leali li m'hijiex se tħares lejn din il-kwestjoni b'lenti politika imma se tara biss dak li hu meħtieġ għall-pajjiż.", "Sur President, kif qalu l-Onor.", "Membri li tkellmu qabli din hija wkoll okkażjoni biex nagħtu daqqa t'għajn lejn l-Eurocontrol, hija organizzazzjoni importanti ħafna għall-Ewropa peress li kulma jmur dejjem qed tinħass il-ħtieġa li jkun hemm organizzazzjoni li tieħu ħsieb il- kontroll ta' l-ajru għaliex il-pajjiżi Ewropej huma konxji li jekk l- airlines tagħhom mhux se jkunu organizzati u kompetittivi daqs, per eżempju, dawk ta' l-Istati Uniti allura se jitilfu parti mis-suq mondjali bil-konsegwenza li jitilfu l-qligħ kemm għal pajjiżhom kif ukoll għax- shareholders tagħhom.", "Dan ifisser ukoll li hawnhekk għandna anke element ekonomiku marbut ma' din l-organizzazzjoni, li prinċiparjament hija intiża biex tikkontrolla l-avjazzjoni ċivili, u mhux ta' b'xejn li din ikollha kwestjonijiet ma' awtoritajiet militari għaliex normalment dawn ta' l-aħħar ma tantx ikunu ħerqana li jagħtu informazzjoni peress li jkun hemm anke interessi nazzjonali li jkunu qed jaħdmu kontra dak li tkun qed tipprova tagħmel il-Eurocontrol.", "Sur President, jien naf li qed nitkellmu fuq affarijiet ta' l-ajru pero' meta smajt dak li qalu l-Onor.", "Membri tal-Gvern naħseb li mhux biss kienu fl-ajru imma wkoll daqsxejn surreali!", "Dan qed ngħidu għax kien hawn kantaliena sħiħa dwar kemm l-Eurocontrol hija importanti u kemm aħna ggwadanjajna minnha, meta aħna iggwadanja mhux biss mid-dħul - u kif semma l-Onor.", "Ċensu Galea daħħalna madwar Lm17 miljun f'dawn l-aħħar snin - imma wkoll mill-fatt li meta dħalna f'din il-konvenzjoni aħna ntegrajna fil- ħsieb kollu ta' x'qed jiġri fl-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam dwar il- kontroll ta' l-ajru.", "Sur President, jien naħseb li forsi dan huwa fattur iktar importanti għal pajjiżna mil-lat ta' benefiċċju long term.", "L-idea li Malta ssir membru tal-Eurocontrol kienet ġiet indikata lill-Gvern anke min-nies li għandu f'diversi pajjiżi li jsegwu x'qed jiġri f'organizzazzjonijiet internazzjonali u jien naħseb li l-Gvern ta' dak iż- żmien għamel sew li studja u mplimenta din l-idea.", "Id-diskussjoni li kien hawn f'din il-Kamra meta kien tressaq l-abbozz ta' liġi dwar il-Konvenzjoni tal-Eurocontrol sa ċertu punt kienet micro discussion dwar l-Ewropa.", "Mid- dibattitu kien ħareġ l-element ta' biża' li aħna konna se ninbelgħu minn pajjiżi oħrajn, jew li Malta se tinbiegħ lil pajjiżi oħrajn, inkella li pajjiżna se jispiċċa parti mill-organizzazzjoni tan-NATO.", "Id-dibattitu dwar din il- konvenzjoni kien wieħed mill-iktar sħan f'dan il-Parlament u saħansitra kienu ttieħdu d-divisions.", "Dan kien dibattitu li sar meta kienu għaddejjin ħafna kwestjonijiet u ħafna kelliema importanti ta' l-Oppożizzjoni ta' dak inhar - illum ħafna minnhom qed jokkupaw pożizzjoni ministerjali - kienu tkellmu kontra li Malta ssir membru tal-Eurocontrol.", "Jien nara li l- argumenti li ġabu dak inhar huma l-istesss argumenti li llum għadhom qed isiru dwar kif Malta għandha tħares lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea, għax għalkemm is-sħubija fl-Eurocontrol hija fuq skala iżgħar ċerti issues huma komuni.", "Jien nispera li kif tan-naħa l-oħra bidlu fehemthom fuq il- Eurocontrol, din il-konverżjoni testendi ruħha fir-rigward tal-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "GĦaliha hija xi ħaġa inevitabbli li l-Partit Laburista eventwalment jikkonverti pero' peress li m'iniex profeta ma nistax ngħid kemm dan se jieħu żmien biex iseħħ.", "Dan qed ngħidu għaliex meta aħna nipprovaw nagħmlu babaw minn xi ħaġa li mhijiex babaw, jiġifieri mill-inizjattiva kreattiva tal-Gvern ta' dak iż-żmien li biha kien qed jipprova jiftaħ orizzonti ġodda għal dan il-pajjiż, allura jekk nagħmlu gwerra kontra affarijiet bħal dawn inkunu qegħdin nagħmlu gwerra kontra l- futur li xorta waħda irid jiġi.", "Malta gawdiet ħafna mill-Eurocontrol minħabba l-fatt li teknikament ġiet integrata f'diversi programmi, bħalma huwa l-ICIP.", "Aħna kellha ħafna għajnuna mill-Eurocontrol fil-bidliet li saru fis-sistema tar-radar li konna ntroduċejna meta konna fil-gvern.", "Jekk m'iniex sejjer żball is- sistema tagħna kienet l-ewwel waħda li mxiet mal-programmi tal-Eurocontrol u b'hekk ma baqgħux iħarsu lejn pajjiżna bħala pajjiż li qiegħed fil- periferija.", "Aħna m'għamilniex dan biex noqogħdu niftaħru b'dak li għamilna għax jien ma naħsibx li dan huwa l-mod kif għandna nagħmlu l- politika imma bħala parti mill-poltika tagħna li dejjem kienet indirizzata lejn kif wieħed jista' jagħmel il-ġid għall-pajjiż.", "Jien naħseb li meta llum wieħed iħares lejn l-esperjenza tal-Eurocontrol jara li l-pajjiż gawda finanzjarjament għaliex, fejn qabel mit-tariffi għall-uża l-airspace tagħna konna ndaħħlu biss għexieren jew mijiet ta' eluf ta' liri, minn meta dħalna fl-Eurocontrol bdejna ndaħħlu l-miljuni.", "Fil-fatt l-ewwel bdejna b'Lm1 miljun biex imbagħad tlajna għal Lm2 miljun u llum jidher li qegħdin niggwadanjaw bejn Lm2 miljun u Lm3 miljun.", "Dan id-dħul jiddependi mill- attivita' ta' l-avvjazzjoni f'dik is-sena partikolari kif ukoll minn fatturi oħrajn.", "Dan huwa dħul li qed ikollna sena wara sena grazzi għad- deċiżjoni għaqlija li kien ha l-Gvern imexxi mill-Partit Nazzjonalista meta daħħal lil Malta fil-Eurocontrol.", "Qed ngħid dan għax id-diskussjoni m'għandhiex tkun biss fuq l-emenda li għandna imma għandha tkun ukoll fuq l- importanza ta' l-Eurocontrol għall-ġid ta' pajjiżna.", "Għalija din il-bidla li saret hija eżempju ta' kif il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ta lil dan il-pajjiż viżjoni ħafna iktar wiesa' milli kien qiegħed joffri l-Partit Laburista mill-Oppożizzjoni.", "Il-Partit Laburista fil-gvern qed jenfasizza ħafna iktar l-aspetti amministrattivi milli l-viżjoni politika u dan jikkonferma li l-Partit Laburista fil-gvern għadu għaddej bl-istess parametri li kien għaddej bihom meta kien fl-Oppożizzjoni.", "Jien naħseb li huwa importanti li nagħmlu dan il-punt għaliex huwa punt indikattiv tad- dibattitu kollu li kien sar tmien snin ilu dwar il-Eurocontrol.", "F'dawn is-snin li għaddew il-pajjiż mhux biss gawda mid-dħul imma gawda wkoll mill-fatt li l-Eurocontrol tat possibbilta' li jkun hemm taħriġ kontinwu għan-nies li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-qasam u saħansitra anke l-possibbilta' li ċerti nies tagħna jsiru air traffic controllers ma' l- Eurocontrol.", "Akkwistajna wkoll il-konsulenza ta' l-Eurocontrol fuq ix- xogħol kollu li sar fuq ir-radar ġdid u fuq is-sistema kollha marbuta ma' l- air traffic control li llum hija computerised, digitalised u mill-aktar moderna.", "L-air traffic controllers u l-personnel li jaħdmu f'dak il-qasam jistqarru li din is-sistema għamlitilhom ix-xogħol tagħhom ferm aktar professjonali u sa ċertu punt aktar faċli, kif ukoll kompliet tgħollilhom il-livell ta' expertise.", "L-Eurocontrol tatna l-okkażjoni biex bħala pajjiż nagħtu kontribut fuq dan il-livell fl-Ewropa.", "Waħda mill-ironiji tal-politika hija li kultant tagħmel ħafna xogħol li ħadd ma jirrikonoxxihulek - forsi kif ġara lili fl- aħħar elezzjoni - biex imbagħad ikun hemm okkazjonijiet oħra fejn ma tagħmel xejn u tispiċċa tieħu ħafna mill-mertu.", "Waħda mill-okkażjonijiet fejn jien ma għamilt xejn u ħadt ħafna mertu kienet proprju meta kellna l- presidenza ta' l-Eurocontrol, fejn il-fatt li jiena kont il-ministru responsabbli għat-trasport kienet xi ħaġa aċċidentali.", "Kienet ħaġa sabiħa li matul il-presidenza tagħna kellna l-unur li niftħu l-headquarters tal- Eurocontrol fi Brussels li jikkonsisti f'serje ta' bini enormi.", "Fil-fatt il- mara tiegħi kienet qaltli li jien irbaħt il-battalja tal-plakek għax irnexxieli nagħmel plakka fi Brussels ukoll!", "Jiena din ngħidha b'ċajta, imma ngħidha wkoll għaliex nafu li fil-politika kulħadd iwaħħal il-plakek u kienet okkażjoni ta' unur kbir kemm għalija kif ukoll għal Malta li nikxef plakka ta' organizzazzjoni internazzjonali.", "Imma apparti dawn l- affarijiet ċerimonjali, l-iktar ħaġa importanti tibqa' li l-Gvern illum qed iħares lejn l-Eurocontrol b'lenti differenti milli kien jħares lejha meta kien fl-Oppożizzjoni u dan jidher ċar mid-diskorsi li saru fejn ma ġie espress l-ebda biża' bħalma kien ġara meta tressqet din il-liġi fil- Parlament.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li din il-liġi kienet karatterizzata wkoll mill- fatt li l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet sejħet division għax riedet turi li hija mhux biss ma taqbilx ma' dik il-liġi imma talli riedet tissottolinja dan il-fatt.", "Illum din in-naħa tal-Kamra qegħda tagħmel divisions meta tħoss li għandha tagħmilhom u jien naħseb li min jikteb fil- gazzetta biex jgħid li għax aħna nsejħu divisions allura qisna xi Oppożizzjoni rresponsabbli, jkun qed juri li ma jifhimx x'inhi l-ħajja parlamentari u jkun qed jagħmel disservice lill-qarrejja tiegħu, għaliex huwa ċar li fejn ma tħossx li għandha tagħmel divisions l-Oppożizzjoni m'hijiex qed tagħmilhom.", "Biex nagħti biss ftit eżempji nsemmi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna fejn l-Onor.", "Ċensu Galea, ix-shadow minister responsabbli, informani li mhux se jkollna division fuqu għaliex dan huwa abbozz li naqblu miegħu.", "Insemmi l-abbozz ta' liġi li jitkellem dwar it- trademarks, fejn minkejja li aħna ridna li ssir xi ħaġa aħjar milli fil- fatt sar, ma tlabniex division għaliex all in all huwa abbozz pożittiv.", "L- anqas fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Ratifika tal-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi ma tlabna division.", "GĦalhekk jien inħoss li m'huwiex ġust li jkun hemm min jipprova jgħid li din hija xi Oppożizzjoni li qiegħda ssejjaħ ħafna divisions biex tkun tista' tfixkel għax dan assolutament m'huwiex minnu.", "Pero' mbagħad lanqas nistgħu mmorru għall-esaġerazzjoni l-oħra fejn ngħidu li l-Oppożizzjoni trid tagħmel xi apoloġija meta tagħmel id-divisions meta dawn għandha dritt tagħmilhom biex tissottolinja d-disapprovazzjoni tagħha għal xi ħaġa li tkun qiegħda ssir.", "Kif diġa' għidt, fil-każ ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna aħna mhux se nitolbu division għaliex naqblu ma' l-emenda li qed issir.", "L-Att dwar il-Eurocontrol kien suċċess għal pajjiżna u l-oppożizzjoni kbira li kien għamel il-Malta Labour Party għal dan l-Att juri li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija viżjoni aktar wiesa' u matura, kif ukoll hija alternattiva li ġġibilna aktar ġid.", "Tan-naħa l-oħra kienu jgħidulna li ladarba nissieħbu fil-Eurocontrol allura pajjiżna qisna tfajnih down the drain.", "Kien hemm anke min qajjem kwestjonijiet dwar jekk din il-konvenzjoni hijiex xi lunga manus tan-NATO u affarijiet oħra bħal dawn.", "Jiena naħseb li l-Partit Laburista issa biddel il-fehma tiegħu għaliex jien ili xi żmien li nnotajt li għalkemm wieħed mill-ewwel abbozzi ta' liġi li ressaq il-Prim Ministru Alfred Sant meta ħa l-gvern f'idejh kien dak li permezz tiegħu ħareġ lil Malta mill-Partnership for Peace, pero' ma kienx lest li joħroġ lil Malta mill-Eurocontrol.", "Jiena ma naħsibx li din hija xi ħaġa li qabżitlu imma għalija dan ifisser li f'dawn l-aħħar snin il-Prim Ministru seta' jifhem aħjar li l-Eurocontrol żgur m'hijiex lunga manus tan-NATO, għalkemm mill-banda l-oħra ma jidhirx li fehem l-ispirtu tas-solidarjeta' internazzjonali tal-Partnership for Peace.", "Jiena naħseb li llum il-Gvern jaqbel li meta aħna daħħalna lil Malta fil- Eurocontrol mhux talli ma tajnihiex lill-barrani imma għamilnilha servizz billi qallajniha aktar fondi għall-ekonomija tagħha u billi tajna lil min jaħdem f'dak is-settur training kontinwu, kif ukoll billi ntegrajna lil Malta fis-sistema Ewropeja tal-kontroll ta' l-ajru biex b'hekk stajna nżidu s-safety fil-qasam ta' l-avjazzjoni.", "L-Eurocontrol m'hijiex organizzazzjoni fejn wieħed joqgħod jgħaddi d-dokumenti lil xulxin imma hija organizzazzjoni li żiedet is-sigurezza għal kull min isiefer bl-ajru f'dan ir-reġjun.", "Jiena nemmen li s-sħubija tagħna f'din il-konvenzjoni kienet suċċess, pero' aħna dejjem irridu nsegwu kontinwament dawk l- iżviluppi li jkunu qed isiru b'mod li filwaqt li nħarsu l-interessi tagħna ma nibżgħu qatt minn dawn l-żviluppi għax aħna rridu nkunu pajjiż li jagħti kontribut pożittiv fl-Ewropea.", "Madam Speaker, il-Gvern fehem li ma rridux noħolqu biża' bla bżonn u fehem ukoll li l-Eurocontrol hija organizzazzjoni, kif kien spjega l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, ta' benefiċċju għal Malta.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, jien ma kontx se nitkellem fuq dan is-suġġett imma naħseb li tajjeb nikkjarifika xi ftit punti.", "L- ewwel rimarka tiegħi hija li bejn l-1988 u l-1989 ġraw affarijiet kbar fil- qasam internazzjonali u preċiżament l-isfaxx ta' l-Unjoni Sovjetika.", "Fil- fatt dawn l-avvenimenti tassew kbar u kataklismiċi biddlu n-natura tal- qasam internazzjonali globali u reġjonali - l-istess kif kien ġara wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija - bil-konsegwenza li nħall il-Patt ta' Varsavja u allura spiċċat is-sitwazzjoni taż-żewġ superpotenzi bil-blokki rispettivi tagħhom.", "Wieħed bilfors irid jibda minn din ir-radda ta' salib għaliex din ġabet a cataclysmic change fir-relazzjonijiet internazzjonali u allura wieħed bilfors irid jibda billi jieħu konjizzjoni tagħha.", "Madam Speaker, x'jiġrilek jekk ma teħux konjizzjoni tagħha?", "Jiġrilek bħalma qiegħed jiġrilhom ir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista f'dan il-Parlament, jiġifieri li qed jibqgħu jitkellmu b'mod lineari qisu qatt ma ġara xejn, qisha d-dinja kienet u għadha b'żewġ super potenzi fejn Malta, fil-fehma tagħhom, hija mxaqilba lejn il-punent għaliex għandna l-istess ideali, prinċipji, twemmin u aspirazzjonijiet u konsegwentement għandha tkun membru tal-punent.", "Imma dan x'punent hu?", "Kif se nkomplu nitkellmu billi lanqas biss nagħtu kas li d-dinja tbiddlet?", "Meta nara dan jien jkolli ngħid li l-Partit Nazzjonalista tilef l-aħħar elezzjoni għaliex baqa' bil-fissazzjoni li forsi at one time kellha r- raġunijiet tagħha - jien m'iniex qed ngħid li naqbel ma' dawk ir-raġunijiet - f'kontest ta' cold war bejn iż-żewġ super potenzi, pero' ladarba dik is- sitwazzjoni internazzjonali tbiddlet inti trid torjenta l-policy tiegħek biex tiġi taqbel mas-sitwazzjoni internazzjonali preżenti.", "Punt ieħor huwa li minħabba l-fissazzjoni biex idaħħlu lil Malta fl- Unjoni Ewropea dawn baqgħu jsegwu din il-viżjoni - biex ma nkunx dispreġjattiv - bl-istess intensita' anke wara li spiċċat din il-qasma fir- relazzjonijiet internazzjonali, u din turi li inti lanqas biss qiegħed tirrealizza li fejn qabel kellek ċerta saħħa ta' appoġġ - mhux biss lokalment imma anke internazzjonalment - issa dan l-appoġġ naqaslek proprju għax spiċċat dik il-qasma internazzjonali.", "Allura sub-conclusion oħra hija li l-Partit Nazzjonalista u s-seġwaċi tiegħu għandhom jirrealizzaw il- konsegwenzi ta' dan it-tibdil billi jibdew jaġġornaw il-policies tagħhom biex Malta tassew ikollha Oppożizzjoni aġġornata għas-sitwazzjoni internazzjonali tal-lum.", "Jekk ma jsirx hekk se nkunu qed nitkellmu qisu għadna fiż-żmenijiet taż-żewġ super potenzi fejn in-naħa tal-Partit Nazzjonalista għadha bil-ħerqa kbira li tingħaqad mal-punent.", "Madam Speaker, dan kollu qed ngħidu bħala premessa għaliex illejla qed ninnota - u din qed ninnotaha f'ħafna mid-dibattiti li qed ikollna kif ukoll mir-riżoluzzjonijiet li ħerġin mill-Partit Nazzjonalista - li l- ħerqa min-naħa ta' l-Oppożizzjoni biex idaħħlu lil Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea għadha għaddiet bl-istess intensita' tas-sebgħinijiet u anke tas-sittinijiet.", "Dawn għadhom ma rrealizzawx li tar-right wing - u aktar u aktar ta' l-extreme right - ta' l-Ewropa qabel kienu jappoġġawhom proprju minħabba l-fatt li kien hemm żewġ super potenzi li l-ħin kollu kienu lesti biex iħebbu għal xulxin u allura malli l-Onor.", "Fenech Adami offra li jdaħħal lil Malta dawn fil-fatt riedu jirreklutawha.", "Pero' mbagħad ġara li meta wara l-1989 is-sitwazzjoni nbidlet dawk li kienu jappoġġawhom insewhom u minfolk daħħlu lill-Awstrija, lill-Finlandja u lill- Isvezja li meta tefa' l-applikazzjoni tiegħu l-Gvern Nazzjonalista, jiġifieri fl-1990, lanqas biss kienu għadhom applikaw.", "Allura hawnhekk hawn xi ħaġa li bilfors trid tieħu cognisance tagħha inkella m'aħniex se nifhmu l-pożizzjoni li qegħdin fiha.", "Huwa proprju f'dan il-background li wieħed irid jara l-Eurocontrol x'kienet qabel l-1989 u x'inhi illum għax huwa żball fattwali enormi li qegħdin ikomplu jitkellmu fuq il-Eurocontrol qisha kienet, għadha u se tibqa' l-istess ħaġa u dan forsi qed ikun misleading kemm għal din il-Kamra imma agħar minn hekk għall-poplu.", "Din m'hijiex l-istess Eurocontrol li kien hemm qabel l-1989 għax dik kienet Eurocontrol eżatt kif kienet ġiet deskritta ċara u tonda meta aħna konna fl-Oppożizzjoni fil-laqgħat twal li kellna fis-Second Reading - qed ifakkruni li jien kont tkellimt darbtejn, fis-sens li kont bqajt in possession of the House, biex nispjega l-links li kien hemm dak iż-żmien bejn il-Eurocontrol u n-NATO, fejn in-NATO kienet parti mill-west u kif l- Eurocontrol kienet miftuħa l-aktar għall-membri tal-west - imma llum l- Eurocontrol inbidlet totalment għax għandha bħala membri r-Repubblika Ceka, is-Slovakkja , is-Slovenja u l-Ungerija.", "Fit-tmeninijiet jew fis- sebgħinijiet, qatt wieħed kien jobsor li dawn kienu se jkunu membri tal- Eurocontrol?", "Very, very far from it!", "Illum anke n-NATO stess għadha kemm għamlet ftehim storiku mar-Russja.", "Wieħed qatt kien jobsor li n-NATO u s- Soviet Union, li dejjem kienu lesti li jibilgħu lil xulxin, kienu se jagħmlu ftehim ta' koperazzjoni bħalma għadhom kif għamlu riċentement.", "Dan huwa fehim tassew storiku għax qatt ma ntlaħaq livell għoli ta' koperazzjoni daqskemm intlaħaq f'dan l-aħħar ftehim li sar bejn il- President Yeltsin u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO Solana.", "Madam Speaker, jekk m'aħniex se naraw f'liema kontest qed niddiskutu s- sħubija ta' Malta fl-Eurocontrol allura m'aħniex se nkunu korretti fl- estimate tagħna ta' x'inhu u x'mhuwiex importanti f'din l-organizzazzjoni.", "F'dan il-kontest allura iktar u iktar ikun dover tagħna li issa niġbru kemm jista' jkun dak li ngħidulu l-peace dividend, il-qligħ mill-paċi.", "Ladarba fl-Ewropa qed tirrenja l-paċi iktar u iktar aħna għandna nfittxu kif se nieħdu aktar fondi għal pajjiżna u għalhekk jien nieħu gost b'din l- inizjattiva tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Debono Grech għax permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi se jkun jista' jgħolli l-imgħaxijiet għal dawk li jkunu waqgħu lura fil-ħlasijiet tagħhom.", "Barra minn hekk jien hawnhekk nistenna li l-Eurocontrol tagħti l-għajnuna kollha tagħha sabiex dawn l-imgħaxijiet jinġabru kollha kemm huma.", "Hawnhekk wieħed jinnota wkoll il- possibbiltajiet li l- Eurocontrol tista' tiġi riformata aktar biex tgħin lill-pajjiżi, partikolarment lill-pajjiżi ż-żgħar ta' l-Ewropa - u aħna niġu wieħed mill iżgħar membri ta' l-Ewropa - biex jiżviluppaw iktar koperazzjoni fil-qasam ta' l-ajru.", "Madam Speaker, f'din il-leġislatura jien diġa' tennejt il-potenzjal enormi li għandha Malta bħala ċentru ta' reġistrazzjoni ta' ajruplani barranin.", "Hawnhekk naħseb li hemm lok fejn l-Eurocontrol - issa li qegħdin fi żmien ta' paċi u allura inqas għandha għalfejn toqgħod tara x'se jgħidulha ċ--chiefs of staff tan-NATO - tista' tgħin billi tibgħat esperti fuq dan il-qasam biex b'hekk tintefa' aktar fuq l-aspetti ta' żvilupp ekonomiku tal-membri tagħha.", "Veru li aħna għandna liġi li tista' tirreġista ajruplani barranin imma din hija liġi naqra restrittiva.", "F'dan il-qasam hemm bżonn iktar ftuħ pero' dan irid isir billi fl-istess ħin dejjem inżommu kontrolli xierqa ħalli ma jkollniex abbużi għax ta' min jgħid li f'dan il-qasam hemm sogri ħafna ikbar mill-qasam tal-baħar minħabba l-fatt li hawnhekk m'hawnx il-kwestjoni tal-freedom of the high seas kif hemm f'dak li jidher analogu - imma li fil-fatt mhuwiex tant analogu - jiġifieri fir-reġistru tal-merchant shipping.", "Pero' mill-banda l- oħra hemm ċerti analoġiji għax fil-fatt Malta tista' tagħmel ħafna qligħ mir-reġistrazzjoni ta' ajruplani barranin.", "Madam Speaker, mela l-ewwel punt li rrid nagħmel huwa li jien nistenna li l-Eurocontrol tgħin lil Malta b'aktar expertise ħalli fil-ġejjieni immedjat inkunu nistgħu nagħmlu emendi għal-liġijiet viġenti biex inkabbru dan is-settur.", "Nixtieq ngħid ukoll lil din il-Kamra li minn mindu tela' l-Partit Laburista fil-gvern kien hawn iktar żviluppi f'dak li għandu x'jaqsam ma' ditti barranin konnessi ma' l-ajruplani.", "Dawn id-ditti qegħdin jiġu hawn Malta mhux biss biex jirreġistraw il-kumpanniji tagħhom imma anke biex janalizzaw il-possibbiltajiet - dawn qegħdin janalizzaw l-affarijiet min- naħa ta' l-inċentivi industrijali li għaddejjin concurrently f'din il-Kamra - li jwaqqfu f'Malta ċentru tekniku ta' maintenance, repairs u servizzi tekniċi.", "Dan l-iżvilupp jagħmlilna ġieħ, jiftaħ opportunitajiet ta' xogħol u għall-finijiet ta' servizzi ta' l-ajru jqiegħed lil Malta mhux biss fuq il-mappa ta' l-Ewropa imma fuq il-mappa internazzjonali.", "Madam Speaker, hemm ditti barranin oħra li qegħdin iħabbtulna l-bieb biex iwaqqfu skola ta' tagħlim ta' titjir.", "F'dan il-każ aħna rridu naraw kif dawn ikunu konċiljabbli ma' l-exercise tal-Eurocontrol, fis-sens li titjiriet ta' testing minn Malta jistgħu jgħaddu minn fuq flight information regions oħra u allura hawnhekk wieħed ikun jixtieq li joffri eżenzjonijiet minn ċerti ħlasijiet għall-fini ta' titjiriet ta' testing.", "Peress li l-Eurocontrol kien baby tad-dinja tal-cold war, liema dinja issa spiċċat - kif ġara lil ħafna minna li konna babies ta' żmien il-gwerra bierda imma li issa kbirna f'dinja fejn fl-Ewropa hawn il-paċi - ma jistax ikun li nkomplu għaddejjin bil-cold war invective mitfugħ min-naħa għall- oħra.", "Lanqas nistgħu nibqgħu għaddejin bl-aspirazzjonijiet li għandhom l- għeruq tagħhom ġol-cold war imma rridu nagħmlu adjustment ta' l- aspirazzjonijiet tagħna għal żmien il-paċi biex nibdew nerdgħu minn dawn id- dividends tal-paċi bħal, per eżempju, mill-qligħ u l-profitt li qed insemmi f'dawn it-tliet setturi prinċipali ta' l-ajru, jiġifieri r-reġistrazzjoni ta' l-ajruplani, it-twaqqif ta' ċentri tekniċi għat-tiswija, għall- maintence u repairs u għal xogħol anċillari, kif ukoll f'dak li huwa ftuħ ta' skola jew skejjel fejn jitgħallmu bdoti, navigators, engineers u professjonijiet oħra konnessi ma' dan il-qasam.", "B'hekk wara li 25 sena ilu l-Gvern Laburista kien waqqaf l-Airmalta, aħna nkunu qegħdin nilħqu t-tieni livell, biex ngħid hekk, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-avjazzjoni .", "Fl- imgħoddi kien hawn ħafna kritika fasulla bi kliem bħal, ngħidu aħna, \"għasfur taċ-ċomb\" u \"kif jista' jkollna pilot Malti li jtajjar ajruplan!\", imma mbagħad bdejna niftaħru bil-pilots Maltin.", "Meta wieħed jara dik il- kontradizzjoni jinduna kemm kien fasull il-ħsieb ta' min kien jikkritika l- potenzjal li pilot Malti jtajjar ajruplan Malti.", "Minn hawnhekk jien nixtieq insellem lill-ewwel mara li dan l-aħħar tajret ajruplan Malti.", "Ftit ilu meta kont qiegħed ma' erbat iħbieb qrajna li l-Isvediżi qegħdin jiftaħru li huma għandhom l-ewwel mara li qiegħda ittajjar SAS f'titjira minn Stockholm għal Dublin.", "Aħna dan għamilih qabilhom għax f'Marzu ta' din is-sena kellna l-ewwel pilot Maltija li tajret ajruplan Malti u magħha kellha team kollu nisa.", "Madam Speaker, qed ngħid dan kollu għax mill-ewwel fażi li kienet tinvolvi t-training tal-Maltin, is-setting up u l-establishment ta' l- Airmalta, kumpannija li għamlet ġieħ lil Malta, issa wasalna għat-tieni fażi fejn se ngħallmu mhux biss lill-Maltin biex itajru l-ajruplani tagħna imma se nwaqqfu skejjel fejn jitgħallmu l-barranin.", "Diġa' kien hawn is- Swiss Air li kienet qed tagħmel ċertu training hawn Malta imma jekk aħna nieħdu dan l-aspett b'mod aktar deċiżiv u jekk aħna nisfruttaw ir- relazzjonijiet tagħna mal-Eurocontrol, allura Malta tkun tista' tgawdi tassew minn dawn it-tliet avenues li diġa' semmejt.", "Jekk mill-banda l-oħra se noqogħdu naħsbu li għadna qegħdin f'cold war context allura din in-naħa tal-Kamra biss tista' timxi għax in-naħa l-oħra se tibqa' ffissata b'dan l- inkubu ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea meta din ma ridithomx.", "Madam Speaker, hawnhekk ikolli nżid li fl-analisi tiegħi ta' meta dak iż- żmien - skond ir-records ta' din il-Kamra id-data eżatta kienet 6 ta' Frar 1989 - kont qed nitkellem f'din il-Kamra dwar l-Eurocontrol wieħed mill- punti l-iktar qawwijin kien jitrattta r-regolamentazzjoni ta' l-FIR, li hija regolamentata b'mod ta' pooling.", "Issa jekk ikun hemm min jikkritikana li dak iż-żmien aħna konna kontra filwaqt li issa aħna favur, naħseb li - kif kont qed ngħid fil-bidu nett ta' l-intervent tiegħi llejla - min jagħmel dan it-tip ta' kumment ma jkunx qed jagħti kas dan it-tibdil radikalissimu u kataklismiku li kien hawn fir-relazzjonijiet internazzjonali ta' madwarna.", "Dak iż-żmien aħna konna qegħdin ngħidu li ma ridniex li Malta tavviċina ruħha ma' alleanza militari permezz ta' l- Eurocontrol fi żmenijiet meta kien hemm taqbida bejn dik l-alleanza u l- alleanza opposta.", "Illum hawn min qed jistaqsi jekk dik l-alleanza li baqgħet survivor hemmx għalfejn tibqa' survivor, jiġifieri ladarba llum m'hawnx dawk it-tensjonijiet il-mistoqsija hija: Dik l-alleanza għalfejn għadha hemmhekk?", "Jekk wieħed irid jidħol fil-mertu ta' dan kollu, il- mistoqsija allura terġa' ddur fuq min qed jipprova jikkritika, fis-sens li kemm-il darba m'għadx hawn dinja ta' żewġ superpotenzi, għalfejn allura se noqogħdu naqilgħu l-iskeletri ta' żmien il-cold war, Madam Speaker?", "Jien għalhekk naħseb li l-membership fil-Eurocontrol hija utli għal Malta għax, kif spjegajt, illum din tinkludi dawk il-pajjiżi tal-Lvant ta' l-Ewropa li kienu membri tal-Patt ta' Varsavja bħall-Ungerija, ir- Repubblika Ċeka u s-Slovakkja kif ukoll is-Slovenja, li pero' kienet parti mill-Yugoslavia li kienet non-allinjata (Interruzzjonijiet).", "Aħna newtrali konna, għadna u se nibqgħu.", "Allura aħna se noqogħu nżommu l-istess kelma ta' l-1989?", "Le, anzi kif diġa' wrejt mhux in-naħa tagħna li qegħda stuck in the past imma n-naħa l-oħra.", "Għalhekk jien inħeġġeġ biex permezz tal-ministeru ta' l-Onor.", "Joe Debono Grech niżviluppaw il-kuntatti mal- Eurocontrol ħalli l-peace dividend Malta tkun tista' tgawdih kollu kemm hu permezz tar-reġistrazzjoni tal-kumpanniji ta' l-ajruplani, ta' ditti ta' ajruplani li jridu jagħżlu lil Malta bħala ċentru ta' servizzi, maintenance, repair u ta' depot ta' l-ispare parts, kif ukoll permezz tat- tagħlim lill-bdoti u lill-crews ta' kumpanniji barranin.", "Madam Speaker, hemm ukoll is-suq li ma jiġix min-naħa ta' l-Ewropa ta' l- ex-punent biss imma hemm suq li ġej anke mill-Ewropa ta' ex-Lvant u ta' dawk li illum huma jifformaw il-Commonwealth of Independant States.", "Dan għaliex għad hemm ħafna ajruplani ta' marka tal-pajjiżi tal-Lvant, bħall- \"Antonovs\", li kienu nbiegħu lill-pajjiżi ta' l-Afrika, bħall-Angola, is- Sud Afrika u l-Mozambique, li biex dawn il-pajjiżi jeħdu dawn l-arjuplani għal service, maintenance, repairs jew anke biex iġibu l-ispare parts ikollhom itellgħuhom saċ-ċentru li hemm f'Kiev u allura dan ix-xogħol jiġi għali ħafna.", "Jekk dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jinqdew minn ċentru tekniku hawn Malta dawn jiffrankaw ħafna spejjeż permezz ta' servizz orħos u distanzi iqsar.", "Madam Speaker, mill-banda l-oħra hemm il-possibbilta', kif diġa' indikajt darba oħra f'din il-Kamra, li minħabba s-sistema ta' tassazzjoni akuta li hemm fil-Ġermanja riunifikata, hemm ditti Ġermaniżi ta' l-ajruplani li qed juru ħafna interess biex jirreġistraw l-arjuplani tagħhom hawnhekk, ħaġa li aħna nilqgħuha bil-ferħ, għax dawn ikunu jistgħu jgawdu mid-double taxation exemption agreements li għandna mal-Ġermanja.", "Dan jista' jsir ukoll ma' pajjiżi oħra tal-Punent ta' l-Ewropa.", "Madam Speaker, meta wieħed jara dawn il-possibbiltajiet wieħed malajr jinduna li jista' jaħdem ma' l-Eurocontrol fis-sens ta' konsulenza, fis- sens ta' assistenza biex Malta tiggwadanja minn dak id-dividend tal-paċi li jixirqilna lkoll wara li bdiet isseħħ il-paċi fl-Ewropa.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob liIl-Ministru Joe Debono Grech biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jiena ħadt pjaċir nisma' d- dibattitu miż-żewġ naħat tal-Kamra fejn daħħalna wkoll daqsxejn ta' storja meta ntqal li l-Gvern tal-lum, dak inhar fl-Oppożizzjoni, kien kontra li nsiru membri tal-Eurocontrol.", "Aħna veru konna kontra u għadna kontra ċerti alleanzi għax aħna qatt ma ħbejna ċerti affarijiet.", "Kif qal tajjeb il- kollega tiegħi, l-Eurocontrol twaqqfet fl-1960 u kienet tinkludi l- Ingilterra, Franza, l-Ġermanja, l-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda permezz ta' l-iffirmar tal-Konvenzjoni tal-Koperazzjoni għas-Sigurta' tan- Navigazzjoni ta' l-Ajru.", "Minn dak iż-żmien sal-lum inbidlu ħafna l- affarijiet billi waqa' l-Ħajt ta' Berlin, spiċċa l-imperu komunista, kif ukoll ġew u marru Gorbachev u Bush.", "F'affarijiet bħal dawn aħna ma nistgħux noqogħdu nimxu fuq l-istorja għax ma naħsibx li dan għandu wisq x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Madam Speaker, qed ngħid dan għax inqalu ċerti affarijiet u saħansitra kien hawn min ħallat il-Partnership for Peace man-newtralita'.", "Fil-programm elettorali aħna għidna mill-ewwel li se ninħallu mill-Partnership for Peace appena nitilgħu fil-gvern.", "Jien ma naqbilx ma' min jgħid li din kienet xi \"missjoni ta' ħniena\" għax fil-fehma tiegħi missjoni ta' ħniena jagħmluha dawk il-missjonarji, bħal Madre Theresa u dawk li jmorru jħennu għan-nies.", "Jien ma nistax nifhem kif xi ħadd jista' jħenn għalik billi jisparalek.", "Dan tkun qisek qed tagħmel bħal meta għandek il-ġrieden u tħenn għalihom billi tagħtihom il-ġobon bil-velenu.", "Imma dik m'hi ħniena xejn.", "(Interruzzjonijiet) Mhux kulħadd qaddis l-istess imma jien għadni qatt ma rajt qaddis bi xkubetta f'idejh.", "(Interruzzjonijiet) U ħallina!", "Madam Speaker, kif kont qed ngħid, il-Eurocontrol twaqqfet fl-1960 biex l- Istati membri jingħaqdu biex jikkoperaw fin-navigazzjoni ta' l-ajru.", "Bħalma qal il-kollega tiegħi, dak iż-żmien l-upper air space tat-traffiku ta' l-ajru kien jibda 'l fuq minn 24,000 pied fuq livell tal-baħar.", "Din l- organizzazzjoni twaqqfet minn sitt pajjiżi u mhux mill-pajjiżi kollha ta' l- Unjoni Ewropea, tant hu hekk li l-Ġermanja ma kenitx għadha daħlet allavolja hija founder member ta' l-EU.", "Minn dak iż-żmien sal-lum saru bidliet enormi kemm bl-introduzzjoni ta' l-ajruplani li jġorru l-armamenti kif ukoll li minn makni bl-iskrejjen qlibna għal makni tal-jet.", "Meta Malta daħlet membru konna għadna fiż-żmien il-gwerra bierda u kien għalhekk li dakinhar aħna ħassejna li ma kellniex għalfejn inbiegħu s-sovranita' tagħna.", "Il-fatt li llum qegħdin inġibu l-flus hija ħaġa tajba imma l-flus mhux kollox.", "Kieku l-Gvern Laburista li tela' fl-1971 ried il-flus kien jagħmel trattati oħra imma l-Gvern ta' dak iż-żmien ma ħalliex bażijiet hawn Malta għax ma kienx jaqbel magħhom.", "Aħna konna nafu li kieku ħallejna bażi Amerikana u l-bażijiet tan-NATO forsi kienu jagħtuna flus aktar imma meta għamilna t-trattat ma' l-Ingilterra aħna xorta għidna li hi tista' toqgħod hawn imma lill-oħrajn ma ridnihomx.", "Allura aħna għamilna ħażin dak iż-żmien?", "Madam Speaker, tajjeb li niftakru li meta fis-sittinijiet kien hemm għaddejja ġlieda kbira bejn żewġ blokki kbar, jiġifieri n-NATO, li kien il- blokk immexxi mill-Amerka, u l-Patt ta' Varsavja, li kien immexxi mir- Russja.", "Dawn il-blokki kellhom ħafna ajruplani tal-gwerra, bħal bombers u fighters - dawn ta' l-aħħar kellhom ħeffa kbira - li kienu jieħdu kważi l- ispazju ta' l-ajru kollu u allura bilfors ried isir xi ħaġa biex l- ajruplani ċivili, li kienu qed jinbidlu wkoll, ikollhom l-ispazju tagħhom.", "Kien għalhekk li dak iż-żmien dawn is-sitt pajjiżi ingħaqdu f'din il- konvenzjoni.", "Meta spiċċa l-komuniżmu, l-ekonomija tal-pajjiżi tal-punent bdiet miexja 'l quddiem b'pass imgħaġġel filwaqt li dik tal-lvant bdiet miexja wkoll imma bil-mod il-mod.", "Barra minn hekk, bejn dawn il-pajjiżi beda jiżdied it- trasport kemm fil-qasam turistiku kif ukoll fil-qasam kummerċjali u fl- istess ħin l-istess pajjiżi kienu kommessi ma' xulxin illi jiddefendu s- sovranita' tagħhom.", "Meta sħabi tkellmu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien dejjem sostnejna illi s-sovranita' ta' Malta m'għandha tinbiegħ qatt.", "Aħna dejjem hekk għidna u dan mhux għax bżajna mill-babaw tan-NATO jew mill-babaw komunista imma aħna għidna li la għandna minn wieħed u lanqas għandna mill-ieħor.", "Kieku dak iż-żmien ma sarx hekk kieku llum m'għandna xejn.", "Dak iż-żmien l-Ewropa ma qalitx li meta titlaq 'il barra Malta mhux se jkollha difiża.", "Jekk immorru aktar lura fl-istorja, meta l- Onor. Mintoff kien Prim Ministru, in-naħa l-oħra mhux bil-babaw kienet tbeżża' imma kienet tgħid li jekk jitilqu l-air controllers Ingliżi aħna se nispiċċaw għax ma jkunx hawn min iniżżel l-ajruplani.", "Pero' llum rajna li għandna air traffic controllers kapaċi, ta' l-affari tagħhom u li marru jitgħallmu barra kif ukoll marru jgħallmu lil ħaddieħor.", "Min qatt kien jobsor li aħna kien se jkollna DCA Malti!", "Dak iż-żmien kienet xi ħaġa li ma kenitx immaġinabbli li l-airport jitmexxa mill-Maltin u fil-fatt meta kienu se jitilqu l-Ingliżi bdew jgħidu: X'se nagħmlu issa?", "X'se jiġri?", "Min se jmexxih l-airport?", "Kellna n-nies tagħna li mexxewh.", "Għaliex qed ninsewhom dawn l-affarijiet?", "Kif qal sieħbi, ejjew niftaħru b'dawn l- affarijiet.", "Jien niftakar kemm kien hawn reklami u kemm nies libsu ta' stewards u ta' pilots meta konna se nagħmlu l-Air Melita.", "Dan ġara meta l-Air Melita kienet serqet ħafna flus u ma għamlet xejn.", "Ħadd ma jsemmihom dawn l- affarijiet!", "Hawnhekk l-vjolenza biss tissemma?", "Imma din hija vjolenza wkoll għax kien hawn ħafna nies li tilfu flushom meta xi ħadd kien ivvinta l-Air Melita.", "Hawnhekk mhux qed insemmu xi ħaġa li saret xi 200 sena ilu.", "Qed insemmu s-snin sittin, proprju meta twaqqfet il-Eurocontrol.", "Dak iż- żmien kulħadd beda jixtri x-shares għax qalu li kien se jkollna l-Air Melita biex imbagħad min kien responsabbli ħadilna l-flus u telaq.", "Meta fl-1974 ġejna biex nagħmlu l-Air Malta kulħadd kien qal li din se tkun xi ħaġa konnessa mal-BEA.", "Meta mbagħad ġibna l-ewwel ajruplan mill- Pakistan kienu qalu li se narmaw bil-karettuni kif ukoll li dan kien \"għasfur taċ-ċomb\".", "Kien hemm min saħansitra talab li dan l-ajruplan jieħu xi tkaxkira, pero' wara 20 sena l-poplu Malti għandu l-pilots tiegħu, l- cabin crew tiegħu, l-ajruplani tiegħu u kull ħaġa oħra konnessa ma' dan il- qasam.", "Min qatt kien jobsor dan!", "Meta mmur barra, bħalma jmorru sħabi, ikun hemm nies li jgħiduli: Imma kif jista' jkun li f'pajjiż daqshekk żgħir għandkom l-airline tagħkom?", "Dan mhux qed ngħidu b'sens ta' tgħajjir.", "Ilqajt ma' ministru tal-Brunei - dan hu l-aktar pajjiż sinjur li hawn fid- dinja - u sirt naf li dawn issa bdew il-linja ta' l-ajru tagħhom.", "Dan meta aħna, pajjiż relattivament fqir, mix-xejn kien irnexxielna nagħmlu l-Air Malta!", "Meta għalqet żmienha l-Air Malta kien hemm xi ħadd li kiteb f'\"The Times\": Din aħna konna bdejniha.", "Xi bdejt inti?", "X'Air Malta għamilt?", "Kemm kienu jaħdmu pilots?", "Biex ikollok il-linja ta' l-ajru tiegħek irid ikollok il-pilots tiegħek u ħafna affarijiet oħra kollha tiegħek.", "Illum għamilna airport fejn kollox huwa mmexxi mill-Maltin.", "Jien mhux qed ngħid li dan kollu għamlu l-Gvern Laburista, għax dawn huma affarijiet li jsiru biż-żmien, imma Gvern Laburista kien għamel il-pedament.", "Aħna niftaħru meta nitilgħu fuq ajruplan u tismagħhom ikellmuk bil-Malti għax fi żmieni meta konna konna nitilgħu fuq ajruplan l-ewwel lingwa li kont tisma kienet l-Ingliż, għax il-BEA biss kienet topera hawn u ħadd aktar mentri llum ftaħna orizzonti u toroq ġodda.", "Dak iż-żmien ma konniex naqblu li mmorru fil-Eurocontrol għax konna nibżgħu.", "Dak iż-żmien kulħadd kien jibża'.", "Mela aħna konna nafu li Gorbachev kien se jiltaqa' ma' l-Onor.", "Fenech Adami u l-President Bush biex itemmu l-gwerra l-bierda!", "Mela aħna konna nafu li l-blokk komunista kien se jispiċċa hekk?", "Ħadd ma kien jafu dan.", "Min kien jobsor li fi tmint ijiem se jaqa' l-ħajt ta' Berlin?", "Min kien jobsor li l-blokk komunista se jaqa' hekk?", "Jien niftakar - dawn sigrieti li llum jafhom kulħadd - meta darba ltqajna ma' l-Onor.", "Perit Mintoff u kien qalilna li l-blokk komunista kien spiċċa.", "Dakinhar kulħadd kien tbissem imma l-Onor.", "Mintoff huwa wieħed li jara fil-bogħod.", "Illum li l-blokk komunista spiċċa nistgħu nħarsu lejn l- Eurocontrol mhux mil-lenti militari.", "Aħna llum mhux qed inħarsu lejha bħala xi organizzazzjoni li begħnilha l-ajru tagħna.", "Jien ħadt pjaċir nisma' li l-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra qablu ma din l-emenda.", "Illum anke sħabna tan-naħa ta' l-Ewropa tal-Lvant ġejjin biex jingħaqdu f'din l- organizzazzjoni u dan meta għad hemm pajjiżi oħra mill-Ewropa tal-Punent li għadhom ma ffirmawx din il-konvenzjoni.", "Madam Speaker, aħna qegħdin nagħmlu din l-emenda mhux għall-flus imma biex jinġabru l-flus.", "Mela aħna qatt ivvotajna kontra li l-poplu Malti jdaħħal il-flus!", "Mela aħna konna mmorru ngħidu lil-Libja jew lill- Ingilterra li jekk ma jaslux il-flus kien jaqa' l-gvern!", "Hawnhekk aħna qed ngħidu biss li qed naqblu ma' din il-konvenzjoni, imma għamilna din l- emenda żgħira għal dak li jirrigwarda l-imgħax biex, kif qal il-kollega tiegħi tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, ma jkollniex għalfejn noqogħdu nressqu din il-liġi fil-Parlament kull darba li jkun hemm bżonn ngħollu r-rata stabilita.", "Kulma qed nagħmlu huwa li nippermettu li r-rata ta' l-imgħax tkun ogħla minn 8% kull sena fuq dawk il-flus dovuti lilna.", "Madam Speaker, jien ħadt pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni jgħid li hu kien preżenti meta nfetħu l-headquarters ta' l- Eurocontrol fi Brussels għax għalina dan kien unur għal Malta.", "GĦax kif għidt il-bieraħ jien nixtieq li meta niġu biex niddiskutu l-abbozzi ta' liġi minflok ma noqogħdu nagħmlu ħafna emendi għandna l-ewwel nanalizzaw tajjeb l-affarijiet.", "Per eżempju, jien nixtieq li jekk minn 100 emenda jien nagħmel 50 ħżiena, l-Oppożizzjoni tiġbidli l-attenzjoni għal dan il- fatt qabel ma niġu fil-Parlament biex b'hekk ma noqogħdux naħlu l-ħin tagħna u tal-poplu.", "Jien naħseb li għalkemm jista' jkun hemm xi nuqqas ta' qbil bejn iż-żewġ naħat fuq xi punti xorta waħda għandna nsibu mezz kif naslu għax jekk ma nfasslux liġi b'mod tajjeb ibati l-poplu kollu.", "F'dan ir- rigward jien ngħid li ma għandniex noqogħdu nġibu argumenti li mit-tali liġi se jgawdu l-Laburisti u jbatu n-Nazzjonalisti jew viċi-versa.", "Jien naħseb li meta jkollna liġijiet bħal din li għandna quddiemna aħna għandna nfassluha b'tali mod li noħorġu minnha dak li hu ta' ġid għall-poplu.", "Madam Speaker, jien ma tkellimtx ħafna fuq it-teknikalita' ta' dan l- abbozz ta' liġi għax fuq dan l-aspett diġa' tkellmu diversi Onor. Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra u għalhekk diġa' nafu x'nixtiequ f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt jien ħadt pjaċir li għalkemm dan l-abbozz ta' liġi jirrigwarda l- finanzi għadda mingħajr division filwaqt li nixtieq nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra tal-kontribut tagħhom.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Eurocontrol, Kap. 333\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Issa nistieden lill-Ministru Mizzi biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Mejju fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Madam Speaker, ftit ta' jiem ilu, eżattament nhar l- Erbgħa, 7 ta' Mejju, 1997 il-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, għamel stqarrija fil-Parlament fejn ħabbar proġett ta' modernizzazzjoni fil-Korp tal-Pulizija.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li kien hemm, u għad hawn bżonn, li fil-Korp tal-Pulizija ssir xi tip ta' riforma.", "F'qasir żmien il-Gvern Laburista rnexxielu jibda jagħmel din ir-riforma u dan għamlu bi proċess ta' konsultazzjoni kemm ma' min hu nvolut direttament, jiġifieri mal- pulizija, kif ukoll mal-pubbliku in ġenerali.", "Madam Speaker, din hija wegħda oħra elettorali li qegħdin fil-proċess li nwettqu.", "Dan juri kemm il-progamm elettorali tagħna huwa mimli u varjat mhux bħalma konna nisimgħu qabel l-elezzjoni li huwa programm bi ftit faċċati.", "Fl-aħħar mill-aħħar, li jgħodd huwa s-suġu tal-kontenut u mhux il- ħxuna tiegħu.", "Jidher ċar li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista fih ħafna aktar sugu u dan joħroġ ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mall-Pulizija.", "Dan l-impenn juri wkoll li l-Gvern hu determinat li jwettaq dak li wiegħed mingħajr ħafna logħob bid-dkiskors.", "L-aħħar manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista ma jsemmi l-ebda ħtieġa ta' riforma fil-Korp tal-Pulizija.", "Fil-manifesti ta' elezzjonijiet ta' qabel, il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li se jagħmel riforma fil- Korp tal-Pulizija u fit-tmexxija tal-ħabs.", "Kellna wkoll il-famuża wegħda li kienet tgħid: \"Tgħix f'darek bla biża'.\", kif ukoll li l-Pulizija kellha tħares lil kulħadd bl-istess mod.", "Iżda x'ġara minn dawn il-wegħdiet, Madam Speaker?", "Bħal bosta ħwejjeġ oħra dawn il-wegħdiet baqgħu biss wegħdiet fuq il-karta.", "F'dawn l-aħħar snin mhux veru li twettaq progress fit-tmexxija tal-forzi li jħarsu s-sigurta' taċ-ċittadini fil-ħajja ta' kuljum għax l-indħil politiku żamm lura dan il-progress b'detriment għaċ-ċittadini kif ukoll għall-istess membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Dan in-nuqqas ta' progress żied il-problemi amministrattivi fil-ħidma tal-pulizija billi żdiedu n-numru ta' għases magħluqa kif ukoll li bosta għases m'għandhomx faċilitajiet biex il- pulizija jkunu jistgħu jaħdmu b'mod effeċjenti.", "Barra minn hekk hemm numru mhux ħażin ta' puliżija li baqgħu mgħobbija b'doveri li mhumiex ix-xogħol proprju ta' pulizija.", "Dan kollu u ħwejjeġ oħra wasslu biex il-pulizija jkunu mhux biss demoralizzati iżda anke orfni minn għodda oħra li hija importantissima biex il-Korp tal-Pulizija jkun jista' jiġġieled dawk il- problemi li qed joħolqu diffikultajiet soċjali kbar.", "Hawnhekk biżżejjed insemmi t-traffikar tad-droga, il-ħasil ta' flus, l-immigrazzjoni illegali - l-aktar mill-Afrika għall-Ewropa - kif ukoll il-kuntrabandu.", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li ħafna mil-liġijiet li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tal-Korp tal-Pulizija baqgħu ma ġewx riveduti għaż- żmenijeit tal-lum.", "Dan, flimkien ma' fatturi oħra bħal, ngħidu aħna, il- politika partiġjana, wasslu biex tonqos id-dixxiplina u s-serjeta' mhux biss fil-korp iżda anke fil-pajjiż in ġenerali.", "Xiehda ta' dan huwa li kuljum qed naraw mijiet ta' ksur ta' regolamenti kif ukoll it-twettiq ta' atti kriminalita' f'kull ħin tal-ġurnata.", "Per eżempju, fejn żmien ilu konna naħsbu li s-serq isir bil-lejl biss, f'dawn l-aħħar snin is-serq beda jsir anke fid-dawl tax-xemx għax il-kriminal ma baqax jibża' mill-forzi ta' l- ordni tant li l-affarijiet li kien jagħmel bil-lejl beda jagħmilhom anke fid-dawl tax-xemx.", "F'dawn l-aħħar snin sirna qisu xejn m'hu xejn u l-atti llegali komplew jiżdiedu bla rażan bħal, per eżempju, l-ipparkjar ħażin, is- sewqan bl-addoċċ, il-bini illegali, it-traffikar ta' droga bil-miftuħ, il- konsum ta' alkohol minn minorenni li ħafna drabi jsir f'postijiet ta' divertiment magħrufa, is-serq u l-ħsara fil-proprjeta'.", "Barra minn hekk, imbagħad hemm atti iżgħar anqas gravi iżda li xorta huma illegali bħal, ngħidu aħna, id-daqq ta' stereo jgħajjat, it-trobbija ta' annimali fl- abitat u bosta nuqqasijiet oħrajn.", "Hawnhekk nixtieq niftaħ parentesi żgħira dwar il-qasam tal-ħabs.", "Madam Speaker, dwar dan il-qasam konna nisimgħu bosta kliem sabiħ dwar ir-riforma li għandha ssir iżda fil-verita' qatt ma kien hemm laxkezza u abbużi daqs kemm kien hemm f'dawn l-aħħar snin.", "Il-Gvern preżenti jaf bil-problemi tat- tmexxija tal-ħabs u għalkemm huwa konxju li dan huwa qasam diffiċli u delikat, kif rajna fix-xhur li għaddew il-Gvern diġa' beda jagħmel xi ħaġa aktar konkreta milli kien isir qabel.", "Jien naħseb li l-iżball tal-Partit Nazzjonalista kien li parla ħafna sabiex jaħbi l-verita' mill-poplu għax fl- aħħar mill-aħħar din ħadmet mhux biss kontra l-Gvern ta' dak iż-żmien iżda aktar imma aktar u aktar kontra l-priġunieri u konsegwentement anke kontra s-soċjeta'.", "Fil-kontest ta' dan kollu, il-Partit Laburista ħass li fil-manifest elettorali għandu jwiegħed li jagħmel riforma fil-Korp tal-Pulizjia sabiex fuq medda ta' żmien u bi pjan fit-tul il-Korp tal-Pulizija jieħu lura l- prestiġju u l-fiduċja li tul dawn l-aħħar snin sfortunatament kienu naqsu bil-kbir.", "Jiena nħares lejn dan il-proċess ta' modernizzazzjoni minn diversi aspetti.", "Aspett minnhom huwa dak fejn jidħlu l-kondizzjonijiet tal- membri tal-pulizija fejn jiena nħoss li għandu jsir titjib, fost l-oħrajn, fil-ħlas, fl-ekwita' fit-tmexxija u anke fis-sistemi ta' taħriġ.", "Jiena naħseb li hemm bżonn naslu fi stat fejn mhux biss isir taħriġ fil-qasam tal-liġi u fid-doveri l-oħra tal-pulizija imma anke taħriġ fiżiku.", "Permezz ta' din ir-riforma se jiġu individwati l-problemi l-aktar akuti u waħda minnhom li żgur tiġi f'moħħ kulħadd hija l-problema tad-droga.", "Il- Pulijiza għandha bżonn li tiġi mogħtija l-mezzi kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu dawn l-isfidi relattivament ġodda.", "Minkejja li ċ- ċirkostanzi nbidlu l-istruttura tal-Pulizija għadha kif kienet ħafna snin ilu u allura l-korp ma jistax jirrispondi għall-esigenzi ġodda tal-lum.", "Aspett ieħor li nara f'din ir-riforma huwa dak li mingħajr ma jkun hemm indħil - u din nenfasizzaha - ikun hemm sorveljanza sħiħa mill-Kamra tar- Rappreżentanti fuq it-tmexxija u x-xogħol tal-Korp tal-Pulizija.", "Jiena ma rridtx nidħol fid-dettall tar-riforma fil-Korp tal-Puliżija, imma se nsemmi xi punti li fuqhom nixtieq nagħmel xi suġġerimenti.", "L-ewwel punt li nixtieq insemmi huwa li għandu jkun hemm liaison kontinwu bejn l-Armata u l-Korp tal-Pulizija, speċjalment fejn jidħlu li jinvolvu liż-żewġ korpi.", "Ħaġa oħra li nixtieq insemmi hija r-road blocks li issa se jsiru responsabbilta' tal-pulizija.", "Jien nixtieq infaħħar il-mod professjonali kif kienu jagħmlu r-road blocks is-suldati u fl-istess ħin nittama li l- pulizija jkollhom l-istess faċilitajiet u sistemi li użat l-Armata ħalli nkomplu bir-riżultat tajbin li kien qed ikollna.", "F'dak li għandu x'jaqsam mas-sorvelja ta' l-ibħra, liema ħidma issa se tiġi vestita kollha kemm hi f'idejn l-Armata, naħseb li l-Armata għadha mhijiex attrezzata biżżejjed sabiex, per eżempju, bil-patrol boats tagħha tlaħħaq ma' ċerti speed boats.", "Jiena nħoss li għandu jsir l-investiment meħtieġ sabiex il-forzi tas-sigurta' jkunu jistgħu jagħmlu xogħlhom professjonalment fil-ġlieda tagħhom kontra t-traffikar tad-droga, il- kuntrabandu u l-immigrazzjoni illegali.", "Madam Speaker, nixtieq nagħmel appell lill-membri tal-Korp tal-Pulizija sabiex din ir-riforma jeħduha b'serjeta' u b'entużjażmu li ma jispiċċax wara biss ftit ġimgħat.", "Għalkemm fil-Korp tal-Pulizija hemm ħafna membri li jaqdu tajjeb id-doveri tagħhom għax iqisu li x-xogħol tagħhom huwa vokazzjoni, sfortunatament mhux kulħadd iħoss dan id-dover lejn pajjiżu u lejn iċ-ċittadini.", "Jien nittama wkoll li din ir-riforma tagħti l-frott ukoll f'dawk l- affarijiet ż-żgħar li jolqtu liċ-ċittadin ta' kuljum.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni biex il-poplu kemm jista' jkun ikun prudenti waqt is-sewqan, ma jipparkjax bl-addoċċ u ma jagħmilx ħafna storbju bl- istereos jew bid-daqq tal-ħornijiet, speċjalment matul il-lejl.", "Kieku wieħed joqgħod attent biex jevita dawn l-affarijiet jien ċert li l-ħajja tkun ferm aħjar, kemm għal dak li jkun kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali.", "Għalhekk hemm bżonn li naraw aktar pulizija fit-toroq u li jekk jista' jkun l-għases kollha jinżammu miftuħa għax jiena nħoss li parti essenzjali mix-xogħol tal-pulizija huwa li jippreveni r-reat milli jiġri.", "F'pajjiżi barranin - illum tista' tgħid li xi darba jew oħra kulħadd siefer - ix-xogħol tal-pulizija huwa primarjament fit-toroq biex jiddefendu l- interessi ta' dawk li huma l-aktar dgħajfa fis-soċjeta'.", "Madam Speaker, s'issa nistgħu niftaħru li l-pulizija tagħna, fil-maġġoranza kbira tagħhom, mhumiex armati b'armi tan-nar u jien nawgura li j'Alla li fil-futur ma nħossux il-bżonn li jkollna narmawhom.", "L-aħħar appell tiegħi, Madam Speaker, huwa ndirizzat lejn l-Oppożizzjoni għax minn xi stqarrijiet li ħarġu fuq ir-riforma li l-Gvern Laburista bi ħsiebu jagħmel donnu qegħdin jgħidu li din ir-riforma mhijiex utli imma hija sempliċiment kliem fil-vojt.", "Naħseb li attitudni bħal din hija waħda żbaljata speċjalment meta sa ftit xhur ilu huma kienu għadhom fil-gvern fejn setgħu għamlu xi ħaġa imma baqgħu ma għamlu xejn.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota biċċa mill-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista, permezz ta' l-ispokesman tiegħu, li tgħid hekk:", "\"L-hekk imsejħa riforma fil-Korp tal-Pulizija hija tentattiv fqir biex jgħatti d-demoralizzazzjoni u l-inċertezza li teżisti fost il-membri tal-Korp.\"", "F'parti oħra ta' l-istqarrija dan kompla qal hekk:", "\"Ir-riorganizzazzjoni ta' strutturi u l-ħolqien ta' ismijiet ġodda bl- ebda mod ma jserrħu moħħ il-poplu.\"", "Madam Speaker, din hija konferma minn ħalq l-Oppożizzjoni stess ta' kif ġabu u ħallew il-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar disa' snin u nofs.", "Għaldaqstant aħna nikkonfermaw aktar minn qatt qabel il-bżonn ta' din ir- riforma sabiex il-korp jakkwista lura l-appoġġ u r-rispett li jixraqlu kif ukoll biex il-poplu Malti u Għawdxi jara fil-Pulizija dak l-istrument li jħares s-sigurta' tiegħu.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Id-diskors li se nagħmel illum jittratta dwar il- problemi li hemm fiż-Żejtun u x'inhu jagħmel il-kunsill lokali dwarhom.", "Minkejja l-limitazzjonijiet li dejjem kellu, dan il-kunsill qed jirnexxielu jiffunzjona tajjeb u safejn seta' dejjem issodisfa l-bżonnijiet tar- residenti.", "Barra milli ħa ħsieb ix-xogħlijiet, dan il-kunsill irnexxielu jwettaq inizjattivi fuq livell kulturali li permezz tagħhom ġew imfakkra diversi personaġġi li għamlu ġieħ liż-Żejtun.", "Il-kunsill ħa wkoll inizzjattivi infrastrutturali billi rranġa diversi toroq u bankini kif ukoll inizjattivi ta' natura soċjali billi organizza ħafna attivitajiet għat-tfal ta' l-iskola u għall-anzjani.", "Madam Speaker, qed ngħid dan kollu biex nuri li meta jkun hemm rieda tajba naslu.", "Billi noqogħdu nżeffnu l- politika partiġjana fin-nofs jew billi noqogħdu nġelldu lin-nies ma naslux.", "Minkejja dawn l-isforzi kemm tal-kunsill lokali kif ukoll ta' għaqdiet volontarji u korpi oħrajn, iż-Żejtun xorta waħda għad għandu ċerti bżonnijiet li jiddependu mill-gvern ċentrali.", "Fost dawn il-bżonnijiet, irrid insemmi l-ħtieġa ta' ring road li għandha tibda minn Triq il- Falkunier u tispiċċa fi Triq San Klement.", "Din ir-ring road hija bżonnjuża sabiex nevitaw il-problemi tat-traffiku, speċjalment fil-core village fil- parti l-antika taż-Żejtun billi jkun hemm ċirkolazzjoni adegwata għat- traffiku u aċċess aħjar għaċ-ċentru taż-Żejtun.", "Barra minn hekk, fiż-Żejtun hemm bżonn ukoll ta' civic centre, liema proġett issa ilu ppjanat diversi snin.", "Dan iċ-ċentru kien proġettat li jsir fi Pjazza Karmnu Grima fil-post fejn illum hemm għalqa ta' sidien privati li tħalliet abbandunata peress li hija ta' ħafna sidien.", "Jien naħseb li issa wasal iż-żmien li l-Gvern jesproprja din l-għalqa biex tiġi utilizzata għall-bżonnijiet tal-komunita'.", "Iż-Żejtun għandna bżonn ċentru ċiviku ħalli fih jiġbor diversi servizzi bħal, ngħidu aħna, il-posta, il- berġa kif ukoll day centre, li llum hemm bżonnu ħafna peress li ħafna min- nisa miżżewġin qegħdin joħorġu jaħdmu u allura dawn irid ikollhom post fejn iħallu lit-tfal tagħhom.", "Problema oħra li għandu ż-Żejtun u li minnha jiddependi mill-gvern ċentrali hija s-sistema tad-drenaġġ.", "Hawnhekk jiena qed nirriferi għall- area magħrufa bħala Ħalt il-Wied għax peress li din is-sistema saret xi 20 sena ilu u minn dak inhar 'l hawn sar iżvilupp kbir billi nbnew numru ta' postijiet residenzjali, is-sistema preżenti mhijiex qed tlaħħaq bil- konsegwenza li d-drenaġġ qiegħed ifur għal ġo l-għelieqi b'inkonvenjent kbir lill-bdiewa għax la jistgħu jaħartu u lanqas jiżirgħu l-għelieqi tagħhom.", "Triq oħra li hija milquta mill-problema tad-drenaġġ hija Triq Xrob l-Għaġin fejn hemm nurmu ta' residenzi - inkluż razzett - li għadhom jinqdew bil-fossa u jiena naħseb li fiż-żmenijiet tal-lum dan mhuwiex xieraq.", "Madam Speaker, jien l-ewwel semmejt il-Kunsill Lokali taż-Żejtun li bil- ħidma tal-kunsillieri, kemm Indipendenti kif ukoll dawk Nazzjonalisti, qed jagħmel sforzi biex jegħleb il-problemi li għandu minkejja ċerti bsaten fir- roti li qegħdin isirulu.", "Dawn il-bsaten fir-roti qed isiru minn korpi parastatali, li huma l-Korporazzjoni Enemalta, il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ċertament li d-distrett ta' l-Enemalta ta' Ħal-Luqa qed jagħmel ħafna bsaten fir-roti.", "X'jiġifieri li biex il-kunsill ikun jista' jwaħħal żewġ floodlights ħalli jdawwal il- knisja kellu jsib ħafna ntoppi u biex dawn twaħħlu kellu jgħaddi ħafna żmien?", "Għaliex għandu jkun hemm dan id-dewmien meta n-nies tal-kunsill qegħdin jagħmlu xogħol volontarju?", "L-istess fejn tidħol il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Il- kunsill għamel applikazzjoni għal servizz ta' l-ilma fil-clubhouse taż- Żejtun u, meta wara erba' xhur jistenna l-ħruġ tal-permess mar jindaga dwar din l-applikazzjoni, it-tweġiba kienet li din l-applikazzjoni qatt ma kienet waslet għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Għaldaqstant il-kunsill reġa' bagħat kopja ta' l-applikazzjoni u l- korporazzjoni baqgħet issostni li dik l-applikazzjoni qatt ma waslitilha.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq sempliċi permess għas-servizz ta' l-ilma, liema permess suppost jinħareġ wara ġimgħa.", "Għalfejn dawn il-ħafna bsaten fir-roti?", "Għaliex din il-burokrazija kollha li qed twassal għal tbatija għaċ-ċittadin?", "Jekk hemm xi individwi li mhumiex effiċjenti allura jmisshom jittieħdu l-passi meħtieġa għax dawn qegħdin jagħmlu ħsara mhux biss lill-komunita' Żejtunija imma wkoll lill-korporazzjoni li tħaddimhom.", "Fir-rigward ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jidher li mhux il-Kunsill Lokali taż-Żejtun biss qed isib l-intoppi imma l-kunsilli kollha.", "Jiena naqbel li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandu jkollha ċertu kontroll biex ċertu żvilupp isir bi ħsieb u s-servizzi jitlestew qabel ma joħroġ il- permess għall-bini.", "Mela le!", "Dawn l-affarijiet kulħadd jaqbel magħhom.", "Pero' meta mbagħad niġu għall-affarijiet iż-żgħar l-awtorita' m'għandiex tiftaħ par għajnejn daqshiex jew li timxi b'ħafna red tape.", "Per eżempju, wara ċ-Ċimiterju ta' San Girgor fiż-Żejtun kien hemm blind corner perikoluża immens, tant li dejjem konna nistennew li hemmhekk isir xi inċident fatali u għaldaqstant il-kunsill applika biex titneħħa din il- blind corner.", "Ġara pero' li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qalet li din ma tistax titneħħa għax biex isir dan ix-xogħol ried jaqa' parti mill-Ġnien Luqa Briffa.", "Pero' dan mhu veru xejn għax li ġara kien li perit minn hemm ġew stess dawwar il-pjanta li kienu tawh il-kunsill b'mod li minflok ma jaqa' l-ħajt ta' ġnien li ġie mibni riċentement - kif kien indika l-kunsill - ġabha li kellu jaqa' parti mill-Ġnien Luqa Briffa biex b'hekk il-permess ma ħariġx u l-periklu baqa' hemm.", "Fil-fatt kellu jkun il-kunsill li ħa l- inizjattiva billi qabbad lin-nies jagħmlu dan ix-xogħol biex b'hekk illum it-triq hija miftuħa u mingħajr periklu.", "Mela dan jikkonferma li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tagħmel ħafna burokrazija żejda fejn ikun hemm xogħlijiet żgħar biex imbagħad tagħlaq għajnejha fejn jidħlu l- ispekolaturi.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi dwar numru ta' garaxxijiet li qed jinbnew fil- core village taż-Żejtun: X'jiġifieri f'partijiet karatteristiċi tar-raħal tagħna qed jinbnew garaxxijiet li qed joħolqu inkonvenjent kbir għar- residenti minħabba li qed ikun hemm trakkijiet kbar deħlin u ħerġin il-ħin kollu?", "Għaliex Awtorita' ta' l-Ippjanar qed toħroġ il-permessi f'każi bħal dawn?", "Tgħid għax ikun hemm imdaħħal xi baruni!", "Hekk se jibqa' miexi dan il-pajjiż?", "Każ partikolari li nixtieq insemmi huwa meta l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tat permess biex jitwaqqa' l-eqdem forn li kellna fiż-Żejtun - dan kien ġo Main Street - biex minfloku jinbnew garraxxijiet li qed joħolqu inkonvenjent kbir peress li f'dik il-parti tar-raħal it-toroq huma dojoq ħafna.", "Madam Speaker, dan biex insemmi każ wieħed biss għax bħalu hemm każijiet oħrajn.", "Imma għal affarijiet bħal dawn nagħlqu għajnejna mentri fil-każ tal-blind corner niftħuhom beraħ.", "Hemm imbagħad il-każ taż-Żejtun Youth Nursery Football Ground fejn il- permess ilu iktar minn sena biex joħroġ.", "Dan huwa permess għall-football ground biex iż-żgħażagħ Żwieten ikollhom fejn imorru jqattgħu l-ħin liberu tagħhom u b'hekk inżommuhom 'l bogħod mill-vizzju qerriedi tad-droga.", "Jien jidhirli li permess sabiex jiġi rranġat football ground m'għandux jieħu dan iż-żmien kollu.", "Dawn huma t-tip ta' affarijiet li qed iżommu lill-pajjiżna lura!", "Apparti minn dawn il-problemi nixtieq insemmi wkoll l-irranġar ta' nurmu ta' toroq, liema xogħol għadu jiddependi mill-gvern ċentrali.", "Il-kunsill diġa' għamel il-parti tiegħu f'dan ir-rigward għax diġa' daħal għal xogħol ta asfaltar, pero' mbagħad hemm ċerti toroq li jridu jinbnew mill-ġdid.", "Dan huwa xogħol li jrid isir mill-Gvern u mhux mill-kunsill.", "Fost dawn it- toroq insibu, Triq it-Tamburin, Triq id-Dwiemes u Triq id-Dejma, li tinsab f'parti ċentrali taż-Żejtun u li r-residenti ilhom ħafna jipprotestaw dwar l-istat diżastruż tagħha.", "Imbagħad għandna l-każ ta' Triq Ħaż-Żabbar, li llum saret bypass li tgħaqqad liż-Żejtun ma' Ħaż-Żabbar, li wkoll tħalliet fi stat diżastruż.", "Naf b'familja li toqgħod f'din it-triq illi kieku din ikollha bżonn ta' tabib jien ċert li dan ma jaċċettax li jidħol f'dik il- parti tat-triq tant kemm tinsab f'sitwazzjoni tal-biki.", "Madam Speaker, fid- dawl ta' l-iżvilupp propost għan-nofs inhar ta' Malta l-gvern ċentrali għandu jieħu ħsieb dawn il-problemi għax mhuwiex fair dak li sar is-sena l- oħra, taħt l-amministrazzjoni preċedenti, meta id-Dipartiment tat-Toroq għamel triq ġewwa Wied il-Għajn biex akkomoda ċerti nies u ma tax kas il- bżonnijiet l-iżjed essenzjali.", "Madam Speaker, issa se ngħid xi ħaġa dwar il-faċilitajiet sportivi fir- raħal tagħna fejn huwa pproġettat li fiż-Żejtun ikollna żewġ sport centres.", "Wieħed minn dawn huwa l-clubhouse li nbniet fil-parti magħrufa bħala San Girgor.", "Oriġinarjament din il-clubhouse kienet intiża għall-logħob tat- tennis imma l-kunsill lokali issa qiegħed jgħid li jrid jagħmilha sport centre.", "Pero' ġara li peress li hemm bżonn li jsiru ħafna alterazzjonijiet erġajna weħilna minħabba l-permessi li jridu joħorġu mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Barra minn hekk hemm ukoll nuqqas ta' finanzi.", "Ir-riżultat ta' dan kollu huwa li ż-żgħażagħ taż-Żejtun se jibqgħu bil-problema gravi li m'għandhomx fejn jiddevertu b'mod xieraq għax apparti l-ground tal-football - l-istat li jinsab fih ma tantx iħajjrek biex tmur tqatta' l-ħin liberu tiegħek fih - m'għandhomx faċilitajiet sportivi oħra fejn imorru.", "Imbagħad għandna pproġettat sport centre ieħor fl-area magħrufa bħala Ġebel San Martin.", "Din hija area maqtugħa għaliha u mhux talli m'hemm l- ebda faċilita' sportiva talli biex dawn jaslu sal-ground tal-football iridu jużaw il-karozza.", "Xi ħaġa oħra li ma xtaqtx inħalliha barra hija l-venda tal-karozzi tal- linja.", "Jiena naħseb li l-mod kif qed jiġu ttrattati x-xufiera tal-karozzi tal-linja li jkunu xogħol fuq il-venda taż-Żejtun huwa wieħed inuman għax mhuwiex sewwa li dawn lanqas biss għandhom servizz ta' ilma u aċċessibilta' għal toilet.", "Huwa veru li ħafna nies igergru mix-xufiera tal-karozzi tal- linja imma mbagħad li hu tagħhom għandna nagħtuhulhom ukoll.", "X'jiġifieri dawn m'għandhomx toilet!", "Lil min tgħidhom dawn l-affarijiet!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Madam Speaker, jiena nixtieq nikkonkludi billi nfaħħar lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, kemm li hemm fil-preżent kif ukoll li kien hemm qablu, għax-xogħol li rnexxielu jwettaq minkejja d- diffikultajiet li sab ma' wiċċu.", "Jien nagħmel appell lil min hu responsabbli ħalli jirrimedja għal dawn l-ilmenti li għadni kif semmejt għax wara kollox aħna qegħdin f'din il-Kamra bħala il-leħen taċ-ċittadin.", "Grazzi", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 26 ta' Mejju, 1997 fis-9.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġoenat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RABAT - ROMAN VILLA", "5526.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindaga jekk hux minnu li qed isir serq mis-sit storiku tar-Roman Villa fir-Rabat minn mindu twaqqa' l-ħajt tiegħu għar-raġunijiet ta' manutenzjoni?", "Nistgħu nikkonsidraw is-servizz ta' watchmen biex jiġu evitati abbużi bħal dawn?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, li ma hemm l- ebda periklu għall-fdalijiet Rumani li jinstabu wara d-dar Rumana, ir- Rabat.", "Ir-reċint li jħares dawn il-fdalijiet kien sa ftit ilu fi stat ħażin ħafna.", "Wara li parti minnu ġġarrfet f'inċident tat-traffiku, kien ġie deċiż li dan għandu jsir mill-ġdid, fuq l-istess disinn.", "Ix-xogħol tal-ġebel fil- fatt twettaq mill-Iskola tal-Bini Ġlormu Cassar, waqt li x-xogħol tal- ħadid twettaq fit-taqsima tal-ħadid fil-workshops tal-Gvern fil-Marsa, u ġie galvanizzat fil-Malta Drydocks.", "Kien hemm xi ftit ta' dewmien fit-twettieq tax-xogħol tal-ħadid, minħabba l- fatt li fl-istess waqt kien qiegħed isir volum kbir ta' xogħol ieħor għall- proġett ta' Buġibba.", "P.A. - MANAGER", "5532.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx sejħa interna jew esterna għall-mili ta' post ta' manager ta' l-Istrategic Planning Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jekk din is-sejħa saret, jista' jgħid xi kriterja u kwalifiki ntalbu u qegħdin ikunu segwiti għall-mili ta' dan il-post?", "Jista' jgħid kemm intefgħu applikazzjonijiet u kemm ġew short-listed?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Saru żewġ sejħiet, waħda nterna li għaliha intbagħtu żewġ applikazzjonijiet u oħra esterna li tagħlaq fis-26 ta' Mejju 1997 u li għaliha għad ma waslet l-ebda applikazzjoni.", "Il-kriterja u kwalifiki mitluba huma kif imsemmi hawn taħt:", "Town Planner professjonali b'degree f'Town Planning u preferibbilment minn tmienja sa għaxar snin esperjenza f'funzjoni ta' `Strategic Planning'.", "Meħtieġa wkoll `skills' fil-general management, tmexxija (leadership), komunikazzjoni u `interpersonal skills' kif ukoll kreattivita' biex wieħed isib soluzzjonijiet innovattivi.", "Skills oħrajn importanti huma dawk li għandhom x'jaqsmu ma' riċerka u preparazzjoni ta' policy.", "Fis-sejħa interna ħadd ma ġie short-listed.", "IMPJIEGI", "5107.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; (ċ) konsulenti; u (d) kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il- Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal- kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni skond il- ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni ndikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: F'Marzu 1997 la ġew impjegati persuni taħt (a), (b), (c), u lanqas ma ngħataw transfers fid-dikasteru li għalih jien responsabbli.", "IMPJIEGI", "5108.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; (ċ) konsulenti; u (d) kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Matul Marzu ġie mpjegat bniedem wieħed b' kuntratt definit mal-Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "Dan kien is-Sur Emmanuel Mifsud li ġie mpjegat bħala Personal Driver/Security Officer minflok is-Sur Paul Micallef li rrizenja fl-aħħar ta' Frar.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt.", "Matul Marzu ingħataw dawn it-transfers:", "Mid-Dipartiment ġew trasferiti :", "Ms Antoinette Coleiro - Executive Officer Mr Mario Mifsud - Technical Officer Mr Carmel Borg - Supervisor Mr Geoffrey Vella - Tradesman", "u żdiedu dawn l-impjegati:", "Ms Antoinette Briffa - Casual Typist", "IMPJIEGI", "5109.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru Mingħajr Portafoll jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; (ċ) konsulenti; u (d) kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid- dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru Mingħajr Portafoll jagħti informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l- persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni ndikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-perjodu msemmi, jiġifieri Marzu 1997, ma ġiet impjegata l-ebda persuna b'kuntratt definit jew indefinit.", "Matul l-istess xahar, il-Korporazzjoni Telemalta qabbdet bħala konsulent legali lill-avukati Dr.Paul Lia u lil Dr.Edgar Mizzi.", "Fl-istess perjodu tlieta u ħamsin (53) impjegat tal-Korporazzjoni kien trasferit minn post għall-iehor skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Il- Korporazzjoni Telemalta tħoss li mhix etika li tpoġġi fuq il-mejda tal- kamra l-ismijiet tal-imsemmija impjegati.", "IMPJIEGI", "5110.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; (ċ) konsulenti; u (d) kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal- persuni ndikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: M`għandi xejn xi nżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsija numru W 308, W442 u W 4528.", "Ma saru ebda transfers matul l-istess xahar.", "IMPJIEGI", "5111.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; (ċ) konsulenti; u (d) kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni ndikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-informazzjoni li talab l- Onor. Interpellant hija kif ġej.", "1) Sar re-deployment ta`persuna minn Posta Ltd għall uffiċċju tal-Prim Ministru,ta` persuna oħra mid-Dipartiment ta`l-Avjazzjoni Ċivili għal ma ċ- Ċentru Ħidma Soċjali,u ta` persuna oħra mill-Ministeru għad Dipartiment ta` L-Artijiet.", "2) L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' Avukat bħala konsulent legali u Tabib bħala konsulent mediku.", "3) Gozo Channel Co. Ltd. - ġeddet b'kuntratt definit għall-sena ta' Deckhand u Deckboy/Utility Hands.", "Kien hemm talba li ġiet milqugħa biex ħaddiem tal-kumpanija jiġi ttrasferit ma' Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u mpejgata oħra ġiet trasferita mill-Universita' għall-Gozo Channel Co. Ltd.", "4) Malta International Airport - appuntat Chief Executive li huwa sekondat mill-Air Malta.", "IMPJIEGI", "5112.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; (ċ) konsulenti; u (d) kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u fil-każ tal-persuni ndikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: F'Marzu 1997 ma kien hemm l-ebda persuna li ġiet impjegata b'kuntratt definit jew bħala konsulent fid-dekasteru tiegħi.", "Ġiet impjegata persuna waħda bħala part-time Counsellor, b'kuntratt indefinit mal-Aġenzija Sedqa.", "F'Marzu saru 4 transfers kif ġej: 1.", "Principal Officer mill-Ministeru għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "2.", "Executive Officer mill-uffiċċju tal-VAT għal mal-Ministeru.", "3.", "Messaġġier mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għal ma' l-Istamperija tal-Gvern.", "4.", "General Hand miċ-Ċentru ta' Taħriġ għall-Persuni b'Diżabilita' ta' l- Imtarfa għal mal-Qrati tal-Ġustizzja.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "5511.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm saru applikazzjonijiet għall-aħħar sejħa għal nurses part-timers?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għas- sejħa li saret permezz tal-ġurnali lokali matul April, ninfurmah li applikaw total ta' dsatax il-nurse u midwife waħda.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - PAZJENT", "5512.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonferma li pazjent li daħal ġewwa l-iSptar San Luqa (ġewwa sala tal-mediċina) ġie trasferit ġewwa l-iSptar San Vinċenz de Paule fi żmien 24 siegħa u mingħajr ma lanqas kienet saret l-applikazzjoni għat-trasferiment ta' dan il-pazjent li mbagħad saret wara li l-pazjent ġie trasferit?", "X'kienet ir-raġuni valida għal dan l-aġir?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma nafu l-ebda każ bħal ma qed jissemma'.", "SPTAR SAN LUQA - KAŻI ĠEWWA ĦAS-SERĦ", "5513.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intbagħtu każi mill-iSptar San Luqa għal ġewwa Ħas-Serħ mill-1.1.97 sal-lum?", "Mil-liema swali ntbagħtu?", "Meta kienet id-data ta' dħul ġewwa l- iSptar San Luqa ta' kull pazjent u meta kienet id-data li ġie trasferit għal Ħas-Serħ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mill-1 ta' Jannar 1997 sa l-14 ta' Mejju 1997 tlieta u tmenin (83) pazjent intbagħtu mill-isptar San Luqa għar-Residenza ta' San Vincenz de Paule.", "Dawn il-każi ntbagħtu fir-residenza ta' San Vincenz de Paule minn dawn is- swali fl-Isptar San Luqa M1, M2, M3, M4, M5, M6, M7, M8, MS1, MS2, MS3, S4, WS2, WS3, ENT, Gynaecology, Ophtalmic, l-Orthopaedic Ward 1 u Orthopaedic Ward 3.", "Fil-lista li ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jidhru kemm id-dati tad- dħul ta' kull pazjent fl-Isptar San Luqa, kif ukoll il-jum meta ġie trasferit għar-Residenza San Vincenz de Paule.", "SPTARIJIET TAL-GVERN - MRSA", "5514.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar is-sitwazzjoni ta' l-MRSA ġewwa kull sptar tal-Gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sitwazzjoni ta' l-MRSA fl-Isptarijiet pubbliċi turi li ġewwa l-Isptar San Luqa din hija taħt kontroll, tant li l- każijiet mill-ITU naqsu drastikament.", "Il- maġġoranza ta' każijiet fis- swali oħra kienu ta' kolonizazzjoni nasali u mhux infezzjonijiet kliniċi.", "Ma jidhirx li hemm problema sostanzjali b'dan il-mikrobu fl-Isptarijiet l- oħrajn, tant li każijiet pożittivi f'dawn l-Isptarijiet dejjem setgħu jiġu għal perjodu reċenti ta' konvalexxenza marbuta ġewwa l-Isptar San Luqa.", "Tant huwa hekk li survey imwettaq mill-amministrazzjoni ta' l-Isptar San Vincenz flimkien ma' l-infection Control Unit ta' l-Isptar San Luqa ma sabitx lanqas każ wieħed f'100 pazjent ġewwa s-swali ta' l-Isptar San Vincenz.", "ĦAS-SERĦ - WAITING LIST", "5515.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija twila l-waiting list għal dħul ġewwa Ħas-Serħ?", "Kemm hemm applikazzjonijiet minn kull sptar tal-Gvern u kemm minn barra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-waiting list għal dħul ġewwa San Vincenz de Paule hija ta' 664.", "Hemm 58 applikazzjoni mill-Isptar San Luqa, 11 mill- Isptar Boffa u 595 minn barra.", "Qegħda tiġi aġġornata din il-lista billi ċ-ċirkostanzi ta' l- applikazzjonijiet, jinbidlu spiss.", "L-urġenza ta' dawn l-applikazzjonijiet tvarja ħafna u dawk l-aktar urġenti qed jinqdew malajr mingħajr wisq dewmien.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TESTIJIET TAD-DEMM", "5516.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tobba fil-privat għamlu użu mill-faċilita' li jitolbu testijiet tad- demm offruti fil-Health Centres?", "Jista' l-Ministru ġentilment jipprovdi breakdown ta' testijiet li ntalbu u mil-liema health centre?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-istatistika kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tinġabarx regolarment mid-dipartiment tal-Kura Primarja.", "Minn analiżi li saret mill-istess Dipartiment tat-testijiet li saru matul Frar u Marzu ta' din is-sena rriżulta li 10 % tal-pazjenti li attendew biex jagħmlu testijiet kienu riferuti minn tobba privati li ordnaw 11 % tat-testijiet.", "Dawn kienu mqassma hekk:", "CENTRU TAS-SAHHA % PAZJENTI % TESTIJIET", "Bormla 2 3 Floriana 10 14 Gzira 11 25 Mosta 16 17 Paola 8 8 Qormi 5 6 Rabat 13 12", "XEMXIJA - TRIQ LI TAGĦTI GĦAL BYPASS", "5522.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5144?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi għat- tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5144", "SAN PAWL IL-BAĦAR/ĊUMNIJA - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "5565.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5145 dwar il-parti li tikkonċerna l-EIA?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kienet saret sejħa għall-offerti biex jitwettqu tlett Environmental Impact Assessments għall-impjanti tad-drenaġġ rispettivi.", "Billi dan il-Gvern ħass illi fit-tramuntana u fin-nofs in-nhar ta' Malta kien jinħtieġ Master Plan biex jiddefinizzi it-transmission mains, l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ u l-outfalls, il-kuntratt eżistenti qiegħed jiġi revedut b'Terms of Reference attwali biex il-parteċipanti kollha ikunu jistgħu jerġgħu joffru għal dawn ix-xogħlijiet.", "BUĠIBBA - XOGĦOL MILL-KUNTRATTURI", "5566.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5213 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tagħti tagħrif dwar liema kienu l-kuntratturi li ħadmu jew qed jaħdmu fuq xi xogħol f'Buġibba?", "Liema kien ix-xogħol li wettaq kull kuntrattur?", "X'kien il-valur tal-kuntratturi tax- xogħol li sar mid-diversi kuntratturi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nieħu gost li l-Oppożizzjoni qiegħda tieħu daqshekk interess fil-proġett ta' Buġibba iżda ma għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba għad-domanda parlamentari Numru 5470 (Seduta 68).", "SUBSTATIONS", "5570.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' substations li bħalissa qed jinbnew madwar Malta u Għawdex?", "F'liema lokalitajiet jinsabu dawn is- substations li qed jinbnew bħalissa?", "Meta saret l-applikazzjoni għal bini ta' kull substation?", "Meta ħarġu l-permessi f'kull każ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-substation li l-EneMalta qed tħejji bħalissa madwar Malta u Għawdex u l-informazzjoni mitluba huma elenkati f'Appendiċi I u II.", "Is-substations f'Appendiċi II huma substations li ma jinbnewx mill- Enemalta u għalhekk l-Enemalta ma jkollhiex aċċess għall-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "BUĠIBBA - ĦSARAT KKAWŻATI MINN KUNTRATTURI", "5571.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti differenti matul dawn l-aħħar tliet xhur ta' persuni li kellhom ħsarat ikkawżati mill-kuntratturi li qed jaħdmu fl-inħawi ta' Buġibba?", "Meta saret it-tiswija tal-ħsara kkawżata u min ħallas għaliha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fuq ix-xogħol ġewwa Buġibba ma jirriżultax li hemmm xi każ pendenti fejn saret xi ħsara mill-Kuntrattur fuq proprjeta privata.", "Għalhekk nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba għal mistoqsija numru 5143 (Seduta 64).", "BUĠIBBA - TIBDIL FID-DAĦLA", "5593.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5264, jista' l-Ministru fil-fatt jikkonferma li l-pjanta approvata kienet sottomessa fis-26 ta' Frar kif qed igħid fir-risposta jew kienet biss l-applikazzjoni, bi pjanta differenti li ġiet sottomessa fis-26 ta' Frar, 1997?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pjanta approvata mid-DCC fil-11 ta' April, fil-fatt waslet fl-Uffiċċju tad-DCC fil-11 ta' April stess fil-4.45 p.m. u ġiet approvata għal ħabta tal-4.55 p.m. mill-istess DCC?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nikkonferma li l-applikazzjoni għal tibdil fid- daħla ta' Buġibba ġiet sottomessa lill-Awtorita ta' l-Ippjanar fis-26 ta' Frar 1997 u wara li saru diskussjonijiet fit-tul ma' l-Awtorita ta' l- Ippjanar, l-Awtorita ta' l-Ippjanar approvat il-pjan fuq pjanti differenti minn dawk li ġew sottomessi ma' l-applikazzjoni oriġinali.", "It-Taqsima tax-Xogħlijiet irċeviet il-permess fl-14 ta' April 1997 u dan kien bid-data tal-11 ta' April 1997.", "Għaldaqstant nikkonferma li fir- risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5264, il-kelma \"l- Pjanta ġiet sottomessa fis-26 ta' Frar 1997\" riedet tinqara \"l- applikazzjoni ġiet sottomessa fis-26 ta' Frar 1997\".", "Jekk L-Onor.", "Membru irid ikun daqshekk preċis u eżatt biex ikun jaf x'ġara fil-11 ta' April, nassumi ta' 1997, bejn il-4:45pm u 4:55pm fl-uffiċju tad- DCC aħjar jagħmel id-domanda lill-Onor.Membru li taħtu taqa' l-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "DINGLI - TISWIJA TA' TOROQ", "5606.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Wara li l-Prim Ministru, dak iż-żmien Kap ta' l- Oppożizzjoni, ftit qabel l-elezzjoni fid-dawl tal-media tat-TV u l-gazzetti kien wera l-preokkupazzjoni tiegħu għall-istat tat-toroq u aċċessibilita' li kien jinsab fih il-Qasam tad-Djar, Fażi 3, Ħad-Dingli, u wara li dak inhar kien tkaża sew li l-Gvern tal-ġurnata ma ħax miżuri b'urġenza biex jirranġa s-sitwazzjoni, jista' issa l-Ministru jgħidli x'miżuri konkreti ħa f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "X'kienu dawn il-miżuri waħda waħda?", "F'liema data wettaqhom?", "Jaf il-Ministru li l-familji residenti f'dan il-qasam għandhom bżonn tassew urġenti li t-toroq jiġu asfaltati, tarmakjati, bis- servizzi kompleti ta' l-ilma u d-dawl, u bit-tneħħija tal-perikli f'dawk il- partijiet fejn it-toroq huma adjaċenti għall-għelieqi?", "Jista' l-Ministru jagħti l-ogħla priorita' lil dan il-proġett u jagħti l-appoġġ kollu meħtieġ lill-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli biex il-kontribut li jista' jagħti jwassal għat-tkomplija mill-aktar fis tal-proġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Saru diversi laqgħat bejn uffiċjali mit-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jiġi finalizzat pjan ta' azzjoni għal din il-lokalita.", "VETTURI", "5607.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li l-pjanċi tar- reġistrazzjoni tagħhom flimkien mal-logbook ġew ritornati mill-1 ta' Jannar, 1997 s'issa lid-Dipartiment konċernat għaliex is-sidien tal-vetturi jkunu ddeċidew li jiggaraxxjawhom?", "Jista' jagħti klassifikazzjoni ta' dawn il-vetturi bit-tip u biċ-ċilindrata?", "Jista' jagħti l-istatistika mitluba anke għas-snin 1994, 1995 u 1996?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li n-numru ta' vetturi li l-pjanċi ta' reġistrazzjoni tagħhom flimkien mal-logbook ġew irritornati lid-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet fl-ewwel erba' xhur tas-snin 1994, 1995, 1996 u 1997, huwa kif ġej:- 1994 1995 1996 1997", "Karozzi Privati: sa 1300cc 107 264 554 820 minn 1301 sa 1449cc 4 13 19 36 minn 1450 sa 1500cc 23 52 66 125 minn 1501 sa 1800cc 16 38 72 122 minn 1801 sa 2000cc 12 22 34 102 minn 2001 il fuq 14 20 30 84 Vetturi Kummercjali 75 220 260 464 Vetturi għall-Kiri 3 - 96 47 Buses u Mini Buses - - - - Muturi 9 277 39 60 TOTAL 263 906 1,170 1,860", "DINGLI - TRIQ IS-SALEŻJANI", "5608.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq is- Sależjani, Ħad-Dingli tingħata t-tarmak?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal-mistoqsija parlamentari Nru. 5603 li tgħodd għax-xogħol indikat f'dan il-każ ukoll.", "PULIZIJA - UFFIĊJALI KORRETTIVI", "5609.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi d-data uffiċjali tan-nomina ta' l-Uffiċjali Korrettivi li ħadu sehem fil-pass-out parade fis-26 ta' Marzu, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li għadhom għaddejjin il-proċeduri neċessarji biex il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tressaq għall- approvazzjoni tiegħi ir-rakkomandazzjoni biex l-Uffiċjali Korrettivi fuq Taħriġ li ħadu sehem fil-pass-out parade fis-26 ta' Marzu 1997, jinħatru Għassiesa u jingħataw kuntratt bħalha Uffiċjali Korrettivi.", "Id-data uffiċjali tal-ħatra tkun dik li fiha napprova l-imsemmija rakkomandazzjoni.", "ANZJANI - CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "5610.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jaqbel il-Ministru li m'hix ħaġa ġusta li r-remunerazzjoni tal-Casual Social Assitants, li qed jagħtu servizz ta' siwi kbir lill-anzjani, minflok tiġi aġġustata biex tagħmel tajjeb għall- għoli tal-ħajja, tispiċċa mnaqqsa minħabba ż-żieda fil-Kontribuzzjoni tas- Sigurta' Soċjali relattiva għal din il-kategorija ta' ħaddiema?", "Japprezza l-Ministru li filwaqt li self-employed veri u proprji jgħaddu ż-żieda fil- Kontribuzzjoni tagħhom lill-konsumatur tal-prodott jew is-servizzi li jipprovdu l-Casual Social Assistants bl-ebda mod ma jistgħu jagħmlu dan?", "Japprezza l-Ministru li minkejja l-istatus ta' self-employed li ġew mogħtija dawn il-ħaddiema minħabba l-esiġenzi tal-Gvern stess, irid ikun l- istess Gvern li obbligat jassigura li r-remunerazzjoni tagħhom iżomm il- livell ma' l-għoli tal-ħajja kif jagħmlu l-pagi ta' kull kategorija ta' ħaddiema?", "Il-Gvern meta beħsiebu jirranġa din is-sitwazzjoni li kienet ukoll inġiebet għall-attenzjoni tal-Prim Ministru f'waħda mill-laqgħat pubbliċi li jkollu nhar ta' Ħadd?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ittieħdet id-deċiżjoni li l-Casual Social Assistants jkollhom żieda fil-paga li tagħmel tajjeb għaż-żieda fil- kontribuzzjonijiet għas-sigurta soċjali.", "Naċċerta lill-Onor Membru li din il-kwistjoni qed tingħata l-attenzjoni kollha li jixirqilha.", "SURVEY TA' L-ISTAT U BL-BŻONNIJIET TA' L-ISKEJJEL GOVERNATTIVI", "5611.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħlas dovut lill- impjegati għax-xogħol tagħhom li sar fil-bidu ta' din l-Amministrazzjoni fuq is-survey ta' l-Istat u l-bżonnijiet ta' l-iskejjel governattivi sarx, u jekk le, meta se jsir?", "Kemm kien l-ammont ta' din l-ispiża?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għaddiet is-somma ta' Lm7865 lit-Taqsima tax-Xogħlijiet sabiex jitħallsu l-periti u mpjegati oħra li għamlu xogħol konness mas-survey li sar fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - HOSPITALITY", "W567.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: In-nefqa bhala hospitality bejn l-1 ta' Novembru 1996 u t-30 ta' April 1997 kien kif gej :-", "Ministeru tat-Turizmu - Lm1403.35 Dipartiment tat-Turizmu - Lm 176.95 Med.", "Conference Centre - Lm1397.50", "Ghal dak li ghandu x'jaqsam ma l-NTOM u l-Air Malta l-informazzjoni mitluba hija wahda ta' natura kummercjali ghaldaqstant meqjusa bhala kunfidenzjali.", "MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - HOSPITALITY", "W571.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru Mingħajr Portafoll jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu ndikat, ġiet minfuqa s-somma ta' Lm 12,241.86 mill-Korporazzjoni Telemalta.", "Din is- somma tiġbor fiha kemm spejjeż ta' rigali u wkoll ospitalita' mogħtija lil delegazzjonijiet barranin li jkunu fuq żjara uffiċjali f'Malta.", "F'dan il- perjodu msemmi, hemm ix-xahar ta' Diċembru li jġib miegħu għadd ta' riċevimenti għall-istaff fl-okkażjoni tal-Milied.", "Fis-segretarjat privat tiegħi intnefqet is-somma ta Lm 218.36 f'hospitality."]} {"filename": "19970225_036d_par.doc", "date": "1997-02-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 36 It-Tlieta, 25 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 36 It-Tlieta, 25 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "36", "It-Tlieta, 25 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 935", "KUNSENS GĦAL ATTI 935", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 935", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 941", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA", "TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 942", "AĠĠORNAMENT 966", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 972", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 988", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 35 li saret fl-24 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru II ta' l-1997 - Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u tliet miljuni, disa' mija u sebgħa u ħamsin elf, mija u wieħed u ħamsin liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1997; u", "Att Nru III ta' l-1997 - Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn dsatax-il miljun, seba' mija u tlett elef u seba' liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1996.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PORT ĦIELES - ĦADDIEMA", "667.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem L-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li preżentement jaħdmu l-Korporazzjoni tal-Freeport u jekk għandhomx qraba jaħdmu hemmhekk ukoll?", "ONOR.", "LINO SPITERI (Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Jiena għaddejt il-mistoqsija lill-Korporazzjoni tal-Freeport u ngħatajt it- tagħrif li ġej:", "In-numru ta` persuni li jaħdmu fil-Freeport huwa 522.", "Minn dawn 20, għandhom qraba jaħdmu hemmhekk ukoll.", "DIPARTIMENT TA ' L-INDUSTRIJA", "677.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem L-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jispjega f'miżura ta' dettal, x'sab jew x'inhi s-sitwazzjoni fid-dipartimenti li jaqa' taħt il- ministeru tiegħu, kif wiritha mill-Gvern preċedenti?", "Veru li sab ħerba?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Industrija): Id-Dipartiment ta` l-Industrija kellu żewġ problemi prinċipali.", "L-ewwel u l-aktar akuta kienet sens ta' demotivazzjoni peress li ma kienx hemm linja ċara jekk dan id-dipartiment huwiex se jigi xolt jew jissaħħah.", "It-tieni hija nuqqas kbir ta' personnel fil-gradi tekniċi b'rizultat li d- diversi personnel fl-oqsma kollha - bħal monitoring, laboratory, exemption from levies section - kellhom jagħmlu sforzi tremendi biex ilaħħqu mal- volum kbir ta' xogħol.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk ir-remuneration package ta' Dr Mario Vella, li skond domanda parlamentari preċedenti nifhem li huwa Chief Executive Designate sakemm jispiċċa ċ-Chairman, huwiex ekwivalenti għal dak eżistenti ta' Chief Executive, jew huwiex iktar jew inqas?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Għalkemm ma jidhirlix li din id-domanda supplimentari għandha x'taqsam mad-domanda oriġinali, ma nsib l-ebda diffikulta' li nirrispondiha.", "Is-salarju ta' Dr Mario Vella ġie bbażat fuq il-kuntratt li kien sar ma' Mr Diacono bħala Chief Executive.", "Id-differenza hija li ċ-Chief Executive preċedenti kellu ċerti allowances li Dr Vella m'għandux.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi xi żmien ilu fil-gazzetti kien hemm xi rapporti li Dr Mario Vella kien konsulent tal-Ministru - naħseb li m'huwiex - jista' jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni llum?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dr Mario Vella qatt ma kien konsulent tiegħi.", "Huwa kien Co-ordinator Planning and Policy.", "Din kienet il-pożizzjoni tiegħu.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA", "678.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem L-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jispjega x'sab sewwa sew fil-Kororazzjoni Enemalta meta ħa l-kariga ministerjali?", "Jista' jagħti spjegazzjoni f'miżura ta' dettal?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, f'isem il-Ministru tal-Kummerċ): Id-dettalji li qed jitlob l- Onor. Membru ngħataw fid-dibattitu dwar l-Estimi tal-Korporazzjoni Enemalta, kif ukoll fid-diskors tal-Ministru fuq il-Budget.", "MDC - INDUSTRIJI ŻGĦAR", "679.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem L-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kif fid-dawl ta' studju li kienet għamlet il-Federazzjoni ta' l-Industrija, il-Gvern Malti mmexxi mill-Partit Laburista se jgħin lill-industriji ż-żgħar wara li ħareġ ċar li għandhom problemi serji u li għaldaqstant jenħtieġu attenzjoni u tweżin?", "Kif, b'mod effettiv u reali, l-MDC se tgħin lill-industriji ż- żgħar u lil min irid jinvesti allavolja ikun għadu fil-bidu?", "X'politika jħaddan u qed isegwi l-Gvern Malti biex l-industriji li jipproduċu għas-suq lokali ma jitwarrbux fil-ġenb u jingħataw post fil- pjani tal-Gvern?", "Kif, allura, l-politika tal-Gvern Malti tikkuntrasta mal-politika tal- Gvern Demokristjan Nazzjonalista li l-ex-Ministru tal-Finanzi tiegħu kien ġie rrapportat li qal li \"min minnhom ma jkunx jiflaħ għall-kompetizzjoni allura jagħlaq\"?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dwar l-impriżi zgħar il-Gvern permess ta' l- MDC qiegħed iħejji s-segwenti strateġija:-", "il-ftuħ ta`l-istitut speċjalizzat fil-Marsa bl-isem I.PSE sabiex ikun ċentru fejn l-intraprenditur zgħir u medju ikun jista' jsib l-għajnuna għal problemi partikolari;", "għajnuna finanzjarja f`investiment peress li t-threshold preżenti ta' Lm100,000 skond l-IDA se titbaxxa b'mod sostanzjali;", "l-allokazzjoni ta' art f`Ħal-Far;", "il-qsim ta' diversi fabbriki f`Malta u Għawdex sabiex jinħolqu jew jiġu trasferiti dawk li jissejħu garage industries li huma intitolati incubator units;", "bl-għajnuna ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se jiġu identifikati diversi siti f`Malta u Għawdex biex jassorbu d-domanda kbira għall-incubator units;", "upgrading tal-Qasam Industrijali ta' Ħal-Luqa li prinċipalment huwa qasam ta' intrapriżi zgħar;", "upgrading tal-crafts village f`Malta u Għawdex.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, billi l-Ministru semma l-IDA, jista' jekk jogħġbu jgħidilna kemm s'issa azjendi bbenifikaw minn din il-liġi u kemm impjegati ngħataw taħriġ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Naħseb li aħjar l-Onor.", "Interpellant għandu jagħmel din id-domanda bil-miktub biex inkun nista' nagħtih it-tagħrif mixtieq.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni dwar il-proġett li kien hemm ta' l-MDC rigward il-garage units fil-qasam industrijali tax-Xewkija, Għawdex?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fil-każ tax-Xewkija kien hemm problema minħabba li dawn il-garaxxijiet huma viċin l-abitat.", "Fil-fatt il-personnel ta' l-MDC qed jistudjaw il-pożizzjoni biex jagħtu rapport u jieħdu l-veduti tal-partijiet kollha.", "Fl-istess ħin jien tlabt ukoll biex jiġu identifikati siti oħra li jistgħu jkunu wżati għal incubator units f'Għawdex.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi fit-tweġiba l-Ministru semma l-allokazzjoni ta' art f'Ħal Far, jista' jgħidilna fejn din qiegħda?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kif jaf l-Onor.", "Membru, Ħal Far qiegħed jiġi mqassam f'oqsma differenti għal użu differenti.", "Skond il-preżentazzjoni li saret lili mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar parti hija ppjanata biex tintuża għal leisure u parti hija ppjanata għal industrija.", "Issa l-qasam industrijali huwa wkoll maqsum għax parti se tiġi allokata għal estensjoni ta' l-industrial estate u parti oħra se tingħata b'sistema ta' plots sabiex jinbnew fuqha incubator units.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq li nippreżentalu mappa, ngħidlu li nista' nagħmel dan f'xi seduta oħra għax bħalissa m'għandix fuqi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li fit-tweġiba li ta l-Ministru qed jgħid li l- intenzjoni tal-Gvern hija li jnaqqas it-threshold ta' l-IDA li hemm fil- preżent, jista' jgħidilna għal kemm se jinżel u x'se jkun l-projections ta' l-MDC bħala riżultat ta' dan it-tnaqqis?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jidher li t-threshold minn għal soft loans se jitnaqqas minn Lm100,000 għal Lm20,000 ovvjament il-projections li qed jitlobni l-Onor.", "Interpellant irrid inġibhom mill-MDC.", "SKEJJEL TAL-GVERN - STUDENTI", "680.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti fl-iskejjel primarji, fl-iskejjel sekondarji u fis-sixth forms tal-gvern?", "F'kull każ, kemm minnhom huma subien u kemm minnhom huma bniet?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): In-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-gvern huwa kif jidher hawn taħt:", "| |Subien| Bniet|Total | |Primarji |12,169|11,077|23,246| |Sekondarj| |10,895|19,271| |i |8,376 | | | |Sixth | | | | |Form |318 |437 |755 |", "UFFIĊĊJU TAN-NUTAR TAL-GVERN - MICROFILMING", "681.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-microfilming kollu fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): L- Onor. Interpellant jirrealizza li l-proċess tal-microfilming huwa wieħed twil minħabba n-numru kbir ta' volumi li jinsabu fl-arkivji notarili.", "S'issa ġew microfilmed l-atti ta' erbgħa u ħamsin nutar li jkopru 'l fuq minn żewġ miljun paġna ta' atti notarili.", "Nixtieq ninformah ukoll li dan il-proċess issa se jieqaf biex minfloku jinbeda proċess ta' digitised imaging.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhu l-ammont ta' atti notarili li sal-lum għadhom m'humiex fl-arkivji nOtarili u fejn se jitpoġġew?", "Qed nistaqsi dan għax mid-dehra l-arkivji li hemm preżenti m'humiex biżżejjed.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hemmx xi ħsieb li atti notarili ta' nutara li ilhom mejtin iktar minn 70 jew 80 sena jinġabru f'post separat peress li r-reġistru ta' l-att ikun għadu għand nutara diversi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien m'iniex f'pożizzjoni li nirrispondih pero' naċċertah li jekk jagħmel mistoqsija bil-miktub il-Ministru Mangion ikun f'pożizzjoni li jagħtih l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minkejja li l-Ministru Mangion mhux qiegħed hawn preżenti - din il-ħaġa qed tiġri ta' spiss, u mhux qed ngħid għal dan il- Ministru biss - xorta se jkolli nagħmel mistoqsija għax hija direttament relatata ma' dan.", "Jaf il-Ministru li twaqqaf il-proġett tal- komputerizzazzjoni tan-noti ta' l-Insinwa kollha?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari oriġinali hawn ċar u tond li se jinbeda l-proċess ta' digitised imaging.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Hawn xi ħaġa li m'hijiex qiegħda tinftiehem.", "Li tgħid li qed issir sistema ta' microfilming ta' l-atti notarili huwa differenti milli tgħid li s-summary ta' l-att - kif forsi jaf il-Ministru dan isir wara kull att - li huwa l-iktar ħaġa importanti, jiġi rreġistrat l-Insinwa.", "Aħna qegħdin ngħidu li għal xi raġun il-programm li kien qed isir ta' l-ikkuppjar tar-reġistrazzjoni ta' l-atti fl-Insinwa twaqqaf u wieħed mill-impjegati li ntbagħat kors mill-istess dipartiment sabiex jagħmel dan ix-xogħol, illum qiegħed bla xogħol.", "Aħna qed nistaqsu ħaġa totalment differenti.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru biex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli jingħata risposta.", "FORTIZZI STORIĊI - KIRI", "3074.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2230 u r- risposta mogħtija mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, jista' l-Ministru jgħid meta ngħataw għal skop privat kull wieħed mill- fortijiet mogħtija għat-trobbija ta' l-annimali, ċioe' Forti Bengħajsa, Forti Bingemma, Forti Delimara, Forti San Leonardu u Forti tas-Silġ?", "Meta hu mistenni li jagħlaq kull wieħed mill-ftehim li hemm f'dawn il- fortijiet?", "X'inhu mistenni li jiġri minn dawn il-fortijiet wara li l- ftehim preżenti jagħlaq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-Fortizza ta' Bengħajsa hi mikrija għal perjodu li għandu jagħlaq fil-11 ta' Marzu 1997.", "Il-kirja tal-Fortizza ta' l-Imġarr tagħlaq fit-8 ta' Ottubru, 1997 u dik tal-Fortizza ta' Delimara tagħlaq fi Frar ta' 1999.", "Il-Fortizza tas-Silġ u dik ta' San Leonardu qegħdin b'kirja minn sitt xhur għal sitt xhur.", "Il-Gvern qed jara x'possibilita hemm li jsir użu aħjar ta' din il- proprjeta, iżda l-Onor.", "Interpellant japprezza li jekk jiġi deċiż li dawn il-forti ma għandhomx jibqgħu jintużaw kif inhu illum, irid jinstab post alternattiv għal-inkwilini li hemm u dan mhux daqshekk faċli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna għalxiex qed jintużaw dawn il-fortizzi u bħala xiex huma mikrija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, safejn naf jien uħud minn dawn il- fortizzi qegħdin jintużaw kemm biex joqogħdu fihom in-nies kif ukoll għat- trobbija ta' l-annimali.", "Fil-fatt parti mill-Fortizza ta' Binġemma qed tintuża għat-trobbija ta' l-annimali u fil-parti l-oħra qed joqogħdu n-nies fiha; il-Fortizza ta' San Leonardo qed tintuża kollha għat-trobbija tal- bhejjem; il-Fortizza ta' Tas-Silġ qed tintuża bħala sanctuary għall-klieb; u l-Fortizza ta' Bengħajsa qed tintuża wkoll għat-trobbija ta' l-annimali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għalkemm napprezza d-diffikultajiet li llum jeżistu sabiex jinstab post alternattiv għal min qed jokkupa dawn il-fortizzi, jista' l-Ministru jgħidiolna jekk jaħsibx li xorta waħda għandhom jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex dawn il-fortizzi jiġu restawrati?", "Irrid ngħid li qed issir enfasi minn diversi persuni u anke għaqdiet li fortizzi ta' importanza storika għal pajjiżna għandhom jiġu wżati bħala parti mill- fortifikazzjoni biex b'hekk iservu wkoll għal skop turistiku.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bla dubju naqbel mas-sentiment muri mill-kollega tiegħi li kemm jista' jkun dawn il-fortizzi għandhom jintużaw għal skopijiet aktar adattati, pero' bħalma għidt fir-risposta tiegħi naħseb wieħed irid jara kif se jagħmel biex in-nies li qed jokkupawhom jingħataw allokazzjoni alternattiva; u s'intendi irridu wkoll insibu post alternattiv għal dawk l-attivitajiet l-oħra li qegħdin isiru hemm ġew.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jikkopera mad-Dipartiment tad-Djar biex forsi jsolvi din id-diffikulta' għax hawnhekk qed nitkellmu fuq il- wirt storiku tal-pajjiżna?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mhux mad-Dipartiment tad-Djar biss iżda anke mad- Dipartiment ta' l-Agrikoltura għax ħafna minn dawn il-fortizzi qed jintużaw għat-trobbija tal-bhejjem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Naħseb li l-Ministru jifhem li kont qed nirreferi għan- nies u mhux għall-bhejjem!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna - jekk għandu l- informazzjoni hawnhekk - lil min huma mikrija dawn il-fortizzi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiddispjaċini imma hawnhekk m'għandix din l- informazzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Membru jagħmel domanda speċifika inkun nista' nirrispondih.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jidhirli li għalkemm xi wħud minn dawn il-fortizzi nkrew għal skop ta' trobbija ta' annimali, fil-fatt m'għadhomx jintużaw għal dan l-iskop.", "Jikkonsidra l-Ministru li almenu jibda billi jieħu lura dawn il-fortizzi għax f'każi bħal dawn ma teżistix il-problema li jrid jinsab post alternattiv?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, qed isir studju dwar x'inhu l-aħjar mod kif dawn il-fortizzi jistgħu jiġu utilizzati aħjar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, peress li dawn il-fortizzi għandhom ċertu valur storiku għal Malta, jidhirlu l-Ministru li għandu jagħmel liaison mal-ministeru konċernat biex toħroġ conservation order ħalli x- xogħlijiet li jsiru fihom ma jkomplux ikunu ta' rovina għall-istess bini?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jien ċert li l-Ministru inkarigat mill-ambjent jieħu nota tas-suġġeriment li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant u jekk jara li jkun tajjeb isegwih.", "KUNSILLI LOKALI - BUSINESS PLAN", "3075.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta tfassal il-business plan għad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għas-snin 1997/98?", "Meta ġie ppreżentat lill-Ministru dan il-business plan?", "Liema partijiet tiegħu ġew aċċettati u liema ġew irrifjutati?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istess business plan?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-business plan għas-snin 1997-98 tad- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali tlesta fil-31 ta' Mejju 1996.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "2749.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jispjega b'mod dettaljat għaliex huwa għandu daqshekk oġġezzjoni - almenu kif jidher mir-risposta parlamentari li rrifera għaliha, jiġifieri numru 2749 - biex jippubblika dan il-business plan?", "Safejn jien informat, ġew imqegħda fuq il-Mejda tal- Kamra business plans ta' diversi entitajiet u peress li business plans juru biss pjanijiet u suġġerimenti li jsiru, ma nifhimx għaliex il-Ministru għadu jostina ruħu li dan il-business plan ma jagħmlux pubbliku, speċjalment meta dan ikopri perijodu ta' tliet snin u jinkludi l-ippjanar futur li kien qed jagħmel id-dipartiment.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, min-naħa tiegħi ma kelli l-ebda oġġezzjoni li nippubblikah, pero' ġejt imgħarraf mill-uffiċjali tad- dipartiment li l-business plan huwa xi ħaġa dipartimentali u għalhekk jiġi diskuss b'mod inter-dipartimentali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' impjegati ma' dipartimenti governattivi li rriżenjaw mix-xogħol bejn is-27 ta' Ottubru 1996 u Frar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3436.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Informazzjoni dwar membri fis-Segretarjat tiegħi u kopja tal-kuntratt li għandu l-personal driver/security officer fl-istess Ministeru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 69.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Dokumenti dwar in-notifika ta' l-iffirmar u r-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Berne dwar il-konservazzjoni tal-wildlife ta' l-ambjent naturali Ewropew flimkien mar-riżervi li għamlet Malta, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 3439; u", "f'isem il-Ministru tal-Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar membri fis-Segretarjat tal-Ministeru tal-Kummerċ u tas-Segretarju Parlamentari għas-Self-Employed, flimkien ma' kopja tal- kuntratt li għandu l-personal driver/security officer fil-Ministeru tal-Kummerċ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 71.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar bini u tibdil ta' bankini minn kunsilli lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3559.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt li għandhom is-segretarju privat u l-assistent personali fil-Ministeru tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 65.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra;", "Kopja tal-kuntratt li għandhom il-personal driver/security officer u l- assistent personali fil-Ministeru tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 62.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonjiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-24 ta' Frar, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-ewwel item fuq l-agenda huwa l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz taż Liġi msejjaħ \" Att biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa ta' Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil- Mutur.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR Segretarju Parlamentari ta' l-Anzjani): Madam Speaker, bla dubju ta' xejn il-liġi li qegħdin niddibattu llum hija liġi fiskali.", "Kulħadd jaf li biex gvern imexxi jrid ikollu l-introjtu li jġib mit-taxxi u din hija liġi oħra li biha l-Gvern preżenti se jkopri parti mill-introjtu tiegħu.", "Pero' hija liġi ta' interess billi tintroduċi ħsieb ieħor fil-ġbir ta' taxxi, cioe' li meta l-Gvern jiġbor it-taxxi għandu jkollu f'moħħu kif se jqassam il-ġid fl-aħjar interess taċ-ċittadin.", "Fid- diskussjoni tal-budget, il-Ministru tal-Finanzi qal ċar u tond li wħud mit- taxxi ġodda introdotti huma intiżi biex inaqqsu ċerti attivitajiet li bihom issir ħsara lill-ambjent u għaldaqstant din hija liġi oħra li biha se jiġu ntaxxati l-vetturi li jagħmlu ħsara konsiderevoli lill-ambjent ta' madwarna, barra li huma ta' dannu għal saħħet il-bniedem.", "In-numru kbir ta' karrozzi ġodda fit-toroq tagħna matul dawn l-aħħar snin seta' jarah kulħadd u kulma mmorru dan in-numru dejjem qed jikber u sfortunatament qed jikkaġuna problemi kbar lill-pajjiż.", "Huwa veru li iktar ma jiżdiedu vetturi aktar ikun ta' konvenjent għas-soċjeta' għax bla dubju ta' xejn il-karozza hija mezz importanti fis-soċjeta' tagħna, pero' meta n- numru tal-vetturi jiżdied bir-rata li qed jiżdied f'pajjiżna rridu wkoll naħsbu fl-inkonvenjent u fil-ħsara kbira li qed issir lil saħħitna.", "Iż- żieda fil-konvenjenza li dawn il-vetturi qed iġibu fis-soċjeta' qed inħallsu għaliha b'saħħitna stess u xi kultant qegħdin inħallsu għaliha b'ħajjitna wkoll peress li bil-konġestjoni fit-toroq u bit-traffic jams li qed ikollna f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata, speċjalment f'dawk il-ħinijiet meta l-ħaddiema jkunu sejrin għax-xogħol u lura, id-disgrazzji jiżdiedu jistgħu.", "GĦad jasal żmien li tant ikun hawn karrozzi fit-toroq tagħna li jkun iżjed jaqbillek li tagħmel użu minn xi mezz ta' trasport alternattiv.", "Jien nifhem li l-konġestjoni tiġi kkaġunata wkoll minn parking ħażin u dan qed jikkaġuna inkonvenjent lil ħafna residenti u xi kultant jikkaġuna inkonvenjent anke lil dawk li jagħmlu użu mill-karrozzi u għalhekk anke f'dan ir-rigward irridu naraw li nikkontrollaw aħjar is-sitwazzjoni.", "Il- parking fih innifsu jagħmel ħsara lill-ambjent u allura rridu nintroduċu metodi ġodda biex naraw li parking ħażin li qed jiġi kkaġunat minn traffiku li kulma jmur qed jiżdied, jiġi ppenaliżżat u xi kultant ukoll intaxxat.", "Irridu naraw li jsir iżjed infurzar tal-liġijiet eżistenti biex din il- konġestjoni fit-traffiku ma tkomplix tikkaġuna parking ħażin, li kif għidt, qed jagħmel ħsara u jkun ta' inkonvenjent għal kulħadd.", "GĦadhom ma daħlux f'pajjiżna miżuri biżżejjed ħorox bħalma naraw f'pajjiżi oħra.", "Irridu naraw kif indaħħlu sistemi ta' kontroll iżjed effettiv għal min ikun ipparkjat b'mod ħażin, b'mod li jista' jkun ta' periklu għal ħaddieħor jew li jagħmel ħsara lill-ambjent u fl-istrutturi ta' bini fil-qrib.", "Barra minn Malta l-pulizija tagħmel użu minn clamps u meta l-awtoritajiet isibu karozzi pparkjati ħażin ipoġġulhom dawn il-clamps mar-roti u biex is- sewwieq jieħu l-karozza lura jkun irid iħallas multa.", "F'pajjiżna jeħtieġ li naħsbu wkoll fuq dawn il-linji minħabba l-konġestjoni kbira u minħabba l- fatt li rridu nikkontrollaw dawn l-abbużi.", "Irridu naraw ukoll li ninkorraġġixxu l-bini ta' aktar car-parks u li jkollna aktar minnhom f'postijiet fejn il-problema tal-parking hija kbira.", "Hawnhekk irridu naraw li jinstab bilanċ biex qabel ma l-Planning Authority tiġi biex tiddeċiedi jekk tagħtix permess jew le għal car-park, tiżen sewwa bejn l-inkonvenjenza li n-nuqqas ta' parking ċertament joħloq u l-oġġezzjonijiet li jista' jkollha l-istess awtorita' għall-bini ta' car- park.", "Inutli tgħid li trid car-parks attrezzati kif tridhom il-Planning Authority u tinsa l-periklu li jinħoloq minn parking ħażin f'nofs ta' triq jew f'tarf xi kantuniera.", "GĦalhekk minn hawnhekk jiena qed ninkorraġġixxi lill-Planning Authority biex tqis kollox meta tiġi biex tagħti l-permess għall-bini ta' car-parks li huma bżonnjużi ħafna fil-pajjiżi minħabba s- sitwazzjoni tal-parking kif inhi.", "Minħabba din iż-żieda fit-traffiku rridu naraw li postijiet importanti f'pajjiżna, bħal ċerti bliet ta' importanza storika, ikunu protetti minn dan it-traffiku żejjed.", "Għandhom ikunu protetti mhux mill-parking biss imma anke mill-fumes li joħorġu mill-karrozzi għax dawn jagħmlu ħsara kontinwa kemm lill-bini u anke lil ħafna teżori storiċi li għandna f'pajjiżna.", "Hawnhekk qed nirriferi speċifikament għall-Belt Valletta u anke għall- Imdina.", "Bħala riżultat taż-żieda fenomenali li kellna fit-traffic f'pajjiżna qed naraw li l-ambjent li ngħixu fih qed jiġi mniġġes dejjem u dejjem iżjed.", "Hawnhekk tajjeb li nitkellem ukoll dwar l-effett ħażin li jagħmlu dawn il-fumes fuq is-saħħa tal-bniedem, speċjalment fumes minn makni li ma jkunux well tuned u għalhekk ikollhom dak li nsejħulu an incomplete combustion of fuel u huwa dan li jikkaġuna dawn il-ħafna fumes li huma ta' detriment u ta' periklu kbir għas-saħħa tal-bniedem.", "Insemmi fuq kollox il-problema tal-lead intoxication u kemm hu importanti - kif diġa' ssemma' f'din il-Kamra - li nagħmlu użu minn unleaded petrol .", "Hawnhekk il-Gvern huwa impenjat u għandu l-obbligu li jara li b'kull mod possibbli jinkoraġġixxi l-użu ta' dan it-tip ta' fuel.", "Tajjeb li nsemmi minn hawnhekk li ċ-ċomb li fih il-fuel, meta joħroġ bħala exhaust, jista' jagħmel ħsara lil kulħadd, imma jagħmel ħsara b'mod partikolari lit-tfal minħabba li dan jiddepożita f'partijiet minn moħħhom u jista' jagħmlilhom ħsara long term.", "Ħsara wkoll isir lill-ambjent mill-emissions ta' fumes bħal carbon dioxide u carbon monoxide li diġa' ssemmew f'din il-Kamra.", "L-iżjed li jagħmlu ħsara lill-ambjent huma dawk il-karrozzi antiki minħabba li l-makni tagħhom ma jkunux miżmuma tajjeb .", "Illum hawn ħafna metodi biex tara li l- makni tal-karrozzi jkunu miżmuma tajjeb.", "Illum hawn computers u apparat apposta li bi ftit flus u bi ftit impenn tista' tmur u jagħmlulek test u jgħidlek eżattament x'ikollok bżonn għall-makna tiegħek.", "Minn hawnhekk irridu ninkorraġġixxu - kif se ngħid iżjed 'il quddiem - lis-sewwieqa tagħna, speċjalment dawk li għandhom vetturi antiki - meta qed ngħid \"inkorraġiti\" qed nifhem b'mod li ma jistgħux jaħarbu minnha - biex kultant żmien, ngħidu aħna kull sena, jmorru jagħmlu dawn iċ-check ups fuq il-makna tal-karozza biex jaraw li l-emissions tal-vettura ma jkunux ta' periklu għal saħħet ħaddieħor, jekk mhux għal saħħithom stess.", "Jekk tmur f'ċerti postijiet fejn it-traffiku ma jieqaf xejn, bħall-Marsa, l-Imsida jew il- Gżira ...", "Biżżejjed tmur iżżur lil xi ħadd hemmhekk għax mill-ewwel jgħidlek li waħda mill-problemi kbar li hemm f'dawn il-lokalitajiet hija preċiżament it-traffic u l-emissions tal-vetturi.", "Spiss jgħidulek li ma jistgħux jitilgħu jonxru fuq il-bejt minħabba l-ġmied u l-irmied li joħroġ mill-karozzi.", "Effett ukoll taż-żieda kbira fit-traffic narawh minn numru aktar ta' inċidenti li qed ikollna fit-toroq f'pajjiżna, partikolarment kif kellna fil-bidu ta' din is-sena.", "Kulħadd jaf li Malta huwa pajjiż żgħir imma l- popolazzjoni hija densa immens; fil-fatt naħseb li l-popolazzjoni tagħna hija waħda mill-iżjed densi fl-Ewropa.", "Barra minn hekk għandna ħafna traffiku konċentrat f'area żgħira u dan qed ikompli jżid il-problema ta' emissions li joħorġu mill-vetturi.", "Il-ħsara ta' l-effett tal-karozzi fuq l- ambjent qed tiġi dejjem iżjed konċentrata f'lokalita' iżjed żgħira.", "Issa hawnhekk mhux qed nirriferi biss għall-ħsara li ssir fuq saħħet il-bniedem imma qed nirriferi wkoll għall-ħsara fl-infrastruttura tal-pajjiż, speċjalment fit-toroq.", "Bla dubju ta' xejn iż-żieda fit-traffiku qed tkun kaġun ta' l-inċidenti li dejjem qed narawhom jiżdiedu f'pajjiżna.", "Pero' hemm ukoll fatturi oħrajn bħat-traskuraġni, li qiegħda dejjem tiżdied, mis- sewwieqa ta' dawn il-vetturi li xi kultant bla ħsieb isuqu b'veloċita' kbira, donnhom ma jistgħux jemmnu li minħabba li t-toroq tagħna huma qosra ssib roundabouts u ostakli oħra f'distanzi żgħar li jżommuk milli ssuq b'dik il-veloċita'.", "Jien nixtieq li s-sewwieqa kollha, partikolarment iż- żgħażagħ, jifhmu li ssuq kemm issuq dejjem tispiċċa tieħu l-istess ħin biex tasal fil-post fejn trid tmur.", "Peress li dan il-ħsieb donnu ma jistax jidħol f'ras ħafna mis-sewwieqa li jsuqu b'mod traskurat irridu ndaħħlu sistema ta' edukazzjoni u nipprovaw nedukaw miċ-ċokon biex innaqsu n-numru ta' inċidenti fit-toroq.", "Irridu naraw ukoll li ċerti miżuri li nafu li jistgħu jnaqqsu l-inċidenti fit-toroq jiġu implimentati u f'dan is-sens nixtieq li nara aktar inforzar tar-regolament li daħħalna dan l-aħħar dwar is-seat belts.", "Jien nemmen li hemm bżonn li l-pulizija tagħmel minn kollox biex tinforza dan ir-regolament u jeħtieġ li minn hawnhekk u minn postijiet oħra s-sewwieqa jiġu edukati biex jużaw is-seat belt.", "Madam Speaker, m'hemmx dubbju li l-introduzzjoni tat-traffic lights f'diversi partijiet tal-gżira ġiet milqugħa tajjeb mis-sewwieqa Maltin.", "Hawnhekk forsi ta' min ifakkar li xi 20 sena ilu - jekk mhux iżjed ukoll - kien hemm attentat simili biex jiddaħħlu t-traffic lights, iżda dak iż- żmien din l-innovazzjoni ma kenitx ġiet milqugħa tant tajjeb.", "Għalhekk issa li s-sewwieqa draw dawn it-traffic lights għandna naraw li nkomplu nżidu fuqhom għax jidhirli li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għat-traffiku, għall-istess sewwieq u għall-pedestrians.", "Tajjeb insemmu wkoll - ħaġa li nisimgħuha ta' spiss matul il-festi tal- Milied - li s-sewwieqa m'għandhomx isuqu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol.", "Kienet miżura tajba li fil-budget żdiedet it-taxxa fuq ix-xorb alkoħoliku.", "Qed ngħid dan għax minbarra li min isuq taħt l-effett ta' l-alkoħol ikun qed jipperikola ħajtu u ħajjet ħaddieħor, l-alkoħol fih innifsu jagħmel ħsara lis-saħħa.", "Imma m'huwiex biss l-alkoħol żejjed li jagħmel ħsara lil saħħet il-bniedem għax l-emissions li joħorġu mill-karozzi jagħmlu ħsara kbira fil-pulmun.", "Biżżejjed ngħid li r-rata ta' l-asthma f'pajjiżna, speċjalment fl-irħula u f'postijiet fejn hemm konċentrazzjoni kbira ta' traffiku, hija għolja ħafna minħabba l-air pollution.", "Huwa sinjal tajjeb li l-Gvern, kif diġa' ssemma fil-Kamra, qed jagħmel monitoring tal-livell ta' l-air pollution biex jiskopri x'inhi l-corelation mal-mard tal-pulmun f'lokalitajiet differenti.", "L-emissions tal-karozzi jagħmlu ħsara lill- pulmun, iżidu l-inċidenza ta' l-asthma u jdaħħlu iżjed każi ta' bronkite kronika fiċ-ċittadini li jgħixu f'dawn il-lokalitajiet.", "Irrid ngħid ukoll li hemm relazzjoni bejn il-cancer fil-pulmun u l-ammont ta' air pollution li dak li jkun jibla.", "F'postijiet bħall-Marsa, l-Imsida u l-Gżira u f'postijiet li nsibuhom bħala l-inner areas, fejn hemm ħafna air pollution, l-inċidenza ta' mard li semmejt hija għolja għax l-exhaust li joħroġ mill-vetturi huwa carcinogenic, jiġifieri jġib il-cancer.", "Madam Speaker, nixtieq inżid ngħid ukoll li l-konċentrazzjoni kbira ta' karozzi fit-toroq tagħna qed tagħmel ħsara kbira lill-wiċċ tat-toroq għax dawn m'humiex mibnija b'mod xieraq.", "L-amministrazzjonijiet preċedenti ma tawx l-importanza li tixraq għall-bini tat-toroq tagħna.", "Minbarra l- konċentrazzjoni qawwija tat-traffiku f'pajjiżna għandna fenomenu ieħor, fis- sens li hekk kif tiġi asfaltata xi triq, ġimgħa jew tnejn wara jkun hemm xi ħadd li joħroġ bl-idea li jagħmel xi trinka u jerġa' jiftaħha.", "Għalhekk qabel ma tiġi rranġata jew asfaltata triq irridu naraw li s- servizzi bħall-ilma, d-dawl u t-telephone ikunu mgħoddija ħalli t-triq ma terġax tinqala' ftit tal-ġimgħat jew xhur wara.", "Jekk verament irridu nimxu skond id-dictum \"who pollutes pays\" irridu naraw liema huma l-iżjed karozzi li qed jikkaġunaw ħsara lill-ambjent tagħna.", "Fil-fatt l-iżjed karozzi li l-aktar li jagħmlu air pollution m'humiex il-karozzi l-ġodda imma huma l-karozzi l-qodma.", "Għalhekk jenħtieġ li t-test ta' l-MOT ma napplikawhx biss għall-vetturi t-tqal, bħat- trakkijiet u l-karozzi tal-linja li bla dubju ta' xejn għandhom ikunu sottomessi għal testijiet iżjed riġidi - ħafna drabi allaħares tinqabad wara xi karrozza tal-linja għax jispiċċa jaqbdek attakk ta' l-asthma jekk ma tagħlaqx it-twieqi - imma għandna napplikawh ukoll għall-karozzi ż-żgħar li jkunu ilhom numru ta' snin jiġru fit-toroq tagħna.", "Għandu jkollna sistema li jekk ma jkollokx ċertifikat ta' l-MOT ma tingħatax il-liċenzja.", "Kif għidt iktar qabel, karozza li jkollha iżjed minn sitt snin, biex nagħti eżempju, għandu jsirilha test regolari biex tkun taf li l-makna tagħha tkun qed taħdem kif suppost għax jekk il- combustion ma tkunx pinna toħloqlok pollution fl-arja.", "Allura jien qed nissuġġerixxi li jekk sid jew sewwieq ta' vettura ma jġibx ċertifikat li juri li dan it-test ikun sar b'suċċess m'għandhiex tingħatalu l-liċenzja u b'hekk forsi jirnexxielna nnaqqsu l-ammont ta' emissions u l-ammont ta' pollution li għandna fl-atmosfera tagħna.", "Tajjeb ukoll li ninkoraġġixxu li nnaqqsu l-użu tal-vetturi ż-żgħar.", "Biex dan isir jeħtieġ li mhux biss nintroduċu taxxi bħal dawk li semmejt, imma jeħtieġ ukoll, kif diġa' ssemma minn din il-Kamra, li ninkoraġġixxu l- użu tat-trasport pubbliku biex innaqqsu n-numru ta' vetturi li jintużaw fit- toroq tagħna.", "Dan irid isir bil-mod il-mod u ma tridx tinqabad f'ċirku vizzjuż bħalma jidher li nqbadna, li minħabba li t-trasport pubbliku huwa ineffiċjenti kulħadd jispiċċa juża l-karrozza tiegħu.", "Anqas ma n-nies tuża t-trasport pubbliku anqas dan is-servizz ikun effiċjenti.", "Irridu naraw kif dan iċ-ċirku vizzjuż inwaqqfuh.", "Irridu naraw li t-trasport pubbliku jkun iżjed effiċjenti, li jaqdi l-ħteġijiet taċ-ċittadini iżjed, li jkollna servizz li jwasslek fil-ħin, servizz effiċjenti u servizz li jgħaqqad lokalitajiet differenti, mhux neċessarjament l-irħula mal-Belt biss, imma jgħaqqad lokalitajiet li jkunu frekwentati mill-commuters.", "Irridu nagħmlu dan biex dejjem nippruvaw innaqqsu l-użu ta' karrozzi privati.", "Irridu naraw ukoll li ċ-ċittadini f'pajjiżna jagħmlu aktar użu mit-taxis biex dejjem nippruvaw innaqqsu l-użu tal-karrozzi ż-żgħar.", "Hawnhekk ukoll dħalna f'ċirku vizzjuż.", "Minħabba li ċ-ċittadini ftit jużaw it-taxis, ix- xufiera tat-taxis jiċċarġjaw rati fenomenali; u aktar ma jiċċarġjaw rati fenomenali, inqas ċittadini jużaw it-taxis u aktar jużaw it-trasport tagħhom.", "Hawnhekk ta' min iħeġġeġ lis-sidien tat-taxis li jekk ma jagħmlux bħal f'postijiet oħra fejn il-fares li jiċċarġjaw huma raġonevoli b'tali mod li jistgħu jintlaħqu miċ-ċittadin, jispiċċaw li kulma jmur is-servizz tagħhom se jkun imfittex inqas.", "Għalhekk inħeġġeġ biex ikollna iżjed kontroll fuq il-prezzijiet li jitolbu tat-taxis.", "Madam Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li din hija liġi li tiġbor it- taxxi.", "Kull gvern għandu bżonn jiġbor it-taxxi biex jiffinanzja l-proġetti tiegħu.", "Din hija liġi li ntroduċiet il-ħsieb li min l-iżjed jagħmel pollution u ħsara lill-ambjent l-iżjed li għandu jħallas.", "Hija liġi wkoll li taffettwa l-iżjed lil dawk li l-iżjed jifilħu.", "Din hija liġi li jeħtieġ tiġi żviluppata fi sferi oħra biex verament min l-iżjed li jħammeġ l-ambjent iħallas l-iżjed.", "Għalhekk jiena nerġa' ninkoraġġixxi li nużaw anqas il-karrozzi privati, naraw li l-karrozzi privati li nużaw ikunu f'kondizzjoni tajba biex jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent, u flimkien naraw kif intejbu t-trasport pubbliku u ninkoraġġixxu liċ-ċittadin juża anqas il- karrozzi u aktar it-trasport pubbliku.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Madam Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna f'ċertu sens huwa proposta ta' liġi biex tiġbor it-taxxi, f'dan il-każ it- taxxa tar-reġistrazzjoni ta' vetturi.", "Dan huwa money bill u infatti biex stajna nkomplu d-diskussjoni l-Ministru kellu jippreżenta l-Messaġġ tal- President li mbagħad inqara lill-Kamra.", "Nafu li hija konswetudni fis- sistema parlamentari tagħna li fuq money bill l-Oppożizzjoni tivvota kontra.", "M'hemmx dubju li jista' jkun hemm raġunijiet ta' prinċipju u raġunijiet validi ta' policy sostanzjali għaliex l-Oppożizzoni tivvota kontra abbozz ta' liġi li jkun qiegħed jagħmel taxxa fuq xi ħaġa.", "Huwa dmir ta' l-Oppożizzjoni li tgħarbel il-proposti ta' tassazzjoni għall- impatt li dawn jista' jkollhom sew fuq valuri tal-ġustizzja, ta' l-ekwita' u tas-solidarjeta' u anke għall-impatt li t-taxxi jista' jkollhom fuq l- andament ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "Per eżempju, kif tista' tintlaqat l- inflazzjoni tal-pajjiż jew l-għoli tal-ħajja, u kif jista' jintlaqat ir- ritmu tal-kummerċ, ir-ritmu tat-tkabbir ta' l-ekonomija tagħna, tal-ħolqien tax-xogħol jew inkella tal-qgħad.", "Pero' meta jkunu proposti ordinarji wieħed jivvota kontra anke bħala simbolu li l-oppożizzjoni għandha nuqqas ta' qbil mal-politika ġenerali tal-Gvern tal-ġurnata.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum huwa f'ċertu sens ordinarju u wieħed jista' jivvota kontra u nieqfu hemm għar-raġuni li kif kont qiegħed ngħid hawn din il- konswetudni li l-oppożizzjoni tivvota kontra money bill.", "Dan l-abbozz ta' liġi fih innifsu huwa xott għax ibiddel biss il-figuri li diġa' jeżistu fil- liġi, ma jdaħħalx konċetti ġodda imma sempliċement qiegħed jgħolli r-rati ta' taxxa fuq ir-reġistrazzjoni.", "Allura wieħed jista' jgħid li hawn għandna liġi qasira u xotta, li dan huwa money bill u allura nivvotaw \"le\" u fi ftit ħin neħilsu kollox.", "Imma naħseb mid-diskussjoni li diġa' saret fil-Kamra - jiena segwejtha kollha kemm hi l-bieraħ u anke segwejt lill- kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Buhagiar illum - jidher ċar li abbozz ta' liġi ta' dan it-tip jagħti lok biex wieħed jagħmel ċerti riflessjonijiet li għandhom jigganċjaw ma' kummenti oħra li diġa' saru f'din il-Kamra l-bieraħ u anke forsi ma' oħrajn li xtaqt inressaq kemm fil-kwadru ta' din il-liġi u anke għall-quddiem fl-iżvilupp tal-policy li rridu nsegwu f'dan is-settur.", "L-Onor.", "Louis Buhagiar, diġa' ta ftit karatteristiċi tas-sitwazzjoni - sar hekk ukoll il-bieraħ minn kelliema oħrajn miż-żewġ naħat tal-Kamra - dwar l-impatt tat-trasport fuq il-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Naħseb li qegħdin noqorbu - jekk ma qbiżniex - lejn xi 200,000 karrozza ġewwa pajjiżna.", "Diġa' saru riferenzi dwar ir-rata li biha qed jinxtraw eluf ta' karrozzi kull sena u allura naħseb li huwa tajjeb li kif diġa' għamlu diversi kelliema, anke jien inkompli nagħti l-kontribut tiegħi fuq is- suġġett li joħroġ minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq reġistrazzjoni ta' vetturi, imma r-regoli tal-Kamra jippermettu li f'okkażjoni ta' abbozz ta' liġi bħal dan, wieħed ikun jista' anke jifrex ħarstu ftit iktar 'il bogħod mill-objettiv immedjat ta' dak l-abbozz ta' liġi u jagħti ħarsa lejn aspetti oħrajn li jolqtu dan is-suġġett.", "Madam Speaker, jiena xtaqt nirriferi ftit għad-diskors li għamel il- Ministru tat-Trasport u Portijiet meta ntroduċa din il-liġi għaliex l- ewwelnett qalilna li l-Gvern qed iressaq din il-liġi wara li sar studju rigward it-taxxa.", "Jiena nixtieq nistaqsi jekk dan l-istudju li sar huwiex xi studju li nistgħu nsiru nafu aktar dwaru u jekk dan l-istess studju li għamel riferenza għalih jistax jiġi ppublikat biex inkunu nistgħu nifhmu aktar l-implikazzjonijiet tiegħu.", "Pero', bħalma diġa' għamel sieħbi l- Onor. John Dalli, nixtieq nikkoreġi ftit xi impressjonijiet li l-Ministru ta fl-introduzzjoni tiegħu, introduzzjoni li kienet qasira ħafna, fejn fiha aktar tkellem dwar x'kien intqal jew x'suppost naħsbu li ntqal meta tressqet il-liġi fl-1994 milli fuq il-proposti li fih dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "L-impressjoni li ta l-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu hi li meta fl-1994 kienet tressqet il-liġi dwar it-taxxa ta' reġistrazzjoni donnu konna qegħdin ngħidu li l-vetturi se jorħsu u li donnu pprovajna nagħtu impressjoni falza ta' x'kien qed isir.", "Madam Speaker, jien nitfakar tajjeb li kemm fid-diskusssjonijiet li saru fi ħdan il-Gvern u anke fid-diskussjonijiet li saru fil-Parlament, kollox kien qed jingħad bl-akbar ċarezza u trasparenza għaliex li konna qegħdin ngħidu kien li biex anke t-taxxa fuq il-vetturi tidħol fis-sistema tal-VAT, kien tajjeb li ma' l-importazzjoni tagħhom - ikunu ġejjin minn fejn ikunu ġejjin - il-vetturi jħallsu l-istess taxxa ta' 15% kif iħallsu l-prodotti l-oħrajn kollha.", "Imma mbagħad id-differenza ta' dak li l-Gvern kien jiġbor mid-dazju, varjat skond l-oriġini tal-vettura minn fejn tiġi mportata, il- Gvern kien se jiġborha bħala taxxa ta' reġistrazzjoni.", "Dan kien id-diskors ċar li ntqal fil-Kamra meta ġejna biex ngħaddu l-liġi.", "Dak iż-żmien kulma kien intqal kien li dik is-sistema ma kenitx se tgħolli l-prezzijiet tal-vetturi, mhux li kienet se traħħashom.", "Jiġifieri s- sistema nnifisha ma kenitx se ġġib għoli fil-prezz tal-vetturi, għalkemm seta' jkun hemm ċirkostanzi oħra li jġibu għoli fil-prezzijeit tal-vetturi, per eżempju, jekk tinbidel ir-rata tal-kambju tal-Yen għal dawk il- karrozzi li jiġu importati mill-Ġappun u nafu li din tista' tvarjalek il- prezzijiet li jkollok għaddejjin fis-suq in partikolari.", "Naħseb li l-Onor.", "John Dalli qal sewwa - u nirribattiha jien ukoll biex wieħed ikun ċar fuq dawn l-affarijiet - li l-abbozz ta' liġi li llum għandna quddiemna m'hu qiegħed ibiddel xejn mis-sistema li kienet ġiet introdotta, u qegħdin inżommu preċiżament l-istess sistema.", "Meta wieħed iqabbel l-Abbozz ta' Liġi li għandna llum mal-liġi li qed nemendaw insibu li qegħdin inbiddlu biss il-figuri biex issa jkun hemm impożizzjoni ta' taxxa kif ġiet imħabbra fil-budget.", "Fl-għeluq ta' l-introduzzjoni qasira tiegħu l-Ministru qalilna li aktar 'il quddiem se jgħidilna l-Gvern fejn se jasal b'din il-liġi.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb jekk darb'oħra fl-introduzzjoni tal-liġi nnifisha l- Gvern jagħmel ċar x'inhuma l-objettivi tiegħu mill-bidu nett.", "Ma naħsibx li huwa tajjeb għad-dibattitu f'din il-Kamra li l-Gvern ma jgħidx hu l- ewwel x'inhuma l-iskopijiet tal-liġi imma jħallihom biex jintqalu aktar tard.", "Naturalment il-Kamra saret taf x'inhu l-veru skop tal-liġi għaliex il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi nnifsu qalilna ċar u tond li l- iskop ta' din iż-żieda fit-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi hija proprju biex jittaffa l-iżbilanċ li għandu l-pajjiż fin-nefqa pubblika.", "Il- Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi għamel enfasi li l-iżbilanċ f'din in- nefqa pubblika rridu naffaċċjawh u ma nistgħux naħarbu l-problema għax hija vitali għall-ekonomija ta' pajjiżna u għall-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Tajjeb li jsiru appelli biex tintqal il-verita' fuq dawn is-suġġetti u għalhekk jekk aħna qegħdin nagħmlu t-taxxi biex intaffu l-iżbilanċ, m'għandniex fl- istess ħin imbagħad noqogħdu nilagħbu u ngħidu li dawn it-taxxi qed nagħmluhom biex nissalvagwardjaw is-saħħa tal-poplu u l-ambjent tal-pajjiż.", "Naħseb li għamel sewwa l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi meta qal li din hija taxxa għaliex aħna rridu ntaffu l-iżbilanċ li għandna quddiemna.", "Ma kenitx it-triq li ried jeħodna fiha l-Ministru li qed jippilota din il- liġi imma kienet it-triq li ħadna fiha l-Ministru responsabbli mill- ekonomija u l-finanzi ta' pajjiżna.", "Madam Speaker, jien nieħu gost nisma' appelli għall-verita' u għas- serjeta', pero' importanti li dawn nagħmluhom b'mod li kulħadd jifhem li min jagħmilhom m'għandux xi monopolju fuq il-verita' jew is-serjeta'.", "Qed ngħid hekk għaliex insibha ftit diffiċli li nieħu b'ċerta serjeta' dawn l- appelli li dan is-suġġett ta' l-iżbilanċ irridu nittrattawh skond il- verita' u skond is-serjeta' għaliex ngħid li hawn perception ta' two weights and two measures fuq dan is-suġġett jew inkella two ways u two measures skond f'liema triq tkun qiegħed.", "Jekk tkun qiegħed fit-triq ta' l- oppożizzjoni titkellem mod u meta tkun fil-gvern titkellem mod ieħor.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi jidhirli li jien ukoll għandi nagħmel riferenza għall- kwestjoni ta' l-iżbilanċ li għandu quddiemu l-pajjiż li huwa marbut intimament ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Apparti l-kontroversja ta' kemm hu kbir jew kemm kellu jkun dan l- iżbilanċ - din il-Kamra damet erba' ġimgħat tiddiskuti l-budget u dan is- suġġett tqanqal mill-ogħla esponenti politiċi taż-żewġ naħat tal-Kamra u allura ma naħsibx li hemm bżonn li nidħlu aktar fid-dettalji - l-Ministru ta' l-Ekonomija qalilna li għandna żbilanċ strutturali wkoll fil-pajjiż.", "Veru, aħna naraw li anke meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern sa ftit xhur ilu ried jiffaċċja dan l-iżbilanċ ta' natura strutturali u segwa wkoll politika li jagħmel il-budgets tiegħu b'deficit għal raġunijiet ċari ta' żvilupp ekonomiku u żvilupp soċjali u nfrastrutturali fil-pajjiż.", "Jien nistqarr mill-ewwel, Madam Speaker, li m'għandix xi kompetenza ta' speċjalizzazzjoni fuq dan is-suġġett u nirreaġixxi għalih bil-mod ta' layman, bl-esperjenza li wieħed ikun kiseb matul is-snin, sew miż-żmien li għamilt bħala ministru u anke mill-qari u d-diskussjonijiet li wieħed ikun għadda minnhom f'ċertu numu ta' snin jimmilita fil-politika.", "Allura tajjeb wieħed jgħid li l-iżbilanċ li llum għandna quddiemna in parti huwa riżultat ta' politika li ġabet magħha żvilupp kbir fil-pajjiż.", "Madam Speaker, ilna naħdmu ħafna biex f'pajjiżna nassiguraw gvernijiet differenti mill-Indipendenza 'l hawn jew minn wara l-gwerra 'l hawn, biex dan il-pajjiż tagħna jiżviluppa l-potenzjal kollu tiegħu, jisfrutta l- potenzjal kollu tiegħu biex nassiguraw li bħala poplu aħna nkunu nistgħu nkunu poplu vijabbli fl-ekonomija u fil-ħajja tagħna.", "Illum nafu li l- iktar ħaġa importanti li rridu nagħmlu f'pajjiżna hija li nġibu shift effettiva bejn il-prosperita' li tiġi ġġenerata mill-inizjattiva pubblika u l-prosperita' li tiġi ġġenerata mill-inizjattiva personali u dik privata.", "Jiena naħseb li l-gvernijiet u l-poplu kollu f'din id-direzzjoni l-iktar li rridu nimmilitaw għax il-miżien qiegħed wisq imxaqleb lejn tkabbir ekonomiku mill-parti pubblika.", "Is-sehem tal-parti pubblika għandu jonqos kemm jista' jkun biex il-prosperita' tibda tiġi ġġenerata dejjem aktar minn inizjattiva personali u privata.", "Allura kellna dan ix-xenarju li konna bdejna niżviluppawh, gvern wara ieħor, biex nikkreaw l-industrija tal- manifattura, it-turiżmu, is-settur tas-servizzi u s-settur terzjarju biex kemm jista' jkun aktar u aktar nies jibdew jaqilgħu l-għixien tagħhom mhux minn dak li l-pubbliku jrid jiġbor fit-taxxi imbagħad iħallas, imma minn dak li jiġi ġġenerat bil-ħila u l-kapaċita' ta' l-individwi u taċ-ċittadini tagħna.", "Madam Speaker, il-kwestjoni ta' l-iżbilanċ fin-nefqa pubblika kienet kwestjoni li l-Gvern Nazzjonalista kien iħares lejha b'mod ta' għaqal.", "Kien iħares lejha b'mod li jrid jiffaċċjaha.", "Fil-fatt kien jiffaċċjaha, imma ma riedx jiffaċċjaha billi jħallas il-prezz li jżomm lura l-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Kieku l-Gvern Nazzjonalista ma mbarkax fuq politika ekonomika li parti minnha kienet tfisser li nagħmlu deficit budgeting - dawn kienu deficits maħsuba li jilħqu ċerti livelli skond it-tkabbir ta' l-ekonomija tagħna, skond il-gross domestic product - u kieku ma mxejnix b'dik il- policy ekonomika, kieku pajjiżna ma kienx jersaq viċin daqskemm ersaqna biex insiru soċjeta' u pajjiż modern li qiegħed jisfrutta l-iżviluppi li qegħdin isiru madwarna fl-oqsma kollha kemm huma.", "Mhux biss aħna ħdimna b'din il-politika talli kulħadd jaf li ħdimna ħafna wkoll biex nersqu lejn soluzzjoni ta' dan l-iżbilanċ strutturali li għandna fil-pajjiż.", "Ħdimna biex in-numru ta' nies li jaħdmu mal-gvern, in-numru ta' benefiċċji soċjali li jiddependu mill-gvern u l-programmi u inizjattivi fl-oqsma ta' l- edukazzjoni, tas-saħħa, f'oqsma soċjali, f'oqsma sportivi, f'oqsma ta' arti li jiddependu mill-gvern ma jibqgħux parti daqstant qawwija mill-istruttura ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ħdimna biex tikber ħafna l-parti l-oħra, dik il-parti ta' l-ekonomija li ġejja mill-industrija u mis-setturi terzjarji tagħna biex allura perċentwalment nibdew nindirizzaw din is-shift b'mod pożittiv f'dan ir-rigward.", "Pero' l-Gvern Nazzjonalista ma waqafx hawn, ma ħadimx biss biex jattakka l-iżbilanċ fl-istruttura li għandna fl-ekonomija tagħna, imma ħadem ukoll biex jieħu miżuri diretti, miżuri konkreti fil- qasam fiskali biex jattakka l-problema tal-provvista ta' fondi pubbliċi li l-Gvern għandu bżonn biex jassigura li l-poplu tagħna għandu qafas ta' servizzi soċjali li huwa meħtieġ biex is-soċjeta' tagħna tkun tista' tibqa' magħquda, fejn il-valuri tal-ġustizzja soċjali u tas-solidarjeta' jitħaddmu.", "Illum faċli li l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi jiġi jitkellem fuq il-ħtieġa li nibbażaw d-diskorsi tagħna fuq is-serjeta' u fuq il-verita', imma jiena nistaqsi: X'kien l-atteġġjament ta' l-istess partit fil-gvern meta dan il-partit kien fl-Oppożizzjoni, Madam Speaker?", "Nirriferi b'mod partikolari mhux tant għall-introduzzjoni tal-VAT, għaliex tajjeb jiġi ċċarat li meta l-Gvern Nazzjonalista ntroduċa s-sistema tal-VAT ma ntroduċiex liġi waħda biss, il-VAT u daqshekk, imma ntroduċa sensiela ta' liġijiet li bejniethom bilfors iridu jiġu deskritti bħala l- ikbar riforma fiskali li ra pajjiżna f'dawn l-aħħar ħamsin sena wara li kienet daħlet l-income tax fl-1948.", "Il-Gvern Laburista kien għamel l- ewwel pass biex tiġi ntrodotta l-Liġi ta' l-Income Tax u anke dak iż-żmien, fl-1948, mhux kulħadd fehem.", "Pero' jekk neżaminaw il-qasam fiskali minn meta ġiet introdotta dik il-liġi sa meta issa l-Gvern Nazzjonalista ntroduċa dan il-pakkett ta' liġijiet, l-liġi li tintroduċi l-VAT, il-liġi li biddlet radikalment il-liġi ta' l-income tax, naraw li din kienet fil- fatt l-ikbar riforma fiskali f'dawn l-aħħar ħamsin sena.", "Allura bilfors irrid nikkummenta: Meta l-Gvern Nazzjonalista kien qed jintroduċi dawn il- liġijiet - il-liġi li ġabet bidliet radikali fl-income tax, il-liġi li kienet neħħiet it-taxxa tas-suċċessjoni, il-liġi li daħħlet il-capital gains tax, il-liġi li daħħlet il-VAT, il-liġi li għamlet ċerti tibdiliet fil-liġi tas-sigurta' soċjali, pakkett wieħed sħiħ dan - meta l-pajjiż kien qiegħed jieħu dawn il-miżuri min wera serjeta'?", "Min kien qiegħed jibbaża ruħu fuq il-verita', l-istess affarijiet li qed jappella għalihom illum l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi?", "Min wera kuraġġ f'dawn iż-żminijiet tal-lum?", "Min wera ruħu modern fil-mod ta' kif jirriforma dawn is-sistemi?", "Min wera ċertu skala ta' valuri?", "Nitkellmu fuq il-moralita' fiskali.", "Il-moralita' fiskali nfaħħruha bil- fomm.", "Imma l-Gvern Nazzjonalista ma tkellimx u ma faħħarhiex bil-fomm.", "Tkellem fuqha u mhux biss ipprova jippriedkaha imma pprova jfiehem.", "Għamel qafas ta' liġijiet forsi ftit kumplikati u ambizzjużi żżejjed.", "Forsi wieħed immira li jagħlaq ċertu affarijiet kemm jista', Madam Speaker, imma m'hemmx dubju li f'dik li hi skala ta' valuri, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien bla riżerva.", "Kien inkondizzjonat li f'dan il-kamp jimxi veru fuq il- valur ta' dak li huwa sewwa.", "Issa meta wieħed iħares lejn l-atteġġament tal- Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien u l-atteġġament ta' l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien, min wera ruħu li verament qiegħed jipprova jpoġġi s-sisien għall-futur, Madam Speaker?", "Meta neżaminaw din il-problema ta' żbilanċ naraw li kellna żbilanċ strutturali li ilu magħna għal żminijiet twal.", "Il-politika li l-Gvern Nazzjonalista segwa kienet li l- iżbilanċi ġew tradotti fi progress qawwi ħafna f'diversi oqsma.", "Rajna wkoll il-Gvern jidħol biex jagħmel sistema ta' taxxa ġdida, sistema li hija skond it-tifsila ta' kif qed tiżviluppa l- ekonomija tagħna.", "Fl-1948, fil-ħamsinijiet u fis-sittinijiet l-ekonomija tagħna kienet magħmula b'ċerti karatteristiċi, pero' naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li mbagħad f'dawn l-aħħar għoxrin sena l-ekonomija tagħna ħadet xejra differenti.", "Is-settur terzjarju żviluppa u kiber b'mod sostanzjali.", "Allura ma stajniex nibqgħu li l-ikbar settur f'ċertu sens, li kien qed isir il-mutur tar-ritmu ekonomiku tagħna - dak li huwa s-settur tas- servizzi - jibqa' ma jinkwadrax ruħu fis-sistema fiskali kif suppost.", "Din allura kienet ħaġa li hija flokha, ħaġa tajba li hija skond ir-raġuni.", "Ridna wkoll li s-sistema fiskali tibda tirrendi aktar skond kemm tikber l- ekonomija u mhux ikollok sistema fiskali fejn għandek l-ekonomija qed tikber b'ċertu ritmu, fejn il-qligħ taċ-ċittadini fil-pajjiż qiegħed jilħaq ċertu livelli imma d-dħul fil-kaxxa tal-gvern mit-taxxi ma jkunx relatat ma' dak il-progress ekonomiku li jkun qiegħed isir.", "U s-sistema fiskali li daħħal Gven Nazzjonalista kellha wkoll dan l-iskop, Madam Speaker.", "Kienet sistema li fiha wkoll mekkaniżmu li jqarribna daqskemm hu umanament possibbli lejn il-valur tal-ġustizzja soċjali, lejn il-ġbir ta' taxxi minn min jiflaħ l-iktar għax jonfoq l-iktar u b' hekk iħallas l-iktar ammont ta' taxxi.", "Irridu narawh dan għax is-sistema li ntroduċa l-Gvern Nazzjonalista kienet f'din id-direzzjoni.", "Kienet sistema li eżentat ukoll diversi oqsma mit-taxxa tal-VAT sew jekk nieħdu l-ikel, sew jekk nieħdu s-saħħa u sew jekk nieħdu l-edukazzjoni.", "Għaliex?", "Għaliex ma kenitx sistema maħsuba li proprju tagħsar kull attivita' - hi x'inhi, anke soċjali, anke essenzjali - li jkunu jridu jidħlu fiha dawk li fil-mezzi tagħhom huma l-iktar limitati.", "Għalhekk kienu ġew eżentati diversi ħwejjeġ.", "U wieħed irid jgħid ukoll li din is-sistema tal-VAT kellha l-ħsieb ukoll li tirrifletti l-iżvilupp tal-pajjiż tagħna.", "Kellha l-ħsieb li tirrifletti li pajjiżna huwa pajjiż li qed jaspira li jkun iggvernat b'mod modern, li huwa pajjiż li l-bżonnijiet tiegħu jrid jaħseb għalihom.", "Aħna ma konniex qed nimmiraw li meta se nagħmlu din is- sistema fiskali f'daqqa waħda konna se nsolvu l-problemi kollha.", "Qgħadna attenti wkoll li hekk kif introduċejna s-sistema tal-VAT biddilna radikalment il-liġi ta' l-income tax.", "F'din il-liġi wasalna fl-istadju li koppja li taqla' Lm4,000 jew persuna waħedha li taqla' Lm3,000 ma tħallasx ċenteżmu wieħed taxxa.", "Dawn huma liġijiet li naturalment iċ-ċittadini qed jibbenefikaw minnhom issa li għadda ftit taż-żmien minn meta għaddew u allura l-effett tagħhom se jibda jinħass.", "U rrid ngħid ukoll li fil- programm elettorali aħna ndikajna t-triq x'kienet se tkun għaliex meta ġiet introdotta t-taxxa tal-VAT, kif diġa' għidt, din ġiet introdotta b'mod kemm jista' jkun komprensiv.", "Ġiet introdotta b'dan il-mod għall-iskop oġġettiv u ġenwin biex wieħed ikun poġġa s-sisien sodi li fuqhom irid jibni l- arkitettura tas-sistema fiskali tagħha.", "Ikun poġġa pedamenti soda li fuqhom wieħed ikun irid jiżviluppa.", "Una volta għandek sisien sodi u tibda ttella' din l-istruttura fiskali, mbagħad tkun f'pożizzjoni ħafna iktar soda biex int tibda tiddeċiedi x'għandek teżenta, x'għandek tinkludi, x'għandek ittaffi u fejn tista' tnaqqas.", "Tajjeb li wieħed jgħid li s-sistema tal-VAT nafu li hija reċenti - bil- kemm ilha sentejn li daħlet - u l-Gvern kien konxju ta' dawn id- diffikultajiet tant li fil-manifest elettorali tiegħu għall-aħħar elezzjoni wera l-pożizzjoni ċara tiegħu x'inhi.", "U tajjeb li ngħid li hawn diversi partijiet f'dan il-manifest li huma interessanti, Madam Speaker, u jidhirli wkoll importanti u allura nikkwota mill-programm elettorali \"PN Futur\", paġna 101:", "\"Is-sistema tal-VAT trid tkompli tiġi aġġornata u matul il-ħames snin li ġejjin beħsiebna nagħmlu tibdil li jħaffef l-amministrazzjoni tat- taxxa, l-aktar qalb l-operaturi ż-żgħar.", "Kif diġa' kien issemma, hekk kif tiġi stabbilita l-kultura korretta f'dak li jirrigwarda l- ħlas tat-taxxa, jiġu stabbiliti limiti ta' turnover li jeskludu l- operati ż-żgħar milli jkollhom għalfejn jiġbru u jirrappurtaw il-VAT.", "Jiddaħħlu wkoll simplified retailers schemes għall-bejjiegħa b'turnover imdaqqas.", "L-istess VAT tkun tista' tiġi mnaqqsa għal ċerti tipi ta' ħwejjeġ bħal dawk tat-tfal.", "Dan ikun jista' jsir bir-ritmu indikat mis-suċċessi li jinkisbu fil-ġlieda li l-Gvern Nazzjonalista jkompli jagħmel kontra l-evażjoni.\"", "Jiġifieri kien ċar anke f'dawn il-ħsibijiet dwar kif is-sistema kienet qegħda tevolvi u kif wieħed kien qiegħed jevolvi s-sitwazzjoni.", "Fil- programm elettorali wkoll, wieħed isib il-mod kif ridna niffaċċjaw il- problema ta' l-ispiża pubblika, il-problema ta' l-iżbilanċi.", "Aħna ngħidu li:", "\"Il-pajjiż jimxi 'l quddiem permezz tat-tmexxija tajba finanzjarja.", "Irridu nassiguraw li waqt li jsir l-infiq kollu meħtieġ biex tibqa' tiġi ġġenerata attivita' ekonomika ġdida biex pajjiżna jissebbah, issir manutenzjoni tajba f'waqtha u fejn meħtieġ, u biex nibqgħu nipprovdu dawk l-għajnunijiet li pajjiż uman jeħtieġlu jipprovdi lill- poplu tiegħu, dan nagħmluh b'mod effiċjenti u kontrollat biex l-għafsa tat-taxxi fuq il-poplu tkun mill-inqas.", "Tħaddidna wkoll fuq il-budget, fuq il-politika ta' budget deficits li ridna nagħmlu u għidna li l-problema fl-istruttura ta' l-iżbilanċ tagħna hija fin- nefqa rikorrenti tal-gvern fejn għidna li:", "\"hija waħda riġida, bil-biċċa l-kbira ta' l-ispiża tmur għall-pagi, għall-benefiċċji soċjali, programmi u inizjattivi favur il-poplu.\"", "Stqarrejna x'inhuma l-miri tagħna biex proprju din il-kwestjoni ta' nefqa pubblika u żbilanċ tkun tista' tiġi rinfaċċata.", "Aħna ridna li fil-qasam ta' l-impjiegi fis-settur pubbliku tikber il-produttivita' biex wieħed ikun jista' jassigura li l-infiq fuq il-pagi jkun proporzjonat għax-xogħol li jitwettaq.", "Ridna nassiguraw li s-servizzi soċjali jkunu ffokati aħjar biex tinqata' l-ħela u jinqata' l-abbuż u biex dawk li tassew jinħtiġilhom l- għajnuna jsibuha fid-doża meħtieġa.", "Ridna li jkun hemm analisi tan-nefqa pubblika biex jiġi stabbilit il-benefiċċju li l-poplu qiegħed jikseb minnha.", "Ridna li tissaħħaħ il-funzjoni ta' l-Awditur tal-Gvern biex ikun assigurat li l-poplu jkun indukrat kemm jista' jkun.", "Dawn huma ħwejjeġ, Madam Speaker, li stqarrejna fil-programm proprju għaliex meta wieħed kien qiegħed isegwi l-andament ta' l-iżvilupp soċjo- ekonomiku tal-pajjiż, kien qiegħed jara dawn is-sitwazzjonijiet li kien jenħtiġilhom li jiġu rinfaċċati.", "U naħseb li l-Gvern Nazzjonalista mhux b'xi mod perfett, mhux mingħajr żbalji ...", "Naħseb li m'hawn ħadd li b'xi mod jista' jgħid li l-Gvern Nazzjonalista qagħad lura milli bl-iktar mod pro-attiv, modern u kuraġġuż - anke sal-punt li jintroduċi miżuri li nafu kemm ma kenux popolari - jattakka dawk it-tip ta' problemi.", "Kulħadd jaf, naħseb li l-kelliema tal-Gvern illum jistqarruh - jekk ma jistqarruhx jirrealizzawh - li ftit huma dawk il-miżuri li wieħed jaħsad il-frott tagħhom immedjatament.", "Dejjem għandek time lag minn meta twelled miżura u tintroduċiha sa meta dik il-miżura taqbad l-għeruq, tikber u tagħti l-milja tal-frott tagħha.", "U nafu li anke f'dan il-kamp hekk kien maħsub li jiġri.", "Int qiegħed ixxettel din is-sistema ġdida tal-VAT li kienet tirrikjedi mhux biss organizzazzjoni ġdida imma kienet tirrikjedi burokrazija ġdida u, ħaġa iktar diffiċli, kienet tirrikjedi kultura ġdida u mentalita' ġdida.", "Din kienet mentalita' li, ejjew ngħiduha, tmur kontra s-sentimenti, kontra dik il-parti fil-bniedem li xxaqleb wisq iktar lejn l-interessi personali, lejn is-self interests milli lejn il-parti li tkun trid li tikkontribwixxi għall-ġid komuni.", "Kien hawn problema ta' kwestjoni ta' mentalita', ta' kif se ninserixxu s-soċjeta' tagħna li tifhem dawn l-iżviluppi li aħna rridu nagħmlu.", "Imma m'hemmx dubju li l-Gvern Nazzjonalista mexa f'din id- direzzjoni.", "Il-Gvern Laburista jitkellem fuq il-moralita' fiskali, jitkellem li hemm bżonn li dak li huwa ta' ġid għall-pajjiż aħna għandna nidħlu għalih.", "MADAM SPEAKER: Onor. għandek bżonn extension.", "Min jipproponi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Niproponi li l-Onor.", "Galea jkompli jinstema.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli jinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Madam Speaker, nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha.", "Huwa tajjeb li dan nagħmluh, imma irrid ngħid jien li l-Partit Laburista mal-poplu ma mexiex skond dawn il-kriterji li llum qed jiġu affermati.", "Ma jidhirlix li mexa skond dak li huwa sewwa u skond dak li huwa fl-interess tal-futur ta' wliedna.", "Anke hawnhekk hemm bżonn li jidħol ħafna iktar il-ħsieb dwar il-ġenerazzjonijiet futuri fl- oqsma kollha li rridu nagħmlu.", "Il-gvernijiet, il-unions, kull min ikun qed jaġixxi f'dawn is- sitwazzjonijet ikun marbut ħafna li jrid jissalvagwardja l-interessi leġittimi u d-drittijiet vestiti tal-ġenerazzjonijiet preżenti - u dan huwa importanti ħafna għax inkella jinħolqu inġustizzji u anomaliji - imma fl-istess ħin huwa importanti ferm ukoll li l-perspettiva tal- ġenerazzjonijiet futuri tibda tieħu spazju ħafna iktar wiesa' minn dak li aħna ntroduċejna s'issa.", "Irrid ngħid jien li meta konna qed nintroduċu s- sistema tal-VAT jew meta kienu jiġu levied xi taxxi oħra indiretti, il- Partit Laburista sfrutta fl-elementi tagħha kull miżura li ma kenitx popolari.", "Dan għamlu bla skruplu u kważi kważi ddikjara li kien qiegħed jagħmlu bla skruplu.", "Ma qalx: Ara xi ħaġa trid issir, ejjew ħalli ngħinu lill-poplu jifhem iktar; ejjew flimkien ħalli naraw kif nistgħu l- affarijiet nagħmluhom aħjar; ejjew nappoġjaw miżuri impopolari għaliex dawn huma ta' ġid għal poplu tagħna.", "Jien naħseb li dan irid jingħad ukoll, Madam Speaker.", "Wieħed irid jibda jsib il-metodu ta' kif fuq ħwejjeġ ta' importanza nazzjonali l-verita' ma tinbidilx minn meta tkun fl-oppożizzjoni għal meta tkun fil-gvern.", "Jekk hawn kwestjonijiet ta' importanza fundamentali naħseb li l-verita' dwarhom għandha tibqa' l-istess, sew meta tkun fl-oppożizzjoni u sew meta wieħed imur fil-gvern.", "Jien iktar kemm nirrifletti fuq il-proposti li qed jagħmel il-Gvern biex ibiddel is-sistema tal-VAT iktar ninduna li fil-fatt il-pożizzjoni tal- Gvern m'hijiex verament ispirata minn esiġenzi ta' prinċipji u minn esiġenzi ta' sitwazzjonijiet li jirrikjedu soluzzjonijiet oġġettivi; imma hija spirata minn esiġenza partiġjana u minn esiġenza elettorali meta f'dak il-mument il-Partit Laburista ddeċieda li jisfrutta l-impopolarita' f'ċertu sens kbira tas-sistema ta' taxxa li kien daħħal il-Gvern.", "F'dan is- sens naħseb li l-Partit Laburista naqas kontra l-valuri tal-verita' u kontra l-valuri tas-serjeta'.", "Fl-opinjoni tiegħi il-Partit Laburista ma weriex ruħu li kien lest - akkost li jista' jidher li mhux qed jagħmel oppożizzjoni kif tradizzjonalment nifhmuha - li jipprova jgħin fl- introduzzjoni ta' din it-taxxa.", "Il-Ministru tal-Finanzi qalilna iktar minn darba f'dawn l-aħħar ġimgħat li żgur li hu ma jeħux gost jintroduċi it-taxxi, li mhux gost tal-Gvern li joqgħod jgħabbi lill-poplu bit-taxxi.", "Veru li forsi m'huwiex ta' tant gost, imma lanqas għall-Partit Nazzjonalista ma kienet xi gost li jintroduċi t- taxxi.", "Il-Gvern Nazzjonalista, bħal gvernijiet kollha ta' qablu u bħal gvernijiet kollha tad-dinja, jagħmel it-taxxi mhux għax jieħu gost jagħmilhom.", "Il-gvernijiet jagħmluhom għaliex jirriflettu fuq il-bżonnijiet tas-soċjeta'.", "Naħseb li jkun hemm ċirkostanzi sew tal-gvernijiet Maltin u anke ta' gvernijiet oħrajn fejn isiru taxxi li ma jsirux bl-għaqal li suppost isiru, imma rrid ngħid jien li meta nħares fuq il-firxa almenu tas- sitwazzjoni ta' pajjiżna, mill-ftit li niftakar jien u li qrajt dwaru jien, insib li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn il-miżuri ta' taxxi li wieħed ikun daħħal ma jkunx daħħalhom b'gost - kieku seta' evitahom, evitahom - imma jkun daħħalhom b'intenzjonijiet tajba.", "Ikun daħħalhom għaliex għandu f'rasu benefiċċji li l-poplu għandu bżonn fil-qasam soċjali, fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam ta' l-edukazzjoni u fil-qasam ta' l- infrastruttura tal-pajjiż.", "Dażgur li mhux b'gost!", "Lanqas għall-Gvern Nazzjonalista ma kien gost, bħalma mhux gost illum għall-Onor.", "Lino Spiteri.", "Sinjura President, anke issa li qegħdin fl-Oppożizzjoni, aħna għadna ninsistu bl-istess konsistenza u bl-istess qawwa kif konna nagħmlu meta konna fil-gvern - dak iż-żmien bil-fatti konkreti għalkemm diffiċli u impopolari - fuq il-ħtieġa li l-pajjiż ikollu sistema fiskali li tirrendi u li tista' tintniseġ mal-mod kif qed tiżviluppa l-attivita' ekonomika tal- poplu tagħna.", "Aħna nafu - u huwa rikonoxxut minn kulħadd - li l-VAT kienet miżura li kkontribwiet b'mod determinanti għat-telfa elettorali tal-Partit Nazzjonalista, pero' b'danakollu anke issa li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-oppożizzjoni, allavolja mhux gost tiegħu, qiegħed jgħid lill- Gvern li jekk jaħseb li jrid ibiddel is-sistema tal-VAT - wara kollox, anke l-Partit Nazzjonalista, fil-programm elettorali kien indika b'mod ċar li hemm partijiet fl-arkittetura tas-sistema li kien wasal il-waqt li fil- bini tas-saffi l-oħrajn seta' jintroduċi sistemi oħrajn biex inaqqas it- tbatija u jtaffi x-xogħol fuq ċerti operaturi ekonomiċi.", "Konsistentement mal-mod kif aġġixxejna meta konna fil-gvern, lill-partit li llum hemm fil- gvern li bla skrupli ta' xejn kien ipprova jfixkel u jostakola kemm jiflaħ dik is-sistema - u pprova jostakolaha fil-parti l-iktar diffikultuża tagħha, il-parti tal-mentalita' u tal-kultura ġdida li kienet meħtieġa - qed ngħidulu li aħna lesti li niddiskutu biex nagħmlu l-aħjar sistema.", "Aħna qed ngħidu lill-Gvern: Ejja ma noqogħdux - forsi se nuża kelma ftit goffa - indaħku n-nies bina.", "Ma nistgħux aħna fuq sistema fiskali nipprovaw niftehemu?", "Madam Speaker, jien ngħid li issa kbirna, m'għadniex kif konna jumejn wara l-Gwerra fl-1948 meta dak iż-żmien il-Partit Laburista daħħal il-liġi ta' l-income tax u għar-raġunijiet politiċi u oħrajn storiċi il-partiti ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien ma kenux qablu.", "Dak iż-żmien kien hemm raġunijiet politiċi u forsi fiċ-ċirkostanzi storiċi rrid ngħid li kienu raġunijiet validi, imma llum pajjiżna huwa indipendenti, ma jikkmandana ħadd.", "Illum kbirna u diġa' għaddew aktar minn 30 sena mill- Indipendenza.", "Illum irridu naraw li nagħmlu sistema fiskali li meta jerġa' jitla' Gvern Nazzjonalista ma jkollux jerġa' joqgħod ibiddilha.", "Kieku ma kienx hawn id-disponibilita' ta' l-Oppożizzjoni għal din it-tip ta' sitwazzjoni, kont nifhem u ngħid li l-Oppożizzjoni - kif kienet l- Oppożizzjoni Laburista meta l-Gvern Nazzjonalista daħħal il-VAT - hija assolutament distruttiva u ta' tfixkil.", "Pero' fil-fatt m'huwiex hekk għaliex fuq din il-materja smajt iktar minn darba lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista jiddikjara, anke ma' korpi kostitwiti li qed jiltaqa' magħhom, li jekk veru rridu nfittxu l-ġid komuni m'għandux ikun daqshekk diffiċli li aħna nifhmu.", "Il-Gvern se jkollu l-pożizzjoni komda li, jekk għall-argument jgħid li se jdaħħal il-VAT, mhux se jkollu Oppożizzjoni li tfixklu u tipprova tkisser dik il-mentalita' ħalli flimkien nagħmlu pass ieħor 'il quddiem.", "Jiena naħseb li huwa b'dan il-mod li rridu niffaċċjaw is-sitwazzjonijiet.", "Is-suġġett ta' l-iżbilanaċ huwa suġġett importanti ħafna u huwa fundamentali.", "GĦad hawn min għandu l-mentalita' li ħafna affarijiet huma b'xejn pero' huwa importanti li nirrealizzaw li fid-dinja xejn ma jiġi b'xejn, la l-benefiċċji soċjali, la s-servizzi tas-saħħa u lanqas is-servizzi fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Naħseb li b'xi mod irridu ndaħħlu mekkaniżmi u sistemi fejn bħala ċittadini nirrealizzaw x'qiegħed iqum is-servizz li qegħdin nieħdu mingħand il-gvern.", "Meta wieħed iħares lejn il-kwestjoni tan-nefqa pubblika, li huwa suġġett importanti ħafna fl- iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-pajjiż, naħseb li rridu nħarsu lejh kemm jista' jkun b'oġġettivita', bl-inqas partiġjaniżmu umanament possibbli u b'mod li nibdew nibnu saff fuq l-ieħor biex wieħed wara l-ieħor fis-sistema demokratika tagħna, fl-alternanza tad-demokrazija, inkunu nistgħu nkomplu ntejbu l-affarijiet.", "Madam Speaker, il-Gvern Nazzjonalista kellu jiffaċċja ħafna problemi, bħalma wara kollox ikollhom jiffaċċjaw il-gvernijiet kollha u kif iffaċċjaw problemi l-gvernijiet ta' l-Onor.", "Dom Mintoff, ta' Dr. Borg Olivier, ta' l- Avukat Karmenu Mifsud Bonnici u ta' l-Onor.", "Fenech Adami.", "Jiena ma nafx liema gvern ma kellux jiffaċċja diffikultajiet, uħud minnhom magħrufa, oħrajn inqas magħrufa u oħrajn li feġġew fuq ix-xefaq mingħajr qatt ma stennejnihom.", "Il-Gvern Nazzjonalista ffaċċja dawn il-problemi u qatt ma qata' qalbu, għalkemm mhux mingħajr ma saru xi żbalji, imma r-riżultat finali kien li dan wassal għal ċertu ritmu ekonomiku, għal ċerta prosperita', għal ċertu żvilupp soċjali u għal ċerta kwalita' ta' ħajja.", "Ladarba qed insemmi l-kwalita', xtaqt niġi għat-tieni punt li wkoll għandu x'jaqsam direttament ma' dan l-abbozz tal-liġi.", "Din hija l- kwestjoni tal-kwalita' fil-qasam tat-trasport.", "Kelliema miż-żewġ naħat tal- Kamra diġa' semmewlna d-diffikultajiet li hemm fil-qasam tat-trasport u m'hemmx dubju li f'dan ir-rigward għad jonqos ħafna biex il-kwalita' tkun sodisfaċenti.", "Il-komplessita' ta' l-argumenti fuq dan is-suġġett, l- iżbilanċ, in-nefqa pubblika, l-iżvilupp tat-toroq, iż-żieda fin-numru ta' karozzi u l-problema tal-parkeġġ, iridu jintrabtu flimkien.", "L-Onor.", "Lino Spiteri l-bieraħ kien qed jagħmel il-punt - fil-fehma tiegħi attwali - li anke fl-irħula kultant qed ikollna problema dwar fejn tipparkja u li hemm ċerta konġestjoni meta din il-problema qabel konna nassoċċjawha mal- junctions minn fejn jgħaddi t-traffiku prinċipali lejn iċ-ċentru.", "Issa meta nħarsu lejn l-aspetti kollha li jidħlu fit-trasport f'ċertu sens irridu ngħidu li hawn tidħol il-kwestjoni ta' żvilupp sostenibbli.", "Irrid ngħid li veru din it-taxxa hija maħsuba biex ittaffi xi ftit l- iżbilanċ, imma żgur li hija qatra f'oċean għall-investiment li hu meħtieġ biex il-kwalita' tat-trasport tagħna titla' għal-livell li suppost titla'.", "Pero' anke hawn jien xtaqt li nikkritika l-pożizzjoni tal-Gvern għaliex kemm l-Onor.", "Louis Buhagiar kif ukoll l-Onor.", "Sandro Schembri Adami u f'ċertu sens anke l-Onor.", "Spiteri jridu sitwazzjoni iktar tajba fil-qasam tat-trasport, li tkun aktar effiċjenti, fejn it-toroq tagħna jkunu iktar safe u inqas ta' ħsara għall-ambjent.", "Pero' fil-verita' x'qegħdin nagħmlu?", "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li kien żball li l-Gvern qasam ir- responsabbiltajiet f'dan il-kamp bejn il-Ministeru tat-Trasport u Portijiet u l-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Dan mhux qed ngħidu bi kritika għal xi ministru imma bi kritika ġenerali għall-Gvern.", "Fl- opinjoni tiegħi m'huwiex pass fid-direzzjoni t-tajba li jkollok ministeru tat-trasport mingħajr m'għandu r-responsabbilta' diretta għall-ippjanar, għad-disinjar u għall-implimentazzjoni tas-sistema tan-network tat-toroq tagħna għax dak ikun ministeru li m'għandux il-veru snien biex ikun jista' jigdem.", "Irrid ngħid li għal snin twal, nistgħu ngħidu minn wara l-gwerra sa ftit ta' snin ilu, dejjem segwejna din il-policy, li s-sitwazzjoni jieħu ħsiebha l-ministeru responsabbli mill-public works għax hija kwestjoni ta' xogħlijiet pubbliċi.", "Kellna dipartiment li jibni t-toroq, imbagħad kellna l-pulizija li suppost jagħmlu ċertu xogħol ieħor, imbagħad inħolqu l- Enemalta, t-Telemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u kellna ftit ta' taħwida mhux ħażin.", "Imma fil-fehma tiegħi iktar minn nuqqas ta' kordinament f'dan il-kamp, dak li kien hemm nieqes ukoll - li aktar kemm beda jiżviluppa l-pajjiż aktar bdejna nħossuh - kien li s-settur tat-toroq, allura s-settur tat-trasport, ma kienx identifikat bħala settur vitali għall-iżviupp ekonomiku ta' pajjiżna, għall-ambjent ta' pajjiżna u għal soċjeta' moderna.", "Kien dan l-aħħar li t-toroq u l-ambjent bdew jiġu integrati flimkien.", "Jiena ngħid li l-esperjenza wrietna li l-iżvilupp ta' pajjiżna anke fiċ-ċokon tiegħu kien jesiġi ministeru tat-trasport li jkollu ċerta effettivita' iktar milli jista' jkollu l-ministeru tal-lum.", "Irrid ngħid li dan joħroġ ukoll jekk wieħed iħares lejn il-pjan strutturali.", "Illum għadni kif kont qed insegwi tweġiba għal mistoqsija parlamentari fejn il-Ministru responsabbli mill-ambjent iċċita l-policies", "li fih il-Pjan ta' Struttura.", "Ix-xogħol li sar biex tfassal il-Pjan ta' Struttura huwa ta' valur kbir u għalkemm il-Gvern beħsiebu jbiddel xi affarijiet dwar kif taħdem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imkien ma smajt li l- qofol tal-pjan li qed insemmi mhux se jiġi aċċettat mill-Gvern.", "Il-Pjan ta' Struttura li adotta l-Gvern u dan il-Parlament fih taqsima speċifika li titkellem fuq ħames objettivi għat-trasport.", "L-ewwel objettiv huwa l-koordinament bejn it-trasport u l-użu ta' l-art.", "Wieħed irid jirregola l-iżvilupp tar-road networks u arranġamenti oħrajn li jridu jsiru dwar kif se tintuża l-art biex ikollna aċċess għall-parking u biex insolvu l-konġestjonijiet tat-traffiku.", "Objettiv ieħor huwa l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' network ġerarkiku ta' toroq.", "Sa ftit taż-żmien ilu konna nitkellmu fuq il-main roads u mbagħad inħolqu l-by-passes li spiċċaw biex ġew snaturati kompletament.", "Aħna ħassejna l-bżonn li ngħidu li fit-toroq hawn ġerarkija; għandna t-toroq arterjali, t-toroq distributtivi u t-toroq lokali.", "Marbuta ma' dan toħroġ il-kwestjoni dwar liema toroq se jieħdu ħsieb il-kunsilli lokali.", "Aħna għidna li t-toroq arterjali u distributtivi jrid jieħu ħsiebhom il-gvern ċentrali u t-toroq lokali jrid jieħu ħsiebhom il-kunsill lokali ħalli b'hekk wieħed ikun jista' jgħaddi għal ċertu żvilupp.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-mini ta' St. Venera, l-multi-level junction li qiegħda ssir fi Triq Reġjonal u t-Triq tal-Barrani li ġiet irranġata ħafna.", "Objettiv ieħor huwa l-management effettiv tat-toroq u tat-traffiku u l- impatt tagħhom fuq l-ambjent.", "Fil-Pjan ta' Struttura hemm li n-network preżenti huwa ineffiċjenti għax il-junctions huma magħmulin ħażin, ir- regoli tas-sewqan m'humiex ċari u ma jiġux segwiti u jsir il-parking fit- toroq li jostakola t-traffiku u jpoġġi l-pedestrians f'riskju.", "Dan kollu jaffettwa ħażin is-sistema tat-trasport pubbliku.", "Għalhekk irid ikollna bilanċ bejn it-traffiku, l-pedestrians u l-ambjent.", "Ir-raba' objettiv jitkellem fuq it-titjib tat-trasport pubbliku li jista' jkun alternattiva għall-użu tal-karozzi privati.", "Meta qrajt ir-rapport li għamlet il-Fondazzjoni Ekoloġika Maltija dwar x'jaħseb il-poplu dwar it- trasport sibt li 35% jużaw it-trasport pubbliku kuljum u 68% minnhom jużawh jew għax m'għandhomx karozza jew għax ma jafux isuqu.", "Għandna perċentwal għoli mhux ħażin ta' nies li jużaw t-trasport pubbliku u jkun tajjeb, kif qal anke l-Onor.", "Buħagiar, li dan l-ammont jiżdied.", "Imbagħad hemm il-ħames objettiv ta' miżuri legali u edukattivi li huma maħsuba l-aktar biex itejbu s-safety fuq it-toroq u l-użu effiċjenti tat- toroq, u fejn għandek allura l-highway code, it-traffic signing, it-- traffic lights u affarijiet bħal dawn.", "Issa din it-tip ta' strateġija, kif l-aħjar ssegwiha?", "Il-Gvern Nazzjonalista kien iddeċieda li joħloq ministeru tat-trasport li jagħmlu l-overall transport authority fil-pajjiż biex jaħseb għal strateġiji fit-tul u mhux tant fit-tul u biex ikun jista' jistabbilixxi priorita' u jkun jista' jġib ċerta integrazzjoni bejn it- trasport u l-użu ta' l-art.", "Nafu li l-Gvern preżenti din id-direzzjoni ma segwihiex.", "F'\"l-orrizzont\" tal-lum insibu li fir-riforma fil-Ministeru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni - din m'iniex qed ngħidha bi kritika għall-Ministru responsabbli imma bi kritika għall-politika ġenerali tal- Gvern - minn ministeru għat-trasport li kien se jkollu r-responsabbilta' li jikkoordina l-politika u dawk l-istrateġiji f'dan il-qasam, kif kien jindika anke l-Pjan ta' Struttura, se naqgħu għal unit biex jikkoordina x- xogħol fit-toroq.", "U dan x'se jiġri minnu, Madam Speaker?", "Minn din il- ħarġa ta' \"l-orrizont\", wieħed jara li l-iskop ta' dan il-unit huwa li jkun hemm aktar effiċjenza u li ma jkunx hemm ħela ta' riżorsi f'materjal u flus, fis-sens li l-problemi ta' tkissir ta' aktar minn darba ta' toroq li ġielu jkunu ilhom biss ftit jiem li ngħataw it-tarmak biex isiru xogħlijiet konnessi mas-servizzi ta' l-elettriku, ilma u oħrajn, b'dan il-unit ta' koordinament suppost li se jittaffa.", "U din hija ħaġa tajba.", "Dan ir- rapport jgħidilna:", "\"Il-unit se jara li meta jibdew xogħlijiet fit-triq konnessi ma' xi tip ta' servizz partikolari, korporazzjonijiet oħra jiġu kkuntattjati minn dan il-unit biex jaraw jekk huma għandhomx bżonn li jagħmlu xogħol f'dik l-istess triq.", "Jekk xi korporazzjoni tgħid lill-unit li dik it-triq m'hijiex fil-prioritajiet tagħha, il-unit se jkollu l- inkarigu li jikkonvinċi lil dik il-korporazzjoni, anke jekk dan ix- xogħol m'huwiex fil-lista tal-prijoritajiet tagħha, biex ix-xogħlijiet isiru.", "Dan biex ix-xogħol isir darba u meta t-triq tingħata t-tarmak ma terġax tinqala' wara ftit jiem.", "Irrid ngħid, Madam Speaker, li waħda mill-affarijiet li kienet tiffrustrani meta tlajna fil-gvern kienet propju din u kienet ukoll ħaġa li kont nikkritika meta konna għadna fl-Oppożizzjoni.", "Ħsibt li meta se nitilgħu fil-gvern aħna, din il-ħaġa konna se nsibu tarf tagħha u nevitawha pero' għalkemm għal ħafna żmien dan ma għamilnihx, ittieħdu sensiela ta' miżuri biex nibdew noqorbu lejn din is-sitwazzjoni.", "U hawn tajjeb li wieħed jara x'ġara f'Buġibba.", "Waħda mir-raġunijiet li sas-sena l-oħra f'Buġibba kien għadu ma ngħatax it-tarmak kienet proprju għaliex riedu jsegwu din il-proċedura li jassiguraw li jgħaddi l-ilma, li jgħaddi d-drainage u affarijiet oħra bħal dawn.", "Irrid ngħid li bil-mod kif inhi deskritta hawn din l- organizzazzjoni, Madam Speaker, m'inix ċert kemm verament se tilħaq dawn l- objettivi.", "Naturalment nawguralha imma li rrid ngħid huwa li meta tara l- objettiv, meta tara min se jieħu ħsieb din il-unit li suppost se ġġib dan il-koordinament, jidhirli li m'għandhiex l-istess mansjoni u l-istess viżjoni li huma meħtieġa fil-qasam tat-trasport.", "F'ħafna pajjiżi dak li nsejħulu l-ministeru tat-trasport huwa ministeru ta' importanza kbira.", "Naturalment fil-pajjiżi bħalma huma dawk ta' l-Ewropa u f'pajjiżi oħrajn bilfors ikollu ħafna iktar importanza milli għandu ġewwa pajjiżna, għaliex il-pajjiż jiġi wżat għall-finijiet ta' vini ta' kommunikazzjoni tat- trasport bejn pajjiż u ieħor li huma ħafna drabi l-life links ta' l- ekonomija ta' dak il-pajjiż.", "Imma jidhirli li meta konna bdejna l- ministeru tat-trasport ma solvejnix il-problemi kollha, pero' m'hemmx dubbji li kienet diġa' twieldet organizzazzjoni li kienet diġa' bdiet tieħu shape.", "Kienet qegħda tħalli bil-mod il-mod il-marka tagħha fuq sistema ta' ppjanar ta' toroq, ta' manutenzjoni ta' toroq, ta' signage ta' toroq, ta' traffic lights u ta' kif aħna għandna nirregolaw is-sistema ta' trasport.", "Kien jidher li konna qegħdin nagħmlu departure mill-mentalita' u mit- tradizzjonijiet tagħna f'dan il-kamp.", "Issa għaliex kellna nwaqqfuh dan il- ministeru tat-trasport?", "Għaliex jekk kellu affarijiet li ma kenux biżżejjed tajba kien ikun tajjeb ħafna li dawn insewwuhom.", "Imma x'kien fih ħażin dan il-konċett tal-ministeru tat-trasport?", "Fl-opinjoni tiegħi, Madam Speaker, id-direzzjoni li kien beda Gvern Nazzjonalista kienet fid- direzzjoni ta' dak li hu modern u ta' dak li hu management tajjeb f'dan il- kamp.", "Meta fil-qasam tat-toroq se nagħmlu unit fil-ministeru li jieħu ħsieb il-public works - li naturalment għandu l-apparat u n-nies biex ikun jista' jwettaq dawn l-affarijiet - biex jikkoordina x-xogħol tat-toroq, qegħdin fil-verita' nafdaw biċċa funzjoni minn dak li għandu jkun il- konċett kollu tal-management tat-trasport f'unit li ma naħsibx li għandu l- missjoni tiegħu ffokata fuq dan is-suġġett.", "Jiena jidhirli li f'dan il- kamp morna lura meta għamilna din is-sitwazzjoni.", "Madam Speaker, irrid nenfasizza ftit il-punti li kien qiegħed iqanqal anke l-Onor.", "Louis Buħagiar dwar l-inċidenza ta' disgrazzji kawżati mit- traffiku.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili ninterrompik.", "Għandek bżonn il-Leave of House.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "Madam Speaker, jekk wieħed jara, per eżempju, l-Quarterly Digest of Statistics li għadni kif irċevejt id-dar, isib li vetturi ġodda qed jiġu reġistrati bl-eluf u minn din l-istatistika li rċevejna wieħed ma jistax ma jinnotax iċ-ċifri għolja ta' inċidenti stradali.", "Jekk nieħdu l-aħħar snin, fl-1993, kellna 10,321 inċident f'Malta u Għawdex meta fl-1990, tliet snin qabel, kellna kważi 8,000 inċident.", "Fl-1994 tlajna għal 12,353 inċident.", "F'dawk l-10,321 inċident ta' l-1993 kien hemm involuti 21,600 karozza u fl-1994 kien hemm mal-25,000 karozza nvoluta.", "Fl-1993 il-casualties kienu jammontaw għal 644 li 19 minnhom kienu fatali, 153 gravi u 477 mhux gravi.", "Fl-1994 il- casualties kienu jammontaw għal 777, li 16 minnhom kienu fatali, 206 gravi u 565 anqas gravi.", "It-total ta' imwiet minħabba inċidenti tat-traffiku fuq 12-il sena kien ta' 202, li fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu żgħażagħ.", "U anke mill-figuri ta' l-ewwel sitt xhur tas-sena 1995 - il-figuri tas-snin l-oħra għadhom m'humiex pubblikati - naraw li bqajna fl-istess direzzjoni.", "Fl-ewwel sitt xhur diġa' kellna 6300 inċident li kienu jinvolvu 12,300 karozza; il- casualties kienu jammontaw għal 337 li 9 minnhom kienu fatali.", "Madam Speaker, naraw li allura dawn iċ-ċifri għandhom jattiraw l-attenzjoni tal- Gvern u anke tal-poplu Malti, għax l-inċidenti ma jġibhomx il-Gvern.", "Nista' ngħid ukoll li 5300 mis-6300 inċident ġraw minħabba kalkolu ħażin, misjudgement, nuqqas ta' attenzjoni u raġunijiet oħra.", "Kien hemm 300 każ minħabba kwestjoni ta' negliġenza.", "Naturalment f'dan ir-rigward l- introduzzjoni tas-seat belts kienet fid-direzzjoni t-tajba u hemm bżonn li nkomplu nsaħħu din il-kultura pożittiva, u naħseb li wieħed irid ukoll jibda jagħmel enfasi akbar li t-trabi u t-tfal inpoġġuhom fuq is-seat ta' wara tal-karozza u naraw li nieħdu ħsiebhom.", "Madam Speaker, miċ-ċertifikati li joħorġu t-tobba tagħna wara xi korriment gravi jew mewt kawża ta' inċident stradali, bilfors ikollok tikkonkludi li hemm rabta bejn l-abbuż ta' l-alkoħol u s-sewqan - u minn dejjem kien hemm rabta.", "Tant hu hekk li l-ewwel liġi kienet saret fl-1931, t-Traffic Regulation Ordinance.", "Fl-1939 daħlet l-unika referenza li hemm dwar is-sewqan waqt li wieħed ikun taħt l-influwenza ta' xorb intossikanti.", "Nafu li m'għandniex il-metodi moderni li jintużaw fi bnadijiet oħra biex inkunu nistgħu nittrattaw din il-problema .", "Intellgħu xi 100 każ fis-sena li jkollhom akkuża ta' sewqan taħt l-influwenza ta' xorb alkoħoliku.", "Fil- biċċa l-kbira tal-każi m'għandekx evidenza medika imma tkun biss l-opinjoni soġġettiva, ħafna drabi ta' l-uffiċjali tal-pulizija.", "Allura naħseb li issa qegħdin noqorbu biex nagħmlu pass ieħor.", "Hekk kif daħħalna s-seat belt, naħseb li qed noqorbu biex indaħħlu l-breathalyser test.", "Jien informat li fl-Ingilterra, wara li għoxrin sena ilu daħħlu din il-miżura kellhom riduzzjoni fl-inċidenti fejn ix-xorb kien fattur relevanti.", "Naħseb li aħna għandna wkoll insegwu d-direzzjoni li qegħda tagħtina l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex fil-qasam tax-xorb alkoħoliku nibdew kampanji konsistenti li jressquna għal tnaqqis.", "Il-mira tal-WHO f'dan ir-rigward hija ta' tnaqqis ta' 25% fil-konsum tax-xorb alkoħoliku.", "Allura naħseb, Madam Speaker, li hawnhekk wieħed irid jenfasizza ħafna l- qasam ta' edukazzjoni, il-qasam ta' prevenzjoni.", "Il-kampanji li jsiru meta joqrob il-Milied - li saru s-sena li għaddiet u ta' qabilha - kienu kampanji li taw frott.", "Kellna l-perijodu mill-Milied sa l-Ewwel tas-Sena li kienu perijodu kważi bl-ebda inċident tat-traffiku.", "U anke hawnhekk allura t-tema ta' l-edukazzjoni hija importanti ferm.", "Mhux biżżejjed l- edukazzjoni in ġenerali, trid tkun edukazzjoni speċifika.", "Per eżempju, jien nilmenta mill-fatt li l-iskejjel li jippreparaw lill-individwi biex jieħdu l-liċenzja m'humiex skejjel li qed jagħmlu l-korsijiet kif suppost.", "Minn dak li naqra dwar dak li jsir barra nara li f'pajjiżi oħra s-sewwieqa għandhom preparazzjoni ħafna iktar profonda u komprensiva.", "It-testijiet tal- karozzi m'humiex leġġeri kif ħafna drabi jkunu hawn Malta.", "Ta' barra jesiġu konoxxenza soda tar-regoli tat-traffiku u wieħed irid juri wkoll li dik il- konoxxenza ta' dawn ir-regoli kapaċi jittraduċiha f'sewqan skond ir-regoli u f'sewqan li huwa mill-iktar responsabbli.", "Għalhekk jien nixtieq li anke f'dan ir-rigward ngħollu l-livell u ntejbu u napprofondixxu iktar it- tagħlim tas-sewqan mhux biss b'kampanji edukattivi li jsiru fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni, imma anke fl-iskejjel tagħna.", "Nibdew mit-tfal tagħna li ngħinuhom jifhmu li dan huwa suġġett ta' ċerta importanza u anke meta wieħed jiġi biex imbagħad jieħu l-liċenzja allura tajjeb li wieħed ikollu preparazzjoni ħafna u ħafna aħjar.", "Irridu nedukaw il-pedestrians, Madam Speaker.", "Mhux biżżejjed li nedukaw lis-sewwieqa imma hemm bżonn li anke lill-pedestrians nedukawhom kif għandhom jużaw it-toroq tagħna.", "Wieħed irid ukoll jgħaddi kelma favur il-grupp li l-isport tiegħu hu li jsegwi s-sewqan.", "Meta wieħed jiltaqa' magħhom - jien ġieli kelli l- okkażjoni li mmur Ħal Far - tistgħaġeb bil-kwantita' ta' nies li għandhom interess f'dan l-isport tas-sewqan.", "F'Malta nafu li t-toroq tagħna ma jippermettux ċertu tip ta' sewqan u ċertu tip ta' karozzi.", "Veru li pajjiżna huwa pajjiżna ċkejken, imma lanqas f'pajjiżi oħrajn ikbar minna fejn għandhom toroq ħafna ikbar minn tagħna ma jsir dan.", "Li wieħed isib il- metodu kif jiffavorixxi dan it-tip ta' sport naħseb li tkun ħaġa li hija wkoll pożittiva.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi, iktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, jien ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Louis Galea jitkellem dwar it-tassazzjoni llum għax immaġinajtu karattru dak it- tip Amerikan tas-seklu li għadda.", "Immaġinajtu Rip Van Winkle, dak il- karattru li kien joqgħod f'post jismu Sleepy Hollow u kien joħroġ biex imur jistad u jiġrilu bħall- karattru ta' Patri Delia, fejn joqgħod taħt siġra u tmur għajnu bih - fil-każ ta' Patri Delia dan kien jisma' ġojjin ikanta - u meta jqum u jmur lura d-dar fi Sleepy Hollow isib li jkunu għaddew snin sħaħ illi nbidlet id-dinja, li l-familja tiegħu mietet u għadda ż-żmien u lanqas induna.", "Jien għidt: Imma possibbli li l-Onor.", "Louis Galea raqad matul id-disa' snin ta' tmexxija Nazzjonalista u ma fehemx x'ġara!", "Qed ngħid dan għax kif spjegalna hu donnu kien hemm xi pjan ta' tassazzjoni, pjan fiskali, pjan ta' tmexxija ekonomika jew strutturi li ġew żviluppati matul is-snin u minn dan kollu ma kien hemm xejn.", "Għal sena wara oħra aħna konna għidna lill-Gvern Nazzjonalista biex jagħmel pjan ħalli għallinqas inkunu nafu fejn sejrin imma qalilna li m'hemmx għalfejn.", "Għalfejn?!", "Kollox jiżviluppa waħdu!", "Għal sena wara oħra meta konna nistaqsuhom jekk quddiemhom għandhomx xi pjan dwar dak li għandu x'jaqsam ma' kontrolli fuq spejjeż u ma' pjani ta' kif jonfqu l-flus kienu jgħidulna li m'hemmx għalfejn.", "Aħna konna staqsejnihom: Imma l-VAT, bħala taxxa li tridu ddaħlu, kif qed tispjegawha u tfassluha b'dan il-mod?", "Aħna għamilna sensiela ta' diskussjonijiet f'dan il-Parlament li fihom jien u sħabi għidnielhom li bit-triq li kienu qed jieħdu kienu deħlin ġo ħajt.", "Huma qalulna li mhux talli ma kenux deħlin ġo ħajt talli aħna - l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien - konna deħlin ġo ħajt.", "Aħna konna rrilevajna l-fatt li l- VAT kienet dieħla għal raġuni waħda, l-ossessjoni tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien u ta' sħabu li akkost ta' kollox idaħħlu lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt il-kummissjoni minn Brussels kienet qed timponi fuqhom li jdaħħlu l-VAT.", "Dik hija realta'.", "Meta konna nuru l-verita' u ninsistu fuqha kienu jgħidu li dan ma kienx veru.", "Il-mod Rip Van Winkle ta' l- Onor. Galea li donnu ma ġiex wiċċ imb'wiċċ mar-riżultat elettorali ...", "Ir-riżultat elettorali kien ċar u fost affarijiet oħra l-poplu Malti u Għawdxi vvota kontra l-VAT.", "Dan kien mandat ċar biex it-taxxa tal-VAT titneħħa.", "Fil-fatt hekk qed jiġri għax il-VAT qiegħda titneħħa biex tidħol struttura ta' dazji u sisa li huma ekwivalenti - imma mhux l-istess - għal dak li kien hemm qabel.", "Il-poplu Malti u Għawdxi għal dan ivvota.", "Issa li Rip Van Winkle ġej lura d-dar qed isib li din il-ħaġa veru ġrat.", "Jiena nistaqsi: X'għamel il-Gvern Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżbilanċi?", "Jien innotajt realizzizzazzjoni ġdida f'daqqa waħda li veru hemm l-iżbilanċi.", "Jekk tipprova tifhem it-trama ta' dak li qal l- Onor. Galea llejla - dan aċċetta wkoll - li f'daqqa waħda hemm żbilanċi - jew ħofra - fil-finanzi tal-gvern ...", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l- ħofra hija ħrafa.", "Hemm qiegħda l-ħofra.", "L-Onor.", "Galea qalilna li kellhom pjan u kienu qed jaħdmu biex l-iżbilanċi jikkontrollawhom anke permezz tal- VAT.", "Dan m'huwiex veru.", "Mill-analisi kollha li saret dwar il-finanzi li wiret dan il-Gvern joħroġ ċar li assolutament ma kien hemm l-ebda kontroll fuq in-nefqa mill-Gvern preċedenti anzi kien hemm baruni ministerjali 'l hemm u baruni ministerjali n-naħa l-oħra jonfqu.", "Ħalli nagħti eżempju bil-ministeru li kellu l-Onor.", "Galea.", "Dan kien bena struttura - aħna konna nikkritikawha min-naħa l-oħra tal- Kamra - li jkun hemm fondazzjoniijiet imwaqqfa b'sempliċi att notarili u tippompjalha l-flus u dawn jintefqu.", "L-FMSS hija eżempju speċifiku ta' dan.", "Dak hu l-pjan kif tolqot għall-iżbilanċ?!", "Dak huwa pjan kif iżżidhom l-iżbilanċi, kif fil-fatt ġara.", "Għaliex meta mbagħad tħares lejn kif jintnefqu u kif jittieħdu d-deċiżjonijiet, ma ssib kontrolli ta' xejn.", "L- Onor. Galea li għadu kemm tkellem huwa wieħed mill-perċimes ta' din l- istorja għaliex in-nefqa kienet għaddejja permezz ta' fondazzjonijiet, permezz ta' entijiet, permezz ta' aġenziji u ħadd ma kien jikkontrollaha.", "Allura dażgur li ma kienx hemm pjan!", "Anke meta tħares, per eżempju, lejn il-mod kif taħt l-Onor.", "Galea innifsu tfassal il-proġett ta' San Raffaele, tara li ma kien hemm kontroll ta' xejn u li ma kien hemm ħsieb ta' xejn.", "Issa post hoc ipprovaw jgħidulna li kellhom dik l-idea u kellhom dik l-idea, imma dan m'huwiex veru.", "Dan il- proġett l-ewwel beda bħala sptar li se jagħmluh kollu minn barra u jiffinanzjawh u jmexxuh, imbagħad żviluppa bħala proġett ta' riċerka b'joint venture bejn il-Gvern Malti u t-Taljani, imbagħad it-Taljani Alla jbierek ħarġu 'l barra imma xorta baqgħu biex jagħtu l-konsulenza b'direct order li swiet lill-Gvern mill-inqas Lm1.5 miljun, u mbagħad f'daqqa waħda sar proġett ta' 400 jew 500 sodda li telaq għal rasu fuq bażi li assolutament tmur kontra l-bonsens tat-tmexxija.", "U l-MAM, l-assocjazzjoni tat-tobba f'pajjiżna, ma ġiet involuta assolutament xejn fil-proġett.", "Fi proġett bħal dan l-ewwelnett trid tikkonsulta lil min se jħaddmu, jiġifieri n-naħa medika, u jekk din taċċetta - il-MAM fil-fatt taċċetta li hemm bżonn ta' sptar ġdid jekk il-parametri finanzjarji tal-pajjiż jippermettu - imbagħad għandek timmira li jkollok mill-bidunett sptar wieħed ġdid u mhux ikollok żewġ sptarijiet, wieħed fuq naħa ta' għolja u l-ieħor fuq in-naħa l- oħra li se jfisser spiża kapitali d-doppju u spiża rikorrenti d-doppju jew it-tripplu.", "Dak kien il-pjan ta' kif jikkontrollaw in-nefqa, kif jirrazzjonalizzaw in-nefqa?", "Mhux veru li kien hemm pjan.", "GĦalhekk qed ngħid li llum l-Onor.", "Galea tkellem qisu kien Rip Van Winkle, anke meta tkellem dwar il-VAT.", "Aħna konna għidnilhom li l-VAT, kif kienet qed tiġi mdaħħla f'dan il- pajjiż, kienet nonsense u ma tapplikax għal pajjiżna.", "Ġimgħa wara l-oħra bqajna ngħidulhom li din se tinjetta aktar aspettattiva ta' l-għoli tal- ħajja pero' bil-maqlub l-arroganza tagħhom kienet totali.", "L-għajta fuq is- self-employed iż-żgħar ta' l-Onor.", "Dalli, dak iż-żmien Ministru tal- Finanzi, kienet \"Ħallelin!\".", "Imma dan assolutament m'huwiex minnu.", "Min- naħa tal-Gvern ta' dak iż-żmien kien hemm arroganza għaddejja l-ħin kollu u ċertament li r-riżultati tal-VAT juru kemm kellna raġun aħna.", "Qatt ma kien hawn evażjoni daqshekk lampanti daqskemm kien hawn taħt il-VAT, u meta jgħidulna li kienet l-Oppożizzjoni Laburista li ħeġġet l-evażjoni - jgħidu kemm iridu, għandhom kull dritt jgħidu li jridu - fir-realta' jafu li dan m'huwiex veru.", "Kif konna għidna aħna, l-istruttura u s-sistema tal-VAT, ma tapplikax għal pajjiżna u ma tgħoddx għal pajjiżna u għalhekk qed taħdem ħażin.", "Meta l-Onor.", "Galea jgħid li hi kwestjoni ta' kultura, jiena ngħidlu: X'għandha x'taqsam il-kultura f'din il-ħaġa?", "Jekk verament hija kwestjoni ta' kultura l-ewwelnett toqgħodx toħroġ tgħajjar \"ħallelin\" lil min irid jimplimentahielek.", "X'kultura se tbiddel jekk min irid jaħdem fuq din is-sistema qed tgħajru \"ħalliel\" kif kienet prattika regolari?!", "Imma l- punt huwa aktar qawwi minn hekk.", "L-istruttura fiha nnifisha kienet daħlet kif daħlet għar-raġuni li kien hemm diktat minn Brussels għax il- Kummissjoni qalet lill-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien li jekk ma jagħmilx hekk mhux se tieħdu bis-serjeta' fl-applikazzjoni tiegħu biex idaħħal lil Malta membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea u aċċettaha dan, aċċettaha b'ħalqu miftuh, u daħlet din.", "Din impożizzjoni, dik hija l- verita' u għalhekk issa jekk Rip Van Winkle qam irid jaċċetta li kien hawn bidla fiċ-ċirkostanzi bir-rieda tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Jien meta nisma' lill-Onor.", "Galea u anke lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem fuq consensus ngħid: Illum consensus fuq il-VAT!", "Illum!", "Tliet snin u erba' snin ilu għaliex ma ssemmmiex consensus fuq il-VAT?", "X'inhi l-loġika wara din?", "Issa għandha deċiżjoni tal-poplu Malti u Għawdxi bl-aktar mod ċar.", "Jien ngħid li l-consensus għandu jkun li naħdmu lkoll flimkien biex id-dazji u s- sisa li se ndaħħlu jidħlu b'mod naturali u b'mod tajjeb għax hekk irid il- poplu Malti u Għawdxi.", "Din issa vvota fuqha Onor. Galea u jien nawgura li ma jkun hemm ħadd min-naħa l-oħra li jipprova joqgħod ixewwex ma' sorsi barra biex joħloq diffikultajiet fuq din il-ħaġa.", "Jien nawguraha din ħalli ma noqogħdux hawnhekk nitkellmu fuq consensus imbagħad minn taħt ikunu qed jittieħdu inizjattivi mingħalihom biex ifixklu dak li ddeċieda fuqu l-poplu Malti u Għawdxi.", "Id-deċiżjoni kienet formali, kienet ċara: Le, għall-VAT, iva għal struttura ta' dazji u sisa ekwivalenti għal dak li kien hemm qabel.", "Dan għandu jkun il-consensus u għandna naħdmu malajr kemm jista' jkun ħalli ndaħħlu din il-ħaġa.", "Jien nixtieq nagħmilha ċara li issa ma jistax ikun li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tibqa' b'għajnejha magħluqa għall-fatt li nbidlet ir-realta' politika f'pajjiżna.", "Ir-realta' politika nbidlet f'pajjiżna u oppożizzjoni kostruttiva għandha taċċetta din ir- realta' mibdula u mhux tippretendi li ma nbidel xejn jew li ma ġara xejn fl- aħħar disa' snin li għandu bżonn jinbidel.", "Iva, hemm bżonn jinbidlu ħafna affarijiet minn dak li sar f'dawn l-aħħar disa' snin.", "Hemm bżonn li tidħol serjeta' fit-tmexxija amministrattiva u ma nibqgħux kif kienu jagħmlu huma niddilettaw bi kliem sbieħ biss.", "Dan il-Gvern ċertament m'huwiex se joqgħod jiddeletta fuq l-għoli tal- ħajja billi jgħid li l-għoli tal-ħajja ma jeżistix, anzi qed jonqos!", "Ħarsu lejn l-istatistika ta' l-indiċi tal-prezzijiet, skond l-indiċi tal- prezzijiet qed jonqos l-għoli tal-ħajja.", "Qabel ma konna fil-gvern konna nikkritikawh u nibqgħu ukoll xettiċi dwar din il-ħaġa għaliex nemmnu li l- indiċi tal-prezzijiet mhux qed jgħid il-verita'.", "Allura hemm bżonn li naċċettaw ir-realta' ta' l-għoli tal-ħajja li qed iħoss il-poplu u nkomplu ninsistu fit-triq tagħna li nibnu strutturi u mekkaniżmi li biż-żmien jagħtuna ċ-ċans kollu u l-mekkaniżmu kollu biex l-għoli tal-ħajja nrażżnuh.", "M'aħniex se noqogħdu niddilettaw kif kienu jagħmlu meta kienu fil-gvern meta kienu jgħidu: Le, mhux veru jeżisti l-għoli tal-ħajja; ħarsu lejn l- indiċi tal-prezzijiet kif inhu nieżel.", "Il-poplu mhux hekk qed jara fil- ħajja tiegħu stess u allura rridu nkunu konformi ma' dak li qed iħoss il- poplu fuq l-għoli tal-ħajja, fuq l-istruttura tat-taxxi li jrid il-poplu u l-poplu qal ċar: \"Le għall-VAT.\"", "Hekk se nagħmlu, aħna se nwettqu l-mandat elettorali tagħna.", "Imma li jiġi xi ħadd bħall-Onor.", "Galea li b'ċertu qdusija finta jgħid li l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien imxiet b'mod ...", "X'kienet il-kelma li pprova juża?", "Is-soltu jużaw il-kelma \"makkavelljan\".", "Assolutament mhux hekk.", "Konna konkreti u ċari l-ħin kollu.", "Fuq kull pass li sar għidnilhom ċar: Tagħmlu ġennata jekk iddaħħlu l-VAT kif se ddaħħluha għaliex din ma tgħoddx għal pajjiżna.", "U veru li ma tgħoddx għal pajjiżna.", "L-evażjoni li hemm b'mod rampanti kienet hemm għax l- istruttura tas-sistema tippermetti dak it-tip ta' caqlieq.", "Imbagħad l- Onor. Galea qralna l-bidliet fl-istruttura tal-VAT li diġa' kienu qed jipproponu fil-mandat elettorali.", "Imma dan jaf bit-tip ta' diskussjonijiet li għal ġimgħat sħaħ kellna hawnhekk fil-Parlament fuq id-dettalji tal-VAT fejn kull suġġeriment li kienet tagħmel l-Oppożizzjoni Laburista kien ikun ħażin?", "Għal kull ħaġa li konna nindikaw dak iż-żmien, ir-risposta kienet tkun \"le, dak ħażin\".", "Jien naħseb li l-Onor.", "Galea dak iż-żmien kien Membru ta' din il-Kamra u jekk segwa dak id-dibattitu, jaf li dak li qal illum assolutament ma jreġix għax l-affarijiet dak iż-żmien ma kenux talked out u l-Gvern ta' dak iż-żmien insista li ma jkunux talked out għar- raġunijiet tiegħu.", "Sinjura President ħalli nagħmel dan il-punt ċar.", "Dan il-Gvern għandu l- mandat li jneħħi t-taxxa tal-VAT u hekk se jagħmel.", "U jekk hemm bżonn ta' consensus dak il-consensus għandu jkun fuq kif se nwettqu malajr kemm jista' jkun l-istruttura ta' dazju u sisa li qed jipproponi l-Gvern, liema struttura issa ġiet mitkellma, diskussa u mifruxa u liema sistema hija sistema li tassew tgħodd għall-ekonomija ta' pajjiżna fiż-żmien li ġej u hija s-sistema li se tippermetti li tabilħaqq inkunu nistgħu nippjanaw bis- serjeta' u mhux bil-kliem, għal li ġej u biex inkunu nistgħu wkoll inrażżnu kif irridu nrażżnu l-iżbilanċi li writtna fis-sistema finanzjarja ta' pajjiżna.", "Grazzi, Sinjura President.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, ma kienx beħsiebni nintervjeni f'dan id-dibattitu, pero' bix-xejra li ħa d-dibattitu deherli li għandi nintervjeni b'mod partikolari wara li smajt l-intervent li għandu kif għamel il-Prim Ministru.", "Huwa minnu li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed nagħmlu ħilitna biex ngħidu li l-pajjiż għandu bżonn sistema ta' tassazzjoni li tkun waħda permanenti u biex tkun waħda permanenti hemm bżonn li jkun hawn element qawwi ta' consensus fuqha.", "U għandu jkun hawn element qawwi ta' consensus mhux biss f'dan il-Parlament bejn il-Gvern u l- Oppożizzjoni imma skond il-ħtiġijiet tal-pajjiż.", "U l-Oppożizzjoni ħadet dan l-atteġġjament wara l-pubblikazzjoni tal-white paper min-naħa tal- Gvern.", "Jekk il-pożizzjoni hija li l-Gvern se jneħħi s-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT din in-naħa bl-ebda mod m'hi se taqbel ma' dan, fis- sens li aħna nibqgħu nsostnu li s-sistema ta' tassazzjoni msejħa \"VAT\" hija s-sistema adattata għal pajjiż modern u hija waħda adattata għall-istat ta' ekonomija fl-istat ta' żvilupp li laħaq pajjiżna llum.", "Madam Speaker, l-ewwelnett irridu nifhmu x'inhi l-VAT.", "Meta nitkellmu fuq il-VAT m'aħniex qegħdin nitkellmu tant fuq liġi speċifika li għandna fil- pajjiż illum, imma qed nitkellmu fuq il-prinċipji li huma l-bażi tat- tassazzjoni li tissejjaħ \"VAT\".", "Infatti hawn ħafna tassazzjonijiet li jaħdmu fuq is-sistema tal-VAT imma jissejħu b'xi isem ieħor.", "Wara l- pubblikazzjoni tal-white paper min-naħa tal-Gvern, l-Oppożizzjoni hija tal- fehma li jagħmel x'jagħmel il-Gvern, isejjaħ il-liġi ġdida li se jagħmel bl- isem li jrid hu, l-elementi li qal li se jżomm fil-liġi jikkwalifikaw din is-sistema ta' tassazzjoni bħala waħda bbażata fuq il-VAT.", "Din hija l-bażi ta' l-atteġġjament ta' l-Oppożizzjoni llum u min-naħa tagħna qed nuru s- serjeta'.", "Aħna qegħdin ngħidu: Il-VAT x'inhi?", "Prinċipju ewlieni tal-VAT huwa li tintaxxa l-konsum fiż-żewġ aspetti tiegħu fix-xiri ta' oġġetti u fix-xiri ta' servizzi.", "U għall-ewwel darba f'pajjiżna għandna sistema ta' tassazzjoni organika li tintaxxa eżattament is-servizzi fil-pajjiż.", "Allura l-element ewlieni tal-VAT kien u għadu li ngħidu li din hija s-sistema li tgħodd illum għal pajjiżna.", "Din m'hijiex xi invenzjoni tal-Partit Nazzjonalista imma huwa l-iżvilupp li sar fil-pajjiżi moderni kollha fejn għandek ekonomiji dejjem jikbru li b'effett ta' hekk jikber dejjem iktar il- konsum u allura nħolqu sistemi fejn il-bażi tat-tassazzjoni indiretta hija eżattament it-tassazzjoni fuq il-konsum.", "Dan il-prinċipju - jgħid x'jgħid min irid fil-pajjiż inkluż l-Gvern u l-Prim Ministru - il-Gvern aċċettah fil-white paper għax ladarba se jżomm sistema ta' tassazzjoni fuq is- servizzi jfisser li qed jaċċetta element ewlieni tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni fil-pajjiż.", "Mhux biss, imma element essenzjali ieħor, li fil-fehma tiegħi u fil- fehma ta' l-Oppożizzjoni l-iktar li ħoloq problemi kontra l-VAT fil-pajjiż għal min ma riedx jaċċetta s-sistema, kien l-element ta' l-irċevuti u kontijiet fiskali, it-tnejn imbagħad imsaħħa bil-fiscal cash register.", "Kontra dan fil-pajjiż kien hawn ferment li rewwaħlu kemm felaħ il-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni u kien dan il-ferment li wassal, fil- fehma ta' l-Oppożizzjoni, lill-elettorat Malti biex jieħu r-riskju u jivvota lill-Partit Laburista biex jeħles minn dan l-inkubu, inkubu li ħafna kellhom li bis-sistema li daħħalna kienu se jinqabdu - u nqabdu! - ħafna nies li kienu qed jevadu t-taxxi fil-pajjiż.", "U allura la dan it- tieni element hekk essenzjali għas-sistema, il-Gvern se jżommu aħna qegħdin ngħidu li dik li hija l-anima, il-qofol u l-bażi ta' dak li jagħmel is- sistema, sistema ta' tassazzjoni li tissejjaħ VAT jew tissejjaħ b'xi isem ieħor, se jibqa' fil-pajjiż.", "Mhux biss, imma huwa tajjeb - u aħna qbilna mal-Gvern u għidna dan malli ħarġet il-white paper - ...", "Aħna daħħalna l-VAT b'mod li għidna li kull min jagħmel xi attivita' ekonomika fil-pajjiż irid jiġi reġistrat bħala li qed jagħmel dik l- attivita' ekonomika fil-pajjiż.", "Din ukoll ħolqot problemi politiċi u reżistenzi kbar fil-pajjiż.", "Aħna nafu li meta ddaħħlet is-sistema tal-VAT ħafna li ma kenux jidhru li għandhom attivita' ekonomika ma baqgħux moħbija fl-ekonomija ta' pajjiżna u daħlu fl-mainstream bir-riżultat li dawn l- attivitajiet ekonomiċi ġew intaxxati.", "Naturalment fil-pajjiż kien hemm konsegwenzi pożittivi anke għan-negozjanti għax qabel ma kienx fair li min ma jiddikjarax l-income tiegħu u ma jħallasx il-bolla tas-social security jikkompeti ma' min huwa onest billi jħallas it-taxxi u s-social security contributions.", "Fil-fatt ħafna nies li kienu jagħmlu din l-attivita' ekonomika f'daqqa waħda bdew jinqabdu fix-xibka tat-taxxi tal-pajjiż.", "Dik kienet il-moralita' fiskali li aħna bdejna nġibu fil-pajjiż meta daħħalna s- sistema tal-VAT u fil-fatt meta aħna rajna li minkejja dak id-diskors u dawk il-wegħdiet kollha li se titneħħa l-VAT qabel l-elezzjoni l-Gvern se jżomm dawn l-affarijiet aħna b'sens ta' responsabbilta', ta' serjeta' u ta' maturita' qed ngħidu li ladarba l-Gvern se jżomm dawn l-affarijiet għandna naraw x'irid il-Gvern u x'objettivi jrid jilħaq.", "Jekk il-Gvern minflok ma jrid jagħmel taxxa ta' 15% din irid jagħmilha ta' 10% jew ta' 5% affari tiegħu għax għalkemm oppożizzjoni tista' tikkritika lill-gvern u tgħidlu fejn qed jiżbalja huwa l-gvern tal-ġurnata li jrid jieħu deċiżjoni.", "Jekk il-Gvern jogħġbu jeżenta iktar servizzi mit- tassazzjoni minna affari tiegħu imma billi jeżenta iktar servizzi dan ma jfissirx li neħħa t-taxxa tal-VAT imma jista' jkun neħħiha għal xi kategoriji.", "Dawn l-affarijiet jistgħu jsiru u fil-fatt il-liġi diġa' tipprovdi għal dan.", "GĦalhekk aħna qed nistiednu lil kulħadd biex flimkien naraw x'inhu jgħid dan il-Gvern.", "Dan il-Gvern jaf x'irid?", "Mhux veru li l- Gvern se jneħħi l-elementi tal-VAT għax isejjaħ xi jsejjaħ lil-liġi, l- elementi fundamentali se jżommhom.", "Liema huma l-objettivi l-oħra li l- Gvern għandu quddiemu?", "Li jrid jeżenta lill-hairdressers, per eżempju?", "Jekk irid jeżentahom u jgħid li issa mhux se jkun hemm iktar taxxa fuq il- hairdressers.", "Il-Gvern jista' jeżenta lil min irid imma b'daqshekk ma jistax jgħid li se jneħħi l-VAT.", "Jien naħseb li hawnhekk tidħol id- differenza bejn l-onesta' u d-diżonesta', is-serjeta' u n-nuqqas ta' serjeta', ir-responsabbilta' u n-nuqqas ta' responsabbilta' u l-moralita' fiskali u n-nuqqas ta' moralita' fiskali.", "Aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed ngħidu li bl-iktar mod oġġettiv u mingħajr l-ebda preġudizzju politiku għandna naraw x'inhu dan l-eżerċizzju li qed jagħmel il-Gvern filwaqt li qed ngħidu lill-Gvern biex jagħmel li jrid b'mod serju imma mbagħad jerfa' l-konsegwenzi hu u jekk il-ħofor ikomplu jikbru jara hu kif se jsoddhom.", "Imma rridu nkunu serji u ngħidu xi jrid jagħmel verament dan il-Gvern.", "Mhux veru li l-Gvern irid ineħħi l- VAT għaliex din ma tneħħihiex billi tagħmel taxxa oħra minflokha u ssejħilha b'xi isem ieħor imma billi tneħħi dawk l-elementi kostituttivi li jiddeskrivu forma ta' tassazzjoni bħala sistema ta' VAT.", "Dan qed jgħid li aħna qgħadna attenti ħafna li ma nagħmlux forma ta' taxxa li tkun cascading għax dak ifisser li bilfors jogħlew il-prezzijiet.", "Il-Gvern se jħalli t-taxxa fuq is-servizzi, se jħalli t-taxxa fuq l-affarijiet li jidħlu minn barra u se jagħmel taxxa li sejħilha ETP - Excise Tax on Products - għalkemm ma nafx kemm il-kelma \"products\" hija tajba; naħseb il- kelma trid tkun \"goods\" imma nsomma what's in a word?", "Jien tant nara li llum il-kwestjoni m'hijiex iktar ta' x'sistema ta' tassazzjoni se jkun hawn imma hija biss lil min trid teżenta jew ir-rata ta' taxxa x'inhi u m'għandix dubju li fuq dan nistgħu nilħqu consensus.", "(Interruzzjonijiet) Mhux fuq ir-rata ta' taxxa, lanqas fuq min għandu jiġi eżentat qed ngħid, għaliex dak mhux importanti.", "L-importanti hu li ngħidu li għandna liġi li bħala sistema ta' tassazzjoni nistgħu ngħidu li hawn a measure of consensus wiesgħa fil-pajjiż.", "Dan huwa l-appell li qegħdin nagħmlu, pero' l-Gvern kontinwament qed jurina n-nuqqas ta' serjeta' u n-nuqqas ta' preparazzjoni, mhux biss fid-diversi laqgħat - kellna okkażjoni nisimgħuhom aħna wkoll allavolja ma konniex preżenti - li kellhom il-Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi ma' diversi setturi imma anke fil-pamphlet li ħareġ u li fuqu diġa' tkellem l-Onor.", "Dalli l-bieraħ.", "F'paġna 16 ta' dan il-pamphlet hemm miktub li fis-sistema attwali hemm VAT ta' 15% fuq is-servizzi li jagħtu t-tobba.", "Imma b'liema wiċċ jiktbu dan!", "B'liema serjeta' il-Gvern jibagħtilna fid-djar tagħna ktieb stampat minnu - għalkemm fuqu m'hemmx miktub hekk - fejn jgħidilna li bis-sistema attwali l-bdiewa u s-sajjieda qed jiġbru taxxa ta' 15%!", "Allura lanqas din ma jafu?", "X'serjeta' hi din li at this late stage, wara ma nafx kemm semgħu nies jgħidulhom bid-diffetti kollha li fiha l-white paper, jiġu jibagħtulna pubblikazzjoni bi żbalji lampanti bħal dawn!", "GĦalhekk jiena nibqa' nistaqsi: Il-Gvern jaf x'qed jagħmel?", "Jiena niskanta kif jiġi l- Prim Ministru hawn u jerġa' jgħidilna li jispera li issa ma mmorrux barra minn Malta u u nxewxu.", "Xi nxewxu?", "Jgħidilna x'qaltlu l-IMF!", "GĦax nafu x'tgħid l-IMF.", "(Interruzzjonijiet) ONOR.", "MEMBRU: Erġajtu bdejtu bis-sabotaġġi.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'hu veru xejn, qed tgħid il-ħmerijiet.", "Jien nassigurak li m'għandna l-ebda kopja mhux billi qed tpaċpaċ int. Aħna għandna s-sens komun li nagħrfu li ma jistax ikun li tiġi delegazzjoni ta' l-IMF f'Malta u ma tikkummentalkomx bl-iktar mod negattiv fuq il-ħmerijiet li qed tgħidu fuq il-VAT!", "Jiena qed ngħidlek li jrid ikollok biss ...", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom tinterrompux.", "Kompli Onor. Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: .. sens komun biex tasal għall-konklużjoni li l- IMF mhux biss qalet lill-Prim Ministru li l-budget m'huwiex austere biżżejjed - din qaltu hekk għax nafu li l-IMF tħobb tagħmel dawn ir-rimarki ...", "Pero' mhux din hi l-kwestjoni.", "Ma jistax ikun li l-IMF li għandha pubblikazzonijiet li jitkellmu fuq il-VAT ma qaltilhomx li qed jagħmlu l- ħmerijiet.", "Lill-Ministru Spiteri li qiegħed hawn quddiemi, nistaqsih x'qalulhom fuq il-VAT.", "Jien nista' ngħid biss li ma jistax ikun li l-IMF ma ġibditx l-attenzjoni tagħhom li qed jagħmlu żball kbir.", "Jien nistedinhom biex ipoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra dak li qaltilhom l-IMF fuq is-sistema ta' tassazzjoni ħalli naraw.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien mhux nigdeb imma qed ngħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħi.", "Il-pożizzjoni tiegħi hija loġika għax meta nafu kif taħdem l-IMF meta tiġi biex tagħmel rapport fuq pajjiż ma jistax ikun li ma kkummentatx fuq it-tneħħija tal- VAT.", "Il-kummenti li għamlet - kif aħna ċerti li għamlet - bilfors li kienu negattivi, inkella ma tkunx konsistenti.", "L-IMF għandha patafjuni ta' pubblikazzjonijiet li jitkellmu fuq hekk.", "(Interruzzjonijiet) Qalulna li r- rapport qiegħed għandhom u għalhekk għandhom igħidulna x'qalet l-IMF.", "L- Onor. Bonnici diġa' staqsa żewġ mistoqsijiet lill-Prim Ministru pero' dan qallu li għal raġunijiet diplomatiċi - ma nafx x'sejħilhom eżatt - ir- rapporti ma jiġux pubblikati.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Inti kont tippubblikah?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, ma kontx nippubblikah.", "Għalkemm m'huwiex awtomatiku li r-rapport jiġi pubblikat lanqas huwa xi sigriet ta' l-Istat.", "Jekk ikun hemm kummenti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ekonomija ma tippubblika xejn imma mbagħad sta għall-Gvern.", "Jekk il-Gvern ikun irid jippubblika r-rapport, dan jippubblikah.", "Kemm hawn gvernijiet li jgħidu x'qaltilhom l-IMF!", "L-IMF tagħti l-pariri tagħha imbagħad jekk taqbel magħhom ma jkunx hemm raġuni għalfejn ma tippubblikax ir-rapport u jekk ma taqbilx magħha għandu jkollok il-kuraġġ li tgħid li ma taqbilx magħha u tgħid x'qalet.", "B'daqshekk m'hemm ebda sigriet .", "L-ewwel ħaġa r- rapporti jkunu fuq diversi postijiet u mhux fuq Malta biss.", "Per eżempju, ħafna drabi l-ambaxxati jkollhom kopji ta' x'jingħad.", "Jiġiferi dan mhux xi sigriet anzi huwa l-bażi ta' programmi ekonomiċi li jagħmlu gvernijiet li jkollhom din il-kwalita' ta' pariri.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn noħolqu issue minn xejn u ngħidu li hemm commitment diplomatiku.", "Mhux veru li hemm xi rabtiet dipomatiċi li lanqas jekk ikun irid, il-Gvern ma jistax jippubblika.", "Jekk irid jippubblika u jekk ma jridx ma jippubblikax.", "Dan il-Gvern, bħall-gvernijiet ta' qabel, qed jagħżel li ma jippubblikax pero' hawn għandna issue speċifiku.", "Kien il-Prim Ministru li qalilna li l- IMF qaltlu li jmissu għamel budget iktar austere.", "L-Oppożizzjoni tifhem x'irid jagħmel il-Gvern li ppubbblika white paper u qed ngħidu li aħna lesti li ngħinu biex ikun hawn ftehim fuq dak li jrid jagħmel il-Gvern mingħajr ma jkun hawn disruption tal-kummerċ u mingħajr ma jkun hawn piżijiet żejda - jekk irid jagħmilhom affari tiegħu - fuq il- komumatur.", "L-iktar ħaġa importanti hija li ma jkunx hawn disruption fil- pajjiż.", "Iktar ma l-Gvern jgħidilna li se joqgħod jikkonsulta u iktar ma jdum ma jiddeċiedi l-liġi x'se tkun, iktar se jkun hawn disruption.", "Bis- sistema li qed jipproponi - pero' din m'iniex se noqgħod nidħol fiha issa, dik hija kritika oħra - tant qed joħloq inċertezzi, tant qed joħloq sistema mimlija toqob, tant hemm problemi ta' evażjoni biex tiġi applikata, li aħna qed ngħidulu li m'għandux għalfejn dan kollu u li jista' jilħaq l-objettivi li għandu l-iskop li jilħaq skond il-white paper mingħajr ma jġib din il- konfużjoni u dan l-iskonvolġiment kollu fil-pajjiż.", "Lill-Prim Ministru ngħidlu li jiena lest li nkun serju u lest li nagħti sehemi biex ikollna sistema ta' tassazzjoni li fuqha jkun hawn qbil fil-pajjiż.", "Jiena m'iniex qed ngħid lill-Gvern sabiex jiftiehem magħna jew jiftiehem ma' xi ħadd u jgħid jekk ir-rata għandhiex tkun 15%, 10%, 8%, 7% jew 5% għaliex dik hija affari tiegħu.", "Aħna m'aħniex naqblu fuq l-istruttura ta' din is-sistema ta' tassazzjoni pero' jiena ċert li jekk hemm il-bona volonta' min-naħa tal- Gvern huwa possibbli li jintlaħaq ftehim li jkun fl-interess nazzjonali.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, nibda biex ngħid li ma naċċetta qatt li għax nagħmel mistoqsijia parlamentari nkun qed nagħmel ħsara lill- pajjiż.", "Dan il-kumment intqal min-naħa l-oħra tal-Kamra - veru li ntqal minn taħt l-ilsien - iżda nerġa' nagħmilha ċara li dan assolutament jien ninegah u ma naċċettah qatt.", "Anzi, jiena nagħmel il-mistoqsijiet parlamentari għaliex konvint li s-sistema li qed tiġi proposta se tagħmel ħsara lill-kummerċ u lill-kompetittivita' ta' pajjiżna għax meta wieħed jipprova jbigħ sistema bħala li hija xi sistema li donnha għandha l- elementi tajbin kollha meta dan m'huwiex veru, dak ikun ta' ħsara għal pajjiż.", "U jiena naf x'jien ngħid, u se nagħti eżempju.", "Aħna hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq taxxa fuq l-infiq u skond il-white paper din it-taxxa hija maqsuma f'żewġ partijiet.", "Hemm it-taxxa fuq l- infiq fuq il-prodotti u s-servizzi li jieħu l-konsumatur; u hemm it-taxxa fuq l-infiq fuq il-prodotti jew is-servizzi li jużaw in-negozjanti u l- kumpanniji.", "Hawnhekk nixtieq nistieden lil tan-naħa l-oħra li jaraw ir- rapporti ta' l-IMF fuq is-sistemi varji ta' tassazzjoni.", "Kulma jridu jagħmlu, wieħed wara l-ieħor, huwa li jmorru fuq l-Internet issa stess u jaraw il-patafjun ta' rapporti - jew aħjar is-summary tagħhom - li jgħidulek li l-aħjar sistema ta' tassazzjoni hija dik li ma tpoġġix is- sistema ta' produzzjoni u s-sistema tan-negozju fil-pajjiż fi żvantaġġ.", "Meta wieħed jara s-sistema proposta mill-Gvern Laburista fil-white paper isib li din qed tagħmel proprju bil-maqlub għax se tpoġġi s-sistema tal- produzzjoni u tan-negozju fil-pajjiż fi żvantaġġ.", "Ħalli nitkellmu dwar il- konċett ta' taxxa fuq is-servizzi.", "Jekk inti tieħu karozza għand mechanic,. bħala individwu ma tħallasx tassazzjoni imma bħala kumpannija għandek tassazzjoni ta' 10%.", "Imma skużi!", "Minn fejn ġiet din is-sistema?", "Jiena rrid inkun naf minn fejn ġiet ħalli nara xi ħsara saret fejn daħlet għaliex din hija sistema li qed tgħolli l- costs of production.", "Ma nistax nifhem kif f'daqqa waħda se naqilbu kollox ta' taħt fuq u minflok ma nagħmlu sistema fejn il-costs of production nnaqqsuhom kemm jista' jkun, qed indaħħlu sistema fejn se jiġri bil-kontra.", "L-IMF qabdet dawn il-punti għax hi esperta biżżejjed u żgur li dawn l- affarijiet ma jaħarbulhiex.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nirriferi għall- istudji ta' l-IMF fejn jelenkaw il-punti dwar kif għandha tkun sistema ideali ta' tassazzjoni fil-pajjiż.", "Mhux sewwa li lill-poplu Malti ma nsemmulux dawn l-affarijiet.", "Hemm bżonn li jkun hawn consensus li t- tassazzjoni fuq l-infiq ikollha sistema ta' rifuzjoni u sistema ta' credit għax jekk inti tneħħi dik is-sistema se żżid il-costs of production.", "Jiġifieri jrid ikollok sistema ta' tassazzjoni fejn kumpannija, minflok ma tiġi ffaċċjata b'iktar costs, tieħu rifuzjoni, kif inhi s-sistema tal-VAT bħalissa - sejħulha b'isem ieħor jekk tridu - imma l-punt huwa li s- sistema tar-refunds tpoġġi lil pajjiżna at par ma' pajjiżi oħra li għandhom is-sistema tal-VAT u sistemi simili.", "Jiġifieri rridu nkunu ċari jekk aħna se nagħżlu tassazzjoni li m'għandhiex is-sistema ta' rifużjoni.", "L-IMF tgħid li m'għandekx iddaħħal sistema li tippenalizza lill-producers tiegħek u sistema bla rifużjoni hekk tagħmel.", "Aħna nixtiequ naraw li jiddaħħlu miżuri li jwasslu biex pajjiżna ma jkunx inqas kompetittiv b'riżultat tas- sistema ta' tassazzjoni li jkollna.", "Dan huwa punt kardinali ta' kull sistema ta' tassazzjoni.", "Jien nappella lill-Gvern biex jeżamina sewwa x'inhu jagħmel għax din m'hijiex kwestjoni ta' wegħda politika biss, għax żgur li kien hemm il-wegħda politika l-oħra li pajjiżna jibqa' kompetittiv u li jibqa' jkun hawn ix-xogħol.", "Jekk is-sistema tagħna twassal biex aħna nkunu fi żvantaġġ ma' pajjiżi oħra allura ovvjament ma nkunux qegħdin nimxu fit-triq it-tajba.", "Issa huwa l-mument li l-Gvern joqgħod attent li s- sistema li se jagħmel ikollha ċerti elementi li ma tgħabbix piżijiet iktar fuq is-sistema ta' produzzjoni inkella dan iwassal biex nitilfu l-impjiegi.", "Madam Speaker, is-sistema ta' tassazzjoni trid tkun ġusta u wieħed irid jeżamina sewwa jekk il-white paper hijiex se twassal għal din il-ħaġa tant mixtieqa.", "Hemm bżonn li jkun hemm diskussjoni bil-miftuħ u hemm bżonn li nagħtu kas tal-kummenti li saru fuq din il-white paper minn organizzazzjonijiet bħall-IMF.", "Jien konvint li l-interess nazzjonali jindika li sistema ta' tassazzjoni trid tkun maqbula kemm jista' jkun biex ma noqogħdux inbiddlu s-sistema bla bżonn u tkun sistema li pajjiż modern għandu bżonn biex ikun jista' javvanza.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, jien xtaqt nagħmel osservazzjoni fuq il-kwestjoni ta' l-inforzar tal-liġijiet u tar-regolamenti tat-traffiku għax ċertament din il-ħaġa tant mixtieqa hija nieqsa sew f'pajjiżna.", "Per eżempju, jekk naqbdu l-liġi li tittratta l-kwestjoni tal-kummissarji tal- ġustizzji, fejn dawn ta' l-aħħar jisimgħu l-każijiet tat-traffiku, insibu li l-istess liġi tgħid li meta persuna ma titlax biex tidher quddiem il- kummissarju tal-ġustizzja, tista' on default terġa' tingħata avviż biex tidher darba oħra.", "Dan ifisser li persuna li jkollha tidher quddiem il- kummissarju tista' tinjora l-ewwel avviż u tistenna avviż ieħor.", "Fit-tieni avviż allura jkun hemm il-warning li f'każ li dik il-persuna ma tidhirx tkun qisha qiegħda tammetti l-akkuża ċċitata u jkun hemm piena addizzjonali ta' xi lira.", "Żgur li llum il-ġurnata, meta għandna dan it-traffiku kollu f'pajjiżna - jekk wieħed, per eżempju, jivjaġġa mill-Mosta sal-Belt malajr jinduna kemm isiru kontravenzjonijiet tat-traffiku - trid tinħoloq sistema biex it-traffiku jkun regolat b'mod li l-pieni relatati mal-kontravenzjoni, f'ċerti każijiet partikolari, jitħallsu minnufih u f'każ li persuna tħoss li għandha tagħmel challenge għal dik id-deċiżjoni, tista' dejjem tħallas mingħajr preġudizzju u tieħu azzjoni proċedurali aktar tard.", "Dawn huma sistemi li jeżistu f'pajjiżi fejn għandhom problema kbira tat-traffiku.", "Malta m'hijiex eċċezzjoni u allura bilfors trid tinħoloq sistema li tasal biex tirregola dawn l-affarijiet.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, Ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia jibqa' in possession.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada l-Erbgħa, 26 ta' Frar, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - it-Tieni Qari (Kont.)", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Madam Speaker, il-ġimgħa l-oħra smajna fl- aħbarijiet li mara tad-dar li kienet korriet f'inċident tat-traffiku rebħet aktar minn Lm6,000 f'danni mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Għall-ewwel darba fl-istorja tal-qrati ġie kkonsidrat il-valur ekonomiku tax-xogħol li jsir mill-mara tad-dar minkejja li din ma tirċevix paga.", "Jiena ħadt pjaċir li l-qorti stabbiliet il-valur ekonomiku tax-xogħol li mara tagħmel fid- dar.", "Huwa veru li l-qorti waslet għad-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi li l- valur minimu ta' dan ix-xogħol tad-dar jista' jitkejjel fuq il-paga minima nazzjonali, pero' jien inħares lejn is-sentenza mhux mil-lat ta' l-ammont finanzjarju li l-qorti għoġobha tagħti - sinċerament inħoss li x-xogħol tad-dar, sew jekk isir mill-omm u sew jekk isir mill-missier, huwa imprezzabbli - imma nħares lejha bħala mbuttatura oħra favur il-familja u wkoll bħala turning point fil-leġislazzjoni lokali.", "Fl-Amministrazzjoni Nazzjonalista l-Gvern kien diġa' beda miexi fuq din il-linja meta, għall- ewwel darba wkoll fl-istorja tal-miżuri tas-sigurta' soċjali, kien ħabbar li dik l-omm li tagħżel hi li ma toħroġx taħdem barra mid-dar tingħata għajnuna finanzjarja bħala rikonoxximent għax-xogħol li hija kienet twettaq fid-dar.", "Veru li l-ammont finanzjarju kien minimu u kien marbut ma' l- ammont tal-paga tar-raġel, pero' aħna konna kburin b'din il-miżura minħabba s-sinifikat tagħha, bħal fil-każ tas-sinifikat ta' din is-sentenza tal- qorti li ngħatat il-ġimgħa l-oħra.", "Madam Speaker, ilkoll nafu li dawk li jaħdmu fid-dar - jien qed ngħid \"dawk\" u mhux qed nirriferi għan-nisa biss għax illum il-ġurnata huwa importanti li nħaddnu kultura li tifrex ir-responsabbilta' tad-dar kemm fuq l-omm kif ukoll fuq il-missier, fuq ix-xebba kif ukoll fuq il-ġuvni, fi kliem ieħor fuq dawk kollha li jaħdmu fid-dar - jagħtu servizz varjat li m'għandux ħinijet u m'għandux kondizzjonijiet, imma huwa servizz mogħti b'imħabba kbira, mogħti minn qalb ġeneruża u anke b'sens kbir ta' altruwiżmu.", "Għalhekk huwa sabiħ li dan ix-xogħol ikun rikonoxxut minn kulħadd u issa, bi pjaċir nistgħu ngħidu, li ġie rikonoxoxut mill-qrati ta' Malta wkoll.", "Huwa xieraq li lkoll napprezzaw lil min qed jieħu ħsieb il- familja u lil min qed jieħu ħsieb it-tfal, l-anzjani, l-morda u persuni oħra b'diżabbilta' fid-dar.", "Madam Speaker, qed nuri kemm huwa nobbli x-xogħol tad-dar b'dak kollu li jiġbor fih, pero' jiena llejla rrid ukoll nappella lil dan il-Gvern u lil dan il-Parlament sabiex mhux biss ikompli jwettaq ħidma għar-rikonoxximent u għall-apprezzament ta' dan ix-xogħol imma nixtieq illejla wkoll nappella sabiex jissaħħu l-istrutturi preżenti li jgħaqqdu x-xogħol tad-dar max- xogħol ta' barra mid-dar, jiġifieri d-dinja tax-xogħol mal-familja.", "Illum il-ġurnata n-numru tan-nisa li għandhom impjieg barra mid-dar u li qed jieħdu sehem aktar attiv fil-ħajja ekonomika, fil-ħajja soċjali u politika fil-pajjiż qiegħed dejjem jikber.", "Napprezzaw il-fatt li llum il-mara Maltija u Għawdxija għandha numru wisq akbar ta' għażliet.", "Qabel il-mara ftit li xejn kellha liberta' fl-għażliet tagħha; l-akbar għażla x'aktarx kienet jekk tiżżewwiġx jew le u l-post tal-mara li tiżżewweġ kien esklussivament fid-dar u r-rwoli tagħha kienu biss dawk ta' mara miżżewġa u ta' omm.", "Kif għidt, illum il-mara għandha numru akbar ta' għażliet u għalhekk hija f'waqtha l-preżenza tagħha fil-postijiet tax-xogħol, fil- postijiet anke fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, fejn anke n-nisa jistgħu jkunu aġenti għall-bidliet importanti li jseħħu fil-pajjiż.", "Mela llum għandna sitwazzjoni fejn il-mara Maltija u Għawdxija, fuq deċiżjoni ħielsa tagħha - nappella li tkun deċiżjoni b'sens ta' responsabbilta' - jista' jkollha rwoli kemm ta' omm u mara tad-dar u kemm ta' omm u mara b'impjieg barra mid-dar.", "Għalhekk huwa importanti li fil-każ ta' l-aħħar ikun hemm bilanċ bejn id-dinja tax-xogħol u l-familja.", "Jiena naħseb li huwa ferm importanti li fejn nistgħu, bl-impenn tagħna fil-politika, bħala oppożizzjoni jew bħala gvern, naħdmu sabiex inkomplu insaħħu b'mod intelliġenti u b'mod prattiku dan il-bilanċ.", "Madam Speaker, diġa' ttieħdu ċerti miżuri biex jgħinu lil dik il-familja fejn jaħdmu kemm l-omm u l-missier jew fejn hemm single parent li taħdem.", "Per eżempju, hemm il-parental leave li kif nafu minn April tas-sena l-oħra ġie estiż għal tliet snin u jistgħu jibbenefikaw minnu kemm l-ommijiet kif ukoll il-missirijiet biex jieħdu ħsieb it-tfal ta' taħt il-ħames snin.", "Eżempju ieħor ta' titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol part-time li kompla għen biex jinħoloq il-bilanċ mixtieq bejn id-dinja tax-xogħol u l-familja kien li mis-sena l-oħra beda jingħata leave pro-rata lil dawk il-ħaddiema li l-impjieg ewlieni tagħhom huwa wieħed part-time.", "Dan kollu huwa tajjeb pero' għad fadal x'isir u nappella sabiex il-miżuri li se nsemmi jittieħdu bis-serjeta' u possibilment jiġu attwati, għaliex żgur li jkunu ta' benefiċċju għall-familji tagħna.", "Diġa' ssemmew iċ-child day care centres u m'għandix għalfejn nelabora fuq dawn iċ-ċentri biex ma nirripetix dak li diġa' intqal miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-importanti huwa li l-ħidma mibdija fuq dawn iċ-child day care centres se titkompla.", "Madam Speaker, illum min iħaddem qiegħed jirrealizza li m'għadux vijabbli li nagħmlu regoli standard dwar l-impjiegi u napplikawhom bl-istess mod għal kull ħaddiem.", "Għandna bżonn infasslu u nimplimentaw policies li jkunu family friendly u jgħinu lil dawk il-ħaddiema li minħabba r- responsabbiltajiet tagħhom fil-familja ma jistgħux jaħdmu full-time jew b'ħinijiet regolari ta' uffiċċju.", "Għalhekk nappella sabiex jibda jitħaddem il-flexitime fejn ikun hemm arranġament bejn min jaħdem u min iħaddem dwar sigħat flessibbli ta' xogħol.", "B'dan il-mod ix-xogħol ikun imfassal skond il-ħteġijiet individwali tal-ħaddiema u fl-istess ħin mhux għad-detriment ta' min iħaddem.", "Nixtieq nagħmel l-appell ukoll li tiġi ntrodotta l-iskema ta' job sharing.", "Din hija skema fejn tnejn min-nies jaħdmu flimkien f'xogħol wieħed full-time li jħalli lilhom it-tnejn aktar ħin barra mix-xogħol li ġeneralment jiddedikawh għall-familja.", "Imbagħad il- paga, il-leave u benefiċċji oħra jitqassmu skond il-proporzjon ta' sigħat maħduma miż-żewġ individwi.", "Jekk jiġi deċiż li tiġi applikata din l- iskema, hemm bżonn li ż-żewġ persuni jitħarrġu f'ċerti abilitajiet ħalli jkunu f'pożizzjoni li jagħtu hand over lil xulxin.", "Idea oħra tajba hija l-policy ta' term time work.", "Dan huwa metodu li l- aktar li jistgħu jibbenefikaw minnu huma dawk li ma jixtiequx jew li ma jistgħux jkollhom impjieg fiss is-sena kollha.", "Dan huwa xogħol li ġeneralment isir b'kuntratt u huwa xogħol li jiġi offrut l-aktar f'dawk il- perijodi fejn ikun hemm domanda akbar ta' xogħol, is-seasonal work.", "Metodu ieħor ta' term time work huwa xogħol matul is-sena kollha ħlief matul il-vakanzi tas-sajf.", "Imbagħad f'ċerti każi, studenti jistgħu jieħdu post dawn il-ħaddiema, sintendi dejjem fejn huwa possibbli.", "Ħaġa oħra li nixtieq li tibda tiġi implimentata hija l-emergancy unpaid leave u l-carers leave.", "L-emergency unpaid leave huwa leave bla ħlas li jittieħed biss f'każ ta' emerġenza bħal, per eżempju, meta tifel jew tifla jew ġenitur anzjan ta' l-impjegat jew impjegata jimirdu jew ikollhom xi inċident.", "Min-naħa l-oħra l-carers leave huwa leave bla ħlas għal perijodu ta' żmien indefenit - sakemm ikun hemm bżonn - fejn waqt li jkunu qed jieħdu ħsieb il-qraba anzjani dipendenti minnhom dawn l-istess carers ma jitilfux id-dritt li jerġgħu jidħlu fil-grad ta' qabel meta jirritornaw għax-xogħol.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed naraw kemm dan il-carers leave qed isir bżonnjuż, forsi anke minħabba l-fatt li l-anzjani tagħna qed jgħixu għal numru akbar ta' snin.", "Fil-fatt f'Malta 15% tal- popolazzjoni għandha aktar minn 60 sena u ta' min isemmi li f'GĦawdex il- persentaġġ huwa ta' 20%.", "Din l-idea tal-carers leave tkompli tgħin ukoll sabiex l-anzjani jkollhom possibbilta' akbar li jibqgħu joqogħdu fid-dar tagħhom, sintendi mdawrin b'dawk kollha li jħobbuhom u b'dak kollu li hu familjari għalihom.", "Madam Speaker, sabiex dawn il-miżuri li semmejt jitħaddmu b'mod ideali ikun xieraq li jinżamm kuntatt mal-ħaddiema waqt il-leave speċjali sabiex dawk li jiddeċiedu li jirritornaw għax-xogħol wara perijodu ta' assenza - ġeneralment dawn ikunu nisa - ma jsibuhiex diffiċli biex jintegraw ruħhom fil-post tax-xogħol.", "Dan il-kuntatt jista' jsir billi jiġu implimentati policies u strutturi li bihom persuni li jkunu fuq xi leave speċjali jibqgħu jiġu mistiedna, per eżempju, jattendu għal taħriġ u korsijiet organiżżati fuq il-post tax-xogħol tagħhom b'mod regolari.", "Jiena nistħajjel li jkun hawn min jistaqsi għaliex dawn l-istrutturi ġodda ma ġewx implimentati qabel.", "Madam Speaker, fl-Amministrazzjonijiet preċedenti nħolqu ħafna strutturi oħra - diġa' tajt eżempju ta' xi wħud minnhom kemm illejla u kemm f'interventi oħra - li nemmen li nibtu d-domanda għall-proposti li semmejt illejla.", "Dan għaliex frott ta' tmexijja ta' Gvern Nazzjonalista nħolqu opportunitajiet kbar u abbundanti ta' xogħol u b'hekk awtomatikalment żdied in-numru ta' ħaddiema nisa f'kull qasam tal-ħajja.", "Tant hu hekk li meta aħna rajna kif fis-soċjeta' Maltija dejjem qed jikber in-numru ta' ġenituri li jaħdmu t-tnejn barra mid-dar, irrealizzajna li hemm bżonn ta' policies li joħolqu bilanċ bejn id-dinja tax-xogħol u l-familja u ħafna mill- proposti li semmejt illejla wegħdnihom fil-programm elettorali tagħna u żgur li kieku konna aħna fil-gvern dawn il-proposti konna nwettquhom bħalma għamilna dejjem f'kull amministrazzjoni.", "Aħna dak li konna nwiegħdu dejjem wettaqnieh mhux kif sfortunatament qiegħed jiġri llum.", "Illum kulħadd qiegħed jirrealizza li l-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni wiegħed mod u issa li qiegħed fil-gvern qiegħed jaġixxi mod ieħor.", "Dan inħallih fil- ġudizzju tal-poplu.", "L-enfasi li rrid nagħmel huwa li l-familja Maltija u Għawdxija tissaħħaħ u nappella biex il-proposti li semmejt illejla jiġu kkonsidrati u implimentati.", "Jien inħoss li huwa irrelevanti liema Gvern idaħħal dawn il- miżuri għaliex bħal kull ħaġa tajba oħra l-importanti huwa li dak li huwa ta' ġid għall-familji u għas-soċjeta' tagħna għandu jsir, jgħidu min jgħidu.", "Aħna l-Membri kollha ta' din il-Kamra independetement fuq liema naħa qegħdin għandu jinteressana biss li nwettqu dak kollu li huwa ta' ġid għall-poplu tagħna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Madam Speaker, fil-ħarġa ta' \"l-orizzont\" tal- bieraħ u ta' \"The Times\" saret riferenza għad-diskors li għamel il-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, fil-ġurnata ta' qabel.", "Waqt id-diskors il- Prim Ministru għamel riferenza għal żewġ affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-servizz tas-saħħa li nistgħu ngħidu li llum qiegħed fuq fomm kulħadd.", "Il-Prim Ministru tkellem dwar il-bini ta' l-isptar il-ġdid u llejla waqt id- diskors tiegħu reġa' għamel riferenza għall-options li għandu quddiemu l- Gvern preżenti.", "Naħseb li fuq dan il-punt wieħed ma jridx itawwal ħafna għax diġa' sar intervent mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici, nkitbu ħafna artikli u ntalbu xi ħames rapporti li nistgħu ngħidu - ħlief għal wieħed minnhom - li kkonkludew li jekk aħna verament irridu nipprovdu servizz ta' l-aħjar livell, l-Isptar San Luqa ma jistax iwassal lill-poplu Malti għall-millenju l-ġdid.", "Donnu li issa l-Prim Ministru għandu r- rapporti kollha quddiemu u qegħdin nistennew li jieħu, flimkien mal- Kabinett, deċiżjoni li tkun ta' ġid u fejda għall-poplu Malti kollu.", "Madam Speaker, il-Prim Ministru għamel ukoll riferenza għan-nuqqas ta' mediċini li hawn fil-pajjiż bħalissa.", "Jien naħseb li bilfors kellu jagħmel din ir-riferenza għaliex illum għandna madwar 60,000 ruħ li jirċievu mediċini b'xejn mingħand il-gvern permezz tal-karta r-roża, permezz tal- kartuna s-safra għal ċertu mard speċifiku - din taqa' taħt ix-Schedule 5 - u permezz tal-karta l-blu għal min ibati bid-dijabete.", "Naħseb li jidher ovvju li meta għandek numru tant kbir ta' persuni li qegħdin jirċievu mediċini b'xejn - naturalment dawn huma intitolati għalihom - bilfors li ikun hemm ċertu preokkupazzjoni meta jkun hemm skarsezzi kif hawn illum.", "Jiena diġa' għidt li qatt daqs illum ma kien hawn nuqqas tant akut ta' mediċini essenzjali.", "Nammetti li fi żmieni kellna dawn il-problemi wkoll u flimkien ma' l-uffiċjali tal-medical stores konna ttekiljajnihom waħda waħda u mxejna 'l quddiem kif se nispjega aktar tard.", "Naf ukoll li l- Ministru preżenti, l-Onor.", "Michael Farrugia, ikkommetta ruħu li jwettaq ir- riformi neċessarji biex itejjeb il-qagħda fil-medical stores.", "Tant hu hekk li fit-28 ta' Diċembru, 1996 qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"I am committed to carry out the necessary reforms to improve the medical stores.\".", "Wara din id-dikjarazzjoni solenni u wara dawk il-ħafna wegħdiet li l-Partit Laburista kien jagħmel mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni, l-poplu bir-raġun kien qed jistenna ħalli jara x'se jiġri minn dawn il-wegħdiet.", "Pero' nistgħu ngħidu fi żgur li l-affarijiet marru ħafna għall-agħar minn dak iż- żmien 'il hawn u issa naħseb li għadda żmien biżżejjed mill-elezzjoni 'l hawn biex jibdew jidhru r-riformi li konna mwegħdin li se jitwettqu u li sal-lum għadu ma twettaq xejn minnhom.", "Madam Speaker, insemmi biss li kemm-il darba wara Diċembru li għadda bdew jidhru ripetutament ittri fil-gazzetti fejn ikkritikaw in-nuqqas ta' mediċini preżenti.", "Per eżempju, fis-26 ta' Jannar, 1997 fil-gazzetta \"KullĦadd\" kiteb ċertu Joe Galea minn Birżebbuġa, f'\"it-torċa\" dehret ittra minn persuna minn Ħal Balzan u dehret ukoll - dejjem qed nirriferi għall- istess ġurnata - ittra oħra f\"il-mument\".", "L-għada stess, jiġifieri fis-27 ta' Jannar, 1997 f'\"The Times\" deher rapport taħt il-heading \"Breathe In\" li jitkellem dwar in-nuqqas ta' mediċini għall-kontroll ta' l-ażma.", "L- istess gazzetta, din id-darba fil-kolonna \"On the Dot\" u anke f'artiklu ta' \"Candidus II\" reġgħet issemmiet l-istess problema, din id-darba taħt il- heading \"Running Low on Pills\".", "Jiġifieri dan juri li mhux aħna biss qed ngħidu li teżisti l-problema ta' l-iskarsezza ta' mediċini imma jidher li hawn consensus min-naħa tan-nies li jużaw dawn il-mediċini.", "Madam Speaker, m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall ta' dawn l-ittri u l- artikli kollha pero' se nikkummenta fuq l-ittra ta' Joe Galea li għadni kemm irriferejt għaliha għaliex naħseb li din tiġbor il-punti saljenti.", "F'din l-ittra dan l-individwu li ovvjament huwa pensjonant qal li:", "\"Aħna l-anzjani ma nistgħux ngħaddu mingħajr dawn il-mediċini.\".", "Qal ukoll li:", "\"Aħna ntitolati għal dawn il-mediċini bi dritt.\".", "Aktar 'l isfel fl-ittra kompla jgħid:", "\"Għaliex min hu responsabbli għall-ħarsien taċ-ċittadini fl-Isptar San Luqa qed iħalli sakemm l-istock jispiċċa biex imbagħad ħadd ma jista' jgħid meta jerġa' jkun hemm minn dawn il-mediċini?\".", "Iktar tard fl-ittra qal:", "\"Dan l-aħħar kont qed inċempel kważi kuljum l-ispiżerija ta' l-isptar u kull darba jgħiduli li għadhom ma daħlux.", "Leħen iċ-ċittadin għandu jinstema' bis-serjeta' kollha minn dawk responsabbli li qed joħolqu dan l-inkonvenjent, forsi bi skop.", "Kelli wkoll kuntatt bit-telefon ma' persuna li suppost kellha tinvestiga dan in-nuqqas iżda bqajt nittewweb.\".", "Naħseb li dan jiġbor is-sugu ta' l-ittri u l-artikli l-oħra li dehru fil- gazzetti dwar in-nuqqas ta' mediċini.", "Wieħed jista' jisma' dwar din il-problema anke fuq id-diversi stazzjonijiet tar-radju - Radio 101, Super 1, Smash Radio u l-RTK.", "Fuq dawn l-istazzjonijiet qiegħda kontinwament għaddejja kampanja fejn nies iċemplu u jagħmlu complaints dwar in-nuqqas ta' mediċini essenzjali.", "Barra minn hekk saru wkoll diversi domandi parlamentari ġewwa din il-Kamra - anke minn uħud mill-Onor.", "Membri min-naħa tal-Gvern stess - fosthom mill-Onor.", "Chris Cardona, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, l-Onor.", "Joe Psaila Savona, l- Onor. Michael Bonnnici u anke minni stess.", "Meta l-Prim Ministru preżenti kien Kap ta' l-Oppożizzjoni u kien jiċċita ċifri dwar id-Dipartiment tas-Saħħa kont ngħid li jew kien ikun informat ħażin jew inkella kien ikun qed jispara ċ-ċifri kif jaqbillu.", "Il-kaċċaturi u s-sajjieda għandhom il-fama li jisparaw iċ-ċifri!", "Pero' niġi għal dak li qal il-Prim Ministru nhar il-Ħadd li għadda fejn qal li:", "\"Filwaqt li f'Ottubru tas-sena l-oħra kien hemm madwar 400 mediċina nieqsa, wara l-ħidma u r-riformi li għamel il-Gvern preżenti dawn niżlu għal 135\".", "Hawnhekk ovvjament wieħed jibda jasal għall-konklużjonijiet li, kif għidt qabel, jew il-Prim Ministru qiegħed jiċċita figuri li m'humiex tajbin jew inkella ġie nformat ħażin.", "Tant hu hekk, li qabel l-elezzjoni s-Sur Felix Agius, f'artikolu li kien deher taħt il-headline \"Sptar bla Ossiġnu\" kien kiteb hekk:", "\"Hemm nuqqas kbir ta' mediċini li lanqas biss toħlom li l-isptar jgħaddi minghajrhom.\".", "Imbagħad bħala risposta għal dan l-artiklu qabel l-elezzjoni kienet ħarġet lista li turi li taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista n-numru ta' mediċini neqsin mill-medical stores ta' l-Isptar San Luqa kien biss ta' 60 item u meta wieħed jifli din il-lista jsib li ħames items minn dawk il-mediċini li semma s-Sur Agius ma kenux available għax ma baqgħux jintużaw mid- Dipartiment tas-Saħħa.", "Fis-16 ta' Diċembru, l-1996 għamilt domanda parlamentari - numru 465 - fejn tlabt lill-Ministru jgħidli kemm hu n-numru ta' mediċini neqsin fil- medical stores u fit-tweġiba li ngħatajt sibt lista li kienet turi li dan in-numru kien jammonta għal 100 items, li 43 minnhom kienu injezzjonijiet li jintużaw fl-isptar biss.", "Xahar wara erġajt għamilt l-istess domanda u l- Ministru irrispondieni li hemm 47 items li huma neqsin.", "Hawnhekk naraw li dawn iż-żewġ ċifri ma jaqblux ma' dawk li kkwota l-Prim Ministru.", "Barra minn hekk, meta jien kont segretarju parlamentari kienu jinformawni regolarment bin-numru ta' mediċini li kien hemm neqsin u nista' nikkonferma li fil-verita' kien hemm neqsin madwar 60 item ta' mediċina, kif kien qal tajjeb is-Sur Felix Agius.", "Dan juri biċ-ċar kemm kien żbaljat il-Prim Ministru meta qal li kien hemm nuqqas ta' 400 item ta' mediċina mill- medical stores f'Ottubru tas-sena l-oħra u li lanqas kien korrett meta qal li huma niżżluhom għal 135.", "Mela jew il-Prim Ministru jew inkella l- Ministru tas-Saħħa preżenti qegħdin jagħtu ċifri żbaljati u qegħdin jinformaw ħażin lill-Kamra.", "Madam Speaker, huwa tajjeb li nkunu nafu li f'dan il-każ wieħed ma jridx jagħti importanza esaġerata lin-numru għax jista' jkollok neqsin 50 item ta' mediċina li jkunu qed jeħduhom 50 pazjent biss, pero' jista' jkollok item wieħed biss nieqes u jkun qed jittieħed minn xi 10,000 ruħ, kif fil- fatt qed jiġri.", "Nerġa' ngħid li qatt daqs illum ma kien hawn nuqqas tant akut ta' mediċini essenzjali.", "Insibu li hemm skarsezza ta' Epanutin, ta' Atenolol ta' pilloli tal-pressjoni - tant hu hekk li l-anzjani ġew mitluba sabiex jaqsmu dawn il-pilloli f'erbgħa meta diġa' huma żgħar u jien ma nistax nimmaġina kif xi anzjan ta' 70 sena jista' jaqsam pillola daqs aspro ta' baby f'erba' biċċiet - ta' Burinex u dan l-aħħar ukoll nuqqas ta' Sinnemet.", "Il-Ministru qal li f'ħafna minn dawn il-każi qed jingħataw alternattivi.", "Dan m'huwiex minnu għaliex għal ċerti mediċini ma jeżistux alternattivi.", "Skond dak li qal il-Ministru fi tweġiba għal domanda parlamentari donnu ried ineħħi r-responsabbilta' minn fuq spallejh għax tana x'nifhmu li jekk ikun hawn nuqqas ta' mediċini fis-suq - jiġifieri mill-ispiżeriji privati - ma tantx jista' jagħmel sforz biex jissupplixxihom mill-medical stores.", "Madam Speaker, aħna konna nafu li hemm problemi fil-medical stores.", "Dawn il problemi għadhom jeżistu u llum saru iktar akuti.", "Fil-fatt konna ngaġġajna persuna li jien ridtha li tkun indipendenti mis-sistema biex iddaħħal sistemi ġodda.", "Pero' sfortunatament beda jkollna kritika kontinwa meta din il-persuna daħħalniha apposta biex timplimenta s-sistema komputerizzata li safejn naf jien għadha qed tintuża sal-lum.", "Dan il-pass kont ħadtu għaliex kont naf li kien hemm l-Awditur jiġri warajna u tant hu hekk li fis-16 ta' Jannar, 1997, \"The Times\", b'riferenza għar-rapport ta' l-Awditur għas-sena 1995, ħarġet tgħid li:", "\"This Office is concerned that the medical stores have not been able to date to seriously conceptualise, develop and implement effective, efficient and economical systems within the past four years.\".", "Fil-medical stores żidna wkoll in-numru ta' spiżjara u n-numru ta' nies tekniċi u r-riżultat ta' dan tant deher li f'ittra li ħarġet l-MSU - u hawn se nikkwota - wieħed jaqra li:", "\"It was heartening to note, during recent presentations at our Office, that the Director of Audit positively acknowledged the progress being made in this area.\".", "Naħseb li dan huwa ċertifikat biżżejjed li konna mexjin 'il quddiem u fil- fatt kien hemm improvement sinifikanti fl-organizzazzjoni u anke fid- dixxiplina.", "Din l-ittra li ħarġet mill-MSU tkompli tgħid li kien hemm:", "\"... utilisation of discarded computer equipment, enhancement and utilisation of equipment leading to this month's implementation level of 25 workstations and eight printers; data organisation and loading of over 5,000 centrally registered items; interim mechanisms for purchase order tracking were developed; more effective mechanisms are currently being implemented; management reporting facilities are being implemented.", "Next steps include a review of business processes in the entire procurement and disposal cycle and an implementation of financial information systems.\"", "Nista' ngħid li dawn l-iżviluppi kienu mexjin paripassu ma' żviluppi oħrajn li kienu qed iseħħu fid-Dipartiment tas-Saħħa, bħalma hu l-audit system u l- patient administration system li kienu se jagħtuna kontroll ferm aħjar mhux biss meta jkunu se jonqsu l-mediċini imma anke meta dawk ikunu qegħdin jispiċċaw.", "Dan żgur li kien pass importanti li rnexxielna nwettqu u nixtieq li l-Ministru jispjegali jekk għadux għaddej b'dawn il-pjanijiet.", "Safejn naf jien is-sistema komputerizzata, għalkemm kien hemm ħafna min kien qiegħed joġġezzjona għall-introduzzjoni tagħha, għadha titħaddem sal- lum ukoll.", "Qabel ma nagħlaq, għaliex sar il-ħin, irrid nirrimarka b'dispjaċir kbir li llum saru 25 transfer mill-head office tad-Dipartiment tas-Saħħa li nistgħu ngħidu li huwa n-nukleu tad-dipartiment kollu.", "Meta nara l-lista ta' dawn in-nies - uħud minnhom principals li żgur li kienu jikkontribwixxu u kienu validissimi fil-kontribut tagħhom - naħseb li nkun ġustifikat jekk lill-Ministru preżenti nitolbu kjarifika jew inkella ġustifikazzjoni għaliex saru dawn it-transfers u għall-mod klandestin li bih saru, fejn dawn daħlu għax-xogħol fil-għodu, ġew avżati bit-transfer matul il-ġurnata u min hu nkarigat mill-postijiet fejn dawn intbagħtu lanqas biss kellu l- iċken ħjiel li kien se jkun hemm transfers ta' nies ta' grad għoli għal magħhom.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 26 ta' Frar fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AKWEDOTTI - RESTAWR", "3076.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta se jitkompla r- restawr ta' l-Akwedott ta' Wigna Court?", "Min hu responsabbli mir-restawr ta' dan l-Akwedott?", "Kemm hu mistenni li jiswa dan ir-restawr?", "Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xogħol ta' restawr fuq l- Akwedott li hemm fit-triq li mix-Xemxija tieħu għal Għajn Tuffieħa?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jwaqqaf ix-xogħol ta' preparazzjoni li sar mill-kunsilli lokali biex jiġi restawrat il-Victoria Lines, ħalli x- xogħol isir mill-Gvern Ċentrali u mbagħad jgħaddi l-manuntenzjoni tiegħu iktar 'il quddiem?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Hu mistenni li fiż-żmien qarib tinħareġ offerta biex jitkompla r-restawr ta' l-Akwedott ta' Wignacourt.", "Ir-responsabbilta' tar-restawr tal-monumenti nazzjonali hija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "Ix-xogħol pero' ġie fdat lid-Dipartiment tal- Kostruzzjoni.", "L-istima għar-restawr ta' dan l-Akwedott tlaħħaq is-somma ta' madwar Lm 200,000.", "Qed tittieħed nota dwar t-talba għar-restawr ta' l- Akwedott bejn x-Xemxija u Għajn Tuffieħa.", "Il-Gvern ma għandu l-ebda ħsieb li jwaqqaf xi xogħol ta' preparazzjoni li sar dwar r-restawr tal-Victoria Lines.", "PTA - BDIL TA' KAROZZI TAL-LINJA", "3077.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk is- sidien li kellhom ftehim li jibdlu l-karozza tal-linja tagħhom?", "Fid-dawl tar-rapporti lokali li bihom qed jinxteħet dubju fuq kemm se jitkompla dan il-ftehim, l-Ministru jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-ftehim hux se jitkompla inkella le?", "Billi qed jingħad li l-Public Transport Authority qed tħares lejn il-possibbilta' li l-karozzi low floor minflok jiġu mportati jinbnew (b'xi mod) hawn Malta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar dan?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-ftehim li jidher li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant hu dak dwar id-depożitu ta' Lm500 li għamlu s-sidien ta' 147 karozza tal-linja fl-1995 biex jibdlu l-karozza tal-linja tagħhom.", "Jien informat li minn dawn, kien hemm biss żewġ sidien li ordnaw ħames karozzi ġodda bejniethom.", "Peress li baqgħet ma kienet ittieħdet l-ebda deċiżjoni dwar min se jerfa' l-piż finanzjarju żejjed li rriżulta mid-deċiżjoni dwar il-karozzi super low floor, il-Gvern bilfors kellu jitlob lill-Bord il-ġdid biex jistudja s- sitwazzjoni kollha u biex anki jagħmel il-proposti tiegħu.", "Jien informat li l-Gvern, permess tal-Bord, qed jagħmel l-isforzi kollha tiegħu biex mhux biss jikseb prezzijiet aħjar iżda wkoll biex jipperswadi lill-produtturi interessati ħalli jibnu dawn il-karozzi f'Malta.", "P.A. - TINDIF TAL-WIDIEN", "3078.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni tal-Planning Authority dwar it-tindif tal- widien?", "Billi diversi drabi fil-passat kien hemm għaqdiet ambjentali li rreżistew it-tindif ta' dawn il-widien, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar it-tfassil ta' xi policy partikolari mill-Planning Authority dwar dan is-suġġett u wkoll jagħti tagħrif dwar x'konsultazzjonijiet saru bejn il- Planning Authority u dawn l-għaqdiet?", "X'kienet il-pożizzjoni tal-Planning Authority dwar dan is-suġġett?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-pożizzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar il- widien hija miktuba fil-policy RCO 29 tal-Pjan ta` Struttura.", "L-awtorita' tisħaq fuq il-ħtieġa li l-interventi kollha jkunu iggwidati minn tagħrif xjentifiku ta' sistemi naturali tal-widien u tal-proċessi dinamiċi li jseħħu fihom.", "Dan sabiex ix-xogħlijiet li jsiru ma jkunux ta' dannu irreparabbli għal ambjent daqstant importanti bħalma huma l-widien, kif ukoll biex ma jinħolqux problemi sekondarji (bħalma huma l-għargħar, it- telfien ta' ħamrija u ħsarat strutturali) fl-inħawi ta' madwar.", "Għalhekk, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar temmen li t-\"tindif\" tal-widien għandu jsir biss jekk (u fejn) huwa tassew meħtieġ, u li għandu jiġi evitat kull tbagħbis ieħor.", "Bosta drabi kulma jkun hemm bżonn huwa t-tneħħija ta' skart li jkun intrema b'mod abbużiv.", "Ix-xogħlijiet kollha li jaffettwaw l- ekosistema ta' wied b' mod ħażin ma jistgħux jitqiesu bħala manutenzjoni u għalhekk jeħtieġu permess skond l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp (1992).", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tħoss ukoll illi x-xogħlijiet li jsiru, f'ambjenti naturali (fosthom il-widien) huma ta' xejra delikata u isiru b'metodi adegwati.", "Dan għandu jkun stabbilit minn qabel permezz ta` method statement magħmul b'mod professjonali.", "L-użu ta' inġenji u makkinarju goff huwa skuraġġit sabiex ma tkunx imtennija l-ħsara li seħħet fl-imgħoddi permezz tal-proġett \"Risq il-Widien\".", "Għal dan il-għan, l-awtorita` beħsiebha tħejji linji ta' gwida dettaljati u mibnija fuq il-parir ta' esperti fil-qasam ambjentali.", "F`każijiet fejn il-wied ikun ġie skedat skond l-Att dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp (1992), ikun jeħtieġ ukoll studju komplet ta' l-impatt ambjentali (EIA) skond ma huwa spjegat fil-linji ta' gwida dwar l-EIA li nħarġu mill- awtorita` fl-1994.", "Bħalissa l-awtorita` m'għandhiex quddiemha talbiet formali għal \"tindif\" tal-widien.", "MĠARR/ĠNEJNA - TISWIJA TA' TRIQ", "3079.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi qed jingħad li l-policy tal-Gvern preżenti rigward il-kunsilli lokali hi li l-ewwel iġib il-faċilitajiet fi stat tajjeb, imbagħad igħaddihom lill-kunsilli lokali, jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li mill-Imġarr twassal għal Ġnejna tinbena mill- ġdid (speċjalment in-niżla l-wieqfa)?", "Jista' l-Ministru jara wkoll li fil- Ġnejna stess jissewwa u jinbena extension tal-parking eżistenti?", "Jista' l- Ministru jara li fl-istess parti tinbena public convenience?", "Jista' fl- istess post jiġi assigurat li jinbena ċentru tal-first aid u għassa tal- pulizija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILLI REĠJONALI GĦAL GĦAWDEX", "3306.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-segretarji tal-kunsilli lokali ssottomettewx xi proposti dwar it-twaqqif tal-Kunsill Reġjonali għal Għawdex wara t-talba li saritilhom skond kif imsemmi f'mistoqsija parlamentari numru 790?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nikkonferma li numru ta' Segretarji tal-Kunsilli Lokali Għawdxin għamlu s-sottomissjonijiet, għan-nom tal-kunsill tagħhom, dwar it-twaqqif tal-Kunsill Reġjonali għal Għawdex direttament lis- Segretarju Parlamentari għal Għawdex.", "KUNSILLI LOKALI", "3307.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid ma' liema kunsill lokali ltaqa' mill-1 ta' Frar 1997 u x'laqgħat għandu ppjanti sa l-aħħar ta' Marzu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li mill-1 ta' Frar, 1997 iltqajt mal-Kunsilli Lokali tal-Floriana, Marsa,Tarxien u Mosta.", "Sa l-aħħar ta' Marzu għandna ppjanati laqgħat mal-Kunsilli Lokali ta' Sta.Lucia, Swieqi, Valletta u Isla.", "KUNSILL LOKAL TA' GĦAWDEX", "3308.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li s-Segretarju Parlamentari għal Għawdex kellu laqgħa oħra mas-segretarji tal-Kunsilli Lokali Għawdxin u jekk iva, jista' jgħid x'ġie diskuss fil-laqgħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-5 ta' Frar, 1997 saret laqgħa tas-segretarji tal-Kunsilli Lokali Għawdxin mas-Segretarju Permanenti fis-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex.", "Fi tmiem din il-laqgħa s-Segretarju Parlamentari radd ħajr lis-Segretarji tal-Kunsilli għall-koperazzjoni tagħhom u awgura li din il-korporazzjoni tkompli tissaħħaħ.", "Din il-laqgħa saret b'riżultat ta' serje ta' laqgħat li nżammu mal-kunsilli lokali bil- għan li jkun hemm iktar korrdinament u koperazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex ta' l-istess Kunsilli Għawdxin.", "KUMMISSJONI ELETTORALI - TIBDILIET TAL-KONFINI", "3309.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jinsisti mal-Kummissjoni Elettorali biex tiffinalizza r-rapport fuq l-ilmenti li saru mill-kunsilli lokali għar- reviżjoni tal-konfini?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, il-Kummissjoni Elettorali, bħala awtorita' indipendenti u awtonoma għandha ġurisdizzjoni esklussiva fid-deċiżżjonijiet tagħha dwar talbiet fit-tibdiliet tal-konfini.", "Jien ġejt informat li l-kummissjoni waslet biex tikkonkludi numru ta' l- ilmenti li kellha quddiemha.", "LOCAL COUNCILS CONTRACT UNIT", "3310.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istaff complement tal- Construction and Maintenance Unit mqassma skond kull grad?", "Jikkonferma l- Ministru li l-Local Councils Contract Unit ġie abbolit?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nfOrmat li ma jeżistix Construction & Maintenance Unit.", "Il-Local Councils Contract Unit ma ġiex abolit iżda ġie assorbit fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni.", "MSU - IMPJEGATA", "3311.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover, hijiex impjegata ta' l-MSU u jekk le, għandhiex xi relazzjoni ta' xogħol ma' l-MSU?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mir-records li għandha l-MSU, ma jidhirx li l-persuna li isimha qiegħed under separate cover hi mpjegata mal-kumpannija.", "Lanqas ma teżisti xi relazzjoni ta' xogħol bejn din il-persuna u l-MSU.", "TRIBUNAL INDUSTRIJALI - AWARDS", "3338.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw awards mit-Tribunal Industrijali dwar tkeċċija ta' ħaddiema matul il-perijodu Novembru-Diċembru 1996?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul iż-żmien ta` Novembru - Diċembru 1996 ingħataw 24 award mit-Tribunal Industrijali.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "3339.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Onor Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni mill-ewwel parti tar- Reġistru tar-reġistrar ta' persuni bla xogħol, matul il-perjodu Novembru- Diċembru 1996 u għal-liema raġunijiet inqatgħu?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni għamlu appell quddiem l- Awtorita' tax-Xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta` persuni li nqatgħu mir-reġistrazzjoni għax-xogħol, kif ukoll l-appelli li ġew sottomessi lin-National Employment Authority (N.E.A.) matul Novembru u Diċembru 1996 huwa kif ġej:", "|Malta & Gozo |Novembru|Diċembr| | | |u | |Persuni li |98 |58 | |nqatgħu | | | |mir-Reġistrazzjon| | | |i | | | |Numru ta` Appelli|29 |21 | |lin-N.E.A. | | |", "Nota:", "Iċ-ċifri ta` l-appelli sottomessi lin-National Employment Authority li jidhru hawn fuq, jirriferu biss għal dawk il-persuni li nqatgħu mir- reġistrazzjoni matul dawn ix-xhur.", "Ir-raġunijiet għaliex dawn il-persuni nqatgħu huma kif ġejjin:", "|Malta & Gozo |Novembr|Diċembr| | |u |u | |Irrifjutaw Taħriġ |41 |1 | |Instabu jaħdmu waqt|47 |50 | |li qed jirreġistraw| | | |Irrifjutaw xogħol |3 |1 | |offrut lilhom | | | |Ma attendewx |6 |2 | |għall-Interview | | | |Ma attendewx |1 |4 | |għar-reġistrar | | | |mingħajr raġuni | | | |valida | | |", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. interpellant li m`għandix x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 949.", "NOMENKLATURA TA' MINISTRU", "3348.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għan- notifikazzjoni tal-Gvern numru 120 dwar nomenklatura ta' ministru (Gazzetta tal-Gvern ta' l-14 ta' Frar 1997, p. 982) jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex in-nomenklatura bl-Ingliż tal-Ministru tal-Ħarsien Soċjali tbiddlet minn Minister for Social Security għal Minister for Social Welfare?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-nomenklatura tbiddlet għax inħass li, fil-format preżenti, hi aktar addattata.", "DIPARTIMENT TAL-KOPERATTIVI", "3349.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għan- notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 121 (Gazzetta tal-Gvern ta' l-14 ta' Frar 1997, p.982) jista' l-Prim Ministru jgħid liema ministru kien responsabbli għad-Dipartimenti tal-Koperattivi qabel it-13 ta'Frar 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali kien de facto responsabbli għall-Koperattivi qabel it-13 ta Frar 1997.", "SPORTS - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "3387.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 2586 dwar il-faċilitajiet sportivi li huma mmexxija mid-dipartiment responsabbli għall-isport, billi l-Ministru fl-4 ta' Frar li għadda impenja ruħu li jagħti tweġiba f'seduta suċċessiva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni kollha mitluba?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRGU - MONUMENT TAL-ĦELSIEN", "3388.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għall-mistoqsija parlamentari numru 2684, li fiha talab li l-mistoqsija tiġi ndirizzata lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx maħsub li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni u/jew restawr fuq il-Monument tal- Ħelsien li hemm fil-Birgu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Wieħed irid jiddistingwi bejn xogħol ta' restawr u xogħol ta' manutenzjoni ta' monumenti pubbliċi.", "Fil-każ ta' restawr, dan ix-xogħol għandju jsir, kif dejjem sar, mit- Taqsima għat-Tiswija w Restawr fil-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi w Kostruzzjoni, iżda b'konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Il-manutenzjoni ta' dawn il-monumenti hija responsabbilta' intera ta' l- istess Taqsima fil-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi w Kostruzzjoni.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - STATIONERY", "3389.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Ministeru tiegħu biex stampa l-letter heads, l-envelopes, il-complimentary slips tal-Ministru, il-visiting cards tal-Ministru u ta' l-istaff tiegħu, u materjal ieħor wara l-Elezzjonijiet Ġenerali ta' l-1996?", "Jista' jgħid kemm jistenna li se titla' l-ispiża l- ġdida issa li wara biss tliet xhur u nofs, inbidlet in-nomenklatura tal- Ministeru minn Ministry of Social Security għal Ministry of Social Welfare?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa biex ġew stampati letter heads, envelopes, complementary slips u materjal ieħor minn mindu assumejt ir-responsabbilta` tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali kienet ta` Lm364.81.", "In-nomenklatura tal-ministeru ma nbidlitx, li nbidlet kienet it- traduzzjoni ta` l-isem tal-ministeru li oriġinarjament fil-Lingwa Maltija kien u għadu Ministeru tal-Ħarsien Soċjali.", "It-traduzzjoni bl-Ingliż li kienet Ministry for Social Security ma kenitx tirrifletti il-veru tifsira ta` l-isem bil-Malti.", "Barra minn hekk dan l-isem bl-Ingliż kien qed jiġi mħawwad ma` l-isem bl-Ingliż tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq ngħid li billi konna konxji ta` dan it-tibdil ma ordnajniex ħafna materjal għall-istampar, l-aktar bil- lingwa Ingliża, u għalhekk qed nikkalkolaw li l-ispiża għandha tkun baxxa ħafna.", "KARNIVAL - IMĦAŻEN", "3390.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2766 dwar l-imħażen tal-karnival, li biha l-Ministru kkonferma li l-ammont li għandha f'idejha din is-sena l-Kummissjoni Karnival biex torganizza l-karnival hu daqs dak ivvotat is-sena l-oħra, jista' l-Ministru jivverifika l-informazzjoni żbaljata li għaddewlu billi fil-perjodu tal-ħatra tiegħi bħala Segretarju Parlamentari, qatt ma kelli x'naqsam mat-tħaddim tal-vot kapitali tal-Ministeru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 2766.", "ĦAL LIJA - TORRI", "3391.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2829 dwar ix-xogħol fuq it-Torri ta' Ħal Lija, jista' l- Ministru jgħid jekk issa huwiex f'qagħda li jagħti l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol li sar minn meta l-Gvern Laburista ġie afdat bit-tmexxija tal-pajjiż.", "Xogħol Globali", "1.", "Tibdil ta' 3 kaptelli fuq il-kolonni.", "2.", "Mili ta' trinek fl-elettriku li sar mill-kuntrattur.", "3.", "Tindif mad-dawra tat-torri kollu u sgox bis-siment u ramel biex il- ħaxix li jinbed jinqata' darba għal dejjem.", "4.", "Irtokk ġenerali fejn kien hemm bżonn biex ix-xogħol li kellu jsir jintemm.", "Ix-xogħol fuq it-torri jkun komplut għall-aħħar tax-xahar meta d-dawra tal-bankini ssir biċ-ċangatura tal-ġebel.", "ŻGĦAŻAGĦ LI MIETU FL-1996 -TIFKIRA", "3392.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2830 dwar l-attivita' li saret biex tfakkar liż-żgħażagħ li mietu fl-1996, jista' l-Ministru jgħid jekk issa huwiex f'qagħda li jagħti l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fit-22 t'Ottubru li għadda, erbat ijiem qabel l- Elezzjoni Ġenerali, l-Onor.", "Inerpellant bħala Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ dak iż-żmien, approva attivita' li kellha tfakkar żgħażagħ li mietu matul is-sena 1996 biss, permezz ta' quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali ta' Paceville, waqt funzjoni normali ta' nhar ta' Ħadd.", "Is-Segretarju Parlamentari Cilia iżda ħass ġustament li din l-attivita' in kwestjoni kellha tieħu aspett aktar mifrux u jitfakkru mhux biss iż- żgħażagħ li mietu fl-1996, iżda dawk li mietu wkoll f'dawn l-aħħar snin.", "Dan sar permezz ta' remembrance service li ttellgħa fil-Padiljun tal- Isports, Kordin, post marbut mal-enerġija taż-żgħażagħ, u matul dan l- avveniment ipparteċipaw għadd konsiderevoli t'għaqdiet taż-żagħżagħ, il- ġenituri ta' żagħżagħ li ġew neqsin, Scouts li għamlu Guard of Honour bid- daqq tal-bagpipes, rappreżentant tal-Commonwealth li tkellem dwar l-AIDS, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, kant u mużika addattata għall-okkażjoni u qassis li mexxa dan ir-remembrance service u mhux biss quddiesa normali.", "B'kollox din l-attivita' swiet Lm529.66 li minnhom tħallset is-somma ta' Lm31.22 f'sahra lill-impjegati tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.", "SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "3411.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni li Tippromwovi s-Saħħa u s- Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol hijiex se tadotta l-kodiċi li ġie mħejji dan l-aħħar mit-Tug Malta u jekk iva, meta beħsiebu joħroġ l-avviż legali relattiv?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Onor.", "Membru qiegħed jirriferi għal safety plan li l-kumpannija Tug Malta fasslet bil-għajnuna ta` esperti għall-impjegati tagħha.", "Kopja ta` dan il-Plan qegħdha tiġi mgħoddija lill-kummissjoni; iżda wieħed ma jistenniex li dan il-Pjan jista` jiġi adottat kif inhu fuq bażi ta` regolamenti nazzjonali qabel ma jkunu eżaminati l-konvenzjonijiet internazzjonali fil-qasam marittimu u qabel ma jkunu konsultati il- partijiet interessati, partikolarment l-Awtorita Marittima ta` Malta.", "UNIVERSITA' - LETTURI", "3412.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għall- post fil-matematika (professur assoċjat/lettur anzjan) jew lettur fl- Universita' ta' Malta skond Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta' Diċembru, 1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Wara s-sejħa ta' l-applikazzjonijiet għall-post fil-Matematika li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta' Diċembru, 1996, l-Universita' irċiviet erba' applikazzjonijiet.", "PULIZIJA - LIĊENZJI TAL-ĦWIENET", "3434.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħwienet tal-laħam, tal-merċa, supermarkets, u self-service stores liċenzjati fl-aħħar ta' Diċembru 1996 f'kull distrett elettorali, maqsuma skond il-ġeneru tan-negozju skond kif indikat f'din il- mistoqsija?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal-liċenzji pendenti f'dik id-data, distrett elettorali b'distrett elettorali u maqsuma wkoll skond il-ġeneru tan-negozju?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "U.E. - REGOLAMENTI ĠODDA", "3435.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarux regolamenti li permezz tagħhom Malta tiġi konformi mar-Regolamenti ta' l-1992 ta' l-Unjoni Ewropea fuq Deskrizzjonijiet Ġeografiċi u fuq Indikazzjonijiet dwar l-Oriġini, u jekk ma sarux dawn ir-regolamenti, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru fil-viċin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Malta bħalissa m`għandhiex regolamenti ad hoc fuq Deskrizzjonijiet u fuq Indikazzjonijiet dwar l-Oriġini.", "Għaldaqstant, leġislazzjoni f`dan ir-rigward qiegħda tiġi fformulata biex tkun tista` tkun fis-seħħ fit-terminu impost mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (li tagħha Malta hija membru) jiġifieri sas-sena 2000.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW MIX-XOGĦOL", "3436.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjegati tad-dipartimenti kollha governattivi li rriżenjaw mix-xogħol mis-27 ta' Ottubru, 1996 'il hawn, xahar b'xahar?", "X'kien il-grad tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA BOARDED OUT", "3437.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm impjegati tal-Gvern illi kienu ġew boarded out mill-Gvern għal raġunijiet ta' saħħa qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 u reġgħu ddaħħlu mal-Gvern jew ingħataw xi kariga pubblika oħra wara din id- data?", "Jekk kien hemm, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu u fejn tqiegħdu jew x'kariga pubblika ingħataw?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kien hemm persuna waħda, Assistant Principal, li l- ewwel kienet Segretarja Privata mas-Segretarja Parlamentari għad- Drittijiet tan-Nisa u issa qiegħda fid-Dipartiment għall-Affarijiet tal- Konsumatur.", "U.E. - INVESTIMENT BARRANI", "3438.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: In vista tal-fatt li l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea qegħdin jinvestu bejniethom ferm iżjed milli f'pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni (fl-1995 l-investiment bejn il- pajjiżi membri ta' l-Unjoni kien ta' 51.5 biljun ECU waqt li l-investiment f'pajjiżi terzi kien ta' 34.4 biljun ECU), ma jaħsibx il-Ministru li, bħala Membru ta' l-Unjoni Ewropea, Malta tkun f'qagħda ferm aħjar sabiex tattira l-investiment mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea milli jekk hija tibqa' barra mill-Unjoni?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Le ma nahsibx li l-fattur imsemmi mill-Onor.", "Interpellant huwa wahdu determinanti ghall-investiment barrani.", "KONVENZJONI TA' L-1979 TA' BERNE", "3439.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Konvenzjoni ta' l-1979 ta' Berna dwar il-Konservazzjoni tal-Wildlife ta' l-Ambjent Naturali Ewropew maħruġa mill-Kunsill ta' l-Ewropa u li Malta aderiet għaliha fit-28 ta' Ottubru 1993 u jgħid x'kienu r-riservi li għamlet Malta u/jew id-derogi li ngħatat meta aderiet għal din il-konvenzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor Interpellant li kopja tal- Konvenzjoni ta` l-1979 ta` Berne dwar il-Konservazzjoni tal-Wildlife ta` l- Ambjent Naturali Ewropew, maħruġa mill-Kunsill ta` l-Ewropa tista` tinkiseb minn kull ħanut tal-kotba u tista` tinstab f` kull librerija.", "Dokument dwar in-notifika ta` l-iffirmar u tar-ratifika li jinkludi r- riservi li għamlet Malta ma` l-istrument tar-ratifika fis-26 ta` Novembru, 1993 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-Konvenzjoni għandha wkoll tlett appendiċi u l-amendi tagħhom, li lkoll qegħdin jiġu annessi mal-Konvenzjoni bħala kopja ta` l-oriġinali.", "Riservi oħra saru fis-17 ta` Settembru, 1996 u fis-17 ta` Frar, 1997.", "Kopji ta` l-ittri relattivi għal dawn ir-riservi huma mehmużin.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - ĦADDIEMA", "3445.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm hu n-numru ta' ħaddiema li qed ikun maħsub li jkunu trasferibbli b'attachment mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jgħidilna kif huma klassifikati dawn il-ħaddiema f'dawk li huma kapaċitajiet ta' xogħol li jistgħu jagħmlu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Assenjar (attachment) ta' ħaddiema tal-Gvern mal-kunsilli lokali se jkun regolat minn skema li qed tiġi diskussa ma' l- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.", "Sadanittant il-kunsilli lokali ġew mitluba biex jibagħtu lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali is-suġġerimenti u l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din l-iskema, kif ukoll x'inhuma l-bżonnijiet tagħhom rigward ħaddiema.", "Ma jidhirlix li jkun sewwa li jingħataw dettalji qabel ma din l-iskema tiġi diskussa ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.", "LIĊENZJI TAT-TELEVIŻJONI", "3503.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' arretrati li hemm pendenti ta' liċenzji tat-TV li ma tħallsux f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'passi sejjer jieħu l-Gvern biex jiġbor dawn l-arretrati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-ammont ta' arretrati fil-31 ta' Diċembru 1996 kien ta' Lm1.7 miljun.", "Din il-figura tinkludi ħlasijiet li kienu għadhom ma sarux u għalhekk ħarġu kontijiet għalihom fit-tliet xhur ta' qabel.", "Qegħdin jiġu segwiti proċeduri normali ta' kontroll fuq il-krediti dovuti.", "Hu mistenni li dan il-proċess ikun aktar effettiv din is-sena bis-saħħa tas-sistema komputerizzata li ġiet stallata fit-Taqsima konċernata f'Novembru li għadda.", "OIL EXPLORATION", "3506.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar l-Oil Exploration?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru s'issa dwar din il-materja?", "Jidhirlu l-Prim Ministru li għandu jagħmel stqarrija fuq dan il-każ partikolari?", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 3506 nirriferi l-Onor Michael Bonniċi għall-Estimi 1997 fejn hemm ippublikati l- attivitajiet ippjanati tad-Dipartiment għat-Tiftix taż-żejt għas-sena 1997.", "Ma jidhirlix li hemm ħtieġa li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji li saru f'dan il-qasam u jekk ikun hemm bżonn ta' stqarrija din issir meta jkun il- waqt.", "PULIZIJA - REKLUTI", "3507.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir mir-rekluti fil-Korp li daħlu għal taħriġ meta kienu għadhom ma għalqux it-18-il sena taħt skema speċjali, u li issa mhux biss għalqu 18-il sena, iżda wkoll għaddew minn sena ta' taħriġ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fi ftit żmien ieħor, dawn ir- rekluti se jieħdu l-ġurament.", "VETTURI IMPORTATI", "3508.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidilna kif qegħdin jintużaw il-vetturi li ġew importati biex ikunu \"karozzi fuq il-linja\"?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li s'issa waslu Malta tlieta mill- ħames karozzi tal-linja ġodda li ġew ordnati.", "Waħda minnhom intużat għall- ewwel darba fuq xogħol ta' skeda nhar il-Ħadd, 23 ta' Frar, filwaqt li t- tnejn l-oħra mistennija jibdew joperaw fis-servizz bi skeda dalwaqt.", "VETTURI MPORTATI", "3509.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidilna lil min ngħataw il-vetturi li ġew importati u f'isem min qegħdin jaħdmu?", "Jista' l-Ministru jgħidilna kif qegħdin jiġu wżati dawn il-vetturi u x'servizz qegħdin jagħtu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jekk l-Onor.", "Interpellant jgħidli għal-liema vetturi qiegħed jirriferi nkun nista' nwieġeb aħjar.", "VETTURI ĠODDA - DEPOŻITI", "3510.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidilna x'se jsir mid-depożitu li tħallas fuq ix-xiri ta' vetturi ġodda li kien deċiż li jkunu mportati?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 3077.", "VETTURI - SUSSIDJI", "3517.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm hu s-sussidju li tħallas fuq il-vetturi li ġew importati s'issa?", "Kemm hu s-sussidju li tħallas fuq il-vetturi li qed jiġu importati?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li s'issa għadu ma tħallas l- ebda sussidju.", "BARRIERI - PROPRJETARJI", "3522.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi l- propretarji tal-barrieri limiti tal-Qrendi ġew mitluba jieqfu mix-xogħol tagħhom minħabba li dan qed jagħmel xi ħsara fit-Tempji Neolitiċi fil- viċin, u billi min-naħa tagħhom dawn il-proprjetarji jgħidu li għandhom provi xjentifiċi li dawn la kien kaġun ta' ħsara li saret u lanqas qatt jistgħu jkunu, jista' l-Viċi Prim Ministru jindika fuq liema bażi l- Planning Authority qed tieħu din l-azzjoni, jekk hux minħabba provi xjentifiċi minn naħa tagħha jew minħabba li taħt ebda ċirkostanza ma jista' jittieħed lanqas l-iżgħar sogru għalkemm remot, li jaffettwa wirt daqshekk preġjat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa", "BUĠIBBBA - UPGRADING", "3523.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Fl- upgrading li qed isir f'Buġibba, xi pjanijiet hemm biex il-blat li mhux aċċessibbli għall-pubbliku minħabba ħafna raġunijiet mhux lanqas billi hu blat ippontat li ma tistax tgħaddi minn fuqu, jista' l-Ministru jgħid jekk ikunx jista' jkun utilizzat għar-rikreazzjoni in ġenerali?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Qed tittie]ed nota tas-su//eriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "AIR MALTA", "3524.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba tiegħek għall-mistoqsija parlamentari numru 3120, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relevanti li juri li dawn il-banek ma riedux jisilfu lill-kumpannija u x'garanzji aċċettaw mingħand il-Gvern biex is-self sar?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "MALTA INSTITUTE OF WASTES MANAGEMENT", "3525.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji fuq il-Malta Institute of Wastes Management?", "Fejn hu s- sede tiegħu?", "Minn min hu magħmul?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Malta Institute of Wastes Management hi għaqda multidixxiplinari mwaqqfa minn persuni li ġejjin kemm mis-settur privat, bil-għan li tavvanza l-aspetti xjentifiċi, tekniċi, ekonomiċi u prattiċi ta` l-immaniġġjar ta` l-iskart.", "Din m`hix għaqda governattiva.", "Fil-mument il-membri huma:", "Mr. V. Gauci Ing. M Schembri Mr. J. Sammut Mr. T. Portelli Ms. D. Sammut Mr. L. Vella Ing. M. Agius", "QRATI - AMNESTIJI", "3526.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Nagħmel riferenza għall-ittra ta' l-AG lill-Ministru tal-Ġustizzja re. l-amnestija mogħtija lill-qattiela ta' Mary Douglas, billi l-AG kien irrakkomanda li min kien ħa amnestiji qabel ma kellux jerġa' jieħu l-benefiċċji ta' amnestiji oħra, jista' l-Ministru jfiehem għaliex allura din ġiet mogħtija?", "Jikkonferma l-Ministru li l-passi ta' l- AG ġew injorati?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li, billi fil- ħafna amnestiji li ngħataw mill-Amministrazzjoni precedenti, dejjem ibbenefikaw kull min gawda minn xi amnestija preċedenti, inħoss li dan il- kriterju għandu jibqa' osservat.", "Kriterji li fuqhom jingħataw amnestiji għandhom ikunu kriterji oġġettivi.", "Kienet din l-amministrazzjoni li fuq parir tal-Avukat Generali illimitat l-amnestija mogħtija f'Diċembru 1996.", "Għaldaqstant fl-aħħar amnestija 78 priġunier bbenefikaw u 45 ma bbenifikawx.", "LIBJA - ŻIEDA TA' TURISTI", "3527.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li ż-żieda ta' turisti mil-Libja fl-aħħar tliet xhur ta' l-1996 paragunat ma' l-istess xhur ta' l-1995 hi spjegabbli għaliex fl-1995 kien ġie mwaqqaf għal xi żmien is-servizz ta' trasport bil-baħar bejn iż-żewġ pajjiżi, jista' l-Ministru jgħid għaliex tul l-istess xhur ta' l-1996 imqabbel ma' l- istess perijodu ta' l-1995 kien hemm tnaqqis daqstant sostanzjali mis-suq Tedesk?", "Kien hemm xi kawża speċifika li tista' tispjega dan it-tnaqqis?", "F'dak il-każ x'kienet?", "Jekk le, jidhirlu l-Ministru li tenħtieġ tittieħed azzjoni korretorja jew isir impenn akbar biex it-telf minn dan is-suq ma jkomplix?", "X'attivita' promozzjonali se tieħu l-NTOM fl-ITB u tul is-sena f'dan is-suq biex treġġa' lura din ix-xejra negattiva?", "Jidhirlu l-Ministru li ta' spiss stqarr li s-sistema ta' l-FBR għandha tapplika f'kull suq, li l-Gvern u l-NTOM għandhom jifirxu l-impatt tat-TOSS u jdaħħluha fis-suq Tedesk skond miri stabiliti mill-NTOM fuq bażi ta' \"payment by results\"?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-ragunijiet għal tnaqqis jew ziediet fis-swieq turistici tagħna jistgħu jkunu ħafna u vari, fosthom anke nuqqas ta' attenzjoni u impenn minn naħa taghna.", "Mhux bilfors li dan ikun kawza ta' xi raguni specifika waħda.", "Impenn akbar biex jerġa' jiżdied is-suq tedesk għandu jsir dejjem speċjalment f'fieri bħal dik tal-ITB.", "Il-Ministeru qatt ma stqarr li s-sistema ta' l- FBR ghandha tapplika f' kull suq.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jinforma ruħu tajjeb.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "3528.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti d-dettalji kollha relattivi dwar fiex jikkonsisti l-Pjan ta' Buġibba?", "X'inhu x-xogħol ippjanat għall-ewwel fażi?", "X'inhu l- kontribut f'termini ta' xogħol u implimentazzjoni li qed jingħata u se jingħata minn kull dipartiment tal-Gvern, agenzija u/jew korporazzjoni tal- Gvern, mill-kunsill lokali u mis-settur privat?", "Meta hu maħsub li jibdew u jitlestew u fiex jikkonsistu l-fażijiet sussegwenti?", "Peress li xi ġimgħat ilu l-Prim Ministru ħabbar li qed jitħejjew proġetti għat-tisħiħ ta' l- inħawi ta' Buġibba, Paceville u Wied il-Għajn u dan fuq pjan koordinat u b'timeframs stabiliti, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' tlestija waslu dawn il-pjan u, jekk huma jew uħud minnhom tlestew, ipoġġi kopja ta' l-istess fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Kumitat ta' Azzjoni li qed jikkordina x-xogħol li qed isir f' Bugibba fassal pjan ta' ħidma li ġie ppubblikat fis-7 ta' Frar, 1997.", "Xogħlijiet oħra f'lokalitajiet oħra jitħabbru meta jkun il-waqt.", "TURIŻMU - VOT KAPITALI", "3529.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija minnek għall-mistoqsija parlamentari numru 2224, jista' l-Ministru jgħid jekk s'issa ġiex imħejji pjan għal proġett imsemmi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-pjan u/jew dokumentazzjoni?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: M'għandi xejn aktar xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 2224.", "FURJANA - BINJA FILIPPO SCEBERRAS", "3530.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara jekk l-ispazju taħt l-art tal-Binja Vilhena fi Pjazza Filippo Sceberras, Furjana, jistax jiġi riservat parzjalment għal skop ta' ipparkjar tal-vetturi ta' l-istess residenti ta' l-istess binja?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-Binja Filippo Sciberras, ġo Filippo Sciberras Square.", "Dan l-ispazju taħt il-blokk li huwa proprjeta' tal-Kummissarju ta' l-Art qed jinkera lill-Awtorita' tad-Djar.", "F'dan l-ispazju, l-Awtorita' tad-Djar għandha uffiċċju magħruf bħala Habitat Hall, stores u parking space għall- impjegati tagħha biex b'hekk tnaqqas l-problema ta' l-ipparkjar li jeżisti f'din l-area.", "TELEMALTA - RABAT - TRANFERS", "3531.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna x'kienet r-raġuni u min kienu l-ħaddiema li ġew posted/trasferiti mill-exchange tal-Korporazzjoni Telemalta tar-Rabat għal dik tal-Mosta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-posting tal-ħaddiema mill-exchange tar-Rabat għal dik tal-Mosta huwa parti minn riorganizzazzjoni tad-dipartiment tal- External Plant.", "Permezz ta' din ir-riorganizzazzjoni, dan id-dipartiment inqasam fi tlett distretti.", "F'kull distrett, il-ħaddiema ġew allokati f'dawn il-postijiet tax-xogħol:", "Tramuntana:San Pawl il-Baħar u Mosta exchanges.", "Ċentrali: St.Francis Ravelin u Sliema exchange.", "Nofsinhar:Żejtun exchange", "Barra minn hekk, dan id-dipartiment ikopri s-sezzjonijiet tal- Manutenzjoni Korrettiva, Manutenzjoni Preventiva u Installar ta' Servizzi ġodda fejn għal kull sezzjoni hemm gangs ta' ħaddiema allokati apposta.", "Dan għandu jwassal għal żieda fil-produttivita' u kwalita' aħjar ta' xogħol.", "Dan huwa mportanti fl-isfond tat-tħejjijiet tal-Customer Charter.", "Il-ħaddiema li ġew imċaqalqa mill-exchange tar-Rabat għal dak tal-Mosta kienu 18.", "Mhix etika li jingħataw l-ismijiet ta' dawn il-ħaddiema.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - TRAINS/MODULES", "3534.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trains/modules li nżamm standby fil-perijodu tal-11.1.96 sal-31.1.97 ġurnata b'ġurnata u ta' kemm production capacity kienet kull train/module li kienet out of order?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ILMA - EXTRACTIONS", "3535.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' extractions ta' ilma mill-aquifer ġurnata b'ġurnata mill-1.11.96 sa l-31.1.97?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WSC - BDIL TA' MAINS", "3536.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-target (Km) ta' bdil ta' mains ta' l-ilma tal-4\" u tal-galvanised metal pipes għas-sena 1997; u kemm huwa l-vot allokat għal dan il-għan?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma pproġettat madwar 35 kilometri ta' bdil ta' mejnijiet li l-parti 'l kbira huma kanen tat-3 jew 4 pulzieri tal-ħadid galvanizzat.", "Dan il-proġett huwa mifrux fuq diversi lokalitajiet.", "L-ispiża ta' dan ix-xogħol hija stmata li tlaħħaq Lm1,640,300.", "Malli jiġi ċċarat il-vot kapitali, jinbdew ix- xogħlijiet minnufih.", "WSC - TOTAL DISOLVED SOLIDS", "3537.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont medju ta' total dissolved solids ta' l-ilma li ġie prodott fid-diversi reverse osmosis plants fil-perijodu 11.1.96 sa 31.1.97?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WSC - TOTAL DISSOLVED SOLIDS", "3538.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont medju ta' total dissolved solids ta' l-ilma li ġie mtella' mill-aquifer fil-perijodu 1.11.96 sa l-31.1.97?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MARSA - REVERSE OSMOSIS", "3539.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata tħaddmu l- trains/modules tar-reverses omosis plant tal-Marsa fil-perijodu tal-1.11.96 sal-20.2.97?", "Jekk il-każ kien li train/trains kienu out of order, jista' l- Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni u x'passi ttieħdu/se jittieħdu biex is- sitwazzjoni fl-impjant tiġi rimedjata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SWIEQI:TRIQ IL-QATTA - DAWL", "3543.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi nstallat street lighting fi Triq il-Qatta, Swieqi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba tal-Onor.", "Membru għal dawl adegwat qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "FURJANA - ĠNIEN TA' L-ARGOTTI", "3544.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3372, li titkellem dwar il-ġnien botaniku ta' l-Argotti u fid-dawl tat- tweġiba li ġiet mogħtija, jista' l-Ministru jikkonsidra li nies mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura jkunu mislufin lill-Universita' sabiex isir dan it-tip ta' xogħol jew inkella jsir re-deployment ta' l-istaff u l-fondi fl-istess Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "P.A. - INTEGRATED RESOURCE MANAGEMENT LTD", "3546.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'servizzi ġew provduti mill-kumpannija Integrated Resource Management Ltd lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul l-1995, 1996 u l-ewwel xahrejn ta' l-1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant illi matul l- 1995, 1996 u l-ewwel xahrejn ta` l-1997, Integrated Resource Management Ltd. ipprovdiet dawn is-servizzi lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għall- ammonti msemmija:", "Geology Survey (Stages 2 and 3) of the North West Local Plan: Lm2,300.00", "Water Survey (Stages 1 and 2) of the North West Malta Countryside Plan: Lm5,175.00", "BORD TAL-WARRANT TA' PERITI", "3547.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Bord tal- Warrant tal-Periti kif stabbilit u stipulat fil-Liġi tal-1996 The Architecture and Civil Engineering Professional (Periti) Act?", "Jekk fl- affermattiv, meta twaqqaf u min huma l-membri ta' dan il-Bord?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-liġi dwar l- Arkitetti u l-Inġiniera Ċivili (Periti) għada ma ġietx fis-seħħ għalkemm hemm il-ħsieb li dan isir fi żmien qasir kif ikun meħtieġ.", "Sadanittant għada tapplika l-liġi oriġinali bil-provvedimenti kollha tagħha.", "PERIT MARTIN DEBONO - WARRANT", "3548.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2955, jista' l-Ministru jgħid il-Perit Martin Debono meta ngħata l-warrant ta' perit sabiex l-Ministru jirriferi għalih b'tali kwalifika professjonali kif tistipula l-Liġi ta' l-1996 \"The Architecture and Civil Engineering Professional (Periti) Act?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "NATIONAL STRATEGY FOR INFORMATION TECHNOLOGY", "3549.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li qed jirrevedu n-National Strategy for Information Technology li l-Ministru Joe Mizzi rrifera għaliha fil-ftuħ tal-Fiera ta' l-Informazzjoni Teknoloġika fit-12 ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ismijiet tal-persuni li qed jirrevedu n-National Strategy for Information Technology huma:-", "Co-Chairs: Dr Rena Balzan u Mr Godfrey Vella", "Membri: Mr Emmanuel Camilleri Prof Juanito Camilleri Ms Josephine Cilia Dr David Matrenza Dr Mario Vella Mr Lawrence Zammit Dr Saviour Zammit", "Segretarju: Mr Joe Woods", "BUĠIBBA: PROĠETT - SUR MARTIN DEBONO", "3550.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 2782, jista' l-Ministru jikkonferma li s-Sur Martin Debono intgħażel bħala ko-ordinatur tal-proġett ta' l-upgrading ta' Buġibba peress li qabel Ottubru, 1996 kien diġa' għamel xi studji u xogħol privat relatat fuq din il-materja b'relazzjoni diretta ma' dan il-lokal?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-Sur Debono ġie mogħti l-inkarigu ta' ko- ordinatur tal-proġett ta' l-upgrading ta' Buġibba mill-Buġibba Action Committee.", "Il-fatt li s-Sur Debono wettaq xi xogħol ta' konsulenza fuq din l-area qabel Ottubru 1996 ifisser li hu aktar konxju mill-problemi eżistenti ta' din l-area.", "KUNSILLI LOKALI - BDIL TA' BANKINI", "3559.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kemm-il metru ta' bankini ġodda; u tibdil, saru minn kull kunsill lokali u kemm minn dawn saru b'kuntratti mal-kuntrattur privat u kemm saru b'kuntratt mal-Gvern Ċentrali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra tabella li tagħti t-tagħrif mitlub aktar kmieni f'din is- seduta.", "KATAMARAN - SERVIZZ BEJN MALTA U GĦAWDEX", "3560.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diskussjonijiet ma' xi kumpanniji privati biex jibdew huma joperaw is-servizz ta' Katamaran bejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Le.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - MEMBRI LI RRIŻENJAW W37.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-membri tal-Korp illi kienu irriżenjaw mill-Korp jew ġew boarded out qabel l-1987 u li reġgħu daħlu mal-Korp wara l-1987?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li kien hemm 165 membru tal-Korp tal- Pulizija li kienu rriżenjaw mill-Korp jew ġew boarded out qabel Mejju ta' l- 1987 u li reġgħu daħlu lura fil-korp wara din id-data.", "FORZI ARMATI - MEMBRI LI RRIŻENJAW", "W41.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-membri tal-Korp ta' l-Armata li rriżenjaw mill-Armata sena b'sena mill-1988 'il hawn?", "Kemm kienu uffiċjali u kemm other ranks?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-għadd ta' membri tal-Forzi Armati li rriżenjaw mis- servizz mill-1988 'il hawn kien kif jidher hawn taħt:", "| |Uffiċja|\"Other| | |li |Ranks\"| |1988 |7 |28 | |1989 |6 |32 | |1990 |4 |27 | |1991 |8 |15 | |1992 |3 |32 | |1993 |6 |21 | |1994 |3 |11 | |1995 |1 |28 | |1996 | |32 |", "UFFIĊĊJU TAL-MINISTRU TAL-BIEDJA U SAJD - MEMBRI", "W62.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l-istaff ta' l-uffiċċju tiegħu (jew segretarjat privat kif ġieli hu magħruf) inkluż il-konsulenti, xi grad għandhom u x'inhu x-xogħol tagħhom fl-uffiċċju, f'liema dipartiment tal-gvern jew enti kienu jaħdmu qabel is-26 ta' Ottubru 1996 u min minnhom ġie mpjegat b'kuntratt u f'liema każ?", "Jista' ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA:", "|NAME |DETAILS |GRADE |DUTIES| |Agius |on loan |Radio |Cleric| |Joseph |from |Teleg |al | | |Telemalta |Office|Duties| | | |r | | |Azzopar|transfered|Hospit|Messen| |di Paul|from |al |gerial| | |Health |Auxili|Duties| | |Department|ary | | |Bezzina|on loan |Messen|Genera| |Martin |from |ger |l Hand| | |Novita' | |Duties| | |Constructi| | | | |on Ltd. | | | |Brincat|on loan |Clerk |Cleric| |Claire |from |I |al | | |Enemalta | |Duties| |Chircop|on loan | |Superv| |Francis|from | |isory | | |Drydocks | |Duties| |Ciantar|Health |Gr.", "B |Messen| |Raymond|Attendant | |gerial| | |from | |Duties| | |Environmen| | | | |t | | | |Farrugi|Clerk from|Clerk |Cleric| |a |Inland |I |al | |Stephen|Revenue | |Duties| |Saliba |on | |Person| |Carmel |contract | |al | | | | |Driver| | | | |/ | | | | |Securi| | | | |ty | | | | |Office| | | | |r | |Scalpel|Health |Care |Cleric| |lo |Dept. |worker|al | |Harry | | |Duties| |Vassall|on loan |Bus |Cleric| |o Mario|from |Despat|al | | |Transport |cher |Duties| | |Authority | | | |Charles|on | |Person| |Zahra |contract | |al | | | | |Assist| | | | |ant |", "Kopja tal-kuntratti ta' Zahra Charles u Saliba Carmel tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "UFFIĊĊJU TAL-MINISTRU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - MEMBRI", "W65.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l-istaff ta' l- Uffiċċju tiegħu (jew segretarjat privat kif ġieli hu magħruf), inkluż il- konsulenti, xi grad għandhom u x'inhu x-xogħol tagħhom fl-uffiċċju, f'liema dipartiment tal-gvern jew enti kienu jaħdmu abel is-26 ta' Ottubru 1996 u min minnhom ġie mpjegat b'kuntratt u f'liema każ?", "Jista' ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-membri li jifformaw is-Segretarjat Privat fil- Ministeru tat-Trasport u Portijiet huma dawk li jidhru fit-tabella annessa.", "|Isem |Grad|Xoghol |Minn |Rimar| | | |Li |Liema |ki | | | |Qeghdin |Dipartim| | | | |Jaghmlu |ent/ | | | | | |Enti | | |Maria| |Private | |Bil-K| |Alda | |Secretar| |untra| |Vella| |y | |tt | |Mario| |Personal| |Bil-K| |Azzop| |Assistan| |untra| |ardi | |t | |tt | |Edwar|Assi|Executiv|Departme| | |d |tant|e Duties|nt of | | |Degae|Prin| |Inland | | |tano |cipa| |Revenue | | | |l | | | | |Josep|Exec|Executiv|Departme| | |h |utiv|e Duties|nt of | | |Musca|e | |Trade | | |t |Offi| | | | | |cer | | | | |Miria|Exec|Clerical|Departme| | |m |utiv|and |nt of | | |Vella|e |Typing |Health | | | |Offi|Duties | | | | |cer | | | | |Carme|Cler|Clerical|Seconded| | |n |k II|and |from | | |Burlo| |Typing |Universi| | | | |Duties |ty of | | | | | |Malta | | |Franc|Cler|Parliame|Agricult| | |is |k |ntary |ure and | | |Grima| |Question|Fisherie| | | | |s |s | | |Charl|Cler|Clerical|Seconded| | |es |k |Duties |from | | |Porte|'A' | |Mid Med | | |lli | | |Bank | | |Paul |Mess|Messenge|Law | | |Mizzi|enge|r |Courts | | | |r | | | | |Silvi|Trad|Messenge|Works | | |o |esma|r |Departme| | |Vella|n | |nt | | |Ray |Gene|Messenge|Works | | |Porte|ral |r |Departme| | |lli |Hand| |nt | | |Domin|Mach|Clerical|Seconded| | |ic |ine |and |from | | |Mizzi|Oper|Typing |Interpri| | | |ator|Duties |nt Ltd. | | |John |Oper|Cleaning|Works | | |Tabon|ativ|and |Departme| | |e |e |Labour |nt | | | |(Gro|Duties | | | | |up | | | | | |'C')| | | | |Antho|Seni|General |Agricult| | |ny |or |Maintena|ure and | | |Azzop|Oper|nce |Fisherie| | |ardi |ativ|Duties |s | | | |e | | | | |Victo|Skil|Driver |Seconded| | |r |led |to |from | | |Tonna|Labo|Minister|AirMalta| | | |urer| |Co. Ltd.| |", "Kopja tal-kuntratt relattiv għas-Segretarju Privat u għall-Personal Assistant fil-forma stipulata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "UFFIĊĊJU TAL-MINISTRU TA' L-EKONOMIJA U L-FINANZI - MEMBRI", "W69.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l-istaff ta' l- Uffiċċju tiegħu (jew segretarjat privat kif ġieli hu magħruf) inkluż il- konsulenti, xi grad għandhom u x'inhu x-xogħol fl-uffiċċju, f'liema dipartiment tal-gvern jew enti kienu jaħdmu qabel is-26 ta' Ottubru 1996 u min minnhom ġie mpjegat b'kuntratt u f'liema każ?", "Jista' ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Lista tal-membri li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi, kif ukoll kopja tal-kuntratt ta' wieħed minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-kuntratt sar fuq il-mudell li kien in vigore meta ntemmet l-amministrazzjoni l-oħra.", "UFFIĊĊJU TAL-MINISTRU TAL-KUMMERĊ - MEMBRI", "W71.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l-istaff ta' l-Uffiċċju tiegħu (jew segretarjat privat kif ġieli hu magħruf) u tas-Segretarjati Parlamentari minnu dipendenti, inkluż il-konsulenti, xi grad għandhom u x'inhu x-xogħol tagħhom fl-uffiċċju, f'liema dipartiment tal-gvern jew enti kienu jaħdmu qabel is-26 ta' Ottubru 1996 u min minnhom ġie mpjegat b'kuntratt u f'liema każ?", "Jista' ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv? 17.2.97", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra", "ĦARĠIET KULTURALI - ĦLAS LIL ZARB GARAGE LTD", "W101.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas Zarb Garage Ltd mill-1 ta' Novembru, 1994 sa l-aħħar ta' Ottubru, 1996, għas-servizz ta' kiri ta' coaches għall-ħarġiet kulturali mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO:Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant illi fil- perjodi ndikati minnu, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ma kienx jorganizza ħarġiet kulturali.", "Dawn kienu jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kultura li kien jaqa' taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura.", "Fiż-żewġ serje ta' ħarġiet kulturali, Żarb Garage Ltd tħallas is-somma ta' Lm9749.15 VAT inkluża.", "Ta min iżid illi dan il-ħlas ikopri wkoll 'disbursements' li saru minn Żarb Garage Ltd għal kiri ta' coaches li ma kienux propjeta' tiegħu iżda ta' operaturi oħra.", "SKEJJEL STATALI - ŻJARAT MINN TOBBA/NURSES", "W121.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u nurses li għandhom id-dmir li jagħmlu żjarat fl-iskejjel ta' l-Istat?", "Kemm-il żjara għamlu mill-ewwel ta' Ottubru, 1996?", "F'liema skejjel saru dawn iż-żjarat?", "B'liema sistema jitqassam ix-xogħol?", "Min jivverifika jekk ix-xogħol ikunx twettaq jew le?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Servizz Mediku fl-iskejjel tad-Diviżjoni tas- Saħħa għandu 11-il tabib u disa' nurses li huma responsabbli lejn id- Direttur tal-Kura Primarja tad-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u ta' l-Affarijiet tal-Familja rigward l-informazzjoni mitluba dwar dawn it-tobba u nurses.", "Barra minnhekk, is-Servizz Mediku ta' l-Edukazzjoni tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni għandu tabib wieħed, li hu responsabbli lejn id-Direttur għas- Servizz ta' l-Istudent u Relazzjonijiet Internazzjonali.", "Iż-żjajjar li għamel fl-iskejjel, li huwa biss parti mix-xogħol tiegħu, kienu 34 mill-1 ta' Ottubru 1996 'l hawn u saru f'dawn l-iskejjel:", "Skola Sekondarja Bniet Patri Ġuże Delia Skola Sekondarja Subien Vincenzo Borg Brared Skola Primarja B'Bugia 'B' Skola Sekondarja Subien Vincenzo Bugeja Skola Primarja B'Bugia 'A' Skola Primarja Ġuże Pace 'B' Ħamrun Skola Primarja Kalkara Skola Primarja B'Kara 'B' Skola Primarja Żebbuġ 'A' (Malta) Skola Primarja San Pawl il-Baħar Skola Primarja Żabbar 'B' Skola Kindergarten Ta' Paris, B'Kara Skola Sekondarja Bniet Adelaide Cini Skola Sekondarja Bniet Maria Assumpta Liċeo tal-Bniet Sandhurst Skola Primarja San Ġwann 'A' (3 darbiet) Liċeo tal-Bniet Maria Reġina (darbtejn) Skola Primarja Qrendi Skola Primarja Mosta 'A' Skola Primarja M'Xlokk Skola Primarja Sliema Skola għat-Tfal Neqsin mid-Dawl, Qrendi Skola Speċjali Mater Dei Skola Speċjali ESN Msida Skola Primarja San Bastjan Qormi 'A' Skola Dun Manwel Attard Wardija Skola Sekondarja Subien Ġuże Galea Skola Primarja Bormla 'A' Skola Primarja Baħrija Skola Primarja Bormla 'B' Skola Primarja Sannat, GĦawdex", "It-tabib jipprova jżur l-iskejjel kollha ta' Malta u GĦawdex, speċjalment fejn ikun ilu l-iżjed ma jmur u speċjalment jekk ikun hemm xi sitwazzjoni partikolari dwar is-saħħa li tkun trid tiġi diskussa mal-Kap ta' l-Iskola.", "In-nurses impjegati mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni huma sebgħa u jagħtu s- servizz tagħhom f'dawn l-iskejjel speċjali:", "Tfal Neqsin Mis-Smiegħ, Pieta' San Miguel, St Andrews Guardian Angel, Ħamrun (2) ESN, Msida Dun Manwel Attard, Wardija Tfal Neqsin Mid-Dawl, Qrendi", "Dawn is-sebgħa huma residenti, u responsabbli lejn il-Kap ta' l-Iskola.", "Nurse waħda tattendi l-ESN (Sannat), fuq bażi part-time u responsabbli lejn il-Kap ta' l-Iskola.", "Din tattendi kulljum pero' tinbidel fuq bażi ta' roster maħduma fuq tliet nurses jalternaw bejniethom.", "P.A. - MSIDA - XOGĦLIJIET W138.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħol li mistenni jibda fl-Imsida li l-indirizz tal-post qed jintbagħat taħt separate cover għandux il-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "Ittieħdet konsiderazzjoni tal-fatt illi l-bini li hemm maġenbu għandu ħsara strutturali u huwa fil-periklu li jaqa' u li fih għad hemm in- nies?", "Jekk dan ma tteħidx in konsiderazzjoni, jista' l-bini fil-periklu jiġi spezzjonat mill-periti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel joħroġ il- permess?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.", "BUĠIBBA - TRIQ IL-ĦALLEL - TABELLA", "W139.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess għat-tabella li hemm fi Triq il-Ħallel, Buġubba, kantuniera ma' Triq iċ-Ċern, peress li qiegħda viċin id-djar tan-nies u minħabba d-dawl li joħroġ minnha ma jistgħux jorqdu?", "Jekk m'hemmx permess, tista' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tara li titneħħa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.", "PULIZIJA - PERSUNA LI NQABDET TISTAD FIL-PORT TA' MARSAMXETT", "W141.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi persuna mill-Imsida li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, lejn l-aħħar tas-sena l-oħra inqabdet tistad mill-Forzi Armati ġewwa l-Port ta' Marsamxett u din il-persuna kellha x-xibka tagħha kkonfiskata, jista' l- Prim Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu passi legali mill-Pulizija kontra tagħha?", "Jekk le, din il-persuna se tingħata l-proprjeta' tagħha lura?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li se jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra din il-persuna."]} {"filename": "19970709_090d_par.doc", "date": "1997-07-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 90 L-Erbgħa, 9 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 90", "L-Erbgħa, 9 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "90", "L-Erbgħa, 9 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 465", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 465", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI", "GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA 472", "AĠĠORNAMENT 492", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 498", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 498", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 89 li saret fid-9 ta' Lulju,1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "TFAL B'DIŻABILITA' - KAMP TAS-SAJF", "6783.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex din is-sena se tkun l-ewwel darba li tfal b'diżabilita' li jattendu l-kamp tas-sajf se jkollhom iħallsu Lm5?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-kontribuzzjoni ta' Lm5 mill- istudenti parteċipanti fil-kamp tas-sajf 1997 hija ntiża biex tmur fil-fond li minnu jinxtara materjal u apparat ta' natura edukattiva u rikreattiva li jintuża matul il-kamp tas-sajf.", "Fil-fatt, kemm \"skola sajf\" kif ukoll \"wens is-sajf\" iħallsu u dan biex ikun hemm aċċess għal ċerti faċilitajiet u attivitajiet extra.", "Sal-lum il-kamp tas-sajf kien mibni fuq ħafna ħin fil-baħar u biex nevitawlhom ix-xemx ħsibna li aħjar jiġu organizzati xi attivitajiet fuq il- mudell ta' \"skola sajf\" u \"wens is-sajf\".", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Dan ifisser li l-Ministru qed jikkonferma li din hija l-ewwel darba li t-tfal se jħallsu Lm5 biex jingħataw ċerti faċilitajiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Din se tkun l-ewwel darba li dawn it-tfal se jkollhom faċilitajiet u attivitajiet extra.", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - IMPJEGATI", "6810.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent persuni jaħdmu mad- Dipartiment ta' l-Ambjent?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema gradi qegħdin dawn l-impjegati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Mad-Dipartiment ta' l-Ambjent hemm jaħdmu 215- il persuna.", "Il-grad tagħhom huwa kif jidher hawn taħt:", "Director 1 Officer in Grade V 1 Senior Principal 1 Principal 4 Assistant Principal 1 Executive Officer 9 Clerk 14 Messenger 2 Chief Scientific Officer 1 Principal Environment Officer 5 Engineer (Mech) 1 Senior Scientific Officer 1 Senior Health Inspector 1 Environment Officer 3 Mail Inspector 1 Environment Inspector 10 Senior Post person 4 Post person 5 Assistant Technical Officer 8 Tradesman 10 Legal Officer (on loan) 1 Professional Officer (on loan) 1 Teacher (on loan) 1 Art Graphic Technician 1 Casual Typist 3 Coxwain 1 Senior Operative 1 Gardener 2 General Hand 82 Health Attendant B 29 Health Assistant 1 Motor Transport Driver 1 Operative 3 Supervisor 2 Timekeeper 2 Labourer (on loan) 1 Total 215", "QRATI - ĊEDOLI", "6882.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċedoli ddepożitati li tħallsu fir-reġistru tal-Qrati tal- Ġurisdizzjoni Kriminali bħala pledges sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' ċedoli ddepożitati li tħallsu fir-reġistru tal-Qrati tal-Ġurisdizzjoni Kriminali bħala pledges sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin kien hekk:-", "| |Qorti |Qorti | | |Kriminal|tal-Maġistra| | |i |ti (Malta) | | |(Superju|Ġurisdizzjon| | |ri) |i | | | |Kriminali | |1993 |16-il |339 ċedola | | |ċedola | | |1994 |20 |331 ċedola | | |ċedola | | |1995 |39 |294 ċedola | | |ċedola | | |1996 |34 |251 ċedola | | |ċedola | | |1997(sa l-1 |24 |---- | |ta' Lulju) |ċedola | | |1997 (sat-30|---- |105 ċedola | |ta' Ġunju) | | |", "UNIVERSITA' - LECTURERS FIL-PSIKOLOĠIJA", "6883.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Universita' beħsiebha twaqqaf il-bord ta' l-għażla għal grad ta' lecturers fil-psikoloġija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, nixtieq nirrimarka li ħafna mill- mistoqsijiet parlamentari magħmula lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali qed jibqgħu mingħajr tweġiba.", "MADAM SPEAKER: Ma naħsibx li dik kienet mistoqsija!", "SAĦĦA - KAŻI TA' MARD", "6884.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 6544, jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandu d-Dipartiment tas-Saħħa dwar persuni HIV positive u oħrajn li għandhom xi forma ta' mard venerju ieħor?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): In-numru ta' nies HIV positive f'Malta ma jistax jiġi stabilit eżattament minħabba li persuna HIV positive m'hijiex notifikabbli sakemm ma jkollhiex l-AIDS.", "Minn testijiet li saru fil- laboratorju ta' l-Isptar San Luqa n-numru ta' testijiet pożittivi għall-HIV s'issa jikkorrispondu ma' 'l fuq minn 100 individwu.", "Peress li dawn it- testijiet isiru b'mod anonimu wieħed ma jistax jagħraf testijiet li jkunu saru doppji.", "In-numru ta' persuni residenti f'Malta magħrufa li s'issa mietu bl-AIDS huwa ta' 40, filwaqt li n-numru ta' persuni residenti f'Malta u notifikati bl-AIDS li mhux magħruf li mietu huwa ta' 3.", "Il-mod ta' trasmissjoni tal-virus fil-persuni notifikati bl-AIDS huwa kif indikat hawn taħt:", "|KATEGORIJA TA' |IRĠIEL|NISA | |TRASMISSJONI | | | |Homo/Bi-sesswali |21 | 0 | |Drogi fil-vina | 0 | 0 | |Homo/ bi-sesswali+ | 1 | 0 | |drogi fil-vina | | | |(barra minn Malta) | | | |Haemophilia/coag. |13 | 0 | |disorder | | | |Kuntatt |3 | 2 | |eterosesswali | | | |Omm għat-tarbija | 0 | 1 | |(barra minn Malta) | | | |Mhux magħruf | 2 | 0 | |TOTAL |40 | 3 |", "Skond il-WHO (European Region) Malta tinsab fil-21 post fil-lista ta' pajjiżi Ewropej.", "Fil-fatt, skond l-HIV/AIDS Surveillance in Europe - Fourth Quarterly Report, 1996 matul l-1996 20 pajjiż kellhom inċidenza annwali ta' AIDS ikbar minn ta' pajjiżna, fejn l-inċidenza annwali hija ta' 10.9 għal kull miljun ruħ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, xtaqt li l-Ministru jagħtini xi ftit informazzjoni dwar it-13-il każ ta' AIDS, li huma kollha tas-sess maskil, li ġew ikkawżati minn haemophilia u li naturalment ħadu din il- marda minħabba li ngħataw demm infettat.", "Minn dawn it-13-il każ jista' l- Ministru jgħid meta bdiet il-marda f'kull każ?", "Barra minn hekk, xtaqt inkun naf ukoll x'inhi l-politika tal-Gvern - apparti l-affarijiet li diġa' kienu fis-seħħ qabel bħal, fost oħrajn, li l- polikliniċi jagħtu siringi b'xejn lil min jitlobhom - biex dan il-grupp ta' intravenous drug addicts, li s'issa ma kellux każi ta' AIDS, inżommuh 'il bogħod minn dawn il-problemi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nibda billi ngħid li xi haemophiliacs mhux demm infettat ingħataw imma Factor VIII infettat.", "Rigward l-ammonti u d-dati ta' meta bdew dawn il-każi m'għandix l-informazzjoni mitluba quddiemi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih risposta eżatta.", "Rigward l-aħħar parti tad-domanda, nista' ngħid li l-Gvern għadu miexi bil- proċedura li jagħti s-siringi b'xejn mill-polikliniċi lil dawk li jitolbuhom mingħajr ma tintalab l-identifikazzjoni tal-persuna.", "Barra minn hekk, minkejja li s'issa m'għandna l-ebda każi ta' AIDS jew inkella każi ta' HIV positive, waħda mill-aktar affarijiet inkwetanti bħalissa hi li diġa' teżisti inċidenza konsiderevoli ta' hepatitis C u hepititis B u din tidher li hija predominanti fost dawk li jittaqbu biex jieħdu d-droga.", "Jien nappella biex jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji ħalli kemm jista' jkun din il-marda ma tinxteridx.", "Din il-marda ma tinxteridx biss permezz tas-siringi fil-vina imma tinxtered ukoll permezz ta' diversi modi oħrajn, inkluż is-sess.", "Għalhekk jekk ikun hemm xi ħadd li jittaqqab għad-droga u jieħu din il-marda, huwa diffiċli biex tidentifika jekk din tkunx ittieħdet mit-titqib jew inkella minn att sesswali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li l-Ministru qal li Malta qiegħda fil-21 post, xtaqt inkun naf minn fost kemm pajjiżi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Malta tinsab f'nofs il-klassifika.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nixtieq inkun naf x'safeguards qed jieħu l- Gvern sabiex id-demm li jingħata lill-pazjenti ma jkunx ġej minn batches infettati?", "(Interruzzjonijiet).", "Jaf il-Ministru jaf li l-Factor VIII huwa prodott tad-demm u li kien hemm każijiet ta' haemophilia li mietu bl-AIDS minħabba li ngħataw il-Factor VIII mingħand persuna li kienet infettata bl- AIDS?", "Minn mistoqsija parlamentari li kont għamilt jirriżulta li diversi pajjiżi viċin tagħna għandhom ħafna każi ta' AIDS u fost dawn hemm Spanja, il- Portugal, l-Italja u anke l-Alġerija.", "Għalkemm s'issa l-affarijiet għadhom kontrollabbli u s-sitwazzjoni m'hijiex allarmanti, jien nemmen li din tista' tkun qisa xi dormant volcano u allura minn issa rridu nħejju pjan sabiex din il-problema ma tfaqqasx għax wara jista' jkun tard wisq.", "X'inhu jagħmel il-Gvern sabiex ma jkollniex splużjoni ta' AIDS hawn Malta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fejn jirrigwarda każijiet ta' haemophilia, jekk m'iniex sejjer żball, meta kienet feġġet din il-marda kien hemm - u għad hemm - ftit informazzjoni fuq il-Factor VIII.", "Jekk niftakar tajjeb, waħda mill-kawżi - din ma kenitx kwestjoni ta' Malta biss imma kienet mifruxa ma' diversi pajjiżi madwar id-dinja - kienet Factor VIII infettat.", "Minn dak iż- żmien ġew introdotti diversi testijiet ġodda fuq prodotti li jingħataw lill-pazjenti ħalli dan il-fattur ma jkomplix jippredomina.", "Fil-fatt, il- każijiet ta' haemophilia li kien hemm kienu ta' meta kienet feġġet il- marda, jiġifieri tal-bidu, u minn dak inhar 'il hawn m'inix informat li kien hemm każijiet oħrajn.", "F'dak li jirrigwarda batches infettati, nista' ngħid li d-demm kollu li jintuża fl-isptarijiet huwa ttestjat.", "Il-batches li jiġu minn barra minn Malta, jinġabu dejjem minn kumpanniji rinomati li jkunu ttestjaw samples tagħhom qabel joħorġuhom.", "Jien naħseb li l-iktar parti importanti f'dik li hija prekawzjoni hija l- edukazzjoni; u naħseb li hemm bżonn li jitneħħa kull taboo u fil-parti edukattiva jissemmew ukoll ċerti prekawzjonijiet li wieħed irid jieħu bħal, per eżempju, li ħadd ma jissellef siringi u li ma jintmissx demm ta' xi ħadd li jkun weġġa' jekk ma jkunx liebes ċertu lbies protettiv, kif ukoll l- użu tal-condom.", "Hawnhekk tajjeb wieħed jgħid li l-użu tal-condom ma jagħtix protezzjoni mija fil-mija imma jnaqqas ħafna l-inċidenza.", "Wieħed irid isemmi wkoll li m'għandux ikun hemm sess sfrenat u bla kontroll ma' partners differenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-Maltin li ġew infettati għamlux xi claim formali kontra l-Gvern u jekk min-naħa tiegħu l- Gvern għamilx xi claim formali kontra s-supplier tal-Factor VIII?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-unika ħaġa li nista' ngħidlek hija li dawk il- haemophiliacs li qed ibatu bl-HIV jieħdu allowance ta' Lm3,000 fis-sena u jieħdu l-mediċini tagħhom b'xejn, minkejja li dawn il-mediċini mhumiex fix- Schedule V.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-Ministru jaqbel mas-suġġeriment li tfal ta' ċerta eta' għandhom jibdew jingħataw ċertu tagħlim biex kemm jista' jkun din il- marda ma tkomplix tinfirex?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena fil-fatt diġa' semmejt l-importanza ta' l- edukazzjoni għax nħoss li din m'għandhiex tingħata biss fl-iskejjel imma għandha tingħata wkoll permezz tal-media, kemm għall-pubbliku in ġenerali, kif ukoll għal dawk li llum laħqu ċerta eta'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, jien qed nifhem sewwa li minn dak li qed jgħid il-Ministru m'hemm l-ebda ħsibijiet ġodda għal pjan nazzjonali kontra t-tixrid ta' l-AIDS?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Hawnhekk irrid inżid li fost l-affarijiet kollha li qegħdin isiru hemm iż-żieda fin-numru ta' persuni li jagħtu counselling dwar dan is-suġġett.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dawn l-affarijiet mhux il- każ li wieħed jaqbad u jżomm lil xi ħadd minn dak li jkun se jagħmel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Adrian Vassallo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif hemm fid- Dipartiment tas-Saħħa dwar mard venerju ieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fejn jirrigwarda l-mard venerju nixtieq ngħid li dak mhuwiex notifikabbli u għaldaqstant id-dipartiment ma jkollux id- dettalji tagħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Malta għandniex biżżejjed provvista ta' demm għall-isptarijiet inkella għandniex il-bżonn li nġibu demm minn barra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sa fejn naf jien bħalissa l-provvista tad-demm hija biżżejjed u li nġibu minn barra huma blood products, bħalma huwa l- Factor VIII u prodotti simili li ma jiġux manifatturati lokalment.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - KORSIJIET", "6901.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma u liema huma dawk il-korsijiet immexxija mill-Institute of Health Care?", "Kemm hemm studenti f'kull kors?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi tal-korsijiet li hemm bħalissa fl- Institute of Health Care minn livell ta' ċertifikat 'il fuq.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Institute of Health Care huwiex se jagħti xi kors dwar health and safety?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Institute of Health Care għandu biżżejjed korsijiet x'jagħmel u barra minn hekk ma naħsibx li dan hu l-aħjar istitut biex jorganizza korsijiet dwar health and safety.", "Fil-qasam ta' health and safety se jsiru korsijiet u fil-fatt diġa' hemm minn qed jieħu inizjattivi f'dan ir-rigward.", "Barra minn hekk, jien naħseb li matul is-sena li ġejja fl-iskejjel se nsaħħu l-health and safety billi l-ewwel nagħmlu l-manutenzjoni li hemm bżonn ħalli nneħħu l-periklu li jeżisti minħabba l-istat ħażin li jinsabu fihom kolonni, blajjet u soqfa biex imbagħad ngħaddu għall-korsijiet.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "6918.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tibdiliet seħħew jew għad iridu jseħħu fil-pjanta tal-junction bejn Triq il-Pijunieri u l- Coast Road f'Buġibba?", "X'wassal għal dan it-tibdil u x'se jkun ir-riżultat tiegħu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra, għalkemm nistqarr li għadni ma fhimtx din il-mistoqsija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Huwa daqsxejn diffiċli li tagħti risposta għal mistoqsija li ma tkunx fhimt!", "Biss ma naħsibx li għandu jkun hemm wisq diffikulta' biex wieħed jifhem għax kulma qed nistaqsi huwa x'tibdil sar fil-pjanti ta' din il-junction, peress li dawn ma' baqgħux kif kienu ġew approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għad-differenza ta' bejn l-ewwel pjanti li kienu saru għall-junction u l- pjanti li sussegwentement ġew approvati, nista' nirrispondih.", "Imma ma nafx hux dak li jrid ikun jaf.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien qed nagħmel riferenza għall-pjanti li, jekk ma niżbaljax, ġew approvati fil-11 ta' April, 1997 għaxar minuti biss wara li kienu waslu fl-uffiċċju ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-pjanti li ġew approvati mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar kienu pjanti li nħadmu b'konsultazzjoni sħiħa ma' l-istess awtorita' u għaldaqstant dawn il-pjanti ġew approvati mingħajr tibdil.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dan ifisser li l-Ministru qed jikkonferma li x- xogħol li sar fil-junction il-ġdida ta' Buġibba huwa dak li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvat fil-11 ta' April, 1997?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Safejn naf jiena x-xogħlijiet li saru kienu jsegwu l-pjanti li ġew approvati, pero' jekk l-Onor.", "Membru jixtieq lest ngħaddilu, anke privatament, kopja tal-permess tax-xogħlijiet li saru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena naħseb li m'hemm l-ebda sigriet f'dik il-pjanta għax fil-fatt din diġa' tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "AIR MALTA - TITJIRIET DIRETTI GĦAL NEW YORK", "6919.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'effett mistenni jkun hawn fuq it-turiżmu minn u għall- Amerka jekk tiġi kkonfermata l-aħbar li se jieqfu l-flights diretti bejn Malta u l-Amerka, kif ġie rrapportat f'diversi mezzi ta' komunikazzjoni lokali?", "X'miżuri qed jittieħdu biex jitnaqqas l-effett ta' din il-miżura?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Id-diskussjonijiet dwar il-possibbilta' ta' servizz dirett bejn Malta u New York għadhom għaddejjin u f'dan l-istadju ma jidhirlix li għandi ngħid iżjed dwar dan is-suġġett.", "PITKALIJA - PRODOTTI", "6920.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' prodott li daħal fil- pitkalija f'Malta u f'Għawdex matul ix-xahar ta' Ġunju, 1997?", "X'kien il- valur ta' dan il-prodott u dan kif jitqabbel max-xahar ta' Ġunju, 1996?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd): L-ammont ta' prodott mibjugħ mill-pitkalija ta' Malta u ta' Għawdex f' Ġunju 1997 u f'Ġunju 1996 kien kif ġej:-", "Pitkalija Malta", "KGS Lm Gunju 1996 3,304,717 486,145 \" 1997 3,699,791 596,949", "Pitkalija Ghawdex", "KGS Lm Gunju 1996 40,377 6,322 \" 1997 28,337 5,717", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "6921.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva fl-aħħar ta' Ġunju?", "Kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet ġodda li daħlu fid-dipartiment matul Ġunju, kategorija b'kategorija?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li f'Ġunju ġew allokati post mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali - esklużi dawk li għamlu kuntratt ma' l-Awtorita' tad-Djar - kategorija b'kategorija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti sa l-aħħar ta' Ġunju kien 4,900.", "It-total ta' applikazzjonijiet li daħlu fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għax-xahar ta' Ġunju 1997 kien ta' 63, filwaqt li t-total ta' persuni li ġew allokati post mid-dipartiment fl-istess xahar kien ta' 22.", "L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ENEMALTA - ARBLI U CABLES", "6922.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni preżenti tal- Korporazzjoni Enemalta f'dak li għandu x'jaqsam ma' supply ta' cable ta' l- elettriku, ta' l-arbli tad-dawl u ta' arbli oħra?", "Sa kemm se sservi il- provvista ta' dan il-materjal?", "ONOR.", "LEO BRINCAT(Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Il-Korporazzjoni Enemalta għanda kwantita' u varjeta' kbira ta' cables u tinżamm provvista adegwata skond l-użu ta' kull kwalita'.", "Naturalment jista' jkun hemm xi kwalita' ta' cable li l-korporazzjoni jkollha stock baxx minnu u dan minħabba li jkun wasal iż-żmien biex issir ordni oħra.", "Rigward l-arbli nixtieq ngħid li hemm stock kbir tagħhom u barra minn hekk skond it-tender li ngħatat is-sena l-oħra, il-korporazzjoni għandha d- dritt tordna arbli bl-istess prezz għal perijodu ta' ħames snin.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "L- Onor. Joe Cilia.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L- INFORMATIKA", "Ikompli mid-9 ta' Lulju, 1997", "ONOR.", "JOE CILIA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti): Madam Speaker, fl-istorja ta' dan il-Parlament naħseb li ftit kienu l-okkażjonijiet fejn, f'daqshekk żmien qasir, ministru ta' l-edukazzjoni ppreżenta fil-Kamra tant materjal biex jirriforma, itejjeb u jaġġorna kull rokna tal-qasam edukattiv bħalma qed jagħmel il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali preżenti.", "Fil-fatt dan huwa konformi ma' dak li kien wiegħed il-Partit Laburista fil-kampanja elettorali tiegħu għax din il- mozzjoni li għandna quddiemna tittratta t-twaqqif ta' Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika biex, kif qal kemm-il darba l- Prim Ministru, nagħmlu minn Malta pajjiż Ewropew modern.", "Aħna ma nistgħux norqdu imma rridu nimxu maż-żmenijiet inkella nintefgħu lura f'dak li hu progress.", "Biex inġib paragun mal-qasam ta' l-isports ngħid li dan li qed nagħmlu bħalissa huwa bħal speċi ta' knock-out competition.", "Fi tfulitna konna ngħidu li min jaqa' ma jqumx u fil-fatt jekk naqgħu lura f'dik li hija information technology ma tantx inkunu nistgħu nqumu minnha malajr.", "F'dan il-qasam tant qed isiru avvanzi mgħaġġla li skond l-esperti anke s-sena kalendarja hija iqsar għax fil-jargon ta' l-information technology is-sena hija msejħa \"dog year\" u dan għaliex tant qed isir progress fi żmien qasir li dawn ikejlu bix-xhur u mhux bis-snin, proprju bħall-ħajja ta' kelb.", "F'artiklu ta' Peter McGrath, ġurnalista prominenti tan-Newsweek, hemm dan il-kliem:", "\"The pace of change is so fast that one year on the internet is like seven years in any other medium.", "By this scheme it has been nearly a century since internet was born\".", "Jien għalhekk jaqbadni d-daħk meta f'din il-Kamra nisma' - sa dalgħodu stess - ċerti kummenti dwar dan il-qasam biex bħal speċi nispjegaw iż-żmien li ntilef mill-Gvern preċedenti f'dan ir-rigward.", "Jien ngħid li dak li sar ħadd ma jista' la jkabbru u lanqas iċekknu għax li sar sar, pero' nista' nassigura lill-Oppożizzjoni li l-kummissjoni li qed tiġi proposta hija magħmula minn nies serji biżżejjed li se jagħtu kas ta' dak li ġie propost u se jaħdmu biex itejbu dak li sar.", "Madam Speaker, din il-mozzjoni qed tersaq b'urġenza għax hawnhekk qed nitkellmu fuq qasam li fih anke x-xhur jagħmlu differenza, aħseb u ara s- snin!", "Kien minħabba din il-pressjoni li l-Gvern Laburista qed jgħaġġel biex iwaqqaf din il-kummissjoni li hija ntiża biex mhux biss tippjana u tfassal strateġija għal dan il-qasam ġdid u vitali għall-ħajja futura tan- nazzjon imma wkoll biex din l-istrateġija tiġi implimentata.", "Jekk ma nkunux ippreparati sew għall-era ta' l-IT se jiġri li kemm il-futur qarib u kemm il-futur tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin se jkunu verament mċajprin għax minn hawn u ftit snin oħra kull aspett tal-ħajja se jkun marbut ma' din it-teknoloġija ġdida.", "GĦalhekk aħna għandna l-għażla li jew nippreparaw ruħna sew biex b'hekk nieħdu l-benefiċċji kollha ta' din l-era ġdida ta' koperazzjoni, jew inkella nirrassenjaw ruħna li pajjiżna jaqa' fit-third division, jekk mhux anke iktar l-isfel ukoll.", "Proprju għalhekk jeħtieġ li l-banek, in-negozji, il-kumpanniji u l-korporazzjonijiet tagħna jadottaw strateġija komuni biex jifformaw parti integrali minn din id-dinja ġdida fejn ix-xogħol, id-divertiment u t-transazzjonijiet ikunu kollha digitalised.", "Kif jista' jkun ma naħsbux biex nagħmlu channelling ħalli nikkordinaw u nfittxu linji komuni għall-istrateġija meħtieġa?", "X'opportunitajiet ikollhom il-banek u l-industrijalisti tagħna jekk ma jidħlux f'din l-istrateġija?", "X'ċans ikollhom l-esportaturi jekk naqgħu lura f'dan il-qasam?", "X'jiġri mill-qasam tas-saħħa li llum tant jiddependi minn din it-teknoloġija?", "Jien ngħid li jekk ma nidħlux f'din it- teknoloġija ma jkollna l-ebda opportunita' fil-futur għax ħajjitna tiġi qisha film tal-cowboys and indians, fejn naħa tispara bir-rifle u n-naħa l- oħra twieġeb bil-vleġeġ.", "GĦalhekk hawn wieħed jista' jirrealizza l-periklu li jeżisti jekk kemm-il darba pajjiżna jaqa' lura f'dan il-qasam.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Pullicino dalgħodu għamel rimarka li laqtitni fejn qal li din il-kummissjoni se tkun maqtugħa mill-Ewropa u mill-kumplament tad-dinja, qisha din se tiġi mitfugħa ġo xi kamra magħluqa fid-dlam.", "Pero' din ir-rimarka ma treġix meta wieħed jikkonsidra li quddiemna għandna proposta għall-istrateġija ta' l-information technology u l-globalisation tad-data.", "GĦalhekk jien ma nafx kif l-Onor.", "Membru qed jimmaġina li din il- kummissjoni tista' qatt tkun maqtugħa mill-Ewropa u mill-kumplament tad- dinja f'dan il-qasam.", "Jien fil-fatt ngħid l-oppost ta' dak li qal il- kollega tiegħi tan-naħa l-oħra għax fil-fatt ċerti avvanzi li saru fl- Istati Uniti diġa' qed iħabbtu max-xtut tagħna u dan għaliex fil-qasam ta' l-information technology m'hemmx fruntieri u l-aċċessibilita' ta' l- informazzjoni qiegħda proprju għal kull individwu li juża l-internet.", "Hawn ta' min jgħid li preżentement fl-Istati Uniti hemm terz tal- households li huma mqabbdin fuq website u ħafna minnhom għandhom master computer b'software li jaqdihom f'kollox, jiġifieri minn linja diretta mal- bank sa xiri u bookings, b'mod li dawn jirċievu kollox f'darhom mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru f'postijiet differenti biex jinqdew.", "Proprju minħabba li l-Amerikani sfruttaw sew it-teknoloġija ta' l-informatika li qed jirnexxielhom joħolqu eluf ta' mpjiegi ġodda u għalhekk il-problema tal- qgħad m'hijiex qed tifnihom, kif qed tagħmel fil-preżent fil-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea.", "GĦalhekk f'dan il-qasam m'għandux ikun hemm fruntieri u ma rridux inħarsu lejn l-Ewropa biss, anzi sta għalina li naraw u nesploraw x'inhuma l-aħjar għażliet għal pajjiżna.", "Jien insostni li proprju minħabba li pajjiżna huwa żgħir li għandu jkun ta' vantaġġ meta niġu biex nattrezzaw ruħna għaż-żmenijiet - fil-fatt dalgħodu saret riferenza għal dan il-fattur ukoll - għax aħna m'għandniex il-problemi endemiċi ta' pajjiżi kbar.", "Aħna jmissna nisfruttaw din l- opportunita' meta għandna riżorsi umani adattabbli u meta għandna pożizzjoni ġeografika ideali.", "Hemm bżonn nirrealizzaw kemm din it- teknoloġija tkabbar il-kummerċ u għandna nużaw dan l-avvanz għall- espansjoni kummerċjali, speċjalment lejn pajjiżi li ma ħatfux din l- okkażjoni għax għadhom m'għarfux l-importanza ta' l-information technology jew minħabba li huma neqsin mir-riżorsi umani, biex b'hekk inkunu nistgħu niġu f'sitwazzjoni li nagħmlu minn pajjiżna ċentru kummerċjali u bankarju, bħal Hong Kong u Singapore, li fis-snin sebgħin ħatfu l-okkażjoni li ġiethom u bdew iservu ta' ċentri ta' investiment, kemm għall-Asja ta' Lvant kif ukoll għall-Asja tax-Xlokk.", "Madam Speaker, aħna m'għandniex naraw is-sabiħ biss ta' din l-era ġdida għax bħal kull ħaġa oħra sabiħa din ukoll għandha l-aspetti koroh tagħha.", "Fil-fatt hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni li nsemmi titlu popolari li jgħid: A funny thing happened on the way to Infotopia.", "Jien naħseb li din il- kummissjoni nazzjonali se tqis u tifli anke l-perikli li ġġib din it- trasformazzjoni fuq is-soċjeta' tagħna u għalhekk huwa importanti li l- poplu tagħna jkun edukat u struwit biex nevitaw tali perikli.", "M'huwiex faċli biex wieħed jasal għaċ-ċensura ta' l-internet u jien ngħid li din lanqas hija xi ħaġa desiderabbli.", "M'għandix dubju li l-membri tal-kummissjoni għandhom id-dehen u l-esperjenza meħtieġa biex jagħtuna pariri dwar kif nipproteġu liż-żgħar, liż-żgħażagħ u lill-kbar mill-immoralita' u mill-vizzji ħżiena li sfortunatment irnexxielhom jidħlu anke f'dan il-qasam.", "Kienet ironika meta dalgħodu l-Onor.", "Pullicino sejjaħ din il-mozzjoni li qed iressaq il-Gvern Laburista bħala \"xarretta parlamentari\", qisna aħna ġejna hawn biex nagħmlu xi ritwal.", "Mela hu qed jgħid li aħna mhux qed nirrispettaw din l-Istituzzjoni għax ġejna bi ħwejjeġ lesti meta fil-fatt qed nagħtuh l-opportunita' li jressaq l-emendi li jrid għax aħna, bħala gvern serju, lesti li nikkonsidraw kollox u nieħdu pjaċir nisimgħu kummenti pożittivi.", "Jien jiddispjaċini ngħid li dawn m'huma xejn ħlief skużi u min jagħmel akkużi ta' dan it-tip la jkun qed jirrispetta lil dan il-Parlament u lanqas il-ħajja demokratika ta' pajjiżna.", "Jien ċert li din il- kummissjoni se tagħmel minn kollox mhux biss biex nibbenefikaw mill- information technology iżda se taħseb għal mezzi li permezz tagħhom se nkunu f'qagħda li nipproteġu liċ-ċittadini tagħna mid-dwiefer ta' l- ivvizjati.", "Madam Speaker, naqgħlaq id-diskors tiegħi billi nawgura suċċess lill- kummissjoni u nħeġġiġha biex tagħmel strateġija li permezz tagħha jkollna dinja kif ippropona l-ekonomista George Gilder fil-ktieb tiegħu \"Life After Television\" fejn qal: \"My dream is that the network personal computer will transform capitalism into a healing force in the present crisis of home and family, culture and community.\".", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, dalgħodu qgħadt nisma' b'attenzjoni lill-Ministru - kif ukoll lill-Onor.", "Cilia - biex nara daqsxejn iktar fil- fond id-direzzjoni li dan il-Gvern qed jaħseb biex jieħu dwar l- informatika.", "Mill-informazzjoni li tana l-Ministru jidher li hawn qbil bejn iż-żewġ naħat dwar id-direzzjoni li pajjiżna għandu jieħu.", "Aktar tard se nitkellem daqsxejn dwar l-importanza ta' din id-direzzjoni għall- iżvilupp eknomiku pero' għalissa nixtieq nirrimarka li dan il-qbil huwa sinjal pożittiv ħafna għax se jġib miegħu bidla radikali mill-passat.", "Għadni niftakar il-kliem jidwi f'widnejja - qisu l-bieraħ! - tal-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici meta qal li m'huwiex importanti li jkollok sistema ta' telekomunikazzjoni tajba għax bejnietna prattikament kollox jgħaddi.", "Dan it-tip ta' diskors ma ntqalx xi tletin sena ilu imma ntqal għaxar snin ilu meta diġa' kienet għaddejja r-rivoluzzjoni ta' l- informatika u ovvjament wieħed irid jara minn fejn telaq pajjiżna fl- infrastruttura ta' l-informatika.", "Madam Speaker, għaxar snin ilu kien diffiċli ferm biex timporta computer hawn Malta tant li wieħed kellu jagħti garanzija li ħadd mill-ħaddiema ma kien se jitkeċċa minħabba l-introduzzjoni tal-computers.", "Pero' aħna nafu li jekk hemm xi ħaġa fid-dinja li tista' tiġġammja l-progress hija proprju din it-tip ta' mentalita'.", "Għall-grazzja t'Alla dawk iż-żmenijiet għaddew u jidher li għaddew anke għall-Partit Laburista, li llum għandu politika li jkompli jibni fuq dak li sab lest.", "M'hemm xejn ħażin f'dan għaliex wara kollox f'dan il-każ id-direzzjoni hija waħda, jiġifieri ġirja full speed ahead għas-sistema ta' l-informatika u ġirja full speed ahead biex ngħallmu l-informatika liż-żgħażagħ u lill-poplu tagħna kollu, jiġifieri ngħallmuhom is-sistema tal-computers ħalli nintegraw din is-sistema fis- soċjeta' tagħna.", "Il-Ministru li qiegħed jippilota din il-mozzjoni huwa wkoll il-ministru ta' l-edukazzjoni u m'hemmx dubju li fis-settur ta' l- edukazzjoni hemm sfidi kbar biex wieħed jaġġusta għaż-żmenijiet tal-lum.", "Hawnhekk jiena dejjem naħseb fil-povri għalliema li ġew imħarrġa fi żmien meta l-computer lanqas fl-Universita' ma kien jeżisti u llum naturalment nistennewhom li jużaw din l-għodda ġdida li għandha tagħmel ix-xogħol tagħhom ħafna iktar interessanti u effettiv.", "Pero' jiena naħseb li għandna bżonn programm ferm iktar intensiv biex nittrattaw il-problema li jiffaċċjaw l-għalliema biex jagħmlu din il-bidla fis-sistema ta' kif jgħallmu u biex jużaw l-information technology available.", "Qed ngħid dan għaliex m'hemmx dubju li jekk wieħed ma jinkwadrax dawn l-iżviluppi b'mod tajjeb jista' jkun li jħares lejn l-informatika bħala threat minflok bħala opportunita'.", "Mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li, meta għaxar snin ilu ġejt lura Malta u bdejt naħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kont sibt li lanqas hemmhekk ma kien hemm computers.", "Jien niftakar li sakemm dawn ġew introdotti kienu meqjusa bħala threat kbira minn min kien jagħmel ċertu xogħol bis-sistema manwali.", "Per eżempju, meta tajpista kienet tieħu żball kienet jew terġa' tibda mill-ġdid jew inkella tqasqas u twaħħal u mbagħad tieħu photocopy.", "Ċertament li s-sistema ta' l-informatika qiegħda tagħmel rivoluzzjoni kbira u biex wieħed japprezza daqsxejn iktar l-impatt ta' din ir-rivoluzzjoni jrid jifhem li fl-aħħar 150 sena, jiġifieri min-nofs is- seklu li għadda 'l hawn, kien hemm numru ta' rivoluzzjonijiet.", "L-ewwel kien hemm ir-rivoluzzjoni ta' l-isteam engine li rnexxielha ddaħħal makkinarju li jagħmel ċertu xogħol goff u ta' ċertu tgħabija li qabel ma kienx jista' jsir b'daqshekk faċilita'.", "Imbagħad kien hemm ir-rivoluzzjoni tal-mass production li pprovdiet l-opportunita' li prodott jiġi mmanufatturat b'sistemi moderni, bħalma huma l-karozzi, li mbagħad prattikament saru affordable minn kulħadd.", "Kieku bqajna bis-sistema l-antika fejn karozza tiġi mibnija minn ħaddiem wieħed l-ispiża naturalment kienet tkun ferm ogħla.", "Pero' hawnhekk forsi wieħed jgħid li din m'hijiex xi ħaġa li tista' tagħmilha waħdek faċilment għalkemm, per eżempju, jiena stess żort l-impjant tal-Volvo fi Sweden fejn jużaw ukoll sistema fejn grupp ta' ħaddiema jibnu trakk minflok ma jużaw biss is-sistema tal-production line.", "Madam Speaker, illum ir-rivoluzzjoni fis-sistema tal-computers u ta' l- informatika qiegħda tbiddel l-aspetti kollha tal-ħajja tagħna, qiegħda tbiddel l-abilita' li nipproduċu u qiegħda tbiddel ukoll il-mod kif inħarsu lejn ix-xogħol, lejn l-edukazzjoni, lejn is-saħħa u anke lejn it-traffiku.", "F'diversi pajjżi li żort rajt li dawn ilhom żmien jużaw traffic lights ikkontrollati minn computer, fejn jekk inti ssuq bi speed illegali dawn il- lights jibdew jaqilbu minn aħmar għal aħdar mingħajr interruzzjoni.", "Din is- sistema tal-computer qiegħda tidħol fl-oqsma kollha tal-ħajja, anke fi prodotti li llum neħduhom for granted, bħalma huma r-refrigerators li diġa' għaddew minn żewġ rivoluzzjonijiet, l-ewwel meta bdew jaħdmu bil-pitrolju u mbagħad meta bdew jaħdmu bid-dawl.", "Pero' minn dak iż-żmien saru improvements kbar tant li r-refrigerators saru iktar effiċjenti u frost- free u llum qegħdin naraw li dawn ir-refrigerators qegħdin jiġu mmanufatturati b'mod li jistgħu jadattaw ruħhom għall-ambjent - u b'hekk niffrankaw l-enerġija - u barra minn hekk meta tiftaħ il-bieba inqas ikun hemm loss ta' kesħa għaliex ikollok sistema fejn l-arja tibqa' tiċċirkola ġewwa.", "Ċertament li hawn oqsma oħra fejn qegħdin jużaw is-sistema ta' l- informatika u s-sistema tat-teknoloġija fil-prodotti tagħhom.", "Aħna lkoll nafu bil-kumpannija SGS Thomson li l-prodott li tipproduċi f'Malta m'huwiex prodott speċifikament għal computers iżda huwa prodott li jiġi ntegrat f'ċerti appliances u fit-trakkijiet li jinbnew fl-Amerka.", "Permezz ta' din iċ-chip il-prodotti joperaw b'mod iktar effettiv, iktar effiċjenti u b'mod li huwa iktar adattat għall-ambjent tal-lum.", "Dan ifisser li llum qegħdin f'pożizzjoni fejn id-dinja qiegħda tinbidel b'ċertu ritmu.", "Per eżempju, wara li daħal id-dawl kellhom jgħaddu tletin, erbgħin jew ħamsin sena sakemm inqatgħet kompletament is-sistema taż-żejt, tax-xemgħa u tal-lampi.", "Madam Speaker, illum il-bidliet qed isiru b'mod aktar mgħaġġel u għalhekk irridu nippjanaw għalihom billi nkunu f'pożizzjoni li nistgħu nittrenjaw kemm liż-żgħażagħ kif ukoll lil dawk li m'humiex daqshekk żgħażagħ, li diġa' qegħdin fuq il-bank tax-xogħol.", "Fil-verita' il-problema prinċipali ta' llum hija li għandek tant nies li ma jistgħux isibu użu għall-iskills li għandhom.", "Illum għandek dik li hija msejħa mismatch bejn in-nies li qegħdin ifittxu x-xogħol u x'tip ta' xogħol huwa provdut mill-fabbriki u postijiet oħra tax-xogħol.", "GĦalhekk wieħed irid jaħseb fl-aspett edukattiv, li huwa importanti ħafna u hawnhekk ċertament li jrid ikollna sistema effettiva li tiġġenera nies li jifhmu fl-informatika, nies li jħossuhom at ease fl-informatika, ħalli b'hekk iżidu l-opportunitajiet għalihom fil-qasam tax-xogħol.", "Nixtieq infakkar li minħabba ċ-ċokon tagħna aħna għandna ekonomija li tiddependi b'mod estrem fuq is-settur barrani.", "Issa li Hong Kong m'għadux pajjiż maqtugħ miċ-Ċina, skond l-istatistika internazzjonali aħna sirna t- tieni l-aktar pajjiż fid-dinja li huwa espost għall-kummerċ, kemm rigward importazzjoni u anke esportazzjoni.", "Meta wieħed jistaqsi kif aħna qed niġġeneraw il-ġid f'pajjiżna, jiġifieri kif nipproduċu prodotti u servizzi biżżejjed biex ngħixu u biex inħallsu għall-importazzjoni li nagħmlu, it- tweġiba tkun li dan qed niġġenerawh b'mod li l-prodott joħroġ mingħajr ħafna xogħol.", "Kulħadd jaf li fid-dinja tal-lum biex tipproduċi prodott ta' kwalita' għolja jrid ikollok makkinarju avvanzat.", "Id-dinja tal-lum tippretendi kwalita' għolja u biex inti jkollok suċċess fil-bejgħ tal- prodotti tiegħek irid ikollok nies li kapaċi jimmanifatturaw dawn il- prodotti, li kapaċi jużaw makni b'teknoloġija moderna biex flimkien ma' management tajjeb int tkun tista' tipproduċi u tesporta b'suċċess.", "M'hemmx dubju li fl-ekonomija tagħna rnexxielna nilħqu livell adegwat ta' żvilupp f'ħafna kumpanniji.", "Hawnhekk nistgħu nsemmu l-każ tal-kumpanniji tat- tessuti li mal-medda tas-snin naqqsu n-numru ta' ħaddiema u llum huma mgħammra b'ħafna makni automated.", "Per eżempju, dwar il-mod kif jaqtgħu d-drapp insibu li sa 20 sena ilu dan kien jinqata' bl-idejn meta llum jintużaw makni li permezz ta' computer aided design persuna l-ewwel tfassal il-pattern, li mbagħad tiċċekkjah permezz ta' computer - jista' jkun li l-pattern jiġi minn barra - u mbagħad dan il- pattern jiġi trasmess għal fuq il-cutting machine, li tant tkun sofistikata li tista' taqta' 20 biċċa ta' drapp f'daqqa b'eżattezza kbira u b'mod li jkollok l-inqas ħela ta' drapp.", "Per eżempju, hemm makni li jgħaddu l- ġgieget, hemm makni li jagħmlu l-bwiet u hemm makni li jagħmlu l-aċċetti, li kollha qegħdin iwasslu biex finalment ikollna prodott tajjeb u b'hekk ikollna l-possibbilta' li nibqgħu kompetittivi.", "Jekk aħna rridu nikkompetu m'għandniex nibqgħu mexjin bis-sistema li toqgħod tistenna u tara kif se jiżviluppaw l-affarijiet u l-makni ġġibhom meta inti ma tistax tagħmel mod ieħor, imma trid taħseb bil-quddiem.", "Il-kumpanniji Maltin iridu jkunu f'pożizzjoni li jsibu nies imħarrġa kemm biex iħaddmu u - dan huwa importanti ħafna - kemm biex isewwu dawn il-makni għax mhux l-ewwel darba li ċerti fabbriki jkollhom iġibu nies minn barra biex isewwu l-makni.", "Jiena m'għandi xejn kontra n-nies li jiġu minn barra - anzi kultant ma jagħmilx sens li jkollok nies ta' ċerta speċjalizzazzjoni fuq tip ta' makna - pero' jekk hemm qasam li huwa importanti ħafna huwa proprju dak tas-servicing ta' dawn il-makni għax inkella jkun ferm iktar diffiċli għalina li niġbdu lejna l-industrija jekk ma nkunux nistgħu nipprovdu dawn it-tipi ta' servizzi.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn il-prodotti li nipproduċu fil-qasam tal-manifattura m'hemmx dubju li nindunaw li llum għandek bżonn tuża livell ta' teknoloġija ferm differenti minn ħames jew għaxar snin ilu.", "Barra minn hekk din it-teknoloġija trid tkun f'pożizzjoni li tista' tutilizzaha b'mod effettiv billi l-ħaddiem tagħna jkun jaf jużha daqs kwalunkwe ħaddiem fil-Ġermanja, fl-Ingilterra u fi Sweden.", "Dan l-iżviupp insibuh ukoll fis-settur tas-servizzi li llum il-ġurnata hemm aktar ħaddiema li jiddependu minnu milli mis-settur tal-manifattura.", "Hawnhekk wieħed jista' jsemmi servizzi bħal dawk provduti f'lukandi, kif ukoll bħal servicing ta' makni fil-qasam tal-manifattura.", "Bit-teknoloġija ta' llum dawn is-servizzi qed jiżviluppaw f'direzzjonijiet differenti u b'mod iktar avvanzat u allura rridu nkunu ppreparati għalihom.", "Meta wieħed iħares lejn kif irid jiġi kkreat il-ġid illum insibu consensus ġenerali internazzjonali li għal dan il-għan hemm bżonn li tiġi wżata t-teknoloġija avanzata li awtomatikament iġġib magħha ħtieġa ta' training għall-ħaddiema.", "Meta kont segretarju parlamentari fi ħdan il-ministeru tal-finanzi u kont responsabbi wkoll mill-iżvilupp ekonomiku kien beda dan il-proċess ta' ippjanar fejn kien ġie mħejji anke rapport peress li l-intenzjoni kienet li din il-kummissjoni taħdem id f'id ma' l-Economic Planning Division.", "Aħna konna rrealizzajna li l-iżvilupp ekonomiku tagħna jiddependi b'mod assolut minn dan il-qasam.", "Sakemm bqajt responsabbli mill-ippjanar ekonomiku niftakar li kien hemm diversi laqgħat miegħi biex inżommu din ir-rabta bejn l-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Madam Speaker, ċertament li f'dan il-qasam sar ħafna u wieħed ma jgħidx li sar biżżejjed għax tagħmel kemm tagħmel qatt m'hu biżżejjed f'dan il-qasam.", "Dan l-aħħar jien impressjonajt ruħi b'survey li sar minn Grant Thornton fuq 5,000 kumpannija mill-Ewropa kollha, inkluża Malta.", "Huwa interessanti li r-riżultati li ħarġu minn dan is-survey juru li Malta għandha l-ogħla livell ta' kumpanniji li jużaw kemm l-E-mail, jiġifieri li jikkomunikaw b'mezz elettroniku bil-computer, kif ukoll l-internet għal skop kummerċjali.", "Jien naħseb li jkun xieraq li naqra din il-parti li tgħid hekk:", "\"On average, a third of SMEs across Europe have E-mail systems in place.", "Companies in Malta, Finland and Switzerland are the most likely to have E-mail with at least half of respondents reporting this to be the case.", "By contrast, less than a quarter of Greek and Turkish companies have E-mail, while the proportion for German and Italian companies is also particularly low.\"", "Dan huwa riżultat interessanti ħafna li jien nifhmu wkoll mill-aspett ekonomiku minħabba ċerti karatteristiċi tagħna.", "Huwa riżultat impressjonanti li Malta għandha użu ta' l-internet ferm ogħla mill-Ġermanja u mill-Italja.", "Forsi hawnhekk wieħed jgħid li l-Italja u l-Ġermanja huma pajjiżi kbar u m'għandhomx daqshekk bżonn ta' din it-tip ta' komunikazzjoni.", "Jista jkun hekk pero' m'iniex persważ minn dan.", "Huwa anke ta' min jirrifletti fuqu li 17% biss tal-kumpanniji fil-Greċja għandhom l- E-mail meta f'Malta hawn 54%.", "Fil-fatt dan huwa l-ogħla proporzjon fl- Ewropa kollha u l-aktar pajjiż li jiġi viċin huwa Switzerland b'50%.", "Fil- Ġermanja hemm 25%, jiġifieri n-nofs ta' Malta, u fl-Ingilterra nsibu 39%, li mhux livell baxx, pero' nerġa' ngħid li r-rata ta' 54% hija l-ogħla waħda fl-Ewropa kollha.", "Fir-rigward tar-riżultati fuq l-użu ta' l-internet ir-rapport jgħid hekk:", "\"A quarter of SMEs in Europe have the internet and gather the information using it.", "This is particularly the case for companies in Malta, Finland and Norway, where over 40% reported having the internet to gather information\"", "Hawnhekk issa qed nitqabblu mal-pajjjiżi Skandinavi.", "Malta għandha 55% tal- kumpanniji li jagħmlu użu mill-internet u din hija l-ogħla rata fl-Ewropa filwaqt li r-rata medja ta' l-Ewropa hija ta' 24%.", "Jien konvint li l- iżvilupp li kellna fl-industrja ma kienx isir kieku ma kellniex sistema ta' telekomunikazzjoni effiċjenti biżżejjed u kieku żgur m'aħniex qegħdin quddiem nett f'dak li huwa l-użu ta' l-internet u ta' l-E-mail, kif qed jirriżulta minn dan ir-rapport li ħareġ f'Mejju ta' din is-sena.", "Il-passi li ttieħdu fit-telekomunikazzjoni ċertament għamluha possibbli li nisfruttaw dan il-mezz ta' komunikazzjoni u ta' informatika aktar milli fil-fatt għamlu pajjiżi oħra, bħalma huma l-Greċja, l-Portugal, l-Italja u Spanja, fejn ir-rata tagħna ta' użu ta' l-internet hija kważi d-doppju tar- rata ta' dawn il-pajjiżi.", "Dalgħodu smajt lill-Ministru jgħid bl-iktar mod ċar li huwa japprezza l-iżviluppi li saru u kompla jgħid li issa rridu naraw fejn qegħdin f'dan il-qasam biex b'hekk inkunu nistgħu nibnu għall- futur.", "Madam Speaker, għaliex daqshekk kumpanniji jużaw l-E-mail u l-internet?", "M'hemmx dubju li dan huwa frott tal-fatt li l-ekonomija tagħna għandha ċerti żvantaġġi.", "L-ewwelnett peress li aħna gżira m'għandniex komunikazzjoni bl-art u għaldaqstant il-prodott irid jintbagħat bil-baħar inkella bl-ajru u dan huwa ta' żvantaġġ speċjalment għal pajjiż ċkejken bħal tagħna.", "Dawn huma diffikultajiet li jagħmluha ħaġa neċessarja li l- kumpanniji tagħna jużaw il-mezzi ta' l-elettronika u ta' l-informatika aktar minn pajjżi oħra.", "Dan ifisser li f'dan il-qasam wieħed mhux biss għandu japprezza l-importanza ta' l-investiment li diġa' għamilna imma għandu japprezza wkoll l-importanza li fil-futur inkomplu niżviluppaw dawn il-mezzi għax din hija neċessita' għall-eżistenza tagħna.", "Madam Speaker, hija ħaġa ferm pożittiva li l-Ministru qed jipproponi din il-kummissjoni biex l-ekonomija tagħna tiġi mgħejjuna u nkoraġġita tespandi f'dan is- settur daqshekk importanti.", "Mill-banda l-oħra pero' ma nistax ma nesprimix id-diżappunt tiegħi għall- fatt li filwaqt li kulħadd qed jaqbel dwar l-importanza tat-teknoloġija avvanzata, sfortunatament jirriżulta li bis-sistema ta' tassazzjoni li ġiet introdotta ġimgħa ilu l-computers għolew b'mod sostanzjali.", "Dan għaliex fejn qabel dawn il-makni kienu jidħlu tax free, bir-riforma li saret fit- tassazzjoni dawk li jbiegħu l-computers kellhom jgħollu l-prezz 'il fuq.", "Għaldaqstant wieħed irid jistaqsi jekk ir-riforma fit-tassazzjoni hijiex waħda moderna meta fil-fatt din qed timponi taxxa ferm iktar milli kienet timponi s-sistema ta' qabel fuq l-aktar mezz modern ta' kif għandek taħdem fil-ġurnata ta' llum.", "Jien nissuġġerixxi lill-Gvern biex iħares lejn dawn l- affarijiet għaliex miżuri bħal dawn jistgħu jkunu ta' detriment għall- iżvilupp ta' pajjiżna u f'dan il-każ ċertament li din il-bidla m'hijiex waħda pożittiva.", "Iż-żieda ta' taxxi fuq il-computers possibbli li tagħmel daqshekk differenza fid-dħul tal-gvern?", "Jien naħseb li kien ikun ferm iktar għaqli li kieku dan il-mezz daqshekk importanti ma ġiex ippenalizzat b'din iż-żieda fit-taxxa.", "Il-Gvern ma jidhirlux li jkun aktar għaqli li jkollna sistema - kif kellna sa qabel l-1 ta' Lulju - li lill-kumpanniji tagħna tipprovdilhom computers duty free?", "Min jesporta llum għandu eżenzjoni billi jista' jieħu d-dazju lura, imma anke hawnhekk hemm xi ħaġa li hija kontra s- sens komun.", "Dan għaliex ħafna drabi dawk li jesportaw huma kumpanniji li diġa' għandhom tax allowances mentri min jipprovdi għal-lokal - jiġifieri l- iktar settur li rriduh jiżviluppa bl-użu ta' l-informatika - huwa żvantaġġat bil-kbir għax ma jistax jitlob rifużjoni tat-taxxa fuq dawn il- prodotti.", "Ċertament li dan huwa pass negattiv għax meta wieħed jara li dawn il- prodotti qed jiġu ntaxxati iktar m'hemmx dubju li dan fih innifsu huwa pass negattiv u mhuwiex konsistenti mal-mod li bih dan il-Gvern qed jgħid li jrid imexxi 'l quddiem, jiġifieri li Malta moderna tavvanza b'mod iktar mgħaġġel f'dan is-settur.", "Il-Gvern għoġbu jdaħħal sistema ta' tassazzjoni li qiegħda tintaxxa lil dan is-settur bla bżonn meta fil-fatt kien ikun ferm aħjar li tinżamm sistema ta' rifużjoni fuq dawn il-prodotti.", "Pero' sfortunatament illum għandna sistema mraqqa' li jien naħseb li se jkollha terġa' tinbidel għaliex ma jistax ikun li pajjiż jagħmel pass lura daqshekk kbir f'dawn l-oqsma tant importanti.", "Kis jista' l-Gvern jippreżentalna kummissjoni fejn qed jgħid kemm hu importanti l-iżvilupp u fl-istess ħin bis-sistema ta' tassazzjoni li ntroduċa qed jgħolli l-ispiża biex wieħed jakkwista apparat teknoloġiku!", "Hawnhekk jien ikolli nistaqsi jekk l-id il- leminija tafx x'qiegħda tagħmel l-id ix-xellugija għax il-konklużjoni tiegħi hija li f'dan il-qasam ma jidhirx li hemm kordinament f'dik li hija direzzjoni.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm sforz ikbar biex ikun hemm promozzjoni ta' din it-teknoloġija billi jkun hemm sistema li ma tiżvantaġġax finanzjarjament lil min jużaha.", "Sur President, it-teknoloġija ta' l-informatika tipprovdi mezz kif aħna jista' jkollna sistema ta' aċċess għall-poplu in ġenerali.", "Għalkemm id- dipartimenti tal-gvern diġa' għandhom aċċess għall-internet, jien naħseb li dan l-aċċess irid jiġi żviluppat aħjar.", "Wieħed mill-ikbar intoppi li kont niltaqa' miegħu kien il-fatt li s-sistema ta' l-internet tal-gvern, il- Magnet, ma kenitx żviluppata kullimkien.", "Huwa veru li qabel ma kien hemm xejn u li din kienet għadha fi stadju ta' żvilupp pero' huwa importanti ferm li din is-sistema tiġi aċċellerata.", "Huwa importanti ferm li d- dipartimenti tal-gvern mhux biss ikollhom l-informazzjoni at their fingertips imma li l-komunikazzjoni ssir b'mod ferm iktar effiċjenti biex b'hekk ikun hemm użu aħjar tar-riżorsi li għandna fl-amministrazzjoni pubblika.", "Nixtieq ngħid ukoll li meta kont responsabbli mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika jien kont ninsisti li dan l-uffiċċju kellu jiġi on line, kif fil-fatt sar sa ċertu punt, fis-sens li llum tista' tidħol fl-internet, taqbad mal-Magnet website u ssib l-informazzjoni li għandek bżonn bħal, per eżempju, jekk tkun ħarġet l-informazzjoni dwar l-impjiegi inti tkun tista' taqraha u saħansitra tagħmel downloading tagħha.", "Minkejja li kultant wieħed kien ikollu xi problemi, peress li s-sistemi ma kenux għadhom qed jaħdmu b'mod daqshekk effettiv, pero' b'mod ġenerali nista' ngħid li għandna sistema li hija on line.", "Imma sfortunatament minn xi sena 'l hawn ma sarux wisq żviluppi f'dan il-qasam għax bdejt ninnota l-istatistika li tista' tieħu minn fuq l-internet mhijiex qiegħda tkun updated.", "Jien naħseb li l-Gvern ma jridx joqgħod lura hawn f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "Cilia qal li sena f'dan is-settur tiswa daqs għaxar snin f'setturi oħra, pero' għalkemm il-Partit Laburista diġa' ilu fil-gvern kważi disa' xhur s'issa nista' ngħid li f'dan il-qasam l-affarijiet donnhom iġġammjaw.", "Qiegħed ngħid dan biex niġbed l-attenzjoni dwar l-importanza li f'dan il-qasam ikollna progress u mhux biex nikkritika, għax nemmen li wieħed għandu bżonn ftit taż-żmien biex isib saqajh.", "Per eżempju, it-trade statistics għall-perijodu minn Lulju sa Settembru tas-sena li għaddiet fih żewġ volumi - kull wieħed minnhom għandu madwar 1000 faċċata - u jien tal-fehma li dawn prattikament għandhom jinqatgħu, għax ara kemm trid karti għall-printing.", "Imbagħad għandek ċerti practices fil-proċess tal-printing li minnhom infushom joħolqulek delay.", "Niftakar li l-ewwel darba li ġiegħlthom idaħħlu s-sistema, fejn l-Uffiċċju ta' l- Istatistika jaqbad il-faċċati u jagħtihom lill-istamperija ready for printing, kienet qamet rivoluzzjoni għax qatt ma kienet li l-Istatistika jagħmel ix-xogħol ta' l-istamperija tal-gvern.", "L-affarijiet ma kenux isiru hekk u tgħidx kemm kien ikolli diffikultajiet peress li ċerti ħaddiema kienu jaħsbu li se jitilfu xogħolhom.", "Darba minnhom konna f'sitwazzjoni fejn konna tliet snin lura fil-publikazzjoni ta' l-istatistika - fil-fatt sentejn minnhom kienu qed jistennew biex jiġu ppreparati għall-printing - u dak iż-żmien niftakar li b'xi mod kien irnexxielna nippreswadu lid- dipartiment biex huwa stess jipprepara u jibgħat il-faċċati għall- printing.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onoreveoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Bonnici jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirringrazzja lill-kollegi tiegħi miż-żewġ naħat talli tawni ċ-ċans inkompli naqsam il-ħsIbijiet tiegħi mal-Kamra u mal- poplu li qed jismagħna.", "Kont qed ngħid li jkun ferm aħjar kieku t-trade statistics ikunu available fuq il-computer għax kulma trid huwa li tixtri d- diska u mhux dawn il-volumi kollha, anzi bit-teknoloġija tal-lum lanqas ikollok għalfejn tagħmel hekk għax biżżejjed taqbad l-internet.", "Jekk qed nifhem sewwa mid-diversi stqarrijiet li saru u minn leaks li kien hemm - u kultant jien niskanta kif ċerti gazzetti donnu jkollhom ċerta informazzjoni privileġġata ...", "Per eżempju, f'gazzetta tal-Ħadd tara ċerta informazzjoni fuq iċ-ċensiment li għadha ma ħarġitx pubblikament.", "Jien ma naħsibx li dan huwa sew.", "Jien naħseb li fejn sena ilu ċ-ċensiment tal- popolazzjoni, li għandu a wealth of information, kien viċin li jkun imdaħħal kollu fil-computer, ma jistax jonqos li s'issa dan ġie pproċessat kollu u probabbli li r-rapport tlesta wkoll.", "X'inhi d-diffikulta' sabiex it-tabelli taċ-ċensiment jiġu pprovduti fuq l-internet għal min ikun irid jagħmel riċerka, speċjalment f'dawn ix-xhur tas-sajf meta l-ħbieb tiegħi ta' l-Universita' ma jkollhomx daqshekk x'jagħmlu?", "M'hemmx dubju li ċ- ċensiment jipprovdi database għal Malta u allura huwa important li din l- informazzjoni toħroġ.", "Personalment ma nafx x'inhuma jistennew biex joħorġu din l-informazzjoni.", "Kif diġa' qal l-Onor.", "Cilia, f'dan il-qasam xahar jiswa daqs sena u sena tiswa daqs għaxar snin u għaldaqstant iktar ma jgħaddi żmien l-informazzjoni aktar tiqdiem u allura ssir inqas utli u inqas relevanti.", "Sur President, biex inkompli nitkellem dwar ix-xogħol ta' din il- kummissjoni jien nesprimi qbil ma' dak li qalu l-Ministru u l-Onor.", "George Pullicino dwar l-importanza ta' finanzjament adegwat għal dan ix-xogħol.", "Qed ngħid dan għax il-problema li kien hemm meta ġie biex jitwaqqaf unit simili fi żmienna kienet kwestjoni proprju ta' finanzjament.", "Din il- kummissjoni ma tistax taħdem mingħajr il-fondi neċessarji u jien nispera li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali diġa' għandu indikazzjoni ta' x'tip ta' fondi se jkollu disponibbli.", "Jekk il-kummissjoni tkun starved of funds, dan mhux biss ikun ta' diżappunt għall-membri tagħha - li wħud minnhom nafhom sewwa - imma jkun ukoll ta' ħsara għal pajjiżna.", "Huwa importanti wkoll li minbarra l-finanzjament għal din il-kummissjoni jrid ikun hemm ukoll finanzjament għall-programmi.", "Sur President, fir-rapport li kien ġie ppreparat fl-amministrazzjoni preċedenti niftakar li kien hemm tliet oqsma prinċipali, li wieħed minnhom jittratta s-settur ta' l-infrastruttura.", "F'dan il-qasam kellu jiġi żviluppat link aħjar bejn id-dipartimenti tal-gvern, l-Universita', il- librerija u l-iskejjel.", "Per eżempju, llum jien nixtieq li mid-dar tiegħi jkolli aċċess mhux biss għal-librerija ta' l-Universita' imma wkoll għal libreriji barra minn Malta.", "Jien nemmen li fi żmien qasir se naslu biex nissuperaw l-iżvantaġġi li għandna biex wieħed jagħmel riċerka fuq firxa aktar wiesgħa.", "Kultant issib min jistaqsi: X'jagħmlu fl-Universita'?", "Fl- Universita' għandek ix-xogħol tat-tagħlim u flimkien miegħu suppost li jkollok xogħol ta' riċerka u xogħol ta' kitba u ta' pubblikazzjoni f'ġurnali internazzjonali, liema xogħol m'huwiex wieħed faċli.", "Meta tiġi biex tibgħat artiklu għal pubblikazzjoni f'ġurnal ta' ċertu kalibru li jittratta dwar l-ekonomija tiltaqa' ma kompetizzjoni tant kbira u sfrenata li saħansitra jkollok tlieta jew erba' speċjalisti li jagħmlulek review ta' dak l-artiklu.", "Naturalment dawn tant ikunu speċjalizzati li inti trid tkun in the know ta' kulma qed jiġri u xogħlok verament trid tkun għamiltu sew.", "Imma ovvjament ma jistax ikollok riċerka tajba mingħajr aċċess tajjeb għal- libreriji kbar li bħalhom qatt ma jista' jkollna f'Malta - din dejjem kienet problema kbira għalina - għax inkella ma tkunx tista' tagħmel riferenzi u ma tkunx tista' tara x'riċerka saret u x'qalu awturi oħra.", "Jiena niftakar li meta 17-il sena ilu għamilt it-teżi tiegħi tal-Ph D kont il-Kanada fejn kont bdejt naħdem fuq statistika biex nibni mudell illi kien għadu ma ġiex żviluppat.", "Fil-fatt, fl-istess ħin li jiena kont qed nibni dan il-mudell, skoprejt li fin-Norveġja kien hemm xi ħadd li kien qed jibni l-istess sistema.", "Dan kien possibbli li nsir nafu permezz tal-link internazzjonali li kien hemm bejn il-libreriji tal-Kanada u tan-Norveġja.", "Biex wieħed jagħmel ċerta riċerka bilfors irid ikollu dan l-aċċess u m'hemmx dubju li wieħed irid jiżviluppa dan il-qasam bl-aktar mod mgħaġġel, bl-aktar mod mifrux u bl-aktar mod illi ma jinvolvix spiża kemm lill-istudenti, kemm lil min jgħallem, kif ukoll lill-individwi li huma interessat fir-riċerka.", "Ta' min jgħid li l-cost ta' l-internet qiegħed dejjem jiżdied u naħseb li din il-kummissjoni hemm bżonn taħseb dwar x'jista' jsir biex l-aċċess għall-istudenti jitjieb b'mod li ma jkunux piż kbir fuq il-ġenituri tagħhom.", "Sur President, aktar qabel għidt illi r-rapport dwar l-istrateġija nazzjonali għall-informazzjoni teknoloġika tlesta bejn l-aħħar ta' l-1994 u l-bidu ta' l-1995, liema rapport bażikament kien jittratta tliet oqsma prinċipali, jiġifieri l-iżvilupp infrastrutturali, il-qasam edukattiv u l- opportunitajiet ta' niche markets.", "L-aktar qasam li kellna suċċess fih kien il-qasam edukattiv fejn il-computers malajr bdew deħlin fl-iskejjel u anke seħħew ċerti bidliet permezz ta' l-internet.", "F'dak li huwa żvilupp infrastrutturali sar ħafna xorta imma żgur li għad hemm ħafna aktar x'isir.", "Jien naħseb li hawnhekk tidħol ħafna l-kwestjoni ta' finanzjament u jiddispjaċini ngħid li forsi jkun hemm min iħares lejn l-iżvilupp infrastrutturali bħala wieħed li mhuwiex daqshekk importanti.", "Dan mhux każ li għandek xi ħaġa tanġibbli quddiem għajnejk - per eżempju, żgur li mhux bħall-każ tal-proġett ta' Buġibba fejn bla dubju ta' xejn sar ħafna xogħol tajjeb - għax meta qed tagħmel l-infrastruttura għal dan ix-xogħol fil- qasam ta' l-informazzjoni teknoloġika m'hijiex xi ħaġa daqshekk apprezzata mill-istrutturi tal-gvern, speċjalment min-nies tac-ċivil li forsi għadhom m'humiex midħla ta' dan il-qasam.", "Għaldaqstant inti spiss ikollok ċerta reżistenza li kultant twasslek biex tagħmel xi trade-off.", "Li rrid ngħid huwa li dan it-trade-off m'għandux isir f'dan il-qasam għaliex ninsab żgur li l-futur tagħna, ta' uliedna u ta' ulied uliedna jiddependi ħafna fuq l- investiment li aħna lesti nagħmlu fit-teknoloġija.", "Ċertament li nappoġġa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u lill-Ministru ta' l- Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija fl-isforzi li qed jagħmlu biex wieħed jifhem illi din hija a question of survival.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa dwar l-opportunitajiet fis-swieq, 'l hekk imsejħa niche markets.", "Hawnhekk ta' min jgħid li ċerti opportunitajiet - qed nirriferi għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea - li s-sena li għaddiet kienu fuq l-orizzont issa sfortunatament twarrbu.", "Jien kultant jiddispjaċini għall-ministri responsabbli mill-edukazzjoni, mill-industrija u mit-turiżmu għar-raġuni li x-xogħol tagħhom kien ikun aktar faċli kieku l-partit tagħhom baqa' għaddej bl-agenda li aħna konna ħejjejna.", "Dan mhux qed ngħidu b'xi sens ta' partiġjaniżmu politiku imma għaliex verament nemmen li x-xogħol tagħhom kien ikun eħfef kieku Malta baqgħet miexja fit-triq lejn l-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd jiftakar li s-sena li għaddiet ġie Malta l-Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea li huwa responsabbli mill-industrija u mit-teknoloġija u jien kelli diversi diskussjonijiet miegħu, l-aktar fuq l-industrija, u l-aktar ħaġa li semmieli Bangemonn kienet li Malta qiegħda f'pożizzjoni ideali biex tiżviluppa bħala t-tielet ċentru ta' l-informatika fl-Ewropa.", "Dan tkellem dwar il-Fillandja, l-Awstrija u Malta bħala t-tliet postijiet li setgħu jkunu ċ-ċentri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Tafu din xi tfisser?", "Din kienet tfisser li pajjiżna kien se jitpoġġa fuq il-mappa ta' l-informatika u ta' l- iżvilupp fit-teknoloġija.", "Din hi xi ħaġa li waħedna qatt ma nistgħu nilħquha għax m'għandniex riżorsi biżżejjed.", "Meta nitkellem fuq dawn l- affarijiet ċerti membri min-naħa ta' l-Oppożizzjoni nistħajjilhom jgħidu: Josef Bonnici se jerġa' jitkellem fuq l-Ewropa!", "Dażgur li nitkellem fuq l- Ewropa u se nibqa' nitkellem sakemm tibdlu l-ħsieb tagħkom.", "M'hemmx dubju li l-futur tagħna u tat-tfal tagħna qed jiġi mxekkel u x- xogħol tal-ministru responsabbli mill-edukazzjoni qed jiġi mxekkel għax m'għandux il-faċilita' li kellu l-ministru ta' qablu.", "Anke x-xogħol tal- ministru responsabbli mill-industrija qed jiġi mxekkel għax m'għandux il- faċilitajiet li kelli jien meta kont ministru responsbbli mill-industrija.", "M'hemmx dubju li llum dan il-Gvern daħal f'ċertu sqaq fejn qed jillimita l- opportunitajiet, għax għalkemm huwa veru li hemm prezz x'wieħed iħallas biex isir membru ta' l-Unjoni Ewropea hemm ukoll benefiċċji kbar.", "Aħna ma nibżgħux mill-isfidi għax aħna nemmnu li kapaċi nilħqu l-istess livell ta' pajjiżi oħra.", "Jien kważi nibki meta nisma' lil min jgħid b'sens ta' inferjorita' li ma jaqblilniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nirriferi għal min jappoġġa l-public opinion Laburista kontra l-Unjoni Ewropea minħabba l-mentalita' li l-Ewropa qiegħda 'l fuq u aħna qegħdin hawn isfel.", "Allura aħna se nispiċċaw dejjem taħt l-Ewropa, qisha l-pożizzjoni ġeografika tagħna qed tagħtina xi żvantaġġ!", "Jien ngħid li qed nitilfu ħafna opportunitajiet u hawnhekk jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: X'għamiltu dwar il-project ABEL li l-SGS kienet applikat għalih?", "Tafu x'inhu dan il- proġett?", "Ħalli nitkellem ftit fuqu biex naraw fejn hu s-sugu ta' l- argument u fejn hu l-qofol tal-futur ta' Malta.", "L-SGS Thomson - din se jkolli nsemmiha allavolja jien niddejjaq insemmi kumpanniji b'isimhom - madwar sena ilu qaluli li għandhom proġett ta' riċerka.", "Jien għidtilhom li kont ili nixtieq nara proġett ta' riċerka f'pajjiżna għax l-impjant li għandhom hawnhekk ma jistax ikun ibbażat biss fuq il-produzzjoni imma jrid ikollu element li joħloq żvog ieħor għall- ekonomija tagħna.", "L-SGS ġew bi proġett ta' riċerka mifrux fuq ħames pajjiżi - tlieta minnhom kienu se jkunu fl-Unjoni Ewropea u t-tnejn l-oħra barra l-Unjoni - u l-parti assenjata lilna kienet se tinvolvina f'esperimenti bi production line ġdida li tkun ferm aktar automated u li tipproduċi prodott ferm aktar sofistikat milli qed isir fil-preżent.", "L- ewwel post fejn ġiet ipprovata din il-production line ġdida kien proprju f'Malta u dan huwa sinjal tajjeb għax aħna għandna bżonn dan it-tip ta' proġett.", "Jien kont inkoraġġejt lill-SGS Thomson biex ifittxu partners li jistgħu jġibu dan it-tip ta' proċess f'Malta ħalli dan ma jkunx sempliċement proċess ta' production imma jkun jinvolvi ċertu ammont ta' riċerka.", "Dawn fil-fatt applikaw għand l-Unjoni Ewropea, li min-naħa tagħha aċċettat l-applikazzjoni ta' l-SGS, bid-differenza li meta ġew għall- finanzjament iż-żewġ pajjiżi li ma kenux membri ta' l-Unjoni Ewropea ma ġew mogħtija xejn - u għaldaqstant aħna ma stajniex nipparteċipaw f'dan il- proġett - filwaqt li għal dawk il-pajjiżi li kienu membri ta' l-Unjoni Ewropea din kienet lesta tipprovdi l-fondi għar-riċerka.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq eluf imma fuq mijiet ta' eluf ta' liri.", "Jekk m'inix sejjer żball fejn tidħol Malta dan il-programm ta' riċerka kien se jiswa' madwar Lm700,000, li żgur mhuwiex xi ammont żgħir.", "F'dan il-każ Malta ma kenitx tikkwalifika għal din l-għajnuna minħabba li ma konniex membri ta' l- Unjoni Ewropea, pero' meta mbagħad saru diskussjonijiet ma' l-Unjoni rriżulta li aħna stajna nużaw parti mill-protokoll finanzjarju li jirriferi għall-fourth framework programme.", "Dan bażikament huwa programm ta' riċerka għall-membri ta' l-Unjoni Ewropea stess pero', minħabba li konna għadna se nsiru membri, kellna aċċess limitat għalih biex niffinanzjaw dawk l-industriji Maltin li riedu jagħmlu r-riċerka.", "Kien irriżulta li biex tagħmel ir-riċerka tagħha l-SGS Thomson kienet se tieħu madwar 50% tal-budget li kien se jirnexxielna nallokaw mill-protokoll finanzjarju.", "Dan il-programm kien importanti għax we were breaking new ground, fis-sens li dan ma kienx se jinvolvi biss produzzjoni imma kien se jintroduċi element ta' riċerka li hija xi ħaġa ġdida.", "Hawnhekk ma kenux se jivvintaw xi chip ġdida għax riċerka bħal dik jagħmluha fiċ-ċentru li jispeċjalizza f'dik it-tip ta' riċerka li għandhom fin-naħa ta' Milan, pero' meta niġu għall-produzzjoni aħna kellna vantaġġ fuq ħafna pajjiżi oħra minħabba l-flessibbilta' li għandna fil-produzzjoni għax in-nies tagħna kapaċi jaċċettaw malajr sistemi differenti ta' kif jaħdmu u b'hekk għandna l-kapaċita' li nilħqu livelli ogħla ta' produzzjoni mingħajr ħafna diffikultajiet f'dak li huwa management.", "L-impjant ta' l- SGS kiber minħabba l-abbilta' u l-flessibbilta' tal-labour force tagħna li jirriflettu ruħhom f'produttivita' ogħla.", "Ta' l-SGS riedu jagħmlu riċerka biex jaraw kif jistgħu jtejbu l-production line eżistenti u kif jistgħu jiżviluppaw production line ġdida u l-post li għażlu biex jagħmlu din ir-riċerka kienet Malta.", "Din ir-riċerka kienet tiddependi mill-parteċipazzjoni ta' Malta fil-fourth framework programme li minn dak li qed nisma' llum sfortunatament jidher li ġie ffriżat.", "Mela bil- friża ta' l-applikazzjoni tagħna biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea spiċċajna biex iffriżajna dawn l-inizjattivi li permezz tagħhom 1,800 impjegat ta' l- SGS kienu se jingħataw aktar security għax l-impjant tagħhom kien se jsir aktar produttiv u aktar importanti.", "Il-Gvern Labaurista jidher li abbanduna kollox f'dan ir-rigward u allura jien nixtieq inkun x'ġara sewwa sew - naturalment mhux mingħand il-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni imma mingħand il-Ministru responsabbli mill-industrija - x'se jgħidilhom lill-ħaddiema jekk Allaħares qatt għada pitgħada din il-fabbrika titlef l- interess f'Malta, kawża li ma tkunx żviluppat dan it-tip ta' inċentiv li konna se nagħtuhom bis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, jien dan id-diskors ġieli semmejtu, għalkemm forsi mhux f'dan id-dettall peress li ma ridtx ninfluwenza s-sitwazzjoni, imma issa jidhirli li għadda żmien biżżejjed biex il-poplu Malti jsir jaf li f'dan il- qasam il-Gvern ma jistax jibqa' miexi fuq din il-politika għax din se jkollha impatt negattiv.", "Imma min-naħa tal-Gvern hemm silenzju sħiħ f'dan ir-rigward minkejja li jien ninsab konvint li ħafna mill-Onor.", "Membri tan- naħa l-oħra jirrealizzaw dawn id-diffikultajiet.", "Jien ninkoraġġixxi lill- Gvern sabiex ibiddel l-opinjoni tiegħu u ngħidlu li hawnhekk isib l-appoġġ sħiħ ta' din in-naħa.", "Ma jimportax jekk fil-programm elettorali kien għażel din it-triq, għax jekk kemm-il darba jagħmel referendum fuq din il- kwestjoni aħna lesti nappoġjawh biex b'hekk ikollna consensus, l-istess bħalma għandna consensus fuq din il-mozzjoni, fuq il-politika ta' l- industrija u fuq il-politika finanzjarja.", "Aħna għandna ħafna affarijiet li nistgħu naqblu fuqhom imma sfortunatament m'aħniex qed ikollna risposti għall-argumenti tagħna.", "Jien naqra dak kollu li l-ministri jiktbu fil- gazzetti għax jien ma nagħmilx bħall-Prim Ministru meta d-darba l-oħra qal li ma jaqrax l-artikli tiegħi.", "Jien naqra l-artikli ta' kulħadd għax b'hekk nitgħallem.", "Pero' x'insib f'dawn l-artikli?", "Fihom insib li l- Ministru tal-Finanzi u Kummerċ jikteb fuq il-Partit Nazzjonalista u l-ex- Ministru tal-Finanzi Lino Spiteri jikteb fuq il-Partit Nazzjonalista!", "Imma lil dawn jien ngħidilhom: Iktbu fuq il-politika tagħkom u għidulna x'inhi l- alternattiva li qed toffru.", "Agħtuna d-dettalji u għidulna fejn se twassalna l-viżjoni tagħkom.", "Jekk din se twassalna fl-istess post fejn konna sejrin bil-politika tagħna mod imma jekk din se twassalna għal pożizzjoni ferm aktar inferjuri allura dik tkun ħaġa differenti.", "Sur President, meta qrajt ir-Review of the National Strategy li ħarġet fi Frar rajt forecast ta' kif kienu qed jaraw li se tkun is-sitwazzjoni ekonomika ta' Malta.", "Jien għamilt extrapolations biex nara bir-rata ta' żvilupp li konna mexjin biha f'dawn l-aħħar disa' snin - li bla dubju ta' xejn kienet rata qawwija - barra mill-Unjoni Ewropea kemm konna se ndumu biex noqorbu viċin l-Unjoni u mill-kalkolazzjonijiet tiegħi jirriżulta li kellna bżonn madwar 30 sena oħra biex nilħqu nofs il-medja ta' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li bis-sistema ta' inizjattivi ġodda li stajna nieħdu mingħand l-Unjoni kellna l-opportunita' li nnaqqsu dan iż-żmien b'aktar min- nofs.", "Dan ifisser li dak li normalment konna se nieħdu 30 sena biex nagħmlu, konna se nagħmluh f'10 jew fi 12-il sena.", "Sur President, xtaqt nirrimarka wkoll li f'Annex \"A\" ta' dan id-dokument li ġejna ppreżentati bih hawn żball għax f'ċerti ċifri tal-popolazzjoni nsew jagħmlu l-point u allura din ġiet taqra li Malta għandha popolazzjoni ta' 375 million li fil-fatt riedet tiġi 0.375 miljun!", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk fil-fatt qed iqabblu lil Malta ma' Singapore, comparison li tagħmel ħafna sens.", "Aħna niftakru li fis-snin '60 l-awtoritajiet ta' Singapore kienu bagħtu rappreżentanti tagħhom f'Malta biex jaraw kif konna qed norganizzaw l-MDC u kif konna qed norganizzaw it-turiżmu u l-ekonomija tagħna.", "Illum dawn ilhom li qabżuna u sfortunatament għad baqgħalna ħafna aktar x'naqdfu biex inkunu nistgħu ngħidu li sirna s-Singapore tal- Mediterran ukoll.", "Imma biex laħqu dan il-livell, f'Singapore mxew ħafna fis-settur ta' l-informatika u dan għamluh b'mod dedikat u qawwi.", "Dan l- aħħar kont qed nara programm dwar Singapore fuq id-Discovery Channel fejn intqal li din isejħulha \"il-belt intelliġenti\" għax minħabba l- komunikazzjonijiet li għandha kollox se jkun linked bir-riżultat li hemm aċċess għal kulħadd u allura n-nies jistgħu saħansitra jaħdmu ċertu tip ta' xogħol b'aktar faċilita' mid-dar tagħhom stess.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment kollox fih prezzu għax meta n-nies jispiċċaw jaħdmu individwalment fid-dar tagħhom allura dawn jibdew jitilfu dak l-element ta' socialisation.", "Bħal kull żvilupp ieħor dan iġib miegħu ċerti żvantaġġi li allura wieħed irid jaħdem biex jegħleb l-effetti tagħhom.", "Sur President, id-diffikulta' li għandu dan il-Gvern hija l-qagħda finanzjarja - fil-fatt din qatt ma kienet waħda faċli - għax filwaqt li l- Gvern preċedenti kien qed iħares lejn l-Unjoni Ewropea bħala sors ta' fondi sostanzjali u ta' inizjattivi ġodda f'diversi oqsma, dan il-Gvern sfortunatament warrab dan kollu għalkemm għadu jista' jerġa' jġib kollox on line billi jbiddel id-direzzjoni tiegħu u b'hekk jerġa' jattiva l-programmi li kellna.", "Jien nixtaqsi: Imma x'vantaġġi għandha s-sistema li għażel dan il-Gvern li permezz tagħha nkunu viċin l-Unjoni Ewropea basta mhux full membership?", "Hawn xi ħadd li jista' jagħtini xi eżempji tal-vantaġġi kbar li se joħorġu minn din l-istrateġija alternattiva li għażel dan il-Gvern?", "X'inhuma l-vantaġġi ta' din l-alternattiva?", "Nista' nkun nafhom dawn il- vantaġġi?", "Nista' inkejjilhom il-benefiċċji li se joħorġu minn din l- istrateġija l-ġdida?", "Ċertament li xogħol il-ministri responsabbli mill- edukazzjoni, mill-industrija u mit-turiżmu jkun ferm aktar faċli kieku kellna nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "S'issa għadu ħadd ma irrispondieni u allura jien se nerġa' nistaqsi: Nafu li, per eżempju, turist li jkun ġej mill-Ingilterra għal Malta se jibda jħallas £Stg10 aktar taxxa milli kieku kellu jmur Spanja jew il-Greċja, li t-tnejn qiegħdin fl-Unjoni Ewropea?", "Nafu li din tiswa madwar Lm3 miljun fis-sena?", "Qed jiġri li l-assistenza kollha li qed nagħmlu u dak ix-xogħol kollu li din is-sena għamilna f'Buġibba biex inġibu t-turisti qed jeħodulna l-Gvern Ingliż billi qed iħaddem sistema preferenzjali li tiffavorixxi liċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u li allura tiddiskrimina kontra tagħna.", "Aħna, bħala gvern, konna nargumentaw li peress li se nsiru membri allura dan l-iżvantaġġ kellu jitneħħa imma llum wieħed ma jistax jargumenta hekk.", "Dawn huma problemi għall-ministru tat-turiżmu imma bħalma diġa' għidt hemm problemi oħra għall- ministri responsabbli mill-edukazjzoni u mill-industrija u dawn kollha kawża tal-politika li warrbet is-sħubija fl-Unjoni Ewropea u li sfortunatament s'issa għadna ma ssostitwejniha b'xejn u naħseb li se ndumu ma nissostitwuha għax huwa diffiċli biex wieħed jiżviluppa xi ħaġa minflokha.", "Sur President, għal dik li hija l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika, għandi d-dubbji tiegħi jekk kienx ikun aħjar kieku fuq din il-kummissjoni kellna rappreżentanti minn ċerti għaqdiet.", "Meta jien kont ministru responsabbli mill-affarijiet tal- konsumatur kont nistaqsi lill-GRTU, lill-FOI u liċ-Chamber of Commerce biex jinnominaw rappreżentanti tagħhom fuq ħwejjeġ li jolqtuhom.", "Jien niftakar li anke meta waqqafna l-Awtorita' ta' l-IStandards hekk konna għamilna.", "Li rrid ngħid hu li anke jekk il-Ministru ma jridx li l-aħħar kelma tkun ta' dawn l-associations, xorta waħda kien ikun aħjar kieku qalilhom biex jinnominaw tnejn min-nies u jekk kemm-il darba l-Ministru ma jkunx sodisfatt bit-tnejn min-nies li jkunu ġew nominati, telefonata kulma tmur fin-nofs.", "Fil-fehma tiegħi dan it-tip ta' approach kien ikun ferm iktar trasparenti u xieraq - mhux għax il-Ministru se jagħżel persuni mhux adattati, Allaħares! - għax jekk wieħed se jipprova jbiddel allura għandu jagħmel sistema iktar trasparenti u oġġettiva.", "Sur President, jien se nagħlaq billi ngħid li dan huwa pass tajjeb għax qed ikompli fuq id-diversi inizjattivi li ttieħdu fil-passat u qed intejbu ċerti affarijiet li diġa' saru.", "Ċertament li huwa importanti li jkollna din it-tip ta' kummissjoni ħalli nkunu dejjem ippreparati f'dawk li huma ħteġijiet tas-sitwazzjoni interna u aġġornati ma' l-iżviluppi internazzjonali li qed iseħħu f'dan il-qasam.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Sur President, bħalma diġa' smajna ż-żmien iġib miegħu ħafna tiġdid u taqlib u għalhekk il-bniedem bilfors irid jadatta ruħu għal dan it-taqlib għaliex inkella malajr jispiċċa barra mill-kurrent tal-ħajja.", "Il-fatt li fejn tidħol l-Unjoni Ewropea dan il-Gvern għażel li ma jkomplix fit-triq li kien qabad il-Partit Nazzjonalista ma jfissirx li se nispiċċaw fi żvantaġġ.", "Waqt li qgħadt nisma' lill-Onor.", "Bonnici ħsibt li spiċċajna niddiskutu l-politika barranija aktar milli l-mozzjoni li għandna quddiemna!", "L-eloġju kbir li għamel l-Onor.", "Membru dwar l-Unjoni Ewropea juri fejn qalbhom għadha ttektek.", "Jien ngħidlu li mhux aħna tlaqna t-triq ta' l-Unjoni Ewropea imma kienet l-istess Unjoni li lill-Partit Nazzjonalista ma ġabitlux rispett għall-ħeġġa li wera sabiex Malta tissieħeb fl-Unjoni.", "Jiena naħseb li kien ikun aħjar kieku l-Onor.", "Bonnici għamel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Unjoni Ewropea minflok m'għamilhom lilna.", "Aħjar jaraw fejn huma marru ħażin fil-triq li għażlu għax min-naħa tagħna t-triq dejjem kienet waħda ċara u se nibqgħu nsostnuha.", "Sur President, issa ħalli niġi għall-mozzjoni li għandna quddiemna llum.", "Nafu li fin-natura tiegħu l-bniedem dejjem irid jara x'jivvinta biex għada jkun aħjar mil-lum, sew għalih, sew għal uliedu u anke għal ġenerazzjonijiet ta' wara.", "Naħseb li l-aqwa strument li vvinta u li miegħu ġab bidla kbira fil-ħajja tal-bniedem huwa proprju l-computer li wassal għat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Din it-teknoloġija tant daħlet f'ħajjitna illi llum sirna nitkellmu dwar illitteriżmu ġdid, għax illum il- ġurnata li wieħed jieħu edukazzjoni tajba iżda ma jkunx kapaċi juża l- computer qed jiġi meqjus bħala bniedem illitterat.", "Dan biex nuru kemm il- computer huwa importanti fil-ħajja tagħna.", "Illum nafu li b'għafsa ta' erba' buttuni malajr issib is-soluzzjoni li tkun qed tfittex.", "Hawnhekk naraw il-meravilja u l-fejda ta' din it-teknoloġija.", "Dan nistgħu narawh ukoll f'dan l-istess Parlament fejn qabel l-informazzjoni kienet tinkiseb biss permezz tal-kotba mentri llum għandna l-internet, li permezz tiegħu saret ħaġa faċli li wieħed iġib l-informazzjoni kollha li jkollu bżonn.", "Wieħed jista' saħansitra jġib informazzjoni minn sistemi parlamentari barranin.", "Il-bidla radikali li qed isseħħ fit-teknoloġija ta' l- informatika tant tinsab għaddejja b'ritmu mgħaġġel li nistgħu, kważi kważi, lanqas nindunaw li qed isir dan it-tibdil.", "Sur President, dan l-iżvilupp fit-teknoloġija qed ikollu mpatt f'kull qasam tas-soċjeta' bħal, per eżempju, fil-qasam soċjali, fil-qasam ekonomiku, fil-qasam etiku u oħrajn.", "Ħaġa li tinterassana ħafna hija li sas-sena 2000 se jkun hawn madwar 100 miljun information network li minnhom 30 miljun se jkunu fl-Ewropa.", "Dan l-aċċess għall-informazzjoni - magħruf bħala l-world-wide web - se jkun ta' influwenza kbira anke fejn jidħlu l- professjonijiet, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, fir-rekwiżiti għax-xogħol u l-liġijiet tax-xogħol.", "It-teknoloġija moderna qed tinfluwenza anke l- impjiegi.", "Jiena nara li l-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll t-tiftix ta' l- għerf xjentifiku - dak li ngħidulu scientific research - kulma jmur aktar qegħdin jersqu lejn xulxin permezz tal mezzi ġodda tat-teknoloġija ta' l- informatika.", "Sur President, dan ma jfissirx li għalkemm imxejna tant 'il quddiem kollox sar ward u żahar, għax bħal kull ħaġa oħra dan għandu kemm vantaġġi kif ukoll xi żvantaġġi.", "Għaldaqstant aħna rridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm abbużi fil-mod kif wieħed juża l-computer, speċjalment l- internet, għax inkella din it-teknoloġija minflok ma' sservi ta' ġid tista' sservi ta' deni.", "Ħafna drabi fuq dawn il-mezzi qed tintwera ħafna vjolenza, pornografija, letteratura li tippromowovi r-razziżmu u affarijiet li bla dubju ta' xejn qed iservu ta' deni.", "Għalkemm kultant forsi nħarsu lejn it-teknoloġija ta' l-informatika minn lenti negattiva minħabba dawn l-abbużi li semmejt, wieħed irid jara wkoll kemm hemm affarijiet oħra li huma pożittivi.", "Per eżempju, qed naraw kemm hu faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar ix-xjenza, l-arti, it-turiżmu, l-mużika, il-media, il-letteratura, l-isports, il-kummerċ u oqsma oħra li impossibbli nsemmihom kollha.", "Filwaqt li wieħed ma jistax jagħlaq għajnejh għal kollox għall-impatt negattiv li dan jista' jkollu, mil-banda l-oħra fiż-żmenijiet li qegħdin ngħixu s-soċjeta' hija msejsa għal kollox fuq din il-kwalita' ta' informatika.", "Aħna pajjiż żgħir u allura bilfors irridu nieħdu ħsieb dan l-aspett bis-serjeta', għax jekk nittraskurawh nispiċċaw bħal dak ir-raħal maqtugħ mil-bqija tad-dinja fejn in-nies ma jkunux jafu x'inhu jsir lil hinn mil-konfini tar-raħal tagħhom.", "Bħalissa qed tiġi quddiem għajnejja l-Allegorija ta' l-Għar tal-filosfu Platun fejn isemmi nies li jgħixu ġewwa għar u li ma jkunu jistgħu jaraw xejn ħlief dellijiet mal-ħitan permezz tal-ftit raġġi tax-xemx li jidħlu mill-bokka ta' l-għar; u kif wieħed jazzarda joħroġ mill-għar ix-xemx tagħmih u ma jkunx jista' jara sew minħabba l-qawwa tar-raġġi tagħha.", "X'irrid ngħid b'dan?", "B'dan irrid ngħid li jekk se nżommu ruħna magħluqin u ma narawx x'inhu għaddej fil-bqija tad-dinja se jiġrilna bħal dawn in-nies ta' l-għar li baqgħu maqtugħin għal kollox mill-kumplament tas-soċjeta'.", "Peress li aħna pajjiż żgħir ċertament li ma jaqblilniex nagħmlu dan u minkejja li m'aħniex fl-Unjoni Ewropea xorta waħda hemm il-mezzi kif nistgħu nkomplu nibnu din it-teknoloġija ta' l-informatika, bħalma qed tinbena kemm fl-Ewropa kif ukoll f'pajjiżi kbar bħall-Istati Uniti.", "B'din it-teknoloġija nistgħu niżviluppaw teknoloġiji oħrajn, kif ukoll nidħlu fi sferi oħra tal-qasam ta' l-industirja u tas-servizzi, filwaqt li jibqgħu jiġu rrispettati d-diversitajiet kulturali u lingwistiċi.", "Sur President, meta qrajt ir-rapport dwar l-information technology li għandna quddiemna sibtu ta' gwida għal fejn irridu naslu u, mingħajr ma ridt, ħarsti waqgħet l-aktar fuq it-taqsima li tittratta l-informatika u l- edukazzjoni.", "Nixtieq nitkellem fuq żewġ punti li jittrattaw il-futur ta' l- edukazzjoni u t-taħriġ fid-dinja tat-teknoloġija u ta' l-informatika.", "Huwa fatt magħruf li iktar ma jgħaddi ż-żmien l-edukazzjoni aktar qed issir dipendenti fuq din il-kwalita' ta' teknoloġija ġdida.", "Sa ftit żmien ilu wieħed seta' jikseb it-tagħrif bis-saħħa tal-qari biss imma llum it-tagħrif u t-tagħlim jista' jinkiseb iktar malajr b'sempliċi għafsa ta' buttuna.", "Barra minn hekk ma neħduhiex bi kbira li għada pitgħada kull għamla ta' tagħrif li jkollna bżonn jkun jista' jinkiseb biss bis-saħħa ta' din it- teknoloġija ta' l-informatika u fuq dan il-punt nixtieq ngħid li għandi r- riżervi tiegħi.", "Jekk inħarsu lejn l-iskejjel tagħna nsibu li hawnhekk kien diġa' beda l- proċess sabiex f'kull skola jiddaħħal l-computer.", "Barra minn hekk hemm pjan biex dan il-programm jiġi estiż għall-livelli kollha, jiġifieri kemm fil-livell primarju kif ukoll fil-livell sekondarju.", "F'liġijiet oħra li għaddejna tkellimna fuq kemm huwa importanti li l-curriculum fl-iskejjel ikun imfassal fuq il-ħteġijet taż-żmenijiet tal-lum, kif ukoll tkellimna fuq is-sitwazzjoni fl-Universita'.", "GĦalhekk jien inħoss li huwa importanti li jkun hemm skop fit-tagħlim tas-sistema tal-computers, fis-sens li aħna ma rridux ngħallmu l-computer lit-tfal sempliċiment għall-gost imma biex għada pitgħada jservihom għall-edukazzjoni u għall-impjieg tagħhom.", "Ikun tajjeb li t-tfal mhux biss jitgħallmu t-tħaddim u l-użu tal-computer imma jkollhom programmi kompattibbli kemm ma' l-edukazzjoni li jkunu qegħdin jieħdu kif ukoll ma' programmi Ewropej għax, wara kollox, aħna ma rridux ninqatgħu mid-dinja ta' madwarna.", "Per eżempju, l-Onor.", "Bonnici semma lil Singapore u qed ninnota li mid-dehra dan l-aħħar Singapore ħadet it-top priority f'dan il-Parlament.", "Hawn Malta bilfors irridu naħsbu biex ikollna programmi għal suġġetti li jittrattaw l-identita' tagħna, liema programmi minn żmien għal żmien iridu jiġu aġġornati.", "Huwa importanti li naraw li l- użu tal-computers fis-sistema edukattiva u ta' taħriġ jiġi mgħallem sew mill-iktar livell bażiku u ma rridux li jkun hemm computers li f'ċerti skejjel forsi jintużaw darba kultant imma hemm bżonn li l-programm jiġi esegwit kollu kemm hu u fl-iskejjel kollha.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi jittratta dwar it-tagħrif per se.", "GĦal snin sħaħ ir-radju u t-televiżjoni ħadu post dik li ngħidulha l-karta stampata, jiġiferi l-gazzetti u l-kotba, u fil-fatt għadna sa llum insibuha aktar faċli li niksbu informazzjoni mir-radju jew mit-televiżjoni.", "Imma issa qed insibu li dan l-aċċess modern għall-informazzjoni wassal biex wieħed jistudja bis-saħħa tal-computer, speċjalment bis-saħħa ta' l-internet, f'universitajiet barranin, permezz ta' dik li nsejħulha open university.", "Dan juri li t-teknoloġija l-ġdida, partikolarment l-internet u s-CD Rom, għandhom potenzjal qawwi għall-qasam ta' edukazjoni, anke f'dak li huwa livell terzjarju.", "Din it-teknoloġija għandha vantaġġi kbar fuq il-mezzi konvenzjonali peress li hemm aktar possibbilta' ta' tagħlim li jkun imfassal skond il-ħteġijiet u l-abbiltajiet ta' l-istudenti, kif ukoll hemm aktar flessibbilta' fil-ħin tat-tagħlim.", "Dawn l-iżviluppi qed jagħmluha aktar faċli għall-istudenti biex jitgħallmu kif ukoll biex ikollhom firxa akbar ta' tagħlim.", "Bl-użu tal-computer u ta' l-internet l-istudent diġa' qed isir midħla tad-dinja teknoloġika.", "Ta' min jgħid ukoll li din it-teknoloġija qed tgħin ukoll fl-iżvilupp personali ta' l-individwu.", "Hawnhekk wieħed jista' jsemmi wkoll kemm din it- teknoloġija ġdida ta' l-informatika tagħti aktar aċċessibilita' għat- tagħlim lil dawk il-persuni li jbatu minn ċerti diżabilitajiet.", "Per eżempju, nistgħu ngħidu li llum sar aktar faċli biex persuni jitgħallmu l- lingwi u dan minbarra l-ħafna programmi diversi li hemm f'kull qasam tat- tagħlim.", "Jien inħoss li meta nitkellmu dwar it-tfassil ta' dawn il- programmi għal skop ta' edukazzjoni u taħriġ tajjeb li nżommu quddiem għajnejna l-bżonnijiet ta' kull wieħed u waħda li fil-fatt se jagħmlu użu minn dawn il-programmi.", "Meta nħarsu lejn l-iżvilupp li qed isir f'dan il-qasam insibu, per eżempju, li fl-Istati Uniti hemm 60% ta' l-iskejjel li għandhom l-internet, mentri fl-Ewropa hemm biss 10% ta' l-iskejjel li għandhom l-internet.", "Dawn il-persentaġġi għadhom kemm ħarġu f'rapport tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Immaġinaw x'ħidma u x'komunikazzjoni tkun għaddejja bejn dawn l-iskejjel!", "Meta wieħed iqabbel is-sitwazzjoni tagħna - mhux dik li għandna fl- iskejjel, għax naħseb li hemmhekk forsi għadna ftit 'l bogħod - isib li fid- djar għandna persentaġġ għoli ta' nies li diġa' jafu jużaw din is-sistema moderna.", "Nistgħu ngħidu li f'Malta għad baqagħlna x'naqdfu biex inħaffu l- proċess ta' aċċessibilita' u l-użu ta' l-internet fis-sistema edukattiva tagħna.", "L-istudenti tagħna għandhom jiġu nkoraġġiti biex kemm jista' jkun jużaw il-multi media u jekk hemm bżonn anke joħolqu programmi huma.", "Sur President, bħalma huwa importanti li t-tfal jitgħallmu jużaw il-computers huwa importanti wkoll li tingħata spinta biex l-għalliema jingħataw it- taħriġ meħtieġ f'din it-teknololġija.", "Kemm l-għalliema kif ukoll l- istudenti għandhom jiġu offruti iktar opportunitajiet edukattivi f'din it- teknoloġija l-ġdida permezz ta' in-service courses u saħansitra permezz ta' korsijiet barra minn Malta.", "Sur President, ladarba qed nitkellmu dwar it-teknoloġija ta' l- informatika, nixtieq insemmi l-impenn tas-sess femminili f'dan il-qasam.", "Ħarsa ħafifa madwarna turina li f'Malta - fil-fatt din is-sitwazzjoni nsibuha wkoll f'diversi pajjiżi oħra - jeżisti żbilanċ kbir bejn il- parteċipazzjoni ta' l-irġiel u tan-nisa fl-iżvilupp tat-teknoloġija.", "Bħalma għidna bosta drabi oħra dan l-iżbilanċ huwa riżultat ta' sensiela ta' bidliet u anke ta' ġrajjiet storiċi li seħħew matul iż-żmenijiet li ġabu magħhom katina sħiħa ta' preġudizzji kontra n-nisa li jaħdmu f'ċerti oqsma sofistikati u għalhekk in-nisa ġew imċaħħda mid-dritt li jipparteċipaw aktar bi ħġarhom f'dan il-qasam tat-teknoloġija.", "Għad hemm ħafna xkiel biex in-nisa jkomplu l-edukazzjoni u l-karriera tagħhom fit- teknoloġija u għalhekk tajjeb li llum wieħed jagħti importanza kbira lis- sehem tan-nisa fl-istudju tat-teknoloġija għax sa llum għadna qed naraw in- nuqqas ta' parteċipazzjoni tan-nisa .", "Per eżempju, ftit huma dawk in-nisa li nsibuhom f'dawk li nsejħulhom decision making positions jew inkella f'ras it-tmexxija ta' bordijiet.", "Jien hawnhekk nixtieq insellem ukoll lill- ħabiba tiegħi, is-Sinjorina Rena Balzan, għall-kontribut kbir li qed tagħti fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika u anke tax-xjenza.", "Ninsab ċerta li l-kontribut li se jagħtu l-membri nisa ta' din il-kummissjoni se jkun ta' siwi daqs il-kontribut tal-membri rġiel u naħseb li hi x-xewqa ta' kulħadd li jintlaħaq bilanċ bejn l-għadd ta' rġiel u nisa li jipparteċipaw f'dan il-qasam tat-teknoloġija.", "Dan qed ngħidu mhux biss minħabba raġunijiet morali u soċjali imma għax tassew nemmen li dan se jkun ta' ġid għad-dinja teknoloġika.", "Jien inħoss li l-attivita' teknoloġika tikber meta jkun hemm taħlita ta' ideat, ta' opinjonijiet u ta' prijoritajiet li ġejjin kemm min-naħa ta' l-irġiel kif ukoll min-naħa tan-nisa.", "Sur President, jien nixtieq nagħlaq dan id-diskors qasir tiegħi billi nikkwota silta minn diskors li għamel Fr Gerald Bonello, li kien ir-rettur tal-Kulleġġ ta' Sant'Agata tar-Rabat, waqt iċ-ċerimonja tal-prize day f'Marzu ta' l-1995 dwar is-suġġett \"Il-Computer - GĦajnuna jew Soluzzjoni\" fejn kien qal hekk:", "\"Aħna qed ngħixu llum fuq l-għatba tas-sena 2000.", "Ir-ritmu mgħaġġel tal-ħajja tagħna hu dak li hu u l-bniedem, b'idejh fuq il-computer, bħal qed iżomm il-polz ta' l-istess żvilupp u progress.", "Is-sehem mhux żgħir tagħna, l-edukaturi nsara, f'din ir-realta' nħoss li għandu jkun il-formazzjoni tal-bniedem sħiħ billi hu jagħraf imexxi l-progress u sabiex l-għodda li hu jivvinta tgħinu fil-mixja tiegħu lejn il- millenju li qed jistenniena.", "Dawn huma għodda li għalkemm huma ta' qawwa kbira, dejjem jibqgħu għodda u din l-għodda trid tkun f'idejn sodi sabiex joqogħdu għall-bniedem li qed jużahom u mhux li jagħsruh taħt is-seħer ta' l-istess qawwa tagħhom.\".", "Sur President, jien minn hawnhekk nixtieq nawgura lil din il-kummissjoni li fiż-żmien li ġej tagħmel xogħol siewi għal ġid ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jekk tippermettili se nittanta daqsxejn il-paċenzja tal-Ministru billi anke jien nagħmel diskors fuq dan is-suġġett.", "Qed ngħid dan għax il-Ministru ilu seduti sħaħ jisma' fuq dan il-qasam, kemm meta konna qed niddiskutu l-mozzjoni dwar il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni, imbagħad meta konna qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni u issa meta qed niddiskutu din il-mozzjoni dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika.", "Pero' jiena naħseb li din hija opportunita' f'waqtha għalina d-deputati biex nitkellmu fuq it-teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "Veru li l-ħin huwa prezzjuż u li aħna spiss intawlu d-diskorsi tagħna xi ftit iktar minn kif jiġri f'parlamenti oħra - forsi għad nidħlu fil- kwestjoni dwar kif għandna nqassru xi ftit id-diskorsi tagħna - imma fl- istess ħin meta s-suġġett huwa ta' daqstant rilevanza għall-iżvilupp ta' pajjiżna naħseb li jkun tajjeb jekk nimirħu ftit biex fil-Parlament jitrabba cadre ta' deputati li għalkemm ma jkunx daqstant qrib ix-xjenza teknika jkun qrib fil-ħsebijiet u fil-konċetti li jorbtu flimkien dan is- suġġett.", "Sur President, l-ewwelnett irrid nibda b'kumment kostruttiv u pożittiv billi ngħid li qed nieħu gost nara li fuq dan is-suġġett il-Gvern - dan ikkonfermah anke l-Ministru - qed ikompli jieħu azzjoni fuq l-istrateġija u l-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni li nbdiet fis-snin li għaddew mill-Gvern Nazzjonalista, ħaġa li dak iż-żmien diġa' konna tard fiha.", "Id-dibattitu li qegħdin nagħmlu f'din il-Kamra huwa sabiex napprovaw it-twaqqif ta' din il- kummissjoni pero' fl-istess ħin dan għandu jservi wkoll biex l-urġenza li hemm fuq dan is-suġġett nikkomunikawha lil kulħadd.", "Dan għaliex jiena nibża' li min huwa nvolut l-ħin kollu f'dan is-suġġett jinsab frustrat meta jara li l-pajjiż in ġenerali m'huwiex qiegħed jieħu dan il-qasam bl-impenn urġenti li jistħoqqlu.", "GĦalhekk naħseb li l-messaġġ li jrid joħroġ mill- Kamra tad-Deputati, kemm lis-settur pubbliku kollu kif ukoll lis-settur privat, lill-kunsilli lokali u lis-settur volontarju fil-komunitajiet tagħna, huwa li l-komunita' kollha kemm hi m'għandhiex tibqa' tagħti biss lip service lil dan is-suġġett imma għandna nipprovaw indaħħluha fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Qed ngħid dan għaliex jiena nemmen li din it- teknoloġija ta' l-informatika ma tkunx tfisser ħafna - żgur li ma tfissirx dak li suppost tfisser - jekk din ma tidhirx fil-ħajja tagħna ta' kuljum billi nbiddlu l-modus operandi f'dak kollu li aħna nagħmlu.", "Sur President, m'hemmx dubju li fil-pajjiż għandna bżonn ta' struttura nazzjonali li tiggwida lill-komunita' tagħna f'dan il-qasam.", "Jiena nemmen ukoll li filwaqt li l-gvern ma jistax jagħmel kollox fil-qasam ta' l- informatika, il-gvern xorta waħda jibqa' l-mutur tal-pajjiż f'ħafna aspetti ta' l-infrastruttura, speċjalment f'ċerti proġetti kbar.", "Per eżempju, jekk wieħed isemmi l-ħtieġa ta' network nazzjonali mibni fuq il-fibre optic, allura l-gvern bilfors li ma jistax jabdika kompletament ir-rwol ta' gwida u ta' katalist biex inkunu nistgħu nkomplu niżviluppaw dan il-qasam.", "Dan ifisser li hemm bżonn dan l-organu mhux biss biex jikkordina u jippjana l- affarijiet fil-qasam ta' l-informatika iżda wkoll biex flimkien mas-settur privat jieħu ħsieb proġetti ta' ċerta entita' fid-dawl tal-ħteġijiet tal- pajjiż.", "Qabel ngħaddi biex nagħmel xi riflessjonijiet ta' natura ġenerali, xtaqt niffoka ftit fuq xi punti li okkorrewli.", "Nixtieq nappoġġa l-kummenti u s- suġġerimenti li għamlu sħabi tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni fuq din il- mozzjoni, b'mod partikolari dak li qalu il-kollegi tiegħi l-Onor.", "George Pullicino u l-Onor.", "Josef Bonnici, fis-sens li mhux sew li din il-mozzjoni dwar it-twaqqif ta' kummissjoni nazzjonali ġġibha għall-approvazzjoni tal- Parlament meta din il-kummissjoni tkun diġa' twaqqfet u bdiet taħdem biex b'hekk il-Parlament jagħmel rubber stamping ta' fatt kompjut.", "Fil-fatt dawk l-argumenti li diġa' saru minn kelliema oħra fil-każ tal-mozzjoni dwar il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni japplikaw ukoll għal din il- mozzjoni.", "Sur President, jien għandi ftit tad-diffikulta' dwar jekk iċ-chairman tal- kummissjoni għandux personalita' qawwija biżżejjed biex jidderieġi dan il- qasam u għalhekk nixtieq inpoġġi għall-konsiderazzjoni l-ħsieb jekk 'il quddiem din il-kummissjoni tistax tkun ippreseduta minn ministru.", "Ir- raġuni hija li jien naħseb li f'din il-kummissjoni għandu jkun hemm xi ħadd li jkollu sense of ownership u li jkollu linja diretta ma' l-ogħla istituzzjoni tal-gvern tal-ġurnata, jiġifieri mal-Kabinett.", "Fi kliem ieħor, din il-kummissjoni għandu jkollha lil xi ħadd li għandu s-saħħa meħtieġa sabiex din ma tiġix ridotta f'kummissjoni ta' diskussjoni.", "Fil-fatt, kif inhuma mpostati, it-terms of reference ta' din il-kummissjoni flimkien ma' dawk li ssuġġerixxa dalgħodu l-Onor.", "George Pullicino jimponu ċerta responsabbilta'.", "Sur President, nemmen ukoll li fil-futur wieħed għandu jgħaddi minn proċess ta' konsultazzjoni vera, kemm mad-diversi entijiet u korpi li huma rilevanti għal dan is-suġġett, kif ukoll ma' l-Oppożizzjoni.", "Jien naħseb li f'dan il-Gvern hemm it-tendenza ftit żbaljata li donnu qed jevita li jieħu lill-Oppożizzjoni into it's own confidence.", "Fl-opinjoni tiegħi, fil- fażi ta' żvilupp li qegħdin fih m'hemmx telf, anzi hemm ħafna x'jista' jiġi akkwistat, jekk l-Oppożizzjoni tiġi kkonsultata għax b'hekk jien nemmen li dan il-pajjiż jista' jimxi iktar 'il quddiem.", "Huwa minnu li l-metodu m'huwiex kollox pero' huwa parti sostanzjali mill-istrateġija li għandha tiġi adottata biex ikollna l-aħjar ċans li nieħdu l-aħjar riżultati.", "Ċertament li ma nistgħux nibqgħu sejrin b'sitwazzjoni fejn, għalkemm għandna l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li suppost qiegħed hemm biex jippjana l-business tal-Kamra, il-bieraħ ġejna nformati li din il- mozzjoni kienet se tiġi diskussa llum fil-Parlament.", "Fil-fatt dalgħodu jien inzertajt kelli impenji oħra u ma stajtx inkun hawn mill-bidu tas- seduta.", "Jien naħseb li jekk irridu li dawk il-kummissjonijiet li qed insejħulhom \"nazzjonali\" ma jitilfux is-sinifikat tagħhom, allura għandna verament naħdmu biex dawn jiġu pproklamati tali minn kulħadd.", "Il-Gvern għandu jirrifletti fuq dan il-punt għax it-tendenza li l-Gvern ma jikkonsultax ma' l-Oppożizzjoni m'għandhiex tkompli, kemm formalment u wisq iktar informalment.", "Jien naħseb li l-konsultazzjoni tagħmel ġid kemm lill- maturita' politika tas-soċjeta' tagħna kif ukoll lill-pajjiż kollu kemm hu għax b'hekk id-diffikultajiet li jinqalgħu nkunu nistgħu negħlbuhom flimkien, inkella ċerti problemi jistgħu jikkomplikaw ruħhom jekk ma jkunx hemm il-konsultazzjoni meħtieġa.", "Sur President, ikun tajjeb jekk in-nomini għall-membri ta' din il- kummissjoni ma jsirux ad hoc, sempliċement fuq bażi personali.", "Jien ma nafx lin-nies nominati kollha ta' din il-kummissjoni - anzi naf ftit minnhom - imma meta staqsejt fuqhom ġejt informat li dawn huma nies ta' kompetenza f'diversi oqsma, fosthom f'dak akkademiku, f'dak teknoloġiku, kif ukoll f'dak xjentifiku.", "Kien hemm min staqsieni jekk hemmx component biżżejjed ta' nies ta' ċerta' prattiċita' f'dan il-qasam, għax hawnhekk wieħed jista' joħloq grupp ta' persuni li jkun lopsided, fis-sens li ma jkollux dik iċ-ċerta prattiċita', pero' fi kwalunkwe każ m'hemmx dubju li n- nies li ġew innominati għandhom il-kompetenza meħtieġa.", "Madanakollu jkun tajjeb jekk min ikun qiegħed fuq dawn it-tipi ta' kummissjonijiet ikun qiegħed hemm għax ikun ġie fdat minn entijiet oħrajn bħal, ngħidu aħna, mill-Universita', mill-Kamra tal-Kummerċ, mill-Federazzjoni ta' l- Industrija, mill-unions u minn korpi kostitwiti oħra.", "Jien naħseb li wieħed seta' qies jekk huwiex il-każ li jiġu nvoluti l-għaqdiet volontarji li hemm f'dan is-settur li, jekk m'inix sejjer żball, jgħoddu xi ħamsa jew sitta.", "Sur President, issa rrid nagħmel kumment għar-rigward tal-kompożizzjoni ta' din il-kummissjoni kollha kemm hi.", "Dan il-kumment naturalment għandu japplika għal kwalunkwe nomina li ssir, imma f'dan is-settur żgur li wieħed irid jiftaħ għajnejh biex jara jekk fid-dawl tal-fatt li issa l-affarijiet kollha huma deċiżi u n-nies qegħdin hemm wieħed jistax jintroduċi mekkaniżmu li jagħti ċerti salvagwardi.", "Sur President, jien qed ngħid dan għax anke jekk wieħed iħares ftit lejn ir-rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jsib li din il-kummissjoni żgur li se jkollha funzjoni li tiddetermina l-użu, il-kwalita', il-mudelli u l-karatteristiċi, kemm ta' dak li huwa hardware, kif ukoll ta' dak li huwa software.", "GĦalhekk wieħed irid joqgħod attent li dawk in-nies li se jagħtu ċerti pariri fuq il- komputerizzazzjoni fid-diversi setturi ma jkunux l-istess nies li jbigħu il- makkinarju jew li jagħtu s-servizzi tagħhom lill-klijenti għax inkella hemm jista' jinħoloq konflitt ta' interess.", "Dan għaliex jista' jiġri li ħafna drabi l-klijent jiġi f'sitwazzjoni li ma jkollux post ieħor fejn jirrikorri jekk mhux għand dawn in-nies.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija xi ħaġa li wieħed għandu jagħti kasha u għalhekk naħseb li jkun tajjeb jekk jinstabu metodi ta' kif din is-sitwazzjoni tista' b'xi mod tiġi rregolata xi ftit.", "Aħna m'għandniex ħafna nies ta' ċertu livell f'dan il-kamp u għalhekk bilfors li dawn in-nies se jiġu kkonsultati kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat u allura spiss qed ikollna nagħmlu użu minn nies li l-ħin kollu qed jilbsu kpiepel differenti.", "Sur President, diffikulta' oħra li għandi hija dwar il-kap eżekuttiv għax għadu ma ssemma' xejn dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li se jkollu.", "Jien ma nafx jekk l-individwu ġiex identifikat diġa' - safejn naf jien għadhom ma ssemmewx ismijiet - pero' minn informazzjoni li għandi jidher li dan il-kap eżekuttiv se jkun impjegat tal-kummissjoni u se jkun megħjun minn nies li se jiġu reklutati mill-MSU.", "Jien naħseb li dan mhux bilfors se jiggarantixxi l-aħjar użu ta' nies u naħseb li 'l quddiem dan jista' jġib xi konflitti.", "GĦalhekk wieħed għandu jevalwa ftit jekk l-istruttura organizzattiva ta' din il-kummissjoni hijiex se tkun moqdija tajjeb b'dan il-mod jew inkella jekk din il-kummissjoni għandhiex ikollha iktar saħħa eżekuttiva billi l-kap eżekuttiv innifsu, naturalment bi qbil mal- kummissjoni, jagħżel in-nies li jkollu bżonn.", "Sur President, punt ieħor li rrid inqanqal f'dan il-kwadru huwa li, għalkemm preferibbilment in-nies li jiġu magħżula għal ma' din il- kummissjoni għandhom jiġu mis-settur pubbliku jew minn dak parastatali, m'għandniex ningħalqu f'dan is-settur biss.", "Jien jidhirli li meta l- kummissjoni tiġi biex tingaġġa n-nies li jkollha bżonn għandha jkollha l- liberta' li tagħżel l-aħjar persuni li tista' ssib fis-suq, skond il- kondizzjonijiet li tkun qed toffri.", "Naħseb li f'dan is-settur ma naffordjawx li għal ftit melħ nitilfu l-borma.", "Ħafna drabi l-aħjar nies mhux bilfors issibhom fis-settur pubbliku u allura jien naħseb li dan il- punt għandu jitpoġġa għal konsiderazzjoni.", "Meta jien nitkellem fuq dan is- suġġett dejjem ngħid li fis-settur pubbliku u fis-settur parastatali hemm ħaddiema professjonali, tekniċi u oħrajn ta' kapaċita' kbira li ħafna drabi lanqas il-ministri ma jkunu jafu bil-kapaċita' tagħhom.", "Jien ngħid li s- sistemi li fihom jaħdmu n-nies tas-settur pubbliku ma jippremjawx anzi joħonqu l-inizjattiva għax fis-settur pubbliku wieħed ma jistax jopera kif jista' jopera manager jew ħaddiem professjonali jew tekniku fis-settur privat.", "Hawnhekk jien bl-ebda mod ma qed ngħid li m'għandix fiduċja fil- ħila tan-nies tas-settur pubbliku.", "Pero' meta niġu f'ċertu kamp huwa evidenti li r-regoli tas-suq jaħdmu b'mod li n-nies interessati u tajbin f'dak ix-xogħol x'aktarx li ma jikkombinawx mas-salary scales u mal- parametri tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tas-settur pubbliku.", "Fil-fatt kien għalhekk li l-Gvern Nazzjonalista ħass il-ħtieġa li dan it-tip ta' xogħol ta' teknoloġija ta' l-informazzjoni ma jħaddmux ġo qafas ta' dipartiment tal-gvern imma jħaddmu f'qafas ta' kumpannija kummerċjali għax b'dak il- mod seta jkollu ftit iktar liberta' fl-ingaġġ ta' nies li għandhom il- kompetenza meħtieġa għal qasam hekk importanti.", "Fl-introduzzjoni tiegħu ta' dalgħodu l-Ministru għamel punt li jien nixtieq nenfasizzah dwar il-bżonn ta' kultura ta' team spirit u ta' ħidma fid-diversita'.", "Nixtieq nenfasizza dan il-punt għaliex jien dan inħossu nieqes minn bosta oqsma u anke minn dan il-qasam ta' komunikazzjoni.", "Il- karatteristika l-iktar li tagħti vantaġġi u opportunitajiet f'din it- teknoloġija ta' l-informazzjoni hija proprju l-faċilita' mingħajr qies li wieħed jikkomunika u jaħdem flimkien.", "Huwa importanti li nifhmu li s- sitwazzjoni li għandna quddiemna hija waħda li tirrikjedi approach kulturali, leġislattiv, organizzattiv, kif ukoll teknoloġiku.", "Jien naħseb li meta għandna qasam ta' sinifikat nazzjonali, l-approach li kulħadd irid jadotta jrid ikun approach li jittraxxendi l-fruntieri tradizzjonali, kemm f'dawk li huma portafolji ministerjali jew dipartimentali, kif ukoll f'dak li jirrigwarda lis-settur privat.", "Huwa importanti ferm li jkun hawn din il- kultura ta' kordinament u komunikazzjoni.", "Din it-teknoloġija toffrilna l- liberta' ta' kif timxi l-informazzjoni minn persuna għal oħra kif ukoll tgħinna nintegraw aħjar ir-riżorsi tagħna.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li jkun hawn din id-drive, kemm fis-servizz ċivili, kif ukoll fil-ħafna istituzzjonijiet li għandna bħall-Universita', l-MDC, l-MSU, il-METCO, il- MIMCOL, MFSC u entitajiet oħra biex dawn jegħlbu din it-tendenza li kulħadd ikun qisu xi prima donna!", "Ma' jistax ikun li kulħadd jaħdem għal rasu u li kulħadd jibni l-imperu tiegħu.", "M'hemmx dubju li d-diffikulta' biex naħdmu bħala team insibuha prattikament kullimkien, fil-knisja, fil-partiti politiċi, fuq livelli ministerjali u istituzzjonali.", "Biżżejjed li wieħed jara kultant kemm ikun diffiċli biex l-Universita', l-MSU, l-MDC jew il- METCO jimbarkaw fuq proġetti flimkien.", "Waħda mill-frustrazzjonijiet kbar li kien ikolli meta kont ministru - fost il-ħafna li jkollu kull ministru - kienet li biex tilħaq ċertu objettiv kien ikollok iġġib jaħdmu flimkien istituzzjonijiet differenti, xi ħaġa li kienet toħloq problemi kbar.", "Għalhekk naħseb li l-kumment li beda bih il-Ministru dalgħodu huwa kumment importanti ħafna.", "Madam Speaker, waqt li kont qiegħed nisma' lil sħabi jitkellmu ġietni f'moħħi d-domanda: Illum f'liema punt ta' l-istorja tal-bniedem ninsabu?", "Bejni u bejn ruħi għidt li biex naraw l-umanita' f'liema punt ta' l-istorja tagħha tinsab, wieħed irid jimmaġina s-sitwazzjoni tal-bniedem meta eluf kbar ta' snin ilu rrealizza li seta' jiddomestika l-bhejjem u seta' jkabbar il-ħxejjex biex b'hekk seta' jibqa' jgħix fl-istess post. Meta l- bniedem beda l-agrikoltura seħħet shift minn era għal oħra fl-istorja tal- bniedem.", "L-Onor.", "Josef Bonnici daħal fid-dettal fuq meta l-bniedem ivvinta l-combustion engine li ġabet magħha rivoluzzjoni ndustrjali u taqlib soċjali u ekonomiku.", "Jien naħseb li llum erġajna qegħdin proprju f'din il-kontinġenza fejn għandna rivoluzzjoni ta' kobor simili, jiġifieri r-rivoluzzjoni ta' l-eletronika u tal-komunikazzjoni.", "L-aktar riżors importanti għaċ-ċivilta agrikola kien il-kobor ta' l-art filwaqt li fir- rivoluzzjoni industrjali kollox kien jiddependi mill-enerġija naturali li ġejja mill-faħam u miż-żejt.", "B'differenza minn dawn iż-żewġ stadji fl- istorja tal-bniedem, l-iktar ħaġa prezzjuża għar-rivoluzzjoni preżenti hija proprju l-informatika u l-bżonn li bniedem għandu għat-tagħrif.", "Jien naħseb li ma nistgħux nitkellmu fuq dan is-settur bħallikieku qed nitkellmu fuq is-settur tas-saħħa, fuq is-settur tat-trasport jew fuq is-settur ta' l- industrija għax hawn qed nitkellmu fuq bidla radikali fil-mod kif naħsbu, ngħixu, naħdmu, niddevertu u fuq dak kollu li nagħmlu.", "Ix-xogħol li għandna quddiemna huwa kompless, mimli ramifikazzjonijiet u allura wieħed irid jieħdu bis-serjeta'.", "Madam Speaker, dan huwa proċess ħafna iktar kompless minn meta kellna l- iskoperta ta' l-istampar jew minn meta saret ir-rivoluzzjoni industrjali, peress li huwa proċess distruttiv u kostruttiv fl-istess ħin.", "Huwa importanti ħafna li nħarsu lejn dan il-proċess minn lenti pożittiva u kostruttiva u mill-lenti pro-attiva.", "Aħna rridu nassiguraw li l-membri kollha tal-komunita' jridu jkunu parti minn dan il-proċess, sew jekk dawn huma professjonisti, studenti, persuni b'diżabilita', nies żvantaġġati, nisa, nies li jaħdmu fil-fabbriki jew nies anzjani.", "Il-Ministru dalgħodu għamel sewwa li enfasizza li f'dan il-proċess ma nistgħu nħallu lil ħadd barra għax hawn m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi qasam ta' nies privileġġati jew fuq xi settur li huwa esklussiv għan-nies tal-club tal- computer jew ta' l-informatika inkella ta' l-internet għax jekk dan il- qasam jibqa' fuq dan il-livell allura jkollna falliment kbir.", "Jekk jiġri hekk, minflok ikollna progress li jgħinna biex nibnu s-soċjeta' tagħna fuq l-opportunitajiet kbar li hemm f'dan is-settur, nispiċċaw nimbarkaw fuq linja li għad tkun sors ta' inkwiet u ta' distruzzjoni.", "Għalhekk il- konċett bażiku li rridu nużaw meta nitkellmu fuq it-teknoloġija ta' l- informazzjoni huwa l-konċett ta' l-aċċess universali.", "Ħadd ma jista' jaqa' lura fl-opportunitajiet li għandna quddiemna u l-ewwel objettiv tagħna jrid ikun li ma nħallu l-ebda parti tas-soċjeta' tagħna taqa' lura f'dan il- proċess.", "Hawnhekk irridu nitkellmu bl-istess mod kif nitkellmu fuq il- policy ta' inclusive education għal persuni b'diżabilita' fil-qasam ta' l- edukazzjoni, fis-sens li f'dan il-qasam ukoll irridu strateġija ta' aċċess universali għax dan huwa essenzjali u fundamentali jekk irridu li jkollna konjizzjoni soċjali fil-komunita' tagħna.", "Jekk ma nilħqux dan l-objettiv se jkollna nħallsu prezz qares għax ikollna soċjeta' ta' min għandu u ta' min m'għandux.", "Madam Speaker, jiena naħseb li l-konċett ta' aċċess universali huwa importanti ħafna u fundamentali għaliex b'hekk jirnexxielna nevitaw l- effetti ħżiena li jistgħu jinħolqu f'dawk li huma aljenazzjoni, emarġinazzjoni u qgħad.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin għall-aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, nibqa' in possession.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjoni sabiex titwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l- I informatika - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Grazzi, Sinjura President.", "F'dawn il-ġranet pajjiżna għaddej minn sitwazzjoni ta' ċerta' serjeta' minħabba illegalita' kostituzzjonali.", "Il-bieraħ, is-Sinjorija Tiegħek tat ruling importanti u serju li fih ċerti prinċipji importanti li ngħataw minnek bl-awtorita' kollha li għandek bħala l-persuna li tippresjedi dan il-Parlament.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għall-parti fejn qed tiċċita minn subartiklu (1) ta' artiklu 119 tal-Kostituzzjoni ta' Malta li jgħid hekk:", "\"Tkun funzjoni ta' l-Awtorita' tax-Xandir li tiżgura illi, safejn tkun possibbli, f'dawk is-servizzi ta' xandir ta' smigħ u televiżjoni li jistgħu jkunu provduti f'Malta, tiġi miżmuma imparzjalita' xierqa dwar ħwejjeġ ta' kontroversja politika jew industrijali jew li jirriferixxu għal policy pubblika korrenti u illi l-faċilitajiet u l-ħin ta' xandir huma mqassma b'mod xieraq bejn persuni li jkunu ta' partiti politiċi differenti.\"", "Wara li s-Sinjorija Tiegħek iċċitat dan il-provvediment tal-Kostituzzjoni kompliet tgħid hekk:", "\"Il-programm li l-Awtorita' ordnat li jiġi trasmess il-bieraħ kien jittratta ħwejjeġ ta' kontroversja politika u li jirreferu għal policy pubblika kurrenti.\".", "Is-Sinjorija Tiegħek imbagħad kompliet tissofferma li:", "\"Id-dritt taċ-ċittadin għal informazzjoni u d-dritt ta' ventilazzjoni ta' opinjoni huma drittijiet li kulma jmur għandhom aktar u aktar rilevanza f'demokrazija li qed tevolvi\".", "Is-Sinjorija Tiegħek f'dan ir-ruling uriet, biex ngħid hekk, ir-rilevanza tal-kontroversja.", "Għalkemm ċaħħdet l-urġenza għar-raġunijiet indikati fir- ruling stess, pero' s-Sinjorija Tiegħek tkellmet b'għaqal kbir dwar x'inhi l-kwestjoni li verament għandna quddiemna.", "Jien dejjem emmint li iktar ma tkun ħaġa serja huwa għaqli li tisdrammatizza dik is-sitwazzjoni biex b'hekk tegħleb il-possibilita' li jinqalgħu opinjonijiet estremisti.", "Pero' li tisdrammatizza s-sitwazzjoni ma jfissirx li tneħħi s-sinifikat u s- serjeta' tas-sitwazzjoni.", "Issa ħalli nispjega għaliex is-sitwazzjoni li llum qed jiffaċċja l-poplu Malti hija waħda serja ħafna mill-aspett kostituzzjonali.", "Fil-Kostituzzjoni ta' Malta li inti ċċitajt minnha u anke fl-Att dwar ix- Xandir ta' l-1991, li permezz tiegħu ġie lliberalizzat ix-xandir, l- Awtorita' tax-Xandir ġiet mogħtija ċerti poteri ta' watchdog.", "Dan ifisser li filwaqt li ġie lliberalizzat ix-xandir, fis-sens li llum hawn stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni differenti u mhux biss dawk ta' l- Istat, bħalma kien hemm qabel, ma jistax ikun li x-xandir ta' l-Istat ikun partiġjan, ħlief jekk l-ekwilibriju jiġi meħud minn oqsma li jirriflettu oqsma differenti.", "Dan ifisser li x-xandir ta' l-Istat - fil-każ tagħna l- PBS huwa x-xandir ta' l-Istat għax permezz ta' liċenzja mogħtija lilu llum dan m'huwiex iktar qua kuntrattur imma huwa organu li għandu liċenzja tax- xandir tat-televiżjoni wkoll - għandu josserva b'responsabbilta' ikbar dawk l-obbligi ta' imparzjalita' u ta' bilanċ li huma essenzjali għal demokrazija ħajja u vera.", "Mela hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar aspett ta' radju jew televiżjoni li jistgħu jkunu partiġjani jew ta' radju li fil- metodu tiegħu jista', b'xi mod jew ieħor, iġib ekwilibriju ma' radju ieħor, imma hawnhekk qed nitkellmu dwar it-televiżjoni ta' l-Istat li għandu l- obbligu ta' l-imparzjalita' li ġej preċiżament mill-fatt li dan huwa iffinanzjat mill-Istat Malti u li għalih politikament hemm responsabbilta' anke ministerjali.", "F'dan il-każ ir-responsabbilta' ministerjali qiegħda fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Madam Speaker, hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn l-Awtorita' tax-Xandir, li l-indipendenza tagħha toħroġ mill-Kostituzzjoni u li hija stabilita kostituzzjonalment biex tirrappreżenta fehmiet differenti li jibbilanċjaw l- aspetti politiċi tal-pajjiż u li għandha funzjoni pubblika u nazzjonali, tat direttiva lill-Public Broadcasting Services - jiġifieri lix-xandir ta' l-Istat Malti li fih innifsu għandu jkun riflessjoni ta' l-iktar mod san ta' kif għandhom jiġu osservati d-dispożizzjonijiet ta l-Att dwar ix-Xandir - indipendentement mill-kawża naxxenti mid-diretttiva li tat l-Awtorita' tax- Xandir, biex il-Partit Nazzjonalista jingħata d-dritt li jxandar il-fehma tiegħu dwar il-liġi tas-sisa u dwar liġijiet oħra.", "Fil-qorti ġie rikonoxxut li sar żbilanċ u l-Awtorita' tax-Xandir qalet li d-direzzjoni tal-Partit Nazzjonalista li jfittex rimedju fil-qorti kienet \"intempestiva\", fis- sens li ma kienx hemm għalfejn issir il-kawża għax l-Awtorita' tax-Xandir stess kienet ħasset il-bżonn li tingħata direttiva f'dan il-kontest.", "Fl- Awtorita' tax-Xandir m'hemmx appell dwar il-punt li għandu jiġi ntrodott il- bilanċ, anzi mhux biss m'hemmx appell talli l-Awtorita' tax-Xandir aċċettat il-bżonn li jkun hemm bilanċ fix-xandir tal-PBS u tat direttiva bl-iktar mod ċar li nhar it-Tnejn li għadda fl-10.15 p.m. kellu jkun hemm programm li permezz tiegħu l-Partit Nazzjonalista seta' jxandar il-programm tiegħu bl-intenzjoni li jipprova jġib lura l-iżbilanċ li kien ġie kkreat mill- Public Broadcasting Services.", "Sinjura President, mela hawnhekk għandna l-Awtorita' tax-Xandir, organu kostituzzjonali ta' l-Istat li skond l-istess Kostituzzjoni għandu din il- funzjoni ta' watchdog dwar ix-xandir, li bl-iktar mod korrett tat direttiva lix-xandir ta' l-Istat fejn qallu: Inti, abbażi tar-responsabbilta' li għandha l-Awtorita' tax-Xandir u fit-termini tas-sentenza mogħtija mill- Prim'Awla tal-Qorti fil-funzjoni kostituzzjonali tagħha, ħu dan il-programm u ara li jiġi trasmess.", "Mela hawn għandna sitwazzjoni fejn l-Awtorita' tax- Xandir, fl-eżerċizzju tal-poter mogħti lilha, qed tagħti direttiva lix- xandir ta' l-Istat.", "Imma x'qed jiġri?", "Qed jiġri fatt gravi għax ix-xandir ta' l-Istat qiegħed jisfida lill-Awtorita' tax-Xandir.", "Mela fix-xandir ta' l-Istat għandek organu, biex ngħid hekk, fil-forma tal-Public Broadcasting Services li għandu liċenzja biex ixandar u dan il-Public Broadcasting Services jaqa' taħt l-Att dwar ix-Xandir ta' l-1991 u allura għandu responsabbilta' quddiem l-Istat Malti li, indipendentement mill-Awtorita' tax-Xandir u mill-Qrati, jipprovdi servizz imparzjali u bilanċjat.", "Dan it- tip ta' servizz diġa' nstab li ma ngħatax, pero' indipendentement minn dan l-istat ta' fatt issa għandek wkoll l-Awtorita' tax-Xandir li, vestita bir- responsabbilta' li diġa' semmejt, tat direttiva u għall-ewwel darba fl- istorja tax-xandir ta' l-Istat u ta' l-Awtorita' tax-Xandir għandna din is- sitwazzjoni, inkredibbilment anomala, ta' illegalita' kostituzzjonali minħabba l-fatt li korp kostituzzjonali li għandu x'jaqsam max-xandir, jiġifieri l-Awtorita' tax-Xandir, qed isib ruħu sfidat - sfidat hija l- kelma eżatta - mix-xandir ta' l-Istat li ma jridx josserva d-direttiva tagħha.", "Sinjura President, din hija sitwazzjoni gravi u serja ħafna għax fil- pajjiż qatt ma għandu jsir att ta' sfida lil organu kostituzzjonali mix- xandir pubbliku li r-responsabbilta' tiegħu m'hijiex biss lejn il- proprjetarju tiegħu - għax dan jista' jkun stazzjon ta' radju politiku, bħal Radio 101 jew Super 1, jew inkella stazzjon tat-televiżjoni bħal Super 1 - imma lejn il-poplu kollu.", "Wieħed jistenna ħafna iktar mix-xandir ta' l- Istat għax peress li l-poplu Malti għandu dritt jidentifika ruħu miegħu allura dan għandu jħoss li l-imparzjalita' u sens ta' bilanċ ta' dan ix- xandir fil-fatt jirriflettu verament il-fehmiet differenti tas-soċjeta' tagħna.", "Din hija s-saħħa tad-demokrazija.", "Madanakollu jekk din is-saħħa tad-demokrazija qed ikissirha x-xandir ta' l-Istat allura ninsabu f'sitwazzjoni gravi.", "Kieku sempliċement hemm appell u wieħed qed jimxi fuq bażi ta' dak l-appell wieħed kien jgħid li għalkemm l-eċċezzjonijiet tal- PBS fil-kamp legali huma ta' intempestivita', f'dan il-każ ma messhiex saret kawża kontra x-xandir ta' l-Istat għax hu għandu l-Awtorita' tax- Xandir fuqu u dan dejjem għamel li seta'.", "Pero' kif qalet tant tajjeb is- Sinjorija Tiegħek fir-ruling li tat, aħna m'għandniex nidħlu fil-kamp legali għax għal dan il-għan hemm il-Qorti Kostituzzjonali u għalhekk jien se nittratta biss il-kamp politiku.", "F'dan il-każ qed issir ħafna ħsara lit-tessut nazzjonali għax l-Awtorita' tax-Xandir qed tiġi sfidata mill-organu tax-xandir ta' l-Istat, jiġifieri minn dak l-organu li għandu l-liċenzja biex iservi l-interessi tax-xandir ta' l-Istat.", "Jien naħseb li l-Partit Nazzjonalista għandu jħoss ruħu kburi li meta huwa kien fil-gvern illiberalizza x-xandir, anke jekk fil-mument opportun ta' din il-liberalizzazzjoni huwa ma ħasibx fil-possibbilta' li jkollu stazzjon televiżiv tiegħu minħabba li kien emmen li, naturalment meta huwa jitolbu ...", "Pero' għall-mument ħalli ninsew dan l-aspett.", "Il- Partit Nazzjonalista fil-gvern emmen fil-liberalizzazzjoni tax-xandir fl- isfond li min għandu l-liċenzja li jxandar għandu josserva dak li tgħid il- liġi, jiġifieri li jassigura li x-xandir ikun imparzjali, bilanċjat u li jirrifletti s-sitwazzjoni tas-soċjeta' Maltija.", "X'tiswa liġi jekk inti tagħti direttiva, din id-direttiva ma tiġix obduta u li ma jkunx hemm sanzjonijiet dwar dan?", "Hawn għandna krisi tad- demokrazija għaliex ix-xandir ta' l-Istat mhux qiegħed jaċċetta direttiva mogħtija lilu mill-Awtorita' tax-Xandir meta skond il-liġi hu għandu jobdiha.", "Għalkemm jien nimmaġina li l-ebda leġislatur qatt ma basar li kellu jkun proprju x-xandir ta' l-Istat li jasal biex ma joqgħodx għal direttiva mogħtija lilu minn organu kostituzzjonali, il-leġislatur xorta ħaseb għal provvediment ta' sanzjoni għax fil-liġi hemm li:", "\"Kull min jikser xi direttiva magħmula skond din il-liġi jkun ħati ta' reat kontra dan l-Att u jista' jeħel, meta jinstab ħati, piena ta' priġunerija ta' mhux iżjed minn sitt xhur u multa ta' mhux iżjed minn Lm5,000 jew dik il-multa jew priġunerija flimkien.\"", "Dan qed ngħidu għaliex il-leġislatur Malti ma aġixxiex bla sens ta' responsabbilta' anzi aġixxa b'mod responsabbli ħafna għax fil-fatt hemm sanzjoni għal min jikser din id-direttiva, altrimenti naslu fi stat fejn l- Awtorita' tax-Xandir tinbaħ imma tkun bla snien.", "L-inbiħ huwa biżżejjed għal min jibża' mill-inbiħ imma għal min ma jagħtix każ ta' l-inbiħ allura s-snien huma importanti daqs l-inbiħ, anzi huma importanti iżjed.", "M'huwiex ġust, m'huwiex korrett u mhuwiex demokratikament sħiħ li partit mhux biss ikun vittma ta' parzjalita' min-naħa ta' organu ta' l-Istat imma jisfa vittma għal darba oħra meta l-Awtorita' tax-Xandir tagħti ordni u din l- ordni tiġi njorata.", "Mhuwiex ġust u mhuwiex san għad-demokrazija ta' pajjiżna li qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "Mhuwiex ġust li partit politiku jinsab fil-pożizzjoni li għandu jieħu rimedji differenti biex jipprova b'xi mod, anke jekk remot, iġib xi ħaġa li tista' tqarreb lejn il-bilanċ, li tant huwa essenzjali f'ħaġa delikata bħalma huwa x-xandir.", "Sinjura President, issa nixtieq nindirizza ruħi lejn l-awtorita' politika.", "L-awtorita' politika hija mdaħħla jew m'hijiex imdaħħla f'din il- biċċa u allura hawnhekk qed isir xi ħaġa kontra l-volonta' tagħha?", "Jien nixtieq naħseb, Sinjura President, li l-awtorita' politika m'hijiex imdaħħla f'din il-biċċa xogħol.", "Jien nixtieq naħseb li l-awtorita' politika ma taqbilx, kif ma naqbilx jien u kif ma jaqbilx kulħadd, li l- PBS, li hu x-xandir ta' l-Istat, ma joqgħodx għal direttiva mogħtija lilu mill-Awtorita' tax-Xandir.", "Jien nixtieq naħseb li l-awtorita' politika daqsi u bħali tħoss li l-fatt li x-xandir ta' l-Istat qed ikompli jisfida b'impunita' lill-Awtorita' tax-Xandir huwa żball politiku.", "Dan huwa żball li qed jagħmel ħsara anke lill-Gvern.", "Madam Speaker, pero' jekk dak li qed naħseb jien m'huwiex il-każ allura s-sitwazzjoni tassumi gravita' doppja, fejn mhux biss ix-xandir ta' l-Istat qed iċaħħad id-dritt tal-bilanċ politiku kif diġa hu stabilit imma l- awtorita' politika ta' l-Istat ukoll tinsab f'sitwazzjoni ta' sfida lill- Awtorita' tax-Xandir.", "Jien nixtieq naħseb li din is-sitwazzjoni m'hijiex hekk għax jekk inhi hekk allura s-sitwazzjoni tad-demokrazija f'pajjiżna tista' tkun waħda serja.", "Jien nixtieq naħseb li f'dan il-pajjiż se jippredomina l-għaqal billi meta naraw lil min qiegħed jaġixxi b'dan il-mod naraw kif indaħħluh lura lejn id-direzzjoni tad-demokrazija għax fil-pajjiż huwa ferm iktar importanti li tirbaħ id-demokrazija milli li jintrebaħ xi punt - jekk wieħed jista' jimmaġina li hawnhekk jeżisti xi punt legali x'jintrebaħ - li jmur kontra dawn il-prinċipji hekk fundamentali.", "Sinjura President, jien ma xtaqtx nieħu daqshekk ħin ta' din il-Kamra, pero' deherli li din hija sitwazzjoni gravi li qed timbotta lil min isib ruħu hekk aggravat li jieħu ċert linja ta' azzjoni.", "Jien nixtieq nara li dan il-pajjiż jaħdem il-ħin kollu fil-parametri tal-legalita' li huma subordinati għall-prinċipji tad-demokrazija.", "Malli tiġi miċħuda d- demokrazija, il-parametri tal-legalita' jsiru biss sofiżma billi jsiru biss aspett legali mingħajr ir-ruħ veru tiegħu.", "Jien nixtieq li dan il-pajjiż verament jemmen f'dawn l-affarijiet li qed ngħid.", "Forsi dakinhar li ħadna dan il-pass li nilliberalizzaw ix-xandir kien hemm min ħaseb li aħna lliberalizzajna wisq, imma fil-kamp tax-xandir qatt ma tista' tilliberalizza biżżejjed għax il-mezz kif tikkomunika fil-ħajja tad- demokrazija jeżisti fl-għerf u fl-għaqal ta' kif twassal messaġġ.", "Sinjura President, waqt li assistejna għad-dibattiti li kellna kemm fuq il-mozzjoni dwar it-Twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni kif ukoll fuq il-mozzjoni dwar it-Twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għat- Teknoloġija ta' l-Informatika indunajna li minn hawn ħareġ għerf u anke sens ta' qbil li ċertament jagħmel unur lil dan il-Parlament.", "Pero' x'jiswa li f'dan il-Parlament ikollna diskorsi hekk għaqlin miż-żewġ naħat tal-Kamra fuq aspetti tant importanti, bħalma huma l-edukazzjoni u l- informatika, jekk imbagħad il-bażi tal-ħajja tagħna flimkien hija mminata minn min b'nuqqas ta' ħsieb - almenu jien hekk nassumi - mhux qed jirrealizza l-ħsara li qed issir!", "Sinjura President, jien nixtieq nemmen li min fix-xandir ta' l-Istat mhux qed jobdi d-direttiva ta' l-Awtorita' tax-Xandir mhux qed jipprova jagħmel dan minħabba li huwa kontra l-Partit Nazzjonalista imma għal xi raġuni legali.", "L-appell tiegħi lejh huwa sempliċi: Il-legaliżmu għandu ċerti valuri, pero' dan huwa limitat ħafna meta tqabblu mal-valuri tad- demokrazija għax imbagħad il-legaliżmu jsir sempliċement il-mentalita' ta' nies żgħar li ma jafux jaraw x'inhu essenzjali fil-ħajja ta' pajjiż.", "Sinjura President, jien ili 31 sena f'dan il-Parlament u matulhom kien hemm żmenijiet diffiċli u kien hemm żmenijiet inqas diffiċli, kien hemm żmenijiet meta kont fil-gvern u kien hemm żmenijiet meta kont fl- oppożizzjoni.", "Mill-31 sena li ili f'dan il-Parlament għamilt 17-il sena minnhom fl-oppożizzjoni u allura nista' liberament ngħid li kont fuq iż- żewġ naħat tas-swar, pero' mill-banda l-oħra hawnhekk m'għandniex swar x'jifirduna għax kulma għandna huwa li l-opinjonijiet tagħna mhux dejjem jaqblu, pero' mbagħad għandna xi ħaġa li tgħaqqadna u din hi l-imħabba tagħna għal pajjiżna.", "Aħna nemmnu li biex ikompli jissaħħaħ dan il-pajjiż li aħna nħobbu u nemmnu fih - jien konvint li ż-żewġ naħat għandna mħabba kbira lejn dan il-pajjiż - ma rridu nħallu lil ħadd jirriduċina bħala għodda ta' pika, ma rridu nħallu lil ħadd jipprova b'xi mod jistrumentalizza l-politika tagħna biex ikun hawn il-firda u ma rridu nħallu lil ħadd jistrumentalizza sitwazzjoni taħt aspett legalistiku biex f'Malta nerġgħu nqajmu ġlieda dwar id-demokrazija.", "Sinjura President, jien nixtieq naħseb li min għandu l-awtorita' politika ma jaqbilx ma' din is-sitwazzjoni u l-appell tiegħi huwa dirett lejn min għandu l-awtorita' politika biex iżomm milli jkun hawn l-illegalita' f'pajjiżna għaliex b'hekk nistgħu nerġgħu nqajmu l-ħares tal-bieraħ.", "M'huwiex fl-interess ta' Malta li ngħixu s-sitwazzjonijiet diffiċli li għaddejna minnhom u m'huwa fl-interess ta' ħadd li nerġgħu nirritornaw għaż- żmenijiet meta isem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kienx jista' jissemma' fuq ir-radju u t-televiżjoni.", "Ma jistax ikun li nerġgħu nirritornaw għal dawk iż-żmenijiet.", "La fl-interess tal-Gvern, la fl-interess ta' l-Oppożizzjoni u lanqas fl-interess taċ-ċittadin tagħna, hu min hu u vvota lil min jivvota, li nerġgħu nirritornaw għal dawk iż-żmenijiet diffiċli.", "M'għandniex nerġgħu mmorru għal sitwazzjoni li wieħed jerġa' jkollu jxandar minn barra biex ikollu l-imparzjalita' u l-bilanċ fix-xandir kif rikjesti fil-Kostituzzjoni u fil-liġi tagħna.", "M'għandniex nerġgħu nirritornaw għal sitwazzjonijiet fejn wieħed ikollu jieħu miżuri li forsi ma jżommux mal- legalita' li normalment wieħed għandu jidentifika ruħu magħha, għaliex aħna lkoll nemmnu ħafna fid-demokrazija u fil-liberta' tagħna.", "Sinjura President, aħna m'aħniex xi pajjiż kbir li nistgħu b'xi mod ninfluwenzaw ħafna l-avvenimenti fid-dinja ta' madwarna pero' d-dinja tagħna aħna ninfluwenzawha u ngħaġnuha.", "Barra minn hekk anke l-futur ta' uliedna u l-metodu kif se jgħixu huma parti mir-responsabbilta' tagħna.", "Aħna x'se nirbħu jekk f'dan il-pajjiż nerġgħu nqajmu l-eħirsa tal-bieraħ u nerġgħu nqiegħdu lilna nfusna fis-sitwazzjoni fejn jien kont nagħlaq il- meetings tiegħi bil-kliem \"liberta', l-ewwel u qabel kollox\".", "Illum dan huwa dritt akkwiżit ta' dan il-poplu.", "Illum lkoll kemm aħna nemmnu f'dan u m'għandna nħallu qatt li nerġgħu nitfgħu ż-żerriegħa tad-dubju.", "Jien naħseb li l-ikbar akkwist li għamilna bħala poplu wara l-indipendenza kien dak li ngħixu fi klima demokratika.", "Importanti li kulħadd ikollu x-xogħol u importanti li jkun hawn ċerta armonija soċjali pero' l-bażi ta' din l- armonija soċjali hija li ngħixu lkoll fil-liberta' u fid-demokrazija.", "Mingħajr dik il-bażi ma nistgħu naraw l-ebda futur veru għal Malta u allura ma rrid lil ħadd juża lilna jew lin-naħa l-oħra biex ideffes dan is-suspett biex minn hemm imbagħad jibdew jiġġeneraw sitwazzjonijiet aktar diffiċli.", "Madam Speaker, jien nixtieq li nieqfu fuq dan il-fatt li huwa drammatikament serju fih innifsu u li pero' jista' jiġi mwaqqaf jekk l- Awtorita' tax-Xandir turi lil min qiegħed jaġixxi b'abbuż li hija għandha s- snien biex taġixxi kontra tiegħu.", "L-ikbar appell tiegħi huwa li l- awtorita' politika turi li hi taqbel magħna f'dan il-kontest biex b'hekk inneħħu dawn l-dellijiet ta' suspett li jistgħu jikkreaw klima diffiċli biex aħna lkoll inkunu nistgħu niffunzjonaw demokratikament.", "Jien nemmen li jekk f'dan il-pajjiż se nerġgħu naqbdu t-triq tas-suspetti se nagħmlu żball kbir.", "Jekk aħna nagħrfu nżommu mill-ewwel lil min qed jipprova jmur kontra l-Kostituzzjoni u kontra xandir li għandu jkun neċessarjament imparzjali u bilanċjat, jiġifieri li għandu verament jirrifletti d- demokrazija tagħna, u lil min qed jipprova jiżra' din iż-żerriegħa tal- firda, naħseb li b'hekk tkun qed tirbaħ Malta kollha.", "Madam Speaker, il-fatt li aħna nxandru 45 minuta u dawn inxandruhom illum jew xi darba oħra jew li nxandruhom b'liema mod inxandruhom għandu effett tajjeb f'sens ta' ġest politiku qawwi, pero' l-verita' hija li l- iktar ġest politiku qawwi jiġi jekk f'dan il-pajjiż nagħrfu ngħixu flimkien id-demokrazija u billi ma jkollniex sitwazzjoni bħal dik li ninsabu fiha llum.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "6923.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet tat- traffiku li ngħata fi Triq it-Turisti, f'Buġibba fl-aħħar weekend ta' Ġunju?", "Billi t-tabelli tal-one way li wasslu għal dawn iċ-ċitazzjonijiet kienu biss booby-trap temporanja, tant li dawn reġgħu nqalgħu din il- ġimgħa, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-fatt min qala ċitazzjoni ssir ġustizzja miegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għall-ewwel parti tad-domanda, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5896.", "Filwaqt li wieħed ma jridx jinsa li, kull min ikun qed isuq vettura, huwa dejjem fid-dmir li josserva t-tabelli tat-traffiku, nista ngħid li, fiċ- ċirkostanzi, tajt struzzjonijiet biex, jekk saru xi ċitazzjonijiet għal No Entry fil-ġranet involuti, dawn jinħafru.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "LUQA: ĦAL FARRUĠ - DAWL FI BLOKK \"H\"", "W758.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara illi jingħata id-dawl lil blokk \"H\", Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal Luqa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol biex jingħata d-dawl fi blokk \"H\" Ħal Farruġ qiegħed isir b'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar.", "Dan ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat u ma jdumx ma jintemm."]} {"filename": "19971203_163d_par.doc", "date": "1997-12-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 163 L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 163", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.14 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "163", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, 1997", "WERREJ MINUTI 98", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 98", "TQEGĦID TA' KARTI 101", "STQARRIJA MINISTERJALI", "MOZZJONIJIET ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR GĦAS-SENA 1997\\1998 111", "AĠĠORNAMENT 140", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 147", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 152", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 162 li saret fit-2 ta' Diċembru, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "DJAR - TAXXA FUQ PROPRJETA'", "9992.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tal-Gvern dwar dak li qal id-direttur ta' l-awtorita' tad-djar pubblikament li għandha tiġi introdotta taxxa fuq il-proprjeta`?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): L-idea espressa kienet dik tiegħu personali u mhux fil-kapaċita` tiegħu ta' membru fil-bord ta' l- awtorita' tad-djar.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Gatt, mistosqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid jekk hu personalment, ovvjament bħala ministru tal-gvern, jaqbilx ma' din l-idea?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, ma nħossx li huwa l-mument opportun li nwieġeb dwar dan.", "Li nista' ngħid illum huwa li l-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Liġijiet tal-Kera qiegħda tagħmel ħilitha bil-mira li nressqu għall-kiri aktar postijiet battala.", "Jien iltqajt diversi drabi ma' din il-kummissjoni li, kif għidt qabel, kont tlabt lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista biex taħtar persuna fuqha.", "L-Oppożizzjoni aċċettat u fil- fatt hemm persuna nnominata mill-Oppożizzjoni f'din il-kummissjoni.", "B'danakollu xorta waħda jibqa' l-fatt li jistgħu jittieħdu miżuri oħra demokratiċi li permezz tagħhom sidien ta' postijiet jitħajru jikru lill- Maltin.", "Fost oħrajn nista' nsemmi skema ġdida li jiena tlabt lill-awtorita' tad- djar biex tniedi, għax nemmen li jkun aħjar li l-proprjeta` tkun użata fl- aħjar interess tan-nazzjon milli jkollna dawn id-djar kollha vojta.", "Hemm eluf ta' djar li huma abbandunati u mimlijin ġrieden.", "Fil-fatt jiġu nies jilmentaw u jirrapportaw li mill-postijiet battala ta' madwarhom qed joħorġu ħafna ġrieden.", "Ladarba d-djar vojta jkunu tal-privat dawn ir- rapporti jridu jsiru lis-Sanita'.", "Meta xi ħadd jiġi d-dipartiment biex jagħmel rapport ta' din il-kwalita' fuq post li jkun tal-gvern, aħna l- ewwel u qabel kollox naraw għaliex dak il-post għadu battal u d-dipartiment mill-ewwel jieħu l-passi meħtieġa.", "Bil-ħsieb li nnaqqsu n-numru ta' postijiet battala, substandard u inadegwati, għandna quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar numru ta' talbiet għall-permessi dwar twaqqigħ ta' slums jew riabilitazzjoni ta' proprjeta'.", "Nittama li t-talbiet jieħdu l-inqas żmien possibbli biex jiġu pproċessati.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li ċertament napprezza l-informazzjoni li ta l- Ministru, naħseb li għad m'għandix risposta diretta għad-domanda sempliċi li għamiltlu.", "Id-direttur ta' l-awtorita' tad-djar ċertament jista' jesprimi kull opinjoni fil-kapaċita' personali tiegħu pero' xorta jibqa' direttur ta' l-awtorita' tad-djar u dan jagħti ċertu weight lill-opinjoni li tkun espressa.", "L-opinjoni tad-direttur ta' l-awtorita' tad-djar fuq kif wieħed imexxi l-housing market ċertament hija ħafna iktar importanti mill- opinjoni ta' Ġanni Borg, persuna kwalunkwe.", "Issa d-domanda hija sempliċi.", "Id-direttur ta' l-awtorita' tad-djar esprima pubblikament l-opinjoni li jkun sew li tidħol taxxa fuq il-proprjeta`.", "Jiena qed nistaqsi - u naħseb li r-risposta trid tkun \"iva\" jew \"le\" - jekk din hijiex il-policy tal- Gvern.", "Nafu li hija l-opinjoni personali tiegħu, u għalhekk qed nistaqsi jekk il-Gvern hux beħsiebu jadotta din bħala policy?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, fil-fatt diġa' weġibtu u nagħtih aktar dettalji meta jkun il-mument opportun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent xi kemm hemm talbiet għal post alternattiv f'Għawdex?", "Xi kemm-il darba ltaqa' l-kumitat tal-housing dwar Għawdex?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jiena kont għidtlu li se ngħidlu eżatt kemm hemm talbiet pero' l-Onor.", "Borg għoġbu jerġa' jagħmel din id- domanda.", "Fil-fatt jiena tlabt lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali sabiex jara kemm kien hemm - u għad hemm - applikazzjonijiet pendenti minn Għawdex u jidher li fl-1993 kien hemm erba' applikazzjonijiet pendenti; fl- 1994 kien hemm tmienja; fl-1995 kien hemm 11-il applikazzjoni pendenti; fl- 1996 kien hemm 14; u sal-lum il-ġurnata hemm 12-il applikazzjoni.", "L-iktar li hemm huma talbiet ta' nies li qegħdin jgħixu ma' ħaddieħor.", "Fil-fatt b'kollox id-dipartiment għandu madwar 1,400 applikazzjoni minn nies li qegħdin jgħixu ma' ħaddieħor u minnhom hemm 21 talba li ġejjin minn Għawdex.", "Imbagħad hemm għaxar talbiet oħra li huma ta' kategoriji mħallta, disa' talbiet ta' nies li joqogħdu f'post substandard u tlieta oħra ta' nies li joqogħdu f'post bil-periklu.", "Bejn l-1988 u t-3 ta' Diċembru, 1997 f'Għawdex kien hemm 42 applikant li ngħata post alternattiv mid- dipartiment.", "Issa niġi għat-tieni mistoqsija li għamel l-Onor.", "Borg dwar il-kumitat ta' Għawdex.", "Taħt Gvern Laburista l-ministeru tad-djar ifforma kumitat sabiex ikun hemm kordinament tal-ħteġijiet fil-qasam tal-housing f'Għawdex.", "Fil-fatt dan jissejjaħ kumitat ko-ordinattiv għall-housing f'Għawdex u l- ewwel laqgħa tiegħu saret fid-9 ta' Mejju ta' din is-sena.", "B'kollox dan il- kumitat iltaqa' ħames darbiet u l-aħħar laqgħa kienet fit-28 ta' Novembru, 1997.", "Qabel l-Onor.", "Borg staqsieni x'hemm ipproġettat għal Għawdex u nista' ngħidlu li s'issa l-Planning Authority ħarġitilna l-permess għal żvilupp fil-Qala u żvilupp ieħor f''Ta' Cassia, fejn għandhom jinbnew 18-il maisonette.", "Fil-fatt konna applikajna għal permess fid-29 ta' April ta' din is-sena u dan ħareġ fil-21 ta' Awissu, 1997.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja pubblikament lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar talli ħarġet il- permess fi żmien 16-il ġimgħa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Chris Cardona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Madam Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru tad- Djar kemm hu n-numru ta' units li l-awtorita' tad-djar għandha f'idejha għall-bini?", "Jekk għandu l-informazzjoni, jista' jgħidli fejn jinsabu bejn wieħed u ieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, l-awtorita' tad-djar għandha diversi proġetti, inkluż dawk li għandu f'idejh id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar.", "Jiena naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dawk l-applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini li l-ministeru tad-djar għandu quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "B'kollox il-ministeru għandu 1,018-il talba għal permessi tal-bini quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Minn dawn 46 għadhom minn ta' l-amministrazzjoni preċedenti u l-oħrajn huma proġetti tal-Gvern Laburista.", "Fost il-postijiet indikati hemm Ħ'Attard, Birkirkara, Birżebbuġa, Buġibba, Bormla, Ħad-Dingli, il-Furjana, il-Ħamrun, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Marsascala, il-Mellieħa, l-Imġarr, il- Mosta, l-Imqabba, l-Imsida, in-Naxxar, il-Qala, Għawdex - għadni kemm semmejtu - San Gwann, is-Siġġiewi, Santa Venera, Santa Luċija, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żurrieq u xi postijiet oħra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Naħseb l-għan tat-taxxa fuq il-proprjeta` hu biex kemm jista' jkun ma jibqax postijiet vojta fl-irħula.", "GĦalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern f'dak li huwa ftehim mal-privat biex il-gvern ikun jista' jakkwista djar vojta.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, din il-mistoqsija weġibt għaliha f'interpellanza li kien hemm il-ġimgħa l-oħra.", "Jiena kont tlabt lill- awtorita' tad-djar sabiex tieħu ħsieb tirranġa l-proċedura, kif fil-fatt għamilna, ħalli meta jkun hemm sid privat li jrid ibigħ proprjeta' privata lill-awtorita` tad-djar, in-negozjati ma jsirux direttament ma' persuna waħda.", "Taħt Gvern Nazzjonalista kien ħareġ biss avviż li kien jgħid li min għandu xi proprjeta` li jrid ibigħha lill-Awtorita' tad-Djar jikkuntattja liċ-chairman tal-housing authority jew rappreżentant tiegħu.", "Fil-fatt taħt il-Gvern preċedenti l-awtorita' tad-djar kienet xtrat żewġ postijiet mingħand il-privat u n-nefqa involuta kienet ta' eluf ta' liri, mingħalija xi Lm55,000.", "Jien ħassejt li flok persuna waħda aħjar ikun hemm body biex jagħmel in-negozjati.", "Fil-fatt il-bord il-ġdid ta' l-awtorita' tad-djar iddiskuta bis-serjeta' dan is-suġġett u ħa miżuri sabiex ikun hemm trasparenza u b'hekk jiġu evitati kull forma ta' allegazzjonijiet, aktar u aktar meta issa hemm xi tmien jew għaxar sidien li jridu jbigħu l- postijiet battala tagħhom lill-awtorita' tad-djar.", "Jien minn hawnhekk nieħu l-opportunita' li nerġa' nappella lil dawk is-sidien privati li għandhom xi postijiet battala sabiex jitħajru jbigħuhom lill-awtorita' tad- djar ħalli din tkun tista' tallokahom għax il-problema tal-housing hija akuta.", "B'dan il-mod inkunu qed nibżgħu wkoll għall-art, meta l-ammont ta' art f'Malta u f'Għawdex qiegħed dejjem jiċkien, minħabba li dejjem jiżdied il-bini.", "Barra minn hekk l-awtorita' tkun tista' tagħmel użu aħjar mill- istock ta' postijiet battala li għandna fil-pajjiż, aktar u aktar meta nafu li hawn 'il fuq minn 20,000 post battal li jista' jiġi abitat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, fil-pjan lokali ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar għan-naħat tal-Port il-Kbir kien hemm is- suġġeriment li jkun hemm inċentivi ġodda min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar sabiex sidien ta' djar vojta jitħajru jinnegozjaw il-proprjeta` tagħhom mal- gvern.", "GĦalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm inċentivi ġodda.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien ma nafx jekk l-Onor.", "Membru kienx hawnehkk mill-bidu nett.", "Fir-risposta għall-ewwel jew it-tieni mistoqsija supplimentari li saritli għidt li jien kont issuġġerejt lill- awtorita' tad-djar sabiex tagħmel skema ġdida u fir-realta` din qed tagħmel skema f'dan is-sens, jiġifieri biex is-sidien privati joħorġu l-proprjeta` tagħhom fis-suq.", "Barra minn hekk, ftit ġimgħat ilu l-awtorita' tad-djar tejbet tliet skemi eżistenti u fil-fatt ippubblikajnihom.", "B'dawn l-iskemi l-awtorita' tad-djar se tipprovdi għajnuna biex min jixtri dawn il- postijiet ikun jista' jagħmel xi tiswijiet jew anke jżid xi kamra fil-post.", "Dan qed nagħmluh biex aktar nies jitħajru jixtru dawn il-postijiet.", "Minkejja din il-miżura, biex tinstab is-soluzzjoni għall-postijiet battala fil-futur iridu jittieħdu diversi miżuri ġodda.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Skeda li turi n-nefqa fuq kontijiet tat-telefon fl-ambaxxati Maltin, f'Ruma, Londra, Brussels u Moska bejn Jannar 1996 u Novembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10332.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' direct orders maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W1036.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' anzjani li applikaw biex jidħlu f'istituzzjonijiet ta' l-anzjani, maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10260.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJA MINISTERJALI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, il-programm elettorali tal-Partit Laburista ''Iċ-Ċittadin l-Ewwel'' stqarr hekk dwar l-Armata:", "\"L-Armata għandha tkun magħmula minn voluntieri professjonali li jservu f'organizzazzjoni mmexxija b'mod effiċjenti u mgħammra kif xieraq.", "Id-dmirijiet ewlenin ta' l-Armata għandhom ikunu ħidmiet ta' sigurta` fl-ajru u fuq il-baħar, ħidmiet kontra l-kuntrabandu, kontra t-terroriżmu u kontra t-traffikar tad-drogi, ħidmiet ta' emerġenza u ħarsien ta' mkejjen strateġiċi.\".", "F'Ġunju u f'Lulju ta' din is-sena l-Gvern ippubblika tliet white papers li fissru l-pjani għall-futur tal-Forzi Armati u li taw lok għal diskussjoni pubblika.", "L-ewwel white paper dehret fil-15 ta' Ġunju u ttrattat l-immodernizzar tal-ħidma militari ta' l-Armata.", "It-tieni white paper, li ħarġet fil-25 ta' Ġunju fissret il-proposti tal-Gvern dwar il- ħolqien ta' forzi ta' riżerva fl-Armata.", "It-tielet white paper, li ħarġet fit-28 ta' Lulju, għamlet proposti għat-twaqqif ta' għaqda ta' l-istaff għall-membri ta' l-Armata.", "Ninsabu nkoraġġiti bil-mod kif il-pubbliku laqa' dawn il-white papers.", "Effettivament xi żewġ terzi tal-kummenti li rċevejna ġew mill-membri ta' l-Armata nnifisha.", "In linja mal-proposti magħmula fit-tliet white papers, li kollha jorbtu ma' xulxin, il-Gvern illum qed jistqarr il-politika tiegħu fir-rigward ta' l-Armata, li hija strettament marbuta mal-politka ta' sigurta` li qed insegwu.", "Dmir ewlieni tal-Gvern huwa li jassigura li l-poplu Malti jgħix ħieles minn kull theddida għall-paċi u s-sigurta` tiegħu.", "L-għan huwa li nħarsu l- ħelsien u l-integrita` territorjali tal-gżejjer Maltin kif ukoll il-ħila taċ-ċittadini li jsegwu l-interessi leġittimi tagħhom kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minnu.", "Imfissra b'dan il-mod is-sigurta` hija konċett wiesa' u ma tirriduċix ruħha sempliċement għall-użu ta' saħħa jew forza militari, anzi l-politika ta' sigurta` trid tinvolvi proċessi ta' koperazzjoni internazzjonali multilaterali, trid tinvolvi diplomazija preventiva u trid tkun imsejsa fuq enfasi għal djalogu u ftehim bejn il-ġnus.", "Il-Gvern huwa konvint li n-newtralita` għandha tkun il-pedament ċentrali tal-politika barranija u tal-politika tas-sigurta` ta' Malta.", "Mill-Indipendenza 'l hawn gvernijiet Maltin fittxew li jkabbru l- istabilita` permezz ta' koperazzjoni u sħubija ħielsa ma' Stati ġirien tagħna u permezz ta' sħubija f'organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Il-perm tas-sigurta' u l-progress ekonomiku tagħna ddependa mill-ħbiberija u l- koperazzjoni internazzjonali.", "Mhux ta' b'xejn li l-politika tas-sigurta` tagħna hija marbuta sew mad-dimensjoni Ewro-Mediterranja.", "Il-kontest ġeo- politiku tagħna huwa uniku u ma jistax jitqabbel mal-pożizzjoni ġeografika, politika jew storika ta' pajjiżi newtrali oħrajn.", "In-newtralita` tagħna trid tippermettilna nagħtu kontribut validu għall- istabilita` taċ-ċentru tal-Mediterran.", "Kieku kellna ningħaqdu ma' xi alleanza militari jew nagħtu x'jidher li qed nagħmlu hekk, inkunu qed inxejnu l-kredibilita` ta' pajjiżna bħala wieħed li jrid jiżviluppa f'koperazzjoni sħiħa mal-pajjiżi kollha tar-reġjun tagħna.", "F'dan ir-reġjun naraw inċertezza li dejjem tiżdied imma naraw ukoll nazzjonijiet li magħhom immorru tajjeb ħafna u li magħhom nagħmlu negozju tajjeb ħafna.", "In- newtralita` tħarisna mill-possibbilta` li, waqt turbulenza jew instabilita` madwarna ħaddieħor jarana bħala xi theddida għalih.", "Dan ma jfissirx li l-Armata għandha tinqata' minn koperazzjoni minn forzi armati barranin.", "Sakemm din il-koperazzjoni sseħħ fir-rispett tal- parametri tan-newtralita` ta' Malta, il-Gvern jibqa' jinkoraġġixxi kull koperazzjoni ma' forzi armati barranin li sservi biex issaħħaħ il-ħila professjonali u teknika ta' l-Armata ta' Malta u biex tgħin ħalli jkunu mħarsa dejjem aħjar l-istabilita` u l-koperazzjoni fir-reġjun tagħna.", "Bħalissa, mhux l-inqas b'konsegwenza tan-newtralita`, ma teżisti l-ebda theddida militari diretta għas-sigurta` nazzjonali.", "Xorta waħda rridu nkunu lesti biex nilqgħu għal kwalunkwe ċirkostanza li tista' taffettwa ħażin l- interessi territorjali, ekonomiċi jew politiċi tagħna.", "Dan huwa r-rwol ta' l-Armata.", "Il-politika tad-difiża tagħna ma tibbażax ruħha fuq il-ħażna u l- użu ta' armamenti li suppost iservu ta' deterrent f'każ ta' theddida militari diretta imma tintrabat mal-ħtieġa li l-forzi tagħna tad-difiża jkunu kapaċi li jilqgħu għal kull kriżi prevedibbli f'ċirkostanzi differenti.", "Dan se jsir skond il-linji mfissra fit-tliet white papers.", "Madanakollu jkun tajjeb li nisħaq fuq punt li forsi ma ħariġx tajjeb biżżejjed fil-white papers.", "L-Armata trid tkun ukoll soġġetta għad-dixxiplina finanzjarja li l-Gvern kollu jrid isegwi fiż-żmenijiet attwali.", "L-Armata trid titgħallem ukoll tagħmel aktar u aħjar b'inqas, anzi dan għandu jkun wieħed mill-mezzi kif l- Armata trid turi li taf tilqa' għall-isfidi tal-futur.", "Jien konvint li fl- Armata, bħal f'oqsma tat-tmexxija governattiva, jeżistu oqsma sħaħ fejn b'aktar dixxiplina, aktar sens komun u aktar management serju nistgħu niffrankaw spejjeż żejda u nagħtu servizz aħjar.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew jittieħdu passi biex jitwettqu l-miżuri għal titjib operazzjonali fit-tmexxija tal-Forzi Armati, kif imfissra fil-white paper tal-11 ta' Ġunju.", "Fl-oqsma ta' kif jiġu assenjati s-suldati għal ħidmiet differenti, ta' kif jintużaw ir-riżorsi fiżiċi, ta' kif qed jiġu organizzati l- operazzjonijiet militari, ta' kif qed jingħata t-taħriġ, il-Kmandant tal- Forzi Armati qed jintalab iħejji pjan għal twettiq tat-targets proposti fil- white paper tal-11 ta' Ġunju.", "L-istess se jkun jgħodd għall-programm biex jiġi mmodernizzat u standardizzat l-inventarju ta' tagħmir u apparat ieħor li tuża l-Armata.", "Il-Gvern qed jistenna li matul it-tliet snin li ġejjin bil-bidliet operazzjonali li jkunu saru kull sena jitwettaq titjib fl- effiċjenza ta' 5% fis-sena.", "Dan it-titjib jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' riżorsi finanzjarji u riżorsi oħrajn li tkun qed tħaddem l-Armata.", "Il- Kmandant tal-Forzi Armati se jkun mitlub li jissottometti pjan għal kif dawn l-għanijiet se jitkejlu u se jitwettqu.", "Matul is-sena 1998 se nwaqqfu forzi ta' riżervi tal-Forzi Armati skond il- linji mfissra fil-white paper ta' l-24 ta' Ġunju.", "Il-forza ta' riżerva tkun magħmula minn suldati u uffiċjali li wara li jtemmu s-servizz tagħhom ma' l-Armata, jitqiesu li baqgħu fuq riżerva attiva u minn voluntiera minn barra mill-Armata jingħataw taħriġ u jkunu nkwadrati fil-ħidma li l-forza ta' riżerva twettaq regolarment.", "Din il-proposta għandha tkebbes il-ħerqa fiż-żgħażagħ tagħna li jkunu jixtiequ jitħarrġu u jagħtu kontribut f'emerġenza ċivili bħala parti minn forza dixxiplinata u militari ta' voluntiera.", "Se jinbdew ukoll diskussjonijiet mal-ministeru ta' l- edukazzjoni u kultura nazzjonali u ma' l-Universita` biex titwaqqaf skema ta' taħriġ għal kadetti universitarji bħala parti mill-forza ta' riżerva.", "Matul is-sena 1998 il-Gvern se jwettaq ukoll il-proposta tal-white paper tat-28 ta' Lulju dwar il-formazzjoni ta' l-istaff association tal-Forzi Armati.", "L-istaff association tkun tinkorpora fiha lir-ranki kollha fl- Armata u t-termini ta' riferenza tagħha jkunu limitati għall-oqsma tal- pagi, allowances u kondizzjonijiet oħra tas-servizz, bħal welfare u pensjonijiet.", "Fi żmien qasir l-istaff association se titwaqqaf permezz ta' avviż legali.", "Sadanittant, wara konsultazzjonijiet li saru fl-aħħar xhur, il-Gvern iddeċieda żewġ miżuri oħra maħsuba biex jikkonsolidaw u jsaħħu r- rwol ta' l-Armata.", "L-ewwel miżura għandha x'taqsam ma' l-eta` ta' l-irtirar tal-fizzjali u suldati mill-Armata.", "Meta ġiet imwaqqfa l-Armata fl-1970, l-eta` ta' rtirar mill-Forzi Armati kienet ta' 48 sena jew wara 22 sena servizz.", "Wara din ġiet estiża għal 55 sena.", "Għal diversi raġunijiet l-ebda gvern qatt m'applika din ir-regola.", "Biss jinħass sew il-bżonn li l-iżbilanċ kurrenti fl-etajiet fil-Forzi Armati jiġi korrett.", "Dwar dan il-punt qajjimt tħassib minn uffiċjali u suldati dwar il-konsegwenza ta' l-irtarar mix-xogħol fl- għomor ta' 55 sena sakemm ċittadin jikkwalifika għall-pensjoni tas-sigurta` soċjali fl-eta` ta' 61 sena.", "Min-naħa l-oħra l-kondizzjonijiet fil- pensjoni li jgawdu meta jirtiraw fizzjali u suldati huma tajba u nemmen li jegħlbu l-iżvantaġġi.", "Għalhekk se tiddaħħal fis-seħħ gradwalment bejn issa u s-sena 2000 is-sistema ta' irtirar fl-eta` ta' 55 .", "Il-Kmandant ta' l-Armata qed jiġi mitlub li jippubblika kif din l-iskema se titħaddem fid-dettalji tagħha.", "Dan it-tħaddim irid isir b'mod ġust ma' kulħadd waqt li ċ-ċirkostanzi individwali ta' dawk milquta ħażin mill-bidla għal skopijiet ta' pensjoni għandhom jiġu ttrattati b'mod flessibbli u sensittiv.", "It-tieni miżura li qed nieħdu tikkonċerna l-futur ta' l-air traffic control corps u l-airport company.", "Għall-aħħar 18-il sena dawn kienu fergħa militari tal-Forzi Armati imma kienu jidħlu taħt id-direzzjoni tad- direttur ġenerali ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Il-kontroll amministrattiv kien taħt l-Armata li kienet responsabbli fost l-oħrajn, għall-pagi, promozzjonijiet u dixxiplina.", "Din is-sistema mista ma ħadmitx tajjeb u ta' spiss ikkawżat konfużjoni bejn l-Armata u d-dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili.", "Għalhekk il-Gvern iddeċieda li jneħħi l-air traffic control corps u l-airport company minn mal-Forzi Armati u jqegħedhom taħt id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili bħala forza ċivili soġġetta għal kondizzjonijiet speċjali ta' servizz skond l-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi, Kap. 117.", "Se jittieħdu passi mill-Ministru għat-Trasport u Portijiet biex isir it- tibdil legali, organizzattiv u amministrattiv meħtieġ u biex jitfasslu termini u kondizzjonijiet ta' servizz li jirriflettu l-istatus ċivili ġdid taż-żewġ korpi taħt id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Fix-xhur li ġejjin, il-Gvern se jkun qed jikkonsidra wkoll kif ir- revenue security corps u l-għanijiet tiegħu jistgħu jiġu inkorporati kompletament fl-Armata.", "Bil-miżuri li qegħdin inħabbru nemmnu li qegħdin nsaħħu u nimmodernizzaw ir-rwol u l-profil tal-Forzi Armata ta' Malta.", "Nemmnu li qegħdin nassiguraw li l-Forzi Armati jibqgħu jagħtu kontribut ewlieni fil-ħarsien tas-sigurta ta' pajjiżna.", "Il-Gvern jemmen li qegħdin naslu għall-għan li l-Forzi Armati ta' Malta jiġbdu lejhom ċittadini voluntiera li jservu spalla ma' spalla ma' korpi dejjem aktar professjonali ta' suldati regolari.", "B'hekk ukoll il-Forzi Armati jaslu dejjem aktar biex jitqiesu minn kulħadd bħala simbolu ta' l-għaqda tal-pajjiż.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm mistoqsijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, f'paġna 2 ta' l-istqarrija nsibu \"politika ta' sigurta` trid tinvolvi proċessi ta' koperazzjoni internazzjonali multilaterali, trid tinvoli diplomazija preventiva u trid tkun imsejsa ... \", imbagħad insibu wkoll li trid \"tikkawtela l-interessi ekonomiċi, territorjali u politiċi tagħna\".", "Peress li riċentement ħarġet press release fejn intqal li l-Armata intervjeniet fil-kwestjoni tal-Blata Kontinentali, li kien hemm xi seismic survey minn xi pajjiż ieħor - jidhirli li kien it-Tuneżija - u li s-sorveljanza ta' l-Armata kienet utli biex il-Gvern intervjena, jista' l-Prim Ministru jispeċifikalna x'kien ir- rwol ta' l-Armata u x'inhu attwalment?", "Jiġifieri r-rwol ta' l-Armata huwa on specific assignment, meta jkun hemm indikazzjoni ta' xi problema, jew huwa an ongoing exercise li l-Armata għandha d-dover li tkompli taħdem fuqu kontinwament?", "Jekk m'iniex sejjer żball, fid-dibattitu tal-budget, meta tkellem fuq iż-żejt, il-Ministru Mizzi qal li issa ntlaħaq ftehim ma' pajjiż ieħor, liema ftehim \"dalwaqt\" se jiġi ppubblikat, fuq xi parti ta' l-ibħra li huma kkontestati bejn Malta u dan il-pajjiż.", "Ma nafx għal min kien qed jirriferi l-Ministru.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna x'inhu bħalissa l-istat tan-negozjati jew xi problemi hemm fil-kontest tar-rwol ta' l-Armata li speċifikalna f'din id-dikjarazzjoni?", "Nixtieq ukoll nistaqsi jekk hemmx xi żvilupp fl-interpretazzjoni tal- klawsola 2 tan-newtralita` ta' Malta li llum, b'mod anakronistiku ħafna, l- aħħar paragrafu, paragrafu (e) jgħid li \"t-tarznari tar-Repubblika ta' Malta jintużaw għal skopijiet kummerċjali ċivili, issa jistgħu jintużaw ukoll f'limiti raġonevoli ta' żmien għat-tiswija ta' bastimenti militari, eċċ., u għall-bini ta' vapuri\", u mbagħad hemm l-esklużjoni - u għalhekk qed ngħid li hemm anakroniżmu -tal-bastimenti militari taż-żewġ super potenzi.", "Qed ngħid dan għax dan l-aħħar fil-gazzetti u f'xi stqarrijiet kien hemm riferenza għall-possibbilta` li t-Tarzna ta' Malta tiġi wżata għat-tiswija ta' xi bastiment militari.", "Ma nafx jekk dan japplikax ukoll għall-każ tal-Malta Shipbuilding.", "Hemm xi żvilupp fil-politika tal-Gvern rigward l-użu tat-tarznari ta' pajjiżna?", "Jien innotajt ukoll li l-Armata qiegħda tiġi mitluba tagħmel aħjar b'inqas.", "Dan huwa s-slogan tal-Gvern, qisna għandna xi ħanut b'xi tabella li tgħid: \"L-Aħjar u L-Inqas\".", "Aħna wkoll ngħidu l-irħis għoli.", "Fl- istqarrija hawn riferenza għall-fatt li l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati se jkollu r-responsabbilta` li jara li jkun hemm żieda ta' 5% fl-effiċjenza u se jiġi mitlub jgħid kif se jagħmel dan.", "Nixtieq ftit iktar dettalji dwar kif se titkejjel din l-effiċjenza, fis-sens jekk aħniex ngħidu biss li se nżidu l-effiċjenza, jew li effettivament innaqqsu l-ispejjeż, jew inkella t- tnejn.", "Hemm xi ħaġa konkreta?", "Għax wishful thinking wieħed jista' jagħmel kemm irid, imma eżattament x'aħna ngħidu?", "Imbagħad hemm il-parti li titkellem fuq ir-riorganizzazzjoni ta' l- Armata, kif imħabbra fl-ewwel white paper.", "Nixtieq nistaqsi jekk l- awtoritajiet kompetenti fl-Armata għadhomx jimxu bl-establishment li kien ġie stabilit meta snin ilu sar review tal-commitments u d-doveri ta' l- Armata.", "Naturalment kien sar complementing exercise, fis-sens li konna stabilejna kemm irid ikun il-complement u konna mexjin b'recruitment gradat kull sena, sakemm jintlaħaq l-establishment li kien ġie deċiż.", "Dak l-establishment li kien ġie deċiż għadna marbutin bih?", "Jew hemm ridimensjonament ukoll ta' kif se tkun l-istruttura ta' l-Armata, li allura jinfluwenza r-recruitment li jrid isir fl-Armata u li kien qed isir b'mod regolari minn sena għal sena?", "Nixtieq inkun naf jekk il-forma ta' recruitment hijiex se tibqa' kif kienet b'mod partikolari għas-suldati.", "Għar-ranks kien hemm sistema fejn wieħed seta' japplika mingħajr ma ssir call for applications.", "Kien sar reġistru fejn iż-żgħażagħ kollha li kienu jixtiequ li jkollhom karriera fl-Armata setgħu jmorru jirreġistraw u bl- ordni tar-reġistrazzjoni kienu jiġu msejħa, naturalment skond il-ħtieġa tar- recruitment.", "X'inhi s-sistema llum?", "F'każ li għadha l-istess, hemm il- ħsieb li tinbidel?", "Il-white paper kienet issemmi - u issa qed jiġi kkonfermat - li s-sena d- dieħla se titwaqqaf forza ta' riżerva.", "Naħseb li diġa' hemm forza ta' riżerva in kwantu ta' uffiċjali u suldati li jkunu rtiraw, pero' issa jsir recruitment ta' voluntiera.", "Jien nixtieq inkun naf iktar fuq hekk.", "Min- naħa ta' l-Armata dejjem kien hemm it-tendenza li ngħidu li għandu jkun hemm forza ta' riżerva, pero' biex din il-forza ta' riżerva, li tkun tikkonsisti f'numru sostanzjali ta' nies, tingħata ongoing training naturalment tqum il-flus.", "Nixtieq inkun naf jekk sarx eżerċizzju dwar kif se tkun din il-forza ta' riżerva, kemm ikun fiha nies, xi kwalita' ta' training se jkollhom, kemm se jkollhom perijodu living-in fis-sena, bħala parti mit-training tagħhom, u x'se jkun il-cost effettiv ta' din ir- riżerva.", "Ladarba l-Gvern ħa d-deċiżjoni, għandi nifhem li diġa' jaf x'għandu f'moħħu u jaf kemm se tqum.", "Safejn naf jien m'hemmx provision għal dan fl-estimi li għadna kif approvajna fil-budget li ġie ppreżentat, u allura nixtieq inkun naf iktar fuq hekk.", "Fl-istqarrija tissemma wkoll l-istaff association.", "Naturalment intqal bi preċiżjoni li l-parametri ta' l-association se jkunu rigward pagi, allowances u kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Mill-esperjenza tiegħi tul id- disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista, nistqarr li altru li l-Forzi Armati kienu rrappreżentati tajjeb għall-interessi tagħhom mill-Kmandant jew uffiċjal ieħor inkarigat biex jieħu ħsieb il-kondizzjonijiet tagħhom.", "Naħseb ukoll li fid-disa' snin u nofs li għaddew il-kondizzjonijiet tax- xogħol, inklużi pagi u allowances, kienu tjiebu b'mod mhux biss sodisfaċenti imma b'mod tajjeb ħafna.", "Xi kwalita` ta' intervent se tiġi mitluba tagħmel din l-association?", "Nerġa' ngħid li l-esperjenza ta' l- aħħar snin kienet li dawn il-kondizzjonijiet b'mod ġenerali mxew paripassu mal-kondizzjonijiet ta' l-impjegati tal-gvern.", "Minn dan il-lat, b'mod partikolari kien hemm riferenza - daqqa tajba u daqqa inqas tajba jew mhux tajba biżżejjed - għal forzi dixxiplinarji oħra, partikolarment il- Pulizija.", "Pero' jien għad irrid nifhem x'se jkun verament ir-rwol ta' l- association.", "Mhux biżżejjed li ngħidu biss li din se jkollha l-parametri ta' pagi, allowances, kondizzjonijiet ta' xogħol u welfare; għax jekk m'iniex sejjer żball, jissemma wkoll il-welfare.", "Jien ma narax għal liema skopijiet se jagħtu daqstant importanza lil din l-association.", "Pero' huwa importanti ħafna li nkunu nafu jekk fid-deċiżjoni tal-Gvern li jinforza l- irtirar fl-eta` ta' 55 sena mill-Armata - fl-istqarrija jingħad li dan se jiġi attwat fis-sentejn li ġejjin, sas-sena 2000 - l-association huwiex se jkollha rwol ta' konsultazzjoni u diskussjoni dwar kif dan se jsir?", "Jien naqbel li l-Armata m'għandhiex tkun an ageing army u naf li effettivament hemm żbilanċ qawwi fl-etajiet.", "Pero' naħseb li min daħal fl- Armata 20 jew 30 sena ilu u llum isib ruħu discharged f'eta` ta' 55 sena, jaf li effettivament il-working life tiegħu aktarx lil spiċċat, għax ikun diffiċli li jsib fejn jaħdem ta' dik l-eta'.", "Allura ll-Prim Ministru din il-miżura se jimplimentaha across the board u kull min għalaq 55 sena se jiġi mġiegħel jirtira sas-sena 2000?", "Ikunx aktar loġiku, aktar uman u aktar sensittiv - biex nuża l-kliem imsemmija fil-white paper - li din ir- regola fissa tiġi applikata għal min daħal fl-Armata f'ċertu żmien meta diġa' kien hemm indikazzjonijiet li se tiġi implimentata din il-kondizzjoni u kien jaf li wara 25 sena servizz joħroġ bil-pensjoni?", "Ma jaħsibx il-Prim Ministru li meta ġew recruited persuni li issa ilhom ħafna snin fl-Armata, kien hemm intendiment sottinteso, pero' paċifiku, li kulħadd jibqa' sakemm irid, jiġifieri sakemm jagħlaq il-61 sena.", "Allura għandna, issa, f'daqqa waħda, ngħidu li ma' l-eta' ta' 55 sena wieħed irid jispiċċa bilfors?", "Il- Prim Ministru jikkonsidra li għandu jiġi ddikjarat, kif qed jagħmel hawn, li se japplika l-prinċipju li r-retiring age tkun ta' 55 sena, pero' dan japplika għal nies li ġew recruited minn ċertu żmien 'il hawn?", "L-aħjar kieku ngħidu li din tapplika għal min ġie recruited issa biex min jidħol fl- Armata jkun jaf li se jidħol b'din il-kondizzjoni.", "Barra minn hekk, nixtieq inkun naf jekk sarx xi studju, eżami jew inkella impact assessment - illum din hi l-kelma wżata - fuq in-nies li hemm fl- Armata.", "Kemm se jkunu milquta nies?", "Kemm hemm minnhom li għandhom 'il fuq minn 55 sena?", "Nixtieq li nkunu nformati aktar bid-dettalji għax issa li qed nieħdu d-deċiżjoni naħseb li jkun qed iħalliha wiesgħa wisq il-Prim Ministru lil jgħid li se jkun obbligu tal-Kmandant tal-Forzi Armati li jimplimenta din id-deċizjoni.", "Effettivament qed nitkellmu fuq numru ta' nies li nafu l-etajiet tagħhom, u jien kont nistenna li l-Prim Minstru jgħidilna li n-numru ta' nies li għandhom 55 sena huwa tant u li tant minnhom huma uffiċjali u tant huma suldati.", "Pero' l-Parlament ma ġie informat xejn.", "Naħseb li d-deċiżjoni li ħa l-Prim Ministru li l- implimentazzjoni ssir sas-sena 2000 hija deċiżjoni maturata wara analisi ta' dak kollu rilevanti.", "Madam Speaker, naħseb li fil-white paper m'hawnx żviluppi ġodda mħabbra dwar ir-revenue security corps, pero' tibqa' dejjem id-domanda jekk dan għandux ikun korp dixxiplinat fih innifsu, parti mill-Armata jew le, jew forsi parti mill-Pulizija.", "Jien sinċerament dejjem kelli d-dubji dwar kemm ir-revenue security corps għandu jkun parti mill-Armata.", "Ma naħsibx li hija esperjenza pożittiva għan-nies li jħabbat il-bieb, jiftħu u jsibu suldat wara l-bieb biex jgħidilhom li għandhom jagħtu l-arretrati ta' l- income tax.", "M'iniex qed ngħid li m'għandux ikun hemm enforcement fuq il- ħlas tat-taxxi, anzi hekk għandu jsir.", "Pero' fil-white paper m'hawn xejn fuq ir-revenue security corps, ħlief li dan se jiġi inkorporat b'mod aktar dirett fl-Armata.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar l-air traffic control corps u l- airport company.", "Naturalment hija kwestjoni perenni, kemm f'pajjiżna u kemm f'pajjiżi oħra, jekk dawn għandhomx ikunu parti mill-forzi dixxiplinati fil-pajjiż.", "Il-Gvern iddeċieda li ma jibqgħux parti mill- Armata u naturalment hemm ħafna x'wieħed jgħid dwar dan.", "Żgur li din hija xi ħaġa aċċettabbli u desiderabbli għall-membri ta' dawn il-korpi.", "Pero' nixtieq li l-Prim Ministru jispjegalna xi tfisser li dawn se jkunu jaqgħu taħt is-Supplies and Services Act.", "Dan hu Att li kien daħal fis-seħħ wara l-gwerra biex jieħu ħsieb iċ-ċirkostanzi partikolari li kienu jeżistu f'pajjiżna f'dawk iż-żmenijiet u jien niddeskrivih bħala anakroniżmu li issa se nġibu lill-air traffic control corps u l-airport company jiddependu mis-Supplies and Services Act u ma nafux din il-miżura xi tfisser sew.", "Fis-Supplies and Services Act il-gvern għandu poteri enormi biex jagħmel kważi li jrid f'ċirkostanzi diffiċli, bħalma kienu dawk ta' wara l-gwerra.", "U dawk il-poteri ma kenux intiżi għal korp bħalma hu l-air traffic control corps jew l-airport company.", "Fis-Supplies and Services Act hemm poteri eċċezzjonali għal ċirkostanzi eċċezzjonali.", "GĦalhekk jiena sinċerament ma nifhimx kif liġi ta' emerġenza ta' wara l-gwerra se tirregola l-air traffic control corps u nixtieq li l-Prim Minisru jgħidilna iktar x'se jfisser li dawn iż-żewġ korpi jaqgħu taħt is-Supplies and Services Act.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna x'se jiġri minn dawk in-nies li kienu bagħtu għalihom qabel l-elezzjoni biex jidħlu ma' l- Armata?", "Barra minn hekk, kif jistenna l-Prim Ministru li l-Armata tkun aktar effiċjenti meta se jitnaqqsulha iktar minn Lm0.5 miljun mill-budget tagħha?", "L-Armata partikolarment żiedet ħafna l-mezzi tat-trasport tagħha bħalma huma patrol boats u helicopters.", "Madanakollu l-budget li għandha għas-sena d-dieħla huwa fil-livell ta' dak ta' l-1992.", "Rigward ir-reklutaġġ li diġa' rrifera għalih il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid kif se tagħmel tajjeb l-Armata għat-telf ta' aktar minn 100 suldat kull sena li jirtiraw biż-żmien jew bis-servizz?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-Prim Ministru qal li biex titwaqqaf skema ta' taħriġ għal kadetti universitarji se jinbdew diskussjonijiet mal- ministeru ta' l-edukazzjoni u ma' l-Universita`.", "Hawnhekk qed jinkludi lill-Kunsill Studenti Universitarji, l-għaqda li tirrappreżenta uffiċjalment lill-istudenti?", "MADAM SPEAKER: Jekk m'hawnx aktar mistoqsijiet, nistieden lill-Prim Ministru jwieġeb id-domandi li sarulu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, nibda bil-mistoqsija tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar ir-rwol ta' l-Armata vis-a-vis il-Blata Kontinentali.", "Ir- rwol ta' l-Armata jibqa' dak li jissorvelja l-Blata Kontinentali u z-zoni ta' l-ibħra ta' madwarna fejn hemm bżonn inkunu nafu x'inhu għaddej u x'inhuma l-affarijiet li qed jiġu ppjantati minn nies li jkunu awtorizzati jew ma jkunux awtorizzati li jagħmlu tiftix jew li ma jagħmlux tiftix.", "L- Armata tagħmel sorvelji regolari hemmhekk u ovvjament il-pjani huma li tibqa' fi stat ta' preparedness għal dak it-tip ta' sorvelji li hemm bżonn li jibqgħu jsiru.", "Issemma l-istat ta' negozjati dwar iż-żejt.", "L-inċident li rrifera għalih il-Ministru Mizzi aktar kmieni dan ix-xahar ma kienx ta' xi forma ta' diżgwid bejn gvern u gvern jew bejn stat u stat, imma sempliċement bejn żewġ kumpanniji taż-żejt claiming rights ta' tiftix fl-istess zoni.", "Jiġifieri din ma kenitx kwestjoni ta' natura statali imma ta' natura kummerċjali u, safejn naf jien, ġiet riżolta.", "B'risposta għall-mistoqsija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar id- definizzjoni ta' newtralita` kif imfissra fil-Kostituzzjoni, vis-a-vis il- bini jew tiswija ta' vapuri tas-super potenzi, mistoqsija li m'hix eżattament relatata mas-suġġett tagħna tal-lum, irrid ngħid li aħna nħossu li dik il-klawsola għadha tgħodd u sakemm jibqa' jkun hemm super potenza waħda jew aktar, tibqa' tgħodd fil-kontest tan-newtralita` ta' Malta, kif definita fil-Kostituzzjoni tagħna, li aħna nirrispettaw mija fil-mija.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa dwar it-tnaqqis ta' 5% fl- ispiża operazzjonali.", "Aħna nemmnu li l-Armata, bħal kull organizzazzjoni oħra ta' l-Istat, trid tkun konxja mill-cost effectiveness tagħha, u l- materjal, il-flus u r-riżorsi li l-poplu qiegħed jagħti lill-Armata jridu jintużaw bl-aħjar mod possibbli.", "Kif diġa' għidt fl-istqarrija u nerġa' ngħid issa, m'iniex konvint li l-Armata, bħal organizzazzjonijiet oħra governattivi, qed tkun mija fil-mija effiċjenti fil-mod kif taħdem.", "Allura aħna qed nistennew li t-tmexxija ta' l-Armata tħares lejn indikaturi ta' l- użu tar-riżorsi tagħha, tagħmel kejl u tiżviluppa indicators ta' dak li tkun qed tagħmel, per eżempju, kemm qiegħda tagħmel sorvelji bin-nies li għandha, u kemm ir-riżorsi tal-fuel li għandha tabilħaqq qegħdin jintużaw fuq operazzjonijiet.", "Dawn huma t-tip ta' indikaturi li aħna qed nistennew li jiżviluppa l-Kmandant ta' l-Armata.", "Imbagħad fuq il-bażi ta' dawn l- indikaturi jgħidilna li qegħdin nippjanaw biex sena wara l-oħra jkunu qed jagħmlu titjib ta' 5% fl-effiċjenza.", "Dan isir minn armati moderni f'diversi pajjiżi u jien assigurat li xi ħaġa bħal din tista' tiġi żviluppata u għandha tiġi żviluppata.", "Aħna nħossu li l-Armata, bħal kull organizzazzjoni oħra tal-gvern, fis- sitwazzjoni finanzjarja preżenti, għandu jkollha l-impenn li tassigura li r- riżorsi tal-poplu li qed tuża tużahom bl-aħjar mod.", "Aħna konvinti li hemm modi kif tista' tużahom bl-aħjar mod.", "Per eżempju, hemm bżonn li tinvolvi aktar suġġerimenti min-naħa tar-rankijiet differenti, minn isfel nett sa fuq nett, biex kulħadd jissuġġerixxi modi aħjar kif taħdem l-Armata.", "Ma rridux nassumu li hemm tnejn jew tliet individwi biss li jafu x'għandu jsir, anzi għandna nassumu li kull min qiegħed fl-Armata għandu l-interess u l-impenn li jara li l-Armata ttejjeb ix-xogħol tagħha.", "Waħda mill- affarijiet li laqtuna meta konna qegħdin naħdmu fuq dan ix-xogħol ta' l- Armata, kien l-ammont ta' suġġerimenti li daħlu wara li ħarġu l-white papers.", "Żewġ terzi mill-kummenti li tressqu lill-Gvern ġew appuntu mir- rankijiet differenti ta' l-Armata, minn isfel nett sa fuq nett.", "Dan jindika li tajjeb li naħdmu u nqiegħdu bħala targets il-ħtieġa li l-Armata ttejjeb l-operazzjonijiet tagħha b'mod konkret.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa jekk aħniex nimxu bl- establishment li ġie ddeterminat fl-1990/1991.", "Bħala qafas iva, pero' jiena ċertament inħoss li dak l-establishment huwa the upper cap, the upper limit ta' dak li għandna nimmiraw għalih.", "GĦaliex?", "Għax irriżulta - u dan ġie ddokumentat tajjeb fil-white papers u f'dokumenti oħra li għandna - li l-allokazzjoni ta' riżorsi ta' individwi fl-Armata qiegħda tkun sparpaljata f'affarijiet li m'humiex strettament ta' natura militari.", "Per eżempju, jidher ċar li l-arranġamenti amministrattivi eżistenti sabiex suldati jiġu stazzjonati on guard duty ma affarijiet stazzjonarji, qegħdin jixorbulna ħafna mill-personnel.", "Biżżejjed ngħid li kwazi hemm reġiment sħiħ ta' suldati li jgħassu postijiet li m'għandhiex tkun l-Armata li tgħassishom.", "Għalhekk qed ngħid li l-establishment li ġie ppjanat fl-1990/1991 qed inqisuh very much as the upper cap.", "Jien preċiżament qed ninsisti li r- recruitment ġdid jgħaddi mis-sistemi finanzjarji u ta' kontroll tal-gvern - issa għandna kumitat tal-Kabinett li qiegħed jisma' u jirċievi kull talba għal recruitment ġdid mal-gvern u allura anke l-Armata hija soġġetta għal dan il-mekkaniżmu - u jrid ikun soġġett għar-reorganisation li rridu nagħmlu biex jispiċċaw ċerti assenji ta' nies għal xogħol li m'huwiex neċessarjament meħtieġ ħalli b'hekk in-numru ta' nies eżistenti fl-Armata jkun jista' jintuża b'mod aktar produttiv.", "Dan allura jirrispondi wkoll il- mistoqsija li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar pjani għal recruitment fiż-żmien li ġej.", "Mistoqsija oħra li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet dwar kif se ssir il-forza ta' riżerva.", "Hu qal li s-sistema ta' riżerva diġa' teżisti, pero' din teżisti fuq il-karta, għax fil-prattika ma teżistix.", "Jiġifieri għalkemm l-uffiċjali u s-suldati li jispiċċaw mill-Armata huma kkonsidrati li qegħdin fir-riżerva, effettivament din m'hijiex riżerva attiva u qatt ma ġiet imħaddma.", "Aħna qed ngħidu li hemm bżonn li titħaddem u qed nippjanaw mod kif titħaddem.", "L-ewwelnett m'huwiex minnu li l-estimates għas-sena d- dieħla ma jitkellmux dwar riżerva għax fil-fatt għandna vot ta' xi Lm70,000 għaliha.", "It-tieni nett qed ngħidu li r-riżerva se tinħadem fuq żewġ bażijiet.", "Se jkun hemm uffiċjali u ċerti suldati li jispiċċaw mill-Armata li se jitqiesu, biex ngħid hekk, fuq riżerva attiva, u magħhom se jingħaqdu wkoll numru ta' voluntiera biex iżommu għaddejja din il-forza ta' riżerva.", "Din m'hijiex se tkun xi reġiment għal rasu, m'hijiex se tkun kif kienu organizzati r-reġimenti tat-territorials fl-imgħoddi imma se tinħadem fuq platoon system.", "Kif għidt, se jkun hemm numru ta' nies li għandhom esperjenza u numru ta' nies voluntiera li se jiżdiedu ma' reġiment eżistenti.", "B'hekk minbarra l-istruttura eżistenti jkun hemm platoons ta' riżerva.", "Fl-ewwel sena se jkollna xi żewġ platoons li jaħdmu b'dan il-mod u allura din ma tinvolvix spiża ta' infrastruttura biex tagħmel reġiment ġdid iżda hija sempliċement estensjoni ta' l-ispiża għat-tmexxija ta' reġiment li miegħu se jiżdiedu platoon, tnejn, tlieta jew erbgħa fuq bażi ta' forza ta' riżerva.", "Dan l-arranġament jagħmel sens anke fil-każ li jqumu, per eżempju, ċerti emerġenzi ċivili jew nazzjonali.", "GĦaliex?", "GĦaliex ikollok ir-reġiment konċernat li l-main body tiegħu jkun qiegħed jagħmel l-affarijiet li huma ta' l-akbar neċessita` strateġika waqt li l-forza tar-riżerva tkunu qed tissalvagwardjalu r-rearguard tiegħu.", "B'dan il-mod il-bqija tar-reġiment li huwa fuq servizz attiv ikun jista' jibqa' jagħmel affarijiet li huma aktar ta' natura direttament militari.", "Din hija sistema li tintuża f'diversi armati.", "Nemmnu li tista' u għandha tintuża f'Malta, u nemmnu wkoll li se sservi biex ikollna aktar u aktar nies ċivili li jitħeġġu u jiġu organizzati b'mod dixxiplinat, skond is-sistemi ta' l-Armata, u jkunu available, nerġa' ngħid, fil-każ li jkun hawn xi diżastru nazzjonali jew xi emerġenza ċivili.", "Din hija xi ħaġa li tista' ssir fuq bażi inkrimentali, pass wara pass.", "Il-platoons jiżdiedu mar-reġiment u allura r-reġiment ikollu miegħu l-forza tar-riżerva li tista' tgħinu u tikkomplimentalu x- xogħol tiegħu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa wkoll kif se taħdem l-istaff association.", "Nixtieq nirriferih għall-white paper li ħriġna dwar it-tiswir ta' l-għaqda ta' l-istaff association u nista' sempliċement naqra biċċa minnha biex ngħidlu kif se taħdem.", "Din tgħid hekk:", "\"L-għaqda ta' l-istaff tkun magħmula minn erbatax-il rappreżentant kelliema: erba' fizzjali, tliet warrant officers, tliet senior NCOs jew junior NCOs - non commissioned officers - u erba' gunners.", "Erba' rappreżentati kelliema jkunu eletti minn kull reġiment u tnejn, wieħed minn kull wieħed mill-Kwartieri Ġenerali ta' l-AFM u tal-kumpannija ta' l-ajruport.\".", "Issa dik ovvjament tispiċċa għax lill-kumpannija ta' l-ajruport se noħorġuha barra mill-Armata.", "Nista' nibqa' naqra r-regolamenti li għandna proposti għall-istaff association imma ma naħsibx li hemm għalfejn għax f'paġna 5 tal-white paper qegħdin nagħtu l-istruttura kollha tagħha.", "Din l- struttura tinkludi chairman li jkun magħżul mill-fizzjali kelliema u segretarju minn fost il-warrant officers, NCOs jew il-gunners.", "Din l- assoċjazzjoni tagħmel laqgħat regolari ta' kull xahrejn biex jitqanqlu punti għad-diskussjoni fi ħdan l-istaff, imbagħad tgħaddi l-kwestjonijiet imqanqlin minnha lill-Kmandant u effettivament anke jkollha ċ-ċans titkellem mal-ministru responsabbli mill-Armata.", "Meta jitqanqlu kwestjonijiet ta' pensjonijiet, pagi, kondizzjonijiet ta' servizz ta' individwi anke fl-Armata, l-istaff association tkun inkarigata li titkellem għas-suldati konċernati.", "Pero' l-istaff association ma tistax isservi bħala union, ma tistax b'xi mod jew ieħor tiddikjara xi strikes jew inkella tieħu azzjonijiet industrijali.", "Niġi issa għall-kwestjoni ta' l-irtirar ta' suldati u uffiċjali ma' l- eta` ta' 55 sena.", "Nerġa' ngħid li din l-eta` ta' l-irtirar - u, jekk niftakar tajjeb, ftit qabel kienet ta' 47 sena - kienet dejjem teżisti fl- Armata iżda qatt ma ġiet implimentata.", "Aħna nħossu li wasal iż-żmien li tiġi implimentata, aktar u aktar għax xi 30% jew 35% tas-suldati u l- uffiċjali fl-Armata għandhom 40 sena jew aktar.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, fl-Armata aktar qed ikun hemm żbilanċ bejn l-etajiet.", "Aħna mhux qed ngħidu li min għandu aktar minn 40 jew 45 sena jrid jispiċċa mix-xogħol.", "Mhux dak hu l-punt imma ċertament li fl-Armata nixtiequ li jkun hemm nies li fiżikament huma attrezzati biex jagħmlu ċertu tip ta' xogħol, għax allura ma jagħmilx sens li jkollok armata.", "Jekk parti kbira ta' l-Armata tkun qed tagħmel biss xogħol klerikali u amministrattiv, dik m'hijiex armata iżda hija xi ħaġa oħra.", "Inħossu wkoll li l-livell tal-pensjoni minnha nnifisha għandha tkun tajba biżżejjed biex wieħed ikun jista' jkollu żmien ta' rtirar tajjeb.", "Jekk imbagħad isib impjieg, anke jekk dak l-impjieg ikun bil-minimum wage, dan id-dħul flimkien mal-pensjoni li jieħu wara 25 sena servizz ikun diġa' aktar biex is-suldat jew l-uffiċjal konċernat jissupera l-paga li jkun spiċċa biha fl-Armata.", "Mela minn dan il-lat aħna nħossu li ż-żmien li qed nagħtu huwa żmien raġonevoli biex naslu għal din id-deċiżjoni meħtieġa ħalli tabilħaqq ikun hemm bilanċ aħjar fl-etajiet li hemm fl-Armata.", "Fl-istqarrija tiegħi għidt, u nerġa' ngħidha hawnhekk, li effettivament il-kriterju li fuqu għandna nkunu flessibbli huwa fejn tidħol is- sitwazzjoni ta' dawk is-suldati jew dawk l-uffiċjali li meta jagħlqu l-55 sena jkunu għadhom ma waslux għal 25 sena servizz u allura ma jkollhomx il- pensjoni kollha tas-servizz.", "Hemmhekk għandna bżonn inkunu flessibbli u jien informat li l-maġġoranza tal-każi li jistgħu jitqanqlu b'dan il-mod huma preċiżament ta' dan it-tip.", "Allura għall-mistoqsija tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar jekk sarx impact assessment fuq din il-kwestjoni, ngħid li sar assessment preċiżament f'dan is-sens, jiġifieri li qegħdin niżguraw li nimxu b'mod sensittiv ma' dawk li se jagħlqu 55 sena u m'għandhomx 25 sena servizz.", "GĦall-mistoqsija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar jekk li- istaff association hijiex se tiġi kkonsultata fuq din il-ħaġa, ngħidlu li se tiġi kkonsultata għax huwa ċar li hija ħaġa li tirrigwarda l- kondizzjonijiet tax-xogħol tas-suldati u l-uffiċjali.", "Kumment ieħor kien dwar l-inkorporazzjoni tar-revenue security corps fl- Armata.", "Il-punt li qed nipprovaw nagħmlu huwa li bħalissa r-revenue security corps, għalkemm parti mill-Armata, għandha kondizzjonijiet, tmexxija u għanijiet ftit differenti.", "Hemm bżonn li niddeċiedu - u qed niddeċiedu - li fiż-żmien li ġej nipprovaw nagħmlu minn kollox biex namalgamaw mija fil-mija lir-revenue security corps mal-bqija ta' l-Armata.", "Fil-każ ta' dawk li qed jaħdmu fl-ajruport, id-deċiżjoni kienet li niddistakkawhom mill-Armata, għax għandhom żewġ linji ta' tmexxija u, għalkemm fil-bidu kien neċessarju li dawn jitpoġġew taħt l-Armata, issa li għadda ż-żmien minn meta sar hekk 18-il sena ilu, hemm bżonn li nevalvaw is- sitwazzjoni.", "Għalhekk qed jiġi deċiż li dawn niddistakkawhom mill-Armata.", "Fil-każ tar-revenue security corps, id-deċiżjoni tagħna hi li nagħmlu minn kollox biex ninkorporawhom mija fil-mija, bil-kondizzjonijiet tax-xogħol li għandhom, mal-bqija ta' l-Armata ħalli ma jkunx hemm aktar kondizzjonijiet differenti bejn l-RSC u l-kumplament ta' l-Armata.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mbagħad staqsa xi tfisser li se npoġġu lill- membri tal-korp ċivili li se jkollhom x'jaqsmu ma' l-ajruport taħt is- Supplies and Services Act.", "Din hija sempliċi ħafna, għalkemm għada rridu nitkellmu u ninnegozjaw magħhom.", "Filwaqt li dawn se jkunu korp ċivili, it- tip ta' xogħol li jagħmlu ma jistax jitqies bħala xogħol normali, fejn jista' jkun hemm xi forma ta' strikes jew ta' azzjonijiet industrijali mil- lum għal għada.", "Għalhekk f'dan il-każ il-possibbilta` li jsiru azzjonijiet industrijali se tiġi limitata taħt il-parametri tas-Supplies and Services Act, Kap. 117 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Dik hija t-tifsira tagħha li jkunu ċivili imma l-possibbilta` li jieħu azzjonijiet industrijali tkun limitata bil-provisions ta' dik il-liġi.", "Issa mmur għall-punti li qajjem l-Onor.", "Jesmond Mugliett dwar x'se jiġri min-nies li bagħtu għalihom qabel l-elezzjoni.", "Nirripeti li r-reklutaġġ fl- Armata se jitmexxa fuq il-kriterji tal-bżonn li hemm taħt il-parametri finanzjarji u kull talba min-naħa ta' l-Armata biex iżżid il-personnel tiġi riferuta lill-Kumitat Nru 3 tal-Kabinett.", "Tajjeb li ngħid, Sinjura President, li b'deċiżjoni tal-Kabinett twaqqfu tliet kumitati tal-Kabinett biex niżguraw li x-xogħol tal-budget għas-sena d-dieħla jitmexxa b'serjeta` u b'konsistenza.", "L-ewwel kumitat huwa maħsub biex jissorvelja d-dħul u l- ħruġ tal-gvern fuq bażi regolari, xahar b'xahar.", "It-tieni kumitat qiegħed hemm biex jiddiskuti u jimplimenta eżerċizzji li bihom se nkunu qegħdin neżaminaw ħela li tista' ssir fil-gvern u nispezzjonaw li l-operat u l- amministrazzjoni tal-gvern fis-setturi differenti qiegħda tabilħaqq titmexxa b'mod effettiv.", "It-tielet kumitat li twaqqaf b'konsegwenza tal- miżuri li qed nieħdu fil-budget huwa maħsub biex jikkontrolla d-dħul ta' nies ġodda mal-gvern.", "Mela l-ewwel kumitat huwa maħsub biex niżguraw li jkun hemm kontrolli fuq l-ispejjeż li għaddejjin; kemm dawn ikunu tabilħaqq f'posthom u kemm ikun tajjeb id-dħul; biex ikun hemm l-impenn li niflu d- dħul mill-income tax, mis-CET u minn affarijiet oħra, u biex tabilħaqq jara li qed ikun hemm kontroll fuq l-evażjoni.", "It-tieni kumitat se jkollu l- funzjoni li jissorvelja kif ċerti affarijiet ikunu qegħdin isiru, tajjeb jew ħażin, fid-dipartimenti differenti.", "Hemm il-ħsieb ukoll li nwaqqfu spettorat speċjali biex jagħmel audits tax-xogħol tal-gvern.", "It-tielet kumitat, nerġa' ngħid, huwa l-kumitat li se jikkonsidra talbiet għal recruitment ġdid.", "U anke l-Armata, biex tagħmel recruitment ġdid ta' suldati, trid tgħaddi t-talba tagħha quddiem dan il-kumitat, fejn jiġi deċiż kemm se jidħlu nies, ladarba jkun se jiżdied il-personnel fl-Armata.", "L-Onor.", "Mugliett staqsa wkoll kif jista' jkun li l-Armata żżid l- effiċjenza tagħha jew tkompli tkun effiċjenti meta qed ikollha tnaqqis fl- allokazzjonijiet tagħha.", "Lill-Onor.", "Mugliett ngħidlu li din hija preċiżament l-isfida li għandu l-Gvern.", "Ma jistax ikun li dipartimenti differenti tal-gvern jaħsbu li biex ikunu effiċjenti jridu jonfqu aktar.", "Aħna nemmnu li hemm ħafna modi kif wieħed jista' jkun aktar effiċjenti mingħajr ma jonfoq daqskemm kien jonfoq qabel.", "Biżżejjed ngħid li ċerti eżempji li qed jaslulna ta' ineffiċjenza fit-tmexxija tas-sistemi tal-gvern tant huma lampanti li ma nistgħux nibqgħu għaddejjin bihom.", "U ċertament li ħaġa bħal din trid tapplika wkoll għall-Armata.", "L-Onor.", "Mugliett staqsa wkoll kif l-Armata se tagħmel tajjeb għat-telf tan-nies.", "Qed nifhem li kien qed jirriferi għat-tnaqqis ta' nies li għandhom ċerta expertise.", "Waħda mill-affarijiet li qed nagħmlu u li tkellimna dwarha fil-white paper u ssemmiet fl-istqarrija li għamilt, hija li hemm bżonn li ntejbu l-kwalita` ta' l-uffiċjali u għalhekk se jibqa' għaddej programm ta' taħriġ.", "Il-kwalita` tas-servizz ma żżommhiex billi sempliċement żżomm in-nies imma trid tgħallem skills ġodda u jrid ikollok programm ta' taħriġ għaddej kontinwament.", "Effettivament għandna programm ta' taħriġ operazzjonali u fl-istess ħin nies ta' ċertu kalibru fl-Armata qed jintbagħtu, u se jibqgħu jintbagħtu, għal taħriġ barra minn Malta.", "Ir- risposta tiegħi hija li biex inżommu u nkabbru l-effiċjenza hemm bżonn li nisħqu, kif se nkomplu nagħmlu, fuq żieda fit-taħriġ fuq il-livelli differenti, kemm tekniċi kif ukoll professjonali, fi ħdan l-Armata.", "L-aħħar mistoqsija kienet ta' l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia dwar l-iskema ta' taħriġ ta' l-istudenti fil-forza tar-riżerva u staqsa jekk aħniex se nitkellmu mal-KSU.", "Aħna nitkellmu ma' kulħadd, jiġifieri lesti lli nitkellmu anke mal-KSU.", "Imma jekk il-KSU se titlaq bl-argument dommatiku li l-Armata m'għandhiex tersaq lejn l-Universita`, allura m'hemmx x'tiddiskuti.", "Ma naqblux.", "Aħna nemmnu li l-Armata, bħal kull istituzzjoni oħra, għandha tersaq lejn l-Universita` u l-Universita` għandha tersaq ukoll lejn kull għaqda li għandha fiha xi forma ta' xogħol, inkluża l- Armata.", "Jiena nemmen li l-Universita' għandha ħafna x'titgħallem mill- Armata u l-Armata għandha ħafna x'titgħallem mill-Universita`.", "Nemmnu wkoll li l-korp ta' kadetti studenti li qed insemmu jista' jkun ta' ġid kbir kemm għall-Universita` kif ukoll għall-Armata.", "Jekk il-KSU tkun interessata li niddiskutu on these lines, allura niddiskutu.", "Jekk le, le!", "Pero' ċertament li se nitkellmu ma' l-Universita` ta' Malta fuq kif nistgħu nwettqu l-iskema ta' kadetti universitarji fil-forza ta' riżerva ta' l- Armata.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR GĦAS-SENA 1997\\1998", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi :", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1997 sat-30 ta' Settembru 1998 skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni tieħu seduta waħda, il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol jitwal bil-ħin meħud għall-istqarrrija li saret mill-Prim Ministru u li l-ħin tad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bil- winding up għall-Gvern.", "MADAM SPEAKER: Hawn qbil dwar dan l-arranġament?", "(Onor. Membri: Iva) Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għal darba oħra qed inqum hawnhekk biex nitkellem fuq il-Planning Authority li kemm ilna fil-gvern diġa` kellna iktar minn okkażjoni waħda li nitkellmu fuqha.", "Proprju f'dawn l-aħħar ġranet, waqt id- dibattitu fuq il-vot tal-ministeru tiegħi, kollegi min-naħa l-oħra sabu l- okkażjoni biex jitkellmu fuq il-Planning Authority.", "Irrid ngħid li kull meta nqum biex nitkellem fuq din l-awtorita' jkolli mixed feelings.", "Nibda naħsibha jekk nitkellimx favur jew kontra.", "Inkun irrid infaħħar u fl- istess ħin inħoss li rrid nikkritika u mmaqdar.", "Inkun irrid noħroġ it- tajjeb li hemm pero' fl-istess ħin ma nistax naħbi l-ħażin.", "Madam Speaker, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija taħlita.", "Hija istituzzjoni li - biex inpoġġu d-diskussjoni fuq binarju dritt mill-ewwel - aħna nemmnu li għandha rwol importanti ħafna, li l-pajjiż għandu bżonnha u li nara futur għaliha.", "Għalhekk jien nara li r-rwol tiegħi sakemm nibqa' nieħu ħsieb dan il-ministeru jkollu l-objettiv li lil din l-istruttura ntejbuha.", "Xejn ma jitwieled perfett, xejn m'huwa bla difetti u m'hemm l- ebda oġġett li tista' tgħid li hu kollu tajjeb jew li hu kollu ħażin.", "Jien xtaqt nagħmel introduzzjoni u mbagħad nisma' l-kummenti u nirrispondi għalihom, imma nħoss li huwa dover tiegħi li, bla ma noqgħod naħli żmien u ngħid x'sibt, ngħid li kulħadd jaf li meta sena u xahar ilu tlajna fil- gvern u ġejt biex nieħu ħsieb il-Planning Authority, kien hemm stat ta' tgergir ġenerali fuq l-awtorita`.", "Kien hemm ħafna allegazzjonijiet u kritika ħarxa fuq l-ineffiċjenza u l-mod kif qed taħdem.", "Mill-kamp l-ieħor kien hemm min anke wasal biex allega li kienet parti mill-kawża tat-telf ta' l-elezzjoni għall-Partit Nazzjonalista.", "Jien dan niżnu fil-kontest ta' kif kienu jingħadu dawn l-affarijet u dak li fil-fatt kien qed jiġri.", "Nista' ngħid li jien kelli ftit ta' l-esperjenza għax kelli x-xorti nkun membru fuq din l-awtorita` sa mill-bidu tagħha u mill-ewwel iddeċidejt li rrid nagħmel xi ħaġa biex din l-awtorita' ma titkissirx, imma tirriforma ruħha b'mod li taqdi r-rwol importanti li għandha u tasal biex tilħaq il- mission objectives li għandha u li jien ġieli kkritikajt u għadni nikkritika għaliex m'iniex sodisfatt li qegħdin jintlaħqu kollha.", "Irridu nagħmlu dawk ir-riformi u dawk l-affarijiet li hemm bżonn ħalli din l- awtorita` ssir iktar customer friendly, ikun hemm inqas tgergir kontra tagħha u l-poplu jħoss li għandu struttura li mhux talli mhux qiegħda tfixklu, talli hija struttura li mingħandha jieħu servizz, bħalma hemm f'pajjiżi ċivilizzati oħra.", "Il-poplu qed iħallas it-taxxi għal din l- awtorita' u mingħandha jippretendi li jieħu servizz li jkun professjonali, trasparenti u li ma jkunx imkaxkar bla sens, u servizz li fuq kollox ikun ġust.", "Dawn huma l-għanijiet li wieħed irid jiggwida lill-Planning Authority għalihom.", "Jien minn dejjem kont ċert li nistgħu nagħmlu tibdil fiha, u dan għal raġunijiet differenti.", "Kont ċert li jista' jsir tibdil għaliex, jiddispjaċini ngħid, fil-bidu, meta allura kien hemm iċ-ċans li wieħed jipprova, ftit saru attentati biex din tinbidel.", "Ma nistax ngħid li kienu saru xi esperimenti u ma rnexxewx.", "Barra minn hekk kont ċert ukoll li hemm biżżejjed riżorsi umani u kapaċitajiet fiha biex jekk kemm-il darba jkunu diretti u kkanalizzati biex jagħtu x-xogħol li suppost għandhom jagħtu, ikunu kapaċi jagħtuh.", "Dejjem kelli fiduċja li fil-Planning Authority hemm riżorsi li wieħed jista' jużahom ħalli jieħu r-riżultat mixtieq.", "Meta ġejna biex nagħmlu l-ewwel tibdil f'Lulju tas-sena l-oħra, wara li għarbilna u rajna x'inhuma l-iktar affarijiet li qegħdin igergru fuqhom in- nies u fejn kien jidher li l-iktar qiegħed jinżamm il-proċess - issa nitkellem ukoll dwar il-perception żbaljata ta' ħafna nies fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - irrealizzajna li l-ewwel ma rridu nagħmlu huwa li nserrħu fejn kien qed juġa' l-iktar.", "Minkejja li l-kwestjoni tal-ħruġ tal-permessi - din irripetejtha kemm-il darba - hija parti żgħira mix-xogħol ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, din hija parti importanti u sensittiva u hija l- iktar parti li l-poplu in ġenerali jħoss għax jiġi f'kuntatt magħha.", "Ix- xogħlijiet l-oħra tal-Planning Authority in the long run ikunu qegħdin jolqtu l-kwalita' tal-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna, imma peress li huma long-term ma tantx jinħassu direttament, u ċ-ċittadin ma tantx ikollu reazzjonijiet għalihom, jew saħansitra perception ta' x'inhuma.", "Iċ- ċittadin iħoss li mhux qed jiġi moqdi meta jitfa' applikazzjoni għall- permess biex jibni garaxx, maisonette, jew jagħmel xi żvilupp u dan idum ikaxkar ix-xhur.", "Allura rajna li l-ewwel ma rridu nagħmlu biex lil din l- awtorita` nipprovaw nerfgħulha ġieħha u nagħtuha image aħjar mal-pubbliku - ippermettuli nuża dan il-kliem - huwa li nirranġaw dik il-parti fejn hemm kuntatt dirett mal-poplu in ġenerali.", "M'hemmx għalfejn noqgħod infakkar lill-Kamra minn xiex għaddejna f'Lulju li għadda meta, bl-intenzjonijiet tajbin kollha u wara konsultazzjonijiet miftuħa biex ikollna opinjonijiet professjonali u anke opinjonijiet legali, ressaqna f'din il-Kamra l-emendi li kien hemm bżonn nagħmlu.", "Jien mhux se noqgħod naħli l-ħin, għax għalissa irrid nagħmel biss introduzzjoni, u allura mhux se noqgħod nispjega u nfakkar fil-baraxx ta' akkużi li sarulna, meta saħansitra akkużawna li ridna li l-Planning Authority tissottometti ruħha għall-kapriċċi tal-ministru, li lil din l- organizzazzjoni se nġibuha soġġetta għall-Gvern, li se noqtluha, li se noħonquha u ma nafx x'ma qalulniex!", "Min ikollu aptit joqgħod jaqra ftit science fiction, jista' joqgħod jaqra dik is-seduta maratona li konna għamilna u jara l-akkużi kollha li saru fuq din in-naħa, u fuqi li kont qed nippreżenta l-emendi li, nerġa' ngħid, kellhom intenzjoni waħda u tajba biex naraw xi ftit improvement fil-Planning Authority.", "Jien mhux se nkompli nitkellem fuq dan pero' rrid ngħid - u dan ngħidu b'sodisfazzjon - li dak li għamilna dak inhar ma kienx għalxejn.", "Madam Speaker, bil- permess tiegħek nagħti ftit eżempji u figuri biex nuri li bl-isforz li sar diġa' hemm improvement mhux ħażin, permezz ta' dawk l-emendi li għamilna u li ġejna attakkati, insulentati u kkalunjati fuqhom.", "Kif għidt, dawn kienu saru f'Lulju ta' din is-sena u ġew fis-seħħ f'Awissu.", "Jiġifieri s'issa ma nistgħux nitkellmu ħlief fuq dawn l-aħħar tliet xhur.", "Ma ngħidx li wasalna għal kollox imma hemm improvement inkoraġġanti fil-performance tal-Planning Authority.", "F'dan l-istadju qed nillimita ruħi biss għall-kwestjoni tal-permessi għax, bħalma għidt, dik l- iktar li tolqot lin-nies.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "L-ewwelnett jien mhux se noqgħod ngħid x'ma kenitx tagħmel n-naħa l-oħra meta kienet fil-gvern, għax in-nies dan jafuh.", "Se nsemmi biss x'qed isir issa wara dawn l-emendi ħalli min irid jagħmel il-comparisons ikun jista' jagħmilhom.", "Dan l-aħħar qegħdin nippubblikaw xahar b'xahar il-figuri ta' kemm ikunu daħlu applikazzjonijiet, kemm ħarġu permessi, kemm kien hemm refusals u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti.", "F'Novembru n-numru ta' applikazzjonijiet naqas xi ftit kkomparat max- xahar ta' qabel.", "Imma ħalli naraw ir-raġuni għal dan għax diġa' kien hemm min qal: Qed tara, qtiltu l-iżvilupp!", "Li ġara kien li kien hemm numru ta' applikazzjonijiet li ma kellhomx bżonn ta' applikazzjoni għaliex jew jaqgħu taħt general development orders jew inkella huma xogħlijiet żgħar.", "Peress li qabel anke dawk l-applikazzjonijiet li kienu invalidi kienu jingħataw numru, il-figuri kienu jikbru.", "Illum il-figuri jindikaw l- effett immedjat tal-miżuri li ħadna f'Lulju li għadda u li ġew in vigore f'Awissu.", "Ma rridx ninsa nfakkar kemm kien hemm bżonn ta' aġġustament amministrattiv fil-Planning Authority, bħal bdil ta' software u affarijiet bħal dawn, biex inkunu nistgħu nimplimentaw dawn ir-regolamenti.", "Irrid ngħid li dan ix-xahar kien hemm record assolut ta' applikazzjonijiet riżolti minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Irrid ngħid ukoll li fl-aħħar ta' Novembru wasalna fis-sitwazzjoni li l-backlog tal- każi jistennew biex jiġu kkonsidrati huwa l-inqas li qatt kien hemm fil- Planning Authority.", "Dawn l-affarijiet ma jaqgħux waħedhom mis-sema imma jiġru għaliex ittieħdu miżuri li kienu jindirizzaw il-problema u kien hemm response pożittiv mill-ħaddiema tal-Planning Authority.", "Jien hawnhekk nirringrazzjahom li għamlu l-almu tagħhom to deliver għaliex ħassew li ma jistgħux ikomplu jaqilgħu l-kritika tal-poplu li, bħalma għidt fil-bidu, ġustament jew inġustament, kienet torbothom ma' l-ineffiċjenza.", "Illum il-ġurnata nista' ngħid li hemm ħafna iktar sodisfazzjon għax meta titkellem ma' periti privati tinduna li l-feeling ġenerali huwa li l- affarijiet tjiebu.", "Mhux qed ngħid li huma sodisfatti b'kollox.", "Żgur li le!", "Għad fadlilna x'nagħmlu u ngħid 'il quddiem kemm għad irridu nagħmlu affarijiet.", "Pero' llum dawn m'għadhomx igergru kif kienu jgergru qabel għaliex illum hemm sistema u r-regolamenti huma kollha ppubblikati.", "Hawnhekk jien għandi t-tieni volum ta' regolamenti, policies, direttivi u dak kollu li ppubblikat il-Planning Authority.", "Illum kull perit jista' liberament jaqbad dan il-ktieb u jara l-affarijiet hu stess ħalli jkun jista' jidderieġi lill-klijent tiegħu dwar x'għandu jagħmel bil-quddiem.", "Dawn il-miżuri ħadniehom kontra kull oppożizzjoni li saret min-naħa l-oħra - u nispera li issa ħadd ma jqum min-naħa l-oħra u jgħid li hu kien qabel ma' xi miżura milli ħadna, għaliex għandna ħabta nirkbu fuq xi ħaġa li tkun irnexxiet - u llum nistgħu ngħidu: Għall-erwieħ, qbadna t-triq biex nirranġaw din il-Planning Authority!", "Madam Speaker, irrid nitkellem ftit dwar il-kwestjoni tal-compliance certificate, xi ħaġa li kienet ilha mwaħħla.", "Qabel għamilna l-emendi għal-liġi, kont laqqajt flimkien il-Kamra tal- Periti u l-Planning Authority.", "Kien hemm problemi għax kien hemm numru enormi ta' każi li kienu qed jiġu vvittimizzati.", "Ħalli nkun ċar, għax din il-kwestjoni għadha mhix riżolta għal kollox.", "Aħna konna ngħidu li kien hemm mijiet ta' applikazzjonijiet miżmumin u dawn kienu li mbottawna biex nirranġaw l-affarijiet.", "Ara kemm kellna raġun, Madam Speaker.", "Bejn Marzu u Settembru ta' din is-sena, meta qbilna fuq proċedura ġdida, ħarġu 3,004 compliance certificates.", "Dan ifisser li kien hemm 3,004 ċittadin li ħadu dak li ħaqqhom.", "It-tul ta' żmien li applikazzjoni qegħda tieħu biex tiġi pproċessata, issa huwa ferm anqas minn qabel.", "Dan mhux qed ngħidu biex noqgħod infaħħar lill-Planning Authority u ngħidilhom: Bravi, wasalna!", "Fil- fatt għadna 'l bogħod ħafna, imma nkun diżonest jekk jien illum ma ngħidx dak li hu tajjeb u dak li qed jirriżulta mill-koperazzjoni li hemm bejn il- Gvern u l-Planning Authority.", "Sal-bieraħ stess jien mort u gergirt fuq ċerti affarijiet.", "Dan nagħmlu b'dover, b'sens paternalisitiku, bl-ebda odju kontra ħadd u bl-ebda mod personalizzat imma sempliċement għaliex għandna obbligu lejn iċ-ċittadin u għandna dover li flimkien nagħtu l- aħjar.", "Għalhekk bl-ikbar sinċerita' lil min ħadem biex wasalna għal ċerti figuri llum ngħidlu: Prosit.", "Meta estendejna l-perjodu għal 12-il ġimgħa flok tmien ġimgħat, qalulna li issa jista' jkun hemm xi ħadd diżonest li jaħbi applikazzjoni fil- kexxun, iħalli t-12-il ġimgħa jgħaddu u mbagħad ikollha toħroġ l-approval u joħroġ il-permess awtomatikament.", "Għall-grazza t'Alla sal-lum ma kellniex minn dawn id-diżonesti li għamlu hekk, għax meta tirresponsabilizza lin- nies u turihom il-fiduċja, jgħinuk.", "Kif għidt fil-bidu, hemm min hu kapaċi jaħdem u jista' jaħdem, meta jrid jaħdem.", "Illum nista' ngħid li bħala average madwar 25% ta' l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu deċiżi fi tmienġimgħat; madwar l-40% qegħdin jiġu deċiżi fi 12-il ġimgħa u madwar 66% qed jiġu deċiżi f'26 ġimgħa.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll li f'ċerti każi f'dak il-perijodu jkun hemm konsultazzjonijiet mad-dipartimenti tal-gvern.", "Pero' anke hemmhekk daħħalna s-sistema taċ-chess clock, fis-sens li meta tibgħat għal parir jew tikkorrispondi ma' dipartiment tal-gvern tagħtih erba' ġimgħat biex jirrispondik.", "U din is-sistema qed taħdem.", "Jien jiddispjaċini li forsi żidna xi ftit il-korrispondenza u l-burokrazija għall-case officers, għax iridu jżommu record ta' lil min kitbu u ma kitbux, imma flimkien għad irridu nkomplu nitkellmu ħalli nkomplu nirranġaw is-sistemi u nagħmluhom inqas laborious, iktar trasparenti u li jagħtu iktar riżultati.", "Madam Speaker, irrid ngħid li jekk wieħed jara l-lista ta' xogħlijiet li għamlet il-Planning Authority matul l-1997 isib li dan huwa aspett żgħir minn dak li qed tagħmel.", "Wieħed irid jitkellem ukoll fuq kemm saru studji fuq local plans, kemm ħarġu emergency orders, u kemm saru listings u xogħlijiet fuq subject plans ta' yachting u ta' caravan sites.", "Pero' xorta nħoss li m'aħniex qegħdin nutilizzaw ir-riżorsi li għandna b'mod tajjeb biżżejjed.", "Jien naħseb - u dan ngħidu bl-ikbar sinċerita` - li l-Planning Authority qed terfa' wisq responsabbiltajiet li meta ġiet maħluqa ma kenitx intiża biex terfagħhom u li ma naqbilx li għandha terfagħhom, apparti li m'għandhiex ir-riżorsi għalihom.", "Din hija xi ħaġa li rridu nħarsu lejha bħalma wegħedt li se nħarsu lejn l-enforcement.", "Irrid ngħid li minn nhar il-Ġimgħa stess se nerġgħu nibdew niltaqgħu u se ndaħħal ukoll il-users committee ħalli nitkellmu fuq x'irid isir dwar l- enforcement li nitkellem fuqu aktar tard.", "L-enforcement huwa uġigħ ta' ras enormi f'dan il-pajjiż u qiegħed jiffrustra lil ħafna nies fil-Planning Authority u anke lili, b'mod partikolari meta nara li hawn ċerti nies li għad għandhom l-ardir li jmorru kontra kull regolament, kontra kull liġi u b'mod li addirittura jisfidaw lill-qorti.", "Riċentement kellna każ fejn għat-tlettax-il darba konsekuttiva persuna ma telgħetx il-qorti.", "Din is- sitwazzjoni ma tistax tibqa' għaddejja.", "Irridu nagħmlu tibdiliet, bħalma għamilna tibdil fi-sistema ta' kif jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet, li jkunu jirriflettu s-serjeta' tal-problema u r-responsabbilta' li jrid jerfa' min imur kontra dawn ir-regolamenti.", "Madam Speaker, permezz ta' diskussjonijiet li rridu nagħmlu rridu naraw kif bir-riżorsi li għandna, il-Planning Authority ma tiddupplikax ix-xogħol li jsir minn dipartimenti oħra u dipartimenti oħra ma jiddupplikawx ix- xogħol li qed tagħmel hi imma jaħdmu flimkien ħalli jsir dak li hemm bżonn.", "Filwaqt li l-Planning Authority tibqa' żżomm ir-rwol kordinattiv u r-rwol li torbot flimkien ċerti studji, ma narax għaliex m'għandniex naslu biex nifformolaw mod kif il-Planning Authority tista' tutilizza u tisfrutta f'sens pożittiv ir-riżorsi kbar li hemm f'dipartimenti oħra.", "Jien nawgura li matul is-sena d-dieħla, apparti l-pjanijiet li hemm biex jitkomplew u jitlestew il-local plans u affarijiet bħal dawn, il-Planning Authority tkompli tagħtina riżultati dejjem aktar pożittivi, ħalli naraw li jkollna l-aħjar bl-inqas li nistgħu nonfqu.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk kontu tiżbaljaw meta kontu tgħidu li money no problem.", "Ċerti miżuri jistgħu jsiru mingħajr ebda sforzar imma sempliċement bi spjegazzjonijiet u b'laqgħat flimkien għax wieħed irid jifhem u jerfa' r- responsabbilta` li ma nistgħux nagħlqu għajnejna u ngħidu: Aħna korporazzjoni u ma jimpurtaniex!", "Nieħdu s-subvention u m'għandniex x'naqsmu!", "Madam Speaker, mhux qed ngħid li kien hemm l-isparpaljar u l- ħela imma żgur li ma kienx hemm kontroll.", "Jekk kien ikun hemm bżonn xi ħaġa kienet issir.", "Jekk kien hemm bżonn li wieħed jonfoq, kien jonfoq.", "Pero' nista' ngħid li f'din il-linja l-Planning Authority waqqfet cost centres ħalli jkun hemm aktar accountability u llum hemm ħafna iktar kontroll effettiv fuq l-infiq.", "Ta' dan jien nirringrazzja lil min hu responsabbli u ngħidilhom li rridu nkomplu nkunu iktar effiċjenti fl-infiq.", "Issa nippretendi li meta fi ftit ġranet oħra jkollna d-direttur il-ġdid ta' l-amministrazzjoni, ikun jista' jserraħ xi ftit lid-direttur li hemm illum mix-xogħol kbir li għandu ħalli flimkien - mhux kif ġie allegat, li b'żewġ kaptani ma nimxux u li dawn jipprovaw jaqilgħu lil xulxin - jirrendu lill-Planning Authority iktar effettiva u iktar effiċjenti.", "Jien ngħid li bi sforz żgħir, għas-sena finanzjarja kif inhi proġettata, id- deficit minn Lm757,000 kapaċi jniżżluh għal Lm494,000.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nagħtik eżempju ta' kif min kien responsabbli qabel ma kienx jagħti kas ta' l-infiq, għaliex forsi kien jaħseb li money was not a problem.", "Sinjura President, jekk wieħed jara n-nefqa biex jiġi ppubblikat ir- rapport annwali tal-Planning Authority, isib li fl-1994 kienu ntnefqu Lm9,800 għal 1,500 kopja.", "Fl-1995 l-istess ammont ta' kopji ġew jiswew Lm9,500.", "Fl-1996 intnefqu Lm8,800 għal 1,000 kopja.", "Din is-sena 1,000 kopja qamulna Lm2,400.", "Jiġifieri qed nagħmlu savings ta' xejn anqas minn Lm7,000 mill-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Planning Authority.", "Jien mhux qed nallega korruzzjoni imma qed ngħid li rridu noħolqu kuxjenza li nkunu accountable għal kull lira li nonfqu minn flus il-poplu.", "Dawn huma l- miri li jien għandi f'rasi li mmexxi lill-Planning Authority lejhom matul is-sena d-dieħla.", "Ix-xogħol professjonali tagħha se tkompli tagħmlu għax kapaċi tagħmlu u se tkun hi li tgħidilna x'hemm bżonn li nagħmlu biex imbagħad aħna nimxu magħha u nagħmluh.", "Pero' għal dik li hija serjeta' ta' amministrazzjoni, enforcement u accountability, huwa d-dover tal- Ministru li jara li dawk li qed jużaw flus il-poplu jkunu accountable għalihom.", "Madam Speaker, nieqaf fuq dan il-punt ħalli nisma' x'għandhom xi jgħidu l- kollegi tiegħi u mbagħad nagħmel il-winding-up fl-aħħar.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam, Speaker, bla dubju jien naqbel mal-Viċi Prim Ministru meta qed igħid li xi kultant ikollu jkun kritiku għall- Awtorita` ta' l-Ippjanar u kultant ifaħħarha.", "Hu kien board member bħalma kont jien u jien ukoll nista' ngħid li f'din l-awtorita` hemm it-tajjeb u hemm il-ħażin.", "Ċertament li huwa tajjeb li wieħed jaħdem biex ikun hemm improvement u biex joħroġ l-akbar frott minn awtoritajiet bħal dawn.", "L-Awtorita` ta' l-Ippjanar qiegħda għas-servizz ta' pajjiżna u mn'Alla kienet hi għal ħafna u ħafna proġetti li saru f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Kien għalhekk li l-Partit Nazzjonlista meta kien fil-gvern dam erba' snin jaħdem fuq l-istructure plan li sal-lum għadna naħdmu fuqu u għadu ma ġiex emendat, għalkemm sar xi review tiegħu.", "Allura wieħed jista' jgħid li kien structure plan tajjeb ħafna, u jien nittama li jibqa' jiġi osservat.", "L-Awtorita` ta' l-Ippjanar tagħti servizz liċ-ċittadin mhux biss billi toħroġ permessi għal żvilupp - ħafna drabi ċ-ċittadin minn dan biss jimpurtah - imma billi toħroġ b'ideat u suġġerimenti li fl-aħħar mill-aħħar ikunu għall-ġid taċ-ċittadini.", "L-Awtorita` ta' l-Ippjanar, bħala awtorita` awtonoma, qed tagħti wkoll servizz lill-gvern, fost oħrajn billi tagħti ħafna pariri dwar xogħol li jsir mid-dipartimenti tal-gvern.", "Naturalment l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid ammont ta' finanzi biex tkun tista' taħdem.", "Jien m'għandi xejn kontra dak li għadu kif qal il- Ministru, fis-sens li l-awtorita` għandha tipprova tiffranka l-flus minn fejn tista'.", "Jien kontra l-ħela imma ma naħsibx li l-Awtorita` ta' l- Ippjanar qatt għamlet xi ħela intenzjonata jew mod ieħor.", "Id-dħul ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar jiġi mid-development permit fees, jiġifieri l-flus li jidħlu mill-applikazzjonijiet.", "Pero' dawn il-flus ma jkunux kompletament tagħha għaliex, jekk kemm-il darba l-permess ma jiġix approvat, tkun trid tirrifondi nofs dawk il-flus.", "Imbagħad hemm is- subvention li jagħti l-gvern, li għal xi tliet snin kienet ta' Lm1 miljun u mbagħad kienet ta' Lm1.5 miljun.", "Illum il-ġurnata l-Awtorita' ta' l- Ippjanar talbet għal iktar finanzi biex flimkien mad-dħul tagħha mid-DPF, minn xi sale ta' mappings jew surveys li tagħmel u xi servizzi oħra, tkun tista' taħdem iktar.", "L-awtorita` għandha ħafna xogħol ta' responsabbilta` u mingħajr flus ma tista' tagħmel xejn.", "Lill-Viċi Ministru ngħidlu li huwa tajjeb li ġiet ivvotata somma akbar mis-snin ta' qabel bħala subvention pero' dan mhux biżżejjed.", "Wieħed ma jridx jinsa li għall-1997 kellna vvotati Lm185,000 għal training of employees.", "L-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha bżonn nies esperti u allura minn żmien għal żmien trid tibgħat nies barra biex jieħdu l-esperjenza tas-sistema ta' pajjiżi oħra.", "Illum l-Awtorita` ta' l- Ippjanar dan waqqfitu kompletament u training qed isir ftit li xejn.", "Fil- fatt filwaqt li għall-1997 kien hemm ivvotatati Lm185,000 għat-training, għall-1998 hemm ivvotati biss Lm91,000, jiġifieri tnaqqis ta' 50%.", "Jekk nieħdu planning and resources studies naraw li fl-1997 kienu ġew ivvotati Lm170,000, imma din is-sena qed tiġi vvotata s-somma miżera ta' Lm4,400.", "Ara x'se tagħmel b'Lm4,400!", "Is-salaries and remuneration li fl-1997 kienu kważi Lm2 miljun, qed jiżdiedu bi ftit iktar minn Lm100,000.", "Hawnhekk wieħed irid jikkonsidra wkoll il-fatt li l-collective agreement, li diġa' huwa tard bi kważi sena, għadu ma ġġeddidx u allura din is-sena jista' jsir collective agreement ġdid li jġib miegħu żieda fis-salarji.", "Imma fuq dan nitkellem iktar tard.", "Madam Speaker, nemfasizza li m'għandniex nixxaħħu ma' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar.", "Veru li l-Gvern iddeċieda li ma jkunx hemm supplementary estimates u li jkun hemm tnaqqis ta' 5% fl-ispiża tad-dipartimenti tal- gvern - ma nafx kemm dan hu possibbli - imma lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar qed innaqqsulha ħafna iktar minn 5%, meta l-ammont ivvotat għal training of employees niżel għal nofs dak tas-sena l-oħra, u l-ammont għal planning and resources studies minn Lm170,000 niżel għal Lm4,400.", "Forsi l-Viċi Prim Ministru għandu r-raġunijiet tiegħu għal dan, fosthom is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż u d-deficit li għandna.", "Pero' ma nistgħux nixxaħħu ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, b'mod speċjali f'dak li huwa training għall- ħaddiema.", "Ma ninsewx li din l-awtorita` hija żagħżugħa u trid kontinwament tħarreġ lin-nies li hemm biex jiżdied l-expertise u jżommu ruħhom aġġornati ma' l-iżvilupp li jkun qed iseħħ fil-pajjiż, ma' l- iżvilupp fit-teknoloġija moderna u ma' l-ideat ġodda li qed joħorġu fid- dinja kollha.", "Illum qegħdin naraw li jsiru pjanti li jirrikjedu iktar xogħol tekniku mill-ħaddiema ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Insemmi biss il-millennium project fejn iridu jinbnew 45 sular.", "Għandna nies kapaċi biżżejjed - veru li jista' jkollna l-għajnuna ta' nies minn barra wkoll - biex jaħdmu fuq din l-istruttura straordinarja għall-aħħar għal pajjiżna?", "Dan huwa bini li jrid isir bl-iktar mod xjentifiku, kif tipprovdi t- teknoloġija moderna.", "Imma l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għad trid tagħmel iktar studju dwar dan il-proġett li għadu fl-istadju inizjali tiegħu.", "Madam Speaker, kif qal il-Viċi Prim Ministru, irridu naraw li l-iżvilupp ma jonqosx.", "Jien u l-Partit Nazzjonalista rridu li l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli, jiġifieri li jkompli għaddej bl-istess ritmu.", "Imma rridu noqogħdu attenti kif nitkellmu għax b'ċertu kliem qegħdin nisfrattaw ħafna żvilupp.", "Meta wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-lista ta' major projects li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, isib li minn 55 hemm 21 in abeyance, 10 approvati, hemm 9 refused, 8 f'initial stages, 1 issued u mbagħad hemm dawk li huma withdrawn, eċċ. Pero' meta wieħed jara li hemm 21 proġett in abeyance wieħed jibda jitħasseb.", "Kif għidt, aħna nixtiequ li l-iżvilupp ikompli għaddej, u jien nittama li l-applikanti li ġew mitluba jerġgħu jissottomettu pjanti u dawk li forsi qed jerġgħu jaħsbuha, jersqu u jidħlu għal dawn il-proġetti għax il-pajjiż irid ikompli jiżviluppa ħalli jkollna aktar xogħol għal pajjiżna.", "Issa rrid nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru dwar dak li deher fil-jiem li għaddew.", "Se nikkwota mill-gazzetta \"The Malta Independent\" tas-27 ta' Novembru, fejn intqal hekk:", "\"Four new tourism projects to be run by the private sector were given the go-ahead by the Cabinet on Monday.\".", "Imbagħad \"The Times\" tirrapporta din l-item mod ieħor u tgħid hekk:", "\"Cabinet has approved a proposal enabling the National Tourism Organisation to launch projects with the participation of the private sector.\"", "Jien nixtieq li jkollna iktar dettalji fuq dawn il-proġetti u kif din id- deċiżjoni ttieħdet mill-Kabinett.", "Nispera li l-Kabinett mhux sejjer jaqbeż b'xi mod lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar u jipproponi jew japprova proġetti li lanqas għadhom dehru quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Nittama li l-Viċi Prim Ministru jirrispondini dwar dan meta jkun qed jagħmel il-winding-up.", "Dwar dawn il-proġetti jingħad ukoll li:", "\"The four projects which will be launched soon are the introduction of lifts and parking services in Valletta, beach developments at Buġibba and Sliema, and the construction of the sea port terminal.\".", "Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista kien diġa` tressaq proġett ta' sea port terminal u nista' ngħid li jekk quddiem Pinto Stores se ssir dik l- istruttura li ġiet proposta, dak ikun l-ikbar fjask.", "Dawk l-istores għadhom ta' żmien il-Kavallieri u nispera li ma nirvinawx dan il-wirt arkitettoniku b'xi struttura li ssir quddiemhom.", "Fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, proġett simili għal dan kien tela' quddiem il-Planning Authority u jien kont ivvotajt kontra.", "Dak il-bini antik, li ħafna minnu qiegħed f'idejn il-privat u lanqas biss huwa wżat, għandna naraw li jiġi restawrat u fejn hu mikri nitterminaw il-kirja ħalli nirranġawh u nikkonvertuh f'sea port terminal.", "Għandna l-aħjar bini li nistgħu nutilizzaw għal dan l-iskop u, jekk xejn, inkunu qed nippreservawh.", "Jien nittama li dan il-proġett ta' sea port terminal quddiem Pinto Stores m'huwiex diġa` approvat min-naħa tal-Gvern.", "Nagħmilha ċara minn issa li jien assolutament ma naqbilx miegħu u jekk jerġa' jiġi quddiemna fl- Awtorita` ta' l-Ippjanar jien se nivvota kontra.", "Rigward l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet huwa veru li kien hemm progress pero' l-Ministru ma qalx kollox.", "Huwa veru li bil-general development order hemm ċerti applikazzjonijiet li issa ma jirrikjedux permess, pero' ma ninsewx ngħidu li fl-aħħar ta' Ottubru kien hemm 786 applikazzjoni pendenti quddiem l-appeals board u dan in-numru qiegħed dejjem jikber.", "Jekk aħna nħarsu lejn ir-refusals li kien hemm f'dawn l- aħħar tliet xhur insibu li l-medja kienet ta' 94, u dik ta' l-aħħar xahar kienet ta' 36.", "Jiġifieri nagħmlu tajjeb li niftaħru li l-proċess ta' l- applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qiegħed jitħaffef, apparti li kien hemm xi applikazzjonijiet li daħlu wara li ġiet in force l- emenda fil-liġi li ngħataw prijorita`.", "Pero' wieħed irid joqgħod attent li issa l-applikazzjonijiet ma jibdewx jintefgħu quddiem il-planning appeals board.", "Veru li wieħed minn dawn il-boards ma kienx kostitwit, pero' issa ġie rikostitwit u nispera li dawn il-bordijiet jaħdmu bid-determinazzjoni li hemm bżonn ħalli jfittxu jieħdu d-deċiżjonijiet fuq dawk il-proġetti kollha li hemm pendenti għax qatt daqs illum ma kien għoli daqstant in- numru ta' applikazzjonijiet quddiem l-appeals board.", "(Interruzzjonijiet) Iva, għidt li wieħed minnhom ma kienx kostitwit.", "Imma issa l-proċess li jmiss huwa li wieħed jagħti spinta tajba fuq din il-materja.", "Madam Speaker, il-Ministru responsabbli mill-housing qed iniedi proposta biex jinbnew additional floors fuq flats tal-gvern.", "Jien m'għandi xejn kontra din il-miżura pero' rridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm inkonsistenzi meta niġu biex nittrattaw żvilupp mill-privat.", "Għax fuq flats tal-gvern li diġa' jeżistu se nipprovaw intellgħu an additional floor, b'konsegwenzi serji ħafna li n-nies li joqogħdu f'dawn il-flats diġa` qed jifhmuhom ...", "Ma ninsewx li fuq dawn il-flats tal-gvern hemm washrooms, aerials tat-television, dish antennas u għaddejjin xi komunikazzjonijiet.", "Meta jibda l-bini ta' dawn is-sulari addizzjonali dawn in-nies iridu jagħmlu xi sitt xhur jew anke sena mingħajr ilma jew bi provvista proviżorja.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid biss x'se tkun is- sitwazzjoni.", "Pero' tinsewx x'konsegwenzi oħrajn jistgħu jinqalgħu.", "I am in favour li nippreservaw l-art fejn nistgħu.", "Qabel l-elezzjoni intom wegħedtu l-plots, għalkemm l-Onor.", "Portelli ftit taż-żmien ilu qal li l- poplu fehemkom ħażin.", "Pero' kulħadd jaf li intom wegħedtu l-plots u tistgħu taraw x'għidtu fil-programm elettorali.", "Issa din l-għajta waqqajtuha u spiċċajtu dħaktu bil-poplu.", "Nerġa' ngħid li jien m'għandi xejn kontra li wieħed jippreserva l-art imma intom plots kontu wegħedtu lin- nies.", "Intom dħaktu bihom.", "Imma ħalli ma nidħolx f'din il-kwestjoni.", "Meta tiġu biex tibnu dawn is-sulari fuq flats eżistenti x'se tagħmlu għar- rigward tal-privat?", "Jekk il-gvern jgħolli l-flats tiegħu, il-bini l-ieħor fl-istess triq jew fil-viċin se jkun jista' jogħla b'sular ieħor?", "Se nagħtu permess għal dan jew se jibqgħu l-height limitations li diġa` hemm fl-istructure plan?", "Wieħed irid joqgħod attent u jieħu l-parir anke ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar x'konsegwenzi jista' jkun hemm jekk jittieħed dan il-pass.", "I am all for li jiżdiedu l-housing units, għax nista' nimmaġina x'diffikultajiet tiffaċċja koppja li tkun trid tiżżewweġ u m'għandhiex fejn toqgħod, jew familja li tkun qed tgħix f'dar li hija substandard.", "Madam Speaker, nixtieq nagħmel proposta lill-Ministru rigward l-emenda għal artiklu 4 tal-liġi li tirrigwarda l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, li jiddispjaċini ngħid li kienet qabżitli meta konna qed niddiskutuha.", "Artiklu 40 ta' l-Att prinċipali kien tħassar b'konsegwenza li issa l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, almenu jekk m'hemmx xi klawsoli oħra li jipprovdu l-kuntrarju - jidhirli li hemm xi ħaġa imma m'hijiex daqstant ċara - ma tistax tagħmel withdrawal of permits.", "Din hija xi ħaġa li wieħed irid joqgħod attent għaliha.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-proġetti li jiġu proposti min-naħa tal- gvern.", "Dan l-aħħar kien hemm applikazzjoni għall-bini ta' ċentru ta' taħriġ ġewwa s-Swatar, li huwa post sabiħ ħafna f'Ħad-Dingli.", "Jien ngħid openly li vvotajt kontra dan il-proġett.", "L-esperti u l-periti insistew li dan il-proġett huwa moħbi mit-triq u riedu li jinbena blokk ta' tliet sulari kollu ħġieġ bħala post ta' taħriġ għall-ħaddiema tat-Telemalta.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jien nitkellem għax fil-każ ta' Busietta Gardens, anke skond ir-rapport ta' Edgar Mizzi, irriżulta li l-ewwel rapport li ħareġ mill-PAPB kien ġenwin.", "Dak kien approvat.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross-debates.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Hemmhekk kien diġa` ppjanat li jinbnew vilel u mbagħad saret struttura ġdida, imma dejjem kien hemm il-permess għall-bini.", "Dr Edgar Mizzi fir-rapport qalilkom li ma tistgħu tippontaw subgħajkom lejn ħadd fuq dak il-proġett.", "(Interruzzjonijiet) Lili toqgħodx tgħajjarni għax jien ma nistħix ngħid iniex se nivvota favur jew kontra, anzi ngħid bil-miftuħ.", "Għalija jistgħu ma jagħmlux vot sigriet fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Imma ħalli nkompli fuq il-proġett tas-Swatar.", "F'post bħal dak, fejn hemm dak il-blat abjad u dik il-flora fl-istat naturali tagħha, kont tapprova u taċċetta li jsir bini ta' tliet sulari kollu ħġieġ?", "Għamiltilhom proposta biex almenu jagħmluh tal-ġebel b'xi struttura li taqbel ma' l-ambjent.", "Imma le, tal-ħġieġ riduh!", "Issa probabbilment dan il-proġett jerġa' jitla' for reconsideration u jien nitolbok bl-ikbar sinċerita` biex tikkonsidrah u tara kieku int kontx tapprovah.", "Jien nittama li noqogħdu attenti biex ma nkomplux inħassru l- ambjent.", "(Interruzzjonijiet) Hemmhekk ma tistax tipparagunah ma' Busietta Gardens.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija dwar l-enforcement.", "Jiddispjaċini ngħid li s-sitwazzjoni ta' l-enforcement hija ħażina, u l- Ministru jaf li hekk kienet qabel u għadha hekk issa, jekk ma marritx għall- agħar ukoll.", "Imkien ma tista' taħdem mingħajr enforcement.", "Jekk nieħdu t- Telemalta, nafu li meta wieħed ma jħallasx il-kont tat-telefon, din taqta' l-linja.", "Jekk ma tħallasx il-kont tad-dawl u l-ilma l-Enemalta taqta' l- provvista tad-dawl u l-Water Services Corporation tagħlaq is-servizz ta' l- ilma.", "Allura possibbli li l-Gvern ma jistax jagħti lill-Awtorita` ta' l- Ippjanar l-apparat meħtieġ biex din tagħmel l-enforcement li hemm bżonn?", "X'qed jiġri?", "Fir-rapport, li jien qrajtu b'attenzjoni, jiftaħru li se jwaħħlu iktar multi.", "Mela qabel konna nwaħħlu multi li jammontaw għal Lm43,000 u issa qed niftaħru li waħħalna Lm121,000 f'multi.", "Mela minflok li qed nirranġaw l-istrutturi li hemm bżonn biex naraw li ma jkunx hemm abbużi ...", "Mhux għaż-żgħir qed ngħid, għax billi tmur tagħlaq żewġ ħwienet ma tkun għamilt xejn.", "Anzi jien ngħid ħallih jgħix lil dak!", "Mill-banda l- oħra kultant l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha ċerta burokrazija esaġerata.", "Għaliex minħabba parking space ma tagħtix permess għal ħanut?", "Issa qed imorru jwaħħluhom il-multi.", "Din tista' tinftiehem li dak li jkun jista' jibni li jrid, imbagħad inwaħħluh multa u l-kwestjoni tieqaf hemm.", "Hekk qed jiġri.", "L-istess fil-kwestjoni tas-sigurta` nazzjonali, għax lil min ma ħallasx bolla qegħdin nagħtuh konċessjoni u b'hekk jaħrab il-penali.", "Din għamilnieha wkoll fil-ħlas ta' l-income tax u issa qed nagħmluha wkoll fil-każ ta' min ma josservax il-liġi u r-regolamenti dwar l-iżvilupp.", "Madam Speaker, jien nagħmel kuraġġ meta nara li qed isir progress fl- Awtorita` ta' l-Ippjanar u minn hawnhekk infaħħar lill-ħaddiema li qed jagħmlu xogħolhom, kif ukoll nirringrazzja lil dawk il-board members li spiċċaw.", "Lill-board members il-ġodda nawguralhom li jaqdu d-dover tagħhom b'responsabbilta` kbira u b'kuxjenza onesta biex dak li jagħmlu jkun ta' ġid għal pajjiżna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, jiddispjaċini li se nqum nitkellem issa, proprju wara l-Onor.", "Michael Bonnici li qed jitkellem b'qalbu perżuta fuq ċerti affarijiet li kellhom isiru.", "Jien nixtieq infakkar lill-Kamra f'dak li kien għajjarhom bih fil-Parlament stess il- Perit Carm Lino Spiteri - kandidat tal-Partit Nazzjonalista tellief fl- aħħar elezzjoni - meta qalilhom ċar u tond li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar hemm bżonn li jieħdu ħsiebha.", "Nagħmel riferenza għas-Seduta tal-Parlament Nru 374 tas-16 ta' Diċembru, 1994 u s-Seduta Nru 494 tat-12 ta' Diċembru 1995, meta ċ-Ċumpaqq kien tkellem f'din il-Kamra.", "Tafu x'qallu lill-gvern tiegħu?", "Dak iż-żmien kien hemm Gvern Nazzjonalista u l-Onor.", "Michael Bonnici, ħlief għal dawk iż-żewġ okkażjonijiet fejn qal li vvota kontra, dejjem kien ivvota favur.", "Nixtieq niċċita ftit mill-affarijiet li l-Perit Carm Lino Spiteri kien qal li kienu qegħdin jiġru fi żmienhom ħalli, meta llum qegħdin hawn bħala l-forza legali sovrana ta' pajjiżna biex napprovaw l-estimi u r-rapport finanzjarju ta' din l-awtorita', konformament ma' dak li jitlob minna l-Att viġenti, inkunu nistgħu nikkomparaw.", "L-ewwelnett l-ex-membru parlamentari Carm Lino Spiteri kien qal:", "\"Jien nista' nitkellem fuq każijiet li għaddejt minnhom jien stess.", "U hekk għandu jkun il-Parlament fejn il-membri jsemmu l-esperjenzi tagħhom.\"", "Imbagħad kien semma n-nuqqas ta' konsistenza fid-deċiżjonijiet li jittieħdu u qal hekk:", "\"Jiddispjaċini ngħid li kif miexja bħalissa ...\"", "- jiġifieri kif kienet miexja taħt in-Nazzjonalisti -", "\"... l-awtorita`, bid-dewmien tad-deċiżjonijiet tal-permessi, qed innaqqsu r-ritmu ta' waħda mill-akbar industriji tal-pajjiż, jiġifieri tal-bini.\".", "Grazzi għall-Partit Laburista fil-gvern dan il-Parlament approva emendi fil- liġi li permezz tagħhom is-sitwazzjoni tjiebet.", "Il-Perit Spiteri kompla jgħid:", "\"Fil-ftuħ ta' l-uffiċini l-ġodda l-Prim Ministru ...\"", "- illum Kap ta' l-Oppożizzjoni -", "\"... qal li hemm bżonn jimxu b'aktar effiċjenza.\".", "Mela dan bl-iktar mod ċar kien qed jgħid lill-Planning Authority li kien hemm nuqqas ta' effiċjenza.", "U jekk ikolli ħin nixtieq ngħid x'għamel u x'qed jagħmel dan il-Gvern biex itejjeb l-effiċjenza ta' din l-awtorita`.", "L-ex-deputat Louis Cuschieri wkoll kien semma diversi każijiet f'domandi parlamentari - m'għandix ċans nidħol fihom pero' lest li npoġġihom fuq il- Mejda tal-Kamra - u kien ikkritika l-makkinarju li għandha l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u qal li hemm bżonn li l-poplu jkun moqdi aħjar fil-ħruġ tal- permessi.", "Fuq dan imissu tkellem l-Onor.", "Michael Bonnici, jew inkella missu semma dak li kiteb il-Perit Godwin Cassar, chief executive ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar, li qal:", "''The public profile of the Planning Authority has risen beyond expectations.", "Much remains to be done.''.", "Tela' l-Partit Laburista u, bl-emendi li ressaq l-abbli Ministru George Vella għal-liġi li tirrigwarda l-Awtorita` ta' l-Iżvilupp, dak hu li qed isir fil-Planning Authority, għalkemm hemm ħafna iktar x'isir.", "Il-Perit Carm Lino Spiteri fl-aħħar tad-diskors tiegħu kien qalilhom:", "\"Ħloqtu mostru, se ttellfuna l-elezzjoni!\"", "U l-elezzjoni veru tilfuha.", "Wara mbagħad kien tkellem l-Onor.", "Zammit Dimech li kien il-ministru responsabbli u kien qal:", "\"Is-sena d-dieħla hija s-sena tal-prova.", "Nispera li tkun hekk!\"", "Kien qed jgħid għas-sena li għaddiet u fil-fatt vera kienet is-sena tal- prova.", "Illum qed inġibu hawn l-estimi ta' din l-awtorita` li jekk jiġu approvati se jkunu ċ-ċavetta biex inkomplu ntejbu l-Awtorita` ta' l- Ippjanar, grazzi għall-Partit Laburista.", "Il-Perit Carm Lino Spiteri kompla jgħid:", "\"Kelli u għad għandi t-tama li, jekk trid, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar taħdem bis-sens, bl-onesta` u bit-trasparenza.\",", "jiġifieri l-istess valuri li semmejt int, Onor. Bonnici.", "Mela lilna jgħajruna għax nitkellmu fuq it-trasparenza, u meta Carm Lino Spiteri kien qed jitkellem fuq it-trasparenza fis-seduta tas-16 ta' Diċembru 1994, sħabu ħlief jidħku ma qagħdux.", "Pero' donnu dak li qal dak inhar ma kienx biżżejjed għax reġa' qalilhom l-istess is-sena ta' wara.", "M'għandix ħin biex noqgħod nikkwota kulma qal, għalkemm għalina l-back-benchers huwa importanti li jkollna ħin biex nitkellmu.", "X'qalilhom Carm Lino Spiteri sena wara?", "Ħalli nikkwota minn dik is- seduta tat-12 ta' Diċembru, 1995:", "\"... il-prinċipju warajha hu li jiġi eliminat iċ-ċans ta' korruzzjoni fl-għoti ta' permessi.\".", "Issa forsi min hu avukat bħali jgħid: Imma ċans huwa possibbilta` u mhux probabbilta`.", "Dan id-deputat kien qed jgħidilhom li hemm iċ-ċans ta' korruzzjoni, meta dawn suppost kellhom jeqirdu l-korruzzjoni bl-għeruq u x- xniexel!", "Fid-diskors tiegħu l-Perit Spiteri kompla jgħid hekk:", "\"Madankollu, għalkemm il-prinċipju tajjeb, jien u ħafna bħali jidhrilna li sfortunatament s'issa x-xogħol mhux qed jiġi amministrat kif inhu xieraq, u mhux b'mod trasparenti.\".", "Fi żmien in-Nazzjonalisti, l-ex-deputat Nazzjonalista fuq il-Mellieħa ried jafferma dak li kien qal is-sena ta' qabel, li l-gvern tiegħu ma kienx trasparenti.", "Imbagħad f'dan id-diskors kollu li smajna hawn fuq l-estimi, u li żgur li se nisimgħu mill-ħabib tiegħi l-Onor.", "Mugliett - li jkun ippreparat, għax għalija huwa wieħed mill-iktar kelliema min-naħa l-oħra li jkun ippreparat - ma tissemmix trasparenza.", "Tiġux tgħidulna x'għidna fuq il-plots f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tad-djar, li jaqa' taħt ir- responsabbilta` tal-Ministru Portelli, imma għidulna x'qal il-Perit Spiteri fuq l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, li kompla jgħid:", "\"Allura jien nistaqsi: M'hawnx komunikazzjoni tajba?\"", "Imbagħad kien tkellem ukoll fuq il-case officers u diversi punti oħra.", "Jien naħseb li l-Gvern huwa kommess b'mandat ċar fil-programm elettorali - int semmejt il-programm elettorali fuq affarijiet oħrajn li m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan is-suġġett - li jtejjeb il-Planning Authority.", "Bħala preambolu tajjeb ngħidu li ħafna drabi l-maġġoranza tan-nies jaħsbu li l- Planning Authority tfisser development control u ħruġ ta' building permits.", "Għalkemm saru diversi kummenti fejn ġie acknowledged ix-xogħol li tagħmel l-awtorita` f'oqsma ta' environmental management, f'oqsma ta' local planning, strategic planning u f'areas oħra, donnu jibqa' s-sens ta' kritika fuq id-development control function.", "Għalhekk huwa importanti ħafna - hawnhekk naqbel ma' l-Onor.", "Michael Bonnici - li jkun hemm enforcement bis-serjeta`.", "Imma rridu nifhmu li kien biss fl-1997 li saru l-emendi li kienu strumentali biex żdiedet l-effiċjenza.", "Min jara l- affarijiet b'mod oġġettiv jaf li għad fadal xi jsir imma jaf ukoll li żdiedet l-effiċjenza.", "Fl-Awtorita` ta' l-Ippjanar hemm biss erba' case officers li ma jagħmlux dmirhom u li jmisshom jafu aħjar.", "Min hu responsabbli għandu jara min huma dawn il-case officers ħalli lin-nies ma jibqgħux jagħmlulhom ħajjithom infern.", "Aħna qegħdin hawn għan-nies.", "Il-lealta` tagħna hija lejn in-nies u meta naraw lin-nies ibatu minħabba xi case officers dmirna hu li niġu hawn u nitkellmu.", "Dan li qed ngħid hawn lest li ngħidu anke barra, għax m'għandix għalfejn nibża'.", "Jien lest li privatament nagħti lill-Ministru l- ismijiet ta' dawn il-case officers li qed jagħmlu l-ħsara f'din il-mixja, pass wara pass lejn aktar effiċjenza, fil-Planning Authority li ż-żewġ naħat iriduha.", "Kif għidt, il-Perit Carm Lino Spiteri kien sejħilha mostru, pero' aħna ngħidu li din l-istituzzjoni hija importanti biex tirregola b'mod tajjeb il- bilanċ bejn l-interessi tal-partijiet.", "Aħna qegħdin nagħmlu l-isforzi kollha biex intejbu l-effiċjenza fil-qasam tad-development control, anke minn aspett leġislattiv u proċedurali.", "Forsi dan il-qasam jista' jkun imsaħħaħ b'riżorsi umani u finanzjarji.", "Meta nsemmu l-finanzi naqgħu fit- tendenza li nsemmu l-ħofra.", "Ħalli għal mument ninsew il-kwestjoni tal- ħofra, għalkemm hemm qiegħda.", "It-titjib tar-riżors uman u tar-riżors finanzjarju jista' jgħin biex id-development control unit jimxi 'l quddiem.", "L-emendi li saru aktar kmieni din is-sena ma kenux kosmetiċi u jridu jgħinu biex nimxu 'l quddiem.", "Għax mhux biżżejjed li jkollok liġi sabiħa.", "Aħna l-legali ngħidu kemm hi sabiħa, kemm hi rigoruża fl-għażla tal-kliem.", "Imma finalment issa rridu naraw li jkun hemm remarkable improvement f'dik li hija communication.", "Il-Perit Carm Lino Spiteri kien qal li taħt in- Nazzjonalisti anke f'dan il-qasam ta' komunikazzjoni kien hemm nuqqas.", "(Interruzzjonijiet) tad-distrett tiegħek u jiddispjaċih għax int tajtu l- keded.", "(Interruzzjonijiet) Forsi mhux daqskemm stenna pero' tajtu keded kbar.", "Niġi għall-problema ta' każijiet li jridu individual case officers.", "Issa jien għidt fejn qed jonqsu l-case officers pero' rridu nitkellmu ċar.", "Il-problema tal-huge case-loads li dawn għandhom għadna ma solvejnihiex.", "(Interruzzjonijiet) Il-case-load għadu għoli.", "Irridu ngħidu l-verita` biex inkunu ġusti mal-case officers li nikkritikawhom bir-raġun.", "Hawn ġara bħalma jiġri fil-każ ta' l-imħallfin; jidħol imħallef ġdid u jiret il- case-load ta' qabel.", "Jien naħseb li rridu naraw x'adjustments hemm bżonn.", "Irridu naraw li l-case officers ikunu iktar equipped biex jittrattaw dawn l- ever increasing loads, ikun hemm an equal distribution of case-loads, u jkun hemm an internal discussion group barra l-major projects group li jinvolvi lill-membri tal-units kollha, inkluż id-direttur li jkollu poter li jieħu ċerti deċiżjonijiet fundamentali.", "Forsi hemm bżonn ukoll li l-leġislazzjoni kurrenti tiġi emendata biex ninkorporaw l-idea tal-planning agreements li jeżistu fir-Renju Unit.", "Dawn l-agreements huma strument importanti biex jiġi assigurat li jinkisbu l- vantaġġi soċjali kollha possibbli minn proġetti kbar.", "Wieħed jista' jitkellem ukoll fuq id-DCC fejn issa forsi hemm bżonn li jkun hemm appeals section li jkollha ċerti responsabbiltajiet partikolari, biex ikun hemm monitoring ta' l-effetti tad-deċiżjonijiet ta' l-appell u anke biex wieħed javvanza informazzjoni importanti lill-case officers kollha u anke units oħra.", "Għandhom jiġu sottomessi rapporti perjodikament lill-Planning Authority rigward il-ground making decisions.", "Rigward l-enforcement unit li jinvolvi issue importanti li ssemmiet ukoll mill-Onor.", "Bonnici, irrid ngħid li jien naħseb li aktar minn enforcement hemm bżonn li nitkellmu fuq empowerment, li huwa konċett differenti u jidher li għad irid jiġi żviluppat iktar.", "L-enforcement unit huwa understaffed u allura hemm diffikultajiet fit-tmexxija tiegħu.", "Jekk jittieħdu dawn il-miżuri flimkien ma' oħrajn tajbin li diġa` ttieħdu, il-Planning Authority tkun aktar effiċjenti.", "Dan jidher ukoll minn dak li hemm propost fl-estimi li għandna quddiemna għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (L-Onor.", "Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimkarki?", "L- Onor. Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, naħseb li l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Sandro Schembri Adami għadu kif għamel an entertaining speech!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Ċensu Galea, nixtieq li nevitaw kummenti bħal dawn.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Point of order.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li ma jistax ikun li l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra jitħalla jagħmel rimarki dispreġjattivi ta' dan it-tip.", "Barra minn hekk, is-Sedja għandha tordna li jinxtegħel il-microphone meta kollega ieħor ikun qed jipprova jitkellem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jien sejjaħtlu imma l-microphone ma laħaqx inxtegħel.", "L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-microphone m'hux mixgħul.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI: Sur President, jekk jogħġbok, ara li min suppost jixgħel il-microphones jixgħelhom.", "L-Onor.", "Ċensu Galea attribwieli affarijiet li ma jagħmlux sens u li m'humiex minnhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Diġa' ġbidtlu l-attenzjoni.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Qed nitkellem u nistenna li tħallini nispiċċa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Iva, fhimtu l-punt tiegħek.", "Grazzi.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Illum m'intix l-Onor.", "Michael Bonnici tan- Nazzjonalisti imma llum int id-Deputy Speaker u qed nindirizzak bil- kortesija li tixirqilha s-Sedja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-punt tiegħek fhimtu.", "Ma nistgħux nieħdu ħafna ħin.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: L-Onor.", "Ċensu Galea nstema' ma' Malta kollha jgħid li jien għamilt an entertaining speech.", "Jekk kien hemm xi ħaġa entertaining, din kienet f'dak li kien qal il-Perit Carm Lino Spiteri ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Schembri Adami, mhux se nippermettilek tieħu aktar ħin.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Qed nitkellem u nitlob il-protezzjoni tiegħek, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Sandro Schembri Adami, fhimt il-punt tiegħek imma issa daqshekk.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "SANRO SCHEMBRI ADAMI: Nitlob li l-Onor.", "Galea jirtira dak il- kumment.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, safejn naf jien il-kelma \"entertaining\" imkien m'hija dispreġjattiva.", "Issa jekk l-Onor.", "Schembri Adami jqisha bħala dispreġjattiva ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli bid-diskors tiegħek, Onorevoli.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Membru jqisha bħala espressjoni dispreġjattiva jien nirtiraha.", "Pero' f'dawn il-15-il minuta li dam jitkellem kien hemm ħafna kliem li qal u li stajt inqum nitolbu jirtira.", "(Interruzzjonijiet) Malli bdejt nitkellem, f'nofs l-ewwel sentenza qam pandemonju u nħlew tliet minuti ta' din il-Kamra.", "Sur President, kont qed nipprova ngħid li fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Schembri Adami beda jgħid x'kien qal ħaddieħor minn din in-naħa fuq l- Awtorita` ta' l-Ippjanar fil-passat, imma ovvjament ma tkellem xejn dwar ix- xogħol li qed tagħmel illum u anqas u anqas ma tkellem dwar dak li se tagħmel matul is-sena finanzjarja 1997/98.", "Il-Viċi Prim Ministru qal li l- kritika li għamilna minn din in-naħa għall-emendi għall-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp kienet tammonta għal science fiction u dan għaliex minn mindu ġew fis-seħħ dawn l-emendi għadu ma ġara xejn minn dak kollu.", "Sur President, j'Alla li wara li jgħaddi ċertu żmien inkunu nistgħu ngħidu li l- politiċi baqgħu ma jindaħlux fid-day to day running ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar!", "(Interruzzjonijiet) Il-Viċi Prim Ministru qal li bejn Marzu u Settembru ta' l-1997 ħarġu, bejn wieħed u ieħor, 3,000 compliance certificates.", "Jekk wieħed iqis li kull sena joħorġu madwar 6,000 permess, isib li n-numru ta' compliance certificates li joħorġu huwa aċċettabbli ħafna u ma naħsibx li fir-realta` kien hemm xi żieda partikolari fil-ħruġ ta' dawn is-certificates.", "Sur President, irrid nagħmel riferenza għall-kritika li konna għamilna meta tressqu l-emendi għal-liġi li waqqfet l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, fejn konna għidna li ma rridux li l-privat ikollu jgħaddi mill-proċess kollu ta' l-applikazzjonijiet filwaqt li l-gvern ma jgħaddix mill-istess proċess.", "Diġa` kellna xi eżempji ta' dan it-trattament.", "Biżżejjed li wieħed isemmi l- Malta Dairy Products, fejn kien inbeda x-xogħol minn kumpannija li l-gvern għandu sehem fiha u x-xogħol baqa' għaddej minkejja li ma kienx hemm permess.", "Nagħmel riferenza partikolari għad-diversi housing units li suppost li jridu jinbnew f'Pembroke.", "Safejn naf jien, il-pjan ta' Pembroke kien approvat fl-1996 imma llum qed jingħad minn diversi kwartieri li se jkun hemm tibdiliet għal dan il-proġett.", "(Interruzzjonijiet) Il-pjan kien approvat, Onor. Vella.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nkunux misleading.", "Il-pjan ta' Pembroke ma kienx uffiċjalment approvat.", "(Interruzzjonijiet) Le, qatt ma kien approvat u nixtieq li nkunu korretti fid-diskors tagħna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk qed jirriferi għall-approvazzjoni tal-gvern, nifhem, pero' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet approvatu, għax sa dak iż- żmien kienet hi li tiddeċiedi dawn il-punti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nerġa' ngħid li m'għandniex inkunu misleading.", "Dan li qed jgħid m'hu veru xejn.", "Il-pjan ta' struttura, li fl-aħħar mill-aħħar il-pjanijiet huma parti minnu, jiġi approvat mill-Gvern, wara li jkun hemm adjudicating committee li jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu, u mbagħad il-Gvern iressqu għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li l-Viċi Prim Ministru jkun iktar korrett jekk jara kemm fil-fatt dam għaddej il-proċess tal-pjan ta' Pembroke.", "Għax bl-istess argument allura qabel ma l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tkun tista' tibda tipproċessa l-applikazzjoni ta' post partikolari, irridu ngħaddu mill- proċess li qed isemmi l-Ministru.", "Apparti minn hekk, fir-rapport tas-sena li għaddiet hemm miktub li l-action plan għal Pembroke kien approvat fl-4 ta' Lulju ta' l-1996.", "(Interruzzjonijiet) Illum waqt id-diskussjoni kien hawn battibekk - forsi għalhekk kienet dik is-saħna ta' l-Onor.", "Schembri Adami - għar-rigward ta' ħruġ ta' plots.", "Il-wegħda elettorali speċifika min- naħa tal-Partit Laburista kienet li Gvern Laburista ġdid se jqassam plots bi prezzijiet irħas f'areas fejn ma ssirx ħsara lill-ambjent.", "Issa jekk illum il-Partit Laburista reġa' bdielu, ma jimpurtax, u għandu jkollu l- kuraġġ jgħid li fuq din il-policy reġa' bdielu u ma jkun ġara assolutament xejn.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-fees esaġerati li jridu jitħallsu ma' l- applikazzjonijiet.", "Din irrid insemmiha fid-dawl tad-diskors li sar fuq il- budget għas-sena d-dieħla u fid-dawl tal-kliem li qed jingħad li rridu \"nagħmlu l-aħjar bl-inqas flus\".", "Għalkemm din ma kenitx fil-programm elettorali tal-partit fil-gvern, f'din il-Kamra u barra minn din il-Kamra intqal kemm-il darba li l-fees li kienu qed jitħallsu ma' l- applikazzjonijiet kienu esaġerati.", "Kien hemm ukoll diskussjoni dwar jekk huwiex veru li se nkunu fil-pożizzjoni li l-fees ta' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar jitnaqqsu.", "Dan huwa t-tieni budget ta' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar mindu seħħet il-bidla fil-gvern u sal-lum għad m'hemm l-ebda indikazzjoni ...", "(Interruzzjonijiet) Jien lill-Viċi Prim Ministru ma nterrompejtux fl-introduzzjoni tiegħu u lanqas interrompejt lil ħaddieħor.", "Jien nixtieqek taqra d-diskorsi tal-passat tal-Ministru tad-Djar attwali u tara kemm-il darba qal li dawn huma fees esaġerati, li jridu jorħsu u li dawn huma fees li qed iħallashom għalxejn iċ-ċittadin.", "(Interruzzjonijiet) Dan il-kliem tista' taqrah f'kull diskors li sar dwar il-voti tal-housing authority matul is-snin li għaddew.", "Intqal kemm-il darba li dawn il-fees huma esaġerati.", "Illum dawn ma roħsux u m'humiex sejrin jorħsu għal raġuni sempliċi.", "L-ewwelnett, kif qed jingħad hawnhekk, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għal darba oħra se jkollha bżonn ammont sostanzjali ta' flus li ħafna minnhom iridu jiġu direttament mingħand il-gvern f'forma ta' subvention.", "Il-Gvern qal li se jitnaqqsu l-flus u l-ispejjeż, imma jiddispjaċini ninnota li l- flus ma tnaqqsux f'affarijiet li mhumiex importanti, tnaqqsu f'affarijiet li suppost li l-flus għalihom żdiedu.", "Per eżempju, il-vot tas-sena li għalqet f'Settembru għat-training tal-ħaddiema kien ta' Lm185,000, filwaqt li għas-sena d-dieħla se tkun ta' Lm91,000, jiġifieri nofs il-vot tas-sena li għaddiet.", "Qed jitnaqqsu l-flus f'diversi voti oħrajn li huma wkoll marbutin direttament mat-training tal-ħaddiema meta t-taħriġ huwa xi ħaġa li naħseb li ż-żewġ naħat jaqblu fuqha.", "Id-dħul ta' l-awtorita` se jkompli jonqos u se jkompli jonqos mhux għax hemm xi tipi ta' żvilupp li issa mhux se jkun hemm bżonn ta' applikazzjoni għalihom.", "Sur President, indawru kif indawru n-numri nafu li d-dħul ta' l-awtorita` se jonqos għaliex l-attivita` ekonomika fil-construction industry naqset u għadha qed tonqos.", "Hemm diversi punti oħrajn li tajjeb li wieħed jitkellem dwarhom għar- rigward tad-day-to-day running ta' din l-awtorita`.", "Meta l-ġimgħa li għaddiet konna qed niddiskutu l-voti li jaqgħu taħt il-ministeru ta' l- ambjent, semmejt każ ta' persuna li l-karti tagħha ntilfu u l-Ministru meta weġibni qal - u kien korrett - li jien kont qed nitkellem fuq każ speċifiku ta' klijent tiegħi.", "Pero' ngħidlu li dan m'huwiex l-uniku każ fejn ġara hekk għax hemm diversi każi ta' nies li l-karti tagħhom il-Bambin biss jaf x'jiġri minnhom.", "Wieħed irid jara li dawn l-affarijiet ma jibqgħux jiġru.", "Minn dak inhar sal-lum kien hemm ukoll każ ta' wieħed li applika fuq plot privata u ntalab mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jivverifika mal-housing authority jekk din hijiex plot ta' l-awtorita` tad- djar jew inkella tal-privat.", "Żgur li b'dan il-mod ma jasalx messaġġ ta' effiċjenza.", "L-ewwelnett nafu li l-awtorita` tad-djar ilha ma toħroġ plots mill-1992.", "Allura kif jista' jkun hemm applikazzjoni tal-housing authority biex tiġi diskussa llum?", "Apparti minn hekk, din kienet applikazzjoni f'area fejn hemm mijiet ta' plots oħrajn li huma kollha tal-privat.", "Għalhekk niskanta kif għal din il-plot partikolari s-sid ġie mitlub jagħmel konsultazzjonijiet mal-housing authority biex jara jekk l-art hijiex tal- gvern jew inkella tal-privat.", "Wieħed jista' jsemmi eżempju wara l-ieħor ta' problemi ta' dan it-tip, pero' la għandi l-ħin u lanqas nixtieq nidħol f'każijiet partikolari.", "Ħalli nitkellem ftit fuq l-awtorita' b'mod ġenerali.", "Ix-xogħol prinċipali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mhuwiex dak li toħroġ il-permessi għall-bini - dak huwa sekondarju - imma li bis-serjeta' tieħu ħsieb l-ippjanar u l-kontroll tal-bini li jsir f'pajjiżna.", "Minkejja dak kollu li ntqal illum - fil-verita' intqal drabi oħrajn - żgur li din l- awtorita' għenet ħafna fil-kontroll.", "Wieħed jista' jibqa' jsibilha d- difetti, bħalma semmejt anke jien iktar kmieni, imma żgur li l-awtorita' qiegħda tiżviluppa kontinwament.", "Naturalment dan l-iżvilupp matul is-snin ġab miegħu wkoll ċerta kritika.", "Fil-fatt l-Onor.", "Schembri Adami beda jikkwota minn diskorsi li kien għamel ex-membru parlamentari fil- leġislatura li għaddiet.", "Nista' nassigurah li llum hemm numru ta' periti u nies oħra li jkunu f'kuntatt ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għadhom jagħmlu l-istess ilmenti dwar din l-awtorita'.", "Pero' żgur li ma kienx f'loku li l-Onor.", "Schembri Adami jikkwota minn diskors li sar tlieta jew erba' snin ilu u li żgur kien sar bl-iskop li jsiru t-tibdiliet meħtieġa.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Viċi Prim Ministru qal: Nispera li issa ma jkunx hawn xi ħadd minn tan-naħa l-oħra li jgħidilna li hu kien jaqbel mat- tibdil li għamlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar!", "Wieħed hawnhekk irid ifakkar li aħna wkoll ikkontribwejna biex isir dan it-tibdil.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħid li għalhekk saru dawn l-emendi.", "Iva, għalhekk saru.", "Fl-aħħar mill-aħħar konna aħna li kellna l-kuraġġ li niġu f'dan il- Parlament u nwaqqfu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u, bħalma jiġri kull meta ssir xi ħaġa ġdida, wara ċertu żmien jibdew jinstabu d-difetti tagħha.", "Ċertament li l-Awtorita' ta' Ippjanar trid tara li tkompli tibni fuq dak li hemm tajjeb u tirranġa fejn hemm id-difetti.", "Jien konvint li numru sostanzjali mill-membri ta' l-awtorita', jekk mhux kollha, jafu x'inhuma l- bidliet li hemm bżonn isiru u jien nappellalhom biex minn issa 'l quddiem ikunu huma stess li jimbottaw biex dawn iseħħu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Sur President, ħadt pjaċir nisma' d-diskors ta' l- Onor. Ċensu Galea, speċjalment dik il-parti ta' l-għeluq, fejn qal li għandhom ikunu l-membri stess tad-diversi bordijiet ta' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar li jimbuttaw favur aktar tibdil.", "Pero' l-ewwel ħalli nwieġeb għal xi punti li kien qajjem l-Onor.", "Jesmond Mugliett dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar meta kellna d-diskussjoni tal-budget fil-Kumitat ta' Provvista.", "Dakinhar l-Onor.", "Membru kien donnu beda jistaqsi għaliex biddilna xi nies fil-bordijiet.", "Kien qisu ried jgħid xi ħaġa imma dik ix-xi ħaġa baqa' ma qalhiex.", "(Interruzzjonijiet) Pero' l-mistoqsija ntefgħet.", "L-ewwelnett tajjeb li għal darba oħra nfakkar, kif qal tajjeb il-Viċi Prim Ministru, li wara li ħadna t-tmexxija tal-pajjiż f'idejna, ħallejna kważi l-bordijiet kollha li kien hawn fil-pajjiż jiffunzjonaw kif kienu.", "U hawnhekk tista' tara d-differenza - fl-1987 l-Onor.", "Mugliett ma kienx fil- Parlament imma forsi jiftakar - bejn kif mexa Gvern Nazzjonalista fl-1987 u kif mexa Gvern Laburista ġdid.", "F'inqas minn 24 siegħa, l-ewwel Gvern ta' l- Onor. Fenech Adami kien diġa' biddel in-nies li kien hemm fuq id-diversi boards.", "Kif wieħed seta' jinnota mit-tibdil li sar fil-bordijiet - u hawn tidher is-sinċerita` u t-trasparenza tal-Gvern - in-nies governattivi nnominati mill-ministeri ġew appuntati fuq il-bord tal-Planning Authority, pero' m'għamilniex bħalma kienu għamlu l-ministri li kienu responsabbli mill-Planning Authority qabel, il-Perit Michael Falzon u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Dawn kienu nnominaw lill-istess membri fuq il-bord tal- Planning Authority u fuq il-bord tad-DCC biex ikunu ċerti li jkollhom hold fuq iż-żewġ bordijiet.", "Illum għall-ewwel darba fuq il-bord tal-Planning Authority u fuq il-bord tad-DCC hemm membri totalment differenti.", "Huwa importanti ħafna li wieħed jinnota dan il-punt.", "Sur President, jien inħoss li nkun qed nagħmel kritika kostruttiva meta ħafna drabi nitkellem fuq dawk l-affarijiet li jweġġgħu lin-nies u li nħoss li għandhom jiġu kkonsidrati fit-tmexxija ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Hemm bżonn li din l-awtorita' tkun iktar umana u tħares iktar lejn l-aspett soċjali fil-pajjiż.", "Ħalli nibda bil-local plans, fejn ix-xogħol miexi bil- mod wisq.", "Dan qed joħloq diffikultajiet kbar għar-raġuni li applikazzjonijiet qegħdin jiġu rrifjutati bl-iskuża li l-pjan lokali ma jkunx lest u donnu ħadd ma jaf meta se jkun lest.", "Hemm inħawi li jidher ċar li jridu jiġu żviluppati, peress li diġa` sar ħafna żvilupp fihom u madwarhom, imma l-permess għall-bini xorta qed jiġi miżmum u dan, nerġa' ngħid, għar-raġuni li l-pjan lokali għadu mhux lest.", "Hemm ukoll il-problema tal-white areas.", "Ħafna mill-każijiet li rajt huma ta' siti fil-qalba tal-bini u mdawrin bl-iżvilupp, imma donnu li l- Awtorita` ta' l-Ippjanar lanqas għandha idea x'se jsir fihom.", "Jekk tistaqsi lill-kunsilli lokali għandhomx il-ħsieb li f'dawn il-white areas isir xi ġnien pubbliku jew xi recreation area, jgħidulek li lanqas huma ma jafu xi żvilupp se jsir hemmhekk.", "Imbagħad hemm il-każ klassiku ta' koppji żgħażagħ li jixtru plots - u llum kulħadd jaf li plot tqum eluf ta' liri - bil-kondizzjoni li huma within the building scheme u, wara li jkunu xtraw u applikaw għall-permess, inkredibbilment jirċievu risposta mill- Awtorita` ta' l-Ippjanar li ma tistax tittieħed deċiżjoni minħabba li l- pjan lokali għadu mhux lest u ma jafux hemmhekk hux se jkun hemm xi ċaqliq.", "Hawnhekk tajjeb li nenfasizzaw kemm huwa importanti li, qabel ma dak li jkun jidħol f'kuntratt, imur jiċċekkja ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jekk dik il-plot partikolari fil-fatt tistax tiġi żviluppata.", "Insemmi l-każ tal- Kalkara fejn hemm koppji li xtraw plots within the building scheme u ilhom sentejn jistennew ir-risposta mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax s'issa kulma qalulhom huwa li għad iridu jaraw x'se jsir fil-pjan lokali.", "Dawn l-affarijiet m'humiex sewwa, jagħmlu isem ikrah lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar u minħabba fihom qed iweġġgħu ħafna nies.", "Jekk l-Awtorita` ta' l- Ippjanar ma tridx li tiġi f'pożizzjoni li tagħti kumpens meta ma tittrattax applikazzjoni fil-ħin, allura għandha tiddeċiedi mill-aktar fis fuq dawn it-talbiet.", "Hawnhekk, Sur President, nixtieq nappella lill-kunsilli lokali u lill- pubbliku biex meta jkunu qed isiru konsultazzjonijiet dwar dawn il- pjanijiet lokali, imorru jipparteċipaw u jaraw li s-suġġerimenti u t- talbiet tagħhom jiġu mistħarrġa u, jekk ikollhom raġun, jiġu inklużi fil- pjan lokali.", "Mill-esperjenza tiegħi wisq nibża' li bil-mod kif isiru l- pjanijiet lokali qed nispiċċaw b'individwu wieħed - jew tnejn - jiddeċiedi għal kulħadd.", "Jien kelli l-okkażjoni nattendi għan-north-west local plan, li jkopri area kbira.", "Apparti li ma nafx għaliex jgħidulu n-north-west local plan - fil-fatt dan il-pjan ikopri x-xlokk u n-nofsinhar ta' Malta, cioe' minn Birżebbuga sal-Mellieħa - niftakar li oriġinarjament Għar Lapsi kien litteralment tħalla barra.", "Jien kont għarraft lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u għaqdiet oħra li kien ħareġ in-north-west local plan u kont għidtilhom li kienet għaddejja diskussjoni fuq dan il-pjan.", "Ħafna minnhom lanqas kienu jafu li dan il-pjan ġie ppubblikat għad-diskussjoni.", "Wara li rajt x'kienu jixtiequ li jsir f'Għar Lapsi n-nies tas-Siġġiewi, fis- sens li jitkabbar il-car park u jsir daqsxejn embellishment madwar l-area, ktibt lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Wara xi 15-il ġurnata, inkredibbilment nirċievi ittra fejn bil-pulit qaluli li qraw l-ittra tiegħi imma lanqas biss se jagħtu kasha.", "Jien insistejt magħhom li qabel jagħtu risposta fuq din l-ittra għandhom jinżlu jaraw Għar Lapsi u mhux jaraw kollox fuq il-pjanta.", "GĦaddew ħmistax oħra u rċevejt ittra fejn qaluli li marru Għar Lapsi u kienu lesti li jiddiskutu l-affarijiet miegħi.", "Dan juri li hemm bżonn tiddaħħal aktar serjeta' fil-preparazzjoni tal- pjanijiet lokali u tajjeb nerġa' nappella biex, kull meta jiġi ppubblikat pjan lokali, il-pubbliku jagħti sehmu u fejn it-talbiet ikunu ġusti għandu jinsisti ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar li dawn jidħlu.", "Issa nsemmi s-sezzjoni ta' l-environment management unit, li wisq nibża' li qed tagħmel ħafna xogħol li m'huwiex kompitu tagħha, xogħol dupplikat u ħafna studji inutli, bil-konsegwenza li qed ikun hemm ħafna ħela ta' flus u riżorsi oħra.", "Forsi l-ministeru ta' l-ambjent, li għalih hu responsabbli l- Viċi Prim Ministru George Vella, jara kif dan il-unit jista' jiġi utilizzat aħjar, flimkien ma' għaqdiet oħra ta' l-ambjent.", "Per eżempju, il- bieraħ fil-gazzetta kien hemm rapport sħiħ dwar l-integrated coastal management plan, fejn intqal li kien hawn xi espert Amerikan miġjub minn xi istituzzjoni Maltija li qed tagħmel dan l-istudju, u fl-istess ħin qed isir studju mill-environment management unit.", "Ħalli nsemmi l-heritage advisory committee, li huwa wkoll uġigħ ta' ras kbira fil-Planning Authority, u li jien personalment għadni ma nistax nifhem fuq liema terms of reference qed jaħdem.", "Bl-attitudni tiegħu qed joħloq diżgwid, dewmien u xi kultant inġustizzji kbar billi x-scheduling, kif għidt ħafna drabi, jinħareġ mingħajr ħsieb u mingħajr ma jingħata kas l- aspett soċjo-ekonomiku tal-pajjiż.", "Illum wasalna fi stat li bini riċenti, minn żmien il-gwerra 'l hawn, qed noħorġulu skjedar għas-sempliċi raġuni li jkun fih il-kileb jew xi xorok.", "Nafu li f'Malta, fi żmenijiet l- imgħoddija, kien tela' ħafna bini skond in-neċessitajiet ta' dak iż-żmien, fejn il-faċilitajiet sanitarji kienu ineżistenti u fejn l-annimali kienu jagħmlu parti minn kull household.", "Sa l-1970 niftakar li fir-raħal tiegħi s-Siġġiewi minn ġod-djar mhux nies biss kienu joħorġu imma anke xi ħanżir, xi ftit ngħaġ u mogħoż!", "Jiġifieri ssib ħafna bini antik mingħajr privatezza, bil-ġirien iħarsu minn ġo twieqi kbar għal ġol-bitħa tiegħek.", "Hemm il-problema li ħafna travi ta' l-injam spiċċaw mikulin bis-susa u diffiċilissimu wieħed jibdilhom.", "Qed naraw ukoll kemm hu diffiċli li fi kmamar ta' bini antik ikollok dawl u ventilazzjoni skond ir-regolamenti sanitarji u sfortunatament ħafna drabi dawn l-applikazzjonijiet qed jiġu refused.", "Hemm ħafna punti li xtaqt insemmi pero' se nagħlaq billi ngħid li ħafna mill-policies jidhru li qegħdin jagħtu suċċess.", "Għall-ewwel darba tajna dritt lill-periti li jkunu jafu minn qabel ir-rapport tal-case officer u jirrispondu.", "Għamilna policies ġodda u qegħdin infasslu tibdil ta' policies li jkunu diskussi flimkien mal-Kamra tal-Periti.", "Wessajna l- general development order u qed issir review ta' policies oħra rigward it- tibdil ta' l-użu tal-fondi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, fil-ftit minuti li għandi se nagħti ħarsa lejn ħames punti li jirrigwardaw l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Fil-fatt uħud minnhom huma wkoll suġġerimenti sabiex ikun hemm aktar effiċjenza u kuntatt dirett dejjem aħjar mal-klijenti ta' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar.", "Naqbad fuq l-ewwel punt rigward il-kuntatt mal-klijenti.", "Min huma l-klijenti ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar?", "L-ewwelnett hemm il- pubbliku in ġenerali u t-tieni nett hemm il-periti.", "Jeħtieġ li jkun hemm sforz akbar sabiex il-pubbliku in ġenerali jkun informat iktar bit- tibdiliet, bir-regolamenti u bil-pjanijiet li tkun qed tagħmel l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Ħafna drabi m'huwiex biżżejjed li persuna tħoss li jkun hemm dejjem aktar effiċjenza meta titfa' applikazzjoni.", "Tajjeb li jkun hemm effiċjenza u jeħtieġ li jkun hemm ħafna iktar effiċjenza imma dak m'huwiex biżżejjed.", "Huwa importanti wkoll li n-nies in ġenerali jkunu jafu l-pjanijiet u r-regolamenti li minn żmien għall-ieħor toħroġ l- Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Għalkemm matul l-aħħar snin l-awtorita` għamlet sforz biex dan jiżdied, naħseb li dan huwa proprju l-qasam fejn irid isir sforz ħafna ikbar jekk irridu verament inbiddlu l-mentalita`.", "Sur President, jeħtieġ li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tikkollabora ħafna aktar ukoll mal-kunsilli lokali.", "Mhux qed ngħid li dan mhux qed tagħmlu imma hemm bżonn li jsir aktar.", "Nifhem li kultant in-nies fl-awtorita` jibdew jaqtgħu qalbhom għax ġieli jkun hemm attivitajiet fejn il-pubbliku in ġenerali ma tantx jattendi, imma naħseb li wieħed irid jibqa' jagħmel l- isforz.", "Jekk irridu parteċipazzjoni, jekk irridu li s-sens ta' pjanifikazzjoni ma jibqax biss għall-elite li tifhmu imma li jibda jkun ġeneralizzat f'mentalita` ġdida, jeħtieġ li nkomplu nxettlu l- parteċipazzjoni f'eżerċizzji ta' promozzjoni ta' dawn il-pjanijiet u regolamenti.", "L-area fejn nistgħu għallinqas naslu biex inwettquh hija f'dawk li jissejħu l-urban conservation areas.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' tagħmel esperiment, bħalma hemm fl-Italja u f'postijiet oħrajn, billi fiċ-ċentri urbani twaqqaf planning shops jew local planning offices fejn iċ-ċittadin komuni jkun jista' jmur biex jieħu opinjoni dwar xi tibdil li hu jkun irid jagħmel, u n-nies li jkun hemm f'dak il-local planning office ikunu jistgħu bl-akbar liberta` jfiehmuh u jiddiskutu miegħu.", "Naħseb li dan huwa punt importanti.", "Jekk irridu li l-pjanifikazzjoni tiftiehem aktar, irridu dejjem ninżlu hemm isfel.", "Jien napprezza l-isforz li għamel il-Perit George Cilia fuq wieħed mir-radjijijet lokali biex jagħmel dawn it-tip ta' diskussjonijiet - ħalliha li ħafna drabi, malli tgħidilhom il-Perit George Cilia, in-nies jibdew jistaqsuh fuq l-umdita` u fuq affarijiet relattivament ta' ftit importanza - imma naħseb li dak l- isforz kien tajjeb u jeħtieġ li jkompli jinfirex.", "(Interruzzjonijiet) L- iskema tal-gallerijiet hija tajba u għandha tiġi estiża għal postijiet oħra ta' konservazzjoni u ma tibqax limitata għall-Birgu biss.", "Niġi għat-tieni punt, Sur President.", "Min huma l-klijenti l-oħra ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar?", "Huma l-periti.", "Tajjeb li wara ħafna żmien li konna ilna nistennewh sar il-manual u tajjeb ukoll li ġiet inawgurata l- website ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, iżda naħseb li hemm bżonn ħafna aktar sforz f'din il-website sabiex anke tnaqqas il-burden fuq il-periti li jkunu qed jagħmlu l-applikazzjoni, kif ukoll fuq il-periti ta' l-istess awtorita`.", "Naħseb li s-servizzi li din qiegħda tagħti sal-lum huma limitati.", "Fir-rapport jingħad li se jkun hemm aktar sforz u nispera li dan l-isforz isir sabiex din il-website tagħti aktar servizzi.", "Per eżempju, illum jista' faċilment ikollok electronic applications u l- possibbilta` li tara l-movement tal-file tiegħek fuq il-website tal- Planning Authority, fejn jekk inti trid tagħmel query fuq dak il-file taf li dik l-E-mail se tmur għand il-perit li qiegħed jara l-file.", "Sal-lum wieħed jista' jagħmel general queries biss u għalhekk tajjeb li jkun hemm din il-faċilita` ta' servizz sabiex ikun hemm aktar kuntatt dirett.", "Naħseb xi ħaġa oħra importanti hija li l-manual ikun aġġornat b'aktar effiċjenza għax domna ħafna nistennew biex ħareġ il-manual.", "Sur President, ngħaddi għat-tielet punt.", "Hawnhekk intqal li l-emendi li ddiskutejna qabel ir-recess tas-sajf saru sabiex tiżdied l-attivita`.", "Ejja naraw effettivament x'ġara matul din is-sena.", "Minn mistoqsijiet parlamentari li għamilt jirriżulta li paragunat mas-sena ta' qabel, kien hemm tnaqqis ta' 15% fil-ħlasijiet.", "U jekk wieħed jikkompara l-medja kull xahar f'din is-sena ma' l-aħħar sentejn ta' qabel insibu li kien hemm tnaqqis ta' xejn inqas minn 27% u din m'hi xejn ħlief sitwazzjoni mwiegħra.", "Punt ieħor, Sur President, huwa dwar it-training tal-ħaddiema.", "F'Settembru li għadda deher avviż fuq il-gazzetti kollha dwar kors għal masters degree in environmental planning u applikaw għalih 22 ruħ.", "Meta mbagħad fetħet l-Universita,` min applika rċeva nota li dan il-kors ma kiex se jiftaħ għax ma sabux sponsorship.", "Erġajna bdejna bit-teorija tal- parrinu għax jekk ma nsibux sponsorship allura l-kors ma jiftaħx!", "Dan huwa każ serju għax se jnaqqas l-opportunitajiet ta' speċjalizzazzjoni fil- qasam ta' pjanifikazzjoni ambjentali.", "Jien inħoss li kien nuqqas ta' dan il-Gvern li minkejja li kienu applikaw 22 ruħ, prattikament qabad dan il-kors, tefgħu fil-kexxun u qal li meta nsibu xi parrinu nerġgħu niftħuh.", "Ċertament li n-nuqqas ta' dan il-kors ta' masters f'environmental planning se jkollu effett fuq l-istaff ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar, li kienet tibgħat ukoll xi membri mill-istaff tagħha sabiex jistudjaw u jispeċjalizzaw f'dan il-qasam.", "L-aħħar punt, Sur President, li nixtieq nagħmel huwa rigward ir-rispett li dan il-Gvern qed jagħti lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Jien ma rridx inkun polemikuż imma nsemmi fatt wieħed li lili urtani ħafna.", "Xejn ma laqatni b'mod pożittiv il-fatt li ħareġ id-development brief għall-Proġett ta' Sant Iermu.", "Kienet għadha lanqas nixfet il-linka fuq il-karta u l- Gvern iddeċieda li jinjora dak li kienet qed tipproponi l-Awtorita` ta' l- Ippjanar rigward Evans Buildings, cioe' li dak għandu jkun inkorporat fil- Proġett ta' Sant Iermu, sabiex ikun hemm inċentiv akbar għall- iżviluppaturi.", "Il-Gvern ġie jaqa' u jqum u lanqas biss indenja ruħu jiddiskuti ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u qabad u ddeċieda li Evans Buildings iżommu għal laboratorji.", "Se jżomm laboratorju f'bini li huwa dekadenti u ċertament m'huwiex post adattat sabiex iservi ta' bini ta' eċċellenza għal-laboratorju fil-ħajja tal-lum.", "Dan il-Gvern waqqaf għal kollox il-pjanijiet li kien hemm sabiex jinbnew laboratorji suret in-nies u moderni, u llum se jibqa' għaddej jillapazza l-Evans Laboratory bil-biża' kbira li issa se jkollu effett negattiv ħafna fuq il-pjan ta' żvilupp ta' Sant Iermu.", "Ma naħsibx li dan huwa l-mod kif l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha tiġi stmata.", "Jien wieħed minn dawk li nikkritika lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar f'dak li huwa ħażin, imma meta jsiru pjanijiet serji ta' dan it-tip jien nistenna li l-Gvern ikun wieħed mill-partners soċjali f'dan il-pajjiż li jassessja b'mod sħiħ dak li tkun qed tgħid l-awtorita` u mhux jaqbad u jarmi planning brief bl-addoċċ.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirrigrazzjak.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, smajt b'attenzjoni lil kulħadd, speċjalment lill-Viċi Prim Ministru, li nawguralu li jipprova jirranġa l- Planning Authority.", "Ngħid għalija tlift kull fiduċja fil-Planning Authority u naf żgur li, tagħmel x'tagħmel, ma' dawn in-nies ma tasal qatt.", "L-unika ħaġa li għandhom tajba huwa ċ-chairman - qiegħed hawn u rrid nifraħlu - għaliex huwa bniedem ġentili li jisimgħek u lest li jifhem il- problemi tiegħek.", "Il-bqija jien ma nara xejn tajjeb fil-Planning Authority.", "Se nsemmi punt wieħed għax m'għandix ħin.", "F'Għawdex qegħdin nipprovaw niftħu small garages, fejn nies li jaħdmu ta' mechanic, eċċ., ikunu jistgħu jiftħu negozju.", "Il-ġimgħa l-oħra l-MDC applikat għal permess mingħand il-Planning Authority u dawn irrispondew li ma jistgħux jikkonsidraw din l-applikazzjoni għas-sempliċi raġuni li din l- art, fejn l-MDC qiegħda tippjana li tagħmel dawn is-small garages, ma taqax taħt il-local plan.", "Mela l-ewwel irid jiġi deċiż jekk il-local plan huwiex se jiġi estiż u mbagħad tiġi kkonsidrata t-talba ta' l-MDC.", "Apparti minn dan, tal-Planning Authority telgħu Għawdex u ħarbtu lil kulħadd, għax qabdu xi 40 jew 50 persuna li kellhom negozji żgħar u heddewhom bil-pulizija, meta għandhom tant u tant bini llegali x'jaraw!", "U meta tiktbilhom li f'Republic Street, Victoria tiela' mostru ta' bini kollu ħadid barra l-alignment, jgħidulek li dan qiegħed skond il-permessi!", "Dawn qabdu dawn il-50 persuna u heddewhom biex jagħlqu.", "Veru li m'għandhomx permess u veru li qed jiksru l-liġi, pero' ilhom joperaw 'il fuq minn għaxar snin - qabel kienu jħallsu l-VAT u llum iħallsu s-CET - u ma ngħidlekx kemm iħaddmu nies.", "Dawn marru fuqhom u heddewhom li jagħlquhom.", "Ngħid għalija huwa ħażin li min-naħa waħda l-Gvern qiegħed jagħmel l-almu kollu tiegħu biex lil dawn in-nies isibilhom plot fejn ikunu jistgħu jkomplu n-negozju tagħhom, b'ċens temporanju ta' Lm80, u anke jissellfu fuq dik il-plot, imbagħad jiġu tal-Planning Authority, wara li rrifjutawlhom il-permess, u jheddu lil dawn in-nies.", "Fejn kienu tal-Planning Authority fid-disa' snin li kien fil-gvern il-Partit Nazzjonalista?", "Ġew xi darba Għawdex jheddu lil dawn in-nies?", "Issa ġew, fiż-żmien tal-Milied, meta l- ekonomija Għawdex miexja 'l quddiem.", "Mela l-Gvern jagħmel ħiltu kollha biex jagħti spinta lill-ekonomija u biex is-settur privat jimxi 'l quddiem, imbagħad wara disa' snin, out of the blue, tal-Planning Authority jitilgħu Għawdex - Eureka! - u jheddu li se jagħlqu lil kulħadd.", "Dan huwa l-mod kif jittrattaw ma' l-Għawdxin?", "Jien l-ewwel wieħed m'iniex lest li nħalli dawn l-affarijiet ħżiena.", "Il-Planning Authority m'għandhiex qalb soċjali u lill-Viċi Prim Ministru ngħidlu li, jagħmel kemm jagħmel sforzi, ma' dawn in-nies ma jirranġax.", "Fis-sezzjoni tal-Planning Authority f'Għawdex hemm partita ġrieden.", "Min hu b'saħħtu jirranġawlu, pero' bniedem li sempliċement irid jiftaħ stationery fil-garaxx jirrifjutawlu l-permess.", "Kieku dan kien xi negozju fejn bniedem se jagħmel l-istorbju u l-ġirien jilmentaw, nifhimha.", "Imma wieħed li qiegħed ibigħ gwarniċ tiġi tagħlqu!", "Dan huwa l-mod kif tmexxi?", "Dawn huma, kif għidt qabel u nerġa' ngħid, daqqiet taħt iċ-ċintorin.", "U għalhekk jien minn hawn ngħid li tlift kull tama fil-Planning Authority.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Grazzi.", "Hemm diversi modi kif tista' tħares lejn il-Planning Authority.", "Tista' tħares lejn aspett wieħed u tikkundannaha, tista' tħares lejn il-performance individwali tal-units tagħha u tista' tara kif din qiegħda tinfilza ma' l-ippjanar tal-Gvern.", "Pero' lis-Segretarju Parlamentari għal Għawdex ngħidlu li jien kelli każ ta' xi ħadd li kien ilu jopera fi scrapyard għal 40 sena u peress li marru l-pulizija applika għal permess.", "Dan ma ħariġlux għax sfortunatament il- policies tal-Planning Authority fuq scrapyards huma vagissimi imma dan baqa' bla permess u baqa' jopera.", "Ma nafx jekk waqqfuhx il-pulizija issa imma huwa fatt li dan m'huwiex qiegħed in regola mal-liġi.", "Jiġifieri dawn l-affarijiet mhux issa ġraw iżda ilhom jiġru.", "(Interruzzjonijiet)", "Ma naħsibx li tista' tikkundanna lill-Planning Authority għaliex tagħmel enforcement, meta r-regoli tagħha jgħidulha li suppost tagħmel hekk.", "Jekk għandna Planning Authority li r-regoli tagħha jgħidu hekk, irridu nipprovaw nirrispettawhom jew inkella nżarmaw.", "Li noqogħdu ngħidu li tal- Planning Authority f'Għawdex huma ġrieden, naħseb m'huwiex il-mod kif għandna nindirizzaw din l-istituzzjoni li finalment twaqqfet biex tagħmel il-ġid lill-pajjiż.", "Il-Planning Authority għandha profil għoli ħafna. bħalma kien qal darba ċ-chief executive tagħha, u tkun f'ħafna kontroversji.", "Din is-sena l-Planning Authority, bħas-snin kollha kemm ilha mwaqqfa, kienet fl-aħbarijiet u kienet diskussa ħafna anke f'dan il-Parlament għax kien hawn l-emendi għall-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Issa għandna esperjenza ta' sena warajna ....", "(Interruzzjonijiet) Mhux vera li aħna opponejna għall-emendi kollha.", "Niftakar li l-Committee stage kien gruelling bħala dibattitu.", "(Interruzzjonijiet) Per eżempju, anke l- proċedura tad-deemed approval, kif finalment ġiet approvata, ġiet ħafna aħjar milli kif kienet proposta oriġinarjament min-naħa tal-Viċi Prim Ministru.", "Jiġifieri f'dak id-dibattitu, il-provisos u l-eċċezzjonijiet tad- deemed approvals żdiedu u tjiebu as we went along bid-diskussjoni.", "Konna anke qbilna ma' l-idea tal-GDO; ħalliha li mbagħad din kienet ħarġet b'dawk l-iżbalji u ma nafx għalfejn domna xi xahar nistennew qabel ma dawn l-iżbalji ġew irranġati.", "Sur President, l-Onor.", "Bertu Pace ħass li kellu jirriferi għal xi punti li kont qajjimt jien hawn ġew dwar tibdil fil-bord ta' l-appell - issa kuntrarjament għal dak li qal l-Onor.", "Membru, meta jien nagħmel mistoqsija ma nkunx diġa' għamilt il-ġudizzju minn qabel - liema tibdil iġib miegħu mplikazzjonijiet serji.", "Żgur li kien hemm prezz u għad hemm prezz għal dan it-tibdil, kif għidt hawn fil-Parlament l-ġimgħa l-oħra.", "Il-prezz ħallsuh dawk l-applikanti li laħqu tefgħu talba qabel l-14 ta' Awissu.", "Mela dawk l-applikazzjonijiet li ntefgħu wara dik id-data, kulħadd iġri u ġerri biex iżomm mad-deadline, u fir-rigward ta' dawk l-applikazzjonijiet li ntefgħu qabel ma jidhirx li hemm l-iċken ħeġġa biex dawn nittekiljawhom.", "Naf li l-Viċi Prim Ministru kellu jivverifika ċerti ħwejjeġ.", "(Interruzzjonijiet) Nista' ngħidlek li jien anke ċċekkjajt mal-Kamra tal- Periti u nifhem li dawn lesti jikkonfermaw dan li qed ngħid jien.", "L- applikazzjonijiet li ntefgħu qabel l-14 ta' Awissu m'hemm l-ebda ħeġġa għalihom u l-case officers preokkupati biss biex ilaħħqu mad-deadline ta' dawk li ntefgħu wara u ħafna nies qegħdin ibatu dewmien intortament.", "Ħaġa oħra li ħarġet minn dawk l-emendi kienet il-fatt li aħna l-periti bdejna nirċievu l-case officer report.", "Kienet xi ħaġa tajba, konna ilna nitolbuha u jien nistaqsi għalfejn id-direttorat żammew daqshekk iebes għal tant snin u issa aċċettawha.", "Jien għalija din kienet xi ħaġa ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk inhija tort tiegħek ngħidlek prosit!", "Pero' din il-proċedura tal-case officer report fiha implikazzjonijiet oħrajn.", "Il-case officer report qed jintbagħat lill-periti biex kemm jista' jkun jitnaqqsu l-verbal submissions quddiem il-bord u suppost dan jinkiteb b'mod fair u, meta jiġu kkwotati policies, jiġu kkwotati in their totality.", "Pero' jien qed nisma' b'każi fejn case officer fir-rapport jikkwota policy u jekk il-policy ikollha żewġ sentenzi, li forsi waħda jkollha implikazzjoni pożittiva fuq dik l-applikazzjoni, hemm każi fejn din tħalliet barra.", "U dan m'huwiex sew.", "Il-case officer report se jmur quddiem il-bord, u dakinhar l-applikant ma jkunx jista' jitkellem, u għalhekk m'għandu jsir xejn li jista' jkun ta' preġudizzju.", "Ħaġa oħra li suppost issir mal-case officer report hija li wara li l- perit ikun bagħat il-kontro-rapport tiegħu, kemm il-case officer report u kemm il-kontro-rapport suppost jaslu għand id-DCC mingħajr kummenti.", "Pero' sirna nafu li wara li l-kontro-rapport tal-perit ikun intbagħat lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar, qed jasal għand id-DCC bil-kummenti tal-case officer.", "Dan m'huwiex sewwa.", "Sur President, emenda oħra li kien ressaq il-Gvern, u li aħna bħala Oppożizzjoni konna qbilna magħha, kienet li l-applikazzjonijiet għandhom jiġu aġġudikati skond policies viġenti fil-mument li applikazzjoni tidħol għand il-Planning Authority.", "Pero' anke għal din qisu hemm ċerta reżistenza interna fl-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Per eżempju, jiena smajt b'każ ta' xi ħadd li tefa' applikazzjoni għal swimming pool u l-permess ma ħariġx \"on the grounds that it went against draft guidelines on swimming pools\".", "Kif jistgħu jiktbulu hekk, meta suppost li aħna niġġudikaw skond policies viġenti fil-ġurnata li ssir l-applikazzjoni?", "Dawn huma dettalji tekniċi u amministrattivi u għalhekk qed ngħidhom.", "Hawnhekk m'għandniex naraw biss l-aspett politiku imma huwa d-dover tagħna li nagħmlu kritika preċiża u dettaljata.", "Sur President, għal dik li hija ħidma min-naħa tal-bord ta' l-appell ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, xtaqt li kieku l-Kamra kellha għad- dispożizzjoni tagħha rapport sabiex inkunu nistgħu nikkummentaw fuqu.", "Ilni ninnota li għandna case law, kemm tad-deċiżjonijiet tad-DCC u kemm tal- bord ta' l-appell, għax dawn iż-żewġ organi issa ilhom jinfunzjonaw għal ħames snin.", "Minkejja li tara ċerta konsistenza fid-deċiżjonijiet tad-DCC u tal-bord ta' l-appell, ikollna nammettu li d-direttorat mhux dejjem jieħu in konsiderazzjoni d-deċiżjonijiet li jkun miexi fuqhom id-DCC.", "Allavolja jafu li f'ċerti każijiet id-DCC jista' jaqleb anke ċerti deċiżjonijiet - u saħansitra ma jżommx mal-linji stipulati fiċ-ċirkolari tad-DC 1 ta' l- 1988 - jibqgħu jagħmlu t-tip ta' rakkmandazzjonijiet li dejjem għamlu u jinjoraw każijiet simili li jkunu diġa' ġew deċiżi mid-DCC.", "Sur President, ġimgħa ilu staqsejt għalfejn il-Gvern ħass li kellu jibdel wieħed minn żewġ bordijiet ta' l-appell.", "Forsi dan ifisser li dawn kienu kuntenti bi tlieta minnhom iżda mhux bit-tlieta l-oħra?", "Jekk irridu nżommu l-kontinwita`, il-kontinwita` nżommuha f'bord wieħed iżda mhux fl- ieħor?", "(Interruzzjonijiet) Għax imbagħad għandek implikazzjonijiet oħrajn iktar serji.", "Per eżempju, nafu li l-bord ta' l-appell kellu 100 każ li kienu b'deċiżjoni lesta, miktuba u typed.", "Issa x'se jiġri?", "Id-deċiżjoni li wasal għaliha l-bord l-qadim, se jiffirmaha c-chairman tal-bord il-ġdid?", "Jekk se nagħmlu hekk , se niġu f'sitwazzjoni fejn ċ-chairman se jkollu jpoġġi l-firma tiegħu fuq xi ħaġa li ma jkunx daħal fiha, jekk ma jridx jerġa' jibda kollox mill-bidu.", "Ara x'ħela ta' ħin ġej!", "Dan kollu għax ma sarx handover proprju mill-bord ta' l-appell l-antik għall-bord il-ġdid.", "Din kienet ir-raġuni li għamilt dik il-mistoqsija d-darba l-oħra - l-Onor.", "Bertu Pace ried ikun jaf għalfejn - u mhux biex nitfa' ebda dell fuq ħadd.", "Ċertament li l-bidla fil-membri tal-bord fiha implikazzjonijiet li jistgħu jħallu effetti negattivi.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel fuq il-proċedura interna hija dwar partial approval u partial refusal.", "Kultant wieħed japplika u f'nofs il- proċess jgħidulu li l-applikazzjoni tiegħu, kif sottomessa, mhijiex aċċettabbli u jrid ibiddel il-pjanti.", "Dak li jkun, allavolja ma jkunx jaqbel, ibiddel il-pjanti biex l-applikazzjoni tiegħu tibqa' għaddejja u meta joħroġ il-permess, ħalli jkun jista' jibda l-iżvilupp, jappella minn dik il-parti li ma jkunux aċċettawlu.", "F'dawn il-każi l-avukat ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar qed jgħid li dak l-appell hu null għaliex, jekk l- applikant aċċetta li jitfa' pjanti ġodda fl-istadju tad-DCC, allura jkun aċċetta mill-ewwel il-kondizzjonijiet tad-DCC.", "Jiena naħseb li hawn bżonn li jidħol il-konċett intern tal-partial approval u l-partial refusal biex l- ewwelnett nillimitaw kemm jista' jkun l-appelli u ma nżidux dawn il-ħafna battibekki u diżgwid għalxejn.", "Issa nixtieq nistaqsi x'se jiġri dwar il-ħatra tad-direttur ta' l-audit.", "Dan se jkun maħtur minn ġewwa jew minn barra?", "Xi kritierji se jkunu wżati għall-ħatra tiegħu?", "Mid-diskussjoni li saret hawn ġew ħarġu affarijiet oħra interessanti, bħall-kwestjoni tat-training ta' l-istaff.", "Bħalma qal l- Onor. Bonnici, is-sena l-oħra kien hemm nefqa ta' Lm185,000 u f'daqqa waħda dan il-vot naqqsuh bin-nofs.", "Dan għandu implikazzjonijiet serji għaliex f'ċerti sezzjonijiet il-manpower huwa minimu.", "Fil-local planning unit, per eżempju, għandek biss xi tliet professjonisti.", "Jiġifieri ma jistax ikun li nnaqqsu l-infiq b'dan il-mod meta għandna bżonn ninvestu fil-manpower.", "Sur President, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tista' tħares lejha b'mod iktar globali u tara kif din tallaċċja ruħha ma' dak li qed jiġri fil-pajjiż.", "Naħseb li l-iktar unit li għandu impatt fuq dak li qed jiġri fil-pajjiż huwa l-istrategic planning unit.", "Dan l-oġġettivi tiegħu jgħidu hekk:", "\"The strategic planning unit has the objective to manage and improve the quality of strategic planning and optimise relationships with other units.", "The strategic planning unit should review and update the structure plan, as required by law, incorporating it in an integrated development programme, focus the plan around sustainable development objectives and co-ordinate its implementation.\"", "Jiġfieri l-istrategic planning unit suppost huwa l-moħħ ta' l-ippjanar f'pajjiżna.", "Pero' x'qed jiġri hemmhekk?", "F'daqqa waħda spiċċa mingħajr kap u x'aktarx hemm professjonist wieħed li għadu jilħaq.", "Suppost kellna naħtru wkoll lil xi ħadd biex jagħmel review tal-pjan ta' struttura.", "Iżda bl-infiq propost ma nafux jekk hux se jinħatar dan il-kap jew hijiex se tinġieb din il-persuna biex tagħmel review tal-pjan ta' struttura.", "Nixtieq nagħmel parentesi hawnhekk.", "Sur President, jiena ma naqbilx li dawn in-nies bilfors għandhom ikunu konsulenti barranin.", "Ma nafx għaliex l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għadha taħseb li bilfors irid ikollok xi barrani.", "Naf li applikaw ċerti professjonisti fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, iżda lil dawn bilkemm taw kashom, u spiċċaw biex ħadu l-każ tagħhom quddiem l-Ombudsman.", "Naf ukoll li ftit snin ilu l-kriterji kienu mod u f'daqqa waħda issa għamluhom aktar iebsin.", "Jiena ma naqbilx ma' dawn il-kriterji li ġew rikjesti, pero' hemm bżonn li dawn jinħatru.", "Nixtieq ukoll nisma' xi stqarrija min-naħa uffiċjali, fejn il-Gvern juri li verament jemmen fil-pjan ta' struttura, għaliex kif qegħdin jiġru l-affarijiet ikolli naħseb li l-pjan ta' struttura għall-Gvern huwa sempliċement xi ħaġa ta' proċedura, xi ħaġa akkademika, sabiex l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ikollha dan id-dokument u daqshekk.", "M'huwiex dan dak li għandu jiggwida l-ippjanar ta' dan il-pajjiż.", "Din qiegħda tinkwetani bis- serjeta`.", "Jekk wieħed jaqra r-rapport annwali ta' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar jara li dan l-istrategic planning unit, fost ix-xogħol tiegħu, jiġbor u jżomm aġġornat numru ta' databases.", "Fost numru kbir minnhom insibu sustainability indicator database, employment and work database, agricultural database u industrial database.", "Dan huwa tajjeb pero' rrid nagħmel żewġ suġġerimenti.", "L-ewwelnett ma nafx kemm dipartimenti oħra qegħdin jużawha, għaliex ftit ilu l-building industry consultative committee kien se jibda wkoll jagħmel id-database tiegħu f'dik li hija proprjeta`.", "GĦalhekk ikun tajjeb kieku din l-istatistika li qed tinġabar mit-taxxi tal-poplu nibdew nippubblikawha biex tkun available għall-pubbliku in ġenerali li jkun qed jagħmel l- istudju tiegħu.", "Forsi jkun hemm xi ħadd privat qed jagħmel ċertu impact assessment, allura jkollu din id-data available u m'għandhiex tinżamm hemm ġew.", "Livell ieħor ta' ppjanar huma l-local plans.", "Dawn tkellem tajjeb dwarhom l-Onor.", "Bertu Pace, fuq kif in-nuqqas ta' local plans jistgħu jolqtu lil ċerti applikanti, u tkellem dwarhom ukoll l-Onor.", "George Pullicino.", "Il- local plans kienu suppost it-traduzzjoni fuq livell partikolari ta' dak miktub fil-pjan ta' struttura u suppost kellhom iservu ta' feedback qabel ma wieħed jiġi biex jirrevedi l-pjan ta' struttura.", "Mr Chairman, għaddew ħames snin mill-pjan ta' struttura u dawn il-local plans waqajna lura fihom xi erba' snin u f'daqqa waħda wasalna għall-assurdita` li se nibdew ir- reviżjoni tal-pjan ta' struttura mingħajr dan il-feedback mil-local plans.", "Naħseb li dan huwa nuqqas kbir.", "Meta Gvern Nazzjonalista kien beda jaħdem fuq il-proċess tat-twaqqif tad- direttorat, il-pjan ta' struttura u mbagħad t-twaqqif ta' l-Awtorita`ta' l- Ippjanar innifisha, kien abbroga l-liġi tal-BDAs u mill-ewwel kien daħħal fis-seħħ l-iskemi tal-bini.", "Dawn kienu skemi li ntużaw fis-sittinijiet u fis-sebgħinijiet, u konna naqqasnihom.", "Meta mbagħad għadda l-pjan ta' struttura minn din il-Kamra, dawn l-iskemi tal-bini saru parti minnu.", "Pero' ma nistgħux ngħidu li dawk l-iskemi jħarsu lejn kollox għaliex dawn huma biss strumenti ta' zoning; dawn jgħidulek fejn jista' jinbena, kemm tista' tgħolli u affarijiet bħal dawn.", "Iżda dawn fihom l-żbalji.", "Per eżempju, kelli applikazzjoni fejn petrol station kienet immarkata green area u l-ikbar żball huwa li għandna areas kbar li huma mingħajr scheme, bħalma hija l-Imtarfa.", "Naf xi ħadd li applika għall-permess fl- Imtarfa u qalulu li din hija rural conservation area, jiġifieri għalqa.", "Għax għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar dak kollu li m'għandux scheme huwa mitqies bħala rural conservation area.", "Bħal dawn, Ministru, nista' nagħtik eżempji oħra, li forsi taf bihom int, għaliex huma viċin il-kostitwenza tiegħek.", "Ħal Tmien m'għandux scheme lanqas u jekk xi ħadd jitlob permess għall-bini jkollu jirregola ruħu b'ċerti policies, u fost l-oħrajn jistaqsuh jekk hux se jibni għall-agrikoltura, u anke jkun soġġett għal ċerti limitazzjonijiet.", "Dawn it-tip ta' nuqqasijiet wieħed kien jistenna li jiġu ndirizzati.", "Madam Speaker, naħseb li llum kulħadd jaqbel li jekk l-Awtorita` ta' l- Ippjanar issir burokratika u pedantika, jekk l-applikazzjonijiet iddum ma tipproċesahom, jekk ikollha proċeduri ħżiena u taqa' lura fit-tfassil u fit-tiġdid tal-local plans, hemmhekk l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tfalli għax titlef il-fiduċja tal-poplu u titlef anke l-fiduċja tal-politiċi.", "Issa dan xorta għadu jista' jseħħ u mhux billi dan l-aħħar daħħalna proċeduri ġodda.", "Għax jekk il-Gvern mhux se jinvesti fl-Awtorita` ta' l- Ippjanar, b'tali mod li l-local plans joħorġu on time, u b'tali mod li jiġi rivedut il-pjan ta' struttura ....", "Din il-possibbilta` ta' falliment intern tista' tkun tort tad-direttorat, imma jkollu tort akbar il-Gvern jekk ma jinvestix fit-taħriġ tal-personnel, ma jinvestix f'ċerta riċerka, ma jagħmilx il-monitoring neċessarju u ma jesprimix il-prijoritajiet.", "Pero' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tista' wkoll tfalli jekk aħna nħalluha tiżviluppa biss bħala fabbrika li toħroġ il-permessi, tagħmel il-mapep, tagħti l-linja tal-bini u tagħmel l-enforcement, u mbagħad, jekk nagħmlu action plan għal Pembroke, dak ninjorawh; jekk nagħmlu local plan tal- Grand Harbour, bħalma qal l-Onor.", "Pullicino, dak ninjorawh; u jekk nagħmlu development brief, bħal fil-każ ta' Ricasoli, dak ninjorawh, u minn fuq il- Gvern jissottometti applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tmur direttament kontra dak li jgħid id-development brief.", "B'dan il-mod nibdew noqtlu lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar, meta xogħolna suppost huwa li niggwidawha biex din toħroġ żvilupp kif suppost.", "Jien ma naqbilx anke ma' ċerta impożizzjoni li l-Gvern qed jagħmel fuq l- Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Il-proġett tal-millenju huwa eżempju tipiku fejn il-Gvern irid jimponi l-aġenda tiegħu fuq l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "(Interruzzjonijiet) Mill-informazzjoni li għandi jidher li l-Gvern qiegħed jimponi.", "Ngħid għalija jien ma tantx daqqitli tajjeb li ċ- Chairman ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kien preżenti għal dik il- konferenza stampa li saret.", "Għax meta l-Gvern jimponi fuq l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, lil din ikun qed joħdilha l-awtorita` tagħha u lanqas iħalliha tagħmel xogħolha, għax l-ippjanar ikun qed jagħmlu ħaddieħor minn xi uffiċċju ieħor.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien illum kont qed nippretendi li jerġa' jkun hawn il-baraxx li kien hawn f'Lulju u jgħiduli: Qed tara kemm għidnielek tajjeb li għamiltu ħażin!", "Qed tara kif ma rnexxa xejn!", "Imma mhux talli ma ġiex baraxx kontra dak li għamilna, li kien imħabbar bħala diżastru, talli diġa` qegħdin naraw li hawn min qed jipprova jirkeb fuq iż- żiemel tagħna ħalli jieħu naqra mill-mertu.", "J'Alla jieħdu naqra!", "Xi smajna hawnhekk illum?", "L-Onor.", "Ċensu Galea qisu qed jagħtih f'għajnu l- fatt li l-Gvern qed jaħseb biex jagħmel social housing.", "Mhux se nidħol fil- kwestjoni ta' plots u mhux plots.", "Dan il-ħafna nkwiet huwa għax il-Gvern jista' jasal biex ikollu zoni ta' housing estates fejn itella' sular jew tnejn mal-bini eżistenti ħalli jipprovdi aktar djar għal min mhux kapaċi jixtrihom.", "Dan it-tinwiħ qed isir dwar areas fejn il-Gvern qed jipprova jipprovdi spazju biex jagħti ftit djar lil min mhux kapaċi jkollu dar tiegħu.", "Dan hu l-partit li jgħid li jaqbeż għad-drittijiet tal-ħaddiema!", "L- Onor. Membru ġie jikkritika lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar fuq każ wieħed - u jien m'għandi l-ebda brief biex niddefendiha - fejn bi żball bagħtu lill- applikant jikkonsulta mal-housing authority meta l-plot kienet eżatt ħdejn housing estate.", "Dan kien żball.", "B'daqshekk waqgħet id-dinja!", "Pero' l-Onor.", "Galea ma qalx li l-applikazzjoni tiegħu kien għamilha fit-12 ta' Novembru - għax inkella juri l-effiċjenza li daħlet bit-tibdil li sar fir-regolamenti f'Lulju li għadda - u li issa wasal biex jingħata risposta.", "L-Onor.", "Membru jaf li wasal biex ikollu risposta kemm għax mill- website jista' jkollu dik l-informazzjoni u kemm għax jista' jistaqsi lill- ħbieb li għandu hemm ġew.", "Imma din ma qalhiex.", "Imbagħad kellna membri min-naħa l-oħra jnewħu għaliex kellna nnaqqsu l- finanzjament tal-Planning Authority.", "Jien ngħid: Kemm aħna ipokriti!", "Mhux bilfors kellna nnaqqsu!", "Tafu x'ħallejtu warajkom?", "Jew issa, wara li aċċettajtu li ħallejtu dak id-diżastru, se tipprovaw toqogħdu tinku lil min sab ruħu mxekkel u ma jistax jagħmel dak li jrid jagħmel għax m'għandux flus?", "Mela tikkritikawna għax m'għamilniex \"hekk\" u m'għamilniex \"hekk\"!", "L-Onor.", "Pullicino gerger għax dam ma ħareġ il-fact book.", "Għallinqas issa wasal, għax mill-1992 'l hawn qatt ma kien wasal.", "Imma biex idum tliet xhur jistenna rahom wisq!", "Ħalliha li issa għal wieħed għandu tnejn!", "Qabel kienu jiddiskutuh u jitkellmu fuqu biss.", "Dan ifakkarni meta f'amministrazzjoni Nazzjonalista damu disa' snin jitkellmu fuq l-isptar tat- tfal li spiċċa biex sar minn Gvern Laburista.", "F'sena minnhom kienu vvotaw Lm60 għall-isptar tat-tfal!", "Dan huwa l-istess partit.", "Madam Speaker, minkejja dan it-tinwiħ li m'għamilniex \"hekk\" u li m'hemmx finanzi, il-Planning Authority m'hijiex se tieqaf.", "Il-finanzi se jiġu għaliex nistgħu niġġeneraw revenue billi l-ewwelnett isiru diskussjonijiet ħalli l-Planning Authority tibda tagħmel costing tax- xogħlijiet li qed tagħmel.", "Ħadd ma semma li x-xogħol kollu li qed tagħmel mhux qed jingħata valur u li ħadd ma jrid iħallas għal dak is-servizz.", "Issa se nibdew niddiskutu kif dipartimenti oħra, is-settur privat u kull min irid jieħu l-informazzjoni mingħand il-Planning Authority irid jibda jħallas għaliha, bħalma jsir f'kull azjenda oħra.", "Imbagħad naraw jekk il- kontijiet jibdewx jiġu aħjar milli huma!", "Bħala organizzazzjoni din mhijiex revenue raiser, pero' ma nistgħux nagħmlu dak ix-xogħol kollu u dawk l- istudji kollha u ħadd ma jħallas għalihom.", "Barra minn hekk, diġa' għidt u avzajna lil kulħadd li l-enforcement se jsir bis-serjeta`.", "Hawnhekk naqbel u ma naqbilx mal-kollega tiegħi minn Għawdex.", "Ma naqbilx mal-lingwa li uża imma naqbel ma' l-ispirtu li tkellem bih, fis-sens li l-enforcement irid isir pero' mhux b'mod żbilanċjat.", "M'għandniex noqogħdu naqbdu ma' dawn il-ħwienet, kif għamilna, u mbagħad tmien imħażen fihom daqs din il-Kamra ħadd ma rahom!", "U 40 tomna art lejn Ħaż-Żebbuġ, żviluppati bi ksur tar-regolamenti, ħadd ma rahom!", "Imbagħad, kif qal l-Onor.", "Refalo, f'daqqa waħda, lejliet il-Milied, daru għal dawn il-ħwienet.", "Jien m'iniex se nuża l-lingwa li uża hu, li naħseb li tkellem b'dak il-mod għax kien qed jitkellem minn qalbu mhux għax ried jitkellem hekk.", "Nista' nserraħlek rasek li dwar il-problema taċ-change of use ta' ħanut qed isiru diskussjonijiet mal-Planning Authority ħalli tinstab soluzzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Ma nistgħux nibqgħu napplikaw l-istess regolamenti għal kulħadd, għal panel beater, għal stationery, għal mechanic, għal ħanut li jbigħ il- ħelu, eċċ. Saru diskussjonijiet u diġa` hemm indikazzjoni ta' dak li jrid isir.", "Aħna mhux qegħdin nimponu - bħalma kien hawn min qal - imma qed naħdmu flimkien u qed ngħidu li rridu ninjettaw kuxjenza soċjali fil- Planning Authority.", "In-nies ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma burokratiċi professjonali, kapaċi u nneħħilhom il-kappell, imma mbagħad huwa l-politiku li jrid jinjetta l-kuxjenza soċjali u jrid jagħti r- riżultati.", "Jien ma nitkellimx bħalma tkellem l-Onor.", "Austin Gatt li fl- 1995 kien qal:", "\"Ma jistax ikun li t-tmexxija tal-politika f'dan il-qasam f'daqqa waħda jeħduha erba' teknokrati u l-politiċi jeħlu bl-iżbalji u d-dannu ta' dawn it-teknokrati\".", "Jien ma nitkellimx b'din il-lingwa imma ngħid li flimkien qegħdin naħdmu ħalli nuruhom x'qed iweġġa' lill-poplu, bħalma għamilna fuq il-compliance certificate, li wara li ltqajna flimkien u tkellimna, biddilnieh.", "Hekk wkoll se nbiddlu affarijiet oħra, u nbiddluhom mhux għalija, għal dak jew għall-ieħor imma fl-interess tal-pubbliku.", "Mhux toqogħdu tgħidu: Għaliex m'għamiltux \"hekk\" u għaliex m'hemmx flus għat-training!", "Dan huwa l-wirt li ħallejtulna.", "Kemm nagħmlu affarijiet kieku nistgħu!", "Kellna bżonn sibna l-miljuni li sibtu intom, kieku taraw x'konna nagħmlu aħna!", "Aħna qed naħdmu bix-xejn u qed naraw kif se nġewżu biex dak li ma sibniex nipprovaw nagħmluh, aħseb u ara kieku kellna l-miljuni li sibtu intom x'konna nagħmlu!", "Taħt il-maduma s-sewda tagħkom ....", "(Interruzzjonijiet)", "Madam Speaker, hawnhekk rajna wkoll attentati biex jiżgwidaw lill- pubbliku u jkomplu sejrin bil-gloom and doom li qed jipprovaw jitfgħu fuq dan il-pajjiż.", "Kien hawn min qal li kien hemm inqas dħul mid-DPF.", "Jien ngħidlu: Sur Perit, inti ma tafx li d-DPF ma jirriflettix dak li qed jiġri llum, għax tista' tkun qed tħallas lura l-flus lil dawk li applikaw is- sena ta' qabel u kellhom refusal jew inkella rtiraw l-applikazzjoni?", "Kif qed torbot kemm iddaħħal minn dawn il-fees ma' kemm hemm applikazzjonijiet?", "Għalfejn inkunu daqstant misleading u nipprovaw inbellgħu r-ross bil-labra lin-nies!", "Se nibqgħu sejrin b'din il- kantaliena, nidħku bil-poplu?", "J'Alla jibqgħu għax, wara kollox, aktar ma jdumu jagħmlu dawn il-ħmerijiet, il-poplu aktar jinduna kemm qed jgħaddu ż- żmien bih, u aktar indumu aħna fuq din in-naħa tal-Kamra.", "Madam Speaker, jien nieħu pjaċir nisma' lill-Onor.", "Mugliett għax jitkellem b'mod kostruttiv u jgħid l-affarijiet kif inhuma.", "Huwa bniedem ta' esperjenza u ma jikkritikax bl-amment u bl-addoċċ, kif jagħmlu sħabu.", "Fil-fatt naqbel miegħu fuq ħafna mill-affarijiet li qal.", "Jien diġa` tkellimt mal-Planning Authority fuq il-local plans għax ma jistax ikun li nibqgħu nżommu ċertu żvilupp minħabba li l-local plans għadhom ma ħarġux, kif qal tajjeb l-Onor.", "Bertu Pace.", "Il-problema hi li kollox hu marbut flimkien għax biex isiru dawn il-local plans trid in-nies, trid ir-riżorsi u m'għandekx flus biex tagħmilhom.", "Imma żgur li se nagħmlu xi ħaġa dwarhom għax ma nistgħux nibqgħu nżommu l-iżvilupp għar-raġuni li local plan jkun għadu ma nbediex.", "Nisperaw li s-sena d-dieħla jiġu ffinalizzati żewġ local plans u allura nkunu nistgħu nimxu.", "Pero' se nagħmlu mezz biex għallinqas nagħtu indikazzjonijiet ta' zoning u b'hekk inkunu nistgħu mmexxu ċertu żvilupp.", "Dan kollu qed isir għaliex hemm koperazzjoni kontinwa mal-Planning Authority.", "Jien niskanta kif l-Onor.", "Mugliett jiġi jgħid - hawnhekk se nikkritikah - li ċ-chairman ma missux kien preżenti għal-launching tal-proġett tal- millennju li se jsir mit-Telemalta.", "Mela jekk ma jattendix nikkritikawh għaliex ma kienx hemm u jekk jattendi ngħidulu li ma jmissux kien qiegħed hemm!", "Xi triduna nagħmlu?", "Qed nagħmlu xi ħaġa ħażina li nimbottaw lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar, inħaffulha l-proċessi u nagħmlu diskussjonijiet magħha biex flimkien naslu għal ċerti proġetti?", "Hemm għalfejn noqogħdu ngħidu li se nipproponu dan il-proġett, se nistennewha tistudjah u mbagħad meta tkun lesta tgħidilna?", "Le, mhux qed nagħmlu hekk.", "M'hemm l-ebda ħabi f'dan u mhux qed nistħu ngħiduh.", "Lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar qegħdin nimbottawha u forsi qegħdin anke nippressawha xi ftit iżżejjed.", "L-Onor.", "Michael Bonnici ta x'wieħed jifhem li l-Kabinett qisu approva xi erba' proġetti.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Le, jien m'allegajt xejn.", "Tlabtek biss tispjegali.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ħalli ngħidlek eżatt, Onor. Bonnici.", "Altru li mhux hekk!", "Il-Ministru tat-Turiżmu għamel proposti għal iktar żvilupp fit- turiżmu u l-Kabinett wera li jaqbel mad-direzzjoni ta' dawk l-ideat.", "Immedjatament twaqqaf kumitat għal kull proġett u f'dawn il-kumitati hemm ukoll rappreżentanti tal-Planning Authority, ħalli flimkien magħhom niddiskutu kif dawn il-proġetti jistgħu jiżviluppaw.", "(Interruzzjonijiet) Dan hu li qed ngħidlek jien, mhux x'qalu l-gazzetti.", "Allaħares nemmen lill-gazzetti!", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, smajt lil xi ħadd jgħid: Ħallih jispiċċa ħalli mmorru 'l hemm!", "Min xeba' jista' jitlaq!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, baqa' ftit ħin.", "(Interruzzjonijiet) Kompli, Onor. Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ewropej ħafna ħlief fid-demokrazija!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, kompli bil-winding-up.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Meta d-diskors ma jkunx idoqq għal widnejhom, Madam Speaker, jibdew b'dawn il-ħafna ħmerijiet.", "Nixtieq inwieġeb ukoll għall-kumment li sar dwar it-tneħħija ta' artiklu 40 mill-Att prinċipali.", "Dak tneħħa għax jien kelli l-parir li konna amply covered b'artiklu 45 subinċiż (1).", "Pero' nista' ngħid li diġa' kelli diskussjoni dwar dan mal-Planning Authority u lest li, jekk hemm bżonn, niċċarawha ħalli ma nneħħux drittijiet li għandha l-Planning Authority.", "Ħadd ma jrid ineħħi mid-drittijiet li għandu jkun hemm, iktar u iktar meta hemm ukoll third party rights, fejn xi ħadd jista' jidħol f'appell u jitlob li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tieħu ċerti miżuri.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ippermettulu jkompli bil-winding-up.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, irrid nirrispondi wkoll għal dak li ntqal fuq it-tibdil tal-planning appeals board.", "Jien ngħid li bl-istess argumentazzjoni nistgħu naslu biex ngħidu li bord m'għandu jitbiddel qatt u jibqa' l-istess sakemm il-membri jixjieħu u jiżmagaw!", "Bl-istess argument l- ebda mħallef ma jitbiddel!", "(Interruzzjonijiet) Il-bord ta' l-appell tbiddel bħalma tbiddlu l-membri li kien hemm fuq il-bord, li kien ilhom sena u kienu ġew innominati mill-ministeri ta' qabilna, li ħallejniehom jiddeċiedu bl-ikbar liberta` jekk jibqgħux jew le.", "Ara jiġix wieħed minnhom biss jgħid li pprovajna ninfluwenzawh!", "Kif qal il-kollega tiegħi, aħna ma xkupajna lil ħadd l-għada li tlajna imma ħallejna lil kulħadd jaħdem fejn kien.", "Issa wasal iż-żmien li nagħmlu ftit tibdil.", "(Interruzzjonijiet) Inti stess tajtha r-risposta meta staqsejt: Għaliex bord sħiħ?", "Allura l-oħrajn kollha tajbin u dawn kollha ħżiena?", "Le, mhux għax tajbin jew ħżiena.", "Kienu tajbin u nirringrazzjahom tax-xogħol li għamlu, kif kienu tajbin il-membri li kien hemm fuq il-bord ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Jien irringrazzjajt ukoll lil min kien jirrappreżenta lili - is-Sur Joe Sultana - tax-xogħol li għamel u għalkemm mhux dejjem qbilt miegħu, qatt ma ndħaltlu.", "Issa wasal iż-żmien li fuq il-bord ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar ikun hemm nies li jkunu kapaċi jirriflettu iktar il-politika tal-Gvern.", "Dan anke fuq talba taċ-chairman stess li kien qed iħoss li kien hemm nuqqas ta' riflessjoni tal-politika tal-Gvern ta' llum.", "Skond il-liġi, il-membri fuq il-bord tal-Planning Authority suppost li jkunu jirriflettu t-thinking u l-policies tal-gvern tal-ġurnata.", "Il-bord ta' l-appell neħħejnieh mhux għaliex ma kienx qed jiffunzjona jew għax in- nies ma kenux kompetenti.", "Dawk in-nies kienu tajbin imma ridna nagħmlu bidla, ridna ndaħħlu demm ġdid, ħalli forsi jkun hemm thinking differenti.", "Jien ma naqbilx ma' min qed jgħid li hemm case-load kbira u li ma kienx hemm handing-over tajjeb.", "Fil-qrati meta jitbiddel imħallef, min jinħatar ġdid jiret il-case load ta' dak ta' qablu.", "Jien ma ngħidx li ċ-chairman tal-bord il-ġdid huwa daqshekk irresponsabbli li jaqbad u jiffirma dak li jkun qal ta' qablu.", "Żgur li jara kollox u jekk jaqbel jiffirma, jekk ma jaqbilx jerġa' jiftaħ il-każ, u ma jkun ġara xejn.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, ikkonkludi Onorevoli.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien nikkonkludi billi ngħid biss li huwa ċar li għal ċerti nies l-għeneb jidher qares u meta nibdew naraw ċertu tibdil ma nkunux onesti.", "Bħalma għidt, hemm membri bħall-Onor.", "Bonnici li jammettu ċerti affarijiet, imma hemm membri tan-naħa l-oħra li ma jistgħux ikunu onesti biżżejjed magħhom infushom u jgħidu li sar ċertu tibdil.", "Qalulna li kienu qegħdin jaħsbu biex ċerti affarijiet jagħmluhom imma l- fatt hu li ma sarux.", "Madam Speaker, jien se nagħlaq kif bdejt.", "La jien kuntent mija fil-mija u lanqas jien imdejjaq mija fil-mija.", "Hemm ħafna affarijiet li jridu jsiru, fosthom xi ħaġa dwar il-kwestjoni tal-case officers, li semma l- kollega tiegħi.", "Sal-bieraħ stess mort il-Planning Authority u tkellimt magħhom.", "Il-case officers għandhom il-problemi tagħhom u ma tistax taqbad u taqta' ras kulħadd barra.", "Pero' hemm uħud minnhom li nispera li l-messaġġ jeħduh.", "Se nitkellmu flimkien biex jekk nistgħu nħaffulhom il-problemi nħaffuhomlhom u kemm jista' jkun ma nħalluhomx esposti għat-tentazzjonijiet u għall-imbottar ta' l-investitur, għax hawn qed nitkellmu fuq proġetti ta' mijiet ta' eluf ta' liri.", "Kulħadd huwa uman u se nagħmlu minn kollox ħalli nipproteġuhom kemm jista' jkun.", "Rigward l-enforcement irrid ngħid li minn din il-ġimgħa stess se nerġgħu nibdew niddiskutu l-emendi li hemm bżonn isiru.", "Nemmen li jekk mhux se nkunu ebsin u mhux se nagħtu s-sinjal li ma' dawn l-affarijiet ma niċċajtawx, se nibqgħu niġu abbużati.", "Jien konfidenti li l-Planning Authority, barra l-pjan ta' ħidma li għandna għall-1998, li jikkonsisti f'subject studies, pjanijiet lokali, development briefs u l-affarijiet l- oħra kollha li se nitolbuha tagħmel ...", "U dan il-Gvern se jimbottaha għaliex fid-dawl tal-bżonnijiet politiċi u ekonomiċi f'dan il-pajjiż, jien ngħidilhom: Għinuna, aħdmu magħna u għaġġlu ftit ħalli jkollna r- riżultati.", "Ara fuq Buġibba kemm kellna paroli min-naħa l-oħra!", "Ħdimna mal- Planning Authority u l-ebda liġi ma ksirna.", "Issa kulħadd qed jgħid li l- proġett huwa tajjeb.", "Issa m'għadux ħażin!", "Aħna hekk se nimxu, Madam Speaker.", "Lill-membri li kien hemm qabel fuq il-bordijiet nirringrazzjahom tax-xogħol li għamlu, lill-membri l-ġodda li hemm nawguralhom ħidma fejjieda u lill-Planning Authority kollha u lill-ħaddiema kollha nawguralhom li jaħdmu bis-sinċerita', bl-onesta', u bil-professjonalita' ħalli verament naqdu l-mission statement ta' din l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, li nkunu trasparenti, professjonali u effiċjenti.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għas- sena 1997/98.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet voatzzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.50 p.m. u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għas-sena 1997/98.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "129 FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 32", "L-Onor. | | | |Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |Debono |Pullicino George | |Giovanna | | |Deguara Louis|Pullicino Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean|Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Tabone Anton | |Eddie | | |Frendo |Vassallo Edwin | |Michael | | |Galea Censu |Vella John | |Galea Louis |Zammit Ninu | |Galea Pace |Zammit Dimech Francis | |Victor | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1997 sat-30 ta' Settembru 1998 skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp ġew approvati.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "Il-Ministru Mizzi.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Aġġornament għal nhar it-Tlieta, 9 ta' Diċembru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-Aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku; u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il- kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar- Repubblika.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola t-Telekomunikazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - it-Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu magħha - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "---------------------------", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Madam Speaker, kif jaf kulħadd illum l-Erbgħa, 3 ta' Diċembru, iddedikajna jum għal persuni b'diżabilita`.", "Jien ukoll nixtieq nagħti sehmi permezz ta' dan l-intervent u rrid nesprimi wkoll is- sodisfazzjon tiegħi għall-fatt li kemm l-aġġornament tal-bieraħ, kif ukoll l-aġġornament kollu tal-lum, qed ikunu ddedikati favur persuni b'diżabilita`.", "Aħna lkoll persważi li llum hawn awareness tad-dinjita` u l-obbligu li ngħinu lil dawn il-persuni.", "Dan il-proċess kulturali, soċjali, filantropiku jew ta' karita`, li ilu li beda u baqa' miexi 'l quddiem, maż-żmien anke qanqal ħafna persuni biex jagħtuha għall-volontarjat.", "Irrid ngħid li hekk jixraq u hekk hemm bżonn għaliex, bis-servizzi soċjali, bil-welfare state, li jiftaħar li japplika dan il-Gvern - għaliex aħna l-enfasi tagħna hija fuq welfare society - b'din il-politika paternalista żgur li ma tistax tilħaq il-każijiet kollha.", "Żgur li ma tistax terfa' r-responsabbilta` ta' kulħadd u żgur li ma tistax tagħti dik l-għajnuna personalizzata li, f'ħafna każijiet, ma tidħolx fl-istruttura ta' servizzi soċjali organizzati, iżda jridu jkunu gruppi jew individwi li jikxfu u jgħinu biex persuni bi bżonnijiet speċjali, persuni li kieku ma tkunx il-ħidma volontarja jista' jkun li ma jintlaħqu minn ħadd.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ta sehmu mhux biss fl-iżvilupp soċjali u finanzjarju ta' dawn il- persuni - dan niġi għalih iktar 'il quddiem - imma għen biex tifforma din il-mentalita`, din il-kultura, li hi l-bażi ta' kollox.", "Fost affarijiet oħra nsemmi kif il-Partit Nazzjonalista fil-gvern poġġa fil-prattika s-slogans tiegħu \"solidarjeta` u \"sabiex ħadd ma jibqa' lura\", riżultat ta' sforz kollettiv minn kull parti tas-soċjeta`.", "Aħna dawn is- slogans sarrafnihom f'ħidma favur persuni b'diżabilita`, fost oħrajn.", "Sar sforz minn kulħadd biex persuni b'diżabilita` jsiru parti integrali mis- soċjeta` u j'Alla dan l-isforz illum ma jnaqqasx mir-ritmu li konna mexjin bih fl-amministrazzjonijiet preċedenti.", "Minkejja l-ġid kollu li sar s'issa f'din il-kawża ġusta għad-drittijiet fundamentali ta' persuni b'diżabilita`, għad fadal xi jsir u għalhekk nappella sabiex il-ħidma favur dawn ħutna bi bżonnijiet speċjali tkompli u tkompli bl-istess ritmu u stil li konna mexjin bih qabel, għaliex kienet politika li tat il-frott u politika li tat riżultati pożittivi ħafna.", "Jien inħoss li huwa xieraq li nsellem lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita`, li ġiet imwaqqfa proprju għaxar snin ilu, fit-3 ta' Novembru, 1987 mill-ex-Ministru l-Onor.", "Louis Galea.", "Naturalment ma tistax issemmi l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita` mingħajr ma ssemmi lill-Onor.", "Lawrence Gonzi u f'ismi u f'isem is-soċjeta` kollha nħoss li għandna nagħtuh ringrazzjament partikolari għax fis-snin li huwa għamel bħala president ta' din il-kummissjoni rajna ħidma fejjieda biex titwettaq il-politika tal-Gvern Nazzjonalista għall-integrazzjoni sħiħa ta' persuni b'diżabilita`.", "S'intendi, ħajr imur ukoll għall-membri kollha ta' din il- kummissjoni.", "Fl-istess ħin, inħeġġeġ lill-presidenza ġdida u lill-membri kollha li hemm illum f'din il-kummissjoni biex jimxu fuq il-passi ta' qabilhom, għax wara kollox żgur li f'din il-kawża għal persuni b'diżabilita` ma jistax ikun hemm pika politika imma għandu jkollna skop wieħed, dak li nfittxu l-aħjar interessi ta' dawn il-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Għaliex qed nappella għall-kontinwita` tax-xogħol li sar taħt amministrazzjonijiet preċedenti?", "Huwa ovvju li jekk nagħtu daqqa t'għajn ħafifa lejn il-ħidma tal- kummissjoni, lejn il-ħeġġa tal-voluntiera fil-qasam soċjali, b'mod partikolari ndirizzata lejn il-persuni b'diżabilita`, u nħarsu wkoll lejn il-miżuri tal-gvern f'dawk li huma benefiċċji soċjali u miżuri oħra, bilfors naslu għall-konklużjoni li tant imxejna 'l quddiem f'dan il-qasam, tant irnexxielna nintegraw lill-persuni b'diżabilita` fis-soċjeta`, li allura huwa xieraq u sewwa li l-Gvern tal-lum jibqa' miexi fl-istess direzzjoni li kien miexi biha l-Gvern ta' qabel, jekk wara kollox verament nemmnu li dawn il-persuni għandhom drittijiet fundamentali bħalna.", "Madam Speaker, se nsemmi ftit mill-ħidma mwettqa mill-kummissjoni tul l-għaxar snin li ilha mwaqqfa, anke biex niġġustifika għalfejn qed inħeġġeġ biex il- kummissjoni tal-lum tkompli fuq il-ħidma diġa` mwettqa u tkompli wkoll bi proġetti u inizjattivi li kienu għadhom fil-bidu tagħhom.", "Per eżempju, il-kummissjoni bdiet toffri servizzi diretti lil persuni b'diżabilita` u lill-familji tagħhom, bħalma hija l-karta ta' l-identita` speċjali, li permezz tagħha, fost affarijiet oħra, persuna b'diżabilita` kienet tingħata prijorita` fit-tip ta' servizz mogħti mid-dipartimenti tal- gvern.", "Permezz tal-kummissjoni, il-Gvern Nazzjonalista kien waqqaf is- servizz \"għajnuniet speċjali\", li jieħu ħsieb jgħin persuni b'diżabilita` biex jakkwistaw apparat ħalli jkunu jistgħu jgħixu ħajja normali u indipendenti.", "Servizz ieħor kien dak dwar l-inkontinenza, fejn il- kummissjoni bdiet tipprovdi dan is-servizz b'xejn lil persuni li huma inkontinenti u li għadhom ma għalqux il-61 sena.", "Il-kummissjoni kienet ħadmet ukoll fuq ir-reġistru nazzjonali ta' persuni b'diżabilita`.", "Kienet ħejjiet ukoll rapport fuq pjan nazzjonali dwar is-servizzi tas-saħħa fir- rigward ta' persuni b'diżabilita`.", "Fuq rakkmandazzjoni ta' l-istess kummissjoni, il-Gvern preċedenti kien aċċetta l-prinċipju li persuna b'diżabilita` għandha spejjeż aktar minħabba d-diżabilita` tagħha.", "Għalhekk kienu saru emendi fl-Att dwar is-Sigurta` Soċjali, fosthom dik li hija allowance għal tfal b'diżabilita` u oħrajn.", "L-istess fil-qasam edukattiv, il-ħidma tal-kummissjoni ma waqfitx u kienet mifruxa ħafna fuq kull livell ta' edukazzjoni, mill-ewwel snin sal- livell universitarju.", "Kienu saru ħafna diskussjonijiet ma' l-ex-Ministru ta' l-Edukazzjoni u ma' l-ex-Rettur ta' l-Universita' li taw riżultati tajba, li llum għadna ngawdu minnhom, pero' diffiċli li noqgħod nelenkahom kollha hawnhekk illejla.", "Il-kummissjoni dejjem emmnet, u kienet hekk anke l-politika tal-Gvern Nazzjonalista, li x-xogħol jagħti dinjita` aktar sħiħa lil persuna.", "Persuni b'diżabilita` għandhom potenzjal u l-pajjiż ukoll għandu x'jirbaħ meta persuna b'diżabilita` ssib xogħol adattat u siewi għaliha.", "Kien għalhekk li kienet ġiet maħsuba leġislazzjoni li tat opportunitajiet ugwali lil persuni b'diżabilita` fil-post tax-xogħol.", "Bil-koperazzjoni ta' l-ETC, diversi persuni b'diżabilita` nstabilhom impjieg produttiv, uħud minnhom f'fabbriki inkella f'xogħol klerikali ma' kumpanniji privati.", "Sfortunatament ir-rata ta' dawn l-opportunitajiet illum naqset ħafna u kulħadd jaf ir-raġuni x'inhi.", "Pero' xorta jibqa' d-dmir tal-kummissjoni li tara li din ir-rata terġa' tirpilja, akkost ta' kollox.", "Hawn nista' nibqa' nsemmi l-ħidma li twettqet dwar l-aċċessibilita` għal persuni b'diżabilita`, l-aċċess fiżiku, u l-introduzzjoni tal-blue sticker, li tintitolahom jipparkjaw f'inħawi riżervati għalihom.", "Kien sar ftehim ukoll ma' l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku sabiex il-karozzi l-ġodda jkunu low-floor u anke jkollhom rampa li tidħol u toħroġ u b'hekk dawn il-persuni jkollhom aċċess għat-trasport pubbliku.", "Ta' min isemmi wkoll il-koperazzjoni tat-Telemalta mal-kummissjoni fl- amministrazzjoni preċedenti, fejn kien hemm żviluppi konkreti f'oqsma partikolari.", "Hawnhekk insemmu l-programm komputerizzat tad-direttorju tat-telefon, l-infotel li kien ġie modifikat għall-użu ta' persuni għomja u kien hemm diversi għajnuniet oħra.", "Illum irrid insemmi b'mod partikolari l-mpenn ta' Gvern Nazzjonalista, li nkoraġġixxa sabiex il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita` tkun strumentali fis-servizz mogħti minn Dar il-Kaptan f'Malta.", "Hawn qed nirriferi għar-respite care services.", "Qed ngħid dan għax ir-respite care services li jiġu offruti f'din id-dar huma ta' min ifaħħarhom ħafna.", "Dawn se jkunu offruti aktar 'il quddiem anke ġewwa Għawdex, għax proprju nhar il-Ħadd li ġej se jkun hemm it-tqegħid ta' l-ewwel ġebla għar-respite care service f'Għajnsielem.", "Bħala membru parlamentari għal Għawdex irrid nuri l- approvazzjoni, l-inkoraġġiment u l-apprezzament lil dawk il-persuni kollha li huma nvoluti fi żvilupp ta' ħidma favur persuni bi bżonnijiet speċjali, għaliex l-Għaqda Għawdxija Persuni b'Diżabilita` ħadmet ħafna matul is-snin biex dawn il-persuni ħarġu minn djarhom u bdew jingħataw ftit minn dak li huwa tagħhom bi dritt.", "Insemmi wkoll l-adults training centre li kien u għadu jagħti servizz tajjeb u utli ħafna.", "Anke l-Għaqda Għawdxija għal dawk neqsin mis-smigħ hija organizzazzjoni mmexxija minn voluntiera, li wkoll għenet persuni nieqsa mis-smigħ jilħqu l-potenzjali kollha tagħhom, kemm dawk intellettwali, kif ukoll dawk soċjali.", "Żgur li meta wieħed jifli l-għaqdiet kollha volontarji, mhux dawn li semmejt biss, imma anke fondazzjonijiet bħall-Eden Foundation, jara kemm il-qalb tal-poplu Malti hija kbira u ġeneruża lejn persuni b'diżabilita`.", "Għalhekk huwa dmir tal- Gvern li din il-kuxjenza soċjali ma joqtolhiex, li l-leġislazzjoni li jadotta tkun ta' inkoraġġiment u fl-istess ħin ta' appreżżament għal dawk kollha li jagħtu ħinhom u l-enerġija tagħhom għall-volontarjat fl-interess ta' persuni b'diżabilita`.", "Irrid nispiċċa b'appell, Madam Speaker.", "Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali f'Ġunju li għadda ressaq white paper fuq abbozz ta' liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita`, abbozz li kien ġie ppreżentat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita` lill-Kabinett fl-amministrazzjoni preċedenti.", "L-appell tiegħi huwa sabiex it-tibdiliet li saru mill-preżentazzjoni oriġinali tiegħu, kif ġie ppreżentat lilna llum, jerġgħu jiġu emendati, għax it- tibdil li sar m'huwiex għall-aħjar.", "Nappella wkoll sabiex dan l-abbozz ma jdumx ma jiġi diskuss f'din il-Kamra ħalli f'Malta, bħal pajjiżi żviluppati oħra, ikollna liġi li tiggarantixxi opportunitajiet indaqs lil persuni b'diżabilita` u tipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI.", "Madam Speaker, irrid qabel xejn nifraħ lill-Onor.", "Giovanna Debono għad-diskors li għadha kif għamlet u nirringrazzjaha wkoll għar-rikonoxximent tagħha, li ovvjament huwa indirizzat lin-nies kollha li ħadmu fi ħdan il-kummissjoni tul dawn l-għaxar snin li għaddew, għax din is- sena taħbat l-għaxar sena.", "Irrid nitkellem fuq dan is-suġġett pero' rrid norbot mal-fatt li llum, 3 ta' Diċembru, taħbat il-ġurnata ddedikata min- Nazzjonijiet Uniti bħala l-Jum Dinji għal Persuni b'Diżabilita`.", "Jien jidhirli li huwa xieraq u tajjeb li dan il-Parlament, anke f'dan il-ħin tard ta' bil-lejl, jirreġistra l-importanza ta' dan il-jum, fejn in- Nazzjonijiet Uniti stiednet lill-pajjiżi kollha tad-dinja membri tagħha ħalli jiddedikaw ħafna mill-attenzjoni lejn il-qasam tal-persuni b'diżabilita` f'pajjiżhom.", "Irrid infakkar li fl-14 ta' Ottubru ta' l-1992 in-Nazzjonijiet Uniti waslu biex fasslu u ppreżentaw programm li huma sejħulu a world programme of action, programm dinji ta' azzjoni fil-qasam ta' persuni b'diżabilita`.", "Dan huwa programm twil, dettaljat u kostruttiv, li jħares 'il quddiem u li jistieden lill-gvernijiet kollha biex jaħdmu fuqu ħalli l-qasam ta' persuni b'diżabilita` fid-dinja kollha jkun jista' jimxi 'l quddiem.", "Meta fl-14 ta' Ottubru ta' l-1992 kien ġie approvat dan il-programm, in-Nazzjonijiet Uniti ddeċidiet li t-3 ta' Diċembru ta' kull sena jkun il-jum dinji ddedikat għal persuni b'diżabilita`.", "Naturalment Malta ngħaqdet mal- pajjiżi l-oħrajn fid-dinja kollha mill-1992/93 'il quddiem biex tiċċelebra dan il-jum.", "Illum pajjiżna qiegħed jiċċelebra dan il-jum billi nagħtu ftit ta' attenzjoni lejn dan il-qasam.", "Interessanti wkoll li n-Nazzjonijiet Uniti kull sena tagħżel tema partikolari li għandha x'taqsam mal-qasam ta' persuni b'diżabilita`, u din is-sena ntgħażlet it-tema: Diżabilita', Arti u Sport.", "F'ismi u f'isem il- membri parlamentari ta' l-Oppożizzjoni, u m'għandix dubju li anke f'isem il- membri tal-Gvern, irrid ningħaqad mal-pajjiżi l-oħra biex norbot dak kollu li seħħ f'pajjiżna, f'dawn is-snin kollha li s-soċjeta` Maltija kienet miftuħa lejn il-qasam tal-persuni b'diżabilita`, mat-tema magħżula min- Nazzjonijiet Uniti.", "L-ewwelnett f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam ta' persuni b'diżabilita`, pajjiżna dejjem kien qalbu miftuħa għal kull min b'xi mod jew ieħor isib ruħu f'diffikultajiet, u rajna xiehda ta' dan tul is-snin twal.", "Illum irridu nirrikonoxxu is-sehem kbir li tagħti l-Knisja f'Malta fl-oqsma kollha soċjali pero', b'mod partikolari, fiċ-ċirkostanzi tal-lum, fil-qasam ta' persuni b'diżabilita`.", "Il-qasam tal-volontarjat f'pajjiżna wkoll ta sehem kbir u kien hu li xpruna, biex ngħid hekk, l- ewwel passi ħalli pajjiżna jibda joffri kwalita` ta' servizz għal persuni b'diżabilita`, li beda fuq il-bażi tal-valur tas-solidarjeta` u tal- karita`.", "Kien hemm gvernijiet sussegwenti, gvernijiet Laburisti u gvernijiet Nazzjonalisti, li ġew tul is-snin u għarfu dan id-dmir soċjali u pprovdew servizzi u għajnuniet finanzjarji, li għenu lil persuni b'diżabilita` jtaffu ftit mill-ispejjeż finanzjarji tagħhom.", "Pero' ż-żmien għallimna lezzjoni mportanti ħafna għax tgħallimniha f'pajjiżna pero' rajna wkoll x'għamlu f'pajjiżi oħra.", "GĦalhekk mxejna 'l quddiem billi għarafna li d- dinjita` ta' kull persuna f'soċjeta` tiġi rikonoxxuta mhux billi inti tpoġġiha ġo qoxra u tipproteġiha mill-ħajja ta' kuljum u tgħaddilha ċ- cheques biex tkun tista' ttaffi l-piż finanzjarju, imma d-dinjita` sħiħa toħroġ iżjed jekk lill-individwu tagħtih l-opportunita` li jiżviluppa iżjed il-potenzjal u l-kapaċita` tiegħu li jikkontribwixxi għall-ġid tiegħu nnifsu u tal-pajjiż.", "Dan il-pass kbir beda jseħħ f'pajjiżna numru ta' snin ilu u bdejna naraw li pajjiżna beda jifhem iżjed li meta nitkellmu fuq il-qasam tad- diżabilita` ikun ħafna iżjed ta' ġid jekk aħna nħarsu mhux lejn id- diżabilita` imma lejn l-abilita`.", "Jiġifieri ma nħarsux lejn dak li ma tistax tagħmel il-persuna b'diżabilita` imma pjuttost inħarsu lejn x'tista' tagħmel.", "Skoprejna li kull wieħed mill-persuni b'diżabilita`, għandu x'għandu bħala diżabilita`, għandu ħafna x'joffri minn dak it-talent u l- potenzjal li jkun moħbi.", "Ħafna minn dak it-talent ikun lest biex joħroġ u ma jkunx jista' joħroġ għaliex is-soċjeta`, mingħajr ma trid, toħloq l- ostakoli psikoloġikament għaliex tassumi li bniedem li għandu diżabilita` mhux kapaċi jlaħħaq ma' l-isfidi tal-ħajja.", "Mentri dan m'huwiex hekk.", "Persuni b'diżabilita` huma kapaċi jlaħħqu ma' l-isfidi tal-ħajja u ta' dan tawna provi darba wara l-oħra u għandna bżonn nagħmlu iktar progress.", "It-tema magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, Diżabilita`, Arti u Sport tidħol f'dan ix-xenarju għaliex għandna Maltin b'diżabilita` li għamlu isem għalihom infushom fil-qasam ta' l-arti u fil-qasam ta' l-isport.", "Pajjiżna rrikonoxxa fis-snin li għaddew - u m'għandix dubju li se jibqa' jirrikonoxxi - ir-riżultati tajbin ħafna li persuni b'diżabilita` ġabu meta kkompetew, f'isem Malta, f'kompetizzjonijiet internazzjonali li kienu miftuħin għal persuni b'diżabilita`.", "Dawn ġew lura f'pajjiżna b'midalji u bi premijiet għaliex kienu rebħu l-kompetizzjoni fl-oqsma differenti ta' l- isport u anke fil-qasam ta' l-arti.", "Allura mingħajr ma nsemmi l-ismijiet, għaliex ma nixtieqx li nħalli lil ħadd barra, f'dan il-Parlament illum ngħid li f'din il-ġurnata għandna nirrikonoxxu s-suċċessi kbar li għamlu persuni b'diżabilita` fis-snin l-imgħoddija fl-oqsma indikati min- Nazzjonijiet Uniti, l-arti u l-isport, u nagħrfuhom iktar, għaliex dan kollu juri li hemm potenzjal u talent kbir u qegħdin nittrattaw ma' persuni li kapaċi jiffaċċjaw l-isfidi u jirbħuhom.", "Madanakollu ta' min wieħed jgħid li din il-ġurnata ddedikata lil persuni b'diżabilita` tpoġġi quddiem is-soċjeta` tagħna sfida importanti li nkomplu nifhmu li bħala soċjeta` għandna dmir li ma nħallu lil ħadd lura mill- komunita` tagħna.", "Jiġifieri għandna d-dmir li naraw li l-ebda persuna ċkejkna u kbira, b'saħħitha jew mhux b'saħħitha, ma titħalla lura mill- iżvilupp li s-soċjeta` tagħna tkun għaddejja minnu.", "Allura kollha kemm aħna nifhmu d-dmir tagħna li niftħu s-soċjeta` tagħna iżjed għal persuni b'diżabilita` u noffrulhom iktar opportunitajiet ħalli huma jkunu ntegrati bis-sħiħ u bid-dritt fis-soċjeta` tagħna, ħalli jkunu jistgħu jiżviluppaw it-talenti kollha tagħhom.", "Allura flimkien irridu nibnu soċjeta` li tneħħi l-ostakoli kollha, anke l-ostakolu psikoloġiku, biex persuni b'diżabilita` ma jkollhom xejn xi jfixkilhom maħluq mill-ambjent li ngħixu fih, xejn li jfixkilhom biex iwassalhom 'il quddiem fil-ħajja tagħhom.", "Dan jgħodd b'mod partikolari għall-qasam ta' l-edukazzjoni, għall-qasam tax-xogħol u għas- setturi l-oħrajn kollha li persuni b'diżabilita` jgħixu fihom.", "Fl-opinjoni tiegħi, bħala soċjeta` rridu nifhmu wkoll li għandna riżors enormi, kważi teżor ngħidlu jien, li ġej minn persuni b'diżabilita`.", "Meta dawn il-persuni lesti jiffaċċjaw l-isfidi u jagħtu l-kontribut tagħhom, ikunu qegħdin jgħinu bis-serjeta' fit-tkabbir tal-valur tas-solidarjeta`.", "Aħjar infiehmu sewwa xi jfisser il-valur tas-solidarjeta`.", "L-aqwa solidarjeta` ma persuna, l-aqwa sens, anke ta' karita` nisranija, hi meta inti tirrikonoxxilha d-dritt tagħha ta' persuna sħiħa, li m'għandha xejn nieqes.", "L-individwu jista' jkollu xi ħaġa nieqsa fil-ġisem u fil-moħħ pero' jibqa' persuna sħiħa.", "Allura l-aqwa sens ta' karita` u ta' solidarjeta` huwa meta inti tirrikonoxxi d-dinjita` sħiħa tal-persuna.", "Dan il-kliem kollu xi jfisser fil-prattika?", "Dan ifisser li hemm bżonn li nneħħu min-nofs dak kollu li jfixkel lil persuni b'diżabilita`, inneħħu l- ostakoli fiżiċi.", "Per eżempju, fejn għandna t-turġien ħafna drabi nistgħu nagħmlu r- rampi, indaħħlu l-lifts, nagħmlu iktar aċċessibbli postijiet ta' divertiment, postijiet li fihom immorru biex sempliċement inqattgħu ftit tal-ħin tal-ġurnata u postijiet tax-xogħol li jkunu miftuħin u aċċessibbli iktar għal persuni b'diżabilita`.", "Fil-prattika, jekk neżaminaw fid-dettall, hemm ħafna affarijiet x'nistgħu nagħmlu.", "Għandna bżonn inġibu r- regolamenti tal-bini up-to-date, ninsistu li postijiet ġodda u anke antiki jibdew isiru aċċessibbli għal persuni b'diżabilita`.", "Għandna l-qasam tax- xogħol, li jrid ineħħi kompletament id-diskriminazzjoni li kultant teżisti fil-konfront ta' persuni b'diżabilita`.", "Lil dawn il-persuni għandna nagħtuhom l-opportunita` li jikkompetu ma' oħrajn għal xogħol produttiv u xogħol li jkun bis-sens, li jagħti sodisfazzjon lill-individwu.", "Dan kollu huwa importanti daqskemm huwa importanti l-qasam ta' l-edukazzjoni, anzi forsi l-iktar ħaġa importanti huwa l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Għandna bżonn li f'pajjiżna ninvestu iżjed milli għamilna s'issa ħalli jkollna sistema ta' edukazzjoni li tkun integrata, fejn ikollna tfal b'diżabilita` jitgħallmu flimkien ma' tfal li m'għandhomx diżabilita`.", "Minħabba li nzertat din il-ġurnata partikolari, jien dalgħodu mort fi tliet postijiet li tawni sodisfazzjon kbir.", "L-ewwelnett bil-permess tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni - hawn irrid nirringrazzja lill-Onor.", "Bartolo ta' l-arranġamenti li huwa għamel - mort inżur l-Iskola Primarja Pawlu Xuereb, l-iskola primarja \"A\" tar-Rabat.", "Hemmhekk rajt tlieta jew erba' klassijiet li fihom hemm tfal b'diżabilita`, li qegħdin flimkien ma' tfal oħrajn.", "Wieħed jitgħaxxaq jara s-sentimenti tat-tfal ta' sitta, sebgħa u tmien snin lejn seħibhom li qiegħed fuq l- istess mejda, il-mod kif jgħinuh u jappoġġjawh u l-mod kif jiddivertu u jilagħbu flimkien.", "Hija għaxqa wkoll is-sens ta' dedikazzjoni ta' l- għalliema, tal-facilitators li hemm fil-klassijiet, biex jaraw li dawn it- tfal jimxu 'l quddiem.", "Kważi bid-dmugħ f'għajnejnhom, it-teachers jieħdu pjaċir jaraw dawn it-tfal jitħalltu ma' xulxin.", "Din hija esperjenza inkredibbli.", "Wara l-iskola tar-Rabat mort inżur il-Kulleġġ St. Martin's, skola privata li fl-opinjoni tiegħi hija skola mudell arkitettoniku ta' kif tibni bini li jkun totalment aċċessibbli.", "Irrid nagħti prosit lill-periti u lin- nies kollha li ħadmu fuq dak il-bini.", "Kienet l-ewwel darba li mort hemmhekk u mpressjonajt ruħi għall-fatt li ħasbu prattikament għal kollox, hija skola li hija totalment aċċessibbli.", "Imma iktar minn hekk ħadt pjaċir nara klassijiet fuq livell sekondarju, mhux primarju, fejn kien hemm ġuvintur b'diżabilita` integrati ma' tfal oħrajn.", "Fil-każ partikolari li rajt jien, dan l-individwu kellu l-użu tal- computer fil-klassi, għaliex minħabba d-diżabilita` tiegħu ma jistax jikteb bil-biro, bħalma jiktbu tfal oħrajn, u allura n-noti li jkollu jieħu waqt il-lezzjoni jniżżilhom fuq il-computer - inzerta kien hemm lezzjoni tar- religion dak il-ħin - u mbagħad x'ħin tispiċċa l-lezzjoni jitfa' kollox fuq diska, jeħodha d-dar u d-dar ikompli l-istudji tiegħu.", "Dan il-ġuvni qiegħed fil-Form V u se jiffaċċja l-eżami tal-Matsec minn hawn u ftit ieħor u l-iskola diġa` kitbet lill-awtoritajiet biex jagħmlu eċċezzjoni minħabba dan l-individwu.", "Jiġifieri dan l-individwu studja u huwa kapaċi jgħaddi mill-eżami pero' għandna bżonn nagħmlu eċċezzjoni fil-każ tiegħu.", "X'inhi l- eċċezzjoni?", "L-eċċezzjoni hi li normalment fl-eżami tal-Matsec ma jħallukx iddaħħal computer, imma f'dan il-każ dan l-individwu għandu bżonn jitħalla juża l-computer, bħalma għandu bżonn ikollu maġenbu l-facilitator, biex tgħin fil-qari tal-karta ta' l-eżami, ħalli hu jkun jista' jlaħħaq u jikkompetti ma' l-oħrajn.", "Jiena m'għandix dubju li l-awtoritajiet se jittrattaw dan il-każ u jagħtu l-konċessjoni li hemm bżonn.", "Qed ngħid dan biex nuri li anke student b'diżabilita` fi klassi integrata jista' jikkompeti u għandu jingħata bi dritt il-faċilita` li jikkompeti u jġib ir- riżultati li jixtieq.", "Dalgħodu żort ukoll lill-Eden Foundation, li kulħadd jaf li hija l- fondazzjoni li taħdem fuq bażi volontarja u li tant tipprovdi servizzi għal persuni b'diżabilita`, appoġġ għall-persuni nfushom u għall-ġenituri.", "Erġajt ikkonfermajt ix-xogħol utli, dedikat, impenjattiv ħafna, li bosta ħaddiema fil-Fondazzjoni Eden qegħdin jagħmlu u se jkomplu jagħmlu fix-xhur li ġejjin.", "Dawn kienu żjarat simboliċi f'ċertu sens, f'ġurnata simbolikament dedikata għal persuni b'diżabilita', żjarat li ta' min jagħmilhom u għandna nkomplu nagħmluhom.", "Pero' dawn iż-żjarat komplew ikkonfermawli kemm hu tajjeb għal pajjiżna, mhux għal persuni b'diżabilita` biss iżda għal uliedna- u hawn qiegħda l-enfasi, mhux għal persuni b'diżabilita` biss - għat-tfal li qegħin jikbru biex jikbru f'ambjent fejn inkunu kompletament integrati.", "Ma rridx intawwal għaliex il-ħin qiegħed jagħfas pero' se ngħid żewġ kelmiet fil-qosor dwar l-importanza li malajr kemm jista' jkun inressqu f'dan il-Parlament l-liġi dwar opportunitajiet indaqs.", "Jiena l-bieraħ ħadt pjaċir nisma' għal darba oħra lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali jikkometti ruħu li din il-liġi tiġi quddiem dan il-Parlament fi żmien xahrejn.", "M'għandix dubju li tiġi malajr kemm jista' jkun, la l-Ministru qal hekk, u nispera li dak li oriġinarjament ġie propost fil-white paper mill-Gvern preżenti, li huwa differenti mill-abbozz oriġinali, ġie rivedut u li l- Gvern sema' sewwa l-kritika li tressqet, li kienet kritika kostruttiva u għall-ġid biex il-liġi tkun verament effettiva.", "Fl-aħħarnett, f'din il-ġurnata partikolari, bħala membru parlamentari nħoss li rrid nagħmel ġest, simboliku u m'huwiex fl-istess ħin, f'dan il- Parlament.", "Jiena ppreparajt serje ta' 21 mistoqsija parlamentari fuq aspetti differenti tal-qasam ta' persuni b'diżabilita`, li l-intenzjoni tagħhom hija biex nixpruna, iktar milli ħaġa oħra, lill-Gvern biex jinvesti iżjed u jagħti iżjed attenzjoni fil-qasam ta' persuni b'diżabilita`.", "Allura qiegħed nippreżenta dawn il-21 mistoqsija parlamentari llejla proprju f'din l-okkażjoni u nispera li jkolli - m'għandix dubju li jkolli - t-tweġibiet għalihom fil-ġranet li ġejjin.", "Nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu u li qegħdin jaħdmu fil-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita`, li għalqet l-għaxar sena tagħha bħalissa.", "Inħeġġeġ lill-kummissjoni kollha kemm hi biex tifhem li l- mument bħalissa jitlob li l-kummissjoni tkompli taħdem ħalli l-qasam ta' persuni b'diżabilita` jibqa' suġġett fl-aġenda nazzjonali, li fuqu niddiskutu u nibnu flimkien, għaliex wara kollox, kif għidt diġa', inkunu qegħdin nagħmlu l-ġid għal pajjiżna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tlieta, 9 ta' Diċembru, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fl-10.38 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILL LOKALI - ŻEJTUN", "9993.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha quddiemu t-talba tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun li jiddikjara vakanti post ta' kunsillier li kien waqaf jattendi l-laqgħat tal-kunsill u jgħid għaliex għadu ma ddeċidiex il-każ biex tkun tista' ssir elezzjoni każwali?", "Jista' l-Ministru jeskludi bl- aktar mod kategoriku li ġie avviċinat minn xi ħadd dwar dan il-każ?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: F'każijiet simili żviluppat konswetudini illi jsir kull sforz biex il-kunsillier jingħata kull possibilta li jibqa' jagħti s-servizz tiegħu lill-komunita.", "Fejn dan ma jirnexxix m'hemm xejn xi jżomm li tiġi applikata l-liġi.", "KUNSILL LOKALI - MARSA", "9994.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex l-intenzjoni tiegħu li jordna inkjesta dwar l-allegazzjonijiet li għamel il-Kunsill Lokali tal- Marsa fir-rigward ta' l-ex-Sindku tal-Marsa?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jiena diġa' nformajt lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-każ.", "KUNSILL LOKALI - MARSA", "9995.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta ntalbet laqgħa mill-Kunsill Lokali tal-Marsa u għaliex dam daqshekk biex joffri data minkejja li kien jaf il- materja serja li dwarha riedu jkellmuh?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għalkemm il-Kunsill Lokali tal-Marsa talab appuntament fit-18 ta' Settembru 1997, kien permezz ta' ittra bid-data tal- 21 ta' Ottubru 1997 li għall-ewwel darba il-kunsill kiteb dwar l- allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet. minnufih il-Ministeru talab lid- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex ifittex il-kummenti tas-Segretarju tal- Kunsill tal-Marsa u ta' l-awdituri konċernati, Messes George Farrugia & Co. Ma deherlix li kien ikun għaqli li niltaqa' mal-kunsill qabel ma jkolli f'idejja għall-inqas dawn iż-żewġ kummenti.", "Fil-fatt l-appuntament mal- kunsilli lokali kien ġie ffissat għat-18 ta' Novembru 1997.", "KUNSILL LOKALI - MARSA", "9996.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma riedx li l-Kunsill Lokali tal- Marsa jagħmlu konferenza stampa dwar allegati irregolaritajiet mill-ex- Sindku tal-Marsa qabel ma jiltaqgħu miegħu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien kont issuġġerejt lill-Kunsill Lokali tal-Marsa li qabel jagħmel il-Konferenza Stampa jiltaqa' miegħi għaliex kelli ċertu nformazzjoni mill-Udituri uffiċjali ta' l-istess kunsill li setgħet titfa' dawl fuq is-suġġett li dwaru l-kunsill ried jagħmel il-konferenza.", "MIA - TINDIF", "9997.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid min għandu l-kuntratt tat-tindif tal-Malta International Airport?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien informat li mill-1 ta' Diċembru 1997, il- kuntratti ewlenin tat-tindif tal-Malta International Airport se jkunu fdati lill-First Direct Ltd, Commercial Cleaners Ltd, u MCCS Ltd, waqt li kuntratti għal xogħol anċillari se jkunu fdati lill-Ozosystems Ltd u MCCS Ltd.", "Kuntratt anċillari ieħor jinsab taħt konsiderazzjoni.", "PULIZIJA - VETTURI MITLUQA", "10255.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għal din is-sena il-pulizija (a) kemm il-load ladder għandhom; u (b) kemm-il vettura mitluqa u mhux iżjed liċenzjati ġew miġbura fuq talba tal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti din it- tweġiba b'riferenza għal kemm kien in-numru ta' vetturi miġbura minn kull lokalita? (c) Jista' l-Gvern jikkonsidra li fejn ikun hemm vetturi mitluqa l-kunsilli lokali jirrapportaw lil pulizija biex jinqdew bis-servizz tal- clamping u towing sabiex jitneħħew vetturi mitluqa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija għandha żewġ low- loaders.", "Il-vetturi miġbura mill-Pulizija din is-sena fuq talba tal- kunsilli lokali kienu kif ġej :", "Fgura - 6 Żejtun - 5 Valletta u Ħal Safi - 2 minn kull lokalita'", "Paola, Marsa, Għaxaq, Żurrieq,St Venera, Balzan, Attard, Naxxar,M'Xlokk, Msida, San Pawl il-Baħar - 1 minn kull lokalita'", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li, peress li dawn il- vetturi jkunu abbandunati, biex jintuża s-servizz tal-irmunkar mill- kuntrattur irid jitħallas dritt ta' Lm35, il-proposta mill-Onor.", "Interpellant mhix vijabbli.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "10260.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm hu n-numru ta' anzjani li għandhom applikazzjoni pendenti mad- Dipartiment tas-Saħħa biex jidħlu f'xi istituzzjoni ta' l-anzjani tal- Gvern?", "Mil-liema lokalita' huma dawn l-applikanti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "RELAZZJONIJIET DIPLOMATIĊI", "10261.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar ma' liema pajjiżi Malta m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi fil-livell ta' ambaxxatur, inkella ta' High Commission?", "Kemm ilha f'din il-qagħda ma' dawn il-pajjiżi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din l-informazzjoni tinsab f'pubblikazzjonijiet tal- Ministeru li hija nformazzjoni pubblika u għalhekk din il-mistoqsija tmur kontra l-ispirtu ta' Standing Order 27.", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "10262.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza Maltija quddiem id-dipartiment responsabbli miċ- ċittadinanza?", "F'liema age group huma dawn l-applikanti u ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTARIJIET - SPEĊJALISTI", "10263.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' speċjalisti neqsin fl-isptarijiet tal-Gvern fid-diversi speċjalizzazzjonijiet?", "Kif qed jiġu rimedjati dawn il-vacancies li hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm post ta' geriatrician nieqes ta' San Vinċenz de Paule billi Dr. M. Vassallo kien irriżenja minn dan il-post biex ikompli l-istudji tiegħu barra minn Malta.", "Diġa' ħarġu l-applikazzjonijiet biex din il-vakanza timtela'.", "In-numru ta' postijiet vakanti ta' speċjalisti fid-Diviżjoni tas-Saħħa, barra dawk il-postijiet li huma mimlija minn speċjalisti barranin, huwa kif ġej:", "Blood Transfusion 1 Senior Registrar Dermatologija 2 Senior Registrars Casualty Dept.", "1 Chairman Medicina 2 Senior Registrars Obstetricija u 1 Senior Registrar Ginekologija Oftalmija 1 Consultant Ortopedija 1 Chairman Pedjatrija 1 Consultant Patologija 2 Consultants 1 Senior Registrar Psikjatrija 2 Consultants 2 Senior Registrars Radjologija 1 Consultant 2 Senior Registrars Radjoterapija 1 Consultant 1 Senior Registrar", "Sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet msemmija hawn fuq joħorġu minn żmien għal żmien fil-Gazzetta tal-Gvern.", "F'xi każi hemm sejħiet li qed jiġu pproċessati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "INDUSTRIAL AREAS - FLOOR SPACE", "10264.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent il-floor space available fid-diversi industrial areas li hawn f'Malta?", "Kemm ilu available dan l-ispazju industrijali?", "F'kemm-il fabbrika hu maqsum dan il-floor space?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fl-aħħar ta` Novembru 1997, it-total tal- floor space industrijali vakanti fid-diversi industrial areas kien ta` 53,761 metri kwadri, li jinkorpora 29 unit\\fabbrika.", "Dan l-ispazju huwa spjegat kif ġej:", "| |Metri |Fabbrik| | |kwadri |i | |Spazju li huwa| | | |`earmarked` | | | |i.e. fabbriki | | | |li huma | | | |maħsuba | | | |għall-proġetti|45,289 |22 | |li qegħdin | | | |jiġu | | | |kkonsidrati | | | |mill-MDC | | | |Spazju ta` | | | |kumpaniji li | | | |qegħdin | | | |f`likwidazzjon| | | |i jew b`xi każ|7,019 |3 | |il-qorti ma` | | | |l-MDC | | | |Spazju | | | |`available` | | | |i.e. fabbriki | | | |li għadhom ma |1,453 |4 | |ġewx riservati| | | |għall-ebda | | | |proġett | | | | |53,761 |29 |", "MĠARR - TISWIJA TA' TOROQ", "10265.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'inhu l-pjan tal- gvern biex jiġu asfaltati t-toroq li jinsabu f'diversi nħawi ta' l-Imġarr iktar u iktar meta fil-lista ta' l-inħawi li huma mistennija jiġu asfaltati, ma jidhirx li hemm x'imkien fl-Imġarr li se jiġi asfaltat matul is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA", "10318.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju xjentifiku li sar mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa u Kura ta' l-Anzjani fost l-anzjani ta' San Vinċenz?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kopja ta' l-istudju xjentifiku li sar mis- Segretarju Parlamentari għas-Saħħa u Kura ta' l-Anzjani fost l-Anzjani ta' San Vinċenz diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati nhar il- Ġimgħa 28 ta' Novembru, 1997.", "NCU - 4TH FRAMEWORK PROGRAMME", "10328.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-NCU għal 4th Framework Programme għadux jiffunzjona?", "Jekk fl-affermattiv, min huma l- membri kollha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Risposta eżawrjenti tal-funzjoni ta' l-NCU diġa' ngħatat f'seduta 125 fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8969.", "L-attivita' ta' l-NCU qed tiġi diskussa mal-EU Directorate u mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "SKEJJEL - PART-TIME CLERKS", "10329.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10,014, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Bord ta' l-Għażla jtemm il-proċess u għalhekk jkun f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUMPANNIJI/KORPORAZZJONIJIET - KONSULENTI", "10330.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10,145 rigward lista ta' konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "INTEGRATED RESOURCE MANAGEMENT LTD - SERVIZZI", "10331.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9369, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol professjonali fuq il-korsa tal-Golf mill-kumpannija Integrated Resource Management Ltd?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-servizz professjonali mogħti mill-kumpanija Intergrated Resource Management Ltd fuq il-korsa tal-golf kien jikkonsisti f'analiżi ta' l-impatt fuq l-idroloġija fl-inħawi ta' fejn ġiet proposta il- korsa tal-golf għall-Grand Hotel Verdala.", "Dan ix-xogħol irrikjeda:", "* deskrizzjoni dettaljata ta' l-idroloġija tas-sit;", "* kummenti fuq l-iżvilupp propost;", "* analiżi ta' l-impatt tal-proġett fuq il-wied u l-pjanura fl-inħawi.", "AMBAXXATI - KONTIJIET TAT-TELEFON", "10332.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10,138 għar-rigward ta' kontijiet tat-telefon f'numru ta' ambaxxati Maltin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skeda li turi n-nefqa, xahar b'xahar, fil-kontijiet tat-telefon fl-ambaxxati Maltin ġewwa Ruma, Londra, Brussels u Moska, bejn Jannar 1996 sa l-aħħar tax-xahar li għadda tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "EXPO' 98", "10333.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega għalfejn il-gvern preżenti issa biddel fehmtu u ddeċieda li pajjiżna ma jeħux sehem fl-EXPO'98 li se ssir f'Lisbona l-Portugall wara li ftit tal-ġranet ilu biss, ħarġet it-tender għall-istand Malti f'din il- wirja?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern Malti hux se jħallas xi penali lill-organizzaturi wara li ħassar il-parteċipazzjoni ta' pajjiżna f'din l-attivita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-kontest tal-kampanja ġenerali li qiegħed jagħmel biex inaqqas l-ispiża fl-infiq pubbliku, il-Gvern ħass li jkun kontradittorju li jkompli bis-sehem tiegħu f'EXPO 98.", "Dan jgħodd aktar u aktar meta l-istadju ta' parteċipazzjoni kien għadu dak ta' expression of interest.", "Il-ftehim dwar parteċipazzjoni f'EXPO 98 ma jsemmi l-ebda penali għall- pajjiżi li jirtiraw is-sehem tagħhom minn din il-Fiera.", "PITKALIJA - PRODOTTI AGRIKOLI", "10350.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 9839 (jew mistoqsija parlamentari numru 9848) u ċioe' dwar dħul ta' prodotti agrikoli fil-Pitkalija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dħul ta' prodotti agrikoli fil-Pitkalija :", "Kgs Lm 1 Novembru 1991-31 Ottubru 1992 27,636,118 4,232,978", "1 Novembru 1992-31 Ottubru 1993 28,155,351 4,555,957", "1 Novembru 1993-31 Ottubru 1994 28,616,424 4,933,914", "1 Novembru 1994-31 Ottubru 1995 24,732,314 4,817,736", "1 Novembru 1995-31 Ottubru 1996 33,163,212 5,403,574", "1 Novembru 1996-31 Ottubru 1997 35,250,452 5,020,868", "DINGLI CLIFFS - TRANSMITTING/RECEIVING STATION", "10351.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Prim Ministru: Fir-rigward tat- transmitting/receiving station li hemm fuq Dingli Cliffs, l/o Dingli, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx sar studju dwar l-effett ta' l- istess operat ta' l-istess station fuq is-saħħa tar-residenti li jgħixu fl- irħula tal-viċinanza ta' l-istess station u jekk fl-affermattiv, jista' l- Prim Ministru jpoġġi kopja tar-rapport/studju fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - DIRECT ORDERS", "W1,036.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir- rigward ta' ħruġ ta' direct orders mill-Ministeru (inklużi d-dipartimenti, l-korporazzjonijiet u l-awtoritajiet konċernati), jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu bejn 01.11.96 sa 31.10.97: (i) kemm-il direct order inħareġ; (ii) għal-liema xogħol/servizzi/xiri nħareġ kull direct order; (iii) il- valur ta' kull direct order; u (iv) lil min ġie awarded kull direct order?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-total ta' direct orders li nħarġu mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ huwa ta' dsatax (19).", "It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SANTA VENERA - TRIQ ABELA", "W1,075.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li ssir bozza ġdida fid-dlam ċappa fl- akwata ta' Nru. 18 - 20 f'Abela Street, Santa Venera?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet investigata u nstab li hemm lampi biżżejjed fl-akwati msemmija.", "Il-Korporazzjoni Enemalta se tagħmel il-manutenzjoni neċessarja fil-lampi eżistenti sabiex jiġi żgurat li s-servizz ta' dawl ikun mill-aħjar.", "-------------------"]} {"filename": "19970721_102d_par.doc", "date": "1997-07-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 102 It-Tnejn, 21 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 102", "It-Tnejn, 21 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "102", "It-Tnejn, 21 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 59", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 59", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 66", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 67", "AĠĠORNAMENT 94", "MISTOQSIJIET GĦAL- TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠA BIL-MIKTUB 99", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 110", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 101 li saret fil-21 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - ŻGĦAŻAGĦ IMRESSQA L-QORTI", "6381.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni taħt is-16-il sena li ġew imressqa l-qorti mill-pulizja għal reati li allegatament ikkommettew f'pajjiżna, sena b'sena, mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li n-numru ta' persuni taħt is-16-il sena li ġew imressqa l-qorti mill-1987 'l hawn huwa kif jidher hawn taħt:", "|1987 | 36 | |1988 | 74 | |1989 | 74 | |1990 | 87 | |1991 |110 | |1992 | 89 | |1993 |116 | |1994 |118 | |1995 |108 | |1996 |121 | |1997 | 41 |", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Probabbilment il-Prim Ministru m'għandux l- informazzjoni li sejjer nistaqsih pero' effettivament kemm minn dawk li tressqu l-qorti nqatgħatilhom is-sentenza?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT : Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nwieġbu fuq dik il-bażi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jirriżultalu l-Prim Ministru li kien hemm xi ħadd minn dawk il-persuni li kien reċidiv?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mill-informazzjoni li għandi ma nistax ngħid kemm hemm reċidivi.", "Ovvjament dan huwa suġġett delikat, fis-sens li hemm ħafna fatturi li jidħlu into account meta nitkellmu dwar persuni taħt l-eta' li jittellgħu l-qorti.", "Jista' jkun li l-istatistika dwarhom għandha tinżamm b'aktar dettall biex 'il quddiem inkunu nistgħu nilqgħu għal din il- problema, kemm mil-lat ta' prevenzjoni, u aktar importanti minn hekk, mil- lat ta' riabilitazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, kien hemm żmien fejn kien diffiċli biex wieħed isib post adattat biex jissegrega l-minorenni u l-first-time criminals minn habitual criminals.", "Ilkoll nafu kemm f'dawn il-każijiet hija importanti t-terapija, l-impatt psikoloġiku u l-adattament li jrid jgħaddi minnu ġuvni li jsib ruħu magħluq il-ħabs.", "L-obbligu tagħna lkoll huwa li nipprovdu s-servizzi neċessarji biex lil dawn, kif qal sewwa l-Prim Ministru, xi darba jew oħra nintegrawhom lura fis-soċjeta'.", "GĦalhekk nixtieq nisma' ftit il-veduti tal-Prim Ministru fuq dan is-suġġett u forsi jgħidilna anke x'qiegħed isir biex naslu fi stat fejn ikollna sistema effettiva li tirkupra lil dawn iż-żgħażagħ.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, l-ewwelnett il-problema hija jekk il-kriminali ta' din l-eta' - jekk nistgħu nsejħulhom hekk - għandhomx jinżammu fil-ħabs jew le.", "Il-ħsieb tagħna huwa li wħud minnhom għandhom jinżammu fil-ħabs taħt kondizzjonijiet li jkunu adattati għaċ-ċirkostanzi tagħhom, imma wisq nemmen li fil-maġġoranza l-kbira m'għandhomx jinżammu l- ħabs.", "Allura tajjeb li nirriflettu aktar fuq l-użu ta' tip ta' istituzzjonijiet, bħal dawk li qabel konna ngħidulhom approved schools, li jkunu taħt kondizzjonijiet kontrollati imma li jkunu wkoll postijiet ta' riabilitazzjoni.", "Għalhekk importanti li jkunu barra mill-ħabs.", "Ikun ideali kieku istituzzjonijiet bħal dawn ikunu mmexxija minn għaqdiet volontarji ta' ċertu kalibru, speċjalment tat-tip reliġjuż, u għalhekk ninsabu impenjati li nkomplu ngħinu f'dan il-qasam biex tiżdied ħidma bħal din.", "Pero' kif jidher minn din l-istatistika, il-problema hija li n-numru ta' każijiet ta' dan it-tip qegħdin jiżdiedu.", "Għax kif qed naraw, fis-sena 1987 kien hemm 36 każ li tressqu l-qorti, fis-snin disgħin dan in-numru beda tiela' u s-sena li għaddiet dan tela' għal 121.", "Ħafna drabi dawn ikunu marbutin ma' atti ta' vandaliżmu kriminali, ma' reati ta' droga u f'ċerti każijiet anke ma' reati ta' prostituzzjoni.", "Allura kull każ jirrikjedi riabilitazzjoni u xi forma ta' terapija li tkun adattata għal ċirkostanzi partikolari u allura minn dak il-lat irridu nżidu r-riżorsi meħtieġa sabiex kemm jista' jkun inkunu qegħdin f'pożizzjoni li nagħtu appoġġ lill-għaqdiet u istituzzjonijiet volontarji li huma parteċipi u jagħtu s-sehem tagħhom f'dan il-qasam.", "Infakkar ukoll li l-ħabs innifsu għaddej minn proċess ta' tkabbir u modernizzazzjoni u nittamaw li sa tmiem is-sena d-dieħla jkun hemm strutturi aktar adegwati għaliex fiżikament il-ħabs se jiġi mwessa' u mkabbar.", "Allura nkunu nistgħu niffaċċaw il-problemi li qed insemmu b'mod aktar flessibbli u b'mod li jkun jista' jagħti aktar enfasi lir- riabilitazzjoni.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "6779.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat- traffiku fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Kemm minn dawk is-sewwieqa involuti kellhom anqas minn 30 sena, jew ma kellhomx liċenzja tas-sewqan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena ġew irrapportati lill-pulizija 7,028 inċident tat-traffiku.", "Minn dawn 4,583 kienu jinvolvu sewwieqa ta' inqas minn 30 sena, filwaqt li 66 sewwieq ma kellhomx il-liċenzja tas-sewqan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, il-Prim Ministru jaf li l- amministrazzjoni ta' qabel kienet qiegħda tikkonsidra li tidħol emenda, speċjalment f'każijiet ta' kolliżjonijiet minimi u fejn ma jkunx hemm ksur grossolan tar-regolamenti tat-traffiku, fejn ma jkunx hemm bżonn li wieħed jgħajjat lill-pulizija u allura s-sistema tagħna setgħet tiġi in line ma' dik li jħaddmu l-Ewropej.", "B'dan il-mod ikun jista' jsir insurance report bejn iż-żewġ sewwieqa u mbagħad jagħmlu claim lill-insurances rispettivi.", "In vista tar-riforma li ħabbar il-Prim Ministru, speċjalment fir-rigward ta' użu ta' pulizija f'dak li huwa ttimbrar ta' passaporti fl-airport, naħseb li jkun għaqli li n-non-police work jibda jsir minn ħaddieħor.", "Allura hawn nistaqsi lill-Prim Ministru jekk din l-amministrazzjoni għandhiex ukoll l-idea li tkompli fuq il-linja ta' l-amministrazzjoni preċedenti, cioe' li f'każ ta' kolliżjonijiet minuri l-pulizija ma jmorrux fuq il-post u jagħmlu l-isketch huma u wara jerġa' jintilef aktar ħin sakemm jitilgħu l-qorti biex jaħilfu li dak l-isketch huwa korrett.", "Ċertament li b'dan il-mod il-pulizija jkollha aktar ħin għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħmel ix-xogħol tagħha proprju.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, il-proġett li qegħdin naħdmu fuqu ma' l-insurances u ma' partijiet oħra konċernati sabiex il-pulizija ma jkunux involuti fir-rapporti, basta ma jkunux rapporti ta' inċidenti serji, miexi 'l quddiem u fil-fatt fix-xhur li ġejjin se nkunu f'pożizzjoni li nħabbruh pubblikament.", "Imma hemm ċertu aspett ta' relazzjonijiet pubbliċi f'din il-ħaġa, għax mhux biss iridu jkunu mħejjija l-insurances u mhux biss iridu jkunu mħejjija l-pulizija imma jrid ikun imħejji wkoll il- pubbliku, speċjalment fil-kontest li aħna nafu li l-irjus jisħnu meta jkollna x'inċident tat-traffiku - ħafna drabi t-temperatura tkun għolja ħafna - u allura psikoloġikament irridu ndaħħlu l-mentalita' li b'mod ċivili l-partijiet involuti jkunu jistgħu jipproċedu biex jagħmlu l- isketch bejniethom u dan isir mingħajr ma jkun hemm rikors għall-pulizija.", "Allura barra milli hemm il-ftehim, li l-qafas tiegħu diġa' tlesta, hemm ukoll imbagħad l-isforz ta' marketing li jrid isir biex il-pubbliku jifhem x'qegħdin nagħmlu, jaqbel ma' dak li qed isir u jimplimenta dak li se jkun qed isir b'mod ċivili u b'mod li jagħmel sens għal kulħadd.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Għandi nifhem li d-diskussjonijiet allura huma fis- sens li l-partijiet se jiftehmu bejniethom, jew se tiddaħħal terza persuna, f'forma ta' a privatised section, li tagħmel l-isketches hi?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-sistema se tkun sistema tipo Ewropea, fis-sens li meta taħbat - meta kont il-Belġju ġieli ħbatt jien ukoll - li jiġri huwa li tiftiehem ma' min tkun ħbatt jew ma' min ikun ħabat miegħek, tagħmel l- isketch, taqbel miegħu, tibagħtu lill-insurance tiegħek u l-insurances jiddiljaw bejniethom, sakemm ma jkunx hemm xi fatalita' jew xi ħaġa oħra gravi li tkun tirrikjedi l-intervent tal-pulizija.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk fhimt sewwa, miċ-ċifri li ta l- Prim Ministru jidher li għal kull żewġ inċidenti minn tlieta kienu nvoluti żgħażagħ ta' anqas minn 30 sena.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidli x'qed tagħmel il-pulizija biex kemm jista' jkun ikun hawn daqsxejn ta' kuxjenza aktar b'saħħitha għal ħarsien aħjar tar-regolamenti tat-traffiku?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma qabel ma wieħed jasal għall-konkluzjoni li wasal għaliha l-Onor.", "Interpellant, irridu naraw jekk il-persentaġġ ta' ħbit minn sewwieqa ta' anqas minn 30 sena jirriflettix l-istess persentaġġ ta' karozzi li hawn fit-toroq u anke ta' drives li jsiru.", "B'hekk inkunu nafu jekk aħniex qegħdin piu o meno fl-istess ilma.", "Ċertament li ċ-ċifri juru li qed ikun hawn ħafna aktar inċidenti li fihom ikunu nvoluti sewwieqa ta' anqas minn 30 sena.", "X'għandu jsir fuq din il-ħaġa?", "Nemmen li ħaġa bħal din mill-ġdid trid tkun paripassu ma' ċerti miżuri ta' marketing, ngħidlu jien, biex tidħol kuxjenza ta' sewqan aktar bil- galbu.", "Din torbot ukoll ma' kemm għandna karozzi fit-toroq li huma roadworthy.", "Għax anke dik hija parti mir-raġuni li jkun hemm daqstant ħbit f'dik il-kategorija ta' etajiet peress li jkollhom karozzi forsi mixtrija second-hand jew third-hand u jkunu ta' kwalita' inferjuri.", "Jiġifieri trid tirrifletti fuq dawn l-elementi kollha u rridu nqajmu kuxjenza mhux biss fost dawk li għandhom anqas minn 30 sena jew aktar imma fost is-sewwieqa kollha.", "Ċertament li hemm bżonn li nkunu aktar u aktar attenti fis-sewqan għax ħafna drabi s-sistemi tat-traffiku tagħna mhux qed ikunu f'pożizzjoni li jlaħħqu man-numru ta' karozzi privati li dejjem qed jiżdied fit-toroq tagħna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Skużani, se nerġa' mmur ftit lura.", "Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru jekk fhimtx tajjeb li fid-diskussjonijiet li għaddejjin ma' l-insurance companies il-Gvern qed jaqbel fil-prinċipju magħhom.", "Jien kont bl-impressjoni li l-insurance companies ma kenux daqshekk favur li l-partijiet involuti f'ħabta jagħmlu r-rapporti bejniethom mingħajr ma jinvolvu t-terz - m'iniex ċert tkunx il-pulizija, tkunx xi tip ta' agenzija privata jew xi ħaġa simili.", "Kont bl-impressjoni li l-Gvern mhux qed jaqbel fil-prinċipju ma' l-insurance companies u għalhekk nixtieq li jkolli konferma f'dan is-sens.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Niċċekkjalek id-dettall għax qed nipprova niftakar minn file li qrajt xi żmien ilu.", "L-impressjoni li għandi, u naħseb li hija impressjoni tajba ħafna, hija li hemm qbil fuq kif għandna naħdmu, il- mechanics ta' kif għandu jsir ix-xogħol lesti u sempliċement qed jitħejja t- testi legali.", "Imma l-akbar diffikulta' li għadha tissemma hija l-problema psikoloġika li semmejt qabel, fis-sens li għad irridu naraw kemm se jkunu disposti inizjalment ix-xufiera li jagħmlu dak li qed jiġi mistenni minnhom u li ma jibqgħux jinsistu li anke fuq girfa żgħira jġibu pulizija biex jagħmel l-isketches.", "(Interruzzjonijiet) Nista' niċċekkjalu d- dokumentazzjoni fiex waslet u anke nagħtih l-informazzjoni separatament.", "SALINI - DRENAĠĠ", "7339.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex fl-inħawi ta' Kennedy Grove qed ikun hemm riħa qawwija ta' drenaġġ?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kellu jsir f'dawn l-inħawi u li fil-fatt baqa' ma sarx?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Mill-bidu ta' din is-sena 'l hawn ma kien hemm l-ebda rapport ta' fawran fiz-zona msemmija.", "L-irwejjaħ li għalihom saret riferenza jistgħu jkunu kkawżati mis-salini jew minn ventilazzjoni tas- sistema tad-drenaġġ minn movement cracks li jistgħu jiżviluppaw minn żmien għall-ieħor imma li jiġu msewwija.", "Il-kuntrattur magħżul biex iwettaq ix-xogħlijiet applika għall-permessi neċessarji imma minħabba li ninsabu fl-istaġun tas-sajf dawn il-permessi ma' jistgħux jinħarġu skond policy li teżisti għaz-zoni turistiċi.", "Ix- xogħlijiet għaldaqstant huma mistennija jkomplu ladarba l-permessi neċessarji jinħarġu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ovvjament ma nistennix li l-fawran li għaddej illum jissemma fir-risposta pero' jekk wieħed imur issa jara xmara ta' drenaġġ għaddejja minn ġo l-għelieqi, faċċata ta' Kennedy Grove.", "X'se jagħmel il-ministeru biex dan il-fawran li għaddej bħalissa fil-fatt mhux biss jieqaf illum imma ma jirrepetix ruħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: La l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li bħalissa hemm dan il-fawran, appena jiskadi l-ħin tal-mistoqsijiet nitlob lill-ministru responsabbli biex jieħu passi mad-dipartiment biex jara kif se jsolvi din il-problema.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Minbarra l-inħawi li semmejtlu, il-Ministru huwa f'pożizzjoni jgħidilna jekk effettivament matul il-ġimgħa li għaddiet kienx hemm fawran ta' drenaġġ f'diversi postijiet ta' Buġibba?", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'iniex f'pożizzjoni nikkonferma imma ovvjament jekk kien hemm u rrapportaw lid-dipartiment nassumi li l-passi ttieħdu.", "Jekk hemm xi fawran tad-drenaġġ x'imkien u l-Onor.", "Galea jaf li ma tteħdux passi, jinformani u jien ninforma lill-ministru biex jittieħdu passi immedjatament.", "RAZZETT TAL- ĦBIBERIJA - DRENAĠĠ", "7431.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għall-estensjoni tal-main tad-drenaġġ ħdejn ir-Razzett tal-Ħbiberija ġietx mogħtija lil xi kuntrattur partikolari?", "Jekk ir- risposta hi fl-affermattiv, x'completion date ingħata l-kuntrattur?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Diġa' ħarġet tender biex isir ix-xogħol meħtieġ u din bħalissa qiegħda fl-evaluation stage qabel ma tiġi awarded.", "DRENAĠĠ - GĦAWDEX - RAS IL-ĦOBŻ", "7460.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien jgħid il-parir legali li ngħata l-ministeru rigward il-fatt li, skond dak li kien qal hu fid-diskors tiegħu ta' l-aħħar budget, il- Gvern kellu jonfoq \"Lm152,000 oħra biex nirranġaw ix-xogħol li sar\" minħabba \"survey ħażin\" li għamlet l-Awtorita' Marittima għar-rigward ta' l- outfall ta' Ras il-Ħobż, f'Għawdex?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-parir jew pariri li ngħata l-ministeru fuq din il-materja?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ma nafx għal-liema parir legali qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "Li għidt jien kien li se jintnefqu LM150,000 oħra biex isir ix-xogħol ta' disinn li kien diġa' sar u biex ix-xogħol ikun jista' jsir skond il-profile il-ġdid.", "Ma sar l-ebda xogħol li kellu jinqala' u jerġa' jsir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex f'pożizzjoni li jgħidilna bediex ix-xogħol attwali fuq il-proġett tad-drenaġġ f'Ras il-Ħobż, Għawdex?", "Għax issa għaddew tmien xhur minn mindu għamel dak id-diskors!", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix dik l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Galea u allura nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub biex jingħata tweġiba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna fiex wasal ix-xogħol preparattiv għall-kostruzzjoni proprja ta' dan il-main f'dawn l-inħawi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni li għandi tgħid li sar survey u saru estimi ta' l-infiq li għandu jsir fil-progett u skond l-ewwel estimi li saru jidher li se jkun aktar milli kien ġie stmat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-Awtorita' Marittima għadhiex tikkopera ma' dipartimenti oħra tal-gvern fuq dan il- proġett partikolari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: La ma kien hawn l-ebda ilment minn dan il-lat nassumi li l-awtorita' kkoperat, fejn għandu x'jaqsam dan ix-xogħol.", "Pero' jekk wieħed irid ikun jaf x'kien is-sehem ta' l-Awtorita' Marittima jagħmel il- mistoqsija bil-miktub u s'intendi l-ministru responsabbli mill-Maritime Authority jagħti l-informazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk fhimt sewwa saret riferenza għal surveys li saru fil-passat jew inkella dawk li fuqhom ix-xogħol għadu għaddej.", "Dawn is-surveys li qed issir riferenza għalihom f'liema stadju waslu u x'se jkun l-effett tagħhom fuq il-progett kollu kemm hu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed jingħad li fil-fatt is-survey ma kienx sar kif kellu jsir u allura x-xogħol ittardja u għalhekk reġa' sar survey ieħor.", "Nista' ngħid li minn dan is-survey jidher li se jkun hemm extra expenditure u hemm problemi li wieħed irid jara kif se jsolvihom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, naturalment fejn hemm il-problemi wieħed jipprova jsolvihom pero' jista' l-Ministru jispeċifika x'tip ta' problemi rriżultaw mill-ewwel survey u x'qed jirriżulta wkoll fit-tieni jew inkella aktar surveys li saru wara?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel mistoqsija bil-miktub biex tinġabar l-informazzjoni u tingħatalu.", "WATER SERVICES CORPORATION - ĦSARAT", "7530.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rapporti ta' ħsarat li saru lill-Water Services Corporation f'kull raħal tar-Raba' Distrett?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-medja ta' ħsarat li jiġu rrapportati lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma minn dawn il-lokalitajiet hija ta' madwar sebgħa kuljum.", "WATER SERVICES CORPORATION - KONSUM QAWWI", "7576.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-każ, li tiegħu qiegħed nibgħat id-dokumenti relattivi separatament, jiġi rivedut għaliex l-applikant li huwa ħaddiem normali qatt ma seta' jkun li xi darba kkonsma dan l-ammont u jekk kien hemm xi leakage m'għandhiex tbatih il-persuna konċernata?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Filwaqt li veru jidher li kien hemm konsum qawwi, dan seta' rriżulta minn xi forma ta' leakage interna.", "Dan jirrifletti ruħu fil- kontijiet għall-perjodu mit-3 ta' Ġunju 1996 sat-13 ta' Marzu 1997.", "Billi l-konsum bejn it-13 ta' Marzu sa l-20 ta' Ġunju reġa' ġie għan- normal, jidher li dan il-leakage intern ġie mwaqqaf.", "Jekk il-kont jista' jkun ta' tbatija għall-konsumatur, dan għandu jikteb lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex il-każ jiġi kkonsidrat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, naturalment dan mhuwiex l-ewwel u l- aħħar każ ta' persuni li jirċievu kontijiet ferm ogħla mill-konsum li normalment jaħlu.", "Jikkonsidrax allura l-Ministru li f'każi bħal dawn, meta jkun evidenti li l-kont ikun żbaljat, dak il-konsum li jkun sar ma jbatihx l-individwu imma tbatih il-korporazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ngħaddi dan is-suġġeriment għall-konsiderazzjoni tal- Ministru konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx xi policy peress semma li bniedem jista' jikteb lill-korporazzjoni imbagħad jitnaqqaslu l-ammont?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ovvjament wieħed irid jikteb lill-Water Services Corporation biex tikkonsidra u tinvestiga kull każ speċifiku biex imbagħad, wara li jiġi investigat, jingħata risposta u jekk hemm bżonn isir rimedju.", "RAĦAL ĠDID - PROVVISTA TA' L-ILMA", "7640.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li l-problema ta' nuqqas ta' pressa ta' ilma fi Blk G, Unit 1, Government Buildings, Raħal Ġdid ilha teżisti minn Ottubru, 1996 u r-residenti kienu ġew informati li kellhom jistennew ftit ieħor għaliex il-ħaddiema tal-gvern kienu ttieħdu għall-proġett ta' Buġibba, jista' l-Ministru jgħid meta se jirriżumi x-xogħol fuq is-sit imsemmi?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ma jidher li kien hemm l-ebda problema dwar nuqqas ta' l- ilma fil-blokk imsemmi li tikkonċerna l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma, anke mill-fatt li dawn l-aħħar xhur il-korporazzjoni ma rċeviet l- ebda lment minn dan il-blokk.", "Iżda jista' jkun li hemm xi problemi fis- sistemi nterni ta' l-ilma f'dan il-blokk, liema problemi ġew diskussi mad- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar, u għandhom jittieħdu passi biex jitranġaw minn dan id-dipartiment.", "FGURA - TRIQ L. SCHICKLUNA", "7743.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni meta hemm il-ħsieb li jitkompla s-servizz ta' l-ilma fi Triq L. Schickluna, fil-Fgura?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Is-servizzi ta' l-ilma fi Triq L. Schickluna se jitkompla fi żmien ftit xhur oħra.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - VOT 31", "7301.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu mill-Vot 31 fl-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti taħt personal emoluments u operational and maintenance expenses?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): L- infiq mill-Vot Rikorrenti 31 matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 1997 dwar pagi u spejjeż t'operazzjoni u manutenzjoni huwa kif ġej:-", "| |Prov. |Infiq Attwali | | |fl-Estim|Jannar-Ġunju | | |i |1997 | | |1997 | | |Personal | | | |Emoluments|¥616,000|¥258,791 | |Operation | | | |and | | | |Maintenanc|¥365,000|¥167,794 | |e Expenses| | |", "Dawn l-ispejjeż jikkonsistu f'infiq globali mill-Ministeru (Head Office) u mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali (Cost Centres 01 u 02).", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - VOT 32", "7302.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu mill-Vot 32 Legal fl-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti taħt personal emoluments u operational and maintenance expenses?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Mill-Vot 32 Legal, fl-ewwel sitt xhur tas-sena ntnefqu dawn l-ammonti:-", "| |Provdut|Infiq | | |i |bejn | | |fl-Esti|Jannar- | | |mi 1997|Ġunju | | | |1997 | |Personal |LM855,0|LM392,37| |Emoluments |00 |7 | |Operational & |LM215,0|LM | |Maintenance |00 |82,804 | |Expenses | | |", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Brincat.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont ta' aluminium importat bejn Jannar u Mejju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7683; u", "Informazzjoni dwar l-apprendisti fil-Korporazzjoni Enemalta li qed jistudjaw fl-iskejjel post-sekondarji fl-ESTS u fit-TAS, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7720.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar vetturi fid-Dipartiment għall-Avjazzjoni Ċivili, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7665.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja):", "Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l- 31 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 697.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Lulju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Madam Speaker, huwa ta' interess għalija li llejla se nkun l-ewwel wieħed li nitkellem fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Fil-fatt l-Att dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp sar in buona fede minħabba li dak iż-żmien iċ-ċirkostanzi kienu jirrikjedu li tiġi kkreata istituzzjoni li tkun responsabbli mill-ippjanar.", "Dan kien pass pożittiv u naħseb li lkoll naqblu li anke llum neħtieġu istituzzjoni bħal din.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar issa ilha tiffunzjona għal dawn l-aħħar ħames snin u għalhekk illum għadda biżżejjed żmien biex tkun tista' ssir analisi akkurata dwar fejn din ħadmet sewwa u fejn le.", "M'hemmx dubju li matul iż- żmien il-kritika għal din l-awtorita' baqgħet dejjem tiżdied u mill- esperjenza personali tiegħi nista' ngħid li ħafna mill-kritika li qed issir hija ġustifikata.", "Qed ngħid dan għax jidher ċar li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar m'hijiex qed tilħaq l-għanijiet li ġiet ikkreata għalihom u għalhekk illum altru li wasal iż-żmien li ssir riforma radikali f'din l- istituzzjoni.", "Madam Speaker, il-kritika prinċipali li ssir regolarment fil-konfront ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bażikament hija marbuta ma' tliet elementi u fil- fatt l-emendi li qed jiġu proposti f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jirrigwardaw proprju dawn it-tliet elementi, jiġifieri l- accountability, l-effiċjenza u n-nuqqas ta' trasparenza.", "Dalgħodu ħadt gost nisma' lill-Onor.", "George Pullicino jitkellem fuq dan il-qasam, għax wara kollox bħala perit prattikanti għandu ċerta esperjenza.", "Filwaqt li napprezza u naqbel ma' xi wħud mis-suġġerimenti li għamel fid-diskors tiegħu, ma naqbilx mal-mod kif qed jinterpreta l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "M'hemmx dubju li f'soċjeta' moderna l-qasam tal-kostruzzjoni huwa l- essenza ta' l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.", "Jekk tieqaf il-kostruzzjoni tista' tgħid li jieqaf kollox, fosthom dawk li jbigħu l-madum u s-settijiet tal-kmamar tal-banju.", "L-industrija ta' pajjiżna għandha diversi setturi li qishom marbutin b'katina u għalhekk jekk xi settur minnhom, bħal ngħidu aħna l-industrija tal-bini, imur ħażin imorru ħażin ukoll diversi setturi oħra.", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar snin kien hemm staġnar kbir f'din it-tip ta' industrija u stajna naraw il-frustrazzjoni kbira tan-negozjanti, tal- kuntratturi u ta' nies konċernati oħra li jaħdmu f'dan it-tip ta' żvilupp.", "L-Onor.", "Pullicino u diversi kelliema oħra qalu li dan l-istaġnar ma kienx ikkaġunat mill-mod li bih imxiet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma min-nuqqas ta' applikazzjonijiet.", "Fil-fatt dan m'hu veru xejn għax meta ċċekkjajt sibt li bħala medja n-numru ta' applikazzjonijiet li jaslu quddiem l- awtorita' ma naqasx.", "Filwaqt li l-awtorita' jista' ma jkollhiex tort għad- diversi fatturi li għalihom jeżisti dan l-istaġnar, żgur li ma nistgħux ngħidu li din l-awtorita' ma taħtix għall-fatturi prinċipali li għalihom ninsabu f'din is-sitwazzjoni.", "Pero' l-gvern, li jkun jaf x'ikun qed idejjaq lill-poplu u kif qed iħares lejn il-funzjonament ta' awtorita' bħal din, meta jara din is-sitwazzjoni bilfors ikollu jintervjeni ħalli jipprova jirrimedja għall-problemi li jeżistu fl-industrija tal-bini li, kif diġa' għidt, inqalgħu minħabba l-mod ineffikaċi li kienet qed taħdem bih l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Madam Speaker, waqt li kont qed nisma' lill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni jitkellmu stajt ninnota li l-aktar ħaġa li qiegħda tinkwetahom huwa l-fatt li issa l-Gvern se jkollu aktar say fl-oqsma ta' l-ambjent u ta' l-iżvilupp milli kellu meta ġiet ikkreata l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-1992.", "Il-fatt li issa l-Gvern se jindaħal f'ċerti aspetti li qabel ma kienx jidħol fihom qed jiġi kkritikat bil-qawwa mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni għax ironikament fi żmien il-Gvern preċedenti kienet iddaħħlet l-idea ta' awtonomija assoluta kemm fil-qasam ta' l-iżvilupp kif ukoll fil-politika ta' l-iżvilupp.", "Qabel xejn irrid ngħid li jien ma naqbel xejn ma' l- argumentazzjoni ta' l-Oppożizzjoni, ċioe' li dan il-qasam jimmerita awtonomija assoluta u li l-gvern tal-ġurnata għandu jabdika l-awtorita' kollha tiegħu biex ma jsirux abbużi u biex ikun hemm trasparenza.", "Jien nemmen sinċerament kemm fis-separazzjoni ta' poteri, kemm fir-rule of law, kif ukoll fis-sistema ta' checks and balances, pero' fl-opinjoni tiegħi nkunu qed niżbaljaw meta ngħidu li jekk ma jkunx hemm awtonomija assoluta fl-oqsma ta' l-iżvilupp u ta' l-ambjent ma jkunx hemm rule of law jew ma jkunx hemm sistema ta' checks and balances.", "GĦar-rigward tal-qrati, tal-parlament u tal-gvern jien naqbel li dawn għandhom jitmexxew b'mod assolutament separat minn xulxin, pero' filwaqt li l-gvern, li huwa elett mill-poplu, permezz tal-parlament jirrispondi lill- poplu direttament, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar s'issa ma kienet qed tirrispondi lil ħadd u kellha d-dritt divin sabiex arbitrarjament - in buona fede wkoll ngħid jien - tiżviluppa politika ambjentali u ta' żvilupp, indipendentement mill-organi ta' l-Istat.", "Dan huwa ħażin għax l-oqsma ta' l-iżvilupp u ta' l-ambjent għandhom jiġu regolati mill-gvern permezz tal- politika li jħaddan.", "Wara kollox ma fiha xejn ħażin li gvern ikollu l- politika tiegħu għall-qasam ta' l-iżvilupp, anzi din hija xi ħaġa tajba, bħalma hija ħaġa tajba li l-gvern iħaddan u jimplimenta l-politika tiegħu għall-qasam ta' l-edukazzjoni, minkejja li l-Universita' hija awtonoma.", "Mnejn safejn ikun hemm istituzzjoni li ma tirrispondi lil ħadd, la lill- Parlament u lanqas lill-poplu u tiddeċiedi hi fuq affarijiet ta' policy!", "Lanqas il-qrati tagħna, li huma organi ta' l-Istat, ma jistgħu jaqbdu u jagħmlu l-policy huma għax dawn qegħdin hemm biex jimplimentaw il-liġijiet.", "Soċjeta' li ma tħaddanx is-sistema ta' checks and balances tkun qisha stat ġewwa stat - dan kulħadd jgħidulek fil-konfront tal-Planning Authority, kemm il-periti, kemm il-bennejja, kemm il-kuntratturi kif ukoll l-applikanti - fejn l-istituzzjonijiet jkollhom awtonomija assoluta, ma jkunu accountable lejn ħadd u jekk jipprova jindaħal il-gvern sabiex jesprimi xi idea milli jkollu dan ikun meqjus bħala xi ħaġa ħażina, qishom dawn l-istituzzjonijiet huma xi ħaġa sagrosanta li ma jista' jmisshom ħadd.", "Dan hu ħażin u ċertament il-kritika li qed issir mill-bankijiet ta' l- Oppożizzjoni, minħabba li l-Gvern preżenti qed jintervjeni u qed jerfa' fuq dirgħajh ċerti responsabbilitajiet b'maturita', hija waħda żbaljata.", "Hawn wieħed irid jifhem li qabel ma jiġi elett, il-gvern ikun esprima l- intenzjonijiet tiegħu għas-setturi kollha tal-pajjiż, fosthom għal dan is- settur, u għalhekk gvern għandu jkun responsabbli li jħaddem u jinforza l- politika tiegħu b'mod matur mingħajr ebda ndħil żejjed minn xi awtorita'.", "L-oqsma ta' l-iżvilupp u ta' l-ambjent huma purament politiċi u għalhekk il- gvern jagħmel ħażin jekk jabdika r-riedni tiegħu kollha f'idejn istituzzjoni għax jien ngħid li din is-sistema tikkrea stat fi stat.", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi l-kritika li saret mill-Oppożizzjoni fuq dan ir- rigward la kienet tagħmel sens politikament u wisq inqas ġuridikament.", "Madam Speaker, issa ta' min iħares ftit lejn il-klawsoli li qed jiġu proposti f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien m'iniex se nirriferi għall-klawsoli kollha - fil-fatt naħseb li l-kollegi tiegħi li tkellmu kellhom iktar ċans minni biex jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar dawn il-klawsoli - pero' xtaqt nanalizza xi wħud minnhom.", "Per eżempju, filwaqt li qabel id-dokumenti supplimentari ta' l-ippjanar kienu jsiru mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar, klawsola 3, liema klawsola qed temenda subartiklu (1) ta artiklu 5 ta' l-Att prinċipali, qed temenda dan billi qed tgħid:", "\"skond policies, pjanijiet u kondizzjonijiet approvati mill-Gvern u bil-proċeduri kif approvati mill-Ministru.\".", "Iva, din l-emenda qed issir ħalli l-funzjoni ta' l-awtorita' li tippromwovi u tikkontrolla l-iżvilupp ta' l-art tiġi kkontrollata wkoll mill-ministru sa ċertu livell.", "Fl-opinjoni tiegħi dan l-artiklu huwa l-qofol ta' l- emendi kollha għax hawn aħna qed nuru li nemmnu li għandu jkun hemm struttura ta' awtorita' ta' ppjanar, pero' aħna nemmnu wkoll li l-gvern għandu jkollu say f'dik li hi politika ta' żvilupp u fil-fatt ma nistax nifhem il-kritika kollha li saret f'dan ir-rigward.", "Il-Gvern preċedenti kien abdika l-influwenza u l-poteri tiegħu għall-iżvilupp tal-pajjiż f'idejn din l-awtorita', pero' l-Gvern preżenti qed jassumi dawn ir- responsabbiltajiet hu, u jagħmel tajjeb li jagħmel hekk għax finalment huwa l-gvern li jrid jirrispondi għall-poplu u jiggverna, mhux ħaddieħor.", "Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn klawsola 4 isib li din qed temenda artiklu 6 ta' l-Att prinċipali għax fejn qabel l-awtorita' kienet tappunta direttur ta' l-ippjanar u kellha wkoll id-dritt li tappunta uffiċjali oħra fejn ikun hemm bżonn, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li issa din trid tappunta wkoll direttur responsabbli mill-amministrazzjoni u mill- verifika.", "Il-kreazzjoni ta' direttur bħal dan żgur li għandha twassal għal iktar trasparenza.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li r-rappreżentanti ta' dan id- direttur se jkollhom il-jedd li jattendu l-laqgħat ta' l-awtorita' u tad- development control commission, pero' dawn se jkun jservu biss ta' observers u fil-fatt ma jirriżultax li se jkollhom id-dritt għal xi vot.", "Ċertament il-preżenza tagħhom f'dawn il-laqgħat għandha tikkrea iktar trasparenza u accountability.", "Madam Speaker, klawsola 5 qed temenda subartiklu (3) ta' artiklu 12 ta' l- Att prinċipali li jirrigwarda l-planning consultative committee.", "Bażikament xogħol dan il-kumitat hu li jagħti pariri lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar, pero' permezz ta' din il-klawsola issa dan il-kumitat se jkollu jirrapporta lill-ministru konċernat regolarment ħalli b'hekk il-gvern ikun jaf x'qed isir.", "Hawn ta' min jgħid li għal din il-klawsola saret kritika ħarxa għax kien hemm min qal: Anke hawnhekk tqajmet il-ħtieġa li l- ministru jkun avżat!", "Fil-fatt l-Onor.", "Tonio Borg fil-kummenti tiegħu qal: Anke hawn daħħalnieha l-kelma \"ministru\"!", "Madanakollu jien naħseb li m'hemm xejn ħażin li l-ministru konċernat ikun informat bil-pariri li jkun qed jagħti dan il-kumitat permezz ta' rapporti li jsirulu.", "Din x'hemm ħażin fiha!", "Allura aħna x'irridu?", "Li għalkemm il-gvern ikun qiegħed hemm kważi nkunu nistgħu ngħidu li mhux qiegħed hemm?", "Jien personalment ma nistax nifhem din il-kritika, għax wara kollox xi skop hemm li jkollok ministru responsabbli mill-iżvilupp u mill-ambjent biex imbagħad lanqas snien ma jkollu?", "Jien wieħed minn dawk li nemmen fl-indipendenza tal-qrati u f'konċetti simili pero' l-kritika li qed issir f'dan ir-rigward ma nistax nifhimha assolutament.", "Madam Speaker, għar-rigward ta' klawsola 6 nistgħu ngħidu li fuq paragrafu (a) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 13 wieħed m'għandux għalfejn jitkellem wisq għax is-sustanza kważi baqgħet l-istess u l-emendi huma ta' natura teknika, pero' min-naħa l-oħra wieħed isib x'jikkummenta fuq paragrafu (b) ta' l-istess subartiklu għax issa permezz ta' din il-klawsola se jiżdied dan li ġej:", "\"Fuq talba ta' xi membru tal-Kummissjoni, id-deliberazzjonijiet tal- Kummissjoni għandhom isiru bil-magħluq iżda meta jkun meħtieġ vot sigriet dan għandu jingħata bit-tfigħ tal-voti u fil-pubbliku.\".", "Iktar kmieni fid-diskors tiegħi jien spjegajt li wieħed mill-ilmenti li hemm fuq din l-awtorita' jirrigwardaw it-trasparenza, pero' xi wħud mill- Membri ta' l-Oppożizzjoni qalu li din l-emenda qed tneħħi t-trasparenza għax qed tiġi kkontemplata ċirkostanza fejn id-deliberazzjonijiet ma jsirux fil-preżenza tal-pubbliku.", "Dan l-argument ma jagħmilx sens, anzi huwa wieħed falz.", "Qed ngħid dan għax, per eżempju, id-deliberazzjonijiet tal- qrati, l-iktar istituzzjoni indipendenti fil-pajjiż, ma jsirux fil-pubbliku pero' bħala safety valve il-liġi li għandna quddiemna tikkontempla li jekk il-membri ma jiftehmux bejniethom u jkun se jittieħed vot dan isir fil- pubbliku biex almenu hemmhekk ikun hemm it-trasparenza.", "Din xi kultant ma tfissirx substantive justice pero' almenu hawnhekk il-ħaqq mhux biss ikun qed isir imma jkun jidher li qed isir.", "GĦalhekk kuntrarjament għal ċerti argumenti li tressqu jien nemmen li din il-klawsola qed issaħħaħ it- trasparenza u mhux tnaqqasha għax li jgħodd huwa kif isir il-vot u mhux id- deliberazzjonijiet.", "Madam Speaker, jekk inħarsu lejn klawsola 7 ta' dan l-abbozz ta' liġi - din qed temenda artiklu 14 ta' l-Att prinċipali - naraw li hawnhekk qed tiddaħħal emenda, fis-sens li l-persuna li se tibda tippresjedi l-bord ta' l-appell irid ikollha expertise fil-qasam ta' l-ippjanar u mhux neċessarjament ikollha background legali - xorta se jkun hemm avukat biex fost xogħol ieħor jirregola l-proċedura tas-smigħ - u allura l-enfasi aktar milli tkun fuq il-liġi tkun fuq it-teknika.", "Fi kliem ieħor qed ngħidu li aktar milli jkun jifhem fil-liġi ċ-chairman irid ikun jifhem fl-ippjanar.", "Madam Speaker, issa ta' min jikkummenta wkoll fuq subartiklu (5) ta' artiklu 14 kif propost fi klawsola 7.", "Hawnhekk naraw li membru tal-bord jista' jitneħħa mill-kariga mill-President fuq parir tal-ministru.", "Jidher ċar li l-kariga ta' membru tal-bord m'hijiex entrenched daqs il-kariga ta' ġudikant, pero' dan jagħmel sens għax filwaqt li l-qrati tagħna m'humiex qegħdin hemm biex jieħdu into account il-politika u s-social policies tal- gvern tal-ġurnata peress li wara kollox huma organu ta' l-istess Stat innifsu, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid tieħu into account il-policies u l- politika tal-gvern tal-ġurnata.", "GĦalhekk jekk membru ta' dan il-bord jagħżel li jinjora dan il-fatt ma jkunx qed jaġixxi kif inhu xieraq u l- gvern għandu jkollu l-jedd li jintervjeni.", "F'sitwazzjoni bħal din il-gvern għandu jimxi bl-iktar mod kawt u juża prudenza assoluta filwaqt li bl-ebda mod ma għandu jaġixxi b'dan il-mod għas-sempliċi fatt li ma jkunx jaqbel ma' xi deċiżjoni imma għandu jneħħi lil xi membru biss jekk dan ikun qed juri negliġenza maġġuri, konflitt ta' interess, inkompetenza jew attijiet li ma jkunux jixirqu li jitwettqu minn membru ta' bord bħal dan.", "Per eżempju, jekk membru ta' dan il-bord jagħżel li jinjora xi policy jew structure plan li jkun hemm dan ma jkunx qed jaġixxi b'mod xieraq u għalhekk f'dan il-każ il-gvern ikollu l-jedd li jintervjeni.", "Madam Speaker, permezz ta' klawsola 8, liema klawsola qed temenda artiklu 15 ta' l-Att prinċipali, qed issir emenda sabiex persuna li ma tkunx għamlet kummenti jew sottomissjonijiet meta tkun ġiet ippubblikata applikazzjoni għal għemil ta' żvilupp ma jkollhiex jedd ta' appell.", "Jien nemmen li din l-emenda hija neċessarja u fil-fatt saret b'riżultat tad- deċiżjonijiet li ħadu l-qrati tagħna.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li bl- eċċezzjoni ta' dak li jsir is-soltu, l-qrati tagħna qalu li f'dan il-każ hemm lok ta' appell mhux biss mill-applikant imma wkoll minn terzi persuni interessati.", "Qabel kien ikun hemm każi fejn l-applikant kien jiġi ffaċċat b'appell minn terzi persuni li lanqas kien ikun jaf bihom qabel.", "Dan m'għandux isir u għalhekk saret emenda sabiex min jieħu interess u jattendi għal-laqgħat tad-DCC u jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu jkollu dritt jappella; min-naħa l-oħra, min ma jkunx wera interess u min ma jkunx attenda għal-laqgħat tad-DCC u min ma jkunx għamel ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu ma jkunx jista' jappella għax inkella dan ma jkunx fair għall- applikant.", "Fil-fatt kien hemm diversi każijiet fejn wieħed ġie ffaċċat b'appell ta' individwi li lanqas biss ikun jaf min huma.", "Madam Speaker, f'subartiklu (7) ta' artiklu 15, kif propost f'subparagrafu (b) ta' klawsola 8 insibu l-kreazzjoni ta' segretarjat amministrattiv li jkun indipendenti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien naqbel ma' dan għax, għalkemm il-bord jiffunzjona taħt l-umbrella ta' l- awtorita', dan jiffunzjona indipendentement minnha u għalhekk għandu jkollu s-segretarjat tiegħu.", "GĦalija klawsola 9 hija waħda mill-iktar klawsoli interessanti u din hija xi ħaġa innovattiva għal kollox.", "Hawnhekk qed jinħatar il-kumitat ta' l- utenti, liema kumitat għandu l-funzjoni ta' ombudsman intern li xogħlu hu li fl-interess pubbliku ġenerali jassigura proċess mgħaġġel u ġust kif ukoll trasparenza u uniformita' fid-deċiżjonijiet u fl-atti ta' l- awtorita'.", "GĦalkemm f'dan l-istadju naf li se nagħmel kritika goffa xorta se nagħżel li nagħmilha.", "Ta' min jgħid li l-Planning Authority mhux dejjem imxiet b'mod ġust, b'mod trasparenti u iktar minn hekk b'mod uniformi.", "L- uniformita' huwa element importanti u, għalkemm naqbel li mhux dejjem tista' tkun riġida assolutament, m'huwiex ġust li jkun hemm numru ta' deċiżjonijiet fuq l-istess materja li ma jiġux trattati l-istess.", "Dan li qed ngħid japplika wkoll għall-qrati għax, jekk bniedem ikollu xi preċedenti mill-Qorti ta' l-Appell u jkun jaf x'inhi l-pożizzjoni legali tiegħu, mhux sew li l-qorti tinjora l-ġurisprudenza u l-preċedenti kollha u taqbad u tieħu deċiżjoni hi.", "Mill-esperjenza tiegħi jkolli ngħid - fil- fatt iktar 'il quddiem se nsemmi żewġ każijiet biex nipprova dan li qed ngħid - li f'diversi deċiżjonijiet li ħadet l-awtorita' mhux talli ma kienx hemm uniformita' imma talli wieħed seta' jara li kien hemm kontradizzjonijiet ċari daqs il-kristall.", "Per eżempju, mingħajr ma nsemmi ismijiet nixtieq insemmi każ fejn il-bniedem involut għadda minn martirju sħiħ intortament.", "Ta' min jgħid li dan l-individwu xi erba' snin ilu għamel talba lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex il-villa li għandu, li għandha spazju kbir fis-sular t'isfel, isirilha change of use.", "Forsi minħabba l-pressure li kien hemm mill-ġirien u minħabba li wħud minnhom kellhom xi interessi oħra, f'daqqa waħda saret akkuża kriminali kontra dan l-individwu fejn ġie akkużat li din il-villa ma kenitx mibnija skond il-liġi.", "Biex il-biċċa tkompli tagħqad, wara l-ġirien talbu lill-istess awtorita' twaqqaf l- applikazzjoni tiegħu minħabba li kienet għaddejja kawża kontrih, jiġifieri dan l-individwu mhux talli ma ngħatax permess għal change of use imma talli għaddej minn proċess kriminali quddiem il-qorti.", "Minħabba dawn iċ- ċirkostanzi l-applikazzjoni tiegħu baqgħet wieqfa għal tliet snin sħaħ, jiġifieri sakemm il-qorti semgħet il-provi u wara qalet li l-bini kien konformi mal-permessi li kienu ngħatawlu u ħareġ liberat.", "Wara li rebaħ din il-kawża kriminali dan l-individwu mar quddiem id-development control commission u mbagħad quddiem il-bord ta' l-appell biex jingħata permess għall-applikazzjoni tiegħu pero' stranament din it-talba ġiet miċħuda.", "Fl- opinjoni tiegħi f'dan il-każ partikolari l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma wrietx uniformita' u mxiet b'mod diskriminatorju.", "Ta' min jgħid li dan l-individwu kien talab lill-awtorita' tagħtih permess sabiex is-sular t'isfel jużah għal sala tat-tiġijiet, pero' din qaltlu li ma tistax taċċetta t-talba tiegħu għax il-villa tinsab f'area residenzjali.", "Is-sabiħa hi li jekk wieħed ifittex in-numru kbir ta' permessi li ngħataw għal dan l-użu jsib li dawn il-proprjetajiet jinsabu kollha kemm huma f'residential areas.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid ukoll li l-biċċa l-kbira ta' dawn il-proprjetajiet lanqas biss għandhom parking space u dawn kienu nbnew illegalment u mbagħad il-pożizzjoni tagħhom ġiet imsaħħa, mentri din il-villa li semmejt għandha parking space kbir u madwarha hemm il-country side għax din tinsab on the fringe ta' l-abitat.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li qabel ma dan l-individwu għamel din it-talba ġew milqugħa xi 30 permess f'dan is-sens, pero' kif għidt diġa' stranament il-permess lil dan l-individwu ġie miċħud.", "Jien ngħid li dan m'huwiex sewwa u fl-opinjoni tiegħi din il-klawsola għandha terġa' tiġi emendata sabiex dan il-kumitat li semmejt iktar kmieni jingħata l-poter li jikkonsidra l-ilmenti ta' dawk in-nies li riċentement ħassew li sofrew xi tip ta' diskriminazzjoni minħabba nuqqas ta' uniformita'.", "Veru li hemm rimedju għal min ikun ħass li sofra inġustizzja għax wieħed jista' jirrikorri quddiem il-Qorti ta' l-Appell, pero' din tista' tikkonsidra biss argumenti legali u ma tistax tagħmel ri-evalwazzjoni ta' fatt jew ta' att ta' diskrezzjoni min-naħa ta' l-awtorita'.", "Madam Speaker, l-istess jista' jingħad għall-fatt li hemm diversi każi fejn saħansitra l-Ombudsman - aħna qrajna dwar dawn il-każijiet fuq il- gazzetti wkoll - ikkonkluda li sar abbuż.", "Fil-fatt, f'ċerti każijiet iktar milli abbużi jien ngħid li saru anke atti ta' korruzzjoni u ta' favoritiżmu.", "Per eżempju, jien naf b'każ fejn persuna xtrat service road ġo waħda mill-aqwa lokalitajiet ta' Malta bi ftit mijiet ta' liri u mbagħad ħaġa ta' l-għaġeb ħarġilha l-permess għall-iżvilupp.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dan il-każ sar bdil fil-planning scheme sabiex din is-service road tiġi inkorporata bħala front garden u fil-fatt din it-triq kienet ġiet eliminata meta l-bdil li kien sar fl-iskema qatt ma ġie inkorporat u rreġistrat fl-iskemi ppubblikati.", "Dwar dan il-każ sar rapport lill- Ombudsman li min-naħa tiegħu fit-3 ta' Mejju, 1997 ddeċieda li dan kien każ ta' abbuż pero' minkejja li ta terminu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanr biex tinformah x'passi se tieħu biex tirrimedja għal dan l-abbuż, ħaġa ta' l- għaġeb baqa' ma sar xejn.", "GĦalhekk meta wieħed jara dan kollu għandu jirrealizza li l-kritika li ssir għall-fatt li jekk il-Gvern Laburista jibda jindaħal f'dawn l-affarijiet ikun hemm indħil żejjed u jibdew jidħlu l-interessi ta' ċerti nies li forsi jissuperaw l-interessi tal-poplu in ġenerali għax tinħoloq pressjoni fuq il-gvern, ma ssarraf assolutament xejn.", "Se mai il-periti u l-avukati jafu - dawn żgur li jafu għax in-nies għandhom imorru biex jagħmlu appell - li meta jkunu qed isiru l-abbużi kulħadd jibda jinduna, kulħadd jibda jgorr u kulħadd ixommhom, jiġifieri li l-abbużi se jibdew isiru issa huwa argument fallaċi għall-aħħar.", "Bir- rispett kollu abbużi kien hemm.", "Fil-fatt ġew ipprovati diversi abbużi li saru qabel u saħansitra hemm rapporti fuq dawn il-każijiet, jiġifieri wieħed ma jistax jgħid li l-abbużi se jibdew isiru issa għax is-sistema li tintuża se tagħti lok li jsiru ċerti abbużi.", "Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn klawsola 10 jsib li din qed temenda artiklu 18 ta' l-Att prinċipali.", "Hawn naraw li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar se jkollha l-poter tagħmel monitoring u tbiddel l-istructure plan meta jidhrilha neċessarju pero' ma tridx iddum ma tagħmlu iktar minn kull ħames snin.", "Ta' min jgħid ukoll li l-istructure plan jista' jiġi rivedut in parte b'riżoluzzjoni parlamentari, purche' din ir-riżoluzzjoni ma tkunx tolqot b'mod kuntrarju d-drittijiet akkwiżiti minn persuna qabel id-data effettiva ta' dik ir-reviżjoni.", "Dan il-fatt ġab ukoll ċertu ammont ta' kritika li jien ma naqbilx magħha.", "L-ewwelnett x'inhi din ir-riġidita' kollha fuq structure plan?", "Preżentement jekk ikun hemm structure plan għal ħames snin dan ma jistax jintmess, pero' għalkemm jien naqbel li l-iżvilupp għandu jiġi ppjanat minn qabel ma nara xejn ħażin li jekk jinbidlu ċ-ċirkostanzi ta' malajr dan l- istructure plan jiġi emendat ġaladarba dan ikun qed isir fl-interess tal- pajjiż in ġenerali.", "Jien naqbel ukoll li tali tibdil ma għandux jaffettwa d-drittijiet akkwiżiti minn terzi persuni bona fide - fil-fatt anke dan il- Gvern jaqbel li għandhom jiġu ssalvagwardati l-interessi ta' terzi persuni - jiġifieri jekk bniedem ikun ħallas eluf kbar ta' liri sabiex jixtri xi biċċa art u sitt xhur wara jinbidel l-istructure plan permezz ta' riżoluzzjoni tal-Parlament jew tal-Planning Authority stess, ma għandhiex tittieħed id-deċiżjoni li m'għandux isir żvilupp fuq din l-art bil- konsegwenza li filwaqt li dan ikun ħallas xi Lm300,000 biex jixtriha jieħu lura xi Lm20,000 biss.", "Wara kollox jekk ma nagħmlux emenda f'dan is-sens il-kummerċ tal-bini iktar nibagħtuh lura għax naturalment jekk wieħed ikun jaf li dak li jixtri llum għada jista' jiġi żvalutat b'daqqa ta' pinna mill- gvern mhux se jirriskja u naturalment dan il-fatt jikkrea element ta' inċertezza kbira.", "Fil-fatt jien ma nistax naqbel ma' l-argumenti li għamel dalgħodu l- kollega tiegħi l-Onor.", "George Pullicino għax kieku l-Gvern ma ħasibx għal dan is-safety valve inkunu nistgħu ngħidu li l-kummerċ tal-bini u ta' l- iżvilupp imur lura.", "Min-naħa l-oħra jien nemmen ukoll li f'ċerti ċirkostanzi jekk l-iżvilupp li jkun se jsir ikun fl-interess tal-pubbliku u tal-pajjiż in ġenerali, ma jistax ikun li minħabba li jkun hemm xi dritt akkwiżit minn xi ħadd allura dak l-iżvilupp ma jsirx; u naqbel li jekk ikun hemm xi eċċezzjonijiet l-istructure plan għandu jiġi emendat pero' mbagħad min jitlef xi dritt għandu jkollu d-dritt ta' kumpens.", "Fi kliem ieħor hawnhekk qed ngħidu li as a rule m' għandhomx jintlaqtu terzi persuni jekk isir xi tibdil fl-istructure plan pero' jekk ikun hemm triq waħda u għalhekk dawn ikollhom jintlaqtu għandhom jiġu kkompensati debitament.", "Fl- opinjoni tiegħi din is-sistema tikkrea bilanċ tajjeb.", "Madam Speaker, klawsola 11, liema klawsola qed temenda artiklu 31 ta' l- Att prinċipali, tittratta dwar id-development orders.", "Hawnhekk daħħalna għall-ewwel darba l-konċett legali ta' konsultazzjonijiet mal-Kamra tal- Periti.", "GĦal min ma jafx id-development orders huma dawk l-ordnijiet li jikkonċernaw kostruzzjonijiet żgħar u li kważi ma jkunx hemm bżonn ta' permess għalihom.", "Hawn ta' min jgħid li hemm lista ta' affarijiet li jistgħu jsiru mingħajr permess u għalhekk hija ħaġa tajba li hawnhekk se ndaħħlu lill-Kamra tal-Periti fin-nofs biex l-Awtorita' ta' l-ippjanar tkun tista' tieħu l-pariri mingħandha.", "Il-Kamra tal-Periti taqbel ħafna ma' din is-sistema u fil-fatt mhux l-ewwel darba li smajna kritika qawwija minnha minħabba ċerti ideat ta' planning.", "B'hekk permezz ta' din il-klawsola qed indaħħlu lill-Kamra tal-Periti fil-legalita' u qed nagħtuha funzjoni diretta fejn jidħol planning ta' żvilupp.", "Jien nemmen li dan huwa pass pożittiv ieħor f'dik li hija trasparenza ta' l-affarijiet li jsiru ġewwa l- Planning Authority.", "Madam Speaker, hawn ta' min jgħid ukoll li klawsola 14, li qed temenda artiklu 34 ta' l-Att prinċipali, qed iddaħħal l-idea ta' garanzija għall- ewwel darba.", "Dan qed isir biex ma tibqax tintuża s-sistema li għal kull ħaġa żgħira tinħareġ enforcement order - bħal ngħidu aħna għal tieqa li ma tinbeniex fejn suppost jew għal bieb li jkun għoli żewġ filati iktar milli suppost - bil-konsegwenza li mbagħad kulħadd ġej u sejjer għand l-avukati u għand il-periti biex jappella - fil-fatt din hija waħda mir-raġunijiet li għaliha waqaf l-iżvilupp; għax fuq ħmerija lil dak li jkun twaqqfu milli jkompli jibni - u wara li wieħed imur quddiem id-DCC jispiċċa biex idum jiġri għal snin sħaħ fuq xi ħmerija.", "Illum il-Gvern qed idaħħal idea ġdida ta' garanziji idonei biex jekk wieħed ikollu xi ħaġa fil-pjanta li forsi temporanjament ma tkunx tidher li hija in line mal-permess, jagħmel garanzija ta' flus li se jimxi mal-permess u jekk ma jagħmilx dan jitlef dawn il-flus.", "Fl-opinjoni tiegħi din is-sistema hija l-aħjar waħda sabiex l-iżvilupp ma jitwaqqafx minħabba xi ħmerija, jiġifieri klawsola 14 hija verament meħtieġa għax għandha konsegwenzi ħafna aktar profondi milli wieħed jimmaġina meta jaqraha.", "Fi kliem ieħor meta wieħed jeżamina u janalizza klawsola 14 isib li there is more than meets the eye.", "Madam Speaker, jien naħseb li l-klawsola 16 hija l-iktar klawsola importanti għaliex qiegħda tikkrea dak li qegħdin nintroduċu.", "Bla dubju ta' xejn l-ikbar kritika li ssir lill-awtorita' tirrigwarda d-dewmien.", "Ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni fejn wieħed li japplika biex itella' washroom fuq il-bejt idum sentejn jew tlieta jistenna biex jara jekk it- talba tiegħu ġietx milqugħa jew le.", "Ma jistax ikun li nibqgħu fis- sitwazzjoni li ddum tistenna s-snin biex iġġib permess għal ħanut meta ma jkunx hemm oġġezzjonijiet għal dan l-iżvilupp.", "Ma jistax ikun li ddum tistenna għall-permess għall-bini ta' skola meta mill-ministeru u anke mill- pulizija tkun diġa' ngħatat il-go ahead.", "Minn dawn ma kellniex każ wieħed biss għax hemm persentaġġ qawwi ta' applikazzjonijiet li jispiċċaw f'qiegħ il-bir.", "Jiena stess niktbilhom: \"Could you please consider application number 1995?", "It is urgent.\".", "Imbagħad jibagħtulek acknowledgement, terġa' tiktbilhom u jerġgħu jibagħtulek acknowledgement u din toħloq frustrazzjoni kbira.", "Allura l-Gvern ħass - u bir-raġun - li għandu jagħmel riforma radikali f'dak li huwa dewmien biex dan jitneħħa.", "Aħna għidna li jekk permess ma joħroġx fi żmien 12-il ġimgħa allura dan għadu jitqies li ngħata, sakemm ma tkunx intalbet l-estensjoni ta' 26 weeks.", "Dan għaliex aħna nifhmu li f'ċerti affarijiet tiddependi minn ħaddieħor u tkun trid il- go ahead minn xi dipartiment ieħor pero' jekk jiena applikajt biex inkabbar il-bieb tal-garaxx tiegħi u jgħaddu 12-il ġimgħa u ma jkollix risposta allura m'hemm xejn ħażin li jiena nippreżumi li għandi l-permess li nkabbar il-bieb.", "Fit-triq tiegħi stess, St Christopher Street, hemm min irid ikabbar il-garaxx b'erba' pulzieri biex ikun jista' jdaħħal il-karozza tiegħu u l-applikazzjoni tiegħu ilha pendenti mill-1995.", "GĦalhekk din hija emenda tajba ħafna.", "Irrid ikun fair ukoll ma' ċerti kummenti li għamel il-kollega tiegħi l- Onor. George Pullicino għaliex nemmen li din jista' jkun li jkun hemm min jabbuża minnha.", "Xi ħadd jista' jaħbilek il-file u jgħaddu t-12-il ġimgħa u allura inti tista' tgħid li għandek il-permess.", "Din wieħed jifhimha, pero' hawnhekk trid tidħol l-idea tar-responsabbilta' personali ta' min qiegħed jipproċessa dawn il-files.", "Apparti dan, nemmen li din ir-regola m'għandhiex tapplika f'ċerti żviluppi kbar li jolqtu lis-soċjeta' b'mod ġenerali pero', jekk il-permess ma joħroġx f'dan it-terminu, forsi wieħed għandu jikkontempla li l-awtorita' tiġi ppenalizzata b'tant kuljum sakemm tittieħed id-deċiżjoni.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hemm ukoll emenda li tgħid li l-appell għandu jinstema' fi żmien tliet xhur għaliex ġieli ddum sentejn u nofs - u m'iniex qed nesaġera - biex jappuntawlek appell.", "Ara kemm ngħidu fuq il-qorti, pero' lanqas fil-qorti ma jiġri hekk!", "Irridu nżommu f'moħħna li min ikun ħa loan fuq art sabiex ikun jista' jibni ma jistax joqgħod jistenna sentejn u nofs imma jkun irid jirregola ruħu.", "Jiena kważi nasal biex ngħid li m'huwiex biżżejjed li qegħdin ngħidu li l-appell għandu jinstema' fi żmien tliet xhur.", "Naħseb li għandna niffissaw terminu li fih il-bord ta' l- appell irid jiddeċiedi għaliex xi skop hemm li jkollok deċiżjoni malajr mid- DCC u mbagħad tappella u d-deċiżjoni taqa' fil-bir tas-skieken?", "Jiġifieri ma tkunx idea ħażina li niffissaw terminu anke fil-bord ta' l-appell.", "Nixtieq nikkumenta wkoll dwar il-conservation orders li qegħdin insemmu fi klawsola 19 u li wkoll għandha ċertu relevanza.", "Qabel il-conservation order kienet toħroġha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar pero' ġieli kien ikollha konflitt mal-heritage advisory committee.", "Jien naħseb li bħalma l-heritage advisory committee u l-minerals board jistgħu joħorġu conservation orders f'każ ta' emerġeza, allura as a rule l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha toqgħod fuq il-pariri tal-HAC għax inkella jkollok żewġ istituzzjonijiet ta' l-istat li għandhom funzjoni simili li pero' t-tnejn ma jaqblux.", "GĦalhekk jiena nemmen li din hija emenda ġusta u għandha ssir.", "Saret kritika għaliex ma ħarġitx white paper u li dan l-abbozz ta' liġi tressaq bil-għaġġla.", "Huwa veru li dan l-abbozz ta' liġi sar malajr pero' meta wieħed jaqrah jinduna li sar bis-sens, b'mod akkurat ħafna u b'intelliġenza.", "Irrid ngħid li għamilnih malajr għaliex nemmnu li din kienet waħda mill-affarijiet li kienet qiegħda twaqqaf l-iżvilupp fil- pajjiż.", "Ma jistax ikun li jibqa' dan il-garr kollu - fl-opinjoni tiegħi ġustifikat - u nkomplu ntawlu, u allura m'hemm xejn ħażin li għaddejna din il-liġi malajr għaliex in-nies iridu jkunu jafu fejn qegħdin.", "Dan bħal meta biddilna l-liġi tal-VAT li kienet qiegħda tikkrea ċerta insecurity fil- pajjiż.", "Tajjeb jew ħażin din il-liġi riedet titneħħa pero' sakemm tneħħiet kellek downtrend u l-istess fil-każ ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Huwa veru li għal dawn il-ftit xhur biss saru inqas applikazzjonijiet u veru wkoll li għandek downtrend u li qegħdin fi stat ta' emerġenza, pero' kieku l-Viċi Prim Ministru jew il-Gvern ma ressqux malajr dan l-abbozz ta' liġi kienu jkunu rresponsabbli għaliex l-awtorita' kienet qiegħda tgħajjat għar- riforma.", "GĦalhekk hija ħaġa tajba li qegħdin ngħadduha issa għaliex din se tkattar il-fiduċja, se tagħti aktar sens ta' sigurta' u se tmexxi l- iżvilupp 'il quddiem.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, illum qegħdin nitkellmu fuq emendi li l-Gvern qiegħed iressaq għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jiena ngħid li mhux ta' b'xejn li l-Partit Nazzjonalista jiftaħar li waqqaf din l- awtorita' għaliex mhux biss waqqafna awtorita' awtonoma u indipendenti iżda l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kellu l-kuraġġ politiku li jiżvesti ruħu minn wieħed mill-iktar poteri li tant kienu għal qalb ċerti ministri f'pajjiżna qabel.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għall-poter kważi assolut tal- ministri hekk imsejħa tal-public works li jiddeċiedu huma fejn tista' tibni, kemm tista' tibni u kif tista' tibni.", "Grazzi għall-kuraġġ politiku ta' l-ex-Ministru Michael Falzon, li ppilota din il-liġi f'dan il-Parlament imxejna pass 'il quddiem u neħħejna minn idejn il-ministri u minn idejn il- gvern dan il-poter li għal xi wħud, fiż-żmien passat, serva ta' tentazzjoni.", "Dan il-poter kien strutturat u mħaddem b'mod li min kellu intenzjoni ħażina abbuża bi kbir minnu, b'konsengwenzi kbar għal pajjiżna, li ma ħassejnihomx biss mill-qasam ta' l-ippjanar u mill-aspett fiżiku tal- bini imma ċerti nies ħassewhom ħafna iktar u personalment.", "Ridt niftaħ b'dan l-istatement għaliex naħseb li huwa importanti li nifhmu x'inhi l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, xi żviluppi ġabet magħha u xi problemi solviet.", "Ħafna drabi, wara li nagħmlu xi ħaġa - u ma nitkellimx biss għal dan il- Parlament pero' nitkellem b'mod ġenerali għall-bnedmin - nibdew naraw id- difetti fiha u nibdew ngħidu kif stajna nagħmluha aħjar.", "Kif qal anke l- Viċi Prim Ministru fid-diskors introduttiv tiegħu, din in-naħa batiet minn ċerti difetti ta' l-istruttura pero' Allaħares dan il-Parlament jikkonċentra fuq id-difetti mingħajr ma nsemmu l-preġi u s-soluzzjonijiet li offriet istituzzjoni bħal din.", "Allaħares dawn ma niftakruhomx għaliex jekk ma niftakrux x'ridna nolqtu bl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, allura nerġgħu mmorru lura biex f'ġieħ l-ispeditezza, f'ġieħ l-effiċjenza u f'ġieħ il-user friendliness li kulħadd irid jintroduċi, ninsew il-prinċipju kardinali wara t-twaqqif ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li kien li niżvestu minn idejn il-politiċi d-dritt li jippjanaw u l-possibilita' li jabbużaw.", "Dawn kienu ż-żewġ ankri li ridna nankraw l-Awtorita' ta' l- Ippjanar magħhom għaliex jekk wieħed iħares lejn l-istorja ta' pajjiżna, il-konċett tal-bini - kif tibni, fejn tibni, hijiex green area or white area jew building area - u l-bini per se dejjem kien fost l-iprem investimenti tal-Maltin.", "Din hija ħaġa naturalissima għax aħna pajjiż li huwa over populated bir- regoli kollha li wieħed jista' jassumi - mingħalija aħna t-tieni pajjiż fid- dinja l-iktar popolat - u allura l-iktar ħaġa skarsa li jista' jkollok hija l-art u, bħal kull ħaġa fl-ekonomija, iktar ma ħaġa tkun skarsa iktar tiswa l-flus.", "GĦalhekk l-investiment fil-bini u fl-art kien investiment naturali li bilfors jirrendi l-flus u fejn għandek il-possibilita' li tagħmel il- flus allura ssib min irid jagħmel il-flus ukoll.", "Il-Malti dejjem ħares lejn dan l-investiment fil-bini u fl-art prattikament minn waħda minn tliet possibbiltajiet.", "L-ewwelnett irid l-art biex jibni d-dar tiegħu, li huwa fini inkoraġġit miż-żewġ partiti, fini li huwa nobbli u rnexxejna ħafna fih.", "It-tieni nett il-Malti jkun irid biċċa art biex jużaha għall-kummerċ tiegħu biex jibni l-fabbrika tiegħu, jew importatur ikun irid jibni l- istores tiegħu, allura qed juża l-art biex jagħmel il-flus pero' qed jużaha wkoll biex iħaddem in-nies, biex ikabbar il-ġid tal-pajjiż u allura qed juża l-art minn aspett soċjali.", "Pero' resqu lejn l-art ukoll il-famużi spekulaturi u dawn kulma raw kienet l-opportunita' to make a fast buck.", "M'iniex qed nitkellem sempliċement fuq is-suq ta' l-art, għax jekk illum nixtri biċċa art li qiegħda f'building site u nżommha għal 10 jew 20 sena oħra għandek espansjoni naturali fil-valur ta' l-art, li tista' ssejħilha spekulazzjoni jekk nżomm artijiet immensi, pero' ma naħsibx li dan huwa l- każ.", "Il-veru spekulatur ta' l-art huwa dik il-persuna li tixtri art li qiegħda borderline, tista' tinbena jew ma tinbeniex, imbagħad tibbaża fuq il-ħbiberiji li tista' ssib, fuq il-buona volonta' ta' xi ministru li kont tista' ssib biex il-valur ta' dik l-art, skond is-sitwazzjoni tagħha, tistax tinbena jew ma tinbeniex, tistax ittella' żewġ sulari jew sitta, hijiex green area or white area, dik l-art minn Lm\"X\" tiġi tiswa Lm\"Y\" jew Lm\"Z\", jekk mhux Lm\"Y\" u Lm\"Z\" flimkien.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li l- art kienet l-unika target ta' l-ispekulatur Malti.", "L-ispekulatur Malti la seta' jispekula fl-istock exchange, la seta' jispekula billi jixtri l- commodities - waħdiet forsi setgħu jispekulaw fuq il-muniti barranin - imma żgur li fl-istorja Maltija spekulaturi ta' l-art kellna ħafna.", "Kif nispjega iktar 'il quddiem, is-sistema antika ta' qabel l-Awtorita' ta' l- Ipjanar kienet soġġetta għall-influwenzi ta' l-ispekulaturi, kienet soġġetta għall-imbuttar, kient soġġetta għall-ħbiberiji illeċiti għax kienet sistema li fl-aħħar mil-aħħar kienet tiddependi mir-rieda politika ta' min imexxi.", "Ir-realta' - u għalxejn noqogħdu ninħbew wara subgħajna - hi li din is-sistema ġiet abbużata bil-kbir fi żmien Gvern Laburista preċedenti.", "Fi żmien Gvern Laburista Laburista preċedenti - u ma rridx ngħid il-Gvern kollu - kien hemm ministru partikolari u ċerti ministri oħra li kienu magħrufa li huma ħbieb ta' l-ispekulaturi.", "Dak li ġara fi snin sebgħin u fis-snin tmenin kienet ir-responsabbilta' diretta ta' min uża s-sistema li kien hemm biex jgħin lill-ispekulaturi ta' l-art, biex isiru l-flus mill- ispekulazzjoni ta' l-art.", "Apparti li ma kienx jeżisti l-ippjanar - għax il- konċett ta' l-ippjanar hu kważi l-mertu kollu ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar - ir-realta' hi li l-ispekulazzjoni fl-art Maltija mxiet 'il quddiem fis-snin sebgħin u fis-snin tmenin, meta dak li llum insejħulu pjan ta' struttura - dak iż-żmien kien jissejjaħ b'titoli differenti - konna narawh jinbidel mil-lejl għan-nhar skond il-konvenjenza ta' ċerti nies u b'awtorita' diretta tal-ministru responsabbli mill-public works.", "Din hija r-realta' li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ried jiffaċċa u biddel fl- 1992, mhux għax is-sistema tal-PAPB kienet sistema neċessarjament ħażina.", "Ma kenitx imfassla b'mod ħażin imma n-numru ta' diffetti li kellha fl- istruttura tagħha u fil-mod kif kienu jaħdmu kienet tiftaħha bħala lok ta' l-abbuż.", "L-abbuż ma jiġix minn kulħadd imma l-abbuż tagħmlu jekk trid tagħmlu u meta nitkellmu fuq partiti ma nemminx li kulħadd huwa ħażin jew kulħadd huwa tajjeb imma fil-partiti, bħal f'kull organizzazzjoni oħra, issib min għandu intenzjonijiet tajba u ssib min għandu intenzjonijiet ħżiena.", "Min għandu intenzjonijiet tajba tista' tagħmlu fi struttura li hija mmellħa għall-aħħar u jużaha tajjeb u ma jaqax għat-tentazzjonijiet, iżda min għandu intenzjonijiet ħżiena tista' tagħmlu fi struttura li hija ta' l- anġli għax isibilha xi toqba minn fejn jgħaddi u jużaha b'mod jew ieħor żgur, aħseb u ara meta tagħmel lil min għandu intenzjonijiet ħżiena fi struttura li għandha potenzjal minnha nnifisha li tkun diffettuża.", "Dan li kien qed jiġri fil-PAPB għax meta jkollok ministru bla skruplu, li jrid juża s-sistema tal-PAPB biex jabbuża, kien jista' jabbuża.", "Fil-PAPB il- proċess ma kienx miftuħ għall-pubbliku, imma kien proċess totalment magħluq.", "Hawnhekk mhux qed nitkellem sempliċement fuq min kien jattendi l-laqgħat tad-DCC jew min kien jattendi l-laqgħat tal-PAPB, għax ma kienx hemm laqgħat tal-PAPB fil-miftuħ - jekk wieħed ried ikellem lil xi ħadd li kien fil-PAPB kien ikellmu privatament u mhux supost ikellmu - u l-konċett ta' proċess miftuħ u aċċessibbli għall-pubbliku ma kienx jeżisti.", "Ma kien hemm l-ebda sistema ta' skrutinju jew ta' appelli u allura d-diffikultajiet ta' x'ġara waqt il-laqgħa tal-bord ovvjament kienu jqumu iktar.", "Il-PAPB kellu ċertu sens ta' ppjanar imma bħala main function tiegħu ma kellux l-ippjanar long term li tant għandna bżonn, fis-sens ta' fejn nibnu u ma nibnux, kif għandna nibnu u ma nibnux u x'regolamenti għandna nżommu.", "Iktar minn hekk, il-gvern ma kienx soġġett għall-PAPB kif inhu llum, grazzi għar-regoli li daħħalna aħna meta għamilna l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "GĦalhekk kellek sistema fejn il-gvern, wieħed mill-ikbar land owners li jeżistu f'Malta, seta' jaqbad u jagħmel li jrid għax mhux soġġett għall-permessi tal-PAPB.", "Kien proċess totalment dominat mill-gvern.", "Il- PAPB kien jirrispondi lill-ministru, allura l-garanzija ta' l-abbuż jew mhux abbuż fil-PAPB fir-realta' kienet tiddependi minn kemm kien onest il- ministru - iddur fejn iddur u tgħaddi mil-liema kantunieri trid tgħaddi, jekk għandek sistema li min joħroġ il-permessi huwa dipendenti mill- ministru, allura r-realta' tkun li ħafna mill-permessi jkunu diskrezzjonali - u allura kellna sistema li la hija miftuħa, la hija soġġetta għall- iskrutinju u l-gvern lanqas m'hu soġġett għaliha li mbagħad tikkardina ruħha f'sistema fejn il-king huwa l-ministru - qed nirriferi għall-ex- Ministru Lorry Sant, Alla jaħfirlu dejjem.", "Ir-realta' hija li għaddejna minn żmenijiet koroh ħafna għall-metodi kif kienu jingħataw il-permessi, kif kienu jitbiddlu l-ischemes biex jinqeda wieħed u ma jinqediex ieħor.", "Din hija r-realta' li għaddejna minnha f'dan il-pajjiż u n-naħa l-oħra dan jafuh.", "Mhux kulħadd kien qabel miegħu imma hawn min hu f'dan il-Parlament li kien għalaq għajn waħda wkoll.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "George Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent): Sur President, jien mhux qiegħed hawnhekk la biex naqbeż għall-ex-kollega Lorry Sant u lanqas biex niddefendih jew nikkundannah.", "Biss ma nistax nifhem fejn hu l-bilanċ ta' dak kollu li qed jgħid l-Onor Membru meta jagħti l-impressjoni li l-PAPB hija xi ħaġa li ħloqniha fi żmien il-Partit Laburista, li ministri konċernati mill-bini kien hemm biss l-ex-kollega Lorry Sant u bħal donnu nessa lil dawk li kienu fis-snin sittin u qabel.", "Jien m'iniex qiegħed hawnhekk biex nikkundanna jew niddefendi imma this is not fair comment.", "Dan m'għandux ikun u għandna nirrispettaw il-memorja ta' kollegi antiki.", "Ejja nsemmu d-dnubiet, ma nsemmux il-midinba imma!", "Dan mhux sew u s-Sedja jmissha tikkontrollah ftit dan it-tip ta' dibattitu għax jekk irridu nsemmu l-passat nistgħu mmorru aktar 'il bogħod minn hekk, pero' m'għandi l-ebda skop li noqgħod insemmi ismijiet hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Min għamel il-ġid u min għamel id-deni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Importanti ħafna li nibqgħu mas-suġġett li għandna quddiemna.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jien m'iniex insemmi biex kumbinazzjoni nsemmi għax jekk iħalluni nispiċċa ...", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma nterrompejt lil ħadd, anzi noqgħod attent biex ma ninterrompi lil ħadd, pero' l-argument tiegħi qiegħed jiżvolġi argument wara ieħor, għax jiena bdejt l-argument li bil-liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar aħna ridna nibżgħu minna nfusna għax ma ridniex nagħtu lok għal ċerti abbużi.", "Jiena se nispiċċa dan l-argument tiegħi eventwalment biex ngħid li l-emendi li qed isiru issa għandhom l-intenzjoni li jagħtu lill-ministru l-poter li jagħmel l-istess abbużi.", "Issa ħalli nkomplu.", "Aħna konna f'sitwazzjoni fejn kien hawn din il-possibbilta' ta' abbużi u allura bil-liġi dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp aħna ridna li jkollna awtorita' awtonoma.", "Naħseb li żgur ħadd ma jista' jakkuża lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern li b'xi mod attakka din l-awtonomija.", "Żgur din hija akkuża li qatt ma smajniha.", "Smajna ħafna akkużi fuqna u fuq l- awtorita' pero' żgur li ħadd ma qal li aħna konna nindaħlu lill-awtorita'.", "Tant hu hekk li niftakar li meta jiena wkoll kont inkun frustrat b'dewmien ta' ċerti deċiżjonijiet u kont nagħmel ċerti osservazzjonijiet - per eżempju: Għaliex il-Gvern ma jużax ir-rikors li diġa' kellu fil-liġi, li każijiet partikolari jista' jiddeċidihom il-Kabinett u l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tiġi overruled? - il-linja dejjem kienet: Le, din hija istituzzjoni awtonoma, dak huwa poter estrem u m'għandniex nużawh.", "Jiġifieri żgur li ħadd ma jista jakkużana li naqqasna b'xi mod l-awtonomija ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "It-tieni skop kien li nagħmlu awtorita' bi proċess wisq aktar trasparenti.", "Smajna lmenti fuq it-trasparenza fil-passat pero' ma naħsibx li kienu lmenti ta' nuqqas ta' trasparenza, biex insejħilha hekk, pero' kienu lmenti ta' nuqqas ta' aċċessibbilta' aktar milli trasparenza għaliex l-istadji kollha ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, ħlief forsi aċċess tal- periti għar-rapporti f'xi fażi tad-DCC - kif smajt lill-periti jitkellmu u f'dan jgħallmuni aktar il-periti - żgur li kellna proċess li kien miftuħ għall-iskrutinju ta' kulħadd.", "U forsi l-akbar feather in the cap ta' l- awtorita' hija li ridna awtorita' b'nies professjonali biex jagħmlu l- mapping, jagħmlu l-politika ta' holistic planning f'pajjiżna.", "Taqbel jew ma taqbilx ma' ċerti konfużjonijiet li saru, pero' żgur li l-ammont ta' proposti, l-ammont ta' pjani, l-ammont ta' dokumentazzjoni li llum jeżisti bis-saħħa ta' l-awtorita' huwa ħafna aktar milli qatt kien hemm qabel.", "Żgur li minn dan kollu aħna ma ridniex aktar burokrazija.", "U jekk hemm ħaġa li missna għamilna - nibda minni nnifsi - kienet li l-burokrazija żejda li veru nħolqot missna rrimedjajniha qabel.", "Kien hemm ħafna sinjali ta' frustrazzjoni bl-Awtorita' ta' l-Ippjanarparti ġustifikata, parti le - jiena l-ewwel wieħed nista' nibda nsemmihom u bħali naħseb isemmuhom aktar il-ministri li kienu fil-Kabinett, il-membri parlamentari ta' qabel u l- periti - pero' is-sens ta' frustrazzjoni kien kbir.", "Kien hemm l-għajta li l-awtorita', tajba kemm hi tajba fil-prinċipju, m'hijiex qed taħdem kif għandha taħdem.", "Din kienet realta' li, waqt li jien l-ewwel wieħed ngħid li mhux kollu tort ta' l-awtorita', jkolli nammetti li mill-konċett tal- PAPB - fejn bażikament jekk inti perit u għandek problema b'xi mod tirranġa - għas-sistema serja li daħħlet l-awtorita', għandek qabża ta' mentalita' li mhux faċli tistenniha malajr minn kulħadd.", "Indubjament huwa veru dak li kienu jgħidu ħafna nies ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ħafna dewmien huwa tort tal-periti għax jitolbuhom il-pjanta, il-pjanta ma' tiġix korretta, jew għax mhux imdorrijin jagħmlu sitt kopji u mhux tnejn u dawn il-ħafna affarijiet oħra, pero' rridu nammettu, u fl- opinjoni tiegħi trid tammettiha l-ewwel waħda l-awtorita', li r-realta' hija wkoll li wħud - u ngħid \"uħud\" apposta - mill-middle management ta' l- awtorita' li kienu jmexxu l-files internament fl-awtorita' ħadu gost bil- poter burokratiku u bdew jeżerċitawh b'mod abbużiv.", "Il-poter burokratiku qiegħed hemm suppost biex jgħin fis-serjeta' tal-proċess u biex jgħin lill- persuna individwali tiggwida ruħha.", "Il-poter burokratiku m'huwiex hemm fis- sens ħażin biex jiffrustra lin-nies, biex iġennen lin-nies; u sfortunatament dan ġara fl-awtorita'.", "U l-awtorita' ma baqgħetx jew ma saritx jew ma kenitx user friendly kif kellha tkun istituzzjoni tant importanti f'pajjiżna.", "U din in-naħa ma tistax ma tappoġġax kull emenda sensata li tgħin biex tagħmel l-awtorita' aktar user friendly.", "Il-Gvern se jsib din in-naħa 100% warajh f'kull emenda li ttendi biex tħaffef il- proċess, ittendi biex tkabbar it-trasparenza, ittendi biex tkabbar l- awtonomija ta' l-awtorita'.", "Pero' fil-verita' l-abbozz li għandna quddiemna llum mhux qed jagħmel dan, qed jagħmel biċċa minnu u fil-fatt dan l-abbozz tista' taqsmu kważi fi tliet partijiet.", "Hemm is-serje ta' emendi li huma tekniċi intiżi biex iħaffu l-proċess li jiena ma nħossnix - għax la jiena perit u lanqas kelli x'naqsam ma' l- awtorita' tant drabi - li nista' niġġudika jekk ċerti emendi tekniċi humiex se jgħinu jew itellfu l-proċess u allura fuq dak nastjeni milli nitkellem.", "Hemm it-tieni serje ta' emendi li jittrattaw fuq it-trasparenza tal-proċess sħiħ u hemmhekk il-prinċipju tagħna huwa li t-trasparenza trid tikber u mhux tonqos.", "Pero' mbagħad għandek it-tielet serje ta' emendi li huma l- aktar li jinkwetaw lil din in-naħa, li huma l-emendi li jattakkaw l- awtonomija ta' l-awtorita' u li jridu jerġgħu jibdew iġibu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar taħt il-kontroll tal-gvern u tal-ministru responsabbli għaliha.", "Fuq dawn l-emendi din in-naħa ma taqbilx u mhux se taqbel qatt.", "Aħna rridu naraw awtorita' b'aktar awtonomija, mhux b'inqas awtonomija.", "Aħna qatt m'aħna se naċċettaw li l-kmand jerġa' jmur f'idejn il-ministru.", "Għalina dak huwa prinċipju li naqblu miegħu issa u lanqas se naqblu miegħu 'l quddiem.", "Aktar kmieni tkellimt fuq it-trasparenza.", "Qabel xejn jiddispjaċini ngħid li issa għandna t-timbru tal-back-bencher Laburista, l-Onor.", "Jose' Herrera, li qal li dan il-pajjiż wasal fi stat ta' emerġenza.", "Aħna konna ngħidu li qegħdin kważi f'recession jew wasalna f'recession - hawn min qal li diġa' qegħdin fiha - imma issa għandna t-timbru ta' back-bencher Laburista li qalilna li issa qegħdin f'istat ta' emerġenza.", "Mela din il-liġi saret għaliex qegħdin fi stat ta' emerġenza.", "Pero' jiena jiddispjaċini ngħid li jekk hemm liġi li waslet f'dan il-Parlament b'ħafna trombi pero' mbagħad bl- inqas trasparenza possibbli kienet propju din il-liġi meta kellha tkun mod ieħor.", "L-ewwel bdejna bil-famuż rapport li sar mis-Sur Carmelo Farrugia, imqabbad mill-Gvern biex jagħmel rapport fuq il-ħidma ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u, minkejja l-pressjoni li saret minn din in-naħa, dan ir-rapport qatt ma tpoġġa, safejn naf jien, fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Ministru kien jgħidilna: Isma' jiena ma rridx li jiġi dan ir-rapport biss.", "Forsi kellu raġun.", "Qal li kien qed isir rapport ieħor mid-direttorat jew internament mill-awtorita' u qal li jippreferi jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ rapporti biex ikun hemm il-bilanċ u biex ikun hemm iż-żewġ veduti.", "Nafu li sar it-tieni rapport u, jekk smajt sew fl-introduzzjoni tal-Ministru, sar rapport ieħor li pprova jgħaqqad it-tnejn u minkejja l-insistenza ta' din in-naħa ebda wieħed minn dawn ir-rapporti, li suppost eżaminaw kif kienet qed taħdem l-awtorita' u kif setgħet taħdem aħjar, ma rajna fuq il-Mejda ta' din il-Kamra biex neżaminawhom.", "Ma kienx hemm rifjut min-naħa tal- Ministru għax hu dejjem qal li wara li jiġu diskussi l-ewwel mill-awtorita' jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Safejn naf jien, dawn ġew diskussi mill- awtorita' ftit ġimgħat ilu jekk mhux xhur ilu u fuq il-Mejda tal-Kamra bqajna ma rajna xejn.", "Mela l-famuża trasparenza, il-buzzword li kellna fl- elezzjoni ġenerali, bdiet titnaqqar mill-oriġini ta' dawn l-emendi u kompliet titnaqqar meta fit-tfassil tagħhom inħoloq Cabinet sub-committee, pero' la saret white paper, la ġiet ikkonsultata l-Oppożizzjoni, la ġew ikkonsultati l-kunsilli lokali, la ġew ikkonsultati l-kuntratturi, la ġew ikkonsultati l-għaqdiet ambjentali u lanqas il-pubbliku in ġenerali.", "Qed nagħmlu users committee u l-utenti li diġa' kellha l-awtorita' ma kellhomx l-opportunita' li jgħidu xi ħaġa!", "Għaliex?", "Għax il-Ministru qalilna : Aħna nafu x'irid il-poplu u l-white paper m'għandniex bżonnha.", "(Interruzzjonijiet) Almenu hekk ġie rrapportat f'ġurnal lokali u safejn naf jien ma ġietx miċħuda.", "Il-Ministru jaf x'irid il-poplu, qaltilna gazzetta partikolari.", "Jekk irid jiċħad li qal hekk il-Ministru jista' jiċħad, pero' fil-gazzetti ma ċaħadhiex.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew!", "Skond il-Ministru l-gazzetta kienet qed tigdeb, imma s'issa, ġimgħa wara, għadu ma ċaħadhiex.", "Pero' anke jekk m'għidtx li inti taf il-poplu x'irid, white paper ma kienx hawn u issa għandna dikjarazzjoni ta' l-Onor.", "Herrera li l-white paper ma stajniex nagħmluha għax hawn stat ta' emerġenza f'dan il-pajjiż.", "Fejn hi t-trasparenza li tant ftaħarna biha u li qed ngħidu tant li rridu nżiduha!", "U tkompli tinkwieta għaliex meta inti tgħaqqad numru ta' emendi li jolqtu t-trasparenza ssib li t-tendenza m'hijiex lejn aktar trasparenza imma lejn inqas trasparenza issa.", "Per eżempju, bl-emenda għal subartiklu (5) ta' artiklu 13 x'se nipprovdu?", "Id-DCC li llum jiltaqa' bil-miftuħ issa se jibda, meta jrid, jiltaqa' bil- magħluq.", "X'argument hu li nġab ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk hemm bżonn naqra l-emenda naqraha pero' l-emenda tgħid li l-laqgħat jistgħu jsiru bil- magħluq.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk se jagħmel patafjun emendi ma nafx!", "Allura ġejna b'liġi mportanti biex niddiskutuha hawnhekk u llejla nsiru nafu li għandna serje ta' emendi - Alla jbierek, din it-trasparenza! - li kważi jolqtu kull klawsola ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "(Interruzzjonijiet) Il-Parlament qiegħed biex jiddiskuti, pero' l-Gvern għandu jiġi ppreparat sew u mhux issa li wasalna prattikament fl-aħħar żewġ seduti tad-dibattitu se temendaw il-bill kollu li għandna quddiemna!", "Din il-preparazzjoni li kellkom wara tmienja jew disa' xhur fil-gvern, wara rapport ta' Carmelo Farrugia, wara rapport tad-direttorat, wara t-tielet rapport, mingħajr white paper u mingħajr xejn u għadkom qed tbiddlu l-liġi issa!", "Dik hi l-verita'!", "Id-DCC se jibda jiltaqa' bil-magħluq.", "Din hija t- trasparenza li tant qalulna biha fl-elezzjoni!", "Id-DCC kien jiltaqa' fil- miftuħ, kulħadd seta' jisma' x'inhu jingħad fuq il-permess tiegħu, min jaqbel u min ma jaqbilx, u issa l-laqgħat tad-DCC se nagħlquhom fil-kamra.", "Din hija t-trasparenza!", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħidli li qed nigdeb.", "Jiena mhux se ngħidlu biex jew jissostanzja jew jirtira l-kliem li qal.", "(Interruzzjonijiet).", "Paragrafu (b) ta' klawsola 6 jgħid hekk:", "\"Fis-subartikolu (5) tiegħu, minflok il-kliem \"b'arranġamenti li jsiru qabel.\" għandhom jidħlu l-kliem \"b'arranġamenti li jsiru qabel.", "Fuq talba ta' xi membru tal-Kummissjoni, id-deliberazzjonijiet tal- Kummissjoni għandhom isiru bil-magħluq ...\"", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed naqra mill-abbozz ta' liġi.", "\"Id- deliberazzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom isiru bil-magħluq\" u llum id- deliberazzjonijiet isiru bil-miftuħ.", "Dik hi r-realta' Ministru.", "Id- deliberazzjonijiet isiru bil-miftuħ!", "(Interruzzjonijiet) Inti qed tinterpretaha mod u jien qed ninterpretaha mod ieħor.", "L-emenda għal artiklu 15 tal-liġi qiegħda tillimita l-poter ta' terzi persuni li jagħmlu appell.", "Il-liġi issa qiegħda tipprovdi l-kuntrarju ta' dak li kien jeżisti qabel li min ma jkunx ...", "Ħalli naqraha sabiex ma jgħidlix li qed nivvinta.", "Permezz ta' klawsola 8 qed jidħol proviso li jgħid hekk:", "\"Iżda dak l-appell jista' jsir biss minn persuna li tkun għamlet xi kummenti meta tkun ġiet pubblikata l-applikazzjoni għall-għemil ta' żvilupp ...\"", "Mela qabel konna f'sitwazzjoni fejn l-hekk imsejħa third party appeals setgħu jsiru minn kulħadd u issa, f'ġieħ it-trasparenza, mhux kulħadd jista' jagħmel appell imma min ikun irreġistra xi oġġezzjoni.", "Issa apparti t-terminu tekniku li naħseb li jkun aħjar jekk jarawh ftit aħjar id- drafters - bla dubju xi ħadd għaġġel mhux ħażin għax kif qiegħda drafted jista' jkun li tolqot anke lill-persuna li tkun applikat, l-Onor.", "Tonio Borg diġa' ndika l-pastażata ta' żbalji li għandu l-GDO u naħseb li hawnhekk aħjar joqogħdu ftit attenti wkoll - pero' żgur li qabel konna f'pożizzjoni fejn terza persuna kienet tista' tappella u llum qed nillimitaw din il-fakulta', dejjem f'ġieħ it-trasparenza.", "Fi klawsola 12, fejn qed inżidu subartiklu (5) ma artiklu 25 tal-liġi prinċipali, se ndaħħlu l-konċett li rridu nħallsu għall-oġġezzjonijiet.", "Issa nistgħu nagħmlu ħafna argumenti pero' żgur li ma nistgħux nagħmlu l- argument li din issaħħaħ it-trasparenza.", "Irridu naraw x'se jkunu l-fees għax jekk se jkunu għoljin nistgħu nibdew nirraġunaw li dan huwa wkoll mezz kif innaqqsu t-trasparenza għax irridu nnaqqsu l-oġġezzjonijiet.", "Niġu għal subartiklu (2) ta' artiklu 33.", "Din l-emenda qiegħda għal darb'oħra tnaqqas it-trasparenza għax qed ngħidu li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar m'hijiex aktar obbligata tagħti r-raġunijiet għaliex irrifjutat permess; issa rrid nitlobha biss.", "Mela jekk din issa nabbinaha ma' l- emenda l-oħra tal-possibbilta' ta' third party appeals, se niġu fis- sitwazzjoni redikola fejn l-awtorita' lanqas trid tiġġustifika l-għemil tagħha.", "Ara f'liema sitwazzjoni ġejjin!", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien tindikalek il-policy number ...", "(Interruzzjonijiet) Almenu jkolli l- policy number!", "Issa rrid nitlobha l-policy number ukoll!", "U probbabilment tgħiduli li rrid inħallas biex jagħtini l-policy number!", "Ħallina!", "Żgur li din hija tnaqqis ta' trasparenza.", "U fl-aħħar - dejjem fuq il-linja tat-trasparezna - l-emenda għal artikolu 35 li, Alla jbierek, issa jekk jien napplika għal permess ma nistax nara d- dokumenti u l-pjanti għax jien m'iniex perit.", "Dawn id-dokumenti u l-pjanti l-periti biss jistgħu jarawhom.", "Artiklu 35, kif propost fi klawsola 15, jgħid:", "\"L-Awtorita` għandha żżomm, u tara li jkunu jistgħu jiġu spezzjonati mill-pubbliku, f'dak iż-żmien raġonevoli li hi tistabbilixxi, reġistru jew reġistri:", "(a) ta' kull applikazzjoni għal permess għall-iżvilupp li tkun saritilha, li jkun fiha l-isem ta' min applika u dettalji tal-proposta inklużi dokumenti u pjanijiet ...", "Iżda d-dokumenti u l-pjanijiet imsemmija qabel għandhom ikunu biss aċċessibbli lil dawk il-persuni li jkunu detenturi tal-warrant ta' arkitett u inġinier ċivili li jkunu jissodisfaw lill-Awtorita' bħala li għandhom interess bona fide li jarawhom.\"", "Din hi t-trasparenza!", "L-applikant lanqas jista' jara l-pjanti u d- dokumenti u min joġġezzjona ma jistax jarahom jekk mhuwiex perit li huwa benvist mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Mela perit li m'huwiex benvist - u m'hawnx xi partikularitajiet għaliex m'għandux ikun benvist, pero jista' ma jkunx benvist - lanqas jista' jara xejn.", "Dan qed nagħmluh f'ġieħ din it- trasparenza famuża li tant kienet buzzword fi żmien l-elezzjoni!", "Id- diffikulta' m'hijiex jekk tarahom waħda waħda imma meta tgħaqqad kollox flimkien u torbotha mbagħad mal-konċett l-ieħor perikoluż ta' aktar gvern tara linja ta' inqas trasparenza u mhux aktar trasparenza.", "Il-ministru issa jrid aktar ir-riedni f'idu, irid imexxih aktar hu ż-żiemel.", "L-ewwel daħħal l-emenda f'artiklu 5 fejn qed jgħid: Mhux billi hi awtonoma, biex l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tiddelega l-poteri tagħha, ngħidilha jien u trid l-approvazzjoni tiegħi għax l-awtorita' ma taqbadx u tiddelega lil min trid.", "Jien naf x'irid il-poplu, jien ngħidilha lil min trid tiddelega, trid il-permess tiegħi.", "Subartiklu (4) ta' artiklu 6 tal-liġi prinċipali kien jgħid \"fuq talba ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar\" filwaqt li bl-emenda, kif proposta fi klawsola 4, l-awtorita' issa mhux titlob imma l-ewwel trid tikkonsulta għaliex il-ministru jaf x'għandu bżonn il-poplu.", "Imbagħad f'artikli 14 u 15 insibu l-poter ġdid tal-ministru li jaħtar hu l-membri u s-segretarju tal-bord ta' l-appell.", "Dawn x'ridnihom?", "X'inhu l-iskop tagħhom jekk mhux aktar kontroll mill-ministru?", "Għalfejn il-ministru għandu jindaħal hu?", "Min- naħa nnaqqsu t-trasparenza u min-naħa l-oħra nżidu l-gvern.", "Mela l- linja fejn irridu mmorru hija ċara u l-linja tkompli tkun ċara meta mbagħad tibda tgħaqqad l-attakki fuq l-awtonomija veru u proprja ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "U għandna tlieta jew erba' artikli mdaħħlin hemmhekk li prattikament qed jgħidu: Isma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se nżommuha hemmhekk sabiħa, pero' aħna llum fil-gvern u aħna nagħmlu li rridu.", "Se ndaħħlu l-poteri li nagħmlu li rridu u li jogħġobna.", "Il- Ministru Buhagiar kellu ftit raġun dalgħodu meta qal: X'jiġifieri tlajna fil-gvern u nsibu l-policies kollha għadhom tagħkom u ma nistgħux inbiddluhom aħna!", "Aħna għandna dritt u rridu nbiddluhom.", "Lill-Ministru Buhagiar ngħidlu: Jekk inhu hekk daħħal klawsola fil-liġi li għandna llum li tgħid li għal kull bidla fil-gvern fi żmien sena l-gvern jista' jbiddel il-policies li jingħataw lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Pero' hawn mhux hekk qed nagħmlu.", "Hawn qed ngħidu li jekk il-ministru llum irid jagħmel ħaġa se jkun jista' jagħmilha u jekk għada jrid jagħmilha bil-maqlub se jkun jista' jagħmilha wkoll.", "Fi klawsola 3, li diġa' rriferew għaliha sħabi, qed jingħad li l- pjanijiet ta' struttura jridu jsiru \"skond policies, pjanijiet u kondizzjonijiet approvati mill-Gvern u bil-proċeduri kif approvati mill- Ministru.\"", "U hawn forsi tgħid: Imma pjan ta' struttura dan wara kollox.", "Qabel kienet \"policies u pjanijiet approvati\".", "Żidna xi ħaġa żgħira biex nagħmluha aktar ċara, jew żidna xi ħaġa żgħira għax irridu nġebbdu iktar lejn il-gvern u lejn il-ministru?", "Imbagħad jekk tara l-emenda għal artiklu 18 tal-liġi prinċipali ssib li qed jidħol il-poter li t-tibdil fil- pjan ta' struttura m'hemmx bżonn isir darba kull ħames snin imma piecemeal.", "Jiġifieri meta jrid il-ministru jiġi hawnhekk u jgħid: Il- konfini taż-Żurrieq ejja nżidulhom din il-biċċa.", "Il-periti jgħidulek li din hija dagħwa għax jekk ma tużax il-holistic approach se tkisser kollox.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Gatt, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Gatt jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Jekk ma tagħmilx il-holistic approach se nkissru l-ippjannar kollu.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux hekk nirraġuna, jien nirraġuna bħala politiku għax jien m'iniex perit.", "Dan ifisser li bħal meta fil-bidu tat- tmeninijiet kellna tibdil fl-ischemes mil-lejl għan-nhar u f'daqqa waħda kull min kellu erbat itmien raba seta' lanqas japplika għal permess għax kellu permess awtomatiku biex jibni, issa jista' jqum ministru filgħodu ...", "U jien se nagħmilha ċara li ma nemmnix li l-ministri huma hawnhekk in aeternum, la konna aħna, la hu l-Gvern preżenti, la ta' qabel u lanqas ta' warajna; u ministri jidħlu flok ministri oħra filli għandek wieħed u filli għandek ieħor; min għandu intenzjonijiet tajba u jaħdem tajjeb u min għandu intenzjonijiet ħżiena u jaħdem ħażin.", "Pero' ministru b'intenzjonijiet ħżiena illum jista' jikkonvinċi lill-Kabinett biex iġib liġi hawn u f'daqqa waħda jgħid li f'ċerti distretti elettorali nistgħu nżidu l-ischemes kif irridu aħna.", "F'daqqa waħda nistgħu nibdew ngħidu li f'din it-triq jew f'dan ir-raħal minn tliet sulari nistgħu nibnu sa sitt sulari.", "Dan se nibdew nagħmlu.", "Il-ministru se jkollu l-poter jiġi f'dan il-Parlament jgħaddi emenda żgħira biex ibiddel fejn irid u fejn jogħġbu, kull biċċa roqgħa ta' Malta, Għawdex u Kemmuna.", "Art li kienet tiswa s-soldi, għax kienet barra l-ischeme, f'daqqa waħda tiġi tiswa l-miljuni għax daħlet fl- ischeme b'daqqa ta' pinna approvata mill-Kabinett, mhux minn dan il- Parlament, għax dan il-Parlament għandu maġġoranza u minoranza.", "Din hija r-realta' u jien ngħid li meta fil-passat sar dan it-tibdil ta' schemes sar ukoll bl-approvazzjoni tal-Kabinett ta' dawk iż-żmenijiet.", "U allura ma noqogħdux ngħidu li taparsi dan il-Parlament għandu l-poter li jżomm dawn l- affarijiet.", "Ir-realta' hi li l-liġi se tagħti poter lill-gvern biex ibagħbas l-ischemes kif irid u kif jogħġbu.", "U din mhux biss hija dagħwa, kif jgħidu l-periti, mil-lat ta' ppjanar tekniku - dak ma nifhimx fih - pero' żgur li huwa poter politiku inkontrollabbli u li jista' jiġi abbużat kif wieħed irid u kif wieħed jogħġbu.", "U tkompli d-diffikulta' għaliex permezz ta' emenda oħra li qed tiġi proposta mhux biss qegħdin nagħtu l-poter biex inbiddlu parti mill- istructure plan imma issa qed nagħtu l-poter lill-ministru biex ibiddel il- policies li fuqhom trid timxi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u li jiżgura li meta jbiddel dawk il-policies hu jissorvelja li dawk jitwettqu.", "Mela l- ewwel bdejna bil-poter li l-pjan ta' istruttura irid isir skond il-policies li ngħidulek aħna u l-proċeduri li ngħidulek aħna, imbagħad għidna li jekk irridu - mhux x'tgħidu intom, Sinjuri ta' l-Awtorita' ta' l-ippjanar - aħna naqbdulek biċċa art Marsaxlokk biex inġibu erba' voti hemm.", "Ejjew naraw kif se ntellgħu erba' sulari, ejjew naraw kif se nċaqalqu n-nies biex imorru jgħixu hemm.", "Insieh l-ippjanar għax aħna nagħmlu li rridu għax aħna l-gvern.", "Issa dan mhux biżżejjed għax anke fejn jidħlu policies ...", "Allura jekk il-Gvern jiġi f'sitwazzjoni fejn għandu bżonn jagħti xi permess lil xi ħadd li jrid jibni 3-Star hotel - għandu jkun illum ma jingħatawx - f'daqqa waħda l-Gvern jgħid: Biddilniha l-policy, issa inti trid tibda tagħti permess għal 3-Star hotels, inkella ejja nżidu l-guest houses għax aħna biddilniha l-policy.", "Issa dan kollox jista' jkun tajjeb u ġenwin u kollox jista' jkun ħażin għaliex dan jiddependi totalment minn x'tip ta' ministru għandek hemmhekk.", "Din hija r-realta'.", "Huwa kollox diskrezzjonali għaliex daqskemm inti tista' tkun ġenwin u tara t-trend turistiku sejjer lejn 3-Star hotels u taqleb f'ġieħ il-pajjiż għax se nitilfu t-turisti, daqshekk jista' inti jkollok il-motivazzjoni li taqleb il-policy għax xi ħadd irid jibni 3-Star hotel u int, jew xi ħadd ieħor, mhux neċessarjament il-ministru, jista' jaqbillu hekk għax se jimpalahom.", "Konna neħħejna dan il-poter u dan il-Gvern illum irid jerġa' jintroduċi l-poter tal-gvern ċentrali li jikkmanda kollox.", "Il-Gvern Laburista tal-lum għadu jemmen fiċ-ċentralizzazzjoni tal-poter u b'din il-liġi dak il-poter qed jikkardinah f'idejn il-ministru.", "Qed jerġa' jagħti lill-ministru ħafna mill-poteri li l-ministri kellhom taħt il- liġijiet tal-PAPB, li wħud ħaddmuhom sew u wħud ħaddmuhom ħażin.", "Il- Ministru qalilna li ġejjin emendi oħra u mhux dawn biss.", "Allaħares jiġu emendi oħra b'dan l-istess spirtu għax illum qed inpoġġu l-ewwel ġebla biex nerġgħu nistituzzjonalizzaw il-korruzzjoni f'pajjiżna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bertu Pace.", "ONOR.", "BERTU PACE: Sur President, ħadt pjaċir nisma' lil sieħbi, l-Onor.", "Austin Gatt, u ninnota kemm anke l-Oppożizzjoni minn żmien għal żmien tbiddel it-ton tagħha.", "Qed ngħid hekk għax niftakar meta l-Onor.", "Membru kien jikteb fil-gazzetti u kien jinsisti u jiġġieled mal-gvern tal-ġurnata, gvern li kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista, u jgħidlu kemm kien hemm bżonn li l-kapijiet tad-dipartimenti tal-gvern ikunu political appointees biex imexxu l-politika tal-gvern tal-ġurnata.", "Imma apparti dan, wieħed mill-ewwel diskorsi tiegħi f'dan it-Tmien Parlament kien proprju dwar il-Planning Authority.", "Niftakar sew li dakinhar kont għidt li minn mindu l-Gvern għoġbu jaħtarni rappreżentant tiegħu fuq il-bord ta' l-istess awtorita', kont bdejt nirċievi numru kbir ta' ilmenti u protesti minn kullimkien dwar kif jittieħdu ċerti deċiżjonijiet u dwar l-operat ta' l-istess awtorita'.", "Jiġifieri jekk hemm xi ħaġa li nħoss li ż-żewġ naħat għandna naqblu dwarha hija l-bżonn ta' riforma kbira fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "F'dan is-sens ħadt pjaċir nisma' ċerti diskorsi pożittivi ħafna li saru mill-bankijiet ta' l- Oppożizzjoni, għalkemm jiddispjaċini ngħid li kellna wkoll diskorsi totalment negattivi.", "Inħossni kburi wkoll li wara, biex ngħid hekk, tmien xhur li ilna fil- gvern wasalna biex nagħtu bidu għal din ir-riforma.", "Ngħid \"nagħtu bidu\" għax hija l-intenzjoni tal-Gvern li 'l quddiem jagħmel riformi oħra bħal, per eżempju, riformi fejn jidħol l-enforcement, għax l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ma tistax ma tirriformax ruħha jekk trid li l-proċess jimxi b'aktar ħeffa.", "L-iskop tal-Gvern mhuwiex, kif xi ħadd qed jipprova jagħti x'jifhem, li aħna se neqerdu jew inneħħu xi poter li għandha l-awtorita' iżda li jinħoloq titjib, trasparenza - u issa 'l quddiem nispjega għaliex qed ngħid \"trasparenza\" minkejja dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni - u accountability fis-servizzi kollha li l-awtorita' obbligata li tagħti lill- pubbliku.", "U meta nsemmi l-pubbliku jien naf x'jiġifieri għax trabbejt f'ambjent ta' xogħol f'bank kummerċjali.", "Kemm kont ili l-bank, kull meta attendejt xi kors kienu jiġu l-general managers u dejjem isostnu magħna li aħna qegħdin hemm biex nagħtu servizz lill-pubbliku, anzi kienu jgħidulna li the customer huwa r-re u hu jiġi fuq quddiem.", "U naħseb li aktar mit- tibdil li qed jipprova jipproponi l-Gvern, huwa importanti li jkun hemm tibdil fil-mentalita' ta' dawk l-impjegati kollha li hemm fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, mill-inqas wieħed sa l-akbar wieħed, ħalli titjieb l- effiċjenza fis-servizz lejn il-pubbliku.", "Punt importanti li joħroġ minn dan l-abbozz ta' liġi huwa li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar issa se tibda taħdem u toħroġ il-policies tagħha b'konsultazzjoni u bi ftehim mal-Kamra' tal-Periti, biss fl-aħħar mill- aħħar irid ikun hemm l-approvazzjoni tal-ministru responsabbli.", "Fuq dan il- punt nerġa' nagħmilha ċara li l-awtonomija ta' l-awtorita' se tibqa' hemm u ħadd m'hu se jindaħlilha fil-preparamenti tal-policies.", "Id-differenza li hemm hi li, wara li tgħaddi din il-liġi, l-awtorita' tlesti l-policies tagħha u tiftiehem dwarhom mal-Kamra tal-Periti imma mbagħad trid itellagħhom għall-approvazzjoni tal-ministru u mhux viċiversa, kif ipprovaw jindikaw xi Onor. Membri ta' l-Oppożizzjoni.", "B'hekk jispiċċa l-vacuum u sa ċertu punt tispiċċa l-gwerra bierda li kienet għal xi raġuni jew oħra dejjem għaddejja bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Kamra tal-Periti.", "Il-periti se jingħataw għadd ta' responsabbiltajiet u se jkollhom ukoll aċċess sħiħ għar-rapport tal-case officer - wara li jitlesta u wara li jiġi ffirmat - ħalli fejn ikun hemm il-bżonn ilestu l-kontroproposti għall- evalwazzjoni tad-development control commission, id-DCC.", "B'hekk se negħlbu d-diffikulta' li s'issa ħafna periti riedu jħabbtu wiċċhom magħha, cioe' li ma jkunux jafu eżatt x'inhu jiġri mill-applikazzjoni tagħhom - rigward dan il-punt nispjega iktar 'il quddiem xi tfisser trasparenza - u b'dan li qed nipproponu issa se nevitaw il-ħafna talbiet esaġerati li kienu qed jagħmlu l-periti u l-avukati biex ikunu preżenti waqt il-laqgħat tad-DCC u li minħabba fihom kollox kien qed jintefa' lura bil-bosta.", "F'dan ir-rigward il-liġi tipprovdi għal tibdil ieħor importanti, fejn hu mistenni li permess ma jeħux iktar minn 12-il ġimgħa biex jiġi pproċessat u approvat jew miċħud.", "Iktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi dan il-punt inkun nista' nispjegah aħjar.", "Jekk fi żmien 12-il ġimgħa l-applikant ma jirċevix risposta allura l-applikazzjoni se titqies valida.", "GĦal dan il- għan ġie ppubblikat manwal li jgħid u juri ċar x'għandu jagħmel perit meta jiġi biex jissottometti applikazzjoni, biex b'hekk insibu tarf ta' ħafna mill-problemi li qed ikunu l-kawża li kollox jiġġammja.", "Ħalli nagħti eżempju ta' x'qed jiġri llum.", "Jien bdejt nistagħġeb meta l-Onor.", "Membru ta' l-Oppożizzjoni beda jgħid li bis-sistema l-ġdida l-applikant ma jkunx jista' jara' l-pjanta.", "Skużi, mela l-applikant ma jmurx għand il-perit tiegħu u jiddiskuti xi pjanta se tiġi sottomessa quddiem l-awtorita'!", "Jien l-affarijiet hekk nafhom.", "X'kien qed jiġri sal-lum?", "Ħalli nibdew b'ħaġa redikola.", "Il-pożizzjoni llum hija li bniedem jista' japplika biex jibni block flats fuq Filfla u l-applikazzjoni jaċċettawhielu, imbagħad tibda l-istorja; jikteb ittra lid-Dipartiment ta' l-Ambjent u forsi jgħaddu ħames xhur qabel dan jindenja ruħu jwieġeb; jikteb ittra lill-Water Services Corporation biex jara jekk hemmhekk hemmx xi trouble fuq l-ilma; u jikteb ittra lid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Imbagħad dejjem ngħidu bit-trasparenza u kemm mexjin tajjeb l-affarijiet!", "Irid jagħmel din il-biċċa xogħol kollha biex sena jew sena u nofs wara l-Awtorita' ta' l-Ippjanar toħroġlu refusal, għax ovvjament kulħadd jaf li fuq Filfla ma tistax tibni!", "Issa bil-proċess il-ġdid se jkollok il-pre-application stage, jiġifieri qabel ma l-perit jitfa' l-applikazzjoni se jkun jista' jmur u jiddiskuti l-affarijiet ma' l-awtorita' .", "It-tieni punt importanti - u dan tajjeb li l-poplu jifhmu - huwa li issa se jkun hemm check list ta' l-affarijiet kollha li l-perit għandu jagħmel qabel ma jitfa' l-applikazzjoni, ħalli l-materjal kollu li jissottometti jiġi ċċekkjat biċċa biċċa, flimkien ma' uffiċjal tal-Planning Authority, against the check list.", "L-iskop huwa evidenti biex jekk ikun hemm xi ħaġa nieqsa - illum issib applikazzjonijiet mingħajr site plan, issib applikazzjonjiet mingħajr ritratti u ssib applikazzjonijiet bi pjanti li lanqas biss jintgħarfu - il-perit u l-uffiċjal jindunaw mill-ewwel u b'hekk nevitaw dak il-ħafna telf ta' żmien ta' wara u l-proċess jitħaffef.", "Iktar 'il quddiem nispjega kif iridu jsiru l-affarijiet.", "Sakemm il-perit jimxi ma' dawn il-punti li tistabilixxi l-liġi, l-applikazzjoni tiġi kkonvalidata u minn hemm jibdew jgħoddu t-12-il ġimgħa.", "Imma ħalli nkompli fuq il-policies.", "Personalment naqbel perfettament ma' dak li tgħid il-liġi li, wara li jiġu miftehma u maqbula mal-Kamra tal-Periti, l-policies għandhom jiġu approvati mill-ministru jew mill-gvern tal-ġurnata.", "F'dan il-pajjiż ma jistax ikollok gvern miexi b'ċerti policies u awtorita' miexja b'policies opposti.", "Tan-naħa l-oħra jmisshom ilhom li ndunaw b'dawn in-nuqqasijiet u inutli li issa joqogħdu jgħidu li kellhom fi ħsiebhom li l-affarijiet jirrangawhom.", "(Interruzzjonijiet) Kemm għidtu affarijiet fil-programm elettorali!", "Ħalli nitkellem ftit fuq il-policies, li forsi ħafna kelliema ma tkellmux fuqhom, u nitkellem mill-esperjenza ta' x'qed idejjaq lill- poplu.", "Każ ċar li jiġi f'moħħi mill-ewwel huwa li l-Gvern għandu policy, li għadha għaddejja sal-lum, li jinkoraġġixxi, jgħin u jħeġġeġ lis-self employed iż-żgħir.", "Din hija policy tal-Gvern tiegħi, kienet fil-programm elettorali u ppriedkajniha fil-kampanja elettorali.", "(Interruzzjonijiet) Iva, qegħdin ngħinuhom u saħansitra ħtarna segretarju parlamentari responsabbli mis-self employed ż-żgħar.", "Nafu li l-maġġoranza l-kbira tas-self employed huma s-small businessess, iżda fl-istess ħin jidher biċ-ċar li l-Planning Authority miexja b'policy li kważi ma toħroġ l-ebda permess lin-negozji ż-żgħar u nispjega x'irrid ngħid.", "Qed nirriferi għal famużi applikazzjonijiet taċ- change of use, fejn kull min japplika biex il-garage tad-dar tiegħu jagħmlu hairdresser salon, jew snack bar, jew pet shop, jew computer shop, jew ironmongery, jew grocer ikollu refusal.", "Tidher ċara li hemm xi forma ta' blanket instructions biex dawn it-tip ta' permessi ma jinħarġux u sadanittant il-poplu xorta jibqa japplika.", "Hawnhekk għandna każ ċar fejn il-policy tal-gvern tal-ġurnata hija mod u l-policy ta' l- awtorita' hija mod ieħor.", "Minn analisi li għamilt - għax jien bħala membru tal-bord ħadt interess li nara li nirċievi d-deċiżjonijiet tad-DCC - sibt li f'dawn l-aħħar tliet xhur ġew irrifjutati mil-inqas 100 applikazzjoni ta' dan it-tip u dejjem għall-istess raġuni, cioe' minħabba l-parking policy kif adottata mill-Planning Authority.", "L-awtorita' normalment tgħidlek li, jekk tiġi biex tagħtik permess biex tagħmel pet shop minflok il-garage, mhux se jibqalek spazju fejn iddaħħal il-karozza jew tipparkja t-truck jew xi inġenji oħra.", "Biex dak li jkun jifhimni aħjar, nista' ngħid li nhar is-Sibt irċevejt id-deċiżjonijiet li ħadet d-DCC sas-16 ta' Lulju u jirriżulta li, mill- applikazzjonijiet kollha li kien hemm, madwar 42% jew 45% minnhom ġew irrifjutati.", "Personalment jidhirli li, meta 45% ta' l-applikazzjonijiet li jitilgħu quddiem id-DCC jiġu rrifjutati, dan jurik biċ-ċar li hemm xi ħaġa sejra ħażin fis-sens li, jew il-pubbliku mhux qed japprezza x-xogħol tal-Planning Authority, jew il-Planning Authority miexja fuq linja totalment opposta għal dak li tixtieq in-nies.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed ngħid li kulħadd irid jibni kullimkien u fejn ġie ġie jew fejn ifettillu, imma ma nifhimhiex li joħorġulek refusal fuq ħwejjeġ żgħar.", "Ħalli nsemmihom dawn ir-refusals.", "Cikku Borg applika biex iwessa' l-bieb tal-garage - refusal.", "Ieħor talab biex jagħmel change of use from garage to toiletries outlet - forsi laħaqlu t-tifel jew l-mara trid tiftaħ ħanut - refusal.", "Ieħor talab biex minflok grocery jiftaħ upholstery shop - issa dan il-każ huwa agħar għax min huwa involut forsi qed jara li n-negozju sejjer lura u allura jrid jara x'se jagħmel - u bħal donnhom qed jgħidulu biex imur jirreġistra għax ma jridux jaċċettawlu l-applikazzjoni.", "Każ ieħor, change of use from garage into aluminium workshop - refusal.", "F'Old Bakery Street il-Belt, change of use from a vacant residence into an office for three lawyers - refusal.", "Ħaġa komuni oħra hija to replace deteriorated wooden balconies.", "Dan għandu l-gallarija se taqa', bħal m'hawn ħafna gallariji se jaqgħu minħabba li tmermru, irid jibdilha u jagħmilha ta' l- aluminium - refusal.", "Issa jekk tgħaddi mit-toroq ta' Malta tinduna x'hawn ta' gallariji ta' l-aluminium!", "Ieħor irid ibiddel il-materjal tal- bibien u tat-twieqi u minn injam jagħmilhom ta' l-aluminium - irrifjutawhielu.", "Issa hawn tajjeb ngħid li għal affarijiet żgħar bħal dawn bil-liġi l-ġdida lanqas hemm għalfejn li wieħed jagħmel applikazzjoni.", "Change of use from a toy shop into jewellery - refusal.", "Change of use from a beautician's to a stationery and hi-fi shop - refusal.", "Replacement of balcony by an aluminium one - refusal.", "Change of use from tailor's shop to office - dan għandu ħanut ta' ħajjat irid jagħmlu uffiċċju - refusal.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Ma nistax nifhimha din il-policy u personalment ma naqbilx magħha u ngħidha kif inħossha.", "Nerġa' ngħid li llum għandna gvern li qed jagħmel minn kollox u jirsisti fuq li jirsisti biex lis-self employed iż-żgħir jgħinnu jespandi u jżid il- business, imbagħad tiġi l-Planning Authority u għal raġuni ta' parking tirrifjuta kważi waħda minn kull żewġ applikazzjonijiet li tirċievi.", "Issa se nsemmi l-problema tal-parking.", "Hawnhekk inħoss li l-awtorita' - qed nitkellem mhux bħala perit jew avukat, li miniex, imma bħala ċittadin komuni li naf il-problemi tan-nies, naf biex jiġu jilmentaw il-kostitwenti u allura pjuttost qed nitkellem minn dak il-lat jiena - u dawk kollha konċernati għandhom jagħmlu studju dwar il-ħtieġa urġenti ta' aktar multi-storey carparks, mhux biss fil-Belt u f'Tas-Sliema, imma anke f'ħafna rħula li llum saru ta' ċertu kobor bħal Birkirkara, il-Mosta, in-Naxxar, Ħal Qormi, Raħal Ġdid u Ħaż-Żabbar, fejn il-problema saret akuta.", "Aħna mdorrijin li biex immorru mid-dar sal-knisja mmorru bil-karozza wkoll.", "Xi kultant jien stess nirrealizza xi żball qed nagħmel għax biex immur sal-knisja għandi ħames minuti mixi, filwaqt li jekk immur bil-karozza nagħmel xi kwarta ndur biex insib fejn nipparkja.", "Dan qed ngħidu għaliex illum l-Awtorita' ta' l-Ippjanar donnha qed tħares lejn din il-problema tal-parking billi tesiġi - hija ħaġa tajba din - li kull bini ġdid, intrapriża u business ikollu parking space imma wieħed illum irid jiftakar li l-problema tal-parking m'hijiex prinċipalment li jkollok garaxx.", "Il-garaxx tużah biex wara l-ġurnata tax-xogħol jew wara li tmur tixtri fil-għaxija iddaħħal il-karozza ġewwa.", "Allaħares tixtri karozza biex iżżommha fil-garaxx!", "Allura hemm bżonn li l-problema llum tiġi ffaċċjata b'serjeta' u b'urġenza.", "Jekk aħna rridu li din il-problema ma tiġġammjax lill-pajjiż kollu hemm bżonn li jinstab spazju, jinxtara bini u jsiru aktar multi-storey car parks, ħalli kemm jista' jkun nilliberaw iċ-ċentri mit-traffiku u nagħmlu iktar toroq one-way għax bir-rata ta' karozzi li ħerġin ma nafx fejn se nispiċċaw.", "Żgur ma nsolvuhiex billi nagħmlu policy li kull min japplika għal petshop, ironmongery jew grocery ma nagħtuhx permess għaliex ngħidu li hemm irid iżomm karozza.", "Jien ma naqbilx magħha din, speċjalment meta tiftakar li llum wasalna fi stat fejn ħafna familji qegħdin mhux b'karozza waħda imma bi tnejn u bi tlieta.", "Ma naħsibx li bil-clamping se nsolvu din il-problema, pjuttost se nnaddfu toroq u nieħdu l-problema għal x'imkien ieħor, bħal meta wieħed ikollu skrivanija mimlija karti, jitfagħhom fuq skrivanija oħra u jgħid li għandu d-desk nadif u fil-fatt ikun ħoloq il- problema x'imkien ieħor!", "Hemm ukoll policies li jien personalment inħoss li ma jagħmlux sens, bħall- policy dwar l-għoli tal-garages, li kemm-il darba tkellimt fuqha, fejn kull min japplika biex itella' garaxx ta' aktar minn 12-il filata kważi għandu refusal awtomatiku, bil-konsegwenza li fit-toroq tagħna qed nispiċċaw b'ħafna cranes, trucks, vannijiet u xi kultant tara anke xi cabin cruiser ipparkjata fuq xi bankina.", "Għalfejn għandna nippersistu b'din il- policy meta nafu l-effetti tagħha u nafu x'naraw meta ngħaddu mit-toroq ta' Malta!", "Hemm il-policy li ma jkunx hemm aktar permessi ta' uffiċini fil-Belt u fil-Furjana għaliex l-istructure plan hekk igħid.", "Mhux dejjem tista' timxi eżatt mal-pjan li tkun għamilt.", "Jien nista' nippjana biex minn hawn immur Ħaż-Żebbuġ imma jekk f'Hal Qormi t-triq se nsibha sfrondata se jkolli ndawwar ir-rotta.", "Hekk għandhom ikunu l-policies.", "X'ġara b'din il-famuża policy?", "Fil-Belt hawn ħafna anzjani li joqogħdu fir-raba', il-ħames u fis- sitt sular u għal raġunijiet ta' saħħa qegħdin jitilqu minn dawn il- postijiet għax huwa mpossibbli li jsiru lifts ġo fihom.", "Allura f'dawn l- aħħar ħames snin qed nispiċċaw b'ħafna bini vojt u abbandunat għax m'aħniex nagħtu l-opportunita' biex dawn il-postijiet battala jittieħdu bħala uffiċini għal avukati, periti, insurances u nies tan-negozju.", "Meta jilħaq avukat u japplika biex jiftaħ uffiċċju fil-garaxx il-Planning Authority ma tagħtihx permess u jekk jipprova japplika għal uffiċċju fil-Belt biex ikun qrib il-qorti ma tagħtihx permess lanqas.", "Peress li fil-Belt u fil- Furjana lanqas jistgħu jsiru uffiċini issa l-problema tfajniha band'oħra - għax kulħadd qed imur l-Imsida, il-Gżira u Tas-Sliema - biex spiċċajna ma solvejniex il-problema tal-Belt u ħloqna problemi kbar f'dawn it-tliet postijiet li semmejt.", "Policy oħra li sikwit ukoll qed toħloq kontroversja hija dik tal- galleriji.", "Hawnhekk ta' min ifaħħar lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall- iskemi li għamlet fil-Birgu u f'Bormla.", "Pero' jekk dawn l-iskemi ma nistgħux nestenduhom għal Malta kollha, kif qalilha l-Ombudsman stess, l- awtorita' għandha toħloq gallerija li tkun ta' l-aluminium li tmur ma' l- ambjent Malti għaliex illum nafu li ħafna nies għandhom il-galleriji se jaqgħu u llum ma tridx sold biex tbiddilha.", "Kulħadd jaf id-diffikultajiet li joħloqlok l-injam għax jekk tagħmel ix-xita l-injam jeħxien u trid tagħmillu l-manutenzjoni.", "F'dan is-sens wieħed għandu jara jekk dawn il- policies għandhomx japplikaw għall-irħula kollha ta' Malta jew inkella japplikawx għall-bliet bħall-Imdina, Valletta Bormla, il-Kalkara u l-Birgu.", "Hija ħaġa tajba li wieħed jagħmel minn kollox biex jipproteġi l-ambjent u l-inħawi rurali tal-pajjiż imma mbagħad m'għandniex immorru fl-estrem billi nirrifjutaw permess għal kamra żgħira lil bdiewa part-time u anke fulltime.", "Dawn hawn mijiet minnhom jekk mhux eluf u mijiet kbar minnhom ċert li huma bla permess.", "Ħafna mill-bdiewa ma jagħmluhomx b'kapriċċ imma biex meta taqbad nieżla x-xita u l-bidwi jilħqu l-maltemp ikun irid jitfa' l-inġenji temporanjament hemmhekk jew jidħol jistkenn.", "Dawn ikunu jafu li se jkollhom refusal, allura l-ewwel jibagħtu ittra lid-Dipartiment ta' l- Ambjent, imbagħad lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, dawn it-tnejn ma joġġezzjonawx u xorta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar toħroġ refusal.", "Jien ma narax sens f'dawn l-affarijiet meta mbagħad, imbotta minn hawn u mbotta minn hemm, tara li joħroġ xi permess għal xi farmhouse.", "U f'din il- \"farmhouse\" m'intix se tara xi baqra jew xi tiġieġa imma aktarx tara xi swimming pool!", "Jien qed insemmi policies li bil-liġi l-ġdida l-Awtorita' ta' l-Ippjanar b'konsultazzjoni mal-periti, tkun tista' taqta' ħafna mit- tgergir għaliex qed nitkellmu dwar policies li jiġu jkellmuni n-nies fuqhom.", "Per eżempju, tapplika biex ittella' sular fuq li għandek, wara li ngħidu aħna tkun ilek li bnejt xi 20 sena ilu u kellek il-permessi kollha - qed insemmi 20 sena ilu għax mhux se nagħmel bħall-Onor.", "Austin Gatt u noqgħod insemmi x'ġara fil-bidu tat-tmeninijiet u ninsa x'ġara fis-sittinijiet, għaliex fis-sittijiet saru ħniżrijiet ukoll; (interruzzjonijiet) anzi d- dispjaċir tiegħi hu li l-Planning Authority m'ilhiex imwaqqfa xi 30 sena għaliex forsi fuq dawn l-affarijiet kieku mxejna ħafna aħjar - bnejt skond ir-regolamenti ta' dak iż-żmien u dak iż-żmien ma kenux jeżistu policies biex tagħmel it-twieqi ta' l-aluminium silver, bronze jew ħodor, imma kien joħroġ il-permess, tibni u mbagħad l-aperturi tagħmilhom kif trid.", "Issa l- ewwel ma tirċievi huwa enforcement notice mill-Planning Authority fejn jgħidulek li, peress li għandek l-aperturi silver, l-applikazzjoni tiegħek mhux se tiġi pproċessata qabel taċċetta li teħel multa ta' Lm150.", "Barra minn hekk jgħidulek biex tbiddel il-kulur tat-twieqi jew inkella taqla' l-aperturi kollha u tbiddilhom.", "Hemm ukoll inkonsistenza fl-interpretazzjoni tal-policies bejn case officer u ieħor jew inkella ssib li n-north team jaħdem mod u s-south team jaħdem mod ieħor.", "Jew, stramberija oħra, fl-istess triq lil wieħed joħorġulu permess jiġri u lill-ieħor jaqalgħulu qalbu.", "Insemmi każ li ltqajt miegħu dan l-aħħar il-Gżira fejn persuna applikat għar-raba' sular u l-case officer irrakkmanda refusal, meta maġenbu fuq ix-xellug hemm ħames sulari u fuq il-lemin ukoll hemm ħames sulari!", "Meta jien indagajt qalli li dawn kollha refusal ħarġu u issuġġerixxa i l-applikant imur quddiem id- development control commission għaliex imbagħad hemmhekk jagħtuh permess!", "Ma tistax tirraġuna hekk man-nies, il-policy trid tkun konsistenti.", "Imbagħad xi ngħidu għall-heritage advisory committee li ħawwad lil kulħadd bid-deċiżjonijiet strambi tiegħu u kien riżultat ta' ħafna nkwiet, kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Tajjeb ukoll li l-ministru dan il-bord jagħtih daqqa t'għajn sewwa.", "Kemm ilni fuq il-bord ta' l-awtorita' għadni sal-lum ma nistax nifhem taħt liema parametri jew terms of reference qed jopera dan il-bord.", "Ċerti deċiżjonijiet ikunu verament strambi u suspettużi, speċjalment meta b'konsegwenza ta' hekk qed nispiċċaw b'ħafna bini antik fl-irħula tagħna, li hu bla ebda valur storiku, arkitettoniku jew kulturali, li ma jinħariġlux permess biex jaqa' ħalli minfloku jkunu jistgħu jitilgħu abitazzjonijiet diċenti tant meħtieġa.", "Nagħti eżempju li ltqajt miegħu dan l-aħħar fis-Siġġiewi.", "Mela kien hemm applikazzjoni għal post biex jinbidel f'bank u wara sena għadha lanqas biss ittieħdet deċiżjoni għax il-heritage advisory committee ma nafx kif u fuq liema kriterji ħareġ emergency conservation order.", "Jien mort nara dan il-post personalment u ngħid li iktar ma jaqa' malajr iktar aħjar għal kulħadd għax m'hemm xejn ta' valur arkitettoniku, storiku jew kulturali.", "Pero' mbagħad erba' passi 'l bogħod, fi triq oħra, dik id- dar fejn kien joqgħod Patri Ġużepp Delia qed tinqaleb ta' taħt fuq.", "Ma nistax nifhimhom dawn il-policies u dan kollu bil-permess ta' l- awtorita'.", "Allura bilfors li l-poplu jgerger għax m'hemmx konsistenza.", "L- estremiżmu qed iwassal biex noħorġu emergency conservation orders anke fuq sempliċi raġuni għax ikollok xi kamra bix-xorok tal-qażba.", "Jekk nofs id-dar hija msaqqfa bil-konkos u n-nofs l-ieħor għadu bix-xorok tal-qażba - naturalment inti tkun bdilt ix-xorok li jkunu nqasmu u fejn ikunu għadhom tajbin ma tibdilhomx - joħorġulek emergency conservation order u jgħidulek biex tibqa' kif int u ma tirranġa xejn.", "Oqgħod f'dik l-umdita', oqgħod f'dak in-nuqqas ta' ventilazzjoni, ħalli kollox jaqa' fuqek imma mhux se nagħtuk permess biex inti tirranġa dik id-dar!", "U ġeneralment id- DCC timxi fuq ir-rakkmandazzjoni tal-HAC, li fl-aħħar mill-aħħar ġieli lanqas biss ikunu marru on site.", "Ħalli niftiehem sewwa.", "Miniex qed ngħid li m'għandniex nippreservaw l-irħula imma ejja ma nkunux riġidi, ejja nimxu b'sens ta' responsabbilta' u nagħmlu dak li hemm bżonn għax issa qed nispiċċaw bil-qalba ta' l-irħula b'ħafna bini abbandunat u mwaqqa' u per konsegwenza l-pubbliku qed jagħmel pressjoni biex tinqered iktar raba .", "Ma jistax ikun li biex aħna nipproteġu l-qalba tar-raħal tagħna nispiċċaw issa nħallu rħula sħaħ vojta jew inkella jiġu l-barranin jixtru dawn id-djar.", "Jien nerġa' nirripeti u ngħid li fis-Siġġiewi, f'Ħaż- Żebbuġ u f'Ħal Qormi tara bini abbandunat u li għandu bżonn ammont sostanzjali ta' tiswija u jekk dan aħna naslu biex nirranġawh, basta nżommu l-istess stil arkitettoniku, ikun jista' jintuża għal koppji żgħażagħ u nevitawlhom ħafna spejjeż.", "Issa fuq dan il-bord tal-heritage advisory committee suppost għandek id- direttur tal-mużewijiet li jattendi għal dawn il-laqgħat.", "Kienu qaluli li dan qatt ma jattendi għal dawn il-laqgħat u tiktiblu kemm tiktiblu ittri qatt ma tieħu risposta mingħandu.", "Ma jistax ikun li l-affarijiet jibqgħu mexjin hekk bil-poplu dejjem jistenna.", "Għaliex x'inhu jiġri?", "Tagħmel applikazzjoni, jiktbu lid-direttur tal-mużewijiet u qabel ma jieħdu risposta l-applikazzjoni tiegħek ma tiġix ittrattata.", "Allura tista' tagħmel disa' xhur, sena jew sena u nofs tistenna għax qabel ma jkunu komdi mhumiex se jirrisponduk.", "Ma jistax ikun li l-poplu, il-pubbliku, iċ- ċittadin jibqa' jiġi ttrattat b'dan il-mod.", "Jien għalhekk naqbel li jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar taħdem kif għandha taħdem, kif se ngħid iktar 'il quddiem, għandna naslu biex naraw li l-permessi tal-bini joħorġu fi żmien stipulat.", "Xtaqt qabel xejn ukoll ngħid li dan l-aħħar kien hawn ċertu Martin Drury, li huwa d-direttur ġenerali tan-National Trust ta' l-Ingilterra, li tkellem fuq il-konservazzjoni.", "Qal xi ħaġa li hija tajba, li huwa importanti li fil-heritage iżżomm djalogu kontinwu xi jfisser il-heritage u ma tibżax li inti tagħmel xi interpretazzjoni u reviżjoni tal-policies.", "Jiġifieri dan huwa espert li qed jgħid ukoll li inti trid timxi maż-żmenijiet u f'pajjiż żgħir bħalma huwa Malta huwa iktar u iktar importanti li nagħrfu fuq xiex qegħdin nimxu għax ma jistax ikun, nerġa' ngħid, ir-raba u l-inħawi rurali tal-kampanja Maltija jkomplu jinqerdu b'din ir-rata qawwija li qegħdin jinqerdu.", "Ma jistax ikun nispiċċaw bil-qalba ta' l-irħula diżabitata u b'ħafna djar vojta.", "Nixtieq issa nirrimarka wkoll fuq xi punti li dwarhom tan-naħa l-oħra għamlu għaġeb kbir u nibda bil-kwestjoni tat-trasparenza.", "Ħafna pprovaw idaħħlu d-dubju li b'din il-liġi l-Gvern se jneħħi t- trasparenza.", "Ħa naraw eżattament xi trasparenza kien hemm fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Kien hemm xi ħadd li jista' jara l-case officer report?", "Ara llum b'din l-emenda fil-liġi qed nagħtu l-fakulta' u d-dritt li l-perit ikun jista' jara il-case officer report u b'hekk jispiċċa l-abbuż ta' interpretazzjonijiet differenti tal-liġijiet u tal-policies.", "Kien hawn min qal li jekk aħna se ninsistu li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tipproċessa applikazzjoni fi żmien '12-il ġimgħa se jibda jkollna ħafna refusals.", "Nifhimha li se jkollok refusals, imma ejja għall-argument nassumu li dan li qed tgħidu huwa veru.", "Pero' issa l-awtorita' hija obbligata li tagħti r-raġunijiet għaliex se tagħti refusal u l-periti issa se jkunu jistgħu jaraw ir-rapport, għax awtomatikament ir-rapport mar-refusal se jintbagħat lill-perit, u allura l-perit se jkun jista' jagħmel il- kontestazzjoni tiegħu bil-miktub.", "Mela mhux faċli taqbad tagħti refusal bl- addoċċ għax jekk il-perit ikun jaf il-policies sew se jkissirulek l- argument u d-DCC se jkollha timxi fuq id-deċiżjonijiet li tara.", "Issa qed indaħħluha t-trasparenza għax qabel kienu bħal meta jħarrkuk u jtellgħuk il-qorti, tqabbad avukat u l-akkuża ħadd ma jaf x'inhi!", "Hekk kienu jsiru l-affarijiet!", "Kien ilhom iż-żmien il-periti jitolbuha din u ħadd ma ta kashom.", "Ħalli ngħid it-trasparenza li kien hemm fuq dawn l-affarijiet.", "Dan biex il-pubbliku li forsi mhux intiż f'dawn l-affarijiet ikun jaf, ħalli nikkwota daqsxejn minn ċirkolari tal-Planning Authority bin-numru 2 ta' l-1996.", "Mela hawnhekk hawn:", "\"Request to be present at the meetings of the development control comm ission\".", "Issa qiegħed naqra u naqleb mal-ewwel għall-Malti:", "\"Il-kummissjoni ddeċiediet li tbiddel il-proċedura ħalli d- deċiżjonijiet jeħfiefu u fl-istess ħin nagħtu ċans lill-applikanti u l-periti tagħhom biex iressqu l-każ tagħhom.\"", "Il-bdil fil-proċedura huwa li:", "\" We only allow a verbal presentation if it is considered that there are sufficient reasons to satisfy such an intervention.\"", "Mela hawnhekk qegħdin ngħidu li b'din iċ-ċirkolari l-awtorita' qed tgħid: Isma', aħna se nħallukom tidhru quddiemna biex tagħmlu rappreżentazzjoni verbali.", "Li ma qalux huwa li meta tagħmel talba biex tkun preżenti, jaqbu u jitfgħulek il-file erba' jew sitt xhur lura biex żgur li jaqtgħulek qalbek u ma titlax.", "Dik it-trasparenza li kien hemm!", "U biex tgħaxxaqha f'din iċ-ċirkolari qed jgħidu li ċ-chairman iħalli preżentazzjoni verbali ssir jekk hu jidhirlu li hemm raġunijiet ġustifikati.", "Mela jekk jidhirlu li m'hemmx ġustifikazzjoni ma jħallikx tagħmel preżentazzjoni quddiemu.", "Jgħid ukoll li:", "\"The Chairman of the DCC will then consider these arguments and only if it is clear that there is sufficient justification for a verbal presentation of these that a decision meeting will then be permitted.\"", "Dik it-trasparenza li kien hemm!", "Imbagħad aħna ġejna kkritikati għax qegħdin nagħmlu dan it-tibdil u qegħdin ngħidu li r-rapport tal-case officer se jkun jista' jarah il-perit u b'hekk se jitħaffef il-proċess, jinqata' t-tgergir u ċ-ċittadin jibda jingħata servizz diċenti mill- awtorita'.", "(Interruzzjonijiet) X'tgħid aktar din iċ-ċirkolari?", "Din tgħid ukoll li:", "\"Where requests to be present are submitted without any reasonable justification you will receive a standard letter.", "This change in procedure will benefit both architect and their clients in ensuring that decisions are made expeditiously and fairly.\"", "Mela aħna mhux hekk qegħdin ngħidu!", "Hawnhekk għandna abjad fuq l-iswed li dak li qed nipproponu aħna kienet issuġġerietu l-istess Awtorita' ta' l- Ippjanar fuq sena ilu.", "Għax biex l-affarijiet ikun ċari trid tara r- rapport.", "Xi trasparenza trid aktar minn hekk!", "Ma nistax nifhem kif qed toqogħdu tgħidu li mhux se jkun hawn trasparenza għaliex membru tal-bord se jkun jista' jitlob biex id-deliberazzjonijiet isiru fil-magħluq .", "Ejjew inkunu sinċieri u ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "(Interruzzjonijiet) Allura kif qed tgħidu inthom fil-qorti, meta l-ġurati jidħlu jiddeliberaw, m'hemmx trasparenza!", "Kif qed tippretendu li nieħdu ċerti deċiżjonijiet b'ħafna nies imdawwrin magħna, li kważi kważi b'għajnejnhom stess ikunu qed jhedduk?", "Dik it-trasparenza li tridu?", "Mhux aħjar li jkun hemm każi fejn minn qabel ikunu saru diskussjonijiet kif għandha tmur il-votazzjoni?", "Ejjew ngħidu lill-pubbliku li aħna qegħdin nagħmlu l-affarijiet biex verament ikun hawn trasparenza u biex l-affarijiet iktar jitħaffu u biex jingħata servizz aktar malajr.", "Aħna rridu trasparenza fid-deċiżjonijiet ħalli ma nibqgħux bis-sistema li xi ħadd iwaqqfek fit-tiriq - ħaġa komuni din - u jgħidlek: Isma', biddel il-perit jekk tridhom jimxu l-affarijiet.", "Dik it-trasparenza li kien hawn!", "Jew tiġu toqogħdu tgħidu li dan it- tibdil qed nagħmluh biex niġbru l-voti.", "(Interruzzjonijiet)", "Qed nara lill-Onor.", "Psaila Savona.", "Naf li dan l-aħħar attenda - naqbeż fuq suġġett ieħor - għal-laqgħa ta' l-għaqda kaċċaturi nassaba u konservazzjonisti li twaqqfet dan l-aħħar.", "Allura issa mortu għall-voti, għax qabel l-elezzjoni ħadd minnkom ma kien jattendi?", "MADAM SPEAKER: Onor. Pace, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi li jkompli jistema'.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Pace ikompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Psaila Savona, bil-permess ta' l-Onor.", "Pace.", "ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA: Jista' jekk jogħġbu l-Onor.", "Membru jespandi iktar għax ma fhimtx il-konnessjoni.", "ONOR.", "BERTU PACE: Għax aħna hawnhekk għajruna li qed inressqu dan it- tibdil għall-voti u biex nidhru sbieħ man-nies.", "Qabel l-elezzjoni jien attendejt kważi għal kull laqgħa ta' l-għaqda kaċċaturi nassaba u konservazzjonisti u min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma kien ikun hemm ħadd.", "Issa l-Membri ta' l-Oppożizzjoni bdew jattendu dawn il-laqgħat u allura jien nistaqsihom jekk dawn l-affarijiet humiex qed jagħmluhom għall-voti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Psaila Savona, bil-permess ta' l-Onor.", "Pace.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Lill-Onor.", "Pace nixtieq ninformah illi kull meta nkun mistieden nagħmel mill-aħjar li nista' biex nattendi, kultant b' sagrifiċċju kbir.", "L-Onor.", "Membru huwa żbaljat ukoll meta jgħid li qabel l- elezzjoni l-Membri tal-Gvern ma kenux jiltaqgħu ma' l-għaqdiet tal- kaċċaturi.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "BERTU PACE: Le, ma kenux jattendu.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: L-Onor.", "Pace għandu żball għax jien ilqajt personalment ġewwa dari lill-kumitat ta' l-għaqda kaċċaturi, nassaba u konservazzjonisti.", "Jien ma nafx għal liema raġuni qed jitkellem hekk.", "ONOR.", "BERTU PACE: Fil-pubbliku qatt ma rajnihom imkien.", "(Interruzzjonijiet) Xi ħadd f'din il-Kamra qal li aħna wegħedna lil xi tnejn min-nies li jekk inkunu fil-gvern jinħarġulhom il-permessi.", "Jien mhux tnejn min-nies naf imma mijiet li fl-aħħar ġimgħat ta' qabel l- elezzjoni tan-naħa l-oħra marru fuqhom u qalulhom li jekk jerġgħu jitilgħu fil-gvern joħorġulhom il-permessi, minkejja li kollox kien iġġammjat.", "Naf mijiet ta' nies oħra li marru quddiem l-Ombudsman għax ma mxewx sew magħhom.", "Biżżejjed ngħid li fil-lista ta' nies li jersqu għand l-Ombudsman fl-ewwel post hemm il-Planning Authority u l-affarijiet kienu jibqgħu għaddejjin bl-iskuża ta' l-awtonomija.", "Forsi dak iż-żmien kien hemm min kien aktar interessat fl-investimenti li kienu qegħdin isiru f'Tas-Sliema!", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq it-trasparenza.", "Biżżejjed insemmi li f'Ħaż-Żebbuġ inħarġu permessi f'area sħiħa li ħadd ma kien jaf fejn hi.", "Nixtieq insemmi wkoll li fl-area li tiġi fil-flight path ta' l-ajruplani ġewwa Ħal-Luqa, fejn huwa ċar li hemmhekk mhux suppost joħorġu l-permessi, Alla jbierek dawn ħarġu jiġru.", "Il-permessi nwaqqfuhom wara li joħorġu u wara li tinbiegħ l-art!", "Dik hi t-trasparenza li kien hemm!", "Per eżempju, minkejja li kien hemm xi files ittimbrati b'constraint fuqhom li l-permessi tagħhom mhux suppost joħorġu, sitta min-nies lanqas indunaw b'dan.", "Aqta' kemm kien hemm trasparenza!", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq meta twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jekk immorru lura fi żmien insibu lill-ex-Ministru Michael Falzon - hawnhekk ta' min igħid li t-tnejn min-nies li waqqfu l-Planning Authority u kellhom sehem fiha, kumbinazzjoni t-tnejn ma telgħux fil-Parlament! - jiftaħar li fi tmien ġimgħat kollox kellu jimxi u jkun lest.", "Issa l- Oppożizzjoni qegħda tagħmel plejtu għax aħna qed ngħidu 12-il ġimgħa.", "Ikun tajjeb ukoll għal dawk il-ħafna avukati li tkellmu - mhux għalija qed ngħid għax jien m'iniex avukat - li nikkwota deċiżjoni li ħadet il-Qorti ta' l-Appell fl-24 ta' Frar li għadda.", "Fil-Qorti ta' l-Appell kien hemm xi ħadd li kkontesta d-deċiżjoni ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u sostna li din m'għandha l-ebda dritt li tibgħat ittra - din regolarment tibgħatha - fejn tgħid: \"Aħna mhux se nilħqu nipproċessaw l-applikazzjoni tiegħek fi tmien ġimgħat u jekk m'intix se tagħtina extension se ngħidulek li ġiet refused\".", "Xi ħadd ikkontesta din it-talba ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-qorti ddikjarat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet obbligata li tiddeċiedi dwar applikazzjoni fi żmien tmien ġimgħat, naturalment jekk l-applikazzjoni ma tkunx tirrikjedi environment impact assessment.", "Il-qorti qalet ukoll li t-tmien ġimgħat kienu jgħoddu mid-data ta' l-applikazzjoni u li ż-żmien jista' jiġi estiż biss jekk l-applikant jaċċetta bil-miktub.", "Il-prattika ta' l-awtorita' li tinforma lill-applikant bil-miktub li se tingħata estensjoni indefinita spiċċat biex tellfet l-iskop kollu, jiġifieri l-liġi kienet tidħak bil- liġi għax artiklu 36 jgħid li l-awtorita' kellha tiddetermina l- applikazzjoni fi żmien raġonevoli ta' tmien ġimgħat u l-Qorti ta' l-Appell, li kienet magħmula minn tliet imħallfin, qalet li dak l-avviż ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar iħassar għal kollox il-liġi.", "Mela hawn diġa' hawn xi ħaġa li kienet sejra ħażin u ma noqogħdux inġibu l-iskuża bit- 12-il ġimgħa.", "Issa ħalli ngħid għalfejn aħna qed ngħidu li jekk ma jkunx hemm xi ħadd minn ġewwa stess li jagħmel il-bsaten fir-roti, fi żmien 12-il ġimgħa l-applikazzjonijiet nistgħu nlaħħquhom.", "Mill-1 ta' Frar sal-31 ta' Mejju li għadda n-numru ta' applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien ta' 2,386 li minnhom 681 applikazzjoni kienu għal full development permission.", "L-applikazzjonijiet l-oħra kienu 28 għal internal alterations, 22 għal adverts, 104 għal renewals, 79 għal amendments, 19 għal telecommunications - li l-maġġor parti tagħhom huma satellite dishes - 98 householder li jkopru xi alterazzjonijiet jew xi washroom u 27 għal xi affarijiet żgħar.", "Issa wara li ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi, bejn 25% u 30% ta' dawn l- applikazzjonijiet ma jibqgħux jidhru quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Mela ma noqogħux nagħmlu għaġeb li jekk ta' l-awtorita' ma jagħmlux moħħhom hemm ma jlaħħqux joħorġu l-permessi.", "Jekk l-4,000 applikazzjoni li għandha quddiemha l-awtorita' jonqsu b'1,000, inkunu qed nagħmlu qabża sewwa 'l quddiem.", "Mela ma noqogħdux ngħidu li fi żmien 12-il ġimgħa l- applikazzjonijiet ma jistgħux jinħadmu.", "Jekk ikun hemm l-effiċjenza u l- produttivita' kif suppost ikun hemm, l-applikazzjonijiet jilħqu jinħadmu fi 12-il ġimgħa.", "Aħna qed ngħidu li fl-amministrazzjoni għandu jkun hemm general manager jew direttur biex l-affarijiet jimxu aħjar u mhux biex infixklu jew bi skopijiet ħżiena, kif ġie allegat.", "Kien hemm min qal li se jkun hemm ħafna taħwid b'żewġ kapijiet.", "Meta 20 sena ilu dħalt il-bank kien hemm general manager wieħed imexxi kollox hu imma llum hemm erbgħa - general manager (finance), general manager (operations), general manager (administration) u general manager ieħor.", "Allura l-bank ma jimxix!", "Naħseb kulħadd jaqbel li l-banek għamlu improvement kbir fis-servizzi tagħhom.", "Allura għax se ndaħħlu direttur fl-administration biex jara li x-xogħol jitqassam sew u l-affarijiet jimxu se nfixklu lill-awtorita' jew se ngħinuha?", "Ħaġa oħra li ma nistax nifhem hija li wara li d-DCC tieħu deċiżjoni l- applikant idum jistenna bejn tlieta u erba' imgħat biex jgħidulu jekk tawhx permess jew le.", "Dan biex ma nsemmix ħafna ġiri u ħafna pressure.", "Dawn l-affarijiet ma nistgħux inħaffuhom iktar?", "Minn analisi ħafifa malajr tinduna li għaddew 14-il ġurnata minn meta d-DCC ħadet deċiżjoni fuq dawk is-600 applikazzjoni u nofshom għadhom lanqas biss irċevew notifika tad- deċiżjoni.", "Dawn għadhom jistennew il-firma taċ-chairman jew ta' min hu responsabbli.", "Dawk l-affarijiet li hemm fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar!", "Jien ma nafx kif iridu jimxu l-affarijiet jekk inħalluhom kif inhuma u ma nbiddlux il-liġi!", "Hemm bżonn li titnaqqas il-burokrazija li farrket u ġġammjat lill-awtorita' biex il-produzzjoni tiżdied.", "L-Oppożizzjoni attakkat il-fatt li issa l-ministru se jkollu aktar setgħa għax il-policy trid tkun approvata minnu.", "Hawnhekk nerġa' nirrepeti għal darba, darbtejn, tlieta - anke l-Ministru stess ta spjegazzjoni ta' dan - li l-policies ma jsirux mill-ministru imma jiġu approvati minnu wara li jkunu tlestew mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u bi qbil mal-Kamra tal-Periti.", "Għalfejn m'għandux ikun hekk?", "Fl-aħħar mill-aħħar min hu accountable, l- Awtorita' ta' l-Ippjanar jew il-ministru u l-gvern tal-ġurnata?", "Mela fl- awtorita' bħalissa hemm xi ħadd accountable jew li jrid jagħti rendikont ta' għemilu?", "Il-Ministru jista' jiġi f'din il-Kamra u jiġi attakkat u ffaċċat b'mistoqsijiet parlamentari.", "Il-ministru fl-aħħar mill-aħħar irid jagħti rendikont lill-poplu, imma bl-istruttura preżenti l-Awtorita' ta' l- Ippjanar lil min trid tagħti rendikont?", "Lil ħadd!", "Tieħu deċiżjoni tajba jew ħażina u ma tagħti rendikont lil ħadd.", "L-Oppożizzjoni trid li jiġri bħalma ġara ħames xhur ilu, meta l-awtorita' biddlet il-policy tagħha dwar iċ-ċertifikati neċessarji biex wieħed idaħħal is-servizz tad-dawl jew ta' l- ilma, u spiċċajna biex għal tliet xhur sħaħ ħadd ma seta' jdaħħal dawn is- servizzi?", "Għaliex m'għandux ikollu say fuq dawn il-policies il-ministru?", "X'hemm ħażin?", "Mela se noqogħdu noġġezzjonaw għax il-ministru jew il-gvern se jibda joħroġ il-green areas!", "Ejja ngħidu l-verita'.", "Kieku ma ndħalniex aħna kieku sal-lum għadna għaddejjin biha din u għad hemm id- diffikultajiet fuq dawn l-affarijiet.", "GĦandna nagħmlu policies biex inwaqqfu l-permessi ta' min ikollu restaurant jew cafeteria u jkun irid joħroġ l-imwejjed barra jew ma nħalluhx jagħmel tinda għax-xemx?", "Din qed tfakkarni f'policy oħra.", "Bħalissa qabel jagħtik permess biex tkun tista' temporanjament toħroġ xi mwejjed fuq art tal-gvern, il-Lands jgħidlek biex tapplika għand il-Planning Authority.", "Hemm każijiet ta' min applika f'April għall-istaġun tas-sajf u sal-lum għadhom lanqas tawh risposta!", "Ma jistax ikun li l-affarijiet inħalluhom sejrin hekk.", "Madam Speaker, attakkawna għax se naħtru direttur ieħor inkarigat mill- amministrazzjoni u audit u qalu li issa se jkun hemm żewġ kaptani.", "Dan m'hu veru xejn għax dan huwa kollu biex titjieb l-effiċjenza ta' l- awtorita'.", "Ħafna azjendi kbar kif jimxu bi tnejn jew tliet general managers?", "(Interruzzjonijiet) Kieku mur ara x'taħwid ikollna fil-banek!", "Biex nagħlaq nerġa' ngħid li huwa importanti li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tiżviluppa relazzjonijiet tajba u djalogu kontinwu ma' dawk kollha li jistennew bi dritt is-servizz tagħha.", "Trid tonqos ir-riġidita' tagħha, b'mod speċjali f'dawk il-policies li wara li jibdew jiġu attwati jibdew juru li mhumiex jagħtu r-riżultat meħtieġ.", "Importanti ħafna li dan it- tibdil fil-liġi jservi ta' bidu ta' relazzjonijiet tajba u ta' fiduċja reċiproka bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Kamra tal-Periti.", "Importanti li l-pubbliku jifhem li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'hijiex xi ħakkiema jew dittatorjat li kulħadd jobdi b'għajnejh magħluqa iżda li qiegħda hemm biex tgħin u tidderieġi lil kulħadd biex jimxi mal-liġijiet tal-pajjiż.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, qegħdin nitkellmu fuq liġi li nħoss li kienet waslet għal tibdiliet, mhux neċessarjament it-tibdiliet li huma mfassla hawn, imma kif smajt ill-Viċi Prim Ministru jgħid din il-ġimgħa - waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari - kien wasal iż-żmien biex forsi titneħħa l-arja żejda ta' ċerti nies illi jridu jilagħbuha tal- cowboys.", "Jiena ngħid li mhux cowboys biss hemm - hemm Indjani u hemm ukoll Messikani - għax fil-films western kultant tara l-cowboys kontra l-Indjani u kultant tarahom kontra l-Messikani!", "Pero' mbagħad fiċ-ċirkostanzi kollha dejjem jispiċċa jbati l-popolin u ħaddieħor jixxala, min għax għandu l- ixkubetta f'idejh - l-ixkubetta mhux tal-kaċċatur! - u min għax għandu l- arma li mingħalih huwa 'l fuq mil-liġi għax għandu l-poter f'idejh u allura jabbuża mill-poter li tagħtih il-liġi.", "Madam Speaker, nibda billi kategorikament ngħid li jiena naqbel mija fil- mija mal-konċett ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Naqbel ukoll mal-konċett li għandha tkun l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tiddeċiedi fuq pjanijiet u tibdil fil-pjan ta' struttura u jekk għandhomx jiġġeddu jew jitwessgħu ċerti areas madwar ċerti rħula.", "Pero' fl-istess nifs ngħid ukoll li, minkejja d-diskussjonijiet li kienu saru u minkejja d-determinazzjoni li kienet intweriet fil-bidu nett, hemm il-fatt li ħafna minn dawk li ħadmu fl-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar żvijaw b'mod jew ieħor mill-iskop oriġinali.", "Insemmi biss, bħala eżempju, li sal-lum wara ħames snin mit- twaqqif ta' l-awtorita', post bħall-Imtarfa għadu bla skema u għadna ma nafux meta se jitlesta l-pjan lokali.", "Oltre dak li ġie żviluppat mill-gvern biex jipprovdi akkomodazzjoni soċjali għal ħafna u ħafna nies, il-parti l- oħra ta' l-Imtarfa sal-lum għadha mingħajr skema u mingħajr pjan regolatur li jista' jistabilixxi għal żmien determinat fejn jista' jiġi żviluppat.", "Bħall-Imtarfa hemm ukoll lokalitajiet oħrajn li batew minn din in-nuqqas ta' deċiżjoni għax ma ġiex ippreżentat pjan fit-terminu previst.", "Madam Speaker, qegħdin nitkellmu fuq liġi fejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma kenitx immexxija bil-mod li stennewha titmexxa n-nies, a skapitu tal- politiċi u tal-gvern li kien hemm il-bieraħ u forsi anke a skapitu tal- Gvern tal-lum.", "Filwaqt li nirriferi għal dak li tkellmu fuqu sħabi taż- żewġ naħat tal-Kamra nixtieq nuri kif ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu dwar policies m'għandhom xejn x'jaqsmu ma' dak li stenna l-poplu Malti.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik, imma sar il-ħin.", "Nifhem li se tibqa' in possession?", "ONOR.", "TONY ABELA: Iva, Madam Speaker, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela jibqa' in possession.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 22 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Michael Angelo Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Madam Speaker, f'dawn l-aħħar ġranet il- Ministru tat-Turiżmu u jien sibna mezz kif ma naqblux meta nkunu fil-fatt qed naqblu!", "Qed ngħid hekk għax it-tnejn li aħna tkellimna dwar il-qagħda fit-turiżmu sa l-aħħar ta' Mejju u l-Onor.", "Karmenu Vella ħares lejn dan is- suġġett minn perspettiva u jien ħarist lejh minn oħra.", "Hu sostna li ż- żelqa 'l isfel ġiet miżmuma filwaqt li jien għidt li t-turiżmu din is-sena kemm kemm qed iżomm il-pass tar-riżultati miksuba s-sena li għaddiet.", "Fi kliem ieħor il-Ministru ħares lejn dan l-aspett minn naħa u jien ħarist lejh minn oħra u fil-fatt it-tnejn qed ngħidu li sa Mejju t-turiżmu baqa' dak li kien fl-1996.", "Iżda l-Prim Ministru la jaqbel mal-Ministru tiegħu u ovvjament lanqas jaqbel miegħi għax isostni li sa Mejju beda jidher li hemm xi qawmien f'din l-industrija.", "Fil-fatt kien għalhekk li jiena ħriġt l-istqarrija oriġinali.", "Jiena nawgura dan il-qawmien, ħaġa li nixtieqha jien u jixtieqha kulħadd, pero' r-riżultati sa Mejju ma jurux din l-istampa ottimista iżda jagħtu l-kwadru realista, kif imfisser sew mill-Ministru Vella, kif ukoll minni.", "U bi tweġiba għall-istqarrija li kont ħriġt jien - biex inpoġġi l-fehma tal-Prim Ministru fil-perspettiva korretta tagħha - id- DOI u l-Ministru Vella għoġobhom joħorġu kontro-stqarrija iżda llimitaw irwieħhom - u hawnhekk forsi hija l-istramberija - għal dak li jien għidt biss fl-ewwel paragrafu, li jittratta dwar il-qagħda tas-suq Ingliż għal Malta.", "Jien minn dan is-silenzju nifhem li l-Gvern jaqbel ma' dak li għidt fil- bqija ta' l-istqarrija tiegħi, cioe' li kieku ma kenux għat-33,000 ta' Frosch - fuq ftehim li kien sar fi żmien Gvern Nazzjonalista - kieku t- total lanqas ilaħħaq dak miksub fl-1996, li s-suq Ġermaniż tilef mir-ritmu li kien qabad f'dawn l-aħħar snin u li l-Gvern Nazzjonalsita ħadem b'politika ta' diversifikazzjoni, b'għaqal u Allaħares ma kienx hekk.", "Jien għidt ukoll li jeħtieġ li l-mezzi li t-turiżmu għandu għad- dispożizzjoni tiegħu jintużaw aħjar biex ikunu ta' siwi u kontribut akbar għall-ekonomija Maltija.", "Bħali, il-Ministru u l-Gvern jawguraw ġejjieni aħjar għall-industrija tat-turiżmu, li jfisser futur aħjar għall-poplu Malti u GĦawdxi.", "Fit-tweġiba li ta, il-Ministru Vella ma ċaħadx, anzi kkonferma, li sa Mejju r-riżulat mis-suq Ingliż kien it-tieni l-aktar baxx f'dawn l-aħħar sitt snin.", "Fil-fatt ikkritikani li qed nagħti kas biss tan-numri.", "Din naraha stramba meta fl-istqarrija tiegħi fil-fatt għamiltha ċara u tonda li n-numru waħdu mhuwiex kejl eżatt ta' kif tkun sejra l- industrija.", "Jekk xtaq jagħmel hekk inħalluh jagħmel hekk, imma min iqabbel iż-żewġ stqarrijiet flimkien jaf li fil-fatt jien dan m'għidtux.", "Tajjeb nifhmu li għalkemm huwa veru li n-numru fit-turiżmu huwa biss parti mill-istorja, il- volum bħala fattur, riferribbilment għas-suq Ingliż, għandu importanza ikbar għax dan is-suq ġej l-aktar mix-xogħol li jagħmlu t-tour operators, huwa suq li fil-parti l-kbira jiddependi minnhom u huwa suq li tradizzjonalment huwa sensittiv ħafna anke għal tibdil fil-prezzijiet.", "Id-diżappunt tiegħi u ta' min qiegħed fit-turiżmu għaż-żieda relattivament iżgħar minn dik mistennija minn kulħadd, ġej mill-fatt li qatt ħlief f'dawn l-aħħar għaxar snin l-ekonomija Ingliża u l-lira Ingliża ma kienu daqshekk b'saħħithom, fattur li se jwassal li għaxar miljun Ingliżi se jieħdu btala barra mill-Ingilterra din is-sena.", "Allura meta aħna nżidu biss 10,000 fin-numru li ġej minn dan il-pajjiż ikun ifisser li minn dan l-ammont kollu ta' business iġġenerat fl-Ingilterra qed ingawdu biss biċċa.", "Pero' rrid infakkar ukoll li fl-1994, meta l-forward buying rate kienet fl-aħħar fażi u diġa' kienu qed joperaw r-restaurant levy and room tax, ir- riżultat miksub mis-suq Ingliż sa Mejju ta' l-1994 kien ferm superjuri għal dak miksub din is-sena.", "Ma nistax nifhem kif hemm għodda bħat-tour operator support scheme li m'hijiex qed tintuża ħlief biex tissussidja bl- aktar mod ġeneruż is-suq Ingliż, meta tista' tintuża b'għaqal u strateġikament fi swieq u segmenti oħra.", "Jien ngħid li llum is-suq Ingliż m'għandux bżonn dawk l-inċentivi li kien ikollu bżonn meta l-munita Ingliża kient fjakka.", "Illum il-munita Ingliża hija b'saħħita u wieħed irid jara kif minn dik l-għodda li għandu jipprova anke jiddiversifika u jien ngħid li għandu jiġi megħjun s-suq Ġermaniż speċjalment.", "Meta dan is-suq sejjer ħażin ma nafx għaliex il-Ministru għadu ma laqqax miegħu - u naf li dan għadu m'għamlux - lill-aġenti u r-rappreżentanti kollha Maltin li jaħdmu f'dak is-suq ħalli flimkien jipprovaw isibu xi soluzzoni biex wieħed jerġa' jagħti l-ħajja lil dan is-suq.", "Dawn huma soluzzjonijiet li wieħed jista' jsib, ideat li jista' jistħarreġ u armat b'dawn jien kont nissuġġerixxi li l-Ministru jmur ikellem lill-principals stess fil-Ġermanja, ħalli jara kif jista' jerġa' jagħti l-ħajja lil dan is- suq.", "Dan huwa suq li jħalli ħafna profitt u nissorprendi ruħi li s'issa għadu ma sarx dan l-isforz.", "Il-Ministru qalli li jien ma nagħtix suġġerimenti kostruttivi.", "Illum qed nagħtih, anzi qed ninsisti li din hija t-triq li għandha tittieħed.", "Jien hawnhekk nistaqsi: X'qed nistennew?", "Dan l-eżerċizzju ma sarx u jeħtieġ li jsir illum qabel għada.", "Kif għidt, dan huwa suġġeriment kostruttiv u anke jekk wieħed jaqra l-istqarrijiet li għamilt fuq it-turiżmu jinduna li ma nagħmilhomx b'mod distruttiv.", "Jien ma neħux pjaċir li ma mmorrux tajjeb, anzi qed nagħti l-linja kif wieħed forsi jista' jsib soluzzjoni.", "Nagħlaq billi ngħid li nafu li x-xahar ta' Ġunju ma tantx kien tajjeb għat-turiżmu, pero' fl-istqarrija tiegħu l-Ministru Vella jgħidilna li Lulju se jpatti għat-telf.", "Interessanti li meta xahar għadu m'għaddiex il- Ministru diġa' jaf x'se jiġri fl-aħħar għaxart ijiem li għad fadallu!", "Jien nawgura li dan fil-fatt ikun minnu iżda meta nara Ħal Ferħ li s-soltu kien ikun mimli Franċiżi, jirriklama f'nofs Lulju biex jattira klijentela Maltija, u meta hemm ħafna lukandi f'Lulju u f'Awissu li qegħdin fuq sistema ta' free sale, oħrajn b'rati ta' 50% tan-normal, u meta numru ta' lukandi huma mimlijin studenti, tlieta jew erbgħa f'kamra, li normalment joqogħodu fid-djar tal-Maltin, nissuġġerixxi li l-Ministru jistħarreġ sew is-sitwazzjoni li teżisti f'dan il-pajjiż u l-forward booking situation qabel ma jagħmel stqarrijiet bħal dawn.", "Jien kont fil-pożizzjoni tiegħu u niftakar li rari kont nagħmel pronostiċi imma kont nitkellem fuq ir-riżultati.", "Nittama li ħaġa li swiet fl-imgħoddi jerġgħu jitgħallmuha u minflok nużawha għal propaganda nużawha għas-serjeta'.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, xtaqt nipprova ngħid li l-baħar jaqsam m'huwiex biss bejn Malta u GĦawdex imma hemm baħar jaqsam ukoll bejn id- diskors li jsir mill-kelliema tal-partit fil-gvern u l-mod kif kienu jitkellmu meta kienu fl-oppożizzjoni.", "GĦal darb'oħra se nagħmel riferenza għall-qasam indispensabbli fl-importanza tiegħu u hawn qed nirriferi għat- trasport bejn iż-żewġ gżejjer u se nuri kif in-nies li llum qegħdin fil- gvern kienu jitkellmu meta ma kenux fil-gvern u x'ġara issa li qegħdin fil- gvern.", "F'dawn l-aħħar xhur smajna ħafna bil-kelma \"ingann\", jiġifieri l- ingann ta' kif wieħed ipproġetta ċerti affarijiet qabel l-elezzjoni u x'irriżulta wara.", "Fil-programm elettorali tal-Partit Laburista, fil-parti li għandha x'taqsam ma' GĦawdex, taħt l-isem \"Orriżonti Ġodda għal GĦawdex\", insibu ddikjarat bl-ikbar solennita'.", "\"Ħidma biex jitjiebu l-kondizzjonijiet tat- trasport bejn Malta u GĦawdex\".", "Meta wieħed jaqra dikjarazzjoni daqshekk solenni fi programm elettorali - u nirripeti: \"Ħidma biex jittjiebu l- kondizzjonijiet tat-trasport bejn Malta u GĦawdex\" - seta' jifhem li jekk kemm-il darba l-kumpannija kienet qed tagħmel 40 trip kuljum, meta jitla' l-Partit Laburista dawn kienu se jibdew isiru 50 jew 60, għax meta tgħid li se ttejjeb dak li diġa' jeżisti jfisser li se jkollok xi ħaġa superjuri għal dak li kien hemm.", "Il-verita' hi li llum il-ġurnata t-trips naqsu, is- servizzi naqsu u n-nollijiet żdiedu.", "GĦalhekk wieħed bilfors jasal biex jistaqsi: Dan mhux ingann meta wieħed jgħid mod u jagħmel mod ieħor?", "Fl-istess programm elettorali ssib li: \"Għandhom jittieħdu miżuri li jipprovdu ħarsien xieraq għall-konsumatur GĦawdxi li xi drabi jmur minn taħt aktar mill-konsumatur Malti\".", "U jien ngħid li meta tmiss in-nollijiet tal-vapur li jieħu l-merkanzija lejn GĦawdex, li jieħu t-turiżmu lejn GĦawdex u ta' dawk l-GĦawdxin li ta' bilfors iridu jiġu hawn Malta, tkun qed tagħmel bil-maqlub ta' dak li pproklamajt fil-programm elettorali tiegħek u allura fl-opinjoni tiegħi dan jikkonstitwixxi ingann ta' kif tkun għidt l-affarijiet qabel u kif fil-verita' wettaqthom wara.", "Issa rrid niġi anke għal dawn l-aħħar xhur, jiġiferi meta l-Prim Ministru wara l-elezzjoni kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari fuq it-trasport u qal li jeħtieġ li jkun hemm titjib fis-servizzi li jġibu iktar benefiċċju għal GĦawdex u li jiffaċilitaw it-tkabbir ta' l-attivita' ekonomika u soċjali f'GĦawdex.", "Dan huwa diskors li ntqal bl-ikbar solennita' fi tweġiba parlamentari imma meta wieħed iħares lejn ir-riżultati jsib li l- volum tat-traffiku bejn il-gżejjer naqas f'dawn id-disa' xhur ta' amministrazzjoni Laburista.", "U jien ngħid li l-Gvern ma jistax jibqa' jittraskura u jinjora ċ-ċifri li hu stess huwa kostrett li jagħti f'din il- Kamra b'risposta għal domandi li jsiru minn żmien għall-ieħor.", "Qegħdin naraw li fl-aħħħar ħames xhur, jiġiferi minn Frar sa l-aħħar ta' Ġunju, meta għolew in-nollijiet tal-Gozo Channel, il-vetturi li jaqsmu bejn Malta u GĦawdex naqsu b'iktar minn 26,000.", "Nista' nsemmi ċifri aktar riċenti.", "Jekk nieħdu x-xahar ta' Lulju nsibu li fl-ewwel ħmistax ta' dan ix-xahar kien hem 3,817 vettura inqas li għamlu użu mill-vapuri tal-Gozo Channel meta pparagunat ma' l-istess perijodu tas-sena l-oħra u 6,797 passiġġier inqas - dan dejjem fi 15-il ġurnata - meta pparagunat ma' l-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "Jiġifieri ta' kull darba wieħed qed joħroġ dawn iċ-ċifri li juru li verament qed ikun hemm impatt negattiv għaliex is- sistema tat-trasport mhux talli ma tjebitx talli marret lura, minkejja l- proklami u d-dikjarazzjonijiet li kien hemm li jekk jitla' l-Partit Laburista fil-gvern se jtejjeb il-kondizzjonijiet tas-servizzi tat-trasport għal Għawdex.", "Kif diġa' għidt fil-ħin tal-mistoqsijiet, bil-mod kif mexjin l-affarijiet nistgħu naslu għal sitwazzjoni fejn il-kumpannija tasal fl- istat li tistagħna a skapitu ta' l-obbligi soċjali u infrastrutturali li għandha favur l-ekonomija Għawdxija u allura nispiċċaw biex il-kumpannija tistagħna u l-ekonomija Għawdxija tistaġna.", "Madam Speaker, se ngħaddi għal aspett ieħor ta' trasport.", "Dan l-aħħar għamilt domanda parlamentari fejn staqsejt kemm għamel trips fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u tas-sena l-oħra l-vapur li jġorr il- merkanzija minn Sa Maison.", "Hawnhekk ukoll insibu li kien hemm tnaqqis għax fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra saru 301 trip u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 258, jiġifieri tnaqqis ta' 43 trip.", "Dan juri li l- volum tat-traffiku qiegħed jonqos ukoll fuq dik ir-rotta.", "F'dan il-kontest irrid nagħmel riferenza għall-kumitat tat-trasport tal-merkanzija li kien twaqqaf u kien ġie mogħti ċerta prominenza.", "Dan il-kumitat kellu dawn it- terms of reference:", "\"Biex jagħmel rakkmandazzjonijiet rigward użu aħjar mis-servizz tat- trasport tal-merkanzija mix-xatt ta' Sa Maison, Pieta';", "biex jiddetermina jekk huwiex vijabbli li s-servizz tat-trasport tal- merkanzija mix-xatt ta' Sa Maison ikompli jkun operat mill-Gozo Channel; u", "biex jagħmel rakkmandazzjonijiet dwar alternattivi oħrajn, fosthom li s-servizz ikun privatizzat jew miftuħ għal konkorrenza, u biex jagħmel suġġerimenti dwar it-trasport tal-merkanzija bejn Malta u Għawdex.\".", "Jiena għamilt domanda - anzi din kienet it-tieni waħda - lill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ, li hu nkarigat minn dan il-kumitat u filwaqt li tani l- ismijiet tal-membri ta' dan il-kumitat, li ċ-chairman tiegħu huwa s- Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Gavin Gulia, qalli wkoll li dan il-kumitat li twaqqaf f'April li għadda iltaqa' darbtejn biss u mbagħad waqaf għaliex il-membri tiegħu riedu jiġbru xi informazzjoni u issa se jerġa' jiltaqa' fit-23 ta' Lulju.", "Jien ngħid li t-terms of reference ta' dan kumitat m'humiex ċari biżżejjed u hawnhekk wieħed jifhem li l-Gvern ma jafx eżattament x'għandu jagħmel biex ikun jista' jissodisfa l-bżonnijiet ta' Għawdex fl-iżvilupp tiegħu u tar-residenti Għawdxin.", "Qed ngħid dan għaliex it-terms of reference ta' dan il-kumitat ma jagħtukx x'tifhem li hemm xi soluzzjoni, per eżempju, ta' jekk il-Gozo Channel jistax jagħmel servizz vijabbli minn Sa Maison.", "U kieku biss jirriżulta li s-servizz tal- merkanzija minn Sa Maison m'huwiex vijabbli, x'jagħmel?", "Iwaqqaf ir-rotta minn Sa Maison?", "X'inhi verament il-mira tal-Gvern?", "Imbagħad jien ngħid li r-rotot li jagħtu servizz bejn Malta u Għawdex wieħed irid iħares lejhom bħala pakkett wieħed u rotta tista' tpatti għal oħra.", "Ċertament Għawdex u l-bżonnijiet tiegħu ma jistgħux jibqgħu ttrattati b'dan il-mod għaliex dawn huma affarijiet serji u minnhom jiddependi jekk l-ekonomija Għawdxija timxix 'l quddiem jew le.", "Il-kollega tiegħi għadu kif tkellem fuq it-turiżmu internazzjonali li jiġi Malta u li allura jolqot ukoll lil Għawdex pero' wieħed irid jitkellem ukoll fuq it-turiżmu intern, li huwa l-iktar turiżmu li jagħti benefiċċju lill-ekonomija Għawdxija s-sena kollha.", "It-turiżmu intern f'dawn l-aħħar snin kiber u rridu naraw li n-numru ta' residenti Maltin li jmorru għall- btala tagħhom fil-gżira Għawdxija jikber u jissaħħaħ.", "Sfortunatament qegħdin naraw li dan mhux qiegħed isir, ħlief għal xi weekend partikolari, pero' mhux qed ikun mifrux matul is-sena kollha, kif kien ikun qabel.", "Din hija xi ħaġa li rridu nibżgħu għaliha għaliex tolqot direttament lill-gżira ta' Għawdex u allura rridu verament nindirizzawha biex inkunu nistgħu nkabbru l-attivita' ekonomika fis-settur turistiku fil-gżira ta' Għawdex.", "Madam Speaker, għaldaqstant jien inħeġġeġ li jerġa' jkun hemm is-serjeta' fuq din il-kwestjoni għaliex it-trasport bejn Malta u Għawdex huwa kwestjoni nazzjonali daqs il-kwestjoni tat-Tarzna bid-differenza li, filwaqt li din tingħata sussidju statali għal sena wara l-oħra, l-azjenda l- oħra m'għandha xejn minn dan kollu pero' xorta waħda hija kwestjoni nazzjonali li trid tiġi ndirizzata bħala xi ħaġa ta' kulħadd u mhux bħala xi ħaġa ta' Għawdex u ta' l-Għawdxin biss.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Madam Speaker, bħal dan iż-żmien disa' xhur ilu konna lejliet l-elezzjoni, riżultat li ta 50% rebħa lill-Partit Soċjalista u ftit inqas minn 50% telfa lill-Partit Nazzjonalista.", "Meta wieħed jara għalxiex ivvota l-poplu isib li l-issues politiċi tal-Partit Laburista kienu l-VAT, il-kaċċa u kien hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea, fejn kienu jgħidu li jridu jkunu viċin kemm jista' jkun pero' mhux full members.", "Il-Partit Nazzjonalista m'għamilx issue mill-Unjoni Ewropea, jiġifieri kien hemm nies li vvotaw lill-Partit Nazzjonalista li ma kellhomx f'moħħhom li bilfors irridu nidħlu fl-Ewropa, pero' kien hemm ukoll nies - u jien naf personalment nies Nazzjonalisti - li vvotaw kontra tagħna għax weġgħethom il-VAT jew għax weġgħethom il-kaċċa.", "Jekk tistaqsihom lil dawn jgħidulek: Dażgur li nidħlu fl-Ewropa!", "Ir-riżultat jurik li kemm minn naħa u kemm minn oħra l-poplu Malti jrid li jew inkunu fl-Ewropa jew inkunu viċin tagħha.", "Li l-Ewropa tkun ekonomikament b'saħħitha għalina jfisser li Malta tkun tista' tgawdi.", "Jekk inkunu membri ngawdu għax nieħdu sehem f'dak li jkun qiegħed isir u jekk ma nkunux membri jkollna nlaqqtu minn dak il-frak li jaqa' minn fuq il-mejda ta' l-Ewropa.", "Dik hija d-differenza bejn tkun membru jew tkun kważi membru.", "Madam Speaker, il-ġimgħa l-oħra ħarġet \"Aġenda 2000\" mill-Unjoni Ewropea.", "Din fetħet it-triq biex ħames pajjiżi plus one - jiġifieri ħames pajjiżi li kienu komunisti, ċioe' l-Ungerija, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l- Estonja u l-Islovenja - isiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn setgħu kienu five plus two u jien konvint li kull Malti li ra dak li ġara l-ġimgħa l-oħra, sew jekk hu Laburist u sew jekk hu Nazzjonalist, f'qalbu ħass li Malta sparixxiet mill-mappa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din il-mappa fiha 15-il membru u Aġenda 2000 qed toffri lil ħames pajjiżi plus one, li huwa Ċipru, li jidħlu fl-Unjoni.", "Hemm ħames pajjiżi oħra ex-komunisti li wkoll qegħdin fuq din il-mappa u jinsabu rrabjati għaliex ma daħħluhomx membri mill-ewwel, għalkemm qegħdin imniżżlin ukoll, u hemm it-Turkija li għadha qed tippretendi imma qalulha le.", "B'kollox hemm 27 pajjiż imma disgrazzjatament Malta ma tidhirx f'din il-mappa ta' l-Unjoni Ewropea għax l-applikazzjoni tagħna hija ffriżata.", "Xi jfisser dan?", "Jien ngħid li l-Partit Laburista meta tela' fil-gvern sab ruħu ffaċċat b'pożizzjoni li forsi ma kienx qed jistenniha fejn sab ma' wiċċu mandat li l-applikazzjoni ta' Malta jew tiġi rtirata jew tiġi ffriżata u naħseb li from two evils għażel l-aħjar waħda, dik li jiffriżaha.", "Pero', kif kelli okkażjoni ngħid fil-Foreign Affairs Committee, kwalunkwe ħaġa ffriżata għandha l-expiry date tagħha, qiegħda fil-freezer pero' se tiskadi u allura xi darba jew oħra trid toħroġha minn ġol-freezer.", "Madam Speaker, mill-elezzjoni 'l hawn għaddew disa' xhur u ta' min jara x'ġara matul dan il-perijodu.", "Għadu kif spiċċa l-Kunsill ta' Amsterdam u għadu kif kellna l- konklużjonijiet ta' l-IGC.", "Waħda mill-affarijiet li kienet tinkwieta lill- Partit Laburista kienet li konna nkunu ċittadini tat-tieni klassi u issa wieħed jista' jara li l-ħames pajjiżi li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea se jkollhom kummissarju kull wieħed, daqskemm għandhom il-pajjiżi l-oħra, għax issa l-pajjiżi l-kbar se jonqsilhom wieħed u allura kull wieħed se jkun indaqs.", "Biex jerġa' jkun hemm ftuħ ieħor imbagħad wieħed irid jara u jekk aħna ma nkunux fost dawn il-ħamsa se nitilfu kull ċans li nsiru membri u għalhekk jien ngħid li wasal iż-żmien biex l-applikazzjoni tagħna toħroġ mill-friża.", "Kwestjoni li wkoll kienet tinkwieta lill-Partit Laburista kienet dik tan- newtralita' u wara li sar il-Kunsill ta' Amsterdam u l-IGC rajna li Sweden, Finland, Denmark u anke sa ċertu punt l-Ingilterra - għalkemm l-Ingilterra diġa' saret membru - ma ridux jidħlu fil-Western European Union u ma daħlux u dan ifisser li n-newtralita' li tant kienu jibżgħu minnha tista' tiġi salvagwardata.", "Madam Speaker, f'dawn l-aħħar disa' xhur rajna elezzjoniet fl-Ewropa li taw rebħa lill-partiti soċjalisti fl-Ingilterra u fi Franza.", "Dawn ir- rebħiet se jġibu tibdil fl-istruttura politika u soċjali ta' dawn il- pajjiżi, li żgur se jkunu riflessi fil-policies ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il- Partit Laburista qabel l-elezzjoni kien jgħid li l-inkwiet li kellna biex insiru membri għalih ma kien inkwiet xejn għaliex bil-policy tagħhom tal- free trade zone kellhom kollox lest, kemm jaqbdu u jitkellmu.", "Issa diġa' għaddew disa' xhur u jafu żgur li qabel is-sena d-dieħla lanqas se jibdew it-taħdidiet fuq il-proposti tagħhom.", "Għalhekk, kif diġa' appellaw sħabi, kif diġa' appella l-partit u kif jixtiequ ħafna nies, jiena nappella li l-applikazzjoni tagħna toħroġ minn ġol-friża.", "Iva, għad għandna ċ-ċans li minflok five plus one inkunu five plus two.", "Jistgħu jibdew l-accession talks.", "X'fiha ħażin billi wieħed jitkellem u jiddiskuti!", "Jekk il-Gvern Malti meta jibda t-taħdidiet jidhirlu li l-kondizzjonijiet huma ħżiena jista' jirtira l-applikazzjoni imma jekk isibhom tajbin u jara li hemm dehra għal bidliet, għaliex le, inkomplu għaddejjin.", "Jista' jkun li forsi jsib ruħu mbarazzat minħabba l- mandat ta' l-elezzjoni.", "Ma ġara xejn, isir referendum bħalma sar fin- Norveġja u fi Switzerland.", "Jien ngħid li r-referendum għandu jsir wara li jkunu saru t-taħdidiet.", "Jekk il-Gvern ipoġġi din l-issue quddiem il-poplu Malti jista' jara jekk il-maġġoranza tridx li aħna nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Jien nappella lill-Gvern Laburista biex jirrifletti sew u jekk joħroġ l-applikazzjoni minn ġol-friża nista' niżgurah li se jkollu l- backing tal-Partit Nazzjonalista.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 22 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL- TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠA BIL-MIKTUB", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - EX-PROPRJETA' TAL-KNISJA", "7303.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern permezz tal-Joint Office mill- bejgħ ta' ex-proprjeta' tal-Knisja fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kkonsidrat li fil-budget kien qed ikun stmat dħul ta' Lm1,200,000 għas-sena sħiħa (Vot 50.0191)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-dħul tal-Gvern permezz ta' l-Uffiċċju Konġunt mill-bejgħ ta' ex-proprjeta' tal-Knisja fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien ta' Lm378,544.", "DJAR - RIFUŻJONI TA' SUSSIDJI", "7304.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mir-rifużjoni ta' sussidji fl- ewwel sitt xhur ta' din is-sena kkonsidrat li fil-budget kien qed ikun stmat dħul ta' Lm60,000 għas-sena sħiħa (Vot 49.0449)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għalkemm l-istima hi ta' Lm60,000 s'issa nġabar l- ammont ta' Lm93,469.", "AWTORITA' TAD-DJAR - HOUSE BUILDING PROGRAMME", "7305.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien intnefaq mill-Awtorita' tad-Djar mill-vot għall- house building programme fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kkonsidrat li fil-budget kien qed ikun stmat infiq ta' Lm5,955,000 għas-sena sħiħa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Minn din l-istima ta' Lm5,955,000 l-Awtorita' tad- Djar nefqet Lm1,693,682.", "AWTORITA' TAD-DJAR - RENT OF TENEMENTS FROM PRIVATE SECTOR", "7306.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien intnefaq mill-Awtorita' tad-Djar mill-vot għall- subsidies on rent of tenements from private sector fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kkonsidrat li fil-budget kien qed ikun stmat infiq ta' Lm470,000 għas-sena sħiħa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Barra subsidies on rent of tenenments from private sector l-istima ta' Lm470,000 tipprovdi ukoll għal-sussidji għall- inkwilini tas-settur privat biex (i) jixtru darhom u (ii) jagħmlu xogħoliiet ta' tiswija u titjib.", "Minn dan il-vot intefqu biss Lm580.", "L-Awtorita' tad-Djar iżda diġa' approvat 436 talba mill-applikazzjonijiet għall-għotjiet u sussidju għal dan il-għan.", "Is-sussidji jitħallsu meta l-applikanti jipproduċu il- kontijiet u jiġu ffinalizzati il-kuntratti ta' trasferiment.", "IMPJIEGI - PERSUNI SELF-EMPLOYED", "7483.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni self-employed illum?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru uffiċċjali ta' persuni self-employed f'April 1997 kien ta' 15,324.", "Minn dawn kien hemm 12,908 irġiel u 2,416 nisa.", "PULIZIJA - CONVICTED OF A CRIMINAL OFFENCE", "7484.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni convicted of a criminal offence sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILIL - PRISON INMATES", "7485.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' prison inmates sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri sena b'sena mill-1987 l'hawn li daħlu hu kif jidher hawn taħt ;", "SENA NRU.", "TA' PRIĠUNIERI", "1987 225 1988 278 1989 330 1990 422 1991 519 1992 622 1993 575 1994 589 1995 660 1996 662 1997 * 379", "* sal-14 ta' Lulju", "PULIZJA - KAŻI TA' WIFE BATTERING", "7486.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' wife battering irrapportati lill-pulizija sena b'sena mill-1987 'il hawn?", "Kemm kien hemm każi ta' husband battering fl-istess żmien?", "Kemm kien hemm każi ta' child battering fl-istess żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS TA' L-IMTAĦLEB - ASSISTANT MANAGER", "7487.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ħinijiet jaħdem l-Assistant Manager tal-Ħabs inkarigat miċ- Ċentru ta' l-Imtaħleb?", "X'allowances huwa ntitolat għalihom u għaliex?", "Xi tħallsu f'allowances lil dan l-Assistant Manager?", "Kemm ilu stazzjonat l- Imtaħleb u għal liema dati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-Assistant Manager inkarigat miċ- Ċentru ta' l-Imtaħleb jaħdem fuq roster ta' 46 siegħa fil-ġimgħa.", "Huwa intitolat għal Lm45 lira fix-xahar allowances minħabba in-natura ta' xogħol tiegħu u ilu jirċievi din l-'allowance' minn April 1996.", "Huwa ilu stazzjonat iċ-Ċentru ta' l-Imtaħleb minn Marzu 1997.", "SERVIZZ ĊIVILI - MEMBRI", "7488.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma u/jew kemm huma l-membri tas-servizz ċivili stazzjonati fil-Ministeru ta' l-Intern, il-grad tagħhom u kemm ilhom hemm?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l- Ministeru ta' l-Intern sar jifforma parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara l-bidla fl-amministrazzjoni.", "In-numru ta' membri fis-servizz ċivili stazzjonati fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru (Taqsima ta' l-Intern) huwa kif indikat hawn taħt:", "Uffiċċju tal-Prim Ministru (Taqsima ta l-Intern) 16", "Dipartiment tal-Pulizija - ċivili * 195 - bl-uniformi 1,788", "Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi - ċivili 12 - bl-uniformi 187 - pulizija 28", "Dipartiment ta Reġistrazzjoni Ċivili 19", "Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 7", "National Drug Intelligence Unit 4", "Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali 2", "Airport Security 3", "Civil Status 2", "Probation 1 * jinkludi 102 Bus Despatchers on secondment ma l- Awtorita għat-Trasport Pubbliku.", "L-Onor.", "Interpellant żgur japprezza li, biex jinġabar it-tagħrif dwar kemm ilhom hemm kif ukoll il-grad ta madwar 2,000 uffiċjal, trid ħafna żmien u ħafna xogħol.", "L-anqas ma nara l-utilita li tingħata din l-informazzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu xi mistoqsija partikolari x'jagħmel, nitolbu jikkuntatjani direttament.", "PULIZIJA - FTUĦ TA' GĦASSA F'TA' L-IBRAĠĠ", "7523.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-rapport li tħejja fuq l-operat tal-Pulizija, jista' l-Prim Ministru jgħid x'possibbilta' teżisti li tinfetaħ għassa tal-Pulizija fl-inħawi ta' Ta' l-Ibraġġ biex isservi l-lokalitajiet tas-Swieqi, Pembroke u St. Andrew's peress li l-għassa ta' San Ġiljan qegħda 'l bogħod?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi għalissa ma hemmx il-ħsieb li tinfetaħ Għassa tal-Pulizija f'din il-lokalita'.", "PULIZIJA - MANUTENZJONI TA' GĦASES", "7524.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid fejn sar xogħol ta' manutenzjoni f'għases tal-Pulizija fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena sar xogħol ta' manutenzjoni f'dawn l-Għases tal-Pulizija: Kalkara; Xgħajra; Rabat; Dingli; Luqa; Għar Lapsi; Victoria; Xewkija; Għajnsielem; Qala; Nadur; Marsalforn; Żebbuġ; Għasri; Għarb; San Lawrenz; Xlendi; Sannat; Ta' Pinu u Ramla.", "P.T.A. - TAĦRIKIET", "7525.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu t-taħrikiet mill- Enforcement Officers ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku minn Jannar, 1997 sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 lil sewwieqa tax-scheduled bus system (karozzi tal-linja)?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-Enforcement Officers ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għamlu 279 rapport fil-perjodu konċernat kontra xufiera ta' karozzi tal-linja.", "P.A. - MANUAL AĠĠORNAT BIL-POLICIES", "7526.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3144, peress li issa għaddew aktar minn \"tliet xhur\", jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan il-manual għadu ma ġiex ippubblikat?", "Jista' jgħid meta se jiġi ppubblikat dan il-manual?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ix-xogħol fuq il-manual wasal biex jitlesta u huwa mistenni li jiġi ppubblikat fil-bidu tax-xahar id-dieħel.", "IL-MUMENT - ITTRA DATATA 17/6/97", "7571.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-ittra datata 17/6/97 mibgħuta lilek minn deputat, liema ittra dehret kopja tagħha f'Il-Mument tat-13 ta' Lulju, 1997, jista' l- Ministru jgħid jekk intbagħtitx risposta għaliha?", "X'inhu l-kontenut tar- risposta f'każ li r-risposta hija fl-affermattiv?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-ittra li fiha r-risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7570.", "PEMBROKE - TALBA GĦALL-GĦOTI TA' GROUND", "7593.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6735, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu fuq dik l-ittra datata 18.7.96, ġaladarba ma nifhimx għalfejn dan il-club kellu jerġa' jressaq talba mill-ġdid wara l-bidla fil-Gvern?", "Ma jaħsibx il- Ministru li ma jagħmilx sens li jintalab li ssir talba mill-ġdid?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AIR MALTA - IMPJEGATI", "7663.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' mpjegati li hemm jaħdmu ma' l-Air Malta?", "F'liema kategorija ta' mpjieg huma mpjegati dawn l- impjegati?", "Xi transfers saru fid-diversi dipartimenti ta' l-Air Malta mill- 1.11.96 sal-15.7.97?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Fl-aħħar ta' Ġunju, 1997 li staff ta'l- Air Malta kien jammonta għal 1,800 imqassam kif ser insemmi.", "Senior Management 65 Managers 114 Clerical 652 Flight Crew 132 Cabin Crew 210 Industrial 415 Engineers 46 Technicians 79 Part-time Clerks 19 Part-time loader/Cleaners 40 Temporary Cabin Crew 28", "Matul it-tmien xhur bejn Novembru 1996 u Ġunju 1997 kien hemm numru limitat ħafna ta' transfers skond l-esiġenzi tal-kumpanija kif ukoll numru ta' postings ta' natura stagionali.", "PATATA - ŻERRIEGĦA TAL-PATATA", "7664.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid ma' min, sal-lum, saru taħdidiet dwar il-kwalita' (varjeta') taż-żerriegħa tal-patata li se tiġi reġistrata għall-istaġun li jmiss?", "Meta saru dawn il-laqgħat?", "X'deċiżjonijiet ittieħdu?", "Peress li ż- żmien tal-kitba mill-bdiewa ta' din iż-żerriegħa issa jinsab fil-qrib, meta se jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-taħditiet qegħdin isiru fi ħdan l-Agricultural Export Marketing Board ma' dawk kollha konċernati.", "Deċizjoni finali mistennija tittieħed fi żmien qasir.", "DIPARTIMENT GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI - VETTURI", "7665.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li għandu d- Dipartiment għall-Avjazzjoni Ċivili?", "X'tip ta' vetturi għandu dan id- dipartiment?", "X'inhu l-użu ta' dawn l-istess vetturi?", "X'inhi l-eta' medja ta' dawn il-vetturi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija numru 7665.tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "LAĦAM TAĊ-ĊANGA", "7666.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-vot li se jintnefaq fuq il- marketing tal-laħam taċ-ċanga?", "Min se jkun responsabbli minn din il- kampanja tal-marketing?", "Minbarra l-gvern, min se jagħti s-sehem tiegħu f'din il-kampanja ta' marketing taċ-ċanga?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li diġa bdiet issir kampanja għall-aktar bejgħ taċ-ċanga.", "Il-kampanja qegħda tiġi kkordinata mill-Ministeru tiegħi mad-Dipartimenti u Għaqdiet li huma interessati bħalma huma l-Koperattiva tal-Produzzjoni tal-Ħalib (K.P.H) l- Koperattiva ta' min irabbi l-Majjal (K.I.M) u l-Meat Sellers Association.", "Il-vot li se jintuza huwa parti mill-Beef Guidance and Guarantee Scheme u mhux se jintefqu aktar minn Lm 4000.", "NAĦAL - TROBBIJA TA' NAĦAL", "7667.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni reġistrati biex irabbu n-naħal fl-1 ta' Novembru, 1996 u kemm kien in-numru ta' dawk reġistrati għall-istess attivita' fil-15 ta' Lulju, 1997?", "Kemm kien in-numru ta' friegħ li qed jitrabbew?", "Fejn huma reġistrati?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ir-reġistrazzjoni ta' minn irabbi n-naħal f'Malta saret fl-1992 u ġew rreġistrati 214 persuna.", "F'Awissu 1996 id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ħareġ appell biex din ir- reġistrazzjoni tiġi aġġornata.", "44 persuna ikkonfermaw li għadhom irabbu n- naħal waqt li l-kumplament ma rrispondewx.", "Bejn Novembru 1996 u Lulju 1997 daħlu seba konfermi oħra.", "Il-Friegħ tan-naħal, skond ir-reġistrazzjoni,qed jitrabbew f'dawn l-inħawi: Mellieħa, Rabat, Mġarr, Mosta, Dingli, Manikata, Balzan, Wardija, Bidnija, Binġemma, Miżieb, Għajn Tuffieħa, Għargħur, Selmun, Magħtab, Pieta, Żebbiegħ, Siġġiewi, Qormi, Żurrieq, Kirkop, Mqabba, Safi, Żebbuġ, Żabbar, M'Xlokk, Żejtun, Sliema, Birġu u San Ġiljan.", "MĠARR - TRIQ LI TWASSAL GĦAL ĠNEJNA", "7668.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'tip ta' xogħol hu mistenni li jseħħ fuq it-triq li mill-Imġarr twassal għall- Ġnejna?", "Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol li sar dan l-aħħar fuq din it-triq, u jista' l-istess Ministru jgħid fil-fatt min kien il- perit tad-Dipartiment tat-Toroq għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-preżent sar xogħol temporanju mis-sezzjoni tal-Manutenzjoni tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet biex jissewwa ftit il-wiċċ tat-triq minħabba li dan kien maqlugħ ħafna.", "Id-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jagħmel ix-xogħol neċessarju biex jitwettaq pjan ta' titjieb f'din it-triq biex jitneħħew xi bottle necks u li eventwalment jinkludu wkoll tqegħid ta' wiċċ ġdid f'din it-triq.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - SITI", "7679.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema siti qed iwettaq ħidma d- Dipartiment tal-Mużewijiet bħalissa?", "Jista' l-Ministru jgħid fil-qasir, x'kienet is-sejba xi xhur ilu fl- inħawi ta' l-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa d-Dipartiment tal-Mużewijiet qed iwettaq ħidma ta' rinovazzjoni estensiva fil-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija, il- Belt; il-Mużew ta' l-Etnografija, il-Birgu; il-Mużew ta' Għar Dalam, Birżebbuġa u l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, ir-Raħal Ġdid.", "Attwalment qed isiru wkoll investigazzjonijiet arkeoloġiċi fuq dawn is-siti: Katakombi Palaeo-Kristjan f'taċ-Ċagħqi, ir-Rabat; fuq depożiti, aktarx kwaternarji qrib in-Naval Bakery, il-Marsa; u fuq id-dokumentazzjoni ta' fortizza tas- seklu dsatax fuq is-sit tal-lukanda Hilton, Spinola.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-sena l-oħra, fl-inħawi tal-Universita', kien instab qabar imħaffer fil-blat li jmur lura għall-perjodu hellenistiku.", "FTEHIM KULTURALI MA' PAJJIŻI BARRANIN", "7680.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ġejjieni qarib huwiex se jiġi ffirmat xi ftehim kulturali ma' xi pajjiż?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦWIENET TAL-MERĊA", "7681.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn illum ħwienet tal-merċa f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi f'Malta u f'Għawdex hawn 1133 ħanut tal-merċa.", "SKEJJEL - SKOLA TAL-MUŻIKA JOHANN STRAUSS", "7682.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7389 li saret fil-11 ta' Lulju u li kienet tgħid:", "\"B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6720, jista' l- Ministru jgħid kemm studenti qed jieħdu sehem fil-Master Classes tal-vjolin fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru 7389 f'seduta 101.", "ALUMINIUM - IMPORAZZJONI", "7683.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministu jgħid xi kwantita' ta' aluminium, fid-diversi forom tiegħu, ġie mportat f'Malta f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IMPJIEGI - PERSUNI SELF-EMPLOYED", "7684.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni li jaħdmu għar-rashom (self-employed) f'Mejju/f'Ġunju 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ppubblikat ta' persuni self-employed f'April 1997 kien ta' 15,324.", "In-numru ta' persuni self-employed mhux pubblikat f'Mejju 1997 kien ta' 15,176 filwaqt li l-figuri ta' Ġunju 1997 għadhom qed jinġabru.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "7716.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5387 tat- 12/5/97?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Din is-sena minn Għawdex ġew esportati 10.9 u 4.28 tunellati patata tal-varjetajiet Liseta u Arinda rispettivament.", "IMPJIEGI - PERSUNI SELF-EMPLOYED", "7717.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm sa l-aħħar ta' Ġunju, 1997 kien hemm f'Għawdex nies jaħdmu għar-rashom; kemm mal-privat; kemm mal- Gvern/korporazzjonijiet/kumpanniji parastatali (b'mod separat); kemm Għawdxin jaħdmu Malta; u kemm kien hemm jirreġistraw f'Għawdex taħt l-ewwel parti u kemm taħt it-tieni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-figuri għal Għawdex fl-aħħar ta' Mejju 1997 kienu kif ġej:-", "Jaħdmu għal rashom 2,640 Jaħdmu mal-Privat 3,165 Jaħdmu mal-Gvern 3,535 Jaħdmu ma' Korporazzjonijiet/ Kumpaniji Parastatali 448 Għawdxin jaħdmu Malta 625 Reġistrazzjoni fuq l-Ewwel Parti 625 Reġistrazzjoni fuq it-Tieni Parti 44", "Il-figuri għal Ġunju għadhom qed jinġabru.", "ENEMALTA - APPRENDISTI", "7720.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' apprendisti fil-Korporazzjoni Enemalta li qed jistudjaw fl-iskejjel post-sekonarji fl-ESTS u fit-TAS?", "F'liema korsijiet qegħdin u f'liema sena tal-kors qegħdin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ESTS/TAS - APPRENDISTI", "7721.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'forma ta' monitoring isir lill-apprendisti/studenti (ESTS/TAS) waqt il-parti tax-xogħol mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Skond l-Att Numru XXVIII ta' 1990 paragrafu 38 (1), (2) u (3) hija l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li għandha s-setgħa li tagħmel dik l-ispezzjoni u dak l-istħarriġ (monitoring) li jkun meħtieġ sabiex tiżgura illi l-apprendisti (ESTS/TAS) jitħarrġu kif jixraq.", "Ħaddiema tal-Korporazzjoni jmorru jistħarrġu x-xogħol u t-taħriġ li jkun qiegħed jingħata lill-apprendisti fuq il-post tax-xogħol sew jekk dawn ikunu ma' ditta privata, korp parastatali jew dipartiment tal-Gvern.", "Jekk fil-fehma tal-Korporazzjoni xi apprendist ma jkunx qed jieħu taħriġ biżżejjed, il-Korporazzjoni tista' tordna lill-prinċipal ta' l-apprendist sabiex jieħu dik l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura li l-apprendist ikollu taħriġ xieraq.", "ENEMALTA - KONSUM TAL-PITROLJU", "7722.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7415, jista' l-Ministru jindika liema huma l-prodotti alternattivi għall-pitrolju u x'effett, per eżempju, f'dawk li huma sales li din kellha matul ix-xitwa li għaddiet?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-prodotti alternattivi għall-pitrolju huma diversi tipi ta' thin fuel oil.", "L-ewwelnett, wieħed irid jieħu ftit fatturi in konsiderazzjoni qabel jara l- effett tal-kampanja bħall:-", "- Klima fix-xitwa li għaddiet li kienet inqas kiesħa mix-xitwa ta' qabel.", "- Biex wieħed jaqleb għal sistema ġdida jkun irid jirranġa ftit l- apparat tiegħu.", "Hawn taħt sejjer nagħti l-figuri ta' thin fuel oil li nbiegħ is-sena ta' qabel u tax-xitwa li għaddiet.", "TUNNELLATI METRIĊI", "Nov. '95 905 Nov. '96 821 Dec. '95 936 Dec. '96 940 Jan. '96 1096 Jan. '97 1143 Feb. '96 1184 Feb. '97 847 Mar. '96 1165 Mar. '97 978 Apr. '96 1192 Apr. '97 1269 6478 5998", "ENEMALTA - ILMENTI", "7723.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-complaints li saru lill-Enemalta, fejn il-konsumatur kellu raġun, qattx tħallsu xi flus bħala kumpens?", "Jekk fl- affermattiv, kemm kienu jammontaw dawk il-flus?", "Jekk fin-negattiv, il- Korporazzjoni Enemalta għandhiex ħsieb li talloka tali flus fil-budget tagħha għal quddiem?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nassumi li l-Onor. membru qiegħed jirriferi għall- ħsarat fl-apparat tal-konsumaturi minħabba vultaġġ għoli.", "Sa issa qatt ma tħallas l-ebda kumpens lill-konsumatur.", "Hemm il-ħsieb li l-Korporazzjoni fl-estimi tagħha talloka ammont ta' flus għal dan il-għan.", "DITTA GRANT THORNTON - BUSINESS PLAN GĦAT-TRAINING CENTRE", "7734.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ġew ikkummissjonati d-ditta Grant Thornton biex jagħmlu Business Plan għat-Training Centre meta dan diġa' kien sar mis-Sur Azzopardi, dak iż- żmien Chief Accountant?", "Kemm tħallset din il-kumpannija għal dan ir- rapport?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-amministrazzjoni l-ġdida tal-Korporazzjoni Telemalta qieset li hemm il-ħtieġa li s-sit tat-Training Centre jinbidel minn Paceville għal post aktar adattat u fl-istess waqt tisfrutta l-potenzjal kummerċjali tar-riżorsi li għandha biex tkompli tinvesti fit-teknoloġija.", "Deċiżjoni bħal din tnaqqas ukoll il-konġestjoni tat- traffiku li kien jiżdied sostanzjalment kieku t-Training Centre kellu jitħalla f'Paceville.", "B'hekk il-Korporazzjoni tkun qiegħda tgħin biex l-area ta' Paceville tingħata xejra ġdida.", "Il-Business Plan li kien għamel is-Sur Azzopardi kien sar meta d- deċiżjoni kienet li t-Training Centre isir f'Paceville, u issa li nbidlet is-sit kien hemm bżonn ta' Business Plan ieħor.", "L-aħħar parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, iżda nfakkar lill-Onor. interpellant li t-Telemalta tqabbad diversi ditti ta' awdituri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, bħala konsulenti tagħha.", "KUMPANNIJA ERICSSON - DELEGAZZJONIJIET", "7735.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba delegazzjoni tat-Telemalta telgħet barra minn pajjiżna tiddiskuti mal-Kumpannija Ericsson?", "Minn min kienu komposti dawn id-delegazzjonijiet?", "Kemm damu msiefrin dawn id-delegazzjonijiet?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien hemm żewġ okkażjonijiet li fihom delegazzjonijiet mill-Korporazzjoni Telemalta kellhom taħdidiet mal-kumpanija Ericsson barra minn Malta : darba f'nofs Ottubru tas-sena l-oħra u oħra f'Ġunju ta' din is-sena.", "Fl-ewwel żjara, id-delegazzjoni kienet magħmula mis-Sur Edgar Borg (AGM Strategic Planning), is-Sur Joe Buġeja (AGM Networks), is-Sur Joe Galea u s-Sur Tony Psaila (inġiniera).", "Fit-tieni żjara d-delegazzjoni kienet magħmula mis-Sur Saviour Żammit (membru tal- Bord), is-Sur Joe Azzopardi (General Manager) u s-Sur Joe Bugeja (AGM Networks).", "Iż-żjarat f'Ruma kienu mgħaqqdin ma xogħol ieħor u fiż-żjarat għand l- Ericsson, id-delegazzjonijiet ma għamlux iktar minn ġurnata.", "TELEMALTA - SERVIZZI ĠODDA", "7736.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għal servizz ġdid lit-Telemalta: (i) fl-1996, xahar b'xahar f'Malta; (ii) fl-1996, xahar b'xahar f'Għawdex; (iii) fl-1997, xahar b'xahar f'Malta; u (iv) fl-1997, xahar b'xahar, f'Għawdex?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Jiddispjaċini ninnota li dak li kienet tgħid l-Amministrazzjoni l-oħra li bis-sistema ġdida kkomputerizzata l-informazzjoni setgħet tinġabar kollha u malajr ma kienx minnu.", "TELEMALTA - COMPUTIME", "7737.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid id- ditta Computime x'servizzi qed tagħti lit-Telemalta?", "Kemm se titħallas?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-Korporazzjoni Telemalta il-Gvern sab sitwazzjoni ferm imwegħra, fejn barra li kienu qed jintbagħtu kontijiet tard (u wħud inżammew ukoll qabel l-elezzjoni), hemm ħafna flus x'jidħlu.", "Dan meta l-Korporazzjoni qed tħallas interessi ta' Lm2.25 miljun fuq self li għamlet.", "Għalhekk il-Bord il-ġdid qies li kienet prijorita li dawn il- flus jinġabru, u mhux bħalma għamel il-bord ta' qabel li qatt ma tefa riżorsi, kif kien ġie mitlub jagħmel, biex jinġabru dawn l-ammonti.", "Barra minn hekk, is-sistema li l-amministrazzjoni preċedenti nvestiet fiha, il-Girafe, la hi flessibbli u lanqas hi user friendly, kif ikkonferma l-iStrategic Resource Audit imħejji mis-Sur Tony M. Meilaq, illum Chairman, u kif kont nikkritika jien mill-bankijiet tal- Oppożizzjoni.", "Din is-sistema s'issa swiet lit-Telemalta Lm1.4 Miljun.", "Minħabba s-sitwazzjoni tal-biki li sibna, l-management kien kostrett li meta jkun hemm bżonn ta' eżerċizzji kruċjali malajr, is-servizzi jintalbu minn barra, bħalma sar fil-każ tal-Computime.", "Dawn se jirrevedu u jiġġeneraw sistemi fuq perjodu ta' żmien.", "Il-Bord approva l-ewwel fażi tal-proġett u ma jidhirx li għandi ngħid kemm se jiġi jiswa għalissa għaliex din l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali.", "Jiena ċert li dak li l-Korporazzjoni se tħallas, huwa insinifikanti ħdejn dak li se jiġi ffrankat f'interessi, li hu stmat mal-miljun lira fis- sena.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li t-Telemalta għandha kuntratti u ftehim ieħor ma ditti oħra ta awdituri kemm lokali kif ukoll internazzjonali għal diversi xogħlijiet.", "TELEMALTA/TELECELL - INTERCONNECTING AGREEMENT\"", "7739.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk tbiddlitx l-interconnecting agreement li hemm bejn it-Telecell u t- Telemalta?", "Kif tbiddlet?", "ONOR.", "JOE MIZZI: It-tibdil li sar fl-interconnecting agreement jikkonferma dak li kienet tisħaq fuqu l-Oppożizzjoni Laburista fi żmien l- amministrazzjoni l-oħra : li l-affarijiet ma kienux qed isiru b'mod li Malta tkun tista tibbenefika kemm jixraq.", "Ir-relazzjonijiet bejn il-Korporazzjoni Telemalta u l-Vodaphone illum tjiebu ħafna.", "Tant hu hekk li l-Vodaphone stiednet lill-Korporazzjoni biex flimkien jagħmlu business ventures barra minn Malta.", "Minbarra l- proġett tal-GSM, hemm proġett ieħor li Malta se tibbenefika minnu b'mod partikolari fil-ġimgħat li ġejjin.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern preċedenti kien ta' numru ta' liċenzji li għadhom monopolju u li fihom il-Korporazzjoni Telemalta ma tistax tidħol.", "Madankollu, anke jekk ma kenitx kostretta tagħmel dan bil- kuntratt li għandha, it-Telecell aċċettaw li jagħtu lill-Korporazzjoni kundizzjonijiet iżjed favorevoli wara negozjati kordjali mis-Sur Tony M. Meilaq.", "(Illum Chairman).", "Tagħrif dwar l-interconnecting agreement u kif dan inbidel huwa ta' natura kummerċjali.", "Li huwa żgur hu li t-Telemalta, u għalhekk il- poplu Malti, qiegħed f'pożizzjoni ħafna aħjar.", "Ma ninsewx li fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra, t-Telemalta saħansitra tilfet il-flus minn dan is-servizz, fejn għal kull minuta it-telf kien ta 0.36 ċenteżmu (madwar Lm300,000 fis-sena).", "Dan minħabba deċiżjoni tal-Gvern preċedenti li, minkejja li kien jaf l-effetti diżastrużi , imponiha.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W697.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il- Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu: 1) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; 2) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; 3) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; 4) kemm intnefaq f'kull waħda mill- mezzi ta' media li hawn Malta; 5) lista ta' l-istamperiji (barra dik tal- Gvern) li ġew użati; 6) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l- istampar; 7) kemm intnefaq ma' kull stamperija; 8) lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u 9) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għall-din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - LIĊENZJA GĦAL ŻAMMA TA' ARMA", "W759.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ngħatatx liċenzja għal żamma ta' arma għal kaċċa mill-kummissarju meta persuni bil-kondotta ħafna agħar minn tiegħu ngħataw permess fil-passat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li, fid-29 ta' Ottubru 1992, l-persuna indikata kienet instabet ħatja ta' serq u, għalhekk, hija prekluża li tottjeni liċenzja għal żamma u ġarr ta' arma skond l-artikolu 10(1) ta' l- Ordinanza dwar l-Armi (Kapitlu 66).", "PENSJONI - KAŻ BL-I.D. NO.", "775726(M)", "W796.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna mill-Furjana li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament irriżenja/għalaq il-61 sena fit- 13 ta' Diċembru, 1987 ma ngħatax il-pensjoni meta hu ħallas il- kontribuzzjonijiet kollha?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Benefiċċjarju ġie nfurmat biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tiegħu mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali."]} {"filename": "19970609_076d_par.doc", "date": "1997-06-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMI EN PARLAMENT Seduta Nru. 76 It-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 76", "It-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.13 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "76", "It-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1997", "WERREJ MINUTI 1076", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1076", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1082", "STQARRIJIET MINISTERJALI 1083", "MOZZJONIJIET", "TWAQQIF TA' KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI 1085", "AĠĠORNAMENT 1108", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1114", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1139", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 75 li saret fl-4 ta' Ġunju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ŻGĦAŻAGĦ - ARTISTI - BIENNALE", "5294.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "George Pullicino) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru jew xi dipartiment li jaqa' taħt l-istess ministeru tax għajnuna finanzjarja lill-artisti żgħażagħ Maltin sabiex jipparteċipaw fil- Biennale ta' l-Artisti Żgħażagħ ta' l-Ewropa u tal-Mediterran li qed issir bħalissa f'Turin, l-Italja?", "Jekk fl-affermattiv, min kienu l-artisti li ġew megħjuna u kemm kienet din l-għajnuna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Jien informat li l-mużiċisti Maltin Ruben Zahra u Mario Frendo ipparteċipaw fil-Biennale ta' l-Artisti żgħażagħ ta' l-Ewropa u tal- Mediterran b'kunċert li sar fit-22 ta' April, 1997.", "Dawn ingħataw għajnuna finanzjarja billi tħallsu l-ispejjeż kollha tal-vjaġġi lejn Turin.", "L- akkomodazzjoni kienet f'idejn l-organizzaturi Taljani.", "Inċidentalment, lill-Onor.", "George Pullicino li huwa allerġiku biex jagħmel omelija fuq in-nuqqas tiegħi meta jien ma nkunx fil-Kamra, ninformah li l-ġimgħa li għaddiet ma kontx hawn għax kont qiegħed nattendi l-konferenza ġenerali ta' l-MUT.", "GVERN TALJAN - BOROŻ TA' STUDJU", "5746.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intagħżlu studenti għall-boroż ta' studju offruti mill-Gvern Taljan matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "X'obbligazzjonijiet jimponi l-Gvern Malti fuq min jieħu dawn il-boroż?", "Jista' xi ħadd mhux miċ-ċivil japplika u jintgħażel għal dawn il-boroż?", "Dawk li ntgħażlu miċ-ċivil ikollhom l-istess obbligi li jkollhom dawn li mhumiex miċ-ċivil?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent) Madam Speaker, nagħti lista ta' studenti li ntgħażlu għall-boroż ta' studju offruti mill-Gvern Taljan:-", "|Sena |Tip |Rġiel|Nisa | |1992/9|Ġodda |5 |10 | |3 | | | | | |Mġedda |16 |13 | |1993/9|Ġodda | |9 | |4 | | | | | |Mġedda |16 |13 | |1994/9|Ġodda |14 |7 | |5 | | | | | |Mġedda |16 |12 | |1995/9|Ġodda |15 |8 | |6 | | | | | |Mġedda |20 |9 | |1996/9|Ġodda |6 |6 | |7 |(Protocol| | | | |Finanzjar| | | | |ju) | | | | |Mġedda |27 |10 |", "Obbligazzjonijiet:-", "Għalkemm il-Gvern mhux obligat li jimpjega lill-istudent, jekk il-Gvern ikollu bżonn is-servizzi tiegħu sa sitt xhur wara li jiġi lura, l-istudent ikun obbligat li jaċċetta jew iħallas il-multa skond it-tul tal-kors li jkun segwa, kif spjegat fit-tabella hawn taħt:-", "|TUL TAL-KORS |SNIN LI |PENALI | | |JSERVI | | |Sa 3 xhur |sena |LM 400 | |3 - 6 xhur |sentejn |LM 800 | |6 - 9 xhur |tlett |LM1200 | | |snin | | |9 - 12-il |erba' |LM1600 | |xahar |snin | | |12-il xahar u|ħames |LM2000 | |iżjed |snin | |", "Dawn il-boroż huma miftuħin għal kulħadd u mhux għan-nies taċ-ċivil biss.", "Persuna li tintgħażel minn maċ-ċivil għal borża ta' studju jista' jingħatalha study leave bi ħlas jew bla ħlas imma l-perijodu li din il- persuna jkollha sservi hija l-istess (skond it-tabella).", "Il-penali jvarjaw għax il-persuna konċernata tkun trid trodd lura l-ispejjeż kollha li jkunu tħallsu mill-Gvern Malti għal dik il-persuna, bħal paga, eċċ.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Mistoqsija supplimentari, l- Onor. Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-kelma \"mġedda\" tfisser li bniedem ikollu jagħmel kors ta' ċertu żmien u ma jilħaqx ilesti jew tfisser xi ħaġa oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, bil-kelma \"mġedda\" qed nifhem dawk li jkunu għadhom għaddejjin matul dik is-sena għax hemm uħud li jdumu aktar minn sena.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "5837.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 498, ċioe' jista' jgħid kemm hawn għaqdiet sportivi reġistrati f'pajjiżna?", "Liema huma dixxiplina, dixxiplina?", "Liema minnhom għandhom faċilitajiet sportivi u min hu sidhom, każ b'każ?", "Jekk hemm fosthom mikrija, kemm hi l-kera fis-sena?", "Din il-kera qiegħda titħallas?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar minħabba li l-listi miġbura sa issa fihom xi nuqqasijiet u inkorrettezzi li jridu jiġu rranġati qabel tkun tista' tiġi ppubblikata l-lista finali.", "Minbarra hekk, għad iridu jiġu stabbiliti l- kriterji li fuqhom issir reġistrazzjoni uffiċjali.", "Huwa l-ħsieb li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tiġi ppubblikata hekk kif l-eżerċizzju in kwistjoni jiġi ffinalizzat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, jien irrid nieħu l-okkażjoni biex f'isem l-Oppożizzjoni nifraħ lill-atleti Maltin li rebħu midalja fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' l-Ewropa.", "Issa xtaqt nistaqsi lill-Ministru: Peress li hemm għaqda ta' circuit racing li talbet lill-Gvern sabiex ikollha circuit f'Ħal Far - naf li f'Ħal Far hemm ukoll proġetti għall- fabbriki - jista' jara jekk jistax jiġi nkorporat dan il-proġett?", "Qed ngħid dan għaliex kif jirriżulta mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar qed ikollna suċċess fi sports li m'huwiex tradizzjonali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien konxju ta' din it-talba u kif qal l-Onor.", "Interpellant innifsu f'Ħal Far irid isir żvilupp industrijali.", "Waħda mill- problemi li għandna hija ċ-ċokon tagħna u waħda mill-affarijiet li rridu nidraw f'dan il-pajjiż - għalkemm mhux fil-każ tad-dixxiplina li semma hu, li hija differenti minħabba limitazzjoni kbira ta' art fil-pajjiż u meta għandna ukoll pressjoni kbira fuq art għal użu residenzjali, industrijali, ta' leisure u ta' sports - hija li nagħmlu faċilitajiet li kemm jista' jkun jiġu shared.", "Din hija ħaġa diffiċli għax il-kultura tagħna hija li kulħadd jarma għal rasu u jekk jista' jkun kulħadd ikollu l-faċilita' tiegħu u ma jużahiex ħaddieħor.", "Kieku jkollna nimxu f'dik id-direzzjoni d-daqs ta' Malta jrid jimmultiplika ruħu b'xi mitt darba biex inkunu nistgħu nissodisfaw it-talbiet kollha li jkollna għal faċilitajiet individwali.", "Ċertament dak li qal l-Onor.", "Interpellant wieħed irid jieħdu in konsiderazzjoni pero' mhux fil-post imsemmi jiġifieri f'Ħal Far.", "HERITAGE COMMITTEE", "5943.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li tiġi sorveljata d-deċiżjoni li se tittieħed mill-Heritage Committee wara li din żaret il- Malta Union Club fl-20 ta' Mejju li għadda rigward il-listing ta' dan il- post?", "Il-Gvern jaf li l-Heritage Committee diga' għamlet żjara simili sentejn ilu?", "X'inhi r-raġuni għaliex ma tteħditx deċiżjoni wara l-ewwel żjara?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l- unika żjara uffiċjali tal-Heritage Advisory Committee fil-Union Club saret f'Mejju ta' din is-sena.", "ENEMALTA - LAMPI TAT-TOROQ", "5312.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li skond il-mistoqsija parlamentari numru 4503, l-Korporazzjoni Enemalta kellha 22,239 lampi tat-toroq in stock fl-24 ta' Marzu, 1997 waqt li skond mistoqsija parlamentari numru 4504 hemm mas-600 talba minn diversi kunsilli lokali għat-twaħħil tagħhom, jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li t-talbiet tal-kunsilli se jintlaqgħu b'mod immedjat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): L-ewwelnett, nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4503 kienet tirriferi għal lampi tat-toroq, filwaqt li dik għal numru 4504 kienet tirriferi għal-lanterni.", "It-talbiet tal-kunsilli għal aktar dawl se jiġu kkonsidrati flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "DJAR", "5375.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Peress li b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4941, il-Ministru qal li d- dipartiment jagħti rikonoxximent fil-każi fejn il-persuni nvoluti jkunu taw provi ċari li huma kienu jabitaw fil-post mal-inkwilini preċedenti, jista' l-Ministru jgħid hemmx xi limitazzjonijiet fuq parentela ma' l-inkwilin preċedenti, kif kien hemm fl-amministrazzjoni preċedenti, jew fuq żmien li kien jikkoabita?", "Jekk m'hemmx limitazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid jekk il-policy viġenti tistax tiġi faċilment abbużata billi persuna tibdel il-karta ta' l-identita' tagħha għal skop simili?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-policy hijiex bil-miktub u jekk le jagħti assigurazzjoni li se ssir bil-miktub biex jiġi evitat kemm jista' jkun id-diskrezzjonalita' fl-implimentazzjoni tagħha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Id-dipartiment għadu qed juża l-istess policy dwar rikonoxximenti li kienet tintuża mill-amministrazzjoni preċedenti, liema policy qatt ma kienet bil-miktub u, fejn kull każ jiġi nvestigat sewwa fil-meritu mill-impjegati tad-dipartiment qabel jgħaddu l- każ lid-direttur għad-deċiżjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li napprezza l-informazzjoni li ta l-Ministru fis-sens li l-policy ma nbidlitx - din kienet it-tieni domanda li għamilt biex nipprova nistabilixxi b'mod ċar x'inhi l-policy - mill-esperjenza tiegħi naf li jkun hemm diversi talbiet għal rikonoxximent u kulħadd jagħmel it-talba tiegħu skond ma jaqbel lilu.", "Ma jaħsibx il-Ministru li jkun aħjar għal kulħadd jekk inkunu ċari dwar x'kienet il-policy qabel, x'inhi l-policy llum, f'liema każi tapplika u jekk hemm bżonn li ma tkunx bil-miktub, almenu tidher f'domanda parlamentari biex wieħed ikollu bench- mark ċara?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nikkonsidra s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.AUSTIN GATT: Waqt li napprezza l-konsiderazzjoni li se jagħti l- Ministru, jista' jgħidilna f'liema każi jingħata r-rikonoxximent?", "Fid- domanda tiegħi jien semmejt diversi każi u għamilt diversi suppożizzjonijiet fejn jista' jsir rikonoxximent.", "Jista' l-Ministru jgħidilna għal liema każijiet tapplika l-policy?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien jidhirli li l-informazzjoni li talabni l-Onor.", "Gatt tajthielu fit-tweġiba.", "Min-naħa tiegħi daqshekk nista' ngħid għaliex kull każ għandu l-merti tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu lejn il-Ministru ma naħsibx li tani risposta għaliex kulma qalli kien li din hija l-istess policy li kienet tintuża mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Dan ifisser li jekk persuna tkun qed tgħix ma' persuna oħra li m'għandha l-ebda parentela sa ġimgħatejn qabel ma titbattal dar, din tiġi rikonoxxuta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien ma naħsibx li huwa f'xi interess partikolari li noqgħod nagħti eżempji dettaljati għax bħalma għidt kull każ għandu l-merti tiegħu, pero' bħala dipartiment irridu noqogħdu attenti u l-informazzjoni li għandi hija li d-dipartiment joqgħod attent li jagħmel l-affarijiet sew u jikkonsidra kull allegazzjoni li jkollu fuq kull każ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Napprezza d-delikatezza ta' kull każ li jkun hemm u ċertament m'għandi l-ebda intenzjoni li nipprova nistad lil xi ħadd fuq xi każ.", "Il-punt tiegħi huwa li jekk il-pożizzjoni hi li d-dipartiment joqgħod attent naħseb li se naqgħu fin-nassa tad-diskrezzjonalita' tad-dipartiment.", "Naħseb li jekk tkun materja delikata bħalma hu l-housing - il-Ministru stess u anke ministri preċedenti diversi drabi rrikonoxxew il-pressjoni li jkollhom - huwa ħafna iktar tajjeb għal kulħadd li wieħed ikun jaf fejn jista' jkun hemm rikonoxximent.", "Biex inġib l-iktar eżempju tipiku, nafu li ħafna drabi r-rikonoxximent jingħata jekk ikun hemm parentela bejn min se jitlaq u min ikun qiegħed fil-post.", "Dak huwa każ ċar, pero' għandek numru ta' borderline cases li jekk ma jkunux definiti permezz ta' policy ċara, kif jaf kulħadd tidħol id-diskrezzjonalita' u jidħol l-abbuż, jew inkella jidħol l-għajdut ta' l-abbużi.", "Allura minflok ma nibqgħu biss fuq il- livell tad-dipartiment, jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l- affarijiet jiġu nvestigati u jitmexxew bis-serjeta' u anke jintqal jekk hemmx policy ċara li tgħid li fit-\"tali\" każijiet jingħata rikonoxximent u f'każijiet oħra ma jingħatax?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jien għalhekk għidt li se nieħu in konsiderazzjoni dak li qal l-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk biddilx xi waħda mill-policies li kienu jintużaw sa ftit xhur ilu mid- dipartiment?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, peress li l-Onor.", "Interpellant qed jagħmel mistoqsija ġenerali jien li nista' ngħidlu huwa li aħna qed intejbu fejn hemm bżonn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, biex ma nkunx daqshekk ġenerali, jista' l-Ministru jgħidli liema policy inbidlet mill-elezzjoni sal-lum?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, nassigura lill-Onor.", "Interpellant li meta l-policies ikunu mibdulin sħaħ u nkun nista' nippubblikahom jien se nagħmel dan.", "Fil-fatt bħalissa qed nirrevedu l-iskemi li diġa' jeżistu u għandna oħrajn ġodda.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, billi l-Ministru qal li meta l- policies ikunu mibdulin sħaħ se jippubblikahom, jista' jagħti l-każ li dawn inbidlu f'parti minnhom.", "Allura jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il- policies li nbidlu f'parti minnhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fuq dan ir-rigward m'hemmx diffikultajiet u nassigura lill-Onor.", "Interpellant li se jiġi informat b'dan meta jkun il- mument.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jikkonferma li fil- fatt il-policies li qed jiġu wżati llum għadhom bħal dawk ta' qabel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien jidhirli li din it-tweġiba diġa' tajthielu meta kont qed nirrispondi għall-mistoqsijiet tiegħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, billi ma rnexxilix nifhem ir-risposta - forsi dan huwa tort tiegħi - jista' l-Ministru jerġa' jirripetili r- risposta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, kif għidt diġa', filwaqt li aħna qed nirrevedu l-iskemi eżistenti qed nagħmlu oħrajn ġodda wkoll, pero' ma nixtieqx ngħid iktar minn hekk għax ma rridx li jkun hemm min joqgħod idawwar id-diskors.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mingħajr ma ndawwru d-diskors, jista' l-Ministru jgħidli jekk fil-fatt inbidlux il-policies li kien hemm?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, lill-Onor.", "Interpellant diġa' għidtlu li malli nkunu nistgħu nippubblikaw il-policies ġodda aħna se nagħmlu dan.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li l-Ministru qed isemmi kemm policies kif ukoll skemi, jista' jgħidilna jekk dawn humiex l-istess ħaġa?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, meta staqsewni fuq policies weġibt fuq policies u meta staqsewni fuq skemi weġibt fuq skemi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Pero' jidher li l-Ministru qed iqis l-iskemi u l- policies l-istess, jiġifieri għalih dawn qishom ifissru l-istess ħaġa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, fil-fatt għalija dawn ma jfissrux l-istess ħaġa.", "L-Onor.", "Membru jista' jagħmel l-asserzjonijiet u jiġbed il- konklużjonijiet li jrid u li jifhem hu, pero' jien jidhirli li weġibt għall- mistoqsijiet kollha li saruli.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri l-Ministru se jbiddel il-policies permezz ta' skemi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ma nħossx li għandi għalfejn inżid ma' dak li diġa' għidt.", "KUNSILLI LOKALI", "5376.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom ħaddiema tal-gvern attached magħhom u għal kull kunsill lokali jindika kemm hemm ħaddiema għandu, il-gradi tagħhom u x-xogħol li għalih ġew assenjati?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għar-rigward ta' talbiet pendenti minn kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): L- informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talbiet għall-assenjar ta' ħaddiema saru fuq inizjattiva tal-kunsilli lokali individwali.", "Talba formali lil kull kunsill f'dan is-sens se ssir mid-dipartiment aktar 'il quddiem u l-informazzjoni mogħtija minn kull kunsill tkun komunikata fil-mument opportun.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, peress li l-Ministru qal pubblikament li wasal iż-żmien li jkun hemm il-pubblikazzjoni tal-policy fuq dan ir- rigward jista' jagħti xi indikazzjoni dwar meta se jippubblika din il- policy formali?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fil-fatt il-pubblikazzjoni tal-policy formali se ssir matul dan ix-xahar.", "Huwa tajjeb li ngħid ukoll li kien hemm laqgħat mal-Local Councils Association u mal-unions konċernati li qablu mat-terms of reference ta' l-iskema kif proposta mill-Gvern.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Madam Speaker, nippreżenta l- Minuti konfermati ta' Laqgħa Nru. 4 tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi li saret fis-26 ta' Mejju, 1997.", "Nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l- Awtorita' Marittima ta' Malta\" għadda mill-istadji tal-Kumitat bl-emendi u li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Eurocontrol\" għadda mill-istadju tal-Kumitat mingħajr emendi.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura Presdient, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar kondizzjonijiet fuq it-tħaddim ta' garaxxijiet tal- karozzi tal-kiri, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6130;", "Kopja tar-rapport finali tal-Gvern Malti b'risposta għar- rakkmandazzjoni ta' l-1995 tal-Kumitat tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Prevenzjoni mit-Tortura, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6152; u", "Informazzjoni dwar snajja' kkonsidrati applikabbli għall-membri tal- Forzi Armati u korsijiet u/jew eżamijiet li saru minn Ġunju 1995 sal- lum, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6178.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-fondi allokati lill-iskejjel matul is-snin 1995, 1996 u 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5678; u", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa dwar il-ground ta' Salinos fil-Belt Valletta maħruġa fit-12 ta' Mejju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6039.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja taċ-ċirkolari Nru 21/97 maħruġa mill-Korporazzjoni Enemalta fid- 9 ta' Mejju 1997, bir-riżultat ta' l-eżami għall-mili ta' postijiet ta' aviation crewmen, flimkien maċ-ċirkolari Nru 70/96 tas-27 ta' Awissu 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6173; u", "Lista li turi s-sigħat ta' użu ta' gas turbines fil-power station tal- Marsa u ta' Delimara matul Mejju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6191; u", "Lista ta' delegazzjonijiet barra minn Malta minn uffiċjali fil- Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi bejn l-1995 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6225.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Pjanta li turi l-iskema tat-traffiku għaz-zona ta' Buġibba u l-Qawra, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6146.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru Mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar qtugħ fil-provvista ta' l-ilma fil-Marsa bejn April u Mejju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6160;", "Informazzjoni dwar xiri ta' biljetti ta' l-ajru għal safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta minn uffiċjali fid-dekasteru tal- Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għall-perjodu bejn l- 1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W675; u", "Informazzjoni dwar stampar ta' materjal għal reklamar u aġenziji tar- reklamar użati mid-dekasteru tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W691.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista bil-gradi ta' l-impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa li għandhom permess jagħmlu xogħol barrani u t-tip ta' xogħol li jagħmlu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6018.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, nixtieq ngħaddi xi informazzjoni lill-Kamra dwar dak li ġara dal-lejl fir-rigward tal-flight 830 ta' l-Air Malta.", "L-ajruplan Air Malta 830 telaq minn Malta għal Istanbul fis-1.45 a.m. u fis-2.05 a.m., 20 minuta wara li telaq, waslet informazzjoni li l-ajruplan kien ġie hijacked u kien qed jiġi mibgħut lejn Cologne mill-hijackers.", "Minnufih sas-2.20 a.m. twaqqaf ċentru sabiex jikkordina l-informazzjoni li kienet dieħla.", "Dan iċ-ċentru sar fl-Uffiċċju ta' l-Air Malta fil-Malta International Airport taħt id-direzzjoni tas-Sur Joe Cappello li huwa l- group general manager ta' l-Air Malta.", "Ġew informati l-Ministru Karmenu Vella li hu responsabbli mit-turiżmu u li taħtu taqa' l-Air Malta, il- Ministru Joe Debono Grech li hu responsabbli mit-trasport, kif ukoll il- Ministru Joe Mizzi li hu ministru fi ħdan fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li jikkordina kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' taħt id- direzzjoni tiegħi.", "Aktar tard wasal hemmhekk il-Ministru Mizzi u waslu wkoll il-Ministru Vella u l-Ministru Debono Grech.", "Sat-3.10 a.m. kienu ġew informati b'dak li ġara l-familji tal-crew u mbagħad bdiet tiġi monitored id-diverżjoni li kienet għaddejja fuq il-flight.", "Sat-3.30 a.m. ċ-Chairman ta' l-Air Malta ġie nformat b'dak li kien qed jiġri u bħalissa jinsab fi Zurich.", "Kien hemm indikazzjonijiet li bejn it- 3.30 a.m. u l-4.00 a.m. l-ajruplan seta' jiġi mġiegħel jinżel f'Zurich imma mbagħad ġie kkonfermat li d-destinazzjoni, kif kienet qed tiġi ppuntata mill-hijackers, kellha tkun f'Cologne fil-Ġermanja.", "Il-hijackers kienu tnejn ta' nazzjonalita' Torka li kienu qed jgħidu li fuqhom kellhom dynamite u anke explosive devices.", "Wieħed minnhom qagħad fuq in-naħa ta' quddiem u l-ieħor fuq in-naħa ta' wara.", "Waqt li kienet għaddejja din il- ħidma kien hemm trattativi mal-crew u l-hijackers, li min-naħa tagħhom wrew li ma kellhom l-ebda intenzjoni li b'xi mod jattakkaw jew li jpoġġu lill- ħajja tal-passiġġieri fil-periklu.", "Dan skond x'kienu qed jgħidu huma.", "Fl-4.48 a.m. l-ajruplan niżel f'Cologne u saret konferma li l-passiġġieri u l-crew kollha kienu b'saħħithom.", "Il-hijackers meta tkellmu ma' l-airport security Ġermaniża taw indikazzjoni li se jeħilsu lill-passiġġieri sas-7.00 a.m., pero' talbu li jkun hemm crew tat-television, interpretu Tork u tabib biex ikunu jistgħu jagħmlu indirizz lit-television.", "Fis-6.10 a.m. il- purser G. Abela, żewġ cabin crew members u żewġ passiġġieri nisa ġew meħlusa.", "Fit 7.45 a.m. iż-żewġ hijackers niżlu minn fuq l-ajruplan, ċedew lill-pulizija Ġermaniża u l-passiġġieri kollha ġew meħlusa.", "Ma jidher li kien hemm l-ebda ħsara fiżika lis-saħħa tal-passiġġieri ħlief li xi tnejn jew tlieta qed ibatu minn xokk ħafif.", "Din hija xi ħaġa normali f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Il-Maġistrat Peralta flimkien ma' l-Assistent Kummissarju Seychell se jitilqu dalgħodu mal-flight tad-9.30 a.m. lejn il-Ġermanja biex ikunu jistgħu jmexxu l-inkjesta meħtieġa mil-liġi f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Il- Gvern beħsiebu jwaqqaf inkjesta amministrattiva llum stess biex jinvestiga kif kienu qed jitmexxew il-proċeduri tas-sigurta' fl-Ajruport Internazzjonali ta' Ħal Luqa, vis-a-vis dan il-flight u jekk dawn ġewx esegwiti.", "Din l-indaġini amministrattiva, li nittama li tagħtina riżultat sa ġimgħatejn, tkun tista' tirrapporta dwar jekk hemmx lok għal titjib fil- proċeduri tas-sigurta' fl-ajruport, speċjalment fir-rigward ta' flights bħal dawn.", "Madam Speaker, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem min- naħa tas-sigurta' Maltija u s-sigurta' Ġermaniża għall-mod kif esegwew id- dmirijiet tagħhom.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-crew tal-flight konċernat għall-ħidma tagħhom u għall-mod kif mexxew din il-ġrajja waqt li kienet għaddejja.", "Nagħti wkoll ix-xewqat tajba tiegħi lill-passiġġieri kollha u lill-familji tagħhom, b'xewqat sbieħ li għalkemm kellhom esperjenza kerha matul dan il-lejl kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, bil- permess tal-Kamra, f'isem l-Oppożizzjoni, nixtieq nuri s-solidarjeta' tagħna mal-passiġġieri, mal-crew u ma' dawk kollha li kienu nvoluti f'dan il-hijacking u nesprimi s-sodisfazzjon li kollox irrisolva ruħu b'wiċċ il- ġid.", "Naturalment nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li semma l-Prim Ministru, l-awtoritajiet Maltin, l-awtorita' ta' l-Air Malta u l- awtoritajiet ta' l-Airport ta' Cologne.", "Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru jekk f'dan il-mument għandux informazzjoni min-naħa ta' l-awtoritajiet fil-Ġermanja dwar jekk huwiex minnu li dawn kellhom fuqhom dynamite jew explosives.", "Dawn ħafna drabi jkunu hoaxes u ma tkun xejn ħlief theddida għall-iskopijiet li jkollhom f'moħħhom il-hijackers.", "Jekk il-Prim Ministru ma għandux din l- informazzjoni naturalment nistennew ftit ta' żmien ieħor.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, rigward il-mistoqsija li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni rrid ngħid li għandi informazzjoni li matul il-flight dawn il-hijackers kellhom sticks ta' dynamite, pero' issa jidher li l- probabbilta' hi li dawn kienu biss hoaxes, kif semma l-Kap ta' l- Oppożizzjoni stess.", "Dwar dan ikollna konferma uffiċjali llejla għall-ħabta tal-5.00 p.m jew is-6.00 p.m. mingħand il-forza tas-sigurta' Ġermaniża u ovvjament din se tiġi kkomunikata pubblikament.", "Madam Speaker, fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja - naħseb li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jingħaqad miegħi - lill-Ambaxxatur ta' Malta fil-Ġermanja u lill-istaff tiegħu li marru fuq il-post malajr kemm setgħu u taw l- għajnuna kollha tagħhom kemm lill-information centre ta' Malta, kif ukoll lir-reception, fejn qed imorru l-passiġġieri, lill-crew ta' l-airport ta' Cologne, kif ukoll dak ta' l-airport Malti.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Ngħaddu issa għal Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Bartolo.", "MOZZJONIJIET", "TWAQQIF TA' KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, nipproponi:", "Illi dan il-Parlament japprova t-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "L-għanijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni huma li:", "(i) tistudja u tiġbor informazzjoni dwar l-edukazzjoni f'Malta;", "(ii) flimkien ma' edukaturi, riċerkaturi soċjali, amministraturi, ġenituri, studenti u azjendi kummerċjali u industrijali tidentifika l- ħtiġijiet ta' Malta f'kull qasam ta' l-edukazzjoni u taħriġ fl-isfond ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f'Malta;", "(iii) tagħmel rakkmandazzjonijiet għall-bidliet li jkun hemm bżonn biex l-edukazzjoni f'Malta tkun waħda effettiva u tiżgura li l-pajjiż ikollu nies bil-ħila meħtieġa għas-soċjeta' u għall-ekonomija moderna tal-futur;", "(iv) tagħmel awditjar soċjali regolari dwar kif ikunu qegħdin jitmexxew u jingħataw is-servizzi edukattivi;", "(v) tippubblika rapporti dwar ir-riċerka u r-rakkmandazzjonijiet tagħha;", "(vi) tressaq fil-Parlament rapport annwali dwar il-ħidma tagħha.", "Il-Kummissjoni għandha tkun magħmula minn Chairman u numru ta' membri li ma jkunx iżjed minn 16-il membru li fil-fehma tal-Ministru għall- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, jkunu jirrappreżentaw id-diversi oqsma ta' l-edukazzjoni, l-amministrazzjoni, il-ġenituri, l-ekonomija, il-kultura u l-unions.", "Il-ħatra tkun għal mill-inqas tliet snin.", "Il-Kummissjoni għandu jkollha staff permanenti li jkun kompost minn:", "(a) Uffiċjal Eżekuttiv - mis-settur pubbliku - maħtur mill-Ministru għall-Edukazzjoni għal perijodu ta' tliet snin;", "(b) Membri amministrattivi u klerikali ta' l-istaff jinħatru miċ- Chairman tal-Kummissjoni fuq talba ta' l-Uffiċjal Eżekuttiv.", "L-Uffiċjal Eżekuttiv tal-Kummissjoni għandu jħejji l-estimi annwali u jippreżentahom għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni għandha tkun iffinanzjata mill-Gvern b'vot annwali.", "Hija tista' wkoll tattira u tiġbor fondi għall-ħidma tagħha minn sorsi privati bħall-oqsma ta' l-ekonomija u istituzzjonijiet oħra.", "L-ewwel Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni hija ffurmata hekk:-", "Chairman: Dr. Dominic Fenech, Ph.", "D. Membri: Dr. Ronald Sultana, B.A. (Hons.), Dip.", "Guid. & Coun., Dip.", "Rel.", "Stud., D. Phil.", "Is-Sur Charles Mizzi, B.Sc.", "(Hons.), M.Sc.", "(Exeter) Is-Sur John Bencini, B.A. (Gen.), Lic.", "Phil.", "Dr. Mary Darmanin, Ph.D. Is-Sinjura Josephine Camilleri Is-Sur Joe Cauchi, B.A. (Hons.), P.G.C.E., Dip.", "Ed.", "Adm.", "Mgt., M.Ed.", "Is-Sur Frans Borg Is-Sur Joe Zerafa Is-Sur Tony Cassar Is-Sinjura Bernie Mizzi, B.Educ.", "(Hons.)", "Is-Sinjura Salvina Muscat Is-Sur Oliver Pace, B.A., B.Educ., B.Phil.", "Is-Sur James Pearsall, I.Eng.CEI, Dip.Soc.Stud.", "Fr. Ray Francalanza, O.S.A., S.Th.Lic.", "Is-Sur Alfred Agius Is-Sur William Gatt, M.A.(Ed.), Dip.", "Ed., M.I.A.P.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, mhux l-ewwel darba li f'din il- Kamra, fil-ġurnali u f'xi diskussjoni pubblika dwar il-qasam ta' l- edukazzjoni fis-snin li għaddew ġiet espressa l-fehma li fil-ħajja tal- Parlament stess, l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż, ftit li xejn għandna mumenti fejn niddiskutu qasam tant importanti bħall-edukazzjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn il-kalendarju tal-Parlament anke tas-snin li għaddew jara li ftit huma l-okkażjonijiet fejn ġie diskuss dan il-qasam.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-policies tal-gvern jew l-alternattivi għalihom imma għall-edukazzjoni in ġenerali.", "Normalment ikollna ftit sigħat darba fis-sena meta jitressaq il-budget imbagħad ġieli jkun hawn membri parlamentari li fil-ħin ta' l-aġġornament tagħhom iqajmu xi aspett jew xi punt dwar policies edukattivi.", "Aħna naħsbu li għandhom jiżdiedu l-mumenti fil-ħajja parlamentari fejn tiġi diskussa l-edukazzjoni b'serjeta', mingħajr għaġġla u fil-fond.", "Dawn id-diskussjonijiet m'għandhomx isiru sempliċement meta tkun qed tiġi diskussa n-nefqa tal-Gvern li jkun qed jagħmel għas-sena li tkun ġejja.", "U wieħed mill-modi kif dawn il-mumenti fil-ħajja parlamentari jistgħu jiżdiedu huwa proprju parti mix-xogħol li mistennija tagħmel din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Fil-fatt waħda mill-għanijiet tal-kummissjoni hija li tressaq fil- Parlament rapport annwali dwar il-ħidma tagħha, liema rapport imbagħad jiġi diskuss.", "U anke hawnhekk wieħed irid jara li, per eżempju, l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għandu jkun forum tajjeb fejn ir- rapport annwali ta' din il-kummissjoni jkun jista' jiġi diskuss mingħajr ma jkun hemm il-morsa tal-ħin li nkunu maqbudin fiha meta niddiskutu l-budget u għalhekk tkun tista' ssir diskussjoni aktar profonda, aktar spassjonata, aktar fit-tul u aktar serja dwar l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Naturalment, quddiem il-Parlament u quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jkunu jistgħu jaslu wkoll ir-rapporti l-oħra li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni mistennija tagħmel u, kif diġa' għidt, fost l- għanijiet tagħha din il-kummissjoni se jkollha dak li tistudja u tiġbor informazzjoni.", "U hawnhekk hawn rakkmandazzjoni dwar kif tista' tinġabar din l-informazzjoni.", "Se jiġu kkummissjonati studji dwar aspetti differenti ta' l-edukazzjoni imbagħad dawn ir-rapporti jiġu ppubblikati.", "Jien m'għandix dubju li dan ifisser li d-diskussjoni dwar l-edukazzjoni f'Malta issir aktar ta' kwalita' għolja għaliex anke l-membri ta' din il-Kamra se jkollhom iċ-ċans jaraw ir-riċerka u r-rapporti ta' studju li tkun għamlet din il- kummissjoni.", "B'hekk naslu wkoll f'punt li f'qasam importanti bħall- edukazzjoni d-dibattitu li nagħmlu jkun wieħed b'riflessjoni serja fuq dak li jkun għaddej u ma jkunx sempliċement fuq dawk l-impressjonijiet li nkunu fformajna bl-esperjenza tagħna.", "Jien m'għandix dubju li diġa' hawn ħafna riċerka ta' kwalita' tajba f'dan il-qasam, liema riċerka saret kemm minn dawk li jgħallmu fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' kif ukoll minn uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni.", "Saret ukoll riċerka minn studenti li mbagħad iggradwaw u llum qed jgħallmu jew qabdu triq oħra.", "Din ir-riċerka għadha rilevanti u tista' tgħin biex nieħdu deċiżjonijiet ta' kwalita' f'dan il-qasam.", "Jekk hawn qasam fejn irridu noqogħdu attenti ħafna x'deċiżjonijiet nieħdu dan huwa żgur il-qasam ta' l-edukazzjoni, pero' din il-prudenza bl-ebda mod ma tneħħi l-bżonn ta' bidliet urġenti u bżonnjużi f'dan il-qasam biex pajjiżna jiffaċċja s-seklu 21 b'fiduċja li l-futur għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkun assigurat.", "Kif għidt aktar kmieni, f'pajjiżna teżisti ħafna riċerka f'dan il-qasam, riċerka li hija ta' kwalita' tajba imma ħafna drabi tispiċċa fil-kxaxen u fuq l-ixkafef u llum tispiċċa wkoll fuq discs u ma tiġix użata la fid-dibattitu nazzjonali dwar l-edukazzjoni u lanqas fil- proċess ta' deċiżjonijiet li jittieħdu f'dan il-qasam.", "Fil-fehma tiegħi l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni se tkun qed timla' vojt importanti ħafna fil-qasam tagħna.", "Jekk wieħed jara kif inhi l- istruttura ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna minn isfel sa fuq jinduna li qasam li għadna dgħajfin fih huwa dak ta' l-ippjanar strateġiku.", "Aħna nafu li fid-dinja tal-lum fejn isiru ħafna bidliet mgħaġġla irridu naraw x'nifhmu b'ippjanar.", "Huwa inutli li wieħed jagħmel pjanijiet riġidi u fissi li ma jagħtux kas tar-realta' li tant tinbidel fid-dinja tagħna.", "Qed nirriferi għall-bidliet teknoloġiċi u soċjali li sintendi jħallu bidliet f'kull qasam tal-ħajja, imma aktar u aktar fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "M'hemmx dubju li hemm bżonn li l-ippjanar li jrid isir f'dan il-qasam ikun mitmugħ tajjeb b'bażi soda ta' riċerka u b'informazzjoni ta' kwalita' għolja.", "Għalhekk jiena nittama li x-xogħol tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni jgħin biex dan in-nuqqas ta' ippjanar strateġiku u nuqqas ta' studji dwar l- edukazzjoni jimtela'.", "Importanti ħafna li wieħed jifhem li x-xogħol tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni mhux se jkun li tamministra s-sistema preżenti għaliex għal dan hemm l-istrutturi eżistenti.", "Huwa importanti li jkollna struttura oħra li ma jkollhiex ir-responsabbilta' għall-amministrazzjoni ta' l- edukazzjoni ġurnata b'ġurnata u b'hekk tkun tista' tagħti ħarsa minn barra lejn din l-istruttura, tagħmel dak l-auditing soċjali li qed ngħidu li huwa wieħed mill-għanijiet tax-xogħol ta' din il-kummissjoni u fl-istess ħin tkun qed tagħti ħarsa fit-tul lejn x'għandna bżonn fis-snin li ġejjin.", "Madam Speaker, kif diġa' għidt, f'dinja li qiegħda tinbidel u li fiha ħafna bidliet ma jistax ikun hemm pjanijiet riġidi, fissi u ideoloġiċi.", "Nemmen li l-aħjar mod kif wieħed jippjana f'dan il-qasam huwa li jkun hemm dak li jissejjaħ systems approach.", "Wieħed ma' jridx iħares lejn l- edukazzjoni bħala xi vjaġġ li għandu destinazzjonijiet fissi iżda jrid iħares lejha bħala proċess kontinwu.", "Qatt m'għandna nkunu kuntenti bil- livell u bil-kwalita' li nkunu lħaqna imma rridu dejjem inkomplu nbiddlu u nkomplu niżguraw li ntejbu l-kwalita' ta' l-edukazzjoni tagħna.", "Jekk ma ntejbux il-kwalita' ta' l-edukazzjoni tagħna u ma ninbidlux skond il-bżonn jaqa' lura l-pajjiż.", "Il-ħila li niffaċċjaw ħajja ta' pajjiż żgħir fis-seklu 21 aktar u aktar minn qatt qabel se tkun tiddependi minn xi kwalita' ta' edukazzjoni se nkunu qegħdin intellgħu fiha lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-persuni li qegħdin naħtru bħala membri ta' l-ewwel Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni jinduna li ċertament dawn huma kollha individwi li jagħtu sehem kbir fil-qasam edukattiv jew f'xi qasam tal-ħajja li huwa rilevanti għall-edukazzjoni u għalhekk naħseb li m'għandniex insibu problema biex naqblu fuq il-ħatra tagħhom.", "Filwaqt li qed ngħid li dawn huma kollha nies li m'għandix dubji huma validi biex ikunu f'din il-kummissjoni, fl-istess ħin irrid ngħid li m'għandix dubju li hemm individwi oħra li setgħu ntgħażlu biex ikunu f'din il-kummissjoni.", "Jien naħseb li wieħed mill-modi kif din il-kummissjoni tista' taħdem hi li hija stess taħtar sotto-kumitati f'oqsma differenti ta' l-edukazzjoni.", "Jien m'għandix dubji li l-kummissjoni se ssib nies ta' kwalita' għolja u ta' kapaċita biex jieħdu sehem fix-xogħol tagħha.", "Waħda mill-affarijiet li ħadt gost biha ħafna fil-Premju Ħaddiem tas- Sena ta' nhar il-Ġimgħa kienet li għat-tielet darba dan il-premju ngħata lil xi ħadd mill-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Diġa' kellna żewġ persuni oħra minn dan il-qasam li ħadu dan il-premju u din id-darba kellna lill-kap ta' l-iskola primarja tal-Belt.", "Ċertament kien jistħoqqilha dan il-premju għax- xogħol kbir li għamlet f'sitwazzjonijiet diffiċli biex l-iskola ġġibha 'l quddiem u biex minn storja ta' problemi tagħmel minn dik l-iskola storja ta' suċċess.", "Waħda mill-affarijiet li naħseb li jkun tajjeb li tagħmel il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni hi li tgħolli każijiet bħal dawn bħala eżempji ta' good practice.", "M'hemmx dubju li fl-iskejjel tagħna hemm problemi, nuqqasijiet u affarijiet li rridu niffaċċjaw bl-akbar serjeta'.", "F'ċerti skejjel għandna problemi serji ta' dixxiplina, f'oħrajn għandna problemi serji ta' assenteiżmu, f'oħrajn għandna problemi serji ta' illitteriżmu u għandna wkoll problemi serji fl-istruttura tal-bini ta' l-iskejjel.", "Dawn kollha huma problemi li rridu nittekiljaw u fil-fatt diġa' bdejna nittekiljaw xi wħud minnhom, pero' għandna nkomplu nagħmlu dan bis-serjeta'.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm qed niġu ffaċċjati b'dawn il-problemi għandna wkoll affarijiet li huma tajbin.", "Kif dejjem għidt, li jkun hemm l-affarijiet tajbin fl- iskejjel tagħna ma jiddependix mill-ministru tal-ġurnata imma jiddependi mill-isforzi, mill-ħila u mill-kapaċita' ta' min imexxi, ta' min jgħin lil min imexxi u ta' min jgħallem f'dawn l-iskejjel.", "Fil-fatt waħda mill- affarijiet pożittivi li tista' tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni hija li tidentifika u toħroġ rapporti dwar dawk l-iskejjel li minkejja d-diffikultajiet interni u esterni li għandhom qed isir sforz serju mill-edukaturi, liema sforz qed jagħti riżultati tajba.", "Madam Speaker, waħda mill-ikbar problemi li għandna fil-qasam edukattiv tagħna hija li fl-iskejjel tagħna hemm min għandu low expectations ħafna u jaqta' qalbu għax jara li hemm tfal li ġejjin minn familji bi problemi soċjali, minn familji li m'humiex motivati u minn ambjent li ma jressaqhomx wisq lejn il-kotba u lejn it-tagħlim.", "Jien dan insejjaħlu falliment u Allaħares il-futur ta' l-edukazzjoni jiddependi minn dawn il- baħrin tal-bnazzi.", "Il-kapaċita' fl-edukazzjoni m'hijiex li tgħallem lil min diġa' huwa motivat u lil min id-dar isib il-kotba, il-computer u l- istimulu soċjali u kulturali li għandu bżonn imma li teduka u trawwem lil dawk it-tfal li huma mċaħħdin minn dan l-ambjent familjari u soċjali.", "Fil- fatt jien għalhekk għandi ammirazzjoni kbira lejn dik il-kap ta' skola li nhar il-Ġimgħa ngħatat il-premju \"Ħaddiem tas-Sena\" u lil persuni bħalha għaliex dawn huma l-aqwa eżempju ta' kif l-edukazzjoni tista' titjieb f'pajjiżna.", "GĦalhekk kif għidt diġa' l-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni għandha tara liema huma dawk il-kapijiet ta' skejjel li flimkien ma' l-assistenti u l-edukaturi tagħhom imexxu tajjeb biex dawn ikunu jistgħu jiġu ppubbliċizzati ħalli permezz tagħhom wieħed ikun jista' jindika kif għandhom isiru l-affarijiet u xi jfissru verament il-kliem serjeta' u impenn serju.", "Per eżempju, huwa interessanti li l-ewwel studju li sar min-National Commission on Education, liema kummissjoni kienet twaqqfet fl-Ingilterra fl- 1991, kien għamel ħafna ħoss u ħalla influwenza tajba.", "Dan l-istudju kien ġie msejjaħ \"Learning to Succeed\" u fih ġew diskussi r-raġunijiet li għalihom ċerti tfal u żgħażagħ jaqtgħu qalbhom mill-esperjenza edukattiva minn kmieni.", "Fil-fatt issib każi fejn tfal ta' xi tmien snin diġa' jkunu ttimbrati bħala li huma batuti, li m'humiex se jaslu u li moħħhom ma jagħtihomx u sintendi meta jiġri dan ma nistgħux nimmaġinaw li dawn it-tfal se jikbru b'dik il-fiduċja fihom infushom li ċertament għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jirnexxu.", "Kif kont qed ngħid wieħed mill-ewwel studji fit- tul li għamlet in-National Commission on Education ta' l-Ingilterra kien dwar dawk il-fatturi negattivi li tant jagħfsu lit-tfal u ż-żgħażagħ li dawn jaqtgħu qalbhom mill-proċess edukattiv li ħafna drabi jfisser li jkunu qed jaqtgħu qalbhom mill-ħajja.", "Qed jiġi studjat x'għandu jsir biex wieħed ibiddel dik ir-rotta u x'tip ta' sistema edukattiva għandna bżonn biex tgħallem lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jirnexxu.", "It-tieni studju li għamlet in-National Commission on Education li wkoll għamel effett tajjeb fuq is-sistema edukattiva Ingliża, huwa l-ktieb li ħareġ ftit ilu bl-isem \"Success Against the Odds, Effective Schools in Disadvantaged Areas\" fejn fih ġew studjati għadd ta' skejjel li skond l- opinjoni ġenerali kienu kkundannati li fihom se jmorru tfal li ftit li xejn għandhom ċans jimxu 'l quddiem.", "L-istudju ta' din il-kummissjoni wera li b'impenn serju min-naħa ta' l-edukaturi u b'appoġġ serju - li mhux dejjem ikun hemm, kemm fl-Ingilterra kif ukoll f'Malta, ħalli nitkellem ċar - min- naħa tal-ministeru ta' l-edukazzjoni setgħet issir differenza kbira fil- kwalita' ta' edukazjoni li tingħata fl-iskejjel.", "Qed insemmi n-National Commission on Education għaliex hija waħda mill-istrutturi li ħallew effett tajjeb fuq is-sistema edukattiva tal-pajjiż u nittama li l-kummissjoni li qed naħtru fuq mudell kompletament differenti minn dik ta' l-Ingliżi wkoll tħalli effett pożittiv.", "Tajjeb ngħidu li din il-kummissjoni ġiet imwaqqfa fl-Ingilterra fl-1991 u l-inizjattiva biex titwaqqaf ma ħadhiex il-gvern tal-ġurnata imma ħaduha għaqdiet mis-settur edukattiv, mis-settur tax- xjenza u mis-settur ta' l-inġinerija li huma l-British Association for the Advancement of Science, ir-Royal Society, il-British Academy u l- Fellowship of Engineering.", "Mingħajr tlaqliq ngħid li kont nieħu gost li kieku din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni twaqqfet f'Malta bl- inizjattiva tas-settur privat mingħajr il-bżonn li noqogħdu nistennew lill- gvern iwaqqafha.", "Huwa interessanti li din il-kummissjoni fl-Ingilterra hija ffinanzjata kompletament minn sorsi privati, mill-Paul Hamlyn Foundation.", "Fil-mozzjoni li qed inressqu quddiem il-Parlament illum qed ngħidu li l-kummissjoni għandha tkun iffinanzjata mill-gvern b'vot annwali - dan biex nuru li l-kummissjoni għandha tibda topera - pero' tista' wkoll tiġbor fondi għall-ħidma tagħha minn sorsi privati bħall-oqsma ta' l- ekonomija u istituzzjonijiet oħra u jien nawgura li jirnexxilha tagħmel dan ħalli mal-fondi li jivvotalha dan il-Parlament kull sena jkollha fondi oħra biex tkun tista' tagħmel ix-xogħol tagħha aħjar.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa fuq is-sehem tas-settur privat fl-edukazzjoni f'pajjiżna.", "F'din il-kummissjoni qed naħtru nies li għandhom rabta mas- settur privat, bħal per eżempju, is-Sur Tony Cassar li huwa l-President tal- Federazzjoni ta' l-Industrija.", "Qed nittamaw li dan iservi bħala sinjal li rridu s-sħubija, il-parteċipazzjoni u l-inkoraġġiment tas-settur privat.", "Wara kollox l-iżvilupp ekenomiku, soċjali, politiku, kulturali u xjentifiku ta' pajjiżna jiddependi ħafna mill-kwalita' ta' edukazzjoni li nkunu qed nipprovdu fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet tagħna.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li s-settur privat jagħti s-sehem tiegħu f'dan il-qasam.", "Fil-fatt irrid nirringrazzja lil dawk il-kumpanniji kummerċjali u lil dawk l-individwi li diġa' qed jgħinu lis-settur edukattiv.", "Għandna kumpanniji li diġa' qed jgħinu lill-iskejjel tas-snajja', dawk primarji u post- sekondarji u anke lill-Universita'.", "Naħseb li hija ħasra li ħafna drabi din it-tip ta' għajnuna m'hijiex qed tingħata pubbliċita' biżżejjed.", "Jien naħseb li huwa importanti li l-Kamra tal-Kummerċ, il-Federazzjoni ta' l- Industrija u l-GRTU jinformaw lill-membri tagħhom dwar x'qed jagħmlu l- għaqdiet tagħhom sabiex jinkoraġġixxu u jappoġġaw is-sistema edukattiva tagħna.", "Hawnhekk wieħed irid ikun ċar u jgħid li ż-żewġ setturi għandhom l- iskopijiet speċifiċi tagħhom u ma rridux inġibu l-edukazzjoni skjava tas- sistema produttiva ekonomika, pero' naħseb li għandhom jistimulaw lil xulxin.", "Jekk il-kumpanniji Maltin iħarsu lejn x'jagħmlu kumpanniji bħalhom f'pajjiżi oħra jsibu li dawn jagħtu fondi għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni u ħafna drabi jwaqqfu fondazzjonijiet li mbagħad jipprovdu l-flus tar- riċerka dwar problemi eżistenti li jkun hemm fil-qasam edukattiv.", "Huwa importanti li dan jiġi mifhum kemm minna kif ukoll mill-kummissjoni li qed nipproponu.", "L-iskop m'huwiex li l-kummissjoni tħejji riċerka spekulattiva jew riċerka li tiddeskrivi biss x'inhuma l-problemi imma għandha wkoll toħroġ rakkmandazzjonijiet dwar kif dawk il-problemi għandhom jiġu tackled.", "Għalhekk huwa mportanti li jkollna aktar appoġġ mis-settur privat.", "Kif diġa' għidt, in-National Commission on Education hija ffinanzjata kollha kemm hi minn fondazzjoni privata, il-Paul Hamlyn Foundation.", "F'Malta għandna kumpanniji li diġa' qed jgħinu lis-settur privat u jien nawgura li l-kummissjoni jirnexxielha tiġbed lejha aktar fondi sabiex tkun tista' tagħmel xogħol aħjar fil-qasam edukattiv.", "Bħalissa ħafna drabi s-settur privat jieħu sehem pjuttost b'mod daqsxejn filantropiku u assistenzjali fl- edukazzjoni.", "Huwa importanti li s-settur privat ikun iktar preżenti biex ċerti problemi li għandna fil-qasam edukattiv tagħna nistudjawhom u nifhmuhom aktar biex inkunu nistgħu nibdew insolvuhom aħjar.", "Fil-fatt, kif diġa' għidt, fix-xogħol li din il-kummissjoni mistennija tagħmel, ir- rapporti dwar ir-riċerka se jkunu kemm fuq kif inhi s-sistema bħalissa ...", "Parti oħra mix-xogħol li din il-kummissjoni mistennija tagħmel hija l- awditjar soċjali, u hekk tidħol waħda mill-problemi li għandna u li ċertament m'hijiex aċċettabbli, dik ta' l-assenteiżmu fl-iskejjel tagħna.", "Din il-problema rridu nittekiljawha bis-serjeta' mis-sena d-dieħla.", "Permezz ta' mistoqsija parlamentari ħareġ tagħrif li għandna mill-inqas 729 tifel u tifla fl-iskejjel sekondarji li ilhom aktar minn sena ma jattendu u ħafna drabi din l-assenza hija appoġġata, biex ngħid hekk, jew hija kkonfortata minn ċertifikati mediċi.", "Imma l-fenomenu ta' l-assenteiżmu kemm fis-sekondarja kif ukoll fil-primarja rridu nittekiljawh bis-serjeta'.", "Niftakar li meta kont tkellimt fuq il-problema ta' l-assenteiżmu f'dan il- Parlament kont iebes dwar ċerti tobba li joħorġu ċertifikati mediċi b'mod faċli mingħajr ma jaraw l-affarijiet, pero' nkun qed nonqos jekk ngħid li l- problema hija minħabba f'hekk biss.", "Il-fenomenu ta' l-assenteiżmu fl- iskejjel tagħna jistħoqqlu studju aktar profond u mbagħad wara dak l- istudju rridu nieħdu l-passi meħtieġa għaliex jekk għandna mill-inqas 729 tifel u tifla li ilhom aktar minn sena ma jattendu l-iskola u għandna mbagħad mijiet li jitolbu li jitilqu mill-iskola qabel ma jagħlqu s-16-il sena, il-problema ma tibqax waħda individwali jew ta' ċertifikati mediċi imma ssir vot ta' sfiduċja fis-sistema edukattiva.", "GĦalina fil-qasam ta' l-edukazzjoni din hija konklużjoni skomda li ma tagħtiniex pjaċir imma naħseb li jekk irridu nkunu serji rridu ngħidu li hemm mijiet - forsi anke eluf - ta' tfal u adoloxxenti li jħossu li għal xi raġuni jew oħra m'hemmx posthom fl-iskejjel fis-sistema edukattiva tagħna.", "GĦalhekk wieħed mid-doveri tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukzzjoni għandu jkun studju profond dwar l-assenteiżmu għaliex jekk aħna se nitkellmu fuq il-kwalita' ta' l-edukazzjoni l-ewwel għallinqas irridu niżguraw li t-tifel, iż-żagħżugħ u l-adoloxxent ġew l-iskola biex jieħdu dak is-servizz edukattiv.", "Jekk dawn lanqas biss qed jiġu l-iskola, jew jekk qed jitolbu li jitilqu kmieni mill-iskola, irridu nipprovaw nifhmu għaliex qed jiġri hekk u ma noqogħdux infittxu skużi fl-ambjent soċjali u familjari.", "Naf li jkun hemm fatturi soċjali u familjari għaliex hemm tfal li jħossuhom barranin fl-iskejjel tagħna imma rridu wkoll nipprovaw nifhmu x'hemm fl-iskejjel tagħna li ma jakkomodax u li ma jinbidilx biżżejjed biex joffri ambjent li jilqa' lil dawn it-tfal.", "Għalhekk il- passi li rridu nieħdu f'dan il-qasam m'humiex sempliċement billi nikkritikaw lit-tobba li joħroġu ċertifikati mediċi iżda li nikkritikaw ukoll dak li għandna fis-sistema edukattiva, dak li għandna fl-iskejjel tagħna u dak li għandna fl-istituzzjonijiet edukattivi tagħna li għal xi raġuni jew oħra ibiegħed lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna mill-iskejjel.", "F'dawn l-aħħar snin kien beda jsir studju komparattiv ukoll ma' tfal fil- Ġappun u ma' tfal fl-Istati Uniti mmexxi mill-istudjuż Ishikawa, li jistudja l-fenomenu ta' l-assenteiżmu fl-iskejjel tagħna u jgħid li l- problemi huma profondi u hemm żewġ raġunijiet għalihom; hemm problemi kkaġunati veru mill-ambjent familjari u soċjali iżda mbagħad hemm problemi li jikkaġunawhom is-sistemi edukattivi tagħna stess.", "Għalhekk huwa importanti li jittieħdu passi kemm fuq livell soċjali u ambjentali, kif ukoll fuq il-livell edukattiv innifsu.", "Jiena nittama li waħda mit-temi li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni l-ġdida tiffaċċja tkun il- problema ta' l-assenteiżmu u magħha - għax naraha relatata ħafna - il- problema ta' dawk li jitolbu li joħorġu kmieni mill-iskejjel tagħna.", "Ċertament din hija problema li biex niffaċċjawha bis-serjeta' titlob mhux biss impenn min-naħa tal-qasam edukattiv imma wkoll impenn mill-qasam soċjali u mill-qasam mediku.", "Jiena naħseb li aktar ma jgħaddi ż-żmien irridu nsibu aktar mod kif il-qasam tas-saħħa u l-qasam ta' l-edukazzjoni jaħdmu aktar id f'id.", "Hemm bżonn li nsibu modi kif l-istrutturi limitati li għandna, kemm fil-qasam edukattiv kif ukoll fil-qasam tas-saħħa, per eżempju, f'dak li hu nuqqas ta' educational psychologists, nuqqas ta' physiotherapists u ħafna terapisti oħra li għandna bżonn, nikkordinawhom aħjar biex naħdmu flimkien ħalli ngħinu lil dawk li għandhom bżonn.", "L- uniku mod kif niffaċċjaw dawn il-problemi b'mod serju huwa li niffaċċjawhom b'mod integrat, dak li jissejjaħ il-health education welfare approach.", "Wara kollox it-tifel jew iż-żagħżugħ li jiġi fi skola bi problema u jerġa' jmur lura lejn id-dar huwa l-istess persuna, iżda bħalissa l-istrutturi pubbliċi jwieġbu għal problema ta' bniedem sħiħ b'mod frammentat, metodu li bih żgur mhux se jirnexxilna nsolvu l-problema bis-serjeta'.", "Problema oħra li wkoll mis-sena d-dieħla rridu nibdew nitrattawha bis- serjeta' hija dik tal-bullying.", "Jien diġa' għidt li saru studji u riċerka fil-qasam edukattiv, pero' ħafna drabi baqgħu ma tteħdux l-ebda passi konkreti.", "L-istudji u r-riċerki huma importanti, ir-riflessjoni dwar dak li qed jiġri fil-qasam edukattiv hija importanti, iżda mbagħad irridu nagħmlu pjan ta' azzjoni għal kull problema biex naraw kif se nittekiljawha.", "Kif diġa' għidt, hemm skejjel fejn il-problema ta' bullying hija serja u għad għandna inċidenti li assolutament m'humiex aċċettabbli fejn hemm adulti jew ġenituri jidħlu fl-iskejjel u jaħbtu għall- edukatur.", "Jiena għidt kemm-il darba - u nerġa' ngħidha hawnhekk bl-iktar leħen sod - li dawn l-affarijiet m'humiex aċċettati, anke fejn il-ġenituri jistgħu jħossu u jirriżulta li għandhom raġun għaliex hemm modi differenti kif nittrattaw il-problemi.", "Il-ġimgħa li għaddiet kellna xi inċidenti simili u jien qbadt mal-Kummissarju tal-Pulizija u għidtlu biex jieħu passi iebsa kontra adulti li jidħlu fl-iskola u jaħbtu għal xi teacher.", "Żgur li m'iniex se nittollera li jkollna adulti li jidħlu fi skola u jaħbtu għall-edukaturi u Allaħares ikun hemm xi ħadd li jipprova jgħid li se jsib xi kenn f'xi ministeru meta jagħmel dawn l-affarijiet.", "F'dawn l-affarijiet la se nħarsu lejn uċuh, la se nħarsu lejn kuluri u lanqas lejn tesseri.", "Nerġa' nwissi, fejn xi adult jidħol f'xi skola biex jaħbat għal xi teacher jien stess inkellem lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jieħu l-passi kollha li tagħtih il-liġi.", "Dan huwa l-agħar eżempju u l-akbar skandlu li nistgħu nagħtu lit-tfal tagħna.", "L-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu biex nibdew nedukaw lit-tfal tagħna huwa li nġibuhom l-iskola, u t-tieni li l-edukazzjoni sseħħ f'ordni u f'dixxiplina.", "U għalhekk dan irridu nizgurawh.", "Din twassalni għall-punt tal-bżonn ta' politika nazzjonali dwar l-imġieba fl-iskejjel tagħna.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-ewwelnett ikollna kodiċi ta' imġieba u kodiċi ta' dixxiplina fl-iskejjel tagħna għax l-aħħar li sar kien fl-1983.", "Minn dak iż-żmien is-soċjeta' baqgħet tinbidel, strutturi tradizzjonali ta' awtorita' u ta' dixxiplini baqgħu jinbidlu, u għalhekk hemm bżonn li fid- dawl taċ-ċirkostanzi soċjali ġodda jkollna qafas, regolamenti, politika favur l-imġieba tajba fl-iskejjel tagħna.", "Jien naħseb li kemm fil-każ tal- passi li jridu jittieħdu dwar l-assenteiżmu kif ukoll biex niżguraw imġieba tajba fl-iskejjel tagħna, aktar milli mill-għoli tas-smewwiet jinżel xi kodiċi ppreżentat lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, għandu jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa biex kull skola tagħmel is-suġġerimenti meħtieġa għal dawn ir-regolamenti favur l-imġieba tajba u anke dwar x'għandna nagħmlu dwar l-assenteiżmu.", "Jien naħseb li x-xogħol irid isir fuq żewġ livell, ċioe' fil-livell ta' kull skola, li kull skola tiffaċċja l-problema li għandha hi f'dak li hu assenteiżmu, f'dak li hu bullying u vjolenza, imma mbagħad huwa ċar li għandu jkun hemm l-appoġġ sħiħ ċentrali wkoll.", "Eventwalment naħseb li f'liġi ġdida dwar l-edukazzjoni importanti li l- kodiċi ta' imġieba tajba li nagħmlu fl-iskejjel tagħna jkun anke fuq il- passi li jistgħu jittieħdu mill-edukaturi kontra dawk li jonqsu.", "Fejn hemm kapijiet intelliġenti u ta' kuraġġ - kemm fi skejjel governattivi, kemm f'tal-knisja kif ukoll f'dawk privati - li għalihom l-edukazzjoni hija vokazzjoni, viżjoni u impenn biex itejbu l-ħajja ta' l-istudenti tagħhom, diġa' għamlu kodiċi ta' imġieba li ddiskutewh flimkien ma' l-istudenti tagħhom, mal-ġenituri ta' l-istudenti u ma' l-għalliema biex kulħadd ikun jaf safejn jista' jasal u x'jiġri kemm jekk ikollu imġieba tajba - u allura jkun hemm inċentiv biex iġib ruħu tajjeb - kif ukoll jekk iġib ruħu ħażin.", "Jien naħseb li s-sena d-dieħla għandna naħdmu f'din id-direzzjoni u nittama li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni li qed niddiskutu f'dan il- Parlament illum tkun tista' tagħti s-sehem tagħha f'dan il-qasam.", "L-ewwel għan tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni huwa li tistudja u tiġbor l-informazzjoni dwar l-edukazzjoni f'Malta u naħseb li l- ewwel ħaġa li tista' tagħmel hija li tiġbor il-materjal kollu li għandna f'dan il-qasam li ħafna minnu huwa miġbur mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni.", "Dan jinkludi studji li saru minn studenti għat-teżijiet tagħhom biex jiggradwaw, biex jieħdu l-masters, uħud anke biex jieħdu d-dottorat.", "Hemm ukoll riċerka ta' kwalita' tajba li saret min-nies tal-Fakulta' ta' l- Edukazzjoni.", "GĦalhekk huwa importanti li l-ewwel inkunu nafu x'riċerka hemm u fil-fatt jien naf li min-naħa tal-fakulta' diġa' ppreparaw l- informazzjoni sabiex jagħtu indiċi tar-riċerka li hemm imbagħad naraw kif dik ir-riċerka nistgħu nagħmluha available għall-policy makers u għal dawk li jkunu qed jattwaw deċiżjonijiet biex ikunu informati tajjeb u allura la jkunu nformati tajjeb u jkunu backed b'riċkera serja jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet aktar għaqlin.", "Jien nieħu gost ngħid li waħda mill-affarijiet li s'issa rnexxielna nagħmlu f'dawn ix-xhur li għaddew kienet li ħdimna - sa ċertu punt irnexxielna, pero' hemm xogħol aktar x'isir - sabiex intejbu r- relazzjonijiet bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita'.", "Huwa importanti ħafna li fil-qasam edukattiv naħdmu ħafna permezz ta' team work li mhux dejjem kien preżenti u fil-fatt hu dan in-nuqqas ta' kollaborazzjoni flimkien li ħafna drabi jżomm l-edukazzjoni lura.", "Għalhekk meta ġejna biex nifformaw din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni qgħadna attenti li n-nies li jintgħażlu biex ikunu f'din l-ewwel kummissjoni jkunu nies li ġejjin minn oqsma differenti.", "Għandna nies li ġejjin mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' li diġa' ddistingwew ruħhom għax-xogħol li għamlu kemm fil-livell konkret, li jieħdu sehem, per eżempju, fix-xogħol li jsir minn xi skola partikolari jew permezz tar- riċerka tagħhom.", "Għandna nies li ġejjin mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li minbarra li huma amministratturi għamlu wkoll riċerka fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Għandna nies li ġejjin mill-unions, bħall-President tal-Malta Union of Teachers, is-Sur John Bencini, kif ukoll għandna lis-Sur James Pearsall li jmexxi skola tas-snajja' u fl-istess ħin jaħdem ukoll fil-qasam trejdjunjonistiku permezz tal-General Workers' Union.", "Għandna mbagħad nies li ġejjin minn oqsma differenti ta' l-edukazzjoni; għalliema, kapijiet ta' skejjel ta' l-Istat, ta' skejjel privati u anke ta' skejjel tal-Knisja.", "Dawn kollha huma nies li b'xi mod jew ieħor iddistingwew ruħhom għall- impenn tagħhom biex jagħtu ħajja, viżjoni u direzzjoni ġdida lill-iskola li jaħdmu fiha.", "Fost in-nies li hawn maħtura f'din il-kummissjoni għandna nies li jagħmlu xogħol tajjeb ħafna, kif diġa' għidt, mat-tfal li l-iktar is-soltu naħsbu li m'humiex se jirnexxu fil-qasam edukattiv, imma l-edukaturi serji ma jaqtgħux qalbhom u jagħmlu xogħol biex jagħtuhom futur ġdid.", "Għandna anke kap ta' skola privata li wkoll għandha impenn qawwi ta' kif tagħti identita' lill-iskola tagħha, tippjana l-futur ta' l-iskola, tikkonsulta lill-istaff tagħha fl-ippjanar ta' l-iskola, taħdem biex fit-tfassil tal- futur ta' l-iskola tagħha jkollha anke l-għajnuna ta' nies mill-qasam tar- riċerka u mill-qasam tal-fakulta' ta' l-edukazzjoni biex il-futur li tkun qed tfassal għall-iskola tagħha jkun futur mibni fuq deċizjonijiet li jħarsu fit-tul.", "F'din il-kummissjoni għandna wkoll nies li ġejjin mill-kunsilli skolastiċi.", "L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi qed tagħmel ħafna xogħol tajjeb u m'hemmx dubju li wieħed mill-oqsma li rridu niżviluppaw u naħdmu fih fil-futur għaliex għad għandna problemi dwaru huwa t-tisħiħ tal- ħidma flimkien bejn il-ġenituri u l-edukaturi.", "Huwa għalhekk li jien nitkellem b'mod iebes ħafna fuq dawk il-ġenituri - li huma ftit - li jidħlu fl-iskola jsawtu lil xi teacher għaliex kull każ bħal dan jitfgħalna lura x-xogħol tajjeb kollu li rridu nagħmlu biex inġibu lill-edukaturi u l- ġenituri jaħdmu flimkien.", "Aħna, għal ħafna raġunijiet, għandna tradizzjoni li l-edukaturi u l-ġenituri ma tantx jaħdmu flimkien f'ċerti nħawi, pero' għandna każi tajbin f'kull settur skolastiku fejn hemm relazzjonijiet tajba mal-ġenituri.", "Fil-fatt din hija waħda mill-ingredjenti ta' skola li tmur tajjeb.", "Kieku kellna noħorġu riċetta ta' x'jagħmel skola tajba huwa faċli li nsibu x'inhuma l-ingredjenti.", "Aħna rridu kap li għandu jew għandha - ħafna drabi \"għandha\" għaliex is-settur edukattiv għandu maġġoranza ta' nisa u jien mingħajr eżitazzjoni ngħid li n-nisa fil-qasam edukattiv jagħmlu ħafna u ħafna xogħol tajjeb, kemm fil-livell tat-tmexxija kif ukoll bħala edukaturi - missjoni u viżjoni għall-iskola tagħha u li f'dik il- viżjoni hija kapaċi tinvolvi lill-assistenti tagħha.", "Wieħed mill-fatturi li skola tmur tajjeb huwa dak ta' relazzjonijiet tajba bejn il-kap u l-assistenti.", "Fejn it-tmexxija ta' l-iskola kapaċi tinvolvi lill-għalliema għandek fattur ieħor għalfejn dik l-iskola se tmur tajjeb.", "Imbagħad fejn il-kap, l-assistenti kapijiet u l-għalliema jirnexxilhom jagħmlu relazzjonijiet tajba mal-ġenituri l-iskola tkun qiegħda fit-triq it-tajba li se tagħti riżultati tajbin.", "Mill-banda l- oħra, jinħolqu problemi meta jkollna kapijiet li huma a one-man band u l- poter li qabel kien f'idejn il-Ministru jew id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni issa jarawh li għadda f'idejhom u jmexxu mingħajr ma jinvolvu biżżejjed lill-assistenti tagħhom jew jumiljawhom billi jagħtuhom xogħol redikolu li żgur li ħafna mill-assistenti kapijiet illum huma mħarrġa tajbin u jixraqilhom aħjar.", "Fejn jeżistu relazzjonijiet ħżiena bejn il-kap u l- għalliema u l-ġenituri għandek skola marida u għandha bżonn il-fejqan.", "Għalhekk jien nittama li din il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni - li mill-formazzjoni tagħha diġa' tiġbor fiha edukaturi, amminstratturi u ġenituri - meta tiġi biex tistudja xi qasam partikolari tieħu ħsieb l- aspetti kollha ta' l-edukazzjoni għaliex jekk irridu li dan il-qasam tant importanti għal pajjiżna tassew jimxi 'l quddiem hemm bżonn li nitgħallmu naħdmu flimkien.", "Sfortunatament din il-karatteristika kulturali f'pajjiżna ħafna drabi ma teżistix għaliex nippreferu naħdmu għal rasna u aktar milli nieħdu gost bix-xogħol li jagħmel ħaddieħor dan narawh qisu se jidħol fl- għalqa u li se jkollna nikkompetu miegħu.", "L-opportunitajiet u l-isfidi kumplessi, komplikati u differenti li għandu quddiemu l-qasam edukattiv jitlob li jiġi ffaċċjat minn protagonisti differenti, b'ideat u b'opinjonijiet differenti.", "Id-diversita' f'pajjiżna għandha titqies bħala rikkezza u mhux bħala tradiment fis-sens li dak li ma jaqbilx miegħi bilfors huwa ħażin.", "Din ukoll hija karatteristika kulturali li kultant għadha teżisti f'pajjiżna.", "Id-diversita' fl-opinjonijiet u fl-esperjenzi differenti għandhom iservu sabiex jarrikkixxu lil xulxin u għalhekk meta ġejna biex naħtru l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni ipproponejna nies li żgur għandhom moħħ indipendenti.", "Jekk wieħed joqgħod janalizzahom wieħed wieħed u waħda waħda jara li ħadd minnhom m'huwa tip ta' nies li ġġebbdilhom l-ispaga u jiżfnu u huwa proprju minħabba f'hekk li ġew magħżula huma.", "Dawn huma nies li ċertament għandhom opinjonijiet differenti f'kull qasam għaliex nifhmu li l-mixja 'l quddiem ta' l- edukazzjoni f'pajjiżna trid tkun il-frott ta' kollaborazzjoni bejn protagonisti b'opinjonijiet u espejenzi differenti li jarrikkixxu lil xulxin.", "Waħda mill-affarijiet li jien nittama li ġġib il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni hija ċerta kollaborazzjoni u kordinazzjoni bejn skejjel minn oqsma differenti, dawk pubbliċi, tal-knisja u privati.", "Diġa' għandna okkażjonijiet sbieħ fejn dawn l-iskejjel jistiednu lil xulxin biex jaqsmu flimkien il-problemi u l-esperjenzi tagħhom u fil-fatt aħna nħeġġuhom sabiex jagħmlu dan.", "Mhux l-ewwel darba li ġew kapijiet ta' skejjel pubbliċi jistaqsuna jekk jistgħux jaraw x'qed tagħmel it-tali skola privata jew tal-knisja ħalli jkunu jistgħu jitgħallmu minnha u l-istess jiġri viċi- versa wkoll.", "Jien naħseb li għandna naslu fi stat fejn nevitaw l- umiljazzjoni li biex jieħu inizjattiva bħal din kap ta' skola jrid joqgħod jistaqsi lil xi awtorita'.", "Il-qsim ta' l-esperjenza edukattiva hija edukazzjoni minnha nnifisha u fil-fatt għandna nħeġġuha iktar għax hija importanti ħafna.", "Madam Speaker, ix-xogħol li mistennija tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni huwa li tiġbor flimkien ix-xogħol li għad irid jibda jsir u li qed isir f'oqsma differenti biex nagħtu ħarsa fit-tul u indipendenti għaliex peress li l-kummissjoni m'hijiex se tkun responsabbli għall- amministrazzjoni tista' tkun iktar indipendenti jekk issir xi evalwazzjoni mid-diviżjoni jew mill-ministeru nnifsu.", "Din il-kummissjoni se tkun tista' tara wkoll fejn sejrin tajjeb, fejn nistgħu mmorru aħjar, fejn sejrin żmerċ u fejn nistgħu nirranġaw minn barra l-istruttura uffiċjali.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li t-tip ta' riċerka li tagħmel din il-kummissjoni tkun dwar temi partikolari.", "Fil-fatt wieħed mill-għanijiet ta' din il- kummissjoni huwa li:", "\"flimkien ma' edukaturi, riċerkaturi soċjali, amministraturi, ġenituri, studenti u azjendi kummerċjali u industrijali tidentifika l- ħtiġijiet ta' Malta f'kull qasam ta' l-edukazzjoni u taħriġ fl-isfond ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f'Malta;\".", "Madam Speaker, waħda mill-karatteristiċi kulturali negattivi tagħna hija li aħna iktar inħarsu lura milli 'l quddiem.", "GĦalkemm xi kultant huwa tajjeb li nħarsu lura, għax dan inkunu nistgħu nitgħallmu minnu, aħna rridu nħarsu 'l quddiem ukoll.", "Per eżempju, ikun pass tajjeb jekk nibdew nistaqsu lilna nfusna kemm dak li qed ngħallmu fil-kindergarten, fil-livell primarju u fil-livell sekondarju se jgħin biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkunu mħejjija jagħmlu dak li huwa mistenni minnhom jew li naħsbu li se jkun mistenni minnhom fl-ewwel snin tas-seklu 21.", "Huwa importanti ħafna li din il-kummissjoni tagħmel mistoqsijiet bħal dawn.", "Bħalissa wieħed mill- ikbar nuqqasijiet li għandna fis-sistema tagħna - dan inħossuh partikolarment fil-kindergarten u fil-livell primarju għalkemm jinħass xi ftit anke fil-livell sekondarju - huwa li għad m'għandniex qafas internazzjonali li bih inkejlu kif sejrin.", "Ħalli nispjega ftit xi rrid ngħid.", "F'din il-ġimgħa li ninsabu fiha, għandu joħroġ studju internazzjonali - studju bħal dan kien sar ukoll is-sajf li għadda - li kien ikkordina d- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ta' l-Istati Uniti dwar kif 27 pajjiż minn inħawi differenti tad-dinja sejrin fil-qasam tal-matematika u tax-xjenza.", "Dan l-istudju ssejjaħ it-TISMS - Third International Survey on Mathematics and Science - u sar f'għadd ta' pajjiżi differenti pero' sfortunatament aħna m'għandniex it-tradizzjoni li nieħdu sehem fi studji bħal dawn u naħseb li qed nagħmlu żball.", "GĦalhekk jien nittama li l-Kummissjonii Nazzjonali għall-Edukazzjoni tkun tista' hi stess tikkordina studju bħal dan u huwa importanti li ma jsirx mid-diviżjoni jew mill-ministeru stess għaliex kull min għandu subgħajh imdaħħal f'xi ħaġa forsi ma jkunx irid juri n-nuqqasijiet li għandna.", "Biżżejjed ngħidu li f'dan l-istudju fuq tfal tal-primarji li minnu dawn il-pajjiżi ġibdu konklużjonijiet serji nsibu li kien hemm pajjiżi li nkwetaw ħafna li t-tfal tagħhom qegħdin lura fix-xjenza u fil-matematika.", "Fil-fatt pajjiżi kbar bħall-Ingilterra, il- Ġermanja u l-Istati Uniti ta' l-Amerka qegħdin jinkwetaw li meta jqabblu x'qed jagħmlu fil-matematika u fix-xjenza tfal ta' seba' snin, tmien snin jew disa' snin f'Singapore ma' x'qed jagħmlu fil-matematika u x-xjenza tfal Ġermaniżi, Amerikani u Ingliżi jsibu li ta' Singapore huma 'l quddiem.", "Għalhekk huwa ħażin, fil-fehma tiegħi, li aħna ma neħdux sehem fi studji bħal dawn għaliex jekk it-tfal tagħna ta' disa' jew għaxar snin 20 sena oħra jkunu aktar lura minn sħabhom f'Singapore, fil-Malaysia, fil-Ġermanja, fl-Amerka u fl-Ingilterra dan ifisser li aħna nkunu fi żvantaġġ.", "Aħna bir-raġun niftaħru kemm studenti tagħna jmorru barra ħafna drabi biex ikomplu xi studju post-graduate u kemm imorru tajjeb imma ma ninsewx li nkunu qed nitkellmu biss fuq inqas minn 1% ta' l-istudenti tagħna.", "Fil- fatt, il-futur tal-pajjiż u l-futur ta' l-edukazzjoni ma jiddependix biss mill-1% eċċezzjonali li għandna, jew minn dawk il-15% jew 18% li jkomplu l- istudju universitarju jew minn dawk li jirnexxielhom ikomplu l-istudju post-sekondarji tagħhom u jidħlu f'oqsma differenti tax-xogħol bħal banek, assigurazzjoni, turiżmu, management, l-elettronika u industrija u lanqas jiddependi biss minn dawk il-50% li jgħaddu għall-junior lyceum, imma jiddependi fuq kulħadd.", "Ħafna drabi l-futur ta' pajjiżna jiddependi anke minn dawk li mill-iskola primarja jkunu diġa' qatgħu qalbhom li se jagħmlu xi ħaġa fl-edukazzjoni u jiddependi wkoll minn dawk l-istudenti - għad irridu naraw eżatt kemm għandna - li minn eta' żgħira diġa' jkollhom problemi biex jaqraw u jiktbu.", "Għalhekk jien nittama li, fost ix-xogħol li tagħmel, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tara xi studji internazzjonali qed isiru, fejn riċerkaturi jmorru f'pajjiżi differenti biex josservaw x'qed jiġri fil-livell primarju ta' l-iskejjel tagħna u jirrapportaw u jqabblu flimkien l-istudji u l-osservazzjonijiet tagħhom biex imbagħad l-awtoritajiet tal-pajjiżi rispettivi jieħdu l-passi li jkun hemm bżonn.", "Bħalissa jinsab għaddej eżerċizzju mportanti ħafna ta' reviżjoni fil- curriculum.", "Dan kien inbeda mill-amministrazzjoni preċedenti u aħna żidnielu l-impetus tiegħu, għalkemm żammejna t-time-frame li kien diġa' ġie ffissat mill-amministrazzjoni preċedenti.", "S'intendi, anke fir-reviżjoni tal-curriculum qed issir konsultazzjoni sħiħa ma' l-oqsma interessati.", "Dan l-eżerċizzju jaħseb għal dawk kollha li jmorru l-iskola minn meta jagħlqu tliet snin sa meta jagħlqu 16-il sena u fih qed jieħdu sehem nies b'esperjenzi differenti u minn oqsma differenti fejn kulħadd jista' jagħti l-fehmiet tiegħu biex imbagħad meta noħorġu curriculum ġdid dwar kif għandha tiġi mfassla l-ħajja skolastika jkun fih il-parteċipazzjoni ta' dawn l-oqsma kollha.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li l-curriculum ma jridx ikun xi tabella tal-ġebel li m'hijiex se tinbidel.", "Fil-fehma tiegħi, it-tiġdid u t-tibdil fil-curriculum għandu jkun proċess kontinwu u qatt ma nistgħu ngħidu li, per eżempju, għaliex għamilna curriculum fl-1989 u ħareġ fl-1990, issa se nagħmlu curriculum u se joħroġ fl-1998 jew fl-1999 u mbagħad forsi xi ħadd ieħor snin wara jerġa' jagħmel curriculum ġdid.", "Jien naħseb li għandu jkollna nies minn oqsma differenti li huma responsabbli minn dan il-qasam li jieħdu sehem fit-tiġdid tal-curriculum -bħat-tiġdid tal-ħajja wara kollox - bħala proċess kontinwu.", "Qed nistenna li l- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni se jkollha parti mportanti ħafna fis-sehem ta' dan it-tiġdid kontinwu tal-ħajja skolastika tagħna.", "Għalhekk irridu naraw li nsaħħu l-qasam primarju qabel ma noqogħdu niftaħru x'sar fil-livell terzjarju.", "Sintendi l-qasam universitarju huwa mportanti u jrid jiġi msaħħaħ - hemm fejn jista' jitjieb u jitkabbar - pero' ma jistax ikollok it-tielet sular jekk ma jkollokx it-tieni sular, l- ewwel sular u l-pedamenti li jkunu sodi.", "Għalhekk dak li jkun qed isir fil- livell tal-kindergarten huwa mportanti ħafna.", "Illum għandna studji li juru li ħafna drabi t-tip ta' ħajja li tgħix l-omm qabel ma titwieled it-tarbija taffettwa l-mod ta' kif tmur l-istess tarbija meta tikber.", "Peress li aħna ngħixu f'pajjiż fejn il-livell ta' l-għajxien huwa tajjeb, kultant ninsew li hemm tfal li l-problemi li għandhom ikunu ġejjin mil-livell ta' nutriment li jieħdu jew ma jeħdux jew il-ġenituri tagħhom jew huma stess waqt li jkunu qegħdin jikbru.", "Hemm studji li juru li ħafna mill- formazzjoni tal-persuni sseħħ minn qabel ma jitwieldu sakemm jagħlqu tliet snin.", "Għalhekk huwa mportanti ħafna li f'pajjiżna jkollna kordinazzjoni akbar bejn il-qasam tas-saħħa u l-qasam ta' l-edukazzjoni għaliex ħafna drabi, mhux f'pajjiżna biss imma anke f'pajjiżi oħra, il-mod ta' kif imorru t-tfal jiddependi wkoll minn saħħithom.", "Irridu naraw ukoll x'hemm bżonn insaħħu fl-edukazzjoni primarja tagħna.", "Fost in-nies li jifformaw il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni hemm nies li ġejjin mill-qasam primarju edukattiv u għalhekk m'għandix dubju li se jkunu qed ifakkru lill-kollegi tagħhom fil-livell sekondarju u fil- livell terzjarju biex ma jinsewx il-primarja.", "Aħna qed nittamaw li fil- ġimgħat u x-xhur li ġejjin ikun diġa' beda jseħħ ċertu titjib fl-iskejjel primarji.", "Fix-xhur li għaddew għamilna konsultazzjonijiet sħaħ mal- kapijiet, l-assistenti kapijiet u l-għalliema tar-raba', il-ħames u s-sitt sena biex nibdew intaffu l-esaġerazzjonijiet li hemm fis-sillabu għall- eżamijiet biex dak li jagħmlu jagħmluh aħjar.", "GĦal darba wara l-oħra fil-laqgħat li kellna sarulna diversi lmenti li minn eta' żgħira qed indarru lit-tfal tagħna jitgħallmu bl-amment tagħrif u fatti li mbagħad ftit li xejn jistgħu jservuhom, bħal per eżempju, mijiet ta' qwiel u idjomi u ħafna tagħrif li ftit li xejn għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni u kultura f'sikkitha.", "Għalhekk minn dawn il-konsultazzjonijiet qed nieħdu l-konklużjonijiet li hemm bżonn biex mis-sena d-dieħla fl- iskejjel primarji jibda jinħass daqsxejn ta' nifs ġdid biex it-tfal u l- għalliema ma jkunux mgħobbijin b'ħafna tagħrif u fatti li m'hemmx lokhom, speċjalment f'dik l-eta'.", "Sfortunatament fit-taħriġ għall-eżamijiet it-tfal jispiċċaw jingħataw fatti sabiex jitgħallmuhom bl-amment.", "Ħafna drabi l-edukazzjoni hekk qed tispiċċa, pero' hu maħsub li fis-seklu li ġej aktar milli nħarrġu lill- istudenti għall-eżamijiet se jkollna bżonn ta' nies li huma kapaċi jaħdmu b'moħħhom, kapaċi jkunu kreattivi u kapaċi jsolvu problemi prattiċi, għax meta tħarreġ lit-tfal biex jitgħallmu bl-amment mistoqsijiet u tweġibiet żgur li ma tkunx qed tiżviluppalhom l-kreattivita' tagħhom, il-kapaċita' li jaħsbu, janalizzaw u jsolvu l-problemi u allura ma jkunux flessibbli.", "Dawn huma l-kwalitajiet li se jkollna bżonn sa minn eta' żgħira.", "Ħafna drabi nilmentaw li anke l-istudenti ta' l-Universita' huma hekk, imma jekk l- istudenti ta' l-Universita' u ta' l-iskejjel post-sekondarji u sekondarji ma jkunux sabu din is-sistema għax minn meta waslu fir-raba' sena ta' l- iskola primarja kienu diġa' bdew jiġu ffaċċjati bl-eżamijiet, kif nistgħu nippretendu li f'daqqa waħda dawn ta' 18 jew ta' 19-il sena se jsiru adulti, se jibdew jaħsbu b'moħħhom, se jsiru kreattivi u analitiċi u se jkunu kapaċi jesprimu ruħhom?", "Għalhekk hemm bżonn li nibdew nikkoltivaw dawn il-valuri u l-karatteristiċi kulturali minn eta' żgħira u jien ma għandix dubju li l-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni se jaħdmu ħafna biex dan jirnexxi, bħalma se jaħdmu biex jipprovaw isolvu problema oħra li ssemmiet fil-laqgħa ta' konsultazzjoni li kellna ma' l- edukaturi.", "Madam Speaker, hawnhekk qed nirriferi għall-kotba li jingħataw lill- istudenti ta' l-iskejjel primarji għax kif kulħadd jaf dawn ilhom li nħarġu u m'humiex adattati għad-dinja tal-lum.", "Illum l-iskejjel iridu jikkompetu ma' ħafna fatturi oħra, fosthom ma' affarijiet li huma iktar attraenti mill- iskola nnifisha.", "Biżżejjed insemmu t-televiżjoni, il-computer, is-CD ROM u l-prodotti multi-media li jeżistu fit-teknoloġija ta' l-informatika u tal- komunikazzjoni biex nirrealizzaw li hawn ħafna affarijiet li joffru esperjenza kulturali iktar attraenti - mhux bilfors aħjar - mill-esperjenza ta' l-iskola nnifisha.", "Ħafna drabi r-riżorsi li jingħataw lill-iskejjel tagħna qed jagħmluhom jixbħu iktar lil dawk l-istituzzjonijiet tas-seklu 19 milli tas-seklu 20 jew iktar u iktar tas-seklu 21.", "Per eżempju, għalliema li jkollha fuqha l-pressjoni tas-sillabu, ta' l-eżamijiet u tal-ġenituri li jkunu jridu jiżguraw li t-tfal tagħhom ikunu ppreparati tajjeb għall- eżamijiet tal-junior lyceum jew għal xi eżami ieħor, kif tista' ...?", "Huwa inkredibbli kif f'pajjiżna tfal ta' 10 snin ġieli jkollhom jagħmlu għaxar eżamijiet fi 15-il ġurnata u rridu naraw assolutament x'se nagħmlu fuq dan ir-rigward għax m'huwiex tajjeb li t-tfal jibdew bi stress u b'tensjoni minn eta' daqstant żgħira.", "Madam Speaker, fil-fatt hawnhekk ta' min jgħid li kien hemm tfal li ċemplu lis-support line inkwetati, ġimgħa qabel l-eżamijiet, biex jistaqsu kif għandhom jistudjaw u jippreparaw għal dawn l-eżamijiet.", "Dan juri li s- sistema edukattiva tagħna tant hija ffokata fuq l-eżamijiet li f'ċerti każi lanqas biss qed ngħallmu lit-tfal kif jistudjaw u kif jiffaċċjaw it- tensjoni ta' l-eżamijiet.", "Minħabba f'hekk jien inħoss li għandha ssir iktar enfasi biex ikun hemm ċerta preparazzjoni psikoloġika ħalli t-tfal tagħna ma jiddaħħlux f'xi stat ta' ansjeta' u ta' ħtija minn eta' daqshekk żgħira billi jiġu mgħallma jqisu l-eżamijiet bħala xi ħaġa li lkoll kemm aħna jkollna niffaċċjaw f'ħajjitna.", "Fil-fatt huwa għalhekk li jien dejjem insemmi l-bżonn ta' kollaborazzjoni bejn il-qasam tas-saħħa mentali u l- qasam ta' l-edukazzjoni tagħna.", "Madam Speaker, kif kont qed ngħid iktar kmieni li għad hemm ħafna tibdil x'isir fl-iskejjel primarji tagħna sabiex dawn ikunu jistgħu jikkompetu ma' fatturi oħra li jeżistu fis-soċjeta' tal-lum u li huma aktar attraenti mill- iskola innifisha.", "Ħafna drabi l-iskejjel primarji tagħna huma mgħammra biss b'ġibs, bi blackboard u b'kotba antikwati li ftit li xejn jikkorrispondu ma' l-esperjenzi tat-tfal tal-lum u mal-preparazzjoni għall- futur tagħhom.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li jsir dan it-tibdil ħalli l-materjal edukattiv ta' l-iskejjel tagħna jkun iktar ħaj u interessanti u jkun jorbot iktar ma' l-esperjenza u mal-ħajja tal-lum.", "Madam Speaker, jien naħseb li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni għandha tikkonsidra wkoll li l-kultura tat-tfal u ta' l-adoloxxenti li teżisti barra mill-iskola tibda teżisti wkoll f'ċerti partijiet ta' l- iskola nnifisha, mhux neċessarjament biex nigglorifikawha imma biex isservi ta' monument ta' riflessjoni u ta' evalwazzjoni ħalli l-istudenti jkunu kapaċi jirriflettu u jevalwaw dak li jiġu mogħtija u mbella' barra mill- iskola.", "Jekk nagħmlu ta' bir-ruħna li din il-kultura ma teżistix ma nkunux qed nippreparaw lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna jirriflettu u jevalwaw din il-kultura bil-konsegwenza li ħafna drabi dawn isibuha bi tqila biex jiffaċċjaw il-problemi li jiltaqgħu magħhom barra mill-iskola.", "Madam Speaker, is-sena d-dieħla se nagħmlu enfasi kbira fuq il-qari fl- iskejjel primarji għaliex minn riċerka li saret f'ċerti inħawi tal-pajjiż sirna nafu li għandna numru kbir ta' tfal - naturalment imbagħad din il- problema tkompli tikber iktar ma' tmur lejn etajiet ikbar - li ma jafux jiktbu u jaqraw.", "Huwa żgur li llum m'hijiex xi ħaġa aċċettabbli li jkollna studenti li għalkemm idumu xi 13-il sena jmorru l-iskola jibqgħu ma jafux jiktbu u jaqraw tajjeb.", "Għallinqas is-sistema edukattiva tagħna għandha tassigura li wara 13-il sena ta' edukazzjoni l-istudenti jkunu jafu jiktbu u jaqraw.", "Jien naf li anke f'pajjiżi oħra fejn saru sforzi kbar xorta jibqa' persentaġġ ta' nies li ma jafux jiktbu u jaqraw, pero' dawn ikunu jammontaw għal xi 5% u mhux bħalna fejn f'ċerti każi dan l-ammont jilħaq is- 27% u anke t-30%.", "GĦalhekk huwa importanti li mis-sena d-dieħla nibdew nieħdu din il-problema bis-serjeta', pero' għandna nipprovaw nittekiljawha b'mod pożittiv.", "Madam Speaker, dan nistgħu nagħmluh billi nħajru iktar nies jaqraw għax illum il-qari mhux biss għandu kompetizzjoni kbira minħabba li ġieli f'ċerti djar hemm ambjenti soċjali u familjari fejn ma tantx issib kotba u t-tfal qatt ma jaraw lill-ġenituri jaqraw iżda wkoll minħabba t-television u diversi forom oħra ta' divertiment.", "GĦalhekk huwa importanti ħafna li l- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tappoġġja l-isforzi li jsiru biex inxerrdu l-kultura tal-qari fost it-tfal.", "Hawn tajjeb li ngħid li se tiġi ddedikata sena sħiħa biex tidħol iktar din il-kultura u matul din is-sena se nilqgħu lil kull min għandu xi sehem x'jagħti f'dan il-qasam.", "Fil-fatt nixtieq nieħu din l-opportunita' sabiex nappella lill-membri parlamentari sabiex fid-diskorsi li jagħmlu, kemm fil-każini kif ukoll f'postijiet oħra, għallinqas xi darba jitkellmu favur il-qari.", "Aħna, bħala membri parlamentari, għandna nkunu minn ta' quddiem nett li nagħtu eżempju u nħallu influwenza tajba f'dan ir-rigward.", "Madam Speaker, ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li fost l-affarijiet li beħsiebna nagħmlu biex nimbottaw il-kultura tal-qari 'l quddiem fl-iskejjel primarji ta' Malta u GĦawdex se naraw li f'kull klassi l-istudenti se jingħataw b'Lm20 kotba ġodda u attraenti.", "Jien nittama li l-kunsilli lokali, il-każini tal-partiti politiċi, tal-baned kif ukoll dawk sportivi jagħtu kontribut - fil-fatt jien naf b'każijiet fejn dan il-kontribut diġa' qed jingħata - sabiex tikber il-varjeta' ta' kotba fl-iskejjel primarji tagħna għax jekk ma nibdewx mill-iskejjel primarji mbagħad ikun inutli li noqogħdu nagħmlu din l-enfasi fuq il-qari.", "Jien nittama wkoll li jirnexxilna naraw x'nagħmlu biex joħorġu iktar kotba ġodda u attraenti bil- Malti għat-tfal għaliex meta tqabbel il-kotba bil-Malti li għandna għat- tfal tagħna ma' kotba għal din l-eta' b'lingwi oħra ssib li dawn ma tantx huma attraenti.", "Huwa importanti ħafna li t-tfal minn eta' żgħira jkollhom kotba sbieħ bil-Malti, kemm fil-mod kif ikunu ppreżentati kif ukoll fil-mod kif ikunu miktuba.", "Jien m'għandix dubju li f'pajjiżna għandna nies li għandhom talent kemm fil-qasam tal-kitba kif ukoll fil-qasam grafiku u li jistgħu jagħtu kontribut f'dan ir-rigward.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu xi ħaġa dwar dan se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn meta t-tfal jaqraw il-kotba bl-ilsien Ingliż isibu stil modern u mbagħad meta jiġu biex jaqraw xi ħaġa bil-Malti jsibu jaqraw biss fuq Żepp u Grezz u fuq affarijiet folkloristiċi.", "Huwa importanti li t-tfal, anke minn eta' żgħira, jifhmu li l-Malti qiegħed hemm biex jiġi mħaddem anke fil-komunikazzjoni moderna u rilevanti ta' kuljum bejnietna u Allaħares nassoċjaw il-Malti mal-folklore biss.", "Fl-istess ħin għalhekk se naraw kif nistgħu nħeġġu l-kitba u l- produzzjoni ta' kotba sbieħ għat-tfal bil-Malti.", "Se nkunu wkoll qegħdin nimbuttaw - hawnhekk nittama wkoll li l- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tidħol f'dan il-qasam - sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa biex intejbu l-livell ta' l-Ingliż fl-iskejjel kollha tagħna f'kull livell.", "Waqt li assolutament aħna nemmnu fil-valur tal-Malti bħala lsien li jagħtina l-identita' tagħna, bħala lsien sabiħ, bħala lsien li għandu tradizzjoni twila, għandu letteratura nteressanti u lsien li għandna nkunu kburin bih u jservi biex nikkommunikaw bejnietna, bil-Malti biss mhux biżżejjed u għalhekk huwa mportanti li jkollna anke l- ilsna moderni l-oħra li għandna bżonn biex nikkommunikaw mal-bqija tad- dinja fosthom, primarjament l-Ingliż.", "Għalhekk nittama li fost il-proġetti tal-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni jkun hemm x'passi għandna nieħdu mill-primarja, u f'kull livell, biex insaħħu t-tagħlim ta' l-Ingliż f'pajjiżna.", "M'huwiex aċċettabbli li nittraskuraw l-Ingliż li hija lingwa li biha nistgħu nikkommunikaw, ninnegozjaw u jkollna relazzjonijiet kulturali, soċjali u politiċi mal-bqija tad-dinja.", "Bil-lingwa nistgħu nispjegaw lilna nfusna lill-bqija tad-dinja, mhux biss li nifhmu lill-oħrajn imma li nikkommunikaw b'lingwa li l-oħrajn jifhmuna.", "Kull min għandu daqsxejn kuntatt mas- sistema edukattiva, nerġa' ngħid f'kull livell, minn fuq s'isfel, jaf li hemmhekk għandna problemi serji.", "Min jgħallem l-Universita' stess jgħid li mhux kuntent bil-livell ta' l-Ingliż, imma hemmhekk l-istess, għax x'jiswa li tittekilja biss il-problema fil-livell ta' universita' jekk ma tagħmilx l-istess fil-livell post-sekondarju u fil-livell primarju?", "Minbarra l-Ingliż, naħseb li wieħed mill-oqsma li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tista' tħares lejh - għax ma tkunx hi qed tamministra imma tkun qed tħares minn barra lejn dak li qed jiġri fil-qasam edukattiv tagħna - huwa n-nuqqas ta' kontinwita' u integrazzjoni li għandna fis-sistema tagħna bejn livelli differenti.", "Per eżempju, fl-aħħar snin tal- primarja, għandna sillabu li jerġa' jiġi ripetut fis-sekondarja.", "Għandna mbagħad każijiet fejn studenti jaslu fil-livell post-sekondarju, aktar u aktar fil-livell terzjarju u nsibu li jkun hemm min ikun dgħajjef pero' f'bażi soda, per eżempju, fil-matematika, jew dgħajjef pero' f'bażi soda fil-bijoloġija.", "Huwa tard wisq li nittekiljaw dik il-problema fil-livell universitarju.", "Hemm studenti universitarji li jeħlu fl-ewwel sena għaliex ikollhom problemi ta' bażi dgħajfa, per eżempju, fil-matematika, pero' l- problema ma tkunx bdiet f'dik l-ewwel sena ta' l-universita'.", "Huwa ovvju għal kulħadd li l-problema lanqas tkun bdiet fil-livell post-sekondarju imma tkun bdiet ħafna drabi fil-livell sekondarju u anke fil-livell primarju.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna kontinwita' u integrazzjoni bejn il-livelli differenti ta' l-edukazzjoni u rridu naraw li l-problemi li jkollna f'livell jiġu tackled fil-livell ta' qabel.", "Għalhekk huwa tajjeb li r-reviżjoni tal-curriculum issir b'tali mod li tħares lejn is-sistema bħala proċess kontinwu u integru, fis-sens li mill-kindergarten imorru fil- primarja u mill-primarja jmorru fis-sekondarja.", "L-istess tibdil hemm bżonn li jseħħ fil-livell post-sekondarju sabiex ikun hemm il-kontinwita' meħtieġa ħalli studenti li jkomplu jistudjaw f'livell ogħla ma jmorrux b'bażi dgħajfa imma jkunu diġa' ġew ippreparati għaliha.", "Għalhekk jien nittama li meta l-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni tiġi biex tagħmel l-awditjar soċjali tagħha u meta tiġi biex tagħmel rapporti ta' riċerka u rakkmandazzjonijiet tkun tista' tiffoka fuq problemi li huma proċess kontinwu minn livell għal ieħor.", "Madam Speaker, qegħdin fi żmien fejn l-iskejjel magħrufa bħala tal-gvern - din hija kelma li ddejjaqni ħafna għax dawn m'humiex skejjel tal-gvern imma huma skejjel ta' l-edukaturi li qegħdin fihom, ta' l-istudenti li qegħdin fihom u tal-ġenituri li jibagħtu lill-istudenti hemmhekk - qegħdin jingħataw aktar poter u aktar responsabbilta'.", "Jiena nemmen li biex fil- futur dawn l-iskejjel jieħdu ħajja ġdida, għandhom jingħataw aktar poter u responsabbilta' sabiex imexxu lilhom infushom u kemm jista' jkun għandna ngħinuhom sabiex jagħmlu dan.", "Jien naf li f'dan il-qasam għad għandna xi problemi għaliex min-naħa waħda żdied il-poter u żdiedet ir-responsabbilta' tal-kapijiet imbagħad min-naħa l-oħra ma żdidux biżżejjed l-istrutturi ta' appoġġ biex ikunu jistgħu jamministraw l-iskejjel.", "Jiena naħseb li dak ukoll huwa qasam li rridu niffaċċjaw bis-serjeta' u naraw x'se nagħmlu, pero' wara li niżguraw li l-piż tat-tmexxija tkun qed jinqasam b'mod modern u b'mod serju fejn il-kap jinvolvi fit-tmexxija lill-assistenti tiegħu kif ukoll lill-edukaturi.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterromplik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Evarist Bartolo jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra talli għoġobha testendili l-ħin.", "Kont qed ngħid, Madam Speaker, li huwa importanti ħafna li f'dan l- iżvilupp li qed nagħmlu biex l-iskejjel imexxu aktar lilhom infushom, ikollna min-naħa waħda parteċipazzjoni u involviment u mhux, kif għidt diġa' qabel, a one-man band fejn il-kap imexxi kollox hu - naturalment imbagħad imur jgħid li ma jistax ilaħħaq u ma jistax jagħmel kollox hu - imma min-naħa l-oħra naħseb ukoll li waqt li niżguraw li jkun hemm ...", "Naħseb li din hija xi ħaġa li rridu naħdmu fuqha għaliex m'huwiex fair u lanqas ġust li nippretendu li dawn in-nies li forsi qatt ma kellhom esperjenza maniġerjali u amministrattiva, f'daqqa waħda jsibu ruħhom mgħobbija b'ċertu piż amministrattiv bla ma ġew ippreparati biżżejjed għalih.", "Waqt li min-naħa waħda rridu nżidu okkażjonijiet fejn l-amministraturi ta' l-iskejjel tagħna jingħataw taħriġ apposta biex ikunu jistgħu jamministraw b'mod tajjeb, modern u effiċjenti l-iskejjel fdati lilhom, kif diġa' għidt, huwa importanti li ndaħħlu anke din il-kultura maniġerjali li taqsam il-piż tat- tmexxija flimkien ma' l-oħrajn, kemm mal-kunsill skolastiku kif ukoll mal- kollegi fl-iskejjel.", "Din hija xi ħaġa li rridu naraw kif se nagħmluha meta nfasslu liġi ġdida ta' l-edukazzjoni.", "Huwa mportanti wkoll li naraw x'inhuma l-problemi ta' amministrazzjoni li għad hemm u x'tip ta' strutturi hemm bżonn biex dawk il-problemi jiġu solvuti ħalli l-iskejjel ikunu jistgħu jitmexxew aħjar.", "Dan huwa qasam ieħor fejn il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tista' tidħol.", "Qasam ieħor li se jkollu mportanza kbira ħafna fis-snin li ġejjin huwa l- kultura ta' evalwazzjoni li rridu ndaħħlu fl-iskejjel tagħna.", "Diġa' bdejna nagħmlu xi ħaġa dwarha imma rridu nsaħħuha ħalli narawha tinfirex aktar fis- snin li ġejjin anke għaliex m'hijiex xi ħaġa li tagħfas buttuna u tibda sseħħ.", "Bl-Ingliż din tissejjaħ quality assurance fejn l-edukaturi flimkien jevalwaw daqsxejn x'ikunu qed jagħmlu fl-iskola tagħhom, fejn sejrin tajjeb jew ħażin u xi pjan ta' żvilupp għandha bżonn dik l-iskola biex ikollha l- identita' tagħha u l-viżjoni tagħha lejn fejn sejra.", "Dawn m'humiex affarijiet li jistgħu jew għandhom jiġu mposti miċ-ċentru, għax anke kieku jiġu mposti miċ-ċentru jiena ngħid li ma jaħdmux.", "Is-sens ta' direzzjoni fejn trid tmur għandha tiġi minn isfel stess, trid tiġi mill-iskola nnifisha biex dawk li jfassluha flimkien, wara diskussjoni u konsultazzjoni bejniethom, tkun tagħhom u jkunu kburin biha u jaħdmu biex jiżviluppawha.", "Fit-tradizzjoni ta' l-iskejjel u ta' l-edukaturi tagħna ma kienx hemm din il-possibbilta' u għalhekk il-kultura ta' quality assurance u school development planning trid issir parti sħiħa mill-ħajja ta' l-edukaturi tagħna, kemm permezz ta' taħriġ li nipprovdulhom u anke permezz ta' mumenti u opportunitajiet waqt is-sena skolastika fejn ikunu jistgħu jieqfu ftit, jevalwaw fejn sejrin tajjeb jew ħażin u jaraw x'hemm bżonn jagħmlu biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni u jfasslu flimkien pjan ta' żvilupp għall-iskola tagħhom.", "Dak li qed ngħid jien jidher xi ħaġa ġdida għal ħafna mill-iskejjel, pero' nerġa' ngħid - u nieħu gost ngħidha din - li l-aktar skejjel serji li għandna, anke fil-qasam governattiv, dan diġa' qed jagħmluh minn jeddhom.", "Jien insellmilhom minn hawn għaliex minkejja l-problemi kollha u minkejja li qed jaħdmu f'sistema edukattiva li s'issa ma kenitx tippermetti dan, huma stess, ħafna drabi anke b'sagrifiċċju u b'impenn personali, irriflettew fuq fejn sejra l-iskola, xi problemi għandha u bdew jindirizzaw dawn il-problemi u anke jfasslu anke pjan ta' żvilupp għall- iskola tagħhom.", "Din hija xi ħaġa li bdejniha fis-sekondarja imma rridu nibdewha anke fil-primarja u nkomplu nsaħħuha anke fis-sekondarja.", "F'dan il-qasam qed insibu l-kollaborazzjoni tal-kollegi tagħna mill-Iskozja għaliex l-esperjenza tgħidilna li wieħed mill-aħjar esperjenzi huwa fejn l- edukaturi u l-iskejjel jitjiebu mhux sforz ta' xi inkwiżitur modern - jew antikwat - li jiġi l-iskola u jgħidilhom fiex sejrin ħażin.", "Dak it-tip ta' mudell ta' l-office for standards in education li kienu jadottaw il- gvernijiet konservattivi Ingliżi kellu t-tajjeb tiegħu iżda kellu wkoll il- ħażin tiegħu u ħafna drabi ġab tensjoni u problemi fl-iskejjel ikbar minn dawk li solva għax biex ittejjeb l-iskejjel veru għandek bżonn ta' pressjoni minn barra imma għandek ukoll bżonn l-appoġġ.", "Jekk tagħmel biss pressjoni, pressjoni, pressjoni, tispiċċa li ħafna drabi jbiddlu l- affarijiet biex meta tiġi ż-żjara, meta tiġi l-ispezzjoni, jagħmlu ritwal ta' x'qed tistenna mingħandhom biex tagħtihom marki tajbin u malli titlaq 'l hemm il-ħajja fl-iskola terġa' lura għal kif kienet.", "Il-mudell Skoċċiż huwa mudell aktar friendly, huwa mudell li jixbah dak li hemm fid- Danimarka, fl-Olanda u f'pajjiżi Skandinavi, fejn l-edukaturi nfushom jevalwaw l-esperjenza tagħhom, jiġġudikaw fejn sejrin żmerċ u jbiddlu dak li hemm bżonn u flimkien jiżviluppaw il-missjoni u l-pjan ta' l-iskola.", "Ix-xogħol tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni jkun li minbarra dak l-awditjar intern, biex ngħidu hekk, li jsir fl-iskejjel differenti, tkun tista' tagħmel dak l-awditjar, l-għajnejn minn barra li jiġu biex jaraw x'inhu għaddej u biex iħeġġu, kif diġa' għidt qabel, u juru l-eżempji tajbin li hemm fejn l-iskejjel qegħdin jieħdu inizjattivi - amministraturi, edukaturi u ġenituri flimkien - sabiex jagħmluhom skejjel li jkunu kapaċi jiffaċċjaw il-problemi, jegħlbuhom u jagħtu futur lit-tfal li jmorru ġo fihom.", "Dan huwa proċess kontinwu.", "Fl-edukazzjoni, kif diġa' għidt, qatt ma tista' tgħid li wasalt u qatt ma tista' tgħid li int kuntent b'dak li qed tagħmel imma trid dejjem tkompli ttejjeb u din il-kultura ta' titjib kontinwu fl-iskejjel tagħna hemm bżonn li tidħol.", "Jiena nittama li permezz tax-xogħol tagħha l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tkun qed tgħin sabiex tinħoloq din il-klima għal impenn favur titjib kontinwu fl- iskejjel tagħna.", "Wieħed mill-oqsma li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni kienet affrontat anke fl-Ingilterra kien ir-rabta bejn l-edukazzjoni u l- ekonomija.", "Fil-fatt wieħed mit-terms of reference tan-National Commission on Education kien pjuttost ambizzjuz meta qalu li l-għan ta' din il- kummissjoni huwa li tidentifika u teżamina l-kwestjonijiet importanti li għandhom quddiemhom l-edukazzjoni u t-taħriġ fir-Renju Unit għall-25 sena li ġejjin.", "Għaliex waħda mill-beżgħat li kellha u li għad għandha l- Ingilterra hija li ħalliet is-sistema taqa' lura u li dak li t-tfal u ż- żgħażagħ qed jiġu ppreparati għalih illum meta jiġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol se jkun sorpassat u rrilevanti u għalhekk l-Ingilterra nnfisha ma tantx se tkun f'qagħda li tista' tikkompeti mal-bqija tad-dinja.", "F'dinja fejn il-pajjiżi differenti qegħdin jiftħu l-ekonomiji u s- soċjetajiet lil xulxin, dak li jiġri fis-sistema edukattiva aktar u aktar irid jitkejjel bi kriterji internazzjonali aktar milli bi kriteri nazzjonali biss.", "Kif diġa' għidt, it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna se jkunu qegħdin jikkompetu għal dak li se jikkompetu għalih tfal u żgħażagħ oħrajn.", "Barra minn hekk illum l-investiment fid-dinja jiċċaqlaq l-aktar lejn fejn hemm kwalita' għolja ta' edukazzjoni u ċertament li f'pajjiżna għaddejna mill-istadju fejn l-investiment jiġi hawnhekk minħabba l-livell tal-paġi.", "L-investiment minn barra jiġi hawhnekk skond il-kwalita' ta' edukazzjoni u ta' taħriġ li nagħtu lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna, u hemm investiment li jrid jiġi Malta pero' li ma jistax jiftaħ minħabba n-nuqqas ta' nies imħarrġa fil-qasam li jitlob, bħal per eżempju, fil-qasam ta' l-inġinerija, ta' l-elettronika u tat-tekonoloġija avvanzata.", "GĦalhekk irridu nieħdu dan il-qasam aktar bis-serjeta' u jiena m'għandix dubju li n-nies li hemm fil- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni se jkunu qegħdin jagħtu kas dan l- aspett ukoll.", "Waħda mid-deċiżjonijiet li pajjiżna jrid jieħu fix-xhur u fis-snin li ġejjin hija kif se tissaħħaħ l-edukazzjoni teknoloġika f'pajjiżna.", "Kienet deċiżjoni għaqlija ta' l-amministrazzjoni preċedenti li tagħmel tibdil fl- edukazzjoni teknika ta' l-iskejjel tagħna fejn tfal ta' 12 jew 13-il sena - li hija eta' relattivament żgħira - jiġu channelled biex jispeċjalizzaw, per eżempju, fil-qasam ta' l-injam jew tal-ħadid.", "U bir-raġun li kienu jkunu kburin għaliex il-livell tas-sengħa kien ta' kwalita' tajba ħafna u kienu kapaċi jagħmlu banketta, siġġu jew mejda u min kien jaħdem fil-ħadid kien kapaċi jifforma xi ħaġa.", "Pero' ċertament li rridu naħdmu aktar bil- għaqal biex inbiddlu u nsaħħu l-edukazzjoni teknoloġika għaliex jekk nippreparaw lit-tfal tagħna biex ta' 13 jew 14-il sena jaħdmu f'oqsma fejn m'hemmx futur għalihom, b'daqshekk ma nkunux qegħdin nagħmlulhom pjaċir u ma nkunux qegħdin niftħulhom toroq ġodda imma nkunu qegħdin indaħħluhom fi sqaq.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li nsaħħu l-edukazzjoni teknoloġika, u din hija xi ħaġa li kienet irrikkmandat anke n-National Commission on Education fl-Ingilterra.", "Waħda mill-affarijiet ħżiena li writna mit-tradizzjoni Ingliża fl- edukazzjoni hija proprju li l-edukazzjoni vokazzjonali, teknika u teknoloġika titqies inferjuri għall-edukazzjoni akkademika, mentri f'pajjiżi bħall-Ġermanja, il-Ġappun u l-Iżvezja xortihom tajba minħabba li għandhom kultura soċjali differenti u għalhekk ma għandhomx dan l- iżvantaġġ.", "Imma minħabba li aħna konna kolonja Brittanika writna din it- tradizzjoni u ħafna drabi iktar tajna preferenza lill-edukazzjoni akkademika a spejjeż ta' l-edukazzjoni vokazzjonali.", "Illum iktar mill- bieraħ ma jagħmilx sens li wieħed jifred l-edukazzjoni akkademika minn dik teknoloġika.", "Illum spiċċa ż-żmien fejn min jaħdem b'idejh għandu bżonn inqas edukazzjoni u formazzjoni inferjuri, għaliex ix-xogħlijiet li, per eżempju, iridu jidħlu għalihom it-technicians - issa hawn m'iniex qed insemmi livelli bħal dak ta' inġinier - illum tant jitolbu informazzjoni fuq l-elettronika biex tkun taf kif issolvi anke problemi kumplikati li allura rridu nenfasizzaw il-ħtieġa li lit-tfal u liż-żgħażagħ jinfetħilhom dan il-futur ħalli dawn ikunu kapaċi jitgħallmu, ikunu flessibbli u jieħdu sehem sħiħ fl-ekonomija moderna tas-seklu 21.", "Jekk aħna rridu li f'pajjiżna jkun hawn is-serjeta' rridu naraw li l-edukazzjoni teknoloġika tiġi smata tajjeb u tiġi mogħtija r-riżorsi u l-prestiġju li għandha bżonn għaliex irridu nifhmu li min jaqbad din il-linja ma jkunx qabad rotta inferjuri fil-ħajja edukattiva tiegħu.", "Dan irridu nagħmluh billi fil- livell primarju ndaħħlu aspetti ta' design and technology education biex it- tfal sa minn eta' żgħira mhux biss jitgħallmu jiktbu imma jitgħallmu wkoll l-operacy skills ħalli jkunu kapaċi jaħsbu u jsolvu problemi prattiċi.", "Hemm ċerti pajjiżi bħal Israel, fejn sa mill-livell ta' kindergarten jibdew jgħallmu lit-tfal kif jikkordinaw idejhom ma' x'jaħseb moħħhom biex isolvu ċerti problemi u ċertament jekk aħna rridu li nsaħħu din it-tip ta' kultura teknoloġika f'pajjiżna hemm bżonn li nieħdu ħsiebha mil-livell primarju u anke mill-kindergarten.", "Naturalment imbagħad irridu niżguraw li min jagħżel din ir-rotta fil-livell sekondarju ma jkunx qed jagħżilha għaliex ikun falla fir-rotta akkademika.", "GĦalhekk hemm bżonn li l- eżamijiet tas-Sec u tal-Matsec ikunu jirriflettu anke dan l-iżvilupp għaliex inkella nibqgħu nagħtu l-messaġġ - li fil-fehma tiegħi huwa wieħed żbaljat - li min se jkompli r-rotta akkademika se jagħmel karta \"A\" u min se jkompli r-rotta vokazzjonali teknoloġika se jagħmel karta \"B\", għaliex b'hekk tkun qisek qed tgħid li wieħed huwa superjuri fuq l-ieħor.", "Jekk hemm bżonn għandna niddisinjaw karta ta' l- eżami f'suġġetti partikolari għal min qabad ir-rotta \"A\" u oħra għal min qabad ir-rotta \"B\".", "Irridu nagħmlu affarijiet imfasslin bl-istess dinjita' u bl-istess serjeta' biex ma nkomplux nagħtu l-idea li r-rotta vokazzjonali hija waħda inferjuri għal dik akkademika.", "La qed nitkellem fuq dan is-suġġett huwa tajjeb li ngħid li fi tmiem dan ix-xahar u fil-bidu tax-xahar li ġej se jsiru laqgħat ta' konsultazzjoni ma' l-għalliema tal-Form V fl-iskejjel sekondarji u tal-Junior Lyceum, kif ukoll fl-iskejjel tal-knisja u dawk privati mal-bordijiet tal-Matsec fl- Universita'.", "Nisma' ħafna lmenti li l-Universita' ma tikkonsultax u ma tismax biżżejjed lill-għalliema fl-iskejjel sekondarji fis-setturi differenti li għandna u għalhekk dak li kienu jagħmlu universitajiet barranin li kienu jiġu hawn sabiex jagħtu l-feedback tagħhom u jisimgħu mingħand l-għalliema Maltin xi problemi sabu u ma sabux u jaraw kif qegħdin imorru t-tfal Maltin u Għawdxin hemm bżonn li nagħmluh anke fil-każ ta' l- eżamijiet tal-Matsec.", "Hemm bżonn li naraw li fil-livell sekondarju u post-sekondarju dak li qed jiġi mgħallem iservi biex jiftaħ il-bibien għal min irid ikompli jistudja għax aħna se nkunu ngħixu f'soċjeta' li tissejjaħ learning society.", "Spiċċa ż-żmien li xi darba mort l-iskola fl-ewwel snin ta' ħajtek imbagħad dak li tgħallimt se jibqa' jservik qisu l-bagalja ta' l-għodda tiegħek tul ħajtek kollha.", "Le, f'dik il-bagalja llum l-għodda trid tinbidel kontinwament u għalhekk huwa mportanti li, biex ngħid hekk, is-survival kit li tingħata fil-bidu ta' l-edukazzjoni tiegħek iservik biex tkompli titgħallem tul ħajtek kollha.", "Huwa mportanti ħafna li f'pajjiżna ndaħħlu sistema fejn dak li titgħallem f'livell jiftaħlek il-bieb għal livell ieħor u jekk imbagħad 'il quddiem tkun trid terġa' tibda tistudja tkun tista' tagħmel dan.", "Aħna bħalissa għandna sistema riġida ħafna, speċjalment dik li biex tkompli l- Universita' trid iġġib żewġ \"A\" levels, tlieta Intermediate u s-Systems of Knowledge f'sezzjoni waħda.", "Ninsab ċert li din is-sistema m'hijiex tajba għaż-żminijiet tal-lum u mingħajr ma nbaxxu l-kwalita' - anzi għandna nagħmlu minn kollox biex intejbu l-kwalita' - irridu nassiguraw li wara kull pass li tagħmel fis-sistema edukattiva tkun tista' tagħmel pass ieħor, kemm immedjatament kif ukoll meta jgħaddi ċertu żmien.", "F'pajjiżna nistgħu nimxu fuq l-idea ta' accumulated learning experiences, qisek bħal meta tiftaħ kont il-bank li tista' tiddepożita fih somom differenti fi żmenijiet differenti.", "Nittama li meta niġu għal-livell post-sekondarju l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tara kemm hu mportanti li jkun hemm id-dinjita' ta' l- edukazzjoni teknoloġika u vokazzjonali bħal dik akkademika, għaliex s'issa min ried jaqbad it-triq tax-xogħol seta' jkompli fiha u f'dak il-qasam seta' jagħmel anke eżamijiet ġodda, iżda dawk li riedu jidħlu l-Universita' ħafna drabi kienu u għadhom isibu l-bibien magħluqin.", "Aħna qed nieħdu passi sabiex niftħu dawn il-bibien u mingħajr ma nbaxxu l-kwalita' nifhmu li dak li qabad l-edukazzjoni vokazzjonali u l-edukazzjoni teknoloġika jistħoqqlu l-istess trattament jekk dak li qed jagħmel huwa ta' livell tajjeb sabiex ikompli jistudja fl-Universita'.", "Jekk il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni f'Malta għandha timxi fuq l-eżempji ta' kummissjonijiet nazzjonali f'pajjiżi oħra fejn dawn jirrikmandaw li l-proċess edukattiv f'pajjiżna jkun jistma bl-istess dinjita' nies li qabdu strutturi differenti u jiftħulhom il-bibien sabiex jimxu fl-iżvilupp edukattiv tagħhom u mhux isibuhom magħluqa.", "Il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni f'pajjiżna tkun tista' tagħmel dan jekk twettaq dak li qed nagħtuha bħala t-tielet għan tagħha, jiġifieri tagħmel rakkmandazzjonijiet għall-bidliet li jkun hemm bżonn biex l- edukazzjoni f'Malta tkun waħda effettiva u tassigura li l-pajjiż ikollu nies bil-ħila meħtieġa għas-soċjeta' u għall-ekonomija moderna tal-futur.", "Jien ninsab ċert li malli l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tibda tagħmel l-istudji tagħha f'dan il-qasam issib li fis-sistema edukattiva tagħna għandna ċertu anakroniżmu li rridu nikkorreġuh jekk irridu nieħdu ħsieb bis-serjeta' l-futur ta' pajjiżna u l-futur taż-żgħażagħ tagħna.", "Jekk wieħed jara kif inhi l-istruttura ta' l-ekonomija tagħna u kif jidher li se tkun il-fiżjonomija ta' l-ekonomija tagħna fis-snin li ġejjin isib li għad għandna nuqqasijiet serji fis-sistema edukattiva tagħna.", "Per eżempju, jekk wieħed jara x'importanza hemm fis-sistema edukattiva fil-qasam ekonomiku sabiex tipprepara liż-żgħażagħ tagħna għat-turiżmu, isib nuqqasijiet kbar.", "Mela għandna skemi ta' apprendistat, skejjel tas-snajja' u istituti tekniċi li qed jippreparaw liż-żgħażagħ tagħna għal xogħol fil- manifattura, pero' imbagħad fil-qasam tat-turiżmu għadna għamilna ftit wisq.", "Fil-fatt għadna fis-sitwazzjoni fejn dawk it-tfal, subien u bniet, li jkunu jridu jsibu xogħol fit-turiżmu, l-eqreb suġġett biex jagħmlu dan - u wieħed isib li probabbli din hija r-raġuni u mhux għax is-subien Maltin fetħu moħħhom iktar mill-irġiel tal-lum - huwa l-home economics.", "Illum għandna fenomenu fejn f'ħafna skejjel, l-aktar fejn fil-lokalita' tinħass l- attivita' turistika, is-subien qed jagħżlu l-home economics fil-livell sekondarju, probabbli minħabba li dan huwa l-aktar suġġett li jqarribhom lejn il-qasam li jridu jaħdmu fih.", "Għalhekk, biex naġġornaw is-sistema edukattiva tagħna u niftħuha għall-futur, hemm bżonn li fl-iskejjel tagħna nagħtu iktar importanza lis-suġġetti li se jkollna bżonn għat-turiżmu, anke f'dak li huwa tagħlim ta' lingwi għaliex irridu naraw li l-lingwi li qed ngħallmu fl-iskejjel tagħna jkunu mfasslin b'mod li jagħmel sens għal dak li se jkollna bżonn għada u pitgħada.", "Hemm bżonn li nagħmlu l-bidliet meħtieġa anke f'suġġetti oħrajn, mhux biss dawk li jressqu lin-nies tagħna lejn karriera fit-turiżmu.", "Sa ftit ta' żmien ilu biex tagħmel first degree fil-hotel management ridt tmur f'universita' barranija, ħaġa li ma tagħmilx sens meta nafu li t-turiżmu għandu piż ekonomiku qawwi fis- soċjeta' tagħna.", "Aħna rridu niżguraw li min jaqbad din it-triq ikollu varjeta' ta' korsijiet u suġġetti li jistgħu jsiru mingħajr ma nkunu narrow crafted u mingħjajr ma nkunu qegħdin indaħħlu lit-tfal u liż-żgħażagħ f'xi sqaq.", "Anzi, fil-fehma tiegħi, inkunu qegħdin niftħulhom toroq għall-futur u nkunu qegħdin ngħinu biex ngħollu l-livell tal-kwalita' tas-servizz li noffru lit-turisti.", "Qasam ieħor li huwa kważi assenti mis-sistema edukattiva tagħna huwa l- qasam tal-heritage studies, l-istudju tal-wirt naturali, storiku u kulturali tagħna.", "Sal-lum stess is-sistema edukattiva tagħna ma tippreparax nies biex ikunu kapaċi jmexxu l-ħafna siti storiċi li għandna.", "F'dan il-qasam għadna antikwati.", "GĦandna studji dwar l-istorja u l- arkeoloġija li huma importanti fil-formazzjoni tan-nies li jkunu jridu jmexxu jew jieħdu post f'dan il-qasam, pero' ċertament li l-qasam tal- heritage studies irid jiġi żviluppat.", "Pero' hemm oqsma oħra ta' l- ekonomija tagħna li rridu niżviluppaw, bħal per eżempju, dak ta' l- akwakultura.", "Hawnhekk jiena nistaqsi kemm it-tip ta' suġġetti li qed jitgħallmu t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna fil-qasam tax-xjenza, qiegħed fil- fatt jgħin sabiex insaħħu dan il-qasam.", "Fil-livell terzjarju għandna studji f'dan il-qasam, imma fil-livell sekondarju u post-sekondarju qed nieħdu ħsieb li s-suġġetti li qed jiġu mgħallma qed jiftħu toroq għall- futur?", "GĦalhekk jien nittama li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni timxi f'din id-direzzjoni fir-rakkmandazzjonijiet għall-bidliet li jkun hemm bżonn fl-edukazzjoni.", "GĦandna oqsma oħra li jridu jinbidlu biex l-edukazzjoni tagħna tkun b'tali mod li tgħin għal soċjeta' u għal ekonomija moderna li għandna bżonn u li se jkollna bżonn aktar u aktar fis-seklu li ġej.", "MADAM SPEAKER: Onor. Bartolo ippermettili ninterrompik għaliex reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-Kamra talli għoġobha terġa' testendili l-ħin.", "Kont qed ngħid li aħna ċertament ma rridux norbtu l-iżvilupp fl- edukazzjoni ma' l-iżvilupp ekonomiku biss, għalkemm jekk ma jkollniex ekonomija ta' kwalita' tajba u ma jkollniex dħul ekonomiku allura la nkunu nistgħu nonfqu flus biex niżviluppaw l-edukazzjoni u lanqas biex ikollna livell ta' għajxien tajjeb.", "U huwa proprju għalhekk li l-għanijiet tal- kummissjoni ma jitkellmux biss dwar l-ekonomija moderna tal-futur iżda wkoll dwar is-soċjeta' moderna tal-futur.", "Rigward is-soċjeta' moderna tal-futur ċertament li hemm bżonn li f'dan il- pajjiż tiżdied iktar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess politiku u soċjali ta' pajjiżna.", "M'hemmx dubju li f'demokrazija moderna u matura tistenna miċ-ċittadini li ma jeħdux sehem fiha biss meta jkun hawn l- elezzjoni iżda li ċ-ċittadinanza tagħhom tkun attiva u parteċipattiva l-ħin kollu.", "U biex nippreparaw liċ-ċittadini għal din it-tip ta' soċjeta' demokratika hemm bżonn li l-ħajja fl-iskejjel tkun diġa' demokratika u parteċipattiva.", "Kultant nisimgħu t-tgergir li t-tfal tagħna ma jafux jesprimu ruħhom, ma jafux jitkellmu u ma jafux jaħsbu.", "L-ewwelnett jiena ma naħsibx li dan huwa veru, pero' rridu nirriflettu ftit jekk il-mod kif inhi organizzata l- iskola llum u r-relazzjoni li hemm bejn l-għalliema u l-istudenti u bejn l- istudenti u l-amministrazzjoni ta' l-iskola hijiex parteċipattiva u demokratika biżżejjed.", "Huwa veru li jrid ikollok lezzjonijiet fl-istudji soċjali, fl-istorja u f'suġġetti bħal dawn imma l-aħjar mod kif tgħallem id- demokrazija hija bil-prattika.", "GĦalhekk huwa importanti ħafna li permezz ta' l-edukazzjoni mhux biss inkunu qegħdin nippreparaw nies biex jieħdu sehem ħalli jieħdu posthom fl-ekonomija moderna tal-futur iżda wkoll sabiex jieħdu posthom fis-soċjeta' moderna tal-futur, soċjeta' li se titlob miċ- ċittadini tagħna aktar parteċipazzjoni, aktar azzjoni u li ma jkunux spettaturi biex iċapċpu jew jibbuwjaw lil xi erbat irjus fuq il-palk imma li huma stess jieħdu sehem fit-tfassil u t-twettiq ta' deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu.", "Bl-istrutturi ta' parteċipazzjoni li mistennija jkomplu jikbru fil-pajjiż, bit-tisħiħ tal-kunsilli lokali, bit-tisħiħ tal- kunsilli skolastiċi, bit-tisħiħ ta' linja politika fejn meta tiġi biex tittieħed deċiżjoni tara li kemm jista' jkun tinvolvi lin-nies milquta, iċ- ċittadini tagħna minn meta jkunu żgħar, jiġu mħejjija jistaqsu, jaħsbu b'moħħhom, janalizzaw u jaraw il-problemi b'mod miftuħ u mhux b'xi fanatiżmu jew b'xi ideoloġija għamja.", "Allura b'dan il-mod jaraw x'inhuma l- problemi, x'inhuma l-alternattivi għalihom u l-mod kif jistgħu jsolvuhom flimkien ma' sħabhom li forsi ma jaqblux magħhom fuq affarijiet oħra.", "Nerġa' ngħid, waħda mill-karatteristiċi koroh tal-kultura soċjali tagħna hija li tinterpreta d-differenza bħala xi nuqqas.", "Jiena naħseb li ċ- ċittadini ta' soċjeta' moderna u miftuħa bħal tagħna jridu jitgħallmu jedukaw irwieħhom b'tali mod li jagħrfu li d-differenza u n-nuqqas ta' qbil ħafna drabi hija rikkezza.", "Allaħares ikollna l-monotonija li naqblu l-ħin kollu fuq kollox għaliex dan ifisser li nkunu qegħdin infaqqru l-proċess ta' parteċipazzjoni.", "Is-sabiħ tal-parteċipazzjoni huwa li għandek nies b'ideat differenti li mhux biss jittolleraw lil xulxin iżda li japprezzaw id-differenzi ta' xulxin.", "GĦalhekk huwa importanti li l-kultura ta' tolleranza, ta' diversita', ta' dibattitu u ta' diskussjoni tiġi mħeġġa fl- iskola nnifisha minn eta' żgħira mhux bil-priedki jew bil-lezzjonijiet iżda billi fil-klassi nnifisha, fil-mumenti differenti tal-ħajja skolastika, ikollok dan is-sehem sħiħ mill-istudenti li ma jaqblux bejniethom, jitgħallmu jidraw ma jaqblux, jitgħallmu jikkritikaw lil xulxin imma jitgħallmu jaħdmu flimkien.", "Wieħed mill-modi moderni ta' kif naħdmu flimkien huwa li għalkemm ma naqblux fuq diversi punti, nikkoperaw flimkien biex nagħmlu xi ħaġa.", "Dik hija waħda mill-affarijiet sbieħ ta' kultura moderna, demokratika u parteċipattiva, jiġifieri li tiddiskuti l-problemi prattiċi u s- soluzzjonijiet prattiċi għalihom aktar milli x'inhi l-pożizzjoni ideoloġika tiegħek jew il-pożizzjoni konfessjonali tiegħek fuq xi ħaġa.", "GĦalhekk waħda mill-karatteristiċi l-ġodda ta' kultura moderna li hemm bżonn tiġi mħeġġa anke fl-iskejjel tagħna hija the operational approach and the systems thinking approach fejn inti tara x'inhuma l-aspetti differenti ta' problema, kif waħda torbot ma' l-oħra u x'għandek tagħmel fil-prattika biex issolviha u kif tista' tikkopera anke ma' min ma jaqbilx miegħek biex issolviha.", "Il-proċess ta' edukazzjoni ikun qed jgħin għal soċjeta' miftuħa meta ċ-ċittadini jkunu kapaċi jindirizzaw il-problemi tagħhom b'mod miftuħ.", "Meta l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazjoni tagħmel l-awditjar soċjali tas-servizz edukattiv li qed nagħtu fl-iskejjel m'għandhiex tħares biss lejn ir-rabta mas-settur produttiv, kummerċjali u ekonomiku iżda trid tħares anke lejn x'tip ta' esperjenza soċjali qed nibnu biex it-tfal u ż- żgħażagħ tagħna jkunu ċittadini moderni, demokratikiċi u parteċipattivi li jieħdu gost bid-differenzi ta' bejniethom ħalli jsolvu l-problemi flimkien.", "Irridu nifhmu li fi gżejjer żgħar bħal tagħna, anke meta ma naqblux, huwa mportanti li nipprovaw insolvu l-problemi flimkien.", "Ir-raba' għan tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni jitkellem dwar l-awditjar soċjali regolari dwar kif ikunu qegħdin jitmexxew u jingħataw is- servizzi edukattivi.", "Dan huwa importanti li jinftiehem għaliex se tkun attivita' pjuttost ġdida f'pajjiżna.", "S'issa drajna bl-awditjar ekonomiku u kummerċjali, speċi nagħmlu l-kontijiet biex naraw kemm kellna flus fil- bidu, kemm ħriġna u x'fadlilna.", "L-awditjar soċjali jitlob attivita' ġdida ta' riċerka soċjali fejn tkun qed tagħmel auditing, teżamina u tevalwa s- servizz li qed jingħata u ħafna drabi l-evalwazzjoni ma tkunx waħda ta' figuri u ma tistax tkejjilha b'mod kwantitattiv.", "F'dan il-każ il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni ma tagħmilx l-awditjar hi stess imma tista' tagħmlu permezz ta' public hearings.", "Din hi sistema li sfortunatament ftit tintuża f'pajjiżna fejn wieħed jara x'inhuma l- problemi, per eżempju, li qed isibu l-kapijiet ta' l-iskejjel biex imexxu l- iskejjel tagħhom u mbagħad ilaqqa' l-kapijiet flimkien u l-kummissjoni tistedinhom biex kull wieħed u waħda minnhom jagħtu l-esperjenza tagħhom biex bl-akbar frankezza u sinċerita' jiddeskrivu fejn huma l-problemi li qed jiffaċċjaw u huma stess jirrikkmandaw x'għandu jsir biex isolvuhom.", "Dik hija waħda mis-sistemi kif il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tista' tagħmel l-awditjar.", "Din tista' tlaqqa' lil xi studenti ħalli tara kif jaħsbuha u tista' tlaqqa' l-ġenituri u anke l-amministraturi.", "Ninsab żgur li se jkun hemm ukoll każi fejn il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni tikkummissjona riċerki dwar xi qasam li tkun trid tistudja dwaru u dan tkun tista' tagħmlu bil-flus li nkunu vvotajnilha hawnhekk fil-Parlament.", "Din is-sena l-kummissjoni diġa' għandha vvotati Lm10,000 li jistgħu jintnefqu fuq xogħol li titlob hi u m'humiex se jintnefqu biex jitħallsu l-pagi ta' l-uffiċjali li jaħdmu fiha f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istaff permanenti, l-uffiċjal eżekuttiv u l-membri amministrativi u klerikali għaliex qed nagħmluha ċara li dawk se jitħallsu mis-settur pubbliku u dan qed nagħmluh sabiex lill-kummissjoni nnifisha ma ngħabbuhiex bi spejjeż ammnistrattivi fejn ħafna mill-flejjes li nagħtuha jkunu qed imorru għall-pagi ta' l-amministrazzjoni tagħha.", "Aħna nippreferu li l-flus li tingħata din il-kummissjoni jmorru fuq proġetti ta' riċerka u ta' rakkmandazzjonijiet jew fuq rapporti ta' azzjoni li kummissjoni nnifisha tħoss li għandha tagħmel ħalli b'hekk dawn il-flus imorru għal affarijiet produttivi u mhux għal spejjeż amministrattivi biex imbagħad fl- aħħar tas-sena meta niġu biex naraw x'għamlet din il-kummissjoni nsibu li kellha jdejha marbutin.", "Madam Speaker, kif għidt diġa' huwa importanti ħafna li dan l-awditjar soċjali f'ċerti każi jsir mill-kummissjoni nnifisha u f'ċerti każi oħra hi stess tqabbad riċerkaturi lokali biex fi żmien definit u b'terms of reference ċari jagħmlu l-istudji tagħhom, liema studji jkunu marbutin b'mod operational ma' xi problema partikolari.", "Jekk il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni trid taħdem b'mod serju din għandha tirrikmanda li jsir studji f'ċertu qasam partikolari ħalli mbagħad tkun tista' tressaq ir- rakkmandazzjonijiet ta' azzjoni li joħorġu minn dan l-istudju f'dan il- Parlament permezz ta' rapporti.", "Fil-fatt il-ħames għan ta' din il- kummissjoni jgħid lil din trid \"tippubblika rapporti dwar ir-riċerka u r- rakkmandazzjonijiet tagħha\" u dan qed ngħiduh għaliex inħossu li huwa importanti li dawn ir-rapporti jkunu ppreżentati bi kliem li jinftiehem minn kulħadd - għalkemm l-ewwel rapport jista' jkun tekniku - u li jkunu ppubblikati għax ħafna drabi f'pajjiżna jsiru rapporti anke fil-qasam edukattiv li ma jiġux ippubblikati.", "Hawnhekk tajjeb li ngħidu li l-Malta Union of Teachers u l-kumitat dwar is-saħħa u s-sigurta' jżuru l-iskejjel u jagħmlu rapporti dwar l- affarijiet tajbin u n-nuqqasijiet li jsibu f'dawn l-iskejjel u għalhekk huwa importanti li dawn ir-rapporti jkunu ppubblikati.", "Fil-fatt aħna qed nagħmlu enfasi sabiex ir-rapporti li tagħmel il-kummissjoni jsiru pubbliċi għaliex dan huwa qasam pubbliku li għandu jinteressa lil kulħadd u għalhekk huwa fl-interess ta' kulħadd li ma jkunx hemm ħabi.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li kemm ir-rapporti dwar ir-riċerka kif ukoll dwar ir- rakkmandazzjonijiet li tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni għandhom isiru pubbliċi ħalli l-operat tal-ministeru u tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni jiġi mkejjel skond dak li qalet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Wieħed jista' ma jaqbilx ma' dan imma huwa fatt li wieħed għandu jagħti kas l-informazzjoni li tkun ħarġet mill-kummissjoni.", "Madam Speaker, kif għidt diġa' l-kummissjoni mhux se jkollha poter eżekuttiv, jiġifieri mhux se tkun tista' tgħid li għandu jsir dak li tkun qed tirrikmanda imma se jkollha dik l-awtorita' morali - fil-fehma tiegħi din hija iktar importanti minn dik eżekuttiva - li, per eżempju, irnexxielu jibni l-Ombudsman bir-rapporti tiegħu.", "Fil-fatt din il-kummissjoni għandha tibni l-awtorita' morali tagħna b'impenn u b'serjeta' u b'integrita' permezz tar-rapporti li toħroġ, tat-temi li tistudja u tal-kwalita' ta' rakkmandazzjonijiet li tagħmel.", "Din il-kummissjoni se jkollha vuċi importanti li s'issa fis-sistema edukattiva tagħha għad ma għandniex biżżejjed u għalhekk ma għandix dubju li meta din il-kummissjoni tiġi biex tagħmel l-awditjar soċjali tagħha u tippubblika r-rapporti permezz ta' l- awtorita' morali din se jkollha leħen ġdid fil-proċess ta' deċiżjonijiet li jittieħdu fil-qasam edukattiv, liema leħen se jinstema' minħabba s-serjeta' tiegħu u mhux minħabba li se jkun hemm xi poter eżekuttiv.", "Madam Speaker, l-aħħar għan tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni huwa li \"tressaq fil-Parlament rapport annwali dwar il-ħidma tagħha.\", jiġifieri minbarra li tippubblika r-rapporti tagħha, hija mitluba tressaq rapport fil-Parlament darba fis-sena.", "Madanakollu jien inħoss li ma għandniex nieqfu hawn imma dawn ir-rapporti għandhom jiġu diskussi f'dan il- Parlament kemm permezz ta' seduti plenarji kif ukoll permezz tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali li ċertamant jista' jkun il-forum fejn fih iż- żewġ naħat ikunu jistgħu jiddiskutu diversi aspetti ta' l-edukazzjoni bl- ikbar serjeta'.", "Huwa importanti li f'dawn id-diskussjonijiet ma tiġix diskussa biss in-nefqa tal-Gvern u x'għamel il-Gvern fis-sena ta' qabel imma nkunu nistgħu niddiskutu b'mod serju u trankwill suġġetti jaħarqu fil- qasam ta' l-edukazzjoni.", "Fil-fehma tiegħi dan il-proċess jista' jgħin biex il-livell ta' diskussjoni pubblika dwar l-edukazzjoni jogħla u nkomplu nżommu lil dan il-qasam bħala wieħed mill-punti ewlenin ta' l-aġenda pubblika.", "Madam Speaker, f'qalb u f'moħħ in-nies il-qasam ta' l-edukazzjoni diġa' huwa wieħed mill-kwestjonijiet li l-iktar jinteressahom u fil-fatt jien informat li meta waqt survey diversi nies ġew mistoqsija liema hu l-iktar suġġett importanti għal ħajjithom il-maġġoranza l-kbira ta' dawn in-nies irrispondew li dan huwa s-suġġett ta' l-edukazzjoni għax jafu li l-futur ta' wliedhom jiddependi minn dan il-fatt.", "Għalhekk issa permezz ta' din il- kummissjoni qasam importanti bħalma huwa l-edukazzjoni nkunu qegħdin nittrattawh bis-serjeta' u bil-maturita' li tixraqlu fejn id-differenzi ta' bejnietna, anke f'dan il-Parlament, iservu ta' stimolu ħalli meta niġu biex nieħdu deċiżjoni - s'intendi l-gvern tal-ġurnata huwa responsabbli li jieħu deċiżjoni u mhux il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni - din tittieħed fid-dawl ta' riflessjoni serja dwar il-problema.", "Fi kliem ieħor, id-deċiżjoni ma tkunx ittieħdet fid-dawl ta' xi kapriċċ tal-ministru jew tal-gvern tal-ġurnata iżda tkun ittieħdet fid-dawl ta' l-informazzjoni serja li tkun ġabret il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Kif għidt diġa' jien konvint li b'dan ix-xogħol se nkunu qed inżidu s-serjeta' u l-maturita' meta niġu biex nieħdu deċiżjonijiet f'qasam tant sensittiv, tant delikat, tant importanti għall-futur tat-tfal tagħna, għall-futur ta' pajjiżna.", "Għalhekk il-mumenti li se jkollna fil-Parlament, mument ġodda li se jkollna fil-Parlament, biex niddiskutu l-edukazzjoni jservi anke biex jgħolli l-kwalita' ta' deċiżjonijiet li jittieħdu f'dan il-qasam fejn inkunu qegħdin nikkunsidraw l-aspetti kollha differenti u fejn inkunu żidna b'mod drammatiku l-mumenti ta' riflessjoni dwar l-edukazzjoni fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, kemm fil-każ tal-Kamra kollha kemm fil-laqgħat tal- Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali fejn ma nibqgħux niddiskutu biss fi żmien il-budget jew ma nibqgħux xi ħadd iqum fil-ħin ta' l-Aġġornament jagħmel diskussjoni, mhux diskussjoni jagħmel intervent waħda jew waħidha fuq xi aspett partikolari, imma nkunu qed inżidu l-mumenti fejn flimkien niddiskutu xi aspetti importanti tas-sistema edukattiva ta' pajjiżna.", "Peress li l-kummisjsoni tkun tista' tħares 'il quddiem, ma tibqax biss marbuta jew mgħaffġa mal-problemi tal-lum tkun qed tgħinna anke biex id- deċiżjonijiet li nieħdu llum ikunu qed jiftħu prospetti aħjar għall-futur.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Onorevoli, tibqa' in possession?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, nibqa' in possession.", "F'nofs inhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lum it-Tnejn 9 ta' Ġunju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eurocontrol - it-Tielet Qari;", "Mozzjoni dwar it-Twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - Tieni Qari (Kont); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Tieni Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Claude Muscat.", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Madam Speaker, irrid nieħu din l-opportunita' għax naħseb li huwa xieraq li dan il-Parlament jirringrazzja dawk l-investituri li urew fiduċja fl-amministrazzjoni preċedenti - u allura Gvern Nazzjonalista - billi nvestew flushom biex jiżviluppaw biċċa art f'San Gorg, limiti ta' San Giljan, fejn illum insibu l-lukandi 5-Star Radisson SAS Bay Point u San Gorg Corinthia.", "Kien proprju dan il-Parlament f'Ġunju ta' ħames snin ilu li approva l-mozzjoni mressqa mill-ex-Ministru Michael Falzon biex tingħata biċċa art b'ċens lill-Bay Point Hotels Limited u biċċa art oħra lill-5-Star Hotels Limited.", "Dak inhar tul id-dibattitu ħafna kienu dawk il-Membri - illum jinsabu fuq il-bankijiet tal-Gvern - li ntervenew billi staqsew jekk kienx hemm bżonn ta' dan l-iżvilupp.", "Kien hemm min ma fehemx kif l-investituri kellhom bżonn biċċa art ta' dak id-daqs biex jinbnew dawn il-lukandi 5-Star.", "Kien hemm min qal li kienet l-unika biċċa art li kien għad fadal f'dik l-area li tista' tintuża minn nies f'dawk l- inħawi u li n-nies ta' Pembroke mhux se jkollhom fejn imorru jgħumu ħlief f'dik il-bajja żgħira ta' San Gorg.", "Kien hemm min semma l-problemi tax- shooting range tal-Forzi Armati, l-impjant tar-reverse osmosis u problemi infrastrutturali bħas-sistema tad-drenaġġ, il-kwestjoni ta' l-ilma u t-traffiku.", "Kien hemm min kien inkwetat għaliex ħaseb li l-management kien se jkun kompletament barrani u talab assigurazzjoni, dak iż-żmien mingħand is- segretarju parlamentari għat-turiżmu, għaliex ħass li l-Institute of Tourism Studies ma kienx se jipprovdi nies imħarrġa u kkwalifikati biżżejjed biex ilaħħqu mad-domanda għal dan it-tip ta' lukandi.", "Kien hemm min ħaseb li kien se jkollna ħafna price slashing fost dawn il-lukandi bil- possibilita' li anke jibdew jitnaqqru minn dak li joffru l-lukandi ta' kategorija aktar baxxa minnhom.", "Saħansitra kien hemm min ħaseb li dawn il- proġetti m'humiex se jitwieldu u kien hemm ħafna li staqsew jekk f'Malta kienx hawn il-bżonn li jkollna aktar lukandi 5-Star.", "Illum huwa fatt li bil-ftuħ tal-lukandi Radisson SAS Bay Point, San Ġorg Corinthia u anke l- Westin Dragonara, dawk id-deputati Laburisti ngħataw ir-risposti għad- domandi li kienu qajmu waqt l-intervent tagħhom fuq il-mozzjoni biex tingħata art lil Bay Point Hotels Limited u l-5-Star Hotels Limited.", "Kif rajna, bil-ftuħ ta' dawn il-lukandi la għarraqna l-ambjent, kif forsi ħasbu ħafna nies, u lanqas ħloqna aktar problemi infrastrutturali ma' dawk li kien hemm.", "Anzi rajna li ġġenerajna aktar xogħol u ħloqna ħafna opportunitajiet ta' mpjiegi u niftaħru li minn mindu dawn il-lukandi fetħu l-bibien għall-klijenti tagħhom dawn kellhom occupancy rate għolja ħafna u prezz tajjeb ukoll.", "Dan juri kemm kienet serja l-politika ta' żvilupp turistiku li mexa biha l-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.", "Wera wkoll kif il-politika turistika ta' Gvern Nazzjonalista rnexxiet billi ħajret investituri jitfgħu miljuni f'dan il-pajjiż għax kien hawn stabilita' u track record li nisslilhom fiduċja li l-investiment tagħhom kien se jirrendi.", "Tajjeb li niftakru kif sab is-sitwazzjoni fil-qasam turistiku l-Partit Nazzjonalista meta tela fil-gvern fl-1987 u kif ħalliha f'Ottubru li għadda.", "Nafu kemm kien hemm lukandi, kollha bl-istorja tagħhom.", "Kellna, per eżempju, il-Corinthia Palace Hotel li kienet 5-Star, niżluha għal 4- Star u mbagħad reġgħu tellgħuha għal 5-Star.", "Kien hemm ukoll il-kwestjoni tal-Phoenicia.", "Jien nispera li tgħallimna minn dawn is-sitwazzjonijiet u nagħmlu dak kollu li huwa possibbli biex ma nerġgħux ngħaddu minn esperjenzi bħal dawn.", "Il-fatt li ħloqna dawn il-kategoriji ta' lukandi u llum għandna madwar 4,000 sodda f'5-Star hotels jawgura tajjeb biex nidħlu għal swieq li qabel ma kenux aċċessibbli f'dak li huwa conference and incentive travel.", "Nawgura wkoll li l-ministeru tat-turiżmu jagħti importanza bil-parteċipazzjoni ta' l-NTOM f'fieri bħalma huma l-EIBTM f'Ġinevra, il-Confax f'Londra u oħrajn.", "Madam Speaker, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nuri s-solidarjeta' tal-Partit Nazzjonalista ma' dawk il-persuni li bħalissa qegħdin isiru rikorsi kontrihom mis-Sur Jimmy Magro, Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista biex isimhom ma jibqax jidher fuq ir-reġistru elettorali.", "Hemm bżonn li qabel isiru dawn ir-rikorsi jsir stħarriġ sew sabiex ma jinħolqox inkonvenjent bla bżonn għall-pubbliku.", "Per eżempju, sar rikors kontra persuna biex jinqatagħlha isimha mir-reġistru elettorali għax kienet il- ħabs meta fil-fatt din il-persuna mhux talli qatt ma kienet il-ħabs talli lanqas biss qatt telgħet il-qorti.", "GĦalhekk jien naħseb li hemm bżonn ta' aktar serjeta' f'affarijiet bħal dawn.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, nixtieq nagħmel żewġ riflessjonijiet li noħroġhom minn mistoqsijiet parlamentari li għamilt lill- Onor. Evarist Bartolo, Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.", "L- ewwel każ li rrid nosserva jirrigwarda l-politika nazzjonali taż-żgħażagħ.", "Jiena għamilt mistoqsija fejn, naturalment fl-interess ta' dan il-Parlament u tal-pubbliku in ġenerali, staqsejt liema huma dawk il-pajjiżi fl-Ewropa u fil-Commonwealth li jippratikaw il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ.", "Il- Ministru rrispondieni li hemm 17-il pajjiż tal-Commonwealth li għandhom politika nazzjonali taż-żgħażagħ.", "Imbagħad fuq il-pajjiżi ta' l-Ewropa kompla jirrispondi b'mod, biex ngħid hekk, nebuluż u qalli li fost l-oħrajn l-Italja m'għandhiex din il-politika, li m'hemmx informazzjoni ċara mingħand pajjiżi Ewropej oħrajn u li ftit huma l-pajjiżi Ewoprej li jista' jkollhom xi leġislazzjoni dwar iż-żgħażagħ.", "Insomma spiċċajt ħadt risposta li fiha ħafna truf u ma taqbad xejn minnha.", "Biex ħadt din it-tip ta' risposta, Madam Speaker, kelli nagħmel erba' mistoqsijiet parlamentari.", "Jien nassumi li kieku l-uffiċċju tad-Direttur Sport u Żgħażagħ li jagħti parir lill-Ministru jew lis-Segretarju Parlamentari kien effiċjenti, kieku din ir-risposta jmissu kien jafha fuq ponot subgħajh, pero' r-risposta ma ħadthiex minkejja l-erba' mistoqsijiet li għamilt.", "Irrid ngħid ukoll li wara li ngħatajt din ir-risposta, il-Ministru Bartolo għamel kumment politiku fil-Parlament u qal li din il-mistoqsija saret għal xejn għax m'aħniex qegħdin nagħmlu seduta fuq il-general knowledge.", "Meta l-Ministru għamel dan il-kumment politiku, jidher li jew deliberament ma riedx jagħtih importanza jew inkella ma kien għadu fehem xejn, għaliex il-mistoqsija saret proprju biex toħroġ li pajjiżna huwa wieħed minn fost dawk is-17 minn 100 pajjiż fil-Commonwealth u anke mill- pajjiżi Ewropej li għandha - jew li kellha, għax illum ma nafx għandhiex! - politika nazzjonali għaż-żagħżagħ li tipprattikaha u tħaddimha.", "Pero' llum din il-politika, minkejja li ilhom seba' xhur fil-gvern, u minkejja dawn il- mistoqsijiet kollha li għamilt, għadha ma ratx id-dawl.", "Jiddispjaċini ngħid ukoll li dan il-kumment li għamel il-Ministru Bartolo sar a quotable quote anke minn uffiċjali tal-gvern fl-amministrazzjoni meta jagħtu lezzjonijiet jew taħriġ lill-iskrivani kif għandhom iħejju risposti għall-mistoqsijiet parlamentari.", "Jiena jiddispjaċini ngħid li l- amministraturi taċ-ċivil daħlu fejn ma jesagħhomx meta għamlu dan il- kumment politiku bħala eżempju li jsiru ħafna mistoqsijiet parlamentari għal xejn mid-deputati.", "Jien naħseb li m'huwiex kompitu ta' l- amministraturi taċ-ċivil li jagħmlu kummenti bħal dawn u meta għamlu hekk indaħlu fejn ma jesagħhomx.", "It-tieni osservazzjoni li ridt nagħmel ukoll tirrigwarda mistoqsijiet parlamentari li jien għamilt lill-Onor.", "Bartolo rigward il-memo tat-tenders li ħareġ is-Segretarju Parlamentari Cilia f'Diċembru u li mbagħad ġiet ikkoreġuta f'Marzu permezz ta' memo oħra li bdiet tiġi mħaddma minn dak inhar li ħarġet.", "Biex mir-risposti stajt nislet xi forma ta' konklużjoni, anke politika, kelli nagħmel mhux inqas minn 17-il mistoqsija parlamentari, l-ewwel waħda fl-10 ta' Marzu ta' din is-sena u l-aħħar waħda l-ġimgħa l-oħra.", "Irrid ngħid ukoll li fost dawn is-17-il mistoqsija parlamentari kellna seduta fejn il-ħin tal-mistoqsijiet kien iddedikat kollu għal din il-mistoqsija partikolari fejn kulma qalulna min-naħa tal- Gvern kien: Għamlu l-mistoqsijiet bil-miktub u nirrispondukom.", "Jiġifieri kien jidher ċar daqs il-kristall l-imbarazzament kbir li kellu l-Gvern meta ġew impoġġijin dawn il-mistoqsijiet.", "Jien se naqra l-konklużjonijiet politiċi li ħadt mit-tweġibiet fuq dan is-suġġett.", "GĦall-mistoqsija parlamentari numru 5905 il-Ministru rrisponda hekk: \"Jien ġbidt l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari biex kollox isir skond ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern.\".", "Jidher ċar allura li l-Ministru ħass li kellu jiġbed l-attenzjoni tas- Segretarju Parlamentari għaliex ma sarx kollox skond ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern u qed ngħid dan għaliex trid tagħmel translation u trid taqra between the lines tat-tweġibiet.", "Daqshekk hija kbira t- trasparenza!", "F'mistoqsija oħra li għamilt ikkwotajt lill-Ministru fejn kien qal li kien hemm bżonn li toħroġ ċirkolari ġdida, allura dan ifisser li t-tweġiba l-oħra kienet ħażina.", "Il-Ministru weġibni wkoll li ċ-ċirkolari li ħarġet f'Diċembru ma kenitx ċara għal kollox pero' iktar tard fit-tweġiba li tani qalli li se jara li jiġi żgurat li r-regolamenti finanzjarji jkunu osservati.", "Dan ma jfisser xejn ħlief li r-regolamenti finanzjarji kienu ġew miksura.", "F'mistoqsija oħra fuq l-istess suġġett kont tlabt lill- Ministru jgħidli jekk huwiex lest jassumi responsabbilta' primarja, intermedjarja u aħħarija għal dak li ġara u għal dak li hemm imniżżel fiċ- ċirkolari tas-26 ta' Diċembru 1996 u l-Ministru rrispondini biss \"Le\".", "Dan ifisser - għax irridu nagħmlu translation anke ta' din - li f'din ir- risposta l-Ministru qed jgħid li huwa s-Segretarju Parlamentari li għandu jġorr ir-responsabbilta' sħiħa ta' l-iżball li wettaq.", "Fi tweġiba oħra li tani l-Ministru, qed jgħid li ċ-ċirkolarijiet msemmija ġew iffirmati mis- Segretarju Parlamentari fil-kapaċita' ...", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia, point of order.", "ONOR.", "JOE CILIA: Madam Speaker, l-Onor.", "Membru għandu tweġiba bil-miktub għal kull mistoqsija li għamel u t-tweġibiet li qed jikkwota minnhom mhumiex dawk li ngħataw.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Dan m'huwiex point of order, Madam Speaker.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jekk huwa se jikkwota mit-tweġibiet li ngħataw, allura għandu jikkwotahom tajjeb.", "MADAM SPEAKER: Onor. Cilia inti qed tagħmel punt ta' kjarifika.", "Onor. Muscat, inti tagħtih permess jagħmlu dan il-punt ta' kjarifika?", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Jiddispjaċini pero' m'huwiex il-każ għaliex jiena qed nikkwota minn tweġibiet uffiċjali li tani l-Ministru, u dan m'iniex qed ngħidu b'nuqqas ta' kortesija ma' l-Onor.", "Cilia.", "Jiena bħala politiku f'dan il-Parlament għandi dritt niġbed il-konklużjonijiet politiċi tiegħi ladarba din il-liberta' sal-lum għadha garantita.", "Kif kont qed ngħid, il- Ministru Bartolo kien qalli li din iċ-ċirkolari ġiet iffirmata mis- Segretarju Parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ, l-Onor.", "Joe Cilia, fil- kapaċita' amministrativa tiegħu.", "U jekk nagħmlu translation, Madam Speaker, dan ifisser li huwa jrid jassumi r-responsabbilta' amministrattiva u politika ta' dak li jagħmel.", "Jiena nikkonkludi li minn dan kollu li għidt jidher ċar li anke dan il- Gvern jagħmel żbalji u fl-ewwel seba' xhur ta' l-amministrazzoni tiegħu żbalji minn dan it-tip saru iżjed ukoll.", "Diġa' kellna okkażjonijiet fejn għal mistoqsijiet parlamentari nieħdu tweġibiet fejn ħarġu fil-beraħ difetti u deċiżjonijiet li jmorru kontra l-prassi amministrattiva, kontra r- regolamenti finanzjarji u fejn jiġu aġevolati anke ċerti ħbiberiji u ċerti kuntatti ta' ċerti klilek, biex ma ngħidx ukoll li saru transfers li wara mistoqsijiet parlamentari reġgħu ġew irranġati għaliex irriżulta li meta ngħataw kienet saret inġustizzja.", "Dan jirriżulta mit-tweġibiet li ħadna għall-isforzi li qed nagħmlu kontinwament pero' nerġa' ngħid li biex ħadna biċċa informazzjoni kelli nagħmel 17-il mistoqsija u mbagħad ħarġu dawn ir- riżultati.", "GĦalhekk dan il-Gvern fit-trasparenza għad irid jibda mill-abc.", "Jiena se nieqaf hawnhekk pero' qed ngħid li għandu jiġi rreġistrat li anke s-Segretarju Parlamentari Ċilia jikkommetti żbalji u dan li qed insemmi huwa wieħed minnhom.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Madam Speaker, nieħu pjaċir li se nkun l- ewwel wieħed f'din il-Kamra li jkolli l-opportunita' li nifraħlek personalment u anke nirringrazzjak għad-diskors verament sabiħ li għamilt fl-okkażjoni tas-Sette Giugno.", "Kien diskors li bħas-soltu jikkommemora ġrajja storika ta' dan il-pajjiż, ġrajja importanti, pero' fl-istess ħin inti, Madam Speaker, ħadt l-okkażjoni li tagħmel ċerti riflessjonijiet pertinenti għal dak li qed jiġri f'dan il-pajjiż u mhux sempliċement pertinenti għall-preżent imma ħarist 'il quddiem biex tara fil-ġejjieni nistgħux nirranġaw ċerti affarijiet.", "U allavolja ma kellekx ix-xorti li kellna ħafna minna li tkun rappreżentanta tal-poplu għal ħafna żmien, f'dawn is-seba' xhur li ilek magħna fil-Parlament jidher li assimilajt u tgħallimt mill-ewwel il-ħidmiet, ir-responsabbiltajiet, id-diffikultajiet u l-problemi li jkollu Membru tal-Parlament, sew min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, u wkoll ministri, biex ikunu jistgħu jaqdu kemm jista' jkun ix-xogħol tagħhom utli u mportanti mhux sempliċement għat- tmexxija ta' dan il-pajjiż - għax għal dan hemm il-Gvern allavolja l- Oppożizzjoni ċertament li għandha rwol x'taqdi hawn ukoll - imma l-aktar biex dan il-Parlament ikun verament ħolqa bejn il-Membri tiegħu li jiġu eletti kull ħames snin u l-elettorat tagħhom.", "Naħseb li inti, Madam Speaker, missejt punt importanti ħafna meta tkellimt dwar il-problema ta' l-ispazju li hawn f'dan l-ambjent.", "Huwa veru li din m'hijiex problema ġdida imma problema antika u li kibret hekk kif kiber il-Parlament - minn 24 membru issa qegħdin 69 - pero' ovvjament wieħed irid ikollu spazju biex jaħdem fih, biex jippreprara fih, biex jara lin-nies fih u tabilħaqq aħna m'aħniex moqdijin tajjeb hawnhekk.", "Dan il- ħsieb ma kienx sempliċement ta' dak li qed jiġri llum imma wieħed kien qed jipprepara għalih u naħseb li sħabi l-Membri tal-Parlament iħarsu 'l quddiem lejn dak iż-żmien meta f'dan il-Palazz, ħlief għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Uffiċċju tal-President, ma' l-Armerija u ma' dan il- Parlament stess ma jkun hemm l-ebda attivita' amministrattiva oħra.", "Illum il-leader ta \"The Times\" semma li fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti wieħed mill-passi li ridna nieħdu kien li l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali joħroġ minn hawnhekk, anke meta kont ministru tal-ġustizzja jien.", "Huwa tajjeb li l-gazzetta \"The Times\" illum fakkret li fil-11 ta' Settembru l- Planning Authority ħarġet il-permess biex bini li hemm bejn Triq l-Arċisqof u Triq id-Dejqa jiġi żviluppat bħala l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Jien ma jidhirlix li fil-budget kien hemm xi allokazzjoni ta' flus biex isir dan il-proġett u allura wieħed jispera u jittama li 'l quddiem jolqot żewġ għasafar b'ġebla waħda, jiġifieri li jkun hemm iktar spazju għall- Parlament u post adegwat għall-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Nisperaw ukoll li jkun hemm allokazzjoni ta' flus fil-budgets li ġejjin.", "Madam Speaker, jien ma jimportanix min jagħmel dan il-proġett pero' huwa proġett għaqli, hemm bżonnu u huwa mportanti li jsir.", "Issa jekk kien Gvern Nazzjonalista li ppjanah, li lesta l-environment impact assessment u lesta l-pjanijiet kollha u qabbad anke l-periti u mbagħad esegwih Gvern Laburista, hu importanti li wieħed jirrifletti li meta jinbidel gvern ma jfissirx li nqalbet il-folja u ntesa kollox.", "Gvern għaqli jrid jibni fuq it- tajjeb li jsib u t-tajjeb jagħrfu kulħadd.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' opinjoni imma hija kwestjoni ta' fatt u l-ħtieġa hija kwestjoni ta' kulħadd.", "Jien jiddispjaċini nara dik il-korrispondenza fil-gazzetti bejn il-Ministru tal-Ġustizzja preżenti u l-predeċessur tiegħu qisu kulħadd jipprova jiġġieled għall-mertu.", "Kif jista' jippretendi l-Ministru Mangion li f'seba' xhur jagħmel dak li għamel l-ex-Ministru matul dak iż-żmien kollu li għamel bħala ministru!", "Il-Ministru Mangion qal li l-liġijiet ta' Malta għamilhom fuq CD-ROM.", "X'voldieri għamilhom fuq CD-ROM!", "Dan il-proġett kien wasal biex jintemm, saħansitra konna anke ffissajna l-prezz għaliex ix-xogħol kien diġa' sar.", "Il-Ministru Mangion qal ukoll, per eżempju, li daħħal id-diary system fil- qorti meta din bdiet taħdem f'Ottubru li għadda.", "Jiġifieri fil-ġustizzja l- Gvern - jien m'iniex ngħidlu biex jgħaġġel għaliex fil-ġustizzja wieħed mill-ikbar żbalji li tista' tagħmel hu li tgħaġġel iż-żejjed jew tgħaġġel ħafna - l-unika ħaġa li għamel hija li waqqaf it-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji u l-unika nomina ta' mħallef li saret kienet ta' l-Imħallef Farrugia Sacco preċiżament biex jippresjedi dan it- tribunal.", "Peress li l-imħallef li ġie nominat kien maġistrat allura ovvjament kellu jsir maġistrat minfloku.", "M'hemm xejn ħażin li inti jkollok imħallef imexxi dan it-tribunal u m'hemm xejn ħażin li jonqoslok maġistrat u ddaħħal ieħor, imma imbagħad ma naħsibx li tista' tgħid li għamilt xi konkwista.", "GĦamilna konkwista - jekk irridu ngħidulhom konkwisti f'dan il-qasam - għall-fatt li meta spiċċa l-Gvern Nazzjonalista ħalla warajh full complement ta' mħallfin u maġistrati, ħaġa li kien ilu ħafna ma jkollna f'dan il-pajjiż.", "Aħna rnexxielna ntejbu l-compensation package ħalli nħajru r-reklutaġġ ta' professjonisti biex jidħlu għal dawn il-karigi.", "Aħna għidnilhom biex ma jħarsux biss lejn il-flus, għax f'din il-kariga jkunu qed jagħmlu ċertu dover, u sibna nies li aċċettaw li jaqdu dan id-dover importanti ħafna fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Il-Ministru Mangion qal ukoll li rrekluta diversi nies għall-qrati.", "Dan huwa kontinwazzjoni ta' dak li kien qed isir - u jekk irid jieħu l-mertu hu, j'Alla jkollu ħafna merti għax il-qrati għandhom bżonn recruitment ta' spiss - pero' ma tistax tgħid li tagħmel xi ħaġa ġdida jew xi ħaġa speċjali għaliex sempliċement tkun komplejt sistema ta' recruitment li kien hemm.", "Jekk kien hemm xi ħaġa ġdida kien il-fatt li ħloqna sistema ġdida kif jiġu reklutati l-avukati fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Kien ilu żmien twil ma jkollna lil min irid jidħol jaħdem fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Konna spiċċajna - jekk niftakar sew - b'sitt avukati minflok 17.", "Ma nistax ngħid li ħallejt warajja complement sħiħ, pero' fl-aħħar irnexxielna ndaħħlu u nħajru avukati ġodda taħt compensation package innovattiv li ma jiżbilanċjax l-iskala tal-qafas taċ-ċivil u llum l- Attorney General għad fadallu l-vacancies.", "Jien inħeġġeġ lill-avukati ż- żgħar jidħlu ma' l-Attorney General għax huwa xogħol interessanti, huwa xogħol li jagħti grounding tajjeb u huwa xogħol fejn jista' jkollok opportunita' ta' promozzjoni.", "M'iniex qed nitkellem għal imħallef jew maġistrat għax dawk hemm min jarahom bħala promotion u hemm min jarahom bħala tip ta' servizz, imma importanti li l-Attorney General's Office ikun equipped kompletament bin-nies li għandu bżonn.", "Wieħed jista' jagħmel anke sistemi ta' farming out ta' ċerti xogħlijiet biex ma jdaħħalx ħafna nies.", "Min jaqra r-rapport li kont ħejjejt jien għal dak li għandu x'jaqsam mar-raba' sena tal-Gvern Nazzjonalista 1995/1996 għandu ħafna fuqiex jimxi.", "Hawnhekk forsi nħoss ruħi naqra kburi wkoll, Sinjura President, għax illum jien kelli okkażjoni nerġa' naqra xi ktibt sena u nofs ilu u rajt b'ċertu pjaċir li l-Gvern Laburista miexi fuq il-policies u anke fuq il- miżuri li kont ippjanajt u ħallejt warajja jien.", "Jien ma rridx medalji jew merti għal dak li għamilt, għax dak li għamilt għamiltu għax ħassejt id- dover li nagħmlu għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Per eżempju, jien kont ħassejt li kelli nibdel l-iskala tat-tariffa ta' l-avukati u għamiltha b'mod li ma ħallejtx lil min kien qed jisraq lin-nies ikompli jisraq u min kien qed jiġi vvittimizzat għax ma kellux il-guts jaqbeż it- tariffa - u dik it-tariffa kienet antikwata għax kienet ilha 15-il sena - tajtu l-opportunita' li ta' xogħlu jitħallas suret in-nies.", "Fil-qorti jiena ħallejt warajja amministrazzjoni b'saħħitha, speċjalment fil-parti ta' fuq.", "Kelli wkoll kuraġġ inbiddel ċerti affarijiet u nneħħi ċerti nies li ħassejt li ma kienx fl-aħjar interess tas-civil service li jibqgħu hemmhekk.", "Issa jekk il-Ministru li ġie warajja jrid jiżviluppa l-wirt li sab - għax fil-gazzetti hu kkritika l-wirt li sab, allura ħallih jikkritika - ċertament hemm fejn jiżviluppah.", "Ruma ma nbnietx f'ġurnata waħda u l- problemi li hemm fil-qrati lanqas ma ssolvilhom kollha f'affari ta' sena jew sentejn, imma jekk il-Ministru Mangion iħares lejn it-tajjeb u jipprova jibni fuqu mingħajr ma jipprova jiskredita l-isforzi ġenwini li saru qabel, allura jkollu aktar suċċess milli jista' jkollu issa, speċjalment wara l-ittri li qed jikteb fil-gazzetti fuq il-predeċessuri tiegħu.", "Sinjura President, nagħlaq billi nerġa' nifraħlek għad-diskors verament sabiħ li għamiltilna fis-Sette Giugno.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1996 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TELEMALTA - AVUKATI", "5377.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru jgħid min hu l-avukat li t-Telemalta bdiet tuża s-servizzi tiegħu minn wara l-elezzjoni ġenerali u kemm jitħallas?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Telemalta neħħietx xi avukati li qabel kienet tuża s-servizzi tagħhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Korporazzjoni Telemalta qabbdet lill-Avukati Dr. Paul Lia u Dr. Edgar Mizzi bħala konsulenti legali f'Marzu 1996.", "Il-Korporazzjoni Telemalta għadha tagħmel użu mis-servizzi ta' l-avukati li kellha qabel, speċjalment fuq każi antiki.", "Filwaqt li Dr.Lia jirċievi retainer fee annwali ta' Lm 4,500, Dr.Mizzi għandu retainer fee ta' Lm 3,000 fis-sena.", "AIR MALTA - KONSULENT", "5378.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min hu l-konsulent li riċentement tqabbad mill-Air Malta u jindika kemm qed jitħallas kif ukoll id-doveri tiegħu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma jirriżultax li riċentement tqabbad xi konsulent ma' l-Air Malta.", "BANK ĊENTRALI - SKRIVANI", "5379.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bank Ċentrali ħass il-ħtieġa li jimpjega tmien \"clerks\" u \"Office Junior\" fuq kuntratt definit minflok fuq kuntratt indefinit kkonsidrat in-natura tax-xogħol tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma u fejn jirrisjedu, it-tul tal-kuntratt u jekk saritx sejħa pubblika u jekk iva, meta u fejn?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-1990 il-Bank Ċentrali ta' Malta ngħata permess mid- Dipartiment tax-Xogħol u Emigrazzjoni biex jimpjega fuq bażi part-time, numru ta' ex-impjegati tal-Bank li kellhom numru ta' snin esperjenza valida fix-xogħol ta' l-istess Bank.", "Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn ta' sejħa pubblika.", "Meta ħarġet il-Legal Notice 61 ta' l-1996 (Part-time employment National Standard Order, 1996) fejn il-part-timers ingħataw b'liġi d-dritt għal kull tip ta' leave, il-Bank irregola l-kundizzjonijiet ta' dawn l- impjegati taħt kuntratt definit b'effett mid-9 ta' April 1996, id-data tal- Legal Notice.", "Dan il-kuntratt issa ġie estiż għal sena b'efett mill-1 ta' Jannar, 1997.", "Dwar l-Office Junior dan kien ukoll ġie impjegat b'kuntratt definit u l- għażla saret mir-Reġistru ta' Persuni b'Diżabilita' miżmum mill-ETC.", "Dan l- impjieg ingħata mill-Bord tal-Bank Ċentrali bħala turija ta' solidarjeta' mal-Fondazzjoni Eden.", "Il-kuntratti kollha jagħlqu fl-aħħar ta' din is-sena.", "It-tagħrif dwar min huma u minn fejn huma dawn l-impjegati qed jingħata b'mod konfidenzjali.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "5673.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid lil min beħsiebu jaħtar il- Ministru biex ikun dik il-persuna li taġixxi bħala professional point of reference li huwa semma fl-artiklu tiegħu Helping them early li kiteb f'The Times tas-17 ta' Marzu li għadda meta kiteb li Parents, teachers and others professionals who currently seek assistance and support in the areas of early litracy would be provided with a professional point of reference?", "Jaħseb il-Ministru li l-Education officer tar-Remedial Education huwa kapaċi jagħmel dan?", "Se jinġieb xi barrani għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ewwel prijorita' se tkun li nħarrġu lill- għalliema stess ikunu 'a professional point of reference'.", "SKEJJEL - LANGUAGE POLICY", "5674.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandhiex issir language policy fit-tagħlim biex l-għalliema jkunu jafu x'lingwa għandhom jużaw f'ċerti suġġetti, peress li per eżempju, fl-Ingliż u f'xi suġġetti oħra t-tagħlim isir bl-Ingliż, waqt li fis-suġġetti l-oħra t-tagħlim isir bil-Malti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-eżerċizzju li għaddej bħalissa tar-reviżjoni tal- kurrikulu minimu nazzjonali ma jistax jonqos li jagħti attenzjoni xierqa lill-użu tal-lingwa bħala mezz ta' tagħlim.", "SKEJJEL - SKEMA TA' ESTS", "5675.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jaħseb il-Ministru li hu ż-żmien opportun li jagħti nformazzjoni lil din il-Kamra u lill-pubbliku dwar ir-riformi fl-ESTS li kien beħsiebu jwettaq il-gvern preċedenti f'Settembru li ġej?", "Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'opportunitajiet oħra se joffri liż-żgħażagħ Maltin b'xi riforma oħra li jista' jkollu f'moħħu li joħloq minbarra, s'intendi din ir-riforma?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-riforma fl-Iskema ta' ESTS miexja kif ippjanat.", "L-idea prinċipali tar-riforma kienet li ż-żgħażagħ jakkwistaw aktar edukazzjoni ġenerali billi l-ispeċjalizzazzjoni tersaq għal aktar tard.", "Tant hu hekk li bis-saħħa ta' din ir-riforma, iż-żgħażagħ qegħdin jagħmlu sena extra fl-iskola sekondarja qabel ma jagħmlu l-għażla tagħhom mit- tielet sena ta' l-iskola sekondarja minflok it-tieni sena kif kien isir qabel.", "Barra minn dan, il-ħin għall-prattika, li ġie sostitwit permezz tal- ħin għall-Edukazzjoni Teknoloġika, tnaqqas għal ġurnata fil-ġimgħa.", "Dan ifisser li hemm aktar żmien dovut għal suġġetti akkademiċi bħal ma jsir fl- iskejjel sekondarji, u dan biex nassiguraw li jkollna ħaddiema flessibbli u ppreparati aktar biex jilqgħu għal tibdil teknoloġiku mgħaġġel.", "Riforma oħra kumplimentari għal din hija l-opportunita' li qiegħda tingħata lil dawk l-istudenti li jispiċċaw il-ħames sena ta' l-iskola sekondarja mingħajr ma jakkwistaw kwalifiki biżżejjed biex jidħlu fl-iskema ta' l-apprendistat l-oħra ta' TAS.", "Dawn jistgħu jagħmlu kors ta' sena ta' Edukazzjoni Teknoloġika fejn wara jkunu jistgħu huma wkoll jidħlu fl-iskema ta' l-ESTS u jibdew l-apprendistat ta' erba' snin.", "SKEJJEL - SPECIAL EDUCATION RESOURCE CENTRE", "5676.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti xi informazzjoni dwar meta beħsiebu jinfetaħ l-iSpecial Education Resource Centre li kien imħabbar f'nofs is-sena l-oħra fil-ktieb New Initiatives in Education?", "Kemm intnefqu fondi fuq dan il-proġett?", "Fejn se jitwaqqaf dan ir-Resource Centre?", "Kemm se jkun hemm personnel jaħdmu fih?", "Hemm xi finanzjament barrani jew privat f'dan iċ-ċentru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol ta' preparazzjoni biex jiftaħ l-iSpecial Education Resource Centre kif imħabbar fil-ktieb \"New Initiatives in Education\" baqa' għaddej u huwa pproġettat li dan iċ-Ċentru jiftaħ fil-bidu tas-sena skolastika li jmiss (1997/98).", "Diġa' ntnefqet is-somma ta' madwar Lm7,000 f'materjali u kotba biex jiġu wżati f'dan iċ-ċentru kif ukoll ittieħdu l-pariri ta' esperti fil-materja.", "Dan ir-Resource Centre ser jitwaqqaf f'parti mill-bini ta' l-iSpecial Education Unit fil-Furjana.", "Il-personnel li ser jaħdmu f'dan iċ-Ċentru jkunu jinkludu nies li għandhom esperjenza relatata mal-Edukazzjoni Speċjali u/jew fit-tagħlim ta' tfal bi ħtiġijiet speċjali li jattendu skejjel \"mainstream\".", "In-numru ta' personnel meħtieġ għadu ma ġiex deċiż.", "S'issa ma kien hemm l-ebda finanzjament barrani jew privat għal dan iċ- Ċentru.", "SKEJJEL - EARLY LITERACY PROGRAMME", "5677.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi progress saru fuq Early Literacy Programme imħabbar fil-ktieb New Initiative in Education?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta sirt ministru sibt li kien għadu ma sar xejn ħlief li tħabbar fil-ktieb imsemmi.", "SKOLA - ALLOKAZZJONI TA' FLUS", "5678.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid eżatt kemm hemm allokati flus rikorrenti u kapitali separatament għal kull skola għas-sena 1997?", "Kemm kienu allokati flus rikorrenti u kapitali separatament, għal kull skola għas-snin 1994, 1995 u 1996?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk din il-miżura ta' deċentralizzazzjoni ta' fondi lill-iskejjel sarx xi studju dwarha mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jew id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni biex jara kemm kienu aktar cost-effective jew ġew iffrankati flus?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Listi tal-fondi li ġew allokati lil kull skola mill-vot rikorrenti u dak kapitali separatament għas-snin 1995 (Dok A), 1996 (Dok B), 1997 (Dok C) tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "Minħabba li fl-1994 ma kienx hemm il-'policy' ta' deċentralizzazzjoni ma kenux jinżammu records għal kull skola kif qiegħed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "Minn 'feed back' li ttieħed mingħand il-Kapijiet ta' l-Iskejjel jidher li s-sistema hija aktar effiċjenti u effettiva u għalhekk hija meqjusa aktar 'cost-effective'.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - KAROZZI TAL-KIRI", "5975.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għal karozzi tal-kiri fl-użu tat- trasport tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd li kien eżistenti sa l-elezzjoni ta' Ottubru, 1996, għadux fis-seħħ?", "Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, jista' jgħid għaliex ġie mwaqqaf u x'miżuri ttieħdu biex is-servizz ikompli jingħata?", "Jekk inħarġu tenders, jista' jgħid f'liema data ħarġu u kemm kienu dawk li applikaw?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-kuntratt għall-karozzi tal-kiri għall-użu tal- Ministeru tal-Biedja u Sajd, li kien eżistenti qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996, għadu fis-seħħ.", "DJAR - XOGĦLIJIET ĠODDA", "5997.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5944, jista' l-Ministru jgħid meta saru l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar \"xogħlijiet ġodda\" li hu semma fis-seduta tas-26 ta' Mejju?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar saru fid-dati ndikati hawn taħt", "Valletta (Triq l-Ibjar/Triq Sant Ursola) - 7/3/96 Msida (Valley Road) Phase II - 28/11/95 Msida (Valley Road) Phase III - 20/5/96 Cospicua (Srejdek Lane) - 29/4/97 Cospicua (St.John Str.)", "Phase I - 24/3/97 Cospicua (St.John Str.)", "Phase II - 24/3/97 Floriana (Argotti Str./Lion Str.) - 20/5/96 Floriana (20 - 24, Capucchini Str.) - 29/4/97 Vittoriosa (1, Pope Alexander Str.) - 11/7/96", "SPTARIJIET TAL-GVERN - MEDIĊINI", "6016.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ġewwa l-isptarijiet tal-Gvern mill-1.1.97 sal-lum kienx hemm okkażjonijiet fejn qraba jew familjarji ta' pazjenti intalbu jixtru l- mediċini minn buthom għal użu tal-pazjent waqt li kien rikoverat ġewwa l- isptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sitwazzjoni ma nbidlitx minn qabel l-1.1.97 jew is-26.10.96.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "6017.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ippreparat mit-Task Force dwar in-nurses?", "Saru xi implimentazzjonijiet fuq il-parir ta' l-istess Task Force?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-rapport huwa wieħed intern.", "Qed jiġu evalwati il-pariri tat-Task Force ħalli jittieħdu l-passi neċessarji, skond iċ-ċirkostanzi tar-riżorsi umani preżenti.", "SAĦĦA - IMPJEGATI LI JAGĦMLU XOGĦOL BARRANI", "6018.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm impjegati ġewwa d-Dipartiment tas-Saħħa li għandhom permess jagħmlu xogħol barrani?", "Jista' jipprovdi breakdown skond it-tip ta' xogħol u l-grad li jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR MONTE CARMELI - CLEANERS", "6019.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm preżentement hemm cleaners f'kull wara ġewwa M.C.H.?", "Kemm hija l-eta' medja tagħhom?", "Kemm hemm cleaners jaħdmu ġewwa l-mess ta' l-istess sptar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Preżentament hemm dawn il-cleaners f'kull ward ġewwa MCH:", "|WARD |NRU. ta' CLEANERS | |FW 2 |3 | |FW 5B |1 | |FW 5A |2 | |FW 5B |1 | |FW 7 |2 | |FW 8 |1 | |FW 10 |1 | |YPU |2 | |JW |2 | |M2 |4 | |MW 3A |2 | |MW 3B |1 | |MW 5 |5 | |MW 6 |2 | |MW 7 |4 | |MW 8 |3 | |MW 10 |2 |", "L-eta' medja tagħhom hija ta' 48 sena.", "Ġewwa l-mess ta' MCH hemm disgħa jagħmlu xogħol ta' cleaners.", "SPTAR MONTE CARMELI - NUQQASIJIET", "6020.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex kien hemm skarsezza ta' piġami għall-pazjenti ġewwa M.C.H?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-Nursing Officers kollha tas-swali kkonfermaw li m'hemmx problema ta' nuqqas ta' piġami fis-swali iżda minn naħa l-oħra irriżulta li l-kwantita ta' piġami li qed tintbagħat għall-ħasil m'hux qed tiġi rimpjazzata mill-ewwel.", "YOUTH SERVICE ORGANISATION", "6036.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 3885, u partikolarment għal dik il-parti li tgħid li \"malli jinsabu n-nies kompetenti li jistgħu jiffunzjonaw fil-YSO, jimtlew il-postijiet li hemm battala\", jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġitx riċentement sejħa biex timtela' xi waħda minn dawn il-vakanzi?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk sejħa bħal din kenitx tinteressa biss lill-kategorija ta'l-għalliema?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex staff ġdid fil- Youth Service Organisation għandu jintgħażel biss minn fost il-kategorija ta' l-għalliema?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Riċentement ma nħarġet l-ebda sejħa biex timtela' xi waħda mill-vakanzi li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Dawn il-vakanzi fil-Youth Service Organisation (YSO) jinteressaw lill- kategorija ta' l-għalliema.", "Ix-xogħol li twettaq il-YSO jinvolvi kuntatt dirett mat-tfal ta' l-iskejjel primarji u ta' studenti fl-iskejjel sekondarji.", "Il-parir li għandi hu li min jaħdem f'dan il-kuntest għandu jkun professjonist bil-warrant ta' għalliem.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - KAROZZI", "6037.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4197 u partikolarment għal dik il-parti li tagħmel riferenza għar-rata ta' ħlas għall-vetturi wżati mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-ħlas lill-garage li pprovda s-servizz fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti u kemm kienet ir-rata ta' ħlas miftiehma ma' Delcarm Ltd?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess ta' ħruġ ta' tenders għall-kiri ta' vetturi issa ġiex finalizzat u jekk fl-affermattiv, lil min ġie assenjat is-servizz?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kuntrattur li kien sa ftit ilu jissupplixxi s- servizz ta' kiri ta' karozzi lis-Segretarjat kien jitħallas bir-rata ta' Lm3.95 + 15% V.A.T. kuljum kull karozza.", "Id-ditta Delcarm Ltd. li qed tissupplixxi dan is-servizz temporanjament fuq l-istess bażi qed tagħmlu bi ħlas ta' Lm3.85 + 15% V.A.T.", "Saret l-għażla tal-kompożizzjoni tal-Board u f'dawn il-ftit ġranet li ġejjin ser issir laqgħa biex jevalwaw l-offerti u jagħtu r-rakkomandazzjoni tagħhom.", "KUMITAT GĦALL-MILLENJU ĠDID", "6038.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4199, jista' l-Ministru jgħid jekk is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti għadux qiegħed jikkonsidra lil min se jaħtar fil-Kumitat għall-Millenju l-Ġdid, jew jekk il-konsiderazzjoni tiegħu ġietx fi tmiemha?", "F'dan l-aħħar każ, jista' l- Ministru jgħid min huma l-persuni li se jiffurmaw dan il-Kumitat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'għandix x'inżid mat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 4199 f'dan l-istadju.", "VALLETTA - SALINOS GROUND", "6039.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru W379 dwar il-ground ta' Salinos fil-Belt Valletta billi hu skantat il-fatt li l-club konċernat jaf bi kwalunkwe żviluppi li setgħu saru bejn il-club stess u l-Ministeru; u billi l-Interpellanza dwar is- suġġett saret m'hux biex ikun informat il-club imma biex ikun informat il- pubbliku, jista' l-Ministru jgħid b'mod konkret x'inhi s-sitwazzjoni bħalissa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-Press Release li saret dwar is-suġġett li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - EMBLEMA", "6040.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamnentari numru W373 dwar l-emblema tas-Segretarjat taż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, ġaladarba fit- tweġiba tiegħu dan m'għamlux, min kien l-artist li ddisinja l-emblema rebbieħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "6094.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l- aħħar twaqqafx kumitat ta' Procurement of Medical Equipment għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u fil-każ min huma l-membri tal-kumitat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dan l-aħħar twaqqaf il-Kumitat ta' Procurement of Equipment għall-Isptar Generali ta' Għawdex b'dawn il-membri.", "Chairman - Mr M Bezzina, Manager Nursing Services Med Superintendent - Mr J B Pace Procurement Officer Medical Stores - Mr Edward Depasquale Technical Members - Ing. Paul Refalo Mr. F. Masini Mr. F. Grech", "Operating Theatre/Special Units - Mr A. Degiorgio Liaison Officer for Wards/Secretary - Mr M Axiaq Medical Members - Dr Marvic Masini Dr Robert Sciberras Mr Ray Aquilina", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6096.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5705 u mistoqsijiet supplimentari, jista l-Ministru jgħid jekk il-persuni li ma baqgħux jirreġistraw minn jeddhom sabux xogħol jew le?", "(Seduta tas-27.5.97)", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Minn dawk l-404 persuni li waqfu jirreġistraw minn jeddhom, kien hemm 175 persuna li nafu li ma baqgħux jirreġistraw għax sabu xogħol.", "Għar-rigward tal-bqija il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għadha ma rċeviet l-ebda formola ta' Bidu ta' Impjieg u għalhekk ma tistax tgħid jekk dawn sabux xogħol.", "PULIZIJA - GARAXXIJIET TAL-KAROZZI TAL-KIRI", "6130.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar il-kondizzjonijiet li timponi l-pulizija dwar it-tħaddim tal-garaxxijiet tal-karozzi tal-kiri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AJRUPLANI - ORIĠINI MILITARI", "6131.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar l-oriġini militari ta' l-ajruplani (32) li niżlu Malta fl- ewwel xhur ta' din is-sena?", "Kemm damu Malta dawn l-ajruplani?", "Għal liema raġuni ngħataw permess li jinżlu f'Malta?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni qed tinġabar.", "Għalhekk risposta tingħata f'seduta oħra.", "ECONOMIC SURVEY - TABELLI STATISTIĊI", "6140.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għat-tabelli statistiċi riprodotti fil-ħarġa ta' l-Economic Survey 1996, jista' l-Ministru jaġġorna t-tabelli 5.6 (paġna 138)?", "Jista' l-Ministru jara li tiġi nkluża u mxandra tabella oħra li tagħti informazzjoni dwar guest nights, total, medja ta' kull turist skond il- kategorija ta' lukanda u nazzjonalita' tat-turist?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar statistika riċenti li ttellgħet f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "TIGNE' - IRWEJJAĦ QAWWIJA", "6141.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li residenti li joqogħdu f'Tigne' fl-inħawi tal- Lukanda Holiday Inn, f'Tas-Sliema, ta spiss jilmentaw minn irwejjaħ qawwija ta' emussjonijiet li jixbħu dawk tal-gass jew ħruq ta' fuel u żjut u li meta sar rapport lill-Pulizija t-tweġiba kienet li kellu jsir rapport lid- Dipartiment tas-Saħħa?", "Jaf il-Prim Ministru li meta min għamel ir-rapport segwa l-parir ta' pulizija ġie nformat mid-Dipartiment tas-Saħħa li kellu jirrikorri u jirrapporta lill-Pulizija?", "Jista' għalhekk il-Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk rapport fis-sens kif intqal iktar 'il fuq għandux isir lill-Pulizija jew lid-Dipartiment tas-Saħħa u f'każ li l-Pulizija hi responsabbli, li r-rapport jiġi mistħarreġ bil-għan li jinsab rimedju għall- inkonvenjent jew periklu li jeżisti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija ta' Tas-Sliema ma kellhiex rapporti f'dan is-sens, pero' l-Pulizjija qed taghmel ronda fl- inħawi, sabiex f'każ li jiġi kkonfermat jittieħdu l-proċeduri meħtieġa.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant iforni dettalji preċiżi mingħajr dewmien sabiex jekk hemm xi periklu jitneħħa qabel ma jkun tard.", "ĠNEJNA - LATRINI", "6142.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Minisru jgħid jekk hux se jsiru l-mobile toilets li kienu mwiegħda li jsiru fil-Ġnejna għal dan is-sajf, skond tagħrif mgħoddi fit-tweġiba parlamentari?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, set ta' \"mobile toilets\" (wieħed għall- irġiel u ieħor għan-nisa) se jitpoġġew fl-inħawi tal-bajja tal-Ġnejna hekk kif joħorġu l-permessi meħtieġa mill-Awtorita' tal-Ippjanar.", "ĠNEJNA - TINDIF FIL-BAJJA", "6143.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Bajja tal-Ġnejna jistax isir tindif biex jitneħħa l-ġebel li hemm fil-baħar li hu ta' periklu kbir għal min ikun nieżel jgħum?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ĠNEJNA - TELEPHONE BOX", "6144.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li ssir telephone box fil-Bajja tal-Ġnejna u f'Golden Bay?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat mill-Korporazzjoni Telemalta li f'Golden Bay diġa' hemm żewġ telephone boxes installati, waħda ħdejn il-venda tal- karozzi tal-linja u l-oħra ħdejn kiosk.", "Rigward l-installazzjoni ta' telephone box fil-Bajja tal-Ġnejna, dan għadu mhux teknikament possibbli fil-preżent.", "TA' KANDJA - PERSUNI MIŻMUMA", "6145.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiġu miżmuma f'detenzjoni f'Ta' Kandja?", "Kif inhuma maqsuma f'irġiel u nisa, f'eta' u nazzjonalita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fil-kumpless gewwa ta' Kandja, fil-preżent hemm miżmuma sebat irgiel.", "Wiehed għandu 45 sena, ieħor 39 sena, tnejn 28 sena, wieħed 27 sena u tnejn 24 sena.", "Tlieta huma Algerini, wieħed mill-Gordan, filwaqt li n-nazzjonalita' tat-tlieta l-oħra għad trid tiġi kkonfermata.", "BUĠIBBA - PROĠETT", "6146.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6032 li oriġinarjament saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi kif se jsir it-tibdil ta' traffiku għaż-zona ta' Buġibba u l-Qawra skond il-proġett ta' Buġibba?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Li turi l-iskema tat-traffiku għaż-żona ta' Buġibba w l-Qawra.", "Jiena nformat li l-iskema ġiet proposta mill-kunsill lokali w approvata b'xi tibdil mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "Din l-iskema se tkun monitored u jekk ikun hemm bżonn l-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku lest li jikkonsidra tibdil.", "PRODOTTI BIL-LEVIES", "6147.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6026 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra lista ta' prodotti li huma protetti bil-levies?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nirieferi lill-Onor.", "Interpellant għall-Avviż Legali Nru 192 ta` l-1995 li jemenda t-Tieni Skeda ta` l-Att dwar il- Promozzjoni ta` Prodotti Lokali (Kap. 336) illi juri lista ta` prodotti li huma protetti bil-levies.", "SELF-EMPLOYED - LAQGĦAT", "6148.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6033 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5805 li oriġinarjament ġiet indirizzata lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid fejn se jsiru l-laqgħat organizzati biex il-Ministru u l-Prim Ministru jiltaqgħu mas-self-employed u jitkellmu dwar il-Liġi ta' Dwana u Sisa?", "Tista' jekk jogħġbok tgħid x'se tkun l-ispiża ta' kiri ta' dawn il- postijiet?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.", "DJAR - IMGĦAX FUQ SELF MILL-LOHOMBUS", "6150.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Billi l- Ministru fil-Parlament qal li saru diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tad- Djar u l-Lohombus dwar ir-reviżjoni ta' l-imgħax li jħallsu l-benefiċċjarji fuq is-self mill-Lohombus, u qal ukoll li saru laqgħat dwar dan, jista' l- Ministru jgħid kemm fil-fatt saru laqgħat dwar dan is-suġġett, min ħa sehem miż-żewġ naħat f'dawn il-laqgħat u meta nżammu l-istess laqgħat?", "Meta hu mistenni li dawn il-laqgħat jiġu konklużi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Ministeru għad-Djar qiegħed ikollu taħdidiet mal-Lohombus biex jitjiebu l-kondizzjonijiet tar-rati ta' l-imgħax għall- familji bi dħul baxx.", "Saru diversi laqgħat dwar dan is-suġġett.", "Għan-naħa tal-Ministeru, fost oħrajn, kien hemm Dr. Stefan Buontempo, konsulent tal-Ministru, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti fil-Ministeru u għan-naħa tal-Lohombus kien hemm iċ-Chairman tal-Lohombus, is-Sur Dennis Degiorgio u s-Sur Philip Farrugia, Assistant General Manager Operations.", "Meta l-affarijiet jiġu konklużi dan jiġi magħruf, allavolja l-Onor.", "Interpellant u l-Gvern tiegħu preċedenti kellhom żmien biżżejjed biex itejbuhom, dan m'għamluhx u issa Alla jbierek jippretendu li kollox isir malajr meta partit li tela' fil-Gvern ikollu żmien disponibbli għalih il- leġislatura sħiħa u mhux l-ewwel sitt xhur biss fil-Gvern biex iwettaq dak li wiegħed, aktar u aktar meta l-poplu jaf bis-sitwazzjoni finanzjarja ħażina u d-djun li l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel ħalla warajh.", "PULIZIJA - \"DRUG SQUADS\"", "6151.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux \"drug squads\" lokali barra dik ċentrali fid- Depot tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm 'Drugs Squad' waħda li topera mill-Kwartieri Ġenerali.", "Pero' f'kull distrett qed jiġu organizzati 'patrols' kontra l-abbuż mid-droga.", "KUMITAT EWROPEW TAL-PREVENZJONI TAT-TORTURA - RAPPORT", "6152.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl tar- rapport tal-Kumitat Ewropew tal-Prevenzjoni tat-Tortura li żar il-postijiet ta' detenzjoni f'Malta f'Lulju, 1995 x'passi ħa l-Gvern Malti biex jimplementa r-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport?", "Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-razzjonijiet bil-miktub tal- Gvern Malti għal dan ir-rapport?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rapport finali tal-Gvern Malti b'risposta għar- rakkomandazzjoni tal-1995 tal-Kumitat Ewropew tal-Prevenzjoni mit-Tortura (Committee for the Prevention of Torture and Inhuman or Degrading Treatment or Punishment - CPT) tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "ĦABS ĊIVILI - MEMBRI TA' L-SRT", "6153.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu kontra żewġ membri ta' l-SRT fil-ħabs ta' Kordin, li meta suppost kienu fuq xogħol għassa ma' priġunieri, inqabdu barra mill-ħabs, taħt l-influwenza tax-xorb?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li qed jittieħdu passi ta' dixxiplina kontra ż-żewġ uffiċjali mdaħħla fil-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Fil-każ tal-pulizija involut dan diga' ġie trasferit mill-Ħabs, barra li se jittieħdu l-passi dixxiplinarji meħtiega.", "ĦABS ĊIVILI - CORRECTIONAL OFFICERS", "6154.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li tliet \"correctional officers\" ingħataw kumpens finanzjarju talli - kif għamlu tant gwardjani oħra - sabu xi droga fil- ħabs?", "Kemm kien dan il-kumpens?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-każ huwa relatat mas-sejba ta' erba' grammi ta' droga eroina fuq priġunier li kien għadu kemm jiddaħħal taħt arrest preventiv fil-ħabs.", "It-tfittxija kienet saret taħt ċirkostanza mhux tas- soltu billi fuq suspett serju min-naħa tad-dirigenti tal-Ħabs kienet saret iktar minn tfittxija waħda fuq il-persuna konċernata li kienet tirrikjedi persistenza qawwija mill-uffiċjali li baqgħu jinsistu sakemm id-droga nstabet.", "Id-dirigenti tal-Ħabs ħassew li l-każ kien jimmerita rikonoxximent speċjali lejn dawn l-uffiċjali, dan biex anke jkun eżempju għal ħaddieħor u tiġi nkoraġġita l-inizjattiva u d-dedikazzjoni.", "Wara li kkonsultaw ruħhom mas-Segretarju Permanenti nkarigat, ġie deċiż li l- uffiċjali li kienu mdaħħlin fil-każ jingħataw kumpens ta' Lm25 kull wieħed.", "Dan sar skond kif jipprovdi Regolament 88(1) tar-Regolamenti tal-1995 dwar il-Ħabs li jgħid li l-'istaff' tal-ħabs għandu jiġi l-ħin kollu nkoraġġit permezz ta' stil ta' tmexxija pożittiva biex jaspira għal effiċjenza akbar u attitudni dedikata għal xogħolu.", "ĦABS ĊIVILI - RAPPORTI", "6155.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma veri rapporti li xi uffiċjali fil-ħabs ta' Kordin ġew fl-idejn fil-Ħabs stess, anki fil-preżenza ta' priġunieri?", "X'passi se jittieħdu jekk dawn ir-rapporti huma veri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-każ qed jiġi nvestigat.", "P.A. - PA 0635", "6157.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-persuna minn Santa Venera li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jingħata l-permess tal-PAPB biex fil-fond Nru. 48, Ġuże Pace Street, Ħamrun, jagħmlu garages u fuq abitabbli (PA 0635)?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun aktar informat bil-proposta ta' l-applikant li skond applikazzjoni numru PA 635/97, hija sabiex jinbidel l-użu tal-bini eżistenti minn wieħed residenzjali għall- garaxx fil-pjan terran u \"stores\" fl-ewwel sular.", "Skond il-parir tal-Kumitat Konsultattiv għall-Wirt Nazzjonali (KKWN) din it-talba għandha tiġi rifjutata wara li l-istess kumitat ikkonsidra li din id-dar hija waħda minn serje twila ta' djar ta' l-istess stil matul it-triq kollha.", "Għaldaqstant, il-proposta tmur kontra il-\"policies\" u l-linji gwidi kif approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, għal kontroll ta' l-iżvilupp fil- qalba ta' l-irħula (village cores).", "DCC - APPLIKAZZJONIJIET", "6158.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li meta d-DCC tilqa' talba għal reconsideration ta' applikazzjoni fil-fatt il-permess li jkun ġie approvat ma jdumx ġimgħat sħaħ biex jintbagħat lill- applikant, li naturalment diġa' jkun ilu xhur jekk mhux snin jistenna għal xejn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li normalment id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għal Kontroll ta' l-Iżvilupp jiġu kkommunikati lill-applikant fi żmien ħmistax.", "Dan għaliex il-pjanti jkunu jridu jiġu mqabbla mal-permess mogħti u jiġu ffirmati miċ-Chairman tal-Kummissjoni.", "Meta bħal fil-każ ta' rikonsiderazzjoni il-pjanti jenħtieġu jiġu emendati dan iż-żmien jitwal għaliex jintalbu pjanti ġodda mingħand il-Perit.", "ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI TAX-XOGĦOL", "6159.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn min hi magħmula d-delegazzjoni Maltija li qed tieħu sehem fis-sessjoni ta' din is-sena ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Id-delegazzjoni Maltija li qed tieħu sehem fis- sessjoni ta' din is-sena ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, hi magħmula minn:-", "Delegati tal-Gvern", "L-Onor.", "Edwin S. Grech M.D. Ch.M., F.R.C.O.G. F.I.C.S. M.P. Ministru għal Ħarsien Soċjali.", "Is-sur Emanuel Cilia Debono Direttur tax-Xogħol.", "Is-sur Francis Galea Uffiċjal Prinċipali Anzjan fil-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali.", "Biex ikunu \"Advisors\" u Sostituti għad-Delegati tal-Gvern", "L-Eċċellenza tiegħu s-sur Michael Bartolo Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Ġnus Magħquda f'Ġeneva.", "Dr. Jacqueline Aquilina \"First Secretary\", Missjoni Permanenti ta' Malta għall-Ġnus Magħquda f'Ġeneva.", "Is-sur Anthony Bonniċi", "\"Third Secretary\", Missjoni Permanenti ta' Malta għall-Ġnus Magħquda f'Ġeneva.", "Biex ikun Delegat li jirrappreżenta lil min iħaddem", "Is-Sur Alfred Mallia Milanes", "Segretarju Internazzjonali, \"Malta Employers' Association\".", "Biex ikun Delegat sostitut għad-Delegat li jirrappreżenta li min iħaddem", "Is-Sur John Scicluna", "\"Administration Manager\", \"Malta Federation of Industry\".", "Biex ikunu \"advisors\" lid-Delegat li jirrappreżenta li min iħaddem", "Is-Sur John E Sullivan President, \"Malta Employers' Association\".", "Is-Sur Victor Scicluna Deputat President, \"Malta Employers' Association\".", "Biex ikun Delegat li jirrappreżenta lill- ħaddiema", "Is-Sur Tony Zarb", "Deputat Segretarju Ġenerali, \"General Workers' Union\".", "Biex ikunu \"Advisors\" u sostituti għad-Delegat li jirrappreżenta lill- ħaddiema", "Is-sur Jack Calamatta", "Segretarju Ġenerali, \"General Workers' Union\".", "Dr. George Abela LL.D", "\"Legal Advisor\", \"General Workers' Union\"", "Is-Sur Alfred Buhagiar", "President, \"Confederation of Malta Trade Unions\".", "Is-Sur Maurice Aguis", "Viċi-President, \"Confederation of Malta Trade Unions\".", "Is-Sinjorina Carmen Camilleri", "Segretarja Privata tal-Ministru għal Ħarsien Soċjali.", "MARSA - PROVVISTA TA' L-ILMA", "6160.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqatgħet il- provvista ta' l-ilma fil-Marsa matul ix-xhur ta' April u Mejju, 1997 u għaliex?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Matul ix-xhur ta' April u Mejju l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kompliet twettaq proġett ta' kontroll tat-telf ta' ilma fosthom fil-lokalitajiet Marsa/Ħamrun.", "Il-programm tax-xogħlijiet ġew imħabba b'servizzi bi ħlas u bi prominenza fil-ġurnali lokali u fuq stazzjonijiet tar-radju.", "Waqt dawn ix-xogħlijiet il-provvista kienet ġiet interrotta għal ħinijiet qosra skond kif jidher fl-iskeda li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6161.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema postijiet u lokalitajiet il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ wettqet ħidma biex tgħin lil min qed ifittex ix-xogħol skond kif tħabbar fil-media fil-bidu ta' April?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-korporazzjoni kompliet toffri s-servizz tagħha minn Hal Far, il-\"Job Centre\" kif ukoll minn għadd ta' uffiċini tal-Kunsilli Lokali madwar Malta.", "Barra minn dan, kif ġie mħabbar fil-\"media\" matul ix-xahar ta' April, il- korporazzjoni organizzat b'suċċess l-ewwel attivita' tagħha bl-isem ta' \"Xahar ta' Taħriġ u Impiegi\" imtella fil-Każin tal-Banda San Ġorġ ta' Bormla bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Kottonera.", "B'dan is-servizz kull persuna minn naħa ta' nofs inhar ta' Malta ingħatat l-opportunita' li tibbenifika minn dak kollu li toffri l-korporazzjoni.", "FEDERAZZJONI RUSSA - SCHOLARSHIPS", "6162.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal scholarships offruti mill- Federazzjoni Russa u għal liema suġġetti, skond sejħa li saret fil-Gazzetta tal-Gvern?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Persuna waħda applikat sabiex issegwi kors fil- Psikoloġija bħala borsista tal-Federazzjoni Russa.", "L-applikant, iżda, rtira l-applikazzjoni tiegħu huwa stess wara ma rnexxilux jikseb l- approvazzjoni tad-Direttur tiegħu.", "HAROLD SCOREY SCOLARSHIP", "6167.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta beda jingħata l- Harold Scorey Scholarship?", "Lil min ingħata?", "Kif intnefqu l-allowances li ngħataw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PIXKERIJA - IMWIEŻEN", "6168.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Issa li għaddew iżjed minn seba' (7) xhur mill-aħħar elezzjoni ġenerali, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm biex jiġu nstallati l-imwieżen addattati fil- Pixkerija; u meta hu ppjanat u maħsub li jiġu commissioned l-istess imwieżen?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-imwieżen li ser jiġu nstallati fil-Pixkerija se jkunu tat-tip mitlub mill-istess Koperattivi tas-Sajjieda jiġifieri dawk li jiddendlu mall-'Overhead Crane'.", "Għalhekk dawn jiġu installati u commissioned meta jiġi installat il-crane.", "MARSAXLOKK - SLIPWAY", "6169.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li l-bini ta' slipway ġdida għall-użu mis-sajjieda Xlukkajri issa saret neċessita', jista' l-Ministru jgħid jekk din is-slipway hijiex se tinbena u jekk fin-negattiv, jista' jagħti r-raġunijiet għaliex dan il- proġett ċkejken iżda tant essenzjali mhux se jinbena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4637.", "PIXKERIJA - TONN", "6170.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qabda tat-tonn li ddaħlet fil- Pixkerija f'Mejju ta' din is-sena kif ukoll kemm kienu l-istess ammonti (kgs.) fit-tlett snin preċedenti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba hi kif tidher hawn taħt:", "|Sena |Kwantita' | | |(Kgs) | |1997 |78,767 | |1996 |55,311 | |1995 |92,925 | |1994 |117,049 |", "SAJD - SAJD BIX-XIBKA", "6171.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux regolamenti kontra sajd ta' tonn bix- xibka fl-ibħra internazzjonali biswit il-gżejjer Maltin u jekk fl- affermattiv, x'passi qed jieħu l-Gvern biex irażżan dan it-tip ta' sajd irresponsabbli?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-sajd tat-tonn bix-xibka fl-ibħra internazzjonali jaqa' taħt ir-regolamenti tal-E.U., u tal-ICCAT li jillimitaw it-tul ta' dawn l-ixbieki sa 2.5 Km għas-sajd fir-reġjun tal-Mediterran.", "Apparti dawn ir-regolamenti m'hemm l-ebda rbit legali li jipprojbixxi l- użu ta' xbieki kbar fil-Mediterran.", "Peress li dan it-tip ta' sajd isir f'ibħra internazzjonali ma nistgħux nieħdu passi oħra biex nikkontrollawħ.", "Min naħa tiegħi iżda f'Diċembru 1996 ktibt lis-Segretarju Generali tal- General Fisheries Council of the Mediterranean (GFCM) li huwa organu ta' l-FAO, biex niġbed l-attenzjoni għal din is-sitwazzjoni u appellajt biex tittieħed azzjoni favur metodi aktar effettivi ta' Kontroll u Konservazzjoni.", "Ġejt assigurat li din is-sitwazzjoni ser tiġi diskussa fil-laqgħa Ġenerali tal-GFCM, li se ssir fit-Marokk f' Ottubru 1997.", "ENEMALTA - TRANSFERS LILL-ĦADDIEMA", "6172.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar fil-perijodu 1.11.96 sa 31.5.97, kemm-il transfer ingħata fil-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mill-1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Mejju, 1997 fil- Korporazzjoni Enemalta kien hemm dawn it-transfers:", "|Novembru 1996 |12 | |Diċembru 1996 | 3| |Jannar 1997 |19 | |Frar 1997 |10 | |Marzu 1997 |11 | |April 1997 | 9| |Mejju 1997 |30 | |Total |94 |", "It-trasferimenti saru għal dawn ir-raġunijiet:-", "9 marru f'Ministeri/Segretarjat Parlamentari;", "28 minħabba promozzjoni u biex jimtlew vakanzi;", "30 skond l-esiġenzi tal-Korporazzjoni;", "23 fuq talba ta' l-istess impjegat relatata ma' l-esiġenzi; tal- Korporazzjoni;", "3 ġew lura fil-Korporazzjoni minn sekondar f'Dipartiment tal-Gvern / korporazzjoni Parastatli;", "1 raġuni medika.", "ENEMALTA - ĊIRKOLARI NRU.", "21/97", "6173.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' Ċirkolari Nru. 21/97 u tal-file ENE/PET 220/18/83 (Enemalta), jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm kien in-numru ta' applikanti; 2) x'inhu l-job description ta' aviation crewman; 3) x'kienu l-kwalifiki akkademiċi minimi mitluba; 4) x'kienu l-kondizzjonijiet mediċi minimi mitluba (e.g. colour blindness, etc.); 5) is-suġġetti prinċipali (eż: tipi ta' fuels, eċċ) li fuqhom ġie bbażat l-interview; 6) min kienu l- membri tal-board u xi grad għandhom; 7) kemm u meta saru sittings ta' l- Interviewing Board; u 8) min kienu l-membri ta' l-Interviewing Board f'kull sitting?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: 1.", "In-numru ta' applikanti għall-post ta' Aviation Crewman kien ta' 52.", "2,3,4.", "L-informazzjoni mitluba tinsab fiċ-Ċirkolari Nru. 70/94 li tagħha tpoġġiet kopja fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "5.", "Is-suġġetti prinċipali, barra li jagħrfu t-tipi ta' fuel, kienu li jaħdmu problemi ħfief fil-matematika u mistoqsijiet dwar kif għandhom jiġu trattati każi ta' emerġenza.", "6.", "Is-Sur Alfred Mallia (Kap tat-Taqsima) u s-Sinjuri Carmel Desira u Godfrey Scicluna (pensojnanti) li t-tnejn għandhom esperjenza twila fuq materji relatati max-xogħol u responsabbiltajiet konċernati.", "7.", "Is-sittings saru fis-17, 18, 20 u 24 ta' Marzu 1997.", "Il-membri msemmija f'Nru (6) attendew għas-sittings kollha.", "KORPI PARASTATALI - ĦADDIEMA", "6174.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' impjegati mal-korpi parastatali jew fejn għandu ishma l-gvern, li mill-1987 'il hawn ġew trasferiti għal Dipartimenti tal-Gvern jew korpi parastatali oħra sena b'sena sa l-aħħar ta' April, 1997?", "Kemm minn dawn il-ħaddiema għadhom hekk trasferiti u x'inhi l-pożizzjoni tagħhom fis-sens jekk humiex kollha meqjusa bħala On Loan bil-ftehim li għandhom imorru lura meta tispiċċa r-raġuni li għaliha ġew trasferiti? 02/06/97", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kien hemm diversi trasferimenti fuq secondment ta' mpjegati ta' Korpi Parastatali jew ta' kumpaniji kkontrollati mill-Gvern għal dipartimenti tal-Gvern matul is-snin.", "Fl-aħħar t'April 1997 in-numru ta' mpjegati ssekondati mal-Gvern minn Korpi Parastatali jew minn kumpanniji kkontrollati mill-Gvern kien ta' 153 li 86 minnhom huma fis-Segretarjati Privati tal-Ministri jew tas- Segretarji Parlamentari.", "Kull impjegat trasferit fuq secondment jista' jintbagħat lura meta jispiċċa l-iskop li għalih kien ġie ssekondat.", "VALLETTA - POSTIJIET BATTALA", "6177.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6031 u t-tweġiba tagħha, jirriżulta li nies mhux impjegati mal-Gvern jew f'xi awtorita' oħra governattiva ngħataw l-inkarigu li jiġbru din l-informazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Safejn dan il-Ministeru huwa kkonċernat, it- tweġiba hi fin-negattiv.", "ARMATA - MEMBRI", "6178.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'opportunitajiet għandhom memnbri fl-Armata sabiex jitħarrġu f'xi sengħa partikolari?", "Liema snajja' huma?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemm total ta' 68 snajja' partikolari li huma kkonsidrati applikabbli għall-membri tal-Forzi Armati skond it-Tabella A li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Fl-aħħar sentejn twettqu korsijiet u/jew eżamijiet f'44 minnhom, kif jidher fit- tabella B. Taħriġ f'xi sengħa partikolari jsir kull meta tinħass il- ħtieġa u/jew fuq talba speċifika, dejjem jekk l-interess tas-servizz jippermetti.", "DJAR - H 07883", "6179.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni H 07883 li l-applikanta,isimha qed jintbagħat separatament, għandha tlett itfal u raġel bi problema tad- droga u litteralment għandha problema finanzjarja kbira u preżentement tgħix b'kera ta' Lm50 fis-xahar?", "Jista' l-Ministru jara li din tingħata attenzjoni mmedjata?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed ikun ikkonsidrat.", "PENSJONIJIET - KAŻ TA' ĠIUSEPPA FENECH", "6180.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jara jekk l-anzjana Giuseppa Fenech ta' 15, Triq Stivala, Mosta (ID No. 157520(M)) mart il-mejjet Pinu Fenech (li miet 13-il sena ilu) il-pensjoni tagħha li tammonta ċirca Lm135.36c fix-xahar hijiex waħda ġusta u jekk fil-fatt din għandhiex tgawdi minn awment?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-benefiċċjarja ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.", "MOSTA - ĦAJT MWAQQA' BIL-MALTEMP", "6181.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li ħajt li waqa' bil-maltemp u li issa joffri periklu għan-nies proprju fl-inħawi tal-Bizbizija u li dan diġa' ġie rrapportat minn ċertu Lorenza Schembri mill-Mosta, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat mill-ħaddiema tal-Gvern malajr biex jiġu evitati xi disgrazzji bla bżonn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KAROZZI - NUMBER PLATES", "6182.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jidhirlu l-Ministru li għandhom jitneħħew minnufih in-number plates tal-karozzi bl-arma ta' Ewropa, għallinqas dawk li qed joħorġu issa meta diġa' qegħdin redikoli dawk li diġa' laħqu ħarġu s'issa mill-gvern preċedenti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-arma li hemm fuq ix-xellug tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vetturi hija dik tal-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Il-Gvern għandu l-awtorizzazzjoni ta' l-istess kunsill sabiex din l-arma tintuża fuq il-pjanċi tal-karozzi Maltin.", "ANZJANA - SERVIZZ TA' HANDY MAN", "6183.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara li l-anzjani minn Ħal Balzan li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament jiġu mogħtija s-servizz għall-anzjani bħal dak ta' \"handy man service\", \"maintenance\" eċċ?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: S'issa d-Dipartiment għall-Anzjani ma kellu l- ebda talba mill-anzjani minn Hal Balzan li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament għas-servizzi tal-handyman.", "Pero' din il-familja intbagħatitilha formola biex tindikalna liema xogħol hemm bżonn li jsir u ġie spjegat lilha s-servizz li nistgħu nagħmlu.", "MOSTA - TRIQ RUZINJOL - DRENAĠĠ", "6184.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir d-drenaġġ fi Triq Ruzinjol, l-Mosta fejn diġa' jgħixu n-nies?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed jiġi ppreparat tender biex ngħaddu s-servizz tad-drenaġġ f'din it-triq.", "ŻEJTUN - IRZIEZET ILLEGALI", "6188.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim MInistru jagħti informazzjoni dwar x'passi ttieħdu dwar rziezet tal-majjali llegali fiż-Żejtun?", "Ittra mibgħuta lill-Prim Ministru u kkupjata lill- Membri Parlamentari kollha tat-Tielet Distrett Elettorali qed tintbagħat separatament.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministri koncernati.", "AERIAL LINES TA' ALUMINIUM", "6189.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal aerial lines ta' l-aluminium (i) f'Malta; u (b) f'Għawdex?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-ammonti eżatti ta' linji ta' aluminium f'Malta u Għawdex mhumiex magħrufa iżda huwa kkalkolat li għad fadal madwar 330,000 metru ta' linji ta' neutral.", "TARZNA TA' MALTA - ARRETRATI", "6190.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Malta Drydocks għandha tħallas arretrati ta' kontijiet tad-dawl lill-Korporazzjoni Enemalta?", "Għal-liema perijodu jirriferu dawn l-arretrati?", "Meta kien sar l-aħħar pagament?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhijiex proċedura kummerċjali tajba li l- Korporazzjoni Enemalta tagħti tagħrif fuq wieħed mill-klijenti tagħha.", "Dan la għamlitu fil-passat u lanqas għandha tagħmlu llum.", "Wieħed jista' jgħid, iżda, li kull meta l-Korporazzjoni Enemalta jkollha tagħti flus lill-Malta Drydocks dawn dejjem imorru kontra l-kontijiet pendenti.", "POWER STATIONS - DELIMARA/MARSA", "6191.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ħadmu l-Gas Turbines tal-Marsa Power Station u dak ta' Delimara kuljum matul ix-xahar ta' Mejju, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TA' KANDJA - TWAQQIGĦ TA' KAMRA", "6200.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5775, jaf il-Viċi Prim Ministru li anke fil-każ ta' struttura \"fi stat perikoluż\", l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tesiġi li tintalab l-awtorizzazzjoni tagħha minn perit li jagħmel talba formali akkumpanjata minn ritratti ta' l-istruttura perikoluża?", "Jista' jgħid għalfejn f'dan il-każ l-awtorita' ma żammitx ma' l-istess proċedura?", "Jista' jgħid meta sar xi rapport mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li fih ġie konstatat li din il-kamra ma kellhiex \"xi valur storiku ewlieni\"?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "MSU - BUSINESS ANALYST", "6201.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5773, jista' l-Prim Ministru jelenka l-\"opportunitajiet li għandhom\" l-impjegati tal-Management Efficiency Unit?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-impjegati mal-Management Efficiency Unit se jkunu mpjegati mal-Gvern a bażi ta' kuntratt definit.", "Bħala parti mill-integrazzjoni ta' dawn l-impjegati fis-Servizz Pubbliku, saret riklassifikazzjoni ta' l-istruttura tal-gradi f'din il-Unit sabiex dawk li jkun ħaqqhom ikunu jistgħu javvanzaw b'mod li jiġu rikonoxxuti kemm il-kwalifiki u l-abbilita' ta' l-impjegat kif ukoll il-fatt li dawn l- impjegati jaħdmu a bażi ta' kuntratt.", "PULIZIJA - RAIDS F'DISCOS", "6202.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru raids mill-Pulizija f'discos wara l-11.00 p.m. sabiex jiġi assigurat li ma jiddaħħlux żgħażagħ taħt is-16-il sena xahar b'xahar fl-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ma tinzammx statistika ta' spezzjonijiet ta' dan it-tip.", "Izda dawn isiru fuq bazi regolari, specjalment matul il-'weekend'.", "MSU - IMPJIEG GĦAL STUDENTI UNIVERSITARJI", "6203.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm studenti Universitarji se timpjega l-MSU fis-sajf li ġej?", "X'inhu l-perijodu ta' żmien li dawn l-istudenti se jaħdmu ma' l- MSU?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-MSU Ltd se jkollha assenjati magħha 18-il student bejn il-15 ta' Ġunju u l-15 ta' Lulju mill-course ta' l-Information Technology ta' l-Universita` biex jakkwistaw esperjenza ta' xogħol.", "Din l-esperjenza ser isservi lil dawn l-istudenti bħala credit neċessarju fil-course tagħhom.", "Ħamsa (5) minn dawn l-istudenti ser jinżammu mal-kumpannija għal xahrejn oħra biex jaħdmu direttament fuq proġetti.", "P.A. - ĦLASIJIET GĦAL DPF/ISC", "6204.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm rċeviet flus l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fi ħlasijiet għal DPF u ISC fuq applikazzjonijiet ġodda għal Mejju 1996 u Mejju 1997?", "02/06/97", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-flus li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċeviet fi ħlasijiet għal DPF u ISC għax-xhur Mejju 96 u Mejju 97 huma dawn:", "| |Mejju 1996 |Mejju 1997| |DPF |Lm112,979 |Lm 94,709| |ISC |Lm151,253 |Lm100,433 |", "VAT - FISCAL CASH REGISTERS", "6205.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm jeżistu f'pajjiżna fiscal cash registers għand persuni rreġistrati għall-VAT?", "Il-Gvern dispost li jħallas hu għall- ispejjeż involuti sabiex jiġi modifikat is-software li jamministra l-liġi l- ġdida tat-taxxa li se tissostitwixxi l-liġi tal-VAT?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-għadd ta' fiscal cash registers jammonta għal 14,904.", "L-ispejjeż marbuta mal-modifikazzjonijiet tas- software jridu jsiru mis-sidien iżda nista' ngħid li dawn l-ispejjeż flimkien m'oħrajn ittieħdu in konsiderazzjoni meta saru diskussjonijiet dwar kemm għandu jkun mogħti lura lill-Gvern fuq stocks.", "SLIEMA - MALTA UNION CLUB", "6213.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'kien ir-riżultat taż-żjara tal-Heritage Committee fil-Malta Union Club f'Tas-Sliema, liema żjara kienet tikkonċentra l-listing ta' l- istess post?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "ENEMALTA - ARLOĠĠ TAD-DAWL", "6216.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'inhi l-proċedura li tuża l- Korporazzjoni Enemalta meta ssir ħsara aċċidentali fil-ħġieġ ta' l-arloġġ tad-dawl?", "X'inhu l-ħlas miltub?", "X'inhu ż-żmien medju biex l-arloġġ jiġi mibdul?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett, huwa diffiċli ħafna biex wieħed jiddikjara jekk ħsara fuq meter ta' l-elettriku kenitx aċċidentali jew le.", "Żgur li ħadd ma huwa sejjer jiddikjara li għamel il-ħsara apposta għax dan jikkostitwixxi reat.", "Il-ħlas li jintalab ivarja skond ir-rating tal-meter.", "Għal Single Phase Meter il-ħlas huwa Lm22, filwaqt li l-ħlas għall-ħsara fuq l-akbar meter 3 Phase huwa Lm255.", "Meters f'postijiet domestiċi jew postijiet kummerċjali żgħar prattikament jinbidlu fi żmien ġimgħa minn meta jiġu rrapportati lill-Korporazzjoni Enemalta.", "Il-ħsarat fuq meters 3 phase jieħdu ftit aktar żmien biex jissewwew billi jkun irid jinstab il-ħin opportun biex isir ix-xogħol meħtieġ.", "Dan biex ikun ta' l-inqas inkonvenjent għall-azjenda.", "SPTARIJIET - INCINERATION TAL-WASTE", "6217.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru issa jirrispondi l- ewwel parti tad-domanda numru 6030?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-inċinerazzjoni ta' skart kliniku fl-isptarijiet msemmija ssir kif ġej:-", "Sptar Boffa - fl-isptar stess Sptar Ġenerali ta' Għawdex - fl-isptar stess SVPR, Zammit Clapp, Mount Carmel - fl-isptar San Luqa", "GĦAQDIET SPORTIVI", "6218.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5837?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5837 f'Seduta Nru. 76.", "EDUKAZZJONI - ĊIRKOLARI SILC 33/97", "6219.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għaċ-Ċirkolari SILC 33/97 li ħarġet mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk hux d-Diviżjoni tas-Saħħa jew xi aġenzija privata jew xi individwi privati li qed jagħmlu din ir-riċerka?", "Se ssir xi analisi ta' dawn iċ-childhood diseases?", "Hemm xi provision fil-ftehim li din ir-riċerka tkun ippubbikata?", "Se jsir xi studju komparattiv tar-riżultat tar-riċerka?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni li qed tinġabar bi tweġiba għall- Letter Circular SILC 33/97 kienet mitluba minn Konsulent fl-Isptar San Luqa tad-Diviżjoni tas-Saħħa biex tgħinnu fir-riċerka dwar il-kawża tad-Dijabete fit-tfal.", "L-informazzjoni li qed tinġabar tikkonsisti biss f'numru mingħajr ebda referenza għal xi mard partikolari.", "Ir-relazzjoni bejn dawn iċ-ċifri għax- xhur diversi tas-sena u l-kawża tad-dijabete fit-tfal trid tiġi studjata mill-Konsulent li talab din l-informazzjoni.", "Ma sar ebda ftehim għall-pubblikazzjoni tar-riżultat tar-riċerka jew rigward xi studju komparittiv.", "EDUKAZZJONI - \"SUPPORT LINE 179\"", "6220.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-inizjattiva \"Support Line 179\" dwar servizz ta' pariri matul il-ġimgħa ta' l-eżamijiet tal-Junior Lyceum biex tingħeleb il-prezzjoni li jġibu dawn l-istess eżamijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm (a) studenti; u (b) ġenituri użaw dan is-servizz sas-16 ta' Mejju?", "Kemm minnhom huma Maltin u kemm minn Għawdex separatament?", "Jista' jgħid min kienu n-nies li kienu qed iwieġbu l- mistoqsijiet tal-ġenituri u ta' l-istudenti dwar il-problemi diskussi?", "Kif intgħażlu dawn in-nies u fuq liema kriterju?", "Kemm tħallsu kull wieħed u waħda minn dawn il-persuni?", "Jaħseb il-Ministru li dan is-servizz seta' kkrea xi disgwid meta l-ġenituri u l-istudenti jċemplu lil xi ħadd li ma jafhomx u allura ma jistax japprezza l-individwalita' tagħhom?", "Jaħseb il- Ministru li l-għalliema fl-iskejel xorta kienu għad-dispożizzjoni ta' l- istudenti u l-ġenituri jekk tinqala' xi diffikulta' dwar l-eżamijiet u allura seta' kien hemm spjegazzjonijiet differenti mill-għalliema u mill- esperti tas-Support Line?", "Jaħseb il-Mnistru li billi ttambar dejjem iżjed fuq il-pressjoni żejda fl-eżamijiet seta' l-Ministru stess kabbar din il- pressjoni billi aktar ma titkellem fuqha aktar tiżdied il-pressjoni fuq l- individwu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "6221.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li l-Fiżika m'għadhiex bħala suġġett obbligatorju għad-dħul fil-Junior College, jista' l-Ministru jikkonsidra jekk għandhiex tibqa' bħala suġġett obbligatorju fil-Junior College?", "Qed isir xi diskussjoni fil-Kumitat tar-Reviżjoni tal-Kurrikulu dwar il-futur tal-Fiżika fil-kurrikulu ta' l-Iskejjel Sekondarji?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DELEGAZZJONIJIET", "6225.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' delegazzjonijiet li marru barra mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi bejn l-1995 - 1996?", "Jista' l- Ministru jagħti dettalji dwar in-natura taż-żjajjar barra?", "Jista' l- Ministru jagħti n-nefqa ta' kull żjara?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba fejn għandu x'jaqsam il- Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar id-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt dan il-ministeru tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - DJUN TA' RADIO STATIONS", "6226.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' djun ta' radio stations li għandhom mal-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhix il-proċedura tal-Korporazzjoni Enemalta li tikxef l-ammonti dovuti minn klijenti speċifiċi għax it-tagħrif huwa ta' natura kummerċjali.", "Dan it-tagħrif qatt ma ngħata fl-imgħoddi u ma nħossx li għandi nikser din il-proċedura.", "Xorta waħda irid jingħad li l-qagħda m'hix waħda xejn sodisfaċenti.", "SAN VINĊENZ DE PAULE - RESIDENTI", "6227.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- Bord ta' Dħul li rrifera għalih fir-risposta għad-domanda parlamentari 5146 dwar id-dħul ta' residenti f'San Vinċenz de Paule ġiex kostitwit?", "Min huma l-membri ta' dan il-Bord?", "Iltaqa' xi darba s'issa dan il-bord u kemm u kif se jibda jiltaqa' biex jiddeċiedi dwar każi urġenti jew le?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Se jsiru diskussjonijiet mal-partijiet konċernati fi żmien qasir biex jiġi kostitwit Bord ta' Dħul fir-Residenza ta' San Vinċenz.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "6228.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Billi fir-risposta għad-domanda parlamentari numru 5146, rigward id-dħul ta' anzjani fid-djar għall-anzjani jingħad illi \"isir assessment minn \"social worker\" u tabib ta' esperjenza fejn kull każ jingħata skala skond il-bżonn\", jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk: (a) fil-fatt jeżistix Bord tad-Dħul għal dawn l-anzjani u jekk fl-affermattiv minn min hu kompost; (b) jekk le, min jieħu d- deċiżjoni dwar prijorita' għad-dħul wara assessment li jkun sar mis-\"social worker\" u mit-tabib?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jeżisti Bord ta' Dħul għad-Djar tal-Anzjani u hu kompost minn dawn in-nies.", "Diġa' saru diversi laqgħat biex l-affarijiet jitmexxew b'mod iffiċjenti.", "(a) Mr. Maurice Cassar - Head of Homes (b) Ms. Alice Azzopardi - Co-Ordinator (c) Mr. Victor Scerri - Senior Social Worker (d) Mr. Antoine Pullicino - Social Worker (e) Ms. Carmen Cutajar - Social Worker (f) Dr. Joseph Dimech - Geriatrician", "L-applikazzjoni biex anzjani jidħlu f'home tgħaddi għand Ms. Azzopardi u din tgħaddiha għand is-Senior Social Worker li jassenja lil Social Workers oħrajn skond il-post minn fejn toriġina l-applikazzjoni.", "Assessment minn Social Worker isir id-dar u wara l-anzjan jiġi mistieden jara lil Dr. Joseph Dimech fl-isptar SVPR biex ikollu assessment mediku.", "Fuq bażi ta' din l-informazzjoni il-ko-ordinatur jassenja grading ta' prijorita biex l-anzjan jidħol fil-home jekk jirriżulta li hemm bżonn.", "Dan il-grading jingħata importanza ewlenija fl-għażla ta min jidħol meta jkun hemm vakanza.", "GĦAWDEX - CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "6229.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Casual Social Assistants f'Għawdex li kienu qed jaħdmu u kemm kien hemm miktubin u m'humiex jaħdmu fil-31 ta' Ottubru, 1996?", "X'inhu n-numru ta' Casual Social Assistants li qegħdin jaħdmu fil-31 ta' Mejju, 1997 u kemm hemm miktubin biex jagħtu s- servizz iżda għadhom m'humiex jaħdmu?", "Kemm minn dawn li qegħdin jistennew inkitbu mill-1 ta' Novembru, 1996 s'issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni ghadha qed tingabar u twegiba tinghata f'seduta ohra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PERSUNA GENERAL HAND", "6230.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5366 tas-6.5.97 u t-tweġiba tat- 12.5.97 li l-każ u każijiet simili qed jiġu kkonsidrati mill-Managament and Personnel Office, u li kien ittamat li tkun tista' tittieħed deċiżjoni dalwaqt, jista' l-Prim Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet?", "Billi d- deċiżjoni ilha mas-sentejn mistennija u dan jolqot ir-rata tal-pensjoni ta' dak li jkun (il-każ attwali li qajjimt jien jikkonċerna raġel li issa għalaq 59 sena) jista' jassigura li d-deċiżjoni tkun retroattiva (f'liema każ, naturalment, il-benefiċċjarju jkollu jħallas id-differenza tal- kontribuzzjoni ta' l-NI)?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ġie approvat li l-bonus u l-paga dovuti lil dawn l- impjegati għandhom jiġu integrati b'effett mill-4 ta' Ġunju, 1994 meta l- GWU kienet ressqet il-claim.", "LIBJA - ĦLAS DOVUT", "6231.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6084 rigward ħlasijiet li saru mil- Libja lil diversi kumpanniji Maltin, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta ħaditx dak li ilu dovut għal diversi snin?", "Filwaqt li nifhem li għal raġunijiet ta' natura kummerċjali ma tistax tingħata l-figura, jista' l- Ministru jgħid jekk tħallasx id-dejn kollu u jekk le, x'inhu l-persentaġġ ta' ħlas?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jiena nformat li l-informażżjoni mitluba hija waħda ta' natura kummerċjali u ma jkunx għaqli li f' dan l-istadju tingħata iktar informazzjoni.", "GŻIRA - PROVVISTA TA' ILMA", "6232.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li b'riferenza għar-risposta tal-bieraħ għall- mistoqsija parlamentari numru 6081, jien personalment ikkonfermajt mar- residenti li joqogħdu fis-sular \"c\" fuq tal-Blk E, Marshall Courts, Gżira li mhux veru kif intqal fir-risposta li xi ħadd mill-Water Services Corporation staqsa jew għamel xi spezzjoni fil-flats msemmija u peress li kkonfermajt li pressa llum stess kienet ineżistenti, jista' għalhekk il- Ministru jinsisti mal-Water Services Corporation biex dak kollu li għandu jsir isir kemm jista' jkun malajr biex din is-sitwazzjoni tirranġa ruħha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet spezzjoni oħra fil-5 ta' Ġunju fi Block E f'Marshall Court il-Gżira u r- residenti ikkonfermaw li sular \"C\" ma jeżistix.", "Madankollu, ittieħdu testijiet tal-pressa ta' l-ilma u rriżulta li :-", "l-ewwel sular, Flat 75 - Mrs D'Agostino pressa ta' 1.9 Bar it-tieni sular, Flat 81 - Mrs Mizzi pressa ta' 1.2 Bar it-tielet sular, Flat 84 - Mrs Camilleri pressa ta' 1.0 Bar ir-raba sular, Flat 88 - Mrs Mizzi pressa ta' 0.4 Bar", "Ġie vverifikat ukoll li l-provvista kienet qed tasal sat-tankijiet fuq il- bjut.", "Din l-ispezzjoni saret bejn l-11.00 a.m. u 12.00 p.m..", "Għaldaqstant ġie konkluż li pressa mill-mejn tat-triq sal-meters fl- appartamenti hija sodisfaċenti.", "Ġie innotat ukoll li s-sistema interna tal- \"plumbing\" hija antika u hemm indikazzjoni ta' sadd.", "SKEJJEL - TFAL TA' EMIGRANTI MALTIN", "6238.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif ta' x'jiġri meta familja Maltija li kienet emigrata tiġi lura Malta u jkollha tfal ta' l- eta' bejn 11 u 16-il sena (skola sekondarja)?", "Dawn joqogħdu għall-eżami proprju jew hemm xi eżami ieħor sabiex jidħlu fil-Junior Lyceum?", "Jista' l- Ministru jara li dawn jiddaħlu mill-ewwel il-Junior Lyceum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - EŻAMINAZZJONI FIŻIKA", "6240.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindaga għalfejn il- formola ta' kunsens għal eżaminazzjoni fiżika fuq it-tfal ta' l-iskejjel maħruġa fl-20 ta' Mejju kienet hybrid, nofsha bl-Ingliż u nofsha bil-Malti, peress li tingħata impressjoni kerha ħafna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SOĊJETAJIET/GĦAQDIET KARITATEVOLI", "6243.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-prospett tat-taxxa għal din is-sena stima 1997 bażi 1996 m'hemmx indikat spazju għal tnaqqis ta' ammonti għar-rigward ta' donazzjonijiet lil soċjetajiet/għaqdiet karitatevoli eċċ?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif tħabbar mill-Gvern Nazzjonalista fil-Budget 1995/1996, it-tnaqqis personali mit-taxxa fuq l-Income (inkluż id- donazzjonijiet lill-għaqdiet karitatevoli) ma baqgħux jingħataw għaliex dan it-tnaqqis ġie nkorporat fl-ammont mhux taxxabbli ta' Lm4000 għall- miżżewġin u Lm3000 għall-persuni waħedhom.", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL GARAXXIJIET", "6244.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex il-\"policy\" tal-Gvern illi jinħarġu permessi għal garaxxijiet biex jiġu \"sprayed\" karozzi ġewwa l-abitat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza din il- mistoqsija lill-Ministru nkarigat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li hija l- entita' responsabbli minn 'policies' li jikkoncernaw l-uzi u l-izvilupp ta' l-art.", "Il-Pulizija ma jipproċedux bl-ipproċessar ta' permessi qabel ma jkun hemm l-approvazzjoni ta' l-awtorita'.", "WSC - SERVIZZI TA' ILMA", "6245.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament se tingħata s-servizz ta' l- ilma peress li ilu li applika mit-18 ta' Diċembru u t-triq kollha għandha l- ilma u huwa qiegħed l-aktar wieħed viċin il-main li hemm f'Carmel Street?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan il-każ huwa dwar proprjeta' li m'hemmx main ta' l-ilma permanenti fit-triq fejn mibnija.", "Għalkemm jeżistu konsumaturi oħra fl-istess triq li għandhom provvista ta' l-ilma, dan għaliex fil- passat, ingħatalhom permess biex jgħaddu kanen temporanji.", "Illum, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għarfet il-problemi li jinqalgħu dwar kanen temporanji u għalhekk m'għadux jingħata permess għat-temporanju.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tinkludi din it-triq fil- programm ta' estensjonijiet ta' mains ġodda permanenti għal din is-sena u l- konsumatur imsemmi imbagħad jista' jingħata l-provvista ta' l-ilma b'servizz regolari.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA FUQ KAŻI TA' DROGA", "6246.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies ta' ċittadinanza barranija l-Qorti fuq każi konnessi mad-drogi mill-ewwel tas-sena sal-lum?", "Kemm kien in-numru ta' barranin imressqa fuq akkużi oħra fl-istess żmien?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA U KURA TA' L-ANZJANI - TRASFERIMENTI", "6247.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' trasferimenti ta' \"staff\" fid-Dipartiment tas-Saħħa u Kura ta' l- Anzjani fl-ewwel sena ta' l-Amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' trasferimenti ta' staff fid- Dipartiment tas-Saħħa u Kura tal-Anzjani fl-ewwel sena ta' l- amministrazzjoni preċedenti kien 540.", "TA' XBIEX - BINI TA' TRIQ SA REGIONAL ROAD", "6248.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni biex issir it-triq ippjanata mill-Amministrazzjoni preċedenti li tagħti minn ħdejn il-ġnien ta' Ta' Xbiex sa Regional Rd?", "Jekk iva, meta hemm ħsieb li din it-triq tinbena?", "X'se jsir min-nies li d-dar tagħhom se titwaqqa'?", "Kemm se ddum wiesgħa din it-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MSIDA - SLUM CLEARANCE", "6249.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni kif id-dipartiment tiegħu beħsiebu jimxi fir- rigward ta' \"slum clearance\" fl-Imsida?", "Kif se jsir il-\"placing\" ta' nies fil-bini eżistenti ħdejn l-Għajn tal-Ħassellin?", "Fejn eżattament huma d- djar li se jitwaqqgħu meta l-proġett kollu jitlesta?", "Kemm huma l-units li se jinbnew meta l-proġett jitlesta?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u l- Awtorita' tad-Djar diġa' għandhom proposti dwar fejn ir-residenti f'kull bini affettwat inkluż dak ta' l-Imsida, għandhom jiġu rallokati.", "Il-units li jridu jitlestew fil-proġett ta' l-Imsida huma:", "L-ewwel fazi (Ghajn Tal-Hasselin) - 9 units It-tieni fazi (11-28, Valley Rd) - 28 units It-tielet fazi (Hdejn il-Knisja tal- Kuncizzjoni) - 37 units", "Id-disa' units ta' l-ewwel fażi għandhom jinbdew f'Lulju li ġej wara li tingħata l-offerta li ħarġet f'dawn il-ġranet u għandhom jitlestew kmieni s- sena d-dieħla.", "Il-units l-oħra qegħdin jistennew il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU", "W670.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor.", "Vici Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l-ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba minn l-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata lilu f'xi seduta oħra.", "DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU", "W675.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor.", "Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l-ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-lista kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU", "W677.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor.Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l- ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA:", "|Aġenzija |Ammont | |Air Malta Company | | |Limited |Lm1,207.35|", "DELEGAZZJONIJIET - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU", "W679.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu 1997 u għad-dikasteru li għalih l-Onor.", "Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar li mingħandhom inxtraw biljetti ta' l- ajru għas-safar ta' delegazzjonijiet barra minn Malta u jindika kemm intnefaq ma' kull aġenzija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni li qed jitlob l- Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt.", "Deherli li huwa xieraq li nagħti l-informazzjoni wkoll għal infiq fuq xiri ta' biljetti ta' l-ajru għall-istess perijodu tas-sena ta' qabel u nagħti kummenti fejn meħtieġ.", "|ENTITA'|Aġenziji|Ammo|Aġenzij|Ammo| | | |nt |i |nt | | |1/11/95-| |1/11/96| | | |31/3/96 | |- | | | | | |31/3/97| | | | |Lm | |Lm | | | | | | | |Ministr|Air | |ATV | | |y for |Malta |364.|Travel*|1275| |Transpo| |00 |Ltd. |.00 | |rt and | | | | | |Ports | | | | | | | | | | | |Posta |Tourist | |Globala| | |Ltd. |Resort |211.|ir |1255| | |Ltd. |50 |Travel |.25 | | | | |Ltd. | | | |Howards | | | | | |Ltd. |1862| | | | | |.80 | | | | |Globalai| | | | | |r Travel|1361| | | | |Ltd. |.80 | | | | | | | | | |Public |NIL |NIL |AirMalt| | |Transpo| | |a |299.| |rt | | | |40 | |Authori| | | | | |ty | | | | | | | | | | | |Civil |ATV | |ATV | | |Aviatio|Travel* |5685|Travel*|2530| |n |Ltd. |.00 |Ltd. |.00 | |Departm| | | | | |ent | | | | |", "| |Aġenziji|Ammo|Aġenzij|Ammo| | |1/11/95-|nt |i |nt | | |31/3/95 | |1/11/96| | | | | |-31/3/9| | | | | |7 | | | | |Lm | |Lm | | | | | | | |Malta |Howards |1897|Howards|1156| |Maritim|Travel |8.00|Travel |6.00| |e | | | | | |Authori| | | | | |ty | | | | | | | | | | | |Malta |Lufthans| |Airmalt| | |Interna|a |77.0|a |68.0| |tional | |0 | |0 | |Airport| | | | | | |Swissair| |Lufthan| | | | |370.|sa |237.| | | |50 | |90 | | |World | |World | | | |Aviation|375.|Aviatio|247.| | |Systems |10 |n |98 | | |Ltd. | |Systems| | | | | |Ltd. | | | |ATV | | | | | |Travel |153.| | | | |Ltd. |50 | | | | |Eurotour| | | | | |s Travel|3457| | | | |& |.98 | | | | |Insuranc| | | | | |e | | | | | | | | | | |Gozo |Airtours| |NIL |NIL | |Channel|Agency |3561| | | |Co. |Ltd. |.00 | | | |Ltd. | | | | | | | | | | | | | | | | | |TOTAL | |36,4| |17,4| | | |58.1| |79.5| | | |8 | |3 |", "* Din l-aġenzija ntgħażlet wara sejħa għal offerti skond il-proċeduri tal- Gvern.", "VALLETTA - TIŻJIN TAL-MILIED", "W683 L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Wara li fis-snin li għaddew il-Gvern l-ewwel permezz tal- Ministeru responsabbli għall-Kultura u wara permezz tal-Valletta Rehabilitation Committee kien jerfa' flimkien ma' l-Assoċjazzjoni tal- Ħwienet ta' Triq ir-Repubblika, l-ispiża għat-tiżjin tal-Milied ta' Triq ir- Repubblika, jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumitat il-ġdid nominat minn dan il-Gvern iddeċieda li għall-Milied li ġej mhux se joħriġ flus għat- tiżjin tat-triq prinċipali tal-belt kapitali ta' pajjiżna?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk hu jaqbilx ma' din id-deċiżjoni, jekk hux lest li jbiddilha u jekk hux lest li jiggarantixxi li jinstabu flus biex il-Gvern joħroġ is-sehem tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ikkontribwixxa flus il-Gvern sena sena mill-1987 sa l-1996?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta ddeċida fl-ewwel laqgħa tiegħu li ma jibqax joħroġ flus għat-tiżjin ta' Triq ir-Repubblika fi żmien il-Milied.", "Ir-raġuni hi l- Kumitat il-ġdid iħoss li ma għandux jagħmel distinzjoni bejn din it-triq u toroq oħra fl-istess Belt Valletta u fil-Floriana li wkoll jżejnu għall- okkażżjoni.", "Barra minn hekk, il-Kumitat għandu r-riservi tiegħu kemm dan it-tiżjin jaqa' fl-ambitu' ta' Riabilitazzjoni.", "Ninsab informat ukoll li l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta fil-passat għamel dawn il-kontribuzzjonijiet:", "1993 - Lm 2,000 1994 - Lm 3,000 1995 - Lm 2,525 1996 - Lm14,000", "BLATA L-BAJDA - LUNA PARK", "W684.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni lid- Dipartiment ta' l-Artijiet għal-luna park li ntrema l-Blata l-Bajda, minn min saret, meta ġiet approvata, għal kemm żmien u kemm qiegħda titħallas kera?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kienx hemm applikazzjonijiet oħra għall-istess art u meta saru?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nikkonferma li fis-17 ta' Frar, 1997 id- Dipartiment tal-Artijiet, ħareġ permess lil J. Attard u J. Brincat biex joperaw Luna Park f'Blata l-Bajda għal perijodu 1 ta' Ġunju, 1997 sat-30 ta' Ġunju 1997.", "Fil-11 ta' Frar , 1997 id-Dipartiment ta' l-Artijiet irċieva applikazzjoni oħra mingħand G. Theuma bażikament għal istess perijodu tal-permess l-ieħor.", "Kif ilu jsir għal dan l-aħħar snin id- dipartiment mexa bil-policy ta' \"first come first served\".", "Il-miżata hi l- istess bħas-snin ta' qabel.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W686.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba minn l-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata lilu f'xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W691.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; lista ta' l- istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġw użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W695.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji (barra dik tal- Gvern) li ġw użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l- istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija numru W695 tingħata hekk kif tinġabar.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "W700.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad-dikasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba minn l-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata lilu f' xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "W704.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni qegħda murija hawn taħt:-", "|Kumpanija |Ammont | |Auto Car Rental |LM | | |5,223 | |Sterling Car |LM 59,149| |Rentals (Cars u | | |Pick-Up's) | | |Swift Rent-A-Car |LM | | |3,609 | |Pyramid Enterprised|LM | | |5,663 | |Buvell Car Rentals |LM | | |738 | |Pineapple Car Hire |LM | | |674 | |Aquarius Rent-A-Car|LM | | |2,595 |", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "W707.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawn huma l-aġenziji li min għandhom il-Ministeru tal-Biedja u Sajd kera l-karozzi matul il-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal- 31 ta' Marzu, 1997.", "Maġemb l-isem ta' kull kumpannija jidher l-ammont ta' flus imħallsa lill-istess aġenzija għas-servizzi li pprovdiet.", "|Aġenziji |Indirizz |Pagament| |tal-Kiri | |Totali | |ta' Karozzi | |Lm | |Ace Car Hire |Tony, |276.000 | |Ltd. |Windmill | | | |Str, | | | |B'Kara | | |Buskett Forest|Buskett |400.200 | |Car Hire |l/o Rabat| | |Henry's Garage|Misraħ |670.730 | | |Żjara | | | |tal-Papa,| | | |Mellieħa | | |K.W.L. |Triq |1699.500| |Rent-a-Car |l-Alka, | | | |Buġibba | | |Mirage Car |Triq |698.500 | |Rentals |it-Turist| | | |i, | | | |Buġibba | | |Butterfly |498, High|4668.770| |Garage Co. Ltd|Str, Sta.| | | |Venera | |", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "W709.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant hija kif tidher hawn taħt.", "Deherli li huwa xieraq li nagħti l-informazzjoni wkoll għal infiq fuq kiri ta' karozzi għall-istess perjodu tas-sena ta' qabel u nagħti kummenti fejn meħtieġ.", "| | | | | | | |Aġenziji1|Ammon|Aġenz|Ammo| | |/11/95-31|t |iji |nt | | |/3/96 | |1/11/| | | | | |96-31| | | | | |/3/97| | | | |Lm | |Lm | | | | | | | |Minist|Meli Car | |ALFRE| | |ry for|Rentals |699.0|D's |492.| |Transp| |0 |Car |00# | |ort | | |Hire | | |and | | | | | |Ports | | | | | | |Alpine |2257.| | | | |Rent a |00 | | | | |Car | | | | | |Mifsud | | | | | |Garage |412.0| | | | |Ltd. |0 | | | | |Merlin | | | | | |Car Hire |65.00| | | | |Wembley | | | | | |Motors |287.0| | | | | |0 | | |", "| | | | | | | |Aġenziji |Ammon|Aġenz|Ammo| | |1/11/95-3|t |iji |nt | | |1/3/96 | |1/11/| | | | | |96-31| | | | | |/3/97| | | | |Lm | |Lm | | | | | | | |Licens|ACE Car |1485.|ACE |1476| |ing |Hire |78 |Car |.04 | |and | | |Hire | | |Testin| | | | | |g | | | | | |Depart| | | | | |ment | | | | | | | | | | | |Public|Europcar | |NIL |NIL | |Transp| |885.5| | | |ort | |0 | | | |Author| | | | | |ity | | | | | | | | | | | |Civil |John's | |Meli | | |Aviati|Garage |854.1|Car |36.0| |on | |0 |Renta|0 | |Depart| | |ls | | |ment | | | | | | | | | | | |Malta |Merlin | |Merli|1760| |Mariti|Car Hire |918.0|n Car|.00 | |me | |0 |Hire | | |Author| | | | | |ity | | | | | | | | | | | |Malta |Sterling |4632.|Sterl| | |Intern|Car |26 |ing |629.| |ationa|Rentals | |Car |24 | |l | | |Renta| | |Airpor| | |ls | | |t | | | | | | | | |Merli| | | | | |n |600.| | | | |Inter|00 | | | | |natio| | | | | |nal | | | | | |Ltd. | | | | | |Mexic|1865| | | | |o |.00 | | | | |Garag| | | | | |e | | | | | |Rent | | | | | |a Car| | | | | |Ltd. | | | | | |John'| | | | | |s |205.| | | | |Garag|71 | | | | |e | | | | | |Alpin| | | | | |e |143.| | | | |Rent |85 | | | | |a Car| | | | | | | | |Gozo |Billy | |John'| | |Channe|Operators|12.50|s |6.90| |l Co. |Ltd. | |Garag| | |Ltd. | | |e | | | |John's | |Melli| | | |Garage |67.45|eħa |108.| | | | |Garag|00 | | | | |e | | | |Mellieħa | |Wembl|1056| | |Garage |32.00|ey |.77*| | | | |Garag| | | | | |e | | | | | | | | |TOTAL | |12,60| |8,37| | | |7.59 | |9.51|", "# Dan il-kiri ngħata wara sejħa għal-kwotazzjonijiet.", "* Dan l-ammont ntefaq prinċipalment għax l-Ex Chairman tal-Gozo Channel qabad u kera Mercedes Benz bir-rata ta' Lm20 kuljum għall-perjodu ta' 38 ġurnata.", "WSC- APPLIKAZZJONI NRU.", "028512", "W713.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi meħtieġa biex l- applikazzjoni li qed tintbagħat separatament imħallsa fis-26/2/97 tkun maħduma kif qed titlob l-applikanta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tieħu ħsieb li dan ix-xogħol jitwettaq immedjatament."]} {"filename": "19980527_221d_par.doc", "date": "1998-05-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 221 L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 221", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.14 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "221", "L-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 1998", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 4", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (KUMITAT)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 5", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (KUMITAT)", "LOCAL LOAN BILL (COMMITTEE STAGE) 7", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI(IT-TIENI QARI)", "COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL (SECOND READING) 7", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA (KUMITAT)", "MALTA TOURISM SERVICES BILL (COMMITTEE STAGE) 25", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "(EMENDA NRU 2)(VOTAZZJONIJIET)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT N.2) BILL (DIVISIONS) 34", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (VOTAZZJONI) 36", "LOCAL LOAN BILL (DIVISION) 36", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI (VOTAZZJONI) 37", "COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL (DIVISION) 37", "AĠĠORNAMENT 38", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 45", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 220 li saret fis-26 ta' Mejju, 1998, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "11026.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti din l- informazzjoni għall-perijodu 1989 - 1996: lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media f'Malta; lista ta' l-istamperiji li ġew użati (minbarra dik tal-Gvern); indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KUNSILLI LOKALI - SPEJJEŻ", "12674.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż imħallsa mit-twaqqif tal-kunsilli lokali għal kull kunsill lokali għal dawn is-servizzi: (i) telefon; (ii) ilma u dawl; u (iii) assigurazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid ma' liema kumpannija/aġenti ta' assigurazzjoni huwa assigurat kull kunsill lokali?", "Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is- sejħa għall-offerti u kemm-il offerta ġiet mitfugħa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Infakkar lill-Ministru li fir-riżoluzzjoni dwar fondi speċjali lill-kunsilli lokali li għaddiet minn dan il-Parlament, kien hemm ivvotati Lm45,000 biex jiġi introdott il-proġett pilota tal-local wardens fil-lokalitajiet tal-Belt, Tas-Sliema u San Pawl il-Baħar.", "Peress li ma smajna xejn fuq dan il-proġett mindu għaddiet dik ir-riżoluzzjoni, jista' l- Ministru jgħidilna fiex waslu l-preparazzjonijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, fil-fatt diġa' saru xi taħdidiet dwar dan il-proġett pilota tal-local wardens li se jsiru f'Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar u f'post ieħor.", "Aħna qegħdin nagħmlu taħdidiet mal-kunsilli lokali konċernati dwar is-set-up ta' dan il-proġett, għax qabel ma tagħmel il-local wardens ikun jenħtieġ isiru affarijiet oħra.", "Qegħdin naraw, per eżempju, kif se tingħata liċenzja biex ikun jista' jsir tagħlim għal dawn il-local wardens biex imbagħad wara li jsir dan il-proċess kollu, jew huma jew inkella xi aġenziji jkunu jistgħu jaħdmu mal-kunsilli lokali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna f'liema stadju waslu r- rapporti tal-Kunsill ta' l-Ippjanar dwar is-south ta' Malta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, waħda mill-miżuri li ħa l-Gvern Laburista f'dawn l-aħħar 18-il xahar kienet li fuq inizjattiva tal-Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, twaqqaf Kumitat ta' l-Ippjanar għas-south ta' Malta li jikkomprendi għadd ta' lokalitajiet, li jibdew mill-Kottonera u jibqgħu sejrin għan-naħa ta' Ħaż-Żabbar, Wied il-GĦajn, Marsaxlokk, Birżebbuġia u l-Fgura.", "Saru aktar minn 400 laqgħa formali u anke mhux formali ma' diversi korpi, kunsilli lokali, għaqdiet reliġjużi u oħrajn li m'humiex, u ma' kull min seta' jagħti kontribut.", "Inġabar ammont kbir ta' materjal u ġie ppubblikat ukoll rapport li hu maqsum f'erba' partijiet.", "Fil-fatt hemm ħafna x'wieħed jiddiskuti dwar dan li hu tajjeb u ħa ħafna xogħol.", "Madam Speaker, nista' ngħid li rajna parteċipazzjoni sħiħa miċ-ċittadini tal-11-il lokalita', kif ukoll min-naħa tal-kunsilli lokali u proprju nhar is-Sibt fuq dan is-suġġett saret laqgħa għall-ministri, segretarji permanenti u diretturi uffiċjali fil-Ministeri kkonċernati.", "Nieħu gost ninnota li numru kbir ta' ministri u uffiċjali tal-Gvern kellhom l- opportunita' jgħidu dak li xtaqu dwar ir-rapport.", "Issa qegħdin inkomplu niltaqgħu mal-Ministru tal-Finanzi sabiex tkun tista' ssir konferenza bħal dik li diġa' saret fil-Jerma, Wied il-GĦajn, sabiex naslu għal qbil rigward il-prijoritajiet tal-proposti li saru.", "Fil-fatt hemm aktar minn 150 proposta rigward is-south ta' Malta, imma naturalment wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll sa fejn jistgħu jlaħħqu l-finanzi tal-pajjiż.", "Dak li qiegħed isir juri kemm il-Gvern Laburista qiegħed iħares bis-serjeta' lejn in-naħa t'isfel ta' Malta li tikkomprendi t-tlett ibliet tal- Kottonera, Bormla, l-Isla u l-Birgu.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, se nipprova naqsam mis-south għan- north.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk kellux rappreżentazzjonijiet mill- Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, b'mod partikolari għal żieda fil-flus li għandu bżonn għall-maintenance ta' dan il-post?", "Kien hemm xi koordinazzjoni bejn il-Ministeru tiegħu u l-Ministeru għat-Turiżmu fl- istqarrijiet ta' kundanna li ħarġu lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il- Baħar?", "GĦax mir-risposti li ngħataw jirriżulta li attwalment la x-xogħol tal-maintenance u lanqas ix-xogħol oriġinali ma kienu jaqgħu taħt ir- responsabbilta' ta' dan il-kunsill.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, li nista' ngħidlu hu li meta nqalgħet il-kwestjoni rigward min għandu jieħu ħsieb ċertu xogħol f'Buġibba - għax din b'hekk l-iktar li nqalgħet - rajt x'nista' nagħmel u fil-fatt tlabt lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali sabiex jagħmilli rapport dwar kif inhuma sejrin l-affarijiet u sabiex jgħidli xi ħteġijiet ta' maintenance hemm f'San Pawl il-Baħar.", "Jien ingħatajt dan ir-rapport u tkellimt mal- Ministri kkonċernati sabiex wieħed jara x'inhu l-aħjar li jsir fir-rigward ta' Buġibba kif ukoll l-istqarrijiet li ħarġu.", "Nista' ngħidlu li kemm jien, kemm il-Ministru tat-Turiżmu, kif ukoll il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli sabiex l- affarijiet isiru aħjar.", "Ir-raġuni hi li dak li nqala' f'Buġibba wieħed ma jixtieqx li jerġa' jinqala' f'Wied il-GĦajn, Marsaxlokk jew Birżebbuġia.", "Kif wieħed jista' jara, anke f'dawn l-inħawi qegħdin nagħmlu ħilitna kollha sabiex inkunu nistgħu negħlbu l-problemi li jinqalgħu, imma kulħadd jaf li l-iżvilupp fih innifsu jġib ċerti problemi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, mid-domandi li ġew risposti l-bieraħ u l-bieraħt lura rriżulta bl-iktar mod ċar li l-maintenance tal-hard areas kien responsabbilta' tal-Bugibba Action Committee, filwaqt li l-maintenance tas-soft areas kien sub-contracted lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Jirriżulta wkoll li ħafna mid-difetti li kien hemm huma strutturali, u dan m'huwiex tort tal-Buġibba Action Committee jew tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura.", "Ir-raġuni għal dawn id-difetti hi li bħalma jsir ħafna drabi, il-kuntrattur li ġie mqabbad biex jaħdem hemm m'għamilx xogħol tajjeb u issa qed jibdew jidhru dawn id-difetti.", "In vista ta' dan, il-Ministru ma jidhirlux li bħala Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali għandu joħroġ stqarrija fejn pubblikament jappoġġja l-istand li ħa l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar li spjega għaliex m'huwiex responsabbli għal dak li twettaq?", "Wara li l-Ministru investiga, kif qal hu stess, u rriżultalu dak li sar magħruf f'dan il-Parlament, ma jidhirlux li hija responsabbilta' primarja tiegħu li jiddefendi lill-kunsill lokali involut mhux biss minħabba l-każ partikolari imma iktar u iktar fuq bażi ta' prinċipju?", "Jien jidhirli li l-Ministru għandu - nixtieq inkun naf jekk jaqbilx miegħi f'dan il-każ - jiżgura li ma jsirux attakki velati biex responsabbiltajiet li, skond il-liġi, suppost li huma tal-kunsill lokali jipprovaw jitneħħew bi skużi jew għal raġunijiet li ma ġewx ipprovati.", "GĦalhekk ma jidhirlux il-Ministru li għandu jiddefendi l-pożizzjoni tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar pubblikament?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, huwa importanti li kulħadd ikun ċar fir-role tiegħu, għax kultant jinqalgħu ċerti affarijiet li anke bil- liġi jkunu ambigwi.", "U dan hu li qegħdin nipprovaw nagħmlu bl-emendi li se nressqu għall-Att ta' l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.", "GĦaliex?", "GĦax jekk ma tkunx ċar fil-parametri tiegħek u ma tgħidx x'għandu jkun ir-role tal- Public Works u r-role tal-Bugibba Action Committee ninfixlu u nidħlu f'saqajn xulxin.", "Dan la rriduh jiġri fin-naħa ta' fuq ta' Malta u lanqas fin-naħa t'isfel.", "Fil-fatt qed isiru diskussjonijiet mal-Ministru tat- Turiżmu u l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għax iktar ma kulħadd ikun jaf ir-role tiegħu iktar ikun aħjar.", "In-nuqqasijiet jistgħu jkunu ġejjin minn diversi bnadi, pero' jien min-naħa tiegħi dejjem iddefendejt lill-kunsilli lokali fix-xogħol siewi li jagħmlu.", "Kull meta xi kuntratturi jitqabbdu biex jagħmlu xogħlijiet tal-kunsilli lokali jew tal-housing dejjem ninsisti li x-xogħol isir sew.", "Din il-ħaġa neħodha bis-serjeta' u fil-fatt konna tellajna developer ta' kumpannija l- qorti wara li kienu saru complaints mir-residenti li xtraw il-postijiet fl- Imtarfa u li kienu nbnew fi żmien il-gvern preċedenti, dwar difetti kemm fil-bini, kif ukoll f'dak li hu madum u bibien.", "GĦalhekk jien sostnejt il- prinċipju tiegħi mhux bil-kliem biss imma anke bil-fatti, jiġifieri li l- kuntrattur għandu jagħmel xogħlu sew.", "Ċerti kuntratturi meta nkellmuhom jgħidulna li ħadu l-offerta bl-inqas spiża possibbli, imma dik affari tagħhom.", "Jien ma rridx li min jingħata offerta l-ewwel joffri prezz u mbagħad meta tiġi biex tħallsu ssib avarija ta' madwar 45%, kif kien jiġri qabel.", "Din m'hijiex serjeta'.", "Dawn l-affarijiet jagħtu lok għal abbuż u dan m'għandux ikun.", "Fil-fatt din kienet l-ewwel ordni li tajt.", "Nista' ngħid li jien stess ġieli mmur nara l-proġetti, bħalma għamilt il-bieraħ meta mort l-Imsida, tant li l-ħaddiema jibdew jistaqsuni min jien.", "Jien naqbad u mmur għall-għarrieda biex nara li x-xogħol qiegħed isir kif suppost.", "Jiddispjaċini li hawn ċerti kuntratturi ...", "(Interruzzjonijiet) Kullimkien immur, tibżax; hemm min ma jagħrafnix u hemm min jagħrafni.", "Jiġifieri jien min-naħa tiegħi dejjem għamilt ħilti kollha sabiex nara li l- kuntrattur jagħmel xogħlu sew, kemm jekk ikun imqabbad mill-kunsilli lokali, kif ukoll jekk ikun imqabbad mill-Housing.", "GĦalhekk dejjem għidt lill-kunsilli lokali biex, speċjalment fi proċeduri ta' tenders, ikunu trasparenti f'dak kollu li jagħmlu għaliex b'hekk jiġbdu aktar simpatija lejhom u fl-aħħar mill-aħħar aktar nies joħorġu jivvotawlhom.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, ħadt gost nisma' lill- Ministru jagħti risposta daqshekk eżawrjenti, pero' nixtieq nistaqsih għaliex kultant meta nagħmlu domandi speċifiċi dwar il-kunsilli lokali, ir- risposta tkun li din hi kwestjoni tal-kunsill lokali u allura għandha tiġi riferuta lill-kunsill lokali.", "F'dan il-każ, fejn id-domanda kienet dwar il- kunsilli lokali, għaliex il-Ministru ħass il-bżonn - u jien ħadt gost nisimgħu - li jirrispondi b'daqshekk elokwenza u anke b'mod eżawrjenti?", "Hemm xi policy partikolari dwar il-mod kif jingħataw ir-risposti?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, nassigurak li m'hemm l-ebda policy partikolari, la ma' deputati ta' naħa u lanqas tan-naħa l-oħra.", "Irrid ngħid li d-domanda ħadt gost inweġibha b'mod daqshekk eżawrjenti għar- raġuni li l-bieraħ stess meta rajt ċerti figuri ta' eluf ta' liri f'telefonati u rajt li ċerti kunsilli lokali ma ħarġux offerti sabiex issir insurance, jien tlabt immedjatament lill-aġent direttur tal-kunsilli lokali sabiex jara sew il-kontijiet u jara għax qed jintnefqu eluf kbar ta' liri f'kontijiet tat-telefon li qed jammontaw għal Lm6,000 u Lm8,000.", "B'hekk inkunu nafu wkoll kif qegħdin jintnefqu l-flus.", "Kien għalhekk li poġġejt din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra, Madam Speaker.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14045; u", "Tagħrif dwar każijiet ta' pulizija quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14802.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi għall-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-diskors li sar miċ-Chairman tal-Grupp tas-77 waqt it-42 Sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-iStatus tan-Nisa tan-Nazzjonijiet Uniti li saret fi New York bejn it-2 u t-13 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14647.", "u f'isem il-Ministru għat-Trasport u Portijiet, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għat-Trasport u Portijiet għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 14044.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja għall-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1997 u l-31 ta' Marzu 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14042.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-attendenza ta' residenti għal-laqgħat ġenerali li saru mill-kunsilli lokali bejn Novembru 1997 u April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13517.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mis-26 ta' Mejju, 1998.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi l-mistoqsija fuq klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1998 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 tat-12 ta' Mejju, 1998 din id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Chairman, nitlob il-permess għas-sospensjoni tar- regolamenti sabiex il-Kumitat ikun jista' jirrikonsidra klawsola 1 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 1:", "\"E\" Il-klawsola 1 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1), minflok il-kliem \"l-1997\" għandhom jidħlu l- kliem \"l-1998\" u minflok il-kliem \"(Emenda Nru. 4)\" għandhom jidħlu l- kliem \"(Emenda Nru. 2)\"; u", "(b) minflok is-subklawsola (2) għandu jidħol dan li ġej:", "\"(2) Id-dispożizzjonijiet ta' l-artikoli 2 sa 6 ta' dan l-Att sa fejn jirrigwardaw inbejjed, minbarra most tal-għeneb, klassifikati fl- Intestatura Nru. 22.04 u 22.05 tat-Tariffa tad-Dwana, għandhom jitqiesu li bdew iseħħu fl-1 ta' Jannar, 1998.\".", "\"E\" Clause 1 shall be amended as follows:", "(a) in subclause (1), for the words \"(No. 4) Act, 1997,\" there shall be substituted the words \"(No. 2) Act, 1998,\"; and", "(b) for subclause (2) there shall be substituted the following:", "\"(2) The provisions of sections 2 to 6 of this Act insofar as relating to wines, other than grape must, classified in Customs Tariff Headings Nos.", "22.04 and 22.05, shall be deemed to have come into force on the 1st January, 1998.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 1 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-Emenda \"E\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.35 a.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mis-26 ta' Mejju, 1998.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60 din il-votazzjoni tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Fid-9.38 a.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI", "COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Mejju 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, il-bieraħ kont qed nitkellem proprju fuq il-kwestjoni tas-sovranita' tal-munita tagħna fejn spjegajt dwar it-taxxa ta' 15%, li se tinġabar darba, fuq il-profitti kummerċjali, taxxa li se tidħol fis-seħħ permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "L-Onor.", "Josef Bonnici qal li hu importanti għal pajjiżna li jkun membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, imma jien naħseb li għal pajjiż żgħir bħal Malta l-każ huwa bil-kuntrarju, u se ngħid għaliex.", "L-ewwelnett bi sħubija sħiħa ma jkollok l-ebda kontroll fuq il-munita f'dak li hu kambju, f'dawk li huma rati ta' mgħax fuq id-depożiti u f'dik li hi devalwazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li għaddiet minnha l-Oppożizzjoni stess meta kienet fil- gvern, għax fl-1992 u fl-1993 kienet żvalutat il-munita għaliex ħasset li ma konniex qegħdin f'pożizzjoni tajba biex nikkompetu mal-lira Taljana.", "Jien m'iniex se noqgħod ngħid jekk għamlitx tajjeb jew ħażin għax jien konvint li dan għamlitu fl-interess tal-ġid tal-poplu Malti.", "Probabbilment kien hemm raġunijiet oħra għal dik id-deċiżjoni u kieku pajjiżna dak inhar kien membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, ħaġa bħal din ma kenitx tkun tista' ssir.", "Illum il-Euro qed tiġi kkontrollata l-ħin kollu mill-European Central Bank u allura s-Central Bank ta' Malta ma jibqagħlu funzjoni ta' xejn, kważi lanqas jibqa' jeżisti u lanqas ikollu kontroll fuq dak li hu tiegħu.", "Meta tipprova tqabbel il-pożizzjoni ta' Malta, li huwa pajjiż żgħir ħafna, ma' dik ta' pajjiż kbir, bħalma hu l-Ġermanja, meta jiġi biex lill-European Central Bank jgħidlu li jrid li jkollu interessi iktar baxxi jew iktar għoljin tinduna li pajjiżna se jitlef is-sovranita' monetarja fuq il-munita tiegħu.", "Ilum diġa' qegħdin nitkellmu fuq pajjiżi tal-periferija membri ta' l-Unjoni Ewropea, li għandhom il-problemi minħabba li qalbu l-munita tagħhom għall-Euro.", "Dan huwa ħażin ħafna għal pajjiżna, mhux biss minħabba l-problemi finanzjarji li għandna llum, imma anke għax jitlef ċerti drittijiet li jkollu kieku jibqa' bis-Central Bank tiegħu.", "Issa meta titlef il-monetary policy tiegħek u ma jkollokx control policy fuq il- munita li hija tant importanti fl-ekonomija, kif tista' tikkontrolla l- interessi?", "L-Onor.", "Josef Bonnici l-bieraħ qalilna li jridu jaraw kif l- interessi baqgħu għoljin u ma tbaxxewx.", "Jekk se titkellem fuq il-European Union, din l-funzjoni awtomatikament ma tibqax f'idejk.", "Jiġifieri hawnhekk għandna konflitt ta' ħsieb.", "Fejn trid tmur l-Oppożizzjoni?", "Din veru temmen li pajjiżna, li għall-grazzja t'Alla s'issa dejjem żamm kontroll fuq l-affarijiet li huma tiegħu, illum jista' jgħaddi mingħajr ma jikkontrolla l-munita?", "Ejjew nassumu li nidħlu membri fl-Unjoni Ewopea, u l-Ġermanja, li għandha kontroll b'saħħtu ħafna fil-finanzjament ta' l-Ewropa, tipperswadi lill-European Central Bank li r-rates of interest għandhom ikunu 9%.", "Jekk aħna nkunu għaddejjin minn problemi ta' staġnar fl- ekonomija u problemi ta' riċessjoni u allura jkun jaqblilna li r-rati ta' l-imgħax jitbaxxew ħalli jsir iktar investiment, għand min se mmorru biex inbaxxuhom?", "Kieku nkunu membri fl-Unjoni Ewropea ma nkunu nistgħu nagħmlu xejn.", "Mela Malta se tipperswadi lil dawk il-ġganti?", "Jien niltaqa' ma' ħafna nies kemm minħabba x-xogħol tiegħi ta' avukat u anke bħala politiku, speċjalment meta mmur xi mkien nirrappreżenta lil pajjiżi fl-OSCE, u allura nitkellem ħafna fuq dawn l-affarijiet.", "Nafu li r- Russja qed tħares sew lejn l-Unjoni Ewropea u qorbot biex tagħmel arranġamenti magħha.", "Pero' r-Russja qed tgħid: Aħna, li għandna problemi ekonomiċi kbar minħabba dak li kellna ngħaddu minnu, kif se nkunu nistgħu nirregolaw l-interessi tal-banek tagħna ħalli nqajmu l-ekonomija meta jkun hemm bżonn?", "Dan hu li qed jinkwieta lir-Russja; aħseb u ara kemm għandu jinkwieta lil Malta li hi daqs tikka!", "Allura lill-Onor.", "Josef Bonnici din ma tgħaddilux minn rasu?!", "Mela jekk Malta tkun għaddejja minn fażi ħażina se tkompli teħżien għax ikun hemm pajjiżi f'saħħithom li jgħidu huma x'għandha tkun ir-rate of interest.", "Dan huwa l-punt li xtaqt nagħmel.", "Issa ħalli niġi għall-problema tal-periferija.", "Hawn qed nirriferi għal dawk il-pajjiżi li jmissu mal-baħar u ma jkunux fin-nofs, għaliex il- pajjiżi li għandhom saħħa kbira fl-Unjoni Ewropea huma dawk tan-nofs bħall- Ewropa, Franza, il-Ġermanja u l-Belġju.", "Sfortunatament anke l-Ingliżi jħossuhom fil-periferija ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' żgur pajjiżi bħal Spanja, il-Greċja u l-Portugall iħossu li l-pajjiżi tan-nofs ta' l-Ewropa huma a threat to their progressive development, theddida għall-ekonomija tagħhom, għaliex il-politika Ewropea tiġi mfassla l-iktar minn dawk il- pajjiżi li qegħdin fin-nofs.", "Issa din hija kważi xi ħaġa naturali għax minn hemm beda kollox.", "Imma nista' nimmaġina kemm aħna nkunu iktar fil- periferija u iktar 'il bogħod mill-pajjiżi li qed insemmi.", "U jekk ikollok tgħid li l-ekonomija tiegħek qiegħda fi stat ħażin u li għandek il-problema tal-qgħad jispiċċaw jgħidulek bħalma qalu lill-Portugiżi meta kellhom l- istess problema.", "Dawn qalulhom: Jekk għandkom problema bil-qgħad, kif se tgħinu lilna?", "GĦax fl-Unjoni Ewropea m'hemmx il-politika li għandhom fl- Amerka fejn għandhom il-federation of states.", "Hemmhekk meta, per eżempju, il-Gvern Amerikan qal lill-istat ta' Texas biex ma jħaffirx iktar għaż- żejt, kien jaf li jekk se jieqaf it-tiftix għaż-żejt kien se jkun hemm il- qgħad.", "Imma fl-Amerka hemm trattat bejn l-istati li jispeċifika li l-gvern federali jrid jagħmel tajjeb għall-unemployment benefit.", "Din il-politika fl-Unjoni Ewropea ma teżistix u jekk pajjiżna jkollu problema bil-qgħad, ma jistax imur Brussels u jitlob il-ħlas ta' l-unemployment benefit għal xi 8,000 ruħ li jkun hawn qegħda.", "Dawn huma problemi li rridu nħarsu lejhom b'lenti dettaljata biex meta nkunu se nagħmlu xi ħaġa, nagħmluha sew.", "Huwa tajjeb li l-poplu Malti jara dan kollu u jiddiskutih għaliex dawn huma kollha challenges għall-ekonomija tagħna.", "Irridu naraw li jkun hemm commitment qawwi sabiex niffaċċjaw il-fiscal deficit u naraw li, jekk jista' jkun fi żmien tliet snin dan jitniżżel għal- livell ta' 5% tal-GDP, kif jissuġġerixxi r-rapport tas-Central Bank.", "Min- naħa l-oħra rridu nilqgħu għaċ-challenges li huma 'l bogħod minn xtutna imma li jaffettwawna - ħafna minn dawn l-external challenges niltaqgħu magħhom minħabba l-export sector tagħna - u rridu naraw li fis-snin li ġejjin inkomplu nżommu dan il-livell.", "Illum jekk inħarsu lejn il-pajjiżi ta' madwarna nsibu li t-Tuneżija u l-Alġerija qegħdin jinvestu ħafna fl- industrija tat-turiżmu u tal-manifattura.", "Allura x'se tagħmel jekk it- Tuneżija tgħid li biex iġġib iktar turisti mis-suq Ewropew se tbaxxi r-rata ta' l-imgħax u int ma tkunx tista' tniżżel ir-rata tiegħek għaliex ma jkollokx kontroll fuq il-munita tiegħek u l-banek ma tkunx tista' tagħtihom il-monetary policy through your central bank biex tkun tista' tikkompeti ?", "Dawn il-problemi wieħed irid jindirizzahom billi jara x'inhu l-aħjar li jsir għall-poplu Malti.", "Sur President, tajjeb li wieħed jgħid li għalkemm introduċejna din il-one- off tax - u mn'Alla kienet one-off tax imma din hija a necessary evil u kellha ssir - il-fiduċja fil-banek baqgħet sħiħa tant li jekk wieħed iħares lejn il-broad money, jiġifieri l-flus li kienu fiċ-ċirkolazzjoni u li b'xi mod kienu qegħdin jiġġeneraw id-depożiti fil-banek, isib li bejn l-1996 u l- aħħar ta' l-1997 kien hemm żieda ta' 9.6%.", "Min-naħa l-oħra l-interess ta' banek barranin li jiġu jinvestu f'Malta jiżdied.", "Fil-fatt kellna investiment Franċiż u investiment Tork, u dawn ma ġewx hawnhekk sempliċement biex jipprovaw għax qabel ma wieħed jinvesti, jagħmel il- homework tiegħu sew, jagħmel l-istudji neċessarji u fl-aħħar jiddeċiedi.", "F'dan il-qasam diġa' kien hemm il-politika tal-gvern preċedenti li kien beda jrawwem dan it-tip ta' investiment, u aħna komplejna fuqha.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li fiċ-ċirkostanzi din hija liġi ta' emerġenza, pero' l-emerġenza ma ġibnihiex aħna .", "Dan il-gvern għamel kif jagħmel missier fil-familja; il-gvern fl-interess tal-poplu Malti kellu jagħmel dan il-pass biex jagħti direzzjoni ċara, jorganizza l-finanzi tiegħu aħjar u jmexxi lil pajjiżna 'l quddiem fis-sliem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, bil-ħsieb kollu dan il-gvern qed jagħmel din it-taxxa biex jorganizza l-finanzi tiegħu.", "Jiena frankament m'iniex konvint li din il-liġi se twassal biex jintlaħaq dan il-għan.", "Nibda fuq il-kwestjoni tal-one-time payment.", "L-Onor.", "Farrugia u jien inzertajna t-tnejn avukati u t-tnejn nafu li dan il-Parlament ma jistax jorbot lil ta' warajh b'liġijiet bħal dawn.", "Għalxejn fil-liġi stess, fit- titolu, ngħidu li se tkun taxxa li tinġabar darba, għax fil-fatt m'hemm xejn x'iżomm lill-Parlament milli għada jgħaddi liġi oħra u jerġa' jiġbor l- istess taxxa.", "Allura x'inhu dan il-kliem li lkoll kemm aħna nafu li ma jfisser xejn?", "Huwa xi tip ta' apoloġija lill-banek?", "Qegħdin niskużaw ruħna għall-bżonn li għandna li niġbru l-flus?", "Mur obsor!", "Il-pajjiż dejjem għandu bżonn jiġbor il-flus u m'għandux għalfejn jagħmel apoloġiji bħal dawn!", "Allura huwa xi eżerċizzju ta' propaganda?", "Jiena naf kemm il- partit fil-gvern hu dilettant ta' dawn l-eżerċizzji, għax rajna r- riżultati.", "Hawn qed nipprovaw ngħidu lill-banek biex ma jitnaffrux b'din il-liġi għax darba biss se neħdulhom il-flus?", "Ma rridux ninsew li l-banek illum m'humiex tal-gvern biss imma huma tal-privat ukoll.", "Voldieri meta naħilbu lill-banek inkunu qegħdin naħilbu lill-kumpanniji privati b'mod selettiv.", "Qegħdin nagħżlu area biex nintaxxawha għax inzertat area li sejra tajjeb.", "Ngħiduha kif inhi, apparti l-banek, illum ftit hemm areas li sejrin tajjeb.", "Allura l-messaġġ x'jista' jkun ukoll?", "Il-messaġġ jista' jkun ukoll li din id-darba misset lill-banek u darb'oħra se tmiss lil xi ħadd ieħor.", "Fil-fatt jien jidħolli s-suspett li l-gvern qed jagħti messaġġ negattiv lin-negozju, messaġġ negattiv lill-intrapriżi li sejrin tajjeb, lil dawk li qegħdin jisperaw li jmorru tajjeb, u lil dawk li qegħdin jisperaw li jiġu joperaw Malta.", "U dan hu l-iktar aspett serju ta' din is- sitwazzjoni.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar kieku aħna għandna żewġ banek, li huma t-tnejn ta' l-Istat, u m'għandna l-ebda speranza li jiġu banek oħra, u lil dawn neħdulhom Lm5 miljun jew kemm beħsiebna niġbru minn din it-taxxa, il-flus miġbura jkunu tagħna f'tagħna.", "Imma l-verita` llum hija li wara li l-politika ta' l-amministrazzjoni preċedenti rnexxielha tattira anke banek barranin biex joperaw f'Malta u ħarġu liċenzji għal hekk, rajna sitwazzjoni fejn l-ekonomija kibret anke minħabba dan il-fatt.", "Jiena persważ li l-fatt li llum sa ċertu punt għandna suq miftuħ għall-banek, l-ekonomija tista' tmur aħjar.", "Allura għalfejn dan il-kontro-sens?", "U hawn jidħolli wkoll is- suspett li għandna amministrazzjoni li qed tipprova tiġġestixxi l-politika ekonomika li wirtet u li tammira għax ġabet ċertu ammont ta' suċċess fl- ekonomija Maltija, imma qisha qed tamministraha daqsxejn kontra qalbha.", "Il- kollegi tan-naħa l-oħra li naturalment huma s-soċjalisti tal-bieraħ, qegħdin jamministraw politika li hija xi ftit jew wisq kontra qalbhom, xi ftit jew wisq fuq l-istonku, fis-sens li ma tikkonformax mat-twemmin ideoloġiku tagħhom.", "Allura meta jitfgħu dan it-tip ta' botti jew vleġeġ jinkixfu li mhux qegħdin jamministraw għal qalbhom politika ekonomika miftuħa.", "M'humiex eżattament kuntenti li l-banek privati llum qegħdin jagħmlu l-qliegħ.", "Għaliex fl-aħħar mill-aħħar, din ta' one-time only ma tfisser assolutament xejn!", "U din jifhmuha l-banek barranin li forsi jitħajru jiġu joperaw hawn Malta.", "B'min se nitmellħu billi ndaħħluha fit- titolu tal-liġi?", "Fil-fatt fil-ħames klawsoli li hemm fil-liġi mkien ma tissemma ħlief fit-titolu.", "Veru li hija declaration of intent u m'għandi l- ebda dubju li gvern serju m'huwiex se jmur kontra l-kelma tiegħu.", "Pero' jiena naf x'se jiġri?", "Apparti minn hekk, kif għidt, dan ma jistax ifisser li għada forsi tista' tmiss ukoll lil xi kumpannija li qed tispera li tiġi privatizzata?", "Nerġa' ngħid, il-privatizzazzjoni forsi hija kontra qalb il- partit fil-gvern li essenzjalment huwa partit soċjalista.", "Ma nafux li normalment il-partiti soċjalisti meta jkunu qed jaġixxu ta' partiti soċjalisti jkunu kontra l-privatizzazzjoni?", "Mhux kulħadd għandu daqsxejn ta' suspett li din il-privatizzazzjoni li qed tiġi proposta issa qed issir għal raġunijiet ħżiena - fis-sens li l-gvern jaħseb li b'hekk se jdaħħal il- flus, - u m'hemmx dubju li jekk se jbigħ ix-shares fil-kumpanniji se jdaħħal il-flus - u mhux għaliex jemmen li l-privatizzazzjoni se twassal għal riżultati aħjar fl-amministrazzjoni ta' dawk l-intrapriżi?", "Din hi d- differenza essenzjali bejn iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra.", "Meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern beda t-triq tal- privatizzazzjoni għax kien jemmen li l-privatizzazzjoni - naturalment mhux bl-addoċċ, per eżempju, m'iniex konvint li l-utilities għandhom jiġu privatizzati mingħajr l-ebda safeguards - normalment twassal biex l- intrapriżi jitmexxew aħjar pero' jiena nissuspetta li dan il-gvern qed jimxi fuq triq ta' privatizzazzjoni limitata għaliex għandu bżonn il-flus u mhux għax jemmen li l-privatizzazzjoni se twassal għal riżultati aħjar.", "Allura lejliet li joħroġ għall-bejgħ ix-shares tal-Maltacom u x-shares ta' l-MIA qed jagħti messaġġ lill-investituri li malli jaqilgħu ftit tal-flus u jarahom sejrin tajjeb se jaħlibhom.", "Fi żmien il-Ministru Abela u l- Ministru Cassar niftakru x-xeni ta' \"aħleb Ġuż\", u din hija sitwazzjoni ta' \"aħleb Ġuż\" revisited, \"aħleb Ġuż\" għall-1998.", "Bdejna bil-banek u għada forsi tkun il-Maltacom, l-MIA jew l-Air Malta, skond min ikun imissu, skond min ikun qed jaqla' l-flus.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq suq li huwa sensittiv għax meta l-banek jiddeċiedu li jiftħu branches f'Malta jew f'pajjiżi bħal tagħna li huma irrilevanti fis-suq dinji, naturalment jaħsbuha mhux darba jew darbtejn, imma anke għaxar darbiet u jiena konvint li l-messaġġ li qed nagħtuhom huwa messaġġ negattiv.", "Hemm il-biża' wkoll li kemm-il darba jinġabru dawn il- flus, kif jgħidu t-Taljani, \"l'appetito vien mangiando\"; meta naraw li kien faċli li niġbru l-flus, induru għal xi intrapriżi oħra.", "U ma ninsewx li r- raġuni ta' dan kollu hija li l-gvern għażel li jibdel il-politika tal- Partit Nazzjonalista fil-gvern li jintaxxa l-konsum.", "Dan il-gvern isibu komdu li jintaxxa b'dan il-mod dirett.", "Nerġa' ngħid li dawn huma miżuri li jnaffru lil min ikun qed jitfa' għajnejh fuq pajjiżna biex jiġi jinvesti hawnhekk.", "Niġi għall-aħħar punt tiegħi għax ma kontx beħsiebni ndum.", "Għalija dak li hemm f'subklawsola 4(2) huwa insult għax hija sitwazzjoni ta' sopra corna bastonate.", "Din il-klawsola tgħid li jekk ikollok tieħu l-flus mingħand il-gvern, dawk ma tistax tpaċihom mat-taxxa li trid tħallas.", "Voldieri tant hawn din il-fissazzjoni li l-gvern irid jaħleb lil din l- intrapriża, li mhux qed titħalla ssir tpaċija ta' din it-taxxa mal-flus li jkollu jagħti l-gvern stess.", "Din hija sitwazzjoni li tinkwetani għax tindika li l-gvern jinsab xi ftit iddisprat, qed jara ma' fejn se jaqbad biex jiġbor il-flus u qed idur għal min sejjer tajjeb.", "Nafu li sa ftit ilu s-sitwazzjoni tal-banek f'Malta kienet monopolistika u kienet tiffrustra lil ħafna nies li riedu jinvestu.", "Illum is-sitwazzjoni hija differenti u ma nixtieqx nara jitkisser dak li nbena bl-għaqal ta' kulħadd, inkluż ta' l- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien li ma kenitx tnaffar lil dawn il-banek milli jiġu hawnhekk.", "Allura issa għalfejn qed isir dan il-pass?", "Meta l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien qed jieħu dawn il-miżuri biex jinkoraġġixxi l- investiment u l-ftuħ ta' dawn il-fergħat, l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien dejjem kienet favur tagħhom u ma kenitx tagħmel ostakoli.", "Għalhekk issa nifhem inqas il-motivazzjoni wara din il-miżura.", "X'qed nipprovaw nagħmlu?", "Għal Lm4 miljun se nerġgħu nnaffru lil dawn l-intrapriżi?", "Ma ninsewx li aħna suq żgħir ħafna, lir-riħ li jgħaddi minn fuqna jista' jkaxkar u li bl-istess mod kif daqsxejn bad publicity taffettwa negattivament lit-turiżmu u setturi oħra, hekk ukoll tista' taffettwa negattivament id-deċiżjonijiet ta' barranin li jiġu jinvestu f'Malta għax, kif qed ngħid, din id-darba misset lill-banek u darb'oħra tista' tmiss lil ħaddieħor.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Grazzi, Sur President.", "Naħseb li m'hemmx għalfejn wieħed jenfasizza ħafna li f'miżura bħal din wieħed għandu jimxi b'attenzjoni, għandu jimplimentaha b'attenzjoni u għandu jfisser b'mod ċar x'irid jgħid biha u x'inhuma l-intenzjonijiet tiegħu.", "U naħseb li l- Ministru tal-Finanzi, fil-kompitu tiegħu li jdaħħal din il-miżura bħala waħda mill-proposti tal-budget, fid-diskors introduttorju għal din il-liġi - li issa ilu ftit ġimgħat - dan għamlu.", "Naħseb ukoll li minn dak li qalet l-Oppożizzjoni - mhux l-inqas il-kelliem li għadu kemm tkellem issa u li frankament issorprendieni - jidher li ma tatx kas ta' dak li qal il- Ministru tal-Finanzi, anzi qisu b'mod maħsub ħafna qiegħda timmiżinterpreta dak li qed jiġi propost quddiemna.", "Dak li qed jiġi propost quddiemna fih innifsu huwa delikat u mhux se nipprova nnaqqas mid-delikatezza tiegħu, imma b'danakollu m'għandux jiġi miżinterpretat bħala xi theddida għas- settur finanzjarju u għal dawk il-banek li jridu jinvestu f'Malta.", "Lanqas m'għandu jintnesa, kif qed jinsew il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni, għalfejn saret din il-miżura.", "Il-Ministru għamilha ċara li l-miżura saret għax irriżulta - jiena nikkonferma li hekk kien qiegħed jirriżulta sa mill-bidu ta' din l-amministrazzjoni meta bdejna nħarsu lejn l-accounts u lejn kif kienet qed taħdem il-liġi tal-VAT - li peress li kien hemm lakuna fil-liġi tal-VAT, il-banek kienu qegħdin iħallsu VAT inqas milli suppost iħallsu.", "Issa f'dawk iċ-ċirkostanzi x'jagħmel dak li jkun?", "Jinsa li kellhom jitħallsu ċerti flus u jimxi 'l quddiem jew inkella jikkorreġi dak li sar?", "Jekk kemm-il darba kien hemm din il-lakuna ejja f'isem il-poplu nieħdu dak li kien ħaqqu jiġbor kemm il-gvern ta' qabel kif ukoll il-gvern ta' issa.", "Il-miżura li qed titressaq hawnhekk tfisser biss li dak li kellu jinġabar, issa qiegħed jinġabar.", "Nerġa' nenfasizza li din hija miżura delikata u trid tiġi mfissra sewwa kif fissirha l-Ministru u kif qed nipprova nfissirha jiena.", "Hija miżura tant delikata li l-ebda Malti, wisq inqas rappreżentant tal-Maltin, m'għandu jimmiżinterpretaha bħala xi theddida għall-investiment.", "X'għandu x'jaqsam il-kumment \"aħleb Ġuż\" ma' dak li qed jiġi propost hawnhekk?", "Il-kumment \"aħleb Ġuż\" kien sar 20 sena ilu fil-kontest ta' intrapriżi pubbliċi li qabel ma kenux jirrendu lill- poplu Malti u mbagħad bdew jirrendulu.", "Illum m'hawn l-ebda ħlib, hawn miżura fiskali preċiża.", "Tista' tikkritikaha, tista' tenfasizza, kif qed nagħmel jiena, li wieħed irid joqgħod attent għaliha u wieħed irid jagħmilha ċara li m'hijiex xi parti mnn policy tal-gvern għat-tul, imma hija miżura ċara u preċiża.", "Żgur li m'għandha x'taqsam assolutament xejn ma' l-isfond li ngħata għaliha u ma tiġġustifika bl-ebda mod it-twerwir li qed jiġi sinjalat li joħroġ minnha.", "M'hemmx twerwir f'din!", "Tista' tgħid li ma taqbilx magħha, imma m'għandux jingħad li din qisha se timmina l- politika bipartisan, maqbula bejn iż-żewġ naħat, li nipprovaw nattiraw lejn pajjiżna investiment fis-settur finanzjarju.", "M'għandhomx isiru dawn l- affarijiet għax inkella se nibda ngħid li l-Oppożizzjoni kull darba tmur lura għall-oriġini tagħha u kull fejn tista' u kull fejn ikollha ċans, dejjem tkun negattiva kemm jista' jkun.", "Hekk qed jiġi anke fuq din il-liġi li għandna quddiemna.", "Ġie enfasizzat li l-gvern qisu qiegħed jagħmel din il-one-off tax, taxxa ta' darba, għax is-settur bankarju sejjer tajjeb u intqal hawnhekk li huwa l-uniku settur li sejjer tajjeb.", "Imma, bir-rispett kollu, dan huwa kliem li ma jagħmilx ġid lill-pajjiż.", "It-taxxa m'għandha x'taqsma xejn mal-fatt li s-settur bankarju sejjer tajjeb.", "Is-settur bankarju ilu sejjer tajjeb minn wara l-kriżijiet ta' l-1970 - kellna l-Bank of Alderney, il-BICAL, in- National Bank Group - meta kienet saret ristrutturizzazzjoni u daħlet ħafna iżjed serjeta` u l-Bank Ċentrali, li kien daħħal il-Gvern Nazzjonalista u saħħu l-Gvern Laburista, daħal iżjed hands on u ffoka iżjed fuq il- kontrolli, anzi fuq is-supervision li kellha ssir.", "Is-sistema bankarja ilha 26 sena sejra tajjeb u dejjem iżżid fl-avvanzi tagħha, fil-kwalita` ta' xogħol li tagħmel u anke fl-element ta' profitt.", "Mela hawn xi ħadd li se joqgħod fil-banking sector jekk ma jkunx ta' profitt?", "Mela dawn huma istituzzjonijiet tal-karita`?", "L-ebda istituzzjoni m'hi istituzzjoni tal- karita`.", "Għandna istituzzjonijiet parastatali li wħud minnhom huma ineffiċjenti u allura m'huma qegħdin jagħmlu karita` ma' ħadd, anzi qegħdin jagħmlu xi ħaġa li hija ta' ħsara għall-pajjiż, forsi minħabba tmexxija mhix tajba biżżejjed, forsi minħabba organizzazzjoni, jew għal ħafna raġunijiet oħra.", "Hemm korporazzjonijiet li jagħtu prodotti u servizzi sussidjati b'mod li qatt ma kien relatat biżżejjed mal-protezzjoni soċjali u ma' l-effiċjenza li għandu jkollhom.", "Imbagħad għandna intrapriżi oħra kummerċjali, sew fis-settur privat u sew fis-settur tal-gvern, li biex imexxu jridu jagħmlu profitt inkella ma jmexxux.", "Għax dik li tfisser \"kummerċjali\", ibda minn toqba żgħira ta' ħanut, spiċċa sa fabbrika daqsiex minn lukanda b'erbat ikmamar u sa waħda b'400 kamra, kollha jrid ikollhom l-istess prinċipju għax inkella ma jkunux jistgħu jkampaw.", "Imma żgur li m'huwiex il-każ li xi ħadd jasserixxi li s-settur bankarju huwa l- uniku settur li sejjer tajjeb!", "Qed issir wisq enfasi li fil-pajjiż m'hawnx setturi oħra li sejrin tajjeb.", "Is-settur tal-manifattura sejjer tajjeb.", "Is-sena li għaddiet kellna riduzzjoni fil-kontribuzzjoni għall-gross domestic product bħala kontinwazzjoni tat-trend li kienet inbdiet fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, mhux tort tal-Gvern Nazzjonalista u kompliet fi żmien il-Gvern Laburista, mhux tort tal-Gvern Laburista, imma minħabba l- qagħda internazzjonali li affettwat il-valur - mhux il-volum - ta' l-akbar fabbrika li hawn f'Malta u l-aktar waħda li tikkontribwixxi għall- esportazzjoni u anke għall-importazzjoni tagħna minħabba li timporta l- inputs kollha tagħha.", "Allura għalfejn noqogħdu nenfasizzaw in-negattiviżmu?", "Lanqas il- pożittiviżmu m'għandna nenfasizzaw.", "Meta s-setturi tal-manifattura jmorru tajjeb m'huwiex il-każ li lil xi gvern tal-bieraħ jew tal-lum għandek teħodlu b'idejh għax ġab l-ordnijiet ta' l-esportazzjoni; dawk ikunu ġabuhom in-nies li qegħdin joperaw f'dak il-qasam.", "Imma dak il-qasam sejjer tajjeb s'issa u m'għandniex noqogħdu nġibu s-sħab iswed fejn m'hemmx sħab iswed.", "Bħalma bħalissa t-turiżmu sejjer relattivament tajjeb u bħalma issa għandna daqsxejn ta' slow-down fil-konsum li kien ġenerat mill-miżuri li ttieħdu mill-Bank Ċentrali u fl-aħħar estimi li ressaq il-Gvern Nazzjonalista għax, skond ir-reading tagħhom tal-qagħda ekonomika, ħassew li hekk kellhom jagħmlu - ma nagħtihomx tort jiena - minħabba li kien hawn konsum għoli żżejjed li kien qed jaffettwa l-prezzijiet u l-bilanċ tal- pagamenti.", "Allura hemmhekk għandna slow-down aċċentwat anke minn affarijiet oħra u għandna s-settur tal-kostruzzjoni li qed jistenna biex ikun hawn impulsi ġodda ħalli jkun hawn xogħol ġdid wara li jonqos ix- xogħol ewlieni li hawn in hand bħalissa, jiġifieri l-proġett tal-Hilton.", "Imma m'hawnx xi sitwazzjoni li noqogħdu ngħidu li s-settur bankarju huwa l- uniku settur li sejjer tajjeb!", "Mela għandna xi ħaġa fina, bħala poplu Malti, li rridu bilfors intellgħu sħab iswed fejn sħab iswed m'hemmx?!", "Problemi għandna u għandna biżżejjed.", "Ejja naffaċċjaw dawn il-problemi u mhux noqogħdu noħolqu problemi oħra bi kliemna jew inkella naċċentwaw problemi li, jekk stess qegħdin hemmhekk, wieħed għandu jindirizzahom bis- sens, b'oġġettivita` u bi flessibbilia` imma ċertament mhux billi wieħed joqgħod ipinġihom agħar milli huma jew inkella jgħid affarijiet li jistgħu jiġu interpretati minn barranin bħala li l-qagħda m'hijiex dik li hi.", "Il- qagħda hi dik li hi.", "Għandna d-differenzi tagħna, imma għandna l-qagħda li għandna u m'għandniex noqogħdu nagħmluha agħar milli hi għax jekk nagħmluha agħar milli hi f'dan il-pajjiż se nispiċċaw bħall-ġrajja ta' Sansun - mhux għax aħna Sansun, imma lanqas aħna dgħajfa żżejjed - kulħadd jimbotta l- kolonni ħalli s-saqaf jaqa' u jekk is-saqaf jaqa' se jaqa' fuq kulħadd u mhux biss fuq naħa jew oħra.", "Sur President, jien proprjament qomt biex nagħmel punt wieħed aktar milli biex nirreaġixxi għal dak li smajt, imma mbagħad la tisma' naturalment tirreaġixxi u issa naħseb li rreaġixxejt biżżejjed.", "Wara li l-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ ressaq is-Second Reading u nfetħet id-diskussjoni, il- kelliema ta' l-Oppożizzjoni li jitkellmu fuq il-qagħda finanzjarja u ekonomika għal darb'oħra marru fuq il-pożizzjoni tagħhom li ma jridu jbiddluha b'xejn, li mhux veru li l-Gvern Laburista wiret deficit, żbilanċ finanzjajru stutturali, jiġifieri żbilanċ li ġejn mill-qiegħ u mhux li jgħaddi malajr malajr u allura trid tagħmel affarijiet mill-qiegħ nett, affarijiet iebsa biex tipprova - nenfasizza \"tipprova\" - tirranġah.", "Bilfors iridu jgħidu li mhux veru li kien jeżisti d-deficit li ġie rivelat għall-1996, imma dan ivvintah il-Gvern Laburista u l-Ministeru tal-Finanzi, u jiena kont il-Ministru tal-Finanzi dak iż-żmien.", "Din hija ħrafa, u hija ħrafa mhux għax lili tqegħedni f'xi dell ħażin - ma tqegħedni f'dell ħażin assolutament xejn - imma hija ħrafa perikoluża għax tkompli tipposponi ż- żmien meta l-pajjiż jiffaċċja r-realta` li qiegħed jgħix fiha u jrid joħroġ minnha.", "Nimmaġina li kull wieħed minna f'din il-Kamra għandu jkun kommess li jipprova joħorġu minnha.", "Hija ħrafa li noqogħdu ngħidu li mhux veru kien hemm żbilanċ finanzjarju, bħalma hija ħrafa - ħalli issa ngħaqqad żmien ma' ieħor - li biex jispjegaw l-iżbilanċ finanzjarju ta' l-1997, wieħed mill-fatturi li jsemmu huwa li dak iż-żmien kien qed jiġi ppjanat li jsir self lit-Tarzna ħalli tkun tista' tħallas lura l-arretrati ta' l- income tax u tan-national insurance u għalhekk kien hemm l-iżbilanċ.", "Din il-ħaġa kienet teknikament żbaljata għax is-self ma torbtux bħala revenue u tgħid li se jnaqqaslek l-iżbilanċ.", "Meta tissellef tissellef biex tpatti għal dak li tkun infaqt jew se tonfoq iżjed milli tkun daħħalt, u mhux biex tkun tista' tagħmel bihom li trid.", "Is-self m'huwiex tiegħek imma trid tħallsu lura, mela mhux veru li huwa revenue f'sens finanzjarju u f'sens ekonomiku.", "Fl-ebda dar is-self ma jitqies bħala parti mill-paga jew mid- dħul tal-familja!", "Self huwa self; hemm bżonnu imma self huwa self.", "Imma l- membri ta' l-Oppożizzjoni jużaw dan l-argument biex jispjegaw id-deficit li rriżulta għall-1996, li kien tliet darbiet u nofs ta' dak li pproġettaw; qed nitkellem fuq l-expenditure gap.", "Issa, proprju fi tmiem il-ġimgħa, jaqilbu l-argument rasu 'l isfel minn dak li kienu jgħidu fuq l-1996 u anke minn dak li qalu, jew ma qalux, nhar il-Ġimgħa stess fil-Public Accounts Committee.", "Fi tmiem il-ġimgħa smajna lill-kelliemi ta' l-Oppożizzjoni fuq il-finanzi jgħid li l-iżbilanċ tal-gvern mhux Lm125 miljun kellu jkun imma Lm150 miljun għax il-Lm25 miljun li nġabru bħala self biex jingħataw lit- Tarzna ħalli tkun tista' tħallas is-social security arrears, l-income tax arrears u parti mis-self li kienet ħadet mingħand il-banek, għandu jiżdied ma' l-iżbilanċ tal-gvern.", "Jiddispjaċini ngħid li meta nisma' affarijiet bħal dawn nibda nrodd is-slaleb għax dan il-punt iddiskutejnieh nhar il- Ġimgħa, mhux fis-saħna tal-każini jew fis-saħna tal-pjazez fejn trid titkellem għan-nies, u għalkemm min tkellem m'huwiex wieħed li jitkellem ħafna għall-gallerija, meta jkollok in-nies quddiemek u meta jkollok konsiderazzjonijiet politiċi wieħed forsi jara li jkun hemm dimensjoni li ma teżistix f'kumitat speċjalizzat tal-Kamra bħalma hu l-Public Accounts Committee.", "Fuq dik il-mejda tkellimna bħala nies li lkoll kemm aħna nafu sewwa x'aħna ngħidu.", "Mhux jiena biss - u jiena naf x'jien ngħid fuq din u anke fuq l-affarijiet l-oħra għax kieku ma nafx x'jien ngħid ma nitkellimx - imma anke l-oħrajn jafu sewwa x'inhuma jgħidu; wieħed għandu esperjenza twila ekonomika, l-ieħor b'esperjenza twila fil-qasam finanzjarju fis- settur privat u sħabi l-oħrajn kollha li ċertament kienu jafu x'qed ngħidu.", "Hemmhekk wieħed min-nies tekniċi li kellna quddiemna ħareġ bil-punt li teknikament suppost li s-self lit-Tarzna biex jiffinanzja arretrati, li wara kollox inbnew matul il-ħajja tal-Gvern Nazzjonalista b'mod li ma messhomx inbnew - mhux tort tal-Gvern Nazzjonalista imma f'dak iż-żmien inbnew, hu ta' min hu t-tort - kellu jiżdied ma' l-iżbilanċ tas-sena li għaddiet.", "Hemhekk jiena għidtlu: Le, ma nkomplux ngħidu affarijiet li ma jorbtux ma' dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu.", "Qegħdin nipprovaw naraw l- iżbilanċ reali tal-gvern u mhux dak li jkun fuq il-kotba għax fuq il-kotba tagħmel accounting mod imma f'sens ekonomiku tagħmel mod ieħor.", "U l- argument spiħħa hemm; ħadd ma tkellem iżjed.", "Kulħadd kellu l-liberta` li jitkellem.", "Iċ-chairman kellu l-liberta` li jitkellem għax hu jmexxi l- Kumitat u l-membri l-oħra kollha kemm aħna kellna l-liberta` li nitkellmu; ma kellna xejn xi jżommna milli nkomplu għal siegħa jew sagħtejn oħra.", "Il- Parlament dam sa wara nofs il-lejl dakinhar, jiġifieri stajna komplejna bil- laqgħa, imma fil-fatt il-laqgħa waqfet u ħadd ma tkellem iżjed.", "Imbagħad jiġi l-Ħadd u l-istess chairman imur f'każin lokali u jgħid - għallinqas hekk ġie rrapportat għax jiena qed ngħid xi qrajt għax ma kontx fil-każin - li l-iżbilanċ suppost li kien ta' Lm150 miljun u mhux Lm125 miljun kif kienu l-estimi riveduti u mbagħad tnaqqas Lm22 miljun li kienu l- varjazzjonijiet fid-dħul u fil-ħruġ fl-aħħar erba' xhur tas-sena.", "Meta jgħidu dawn l-affarijiet fil-Parlament il-politiċi ta' din Malta tagħna x'inhuma jipprovaw jagħmlu?", "Għaliex aħna għandna nipprovaw nifhmu x'inhi l-qagħda reali u naraw xi problemi għandu l-pajjiż u mhux noqogħdu nwaħħlu f'xulxin, li writniehom u li kabbarniehom.", "Il-problemi qegħdin hemm, faqqsu kif faqqsu llum huma tagħna lkoll u għandna nipprovaw niffaċċjawhom.", "Imma flok nagħmlu hekk qisna lanqas irridu naqblu fuq x'inhi verament il-qagħda.", "Lanqas għandna l-impenn nazzjonali li ngħidu: Irrispettivament minn dak li nemmnu politikament, irrispettivament fejn ma naqblux politikament ma' xulxin - hemm issues fejn naqblu, hemm issues fejn ma naqblux ma jimportax - ejja naraw x'hemm li jrid isir u nidentifikawh sewwa ħalli naraw kif l-aħjar li nagħmluh.", "Imma lanqas dan m'aħna kapaċi nagħmlu u kemm hawn ġew u iżjed barra minn hawn ġew, noqogħdu ngħidu affarijiet li ma jorbtux mar-realta`!", "Jiena għidt li punt qasir ridt nagħmel u dan hu l-punt li ridt nagħmel.", "Imma fuq l-iżbilanċ ta' l-1996 se nerġa' ngħidha, mhux għall-aħħar darba għax kull darba li tqum nerġa' nqum u nirribatti dan il-punt.", "Dak li ħareġ bħala kejl ta' l-iżbilanċ ta' l-1996 ma kien fih lanqas lira waħda barra minn postha!", "Tant hu hekk li qabel ma ħareġ il-budget - din għidtha hawn ġew u nerġa' ngħidha - ċempilli xi ħadd u qalli: Għandna dħul ta' Lm0.25 miljun li ilna nistennewh ħafna u se jagħtuhulna l-ġimgħa d-dieħla, trid tħallih għall-ġimgħa d-dieħla ħalli jidħol fil-budget li ġej?", "Jiena għidtlu: Le, dak huwa dħul dovut għall-1996, ġibu malajr ħalli ndaħħluh fl- 1996.", "Ħalli nagħmel l-aħħar punt.", "Jekk se tibqa' sejra hekk din il-biċċa tax- xogħol se nagħmel proposta bir-responsabbilta` kollha li tinvolvi lin-nies li kienu responsabbli mill-finanzi tal-gvern u għadhom ħajjin.", "Sfortunatament, tista' tgħid li kollha m'għadhomx la fil-gvern u lanqas fl- amministrazzjoni.", "Fl-amministrazzjoni għad hemm wieħed jew tnejn għax l- oħrajn laħqu rtiraw bl-eta`.", "Min-naħa tal-gvern, għalkemm jiena m'iniex fil-gvern, s'issa għadni nferfer u lsieni għadu jdur; ma nafx kemm se jdum imma s'issa għadni nferfer u lsieni beħsiebni nibqa' nferfru, ladarba m'huwiex imwaħħal, sakemm ikun hemm bżonn u sakemm inħoss li hekk huwa xieraq.", "Mela jiena qiegħed hawn bħalma qiegħed hawnhekk ukoll l-ex-prim ministru u l-ex-ministru tal-finanzi li kienu jafu x'inhi l-qagħda finanzjarja.", "Il-bqija tal-Kabinett ma kienx jafha.", "Jien tkellimt ma ex- ministri oħra u naf li ma kenux jafuha.", "Jiena se nagħmel proposta.", "Ejja lkoll kemm aħna, l-ex-prim ministru, l-ex-ministru tal-finanzi, jiena bħala l-ex- ministru tal-finanzi li fassalt l-ewwel budget tal-Gvern Laburista, l- uffiċjali - issa jkollna ndaħħluhom lil dawn, mhux fil-politika imma oġġettivament - tal-Ministeru tal-Finanzi li għadhom hemmhekk, l-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Inland Revenue li għadhom hemmhekk, l-uffiċjali tas- Social Security Department li għadhom hemmhekk, l-uffiċjali tat-Teżor u l- uffiċjali l-oħra f'dawn id-dipartimenti li m'għadhomx hemmhekk għax irtiraw imma għall-grazzja t'Alla għadhom b'saħħithom u għadhom ħajjin, ejja lkoll nagħmlu dikjarazzjoni solenni - ftit drammatika imma mhux melodrammatika - maħlufa quddiem il-qrati, affidavit għan-nom tagħna nfusna individwalment, għas-sodisfazzjon ta' dan il-Parlament u għas-sodisfazzjon tal-poplu Malti kollu, ħalli darba għal dejjem jiġi stabbilit li dik il-qagħda finanzjarja li wrejna meta ressaqna l-estimi ta' l-1997, il-qagħda finanzjarja li allura tirrapporta x'irriżulta fl-1996, kenitx veru jew le.", "Jien dan iddikjarajtu kemm-il darba f'dan il-Parlament u ħadd ma qalli li m'emminnix.", "Ikun hemm membri ta' l-Oppożizzjoni li jikkwotaw ħafna dak li ngħid jien, u jistgħu jikkwotawh bil-liberta` kollha għax li ngħid jien ngħidu fil-pubbliku.", "Jiena qatt ma ngħid: Ajma żaqqi qed tuġagħni għax għadni m'għidtx xi ħaġa!", "Jiena kollox ngħid fil-pubbliku.", "Nikteb u nitkellem fil-pubbliku.", "U la ngħidu fil-pubbliku jistgħu jikkwotawh; jekk jgħawġuh, affari tagħhom!", "Jekk jikkwotawh b'mod selettiv, affari tagħhom, fuq il-kuxjenza tagħhom u fuq il-kredibbilta` tagħhom.", "Imma mbagħad ma jistgħux ikunu kredibbli magħhom infushom meta dak li ngħid jien jikkwotawh fuq is-sistema ta' tassazzjoni u fuq x'għandna nagħmlu rigward l-Unjoni Ewropea fiċ-ċirkostanzi li qegħdin illum - għax din ma tantx jagħtu kasha huma u ċerti nies oħrajn - b'ċerta solennita` u b'ċerta awtorita` mhux qisu l-Vanġelu - għax evanġelisti erbgħa kien hawn u naħseb li ma twieled ħadd iżjed - imma qisu xi appendiċi ċkejkna mal-Vanġelu, u mbagħad meta bis- solennita` kollha u bla rabja u bla interess personali ngħid li l-qagħda finanzjarja ta' l-1996 kienet dik li ġiet ippubblikata, wiċċ imb'wiċċ ma jgħiduli xejn u barra minn hawnhekk joqogħdu jgħidu li mhux veru, li dik bagħbasnieha u vvintajnieha.", "Jiena għalhekk qiegħed ngħid dan, biex din naqtgħuha darba għal dejjem!", "Semmejthom in-nies, lill-amministraturi taċ- Ċivil ma semmejtx b'isimhom.", "Naf eżatt għal min qiegħed ngħid imma ma semmejthomx b'isimhom għax jiena f'dan il-Parlament qatt ma nsemmi ismijiet ta' nies li m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan il-Parlament.", "Dawn kienu qegħdin jagħmlu xogħolhom u meta nsemmihom insemmihom biss fil-kontest ta' xogħolhom, mhux f'xi kontest politiku.", "Ejja lkoll kemm aħna, hemm xi għaxra jew tnax-il-ruħ involuti, nagħmlu affidavit dwar x'kienet il-qagħda finanzjarja meta spiċċa l-Gvern Nazzjonalista, x'qalu lili malli dħalt fil- Ministeru tal-Finanzi u x'irrivelawli li kienet il-qagħda finanzjarja, ħalli jiġi pprovat darba għal dejjem li l-qagħda finanzjarja hija kif ġie dikjarat fil-budget ta' l-1997 għar-rigward ta' l-1996.", "U l-Gvern Laburista fuq dak il-kontest irid jaħdem u fuq dak il-kontest irid jieħu miżuri fiskali biex jirranġa l-budget deficit li wiret.", "Issa x'jiġri minn hemm 'il quddiem hija responsabblita` ta' Gvern Laburista, imma minn wara l- ewwel sena għax anke għall-ewwel sena l-qagħda kienet diġa` pproġettata mill-Gvern Nazzjonalista.", "Imma x'jiġri minn hemmhekk 'il quddiem hija responbsabbilta` tal-Gvern Laburista.", "Pero' ma jistax ikun li wara għoxrin xahar in-Nazzjonalisti għadhom iferfru ġwinħajhom u mill-għaxwa ta' wara l- elezzjoni issa jmorru fuq dawn il-ħafna affarijiet u flok imorru fuq affarijiet rilevanti jibqgħu għal seduta wara oħra jgħidu li mhux veru ħallew dak li ħallew warajhom.", "Dak le!", "Dan li jdejjaqni jien.", "Dan li jxebbagħni u għalhekk qiegħed ngħid: Ejja nkunu rġiel, nagħmlu affidavit individwali, nippreżentawh lil dan il-Parlament u noħorġuh għas- sodisfazzjon tal-poplu Malti kollu ħalli l-poplu jkun jaf mhux min qiegħed jgħid il-verita` jew min qiegħed jigdeb - il-verita` toħroġ weħidha - imma x'kien il-punto di partenza tal-Gvern Laburista, x'kien l-għeluq ta' Gvern Nazzjonalista u x'irid isir għall-quddiem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Nistieden lill-Onor.", "Leo Brincat jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Sur President, naħseb li kellna dibattitu interessanti, fuq dan is-suġġett għalkemm ovvjament, kif kien mistenni, kellna fehmiet kontrastanti.", "Nibda bl-ewwel osservazzjoni li għamel ix-shadow minister tal-finanzi l-Onor.", "Dalli, meta qal li l-Gvern Laburista qed jgħix virtual reality u biex ikun ċert li jifhmu kulħadd qal: Qisna xi ħadd li qed jimmaġina ħafna ballet-dancers quddiemu u mbagħad imur ifittex u ma jsib xejn.", "Jiena naħseb li nkunu misleading meta nitkellmu b'dan il-mod għaliex il-pajjiż bħalissa mhux virtual reality qed jiffaċċja imma qed jiffaċċja a harsh reality li twassal għal hard choices, l-għażliet sodi li Gvern Laburista qiegħed jagħmel minħabba d-deficit strutturali li wiret f'Ottubru ta' l-1996.", "Nitkellmu kemm nitkellmu fuq dan l-imbierek deficit, kemm żdied u kemm naqas, kemm attwalment hu u kemm suppost kien, ħadd min-naħa ta' l- Oppożizzjoni qatt ma jkollu d-diċenza li jsemmi l-element strutturali tad- deficit.", "Huwa inutli noqogħdu ngħidu li l-Gvern Laburista ssellef darbtejn, tliet darbiet aktar milli ssellef il-Gvern Nazzjonalsita.", "Ir- raġuni hija sempliċi; sa l-1995 il-pożizzjoni kienet għadha pjuttost sostenibbli, għalkemm diġa` kien qiegħed jidher fuq ix-xefaq li l- affarijiet ma kenux sejrin sew, u mbagħad is-sitwazzjoni ħarbet fl-1996.", "U ma niġux ngħidu li ħarbet għax inbidlet l-amministrazzjoni, għax aħna konna responsabbli biss għall-aħħar xahrejn tas-sena.", "Ħarbet lill- amministrazzjoni Nazzjonalista għax dawn kellhom target ta' deficit ta' xi Lm35 miljun biss, u d-deficit spiċċa sploda 'l fuq bi tliet darbiet, b'300%.", "Allura kienet konsegwenza naturali li kif tela' Gvern Laburista kellu bżonn jissellef u fil-fatt kellu jissellef figura astronomika a paragun ta' dak li kien qed jissellef il-Gvern Nazzjonalista fis-snin preċedenti.", "Dak kien il-prezz li kellna nħallsu, u għadna qed inħallsu sal- lum, għad-deficit strutturali li ħalla l-Partit Nazzjonlista meta nbidlet l- amministrazzjoni.", "Is-sequence ta' dan id-dibattitu kienet daqsxejn frammentata għax bdejna nitkellmu fuq dan l-abbozz, imbagħad qlibna fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u issa erġajna ġejna fuqu.", "Kien hemm ċerti argumenti li tqajmu fid- dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali li diġa` ġew imwieġba u naħseb li nkun qed naħli l-ħin tal-Kamra jekk noqgħod nerġa' nirrepeti dak li għidt fil-winding-up ta' dak l-abbozz bi tweġiba għall-punti li forsi tqajmu anke fil-kontest ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum.", "Sur President, naħseb li wara dawn il-jumejn jew tlieta ta' dibattitu li kellna fuq din il-liġi dwar il-one-off tax fuq il-banek, il-mistoqsija fundamentali li toħroġ hija waħda u rridu nweġbuha ''iva'' jew ''le''.", "Il- mistoqsija hija jekk din il-miżura li qed jieħu l-Gvern Laburista minħabba d-deficit strutturali li hawn fil-pajjiż, hijiex se tgerrex l-investiment barrani jew le.", "Jiena b'idejja fuq il-kuxjenza ngħid li m'hijiex se tgerrex investiment barrani għax il-Gvern Laburista kellu l-onesta` u l- kuraġġ li jgħid: Din hija a one-off measure, miżura ta' darba; m'aħniex se nerġgħu mmissu s-settur bankarju.", "U tajna assigurazzjoni li għandha sserraħ ras kulħadd u qiegħda sserraħ ras kulħadd għaliex meta nitkellmu ma' bankiera - u hawnhekk qed nitkellem fuq bankiera privati, mhux bankiera nominati mill-gvern - u nagħtuhom l-assigurazzjoni li hija a one-off tax jifhmu ċ-ċirkostanzi - mhux qed ngħid li joqogħdu jogħrku jdejhom, imma jifhmu - li fihom ittieħdet deċiżjoni bħal din.", "Għalhekk jiena sinċerament ma nistax nifhem kif jiġi l-Onor.", "George Hyzler u joqgħod jgħidilna li lill- Parlament ma tistax torbotlu jdejh!", "Veru li ma tistax torbotlu jdejh imma naħseb li l-irġulija hawnhekk għandha tiġi miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jekk illum nagħmlu statement kategoriku dan għandu jkollu l-weight ta' political commitment li aħna m'għandna l-ebda intenzjoni li nagħmlu taxxa addizzjonali simili għas-settur bankarju fis-snin li ġejjin.", "Jiena ngħid li l-messaġġ pożittiv ta' din l-assigurazzjoni, għalkemm jidher li m'huwiex qed jikkonvinċi lill-Oppożizzjoni, jidher li qiegħed jikkonvinċi lill-investituri barranin.", "Meta kien qiegħed jagħmel id- diskors tiegħu l-Onor.", "Bonnici xi ħmistax ilu qalilna: Għaliex qed tgħidu li l-banek xorta baqgħu ġejjin?", "Il-banek li qed jieħdu interess f'Malta huma banek offshore li m'humiex milquta minn din il-liġi.\".", "Allura dan ifisser li l-liġi m'hijiex qed tkun ta' deterrent u xorta tista' tibqa' ġġib investiment bankarju lejn pajjiżna.", "U jien nixtieq nagħti żewġ eżempji biex nuri li l-Onor.", "Bonnici kien żbaljat .", "L-ewwelnett, wara li din il-miżura tħabbret pubblikament fil-budget, ġie investiment sostanzjali fil-Lombard Bank mis-CCF, li huwa wieħed mill-banek ewlenin Franċiżi.", "Dawn ġew, staqsewna jekk din hijiex a one-off tax, aħna tajniehom l-assigurazzjoni tagħna u huma komplew bil-pjani tagħhom li jinvestu fil-Lombard Bank.", "Fil-fatt investew u llum kemm huma, kif ukoll is- sħab lokali tal-Lombard Bank jinsabu kuntenti ħafna bil-mod kif sejjer dan iż-żwieġ bankarju.", "Jien ngħid li llum il-Lombard Bank qiegħed f'sitwazzjoni ferm aktar feliċi u ferm aktar florida milli kienet meta kien imsallab b'dak l-investitur Malasjan misterjuż li Alla biss jaf kif sab ruħu f'Malta.", "Xi riċerkaturi tal-Malta Labour Party qagħdu jiktbu ktieb dwar Memmo, imma naħseb li jekk jirnexxilhom jindagaw sew dwar dan il- Malasjan misterjuż li kien hemm fil-Lombard Bank mhux biss isibu ħafna affarijiet interessanti dwar il-background tiegħu - għax aħna akkwistajna ċerta informazzjoni dwaru - imma anke tagħrif dwar il-kobob imħabbla li dan kellu ma' diversi interessi Maltin.", "Jien naħseb li jkun tajjeb jekk xi darba din l-istorja toħroġ fil-beraħ ħalli nkunu nafu l-istorja vera ta' kif ġie dan l-investiment u x'kienet il-konnessjoni ta' dan l-investitur ma' ċerti interessi Maltin f'pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li proprju għada stess - allavolja m'għamilnihiex timed apposta biex tikkoinċidi ma' din il-liġi - għandna taħdidiet ma' bank ieħor ewlieni Franċiż li ġej Malta b'riżultat tal-promotional visit li kien għamel il-Prim Ministru f'Pariġi fuq stedina tal-Gvern Franċiż.", "Dawn huma konxji ta' x'inhuma l-liġijiet tal-pajjiż u tal-miżuri fiskali li għandu l- pajjiż, u għalkemm jien m'iniex xi wieħed minn dawk li jgħoddu l-flieles qabel ma jfaqqsu, jidher li dawn ġejjin biex jaraw x'joffri s-settur bankarju Malti.", "Issa jekk jinvestux jew le huwa argument ieħor, u nitkellmu fuq din id-deċiżjoni jekk u meta tittieħed.", "Imma l-fatt li l- interess mis-settur bankarju baqa' qawwi anke wara li ttieħdet din il- miżura li qed nitkellmu fuqha, juri li l-Gvern Laburista żgur li l-aħħar ħaġa li ried jagħmel kienet li jagħmel xi ħaġa distabbilizzanti fil-pajjiż.", "Jien għalhekk ma nistax naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "George Hyzler li aħna kollha soċjalisti ta' mentalita' antika, li m'aħniex komdi bil- policies li qed naddottaw illum u li fil-qalb ta' qalbna aħna ffissati biex naħtfu u naħilbu lill-privat kemm nistgħu.", "Il-Gvern Laburista ġdid tela' fuq l-għajta li jagħti l-ispazju neċessarju lis-settur privat u żgur li din il-politika se tkun attwata u mhux ippriedkata biss tul il-leġislatura jew il-leġislaturi li Gvern Laburista jkun fil-gvern.", "GĦaldaqstant jien nikkritika bil-qawwa kollha l-attentat fin li sar dalgħodu kien attentat sottili imma dirett - biex igerrex l-interess li jista' jkun hemm mill- barranin fil-privatizzazzjoni meta nġab l-argument li din id-darba jmiss lill-banek u għada pitgħada jista' jmiss lil xi kumpannija privata li l- Gvern Laburista forsi jkun ipprivatizza, bħall-MIA u l-Maltacom.", "Jien naħseb li daqqiet bħal dawn huma daqqiet below the belt.", "GĦandna nagħmlu kritika, imma m'għandniex noħolqu dubji u suspetti serji fuq affarijiet li jkunu infondati u li ma jkunx hemm bażi serja li biex wieħed jibni dan it- tip ta' kritika.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Josef Bonnici tkellem b'mod kuntrastanti għall-mod kif tkellem l-Onor.", "George Hyzler.", "GĦaliex?", "GĦax l-Onor.", "George Hyzler qal li aħna għamilna taxxa fuq il-banek privati u l-Onor.", "Josef Bonnici argumenta bil-maqlub meta qal li l-banek ewlenin huma ta' l-Istat u b'din il-miżura l-Gvern mhux lill-privat ikun qed jaħleb, imma lilu nnifsu.", "L-Onor.", "Bonnici kompla jgħid li kien jagħmel aktar sens li kieku l-Gvern m'għamilx din it-taxxa fuq il-banek u ħallihom joħorġu bid-dividend policy tagħhom bla mittiefes.", "Kieku aħna affettwajna d-dividend policy tal-banek b'din il-miżura allura kont nifhem il-punt ta' l-Onor.", "Bonnici, imma anke hawn kienet żbaljata l-kritika tal-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni.", "U biex nuri kemm kienet żbaljata jien se nikkwota x'qal riċentement iċ- chairman tal-Mid-Med Bank, is-Sur Alfred Mifsud, meta staqsewh x'jidhirlu mit-taxxa fuq il-banek.", "Dan qalilhom li kienu jieħdu aktar gost li kieku ma kienx hemm din it-taxxa - u kellu raġun għax naħseb li l-ebda chairman serju ta' bank ma jieħu gost jara taxxa imposta fuq il-bank tiegħu - imma mbagħad qalilhom żewġ affarijiet importanti li jkun tajjeb li jiġu sottolineati.", "L-ewwelnett qalilhom li l-bank - u jien persważ li dk li japplika għall-Mid-Med Bank japplika wkoll għall-Bank of Valletta u għal- Lombard Bank - kapaċi jassorbi din it-taxxa.", "It-tieni punt importanti li jwieġeb il-query li għamel l-Onor.", "Bonnici l-bieraħ kien li din it-taxxa m'hijiex se taffettwa d-dividend policy tal-bank għax il-bank innifsu għandu riżervi sodi u għoljin.", "GĦalhekk jien ngħid li l-livell ta' taxxa li qed nagħmlu żgur li m'għandux jagħmel dent fl-istruttura ta' xi waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżna, u naħseb li din hija xi ħaġa li għandna nindirizzawha darba għal dejjem.", "Sur President, il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni, fejn jaqbel lilhom - u dan m'huwiex fair - iħobbu jġibu paraguni ma' dak li jiġri fl-Ewropa.", "Qed ngħid ''fejn jaqbel lilhom'' għax, per eżempju, dawn ma jsemmux il-qgħad strutturali li hemm fl-Ewropa.", "Meta jien ġibt l-eżempju li taxxi simili saru fl-Ingilterra u fil-Kanada qalulna li dawk huma pajjiżi li għandhom settur finanzjarju żviluppat ħafna aktar minn tagħna u allura jifilħu għal dawn l-affarijiet u aħna ma nifilħux għalihom.", "Jien nerġa' ngħid li dan huwa kollu kliem intiż biex inissel l-isfiduċja, imbagħad minn fuq joħorġu jgħajru lilna li aħna nibbrillaw fl-isfiduċja u fl-inċertezza.", "GĦax din hi s-sabiħa!", "Joħolqu l-isfiduċja u l-inċertezza huma u fl-istess nifs jgħidu li l-Gvern Laburista jibbrilla fil-ħolqien ta' l-inċertezza.", "Imma nafu l- espressjoni li s-seftura milli jkollha tagħtik u naħseb li din tapplika anke għal dak li qed nitkellmu fuqu llum.", "Sur President, osservazzjoni oħra saret mill-Onor.", "Dalli meta bdejna d- diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "L-Onor.", "Dalli, li dakinhar kien qed iħares b'mod panoramiku lejn is-settur trejdunjonistiku qal li llum aħna spiċċajna nġelldu union ma' oħra.", "Imbagħad fil-festa ta' Jum il-Ħaddiem il- Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li sforz iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż, illum il- unions spiċċaw iddgħajfu.", "Fl-istess ħin li l-Onor.", "Fenech Adami qed jgħid li l-unions iddgħajfu, il-president tas-sezzjoni ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista ħareġ jgħid li iktar ma jkunu kbar l-ostakli aktar jissaħħu t- trade unions f'pajjiżna.", "Mela wieħed jgħid li qed jiddgħajfu u l-ieħor jgħid li t-trade unions qed jissaħħu sforz l-ostakli li indirettament qed jimplika li ħloqna aħna stess.", "Imma jien irrid inwieġeb għal dik l- allegazzjoni li għamel l-Onor.", "Dalli meta qal li aħna qed nipprovaw inġelldu l-unions ma' xulxin.", "Dan żgur li ma kienx il-każ meta aħna ttrattajna magħhom fuq il-kwestjoni tad-dawl u l-ilma.", "Sur President, aħna maż-żewġ unions tkellimna ċar u għidnielhom li rridu ftehim li jkun ekwu għall-partijiet kollha ħalli l-ebda naħa ma toħroġ tittrijonfa u tgħid li l- Gvern ta vantaġġ lil naħa a skapitu tan-naħa l-oħra.", "Dan bqajna ngħiduh minkejja li tul is-snin kellna - u għad għandna - ċerti rabtiet privileġġjati ma' waħda mill-unions involuti.", "Per eżempju, kien hemm min staqsiena għaliex se nżidu l-prezz għas-servizz tad-dawl meta l-Enemalta qed tixtri ż-żejt orħos.", "L-ewwelnett min jitkellem hekk ikun qed jitkellem għall-gallarija, Sur President.", "Kif diġa' spjegajna, iż-żidiet tad-dawl fihom infushom mhux se jkunu biżżejjed biex jinnewtralizzaw il- losses ta' l-Enemalta li ilhom jakkumulaw is-snin.", "Nerġa' ngħid, dan il- kliem hu intiż biss għall-gallarija biex dak li jkun jidher sabiħ mal- votanti f'ċirkostanzi fejn il-Gvern Laburista forsi m'huwiex popolari imma qed juri determinazzjoni u kuraġġ.", "L-Onor.", "Bonnici għamel punt ieħor li ma tantx ġie picked mill-media, imma jien qgħadt attent u niżżiltu dak il-ħin stess ħalli nkun ċert minni nnifsi.", "Dan qal li meta kienu fil-gvern kienu lesti li jtellgħu d-deficit, basta jsarrfuh fi progress.", "Hawnhekk wieħed jagħmel mistoqsija fundamentali.", "Deficit fih innifsu jista' qatt iwassal biex ikollok il- progress fil-pajjiż?", "Jien naħseb li l-Onor.", "Bonnici messu tkellem mod ieħor.", "Ftit ilu saret konferenza tajba ħafna tal-Bank Ċentrali u fost il- kelliema kien hemm il-Gvernatur tal-bank ċentrali ta' Iżrael li kien brillanti.", "L-Onor.", "Josef Bonnici kien preżenti tul il-konferenza kollha u semgħu jwissi li deficit qatt ma jista' jkun sostenibbli u ta' ġid għall- ekonomija tal-pajjiż.", "Dan qal ċar u tond li deficit jherrik minn ġewwa bħalma jagħmel il-cancer.", "L-argument riċiklat tan-naħa l-oħra, li f'ċerti ċirkostanzi d-deficit huwa tajjeb għax nistgħu nsarrfuh fi progress, juri kemm dawn għadhom jaħsbu b'mentalita' ta' short term planning u mhux b'mentalita' ta' medium u long term planning kif għandu bżonn pajjiżna fiċ- ċirkostanzi tal-lum.", "Sur President, irrid nagħmel aċċenn għall-ftehim ma' l-Italja.", "Tgħiduli li dan m'għandux x'jaqsam mat-taxxa tal-banek.", "M'għandux x'jaqsam, imma la saret il-kritika min-naħa tal-Partit Nazzjonalista nkun qed nonqos jekk ma nweġibx.", "Fl-intervent tiegħu l-Onor.", "Bonnici staqsa x'se jiġri mill- ftehim ma' l-Italja.", "Donnu ried jimplika li ladarba mexjin lejn free trade zone ma' l-Unjoni Ewropea, ma' l-Italja m'hu se jiġri xejn iktar.", "L- ewwelnett tajjeb li wieħed jikkwota x'qal l-ambaxxatur Taljan dan l-aħħar anke meta kellu laqgħa miegħi - u m'iniex qed nikkwota x'qal lili privatament imma x'qal anke fil-ġurnali lokali - fejn qal li huwa jawgura li l-cooperation agreement bejn Malta u l-Italja jitjieb fuq livell kwalitattiv.", "Apparti minn hekk, tajjeb li wieħed jgħid li f'taħdidiet li l- Gvern Malti kellu mal-Gvern Taljan il-Viċi Prim Ministru kien qal lill- ministru ta' l-affarijiet barranin Taljan Dini li billi dan il-ftehim ma' l- Italja jintemm fis-sena 2000, u billi n-negozjati jieħdu fit-tul, ikun importanti jekk dawn in-negozjati jibdew kmieni kemm jista' jkun. ir- risposta tal-Ministru Dini - u dan huwa minuted fl-official minutes tal- laqgħat li kellhom - ma kenitx ''le'', imma qallu biss li minkejja li l- fondi tal-kooperazzjoni esterna Taljana tnaqqsu, huwa kien se jara kif se jagħmel biex iġib flus għal Malta,", "\"...considering the importance of maintaining close and most friendly relations with Malta.\".", "GĦalhekk m'għandniex noqogħdu niġu hawnhekk inbeżżgħu bil-babaw u nitkellmu b'dan il-mod allarmist.", "Meta ngħidu li għax qegħdin on a free trade agreement allura l-kooperazzjoni bilaterali tagħna ma' pajjiżi oħrajn se tispiċċa, naħseb li nkunu qegħdin verament nimmislijdjaw lill-Kamra.", "Sur President, il-Partit Nazzjonalista għandu jbiddel il-kritika tiegħu fuq il-kwestjoni tas-sħubija.", "Jien m'iniex se ngħidilhom biex ibiddlu l- fehma tagħhom, għax jekk dawn għandhom their mind set f'dan ir-rigward żgur li m'iniex se nkun jien li nġegħelhom ibiddluh, imma l-argument tagħhom iridu jbiddluh darba għal dejjem.", "Dawn sa ftit ilu kienu qed jagħtu l- impressjoni li kieku baqgħu huma fil-gvern, illum jew għada konna se nkunu msieħba ġodda fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' kemm Pauline Green kif ukoll Maren Gunther - li hija ta' tendenza tal-lemin - u li t-tnejn kienu għal żjara f'Malta qalulna ċar u tond li s-sħubija għall-ebda pajjiż applikant m'hi se sseħħ qabel is-sena 2003 jew 2004.", "Issa għalfejn qed ngħid dan kollu?", "Għaliex hemm aspett tal-free trade agreement li aħna rridu nagħmlu ma' l- Unjoni Ewropea li tan-naħa l-oħra jinjorawh biex joħolqu l-firda meta suppost li jafu li dan joffri bażi għal kunsens dwar il-politika barranija ta' pajjiżna.", "X'inhuwa dan il-punt?", "Il-punt huwa li n-negozjati tal-free trade agreement se jiġu konklużi qabel ma jibda t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u aħna qed nagħmluha ċara li l-free trade agreement huwa intiż biex iħalli l-bieb miftuħ beraħ għal kwalunkwe amministrazzjoni oħra, kemm Laburista u kemm Nazzjonalista, li tiddeċiedi hi kemm għandhom ikunu profondi, mifruxa u intensi r-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri aħna ma qed nagħlqu l-bieb għal ħadd, aħna ma qed nagħmlu sarima u ktajjen madwar ħadd, anzi qed ngħidu li se ninnegozjaw free trade agreement ma' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma nieħdu deċiżjoni li torbot il- ġejjieni li jista' jirrita lil gvern futur, ikun xi jkun l-orjentament politiku tiegħu.", "Sur President, in-Nazzjonalisti din ma jgħiduhiex għaliex jafu li jkunu qed iċekknu l-flessibbilta' li din il-proposta toffri jekk huma jwarrbuha.", "Ovvjament jekk min-naħa l-oħra huma jagħtuha l-importanza li tixirqilha, ikunu qed juru lill-poplu kemm hija option attraenti, flessibbli u intelliġenti dik li qed jipproponi l-Gvern Laburista jiġifieri ta' free trade agreement ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid li dan l-aħħar l-Onor.", "Louis Galea f'dibattitu ieħor li kellna qal li l-Partit Nazzjonalista għamel żball wieħed meta kien fil-gvern, dak li ma fissirx tajjeb x'kienu l- vantaġġi ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk naqbel miegħu, għax il- Partit Nazzjonalista ma rnexxielu jikkonvinċi lil ħadd u dan ħareġ ċar minn kif ivvota l-elettorat f'Ottubru ta' l-1996.", "Li rrid ngħid hu li jekk il- Gvern Nazzjonalista naqas dakinhar fil-mod kif spjega u kif artikola l- argumenti fuq l-Unjoni Ewropea, illum żgur li mhux se jirbaħ votanti u sympathisers ġodda b'dak il-leaflet li bagħat fid-djar.", "Dan il-leaflet jien diġa' sejjaħtlu wieħed infantili u nerġa' nsejjaħlu infantili għaliex fih spikka dak li ma ntqalx aktar milli dak li ntqal, Sur President.", "Meta inti tpinġi xenarju fejn kollox huwa ward u żahar u lanqas ikollok id-diċenza li tipprova ssemmi xi aspetti negattivi, allura mbagħad ħadd ma jibda jemmnek.", "U dawn x'qalu f'dan il-fuljett, Sur President?", "Qalu li jekk nidħlu fl- Unjoni Ewropea se nkabbru l-investiment, se nsaħħu lill-industrija, se jgawdu l-aktar in-negozji ż-żgħar - issa dawn l-iktar li se jkunu miftuħin għall-kompetizzjoni - il-bdiewa u s-sajjieda se jgawdu suq kbir - donnu s- suq Ewropew qed jistenna lill-bdiewa u s-sajjieda Maltin - u l-prezzijiet ikunu garantiti.", "Anzi qalulna li t-turist isibha iktar faċli biex jiġi Malta.", "Mela sieħbi l-Onor.", "Karmenu Vella m'għandux option oħra ħlief dik ta' membership fl-Unjoni Ewropea għaliex b'hekk ikun jista' jġib ħafna aktar turisti lejn pajjiżna!", "Qalulna li jkollna għajnuna għat-tarznari u ma jkunx hawn qgħad.", "Issa dan minkejja l-fatt li fl-Unjoni Ewropea, bl- eċċezzjoni tal-Lussemburgu u forsi ta' xi pajjiż ieħor, hemm qgħad strutturali li huwa ferm u ferm ogħla mill-qgħad li għandna f'pajjiżna llum.", "Qalulna li mhux veru li nimtlew bl-Isqallin, mhux veru li jogħlew il- prezzijiet tal-proprjeta', mhux veru li jiġu ħafna negozjanti barranin u mhux veru li tispiċċa l-kaċċa.", "Imma l-aspetti reali ta' l-impatt tas- sħubija ma kellhomx id-diċenza li jsemmuhom, Sur President.", "Sur President, niġi issa għall-kwestjoni tal-banek li bilfors irrid norbot magħha xi kummenti li saru anke fil-kontest tad-dibattitu fuq il- free trade area.", "Meta kien qed jagħlaq l-intervent tiegħu l-Onor.", "Bonnici qal li l-free trade area tant mhux se tkun beneficial daqs is-sħubija fl- Unjoni Ewropea, li għal dawk li huma fondi għar-ristrutturizzazzjoni ta' l- industrija se jkollna niddependu kompletament fuq il-poplu Malti.", "Dan mhux minnu.", "Jekk naraw x'se jiġri proprju din is-sena nsibu li se niddependu fuq parti mill-qligħ li se jagħmel il-Gvern fuq mill- privatizzazzjoni ta' l-MIA u tal-Maltacom u parti oħra tiġi mill-fondi tal- fourth financial protocol ta' l-Unjoni Ewropea li diġa' għamilnieha ċara li parti sostanzjali minnhom se jmorru espressament sabiex jgħinu r- ristrutturazzjoni ta' l-industrija Maltija.", "Imma l-Onor.", "Bonnici qed jinsa, inessi jew qed iwarrab apposta dawn l-argumenti.", "U għalhekk naħseb li nkunu qed nimmislijdjaw lill-Kamra meta nitkellmu b'dan il-mod u nxejnu u nwarrbu realtajiet u fatti li huma diġa' dikjarazzjonijiet pubbliċi tal- Gvern u allura suppost li l-Oppożizzjoni tafhom daqsna għax diġa' kkummentajna dwarhom.", "Sur President, l-Onor.", "Bonnici qalilna wkoll li minħabba din it-taxxa issa se jibda jkollna heavy bank charges.", "Jien ngħid li llum qed ngħixu fi klima ta' kompetizzjoni; spiċċa ż-żmien li għandek biss żewġ banek ewlenin.", "Illum hawn ukoll bank Ingliż, li fetaħ taħt l-Amministrazzjoni l-oħra imma espanda b'ritmu mgħaġġel ħafna taħt din l-Amministrazzjoni, li daħal fir-retail business, u qed ikun hemm kompetizzjoni bejnu u bejn iż-żewġ banek l-oħra f'diversi oqsma, fosthom fejn jidħol self.", "Jien ngħid li meta jkun hemm healthy competition fis-settur bankarju, sakemm tkun a level playing field competition, ħadd mill-banek ma jista' jaffordja li jiggoffa, għaliex ikun qed jagħmel dan għad-detriment mhux tas-settur bankarju imma għad-detriment tal-market share tiegħu stess.", "Niġi issa għal xi kummenti inġusti ħafna li saru dwar il-Bank Ċentrali u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "L-ewwelnett il-bieraħ saret l-akkuża li l- Gvernatur tal-Bank Ċentrali ġieli ma jkunx prudenti f'dak li jgħid u ġieli jkun politically biased.", "Jien nistieden lill-Oppożizzjoni biex issemmilna l- event li fiha l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ħa xi pożizzjoni biased.", "Jien fittixt cuttings mid-diskorsi tiegħu u sibt wieħed li l-Oppożizzjoni setgħet interpretatu bħala biased imma li, fil-fehma tiegħi, ma kien biased xejn.", "Darba minnhom dan għamel diskors fejn qal li l-miżuri li ħa l-Gvern qed jaħdmu.", "Mela l-Gvernatur għandu jikkritika biss dak li jkun sejjer ħażin?", "U jekk il-Gvernatur jara ċerti sinjali pożittivi m'għandux l-obbligu - l-obbligu u mhux id-dritt - li jikkummenta?", "U l-figuri ta' l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena wrew li l-kumment tiegħu kien wieħed ġustifikat u li kien qed jitkellem fuq fatti u mhux fuq politika.", "Biss lili ma jirriżultalix li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali kemm ilu Gvernatur qatt indaħal fil-politika jew qatt għamel xi statements ta' natura partiġjana.", "Jiddispjaċini ngħid li jidher li hemm ċerta montatura kontra l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "Din il-montatura ġejja b'mod sistematiku min-naħa tal- Partit Nazzjonalista u kienet l-aktar riflessa fl-intervent li għamel l- Onor. Tony Abela tal-Partit Nazzjonalista nhar il-Ġimgħa fejn dan għabbieh b'responsabbilta' li m'hijiex tiegħu.", "Dan qal li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali suppost li huwa responsabbli għall-immaniġġjar tal-finanzi u għall- qagħda finanzjarja tal-pajjiż.", "Jekk fhimt sew dan anke implika li għandu jkun hemm ir-riżenja tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "Sur President, dawn huma affarijiet serji ħafna.", "Fl-imgħoddi kien hemm okkażjonijiet fejn aħna ma qbilniex ma' l-istatements li saru minn diversi gvernaturi imma qatt ma ħriġna nattakkaw lill-gvernaturi pubblikament, anzi dejjem użajna ċerta prudenza għax dejjem ħassejna li kellna nġibu rispett jekk mhux lill- individwu nnifsu għallinqas lill-istituzzjoni bħala istituzzjoni awtonoma.", "L-Onor.", "Bonnici m'għandux joqgħod jgħid li l-Bank Ċentrali qed jagħmel kalkoli żbaljati.", "Kalkoli żbaljati għax il-Bank Ċentrali qed juża metodoloġija li lilu ma ddoqqlux għal widnejh?", "Li ma jaqbilx mal- metodoloġija għandu kull dritt, imma li jgħid li l-Bank Ċentrali qed ikun żbaljat, naħseb li hija allegazzjoni serja ħafna min-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Sur President, il-bieraħ qam ukoll l-argument dwar il-monetary policy tal- Bank Ċentrali.", "Intqal li l-Bank Ċentrali qed ikun iebes wisq u jista' jirrilaxxa xi ftit fl-imgħaxijiet.", "Jien stess, bħala Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, nara l-lok li forsi jista' jkun hemm attitudni daqsxejn aktar liberali fl-applikazzjoni tar-rati ta' l-imgħaxijiet mill-Bank Ċentrali, biss mhux se nindaħal lill-Bank Ċentrali fl-operat tiegħu.", "Inkella x'tiswa l-awtonomija?", "Inkella din tkun qiegħda hemmhekk biss għall-apparenza.", "It- tieni nett nifhem ukoll it-thinking tal-Bank Ċentrali li qed jieħu din il- miżura, għalkemm jien ma naqbilx magħha mija fil-mija.", "It-thinking prinċipali huwa li jissalvagwardja s-saħħa tal-lira Maltija.", "Il-Bank Ċentrali huwa tal-fehma li s-saħħa tal-lira Maltija timpinġi b'mod dirett fuq żewġ areas li jistgħu jkunu problematiċi għal pajjiżna, jiġifieri l- inflazzjoni u d-deficit fil-qasam tal-bilanċ tal-pagamenti.", "Sur President, fuq il-kwestjoni tal-Bank Ċentrali nixtieq inqajjem punt ieħor .", "Dan l-aħħar waqt konferenza tal-Bank Ċentrali tkellem uffiċjal għoli tal-Bank Ċentrali Ingliż li qal li huma jagħmlu kollox fil-miftuħ u li huma jippubblikaw il-minuti tal-laqgħat tal-monetary committee u saħansitra juru kif ikunu vvotaw in-nies fil-monetary committee.", "Fil-fatt veru li jiġri hekk fil-Bank Ċentrali Ingliż, imma dan ma jfissirx li din hija xi norma li għandha tiġi applikata b'mod kategoriku minn kulħadd bla ebda riżervi.", "Jien illum m'iniex se nikkwota xi politiku Malti biex forsi niddefendu lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali imma se nikkwota lil Wim Dusenberg, li huwa d-designated president tal-bank ċentrali Ewropew għall- futur li dan l-aħħar ġie kkwotat mill-Financial Times ta' Londra li waqt li kien qed jitkellem fil-confirmation hearing tiegħu qal li ma jaqbilx mal- fatt li l-Bank of England qiegħed jippubblika l-ħidma tal-monetary committee tiegħu għaliex dan jista' jkollu effetti ta' inċertezza fis-suq u jista' jwassal anke għal ċertu over-valuation ta' l-isterlina.", "Huwa qal li l-fatt li d-deliberations tal-Bank Ċentrali jiġu ppubblikati jista' joħloq diffikultajiet u qasmiet ġodda fil-public perception ta' l-operat tal-Bank Ċentrali nnifsu.", "Huwa semma wkoll id-dubji tiegħu dwar il-fatt li l-US federal reserve timxi fuq l-politika li tippubblika l-minuti.", "Issa jien ma rrid lil ħadd li jifhimni jew jinterpretani li qed ngħid lill-Bank Ċentrali biex ma jippubblikax il-minuti tal-kumitat tiegħu.", "Jekk il-Bank Ċentrali huwa awtonomu, jien żgur li m'iniex se nindaħallu jekk jippubblikax il-minuti tiegħu jew le.", "Imma jien ma naħsibx li għandna ngħaġġlu u sempliċement nieħdu bħala vanġelu dak li qal uffiċjal tal-Bank of England.", "Wara kollox il-Bank Ċentrali ilu awtonomu mill-1994, ilu bil- monetary committee għal mill-inqas dawn l-aħħar erbgħa jew ħames snin, u ma nafx li qatt kien hemm xi sejħa pubblika min-naħa tad-diriġenti tal-Partit Nazzjonalista meta kienu fil-gvern biex il-Bank Ċentrali jibda jippubblika l-minuti tal-monetary committee tiegħu.", "Nieqaf hawn fuq dan il-punt ħalli ħadd ma jaħseb li qed inħeġġeġ lill-Bank Ċentrali biex ma jippubblikax l- affarijiet tiegħu.", "Kulma rrid ngħid hu li mhux la kemm taqbad u taqta' linja dritta, għax jista' jkollok il-vantaġġi u jista' jkollok anke l- iżvantaġġi jekk inti tippubblika l-proceedings interni tal-monetary committee tal-Bank Ċentrali nnifsu.", "Sur President, l-aħħar rimarka li rrid nagħmel hi li nixtieq li l- Oppożizzjoni tkun inqas personali fil-kritika li tagħmel lill-Bank Ċentrali.", "Kif imxew mal-Gvernatur meta kienu għadhom fil-gvern huma kulħadd jaf.", "Kienu ġabuh f'sitwazzjoni li ġiegħluh imur għal early retirement.", "Għaliex għandna nagħmlu dawn l-attakki personali fuq persuna f'kariga daqshekk importanti meta qed tmexxi istituzzjoni daqstant serja u importanti għall-pajjiż to the best of his ability?", "Sur President, nixtieq nagħlaq b'osservazzjoni fuq dak li qal l-Onor.", "Bonnici l-bieraħ fuq il-qasam tal-manifattura.", "Jien bl-ebda mod ma rrid nagħti l-impressjoni li fil-qasam tal-manifattura miexi ward u żahar, imma rrid nissolleva l-fatt li s-sitwazzjoni fil-qasam tal-manifattura lanqas hija kollha ċpar u dlam, kif ipprova jpinġiha l-Onor.", "Bonnici l-bieraħ.", "Dan qal li jiena qarraqt bil-Kamra għax għidt li l-manifattura bħala percentage tal-GDP naqset f'dawn l-aħħar għaxar snin u li jien ma kellix id- diċenza ngħid li din naqset in real terms.", "Ħalli nħarsu lejn is-settur tal- manifattura u naraw x'ġara fl-1997.", "Veru li, in real terms bħala contribution għall-GDP, iċ-ċifra tal-manifattura niżlet naqas minn Lm257.76 miljun fl-1996 għal Lm254.6 miljun fl-1997, jiġifieri kien hemm a slight decline ta' ¥3.1 miljun.", "Din id-decline kienet dovuta għal sub-sector partikolari, dak ta' l-electrical machinery, jiġifieri ma kenitx xi ħaġa mifruxa fis-settur industrijali kollu.", "Jekk naraw l-employment levels insibu li dawn baqgħu hovering fl-area ta' 30,000 persuna fis-settur tal- manifattura.", "Ma kien hemm l-ebda down-trend drammatiku.", "Mhux talli hekk, talli filwaqt li fl-1996 t-telfien ta' l-impjiegi fil-manifattura kien ta' 874, fl-1997 kien ta' 228.", "L-aħħar statistika available għall-1997, li ġiet compiled mid-Dipartiment ta' l-Industrija abbażi ta' survey estensiv fil-qasam tal-manifattura, turi li s-setturi kollha tal-manifattura rreġistraw livelli ogħla ta' bejgħ milli kellhom qabel, b'żewġ eċċezzjonijiet, il-paper and printing - li jirrifletti ċerti diffikultajiet li jeżistu bħalissa fil-qasam internazzjonali ta' l-istampar - u l- machinery li huwa marbut l-aktar mas-semi-conductor market.", "La qed insemmi s-semi-conductor market tajjeb li wieħed jgħid li filwaqt li f'dan is- settur kien hemm ċertu down-turn, il-ħsieb huwa li l-pjanijiet li hemm għal investimenti kapitali ġodda f'pajjiżna jitwettqu.", "Dan ovvjament huwa ta' awgurju għal ġejjieni aħjar anke f'dan is-sub-sector importanti ħafna għall- ekonomija tal-pajjiż.", "Biex inkunu għidna kollox irridu nsemmu wkoll is-sub sectors li marru tajjeb.", "Fuq dawnkien hemm is-sub-sector ta' l-ikel, tat-tessuti, taż- żraben, tal-clothing, tal-metals u anke tas-setturi mixxellanji.", "Apparti minn hekk, setturi oħrajn irreġistraw żieda notevoli f'local sales.", "Qed ngħid dan għax, kif għidt, il-bieraħ kien hemm min ipprova jagħti l- impressjoni li kien hemm slump fil-bejgħ lokali fis-setturi kollha.", "Sur President, is-setturi li wrew żieda fil-local sales kienu dawk ta' l-ikel, il-beverages, it-tabakk, l-għamara, il-kimika, il-metall u anke l-machinery sectors.", "Biex nagħlaq ikun tajjeb li nagħti l-aħħar indikatur ekonomiku li juri li l-average weekly sales, l-average weekly earnings u l-average weekly domestic exports per employee fl-1997 kollha kienu aħjar milli kienu fl- 1996.", "L-average weekly sales per employee fil-qasam tal-manifattura fl-1996 kien ta' Lm679.65 waqt li fl-1997 kien ta' Lm696.81.", "L-average weekly earnings per employee żdiedu wkoll minn Lm89.39 għal Lm92.46 u l-average weekly domestic exports per employee minn Lm504.79 telgħu għal Lm507.65.", "Sur President, jien m'iniex xi wieħed li nħobb nikkwota ħafna figuri, imma fiċ-ċirkostanzi ħassejt li kelli nikkwotahom.", "L-Onor.", "Bonnici l-bieraħ tkellem fuq drop li kien hemm fil-valur u fil-kontribut tal-qasam tal- manifattura u pinġa stampa sewda għall-aħħar meta fil-fatt is-sitwazzjoni, għalkemm daqsxejn kawta, żgur li m'hijiex allarmanti, negattiva u pessimista kif pinġieha hu.", "Jien xorta waħda nħoss li jekk l-industrija trid tikkompeti, trid timmodernizza ruħha.", "Huwa importanti li din tirristrutturizza ruħha fis-snin li ġejjin jekk trid tilqa' l-isfidi u l- opportunitajiet tal-ġejjieni.", "Huwa proprju għalhekk li l-Gvern qed jieħu l- miżuri li qed jieħu.", "Il-Gvern mhux biss jikkonsulta mas-settur privat imma jagħmel ukoll a consensus building ħalli niżguraw li l-għanijiet tagħna jkunu l-għanijiet tas-settur privat u li dawn l-għanijiet nilħquhom u nilħquhom flimkien.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jagħmel taxxa li tinġabar darba ta' 15% fuq il- profitti ta' Banek Kummerċjali\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60, id-division tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TOURISM SERVICES BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed): Sur President, għandi emenda għal klawsola 2 biex jinbidel l-isem ta' l- awtorita' minn \"Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu\" għal \"Awtorita' tat- Turiżmu ta' Malta\".", "Qed nipproponu wkoll tibdil fit-tifsira ta' hostel.", "GĦalhekk, Mr. Chairman inressaq din l-emenda:", "\"A\" Il-klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fit-tifsira ta' \"l-Awtorita'\", fit-test Malti tagħha, minflok il- kliem \"l-Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu\" għandhom jidħlu l-kliem \"l- Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta\"; u", "(b) fit-tifsira ta' \"hostel\", minflok il-kliem \"ta' standard inqas minn dawk li normalment jingħata f'guest house;\" għandhom jidħlu l- kliem \"ta' standard bażiku;\".", "\"A\" Clause 2 shall be amended as follows:", "(a) in the definition of \"l-Awtorita'\", in the Maltese text thereof, for the words \"l-Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu\" there shall be substituted the words \"l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta\"; and", "(b) in the definition of \"hostel\", for the words \"of a standard lower than that usually required in a guest house\" there shall be substituted the words \"of a basic standard\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr. Chairman, irrid infakkar lill-Kamra u lil kull min qiegħed jismagħna li dwar dan l-abbozz ta' liġi hemm qbil fil-prinċipju miż-żewġ naħat tal-Kamra tant li meta l-Ministru ressaq dan l-abbozz għat- Tieni Qari kont jiena stess li ssekondajtu, kemm personalment kif ukoll għan-nom ta' l-Oppożizzjoni.", "L-intenzjoni hija li jkollna leġislazzjoni dejjiema dwar it-turiżmu, leġislazzjoni li tkun maqbula, li tkun pro-attiva u fuq kollox effettiva.", "Aħna rridu li jkollna liġi li ssewwi n-nuqqasijiet fil-leġislazzjoni attwali.", "Kif kellna okkażjoni ngħidu qabel, il-pajjiż jiddependi ħafna minn din l- industrija iżda sfortunatament dejjem ikun hemm minoranza li tara x'tagħmel biex tħassar u ttellef il-fama tal-pajjiż u anke x-xogħol siewi li jsir mill-maġġoranza ta' l-operaturi f'dan il-qasam.", "Irrid infakkar, Sur President, li fuq materja ta' turiżmu m'hawnx ġlied jew battibekki, imma kemm jista' jkun wieħed għandu jipprova jsib l-aħjar soluzzjonijiet.", "Irrid ukoll nirringrazzja lill-Ministru pubblikament ħalli fiż-żmien li għadda bejn id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari u llum kien hemm skambji ta' ideat u anke laqgħat fil-ministeru kif ukoll korrispondenza dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "Mill-emendi li tawni ndunajt ukoll li ttieħdu u in konsiderazzjoni ħafna mill-ideat u l-proposti li saru minn din in-naħa tal-Kamra u saru bl-iktar mod skjett u b'intenzjonijiet serji għall-vantaġġ tat-turiżmu.", "Ladarba hawnhekk qed nitkellmu fuq interpretation clauses, nixtieq nissolleva żewġ punti oħra.", "Ġieli jkun hemm xi kelma jew frażi li meta tinqaleb bil-Malti ma tiġix tagħmel ħafna sens jew għaliex it-traduttur ma jkunx fehem eżattament dak li ried jgħid il-Ministru u l-Parlament jew għax kultant ikun ħafna aktar għaqli li wieħed iżomm il-kelma fil-lingwa oriġinali tagħha.", "Fil-fatt f'din il-parti stess qed nużaw il-kliem \"guest house\", \"marketing and promotion\" u \"product planning\" li ħallejniehom bl- Ingliż.", "Jien irrid nagħmel riferenza għall-frażi \"destination management company\" u li għaliha t-translator uża l-kliem \"kumpannija li tidderieġi d- destinazzjoni\".", "Jien ma naħsibx li b'hekk ġiet tfisser dak li għandha tfisser f'din il-liġi.", "Min jaqra din il-frażi mingħajr ma jkun jaf xejn dwarha jispiċċa jaħseb li din tkun xi soċjeta' li għandha f'idejha t- tmexxija tar-resort ta' Malta kollha.", "Jien lill-Ministru nissuġġerilu li minflok il-kliem \"kumpannija li tidderieġi d-destinazzjoni\" nagħmlu kif sar f'diversi subklawsoli oħra f'din il-klawsola u nħalluha bl-Ingliż, jiġifieri \"destination management company\".", "Nixtieq ukoll nistaqsi jekk min ikollu liċenzja biex jopera bħala destination management company jistax ikollu anke liċenzja għall-incoming u outgoing tourism.", "Din hija mistoqsija li jien kont qajjimt fit-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi imma ma jirriżultalix li s'issa kien hemm xi dikjarazzjoni uffiċjali dwarha.", "Nittama li jkollna risposta fuq dan il- punt.", "Nixtieq nissolleva xi punti oħrajn.", "Waħda mill-affarijiet li tiddistingwi bejn lukanda u guest house hija n-numru ta' kmamar.", "Guest house m'għandux ikollha inqas minn ħamest ikmamar u lukanda m'għandux ikollha inqas minn għaxart ikmamar.", "Issa jien naħseb li jekk verament irridu naġġornaw ruħna għaż-żmenijiet tal-lum, ir-riferenza għall-kmamar tista' titneħħa.", "Dawk il-parametri huma ftit outdated.", "Sur President, jien għidt li nixtieq li din tkun liġi effettiva.", "Fil- laqgħat li kelli mal-Ministru u ma' l-esperti tiegħu kont għamilt suġġeriment dwar id-definizzjoni ta' \"turist\", pero' jidher li s- suġġeriment ma ntlaqax.", "Id-definizzjoni ta' turisti aċċettata kullimkien hi li dan huwa persuna li ma jkunx ta' nazzjonalita' ta' dak in-nazzjon fejn ikun qiegħed iżur post għal 24 siegħa.", "Jien bl-ebda mod ma qiegħed nissuġġerixxi li Malta għandha taqbad u tibdel id-definizzjoni internazzjonali ta' turist, pero' rrid inkun żgur li jekk jiġi, per eżempju, Malti tal-Kanada li għad għandu passaport Malti imma jgħix il- Kanada, dan ikun jista' juża din il-liġi a vantaġġ tiegħu fil-każ li xi ħadd jonqos milli jipprovdi s-servizz jew inkella jonqos mill-kuntratt tiegħu.", "Dan għandu jsir b'emenda jew inkella b'dikjarazzjoni univoka tal- Ministru.", "Jekk hemm bżonn, jikkonsulta lill-esperti tiegħu.", "Dan l-abbozz ta' liġi qiegħed hemm biex jirregola t-turiżmu, pero' qiegħed hemm ukoll biex iħares lill-konsumatur minn xi abbużi minn operaturi fil-qasam turistiku.", "Diġa' nafu li fl-Ewropa hemm it-travel package directive li permezz tiegħu kull min jixtri pakkett u jmur fu kwalunkwe destinazzjoni, anke jekk mhux fl-Ewropa, dan ikun salvagwardat u mħares mill-provvedimenti u mill-kondizzjonijiet kollha.", "Anke jekk ikun Malti b'passaport Malti li jixtri pakkett turistiku mill- Ġermanja għal Malta, dak ikun protett taħt it-travel package directive.", "Allura jien nixtieq inkun naf jekk Malti li joqgħod Ħal Qormi u jmur jagħmel ħmistax-il ġurnata f'lukanda f'Għawdex, jew Għawdxi li joqgħod ix- Xewkija jmur jagħmel ħmistax-il ġurnata f'lukanda f'San Ġiljan, jew inkella bniedem b'passaport Malti li jgħix il-Kanada li jiġi hawn Malta ikunx skond din il-liġi.", "Jekk huma protetti jien naċċetta l-kelma ta' min jgħidli li huma protetti u ma nitkellimx iktar dwar dan il-punt.", "Issa nħalli lill-Ministru biex jikkummenta dwar il-punti li semmejt jien, jiġifieri dwar in-numru ta' kmamar fil-lukandi u guesthouses; jekk hux aħjar nużaw il-kliem bl-Ingliż flok il-frażi \"kumpannija li tidderiġi d- destinazzjoni\", kif ukoll jikkonferma li huwa possibbli li kumpannija jista' jkollha liċenzja kemm ta' destination management company kif ukoll għal outgoing u incoming tourism.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, naqbel ma' ħafna minn dak li ntqal, speċjalment fuq il-kwestjoni jekk għandniex inħallu l-kliem bl-Ingliż jew nipprovaw nittraduċuh litteralment għall-Malti li kultant ma jagħmilx sens.", "Bħalma ħallejna bl-Ingliż il-kliem \"guesthouse\" u \"hostel\", ma jidhirlix li ma nistgħux inħallu wkoll \"destination management company\" bl-Ingliż, speċjalment meta dawn huma magħrufin biżżejjed b'dan it-titlu, għaliex jekk tagħmilha \"kumpannija li tidderiġi d-destinazzjoni\" kważi lanqas ħadd ma jifhem fuqhiex qed nitkellmu.", "Jiġifieri ma' l-emendi li għamilna nistgħu nżidu emenda f'dan is-sens ukoll.", "Dwar il-mistoqsija jekk il-liċenzja tad-DMCs tkoprix l-incoming u l- outgoing tourism, irrid ngħid li fil-fatt illum għandna operaturi li diġa` qed joperaw l-incoming and outgoing tourism u qed jagħmlu wkoll xogħol ta' DMCs.", "Pero' fil-liġi, jekk m'iniex sejjer żball, hemm liċenzji separati għal dan it-tip ta' operazzjonijiet.", "Jiġifieri anke hawnhekk se jkun hemm titjib.", "Jien naħseb li nistgħu nirranġaw ukoll il-kwestjoni tal- klassifikazzjoni tal-lukandi u guesthouses skond in-numru ta' kmamar li jkollhom.", "Se mai dan il-kriterju għandu jitħalla f'idejn it-Tourism Authority meta tiġi biex tagħti l-liċenzja.", "Fuq id-definizzjoni ta' turist, għalkemm din iddiskutejnieha f'laqgħa li kellna l-ministeru fejn kien preżenti anke l-Onor.", "Refalo, minn parir legali li ngħata rriżulta li l-kelma \"turist\" għandha definizzjoni internazzjonali li mhux għal kemm naqbdu u nibdluha.", "Pero' nifhem il- preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Refalo, jekk Malti tal-Kanada li jmur f'hotel għandux l-istess drittijiet ta' turist ieħor li juża l-istess hotel.", "Jien ngħid li għandu l-istess drittijiet għalkemm mhux bilfors joħorġu minn din il-liġi.", "Jekk fl-istess hotel hemm turist u hemm Malti - m'hemmx għalfejn ikun Malti tal-Kanada, jista' jkun Malti minn Malta - li mar jagħmel weekend hemmhekk, dik il-hotel għandha l-istess obbligazzjoni lejn it- turist u lejn il-Malti ladarba dawn se jħallsu għal dak is-servizz.", "Il- Malti għandu dritt għall-istess standards u għall-istess servizz, anzi jien ngħid li f'każ li ma jiġix moqdi sew, il-Malti kważi għandu iktar redress bħala konsumatur taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Barra minn hekk, meta t-Tourism Authority tagħti liċenzja lil hotel, din ma toqgħodx tara jekk is-servizz hux qed jixtrih turist jew inkella Malti, l-aqwa li l- istandards jinżammu.", "Per eżempju, fix-shoulder months jew il-winter months ħafna drabi jiġu riklamati weekend breaks għall-Maltin u dawk il-Maltin għandhom dritt li jieħdu l-istess servizz li jieħu turisti ladarba qed iħallsu għalih, allavolja m'humiex turisti.", "Ma nistgħux ngħodduhom bħala turisti għax marru jużaw hotel, pero' ma jfissirx li għax huma Maltin m'għandux ikollhom redress jekk is-servizz li jieħdu f'dik il-hotel ma jkunx tajjeb.", "Anke fir-rigward tal-ftit internal tourism li għandna, jiġifieri jekk Maltin imorru f'lukandi jew farmhouses f'Għawdex bil- kondizzjoni li jkun hemm it-tali servizz, ngħidu aħna pool u television, u dawn l-affarijiet ma jsibuhomx, ma jfissirx li għax m'humiex turisti imma huma Maltin ma jistgħux jieħdu redress fuq breach ta' kondizzjonijiet kontra min krielhom il-farmhouse.", "Għalhekk filwaqt li naqbel ma' l-Onor.", "Refalo li għandna nħallu l-frażi \"destination management company\" bl-Ingliż anke fit-test Malti u naqbel miegħu li d-definizzjoni ta' guesthouse m'għandhiex tkun marbuta man-numru ta' kmamar, ma naqbilx li d-definizzjoni ta' \"turist\" għandha tinbidel għax hija definizzjoni internazzjonali.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, l-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li bl-ebda mod ma rrid inċaqlaq jew nivvinta xi definizzjoni Maltija għal \"turist\" li tkun differenti minn dik internazzjonali.", "Anzi dik inħalliha barra mid-dibattitu tagħna.", "Jien li nixtieq inkun naf - u din ma qalhiex il-Ministru - huwa jekk għaliex bniedem Malti li jinqeda ħażin f'ambjent jew stabbiliment turistiku m'għandux ikollu l-istess rimedji li għandu barrani.", "Il-Ministru qal li l-Malti għandu aktar redress permezz tal-liġi li tipproteġi lill-konsumatur.", "Jien jiddispjaċini ngħid lill- Ministru li dan mhux minnu għaliex l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur m'huwiex għall-Maltin, imma għall-konsumaturi kollha; japplika għal providers of services Maltin, fis-sens li qegħdin Malta, imma l-konsumaturi jistgħu jkunu barranin ukoll.", "GĦalkemm, nerġa' ngħid, jien ma rridx inbiddel id-definizzjoni internazzjonali ta' turist, irrid l-assigurazzjoni mingħand il-gvern illum li din il-liġi li qiegħda hemm biex tirregola s- servizzi tat-turiżmu se tagħti l-istess protezzjoni liċ-ċittadin Malti daqskemm tagħti lil Olandiż, Taljan, Franċiż u Ingliż.", "Jekk ikolli din l- assigurazzjoni jien ma ngħidx kelma oħra dwar dan, lanqas emenda ma nipprova nissuġġerixxi għaliex noqgħod fuq il-kelma tal-Ministru.", "Imma mhux argument li tgħid li l-Malti għandu liġijiet oħra li jipproteġih għaliex il-Malti m'għandux liġijiet oħra li m'għandux il-barrani.", "Jien irrid nissalvagwarda li l-Malti jkollu l-istess drittijiet bħalma għandu l- barrani, sew f'din il-liġi kif ukoll taħt liġijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, din l-assigurazzjoni lest li nagħtihielu.", "Irid ikun altru irresponsabbli biex il-manager ta' l- Enforcement Directorate jgħid li lest li jneħħi l-liċenzja ta' hotel meta ma jingħatax servizz tajjeb f'każ li s-servizz ħażin jingħata lil turist u mhux lil Malti!", "Meta l-Enforcement Directorate tat-Tourism Authority qed jesiġi servizz tajjeb mill-premises li hu stess jilliċenzja, is-servizz irid ikun tajjeb, jingħata lil min jingħata.", "Jekk l-Enforcement Directorate jirċievi lment mingħand Taljan, Ingliż, jew Ġermaniż irid jieħu passi fuqu u l-istess irid jagħmel jekk jirċievi lment mingħand Malti allavolja l-Malti mhux turist.", "Jiġifieri l-interess tat-Tourism Authority huwa li minn dik il-hotel, minn dak l-istabbiliment, minn dak ir-restaurant jingħata servizz tajjeb, jieħdu min jieħdu.", "Jekk restaurant ikklassifikat grade 2 jew grade 3 imorru fih Maltin biss, u s-servizz ikun ħażin illum l-HCEB u għada pitgħada t-Tourism Authority trid tieħu azzjoni allavolja qed jużawh Maltin u mhux turisti.", "Jiġifieri nista' nassigurah li jingħata lil min jingħata s-servizz, il-monitoring se jsir fuq l-istandards ta' dawn l-istabbilimenti u fuq is-servizz li jingħata, indipendentement lil min jingħata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nagħmluha ċara li l-Ministru qed jikkonfermalna llum f'din il-Kamra li għal dak li għandu x'jaqsam ma' rimedji din il-liġi tagħti rimedji lill-Maltin daqskemm tagħti lill- barranin.", "Issa jien se nipprospetta każ ieħor u mhux qed nagħmel hekk bi ksuħat, imma biex nittestja din id-dikjarazzjoni.", "Sid ta' dar jew appartament bilfors irid ikollu liċenzja biex jikri lill-barranin, filwaqt li m'għandux bżonn liċenzja biex jikri lill-Maltin, anke għal ġimgħa.", "Allura issa min se jsib ruħu f'din is-sitwazzjoni u ma jinqediex tajjeb f'post li m'għandux liċenzja biex jinkera għat-turisti, kif se jkollu r-rimedji taħt din il- liġi?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, din toħroġ anke mid-definizzjoni ta' \"guest\" li hemm fil-liġi stess li tgħid:", "\"\"guest\" means a person who is provided with accommodation at a hotel, guest house, hostel, holiday premises, lodging house or house used for the provision of accommodation to tourist or who has such accommodation placed at his disposal in any such place;\".", "Aħna mhux qed ngħidu li \"guest\" means a non-Maltese person.", "Meta Malti juża dawn il-faċilitajiet, ikun meqjus bħala barrani wkoll.", "Jien ma nixtieqx noqgħod intawwal fuq din biex ma neħlux fuq din il-klawsola ...", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Din il-klawsola hija l-iżjed importanti.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Refalo qal li l-Att dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur ikopri lil kulħadd, imma fil-prattika m'huwiex hekk.", "Jekk jien immur l-Ingilterra u ningħata servizz ħażin, suppost li jien kopert bil- liġi tal-konsumatur t'hemmhekk.", "Imma jekk fi tlett ijiem jew f'ġimgħa li mort noqgħod l-Ingilterra ħadt servizz ħażin, meta niġi lura Malta kif se nieħu r-rimedju tiegħi through il-liġi tal-konsumatur Ingliża?", "L-istess meta jiġi barrani hawn Malta; l-uniku ċans li jkollu biex jieħu rimedju huwa billi jikteb lilna dwar l-ilment tiegħu u mbagħad jibqa' jsegwi l-każ ma' l-operatur tiegħu.", "Għalhekk qed tingħata din il-faċilita` lill- barranin.", "Malti li jieħu servizz ħażin f'Malta għandu ż-żmien kollu u għandu l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur at his disposal biex ikun jista' jibqa' jipproċedi, filwaqt li Ingliż, Taljan, Franċiż u Germaniż li jkun ġie hawn Malta, għalkemm huwa kopert ukoll, ma jistax jieħu rimedju permezz ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur ta' Malta.", "Pero' aħna qed ngħidu li jekk wieħed jagħti servizz ħażin, jagħtih lil min jagħtih, se tittieħed azzjoni kontra tiegħu u jista' jeħel penali u anke jkollu l- liċenzja rtirata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ma rridx inkompli nkun persistenti fuq din il-biċċa xogħol, pero' ċertament li ma nistax naqbel ma' l-interpretazzjoni li qed jagħti l-Ministru għall-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, sew f'Malta kif ukoll barra.", "Fil-prattika nafu li turistli jkun l-Ingilterra u jsib ruħu żvantaġġjat minn xi servizz ħażin isibha bi tqila biex juża l- liġijiet Ingliżi meta jkun hemm.", "Ma jfissirx li l-liġi Ingliża ma tkoprix dak it-tip ta' ilment.", "Ladarba hemm il-possibbilta` huma koperti bil-liġi.", "Kieku din il-liġi li qed nagħmlu aħna għandha din il-possibbilta` għall- Maltin kienet tkopri dan it-tip ta' każijiet ukoll, pero' qed naqblu li m'għandhiex.", "Għall-eżempju li tajt jien, il-Ministru rrifera għad- definizzjoni ta' \"guest\".", "Qed nitkellmu dwar liġi fil-qasam turistiku li tirregola l-postijiet ta' l-akkommodazzjoni.", "Skond il-liġijiet ta' Malta dan it-tip ta' postijiet huma kollha liċenzjati; jekk ma jkunux liċenzjati ma jistgħux jintużaw biex jakkommodaw guests, tkun xi tkun in-nazzjonalita` tagħhom.", "Jien ipprospettajt każ li bniedem għandu appartament li ma jkunx liċenzjat biex jakkommoda turisti taħt id-definizzjoni internazzjonali tal- kelma, jiġifieri barrani li jżur Malta għal perjodu ta' iktar minn 24 siegħa, pero' jista' jakkommoda fih Maltin u allura mhux marbut li jkollu liċenzja.", "Din l-eventwalita` ma jidhirx li hija koperta b'din il-liġi.", "Issa jien m'iniex se nkompli nħaqqaq fuq dan il-punt.", "Is-sitwazzjoni li qed nissolleva m'hijiex kwestjoni ta' prinċipju, imma kwestjoni ta' dettall.", "Jekk forsi m'hemmx għalfejn tidħol fil-liġi, fil-fehma tiegħi trid tidħol bilfors fir-regolamenti taħt din il-liġi u allura nittama li l-Ministru jieħu ħsieb li meta jiġu abbozzati r-regolamenti taħt din il-liġi din l- eventwalita` tkun koperta wkoll.", "Għaliex huwa importanti li meta nitkellmu fuq liġi li tipprovdi għas-servizzi fit-turiżmu - u t-turiżmu huwa l-iprem u l-ogħla qasam ta' servizzi - wieħed irid jieħu eżempju minn dak li jiġi provdut fl-industrija tat-turiżmu.", "Nerġa' ngħid, fil-maġġoranza l-kbira l- operaturi fit-turiżmu jaqdu d-dmirijiet tagħhom u joqogħdu għall- kondizzjonijiet, joqogħdu għall-kuntratt li jkunu daħlu għalih, sew mal- klijent kif ukoll ma' l-operatur, pero' hemm dik il-minoranza li rridu nilleġislaw għaliha għaliex dik il-minoranza f'pajjiż żgħir tista' tagħti isem ħażin ħafna lill-maġġoranza kbira li taqdi dmirha tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, fuq dan jiddispjaċini ngħid li m'iniex naqbel għar-raġuni prinċipali li aħna m'aħniex hawnhekk biex nagħmlu liġi bbażata fuq l-eċċezzjonijiet.", "Jekk hemm flat liċenzjat biex jinkera għall- holidays ...", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mhux liċenzjat.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Le, ħalli nagħti eżempju.", "Fil-każ ta' flat li għandu liċenzja biex jinkera għall-holidays, mhux bħal hotel, ma jagħmilx differenza jekk idaħħalx Malti jew turist.", "Pero' jekk l-intenzjoni tkun li l-flat jinkera għal żmien qasir, għal xi ħames snin, għal ġimgħa jew erbat ijiem, jien naħseb li suppost li titħallas liċenzja fuqu.", "Imma jekk wieħed ikollu flat vojt u f'għaxar snin daħħal fih lil xi ħadd darba biss għal ġimgħa, dan se joqgħod iħallas liċenzja?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ma jħallasx.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jiġifieri inti qed tipproponi li għal flats li jinkrew lill- Maltin inġegħluhom iħallsu liċenzja?", "Forsi wieħed ikun irid ibajjad id-dar tiegħu u jkollu bżonn jikri flat għal ħmistax biex jeħles mit-trab.", "Allura lil min jikri l-flats lill-Maltin trid iġġiegħlu jħallas il-liċenzja?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien m'iniex qed nipproponi li l- proprjetajiet kollha għandhom jiġu liċenzjati biex ikunu jakkomodaw lill- Maltin.", "Irrid inkun ċar fuq din il-kwestjoni.", "Sakemm kont qed tikkonsulta lill-esperti jien għidt li hemm opportunita` oħra miftuħa għall-Ministru u għall-esperti tiegħu, jiġifieri li jekk ma jidħolx xi proviso fil-liġi, għallinqas meta jiġu biex jagħmlu r-regolamenti jżommu f'moħħhom dan it-tip ta' eventwalita`.", "Din hija eventwalita` li fil-fatt teżisti mhux biss għal min forsi jkun qed ibajjad id-dar, imma anke għal min jgħix il-Ħamrun jew il-Gżira u jkun irid imur jagħmel ħmistax btala Buġibba jew Marsascala.", "Il- Malti għandu dritt juża dawn il-postijiet daqskemm għandu ħaddieħor, anzi ftit iktar, u jistħoqqlu protezzjoni.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, jekk il-Kumitat jaqbel, nitlob li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola u l-emenda għaliha ġew posposti.", "Klawsola 3 - Twaqqif ta' l-Awtorita` Nazzjonali tat-Turiżmu.", "Clause 3 - Establishment of the Malta Tourism Authority.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għal klawsola 3 nipproponi din l-emenda li ġejja:", "\"B\" Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 3, u fin-nota marġinali relattiva, fit-test Malti tagħhom, minflok il-kliem \"l-Awtorita' Nazzjonali tat- Turiżmu\" kull fejn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"l-Awtorita' tat- Turiżmu ta' Malta\".", "\"B\" In subclause (1) of clause 3, and in the relative marginal note, in the Maltese text thereof, for the words \"l-Awtorita' Nazzjonali tat- Turiżmu\" wherever these occur there shall be substituted the words \"l- Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta\".", "THE CHAIRMAN: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kumitat li ma' din il- klawsola hemm l-Ewwel Skeda u jekk hemm xi rimarki fuqha jsiru issa.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHEAL ANGELO REFALO: Fis-Second Reading jien kont attirajt l- attenzjoni għall-isem ta' l-awtorita` nazzjonali tat-turiżmu, u fil-fatt issa tressqet din l-emenda li għadu kif qara l-Ministru biex tissejjaħ \"l- Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta\".", "Jien xtaqt li l-Ministru jgħidli x'għandu f'moħħu dwar in-nomini tal-membri ta' l-awtorita`, jekk dawn humiex se jkunu mis-settur privat, allavolja l-lealta` prinċipali tagħhom tkun lejn min ikun ħatarhom.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' partita 3 ta' l-Ewwel Skeda, fejn jingħad li għandha tissejjaħ laqgħa ta' l-awtorita` fuq talba ta' tliet membri, fl- istadju tat-Tieni Qari jien kont issuġġerejt li biex issir laqgħa għandu jkun hemm mhux biss talba ta' tliet membri imma wkoll aġenda speċifika.", "Rigward partita 5 tittratta l-fatt li membru għandu jitkellem meta jkollu interess personali f'dak li jkun qed jiġi diskuss, jien kont issuġġerejt li minflok il-kliem ''not later than' the first meeting held after\" jidħol il- kliem \"as soon as\".", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, l-Onor.", "Refalo staqsa jekk il-membri humiex se jkunu mis-settur privat.", "Fil-fatt subklawsola 3(4) teskludi holders of a public office u nista' ngħidlu li dawk li se jinħatru se jkunu ġejjin mis-settur privat.", "Pero' ma fhimtx eżattament x'kienet il- problema ta' l-Onor.", "Refalo dwar il-partita 5 tal-First Schedule.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien semmejt partita 3 u 5 tal-First Schedule.", "Partita 3 tgħid li:", "\"The meetings of the Authority shall be called by the Chairperson either on his own initiative or at the request of any three members of the Authority; and the Authority shall also meet at such times as it may itself decide.\".", "Normalment iċ-chairman isejjaħ il-laqgħat.", "Issa jien nipprospetta li meta tliet membri ta' l-awtorita` jsejħu laqgħa jkun inqala' xi ħaġa, anke forsi diżgwid maċ-chairman.", "Huwa li tajjeb li normalment iċ-chairman isejjaħ il- laqgħa u tajjeb ukoll li tliet membri ta' l-awtorita` jistgħu jsejħu laqgħa huma.", "Pero' jien nixtieq li meta l-laqgħa tissejjaħ minn tliet membri, dawn almenu għandhom jispeċifikaw x'iridu jiddiskutu biex ma jkunx hemm problemi.", "Partita 5 tittratta l-interess li membru ta' l-awtorita` jista' jkollu dwar dak li jkun qed jiġi diskuss.", "Din tgħid li:", "\"A member of the Authority has a direct or indirect interest in any matter coming before the Authority for consideration shall, not later than the first meeting held after the relevant circumstances have come to his knowledge ...\".", "Issa jien qed ngħid li minflok \"shall not later than the first meeting held after the relevant \" għandha ssir \"shall, as soon as the relevant.''", "Voldieri f'dik il-laqgħa stess għandu jagħmel dikjarazzjoni u mhux joqgħod jistenna li jisma' kollox.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Anzi tista' tiġi \"as soon as and not later than\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien ngħid li \"as soon as\" tkun biżżejjed; kif isir jaf biċ-ċirkostanzi relevanti għandu jikxef in-natura ta' l- interess tiegħu f'dik il-materja u mhux joqgħod jistenna seduta u jisma' kollox.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Naqbel, għax jista' jagħti l-każ li dan jinduna li se jkollu konflitt anke qabel il-meeting, malli jieħu l-aġenda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien xtaqt inżid xi ħaġa ma' l-emenda li ressaq il- Ministru għal klawsola 3.", "Il-Ministru hawnhekk qed jipproponi li flok \"Awtorita` Nazzjonali tat-Turiżmu\" għandha tkun magħrufa bħala \"Awtorita` tat-Turiżmu ta' Malta\".", "Jien kont se nissuġġerixxi li tibda tissejjaħ \"Awtorita` tat-Turiżmu ta' Malta u Għawdex\" biex tkun iktar nazzjonali.", "Sur President, biex norbot ma' dak li għidt fis-Second Reading, irrid ngħid li naħseb li jekk nagħmluha hekk inkunu qegħdin nesponu iktar u aħjar it- territorju kollu ladarba f'din l-materja - jien ngħid li f'materji oħrajn ukoll imma ċertament li f'din il-materja huwa hekk - l-parti l-oħra li tikkostitwixxi t-territorju nazzjonali, jiġifieri l-gżira ta' Għawdex u dik ta' Kemmuna, tagħti dimensjoni ikbar u aħjar ta' dak li rridu nagħmlu.", "Veru li d-definizzjoni ta' \"Malta\", anke skond il-Kostituzzjoni tagħna, tapplika għal Għawdex, Kemmuna u t-territorju nazzjonali, imma meta aħna qegħdin nitkellmu fuq it-turiżmu, li huwa materja marbuta intrinsikament mal-picture tagħna, li mbagħad għandha implikazzjonijiet ekonomiċi ġejjin mill-isfruttament ta' dan is-settur - sfruttament fis-sens tajjeb tal-kelma - inkunu qegħdin nagħmlu ħaġa iktar awtentika li kieku kellna nagħtu konsiderazzjoni lil din il-proposta.", "Ladarba skoprejna li l-isem \"Awtorita` Nazzjonali tat-Turiżmu\" ma kienx tajjeb biżżejjed u kien jonqos li ngħidu \"ta' Malta\", jien qiegħed nistaqsi jkunx aħjar li kieku l-isem ikun \"Awtorita` tat-Turiżmu ta' Malta u Għawdex\".", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, jien nifhem is-sentimenti tal-kollega tiegħi li huwa Għawdxi u allura kull fejn jista' jimbotta lil Għawdex, pero' ma nistax naqbel ma' din il-proposta.", "Għaliex imbagħad noqogħdu ngħidu: \"Għaliex Għawdex iva u Kemmuna, Kemmunett u Filfla le?", "Għaliex bl- istess argument allura anke l-arma rridu nibdlu.", "Għalfejn ngħidu Repubblika ta' Malta?", "Għaliex ma nibdewx ngħidu \"Repubblika ta' Malta u Għawdex\"?", "Imbagħad għaliex ma nniżżlux iż-Żurrieq, Ħaż-Żabbar, jewTas- Sliema?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Il-proposta għamiltha bl-iktar intenzjoni ġenwina possibbli, pero' mbagħad il-Ministru kważi jinsulentani meta jirrispondi u jagħti dak l-eżempju li ta għaliex il-postijiet li semma - ma rridx nirrepetihom - m'għandhomx dimensjoni ta' gżira u allura l-argument ma jreġix.", "(Interruzzjonijiet) Jien Malti wkoll, ċittadin ta' dan il-pajjiż daqs il-Ministru u naħseb li daqsxejn iktar ukoll għaliex ikbar minnu fl- eta`.", "Żgur li m'għamiltx dik il-proposta jien biex ikolli dik il-kwalita` ta' risposta.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Allaħares kelli nieħu l-attitudni tiegħek; anzi jien qed ngħid li nissimpatizza mal-ħsibijiet tiegħek.", "Imma għaliex qed taqta' Kemmuna barra?", "Mela f'Kemmuna m'hemmx hotels u residenti wkoll?", "Jiddispjaċini, imma ma nistax naqbel ma' din il-proposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar kummenti?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Qabel ma nagħlqu d-diskussjoni għal-lum u mbagħad ikunu jistgħu jsiru l-emendi kont se nissuġġerixxi emenda oħra għal paragrafu (f) ta' subklawsola 3 (1) tgħid: \"il-presidenti ta' kull wieħed mid-Direttorat tal-Marketing and Promotion\", li qed nagħmluha bl-Ingliż, \"id-Direttorat ta' l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani\", li t-traduzzjoni Maltija taqbel eżattament mat-traduzzjoni mill-Ingliż, \"id-Direttorat tal-Product Planning u Żvilupp\" li qiegħda bl-Ingliż u bil-Malti f'daqqa, u \"id- Direttorat ta' Servizzi ta' Għajnuna\", li bl-Ingliż hija \"support services\".", "Issa fil-Malti hemm kelma li tfisser \"support\" u li tinkiteb \"sapport\".", "Min ifittex fid-dizzjunarju ta' Aquilina, kif kelli okkażjoni nfittex xi għaxart ijiem ilu meta l-Ministru Bartolo fil-fatt uża dik il- kelma u kelli d-dubju jien kenitx bil-Malti, isib din il-kelma \"sapport\".", "Jien naħseb li minflok il-kliem \"id-Direttorat ta' Servizzi ta' Għajnuna\" għandna nagħmlu \"id-Direttorat ta' Servizzi ta' Sapport\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm iktar kummenti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Le, m'għandix, imma naħseb li ta' min jieħu s- suġġeriment ta' l-Onor.", "Refalo.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jiġifieri l-emenda għal klawsola 3 nista' nressaqha għall-vot?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Aħjar inħalluha għalissa biex imbagħad nemendaw paragrafu (f) ukoll.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Kien hemm diversi emendi suġġeriti across the floor u l-Ministru kien ressaq xi emendi wkoll.", "Fil-fatt qbiżna minn klawsola 2 għal klawsola 3 għaliex ma kenux għadhom lesti.", "Naħseb li fis- seduta li ġejja l-Ministru jista' jressaq dawn l-emendi kollha u ngħadduhom f'daqqa.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Naqbel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "F'12.00 p.m il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Peress li aktar kmieni fis-seduta kienet intalbet votazzjoni fuq klawsola 2, kif emendata, ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru. 2), skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60 il-Kamra terġa' tirriżolvi ruħha f'Kumitat.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT N.2) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li aktar kmieni ntalbet votazzjoni fuq klawsola 2, kif emendata, ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id- Dazju tas-Sisa, se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet f'12.20 p.m.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU 149 FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li kienet intalbet ukoll votazzjoni fuq klawsola 5, kif emendata, ta' l-istess Abbozz ta' Liġi se nerġa' npoġġi l- mistoqsija.", "Dawk favur?", "(Onor.Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division se tittieħed immedjatament, skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60.", "VOTAZZJONI NRU 150", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela |Farrugia Noel | |Carmelo | | |Abela Joseph|Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto | | |John | | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu|Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona |Sant Alfred | |Chris | | |Chircop Karl|Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena|Spiteri Lino | |Debono Grech|Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe|Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "F'12.26 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MADAM SPEAKER: Peress li aktar kmieni fis-seduta kienet intalbet votazzjoni fuq klawsola 1 ta' l-Abbozz ta' Liġi Dwar Self Lokali, il-Kamra issa terġa' tirriżolvi ruħha f'Kumitat, skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 60.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Anglu Farrugia, Viċi-President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Peress li ntalbet votazzjoni fuq klawsola 1 se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din il-votazzjoni tittieħed immedjatament, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60.", "VOTAZZJONI NRU 151 FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | | | |", "Klawsola 1 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "F'12.32 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI", "COMMERCIAL BANKS (SPECIAL TAX) BILL", "MADAM SPEAKER: Peress li iktar kmieni fis-seduta ntalbet votazzjoni fuq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il- mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed immedjatament skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 60.", "VOTAZZJONI NRU 152", "FAVUR : 35", "L-Onor. |Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Louis | | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia |Vella George | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis|Gatt Austin | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen|Psaila Savona Joe | |De Marco |Pullicino George | |Guido | | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo |Vella John | |Michael | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jagħmel taxxa li tinġabar darba ta' 15% fuq il-profitti ta' Banek Kummerċjali\" ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, l-Erbgħa, 27 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta- it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "--------------------- Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Madam Speaker, illum, li għaddew iktar minn sitt xhur minn meta sar il-budget, qed tkompli s-saga tar-rati tad-dawl u l- ilma, u fil-fatt dan l-aħħar intqal li l-ġimgħa d-dieħla se jibdew jaslu l- kontijiet domestiċi.", "Bħalma jaf kulħadd, il-miżura li ttieħdet għar-rigward tat-tariffi tad-dawl u l-ilma mhux biss qajmet kontroversja fil-pajjiż, imma kompliet iżżid u tippompja l-inċertezza fil-qasam ekonomiku.", "F'dawn l-aħħar sena u nofs l-Enemalta qalgħet bosta kritika għax għalkemm suppost li din hija waħda mill-azjendi li għandna ħofra kbira, ċerti affarijiet qed jibqgħu jsiru u m'humiex qed jirriflettu din il-ħofra kbira.", "Per eżempju, jien naħseb li kieku għaċ-ċerimonja pjuttost qasira li saret il-ġimgħa li għaddiet ma ntnefqux daqstant flus ...", "Hawn irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex kontra li jsiru l-festini u bl-ebda mod ma rrid innaqqas mill-istima li għandu jkun hemm lejn il-ħaddiem għax wara kollox il-Gvern Nazzjonalista ma kienx jibża' jagħmel dawn l-affarijiet.", "Pero' l-Gvern Laburista qed juri ipokresija kbira meta filwaqt li meta kien fl-Oppożizzjoni dejjem kien jikkritika lill-Partit Nazzjonalista fuq it- tberbiq ta' flus u dejjem kien isemmi l-festini, il-karozzi, il-mobile telephones u ħafna affarijiet simili, għal ċerimonja qasira li saret minħabba li sar monument, intnefqu Lm3,500.", "Jidher li għal din iċ- ċerimonja - jien ma kontx mistieden għal dan ir-riċeviment, allavolja jien il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni dwar l-Enemalta - kienu mistednin 800 ruħ, inkrew tliet karozzi għal numru ta' żmien, inkrew żewġ mobile phones u Alla jbierek intnefqu Lm500 fuq in-nar ta' l-ajru.", "Jien naf li dawn il-figuri m'humiex ta' barra minn hawn, pero' naħseb li huwa aġir insensittiv li jsir dan l-infiq kollu meta qed ngħidu li l-Enemalta tant hija falluta li kellha tieħu miżura kbira li, bla ebda dubju, se tolqot lill-poplu Malti u GĦawdxi kollu.", "Barra minn hekk jien informat ukoll li din il-kumpannija ħarġet xi Lm1,000 għall-kumitat li nħatar proprju minħabba dan l-avveniment.", "Madam Speaker, jien inħoss li għandi nerġa' nenfasizza li m'iniex qed ngħid dan biex b'xi mod innaqqas il-ħeġġa ta' l-azjendi li jwettqu xi inċentivi bħal dawn għax jien naqbel li għandu jkun hemm inċentivi u li l- ħaddiema għandhom jiġu ppremjati.", "Pero' jien ma stajtx ma nurix ir- reazzjoni tiegħi għal dan l-atteġġjament tal-Gvern Laburista li filwaqt li meta kien fl-Oppożizzjoni kien dejjem jgħajjarna li moħħna biex naqtgħu ż- żigarelli, issa kien il-Prim Ministru nnifsu stess li ppresjeda din iċ- ċerimonja kollha.", "Niġi issa għal iktar affarijiet ta' sustanza.", "Jidher li l-Gvern qabad ir-rotta li jintaxxa direttament affarijiet li jolqtu l-ikbar numru ta' nies.", "Jien naħseb li b'dan il-metodu l-Gvern se jirnexxielu jiġbor iktar flus, pero' fl-istess ħin qed iħalli lil kull qasam f'inċertezza kbira tant li llum kulħadd qed jaħsibha darbtejn qabel ma jieħu xi pass, kemm jekk ikun investiment kbir u iktar u iktar jekk ikun investiment żgħir, għax kull xorta ta' investiment żgħir jenħtieġ il-faċilitajiet ta' l-ilma u d- dawl.", "Dan biex ma nsemmux ukoll l-investiment żgħir li xi drabi tagħmel familja meta tixtri post villeġġjatura jew meta tixtri xi post ieħor alternattiv.", "Jien wisq nibża' li ftit kien hemm studju - jekk kien hemm - fuq l-impatt soċjali li se tħalli din il-miżura li ttieħdet.", "Biex niftiehmu, il-kritika ta' l-Oppożizzjoni dwar iż-żieda fit-tariffi tad-dawl u l-ilma hija mmirata lejn il-fatt li dawn it-tariffi żdiedu daqshekk f'daqqa milli għall-fatt li żdiedu, għax kien ilu jingħad li hemm bżonn li dawn it-tariffi jkunu iktar realistiċi u jqarrbu iktar lejn il-valur reali li jintnefaq biex jiġu pprovuti d-dawl u l-ilma, iktar u iktar meta wieħed jirrikonoxxi l-fatt li llum m'għadx għandna problemi fil-provvista ta' l- ilma u d-dawl, u dan grazzi għall-investiment u għall-infrastruttura li saru f'dawn l-aħħar snin.", "Madam Speaker, kif għidt diġa', il-miżura li ttieħdet għar-rigward tat- tariffi ta' d-dawl u l-ilma se jkollhom effett fuq l-oqsma kollha tal-ħajja għax, kif nafu, il-ħajja tiddependi mill-ilma.", "Per eżempju, biżżejjed insemmu ż-żieda fl-ispejjeż li se jkollhom dawk li jrabbu l-annimali u dawk li jipproduċu xi tip ta' xorb.", "Il-bieraħ stess smajna hawnhekk kif tista' tintlaqat, kemm direttament kif ukoll indirettament, il-produzzjoni ta' l- inbid u ovvjament l-istess nistgħu ngħidu għall-produzzjoni ta' kwalunkwe xorb ieħor.", "Ta' min isemmi wkoll l-effett li se tħalli din il-miżura fuq l- industrija tat-tkabbir tal-pjanti u tat-trobbija tat-tiġieġ peress li dan it-tip ta' industriji jkollhom bżonn iħallu d-dawl mixgħul il-lejl kollu.", "Ċertament li dan it-tip ta' miżura se tħalli effett fuq il-cost tal- produzzjoni u se taffettwa l-ħajja ekonomika ta' pajjiżna b'mod negattiv.", "Issa dan kollu seta' ġie evitat li kieku l-Gvern kien iktar sensittiv u ma baqax iwebbes rasu li jżid it-tariffi tad-dawl u l-ilma b'dan il-mod.", "Jekk xejn, kieku żgur li ma ninsabux fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum fejn, minkejja li issa għaddew sitt xhur u nofs minn mindu sar il-budget, għadna ma nafux eżattament kif se jinħadmu r-rebates.", "Imma biex il-Gvern jagħti lil din il-pillola ħażina u morra ftit taz-zokkor iddeċieda li minflok ma jibqa' jibgħat il-kontijiet kull erba' xhur jibda jibgħathom kull xahrejn.", "Pero' l-poplu Malti u GĦawdxi jaf li l-Gvern qed jipprova jiddieħak bih u li billi l-kontijiet se jibdew jintbagħtu kull xahrejn minflok kull erba' xhur, xorta waħda ċ-ċittadin se jkollu jġorr piż ikbar.", "Madam Speaker, kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, is-saga tar-rati ta' l-ilma u d-dawl m'hijiex se tieqaf hawnhekk għax minn kif tkellem il- Ministru jidher li l-projections għas-snin li ġejjin ma tantx huma tajbin.", "Ta' min jinnota wkoll li minħabba li fil-pajjiż hawn slow-down ekonomiku u l-istaġnar qed jinħass fl-oqsma ekonomiċi kollha, id-domanda għal dawn is- servizzi jista' jkun li qed tonqos, u għalhekk iktar u iktar huwa validu l- argument li għandha ssir reviżjoni ta' din il-miżura li ttieħdet.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hija dwar il-bżonn li l-customer care service jitjieb għax jien naħseb li se jkun hemm ħafna complaints fuq il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u għalhekk hemm bżonn li l-klijent isib lil min jisimgħu u jsolvilu l-problema tiegħu li jkollu.", "Madam Speaker, ċertament li l-Prim Ministru reġa' pprova jiddieħak bil- poplu meta qal li jekk il-korporazzjoni Enemalta ttejjeb is-servizz tagħha jista' jkun li jraħħas id-dawl.", "Fil-fatt din diġa' smajnieha kemm-il darba u qrajtha kemm fid-diskorsi li kien jagħmel l-Onor.", "Francis Zammit Dimech meta kien il-ministru responsabbli mill-Enemalta kif ukoll fil-programm elettorali tal-Partit Laburista.", "Pero' l-fatt attwali hu li llum is- servizz tad-dawl għola sew, kif il-Maltin u l-Għawdxin se jkollhom iċ-ċans li jirrealizzaw fil-ġimgħat li ġejjin meta jibdew jirċievu l-kontijiet.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, fil-ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel post-mortem ta' dak li ġara għar- rigward tas-siġar li hemm f'Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ, wara li qamet dik il-kontroversja.", "L-ewwelnett irrid ngħid li jien kont l-awtur ta' dik il-kontroversja kollha u fil-fatt kont qlajt ħafna kritika meta fl-1990 kont rajt li jinqalgħu s-siġar ta' Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ.", "Dak iż-żmien kont ħadt din l-inizjattiva minħabba li s-siġar tal-fikus li kien hemm kienu qed jagħmlu ħafna ħsara lir-residenti ta' dik it-triq, kif ġie kkonfermat kemm mill-periti tal-gvern - għax in-nies kienu bagħtu għall-periti tal-gvern biex jaraw b'għajnejhom stess il-ħsara li dawn is-siġar kienu qed jagħmlu lill-proprjeta' tagħhom - kif ukoll mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.", "Fil-fatt il-ħaddiema tal-gvern stess jistgħu jixhdu kemm kienet qed issir ħsara lill-proprjeta' u lit-triq għax kemm-il darba kellhom imorru biex isewwu d-drenaġġ u jirranġaw xi madum u l-bankini minħabba l- ħsara li kienu qed jagħmlu dawn is-siġar.", "Ta' min jgħid li m'ilux ġara l- istess f'Ħaż-Żabbar fejn kellhom jinqalgħu diversi siġar li kienu qed jagħmlu l-ħsara.", "Madanakollu għandi l-unur ngħid li permezz tal- kooperazzjoni li sibna mis-Sur Joe Borg, li dak iż-żmien kien agricultural officer - fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball għadu genn sal-lum - u mid- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, dawk l-istess siġar li nqalgħu għadhom iħaddru.", "Dak huwa l-unur tiegħi, li ma ħallejt lil ħadd jaqla' l-ebda siġra qabel ma kont ċert li jekk kemm-il darba dawn is-siġar jinqalgħu bil- galbu jistgħu jerġgħu jitħawlu f'post ieħor.", "Fil-fatt hekk ġara u llum nistgħu ngħidu li 52 minnhom reġgħu tħawlu f'diversi lokalitajiet, fosthom madwar il-monument li hemm fi Spencer Hill, fin-niżla Tal-Pieta', fi Triq Nazzjonali fil-Blata l-Bajda, u fil-ġnien tal-Grazzja f'Ħaż-Żebbuġ.", "Kif diġa' għidt, dan huwa unur kbir għalija u għalhekk żgur li ma kellux raġun min qal li diversi siġar sfaw vittmi tiegħi, għax is-siġar li nqalgħu bl- inizjattiva tiegħi - u kif spjegajt, jien ma ħadtx din l-inizjattiva b'kapriċċ imma għax dawn is-siġar kienu qed jagħmlu ħafna ħsara - għadhom iħaddru sal-ġurnata tal-lum.", "GĦalhekk lil min ipprova jħammiġni billi qal li jien qlajt diversi siġar ngħidlu li s-siġar li qlajt reġgħu tħawlu, kif tħawlu dan l-aħħar fit-Triq ta' Ħaż-Żabbar u aħna u ħerġin mill-mini ta' Santa Venera.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li din il-kwestjoni kollha qamet meta kien hemm 12-il resident minn Ħaż-Żebbuġ li għamlu petizzjoni biex jinżabru s- siġar li hemm fit-triq tagħhom.", "Nibda biex ngħid li n-nies li kitbu din il- petizzjoni niżżlu isimhom biss u ma niżżlux l-indirizz jew l-ID card number tagħhom u fil-fatt erbgħa biss joqogħdu f'dik it-triq għax l-oħrajn jew ipoġġu l-karozza tagħhom f'dik it-triq jew inkella jmorru għand is-sorijiet li hemm hemmhekk.", "Dawn l-istess nies bagħtu wkoll ittra lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li mbagħad dan, min-naħa tiegħu, bagħat ittra lill- Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ fejn kitiblu hekk:", "\"Peress li dan il-lokal jaqa' taħt il-kontroll tal-kunsill tiegħek, din it-talba qed ngħadduha lill-kunsill tiegħek.\".", "Ovvjament id-dipartiment bagħat din l-ittra sabiex il-kunsill lokali jibgħatu l-ideat tiegħu fuq din il-kwestjoni.", "Min-naħa tiegħu, il-kunsill lokali ħa ħsieb jiddiskuti din il-materja u fil-fatt estratt mill-minuti ta' din il-laqgħa kien jgħid hekk:", "\"Ittra mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd fejn qed jgħaddu t- talba ta' Dr Philip Muscat, ...\"", "- ex-membru ta' din il-Kamra -", "\"... f'isem ir-residenti ta' Misraħ l-Isptar, li jinqalgħu s-siġar preżenti u minflokhom jitpoġġew oħrajn inqas kabbarin.", "Biex isir dan il-kunsill irid il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-kunsill ma jaqbilx mal-proposta u għandha tintbagħat ittra lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex isir żbir prudenti u tintbagħat kopja lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar.\",", "Dan juri li l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ma tax il-permess tiegħu mill- bidu.", "Tajjeb li jgħid ukoll li jien lill-Ministru George Vella, bħala l- Ministru responsabbli mill-Ambjent, kont għamiltlu mistoqsija parlamentari f'dan ir-rigward.", "U r-risposta tiegħu għal din il-mistoqsija parlamentari numru 11220 li saret fl-20 ta' Jannar, kienet tgħid hekk:", "\"L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tat l-ebda approvazzjoni sabiex is- siġar imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ikunu jistgħu jinqalgħu mill-post imsemmi.\".", "Ta' min jgħid ukoll li l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ma tax struzzjonijiet sabiex dan isir u fil-fatt permezz ta' press release li ħareġ qal li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qatt ma kkonsultatu biex jinqalgħu s-siġar tal-każwarina minn Misraħ l-Isptar u jitħawlu tip ta' siġar oħrajn.", "F'din il-press release il-kunsill lokali qal ukoll li l-istess awtorita' la sentejn ilu u lanqas f'Jannar ta' din is-sena ma kienet tat permess biex isir dan.", "Kien għalhekk li meta fit-13 ta' Jannar, li proprjament jaħbat Jum is-Siġar, il-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kienu marru biex jaqilgħu dawn is-siġar minn Misraħ l-Isptar jien ma ħallejthomx.", "Madam Speaker, jien lanqas ma nħoss li hu sew li kien hemm min qabbel il- ġest tiegħi ta' dakinhar ma' dak li kien għamel f'GĦawdex Onor. Membru min- naħa l-oħra tal-Kamra.", "Ċertament li l-każ tiegħi bl-ebda mod ma jista' jiġi pparagunat mal-każ ta' dak l-Onor.", "Membru, jgħid x'jgħid il-Prim Ministru, jgħidu x'jgħidu l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra u jgħidu x'jgħidu d-dipartimenti tal-gvern.", "Il-każ ta' l-Onor.", "Membru kien differenti għax hu ma ħalliex li jitwaqqa' bini li ttella' bla permess f'area li suppost ma jsirx bini fiha - fil-fatt min għamel dan l-iżvilupp lanqas biss kellu d- diċenza li jagħmel applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - u ħareġ fuq il-bejt ixejjer il-karta li se jmur jitfa' l-applikazzjoni hu quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinħareġ il-permess meħtieġ.", "Madam Speaker, ħalli nkompli ma' dak li kont qed ngħid.", "Għalkemm fit-13 ta' Jannar jien għamilt reżistenza qawwija biex ma nħallix lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jaqilgħu dawn is-siġar - issa b'dan l- aġir tiegħi ma kont qed nagħmel xejn illegali għax jien kelli d-dokumenti legali kollha f'idejja - dawn baqgħu jinsistu li s-siġar li hemm f'Misraħ l- Isptar għandhom jinqalgħu, u dan kollu biex jaqdu lil tnejn min-nies.", "Jiddispjaċini ngħid li l-aġir tal-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura dakinhar xejn ma kien xieraq u deher ċar li dawn riedu jivvendikaw għaliex jien ma ħallejthomx jagħmlu dak li kellhom f'moħħhom li jagħmlu u ridt li dawn is-siġar jinżabru minflok ma jinqalgħu.", "Nista' naċċerta lil kulħadd li kieku dakinhar il-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura żabru dawn is-siġar u ma qalgħuhomx ma kont ngħid xejn.", "Tant hu hekk li meta jien kont se nintrabat bil-ktajjen ma' waħda mis-siġar u l- ħaddiema qaluli li mhux se jaqilgħu s-siġar imma se jiżbruhom biss, jien assolutament ma oġġezzjonajtx.", "Imma meta l-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura ġew f'Misraħ l-Isptar biex jaqilgħu s-siġar li hemm u jien ma ħallejthomx , ġew xi 50 pulizija għalija u riedu jarrestawni.", "U dan meta dak li kont qed nagħmel kien leġittimu.", "Madam Speaker, il-Ministru Noel Farrugia għoġbu jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra ittra li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura bagħat lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex tapprova li jinqalgħu dawn is-siġar.", "Id-dipartiment dan għamlu mingħajr ma kkonsulta lill-kunsill lokali, kif kellu d-dmir li jagħmel.", "Fil-fatt paragrafu (i) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 33 ta' l- Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali jgħid hekk:", "''(i) to advise any authority empowered to take any decisions directly or indirectly affecting the Council and the residents it is responsible for;\".", "Jekk m'aħniex se nimxu skond dan l-Att, għaliex għamilnieha din il-liġi?", "Allura meta wieħed jara dan kollu bilfors jikkonkludi li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ried jaqdi lil tnejn min-nies akkost ta' kollox, dak li jissejjaħ \"klijenteliżmu\".", "Jien niskanta kif lanqas l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ma ndenjat ruħha tiġi tara s-sbuħija ta' Misraħ l-Isptar, wieħed mill-isbaħ imsieraħ li għandna f'pajjiżna, qabel ma qabdet u kitbet ittra - naħseb li din l-ittra kienet iktar ta' parir milli ittra ta' approvazzjoni - li permezz tagħha tat il-permess sabiex dawn is-siġar jinqalgħu minn hemm.", "Madam Speaker, għalhekk il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ kellu raġun jipprotesta f'dan ir-rigward.", "Ta' min jgħid ukoll li meta fit-13 ta' Mejju li għadda s-sindku tal-lokal, Dr Godfrey Farrugia qal lis-Sur Maurice Borg, l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija, li l-kunsill lokali ma tax l- approvazzjoni tiegħu biex jinqalgħu dawn is-siġar, is-Sur Maurice Borg mill- ewwel ordna lill-ħaddiema tad-dipartiment biex jitilqu, kif fil-fatt għamlu.", "Jiġifieri l-assistent kummissarju kien konxju mill-fatt li l-liġi tal-kunsilli lokali tgħid li qabel ma xi awtorita' tieħu xi deċiżjoni teħtieġ l-approvazzjoni tal-kunsill lokali in kwestjoni.", "Fil-fatt dakinhar stess, jiġifieri fit-13 ta' Mejju, il-kunsill lokali ltaqa' u ma approvax li dawn is-siġar jinqalgħu.", "GĦalhekk f'mistoqsija parlamentari numru 11241 jien staqsejt lill-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali biex nara min ta l-approvazzjoni li jinqalgħu dawn is-siġar u dan irrispondieni hekk:", "\"Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informat li d- deċiżjoni biex jinħasdu xi siġar f'Misraħ l-Isptar, Żebbuġ, ma tteħditx mill-kunsill lokali.\".", "Allura wieħed bilfors ikollu jikkonkludi li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura immanipula l-korrispondenza u ra kif għamel biex ġab l-approval ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar - kif diġa' għidt dan kien aktar parir milli approval - u jaqbeż lill-kunsill lokali ħalli tkun tista' tiġi sodisfatta x- xewqa ta' żewġ familji.", "Issa kieku dawk is-siġar ma nqalgħux minn posthom, fi żmien iż-żabra konna niżbruhom u ma kenux jinqerdu.", "Fatt interessanti huwa li fl-20 ta' Mejju l-kunsill lokali reġa' ltaqa' u, permezz ta' vot li ttieħed, il-kunsilliera qablu li dawn is-siġar m'għandhomx jinqalgħu dawn il-kunsilliera ma kenux kollha rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista għax kien hemm tliet kunsilliera indipendenti li wkoll ma qablux li jinqalgħu.", "Jiġifieri din il-kwestjoni ma kenitx waħda partiġjana.", "Madam Speaker, jien ma nistax nifhem kif meta kemm jien u l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ offrejna lir-residenti li nibagħtulhom perit fid-dar tagħhom ħadd ma aċċetta għax qalu li ma riedu jdaħħlu lill-ebda perit f'darhom.", "Allura sinjal li għandhom x'jaħbu!", "Il-fatt hu li mhux veru li s- siġar kienu qed jagħmlu ħsara lid-djar ta' dawn ir-residenti u jekk dawn iridu jibqgħu jinsistu li kienet qed issirilhom il-ħsara għandhom iġibu l- provi u mhux lanqas biss iħallu perit jidħol f'darhom!", "Fil-fatt jien spiċċajt offrejtilhom li jagħżlu perit huma u mbagħad iħallsu l-kunsill lokali, pero' dawn lanqas hekk ma riedu, anzi qabdu l-ittra li bgħattilhom jien u bagħtuha lura lill-kunsill lokali.", "Allura, kif diġa' għidt, sinjal li kellhom x'jaħbu u l-verita' hi li riedu jagħmlu vendetta minn dawn is- siġar.", "Jien qed ngħid dan bl-ikbar onesta' ħalli wieħed ikun jaf kif verament ġraw l-affarijiet.", "Madam Speaker, imbagħad xi ngħidu għar-ritratt li ġabet dakinhar il- gazzetta \"l-orizzont\"?", "Bla ebda dubju, dak li deher kien fil-gazzetta qarrieq għall-aħħar.", "Għaliex għandna nqarrqu u nidħku bil-poplu, iktar u iktar meta għadna kemm fakkarna l-ġurnata ddedikata lill-ġurnaliżmu?", "GĦal min ma jafx, nhar is-Sibt, 23 ta' Mejju minflok ma ''l-orizzont'' ġabet ritratt ta' dawk is-siġar li ma kenux qed iservu ta' ħsara u li nqalgħu ġabet ritratt ta' żewġ siġriet li jinsabu eżattament quddiem is-sorijiet, liema siġar baqgħu ma nqalgħux mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura minkejja li qed jagħmlu l-ħsara.", "Qed ngħid dan biex nuri kemm kienet intenzjonata din il-ħaġa.", "Jien lill-\"orizzont\" ngħidlu: Tkomplix tqarraq!", "Kun onest mal-qarrejja tiegħek!", "Pero', sfortunatament, minn dak li qed nara jidher li din il-ħaġa se tibqa' tirripeti ruħha.", "Iżda hawnhekk ta' min isemmi s-support li jien irċevejt fuq din il- kwestjoni, kemm permezz ta' ittri kif ukoll permezz ta' telefonati.", "Biżżejjed ngħid li minbarra n-numru kbir ta' nies li ċempluli, irċevejt 53 ittra minn residenti Żebbuġin u nies li joqogħdu f'lokalitajiet oħra ta' Malta, inkluż Ingliżi.", "Dawn l-ittri qegħdin kollha għandi għal min irid jarahom.", "Per eżempju, irċevejt ittra mingħand individwu li qalli li quddiem id-dar tiegħu, fil-Mosta, kien hemm tmien siġriet li tħawlu madwar 20 sena ilu u li tgħidx kemm kienu sbieħ, pero' darba minnhom ġew il- ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u ħasdu siġra minnhom.", "Għaliex sar dan?", "GĦax din is-siġra, li kienet tinsab quddiem id-dar tal-ġar ta' dan l-individwu, kienet qed ittellef lill-ġar milli jkun jista' jnemmes u jissindika!", "Mela din is-siġra tqaċċtet ħalli dan il-ġar ikun jista' jnemmes u jissindika kemm irid!", "Dan l-individwu kompla jgħidli hekk fl- ittra tiegħu:", "\"Issa ċċekkjajt mas-soċjeta' Arbor u skond huma bħalissa mhux żmien iż- żabra.", "L-istess qalli s-Sur Sammy Chetcuti li huwa nkarigat miż-żbir fil-Mosta.", "Barra minn hekk minn seba' siġriet, waħda fejn l-oħra, dik ta' quddiemi biss missew għax mid-dehra dik biss kienet qed tgħatti l- veduta tal-ġar tiegħi.\".", "Dan l-individwu kiteb ukoll lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li kkonferma dak li qal l-individwu.", "Fil-fatt l-ittra tad-dipartiment tgħid hekk:", "''B'riferenza għall-ittra tiegħek tal-21 ta' Awissu, 1997 nixtieq ninformak li l-azzjoni ttieħdet immedjatament biex ma jkompluhomx l- oħrajn min-naħa tad-dipartiment ta' l-agrikoltura.\".", "Jiġifieri dawn jaqbdu u jqaċċtu fejn iridu !", "Fuq l-istess każ is-Sur Sammy Chetcuti f'ittra minnhom qal hekk:", "\"L-uffiċjal li jibgħat lin-nies jiżbru fil-Mosta qalli li hu ma bagħat lil ħadd jiżbor is-siġar.\".", "Mela allura lil dawn in-nies min bagħathom?!", "Jien qed insemmi dawn l- affarijiet biex nuri d-diżastru li hawn fil-pajjiż, anke sempliċement fejn jidħlu qtugħ ta' siġar!", "Madam Speaker, irrid ngħid li kemm Joe Brincat, f'rapport li kiteb f'\"The Times\", kif ukoll il-Moviment Kaċċaturi, Nassaba u Ambjentalisti faħħru l- inizjattiva tiegħi f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt f'Jannar li għadda dan il- moviment kitibli ittra fejn qalli hekk:", "\"Kien ta' diżappunt kbir li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, li suppost li huwa konxju u responsabbli mit-tħaris tas-siġar f'pajjiżna, kien hu stess li kien qed ikun il-bojja tas-siġar eżistenti tal- każwarina u ħa l-intrigu li jżarma lill-istess Misraħ l-Isptar mis- siġar imsemmija wara li kienu ilhom 150 sena.\".", "Imbagħad fit-13 ta' Mejju dan il-moviment reġa' kitibli u qalli hekk:", "\"Dan wara l-intervent ta' natura anti-ċivili li sar fuq numru ta' siġar f'Misraħ l-Isptar ġewwa Ħaż-Żebbuġ bil-barka tad-dipartiment ta' l-agrikoltura li ħa d-deċiżjoni żbaljata tiegħu nhar it-Tlieta, 12 ta' Mejju.\".", "Il-Moviment Kaċċaturi, Nassaba u Ambjentalisti wasal biex saħansitraħareġ press release f'dan ir-rigward - ta' min jgħid li dan il-moviment ma tantx huwa favur il-Partit Nazzjonalista, pero' jien nirrispetta lil kulħadd - fejn qal li huwa jikkundanna dan l-aġir ta' irresponsabbilta' min-naħa tad- dipartiment imsemmi proprju lejliet il-Jum Dinji tas-Siġar.", "Fl-istqarrija ntqal hekk: \"Il-Moviment Kaċċaturi, Nassaba u Ambjentalisti jinsab konvint li kemm il-Ministru Noel Farrugia, li huwa nkarigat mid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura, u kemm il-Ministru George Vella, li huwa nkarigat mid- Dipartiment ta' l-Ambjent, se jinvestigaw dan l-aġir fis-sens loġiku u b'responsabbilta' tagħhom u jaslu għall-ispjega konkreta u ċivili li bir-raġun kollu ċ-ċittadini kollha jistennew.\".", "Jien ma għandix dubju li dawn is-siġar kellhom bżonn ta' żabra, u sewwa kienu jagħmlu li kieku żabruhom, pero' ċertament li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu maħsuda mill-qiegħ.", "Il-bieraħ saret ukoll mistoqsija parlamentari fuq il-ġnien tal-Bajja ta' San Tumas fejn xi ħadd qabad u qaċċat is-siġar.", "Dawn x'affarijiet huma?!", "X'qed jiġri fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?!", "Jien lill-Ministru nafu biżżejjed u naf kemm jieħu ħsieb l-ambjent u kemm ħadem f'Wied il-Qlejgħa, pero' jiddispjaċini ngħid li bl-aġir tiegħu f'dan il-każ tilef dak kollu li għamel.", "Fil-fatt hu kien wegħedni li se jibgħatli uffiċjal ħalli nsibu soluzzjoni flimkien u jien kont għidtlu li hekk imorru l-affarijiet u ssuġġerejtlu li ndaħħlu lill-kunsill lokali wkoll.", "Imma mbagħad dan injora kollox, anzi ċaħad il-wegħda solenni li kien għamel miegħi, u qabad u bagħat lin-nies iqaċċtu s-siġar biex illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn din il-pjazza hija mneżża' mis-siġar u issa se jitħawlu oħrajn li ma jixirqux ma' dak l-ambjent.", "Anke l-esperti tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qalu li s-siġar li se jitħawlu ma jaqblux ma' l- ambjent ta' din il-pjazza.", "Dan juri biċ-ċar kemm kollox qed isir bla ħsieb.", "Jien ma nistax nifhem kif neħħejna s-siġar mill-Bajja ta' San Tumas, neħħejna s-siġar minn Ħaż-Żebbuġ, neħħejna s-siġar mill-Mosta u mbagħad noqogħdu niftaħru kemm qed tiżviluppa l-mixtla ta' Wied Inċita!", "Lill-Ministru ngħidlu: Dan ma jiswa xejn, għax se jibqa' tiċpisa ma' wiċċek il-fatt li int kont responsabbli minn dan il-każ ukoll għax minkejja li kont taf li kulma kellhom bżonn dawn is-siġar kienet żabra, ippermettejt li dawn is-siġar jinħasdu bla ebda raġuni ta' xejn.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 27 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fis-1.01 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - LAQGĦAT ĠENERALI", "13517.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew residenti għal-laqgħat ġenerali li saru dan l-aħħar mill-kunsilli lokali fil-postijiet kollha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "RABAT - VERDALA - SITI ARKEOLOĠIĊI", "14398.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hijiex se tieħu xi passi biex tħares siti arkeoloġiċi qrib il-Verdala fir-Rabat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tagħmel investigazzjonijiet fl-inħawi qrib il-Verdala fir-Rabat u b'riżultat ta' dan jiġu skedati siti arkeoloġiċi skond il-grad li jimmerithom.", "MALTACOM", "14450.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14228, jista' l-Ministru jgħidilna kemm fost in-nies imsemmija kienu diġa' jaħdmu mal-Maltacom u x'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni msemmija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li hemm biss wieħed mit-tlett diretturi eżekuttivi msemmija li kien diġa' mpjegat mal-Maltacom plc.", "Dan huwa s-Sur Edgar Borg li kien Assistant General Manager Strategic Planning (Finance).", "Minħabba li l-kumpannija għadha trid taħtar diretturi eżekuttivi oħra (Commercial Director u Human Resources & Administration Director), jidhirli li nkun qed nippreġudika l-qagħda tal-kumpannija jekk nagħti l- informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija.", "PA - BINI TA' GUARD ROOM", "14463.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Guard Room li ġiet mibnija fuq art pubblika quddiem il- Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi f'Belt is-Sebħ saritx applikazzjoni għaliha quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-Guard Room hija koperta b'permess PA5278/97 li ġie approvat mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar fil-15 ta' Diċembru 1997.", "PA - DĦUL", "14478.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn ħlasijiet ta' DPF u ISC għall-applikazzjonijiet ġodda f'Jannar, Frar, Marzu u April 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-flus miġbura minn ħlasijiet fuq permessi ġodda tal- bini mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar", "| |Developmen|Infrastructur| | |t Permit |e Service | | |Fees |Contribution | |Janna|Lm95,985.4|Lm101,271.27 | |r |3 | | |Frar |Lm78,621.1|Lm 98,453.06 | | |2 | | |Marzu|Lm125,856.|Lm175,069.12 | | |18 | | |April|Lm121,569.|Lm179,142.72 | | |62 | |", "NAXXAR - TRIQ G.B. MORTON", "14515.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14165, ladarba l-Ministru Charles Buhagiar indika li Triq G.B. Morton fin-Naxxar (pjanti tagħha qed jintbagħatu separatament) iddejqet tant li bilkemm baqa' passaġġ minn fejn wieħed jista' jgħaddi, hija responsabbilta' ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li sar dan it-tidjiq ta' triq li se joħloq problemi għar-residenti tat-triq imsemmija (fost oħrajn) li biex joħorġu mit-triq iridu jirriversjaw bil-karozza?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: It-triq li llum hi msemmija Triq G.B. Morton fin- Naxxar, kienet iddaħħlet fl-iskema tal-bini fil-25 ta' Ġunju, 1982 bħala cul-de-sac u ma kenitx tinfed ma' Triq Arthur Freemantle.", "Madankollu, il- livelli ta' din it-triq kienu tali li l-ilma tax-xita jaqleb fid-direzzjoni ta' Triq Freemantle.", "Wara talba mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar, l-iskema nbidlet, fil-5 ta' Awissu, 1996 biex iddaħħal passaġġ ta' 1.5 metri, li kellu jservi kemm biex ma jinġemax l-ilma tax-xita, kif ukoll bħala passaġġ għar-riġel.", "Għalhekk, fl-ebda stadju ma sar tidjieq ta' din it-triq.", "PA - DIRETTUR TAL-PROĊEDURI", "14560.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun maħtur direttur tal-proċeduri fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar skond kif tipprovdi il-Liġi ta' l-Ippjanar li kienet emendata f'Lulju tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed jittieħdu passi biex timtela l-kariga ta' Direttur għall-Amministrazzjoni u Twettiq ta' Proċeduri skond kif mitlub mis-sub artiklu 1 ta' Artiklu 6 ta' l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp.", "U.N.- DELEGATI MALTIN", "14647.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: a) min kienu d-delegati ta' Malta għall-42nd Session of the Commission on the Status of Women tan-Nazzjonijiet Uniti li saret fi New York bejn it-2 u t-13 ta' Marzu 1998; b) jgħid x'inhi l-funzjoni tagħhom u jekk dawn humiex mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa; u c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskorsi li saru f'isem Malta f'din l- okkażjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li: (a) Id-delegazzjoni ta' Malta għat-42 Sessjoni tal-Kummissjoni fuq l- iStatus tal-Mara li ltaqgħet fi New York bejn it-2 u t-13 ta' Marzu, 1998, kienet komposta mir-Rappreżentanza Maltija tal-Missjoni Permanenti ta' Malta għall-Ġnus Maqgħuda fi New York.", "(b) Mhux applikabbli", "(c) Id-delegazzjoni ta' Malta, li pparteċipat bħala observer, m'għamlet l- ebda diskors f'isem Malta f'di l-okkażjoni.", "Malta assoċjat ruħha ma' l- istatement li għamel iċ-Chairman tal-Grupp tas-77, liema statement kien meqjus ibbilanċjat ħafna u kien ikopri l-posizzjoni ta' Malta.", "Kopja ta' dan id-diskors tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ŻURRIEQ - ĠIBJUN TRIQ BUBAQRA", "14675.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14216 u ċioe' b'riferenza għat- talba li kien għamel il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq biex żona magħrufa bħala Il-Ġibjum, Triq Bubaqra, Żurrieq tkun mibdula bħala public open space f'żona residenzjali fejn m'hemmx żvog ieħor għar-residenti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-Lands fl-20 ta' Novembru, 1995 kien qal li ma jsibx oġġezzjoni li din l-area tkun imsebbħa sakemm ma jintmessux is- siġar u l-ġibjun li hemm f'din l-area (Dok.", "A); u (b) issa inbidel kompletament il-ħsieb oriġinali u se jitqaċċtu s-siġar biex jagħmel spazju għal terraced houses skond ittra mibgħuta lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq fil-21 ta' Jannar, 1997 mill-Planning Authority (Dok.", "B)?", "Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li f'żona residenzjali fejn m'hemmx public open space, u fejn area indikata m'hijiex ta' daqs kbir din għandha tkun żviluppata bħala public open space għall-benefiċċju tar-residenti?", "Dokument A, B u mappa diġa' ntbagħtu separatament.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Filwaqt li napprezza x-xewqa ta' l-Onor.", "Interpellant biex ikun hemm aktar spazju ta' ftuh f'din iż-żona din l-art kienet ilha indikata għal żvilupp sa mil-1988.", "Ir-rifjut li nħareġ fil-21 ta' Jannar, 1997 kien jindika ir-raġuni għaliex l-iżvilupp propost ma setax jingħata u cioe' illi reviżjoni ta' l-iskemi ta' żvilupp b'dan il-mod setgħu isiru biss permezz ta' pjan lokali.", "L-ittra tad-dipartiment ta' l-artijiet ma daħlet fl-ebda konsiderazzjoni ta' l-iskemi ta' żvilupp in vigore, iżda li bħala dipartiment ma kienx isib oġġezzjoni.", "KUMPANNIJI - FLUS DOVUTI", "14763.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li xhur ilu l-Viċi Prim Ministru kien ta' x'wieħed jifhem li diversi kumpanniji privati u parastatali kienu se jieħdu lura miljuni ta' liri mil-Libja li kienu ilhom dovuti lilhom żmien twil, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dan sarx?", "U jekk le, jew mhux għal kollox, kemm hu stmat li tammonta din is-somma?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-sitwazzjoni tal-pagamenti dovuti lill-Malta mil- Libja hija waħda varjabbli ħafna u hija korrelata ma' l-ammont ta' kummerċ u investiment li jsir bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Waqt iż-żjara tiegħi fil-Libja f'Marzu tal-1998, kien ikkonfermat qbil biex parti sostanzjali mid-dejn dovut lil Malta jiġi mħallas perjodikament.", "Minn Marzu ta' l-1997 sa April ta' l-1998 tħallsu madwar $32 miljun lill- kumpanniji privti u parastatali.", "Aktar dettalji ma nħossx li jkun opportun minħabba n-natura kummerċjali ta' din l-informazzjoni.", "ESTIMI ĠENERALI 1998", "13729.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,292, u ċioe' b'riferenza għall-Vot 50 rikorrenti ta' l-Estimi 1998 (Housing), paġna 322, jista' l-Ministru jagħti breakdown sewwa sew tal-flus kif se jintnefqu taħt dawn l-items, wieħed wieħed li jaqgħu taħt personal emoluments u ċioe': holders of political office; staff salaries and wages; bonus; income supplement; social security contributions; allowances; u overtime?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,292.", "DJAR - SEGRETARJU PERMANENTI", "13730.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,350 u ċioe' jista' jgħid min hu s-Segretarju Permanenti għad-Djar?", "Meta daħal fiċ-Ċivil?", "X'kariga okkupa tul dawn l-aħħar ħames snin fiċ- Ċivil?", "Kif qed tgħin il-funzjoni tiegħu biex b'mod effettiv il-housing problem tiġi mtaffija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,350.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13731.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,455 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna li, d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Kemm ilu pendenti dan il-każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,455.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "13732.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,223 u ċioe' jista' jgħid fost il-lista ta' dawk b'sharing accomodation, persuna mill-Gżira li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, kif tikkompara ma' dawk li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva?", "U għaliex min kellu każ mhux gravi daqs tiegħu ngħata?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,223.", "DJAR - TISWIJIET", "13733.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,418 u ċioe' b'riferenza għall-każ tal-persuna li, d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, li hu anzjan u li ilu joqgħod fil-flat tiegħu għal dawn l-aħħar 11-il sena u li talab biex jinbiddilu l-madum u ma sarlux, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan ma sarx u dan meta din il- persuna litteralment ma tiflaħx tidħol għall-ispiża hi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,418.", "DJAR - SANTA LUĊIJA - APPARTAMENTI", "13734.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,417 u ċioe' billi l-flats tal-gvern ta' Santa Luċija jenħtieġu manuntenzjoni, kemm minn barra u kif ukoll minn ġewwa, b'mod speċjali dawk ta' Neighbourhood 1 u Neighbourhood 2, jista'almenu l- Ministru jindika f'liema data approssimattiva se jsiru, anke fid-dawl ta' dawk li hemm imfisser fil-Manifest Elettorali tal-partit tal-Gvern?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W1,417.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONIJIET", "14040.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati veijkoli ġodda f'Marzu, 1998 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' veijkolu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi reġistrati ġodda f'Marzu 1998 huwa kif jidher hawn taħt:-", "Vetturi Privati 676 Vetturi Kummercjali 92 Vetturi ghall-Kiri 169 Buses u Mini-Buses 3 Muturi 23 TOTAL 963", "PULIZIJA - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FTUĦ TA' ĦWIENET", "14041.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfetħu ħwienet f'Marzu, 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi f'Marzu 1998 kien hemm 33 applikazzjoni mal-Pulizija għall-ftuħ ta' ħwienet.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - DELEGAZZJONIJIET", "14042.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema agenziji ta' l- ivvjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U INDUSTRIJA - DELEGAZZJONIJIET", "14043.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru fuq delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l- ivvjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - DELEGAZZJONIJIET", "14044.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid- dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d- delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenzji ta' l-ivvjaġġar ittieħdu l- biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTRU MINGĦAJR PORTAFOLL - DELEGAZZJONIJIET", "14045.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1998; x'kien l-iskop ta' kull safra; minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l- ivjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MAINTENANCE AGREEMENTS", "14494.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kellhom maintenance agreements ma' kumpanniji privati għar-rigward ta' IT hardware u/jew software fis-snin 1996 u 1997?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ kull sena?", "Liema kumpannija pprovdiet dan is- servizz f'kull każ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-unika maintenance agreements ta' dan it-tip fl-1996 kien fis-Sezzjoni tal-Pitkalija ma' IES Computers Ltd.", "Dan il-ftehim sar wara sejħa għall-offerti fl-1994 u kien ingedded kull sitt xhur, b'nefqa ta' Lm 305 kull sitt xhur.", "Fl-1997 dan is-servizz beda jingħata mill-MITTS wara' sejħa ġdida għall- offerti.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14495.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettivv mar-rappreżentanti tal-ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infomat li l-aħħar ftehim kollettiv mar- rappreżentanti tal-ħaddiema ta' dawk l-entitajiet li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħi huma kif ġej:", "Data ta' Iffirmar Perjodu", "Public Broadcasting Services Ltd 06.05.98 01.01.98 - 31.12.2000 Maltacom plc 21.10.96 01.01.96 - 31.12.1998 Malta Drydocks Corporation 13.12.93 13.12.93 - 12.12.1996 Malta Shipbuilding Co Ltd.", "13.06.89 ***", "*** Dan il-Ftehim ma jistipulax sa liema data kien ikopri.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14496.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal-ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-aħħar ftehim kollettiv iffirmat mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar mar-rappreżentanti tagħha daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju,1995.", "Dan il-ftehim ikopri perijodu ta' tliet snin, u għalhekk jiskadi fit-30 ta' Ġunju,1998.", "-ftehim kollettiv li kellu jiġi ffirmat fl-1 ta' Diċembru,1995 mar- rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Voice of the Mediterranean effettivament ġie ffirmat fit-3 ta' Ġunju,1997 u jiskadi fil-31 ta' Diċembru, 1998.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14497.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id- dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal- ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li fil-każ ta' l-entitajiet fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti, l-uniku ftehim kollettiv li ġie ffirmat kien bejn il-Kumitat tat-Teatru Manoel u r- rappreżentanti tal-ħaddiema.", "Dan ġie ffirmat fl-1 ta' Settembru, 1990 u għalaq fil- 31 t'Awissu, 1993.", "L-Universita' ta' Malta ffirmat żewġ ftehim kollettivi.", "Il-ftehim tan- Non-Academic Staff ġie ffirmat mal-UĦM u l-GWU fit-8 t'April, 1996 u jkopri sal-31 ta' Diċembru, 1995.", "Il-ftehim tal-Academic Staff ġie ffirmat mill- MUT fit-23 ta' Mejju, 1995 u jkopri sal-31 ta' Diċembru, 1996.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14498.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika, li taqa' taħt id- dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal- ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru illi fid-dikasteru tiegħi ġew iffirmati erba' ftehimiet kollettivi kif ġej:-", "Il-Bank Ċentrali ta' Malta ffirma ftehim fit-22 ta' Jannar, 1997, u jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar, 1996 sal-31 ta' Diċembru, 1998.", "L-MOBC iffirmat ftehim kolletiv fis-7 t'Awissu, 1996 u jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar, 1996 sal-31 ta' Diċembru, 1998.", "Il-Korporazzjoni Enemalta għandha ftehim kolletiv ma' żewġ unions: mal- General Workers Union u ma' l-Enemalta Professional Officers Union.", "1.", "Il-Ftehim Kolletiv bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-General Workers Union, ġie ffirmat fit-23 t'Ottubru, 1996, u jkopri l-perijodu mil-1 ta' Jannar, 1996 u l-31 ta' Diċembru, 1998.", "2.", "Il-Ftehim Kollettiv bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Enemalta Professional Officers Union ġie ffirmat fit-18 ta' Marzu, 1996 u jkopri l- perijodu mis-16 ta' Settembru, 1991, u l-31 ta' Diċembru, 1994.", "Id- diskussjonijiet biex jiġġedded dan il-ftehim għadhom ma ġewx iffinalizzati.", "FTEHIM KOLLETTIV", "14499.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data kull aġenzija governattiva, awtorita' statali u korporazzjoni pubblika li taqa' taħt id- dekasteru tiegħu, ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv mar-rappreżentanti tal- ħaddiema?", "F'kull każ sa liema data kien ikopri dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: NTOM - l-aħħar ftehim kollettiv kien iffirmat fis-16 ta' Ottubru, 1996 u jkopri sat-30 ta' Ġunju, 1999.", "MCC - l-aħħar ftehim kollettiv kien iffirmat fit-30 ta' Lulju, 1996 u jkopri sal-31 ta' Diċembru, 1998.", "ĦAL FARRUĠ - ARBLI TAD-DAWL", "14677.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu nstallati l-arbli tad-dawl ħdejn il-flats il-ġodda li hemm ġewwa Ħal Farruġ, Luqa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba għal aktar dawl fil-lokalita' msemmija qed tkun ikkonsidrata flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "LUQA - PARKEĠĠ", "14678.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir rigward il-problema kbira ta' nuqqas ta' parking ġewwa l-Isla?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-taqsima tax-xogħlijiet m'hijiex qed tagħmel xogħol ta' ppjanar dwar is-suġġett imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Din il-mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru responsabbli mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "FGURA - TRIQ ID-DEJMA - ASFALTAR", "14679.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Minsitru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq id-Dejma, Fgura quddiem Swan Laundry se tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-passi meħtieġa jittieħdu fid-dawl ta' pjan globali għar-restawr tat-toroq arterjali li qed jiġi mfassal.", "Sadanittant tajt struzzjonijiet lis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tat-toroq biex tagħmel ix-xogħol temporanju li jenħtieġ il-wiċċ tat-triq biex ma jkunx hemm periklu għas-sewwieqa.", "UE - ŻONA TA' KUMMERĊ ĦIELES", "14699.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa mill-Ministeru tiegħu jew minn kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli li janalizza jaqbilx għall-ministeru tiegħu jew għall-korporazzjoni jew entita' pubblika kkonċernata li Malta tissieħeb f'żona ta' kummerċ ħieles biss mal-Unjoni Ewropea; u dwar x'se jkun l- impatt fuq il-ministeru tiegħu jew fuq kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha inti responsabbli?", "Fi kwalunkwe każ, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-benefiċċji kollha għall-ministeru tiegħu u għal kwalunkwe korporazzjoni jew entita' oħra pubblika li għaliha huwa responsabbli, li jinkisbu b'żona ta' kummerċ ħieles u li ma jinkisbux bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MALTA/OLANDA - KOPERAZZJONI", "14720.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-oqsma li fihom hemm jew se jkun hemm ko- operazzjoni bejn il-Ministeru ta' l-Agrikoltura ta' Malta u l-Olanda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-koperazzjoni bejn il-Ministeru ta' l-Agrikoltura ta' Malta u l-Olanda titħaddem permezz tal-għaqdiet internazzjonali li tagħhom huma membri iż-żewġ pajjizi, u permezz tal-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Riċentament kien hemm diskussjonijiet ma' ditti ewlenin fl-Olanda bl- għan, li din il-koperazzjoni kummerċjali tiżdied għall-ġid taż-żewġ pajjiżi.", "FRANZA - DISKUSSJONIJIET FUQ DIFIŻA/XIRI TA' ARMI", "14721.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet għaddejjin jew maħsuba li jsiru ma' Franza fl- oqsma tad-difiża; u tax-xiri ta' armi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-ministeru kkonċernat.", "ĦABSIJIET MALTIN - PRIĠUNIJIET LIBJANI", "14722.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħidilna : kemm kien hemm priġunieri Libjani fil-ħabsijiet Maltin fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 separatament; u kemm minnhom talbu li jibbenefikaw mill-ftehim ta' l-1994 biex jissoktaw il-piena fil-Libja?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri fil-Ħabs matul l- 1995, 1996, 1997 u 1998 kien kif ġej:-", "| |Sentenzja|Awaiting |Tota| | |ti |Trial |l | |1995 |22 |23 |45 | |1996 |23 |39 |62 | |1997 |29 |46 |75 | |1998*|15 |21 |36 |", "Ninsab informat ukoll li tliet priġunieri Libjani għamlu talba formali biex jibbenefikaw mill-ftehim bejn Malta u l-Libja dwar it-Trasferiment ta' Persuni Sentenzjati.", "Ta min jgħid li kif jindika t-titolu tal-ftehim, dan japplika biss għal dawk il-priġunieri li jkunu sentenzjati.", "Kondizzjoni oħra tal-Ftehim hi li s-sentenza trid tkun finali, jiġifieri li ma jkunx hemm appell jew proċeduri ġudizzjarji pendenti.", "BELĠJU - FTEHIM BILATERALI", "14723.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi progress kien sar sat-30 ta' April, 1998 fin-negozjati mal-Belġju għal ftehim bilaterali fuq: kooperazzjoni fil-ħidma tal-pulizija; kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa; u kooperazzjoni fil-qasam tas-Society Security?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-negozjati dwar ftehim bilaterali mal-Belġju f'dawn it-tliet setturi għadhom sejrin wara li kienu ġew imsemmija anke fl-aħħar viżta li d-Deputat Prim Ministru/Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent għamel fil-Belġju.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "14730.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema junctions f'toroq arterjali huma ppjanati li jsirilhom xogħol fuqhom fis-sentejn li ġejjin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-mument, esperti mill-Ġermanja qed jassistu d- Dipartiment tat-Toroq fil-preparazzjoni ta' master plan għar-restawr tat- toroq arterjali u distributorji.", "Din il-master plan tkun tinkludi wkoll indikazzjoni ta' junctions fejn ikun irid isir upgrading biex b'hekk ikun jista' jsir pjan organiku għat- titjieb tat-toroq.", "Sadanittant, bħalissa qed jiġu rranġati junctions f'żewġ lokalitajiet, jiġifieri d-daħla għal Wied il-Għajn Bypass minn Triq Hompesch, u d-daħla għal Marsaxlokk minn Triq Birżebbuġia f'Bir id-Deheb.", "ARTIJIET - AKKWIST MINN BARRANIN", "14731.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru studji jew tħejjijiet sabiex jinbidlu r-regolamentari u liġijiet li jikkontrollaw l-akkwist ta' art minn barranin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SVEZJA - INVESTMENT GUARANTEE", "14734.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi progress kien sar sat-30 ta' April, 1998 fin-negozjati dwar ftehim ma' l- Isvezja dwar investment guarantee; u kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-negozjati dwar ftehim ma' l-Isvezja dwar investment guarantee u l-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa, għadhom għaddejjin ma' l- awtoritajiet konċernati.", "PULIZIJA - LABORATORJU FORENSIKU", "14758.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni, skond rapporti fil-gazzetti, Dr Anthony Abela Mediċi m'għadux imexxi l-Laboratorju Forensiku tal-Pulizija?", "Min se jissostitwixxi lil Dr Abela Mediċi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - CORRECTIONAL OFFICERS", "14759.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw impjegati tal-gvern sabiex jimlew il-postijiet battala ta' Correctional Officers fil-Ħabs ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li kien hemm disa' applikazzjonijiet għal post ta' Correctional Officers fil-Ħabs ta' Kordin.", "Minn stħarriġ preliminari jidher li tlieta minn dawn l-applikazzjonijiet ma sarux minn impjegati tal-Gvern.", "QORTI - ĦLASIJIET", "14760.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference ta' l-inkjesta li għaddejja dwar ħlasijiet mill-Qorti għal servizzi ta' esperti fix-xjenza u mediċina forensika?", "Fiex waslet din l-inkjesta?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-terms of reference ta` l- inkjesta huma s-segwenti:", "(i) biex jeżamina l-arranġamenti eżistenti dwar il-pagament lill-esperti tal-Qorti:", "(ii) biex jinvestiga jekk dawn l-arranġamenti kenux applikati korrettament matul l-aħħar tliet snin u jekk, għaldaqstant, sarux xi pagamenti żejda:", "(iii) biex tiġi stabilita' l-kawża ta` dawn il-pagamenti żejda, jekk kien il-każ, u ta` min kienet ir-responsabbilta`: (iv) biex jinvestiga l-allegazzjonijiet indikati f`rapport fuq is-suġġett u li ppreżentat lill-Avukat Ġenerali:", "(v) biex jissottometti rakkmandazzjonijiet għal titjieb għall-arranġamenti eżistenti dwar il-pagamenti lill-esperti tal-Qorti.", "L-inkjesta msemmija għadha ma ġietx konkluża.", "SAĦĦA - MEDICAL BRIEF", "14761.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14369, fejn il-Ministru rrifera t-tweġiba għal stqarrija lill-istampa, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' l-awditjar tal- medical brief ngħatax skond proċeduri aċċettabbli?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-risposta hija fl-affermattiv.", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS", "14779.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14660 u ċioe' jista' jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' awdituri/accountants li ngħataw kuntratt bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ir-risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "CHADWICK LAKES - XOGĦLIJIET", "14798.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min qed jagħmel ix-xogħol li kienu qed iwettqu l-ħaddiema tal-Kalaxlokk fl-area taċ-Chadwick Lakes?", "Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt humiex qed jingħataw xi inċentivi għal min qed jagħmel ix-xogħol?", "Jekk iva, x'inhuma dawn l- inċentivi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Parti mix-xogħlijiet qed isiru mill-ħaddiema tad- dipartiment, waqt li xogħlijiet oħrajn qed isiru minn ħaddiema tal-Malta Drydocks u tal-Malta Shipbuilding li għandhom kuntratt għal xogħol speċifiku.", "Fid-dawl li l-ħaddiema tad-dipartiment ma' xtaqux jaħdmu b'sistema ta' inċentivi biex jitħaffef ix-xogħol, il-flus iffrankati min dawn l-inċentivi qed jintużaw f'kuntratt li ngħata wara' li saret sejħa għall-quotations.", "Dawn il-miżuri u oħrajn li jistgħu jittieħdu 'l quddiem huma kollha marbuta mal-fatt li x-xogħlijiet jitwettqu skond il-pjanijiet mfassla, fl- iqsar żmien possibbli.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - ĦADDIEMA", "14799.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jaħdmu ma' korporazzjonijiet parastatali iżda li huma seconded mal-Ministeru tal- Biedja u Sajd?", "Minn liema korporazzjonijiet huma on loan jew on secondment dawn il-ħaddiema?", "X'inhu x-xogħol li jwettqu?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawn il-ħaddiema fil-fatt iwettqux xogħol li jista' jsir minn ħaddiema tal-Maintenance Section fi ħdan il-Ministeru?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PRODOTTI - ESPORTAZZJONI", "14800.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' prodotti li ġew esportati lejn l-Ingilterra kull xahar, fil-perijodu 1/4/97 - 30/4/98?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern fil-fatt ħallasx xi sussidju jew ħlasijiet oħra lil persuni li esportaw?", "Jekk iva, kemm kien l- ammont imħallas, u minn liema vot?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Agricultural Export Marketing Board qiegħed jikkordina din l-attivita' kummerċjali privata li qed issir bejn l-Għaqda Bdiewa Progressivi u d-ditta Ingliża li qed timporta l-prodott Malti.", "Mill-informazzjoni li għandu l-Agricultural Export Marketing Board, s'issa ġew esportati 'il fuq minn 40 tunnellata ta' prodotti lejn l- Ingilterra.", "Filwaqt li l-informazzjoni dettaljata xahar b'xahar tingħata f'seduta oħra, jirriżulta li s'issa għadhom saru nofs il-pagamenti għal dan it- tunnellaġġ u dan minħabba ilmenti li kien hemm għar-rigward tal-grading u l- kwalita' tal-prodott esportat.", "L-Agricultural Export Marketing Board jinsab medjatur f'din il-kwestjoni sabiex jiġu rimedjati d-differenzi li nqalgħu.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - KONSULENTI", "14801.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' konsulenti li għandu mpjegati miegħu l-Ministeru tal-Biedja u Sajd?", "X'inhuma l- kondizzjonijiet li fuqhom jaħdmu dawn il-konsulenti?", "X'ħinijiet ta' xogħol huma mitluba li josservaw?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għandu miegħu sebgħa konsulenti.", "Sitta minnhom qegħdin jaħdmu fuq bażi part-time u l- ħinijiet tax-xogħol tagħhom ivarjaw bejn tmienja u 20 siegħa fil-ġimgħa, dejjem skond l-esiġenzi tad-dipartiment.", "Konsulent-mara qed taħdem fulltime.", "Fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura hemm veterinarju barrani li huwa impjegat ful time taħt il-kondizzjonijiet kif spjegajt fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14320.", "PULIZJA - PUBLIC SERVICE COMMISSION", "14802.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 14259, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilhom pendenti l-14-il każ hemm imsemmija?", "Kemm minnhom taw lok għal sospensjoni mid-doveri?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MPO - PROPOSTA TAD-DIPARTIMENT TAD-DWANA", "14803.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Management and Personnel Office hux se jaċċetta l- proposta tad-Dipartiment tad-Dwana li jkun hemm il-post ta' Customs Dog Section Instructor fid-Dipartiment tad-Dwana?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat illi l-proposta tad-Dipartiment tad- Dwana li jkun hemm il-post ta' Customs Dog Section Instructor fid-Dipartiment tad-Dwana ma ġietx ikkonsidrata favorevolment peress li ma teżisti ebda struttura fis-Servizz Pubbliku li tinkorpora dan il-grad.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li mhux sewwa li jkun hemm, fis-Servizz, strutturi magħmula minn bniedem wieħed, minħabba li persuna li tkun qiegħda tokkupa kariga ta' din ix-xorta ma jkollha l-ebda opportunita għal avvanz fil-karriera.", "Għaldaqstant, qiegħda tiġi kkonsidrata allowance xierqa li tkun tista' tingħata lil dak l-uffiċjal li jiġi mqabbad jagħmel id-doveri ta' Customs Dog Section Instructor.", "B'dan il-mod l-uffiċjal inkarigat minn dawn id-doveri jkun jista jkompli jgawdi mill-provvedimenti għal avvanz fil-karriera kif stabbilit mill-ftehim li jikkonċerna l-grad tiegħu, u fl-istess ħin ikun jista jibbenifika wkoll minn allowance talli jkun qiegħed jagħmel xogħol ieħor oltre dak li hu mistenni mill-grad tiegħu.", "BUĠIBBA - TRIQ IT-TURISTI - ART", "14825.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi żviluppi dwar l-għoti ta' biċċa art wara l-binja Indipendenza fi Triq it- Turisti, f'Buġibba biex fiha jinbnew garaxxijiet għar-residenti tal-blokk?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt huwiex mistenni li jkun hemm redirection tal-main tad-drenaġġ biex il-garaxxijiet ikunu jistgħu jinbnew kif kien maħsub qabel l-1996?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SAN PAWL IL-BAĦAR - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "14826.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex f'diversi nħawi ta' San Pawl il-Baħar ikun hemm varjazzjoni (fluctuations) qawwija fil- provvista tad-dawl, tant li qed tiġi kkawżata ħsara f'diversi nħawi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Skond ir-rekords tal-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li kienu saru xi lmenti ta' varjazzjonijiet fil-provvista tad- dawl fl-inħawi msemmija.", "Madankollu, qegħdin isiru investigazzjonijiet biex jiġi aċċertat li l-provvista tad-dawl hija adekwata.", "PACEVILLE - BARS LI JIBQGĦU MIFTUĦIN", "14837.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex il-bars ġewwa Paceville jibqgħu miftuħin sas- 6.00a.m. meta dawn m'għandhomx permess jibqgħu sa dawk il-ħinijiet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi, bir-regolamenti attwali, ħwienet li fihom jinbiegħu nbejjed, birra jew likuri spiritużi bl-imnut, jistgħu jiftħu fl-4.00 a.m.."]} {"filename": "19980311_196d_par.doc", "date": "1998-03-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 196 L-Erbgħa, 11 ta' Marzu, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 196", "L-Erbgħa, 4 ta' Marzu, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "196", "L-Erbgħa, 11 ta' Marzu, 1998", "WERREJ MINUTI 852", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 852", "TQEGĦID TA' KARTI 859", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB (KUMITAT) GAMING BILL (COMMITTEE STAGE) 861", "AĠĠORNAMENT 879", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 883", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 917", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 195 li saret fl-4 ta' Marzu, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PA - CAR PARKS", "10803.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Jesmond Mugliett) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal bini ta' car parks u multi-storey car parks?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-applikazzjonijiet li hemm pendenti għal bini ta' car parks u multi-storey car parks speċifikament, li nafu bihom huma dawn:", "i) full application for underground car park in Mosta, behind the main church;", "ii) full application for car park in Mosta, Triq in-Naġġar;", "iii) outline application for underground car park near PBS in Guardamanga; and", "iv) outline application for underground car park in Sliema, near the Chalet.", "Hemm numru kbir ta' applikazzjonijiet għal użu ta' uffiċċji, ħwienet, lukandi u supermarkets eċċ. li kollha jinkludu car parks.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtina indikazzjoni dwar meta se tiġi applikata l-commuted parking scheme?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti din ir- risposta offhand pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil- miktub f'dan ir-rigward inkun nista' nagħtih l-informazzjoni mitluba.", "AMBAXXATI - KAROZZI", "11060.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għal kull waħda mill-ambaxxati Maltin barra minn Malta, kemm kien hemm karozzi li huma proprjeta' tal-gvern Malti fl-1 ta' Jannar, 1998?", "Liema tip u marka huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm qamu?", "X'mileage għandha kull karozza?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni mitluba.", "AMBAXXATI - XUFIERA", "11231.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għal kull waħda mill-ambaxxati ta' Malta barra minn Malta, kemm kien hemm xufiera mpjegati jew imħallsa mill-ambaxxata fl-1 ta' Jannar, 1998?", "F'liema sena kull wieħed minnhom beda jaħdem ma' l-ambaxxata?", "X'inhi n- nazzjonalita' ta' kull wieħed minnhom?", "X'inhi l-paga ta' kull wieħed minnhom?", "X'inhuma l-ħlasijiet obbligatorji l-oħra - bħal, per eżempju, is- sehem ta' l-employer tas-sigurta' soċjali - li l-Gvern Malti jagħmel għal kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni mitluba.", "AMBAXXATI - KONTIJIET TAT-TELEFON", "11234.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna, għal kull ambaxxata individwalment, kemm tħallsu flus minn fondi pubbliċi, f'liri Maltin u f'munita tal-post, għall-kontijiet tat-telefon tar-residenza tal-head of mission fis-snin 1996 u 1997 separatament?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat permezz ta' risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12629 fis-Seduta Nru. 193.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - IMPJEGATI", "11550.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Fil-breakdown li jagħti, għal kull waħda minn dawn separatament jista' l-Ministru jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "Dawn il-ħaddiema mpjegati huma mpjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Mil-liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm persuni li ġew impjegati mill-ETC?", "Kemm kien hemm każi fejn l-ETC tat permess li joħroġ avviż għall-mili ta' postijiet minħabba li l-ETC ma sabitx nies adatti?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jiddispjaċini ngħid li m'għandix din l-informazzjoni u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmilli din id-domanda bil-miktub .", "KUMMISSJONI GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "11633.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mir-rikorsi magħmula lill-kummissjoni għall- investigazzjoni ta' inġustizzji, kemm damet imwaqqfa, kienu jirrigwardaw promozzjonijiet fl-impjieg mal-gvern?", "Kemm minn dawn ġew mogħtija raġun?", "Kemm fil-fatt minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet ġew implimentati?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): In-numru ta' rikorsi dwar promozzjonijiet fl-impjieg mal-gvern magħmula lill-kummissjoni għall- investigazzjoni ta' inġustizzji kien ta' 1,746.", "Fil-fatt kien hemm 765 li nqatgħu favur ir-rikorrent u minnhom ġew implimentati 549 rakkmandazzjoni.", "AMBAXXATI - LOCALLY ENGAGED PERSONNEL", "11780.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi ħlasijiet cash biex jitħallsu impjegati locally engaged fis- sena 1997 fl-ambaxxati ta' Malta f'Moska, f'Pariġi, fil-Kajr, fi Tripli, f'Riyadh u f'Tuneż separatament?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Matul l-1997 fil-missjonijiet indikati mill-Onor.", "Membru saru ħlasijiet fi flus kontanti lill-impjegati lokali kif se ngħid:", "(i) f'Moska kien hemm tliet segretarji, xufier, seftura, ħassiela u koka;", "(ii) f'Pariġi kien hemm seftura;", "(iii) fil-Kajr kien hemm żewġ segretarji full-time, numru ta' segretarji part-time - impjegati minn żmien għal żmien - xufiera/messaġġiera, ħassiela u ġardinar;", "(iv) fi Tripli interpreter/translator, tliet segretarji, skrivani, xufiera, messaġġier, handyman u seftura;", "(v) f'Riyadh traduttriċi sostituta, seftura part-time; u", "(vi) f'Tuneż ħadd.", "AMBAXXATI - MALTA BASED OFFICERS", "11781.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema mill-ambaxxati l-Malta based officers tħallsu cash għas-salarji fis- sena 1997?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni mitluba.", "AMBAXXATI - KIRJIET", "11782.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li l-Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4578 dwar kirjiet li jitħallsu għall-ambaxxati ta' Malta u għar-residenzi uffiċjali ta' l- ambaxxaturi, jista' jgħid f'liema każi speċifiċi saru xi ħlasijiet cash fis- sena 1997 u f'kull każ għal kemm kienu jammontaw dawn il-ħlasijiet f'liri Maltin u fil-munita tal-post?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni mitluba.", "AMBAXXATI - XUFIERA", "11783.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li l-Viċi Prim Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2021 dwar xufiera mpjegati f'ambaxxati, jista' jgħid liema minnhom tħallsu cash fis-sena 1997 u f'kemm kienu jammontaw il-ħlasijiet cash f'liri Maltin u fil-munita tal- post?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni mitluba.", "PA - LUKANDI BLA PERMESS", "11807.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Lino Spiteri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar total ta' lukandi li għandhom xi bini bla permess - jew mhux għal kollox konformi mal-permess - f'dawn l-inħawi: Buġibba, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, San Ġiljan, Marsascala u Għawdex?", "Jekk mhux possibbli li l-figura tingħata lokal b'lokal, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtiha bħala total għall-gżejjer Maltin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi din il-mistoqsija parlamentari għandha x'taqsam ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi beħsiebha tieħu l-awtorita' għar- rigward tad-Deputat Laburista li ndaħal fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħha?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li jien ma niddettax lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar x'azzjoni għandha tieħu.", "Jien kulma naf huwa li l-Prim Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra korrispondenza li kellu mill-Onor.", "Borg imma dak li se tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar affari tagħha.", "QRATI - KAWŻI", "11908.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Riferibbilment għax-xahar ta' Jannar 1998, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi, maqsuma skond kull qorti kompetenti?", "Kemm ġew deċiżi kawżi, kategorizzati skond kull qorti kompetenti?", "Kemm kien hemm kawżi pendenti, kategorizzati skond kull qorti kompetenti?", "Kull imħallef u maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar?", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PULIZIJA - KUMPENS", "11942.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 1989 sa llum kemm pulizija ġew ikkompensati mill-fond speċjali li kien twaqqaf biex jitħallsu membri tal-korp talli weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?", "Jista' jagħti l-ismijiet u d-dettalji tagħhom?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "WSC - SPIŻA", "12159.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fir-rigward tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jista' l-Ministru jgħid għall- perijodu ta' bejn l-1 ta' Ottubru, 1997 u t-12 ta' Frar, 1998 kemm kienet l- ispiża totali ta' din il-korporazzjoni u kemm kien id-dħul għall-istess korporazzjoni?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 12766, fis-Seduta Nru. 195.", "INTERPELLANZI PARLAMENTARI - PROĊEDURA", "12197.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-risposti għall-interpellanzi parlamentari li jikkonċernaw lill- ministeru ta' l-affarijiet barranin humiex qed jiġu ċċirkolati lill- impjegati kollha tal-ministeru, kemm fil-head office kif ukoll fl-ambaxxati barra minn Malta, kif kien isir fil-passat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nikkonferma li teżisti sistema fejn kopji tar- risposti għall-mistoqsijiet parlamentari li jikkonċernaw il-ministeru bħalissa qed jiġu ċċirkolati fost id-diretturi tal-ministeru u dawn iressquhom għall-attenzjoni ta' l-istaff, kif ukoll fl-ambaxxati Maltin li jkunu milquta mit-tweġiba partikolari li tkun.", "Forsi ta' min jinnota wkoll li l-ministeru jħallas l-ispejjeż postali biex jagħmel dan it-tqassim!", "MADRID - AMBAXXATA - LOCALLY ENGAGED PERSONNEL", "12199.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-ambaxxata ta' Malta f'Madrid, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm locally engaged personnel fl-1 ta' Jannar, 1997 u x'karigi kienu jokkupaw?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll kemm minnhom irriżenjaw jew tkeċċew matul is-sena 1997?", "Kemm kien hemm locally engaged personnel fl-1 ta' Jannar, 1998?", "X'karigi kienu jokkupaw?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fl-1 ta' Jannar, 1997 l-Ambaxxata Maltija ġewwa Madrid kienet tħaddem segretarja/receptionist u sewwieq/messaġġier fuq bażi full-time kif ukoll ġardinar, serva u persuna oħra li tieħu ħsieb it- tneħħija ta' l-iskart fuq bażi part-time.", "L-istess numru ta' mpjegati lokali kienu jaħdmu f'din l-ambaxxata fl-1 ta' Jannar, 1998 għalkemm mhux kollha kienu l-istess nies minn sena għall- oħra.", "PARIGI - AMBAXXATA - KERA", "12288.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Billi fir-risposta tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11158 hemm indikat taħt il-vot għall-1998 li l-kirjiet f'Pariġi ta' l-ambaxxata u r-residenza hu ta' Lm96,500 u mbagħad hemm immarkat li r-residenza uffiċjali ġiet rilokata għal post ta' kera orħos, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi l-kera tal-kanċellerija u tar-residenza uffiċjali ta' l-ambaxxatur għas-sena 1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Matul l-1998 il-kera li mistennija titħallas għall- ambaxxata Maltija ġewwa Pariġi hija stmata li tkun ta' FF660,000, jiġifieri madwar Lm44,000 għal sena sħiħa.", "Ir-residenza uffiċjali l-ġdida inkriet għas-somma ta' FF22,000 jew Lm1,500 fix-xahar, jiġifieri tnaqqis ta' madwar Lm1,650 fix-xahar mill-ammont li kien jitħallas qabel għar-residenza uffiċjali ta' l-ambaxxatur.", "F'nofs is-sena l-kirjiet jiġu riveduti għaliex huma marbutin ma' l-indiċi tal-prezzijiet uffiċjali.", "Mill-vot tal-kera jitħallsu wkoll spejjeż oħra kemm għall-manutenzjoni u l-użu tal-post kif ukoll għal xi benefikati u arredamenti li jsiru fihom.", "TARXIEN FOOTBALL CLUB - POSTER", "12367.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġie ppubblikat poster bil-kulur tat-team tat-Tarxien football club mis- segretarjat parlamentari għall-isport b'messaġġ mis-Segretarju Parlamentari fuqu?", "Kemm sewa dan il-poster?", "Is-segretarjat għandu l-ħsieb li jippubblika poster simili għal kull club sportiv lokali?", "Jekk fin-negattiv għaliex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall- mistoqsijiet parlamentari numri 11677 u 11853, ninformah li minn verifika li saret il-messaġġ tas-Segretarju Parlamentari deher fuq wara ta' ritratt tat-team tal-football ta' Tarxien Rainbows F.C. u fuq l-ebda poster.", "Dan ir-ritratt tat-team la sar mis-segretarjat parlamentari għall-isport u lanqas a spejjeż tiegħu.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li bħala parti minn xogħlu, is- Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport jintalab regolarment biex jagħmel messaġġ f'fuljetti u f'materjal ieħor ippubblikat mill-għaqdiet sportivi madwar Malta u Għawdex kollu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, fil-fatt lili jirriżultali li dan ir-ritratt ġie ppubblikat mis-segretarjat parlamentari għall-isport u għalhekk nixtieq li l-Ministru jgħidli jekk hux se jippubblika ritratti bil- kulur ta' teams oħra wkoll.", "Kien hemm diversi teams li dehrilhom li għandhom jingħataw l-istess trattament.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien ġejt informat li dan ir-ritratt la ġie ppubblikat mis-segretarjat parlamentari għall-isport u lanqas a spejjeż tiegħu.", "Imma jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi informazzjoni f'dan ir- rigward nitolbu jgħaddihieli.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Ma' l-ewwel opportunita' li jkolli se nqiegħed kopja ta' l-informazzjoni li ngħatatli fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru meta se jwettaq il- wegħda li kien għamel lil din il-Kamra li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l-investigazzjoni dwar il-pixxina nazzjonali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ma joqgħodx jinkwieta għax fil-mument opportun se nqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, nista' nassigura lill-Ministru li m'iniex se ninkwieta u bil-lejl se norqod xorta waħda pero' nispera li l- mument opportun mhux se nkompli ntawluh minn ġimgħa għall-oħra!", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru wkoll jekk jistax jikkonferma li r- responsabbilta' għall-pixxina nazzjonali tneħħiet minn idejn is-Segretarju Parlamentari u ħadha direttament f'idejh hu.", "F'dan il-każ il-Ministru appunta xi persuna oħra biex tmexxi l-pixxina u, jekk iva, min hi din il- persuna?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-fatt se ssir stqarrija pubblika li tispjega t- tibdil kollu li sar fit-tmexxija tal-pixxina.", "Nikkonferma wkoll li nħatret persuna oħra, is-Sur Maurice Gruppetta, biex tmexxi l-administration board tal-pixxina nazzjonali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiġifieri fhimt sew li l-Ministru qed jikkonferma li r-responsabbilta' għat-tmexxija tal-pixxina tneħħiet minn idejn is- Segretarju Parlamentari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-fatt it-tmexxija tal-pixxina nazzjonali qatt ma kienet f'idejn is-Segretarju Parlamentari imma kien hemm bord maħtur mill-ministeru responsabbli minn din it-tmexxija.", "Illum hemm bord differenti biex imexxi din il-pixxina u nispera li dan qed isir fuq linji differenti minn qabel.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'inhuma l- kriterji li s-segretarjat parlamentari jimxi bihom biex jgħin għaqdiet sportivi u kulturali finanzjarjament.", "Ħafna minn dawn jilmentaw li l- għaqdiet tar-raba' distrett ingħataw ħafna iktar għajnuna finanzjarja minn għaqdiet oħra.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-fatt il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Interpellant diġa' ġiet imwieġba fis-sens li ma kienx hemm xi għaqdiet li ngħataw dik l-għajnuna li qed jirriferi għaliha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Lili din it-tweġiba għadha ma ngħatatlix imma peress li ġejt informat li matul l-1997 kien hemm diversi għaqdiet sportivi u kulturali mir-raba' distrett elettorali li ngħataw eluf ta' liri f'għajnuna finanzjarja, nixtieq li l-Ministru jispjegali għaliex għaqdiet sportivi u kulturali li ma jaqgħux taħt l-istess distrett m'humiex qed jingħataw l-istess trattament.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni li ġbart jien biex inwieġeb id- domanda ta' l-Onor.", "Interpellant tgħid li matul l-1997 ma ngħatatx din it- tip ta' għajnuna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jikkonferma li r-responsabbilta' politika tal-pixxina nazzjonali tneħħiet min idejn is-Segretarju Parlamentari u għaddiet f'idejn il-Ministru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif għidt diġa', strictly speaking ir- responsabbilta' politika tal-pixxina nazzjonali minn dejjem kienet tal- ministru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Allura l-Ministru jista' jikkonferma li kull responsabbilta' li kellu s-Segretarju Parlamentari għat-tmexxija tal- pixxina nazzjonali issa tneħħiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-ittri tal-ħatra tal-persuni fuq l- administration board il-ġdid ġew maħruġa mis-Segretarju Parlamentari.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 80 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forzi ta' Emerġenza ta' Riżerva ta' Voluntieri; u", "Avviż Legali Nru 81 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza ta' Riżerva Individwali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 75 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 77 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Stipendji għal Studenti Universitarji; u", "Lista ta' impjegati fil-Malta University Services Limited, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12742.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' avukati li ġew ingaġġati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12817.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar is-Servizz tal-Merkanzija minn Sa Maison.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kuntratti li ngħataw b'direct order għall-perijodu bejn l- 1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Ottubru 1997 mill-Contracts Section, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12240;", "f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt iffirmat fid-29 ta' Ottubru, 1997 bejn il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u Ms Iris Camilleri Mifsud, Manager, Revenue and Credit Control fl-istess Korporazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12805; u", "Kopja tal-Business Plan tal-Kottonera Rehabilitation Committee u kopja tal-pjan għat-tliet snin 1998-2000 tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12814;", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Avviż Legali Nru 78 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini;", "Avviż Legali Nru 79 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li Jemendaw it- Tielet Skeda li tinsab ma' l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha;", "Kopja tal-protokoll ta' miżuri ta' prekawzjonijiet segwiti fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12829; u", "f'isem il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 76 ta' l-1998 – Indiċi ta' l-Inflazzjoni għas-Sena 1997 għall-finijiet ta' l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Kap 158.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti fil-ministeru responsabbli mill-ħarsien soċjali u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, għall-perijodu bejn l-1987 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11352;", "Tagħrif dwar kuntratti li ngħataw b'direct order għall-perijodu bejn l- 1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Ottubru 1997 mill-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali u mid-dikasteru li jaqgħu taħtu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12236;", "Lista ta' korpi u azjendi parastatali li ngħataw permessi għar- reklamar ta' impjiegi matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12853.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-każ numru 244 - Rapport Nru 109;", "Tagħrif dwar in-numru ta' kawżi quddiem il-qorti matul Jannar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11908; u", "Tagħrif dwar ħlasijiet magħmula lill-membri tal-korp tal-Pulizija li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn Jannar 1992, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11942.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LOGĦOB", "GAMING BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Anglu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mill-4 ta' Marzu.", "Klawsola 37 - Taxxa.", "(Kont.)", "Clause 37 - Tax.", "(Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Sur President, għal klawsola 37 nipproponi din l-emenda:", "\"N\" A. Klawsola 37 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minnufih f'tarf subklawsola (1) tagħha għandu jiżdied il-kliem li ġej: \"Id-detentur tal-liċenza għandu, mhux aktar tard mis-seba' jum ta' kull xahar, jagħmel lis-Segretarju tal-Bord il-ħlas tat-taxxa dovuta għar-rigward ix-xahar preċedenti\";u", "(b) minflok subklawsola (5) tagħha għandha tidħol is-subklawsola li ġejja:", "\"(5) Għall-għanijiet ta' subartikolu (2) ta' dan l-artikolu l-frażi \"xahrejn\" tfisser perjodu ta' xahrejn, li jagħlqu ma' għeluq il-każinò fl-aħħar jum ta' Frar, April, Ġunju, Awissu, Ottubru u Diċembru ta' kull sena kalendarja u ma tinkludix iż-żmien wara l-għeluq tal-każinò li matulu jitkompla jew jiġi konkluż l-operat tal-każinò mibdi fl- aħħar jum tax-xahrejn relevanti.\";", "B. Fl-Ewwel Skeda: (a) fit-test Ingliż tal-partita 2 tagħha, il-kliem \"paragraphs (a), (b) and (c) of\" għandhom jitħassru; u", "(b) minflok il-kliem \"għal xi telf dwar\" fl-istess partita, għandhom jidħlu l-kliem \"għal xi telf taħt\".", "\"N\" A. Clause 37 shall be amended as follows:", "(a) immediately after the end of subclause (1) thereof, there shall be added the following words: \"The licencee shall not later than the seventh day of each month, effect payment to the Secretary of the Board of the tax due in respect of the preceding month\"; and", "(b) for subclause (5) thereof, there shall be substituted the following:", "\"(5) For the purposes of subsection (2) of this section the term \"two months\" means periods of two months, ending at the closing of the casino on the last day of February, April, June, August, October and December of each calendar year and does not include any time after the closing of the casino during which the business of the casino, commenced on the last day of the relevant two months period, is continued or concluded.\";", "B. The First Schedule shall be amended as follows:", "(a) in the English text of item 2 thereof the words \"paragraphs (a), (b) and (c) of\" shall be deleted; and", "(b) for the words \"for any loss in relation to\" in the same item, there shall be substituted the words \"for any loss under\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Iskrivan tal-Kamra li subparagrafu (a) ta' artiklu (1) ta' l-Ewwel Skeda, li jgħid:", "(a) Logħob ta' Fuq il-Mejda:- (i) Fuq id-dħul gross totali tal-logħob kollu ta' fuq il-mejda li jsir fil-Każino' somma ekwivalenti ta' sitta u tletin fil-mija (36%).\",", "għandu jiġi jinqara hekk:", "\"(a) Logħob ta' Fuq il-Mejda:- (i) Fuq id-dħul gross totali tal- logħob kollu ta' fuq il-mejda li jsir fil-Każino' somma ekwivalenti għal sitta u tletin fil-mija (36%).\"", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 37 u l-Ewwel Skeda kif emendati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 37 u l-Ewwel Skeda, kif emendati, għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 38 - Garanzija bankarja.", "Clause 38 - Bank Guarantee.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 38 nipproponi din l-emenda verbali:", "Fit-test Malti ta' klawsola 38 fis-subklawsola (2) tagħha, il-kliem \", il-bord\" għandhom jitħassru u f'paragrafu (a) ta' l-istess subklawsola minflok il-kliem \"maċ-ċediment\" għandhom jidħlu l-kliem \"mar- rinunzja\".", "In the Maltese text of clause 38 in subclause (2) thereof the words \", il-Bord\" shall be deleted and in paragraph (a) thereof for the words \"maċ-ċediment\" there shall be substituted the words \"mar-rinunzja\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 38 kif emendata verbalment.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Agreed.", "Klawsola 38, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 39 - Riserva għal-logħob.", "Clause 39 - Gaming Reserve.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, jien naħseb li għandna nawtorizzaw lill- Iskrivan tal-Kamra jikkoreġi l-iżball li hemm f'subklawsola (1) ta' klawsola 39 biex minflok \"... u għaldaqshekk tkun tiżgura li jsir l- ħlasijiet dovuti ...\" tiġi \"... u għaldaqshekk tkun tiżgura li jsiru l- ħlasijiet dovuti ...\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk qed nifhem sew, din il-klawsola qed tipprovdi li l-casino għandu jkollu riserva ħalli tħares lill-casino kontra għadd kbir ta' telf fil-logħob u b'hekk ir-rebbieħ jieħu dak li għandu jieħu.", "Imbagħad subklawsola (3) ta' klawsola 39 tgħid li:", "\"Jekk tinqala' l-ħtieġa li jittieħdu flus mir-riserva, id-detentur tal- liċenza ta' każino' għandu minnufih jgħarraf lill-Bord u jirristawra dik ir-riserva fi żmien xahar u malli jagħmel dan iġiegħel lill-bank jikkonferma dawk ir-ristawr lill-Bord.\".", "Issa hawnhekk m'hawnx speċifikat x'jiġri jekk il-casino ma jkunx jista' jirristawra fi żmien xahar.", "Huwa l-bord li se jieħu deċiżjoni dwar x'għandu jsir?", "Dan jista' jneħħielu l-liċenzja jew jagħmillu xi multa?", "Forsi wieħed jista' anke jara x'isir barra minn Malta f'każijiet bħal dawn.", "Per eżempju, fil-liġi li tirregola l-Bank Ċentrali hemm provdut li meta għal xi raġuni jew oħra l-banek ma jirnexxielhomx jilħqu r-required reserves, għalkemm dawn ikunu jistgħu jibqgħu jagħmlu użu minn ċerti faċilitajiet tal-Bank Ċentrali, jeħlu penali li jistabilixxiha l-Bank Ċentrali.", "Huwa veru li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq il-banek pero' naħseb li għandu jkun hawn xi ħjiel ta' x'jiġri f'każijiet bħal dawn.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nitlob lill-Onor.", "Bonnici jaqra paragrafu (e) ta' klawsola 18 li jgħid li:", "\"jekk id-detentur ta' liċenza jonqos milli jżomm ir-riserva għal-logħob formali skond ma hemm speċfikat fl-artikolu 39 ta' dan l-Att;\"", "Jiġifieri f'dawn il-każi l-bord jista' jordna t-tħassir ta' liċenza tal- casino.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma taħsibx li hu aħjar jekk f'dawn il-każijiet ikun hemm xi financial cost għall-individwu minflok tħassir tal-liċenza?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ġaladarba casino ma jkollux riserva minkejja li l-liġi tgħidlu li għandu jkollu riserva, ma narax għalfejn m'għandhiex titħassar il-liċenza ta' dak il-casino.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien naħseb li l-ewwel għandna naraw x'jagħmlu pajjiżi oħra f'każijiet bħal dawn.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma huwa ovvju li għandu jsir hekk.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien naħseb li dan m'hu ovvju xejn għax jekk fil- każ tal-banek tintuża l-istess sistema żgur li dawn ikollhom jagħlqu.", "Huwa veru li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq banek, imma l-casinos iħaddmu n-nies ukoll u għalhekk għandna nkunu iktar flessibbli f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, f'dawn il-każi l-casino għaliex m'għandux jingħata xahrejn ċans biex jirristawra r-riserva minflok xahar?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma aħna diġa' ttrattajna l-klawsola li tgħid kif għandha titħassar liċenza fejn hemmhekk aħna tajna ċertu żmien lill-casino biex jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu.", "Ovvjament imbagħad jekk il-casino jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu l-bord jikkonsidra dak il-fatt ukoll.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk il-Ministru huwa sodisfatt b'din il-klawsola u jemmen li mhijiex se toħloq diffikultajiet, jien lest li naċċetta din il- klawsola kif inhi.", "Jien inħobb li f'każijiet bħal dawn ikun hemm ċerta flessibbilta' biex 'il quddiem ma jinħolqu diffikultajiet ekonomiċi lil ħadd.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien naħseb li l-ministru għandu jingħata l-poter li joħroġ regolamenti biex jirregola l-operat ta' din ir-riserva.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naħseb li subklawsola (2) ta' klawsola 39, li fost affarijiet oħra tgħid li:", "\"Ir-riserva għal-logħob tkun fl-għamla ta' depożitu li jsir f'bank stabbilit f'Malta u/jew kull titolu ieħor li dak il-bank iżomm f'isem id-detentur tal-liċeza b'mod li jkun aċċettabbli għall-Bord.\",", "hija ċara u ma jidhirlix li hemm il-ħtieġa li l-ministru joqgħod joħroġ xi regolamenti.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien qed nipproponi li l-ministru jkollu l-poter li jista' joħroġ ċerti regolamenti biex jagħti iktar sura lil din ir-riserva.", "Per eżempju, f'dan il-abbozz ta' liġi l-ammont għar-riserva huwa mniżżel b'mod vag u għalhekk forsi iktar 'il quddiem il-ministru jkun irid joħroġ regolament biex, għall-grazzja ta' l-argument, ir-riserva ma tkunx inqas minn 20% ta' l-assi kapitali tal-casino.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma din mhux il-bord jistabilieha?", "ONOR.", "JOE BORG: Jien naħseb li ħaġa bħal din m'għandhiex titħalla f'idejn il-bord imma għandu joħroġ regolament.", "Wara kollox regolament jiġi ppubblikat.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-bord huwa regolatorju u f'dan il-każ għandu funzjoni speċifika.", "Per eżempju, f'paragrafu (f) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 50 hemm li l-bord jista':", "\"jippreskrivi kull ma għandu jiġi preskritt taħt kull dispożizzjoni oħra ta' dan l-Att.\".", "ONOR.", "JOE BORG: Jien naħseb li rridu noqogħdu attenti hawn għax qegħdin nagħtu a blanket authorisation.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma jien ma jidhirlix li għandha titressaq emenda f'dan is-sens.", "THE CHAIRMAN: Iktar kummenti?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-konċett li għandu jkun hemm riserva huwa tajjeb għax permezz tiegħu r-rebbieħ ikun jista' jassigura ruħu li se jitħallas.", "Jekk wieħed jaqra subklawsola (1) ta' klawsola 39 tat-test Ingliż, fejn qed jiġi spjegat l-iskop tar-riserva, isib li din tgħid hekk:", "\"Upon the grant of a casino licence, the casino licensee shall establish a formal reserve in an amount to be fixed by the Board which will protect the casino against a run of gaming losses and therefore ensure that punters are paid out after a large win and which will provide comfort that the casino licensee has adequate financial resources to carry on the business of casino gaming to acceptable and proper standards and without imminent risk of closure or liquidation.\".", "Din il-klawsola stess tgħid li l-iskop tar-riserva huwa li tagħti komfort u għalhekk jien qed ngħid li hawnhekk għandna ndaħħlu ċerta flessibbilta' biex ma noħolqux sitwazzjoni fejn entita', biex tħallas lil min ikun rebaħ u tibni r-riserva fi żmien xahar, tispiċċa tagħlaq.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Subklawsola (1) ta' klawsola 19 tindika ċar li l-perijodu preskritt mhux se jkun xi giljottina.", "Fil-fatt hawnhekk hawn li l-bord:", "\"... jista' jitlob lil kull persuna oħra li fil-fehma tiegħu jkollha interess fil-liċenza, li tiddikjara fi żmien li jiġi indikat fl-avviż u li ma jkunx inqas minn 21 jum wara l-ħruġ ta' dak l-avviż, ...\".", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Pero' jien xorta waħda nissuġġerixxi li l-casino għandu jingħata xahrejn ċans biex jirristawra r-riserva u mhux xahar.", "Fl- istess ħin inkunu qed nimxu in line ma' kif il-Bank Ċentrali jaġixxi mal- banek dwar ir-required reserves tagħhom.", "ONOR, JOHN ATTARD MONTALTO: Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni biex inressaq emenda f'dan is-sens.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien nixtieq nissuġġerixxi li minflok ma \"ir-riserva għal-logħob tkun fil-għamla ta' depożitu li jsir f'bank stabbilit f'Malta u/jew kull titolu ieħor ...\", kif qed tgħid subklawsola (2) ta' klawsola 39 - jien hawnhekk qed nifhem li dawn jew ikunu flus depożitati jew inkella l- bank ikollu xi titolu li jappartjeni lill-casino bħala garanzija - ir- riserva tkun fl-għamla ta' collateral ieħor bħal, per eżempju, collateral fuq proprjeta'.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jiena nibża' minn din is-sistema għax l- importanti hija l-likwidita'.", "Hawn jien m'iniex qed ngħid li s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Borg huwa ħażin pero' ma rridux ninsew li dan l-abbozz ta' liġi jgħid li f'ċirkostanzi speċjali l-bord għandu dritt jippreskrivi u joħroġ ir-regolamenti hu.", "Madanakollu jien lest naċċetta li l-casino jingħata xahrejn ċans minflok xahar sabiex jirristawra r-riserva u għalhekk, Mr Chairman, formalment nitlob li din il-klawsola tiġi posposta sabiex issir din l-emenda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 40 - Prevenzjoni ta' money laundering.", "Clause 40 - Prevention of money laundering.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 40 nipproponi din l-emenda:", "\"O\" Minflok il-kliem \"ta' l-Att ta' l-1994\" fi klawsola 40, għandhom jidħlu l-kliem \"ta' subartikolu (1) ta' artikolu 9 ta' l-Att ta' l- 1994\".", "\"O\" For the words \"of the Prevention of Money Laundering Act\" in clause 40, there shall be substituted the words \"of subsection (1) of section 9 of the Prevention of Money Laundering Act\".", "Sur President, il-poteri li tagħti l-liġi li tittratta dwar il-money laundering għandhom x'jaqsmu mal-banek biss u għalhekk dan l-abbozz ta' liġi qed jipproponi li dawn il-poteri jiġu estiżi wkoll għall-casino.", "Hawn ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li għadni kemm informajt lill-Avukat Ġenerali li kien hemm ċertu preokkupazzjoni min-naħa ta' l-Oppożizzjoni dwar dan il- fatt.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul id-diskussjoni estensiva li kellna fuq din il- klawsola, meta konna għadna fl-istadju tat-Tieni Qari, konna għidna li aħna għandna ċerti riservi dwar il-mod kif dan l-abbozz ta' liġi qed jittratta l- kwestjoni tal-money laundering.", "Fil-fatt il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ kien qal li jista' jkun li d-drafting ta' din il-klawsola m'huwiex tajjeb.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ ma ppilotax dan l-abbozz ta' liġi hu!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma huwa l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ li se jkun responsabbli minn dan l-abbozz ta' liġi ġaladarba jsir liġi.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dan huwa minnu pero' wieħed irid jaċċetta l- fatt li dakinhar il-Ministru Brincat kien qed jirrispondi għal dak li tqanqal waqt id-dibattitu.", "Fil-fatt dakinhar l-Oppożizzjoni ma kenitx qed taqbel ma' din il-klawsola għax dehrilha li dan l-abbozz ta' liġi kien qed jagħti ċerti poteri li jistgħu jikkonfliġġu ma' dawk tal-liġi li tittratta dwar il-money laundering.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, sħabi u jien kważi konna qbilna ma' l-emenda kif proponejtaha l-ġimgħa l-oħra pero' llum il-Ministru m'huwiex jipproponi l-istess emenda.", "Jien naf li l-Ministru aċċetta ħafna mis- suġġerimenti tagħna imma wieħed jista' jibqa' ċert li kieku aħna meta konna fil-gvern konna nimxu b'dan il-mod kien iqum pandemonju sħiħ.", "Kieku aħna ma ħadniex il-briga li naqraw l-emenda li qed tipproponi inti llum, lanqas konna nkunu nafu li nbidlet mill-ġimgħa l-oħra 'l hawn.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Onor. Bonnici, jien naħseb li taf li jien għadni kemm ġejt minn Pariġi xi sagħtejn ilu, bħalma naħseb li taf ukoll li din l-emenda għadha kemm ingħatatli issa.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma Onor. Attard Montalto, jien ili ngħid li dan l- abbozz ta' liġi intom triduh jgħaddi mill-iktar fis possibbli allavolja tafu li dan mhuwiex għaqli, u għalhekk tgħidlix li għadek ġej minn Pariġi!", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Tinkwetax, Onor. Bonnici!", "Issa nitlob il- permess tal-Kumitat sabiex nipposponu din il-klawsola.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien m'iniex qed ninkwieta għax għalija l-Gvern jista' jagħmel li x-xjafek irid!", "Li nista' ngħid huwa li l-Oppożizzjoni kellha ħafna xi tgħid fuq din il-klawsola u ma stennietx li se tiġi ffaċċjata b'din is-sitwazzjoni.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, jekk il-Kumitat jaqbel, nitlob li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 39 - Riserva għal-logħob.", "Clause 39 - Gaming reserve.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 39 nipproponi din l-emenda:", "\"P\" Minflok il-kelma \"xahar\" f'subklawsola (3) ta' klawsola 39 għandha tidħol il-kelma \"xahrejn\".", "\"P\" For the words \"one month\" in subclause (3) of clause 39, there shall be substituted the words \"two months\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"P\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 39 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 39, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 - Kontroll dwar kambju ta' flus.", "Clause 41 - Exchange control.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq inkun naf jekk ir-regolamenti li se japplika l-Bank Ċentrali humiex se jkunu l-istess bħal dawk li japplikaw għal kwalunkwe exchange bureau ieħor.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Huwa l-Bank Ċentrali li se jispeċifika r- regolamenti.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma saru xi diskussjonijiet mal-Bank Ċentrali sabiex jiġi stabilit jekk f'dan il-każ hux se japplikaw l-istess regolamenti li japplikaw għal kwalunkwe exchange bureau ieħor?", "Qed nagħmel din il- mistoqsija għax din il-klawsola qed tgħid \"... and subject to such conditions as may be specified in such authorisation, ...\".", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dan l-abbozz ta' liġi ġie diskuss mal- partijiet interessati, jiġifieri mar-rappreżentanti tal-banek kif ukoll mal- Bank Ċentrali, u ġie stabilit li f'dan il-każ se japplikaw l-istess regolamenti li japplikaw għal kwalunkwe exchange bureau ieħor.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 41.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 41 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 - Piena għal reati kontra dan l-Att.", "Clause 42 - Penalty for offences against this Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 42 nipproponi din l-emenda:", "\"Q\" Minnufih wara l-proviso għal subartikolu (1) ta' artikolu 42 għandu jidħol il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda wkoll li meta l-Avukat Ġenerali fil-permess maħruġ skond l- artikolu 48 ta' dan l-Att, jiċċertifika li r-reat ikun adegwatament punit b'multa ta' mhux anqas minn Lm100 u mhux iżjed minn Lm3,000, il- piena applikabbli għandha tkun multa ta' mhux anqas minn Lm100 u mhux iżjed minn Lm3,000.\".", "\"Q\" Immediately after the proviso to subsection (1) of section 42 there shall be added the following proviso:", "\"Provided further that where the Attorney General in the sanction issued in accordance with section 48 of this Act, certifies that the offence will be adequately punished with a fine (multa) of not less than Lm100 and not more than Lm3,000 the applicable penalty shall be a fine (multa) of not less than Lm100 and not more than Lm3,000.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Kif konna għidna fl-istadju tat-Tieni Qari, filwaqt li hemm ċerti reati li ma jimmeritawx piena daqshekk qawwija, hemm reati oħra li jimmeritaw piena iktar qawwija u aħna hawnhekk qed nagħtu a blanket authorisation lill-Avukat Ġenerali.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fil-fatt dan il-prinċipju huwa wżat f'diversi liġijiet oħrajn.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien naħseb li kien għaqli li hawnhekk daħħalna din il-flessibbilta' għax għalkemm huwa veru li fil-casinos ikun hemm il-logħob ta' l-ażżard, wieħed ma jistax jiġġeneralizza u jgħid li kull logħob illegali li jsir huwa fuq l-istess livell ta' casino, bil-konsegwenza li kull min ikun involut f'xi tip ta' logħob illegali jeħel piena straordinarja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien naħseb li subklawsola (2) ta' klawsola 42 qed tirripeti dak li hemm fil-proviso ta' subklawsola (1) ta' l-istess klawsola.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Filwaqt li fil-proviso ta' subklawsola (1) ta' klawsola 42 hemm:", "\"Iżda meta dik il-persuna li hekk tinsab ħatja tkun id-direttur, manager, segretarju jew uffiċjal simili ieħor ta' kumpanija jew ta' impriża oħra, dik il-persuna għandha, għall-għanijiet ta' dan l- artikolu, titqies li tkun vestita bir-rappreżentanza ġuridika ta' dik il-kumpanija jew impriża oħra li skond hekk tkun responsabbli in solidum mal-persuna misjuba ħatja għall-ħlas ta' dik il-multa.\",", "f'subklawsola (2) ta' l-istess klawsola hemm li:", "\"Il-multa msemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu għandu jinġabar bħala dejn ċivili favur il-Gvern mis-Segretarju, u dik l- impriża li l-persuna misjuba ħatja kienet qed taġixxi fl-interessi ekonomiċi tagħha, tkun responsabbli in solidum mal-persuna misjuba ħatja għall-ħlas ta' dik il-multa.\".", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru wkoll għall-fatt li f'subklawsola (3) ta' klawsola 42, fejn hemm riferenza għall-Att dwar il- Probation ta' Ħatjin, m'hemmx imniżżel in-numru ta' dan l-Att.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li f'subklawsola (2) ta' klawsola 42, li għadni kif ikkwotajt, hemm miktub li \"Il-multa msemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu għandha tinġabar bħala dejn ċivili favur il-Gvern mis- Segretarju, ...\".", "X'inhi r-raġuni li din il-multa se jeħodha l-gvern bħala dejn ċivili?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ir-raġuni hija li hemm proċedura li tgħid li jekk tintbagħat ittra uffiċjali, din għandu jkollha l-valur ta' att eżekutiv, jiġifieri wieħed m'għandux bżonn jagħmel kawża speċifika għaliha.", "ONOR.", "JOE BORG: Jiġifieri inti taħseb li wieħed jippreferi jmur il-ħabs milli jħallas il-multa?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-multa hija għolja u għalhekk bniedem jista' jargumenta li aħjar jagħmel sitt xhur jew sena ħabs milli jħallas Lm100,000.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Qabel ma ngħaddu għall-vot nixtieq li nikkonsulta ruħi ma' l-Avukat Ġenerali dwar il-punt li semma l-Onor.", "Borg, peress li qal li hemm ċerta ripetizzjoni fil-proviso ta' subklawsola (1) u f'subklawsola (2).", "Għalhekk, Mr Chairman, nitlob il-posponiment ta' din il- klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 36 - Fidwa ta' cheques.", "Clause 36 - Redemption of cheques.", "(Posposta fis-seduta ta' l-4 ta' Marzu, 1998)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 36 għandi din l- emenda:", "\"R\" Minflok klawsola 36 għandu jidħol dan li ġej:", "\"Fidwa ta' cheques.", "36.", "Persuna tista' bil-kunsens tad-detentur tal-liċenza tal-każino' u mhux aktar tard minn tletin minuta minn tmiem sessjoni ta' logħob, jifdi cheque li jkun aċċettat minn dik il-persuna mid-detentur tal- liċenza tal-każino' matul dik is-sessjoni ta' logħob, billi jippreżenta fuq il-cash desk tal-każino':", "(a) f'ammont ta' flus, jew", "(b) f'ċippi ta' valur nominali, jew", "(ċ) f'kombinazzjoni ta' flus likwidi ta' ċippi, jew", "(d) meta jkun qed jinfeda iktar minn cheque wieħed, f'cheque wieħed li jikkonsolida ammont,", "li jkunu ekwivalenti għal ammont li jinħareġ għalih iċ-cheque jew cheques, jew għas-somma ta' l-ammont taċ-cheques, li jkunu se jinfdew.\".", "\"R\" For clause 36 there shall be substituted the following:", "\"Redemption of cheques.", "36.", "A person may, with the consent of the casino licensee, and not later than 30 minutes from the end of a gaming session redeem any cheque accepted from the person by the casino licensee during that gaming session by presenting at the cash desk of the casino:", "(a) an amount of money, or", "(b) chips the face value of which is, or", "(c) any combination of cash and chips, or", "(d) where more than one cheque is being redeemed, a consolidating cheque for an amount,", "equivalent to the amount for which the cheque or cheques are drawn or the sum of the amounts of the cheques, to be redeemed.\".", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li l-kelma \"persuna\" hija fil-femminil nitlob lill- Iskrivan tal-Kamra sabiex minflok:", "\"Persuna tista' bil-kunsens tad-detentur tal-liċenza tal-każino' u mhux aktar tard minn tletin minuta minn tmiem sessjoni ta' logħob, jifdi cheque li jkun aċċettat minn dik il-persuna mid-detentur tal- liċenza tal-każino' matul dik is-sessjoni ta' logħob, billi jippreżenta fuq il-cash desk tal-każino':\",", "jagħmilha:", "\"Persuna tista' bil-kunsens tad-detentur tal-liċenza tal-każino' u mhux aktar tard minn tletin minuta minn tmiem sessjoni ta' logħob, tifdi cheque li jkun aċċettat minn dik il-persuna mid-detentur tal- liċenza tal-każino' matul dik is-sessjoni ta' logħob, billi tippreżenta fuq il-cash desk tal-każino':\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mil-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"R\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 36 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 36, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 43 - Użu ta' ċippi foloz.", "Clause 43 - Use of counterfeit chips.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Fost affarijiet oħra subklawsola (1) ta' klawsola 43 tgħid li:", "\"It shall not be lawful for a person to use, or have in his possession, in or outside a casino:", "(a) chips that the person knows are counterfeit chips;\".", "Jien naħseb li din iktar għandha tiġi \"it shall not be lawful to use chips that are counterfeit chips\", ħalli wieħed ma jkunx jista' jġib l-iskuża li ma kienx jaf li dawn huma counterfeit chips.", "Fil-fehma tiegħi subklawsola (2) ta' klawsola 43 għandha tiġi emendata wkoll ħalli minflok:", "\"Whoever shall contravene the provisions of subsection (1) of this section shall be guilty of an offence against this Act.\"", "tiġi:", "\"Whoever knowingly makes use of counterfeit chips shall contravene the provisions of subsection (1) of this section shall be guilty of an offence against this Act.\".", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma r-riżultat finali mhux l-istess se jkun?", "Per eżempju, jekk impjegat ta' casino jagħtik ċippa falza, int m'intix se tinstab ħati.", "ONOR.", "JOE BORG: But it is never lawful to use counterfeit chips.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hawnhekk jien naqbel mal-Ministru għax dan bħal meta tispiċċa b'karta tal-flus falza.", "Ovvjament jekk ma tkunx taf li dik il- karta tal-flus hija falza inti ma teħel l-ebda penali u hawnhekk nistgħu nirraġunaw bl-istess mod għax bla ebda dubju jekk bniedem ma jkunx jaf li dawk li għandu fil-pussess tiegħu huma counterfeit chips m'hu se jeħel l- ebda penali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 43.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 43 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 - Piena għal reati kontra dan l-Att.", "Clause 42 - Penalty for offences against this Act.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Minbarra l-emenda \"Q\" li pproponejt iktar kmieni f'dan il-Kumitat nipproponi wkoll din l-emenda għal klawsola 42:", "\"S\" Il-kliem minn \", u dik l-impriża\" sal-kliem \"ta' dik il-multa\" f'subklawsola (2) ta' klawsola 42 għandhom jitħassru.", "\"S\" The words \", and the undertaking\" to the words \"of the said fine\" in subclause (2) of clause 42 shall be deleted.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"Q\" kif imressqa u moqrija mil-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Q\" għaddiet nem con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"S\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"S\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 42 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 42, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 44 - Falsifikazzjoni.", "Clause 44 - Forgery.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 44 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 45 - Min ikun qed jilgħab irid ikun preżenti fil-każino'.", "Clause 45 - Persons gaming to be present at Casino.", "THE CHAIRMAN (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Din il-klawsola ddaħħlet minħabba l-internet gambling.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien naħseb li l-kelma \"the\" li hemm fil-frażi \"the gaming\" f'subklawsola (1) u f'paragrafu (a) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 45 għandha titneħħa.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kollox sew.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 45.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 45 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 46 - Logħob illegali.", "Clause 46 - Unlawful gaming.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Qabel xejn irrid ngħid li t-tieni paragrafu tat-test Ingliż ta' klawsola 46 għandu jiġi enumerat bħala subklawsola (2) u minflok il-kliem \"... find an any person ...\" għandhom jidħlu l-kliem \"... found on any person ...\".", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Naqbel ma' dan li qed tgħid.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 46.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 46 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 47 u 48 għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 49 - Reklamar.", "Clause 49 - Advertising.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif għidna fl-istadju tat-Tieni Qari, aħna ma nistgħux nifhmu eżattament jekk ir-reklamar hux se jkun ristrett permezz ta' din il-klawsola u għalhekk nixtiequ li ningħataw spjegazzjoni dwar dan.", "Jekk fhimt sew din il-klawsola iktar qed tirriferi għar-reklamar tal- casinos li jsir barra minn Malta milli f'Malta.", "Aħna nemmnu li l-Istat m'għandux jinkoraġġixxi l-logħob ta' l-ażżard, allavolja dan it-tip ta' logħob iħalli l-qligħ.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kif qal tajjeb l-Onor.", "Bonnici, permezz ta' din il-klawsola r-reklamar se jkun ristrett għax għalkemm huwa permess li dan it-tip ta' reklamar jintwera f'dawk l-imkejjen fejn ikun hemm it- turisti - bħall-ajruport, il-portijiet, il-lukandi u l-holiday complexes - m'huwiex permess li dawn jintwerew f'bars u ristoranti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Dan il-provvediment jixbah ħafna lil dak li ddiskutejna l-aħħar darba fejn konna għamilna distinzjoni bejn il-Maltin li għandhom 25 sena u l-barranin li għandhom 18-il sena.", "Hawnhekk qed ngħidu li filwaqt li r-reklamar tal-logħob huwa tajjeb barra minn Malta, ir-reklamar li jsir f'Malta huwa ħażin.", "Jien nixtieq li l-Ministru jgħidilna jekk liġijiet simili ta' pajjiżi oħra għandhomx dan it-tip ta' provvediment jew jekk dan il-konċett huwiex kompletament home-grown.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ir-raġuni li għaliha qed indaħħlu din il- klawsola hija li aħna qed nipprovaw inżidu t-turiżmu organizzat.", "Fil-fatt jien informat li dan il-provvediment huwa bbażat fuq il-Gaming Act ta' l- Ingilterra.", "ONOR.", "JOE BORG: Madanakollu jien inħoss li din il-klawsola hija superfluwa għax hawnhekk qisna qed nittrattaw żewġ gruppi b'mod differenti minn xulxin.", "Imma issa ħalli ngħaddi għal xi kummenti oħrajn.", "F'subklawsola (1) ta' klawsola 49 għandna li:", "\"No person shall issue or cause to be issued any advertisement:", "(a) informing the public that any premises in Malta are premises on which gaming takes place or is to take place; ...\".", "Issa jien ma nafx jekk meta qed ngħidu \"that any premises in Malta\", m'aħniex qed nirriferu wkoll għal-licensed casinos.", "Osservazzjoni oħra li xtaqt nagħmel hija li subklawsola (3) ta' klawsola 49, kemm fit-test Malti kif ukoll fit-test Ingliż, minflok:", "\"Any person who contravenes the provisions of the previous subsection of this section shall be guilty of an offence under this Act.\",", "għandha tiġi:", "\"Any person who contravenes the provisions of subsection (1) of this section shall be guilty of an offence under this Act\".", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 49 se nipproponi din l-emenda verbali:", "F'subklawsola (3) ta' klawsola 49 minflok il-kliem \"tas-subartikolu ta' qabel dan\" għandhom jidħlu l-kliem \"tas-subartikolu (1)\".", "In subclause (3) of clause 49 for the words \"of the previous subsection\" there shall be substituted the words \"of subsection (1)\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda verbali kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 49 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 49, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 50 - Setgħa ta' għamir/regoli.", "Clause 50 - Power to make rules.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Hawnhekk lill-bord qed nagħtuh is-setgħa li jirregola u jippreskrivi diversi affarijiet varji.", "Ovvjament ir- regolamenti kollha li joħroġ il-bord għandhom jiġu mgħoddija mill-proċedura kollha li s-soltu jgħaddu minnha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien naħseb li lill-bord għandna nneħħulu s-setgħa li, kif jgħid paragrafu (f) ta' subklawsola (1) ta' din il-klawsola:", "\"jippreskrivi kull ma għandu jiġi preskritt taħt kull dispożizzjoni oħra ta' dan l-Att.\",", "biex b'hekk inkunu nistgħu nkopru r-regolamenti li jista' joħroġ il-bord fil-kontest tad-depożitu li jsir.", "Fil-fehma tiegħi l-poter li se jkollu l- bord li joħroġ regolamenti biex isir dak id-depożitu aħjar jingħata lill- ministru.", "Qed ngħid dan għax mill-ftit esperjenza li għandi kwalunkwe ministru jibda jibża' joħroġ regolamenti taħt il-mantell ta' xi ħaġa vaga, speċjalment jekk din tkun tinvolvi l-flus.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Din il-problema nistgħu nsolvuha billi nżidu l-kliem \"inkluż ir-riżerva\" biex paragrafu (f) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 50 jiġi hekk:", "\"jippreskrivi kull ma għandu jiġi preskritt taħt kull dispożizzjoni oħra ta' dan l- Att, inkluż ir-riżerva.\".", "ONOR.", "JOE BORG: Il-poter li qed nagħtu lill-ministru hawnhekk ingħata f'diversi liġijiet oħrajn.", "Jiġifieri dan il-fattur ma jinkwetanix daqshekk għax minkejja li l-liġi lill-ministru tkun qed tagħtih a blanket authorisation, dan joqgħod attent ħafna f'dawk ir-regolamenti li joħroġ.", "Sur President, jien nissuġġerixxi li l-paragrafu (f) jiġi paragrafu (ġ) u l-paragrafu (f) ġdid jippreskrivi xi regolamenti dwar il-guarantee fund.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, fil-fehma tiegħi minflok ma l-bord joħroġ ir-regolamenti bl-approvazzjoni tal-ministru, il-ministru għandu joħroġ ir-regolamenti b'konsultazzjoni mal-bord.", "Qed ngħid dan għax huwa l- ministru li għandu jassumi r-responsabbilta' politika ta' dak li jkun qed isir u mhux il-bord.", "Wara kollox l-ebda bord ma joħroġ regolamenti li jkunu jorbtu b'liġi imma huwa l-ministru li joħroġ dawn ir-regolamenti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naqbel miegħek għax fl-opinjoni tiegħi iktar hija ħaġa xierqa li joħroġ ir-regolamenti l-ministru.", "L-unika ħaġa li rridu nbiddlu hija li f'subklawsola (1) ta' klawsola 50 minflok \"Il-Bord jista', bl-approvazzjoni tal-Ministru, ...\" nagħmluha \"Il-Ministru jista', b'konsultazzjoni mal-Bord, ...\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'subklawsola (1) ta' klawsola 50 hawn li \"The Board may, with the approval of the Minister, ...\", jiġifieri finalment huwa l- ministru li se japprova r-regolamenti.", "Allura lill-bord għaliex qed inpoġġuh fuq quddiem ġaladarba huwa l-ministru li jrid japprova dawn ir- regolamenti?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naħseb li għandna nagħmlu emenda f'dan is-sens.", "Pero' l-Avukat Ġenerali qed jgħidli li l-kelma \"konsultazzjoni\" hija wiesgħa u jekk nużaw din il-kelma, il-bord ma jkollux funzjoni effikaċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan m'huwiex l-ewwel bord regolatorju li għandna fil- pajjiż.", "Per eżempju, l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-liġijiet li jikkonċernaw il-financial services joħorġu r-regolamenti huma jew joħroġhom il-ministru?", "X'relazzjoni hemm bejnhom u bejn il-ministru?", "Per eżempju, l- MFSC u l-Bank Ċentrali kif joħorġu r-regolamenti tagħhom?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: M'għandix qualms għall-fatt li l-ministru jagħmel ir-regolamenti anzi l-oppost, imma għadni m'iniex ċert jekk subklawsola (1) għandniex nagħmluha \"b'konsultazzjoni mal-Bord\" jew \"fuq parir tal-Bord\".", "Tradizzjonalment f'dan il-każ iktar tintuża l-kelma \"konsultazzjoni\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' dan il-Kumitat li jekk kemm-il darba qed naqblu li huwa l-ministru li għandu jagħmel ir- regolamenti, paragrafu (g) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 6 għandu jinbidel għax dan jgħid li waħda mill-funzjonijiet tal-Bord hija li jagħmel ir-regolamenti.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Allura naħseb li jekk il-Kumitat jaqbel, ikun aħjar jekk din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Aye)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 51 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 52 - Emenda tal-Kodiċi Kriminali, Kap. 9.", "Clause 52 - Amendment of the Criminal Code, Cap.", "9.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 52 nipproponi din l-emenda:", "\"T\" Minflok il-kliem \"334\" f'paragrafu (b) ta' klawsola 52, għandhom jidħlu l-kliem \"344\".", "\"T\" For the words \"334\" in paragraph (b) of clause 52, there shall be substituted the words \"344\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"T\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 52 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 52, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 53 - Tħassir ta' l-Ordinanza dwar il-Kursaal.", "Clause 53 - Repeal of Kursaal Ordinance.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien napprezza l-fatt li hawnhekk l-Ordinanza dwar il- Kursaal qed tiġi mħassra peress li ma jistax ikollok żewġ liġijiet fuq l- istess ħaġa, pero' hemm xi transition arrangements bejn dik l-ordinanza u dan l-abbozz ta' liġi?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax per eżempju, il- Casma Co. Ltd. qed topera taħt l-Ordinanza dwar il-Kursaal.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-liġi tidħol in vigore f'dik id-data li l- ministru responsabbli mill-finanzi jista' jistabilixxi permezz ta' legal notice.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għandna idea meta se tkun din id-data?", "GĦax normalment meta liġi tiġi mħassra b'liġi oħra diġa' jkun hemm maħsub xi problemi jistgħu jinqalgħu fil-prattika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq nissuġġerixxi lill-Ministru biex iġib in vigore partijiet minn din il-liġi f'dati differenti.", "B'hekk, per eżempju, klawsola 53 tkun tista' ma tiġix in vigore mal-ewwel.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fil-fatt dan diġa' ħasbet għalih klawsola 1 ta' dan l-abbozz ta' liġi għax hawnhekk insibu li:", "\"Dan l-Att jista' jisejjaħ l-Att ta' l-1998 dwar il-Logħob, u għandu jibda jseħħ f'dik id-data li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' b'avviż fl-Gazzetta jistabbilixxi u jistgħu jiġu hekk stabbiliti dati differenti għal dispożizzjonijiet differenti u għal għanijiet differenti ta' l-Att.\".", "Il-proċess indikat hu li kif tiġi repealed l-Ordinanza dwar il-Kursaal tidħol in vigore din il-liġi ħalli ma jkunx hemm time lag.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien li qed ngħid hu li, per eżempju, għadna ma nafux jekk issa t-taxxi dovuti humiex se jitħallsu bit-taxxa l-ġdida jew b'dik antika.", "Aħna rridu naraw x'se nagħmlu minn issa meta jinqalgħu dawn iċ- ċirkostanzi u mhux nilleġislaw u mbagħad naraw x'se nagħmlu wara.", "Per eżempju, x'se jiġri mil-liċenzji eżistenti?", "Se jiġu annullati jew inkella se jittieħdu over mil-liġi l-ġdida awtomatikament?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Bla dubju ta' xejn jien se nissuġġerixxi lill-Avukat Ġenerali biex minkejja dak li tgħid klawsola 1, dan il-punt li tqajjem jiġi studjat bir-reqqa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien li nissuġġerixxi huwa li nemendaw din il-klawsola biex il-ministru, permezz ta' avviż legali, ikun jista' jipprovdi għall- perijodu ta' transizzjoni fil-kontest ta' stabilimenti li jaqgħu taħt l- Ordinanza dwar il-Kursaal.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista' jkun li qed niftehmu ħażin għax il-problema li għandna tikkonċerna l-arranġamenti li jeżistu u mhux il-perijodu ta' transizzjoni.", "Per eżempju, issa l-Casma Co. Ltd. trid tapplika għal liċenzja ġdida jew inkella l-liċenzja li għandha taħt l-Ordinanza dwar il- Kursaal se tgħaddi taħt din il-liġi awtomatikament?", "Bla ebda dubju, f'dan l-abbozz ta' liġi għandu jkun hemm klawsola li tipprovdi għal dawn iċ- ċirkostanzi għax inkella hekk kif l-Ordinanza dwar il-Kursaal tiġi mħassra, il-Casma Co. Ltd. ma tkunx tista' tibqa' topera peress li ma jkollhiex liċenza valida.", "Fil-fatt l-unika triq li jkollha tieħu din l-azjenda hija li tagħmel applikazzjoni għall-għoti ta' liċenzja taħt il-liġi l-ġdida.", "Jien persważ li lkoll naqblu li mhux hekk għandu jsir, pero' dan l-abbozz ta' liġi għandu jagħtina indikazzjoni f'dan ir-rigward.", "Sur President, jien naħseb li għandu jsir huwa li ssir analisi tal-liġi li tkun se tiġi mħassra u jiġi speċifikat li dak kollu li kien isir taħt dik il-liġi issa se jgħaddi taħt il-liġi l-ġdida.", "Issa jien m'iniex avukat u qed nitkellem mill-ftit esperjenza li għandi.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jiena naqbel li għandu jkun hemm perijodu ta' transizzjoni permezz ta' klawsola ad hoc li tiddaħħal f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Pero' sakemm id-drafter jagħmel l-emendi neċessarji għal din il- klawsola, jekk il-Kumitat jaqbel nitlob li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 50 - Setgħa ta' għamir/regoli.", "Clause 50 - Power to make rules.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 50 nipproponi din l-emenda: \"U\" Subklawsola (1) ta' klawsola 50 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) paragrafu (f) għandu jiġi enumerat mill-ġdid għala paragrafu (g);", "(b) minnufih wara paragrafu (e) tagħha għandu jidħol dan il- paragrafu li ġej:", "\"(f) jippreskrivi dwar ir-riżerva għal logħob imsemmija f'artikolu 39\"; u", "(c) minflok il-kliem \"Il-Bord jista', bl-approvazzjoni tal- Ministru\" għandhom jidħlu l-kliem \"Il-Ministru jista', fuq il-parir tal-Bord\".", "\"U\" Subclause (1) of clause 50 shall be amended as follows:", "(a) paragraph (f) thereof shall be renumbered as paragraph (g);", "(b) immediately after paragraph (e) thereof there shall be added the following new paragraph:", "\"(f) prescribe in relation to the gaming reserve referred to in section 39\"; and", "(c) for the words \"the Board may, with the approval of the Minister,\" there shall be substituted the words \"The Minister may, on the advice of the Board\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien nissuġġerixxi biex minflok \"Setgħa ta' għamir/regoli\", il-marginal note nagħmluha \"Setgħa biex isiru regolamenti\".", "Nixtieq nissuġġerixxi wkoll biex f'subklawsola (1) minflok il-kliem \"mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' qabel dan\", indaħħlu l- kliem \"mingħajr preġudizzju għal ġeneralita' ta' dak li għadu kemm intqal\".", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, ħalli nipproponi emenda oħra għal din il-klawsola:", "\"V\" Minflok in-nota marġinali ta' klawsola 50 għandu jidħol il-kliem li ġej: \"Setgħa biex isiru regolamenti.\".", "\"V\" For the marginal note of clause 50 there shall be substituted the words: \"Power to make regulations.\".", "Jien ma nafx jekk tiftakrux li meta konna qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi fl-istadju tat-Tieni Qari, kien intqal li l-kelma \"makna\" f'paragrafu (d) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 50 tista' toħloq ambigwita'.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien nissuġġerixxi li minflok \"jirregola l-użu ta' makni f'każino'\";\" paragrafu (d) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 50 jiġi \"jipprovdi għat-tifsir ta' makkinarju u jirregola l-użu ta' makni f'każino'\".", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kollox sew.", "ONOR.", "JOE BORG: Ħaġa oħra li nixtieq nissuġġerixxi hija li f'subklawsola (1) ta' klawsola 50, minflok \"without prejudice to the provisions of the foregoing\" indaħħlu l-kliem \"without prejudice to the generality of the foregoing\".", "Ovvjament fit-test Malti għandu jsir l-istess, jiġifieri għandna ndaħħlu l-kliem \"mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita' ta' dak li għadu kemm intqal.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-kelma \"ġeneralita'\" fit-test Malti ma tantx qed togħġobni.", "ONOR.", "JOE BORG: Din il-kelma hija wżata f'diversi liġijiet oħrajn.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mela kollox sew.", "Sur President, għal klawsola 50 nipproponi wkoll din l-emenda:", "\"W\" F'subklawsola (1) ta' klawsola 50 minflok il-kliem \"mingħajr preġudizzju għad-\" għandhom jidħlu l-kliem \"mingħajr preġudizzju għall- ġeneralita' tad-\".", "\"W\" In subclause (1) of clause 50 after the words \"without prejudice to the\" there shall be added the words \"generality of the\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"U\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"U\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"V\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"V\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"W\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"W\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 50 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 50, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 53 - Tħassir ta' l-Ordinanza dwar il-Kursal.", "Clause 53 - Repeal of Kursaal Ordinance.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 53 nipproponi din l-emenda:", "\"X\" Minflok klawsola 53 għandha tidħol il-klawsola li ġejja:", "\"53 (1) Bla ħsara għas-subartikoli (2) u (3) ta' dan is-subartikolu, l-Ordinanza dwar il-Kursaal hija b'dan imħassra.", "(2) Il-Ministru jista' b'regolamenti magħmulin taħt dan is- subartikolu jipprovdi dwar dispożizzjonijiet transitorji.\".", "\"X\" For clause 53 there shall be substituted the following:", "\"53 (1) Without prejudice to the provisions of subsections (2) and (3) of this section, the Kursaal Ordinance is hereby repealed.", "(2) The Minister may by regulations made under this subsection provide for transitory provisions.\".", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li, per eżempju, ir-rati differenti ta' taxxa ma tkunx tista' ssolvihom permezz ta' dispożizzjonijiet transitorji, naħseb li subklawsola (2) ta' klawsola 53 għandha tiġi:", "\"Il-Ministru jista' b'regolamenti magħmulin taħt dan is-subartikolu jipprovdi dwar dispożizzjonijiet transitorji u speċjali.\".", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-Avukat Ġenerali qed jgħidli li jekk indaħħlu l-kelma \"speċjali\", b'regolament ikunu jistgħu jinbidlu xi affarijiet minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Per eżempju, jekk indaħħlu l-kelma \"speċjali\" l-eta' li wieħed irid ikollu biex jidħol il-casino tkun tista' tinbidel.", "ONOR.", "JOE BORG: Imma jekk wieħed jorbot il-kelma \"speċjali\" ma' l- Ordinanza dwar il-Kursaal, il-provvedimenti ta' dan l-abbozz ta' liġi ma jkunux jistgħu jinbidlu.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naħseb li bil-kelma \"speċjali\" iktar qed nikkomplikaw l-affarijiet.", "ONOR.", "JOE BORG: Kollox sew.", "Mela l-aħjar ħaġa hi li nħallu l-emenda kif inhi.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"X\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 53 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 53, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "(Posposta fis-Seduta tat-2 ta' Marzu 1998)", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għal klawsola 2 nipproponi din l-emenda:", "\"Y\" Fi klawsola 2 minflok id-definizzjoni ta' \"makna tal-logħob\", għandha tidħol id-definizzjoni segwenti:", "\"\"makna tal-logħob\" tfisser kull makna li tkun magħmula jew adattata għal logħob ta' sogru jew ta' sogru u ħila magħqudin kif jista' jiġi preskritt mill-Ministru;\".", "\"Y\" In clause 2 for the definition of \"gaming machine\", there shall be substituted the following:", "\"\"gaming machine\" means any machine which is constructed or adapted for playing a game of chance or chance and skill combined as may be prescribed by the Minister;\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li hawnhekk għandna li fost l-oħrajn id- definizzjoni ta' \"impjegat ta' każino'\" hija spettur, jista' l-Ministru jgħidli jekk l-ispetturi humiex impjegati tal-casino?", "Qed nagħmel din il- mistoqsija għax jien għandi l-impressjoni li dawn m'humiex impjegati tal- casino.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Filwaqt li ċerti spetturi se jkunu mpjegati tal-casino, hemm spetturi oħrajn li jaqgħu taħt subklawsola (1) ta' klawsola 8, liema subklawsola fost affarijiet oħra tgħid li:", "\"Il-Ministru jista' jaħtar dak l-għadd ta' uffiċjali pubbliċi li jista' jqis li jkunu meħtieġa sabiex ikunu spetturi għall-għanijiet ta' dan l-Att.\".", "ONOR.", "JOE BORG: Imma jien naħseb li din is-sentenza se tikkrea konfużjoni.", "GĦallinqas l-ispetturi li huma mpjegati tal-casino għandna nibdew insejħulhom \"spetturi interni\", ħalli nkunu nistgħu niddistingwuhom mill-ispetturi li jaqgħu taħt klawsola 8.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Allura nistgħu naqtgħu l-kelma \"spettur\" barra mid-definizzjoni ta' \"impjegat ta' każino'\" li hemm fi klawsola 2.", "ONOR.", "JOE BORG: Kollox sew.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mela ħalli nipproponi din l-emenda verbali għal klawsola 2:", "Fid-definizzjoni ta' \"impjegat ta' każinò\" li hemm fi klawsola 2, il- kelma \"spettur\" għandha titħassar.", "In the definition of \"casino employee\" in clause 2, the word \"inspector\" shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Dawk il-postijiet li għandhom amusement machines se jkunu koperti b'din il-liġi?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Le.", "ONOR.", "JOE BORG: Allura l-clubs sportivi u politiċi li għandhom xi gaming machines m'humiex koperti b'din il-liġi?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-clubs ma jistax ikollhom gaming machines imma amusement machines.", "Fil-fatt l-uniku post li jista' jkollu l-gaming machines huwa casino liċenzjat u għalhekk jien naħseb li d-definizzjoni ta' gaming machine għandha tkun iktar ċara għax, per eżempju, f'każ li club ikollu slot machine li ma tkunx a gaming machine imma tkun an amusement machine jistgħu jinħolqu problemi kbar.", "L-amusement machines ma jaqgħux taħt din il-liġi, imma min-naħa l-oħra jekk isir abbuż minn amusement machine, allura dik ħaġa oħra.", "ONOR.", "JOE BORG: GĦalhekk huwa importanti li l-ministru jkollu l-poter li jagħmel ir-regolamenti.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda verbali kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"Y\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Y\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jekk il-Kamra taqbel nipproponi li għall- GĦaxar Laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li se ssir fi Strasbourg bejn l-1 u t-2 ta' April 1998, l-Onor.", "Charles Mangion jissostitwixxi lill-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "MADAM SPEAKER: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva) Sar il-ħin.", "Issa nistieden lill-Onor.", "Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 12 ta' Marzu, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni għat-tħassir ta' Avviżi Legali numri 56 u 57 dwar l-Att ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Logħob - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta- it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Madam Speaker, fil-ftit ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi llejla xtaqt nitkellem fuq il-kunsilli lokali, peress li nhar is-Sibt, 14 ta' Marzu se jsiru l-elezzjonijiet ta' xi wħud minnhom.", "Nibda biex nirringrazzja lil dawk il-kandidati kollha li nhar is-Sibt se jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet biex ikunu jistgħu jagħtu kontribut siewi fil-lokal tagħhom.", "Minn hawn nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk il- kunsilliera kollha li f'dawn l-aħħar erba' snin ħadmu u stinkaw kontinwament biex itejbu s-servizzi u jsebbħu l-ambjent tal-lokal tagħhom.", "F'dawn l-erba' snin ħarġu riżultati pożittivi ħafna mill-kunsilli lokali u naħseb li kulħadd jaqbel miegħi jekk ngħid li l-ambjent ta' pajjiżna kompla jisbieħ.", "F'dawn l-erba' snin il-kunsilliera tawna wkoll eżempju ta' kif isir ippjanar serju u għalkemm, kif jiġri kull meta ssir xi ħaġa ġdida, malli ġew introdotti l-kunsilli lokali fil-pajjiż tfaċċaw ħafna problemi, il-kunsilliera għarfu jsibu saqajhom u jippjanaw, kif ukoll jaħdmu flimkien, irrispettivament mill-kulur politiku tagħhom", "Madam Speaker, erbat ijiem oħra terz tal-poplu Malti u Għawdxi sejjer jivvota biex ikun jista' jkompli jara titjib kemm fis-servizzi kif ukoll fl- ambjent tal-lokal tiegħu.", "Bla ebda dubju l-kunsilliera li se jitilgħu eletti f'dawn l-elezzjonijiet se jħabbtu wiċċhom ma' problemi ġodda, l- iktar ma' dawk finanzjarji, u għalhekk minn hawn nixtieq nappella lill- gvern ċentrali biex filwaqt li jikkopera u jikkonsulta iktar mal-kunsilli lokali, ikabbrilhom il-fondi għall-ġid ta' Malta u Għawdex kollu għax ovvjament jekk dawn ikollhom f'idejhom il-flus li għandhom bżonn ikunu jistgħu jtejbu l-ħajja ta' kull Malti u Għawdxi ħafna iktar.", "Madam Speaker, jien persważ li r-residenti kollha tal-lokalitajiet li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali nhar is-Sibt li ġej se jmorru jivvotaw bi ħġarhom għax illum jafu li, minkejja li forsi matul dawn l-erba' snin il-kunsill lokali tagħhom m'għamilx dak kollu li ppretendewh li jagħmel, huma r-residenti li qed jiddeċiedu x'għandu jsir u xi prijoritajiet hemm fil-lokal tagħhom u mhux iktar il-politiċi.", "Ħadd ma jista' jiċħad li l-eżistenza tal-kunsilli lokali ġabet magħha ġid, xogħol serju u mpenn kbir għall-ġid tal-lokalitajiet rispettivi.", "Illum il-poplu Malti u Għawdxi huwa favur il-kunsilli lokali wkoll għaliex jista' jara d- differenza enormi li hemm bejn ix-xogħol li qed isir mill-kunsill lokali tiegħu u x-xogħol li qed isir mill-gvern ċentrali, fejn ix-xogħlijiet isiru bla ħsieb ta' xejn u b'ħafna tberbiq ta' flus.", "Il-poplu Malti u Għawdxi huwa wkoll konxju tal-fatt li llum dak kollu li sar fil-lokalita' tiegħu sar mingħajr l-ebda bżonn ta' favuri u li l-kunsilliera qed jaħdmu bla ħlas għax għandhom il-lokalita' tagħhom għal qalbhom verament.", "Matul dawn l- erba' snin il-kunsilliera għamlu ħafna ġid u ppjanaw, ħadmu u ħadu s- sodisfazzjon tax-xogħol li għamlu flimkien mingħajr ma daħħlu l- opinjonijiet politiċi tagħhom fin-nofs.", "Madam Speaker, nagħlaq id-diskors tiegħi billi nawgura li l-poplu Malti u Għawdxi jmur jivvota bi ħġaru fil-lokalitajiet fejn se jiġu kkontestati l- elezzjonijiet għall-kunsilli lokali.", "L-elettorat dan m'għandux jagħmlu b'xi għamad politiku imma fl-interess tal-lokalita' tiegħu li tant għandu għal qalbu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, fil-ftit ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem fuq tliet suġġetti totalment differenti.", "L-ewwelnett nixtieq ngħid xi ħaġa fuq is-sitwazzjoni preżenti li tinsab fiha l-ispiżerija ta' l-out-patients ta' St. Luke's.", "Minn mindu bdiet tinżamm il-fee ta' 50c fuq kull riċetta, ħafna mill- pazjenti qed jippreferu jmorru l-isptar milli jagħmlu kif kienu jagħmlu qabel, jiġifieri jiġbru l-mediċini mill-health centres jew mill-bereġ tal- lokal tagħhom, għax b'hekk jekk ikollhom iktar minn preskrizzjoni waħda ma jħallsux aktar minn bolla waħda ta' 50c.", "Minħabba din ir-raġuni n-numru ta' pazjenti li qed imorru l-ispiżerija ta' l-out-patients żdied sew u sa llum il-Gvern għadu m'għamel xejn biex ikabbar il-waiting room li hemm ma' din l-ispiżerija.", "Naħseb xi darba jew oħra kulħadd ra xi ittra fil- gazzetta jew inkella sema' lil min jilmenta minn fuq ir-radju minħabba n- nuqqas ta' spazju li hemm għall-pazjenti li jmorru jiġbru l-mediċini mill- ispiżerija ta' l-out-patients, jew inkella minħabba li mhux qed ikun hemm biżżejjed impjegati biex iqassmu l-mediċini.", "Biex inkun onest fil-kritika tiegħi, nista' nikkonferma li dan l-aħħar żdiedet tieqa oħra minn fejn jitqassmu l-mediċini pero' mill-bqija ma sar assolutament xejn biex jilqa' għaż-żieda kbira ta' pazjenti li qed ikun hemm fl-ispiżerija ta' l-out-patients.", "Ngħid il-verita', jien ġieli mort hemmhekk biex naqdi lil xi anzjani u kull darba li mmur nibqa' skantat bil- queues kbar li jkun hemm.", "Biżżejjed ngħid li xi pazjenti, li jkunu ilhom hemm mis-7.00 a.m. jew ġieli anke qabel, idumu jistennew għal sigħat sħaħ biex jinqdew.", "Issa peress li l-ispiżerija hija żgħira wisq għall-folol kbar ta' nies li qed ikun hemm, ħafna mill-pazjenti qed jippreferu joqogħdu jistennew fuq it-taraġ li hemm qabel ma tidħol fl-ispiżerija, kemm minħabba l-ħafna nifsijiet li jkun hemm ġewwa, kif ukoll minħabba li niddubita jekk b'kollox ikunx hemm fejn joqogħdu tużżana min-nies bil-qiegħda.", "Madam Speaker, minn hawnhekk jien nappella lill-Gvern biex jirrimedja din is-sitwazzjoni mill-iktar fis possibbli u jekk kemm-il darba llum l- ispiżerija tal-gvern hija żgħira wisq għall-ammont kbir ta' pazjenti li qed tilqa' fiha kuljum, għandu jew jinstab post alternattiv ieħor jew inkella titkabbar billi tittieħed parti mid-dipartiment ta' l-out-patients stess ħalli b'hekk nevitaw l-inkonvenjenza kbira li qed jgħaddu minnha l-pazjenti preżentement.", "Biżżejjed ngħid li peress li l-bieraħ għamlet ix-xita u għalhekk il-pazjenti kollha qagħdu jistennew ġewwa l-ispiżerija biex jinqdew, dawn kellhom joqogħdu mrassin ma' xulxin għal sigħat sħaħ.", "Min jaf kemm qed ikun hemm pazjenti li qed iħosshom ħażin f'dik ir-rassa jew li jaqbdu u jitilqu mingħajr ma jinqdew!", "Madam Speaker, ngħid għalija jien nitħassar anke lill-istess impjegati ta' l-ispiżerija għax minkejja li x-xogħol żdidielhom sew, in-numru ta' mpjegati baqa' l-istess u dan minbarra li preżentement dawn l-impjegati xejn m'huma kuntenti fuq il-post tax-xogħol tagħhom għax qed jiġu ttrasferiti minn post għall-ieħor u tneħħewlhom ukoll ċerti shifts.", "M'hemmx għalfejn ngħid li biex wieħed jiżgura li dipartiment, speċjalment dipartiment tas-saħħa, jagħti servizz tajjeb u effiċjenti jrid jaċċerta ruħu li l-impjegati jkunu kuntenti u jitħallew jaħdmu liberament, ħalli dawn iktar iħossuhom komdi jaqdu lill-pazjenti.", "Għalhekk f'isem il- pazjenti, kif ukoll f'isem l-impjegati, minn hawn jien nerġa' nappella lill- Gvern biex isib rimedju għal din is-sitwazzjoni ħalli jevita l- inkonvenjenzi kbar li qed ikun hemm preżentement.", "Madam Speaker, it-tieni punt li xtaqt nitkellem dwaru jittratta dwar il- kwestjoni li nqalgħet bejn il-Farmer's Central Co-operative Society Ltd. u xi entrepreneurs.", "Fil-fatt dan l-aħħar smajna ħafna b'din il-koperattiva peress li qed isiru diversi diskussjonijiet fuq il-mod li bih se jintlaqtu numru mhux ħażin ta' bdiewa minħabba l-golf-course li se tinbena f'Tal- Virtu', limiti tar-Rabat.", "Jien ma rridx nidħol f'din il-kwestjoni għax wieħed ikun irid jeżamina l-fatti kollha biex ikun jista' jitkellem pero' nappoġġa lill-bdiewa għax ħafna minnhom jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill- għelieqi li jieħdu ħsieb b'tant kura.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li jien m'għandi xejn kontra d-developers lanqas u għalhekk inħeġġeġ kemm lil dawn, kemm lill-bdiewa, kif ukoll lir-rappreżentanti legali tagħhom biex ipoġġu madwar mejda, jgħidu dak li għandhom jgħidu u mbagħad jieħdu deċiżjoni li kemm jista' jkun tittieħed għall-kuntentizza ta' kulħadd għax ma jistax ikun li jibqgħu isiru l-protesti u jibqgħu jinħolqu l-battibekki bejn il- bdiewa, bejn l-entrepreneurs u bejn il-ministru konċernat mingħajr ma nipprovaw insibu soluzzjoni għal din il-kwestjoni li nqalgħet.", "Madam Speaker, ħaġa li laqatni fl-istqarrija li ħarġet il-koperattiva hija li din qalet li kien hemm xi bdiewa li aċċettaw u ffirmaw biex jingħataw xi kumpens mingħand id-developers ħalli dawn jibqgħu għaddejjin bil-proġett pero' jidher li dan sar fuq bażi ta' pressjoni, ta' theddid jew inkella ta' ngann.", "Ta' min jgħid li l-Gvern ħareġ permess sabiex jinbnew tliet golf-courses ġewwa pajjiżna pero' jekk kemm-il darba Tal-Virtu' m'huwiex adattat sabiex fih isir dan it-tip ta' żvilupp għandna nfittxu areas oħra u mhux nibqgħu ninsistu sabiex nibnu golf-course hemmhekk.", "Jien naħseb li l-unika soluzzjoni li hemm biex tiġi solvuta din il-kwestjoni hija li kif għidt diġa', xi ħadd jieħu l-inizjattiva - din l-inizjattiva tista' tittieħed kemm mill-bdiewa, kemm mill-investitiuri kif ukoll mill- ministru konċernat - li jħajjar lin-nies involuti f'din il-kwestjoni jiddiskutu bejniethom u jidħol xi medjatur biex jieħu deċiżjoni fl-interess ta' kulħadd.", "Madam Speaker, punt ieħor li nixtieq nitkellem dwaru jittratta is-seminar li sar nhar is-Sibt li għadda, fejn ġie diskuss l-istorm water master plan, ħalli forsi ma jibqax ikollna d-diżgrazzji li kellna f'Jannar li għadda, fejn fost affarijiet oħra, persuna tilfet ħajjitha minħabba l- għargħar li kien hemm ġewwa Birkirkara.", "Fil-fatt f'dan is-seminar - għalih attendejt jien ukoll peress li għandi interess speċjali f'din il-materja - saru diversi suġġerimenti tajbin u nispera li issa dawn jiġu attwati mill- iktar fis possibbli.", "Iktar ma qed jgħaddi żmien il-problema ta' l-għargħar ġewwa pajjiżna iktar qed tikber, u dan mhux għaliex qed tagħmel iktar xita milli kienet tagħmel fil-passat imma għaliex għamilna ħafna ħsara lil dik l- infrastruttura li l-antenati tagħna kienu bnew b'tant għaqal u b'tant ħsieb, proprjament sabiex l-ilma tax-xita la jagħmel ħsara lir-raba u lanqas lill-bini.", "Madam Speaker, waqt dan is-seminar saru diversi interventi minn membri tal-kunsilli lokali u dawn kollha qablu li pajjiżna għandu l-infrastruttura neċessarja għall-ilqugħ ta' l-ilma tax-xita pero' l-iżball li qed isir huwa li aħna m'aħniex qed inħaddmu dik l-infrastruttura.", "Biżżejjed wieħed jgħid li minkejja li jeżistu ġibjuni kbar ħafna, dawn illum m'humiex qed jiġu utilizzati u jinsabu vojta.", "Per eżempju, ikun interessanti jekk insemmi l- fatt li taħt Pjazza San Pawl ġewwa l-Ħamrun, li għadha kif ġiet irranġata, hemm ġibjun enormi li ma fihx qatra ta' ilma waħda u minkejja li dan il- post ġie rriabilitat ma sar xejn biex inkunu nistgħu nutilizzaw dan il- ġibjun, jiġifieri l-ammont kbir ta' ilma li jinżel minn Triq il-Kbira San Ġużepp baqa' mhux qed jiġi milqugħ.", "Imma ngħid jien, ġaladarba meta dan l- aħħar irriabilitajna din il-pjazza, u konna nafu li taħtha hemm ġibjun enormi li jesa' eluf ta' glalen ta' ilma, kif ma ħsibniex għal soluzzjoni biex inkunu nistgħu nagħmlu użu minnu?", "Din ħaġa redikola!", "Madam Speaker, imbagħad xi ngħidu għall-culverts li għandna sabiex minnhom jgħaddu l-ilmijiet li jinġabru fit-toroq tagħna?", "Dawn m'humiex qed jiġu mnaddfa bil-konsegwenza li l-ilma mhux qed jitħalla jimxi fil-korsa normali tiegħu.", "Illum li qegħdin f'Marzu u għad fadlilna sitt xhur sakemm jerġgħu jibdew il-maltempati, għandna nieħdu l-opportunita' li nqabbdu lill- impjegati tal-gvern inaddfu dawn il-culverts u fejn hemm bżonn jitwaqqa' l- bini li qed iservi ta' żgombru għall-ilmijiet li jkollna fit-toroq tagħna sabiex naħsbu minn qabel għax-xitwa li ġejja.", "Issa ħalli ngħaddi għall- aħħar punt li nixtieq nagħmel illejla.", "Madam Speaker, dan l-aħħar kont mistieden biex nara x-xogħlijiet li kienu qed isiru f'Wied Qirda li jinsab f'Ħaż-Żebbuġ imma jiddispjaċini ngħid li bqajt iddiżappuntat għall-aħħar bil-mod li bih kienu qed isiru dawn ix- xogħlijiet.", "Fil-fatt minflok ma dan il-wied ġie ppreservat inġabet gaffa sabiex tiġbor il-materjal li tkaxkar ma' l-ilmijiet u wittietu fuq dak il- blat abjad sabiħ li kien jagħmel lil Wied Qirda tant attraenti.", "Allura dan xogħol?", "Mela l-widien jitnaddfu billi nġibu gaffa u nwittu l-materjal li din tiġbor?", "Din hija verament għarukaża u jien persważ li hekk kif terġa' tagħmel l-ewwel xita dak il-materjal li ġie mwitti fuq il-blat ta' dan il- wied jerġa' jitkaxkar x'imkien ieħor.", "Minn hawnhekk jien nappella lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex tieħu azzjoni immedjata kontra d- dipartiment tax-xogħlijiet għax-xogħol ħażin li qed jagħmel kemm f'dan il- wied kif ukoll f'widien oħra għax jekk kemm-il darba tibqa' ma titteħidx azzjoni dwar dan, minn hawn u ftit żmien ieħor il-widien ta' pajjiżna jitħassru kollha.", "Madam Speaker, preżentement hemm ħafna nies li qed jagħmlu l-ilmenti tagħhom kemm permezz tal-gazzetti kif ukoll permezz tar-radjijiet lokali fuq xi wieħed mill-punti li għamilt illum u għalhekk nittama li jittieħdu l- azzjonijiet li hemm bżonn mill-iktar fis possibbli.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis 12 ta' Marzu fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CABINET RECRUITMENT COMMITTEE -", "12375.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet u/jew preżentazzjonijiet quddiem il-Cabinet Recruitment Committee sal-15 ta' Frar, 1998?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu milqugħa u kemm miċħuda?", "Liema kienu l-applikazzjonijiet milqugħa u liema miċħuda?", "X'kienu r-raġunijiet mogħtija għall-applikazzjonijiet miċħuda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sal-15 ta' Frar, 1998 il-Cabinet Recruitment Committee irċieva fuq id-948 talba li minnhom ġew trattati aktar minn 700 post li minnhom intlaqgħu mas-680 każ.", "Il-kriterji wżati fid-deċizjoni kienu prinċipalment:-", "L-ammont ta' fondi allokati fil-budget;", "Il-ħtieġa li l-post rikjest jintela kif suġġerit; L-alternattiva li jista jkun hemm għal ingaġġ minn barra s-servizz pubbliku; u", "L-impatt soċjali u ekonomiku; kif ukoll fuq il-fondi u l-budgets tal- Gvern skond kif japplika f'kull każ.", "AREI", "12458.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11728, jista' l-Ministru jgħid, għal kull raħal/belt indikat fl-istess mistoqsija: kemm kienet l-area fabbrikabbli (tajba għall-bini) ta' kull raħal u belt qabel ma ġie abolit il-pjan regolatur fl-1983; kemm hija l-area ta' kull raħal u belt li ġiet għar-replanning fl-1988?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Biex tingħata l-informazzjoni rikjesta għall-ewwel mistoqsija jinħtieġ isir eżerċizzju estensiv u l-awtorita' m'hijiex f'pożizzjoni li talloka riżorsi biex isir dan l-eżerċizzju.", "Dwar it-tieni mistoqsija peress li din mitluba għal diversi lokalitajiet dan l-eżerċizzju għadu qed jinħadem u l-informazzjoni tingħata aktar 'il quddiem.", "RABAT - GOLF COURSES", "12460.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Fir-rigward tal-proġett imsemmi dan l-aħħar dwar golf courses taħt il-lukanda verdala fir-Rabat, jista' l- Ministru jgħid: 1) x'inhu l-ammont ta' raba' (tumoli) li se jiġi affettwat; 2) kemm minn dan ir-raba' huwa proprjeta' tal-gvern; 3) x'inhu n- numru ta' bdiewa li għandhom proprjeta' f'(1) ; 4) kemm huwa n-numru ta' bdiewa li jħallsu l-qbiela tar-raba' msemmi f'(2); 5) kemm mir-raba' imsemmi f'(1) huwa bagħli u kemm saqwi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hija aċċessibbli għall-pubbliku u għall-periti, għaldaqstant taqa' taħt Standing Order No. 27.", "Rigward il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, l-Onor.", "Membru huwa mitlub jagħmilhom lill-Ministri kkonċernati.", "PA - ĦWIENET MINGĦAJR PERMESS", "12478.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: ħwienet li ilhom minn qabel ma twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jiġifieri qabel l-1992 li għalkemm iħallsu l-liċenzja iżda m'għandhomx il- permessi meħtieġa x'juru, x'passi tieħu l-awtorita' u xi tkun id-deċiżjoni tagħha; meta ħanut tinħariġlu enforcement notice sabiex jagħlaq, fuqhiex tibbaża l-awtorita' u x'dokumenti titlob li tara; u meta l-inspector ta' l- awtorita' jinvestiga t-tali ħanut, il-permessi lil min jintalbu, lill- pulizija jew lis-sid?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: ) Ħwienet li ilhom qabel ma twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u qegħdin iħallsu l-liċenzja m'għandhom bżonn l-ebda permess min- naħa ta' l-awtorita'.", "L-awtorita' dejjem titlob għal xi forma ta' permess kemm jekk ikun tal- Pulizija jew ta' l-awtorita'.", "Fin-nuqqas tinħareġ enforcement notice skond il-liġi.", "Il-permess jintalab lil sid il-ħanut jew lil min ikun qiegħed jokkupah.", "SKART - RIMI TA' SKART", "12539.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Japprezza l-Viċi Prim Ministru li mhux sew li skart ta' ristoranti u postijiet ta' l-ikel m'għandux jintrema' mal-bqija ta' l-iskart l-ieħor?", "Jikkonsidra li għandu jerġa' jittella' l-animal swill plant biex dan jiġi maħdum u jiġi utilizzat aħjar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija parlamentari lill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd.", "PA - DJAR RESIDENZJALI - PERMESSI", "12643.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-bini ta' djar residenzjali mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Mir-riċerki tagħha, kemm tqis li hemm talbiet/ħteġijiet għal djar residenzjali fl-istess għaxar snin?", "X'inhi l-policy preżenti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'dak li huwa ħruġ ta' permessi għal units residenzjali fuq art ġdida?", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar hija ggwidata minn kemm verament teżisti ħtieġa għal dawn fuq livell nazzjonali jew tevalwa u tħares biss lejn l-applikazzjoni speċifika?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dwar permessi għall-bini ta' djar residenzjali l- informazzjoni li għandha l-awtorita' tmur lura sal-1993.", "L-ammont ta' permessi li ħarġu bejn 1993 u 1997 għall-bini residenzjali kienu dawn:", "1993 2,973 1994 4,126 1995 4,619 1996 4,227 1997 3,025", "Mir-riċerki tagħha l-awtorita' tikkalkola li kien hemm domanda netta annwali ta' madwar 1800 djar ta' abitazzjoni ġodda bejn is-snin 1985-1995.", "Din il-figura tieħu in konsiderazzjoni l-fatt li għandek domanda kkreata min-numru ta' familji ġodda, immigranti u nies li jmorru jgħixu waħedhom kif ukoll provista ta' djar li jitbattlu jew huma battala u jidħlu fis-suq.", "Iċ-ċensiment tal-1995 juri li bejn l-1985 u l-1995 in-numru ta' djar li ġew okkupati żdied b'madwar 18,000.", "Sakemm applikazzjoni għal bini residenzjali tkun tikkonforma mal-policy u qegħda f'żona indikata għal dan it-tip ta' żvilupp, permess huwa normalment maħruġ.", "Is-sitwazzjoni bħalissa hija li tħares lejn l-applikazzjoni speċifika fil- kuntest ta' dak li ingħad qabel.", "Il-ħtieġa ta' residenzi fuq livell nazzjonali titqies fil-proċess tal-pjani lokali u tar-reviżjoni tal-pjan ta' struttura.", "PA - PENHOUSES", "12648.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-height limitations fuq is-seafront Marsalforn u fi Triq it- Turisti, f'Buġibba?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk penthouses humiex permessi fiż-żewġ każijiet?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-height limitation ta' Buġibba hija ta' erba' sulari u penthouse.", "Il-height limitation quddiem il-baħar f'Marsalforn huwa ta' erba' sulari u basement.", "Fiż-żewġ każijiet, il-penthouse tiġi aċċettata sakemm ikun ipprovdut parkeġġ adegwat għall-iżvilupp fuq is-sit kollu u l-penthouse tkun irtirata 4.25m mill-faċċata tal-bini.", "PULIZIJA - KUMPENS", "12717.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11942 peress illi l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar u ċioe' jista' jgħid, minn Jannar 1989 sal-lum, kemm pulizija ġew kumpensati mill-fond speċjali li kien ġie kompost biex jitħallsu membri tal-Korp talli weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirhom u jagħti l-ismijiet u d-dettalji tagħhom?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11942 ingħatat illum.", "PA - ĦANUT TA' L-ISPARE PARTS", "12727 L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ħanut ta' l-ispare parts li qiegħed fi Triq il-Knisja, f'Ħal Tarxien għandux il-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jirriżulta li kienet saret applikazzjoni fl-24 ta' Settembru, 1997 u din ġiet irrifjutata fil-5 ta' Jannar, 1998.", "Minn spezzjoni li saret mill-Enforcement Officer tal-lokal instab li dan il- ħanut kien qiegħed jopera, għaldaqstant inħarġet Stop Notice kontra s-sid.", "PULIZIJA - KAŻIJIET KONNESSI MAD-DROGA", "11348.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti s-sena l-oħra fuq każi konnessi mad-droga?", "X'kienu l-akkużi?", "X'weħlu f'kull każ?", "Kemm minnhom kienu relapsers?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10944.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "11349.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti s-sena l-oħra fuq serq?", "X'weħlu f'kull każ?", "Kemm minnhom kienu relapsers?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10924.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ninsab informat li ma tinżammx statistika ta' l-informazzjoni mitluba.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "11350.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li spiċċaw kors mill-Junior College is-sena l-oħra?", "Kemm minn dawn daħlu l-Universita' din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-għadd ta' studenti mill-Junior College li spiċċaw il-kors li jwassal għall-eżamijiet tal-Matsec is-sena l-oħra kien ilaħħaq għall-778.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-għadd ta' studenti li kienu jmorru l-Junior College u daħlu l-Universita' din is-sena huwa ta' 226 irġiel, 292 nisa b'total ta' 518.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - KONSULENTI", "11351.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fil-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-persuni jew ditti li ġew ingaġġati bħala konsulenti bejn is-snin 1987 u l-1996 huma kif ġej:-", "MINISTERU", "Mr. Ivan Falzon, Mr. Sandro Cassar, Mr. J. R. Aquilina.", "MALTA INTERNATIONAL AIRPORT", "Mr. Tonio Casapinta, British Airport Authority, Management Systems Unit, Captur Vella & Associates, A & C Surveyors, Harrison & Company, Group 4 Securitas, Mr. C. Fsadni, Mr. P. J. Lawson, Mr. N. Falzon, Deloitte & Touche, Mr. Charles Grech, Compass Int'l, Design Solution.", "PUBLIC TRANSPORT AUTHORITY", "Mr. Guy Newberry (BESO), J. Tabone & Co. Ltd., Mr. J. K. Graven Griffiths (DOS MIL Consultancy), l-Inġinier Saviour Zammit, Perit I. Coleiro, Mr. Andre' Brechbuehl.", "MALTA MARITIME AUTHORITY", "Martin Farrugia A & CE, Dr. Albert Grech, Dr. Peter Attard, Dr. David Attard, M.T.S. Ltd., Port & Tran.", "Cons.", "Bremen, Harrison & Co., Zahra/Scicluna (Thea Tyhi), Dr. Joseph Pace, Robert Rendle, Acarsaid, Coode Blizard, Geometric Services Ltd., China Harbour Eng.", "Co. Ltd., M.U.S. Ltd., Wallingford, Architeme Ltd., T.S.L. Ltd., Clyde & Co., Touche Ross.", "POST OFFICE", "British Post Office Consultancy Service, Universal Postal Union.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD.", "Mr. Charles Tonna.", "DIPARTIMENT TAL-LIĊENZJI U T-TESTIJIET", "Messrs.", "Keith Cameron u Tim Pearce.", "TRAFFIC CONTROL BOARD", "Mr. M. Al-Katib B.S.C. (Eng.)", "MSC, MCIT, MIHT.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - KONSULENTI", "11352.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fil-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Risposta għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant dwar min kienu l-konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fil- Ministeru tal-Ħarsien Soċjali u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'dini is-seduta.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KONSULENTI", "11353.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l- konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fil-Ministeru tiegħu u fid- dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bejn is-snin 1987 u l-1996 id-Dipartiment għall- Kura ta' l-Anzjani ma kellu l-ebda konsulent (Advisor ) ingaġġat miegħu.", "Bejn Settembru 1991 (minn meta fetaħ) u l-1996, l-iSptar Żammit Clapp kellu tliet konsulenti (Advisor) li kienu accountant, tabib (Infection Control) u nutritionist.", "Dawn kienu is-sur Stuart Graig, it-tabib Michael Borg u s-Sur Godfrey Xuereb rispettivament.", "Il-konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif ġej:", "Dr. Paul Abela Hyzler Sur George Ellul Castaldi Prof. Fredrick Fenech Dr. Joseph Grech Dr Edward Mercieca Dr Francis Micallef Dr John B Pace Sur Anthony Parnis Dr. Paul Psaila Savona Prof. Anthony Serracino Inglott Dr. Herbert Sultana Dr. Fortunato Zammit", "Skond ir-records u l-istħarriġ li sar jidher li l-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja (ex- Ministru tal-Iżvilupp Soċjali) bejn l-1987 u l- 1996 kien tlieta (3).", "Edgar Galea Curmi Alfred Zammit Montebello Alfred Callleja", "Ħadd min dawn it-tlieta m'għadu ngaġġat ma' dan il-Ministeru tas-Saħħa.", "Infatti Alfred Calleja temm l-impjieg tiegħu fil-31.10.96, filwaqt li Galea Curmi u Zammit Montebello kienu ġew trasferiti lill-MInisteru tal-Ħarsien Soċjali.", "Filwaqt li fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi il-Konsulenti huma dawn:", "Halcrow Fox & Associates Ltd.", "Austin & Associates Ronald Vella (eng) A & C Surveyors A & H Partnership Ltd A.H Rends Burton & Koralik Architects Loren Butt Consultancies Ann Noble & Associates John Ian Kane James Nisbet & Partners Hay Management Consultancy Mizzi,Doublet, Scerri Consultants", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - KUNTRATTI", "12236.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl- affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u jgħid kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12,236 skond l-informazzjoni li ġiet mgħoddija lili tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KUNTRATTI", "12237.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; jekk ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-dikasteru tal-Prim Ministru ma jaqax taħt dan il-ministeru.", "MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - KUNTRATTI", "12238.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall- Public Service (Procurement) Regulations 1996 u għar-risposta tiegħi għad- domanda W1,039.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq jindika xi settur jew oġġett speċifiku tkun tista' tingħata r-risposta relattiva.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - KUNTRATTI", "12239.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il- valur totali tagħhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru W1,040.", "MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - KUNTRATTI", "12240.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l- ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12240 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - KUNTRATTI", "12241.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: jindika x'kien il-kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl- affermattiv, fiex kienu jikkonsistu; u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - IMPJEGATI", "12516.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11096 li saret fit-12.1.98 rigward impjegati ġodda?", "Jista' l-Ministru b'riferenza għall- istess mistoqsija jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata minn kull lokalita'?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11,096, ġiet mogħtija f'Seduta Nru. 191, fl- 24 ta' Frar, 1998.", "EDUKAZZJONI - ĠIMGĦA TA' XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "12517.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11079, jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li din il- persuna se titħallas għax-xogħol li hija għamlet rigward il-PR tal-Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Lm450.", "Din is-somma tinvolvi wkoll xogħol ta' PR relatat mal-GOOS Workshop u mal-INWAMATT Workshop.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN U AMBJENT - IMPJEGATI", "12518.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11105, jista' l-Ministru jgħid għal partijiet (1), (2) u (4) tat-tweġiba, kemm-il persuna ġiet impjegata mil- lokalitajiet imsemmija?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma qabel xejn lill-Onor.", "Membru li nġibditli l- attenzjoni għal xi tibdil żgħir li jenħtieġ isir fit-tagħrif li tajtu meta weġibtu għall-mistoqsija parlamentari preċedenti numru 11105.", "Infatti, ninsab informat illi l-lokalitajiet li minnhom ġejjin id-29 persuna fulltime li ġew impjegati b'kuntratt indefinit bejn Jannar 1997 u Jannar 1998 kienu iżjed minn dawk imsemmija fir-risposta oriġinali, u għalhekk se nagħtih issa lista tal-lokalitajiet kollha bl-indikazzjoni ta' kemm ġew impjegati minn kull lokalita', kif talabni.", "Birgu 1 ħaddiem Birkirkara 1 ħaddiem Birżebbuġa 2 ħaddiema Isla 1 ħaddiem Kalkara 1 ħaddiem Lija 1 ħaddiem Luqa 1 ħaddiem Marsa 1 ħaddiem Marsaxlokk 1 ħaddiem Mosta 3 ħaddiema Mqabba 1 ħaddiem Naxxar 1 ħaddiem Rabat 2 ħaddiema San Ġiljan 1 ħaddiem San Ġwann 1 ħaddiem Santa Luċija 2 ħaddiema Santa Venera 1 ħaddiem Sliema 2 ħaddiema Valletta 2 ħaddiema Ħaż-Żabbar 2 ħaddiema Għawdex 1 ħaddiem", "Hemm korrezzjonijiet ukoll fil-partituri (2) u (4) tat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11105 billi minflok sitt persuni impjegati fulltime b'kuntratt definit, fil-fatt ġew ingaġġati ħamsa, filwaqt li flok erba' min-nies ġew impjegati fuq bażi part-time b'kuntratt definit, ġew ingaġġati ħamsa.", "Wieħed jinnota illi l-iżbalji fin-numri jikkompensaw lil xulxin, b'mod li n-numru totali ta' impjegati taħt dawn iż-żewġ partituri jibqa' għaxar min-nies.", "Il-ħames impjegati fulltime b'kuntratt definit joqogħdu r-Rabat, il-Fgura, San Gwann, San Pawl tat-Tarġa u kien hemm wieħed joqgħod l-Ingilterra.", "Il-ħames ħaddiema fuq bażi part-time b'kuntratt definit huma minn Raħal Ġdid, Birkirkara, Ħal Qormi, San Gwann u Ħaż-Żabbar.", "EDUKAZZJONI - KULLEGG EDUKATTIV TAL-LIBJANI", "12522.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10773, jista' l-Ministru jgħid min hu l-\"Ministru kkonċernat\" fid- dawl tal-fatt li l-istess mistoqsija saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent (ara l-mistoqsija parlamentari numru 11324) u dan wieġeb bl-istess mod?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Se nressaq l-ilment quddiem l-awtoritajiet konċernati.", "SPTARIJIET - SERVIZZI ĠODDA", "12656.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jwieġeb għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8997 u ċioe' jista' jipprovdi lill- Kamra lista ta' servizzi ġodda li ġew introdotti ġewwa l-isptarijiet tal- gvern tul l-aħħar sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-lista ta' servizzi ġodda li ġew introdotti ġewwa l-isptarijiet tal-gvern tul l-aħħar sena huma elenkati fir-rapport ta' l-ewwel sena ta' ħidma.", "Jekk l-Onor Interpellant m'għandux kopja, nista' ngħaddilu kopja.", "SPTARIJIET - ACCOUNTABILITY", "12657.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jwieġeb għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8999 u ċioe' jista' jinforma lill- Kamra x'passi u x'inizjattivi twettqu tul l-aħħar sena biex jissaħħaħ il- management u accountability ġewwa kull sptar tal-gvern rispettivament?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-istrateġija preżenti taħseb biex il-management f'kull sptar tal-gvern jiġi msaħħaħ.", "Dan jinkludi wkoll fih il-proċess ta' accountability li jifforma parti integra f'kull sistema ta' management.", "Minn żmien 'il hawn ilha tinħass il-ħtieġa li jkun hemm tibdil sostanzjali fis-sistema finanzjarja u amministrattiva fil-qasam tas-saħħa.", "Madankollu wieħed ma jistax jifred dawn iż-żewġ elementi minn xulxin u għaldaqstant, kull forma ta' tibdil għandu jimxi pari passu sabiex l- effiċjenza u l-eżitu tar-riforma ikunu ta' suċċess.", "Għal dan il-għan il-qasam ta' l-isptarijiet ġie magħżul bħala prijorita' biex jiġu ntrodotti sistemi u strutturi ġodda ta' tmexxija bl-iskop li jiġu mrawma l-aspetti ta' responsabbilita' u kontabilita fl-użu tar-riżorsi pprovduti.", "Ir-riforma bdiet bħala proġett pilota fl-Isptar Boffa .", "Ġew identifikati cost centres għall-infiq, għad-dħul u għall-kontroll finanzjarju u l- istock.", "Ġew introdotti sistemi u proċeduri moderni ta' komputerizzazzjoni u kontabbilita', flimkien ma' sistemi interni ta' kontroll u rikonċiljazzjoni sabiex jiġi mnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' frodi, l-infiq żejjed u fl-istess ħin jiffaċilita l-audit.", "Għaldaqstant ġie mfassal manwal ta' operazzjoni li jinkludi fih spjegazzjoni dettaljata ta' kull tip ta' xogħol li tinvolvi din is-sistema, kif ukoll ta' l-istaff amministrattiv neċessarju biex iħaddimha.", "Għaldaqstant, barra li ngħata taħriġ speċifiku lill-istaff ta' l-Isptar Boffa, ġew stabiliti ukoll performance indicators u ġbir regolari ta' informazzjoni biex is-sistema tkun tista tiġi immoniterjata u evalwata.", "Din is-sistema hija maħsuba ukoll li tgħin lill-management fid-deċiżjonijiet tiegħu.", "Permezz ta' din ir-riforma issa nafu x'inhi eżatt l-ispiża rikorrenti globali ta' l-Isptar Boffa.", "Dan hu possibbli għaliex kull transazzjoni li ssir mill-isptar qed tiġi allokata taħt cost centre speċifiku, li jiġbor fih il-performance individwali ta' l-istess cost centre - kemm f'dak li huma spejjeż kif ukoll l-użu ta' riżorsi umani involuti.", "L-analisi finanzjarja ta' l-informazzjoni miġbura u performance indicators kixfu fejn kien hemm xi nuqqas fis-sistema preċedenti, u issa dan in-nuqqas qed jiġi solvut bl-aktar mod effettiv.", "Barra minn hekk il- management ta' l-isptar ġie mogħti miri speċifiċi għat-tnaqqis fl-infiq.", "Dan l-istess proċess se jkompli li jinfirex fl-isptarijiet l-oħra.", "Sandanittant ittieħdu diversi miżuri preparatorji f'dawn l-isptarijiet.", "Fl-Isptar Monte Carmeli inħatar kumitat ta' tmexxija Mount Carmel Hospital Management Team.", "Il-funzjoni tat-team jinkludi koordinazzjoni ta' l-attivita ta' kuljum fl-isptar u fis-servizzi tas-saħħa mentali fil- komunita' kif ukoll li jimplimenta l-programmi tas-saħħa mentali kif huma stabiliti mill-Kummisssjoni tas-Saħħa Mentali.", "Fl-istess ħin it-team jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni għas-Saħħa Mentali biex din ta' l- aħħar tkun tista tippjana iktar fis-sod.", "Bħalissa qed issir auditing tas-servizzi kollha ġo l-isptar biex f'kull dipartiment issir magħruf il-funzjoni eżatta ta' kull impjegat.", "Dan bħalissa qed jinvolvi is-setturi tal-maintenance, farmaċija, laundry u l- istores u bil-mod irid jinfirex biex ikopri s-sezzjonijiet kollha ta' l- isptar.", "Sabiex jissaħħaħ il-management ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex il- management ta' dak li kien jissejjaħ l-Isptar il-Ġdid ġie amalgamat flimkien ma l-Isptar Ġenerali.", "Miżura oħra kienet it-twaqqif mill-Prim Ministru ta' kummissjoni sabiex tirakkomanda x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu sabiex jitjieb il-management u jkun hemm iżjed accountability fil-kumpless ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex", "Fl-Isptar San Luqa l-proċess mistenni jibda iżjed tard.", "Ta' min jgħid li l-Patient Administration System li bdiet tiddaħħal f'dan l-isptar u qed tibda tagħti informazzjoni maniġerjali utili biex it-tisħiħ tal-management ikun marbut mill-livell ta' servizz.", "Mill-att finanzjarju dan il-proċess kollu jfisser li wieħed ikun jaf iżjed preċiż x'qiegħed jonfoq il-gvern u fejn din l-ispiża tista' tiġi mnaqqsa jew miżjuda skond il-bżonn.", "B'hekk jiġi żgurat li ma ssir l-ebda ħela.", "Mill-att ta' management jiġi żgurat iktar tqassim tajjeb ta' riżorsi.", "SPTARIJIET GOVERNATTIVI - REFURBISHMENTS", "12658.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9016 u ċioe jista' jinforma lill-Kamra x'refurbishment sar ġewwa l-isptarijiet governattivi tul l-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DIABETIĊI", "12659.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9020 u ċioe' jista' jinforma lill-Kamra kemm preżentement huwa n-numru ta' diabetiċi li jingħataw kura u mediċini mingħajr ħlas?", "Kemm minnhom jieħdu l-insulina jew OHA?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Total ta' pazjenti li jattendu għal kura u mediċini b'xejn.", "MALTA SLH FLORIANA PAOLA GZIRA (not Gozo)", "Nu ta' Pazjenti 15602 9207 749 1705 917", "Nru ta' Pazjenti fuqL-Insulina 2145 1758 51 112 40 Numru ta' pazjenti fuq OHA 6504 3478 361 818 455", "Numru ta' pazjenti fuq dieta fissa 6953 3971 337 775 422", "COSPICUA MOSTA RABAT QORMI GOZO", "Nru ta' pazjenti 591 1080 728 625 292", "Numru ta' pazjenti fuq l-insulina 25 55 75 29 N/A", "Numru ta' Pazjenti fuq OHA 211 429 438 314 N/A", "Numru ta' Pazjenti fuq dieta oħra 355 596 215 282 N/A", "SPTARIJIET - STAFF", "12660.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9024 ċioe' jista' jinforma lill-Kamra kemm kien l-istaff complement ġewwa kull sala ta' kull sptar governattiv għas- snin 1987 u l-1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din l-informazzjoni għada qed tinġabar għalhekk risposta tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - KSUR TAL-KODIĊI TAĊ-ĊIVIL", "12661.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 9033 u ċioe' jista' jinforma lill-Kamra kemm ħarġu charges għall-ksur tal-kodiċi taċ-ċivil ġewwa l-Head Office tad- dipartiment?", "Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' kull kategorija li kellhom charge?", "Jista' jelenka xi kwalita' ta' ksur kien hemm li wasslu għal dawn iċ-charges?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SEGRETARJAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA - RENEE LAIVIERA", "12662.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-irwol tas-Sinjura Renee Laiviera fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa?", "Dan l-impjieg huwa b'secondment jew b'kuntratt?", "U jekk qegħda b'kuntratt, għal kemm hu twil dan il-kuntratt?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-Sinjura Renee Laiviera kienet ġiet trasferita biex taħdem fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa fid-9 ta' Jannar 1997.", "Peress li s-Sinjura Laiviera hija mpjegata regolari mal-Gvern fi Skala ta' Salarju Numru 7, hija la qegħda fuq secondment u lanqas b'kuntratt.", "Hi tagħmel xogħol bħala adviser fl-istess Segretarjat.", "EDUKAZZJONI - PAULINE MICELI", "12663.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fejn qed tagħti s-servizz tagħha Ms. Pauline Miceli u kemm ilha f'dan il-post?", "Fejn qegħda, hijiex hemm wara call for application?", "Meta ħarġet din il-call for application?", "Kemm kienu dawk li applikaw għal dan il-post?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: (a) Ms Pauline Miceli ntalbet tieħu post is-Sur Alex Attard ġewwa l-kumpless Martin Luther King f'Jannar 1998.", "Dan is- servizz ġie mitlub għal sitt xhur (sa Ġunju 1998) meta l-kumpless għandu jgħaddi f'idejn il-Ministeru tat-Turiżmu u Self-Employed.", "(b) Iċ-ċaqlieq ta' Ms Miceli ma kienx jirrikjedi sejħa għall- applikazzjonijiet.", "Is-sekwenza tal-fatti kienu dawn:", "(i) F'Novembru 1997, is-Sur Alex Attard, Assistent Kap ta' Skola, fl- Iskola Sekondarja tas-subien Marsa, ingħata permess mill-MPO sabiex imur jagħti servizz fulltime lill-Assoċjazzjoni Caritas.", "Is-Sur Attard huwa ko- ordinatur tal-programmi Caritas li jinżammu kull tmiem il-ġimgħa f'Martin Luther King.", "Ġara li kien qed iqum diżgwid bejn min imexxi l-kumpless matul il-ġimgħa u min imexxi l-programmi ta' tmiem il-ġimgħa.", "Wieħed beda jwaħħal fl-ieħor dwar \"ħsarat\" fil-post.", "Għalhekk, ġie deċiż li s-Sur Attard ikun ippustjat il-ġimgħa kollha f'Martin Luther King sabiex ix-xogħol jimxi fl-oqsma kollha.", "(ii) Bis-saħħa tal-permess li kiseb is-Sur Attard sabiex jiġi sekondat lill-Caritas, inħatar is-Sur Joseph S. Grech bħala Assistent Kap fl-Iskola Sekondarja tal-Marsa.", "Is-Sur Grech għandu r-residenza San Ġiljan.", "Fl- istess waqt Ms Miceli kienet taqdi s-servizz tagħha bħala Assistent Kap ta' skola ġewwa l-liċeo tal-bniet ta' St Patrick's (magħruf bħala Sandhurst).", "(iii) Għal raġunijiet personali, is-Sur Alex Attard sab li ma setax ikompli jagħti s-servizz tiegħu kuljum ġewwa Martin Luther King u talab li jmur lura fl-Iskola Sekondarja tas-subien, Marsa.", "Ma kienx possibbli għalih li jkompli jispiċċa s-sena skolastika u jtemm l-inkarigu tiegħu fl- istess waqt li Martin Luther King jimxi f'ministeru ieħor (is-soluzzjoni ideali).", "Għalhekk ġie miftiehem li s-Sur Grech jitla' Sandhurst u s-Sinjura Miceli tmur Martin Luther King sa l-aħħar ta' din is-sena skolastika.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI VOKAZZJONALI", "12741.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-infiq kull sena bejn l-1990 u l-1996 fuq l-edukazzjoni vokazzjonali (trade schools) fuq livell rikorrenti u livell kapitali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MANAGEMENT UNIVERSITY SERVICES LTD", "12742.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid: a) min huma d-diretturi tal- kumpannija Management University Services Ltd; b) min huma l-awdituri ta' din il-kumpannija; c) kemm u min huma l-impjegati tal-kumpannija; d) kemm kien il-bejgħ (turnover) u qligħ/telf ta' din il-kumpannija mit-twaqqif tagħha sas-sena 1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant jixtieq l- informazzjoni fuq il-Malta University Services Ltd għax ma teżisti l-ebda kumpannija bl-isem ta' Management University Services Ltd.", "L-informazzjoni dwar il-Malta University Services Ltd hi kif ġej:", "(a) Id-Diretturi tal-kumpannija Malta University Services Ltd huma dawn:", "Professur Roger Ellul Micallef (Chairman) Professur Daniel Darmanin (Executive Vice-Chairman) Professur Robert Ghirlando (Managing Director) Is-Sur Anthony S Diacono Avv. Andrew Muscat", "(b) L-Awdituri tal-kumpannija huma Price Waterhouse.", "(c) L-impjegati tal-kumpannija huma 37.", "Lista tagħhom tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-Seduta.", "(d) It-Turnover Amount u l-Profitt Nett wara t-taxxa għas-snin 1989 - 1996 (sat-30 ta' Settembru) huma kif se nsemmi:", "Turnover Profitt Nett wara t-taxxa", "1989 Lm 42,954 Lm-1,079 (loss) 1990 Lm101,506 Lm 3,674 1991 Lm166,884 Lm 7,833 1992 Lm194,469 Lm 5,266 1993 Lm315,605 Lm 2,179 1994 Lm290,376 Lm13,091 1995 Lm319,342 Lm18,829 1996 Lm335,722 Lm 9,250", "PITKALIJA - COLD STORES", "12770.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-faċilita' ta' cold storage fil-Pitkalija, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena bejn l-1986 sa l-1997: 1) kemm kienet l-istorage capacity; 2) kemm sar investiment f'din il-faċilita'; u 3) kemm kienet ir- running cost ta' l-istess faċilita'?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Cold Stores fil-Pitkalija għandhom storage capacity ta' 350 metri kubi.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi sa Ottubru 1996 il-Cold Store msemmija kienet tintuża biss għall-ħażna ta' vouchers antiki kif ukoll kwantita' ta' kaxxi ta' l-ex-Gozo Agricultural Products (GAP) Ltd.", "Kien hemm biss żewġ okkażjonijiet fejn parti żgħira mill-cold stores intużat biex tiġi maħżuna patata li ma' laħqetx tiġi esportata.", "F'Diċembru 1996 il-post ġie mnaddaf u miżbugħ u bħalissa qed jiġi wżat mill- bdiewa li qegħdin jesportaw il-ħxejjex lejn l-Ingilterra.", "Ma' sarx aktar investiment addizzjonali u ma' jinżammux rekords separati tar-running costs.", "BIĊĊERIJA - QATLA TA' MAJJAL", "12771.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Għall- perjodu bejn l-1.11.96 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm kien in- numru ta' majjal li ġie maqtul fil-biċċerija lokali; 2) in-numru totali ta' tattoos li ġew reġistrati?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: In-numru ta' majjal li ġie maqtul fil-biċċerija ta' Malta, bejn l-1/11/96 sat- 28/02/98 kien ta' 135,090.", "In-numru totali ta' tattoos li saru f'Malta u Għawdex, bejn l-1/11/96 sat- 28/02/98 kien ta' 187,366.", "KUNSILLI LOKALI - SEGRETARJI", "12776.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' segretarji tal-kunsilli lokali mpjegati mad-diversi kunsilli lokali li rriżenjaw minn mal-kunsilli lokali fid-diversi rħula tal-pajjiż?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa rriżenjaw 52 segretarju tal-kunsilli lokali mill-kariga tagħhom.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "12777.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet li kienu reġistrati validi qabel it-12 ta' Awissu 1997 u għadhom pendenti quddiem l- awtorita'?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' applikazzjonijiet li ġew registered as valid wara t-12 ta' Awissu 1997 iżda qabel l-aħħar ta' Novembru 1997 u li għadhom pendenti quddiem l-awtorita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-numru ta' applikazzjonijiet irreġistrati bħala validi qabel it-12 ta' Awissu 1997 u li għadhom pendenti quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar hu ta' 1,488.", "In-numru ta' applikazzjonijiet irreġistrati bħala validi wara t-12 ta' Awissu 1997, iżda qabel it-30 ta' Novembru 1997, u li għadhom pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hu ta' 702.", "PITKALA", "12778.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba fil-perijodu Settembru 1997 - Jannar 1998 kien hemm pitkala li m'għalqux ix-xogħol tal-vouchers tal-bdiewa u tax-xerrejja fil-ħinijiet stabiliti?", "X'kienet ir-raġuni li għaliha x-xogħol ma ngħalaqx?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nformat li ma' jirriżulta li kien hemm l-ebda każ fejn Pitkala m'għalqux ix-xogħol tal-vouchers tal-bdiewa u x-xerrejja fil-ħinijiet stabbiliti matul il-perjodu ndikat mill-Onor.", "Interpellant.", "MARSA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "12779.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-probbabilitajiet li l- persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "Kemm, fil-verita', il-każ tiegħu jimmerita dan?", "Intbagħat inspector?", "Meta sar dan?", "X'kien l-eżitu ta' dan kollu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni ndikata hi ta' persuna li tixtieq tnaqqas it-taraġ li pero' trid post il-Marsa jew il- Ħamrun biss.", "L-applikazzjoni għalhekk trid tiġi kkonsidrata fid-dawl tal- fatt li hemm 59 każ ieħor bħalu għall-istess lokalitajiet, kif ukoll ta' l- iskarsezza ta' postijiet bla taraġ fihom.", "MTARFA - TRIQ IT-TORRI TA' L-ARLOĠĠ", "12780.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex ix-xogħol ta' tarmac fi Triq it-Torri ta' l-Arloġġ, l-Imtarfa ma jitkomplix?", "Meta hu mistenni li jitkompla?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru jew l-Awtorita' tad-Djar kenux ikkonsultati meta ġew deċiżi d-direzzjonijiet tal-one ways li hemm fl- Imtarfa?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu konness mat-toroq ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ix-xogħol ta' tarmac fi Triq it-Torri ta' l- Arloġġ twaqqaf mid-Dipartiment tat-Toroq sakemm isiru testijiet meħtieġa fuq ix-xogħol li kien qiegħed isir.", "Għalkemm il-fondi għal dan il-proġett jinħarġu mill-Awtorita' tad-Djar, id-Dipartiment tat-Toroq huwa responsabbli għall-kwalita' tax-xogħol li jsir mill-kuntratturi tiegħu.", "Ix-xogħol mistenni jitkompla fuq struzzjonijiet tad-Dipartiment tat-Toroq.", "Id-direzzjonijiet tal-one ways gew stabiliti mill-Kunsill Lokali tar-Rabat wara li ħa l-parir tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, kif mitlub jagħmel bil-liġi.", "Ix-xogħol tat-toroq fl-Imtarfa ppjanat għalissa jikkonsisti f'mogħdija ta' servizzi ġodda, twessiegħ u għoti ta' tarmac fi Triq Sir Leslie Rundle u toroq oħra maġenb il-Blokki R, G u H. Dan ix-xogħol se jibda malli tingħata l-informazzjoni meħtieġa mid-dipartimenti kollha dwar is-servizzi li għandhom jgħaddu taħt l-art f' dawn it-toroq u mistenni jitlesta fi żmien ħames xhur.", "POSTA", "12781.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Billi skond rapport li deher fil-ġurnali tal-Ħadd 1/3/98, jirriżulta l-Ministru li l-kumpannija ġdida tal-Posta se tkun maqsuma bejn il-Mid-Med Bank b'30%, il-Mid-Med Life Insurance bi 15%, il-Maltacom b'15% u l-gvern b'40%, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaqqfet il- kumpannija l-ġdida u ma' liema organizzazzjonijiet sar dan il-qbil?", "Billi skond l-istess rapport ingħad li present employees will be assured good conditions and a six month cooling period in which they can opt to go back to the civil service, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l- good conditions u ma' min sar qbil dwarhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12469.", "BDIEWA - ESPORTAZZJONI TA' PRODOTTI", "12782.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'qed iwassal biex minkejja li għaddew xhur sħaħ minn meta l-bdiewa Maltin esportaw xi prodotti barra minn Malta ħafna minnhom għadhom ma tħallsux?", "X'rappreżentazzjonijiet saru mal- ministeru dwar dan id-dewmien fil-ħlas?", "X'kienu l-interventi li saru mill- ministeru biex jiġi assigurat li fil-fatt il-bdiewa jitħallsu tal-prodott esportat?", "X'rappreżentazzjonijiet saru mill-għaqdiet tal-bdiewa dwar dawk li l-istess bdiewa qed jiddeskrivu bħala dewmien esaġerat biex dawn jitħallsu tal-prodotti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan il-każ tressaq quddiem l-Agricultural Export Marketing Board li mistenni jibda diskussjonijiet ma' l-Għaqda Bdiewa Progressivi li qegħdin imexxu dan il-proġett, sabiex jirrimedja u jikkordina d-diffikultajiet li setgħu żviluppaw.", "TURIŻMU - TITJIRIET MILL-ITALJA", "12800.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Peress li s-suq Taljan ma tantx ta sodisfazzjon lill-operaturi turistiċi matul is-sena 1997, issa li l-Ministru żar il-BIT u sema' l- kummenti, it-tamiet u t-tħassib ta' operaturi Maltin u Taljani, jista' jagħti fehemtu dwar il-prospetti mistennija għas-sena 1998?", "Jista' l- Ministru jikkonferma jekk huwiex sodisfatt min-numru ta' postijiet fuq l- ajruplani u l-frekwenza ta' titjiriet minn Milan, Ruma, Catania u Palermo?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kif jaf l-Onor.", "Membru, in-numru ta' turisti Taljani li ġew Malta matul l-1997 kien ftit aktar minn dak ta' l-1996 - madwar 90,000 turist.", "Il-prospetti għall-1998 jidhru li huma tajbin, partikolarment fis-suq tal- Conventions u Incentives, li qed jikber sostanzjalment.", "Jidher ukoll li matul l-1998 se jkun hemm trasport aħjar bil-baħar minn Sqallija li jfisser li Malta tista' tilħaq aħjar is-suq li jivvjaġġa bil-karozzi.", "Jista' jkun hemm xi problemi biex inlaħħqu mal-ħtieġa ta' postijiet f'ċerti jiem min xi ajruporti minkejja li l-Air Malta qed tagħmel dak kollu li tista' biex jinqeda kulħadd.", "AIR MALTA - TITJIRIET", "12801.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: In vista tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Internazzjonali fil- każ ta' Lockerbie, deċiżjoni li tista' twassal għat-tneħħija tas- sanzjonijiet (fosthom projbizzjoni ta' titjiriet) tal-Ġnus Magħquda fil- konfront tal-Libja, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fl-ippjanar ta' skedi u business plans l-Air Malta ħaditx in konsiderazzjoni l- possibbilta', l-isfidi u l-opportunitajiet li toffri dan ix-xenarju ġdid?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nista' nassigura l-Onor Interpellant li l-Air Malta ma tonqosx li tippjana l-miżuri u tieħu f'waqthom il-passi kollha meħtieġa fid-dawl ta' xi żviluppi dwar is-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda li għandhom x'jaqsmu ma' titjiriet minn u lejn il-Libja.", "SERVIZZ ĊIVILI - S.P.O.'S", "12802.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointments ta' dawk il-kandidati li kkwalifikaw b'suċċess mill-eżami ta' S.P.O.?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nformat illi l-proċeduri biex dawn il- promozzjonijiet jiġu fis-seħħ beda diġa'.", "PULIZIJA - PERSUNI BARRANIN", "12803.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li jidher li hawn numru konsiderevoli ta' barranin partikolarment minn pajjiżi mill- Afrika ta' Fuq li qed jgħixu u anke jaħdmu Malta meta m'għandhomx permess u peress li f'diversi postijiet partikolarment fil-Gżira, Mosta u saħansitra Buġibba ssib li ġo flat wieħed jabitaw anke 10 u 15-il persuna, jista' l- Prim Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija biex taċċellera l-proċess ħalli dawn in-nies li, kif jaf kulħadd, biex jgħixu qed ikollhom jikkomettu atti kriminali, jinqabdu u jintbagħtu lura lejn pajjiżhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalkemm ikun jidher li hawn numru konsiderevoli ta` barranin f`Malta, partikolarment minn pajjiżi mill-Afrika ta` Fuq, dan ma jfissirx illi dawn kollha jkunu hawn Malta mingħajr permess.", "Il-Pulizija tieħu l-passi kollha xierqa meta jirriżultalha li persuni barranin ikunu jew residenti jew jaħdmu f'Malta mingħajr il-permess neċessarju.", "Ninsab informat ukoll li l-Pulizija tikkontrolla d-dħul ta` barranin li jistgħu jkunu ta` riskju għall-pajjiżna, mhux biss meta dawn jaslu Malta, iżda anke meta jsiru applikazzjonijiet għal-viżi, fejn ikun il- każ.", "Barra minn dan, diversi barranin li jkunu Malta jiġu ċċekkjati regolarment u dawk li jinstabu li kisru l-provvedimenti dwar l-Att ta` l- Immigrazzjoni jiġu mtella' l-Qorti u mkeċċija.", "L-istess japplika fil-każ ta' barranin li jinstabu jaħdmu f'Malta mingħajr permess.", "F'kull każ hi ta' għajnuna kbira l-informazzjoni li l-pubbliku jista' jwassal lill-Pulizija, anki b'mod anonimu.", "GŻIRA - TALJANA LANE - ASFALTAR", "12804.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun asfaltata Taljana Lane, fil-Gżira li tinsab fi stat ħażin u perikoluż ħafna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Se tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti għal asfalt ta' din it-triq, fi ftit żmien ieħor.", "WSC - IMPJEGATI", "12805.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, hijiex impjegata mal-Water Services Corporation jew jekk hijiex taħdem b'kuntratt?", "Jekk qed taħdem b'kuntratt, jista' dan il-kuntratt jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant li l-persuna li isimha qiegħed jintbgħat separatament, qiegħeda taħdem b'kuntratt.", "Kopja ta' dan il-kuntratt qiegħda tingħata lill-Onor.", "Interpellant.", "WSC - NEFQA", "12806.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Water Services Corporation xahar b'xahar bejn Ottubru 1996 u Jannar 1997 u bejn Ottubru 1997 u Jannar 1998?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-nefqa għall-perijodu bejn Ottubru 1996 u Jannar 1997, hu bejn Ottubru 1997 u Jannar 1998, hija hekk:", "Lm Lm", "Oct-96 1,232,073 Oct-97 1,323,321 Nov-96 1,198,924 Nov-97 1,042,180 Dec-96 1,126,184 Dec-97 1,338,861 Jan-97 1,396,000 Jan-98 1,207,407", "ENEMALTA - KONSUM", "12807.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li dan l-aħħar intqal fil-media lokali li skond konsulenti tal- Korporazzjoni Enemalta pajjiżna għandu l-ogħla konsum ta' enerġija elettrika per capita, jista' l-Ministru jgħid kif inħadmet u kif ġiet stabilita din iċ-ċifra ta' consumption per capita mill-istess konsulenti tal-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Membru għandu t-tagħrif meħtieġ f'Paġna 1 - Paragrafu 1.5 - it-tieni tabella tar-rapport magħmul mill-MSD Consulting fl- 14 t'Awissu, 1997 Proposal on the restructure of Tariff Rates li diġa' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-20 ta' Frar, 1998 - Seduta Nru. 189.", "UE - APPLILKAZZJONI TA' SĦUBIJA", "12808.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li l-Gvern preżenti waqqaf u neħħa l-applikazzjoni ta' sħubija jew assoċjazzjoni fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-azzjoni taffettwax kull ftehim ta' assoċjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u jekk fl-affermattiv, id-dazju (zero rating l-ewwel ta' Jannar u l-aħħar ta' Mejju) mħallas fuq patata importata minn Malta fl-Unjoni Ewropea, huwiex se jiġi affettwat?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Gvern ma waqqaf jew neħħa ebda ftehim ta' assoċjazzjoni ma l-Unjoni Ewropea.", "Nappella lill-Onor. interpellant sabiex jkun aktar konformi mar-realta' tal-fatti ħalli jevita li jagħmel mistoqsijiet bħal dawn li m' jagħmlu xejn ħlief li joħolqu konfużjoni.", "P.A. - KONSULTAZZJONIJIET", "12809.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru konsultazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il- proġett Malta 2000?", "X'forma kellhom dawn il-konsultazzjonijiet, x'kariga kellhom l-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ħadu sehem f'dawn il-konsultazzjonijiet u x'kien eżatt il-kontribut ta' l-awtorita' fit-tfassil tad-Development Brief?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-awtorita' kienet involuta fit-tħejjija tal-brief hekk kif saret it-talba verbali lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.", "Ġew sottomessi lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet drafts ta' diversi partijiet tal- brief partikolarment dwar l-aspetti ta' l-ippjanar.", "Dawn sussegwentement ġew emendati mid-dipartiment a bażi ta' diversi li saru kemm bejn l- uffiċjali kif ukoll mal-Ministru konċernat.", "Uffiċjali ta' l-awtorita' attendew ukoll għal tliet laqgħat mas-sotto Kumitat tal-Kabinett responsabbli għall-proġett.", "L-uffiċjali nvoluti kienu ċ-Chairman, id-Direttur u żewġ uffiċjali għolja.", "SANTA LUĊIJA - JUNIOR LYCEUM", "12810.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tat- tieni fażi tal-proġett tal-Junior Lyceum tal-bniet f'Santa Luċija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fis-17 ta' Diċembru, 1997 id-Dipartiment tal-Kuntratti ħareġ l-ittra ta' l- aċċettazzjoni għal xogħlijiet ta' skavar, ġebel u konkos u fix-xahar ta' wara x-xogħlijiet relattivi nbdew.", "Għar-rigward tax-xogħlijiet ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi l-offerta għalihom għalqet nhar il-Ħamis 26 ta' Frar, 1998 filwaqt li l-offerta għal xogħlijiet ta' finishes sejra toħroġ dan ix-xahar.", "SKEJJEL - SKOLA TAL-BINI - XOGĦLIJIET", "12811.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet qegħdin jitwettqu mill-Iskola tal-Bini u kemm hi l-istima ta' dawn il-proġetti?", "Jista' l-Ministru jgħid x'sorveljanza għandhom il-ħaddiema jew studenti ta' din l-iskola?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalissa x-xogħlijiet li qed jitwettqu mis- sezzjoni tal-Bini u Restawr Gerolamo Cassar huma dawn:", "Il-Mużew tal-Arkeoloġija (Valletta), Tempji Neolitiċi (Tarxien), Faċċata tal-Parroċċa ta' San Lawrenz (Birgu), Il-faċċata tal-kappella tal-Conservatorio San Giuseppe (Bormla), Palazz tal-Inkwiżitur (Birgu), Bini ta' 5 klassijiet ġodda, fil-Verdala Boys Junior Lyceum (Bormla), Bidu ta' Restawr ġewwa l-Imdina u Xogħol ta' alterazzjonijiet f'diversi skejjel.", "L-istima ta' dawn il-proġetti ma tistax tingħata, għas-sempliċi raġuni li filwaqt li x-xogħol isir mill-ħaddiema, il-materjal irid ikun ipprovdut minn min jordna x-xogħol.", "Is-sorveljanza li tingħata ġejja minn Pawlu Cassar, Kap tas-sezzjoni, mgħejjun minn tnejn minn nies oħra li trawmu miegħu u huma mlaħħqa f'pożizzjoni li jkunu accountable.", "Din is-superviżjoni ssir kuljum matul il-ġimgħa.", "Rigward l-istudenti bħalissa m'għandna lil ħadd u għalhekk din id-domanda ma tapplikax.", "MALTA DESALINATION SERVICES - IMPJEGATI", "12812.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Malta Desalination Services mit-twaqqif tagħha sal-lum?", "Jista' l- Ministru jgħid f'liema gradi kienu mpjegati dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Meta fl-1 ta' Ottubru, 1997 l-MDS Ltd. ħasdet f'idejha l-operat u l-manutenzjoni ta' l-Impjanti tar-Reverse Osmosis, 86 impjegat tal-kuntratturi ta' qabel ġew trasferiti għall-MDS.", "Il-ħaddiema huma f'dawn il-gradi :", "|Numru |Gradi | |t'Impje| | |gati | | |3 |Technical Officer - | | |Electrical | |3 |Technical Officer - | | |Mechanical | |4 |Technical Officer - | | |Operations | |1 |Inventory Controller - | | |Storekeeper | |1 |Asst.", "Storekeeper - | | |Purchaser | |1 |Purchaser/Asst. | | |Storekeeper | |19 |Asst.", "Technical Officer | | |- Operations | |6 |Asst.", "Technical Officer | | |- Mechanical | |1 |Asst.", "Tech.", "Officer - | | |Acid | | |Deliveries/Transfers | |24 |Tradesman | |1 |Tradesman - Acid | | |Deliveries/Transfers | |10 |Asst.", "Tradesman | |2 |Labourer | |1 |Finance & Administration| | |Manager | |1 |Chief Accounts Officer | |1 |Lab Analyst | |2 |Clerk 1 | |1 |Draughtsman | |1 |Asst.", "Draughtsman 1 | |2 |Clerk 11 | |1 |Maid | |86 |Total ta' l-impjegati |", "Imbagħad fl-1 ta' Jannar, 1998 ġew sekondati mpjegati oħra mingħand il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma kif jidher hawn taħt:", "|Numru |Grad | |t'Impjeg| | |ati | | |1 |General Manager | |1 |Electrical Power & | | |Control Maintenance | | |Manager | |1 |Plant Maintenance | | |Manager |", "Sal-ġurnata tal-lum ma ġiex impjegat ħadd aktar mal-kumpannija MDS Ltd.", "REGOLAMENTI TAL-BINI - TIME FRAME", "12813.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex stabilit xi time frame sabiex jibdew ikunu approvati u jidħlu fis-seħħ regolamenti emendati tal-bini?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma ġiex stabilit time frame dwar dawn meta se jidħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti.", "COTTONERA REHABILITATION COMMITTEE", "12814.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra il-Business Plan tal-Cottonera Rehabilitation Committee u l-Valletta Rehabilitation Committee għas-snin li ġejjin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - DEFICIT", "12816.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kunsilli f'Malta u Għawdex li għandhom deficit jew dejn fl-aħħar sena finanzjarja?", "Jekk hemm, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan id-dejn/deficit u min huma l-kredituri?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba toħroġ mir-rapporti ta' l-Udituri tal-Gvern lokali għas-sena finanzjarja tal-kunsilli lokali li għalqet fil-31 ta' Marzu, 1997 u li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra nhar il-15 ta' Diċembru, 1997 mill- Ministru tal-Finanzi.", "INLAND REVENUE - AVUKATI", "12817.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati li se jibdew jingħataw xogħol konness ma' l-Inland Revenue?", "Jista' jgħid ukoll kif intgħażlu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'kollox id-Dipartiment tat-Taxxi Interni rċieva 41 applikazzjoni li lista tagħhom tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Minn dawn, sitt applikazzjonijiet li, fil-lista huma mmarkati b' *, tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, ma ġewx ikkonsidrati għal xogħol fl-immedjat, billi saru minn avukati li ggradwaw riċentament fl-1997.", "Minkejja dan, qegħdin jinżammu fil-lista għal xi ħteġijiet fil-futur.", "BORMLA - -VERDALA JUNIOR LYCEUM", "12818.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex tinbena l-kamra li qiegħda tittella' ħdejn l-Arts Room tal-Verdala Junior Lyceum, Bormla?", "Jekk hemm peress, jista' l-Ministru jgħidilna għaliex dan il-permess ma twaħħalx mal-bini ta' din l-iskola kif suppost isir kull meta jinħareġ permess għal xogħol ta' kostruzzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "EURO-MEDITERRANEAN PARTNERSHIP - RAPPREŻENTANTI MALTIN", "12819.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu r-rappreżentanti Maltin li ħadu sehem fil-laqgħa tal-25 ta' Frar, 1998 fi Brussels bejn uffiċjali anzjani (senior officials) tas-27 pajjiż involuti fil-proċess ta' Barċellona ċioe' l-Euro-Mediterranean Partnership, liema laqgħa kkonċentrat fuq kwestjonijiet li jirrigwardaw d-djalogu politiku u s-sigurta', u ddeċidiet li jistgħu jiġu varati għadd ta' proġetti ta' azzjoni konġunta?", "Jista' jgħidilna x'kienet il-pożizzjoni ta' Malta fuq il-kwestjonijiet kollha diskussi u fuq id-deċiżjonijiet li ttieħdu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Id-delegazzjoni Maltija għal-laqgħa ndikata mill- Onor. Interpellant kienet komposta kif ġej:", "L-Ambaxxatur Victor Camilleri L-Ambaxxatur Alfred A. Zarb Ms. Marlene Bonnici, First Secretary", "Il-punti prinċipali trattati minn din il-laqgħa kienu l-lista ta' Confidence Building Measures (CSBM's), l-abbozz tal-Euro Mediterranean Charter u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Rigward l-ewwel punt għandi pjaċir insemmi illi l-parteċipanti kollha qablu illi s-sessjonijiet ta' informazzjoni organizzati f'Malta kienu miżura utli ħafna u għandhom ikomplu.", "Fil-kuntest ta' miżura oħra, li tikkonsisti fi proġett pilota u t-twaqqif ta' Steering Committee għall- prevenzjoni u l-immaniġġjar tad-diżastri naturali fir-reġjun, ġiet aċċettata wkoll proposta ta' Malta li jiġu nklużi r-Riskji Marittimi.", "Rigward it-tieni u t-tielet punt, id-delegazzjoni Maltija ħadet parti attiva f'din id-diskussjoni u għadha fi stadju preliminari.", "SAĦĦA - KURA GĦAL MARD SERJU", "12820.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12654, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li qed jingħataw dawn il-mediċini mingħand il-gvern fil-każ ta': Interferon; Capoxone; u Rilutec?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalissa hemm erba' pazjenti li qed jieħdu Interferon u tnejn li qed jieħdu Riluzole.", "M'hemm ebda informazzjoni fuq Capoxone.", "PENSJONI MINIMA NAZZJONALI - ARRETRATI", "12821.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Dawk li għandhom jieħdu żieda b'effett tar-reviżjoni tal- Pensjoni Minima Nazzjonali f'Jannar 1997, jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw dawn l-arretrati?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lil Onor. Interpellant li l-proċess biex jiġu riveduti l-każi msemmija fil-mistoqsija tiegħu diġa` beda.", "Minħabba li biex jitlesta dan l-eżerċizzju jenħtieġ li jinġabru dettalji li ma kenux jeżistu fil-files tad-dipartiment u li f'ħafna mill-każi l-informazzjoni meħtieġa tmur lura anke 30 sena, qegħdin jitlestu l-proċeduri kollha biex din l-informazzjoni tinġabar kemm jista' jkun malajr biex ir-reviżjonijiet jitlestew fl-anqas ħin possibbli.", "Ovvjament dan ix-xogħol qiegħed jitwettaq fl-istess ħin ma' xogħlijiet oħra li qed jitwettqu mit-taqsima tal-pensjonijiet.", "Fil-preżent huwa diffiċli li wieħed jindika data eżetta meta se jingħataw dawn l-arretrati għax dan ikun jiddependi mill-ġbir ta' l-informazzjoni meħtieġa u l-ipproċessar ta' din l-informazzjoni.", "ĊITTADINANZA - ĊITTADINANZA MALTIJA", "12822.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm sportivi barranin li huma msieħba ma' clubs lokali li applikaw għal ċittadinanza Maltija matul l-1997?", "Kemm-il talba ġiet deċiża?", "Liema huma dawk deċiżi u kif ġew deċiżi f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11321 f'Seduta Nru. 179.", "MALTACOM - SECURITY OFFICERS", "12823.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex ħaddiema tal-MALTACOM fil-grad ta' security officer b'madwar 500 siegħa vacation leave disponibbli, mhumiex jitħallew jibbenefikaw minn dan id-dritt?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda security officer li għandu jieħu l-ammont ta' sigħat vacation leave indikat fil-mistoqsija.", "SOĊJETA' MISSJUNARJA TA' SAN PAWL - GĦAJNUNA", "12824.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatatx għajnuna lis-Soċejta' Missjunarja ta' San Pawl, f'Santa Venera, biex tirranġa l-wiċċ tal-ground ta' l-Istitut ta' San Ġużepp fejn isir taħriġ regolari minn diversi għaqdiet u individwi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAQDIET SPORTIVI/FILANTROPIĊI - DONAZZJONIJIET", "12825.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet fi flus u lil liema għaqdiet sportivi u filantropiċi mis- Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Kultura matul l-1997?", "Mil- liema vot ngħatat kull donazzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li ma ngħatat l-ebda għajnuna finanzjarja matul il-perijodu mitlub mill-Onor.", "Interpellant mis- segretarjat konċernat.", "KUNSILLI LOKALI - ONOR.", "CILIA JOE", "12826.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali talbu li jiltaqgħu uffiċjalment mas-Sergretarju Parlamentari J. Cilia matul l-1997?", "Ma' liema minnhom saru l-laqgħat?", "Ma' liema minnhom ma sarux u għaliex f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma tinżamm l-ebda statistika kif qed tintalab mill- Onor. Interpellant.", "Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti kif ukoll uffiċjali tad-dipartimenti jiltaqgħu regolarment b'mod uffiċjali u anke informali ma' kunsilli lokali u/jew rappreżentanti tagħhom bħala parti mix-xogħol tagħhom.", "F'każ li għandu xi każ speċifiku f'moħħu nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija speċifika dwaru.", "SAĦĦA - X-RAY TUBE MODEL", "12827.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu tenders għal X-Ray tube Model ROT 350-Ro 3050 Housing Model 87173?", "Fuq liema kriterji saret l-għażla u kif saret?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Intefgħu erba' offerti .", "Peress li il-proċess mhux finalizzat id-dipartiment mhux f'pożizzjoni li jirrispondi it-tieni parti tal-mistoqsija.", "ĊENTRU NAZZJONALI TAT-TRASFUŻJONI TAD-DEMM", "12828.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-Quality Control fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad- Demm?", "X'testijiet isiru fuq il-boroż tad-demm biex tkun żgurata kwalita'?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li nġabu boroż tad-demm mingħajr needle safety guard?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Illum is-Senior Medical Lab Technologist Mario Fava hu responsabbli mill-Quality Control fiċ-Ċentru Nazzjonali.", "Il-miżuri ta' Quality Control li jittieħdu fuq il-boroż tad-demm huma dawk stipulati fil-Guide to the Preparation, Use and Quality Assurance of Blood Components tal-Kunsill ta' l-Europa.", "Dwar in-needle safety guard nirriferi il-Membru għar-risposta mibgħuta mill-A/Direttur ta' l-Informazzjoni lill-The People u li xxandret il-Ħadd l- 1 ta' Marzu, 1998.", "Jiena nformat li n-nurses ressqu raġunijiet li wasslu għall-għażla tal- prodott aħħari.", "ĊENTRU NAZZJONALI TAT-TRASFUŻJONI TAD-DEMM", "12829.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri (b'mod ġenerali) jittieħdu fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm sabiex titħares is-saħħa tal-ħaddiema?", "Kemm intnefqu flus għal dan l-iskop matul l-1995, l-1996 u l-1997?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħaddiema li rrifjutaw miżuri ta' tħaris ta' saħħithom fuq il-post tax- xogħol?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu kontrihom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-prekawzjonijiet li jittieħdu huma dawk li jittieħdu f'kull ċentru tat-Trasfużjoni.", "Protokoll ta' miżuri ta' prekawzjonijiet kemm ġenerali kif ukoll speċifiċi li qed jiġu segwiti tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Mhux possibbli li nikkwantifika fi flus in-nefqa li saret fl-aħħar sentejn.", "Dwar jekk kienx hemm ħaddiema li irrifjutaw miżuri ta' tħaris ta' saħħithom, nirriferi il-Membru għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 12828.", "PULIZIJA - INKONVENJENT F'ĦAŻ-ŻABBAR", "12830.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li wieħed mill-inkonvenjenti li kien rapportat f'mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3360 ma jibqax iseħħ, jiġifieri li kwantita' ta' kaxxi bi fliexken vojta tal-minerali jitħallew barra fit-triq?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija tad-distrett ġew mogħtija struzzjonijiet sabiex jassiguraw li dan l-inkonvenjent jinqata'.", "ENEMALTA", "12831.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12546 il- Ministru rrifera għat-telf ġenerali tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' jgħid jekk kienx hemm xi flus iffrankati minn xi attivita' (eg. overtime) jew sessjoni (tnaqqis fl-electricity losses fi flus)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li t-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12546 hija ċara biżżejjed u m'għandix xi nżid magħha.", "Meta jitlestew il-verifiki tar-riżultati finanzjarji għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1997, ma nonqosx li nagħti kopja ta' dawn id- dokumenti.", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "12832.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9335 rigward in-numru ta' facilitators in-numru pendenti kien ta' għaxra u fi tweġiba li ngħatat iktar tard din kienet ħafna ogħla, jista' l-Ministru jgħid liema waħda hi korretta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'hemmx tfal jistennew biex ikollhom facilitator ħalli jkunu jistgħu jibdew jattendu fi skola primarja regolari.", "BIRŻEBBUGIA - TWAĦĦIL TA' FANALI", "12845.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li ngħata l-offerta għat-twaħħil ta' fanali max-Xatt ta' Birżebbugia?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti (tenders)?", "Kemm kienu l- offerti mitfugħa?", "Min aġġudika din it-tender?", "Min kienu l-kuntratturi li tefgħu (t-tender) l-offerta tagħhom u x'kienu r-rati mitluba?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li x-xogħol imsemmi jaqa' taħt ir- responsabbilta' tal-kunsill lokali, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "VALLETTA - TARAĠ", "12846.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf u jittieħdu proċeduri biex jibqa' nadif it-taraġ li jagħti għal City Gate Project?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninsab informat li t-taraġ li jagħti għal-City Gate Project m'huwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Minkejja dan, il-kunsill lokali qed inaddaf dan it-taraġ darba fil- ġimgħa.", "PENSJONIJIET - PENSJONI KONTRIBUTORJA", "12847.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Nerġa' nirriferi għall-persuna bl-ID No. 816531(m) (N.I. No. 035984 D) u l- pensjoni kontributorja li qiegħda tirċievi.", "Billi s-salarju rivedut applikabbli għall-grad ta' din il-persuna kien ta' Lm2,522 sa l-1.1.90, ta' Lm3,089 fl-1991 (kollha) u Lm3,496 fl-1992, jista' l-Ministru jfisser għaliex jidher li l-pensjoni tal-persuna msemmija m'hijiex bażata fuq dawn is-salarji (li fuqhom għandha tkun bażata l-pensjoni)?", "Jista' l-Ministru jara: a) li d-dipartiment mhux sempliċement itenni l-qagħda tiegħu, iżda li jirrevedi l-każ mill-ġdid, b'mod kritiku kif jixraq meta benefiċċjarju jibqa' jħoss, fuq bażi tal-figuri tiegħu, li jista' jkun li hemm kalkolu ħażin; u b) li tintbagħat ittra xierqa bil-ħdim relevanti mill-ġdid tal- pensjoni li jirrifletti r-riżultat ta' (a) hawn fuq, u b'tifsiriet ċari dwar (b'kopja lili)?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lil Onor Interpellant li l-pensjoni tal- persuna msemmija fil-mistoqsija tiegħu għandha tirċievi d-dettalji kollha dwar dif inħadmet ir-rata tal-pensjoni tagħha.", "Kopja ta' din l-ittra ser tiġi mgħoddija lill-Onor.", "Interpellant.", "Tajjeb li jingħad li skond informazzjoni mogħtija mid-dipartiment il- persuna kkonċernata kellmet diversi uffiċjali dwar il-każ tagħha.", "Il- pożizzjoni tagħha ġiet spjegata lilha.", "Billi l-persuna kkonċernata laħqet l-eta` tal-pensjoni matul l-1992, d-dħul pensjonabbli tagħha nħadem fuq is- snin kalendarji ta' l-1989, l-1990 u l-1991 kif titlob il-Liġi tas-Sigurta` Soċjali.", "Sussegwentament ir-rata ta' pensjoni dovuta ġiet riveduta kull sena mill-1993 'l quddiem.", "SKEJJEL - KAMPANJA FAVUR IL-QARI", "12848.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Meta wieħed iqis li l-Ministru għadu kif nieda l- kampanja favur il-qari, jista' l-Ministru jgħid: kemm ingħataw fondi lill- iskejjel primarji biex jixtru reading schemes ġodda; u kif se jitqassmu l- kotba Ladybird li ġew ppreżentati lill-Ministru kif irrapportat f'The Times tat-3 ta' Marzu, 1998?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Membru li ma ngħataw l-ebda flus lill-iskejjel primarji biex jinxtraw reading schemes ġodda.", "Għad trid tittieħed deċiżjoni ta' kif se jitqassmu l-kotba Ladybird li ngħataw lill-Ministru kif irrapportat f''The Times' tat-3 ta' Marzu, 1998.", "SKEJJEL: ŻURRIEQ - GĦALLIEMA", "12849.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tintbagħat għalliema biex tissostitwixxi għalliema oħra tas-sitt sena li qegħda bil-long sick leave fl-iskola sekondarja taż-Żurrieq?", "Jidhirlu l-Ministru li s'issa kellha tintbagħat għalliema oħra meta nafu li l-kap ta' l-iskola ilha xahar li avżat lid-diviżjoni li din l-għalliema kienet bil-long sick leave; u li mhux sewwa li dawn it-tfal idumu minn ta' l-inqas xahar mingħajr għalliema meta fi żmien xahrejn u nofs se jersqu għall-eżamijiet tal-Junior Lyceum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li l-Onor.", "Membru qed tirriferi għall- għalliema tas-sitt sena fl-iskola Primarja B taż-Żurrieq.", "Issa l-klassi għandha għalliem.", "Kien hemm ftit tad-dewmien biex imtela' l-post billi d-diviżjoni kellha biss indikazzjoni li l-għalliema se toħroġ fuq sick leave fit-tul.", "Barra dan l-ewwel għalliema li ġiet imsejħa biex tmur f'din l-iskola rrifjutat l-impjieg u għalhekk kellhom isiru interviews ġodda.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "12850.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li fl-aħħar ta' Frar kienu qed jirreġistraw fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet parti tar-Reġistru?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol fl-aħħar ta' Diċembru 1997 kien ta' 7,149 fuq l-ewwel parti, 544 fuq it-tieni parti u 395 fuq it-tielet parti tar-reġistru.", "PALAZZ - RESTAWR", "12851.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' restawr hu maħsub li jitwettaq fil-Palazz mid-Dipartiment tal-Mużewijiet matul din is- sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellent li fil-kamp tal- Wirt Artistiku, din is-sena inzerta li l-unit tar-restawr fil-Mużew ta' l- Arti hi okkupata ħafna minħabba l-kommemorazzjoni tal-pittur Mattia Preti għas-sena li ġejja.", "Madankollu, wieħed mill-erba' restawraturi ta' dan ir-Restoration Unit qiegħed il-ħin kollu okkupat fir-restawr tal-murali dekorattiv fil-kuritur li jagħti għall-Kamra tad-Deputati.", "Dan ix-xogħol inbeda s-sena l-oħra u se jibqa' għaddej matul din is-sena.", "L-istess unit qiegħed ukoll jirrestawra Portrait tal-Gran Mastru D'Homedes, li kien fil-kuritur imsemmi, u li xxarrab bl-ilma tax-xita li daħal mil-bejt f'Settembru 1997.", "Barra minn dan qed isiru diskussjonijiet mill-Valletta Rehabilitation Project - bil-parteċipazzjoni tad-Dipartiment tal-Mużewijiet - mal-Getty Foundation bl-isperanza li jsiru restawri meħtieġa fuq l-affreski ta' Filippo Paladini f'dik li kienet il-kappella privata tal-Gran Mastru, u forsi wkoll iċ-ċiklu dwar l-Assedju l-Kbir ta' Malta ta' Mattia Perez d'Aleccio fis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz.", "Dawn ir-restawri għadhom fil-fażi ta' studju.", "P.A. - SITI B'IMPORTANZA ARKEOLOĠIKA", "12852.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhiex tagħrif dwar siti ta' importanza arkeoloġika fl-inħawi tal-lukanda Verdala, ir-Rabat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "IMPJIEGI - REKLAMAR", "12853.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-reklamar ta' mpjiegi lill-Korpi Parastatali matul l-1997 u liema huma dawn il-korpi?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Matul l-1997 ingħataw 199 permessi għar-reklamar ta' impjiegi lill-Korpi Parastatali.", "Lista ta' dawn il-korpi tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - KORSIJIET TA' TAĦRIĠ", "12854.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta beda jintalab ħlas għal min jattendi kors ta' taħriġ mill-ETC?", "Kemm tħallsu s'issa f'dawn il-ħlasijiet u kemm attendew persuni li kienu bla xogħol għal dawn il-korsijiet?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: S'issa l-ebda persuna li attendiet xi wieħed mill- korsijiet organizzati mill-ETC ma ntalbet tħallas xi flus biex tattendi.", "Il-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bil-għan li jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi tiegħu waqt li jibqa` joffri servizzi estensivi ta' taħriġ anki lil min diġa' għandu mpjieg, iddeċieda li fil- futur il-Korporazzjoni se tibda titlob ħlas ta' Lm45 biex persuna tattendi għal kors tal-computer.", "Persuni li jirreġistraw għax-xogħol, persuni bi bżonnijiet speċjali, u nies li qed jirċievu pensjoni tas-servizz iżda għadhom ma laħqux l-eta` tal-irtirar huma eżentati milli jħallsu dan l- ammont li hu wieħed nominali u jkopri biss parti mill-ispejjez għal korsijiet fil-computer, li jieħdu parti sostanzjali mit-Training Budget ta' l-ETC.", "MOSTA - TRIQ FAMILJA CUMBO - BOZOZ", "12855.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fi Triq Familja Cumbo, Mosta jiżdiedu il-bozoz ladarba nbnew aktar djar u talba diġa' saret żmien ilu mill- Kunsill Lokali tal-Mosta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba ta' l-Onor.", "Membru għal aktar bozoz fit-triq imsemmija minnu qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "KUNSILLI LOKALI - KUNTRATTI", "12856.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni li allega li rċieva u li teżisti dwar id-deċiżjonijiet ta' l-għoti tal-kunsilli jew quotatios li ngħataw minn kunsilli lokali li għandhom maġġoranza tal-kunsilliera Nazzjonalisti, u dan skond kif tkellem fil-laqgħa pubblika fl-1 ta' Marzu, 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, ma nistax.", "SPIŻERIJI - RIĊETTI", "12857.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il riċetta ġiet ipproċessata f'kull spiżerija tal-gvern f'Malta u f'Għawdex minn meta ġiet fis-seħħ il-miżura li għal kull riċetta titħallas bolla ta' 50c u għaldaqstant jgħid kemm-il bolla ta' 50c ġiet imwaħħla matul ix-xahar ta' Jannar s'issa?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk inħoloqx makkinarju biex il-Posta Ltd tgħaddi l-flus dovuti minn din it-taxxa lid-Dipartiment tas-Saħħa u jekk sarx xi pagament f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul ix-xahar ta' Jannar ġew ipproċessati 80,475- il riċetta, li fuqhom huwa stmat li twaħħlu 52,387 bolli.", "Dawn għad iridu jiġu awditjati.", "Il-makkinarju huwa finalizzat u saret talba lill-Posta Ltd. sabiex isir pagament akkont lid-dipartiment .", "MOSTA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "12858.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tad-dipartiment rigward l-għoti ta' drenaġġ fi Triq Ruzenjal, Mosta?", "Qed nibgħatlek pjanta separatament.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet innotata.", "KUMPANNIJA AZZURAIR", "12862.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts u balance sheet għas-sena 1997 relattivament għat-tmexxija u n- negozju tal-Kumpannija Azzurair?", "Huwa minnu li dan l-aħħar instab li kien sar żball li jinvolvi ammonti sostanzjali fl-accounts ta' din il-kumpannija?", "Saret s'issa korrezzjoni relattiva?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura kummerċjali u konfidenzjali.", "Ir-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv.", "DAR IL-MEDITERRAN GĦAL KONFERENZI", "12863.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Managment and Trading Accounts relattivi għal Dar il-Mediterran għal Konferenzi għas- sena 1997?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Business Plan taċ-ċentru tas-sena 1998?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u konfidenzjali u ma nħossx li għandha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "WSC - WATER MAINS", "12871.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Water Services Corporation waqfitx milli tagħmel extensions ta' water mains jew le?", "Jekk iva, għaliex?", "Meta se jingħata s-servizz fi Triq ġdida fi Triq il-Bies, fiż- Żejtun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma waqfitx milli tagħmel estenzjonijiet ġodda tas-sistema tad-distribuzzjoni.", "It-toroq ġodda li semma' l-Onor.", "Interpellant għandhom jingħataw is- servizz ta' l-ilma fi ftit xhur oħra.", "TAL-BARRANI - BUS SHELTER", "12872.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tistax tagħmel bus shelter f'bus stop eżistenti fi Triq tal- Barrani man-naħa taż-Żejtun faċċata ta' Busuttil Petrol Station?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li dan il-bus shelter ma jistax isir għax m'hemmx bankina.", "Barra minn hekk dan il-bus stage ftit li xejn jintuża biex jirkbu nies minnu.", "WSC - FINANCIAL CONTROLLER", "12874.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta spiċċa l-kuntratt li l-Water Services Corporation kellha mad-ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. biex tipprovdi Financial Controller?", "Kemm tħallset id-ditta MDS matul l-1996 u matul l-1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korprazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma kellha l-ebda kuntratt mad-ditta Mizzi, Doublet Scerri & Co. biex din tipprovdi s-servizzi ta' Financial Controller.", "Il-kuntratt biex jiġi pprovdut is-servizz ta' Financial Controller kien sar mal-kumpannija MSD Consulting.", "Il-kuntratt ta' Financial Controller spiċċa fit-30 ta' Marzu, 1997.", "Matul is-snin 1996 u 1997 il-kumpannija MSD Consulting tħallset is-somma ta' Lm87,403.", "PA - RAZZETT FIŻ-ŻEJTUN", "12875.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet l-irregolarita' min-naħa tal-pulizija għar-rigward ta' razzett ta' l-annimali bla permess fiż-Żejtun?", "X'passi se jittieħdu min- naħa tal-Ministeru ta' l-Ambjent dwar każ bħal dan?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Interpellant mitlub ikun aktar speċifiku fid- domanda tiegħu.", "ŻEJTUN - FORTI SAN LEONARDU", "12876.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12729, jista' l-Ministru jgħid min għamel it-talba li qegħda tiġi kkonsidrata għal xi forma ta' konċessjoni fuq il-Forti San Leonardu l/o Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-talba kienet saret mill-Korporazzjoni Telemalta illum Maltacom, bħala waħda mill-azzjonisti Datatrak Security (Malta) Limited.", "PA - XOGĦLIJIET", "12877.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġew sottomessi l-pjanti dwar ix-xogħol li se jsir fl-inħawi ta' Marsaxlokk, Wied il-Għajn, Birżebbugia, eċċ lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Erbgħa applikazzjonijiet ġew sottomessi fid-9 ta' Marzu, 1998.", "BORD AĠĠUDIKATTIV - PROĠETT TA' L-EX-TEATRU RJALI", "12885.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jidhirlu l- Prim Ministru li l-Bord Aġġudikattiv għal proġett ta' l-ex-Teatru Rjal (bir- rispett kollu lejn dawk imsemmija fl-istqarrija tiegħu lill-Kamra fit-2 ta' Marzu, 1997) għandu jinkludi persuni esperti fil-qasam ta' disinji/arti eċċ., sabiex ikun hemm evalwazzjoni professjonali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva.", "XANDIR - LEĠISLAZZJONI FUQ RIKLAMAR", "12886.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonferma l-Prim Ministru li f'1996 kien sar eżerċizzju dettaljat biex tiġi updated il-leġislazzjoni fuq riklamar fix-Xandir?", "Dan l-eżerċizzju tlesta?", "Kien ġie ppreżentat xi rapport?", "Jekk iva, x'sar minnu u x'passi se jittieħdu biex jiġu mplimentati il- pariri ta' dan ir-rapport?", "Kif jikkomparaw l-istandards li għandna issa u kif jiġu mplimentati dawn il-pariri ma' standards Ewropej?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena qed nippreżumi li l-eżerċizzju li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Membru hu dak li għamlet l-Awtorita tax-Xandir matul 1996 u li għamilt riferenza għalih fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12642.", "F'dik l-okkażjoni, l-awtorita' kienet ħejjiet Kodici ta' Reklamar ġdid biex jieħu post dak li hemm fit-Tielet Skeda ta' l-Att tal-1991 dwar ix- xandir.", "Kif għidt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 12642, dan il-Kodiċi ma kienx implimentat għaliex il-Gvern qed jikkonsidra l-ħruġ ta' white paper li ser tittratta l-qasam tax-xandir.", "Jiena nformat li l-kodiċi propost mill-awtorita' jirrifletti l-ħtieġa ta' aktar protezzjoni lill-konsumatur.", "SECURITY SERVICES ACT - ARTIKLU 6", "12887.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba intuża l-artiklu 6 tas-Security Services Act, 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nħossx li huwa xieraq li tingħata l-informazzjoni mitluba minħabba n-natura konfidenzjali tas-suġġett.", "PULIZIJA", "12888.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija sena b'sena fl-1 ta' Jannar ta' kull sena mill-1987 sal-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-complement tal-Korp tal- Pulizija fl-1 ta' Jannar tas-snin mitluba mill-Onor.", "Interpellant kien hekk :", "1987 - 1384 1988 - 1558 1989 - 1655 1990 - 1643 1991 - 1621 1992 - 1655 1993 - 1620 1994 - 1636 1995 - 1730 1996 - 1803 1997 - 1858", "VETTURI MPORTATI - SEKWESTRU", "12889.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew sekwestrati u miżmuma matul l-1997, vetturi mportati f'Malta minħabba li jistgħu jkunu misruqa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi matul l-1997 kien hemm disgħa vetturi miżmuma għax kienu rrapportati misruqa mill-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, filwaqt li tmien vetturi oħrajn ma tħallewx jiddaħħlu Malta għax in-numru tax-chassis jew tal-makna, ma kienx jaqbel mad-dokumenti preżentati jew għax dawn in-numri kienu mbagħbsin.", "BARUNI SANT CASSIA - INVESTIGAZZJONI TAL-QTIL", "12890.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fl-investigazzjoni tal-qtil tal-Baruni Francis Sant Cassia wara li ibnu John ġie minn barra biex jixhed quddiem il- Maġistrat Inkwerenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li billi din l-investigazzjoni għad m'hijiex konkluża, m'hux opportun li wieħed jagħti dettalji dwar dan il- każ.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "12891.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Matul l-1996 u l- 1997, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-introjtu tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin mix-xogħol magħmul mill-priġunieri, eż. bejgħ ta' ħobż, book binding, eċċ?", "Jista' jingħata breakdown item b'item?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li d-dħul tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin minn xogħol magħmul mill-priġunieri matul l-1996 u l-1997 kien kif ġej:-", "SENA IKEL HOBZ 'BOOK BINDING' 1996 LM2010.30 LM948.67 LM582.91 1997 LM2605.40 LM610.46 LM1474.82", "PILLOLI VENTOLIN", "12892.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l-pilloli Ventolin ġew imniżżla fil-lista ta' droga maqbuda fl-1997 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra (PQ 10953), jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawn il- pilloli - li jintużaw għal min isofri mill-asthma - għandhomx jiġu kklassifikati bħala droga?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi peress li l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija parlamentari numru 10953 m'għamel ebda distinzjoni bejn drogi kkontrollati u dawk li mhumiex, fit-tabella mpoġġija fuq il-Mejda tal- Kamra bħala risposta għall-istess mistoqsija ġew inklużi kull tip ta' droga, inkluż mediċini mhux kontrollati li ġew maqbuda fil-kors ta' investigazzjonijiet tal-Pulizija.", "Ninsab informat illi l-Ventolin mhijiex mediċina kkontrollata.", "WSC - KAŻ B'REF.", "623/25477", "12901.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-każ No. 623/25477 u ċioe' wara d-domanda tiegħi numru 8291, jista' l-Ministru jgħid jekk issa l- Korporazzjoni Enemalta stħarġitx il-każ imsemmi u dan peress li jidher li soprendentament il-Korporazzjoni Enemalta għandha qiegħda titlob l-ħlas ta' Lm173.28c8 lill-persuna moribonda u anzjana?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BORMLA - PJAZZA MARGHERITA", "12903.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-pjani għal Pjazza Margherita f'Bormla sabiex l-area magħrufa bħala x-Xgħajra ta' Bormla jkollha l-proġett ta' upgrading li jixirqilha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi għar-risposta diġa' mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 11132.", "PULIZIJA - GĦASSA TA' SAN GWANN", "12904.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex l-għassa tal-pulizija f'San Gwann ma tibqax tkun ħafna drabi magħluqa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-għassa tal-Pulizija ta' San Ġwann qed tkun miftuħa regolarment ħlief għal xi ħinijiet meta l- kuntistabbli jkun meħtieġ fuq xogħol barra mill-għassa.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVA", "12905.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm applikanti għal akkomodazzjoni alternattiva li rrifjutaw il-proprjeta' offruta lilhom mid-Dipartiment tad-Djar bejn Ottubru 1996 u Frar 1998?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-Dipartiment Għall- Akkomodazzjoni Soċjali m'għandux statistika dwar l-informazzjoni mitluba, iżda minkejja li taħt il-Gvern Nazzjonalista din ma saritx, tajt ordni biex jinstab rimedju kif din tista ssir.", "Biex din l-istatistika tinġabar ifisser li jrid jiġi eżaminat kull file.", "Mill-1988 'l hawn daħlu iżjed minn 15,000 file.", "MINISTERU TAD-DJAR U KUNSILLI LOKALI - KONSULENT", "12906.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsulent fil-Ministeru tiegħu, il-Perit Stefan Buontempo, ħejjiex xi forma ta' policy papers fir- rigward ta' xogħlu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-konsulent tiegħi għandu kuntratt standard bħalma għandhom il-konsulenti kollha mal-Ministri l-oħra.", "Parti mix-xogħol tiegħu huwa l-involviment fit-tfassil tal-polices u għajnuna fejn jidħol id- dikasteru tiegħi.", "SIĠĠIEWI - QASAM TAD-DJAR - LIFTS", "12907.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d- Dipartiment tad-Djar jipprovdi lifts fil-flats li hemm fil-Housing Estate il-qadim tas-Siġġiewi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'hemmx ħsieb li jiġu stallati lifts fil-Housing Estate tas-Siggiewi f'dan l-istadju.", "MALTACOM - ĦADDIEMA", "12908.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn l-arretrati ta' overtime u shift allowances tal-ħaddiema tal-Maltacom li kellhom jitħallsu sa Diċembru 1997, bi ftehim mal-GWU, għadhom ma tħallsux?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jidher li l-Onor.", "Interpellant hu nformat ħażin għaliex il-Maltacom plc u l-GWU m'għandhom l-ebda ftehim fuq arretrati ta' overtime u shift allowance tal-ħaddiema.", "SAĦĦA - CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "12910.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10987 u mistoqsijiet supplimentari li saru fis-seduta ta' l-4 ta' Marzu, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-korsijiet li l-ETC qed tagħti lill-Casual Social Assistants?", "Kemm nies s'issa ħadu sehem fihom?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Frar żdiedx in-numru tal-Casual Social Assistants?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz li jagħtu l- Casual Social Assistants huwiex organizzat fuq każi ta' distretti, irħula jew b'xi mod ieħor?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: S'issa 204 persuna temmew il-korsijiet fl-Ewwel Livell fl-iskema ta' taħriġ li l-Korporazzjoni ta' l-Impjieg u Taħriġ b'kollaborazzjoni mas-Segretarjat għall-kura ta' l-Anzjani qed toffri lil dawk li jixtiequ jaħdmu jew li diġa' qed jaħdmu fil-qasam ta' l-anzjani, fosthom l-Assistenti Soċjali Każwali.", "Preżentament, 25 persuna oħra qed jirċievu dan it-taħriġ fl-Ewwel Livell.", "Fix-xhur li ġejjin se jingħata wkoll bidu għat-taħriġ fit-Tieni Livell filwaqt illi jissoktaw ukoll il- korsijiet fl-Ewwel Livell.", "Matul ix-xahar ta' Frar 1998, in-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali naqas b'ħamsa (5).", "Is-servizz tal-Home Care Help (fil-maġġoranza tiegħu) qiegħed jingħata fuq bażi ta' bliet u/jew irħula u fuq bażi ta' prijorita'.", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' HOME CARE HELP", "12911.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3713, jista' l-Ministru jgħid jekk il- kompożizzjoni tal-Kumitat li jmexxi s-servizz tal-Home Help Care f'Għawdex tbiddilx?", "Jekk fl-affermattiv, minn meta u min huma l-membri?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-bord li jmexxi s-servizz tal-Home Care Help f'Għawdex huwa ffurmat u l-membri huma:", "Ms Joyce Dimech Dr. Vlacar Svejda Mr Victor Scerri Ms Rose Anne Buttiġieġ", "L-unika tibdil li sar fil-membri dan l-aħħar kien li fil- 5 ta' Mejju, 1997", "Ms. J. Dimech daħlet flok Ms. M Micallef.", "SKEJJEL - GĦAWDEX", "12912.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5890 u oħrajn, jista' issa l-Ministru jgħid jekk itteħditx id-deċiżjoni favur jew kontra l-estensjoni ta' l-Iskola Primarja ta' Sannat u jekk fl-affermattiv, x'kienet id-deċiżjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot fl-Estimi għal dan l-iskop?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - KAXXI RISERVATI GĦALL-PARKING", "12913.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kaxxi riservati għall-parking fi Pjazza Santu Wisin; fi Pjazza San Franġisk; fi Pjazza Sabina; fi Pjazza San Ġorġ u fil-Pjazza tal-Katidral kollha fir-Rabat, Għawdex?", "Jista' l-Prim Ministru jiġbor ukoll l-informazzjoni fuq kemm jesgħu vetturi ż-żewġ car parks f'Ta' l-Ibraġġ, dak ta' quddiem l-Isptar Ġenerali u l-ieħor quddiem l-Isptar Mentali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' kaxxi riservati għal parking f'dawn il- lokalitajiet huma:", "|Santu Wistin |nil | |San Franġisk | 14 | |Pjazza Sabina | 1 | |San Ġorġ | 1 | |Kattidral | 5 | |Totali | 21 |", "Iż-żewg car parks f'Ta' l-Ibraġġ jesgħu 286 vetturi.", "Numru ta' parks f'dawn il-lokalitajiet:", "1) Sptar Generali 215 2) Sptar Mentali 71 286", "DJAR - RIKONOXXIMENT TAT-TITOLU", "12914.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex għadu ma sarx ir-rikonoxximent tat-titolu legali tal-koppja mill-Belt, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn ilhom jgħixu għal aktar minn 40 sena, stante' li missier il-mara issa miet u dwar dan il-liġi titkellem ċar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-Dipartiment Għall- Akkomodazzjoni Soċjali qed jistenna risposta għall-ittra li bagħat lill- persuni ndikati fis-26 ta' Frar, 1998 kif ukoll applikazzjoni mingħandhom għal rikonoxximent.", "DJAR - DEPUTAT SOĊJALISTA", "12915.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħidilna fuq l-ordni ta' min ġie mwaqqaf deputat Sopjalista fid-19 ta' Frar, 1998 milli jattendi għall- appuntament ma' uffiċjal fid-Dipartiment tad-Djar li kellu flimkien ma' xi kostitwenti?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dan it-trattament ma ntużax ma' Deputati Soċjalisti oħra?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-allegazzjoni tiegħek fil-mistoqsija hija infondata u bla bażi għax ebda Deputat ta' l-ebda naħa tal-Kamra tar- Rappreżentanti ma' ġie mwaqqaf milli jattendi għall-appuntament ma' uffiċjal fid-Dipartiment tad-Djar li kellu flimkien ma' xi kostitwenti.", "Għalhekk lanqas it-tieni parti tal-mistoqsija ma treġi.", "BDIEWA - FTEHIM LEGALI", "12916.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim legali bejn il-Gvern u l-bdiewa milquta mill-operazzjoni għat-tfittix taż-żejt fil-post magħruf Tal-Vapur limiti ta' Kerċem?", "Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsisti dan il-ftehim?", "Kemm hemm bdiewa nvoluti u jekk hux se jingħata xi kumpens lilhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nissuġġerixxi l- Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "Il-bdiewa nvoluti huma 4.", "Il-kumpens għat-telf ta' produzzjoni ta' ucuħ tar-raba' diġa' ngħata fi Frar, 1998.", "SPTAR GENERALI - STATUS OF STERILIZATION SERVICE", "12917.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-rapport fuq l-istatus of sterilization service fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mis-Segretarju Parlamentari għal Għawdex fis-seduta tal-Parlament tat-2 ta' Marzu, 1998, kienx jifforma parti mir-raport kkommissjonat fuq l-isptar t'Għawdex li ġie ppreżentat f'Awwissu 1997?", "Jekk fin-negattiv, meta ntalab li jsir ir- rapport mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin- negattiv.", "Ir-rapport li qed jirriferi għalih l-Onor Interpellant tħejja mill-Infection Control Office wara li għamel review tas-servizzi ta' l- infection control ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SAĦĦA - HIV POSITIVE", "W1,547.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħidli jekk l- HIV positive hux qed jiġu ttrattati kollha bl-istess mod?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ir-risposta hija fin-negattiv - Le.", "Qiegħda ssir distinzjoni ċara ħafna bejn pazjenti li huma HIV positive.", "- Dawk li ħadu l-HIV through factor infusions għal trattament ta' Haemophilia qed jingħataw il-kura b'xejn.", "- Dawk li ħadu l-HIV b'modi oħra, jiġifieri. permezz ta' kuntatt sesswali jew mill-omm għat-tarbija jew billi jintużaw l-istess labar waqt it-teħid tad-drogi.", "Dan ma jfissirx li dawn ma jistgħux jieħdu kura li hi l-aktar u l-iżjed effettiva, għax ma jistgħux iħallsu għaliha.", "Ta' min jgħid li din il-kura jiġifieri protease inhibitare hi kura li nstab li hi effettiva u li ħafna pazjenti li ħaduha tant marru tajjeb li reġgħu bdew jaħdmu u jgħixu ħajja normali.", "Din il-kura hi cost effective.", "Fil-qasam mediku kull każ irid jiġi trattat fuq il-merti tiegħu.", "Dan japplika wkoll għall-persuni li huma HIV positive.", "PULIZIJA - KAROZZI ĠODDA REĠISTRATI", "W1,550.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm karozzi ġodda ġew reġistrati mill-Pulizija kull sena bejn l-1987 u l-1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond il-make tal- karozza?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA AWŻILJARI", "W1,551.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-interpellanza numru 32380 tal-15/3/96 (Leġislatura li għaddiet), jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex id-90 ħaddiem mal-gvern bil-grad AWTS (Awżiljari) baqgħu ma ġewx assimilati mal-gradi Group \"A\" tal- gvern meta l-kumplament ta' sħabhom ingħataw dan it-trattament?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li dawk il-ħaddiema li kienu fl-iskema tal-AWTS sa l-aħħar ta' Awissu 1991 ingħataw il-ħatra ta' Group A (illum Grupp I) tal-gradi industrijali.", "Ninsab informat ukoll illi, id-90 ħaddiem illi qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant daħlu wara din id-data, inklużi dawk li daħlu taħt l- iskemi ta' riabilitazzjoni, u dawn huma kkonsidrati bħala mpjegati każwali.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TINDIF TA' SIT", "W1,552.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa,.", "Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W2,012 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' b'riferneza għat-tħaffir fuq sit b'numru ta' permess ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar PA 5713/96, jista' l-Ministru jara li l-persuna responsabbli mis-sit ineħħi l-ilma li nġema' f'dan is-sit imħaffer permezz ta' pompa jew apparat ieħor biex ma jibqgħux jaqgħu qtates li jispiċċaw jegħrqu fihom, imutu u jnittnu l-post kif ġara u qed jiġri u li s'issa ma sar xejn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għas- sit fi Triq Danny Cremona, fi Gwardamangia, nixtieq ninformah li f'nofs Jannar li għadda l-Ispettur tas-Saħħa kien ħa passi biex akkumulu ta' ilma jiġi mbattal minn dan is-sit.", "Waqt spezzjoni li saret illum, 4 ta' Marzu, 1998 ġie nnotat li x-xogħol fuq dan is-sit qiegħed ikompli, u fil-preżent ma kien hemm ebda akkumulu ta' ilma.", "VALLETTA - TRIQ NOFSINHAR", "W1,554.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l- ħofra fonda li hemm f'South Str, c/w St. Andrew's Str, Valletta fejn Agius & Agius tal-kotba?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li l-manutenzjoni tat-toroq fil-Belt hija responsabbilta' tal-kunsill lokali, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ĊITTADINANZA - ĊITTADINANZA MALTIJA", "W1,556.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li persuna minn Bormla li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ta' OPM/EXP/1405/96 jingħata ċittadinanza Maltija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-raġel li dwaru qiegħed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant applika biex jiġi reġistrat bħala ċittadin ta' Malta bis-saħħa taż-żwieġ tiegħu ma' mara Maltija.", "Din l-applikazzjoni għadha qed tiġi pproċessata u malli tittieħed deċiżjoni, l-applikant jiġi mgħarraf biha minnufih.", "ĦAMRUN SPARTANS - GROUND", "W1,557.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Għar-rigward tal-ground tal-Ħamrun Spartans, jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi esproprjata' l-art/sit li kellha tiġi esproprjata biex darba għal dejjem dan il-club ikun jista' jingħata legal title li clubs oħra diġa' ngħataw?", "X'inhuma d-diffikultajiet f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-art li fuqha nbena l-ground hi art esproprjata minn sidien diversi, dawn huma 'l fuq minn tletin u d- dipartiment għadu qed jipproċessa t-titoli.", "Il-gvern qed jikkonsidra għandux jagħti l-faċilitajiet lill-club b'titolu legali li ma jkunx wieħed ta' ċens."]} {"filename": "19931116_195d_par.doc", "date": "1993-11-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 195 It-Tlieta, 16 ta' Novembru, 1993 Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 195 It-Tlieta, 16 ta' Novembru, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 195", "It-Tlieta, 16 ta' Novembru, 1993", "WERREJ", "MINUTI 789", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 789", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 794", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1993/1994 TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR 794", "AĠĠORNAMENT 820", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 826", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 194 li saret fil-15 ta' Novembru, 1993, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET", "TWEĠIBIET ORALI", "KUMPANNIJA GROUP 4", "12562.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 11846 meta l-Parlament jerġa' jiltaqa' wara l-vaganzi tas-sajf?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Membru rigward in-nefqa mid-dipartimenti tal-Gvern lill-Group 4 hija kif tidher fuq il-lista hawn mehmuża.", "|Sena|Ministri|Parastata|Total | | |es |ls | | | | | | | |1991| -| | | | | |63,194.00|63,194.0| | | |0 |00 | |1992|21,964.0|531,902.0|553,866.| | |00 |00 |400 | |1993| -| | | | | |81,695.00|81,695.0| | | |0 |00 |", "TARXIEN - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "10957.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-għassa tal-Pulizija ta' Ħal Tarxien se tkun miftuħa dejjem u f'kull ħin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 10739.", "VALLETTA - TA' LIESSE, SERVIZZ TAL-POSTA", "10958.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex f'Ta' Liesse, Housing Estate, ix-Xatt, Valletta, il-posta ġieli ddum erbat ijiem ma taslilhom?", "X'passi jidhirlu l-Ministru li għandhom jittieħdu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura) (F'isem il- Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni): L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant kien investigat mid-Dipartiment tal-Posta fejn jirriżulta li t- tqassim ta' l-ittri f'dan il-beat huwa regolari.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant għandu fil-pussess tiegħu xi evidenza ta' xi nuqqas f'dan is- sens nistiednu biex jgħaddiha lid-Dipartiment tal-Posta ħalli tkun investigata.", "SERVIZZ ĊIVILI - SUR PETER DARMANIN", "10959.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Is-Sur Peter Darmanin, mir-Rabat, Malta hu impjegat taċ-Ċivil?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-grad tiegħu?", "X'paga għandu?", "Xi kwalifiki kellu biex daħal?", "X'inhu x-xogħol uffiċjali tiegħu?", "Meta daħal fiċ-Ċivil?", "Kien hemm call for applications?", "Jidhirlu l-Ministru li l-konoxxenza tiegħu bħala teologu jista' jservih bħala għalliem tar- Reliġjon fi skola tal-Gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għas-Sur Peter Darmanin li għandu kuntratt għal sena, li jista' jiġġedded, bħala part-time advisor on migrants' affairs fil- Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "Dan mhux \"impjegat taċ- Ċivil\".", "FURJANA - TISWIJA TA' BANKIJIET", "10960.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati l- bankijiet ta' fuq il-Fosos, il-Furjana, u tal-Mall, il-Furjana, kif ukoll jiġu rranġati l-akwati tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l- ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "FURJANA - MONUMENTI", "10961.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-monumenti tal-Mall fil-Furjana u l-vaska tal-Mall fil-Furjana?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għaż-żewġ busti ta' l-irħam fil-Mall, il-Furjana li dan l-aħħar ġarrbu ħsara minn vandali.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuqhom tlesta.", "Rigward it-tiswija tal-vaska fl-istess post, nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għar-restawr tad-denfil u l-ajkla tal-ġebel (franka) li jagħmlu parti mill-istess monument.", "Ittieħdu passi biex mhux il-vaska biss imma l-funtana kollha tiġi restawrata.", "Il-materja tqajmet minni personalment u sibt koperazzjoni sħiħa min-naħa tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "FURJANA - DAWLFUQ IL-FOSOS", "10962.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jiġi mdawwal aktar il-fosos tal- Furjana u jitnaddaf mill-ħġieġ u mis-siringi li jkun hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li tinħass il-ħtieġa għal aktar dawl fuq il-fosos tal-Furjana.", "Il-proġett qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' talbiet oħra.", "Id-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika inaddaf il-fosos tal-Furjana regolarment.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, jien informat li d-Dipartiment tad- Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet regolarment jagħmel manutenzjoni fis- subways tal-Furjana.", "L-aħħar li tbajdu kien f'Mejju/Ġunju ta' din is-sena.", "MARSAXLOKK - SCRAPYARD", "13401.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għat-tweġiba li tani l-Ministru dwar scrapyard illegali fl- inħawi Tas-Silġ, f'Marsaxlokk, fil-viċinanza tal-Juno Temples, fejn kont informat li kienu ttieħdu passi legali kontra min kien responsabbli għal din l-iscrapyard, fejn din il-persuna ġiet imwaħħla multa ta' Lm75 u ġiet ordnata li żżarma l-iscrapyard u l-bini li sar fi żmien tliet xhur, issa li għaddew aktar minn tliet xhur, jaf il-Ministru li mhux talli l-iscrapyard ma ġietx żarmata, talli fil-preżent qed titkabbar u qegħdin jittellgħu xi ħitan?", "Jista' l-Ministru jara li ordni tal-Qorti tiġi esegwita?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li għalkemm il-każ inqata' mill- Qorti tal-Maġistrati, il-persuna akkużata appellat mis-sentenza u l-każ għadu pendenti fil-Qorti ta' l-Appell.", "Jien informat ukoll li l-ebda ħitan ġodda tal-kantun ma ttellgħu dan l- aħħar.", "Kien qed jerġa' jittella' ħajt u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar waqqfet dan ix-xogħol għax kien qed jintuża ġebel tal-franka qadim u mhux ġebel tas- sejjiegħ.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi) : L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: La qegħdin fuq il-kwestjoni ta' scrapyard u affarijiet bħal dawn, jista' l-Ministru jgħidilna fiex waslet il-kwestjoni ta' l-impjant li hemm fuq Għar Dalam li konna smajna li qed joffrulu biċċa art ġewwa Ħal Far biex ineħħuh minn hemm allavolja huwa illegali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jekk dan huwa illegali, għandu jitneħħa minn hemm, irrispettivament minnjekk il-Gvern jagħtihx biċċa art oħra jew le.", "Jiġifieri m'hemmx xi kondizzjoni li biex ineħħih minn hemm irridu nagħtuh biċċa art, kif donnu implika l-Onor.", "Vella.", "Safejn naf jien, il-kwestjoni mad-Dipartiment u ma' l-Awtorita' għadha għaddejja fuq il-fatt li bena bla permess.", "Niftakar sew ukoll li kien talab biċċa art biex jagħmel batching plant - jekk niftakar sewwa, ta' Schembri kien - pero' offhand ma nistax ngħidlek kif baqa' fuq din il-kwestjoni għalkemm wieħed jista' jiċċekkja.", "(Interruzzjonijiet) L-art li talab qegħda f'post differenti.", "Il-batching plant li semma qiegħed fuq il-Wied ta' Għar Dalam u huwa ikrah ħafna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru għadu jsostni li dan il-batching plant mhuwiex qed jaħdem, kif kien qal hawnhekk kemm-il darba?", "Jiena kont għidt li hawnhekk video jonqosni nġib tat-trakkijiet deħlin u ħerġin.", "Nistaqsih ukoll jekk għadux isostni li dan m'għandux dawl meta dan qed jieħu dawl minn villa privata u jekk għadux isostni wkoll li dan mhux qed jestendi u jkabbar l-area.", "Skond l-iStructure Plan din l-area suppost li taqa' taħt l- area ta' konservazzjoni ta' Għar Dalam.", "Għax qed ngħidu li ma nafux jekk hux se jieħu biċċa art u ma nafux fiex wasal, pero' sadanittant dan qed ikompli jagħmel dawn l-affarijiet li ħadd ma jista' jżommhom.", "Issa jekk irid il-Ministru jibgħat jgħid lis-sid li jien qed nitkellem fuq dan il- batching plant; ma niddejjaqx jekk jagħmel hekk, bħal meta bagħat għal Fenech - dak li qed jibni razzett fi Strejnu Road - u qallu li jien bgħattlu r-ritratti u lmentajt kontra tiegħu.", "Jien ma nibżax minn dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, jien assolutament ma bgħatt għal ħadd u m'għidt xejn lil ħadd.", "Dan mhux minnu.", "Li jintqal hawnhekk huwa rapportat fil-gazzetti u kulħadd għandu dritt ikun jaf x'jingħad hawn.", "Jiġifieri ladarba l-Onor.", "Vella tkellem fuq xi ħaġa hawnhekk, ma jistax jgħid li xi ħadd bagħat għal xi ħadd biex jgħidlu li huwa tkellem ...", "Assolutament mhuwiex minnu li jien nibgħat għal xi ħadd biex ngħid li t- tali tkellem fuq hekk jew li t-tali tkellem fuqu.", "(Interrruzzjonijiet) Li bgħatt għalih għal dak l-iskop?", "X'Fenech hu?", "Issa ma jarax l-Onor.", "Vella li ...", "MR SPEAKER: Inkomplu bit-tweġiba.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jista' jkun li dan Fenech - whoever he is, għaliex ma nafx min hu - jiġi jiċċekkja l-affarijiet u xi ħadd jgħidlu li semmewh fil-Parlament.", "Jista' jkun li ġara hekk, imma li jien bgħatt għalih speċifikatament biex ninformah li l-Onor.", "Vella tkellem fuqu niċħdu kategorikament.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħidlek x'jista' jkun li ġara għaliex dawn l-affarijiet jiġru pero' tista' sserraħ rasek li dawn l- affarijiet jien ma nagħmilhomx.", "Dwar l-affarijiet l-oħra li jirrigwardaw il-batching plant, jiena ma nsostnix li dan l-impjant mhux qed jaħdem.", "Jiena kelli mistoqsija, saret inspection u rriżulta li dak il-ħin ma kienx qed jaħdem.", "Jien ma mmurx kuljum hemm u jekk l-Onor.", "Vella jgħid li għadu jaħdem, noqgħod fuq il- kelma tiegħu għaliex hu jgħaddi aktar spiss minn hemm.", "Pero' wieħed jista' jkompli jara x'jista jsir dwar din il-kwestjoni.", "Dwar l-elettriku, ma nistax insostni li m'għandux elettriku meta hu għandu supply minn villa privata.", "Il-fatt li ħa l-elettriku minn supply ta' villa privata - xi ħaġa li ma jistax jagħmilha għaliex hija extension minn supply ta' villa privata - juri li m'għandux supply għalih.", "Jiġifieri dan juri li ma ngħatax elettriku.", "Issa jekk dan dar ma' din ir-regola billi qabad u għamel estensjoni minn villa privata għall-impjant tiegħu - xi ħaġa li ma jistax jagħmilha, nerġa' ngħid - din hija kwestjoni oħra u wieħed jista' jinvestigaha wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant. .", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, jien ma kontx se nqum nitkellem, imma la qamet din il-kwestjoni ngħid li m'għandniex noqogħdu niddieħku b'xulxin.", "Dwar il-kwestjoni tal-batching plant naħseb li saru 20 mistoqsija minni, mill-Onor.", "Reno Calleja u mill-Onor.", "George Vella.", "L-istorja kienet li meta l-Prim Ministru kien l-Universita' u semmewhielu, il-Prim Ministru qalilhom li għalkemm m'għandux permess se jagħtuh art alternattiva x'imkien ieħor.", "U jien f'mistoqsija parlamentari staqsejt lill-Prim Ministru jekk ir-regola hix se tkun li min jibni batching plant mingħajr permess, il- Gvern jidħol responsabbli u jsiblu art alternattiva.", "Issa dan qed jieħu l- ilma wkoll u meta jien staqsejt kif għandu s-servizz ta' l-ilma għidtuli li l-ilma kien hemm qabel.", "Meta staqsejt kif is-supply ta' l-ilma minn domestic inbidlet f'commercial, ħadd ma kien jaf xejn.", "Issa l-kruha ta' ambjent li hemm, speċjalment għat-turisti li jżuru Għar Dalam, hija xi ħaġa skandaluża.", "Dan lanqas huwa batching plant bħall-oħrajn imma huwa xi ħaġa li wieħed ma jistax jimmaġinaha.", "Il-Ministru qed ikompli jżid ma' dan id-daħk fil-wiċċ kollu għax qed jgħid li lanqas jaf li l-batching plant qed jaħdem.", "Jien żgur ma nistax nemmen li l-Ministru ma jafx.", "Hemmhekk it-trakkijiet deħlin u ħerġin kontinwament u tmur x'ħin tmur tara għabra trab ma' kullimkien.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li din li għamel l-Onor.", "Sant mhijex domanda imma stqarrija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jiena semmejt il-mistoqsijiet parlamentari li saru u għamilt il-mistoqsija lill-Ministru biex għallinqas jgħidli l-ilma kif ingħata.", "MR SPEAKER: Ma nistax nisforza lill-Ministru kif jirrispondi.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena ninvestiga kif ingħata l-ilma, pero' ħafna minn dak li qal l-Onor.", "Sant, irrispettivament jekk hux minnu jew le, jikkostitwixxi dikjarazzjoni u mhux domanda.", "La jrid ikun jaf kif ingħata l-ilma nara daqsxejn kif inhi s-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena ġieli saruli mistoqsijiet parlamentari fuq dan il-każ.", "Jekk niftakar tajjeb iċ-ċirkostanzi, irrid ngħid li kuntrarjament għall-impressjoni li qegħda tagħti l-Oppożizzjoni, cioe' li ma tteħdux passi, l-individwu ttella' l-Qorti u l-każ ta' dan l-individwu għadu quddiem il-Qorti u qegħda tiġġestixxih hi.", "(Interruzzjonijiet) F'każijiet fejn ikun hemm kontravenzjonijiet jew ksur tal-liġijiet li jirrigwardaw bini illegali - hemm diversi każijiet li għadhom qegħdin jiġu kkonsidrati mill-Qorti - id-dipartimenti konċernati ikollhom diffikulta' biex jinforzaw il-liġi għax hemm każijiet fejn is-sentenza għadha ma ngħatatx, u dan hu każ minnhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Bir-risposta li tani l-Ministu Falzon jidher li ried igiddibni.", "Jiena għidtlu li għalkemm ittieħdu passi u kien hemm sentenza, reġa' qed jinbena ħajt.", "Issa billi joqgħod isemmili l-ġebla tal- franka u mhux tal-franka xorta ma rrispondinix.", "X'irrid li nġiblu allura, ir-ritratti?", "Issa jekk ħattew xi biċċa mill-ħajt li kien hemm qabel u poġġew il-ġebla tal-franka ma nafx, u dik il-parti tar-risposta li qara l- Ministru għaġġilha ħafna u ma stajtx insegwih.", "Irrid ngħid li bl- iStructure Plan u bl-awtoritajiet li għandna, dawn xorta qegħdin jagħmlu li jridu u qegħdin f'sitwazzjoni ta' anarkija.", "Din jaċċettaha l-Gvern jew le?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena assolutament ma naħsibx illi s-sitwazzjoni hija kif kienet qabel u ma naqbilx ma' l-Onor.", "Grech li hawn sitwazzjoni ta' anarkija.", "Evidentement l-Onor.", "Grech għandu d-dritt għall-opinjoni tiegħu pero' jien assolutament ma naqbilx miegħu.", "(Interruzzjonijiet) Veru li forsi għaġġilt jiena u naqra t-tweġiba, imma jekk fehemni sew jien għidt li kien qed jittella' ħajt u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar waqqfet dan ix-xogħol.", "Is-sid kien qed jgħid li qed jagħmel reinstatement ta' ħajt li kien hemm f'din il-proprjeta' u peress li ma kienx qed jibni l-ħajt tas- sejjiegħ bħalma kien qabel, allura l-Awtorita' waqqfitu.", "Dak li għidt, jiġifieri li l-bini tal-ħajt twaqqaf.", "(Interruzzjonijiet)", "DINGLI - PROVVISTA ĦAŻINA TAD-DAWL FI TRIQ ĦAL TARTARNI", "13441.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Residenti li joqogħdu fil-farmhouse ta' Triq Ħal Tartarni, Dingli ilhom jilmentaw dwar il-provvista ħażina ta' dawl li għandhom f'din it-triq.", "Jista' għaldaqstant il-Ministeru jara li jsiru manutenzjonijiet u xogħlijiet meħtieġa sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni?", "Huwa possibbli li ssir linja tat-3 phase f'dawn l-inħawi peress li dawn il-bdiewa jużaw makkinarju meħtieġ fis-sistemi moderni tal-produzzjoni?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Probabbli li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għal Triq Ħal Tartarni fir-Rabat u mhux f'Ħad-Dingli.", "Jien informat li f'April ta' din is-sena ġie estiż feeder ġdid mis- substation ta' Dingli Street Rabat biex titjieb il-provvista ta' l- elettriku f'din it-triq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, veru li r-Rabat hemm Triq Ħal Tartarni, pero' jien qed inkun speċifiku u qed nirreferi għal Triq Ħal Tartarni li hemm Ħad-Dingli.", "Din hija area fejn hemm ħafna bdiewa u residenti li minħabba l-maltemp li jaħkem lil dawn il-ġżejjer jiffaċċjaw ċirkostanzi diffiċli aktar minn residenti fi nħawi residenzjali oħra.", "Jien nifhem li l- Ministru għandu jieħu passi immedjati biex issa, proprju meta resqin lejn ix-xitwa, jara kif tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni.", "Jekk in-nies tad- Dipartiment ma jafux fejn, jien lest li neħodhom fuq il-post.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-uffiċjali ta' Enemalta, li ovvjament ippreparaw it-tweġiba għal din il-mistoqsija, informawni li Triq Ħal Tartarni qegħda r- Rabat u mhux Ħad-Dingli.", "Issa jidher li hemm żewġ toroq b'dan l-isem u se nieħu passi biex nara x'inhi s-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Press Release Nru 702 dwar it-12th Convention of the FECC (Foundation of European Carnival Cities), bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 13700; u", "Kopja tal-minuti tal-Konklużjoni tal-Commonwealth Youth Ministers' Meeting li kienet saret fil-Maldivi f'Mejju 1992 u s-7th Conference of European Ministers responsible for Sport li saret f'Rhodes f'Mejju 1992, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 13701.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1993/1994 TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR", "Ikompli mill-15 ta' Novemru, 1993.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skond il-ftehim li ntlaħaq fis- seduta tal-15 ta' Novembru 1993, il-Gvern ħa 73 minuta u l-Oppożizzjoni ħadet 66 minuta.", "GĦalhekk għal din is-seduta, il-Gvern fadallu 70 minuta u l-Oppożizzjoni fadlilha 77 minuta.", "L-Onor.", "Alfred Portelli huwa in possession.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed nuri kemm ħafna mill-figuri ta' l-Awtorita' tad-Djar marru żmerċ.", "Id-differenza bejn l- ammont ta' dħul minn bejgħ ta' proprjeta' tal-Gvern għas-sena 1992/1993, li kien ta' Lm2,733,000 u dak tas-sena 1993/1994 li hu stmat li se jkun ta' Lm3,794,000, turi kemm il-Gvern qed iwarrrab il-qasam soċjali tal-Housing Authority u jagħti importanza lill-aspett kummerċjali.", "Dan qed jiġri għar- raġuni li mhux qed ikun hemm postijiet x'jinħarġu b'kiri mill-Awtorita'.", "Dwar in-nefqa kapitali wrejt kemm il-Gvern mar żmerċ billi mis-somma vvotata għas-sena 1992/1993 għall-proġett tal-belt il-ġdida ta' l-Imtarfa, li kienet ta' Lm1,341,100, nefaq biss is-somma ta' Lm342,277.", "Nerġa' ngħid li l-lista tal-figuri f'dan ir-Rapport turi kemm marret żmerċ l- Awtorita'.", "Il-Gvern ftaħar ukoll bin-nefqa soċjali f'sussidji, pero' nsibu li s-somma stmata għas-sena 1993/1994 hija inqas min-nefqa li saret fis- sena 1992/1993.", "Minkejja l-ftaħir tal-Gvern, is-sussidju fuq fidi ta' ċnus kien inqas minn dak stmat, kif kien ukoll is-sussidju għal inkwilini tas- settur privat biex jixtru darhom.", "Wieħed jista' jara kemm tabilħaqq kienet propaganda fqira tal-Gvern meta mis-somma stmata ta' Lm253,800 f'sussidju għall-inkwilini tas-settur privat biex jixtru darhom, in-nefqa proprja kienet ta' Lm97,086.", "Dan rigward in-nefqa soċjali f'sussidju.", "In- nefqa ta' sussidji diretti lil dawk li ngħataw plots fil-ħarġiet ta' l-HOS kienet ferm anqas minn dik stmata u l-istess jista' jingħad dwar is- sussidji fuq l-imgħaxijiet ta' self mil-Lohombus.", "Meta naraw in-nefqa rikorrenti, insibu kemm ċerti figuri marru żmerċ.", "Waħda minn dawn il- figuri li nqisha bħala importanti hija dik dwar l-ispejjeż fuq konferenzi u taħriġ għall-impjegati.", "Jien nixtieq li s-Segretarju Parlamentari jgħidilna jekk kienx hemm xi impjegati li marru għal xi korsijiet ta' taħriġ.", "Fl-Estimi tas-sena l-oħra kienet inġibdet ukoll l-attenzjoni dwar il-fatt li ma tantx kienu ntnefqu flus minn dak il-vot minħabba li l- Awtorita' kellha ħafna xogħol.", "Allura jekk l-Awtorita' jibqa' jkollha ħafna xogħol, dawn il-ħaddiema mhumiex se jingħataw taħriġ?", "Meta wieħed iqabbel il-figura ta' dħul minn bejgħ ta' proprjeta' tal-Gvern għas-sena 1992/93 mal-figura ta' stima għas-sena 1993/94 isib li l-Gvern qed jistma li se jkollu anqas dħul mis-sena 1992/93.", "Jien nistaqsi għaliex se jiġri dan.", "Hawnhekk qisna qed nimxu fuq il-linja li wieħed jaħseb il-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx.", "Rigward id-dħul stmat li se jkun hemm minn bċejjeċ ta' art tal-Gvern li jinbiegħu għall-bini ta' postijiet f'diversi lokalitajiet, nixtieq nistaqsi jekk il-Gvern jafx b'xi bċejjeċ ta' art li għandu l-ħsieb li joħroġhom għall-bejgħ bl-offerti peress li fis-sena 1993/94 hemm stima ta' dħul ta' Lm200,000 minn bejgħ ta' bċejjeċ ta' art għall-bini.", "Meta wieħed iħares ukoll lejn id-dħul rikorrenti jsib li hemm diskrepanzi kbar fil- figuri.", "Per eżempju d-dħul minn trasferimenti ta' bini fuq artijiet tal- HOS fis-sena 1992/93 kien ta' Lm158,185 waqt li l-istima għas-sena 1993/94 hija ta' Lm50,000.", "Nixtieq nistaqsi għaliex hemm dan id-distakk kollu f'din l-istima.", "Hawnhekk ta' min jara li d-dħul rikorrenti stmat għas- sena 1992/93 kien ta' Lm5,104,400 mentri d-dħul proprju kien ta' Lm8,649,624.", "Jiġifieri possibbli hemm din id-differenza kollha bejn l- istima u d-dħul attwali fl-1992/93?", "Hemm daqstant diffikulta' biex wieħed jagħmel stima li tkun viċin ir-realta'?", "Meta wieħed jara s-self isib li l- Awtorita' għandha djun kbar ta' iktar minn Lm17 miljun ma' l-ERS u anke loans mil-Lohombus.", "Wieħed irid jara li anke l-imgħaxijiet li trid tħallas qed jitilgħu 'l fuq minn 6% meta taħt Gvern Laburista l-imgħax ma kienx jiskorri r-rata ta' 5% peress li dawn iridu jitħallsu minn flus il-poplu.", "GĦalhekk hawnhekk wieħed jara kemm tabilħaqq il-poplu qiegħed ikun issikkat, għax huwa l-poplu li jrid iħallas il-flus biex jitħallsu d-djun ta' l-Awtorita'.", "Jekk wieħed jara l-Accounts Report isib li l-Awtorita' ntlaqtet ukoll mid- devaluation u f'paġna 3 taħt il-heading \"Loss on devaluation of Maltese lira\" nsibu li l-Awtorita' tilfet is-somma ta' Lm413,562.", "Naturalment jien fhimt li dan ġara minħabba li għolewlhom ir-rati fuq self li għandha l- Awtorita' u għalhekk hemm dan id-deficit.", "L-Awtorita' għandha 'l fuq minn Lm8 miljun dejn għall-1992 u trid tħallas is-somma ta' Lm17 miljun għall- 1993, meta fl-1991 id-dejn kien jammonta għal Lm6 miljun!", "Dan ifisser li mill-1991 sa l-1993 id-dejn se jkun kważi ttripla għal dawk li huma loans on the Council of Europe Resettlement Fund.", "Jien nappella lill-Awtorita' sabiex issib funds oħrajn minn bnadi oħra għaliex inkella ma tkunx tista' tagħmel biżżejjed housing projects.", "Jekk inħarsu lejn l-aħħar paġna ta' l-Accounts Report, insibu li taħt il- heading \"Commitments\" hemm li \"Housing projects, Contracted capital commitments are estimated at Lm2.2 million\" sa Settembru 1993, waqt li sat- 30 ta' Settembru 1992 dawn kienu ta' Lm2.9 million, jiġifieri dawn il- capital commitments naqsu.", "Meta naraw il-\"Grants - schemes F, H and SHD 15A\" insibu li \"the amount committed is estimated at Lm300,000\" meta s-sena l-oħra kien ta' Lm156,210.", "Meta nqabblu l-\"cash grants on development of plots\" insibu li \"the amount committed is estimated at Lm1.9 million\" meta tas-sena l-oħra kien ta' Lm2.5 million.", "Naturalment dan forsi ġara għar- raġuni li ma ħarġux plots.", "Il-Gvern imissu jsib mezzi oħra kif b'dawk il- flus ikunu jistgħu jsiru ħwejjeġ li huma ta' ġid għall-qasam tad-djar.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa fuq il-graphs li nsibu fir-Rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Hemm ċerti graphs, speċjalment fir-rigward tas-sussidji, li jikkwotaw is-snin ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista mill-1988 sa l-1993, mentri fejn ma jidħlux sussidji jikkwotaw mill-1985, jiġifieri fi żmien il- Labour Party.", "Jien jidhirli li jekk wieħed irid jagħmel ġustizzja, il- graphs kollha għandhom jagħmlu paragun bejn l-Amministrazzjoni ta' qabel u l-Amministrazzjoni tal-lum, u mhux kif għamel il-Gvern, qabad u għażel id- dati kif jaqbel lilu.", "Dan m'huwiex sewwa meta rridu niġu hawnhekk biex nikkritikaw.", "Għalkemm dawn l-affarijiet il-Gvern ma jindikahomx aħna xorta nindunaw bihom.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa oħra fuq il-kwestjoni tal-kerrejjiet.", "Minkejja li l-Gvern jgħid li għandu programm, jidher li l-programm m'huwiex daqstant avvanzat.", "Per eżempju, illejla stess qabel dħalt il-Parlament mort fi Triq Old Wells, il-Belt, fejn suppost li se jsir it-twaqqigħ ta' bini u sibt li kulma kien hemm biex jindika li se jsir dan ix-xogħol kienet in-notice ta' l-awtorizzazzjoni tal-President.", "L-istess qed jiġri dwar l-area ta' Santa Liena fil-Kottonera li ilha ħafna biex titwaqqa' u huwa meħtieġ li dan ix- xogħol ifittex jibda jinbena.", "Hemm ukoll areas oħra ta' kerrejjiet fejn hija meħtieġa kostruzzjoni mill-ġdid, ngħidu aħna fl-Imsida.", "Fis-sajf kont mort hemmhekk u kellimt lil xi nies li qaluli ħafna affarijiet imma mhux se noqgħod nirrepetihom hawnhekk għax m'għandix ħin.", "Pero' fl-Imsida ġara l- istess bħall-Kottonera, għalkemm inbeda x-xogħol, issa jinsab wieqaf u jidher li hemm xi kawżi wkoll il-qorti dwar dan ix-xogħol.", "L-affarijiet għandhom jittieħdu bis-serjeta', Mr Speaker.", "Fuq il-Kottonera rrid ngħid ukoll li dort diversi toroq kemm f'Bormla, fl- Isla kif ukoll fil-Birgu u kont ħejjejt ukoll paper dwar il-bżonnijiet ta' hemmhekk.", "Mr Speaker, jiddispjaċik meta tara li fil-Kottonera mis-654 applikant għall-flats kienu nqdew biss 30 applikant.", "Hawnhekk wieħed jara kemm minkejja li qed jingħad li qed isir titjib fil-Kottonera, dan huwa paroli biss għax fil-fatt lanqas sold ma kien intnefaq mill-Kottonera Fund, jiġifieri flus immirati għal xogħol fil-Kottonera.", "Ta' min jgħid illi l- MAS għamlet sew meta organizzat kors soċjo-politiku fuq il-Kottonera, għax meta ddur it-toroq t'hemmhekk tara b'għajnejk id-diversi problemi li jeżistu.", "Pero' tajjeb illi ngħid li l-Gvern Laburista ħadem ħafna għall- Kottonera fl-inħawi tal-Birgu, Tal-Ħawli, il-Fortini, l-Isla, eċċ. Gvern Laburista bidel Dockyard Terrace u waqqa' ħafna postijiet biex bena housing estates fix-Xgħajra, f'Ħaż-Żabbar, fil-Fgura, f'Ħal Tarxien, f'Santa Lucija, fil-Gudja u f'Ħal Għaxaq.", "Jiġifieri d-dawra kollha tal-Kottonera nbniet sabiex in-nies ta' dawk l-inħawi setgħu jsibu fejn joqogħdu.", "Infatti bnejna housing estates li jesgħu 5,358 unit, għamilna slum clearance ta' 471 post, saret riabilitazzjoni ta' 229 post tas-Servizzi Ingliżi, saret riabilitazzjoni ta' 66 post dilapidat, ħarġu 4,622 plot taħt l-Iskema tal-Home Ownership u kien hemm 1,248 plot u arei għall- iżvilupp ta' bini taħt l-Iskema tal-BDA.", "(Interruzzjonijiet) Dak li għamilna tajjeb li nsemmuh u dak li ħaddieħor approfitta ruħu minnu u dawru f'ħaġa oħra mhux tort tagħna.", "L-Onor.", "Ċensu Galea għandu jieħu ħsieb l- Imtarfa għax jien diġa' għidtlu li fiż-żmien li ttieħed biex jinbena hemmhekk aħna konna bnejna Santa Lucija kollha.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi nappella lill-Awtorita' ħalli taħdem kemm tiflaħ sabiex insibu l-aħjar sistema ta' koperattivi għal pajjiżna - jeżistu sistemi varji, bħalma hemm fl-Italja u fl-Ingilterra - movimenti ta' housing.", "Nitlobha tagħmel studju aħjar biex areas sħaħ ikunu jistgħu jiġu riabilitati minħabba l-ħafna postijiet battala li hawn.", "Nixtieq nara li l-kunsilli lokali jekk deħlin għal dan ix-xogħol jieħdu ħiseb bis- serjeta', li l-housing estates u l-ambjent ta' madwarhom jinżammu fi stat tajjeb.", "Hawnhekk ta' min josserva li l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, Kap tal-Partit Nazzjonalista wasal biex jibgħat ittra lill-votanti biex jivvotaw għall-kandidati tal-Partit Nazzjonalista fejn qalilhom ukoll biex \"jikkonsidraw\" li jivvotaw lil xi oħrajn li jemmnu li jistgħu jagħtu kontribut siewi.", "Jiġifieri wasalna fi stat fejn il-Prim Ministru jikteb lin-nies biex imorru jivvotaw għall-kunsilli lokali!", "Jien nappella lil min ħiereġ għal dawn il-kunsilli biex ikun raġel u jaħdem verament għal pajjiżu.", "Nawgura lill-Awtorita' li tara li l-affarijiet isiru aħjar u li taħdem iżjed għax mhuwiex fair li wara sena sħiħa nsibu li l-Awtorita' kulma ħarġet kienu 51 flat, u dawn ħarġu għax-xiri.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, tajjeb li wieħed jgħid li l-Awtorita' tad-Djar hija l-unika housing society li hawn fil-pajjiż, fis-sens li din tibni bi skop soċjali.", "Meta tikkonsidra diversi pajjiżi oħra b'mod speċjali l-Ingilterra, l-Amerika, il-Ġermanja ssib ħafna minn dawn il- housing societies li jibnu flats, djar jew maisonettes biex iqassmuhom on a long term basis jew jikruhom lil dawk l-inkwilini li jkunu jixtiequ li jkollhom id-dar tagħhom.", "Diżgrazzjament hawn Malta s-sistema tal-kera kważi spiċċat għal kollox mhux għaliex m'għadx hawn bini bil-kera - bħalma sejjer ngħid aktar 'il quddiem- pero' llum diffiċli ħafna biex issib minn fejn tikri.", "Forsi waħda mir-raġunijiet hija għaliex meta wieħed jibni d- dar għan-negozju ħafna drabi jkun irid iġib lura malajr il-kapital li jkun ħareġ.", "Jekk ikollu xi overdrafts jew loans mill-banek ifittex li jirkupra malajr dawk il-flus li jkun ħareġ, iħallas id-dejn u l-qliegħ tiegħu.", "Dan qed jiġri fil-pajjiż fi kwalunkwe business u fil-fatt qed isir kważi fenomenu.", "Mr Speaker, jien naħseb li fil-preżent l-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel dak kollu li huwa possibbli bl-aktar mod trasparenti u onest fit-tqassim tad-djar, dejjem fil-limiti li għandha.", "Veru li kif qal l-Onor.", "Portelli, f'16-il sena saru ħafna affarijiet u allaħares li ma sarx hekk.", "B'dawn l- affarijiet mhux talli ma nitkażawx, talli nieħdu pjaċir, pero' mbagħad ma jistax jgħid li llum l-Awtorita' tad-Djar, bil-ħidma kollha li qed tagħmel bl-aktar mod onest u b'nies dedikati - anke jekk iċċempel jagħtuk il- koperazzjoni kollha tagħhom - m'hijiex qed tagħmel il-mezzi kollha possibbli.", "Altru li qed tagħmel dan u l-aktar ħaġa li għandha favur tagħha hija l-fiduċja tal-poplu.", "In-nies stess jgħidulek li kollox miexi bil-fair u jaqblu li qed tintuża s-sistema tal-polza.", "Kif kienu jsiru l- affarijiet qabel kien hemm ħafna okkażjonijiet fejn wieħed kellu għalfejn jilmenta, pero' llum il-ġurnata dan m'għadux isir.", "Ħaġ'oħra li ta' min isemmi hija - għalkemm din proprjament għandha x'taqsam mad- Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali - li m'għadhomx isiru requisition orders.", "Pero' x-xogħol li qed tagħmel l-Awtorita' tad-Djar huwa ta' min ifaħħru u jinkoraġġih.", "Mr Speaker, intqal ukoll li l-Awtorita' tad-Djar qegħda tagħti plots lil min jista' jħallas għalihom, imma dan m'hu veru xejn u lanqas jirriżulta mir-Rapport.", "Jekk tara r-reviżjoni tas-sussidji li ngħataw matul din is- sena, per eżempju, issib li hemm 250 persuna li jaqilgħu sa Lm3,000 fis- sena u li jħallsu 3% bħala imgħax.", "Jien naħseb li ħaġa bħal din ma ssibha mkien.", "Imbagħad hemm 500 persuna oħra li jaqilgħu bejn Lm3,000 u Lm4,000 li jħallsu imgħax bit-3.5%.", "Qed jingħad ukoll li l-istandard of living qed jitbaxxa, imma dan assolutament m'hu veru xejn.", "Min iħallas bil-commercial rate - u rrid ngħid li dan jiġri għax dak li jkun forsi l-income tiegħu jkun żdiedlu sostanzjalment jew inkella għax bi traskuraġni ma jkunx bagħat ir-return ta' l-income tax- qed jieħu sussidju fuq Lm600.", "Jiġifieri meta tagħmel paraguni ssib li l-low wage earner qed igawdi ħafna mis-sussidji li qegħda tagħti l-Awtorita' tad-Djar permezz tal-Lohombus.", "Imbagħad hemm il- benefiċċjarji ta' appartamenti ġodda fejn dawk li jaqilgħu bejn Lm2,500 u Lm3,000 fis-sena qegħdin igawdu sostanzjalment minn rati baxxi ta' imgħax.", "Dan kollu sar grazzi għal sistemi li qegħda tuża l-Awtorita' tad-Djar li tagħti s-sussidju fuq dawn il-postijiet li qegħdin jinbnew mill-ġdid.", "Mr Speaker, ma nistax ma nsemmix li l-għan ta' dan il-Gvern kien, għadu u jibqa' li kulħadd isir sid ta' daru.", "U llum il-ġurnata naħseb li waqqafna record fejn jidħlu djar li huma owner-occupied.", "Skond il-Pjan ta' Struttura 60% tal-familji huma sidien ta' darhom u jien naħseb li dan huwa record tajjeb u unur kbir ....", "(Interruzzjonijiet) Dwar il-postijiet mikrija hemm 28% ..li huma mikrija mingħand il-privat, 10% li huma government rented u 2% minn sorsi oħra.", "Din hija ħaġa li ta' min jikkonsidraha.", "Jien nammira lil dawk il-familji li jiddeċiedu li jixtru d- dar tagħhom.", "Sieħbi qal li fl-aħħar issue ta' plots għal kull plot applikaw għaxar koppji.", "Dan juri li ħafna mill-għarajjes jixtiequ li jkollhom id-dar tagħhom u dan huwa awgurju tajjeb.", "Jien naħseb li l-akbar investiment għall-medium wage earners huwa li jkollhom id-dar tagħhom.", "Għalkemm ħafna familji qed jagħmlu l-almu tagħhom biex isiru sid ta' darhom, huwa veru wkoll li hawn min jippreferi jibqa' bil-kera jew biċ- ċens u ma joħroġx dak il-kapital kollu.", "Kulħadd għandu dritt għall- opinjoni tiegħu imma jien ma tantx naqbel ma' din l-idea għax nippreferi li jkolli d-dar tiegħi.", "Mir-Rapport jirriżulta li 240 persuna approfittaw ruħhom mill-Iskema \"G\" ta' xiri ta' proprjeta' tal-Gvern u xtraw il-post tagħhom.", "Meta l-Awtorita' tad-Djar għamlet inċentivi għal min irid jixtri daru kien hemm 141 persuna li ppreferew jixtru d-dar tagħhom mingħand il-privat.", "Jien nawgura ħafna lill-Awtorita' tad-Djar biex tkompli miexja b'din is-sistema.", "Jekk verament kien hemm xi flus li ma ntnefqux ma jfissirx li l-Awtorita' ma reditx tonfoqhom biex tiftaħar li għandha l-flus, imma jfisser li xi proġetti kienu għadhom ma twettqux.", "L- Awtorita' tad-Djar miexja b'ritmu tajjeb ħafna u skond dak li jidher fir- rapport, din is-sena l-Awtorita' tad-Djar se toħroġ kważi 1,000 plot li jinkludu plots għal 274 maisonette, plots għal postijiet fl-Imtarfa, 214 plot oħra li se joħorġu u hemm ukoll 330 plot oħra li huma earmarked li joħorġu.", "Dan ifisser li matul din is-sena 1,000 persuna oħra se tgawdi mill-iskemi li se toħroġ l-Awtorita' tad-Djar.", "Mr Speaker, fiż-żmien qasir li għandi nixtieq ngħid li hemm bżonn ta' koperazzjoni bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Minn dak li jgħidulna l-kostitwenti tagħna, jien naħseb li l-Awtorita' tad-Djar għandha tinsisti li jkun hemm koperazzjoni sħiħa bejnha u bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex ma jistax ikun li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tibqa' ddum daqshekk biex tipproċessa ħruġ ta' permess għall-iżvilupp ta' bini, speċjalment fejn jidħlu applikazzjonijiet minn koppji li jkunu jridu jiżżewġu f'ċertu żmien.", "Skond ir-rapport ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul is-sena li ilha mwaqqfa approvat 40% ta' l-applikazzjonijiet li kellha, pero' 40% għadhom pendenti u wisq nibża' li ħafna minn dawn l- applikazzjonijiet jirrigwardaw bini għal djar ta' familji.", "Jien nappella lill-Awtorita' tad-Djar biex tagħmel sezzjoni apposta biex tipproċessa l- applikazzjonijiet ta' dawk l-għarajjes li jkunu jridu jibnu darhom, għaliex ħafna minnhom qed isibu diffikultajiet ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar minħabba burokrazija jew policy.", "Il-Pjan ta' Struttura jinkoraġġixxi ħafna li jiġu żviluppati jew irranġati dawk id-djar qodma li jinsabu fil-qalba ta' l-irħula tagħna.", "Naf b'każ ta' koppja li trid tiżżewweġ, għandha post qadim li ma tantx huwa f'kondizzjoni tajba, u tixtieq tirranġah.", "Issa l-bieb ta' din id-dar huwa bieb ta' remissa u huma jixtiequ jħalluh f'dak l-istat.", "Barra minn hekk, jekk iżidu tliet filati ma' l-għoli ta' din ir-remissa jistgħu jdaħħlu żewġ sulari.", "Pero' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar ma ħarġitx il-permess biex ikunu jistgħu jwaqqgħu l-arkati minn ġewwa u jkomplu jibnu fuq ġewwa, allavolja l-faċċata kienu se jħalluha kif inhi. iġifieri l-Awtorita' ta' l-Ippjanar żammet dan l- iżvilupp.", "Allura minm naħa waħda l-Awtorita' qed tgħid li trid tutilizza postijiet antiki u fl-istess ħin qed iżżomm ir-rikostruzzjoni tagħhom.", "Fl- opinjoni tiegħi naħseb li meta jkun hemm koppja li trid tagħmel dan l- iżvilupp għandha tmur għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u din min-naħa tagħha tara l-bżonnijiet ta' din il-koppja għaliex fuq kollox dan it-tip ta' żvilupp għandu jiġi nkoraġġit.", "Ħaġa oħra li wieħed irid jgħid hija dwar meta, per eżempju, kun hemm xi ħadd li jrid jibni tliet sulari f'sit fejn ikun iċċertifikat li jistgħu jitilgħu tliet sulari u l-permess idum ma joħroġ għaliex forsi jkun hemm xi diffikultajiet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew inkella jibagħtuhom it- Town Planning.", "M'inix qed ngħid kontra l-Awtorita' l-Ippjanar għaliex din qed tagħmel xogħol serju u delikat ħafna u qed tagħmel ukoll studju fuq dawk il-permessi kollha li joħorġu biex ħadd ma jkun jista' jilmenta.", "Pero' jien nappella - u dan huwa l-iskop tiegħi u għalhekk semmejt dawn il- każijiet sabiex l-Awtorita' tad-Djar tagħmel sezzjoni fejn dawk il-koppji li jsibu ruħhom f'diffikultajiet ikunu jistgħu jmorru għandha sabiex tipproċessalhom l-affarijiet li jkollhom bżonn għax-xogħol li jkunu jridu jagħmlu.", "Jien nittama li dan is-suġġeriment jiġi milqugħ tajjeb.", "Skond ir-Rapport tal-Pjan ta' Struttura mit-32% tal-bini li għandna fil- qalba ta' l-irħula u l-ibliet tagħna hemm 22% li ilhom vakanti bejn sena u ħames snin, hemm 6% li ilhom vakanti iktar minn ħames u hemm 7% li ilhom vakanti għal żmien twil u huma abbandunati għal kollox.", "Huwa veru li forsi l-Awtorita' tad-Djar ma tidħolx f'dawn l-affarijiet imma jiena naħseb li wieħed għandu jikkonsidra li b'xi mod l-Awtorita' tad-Djar tara x'inċentivi tista' tagħti lis-sidien ta' dawn il-postijiet jew inkella xi żvilupp jista' jsir f'dawn id-djar sabiex ma jibqgħux vakanti għal tul ta' żmien għaliex nafu li wara ċertu żmien li post idum ma jinfetaħ, dan jibda jitmermer u mbagħad ma jkun jiswa xejn.", "Mr Speaker, jiena nittama li din il-proposta tiġi konsidrata mal-proposti kollha li għandha l-Awtorita' tad- Djar u b'hekk inkunu nistgħu nżidu l-housing stock li tant għandna bżonn f'Malta.", "Irridu nifhmu wkoll li mhux billi tgħid li rridu nibnu 6,000 jew 7,000 post jew kemm għandna bżonn, imma l-importanti hu li jkollna l- area fejn trid tibni.", "Hemm bżonn li l-Awtorita' tad-Djar tippjana ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u tara x'jista' jsir biex djar vojta ma jibqgħux vojta.", "Jien tkellimt ukoll dwar it-trasparenza fit-tlugħ tal-plots.", "Nerġa' ngħid li llum kulħadd huwa sodisfatt b'dan il-metodu u wara li jitilgħu l- poloz ħadd ma joħroġ igerger li saret xi inġustizzja.", "Bħalma qal ukoll is- Segretarju Parlamentari, jeħtieġ li nagħtu spinta qawwija lil dawk il- każijiet fejn għadhom ma sarux kuntratti għat-trasferiment ta' proprjeta' tal-Gvern, sew jekk huma plots u sew jekk huma flats.", "Jien nifhem din il- problema għaliex ħafna mill-plots jew arei tal-bini kienu ttieħdu mhux illegalment imma sempliċement b'esproprjazzjoni bl-awtorizzazzjoni tal- President, jiġifieri qabdu u ttieħdu u allura ma setax isir il-kuntratt.", "Hemm diversi nies joqogħdu f'dawn il-postijiet u jekk dawn ikunu jridu jissellfu xi flus fuq id-dar tagħhom, dan ma jistgħux jagħmluh għas- sempliċi raġuni li l-Gvern għadu m'għamilx il-kuntratt ma' dak li kien il- proprjetarju ta' l-art li ttieħdet.", "Mr Speaker, naf li hemm kwantita' kbira minn dawn il-każi, naf li l-Awtorita' qed taħdem fuq din il-ħaġa imma jeħtieġ li dan il-proċess ngħaġġluh għaliex hemm ħafna familji li jixtiequ jagħmlu xi loans u s'issa l-bank ma jistax jislifhom għaliex m'għandhomx kuntratt.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Portelli dwar il-manteniment ta' housing estates għax min qed igawdi dawn il-flats u d-djar irid jieħu ħsieb li l-ambjent jinżamm nadif.", "Hu għamel appell lill-kunsilli lokali f'dan ir-rigward.", "Veru li l-ewwel funzjoni tal-kunsilli lokali hija li jieħdu ħsieb l-indafa fil-lokalita' tagħhom imma kultant huma r-residenti stess li jagħmlu rubbish dump fl-area tagħhom.", "Ġieli jkun hemm każi fejn l-area komuni fi blokk ta' flats tiġi traskurata totalment.", "GĦaliex għandu jiġri hekk?", "Ir-residenti għandu jkollhom sens ċiviku huma stess u jien nappellalhom biex il-post li qed jgħixu fih iżommuh fi stat verament tajjeb.", "Nappellalhom ukoll biex anke l-partijiet komuni tal-flats, per żempju t- taraġ, fejn hemm il-lift u l-entratura, iżommuhom tajjeb u mhux jittraskurawhom.", "Jekk ikun hemm xi spejjeż żgħar ir-residenti jistgħu jiftiehmu u joħorġuhom bejniethom, naturalment jekk kemm-il darba ma jkunx hemm minnhom li huma miġġeldin, kif ħafna drabi ssib f'postijiet bħal dawn.", "Pero' sinċerament nappellalhom biex jieħdu kura tal-partijiet komuni tal- flats u appartamenti.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid tirrigwarda l-housing estates.", "Ħafna drabi ssib li l-areas madwar dawn il-housing estates mhumiex fl-istat li wieħed jixtieq.", "Jien nappella lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex fejn hemm green areas, bħal traffic islands u postijiet oħra liberi mill-bini, jinħarġu b'offerta jew jinbiegħu lil residenti fil-viċin biex jieħdu ħsiebhom huma.", "GĦad hemm ħafna xi jsir, għax hemm bżonn li dawn il-postijiet ma jibqgħux iktar traskurati.", "Jien nawgura lill-Awtorita' tad-Djar li tkompli taħdem għall-ġid tal- familji Maltin li jridu verament jibnu jew ikollhom dar tagħhom.", "Naf li qed tagħmel ħilitha kollha u nista' ngħid li ħadd ma jgerger mix-xogħol li qegħda tagħmel.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, il-beraħ għalkemm ma kontx preżenti fil- Kamra, qaluli li f'ħin minnhom waqt li sieħbi l-Onor.", "Alfred Portelli kien qed jitkellem, is-Segretarju Parlamentari qallu: \"Possibbli li lanqas taf tagħmel one plus one?\"", "Naħseb li l-mistoqsija għandi nerġa' nitfagħha lura n-naħa l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jiena hekk qaluli għax ma kontx preżenti.", "Kollox sew, mela I take it back u minflok mistoqsija se nagħmel statement.", "L-Awtorita' tad-Djar ma tafx tagħmel one plus one, għax f'paġna 3 tar-Rapport jekk tgħodd it-total ta' kmamar tas-sodda u appartamenti li tqassmu ssib li fl-Mqabba qed jingħad li tqassam one two-bedroomed apartment u one one-bedroomed appartment, imma mbagħad fit-total hemm li tqassam biss appartament wieħed.", "L-istess japplika għal Ħal Tarxien fejn qed jgħidu li allokaw tliet three-bedroomed apartments, imbagħad it-total huwa wieħed.", "Din qed ngħidha b'mod leġġer, imma ironikament kull sena - anke qabel ma kien responsabbli sieħbi l-Onor.", "Ċensu Galea - il- karatteristika tar-rapporti tal-Housing Authority dejjem tkun li jkun hemm żbalji elementari u infantili li wieħed ma jippretendix li jara f'rapport li suppost jitressaq b'ċertu sens ta' serjeta'.", "Dan kien a light hearted comment imma ħalli niġu għas-sustanza ta' dak li hemm fir-rapport inifsu.", "Kieku wieħed mhux qed jitkellem fuq awtorita' jew organizzazzjoni imma fuq xi kumpannija kummerċjali, per eżempju estate agency, b'revenue ta' Lm3.4 million, u naraw li f'sena minn deficit ta' Lm100,000 spiċċat b'deficit ta' Lm1.25 million, mhux l-operat ta' dik il-kumpannija konna nkunu qed niddiskutu hawnhekk, imma l-prospetti u l-possibilitajiet ta' likwidazzjoni tagħha.", "Jiena nħoss li l-fatt li jkollok deficit ta' Lm1.25 million fuq revenue ta' Lm3.4 million huwa xi ħaġa ta' mistħija għar-record finanzjarju ta' l-Awtorita'.", "L-Awtorita' pprovat tispjega dan il-fattur billi attribwiet is-somma ta' Lm413,000 għal telf minħabba d- devalwazzjoni tal-lira Maltija, filwaqt li t-telf l-ieħor allegatament huwa ġej minn ċaqliq fir-rati tal-kambju.", "Kienu x'kienu ċ-ċirkostanzi, inħoss li dan juri li fis-sustanza l-fondi ta' l-Awtorita' ma ġewx managed b'mod professjonali.", "Apparti l-aspett finanzjarju li għadni kif semmejt, ikun tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu l-fatt li din is-sena l-Kamra tar-Rappreżentanti qed tiġi mitluba biex tapprova dħul rikorrenti għall-Awtorita' ta' 30% anqas milli daħħlet is-sena l-oħra, u dan minkejja li 57% tad-dħul kollu se jkun mil- likwidazzjoni ta' investimenti biex jagħmel tajjeb għad-diskrepanza bejn dħul u ħruġ.", "Fil-fatt, jekk wieħed jeżamina l-figuri jsib li anke d-dħul kapitali se jkun inqas mid-dħul kapitali li kien hemm is-sena li għaddiet.", "Jekk wieħed għal mument iwarrab jew jinsa l-aspett finanzjarju, jiddispjaċih jinnota li quddiemna għandna vacuum ta' ideat ġodda.", "Jidher li m'hemm ebda pjan serju biex jissolvew il-problemi veri u reali li jeżistu u li fil-fehma tagħna, taħt dan il-Gvern komplew jiżdiedu meta l- Gvern innifsu ħa ħafna miżuri negattivi, primarjament billi għolla l- prezzijiet, naqqas is-sussidji u daħal fil-kamp kummerċjali.", "Fuq kollox, bil-politika tiegħu l-Gvern qed isallab lil tant żgħażagħ għarajjes li qed jipprovaw jibdew familja fil-ġranet ebsin tal-lum.", "Illum ġejna f'sitwazzjoni fejn in-numru ta' nies li japplikaw biex jixtru proprjeta' jkun disa' darbiet aktar milli jkun hemm postijiet, filwaqt li n-numru ta' applikanti għall-plots ikun ta' 'l fuq minn seba' darbiet aktar mill-plots li joħorġu.", "Biex nagħti eżempju ċar ta' kemm id-distakk bejn is-supply u d-demand qed jikber, se niċċita tliet każi ta' prime areas, biex ngħid hekk.", "Per eżempju l-aħħar li ħarġu l-plots, f'Ħ'Attard għal tmien plots applikaw 241 koppja; għal Pembroke applikaw 195 koppja għal seba' plots, u fl-Imtarfa għal 37 plot applikaw 236 koppja.", "Jekk wieħed jieħu l-medja ta' dawn il-prime areas isib li r-ratio ta' applikanti għan-numru ta' plots huwa ħafna iktar għoli mill-figuri li semmejt u mill-inqas jiġi għal 12 : 1.", "Kif taf din il-Kamra ħafna mill-plots kienu dawk imsejħa in-fills, jiġifieri plots li kienu diġa' ħarġu f'okkażjonijiet oħra imma ma tteħdux għal diversi raġunijiet.", "M'hemmx għalfejn ngħidu aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kemm saret akuta l-problema ta' l-għarajjes li qed ifittxu fejn imorru joqogħdu, għax dan jidher mill-istatistika.", "Fil-fatt jekk wieħed janalizza l- applikazzjonijiet li kien hemm għall-plots, isib li 80% ta' l-applikanti mit-total globali huma għarajjes.", "Kollox juri li, kif jgħidu l-Ingliżi, jew by design by default il-Gvern miexi fid-direzzjoni li kien indika l- Pjan ta' Struttura meta kien għadu in draft form.", "Qed ngħid hekk għax meta l-Pjan ta' Struttura kien għadu in draft form, kien intqal li l-enfasi fuq is-social housing għandha titnaqqas kemm jista' jkun.", "Biex nikkonferma dak li qed ngħid nirreferi għal page 27 paragraph 8.7, tad-draft form tal-Pjan ta' Struttura, fejn meta tkellmu fuq social housing kienu qalu hekk:", "\"A shift which will allow the progressive phasing out of social housing.\".", "Dan qed ngħidu biex ħadd ma jiġi jgħid li qatt ma kien hemm declaration of intent min-naħa ta' l-Amminstrazzjoni tal-lum li s-social housing jiġi phased out.", "Illum ġejna f'sitwazzjoni li meta titkellem ma' koppji, hu x'inhu l-orjentament politiku tagħhom, jgħidulek li sar diffiċli ħafna biex jieħdu plot tal-Gvern u biex tipprova tibni fuq art privata trid tispiċċa tintrabat li tħallas terz tal-paga għal medja ta' 20 jew 30 sena.", "Mir-Rapport Annwali jirriżulta li ħafna mill-iskemi li kien hemm ftit li xejn kellhom suċċess.", "Per eżempju, f'paġna 10 insibu miktub li fl-iskemi biex il-kerrej isir sid ta' daru sar kuntratt wieħed biss taħt Skema \"A\"; kuntratt wieħed taħt Skema \"D\" u 15-il kuntratt taħt Skema \"F\".", "Ix-xejriet negattivi huma konfermati anke minn uħud mill-graphs li jidhru, speċjalment mill-graph ta' bejn l-1988 u l-1993 li tidher f'paġna 4 tar-Rapport.", "Sieħbi l-Onor.", "Alfred Portelli diġa' tkellem fuq l-Imtarfa imma nixtieq nagħmel osservazzjoni waħda u ġenerika.", "GĦalkemm jidher li l-Gvern is-sena d-dieħla l-aktar li se jibbaża huwa fuq l-Imtarfa, ta' min iżomm f'moħħu li s-sena l-oħra intnefqu biss 25% tas-somma vvotata f'dan ir-rigward.", "GĦaldaqstant il-figura vvotata għal din is-sena rridu norbtuha wkoll ma' dak li kien ġie vvotat u dak li attwalment intnefaq matul is-sena li għaddiet.", "Ta' min jistaqsi jekk is-somma ta' Lm2 miljun ivvotati għal din is-sena humiex kollha għall-housing proprju, jew inkella jinkludux - kif hemm indikat fir-Rapport - xogħlijiet infrastrutturali li s-soltu jsiru minn ministeri u dipartimenti Governattivi oħrajn.", "Ma nħossx li għandna nerġgħu nidħlu fil-kwestjoni ta' Tigne' għax il-bieraħ ġiet diskussa waqt id-dibattitu u għamilt aċċenn għaliha anke fl-Aġġornament, iżda rrid ngħid li l-kummenti li għamel is-Segretarju Parlamentari barra minn din il-Kamra xorta waħda ttieħdu b'mod leġġer.", "Jekk is-Segretarju Parlamentari jrid juri kemm verament wasalna lejlet soluzzjoni għal din il-problema għandu juri bil-fatti - u l-okkażjoni hija llum waqt li qed niddiskutu dawn l- Estimi fil-Parlament - x'inhuma l-pjani konkreti tal-Gvern għal dawn in- nies.", "Dwar is-slum clearance fl-Imsida naf li xi sena jew sentejn ilu rajna ħafna filmati fuq it-television u kienet saret ħafna propaganda min- naħa tal-Gvern, iżda llum hemmhekk x-xogħol hu wieqaf.", "Jien kont nippretendi li għallinqas rapport bħal dan fejn is-slum clearance ftit li xejn hemm referenza għalih flok naraw ħafna ritratti, kien ikollna x'inhu mistenni li se jsir fix-xhur li ġejjin biex dawn il-problemi jiġu maħlula.", "Niġi issa għall-kwestjoni tas-sussidju tal-kera.", "Wieħed kien jistenna li wara sitt snin il-Gvern kien se jaġġusta s-sussidju tal-kera u ngħid għaliex.", "Biex jintlaħaq l-iskop tas-sussidju tal-kera hemm bżonn li jsir aġġustament xieraq għaż-żidiet li perjodikament isiru fil-pagi għall-għoli tal-ħajja.", "Illum qed niġu f'sitwazzjoni li ħafna inkwilini qed jispiċċaw jidħlu f'kategorija oħra mhux għax dawn neċessarjament qed jaqilgħu iżjed flus minħabba żieda fl-income imma sempliċement għaliex saru ċerti adjustments għall-cost of living.", "Jien flok insemmi każijiet iżolati se nsemmi każ tipu ta' għadd kbir ta' blocks ta' flats, qed ngħid għal dawk f'taż-Żwejt.", "Dawn huma flats li fil-biċċa l-kbira tagħhom tqassmu minn din l-istess Amministrazzjoni imma jekk wieħed idur dawn il-familji waħda waħda, isib li anke fil-każi ta' familji li għandhom dħul wieħed biss, dak tar-raġel u dan lanqas jagħmel part-time job, dawn xorta waħda qed jispiċċaw iħallsu aktar kera, sempliċement għaliex inzertaw kellhom aġġustament fil-paga għall-cost of living.", "Dan, fil-fehma tiegħi, imur kompletament kontra l-ispirtu u s-sustanza tas-sussidju fuq il-kera u biex il-Gvern jelimina din il-ġustizzja hemm bżonn li perjodikament, jekk mhux kull sena almenu kull sentejn jew tlieta, jagħmel aġġustamenti għal żidiet fil-pagi minħabba għoli tal-ħajja biex ma jkunx hemm sofferenzi bla bżonn mill-familji konċernati.", "Irrid ngħid li qed ikun hemm każijiet fejn qed jiġi kawżat hardship fejn persuna tkun ingħatat dar taħt l-Amministrazzjoni Laburista meta l-kera kienet għadha at fixed rates - mhux qed ngħid għal dawk li saru lejn l-aħħar bl-iskema tas-sussidju u għalkemm l-income ikun naqas, xorta waħda l-persuna tibqa' tħallas l-istess kera.", "Ngħidu aħna, persuna li dak iż-żmien ir-raġel tagħha kien għadu ħaj u daħlet b'kera mod, għalkemm illum romlot, xorta waħda l-Housing mhux qed jikkonsidra aġġustamenti ta' tnaqqis fil-kera tagħha.", "Jien inħoss li b'mod l-iktar raġjonevoli, l-Housing Authority għandha tinvestiga u tagħmel konċessjoni għal każijiet umanitarji bħal dawn.", "Item oħra li kienet saret ħafna propaganda fuqha kienet il-kwestjoni tal- ftuħ ta' ħwienet fil-housing estates.", "Mir-Rapport jidher ċar li sitta biss ġew approvati taħt l-HOS u kulma hemm applikazzjonijiet pendenti biex jiġu proċessati huma tnejn.", "Hemm anke l-kwestjoni tal-lifts.", "Issa qed jingħad li l-appartamenti kollha se jkunu bil-lifts, imma l-appartamenti li dħalt fihom jien - għallinqas fl-inħawi tagħna għax ma qgħadtx ndur Malta kollha - kollha għandhom shaft miftuħ jew magħluq bil-kartun jew bil- hardboard, imma lift ma tara imkien.", "Veru li dan l-aħħar kien hemm tweġiba għal mistoqsija parlamentari fejn intqal li x-xogħol fuq il-lifts se jsir, imma meta avviċinajt ħafna familji qaluli li kultant jiġi kuntrattur jagħmel ħames minuti jċekċek hemm u mbagħad jitlaq 'l hemm.", "Il-kuntrattur stess jgħidilhom li dawn il-lifts mhux se jkunu stallati qabel Ġunju jew Lulju tas-sena d-dieħla.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex forsi fil-winding up ikun jista' jitfa' xi ftit iktar dawl fuq din il-problema.", "Ħaġa oħra li nixtieq ngħid hija fuq il-kwestjoni tal-politika ta' l- Awtorita' nnifisha.", "Meta fi żmien il-Gvern Laburista kienu se jiġu amalgamati l-Housing Department u l-Housing Authority, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-ewwel kienet indeċiża dwar kif se tirreaġixxi u mbagħad l-Onor.", "Joe Cassar, li kien il-kelliemi għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar dan il-qasam, qal li fil-prinċipju kien jaqbel.", "Imbagħad meta fl-1987 inbidlet l-Amministrazzjoni u tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, reġgħu firduhom.", "Imma issa jidher li hemm sinjal pożittiv ta' re-thinking għax minn dan ir-Rapport jidher li l-Gvern Nazzjonalista appunta lill- Aġent Direttur tad-Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali fuq il-Bord tal-Housing Authority.", "J'Alla hemm dan ir-re-thinking u j'Alla l-Partit Nazzjonalista jirrealizza kemm kienet għaqlija l-idea li l-Housing Authority u l-Housing Department ikunu komplimentari, jekk mhux amalgamati.", "Jien ma nistax ngħid kemm-il darba ltaqgħu s-sotto-kumitati ta' l- Awtorita' tad-Djar għax dan mhux rifless fir-Rapport, u kulma hemm huwa li board meetings saru medja ta' wieħed fix-xahar.", "Wieħed kien jittama li fir-Rapport jingħata aktar ħjiel ta' kemm-il darba ltaqgħu dawn is-sub- committees u x'kienu s-subjects li dwarhom dawn is-sub-committees iltaqgħu diversi drabi matul din is-sena amministrattiva.", "Ma nafx sieħbi, l-Onor.", "Portelli kellux okkażjoni jagħmel aċċenn għal dan li se nsemmi, imma xorta waħda se nsemmiha.", "Qed nirreferi għal proġett li ilu jissemma diversi snin fl-Estimi ta' l-Awtorita', il-bini ta' proġett li jiffranka l-enerġija.", "Minn kif dan ġie trattat fir-Rapport Annwali jidher li ma tantx hemm enerġija min-naħa tal-Gvern fuq dan il- proġett biex jiffranka l-enerġija!", "U r-raġuni hija sempliċi; għal dawn l- aħħar erba' snin dan il-proġett ġie rolled over u ma ntnefaqx sold fuqu, anzi issa ġejna f'sitwazzjoni assurda li għas-sena li ġejja l-Gvern qed jantiċipa li jonfoq iktar fuq l-attrezzar ta' l-uffiċini ta' l-Awtorita' tad-Djar - fil-fatt qed jiġi stmat li se jintnefqu Lm70,000 - milli fuq il- proġett ta' bini li jiffranka l-enerġija, li għalih il-Gvern qed jivvota Lm60,000.", "Mir-Rapport jirriżulta wkoll li fis-sena li ntemmet ma kien hemm l-ebda skemi ġodda biex jinkoraġġixxu lir-residenti biex jixtru l-appartamenti li joqogħdu fihom u li ma sarx bejgħ ta' artijiet bl-offferti.", "Jien kont nippretendi li flok tgħidilna xi ħaġa b'dan il-mod xott, l-Awtorita' kellha tgħidilna għaliex ma sarx dan u tagħmel xi kumment ta' spjega.", "Rigward il-kwestjoni ta' bdil ta' postijiet tal-Gvern, allokazzjoni jew ri-allokazzjoni ta' flats li jkunu għadhom kif tbattlu rrid ngħid li ma jidhirx li hemm policy ċara dwar dan.", "Għalhekk jien inħoss li wasal il- żmien li jkun hemm policy ċara u definita ħalli ma jkunx hemm iktar dubji u allegazzjonijiet li l-affarijiet qed isiru b'ċertu riħa ta' partiġġjaniżmu politiku.", "Forsi s-Segretarju Parlamentari jkun jista' jgħid x'inhi l- policy kemm fuq bdil ta' postijiet tal-Gvern kif ukoll fuq riallokazzjoni ta' flats li jkunu għadhom kif tbattlu.", "Niġi issa għall-plots li kienu tal-BDA u issa jinsabu mitluqa.", "Ninsab persważ li s-Segretarju Parlamentari huwa konxju li hemm diversi housing estates mibnija fejn għad hemm plots tal-BDA iżolati u abbandunati.", "Fi żmienna plots bħal dawn konna noħorġuhom bħala HOS plots u nixtieq nistaqsi jekk il-Gvern Nazzjonalista hux qed jikkonsidra li jagħmel l-istess.", "Fil- fehma tiegħi, jekk jagħmel hekk ikun qed jolqot tliet għasafar b'ġebla waħda.", "L-ewwelnett għaliex meta għandek shortage ta' plots tkun qed tipprovdi iktar plots taħt l-iskema ta' l-HOS, it-tieni għax jekk wieħed jeżamina l-inċidenza ta' serq u break-ins fil-housing estates isib li l- ikbar persentaġġ ta' serq isir minn djar maġenb plots abbandunati - u dan ikun pass li jsaħħaħ is-sigurta' għal min ikun diġa' qed joqgħod f'dawn il- housing estates - u barra minn hekk - u din forsi hija l-iktar raġuni ovvja - jekk dawn il-plots jinbnew ma jibqax ikollok plots abbandunati li jispiċċaw konvertiti f'rubbish dumps.", "Jiena ngħid li huwa fl-interess ta' l-Awtorita' tad-Djar u fl-interess tal-komunita' in ġenerali li l- Awtorita', jekk hemm bżonn anke tieħu passi drastiċi skond il-poteri li tagħtiha l-liġi biex dawk il-plots tal-BDA li jirriżulta li huma mitluqa, jerġgħu jiġu allokati.", "Fuq il-kwestjoni tal-maintenance fil-housing estates diġa' għamel aċċenn sieħbi, l-Onor.", "Michael Bonnici, imma forsi ma semmiex speċifikament ir- residents' associations li suppost mhux biss kellhom jitwaqqfu f'diversi housing estates, imma kellhom jibdew joperaw b'mod attiv u kellu jkollhom osservatur regolari min-naħa tal-Housing Authority li jattendi l-meetings tagħhom.", "GĦallinqas it-terms of reference ta' dawn l-associations hekk jgħidu u jien nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari kemm fil-fatt jeżistu minn dawn il-kumitati u kemm għadhom jiffunzjonaw b'mod regolari, għax naħseb li dawn il-kumitati jew lanqas biss twieldu, jew inkella mietu ftit wara li twieldu.", "Mr Speaker, bil-permess tiegħek qabel ma nikkonkludi xtaqt niddevja ftit mis-suġġett, u nittratta ftit il-kwestjoni tal-Komunita' Ewropea.", "Forsi wieħed jistaqsi: Il-Komunita' Ewropea x'għandha x'taqsam ma' l-Estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar?", "Bħala pajjiż li qed jaspira għal sħubija sħiħa fil- Komunita' Ewropea, jien kont nippretendi li fil-politika tiegħu tal- housing, il-Gvern kellu jgħidilna x'inhi l-viżjoni tiegħu u kif Gvern Nazzjonalista jħares lejn il-qagħda tal-housing fil-Komunita' li jixtieq jintegrana fiha.", "Dan qed ngħidu għax il-qagħda tal-housing fl-Ewropa mhux biss hija inkwetanti, imma hija allarmanti u l-istatistika titkellem waħedha.", "Dan l-aħħar is-soċjalisti Ewropej fi ħdan il-Komunita' organizzaw konferenza dwar is-social exclusion fil-Komunita' Ewropea.", "Dawn sabu li apparti mill-istatistika li ilna nisimgħu, ta' 50 miljun ruħ li għandhom inqas minn nofs il-paga medja nazzjonali u 20 miljun ruħ qegħda, issa ħarġet l-informazzjoni li hemm ukoll 3 miljun ruħ bla dar u li sebgħa minn kull għaxra minnhom huma taħt l-40 sena.", "Jien dan mhux qed ngħidu biex inpinġi f'dawl ikrah jew inżeblaħ lill-Komunita' Ewropea, imma qed ngħidu biex nuri li jekk hemm min jaħseb li bi sħubija sħiħa fil-Komunita' Ewropea l-ħaddiem Malti se jkollu housing standards aħjar milli għandu, jintebaħ li jkun qed jagħmel assessments kompletament żbaljati.", "Dan l-aħħar sar studju indipendenti ta' dawk li jsejħulhom Euro-cities minn social welfare committee u dan żvela kemm hi kbira l-problema tal- homeless fl-Ewropa.", "GĦalkemm qabel ħafna kienu jaħsbu li l-homeless kienu nies vagabondi jew tallaba, illum sabu li dawn m'humiex l-istess nies li kienu soltu assoċjati mal-homelessness, anzi wieħed isib li ħafna minnhom huma membri ta' ġenerazzjoni ġdida ta' nies hekk imsejħa esklużi, vittmi tal-kriżi ekonomika, vittmi tal-kriżi tal-valuri u vittmi tad-defiċjenza tal-politika soċjali Ewropea.", "Naħseb li anke l-Partit Nazzjonalista issa huwa committed ...", "Għax Austin Gatt fil-Kunsill Ġenerali li kellhom dan l- aħħar qal: \"GĦandna nniedu kampanja edukattiva u formattiva aktar dwar il- vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' sħubija sħiħa\".", "GĦalhekk jien inħoss li meta l- housing huwa settur għażiż ħafna għas-soċjeta' Maltija, il-Partit Nazzjonalista kemm bħala partit u iżjed u iżjed bħala partit fil-gvern, ikun qed jonqos meta jaħbi dawn ir-realtajiet u ma jġibx lill-poplu u lill- elettorat Malti konxju tas-sitwazzjoni reali f'dan il-qasam tant importanti, il-qasam tal-housing.", "Jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li għalkemm ir-Rapport hu nteressanti, xorta waħda nħoss li huwa rapport diżappuntanti, l-iktar għaliex meta taqrah issib li huwa rapport bla ruħ.", "Jien qed ngħid dan mingħajr l-ebda kritika għal sieħbi l-Onor.", "Ċensu Galea, għax napprezza li l-qasam li qiegħed fih huwa wieħed demanding ħafna, imma fl-aħħar mill-aħħar, minkejja l-intenzjonijiet kollha tajba li kien hemm, dan huwa rapport li jġib fi tmiemha sena ta' opportunitajiet mitlufa għall-poplu Malti fil-qasam tal- housing.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Matul din is-sena suppost li l-funzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar kibret għax irid jinstab bilanċ.", "Illum għadek Awtorita' li tittratta fil-proprjeta' u fil-housing tal-poplu tagħna.", "Is-sena li għaddiet ġew introdotti fis-suq Malti diversi taxxi ġodda bħalma huma l- capital gains tax u ż-żieda fil-boll.", "Matul is-snin li għaddew rajna wkoll tariffi ġodda f'dak li għandu x'jaqsam ma' soqfa per square metre tal- proprjeta' li tinbena, u dan kollu - biex ma ntawwalx fuqhom - ġab sitwazzjoni fejn is-suq huwa aktar ristrett, għaliex illum sar iktar diffiċli biex koppji żgħażagħ jakkwistaw il-proprjeta' tagħhom ħalli jkunu jistgħu jibnu d-dar futura tagħhom.", "Mr Speaker, nisimgħu ħafna dwar l-importanza ta' suq miftuħ u li s-suq għandu jkollu liberta' assoluta.", "Pero' fil-prattika dan mhux dejjem jaħdem.", "Fil-fatt wieħed mill-oqsma fejn ma ħadimx huwa proprju l-qasam tas-suq tal-proprjeta' għaliex dan huwa oġġett li f'pajjiżna min-natura stess tiegħu huwa diġa' limitat u minħabba f'hekk il-ftit nies li kellhom ħafna mill-proprjeta' f'idejhom ftiehmu bejniethom biex ma jniżżlux il- prezzijiet, bil-konsegwenza li dejjem qed isir aktar diffiċli biex bniedem jakkwista daru.", "Mela hawnhekk tiżdied l-importanza tal-funzjoni ta' l- Awtorita' tad-Djar għax trid tagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas.", "Imma fil- fatt l-Awtorita' tad-Djar qed taqdi din il-funzjoni fil-politika tagħha?", "Frankament din l-Awtorita' tgħaġġibni għaliex filwaqt li suppost tgħin lil min hu l-iktar fil-bżonn, fil-fatt il-passi li jittieħdu juru li aktar tagħti kas ta' l-element kummerċjali milli dak soċjali.", "Irrid insemmi l-kwestjoni famuża tad-dokumenti.", "Bniedem li jkun se jixtri xi proprjeta' jkollu bżonn id-dokumenti tal-kuntratti tal-Housing u dawn huma standard, qishom, biex ngħid hekk, fill in the blanks.", "Qabel l- 1987 min kien jitlagħlu plot u kien ikollu jiġbor dawn id-dokumenti kien irid iħallas 50ċ.", "Sa xahar ilu din il-fee telgħet għal Lm10.", "Imma issa sirna progressivi, il-ħajja għoliet ...", "Minn xahar 'l hawn il-prezz ta' specimen ta' kuntratt tela' għal Lm51.50.", "Fil-fatt meta ġew għandi xi klijenti li kien irnexxilhom jieħdu plot u rajt l-ammont li jridu jħallsu, kont għidtilhom li għandhom xi żball u li aħjar jiċċekkjaw mal-Housing fuq il-prezz, imma meta ċċekkjaw sibna li dan ma kien żball xejn.", "Mela din kienet il-qabża li għamlet l-Awtorita' tad-Djar.", "Jiġifieri fl-1987 kien jitħallas il-prezz ta' 50ċ għal specimen ta' kuntratt u llum dan il-prezz tela' għal Lm51.50.", "Barra dan, ovvjament hemm l-ispejjeż tan-nutar stess, il-bolol u ħafna affarijiet oħra li minflok naqsu, f'dawn l-aħħar snin telgħu aktar.", "Barra minn hekk hemm ukoll il-famuża reviżjoni tas-sussidju.", "Darba kont għamilt mistoqsija parlamentari dwar kemm kien hemm kirjiet u ċnus li naqsu bir-reviżjoni; naturalment kont naf li kien hemm ħafna li żdiedu.", "Sfortunatament ir-risposta baqgħet ma ngħatatx bħalma soltu jiġri għal dawn it-tip ta' domandi.", "Is-sistema hija li ssir reviżjoni kull sentejn.", "Din għalija hija bla bażi, bla prinċipju u m'hi ġusta xejn għax ovvjament jekk bniedem f'sena jkun għamel tant qliegħ jew profitt fis-sena ta' wara jista' ma jkunx fl-istess sitwazzjoni għax il-post tax-xogħol tiegħu ma jirrendilux daqshekk.", "Issa dan ma jiġix ikkonsidrat għax ir- reviżjoni ssir kull sentejn, jiġifieri fuq sena partikolari.", "Allura għax ma tinħadimx sistema fejn wieħed jieħu l-average ta' dawk is-sentejn jew ta' dak il-perjodu u dan ikun jirrifletti l-qliegħ ta' individwu over a certain period of time u mhux f'mument jew f'sena partikolari?", "Bis-sistema li qed tintuża l-kirjiet ta' appartamenti tal-Gvern qed jogħlew bil-mijiet.", "Issa l-Gvern qed jiġi jiftaħar li se jkollna l-iskema tal-fidi taċ-ċens.", "X'ma jifdux iċ-ċnus!", "Ħadu daqstant proprjeta' mingħand il-Knisja u jridu jagħtu daqstant miljuni lill-Knisja regolarment kull sena!", "Dawn minn x'imkien iridu jiġu u għalhekk qegħdin jagħmlu din l-iskema.", "Hawnhekk sewwa jagħmel il-Gvern għax hawn ħafna nies li ilhom jistennewha, imma rridu npoġġu l-affarijiet fil-perspettiva proprja tagħhom.", "Barra minn hekk hemm ukoll il-kwestjoni ta' skemi li dejjem ngħidulhom \"ġodda\".", "Sena wara sena dawn l-iskemi qegħdin jitilgħu ...", "Għandna l-iskema li biha tixtri d- dar.", "Imma x'inhu jinxtara l-iktar?", "Jiġi jiftaħar x'begħna u kemm daħħalna eluf!", "Liema huma dawk il-flats li l-aktar qed jinbiegħu?", "Tajjeb li l- Ministru jgħidilna għax jidher li l-aktar appartamenti li qed jinbiegħu huma proprju dawk li kienu nbnew minn Gvern Laburista u d-dħul li qed jagħmel dan il-Gvern huwa mill-bejgħ ta' dawn l-appartamenti.", "Mhux qed ngħid li ma jinbiegħux appartamenti ġodda għax inkella ma nkunx qed ngħid il-verita', imma rridu nitkellmu bl-irġulija mhux qisu qabel l-1987 il- Gvern Laburista qatt m'għamel xejn tajjeb fil-qasam tal-housing!", "Kemm-il darba smajna minn dan il-Gvern li ħierġa l-famuża White Paper biex jiġu emendati l-liġijiet tal-kera f'dan il-pajjiż?", "Ilhom jiġu nies għandi għall-parir u jien ngħidilhom biex jistennew għax il-Ministru qalilna li sas-sajf din il-White Paper se toħroġ, imbagħad ftit wara jerġgħu jiġu jistaqsu jekk tkunx ħarġet u ngħidulhom li għada ma ħarġitx għax qalu li se toħroġ sa l-aħħar tas-sajf.", "L-aħħar tas-sajf wasal u għadda u għadha ma ħarġitx.", "Issa ftit ilu qalu li se toħroġ sa l-aħħar tas-sena.", "Din x'serjeta' hi!", "Dawn x'kummiedji huma?", "Intom qed tħallu inċertezza kbira fost il-poplu f'qasam li jolqot direttament u prinċipalment il-housing.", "Issa meta toħroġ il-White Paper, jerġgħu jsiru d-diskussjonijiet, kulħadd jerġa' jesprimi l-veduti tiegħu u ż-żmien dejjem għaddej u n-nies li jinsabu f'din is-sitwazzjoni jibqgħu hemm jgħixu f'inċertezza għax ma jafux x'se jsir minnhom.", "Nispera li issa li ntqal li din il-White Paper se toħroġ sa l-aħħar tas-sena, veru jsir hekk.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ftit dwar il-policy ta' twaqqigħ ta' bini.", "Tajjeb li jinbnew postijiet ġodda imma daqstant ieħor huwa tajjeb li jkun hemm policy dwar meta jitwaqqa' bini jew tittieħed proprjeta' biex in- nies involuti ma jbatux.", "Kien hemm każijiet - ma tantx inħobb nidħol f'każi individwali - fejn nies itteħditilhom il-proprjeta' tagħhom, flokha tela' bini ġdid u dawn ingħataw wieħed minn dawk il-postijiet li jkunu telgħu.", "F'Ħal Tarxien wara l-knisja, xi xhur ilu kien hemm bini li twaqqa' u allura n-nies li kienu jirċievu kirjiet ovvjament spiċċalhom dan id-dħul.", "Dawn ma jafux x'se jiġri minnhom u għandhom kwestjonijiet pendenti mad-Dipartiment tad-Djar.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' ġurnata jew tnejn imma għaddew xhur sħaħ.", "Dwar l-aħħar familja li għad fadal hemmhekk - diġa' semmejtha hawnhekk din il-ġimgħa fil-ħin tal- mistoqsijiet, pero' ma kellix cans nidħol fid-dettall għax kien sar il- ħin - kienu qalulna li tawha post f'Santa Lucija peress li din il-familja tikkonsisti fi tnejn min-nies.", "Issa dan l-argument ma jreġix għaliex fil- fatt minn din il-ġimgħa 'l hawn il-kap tal-familja miet u l-familja ġiet tikkonsisti f'persuna waħda; forsi dan l-inkwiet kien jonqsu biex jagħmlulu l-aħħar musmar fit-tebut!", "Mela lil din il-familja ħadulha proprjeta' li kienet tagħha - u mhux xi post bil-kera - u tawha l- ultimatum li trid tmur toqgħod f'Santa Lucija, bla kompromessi ta' xejn.", "Din il-familja talbet li jew tingħata d-dritt li tieħu wieħed mill- postijiet li qed jinbnew - u dan ġieli sar - jew inkella tieħu xi post ieħor, basta tibqa' fl-istess raħal.", "Din hija familja magħquda fejn it- tfal kollha jgħixu f'Ħal Tarxien u għalhekk din il-familja tixtieq tibqa' tgħix fl-ambjent li trabbiet fih.", "Dawn qed jindikaw lid-Dipartiment postijiet battala li m'humiex dekontrollati u lesti li joħorġu anke flus minn buthom biex jekk hemm bżonn jirranġawhom.", "Pero' l-Gvern qed jibqa' jinsisti li dawn iridu jmorru fil-post li ġie allokat lilhom.", "Din hi l- arroganza tal-Gvern tal-lum għaliex fejn irid jirranġa u fejn ma jridx ma jirranġax.", "Jien nippretendi li fuq każijiet bħal dawn ikun hemm policy ċara li tiġi applikata f'kull każ.", "L-Onor.", "Michael Bonnici għamel referenza għall-konvenji.", "Issa jien naf b'eluf ta' każijiet ta' nies li għandhom konvenju ...", "Meta konna qajjimna dawn il-każijiet is-sena l-oħra, is-Segretarju Parlamentari kien qalilna li dawn kienu saru fi żmienna, bħallikieku ma jista' jagħmel xejn.", "Issa l- aħħar li tkellem, assigurana li ħadd m'hu se jitkeċċa mill-proprjeta' li bena.", "Pero' mil-lat legali din x'garanzija hi?", "Qed nitkellem fuq konvenji li legalment huma skaduti għaliex għaddew iktar minn għaxar snin l- konvenji ma ġġeddux u dan ifisser li dawn il-familji qed jgħixu fi proprjeta' mibnija fuq art li l-konvenju fuqha huwa skadut u allura m'għandhom l-ebda titolu għal dik il-proprjeta'.", "Pero' dawn il-każijiet baqgħu fuq l-ixkaffa forsi għaliex ħafna minn dawk involuti huma Laburisti!", "Din hija problema serja u ħadd ma ġie f'din il-Kamra biex jgħid x'se jsir u x'passi se jittieħdu biex din il-problema tiġi solvuta.", "Barra minn hekk, nixtieq nitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-iskemi li se jibdew joħorġu għal-perjodu ta' sitt xhur.", "Issa li jibda jiġri huwa li jibdew joħorġu l-iskemi għal-perjodu ta' sitt xhur, imbagħad meta jispiċċaw il-flus iwaqqfu kollox sakemm jiġu approvati estimi oħra.", "Jew se jiġri li min japplika fit-tieni sitt xhur mhux se jkollu l-istess opportunitajiet bħal dak li japplika fl-ewwel sitt xhur?", "Reċentement, fl-aħħar skemi li ħarġu fil-Gazzetta tal-Gvern ddaħħlet klawsola ġdida li tgħid li min jieħu plot jew appartament tal-Gvern u sakemm attwalment isir it-trasferiment tal- proprjeta' jiret xi proprjeta', id-Dipartiment għandu dritt jerġa' jeħodlu lura l-proprjeta' li jkun ħa mingħand il-Gvern.", "Fil-prattika din xi tfisser?", "Jekk eżempju, ikun hemm każ - nista' nkun jien - fejn bniedem imutlu missieru jew xi qarib ieħor li kellu sehem fil-proprjeta' ma' xi ħaddieħor, dan is-sehem jaqa' fuqu u sadanittant dan jieħu proprjeta' mingħand l-Awtorita' b'konvenju, joħroġlu l-permess u jibni imma t- trasferiment ikun għadu ma sarx għaliex dan isir mal-kuntratt, il-Gvern jista' jeħodlu lura dik il-proprjeta'.", "Dawn huma l-kondizzjonijiet li qed nagħmlu ħalli nagħmluha eħfef għal min m'għandux biex jakkwista proprjeta'?", "Barra minn hekk, sa din il-ġimgħa stess, ġew għandi ħafna koppji għarajjes u qaluli li se jmorru l-Insinwa jagħmlu r-riċerki għaliex qalulhom li fi żmien għaxart ijiem irid ikollhom ir-riċerki lesti.", "Ħalliha li mbagħad biex jipproċessawhom idumu x-xhur imma l-applikant fi ftit ġranet irid ikollu r-riċerki lesti.", "Dawn jiġu kollha dwejjeq minflok li jiġu ferħanin u meta nistaqsihom jekk telgħalhomx xi plot jew appartament igħiduli li irċevew karta li tavżahom li huma ġew minn ta' quddiem u huma mitlubin biex jagħmlu riċerki ta' xi trasferiment li setgħu għamlu, xi djun seta' kellhom u jekk għandhom il-ġenituri mejta huma mitluba biex jieħdu d- denunzji fuq x'kellhom u ma kellhomx.", "Wara dan kollu lanqas biss igħidulhom jekk fil-fatt hux se jiġu allokati post jew plot u f'liema lokalita'.", "Mela mhux talli ma nippremjawhomx, talli nneffquhom il-flus u nħalluhom bit-tama għax ma jafux x'se jiġri.", "Dawn huma l-affarijiet li qed jagħmlu s-sitwazzjoni eħfef għall-koppji?", "Il-Ministru jiftaħar li dawn il-koppji jattendu għat-tlugħ tal-plots.", "X'ma jmorrux biex jaraw il-plots telgħin jekk huma kollha imlebilba biex titlgħalhom xi plot u hemm min applika għal darba, darbtejn u anke tliet darbiet!", "Dawn illum x'tama għandhom li jixtru mingħand il-privat?", "Fir-Rapport dawn l-affarijiet ovvjament ma jissemmewx għaliex fir-Rapport jissemma biss kemm qed itellgħu plots u kemm għamlu affarijiet tajbin.", "Dawn il-problemi ma jsemmuhomx, imma jwarrbuhom jew inkella jwaħħlu f'dak li għamel il-Gvern ta' qabel, kif saret id-drawwa.", "Jiena ma fadallix ħafna iktar xi ngħid u ngħid biss li jiena nemmen serjament li l-Awtorita' tad-Djar għandha funzjoni kbira x'taqdi f'dan il- pajjiż.", "Il-kritika li nagħmel mhijiex personalizzata imma nagħmilha lil kull min ikun responsabbli mis-settur, nagħmilha b'bonafidi u minn qalbi għaliex dawn in-nies inħabbat wiċċi magħhom kontinwament u nħoss għalihom.", "Jien nemmen li għad baqa' ħafna xogħol xi jsir pero' lanqas statistika għad m'għandna mill-Awtorita' tad-Djar ta' kemm hawn postijiet battala f'dan il- pajjiż.", "Dwar dan staqsejt kemm-il darba f'dan il-pajjiż u kull darba ġejt assigurat li għad trid issir jew li xi darba naslu għaliha.", "Imma nistgħu nkunu nafu x'inhi tassew il-qagħda soċjali f'pajjiżna meta lanqas nafu x'inhi s-sitwazzjoni dwar postijiet battala li hawn fil-pajjiż u postijiet li huma kkundannati?", "Il-Ministru qed jgħid li fi żmienna m'għamilnihomx.", "Din hi d-difiża li għandu, pero' din għalija m'hi difiża xejn.", "Illum il- Ministru għandu r-responsabilita' u jrid jerfagħha u mhux jitfagħha fuq ħaddieħor.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, hawnhekk qed nitkellmu fuq l- Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Ta' kull sena konformament mal-liġijiet viġenti aħna rridu niġu fil-Parlament biex napprovaw, wara diskussjoni, l-estimi ta' diversi korporazzjonijiet u awtoritajiet, fosthom l-Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Din hija awtorita' distinta mid-Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali u twaqqfet minn Amministrazzjoni Laburista bis-saħħa ta' Att Nru. XV ta' l- 1976.", "Din l-Awtorita' baqgħet taħdem sena wara sena - b'metodi li jvarjaw fuq politika ta' gvernijiet differenti u żgur li wieħed ma jistax jissottovaluta l-importanza li l-Awtorita' tad-Djar jrid ikollha f'pajjiż bħal tagħna fejn l-importanza tal-qasam soċjali kulma jmur qegħda dejjem tikber.", "Meta nitkellmu fuq il-housing ma nitkellmux dwar landscape housing jew dwar areas oħra tal-housing, imma aktar nitkellmu fuq il-qasam soċjali, fejn huwa importanti li nieħdu ħsieb dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Aħna mhux biss irridu niftakru f'dawk li jridu dar imma anke f'dawk li għandhom bżonn d-dar, għaliex il-konċett ta' homeless mhuwiex biss dak li nifhmu b'mod tradizzjonali fejn wieħed m'għandux saqaf fuq rasu, fejn ikun jista' jirrisjedi mal-familja tiegħu b'mod tajjeb.", "BiI-konċett ta' housing - anke mill-mod kif qed jiżviluppa f'kurrenti Anglosassoni - irridu nifhmu a home fejn jitkabbru l-valuri tal-familja.", "Il-konċett ta' housing jidħol ukoll fil-każijiet ta' extended families fejn il-missier, l-omm u l-bqija tal-familja jkunu flimkien, kif ukoll każijiet fejn membri tal-familja jiżżewġu u jitolbu li ma jibqgħux jgħixu f'dik id-dar imma jixtiequ dar oħra.", "Allura fejn huwa l-impenn soċjali?", "Kemm huwa soċjali l-impenn tal- Gvern f'dan ir-rigward?", "Kemm għandu jkun hemm impenn min-naħa tal-Gvern f'dan ir-rigward?", "Il-lista ta' prijoritajiet fejn għandha tidħol?", "Wieħed jista' jara li dan huwa qasam li jista' joħloq aktar problemi milli fil- fatt jittanta jsolvi.", "Jekk inħarsu lejn is-setgħat li għandha l-Awtorita' tad-Djar u nipprovaw nirriflettu fuq kull artiklu fid-dawl ta' l-Estimi li ppreżenta l-Gvern nindunaw li f'ċerti oqsma mexa u f'oqsma oħrajn falla.", "Aħna rridu naraw li l-verita' ngħiduha kif inhi.", "Fir-Rapport insibu li wieħed mill- għanijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar huwa li l-Gvern ikompli jtejjeb il- qagħda fil-qasam tad-djar f'Malta u f'Għawdex.", "Jien ngħid li bil- limitazzjonijiet kollha u bl-intenzjonijiet retti li seta' kellu l-Gvern Nazzjonalista jipprova jtejjeb il-qagħda fil-qasam tad-djar.", "Imma meta nħarsu lejn oqsma oħra ngħidu: X'sar fil-housing estates li wħud minnhom huma abbandunati?", "X'sar fil-qasam tas-single parent families li diversi drabi nitkellmu fuqhom?", "X'sar biex il-manutenzjoni tad-djar tkompli tiżdied u ssir b'mod tajjeb?", "Aħna nafu li llum il-Gvern ħareġ b'policy li jista' jkun li ma timmilitax favur dan l-oġġettiv li huwa wieħed mill- oġġettivi ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "F'dan ir-Rapport insibu wkoll li l- Awtorita' tad-Djar trid tagħti pariri lill-Gvern fit-tfassil ta' skemi ġodda.", "Il-kliem \"skemi ġodda\" jfakkarni fil-famużi skemi li kien introduċa l-Gvern u li għal xi raġuni jew oħra - is-Segretarju Parlamentari qal li kienu għalqu - spiċċaw.", "Hawnhekk għandi interpellanzi li konna għamilna lill-Ministru fejn kien irrispondiena li dawn l-iskemi qegħdin jiġu studjati jew li se jiġu riveduti u li skemi oħrajn ...", "Huwa tajjeb li ssir ir-reviżjoni imma aħna ma nixtequx li meta jibdew l-iskemi jkun hemm nuqqas ta' kontinwita'.", "Huwa veru li kull sena aħna niġu hawnhekk biex nivvotaw il-flus favur dawn l-iskemi imma jrid ikun hemm forma ta' kontinwita' biex dawn ma jeqfux ħesrem.", "Jien ma kontx nippretendi li jkollna problema ta' flus mingħand Gvern li jgħid li l-flus għalih mhumiex problema, pero' ma rridx inkun partiġjan.", "Dwar l-Iskema SHD 15A li dwarha tkellimt diversi waqt il-question time f'dan il-Parlament u għamilt diversi parliamentary questions, naf li hemm diffikulta'.", "Dawn għandhom l-idea li lill-inkwilin biżżejjed tagħtih Lm500 biex ikun jista' jtejjeb id-dar tiegħu.", "Din il-kwestjoni tkellimnieha diversi drabi ma' l-Onor.", "Censu Galea, anke f'din il-Kamra.", "Huwa tajjeb li wieħed jingħata Lm500 biex jirranġa daru, imma jekk dan ma jkollux Lm500 qatt m'hu se jibbenefika minn din l-iskema għaliex l- għotja tingħatalu wara.", "Jien nitlob lill-Gvern li fir-reviżjoni ta' dawn l-iskemi din jikkonsidraha bir-reqqa ħalli verament tkun skema li tista' tgħin lin-nies li huma fil-bżonn, bħal familji b'persuni handicapped, s- single parent families u koppji separati.", "Jeħtieġ li jkollna politika ta' housing globali ma tinsiex il-problemi partikolari ta' setturi partikolari tal-poplu.", "Jien napprezza l-ħidma li qed issir biex forsi wieħed jindividwalizza l-każi.", "Sena ilu jien stess kont għidt li l- Awtorita' tad-Djar kienet nefqet ma nafx kemm-il elf lira biex xtrat dar fi Triq Magazzini, il-Furjana li nzertat kienet proprjeta' tal-familja tal- Ministru tal-Ġustizzja Joe Fenech.", "Din id-dar ma kenitx dar li tista' tospita lil min jaħdem ġewwa fiha għaliex kien hemm bżonn isiru ħafna structural changes - ħafna minnhom diġa' saru u oħrajn forsi qegħdin isiru - li għalihom ġew ivvotati thousands and thousands of pounds.", "Il-flus li ntnefqu biex inxtrat dik id-dar mingħand l-aħwa Fenech - ulied il-mejjet Tomaso Fenech u Aida nee' Mallia bbenefikaw minn dawk il-flus - setgħu ntnefqu b'mod aħjar għal djar tal-ħaddiema.", "Aħna n-nutara li mmorru nagħmlu l-kuntratti hemmhekk nafu li kważi lanqas waiting- room m'hemm.", "Dan il-post ma kienx ippjanat biex fih isir dak ix-xogħol u dan huwa kumment li wieħed irid jagħmlu.", "L-Onor.", "Censu Galea jgħidilna li m'għandniex niġu hawn bħal f'każijiet ta' korporazzjonijiet oħra u ngħidu li nfaqna tant u għamilna tant qliegħ għaliex mhux dak huwa l-oġġettiv ta' din l-Awtorita'.", "Jien ngħidli jekk nagħmlu hekk we're starting on the right track, imma jiena u nsemmi \"t- telf\" jiġini f'moħħi Msida Seafront fejn ma nafx għaliex dawk il-postijiet ħarġuhom bl-offerti.", "Tajjeb ukoll li nfakkar kemm ġiet tiswa s-sit f'Tal- Pieta' u x'ippjanar ta' żvilupp sar.", "Illum wieħed jara li s-suq tal- proprjeta' kiber ħafna u li għarajjes żgħażagħ qed ikollhom problema biex isibu post fejn joqogħdu.", "Ħadd ma jammetti li jsiru żbalji.", "Il-Labour Party kien ħaseb biex jagħti plots b'mod li jgħin u jinċentiva lil min irid jibni daru billi kien jagħti għotja fuq l-ewwel sular li jibnu.", "Illum l- Onor. Galea jiġi jiftaħar b'dan in-numru limitat ta' plots li ħarġu.", "Jien ma nemminx li l-problemi li hemm fil-qasam tal-housing se nsolvuhom billi nibqgħu nagħtu l-plots.", "Għalkemm is-Segretarju Parlamentari jgħid li kważi jaqbel ma' din it-teżi, jiġifieri li mhux billi tagħti l-plots, xorta ħareġ il-plots u mbagħad fl-intervista li ta lil \"The Times\" kien qal illi giving a plot will not solve their problem għaliex dawk in-nies li jieħdu plot jista' jkollhom ħafna financial hardship.", "Allura liema teżi jew linja ta' ħsieb għandna nemmnu?", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa fuq ir-Rapport li ħarġet l-Awtorita' tad-Djar.", "F'paġna 17 ta' dan il-ktejjeb hekk sabiħ, bir-ritratti ta' l- Onor. Censu Galea, insibu dan il-kliem:", "\"Meta l-Awtorita' tad-Djar tikkonsidra l-fatti kollha ta' matul is- sena li għaddiet ma tistax ma tirringrazzjax lill-impjegati kollha tagħha, mill-kbir ....\"", "- hawn bħala \"kbir\" qed jirreferi għas-Sur Tufigno, tal-Belt -", "\"... saż-żgħir, għall-koperazzjoni li dejjem urew kemm bejniethom kif ukoll mal-Bord u li mingħajr din il-koperazzjoni ma kienx isir ix- xogħol siewi kollu li sar.\".", "Jien ukoll ngħidilhom prosit u nirringrazzjahom għax nemmen li lill-ħaddiem għandek tirringrazzjah tax-xgoħol li jagħmel.", "Imma mbagħad f'paġna 8 tar- rapport ta' ħidma ta' dan il-Ministeru nsibu li fir-rigward tal-ħaddiema ntqal hekk:", "\"Filwaqt li m'hemm l-ebda ħsieb li jsir tfettiq żejjed, kull ħaddiem irid jifhem li huwa għandu dover preċiż; min għadu ma jafx x'inhu dan id-dover, jistaqsi biex isir jafu.", "Dawk li ma jkunux jafu x'inhu dmirhom ma jistgħux jaqduh tajjeb.", "Għalhekk barra r-riforma fl- istruttura tinħtieġ ukoll riforma fil-mentalita' ta' xi wħud.\".", "Allura llum meta niddiskutu l-Estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar huwa l-każ li nikkongratula lil dan il-Gvern u lill-Onor.", "Censu Galea - li issa l-Prim Ministru forsi minn Segretarju Parlamentari se jagħmlu Ministru, u forsi jixraqlu - għax irnexxielu jġib din l-istruttura u jbiddel il-mentalita' tal-ħaddiema f'medda ta' disa' xhur!", "Din hija ħaġa oħra li nixtiequ nkunu nafu.", "Mr Speaker, aħna nħarsu lejn il-qasam tad-djar bħala wieħed mill- oqsma vitali u importanti biex f'pajjiżna l-ħaddiem Malti jkollu fejn jista' jistrieħ hu u l-familja tiegħu.", "Id-dar ma rriduhiex li tkun - jekk hemm konċett li naqbel mal-Ministru dwaru huwa proprju dan - \"a house\" imma għandha tkun - u għalhekk għandna nimmiraw f'din id-direzzjoni - \"a home\".", "Din hija idea li għandna naħdmu fuqha.", "Hemm iktar x'wieħed jista' jsemmi fil-ħin limitat li għandi.", "Nieħdu l- kwestjoni tal-lifts li jien kemm-il darba għamilt mistoqsijiet dwar u anke tkellimna fuqha.", "Is-Segretarju Parlamentari dejjem jgħid li l-lifts se jsiru kif jgħid ukoll seħibna, l-ex Membru Parlamentari Ray Bondin, lin- nies tal-Belt u tal-lokalitajiet li se jikkontesta fihom.", "Imma dawn qatt ma saru u l-ftit li saru li ma jaħdmux.", "X'inhi l-pożizzjoni?", "Il-Belt hawn ħafna nies anzjani li joqogħdu fuq u jkun diffiċli għalihom li joqgħodu jinżlu isfel u jitilgħu.", "Għaliex m'għandux ikun hemm il- possibilita' u l-probabilita' - anke mhux remota - li dawn in-nies jingħataw il-faċilita' ta' lift?", "Huwa importanti wkoll li filwaqt li nitkellmu fuq ir-romol u l-anzjani ma jibqax ikollna t-tweġibiet li din l- informazzjoni tenħtieġ ħafna xogħol biex tinġabar u d-Dipartiment mhuwiex f'pożizzjoni li jwieġeb.", "X'jiġifieri d-Dpartiment mhuwiex f'pożizzjoni li jwieġeb,anke meta nsemmu ċerti każijiet!", "Jiena nixtieq li f'każijiet bħal dawn ma jibqax ikollna dan it-tip ta' raġunar.", "Nixtieq nieqaf hawn ħalli jitkellem sieħbi.", "MR SPEAKER: Fadal biss sitt minuti.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Wara l-kritika li għamlu sħabi u peress li ma tantx baqa' ħin għal din id-diskussjoni, tajjeb illi nagħmel biss xi rimarki dwar punti li fl-opinjoni tiegħi irridu kontinwament inżommu quddiem għajnejna.", "Huwa eżerċizzju u impenn tajjeb li nikkummentaw u nikkritikaw pero' l-iktar effikaċi huwa li naraw x'inhuma l-problemi fil- preżent.", "Jeżisti distakk kbir bejn il-funzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar u l-funzjoni ta' awtorita' ta' social housing.", "Huwa importanti li naraw kif dawn jistgħu jikkordinaw il-ħidma flimkien u jaraw li ma jkomplux iżommu din id-distanza.", "Illum il-problemi soċjali ta' pajjiżna kulma jmur qed jakkumulaw.", "Fl-opinjoni tiegħi dan jindika li m'hawnx biżżejjed inizjattiva mill-Awtorita' - bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Galea - biex tgħarbel sewwa u tara kif nistgħu ntejbu dawk il-kondizzjonijiet u l- opportunitajiet li l-poplu qed jistenna.", "Mr Speaker, irridu nżommu quddiem għajnejna li l-progress fis-soċjeta' tagħna kulma jmur qed iġib diffikultajiet ġodda u s-settur tal-housing b'xi mod jew ieħor dejjem ikollu relazzjoni ma' dawn il-problemi.", "Illum nafu li s-soċjeta' tagħna minħabba l-istess problemi li jinqalgħu bil- progress li qed isir, ftit li xejn għandha kenn u appoġġ mill-Awtorita' tad-Djar u mill-awtoritajiet l-oħra tal-housing.", "Hawn nista' nagħmel referenza għall-problemi li niltaqa' magħhom bħala rappreżentant tal-poplu fejn jidħlu kwestjonijiet soċjali ta' nisa msawta, il-problemi li jiffaċċjaw persuni b'diżabilita' u l-problemi soċjali ta' żgħażagħ li għal raġunijiet diversi - nerġa' ngħid, f'cirkostanzi li joħolqu l-istess żvilupp u progress li qed iseħħu fis-soċjeta' - jkollhom jitlqu minn darhom.", "Minħabba li llum is-soċjeta' tagħna hija magħfusa minn taxxi kbar u mill-għoli tal-ħajja, jinqalgħu ċirkostanzi oħra li wieħed bilfors irid jagħmel referenza għalihom.", "Huwa importanti li nifhmu - qed nara lill- Onor. Galea jidħak - li l-Awtorita' m'hijiex lesta li tiffaċċja l-problemi tas-soċjeta' tagħna.", "Mr Speaker, inħoss li huwa importanti li min għandu responsabilita' x'jerfa', jara li f'pajjiżna ssir ġustizzja soċjali u li dawn l-affarijiet mhux biss isiru f'forma ta' retorika u mekkaniżmu li jivvantaġġja lil ftit nies imma jsiru b'mod aktar serju u prattiku ħalli veru jilqgħu l-ħteġijiet u l-aġġornament li jrid isir għall-ġid tal-poplu tagħna kollu.", "Mr Speaker, irrid nagħmel referenza għan-nuqqas ta' kordinament bejn l- Awtorita' tad-Djar u l-awtoritajiet l-oħra li suppost jipprovdu s-servizzi lill-housing estates.", "Hawn housing estates f'Malta li wara erba' snin la għandhom sistema sanitarja, la sistema ta' dawl u lanqas sistema ta' toroq.", "Illum Mr Speaker, meta qed ngħixu f'soċjeta suppost progressiva, meta suppost li qed nirrrappreżentaw pajjiż li miexi b'ritmu ta' tibdil u tiġdid f'dawk li huma ideat, qatt ma nistgħu nippermettu li dawn l- affarijiet ikomplu jseħħu f'pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi wieħed ma jistax ma jurix id-diżapprovazzjoni tiegħu lejn dawn iċ-ċirkostanzi.", "Mr Speaker, l-aħħar punt tiegħi hu fuq l-Imtarfa fejn suppost hemm direzzjoni serja maħsuba biex tkun belt ġdida.", "Il-Ministru jaf bħali - nimmaġina li bħalma dawn l-ilmenti jersqu għandi jersqu għandu wkoll - li hemmhekk għandna żgħażagħ li huma sidien ta' plots u li qegħdin ibatu biex kontinwament ilaħħqu ma' l-ispejjeż li kulma jmur qed jiżdiedu.", "Dawn qed idumu ħafna snin jistennew biex jingħataw is-servizzi essenzjali, minkejja li sena wara l-oħra jiġu vvotati flus minn dan il-Parlament u hawnhekk niġu nformati li se jinħarġu tenders biex isiru x-xogħlijiet ħalli jaqdu l- ħteġijiet ta' dawn iċ-ċittadini.", "Nixtieq nagħmel referenza wkoll għad- diffikultajiet soċjali li jeżistu f'din il-belt.", "Jien ma nistax nifhem kif meta minn din in-naħa tal-Kamra dejjem wassalna l-ħsebijiet tagħna dwar kemm għandna nagħrfu li ma nwarrbu qatt l-impenn biex ikun hemm ġustizzja soċjali, il-Ministru responsabbli ftit li xejn jagħti attenzjoni u appoġġ liċ-ċittadini li jgħixu ġo Belt il-Ġmiel meta jikkonfrontawh bid- diffikultajiet u l-problemi li qed iġib miegħu l-iżvilupp li qed isir f'din il-belt.", "Allura bilfors irrid nagħmel dawn ir-rimarki f'isem ir-residenti.", "Mr Speaker, naf li l-ħin huwa limitat pero' se nagħlaq billi nsemmi dan il-każ.", "Il-gym ta' l-Imtarfa, wara ħafna rakkommandazzjonijiet u talbiet li saru mis-soċjetajiet li jiffrekwentawh, issa mhux se jaqa' u jiġġarraf kif kien ippjanat.", "Ma nafx għaliex l-Onor.", "Galea qed ikemmex xofftejh għaliex nifhem li jaf x'qed ngħid u naf li kien maħsub li dan kellu jaqa' għax sar anke żvilupp f'dan ir-rigward.", "Jien inħoss li huwa importanti li nirrimarka li hawnhekk niġu biex nagħmlu u nwettqu dak li jitlob minna d- dover tagħna, għax kultant ma nkunx konvint meta l-Onor.", "Ċensu Galea jirraġuna b'dan il-mod.", "Mr Speaker, hemmhekk fost sportivi oħra hemm anke persuni neqsin mid-dawl li jipprattikaw l-isports u sena wara l-oħra minkejja l-miljuni ta' liri li naraw jintnefqu quddiem għajnejna, il-Ministru għadu qatt ma ħass l- interess li jtejjeb il-faċilitajiet u jagħmel refurbishing ta' dan il-gym.", "Jien se nkompli nsostni u nirrimarka li mhux veru li n-naħa l-oħra tal- Kamra qegħda taħdem biex ittejjeb u ġġib 'il quddiem l-interessi tas- soċjeta' tagħna f'dak li jirrigwarda l-housing.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin li fadal huwa għad-dispożizzjoni tal-Gvern għall-winding up.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, wara li għal sagħtejn u nofs smajt lid- diversi kelliema ta' l-Oppożizzjoni jkolli ngħid li huwa evidenti li fil- qasam tal-housing l-Oppożizzjoni għadha m'għamlitx l-update of policy tagħha għaliex il-ħames kelliema li tkellmu f'din id-diskussjoni wrew xejriet u sfumaturi ta' policies għal kollox differenti minn xulxin.", "Nispera li fil-ħin li fadal jkolli ċ-ċans li nitkellem mhux biss dwar dak li qalu l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni imma wkoll f'aktar dettall dwar dak li hemm ippjanat mill-Awtorita' tad-Djar.", "L-ewwelnett huwa evidenti - apposta ma qgħadtx nagħmel points of order u affarijiet simili - li d-diskussjoni dwar il-qasam tal-housing f'dan id- debate partikolari ma llimitatx ruħha għall-Voti ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Jien ukoll nemmen li finalment irridu naslu biex ikollna fergħa waħda li tieħu ħsieb il-qasam tal-housing, proprju bl-iskop li d-diversi nuqqasijiet li jista' jkun hemm min-naħa ta' dawk li jamministraw dan il-qasam, fl- aħħar mill-aħħar ikunu kollha taħt kappa waħda ħalli ma jkunx hemm possibilita' ta' aktar minn nuqqas wieħed ripetut f'diversi fergħat ta' l- istess amministrazzjoni tal-housing.", "Naturalment, Mr Speaker, ma nistax noqgħod ngħid x'qalu l-kelliema ta' l- Oppożizzjoni wieħed wieħed, pero' se nipprova nitkellem dwar linji ġenerali li ssemmew hawnhekk biex forsi finalment anke l-Oppożizzjoni tibda tifhem li għal kull ħaġa li tgħid fejn jidħol il-housing hemm marbuta r-responsabilita' ferm importanti f'dak li huwa finanzjar ta' kull ħaġa li ssir.", "Ir-rapport finanzjarju kif ippreżentat mill-Awtorita' tad-Djar għas- sena li ġejja jirrispetta l-flus li għandha għad-dispożizzjoni tagħha u d- doveri sagrosanti li għandha l-Awtorita' li konsistentement tgħin lil min verament għandu bżonn.", "Mingħajr ma noqogħdu nsemmu każi u individwi partikolari f'din il-Kamra jew barra minn din il-Kamra, ikollna ngħidu li fl-istorja tal-housing ta' dan il-pajjiż intnefqu miljuni kbar minn gvernijiet diversi, flus li ma ntużawx biex l-aktar nies li kellhom bżonn ikunu jistgħu jtejbu l-qagħda tal-housing tagħhom.", "Dan ma jfissirx li ma kienx hemm xi wħud li kellhom bżonn u nqdew, imma jibqa' l-fatt li ntnefqu miljuni kbar ta' liri f'dan il-pajjiż fil-qasam tal-housing li ma kenux indirizzati lejn l-aktar nies li kellhom bżonn.", "Dan qed ngħidu għaliex kieku ma kienx ikun possibbli li fl-1993 jibqa' s-slums li fil-fatt fadal f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, mhux se nkun jien m'inix se niġi f'din il-Kamra u nitkellem bil-mod kif kienu jitkellmu tan-naħa l-oħra fil-passat u ngħid li ma baqgħalniex problema ta' housing.", "Jien kont, għadni u nibqa' l-ewwel wieħed li fejn ikun għad baqgħalna problema, nitkellem dwarha u bil-mod il- mod nipprova nsib soluzzjoni għaliha.", "Il-verita' tibqa' li għandna problema li rridu nsolvuha bil-għaqal għax hi problema tagħna lkoll, billi dak li nagħmlu nagħmluh fl-aħjar interess ta' dan il-pajjiż.", "Meta nisma' Membri jittkellmu kif tkellmu wħud mill-kelliema llejla f'din il-Kamra, ma nkunx naf jekk hux qed nisma' kelliema rappreżentanti tal-poplu jew inkella lil xi ħadd jitkellem f'xi kantuniera jew f'xi ħanut.", "Qed nirreferi b'mod partikolari għal persuna li hi nutar u taf l-affarijiet tagħha bħala nutar imbagħad tiġi hawnhekk u tgħid li l-Partit Nazzjonalista - f'dan il-każ jien - qed jara kif jagħmel u l-problema ta' dawk li fil-passat ħadu plot imma ma jistgħux jagħmlu kuntratt fuqha, b'xi mod jipprova jaħrab minnha u jitfagħha taħt it-tapit \"għax dawk huma Laburisti\".", "L-ewwelnett ir-realta' tal-ħajja turi li fil-housing estates ta' Malta u GĦawdex kollha kemm huma hemm jgħixu, mhux Nazzjonalisti jew Laburisti imma Maltin li jistgħu jirrappreżentaw u jivvotaw lil kull partit politiku f'dan il-pajjiż.", "L- Onor. Membru jista' jibqa' ċert li aħna ma nagħmlux distinzjoni bejn jekk wieħed jivvotax lil naħa jew inkella lill-oħra.", "Mr Speaker, kuntrarju għal dak li sar fis-snin li għaddew min-naħa ta' l- Awtorita' tad-Djar, din għall-ewwel darba qegħda twarrab Lm0.5 miljun biex tħallas l-artijiet li ħadet minn dipartimenti oħrajn matul is-snin li għaddew u qed tgħid li tirrikonoxxi d-dover tagħha li mhux biss tqassam plots b'xejn ...", "Hija illużjoni li xi ħadd jitkellem dwar għoti ta' plots b'xejn, b'mod sussidjat bħala BDA kif issemma hawnhekk.", "Meta nitkellmu dwar il-qasam tal-housing, b'mod partikolari dwar l-għoti tal-plots, fir- realta' rridu naraw jekk konniex qed nimxu fuq il-policy li ngħinu lil min l-aktar li kellu bżonn u jekk li l-Gvern u l-Awtorita' kellhomx id-dover li mhux biss jiftaħru bl-eluf ta' plots li tqassmu imma wkoll li jaraw minn fejn ġejjin dawk il-plots u ta' min kienu.", "Kellna naraw ukoll li lil dawk in-nies li tteħditilhom l-art nagħtuhom id-drittitijiet tagħhom, inkluż il-ħlas li kien ħaqqhom.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar, għalkemm l-art ittieħdet għal skopijiet soċjali, xorta waħda dawn in-nies kellhom dritt għall-kumpens.", "Mr Speaker, irrid nitkellem dwar l-għoti ta' plots u b'mod partikolari nagħmel referenza għal-Liġi tal-BDA.", "Jien ma nafx kif l-Oppożizzjoni jkollha l-ardir li tiġi hawnhekk u titkellem dwar il-plots li tqassmu bil- BDA.", "Biex niftiehmu aħjar, qed nirreferi għal dawk il-plots li nbiegħu bil-prezzijiet ta' Lm250 jew inkella ftit iktar, lil nies li kienu japplikaw għalihom.", "Pero', waħda mill-affarijiet importanti li wieħed irid jgħid f'dan il-kontest hija li m'huwiex veru li dawk il-plots setgħu japplikaw għalihom biss il-ħaddiema kif qed tipprova tgħid l-Oppożizzjoni.", "Dawk il-plots seta' japplika għalihom kulħadd, kemm il-miljunarju kif ukoll il-fqir.", "Fil-fatt hekk ġara, Mr Speaker.", "Mijiet minn dawk il-plots ittieħdu minn nies li diġa' kellhom proprjeta', jiġifieri nies li għandhom eluf ta' liri.", "Illum jekk wieħed imur jara kemm minn dawk in-nies li oriġinarjament ħadu l-plots qegħdin jgħixu fi djar li bnew fuq dawk il- plots, malajr jirrealizza li dak li qed ngħid jien huwa minnu, huwa marbut ma' l-istorja ta' dan il-pajjiż u bl-ebda mod ma nistgħu naħarbu minnu.", "Mr Speaker, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-mod kif ingħataw il-plots fis- snin li għaddew.", "Fil-bidu nett tad-diskors tiegħi tal-bieraħ bħala introduzzjoni għal dawn l-Estimi għidt li l-Awtorita' tad-Djar bil-mod il-mod trid tara kif tbiddel ukoll il-mod kif tgħin lin-nies li japplikaw taħt xi skema li tkun ħarġet.", "Mr Speaker, niskanta kif f'sagħtejn u nofs ta' diskussjoni ma kienx hemm kelma waħda dwar il-proġett ġdid ta' maisonettes li se taħdem fuqu l- Awtorita' fis-snin li ġejjin.", "Jien niskanta b'dan għaliex għandi nifhem li fir-realta' anke l-Oppożizzjoni tapprezza li din il-policy tista' titħaddem u twassal biex ngħinu lil numru kbir ta' nies mingħajr ma naħlu l-istess ammont ta' art kif konna qegħdin naħlu fil-passat.", "Saret referenza wkoll għall-iStructure Plan minn xi kelliema ta' l- Oppożizzjoni, Mr Speaker.", "Anke hawn kien ikun aħjar kieku l-Oppożizzjoni tgħidilna jekk għandhiex il-ħsieb li meta tkun fil-gvern - għaliex fl-aħħar mill-aħħar xi darba tkun fil-gvern ukoll - timxi mal-policies ta' l- iStructure Plan jew inkella tagħmel bħalma għamlet fil-passat, jiġifieri li tbiddel dak kollu li tkun qalet mill-bank ta' l-Oppożizzjoni, tagħmel dak li jfettlilha u twarrab anke dawk l-affarijiet li fir-realta' - bħal fil- każ ta' l-iStructure Plan - għandna bżonnhom mhux għal xi settur partikolari imma għall-ġid tas-soċjeta'.", "Ladarba ssemma l-iStructure Plan kont nistenna li jkun hemm xi ħadd li jgħid xi jgħid l-iStructure Plan, l- Oppożizzjoni tgħidilna x'taħseb dwaru.", "Forsi għada jkun hemm il- possibilita' li fid-diskussjoni dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikollna xi idea jekk din l-istess Oppożizzjoni hijiex favur, kontra jew fit-triq tan- nofs dwar l-iStructure Plan.", "Din hija liġi li għaddiet minn dan il- Parlament u li permezz tagħha l-pajjiż irid ikompli jiżviluppa u jħares lejn l-aħjar benefiċċji li għandu biex jagħmel l-aħjar użu minnhom.", "L-Onor.", "Leo Brincat qal li ħadd ma jista' jgħid li ma kienx hemm avviż li l-Awtorita' tad-Djar sejra taħrab mir-responsabilita' tagħha tas-social housing.", "Qalilna li kien hemm avviż fid-draft declaration of intent ta' l- ewwel draft ta' l-iStructure Plan.", "Mr Speaker, jista' jkun li fid-draft oriġinali - line 7 ta' Chapter 8 f'paġna 71 - kien hemm dak li qal l-Onor.", "Leo Brincat.", "Madankollu fir-realta' dik is-sentenza tneħħiet mid-draft finali.", "Bħala Gvern responsabbli, aħna konxji mid-doveri soċjali tagħna u minn dak li se nkomplu nagħmlu fis-snin li ġejjin f'dak li għandu x'jaqsam ma' social housing.", "Jien ċert li fis-snin li ġejjin l-Awtorita' tad-Djar se tara li dawk in-nies li jieħdu l-benefiċċji jkollhom verament bżonnhom u jkunu nies li verament ħaqqhom li jingħataw l-għajnuna.", "Fl-aħħar mill- aħħar, Mr Speaker, meta bniedem jingħata flat, plot jew maisonette ma nkunx qed nagħtihulu jien jew il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, imma jkun qed jagħtihulu l-poplu Malti kollu kemm hu għax kull ħaġa li tagħmel l- Awtorita' u li jagħmel il-Gvern ikun qed jagħmilha permezz tal-flus u dawn la noħroġhom jien minn buti, la ebda ministru ieħor minn din in-naħa tal- Kamra u lanqas xi membru li kien ministru fili-passat u issa qeigħed fuq in- naħa l-oħra tal-Kamra.", "Il-flus li tonfoq l-Awtorita' jridu jiġu permezz tat-taxxi.", "Mr Speaker, jiena niskanta kif l-Onor.", "Leo Brincat jitkellem mhux dwar figuri imma jitkellem dwar din l-Awtorita' bħala xi awtorita' li qegħda titlef mil-lat finanzjarju.", "Il-bieraħ fil-għaxija fl-introduzzjoni tiegħi għidt li kuntrarju għall-korporazzjonijiet oħrajn u kuntrarju għall- awtoritajiet oħrajn, din l-Awtorita' trid tiġi hawnhekk u titkellem dwar kemm fir-realta' tkun qed titlef mil-lat finanzjarju.", "Peress li l-Onor.", "Brincat għamel kważi sentejn responsabbli minn dan il-qasam kont nistenna li almenu f'dawk is-sentejn fehem li dak li tagħmel l-Awtorita' tad-Djar trid bilfors tagħmlu b'telf kbir.", "Kull sold li jingħata f'sussidju hu parti mit-telf li jsir minn din l-Awtorita' u mid-Dipartiment għall- Akkommodazzjoni Soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat on a point of order.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien fl-ebda waqt ma tkellimt fuq sussidji.", "Jien irreferejt biss - dan jista' jiġi konfermat mir-records tal-Kamra - għat- telf li għamlet l-Awtorita' tad-Djar mid-devalutaion tal-lira Maltija fl- international money market.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Naturalment rajna wkoll it-telf kbir li sar minħabba s-sussidji.", "Hemm fattur ieħor li sal-lum l-Awtorita' tad-Djar qatt ma kkonsidrat u li qatt ma tat kas tiegħi.", "Dan jirrigwarda l-valur ta' l- artijiet li fuqhom l-Awtorita' tibni u tqassam fi plots.", "Sal-lum kollox kien jiġi b'xejn; il-plots kienu jiġu b'xejn għax ma kien iħallasha ħadd, iħallas biss id-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Pero' dan id-dipartiment jibqa' bil-pendenzi - kif taf l-istess Kamra - għal snin twal, l-aqwa li l-Awtorita' tad-Djar tidher li m'għandhiex telf minkejja li fir-realta' jkun hemm ċertu telf, basta l-Awtorita' ma tħallasx lid-dipartiment l- ieħor.", "Mr Speaker, aħna mhux dan li qed ngħidu imma li għas-sena li ġejja - għall-ewwel darba - l-Awtorita' se tonfoq Lm0.5 miljun biex tibda tħallas għal dik il-proprjeta' li tqassmet fil-passat u li għadha m'hijiex imħallsa.", "B'dawn il-flus m'aħniex se nsolvu l-problema ta' l-2,200 plot li fadlilna nħallsu, mhux se nsolvu l-problemi ta' dawk in-nies li għandhom il- plot, bnew fuqha u għandhom il-konvenju imma l-kuntratt għadu ma sarx.", "L- ebda konvenju m'huwa validu wara għaxar snin u l-Awtorita' ma tistax tibqa' tistenna sakemm xi dipartiment xi darba jħallas għal dik l-art biex imbagħad l-Awtorita' tkun f'pożizzjoni li tagħmel il-kuntratti.", "GĦalhekk din is-sena qed tibda tivvota l-flus hi direttament għal dan il-għan u kont nistenna li l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni minflok li jiġu jgħidulna li lil dawn in-nies qed \"ninsewhom għaliex huma Laburisti\", jiġu hawnhekk u jgħidulna li l-Awtorita' qed tagħmel sewwa li tħallas il-flus u tirrikonoxxi d-doveri tagħha u li qed tirrikonoxxi wkoll id-dover li terfa' l-piż ta' dak li tagħmel.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nassoċja dan id-diskors ma' dak li kważi għalaq bih l-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "Dan ikkwota parti mir-Rapport Annwali ta' l-Awtorita' tad-Djar fejn jgħid li:", "\"L-Awtorita' tad-Djar tirringrazzja lill-ħaddiema kollha, mill-kbir saż-żgħir, tax-xogħol li għamlu.\",", "u mbagħad ikkwota wkoll mir-Rapport tal-Ministeru għas-Sigurta' Soċjali għas-sena li għalqet fi Frar li għadda, fejn hemm miktub:", "\"M'huwiex possibbli li xi ħaddiem partikolari, hu min hu, jaqdi d- doveri tiegħu jekk ma jkunx jaf x'inhuma r-responsabilitajiet tiegħu.\".", "Mr Speaker, m'għandix dubji li anke fl-Awtorita' tad-Djar jeżistu xi wħud - għalkemm ċert li m'hemmx ħafna minnhom - li d-doveri tagħhom jipprovaw jaħarbu minnhom, pero' ma naħsibx li jagħmel sens li fir-Rapport Annwali noqogħdu ngħidu li t-tali ħaddiem qed jaħrab mir-responsabilita' tiegħu.", "Il-Bord diġa' ġibed l-attenzjoni ta' dawn l-individwi li m'humiex qed jattwaw ir-responsabilita' tagħhom u għalkemm anke lil dawn nirringrazzjawhom tax-xogħol li għamlu matul is-sena li għaddiet, nixtieq li minn hawnhekk nappellalhom biex anke huma jerfgħu l-piż tax-xogħol tagħhom għax kieku minflok li jaraw kif jiskartaw jew kif se jagħmlu biex xi karta toħroġ minn dak il-bini, jagħmlu aħjar kieku huma wkoll, bħal sħabhom, jerfgħu r-responsabilita' tax-xogħol tagħhom għaliex meta ma jagħmlux dak li suppost jagħmlu, mhux lill-Gvern u lill-Awtorita' jkunu qed itellfu imma jkunu qed jgħabbu aktar lil sħabhom stess li fl-aħħar mill-aħħar ikollhom ibatu minħabba fihom biex ipattu għal dak li ma jagħmlux dawn il-ftit min-nies.", "Mr Speaker, saru diversi kummenti rigward il-mod kif l-Awtorita' matul is-sena li għaddiet nefqet il-flus li kellha allokati.", "Kemm l-Onor.", "Leo Brincat, kif ukoll l-Onor.", "Portelli semmew l-infiq ta' l-Awtorita' fuq proġetti kapitali.", "L-Awtorita' tad-Djar matul is-sena li għaddiet ħallset inqas milli kellha vvotat, pero' dan kien dovut l-aktar għall-fatt li kellha tistenna x-xhur biex tibda l-proġetti li kellha tagħmel peress li issa anke hi, bħal kull individwu ieħor f'dan il-pajjiż trid tapplika għall-permessi mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u trid tistenna sakemm joħorġu l-permessi.", "Meta mbagħad joħorġu l-permessi, trid tara li timxi ma' dawk il-permessi.", "GĦalhekk is-sena li għaddiet l-Awtorita' kellha tistenna ftit taż-żmien - fl-opinjoni tiegħi kien ftit iżżejjed - sakemm ikollha l-permessi meħtieġa u tibda x-xogħlijiet li kellha proġettati.", "Madankollu, Mr Speaker, żgur li ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni m' għandu jiġi hawnhekk u jgħidilna li l-cluster houses li qed nibnu fl-Imtarfa ma jmisshomx inbnew b'dak il-mod għaliex mhux qed jaqblu estetikament mal- barracks ta' l-Ingliżi.", "Sakemm l-Awtorita' ta' l-Ippjanar aċċettat id- disinn li għamlet l-Awtorita' tad-Djar kellna nistennew diversi xhur u kellhom isiru diversi emendi fil-pjanti u llum l-Awtorita' tad-Djar ikollha timxi ma' l-ordnijiet rigorużi li timponi l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Huwa veru li kellna nistennew u għalhekk ma ħallasniex matul is- sena li għaddiet, pero' hija responsabilita' tiegħi li ngħid li biex ix- xogħol ikompli jsir fil-futur il-kuntratturi jridu jerfgħu r- responsabilita' tagħhom u jaraw li jimxu maż-żmenijiet stipulati fil- kuntratt.", "Nerġa' ngħid li ż-żewġ kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-proġett li nbeda mhux biss qed jaħdmu skond il-kuntratt li għandhom, imma qegħdin aktar avvanzati fiż-żmien minn dak li għandhom stipulat fil-kuntratt.", "Jien ċert li ż-żewġ kuntratturi involuti se jlestu x-xogħol li għandhom f'perjodu iqsar minn dak ippjanat u dan se jservi ta' eżempju għal kuntratturi oħra li jridu jaħdmu fuq xogħol fil-qasam tal-housing.", "Jien ma nistennix biss l-effiċjenza u s-serjeta' mill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tad- Djar, imma jien dawn l-affarijiet nistennihom minn kull min ikollu l-iċken relazzjoni max-xogħol li għandu x'jaqsam mal-housing f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Leo Brincat jista' jibqa' ċert li s-sena li ġejja mhux biss se jintnefqu Lm2 miljun fl-Imtarfa, imma l-approvazzjoni għal permessi għal xi xogħlijiet li jistgħu jsiru se toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin għaliex ladarba turi s-serjeta', ħaddieħor jinduna li dak li qed nagħmlu mhux qed nagħmluh għall-ġid ta' l-Awtorita' tad-Djar, imma għall-ġid tas-soċjeta' in ġenerali.", "Ix-xogħlijiet li qed tagħmel l-Awtorita' fl-Imtarfa se jservu ta' prova ta' l-effiċjenza tagħha.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Portelli reġa' semma l-proġett ta' l-Imtarfa u qal li dan ilu seba' snin li nbeda.", "Safejn naf jien mill-1989 sal-lum għaddew erba' snin, u jekk għal uħud f'din il-Kamra, erba' snin huma seba' snin, allura jien ma nafx kif nistgħu nitkellmu dwar il-qasam tal-housing bil-mod li attwalment jitlob u bil-mod li hemm bżonn li nitkellmu dwaru jekk verament irridu li dan il-qasam immexxuh 'il quddiem.", "Jien nirringrazzja lill-Onor.", "Brincat talli almenu għaraf li f'dan il-qasam għandna responsabilita' u doveri kbar u mhux faċli, imma filwaqt li napprezza dan, xorta waħda jkolli ngħid li l-mod ta' krititka u l-mod ta' eżenzi personali li kien hawn f'din il-Kamra l-bieraħ u llum, huma ta' awgurju ħażin.", "Huma ta' awgurju ħażin l-ewwelnett għaliex ma naħsibx li każijiet individwali għandhom jiġu diskussi hawnhekk.", "Kif għidt il-bieraħ jiena lest li nitkellem dwar każijiet individwali, pero' nemmen li hija r-responsabilita' u d-dover tiegħi li ma nsemmix lill-persuni konċernati.", "U anke jekk wieħed minnhom kiteb fil-gazzetta - u meta kiteb ta dettalji li huma bil-maqlub ta' dak li ta lill-istess Dipartiment fil- ġimgħat li għaddew - xorta m'inix se nitkellem dwaru imma nistiednu sabiex jiġi jkellimni u mhux iħalli lill-Oppożizzjoni tużah.", "Rigward il-persuna li għamel domandi dwarha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jien ngħid li fir- risposta li tajtu kont għidtlu li ma jagħmilx sens li xi persuna f'dan il- pajjiż tiġi thedded lili jew lil xi ħaddieħor.", "Jien m'inix lest naċċetta li tiġi xi persuna tkellimni fl-uffiċċju fejn nara lin-nies fid-distrett u tgħidli li jekk ma naqdihiex iġġibni fuq Radju Super 1.", "Jien m'għandix għalxiex niddejjaq, Mr Speaker, għaliex l-affarijiet nagħmilhom bl-iktar mod skrupluż u ġenwin, u dawn huma affarijiet li kull persuna li tiġi għandi jkollha tammettihom.", "Saret referenza wkoll għall-mod kif il-11,000 applikazzjoni f'daqqa waħda saru 2,500.", "Dan għaliex jiena ridt li jkollna quddiemna t-talbiet tan-nies li verament għandhom bżonn l-għajnuna, mhux tiegħi jew tal-Partit Nazzjonalista imma tal-poplu Malti kollu kemm hu għaliex dak li namministra jien illum darb'oħra jkun amministrat minn ħaddieħor u nispera li almenu fit-terminu taż-żmien li ndum responsabbli jien ma jkollix inwieġeb għal allegazzjonijiet bħal dawk li kienu saru fil-konfront ta' ħaddieħor f'din il-Kamra f'dak li huwa l-qasam soċjali tal-housing.", "Lili żgur li ħadd m'hu se jiġi jgħidli li tajna 800 post fi żmien ġimgħa jew li xi ħadd se jieħu post mingħajr ma jkun ħaqqu għaliex l-affarijiet li nagħmlu nagħmluhom bis-serjeta' u bl-iktar mod trasparenti.", "Jiena minn hawnhekk nistieden lill-membri ta' l-Oppożizzjoni jgħiduli jekk humiex lesti li nippubblika l-ismijiet ta' l-applikanti kollha biex imbagħad flimkien inkunu nistgħu naraw kemm minn dawn in-nies qegħdin jipprovaw iqarrqu.", "Hemm membri ta' l-Oppożizzjoni li jafu li meta tkellmu dwar xi ħadd li kellu raġun u li t-talba tiegħu kienet ġustifikata, dik it- talba ġiet milqugħa u nstemgħet mhux għaliex xi ħadd kellimni imma għaliex l-individwu partikolari kellu raġun u għaliex fil-ġimgħat - u kultant fix- xhur - ta' wara seta' jinqeda u jieħu dak li kien tiegħu bi dritt.", "L-ebda għajdut fuq l-individwi m'hu se jtellifna milli nibqgħu nimxu bil-mod skrupluż u tajjeb li mxejna bih.", "Jekk l-Oppożizzjoni trid tista' tiġi tara kull każ partikolari u tara l-fatti kollha tiegħu.", "Il-membri ta' l- Oppożizzjoni għandhom ukoll il-faċilita', jekk ikollhom il-permess ta' l- individwi konċernati, li jiġu jaraw x'qegħdin nagħmlu u kif qed jiġu trattati l-applikanti.", "Jien ma nippretendix li jiġu hawnhekk u jgħidulna li mhux sewwa li qegħdin nivverifikaw il-fatti li jiddikjaraw in-nies jew li nitolbu riċerki fuq dak u fuq l-ieħor.", "Mr Speaker, ir-responsabilita' ta' l-Awtorita' u tal-Gvern f'dan il-kontest hija li jgħinu lil min ħaqqu u lil min għandu bżonn.", "Żgur li l-Awtorita' m'għandhiex ir-responsabilita' li tagħti xi plot jew flat lil min għandu fejn joqgħod u forsi għandu xi somma flus x'imkien u mbagħad taparsi jiġi jitkarrab għaliex m'għandux biex ikollu l-post tiegħu.", "Huwa dover ta' l-Awtorita' u anke dover tiegħi li ma nħallux lin-nies jabbużaw.", "Dan hu li għamilna matul is-snin li għaddew u dan hu li se nkomplu nagħmlu fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "Il-policies kollha ta' l-Awtorita' u tal-Gvern fil-qasam tal-housing kienu, għadhom u jibqgħu dawk maħsuba biex jgħinu lin-nies li verament għandhom bżonn; mhux lil dawk li jagħmlu xi dikjarazzjoni f'xi gazzetta jew imorru għand xi deputat imma dawk li verament għandhom bżonn.", "Jien ma nistax nifhem kif l- Oppożizzjoni titkellem dwar l-aħjar użu ta' l-art f'dan il-pajjiż u mbagħad jiġi l-Onor.", "Portelli u jgħidilna li l-Partit Laburista fil-gvern biex jagħmel l-aħjar użu mill-art ma baqax jibni blokki ta' flats b'erba' sulari imma beda jibnihom bi tliet sulari.", "Jiena meta kont qed naqra l-iscript ma stajtx nifhem x'kienet qed tgħid eżattament l-Oppożizzjoni meta tgħid li biex tagħmel l-aħjar użu mill-art ma baqgħux jibnu b'erba' sulari imma bdew jibnu bi tliet sulari.", "Qalilna wkoll li dawk li kienu joqogħdu fir-raba' sular jew fil-ħames sular qed ibatu minn nuqqas fil-provvista ta' l-ilma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kien hemm żmien meta l-Awtorita' tad-Djar kellha tibni bi tliet sulari minflok b'erba' sulari minħabba dawn il-problemi.", "Kien hemm blokki ta' appartamenti li nbnew bi tliet sulari u oħrajn b'erba' sulari, pero' min joqgħod fi blokk ta' appartamenti li nbena b'ħames sulari jilmenta magħna bil-problemi li għandu.", "MR SPEAKER:Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, żgur li meta nbaxxu l-għoli tal-bini ma nkunux qed nagħmlu l-aħjar użu mill-proprjeta' f'pajjiżna.", "F'dan il- kontest saret referenza għall-fatt li f'ċerti appartamenti suppost li sar il-lift u dan il-lift sal-lum għadu ma ġiex stallat.", "Qalilna wkoll li kien hemm xi kuntrattur li qalilhom li forsi jsir f'Ġunju li ġej.", "Mr Speaker, it-tenders kollha li jirrigwardaw it-tqegħid ta' flats f'diversi appartamenti tal-Gvern ġew ippubblikati u ħafna minnhom ġew awarded u jekk hemm xi kuntrattur partikolari li qed jipprova jsaħħan lin-nies billi jgħidilhom li l-lift se jdum ma jsir, nitlob lill-Onor.", "Brincat biex jgħidli għal liema blokk ta' appartamenti kien qed jirreferi ħalli nkunu nistgħu naraw għaliex dan il-kuntrattur partikolari qed jgħid dawn l- affarijiet.", "Kull blokk ta' flats li għandu l-post għal-lift se jiġi attrezzat bil-lift.", "Peress li diġa' għandna esperjenza ta' x'qed jiġri minn ċerti lifts f'ċerti appartamenti, nixtieq nappella lil min jgħix f'dawn l-appartamenti li huma għandhom l-obbligu li jaraw li ma ssirx ħsara fil-lifts u għandhom iħalluhom jaħdmu l-ġimgħa kollha għaliex fl- aħħar mill-aħħar dawn il-lifts jintużaw l-iktar mir-residenti ta' dak il- blokk ta' appartamenti.", "Għalhekk għandhom ineħħu l-ħmerijiet politiċi minn moħħhom u jaraw li jżommu l-lifts fi stat tajjeb.", "Kull blokk ta' flats għandu l-assoċjazzjoni tiegħu, jekk tiltaqax jew le ħafna drabi jiddependi minn xi tlieta min-nies li jew ikunu attivi jew ma jkunux, pero' nispera li dan l-esperiment li nbeda ftit tas-snin ilu jkollu suċċess u iktar riżultati tajbin.", "Barra minn hekk, iddikjaraw li dan ir-Rapport amministrattiv u finanzjarju huwa rapport bla ruħ.", "Issa drajna li kull darba li l-Gvern iressaq il-Budget, l-Oppożizzjoni tagħtih xi laqam u issa laqqmet lil dan ir-rapport finanzjarju bħala rapport bla ruħ.", "F'dan ir-rigward bilfors ikolli nitkellem fuq dik li jien inqis li hija l-ikbar ruħ u l-iktar xogħol importanti ta' l-Awtorita' tad-Djar mhux biss għas-sena li għaddiet imma anke għall-futur.", "Hawn qed nirrefereri għan-nefqa soċjali f'sussidji.", "Kien hawn min qal li jekk irridu nagħmlu ġustizzja, irridu nikkwotaw figuri mill-istess sena bażi u jien naqbel li hekk għandu jsir.", "Pero' dawn mhumiex figuri moħbija jew figuri li vvintahom min għamel ir-Rapport ta' din is-sena, imma huma figuri pubbliċi li wieħed jista' jikkwotahom matul is-snin, jista' jarahom fir-rapporti finanzjarji tas-snin li għaddew u kulħadd jista' jara l-figuri li ntnefqu għas-sena li għaddiet u jara x'hemm ipproġettat li jintnefaq għas-sena li ġejja.", "Qalulna li l-Awtorita' tad- Djar għas-sena li ġejja qed tippjana li tonfoq inqas f'sussidji milli nefqet għas-sena li għadha kemm għalqet f'Ottubru u flok Lm3.21 miljun qed tipproponi li tonfoq Lm3.1 miljun li jfisser Lm100,000 inqas.", "Qalulna wkoll li dan juri li fil-qasam tas-sussidji l-Awtorita' tad-Djar qed titlef u mhux qed tagħmel l-affarijiet tagħha b'mod tajjeb.", "Madankollu huwa ovvju li min għamel din l-asserzjoni apposta ma riedx jaqra x'kienu l- proġettazzjonijiet għas-sena li għaddiet u x'kienu l-figuri li attwalment ġew minfuqa s-sena li għaddiet.", "L-Onor.", "Cilia qalilna li l-iskemi nistgħu nagħmluhom għal perjodu ta' tliet xhur jew għal perjodu ta' sitt xhur għaliex x'ħin jidhrilna li spiċċawlna l-flus ma nibqgħux nagħtu iktar sussidji.", "Irrid ngħid li għas- sena li għaddiet il-vot ta' sussidji ppjanat kien ta' Lm1.2 miljun, pero' attwalment l-Awtorita' tad-Djar nefqet Lm2.1 miljun f'sussidji u dan ifisser li kien hemm differenza ta' Lm900,000.", "Bir-rata ta' nfiq li kienet għaddejja bih l-Awtorita' dan kien ifisser li l-flus oriġinarjament ivvotati kienu jispiċċaw bejn Marzu u April, pero' l-Awtorita' kompliet għaddejja bit-talbiet pendenti li kellha quddiemha u baqgħet tagħti s- sussidji għaliex kienet taf li matul is-sena li għaddiet ma kenitx se tonfoq il-flus kollha li kellha vvotati għal oqsma oħra.", "U għaliex għamlet hekk jiġu hawnhekk il-Membri ta' l-Oppożizzjoni u jgħidulna li s-sussidji aħna se nwaqqfuhom meta jfettlilna mingħajr ma noqogħdu nagħtu avviżi.", "Hawnhekk saret referenza wkoll għall-iskemi tad-Dipartiment għall- Akkommodazzjoni Soċjali.", "L-Awtorita' tad-Djar mill-aħħar xhur tas-sena li għaddiet u għas-sena li ġejja qegħda tiddikjara li se tieħu over ir- responsabilita' ta' skema partikolari, dik ta' għajnuna lill-inkwilini biex jirranġaw il-post fejn qegħdin joqogħdu u qegħda tivvota Lm200,000 biex tgħin lil dawn l-inkwilini.", "L-Oppożizzjoni staqsiet għaliex ma nagħtux dawn il-flus lin-nies li qegħdin jibbenefikaw qabel ma jagħmlu x- xogħlijiet.", "Mr Speaker, l-esperjenza għallmet lill-Awtorita' u lid- Dipartiment li l-flus għandhom jingħataw biss wara li jsir ix-xogħol għaliex ħafna drabi - u għandna esperjenzi mhux ta' każ jew tnejn imma ta' diversi nies - jkun hemm nies li wara li jieħdu post tal-Gvern għaliex ikunu ddikjaraw li għandhom xi membru tal-familja li għandu diżabilita' u joqogħdu f'kamra waħda, jgħaddi xahar u dak il-post li tkun tathom l- Awtorita' jipprovaw jgħadduh lil ħaddieħor u jieħdu l-flus tiegħu.", "Din hija xi ħaġa li kull meta tinduna biha, l-Awtorita' tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex dawn l-abbużi jispiċċaw.", "Hija r-responsabilita' tiegħi u ta' l-Awtorita' li ma nħallu lil ħadd jabbuża b'dan il-mod a skapitu ta' ħaddieħor.", "L-Awtorita' qegħda tkompli żżid u ddaħħal ir-responsabilita' wkoll fil-benefiċċjarji li jiġu għall-għajnuna.", "Ma nistgħux nibqgħu nimxu kif qegħda tipprova timxi l-Oppożizzjoni, li f'dan il-pajjiż kulħadd huwa miskin u kulħadd għandu dritt li jiġi quddiemna jittallab xi ħaġa.", "Mr Speaker, aħna wkoll ma rridux li fil-qasam tal-housing jiġu għandna nies biex jittallbu biex jipprovaw jakkwistaw xi ħaġa.", "Għall-kuntrarju l- policies tagħna huma cari - u jridu jkomplu jkunu hekk aktar fil-futur - fis-sens li jieħu biss dak li verament għandu dritt li jieħu u mhux ikun hawn xi ħadd li wara li jiżgassa xi flat tal-Gvern ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: On a point of order, Mr Speaker.", "Ħadd minn din in- naħa tal-Kamra ma tkellem f'isem dawn in-nies.", "Aħna ressaqna l-kritika tagħna imma ma jidhirlix li tkellimna fuq dawn in-nies li qed jagħmel referenza għalihom l-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, ir-realta' hi li f'dan il-pajjiż ma jistax ikun li nħallu li jsiru l-abbużi - ikun min ikun dak li qed jiddefendih, mhux biss hawnhekk imma wkoll fil-qrati ta' pajjiżna - billi wieħed kisser jew jifqa' xi bieb ta' appartament tal-Gvern, għaliex ir- responsabilita' tagħna hi li ma nħallux dawn l-affarijiet isiru.", "Jien għidt diversi drabi li din hija r-responsabilita' ta' l-Awtorita' u tad- Dipartiment partikolarment f'dan il-qasam.", "U jagħmel ħażin min - kemm jekk ikun minn din in-naħa, kemm jekk ikun min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jew inkella xi ġurnalist - jipprova jagħti l-impressjoni li dan il-pajjiż huwa mimli bl-imsieken.", "Dan il-pajjiż huwa mimli b'nies li fil-parti l-kbira tagħhom huma kapaċi jaħdmu u jridu jaħdmu.", "Dawn in-nies, jekk tagħtihom iċ-ċans, kapaċi jimxu 'l quddiem, kapaċi jkollhom id-dar tagħhom u kapaċi jaraw li dak li jistgħu jitħabtu għalih ikun verament tagħhom.", "Aħna ma nistgħux nibqgħu nagħtu l-impressjoni li kollox jgħaddi u li kulħadd jista' jieħu mingħand dan il-Gvern mingħajr ma jħallas.", "Kieku kellna naraw li jsir dak kollu li ntqal il-bieraħ u llum min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, mhux Lm10 miljun ikollna bżonn għas-sena li ġejja imma Lm30 jew Lm40 miljun!", "Pero' ħadd mill-Opożizzjoni ma qalilna li dawn il-flus se jġibhom minn x'imkien.", "Dawn għall-kuntrarju qegħdin jakkużawna għaliex l-Awtorita' tad- Djar qegħda tagħmel skemi biex bihom iddaħħal il-flus.", "Pero' rrid ngħid li ħadd m'għandu jaħseb li l-appartamenti l-qodma tal-Gvern li huma mgħammra bil-bżonnijiet kollha qegħdin jinbiegħu bi prezzijiet li huma qrib il-valur reali tagħhom.", "Kieku kellna nqabblu l-figuri tad-dħul u l-ħruġ naraw li f'ħafna każijiet is-sussidji jlaħħqu aktar minn 60%.", "Dan hu li qegħda tagħmel l-Awtorita'.", "L-Awtorita' qegħda tagħti lil min għandu verament bżonn, il-possibilta' li huma wkoll jixtru appartament.", "Irrid ngħid li hemm individwi li 20 jew 30 sena ilu ħadu xi flat tal-Gvern u issa qegħdin fil-pożizzjoni li jixtru dak il-flat - u hemm min għandu diversi proprjetajiet oħrajn mifruxin ma' Malta u GĦawdex.", "Imma jkun irid li l-flat jieħdu b'xejn mill-Awtorita' tad-Djar.", "Jien nispera li l- Oppożizzjoni ma tipprovax tagħmel bħala dover tagħha dak li tiddefendi lil dawn it-tip ta' nies.", "Intqal ukoll li ilna sena u nofs ngħidu li l-Liġi tal-Kera trid tinbidel.", "L-Oppożizzjoni tista' takkużana li qed indumu żżejjed imma jien nistieden lil xi ħadd minn tan-naħa l-oħra biex jgħidilna x'għamlu huma mill-1939 'il hawn biex dik il-liġi tinbidel u tiġi aġġornata mal- bżonnijiet tal-ġurnata.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech, point of order.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien ma tkellimtx fuq dan il-qasam imma meta nibdew nitkellmu fuq il-passat inweġġa'.", "Fi żmien il-Compact il-Partit Laburista għamel liġi li permezz tagħha ħaddiem li ma kellux biex iħallas kera għolja ma setax jitkeċċa 'l barra.", "Dak iż-żmien intom ivvotajtu kontra tagħha din.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien ma kontx preżenti f'dik il-liġi partikolari imma madankollu hija irresponsabilita' tagħna li llum nitkellmu ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech, point of order.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jien mhux qed ngħid dan bi kritika u dak iż-żmien lanqas kont preżenti imma jekk tinteressa ruħek fil- politika l-istorja tkun tafha.", "Jien nixtieq infakkar ftit lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Galea, li qabel l-1971, sieħbu l-Onor.", "Louis Galea u Dun Charles Vella kienu joħorġu ma' l-istudenti biex jipprotestaw kontra l-liġi tal-ġungla li kien hawn fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mhuwiex fair li naqbdu narmu kollox u ngħidu li ma sar xejn.", "Fuq il-Liġi tal-Kera rrid ngħid li l-Gvern Laburista għamel ħafna u kull darba li ħass li kellu jbiddilha ġie hawnhekk u emendaha.", "MR SPEAKER: Dan mhuwiex point of order imma huwa argument.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fir-realta' l-qasam tal-housing jitlob ir- reazzjonijiet u nieħu pjaċir nara lill-Oppożizzjoni tirreaġixxi.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħjar tirreaġixxi issa milli tirreaġixxi x'imkien ieħor.", "Saret ukoll referenza għal diversi affarijiet.", "Mr Speaker, jien nirċievi diversi ittri - inkluż mingħand l-0nor.", "Leo Brincat - fuq każi partikolari.", "Kuntrarju għal dak li kien jiġri qabel, l-affarijiet ma jsirux b'min taf, lil min tkellem u fejn titkellem imma jsiru kif suppost.", "Dawk huma l- fatti llum.", "Billi ninsabu fl-aħħar minuta ta' dan l-intervent - naħseb li nista' ninsa d-diskorsi kollha li ntqalu mill-Oppożizzjoni - u ngħid li għas-sena li ġejja l-Awtorita' tad-Djar se tkompli timxi bil-policy tagħha li verament tgħin lil min l-iktar li għandu bżonn.", "Matul is-sena li ġejja l-Awtorita' tad-Djar sejra tara li jieħu l-affarijiet min verament għandu bżonn u min verament ħaqqu mingħajr indħil politiku.", "Mhux se tħalli lil xi persuna tabbuża mill-benefiċċji soċjali għaliex il-housing huwa qasam soċjali ieħor li ħafna drabi forsi neħduh wisq for granted.", "Is-sena u nofs li għaddew kienu prova li dawk li bbenefikaw mill-housing kienu tassew fil-bżonn u jiena ċert li s-snin li ġejjin se jkunu wkoll mera ta' kif isiru l-affarijiet f'dan il-qasam li huwa diffiċli pero' jekk jiġi amministrat bis-serjeta' jista' jagħti riżultati tajbin mhux lill-Awtorita' imma lil dan il-pajjiż.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1993 sat-30 ta' Settembru 1994 skond l-Att XV ta' l-1976 dwar l-Awtorita' tad-Djar ikunu approvati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.20 p.m.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l- Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1993 sat-30 ta' Settembru 1994 skond l-Att XV ta' l-1976 dwar l-Awtorita' tad-Djar ikunu approvati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Division.", "Ninforma lill-Kamra li l-Onor.", "Joe Cassar, l- Onor. Joe Fenech, l-Onor.", "Richard Muscat, l-Onor.", "John Rizzo Naudi u l- Onor. Stanley Zammit huma paired ma' l-Onor.", "Carmel Borg, l-Onor.", "Joe Mizzi, l-Onor.", "Vincent Moran, l-Onor.", "Philip Muscat u l-Onor.", "Lino Spiteri.", "VOTAZZJONI NRU.", "68", "FAVUR : 29", "L-Onor", "Bonello Du Puis George Bonnici Josef Bonnici Michael Borg Tonio Cuschieri Louis Dalli John Debono Giovanna Deguara Louis De Marco Guido Falzon Michael Fenech Adami Eddie Frendo Michael Galea Ċensu Galea Louis Galea Mario Gatt Lawrence Gauci Borda Lino Hyzler George Mifsud Bonnici Antoine Mifsud Bonnici Ugo Muscat Claude Psaila Savona Joseph Refalo Louis Refalo Michael Angelo Spiteri Carm Lino Tabone Anton Vella John Zammit Ninu Zammit Dimech Francis", "KONTRA : 26", "L-Onor", "Abela Wistin Attard Montalto John Bartolo Evarist Brincat Joseph Brincat Leo Buhagiar Charles Buhagiar Louis Calleja Reno Cilia Joe Debono Grech Joe Farrugia Michael Farrugia Noel Gatt George Grech Edwin S Mangion Charles Micallef Freddie Mifsud Bonnici Karmenu Mintoff Dom Nicholl Tony Portelli Alfred Refalo Anton Sant Alfred Sant Salvu Schembri Adami Sandro Vella George Vella Karmenu", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1993 sat-30 ta' Settembru 1994 ġew approvati.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Viċi Prim Ministru jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 17 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' Proċedura dwar id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 1994; u", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1993 sat-30 ta' Settembru 1994.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil- Prostituzzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja -it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru għall- Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, bħal-lum ġimgħa fl-Aġġornament l-Onor.", "Carmel Borg tkellem dwar ilmenti rigward is-sistema tad-drenaġġ f'GĦawdex.", "Hu għamel lista ta' postijiet fejn qal li hemm problemi, poġġa ritratti fuq il-Mejda tal-Kamra u għamel site plans ta' postijiet bi problemi tad- drenaġġ f'GĦawdex.", "L-ewwelnett irrid ngħid li wħud mill-problemi li semma kienu sempliċement blockages.", "Il-problemi fis-sistema tad-drenaġġ jeżistu mhux biss f'GĦawdex imma jeżistu wkoll f'Malta u kien għalhekk li wara li l- Ministeru għamel master plan tad-drenaġġ sab li f'numru ta' snin iridu jintnefqu madwar Lm26 mijun biex titranġa din is-sistema.", "Dan il-master plan naturalment jinkludi wkoll il-gżira ta' GĦawdex u kif diġa' jaf kulħadd, waħda mill-affarijiet li se nagħmlu immedjatament hija proprju l- impjant tat-tisfija tad-drenaġġ ġewwa GĦawdex.", "(Interruzzjonijiet) Dan l- ilma ma jiġix ifuħ imma jkun jista' jintuża għal skopijiet industrijali, ta' agrikoltura u irrigazzjoni.", "Mr Speaker, huwa fatt li l-ġurnata meta l-Onor.", "Carmel Borg ħareġ idur f'GĦawdex kienet ġurnata wara - jekk mhux dak inhar stess - li kien hemm maltempata kbira u niżlet ħafna xita fuq GĦawdex.", "Nifhem li dan ħareġ idur il-Ħadd jew it-Tnejn peress li hu tkellem it-Tlieta.", "F'Malta u GĦawdex għandna problemi li jirriżultaw mill-fatt li meta tagħmel ix-xita, is-sistema tad-drenaġġ timtela b'dan l-ilma tax-xita, għalkemm mhux suppost għax l-ilma tax-xita m'għandux imur fid-drenaġġ; imma sfortunatament dik hija s-sistema.", "Per eżempju, wieħed jista' jara dan mill-istudju li għamlu l-konsulenti fejn irriżultalhom li fin-Nadur hemm madwar 5% tad-djar li jitfgħu ilma illegalment ġewwa s-sistema tad-drenaġġ.", "Fil-fatt parti sostanzjali mill-ispejjeż li jridu jsiru għall-master plan tad-drenaġġ huma proprju mmirati biex insolvu din il-problema.", "Allura wieħed irid jgħid li f'dik il-ġurnata meta l-Onor.", "Carmelo Borg ħa r-ritratti li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kienet ġurnata b'ċirkostanzi partikolari fejn id- drenaġġ kien qed jipprova jlaħħaq - u apposta qed ngħid jipprova jlaħħaq - ma' flow anormali, peress li fid-drenaġġ kien għaddej ukoll l-ilma tax- xita.", "L-Onor.", "Borg semma wkoll il-problemi tal-blockages li hemm fit-triq li mis-Sannat tagħti għal Munxar.", "Dawn il-blockages jiġru sikwit - l-Onor.", "Borg jaf b'dan għax qabel ma ġie elett membru ta' din il-Kamra kien jaħdem mad-Dipartiment responsabbli minn dan il-qasam f'Għawdex - minħabba li sfortunatament hemm raħħala li jitfgħu jew iħallu skart, bħal tiben, eċċ., imur ġewwa d-drenaġġ, u kulħadd jaf li dan huwa illegali.", "L-istess storja qed tiġri f'Tal-Bakkari, limiti tax-Xewkija, fejn kellna każi ta' raħħala u bdiewa li fil-fatt kissru d-drenaġġ apposta biex jużaw l-ilma tad- drenaġġ biex isaqqu bih, imbagħad reġa' kien hemm overflows minn din is- sistema għal ġewwa l-għelieqi.", "Jiddispjaċini ngħid li l-azzjonijiet irresponsabbli ta' ftit minn dawn in-nies qed jikkawżaw problemi ambjentali.", "L-Onor.", "Borg jaf ukoll li dawn l-affarijiet m'humiex tort tas- sistema imma tort ta' abbuż mis-sistema, u jaf ukoll li ħriġna regolamenti, li se jibdew jgħoddu mill-1 ta' Jannar fejn min jinqabad jitfa' fid- drenaġġ skart li mhux suppost li jintefa', se jibda jiġi mmultat u jittieħdu passi severi kontra tiegħu.", "Fil-wied ta' Marsalforn hemm pumping stations li jieħdu ċertu volum imma meta jkun hemm maltempati, dawn il- pumping stations xorta ma jkunx jistgħu jlaħħqu mal-volum ta' l-ilma.", "Ħafna mill-problemi li semma l-Onor.", "Borg huma kkaġunati minn sempliċement blockages u li kieku minflok ħela l-ħin jiżviluppa r-ritratti, mar jirrapporta lid-Dipartiment, probabbli kien isolvi l-problema iktar malajr.", "L-Onor.", "Borg semma wkoll l-użu ta' katusi ta' l-asbestos.", "Jien irrid nerġa' ngħid li m'hu veru xejn li dawn huma ta' health hazard għax għalkemm l-asbestos fibre jagħmel ħsara lis-saħħa, aħna nużaw katusi li huma ta' asbestos cement.", "Dawn m'għandhomx dawk il-fibres perikolużi u jkunu ċertifikati min-naħa ta' l-awtoritajiet sanitarji.", "Ma nafx għalfejn l- Onor. Borg ipprova jpinġi image ħażina tas-sistema tad-drenaġġ f'Għawdex għax imissu jirrealizza li mindu m'għadux inkarigat minnha hu, is-sistema f'Għawdex tjiebet ħafna.", "Meta kien responsabbli l-Onor.", "Borg, l-affarijiet kienu agħar.", "Per eżempju, dak iż-żmien fix-Xlendi l-pumping station kienet ilha magħluqa għal żmien twil, il-pompi kienu weqfin u ħadd ma ta każ li d- drenaġġ beda jfur għal ġol-baħar.", "Ħafna mill-affarijiet li semma hu kienu diġa' jeżistu u hemm problema kif wieħed jista' jirranġahom.", "L-Onor.", "Borg jaf illi f'Tal-Bakkari kien hemm katusa miksura li ġiet mibdula fi żmienna għax meta kien inkarigat hu ma kienx induna biha, u jaf ukoll li fil-post fejn hemm il-fabbrika tal-ħalib inbeda x-xogħol ta' bdil fil-main u fil- fatt dan ukoll huwa indikat fil-master plan.", "Għaldaqstant jiena rrid inserraħ ras il-poplu Malti u Għawdxi kollu li mhux il-każ li Għawdex qed jegħreq fid-drenaġġ anzi min imur ta' spiss Għawdex jaf li huwa miżmum aħjar minn Malta.", "Ma naħsibx li l-attakk li għamel l-Onor.", "Borg huwa ġust meta dan għamlu proprju l-għada li kienet għamlet maltempata kbira u għalhekk kien hemm il-konsengwenzi li semmejt.", "Hu jaf għaliex hemm dawn il- problemi, jaf mill-viċin ir-raġunijiet għaliex jiġru u filwaqt li wħud minnhom huma problemi ta' natura ta' abbużi, oħrajn huma ta' natura teknika tort tas-sistema.", "Dawn jaf bihom u meta kien inkarigat hu m'għamel xejn fuqhom pero' jaf ukoll li issa aħna qegħdin nirranġaw dawn l-affarijiet.", "Ftit ilu tkellem ukoll l-Onor.", "Joe Brincat dwar il-kwestjoni tal-ftugħ ta' Cross Road ġewwa l-Marsa.", "Illum ukoll kelli domanda parlamentari dwar dan u weġibtha.", "Għal iktar minn sena l-GRTU - f'isem il-membri tagħha li għandhom il-ħwienet u stabbilimenti f'din it-triq - kienet qed titlob biex din it-triq tinfetaħ għat-traffiku.", "Nista' ngħid li saret petizzjoni minn iktar minn 30 sid ta' ħanut għal dan l-istess skop u meta għal aktar minn darba ltqajt mal-GRTU u mal-periti, għaliex dejjem baqgħu isusu wara l- Ministeru, għamiltha ċara li jekk dik it-triq tinfetaħ trid tkun waħda lokali biss, triq li sservi biss lir-residenti u l-ħwienet tal-lokal u mhux lit-traffiku li jkun irid imur lejn in-nofsinhar ta' Malta li minflok li jgħaddi minn Triq Diċembru 13, biex iqassar cut jgħaddi minn hemm.", "Dak it-tip ta' traffiku hemmhekk ma rriduhx u biex tinstab is-soluzzjoni li tkun aċċettabbli min-naħa tal-Gvern kif ukoll mil-lat ta' ppjanar wieħed irid ikun ċert li tinħoloq sistema li min jidħol hemm u jgħaddi minn dik it- triq se jidħol hemm għaliex tassew irid imur hemm, jiġifieri jew għaliex joqgħod hemm jew għaliex ikun irid jinqeda minn xi ħanut li jinsab hemmhekk, u mhux biex jieħu short-cut u jevita li jgħaddi minn Triq Diċembru 13.", "L-ewwel ħaġa li għamilna - dan jafuh tal-GRTU u jafu kulħadd - kienet li biddilna s-sistema tar-roundabout ta' ħdejn il- fabbrika tas-sulfarini u għamilnieha b'mod li t-traffiku jimxi bi flow ħafna iktar aħjar.", "B'konsegwenza tal-bdil ta' din is-sistema min ikun ġej minn Cross Road ma jistax imur direttament fuq dik ir-roundabout biex ikompli għat-triq arterjali għas-south ta' Malta u jrid idum idur ħafna sakemm jaqbad it-triq arterjali: Allura min jgħaddi minn hemm biex jieħu short-cut żgur li ma jerġax jagħmilha.", "Fil-fatt fil-bidu li nfetħet it- triq kien hemm nies li ma kenux jafu li aħna konna għamilna xogħol ieħor ħdejn ir-roundabout u ħasbu li hemm short-cut, imma meta rrealizzaw x'kumplikazzjoni daħlu fiha ma baqgħux jgħaddu minn hemm.", "GĦalkemm fl- ewwel ġranet li nfetħet it-triq kien hemm ċertu ammont ta' traffiku, illum anke dak it-traffiku nqata' għaliex saret apposta bl-iskop li sservi bħala local road.", "GĦalissa qed naraw kif se tmur is-sitwazzjoni, qed inżommu l- affarijiet taħt għajnejna u lesti biex nilqgħu kull suġġeriment, ħafna mis- suġġerimenti saru mill-Onor.", "Joe Brincat.", "Pero' nista' naċċerta lil kulħadd li jsir, xi jsir l-iskop li dik it-triq tkun a local one u li sservi lin-nies u lill-ħwienet ta' hemmhekk biss, żgur li jrid jintlaħaq u jkun assigurat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, meta tkellimt hawnhekk tkellimt b'ċertu ton għaliex meta tkellimt privatament mal-Ministru u għamiltlu ċerti suġġerimenti għamilthom bi skop tajjeb u hu aċċettahom mill-ewwel.", "Pero' nixtieq niġbed l-attenzjoni li hemm tabella li ma jistgħux jgħaddu t- trakkijiet u s-sinjal mhuwiex maqtugħ, allura qed jaħsbu li jistgħu jibqgħu għaddejjin.", "Mhux qed ngħid li l-Ministru għandu tort.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bit-terminoloġija l-ġdida, mhux suppost li tkun maqtugħa.", "Dan ifisser li ma jafux jaqraw itt-traffic signs.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Meta tkellimt fuq il-vettura li għaddiet minn hemm, pulizija li huwa intiż fit-traffiku qalli li la dak is-sinjal mhwiex maqtugħ, trakk jista' jgħaddi.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt dak is-sign ifisser li t-trakkijiet ma jistgħux jgħaddu.", "Illum il-ġurnata fil-Komunita' Ewropea hemm standard way kif isiru t-traffic signs u aħna qegħdin fil-proċess li nikkonformaw is- sinjali tat-traffiku tagħna ma' dawk imposti bil-liġi fil-Komunita' Ewropea.", "Biex inkun fair ma' l-Onor.", "Brincat nista' ngħid li jista' jkun li għandna bżonn nitkellmu mal-Korp tal-Pulizija biex inbiddlu t-Traffic Code.", "Pero' dik it-tabella tfisser li ma jistgħux jgħaddu trakkijiet u mhux li jistgħu jgħaddu.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li l-bieraħ fil-bidu tas-seduta, waqt il- question time, qam battibekk bejni u bejn l-Onor.", "Lino Spiteri fuq il- kwestjoni tar-residenti ta' Tigne' u fl-Aġġornament tkellem l-Onor.", "Leo Brincat fuq l-istess kwestjoni.", "Wara li spiċċa l-battibekk l-Onor.", "Spiteri qal li lest jistedinni biex immorru flimkien nisimgħu t-tape u naraw x'għidt.", "Ma morniex nisimgħu t-tape flimkien, pero' llum għandi t- transcript, iċċekkjajt mat-tape u jien arċi-konvint li m'għidtx l- affarijiet li l-Onor.", "Lino Spiteri allega li għidt.", "Jien għidt li dik l- art ta' Tigne' mhijiex indikata biex tiġi wżata għal skopijiet soċjali.", "Għidt ukoll li l-Gvern għandu ftit artijiet tiegħu li huma ta' valur għal sfruttament ekonomiku u ma rridux inberbqu dawn il-ftit artijiet.", "Dwar kif u għaliex ingħataw dawk il-postijiet, jien għidt li ma rridx nagħmel post- mortems ta' min iddaħħal hemm u l-Onor.", "Spiteri akkużani li jien għidt li l- problema ġejja minħabba l-mod kif ġew allokati.", "Anzi jien għidt li ma rridx nagħmel post-mortems, proprju l-maqlub ta' l-akkuża li għamilli l- Onor. Spiteri.", "Qal ukoll li jiena għidt li aħna poġġejna bħala prijoritajiet tal-Gvern li l-ewwel jiġi l-iżvilupp ekonomiku u mbagħad il- konsiderazzjoni soċjali.", "Jien m'għidt xejn minn dan, imma għidt li dik hija l-art hija prime site, għandha skop ekonomiku u hija waħda mill-ftit artijiet li għandu l-Gvern li tista' tintuża għal skop ekonomiku.", "Dan ma jfissirx li m'għandniex nagħtu kas tal-konsiderazzjoni soċjali, imma dan ifisser li għandha tinstab art oħra għal skopijiet soċjali li ma jkollhiex valur intrinsiku ekonomiku bħalma għandha l-art ta' Tigne'.", "Din hija xi ħaġa minn ewl id-dinja u b'daqshekk ma qed ngħid xejn ġdid.", "Biex taqdi l- bżonnijiet soċjali ta' min għandu bżonn dar, ma jfissirx li għandek tagħtih sites li intrinsikament u potenzjalment għandhom valur ekonomiku.", "Wara kollox, kif qal il-Prim Ministru, dan jista' jittieħed anke f'kontest soċjali għaliex meta tkabbar l-ekonomija u l-iżvilupp fil-pajjiż, tkun qed toħloq ix-xogħol u allura tkun qed tgħolli l-livell ta' l-għajxien tal- poplu.", "Jien bl-ebda mod m'għidt li l-prijorita' tal-Gvern hija l-iżvilupp ekonomiku imbagħad tiġi l-konsiderazzjoni soċjali.", "Jien mhux se noqgħod inħaqqaqha ma' l-Onor.", "Spiteri, pero'. jien nibqa' ngħid li qatt m'għidt xejn minn dak li qal hu.", "Sar l-argument li dawn ir-residenti ta' Tigne' qed isostnu li l-Gvern ma tahomx tagħrif konkret dwar l-akommodazzjoni alternattiva li se nagħtuhom.", "Jien diġa' spjegajtilhom u nerġa' nispjegalhom li f'dan il-mument ma nistax nagħtihom tagħrif konkret iktar milli tajthom għaliex lanqas għandi dan it- tagħrif.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Il-Gvern wara li kellu ċerti assigurazzjonijiet wasal biex joħroġ - nisperaw li dalwaqt toħroġ - letter of intent.", "Meta toħroġ letter of intent ma jfissirx li se jsir il-proġett imma jfisser li d-developers ikollhom karta mingħand il-Gvern Malti fejn jinformahom li huwa għandu l-intenzjoni li jagħmel proġett u jagħtih lilhom u allura din il-karta hija importanti għall-finanzjamant, eċċ. Malli d- developers ikollhom din il-letter of intent jibdew in-negozjati dwar x'se jinbena, kemm se jintnefqu flus u fejn se jinbena l-proġett, imbagħad jibdew in-negozjati ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex japplikaw għall- permessi meħtieġa u wara li jsiru dawn l-affarijiet kollha rridu niġu fil- Parlament biex nagħmlu l-mozzjoni għat-trasferiment ta' l-art.", "Jiġifieri għadna lura għal dawn l-affarijiet u nisperaw li bħal dan iż-żmien sena nkunu avvanzati ħafna fihom.", "Għalhekk ngħid li f'dan il-mument m'aħniex f'pożizzjoni li lir-residenti nagħtuhom l-informazzjoni li jridu.", "U lanqas huma ma jaqblilhom li nagħtuhom din l-informazzjoni.", "Jien spjegajtilhom dan u għidtilhom biex jinsew l-idea li huma bilfors iridu jkunu integrati fil-proġett għaliex, nerġa' ngħid, il-housing soċjali huwa inkompatibbli ma' proġett ta' dak it-tip u entita'.", "Għidtilhom ukoll li jekk jinsew din, minn hemm 'il quddiem kollox nirranġaw għaliex aħna għad irridu ninnegozjaw mad-developers prospettivi dwar x'se jagħmlu, x'se jonfqu u fejn se jagħmlu l-proġett, u jekk iridu lesti li anke nikkonsulta ma' dawn ir- residenti meta ninnegozjaw il-parti li tikkonċernahom għaliex jien ma rrid nagħmel xejn minn wara daharhom.", "U din li ma jistgħux jifhmu r-residenti ta' Tigne', li m'aħna qed nagħmlu xejn minn wara daharhom.", "Dawn qed jaħsbu li aħna diġa' għandna xi pajn f'moħħna u se nuruhulhom fl-aħħar u ngħidulhom: Dan hu, tridu teħduh bilfors.", "Ir-realta' hi li ma' tajniehomx it-tagħrif konkret li qed jitolbu għaliex m'għandniex dan it-tagħrif; dan joħroġ waqt in-negozjar.", "Jien lill-għaqda tagħhom għidtilha li jekk huma jaċċettaw li l-pożizzjoni tal-Gvern hi kif inhi, jien lest biex nikkonsultahom.", "U biex il-Gvern ikun f'pożizzjoni li jinnegozja mad- developers, mhuwiex għaqli li jien inkun diġa' committed ma' xi ħadd dwar x'se jiġri għaliex in-negozjar hija arti, hija proċess twil u lanqas hu fl- interess tagħhom li l-Gvern, f'dan il-każ permezz ta' l-MDC, ikun diġa' marbut fuq xi ħaġa.", "Forsi dawn jistgħu jieħdu affarijiet aktar milli qegħdin jippretendu!!", "Dan huwa possibbli wkoll u spjegajtilhom kif hu possibbli.", "Meta qegħdin jinsistu għal tagħrif konkret, jiena onestament u fil-verita' ngħid li dan it-tagħrif ma jeżistix, ma nistax nagħtihulhom u huwa żball min-naħa tagħhom li jkomplu jinsistu.", "Jien irrid nerġa' nassigurahom li mhux veru li hemm xi pjan lest dwar x'se jsir minnhom u aħna ma rridux ngħidulhom.", "GĦadna ma wasalniex fl-istadju fejn inkunu nistgħu ngħidulhom.", "Jien nerġa' ngħidilhom bħalma għidtilhom meta ġew fl- ufffiċċju tiegħi għat-tieni darba, li jien lest biex lilhom ninvolvihom u nikkonsultahom dwar dak li se jsir mill-akkommodazzjoni li għandhom dritt għaliha u hawnhekk nerġa' nagħtihom din l-assigurazzjoni.", "Il-bieraħ kemm jien u kemm il-Prim Ministru assigurajniehom li d-dritt tagħhom li jkollhom akkommodazzjoni xierqa mhux inqas milli għandhom - għalissa ma ngħidx aħjar milli għandhom għaliex dan huwa wkoll soġġett għan-negozjar mad-developer u l-Gvern ma jridx jintrabat minn qabel - u din l-assigurazzjoni nerġa' nagħtihielhom.", "Dawn iridu jifhmu li m'hu qed isir ebda komplott minn taħt jew xi ħaġa biex fl-aħħar mument ngħidilhom: Issa hawn din, take it or leave it.", "Is-sitwazzjoni mhijiex hekk u nispera li jifhmuha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Mr Speaker, ngħid il-verita' m'inix wieħed li nħobb nitkellem fuq affarijiet li jiġru fil-Qrati ta' Malta.", "Anzi, biex inkun sinċier, għalkemm insegwi kulma jsir fil-Qorti permezz tal-gazzetti, fejn nista', naħrab kull opportunita' li lili personalment tista' tinvolvini li nersaq lejn il-famuża għatba tal-Qorti.", "Biex niġi għal dak li rrid ngħid, bħala tabib ħassejt id-dover li għandi nitkellem fuq il-każ li ġara fejn ismijiet ta' diversi tobba u speċjalisti dehru fil-gazzetti b'mod inkwetanti ħafna.", "Żgur li l-intenzjoni tiegħi mhix li nitkellem fuq każijiet li huma sub judice iżda f'dawn l-aħħar xhur kellna mill-inqas erba' każijiet li fihom tobba u speċjalisti ġew u qed jiġu akkużati, min bi traskuraġni, min bi prattika professjonali li tmur kontra l-prinċipji prattikati u saħansitra hemm min hu akkużat li bl-andament tiegħu wassal għall-mewt ta' bniedem.", "Li jinkwetani, Mr Speaker, huwa l-fatt li f'ċerti każijiet issemmew l-ismijiet ta' dawk li jkunu akkużati u f'każijiet oħrajn le.", "Malta hija gżira żgħira u n-nies huma magħrufa.", "Meta xi ħadd jittella' l-Qorti jew issir kawża kontra tiegħu l-kurżita' tan-nies hija tali li tkun trid tkun taf min hu.", "Ċerti nies, bħal tobba, avukati, periti u anke Membri Parlamentari huma magħrufa biżżejjed u oħrajn forsi mhux daqstant.", "Forsi hawnhekk ta' min jistaqsi: X'inhu l-iskop li jiġi pubblikati l-isem ta' bniedem li għadu ma nstabx ħati?", "Jista' jkun li f'ċerti każi huwa tajjeb li bniedem li jkun akkużat b'affarijiet kriminali serji, is-soċjeta' tkun taf min hu partikolarment jekk dan qiegħed jiġri barra b'xi pleġġ, pero' naħseb li l-anonimita' għandha tinżamm f'ħafna każi u isem l-akkużat għandu jixxandar pubblikament biss meta jinstab ħati.", "Fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn li l-Qrati tagħna jimxu b'ċerti regoli li jkunu uniformi fl-applikazzjoni tagħhom.", "Per eżempju, hija l-prattika li żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena ma jissemmiex isimhom, u hekk għandu jkun.", "Ikun hemm każi fejn l-avukat difensur jitlob sabiex l-isem ta' l-akkużat ma jissemmiex u t-talba ġieli tintlaqa' u ġieli le.", "Veru li l-każijiet ivarjaw wieħed mill-ieħor u wieħed jifhem li ċerti każijiet ikunu delikati ħafna, tant li saħansitra jinstemgħu anke bil-magħluq, u allura nifhem li isem l-imputat ma jissemmiex.", "Mhux l-ewwel darba, kemm hawn Malta u anke barra, bniedem jiġi akkużat li mmolesta xi mara u wara jirriżulta li ma jkunx hemm provi biżżejjed jew li ġie akkużat fuq allegazzjonijiet foloz.", "F'każijiet bħal dawn nifhem u nsostni li isem l-akkużat m'għandux jiġi żvelat sakemm tinqata' s-sentenza u jinstab ħati.", "Kellna każijiet fejn ismijiet ta' nies li jkunu jokkupaw xi kariga għolja f'xi bank u li ġew akkużati b'xi frodi lanqas issemma l-isem u, safejn naf jien, lanqas l-isem tal-bank.", "Jien jidhirli li hekk għandu jkun.", "Kellna każ fejn tabib wara li nasbuh xi nies, ġie akkużat li ppreskriva bl-addoċċ mediċini li setgħu jiġu abbużati minn drogati.", "Ismu wkoll baqa' ma ssemmiex sakemm instab ħati u fl-opinjoni tiegħi sar sew li ismu f'dak il-mument ma ssemmiex.", "Iżda ma ġarax l-istess f'każijiet oħra.", "Ngħid biss, mingħajr ma nidħol fil- merti u mingħajr ma nsemmi ismijiet, li dan l-aħħar kellna żewġ kawżi differenti kontra żewġ speċjalisti differenti.", "Dawn l-ispeċjalisti huma magħrufa sewwa u jokkupaw karigi għolja ħafna fl-isprtarijiet tagħna.", "Jien jidhrili li mhux sew li isimhom ixxandar ma' l-erbat irjieħ b'akkużi ta' ineffiċjenza u traskuraġni u saħansitra anke intqal li wieħed minnhom ikkawża l-mewt ta' pazjenta.", "Jekk u meta l-akkużati jiġu pprovati ħatja, għandu jixxandar isimhom, iżda mhux qabel.", "Għandi għax nifhem li nies li jsibu ruħhom f'din is-sitwazzjoni jkunu moralment imkissra; iridu jaħdmu l- ġurnata tagħhom fi sptar u jiffaċċjaw lill-pazjenti bil-piż ta' l-akkuża pubblika fuq daharhom u dan biex ma nsemmix l-inkwiet u d-dwejjaq tal- familjari tagħhom.", "Huwa minnu li għandhom id-dritt li f'ċerti kawżi, bħalma nifhem li għamlu wħud minnhom, jistgħu jżommu responsabbli għad- danni lil dawk li jkunu għamlulhom din il-kawża iżda fl-opinjoni tiegħi l- ħsara tkun diġa' saret.", "Ma nistax fl-aħħar ma nsemmix il-każ fejn tliet tobba ġew akkużati bil- mewt ta' baħri Korean.", "Dan il-każ mhuwiex sub judice u t-tliet tobba, li huma Dr Frederick Zammit Maempel, orthopaedic surgeon magħruf, Dr Pirotta wieħed mill-aqwa anestetisti li għandna f'Malta u ċertu Dr Refalo li ma nista' ngħid xejn fuqu għax ma nafux, ġew liberati għal kollox għax ma kien hemm l-ebda prova kontra tagħhom.", "Ir-rapport li għamel il-konsulent imqabbad mill-maġistrat li għamel l-inkjesta u li l-Onor.", "Edwin Grech tant għamel plejtu bih f'din il-Kamra, kien tant difettuż li l-Qorti ddeċidiet li m'hemm l-ebda prova kontra dawn it-tobba.", "Ta' min jgħid ukoll li kienet saret inkjesta oħra dipartimentali minn diversi konsulenti u li minnha wkoll irriżulta li ma kien hemm l-ebda prova kontrihom.", "GĦalkemm la qabel u lanqas wara ma kelli ċans nitkellem ma' xi ħadd minnhom, nista' naħseb xi tbatija u qsim il-qalb għaddew minnhom dawn it-tliet tobba, il-familjari u l-ħbieb tagħhom.", "Mhux ta' b'xejn li l-president tal-MAM, Dr Pace, insista li dawn għandhom jingħataw kumpens xieraq mill-Gvern talli ġew mixlija inġustament.", "Mr Speaker, il-ħsara li ssir f'każijiet bħal dawn tista' twassal biex ċerti pazjenti jitilfu l-fiduċja f'dawn it-tobba u meta tabib - jew kwalunkwe professjonista - tħammiġlu ismu, mhux dejjem ikun faċli għalih li jerġa' jnissel il-fiduċja.", "GĦaldaqstant biex nasal għall-punt li bdejt bih irrid ngħid li l-Qrati tagħna, li għandi kull rispett lejhom, għandhom ikunu viġilanti biżżejjed biex kemm jista' jkun isem l-akkużat, hu min hu, professjonista jew le, ma jiġix ippubblikat - ħlief meta jkun fl-interess tas-soċjeta' - qabel ma dan jistab ħati.", "Jekk is-sistema ma tipprovdix il- mod kif f'kawżi privati kontra individwi ma jkunux żvelati l-ismijiet, għandna d-dover li nipprovdu għal dan.", "Mr Speaker, xtaqt ngħid ukoll li fil-ħarġa ta' \"The Malta Independent\" tas-7 ta' Novemru, 1993 deher l-artiklu \"The New Healer\" li kien artiklu stimulanti imma fl-istess ħin jista' jinkwetak ukoll.", "Dan l-artiklu, fl- opinjoni tiegħi, huwa bilanċjat ħafna rigward dak li huwa jsejjaħ mediċina komplimentari jew alternattiva, jiġifieri mhux il-mediċina moderna prattikata mit-tobba kif nafuha hawnhekk.", "Jissemmew diversi tipi ta' din il-mediċina magħrufa, bħal acupuncture, chiro-practice u oħrajn mhux daqstant magħrufa, bħal aromotherapy, homeopoty, naturopoty, nutritional therapy, raiki, chromatotherapy u oħrajn.", "Nibda biex ngħid li minn dawn kollha l-acupuncture biss hija aċċettata uffiċjalment mill-professjoni medika Maltija u mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "GĦalhekk nitlob lid- Dipartiment tas-Saħħa jara li dawn in-nies li qed jipprattikaw dawn it-tipi ta' mediċini jkunu professjonalment kwalifikati fihom.", "Ta' min ifakkar li biex wieħed jikkura u jeżamina pazjent irid ikollu l-warrant u fl-opinjoni tiegħi, apparti minn dawk li qed jipprattikaw l-acupuncture, ħadd m'għandu.", "GĦalhekk jien nappella lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jekk jista' jkun jagħmel minn kollox ħalli dawn l-affarijiet - jien m'għandi xejn kontra din il-kwalita' ta' mediċina - jiġu prattikati minn nies li jifhmu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa, 17 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET", "IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MGARR - ŻVILUPP FI TRIQ IL-GĦANSAR", "13442.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi jirriżulta li hemm problemi fil-mod ta' kif se tiżviluppa Triq il-Għansar fil-Qasam tad-Djar tax-Xgħara tal-Knisja, Mgarr, cioe' li hemm problema bejn il-livelli li ngħataw lir-residenti ta' Plot 1 u oħrajn li ngħataw lill-kuntrattur għall-formazzjoni tat-triq imsemmija, jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni sabiex ma jkunx hemm inkonvenjenzi għar- residenti ta' din it-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li qatt ma seta` kien hemm differenza fil-livelli għaliex dawn ma nbidlux.", "Jien informat ukoll li s-sid ta` Plot 1 ingħata spjegazzjoni ta` kif ġej ix-xogħol mill-perit inkarigat mit-toroq fil-preżenza tas-surveyor tad- distrett.", "SPTAR KAREN GRECH - ĠARR TA' SKART FIL-LIFTS", "13443.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun permess il-ġarr ta' l- iskart fil-lifts tal-pazjenti fl-Isptar Karen Grech?", "Ma jħossx il-Ministru li dan qed joħloq konsegwenzi serji u jkun ta' detriment kbir għas-saħħa tal-bniedem?", "Jista' jara li tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ġarr ta' l-iskart fil-lifts tal-pazjenti jsir biss meta l-lifts tas-servizzi jkunu bil-ħsara.", "Isir kull sforz biex dan ma jsirx ta' spiss.", "L-Onor.", "Membru jaf li l-Gvern diġa' qed jieħu passi biex bħala parti mill-programm ta' tiġdid u immodernizzar ta' l-Isptar San Luqa, jiġu stallati aktar lifts u jinbidlu dawk eżistenti bl-iskop li jsir użu klassifikat tal-lifts fl-interess tal-pazjenti, ta' l-istaff u għall- aħjar effiċjenza fl-Isptar.", "BAJD FRISK - IMPORTAZZJONI", "13444.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li filwaqt li fl-aħħar sejħa għall-importazzjoni ta' bajd frisk kien magħruf fil-Gazzetta tal-Gvern biex il-bajd ikun ittimbrat, il-bajd ġie importat bla timbru?", "Għaliex il-Ministru f'mistoqsijiet oħra kien qal li mhux se jkun hemm problemi minn dan il-lat, illum il-bajd importat, apparti li ma ġiex ippubblikat il-prezz tiegħu qed jinbiegħ medja ta' Lm1.50c-il kartuna flok il-prezz stabbilit?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-bajd ta' l- ikel ta' barra mhux qiegħed jiġi ttimbrat minn ħafna pajjiżi nklużi dawk tas-suq komuni.", "Is-sistema preżenti hija li l-kaxxa tal-bajd tkun issiġillata b'tikketta bl-\"Approved Number\" ta' pajjiż li qiegħed jesporta.", "Taħt dawn iċ-cirkostanzi, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jagħti servizz billi jissorvelja biex jiġi mmarkat il-bajd li qiegħed jiġi mportat.", "Dwar it-tieni parti tad-Domanda, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jgħaddi l-informazzjoni li għandu dwar abbuzi fuq il-prezz tal-bajd lid-Dipartiment tal-Kummerc biex tittieħed kull azzjoni necessarja.", "SAJJIEDA GĦAWDXIN - RIMI TA' ĊIMI TAL-LAMPUKI", "13445.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Huma magħrufa x'kienu r-raġunijiet li sajjieda Għawdxin ġew miżmuma mill-patrol boats Taljani milli jarmu ċ-ċini/kannizzati tal-lampuki fl-ibħra ta' fejn is-soltu dawn is-sajjieda jarmu l-imsemmija kannizzati/ċimi?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Id-Dipartiment tas-Sajd qatt ma rrapportawlu xi lmenti minn sajjieda Għawdxin li Patrol Boats Taljani ma ħallewhomx jarmu ċ- ċimi tal-lampuki f'ibhra fejn is-soltu jarmuhom.", "MDINA - ĦSARAT F'WIED IŻ-ŻEBBUĠ", "13446.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrimedja għall-ħsarat li żviluppaw f'Wied iż-Żebbuġ li jiġi taħt is-swar ta' l-Imdina li fil-preżent qed jirċievi kwantita' ta' drenaġġ, liema drenaġġ qed jiżbokka fil-Ġibjun tal-Ħamsija?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li din is-sitwazzjoni ġiet rimedjata.", "PULIZIJA - SEZZJONIJIET ĠODDA", "13479.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 12732 fejn irrefera għan-National Drug Intelligence Unit billi din bdiet tiffunzjona fid-9 ta' Settembru bil-ħatra tat-tabib Frans Saliba bħala Advisor.", "Nistaqsi l-Ministru, xi kwalifiki u esperjenza għandu dan it-tabib f'dan il-qasam biex ikun ta' għajnuna għal dan il-unit ġdid li ftit li xejn għadu jiffunzjona?", "Kemm-il sena għandu Dr. Saliba, kemm il-siegħa jaħdem fil-ġimgħa u x'inhi r-remunerazzjoni tiegħu għal xogħol ta' Advisor?", "Jidhirlu l-Ministru li din il-Unit għandha bżonn ta' Kap ta' livell iżjed għoli ta' ċertu esperjenza u inizjattiva?", "Xi training qegħdin jingħataw l-istaff ta' din il-Unit biex ikunu jistgħu jirrispondu għall-iskopijiet tal-liġijiet kif se jiġu emendati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux korrett li jingħad li n-'National Drug Intelligence Unit' \"ftit li xejn għadu jiffunżjona\".", "In-numru ta' attivitajiet ta' 'intelligence' li fihom ikun involut l-NDIU qiegħed jikber minn ġimgħa għal ġimgħa u dan hu magħruf kemm għad-Dipartimenti tal-Gvern konċernati kif ukoll għall-Ministeru.", "Għandu jkun ċar li l-attivitajiet ta' l-NDIU huma ta' natura kunfidenzjali u sigrieti u jekk teżisti xi mpressjoni żbaljata li l-NDIU \"ftit li xejn għadu jiffunzjona\" dan għandu jittieħed bħala ċertifikat li l-'Unit' qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu bid- diskrezzjoni u s-segretezza li wieħed għandu jistenna minn 'Intelligence Unit'.", "Fil-fatt, l-NDIU qiegħed f'fażi ta' espansjoni kemm għal dak li hu 'personnel' kif ukoll tagħmir, dejjem skond il-limiti mposti mill-liġijiet.", "It-tabib Frans Saliba għandu 67 sena u għandu esperjenza twila fil- problema ta' abbuż tad-drogi kif ukol fil-metodi tal-pulizija matul is- servizz tiegħu bħala tabib għall-Korp tal-Pulizija ta' Malta u qabel bħala tabib fis-Servizz Mediku Kolonjali fin-Niġeria.", "Fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 29742 tat-30 ta' Settembru, 1991 ingħataw kwalifiki oħra tat-tabib Saliba għat-tmexxija ta' l-NDIU.", "It-tabib Frans Saliba jagħti s-servizzi tiegħu full time, kemm fl-uffiċċju kif ukoll barra, skond l-esiġenzi tal-operazzjonijiet ta' ġbir ta' 'Intelligence'.", "Huwa jirċievi s-salarju ta' Lm5000 fis-sena bħala 'Advisor'.", "Il-ħatra tiegħu hija minn sena għal sena u m'hemm l-ebda diffikulta' li jinbidel, meta u jekk jinħass il-bżonn.", "Il-Ministeru ma jaqbilx li attwalment qegħda tintwera xi 'nuqqas ta' esperjenza u inizjattiva' fit-tmexxija ta' l-NDIU.", "Jien dejjem interessat inkun naf b'ismijiet ta' persuni li jkollhom il- kwalifiki meħtieġa u li jissodisfaw il-kriterji li qed isemmi l-Onor.", "Membru i.e. \"kap ta' livell iżjed għoli ta' ċerta esperjenza u iniżjattiva\".", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu ismijiet nitolbu jgħidhomli u naċċertah li nagħtihom l-akbar konsiderazzjoni oġġettiva.", "F'dan il-qasam għad għandna bżonn ħafna nies.", "L-emendi għall-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi (Att Nru. 63 tad- 9/7/93) huma fost tibdiliet li l-NDIU jenħtieġ biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-abbuż mid-droga u għalhekk ma jistax jonqos illi l-'Unit' jagħmel użu effikaċi minn dawn l-emendi meta jsiru liġi.", "SPTAR SAN RAFFAELE - ĦRUĠ TA' TENDERS GĦAX-XOGĦLIJIET", "13480.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tenders li se joħorġu għax- xogħlijiet ta' l-isptar il-ġdid (San Raffaele) hux se jiġu maħruġa mit- Teżor skond il-prassi normali tat-tenders?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "SKEJJEL - TFAL BI PROBLEMI FIS-SINSLA", "13481.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti s-servizz għad- dijagnożi kmieni ta' l-Iscoliosis fost it-tfal ta' l-iskejjel kemm ta' l- Istat u kemm dawk Privati?", "Meta tfal jiġu identifikati jew suspettati li qegħdin isofru minn din il- problema, xi proċedura tintuża biex dawn it-tfal jiġu nvestigati?", "X'inhi l-inċidenza ta l-Iscoliosis fost it-tfal ta' l-iskejjel?", "Fiex jikkonsisti s-servizz għal każi ta' Iscoliosis fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-tfal ta' l-iskola jkunu eżaminati biex jiġi identifikat xi problema fis-sinsla fl-eta' ta' madwar tnax-il sena.", "Dawk it-tfal li jattendu skola ta' l-Istat ikunu ċċekkjati mill-għalliema tal-PE filwaqt dawk it-tfal li jattendu skejjel privati huma ċċekkjati minn fiżjoterapista biex tagħmel dan ix-xogħol.", "Meta tiġi identifikata xi problema, anke jekk din tkun żgħira, dawn it- tfal jiġu rreferuti jew direttament jew permezz tas-servizz tas-saħħa fl- iskejjel, għal klinika apposta fl-isptar.", "Hawnhekk dawn it-tfal jiġu eżaminati minn speċjalista ortopediku u jiġi deċiż x'hemm bżonn isir.", "Fil- maġġior parti kull ma jkun hemm bżonn huwa parir fuq kif għandhom iżommu ruħhom it-tfal iżda jkun hemm każi li jkollhom bżonn investigazzjonijiet aktar fil-fond u 'monitoring' aktar fit-tul.", "Dawk it-tfal li jkollhom problemi aktar serji jkunu referuti lil speċjalista f'dan l-qasam li jiġi minn barra.", "Dawk it-tfal li jkollhom kurva minima, jingħatalhom kors ta' 'physiotherapy' u jkunu 'monitored' għall-perjodu ta' żmien hekk kif definit mill-ispeċjalista.", "F'dawk il-każi fejn il-kurva ta' l-ispina tkun aktar serja, minbarra l-'physiotherapy', dawn jinħadmilhom 'spinal orthotic prosthesis' bil-għan li jgħin biex l- ispina tiddritta.", "Dawk il-każi li jkunu aktar serji jkunu operati.", "Kull sena, jiġu riferuti fil-klinika speċjalizzata bejn 50 u 70 tifel jew tifla.", "Minn dawn madwar għaxra biss ikollhom bżonn operazzjoni biex tiġi kkoreġuta d-diformita' spinali.", "POLIKLINIĊI TAL-GVERN - NUQQAS TA' CATHETERS", "13482.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Minn żmien għal żmien tobba tal-Polyclinics jkollhom iżuru pazjenti pjuttost anzjani fi djarhom fuq emerġenza kkaġunata minn ritenzjoni ta' l-urina.", "Minħabba li fil-Polyclinics ma jinżammux Catheters sterelizzati, jkollu jintilef ħafna żmien sakemm it-tabib jakkwista Catheter mill-Isptar li l-qraba tal-pazjenti jkollhom jixtruh.", "Ma jidhirlux il-Ministru li dawn il-Catheters għandhom ikunu stokkjati fil- Polyclinics u jkunu mingħajr ħlas għal dawn il-pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-proċedura għall-inserzjoni ta' 'catheters' fuq pazjenti li jkollhom ritenzjoni akuta ta' l-urina hija li dawn jintbagħtu l-isptar sabiex il-kawza tar-ritensjoni tkun tista' tiġi investigata.", "Fil-każ ta' pazjenti li jkunu d-dar u li jkollhom ritensjoni ta' l-urina minħabba xi mblokk f''catheter' it-tibdil tal-'catheter' isir minn 'nurse' li jmur fid-dar tal-pazjent biex jibdillu l-'catheter'.", "Dawk il-pazjenti li jippreżentaw b'dan l-imblokk fiċ-Ċentru tas-Saħħa, it-tibdil tal- 'catheter' isir fl-istess ċentru, fejn hemm provvista ta' l-apparat kollu meħtieġ biex dan it-tibdil isir.", "Dan is-servizz jingħata fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.", "Tajjeb li wieħed ifakkar lill-Onor.", "Membru li l-parti l-kbira ta' dawk in- nies li għandhom bżonn ta' 'catheter' permanenti, jaqgħu taħt l-iskedi ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Għaldaqstant, dawn in-nies huma ntitolati għal 'catheters' b'xejn.", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - ENROLLED NURSE", "13483.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex ċertu Enrolled Nurse (GS) li jaħdem l-Isptar San Vincenz de Paule qiegħed igawdi dawn il-privileġġi:-", "a) wara l-Elezzjoni ta' l-1987 reġa' daħal jaħdem l-Isptar San Vincenz de Paule wara li kien ġie boarded out;", "b) li bħala Enrolled Nurse ġie mpoġġi jieħu ħsieb l-Entertainment meta postu hu fis-swali mal-morda;", "c) li qiegħed jiġi pprovdut trasport tal-Gvern biex jitwassal lura d- dar;", "d) li reġa' ġie mdaħħal jaħdem wara li spiċċa rtirat bl-eta' ta' 61 sena; u", "e) li ma jiffirmax fejn jiffirmaw sħabu u l-attendance sheet tiegħu ħadd ma jaf fejn hi u qiegħed jaħdem kif irid hu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nifhem li l-Onor.", "Membru qiegħed jirreferi għas-Sur George Schembri 'Enrolled Nurse' IA.", "(a) Is-Sur George Schembri reġa' daħal jaħdem fir-Residenza San Vinċenz fl-1988 meta bord mediku sabu tajjeb biex jieħu lura l-post li kellu qabel.", "Din hi proċedura normali.", "(b) L-'Entertainment Section' ta' San Vinċenz de Paule hija Sezzjoni importanti fl-istruttura ta' din ir-Residenza.", "Din is-Sezzjoni għandha bħala skop il-kontinwazzjoni tat-terapija u riabilitazzjoni tar-resident li tkun inbdiet mill-ewwel ġurnata ta' meta kien ammess.", "Hu għalhekk importanti li f'Sezzjoni bħal din ikollok 'nurses' imħarrġin, għaliex il- kura tar-resident trid tkun kontinwa.", "Ma nistax nara ġardinar, fattiga jew 'boiler attendant' jieħu kura ta' pazjent/resident waqt li dawn ikunu 'outings' jew forma oħra ta' attivita' kemm ġewwa jew barra r-Residenza.", "(c) Ix-xogħol tas-Sezzjoni ta' l-'entertainment' ġieli f'okkazjonijiet idumu sa wara l-11.00 p.m. jew aktar.", "Il-membri ta' l-istaff kollu involuti f'dan ix-xogħol jiġu pprovduti bi transport tal-Gvern.", "(d) Numru ta' 'nurses' li rtiraw bl-eta' ta' 61 sena reġgħu ġew imdaħħla jaħdmu.", "Is-Sur George Schembri hu wieħed minn dawn in-'nurses'.", "(e) Kif intqal f'paragrafu (c) l-impjegati fis-Sezzjoni ta' l- 'entertainment' jaħdmu siegħat anormali; allura bilfors li r-reġistru fejn jiffirmaw ma jistax jinżamm mar-reġistri jew l-'attendance sheets' l- oħrajn.", "Ħaġa oħra li nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru, hija li dan l- impjegat ma jistax jiffirma fuq l-istess 'attandance sheet' jew reġistru ta' sħabu peress li dan huwa impjegat bħala 'Casual'.", "L-'attendance sheet' tiegħu tinżamm fl-uffiċċju ta' l-'Entertainment Officer' u dan kull xahar jgħaddiha lill-'Accounts Officer' għall-ħlas.", "Is-Sur Schembri qiegħed jaħdem skond il-ħtiġijiet tas-Sezzjoni u mhux kif irid hu.", "SPOTS EDUKATTIVI FUQ TVM", "13674.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13129 dwar l-ispots edukattivi fuq it-TVM, peress illi qal li huwa \"diffiċli\" ferm biex tagħmel il-kont kemm qamu dawn l-isports, jista' almenu jirrispondi l-aħħar parti ta' l-istess mistoqsija fejn staqsejt liema hija l-kumpannija li tieħu ħsiebhom, cioe' titħallas biex itellgħuhom/jaħdmuhom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-ispots ma jsirux minn xi kumpanija iżda mill-Awtorita' tax-Xandir stess.", "MARSA - ARTIJIET GĦAL SKOPIJIET PUBBLIĊI", "13675.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'hemm preċiżament maħsub li jitla' flok il-premises 6, 7, 8, u 9 lkoll fi Triq Santa Rita, l-Marsa li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-14/9/93 bħala akkwist ta' artijiet għal skopijiet pubbliċi?", "Kemm intlaqtu nies minn dan l-akkwist pubbliku?", "Kif se jiġu kkumpensati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Avviż li qed jagħmel referenza għalih l-Onor.", "Interpellant hu avviż ta` rilaxx (release) minn akkwist u mhux ta`esproprijazzjoni.", "Inżid ngħid li l-postijiet in kwestjoni, kemm parti minn numru kbir ta` postijiet li f`Lulju 1973 ittieħdu mill-Gvern b`titlu ta` possess u użu in konnessjoni mal-proġett ta` Triq Diċembru XIII.", "Fl-14 ta` Mejju 1993 dan it-titlu inbidel f`wieħed ta` dominju pubbliku flok ta` possess u użu.", "Billi l-erba` postijiet imsemmija fil-fatt ma ntużawx għal proġett dawn ġew rilaxxati.", "DANIMARKA - 12TH CONVENTION OF THE FECC", "13700.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: X'prinċipji ġew stabbiliti fit-\"12th Convention of the FECC\" li saret f'Alborg, id-Danimarka matul Mejju tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kopja ta' Press Release Nru.702 li ħarġet fl-1 ta` Ġunju 1992, mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni, li tagħti l- informazzjoni kollha mitluba mill-Onor Interpellant tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "COMMONWEALTH YOUTH MINISTERS MEETING", "13701.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet intlaħqu fil-\"1st Ministerial Commonwealth Conference for Youths u 7th Conference of European Ministers responsible for Sport\" li saru f'Maldive u Rhodes rispettivament f'Mejju tas-sena l-oħra li fihom il-Ministeru kien irrappreżentat mis-Sur Engerer u s-Sur Tony Formosa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kopja tal-Minuti tal-Konklużjonijiet tal- `Commonwealth Youth Ministers` Meeting` li kienet saret fil-Maldivi bejn l- 10 u 12 ta` Mejju 1992, u kopja tal-Konklużjonijiet li ntlaħqu fis-7 Konferenza tal-Ministri Ewropej Responsabbli għall-Isport tqegħdu fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "DISTRETT NRU.", "IV - BINI KKUNDANNAT", "13702.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13285 u r-risposta fejn int għidt li d-Dipartiment għal Akkomodazzjoni Soċjali ma jżomm l-ebda statistika ta' bini/djar ikkundannat fl-irħula tagħna, jaħseb il-Ministru li tali statistika jekk tibda tinżamm tgħin lid-Dipartiment jaħdem aħjar u jkollu aktar sitwazzjoni preċiża tal-problemi tal-\"Housing\" li hawn fil- pajjiż?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Id-Dipartiment hu konxju tal-bzonn ta' tali statistika.", "Fil-fatt diga' gie dikjarat il-hsieb li 'l quddiem din l- informazzjoni tibda tingabar ukoll.", "SLIEMA - GĦAR ID-DUD", "13826.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Wara li fil-public hearning ta' l-20 ta' Settembru, 1993 ġiet rifjutata t- talba biex tinbena pjazza Għar id-Dud, id-developers talbu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar tirrikonsidra l-applikazzjoni tagħhom?", "Meta saret it-talba għar-rikonsiderazzjoni?", "X'kienet it-tweġiba ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u meta ngħatat din it- tweġiba?", "Id-developers appellaw mid-deċiżjoni ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar?", "Meta appellaw?", "Kien hemm deċiżjoni dwar dan l-appell?", "X'kienet id-deċiżjoni?", "Meta ngħatat jew se tingħata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li d-developers ta` dan il-proġett appellaw mid-deċiżjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fis-27 ta` Ottubru 1993 (Numru ta` l-Appell 155/93).", "Il-Bord ta` l-Appelli għadu ma appuntax il-każ għas-smiegħ.", "SKEJJEL - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "13827.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nhar it-28, 29 u 30 ta' Ottubru, 1993 f'liema skejjel saru l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Skolastiċi?", "Kemm hemm kunsilli skolastiċi u f'liema skejjel twaqqfu bla elezzjonijiet?", "Liema skejjel huma mingħajr kunsill skolastiku?", "Hemm xi pjan biex tingħata ħajja ġdida lil dawn il-kunsilli?", "Kemm kien hemm kunsilli skolastiċi u f'liema skejjel matul is-sena 1992 - 1993?", "X'kienu l-attivitajiet tagħhom matul dik is-sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-iskejjel li fihom saru elezzjonijiet għall- kunsilli skolastiċi huma:-", "Skola Primarja Marsascala; Skola Primarja San Pawl; Skola Primarja Marsaxlokk; Skola Primarja San Ġwann; Skola Primarja Pieta'; Skola Primarja Birżebbuġa; Skola Primarja Żejtun; Liceo Maria Regina; Liceo Carlo Diacono; Skola Sekondarja Erin Serracino Inglott; Skola tas-Snajja' Furtu Selvatico; Ċentru Arti u Disinn; Istitut Tekniku Mikelanġ Sapiano; Skola ta' l- Artiġjanat Salvatore Dimech.", "Sat-Tnejn 8 ta' Novembru, id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ġie notifikat li twaqqfu 67 kunsill skolastiku.", "F'dawn l-iskejjel li ġejjin ma kienx hemm bżonn li ssir elezzjoni:", "SKEJJEL PRIMARJI", "Attard; Cospicua; Dingli; Floriana; Għargħur; Għaxaq; Gudja; Ħamrun Vincenzo Bugeja; Qrendi; Ħamrun School Street; Kalkara; Msida; Naxxar; Qormi San Ġorġ; Qormi San Bastjan; Senglea; Siġġiewi; Tarxien; Vittoriosa; Xgħajra; Żabbar; Żurrieq; Għajnsielem; Għarb; Kerċem; Nadur; Sannat; Victoria; Xagħra; Xewkija u Żebbuġ.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "Sannat; Qrendi; Wardija.", "SKEJJEL SEKONDARJI", "Lorenzo Gafa'; Dun Ġużepp Zammit Brighella; Maria Assumpta; Albert V. Laferla; Luigi Preziosi; Maria Teresa Nuzzo; Fra Diego Bonanno; Liceo Sir Adrian Dingli.", "SKEJJEL TAS-SNAJJA'", "Umberto Calosso; Dun Ġwann Mamo; Adelaide Cini; Stefano Zerafa; Hilda Tabone; Skola tas-Snajja' subien Għawdex.", "SKEJJEL OĦRA", "Skola ta' l-Agrikoltura Danny Cremona; Skola ta' l-Artiġjanat u Bini Kelinu Galea; Skola tal-Hairdressing u Beauty Therapy; Skola Post Sekondarja Sir Mikelanġ Refalo; Prevocational (Health Care) School; Liceo Ġan Franġisk Abela.", "Peress li d-Dipartiment għadu qed jirċievi informazzjoni mill-iskejjel dwar il-Kunsilli Skolastiċi għas-sena 1993/94, mhux f'pożizzjoni li jagħti lista ta' skejjel mingħajr kunsill skolastiku.", "Bħalma sar fl-imgħoddi, l- iskejjel li ma jkunux waqqfu kunsill jiġu mħeġġa jsegwu l-eżempju ta' dawk l-iskejjel fejn il-kunsilli huma attivi.", "Matul l-1992/93 kien hemm 96 kunsill skolastiku.", "L-iskejjel huma dawn:-", "PRIMARJI", "Attard; Dingli; Fgura A u B; Gudja; Ħamrun (SS) A u B; Marsa A u B; Marsascala; Msida; Mellieħa; Mqabba; M'Xlokk; Naxxar; Qormi (SS) A u B; Qrendi; Safi; San Ġwann A u B; Senglea; Siġġiewi; San Ġiljan; San Pawl il- Baħar; Marsaxlokk; Birżebbuġa A u B; Marsa A u B; Qormi (SĠ); Tarxien; Santa Venera A u B; Valletta A u B; Vittoriosa; Xgħajra; Żabbar A u B; Żebbuġ A u B; Żejtun A; Għajnsielem; Għarb; Kerċem; Nadur; Qala; San Lawrenz; Sannat; Victoria; Xagħra; Xewkija u Żebbuġ.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "ESN Msida; Guardian Angel; San Miguel Physically Handicapped; Wardija ESN; Sannat ESN.", "SEKONDARJI U TAS-SNAJJA'", "SUBIEN", "Fortini Vittoriosa; Guże' D'Amato, Paola; Guże' Galea, Qormi; Sir Temi Zammit, Mtarfa; Vincenzo Bugeja, St Venera; Corradino Junior Lyceum; Ħamrun Junior Lyceum; Ġuże' Despott Junior Lyceum; Ħandaq Junior Lyceum; Ninu Cremona Junior Lyceum; Umberto Calosso; Tarġa Gap, Mosta; Naxxar Trade School A u B; Dun Ġwann Mamo; Abram Gatt, Bighi; Danny Cremona (Agrikoltura).", "SEKONDARJI U TAS-SNAJJA' (BNIET)", "Alfons Maria Galea, Sliema; Erin Serracino Inglott, Bormla; Lily of the Valley, Mosta; Maria Assumpta, Ħamrun; Maria Goretti, Tarxien; Patri Ġuże' Delia, B'Kara; Sir Luigi Preziosi, St Andrews; Rabat Girls' Secondary; Gozo Junior Lyceum; Żejtun Junior Lyceum; Blata l-Bajda Junior Lyceum; Mrieħel Junior Lyceum; St Patrick's Junior Lyceum; Marsa Opportunity Centre; Mary Meilaq Trade School; Adelaide Cini (Trade).", "POST SEKONDARJI", "Ġorġ Grognet de Vasse'; Mikelanġ Sapiano; Art & Design Centre; Fellenberg; Nautical School; School of Art; Agriculture & Building (Gozo); Hairdressing & Beauty; Ġan Franġisk Abela Upper Lyceum; Higher Secondary, Msida; Upper Lyceum & Technical Institute, Gozo; Pre-Vocational; Paolino Vassallo Upper Lyceum; School of Music (Gozo); School of Music (Malta); School of Art (Gozo).", "L-attivitajiet tal-kunsilli kibru matul is-sena skolastika li għaddiet.", "Ħadu sehem 288 għalliem, 215-il ġenitur u 73 student li kellhom 'il fuq minn sittax-il sena.", "Il-parti l-kbira tal-kunsilli ltaqgħu regolarment u għamlu diversi attivitajiet biex itejbu l-ambjent ġenerali u l-klima edukattiva ta' l-iskejjel.", "Hekk per eżempju fl-iskejjel primarji ġiet organizzata l-ġimgħa tal-ktieb, saru ħarġiet speċjali u twaqqfu libreriji ta' logħob edukattiv u videos.", "Inkoraġġew it-tisħiħ ta' l-identita' kulturali u tal-lokal.", "Ħadu ħsieb isebbħu l-ambjent ta' l-iskola u għenu biex jiġu provduti faċilitajiet bħal zebra crossing u postijiet għal- logħob.", "Fl-iskejjel sekondarji organizzaw diversi attivitajiet dwar it-tagħlim kontra t-tixrid tad-drogi.", "Iċċelebraw ġranet kulturali u letterarji bil- parteċipazzjoni tal-ġenituri.", "Fil-livell post-sekondarju, inkoraġġew is-sehem ta' l-iskejjel f'attivitajiet bħalma huma l-Young Enterprise u l-Esibizzjoni tal-Karrieri, u ikkontribwew għal diskussjonijiet dwar l-għarfien ta' diplomi u ċertifikati.", "Diversi kunsilli ma naqsux milli jressqu ħafna lmenti, per eżempju dwar x'għandu jsir mit-tagħmir qadim ta' l-iskejjel u materji dwar il- manutenzjoni u t-tagħmir ta' l-iskejjel.", "F'dan ir-rigward ġiet imgħoddija lill-iskejjel fis-sena li għaddiet is-somma ta' Lm28,347 mid-dħul mit-tuck shops.", "Minbarra dawn il-flus, id-Dipartiment għadda lill-iskejjel somma ta' Lm22,625 għall-manutenzjoni ordinarja.", "Il-kunsilli b'hekk qegħdin jiġu mistiedna jagħmlu management akbar tal- flus fil-livell ta' l-iskola stess.", "Bis-saħħa tar-regolamenti li ħarġu fl- 20 ta' Ottubru 1993, il-kunsilli qed jingħataw poteri ġodda biex iħaffu l- proċess ta' kif jitneħħa t-tagħmir u l-oġġetti fl-inventarju li m'għadhomx fi stat tajjeb jew m'għadx hemm użu tagħhom.", "Kollox ma' kollox, il-kunsilli, fejn twaqqfu, qed jagħmlu xogħol siewi u ta' fejda.", "Qed jgħinu l-proċess ta' deċentralizzazzjoni, li nixtieq li d- dipartiment isegwi, u b'hekk qed jilħqu aħjar l-għanijiet li għalihom twaqqfu.", "Wieħed jispera li bit-twaqqif tal-kunsilli lokali, aktar skejjel jieħdu sehem b'mod attiv.", "Hemm rabta bejn l-esperjenza li akkwistaw il- kunsilli ta' l-iskejjel u l-passi lejn it-twaqqif tal-kunsilli lokali.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - APPLIKAZZJONIJIET MIĊĦUDA", "13828.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar tiġi miċħuda, id-dokument li jispjega l-għaliex ġiet miċħuda jista' jsir pubbliku?", "Meta applikazzjoni tiġi rikonsidrata dawk li oġġezzjonaw għaliha jiġu mgħarrfa?", "Il-proċess tar-rikonsiderazzjoni wkoll jiġi sottomess għall-public hearing?", "L-appell ukoll isir f'public hearing?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mhux normali li meta applikazzjoni lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar tiġi miċħuda r-raġuni tkun pubblikata - iżda din tista` tiġi kkomunikata lil min jitlobha.", "Meta ssir talba formali ta` oġġezzjoni u sabiex min joġġezzjona jkun preżenti meta tkun deċiża xi applikazzjoni partikulari, dawn jiġu mgħarrfa sew meta l-każ jinstema` quddiem il-Kummissjoni dwar il-Kontroll ta` l- Iżvilupp kif ukoll f`każ ta` rikonsiderazzjoni wara rifjut.", "F`kull ħin il-pubbliku għandu dritt jattendi l-laqgħat li jsiru kemm tal- Kummissjoni dwar il-kontroll ta` l-iżvilupp kif ukoll waqt is-smiegħ ta` Appelli.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "13829.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Issa li għaddew mas-sitt ġimgħat mindu fetħu l-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-assenteiżmu mill-iskejjel differenti matul:-", "(a) Settembru; u (b) Ottubru?", "Jista' l-Ministru jagħti l-figuri skond il-kategoriji differenti bħal Primarji, Sekondarji, Snajja' eċċ?", "Kemm kien hemm studenti li, għalkemm inkitbu biex jattendu skejjel ta' l- Istat fil-fatt m'għamlux dan għal din is-sena skolastika?", "Jista' l-Ministru jaqsam il-figuri mitluba f'din il-mistoqsija mqassma fuq bażi ta' subien u bniet?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra", "DROGA - PROGRAMM TA' TAGĦRIF FL-ISKEJJEL", "13830.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nirreferi il-Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13361, jista' jgħid:-", "(a) Min huma l-uffiċjali li marru u/jew sejrin għat-taħriġ fl-Amerika?", "(b) X'korsijiet għamlu?", "(ċ) X'investiment sar mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni f'dan il-qasam matul din is-sena u fiex?", "(d) Kemm irċieva flus s'issa il-Guidance and Counselling Unit mill-fond tal-Ġnus Maqgħuda għall-Kontroll ta' l-Abbuż mid-Droga?", "(e) Kemm irċieva speċifikament din is-sena?", "(f) X'kien l-apparat li nxtara biex jintuża mill-uffiċjali tad- Dipartiment?", "(g) Minn Jannar 1993 kemm saru \"refresher courses\" għall-għalliema tal- Guidance u Counselling?", "(h) Fejn saru dawn il-courses?", "(i) Kemm attendew għal kull kors?", "(j) Min mexxa dawn il-courses?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Din li ġejja hi l-informazzjoni li talab l- Onor. Interpellant.", "Is-Sur Joseph M. Sammut Education Officer Ottubru - Novembru 1989 - żjajjar lil istituzzjonijiet (aġenziji) u skejjel li għandhom programmi ta' prevenzjoni u/jew riabilitazzjoni. - diskussjonijiet ma' nies li jaħdmu f'dawn l-oqsma.", "Is-Sur Paul Pace Guidance teacher Awissu 1992 - Awissu 1993 - Hubert Humphrey Fellowship fuq \"Drug Use Prevention and Treatment\".", "Is-Sur Raymond Zammit - Counsellor Ms Mona Vella - Counsellor Is-Sur Laurence Muscat - Counsellor Jannar - Marzu 1994", "Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ħallas jew se jħallas il-pagi ta' dawn l- uffiċjali waqt il-korsijiet.", "Il-Guidance and Counselling Services tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kellu allokati dawn il-flus mill-UNFDAC; - 20000 USD għax-xiri ta' apparat - 20000 USD għat-taħriġ", "L-apparat li nxtara s'issa biex jintuża għal dan l-iskop kien: video, laser printer, u personal computer.", "Hemm il-ħsieb li ssir attivita' għall-guidance teachers aktar tard din is- sena.", "MDINA - ISMIJIET TAT-TOROQ", "13831.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Aktar minn tliet xhur ilu (ara l-mistoqsija parlamentari numru 12284) id- Dipartiment tax-Xogħlijiet kienu se jaraw x'jistgħu jagħmlu biex:-", "1.", "Jitqegħdu plakki bl-ismijiet f'dawk it-toroq ta' l-Imdina li huma mibruxa kompletament u ma jingħarfux; u", "2.", "Jara li jsir \"patching\" suret in-nies f'ċerti toroq ta' din il-belt antika?", "Għaliex s'issa għadu ma sar xejn dwar dawn iż-żewġ ilmenti?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li jsir tindif tas-swar ta' l-Imdina, speċjalment dawk li hemm fid-dħul għal din il-Belt għaliex kiber ħafna ħaxix ħażin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li diġa' ttieħdu passi biex tittieħed azzjoni dwar il-plakki ta` l-ismijiet tat-toroq fl-Imdina.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien informat li bħalissa ma jirriżultax li hemm xi bżonn partikolari ta` manutenzjoni fit-toroq ta` l- Imdina.", "Hija l-intenzjoni tad-Dipartiment tal-proprjeta` tal-Gvern li jnaddaf is- swar imsemmija.", "Dan iżda jsir skond il-prioritajiet tax-xogħlijiet u skond ir-riżorsi - kemm umani kif ukoll finanzjarji - li jkollu għad- dispożizzjoni tiegħu.", "MARSA - FTUĦ TA' TRIQ", "13888.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isir xogħol biex Cross Road, il-Marsa terġa' tinfetaħ għat-traffiku?", "Jaf li l-ftit spazji li hemm għat-tfal u l-anzjani issa se jispiċċaw għax minnhom se jgħaddu l-karozzi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Ministeru kellu talba formali mill-GRTU f`isem il-membri tagħha li għandhom ħwienet f`Marsa Cross Road biex din it-triq tinfetaħ għat-traffiku.", "Bħalissa qed isir żmien ta` prova biex jiġi stabbilit kemm jgħaddi traffiku minn din it-triq u deċiżjoni permanenti tittieħed aktar tard.", "L-iskop hu li t-triq tkun waħda lokali biss, jiġifieri li sservi lir- residenti u l-ħwienet tal-lokal biss u mhux biex jgħaddi traffiku li ma jkollux għalfejn jgħaddi minnha.", "Hu maħsub li l-ispazju li se jibqa` mit- triq l-antika jkun żviluppat bħala spazju pubbliku miftuħ għar-residenti nkluż tfal u anzjani.", "XUFIERA TAT-TAXIS - UŻU TA' TAXI METERS", "13889.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Veru li hemm diversi każi pendenti kontra taxi drivers għax mhux jużaw it-taxi meter?", "Kemm hemm każi pendenti?", "Meta se jidhru quddiem il-Qorti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Membru hu mitlub jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabli mill-Pulizija peress li hi l- Pulizija li tipproċedi fil-Qorti kontra xufiera/sidien tat-taxis li jkunu nqabdu jabbużaw mil-liġi.", "SISTEMA TA' TRASPORT MINN TAĦT L-ART", "13890.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Veru jeżistu pjani biex ikun hemm sistema ta' underground transport minn Belt il-Ħażna għal Belt Valletta?", "Sar xi studju fuq din l-idea?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma nafx li jeżistu pjani biex issir sistema ta' \"underground transport\" minn Belt il-Ħażna għall-Belt Valletta.", "PULIZIJA - GĦAWDXI MAQBUD BL-EROINA", "13891.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-każ tal-pulizija kontra dak l-Għawdxi li xi erba' snin ilu kien inqabad idaħħal l-eroina bil-posta?", "Min kien dan ir-raġel?", "Meta kien deher quddiem il-Qorti l-ewwel darba?", "Veru li l-każ waqa' u l-pulizija mhix se tibqa' tipproċedi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peter Paul Theuma kien ġie mressaq il-Qorti fis-6 ta' Frar, 1989.", "Il-kawża tiegħu għadha għaddejja quddiem il-Qorti.", "ŻURRIEQ - FABBRIKA TA' L-IRĦAM", "13892.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar dak it- Taljan li fetaħ fabbrika ta' l-irħam f'Tal-Baqqari, l/o Żurrieq, li għidtli li ġie deċiż fil-Qorti, tista' tgħidli x'weħel it-Taljan jekk weħel?", "X'kien l-eżitu tal-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'dan il-każ il-persuna involuta ġiet imwaħħla multa ta' Lm250 u tliet xhur żmien biex jottempra ruħu mal- liġi.", "MINIBUSES", "13893.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jikkonsidra l-Ministru li jżid in-numru ta' minibuses peress li jidher li hemm lok li dawn jiżdiedu?", "Jikkonsidra li dawn jikbru fl-ispazju biex dawn jesgħu aktar passiġġieri?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ħejjiet rapport ta' \"policy\" li kien ippreżentat ukoll lili, dwar it-tibdil meħtieġ fis-setturi kollha tat-trasport pubbliku.", "Dan ir-rapport, li fih suġġerimenti dwar x'għandu jsir f'kull settur, qiegħed bħalissa jkun diskuss mas-setturi konċernati, inkluż dak tal-minibuses.", "ŻEJTUN - FUNTANA FI ĠNIEN LUQA BRIFFA", "13924.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru ġentilment jaċċerta ruħu li ssir il-funtana fil-ġnien il-ġdid ta' Triq Luqa Briffa, iż-Żejtun?", "Meta hu maħsub li ssir din il-funtana?", "Liema dipartiment hu nkarigat biex jsiru funtani bħal dawn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12615 (Seduta 176).", "ŻEJTUN - DAWL FIT-TOROQ", "13925.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' Enemalta ġentilment tara li jissewwew il-bozoz maqtugħa li hemm fi Triq Strejnu, Żejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li s-sistema tad-dawl fi Triq Strejnu Żejtun ġiet irranġata billi nbidlu sitt lampi u ballast.", "Għandha wkoll tinbidel lanterna.", "ŻEJTUN - BUS STOP FI TRIQ ID-DAĦLA TA' SAN TUMAS", "13926.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8829, jista' l-Ministru jara għaliex s'issa dan il-bus stage għadu ma sarx minkejja li hu ferm meħtieġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Kollega se tkun ikkonsidrata.", "ŻEJTUN - TISWIJA TA' TOROQ", "13927.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Issa li beda x-xogħol fuq l-extension tas-sewer tad-Dar ta' l-Anzjani taż-Żejtun, jista' l-Ministru jikkonferma li l-ftit metri ta' tarmac fi Triq id-Daħla ta' San Tumas jitkompla wara li titlesta t-trinka?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ġa tajt għal mistoqsija parlamentari numru 13522 (Seduta 185) u 9304 (Seduta 123).", "FIERA TAL-KTIEB", "13928.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew nies għall-Fiera tal-Ktieb li saret bejn it-28 u l-31 ta' Ottubru?", "Kemm kien hemm esebituri?", "Tinżamm statistika ta' kemm sar bejgħ ta' kotba?", "Jikkonsidra l-Ministru li din il-fiera tibda ssir kull sena minflok kull sentejn?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ma jinżammux figuri ta' kemm nies jattendu l- Fiera tal-Ktieb, iżda l-konkorrenza kienet tajba ħafna.", "Fid-disa' edizzjoni tal-Fiera ħadu sehem 35 esibitur.", "Għalkemm mhux magħruf kemm sar bejgħ ta' kotba, l-esibituri kollha kellhom kummenti favorevoli ħafna.", "Is-suġġeriment li l-Fiera tibda ssir kull sena qed jiġi konsidrat mill- Kumitat Organizzattiv u fil-laqgħa li jmiss tal-kumitat mistennija tittieħed deċiżjoni jekk għandhiex issir rakkomandazzjoni f'dan is-sens.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "13929.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru ġentilment jagħti struzzjonijiet biex isir it-tindif u l-manutenzjoni meħtieġa fl-iskola Primarja ta' Ħaż Żabbar kif ukoll fl-inħawi ta' madwar l-iskola?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra", "ENEMALTA - EX-CHAIRMAN", "14000.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Imbilli f'diversi mistoqsijiet preċedenti jiena tlabt lil Prim Ministru sabiex jinvestiga u jagħti tweġiba dwar dak li kien qal l-ex-Chairman ta' Enemalta meta dan kien għadu fil-ħatra, dwar:", "1) l-indħil li kellu fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu bħala Chairman ta' Enemalta;", "2) dwar li l-istess sitwazzjoni tinsab f'korpi oħra parastatali; u issa reċenti dwar dak li ġie mxandar mill-istess ex-Chairman dwar:", "a) il-kwestjoni tal-pompa tal-petrol ta' Għawdex; u", "b) l-eżami ta' l-Oilfield Operations, u imbilli l-Prim Ministru japprova hu stess dawn il-ħatriet, ma jidhirlux li għandha ssir stqarrija dwar dan il-kas?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11306 u 13697.", "Il-ħatriet ta' Airfield Operators ma jiġux approvati minni.", "SERVIZZ ĊIVILI - DIRETTURI", "14005.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-karigi ta' Directors li għalihom kienu ħarġu applikazzjonijiet f'April bħala parti mir-riforma fis-Servizz Pubbliku għadhom ma mtlewx?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li wara konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jien approvajt il-ħatra ta' 62 Direttur sabiex jokkupaw karigi li ġew stabbiliti fir- ristrutturar tal-Ministeri tal-Gvern li qed isir bħala parti mir-Riforma tas-Servizz Pubbliku.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - CAPITAL GAINS TAX", "14037.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar il-Gvern mit-taxxa tal-Capital Gains matul l- 1992 u l-1993?", "Kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-boll fuq dokumenti (it-trasferiment ta' proprjeta' immobiljari) matul l-1992 u l-1993 xahar b'xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ammont li tħallsu bħala taxxa tal-Capital Gains matul l-1992 u l-1993 huma kif indikati hawn taħt:", "|1992 |1993 | |1993 | | | | |Lm | |Lm | |17,94|Janna| |Gunju |238,32| |9 |r |87,271| |0 | | |Frar |147,28|Lulju |539,02| | | |8 | |4 | | |Marzu|183,51|Awissu |151,24| | | |1 | |8 | | |April|182,57|Settemb|335,78| | | |8 |ru |4 | | |Mejju|236,09|Ottubru|344,00| | | |5 | |4 |", "Id-dħul mit-taxxa tal-boll fuq dokumenti rigward it-trasferimenti ta' proprjeta' immobiljari matul l-1992 u l-1993 xahar b' xahar kien hekk:", "|1992 |1993 | |Lm |Lm | |Janna|330,8|593,8| | | | |r |99 |73 | | | | |Frar |355,1|636,1| | | | | |35 |48 | | | | |Marzu|353,4|578,9| | | | | |81 |86 | | | | |April|392,0|640,3| | | | | |86 |56 | | | | |Mejju|337,7|526,5|inkl|Lm19|cau| | |56 |34 |uż |02 |sa | | | | | | |mor| | | | | | |tis| |Ġunju|440,7|489,3|\" |22,8|\" | | |90 |40 | |36 | | |Lulju|453,4|634,0|\" | |\" | | |39 |91 | |4,27| | | | | | |2 | | |Awwis|301,9|601,2|\" | |\" | |su |31 |03 | |1,53| | | | | | |6 | | |Sette|455,7|452,3|\" |10,7|\" | |mbru |60 |76 | |11 | | |Ottub|439,5|487,6|\" |31,0|\" | |ru |14 |34 | |27 | | |Novem|525,5|_ | | | | |bru |45 | | | | | |Dicem|534,6|_ | | | | |bru |79 | | | | |", "INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA - INVESTIMENT DIRETT", "14038.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm kien l-investiment dirett fil-manifattura matul l-1989, 1990, 1991, 1992 u l-1993?", "Kemm esportaw il-fabbriki li fetħu wara l-1987 matul l-1993?", "Kemm esportaw il-fabbriki li kienu joperaw qabel 1987 matul 1993?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Minn stħarrig li jsir minn zmien għal zmien mid-Dipartiment ta' l-Industrija dwar ditti li jħaddmu aktar minn għaxra jirrizulta li l-investiment fuq makkinarju gdid fil-manifattura kien:", "|1989 |1990 |1991 |1992 |JAN - | | | | | |SEPT 93 | | | | | |\"Provisio| | | | | |nal\" | |Lm |Lm |Lm |Lm |Lm miljun| |milju|milju|milju|milju| | |n |n |n |n | | |15.7 |18.6 |22.8 |17.4 |13.0 |", "Il-fabbriki li fetħu wara l-1987 esportaw Lm42 miljun minn Jannar sa Settembru 1993 waqt li l-fabbriki li kienu joperaw qabel 1987 (Malta Shipbuilding Co Ltd mhix inkluza) esportaw Lm287.6 miljun matul l-istess perjodu.", "Wieħed għandu jinnota li l-figuri msemmija huma bbazati fuq dawk il- fabbriki li huma \"monitored\" mid-Dipartiment ta' l-Industrija.", "Jista' jagħti l-kaz li hawn xi fabbriki li bdew joperaw fl-1993 u li l- valuri ta' l-esportazzjoni tagħhom m'humiex inkluzi fil-figuri murija fit- tieni paragrafu ta din it-twegiba.", "Fil-figura ta' l-esportazzjoni li tidher fit-tieni paragrafu dwar fabbriki li fethu qabel l-1987, hemm inkluz l-esportazzjoni ta' fabbrika li esportat Lm159.9 miljun.", "Ta min wieħed jinnota li din il-kumpannija kienet esportat biss Lm25.3 miljun fl-1986 u ziedet l-esportazzjoni wara li l-Gvern Nazzjonalista bnielha fabbrika oħra fl-1988.", "TECHNOPARK - NUMRU TA' IMPJEGATI", "14039.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm hemm units fit-Technopark li diġa' qegħdin okkupati u joperaw?", "X'baqa' jsir fit-Technopark biex jitkompla?", "Kemm hemm impjegati attwalment ingaġġati u jaħdmu fit-Technopark?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Twegiba għal din l-interpellanza diġa ingħatat fir-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "13518.", "VALLETTA - PROĠETT TA' RIABILITAZZJONI,INFIQ", "14054.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari dwar in-nefqa s'issa fuq il-proġett ta' riabilitazzjoni tal-Belt, Valletta.", "Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru għall-informazzjoni li tani dwar l- infiq s'issa għal din is-sena, jista' jagħtini \"breakdown\" tan-nefqa kollha kemm ilu li twaqqaf dan il-Kumitat?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-infieq sena b`sena tal-proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kien hekk:", "|Sena |Lm | | | | |1988 |92,347 | |1989 |487,167 | |1990 |395,976 | |1991 |447,527 | |1992 |340,793 | |1993 |270,569 (sat 2 | | |ta` Novembru). |", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - FTEHIM KOLLETTIV", "14064.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'qed iżomm lura il-Ftehim Kollettiv il-ġdid ma' Enemalta Corporation?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: In-negozjati dwar il-Ftehim Kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta spiċċaw u ntlaħaq qbil dwar ir- reviżjoni ta` dan il-ftehim.", "SKEJJEL LI JGĦALLMU L-INGLIŻ - TRATTATTIVI", "14102.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13876 dwar skejjel li jgħallmu l-Ingliż għall-Barranin?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-aħħar laqgħa mal-FELTOM saret fl-uffiċċju tiegħi fl-10 ta' Novembru 1993 u ġew iċċarati ħafna punti.", "Nittama li f'qasir żmien jiġi konkluż il-ftehim.", "Id-Dipartiment tax-Xogħol għamel talba dwar ħlas ta' pagi lil waħda mill- iskejjel tal-Lingwi, iżda din it-talba ġiet milqugħa u ma kienx hemm lok ta' prosekuzzjoni.", "GHAWDEX - FORTI CHAMBRAY", "14103.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Il-Gvern Malti għandu tagħrif li l-promotur tal-proġett ta' Chambray Roberto Memmo qed jipprova ibiegħ sehmu fil-proġett fuq il-\"property market\" Ingliż?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Le.", "NTOM - ADVISORY COMMITTEE", "14104.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: L-Advisory Committee ta' l-NTOM kemm-il darba ltaqa' tul din is-sena?", "Minn min hu kompost?", "Meta ġie kostitwit?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-NTOM Advisory Board huwa kompost kif jidher f'avviz Nru. 93 tal-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta' Frar, 1993.", "Għalkemm dan il-Board ma giex imsejjaħ qed jigu proposti 'discussion papers' fuq għadd ta' suggetti li għalkemm importanti ma jaqgħux fuq responsabbilta' ta' dan il-Ministeru.", "L-iskop ta' dan hu li jigu suggeriti 'policies' u misuri lill-oqsma ta' l-amministrazzjoni li fuqha taqa' din ir- responsabbilta'.", "Dawn id-dokumenti bdew jigu preparati wara li ntemmu konsultazzjonijiet ma' Ministeri oħra fl-aħħar ta' Lulju.", "ST.ANDREWS - TISWIJA TA' TOROQ", "14105.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaħseb il-Ministru li huwa nuqqas ta' ippjanar li t-triq prinċipali ta' St. Andrews qed terġa' tinqala' ftit 'l isfel mit-\"topline\", wara li ġiet asfaltata ftit xhur ilu?", "X'kienet ir-raġuni għal dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id-Dipartiment tat-Toroq għall-aħħar ta` April kien informa lill-Korporazzjoni Enemalta dwar xogħol ta` tarmac li kellu jsir f`St Andrews u fi ftit ġimgħat l-Enemalta irrispondiet lid- Dipartiment li ma kelliex xogħol previst f`dik il-lokalita` .", "Ġara li fit- 23 ta` Ġunju 1993 il-Mid Med Bank għamel talba għal servizz ta` elettriku.", "Sakemm din ġiet ipproċessata u ġie deċiż kif għandu jsir ix-xogħol, it- tarmac kien diġa` lest.", "Dan mhux każ ta` nuqqas ta` ppjanar.", "Wieħed jifhem li x-xogħol ta` tarmac ma jistax jibqa` jiġi pospost indefinittivament għax jista` jkun hemm possibilita` ta` xogħol mhux previst.", "Ċertu progress kemm mil-lat ta` toroq, kif ukoll ta` servizzi ma jistax jinżamm lura, u l-enfasi llum qiegħed isir fuq l-aspett li xogħlijiet ta` trinek isiru malajr u tiswijiet tagħhom isiru b`mod aktar professjonali.", "B`hekk meta jkun hemm xogħol ta` trinek f`toroq dawn jiġu għall-istat oriġinali tagħhom fi żmien qasir kemm jista` jkun.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - ŻIEDA FIL-ĦLAS LIN-NURSES PART-TIME", "14113.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhi r-raġuni għaliex filwaqt li n-nurses full-time ingħatatilhom żieda fir-rata tal-ħlas tagħhom dik tan-nurses part-time baqgħet l-istess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- mistoqsija tiegħu stess numru 14111.", "ATTARD - TISWIJA TA' TOROQ", "14114.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinvestiga dak l-ilma li ilu ħiereġ għal diversi ġimgħat minn kanna li tesporġi mill-ħajt ta' San Anton, fi Triq it-Twila, Ħ'Attard?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma li minn spezzjoni fi Triq it-Twila, Attard, mal-ħajt ta` San Anton ma rriżultax li kien hemm ilma ħiereġ minn xi kanen.", "ZEBBUG - TISWIJA TA' TOROQ", "14115.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r-raġuni għaliex iż-żewġ kantunieri fit-tarf ta' Triq l-Isqof Caruana, Żebbuġ, li tgħaqqad ma' Imdina Road ma fihomx \"splay\" meta din l- aħħar triq hi tant traffikuża u għaldaqstant hemm ħtieġa kbira li meta wieħed jgħaddi għal ġo fihom ikun jista' jara sewwa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li d-distanza ta` bejn iż-żewġ kantunieri tal-parti tat-triq imsemmija li tiżbokka ġo Mdina Road hija madwar 90 pied u mill-mod kif inhi ddisinjata l-\"junction\" mhux ser ikun hemm ebda periklu ta` traffiku.", "L-isplay tan-naħa ta` Lvant fiha madwar 40 pied u hija perpendikolari ma` Mdina road, fejn ser ikun hemm biżżejjed viżibilita` u manuvrar għat- traffiku.", "L-isplay l-oħra ser tkun ta` 15 il-pied favur it-traffiku.", "ATTARD - DAWL FIT-TOROQ", "14116.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li Triq Tomasso Dingli u l-pjazza tal-Knisja ta' Ħ'Attard tinxtegħel b'mod adegwat għax bħalissa mal-lejl din qegħda tkun fi dlam ċappa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tara x`tista` tagħmel dwar l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "14117.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'besħiebu jagħmel id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex jelimina darba għal dejjem dak l-overflow tad-drenaġġ li qiegħed initten il-bajja tax-Xemxija u dan minkejja l-eluf ta' liri li ntnefqu ftit tas-snin ilu sabiex appuntu tiġi eliminata din il-problema?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "10912 (Seduta 149) u mistoqsija parlamentari nru 12682 (Seduta 178).", "Ix-xogħol li sar u li għamel referenza għalih l-Onor.", "Interpellant serva l-iskop tiegħu, iżda miegħu issa jrid isir ukoll ix-xogħol indikat fiż-żewġ tweġibiet li saret referenza għalihom.", "ENEMALTA - KONT EĊĊESSIV TAL-FAMILJA CUSCHIERI", "14118.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekkjat il-kont tad-dawl u ilma tal-familja Cuschieri fis-Siġġiewi (Nru. A 432406) li ammonta għal Lm33.05,4 għal fatt li l-ammont ta' dan il-kont jidher eċċessiv għal żewġ anzjani li joqogħdu f'dar żgħira li ma jużawx l-ebda \"electrical appliance\"?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nitlob lill-Onorevoli Membru jagħtini aktar informazzjoni - anke privatament - għax fil-mistoqsija ngħata biss il- `Claim Number`.", "Huwa meħtieġ l-`Account Number` u l-indirizz kollu ta` dan il-konsumatur biex tkun tista` ssir il-verifika mitluba.", "BORMLA - UFFIĊĊJU TAS-SANITA'", "14139.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li l-uffiċċju tas-Sanita' f'Bormla jinsab fi stat degradanti bi ħġieġ imkissrin etc, jidhirlu l-Ministru li dan qiegħed jagħti eżempju ħażin meta hu Uffiċċju tas-Sanita' u jinsab f'din il- kondizzjoni?", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa kemm jista' jkun malajr biex in-nuqqasijiet kbar li għandu dan l-uffiċċju jiġu rranġati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Ispettur Prinċipali tas-Saħħa nkarigat mid- Distrett ta' Cospicua diġa' għamel it-talba meħtieġa biex f'dan l-Uffiċċju jsiru tiswijiet kif ukoll tiġdid ta' tibjid u żebgħa.", "Dawn ix-xogħolijiet isiru hekk kif jitlesta xogħol ieħor ta' manutenzjoni aktar urġenti li qed isir f'postijiet oħra.", "ENEMALTA - KWISTJONI TA' L-EX-CHAIRMAN", "14157.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13806, imbilli jidher ċar li r-risposta li ngħatat ma tweġibx il-mistoqsija li għamilt, qed nerġa nagħmel l-istess mistoqsija sabiex tiġi mwieġba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 13806."]} {"filename": "19920609_024d_par.doc", "date": "1992-06-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 24 It-Tlieta, 9 ta' Ġunju, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 24", "It-Tlieta, 9 ta' Ġunju, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.14 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "24", "It-Tlieta, 9 ta' Ġunju, 1992", "WERREJ", "MINUTI ....................................................", "241", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ............................", "241", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ............................", "247", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BORŻA TA' MALTA", "MALTA STOCK EXCHANGE (AMENDMENT) BILL", "It-Tielet Qari .........................................", "247", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SOĊJETA' MALTIJA TAR-RED CROSS", "MALTA RED CROSS SOCIETY BILL", "Kumitat ...............................................", "248", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari .........................................", "276", "AĠĠORNAMENT ..............................................", "283", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB .........................", "289", "MINUTI Il-Minuti tas-Seduta Nru. 23 li saret fit-8 ta' Ġunju, 1992, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "POWER STATION - SPIŻA KAPITALI", "1527.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Philip Muscat) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Rigward l-ispiża kapitali stmata ta' Lm51.3 miljun għall-Power Station ta' Delimara, kemm tħallset s'issa minn din is-somma minn Enemalta?", "Minn fejn kienu s-sorsi tal-kapital imsemmi?", "Xi kemm fadal jitħallas minn din is-somma u kemm se tammonta f'żieda ta' interessi sakemm titħallas?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Mis-somma msemmija diġa' tħallsu Lm44,891,826.", "Il-kapital imsemmi ġie ffinanzjat minn sorsi tal-Korporazzjoni stess, mingħand il-Mid Med Bank, il-Kuwait Fund for Arab Economic Development u Suppliers' Credit fuq il-boilers u t-turbini.", "Dettalji dwar dawn kienu ngħataw fil-mistoqsija parlamentari Nru 31401 tat-3 ta' Diċembru 1991.", "Rigward kemm fadal x'jitħallas, ta' min igħid li Enemalta għandha diversi claims pendenti, liema claims għad iridu jiġu studjati.", "Dwar l-interessi, dawn jibqgħu jiġu kkapitalizzati sakemm il-proġett ikun ikkummissjonat.", "Wara, dawn jibdew jintwerew taħt l-ispejjeż kurrenti.", "Sakemm dan isir hemm ikkalkolat li baqa' madwar Lm150,000 x'jitħallsu.", "MSIDA: CONCEPTION STREET - KUMPENS TA' FOND", "1545.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Tony Nicholl) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas b'kumpens għall-esproprjazzjoni tal-fond 8, Conception Street, Msida (Ref 52962, datata 18 ta' Ġunju 1991)?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-fond in kwestjoni hu wieħed minn ħafna oħra li huma milquta mill-proġett tal-Flood Relief ġo l-Imsida.", "Il-ħlas ta' kumpens isir wara li l-Gvern ikun ħa pussess tal-fond.", "KERREJJIET", "868.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami): staqsa lill- Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Meta se jitwaqqgħu l-kerrejjiet eżistenti fil-Belt Valletta u fil-Furjana u x'tip ta' akkommodazzjoni se jagħti l- Gvern?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): F'dawn l-aħħar snin, is-slum clearance fil-Belt u l-Furjana għaddej b'ritmu mgħaġġel.", "Dan il-programm jitkompla fil-futur.", "L-akkommodazzjoni alternattiva tkun tista' tiġi kkonsidrata meta jibda jsir il-clearance neċessarju tas-slums imsemmija.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Salvu Sant, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, jista' l-Ministru jagħtina indikazzjonijiet jekk issa hemmx dettalji miġbura ta' dawk illi huma meqjusa bħala slum jew sub-standard housing areas, u jekk issa jistax għallinqas jagħtina programm, jekk hemm, ta' x'miżuri se jittieħdu għat-twaqqigħ u ta' bini ġdid floku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Hyzler", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien u s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Ċensu Galea, qed nagħmlu programm fejn qed naraw kemm hija kbira l-problema.", "Qed naraw xi slums għandna u dawk illi rridu nikklerjaw.", "Jiġifieri inutli li l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici joqgħod jiftaħ u jagħlaq idejh.", "Meta spiċċa l- Gvern Laburista fl-1987 qalulna li ma kienx hawn problema tal-housing.", "Jiġifieri l-problema tal-housing tfaċċat mill-1987 'l hawn.", "(Interruzzjonijiet) Aħna qed nagħmlu statistika ta' slum areas li 'l quddiem iridu jitwarrbu.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'għidtx li qabel ma sarx xogħol, imma li kulħadd għandu l-metodu tiegħu, u aħna qed nadottaw il-metodu tagħna.", "Aħna qed naraw kif nistgħu nneħħu dawn is-slum areas.", "Nispera li 'l quddiem inkun nista' nagħtik risposta sodisfaċenti għad- domandi li staqsejtni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, qed ngħid hekk lill-Ministru għax kont naf żgur, li sa l-1987, per eżempju, għall-Isla - u dan hu post illi jinteressani għax huwa d-distrett minn fejn niġi elett - li kien wieħed mill-iktar postijiet li għandu problemi ta' din ix-xorta, diġa' kien hemm miġburin dettalji dwaru li kienu kważi konklużi għal dawk illi huma slum areas, sub-standard housing, eċċ. U issa, jien li nixtieq inkun naf huwa biss jekk wasalniex fi stat li nindikaw sew dawk l-areas kollha ħalli b'hekk inkunu nistgħu nagħtu l-priorities tagħna fejn wieħed għandu proprju jibda jaħdem.", "Per eżempju, fil-Cottonera, Mr Speaker, ġieli jkun hemm sub- standard house, li lis-sid ma nagħtuhielux, il-Gvern ma jixtrihiex u din id- dar tiġi allokata lil xi familja li tkun ġejja minn xi raħal ieħor u allura ssib li f'ċerti areas il-problemi qed jiżdiedu u mhux jonqsu.", "Għalhekk jien qed ngħid li aħna għandna bżonn ikollna l-indikazzjonijiet ċari u l- passi kollha li aħna rridu nimxu fuqhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): L- ewwelnett nixtieq ngħid li aħna rridu niddistingwu bejn dawk li jissejħu slum areas u bejn dawk id-djar li mhumiex abitati.", "Fl-Isla lejn in-naħa tas-Sirena - taħt l-Amministrazzjoni li għadha kemm spiċċat - diġa' bdiet titqies bħala slum clearance area u fiha diġa' jinsab tiela' l-bini.", "(Interruzzjonijiet) Pero' b'danakollu ma jfissirx li m'għadx hemm numru sostanzjali ta' djar li għandhom bżonn jiġu riabilitati sabiex fihom joqogħdu n-nies.", "Barra minn hekk imbagħad hemm ukoll slum clearance areas fi bnadi oħra, speċjalment bħal dawk li hemm f'Bormla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: L-intenzjoni tiegħi, Mr Speaker, ma kenitx li aħna naqbdu dibattitu u nitkellmu fuq min għamel jew m'għamilx dawn l- affarijiet.", "Għal dak li jirrigwarda Point Street lill- Ministru ngħidlu li kulma solvejna kien forsi tmien każi ta' tmien familji biss.", "Dwar in-naħa l-oħra fejn hemm Siren Street safejn naf jien jidhirli li hemm kien xtrah xi wieħed Taljan.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nixtieq ngħid li n-naħa tax-Xatt kienet il- parti li ġiet mixtrija minn Taljan imma dak ta' fuqu huma flats tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt fl-Isla, kif qed igħid tajjeb l-Onor.", "Mifsud Bonnici, hemm tliet sites differenti li qed jinbnew bħalissa u li allura minħabba fihom kellu jitwaqqa' bini antik.", "Waħda minnhom kienet dik il-parti u magħha kien hemm tnejn oħra.", "HOUSING - STATISTIKA TA' SINGLE PARENT FAMILIES", "869.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: F'termini ta' statistika, kemm kienu s-single parent families li gawdew minn skemi tal-Housing tul is-snin 1987, 1988, 1989, 1990, 1991?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Kien hemm 201 single parent families li bbenifikaw minn skemi ta' xiri jew kiri ta' appartamenti, kif se ngħid:", "1987 --- 1988 --- 1989 29 1990 24 1991 148", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor f'liema lokalitajiet marru?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tas-Sigurta' Soċjali.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fir-risposta m'għandix il-lokalitajiet, pero' jekk tagħmilli d-domanda bil-miktub nipprova nagħtik l-informazzjoni kollha.", "Nista' ngħid biss li f'kull housing estate ikun hemm numru ta' djar riservati għal dan l-iskop.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Billi fl-1987 u l-1988, jidher li ma bbenifika ħadd mill-iskemi għas-single parent families, dan ifisser li ma kienx hemm applikanti li kienu single parents, jew li dak iż-żmien ma kienx hemm policy ċara fuq is-single parent families?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Li nista' ngħid huwa li fl-1987 u l-1988 ma rriżultax li ngħataw.", "Issa ma nafx jekk kienx dovut għall-fatt li ma kienx hemm talbiet, jew għax il-policy kienet differenti.", "Fil-fatt naħseb li din hi r-raġuni għax il-policy jidhirli li tbiddlet fl-1989.", "MALTA JAZZ FESTIVAL", "870.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Ma jidhirlux il-Ministru li l-Malta Jazz Festival f'Ta' Liesse, il-Belt Valletta li għalih għamel referenza fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 42 tas-seduta Nru. 7 hu biżżejjed fih nnifsu biex jikber in-night life fil-Belt Valletta?", "X'għandu mħejji bħala attivitajiet għax- xhur tas-sajf fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Le.", "Imma huwa avveniment ta' importanza kbira u jservi bħala mudell għal attivitajiet oħrajn simili.", "Fix-xhur tas-sajf se jsiru attivitajiet bħala parti minn Maltafest.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Tista' tistabbilixxi x'se jkunu dawn l- attivitajiet?", "Għax fid-domanda li kont għamiltlek oriġinarjmanet jien ma kontx preċiż u speċifiku u erġajt għamiltlek din id-domanda biex forsi inti tikkjarifika ċerti affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fil-fatt il-ġimgħa li ġejja nkunu ffinalizzajna d- dettalji kollha tal-Maltafest u nkun f'pożizzjoni aħjar biex inwieġbek u nagħtik id-dettalji sħaħ, anke dwar x'se jsir fil-Belt.", "Naħseb li d- domanda hija valida għax huwa importanti li fil-Belt isiru attivitajiet bħal dawn.", "HAMRUN - VETTURA MITLUQA", "871.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru għall-Ambjent jinformana x'qiegħed iżomm lill- Awtoritajiet milli jieħdu passi biex titneħħa vettura li għal xhur sħaħ ilha mitluqa fil-bitħa tas-Suq li jinsab fi Triq id-Duka ta' Edinburgh, fil- Ħamrun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-ġbir ta' vetturi mitluqa (derelict vehicles) huwa regolat u kordinat mill-Pulizija.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- Ministru kkon-ċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, jista' għallinqas il-Ministru responsabbli, jara li jitneħħew dawk li huma unlicensed vehicles li hawn fit-triqat kollha, bħal trailers, eċċ., għaliex dawn il-vetturi qed jieħdu spazju ta' l-aħjar toroq li hawn Malta?", "Jekk tieħu Ħal Qormi, inti u tiela' Ħaż-Żebbuġ, tara li kollha huma unlicensed vehicles u li qed jokkupaw l-aħjar toroq ta' Malta.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fil-fatt sakemm kont jien Ministru tal- Pulizija, u jien informat li dan tkompla mas-suċċessur tiegħu f'din il- kariga, għamilna regolament biex il-Pulizija tkun tista' tneħħi karozzi li jkunu ilhom jiżgombraw it-triq.", "F'Ħal Qormi, fejn semma l-Onor.", "Salvu Sant, sa erba' xhur ilu l-Pulizija kienet daret it-toroq kollha u neħħiet dawn il-vetturi.", "Naturalment jerġa' jkun hemm xi ħaddieħor li jerġa' jħalli vetturi bħal dawn.", "Pero' hemm sezzjoni apposta tal-Pulizija li qed iddur għall-vetturi kollha mitluqa fit-toroq ta' Malta u Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Ladarba rrisponda l-ex-Ministru tal-Pulizija, jien niskanta kif l-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici qed igħid li neħħew dawn il- vetturi.", "Jien għidt li fi triq fil-Mosta hemm vetturi li ilhom hemmhekk xi 15 jew 16-il sena mitluqin u jien tlabt biex jitneħħew.", "Kif issa qed tgħid li neħħejthom?", "Hemm kienu u hemm għadhom.", "Din mhix tad-daħk.", "U mhux jien biss ngħid li nibża' minn dan l-individwu, imma anke l-istess Ministru li joqgħod fl-istess triq jibża' minnu għaliex dan l-individwu jgħid li jagħmel li jrid, ikun min ikun fil-gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, meta jien kont Ministru, l- Onor. Gatt kien qanqalha din il-materja u konna bagħtna lill-pulizija u dawn qalu li l-vettura li kellu kienet vettura għax-xogħol u mhux mitluqa.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jekk trid immorru hemm illejla u jekk ma nsibux il- vettura li qed ngħid, hemmhekk ...", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Veru hekk hu, imma meta l-pulizija investigat biex tara jekk kenux mitluqa għal żmien twil ... il-pulizija m'għand-hiex taqbad karozza semplicemnet għaliex issibha fit-triq u teħodha.", "FURJANA - PETIZZJONI GĦAL TISWIJIET TA' BEJT FIL-HOS", "875.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Għaliex petizz-joni ffirmata mir-residenti ta' Block 6, Housing Estate, Floriana biex isiru t-tiswijiet fit-torba u fuq il-bejt ta' l-imsemmija flats baqgħu ma laqgħuhiex?", "Meta fl-iqsar żmien possibbli se jsir dan ix- xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet ma rrifjuta l-ebda petizzjoni ffirmata mir-residenti tal-blokk imsemmi mill- Onor. Interpellant.", "Ix-xogħol fil-parti komuni tal-flats ġie mdaħħal fil-programm tax- xogħlijiet li bħalissa qed isir fi blokk ieħor fl-istess Housing Estate li jinkludi wkoll tibjid tat-tromba tat-taraġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fic-cirkostanzi li dawn il-complaints dwar il- housing estates huma mxerdin ma' Malta kollha u tmur fejn tmur igħidulek li ħafna mill-affarijiet komuni li għandhom mhux qed issirilhom it-tiswija necessarja, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex qed isir dan?", "Jekk għandu nuqqas ta' nies, ma jistgħux jiġu allokati aktar nies biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "Iħoss il-Ministru li dan ix-xogħol għandu jaqa' taħt id- Dipartiment tal-Housing biex forsi jitħaffef iktar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena kemm-il darba weġibt fuq din il-problema, kemm verbalment kif ukoll bil-miktub.", "Nerġa' ngħid hemm problemi ta' voti u hemm ukoll il-problema li m'hemmx parametri fissi - pero' dawn qed jinħadmu - ta' liema huma x-xogħlijiet li jagħmel il-Gvern għax f'certi inħawi l-Public Works prattikament ma jagħmel xejn ħlief dawn it-tiswijiet u fl-opinjoni tiegħi, uħud mit-talbiet li jsiru m'għandhomx ikunu milqugħha għax ma jkunux ta' natura straordinarja.", "Jiġifieri dan l-eżercizzju qed isir biex ikollna kriterji cari fejn il-Gvern jagħmel it-tiswijiet u l- manutenzjoni, kif ukoll biex fil-Public Works ikun hemm sezzjoni li ma tkunx tieħu ħsieb it-toroq u dawn l-affarijiet, imma tkun apposta biex tagħmel dan ix-xogħol ta' manutenzjoni.", "Nisperaw ukoll li fil-Budget tas- sena d-dieħla jkollna vot li jagħmel aktar sens għal dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-aħħar mistoq-sija supplimentari.", "L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Imma jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħtina l-iktar data approssimattiva ta' meta dan it-tip ta' xogħol jista' jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Pero' dan jiddependi fuq il-każ partikolari li semmejt.", "Qed ngħidlek li diġa' beda jsir xogħol fuq blokk ieħor vicin u ovvjament ix-xogħol imbagħad jitkompla fuq il-Blokk 6.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddi għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja fotostatika tal-kondizzjonijiet annessi mal-licenzja tal-Pulizija fil- każ tal-barriera ta' Għar Lapsi, bi tweġiba għall-mistoqsija parla-mentari numru 1622.", "Vide Seduta Nru. 19 tas-27 ta' Mejju, 1992.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BORŻA TA' MALTA", "MALTA STOCK EXCHANGE (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1990 dwar il-Borża ta' Malta.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nisse-konda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1990 dwar il-Borża ta' Malta\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SOCJETA' MALTIJA TAR-RED CROSS", "MALTA RED CROSS SOCIETY BILL", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Is-Soċjeta' Maltija tar-Red Cross.", "Clause 2 - Malta Red Cross Society.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, l-ewwelnett nixtieq nipproponi din l- emenda li diġa' ġiet mgħoddija lill-Oppożizzjoni:", "\"A\" Fil-klawżola 2 u fin-nota marġinali għaliha minflok il-kliem \"Is- Soċjeta' Maltija tar-Red Cross\" kull fejn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"Is-Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar - Malta Red Cross Society\"", "\"A\" In clause 2 and the marginal note thereto, for the words \"Malta Red Cross Society\" wherever they occur, there shall be substituted the words \"Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar - Malta Red Cross Society\".", "Din il- klawsola kif qed tiġi emendata hija, biex ngħidu hekk, il-qalba ta' l- Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna għaliex permezz tagħha din il-Kamra qegħda tieħu nota ta' l-Istatut li huwa riprodott fl-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Abbozz.", "Din hija għaqda volontarja u indipendenti mill-awtoritajiet pubbliċi pero' taqdi funzjonijiet li huma awżiljarji u anċillari għall- istess awtoritajiet pubbliċi fil-qasam umanitarju.", "L-Għaqda qegħda tingħata rikonoxximent biex tkun tista' tingħata l-istatus kif jitolbu l- Konvenzjonijiet ta' Ġinevra ta' l-1949.", "L-Ewwel Skeda li hawn referenza għaliha f'din il-klawsola tittratta l- Istatut li kif diġa' kellna l-opportunita' li ngħidu fit-Tieni Qari, huwa mudellat fuq statuti ta' national societies oħrajn, kif rakkommandat mill- Moviment Internazzjonali tar-Red Cross, imbagħad applikat għas-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "L-Istatut innifsu kien ġie formolat u aċċettat mill- Assemblea Kostitwenti ta' l-Għaqda Nazzjonali li ltaqgħet fl-24 ta' Ottubru, 1991, u wara li din l-Għaqda ġiet kostitwita, fil-gazzetti kollha lokali ngħataw avviżi pubbliċi biex tissejjaħ Assemblea Ġenerali oħra, sussegwenti għall-Assemblea tal-Membri Kostitwenti li ffundaw din l-Għaqda Nazzjonali.", "Kien f'dik l-Assemblea Ġenerali li ltaqgħet f'Jannar u fil-preżenza tar- rappreżentant tal-Moviment Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar - jiġifieri tar-Red Cross Society u tar-Red Crescent - illi ġie deċiż illi wieħed ma jgħaddix għall-elezzjoni ta' Kumitat, biex ngħidu hekk, regolari u permanenti skond dak l-Istatut.", "Dak inhar ġie deċiż li jiġi elett kumitat proviżorju li jibqa' in kariga sakemm tgħaddi l-Liġi mill- Parlament biex imbagħad terġa' tissejjaħ Assemblea Ġenerali oħra u b'hekk wieħed jista' jagħti bidu aktar formali u permanenti għat-tmexxija ta' l- Għaqda Nazzjonali.", "L-Istatut illi qed jiġi anness ma' din l-Iskeda, huwa statut illi jistqarr il-prinċipji bażilari tal-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross, illi kif għidna l-bieraħ, huma karatterizzati minn seba' prinċipji.", "L- Istatut jitkellem ukoll fuq il-karattru internazzjonali, fuq l-istruttura, fuq l-emblema, fuq l-iskopijiet ġenerali ta' l-Għaqda Nazzjonali u fuq is- sħubija.", "Irrid nerġa' nenfasizza li s-sħubija hija miftuħa għal kulħadd bla ebda diskriminazzjoni u fl-Istatut hawn diversi kategoriji ta' membri.", "F'diskussjoni privata li kelli ma' l-Onor.", "Dom Mintoff saritli domanda dwar is-sħubija li wieħed irid iħallas.", "Kif għidt ukoll il-bieraħ fit- Tieni Qari, fl-istatut issir referenza għas-sħubija - fejn hemm ukoll membri li jħallsu - imma l-ammont tas-subscription fee jiġi stabbilit fl- Assemblea Ġenerali.", "Hemm ukoll il-possibilita' ta' membri attivi u membri onorarji.", "Imbagħad wieħed jitkellem ukoll dwar kif inhi fformata l- Assemblea Ġenerali u kif tiltaqa', dwar kif inhu kompost il-Kumitat tat- Tmexxija u s-setgħat tiegħu, dwar il-karigi uffiċjali tal-President u d- Direttur Ġenerali, dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji u r-relazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll il-proċedura.", "L-aħħar klawsola f'Kapitlu IX, Artiklu 31, tittratta dwar kif l-Għaqda tista' xxolji lilha nnifisha, u l- Istatut jipprovdi li:", "\"Is-Soċjeta' Maltija tar-Red Cross tista' tiġi xolta biss b'liġi jew b'deċiżjoni ta' l-Assemblea Ġenerali meħuda bi quorum ta' żewġ terzi tal- membri tagħha u b'maġġoranza ta' tliet kwarti ta' dawk preżenti u li jivvotaw.\".", "Mr Chairman, rigward l-aspetti li l-Għaqda tista' tiġi xolta b'liġi, il- parir li jiena tajt lill-kumitat proviżorju hu li ma jidhirx illi hu konsistenti mal-karattru indipendenti u awtonomu ta' l-għaqda li qegħdin nitkellmu fuqha li din tiġi xolta b'liġi, fis-sens illi għaqda li hija volontarja, li hija awtonoma, li hija indipendenti, m'għandniex niġu hawn fil-Parlament u nxoljuha b'liġi.", "Anke għaliex naħseb illi dan jista' jattakka l-prinċipju fundamentali sanċit fil-Kostituzzjoni rigward il- liberta' ta' l-assoċjazzjoni.", "Jiena sostnejt x'jista' jagħmel dan il- Parlament, kif ngħidu iktar tard f'dan il-Kumitat, u għidt li jirtira r- rikonoxximent jekk fil-fatt jirriżulta li hemm raġunijiet validi għal dan l- iskop.", "Kien hemm punti li anke ddiskutejna fil-laqgħa, kif diġa' għidt, illi kelli ma' Membri ewlenin ta' l-Oppożizzjoni.", "L-emendi li qegħdin inressqu huma wkoll frott ta' dik id-diskussjoni, Mr Chairman, u naħseb illi f'dan l- istadju tad-diskussjoni ma jidhirlix illi hemm punti oħra li wieħed għandu jagħmel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: La darba qed niddiskutu din il-klawsola, irridu niddiskutu wkoll l-Iskeda li hija l-Istatut tas-Soċjeta'.", "Nagħmel referenza għal Kapitlu IV rigward l-Assemblea Generali.", "Se nitkellem fuq il-quorum li hu trattat f'Artiklu 14: \"Għajr fejn huwa provdut xort'oħra f'dawn l-Istatut, l-Assemblea Ġenerali tieħu d-deċiżjonijiet kollha tagħha bi quorum ta' nofs il-membri tagħha u l-maġġoranza ta' dawk preżenti u li jivvotaw.\".", "Issa l-membri tas-Soċjeta' huwa tlieta, l-attivi, li jħallsu u l-onorarji.", "Il-frazi \"Il-membri tagħha\" tirreferi għal kulħadd jew għal xi wieħed jew waħda minn dawn il-membri?", "Ma jidhirlekx illi meta tgħid nofs il-membri ta' soċjeta' jridu jkunu preżenti fl-Assemblea Ġenerali tkun ambizzjuż iż- żejjed?", "Ftit huma dawn is-soċjetajiet li jirnexxielhom f'laqgħa ġenerali jkollhom nofs il-membri tagħhom preżenti.", "Jekk aħna se ninkludu l-membri onorarji, wieħed ma jistennix li dejjem ikun hemm nofs il-membri.", "Dan ifisser li ladarba l-quorum irid ikun magħmul minn nofs il-membri, allura ma tkunx tista' ssir l-Assemblea Ġenerali tas-sena.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sa certu sens, jien nassumi li l-membri li għalih qed jirreferi artiklu 14 ta' l-Istatut, li huwa ppreżentat fit-Tieni Skeda, jirreferi kemm għall-membri attivi kif ukoll għall-membri li jħallsu, għalkemm dan mhuwiex speċifikat.", "Nixtieq ngħid li f'certu sens l-Istatut ma nistgħux niddeterminawh aħna għaliex huwa Statut ta' għaqda volontarja, awtonoma u indipendenti u dan qed jiġi anness bħala t-Tieni Skeda.", "Ma jfissirx li meta dan ikun irid jiġi emendat, mibdul jew imtejjeb, bilfors hemm bżonn niġu l-Parlament biex noqogħdu nibdlu l-liġi għaliex din hija xi ħaġa li hija marbuta ma' l-azzjoni awtonoma u indipendenti ta' l-għaqda konċernata.", "Aħna qed nagħtu rikonoxximent lil din l-għaqda, issa jekk wieħed eventwalment jiġi biex 'il quddiem jerġa' jaħsibha fuq din il- kwestjoni tar-rikonoxximent - u jien ma naħsibx li xi darba se jkun hemm xi raġunijiet validi għax wieħed jagħmel dan - m'għandniex nieħdu xi azzjoni li biha nimponu r-rieda tagħna fuq il-volonta' ta' din l-għaqda imma għandna nimxu fuq klawsola li se nipproponu iktar tard fil-liġi prinċipali, li jekk jidhrilna li l-affarijiet mhumiex kif għandhom ikunu, permezz tagħha nistgħu nirrikonsidraw ir-rikonoxximent li qed jingħata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jew aħna interessati u għandna naraw fiex jikkonsisti l-Istatut - u jien qed nosserva li hija impratikabbli li wieħed jesiġi li soċjeta' biex tkun tista' tagħmel il-laqgħa statutorja tagħha ta' kull sena jrid ikun hemm bilfors preżenti nofs il-membri ..", "Ftit huma s- soċjetajiet li jirnexxilhom ikollhom nofs il-membri preż-enti għall-laqgħa statutorja u jekk se tagħmel il-ħtieġa ta' nofs il-membri bħala quorum qatt m'hi se ssir din il-laqgħa annwali.", "Jien qed ngħid li huwa imprattikabbli li fl-istatut tesiġi li jkun hemm dan.", "Issa jew se nħarsu lejn l-istatut jew mhux se nħarsu.", "Jekk se nħarsu, inkunu boloh jekk rimarka bħal din inħalluha għaddejja.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pożizzjoni korretta fl-opinjoni tiegħi hi li wieħed għandu kull dritt iħares lejn l-istatut u li jiġbed l-attenzjoni u li jagħmel ir-rimarki li għandu jagħmel, pero' ma jispettax lil din il- Kamra li dak l-istatut tbiddlu.", "Jiġifieri jiena nasal biex nikkonċedi lill- Onor. Membru li l-proposta li qegħda ssir fl-istatut setgħet ma tatx biżżejjed attenzjoni għall-implikazzjonijiet ta' kif inhi impostata, pero' jiena nifhem li kull min ikun qiegħed isegwi - u żgur li l-membri ta' l- għaqda, speċjalment il-membri tal-kumitat ta' tmexxija se jsegwu dan it-tip ta' dibattitu - u jiġi biex jirrifletti, jagħti piż biżżejjed għal dawn il- konsiderazzjonijiet, pero' ma jiddependix lanqas minna.", "Jekk din l-għaqda tesiġi u tinsisti - anke jekk aħna naħsbu li mhuwiex prattikabbli - li biex tiltaqa' l-assemblea ġenerali l-quorum għandu jkun ta' nofs il-membri, ma jispettax lilna li aħna ndibblu dik it-tip ta' sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Chairman, jiena fhimt li dan l-abbozz ta' statut huwa opra li lanqas l-għaqda li s'issa ġiet ifformata u sa ssejjaħ seduta ġenerali biex tkompli ssaħħaħ l-formazzjoni tagħha ...", "Xi ħadd jew min- naħa tar-Red Cross jew min-naħa ta' hawnhekk donnu għamel dawn il-proposti.", "Jien naħseb li dawn ġejjin min-naħa tar-Red Cross imma m'inix ċert.", "U iktar qed nikkonfondi għax iktar ma ngħidu li m'għandniex norbtulhom idejhom dawn meta nafu li qisna qegħdin inħallu lil ħaddieħor jidħol u jorbotilhom idejhom.", "Mentri aħna m'għandniex nagħmlu dan.", "F'dan il-mument kulma qed nipprova nagħmel huwa li nsib it-triq tan-nofs għar-rigward kif se nagħmlu għax donnu jidher li kulħadd irid li din is- Soċjeta' tiġi mwaqqfa, imma fl-istess ħin kulħadd irid li din is-Soċjeta' tkun soċjeta' miftuħa, eċċ. Allura għaliex aħna minflok ma nadottaw dan l- istatut - diment li f'din ir-recognition dan l-istatut mhuwiex impost fuqhom - ma nagħmlux klawsola li tgħid li aħna qed nagħtu din ir- recognition provided li jkun hawn dawn l-affarijiet kontinwament, ħalli b'hekk niddeċiedu malajr x'iridu jkunu jew ma jkunux l-affarijiet.", "Jien ma rridx noqgħod niddetta u nieqfu hemmhekk biss, għax dan iservi biex jikkonfondi lil kulħadd aktar milli suppost.", "Dan ikun qiegħed jidher biss bħala evidence ta' xi ħaġa li donna ridniha meta mbagħad nafu li ma nistgħux nilħquha.", "Jiena nikkonferma dak li qal il-kelliemi ta' qabli fejn qal li l-ebda konferenza ġenerali ta' għaqdiet filantropiċi ta' din in-natura ma jkollha 50% tal-maġġoranza.", "U l-provisions ta' l-istatuti għandhom jkunu tali li jew inti ma tagħmilx is-seduta, jew mbagħad ikun hemm provision oħra li tgħajtilha ġimgħa wara u ssir bin-numru ta' membri li jkunu preżenti, inkella fl-istess provision għandek tgħid li wara siegħa jew wara xi tliet kwarti, s-seduta għandha ssir.", "Għaliex?", "Għax jekk inti fl-istatut ikollok terminu li jgħid li kull sena jew wara li jgħaddu mhux iktar minn ħmistax il-xahar bilfors trid li l-accounts għandhom ikunu audited biex imbagħad tippubblikahom ħalli ma tibqax ...", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid x'inhuma r-raġunijiet prattiċi li jistgħu jġegħluk li ma jkollokx 50% tal- membri biss.", "Mentri jista' jkollok 40% jew 30% biss u l-laqgħa xorta jkollok tagħmilha.", "U iktar ma jkollok membri inqas trid li jkun il- persentaġġ biex verament tkun tista' toqgħod għal regolament bħal dan.", "Pero' bħall-Ministru nħoss li jekk dawn se nħalluhom b'ċerta latitudni ...", "Huwa tajjeb li jkollhom ċertu ammont ta' latitudni, imma mhux b'mod li tinbidel in-natura tal-għaqda fl-affarijiet fundamentali.", "Safejn naf jien l-affarijiet fundamentali huma li tkun miftuħa għal kulħadd mingħajr l-ebda distinzjoni politika, reliġjuża, eċċ. Dan hu l-għan li għandu jkollha, u li jkun hemm l-accounting, auditing, eċċ. Fl-opinjoni tiegħi dawn huma t- tliet punt fundamentali u ma nafx jekk humiex qegħdin fl-Istatut.", "Safejn naf jien l-Istatut li rajna mhuwiex l-Istatut ta' l-Għaqda, għax dak għadna ma rajnihx probabbilment għax huma stess jixtiequ jbiddluh.", "Jien ma nafx u dan li qed ngħid hawn kollu conjecture, imma jekk iridu jagħmlu hekk ma nagħtihomx tort għax mhux faċli li twaqqaf soċjetajiet li jkunu disinterested u jagħmlu l-ġid lill-proxxmu kollu.", "Per eżempju, Kristu 12-il Appostlu biss sab fost il-Lhud kollha, ma sabx mijiet.", "Jiġifieri huwa diffiċli li ssib mijiet ta' voluntiera, jekk verament ma jkunx hemm xi interess ieħor.", "Għalhekk kont qed naħseb li forsi apparti minn hekk ikun aħjar li nagħmlu wkoll li jekk din is-Soċjeta' mbagħad tonqos minn dawk l-affarijiet, allura r-recognition tiġi withdrawn.", "Għax kif qed nagħmluha qisha it is neither fish nor fowl.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It is either fish or fowl u mhux neither.", "Għaliex?", "Ħalli nġoġġu l-affarijiet fil-kronoloġija li tiddettahom il-loġika.", "Hemm il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra li jirrikonoxxu l-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross u pajjiżna huwa firmatarju tagħhom.", "Bħala firmatarji ta' dawn il-Konvenzjonijiet, f'ċertu sens aħna dħalna għall-obbligu li ninkoraġġixxu, ngħinu, niffaċilitaw u nirrikonoxxu l-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross.", "Mela sal-lum f'pajjiżna ma kellniex din l-Għaqda Nazzjonali u allura lanqas stajna nibdew xi proċeduri jew xi proċess biex nirrikonoxxu xi ħaġa li ma teżistix u li mhijiex kostitwita.", "Mela t-trapass kronoloġiku li bilfors ridna ngħaddu minnu biex naslu għall-mument tal-lum ħalli nirrikonoxxu din l-għaqda kien li xi ħadd jieħu l-interess u l-inizjattiva li l-ewwel jikkostitwixxi din l-Għaqda Nazzjonali.", "Allura ġara li ltaqgħu grupp ta' nies li flimkien fformulaw u qablu fuq l-istatut kif qed jiġi riprodott fit-Tieni Skeda u qalu: Mil-lum aħna qegħdin nikkostitwixxu l- Għaqda Nazzjonali tar-Red Cross.", "Dawn setgħu waqfu hemm u l-Gvern seta' ma ta kas ta' xejn u bħalma hawn diversi għaqdiet oħra volontarji f'Malta, sempliċement kien ikun hawn għaqda volontarja oħra kostitwita regolarment magħrufa bħala r-Red Cross Society ta' Malta.", "Jekk ried, il-Gvern seta' jiċċalinġja d-dritt li dik l-għaqda tista' tissejjaħ Red Cross Society biss stante li fil-Konvenzjonijiet aħna ntrabatna li naderixxu mal-prinċipji u mal-proċedura tal-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross li jesiġi li l- ebda organizzazzjoni ma tista' ssejjaħ lilha nnifisha Red Cross Society jekk ma tkunx rikonoxxuta minnhom u biex tkun rikonoxxuta minnhom irid ikun hemm ukoll rikonoxximent mill-awtorita' kompetenti tal-pajjiż bħala a national society.", "Mela aħna llum qegħdin fis-sitwazzjoni li ġiet kostitwita r-Red Cross Society f'pajjiżna bħala għaqda li għandha l-istatut tagħha u bħala għaqda volontarja u awtonoma u aħna m'għandna l-ebda kompetenza li nikkustinjaw fl-intern tal-kostituzzjoni ta' din l-għaqda.", "Il-Membri ta' din l-għaqda qalulna: Jidhrilkom li aħna għandna niġu rikonoxxuti għall-finijiet tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra?", "U l-Gvern seta' jagħżel waħda minn żewġ toroq: Jew jirrikonoxxihom bħala Gvern u ma kien jiġri xejn fil-Parlament - u dan kien ikun biżżejjed bħala att ta' rikonoxximent anke għall-finijiet tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra - jew ir- rikoxximent jingħata mill-Parlament u mhux mill-Gvern, li dehrilna li huwa aħjar.", "Mela dan l-Istatu mhuwiex impost.", "Min daħal għall-kostituzzjoni ta' din is-socjeta', daħal biex jikkostitwixxi għaqda fid-dawl ta' kriterji, ta' principji u ta' certi proceduri li huma stabbiliti fil- Moviment Internazzjonali tar-Red Cross u għażel li joqgħod għal dawk il- principji, jaderixxi għal dik it-tradizzjoni, għal dawn l-għanijiet u għal dawn il-funzjonijiet ta' din l-għaqda għax dawn ħadd ma mponihom fuqu.", "Kull ħaġa hija mposta għal kull persuna li tiddeciedi li tissieħeb u li tassocja f'xi moviment.", "U ma naħsibx illi l-kelma li nużaw għandha tkun xi impożizzjoni.", "Dan il-framework ilu ġej minn qabel l-1949 għax ir-Red Cross u r-Red Crescent inħolqu qabel il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra ta' l-1949.", "Dak iż- żmien kien importanti li f'pajjiżna jkollna għaqda u għalhekk kien hawn grupp ta' nies li ltaqgħu u ħadu interess tant li ħadu l-pariri u kitbu barra biex jistaqsu kif għandu jkun formolat l-Istatut tar-Red Cross Society f'Malta biex ikun accettabbli għall-Moviment Internazzjonali tar- Red Cross.", "Imbagħad dawn ingħataw ir-risposta li kienu se jingħataw a model statute li jintbagħat lil kulħadd pero' li jiġi adattat skond il- pajjiż.", "Issa jiena qatt ma kont preżenti f'xi laqgħa li saret biex nara kif qed isiru dawn l-affarijiet.", "Aħna qegħdin fl-istat illi llum għandna għaqda kostitwita u dawn qalulna li huma kostitwiti, qalulna liema hu l- Istatut tagħhom u staqsewna jekk nirrikonnuhomx.", "Aħna s'hawn nidħlu, issa aħna rridu nkomplu nsegwu billi ngħidu li dan l-Istatut ma narawlu xejn ħażin, ma jivvjolax il-Kostituzzjoni tagħna, ma jivvjolax lanqas il- principji u l-valuri fundamentali illi s-socjeta' Maltija taderixxi għalihom, m'hawn xejn li huwa kontra l-liġi Maltija u huwa konformi mal- Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u mal-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross.", "Ħaġa li tispetta lilna f'ċertu punt li narawha pero' tispetta iktar lilhom li jarawha għax finalment huma jridu jiġu rikonoxxuti.", "U aħna se nirrikonoxxu.", "Issa x'jiġri?", "Illum nagħtu rikonoxximent.", "Dawn issa jiltaqgħu meta jkun opportun li jiltaqgħu fi żmien li jien naħseb li jkun relattivament qasir biex jeleġġu kumitat regolari u jistgħu jgħidu: Kien hemm diskussjoni fil-Parlament u ġie mqanqal l-argument illi l-quorum ta' l- Assemblea Ġenerali huwa kbir wisq u mhux prattiku li nżommuh.", "Naqblu li aħna għandna nagħtu kas ta' dan l-argument u flok inħallu l-quorum bħala nofs il-membri nagħmluh kwart jew għoxrin fil-mija\", u jbiddlu dak l- Istatut.", "Jiena qanqalt l-argument illi fl-istatut m'għandux ikun hemm illi biex tiġi xolta din l-għaqda, din għandha tiġi xolta b'liġi.", "L-ewwelnett, din l- għaqda volontarja ma tistax tiddetta lill-Parlament ixoljihiex jew le b'liġi.", "U t-tieni, ma naħsibx illi aħna nistgħu nxolju lil xi għaqda, jista' jkun klabb tal-futbol, klabb tal-banda, tista' tkun l-għaqda tar- Red Cross, għaliex inkunu qegħdin immorru kontra l-liberta' ta' l- assoċjazzjoni.", "Allura x'inhi t-teżi ta' din in-naħa?", "It-teżi hi li b'din il-liġi aħna qegħdin nirrikonoxxu r-Red Cross Society ta' Malta.", "Illum għandha dan l-Istatut; matul iż-żmenijiet jistgħu jħossu li għandhom jirtokkawh.", "Per eżempju, m'hawnx stabbilit illi s-sħubija hija ta' Lm2 fis- sena.", "U naħseb li hemm raġuni.", "Għaliex?", "Għax is-sħubija m'għandekx toqgħod tniżżilha fl-Istatut għax jekk xi darba trid tagħmilha Lm3, trid toqgħod tbiddel l-Istatut.", "Allura qalu li s-sħubija tiġi stabbilita mill-Kumitat tat-Tmexxija.", "Din is-sena għamluha Lm2, sena oħra jistgħu jagħmluha Lm3.", "Jistgħu jgħidu li hemm sħubija normali ta' Lm2 fis-sena imma s-sostenituri jistgħu jkunu iktar ġenerużi u flok Lm2 jħallsu Lm10.", "Jiġifieri ma naħsibx illi l-Parlament għandu joqgħod jinħela u jidħol f'dawn id-dettalji li jispettaw lill-karattru awtonomu u indipendenti ta' għaqda.", "Per eżempju aħna għandna nidħlu jekk dawn ibiddlu l-Istatut u jbiddlu l-ewwel artiklu tiegħu b'mod u manjiera li jabbandunaw il-konċett tan-newtralita', jew jabbandunaw il-konċett tas-servizz volontarju; jew ibiddlu lIstatut f'dettalji u f'affarijiet li huma fundamentali għall-iskop illi ma jkunx jistħoqqilhom ir-rikonoxximent tagħna li jfisser illi aħna qegħdin ngħidu lis-soċjeta' tagħna li din l-għaqda tar-Red Cross hija għaqda distinta mill- għaqdiet volontarji l-oħrajn.", "Pero' naħseb li jekk anke fl-istadju tal- Kumitat se nimpostaw id-diskussjoni billi nintilfu fuq ħafna affarijiet bħalma hu t-tip ta' Statut ...", "Jien m'inix qed ngħid li jekk hemm kummenti validi, bħal dawk li qanqal l- Onor. Mifsud Bonnici, m'għandhomx isiru, anzi naħseb li għandna nqanqlu punti bħal dawn biex min hu responsabbli mill-Għaqda jkun jista' jeħodhom into consideration waqt li jkun qed jiddelibera fl-Assemblea Ġenerali.", "Imma s'hemm għandu jkun il-kompitu tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Forzi nista' nispjega minn fejn l-punt li għandu x'jaqsam mal-quorum.", "L-Istatu anness ma' l-Abbozz huwa meħud minn Model Statutes for the Use of National Societies, Adopted by the Board of Governors at its 31st Session, adapted to the need of national societies of small or island states at the eight session of the Executive Council, October 1981, and to the revised constitution November 1987.", "Dan huwa l- mudell li mxew fuqu meta għamlu l-Istatut.", "It-tieni paragrafu ta' Article 14, \"Procedure,\" igħid hekk:", "\"Except where otherwise provided for in these Statutes, the General Assembly takes all its decisions with a quorum of half its members and a majority of those present and voting.\".", "Jekk is-socjeta' jidhrilha li l-quorum għandu jkun ta' one-third tal- membri, b'daqsekk ma tkunx qed tbiddel xi ħaġa b'mod u manjiera li taffettwa r-recognition.", "Dan l-Istatut għamluh bill mxew fuq models li mbagħad bagħtuhomlna biex aħna nfasslu Statut bħalhom.", "Dan ġie ppubblikat f'Jannar ta' l-1988.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien ma rridx nagħti l-impressjoni li minn din in- naħa hawn xi ħadd li qed jimponi.", "Aħna nafu li min-naħa l-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross qed igħidilhom li jekk iridu l-privileġġi u l- għajnuna li jgawdi l-Moviment mad-dinja kollha, iridu joqogħdu għal dawn l- obbligi, biex ma ngħidulhomx kondizzjonijiet.", "Min-naħa tiegħu l-Gvern qal sewwa li din seta' qabad u għamilha mingħajr ma ressaqha fil-Parlament, imma ladarba issa ressaqha quddiemna dawn l-affarijiet irridu narawhom.", "Aħna qegħdin ngħidu li tajjeb li ġiet fil-Parlament għax b'hekk ikollha backing nazzjonali, mentri kieku saret min-naħa tal-Ministru biss, ma kienx ikollha l-istess saħħa.", "Naħseb li fuq dan il-punt kulħadd jaqbel.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li minn dak li hawn quddiemna ma jidhirx li dan hu l- Istatut tas-Soċjeta'.", "Intom daqqa tgħidulna li dan hu l-Istatut tagħhom u daqqa tgħidulna li huwa biss mudell ta' l-Istatut li suppost ikollhom.", "THE CHIARMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħalli niċċaraw dan il-punt darba għal dejjem.", "Dan hu l-Istatut ta' l-Għaqda Nazzjonali tar-Red Cross ta' Malta għax meta bagħtu l-Istatut, kif inhu riprodott fit-Tieni Skeda, lill-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross, dawn qalulhom li jekk l-Għaqda Nazzjonali ġġib ir-rikonoxximent ta' l-awtorita' kompetenti Maltija, il-Moviment Internazzjonali jirrikonoxxiha abbażi ta' dak l-Istatut.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma din issa qed toħroġ ċara hekk, u tajjeb li naraw dawn l-affarijiet.", "Jien nerġa' ngħid li forsi tort tiegħi li ma ndunajtx li qed issir din l-Għaqda, imma naħseb li jemminni jekk ngħidlu li ħafna min-nies li naf jien bħali ma ndunawx.", "Jien m'inix qed ngħid li ma saritx pubbliċita', imma ma ppenetratx biżżejjed, jiġifieri ma qed nagħti tort lil ħadd.", "Issa r-rakkommandazzjoni tagħna hi li din qabel ma jerġgħu jagħmlu l- laqgħa ġenerali jistennew ftit u mhux malli jkun hemm ir-recognition jaqbdu u jagħmlu l-laqgħa ġenerali, meta aħna qegħdin ngħidu li lanqas konna ndunajna li qegħda ssir.", "Jiena b'kumbinazzjoni sirt naf, u ma sirtx naf li saret, imma li hemm attentat biex issir, u m'għandix għalfejn noqgħod naħbi dawn l-affarijiet.", "Allura għandna nagħtuha ċ-ċans li tikber ħalli jkollha s-support min-naħa tan-nies li jinteressaw ruħhom f'dawn il-movimeti filantropiċi.", "Ħalli naraw ukoll l-fatt li jekk aħna se nagħtu recognition, allura ngħidulhom li l-iktar affarijiet importanti għalina huma l-ewwelnett li din is-socjeta' tkun miftuħa għal kulħadd mingħajr l-ebda distinzjoni ta' xejn u t-tieni nett li fl-Istatut tagħha tpoġġi kollox ħalli kollox ikun magħruf u mhux li ħadd ma jaf x'inhu l-obbligu ta' kull membru, saħansitra lanqas jaf kemm għandu jħallas fee.", "Din tal-fee hija waħda mill-affarijiet li tkun fi kwalunkwe statut.", "Mhux tgħidli le, għax inkella fejn tkun taf fhiex dieħel?", "Veru li dan jista' jinbidel u jibdluh kull sena, iżda jekk l- istatut jinbidel, dan irid jinbidel b'tant maġġoranza u mhux jibdlu wieħed waħdu.", "(Interruzzjonijiet)", "It-tielet għan ta' din is-soċjeta' għandu jkun li l-accounts u l- affarijiet li jkun hemm fis-socjeta' jkunu kollha audited u r-raba' għan hi li l-membri għandhom ikollhom id-dritt li jistaqsu x'qed isir eżattament waqt li dawn ikollhom konferenzi ġenerali.", "Inkella ma jkunx hemm dik id- demokrazija li nifhmu biha aħna llum.", "Dawn huma l-erba' affarijiet fundamentali li xtaqt nsemmi u jekk inti taħseb li dak li qed nitkellmu fuq u hawn huwa biżżejjed biex dawn jagħtu każ tagħna allura m'għandniex għalfejn noqogħdu ngħidu iktar minn hekk.", "Għaliex la kif qed tgħidu inthom hawnhekk se ssir emenda fil-liġi li biha nkunu nistgħu ngħidu illi b'riżoluzzjoni, dan il-Parlament se jkollu is-saħħa li jneħħi r- recognition, allura ngħidilkom li dak huwa kollu li nistgħu nagħmlu llum u daqstant ieħor ħadd m'għandu l-ebda interess hawnhekk li noqgħodu nżommulhom idejhom u ngħidulhom biex jagħmlu t-tali ħaġa jew ħaġa oħra.", "Aħna m'għandniex dik l-intenzjoni.", "L-intenzjoni tagħna hi li din il-bicca xogħol tkun verament nazzonjali, tkun miftuħa għal kulħadd u tkun immexxija fuq sistema demokratika ħalli jkollha l-kontrolli finanzjarji tagħha bla mittiefsa.", "Dan huwa l-interess tagħna u jekk dan jiġi milquħ allura ngħidilkom li aħna nistgħu naħdmu flimkien iżda jekk dan ma jiġix milquħ allura nibdew ngħidu: Għaliex qed iżommhom lil dawn?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-ewwelnett nixtieq ngħid hawnhekk, Mr Chairman li l- Oppożizzjoni trid tagħmilha cara fil-principju kif ukoll fil-prattika li hija taqbel ma' dan l-Abbozz u naturalment se tivvota favur tiegħu fl- istadji kollha li ġejjin.", "Aħna sodisfatti bil-grupp ta' nies li nteressaw ruħhom biex jġibu din is-soċjeta' lejn Malta.", "Din hija soċjeta' internazzjonali u probabbilment waħda mill-iżjed soċjetajiet umanitarji li hawn fid-dinja.", "U huwa tajjeb li f'Malta jkollna soċjeta' nazzjonali li tissieħeb ma' din is-soċjeta' internazzjonali tar-Red Cross u tar-Red Crescent.", "Il-bieraħ u l-aħħar darba li tkellimna fuq dan l-Abbozz, intqal li dan il- grupp ta' nies li fformaw l-Interim Committee kitbu l-istatut tas-Soċjeta'.", "Issa jien nifhem li biex dan l-istatut kitbuh kellhom model statute għax din is-soċjeta' internazzjonali statut wieħed għandha u jekk ivarja minn pajjiż għal ieħor, jagħmel dan biss f'affarijiet żgħar.", "Jiġifieri aħna naqblu li kellhom iġibu model statute u nifhmu li ħadu ċertu trouble biex ġabuh u adattawh għall-bżonnijiet lokali.", "Issemma wkoll li meta din is-soċjeta' fformat l-embyro tagħha biex tinforma l-pubbliku, ġabu adverts fil-gazzetti - u l-bieraħ il-Ministru dawn poġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra li kienu kollha konċentrati f'ġimgħa waħda u fuq it-telvision jew radju ma deher u nstema' xejn.", "Jiġifieri aħna tant irridu li din is-soċjeta' nazzjonali tirnexxi hawn Malta li kif qal il- kelliem ta' qabli rridu li bħala membri jkollha mhux biss tobba u avukati, imma anke suldati, nurses u pulizija u civil servants.", "Għax iktar ma jkun hemm volontieri mseħbin fiha, aktar tkun b'saħħitha u iktar tagħmel unur lis-soċjeta'.", "Meta kien qed jingħata historical background tas-soċjeta', issemma li xi snin ilu kien hemm attentati biex tiġi fformata din is-soċjeta', iżda ma ġara xejn.", "Jien naħseb li ma ġara xejn għax intilef l-interess u l-impetus li ngħata minn dawk il-ftit nies li ħadu din l-inizjattiva, ma baqax jikber.", "Aħna ma rridux li dan jerġa' jiġri iżda rridu li din is-soċjeta' tiġi mibnija fuq sisien tajba biex tikber, kif għamilt f'pajjiżi oħra.", "S'intendi, din is-soċjeta' bix-xogħol tagħha u bl-attivitajiet tagħha tista' tirkeb fuq soċjetajiet oħra volontarji li għandna hawn Malta.", "Pero' fl-istatut tagħha tgħid li mhux beħsiebha tagħmel dan imma tgħid li beħsiebha tgħin lil dawn is-socjetajiet permezz tal-kuntatti internazzjonali li tibni minn barra.", "Aħna stennejna li jsiru xi programmi jew xi taħdidiet fuq il-mezzi tax-Xandir, speċjalment fuq it-Television.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-bieraħ aħna poġġejna fuq il-Mejda tal-Kamra numru ta' cuttings minn gazzetti fejn ġiet reklamata l-assemblea pero' drabijiet oħra kien hemm ħafna press releases.", "Din qed ngħidha biex inkunu eżatti.", "Ħaġa oħra li ridt ngħidlek hija li dan il-mudell jien lest biex inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra u barra minn hekk irridu nagħtu kopja tiegħu lin- naħa l-oħra tal-Kamra.", "Din is-socjeta' m'għandhiex tkun mifruxa biss fuq it-tobba jew fuq in-nurses imma għandha tkun għal kull min għandu għal qalbu l-umanita'.", "Fil-fatt meta sar il-kumitat, raw illi din ikollha spectrum kbir u sabu bankier u industrijalist.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Pero' jien naħseb illi fuq it-television għandu jsir programm li jfiehem il-goals tas-socjeta' u x'attivitajiet tista' tieħu sehem fihom din is-socjeta' speċjalemnt hawn Malta.", "Il-bieraħ il-Ministru qal li din is-socjeta' tista' tagħti lectures fuq ic-child health, fuq il- iġjene u fuq is-saħħa pubblika.", "Dawn huma kollha attivitajiet illi jsiru minn socjetajiet nazzjonali ta' pajjiżi oħra.", "Din is-socjeta' tista' tgħin il-blood transfusion service illi tant għandna bżonn hawn Malta u tgħin f'affarijiet oħra b'koperazzjoni mal-Gvern.", "Per eżempju, jien informat li attivita' importanti ta' Soċjeta' Nazzjonali tkun ta' Koperazzjoni u għajnuna meta jinqala' xi diżastru naturali bħal terrimot, jew xi major accident li jista' jinqala'.", "F'sitwazzjonijiet bħal dawn, Mr Speaker, is- Soċjeta' nazzjonali tar-Red Cross tkun tista' tagħti ħafna għajnuna, b'ċerta koperazzjoni mal-Gvern.", "Qiegħed insemmi dan, għax naf li fl-Isptar San Luqa jeżisti pjan li huwa magħruf bħala Major Accident Scheme, li jkun tajjeb li minn żmien għal żmien ikun hemm mock exercise ta' dan biex meta jkollna xi accident serju, il-ħaddiema mid-diversi Dipartiemnti tal-Gvern, spejċjalment ta' l-isptar li jkunu mistennija li jieħdu parti mix-xogħol ta' dan l-iskema, ikunu jistgħu jaħdmu b'iktar abilita', b'iktar koperazzjoni u b'iktar effettivita'.", "L-istess irid isir f'diżastru naturali, u naħseb li għandu jkun hemm koperazzjoni bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u dipartimenti oħra ħalli l-Gvern jkollu pjan f'każ li jinqala' xi diżastru hawn Malta.", "Għalkemm dawn id-diżastri huma rari jistgħu jinqalgħu bħalma ġara xi snin ilu.", "F'każijiet bħal dawn is-soċjetajiet kollha, inkluż ir-Red Cross Society ta' Malta, ikollhom l-opportunita' li jieħdu parti biex jagħtu l- għajnuna tagħhom.", "Il-Ministru qal li s-Soċjeta' setgħet għamlet l-Istatut tagħha kif jidhrilha hi u ma ġietx hawn, pero' mbagħad naħseb li kkoreġa ruħu, għax fil-fatt ma setgħetx tagħmel hekk biex tieħu l-għarfien tagħha mill- International Red Cross Society, imma bilfors riedet tieħu l-għarfien ta' dan il-Parlament.", "Ma rridux noqogħdu nfittxu l-irqaqat, imma rrid ngħid li jekk sar żball sar proprju hawnhekk.", "Għax qabel ma aħna niġu konvinti li dan huwa l-Istatut uffiċjali tas-Soċjeta' - u aħna m'aħniex se niddetawlha xi statut tagħmel, basta dan jkun jikkonforma mal-Liġijiet ta' Malta ...", "Kien mistenni li dan l-istatut jiġi approvat fl-ewwel Assemblea Ġenerali tas-Soċjeta'.", "U hawnhekk deherli li sar żball għax, jekk m'inix żbaljat l- ewwel Assemblea Ġeneral saret fit-30 ta' Jannar 1992.", "Ħaġa li jmissha saret dak inhar hija li jiġi approvat l-Istatut.", "Naturalment setgħu saru xi emendi żgħar - u jekk kellhom bżonn isiru xi emendi bilfors kellhom ikunu żgħar għax iridu jibqgħu mal-prinċipji ta' dan l-Istatut - imbagħad wara li jiġi approvat l-Istatut f'dik il-laqgħa, Mr Speaker kellu jiġi elett uffiċjalment il-Kumitat.", "Kienet tkun ħaġa sewwa kieku mal-preżentazzjoni ta' l-Istatut il-Parlament jiġi mgħarraf uffiċjalment min huma l-membri tal-Kumitat.", "Aħna m'aħniex interessati jekk baqgħux l-istess membri li kien hemm f'dak il-working Grupp ta' qabel, anzi jien ngħid li jmisshom jibqgħu huma għax kienu huma li stimulaw dan il-pass u allura tkun ħaġa sewwa li jmexxi huwa alemnu għal ewwel snin.", "Pero' tkun ħaġa tajba jekk inkunu nafu uffiċjalment minn min hu kompost il-Kumitat, almenu għall-ewwel tliet snin, għax il-Kumitat mingħalija jitbiddel kull tliet snin.", "Wara li l-Istatut jiġi approvat mill-Assemblea Ġenerali dan l- Abbozz ta' Liġi jiġi quddiem il-Parlament biex jagħtih, l-għarfien li għandu bżonn biex wara s-Soċjeta' Nazzjonali tkun tista' tagħmel it-talba tagħha għal għarfien mis-Soċjeta' Internazzjonali tar-Red Cross u tar-Red Crescent.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Se nagħmel xi kummenti fuq dak li qal l-Onor.", "Grech.", "L-ewwel ħaġa, din \"has to be duly recognised by its legal government as a volontary aid society.\"", "Dik hija bilfors, u m'hemmx x'niddiskutu fuqha.", "L-Onor.", "Grech għamel xi kumment fuq x'inhuma l-funzjonijiet tas-Soċjeta'.", "Il-funzjonijiet tagħha huma ħafna.", "U waħda mill-affarijiet li semma hija l- utilita' tagħha, l-għajnuna li tista' toffri f'ħafna kampi, bħal first-aid, u ħafna affarijiet oħra.", "Hemm soċjetajiet oħra, bħas-St John's Ambulance Brigade, li llum tgħallem il-first-aid.", "Jekk jista' jkun dawn ikunu parallel, jgħinu lil xulxin imma jipprovaw jaraw li ma jkunx hemm encroachment bejniethom.", "Semma wkoll in-national disaster, li jkun bżonnjuż li s-Soċjeta' tagħti sehemha.", "Meta jien kont Parliamentary Secretary for Health ħassejt li hemm bżonn nagħmlu mock exercises, u pprovajt li naraw li l-affarijiet jimxu sew biex jekk jinqala' inċident, mhux nibdew nirfsu lil xulxin.", "U konna għamilna avviż fil-gazzetta biex ma nqajmux paniku, li l-Gvern se jagħmel ċertu exercises.", "Avżajna lin-nies biex jekk jaraw l-ambulanzi u dak il- ġiri kollu, ma jfixkluniex iktar billi jibdew jindaħlu fin-nofs.", "Ġurnata minnhom, is-CGMO fil-11.00 a.m. qal li hemm 32 korruti ħdejn il-Holiday Inn.", "Hemm beda l-exercise.", "Rajt li npoġġu nies f'ċertu points biex naraw l- iżbalji.", "Ngħidu aħna, ridna narmaw il-kurridur li jagħti għall-ITU bis- sodod.", "Immedjatament in-nurses bdew iġibu s-sodod.", "U kien hemm swing door li jew jolqot lil xi ħadd, jew xi ħadd irid iżommu.", "Jiġifieri ndunajna li kien hemm firroll nieqes.", "Poġġejna nies f'ċerti kantunieri fl-Imsida u f'Tas-Sliema u rajna xi żbalji saru.", "L-ewwel darba li armajna l-kurridur ta' l-ITU kollu, it took us 20 minutes.", "In-nurses kollha kellhom l-job card tagħhom dwar x'għandhom jagħmlu.", "U din ħaduha u mxejna.", "Dan l-exercise erġajna għamilnih wara ftit ġimgħat mingħajr ma avżajna xejn għax l-ewwel darba niftakar li l-karozzi jiġru wara xulxin lejn Tas- Sliema qajmu ċertu ammont ta' kurżita'.", "Fit-tieni darba ħadu 12-il minuta biex armaw il-kurridur ta' l-ITU u nista' ngħid li dak inhar l-prova imxiet perfettament.", "Meta kellna l-kwestjoni ta' l-Albaniżi, ma konniex nafu xi problemi se jkollna pero' kont avżat li fis-2.00 a.m. dieħel dan il-vapur u ridna noqogħdu on the alert biex jekk ikollna xi problemi nkunu lesti.", "U hawnhekk pubblikament ngħid li kulħadd, mingħajr ma kellna bżonn nagħtuhom ordni, kien f'postu u kulħadd ħadem bil-qalb u anke wara l-ħin u kulħadd ġie San Pawl il-Baħar biex jibdlu x-shifts.", "Dan huwa mertu tad-dedikazzjoni ta' l-istaff li għandna St. Luke's u dan qed ngħidu biex nuri li l-mock excercises għamilnihom u rnexxew pero' kienu bżonnjużi.", "Hemm affarijiet oħra x'wieħed jista' jirranġa f'każijiet li jinqalgħu xi inċidenti fuq l-art.", "Jiġifieri dan irridu nkunu ppreparati għalih ukoll.", "Hawnhekk irrid ngħid li r-Red Cross Society tgħin u napprezzaw ħafna l- għajnuna ta' dawn in-nies volontarji li jgħinu fir-Red Cross.", "Issa jekk hemm xi diffikulta' li semma l-Onor.", "Mintoff u jien għadni ma rrispondejtux, nixtiequ jattirali l-attenzjoni għaliha u nirrispondih.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Ma naħsibx li l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Grech kien qed jirreferi għall-affarijiet normali, għax li jkollok sptar li jaħdem to its full capacity hija xi ħaġa normali.", "Inti mhux qed taħseb fuq diżastru nazzjonali meta qed tagħmel hekk.", "Jekk ġew l-Albaniżi, għandek vapur bin- nies u mhux terremot.", "Dawn huma żewġ affarijiet u inti l-ewwel trid tgħid: Li kieku għada jkun hawn terremot, x'għandi available biex nilqa' għalih?", "F'diżastri bħal dawn mhux l-isptar biss irid ikollok, imma trid x'imkien available fejn tpoġġi lill-mejtin, trid xi ħaġa biex tneħħi t-terrapien, biex tasal fil-post fejn tkun ġrat il-ħsara, eċċ. Allura m'għand-niex nilludu ruħna li għandna xi pjan jew strateġija f'każ li jinqalgħu diżastri nazzjonali.", "Dan m'għandux x'jaqsam ma' dak li għidt inti, għax dan li qed ngħidu huwa on a much larger scale.", "Illum anke jekk ma nkunux membri tar- Red Cross, huwa importanti ħafna li jkollna links magħhom u li dawk il- links ikunu qegħdin jaħdmu.", "Għaliex?", "Għax Malta huwa pajjiż żgħir u f'każ ta' diżastru ma tistax tiġbor ir-riżervi mill-bogħod, imma billi r- Red Cross hija għaqda internazzjonali jafu lil min jikkuntattjaw biex igħinna f'dawk iċ-ċirkostanzi.", "Jiġifieri hawn qegħdin nitkellmu fuq ħaġa ferm differenti minn dik li smajtu jsemmi.", "Anzi qed nieħu pjaċir li huwa sodisfatt li jekk jinqalgħu dawn l-affarijiet l-isptar se jaħdem to its full capacity.", "Pero' dan ma jfissirx li l-isptar li għandna jkun biżżejjed u lanqas tista' sserraħ moħħok li se jkollok il-kumdita' li kellek meta ġew ir- refuġjati Albaniżi meta mortu ħdejn il-vapur.", "Hawn qed nitkellmu fuq diżastru nazzjonali li mhijiex l-istess ħaġa.", "Jien xtaqt nitkellem biex forsi niċċara dak li kellu f'moħħu l-Onor.", "Grech.", "Nerġa' ngħid li jien nibża li m'aħniex ippreparati għal dawn l-affarijiet, imma j'Alla aħna ppreparati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ħalli niċċara dak li għidt jien biex l-Onor.", "Mintoff ma jifhimnix ħażin.", "Jien ma semmejtx il-każ tar-refuġjati ta' l-Albanija bħallikieku għax dan kien xi diżastru nazzjonali.", "Jiena għidt li fil-mock exercises li għamilna dak inhar, meta lin-nies għidnielhom biex ikunu on the alert, in-nies sibnihom ppreparati.", "Aħna konna qegħdin nippreparaw biex jekk jinqala' diżastru nazzjonali jkollna kemm fejn inpoġġu lill- mejtin, kemm fejn inpoġġu lill-korruti, kif ukoll biex nikklassifikaw lill- korruti.", "Jiġifieri aħna kellna kollox ippreparat fuq international rules.", "Għalkemm dan is-suġġett mhux għal kollox parti mill-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu, it was raised u għalhekk tajna xi spjegazzjonijiet", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq inżid punt ma' dak li ntqal s'issa.", "M'għandniex nilludu ruħna li għandna contigency planning.", "Biex tagħmel planning ta' dan it-tip trid tieħu l-agħar kontinġenza, jiġifieri każ fejn, allaħares qatt, l-isptar stess jintlaqat u trid issib alternattiva ta' emerġenza.", "Għandna alternattiva għal din?", "Dan tista' tagħmlu r-Red Cross?", "Għalhekk nagħmlu żball jekk f'pajjiżna aħna nikkopjaw dak li jagħmlu f'pajjiżi oħra.", "Il-Gvern m'għandux iħalli ħwejjeġ bħal dawn f'idejn għaqdiet volontarji għax dawn ma jistgħux ilaħħqu ma' dawn il- kontinġenzi.", "Dawn huma dmirijiet li l-Gvern għandu jitfa' l-input tiegħu kollu biex jaqdihom.", "Per eżempju, jekk allaħares qatt isir terremot, min se jmur jagħti s-servizz tiegħu bil-bulldozer?", "Mhux il-Gvern u l-Armata għandhom dan it-tagħmir?!", "Jiġifieri dawn l-affarijiet il-Gvern irid jagħmilhom u mhux l-għaqdiet volontarji.", "L-għaqdiet volontarji qegħdin hemm biex jimmobilizzaw lill-pubbliku ħalli jikkontribiwixxi, imma mill- bqija l-Gvern irid jieħu l-brunt ta' l-operazzjoni u l-ebda għaqda volontarja.", "Allura m'għandniex nippretendu li r-Red Cross ta' Malta se tieħu responsabilta' ta' dawn l-affarijiet.", "Ngħid għalija, jien l-inqas bniedem li nħobb ir-Red Cross, għax din l- Għaqda hija marbuta mal-gwerra u issa bdiet tevolvi għal sitwazzjonijiet oħrajn.", "Jien nixtieq li Malta bl-ebda mod ma tkun assoċjata ma' xi ħaġa tal-gwerra, imma ladarba issa fid-dinja kulħadd qed juża s-servizzi tar-Red Cross, anke fil-bżonnijiet ta' paċi, allura ikollna nagħmlu bħalhom.", "Pero' jkun aħjar kieku kellna nħabblu rasna u nattrezzaw ruħna għal ħwejjeġ li jistgħu jiġru fi żmien ta' paċi u huma iktar frekwenti, u nittamaw li ma jkollniex x'naqsmu ma' kontinġenzi oħra ta' gwerra.", "Rigward l-Istatut, huwa veru li huwa mudellat fuq mudell ta' statut ieħor u skond Article 14 hemm li nofs il-membri tas-Socjeta' jifformaw quorum, imma fl-opinjoni tiegħi dan huwa perikoluż għal Malta.", "Jista' jkun li barra minn Malta l-membri ta' soċjeta' bħal din ikunu attivi ħafna u jħossu d-dmir li kull meta jkun hemm Assemblea Ġenerali - u mhux biss fl-ewwel sena u fit-tieni sena - jattendu għaliha, u allura dejjem ikun hemm nofs il- membri biex jifformaw quorum.", "Imma għalkemm intqal illi jekk wieħed ikun irid ibiddel il-klawsola li tikkostitwixxi l-quorum ta' l-Assemblea Ġenerali allura dan ikun jista' jagħmlu, fl-aħħar klawsola ta' dan l- Istatut hemm illi biex dan l-Istatut jiġi emendat irid jiġi emendat f'Assemblea u li fih ikun hemm żewġ terzi tal-Membri.", "Mela allura biex jinbidel l-obbligu tal-quorum jrid ikun hemm due terzi tal-membri.", "Issa niġi għal artiklu 15.", "Dan l-artiklu jispecifika l-partecipazzjoni diretta tal-Gvern f'din is-Socjeta' billi l-Prim Ministru jaħtar sitt membri għall-Kumitat ta' Tmexxija, li jirrappreżentaw sitt dipartimenti li l-iktar huma konnessi mal-funzjoni ta' din is-Socjeta'.", "Sitt membri jridu jkunu membri tas-Socjeta'?", "Ma naħsibx li hu hekk.", "Hawn qed nirreferu għall- Kumitat ta' Tmexxija.", "Pero' dan mhuwiex il-każ għax il-liġijiet mhux hekk jinqraw.", "Kapitlu III jittratta \"Membri\".", "Allura kull darba li f'din il-liġi u fl-Istatut issib il-kelma \"membru\" għandha tiġi ggwidata b'dak li hemm rigward \"Membri\", li fih tliet kwalitajiet ta' membri.", "Issa għandna sitt persuni maħtura mill-Prim Ministru li ma jkunux membri tas- Socjeta'.", "Qed nifhem sewwa?", "Jew dawn bilfors iridu jkunu membri tas- Socjeta'?", "Allura l-kelma \"membri\" hawn mhijiex appropriate.", "F'liġijiet ma tistax tuża kelma li ma tfissirx dak li joħroġ mil-liġi.", "Hawn iridu jkunu sitt individwi li l-Prim Ministru jaħtarhom biex jirrappreżentaw id- dipartimenti, jiġifieri jista' jkun avukat li jgħidulu biex jirrappreżenta, per eżempju, lid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Hekk hi l-intenzjoni għax ma jingħadx li dawn ikunu impjegati tal-Gvern fic-Civil?", "Jien naħseb li l- intenzjoni hi ufficjali fic-Civil għaliex qed jirrappreżentaw id- dipartimenti l-iktar li huma konnessi.", "Imbagħad għandna li membru wieħed ma jistax jirrappreżenta żewġ dipartiment.", "Allura għaliex hemm limitu ta' sitt individwi biss li se jinħatru mill-Prim Ministru?", "U nagħtu kas li hawn seba' dipartimenti li huma konnessi mal-funzjonijiet tar-Red Cross, allura għaliex dipartiment wieħed se jibqa' barra?", "Jien mhux qed ngħid li għandu jiżdied in-numru ta' l-individwi imma qed ngħid li s-sitt membri li jaħtar il-Prim Ministru jirrappreżentaw dawk id-dipartimenti kollha tal- Gvern li għandhom x'jaqsmu mal-funzjonijiet tas-Soċjeta' li jistgħu jkunu sitta jew inqas u jistgħu jkunu anke 12.", "Għalfejn ma rridux inħabblu rasna biex invarjaw kelma mill-mudell u nadattaw l-affarijiet għaċ- ċirkostanzi tagħna?", "Mela l-kelma \"Membri\" hemmhekk mhix appropriate u mhux speċifikat jekk huma mpjegati tal-Gvern.", "Barra minn hekk dawn ma jridux ikunu jirrappreżentaw sitt dipartimenti imma dawk id-dipartimenti kollha li għandhom x'jaqsmu mas-Soċjeta'.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li hawnhekk tajjeb li nistieden lis-Soċjeta' tar-Red Cross tibgħat stedina lill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici ħalli jibagħtilha l-kont għall-pariri siewja li qed jagħtiha f'diversi punti!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għall-informazzjoni tiegħek, jien ili nagħti pariri.", "Għax Dr Stilon Depiro - li fil-fatt il-Ministru m'għamillux unur għax ma qalx l-istorja - ilu jikkomunika miegħi fuq din il- kwestjoni għal numru ta' snin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fil-verita', naħseb li l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici ma kienx preżenti meta bdejna niddiskutu dan l-Abbozz għax lil Dr Stilon Depiro semmejtu aktar minn darba u tant hu veru li lilu għidtlu li semmejtu għax-xogħol li għamel.", "U għalhekk dak inhar skantajtuni meta għidtuli li ma kontux tafu li qed tifforma ruħha din is-soċjeta', għax diġa' kont naf li Dr Stilon Depiro kien jinformah b'kollox lill-Onor.", "Mifsud Bonnici, għax kien igħidli hu stess.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li l-klawsola 15 u anke l-klawsola 31 l-Għaqda nnifisha għandha tieħu konjizzjoni tagħhom.", "Nixtieq ngħaddi wkoll xi kummenti fil-qosor fuq il-kummenti li saru qabel tkellem l-aħħar kelliemi.", "Irrid ngħid li napprezza li fl-istadju formattiv ta' l-Għaqda Nazzjonali seta' ma kienx hawn dibattitu nazzjonali biżżejjed u għarfien nazzjonali biżżejjed biex ħafna iktar ċittadini setgħu jsiru konxji ta' x'qed jitwieled.", "Ta' ginekologu li hu, l-Onor.", "Grech uża l-kelma embryo, u din l- għaqda veru hija embryo għax l-għaqda ma ssirx biss bi statut u lanqas b'kumitat proviżorju, imma tiddependi min-numru massiċċ ta' membri, mill- firxa fid-diversi kategoriji ta' soċjetajiet u ta' skopijiet illi jkun hawn u wisq iktar mill-kwalita' ta' l-impenn ta' dawn il-membri, b'mod partikolari ta' dawk li jkunu fil-kumitat tat-tmexxija.", "Dan id-dibattitu fih innifsu, se jkun diġa' ġab iktar 'il quddiem, l-għaqda Nazzjonali u m'hemmx dubju illi l-Għaqda nnifisha se tkun tista' tagħti piż għax-xewqa tagħna li qabel ma wieħed isejjaħ assembleji ġenerali oħra, nassiguraw forma aktar effettiva ta' komunikazzjoni mal-pubbliku inġenerali biex ikun jaf bl-attivitajiet illi se jsiru.", "Ridt nikkoreġi punt wieħed.", "Fil-fatt dan mhuwiex żball imma huwa l-Istatut tagħhom u l-Istatut hu dak li ġie kostitwit f'Ottubru.", "Tant hu hekk, illi fl-ewwel assemblea ġenerali, dawn mhux se japprovaw dak l-Istatut għax dak hu l-Istatut li ġie kostitwit.", "Fl- Assemblea Ġener-ali marru n-nies li riedu jaderixxu ruħhom ma' dak l- Istatut.", "Tant hu hekk li l-ewwel Assemblea Ġenerali ta' Jannar diġa' bdiet tipproponi ċerti bidliet f'dak l-Istatut.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-Ministru għadu kemm qal li l-steering group kien jikkonsisti f'16-il persuna li kien kitbu l-Istatut u iddiskutuh mal-membri fl-Assembleja Ġenerali li saret f'Jannar.", "Jiena ma nafx kemm kien hemm membri preżenti fl-Assembleja Ġenerali ta' Jannar.", "Nispera li kien hemm numru ta' membri sostanzjali.", "Jekk kif qiegħed jgħid il-Ministru preżenti kienu biss 13, allura jidher li s-Socjeta' ma nnteressatx biżżejjed nies kif għidna aħna minħabba n-nuqqas ta' pubblicita'", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien mhux hekk qed ngħid, Mr Chairman.", "Jiena qed ngħid illi meta grupp ta' nies jifformaw soċjeta', huma jifformaw statut.", "Issa dawn jistgħu jkunu tlieta, erbgħa jew sitta min-nies.", "Per eżempju, fi trade union, il-liġi tesiġi li jkun hemm seba' membri li jingħaqdu flimkien, jagħmlu statut u jgħidu li għamlu trade union u ħadd m'għandu d- dritt - jekk mhux bil-mekkaniżmu ta' dak l-istatut illi għamlu dawk is- seba' membri - illi jbiddlu dak l-istatut.", "Dan bħal meta assemblea kostitwenti tiltaqa' f'Parlament, tagħmel kostituzzjoni u mbagħad tgħid li din il-kostituzzjoni tinbidel b'referendum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM.", "MINTOFF: Dan li qed tgħid mhux bilfors hekk għandu jkun, anzi ngħidilkom li m'għandux ikun hekk.", "Għax meta trid tagħmel il-constituent assembly naturalment inti se tgħajjat lil kull min jaqbel ma' l-iskop, imbagħad jagħmlu r-regolamenti huma u mhux ikollok nofs tużżana min-nies li jagħmlu r-regolamenti minn qabel u jgħajtu lin-nies u jgħidulhom: \"Isma, intom tridu tidħlu u kulma tagħmlu hu biss li tniżżlu iva jew le.\"", "Dawn l- affarijiet mhux hekk għandhom ikunu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Apparti dan l-argument kollu li qed issemmi int, jiena kull ma ridt nagħmel kien biss li nerġa' nattira l-attenzjoni tal- Kamra fuq dak illi semma l-Onor.", "Dom Mintoff fejn iddelinea l-iktar tliet ħwejjeġ importanti li wieħed għandu jinsisti fuqhom.", "Dawn huma li l-għaqda għandha tkun miftuha għal kulħadd - u jekk naraw l-Istatut, allura naraw li din hija miftugħha għal kulħadd - u li l-Istatut għandu jkun magħruf kemm jista jkun u għandu jingħata l-pubbliċita.", "Dan sta għal kumitat innifsu li jippubbliċizzah kemm jista jkun.", "Għandek tkun taf li f'din l-għaqda diġa' hemm madwar 100 membru, jiġifieri din hija ħaġa li tinsab miexja 'l quddiem u naħseb li wara dan id-dibattitu ġewwa din il-Kamra, jkun hawn iktar nies li jinteressaw ruħhom fiha u l-oħra tirrigwarda l-verifika tal- kontijiet li jridu jsiru.", "Allura meta wieħed jaqra l-parti ta' l-Istatut li tirrigwarda l-provvedimenti finanzjarji, jsib li dan irid jiġi verifikat minn chartered accountants u lill-kumitat ta' tmexxija li hemm fl- Assemblea Ġenerali għandhom jingħataw ir-rendikonti meħtieġa u affarijiet oħra bħal dawn.", "Nerġa ngħid, li fuq l-Istatut kif jinsab riprodott fl- iskeda, wieħed għadu jista' jagħmel diversi rimarki u diversi suġġerimenti ta' tibdiliet eċċ. Dan li qed ngħid nistgħu nagħmluh minn hawn għax lilna xejn ma qiegħed iżommna milli ngħidulhom: \"Isma', li kieku dan tbiddluh, jidhrilna li jkun aħjar\" għax dan huwa sta għalihom.", "Pero' wieħed jista jagħmel dan ukoll billi jissieħeb fl-għaqda nnifisha, jattendi fl- Assembleja Ġenerali u jew jagħmel proposti, li jidhirlu li huma xierqa biex l-Istatut ikun jista' jġib fih innifsu ċerti tibdil.", "Rigward il-kwestjonijiet ta' kontinġenzi li għandu pajjiżna f'każ ta' diżastri, ngħidilkom li aħna bl-ebda mod ma rridu nagħtu l-impressjoni li għandna xi kontinġenza ta' preparamenti perfetti u li huma full-proof għad- diżastri immaġinabbli li jistgħu jinqalgħu.", "Aħna għandna biċċa minn pjan nazzjonali li jolqot lill-Isptar San Luqa, jiġifieri kif għandu jopera l- Isptar San Luqa f'każ ta' ċertu tip ta' emerġenza, li għadu ma jeżistix.", "Din qegħda in place u fil-fehma tiegħi tiffunzjona tajjeb biżżejjed għal ċerti emerġenzi.", "Kellna okkażjoni-jiet fejn f'pajjiżna nqalgħu xi affarijiet sfortunati, skatta l-mekkaniżmu ta' dak il-pjan ta' emerġenza u l-affarijiet ħadmu.", "Pero' għadna 'l bogħod milli nkunu fis-sitwazzjoni fejn wieħed iserraħ rasu u l-Gvern bl-ebda mod ma jrid jagħti l-impressjoni li għal dawn l-eventwalitajiet se nistrieħu fuq il-volontarjat.", "Huwa dmir tal-Gvern li dak jipprovdi għalih u fil-fatt il-Gvern sal-lum qed jipprovdi mezzi limitati, per eżempju, lill-Pulizija u lill-Armata - u jeżisti d-direttorat tal-Protezzjoni Civili li jġib flimkien id-diversi dipartimenti li għandhom xi mansjoni f'dan il-qasam - pero' l-ħsieb tiegħi huwa li dawn ma nħalluhomx biss fuq livell daqshekk limitat.", "Naħseb li l- protezzjoni ċivili jitlob dipartiment fih nnifsu bl-organizzazzjoni li għandu bżonn ħalli nkunu nistgħu nilqgħu għal certi sitwazzjonijiet.", "Naturalment ma nistgħux naħsbu li nistgħu ninvestu xi riżorsi finanzjarji akbar f'dan il-qasam, imma nistgħu ninvestu ftit aktar biex ikollna l- minimu meħtieġ ħalli nittekiljaw ċerti sitwazzjonijiet.", "Għal din ir-raġuni wkoll qed nipproponu emendi f'dan l-Abbozz ta' Liġi fejn qed ngħidu li għal dak li jirrigwarda l-Għaqda tar-Red Cross, il-Ministru responsabbli jkun dak il-Ministru li fi ħdan ir-responsabbilta' tiegħu jaqa' d-dikasteru tal- protezzjoni ċivili.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artiklu 2 ta' l-Att principali.", "Clause 3 - Amendment of Section 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena naħseb li fuq din il-klawsola, wieħed ma tantx jista' jagħmel kummenti għaliex din il-klawsola l-unika ħaġa li tgħid hija affermazzjoni tal-rekwiżiti ta' l-Istatut tal-Moviment Internazzjonali tal- Red Cross, tgħid li s-soċjeta' nazzjonali għandha tkun awtonoma u li għandha taderixxi mar-regoli u mal-prinċipji tal-Moviment Internazzjonali.", "Fuq din il-klawsola nistgħu nibbażaw l-irtirar tar-rikonoximent, kieku din l-għaqda kellha ma tibqax konformi ma' dawn il-prinċipji.", "Biex inkunu konformi ma' l-emenda tat-tieni klawsola se nressaq emenda li għandha x'taqsam ma' l-isem:", "\"B\" \"Fit-test Malti tal-klawżola 3 u tan-nota marġinali tagħha minflok il- kliem \"tar-Red Cross u Red Crescent\" għandhom jidħlu l-kliem \"tas-Salib l- Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar\".\".", "\"B\" \"In the Maltese text of clause 3 and the marginal note thereto for the words \"tar-Red Cross u Red Crescent\" wherever they occur, there shall be substituted the words \"tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar\"\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawn kif trid tagħmel salib aħmar meta l- isem tal-Moviment Internazzjonali huwa Red Cross?", "L-isem ma tistax tagħmlu bil-Malti.", "Is-soċjeta' Maltija tista' tagħmilha \"Salib Aħmar\" pero' internazzjonalment ma tistax tagħmel hekk.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Aħna qed nittraduċu l-isem tal-Moviment mill-Ingliż għall-Malti għax kieku ngħidu \"International Movement of the Red Cross and the Red Crescent\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela l-isem tittraducih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Allura t-Taljani kif igħidu \"La Croce Rossa\"?", "Bl- Ingliż l-isem huwa \"The International Movement of the Red Cross and the Red Crescent\".", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda \"B\" għaddiet nem.con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Użu ta' l-Emblema tar-Red Cross.", "Clause 4 - Use of Red Cross Emblem.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għall-klawsola 4 jidher li hawn diversi emendi.", "L- ewwelnett il-kontenut u s-sustanza ta' din il-klawsola huma tali li din is- Soċjeta' biss tkun tista' tuża l-emblema tar-Red Cross u hawn għandna definit kif l-emblema għandha tkun iddisinjata.", "It-tieni nett, hawn li aħna għandna nagħtu l-esklussivita' għal użu ta' din l-emblema lil din is- Soċjeta' u allura l-ebda soċjeta' oħra ma tkun tista' tuża din l-emblema.", "Tant hu hekk li fl-Abbozz ta' Liġi hemm ukoll piena għal min jikser id- dispożizzjonijiet li qed insemmi.", "Hawn ukoll li ċertu poter huwa mogħti lill-Ministru responsabbli, biex ikun jista' jagħmel regolamenti biex jiġu regolati l-użu ta' dawn l-emblemi jew inkella l-kliem li hemm assoċjat ma' dawn l-emblemi.", "Naturalment biex inkun konformi, qed nissuġġerixxi diversi emendi.", "Allura l-klawsola 4 għandha tiġi emendata kif ġej:", "\"Ċ\" (a) Minflok il-kliem \"tar-Red Cross\" fit-test Malti tan-nota marġinali u tas-subklawżola (1) tagħha għandhom jidħlu l-kliem \"tas-Salib l-Aħmar\";", "(b) fit-test Malti tal-paragrafu (a) tas-subklawżola (2) tagħha, minflok il- kliem \"tar-Red Cross\", \"tar-Crescent\", \"\"Red Cross\"\" u \"\"Red Crescent\"\" għandhom jidħlu l-kliem \"tas-Salib l-Aħmar\", \"tan-Nofs Qamar l-Aħmar\", \"\"Is- Salib l-Aħmar\"\" u \"\"n-Nofs Qamar l-Aħmar\"\" rispettivament;", "(c) minnufih f'tarf il-paragrafu (a) tas-subklawżola (2) tagħha, għandhom jiżdiedu l-kliem \"f'kull lingwa\"; u", "(d) minflok il-kliem \"Intern u Żvilupp Soċjali\" fis-subklawsola (3) tagħha għandhom jidħlu l-kliem \"protezzjoni ċivili\".", "\"C\" Clause 4 shall be amended as follows:", "(a) For the words \"tar-Red Cross\" in the Maltese text of the marginal note and of subclause (1) thereof, there shall be substiuted the words \"tas- Salib l-Aħmar\";", "(b) in the Maltese text of paragraph (a) of subclause (2), for the words \"tar-Red Cross\", \"tar-Red Crescent\", \"\"Red Cross\"\" and \"\"Red Crescent\"\" there shall be substituted the words \"tas-Salib l-Aħmar\", \"tan-Nofs Qamar l- Aħmar\", \"\"is-Salib l-Aħmar\"\" and \"\"In-Nofs Qamar l-Aħmar\"\" respectively;", "(c) at the end of paragraph (a) of subclause (2) thereof, there shall be added the words \"in any language\"; and", "(d) for the words \"Home Affairs and Social Development\" there shall be substitued the words \"civil protection\".\".", "THE CHAIRMAN: Aktar kummenti għall-konsiderazzjoni ta' Klawsola 4 u t- tieni skeda?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"C\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 4 u t-Tieni Skeda kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 u t-Tieni Skeda għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emendi għall-Istatut tas-Soċjeta'.", "Clause 5 - Amendment to Statute of Society.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għal din il-klawsola li m'hemmx emendi għaliha f'ċertu sens qed nawtorizzaw illi l-Istatut li qiegħed fl-Iskeda, jista' jiġi emendat, skond kif jipprovdi dak l-Istatut innifsu.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Tħassir ta' G.N. 325 ta' l-1926.", "Clause 6 - Repeal of G.N. 325 of 1926.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 6 qed tħassar l-avviż tal-Gvern 325 ta' l- 1926.", "Dan l-avviż li kien deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Ottubru, 1926, kien igħid hekk:", "\"In exercise of the power vested in the Governor by section 2 (1) of the Geneva Convention Act 1911, Colonies Order in Council 1917, his Excellency has been pleased to direct that the St. John Ambulance Association Malta Centre shall in future be styled the same St. John Ambulance Association and the Red Cross Society of Malta.\".", "Dak iż-żmien dan kien iffirmat mill-Prim Ministru Ugo Mifsud li kien kap tal-Ministeru.", "B'hekk ħadd ma jista' jiġi msejjaħ bl-isem tar-Red Cross.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għandi nifhem illi dan kien ostakolu li kien jinġieb biex ma tiġix ifformta, reġistrata jew approvata s-Soċjeta' tar-Red Cross hawn Malta.", "Sa ftit xhur qabel, il-President tal-pajjiż kien informa lill-promotur Dr. Stilon Depiro li x-xogħol li għamel kien validu - ma nafx kemm-il darba tkellem mar-Red Cross Society ġewwa Ġinevra - imma minħabba dan l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, kien hemm ostakolu biex tiġi fformata soċjeta' oħra tar-Red Cross li tkun rikonoxxuta biex tagħmel ix- xogħol tar-Red Cross hawn Malta.", "Issa jien nistaqsi: X'se jiġri mis-St.", "John's Ambulance Brigade?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-St.", "John's Ambulance Brigade hija soċjeta' volontarja bil-funzjonijiet u bl-iskopijiet tagħha li se tibqa' teżisti, se tibqa' tagħti s-servizzi tagħha, se nibqgħu nikkollaboraw magħha u se nibqgħu ninkoraġġuha.", "Pero' - xi ħaġa li ma tiddependix minna - din ma setgħetx tiġi rikonoxxuta mill-Moviment Internazzjonali bħala the Red Cross Society of Malta, imma l-bqija se tibqa' teżisti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma l-funzjoni tas-St.", "John's Ambulance Brigade issa se tkun waħda mill-funzjonijiet tar-Red Cross tant li l-avviż tal-Gvern ta' l-1926 jgħidlek li hi tagħmel ix-xogħol tar-Red Cross Society.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-St.", "John's Ambulance Brigade se tibqa' teżisti u se tibqa' taqdi l-funzjoni tagħha.", "Wara kollox hawn għaqdiet volontarji oħra f'Malta li jservu funzjonijiet li huma anċillari u awżiljarji għall- funzjonijiet ta' l-awtoritajiet pubbliċi fil-qasam ta' saħħa, fil-qasam tal- welfare u fil-qasam ta' protezzjoni ċivili u dawn se jibqgħu jeżistu wkoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela issa se jkollna s-St.", "John's Ambulance Brigade u r-Red Cross Society.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: F'pajjiżi oħra jeżistu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Naf li f'pajjiżi oħra jeżistu imma pajjiżi oħra huma daqs ir-raħal ta' Malta?", "Jien qed ngħid li huwa ndikat li wieħed jara kif jagħmel - jekk mhux direttament anke indirettament - biex is-St.", "John's Ambulance Brigade tiġi fused fir-Red Cross Society.", "Mela hawn Malta hawn lok ta' dan kollu?", "Mela kemm hawn volontiera hawn Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li l-Onor.", "Mifsud Bonnici huwa żbaljat f'din l-approach.", "Għaliex l-ewwelnett dan l-avviż ta' l-1926 kulma kien qal hu li setgħu jissejħu \"the St. John's Ambulance Association and the Red Cross Society of Malta\".", "Jiġfieri ma tahomx xi mansjoni legali.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma l-ewwelnett illum il-ġurnata is-St.", "John's Ambulance Brigade tagħti servizz importanti imma pjuttost ċirkoskritt għal dak illi huwa first aid, training u affarijiet simili.", "J'Alla din is- soċjeta' żżid dawn il-funzjonijiet u tikber imma m'għandniex issa nħaltu ż- żewġ affarijiet!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jekk in-natura tas-St.", "John's Ambulance Brigade hija li jagħmlu l-first aid u r-Red Cross għandha l-istess natura, mhux aħna qegħdin inħalltuhom dawn l-affarijiet (Interruzzjonijiet) Il-kumment illi sar mill-kelliemi ta' qabli, jiġifieri li jekk jista' jkun dawn jinkorporaw, mhuwiex xi kumment ikrah.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux minna jiddependi jekk dawn jinkorporawx jew le.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Minna jiddependi wkoll għax aħna lit-tnejn ngħinu.", "Kull darba qed naħslu jdejna qisna Pilatu!", "Lis-St.", "John's Ambulace Brigade ngħinuhom, fil-fatt aħna sibnilhom il-premises.", "Ma nafx kif kull darba qed niġu miżinterpretati.", "Nerġa' ngħid li n-natura tagħhom mhux aħna għamilniha.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, aħna ma naqblux li n-natura tagħhom hija l- istess, għalkemm għandhom funzjonijiet illi f'xi partijiet ta' l- għanijiet tagħhom joverlappjaw.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Issa qed nipprovaw insibu l-irqaqat fil-kliem li ma jfissru xejn.", "Il-funzjoni u n-natura mhux xorta f'dan il-każ!", "Allura għalfejn qed nipprovaw nagħmlu hair splitting!", "Jekk per eżempju, s-St.", "John's Ambulance Brigade tmur f'xi ground ħalli jekk jinqala' xi ħaġa, u tagħmel l-emergency services, ir-Red Cross l-istess se tagħmel.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Bir-rispett kollu imma r-Red Cross ma tagħmilx l-affarijiet li tagħmel is-St.", "John's Ambulance Brigade.", "Is-St.", "John's Ambulance Brigade qegħda għal meta xi ħadd iweġġa' u tiġi l-karozza u tieħdu imma r-Red Cross mhux dak li tagħmel.", "ONOR.", "DOM.", "MINTOFF: Skond l-Istatut, in-natura tar-Red Cross hija li jgħinu f'dawn l-affarijiet u s-St.", "John's Ambulance, ġew maħluqin għal dawn l-affarijiet wkoll.", "Il-kelliem ta' qabli semma' l-gwerra.", "L-Għaqda tar-Red Cross m'għadhomx iktar għal gwerra biss u ilhom ħafna li qalbu għal diżastri oħra u l-artijiet tal-paċi.", "Is-St.", "John's Ambulance Brigade ukoll kienu għall-gwerra u qalbu.", "Naturalment l-iktar li jsiru diżgrazzji u l- iktar li jkun hemm bżonn għajnuna huwa fi żmien il-gwerra, jekk ikun hemm gwerra.", "Issa n-natura qegħda hemm.", "Il-common sense jurik li meta għandek żewġ organizazzjonijiet, ma tħallihomx jinħlew billi jagħmlu l-istess ħaġa.", "Għaliex?", "Għax dan mhux bħal meta għandek żewġ organizzazzjonijiet, waħda ġo Sqallija u l-oħra ġo Ruma li huma żewġ postijiet kbar u allura jista' jkun li waħda qed tagħmel ħaġa u l-oħra qed tagħmel oħra.", "Hawn Malta m'hemmx lok li jkollok żewġ organizzazzjonijiet jagħmlu l-istess ħaġa.", "Jekk jista' jkun dawn għandhom jiġu amalgamati f'ħaġa waħda u jiftehmu bejniethom biex ir-Red Cross tagħmel ħaġa u St. John's Ambulance Brigade tagħmel ħaġa oħra.", "Din hija r-rakkomandazzjoni li qegħdin nagħmlu la l-Gvern qed igħin.", "Min ikun qed igħin għandu s-saħħa fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, pero' min joqgħod newtrali m'għandux saħħa.", "Ma nistgħux noqogħdu naħslu jdejna u ngħidu li mhix affari tagħna.", "Dan mhux għal ġid ta' kulħadd u tagħhom ukoll?", "Jekk għada r-Red Cross teħles mix-xogħol li toqgħod tmur il-ground u jafu li f'dik il-ħaġa huma responsabbli huma, aħjar milli jmorru t-tnejn flimkien ġol-ground u wieħed ikun jismu Red Cross u l-ieħor ikun jismu St. John's Ambulance Brigade.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: In realta', l-għanjiet tagħhom huma kompletament differenti.", "Per eżempju qatt smajt bis-St.", "John's Ambulance Brigade li fil-każ ta' terrimot fejn Sqallija jibagħtu ...", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Istatut igħid li hemm areas fejn hemm overlapping.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien ma nifhimx f'ħafna affarijiet imma fl- isports nifhem u nista' ngħid li qatt ma rajt lir-Red Cross, per eżempju, tieħu ħsieb xi diżastru li jista' jiġri fi ground tal-football.", "Mhix dik il-mansjoni tar-Red Cross.", "Hawn Malta, is-St John's Ambulance Brigade kienet tmur l-istadium biex jekk xi player iweġġa' tieħdu bl-ambulanza tagħha.", "F'każ li xi player iweġġa' kien ikollhom ukoll barmil bl-ilma u sponża li tant kienet tkun tinten li l-player iqum jiġri li ma jmorrux ipoġġuhielu ma' wiċċu.", "Jekk ikun hemm xi manifestazzjoni pubblika, tas- St.John's ikunu hemm ...", "(Interruzzjonijiet) Jien ma ngħidx li dik il- mansjoni hija fl-ambitu ta' dak li tagħmel ir-Red Cross.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Din għadna ma rajnihiex tiffunzjona imma biex tiffunzjona trid timxi skond dak li hemm fl-Istatut.", "Issa skond l-Istatut, in-natura tagħhom tidher li hija l-istess.", "Aħna qed nirrakkomandaw - u naħseb li intom taqblu magħna, jiġifieri m'hemmx għalfejn din id-diskussjoni twila - li jekk jista' jkun ma jkunx hemm duplication of services, u dan huwa fl-interess ta' kulħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Dawn l-argumenti kollha jirriżultaw mill-fatt li għalkemm din il-Liġi hija tajba, hawnhekk we're missing the wood for the trees.", "Għaliex?", "Għax qabel ma tressaq dan l-Abbozz dwar l-Għaqda tar-Red Cross, imissu tressaq quddiemna a national disaster plan li juri kif se nippreparaw għall-kontiġenza ta' xi inċident f'pajjiżna.", "Ir-Red Cross hija tajba, pero' hija sempliċement feles tan-national disaster plan.", "S'issa, safejn naf jien, għadha ma tressqitx fil-Parlament skema li turi kif għandna nkunu ppreparati jekk jinqala' xi diżastru.", "Kieku tressaq quddiemna n-national disaster plan, imbagħad konna ninfilzaw fih r-Red Cross Society, is-St.", "John's Ambulance Brigade u kwalunkwe għaqda oħra dawn l-affarijiet kollha u konna nagħmlu pjan nazzjonali ta' emerġenza.", "Għalhekk saru dawn l-argumenti kollha u kif waħda se tidħol fuq l-oħra.", "Għalhekk nirrakkomanda lill-Ministru biex il-pass li jmiss - li suppost ġie qabel dan tar-Red Cross Society - dwar kif se nagħmlu pjan nazzjonali biex nilqgħu għal xi diżastru, nippjanawh flimkien.", "THE CHAIRMAN: Aktar kummenti?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 7", "NEW CLAUSE 7", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, se nressaq Klawsola Ġdida 7, għall- Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 7:", "\"D\" Minnufih wara l-klawsola 6, għandha tidħol il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Tneħħija ta' għarfien.", "7.", "Il-Kamra tista' f'kull żmien fejn jidhrilha li s-Socjeta' ma tkunx qed timxi in konformita' ma' l-artikolu 3 ta' dan l-Att, tgħaddi riżoluzzjoni li biha tneħħi l-għarfien mogħti lis-Soċjeta' bis-saħħa ta' dan l-Att u tista' b'riżoluzzjoni simili terġa' tagħti dak l-għarfien; u fejn dak l-għarfien ikun imneħħi d-dritt tas-Soċjeta' li tuża l-emblema tas- Salib l-Aħmar imsemmi fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 4, jkun sospiż kif ukoll l-eċċezzjoni favur is-Soċjeta' li hemm fis-subartikolu (2) ta' l- artikolu 4.\".", "\"D\" Immediately after clause 6, there shall be added the following new clause:", "\"Withdrawal of recognition.", "7.", "The House may at any time where it considers that the Society is not acting in conformity with section 3 of this Act, pass a resolution, whereby the recognition given to the Society in virtue of this Act, may be withdrawn and may by a similar resolution restore such recognition; and where such recognition is withdrawn the right of the Society to use the Emblem of the Red Cross referred to in subsection (1) of section 4 shall be suspended as shall also be the exception in favour of the Society contained in subsection (2) of section 4.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, din il-klawsola, kif inhija miktuba qed tirreferi biss għal meta s-soċjeta' tiddipartixxi mir-regoli u l-prinċipji tal-Moviment Internazzjonali u mhux meta hi ma tosservax ir- regoli ta' l-Istatut tagħha.", "Jekk is-Soċjeta titmexxa b'mod li ma jagħtux kas l-Istatut, ma jiltaqgħux darba fis-sena u ma jagħmlux auditing tal- kontijiet, il-Parlament ma jistax jindaħal in vista ta' dik l-emenda għax dik qegħda marbuta ma' klawsola 3 biss.", "Għaliex qegħda marbuta ma' klawsola 3 biss?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan l-argument m'aħniex ċerti fuqu.", "Aħna qegħdin nagħtu rikonoxximent lil din l-għaqda nazzjonali minħabba l-impenji tagħna li dħalna għalihom taħt il-Konvenzjonijiet ta' Ginevra.", "Jiġifieri dan ir- rikonoxximent qed nagħtuh purche' din l-għaqda nazzjonali taderixxi għal dawk ir-regoli u prinċipji tal-Moviment Internazzjonali.", "Jekk dak li qed igħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici jseħħ u din l-għaqda per eżempju, ma tippreżentax il-kontijiet tal-verifika u tikser xi provvediment ta' l- Istatut, ma naħsibx, li dak għandu jkun il-bażi ta' l-irtirar tar- rikonoxximent.", "Dak huwa l-bażi ta' azzjoni ta' vot ta' sfiduċja li tittieħed fi ħdan is-soċjeta' nnifisha jew fi ħdan l-Assemblea Generali nnifisha.", "(Interruzzjonijiet) Imma inti m'għandekx tassumi li l-Assemblea Generali mhix se tagħti kas b'mod kritiku ta' vjolazzjoni ta' l-Istatut innifsu.", "Ma naħsibx li għandna noqogħdu nidħlu fl-intern ta' soċjeta awtonoma.", "Dik għandha tkun ħaġa li hija mħolliha għal-liberu arbitriju tal- Membri jew fil-Kumitat ta' Tmexxija jew fl-Assemblea Ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Dan huwa obbligu kemm tas-soċjeta' li rrikonoxxiethom minn Ginevra u kemm tagħna li rrikonoxxejnihom minn hawn Malta.", "Jekk huma ma jaqdux il-funzjonijiet kif inhuma speċifikati fl-Istatut illum u kif jistgħu jemendawh - għax aħna qed nagħtuhom iċ-ċans li jemendawh huma, pero' ma jistgħux jmorru kontra skopijiet ġenerali u jgħidu li magħhom ma jaċċettawx Musulmani ...", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kieku jagħmlu dan li qed jgħid l-Onor.", "Mintoff, ikunu qed jikkolpixxu wieħed mill-prinċipju fundamentali.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Kieku kellhom igħidu li wieħed Musulman ma jistax jidħol membru tar-Red Cross, aħna nkunu fl-obbligu li nneħħulhom ir- recognition.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dak il-każ dan ikun qiegħed jivjola wieħed mill- prinċipji fonda-mentali tal-Moviment Inter-nazzjonali.", "Din l-emenda tgħid illi ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni abbażi ta' razza.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien għidt li jekk Geneva torqod għal xi raġuni oħra, huwa obbligu tagħna ...", "(Interruzzjonijiet) La qed tgħid hekk, int qed tħalli lill-Geneva biss taħdem u mhux qed tagħti l-inizjattiva lilna wkoll.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan il-każ partikolari nassigura lill-Onor.", "Mintoff li mhux hekk.", "Kieku dak il-każ kellu jiġri bl-emenda li għadni kemm ressaqt għal klawsola ġdida, aħna jkollna l-obbligu illi wieħed jistaqsi għar-recognition li jkun ta.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija li klawsola ġdida 7 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 7 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nippro-poni li Klawsola Ġdida 7 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 7 tifforma parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għall-ewwel klawsola għandi din l-emenda, Mr Chairman:", "\"E\" Fi klawsola 1:", "(a) minflok il-kliem \"Soċjeta' Maltija tar-Red Cross\" għandhom jidħlu l-kliem \"Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar - Malta Red Cross Society\"; u", "(b) minflok il-kliem \"Intern u Żvilupp Soċjali\" għandhom jidħlu l- kliem \"Protezzjoni Ċivili\".", "\"E\" In Clause 1:", "(a) for the words \"Malta Red Cross Society\" there shall be substituted the words \"Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar - Malta Red Cross Society\"; and", "(b) for the words \"Home Affairs and Social Development\" there shall be substituted the words \"Civil Protection\".\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-isem tas-Soċjeta' hemm għalfejn ikun \"Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar\"?", "Jekk ngħidu \"Soċjeta' tas-Salib l- Aħmar\" mhux biżżejjed?", "L-isem tagħha jiddenota li hija Maltija jekk almenu ma rridux neskludu lil Għawdex minnha.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Pero', imbagħad it-test Malti ma jistax ikun riduttiv fil-konfront tat-test Ingliż għaliex fit-test Ingliż trid tgħid \"The Maltese Red Cross Society\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, fl-Ingliż trid tagħmilha \"Soċjeta' tas- Salib l-Aħmar.\"", "L-isem tas-Soċjeta' mhux l-istess jibqa'?", "Din żgur żbaljata.", "Jekk l-isem tas-Soċjeta' huwa tas-Salib l-Aħmar fl-Ingliż irid jibqa' l-istess.", "Mela fil-Liġi nittraduċu l-isem?", "Dak fl-ismijiet tagħmilhom, darba tikteb Carmelo u darba Karmenu, skond fejn jaqbel.", "Fil- liġijiet mhux l-istess isem inżommu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt l-emenda hekk hi.", "Qed nemendaw ukoll it- test Ingliż biex l-isem ikun bilingwu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Biex ikun bil-Malti.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, biex ikun bit-tnejn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma għalfejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għaliex minħabba l-karattru internazzjonali tas- Soċjeta' aħna adottajna s-sistema li l-isem ikun il-ħin kollu bilingwu; \"Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar\" - \"The Malta Red Cross Society\".", "(Interruzzjonijiet) Fil-letterheads, anke jekk m'għamilnihiex fil-liġi, is- sens komun igħidlek li int għandek tagħmel letterhead b'titolu bilingwe.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, biex inkunu konformi nipproponi din l- emenda għat-Titolu:", "\"F\" Minflok il-kliem \"Socjeta' Maltija tar-Red Cross\" fit-Titolu għandhom jidħlu l-kliem \"Socjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar - Malta Red Cross Society\".", "\"F\" For the words \"Malta Red Cross Society\" in the Title, there shall be substituted the words \"Socjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar - Malta Red Cross Society\".\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda għat-Titolu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija t-Titolu, kif emendat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "It-Titolu, kif emendat, għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob il-permess tal-Kumitat biex l-Iskrivan tal- Kamra jkun awtorizzat jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija fl-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija fl-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrap-porta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOCJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-8 ta' Ġunju, 1992.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Micallef huwa in possession.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, il-bieraħ mingħajr ma xtaqt kelli nagħmel referenza għad-diskors li sar mill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, li bħalu saru diversi drabi.", "Nerġa' ngħid li ma xtaqtx immur lura għaliex, kif diġa' għidt, aħna inħossuna kburin li l-istess nies li ma tantx kienu favur dawn l-affarijiet, illum qed jagħtu sehemhom ħalli dan il-qasam ikompli jikber u dawn il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali u ta' l-ugwaljanza li aħna għamilna minn kollox sabiex inkattru f'dan il-pajjiż, ikomplu jiġu msaħħa anke mill-Gvern tal-lum.", "Ħafna kienu li tkellmu dwar dawn l-emendi, Mr Speaker, pero' jien m'inix se nagħmel referenza għal dak li ntqal min-naħa l-oħra tal-Kamra u kemm jista' jkun m'inix se nirrepeti dak li ntqal minn din in-naħa.", "B'danakollu, wieħed irid igħid li l-iskop ta' l-emendi li għandna quddiemna sabiex inkomplu nemendaw il-Liġi ta' l-1987 dwar is-Sigurta' Soċjali hu sabiex inneħħu xi anomaliji li dwarhom il-Gvern diga' tkellem diversi drabi għaliex għamel propaganda kemm felaħ għalfejn fuq it-tneħħija ta' dawn l- anomaliji.", "Jien ngħid li huwa sewwa li jitneħħew l-anomaliji minn ċertu sezzjonijiet tal-Liġi.", "Dan sar kemm f'dawn l-aħħar ħames snin,kemm fil- ħames snin ta' qabel, u kif ukoll matul l-Amministrazzjoni ta' Gvern Laburista.", "Pero' din id-darba filwaqt li tabilħaqq qegħdin inneħħu ċertu anomaliji - u, nerġa ngħid, huwa sewwa illi dawn l-anomaliji dejjem naraw kif neliminawhom - jidhirli li qegħdin noħolqu diversi anomaliji oħra li ħafna minnhom huma anke aktar gravi minn dawk li qegħdin neliminaw b'dawn l- emendi.", "Per eżempju, l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, f'dawn l-aħħar snin saħaq kemm felaħ bl-għajta li jrid sigurta' soċjali msejsa fuq solidarjeta' u ġustizzja soċjali.", "Dan huwa kliem sabiħ, kliem li jaqbel miegħu kull min jixtieq il-ġid f'dan il-qasam pero' meta tara l-fatti, tinduna li dan il- kliem mhux qed jiġi attwat.", "Nista' ngħid li mhux l-ewwel darba li smajna lill-Ministru Galea u l-Ministru Hyzler igħidu li l-Gvern preżenti jrid li jkollna servizzi soċjali personalizzati.", "Issa kieku veru qed nagħmlu minn kollox ħalli jkollna servizzi soċjali personalizzati, x'inhi r-raġuni li filwaqt li nneħħu anomalija, noħolqu waħda jew tnejn?", "Kieku jkollna servizzi soċjali li wieħed jista' jindaga sewwa fuqhom u kieku nkunu nistgħu nagħmlu streamlining tagħhom, kieku ma noħolqux l-anomaliji li nħolqu b'dawn l-emendi tal-lum u b'oħrajn li saru matul dawn l-aħħar snin.", "Waqt li konna qed niddiskutu dawn l-emendi, jien ma stajtx ma nagħmilx referenza għad-diskors li għamel il-Ministru Hyzler fejn qal li se jagħmel minn kollox sabiex il-bord li jgħaddi n-nies b'invalidi jimxi bl- aktar mod serju.", "Lanqas ma stajt ma nagħmilx referenza għal dak li qal l- Onor. John Vella - u jiddispjaċini li bħalissa mhux qiegħed hawn - madwar tliet ġimgħat ilu.", "Dan għamel referenza għal dawk li jiġu boarded out, għamel attakk fuq il-boards li kien hemm fi żmien Gvern Soċjalista, qal li t-tobba li kien hemm kienu kollha ta' twemmin Laburista u qal li ħafna minn dawk li għaddew bord jew ma kienu morda xejn jew inkella jekk kienu morda ġew trattati ħażin mill-Amministrazzjoni Soċjalista.", "Dan kien il-qofol tad- diskors tiegħu.", "L-Onor.", "Vella qal li ltaqa' ma' tabib u ddiskuta miegħu dawn l-affarijiet u dan ta' l-aħħar beda jisħaq fuq il-fatt li bir-raġun certi impjegati tac-civil għaddew board, tant kienu trattati ħażin li - b'dak li għaddew minnu ħassew djufija fil-qalb jew fil-moħħ - għamlu sewwa li għaddewhom.", "Jien lill-Onor.", "John Vella ngħidlu li għamilt snin Ministru responsabbli minn dan il-qasam u niftakar li kien hemm tobba ta' kull kulur u twemmin differenti minn xulxin bħalma għandu dritt ikun kulħadd, u jien żgur li qatt ma kellimt wieħed minnhom rigward x'individwu li kien se jersaq bord.", "Żgur li ma ġegħilt lil ħadd ikellem lil xi individwu rigward xi bniedem li jkun se jersaq quddiemhom.", "Jien għamilt minn kollox sabiex mal-Ministru tas-Saħħa naraw li jkun hemm nies integri, nies serji, nies li jagħmlu dak li titlob minnhom il-liġi.", "L-Onor.", "Vella qal li l-parti l-oħra tan-nies li għaddew bord, tant kienu ġew trattati ħażin, li l-mod li kienu qegħdin jgħixu effettwalhom saħħithom.", "Fl-1972 u fl-1973 kien hemm impjegati li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi u dawn dehru quddiemi darba biss, fejn jien għidtilhom sabiex f'dak li huma kienu responsabbli minnu jorganizzawh, jaraw li jagħti l-frott u jaraw li l-flus tal-poplu jintużaw sewwa biex joħroġ ir-riżultat li huwa mistenni minnhom.", "Per eżempju, niftakar li l-winery tal-Buskett kienet ilha s-snin abbandunata.", "Min kien responsabbli minnha nista' naccertak li mingħajr għajjat ta' xejn tajnih struzzjonijiet sabiex din il-winery jorganiżżaha ħalli meta jiġu delegazzjonijiet minn barra minn Malta, minflok ma nagħtuhom inbid kummerċjali ta' ditta jew ta' oħra, nkunu nistgħu noffrulhom inbid ġenwin prodott taħt is-sorveljanza tan-nies tagħna ħalli nittratawh bl-aħjar mod.", "Issa dan suppost li kien kapaci għaliex kien kwalifikat u anke studja barra bis-saħħa ta' Gvern Soċjaltista ta' l-1955.", "Dawn huma affarijiet li ma tistax ma tirrepetihomx għaliex tweġġa meta dak li jkun tgħallem bi flus il-poplu ħalli nkunu nistgħu nagħmlu avvanz f'diversi oqsma u ma jagħtix ir-riżultati mixtieqa.", "(Interruzzjonijiet) Għal Galea qed ngħid.", "Dan studja barra fi żmien il-Prim Ministru Mintoff.", "Wara li tajtu dawn l-instructions, għamel ċerti-fikat, ħareġ sick u t- tobba ta' dak inhar għaddewh bord għal 13-il sena sħaħ.", "Dan qed nagħmel referenza għalih biex nuri l-inġustizzji li jsiru.", "Għal 13-il sena sħaħ dan ħadem band'oħra, qagħad igawdi l-flus ta' l-Invalidity Board li ma kienx jimmerita u wara 13-il sena li kien ilu boarded out, tela' Gvern Nazzjonalista u l-individwu li ġegħilni nsemmi llejla l- Ministru Mifsud Bonnici, reġa' lura mal-Gvern b'aktar saħħa - mhux biss fiżika imma anke fil-pożizzjoni tiegħu - u talli seraq 13-il sena minn flus il-poplu, malli daħal tawh grad aktar għoli permezz ta' l emendi li saru u għalhekk li ftit ilu għidt li nħolqu aktar anomaliji.", "Bl-emendi li saru s- sena l-oħra, għal kull xahar li beda jaħdem mill-1987 għamlitlu tajjeb għal dawk is-snin li gawda mill-flus ta' l-Invalidity Board meta inġustament ħa flus il-poplu.", "Dawn qed jagħmel tajjeb għalihom billi kull xahar u kull sena jiġu akkreditati lilu l-kontribuzzjonijiet għal dak iż-żmien illi fih kien invalidat.", "Issa bħal dan kien hemm oħrajn u la ħadd għajjat magħhom u lanqas ħadd ittrattahom ħażin.", "Huma dehrilhom li ma ridux jaħdmu taħt Gvern Laburista, li għandu sistemi differenti minn dawk tal-Gvern tal-lum, fis-sens li aħna konna nippretendu li l-frott ta' ġurnata xogħol għandu jkun aktar minn dak li jippretendi l- Gvern tal-lum.", "Aħna konna nippretendu li mill-ħajja għandna nieħdu iktar milli jippretendi l-Gvern tal-lum, li jħalli l-affarijiet jiġru ħalli ma jinkriminax ruħu.", "Dawn in-nies ma riedux jaħdmu taħt din is-sistema u allura għaddew bord, imbagħad malli tela' dan il-Gvern, reġgħu lura.", "U biex noħolqu anomalija fil-konfront ta' nies oħra li veru kienu morda u ma setgħux jidħlu lura, lil dawk li reġgħu lura għax-xogħol, tawhom iċ-ċans biex, mil-lat ta' kontribuzzjonijet tas-sigurta' soċjali, jagħmlu tajjeb għal meta kienu boarded out u b'hekk ipattulhom għal dak li għamlu!", "Jien nerġa' ngħid li jiddispjaċini li l-Onor.", "Vella mhux qiegħed hawn, għax kieku kont nistaqsih.", "Għalhekk saret dik il-liġi, sabiex isir dan l- abbuż minnha, u l-Gvern stess igħin ħalli jsiru dawn l-affarijiet illi żgur la jagħmlu unur lill-Gvern u lanqas lil kull min għandu x-xewqa li jara li l-liġi li għamilna tagħti l-frott mixtieq billi tgħin lil dak li tabilħaqq ikun marad?", "Dawn huma affarijiet li jagħmlu ġid lil din il-liġi?", "Għalhekk jien qed ngħid li bl-affarijiet li qegħdin nagħmlu - u bl-Abbozz li hawn quddiemna qed inkomplu ngħarrqu s-sitwazzjoni - qed ngħinu lil min jinganna, lil min isib it-toqob minn fejn igħaddi u lil min isib min igħinu, ħalli flus li skond il-liġi mhux suppost li jmorru għandu, fil-fatt jeħodhom hu u minn fuq ngħidulu \"grazzi\".", "Ħaġa oħra li xtaqt nitkellem dwarha - u s'issa ma ssemmietx - hija l- inċentivi li ħareġ dan il-Gvern tliet snin ilu.", "Għaliex f'dawn l-aħħar sentejn jew minn mindu ngħataw dawn l-inċentivi, qed isir abbuż minn din il- liġi u dawk in-nies li ħadu l-inċentivi u ħadu somma flus, jew kienu marbuta li ma jistgħux jirreġistraw għal 18-il xahar jew inkella kienu marbuta li għall-istess tul ta' żmien ma jista' jkollhom l-ebda saħħa li jirreġistraw fil-Part I tar-Reġistru?", "U għaliex dawn ta' l-aħħar wara erba' xhur mhux talli ma kienx hemm għalfejn imorru jirreġistraw imma talli sabu ruħhom impjegati tal-Gvern jew ta' korpi parastatali filwaqt li l- oħrajn - forsi għax għandhom kulur politiku differenti - minflok ma ngħataw l-impieg, ġew imċaħħda li jieħdu l-employment benefit għal sitt xhur għax iffirmaw li għal 18-il xahar ma jistgħux imorru jirreġistraw - u allura la ma jirreġistrawx taħt il-Part 1 ma kellhom l-ebda dritt li jieħdu l- unemployment benefit - u allura lanqas kellhom dritt illi jieħdu l- assistenza soċjali u fl-aħħar ġie deċiż li din tingħatalhom?", "Jien qed ngħid li filwaqt li qegħdin niftaħru li għandu jkollna ġustizzja u solidarjeta' u li s-servizzi soċjali jkunu personalizzati, l-Gvern qed igħid li għandhom ikunu personalizzati mhux biex jara min hu batut u biex il-liġi napplikawha u naraw kif inbiddluha ħalli jkun hemm aktar ġustizzja sena wara l-oħra imma b'tali mod li jinvolvi l-kulur politiku, l-individwu u l-fatt li jekk għandu min jgħinu mal-Gvern tal-ġurnata jieħu l-benefiċċju jew aktar minn hekk, jieħu l-job lura u min m'għandux min igħinu għax hu ta' kulur politiku ieħor, jaqa' taħt l-għajnuna soċjali li kif inhi llum żgur li ma tistax tgħix u tgħajjex familja biha.", "Allura dawn mhux anomaliji kbar li l-Ministru George Hyzler stqarr hawnhekk li jrid jarahom immedjatament u bis-serjeta' ħalli dawn il-ħneżrijiet ma jkomplux isiru?", "Ħaġa oħra li l-kelliema ta' qabli ma tkellmux fuqha, hija l-allowance tal- ġenitur.", "Jiddispjaċini li se jkolli nerġa' nagħmel referenza għall-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, bniedem li għandi grazzja miegħu u li nieħu pjaċir inkellmu għax naf li hu bniedem dedikat.", "Fl-ewwel diskors li għamel, kien ħadha bi kbira - u anke meta nitkellem jien, ġieli nagħmel hekk - għaliex aħna konna ġbidnielu l-attenzjoni u għidnielu li l-wegħda ta' l-allowance tal-ġenitur marbuta mat-tlett itfal ta' inqas minn 11-il sena li kienu għamlu qabel l-1987 kienet Lm2 li hija marbuta mas-somma ta' Lm2,400 u li llum qegħda madwar Lm2,600.", "Niftakar dak inhar qal: Issa nurukom meta nkunu ilna hawn tliet snin, erba' snin jew ħamsa x'nagħmlu.", "Qed ngħid dan biex nuri li għalkemm għaddiet leġislatura u bdejna oħra, l-allowance tal- ġenitur għadha dik li kienet, apparti ż-żidiet li kien hemm ta' dak li ngħata f'kull Budget.", "Il-bqija din iż-żieda baqgħet marbuta mas-somma ta' Lm2,400.", "Mhux anomalija li bniedem li jaqbeż is-somma b'Lm1, inħallu l-eta' ta' 11-il sena u ngħidu li l-Gvern għandu dritt jagħmel dan!", "Min jaqbeż is-somma b'Lm1 ma jeħux l-allowance tal-ġenitur - u għalkemm hawn madwar 55,000 ġenitur li qatt ma qabżu aktar minn Lm13,000 b'dawn il-parametri li rabat il-Gvern - u min qiegħed b'Lm1 taħt dik is-somma, jieħu l-allowance xorta.", "Meta aħna tajna ċ-children's allowance aħna qatt m'għidna li t-tfal tat- tali miljunarju mhu se nagħtuh xejn.", "Aħna ma ħloqna l-ebda anomalija u tajna lil kulħadd mingħajr distinzjoni.", "Meta saret il-wegħda ta' allowance lill-ġenitur li kulħadd interpretajniha li se ssir bħalma sar minn Gvern Laburista f'dak li għandu x'jaqsam ma' children' allowance u ma nafx għalfejn l-Onor.", "Antione Mifsud Bonnici ħadha bi kbira għax għidnielu.", "Dan hu l-loqom li se tagħtu lill-mara tad-dar, li għidtu li għandha d-dritt għall-għajnuna tax-xogħol li qegħda tagħti?", "Jien ngħidlu li llum qegħdin fis-sitt sena u hemm anomalija kbira għaliex jien ċert li hemm mijiet ta' nies li jaħdmu għal rashom u jaqilgħu anke d- doppju ta' dak li jaqbeż b'Lm1 u qegħdin jieħdu din għaliex b'xi mod jirranġaw, imbagħad hemm oħrajn li għaliex fil-paga jidher li qegħdin jaqbżu b'Lm1 jew b'Lm10 qegħdin jibqgħu b'xejn.", "Jien inħoss li din hija anomalija kbira li l-Gvern ħaqqu raha d-doppju għaliex kienet wegħda tiegħu.", "Din mhix xi ħaġa li kienet hemm u qiegħed itejjibha.", "Nerġa' ngħid li din hija anomalija maħluqa mill-Gvern u qiegħed jipperpettwaha.", "Allura min se jemmen lil dan il-Gvern meta jgħid li s-servizzi soċjali jħares lejhom b'solidarjeta' u b'mod personalizzat meta mbagħad naraw dawn l- affarijiet li qegħdin joħolqu anomaliji kbar?", "Fi żmien Gvern Laburista l-bonus konna norbtuh mal-bonus nazzjonali u l- parti li kien jieħu l-ħaddiem kien jeħodha wkoll l-anzjan u llum dan il- Gvern, b'makakkerija kbira għamel bonus biex taparsi qed jagħmel bonus mill- bidu hu, rabtu ma' min jaħdem biss u la tah lil min jieħu l-benefiċċji, la lil min jimrad u lanqas lill-anzjani.", "Dak li kien jifraħ għaliex il-Lm116 li jieħu - li bnejnihom tul is-snin - kienu qegħdin jiżdiedu, dan il-Gvern waqqafhom qisu hu mhux parti mill-familja u qisu mhux qed iħallas aktar milli kien iħallas qabel ta' l-istess oġġetti.", "Din hija anomalija oħra bħalma hija anomalija li meta nagħtu ż-żidiet ma nagħmlu tajjeb f'xejn ħlief li norbtu kollox maż-żewġ terzi ħalli dak li jkun jieħu żewġ terzi tal-parti li tkun marret f'żieda biss u ma jintlaqatx minn dak illi qed imur bħala eżenzjoni mit-taxxa, li żgur li ma tmissx lil ċerti anzjani.", "Dan kollu jfisser li l-anzjani u l-invalidati tagħna, li tant qegħdin niftaħru li qegħdin ngħinuhom, mhux talli qegħdin nagħmlulhom erosion bl- għoli tal-ħajja, talli bil-mod il-mod qegħdin innaqqsulhom mis-saħħa li tahom Gvern Laburista li bena s-servizzi soċjali fuq prinċipji li llum dan il-Gvern, għalkemm igħid li qed jemmen fihom, bil-fatti qed jipprova jiżgiċċahom, billi jelimina xi sezzjonijiet tas-soċjeta' minn ċerti benefiċċji b'mod li wara ftit snin iħossu dan l-iżvantaġġ għax ma jkollhom xejn x'jagħmel tajjeb, għal dak li qed jiġri llum fil-pajjiż.", "Hawnhekk qed noħolqu anomaliji kbar, minkejja li l-Gvern qed jiftaħar li l-iskop ta' dawn l-emendi hu li jelimina ċerti anomaliji.", "Jiġifieri waqt li qed neliminaw anomaliji li fil-parti l-kbira minnhom huma żgħar, qed noħolqu anomaliji kbar, u jekk nibqgħu sejrin b'din is-sistema, għad jasal żmien meta jerġa' jkollna nies li jkunu jgħixu bis-servizzi soċjali imma jkunu qed igħixu fi stat ta' faqar, għax ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-ħajja.", "Kif għidt, qed neliminaw anomaliji żgħar filwaqt li noħolqu anomaliji kbar.", "Per eżempju, sar ħafna ftaħir li qed jiġu eliminati anomaliji fil- każ tal-pensjoni ta' l-invalidita' billi jiġu akkreditati l-bolol.", "Imma hemm pensjonanti li mhumiex se jgawdu minn din il-miżura sempliċement għax wara l-1979 kellhom ftit bolol akkredati, ta' eta' żgħira irtiraw bil- pensjoni ta' l-invalidita' u allura b'dak li qed nagħmlu mhux se jkollhom biżżejjed bolol akkreditati għall-finijiet tal-pensjoni taż-żewġ terzi.", "Allura jekk verament qed infittxu li nagħmlu servizzi soċjali personalizzati, almenu ma nikkonsidrawx din is-sezzjoni żgħira ta' nies li ma tinvolvix mijiet ta' eluf kbar ta' liri?", "Jekk verament irridu nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta', m'għandniex naraw b'dak li qed nagħmlu ma tinħoloqx anomalija ikbar?", "Miżura oħra li hemm f'dan l-Abbozz ta' Liġi li bih qed nemendaw il-Liġi ta' l-1987 hija l-miżura tal-pensjoni kommutata.", "Jien nista' nistqarr li din mhix se taffettwa ħafna każijiet għaliex persentaġġ qawwi lill- pensjonanti li għandhom 72 sena jew aktar kienu diġa' jgawdu mill-pensjoni miżjuda għal min jirtira bir-rata skond l-Iskeda li għandna quddiemna u li diġa' hija parti mil-Liġi.", "Għaldaqstant dawn kienu diġa' intitolati għal aktar ħlas, u dan ma sarx għar-raġuni li l-Iskeda li hawn fil-liġi dan ma tippermettihx.", "Issa taparsi qegħdin inżidulhom billi qed nagħmlu tnaqqis bil-parti komutata, qegħdin ngħidu li ġew intitolati għal aktar imma jaqgħu taħt l-istess skeda li għadni kif semmejt li ma tippermettix dan, u għalkemm issa jimmeritahom aktar milli kien jimmeritahom qabel, aktar li qegħdin niftaħru bih, ma jistgħux jeħduh.", "Jiġifieri certi affarijiet qegħdin nagħmluhom jew biex nieħdu ż-żmien tal-Kamra jew biex ngħaddu ż- żmien b'min ma jifhimx l-affarijiet kif inhuma, għaliex dak li jkun jippretendi li ħa dak li jisma' fid-debates meta jintqal min-naħa tal- Gvern, u meta jmur ifittex isib li għadu marbut ma' l-istess skeda li ma kenitx tippermettilu dak li jippretendi li kellu jieħu.", "Illum qed ngħidulu li se nagħtuh aktar imma permezz ta' l-iskeda mhux permess li jieħdu.", "Kwestjoni oħra li għandna quddiemna hija rigward il-pensjonanti tas- Servizzi Ingliżi, Mr Speaker.", "Kien hemm il-wegħda li ż-żewġ terzi għandhom ikunu l-inqas u mhux l-aktar u b'dak li qegħdin nagħmlu hawn qegħdin nirrepetu dak li kien hemm fl-emendi li għamilna s-sena l-oħra.", "Qegħdin niftaħru li dawn qegħdin nagħtuhom dak li wegħedhom il-Partit Nazzjonalista u meta tfittex issib li dan mhux minnu għaliex fejn kienu se jibqgħu bħalma se jibqgħu l-istess il-pensjonanti tat-Teżor li kienu qegħdin jistennew xejn inqas miż-żewġ terzi minimi.", "Kull sena ngħidu li dan għandu jkun il- minimum u mhux il-maximum u n-naħa tal-Gvern tgħidx kemm kienu jgħajruna biha meta kienu fl-Oppożizzjoni.", "Issa qed idawru d-diskors u għalkemm il- pensjonanti tas-Servizzi u l-pensjonanti tat-Teżor ikollhom xi xamma meta jmorru fid-Dipartiment ikkonċernat biex jaraw x'iggwadanjaw, isibu li ma ħadu xejn.", "Ħaġa' oħra li xtaqt nitkellem fuqha, Mr Speaker, hija rigward l-istat ikrah li jinsab fih id-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali li żgur li l- kelliema ta' qabli ma tkellmux dwaru.", "F'dan id-dipartiment hemm ħaddiema li għal snin sħaħ ma kien jista' għalihom ħadd, kienu jikkmandaw u jiddominaw u jekk kienu jagħmlu siegħa xogħol.", "Pero' f'certu sezzjon-ijiet hemm ħaddiema oħra li jaħdmu bla ma jieqfu u bl-għassa magħhom li ma jmorrux iwarrbu għal ħames minuti!", "Hemm ukoll impjegati li nagħtaw promozzjonijiet u baqgħu fuq l-istess mejda u baqgħu marbutin ma' l-istess skrivanija minkejja li suppost qegħdin jieħdu ħsieb li jaraw li s-sezzjoni li se jmorru fiha titmexxa sew.", "Issa għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex mhux sewwa li f'dipartiment li minnu jiddependu ħafna pensjonanti u beneficcjari jkollok nies qegħdin jaħdmu b'ilsienhom barra ħalli jagħtu dak li jistgħu jagħtu u jkollok oħrajn li mhux talli qegħdin f'xalata imma l-bicca l-kbira lanqas ikunu hemm!", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li dawn l-affarijiet jinqatgħu forsi billi anke jsir training ħalli meta xi ħaddiema ma jkollhomx biżżejjed xogħol, ikunu jistgħu jissupplixxu ħaddiema oħra u jgħinu f'postijiet fejn, per eżempju, ilhom jistennew ix-xhur biex joħorġu certi beneficcji.", "Għax llum mara li tormol - minkejja l-isforzi li jsiru minn uħud mill-Membri ta' din il-Kamra u minkejja t-telefonati li jsiru ...", "Biex inkun car, il-kwalita' ta' formoli li llum hemm fl-area offices hija xi ħaġa tal-biża u wħud minnhom lanqas l-iskrivani li jibagħatuhom ma jifhmuhom!", "Il-beneficcjari ma jafux x'iridu jagħmlu u meta lill-iskrivani icemplilhom biex tistaqsihom għaliex l-affarijiet ma mxewx, isibu li l-formola li jkun mela l-individwu tkun ilha xahar quddiemhom u ma jmexxuhiex!", "F'ħafna każijiet meta l- formola timxi, din qegħda taqa' f'idejn nies li għal ħafna xhur kellhom ir- responsabbilita' li jaraw li dan il-beneficcju joħroġ f'waqtu.", "Jien mhux qed nitkellem hekk biex inkun tkellimt, għax kieku kelli nsemmi l-ismijiet u nagħti r-referenzi ta' nies li kelli x'naqsam magħhom f'dawn l- aħħar ġimagħtejn, insemmi aktar minn seba' każijiet li damu jistennew il- pensjoni tar-romol kważi ħames xhur.", "Hemm każijiet ta' nies separati minn żwieġhom li damu jistennew madwar ħames xhur pero' rcevew din il-ġimgħa għar-raġuni li wħud min-nies li hemm fid-Dipartiment mhumiex ta' statura biżżejjed biex l-affarijiet imexxuhom b'ħeffa.", "Per eżempju, ċerti assistant clerks qed jagħmlu xogħol ta' clerks, u saħansitra qed iqabbdu anke charwomen jagħmlu dan ix-xogħol.", "F'dawn is-sezzjonijiet nies tal- qalba, li jidhru sbieħ mal-Gvern ma jridux imorru minkejja li l-kapijiet tas-sezzjonijiet tagħhom jitolbu biex ikollhom l-għajnuna.", "MR SPEAKER: Onor. Micallef, skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi l-Onor.", "Micallef ikompli jinstema'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Micallef ikompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa, 10 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar - It-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - It-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - It-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - It-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - It-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - It-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Illum se nitkellem fuq każ, u stennejt sal-lum għax ippretendejt li l-Gvern għandu jiġi hawn f'dan il-Parlament u jagħti t- tagħrif kollu li hu xieraq li għandu jagħti dwar x'ġara ġimgħa ilu.", "Dan hu każ serju li qanqal ħafna tħassib fil-poplu Malti.", "Qed nirreferi għall- każ taż-żagħżugħ James Tabone li sfortunatament instab mejjet fiċ-ċella tad-Depot.", "Għandna fatt ta' żagħżugħ li nstab mejjet fiċ-ċella tad-Depot u l-Gvern ma ħassx id-dover li għandu jiġi hawn fil-Parlament, l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna, u jagħti t-tagħrif kollu meħtieġ li għandu d- dover jagħti dan il-Gvern li jiftaħar bit-trasparenza, li jiftaħar li tela' bl-għajta tad-djalogu u ta' open government.", "Għalhekk għażilt li llum nitkellem dwar dan il-każ serju u għalhekk ħallejt iż-żmien igħaddi.", "Nibda biex ngħid li m'għandix id-dritt li nidħol fil-privacy tal-familja.", "Lill-familjari nagħdirhom għax tilfu żagħżugħ ta' 26 sena u se nagħmel ħilti kollha biex ma nidħolx fl-affarijiet personali tal-familja.", "Għandna każ ta' żagħżugħ u jien u l-poplu nitolbu spjegazzjonijiet u hemm ħafna mistoqsijiet li l-Gvern għandu jagħti t-tweġibiet għalihom.", "F'dan il-każ jidħlu żewġ oqsma importanti, il-qasam tas-saħħa u l-qasam tal-Pulizija.", "Tajjeb insemmi li d-deċiżjoni - li għalija hija stramba - tal-Gvern li jappunta Ministru responsabbli kemm mis-saħħa u kemm mill-Pulizija kien każ fejn seta' jaħdem il-kordinament bejn is-saħħa u l-Pulizija.", "Jien xorta għadni naraha stramba li l-Ministru jkun responsabbli għas-saħħa u għall- Pulizija, pero' dan inzerta każ fejn setgħet ħadmet din l-istramberija.", "Sfortunatament deher ċar li fuq dan il-każ lanqas kien hemm kordinament bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Pulizija.", "It-tagħrif tawh biss lill-ġurnali u lil kulħadd minbarra lil dan il-Parlament.", "Ħadd min- naħa tal-Gvern ma ndenja ruħu jiġi hawn u jagħti l-ispjegazzjonijiet u t- tagħrif kollu fuq dan il-każ tant serju.", "Għaliex?", "U jien nibda nistaqsi: Għaliex il-Gvern ma ta l-ebda tagħrif?", "Għaliex il-Gvern li jiddeletta b'ħafna press conferences u b'ħafna propaganda ma ġiex hawn u ma ta l-ebda tagħrif dwaru?", "U fil-qosor nixtieq ngħid x'ġara fuq dan il-każ u x'sirna nafu mill-ġurnali għax mill-ġurnali sirna nafu dwar dan il-każ.", "X'ġara fil-qosor?", "Kulma nafu - u jiena qed inġib it-tagħrif tiegħi minn dak li qrajt minn fuq il-ġurnali - nhar il-Ħamis l-4 ta' Ġunju għall-ħabta ta' nofsinhar, il- pulizija arrestaw lil James Tabone, ħaduh id-Depot u bdew jinterrogawh, fuqxiex ma jinteressanix, imma bdiet l-interrogazzjoni fuq Tabone.", "Nerġa' nagħmel enfasi li jien ma rridx nidħol fl-affarijiet personali tal- familja Tabone.", "Ħaduh f'nofsinhar - skond m'hemm irrapportat fil-ġurnali - u ftit ta' żmien wara, l-vittma talab li jittieħed id-Detox Centre għall- kura.", "Il-pulizija laqgħu l-ilment ta' Tabone u ttieħed id-Detox Centre fejn jingħad li ngħata t-trattament.", "Reġgħu ħaduh lura d-Depot u madwar siegħa u kwart wara li ttieħed l-ewwel darba d-Detox Centre għall-ħabta tas- 1.45 p.m. il-vittma reġa' talab biex jerġa' jittieħed id-Detox Centre.", "Il- pulizija għat-tieni darba reġgħet ħaditu d-Detox Centre u reġa' ngħata t- trattament.", "Reġgħu ħaduh id-Depot, għaddew madwar tliet sigħat, reġa' talab li jittieħed id-Detox Centre għat-trattament, u għat-tielet darba, il- vittma daħal id-Detox Centre, fejn - skond il-ġurnali - ingħata t- trattament tal-methadone.", "Jien xi ħaġa żgħira nifhem fuq dan is-suġġett, u naf x'inhu l-użu tal-methadone pero' mhux se noqgħod ngħid l-użu tiegħu x'inhu.", "Għalissa ngħid li ngħata, u min irid jifhimni, jifhimni.", "Ingħata t-trattament tal-methadone.", "Mela hawn, reġa għandna każ fejn il-vittma li kien qed jiġi nterrogat wera sinjali ċari li kellu bżonn trattament mediku.", "Mill-aspett mediku aħna nafu li ċerti persuni li jkunu akkużati b'reati serji u jkunu l-ħabs, u għax forsi jkollhom in-nemex, jgħaddu żmien twil fl- isptar, taparsi qed jieħdu trattament mediku.", "U din il-vittma li wera bil- provi li fi żmien sitt sigħat kellu bżonn trattament mediku, minkejja dan kollu, reġa' ttieħed id-Depot, u interrogawh għal sitt sigħat sħaħ.", "Dan kien fi stat li għadu kemm ġej minn tliet darbiet mid-Detox Centre fejn ingħata t-trattament tal-methadone, u nerġa' ngħid li min hu tabib - u l- Gvern għandu ħafna nies konsulenti, għax dan huwa Gvern li jiddeletta ħafna b'konsulenti - jaf u jifhimni x'jien ngħid - ittieħed lura d-Depot, u nterrogawh għal sitt sigħat sħaħ sal-11.20 p.m. Dan dejjem skond kif inhu rapportat fil-ġurnali lokali.", "Nerġa' ngħid li l-Gvern ma tana l-ebda tagħrif, ma għamel l-ebda statement f'dan il-Parlament, ma ġie l-ebda Ministru hawn u spjegalna x'ġara u x'ma ġarax f'dan il-każ.", "Li naf hu li dan ma baqax għall-kura fl-isptar taħt is-sorveljanza tal-pulizija, imma ttieħed lura d-Depot u baqgħu jinterrogawh għal sitt sigħat sal-11.20 p.m. Issa dan kien bniedem li kien qed juri biċ-ċar li kellu bżonn trattament mediku.", "Infatti dan intwera tliet darbiet f'temp ta' sitt sigħat.", "U dan meta nafu b'ħafna persuni li huma akkużati b'reati serjissimi u jgħaddu perjodi twal fl-isptar.", "Il-poplu, il-Parlament u l-Oppożizzjoni għandhom id-dritt ikunu jafu għaliex sar hekk f'dan il-każ.", "U għalhekk qed nistennew it-tweġibiet.", "L- Oppożizzjoni tistenna mill-Gvern tweġibiet fuq dawn il-mistoqsijiet li qed tagħmel.", "Ħallewh f'ċella waħdu - skond il-ġurnali - u ingħad li ma talabx għajnuna bil-lejl.", "Issa kulħadd jaf li bniedem marid l-isptar mhux hu jitlob għall-għajnuna imma hemm in-night nurses u l-paramediċi jduru l- wards u huma stess jaraw jekk il-pazjent għandux bżonn xi għajnuna jew le.", "Jien kelli l-iżvintura li nkun l-isptar u meta kelli bżonn l-għajnuna - peress li jien kont daqsxejn muġugħ u kont nofsi mitluf - in-nurses tawhieli u ġew jagħtuni l-mediċina għax ma kontx fi stat li nista' nitlob l- għajnuna jien.", "Għandna Ministru li hu responsabbli mis-saħħa u mill- Pulizija u għandna dan il-każ serju, u l-Oppożizzjoni titlob tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet: Għaliex ma nżammx l-isptar taħt is-sorveljanza tal- Pulizija?", "F'dan il-każ hemm ukoll ħafna stramberiji.", "Jingħad li l- Kummissarju tal-Pulizija, nforma mill-ewwel lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija.", "Mela għandna l-Kummissarju li nforma lill-Ministru li fl- aħħar mill-aħħar huwa bniedem politiku.", "Il-Ministru ma kienx kuntent u nforma lill-Acting Prime Minister.", "U l-Oppożizzjoni tistaqsi: F'kull każ hekk isir?", "Mela fejn hi l-indipendenza tal-Pulizija meta dawn dejjem jiftaħru li qed ineħħu l-politika mill-Pulizija?!", "L-Oppożizzjoni tkompli tistaqsi: Hekk jiġri f'kull każ?", "Jinformaw Kummissarju, imbagħad dan jinforma lill-Ministru u l-Ministru jinforma lill-Acting Prime Minister?", "Mela f'dan il-każ għandna mdaħħla tnejn minn nies politiċi.", "Il- Kummissarju deherlu li għandu jinforma lill-Ministru u l-Ministru jinforma lill-Acting Prime Minister.", "Jien qatt ma smajt li f'kull każ, il- Kummissarju ...", "Il-Ministru qed jidħak.", "Issa mbagħad tkellem int u weġibni.", "(Interruzzjonijiet) Għandna każ fejn għandna bniedem, li nerġa' ngħid talab tliet darbiet il-kura medika u ħallewh waħdu lejl sħiħ fi ċella, u jiġi jgħid li skond it-tagħrif ma talabx attenzjoni.", "U żgur li ma jitlobx attenzjoni!", "Mhux il-pazjenti għandhom jitolbu l-attenzjoni, imma l-attenzjoni għandha tingħata lilhom għax ma jkunux fi stat li jitolbu l-attenzjoni.", "Allura dan għax ma nżammx l-isptar wara tliet darbiet li talab biex jingħata kura medika?", "Jien qed ngħid dan mill-aspett mediku u nħoss li l-Gvern huwa fid-dmir li jiġi hawn u jwieġeb għal dawn il- mistoqsijiet.", "Minkejja dan kollu, jien m'inix se nagħmel bħalma kienu jagħmlu huma fl-imgħoddi.", "Fuq l-ebda prova mhu se jċappsu lil xi ħadd.", "Fi żmienna, kienu jċappsu lil kulħadd u toħroġ allegazzjoni.", "Jien inħoss li l- Oppożizzjoni tagħna hija responsabbli u se timxi bl-ikbar responsabbilta' u bl-ikbar irġulija fuq dan il-każ.", "Jien m'inix se nagħmel bħalhom.", "Kellhom raġun xi darba, pero' min inqabad fiż-żmienna, tah il-proklama u promotion għal waħda, tnejn tlieta.", "Min kien responsabbli għall-ħsara li saret fi żmien il-Gvern Laburista tawh promotion.", "Dan huwa każ fejn jien nista' nċappas u nitfa' t-tajn, imma m'inix se nagħmel hekk.", "L- Oppożizzjoni Laburista hija kostruttiva, għalhekk nistaqsu u nesiġu li jkollna tweġibiet fuq dan il-każ serju.", "Nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni trid tkun taf kif miet dan iż-żagħżugħ.", "L-avukat tal-familjari tal-mejjet talab li terġa' ssir awtopsja.", "Il-maġistrat ta s-sentenza tiegħu u ta l- permess li ssir awtopsja u din għamilha biex ikun hemm it-trasparenza.", "Il- maġistrat stess qed igħid li hemm bżonn li ssir it-trasparenza f'dan il- każ, pero' dan il-Parlament għadu sal-lum ma ngħata l-ebda tagħrif u dan huwa każ serjissimu ta' bniedem li daħal b'saħħtu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u ħareġ minn hemm mejjet.", "Aħna fil-każ ta' Nardu Debono ma nibżgħux.", "Min ħaqqu jieħu.", "Aħna konna serji u jista' jkun l-ikbar Laburist.", "Min abbuża taħt Gvern Laburista għandu joqgħod għad-dixxiplina u dan aħna nappoġġawh pero' jibqa' l-fatt li għandna każ ta' żagħżugħ li ddaħħal l-isptar b'saħħtu, talab il-kura medika għal tliet darbiet, il-kura ngħatatlu, iżda ħallewh waħdu.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni tistaqsi u tistenna li tingħata t-tweġibiet.", "Anke l-poplu jistenna li jingħata t-tweġibiet fuq dan il-każ serju.", "La qed nitkellmu fuq il-kriminalita' nixtieq ngħid li llum il-poplu ma naħsibx li għandu wisq fiduċja kif qed titmexxa l-pulizija.", "Jien bħala l- ispokesman ta' l-Oppożizzjoni għandi f'idejja l-pulizija u nista' nitkellem fuq is-sigurta' u l-intern.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna.", "Kemm qalu qabel l- elezzjoni fuq il-kwalita' tal-ħajja, u li qatt ma kellna kwalita' tal-ħajja daqshekk f'pajjiżna taħt Gvern Nazzjonalista.", "Jien ma nafx x'iridu jgħidu biha l-kwalita' tal-ħajja.", "Xi kwalita' tal-ħajja hija din?", "Dan qed igħiduh gazzetti li huma rinomati kontra l-Partit Laburista u fuq il- gazzetti tagħhom igħidu li qatt m'appoġġjaw il-Moviment Labur-ista.", "Qatt ma kien hawn daqshekk kriminalita' organ-izzati f'pajjiżna daqskemm hawn illum.", "F'pajjiżna il-krimi-nalita' żdiedet kemm mil-lat ta' kwalita' u anke mil-lat ta' kwantita'.", "Saru erba' hold-ups u nsterqu mijiet ta' eluf ta' liri.", "U l-Gvern li jiftaħar bit-trasparenza, ma jrid jagħti l-ebda tagħrif.", "Illum għandna kriminali li għandhom l-informazzjoni ġejja minn fuq.", "Dan qed igħiduh il- gazzetti għax ma jistax isir ċertu serq bla ma jkollhom ċertu informazzjoni privileġġjata.", "Xi ngħidu fuq is-serq mid-djar?", "Fl-ewwel tliet xhur, f'pajjiżna saret iktar minn serqa kull siegħa meta qabel konna nitkażaw bi New York u b'Chicago.", "Dan l-aħħar saret interpellanza fejn sirna nafu li nsterqu 350 vettura fl-ewwel tliet xhur u dan ifisser li jinsterqu kważi erba' vetturi kuljum.", "Minnhom instabu 20%, jiġifieri 69, u 80% minnhom ma nstabux.", "Dan il-Gvern jiftaħar li għandu korp effiċjenti u għandu aktar nies milli qatt kellna aħna fil-Korp tal-Pulizija.", "Pero' dan sar għax tgħidx kemm daħlu bażużli fil-Korp tal-Pulizija li huma inqas effiċjenti milli kien hemm taħt il-Gvern Laburista.", "Xi ngħidu fuq il-kuntrabandu ta' l-armi?", "Illum f'pajjiżna l-armi qed jinbiegħu daqs il-pastizzi.", "F'interpellanza li għamilna dan l-aħħar sibna li fl-idejn hawn revolvers, semi-automatic machine guns, air guns, bolt action rifle, semi-automatic telescopic rifle, stalletti u affarijiet oħra.", "Taħseb li dawn l-armi kollha kienu jeżistu f'Chicago fi żmien Al Capone?", "Din hija l-liberta' li hawn f'pajjiżna!", "Dan hu li ġab il-Gvern Nazzjonalista bl-għajta li tgħix f'darek bla biża'.", "Il-ħin ma jippermettix pero' ma nistax ma nsemmix id-droga.", "Dawn kienu jgħajjruna meta niġu hawn li aħna niftiehmu mat-traffikanti tad-droga u l- Partit Laburista, l-Ministri u l-ex-Ministri tagħna kienu jagħtu l- protezzjoni lill-kriminali.", "Kienu jiġu hawn u jgħidulna li fi gżira bħal dinkulħadd jaf min hu ...", "Hekk kienu jgħidulna.", "(Interruzzjonijiet) Issa igħid int. Jekk taqra l-programm elettorali tagħkom ...", "(Interruzzjonijiet) Dan suppost tafu int. Jien mhux se ngħidlek bl- amment imma darb'oħra nikkwotah.", "Qatt f'pajjiżna ma kien hawn droga daqskemm hawn illum.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek, Onor. Galea, fuq il-bażużli tagħkom.", "Inqabdu tliet kilos fuq tip ta' l-interpol mill- Ingilterra u min hu, qiegħed jiġri barra.", "Dan ma kienx jinqabad kieku ma tawhx it-tip mill-Interpol tal-Pulizija.", "F'sena nqabdu 200 gramma.", "L- ikbar qabda li qabdu kienet ta' tliet kilos u għax tawhom tip l-Interpol ta' l-Ingilterra.", "Jien għamilt interpellanza u sirt naf kemm hawn persuni jiġru barra.", "(Interruzzjonijiet) Int tiftakar għax int kont Segretarju Ġenerali.", "Aħna għaddejna żmien naqilgħu l-bombi u int taf u tiftakar minn xiex għadda l-Partit Laburista.", "Tibżax il-kontijiet qed jitħallsu!", "(Interruzzjonijiet) Illum, f'pajjiżna suppost li 732 persuna jirraportaw fl- għases.", "Pero' l-ikbar skandlu li qatt sar f'pajjiżna, huwa li d-droga titkabbar fi Sptar ta' l-Istat!", "Min hu responsabbli mill-pulizija, jmissu jirriż-enja fuq din u jien nisfidah jgħid li mhux veru.", "Jekk irid nurih ir-ritratti bil-provi kollha.", "Dik biżżejjed biex titlob ir-riżenja tiegħu.", "Jien nisfidah u jekk igħid li mhux veru jien lest illi nitlef is-siġġu tiegħi fil-Parlament.", "Nerġa' ngħidli d-droga qed titkabbar fl-Isptar u ma ttieħdet l-ebda azzjoni!", "MR SPEAKER: Personal expla-nation, l-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Onor. Spiteri, ħalli lilu joġġezzjona.", "Kif tista' toġġezzjona għal personal explanation fuq dak li qed igħid l-Onor.", "Nicholl?", "Meta darba lili għaddieli kumment personali - u hu dan jafu - mill-ewwel ħadt kwalunkwe għarfien ta' l-allegazzjoni li kien qiegħed jagħmel u jekk hemm xi fatti, l-Pulizija tipproċedi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tikkummentawx across the floor.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Mr Speaker, jien dak l-isptar mort biex nara pazjent u ssallabt biex dħalt għax aktar hemm security guards minn nurses.", "Jien bħala Membru Parlamentari, l-għaraq ħriġt biex dħalt nara pazjent kif għandi dritt nagħmel.", "Dawn huma fatti u jekk mhumiex veri, lest li nitlef is-siġġu u nirriżenja.", "Jiena nerġa' ngħid, issallabt biex nidħol fl-isptar għax iktar hemm bażużli tagħhom security guards milli hemm nurses.", "Alla jbierek fil-ġnien ta' dan l-isptar qed titkabbar id-droga u s'issa l- Pulizija ma sabet xejn!", "F'dan il-pajjiż kollox kwiet u kollox minsi għax hawn il-paċi!", "Il-Ministru qed jiftaħar bil-qbid tad-droga pero' jekk iħares lejn il-lista ta' droga ta' x'qabdu din is-sena, jsib li llum tant hawn droga li l-prezz tagħha waqa'.", "Dawn l-istess nies kienu jgħajru lill- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici miġnun, għax dawn demokristjani u insara!", "Aħna qatt m'għidna li din se nagħmluha, imma li se nikkonsidrawha.", "Mela fl- Iżvizzera, l-iktar pajjiż avvanzat fl-Ewropa, hemm 6 miljun imġienen!", "Min jaqra - u naħseb li l-Minstru jaqra - jaf li fl-Amerika sabu li l-unika soluzzjoni għal din il-problema - għalkemm hemm moviment qawwi biex irażżnu t-traffikar tad-droga - hija li jillegalizzawha.", "U jekk hawn pajjiż li nefaq il-biljuni ta' dollari fuq id-droga, huwa l-Amerika.", "Pero' dawn l- insara u ta' lsienhom pulit, qalu li l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonniċi hu miġnun, għax huma jgħidu l-verita' u aħna l-ħamalli.", "Taħsbu li aħna din irridu nippolitiċizzawha?", "Jiena dejjem tkellimt bil-fatti u qatt ma tfajt tajn f'ħajti.", "U, nerġa' ngħid, ir-responsabbilta' hija tiegħek Ministru, u jekk trid din tista' tvinciha.", "Inti kont Segretarju Ġenerali u meta l- Partit Laburista kien fil-gvern, għadda minn ħafna inkwiet ta' bombi.", "Illum bilfors kelli nitkellem fuq is-suġġett tal-kriminalita' pero' l- Oppożizzjoni tistenna tweġibiet fuq każ ta' bniedem żagħżugħ li daħal fil- Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ħaj u b'saħħtu u l-għada ħareġ mejjet.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 1992, fis-6.00 pm bl-agenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MARSA STADIUM - TRACK SINTETIKA", "924.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ghaż-Żgħażagħ u Kultura: X'wasal lill-Gvern jiddeciedi li jibni t-track sintetika ta' l- atletika fil-Marsa Stadium u mhux fl-istadium nazzjonali f'Ta' Qali fejn diga' hemm il-korsa lesta fuq livell internazzjonali?", "Jaħseb il-Ministru li fil-Marsa se jsiru spejjeż kbar u li l-post mhux adattat daqs Ta' Qali?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-aħjar għażla għall-atletika, kif jgħidulek l- atleti u l-Assoċjazzjonijiet tagħhom, kien l-istadium ta' Malta u mhux l- Istadium tal-Football f'Ta' Qali.", "QRATI - KAŻI TA' MANTENIMENT", "1331.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Peress li malli il-Ministru ha l-Qrati f'idejh sahaq li se jirranga l-qrati fi zmien sena, jahseb li ghandu jikkonsulta lill-imhallfin li jaqtghu kawzi ta' separazzjonijiet biex dawn jordnaw lill-employer li jaqta' l-ammont tal- manteniment moghti lill-mara, awtomatikament mill-paga?", "Jaf il-Ministru li hafna nies qed ibatu ghaliex hafna rgiel li jkunu gew ordnati li jaghtu manteniment lil mara jisfidaw il-ligi u ma jhallsux?", "Japprezza li ghalkemm hemm proceduri legali biex il-mara tiehu li haqqha wara ordni mill- Qorti biex ir-ragel imantni lil mara, dawn jiehdu xhur sakemm jigu inforzati bil-konsegwenza li hawn hafna nisa qed ibatu?", "Jahseb li dak li qed nissuggerixxi jien li l-manteniment jinqata' awtomatikament mill-paga mill-employer biex dan jghaddi direttament ghand il-mara jsolvi din il- problema?", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Onor.", "Interpellant imissu jaf illi l-liġi diġa' tikkontempla l-possibilita' li l-mara li ngħatalha manteniment mill-Qorti tista' tagħmel sekwestru fuq il-paga tar-raġel u tibda titħallas il- manteniment direttament mingħand l-employer tar-raġel.", "Din il-proċedura li tintuża spiss, ssir fi żmien qasir ħafna.", "SERVIZZI SOĊJALI", "1332.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ghas-Sigurta' Socjali: Ghaliex id-Dipartiment tas-Servizzi Socjali jkun irid li l-ewwel isir rikos mill-mara fejn turi li talbet ghas-separazzjoni qabel normalment jaghtuha ghajnuna socjali?", "Japprezza l-Ministru li f'hafna kazi, id-dewmien biex isir ir-rikors ipoggi lil mara f'disprament ghax ma jkollhiex biex tghix?", "Ghaliex anke meta f'certi kazi certi assessuri li huma sensittivi ghal din il-problema jiddeciedu li johorgu xi ghajnuna lil mara, din trid toqghod tirrevedi l-kaz kull xahrejn u tkun trid terga' taghmel rikors iehor biex tipprova li l-qaghda hija l-istess?", "Jista' jinstab mezz mid-dipartiment biex din il burokrazija tigi meghluba halli dawn in-nisa ma jbatux din it- tbatija kbira?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-proċess li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant mhux frott ta' burokrazija żejda iżda l-ħteġijiet tas-sistema.", "Infatti dan il-proċess iseħħ fuq id-direttivi ta' l-Ufficcju ta' l-Avukat tar-Repubblika u anke dak ta' l-Awditur.", "Mill-esperjenza li kellu s'issa d- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'każijiet bħal dawn jidher li dan il- proċess huwa inevitabbli biex l-affarijiet isiru sewwa u jiġi evitat inkwiet żejjed.", "Ir-rikors hu biss validu għal xahrejn ma joħroġx mill-Att dwar is- Sigurta' Soċjali iżda mil-Liġi Civili.", "Biex jiġi evitat dan l-inkonvenjent li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant id-direttur f'ċerti każi fejn tinħass il- ħtieġa qabel ma jiġi finalizzat ir-rikors fil-Qorti kemm-il darba jawtorizza l-għoti ta' dik l-għajnuna għal bejn tmienja u 12-il ġimgħa.", "QRATI - KAŻI TA' NISA MSAWWTA", "1333.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali: Billi fil-Legislatura l-ohra l-awtoritajiet kienu taw struzzjonijiet lill-pulizija biex jidhlu aktar f'kazi ta' swat ta' nisa mizzewga flok jittrattaw din il-qaghda b'mod legger u qisu m'hu qed jigri xejn, jista' l-Ministru jghid kemm persuni tressqu l-Qorti f'dawn l-ahhar sitt xhur ghax sawwtu lil marthom u lill-uliedhom?", "Jista' jerga' jfakkar lill-pulizija biex f'kazi bhal dawn ikun hemm aktar sens ta' impenn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Gvern għadu jieħu l-problema tas-swat tan-nisa bl- akbar serjeta'.", "Biex jikkoordina aħjar il-ħidma f'dan il-qasam ta' diversi Dipartimenti tal-Gvern, is-sena l-oħra il-Gvern waqqaf Kumitat ta' Azzjoni dwar Vjolenza fuq in-Nisa.", "Jirrappreżenta lill-pulizija f'dan il-Kumitat, kien hemm Supretendent.", "Madwar sentejn ilu kien beda l-proċess ta' awareness-raising fost il- pulizija dwar is-serjeta' tas-swat tan-nisa.", "F'kors li kien sar apposta għal madwar 75 Surgent tal-Pulizija kienet ġiet ittrattata speċifikament l- imġieba tal-pulizija mal-vittmi ta' abbużi u jew vjolenza fuq in-nisa.", "Il-pulizija minn din is-sena ngħataw struzzjonijiet bil-miktub biex jinvestigaw u jirrapportaw dawn il-każijiet.", "20 persuna tressqu l-Qorti dwar każijiet ta' vjolenza fuq membri tal-familja.", "F'kull kors li jsir fl-Akkademja tal-Pulizija dan is-suġġett jingħata l- importanza li tixraqlu.", "AIDS", "1374.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali: Kien hawn xi każ f'Malta ta' nisa tqala infettati bl-AIDS?", "Jekk iva, kemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Dipartiment tas-Saħħa m'għandu l-ebda rapport ta' nisa tqal li huma HIV positive, jiġifieri li għandhom il-virus assocjat mal- marda ta' l-AIDS.", "POWER STATION - IRMID", "1422.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'qed isir mill-irmid (ashes) li jibqa' mill-faħam użat mill- Power Station?", "Fejn qed jintrema' dan l-irmid?", "X'sar mill-idea li kien hemm li dan l- irmid jibda jitħallat mal-konkrete?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-irmid qiegħed jintrema f'barriera li m'għadhiex tintuża fl-inħawi ta' Bengħajsa.", "Dan ilu jsir mill-1983.", "L-użu ta' l-irmid imħallat mal-konkrit għadu qiegħed jiġi ikkonsidrat.", "MATERJAL NON-ORGANIKU", "1423.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'se jsir mill-materjal non-organiku, li minkejja t-twaqqif ta' l-impjant tar-recycling se jibqa' jeżisti?", "Jista' l-Ministru jassigura lill-Interpellant li dan l-materjal non- organiku mhux se jispicca fil-miżbla ta' Bubaqra ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- impjant tar-riciklaġġ ta' l-iskart ġo Sant'Antnin, Marsascala jipprocesa l- iskart ta' Malta kollha.", "Dak il-materjal li ma jiġix ipprocessat jiġifieri, l-materjal non-organiku, għalissa se jibqa' jintrema fil- miżbliet.", "Huwa mportanti li wieħed jinnota illi dan il-materjal li mhux organiku, mhuwiex ta' ebda nkonvenjent u se jkun fi kwantita' wisq inqas minn dak li qiegħed jintrema llum.", "CENTRI TAS-SAĦĦA", "1505.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali: Saru xi studji recenti mill-Gvern dwar il-possibilita' ta' holqien ta' health centres u health SPAS f'pajjizna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "TURIŻMU", "1506.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici: Il-Gvern iniedi xi studji dwar ix-xejriet tat-turizmu Malti li 'l hinn minn xtutna?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Mhuwiex kompitu tal-Ministeru tiegħi li jħejji studju tat-tip suġġerit mill-Onor.", "Interpellant.", "AMBJENT", "1507.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomici: Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu għandu xi ħidma mad-Dipartiment ta' l-Ambjent biex jiżgura l-ħarsien u l-evalwazzjoni kontinwa ta' l-impatt tas-settur turistiku fuq l-ambjent naturali ta' pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu kif ukoll dak responsabbli għall-Ambjent jaħdmu qrib xulxin f'għad ta' inizjattivi kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "L-istess isir ma' l- Awtoritajiet tal-Mużewijiet.", "MALTA HOTEL GUIDE", "1508.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomici: L-NTOM tippubblika Malta Hotel Guide kif jagħmlu Tourism Organisations Nazzjonali ohra?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: l-NTOM in kollaborazzjoni mal-HCEB tippubblika ta' kull sena Hotel Guide u għal konvenjenza ta' l-Onor.", "Interpellant qed ngħaddilu kopja.", "AĠENZIJI TA' L-IVVJAĠĠAR", "1509.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomici: Kemm hawn licensed travel agencies fil-pajjiż?", "Kemm infethu mill-1987 'l hawn?", "Kemm hawn professional licensed tourist guides?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Sa l-aħħar ta' April 1992 kien hawn 196 postijiet reġistrati u licenzjati bħala Travel Agencies mas-Segretarjat għat-Turiżmu.", "Fl-1987 kien hawn 165.", "Hawn ukoll 400 persuna licenzjati biex jaħdmu bħala Tourist Guides.", "TA' XBIEX - PROVVISTA TA' ILMA", "1510.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r- raġuni li fis-sulari ta' fuq ta' Ta' Xbiex Housing Estate għadha tipprevali l-problema ta' nuqqas ta' ilma?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'għandhiex ilmenti mill-areas imsemmija.", "Jinqalgħu problemi biss, meta jkun hemm xi ħsara fis-sistema tad- distribuzzjoni fl-inħawi.", "DJAR GĦALL-ANZJANI", "1815.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali: Bħalissa kemm hemm djar ta' l-anzjani li qed jinbnew?", "F'liema lokalitajiet?", "Kull dar kemm tista' tospita anzjani?", "Meta huwa maħsub li kull dar tkun lesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa il-Ministeru qed jikkoncentra fuq it- tkomplija tax-xogħol li jonqos isir fuq id-Dar ta' l-Anzjani taż-Żejtun.", "Saret pjanta ġdida li tinkorpora fiha bidliet fil-bini eżistenti u ġie ippjanat Day Centre.", "Diġa' ħarġu tenders għall-offerti sabiex jitkompla x- xogħol u xi xogħlijiet tal-kuntratturi se jibda fil-ġranet li ġejjin.", "Din id-dar se tkun tista' tospita 58 anzjani.", "Jekk il-fondi approvati mill-Parlament għall-bini tad-djar jippermettu, din id-Dar se tkun lesta s-sena d-dieħla.", "DJAR GĦALL-ANZJANI", "1816.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux proġetti biex jinbnew aktar djar ta' l-anzjani minbarra dawk li diġa' qegħdin fi stat ta' kostruzzjoni u /jew irranġar?", "Dawn il-proġetti huma ppjanati jsiru tul din il-leġislatura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minbarra t-tkomplija tad-Dar ta' l-anzjani fiż- Żejtun, il-Gvern għandu l-ħsieb li jirranġa dar kbira eżistenti f'Bormla u jibni dar ġdida għall-anzjani fil-Mellieħa.", "Il-Ministeru bħalissa qed jaħdem fuq pjan finanzjarju ta' ħames snin u meta jiġi konkluż inkun nista' nwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija.", "MELLIEĦA - TRASPORT PUBBLIKU", "1817.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nirreferi għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari tiegħi numru 487?", "Kemm-il student mill-Mellieħa qed juża t-trasport pubbliku u talab li jiġi rinburzat ta' l-ispejjeż dejjem matul din is-sena skolastika?", "Kemm jimporta lill-Gvern biex irodd lura dak li jkunu nefqu għat- trasport?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: La mid-Dipartiment u lanqas mill-iskola partikolari m'għandi informazzjoni fis-sens li intalab rimborz ta' spejjeż.", "Il-Gvern meta ssirlu talba għar-rimborz iħallas bir-rata ta' 6 jew 7c, skond in-noll, għal kull darba li jintuża t-trasport pubbliku.", "TRASPORT PUBBLIKU - STUDENTI", "1818.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani: Fejn il-Gvern ma jipprovdix trasport jew dan ma jkunx bizzejjed, dejjem jinghataw lura l-flus li l-istudenti jkunu nefqu ghat- trasport pubbliku biex jaslu l-iskola?", "Kemm kienet is-somma globali, li hareg il-Gvern ghal dan il-ghan, matul din is-sena skolastika?", "Dawn kollha thallsu?", "Kemm-il student talab biex jigi rimburzat?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Kull meta ssir talba għar-rimborz din tiġi milqugħa meta tkun ġustifikata.", "Tul din is-sena skolastika l-ispiża ammontat għal Lm4315.", "Minn dan l- ammont Lm4056 tħallsu Lm259 se jitħallsu tul Ġunju 1992.", "Medja ta' 250 student għamlu talba għar-rimborz.", "MELLIEĦA - PROVVISTA' TA' L-ELETTRIKU", "1819.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru gĦall-Ambjent: Jista' l-Ministeru jara li fl-aħħar l-inħawi tal-Qortin/Santa Marija fil-Mellieħa jingħataw id-dawl fit-toroq kif ġew imwiegħda snin ilu forsi fl-aħħar t- toroq ma jibqgħux maqlugħa kif inhuma jistennew li jgħaddi d-dawl?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tieħu l-passi meħtieġa biex ix-xogħol jitlesta fi żmien qasir.", "SQALLIJA - DĦUL ILLEGALI", "1880.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali: Kemm kien hemm kazi, fl-1991 u matul din is-sena, fejn inqabdu nies barranin li cittadini Maltin kienu qed jippruvaw idahhlu llegalment fi Sqallija?", "Kemm kien hemm barranin u ta' liema nazzjonalita' kienu fil-kaz ta' dawk li wiehed jista' jsejjah passiggieri?", "Kemm kien hemm Maltin imdahhlin fil-garr ta' dawn in-nies?", "Kien hemm xi hadd barrani li ghin ukoll?", "X'passi ittiehdu kontra il-passiggieri u kontra dawk li kienu se jwassluhom Sqallija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-1991, sbatax-il persuna - 8 Eġizzjani, 5 Tuneżini u 4 Marokkini - ipprovaw joħorġu illegalment minn Malta bl-għajnuna ta' żewġ Maltin.", "F'dan il-każ ittieħdu passi kriminali kontra l-barranin u l- Maltin kollha li kienu nvoluti fil-każ.", "Ukoll fl-1991, 17-il persuna, kollha Indjani, waslu Sqallija minn Malta, allegatament bl-għajnuna ta' Maltin mhux magħrufa.", "Dawn intbagħtu lura Malta.", "Fl-1992 sar attentat sabiex tnax-il Marokkin joħorġu illegalment barra minn Malta bl-għajnuna ta' Maltin mhux magħrufa.", "Il-barranin kollha nvoluti fl-aħħar żewġ każijiet, ġew akkużati quddiem il-Qorti.", "TRASPORT PUBBLIKU - STUDENTI", "1958.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħtini risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 719?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku investigat il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Il-fatti li rriżultaw huma dawn:", "Il-vann in kwestjoni hu ta' għalliem minn Wied il-Għajn li għandu żewġ uliedu jattendu l-iskola St. Joseph fir-Rabat, li tinsab vicin Tal-Virtu'.", "Minħabba li ma jeżistix trasport bejn din l-iskola u Wied il-Għajn, dan l- għalliem ilu mill-bidu tas-sena skolastika jwassal lil uliedu lejn l-iskola u lura d-dar.", "L-istess problema ta' trasport kienu qed jiltaqgħu magħha wkoll il- ġenituri ta' tlett itfal li jattendu s-Seminarju u ta' tifla li tattendi l- iskola tad-Dorotea.", "Peress li dawn il-familji joqogħdu fl-istess triq f'Wied il-Għajn u vicin xulxin, kemm-il darba ipprovaw isibu minivan biex twasslilhom it-tfal l-iskola u lura, iżda ma rnexxilhomx.", "Għalhekk peress li dan l-għalliem kien qed iwassal lil uliedu kuljum, talbuh biex jagħmlilhom pjacir u fi triqtu jwassal ukoll lil uliedhom.", "Kemm sid il- vann kif ukoll il-ġenituri l-oħra jassiguraw li m'hu qed isir l-ebda ħlas.", "Madanakollu, sid il-vann kien ordnat ma jkomplix iwassal lit-tfal li mhumiex tiegħu u l-ġenituri ngħataw parir x'għandhom jagħmlu biex isibu trasport għal uliedhom.", "Dawn ikkuntattjaw diversi garaxxijiet li soltu jipprovdu servizz simili, iżda ħadd, ħlief wieħed, ma kien lest li jipprovdi servizz minn Wied il-Għajn għar-Rabat u lura għal erbat ifal.", "Dak li accetta talab ħlas ta' Lm184 fix-xahar, li jfisser Lm46 għal kull persuna.", "Il-ġenituri raw dan l-ammont esaġerat.", "L-Awtorita' dwar it-Trasport qed tkompli tipprova tgħin lil dawn il- ġenituri jsibu trasport għal uliedhom, minkejja d-diffikultajiet li jeżistu peress li s-sena skolastika waslet biex tintemm.", "Fil-fatt qed taħdem dwar arranġamenti mal-Kooperattiva tal-Mini Buses.", "LANCA TAL-PILOT", "1959.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 911, il- perjodu li dwaru nixtieq l-informazzjoni huwa fl-1990, 1991 u 1992, għall- lanċa l-ġdida li nġiebet dan l-aħħar u ta' qabilha separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-lanċa l-ġdida li nġiebet dan l-aħħar għada ma bdietx tiġi wżata.", "L-informazzjoni mitluba fuq il-lanċa tal- pilutaġġ l-oħra hija din:", "PERJODU ĦSARA 1990", "1 Jannar - 2 Marzu overhaul tal-magni u l-gearboxes", "5 Marzu - 6 Marzu salt water leak", "2 April - 3 April blower u pressure gauge dimmer switches", "4 Ġunju fouled propellers", "19 Ġunju - 20 Ġunju alternator u cut-out", "25 Ġunju - 6 Lulju engine oil seals u gasket, circulating water pump", "24 Lulju - 1 Awissu fuel starvation on stb. engine", "9 Awissu - 23 Novembru cracked cylinder head", "29 Nov - 30 Novembru heat exchanger", "1991", "1 Jannar - 9 Jannar engine overheating u gearbox oil leak", "22 Jannar fouled propeller", "25 Jannar - 31 Jannar gearbox oil leak", "3 Frar - 9 Frar blown core plug, defective ignition system", "20 Frar stbd. gearbox leak", "3 April burst diesel pipe", "20 April 23 April cylinder head gasket u cooling jacket", "4 Ġunju - 6 Ġunju alternator", "17 Ġunju - 18 Ġunju diesel oil leak", "26 Ġunju - 2 Awissu annual overhaul", "4 Ott. - 7 Ott. fresh water system PERJODU ĦSARA 1991", "10 Ott. - 30 Ott. turbo charger", "21 Nov. - 22 Nov. engine starter", "1992", "31 Jan - 1 Frar fan blowers", "23 Frar - 28 Frar heat exchanger", "2 Marzu - 5 Marzu injector pipe", "3 April - 8 April input shaft gear wheel", "9 April - 15 April servicing of fuel pump", "21 April - 22 April sea water pump leak", "30 April - 2 Mejju renewal of engine mountings", "21 Mejju - 22 Mejju fouled propellers", "KALKARA - TINDIF PUBBLIKU", "1960.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtiega biex l-ġnien li hemm int u dieħel il-mina tal-Kalkara jiġi mnaddaf miż-żibel u l-ħaxix li fiħ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Membru lill- ufficjali nkarigati.", "KALKARA - TINDIF PUBBLIKU", "1961.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ghall-Ambjent: Jista' l- Ministru jiehu hsieb biex apparat antik li kien jintuza ghar-redifussion li ghadu mwahhal mal-hajt fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara, jitnehha peress li m'ghandux uzu u qieghed ikerrah l-ambjent?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se ngħaddi l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill- Korporazzjoni Telemalta.", "KALKARA - SKOLA PRIMARJA", "1962.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fil-Kindergarten fl-iskola Primarja tax-Xgħajra?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fil-Kindergarten tax-Xgħajra hemm 22 tfal ta' tlett snin u 14 ta' erba' snin.", "FORZI ARMATI TA' MALTA - PATROL BOAT P24", "1963.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru ighid kemm ir-rapport sar mill-patrol boat P24 fil-gurnata tal- Ħadd 24 ta' Mejju, 1992 dwar ksur tal-ligijiet u x'passi ttiehdu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI:Nhar il-Ħadd, 24 ta' Mejju 1992 il-Patrol Boat PC 24 tal-Forzi Armati ta' Malta għamlet żewġ rapporti dwar ksur ta' liġi fuq il-baħar.", "Dawn ir-rapporti saru lill-Pulizija biex tkun tista' tieħu l- passi meħtieġa.", "MĠARR - CIMITERJU", "1974.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li waqt li kien qiegħed isir xogħol ta' estensjoni tac-cimiterju ta' l-Imgarr (Malta) twaqqa' ħajt bil-konsegwenza li tkissru diversi oqbra u ħargu fil-beraħ ħafna twiebet li minnhom kien hemm numru li kienu imermrin?", "Jekk fl-affermattiv x'azzjoni tittieħded halli jigi accertat li dawn l- oqbra jerġu jingħalqu b'hekk jigi evitat xi possibilita' ta' tixrid ta' mard?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi din id- domanda lill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tas-Saħħa.", "MĠARR - CIMITERJU", "1975.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li waqt li kien qiegħed isir xoghol ta' estensjoni tac-cimiterju ta' l-Imġarr (Malta) twaqqa' ħajt bil- konsegwenza li tkissru diversi oqbra u ħarġu fil-beraħ ħafna twiebet li minnhom kien hemm numru li kienu imermrin?", "Jekk fl-affermattiv x'azzjoni tittieħded ħalli jigi accertat li dawn l- oqbra jerġu jingħalqu b'hekk jigi evitat xi possibilita' ta' tixrid ta' mard?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li sbieħ il-Ħadd, 24 ta' Mejju parti mill-ħajt tac-cimiterju ta' l-Imġarr waqa' b'konsegwenza li ġarrab ħsara l- ossarju.", "Din il-ħsara ġiet irranġata u l-inkonvenjent tneħħa immedjatament.", "NAXXAR - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "1976.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raguni għaliex qiegħed jkun hemm nixxiegħa ta' drenagg fi Triq Ferdinand Van Hompesch, Naxxar u jieħu passi malajr kemm jista' jkun ħalli din is-sitwazzjoni titranġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-ħsara li kienet qed tikkawża l- inkonvenjent imsemmi issa ssewwiet.", "MELLIEĦA - PLAYING FIELD", "1989.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ghall-Ambjent: B'referenza ghall-mistoqsija parlamentari numru 85 Seduta 5, jista' l- Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm mid-dipartiment dwar il-bini tal- playing field fi Housing Estate ta' Braġġ, il-Mellieħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li diġa' tajt għal mistoqsija parlamentari numru 85 (Seduta 5).", "SPORT - FACILITAJIET", "1990.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ghaz-Żghażagh u Kultura: Billi f'Seduta 9 mistoqsija parlamentari numru 521 intqal li qed isir ippjanar biex is-swali u l-facilitajiet sportivi jintużaw aktar mil- komunita', jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi?", "Jista' l-Ministru għall-gid tal-komunita' ta' dawn l-irħula Baħrija, Dingli, Mellieħa u Mġarr, issa li qed tispicca is-sena skolastika, jieħu ħsieb li l-arranġamenti jsiru minn qabel tispicca is-sena skolastika?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirrferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 521.", "Dan ix-xogħol jirrikjedi programm fuq livell nazzjonali.", "MELLIEĦA - DAR TA' L-ANZJANI", "2013.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-iżviluppi dwar il-mistoqsija parlamentari numru 31232 ta' Dicembru, 1991 u dik il-mistoqsija parlamentari numru 980 tas-Seduta numru 12, 12 ta' Mejju, 1992 li tirrigwardja id-dar tal-anzjani abbandunata fil-Mellieħa?", "Jekk dan l-iżvilupp se jsir, meta jsir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1816 tas-Seduta tal-lum.", "IMTARFA - PROĠETT", "2014.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ghas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari numru 979, Seduta numru 12?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-proġett ta' l-Imtarfa miexi bi progress sodisfacenti minkejja l-problemi li nqalgħu waqt ix-xogħol.", "S'issa nbnew u tqassmu żewġ blokki ta' 13-il appartament il-wieħed kif ukoll blokk ta' 58 dar (Cluster houses).", "Bħalissa qed isir xogħol ta' landscaping madwar dan il-blokk.", "Dan jinkludi wkoll bini ta' garages.", "Qed isir ukoll xogħol ta' kostruzzjoni ta' 11-il tromba tat-taraġ li jagħtu għall-bjut tal-barracks blocks.", "S'issa tqassmu wkoll 118-il plots taħt l-iskema tal-Home Ownership.", "Il- progress fuq il-bini ta' dawn il-plots miexi sew wara li dawn kellhom jiġu mfassla mill-ġdid meta nstabu s-silos.", "Huwa ttamat li l-process ta' l-Imtarfa jiġi finalizzat mil-aktar fis possibbli.", "SELMUN: ŻEBBIEGĦ: MANIKATA - COINBOXES", "2015.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ghat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jghid meta se jitwaħħlu il-coinboxes f'Selmun, Żebbiegh u Manikata kif imfisra f'mistoqsija parlamentari numru 828, Seduta numru 11?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena nformat li l-coinboxes fil-Manikata w ż-Żebbiegħ għandhom ikunu jaħdmu sa l-aħħar ta' Lulju ta' din is-sena.", "Il-coinboxes ġewwa Selmum qegħda tiffunzjona tajjeb.", "Din il-coinbox tiġi spezzjonata regolarment skond programm ta' manutenzjoni preventiva.", "MTARFA - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "2016.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'kienu r-riżultati ta' l-istadju dwar id-drenagg fl-Mtarfa u x'mizuri qed jittiehdu?", "Dan huwa suggett ghal mistoqsija parlamentari numru 1057, Seduta numru 14?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-tweġiba li tlabt li jsir studju dwar l- estenzjoni tad-drenaġġ ta' l-Imtarfa ingħatat lill-Onor.", "Interpellant f'Seduta 14 (18.5.92) jiġifieri disat ijiem qabel ma l-Onor.", "Interpellant staqsa x'kien ir-riżultat ta' dan l-istudju.", "Peress li dan l-istudju mhux ġirja bil-mutur, dan għadu mhux lest.", "MIA - SERQA", "2050.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi ġie rrapportat f'sezzjoni ta' l-istampa li l-flus li kien hemm fis-serqa tal- ġimgħa l-oħra mill-ajruport, il-Bank xtara l-flus minn travel agency barranija, nitlob lill-Ministru jgħid, jekk din hiex il-procedura li biha l- banek jixtru l-flus minn barra?", "Jekk din hi l-procedura normali kemm-il darba ntużat s'issa din is- sistema fl-aħħar ħames snin u meta sar dan?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MIA - SERQA", "2051.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fiex kienu jikkonsistu ż-żewġ serqiet li waħda minnhom saret fi Frar 1992 waqt li l-van kien għadu kif telaq mill-ajruport, u s-serqa tal- ġimgħa l-oħra mill-ajruport, ftit wara l-wasla ta' oġġetti bl-ajruplan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li huwa opportun li, waqt li għaddejjin l-inkjesti skond il-Liġi mill-Maġistrat ta' l-Għassa koncernat, niżvela tagħrif li jista' qed jirriżulta jew li għad irid jiġi accertat.", "MIA - SERQA", "2052.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Imbilli ntqal li fl-ixkejjer li nsterqu fl-aħħar hold-up fl- ajruport l-ixkejjer kien fihom oġġetti prezzjużi barra flus, nitlob lill- Ministru sabiex jagħti lista dettaljata ta' l-oġġetti li kien fihom l- ixkejjer kollha anke dawk li ma nsterqux.", "Tista' ukoll tingħata l-informazzjoni għal min dawn l-ixkejjer kienu ndirizzati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija fil- mistoqsija precedenti.", "PERMESSI TA' BINI", "2056.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r-raġuni għaliex diversi areas li huma zoned bħala industrial u li fihom qabel kienu jinħarġu permessi għal bini ta' garages illum qegħdin jinħarġu permessi biss għal bini ta' industriji ta' skala kbira (large scale)?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-unika art li hija zoned għal użu industrijali large scale qegħda fl-Imrieħel.", "Din l-art ġiet allokata hekk billi:", "(1) f'din l-area m'hemmx biżżejjed art disponibbli għall-iżvilupp industrijali ta' fabbriki kbar;", "(2) b'hekk jiġu sodisfatti l-bżonnijiet ta' industrijalisti, primarjament Maltin, li jista' jkollhom bżonn ta' spazju akbar minn garage;", "(3) b'hekk tiġi riservata art għal dawk l-industrijalisti żgħar li jixtiequ jespandu; u", "(4) b'hekk tinkoraġġixxi l-bini ta' fabbriki ġodda mis-settur privat.", "SAN GWANN - ŻBIR TA' SIĠAR", "2118.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Meta se tinżabar, jew aħjar titneħħa għal kollox, il-ħarruba li hemm f'nofs Triq il-Palma, San Gwann, liema triq hi dejqa u qed tiġi maħnuqha mill-kobor sproporzjonat ta' din il-ħarruba li tinsab madwar tliet metri minn kull naħa 'l bogħod minn bini residenzjali?", "Jaf il-Ministru li sidien ta' bini privat li ġie effettwat strutturalment, bħal dawk li huma konsenturi evidenti u affarijiet oħra kawżati mill-firxa ta' l-għeruq qawwija ta' din il-ħarruba, qed jikkonsidraw x'passi legali għandhom jittieħdu biex jittutelaw il- proprjeta' privata tagħhom?", "Jaħseb il-Ministru li ħsarat oħra infrastrutturali li jitħallsu minn flus it-Taxpayer bħalma hu d-drenaġġ aktarx maqsum mill-istess għeruq - u dan jista' jiġi ikkonstatat mir-rqajja ta' art dejjem umda li mhux l-ewwel darba li jħallu riħa xejn pjacevoli - il-livell ta' l-art tat-triq li hu iżjed minn 20cm għoli 'l fuq mill-livell tal-bankina, bi sbruffar tar- retaining walls ta' l-istess ħarruba, ħmieġ kostanti, ecc, għandhom jiġu rranġati b'urġenza?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ma naqbilx li s-siġra tal-ħarrub, li hi ixjeh mill- istess bini tal-gvern, titneħħa.", "Il-Ministeru jaqbel mal-perit li fassal il-bini ta' dan il-qasam b'mod li joħloq zoni li minnhom ma jgħaddux karozzi iżda biss nies bir-riġel, permess ta' canet bil-ħamrija li fihom hemm siġar eżistenti bħal dik in kwestjoni u oħrajn imħawwla snin ilu mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Dan sar għal ambjent aħjar.", "Rigward dak li qal l-Onor.", "Membru dwar ħsara f'bini privat, d-Dipartiment ikun lest li jivverifika l-ħsara jekk tingħata iżjed informazzjoni dwar il- post li fih saret.", "Dwar dak li ntqal fuq id-drenaġġ, jiena se nitlob lid-Dipartiment koncernat jivverifika dak li ntqal.", "SAN GWANN - TINDIF PUBBLIKU", "2119.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Għal liema skop, jew raġuni partikolari, Triq il-Mimosa, Triq il-Palma u Triq il- Bruka, San Gwann, qed jitħallew fi stat li hu kważi livell ta' slum area, żdingat u mimli ħmieġ minkejja l-ħafna daqq ta' trombi fuq ħtieġa tal- ħarsien ta' l-ambjent?", "Jaf il-Ministru li r-residenti ta' dan il-lokal sikwiet qed ikollhom joħorġu jnaddfu huma stess għax ma jifilħux aktar jaraw dan it-traskurar kollu kaġunat minn nuqqas ta' servizzi, u li tabilħaqq qed jagħti l- impressjoni li dan qed isir apposta?", "Xi tkun ir-raġuni li meta jinġabar iż-żibel domestiku minn wara d-djar u jitpoġġa f'munzelli f'ras Triq il-Palma u Triq l-Ewkaliptus fin-naħa ta' Vjal ir-Rihan, meta jittieħed għal fuq il-vetturi magħrufa bħala scammels jitferrex tul it-triq jew il-bankina u dan jibqa' hemm jintenn u jġib id- dubbien qisu ma ġara xejn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma nimmaġinax li l-Onor.", "Interpellant tassew jemmen li hemm xi skop jew raġuni partikolari biex xi toroq f'San Gwann - jew fi bnadi oħra - jitħallew żdingati jew maħmuġin apposta.", "Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u lis-Sezzjoni tat-Tindif jaraw x'jistgħu jagħmlu dwar l-ilmenti ta' l-Onor.", "Interpellant.", "SAN GWANN - PARKEĠĠ", "2120.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se tiġi mibdula f'parking area tant meħtieġa u ta' bżonn immedjat għar- residenti numerużi ta' din l-area dawk il-bictejn qata' ta' ħamrija żdingati u li jservu għall-kumulu ta' ħmieġ fejn hemm żewġ siġriet fihom, li hemm tul Vjal ir-Rihan bejn Vjal in-Naspli u Triq il-Palma, San Gwann?", "Japprezza l-Ministru li din l-istess qata' li suppost qed isservi ta' bankina u passaġġ pedonali għar-residenti ta' Triq il-Mimosa u Triq il- Palma, qed tkun ta' periklu kontinwu peress li qed ikollha tintuża mis- sewwieqa tal-karozzi u tat-trakkijiet - bħalma hu id-distributur ta' l-LPG - li jkollhom jidħlu fi Triq il-Mimosa u dan peress li m'hemmx access ieħor?", "Innota l-Ministru li fuq din l-istess wisa' u tul ta' bankina qed ikollhom jipparkjarw numru konsiderevoli ta' vetturi kawża ta' nuqqas ta' facilita' ta' parkeġġjar xieraq u alternattiv?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-talbiet u l-ilmenti ta' l-Onor.", "Interpellant ġew innotati u se nara x'jista' jsir fid-dawl tax-xewqat tar-residenti ta' l-inħawi.", "TELEPHONES", "2150.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Nirreferi l-Ministru għal mistoqsija parlamentari numru 30012 u mistoqsija parlamentari numru 30397 tal-Leġislatura l-oħra u għar- risposta tal-Ministru dwar transfer ta' telephone Ref.", "AT/4228/81 il-Fgura?", "Tista' issa tingħata direttiva sabiex dan it-transfer isseħħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għadu mhux teknikament possibbli li s- servizz mitlub jingħata.", "POWER STATION - SHUT DOWN", "2151.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet il-kawża tax-shut down fil-Power Station li ġara it- Tlieta 2 ta' Ġunju, 1992 fil-għodu kmieni?", "Liema areas ġew effetwati u għal kemm ħin?", "X'użu sar mill-Power Station ta' Delimara waqt din l-interruzzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi lill-Onor.", "Interpel-lant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2214 (Seduta 23).", "RETAIL PRICE INDEX", "2171.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Xi sentejn ilu kellu jinħatar Retail Price Index Management Board fuq rakkommandazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Iżvilupp Ekonomiku?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-Bord inħatarx u jekk fl-affermattiv x'xogħol wettaq?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellanmt għar-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 1873.", "ATTARD - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "2173.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jitranġa l-inspection chamber tad-drenaġġ mifqugħ li hemm fejn Block 1, Flat 2, Housing Estate, Attard peress li dan qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din l-area?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "GĦADIRA - BINI TA BOATHOUSES", "2174.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'passi qegħdin jittieħdu kontra dik il-persuna li bniet abbużivament boathouses fuq art tal-Gvern mingħajr permess ġewwa l-Għadira (Tas-Sellem), file no. PB 1472/88?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ebda passi ma ttieħdu kontra l-persuna msemmija mill-Onor.", "Membru għar-raġuni li l-parti li bniet din il-persuna kienet koperta bil-permess tal-bini.", "Hekk kif il-permess ġie rtirat, ix-xogħol waqaf immedjatament minn din il-persuna u tkompla mill-Gvern.", "L-imsemmi permess ħareġ fil-11 ta' Jannar, 1990 u ġie rtirat fit-23 ta' Lulju, 1990.", "PULIZIJA - SEZZJONI TA' L-AMBJENT", "2205.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fil-Korp tal-Pulizija teżisti sezzjoni responsabbli mill- ambjent?", "Kemm fiha membri u ta' liema rank huma?", "Din it-taqsima għandha tagħmir modern biex tkun tista' twaqqaf vetturi u tirregola kemm jkun ħiereġ duħħan mill-exhaust tal-vetturi?", "Jekk iva, kemm matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena twaqqfu karozzi u vetturi oħra biex isirilhom dan it-test?", "Kemm instabu li qed jiksru l-liġi?", "F'liema lokalitajiet saru dawn it-testijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dik is-sezzjoni fil-pulizja magħrufa bħala ta' l- ambjent fil-fatt hija s-sezzjoni ta' l-Administrative Law Enforcement.", "Id- doveri ta' din is-sezzjoni mhumiex biss marbutin mal-ħarsien ta' l-ambjent iżda mal-ħarsien ta' kull liġi li taqa' taħt id-dmirijiet tal-pulizja.", "L- ALE hija fformata minn żewġ spetturi, żewġ surġenti, erbgħa kunstistabbli rġiel u kuntistabbli mara.", "Din is-sezzjoni m'għandiex biex tirregola kemm ikun ħareġ duħħan mill- exhaust tal-vetturi.", "ZABBAR - DJAR", "2210.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Peress li għadd ta' residenzi fin-naħa tal-Misraħ u tal-Biccieni f'Ħaż Żabbar u f'inħawi oħra fiż-Żejtun huma antiki u fihom nuqqasijiet sanitarji, jikkonsidra l-Ministru li kif sar f'lokalitajiet oħra dawn jinbnew mill-ġdid f'units moderni u jiġu allokati lir-residenti tal-post biex jibqgħu jgħixu fl-istess naħa tar-raħal?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nirreferik għall-mistoqsija parlamentari numru 1927.", "ZABBAR - ĠNIEN PUBBLIKU", "2211.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- dipartiment koncernat, b'referenza għall-mistoqsija parlamentari precedenti, jieħu ħsieb illi f'Ħaż Żabbar jiġi ppjanat ġnien pubbliku kif jixraq qabel ma kull għalqa tispicca bini u biex id-dawra tar-raħal ta' Ħaż Żabbar fejn għadha ma' tmissx ma' xi raħal ieħor tibqa' bla ma tmiss għax dalwaqt jiġi jmiss minn kull tarf ma' raħal ieħor?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fl-Abbozz tal-Pjan ta' l-Istruttura Policy REC 8 tesiġi li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tipprovdi facilitajiet ta' sport u rikreazzjoni fil-Pjani Lokali kemm f'postijiet diġa' żviluppati kif ukoll f'postijiet ġodda.", "Dan japplika wkoll għal Ħaż Żabbar.", "S'issa Ħaż Żabbar ma jmiss ma' l-ebda belt jew raħal: la mal-Fgura, la maż-Żejtun, la max-Xagħjra, la mal-Kalkara u lanqas ma' Bormla.", "Ta' min jgħid li l-limiti temporanji ta' l-iżvilupp approvati mill- Parlament fil-21 ta' Ġunju, 1989, saru appuntu sabiex ma jsirux sparpalajr ta' bini u kemm jista' jkun belt/raħal ma jmissx ma' ieħor u b'hekk tiġi żgurata l-identita' ta' kull post.", "PENSJONI", "2215.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid:", "(a) xi jkunu l-pensjonijiet ta' l-insurance (Kontributorja) relatata mad- diversi rati eżistenti tan-NI Contributions illum;", "(b) dawn jiżdiedu komple-tament mas-Service Pension;", "(c) ikun hemm okkażjonijiet li n-NI Pension tonqos mill-figuri mogħtija fir-risposta?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-pensjonijiet taħt l-Iskema Kontributorja ta' l- Att ta' l-1987 dwar is-Sigurta' Socjali huma dawk li jitħallsu skond Parti IV, V, u l-artikoli 26 u 29 (3) ta' l-Att.", "Ir-rati ta' dawn il- pensjonijiet huma dawk li jidhru fit-tielet parti tat-Tielet Skeda u fit-12- il Skeda li hemm annessa ma' l-Att.", "Id-diversi rati ta' kontribuzzjonijiet li jitħallsu sew minn persuna mpjegata u sew minn persuna li taħdem għaliha nnifisha huma dawk li jidhru fl-Għaxar Skeda.", "Il-kondizzjonijiet tal- kontribuzzjoni għall-għoti ta' Pensjoni li kontributur irid jissodisfa, huma dawk li jidhru f'paragrafi tnejn u tlieta tal-11-il Skeda u fil-każ ta' Pensjoni taż-żewġ terzi skond kif jidher f'artiklu 64.", "Ir-relazzjoni li hemm bejn il-kontribuzzjoni-jiet, li llum huma magħrufa bħala earnings related u r-rata tal-pensjoni tgħodd biss fil-każ tal-Pensjoni taż-Żewġ Terzi u dik tas-Superstiti.", "Din ir-relazzjoni hi indiretta fis-sens li dħul pensjonabbli li jittieħed għall-iskop ta' din il-pensjoni hu relatat mal-kontribuzzjoni li kienet dovuta titħallas fuq dak id-dħul pensjonabbli.", "Iż-żieda fil-pensjonijiet mhix marbuta direttament ma' żidiet fil- Pensjonijiet tas-Servizz iżda, żieda fil-Pensjoni tas-Servizz hi mehuda fil- kalkulazzjoni li ssir sabiex tiġi stabbilita r-rata tal-Pensjoni tas- Sigurta' Socjali.", "Il-liġi tipprovdi wkoll li fi kwalunkwe każ ma titħallasx żieda li tkun anqas minn żewġ terzi taż-żieda għall-għoli tal- ħajja, kif ukoll li ebda pensjonant ma jsofri tnaqqis fir-rata tal-pensjoni tas-Sigurta' Socjali li jkun qed jircievi minħabba żieda fil-Pensjoni tas- Servizz.", "UNIVERSITA' - KUNSILL", "2224.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill ta' l-Universita' ġiex rikonstitwit mill-Elezzjoni Ġenerali 'l hawn?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti lista tal-Membri?", "Jekk fin-negattiv, jaħseb il-Ministru li tlett xhur mingħajr Kunsill konstitwit skond il-liġi, huwa ta' detriment kbir għall-Universita'?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Skond il-prattika, il-membri tal-Kunsill ta' l- Universita' nominati mill-Prim Ministru, issottomettew ir-riżenja tagħhom, iżda pendenti kull eventwali tibdil li jista' jkun hemm bżonn, u sakemm din ir-riżenja ma tiġix accettata, il-Kunsill issokta bix-xogħol tiegħu normalment.", "SPTAR SAN LUQA - MANAGEMENT COMMITTEE", "2225.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex tliet xhur wara l-Elezzjonijiet Ġenerali il-Hospital Management Committee ta' l-isptar San Luqa għadu ma ġiex rikonstitwit?", "Jidhirlu l-Ministru li dan hu b'detriment għat-tmexxija ta' l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hija l-prattika kostanti li wara kull Elezzjoni Ġenerali membri nominati mill-Gvern fuq Bordijiet tiegħu jew fuq organi oħra joffru r-riżenja tagħhom għall-konsiderazzjoni ta' l-Amministrazzjoni l-Ġdida.", "Għandu jiġi iccarat li dan il-proċess ma għadux iżomm l-Bordijiet validament kostitwiti milli jkomplu jiltaqgħu fl-interess ta' l- Amministrazzjoni u l-iskopijiet li għalihom huma imwaqqfa.", "L-Onor.", "Membru jaf li t-tmexxija tajba ta' l-Isptar San Luqa tirrekjedi struttura ta' management sostanzjalment differenti minn dak li joffri preżentement il-Hospital Management Committee u fuq dan il-Gvern qed jikkonsidra l-passi meħtieġa.", "SPTAR SAN LUQA - RAPPORT ANNWALI", "2226.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Diretturi tad-dipartimenti fl- isptar San Luqa jippreparawx annual reports fuq id-dipartimenti tagħhom f'għeluq is-sena, b'informazzjoni ta' servizz mogħti matul is-sena u ta' pjanijiet ta' żvilupp għal futur?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull sena d-Diretturi tad-Dipartimenti fl-Isptar San Luqa, bħal Kapijiet ta' Taqsimijiet oħra fid-Dipartiment, jintalbu mit- Tabib Ewlieni tal-Gvern iħejju rapport dwar l-attivitajiet fl-oqsma rispettivi tagħhom inkonnessjoni mar-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet tad-Dipartiment tas-Saħħa li jintbagħat lis-Segretarju Amministrattiv għall- pubblik-azzjoni.", "Partijiet relevanti minn dawn ir-rapporti jiġu nklużi fir- rapport tad-Dipartiment minħabba limitazzjoni fit-tul tar-rapport.", "Dawn ir-rapporti s'issa saru għall-użu intern tad-Dipartiment u għalhekk ma jidhirlix li għandhom jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MEMBRI PARLAMENTARI - SALARJI", "2250.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Prim Ministru: X'se jkunu s- salarji ġodda tal-Prim Ministru, Ministri u Segretarji Parlamentari mill-1 ta' Jannar, 1993?", "Kif jitqabblu dawn is-salarji ma' dawk tas-sena 1991?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif spjegajt fir-risposta għall-Interpellanza Nru 1370 fis-seduta tat-2 ta' Ġunju, is-salarji tal-persuni msemmija ġew marbuta ma' l-iskali l-ġodda ta' l-impjegati tal-Gvern.", "Għalhekk ir- risposta hija kif jidher fit-tabella hawn meħmuża.", "| | Skala | |Prim Ministru | | |ta' |President|Nru 1 | | |Salarji | |fis-Servizz | | | | |Pubbliku | | | Lm | Lm |Lm | |1987 |4,951 | 6,922 | 6,106 | |1991 |6,451 | 8,813 | 6,327 | |1992 |7,750 |10,850 | 9,688 | |1993 |8,971 |12,559 |11,214 |", "| | |Segretarji-|Speaker | | |Ministriarj|Parlamentar| | | |i |i | | | |Lm | Lm | Lm | |1987 | 5,086 |4,951 |2,900 | |1991 | 5,307 |5,172 |3,121 | |1992 | 8,525 |8,138 |7,750 | |1993 | 9,868 |9,420 |8,971 |", "| |Kap ta' |Deputat |Membri | | |l-Oppożizzj|Speaker |Parlamentari| | |oni | | | | |Lm |Lm |Lm | |1987 |2,842 |2,620 |2,486 | |1991 |3,063 |2,112 |2,707 | |1992 |7,750 |4,650 |3,875 | |1993 |8,971 |5,383 |4,486 |", "HAMRUN - PROVVISTA TA' ILMA", "2254.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se tiġi rranġata s-sitwazzjoni ta' ilma mimli sadid fl-area ta' wara l- Knisja ta' San Ġejtanu l-Ħamrun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "2255.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1530 cioe' tul il-perjodu mill-1975 sa l-aħħar ta' l-1991 kemm saru:-", "(1) żweġijiet reliġjużi;", "(2) żweġijiet civili;", "(3) kawżi ġodda għal seperazzjoni mill-Qrati Maltin;", "(4) kawżi ġodda għal annulament mill-Qrati Maltin;", "(5) kawżi ta' separazzjoni deciżi mill-Qrati Maltin;", "(6) kawżi ta' annulamenti deciżi mill-Qrati Maltin?", "Kien hemm każi fejn ġew mogħtija annulamenti mill-Knisja u ma ngħatawx mill-Qrati Maltin u vice versa?", "ONOR.", "JOE FENECH: Matul il-perijodu mill-1975 sa l-aħħar ta' l-1991 saru 40,830 żwieġ reliġjuż u 1752 żwieġ civili f'Malta; matul l-istess perijodu saru 3567 żwieġ reliġjuż u 80 żwieġ civili f'Għawdex.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor.", "Interpellant għad- domanda numru 24600.", "L-istatistika li tinżamm mir-Reġistratur tal-Qorti bdiet tinġabar mill- 1990 'il quddiem.", "Fl-1990 kien hemm 104 kawżi ġodda għal separazzjoni waqt li fl-1991 kien hemm 122 kawżi ġodda għal separazzjoni fil-Prim Awla tal-Qorti Civili.", "Fl- 1990 kien hemm 53 kawżi ġodda għall-annullament waqt li fl-1991 kien hemm 64 kawżi ġodda għall-annullament fil-Prim Awla tal-Qorti Civili.", "Kawżi għal separazzjoni fil-Prim Awla tal-Qorti Civili fl-1990 kien hemm 24 deciżi, 22 ceduti, 48 marru sine die u 61 deżerti.", "Fl-1991 kien hemm 42 deciżi, 32 ceduti, 46 marru sine die u 46 deżerti.", "Kawżi għall-annullament fl-1990 kien hemm 29 deciżi, 5 ceduti, 22 marru sine die u 22 deżerti.", "Fl-1991 ġew deciżi 33, ġew ceduti, 5, 23 marru sine die u 15 deżerti.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ir-Reġistratur tal-Qrati ma jżommx statistika dwar annullamenti mogħtija mit-Tribunal Ekklesjastici.", "WIED IL-GĦAJN - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "2261.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tirrimedja għas-sitwazzjoni ta' qtugħ spiss tal- provvista ta' dawl f'Wied il-Għajn, bla ma r-residenti f'dan ir-raħal qed ikunu mgħarrfa dwar dan?", "Jaf il-Ministru li d-dawl ġieli qed jinqata' saħansitra tliet darbiet kuljum f'certi toroq bla avviż, fosthom fi Triq il-Munxar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-interruzzjonijiet fil-provvista ta' l-elettriku imsemmija mill-Onor.", "Membru saru minħabba programm ta' xogħol konness mal-commissioning ta' substation ġdida fil-lokal magħruf bħala Tal-Barumbara.", "BIRKIRKARA - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "2262.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li r-residenti fi djar fin-naħa magħrufa bħala Tal-Qattus limiti f'Ta' Paris, f'Birkirkara għadhom bla servizz tad-drenaġġ minkejja li lhom minn tlieta sa erba' snin mibnija u li minn fuq dawn qed jircievu citazzjonijiet għax għandhom il-fossa?", "Jista' d-Dipartiment jirri-medja din il-qagħda billi jgħaddilhom is- servizz tad-drenaġġ?", "Jaf il-Ministru li r-residenti tal-Qasam tad-Djar tal-Mosta ilhom tliet xhur bla ilma fil-vit u jinqdew biss bil-bowsers u li dawn mhux ilaħħqu?", "Meta d-Dipartiment se jirremedja din il-qagħda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dwar is-servizz tad-drenaġġ f'Tal-Qattus, Birkirkara jien informat li se tiġi studjata s-sitwazzjoni biex wieħed jara kif jista' jitgħadda s-servizz billi jidher li hemm xi diffikultajiet ta' livelli.", "Dwar il-provvista ta' l-ilma fil-Qasam tad-Djar tal-Mosta, jien informat li dawn l-aħħar tlett xhur ma kien hemm l-ebda ilment minn dan il-lokal, kemm fid-distrett, kif ukoll fis-sezzjoni tal-bowsers.", "REĠINA ELIŻABETTA II - ŻJARA STATALI", "2270.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO: staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru illum jiddikjara kemm qamet iż-żjara tar-Reġina Eliżabetta:", "(a) F'Malta", "(b) F'Għawdex?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma nafx għaliex din l-għaġġla kollha ta' l-Onor.", "Membru biex ikun jaf din l-informazzjoni.", "Meta jingħalqu l-kontijiet kollha, inkunu f'pożizzjoni li nagħtu risposta kompleta.", "UNIVERSITA' - FOUNDATION STUDIES", "2271.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm studenti li jattendu l-Foundation Studies fl-Universita' u li dawn għalkemm mhumiex sejrin iġibu il-credits necessarji biex jieħdu ic-certifikat fil-Foundation Studies, xorta waħda dawn qegħdin jitħallsu l-istependju u xorta waħda fis- sajf sejrin jaħdmu mal-Gvern?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fejn ikun magħruf li student mhux jieħu l- interess mistenni, dan ma jitħalliex ikompli l-istudji tiegħu u ismu jinqata' mill-lista ta' l-istipendji."]} {"filename": "19970505_061d_par.doc", "date": "1997-05-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 61 It-Tnejn, 5 ta' Mejju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 61", "It-Tnejn, 5 ta' Mejju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "61", "It-Tnejn, 5 ta' Mejju, 1997", "WERREJ MINUTI 1", "KUNSENS GĦAL ATTI 1", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 7", "STQARRIJA DWAR L-OPERAT TAL-KORPORAZZJONI TAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ 9", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA", "TA' MALTA (L-EWWEL QARI) 11", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIRREGOLA L-CONDOMINIA (L-EWWEL QARI) 12", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-KORPORAZZJONI", "TELEMALTA (L-EWWEL QARI) 12", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 13", "AĠĠORNAMENT 32", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 37", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 62", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 60 li saret fit-30 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (L-Onor.", "Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li l- Aġent President tar-Repubblika għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru VI ta' l-1997 - Att ta' l-1997 dwar Self Lokali u Self Ieħor;", "Att Nru VII ta' l-1997 - Att ta' l-1997 li jemenda l-Att dwar Dazju tas- Sisa; u", "Att Nru VIII ta' l-1997 - Att ta' l-1997 dwar it-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "EXPATRIATES - WORK PERMIT", "4179.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jara li l-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament jingħata l-work permit li għalih applika?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li applikazzjoni għal ħruġ ta' liċenzja ta' mpjieg lill-persuna li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal- Expatriates fit-13 ta' Marzu, 1997.", "Din l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata u l-applikant jingħata tweġiba dwarha meta jintemm il-proċess meħtieġ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jista' l-Onor.", "Joe Mizzi - jew il-Prim Ministru - jinforma lill-Kamra kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' din ix-xorta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija parlamentari bil-miktub biex inkun nista' niġborlu l-informazzjoni li għandu bżonn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jista' l-Ministru jgħid taħt liema ċirkostanzi hu, li qiegħed fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, iħoss li għandu jintervjeni fi proċess ta' applikazzjoni għal ħruġ ta' work permit?", "Qed nistaqsi dan għax il-mistoqsija oriġinali kienet jekk il-Prim Ministru jistax jara jekk il-permess inħariġx jew le.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Safejn naf jien dan isir f'każ umanitarju.", "Ma naf bl- ebda każ ieħor li fuqu s'issa sar xi intervent.", "PROPRJETA' TAL-KNISJA - FIDI TA' ĊENS", "4184.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Rigward l-iskemi ta' fidi ta' ċens ta' proprjeta' li kienet tal-Knisja jista' l-Ministru jgħid liema skemi kellhom jiġu riveduti?", "Jista' jgħid ukoll jekk din ir-reviżjoni saritx jew inkella f'liema stadju waslet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Għadha ma saret l-ebda reviżjoni fl-iskemi ta' fidi ta' ċens ta' proprjeta' li kienet tal-Knisja.", "Lanqas ma ġie deċiż għandhiex issir xi reviżjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm hemm applikazzjonijiet għand il-Joint Office għal fidi ta' ċens taħt l-iskema li kienet tagħlaq f'Diċembru ta' l-1996?", "Jien nixtieq li dan l-eżerċizzju jinbeda għax aħna n-nutara nafu xi tfisser meta jiġu l-klijenti għandna.", "Jaf il-Ministru li jekk jitlesta eżerċizzju bħal dan il-Joint Office li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu jista' jdaħħal il-flus?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien naf li dan ifisser dħul ta' flus u fil-fatt qed nagħmlu dak kollu li hu possibbli biex indaħħlu l-flus.", "Kif jaf l- Onor. Interpellant fit-30 ta' Diċembru ta' l-1996 kien għalaq iż-żmien li kerrej jew ċenswalist seta' jibgħat applikazzjoni għal xiri tad-dar li joqgħod fiha jew għal fidi ta' ċens fuq dar użata miċ-ċenswalist innifsu bħala residenza tiegħu.", "B'kollox daħlu 1,503 applikazzjoni; 495 minnhom kienu għal kera residenzjali, 668 għal ċens temporanju u 340 għal ċens perpetwu rivedibbli.", "Nista' ngħid ukoll li għalissa qegħdin jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet dwar xiri ta' djar b'kera.", "Naturalment dawk l-applikazzjonijiet li huma reġistrati mar-Reġistratur ta' l-Artijiet qegħdin jiġu mogħtija prijorita'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk din l-iskema hijiex se terġa' tiġġedded u jekk hux se jkun hemm xi reviżjoni?", "Naf li l- Ministru diġa' qal xi ħaġa dwar dan imma nixtiequ jkun aktar ċar.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jiena m'għandi xejn x'inżid ma' dak li weġibt għalih kemm-il darba bil-fomm u anke bil-kitba.", "Meta jidhrilna li wieħed għandu jerġa' jara l-affarijiet jarahom imma s'hemm biss nista' ngħidlu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri għandi nifhem li meta l-applikazzjonijiet li hemm bħalissa jkunu proċessati l-Ministru se jerġa' jġedded l-iskema?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Imbagħad naraw x'ikun jaqbel lill-pajjiż.", "SKEJJEL - MARIA ASSUNTA, ĦAMRUN", "4253.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi possibilita' li t-tfal ta' l-Iskola Maria Assunta tal-Ħamrun jibda jkollhom il-klassi tagħhom u minflok li joqogħdu jiġru minn blokk għall-ieħor biex imorru għal-lezzjoni li jkun imisshom tiġi t-teacher fil-klassi, peress li meta tkun ix-xita dawn it-tfal jixxarbu għasra?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-Iskola Maria Assunta ilha għal żmien tuża s-sistema preżenti li t-tfal imorru fil-klassi fejn isibu t-teacher tistennihom u sabu li din is-sistema taħdem aħjar mis-sistemi l-oħra għar-raġuni li l-għalliema jistgħu jarmaw il-klassi kif inhu aħjar l-aħjar għas-suġġett tagħhom, barra li din tevita li l-istudenti ikunu weħidhom fil-klassi għal xi żmien sakemmm jaslu l-għalliema u għalhekk naqas il-vandaliżmu u s-serq.", "Din is- sistema tgħin ukoll sabiex il-klassijiet jinżammu iżjed indaf.", "L-iskola hi maqsuma fi 11-il blokk u għalhekk l-istudenti jaqsmu minn blokk għall-ieħor għal xi lezzjonijiet.", "Jekk l-istudenti jilbsu sew u jkollhom umbrella għal ftit okkażjonijiet meta tagħmel ix-xita dawn m'għandhomx jixxarbu.", "It-timetable tinħadem b'mod li l-istudenti speċjalment iż-żgħar jinżammu fl-istess blokk għal numru ta' lezzjonijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-Ministru semma vandaliżmu u serq.", "Dan isir min- naħa tat-tfal?", "Jista', jekk jogħġu, jgħid għal min qed jirriferi?", "Dawn huma affarijiet ta' interess nazzjonali u ninsab ċert li kulħadd lest li jagħti l-ħidma tiegħu sabiex dawn l-affarijiet jieqfu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ir-risposta ma tgħidx li qed isir vandaliżmu u serq imma li dawn il-prekawzjonijiet ttieħdu sabiex jiġi evitat li jkun hemm minn dawn l-affarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiena naħseb li meta l-Ministru jgħid li jieħu prekawzjonijiet almenu xi suspett ta' xi ħaġa jkollu f'rasu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, jien ma nafx kif jista' jifhimha l- Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Jiena nista' ngħid li meta tieħu prekawzjonijiet ma jfissirx li jkun hemm jew se jsiru xi affarijiet ħżiena, imma dejjem huwa tajjeb li tieħu prekawzjoni.", "VALLETTA - TRIQ L-IFRAN - BLOCK B/3", "4254.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja l-wegħda li jintbagħat inspector fi Block B/3 Old Bakery Street, Valletta dan għadu ma ntbagħatx?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 3899 li tajt tweġiba għaliha fis- seduta Nru. 60.", "FURJANA - TRIQ IL-KONSERVATORJU", "4387.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi Nru. 2129, li oriġinarjament saret lill-Ministru tad-Djar, jista' l- Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt tal-post Nru. 58, Conservatory Street, Floriana li kien twaqqa' u nbena mill-ġdid fl-1989 u li għadu ma sarx l-att definittiv?", "Meta se jsir il-kuntratt?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Diġa' sar ħafna xogħol ta' riċerki fuq il-file relattiv u jekk ma jinqalgħux xi komplikazzjonijiet legali nittama li fi żmien qarib is-sidien jirċievu l-avviż għall-ftehim fejn ikunu mgħarrfa bil-kumpens li l-Gvern lest li jħallas għall- proprjeta' li ġiet esproprjata.", "PULIZIJA - BENEFIĊĊJI", "4388.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ex-Surġent tal-Pulizija min-Naxxar, li l-isem u l-kunjom tiegħu qed jintbagħtu separatament, se jirċievi l-benefiċċji u l- pensjoni dovuta lilu?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li l-proċedura meħtieġa min-naħa tal-Pulizija ġiet esegwita u l-karti tal-pensjoni tal- persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant intbagħtu lill-Accountant General fl-14 ta' Jannar, 1997.", "Għaldaqstant nistieden lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EURO-MED CONFERENCE", "4701.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża komplessiva għall-Euro-Med Conference, jagħti l- informazzjoni maqsuma skond kull item, jindika x'xogħol sar mill-privat u għal kull biċċa xogħol jindika kemm ġiet tqum, minn min saret u ingħatatx b'tender jew b'direct order?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Kif jista' jifhem l-Onor.", "Interpellant bħalissa qegħdin jaslu l-kontijiet sabiex isir l-accounting neċessarju.", "Hekk kif l- eżerċizzju jispiċċa u l-kontijiet jiġu mqabbla mill-partijiet kollha jien inkun f'pożizzjoni li nagħti nformazzjoni utli kif jixraq.", "EURO-MED CONFERENCE", "4702.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'konnessjoni mal-Euro-Med Conference, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid:-", "Mingħand min inkrew il-billboards; kemm inkrew u għal kemm żmien; kemm tħallas għalihom; jekk sarux b'tender jew b'direct order; jekk inġabux quotations mingħand ħaddieħor u jekk iva, minn min u kemm kienu?", "Kemm saru adverts fuq it-televiżjoni; fuq liema stazzjonijiet saru; kemm sar fuq kull stazzjoni; kemm qamu; min ipproduċa l-advert u kemm tħallas; jekk sarux b'tender jew b'direct order; jekk inġabux quotations minn ħaddieħor u jekk iva, minn min u kemm kienu?", "Kemm sewa l-ktieb li tqassam lid-delegati tal-konferenza, min ipproduċieh u min stampah u kemm tħallas; jekk sarx b'tender jew b'direct order; jekk inġabux quotations minn ħaddieħor u jekk iva, minn min u kemm kienu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jara r-risposti tiegħi għall-mistoqsijiet parlamentari numru 4545 u 4682 f'dak li jirrigwardja din id-domanda.", "Inżid illi l-adverts saru fuq it-tliet stazzjonijiet, jiġifieri TVM, Super 1 u Smash.", "EURO-MED CONFERENCE", "4703.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'konnessjoni mal-Euro Med Conference, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kiri ta karozzi u għal hospitality?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onor Interpellant jara r-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 4701.", "KALAXLOKK - XOGĦOL FL-IMĠARR U FIĊ-ĊIRKEWWA", "4704.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l-Prim Ministru ħabbar illi l-bini tal-faċilitajiet fil-Portijiet ta' l-Imġarr u taċ-Ċirkewwa se jsir mill-kumpannija Kalaxlokk li hi proprjeta' tal-gvern, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern mhux se joħroġ tender għal dan ix-xogħol u jekk dan jindikax li l-Gvern beħsiebu jitlaq mis-sistema ta' competitive tendering fi proġetti kbar iżda jippreferi li juża kumpanniji parastatali, anke jekk b'dan il-mod jista' jonfoq aktar flus?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li x-xogħol indikat hu proġett ta' kostruzzjoni pubblika li jista' jsir minn entijiet tal-gvern attrezzati għax-xogħol, u peress li hemm impenn li l-enti konċernata, jiġifieri l-Kalaxlokk, tibqa' tingħata xogħol ħalli l-ħaddiema tagħha jkollhom l-impjieg tagħhom salvagwardjat, il-Gvern iddeċieda li x-xogħol imsemmi jingħata lill- Kalaxlokk.", "Ma naqbilx li b'dan il-mod il-Gvern se jiġi jonfoq aktar flus.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra xi tkun il-proċedura, f'każ bħal dan, jekk ikun hemm sub-contracting?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, jista' jekk jogħġbu l-Onor.", "Interpellant jispjega xi tfisser \"sub-contracting\" f'dan il-kontest?", "Il- ħsieb tagħna huwa li l-cost tal-proġett kollu jiġi bbażat fuq ix-xogħol li jsir u jingħata lill-Kalaxlokk b'kontrolli stretti li l-kumpannija taħdem skond il-kriterji stabiliti mis-surveyors.", "Jista' l-Onor.", "Membru jispjega aħjar xi jrid igħid bil-kelma \"sub-contracting\" f'dan il-kontest?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, bil-kelma \"sub-contracting\" qed infisser jekk jinħassx il-bżonn li għal parti mix-xogħol li jagħmlu l- ħaddiema tal-Kalaxlokk jirrikorru għand kuntratturi oħrajn, jew li jkun hemm major supplies minn oħrajn li m'humiex il-Kalaxlokk.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'dak is-sens ċertament li imbagħad trid issir open tender fost is-settur privat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-Prim Ministru fir-risposta tiegħu qal li ma jaqbilx li b'dan il-mod ix-xogħol bilfors jiġi jqum iktar, kif jista' jkun jaf jekk iqumx iktar jew le jekk l-uniku eżerċizzju, kif qal hu stess, se jkun li jiġi costed mis-surveyors jew periti?", "GĦax ladarba ma toħroġx tender naħseb li qatt ma tista' tkun taf jekk għandekx kumpanniji oħra li lesti jagħmlu dak ix-xogħol bi prezz inqas għax forsi jkunu iktar effiċjenti fil-metodu ta' kif jaħdmu milli tkun il-Kalaxlokk.", "Jiġifieri l- preokkupazzjoni tad-domanda kienet jekk għandniex immorru għal sistema fejn sempliċement għax il-Kalaxlokk hija kumpannija tal-gvern neliminaw it- tendering totalment u allura qatt ma nkunu f'pożizzjoni li naraw jekk fil- fatt il-proġett tistax tagħmlu bi prezz irħas.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, teoritikament nifhem l-argument li qed iressaq l-Onor.", "Interpellant imma min-naħa tal-Gvern l-ispiża m'hijiex biss dik tal-proġett għax ma' l-ispiża l-Gvern irid jinkludi n-nefqa tal- ħaddiema tal-Kalaxlokk f'dak li għandu x'jaqsam mal-paga u mal- kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom minħabba l-impenn li għandna li dawn il- ħaddiema jinżammu fl-impjieg tagħhom.", "F'dak il-każ l-ispiża tal-proġett hija l-ispiża tal-proġett qua proġett u l-opportunity cost li ma tużax il-ħaddiema tal-Kalaxlokk; għaliex jekk inti tagħmel open tender tkun qed teskludi lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk minnha - kif diġa' ġara - imbagħad jieħu t-tender xi ħadd mis-settur privat, imma hekk il-prezz ma jkunx biss dak li jkun qed jikkwota s-settur privat għax tkun trid iżżid miegħu l- opportunity cost mitluf tan-nies tal-Kalaxlokk.", "Allura fuq dik il-bażi r- risposta toħroġ waħedha li meta għandek in-nies tal-Kalaxlokk li qed tħallsilhom il-pagi trid issibilhom ix-xogħol.", "La qed taħdem b'sistema fejn qed tagħmel costing fuq bażi ta' surveying tax-xogħol awtomatikament ma tistax taqbel ma' l-argument li se tiġi irħas jekk tagħmel open tender.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jikkonferma l-Prim Ministru li x-xogħlijiet fil-Port ta' l-Imġarr u fil-Port taċ-Ċirkewwa se jsiru fuq il-pjanti li kienu diġa' saru qabel?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, naħseb li dan huwa każ fejn nista' ngħid li l-Onor.", "Interpellant is losing touch ma' l-istorja għax waħda mill- problemi kbar li sibna f'dan il-proġett kienet li minn naħa kien hemm in- nies tal-Gozo Channel li kienu għamlu d-designs tagħhom għax-xogħol li kellu jsir fin-naħa ta' l-Imġarr, filwaqt li fin-naħa taċ-Ċirkewwa x-xogħol kien sar min-nies u mill-periti tal-Maritime Authority.", "Mela bis-sistema ta' kordinament \"brillanti\" li kellu l-Gvern preċedenti nsibu li wieħed kien telaq għal rasu u l-ieħor kien telaq għal rasu.", "Meta mbagħad ipprovajna nlaqqgħuhom it-tnejn flimkien sibna li l-proġetti ma setgħux jaħdmu flimkien għax dak ta' l-Imġarr kellu dimensjonijiet ta' ċertu tip u dak taċ-Ċirkewwa kellu dimesjonijiet differenti.", "Allura kellna nagħmlu sistema sħiħa fejn ġibna liż-żewġ teams flimkien u daħħalna wkoll esperti Maltin li huma indipendenti f'dan ix-xogħol biex jipprovaw jikkordinaw l- affarijiet; għax inkella konna se nispiċċaw biex naħa jkun hemm faċilitajiet ta' ċertu tip li huma adattati għal ċerti dimensjonijiet u n- naħa l-orħa jkun hemm dimensjonijiet li assolutament ma jiffittjawx ma' xulxin.", "Allura ma nafx x'jista' jgħid l-Onor.", "Interpellant dwar jekk żammejniex il-pjanti ta' qabel jew le.", "Ċertament, jien insistejt li dawk kollha nvoluti fil-proġett li għandna bħalissa jiċċertifikaw - kif qed jagħmlu - li fl-aħħar il-pjanti jkunu kordinati flimkien fis-sens li d- dimensjonijiet, l-istatura u l-andament tal-proġett min-naħa ta' l-Imġarr u min-naħa taċ-Ċirkewwa jkunu ta' l-istess dimensjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, biex inkunu nistgħu nsegwu ftit l- argument irrid ngħid li kien hemm żewġ elementi fil-proġett.", "Kien hemm l- element li wieħed ikabbar il-mollijiet biex jagħtu aktar protezzjoni lill- Port taċ-Ċirkewwa, imbagħad kien hemm ukoll il-proġett tat-terminals li jgħinu biex il-vapuri l-ġodda jkunu jistgħu jidħlu u jitrakkaw fejn ikun hemm dawk il-faċilitajiet.", "Naħseb li dan fih innifsu huwa proġett wieħed u ma jsegwix dak li qal il-Prim Ministru, jiġifieri li kien hemm żewġ metodi differenti.", "Nixtieq nistaqsi jekk il-metodu differenti kienx in-naħa taċ- Ċirkewwa, għaliex fiċ-Ċirkewwa kien hemm ukoll il-bżonn illi wieħed joħloq an all-weather harbour tat-tip li hemm in-naħa ta' l-Imġarr.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, frankament lanqas jien ma fhimt kif ġrat il-biċċa u bqajt mistagħġeb għax immaġinajt li dan kien proġett wieħed.", "Pero' effettivament li ġara kien li l-proġett taċ-Ċirkewwa kienet qed taħdem fuqu l-Maritime Authority u dak ta' l-Imġarr kienet qed taħdem fuqu l-Gozo Channel.", "It-tnejn ma' kkordinawx ma' xulxin, qabbdu konsulenti differenti u allura l-konsulenti telqu fuq binarji differenti.", "Saru ħlasijiet li ma ngħidlekx miż-żewġ naħat u din assolutament m'għandha x'taqsam xejn mal-punt li qajjem l-Onor.", "Interpellant.", "Kienx all-weather harbour jew le l-kwestjoni tibqa' jekk iż-żewġ disinji kenux attrezzati għall-istess tip ta' operazzjoni, u fil-fatt ma kenux, għax wieħed telaq naħa u l-ieħor telaq naħa oħra.", "Id-dimensjonijiet taż-żewġ proġetti ma kenux jiffittjaw u waħda mill-akbar problemi kienet kif se nġiegħlu lil dawn l-aspetti kollha differenti jingħaqdu flimkien.", "B'sodisfazzjon ngħid li issa għandna l-parir tekniku ta' kulħadd u hemm qbil bejn dawk kollha nvoluti u hemm ukoll qbil min-naħa ta' l-esperti li tlabnihom jagħtu l-veduti tagħhom rigward dan il-proġett.", "Iva, il-ħsieb tagħna dwar il-mod kif jiġi mfassal il-proġett taċ-Ċirkewwa hu li kemm jista' jkun jintuża għal kull tip ta' temp imma xorta jibqa' tieqa ta' opportunita' għall-grigal li jwaqqaf il-vjaġġi - kulħadd jirrikonoxxi dan il-fenomenu u anke fl-imgħoddi kien hemm l-idea li l-vapur jorbot fuq in-naħa ta' wara taċ-ċirkewwa imma xorta jibqagħlek il-problema - u allura dan il-kriterju nżamm imma l-proġetti fuq iż-żewġ naħat, nerġa' nirripeti, ġew ridimensjonati biex ikunu jiffittjaw wieħed ma' l-ieħor.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Għandi pjaċir nippreżenta lill-Kamra l-Minuti konfermati ta' l-ewwel disa' laqgħat tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li saru matul din il-leġislatura.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti informazzjoni dwar ħinijiet ta' ftuħ ta' għases tal- Pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5009;", "Lista li turi l-lokalitajiet minn fejn inġabru vetturi mill-Pulizija bejn l-1 ta' Jannar u d-29 ta' April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5012;", "Tabella li turi l-lokalita' ta' barrieri u batching, tarmac u precast plants liċenzjati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W537; u", "Informazzjoni dwar persuni b'kuntratt in/definit, persuni impjegati bħala konsulenti u transfers ta' impjegati fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f'entitajiet statutorji, organizzazzjonijiet u kumpanniji fejn il-Gvern għandu l-kontroll effettiv li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal- Prim Ministru bejn l-1 ta' Novembru 1996 u t-28 ta' Frar 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W318.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar scholarships barra minn Malta li ngħataw bejn l- 1987 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5162.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar għalliema neqsin fl-Iskejjel Post-Sekondarji, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5023.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 53 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm10,000,000 6.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2000 (Il-Ħames Ħruġ);", "Avviż Legali Nru 54 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm10,000,000 7.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2005 (L-Ewwel Ħruġ);", "Avviż Legali Nru 55 ta' l-1997 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm10,000,000 7.8% Stock tal-Gvern ta' Malta 2012 (L-Ewwel Ħruġ); u", "Kopja tar-rapport tal-ministru għall-ambjent li kien attenda l- Konferenza Reġjonali dwar l-Enerġija li saret fi Trieste, l-Italja, f'Ġunju 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5082.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' trains miżmuma standby fl-impjanti tar- reverse osmosis fil-perjodu bejn l-1 ta' Frar u s-27 ta' April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4989; u", "Tabella li turi l-ammont ta' extraction ta' ilma mill-aquifer mill-1 ta' Frar 1997 sas-27 ta' April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5008.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar applikazzjonijiet għal case managers għall-proġett pilota tas-saħħa mentali fiċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4977.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-korsijiet organizzati mill-ETC f'GĦawdex bejn it-18 ta' Novembru 1991 u t-30 ta' April, 1997 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5027.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-istqarrijiet ministerjali.", "Il- Ministru Grech.", "STQARRIJA DWAR L-OPERAT TAL-KORPORAZZJONI TAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, għandi pjaċir inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Rapport ikkummissjonat minni f'April 1997 imsejjaħ \"Il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ: Stħarriġ, Analiżi u Rakkomandazzjonijiet\".", "Dan ir-rapport ġie magħmul minn Dr Godfrey Baldacchino, chairperson u s- Sinjuri Peter Baldacchino u Joseph Brincat u nixtieq li minn hawnhekk inroddilhom ħajr formalment għar-rapport estensiv u dettaljat li għamlu.", "Madam Speaker, issa għandna stampa ċara ta' kif il-Gvern preżenti sab l- operat ta' l-ETC u nafu fejn din il-korporazzjoni hija b'saħħitha u fejn għandha nuqqasijiet li jinħtieġu azzjoni mmedjata biex jiġu rranġati.", "Naturalment f'soċjeta' ħielsa u pluralista kulħadd huwa liberu li jiġbed il- konkużjonijiet tiegħu dwar l-affarijiet li jiġru u l-istess jista' jingħad għal dan ir-rapport li sar b'metodoloġija xjentifika kif titlob id- dixxiplina akkademika u issa li qed jiġi mqiegħed għad-dispożizzjoni tal- pubbliku ninsab ċert li se jkunu diversi r-reazzjonijiet għalih.", "Madam Speaker, madanakollu jibqa' l-fatt li fl-aħħar mill-aħħar hija r- responsabbilta' tal-Gvern, bħala r-rappreżentant tal-poplu, li jiffinanzja l-ETC permezz tat-taxxi minħabba li għandu interess li din ir- responsabbilta' twieġeb għall-isfidi u għall-ħteġijiet tiegħu hekk kif nersqu dejjem eqreb lejn is-sena 2000 u minħabba li għandu interess li jassigura li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex in-nuqqasijiet li jissemmew f'dan ir-rapport jissewwew.", "Għal din ir-raġuni llum stess beħsiebni nibgħat ittra liċ-chairman u lill-bord tad-diretturi tal- korporazzjoni biex nindikalhom id-direzzjoni strateġika li jidhirli li għandha tieħu l-ETC biex issir aktar pro-attiva u rilevanti għall-ħteġijiet preżenti u futuri ta' pajjiżna ħalli din il-korporazzjoni terġa' tiġi tieħu l-ħajja.", "Dan għandu jsir billi jkun hemm tisħiħ u ristrutturazzjoni fil- management, billi jiġu introdotti sistemi ta' kontrolli biex l- accountability tal-korporazzjoni ssir aktar effikaċi u billi tingħata attenzjoni speċjali lil Għawdex ħalli f'din il-gżira l-ETC tieħu rwol primarju wkoll fit-tkattir ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol u taħriġ.", "L-ETC għadha tifrex ħidmietha minn sempliċement aġenzija tradizzjonali li tipprovdi t-taħriġ u tgħin fis-sejbien ta' mpjieg għall-aġenzija pro-attiva li twassal għal forom ġodda ta' xogħol u karrieri.", "F'din l-ittra se ngħid ukoll lill-bord tad-diretturi li huma għandhom l- isfida li mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ jagħmlu catalyst li permezz ta' programmi, inizjattivi u skemi ġodda jikkontribwixxu biex pajjiżna jaffronta b'suċċess il-bidliet soċjo-ekonomiċi kbar li se jiffaċċja hekk kif joqrob dejjem iktar lejn is-sena 2000 u lil hinn minnha.", "Lill-membri ta' dan il-bord se ngħidilhom ukoll li jien nemmen li bil-ħila u bl-esperjenza tagħhom kif ukoll bir-rieda u bl-impenn ta' l-impjegati jridu jirrealizzaw li l-potenzjal sħiħ tagħhom jista' jwassal biex l-ETC terġa' tassew tieħu l-ħajja u ssir rilevanti għall-millenju l-ġdid.", "Madam Speaker, nagħlaq billi ngħid li issa huwa d-dmir tagħna lkoll li permezz ta' kritika kostruttiva, inkoraġġiment u investiment sostnut ngħinu lill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ biex terġa' tieħu l-ħajja u bix- xogħol li tagħmel tkun aktar rilevanti u effettiva għas-snin li ġejjin.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hawn mistoqsijiet jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru semma l-sejbien ta' l-impjieg u billi l-qgħad dejjem qiegħed jiżdied jista' jgħidilna x'inizjattivi ġodda se tieħu l-ETC biex tħarreġ iktar nies u biex issib aktar impjiegi?", "Billi l- Ministru semma l-frażi \"direzzjoni strateġika\" jista' jgħidilna jekk jiftakarx li quddiem din il-Kamra diġa' qiegħed rapport dwar direzzjoni strateġika xi xahrejn ilu?", "Jiġifieri dan huwa rapport ieħor?", "Fhimt sewwa li l-Ministru qal li dan ir-rapport li qed jippreżenta jkopri l-ħidma ta' l-ETC jew it-tibdil fil-ħidma ta' l-ETC sas-sena 2000?", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, nifhem li din l-istqarrija tal-Ministru qiegħda ssir wara l-pressjoni li saritlu biex jagħti ftit ċifri pero' huwa ma kkwota xejn minn dan ir-rapport.", "GĦalhekk jista' jikkwota ċ-ċifri rigward is-sitwazzjoni attwali tal-qgħad u ċ-ċifri ta' l- aħħar tliet xhur ta' kemm nies qegħdin f'full-time employment u f'part-time employment?", "Meta qed jirriferi għat-tibdil soċjo-ekonomiku li qed jitlob li l-ETC tipprepara għalih, jista' l-Ministru jagħtina indikazzjoni ta' x'tibdil soċjo-ekonomiku għandu f'moħħu?", "Il-fatt li ġie hawn jagħmel stqarrija u l-fatt li qiegħed igħaddi nkarigi ġodda lill-ETC, jista' jinftiehem li l-Ministru m'huwiex sodisfatt bil-mod kif l-ETC qdiet id- doveri tagħha matul dawn l-aħħar sitt xhur?", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk jistax jelenka x'inhuma l-inizjattivi ġodda li se jieħu fil-formazzjoni ta' l-ETC ġewwa Għawdex, li nifhem li huma inizjattivi biex iġibu dejjem iktar on line il-funzjoni ta' l-ETC kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Jista' jgħidilna x'inhuma dawn l-inizjattivi l-ġodda?", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx iktar mistoqsijiet xi jsiru nistieden lill-Ministru sabiex iwieġeb.", "ONOR.", "EDWIN S GRECH: Se nirrispondi fuq fuq, Madam Speaker, għaliex ċerti domandi li saru biex tirrispondi għalihom trid taqra r-rapport u jiena m'iniex se naqra r-rapport hawnhekk għaliex kieku jeħdilna s-seduta kollha.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Cassar staqsa fuq il-figuri tal-qgħad.", "Il-figuri tal-qgħad se joħorġu llejla fi stqarrija tas-Central Office of Statistics wara li ġegħelhom jippubblikaw l-istatistika kollha li għandhom.", "Filwaqt li ngħid hekk irrid ngħid ukoll li la l-Onor.", "Cassar u lanqas l-Onor.", "Zammit Dimech qatt ma għamlu daqshekk mistoqsijiet meta nafu li fis-snin l-imgħoddija l- statistika min-naħa tas-COS kienet tiġi ppubblikata tard.", "Per eżempju, iċ- ċifri għal Jannar 1996 ġew ippubblikati f'Mejju, erba' xhur wara; dawk ta' April 1996 ġew ippubblikati f'Lulju, tlett xhur wara; filwaqt li ċ-ċifri ta' Mejju 1996 ġew ippubblikati f'Awissu, tliet xhur wara.", "Aħna spjegajna x'inhi l-proċedura ta' kif tinġabar din l-istatistika tal- qgħad.", "Din l-ewwel toħroġ mill-ETC u mbagħad tmur is-Central Office of Statistics u f'dipartiment ieħor minn fejn tkun tista' toħroġ l-istatistika kollha.", "(Interruzzjonijiet) Pero' aħna qed nikkuntentawkom u qegħdin nagħtukom l-istatistika dwar il-qgħad.", "Issa biex ma tqattgħux xi ġurnata oħra tagħmlu propaganda kontra l-ħaddiema f'Jum il-Ħaddiem iddeċidejna li dawn il-figuri nagħtuhomlkom.", "(Interruzzjonijiet) Issa jew iridni nagħtih spjegazzjoni, Madam Speaker, jew se joqgħod jinterrompini!", "MADAM SPEAKER: Onor. Cassar, jekk jogħġbok tinterrompix.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Madam Speaker, aktar tard se nagħmel stqarrija fejn se ngħid li dan kollu ġara minħabba azzjoni li ttieħdet fi żmien l- amministrazzjon preċedenti meta l-ministru tal-finanzi kien beda eżerċizzju ta' verifika f'Awissu jew Settembru ta' l-1995.", "Jekk l-Onor.", "Cassar jistenna ftit minuti oħra jkun jista' jara l-istqarrija li se toħroġ mis- Central Office of Statistics u jkun jista' jara li l-qgħad ilu tiela' ftit ftit minn Mejju tas-sena l-oħra.", "Għandi pjaċir ngħid ukoll li fl-aħħar ta' April in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol naqas sostanzjalment.", "M'iniex qed ngħid li l-qgħad niżel għal kollox imma żgur li naqas.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Zammit Dimech talabna sabiex nagħtu l-qagħda attwali ta' l-istatistika u llum din l-istatistika se jkun jista' jeħodha kollha għaliex ħriġniha.", "L-Onor.", "Anton Tabone staqsieni dwar x'inizjattivi ġodda se noħolqu.", "Il- bord ta' l-ETC se joħroġ inizjattivi li jgawdi minnhom kulħadd u mhux tgawdi minnhom biss sezzjoni mill-popolazzjoni.", "Dawk huma l-inizjattivi li se nagħmlu.", "Issa meta noħorġuhom tkunu tafuhom.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddi issa għall-Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Attard Montalto.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsja hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta, Kap. 334\" ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIRREGOLA L-CONDOMINIA", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jirregola l- Condominia.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-Condominia\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-KORPORAZZJONI TELEMALTA", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta, Kap. 250\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-30 ta' April, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, għalkemm meta jkollok abbozz ta' liġi bħal dan tal-lum it-tentazzjoni tkun li tħares lejh mil-lat tekniku rridu narawh ukoll minn aspett ieħor.", "Wieħed jista' jħares lejn dan l-abbozz bħala manifestazzjoni ta' impenn ta' gvern li għax għandu s-saħħa politika u l-mandat qed iwettaq tibdiliet u ristrutturazzjoni biex iniedi inċentivi għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Allura l-approach ta' min ikun se jitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi għandu jkun tekniku, fis-sens li jevalwa dak li fil-fatt qiegħed jiġi propost, u dwar dan tkellem b'mod tajjeb il-Ministru Attard Montalto dwar id-diversi forom ta' inċentivi li jeżistu taħt l-Att viġenti.", "Pero' ma nistgħux aħna wkoll ma nagħtux il- kontribuzzjoni tagħna politika, ir-reazzjonijiet politiċi tal-Partit Laburista fil-gvern, illum il-Gvern Malti, b'mod li nuru l-pożizzjoni tagħna dwar dan il-qasam hekk importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Il-Partit Laburista, sa mill-ibgħad żmenijiet, miż-żmenijiet anke ta' l- ewwel Gvern Laburista ta' l-1950 ta' l-Onor.", "Mintoff, permezz ta' Ċikku Bonaci, ministru ta' l-industrija u kummerċ, kien wera mpenn biex iniedi politika li tkun tista' twettaq ristrutturazzjoni ta' dak li diġa' kellna f'pajjiżna, għalkemm konna bbażati fuq is-sistema Ingliża għax konna kolonja Ingliża.", "Forsi huwa ta' għajb li għax fl-1958 kien irriżenja l- Gvern Laburista kellna mbagħad gvern kolonjali, imma huwa fatt li fl-1959 imbagħad kellna l-Aids to Industries Ordinance - ordinanza għaliex saret minn gvern kolonjali, kif distinta minn att li jsir mill-Parlament Malti - li wera l-impenn ta' poplu li ried iħares lejn l-industrija b'mod prijoritarju.", "Illum aħna qed ngħidu li qegħdin insaħħu l-pożizzjoni legali li tul il- mixja taż-żmien gvernijiet suċċessivi taw lil dan il-qasam f'miżura jew oħra, żgħira jew kbira.", "Qegħdin ngħidu li nemmnu li l-qasam ta' l- industrija - mhux biss il-qasam tas-servizzi u l-qasam ta' l-offshore li wkoll huma importanti - flimkien mal-qasam tal-manifattura, għandna nagħtuhom inċentivi oħra barra dawk li diġa' jeżistu taħt l-Att viġenti, li ma' l-iżvilupp legali tiegħu minn mindu ġie ntrodott, u jiena ngħid anke qabel, saru diversi emendi u legal notices.", "Fil-fatt kien fl-1988 li l- Parlament għadda l-Industrial Development Act pero' żgur li ma istgħux ngħidu li dik kienet l-ewwel darba li tressqet liġi li titratta lill- industrija b'mod prijoritarju fil-politika ta' gvern.", "Fil-fatt aħna għandna quddiemna dan l-abbozz ta' liġi li jitkellem dwar skema ta' inċentivi għal investiment għall-intrapriżi ż-żgħar u għal- lukandi wkoll.", "Dan qegħdin nagħmluh biex ikun jista' jsir ukoll it-titjib fl-amministrazzjoni ta' l-IDA.", "L-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jindikaw biċ-ċar li l-leġislatur Malti jrid iħares lejn liġi li tkun razzjonali u effettiva fiha nfisha.", "Pero' qegħdin ngħidu wkoll li l-ebda liġi li ssir, jagħmilha min jagħmilha, ma tista' tkun kompleta għax biex tkun kompleta aħna rridu nimlew u nsoddu - mhux il-ħofor, illum kważi saret cliché li tuża l-kelma \"ħofor\" - u nirrispondu għall-esiġenzi li jinqalgħu.", "Dak li qegħdin nagħmlu llum, jiġifieri l-iskemi ta' inċentivi għall-investiment u l-iskemi ta' inċentivi anke għall-intrapriżi ż-żgħar u għal-lukandi huma r-risposta mhux biss politika imma wkoll legali għall- evoluzzjoni fis-sistema ta' kif il-liġi tagħna stess tkun struttura u mekkaniżmu kif tagħti l-protezzjoni lil din l-industrija.", "Allura l- għanjiet u l-obbjettivi ta' dan l-abbozz ta' liġi ma jirriflettux biss il- mandat mill-poplu, ma jirriflettux biss it-teknikalitajiet jew affarijiet proċedurali li rridu li jkollna għat-twettiq aħjar ta' l-Att viġenti, imma qegħdin ngħidu li saru diversi tentattivi biex l-iżvilupp industrijali ta' pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Madam Speaker, kienet proprju l-istorja ta' leġislazzjoni f'dan is-sens li tat din l-istruttura li abbażi tagħha stajna naraw żvilupp industrijali f'pajjiżna.", "Fil-fatt fid-29 ta' Mejju ta' l-1920 b'Att Nru. IV kien hemm enactment in council fejn daħlet provision biex jingħataw drittijiet esklussivi b'mod temporanju ħalli ċerti industriji jibdew joperaw.", "Dan l- Att maż-żmien inbidel sakemm fl-1925 insibu l-Att dwar l-Inkoraġġiment ta' Industriji Ġodda li mbagħad kompla jiġi emendat.", "Naraw li kienet ir- responsabbilta' tal-ministru li jagħti drittijiet esklussivi biex wieħed ikun jista' jibda u jiġġestixxi industriji ġodda f'pajjiżna, normalment intrapriżi li jipproċessaw, jipproduċu, jimmanifatturaw u jtejbu dawk li huma artikoli, komoditajiet jew servizzi li jkunu għall-ewwel darba f'pajjiżna.", "Dawn il-grants bdew jingħataw l-ewwel lill-Maltin, lill- intrapriżi u lill-azjendi li kienu ta' Maltin jew kontrollati minn ċittadini Maltin b'mod li min ma kienx ċittadin Malti dak iż-żmien ma setax jiggwadanja minn dawn il-benefiċċji.", "Dawn il-grants ma kenux damu u fil-fatt imbagħad rajna li għalkemm dan l-Att baqa' u għadu jeżisti pero' fil-fatt waqa' in disuse.", "Fl-1950 kien sar rapport minn Sir George Schuster, Thomas Balogh u Dudley Seers dwar l-ekonomija Maltija u fiż-żmien tal-gwerra komplejna naraw l-iżvilupp ta' l-infrastruttura legali bl-għan li nimxu aktar 'il quddiem.", "Imbagħad fl-1967 rajna t-twaqqif tal- Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp, primarjament bil-għan li tgħin lill- gvern bħala aġenzija tal-gvern responsabbli biex tippromwovi u tissapportja l-investiment dirett f'pajjiżna.", "Fl-1987 il-Gvern Nazzjonalista għamel liġi biex - bħalma qegħdin ngħidu aħna llum - ineħħi dawk il-cumbersome bureaucratic procedures billi japprova inċentivi ġodda li ma kenux eżistenti taħt l-Ordinanza ta' l-1959.", "Din kienet evoluzzjoni legali u aħna m'aħniex se ngħidu - kif qal il-Partit Nazzjonalista permezz ta' l- esponent tiegħu, jidhirli l-Onor.", "Edwin Vassallo - li dik il-liġi missha saret qabel; aħna qegħdin ngħidu li dik il-liġi hija tajba u kulma jsir tajjeb aħna nemmnu li għandna nibnu fuqu ħalli pass wara pass issir evoluzzjoni legali ħalli dan il-qasam ta' l-industrija jkun jista' jimxi 'l quddiem.", "Għalhekk aħna nemmnu li dawn l-emendi li għandna quddiemna huma pożittivi u nieħdu pjaċir li dak li qal l-Onor.", "Joe Borg - kif irrapportat f'\"in- nazzjon\" ta' l-1 ta' Mejju - meta ddikjara li l-Oppożizzjoni bilfors taqbel ma' din il-liġi.", "Qal li \"bilfors\" jaqblu ma' din il-liġi għax forsi hija liġi li qed tibni fuq dak li pproponew huma stess, pero' mbagħad ma nistax nifhem kif hu stess fl-istess paġna ġie rrapportat li qal li jrid isir ferm aktar biex nikkumbattu \"l-qagħda ħażina fl-industrija\".", "Donnu l- qagħda ħażina fl-industrija ġiet \"hekk\", wara sitt xhur bil-Partit Laburista fil-gvern!", "Qisha l-qagħda ħażina fl-industrija ma kenitx teżisti qabel u llum il-ħabib tiegħi - ħabib tiegħi veru - jiġi hawn jgħid li għalkemm huma jaqblu ma' din il-liġi pero' \"noqogħdu attenti għax is- sitwazzjoni fil-qasam ta' l-industrija hija ħażina\".", "Aħna nemmnu li dan il- qasam verament jista' jagħti futur vijabbli għall-ekonomija ta' pajjiżna li wara kollox igawdi minnu l-poplu għax il-qasam ta' l-industrija fih innifsu għandu jiġġenera x-xogħol.", "Ir-Repubblika ta' pajjiżna hija mibnija fuq ix-xogħol u aħna nemmnu li d- dritt għax-xogħol huwa sagrosant u rridu allura ntennu li hemm rabta intrinsika bejn l-industrija u x-xogħol, kważi kważi aktar minn dik li hija industrija export oriented.", "Aħna nemmnu li x-xogħol huwa l-bażi ta' dak li nemmnu li l-industrija għandha ġġib lejn pajjiżna.", "Nemmnu wkoll li dan l- abbozz ta' liġi qiegħed jagħti infrastruttura tajba biex nimxu iktar 'il quddiem.", "Aħna qegħdin ngħidu li n-negozji ż-żgħar, kemm jekk kumpanniji kif ukoll individwi, se jitnaqqsilhom l-ammont ta' investiment rikjest minnhom minn Lm100,000 għal Lm21,000 u se jkunu ntitolati għal self baxx sussidjat ta' 2.5%.", "Dan l-inċentiv qed ikun immirat kemm għal kumpanniji kif ukoll għal individwi li se jimmanifatturaw prodott jew li se jagħtu servizz industrijali.", "B'hekk individwi li qegħdin joffru servizz industrijali u jkunu jixtiequ jixtru makkinarju aktar modern se jkunu jistgħu jagħmlu dan billi jissellfu taħt din l-iskema u b'hekk ikunu qegħdin iħallsu 3% biss interessi.", "Din in-novita' fil-liġi Maltija se tgħin lis-self-employed u lill-kumpanniji ż-żgħar biex ikomplu jkabbru l- attivita' ekonomika tagħhom.", "Bil-liġi li kien ressaq il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, tajba kemm hi tajba u avangardista kemm hi avangardista, individwu li xtaq jieħu self sussidjat ma setax jagħmel dan għaliex il-liġi kienet tikkontempla biss kumpanniji.", "Huwa importanti li f'din il-liġi jiġu nklużi anke l-persuni għaliex m'hemmx biss il-limited liability company imma hemm ukoll l-en commandite u l-en nom collectif li huma żewġ tipi ta' partnerships fejn l-individwu jista' jkun unlimitedly liable.", "Allura anke dan huwa żvilupp għaliex il-liġi viġenti tikkontempla biss kumpanniji u kif qegħdin ngħidu issa se nibdew inħarsu wkoll l- interessi ta' persuni.", "Ċertament li naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Joe Borg li ġie kkwotat li qal li \"bilfors\" jaqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi għaliex dan verament huwa inċentiv li jistgħu jlaħħqu miegħu l-maġġoranza tan- negozji ż-żgħar ta' produzzjoni f'pajjiżna.", "Dan l-abbozz ta' liġi qiegħed isir biex ikompli jissaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna u qiegħed jimxi lejn il-kompletezza tal-liġi eżistenti billi jolqot numru akbar ta' nies.", "Waħda mill-emendi li qegħdin nipproponu bħala Gvern tgħid li dawk il- kumpanniji li jiġu biex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-qligħ ikunu jistgħu jagħmlu dan għal perijodu ta' għaxar snin li jistgħu ma jkunux konsekuttivi.", "Allura meta tara dawn l-emendi li qed jiġu proposti ma jistax ikun li ma taqbilx magħhom u aħna ma nistgħux ma naqblux mal- kumment li għamel il-kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista fuq dan is- suġġett.", "U dan għaliex din l-emenda qiegħda ssir biex tgħin lil dawk il- kumpanniji li spiċċalhom jew se jispiċċalhom il-perijodu ta' għaxar snin ta' eżenzjoni mit-taxxa u li jkunu jixtiequ jerġgħu japplikaw għal dan il- benefiċċju.", "Issa għaliex qed isir dan it-tibdil kollu?", "Dan it-tibdil qed isir għall-benefiċċju tal-kumpanniji kbar li twaqqfu qabel l-1987 u li ma kenux jistgħu jieħdu dan il-benefiċċju ta' għaxar snin għajr jekk ma jkollhomx żieda ta' 25% fl-esportazzjoni tagħhom fuq perijodu ta' tliet snin.", "Ta' min jgħid li din hija daqxejn diffiċli biex tintlaħaq speċjalment għal dawk il-kumpanniji li diġa' għandhom livell qawwi ta' esportazzjoni.", "GĦalhekk dawn il-kumpanniji issa qegħdin jiġu offruti alternattivi aħjar u allura bilfors li wieħed jaqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Jiena naħseb li l-investiment huwa ta' importanza kbira, jiġi minn fejn jiġi, pero' f'dan il-kontest l-investiment mill-privat jieħu post fuq kollox għax dan għandu l-akbar ċans ta' introjtu.", "Ir-raġuni ewlenija għal dan hija li meta wieħed iħalli l-forzi tas-suq jaħdmu waħedhom ikun hemm possibbilta' akbar li dawn ir-riżorsi jiġu utilizzati b'mod aħjar, b'mod għaqli u b'mod bżonnjuż fi programm wiesgħa ta' kif l-ekonomija tirrispondi għall-esiġenzi tal-bniedem, fejn il-bniedem - biex inkompli fuq it-teżi ta' l-Onor.", "Sant - ma jkunx issoġġettat għall-ekonomija imma tkun l- ekonomija li taqdi l-esiġenzi tal-bniedem.", "Madam Speaker, dan huwa proċess li wieħed jixtieq jara li jiżdied.", "Il- Gvern ma jridx jindaħal tant fl-operat tan-negozju pero' jidher li naqblu dwar l-emendi u ż-żidiet f'din il-liġi u ergo bilfors li jkolli naqbel mat- teżi ta' l-Onor.", "Joe Borg meta qal li bilfors irridu naqblu fuq din il-liġi għaliex fil-fatt b'dawn l-emendi se tingħata għajnuna kbira lis-settur privat biex ikun jista' jieħu dawk il-passi importanti u forsi diffiċli biex jitnaqqaslu dan is-sogru.", "U dan jista' jingħad mhux biss għall- kumpanniji l-kbar imma wkoll għall-kumpanniji ż-żgħar, dawk l-istess kumpanniji li forsi setgħu sofrew - hawnhekk niftaħ parentesi mingħajr ma niddevja minn dak li qed nipprova ngħid - bit-taxxa inġusta u bla bżonn tal- VAT li, jgħidu x'jgħidu, se titneħħa.", "Lil dawn il-kumpanniji ż-żgħar, aħna bħala l-Partit Laburista, ma għajjarnihomx ħallelin imma għidnilhom li se nagħtuhom il-protezzjoni u ħtarna segretarju parlamentari fil-Ministeru tal- Finanzi u l-Kummerċ sabiex ikun responsabbli hu u jara kif nistgħu ntejbu dawn l-iskemi diġa' eżistenti.", "Huwa veru li l-Partit Nazzjonalista għamel diversi emendi fil-liġijiet u ntroduċa liġijiet oħrajn pero' aħna qegħdin nagħtu prijorita' lil dan is- settur bħalma għamilna anke fis-snin ħamsin meta pproponejna leġislazzjoni u għamilniha objettiv tal-politika nazzjonali tagħna.", "Illum, konformi ma' dak li qal l-Onor.", "Sant, jiġifieri li dak li huwa tajjeb se nibnu fuqu bħala struttura legali - u għalhekk ma stajtx nifhem kif kien hemm min tfantas meta fil-bidu tad-diskors tiegħi tkellimt dwar l-aspett legalistiku - pass wara pass wasalna għal din l-istruttura li jekk tiġi utilizzata tista' tagħti benefiċċji kbar lill-kumpanniji ż-żgħar, dawk l-istess kumpanniji li, biex norbot ma' l-argument ta' qabel, huma l-kumpanniji li ħassew is-sofferenza tat- tgħalliqa tal-VAT u tad-diversi sistemi li mexa bihom il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Lil dawn il-kumpanniji żgħar llum aħna qed ngħidulhom li nemmnu u ninsabu konvinti li bit-twaqqif ta' segretarjat parlamentari għalihom dan is-settur jista' jimxi aktar 'il quddiem.", "Aspett ieħor marbut ma' dawn l-iskemi ta' inċentivi huwa t-turiżmu - fl- għanijiet u l-objettivi semmejna t-turiżmu li jirrappreżenta 40% tal- prodott gross domestiku ta' pajjiżna - li għal ħafna, flimkien ma' l- industrija, żgur li huwa pilastru ieħor li wieħed għandu jħares lejh b'mod prijoritarju.", "Aħna fuq it-turiżmu qegħdin ngħidu li, flimkien mal-proġett ta' Buġibba u proġetti oħra, din il-liġi se tkun qed tgħin bil-fatti għar- refurbishment ta' lukandi u dan biex dejjem jiġi mgħejjun bis-serjeta' s- settur turistiku.", "B'hekk wieħed ikun jista' jtejjeb il-prodott li jasal għand it-turist fi żmien meta teżisti kompetizzjoni kbira f'dan il-qasam u l-uniku mod biex tilqa' għal din il-kompetizzjoni huwa dan li għadni kif għidt, billi ninvestu ħafna aktar bħala gvern f'dak li qed nagħmlu f'Buġibba u fi proġetti oħrajn.", "Aħna nemmnu wkoll li din il-liġi qed tieħu ħsieb l-enerġija u l-ilma.", "Meta ddiskutejna l-estimi tal-Water Services Corporation u meta tkellimna dwar l-Enemalta għamilna diversi proposti kif nistgħu mhux nibqgħu b'sistemi forsi antiki imma anke ndaħħlu t-telemetrija u sistemi oħrajn.", "Aħna hawnhekk qed nitkellmu forsi fuq dak li hu importanti għaż-żewġ oqsma, dik li hi l-konservazzjoni.", "Min-naħa tal-Gvern qed ngħidu li se nerġgħu naraw kif nissussidjaw il-kumpanniji li jinvestu f'dawn iż-żewġ oqsma, cioe' l-enerġija u l-ilma, biex b'hekk l-għajnuna tkun ukoll mezz ta' kif wieħed jista' jsebbaħ l-ambjent.", "Madam Speaker, l-għanijiet u l-effetti ta' dan l-abbozz ta' liġi huma konformi ma' dak li ġie mwiegħed fil-manifest elettorali u dak li ġie ddikjarat fl-ewwel budget li ressaq il-Gvern Laburista, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-għajnuna għall-industrija ż-żgħira, għal dawk li jaħdmu għal rashom, għas-settur tal-produzzjoni u għas-settur tal- manifattura.", "Wieħed qiegħed jagħti attenzjoni speċjali, sostenn u appoġġ speċjali lil ditti ta' daqs żgħir u mezzan bi programm ta' għajnuna li jkun imfassal għalihom b'mod apposta f'benefiċċji ta' self b'rati sussidjati.", "Din it-tip ta' għajnuna qed twettaq wegħda oħra li l-Partit Laburista għamel lill-elettorat u fil-fatt din qed titwettaq biex jiġġenera sens ġdid ta' fiduċja fis-settur kummerċjali.", "Fih innifsu l-Att prinċipali qatt ma jista' jkun strument legali adegwat pero' bl-inċentivi li qed nipproponu qed intejbu l-qafas u l-istruttura legali.", "Mingħajr dawn l-inċentivi aħna ma nistgħux nimxu għax ma jistax ikollna bażi tajba jekk ma jkollniex qafas u struttura legali tajbin u qatt ma jista' jkun hemm strument legali adegwat li jlaħħaq u jissodisfa lil dawk l-imprendituri żgħar biex jinvestu iktar bl-iskop li jikbru jekk ma jkunx hemm diversi fatturi oħra li flimkien jgħinu lill-industrija timxi 'l quddiem.", "Il-volonta' u r-rieda tal-Gvern li jtejjeb dan il-qasam u li jarah miexi 'l quddiem qiegħda hemm pero' aħna rridu naraw li ma' dawn il- miżuri li spjegajna jittieħdu in konsiderazzjoni wkoll dawk id-diversi fatturi li jorbtu ma' dan il-qasam.", "Jien jidhirli li kien hemm nuqqas ta' komprensjoni min-naħa ta' l- Oppożizzjoni dwar l-emendi li hemm maħsuba għal Artiklu 24 ta' l-Att prinċipali.", "L-Oppożizzjoni qalet li ma tistax tifhem din l-emenda jekk ma titteħidx fil-kontest ta' l-emendi li kien hemm maħsuba għal Artiklu 16 ta' l-istess Att fl-abbozz ta' liġi li kien se jiġi mressaq mill-Gvern Nazzjonalista.", "GĦalkemm nifhem li wieħed jista' ma jaqbilx ma' dak li qed ngħid jien, ma naqbilx ma' din it-teżi għax wieħed ma jistax iqabbel dan l- abbozz ta' liġi ma' kwalunkwe abbozz ta' liġi ieħor li ried imma li qatt ma ressaq il-Gvern Nazzjonalista għal dan l-Att u dan għaliex l-abbozz ta' liġi li kien se jressaq il-Gvern preċedenti żgur li ma jagħmel l-ebda aċċenn għall-għajnuna lill-industrija ż-żgħira.", "GĦalhekk li wieħed jgħid li l-emendi li qed nagħmlu aħna jirrispekkjaw l-emendi li hemm fl-abbozz ta' liġi li kien se jressaq il-Gvern Nazzjonalista m'huwiex minnu għax dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid speċifikament u b'mod ċar li għandna nagħtu protezzjoni u għajnuna lill-industrija ż-żgħira.", "L-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li huma riedu jagħmlu dawn il-proposti imma fil-fatt ma għamluhomx.", "Kieku verament il-Gvern Nazzjonalista ried jagħmel dawn l-emendi kellu ċans biżżejjed biex jagħmilhom pero' dawn ħassew li għandhom jagħmlu elezzjoni kmieni u għalhekk baqgħu ma għamlux dawn l-emendi.", "Imma wara kollox aħna li jinteressana huwa li llum li qegħdin fil-gvern se nagħtu din l-għajnuna lill-industrija ż-żgħira.", "Il-Gvern Nazzjonalista mhux dawn l-emendi biss ma laħaqx għamel imma wkoll diversi affarijiet oħra.", "Aħna nafu li dawn lanqas il-budget ma għamlu u dan ma għamluhx b'kapriċċ imma għamluh biex jitfgħu r-responsabbilta' fuq il-Gvern Laburista li daħal għall-piż b'mod li qal li rridu naraw kif se nirreaġixxu għal din is-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Fil-fatt aħna qed indaħħlu dak li hemm tajjeb fl-abbozz ta' liġi li kien se jitressaq mill-Gvern Nazzjonalista u qed inżidu miegħu wkoll affarijiet oħra biex inkunu nistgħu ngħinu lill-industrija ż-żgħira wara li kien l- istess Gvern Nazzjonalista li b'mod studjat, b'tentattiv wara l-ieħor u b'miżura wara l-oħra spiċċa biex farrakha.", "U għalhekk forsi r-raġuni li għaliha l-Oppożizzjoni ma tistax tifhem li klawsola 14 hija minħabba li Artiklu 16 ta' l-Att prinċipali jipprovdi li kumpannija tista' tinvesti sakemm fost ħwejjeġ oħra tagħmel investiment ta' mhux inqas minn Lm100,000 u fil-fatt din is-sitwazzjoni ma tissodisfax il-bżonnijiet ta' l- industrijalist iż-żgħir għax dan żgur li ma jistax ilaħħaq mal-credit ceiling ta' Lm100,000.", "L-Att prinċipali li kien ġie mressaq mill-Gvern Nazzjonalista jipprovdi sitwazzjoni fejn filwaqt li l-industrijalist il- kbir jibbenefika minn skemi ta' soft loans b'rati ta' imgħax sussidjati l- industrijalist iż-żgħir ma jibbenefikax minn dan kollu għas-sempliċi raġuni li dan ma jlaħħaqx mal-credit ceiling ta' Lm100,000.", "Allura x'qed jiġri?", "Apparti mill-argument diskriminatorju li wieħed jista' jqanqal fil-konfront ta' l-industriji, meta ħarisna lejn l-industrija b'mod globali - għax l- industrija b'mod globali tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-pajjiż - aħna rajna li b'din is-sitwazzjoni kumpannija kbira qed tħallas prezz inqas għall-investiment milli kellhom iħallsu l-kumpanniji ż-żgħar.", "Allura la l- kumpannija l-kbira qed tħallas inqas, kif nistgħu nħarsu lejn il-qasam ta' l-industrija b'mod globali u ngħidu li taħt il-Gvern Nazzjonalista dan il- qasam mexa 'l quddiem?", "L-ewwelnett ma nagħmlux sew - lanqas jien ma nagħmel sew meta nagħmel dan l-argument - li niddistingwu bejn kif kien dan il-qasam taħt il-Gvern Nazzjonalista u kif inhu llum taħt il-Gvern Laburista.", "Aħna ma nistgħux nitkellmu b'dak il-mod għax irridu nħarsu lejn l-industrija b'mod globali u norbtuha mal-qasam tax-xogħol ħalli dan il- qasam ikun jista' verament jagħti futur lill-pajjiż.", "Għadna kemm smajna lill-Ministru Edwin Grech f'dan il-Parlament jagħti r- risposti fuq il-qasam tax-xogħol u qal kif aħna nħarsu lejn dan il-qasam.", "Naħseb li ma' dan irridu nżidu li dan il-qasam irid jintrabat aktar mal- qasam ta' l-industrija.", "Meta l-ex-Ministru John Dalli stess kien qed jippilolta din il-liġi li aħna qegħdin nemendaw kien fisser b'mod tajjeb li ma nistgħux nitkellmu fuq industriji u fuq oqsma oħra ta' l-industrija li huma export oriented jekk ma nitkellmux fuq kif norbtu l-industrija max- xogħol.", "Jekk nemmnu f'dan il-konċett tax-xogħol kif nistgħu niddiskriminaw bejn kumpannija żgħira u kumpannija kbira?", "Jiena nixtieq li l-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Joe Cassar, li qiegħed jieħu interess f'dan id-debate, forsi jispjega dan il-punt meta jkollu ċans jitkellem għaliex jien verament inħoss li dan huwa avvanz kbir.", "Ma ngħidx li l-liġi kienet ħażina imma ma kenitx daqshekk tajba u aħna qegħdin nagħmlu emenda biex fil-fatt intejbuha.", "Allura kien qed jiġri li kumpannija kbira tħallas prezz inqas għall-investiment milli kellhom iħallsu kumpanniji żgħar u dan għaliex il- kumpanniji ż-żgħar li jagħmlu investiment ta' inqas minn Lm100,000 ma setgħux jibbenefikaw mill-iskemi li wieħed jista' jottjeni mill-MDC u allura dawn kienu jmorru għand il-banek lokali, jitolbu loans u jħallsu rati ta' imgħax kummerċjali.", "Mela allura kellna din is-sitwazzjoni anomala fil-konfront tal-kumpanniji ż-żgħar li mill-bidunett - kienet diġa' bdiet issir l-infrastruttura legali sa mill-1920 meta ma kellniex Gvern Malti, sena qabel ma kellna l-Constitution ta' l-1921 - ġew bżonn l-għajnuna u l- protezzjoni.", "Meta wieħed jaqra d-debates fuq il-passaġġ ta' l-Industrial Development Act ta' meta ġie diskuss dan l-abbozz ta' liġi f'dan il-Parlament isib li l- Oppożizzjoni Laburista dak inhar kienet qalet li l-abbozz ta' liġi kien validu pero' riedet li tiġi kkonsidrata l-pożizzjoni ta' l-industriji ż- żgħar.", "Jiena qrajt dawn id-debates u sibt li l-Onor.", "Spiteri kien semma dan il-fattur.", "Donnu kien jaf x'kien se jiġri lill-industriji ż-żgħar taħt il-Partit Nazzjonalista!", "Apparti dan kollu, once li dawn l-industriji ż- żgħar kienu jmorru għand il-banek lokali u riedu jħallsu rati ta' imgħax kummerċjali, dawn kellhom ukoll jagħtu garanziji, ħaġa li ma kenitx issr fil-każ tal-kumpanniji l-kbar.", "Il-kumpanniji ż-żgħar kellhom jiffirmaw kuntratt ta' self b'rata ta' imgħax kummerċjali u riedu jagħmlu garanzija biex ikunu jistgħu jkabbru u jagħtu servizz lill-pajjiż.", "Għalhekk kellna sitwazzjoni fejn l-industrija l-kbira kienet qed tibbenefika ferm aktar mill-industrija ż-żgħira.", "Jiena naħseb li l-ebda partit ma jrid li din is- sitwazzjoni tibqa' teżisti u allura nieħu gost li l-Oppożizzjoni qed tgħid li taqbel ma' dawn l-emendi.", "Forsi issa wasalna fil-punt fejn l- Oppożizzjoni Nazzjonalista, li qatt ma ddikjarat li trid tkun oppożizzjoni kostruttiva, qiegħda tgħid li żbaljat u li trid tkun oppożizzjoni kostruttiva għaliex mhux talli qed tgħid li taqbel ma' din il-liġi talli qed tgħid li ma tistax ma taqbilx magħha.", "Jiġifieri l-enfasi qiegħda ċara, Madam Speaker.", "GĦalhekk il-Gvern Laburista għamel distinzjoni netta bejn tip ta' industriji meta kien qed jipprova jwettaq pjan ta' żvilupp sostenibbli fil-qasam ta' l-industrija li jifforma parti ntegrali minn pjan ekonomiku fit-tul biex itejjeb il-ħajja taċ-ċittadini biex jgħinhom ħalli jilħqu l-iskop tat-tisħiħ tal-personalita' tagħhom, bil-għan ukoll li jħares l-ambjent ta' madwarhom u tenut in konsiderazzjoni dak li kien qiegħed jiġri f'dan il-qasam.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nipproponi li l-Onor.", "Schembri Adami jkompli bid-diskors tiegħu.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Schembri Adami jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li jekk inħarsu lejn dan il-qasam naraw mill-ewwel l-impenn tal-Gvern Malti mmexxi mill-Partit Laburista.", "Għandna naraw li din is-sitwazzjoni ta' l-industrija ma tibqax kif inhi, jiġifieri l-credit ceiling ma jibqax ta' Lm100,000 u għalhekk permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi qed nipproponu li nniżlu l-credit ceiling għal Lm21,000.", "Fi klawsola 2 qegħdin ngħidu li \"\"intrapriża żgħira\" tfisser persuna jew kumpannija kkostitwita taħt il-liġi Maltija\", jiġifieri għandek il-persuna morali u għandek il-persuna fiżika.", "L-importanti huwa l-aspett innovattiv ta' din l-emenda, li hija l-persuna, għaliex jekk inħarsu lejn l-ispectrum kollu ta' l-industrija Maltija mill-ewwel nintebħu li f'dan il-qasam joperaw mhux biss il-limited liability companies jew kumpanniji imma wkoll persuni li qegħdin jiġġestixxu negozju sempliċement fuq isem ta' kumpannija mingħajr ma huma reġistrati bħala kumpannija.", "Għalhekk il-credit ceiling issa se jinżel għal Lm21,000 u ma jingħatax lil dawn l-intrapriżi ż-żgħar imma jingħata lin-numru kbir ta' negozji li kienu jaħdmu fis-settur tal- manifattura.", "Qegħdin nagħmlu din id-distinzjoni għaliex nemmnu bis-sħiħ fl- industrija u għaliex nemmnu bis-sħiħ li pajjiżna għandu jaħdem f'dan il- qasam.", "L-iżvilupp ta' l-industrija għandu jifforma parti integrali minn pjan ekonomiku fit-tul u hemm bżonn li din il-fehma tagħna li l-industrija f'pajjiżna tibqa' tassew kolonna ewlenija tal-ħidma ekonomika ta' pajjiżna tkun ikkonfermata minn kulħadd u m'għandu jsir xejn li b'xi mod jista' jservi ħalli l-importanza tal-qasam ta' l-industrija tiġi mċekkna u mdgħajfa.", "GĦalhekk politikament naħseb - hawn nidħol fuq argument li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Joe Borg, li huwa espert fil-liġi Ewropea - li l-proposta li Malta tidħol bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea kienet tixhed ħsieb li spiss kien moħbi u li forsi ma kienx wisq spjegat lill- poplu.", "Madam Speaker, illum aktar minn qatt qabel żgur li ma nistgħux nikkonsidraw li pajjiżna jidħol membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "It-triq għall-prosperita' f'Malta, gżira żgħira fid-daqs, b'riżorsi naturali limitati u b'suq limitat, tinsab fil-kapaċita' li dan il-pajjiż għandu li jiftaħ lejn swieq barranin.", "Jiena naħseb li hawnhekk kulħadd jaqbel li fl- aħħar tas-snin sebgħin Malta rat it-tisħiħ ta' l-industrija tat-turiżmu fil- gżejjer tagħna pero' kellna wkoll dħul kbir fl-investiment barrani, speċjalment dak Ġermaniż, fil-qasam tal-manifattura, li flimkien maż-żieda ġeneruża fil-qasam soċjali ġab titjib drammatiku fil-livell tal-ħajja, speċjalment fil-perijodu maġiku ta' bejn l-1971 u l-1982.", "Madam Speaker, minkejja dak li qiegħda tgħid l-Oppożizzjoni, ir-record tal-Gvern Nazzjonalista fil-mod kif kien iġib l-investiment lejn pajjiżna kien iddgħajjef ħafna u minn dak il-ftit investiment li ġie ftit wisq mar lejn il-manifattura u lejn intrapriżi li kien irnexxielu jġib lejn Malta Gvern Laburista.", "Fl-istess ħin, f'dawn l-aħħar snin rajna tendenza ċara min-naħa tal-qawwiet tal-Gvern Nazzjonalista li jnaqqsu l-importanza tal- manifattura u dan tajjeb li nissottolinjawh.", "Min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista kien hemm tentattivi sabiex il-manifattura ma tingħatax importanza daqs oqsma oħra fil-qasam ta' l-industrija u minflok l-oqsma tat- turiżmu u ta' l-offshore - li huma importanti u li nqisuhom prijoritarji - ġew ippreżentati bħala l-uniċi pedamenti ewlenin li fuqhom jista' jkun hemm it-tkattir ekonomiku.", "Il-ħafna kliem ta' Gvern Nazzjonalista li jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea l-ekonomija tagħna titjieb kien kollu kliem fieragħ.", "Kellna diversi deċiżjonijiet mill-Gvern Nazzjonalista, bħal dik li jinjora l- forward buying rate, li jgħabbi lill-industrija tad-divertiment bil-VAT, li jżid il-prezz ta' l-elettriku, tat-telephone u ta' l-ilma waqt li fl-istess ħin jittraskura problemi oħra serji ta' infrastruttura li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija u mat-turiżmu.", "Lil dawk stess li għandhom x'jaqsmu minn ġewwa ma' din l-industrija dan kollu ħallihom f'konfużjoni sħiħa għaliex filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista beda jirristruttura l- ekonomija ta' pajjiżna għaliex ried jidħol fl-Unjoni Ewropea at all costs - u mhux għaliex ried ifittex kondizzjonijiet xierqa magħhom kif kien jgħidilna qabel ...", "Pajjiżna kellu bżonn ristrutturazzjoni fil-qasam ta' l- industrija u kellna bżonn nibnuh b'mod aktar vijabbli pero' f'dan we were lacking.", "Jekk, per eżempju, insemmu l-SGS-Thomson li niftaħru tant biha u ngħidu kemm timpjega nies u kemm tiġġenera attivita' ekonomika u kemm hija waħda mill-archetypes ta' kif intrapriża tista' timxi, irridu ngħidu wkoll li din hija klassi tas-snin sebgħin.", "Madam Speaker, il-mistoqsija li għandna nagħmlu hija din: Rajna biżżejjed jekk sħubija ma' l-Unjoni Ewropea tkunx ta' żvantaġġ aktar milli ta' vantaġġ għal pajjiżna u kemm l-Unjoni Ewropea tista' tissussidja u tagħtina għall-industrija tagħna?", "Meta nħarsu mill-għajnejn ta' l- investituri fil-manifattura, is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hija biss tikka marġinali ta' ftit importanza ħdejn ċirku ġewwieni ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ilhom qatiegħ fi triqthom lejn integrazzjoni monetarja sħiħa u politika ekonomika b'saħħitha.", "Aħna verament nemmnu li kieku l- Gvern Nazzjonalista laħaq issieħeb fl-Unjoni Ewropea konna se nidħlu f'morsa ta' normi li jiffavorixxu l-iktar lill-pajjiżi l-kbar li għandhom korporazzjonijiet immensi li jistgħu jibilgħu lill-oħrajn u għalhekk, anke hawn, il-ħuta ż-żgħira dejjem tinbela' mill-kbira.", "Kif għidt diġa' f'din l- Unjoni l-intrapriżi ż-żgħar ma jkollhomx l-istess skemi ta' inċentivi li jkollhom l-intrapriżi l-kbar u għalhekk dawn il-korporazzjonijiet immensi żgur li kienu jibilgħu lil pajjiżna.", "U allura kif tista' tiġi tgħid li l- industrija f'pajjiżna tista' tibbenefika biss jekk tingħata l- kontribuzzjonijiet mill-Unjoni Ewropea!", "Kieku l-Partit Nazzjonalista baqa' fil-gvern żgur li kien ikollu bżonn dawn il-kontribuzzjonijiet.", "Madam Speaker, bħalma l-Onor.", "Joe Borg qal li huma bilfors ma jistgħux ma jaqblux ma' dan l-abbozz ta' liġi jien ngħidlu li bilfors ma nistax naqbel mal- proposta tagħhom, jiġifieri li bl-istrutturi u bil-pożizzjoni eżistenti kieku dħalna fl-Unjoni Ewropea l-industrija ta' pajjiżna kienet se tibbenefika.", "Fil-fatt dan mhux aħna biss qed ngħiduh imma qed jgħidu l- poplu Malti kollu.", "Jien naħseb li huwa importanti jekk ngħidu li kieku dħalna fl-Unjoni Ewropea r-riżultat kien ikun li l-kompetittivita' ma kenitx titjieb.", "GĦalhekk qabel ma wieħed jissieħeb fl-Unjoni jrid jara jekk il- leġislazzjoni tiegħu timplikax armonija mal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għax inkella l-Gvern ma jkunx jista' joffri inċentivi aħjar lil dawk li jkunu beħsiebhom jinvestu f'Malta.", "Huwa importanti li napprezzaw ukoll li l-attrazzjoni li titwaqqaf bażi ta' manifattura f'Malta tiġi eliminata għax għal dawk li huma commercial spots l-isħubija fiha nnifisha tinvolvi lil Malta ma' blokki oħra ta' kummerċ fl-Ewropa.", "Għalhekk waqt li qed nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi toħroġ ċara l-għażla tal-Malta Labour Party, l-għażla tal-poplu favur il-politika tagħna ta' an industrial free zone, ħielsa mill-constraints li ġġib magħha s-sħubija, b'kuntrast mal- mod kif l-amministrazzjoni Nazzjonalista, illum fl-oppożizzjoni, kienet tittratta l-qasam tal-manifattura bħala xi ħaġa kważi kerha jew li se toħloq xi tieqa ta' opportunita' li fiha l-industriji tagħna, sew tal- manifattura kif ukoll oħrajn, jistgħu jiżviluppaw.", "Ħaġa bħal din tipprovdi wkoll opportunita' lill-kumpanniji Maltin li jirristrutturaw lilhom infushom, kif qegħdin ngħidu aħna, bil-mod il-mod, mhux f'daqqa, kif kien ikollhom jagħmlu kieku baqa' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Allura tifhem għaliex bil-qagħda li l-Partit Laburista fil-gvern qiegħed jieħu qed jgħin lil dawn l-industriji biex lil dan is-settur vitali tagħna nagħtuh aktar ħajja b'kuntrast dirett għall-politika tal-Partit Nazzjonalista, nerġa' ngħid, li wasslet biex il-qasam tal-manifattura ma jkunx daqshekk qawwi kif wieħed kien jistenna.", "Allura l-programm ta' ftehim kuntrattwali fit-tul iġib miegħu opportunitajiet biex l-awtoritajiet lokali jkun jista' jkollhom ċerta diskrezzjoni biex jikkontrollaw l-ispejjeż f'Malta waqt li fl-istess ħin ikunu jistgħu jiggarantixxu aċċess għas-suq dejjem jikber fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jkun ħieles minn tariffi.", "Jiena naħseb li punt ieħor li rridu nikkonsidraw huwa li bi ftehim bħal dan inkunu nistgħu nagħmlu kuntratti ta' kummerċ li jistgħu jġibu qligħ mhux ħażin sew mal-pajjiżi ta' Maastricht, kif ukoll mal-pajjiżi tal- MAGREB.", "U mill-aspett ta' l-industrija u tat-turiżmu se nagħmlu sew li neliminaw il-VAT u tajjeb ngħidu li miżuri bħal dawn joffru risposta għall- isfidi tal-lum.", "Hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi jekk fir-realta' pajjiżna jemminx fl-industrija u f'dawn l-inċentivi li diġa' jeżistu taħt l-IDA.", "Jien nixtieq li jkolli l-opportunita' li nitkellem fuq il-miżuri li jeżistu taħt l-Att viġenti bħalma huma t-tax-holidays, l-export incentive scheme u l-investment and accelerated depreciation allowance.", "Għalkemm jeżistu dawn l-opportunitajiet l-istruttura legali trid tkun kumplimentata minn miżuri, minn rieda ċara u minn politika li verament trid tpoġġi b'mod prijoritarju lill-industrija.", "Barra t-tax-holidays, l-export incentive scheme u l-investment and accelerated depreciation allowance hemm ir- research and development allowance u forsi anke l-Ministru jista' jispjega kemm fil-fatt kumpanniji lokali ggwadanjaw tul is-snin minn din it-tip ta' allowance.", "Anke fil-kamp tat-taxxa hemm tax liability on expatriate employees, jiġifieri jkollok individwi f'Malta li jkunu ntaxxati b'rata progressiva sa 35% u f'dan il-pakkett ta' inċentivi t-tax liability ta' impjegat expatriate tkun limitata għal jew 30% ta' l-income taxxabbli jew Lm1000 per annum, liema waħda tkun l-inqas.", "Hawn forsi l-Ministru jista' jgħidilna kif din it-tax liability ħadmet taħt il-miżuri li ppropona l- Partit Nazzjonalista.", "Huma interessanti l-feasibility studies, id- dividends payable under double taxation agreements u interessanti wkoll l- inċentivi għall-industriji għal Għawdex.", "Jien naħseb li huwa importanti li nieħdu in konsiderazzjoni it-transport costs tar-raw material u ta' l-equipment u anke l-ispejjeż tat-trasport minn Malta għal Għawdex li wieħed jidħol fihom biex jittrasporta materjal konness ma' kumpanniji li għandhom attivita' f'Għawdex, kemm jekk dawk l- attivitajiet huma relatati ma' l-export f'pajjiżna u kemm jekk le.", "Jiena naħseb li għandhom jingħataw grants bħal dawn lill-Għawdxin għall-ispejjeż li kumpannija tagħmel biex takkomoda ġewwa Għawdex ċittadini Maltin li ma jkunux normalment residenti f'Għawdex u li forsi ma jkunux jokkupaw pożizzjoni maniġerjali jew pożizzjoni teknika.", "Dawn il-benefiċċji jgħinu biex jinnewtralizzaw l-ispejjeż extra li wieħed jidħol fihom.", "Hawnhekk forsi jkun tajjeb li wieħed jistaqsi kif ħadmu dawn l-inċentivi u għaliex ma kellniex ir-riżultati mixtieqa, kif se nispjega aktar 'il quddiem.", "Per eżempju, taħt l-Income Tax Act kumpanniji huma charged bir-rata ta' 35%.", "Din ir-rata tat-taxxa tiġi mnaqqsa għal 17.5% fejn jidħlu profitti that have been set aside għal proġetti li jkunu approvati mill-MDC u dan huwa provdut taħt l-istess Industrial Development Act li kien għamel il- Gvern Nazzjonalista.", "Allura huwa interessanti li naraw - wara li ftaħru li tant ġabu investiment u anke dwar kif ħadmu l-kumpanniji - kemm fil-fatt ibbenefikaw kumpanniji taħt din l-iskema.", "Hemm ukoll it-training costs li għamel aċċenn għalihom il-Ministru Attard Montalto u għandna wkoll li, għal skopijiet ta' taxxa, l-expenses tal-programmi ta' training huma mnaqqsin b'120% ta' l-ammont attwali, partikolarment meta qegħdin nitkellmu fuq training programmes - u allura jidħol anke l-aspett soċjali - li jolqot persuni b'diżabilita'.", "Fil-verita' fil-qafas tal-liġijiet tagħna għandna l-idea li nagħtu protezzjoni lill-persuni b'diżabilita' fejn jirrigwarda l-post tax-xogħol u fil-fatt hemm liġi li tgħid li kumpannija kbira trid timpjega magħha numru ta' persuni b'diżabilita'.", "Interessanti hawnhekk li l-liġi viġenti tgħid li l-MDC toffri dawn it-training costs għal persuni b'ċerta diżabilita' ukoll, pero' t-tnaqqis totali ma jistax jeċċedi:", "\"... one-twelfth of the total sum paid by the company for that year by way of wages, salaries or other emoluments.\".", "Meta kont qed nipprepara għal dan id-debate aspett li sibtu interessanti kien dwar is-small industries li se jibbenefikaw, per eżempju, minn relief from customs duty, bini, strutturi u art industrijali li jistgħu jingħataw lill-businesses iż-żgħar anke jekk dawn ma jissodisfawx il-parametri li hemm fil-liġi.", "U hawnhekk tajjeb ngħidu li \"small business\" tfisser persuna li tista' tiġġestixxi sengħa jew business li huwa kontemplat fl-Att.", "Dan kollu huwa garantit mil-liġi li għandna llum pero' huwa nteressanti li naraw il-ħidma ta' l-MDC fejn jirrigwarda dawn l-inċentivi kollha tajbin li jeżistu fil-liġi, għax il-liġi tagħti l-fakulta' lill-MDC biex tara hi min ikun jista' jibbenefika minn dawn l-iskemi.", "Forsi interessanti li l- Ministru jispjega kif ħadmu dawn id-diversi skemi u kif l-iskemi li għandna llum se jtejbu dawk diġa' eżistenti - jien għamilt aċċenn għal dan meta tkellimit fuq l-industrija ż-żgħira - u jgħidilna wkoll min ibbenefika minnhom, x'kien is-sehem ta' l-MDC u kif bbenefikat jew ma bbenefikatx l- industrija minnħaba s-sitwazzjoni li dwarha tkellimna b'ċerta konvinzjoni qabel l-elezzjoni.", "Ikun tajjeb ukoll li jispjegalna għaliex struttura legali għandha tkun kumplimentata b'miżuri li jistgħu fil-fatt jagħtu l- aħjar opportunitajiet.", "Jien nemmen li diskussjoni dwar il-futur ta' l- industrija hija waħda verament importanti.", "Sa mill-1987 kien hemm approach persistenti biex donna nnaqqsu l- importanza ta' l-economic management fl-attivita' industrijali.", "Donnu li ma kenitx parti mill-policy tagħna li nattwaw il-kliem li konna nisimgħu dwar il-bżonn ta' ristrutturazzjoni industrijali.", "Konna nisimgħu ħafna fuq infiq ta' flus, fuq inizjattivi li ma tawx effett u li ma rrendewx biex jippromwovu industriji ġodda.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn xi ħames jew sitt snin lura nsibu li kien hemm il-firm Coopers and Lybrand li l-Gvern ta' dak iż-żmien kien ikkonsulta biex jagħtuh guidelines dwar kif wieħed jista' jirristruttura l-industrija lokali imma minn dak inhar 'il hawn jidher li prattikament kważi ma sar xejn - jew il-ftit li sar sar kważi ħażin - biex ir-rakkmandazzjonijiet ta' dak ir-rapport joħorġu u naraw kif nistgħu nsaħħu u nimmodernizzaw il-bażi industrijali tagħna.", "Kellna wkoll consultancy firm oħra li fil-fatt taħt il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kienet bdiet studju li kien qrib ħafna ta' dak li kienu għamlu Coopers and Lybrand pero' anke hawnhekk jidher li ġara l-istess.", "Jien nemmen li taħt Gvern Nazzjonalista ntnefqu miljuni ta' liri biex jinfetħu - biex imbagħad wara nagħlqu - uffiċċji f'postijiet bħal Hong Kong li kellhom jattiraw investiment industrijali lejn pajjiżna u r-riżultati ta' dawn kulħadd jafhom.", "Huwa veru li kien hemm ħafna units żgħar ta' industrija li setgħu twaqqfu imma aħna nemmnu li ma kellniex dak li jien nsejjaħlu l-greenfield investment, ċioe' ta' importanza, li jiġi miżjud ma' dak li huwa l- industrial stock li kellna qabel.", "Fil-qasam ta' l-industrija ġie ġġenerat xogħol ġdid permezz ta' l- espansjoni ta' impjanti li kienu jeżistu qabel l-1987.", "Jekk insemmu l- Baxter u l-SGS Thomson insibu li dawn bejniethom jimpjegaw 1,600 ħaddiem.", "Irrid infakkar li l-SGS Thomson bdiet topera f'Malta fil-bidu tas-snin tmenin u minkejja dak li jgħidu l-esperti jidher li ftit li xejn kien hemm investiment meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Jien naħseb li l-istrateġija tal-Gvern Nazzjonalista li jkompli jipprova jingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma rnexxilu, b'falliment totali u b'konferma ta' dan mill-poplu fl-aħħar elezzjoni fis-26 ta' Ottubru, kompliet tkun l-icing fuq il-cake immuffat li ried ibella' lill-poplu imma l-poplu bellagħulu lura u mna'Alla għax kieku ma kienx għall-Gvern immexxi mill-Partit Laburista l-iżvilupp industrijali ma kienx jiġġenera fiduċja.", "GĦan- Nazzjonalisti kollox kien qiegħed fit-tieni u t-tielet post l-aqwa li nagħtu prijorita' u ningħoġbu mal-burokratiċi, mal-big brothers, ġewwa Brussels li kienu jinsistu li Malta tbiddel l-ekonomija u l-politika tagħha!", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili inwaqqfek għaliex reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn il-Leave of House biex tkun tista' tkompli titkellem.", "Hawn Leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Nerġa' nirringrazzja lill-Kamra talli għal darb'oħra reġgħet estendietli l-ħin.", "Kont qed ngħid, Madam Speaker, li hawnhekk insibu li ir-realta' hi li l- industrija f'pajjiżna kompliet tħoss ruħha dejjem lesta biex tagħmel il- passi u timxi 'l quddiem imma fil-verita' dejjem sabet affarijiet li jostakolawha.", "Allura quddiem dan, iva, il-Partit Laburista jemmen li flimkien mat-turiżmu l-industrija għandha tibqa' pilastru importanti ta' l- ekonomija Maltija.", "Flimkien mal-kummerċ u mal-biedja għandna nħarsu lejn l- industrija bħala waħda mill-komponenti essenzjali u indispensabbli għal ekonomija li tkun outward looking u li tkun verament bilanċjata.", "Pero' għandu jkollna żvilupp u attivita' industrijali li jkunu msaħħa u ġġenerati fis-settur privat għax dan huwa gvern li jemmen li għandhom jipprevalu dawk il-kondizzjonijiet li lill-intrapriżi privati industrijali jħallulhom il-profitti mistħoqqa.", "Il-Partit Laburista llum fil-gvern jemmen li jrid ikollna żvilupp long-term - u b'dawn l-inċentivi qed inkomplu nsaħħu t-twemmin tagħna - irid ikollna żvilupp industrijali u tkabbir li jsir permezz ta' politika li tippromwovi wkoll kompetizzjoni libera u ġusta bejn local u foreign firms, kemm fil-local market kif ukoll fl-export markets.", "Dawn il-miżuri jikkonfermaw kemm aħna kontra min iparla dwar politika trasparenti biex imexxi l-industrija biex imbagħad ma jagħtix prijorita' lill-industriji ż-żgħar.", "Allura jien naħseb li l-Partit Laburista tas-snin ħamsin, li għamel l-iżvilupp industrijali bħala objettiv tal-politika nazzjonali tiegħu, jirrifletti l-importanza li l-Parit Laburista dejjem ta lil dan il-qasam.", "Għandna nagħtu wkoll importanza mingħajr eċċezzjoni lis-snajja tradizzjonali tagħna fil-qasam ta' l-industrija pero' irridu nifhmu li hemm bżonn li ngħinu wkoll lill-qasam tax-ship repairing u dan jiftaħ diskussjoni fih innifsu.", "Irridu napprezzaw li s-suq lokali tagħna jista' jkun żgħir biex jipprovdi ekonomiji ta' skala kbira, suffiċjenti f'ċerti setturi industrijali, imma biex inkunu verament vijabbli l-industrija tagħna għandha takkwista dawk l-iskills kif nittrasformaw imported outputs b'mod effiċjenti ħalli jirrendu, b'mod li l-industrija tagħmel prodotti finali kompetittivi f'dawk li huma external markets.", "Jien naħseb li l- impenn tal-ministeru f'dan il-qasam huwa rifless ukoll fil-bżonn li nimportaw ħafna inputs li b'mod inevittabli jgħin u jaffettwa mhux biss il- unit cost imma wkoll il-flessibbilta'.", "Jien naħseb ukoll li l-iskills tal- labour force Malti jibqgħu kruċjali sabiex nassiguraw vijabilita' industrijali.", "Jekk dawn l-iskills jibqgħu cost competitive fil-livell ta' teknoloġija fejn aħna qed noperaw allura nibqgħu vijabbli kemm lokalment kif ukoll fuq is-swieq esterni.", "Dan wieħed irid iħares lejh bħala target essenzjali ta' politika industrijali għal pajjiżna.", "Naturalment ikun hawn min jipprova jgħawweġ dan l-argument.", "Aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq cheap labour imma qed nitkellmu fuq konvinzjoni li nistgħu fil-fatt nilħqu dan li nemmnu fih u nistgħu nakkwistawh billi jkollna dik il-competitive edge anke fuq ċerti pajjiżi jekk inkunu nistgħu niżviluppaw skills industrijali iktar minn pajjiżi oħra kompettituri tagħna li jistgħu wkoll joperaw f'ċertu livell teknoloġiku kif forsi aħna ma nagħmlux.", "X'inhuma l-possibbiltajiet tagħna?", "Jien naħseb li r-records juru li nistgħu nkunu kompetittivi u cost efficient meta komparati ma' pajjiżi oħra li jipproduċu items industrijali bħal dawk li nagħmlu aħna.", "Pari passu ma' dawn l-emendi li qed jiġu proposti u ma' l-inizjattivi li l-MDC tapprova taħt dawn l-iskemi, hemm bżonn naraw li kontinwament naġġustaw il-focus tagħna biex intejbu l-potenzjal, biex nassorbu l-iskills teknoloġiċi u biex nassiguraw li l-costs tagħna jibqgħu fuq livell l-iktar baxx possibbli anke jekk qed nipprovaw intejbu t-teknoloġija tagħna.", "Irridu wkoll noqogħdu attenti li ma nidħlux f'politika li fiha nfisha tagħmilna qisna xi megalomaniaċi u naħsbu li nistgħu nagħmlu kollox u nispiċċaw imbagħad ma nagħmlu xejn.", "Irridu naraw li dak li nagħmlu jkun ta' l-aħjar interess nazzjonali biex il-politika tagħna tikkontribwixxi ħalli ntejbu l-livell teknoloġiku tal-ħaddiema tagħna, anke f'livell maniġerjali, li huma daqshekk marbutin mal-qasam ta' l-industrija.", "Insemmu wkoll l-edukazzjoni li hija l-linchpin ta' dan l-approach importanti.", "Ix-xjenza u t-teknoloġija għandhom ikunu ċentrali fil-qasam ta' l-edukazzjoni tagħna.", "Jekk aħna ma nżewġux il-politika industrijali tagħna ma' l-iżvilupp edukattiv u ma' l-iżvilupp didattiku biex nagħtuha tifsira vera u tajba nkunu qegħdin nitilqu għal triq li ma twassalna mkien.", "Għalhekk jien naħseb li rridu nżewġu l-educational development ma' l- industrija għax jista' jiġri li t-tagħlim fl-iskejjel tagħna ma jkunx qed jipprovdi l-iskills neċessarji biex inkunu nistgħu naffrontaw dak li l- industrija tal-lum u ta' għada titlob minna.", "Ma nkunux lesti biex nirrispondu għall-iżvilupp tat-teknoloġija jekk fl-iżvilupp ta' l- edukazzjoni aħna ma nkunux mgħallma kif nistgħu nwieġbu għal dawk il- bidliet.", "Allura l-investiment fl-edukazzjoni huwa fundamentali għax inkella, kif għidt fil-bidu, interessanti kemm hi interessanti l-istruttura legali u tagħti kemm tagħti protezzjoni lill-industrija, jekk int ma tħarisx lejha b'mod prijoritarju kif qed jagħmel il-Gvern, l-industrija ssofri.", "Jien ngħid li l-industrija sofriet f'dawn l-aħħar snin mhux għaliex il-Gvern Nazzjonalista ma kkreax il-mekkaniżmu legali - dak ikkreah tajjeb u ngħidlu prosit għal dan - imma għaliex bqajna bl-istess kumpanniji u l- istess ażjendi tas-snin tmenin.", "Permezz ta' l-edukazzjoni rridu nipprovdu wkoll il-future work force tagħna, l-għodda intellettwali u teknika biex inkunu nistgħu nipproduċu b'mod effettiv għas-swieq barranin.", "Aħna bħala Gvern Laburista qegħdin intejbu l-infrastruttura ta' l- edukazzjoni f'dan il-pajjiż fil-livell primarju, sekondarju u vokazzjonali.", "Dan il-proġett se jsir fuq medda ta' madwar 10 snin u dan qed isir pari passu ma' l-iżviluppi li diġa' qed nagħmlu fil-qasam ta' l- industrija.", "Naħseb li biex nagħmlu dan kollu jrid ikollna viżjoni u stamina, li għandna, u li ma nibżgħux nieħdu deċiżjonijiet biex inpoġġu x- xjenza u t-teknoloġija f'post importanti fl-edukazzjoni ħalli nkunu nistgħu nirrispondu għal żviluppi aħjar fl-industrija.", "Jien konvint li meta dan narawh bħala prijorita' nkunu qed ngħidu li għamilna l-pedamenti għall- industrija f'Malta li tista' verament tiffjorixxi.", "Meta aħna tlajna fil- gvern bdejna bi programmi biex naraw li dan jista' jsir u anke sabiex naraw li l-kompetizzjoni li ngħidu li nemmnu fiha tkun ġusta u ħielsa.", "Irridu nassiguraw ukoll li kull min jikkompeti hawnhekk irid jiffaċċja dak li għandna fil-playing field b'mod li l-industrija Maltija, bl- iżvantaġġi li tista' ssofri, tkun tista' pero' tgawdi minn dak li huwa no- market hinterland.", "L-industrija għandha tara li fil-produzzjoni tagħha għandu jittieħed in konsiderazzjoni l-cost tat-trasport 'l hawn u 'l hemm minn pajjiż bħal tagħna.", "Jien naħseb li l-Partit Laburista b'dan l-abbozz ta' liġi verament qed juri li jemmen li l-industrija għandha post fl- ekonomija tal-pajjiż u verament jemmen li jista' jonora l-wegħda elettorali tiegħu.", "Jien naħseb li l-industrija fil-fatt għandha dualistic structure; għandek dak l-aspett tas-suq lokali - dak li tradizzjonalment dejjem iffjorixxa minħabba li jkun fil-familja u jibqa' għaddej u li hemm bżonn li jiġi protett - pero' mbagħad hemm l-export oriented sector li hemm bżonn li jkun kompetittiv u hemm bżonn li jara kif jibqa' jeżisti, speċjalment f'dawk li huma s-swieq barranin.", "L-industrijalisti Maltin u l-familji tagħhom jidhru li jippredominaw l-iktar fl-ewwel settur pero' dawk li huma foreign firms donnu li narawhom fit-tieni qasam.", "Jien naħseb li wieħed irid jara kif jistudja din is-sitwazzjoni għaliex, kif dejjem ngħid, irridu nħarsu b'mod globali lejn l-industrija ta' pajjiżna għax jekk inħarsu lejha b'dak il-mod inkunu nistgħu nagħtu l-aħjar żvilupp lil pajjiżna.", "Jien naħseb li l-intenzjoni tal-leġislatur li għamel dawn l-emendi kienet li jadotta sett komprensiv ta' inċentivi li jiġu offruti wkoll lis- suq internazzjonali.", "Il-pakkett ta' inċentivi nistgħu narawh u nistudjawh pero' hemm bżonn li l-investitur ikun jaf bihom u li l-industrijalist japprezza li jeżistu.", "F'Malta aħna noffru pakkett ta' inċentivi simili għal dak li joffru pajjiżi kompetituri tagħna bħal, per eżempju, Ċipru, l- Irlanda ta' Fuq u f'ċerta miżura anke Singapore.", "Jien wisq nibża' li jekk ma noqogħdux attenti l-kompetituri tagħna jista' jkollhom forsi ftit edge fuqna, f'aspetti bħalma huma l-grants li jingħataw lil ċerti industriji u anke l-10% reduced rate of tax lil manufacturing companies, liema miżura jidhirli li teżisti fl-Irlanda.", "Meta wieħed jiġi biex jagħmel pakkett ta' inċentivi jkun irid iħares lejn dawk li huma exemptions, lejn il-benefiċċji fuq dawk li huma deċiżjonijiet ta' investiment u finalment anke lejn dawk li huma l-actual benefits li l-investituri jieħdu minn pakkett bħal dan.", "Jien nemmen li dawn l-inċentivi li għandna fil-liġi viġenti u dawk li qegħdin nipproponu u li nixtiequ l-approvazzjoni tagħhom u li dwarhom l- Oppożizzjoni qalet li ma tistax ma taqbilx, forsi fuq il-karta jistgħu jidhru sbieħ pero' issa rridu mhux biss inlaħħmu l-infrastruttura legali imma jrid ikollna pakkett ta' kif nistgħu nimplimentawhom fuq perijodu long- term, anke biex ma noħolqux xi inċertezzi ma' l-investituri.", "Jien naħseb li rridu naraw ukoll kif - dawn huma ftit ideat li naħseb wieħed jista' jaqsamhom - ikollna venture capital u anke merchant banking.", "Jien naħseb li jkun tajjeb ukoll li nwaqqfu dak li huwa l-ekwivalenti ta' young enterprise fil-livell ta' universita' u mbagħad nieħdu dawn l-ideat ta' suċċess u niżviluppawhom f'dawk li huma prodotti ġodda.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu nsejħulhom prodotti ġodda li verament jgħinu anke għall-iżvilupp industrijali ta' pajjiżna.", "Hawnhekk wieħed irid ikollu team ta' management u studenti ta' l-accountancy u ta' l-engineering li flimkien jikkreaw kumpanniji.", "Forsi din hija idea ġdida li tista' tidher bħala novita' imma li tista' tiżviluppa f'kumpanniji ta' suċċess fid-dinja tal-lum.", "Jien naħseb ukoll li jkun utli li biex ngħinu anke lill-industrija ta' pajjiżna nagħtu ċertu support lil dawn is-small firms, kif fil-fatt diġa' qed jingħata.", "Wieħed jista' jitkellem fuq dak li huwa pool ta' university graduates f'dak li huwa business management and engineering, per eżempju, u nassoċjawhom mal-METCO sabiex nagħtu support lill-cottage industry u oqsma oħra.", "Nistgħu anke forsi nsibu firms lokali li jkunu żgħar u li jkunu jistgħu jikkollaboraw flimkien sabiex b'hekk jissaħħu, ħaġa li naf li diġa' saret fl-Italja.", "Per eżempju, għandek grupp ta' kumpaniji li jagħmlu l-għamara li jaqsmu flimkien ir-riżorsi tal-marketing u allura jista' jkollok export container groupage u affarijiet bħal dawn.", "Madam Speaker, huwa mportanti wkoll li Malta tidħol fi proċess ta' informazzjoni.", "Per eżempju, f'ċerti gżejjer 'il hinn mill-kosta ta' l- Amerka jipproċessaw l-informazzjoni fejn jidħlu credit cards għall-banek Amerikani u allura b'hekk wieħed ikun jista' jara jekk \"Mr X\" huwiex riskju vijabbli fuq dak li huwa l-credit card rating tiegħu.", "Jien naħseb li dan kollu tenut in konsiderazzjoni jgħin biex il-qasam ta' l-industrija f'pajjiżna jkun jista' jimxi 'l quddiem.", "Ta' min jgħid li mhux il-liġi viġenti biss tagħti l-istruttura legali imma maż-żmien ħarġu wkoll diversi legal notices li għenu mhux ftit.", "Per eżempju, kienet ħarġet legal notice - waħda mil-legal notices li għamel tajbin il-Gvern Nazzjonalista - li tat kontribut biex għallinqas ikollna struttura legali tajba.", "Qed nirriferi għal Legal Notice No. 38 ta' l-1994 li kienet titratta dwar Qualifying Companies Export Services Regulations, 1994 u li kienet titkellem dwar kif wieħed jista' jkollu provision għal dak li huwa accounting control administration services minn uffiċċju f'Malta lil kumpanniji li m'humiex residenti f'Malta u li jkunu jiġġestixxu l-istess mestier.", "Din kienet għenet anke biex ikollna l-prinċipju mhux biss ta' territorjalita' f'pajjiżna imma anke extra territoriality f'dak li huwa qasam ta' industrija.", "L-inċentivi li joħorġu mbagħad mill-mod kif ħadmet l-MDC, per eżempju, fejn daħlu tax holidays u diversi inċentivi eżistenti, naħseb li wkoll taw kontribut biex ikollna struttura legali.", "Madam Speaker, f'dan il-ħin li kelli jien ipprovajt nitkellem fuq x'tipprovdi l-liġi tagħna.", "Fil-verita' dan ma nistgħux inħarsu lejh fih innifsu imma rridu nħarsu 'l hinn minn dak li tipprovdi l-liġi u allura rridu nħarsu lejn il-politika industrijali tal-Gvern tagħna li hija waħda li tpoġġi lill-industrija fuq quddiem nett f'dak li huwa servizz lill-poplu Malti.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, illum qegħdin niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Parti mill-Att oriġinali jipprovdi għal grants għal taħriġ ta' ħaddiema u dan it-taħriġ ta' ħaddiema s'issa kienet tagħmlu l-Korporazzjoni ta' Impjiegi u Taħriġ.", "Illejla l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li ilu jwiegħed ma nafx kemm-il xahar fejn irrifera għall-IDA training grants.", "S'intendi dan is-suġġeriment sar min-nies li fl-aħħar il- Ministru qalilna min kienu għax qabel, ma nafx għaliex, ma riedx jgħidilna.", "F'paġna 79 tad-dokument li ppreżenta l-Ministru ftit tal-ħin ilu hawn paragrafu interessanti li jgħid hekk:", "\"It-training grants li jaqgħu taħt l-Industrial Development Act ...\"", "- jiġifieri taħt il-liġi li qegħdin nemendaw illum -", "\"... għandhom jgħaddu lura għand il-Korporazzjoni Maltija għall- Iżvilupp (MDC).", "Sadanittant irid jiġi deċiż mill-MDC jekk dawn il- grants humiex ser jiġu phased out fuq medda ta' żmien jew inkella ndirizzati għal target groups differenti - bħalma huma ditti li jipprovdu servizz u/jew ditti żgħar.\".", "Jiena ma nafx jekk il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali weriex dan ir-rapport lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija qabel ma ppreżentah fil-Parlament.", "Fl-istess paġna ta' dan ir-rapport hawn kumment ieħor interessanti li jgħid hekk:", "\"Jinħtieġ li tonqos id-differenza ta' kull sena bejn il-budget oriġinali u l-ispejjeż attwali tal-Korporazzjoni.", "Biex isir dan jenħtieġ ippjanar aktar fit-tul, partikolarment dwar tibdil fi programmi ta' taħriġ u impjiegi.\"", "- jiġifieri se nnaqsu l-budget -", "\"Wieħed jista' wkoll jitgħallem mid-differenzi tal-passat u jagħmel sforz ikbar biex il-budget oriġinali jkun eqreb lejn dak li realment jista' jsir.\".", "Dawn huma kummenti li ma tantx jawguraw tajjeb - dejjem jekk il-Ministru jaċċettahom - għal din il-liġi li hawn quddiemna.", "F'paġna 81 ta' l-istess rapport hemm kumment ftit isbaħ mill-oħrajn - s'intendi dawn huma suġġerimenti u l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali m'huwiex marbut li jaċċetta - li jgħid hekk:", "\"Ikun hemm ħlas nominali ta' Lm10 għal kull każ ta' appell li jitressaq quddiem l-NEA li jintradd lura jekk jintrebaħ il-każ.\".", "Dan huwa rapport li ta' min jixtarru sewwa imma mad-daqqa t'għajn ma tantx jidher li hawn affarijiet sbieħ kemm għall-industrija Maltija kif ukoll għall-impjiegi f'Malta.", "Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali llejla fl-aħħar ġabilna xi dokumenti li permezz tagħhom sirna nafu li fix-xahar ta' Marzu l-qgħad kien ta' 6,509, jiġifieri 4.5%.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, niġbidek l-attenzjoni biex kemm jista' jkun ma toħroġx barra mis-suġġett.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Qed ngħid dan għax hija l-ETC li tipprovdi t-taħriġ u Artiklu 10 ta' l-Att prinċipali jitkellem proprju dwar allowances għal spejjeż ta' taħriġ u barra minn hekk isemmi wkoll persuni bi ħteġijiet speċjali.", "Ta' min jgħid li s'issa taħt din il-liġi bbenefikaw - kien hawn ħafna mistoqsijiet dwar jekk irnexxietx jew le - 1,116-il ażjenda.", "Din hija liġi li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju, 1987 u l-iktar setturi li bbenefikaw minnha kienu s-settur tat-tessuti fejn kien hemm 245 ażjenda li ħadu għajnuna; imbagħad kien hemm is-settur ta' l-inġinerija li bbenefikaw minnha 145 ażjenda; is-settur ta' l-għamara li bbenefikaw minnha 109 ażjenda u l-industrija tal-plastic fejn kien hemm 102 ażjendi li bbenefikaw minnha.", "Minn din il-liġi bbenfikaw ukoll 36,858 ħaddiem.", "Dan kollu juri li din il-liġi ma saritx għalxejn.", "Dawn huma figuri li ta l-Ministru stess f'risposta għall-mistoqsija parlamentari 3,617 f'seduta numru 40 tal-5 ta' Marzu ta' din is-sena, jiġifieri dawn huma figuri uffiċjali.", "Jiena ma nafx għaliex s'issa l-Ministru għadu ma ħariġx il-figuri għas-sena 1996 meta l- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ li toħroġ l-istatistika dwar din il-liġi ħarġet rapport - liema rapport kien imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Diċembru li għadda waqt id-dibattitu fuq l-istess korporazzjoni - li minnu jirriżulta li sat-30 ta' Settembru tas-sena l-oħra ibbenefikaw 149 ażjenda, 3,981 ruħ u ntefqu kważi Lm559,000.", "Jien ma nafx kif il-Ministru għadu ma ħariġx il-figuri għall-aħħar tliet xhur meta dawn huma figuri importanti ħafna għall-industrija Maltija.", "Jiena se nerġa' nikkwota mill-istess rapport ta' l-ETC li jitkellem ukoll fuq il-kumpanniji li bbenefikaw minn din il-liġi.", "F'dan ir-rapport insibu li hemm miktub hekk:", "\"Since 1987 the number of grant benefiting qualifying companies almost doubled from 89 in 1987 to 170 in 1994.", "This steady progress is quite encouraging as it represents the increasing interest shown by manufacturing firms in embarking on the job training initiatives.\".", "Jiġifieri min irid jara jekk hux veru li bbenefikaw dawn l-industriji jista' jħares lejn dan ir-rapport li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minn ministru tal-Gvern preżenti.", "Kull ħaddiem għandu t-talenti tiegħu u kull ħaddiem irid jitħarreġ u parti minn din il-liġi qiegħda proprju għal hekk.", "F'pajjiżna għandna soċjeta' li l-ħin kollu qiegħda tinbidel u għalhekk il- ħaddiem Malti irid kontinwament iżomm ruħu aġġornat ma' dak li qed jiġri fil-pajjiż.", "F'dan il-pajjiż il-ħaddiem Malti għandu abbiltajiet kbar u mhux ta' min imaqdar lill-ħaddiem Malti.", "Il-ħaddiem Malti għaraf il-bidla li qed isseħħ fid-dinja u rnexxielu jimxi 'l quddiem billi jitħarreġ, u l- affarijiet għal ċertu żmien imxew.", "Jiddispjaċini li llum minħabba l- inċertezzi li hawn f'pajjiżna jidher li ħafna affarijiet qegħdin imorru lura u mhux ta' min iħallihom imorru lura.", "Jiena semmejt il-figuri tal- qgħad; semmejt il-figuri ta' x'benefiċċji ngħataw minn mindu għaddiet din il-liġi; x'għamlet s'issa l-ETC bħala aġent ta' l-MDC - għalhekk qed insemmi l-MDC - u jkun tajjeb li dan ir-ritmu ta' xogħol ikompli.", "Ikun ħażin għal pajjiżna jekk dan ir-ritmu jintilef jew isiru xi tibdiliet li jkunu ta' dannu għall-ħaddiema Maltin.", "L-Onor.", "Schembri Adami semma l- maġia, il-bojja, kejkijiet u ma nafx x'semma iżjed imma aħna la aħna sħaħar, la aħna bojja u lanqas qegħdin hawn biex nagħmlu l-kejkijiet!", "Aħna qegħdin hawn biex nagħmlu dmirna u nagħmlu ġid lill-poplu.", "Jiena semmejt il-persuni bi ħteġijiet speċjali u tajjeb li din il-liġi tagħmel enfasi fuq dawn il-persuni għax min għandu bżonnijiet speċjali huwa bniedem bħal ħaddieħor u għalih l-impjieg huwa ċavetta għall-ħajja aktar indipendenti.", "Is-soċjeta' ħolqot iċ-ċwievet jew l-imfietaħ mhux biex tifred bniedem minn ieħor jew biex xi ħadd jgħid: Hawnhekk tiegħi għax jien għandi ċ-ċavetta, inti m'għandekx u allura hawn tirfislix.", "Is-soċjeta' ħolqithom biex dawn jitqassmu bejn kulħadd bil-ħaqq u s-sewwa biex kulħadd jgħix ħajja ta' bniedem maħluq xbiha t'Alla b'jeddijiet li ħadd ma jista' jkasbarlu.", "Fl-aħħar mill-aħħar iċ-ċavetta m'hijiex tagħna u wara li nkunu ħaddimniha rridu nagħtuha lura tleqq aktar minn meta konna ħadniha.", "Għalhekk nerġa' ngħid li huwa importanti li tingħata għajnuna lin-nies bi bżonnijiet speċjali u noqogħdu attenti li ma nwarrbu lil ħadd.", "Jista' jiġri li jsiru liġijiet - din qed ngħidha għal kull gvern u għal kull pajjiż - fejn permezz tagħhom il-Gvern jagħti sussidji mill-aqwa imma forsi jkunu qed jiġu mwarrba ċerti nies, ħaġa li hija ħażina ħafna għas- soċjeta' għaliex jekk is-soċjeta' twarrab lil xi parti minnha din ikun fiha kankru li fl-aħħar iġibilha l-kollass.", "Hawnhekk wieħed ta' min jagħmel riferenza għar-rakkmandazzjoni numru 186 ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) li dwar dawn in-nies tgħid hekk:", "\"... should enjoy equality of opportunity and treatment in respect of access to retention and advancement in employment which wherever possible corresponds to their own choice and takes account of their individual suitability for such employment.", "In providing vocational rehabilitation and employment assistance to disabled persons the principle of equality of opportunity and treatment for all workers should be respected.", "Special positive measures and an effective equality of opportunity and treatment between disabled workers and other workers should not be regarded as discriminating against other workers.", "Measures should be taken to promote employment opportunities for disabled persons which conform to the employment and salary standards applicable to workers generally.\".", "Jiena ngħid li j'Alla din il-politika tkompli ħalli dawn in-nies jingħataw iktar impjiegi sabiex ikollhom - kif diġa' għidt - iċ-ċavetta għall-ħajja bħal ħaddieħor.", "Kif qegħdin niddiskutu din il-liġi nixtieq nagħmel daqsxejn ta' suġġeriment biex nagħtu daqsxejn kas ta' dawk li għalqu ċerta eta' u qegħdin isibuha diffiċli - din issa ilha ftit taż-żmien - biex isibu mpjieg.", "Min qed joqrob il-50 sena qed isibha diffiċli biex isib impjieg u jiena nissuġġerixxi lill-Ministru li f'din il-liġi, jekk jista', b'xi mod idaħħal li tingħata għajnuna lil min jimpjega lill-persuni ta' din l-eta'.", "B'hekk inkunu solvejna mhux biss il-problema ta' nies qiegħda imma anke problema umana għaliex il-qgħad jolqot ħafna lill-bniedem u lill-familja.", "Madam Speaker, qed nieħu gost ukoll li fit-tifsira tal-kelma \"kumpannija\" hemm ukoll inkluż il-kelma \"koperativa\" u nistenna li dan il-Gvern - forsi anke dan jista' jkun suġġeriment - jagħti għajnuna lill-koperativi iktar milli dawn ingħataw s'issa.", "Jekk irridu li wieħed mis-sisien ta' l- ekonomija ta' pajjiżna jkun il-koperativi lil dawn għandna ngħinuhom.", "Għalkemm koperativa ma tħallasx taxxa fuq id-dħul xorta waħda, skond din il- liġi u skond il-liġi tat-taxxa fuq id-dħul, hija meqjusa bħala kumpannija, ħaġa tajba ħafna.", "Dan l-aħħar fil-Gazzetta tal-Gvern qrajt li żewġ koperativi marru lura u spiċċaw.", "Jien jiddispjaċini li ġara dan u għandu jiddispjaċih ukoll kull min jemmen f'din il-kwalita' ta' żvilupp.", "Anke hawnhekk jien nissuġġerixxi lill-Ministru li qed jippilota din il-liġi sabiex jara li b'xi mod tingħata aktar għajnuna lil dan il-qasam li kif jaf l-istess Ministru m'għadux limitat għall-biedja u s-sajd imma nfirex f'diversi oqsma tal-ħajja Maltija, għalkemm jista' jkun li sal-lum għadhom ma jikkwalifikawx - j'Alla jikkwalifikaw - skond il-provvedimenti li hemm f'din il-liġi.", "Illlum il-ġurnata l-aspett tal-koperativi qed ikun mgħallem sewwa permezz tal-programm \"Scoops\" anke lit-tfal tagħna fl-iskejjel, ħaġa li mhux ta' min jittraskuraha.", "Jekk irridu soċjeta' bbażata fuq l- ugwaljanza u fuq is-solidarjeta' rridu nagħtu kas ta' dan l-aspett.", "Illum ix-xogħol m'għadux speċi ta' konflitt bejn min jaħdem u min iħaddem imma qed jieħu sura oħra.", "Il-ħaddiem jenħtieġ il-ħbiberija sabiex ma jibqax iħossu biss bħala numru.", "Jekk ma jkun hemmx dan jistgħu jsiru ħafna liġijiet tajbin u tingħata ħafna għajnuna għaliex xorta waħda ma jkun sar xejn.", "Jiena nittama li din l-għajnuna tkompli tingħata speċjalment fis- sitwazzjoni li qegħdin fiha llum.", "Jiena diġa' semmejt in-numru kbir ta' nies qiegħda - dan skond stqarrija maħruġa llejla - u semmejt wkoll kif qiegħda tonqos iċ-ċifra tan-nies li jaħdmu bi qligħ.", "Il-Gvern Nazzjonalista spiċċa b'142,500 ruħ jaħdmu bi qligħ u llum dan in-numru niżel mhux ħażin.", "Għalhekk il-Gvern irid jagħti kas ta' dawn l-affarijiet u joqgħod attent li ma jagħmilx tibdiliet li jkomplu jgħarrqu s-sitwazzjoni fl-impjiegi u fl- industrija ta' pajjiżna.", "Din hija ġerħa li qed tħasseb lil kulħadd u j'Alla ma tibqax tinfirex.", "Il-Gvern qed jgħid li naqsu l-impjiegi fis-settur tat-turiżmu imma jiena ngħidlu li l-impjiegi mhux fis-settur tat-turiżmu biss qed jonqsu iżda qed jonqsu wkoll f'setturi oħra u m'huwiex biżżejjed li nressqu liġi bħal din. ll-Gvern irid ikollu politika li toħloq fiduċja fil-pajjiż għax b'hekk biss il-pajjiż jista' jmxi 'l quddiem.", "Jekk għandek industriji li qed ifallu l- Gvern irid jieħu ħsieb jara x'qed jiġri għaliex dawn l-industriji jridu jħaddmu n-nies.", "Jiena ma nafx x'se jiġri bis-sitwazzjoni li ġej fiha dan il-pajjiż għax bin-numru ta' nies qiegħda dejjem jiżdied tista' tiġi sitwazzjoni fejn ikun hawn min jabbuża mill-ħaddiem.", "Din hija sitwazzjoni li l-Gvern irid isolvi u għalhekk ikun tajjeb li nisimgħu l-kummenti tal- Ministru jew ta' xi ħadd minn sħabu dwar dawn l-affarijiet li saru tant jaħarqu f'dan il-pajjiż.", "Dawn huma affarijiet li ħadd ma jixtieqhom u kulħadd għandu jmidd għonqu u jistinka sabiex l-affarijiet ma jkomplux sejrin għall-agħar.", "Il-qgħad qiegħed jinfirex u qed isir problema li qatt ma kien hawn bħalha f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Din hija problema li rridu niffaċċjawha flimkien u ħadd m'għandu joqgħod jgħid kliem żejjed - kulħadd jifhem x'irrid ngħid - għaliex l-industriji f'Malta malajr jintlaqtu u jekk jiġri dan ir-riżultat ibatih il-ħaddiem.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Cilia semma lill-businessmen.", "Jiena ngħidlu li mhux lill-businessmen imissu jsemmi imma lill-ħaddiem iż-żgħir li jmur quddiem il-membri tal-familja tiegħu u jgħidilhom li spiċċa mix-xogħol għax ġie ssensjat.", "Din hija problema li dan il-Gvern irid jiffaċċja bis-serjeta' u għandu joqgħod attent biex ma jħallihiex tkompli tinfirex.", "Ma jkun jiswa xejn li l-Gvern iġibilna liġijiet sbieħ bħal din li għandna quddiemna jekk imbagħad jibqa' għaddej bil-politika li qabad u s-sitwazzjoni ma tinbidilx minn kif inhi bħalissa.", "Nispera li ma jkunx hawn xi ħadd li jipprova jaljena lill-poplu b'xi affarijiet oħra għaliex jekk isir hekk tkun qed issir ħaġa ħażina.", "Jekk kien hemm xi ħaġa tajba li Marx kien għamel huwa li vvinta l-kelma \"aljenazzjoni\".", "Din kienet kelma eżatta u j'Alla li f'dan il-pajjiż ma jkunx hawn xi ħadd li joqgħod jagħmel xi diskussjoni jew jagħmel xi intervisti biex joqgħod jitkellem fuq affarjiet oħra biex jaljena lin-nies.", "Jiena ngħid li l-Gvern għandu jara x'qed jiġri bħalissa f'dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Hemm iżjed rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, minkejja li l-iżvilupp ta' l- industrija huwa qasam li ftit għandu x'jaqsam ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, il-qasam, li fuqu nitkellem b'mod uffiċjali għall-Oppożizzjoni, xorta waħda se nitkellem fuq din il-liġi li għandna quddiemna, u dan għal diversi raġunijiet.", "L-Industrial Development Act kienet għaddiet minn dan il-Parlament fl-1987, ftit wara li ħa l-poter f'idejh il-Partit Nazzjonalista, u wieħed mill-għanijiet ta' din il-liġi huwa li jgħin lill- industriji ż-żgħar.", "Sur President, jiena wkoll ġej minn ambjent ta' familja li hija mdaħħla f'industrija żgħira għaliex missieri huwa mastrudaxxa li jħaddem bejn ħamsa u għaxra min-nies u b'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li għixt it-tbatijiet ta' familja ta' negozjant żgħir li jkun irid iwaqqaf negozju, speċjalment fiż-żmenijiet meta Malta kienet immexxija minn Gvern Soċjalista għax ftit li xejn kien hawn għajnuna għal negozji żgħar.", "Fl-ewwel snin wara li ggradwajt jiena kont għamilt xi żmien naħdem mal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u b'hekk missejt b'idejja t-tħaddim ta' din il-liġi u anke t- twaqqif ta' industriji f'dak il-perijodu.", "Jiena niftakar ukoll - kont għadni m'iniex attiv fil-politika - lill-Gvern Soċjalista, speċjalment lill- ex-Prim Ministru, L-Onor.", "Dom Mintoff, jikkritika t-tax holidays li l- Gvern Nazzjonalista kien għamel fis-sittinijiet.", "Ftit xhur wara li tela' - tista' tgħid li kien ilu fil-gvern daqs kemm ilu s'issa l-Gvern preżenti - il-Gvern Nazzjonalista waqqaf din il-liġi li ħafna nies iqisuha bħala landmark f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam industrijali fil-pajjiż.", "Tant hu hekk li wieħed mill-ewwel passi prinċipali li qiegħed jieħu Gvern Laburista huwa li jemenda din l-istess liġi, liema emendi kienu se jitressqu minn Gvern Nazzjonalista ftit xhur qabel l-aħħar elezzjoni.", "Min jaħdem fis-settur ta' l-industrija, bħalma huma l-accountants, jgħidu li l-Industrial Development Act hija waħda mill-aħjar li teżisti, anke meta mqabbla ma' liġijiet simili f'pajjiżi barranin.", "Hija waħda mill-aħjar liġijiet partikolarment għal dawk l-industriji li jew ikunu ġejjin minn barra jew li jkunu orjentati lejn l-esportazzjoni.", "Huwa fatt li meta niġu għall-industriji mwaqqfin minn Maltin, partikolarment f'industriji ż-żgħar, il-liġi kellha xi defiċjenzi u kien għal hekk li Gvern Nazzjonalista laħaq fassal abbozz ta' liġi li bih jemenda l-Industrial Development Act b'mod li industriji żgħar jibdew jibbenefikaw mil-loans u sabiex kumpanniji li t- tax holiday tagħhom tkun se tispiċċa jkunu jistgħu jgawdu minn għajnuna simili.", "Sur President, l-IDA għandha bżonn ta' struttura li tapplika l-miżuri kollha li hemm f'din il-liġi u tikkontrolla dak li jkun għaddej.", "Fil-każ ta' Malta din l-istruttura hija l-MDC, il-korp li l-IDA stess issemmi li għandu jiġġestixxi dak kollu li jmiss ma' din il-liġi.", "Mill-esperjenza personali tiegħi ta' meta kont naħdem ma' l-MDC nista' ngħid li din hija struttura tajba ħafna sabiex taqdi industriji barranin imma ma tantx hija orjentata sabiex tgħin industriji lokali.", "Jekk tkun barrani u titlob biex tiftaħ fabbrika aktarx tinqeda mill-ewwel imma jekk tkun Malti u tmur titlob allokazzjoni l-ewwel ħaġa li jistaqsuk hija jekk tesportax, u jekk ma tkunx tesporta jgħidulek li jistgħu jagħtuk biss art u ħafna drabi biex jagħtuk din l-art ikollok tistenna xhur sħaħ.", "Din il-problema kompliet taggrava minn meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet b'zoning riġidu li ftit jippermetti industriji qrib zoni residenzjali.", "Min kien jiġġestixxi industrija żgħira minn xi garage - dak li ngħidulu internal development - qrib residenzi spiċċa li kien qed jaħdem mingħajr il-permess għal użu industrijali u ftit li xejn kellu ċans li jakkwista art f'zona industrijali bi prezz raġonevoli.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-allokazzjoni li tipprovdi l-MDC irrid ngħid li din ħafna drabi tipprovdi fabbriki ta' 1,000 metru kwadru li ħafna drabi jkunu orjentati lejn il-manifattura.", "Jiena niftakar li meta kont naħdem ma' l-MDC ħafna drabi konna noqogħdu naqsmu dawn il-fabbriki kbar biex joqogħdu fihom industriji ħafna iżgħar.", "Jiena naħseb li għandha tidħol il-prattika li l-MDC tibni units żgħar biex verament inkunu nistgħu ngħidu li qegħdin ngħinu lill-industrija ż-żgħira mhux biss billi nagħtuha l-premises imma anke billi niddisinjaw mill-ewwel il-premises għal din l- industrija.", "Sur President, l-MDC għandha diversi sezzjonijiet; għandha s-sezzjoni li tissejjaħ l-estate division li tieħu ħsieb il-bini tal-fabbriki; u hemm sezzjoni partikolari li tieħu ħsieb l-IDA u hija sfortuna li din hija sezzjoni żgħira ħafna fejn in-nies li jaħdmu fiha ftit għandhom esperjenza ta' l-industrija privata.", "Kieku dawn in-nies kellhom esperjenza ta' l- industrija privata forsi jkunu ftit iktar sensittivi għall-pressjonijiet u t-tbatija li jsofri industrijalist żgħir meta din il-liġi ma tkunx applikata kif suppost jew meta jdumu jaħsbuha biex japplikawha.", "Hemm bżonn li min ikun responsabbli jibda jkun iktar effiċjenti fl-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet.", "Hemm applikazzjonijiet ta' għajnuna li jieħdu s- snin biex ikunu pproċessati.", "Tajjeb li wieħed jgħid li hemm diversi forom ta' għajnuna li wieħed jista' jieħu taħt din il-liġi; tista' tieħu allokazzjoni ta' fabbrika jew art, soft loans, duty exemptions u tnaqqis fir-rata tat-taxxa; għandek ukoll li għajnuna li tingħata wara li jkunu saru investimenti kapitali l- ispejjeż li jsiru f'export promotions ikunu tax deductable; l-istess jekk tagħmel xi riċerka, l-ispejjeż li tagħmel jitnaqqsu mit-taxxa u d-dividends li jitħallsu mill-profitti jkunu wkoll eżenti mit-taxxa.", "Hemm ukoll it- training grants li huma tax free.", "Jiġifieri hemm ħafna forom ta' għajnuna li wieħed jista' jgawdi minnhom u naturalment għal kull forma ta' għajnuna hemm bżonn ta' applikazzjoni.", "Per eżempju, jekk wieħed juża parti mill- profitt sabiex jixtri makkinarju r-rata tat-taxxa tiegħu tiġi mnaqqsa, pero' sabiex dan iseħħ dak li jkun irid jagħmel applikazzjoni.", "Sur President, jiena naf b'każi meta applikazzjonijiet għat-tnaqqis ta' taxxa taħt din is-sezzjoni damu s-snin sabiex ġew ipproċessati bil-konsegwenza li dik l-industrija żgħira li seta' kellha rebate li forsi kien jerġa' jpoġġiha fuq saqajha ma gawdietx minnu.", "Rigward il-premises li talloka l-MDC irrid ngħid li jekk l-industrijalist li jkun qed japplika ma jkunx Malti li jesporta imma jkun Malti li forsi qed jaħdem għall-industrija lokali dan x'aktarx, kif għidt qabel, jingħata art li fuqha jkun irid jibni l-fabbrika tiegħu u l-kondizzjonijiet marbuta ma' l-allokazzjoni ta' l-art m'humiex daqstant inkoraġġanti għal xi ħadd li jrid jibni from scratch, għax din l-art ultimately ma tkunx tista' tiġi trasferita lil terzi u wieħed lanqas jista' jużaha sabiex jagħmel ipoteka biex imbagħad ikun jista' jissellef biex jiżviluppa l-business tiegħu.", "Jekk dan ikun industrijalist żgħir u forsi fuq id-dar tiegħu diġa' jkollu ipoteka biex bniha, minn fejn se jġib il-flus biex ikabbar l-industrija tiegħu?", "Biex inkompli nitkellem fuq l-MDC l-istruttura li tikkontrolla din il- liġi, irrid ngħid li huwa tajjeb li anke din il-korporazzjoni tkun imħarsa billi jkun hemm iċ-checks and balances neċessarji.", "Il-liġi tipprovdi wkoll għal dawn iċ-checks and balances u tgħidlek li suppost ikun hemm bord ta' appell.", "Meta l-bord ta' l-MDC huwa kompost minn diversi nies li ġejjin mill-industrija huwa tajjeb li jkollna dan il-bord ta' appell, liema bord għandu jkun indipendenti u mwaqqaf fi żmienu ħalli verament dawn iċ-checks and balances ikunu jeżistu.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid fuq l-MDC hija li s-sezzjoni li tagħmel monitoring ta' din il-liġi ħafna drabi tispiċċa biex tinterpreta l-liġi hi stess.", "Per eżempju, jekk industrijalist jingħata għajnuna fuq xi makkinarju li jitħalla idle għal xi perijodu, l-MDC tgħid li l-benefiċċju jkun intilef.", "Din hija purament interpretazzjoni għaliex fil-liġi m'hemm xejn li jgħid dan.", "Eżempju ieħor huwa li jekk tinxtara xi vettura li fuqha tkun ingħatat xi għajnuna din ma tkun tista' tinbigħ qatt minkejja li l- liġi tgħidlek li hemm rata mgħaġġla ta' depreciation u tista' tgħid li f'ħames snin dik il-vettura, on paper, ikun spiċċalha l-valur tagħha.", "Pero' minkejja dan, jekk min xtraha jkun gawda minn għajnuna biex xtraha, dan ma jkunx jista' jbigħha.", "Din hija wkoll interpretazzjoni tal-liġi pero' jiena mingħalija li l-qorti biss tista' tinterpreta l-liġi!", "Jekk aħna se niġu għall-punt li fil-liġi kif inhi hemm ċerti affarijiet li għandhom bżonn ta' interpretazzjoni għandna naqblu fuqhom u nagħtu l- inkarigu lill-MDC li tagħmel guidelines biex min irid jagħti pariri lill- klijent ikollu guidelines miktuba u ppubblikati u b'hekk inkunu konsistenti u koerenti mal-poplu.", "Fl-aħħarnett nixtieq nitkellem fuq it-tip ta' negozju li jikkwalifika għal għajnuna.", "Il-liġi tgħid li wieħed mill-oqsma li jistgħu jikkwalifikaw huwa dak ta' l-ortikultura u akwakultura fuq skala kbira.", "Jiena m'iniex ċert jekk hemmx definizzjoni ta' xi tfisser \"skala kbira\" pero' għandna nkunu ċari dwar id-definizzjoni ta' din il-frażi.", "Forsi issa li qegħdin nestendu aktar l-iskop tal-liġi oriġinali għandna naraw jekk għandniex inkomplu nibqgħu ninsistu u ngħidu fuq \"skala kbira\".", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll jekk naraw għandniex nestendu l-iskop ta' din is-sezzjoni għal industriji oħra f'dan il-qasam.", "Per eżempju, għalfejn din is-sezzjoni tirrigwarda biss ortikultura u akwakultura?", "Illum għandna industriji ta' poultry b'5,000 tajra u mill-mod ta' kif jitrabbew, kif isir is- slaughtering u l-packaging tagħhom wieħed jinnota li huma industriji proprja.", "Każ ieħor li ltqajt miegħu meta kont naħdem l-MDC kien ta' fabbrika fejn kienu jagħmlu smoked turkey u niftakar li meta kont qed nitkellem mal- proprjetajru kont staqsejtu jekk id-dundjan hux se jixtrih minn Malta jew inkella huwiex se jġibu mill-Italja u dan kien irrispondieni u qalli li jrid iġibu mill-Italja għax irid ikun mrobbi f'ċerti kondizzjonijiet.", "Jien ma narax għalfejn m'għandniex ninkoraġġixxu ċerti tip ta' industrija, fosthom dik tal-biedja, u nabbinawha anke ma' dan li se nagħmlu.", "Illum qegħdin naraw ħafna industriji li jagħmlu l-food processing u anke l- ismoking ta' ċertu laħam u industriji oħrajn li huma relatati mal-prodotti ta' l-ikel, bħalma huma dawk tal-produzzjoni tal-ġbejniet u l-yogurt.", "Jiena ma nafx jekk il-kelma \"proċessar\" kif użata fil-liġi fil-fatt tinkludhiex lil dawn l-industriji u naħseb li jkun tajjeb li nkunu speċifiċi dwar dan.", "Settur ieħor li jista' jkun mgħejjun u forsi ta' min jinkludih fid- definizzjoni ta' \"industrija kwalifikanti\" huwa s-settur tar-riċiklaġġ.", "Jiena għandi f'moħħi l-industrija tar-riċiklaġġ tal-karta, tal-metall u forsi tal-ħġieġ.", "Xbajna nisimgħu li dawn l-industriji m'humiex vijabbli f'pajjiżna pero' jien naħseb li industriji ta' dan it-tip iservu ta' import substitution ta' materja prima u jgħinu wkoll għall-kontroll ta' l-iskart.", "Forsi bl-għajnuna ta' din il-liġi dawn l-industriji jkunu jistgħu jitwaqqfu.", "Fil-fatt jien kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru dwar kumpanniji ta' riċiklaġġ li gawdew minn din l-għajnuna fejn staqsejtu hekk:", "\"B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4770, jista' l- Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji li gawdew minn għajnuna taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325, għal xogħol u proġetti komuni ma' riċiklaġġ?\".", "Ir-risposta tal-Ministru kienet tgħid hekk:", "\"S'issa kien hemm żewġ kumpanniji għall-proġetti ta' riċiklaġġ li gawdew minn għajunua taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali Kap 325.", "L-interpellant irid japrezza li hemm id-dispożizzjonijiet dwar il- kunfidenzjalita' ta' l-informazzjoni ta' l-istess liġi u għalhekk ma tistax tingħata aktar informazzjoni.\".", "Fil-fatt jien ma nafx eżatt f'liema settur kienu dawn il-kumpanniji li gawdew minn din l-għajnuna għaliex jista' jkun li kien jirrigwarda r- riċiklaġġ ta' l-ilma bħal meta, per eżempju, jkun hemm min jipproċessa l- ilma li jkun intuża għall-ipproċessar tal-ġebel u tad-denim.", "Jiena mhux dak it-tip ta' riċiklaġġ għandi f'moħħi imma r-riċiklaġġ ta' ħġieġ, ta' karta u ta' metalli għax hemm bżonn li din it-tip ta' industrija tibda dieħla wkoll f'pajjiżna u forsi ta' min wieħed jaħseb kif jagħmel emenda għal-liġi f'dan is-sens.", "Industrija oħra li ta' min jinkludiha ħalli tibbenefika minn din il-liġi hija dik ta' l-artiġjanat.", "Ma nafx jekk dawk li jaħdmu l-fuħħar jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' \"industrija kwalifikanti\".", "Huwa importanti ħafna li ngħinu lill-industrija ta' l-artiġjanat għaliex din hija l-benniena tas- snajja' Maltin.", "Ħafna drabi l-prodotti tagħhom jinxtraw mit-turisti u anke jissostitwixxu prodotti li forsi li kieku ma jaħdmuhomx dawn l-artiġjani Maltin nispiċċaw biex nimportawhom.", "Sur President, jiena ma dħaltx fuq aspetti legali ta' l-emenda proposta għax persważ li f'din il-Kamra hawn nies li huma kompetenti ħafna iktar minni biex jitkellmu minn dan il-lat.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nenfasizza li huwa tajjeb li ż-żewġ naħat jaqblu fuq din il-liġi imma waqt li qed niddiskutu l-emendi għal din il-liġi, li issa ilha in vigore għaxar snin, għandna naraw jekk humiex se jiġu msarrfa f'ħidma tajba mill-MDC, jekk humiex se jkopru dak li għandna nkopru u jekk humiex se jagħtu l-għajnuna li verament l-industrija Maltija għandha bżonn .", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Mejju, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa - it-Tieni Qari; u", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-VAT - Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO (Segretarju Parlamentari għal Għawdex): Sur President, il-ġimgħa l-oħra l-Onor.", "Giovanna Debono ħadet mill-ħin ta' l-Aġġornament biex titkellem f'dan il-Parlament u llum nixtieq nirrispondi għal xi punti li qajjmet hija stess.", "Skond l-Onor.", "Membru beda jberraq f'dak li jirrigwarda impjiegi.", "Skond ma qalet, fi żmienhom lanqas biss kienu jitkellmu dwar il-qgħad jew jiddiskutu dwar ix-xogħol għaliex kull min ried jaħdem ħadem.", "Jien naħseb li jekk hemm xi ħadd li m'għandux jitkellem b'dan il-mod huwa proprju l-Onor.", "Membru għaliex meta fil-Gvern kien hemm il-Partit Nazzjonalista l-Onor.", "Debono kienet titkellem mod u issa li tinsab fuq in-naħa ta' l-Oppożizzjoni qiegħda titkellem u taġixxi mod ieħor.", "Qed ngħid dan għaliex għall-Gvern Nazzjonalista s-soluzzjoni għal Għawdex ma kenitx il-ħolqien ta' impjiegi u mhux veru li lil min ma kellux impjieg kienu jipprovaw iddaħħluh fis-settur privat imma kienu jgħadduh bord.", "Din kienet is-sitwazzjoni ta' l-impiegi fil-gżira Għawdxija.", "Jiena niftakar, per eżempju, li ftit qabel l-elezzjoni kont qed indur fir- raħal tal-Qala u dħalt għand persuna u din bdiet tibki.", "Jiena staqsejtha x'għandha u din qaltli li l-Onor.", "Giovanna Debono kienet qaltilha li m'hemmx impjiegi u s-soluzzjoni għar-raġel tagħha kienet li jgħadduh bord.", "Fil-fatt lil dan ir-raġel, li ried jaħdem, f'temp ta' ġimgħa għaddewh bord.", "Kulħadd jaf li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kienu jintagħżlu n- nies skond il-kulur politiku tagħhom, jagħżlu s-segretarju tal-bord u anke t-tobba u f'temp ta' xahar dak li jkun jgħaddi bord.", "GĦalhekk jiena nappella lil dan il-Gvern sabiex jagħmel studju bis-serjeta' dwar dawn in- nies li għaddew bord għaliex fin-Nadur dawk li huma ta' kulur politiku differenti minn tagħna kollha jirċievu xi pensjoni jew benefiċċju.", "Dan kien il-mod kif il-Partit Nazzjonalista f'Għawdex kien itaffi s-sitwazzjoni ta' l-impjiegi.", "L-Onor.", "Debono missha qalet li lill-Laburisti kienu jeħduhom quddiem l-ETC u joffrulhom impjieg li ma kien ikun impjieg xejn u lill-oħrajn jgħadduhom bord fi żmien xahar!", "L-Onor.", "Debono tkellmet ukoll fuq id-diskriminazzjoni pero' ma qaltilniex kif hija stess daħħlet il-ħaddiema fil-Gozo Channel Co. Ltd. u kif hija stess, ġurnata qabel l-elezzjoni, daħħlet sitt ħaddiema bħala sewwieqa ta' l-ambulanzi meta lanqas biss kellhom il-group \"D\" licence, imbagħad l- ambulanza ta' Maria Buġeja - dik il-mara tal-Cash for Cancer - qegħdin jgħidu li ma jridux isuquha għax m'għandhomx il-group \"D\" licence!", "Dan għandha tgħidilna l-Onor.", "Giovanna Debono.", "Imbagħad semmietilna l-catamaran u staqsietna kif dan is-servizz m'huwiex jaħdem u jien issa qed nistaqsiha għalfejn huma kienu waqfu l-Gozo Express.", "Ma tafx l-Onor.", "Debono li s-servizz tal-catamaran kien jitlef Lm1,000 kuljum?", "Ma tafx bis-somma ta' Lm800,000 f'shares li pproġettaw li jħallsu lill-azzjonisti meta dawn ix-shares lanqas biss kienu jiswew karlin?", "Aħna l-catamaran irridu nħaddmuh u qegħdin nippjanaw biex nibdew inħaddmuh bis- serjeta' pero' rriduh li ma jitlifx u għalhekk qegħdin f'negozjati sabiex inħaddmuh kemm għall-istudenti kif ukoll għat-turisti u nisperaw li naslu għal dan għall-benefiċċju ta' kulħadd.", "Imbagħad l-Onor.", "Debono staqsietna x'se nagħmlu b'dawk l-1,300 Għawdxi li jgħixu ġo Malta.", "Jien ngħidilha li fi ftit taż-żmien ieħor se joħorġu formoli apposta u min verament huwa ntitolat għal sussidju se jieħu s- sussidju.", "Qed ngħid ''min verament huwa ntitolat\" għaliex l-Onor.", "Giovanna Debono ma qaltilniex li kien hemm persuni li taparsi kienu jbiddlu r-residenza tagħhom u kienu jirreġistraw ġo Marsalforn jew ġox-Xlendi biex ikunu jistgħu jivvotaw fil-gżira Għawdxija.", "Dawk ma semmithomx imma għoġobha ssemmi biss l-1,300 Għawdxi.", "Imbagħad semmiet it-transfers u hawn jiena nistaqsiha: Insejtu lill- Onor. Perit Borg li kontu tajtuh transfer għal Malta u llum qiegħed lura magħna?", "Insejtha lil dik il-fattiga anzjana li kellha lil missierha marid bil-cancer u li l-Onor.", "Joe Debono Grech kien talbek bil-ħniena għaliex kienet taqa' taħt id-dipartiment tiegħek sabiex iġġibha taħdem f'Għawdex għaliex kienet tħalli lil missiera magħluq f'kamra bl-ikel u x-xorb għal ġurnata sħiħa?", "Ta' min jgħid li l-Onor.", "Giovanna Debono lil din il-fattiga mhux talli ma tellgħathiex Għawdex talli iktar għamlet sikkatura magħha biex tibqa' f'Malta u fil-fatt damet hawn għaxar snin, u konna aħna li tellajniha GĦawdex.", "Lill-Onor.", "Debono nistaqsijha wkoll: Insejtu t- transfer li tajtu lis-Sur Ġorġ Farrugia, il-personal assistant tiegħi li mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Refalo, oqgħod attent kif issemmi l-ismijiet jekk m'humiex nies li qegħdin f'kariġa pubblika.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, jiena qed ngħid li lil dan kienu tawh transfer mill-Information Department għall-Water Works Department għaliex hemmhekk ma ried imur ħadd.", "U bħal dawn hemm każijiet oħrajn, per eżempju s-Sur Anton Cordina li tawh transfer għall-Qorti, lis-Sur Joe Masini li mis-Social Services Department tefgħuh il-Posta u s-Sur Horace Rapa li tefgħuh fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għaliex hemmhekk ukoll ma ried imur ħadd.", "Kien hemm imbagħad mijiet ta' transfers mill-Public Works, per eżempju, dak tas-Sur Frankie Cauchi li minn officer-in-charge tal- Public Cleansing Department tefgħuh għassa ċ-ċimiterju.", "Imbagħad xi ngħidu għall-promotions, Sur President?", "L-Onor.", "Debono missha semmiet li n-Nazzjonalisti kollha kont issibhom f'postijiet fejn hemm l-allowances u l-overtime.", "Per eżempju, wieħed Nazzjonalist li fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kien jaħdem l-MMU, ivvintawlu s-CMU u tawh allowance li lanqas kellu dritt għaliha.", "Kien hemm ieħor li sar supervisor fil-Public Cleansing Department fl-1987, imbagħad ħa ħames promotions u spiċċa works manager.", "Ieħor li kien assistant WTO fil-Water Works Department spiċċa works manager u għadu hemmhekk in-charge sal-lum allavolja hemm inġinier gradwat.", "Nista' nsemmi ieħor li kien għamel disa' snin fil-ministeru għal Għawdex u ftit qabel l-elezzjoni ħa promotion u bagħtuh fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u għamlulu uffiċċju għalih.", "U nista' nibqa' nsemmi minn dawn il-każijiet.", "Per eżempju, ġurnata jew tnejn wara l-elezzjoni dawn ivvintaw management committee u taw transfer lilhom infushom!", "Per eżempju, is-Sur Frederick Azzopardi li kien il-private secretary ta' l-ex-Ministru Tabone mar il-Land Registry min jeddu; is-Sur John Cremona li kien il-personal assistant mar id-Dipartiment tal-Kultura; u Ms Fabianne Grech marret fid-Dipartiment tal- Care for the Elderly.", "Jiġifieri dawn, ġurnata wara l-elezzjoni, sabu l- aħjar jobs u ppostjaw lilhom infushom hemmhekk.", "Dan hu li sar wara l- elezzjoni u mhux tajnihom transfers aħna.", "Imbagħad kien hemm ukoll is-Sur Sonny Gatt u s-Sur Antoine Buttigieg li marru fid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura, f'postijiet fejn jaħdmu bil-halfdays.", "Imbagħad kien hemm messaġġiera li marru jew il-Librerija jew it-Trade Department.", "L-Onor.", "Debono qalet li saru transfers fis-Segretarjat għal Għawdex u jien nistaqsiha jekk tafx li għad hemm telephone operators u nies li jaħdmu fir-registry li kienu hemm fi żmien l-ex-Ministru Tabone.", "L-Onor.", "Debono taf li d-diretturi u l-ħaddiema għadhom dawk li kien hemm qabel u aħna lill- assistants għamilnihom diretturi?", "Allura kif l-Onor.", "Debono tiġi tgħid li aħna tajna t-transfers!", "Per eżempju, fid-dipartimenti min għadu jikkmanda?", "Mhux l-istess nies!", "Mhux is-Sur Victor Scicluna għadu jikkmanda fl-MSD u għad għandu l-karozza tal-gvern ukoll!", "Mhux is-Sur Euchar Mizzi għadu jikkmanda fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika u mhux is-Sur Lawrence Galea għadu jikkmanda fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni!", "U nżid ngħid li aħna għandna fiduċja f'dawn in-nies.", "Imma allura kif tiġi l-Onor.", "Debono u tgħid dawn l-affarijiet!", "Madam Speaker, aħna kulma għamilna kien li rriorganizzajna s-senior principals u l-principals skond il-grad tagħhom u fl-istess ħin rajna li ma jkunx hemm ħela u sparpaljar.", "Per eżempju, kif jista' wieħed jippretendi li nħallu lil bniedem għassa ma' pompa tad-drenaġġ meta lanqas biss kien hemm pompa?", "Fil-fatt aħna lil dan il-bniedem ipprovajna nfehmuh li ilu madwar tliet snin għassa ma' pompa fantażma.", "Kif jista' wieħed jippretendi li nħallu lil bniedem jaħdem bħala ġardinar fil-Pitkalija meta hemmhekk m'hemmx għelieqi imma sempliċement sabiex dan ikun jista' jibda xogħol fl- 4.00 a.m. u jitlaq lejn id-dar fis-7.00 a.m?", "Mela dawn l-affarijiet tista' tħallihom għaddejjin!", "Kif jista' wieħed jippretendi li nħallu lil bennejja jaħdmu mad-Dipartiment tal-Kultura biex joqogħdu jarmaw?", "Aħna lil dawn għidnilhom li ħadd m'hu se jeħdilhom posthom pero' għidnilhom ċar u tond li meta jinqala' xi xogħol ta' bini jridu jagħmluh ukoll u fil-fatt dan fehmuh għax illum qed jibnu l-heliport.", "Kellna wkoll każ ta' bniedem bil-grad ta' TO1 li wara li fehmnih li ma jistax jibqa' jaħdem iċ-Ċittadella bgħatnih id- Drainage Section, tajnih Skytel u allowance ta' Lm50 u llum jinsab kuntent.", "Dawn huma l-affarijiet li qed isiru fil-gżira Għawdxija.", "Madam Speaker, illum l-affarijiet qed isiru bis-serjeta' u bi pjan mhux bħal meta kien hemm fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Hawn biżżejjed insemmi każ ta' waħda li minħabba li setgħet taħdem bil half days biss fi żmien il-Gvern preċedenti kienet taħdem ħames nofs ta' nhari fil-ministeru għal GĦawdex u s-Sibt kienet tmur taħdem nofs ta' nhar f'dipartiment ieħor biex f'ġimgħa tkun ħadmet 40 siegħa u aħna tajniha transfer u bgħatniha taħdem l-isptar għaliex hemmhekk jaħdmu bil-half days.", "Madam Speaker, dawn huma l-affarijiet li missha ssemmi l-Onor.", "Giovanna Debono.", "Aħna mhux veru tajna t-transfers imma qegħdin sempliċement nippjanaw bis-serjeta' u kif qal il-Prim Ministru ħadd ma għandu jippretendi li l-post li qiegħed jaħdem fih għandu jibqa' tiegħu għal dejjem.", "Aħna lesti naħdmu bis-serjeta' ma' kulħadd basta x-xogħol isir bis- serjeta'.", "Aħna dak li nesiġu mill-ħaddiem Għawdxi u fil-fatt ftit ftit diġa' qed indaħħlu l-kultura tax-xogħol u tal-bżulija.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, naħseb li kulħadd baqa' ċċassat meta f'dawn il-ġranet fl-aħbarijiet u fil-gazzetti rajna ritratti ta' inċident tat-traffiku li kkawża l-mewt ta' tfajjel ta' 14-il sena.", "Kif kulħadd jaf, in-numru ta' inċidenti fatali fl-ewwel ftit xhur ta' din is- sena tela' għal tmienja.", "Ta' min wieħed jgħid ukoll li bejn l-1990 u l- 1994 f'pajjiżna kellna aktar min 50,000 inċident tat-traffiku - 85 minnhom kienu fatali - li ħallew aktar min 800 persuna jsofru ġrieħi gravi.", "Din hija sitwazzjoni allarmanti u għalhekk jenħtieġ li jsir xi ħaġa f'dan ir- rigward.", "Naturalment din l-istatistika turi biċ-ċar il-bżonn li naraw x'se nagħmlu biex intaffu din il-problema.", "Madam Speaker, jien naħseb li rridu nsibu mod effettiv ta' kif inħarsu lejn din il-problema fuq żewġ binarji; l-ewwelnett billi nedukaw lill- pubbliku f'dan ir-rigward u t-tieni nett billi nenforzaw tassew il-liġijiet li għandna u li għad irid ikollna.", "Il-kampanji edukattivi jistgħu jieħdu diversi forom u fil-fatt hawn ta' min isemmi l-kampanji edukattivi li qed isiru fuq sewqan iżjed bil-galbu, fuq l-użu tas-seat belt u kontra li jittieħed xorb alkoħoliku meta xi ħadd ikun se jsuq.", "Ċertament li din l- informazzjoni li qed tingħata lill-pubbliku għandha tieħu forma iktar attraenti biex finalment tkun iktar effettiva.", "M'iniex qed ngħid li preżentement din l-informazzjoni li qed tingħata m'hijiex attraenti pero' naħseb li jridu jinstabu strutturi ġodda għal dan l-għan ħalli fl-aħħar mill-aħħar ir-response tal-pubbliku jkun iktar b'saħħtu.", "Hemm bżonn li s- sewwieq jingħata kontinwament il-messaġġ li jekk josserva r-regoli u l- liġijiet li jirrigwardaw is-sewqan fl-aħħar mill-aħħar ikun qed jipproteġi lil ħajtu stess.", "Mill-istatistika li tinġabar - din tinġabar anke mill- Pulizija - jidher li persentaġġ għoli ta' dawk li jkunu involuti fl- inċidenti tat-traffiku huma żgħażagħ u għalhekk il-kampanji ta' l- edukazzjoni u ta' l-informazzjoni f'dan ir-rigward primarjament iridu jkunu indirizzati liż-żgħażagħ.", "Iż-żgħażagħ bilfors li huma iktar esposti għall- inċidenti tat-traffiku għax dawn huma l-iktar sezzjoni ta' nies li joħorġu tard u li jiffrekwentaw postijiet ta' divertiment li jbigħu xorb alkoħoliku.", "Ovvjament meta wieħed ikun għadu kif tgħallem isuq ikun ferħan li jkollu l-pedala tal-gass taħt saqajh u huwa proprju għal dan li ż- żgħażagħ għandhom jingħataw iktar importanza fl-edukazzjoni tas-sewqan.", "Madam Speaker, jiddispjaċini ngħid li għal dawk li huma liġijiet u regoli tas-sewqan tat-traffiku għadna lura ħafna u l-osservanza ta' dawn il- liġijiet u regoli tista' tiġi deskritta bħala tad-daħk.", "Il-pulizija għalxejn jagħmlu xogħlhom - kif fil-fatt qegħdin jagħmlu - billi jikkontrollaw it-traffiku u jaraw li fis-sewqan ma jkunx hemm min jikser il- liġi jekk persentaġġ kbir ta' min jikser il-liġi jirranġa l-multa li jkun weħel jew inkella jgħaddiha lixxa b'xi mod jew ieħor.", "Għalhekk hemm bżonn li s-sistema preżenti tiġi modifikata, fis-sens li tkun iktar effettiva, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-inforzar tagħha.", "Hawnhekk ta' min jgħid li minbarra s-sistema ta' multi ħafna pajjiżi, bħall-Kanada, adottaw sistemi ta' punti fejn meta sewwieq jikser il-liġijiet tat-traffiku jitlef ċertu ammont ta' punti li jkollu kull sena u meta finalment jitlef il-punti kollha titteħidlu l-liċenzja tas-sewqan għal perijodu ta' żmien.", "Ma' dan wieħed irid jgħid ukoll li f'każ li sewwieq ikun tilef il-punti kollha u jibqa' jsuq bla liċenzja jista', jekk jinqabad, jeħel sentenza ta' ħabs.", "Minn dan wieħed jista' jara l-livell ta' dixxiplina li għandhom fil-Kanada.", "Madam Speaker, jien m'iniex ngħid li minn estrem għandna mmorru f'estrem ieħor pero' jekk ħadd m'hu se jkollu l-kuraġġ jgħid li s-sistema li għandna bħalissa hija waħda redikola għax qed taħli l-ħin tal-pulizija u m'hijiex qed tagħti r-riżultati mixtieqa - għalhekk hemm bżonn insibu mezz biex nenforzawha iktar milli biex nimmodifikawha - żgur li se nkomplu nisimgħu b'iktar każijiet ta' inċidenti u sfortunatament xi wħud minnhom fatali.", "Jien naħseb li kif qed turi l-istatistika jekk ma jkunx hemm enforzar sew tal-liġijiet dawn l-inċidenti se jkomplu jiżdiedu.", "Madam Speaker, la qed nitkellmu fuq is-sewqan ma nistgħux ma nagħmlux riferenza għal ċerti temi li wkoll huma relatati ma' l-inċidenti tat- traffiku bħal, per eżempju, il-qagħda li jinsabu fiha t-toroq tagħna.", "Huwa inutli li wieħed jgħid li l-istat tat-toroq lokalment ma jgħinx biex nevitaw ċerti inċidenti għax huwa proprju għalhekk li s-sewwieqa jridu jifhmu li għandhom joqogħdu aktar attenti u jikkonċentraw iktar waqt is- sewqan u mhux, kif ġieli tara min jagħmel, jieklu jew jitkellmu fuq xi mobile phone.", "Hemm bżonn li l-pulizija joqogħdu b'seba' għajnejn ħalli jaraw li bl-aġir tagħhom is-sewwieqa ma jikkawżawx danni għalihom u għal ħaddieħor.", "Madam Speaker, fattur ieħor li għandu x'jaqsam mas-sewqan, u li diġa' ġie msemmi kemm f'dan il-Parlament kif ukoll barra, huwa l-użu tal-breathyliser test.", "Preżentement il-pulizija ma jistgħux jieħdu passi kontra min ikun qed isuq taħt l-effett ta' l-alkoħol għaliex ma għandhomx il-mezzi biex jagħmlu dan.", "Allura kif nistgħu nippretendu li l-inforzar tal-liġi jkun effettiv jekk min suppost jieħu ħsieb dan l-inforzar ma għandux l-għodda neċessarja!", "Meta l-pulizija jagħmlu roadblock ma jistgħux jaraw li s- sewwieqa huma konformi mal-liġi sempliċement billi jieħdu d-dettalji tal- liċenzja jew tal-karta ta' l-identita' tagħhom.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li hemm bżonn li fis-sewqan indaħħlu iktar sens ta' serjeta' u ta' dixxiplina għaliex ma nistgħux nibqgħu nippermettu li jgħaddi kollox u nibqgħu nżommu t-tradizzjoni li s-sewwieq Malti jagħmel li jrid.", "Hemm bżonn ukoll li l- partijiet kollha involuti f'dan il-kamp jikkoordinaw iktar ix-xogħol tagħhom u jingħataw ferm iktar riżorsi u attenzjoni biex ikunu jistgħu jattakkaw din il-problema u jsolvuha bl-aħjar mezz possibbli sabiex forsi fl-aħħar ma nibqgħux nisimgħu aħbarijiet koroh bħal dawk li smajna nhar is- Sibt, jew għallinqas nisimgħuhom inqas frekwenti.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tiġi aġġornata għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Mejju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u fid-9.21 p.m. il-Kamra aġġornat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENEMALTA - DAWL", "4705.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jibqalgħa bozoz u fanali għall-street lighting il-Korporazzjoni Enemalta wara li jitlesta l-proġett ta' Buġibba kif ukoll li bid-dawl allokat għall-proġett se jkun spiċċa l-vot għall- street lighting li l-Korporazzjoni Enemalta għandha din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ħafna mill-bozoz u fanali għal proġett ta' Buġibba ġew ipprovduti mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Xogħol Pubbliku u mhux mill- Enemalta.", "L-istess jista` jingħad għat-tieni parti tal-nistoqsija, fejn ħafna mix- xogħol tad-dawl sar minn dak id-Dipartiment.", "QRATI - KODIĊI KRIMINALI", "4706.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jressaq emenda għall-Kodiċi Kriminali li permezz tagħha għal każi b'piena massima ta' għaxar snin fejn l-akkużat jiddeċiedi li l-kawża tinstema' mill-Qrati tal-Maġistrati d- deċiżjoni tal-liberta' proviżorja tittieħed mill-Maġistrat mingħajr bżonn ta' riferenza lill-Avukat Ġenerali iżda seduta stante peress li hu magħruf illi din il-proċedura qed ittawwal iż-żmien biex akkużat jingħata l- liberta' provviżorja u ġieli anke jittieħed il-ħabs biex jgħaddi l-lejl sempliċement għax il-karti ma jkunux imxew malajr biżżejjed?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qed jiġi ppreżentat Abbozz ta' Liġi li Jemenda l- Kodiċi Kriminali.", "Jien għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant biex jiġi studjat mill-espertili qed jirradiġu l-abbozz.", "AIR MALTA - KUMPANNIJI SUSSIDJARJI", "4963.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx maħtura ċ-Chairman u d-Diretturi l-ġodda tal- kumpanniji sussidjarji ta' l-Air Malta?", "Fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid min huma u x'inhu l-honorarium tagħhom fil-kumpanniji sussidjarji segwenti:- Tigne' Development Co. Ltd.; Maritim Selmun Palace Hotel Co. Ltd; Ħal Ferħ Holidays Co. Ltd; Malta Air Charter Co. Ltd; Osprey Insurance Brokers Co. Ltd; Medallion Properties Co. Ltd; Sterling Travel & Tourism Co. Ltd; Holiday Malta Co. Ltd; Air Supplies & Catering Co. Ltd?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "AIR MALTA - DIRETTURI", "4964.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-honorarium li jirċievu d-diretturi ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma għandi xejn aktar xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4285.", "MIA - KAP EŻEKUTTIV", "4965.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-proċeduri li ġew applikati biex saret il-ħatra ta' Kap Eżekutitv tal-Malta International Airport Co. Ltd.?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li l-Kap Eżekuttiv tal-Malta International Airport ġie sekondat lill-kumpanija mill-Air Malta.", "BAA - RAPPORT", "4966.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jikkonferma l-Ministru li l-Malta International Airport Co. Ltd. timplimenta r-rakkmandazzjonijiet tar-rapport imressaq mill-British Airports Authority?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapport imsemmi fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.JOE DEBONO GRECH: Le, ma nikkonfermax.", "Ir-rapport tal-BAA ilu lest minn Ottubru ta' l-1995 u qatt ma sar xejn fuqu.", "AIR MALTA - BORD TAD-DIRETTURI", "4967.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra min huma r-rappreżentanti ta' l-Air Malta fuq il-Bord tad-Diretturi ta' l-AZZURRA air u Shield Insurance (Guernsey), għal- liema perjodu ġew maħturin u x'honorarium jirċievu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ir-Rappreżentati ta' l-Air Malta fuq il-Bord tad- Diretturi ta' l-Azzura Air huma Sinjuri Domenic Attard (Managing), Ray Sladden, Joseph Capello, Frans Camilleri u Alfred Quintano.", "Fuq il-Bord tas-Shield Insurance Company (Guernsey) Ltd. ir- rappreżentanti ta' l-Air Malta huma s-Sinjuri Raymond Sladden, Frans Camilleri u Martin Ażżopardi.", "Fiż-żewġ każi ma ġiex stabbilit la perijodu u lanqas m'hu propost xi honorarioum.", "GĦAJN TUFFIEĦA - TORRI", "4968.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-Torri li hemm fuq il-Bajja ta' Għajn Tuffieħa jiġi salvat minn distruzzjoni u t-tiswijiet li llum jidhru li huma żgħar jissewwew u jsir bieb biex ma jkomplix jiġi wżat għal skopijiet ulterjuri?", "L-istruttura li hemm fil-viċinanzi ta' l-istess Torri għandha xi skop?", "Għandha l-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Dan id-dipartiment beħsiebu jagħmel ix-xogħol meħtieġ biex iwaqqaf il-ħsara li hemm f'dan it-Torri ta' Għajn Tuffieħa milli tkompli tikber.", "Aktar tard jitkompla x-xogħol tat-tiswija u restawr possibbli bl- attenzjoni u s-sengħa li jitlob xogħol hekk delikat fuq bini storiku u prestiġġjuż.", "Il-bibien tal-ħadid meħtieġ għall-għeluq diġa' ġew ordnati.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "KUMMISSJONI GĦAS-SAĦĦA MENTALI", "4976.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaqqaf il-Kummissjoni għas-Saħħa Mentali?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ismijiet ġew identifikati u fil-jiem li ġejjin se ikunu nformati.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA - CASE MANAGERS", "4977.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il- bżonn li l-SWDP toħroġ applikazzjonijiet għal Case Managers biex jaħdmu fil- proġett pilota (tas-Saħħa Mentali) fiċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi, meta diġa' hemm erba' Social Workers li qed jagħmlu din il-funzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR MONTE CARMELI - HOSPITAL MANAGEMENT BOARD", "4978.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqaf il-Hospital Management Board fl-iSptar Monte Carmeli?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk dan il-board huwiex se jkollu executive power?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux ser jitwaqqaf il-Hospital Management Board imma ser jitwaqqaf Hospital Management Team.", "SPTAR MONTE CARMELI - CANTEEN", "4979.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mill-Canteen Fund fl-iSptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Amministratur ta' l-iSptar Monte Carmeli huwa responsabbli mill-Canteen Fund.", "F'dan l-isptar hemm canteen li jintuża mill-pazjenti u li jmexxuh żewġ impjegati.", "Kull sena il-qliegħ jiġi depositat ġo Bank.", "Mill-qliegħ ta' dan il-canteen jitħallsu wkoll spejjeż li jkunu saru inkonessjoni ma' attivitajiet konnessi mal-pazjenti. biex jitħallsu dawn l-ispejjeż iridu jiġu ippreżentati rreċevuti u jiġu approvati mill-amministratur.", "Għall-ewwel darba fl-1996 bdew jinżammu l-kotba ta' qliegħ u spejjeż ta' dan il-canteen.", "Sfortunatament min kien qed iżomm dawn il-kotba kellu jingħata xogħol ieħor skond l-esiġenza tas-servizz.", "Is-sena l-oħra wkoll kien ifformat kumitat ta' tliet minn nies biex indipendentament mill-amministrazzjoni ta' l-isptar imexxi dan il-canteen, pero' sfortunatament dan il-bord ma ħadimx u ir-responsabbilta' tal-fund reġgħet ingħatat lura lill-amministratur.", "Qiegħed issir proposta lid-Dipartiment tas-Saħħa biex dan il-canteen jingħata b'kuntratt peress li wieħed mill-impjegati ser jibdel ix-xogħol.", "AIR MALTA - SUR ANTHONY PARIS", "4980.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jikkonferma li s-Sur Anthony Paris spiċċa minn Direttur ta' l- Air Malta?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (a) x'konnessjonijiet għad fadallu dan l-ex direttur mal-Kumpannija Nazzjonali ta' l-Ajru; (b) x'inhuma l-obbligi, jekk jeżistu, li l-kumpannija fadlilha ma' dan l-ex-direttur u għal-liema terminu ta' żmien se jibqgħu jeżistu; (ċ) jista' l-Ministru jikkonferma jekk f'miġijiet riċenti tiegħu f'Malta, is-Sur Paris baqax juża vettura uffiċjali tal-kumpannija; (d) jista' l- Ministru jikkonferma jekk f'dawn iż-żjarat riċenti f'Malta dan kellux l- akkomodazzjoni tiegħu fil-lukanda Holiday Inn imħallsa wkoll mill-Air Malta?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Risposta tingħata f' xi seduta oħra.", "AIR MALTA - IMPJEGATI", "4981.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra jekk fl-Air Malta hemmx impjegati fi gradi eżekuttivi jew ogħla li laħqu l-eta' pensjonabbli imma ngħataw estensjoni fl-impjieg?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm hemm minnhom, kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel; (b) għal-liema raġuni ngħataw din l-estjoni; (c) kemm ilhom fl-impjieg tal-kumpannija; u (d) meta ngħataw din l-estensjoni?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informażżjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar.", "AIR MALTA - IMPJEGATI", "4982.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-Air Malta li kienu jokkupaw gradi ekwivalenti għal General Manager f'Ottubru 1996?", "Jista' l-Ministru jgħid:(a) kemm kien hemm fl-istess grad sa Mejju 1992; (b) x'kienet iż-żieda fl-ispiża għal din iż-żieda f'dan il-perijodu (Mejju 1992 - Ottubru 1996); (ċ) kemm minn dawk li okkupaw din il-kariga f'Ottubru 1996 kienu diġa' ilhom impjegati ma' l-Air Malta; (d) kemm minnhom iddaħħlu minn barra; u (e) għaliex il-kariga ma ġietx offruta lil impjegati eżekuttivi li kien ilhom snin twal fis-servizz tal-kumpannija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar.", "AIR MALTA - BORD TA' L-APPELLI GĦALL-PROMOZZJONIJIET", "4983.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk jafx kif kien jiffunzjona l-Bord ta' l-Appelli għall- Promozzjonijiet ġewwa l-Air Malta sa Ottubru 1996?", "Jista' l-Ministru jgħid: (a) huwa minnu li dan il-bord kien kompost minn persuna waħda biss, imħallsa mill-Air Malta; (b) kemm huwa l-għadd ta' każi li tressqu quddiem dan il-bord; (ċ) kemm minnhom ġew deċiżi favur l-impjegati li appellaw; (d) dawn l-impjegati kienu jkunu nformati x'ikun wieġeb il-management dwar il- każ tagħhom; u (e) huwa minnu li d-deċiżjonijiet ta' dan il-bord kienu jitwettqu biss skond id-diskrezzjoni taċ-chairman li kellha l-Air Malta sa Ottubru 1996?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar.", "KUMITAT PERMANENTI TAL-KAMRA DWAR AFFARIJIET BARRANIN", "4984.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Chairman tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar Affarijiet Barranin: Jista' l-Onor.", "Membru - bħala Chairman tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar Affarijiet Barranin - jgħid jekk għandux il-qbil tal-maġġoranza tal-membri f'dan l-istess Kumitat dwar l-item ta' l-agenda għall-ewwel laqgħa tal-kumitat immexxi minnu?", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI (Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l- Affarijiet Barranin): Skond l-Ordni Permanenti 120F (1) li jgħid:", "\"120F.", "(1) Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin għandu jittratta dawk il-kwestjonijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' l-affarijiet barranin u li jistgħu jiġu lilu riferiti mill-Kamra jew mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.\"", "fil-laqgħa Nru 7 tal-5 ta' Marzu, 1997 tal-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra ġie deċiż li ċ-Chairpersons tal-Kumitati għandhom jagħmlu l-proposti tagħhom dwar is-suġġett jew suġġetti għad-diskussjoni tal- kumitat rispettiv tagħhom u jagħtu r-raġunijiet għall-għażla tagħhom.", "B'konsegwenza ta' dan, issuġġerejt is-suġġett illi hemm fuq l-agenda tal- Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin liema suġġett ġie approvat mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra fil-25 ta' Marzu 1997.", "Fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra hemm ukoll bħala membri l- membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Guido de Marco u l-Onor.", "George Vella.", "MOSTA:TRIQ ĠUŻEPPI HYZLER - ILMA", "4985.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4239, jista' l-Ministru jikkonferma jekk ladarba r-residenti ta' Triq Ġużeppi Hyzler jiddeċiedu li jqabbdu kuntrattur biex jagħmel it-trinek u jgħaddi l- mains ta' l-ilma jistax jieħu l-passi meħtieġa sabiex jirrifondi s-70% tal- kontribuzzjonijiet li tħallsu mal-permessi kif inhi l-prattika?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kontribuzzjoni li titħallas ma' l- applikazzjoni għal ħruġ ta' permess għall-iżvilupp ma tkopriex spejjeż għal- estensjoni tas-servizz ta' l-ilma u għalhekk mhux każ li jekk jsir ix- xogħol indikat tiġi rifonduta xi parti mill-kontribuzzjoni.", "MĠARR - NUMRI TAL-BIBIEN/DJAR", "4986.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju ta' l- għoti ta' numru lil bibien/djar fil-lokalita' ta' l-Imġarr (Malta)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-eżerċizzju ta' l-għoti tan-numri f'Malta nkluż fl-Imġarr huwa lest min-naħa tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u jmiss issa l- pubblikazzjoni ta' dawn in-numri ġodda.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "4987.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l- ammont ta':- a) nurses u l-gradi tagħhom; b) dawk li jagħmlu xogħol ta' nursing; c) dawk li ma għandhom l-ebda kuntatt dirett mal-pazjent; d) jew dawk li jaħdmu fil-Ministeru tas-Saħħa; e) l-ammont ta' nurses fid- dipartiment u ministeru ta' l-Anzjani?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu fi sptarijiet diversi u djar residenzjali għall-anzjani u kliniċi?", "Kemm hu n-numru ta' nurses li qegħdin jaħdmu fuq roster ta' 7-day jew 5-day week?", "Kemm hu n-numru ta' nurses li qegħdin jagħmlu overtime u fejn qiegħed isir l-overtime?", "Kif jinqasam l-iskala ta' salarju u pagi oħra fuq in-nurses li għandu jaħdmu miegħu l-Gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - PERMESSI", "4988.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4730, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex meta delegat tal-Partit Nazzjonalista indaga ma' l-uffiċjal (policewoman) inkarigata mid-distrett ta' Ħal Qormi jekk kienx jinħtieġ permess għat-tqegħid ta' siġġijiet fl-okkażjoni tal-Pageant imsemmi din insistiet li jinħtieġ permess kemm tal-Pulizija kif ukoll mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?", "Jidhirlu l-Prim Ministru li din kienet materja diskriminatorja kontra l-Partit Nazzjonalista?", "Xi struzzjonijiet se tingħata din l-uffiċjal għal din id-diskriminazzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi meta d-delegat tal-Partit Nazzjonalista mar l-għassa Ħal Qormi, is-surġenta, bi svista mxiet skond il- proċedura ta' tqegħid ta' mwejjed u siġġijiet quddiem postijiet liċenzjati fil-ġranet tal-festa.", "Fil-fatt la nħareġ permess u lanqas ma nġabar xi ħlas.", "Kieku sar dan, kien ikollu wieħed għaliex jimmaġina li saret xi forma ta' diskriminazzjoni.", "TRAINS/MODULES", "4989.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trains/modules li nżamm standby fil-perjodu 1.2.97 sa 27.4.97 ġurnata b'ġurnata u ta' kemm production capacity kienet kull train/module li kienet out of order?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "EDUKAZZJONI - SUR SAMMUT", "4990.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl ta' dak li ntqal minn Dr. Charles Briffa f'ittra f'The Times ta' nhar is-26 ta' April bit-titlu \"Minister greatly misinformed\", jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex veru li s-Sur Sammut (Matsec delegate) ma ġiex informat bil-laqgħat?", "Jista' l-Ministru jispjega min kienu l-persuni oħrajn li kienu assenti iżda ma ssemmewx mill-Ministru?", "Jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna li kellha r-responsabbilta' li tinforma lis-Sur Sammut bid-data u l-ħin tal-laqgħat?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għall-ewwel u l-aħħar partijiet tad-domanda nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-ittra b'risposta li dehret f'The Times nhar il-Ħamis, 1 ta' Mejju.", "Ħadd mill-membri l-oħra tal-kumitat ma kien assenti għal-laqgħat.", "Nerġa' nieħu din l-opportunita' biex għal darba oħra nirringrazzja lill- membri ta' dan il-kumitat għax-xogħol siewi li għamlu.", "Dan għamluh mingħajr ħlas u minkejja l-ammont kbir ta' xogħol ieħor li kull wieħed u waħda minnhom diġa' għandu.", "P.A. - AUSTRALIAN HALL/EX RAFFLES DISCOTHEQUE", "4991.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'konsultazzjoni kellha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke qabel il-proprjeta' Australian Hall u l-ex Raffles Discotheque ġew skedati mill-ġdid u minn Grad 1 spiċċaw fi Grad 2?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma kienx hemm konsultazzjoni bejn l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke qabel il-proprjeta' Australian Hall u l-ex Raffles Disco ġew skedati mill-ġdid u minn Grad 1 spiċċaw fi Grad 2.", "UNIVERSITA' - PROPRJETA' FL-IMTARFA", "4993.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proprjeta' li l- Universita' kellha fl-Imtarfa, liema proprjeta' kellha tiġi rranġata f'ċentru ta' studji mill-Universita' m'għadhiex aktar f'idejha?", "X'inhu mistenni li jsir minn din il-proprjeta' jekk m'hijiex se tintuża mill- Universita'?", "L-Universita' bidlet din il-proprjeta' ma xi proprjeta' oħra jew le?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-dettalji għadhom qed jiġu ppreparati, għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TARMAC", "4994.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jassigura li Triq San Pawl, f'San Pawl il-Baħar tingħata l-wiċċ meħtieġ tat-tarmac, billi diversi drabi ntqal f'dan il-Parlament li x-xogħol meħtieġ se jsir wara konsultazzjonijiet tal- WSC?", "Meta hu mistenni li jitlestew dawn il-konsultazzjonijiet biex ix- xogħol meħtieġ ikun jista' jsir?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li l-kuntrattur mqabbad fil-proġett tal-bdil ta' mejnijiet fi Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar ser jiksi t-triq bit-tarmac sħun sa nofs Mejju.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - ART", "4995.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet it-talba tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura biex biċċa art fl-area tal-Knisja ta' San Pawl, ħdejn il-Menqa, f'San Pawl il-Baħar tingħata biex fiha jkun jista' jinbena Ċentru għall-Għaqda tad-Dilettanti tas-Sajd, liema talba issa ilha quddiem id-Dipartiment ta' l-Artijiet aktar minn sena?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment ta' l-Artijiet qed jkollu konsultazzjonijiet ma' l-Awtorita tal-Ippjanar dwar il-materja.", "SALINI/KENNEDY DRIVE - PROĠETT", "4996.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm se tkun l-area okkupata miċ-Ċentru ta' Rikreazzjoni madwar is-Salini u Kennedy Drive?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi kemm hu l-extent ta' din l-area?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li dan il-proġett għadu fil-fażi preliminari mhux possibbli li jingħataw id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant għalissa.", "MTAĦLEB - POST RESIDENZJALI/TERAPEWTIKU", "4997.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li sar jew se jsir fl-iSkola ta' l-Imtaħleb biex fih jilqa' persuni kkundannati mill-Qrati Maltin?", "Kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' persuni li jitqegħdu f'dan il-post?", "Għalkemm żmien hu mistenni li jibqa' jintuża bħala ħabs dan il-lokal?", "Kemm qam jew se jqum ix-xogħol li hu mistenni li jsir f'dan il-lokal?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-preżent l-iskola ta' l-Imtaħleb qiegħdha tintuża bħala post Residenzjali u Terapewtiku għal dawk il-persuni li għandhom problema tad-droga u alcohol.", "Ix-xogħol li sar huwa fuq is-sigurta' tal- post. In-numru li dan il-post jista' jieħu huwa dak ta' 20 persuna.", "Il- ħsieb huwa li dan il-post jibqa' jintuża' għal għan li qiegħed jintuża'.", "Għadu kmieni biex wieħed jgħid kemm se tkun in-nefqa ta' dan il-lokal.", "SAN ĠILJAN - TRIQ MONSERRAT", "4998.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jitlob lill-Kumitat responsabbli mill- ismijiet tat-toroq jagħti isem ieħor għal waħda minn żewġ toroq f'San Ġiljan li t-tnejn iġibu l-isem Triq Monserrat minħabba li din is- sitwazzjoni qed toħloq diffikultajiet għar-residenti speċjalment meta jintalbu servizzi?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Kumitat għall-ismijiet tat-toroq ma jaqax taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "SLIEMA: TRIQ NAZZARENU - BOZZA", "4999.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li żewġ fanali fi Triq Nazzarenu f'Tas- Sliema li ilhom b'bozza maqtugħa għal ġimgħatejn jissewwew?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-manutenzjoni meħtieġa tal-fanali msemmija saret fid-29 t'April, 1997.", "SAN ĠILJAN - KLABB TAL-WATERPOLO", "5000.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew ix- xogħlijiet fuq il-kostruzzjoni tal-pixxina tal-klabb tal-waterpolo f'San Ġiljan?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TA' KANDJA - TWAQQIGĦ TA' KAMRA", "5001.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4685, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l- investigazzjoni?", "X'kien ir-riżultat ta' l-investigazzjoni u għaliex ġie deċiż li \"mhux il-każ li jittieħdu proċeduri ulterjuri\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi minn din l-investigazzjoni rriżulta illi din il-kamra ma nħattitx b'kapriċċ jew għal xi skop ieħor, iżda biex jitneħħa l-periklu u fl-istess ħin tiġi restawrata.", "Għalhekk ġie deċiż li ma jitteħdux aktar passi.", "MCST BIENNAL REPORT 94/95", "5006.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4732, jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħa tal-Bord tal-Kunsill ġie deċiż li l-Biennial Report 1994/95 \" ma jkunx fl-interess ta' l-operat tal- kunsill li tali rapport jiġi mqassam\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-ebda punt ma nħass il-bżonn li l-MCST Biennial Report 1994/95 jiġi diskuss f'laqgħa tal-Bord tal-kunsill.", "WSC - REFUND", "5007.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata r-refund lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, liema applikant hija persuna anzjana u pensjonanta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li r-refund intbagħat lill-konsumatur imsemmi.", "WSC - EXTRACTIONS TA' ILMA", "5008.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' extractions ta' ilma mill-aquifer ġurnata b'ġurnata mill-1.2.97 sa s-27.4.97?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - GĦASES", "5009.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-għases tal-Pulizija li qed jiftħu kuljum lejl u nhar; liema huma dawk li jiftħu għal ċertu ħin kuljum; u liema ma jiftħu xejn jew kważi xejn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - VAKANZI", "5010.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'vakanzi attwali hemm fil-korp tal-Pulizija?", "Hemm pjani li dawn jimtlew fil-futur qarib?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2220.", "VALLETTA - SEA PASSENGER TERMINAL", "5011.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jirriżultalux li fl-inħawi tas-Sea Passenger Terminal fil-Belt, kull meta jidħlu l-bastimenti tal-passiġġieri Libjani qiegħed ikun hemm suq illegali ta' kuntrabandu?", "Jekk iva, x'qed tagħmel il- Pulizija b'mod tanġibbli biex dawn l-abbużi jonqsu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija hija konxja ta' din il- possibbilta' u għalhekk isiru tfittxijiet u anke' patrols fl-inħawi msemmija.", "Kien hemm każijiet fejn dawn it-tfittxijiet u patrols kellhom riżultat pożittiv.", "PULIZIJA - ĠBIR TA' KAROZZI MIT-TOROQ", "5012.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il vettura nġabret mit-triq mill-Pulizija mill-bidu tas- sena 'l hawn?", "Mil-liema nħawi nġabru dawn il-vetturi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi mill-bidu tas-sena sad-29 ta' April, 1997 il-Pulizija ġabret 106 vettura minn dawn il-lokalitajiet kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "5013.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn?", "Kemm minnhom kienu dwar kontravenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-Regolamenti dwar is-Seat Belt?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi bejn l-1 ta' Jannar, 1997, u d-29 ta' April, 1997 il-Pulizija ħarġet 39,596 ċitazzjoni.", "Minn dawn 1,489 kienu jikkonċernaw ksur tar-regolamenti dwar is-seat belts.", "ATTARD - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "5015.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex jitnaqqas il- periklu u l-inċidenti tat-traffiku fit-triq li hemm quddiem l-iSptar Monte Carmeli peress li l-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard kellu diversi suġġerimenti pero' mid-dehra dawn tħallew fuq l-ixkaffa?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex tittaffa' din il-problema li qed toffri periklu lill-pazjenti ta' l-isptar u l-impjegati li jkunu jridu jidħlu u joħorġu fl- isptar?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku diġa' approva l-pjanti sottomessi mid-Dipartiment tat-Toroq biex l- imsemmi periklu fit-triq quddiem l-iSptar Monte Carmeli jiġi eliminat.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "5016.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4445, jista' l-Prim Ministru jagħtini tagħrif dwar dawk l-EO's li ġew reinstated u li għandhom tmien (8) snin servizz u li ġew mogħtija skala waħda ta' promozzjoni waqt li suppost ingħataw żewġ skali b'arretrati mill-1 ta' Jannar, 1991?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li, skond il-ftehim tal-Gradi tas- Servizz Ġenerali, Uffiċjal Eżekuttiv jidħol fuq skala 14 u, wara ħames snin, jitla' fuq skala 13 jekk ikollu l-performance tiegħu sodisfaċenti.", "Madanakollu, bis-saħħa ta' l-artiklu 3.4 ta' l-istess ftehim, dawk l- uffiċjali li kienu diġa' fil-post fid-data tal-ftehim ġew mill-ewwel assimilati fuq skala 13 b'effett mill-1 ta' Jannar 1991 jew mid-data aktar tard jekk dawn daħlu fil-grad ta' Uffiċjal Eżekuttiv wara l-1 ta' Jannar, 1991.", "Għalhekk, dawk l-Uffiċjali Eżekuttivi li kienu ġew re-instated qabel id- data tal-Ftehim tpoġġew mill-ewwel fuq skala 13 mill-1 ta' Jannar, 1991 jew mid-data ta' meta dawn ġew re-instated.", "Biex l-uffiċjali re-instated jieħdu promozzjoni għal Assistent Prinċipali fuq l-iskala numru ħdax (11) iridu jkunu servew tmien (8) snin fil-grad ta' Uffiċjal Eżekuttiv minn meta dawn ikunu ġew re-instated, minbarra li jrid ikollhom ukoll il-performance tagħhom sodisfaċenti.", "Dan huwa rregolat mill-paragrafu erbgħa (4) taċ-ċirkolari MPO Nru. 18/96 tas-26 ta' Frar, 1996.", "PATRIJOTTI MALTIN", "5018.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar biex jitfakkru l-patrijotti Maltin li taw ħajjithom għal pajjiżhom bejn l-1798 u l-1800?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - SPETTUR TA' L-ETC", "5019.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Pulizija kontra min aggredixxa spettur tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar dettalji dwar l-allegat inċident.", "IMPJIEGI", "5020.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-istqarrija tat-18 ta' April, 1997, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma \"d-diskrepanzi fl-iskolastika dwar l-impjiegi bejn l-1983 u l-1996\" li semma l-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir- rankatura li issa naqset ħafna mir-ritmu tagħha?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5020, id-diskrepanzi fl-istatistika dwar l-impjiegi bejn l-1983 u l-1996 huma kkawżati minn numru ta' affarijiet differenti, li jinkludu:", "1.", "Klassifikazzjoni ħażina fl-industriji ta' xi kumpaniji fis-settur privat;", "2.", "Klassifikazzjoni ħażina ta' xi kumpanniji tal-Gvern li bdew joperaw qabel l-1992 li kienu mdaħħlin bi żball fis-settur privat, qabel ma bdiet il-komputerizzazzjoni tagħha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "3.", "Diskrepanzi li rriżultaw waqt l-eżerċizzju li l-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ għamlet bejn l-1993 u l-1994.", "Dawn id-diskrepanzi kienu bejn dak li ddikjaraw l-imprendituri f'Malta u f'Għawdex u dak li rrriżulta fid-database tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "Dan l-eżerċizzju baqa' jsir kull sena sal-ġurnata tal-lum.", "4.", "Korrezzjoni ta' informazzjoni fid-database tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ wara li din tirċievi informazzjoni minn żmien għal żmien minn imprendituri Din l-informazzjoni tasal għand il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ wara li din tintbagħat mill-imprendituri minn jeddhom jew inkella wara li din tintalab mill-korporazzjoni stess.", "5.", "Korrezzjoni oħra tirriżulta minħabba li l-imprendituri ma jibagħtux l- informazzjoni fil-ħin, mitluba minnhom mill-korporazzjoni dwar bidu jew tmiem ta' impjieg magħhom.", "Dan jirriżulta li xi nies jibqgħu jidhru li għadhom jaħdmu anke wara li jkunu rtiraw, biddlu x-xogħol jew mietu.", "KOPERATTIVI", "5021.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx koperattivi li bbenefikaw minn ftehim li kien sar mal-Bank of Valletta dwar self sussidjat?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Infakkar l-Onor.", "Interpellant bl-Avviż Legali Nru. 79 maħruġ fit-30 ta' April, 1996 li bih neħħa l-poter deċiżjonali minn kumitat b'maġġoranza ta' membri eletti direttament mill-koperattivi biex tah lill- Bord magħżul mill-Gvern.", "Minħabba dan il-pass li sar mingħajr konsultazzjoni ma' l-għaqdiet konċernati, l-ebda koperattiva ma bbenefikat mill-ftehim li kien sar mal-Bank of Valletta dwar self issussidjat.", "Infakkar ukoll li l-Onor.", "Interpellant kien wiegħed, fl-laqgħa ġenerali straordinarja, li jreġġa' lura dan il-poter u din il-wegħda ma seħħitx.", "Din baqgħet waħda mill-ħafna pendenzi li sab ma' wiċċu dan il-Ministeru.", "SAĦĦA - CASUAL ASSISTANTS", "5022.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4863 dwar Casual Assistants, jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri ttieħdu biex in-numru ta' Casual Assistants żdied?", "(Seduta Nru. 28/4/97) Jista' l-Ministru jfisser kif inhu organizzat dan is-servizz u jekk hemmx talbiet minn nies biex jibdew jingħataw dan is-servizz?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-Casusal Assistants ġodda jagħmlu ħidma:- a) f'Malta; u b) f'Għawdex?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "5023.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru issa jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 4846 u ċioe':-", "\"B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4453, jista' l- Ministru jgħid f'liema skejjel post-sekondarji ma nstabux biżżejjed għalliema tal-Ġermaniż, Computing, Accounts u Navigation Studies?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema meħtieġa f'kull suġġett imsemmi u kemm s'issa ntilfu lezzjonijiet mill-istudenti?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba qed tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - ETC - KORSIJIET", "5027.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'korsijiet ġew organizzati mill- ETC, f'Għawdex, għal dawk li kienu u għadhom jirreġistraw taħt l-ewwel parti tar-Reġistru mill-1991 sal-lum?", "Kemm kien in-numru ta' tfajliet u ġuvintur separatament li attendew għal dawn il-korsijiet u kemm kien hemm tfajliet u ġuvintur li ma aċċettawx li jattendu għal dawn il-korsijiet u x'passi ttieħdu fil-każ ta' dawn ta' l-aħħar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5027 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI F'", "5028.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' assistenti soċjali każwali f'Għawdex fl-aħħar ta' Ottubru, 1996, u kemm hu llum?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll għadx fadal talbiet pendenti mingħand anzjani Għawdxin għal dan is-servizz?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Membru jagħmel din il- Mistoqsija lill-Prim Ministru li taħtu jaqgħu l-affarijiet li jikkonċernaw lil Għawdex.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "5029.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall- akkomodazzjoni alternattiva ġewwa Għawdex u kemm hu n-numru ta' postijiet li jistgħu jiġu allokati fil-preżent?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien informat illi hemm 61 applikazzjoni pendenti minn Għawdex u li postijiet fil-preżent m'hemmx.", "TEŻOR - ARRETRATI TAT-TELEMALTA", "5030.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jindaga ftit x'qed iżomm lit-teżor milli jħallas l-arretrati dovuti lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta f'dawk li huma pensjonijiet?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Wara li għal nofs April inħallu xi diffikultajiet dwar l-interpretazzjoni ta' l-Ordinanza tal-Pensjonijiet u ġie deċiż fuq liema salarju għandha tingħata l-pensjoni lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta u enti oħrajn, mill-ewwel nbeda x-xogħol u hu maħsub li jibdew jitħallsu xi arretrati f'Mejju.", "B'danakollu, f'xi każi għadhom qed isiru konsultazzjonijiet mat-Telemalta biex ikun stabbilit fuq liema salarji l- pensjonijiet għandhom jiġu rriveduti.", "SKEJJEL - KINDERGARTEN ASSISTANTS", "5031.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa (a) kindergarten assistants; (b) instructors; (ċ) għalliema fuq pregnancy leave?", "Kemm minn dawn ġejjin mill-primarji, mis- sekondarji/Junior Lyceum u mill-post-secondary?", "Kemm minnhom f'Malta u kemm f'Għawdex?", "Kif ġew sostitwiti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL: TAL-GVERN - MARD INFETTIV", "5032.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' mard infettiv jew li jittieħed fl-iskejjel tal-Gvern minn Ottubru 1996 sa' l-aħħar ta' Frar ta' din is-sena?", "X'azzjoni ttieħdet f'kull każ?", "Kemm kien in-numru ta' tfal f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - ARRETRATI DOVUTI", "5033.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Nirriferi għall-mistoqsija parlamentari li jien għamilt xhur ilu dwar l-arretrati dovuti lill- instructors u instructresses li suppost ħadu skond l-agreement li kien ġie ffirmat f'Awissu tas-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l- arretrati hux se jitħallsu sa l-aħħar ta' April jew l-aktar sa l-aħħar ta' Mejju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Intlaħaq ftehim ma' l-Uffiċċju tat-Teżor biex il- ħlas ta' l-arretrati lill-Instructers/Insturctresses isir sa l-aħħar ta' Mejju 1997.", "SERVIZZ PUBBLIKU - MEMBRI", "5034.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn membri tas-Servizz Pubbliku li huma marbutin b'performance agreement u bonus?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm vacancies f'dawn il-gradi?", "Kemm minnhom ħadu gradi differenti, grad grad, ta' bonus annwali?", "Hemm xi uffiċjali ta' dawn il-gradi li qed jistennew konferma jew renewal ta' dan il-kuntratt?", "X'inhi l-proċedura biex xi wieħed minn dawn l-uffiċjali jieħu l-bonus li għandu stipulat fil- kuntratt?", "X'inhi l-proċedura biex xi ħadd minn dawn l-uffiċjali jkollu l- kuntratt imġedded jew le?", "Kemm-il grad fiċ-Ċivil huma ntitolati għal dan il-kuntratt?", "Bħalissa, kemm hemm nisa u rġiel rispettivament f'dan il- grad?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - STEERING COMMITTEE", "5035.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4137, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-passi li ttieħdu minn dan l-iSteering Committee (parag.", "1) liema huma l-iskejjel li fihom intbagħtu dawn il-general hands u kemm intbagħtu f'kull skola?", "X'inhu x- xogħol ġdid tagħhom issa li marru jaħdmu fl-iskejjel?", "B'riferenza għal paragrafu 2, jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi lil kull skola biex jinxtraw l-istores meħtieġa?", "B'riferenza għal paragrafu, jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li jilħqu Technical Officers u Assistant Technical Officers?", "Jaħseb il-Ministru li b'riferenza għall-paragrafu 5 jekk isir dak li qed jgħid il-Ministru jkunu qed jinkisru l-Financial Regulations?", "Jekk il- Ministru ma jaqbilx, jista' jgħid għaliex?", "B'riferenza għal paragrafu 7, jista' l-Minidstru jgħid għaliex l-iStores ċentrali se jiġu xolti?", "Issa fejn se jiġu maħżuna l-istores?", "B'riferenza għal paragrafu 8, jista' l-Ministru jgħid xi struzzjonijiet ingħataw lill-kapijiet ta' l-iskejjel u x'tibdil qed jaħseb li se jiġi ntrodott?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WIED IL-GĦAJN - TISWIJA TA' TOROQ", "5038.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu rranġati diversi toroq f'Wied il-Għajn li ġarrbu ħsarat kbar minħabba l- vetturi kbar li kienu jgħaddu minnhom in konnessjoni max-xogħol tad- drenaġġ?", "Jista' l-Ministru jara li ssir manutenzjoni ta' dawn it-toroq speċjalment ta' Triq il-Majjistral, Triq in-Nadur u Triq is-Sliem mill- aktar fis possibbli għax qed ikunu ta' inkonvenjent kontinwu għar- residenti?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant ġew spezzjonati u ma jirriżultax li l-istat tagħhom huma differenti minn toroq oħra fil-lokal u żgur mhumiex kaġun tax-xogħol tad-drenaġġ.", "Kif diġa' kelli okkażjoni insemmi drabi oħra ġie mwaqqaf Steering Committee bejn il-Ministeru tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni u l-Ministeru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali biex flimkien mal-Kunsilli Lokali u d- Dipartiment tat-Toroq tiġi updated l-informazzjoni dwar toroq li jeħtieġu l- asfalt jew tiswijiet kemm jekk dawn jaqgħu taħt il-kunsill lokali kif ukoll jekk huma responsabbilita' tal-Gvern Ċentrali.", "Deċiżjonijiet dwar xogħlijiet indikati mill-Onor.", "Interpellant jittieħdu wara dan ix-xogħol ta' konsultazzjoni.", "DJAR - KIRJIET", "5043.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4812, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma mistennija li jinbidlu l-brackets (income brackets) li ssemmew fir-risposta?", "Dawk li kellhom kuntratt skond ħarġiet partikolari ta' l-Awtorita' tad- Djar kif se jintlaqtu minn dawn it-tibdil?", "Meta jinħadem il-valur ġdid ta' kera ta' postijiet ġodda kif se jinbidlu l-kriterji ta' stima tal-kera?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Hu maħsub li l-income brackets jiġu mibdula b'mod li jirriflettu l-minimum wage Nazzjonali.", "Dan japplika wkoll għall- ħtiġijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija l-kriterji wżati għall-valur ta' kera huma ta' 3% fuq il-valur ta' l-art u 3.25% fuq il-valur tal-bini.", "GOZO BUS OWNERS ASSOCIATION", "5047.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Gozo Bus Owners Association biex il-Gvern jagħtihom eżenzjoni mill-VAT u mit-taxxa tar- reġistrazzjoni fuq il-coaches bl-arja kondizzjonata li jridu jdaħħlu?", "Japprezza l-Ministru li bidla bħal din se tagħmel ġid kbir lill-industrija tat-turiżmu f'Għawdex?", "Jaf li l-preżenza ta' eluf ta' turisti Ġermaniżi kixfet għal kollox il-problema kuta ta' trasport f'Għawdex?", "Għaliex il-Gvern Laburista qed ikun diskriminatorju mas-sidien tal- karozzi tal-linja f'Għawdex billi dawn il-konċessjonijiet kien tahom Gvern Nazzjonalista lis-sidien tal-coaches Maltin ħaġa li għolliet il-livell tal- coaches tat-turisti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li saru laqgħat kordjali ħafna mal-Gozo Bus Owners Association fuq importazzjoni ta' coaches' għal użu f'Għawdex.", "Fl-opinjoni tiegħi d-diskriminazzjoni saret mill-Gvern Nazzjonalista li fid-29 ta' Novembru, 1994 laħaq ftehim mal-Unscheduled Bus Service fejn eżenthom mill-ħlas tad-dazju u mill-ħlas tar-reġistrazzjoni fuq vetturi importati skond il-ftehim, u fis-17 ta' Mejju 1995 laħaq ftehim mal- Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja, li kien jinkludi l-famuża taħwida tat-ticketing machines, iżda ma sabx il-ħin jilħaq ftehim mal-Gozo Bus Owners Association kif ser jagħmel il-Gvern Laburista.", "GOZO BUS OWNERS ASSOCIATION", "5048.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma bħala l-Ministru responsabbli għall-Affarijiet ta' Għawdex, li l-Gozo Bus Owners Association kitbu biex juża l-influwenza tiegħu ħalli s-sidien tal-karozzi tal-linja jkunu jistgħu jdaħħlu coaches bl-arja kondizzjonata mingħajr ma jħallsu l-VAT u t-taxxa tar- reġistrazzjoni?", "Għaliex il-Prim Ministru ma jeħux l-eżempju tal-Gvern Nazzjonalista li wettaq bidla kbira fil-flotta tal-coaches f'Malta billi tahom dan l-inċentiv?", "Jista' l-Prim Ministru jara bħala l-Ministru responsabbli għal Għawdex li għandu d-dmir li din il-kwestjoni tiġi riżolta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li qed isir dak kollu li hu xieraq biex is-servizzi tat-trasport bi skeda u bla skeda f'Għawdex jitjieb fil-kwalita' u ilaħħaq mad-domanda tal-lum.", "Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex jintlaħaq dan il-għan u fl-istess hin ikunu salvagwardati l-interessi tas-sidien.", "GĦAWDEX - COACHES", "5049.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jaf il- Ministru li eluf ta' turisti li qed iżuru Għawdex qed jitkażaw bil-livell tal-coaches li hemm f'Għawdex, li huma biss karozzi tal-linja antiki ħlief waħda?", "Jista'l-Ministru jagħmel rappreżentazzjonijiet mal-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ biex jagħti l-konċessjoni lis-sidien tal-buses Għawdxin kif kien ta l-Gvern Nazzjonalista lis-sidien tal-coaches Maltin?", "Jaf li bidla bħal din tiswa ħafna għat-turiżmu f'Għawdex għax tgħolli l-livell tat- trasport?", "Meta llum is-sidien Għawdxin, wara negozjati li ilhom sejrin is- snin, qed juru dispożizzjoni li jdaħħlu coaches moderni bl-arja kondizzjonata għaliex dawn id-dewmien?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Interpellant japprezza li din is-sitważżjoni intirtet mill-Gvern preċedenti.", "Kif diġa' gie mħabbar, diġa ntlaħaq ftehim biex din is-sitważżjoni titjieb.", "KAROZZI TAL-LINJA - ĦELSIEN MILL-VAT", "5050.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel fuq it-talba tas-sidien tal-karozzi tal-linja Maltin li talbu ħelsien mit-taxxa tal-VAT u mit-taxxa tar- reġistrazzjoni biex idaħħlu coaches moderni bl-arja kondizzjonata?", "Għaliex il-Gvern Laburista qed jidher li qed jiddiskrimina meta lis-sidien Maltin ngħatatilhom din il-konċessjoni mill-Gvern Nazzjonalista?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett, nibda biex ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern ma qed jiddiskrimina bl-ebda mod mas-sidien Għawdxin tal-karozzi tal-linja.", "Ngħarrfu wkoll li l-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ għamel proposti konkreti li jikkuntemplaw ukoll l-eżenzjonijiet mitluba, u dawn il-proposti tressqu lill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku permezz tal-Ministeru tat- Trasport u Portijiet biex jgħinu fit-taħditiet u negozjati li l-Awtorita tat-Trasport Pubbliku qed ikollha mal-Gozo Bus Owners Association.", "P.A. - TWAQQIGĦ TA' BINI ANTIK", "5053.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għat-twaqqigħ ta' bini antik bla ebda valur storiku, li ġew rifjutati mill-Planning Authority matul l-1996?", "Jaħseb il-Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li tiġi riveduta l-policy eżistenti fir-rigward ta' bini qadim peress li konsegwentement tar-rifjut tal-permess dan qed jitħalla abbandunat u fi stat dilapedat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba minn l-Onor.", "Membru m'hijix possibbli li tinġabar għaliex l-applikazzjonijiet m'humiex ikklassifikati bil-kriterju mitlub.", "Ir-raġuni għaliex proprjeta' titħalla fi stat dilapedat huma varji u mhux neċessarjament ir-rifjut ta' permess ta' żvilupp għat-twaqqiegħ.", "Tajjeb li wieħed japprezza illi għalkemm mhux neċessarjament ikollha valur storiku intrinsiku, l-istess proprjeta għandha valur fil-kuntest sħiħ taċ-ċentru storiku (village core).", "Dawn iċ-ċentri huma risors ta' wirt urban li huwa uniku għall-gżejjer Maltin.", "P.A. - KIOSK F'SAN ANTON", "5054.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess u l-applikazzjoni dwar il-kiosk ta' l-injam f'San Anton u dan wara li ġie soġġett għal dan il-proċess meta minn dejjem il-licencee kien kopert f'liċenzja?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "5056.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' patata (eż: Alpha, Azeta, eċċ) se tiġi esportata lejn l-Olanda fil-ġimgħat li ġejjin?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-patata li qed tiġi esportata lejn l-Olanda bħalissa hija tal-varjeta ALPHA u SANTE.", "ORGANIC FARMING", "5057.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir- rigward ta' l-Organic Farming, jista' l-Ministru jgħid, dejjem fid-dawl ta' l-esperti (kemm Ġermaniżi u kemm oħrajn) li ġew imqabbda biex jagħtu pariri u konsulenza:- 1) min huma dawn l-esperti; u 2) xi kwalifiki u esperjenzi għandhom?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-espeti Ġermaniżi fuq l-Organic Farming huma gradwati minn Universitajiet Ġermaniżi u għamlu diversi xogħlijiet u studju ieħor b' konnessjonijiet ma' l-Organic Farming.", "POWER STATION - ENERĠIJA ELETTRIKA", "5058.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Billi t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4870 ma tantx hija ċara, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' enerġija elettrika li ħareġ mill-Power Stations (eskluż dak użat fil-Power Stations) fil-perjodu 1.11.96 sa 15.4.97 u kemm kienu l-istess ammonti fil- ħames snin preċedenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-figuri għall-perijodi mitluba huma kif murija fit- tabella hawn taħt:", "Units Sent out at Power Station Busbars (Units Generated Less Units used in station)", "Megawatt hours", "|Sen|96/9|95/9|94/9|93/9|92/9|91/9| |a |7 |6 |5 |4 |3 |2 | |Tot|7166|7851|7641|7065|6486|6871| |al |61 |85 |01 |16 |08 |97 |", "Il-figuri tas-sena 1996/97 huma sal-15 t'April.", "Tas-snin l-oħra huma sa l- aħħar t'April.", "IMPORTAZZJONI TA' OĠĠETTI - DAZJU", "5059.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Bil-liġi proposta mill-Gvern minflok il-liġi tal-VAT, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun id-dazju li jitħallas fuq importazzjoni ta' oġġett ta' Lm100 jekk:- 1) l-importazzjoni tkun minn pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea; u 2) l-importazzjoni tkun minn pajjiż li mhux fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dawn il-punti jistgħu jiġu ċċarati waqt id-dibattitu parlamentari dwar din il-liġi.", "ENERĠIJA ALTERNATTIVA", "5065.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni rigward x'tip ta' pressjoni qed juża u x'miżuri beħsiebu jieħu rigward l-enerġija alternattiva, peress li għamel anke riferenza speċifika għaliha fis-Seduta Nru. 56?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi jidher li sal-lum taħt diversi amministrazzjonijiet l-Enemalta naqset li tippreżenta lill-Gvern tal- ġurnata bi proposti konkreti dwar il-promozzjoni ta' enerġija alternattiva fost il-familji Maltin, qed nisħaq mal-Bord tad-Diretturi biex jimlew dan il-vojt.", "PULIZIJA - SPEZZJONIJIET FUQ KAROZZI TAL-LINJA", "5066.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru surprise inspections fuq karozzi tal-linja sabiex wieħed jara kienx qed jintuża pitrolju minflok il-fuel kif suppost:- 1) matul l-1996; u 2) xahar b'xahar matul din is-sena?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MUNXAR - BAJJA TA' SAN TUMAS", "5067.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar (l-aktar riċenti) deċiżjonijiet rigward il-Munxar, Bajja San Tumas u l-madwar tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "DCC - SITE INSPECTIONS", "5068.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4772, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex normali u aċċettabbli li site inspection mid-DCC iddum sitt xhur sabiex tkun appuntata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Site inspections isiru b'sistema li jinġabru numru sostanzjali ta' applikazzjonijiet fl-area konċernata, imbagħad issir l- inspection.", "Mhux possibbli li jsiru site inspections spiss, għax din tkun tfisser li dak inhar id-DCC ma tiltaqax u b'hekk l-għadd ta' applikazzjonijiet deċiżi jonqos.", "Ma jinżammx rekord kemm idumu jistennew applikazzjonijiet biex isiru site inspections.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ VALLETTA", "5069.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4771, minħabba li t-triq in kwestjoni qatt ma ngħatat tarmac, jista' l- Ministru jgħid għalfejn qiegħed jgħid li x-xogħlijiet huma responsabbilta' tal-kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Valletta Road kienet waħda mill-ewwel toroq li ngħataw it-tarmac meta dan ix-xogħol beda jsir hawn Malta.", "Triq m'hemmx għalfejn tkun bit-tarmac biex tkun responsabbilta' tal- kunsill lokali, iżda basta tkun asfaltata ossija li l-wiċċ tagħha ma jkunx għadu trab u materjal.", "INDUSTRIJI - GĦAJNUNA", "5070.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4770, jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji li gawdew minn għajnuna taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali 1 Kap. 325 għal xogħol u proġetti komuni ma' riċiklaġġ?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: S'issa kien hemm żewġ kumpanniji għall- proġetti ta` riċiklaġġ li gawdew minn għajunua taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali Kap 325.", "L-interpellant irid japprezza li hemm id-dispożizzjonijiet dwar il- konfidenzjalita` ta` l-informazzjoni ta` l-istess liġi u għalhekk ma tistgħax tingħata aktar informazzjoni.", "SANT'ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "5071.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4792, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż kapitali u rkorrenti li ntnefqu fil-perjodu tal-mistoqsija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BTAJJEL F'MALTA - UŻU TA' SUNBLOCKS", "5079.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Fid- dawl tal-fatt li hu pubblikament magħruf li r-raġġi tax-xemx iżidu r-riskju ta' kanċer tal-ġilda, u peress li pajjiżna hu partikolarment magħruf fil- qasam turistiku għax-xemx u l-baħar, x'inhu jagħmel il-Gvern sabiex: (i) fl- istess ħin jeduka lil min hu mħajjar isiefer lejn Malta għal btala fis-sajf sabiex jintużaw sunblocks li joffru protezzjoni kontra mard; (ii) pajjiżna jiġi marketed aktar għall-postijiet kulturali li b'hekk għandhom jiġu organizzati aħjar?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Interpellant għandu jirriferi l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministeru konċernat filwaqt li nitolbu jkun aktar ċar fit-tieni mistoqsija tiegħu.", "LIĠI TAL-VAT - KONSULENTI BARRANIN", "5081.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-amministrazzjoni preċedenti waqt it- tħejjija għall-introduzzjoni tal-VAT, kellhiex konsulenti barranin?", "Jekk iva min kienu, u kemm tħallsu?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tas-CV ta' dawn il-konsulenti barranin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qiegħed jinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KONFERENZA REĠJONALI DWAR L-ENERĠIJA - RAPPORT", "5082.", "L-ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport tal- Ministru/Segretarju Parlamentari li attenda l-Konferenza Reġjonali dwar l- Enerġija fi Trieste fl-Italja f'Ġunju/Lulju 1996 flimkien ma' l-inkartament tal-konferenza?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif li talab l-Onor.", "Membru tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - KUMITAT KORDINATTIV GĦALL- HOUSING", "5114.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Koordinattiv dwar Housing għal Għawdex illi ġie mwaqqaf dan l-aħħar?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Il-Membri tal-Kumitat Koordinattiv għall-Housing f'Għawdex huma Dr. Stefan Buontempo (Chairperson), is-Sur Anton F. Attard, is-Sur Charles Baldacchino, is-Sur Michael Grima u l-Perit Joe Mizzi.", "Is- Segretarju hu s-Sur George Żammit.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "5115.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2427 dwar l- impatt fuq l-indiċi tal-prezzijiet tal-miżuri tal-budget u miżuri oħra li saru fit-28.1.97 u li fir-risposta li ngħatat fil-31.1.97 ma kenitx ġiet mogħtija l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minħabba li l-miżuri li ttieħdu fil-budget ma ġewx fis-seħħ f'daqqa, l-effett fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet kien imqassam skond meta dawn iż-żidiet ġew fis-seħħ u meta nqraw.", "Matul ix-xahar ta' Jannar kien hemm dawn l-oġġetti li ntlaqtu mill-miżuri tal-budget:", "|Oġġett |Effett fuq | | |l-Indiċi | |Spirti |0.03 | |Sigaretti |0.30 | |Pitrolju |0.01 | |Petrol u |0.59 | |Diesel | |", "Matul ix-xahar ta' Frar kien hemm dawn l-oġġetti li ntlaqtu bil-miżuri tal- budget:", "|Liċenzji tal-karrozzi |0.06 | |Nollijiet tal-Vapur |0.07 | |t'Għawdex | | |Rati tal-posta |0.02 |", "Hawnhekk ta' min jgħid illi l-Indiċi tal-Prezzijiet għadu mhux qiegħed jirrifletti l-imposta ta' Lm4 fuq is-safar barra l-pajjiż minħabba li l- indiċi relattiv jinħadem f'Mejju.", "Il-kumpens għall-għoli tal-ħajja jinħadem skond ir-rata ta' l-inflazzjoni għas-sena li twassal sa Settembru.", "Ir-rata ta' l-inflazzjoni tinħadem skond l-indiċi sħiħ u mhux skond nurmu limitat ta' sub-indices.", "Fid-dawl ta' dan, mhuwiex għaqli li wieħed jittanta jagħti indikazzjoni dwar il- kumpens għall-għoli tal-ħajja għaliex wieħed għad irid jara kif se jiżviluppa l-Indiċi fil-perjodu sa Settembru, 1997.", "MELLIEĦA/MANIKATA - TISWIJA TA' TOROQ", "5129.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-triq li tagħti bejn il-Mellieħa u l-Manikata hijiex se titwessa' u tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-kunsill lokali kien intenzjonat li jissottometti pjan għat-titjieb ta' din it-triq.", "Diskussjonijiet għadhom għaddejjin biex it-titjieb mixtieq ikun jista' jsir.", "XEMXIJA/MELLIEĦA - BDIL TA' LAMPI", "5130.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex min hu responsabbli jara li jsir bdil ta' lampi maqtugħin fit-triq prinċipali mix- Xemxija sal-Mellieħa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-manutenzjoni ta' lampi fit-triq prinċipali ta' bejn il-Mellieħa u x-Xemxija saret kif meħtieġ.", "GĦADIRA/ĊIRKEWWA - PAVIMENTAZZJONI", "5131.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru l- pavimentazzjoni u face-lifting tal-promenade tal-Bajja ta' l-Għadira u tal- promenade taċ-Ċirkewwa biswit ir-reverse osmosis?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ġie mwaqqaf steering committee bejn il-Ministeru tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni u l-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali biex flimkien mal-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tat-Toroq tiġi updated l- informazzjoni dwar toroq li jenħtieġu l-asfalt jew tiswijiet kemm jekk dawn jaqgħu taħt il-kunsill lokali kif ukoll jekk huma responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali.", "Deċiżjonijiet dwar xogħlijiet indikati mill-Onor.", "Interpellant jittieħdu wara dan ix-xogħol ta' konsultazzjoni.", "ARMIER/ĊIRKEWWA - TISWIJA TA' TOROQ", "5132.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għoti ta' tarmac fi Triq l-Armier u fit-triq li tagħti miċ-Ċirkewwa għal Paradise Bay huwiex ippjanat li jsir?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għalissa mhux ippjanat li jingħata t-tarmac fl- inħawi peress li qed isir xogħol għall-bini tad-database ta' toroq li jenħtieġu dan it-tip ta' xogħol kif rreferejt għalih drabi oħra.", "Aktar informazzjoni tkun tista' tingħata 'l quddiem.", "MELLIEĦA - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "5133.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il- manutenzjoni tal-flats tal-Gvern f'Qasam ta' Pennellu, fil-Mellieħa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MELLIEĦA - DAWL FIT-TOROQ", "5134.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-installazzjoni ta' dawl fil-bypass tal-Mellieħa, minn ħdejn it-telgħa ta' Selmun sa ħdejn is-Sea Bank Hotel?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-talba ta' l-Onor.", "Membru għall-istallazzjoni ta' dawl fil-Bypass tal-Mellieħa qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN U AMBJENT - DELEGAZZJONIJIET", "5161.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm kien hemm delegazzjonijiet uffiċjali minn Malta f'laqgħat u konferenzi internazzjonali u f'laqgħat bilaterali matul l-1996?", "F'kemm-il delegazzjoni kien hemm membri nisa u liema kienu dawk id- delegazzjonijiet li kienu komposti minn irġiel u minn nisa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena nformat illi, matul l-1996, kien hemm 126 żjara barra minn Malta, minn uffiċjali f'livelli differenti tal-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin u l-Ambjent, li attendew laqgħat u konferenzi internazzjonali, kif ukoll laqgħat oħrajn kif kien meħtieġ.", "F'7 minn dawn iż-żjajjar kien hemm parteċipazzjoni femminili.", "F'każ wieħed biss minn dawn is-seba' żjajjar, il-parteċipanta mara kienet akkumpanjata minn uffiċjal ieħor raġel.", "SCHOLARSHIPS", "5162.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm ingħataw scholarships barra minn Malta lill-nisa u lill-irġiel Maltin, sena b'sena, mill-1985 sa l-1996?", "F'liema oqsma ngħataw dawn l-ischolarships u kemm minn dawk in-nisa u r-rġiel li ħadu l- ischolarships kienu single u kemm kienu miżżewġa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Peress li, kif jiena nformat, il-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin kien involut direttament fl-ipproċessar ta' l- applikazzjonijiet u l-għotja ta' scholarships għal barra minn Malta fis- sena 1987, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li talabni l- Onor. Membru, għas-snin mill-1987 sa l-1996.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant ukoll li ma tinżammx statistika dwar l- istat tal-borsisti li jingħażlu sabiex imorru għal dawn lis-scholarships.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "5163.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fis-Servizz Pubbliku maqsuma f'nisa u rġiel fl-iskala 20 ta' l-istruttura ta' l-istess servizz?", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-numru ta' impjegati mal-Gvern fulltime li jitħallsu fuq skala ta' salarju 20 huwa ta' 319 rġiel u 57 nisa.", "ENEMALTA - NUQQAS TA' CABLES", "5164.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jikkonferma l-Ministru li minħabba nuqqas ta' cable xogħol fuq substation qiegħed jinżamm lura b'detriment għal għadd ta' klijenti li diġa' ħallsu l- flus biex ikollhom dan is-servizz?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jirriżultax li hemm proġett ta' klijenti weqfin minħabba substations li ma sarux għax hemm nuqqas ta' cable.", "ENEMALTA - ŻIEDA FID-DĦUL", "5166.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiżdied id-dħul tal- Korporazzjoni Enemalta minħabba l-għoli tal-kummissjoni li għamlet l- Korporazzjoni Enemalta mal-GRTU b'effett mill-1 ta' April, 1997 fuq perijodu ta' sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-dħul ta' l-Enemalta mhux mistenni li jiżdied, l- għan tal-ftehim huwa li l-pubbliku jingħata servizz aħjar.", "MOSTA - PROĠETT TAL-130KV", "5167.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni u indikazzjoni fuq il-proġett tal- 130KV link tal-Mosta, speċjalment fir-rigward jekk hux miexi skond time- frame li kien ippjanat?", "Jekk jeżistu xi problemi, jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra x'inhuma?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qed nassumi li l-Onor.", "Membru meta jirriferi għal 130 KV link tal-Mosta jrid ifisser il-proġett tal-132 KV li jinkludi ż-żewġ ċirkwiti tal-cable tal-132 KV bejn il-Marsa u l-Mosta u l-bini u t-tagħmir taċ-ċentru tad-distribuzzjoni l-ġdid tal-Mosta.", "Ix-xogħol fuq iż-żewġ ċirkwiti tal-132 KV cable ittardja sostanzjalment minħabba li x-xogħol tal-kuntrattur fuq it-tħaffir u l-finishing tal-mina bejn il-Marsa u l-Mosta għadu sejjer.", "Dan ix-xogħol kellu jkun lest fis- sajf tal-1996.", "Ix-xogħol fuq il-bini taċ-ċentru tad-distribuzzjoni tal-132 KV tal-Mosta miexi skond il-programm.", "Il-kontentut u ż-żmien biex joħorġu l-offerti għall-apparat qegħdin jiġu rrikunsidrati fuq bażi tal-varjazzjoni fiż-żieda fid-domanda għall- elettriku.", "AĠENZIJI TURISTIĊI - SUSSIDJI", "5199.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-NTOM ħallset jew ftehmet li tħallas sussidju per capita lill-aġenzija li minn dan ix-xahar qed iġġib Malta eluf ta' turisti Tedeski?", "F'każ affermattiv, jista' l-Ministru jikkonferma li issa saret politika ta' l-NTOM li permezz tat-TOSS jew fondi oħra ta' Tour Operator Support li tinċentiva operaturi b'dan il-mod?", "X'inhu l-ammont miftiehem mal-aġenzija Ġermaniża?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma ngħata ebda sussidju per capita.", "L-NTOM lesta tagħmel joint promotion ta' Malta ma' tour operators.", "SVPR - ANZJANI", "5200.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani (nisa u rġiel) li ġew ammessi fir-Residenza San Vinċenz de Paule xahar b'xahar f'Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena?", "Kemm minn dawn ġew ammessi direttament mid-dar tagħhom u kemm minn St. Luke's Hospital jew minn xi sptar jew istituzzjoni oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SVPR - ADMISSION WARD", "5201.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk l- Admission Ward ta' San Vinċenz de Paule għadhiex tintuża għal skop oriġinali tagħha bħala ward li fiha jsir l-iscreening u l-assessment ta' dawk l-anzjani li jiġu annessi f'dik ir-residenza?", "Huwa veru li anzjani rġiel li qed jiġu annessi f'San Vinċenz de Paule qed jintbagħtu dritt fis- swali mingħajr ma jgħaddu mill-Admission Ward?", "30/04/97", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MTARFA: DAR TA' L-ANZJANI", "5202.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n- numru ta' anzjani li applikaw s'issa u qegħdin jistennew biex jidħlu fl- Imtarfa Home?", "Kemm minnhom huma nisa, rġiel jew koppji u n-numru ta' anzjani ta' kull raħal jew belt li minnhom applikaw?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "LIĠI DWAR IR-REFERENDA", "5203.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l- liġi dwar ir-Referenda bi żvista amministrattiva ta' proċedura teknika ma tistax tiġi applikata, jidhirlu l-Prim Ministru li din it-teknikalita' tiġi stabbilita' sabiex b'hekk il-liġi tkun tista' tidħol fis-seħħ u ma tibqax liġi \"mejta fil-kotba statutorji\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kwestjoni kollha tiġi kkonsidrata fiż-żmien xieraq.", "QORTI - BEJGĦ TA' OĠĠETTI MILL-IRKANT", "5204.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il oġġett nbiegħ mill- irkant tal-Qorti fis-sena 1996?", "Kemm kien l-ammont tad-dħul monetarju minn dawn l-oġġetti?", "Kemm-il proprjeta' maqbuda mill-Qorti kienet mibjugħa fl- irkantijiet tal-Qorti?", "Kemm kien l-ammont ta' flus minn din il-proprjeta'?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-1996 inbiegħu mill-irkant tal-Qorti 17 l-oġġett mobbli li l-ammont tad-dħul tagħhom kien ta' Lm173,240.", "Kien hemm ukoll bejgħ ta' 12 il-proprjeta' maqbuda mill-Qorti u li l-ammont tagħhom kien ta' Lm340,850.", "DWANA - KUNTRABANDU", "5205.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' litri ta' alkoħol (spirti) u l-ammont ta' sigaretti maqbuda mid-Dwana minħabba kuntrabandu eċċ.?", "Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir minnhom dawn iż-żewġ affarijiet?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bejn Jannar 1996 u April 1997 inqabdu 15,799 pakkett tal-20 sigarett il-wieħed u 49.7 litru ta' spirti.", "Is-sigaretti jingħataw lill-Welfare Committee taċ-Ċentru Ħidma Soċjali, Sta.", "Venera biex jitqassmu fost pazjenti fl-isptarijiet mentali u xi kwantitajiet żgħar ħafna lill-Isptar il-Ġdid t'Għawdex.", "F'kull każ id- Dipartiment jingħata rċevuta u jgħarrfu l-Awditur tal-Gvern.", "Fil-każ ta' l-ispirti, dawn normalment jitqassmu bi ħlas lid-Dipartimenti tal-Gvern għal skopijiet ta' ospitalita'.", "Lill-Awditur tal-Gvern jgħarrfu ukoll.", "MEDICAL STORES - MEDIĊINI NIEQSA", "5233.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema mil-lista ta' mediċini out of stock tas-16.2.97 (Ref.", "PQ 4356) għadhom out of stock?", "Hemm xi mediċini oħra li ma kenux out of stock u li issa huma out of stock u liema huma?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FGURA - SERVIZZ TA' ILMA", "5248.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li fi Triq il-Ġdida fi Triq Tal-Karmnu, Fgura, ir- residenti għadhom bis-servizz temporanju kemm ta' l-ilma kif ukoll tad- drenaġġ u peress li minħabba l-fatt li dawn għadhom ma sarux bis-servizzi permanenti, din it-triq qatt ma ngħatat la kisja tarmak u qatt ma ġiet livellata u għalhekk qed toħloq inkonvenjent għar-residenti ta' din it- triq, jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tirranġa din is- sitwazzjoni?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "5249.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li t-triq li twassal sal-pumping station ta' Wied Għammieq hi fi stat li tibża' tinżel bil-karozza sa din l-istation, u peress li l-ħaddiema li hemm f'din il-pumping station qed ikollhom iħallu l- karozzi 'l bogħod u jimxu sal-post tax-xogħol tagħhom, jista' l-Ministru jara li din it-triq tingħata ftit ta' l-attenzjoni sabiex jonqos dan l- inkonvenjent għall-ħaddiema?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x'rimedji jista' jkun hemm fiż-żmien immedjat.", "NEGOZJI ŻGĦAR", "5250.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għal ftuħ ta' negozji żgħar ġodda bħalma huma petshops, groceries, bazaars u ironmongeries li ġew rifjutati mill- Planning Authority mill-1.11.96 sat-30.04.96?", "Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li għandha ssir reviżjoni mmedjata tal-policy fir-rigward ta' applikazzjonijiet bħal dawn li ħafna qed jiġu rifjutati bl-iskuża ta' traffic flow jew parking?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.", "SAĦĦA - PAZJENTI MIBGĦUTA BARRA GĦAL KURA", "5251.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti Maltin barra minn Malta għall-investigazzjoni u/jew kura fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "F'liema diagnosis group kienu dawn il- każijiet?", "Kemm minnhom ma kkwalifikawx mill-means test u b'hekk il-pazjent kellu jħallas għal biljetti ta' l-ajru hu stess?", "Kemm hu kkalkolat id-dħul tal-pazjent sabiex ma jkollux għalfejn iħallas il-biljetti ta' l-ajru?", "Kemm ilu ma jiġi rivedut dan it-treshold?", "Jidhirlu l-Ministru li dan għandu jiġi rivedut b'mod partikolari f'każijiet fejn: (i) pazjent ikun minorenni u b'hekk ikollu jiġi akkumpanjat minn ġenitur; (ii) pazjent ikollu jagħmel żmien twil barra minn Malta u b'hekk familjarji ikollhom spejjeż akbar għall-akkomodazzjoni; (iii) pazjent ikollu jsiefer minn żmien għal żmien għall-kura?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR SAN LUQA - MARD", "5252.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W35 (109/97), jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jingħataw il-figuri b'age group and sex: (i) f'Diċembru 1996 inkluż; (ii) bħala każijiet separati (i.e. numru ta' każijiet differenti f'Diagnosis groups flok numru totali ta' admissions); u (iii) tal-group \"nervous system and sense organs\" u \"neoplasms\" - breakdown tal-każijiet differenti b'\"diagnosis\" speċifiku (ie.e multiple sclerosis, motor neurone disease, brain/spinal cord tumours) u kemm minnhom kellhom bżonn jiġu riferuti barra minn Malta għal MRI (Magnetic Resonance Imaging)?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "IMPJIEGI", "W318.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni (a) b'kuntratt indefinit, (b) b'kuntratt definit; u (ċ) konsulenti kif ukoll kemm ingħataw transfers mill- 1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitatjiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il- kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l- ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Żewġ tabelli (A) u (B) li juru l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Ministeru tiegħi ghall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sat-28 ta' Frar, 1997 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - SUSSIDJU GĦALL-KERA", "W489.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li tul is-snin 1994-1996, sena b'sena, gawdew mill-iskema SHD 11 (Sussidju għall-Kera)?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi fl-1994 ibbenefikaw 68 applikanti ġodda taħt l-iskema SHD 11.", "Fl-1995 u fl-1996 ibbenefikaw 68 u 73 benefiċjarji rispettivament.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W494.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jinformani jekk l-applikant bin-numru 6378 ingħatax akkomodazzjoni alternattiva, stante li dan spiċċa jittallab għand in-nies biex raqduh għandhom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ għadu pendenti.", "DJAR - SPEZZJONIJIET", "W520.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jordna illi l-persuna mill-Furjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament issirlha spezzjoni f'dan il-post li hu tal- Gvern biex jitranġalha l-bieb ta' barra u s-saqaf?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "DJAR - BDIL TA' GALLARIJI U VERANDA", "W528.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, se jkollu l-katusi, veranda u gallariji li huma fi stat perikoluż, irranġati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "PULIZIJA: PC 179", "W532.", "L-ONOR ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ex PC 287, u llum PC 179 Raymond Aquilina li kien fil-Pulizija bejn il-perjodu ta' l-14 ta' Marzu 1986 sa l-1990 u reġa' daħal fit-18 ta' Diċembru ta' l-1995 wara li ġie kostrett li jidħol taħt kors akkademiku, b'differenza ma oħrajn, u li sal-lum is-servizz preċedenti tiegħu għadu ma ġiex ikkonsidrat mas-servizz tiegħu preżenti?", "Għaliex wkoll fil-każ tiegħu stess meta hu ppreżenta ruħu għall- eżami/interview għal grad ta' surġent, ġurnata qabel l-interview (27/7/96) reġgħet ġiet ukoll miċħuda t-talba tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi, s-Sur Aquilina kien reġa' daħal fil-Korp wara s-sejħa għall-ingaġġ u mhux bħala re-instated, għalhekk is- servizz preċedenti ma setgħax ikun ikkonsidrat.", "Waħda mir-rekwiżti għall- promozzjoni għal surġent, kienet li l-membru tal-Korp ried ikollu mill- anqas tlett snin servizz, liema rekwiżit s-Sur Aquilina ma kienx jissodisfa.", "BARRIERI - PERMESSI", "W537.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-barrieri u plants li huma liċenzjati sabiex joperaw u ċioe':", "1.", "Barrieri tal-ġebel; 2.", "Barrieri taż-żrar; 3.", "Barrieri taż-żrar tal-qawwi; 4.", "Batching Plants; 5.", "Tarmac plants; u 6.", "Plants tal-planki (prefabricated/precast)?", "Fejn qegħdin sitwati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BEJJIEGĦA - CASH REGISTERS", "W544.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk kull bejjiegħ tal-ħaxix u l-frott sew dak bil- ħanut kif ukoll dak li jbiegħ fit-toroq minn fuq vettura hu dovut li jkollu u li jħaddem cash register?", "Jekk fl-affermattiv, u fl-isfond tal-moralita' fiskali mixtieqa, għal-liema raġuni dan mhux qed ikun osservat mill- bejjiegħa kollha f'din il-kategorija bħal fil-każ ta' uħud minn dawk li jkunu jbiegħu minn fuq vetturi fit-toroq u pjazzez fil-lokalita' ta' San Ġwann?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi fl- affermattiv.", "Ninsab informat li saru b'kollox 374 ispezzjoni lill-bejjiegħa tal-ħaxix u frott tat-toroq.", "Sitta minn dawn kienu fil-lokalita' ta' San Ġwann.", "Kien hemm biss hawker wieħed li kien irrapportat.", "SAĦĦA - TRADESMAN", "W545.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fir-rigward ta' post ta' tradesman (upholsterer)?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' tradesman (Upholsterer) li għalihom applika l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "DJAR - TISWIJIET", "W553.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jilqa' t-talba tal-persuna mill-Belt li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex jissewwewlu ħsarat fit-twieqi?", "Il-post ta' dan l-inkwilin hu post tal-Gvern.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "RABAT - KAMRA TAN-NAR - DAWL", "W555.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tistax tawtorizza biex ħdejn il-kamra tan-nar ta' l-Għaqda tan-Nar 15 ta' Awissu fid-Dwejra limiti tar-Rabat, tistax ssir lampa tad-dawl taħdem permezz ta' timer, l- Għaqda tan-Nar 15 ta' Awissu lesta li toffri l-apparat (il-bozza u t-timer eċċ) biex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tagħmel l-installazzjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li t-talba għall- installazzjoni tal-lampa qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "KUNSILLI LOKALI", "W556.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-budget ppreżentat minn kull kunsill lokali għas-sena 1997/1998?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kopja tal-budgets ippreżentata minn kull kunsill lokali se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra meta dawn ikunu waslu kollha lid-dipartiment.", "KUNSILLI LOKALI - ĦADDIEMA", "W557.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gvern attached ma' kull kunsill lokali fil-preżent u kemm hemm talbiet pendenti minn kull kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent hemm 37 ħaddiem assenjati ma' seba' kunsilli.", "L-assenjar (attachment) ta' ħaddiema tal-Gvern mal-Kunsilli Lokali ser tiġi rregolata minn skema nazzjonali li qed tiġi diskussa mal-partijiet kollha nvoluti.", "Meta din l-iskema tigi finalizzata kull kunsill jingħhata l-opportunita' biex jagħmel it-talbiet għall-assenjar ta' ħaddiema tal-Gvern li jkun disponibbli.", "Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali diġa' rċieva xi talbiet minn għaxar kunsilli ghal 57 ħaddiem.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT - HOSPITALITY", "W564.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Minħabba li l-kontijiet għax-xahar ta' April 1997 jibdew jaslu Malta mill-għoxrin Ambaxxata li għandna mferrxin f'bosta pajjiżi tad-dinja tul ix-xahar ta' Mejju, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l- informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant issa.", "GĦaldaqstant, nagħti d-dettalji kollha aktar tard, wara li tinġabar l-informazzjoni li tkopri l-perijodu kollu minn Novembru 1996 sa April 1997.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - HOSPITALITY", "W569.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-infieq mill-vot tal-Hospitality tal-Ministeru tal- Biedja u Sajd mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997 kien ta' Lm2782.03 maqsuma kif jidher hawn taħt:", "|Ministeru |Lm2372.79 | |Sajd u |Lm 232.50 | |Akwakultura | | |Agrikultura |Lm 176.74 | |Servizzi |Xejn | |Veterinarji | | |Servizzi |Xejn | |Koperattivi | |", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - HOSPITALITY", "W572.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni dettaljata li talab l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija numru W572 tingħata hekk kif tinġabar."]} {"filename": "19970428_057d_par.doc", "date": "1997-04-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 57 It-Tnejn, 28 ta' April, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 57", "It-Tnejn, 28 ta' April, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.06 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "57", "It-Tnejn, 28 ta' April, 1997", "WERREJ MINUTI 946", "INFORMAZZJONI MINN MADAM SPEAKER 946", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 946", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 950", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAL-KONVENZJONI DWAR ARMI KIMIĊI", "RATIFICATION OF CHEMICAL WEAPONS CONVENTION BILL (TIENI QARI,", "KUMITAT U TIELET QARI) 951", "AĠĠORNAMENT 983", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 989", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL- MIKTUB...................................................................100 2", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 56 li saret fit-28 ta' April, 1997 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI MINN MADAM SPEAKER", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Nixtieq ninforma lill- Kamra li għat-tenur ta' l-Ordni Permanenti 120E (3) - li tirriferi għall- Ordni Permanenti 120B (3) u (4) - l-Onor.", "Lino Spiteri qed jinħatar membru fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi minflok l-Onor.", "Leo Brincat, waqt li l-Onor.", "Brincat isir sostitut minfloku.", "Ngħaddu issa għal mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - STUDENTI", "4663.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti bniet u studenti subien jistudjaw il-home economics u l-graphic design għas-snin 1991-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - TRANSFERS", "3340.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk fis-servizz pubbliku ħarġux xi transfers skond l- esiġenzi ta' l-istess servizz?", "Huwa possibbli li tingħata informazzjoni dwar lil min ingħataw dawn it-transfers u f'liema dipartimenti?", "Dwarhom ittieħdu xi passi kontra xi ħadd?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Transfers fis-servizz pubbliku normalment iseħħu jew minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew fuq talba ta' l- individwu nnifsu.", "Matul is-snin ħarġu eluf kbar ta' transfers u għalhekk m'huwiex possibbli jingħad fejn ħarġu u lil min ingħataw pero' nżid ngħid li t-transfers li jseħħu jiġu pubblikati fi transfer lists apposta.", "IMPJIEGI - NORMAN BEZZINA", "3341.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fuq liema bażi kien ġie mpjegat is-Sur Norman Bezzina fil- ministeru tal-politika soċjali fl-amministrazzjoni preċedenti?", "Jekk l-impjieg tiegħu kien bil-kuntratt għal kemm żmien kien dan il- kuntratt?", "Qatt ġie mġedded dan il-kuntratt?", "X'kien ix-xogħol tiegħu skond l-istess kuntratt?", "X'benefiċċji ħa u għadu qed jieħu l-ministeru minn dan il-kuntratt?", "Kemm kien dan is-salarju u x'benefiċċji oħra kien jirċievi s-Sur Norman Bezzina?", "Kemm damet għandu u kemm swiet lill-ministeru l-karozza self-drive li kien juża?", "Veru li s-Sur Norman Bezzina saħansitra kellu xufier miegħu?", "Kemm kien l-ammont ta' petrol li ġie kkonsmat minn din il-karozza?", "Il-Ministru jaħseb li hemm lok li wieħed jinvestiga fid-dettall l-operat kollu tas-Sur Bezzina kemm dam fil-ministeru, kif ukoll jekk fix-xogħol li għamel tax verament value for money?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Fl-amministrazzjoni preċedenti s-Sur Norman Bezzina kien ġie mpjegat bil-kuntratt bħala konsulent tal-komputerizzazzjoni fil-ministeru tal-politika soċjali b'effett mit-2 ta' Lulju, 1989.", "Il-kuntratt kien għal sena iżda dan ġie mġedded minn sena għall-oħra sal- 31 ta' Diċembru, 1994.", "Għalkemm saru indaġni biex isir magħruf x'wettaq minn dan il-kuntratt u x'benefiċċji ħa l-ministeru minnu, l-unika informazzjoni li nstabet kienet li s-Sur Bezzina kien jifforma parti mill- isteering committee imwaqqaf biex jeżamina studju li kien sar minn Price Waterhouse fuq il-komputerizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi s-salarju u benefiċċji oħra li rċieva s-Sur Bezzina sena b'sena.", "PROSTITUZZJONI - KONTROLL", "3342.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex il-prostituzzjoni tiġi kkontrollata?", "Peress li meta prostituta tinqabad fuq xogħolha din tiġi arrestata u mtella' l-qorti, jista' l-Ministru jgħid jekk f'każ bħal dan il- klijent jittellax ukoll?", "Fil-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja qed issir xi tip ta' propaganda kontra l- prostituzzjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-pulizija regolarment jagħmlu patrols u raids f'diversi lokalitajiet biex titrażżan il-prostituzzjoni.", "Fejn jirriżulta li jkun hemm ksur ta' liġi ma ssir ebda distinzjoni bejn il-prostituta jew il-klijent.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "VOLONTARJAT - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "3345.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għaqdiet volontarji, li tant huma ta' fejda fis-soċjeta', humiex jibbenefikaw minn sistemi ta' għajnuna finanzjarja min-naħa ta' l-amministrazzjoni ċentrali?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, kemm hija din l-għajnuna fi flus u min huma l-għaqdiet li qegħdin jibbenefikaw?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Iva, hemm diversi ministeri li jagħtu għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet volontarji b'rikonoxximent għax-xogħol li dawn qegħdin iwettqu fis-soċjeta'.", "Minn informazzjoni miġbura mingħand dawn il-ministeri jirriżulta li matul l-1996 ingħatat għajnuna finanzjarja lil diversi gruppi ta' għaqdiet kif jidher hawn taħt:", "GĦaqdiet filantropici Lm502,059 GĦaqdiet sportivi Lm209,732 GĦaqdiet kulturali Lm 61,444 GĦaqdiet taż-żgħażagħ Lm 5,065", "Kif l-Onor.", "Interpellant żgur li jifhem, dawn l-ammonti jiġu mogħtija lil numru konsiderevoli ta' għaqdiet fid-diversi gruppi.", "GVERN - KORRISPONDENZA BIL-MALTI", "3346.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li ħafna drabi l-ittri li jintbagħtu lill- pubbliku minn ministeri u dipartimenti jkunu jew bl-Ingliż jew b'tali mod li l-ilsien Ingliż ikun preferut mil-Malti, jista' l-Ministru jara li l- ittri uffiċjali ta' kull xorta jinkitbu biss bl-ilsien Malti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif ċertament jaf il-Ministru, għalkemm il-lingwa nazzjonali tagħna hija l-Malti pero' mbagħad iż-żewġ lingwi uffiċjali ta' pajjiżna huma l-Ingliż u l-Malti.", "Jien naħseb li l-ispirtu tad-domanda ta' l-Onor.", "Schembri Adami huwa li jkun importanti li l-gvern jara x'se jagħmel biex kemm jista' jkun il-korrispondenza li tolqot lill-pubbliku in ġenerali tkun bil-Malti bħal, per eżempju, jkun xieraq li l-enforcement notice ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar jew inkella xi avviż ieħor li jkun se jolqot lil kulħadd, irrispettivament mil-livell ta' l-edukazzjoni tiegħu, ikun bil- Malti.", "F'dan il-kontest, jista' l-Ministru jassigura li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin, ippresedut mill-istess Onor. Interpellant, jibda joħroġ l-aġenda bil-Malti minflok bl-Ingliż?", "Qed ngħid dan għax l-aġenda tat-30 ta' April ta' dan il-kumitat qiegħda bl-Ingliż u tgħid:", "1.", "Keynote speech by the Chairman; u", "2.", "Exploiting mineral wealth in Maltese territorial waters in the context of the body of laws related to the Law of the Sea Convention with a special accent on foreign policy and international environmental considerations.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, jien ma għandix dubju li l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Borg jaf li waħda mill-karatteristiċi tal-bnedmin hija li iktar faċli li jippriedkaw milli jipprattikaw dak li jgħidu!", "Fil-fatt, hawn ikun tajjeb jekk infakkar li għalkemm il-programm elettorali preċedenti tal-Partit Nazzjonalista kien jgħid li l-gvern se jkellmek u jiktiblek bil-Malti, din il-proċedura ma tantx kienet ġiet segwita.", "Sfortunatament dak li qed jiġri huwa li dan jiddependi minn jekk min jikteb dawn iċ-ċirkolarijiet ikunx iktar familjari mal-lingwa Maltija jew iktar familjari mal-lingwa Ingliża.", "Ġeneralment il-lingwa Maltija qed tintuża biss meta dak li jkun ma jasalx biex jikteb bl-Ingliż.", "Fil-fatt, ikun tajjeb jekk wieħed jikteb ċerti ċirkolaritajiet ta' xi servizz essenzjali, bħall-kontijiet ta' l-ilma, bil-lingwa Maltija ħalli jkun jista' jifhimhom kulħadd u għalhekk jien naħseb li għal ċirkolaritajiet bħal dawn żgur li għandu jsir sforz biex dawn isiru bil-Malti, u b'Malti tajjeb.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, filwaqt li napprezza l-isforzi li se jipprova jagħmel il-Ministru f'dan ir-rigward, jistax għallinqas wieħed jibda josserva l-provvediment kostituzzjonali li jgħid li meta wieħed jikteb ittra jew jagħmel xi talba lill-amministrazzjoni r-risposta għandha tkun miktuba bl-istess lingwa li fil-fatt biha tkun saret it-talba?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naqbel mas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MSU - NORMAN BEZZINA", "3347.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Fuq liema bażi kien ġie mpjegat is-Sur Norman Bezzina ma' l-MSU u mal-Fondazzjoni tax- Xjenzi u Servizzi Mediċi?", "Kemm dam impjegat magħhom u x'benefiċċji ħadu dawn iż-żewġ azjendi mill-operat tiegħu?", "Fuq liema kriterji kien juża karozza self-drive u kemm qamet l-ispiża tagħha, inkluż il-konsum tal-petrol, mmatul iż-żmien li kien jużaha?", "Meta kien ġie terminat il-kuntratt tiegħu?", "Il-Prim Ministru jaħseb li għandha ssir investigazzjoni sħiħa dwar dan l- ex-impegat biex jiġi aċċertat jekk il-kuntratt ta' xogħol tiegħu ħalliex riżultati pożittivi u jekk minnu l-gvern ħax verament value for money?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba tal- Mistoqsija Parlamentari Numru 2909 fis-Seduta Nru. 29 tal-14 ta' Frar, 1997.", "Ġeneralment is-Sur Norman Bezzina kien jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' kuljum.", "Il-fondazzjoni qatt ma pprovdietlu karozza għall-użu tiegħu .", "Ma jirriżultax li s-Sur Bezzina kien impjegat mal-Management Systems Unit Ltd.", "MINISTRU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA - XOGĦOL PROFESSJONALI", "4516.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'arranġamenti għamel dwar ix-xogħol professjonali li hu kellu qabel ma nħatar ministru in vista ta' l-obbligi mposti fuqu mill-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri?", "Jekk hu l-każ, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' kull arranġament milħuq?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni dwar kull segretarju parlamentari li jaqa' taħtu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Billi s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani qabel il-ħatra tiegħu kien konsulent l-isptar, saru arranġamenti biex l- Onor. Louis Buhagiar jieħu special leave without pay on grounds of public policy biex b'hekk ikun jista' jaqdi lis-servizz pubbliku fil-kariga ta' segretarju parlamentari.", "L-arranġamenti l-oħra li saru rigward ix-xogħol professjonali tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma l-istess bħall-arranġamenti li kienu saru fl-amministazzjoni preċedenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-arranġamenti li jsiru minn kull ministru u segretarju parlamentari fin-natura tagħhom huma personali, jista' fil-każ il-Ministru jispjega x'inhuma l-arranġamenti tiegħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-każ tiegħi jiena qabbadt locum biex ikun jista' jagħmel ix-xogħol li kont nagħmel jien.", "MADAM SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddi issa għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Kopja tad-diskors li l-Ambaxxatur ta' Malta f'Ġinevra għamel lill- Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fit-2 ta' April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W551; u", "Kopja tad-diskors li l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent għamel fil-Jubilee Session of the United Nations Economic Commission for Europe fil-21 ta' April 1997 li saret f'Ġinevra, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W552.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Informazzjoni dwar il-libreriji fl-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums fis-sena skolastika 1996/1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4796.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi n-numru ta' persuni li ngħataw recognition mid- Dipartiment tad-Djar mill-1 ta' Novembru 1996 sa April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4807.", "Irrid ngħid ukoll li ma tinżammx statistika rigward ir-raġuni tar- rikonoxximent u dwar kemm dawn kien ilhom pendenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-ammont ta' laħam taċ-ċanga mixtri taħt l-iskema tal- beef intervention f'Novembru u Diċembru 1995, Jannar, Frar, Marzu, Novembru u Diċembru 1996, u Jannar, Frar u Marzu 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4808.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAL-KONVENZJONI DWAR ARMI KIMIĊI", "RATIFICATION OF CHEMICAL WEAPONS CONVENTION BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza lill-Gvern jirratifika l-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l-Iżvilupp, Produzzjoni, Ħażna u Użu ta' Armi Kimiċi u l-Qerda tagħhom, biex jipprovdi għall-implimentazzjoni minn Malta tad-dispożizzjonijiet relattivi u għas-sħubija ta' Malta fl-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi, u dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' dan jew li huma anċillari għal dan\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, il-General John Pershing fl-1919 qal hekk:", "\"Whether or not gas will be employed in future wars is a matter of conjecture but the effect is too deadly to the unprepared that we can never afford to neglect the question\".", "Dan kien qed jgħid hekk għaliex kien għadu frisk fil-memorja ta' kulħadd l- ewwel użu fuq skala kbira ta' mezz differenti ta' kif tagħmel gwerra.", "Qed nirriferi għall-użu tal-chlorine li kienu għamlu t-truppi Ġermaniżi ġewwa Ypres, fil- Belġju, kontra t-truppi Franċiżi meta kienu raw li fiżikament ma setgħu jagħmlu xejn kontrihom minħabba l-concrete u l-barbed wire li dawn kellhom għad-difiża tagħhom.", "Fit-22 ta' April ta' l-1915 kienet intużat għall- ewwel darba fuq skala kbira xi ħaġa biex tagħmel gwerra b'mod differenti, jiġifieri mhux bil-balal jew b'affarijiet oħra bħal dawn imma permezz ta' aġent kimiku.", "Biex wieħed ipoġġi din fl-isfond storiku ta' min jgħid li sa ħafna qabel, jiġifieri sa mill-1874, kien hemm konferenza fi Brussels li tkellmet fuq il- liġijiet u n-normi li għandhom jiġu osservati fil-gwerra.", "Iktar tard fl- 1899 - sena qabel qaleb is-seklu - kien hemm l-ewwel konferenza tal-paci ta' The Hague fuq kemm għandha tiġi limitata l-gwerra mil-lat uman u kien hemm imbuttar ukoll biex tiġi ffirmata dikjarazzjoni li ma jintużawx projectiles - balal u affarijiet simili - li l-iskop tagħhom kien ikun biss biex jaqtgħu nifs in-naħa l-oħra permezz ta' l-użu ta' gassijiet li huma ta' dannu għas-saħħa.", "Fil-fatt, Artiklu XXIII tal-Konvenzjoni ta' The Hague ta' l-1907 kien għamel illegali l-użu ta' veleni jew inkella weapons li jkunu vvelenati, kif ukoll l-użu ta' armi li jġibu tbatija mhux neċessarja kontra l-għadu tiegħek, jiġifieri biex ikun hemm anke ċerta etika tal-gwerra.", "Fl-1918 ir-Red Cross Internazzjonali għamlet appell kontra l-użu ta' armi kimiċi u dan, nerġa ngħid, kien in segwitu tal-fatt li fl-1915 truppi Ġermaniżi kienu diġa' wżawhom u iktar tard f'dik is-sena truppi Ingliżi wkoll użaw il-chlorine gas.", "Fl-1916 truppi Franċiżi stess użaw il-phosgene, li hija wkoll kimika velenuża, waqt battalja f'Verdun.", "Dan kompla jġib ċerta reazzjoni mid-dinja tant li fl-1925 kien hemm il- famuża Geneva Protocol for the Prohibition of the Use in War of Asphyxiating, Poisonous or Other Gases and of Bacteriological Methods of Warfare - u affarijiet oħra.", "Jekk inkomplu nsegwu l-istorja naraw li anke aktar tard, jiġifieri bejn l- 1926 u l-1930, il-League of Nations ta' dak iż-żmien kellha kummissjoni fuq id-diżarmament li kienet titkellem b'mod partikolari fuq chemical warfare.", "Minkejja dan kollu nsibu li fis-snin 1935 u 1936 t-Taljani kienu wżaw chemical warfare fl-Abyssinia, l-Ġappuniżi fl-1937 użaw chemical warfare fiċ-Ċina u sfortunatament imbagħad beda jiġi magħruf ukoll li kien hemm pajjiżi li addirittura bdew jimmanifatturaw chemicals fuq skala kbira biex jintużaw fil-gwerra.", "Imbagħad bdew jiġu prodotti affarijiet oħra bħalma huma tabun u s-saren.", "Madam Speaker, hawnhekk qed nitkellmu fuq kimiċi li joqtlu n-nies u flora u l-fawna, jiġifieri x-xtieli, l-annimali u anke l- ambjent in ġenerali, pero' dawn ma jagħmlux ħsara lill-proprjeta' u allura hawn wieħed seta' jirraġuna li jkun jaqbillek tuża sistema li tħalli l- bini intatt u mhux jiġri bħal meta jintużaw il-bombi li jeqirdu kollox.", "Dan kien l-inċentiv li ħajjar lil min juża dawn it-tip ta' armamenti biex jiġġieled il-gwerra.", "Hemm ħafna kwalitajiet ta' chemical weapons, jiġifieri ta' gassijiet u materjal kimiku, li jiġu maqsumin f'kategoriji skond kif jaffettwaw lill- bniedem.", "Hemm biċċa minnhom li jattakkaw in-nervituri jew lill-ġilda, oħrajn li jifgaw lin-nies, oħrajn li jivvelenaw id-demm, oħrajn li jġibu ħafna dmugħ u oħrajn li anke jaħdmu fuq is-sistema tal-moħħ ta' l- individwu.", "Nista' ngħid li wħud minn dawn il-chemical weapons bdew jiġu prodotti fuq skala kbira tassew.", "Sfortunatament jekk wieħed jara x'ġara iktar tard fiż-żmien bħal, per eżempju, meta niġu għall-involviment Amerikan fil-Vietnam, insibu li hemmhekk ir-range tagħhom kibret ħafna fejn wieħed seta' jitkellem fuq numru ta' agents bħal, ngħidu aħna, agent white, agent purple, agent orange u agent blue.", "Dawn kienu kollha kimiċi velenużi li apparti li kienu jagħmlu ħsara lin-nies, kienu jiġu promossi taħt skużi li dawn jeqirdu l-pjanti jew li jwaqqgħu l-weraq tas-siġar ħalli ma jkunx hemm fejn jinħeba l-għadu.", "Żvilupp interessanti kien li iktar tard, fil- bidu tas-sittinijiet, mhux biss kien hemm l-użu crude tat-tfigħ ta' dawn il- kimiċi iżda għamlu mezzi kif dawn il-kimiċi jiġu sparati ġo bombi għal tapposta fejn it-taħlita tagħhom issir velenuża waqt li jiġu sparati - hawn qed nirreferi għall-famużi binary weapons li fl-1960 kienu popolari ħafna.", "Kif għidt iktar kmieni kien fl-1925 li għall-ewwel darba kienet inħolqot kuxjenza f'dan ir-rigward permezz tal-Protokoll ta' Ġinevra.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-Amerka damet 50 sena biex irratifikat il-Protokoll ta' Ġinevra u huwa ovvju li dan ġara għal raġunijiet ta' difiża.", "Pero' ta' min wieħed jissottolinja l-fatt li l-Protokoll ta' Ġinevra kien jagħmel aċċenn fuq \"the prohibition of the use of asphyxiating, poisonous or other gases and of bacteriological methods of warfare\".", "Jiġifieri hawnhekk l-aċċenn tal-protokoll kien iktar fuq l-użu tagħhom milli fuq ħwejjeġ oħra.", "Fil-fatt kellna nistennew sas-sena 1972 biex bdiet tiġi diskussa - wara ħafna suġġerimenti u ħafna proposti minn pajjiżi differenti - the Convention on the Prohibition of the Development, Production, Stockpiling of Bacteriological or Biological and Toxic Weapons and on their Destruction.", "Mela hawnhekk daħlu l-elementi ta' żvilupp, produzzjoni, ħażna u anke l-iskop aħħari tad-distruzzjoni ta' dawn l-armamenti.", "Din il- konvenzjoni kienet bdiet tiġi diskussa f'postijiet differenti sakemm fl- 1972 wasalna għal dan li qed nitkellmu fuqu llum, jiġifieri l-Konferenza tad-Diżarm f'Ġinevra waslet biex tifformola l-Convention on the Prohibition of the Development, Production, Stockpiling and Use of Chemical Weapons and on their Destruction.", "Mela issa m'aħniex qed ngħidu biss li l-iskop huwa li tillimita, iżżomm jew li ma tagħmilx legali l-iżvilupp, il-produzzjoni u anke l-ħażna ta' dawn it-tip ta' armi, imma anke li tara li dawn jiġu distrutti u għalhekk din qiegħda fil-kontest tal-Conference.", "Madam Speaker, meta qed nitkellmu fuq din il-convention qed ngħidu li dan huwa l-ewwel ftehim multilaterali - jiġifieri li qed jiġi nnegozjat bejn ħafna pajjiżi - li għandu dan l-għan speċifiku li l-pajjiżi kollha jaqblu fuq din il-convention u li jkun hemm implimentazzjoni wkoll, jiġifieri mhux biss li niffirmaw u nirratifikaw il-konvenzjoni imma jrid ikun hemm ukoll mezzi kif nimplimentawha.", "Jien ngħid li hemm pajjiżi li għandhom interess partikolari biex jipparteċipaw f'din il-convention għaliex dawn għandhom industrija importanti tal-kimika, kif ukoll li hemm pajjiżi li qegħdin f'reġjuni ta' tensjoni li allura jaqblilhom li din il-convention tiġi attwata u osservata.", "Barra minn hekk hemm pajjiżi li huma stess għandhom il-chemical weapons li qegħdin fl-armamentarium tagħhom.", "Madam Speaker, irrid ngħid ukoll li din il-konvenzjoni ilha tiġi studjata u l-fatt li dan il-Parlament qed jgħaddiha proprju llum b'ċerta urġenza huwa propriju għaliex illum hija l-aħħar ġurnata li nistgħu nirratifikaw din il-konvenzjoni.", "Dan għaliex jekk din il-liġi tgħaddi minn dan il- Parlament u allura aħna nkunu nistgħu nirratifikaw din il-konvenzjoni qabel id-29 ta' April, li jaħbat għada, ikollna dritt li nipparteċipaw fl-ewwel konferenza tal-pajjiżi li jagħmlu parti minn din il-konvenzjoni biex b'hekk inkunu f'pożizzjoni li nikkontribwixxu sabiex jiġi mfassal kontroll fuq l- armi kimiċi u anke nkunu parti mis-set-up ta' l-Organizzazzjoni għall- Projbizzjoni ta' l-Armamenti Kimiċi.", "Dawk il-pajjiżi li mhux se jkunu parti minn din il-konvenzjoni se jkollhom restrizzjonijiet fuq l- esportazzjoni ta' kimiċi minn pajjiżhom u anke fuq l-importazzjoni ta' ċerta kimika f'pajjiżhom, speċjalment jekk din tkun ġejja minn dawk il- pajjiżi li se jkunu parti minn din il-konvenzjoni.", "Hawn tajjeb li ngħid li skond l-aħħar informazzjoni li ngħatajt sal-lum 81 pajjiż irrattifikaw din il-konvenzjoni - proprju f'dawn l-aħħar ġranet kellna r-ratifika ta' l- Istati Uniti ta' l-Amerka - li fosthom insibu erbgħa mill-ħames membri permanenti tas-Security Council tal-Ġnus Magħquda.", "Dan ifisser li sal-lum 164 pajjiż iffirmaw l-konvenzjoni filwaqt li 81 pajjiż biss irrattifikawha.", "Għalhekk jekk illum jirnexxielna ngħaddu din il-liġi li tagħtina s-saħħa li nirratifikaw din il-konvenzjoni allura se nkunu in time biex nieħdu l- benefiċċji li semmejt aktar kmieni.", "Fost id-diversi drittijiet u benefiċċji li tagħtina din il-konvenzjoni wieħed jista' jsemmi dak li nkunu parti minn grupp ta' pajjiżi li ma jkollhomx daqshekk diffikultajiet biex jinnegozjaw f'ċerti kimiċi - fil- fatt, kif se nispjega aktar 'il quddiem, dawn huma maqsumin fi tliet kategoriji - liema dritt jitfa' ċerti obbligi fuqna filwaqt li jagħtina wkoll ċerti drittijiet.", "Aħna m'għandniex problemi f'dan ir-rigward għax m'għandniex postijiet jew inkella strutturi li fihom nagħmlu armi kimiċi, pero' jekk kemm-il darba aħna jkollna suspett li xi pajjiż qed jimmanifattura armi kimiċi jew inkella jkun qed jagħmel użu mhux normali minn ċerta kimika, bħala pajjiż parteċipi tal-konvenzjoni aħna se jkollna d- dritt li nitolbu spezzjoni mingħand dak il-pajjiż.", "Ċerti pajjiżi kienu daqsxejn xettiċi dwar jekk għandhomx jaqbdu u jiffirmaw malajr din il-konvenzjoni u dan minħabba l-biża' li ċerta informazzjoni li se jkollhom jagħtu a tenur ta' din il-konvenzjoni tista' tkun interpretata bħala li b'xi mod tista' tnaqqsilhom mill- konfidenzjalita' mill-aspett kummerċjali jew inkella ta' sigurta' nazzjonali li jista' jkollhom.", "Fil-konvenzjoni pero' hemm provvedimenti u mezzi biex din l-informazzjoni ma twassalx biex ikun hemm dan it-tip ta' periklu.", "Madam Speaker, il-konvenzjoni titkellem ukoll fuq il-bżonn ta' spezzjonijiet fejn wieħed ikollu d-dritt u l-mezzi li jivverfika d-data li pajjiż jagħti lill-awtorita' rigward il-faċilitajiet u l-fabbriki li għandu jaħdmu fil-kimika, kif ukoll l-importazzjoni u l-esportazzjoni tagħha.", "Bis- saħħa ta' din il-konvenzjoni se jingħata wkoll id-dritt li jsiru investigazzjonijiet f'dawk il-pajjiżi li ma jkunux qegħdin jimxu man-normi tal-konvenzjoni.", "Jien naħseb li bħalissa hawn min jistaqsi: Min-naħa tagħna x'se tinvolvi r-ratifika tal-konvenzjoni?", "Kemm se nħallsu?", "X'se nakkwistaw?", "Jien diġa' għidt li se nakkwistaw ħafna għaliex se nkunu parti minn dan il-club ta' pajjiżi u skond ir-regolamenti tal-konvenzjoni se jkollna ċerti drittijiet u ċerti obbligi.", "M'hemmx dubju pero' - dan qed ngħidu bl-ikbar responsabbilta' - li l-fatt li nkunu f'din il-konvenzjoni bl-ebda mod m'hu se jfixkel jew ixekkel l-iżvilupp ta' xi industrija f'pajjiżna jew inkella f'xi pajjiż li qed jiżviluppa u li għandu bżonn jimporta jew jesporta ċerta kimika.", "Sakemm l-affarijiet ikunu spjegati, ċari u fil-parametri tal- konvenzjoni ħadd m'għandu għalfejn jibża' jew iħabbel rasu għaliex wieħed mill-annexes tal-konvenzjoni stess jitkellem ċar dwar il-kondizzjonijiet rigward kimiċi differenti.", "Dawn il-kimiċi jittieħdu skond il-grad u l- kwalita' tagħhom kif ukoll skond kemm dawn ikunu konnessi ma' kimiċi li bihom jistgħu jsiru kimiċi velenużi għal skop ta' gwerra jew għal skop ta' attakk.", "Irrid ngħid ukoll li meta nkunu parti minn din il-konvenzjoni nkunu nistgħu niggwadanjaw mill-għajnuna li l-organizzazzjoni li tissorvelja l- operat ta' din il-konvenzjoni tipprovdi lill-pajjiżi membri.", "Artiklu minnhom - mingħalija Artiklu XI - jipprovdi għal ċerta għajnuna u assistenza ta' informazzjoni li l-organizzazzjoni tista' tagħtik jekk inti tagħmel każ li dwaru jkun hemm verament għalxiex tiġi megħjun.", "Madam Speaker, issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar din il-konvenzjoni b'mod aktar dettaljat.", "Il-liġi li qed niddibattu llum hija biex tagħtina permess naderixxu għal din il-konvenzjoni, liema konvenzjoni għandha għan wieħed, dak li tipprojbixxi l-iżvilupp u l-produzzjoni, l-akkwist, iż-żamma, il-ħażna, it- trasferiment u l-użu ta' armi kimiċi.", "Meta wieħed jaderixxi għal din il- konvenzjoni jkun ifisser li din qegħda tpoġġi responsabbilta' fuq dak il- pajjiż li jiddistruġġi, jarmi u jneħħi l-armi kimiċi u l-faċilitajiet li jista' jkollu biex jipproduċihom.", "Iktar minn hekk, dan għandu jara kif jagħmel biex jekk kemm-il darba jkun hemm armi kimiċi fil-pajjiż li jkunu ġew minsija jew abbandunati għal snin twal - u nafu li minn żmien għal żmien meta jkunu qed isiru ċerti xogħlijiet ġieli nsibu bombi tal-gwerra għalkemm dawn huma bombi normali u allura jista' jkun li f'ċerti pajjiżi jkun hemm depots fejn dawn it-tipi ta' armi huma maħżuna iżda li maż-żmien intnesew - dawn jiġu mfittxija u mneħħija.", "Madam Speaker, hemm pajjiżi li huma xettiċi fuq din il-konvenzjoni u hawnhekk forsi wieħed jistaqsi: Imma għaliex huma xettiċi?", "Dawn qed jgħidu li l-proċess biex tipproduċi armi kimiċi tant huwa wieħed relattivament sempliċi u faċli li ħafna drabi l-istruttura tkun tixbaħ ħafna lil struttura normali li allura huwa diffiċli biex tissorveljaha.", "GĦalhekk irid ikun hemm korp ta' sorvelja u spettorat tajjeb u għalhekk ukoll il- provvedimenti li hemm għal dik li hija verifika u spezzjoni fil-konvenzjoni jridu jkunu kemm wesgħin ħafna kif ukoll li jmorru 'l bogħod.", "Fil- konvenzjoni hemm mezzi differenti kif tista' ssir il-verifika - għax wara kollox din hija ċ-ċavetta ta' kollox.", "Meta inti għandek il-verifika allura dan ifisser li jekk għandek rapport għandek il-mezz kif tivverifikah biex b'hekk suspetti jiġu nvestigati u d-dikjarazzjonijiet jiġu ċċertifikati li huma dikjarazzjonijiet veri.", "Jekk ma jkunx hemm dikjarazzjonijiet eżatti u jekk ma jkunx hemm spjegazzjoni u deskrizzjoni ta' x'qed tuża jaf ikun hemm ħafna problemi għax inti tista' anke twaqqaf in-negozju u t-trasferiment ta' kimika li hija harmless u li tintuża f'ħafna xogħlijiet u f'ħafna proċessi industrijali madwar id-dinja.", "Din il-verifika, biex ngħid hekk, hija taħlita ta' reporting fejn il- pajjiżi jridu jgħidulek eżatt x'għandhom, irid ikollok spezzjonijiet fuq il- post u jrid ikollok anke dawk li ngħidulhom challenge inspections, jiġifieri spezzjoni bla notice u ta' malajr ħalli tivverifika kemm huma veri dawk ir-rapporti li qegħdin jaslulek.", "Minn dan li għidt s'issa wieħed malajr jifhem li dan mhux bilfors isir biss fuq is-settur militari għaliex m'huwiex neċessarjament il-militar li jkun qed jipproduċi dawn l-armi kimiċi għax, kif diġa' għidt, dawn huma affarijiet li jistgħu jsiru anke f'impjant industrijali privat li m'huwiex u allura l-konvenzjoni tmur 'il bogħod aktar mis-settur militari biex tinvolvi wkoll l-industrija privata.", "Din il-konvenzjoni hija daqsxejn twila għax apparti l-preambolu fiha xejn inqas minn 24 artiklu u tliet annexes li issa se ngħid xi ħaġa fuqhom.", "Fil- konvenzjoni bażikament għandek id-dikjarazzjoni ta' x'inhuma l-objettivi tagħha, jiġifieri l-waqfien tal-produzzjoni u d-distruzzjoni ta' l-armi kimiċi u spjega ta' l-attivitajiet li m'humiex projbiti taħt l-istess konvenzjoni.", "Fost dawn insibu l-miżuri li jridu jittieħdu fuq skala nazzjonali biex ikun hemm implimentazzjoni tal-konvenzjoni.", "Insibu li trid titwaqqaf an Organisation for the Prohibition of Chemical Weapons ħalli tagħmel il-programme evaluation and review technique, jiġifieri li tikkordina l-proċess kollu ta' konsultazzjoni, koperazzjoni u anke fact- finding li, kif diġa' għidt, jagħtu d-dritt li wieħed ikun jaf il-fatti eżatti u anke tagħti l-assistenza u l-protezzjoni kontra l-użu ta' armamenti kimiċi.", "Il-konvenzjoni titkellem ukoll dwar mezzi kif wieħed jista' jirranġa sitwazzjoni li m'hijiex normali u aċċettabli u dwar kif wieħed ikun jista' jara li jkun hemm compliance mal-konvenzjoni, kif ukoll dwar x'miżuri jistgħu jittieħdu kontra min ma jimxix skond il-konvenzjoni.", "Artikli oħra jitkellmu dwar kif jista' jiġi miftiehem ċertu nuqqas ta' qbil bejn pajjiżi li huma parteċipi f'din il-konvenzjoni u anke dwar aspetti pjuttost tekniċi bħal, per eżempju, kemm għandha ddum din il-konvenzjoni u kif wieħed jista' joħroġ minnha.", "Ma' din il-konvenzjoni nsibu tliet annexes importanti - annexes huma dawk il-partijiet li jgħinu biex jiġi spjegat f'iktar dettall dak li hemm fil-konvenzjoni - li wieħed minnhom jitkellem fuq il-kimiċi, l-ieħor jitratta dwar l-implimentazzjoni u l-verifika ta' dak kollu li titlob il- konvenzjoni, u t-tielet annex jitratta fuq il-protezzjoni ta' informazzjoni konfidenzjali ta' natura industrijali.", "L-ewwel annex jitkellem fuq id-differenza li tgħaddi bejn kimika u oħra fejn insibu tliet kategoriji ta' kimiċi li skond il-konvenzjoni jistgħu jiġu trattati b'mod differenti skond in-natura ta' dik il-kimika.", "Kif diġa' għidt, dan jiddependi minn kemm dawn il-kimiċi huma relatati mil-qrib jew mil-bogħod ma' sustanzi oħra biex wieħed ikun jista' jiffabbrika kimiċi li huma perikolużi u li jistgħu jintużaw għal skop ta' gwerra.", "Fl-ewwel kategorija nsibu kimiċi li jistgħu jibqgħu jiġu negozjati bejn il-pajjiżi u li f'din il-konvenzjoni huma klassifikati bħala bla kontroll, jiġifieri dawn huma kimiċi li għandhom importanza kemm fil-mediċina kif ukoll fl-industrija.", "Schedule 2 titratta dwar chemicals li jintużaw għal dak li huwa printing u lubrication u għall-użu ieħor fid-djar.", "Dawn se jibqgħu jiġu nnegozjati bejn pajjiż u ieħor għaliex fihom hemm ċerti additives, bħalma huma l- petrol, id-detergents, il-pestiċidi u affarijiet li jużaw fl-industrija biex bihom jiżbgħu d-drapp.", "Il-konvenzjoni pero' se taħseb biex f'perijodu ta' tliet snin dawn jiġu kkontrollati billi jiġu magħmulin biss f'dawk il- pajjiżi li jkunu parteċipi.", "Imbagħad hemm chemicals li huma aktar perikolużi u allura hemm iktar possibilita' li dawn jintużaw b'mod ħażin.", "F'dan il-każ il-konvenzjoni - għalissa mhux se nidħol fid-dettall tagħhom - tagħmel aktar restrizzjonijiet fuqhom.", "Madam Speaker, it-tieni annex jittratta dwar il-verifika li, biex ngħid hekk, huwa l-iktar wieħed voluminuż għax isemmi s-sistema kollha li trid tintuża biex ikun hemm possibbilta' ta' spezzjonijiet, rapporti u dikjarazzjonijiet.", "Fi ftit kliem, dan l-annex jidħol f'dettal tekniku sabiex jara li jekk kemm-il darba din il-konvenzjoni tiġi aċċettata ma tkunx miktuba fuq il-karta biss imma tiġi implimentata b'mod prattiku.", "F'dan il-kamp m'hemm xejn iktar importanti mill-verifika u fil-fatt parti kbira mill-konvenzjoni tittratta dwar dak kollu li jrid isir biex ikun hemm il-verifika tal-fatti dikjarati.", "Madam Speaker, it-tielet annex jgħid kif għandha tiġi ttrattata l- konfidenzjalita' u kif għandha tiġi wżata l-informazzjoni miġbura mill- pajjiżi meta jkunu qed isiru l-ispezzjonijiet għax, kif diġa' għidt, hemm pajjiżi li jibżgħu li tista' toħroġ ċerta informazzjoni li tkun ta' dannu għan-negozju jew għall-industrija kimika tagħhom.", "F'dik li hija confidential information, il-konvenzjoni tittratta b'għaqal kbir dwar il- mod kif għandha tinġabar l-informazzjoni, dwar kif għandhom iġibu ruħhom in- nies li jkunu mqabbda jiġbru dik l-informazzjoni, dwar l-impjegati tas- segretarjat tekniku tal-konvenzjoni, dwar kif jiġu protetti stallazzjonijiet sensittivi, dwar kif id-data miġbura tiġi stored u dwar il- miżuri li għandhom jittieħdu f'każ li jkun hemm ksur ta' drittijiet jew allegazzjoni ta' ksur tal-konfidenzjalita' tal-materjal li jkun inġabar matul l-ispezzjonijiet.", "Fil-fatt din il-konvenzjoni, li ilha tinħadem mill- inqas għaxar snin, qed tagħmel dan kollu biex ma jkunx hemm dubji li jġiegħlu lill-pajjiżi jibqgħu lura milli jieħdu parti fiha.", "Madam Speaker, Artiklu VII ta' din il-konvenzjoni, li jittratta dwar il- miżuri li għandhom jittieħdu fil-pajjiż, jgħid li l-ewwel ħaġa li trid issir hija li tiġi mwaqqfa awtorita' nazzjonali f'kull pajjiż li jkun aderixxa għal din il-konvenzjoni - fil-fatt bl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed nimplimentaw dan kollu - ħalli din isservi bħala punt ta' riferiment u bħala punt ta' liaison u bħala punt ta' kuntatt, kemm fuq bażi nazzjonali u anke ma' l-organizzazzjoni internazzjonali ta' din il- konvenzjoni.", "GĦalhekk, wara li nirratifikaw din il-konvenzjoni, l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li nwaqqfu din l-awtorita' nazzjonali.", "Barra minn hekk, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jagħti d-dritt lill-ministru responsabbli li jieħu ukoll miżuri oħra, bħal ngħidu aħna, li jaħtar lid-direttur, lill-ispettorat, lill-analista u lil min ikun hemm bżonn biex dawn jgħinu lill-awtorita' tipproċessa l-informazzjoni, tgħaddiha lill-organizzazzjoni internazzjonali u anke biex tirrispondi għall-mistoqsijiet u għaċ-challenges li jkun hemm minn barra pajjiżna biex b'hekk inkunu nistgħu nagħtu l-informazzjoni rikjesta minnhom.", "Subklawsola 5(1) ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tgħid:", "\"Il-Ministru għandu jaħtar u jwaqqaf Awtorita' Nazzjonali li tagħmilha ta' intermedjarju effettiv ma' l-Organizzazzjoni skond u b'mod konformi ma' l-Artiklu VII tal-Konvenzjoni.", "L-Awtorita' Nazzjonali titmexxa minn Direttur.", "Il-Ministru għandu wkoll jaħtar persuna li tkun Spettur ta' l-Awtorita' Nazzjonali.\"", "Din l-awtorita` għandha rwol preċiż li tipprepara u anke tibgħat dikjarazzjonijiet kif jitolbu Artiklu III u Artiklu VI tal-konvenzjoni, li tpoġġi into action leġislazzjoni ġdida jew inkella leġislazzjoni li tkun ġiet riveduta skond il-konvenzjoni u li tara li jkun hemm enforcement ta' dak li titlob il-konvenzjoni.", "L-awtorita` trid tkun il-liaison biex jekk ikunu ġejjin l-inspectors minn barra taħseb għal affarijiet bħalma huma visas, pero' trid ukoll ikollha s-saħħa li kull fejn ikun hemm bżonn tagħti clearance lill-ajruplani u lill-vapuri.", "L-awtorita` għandha tagħti l- informazzjoni fuq il-programm nazzjonali liema programm jsir għal skopijiet protettivi.", "Ħaġa oħra iktar importanti li trid tagħmel din l-awtorita' hija li tiffaċilita l-bdil ta' informazzjoni xjentifika u teknoloġika f'dak li għandu x'jaqsam ma' kimika f'dawk l-oqsma li mhumiex projbiti taħt il- konvenzjoni.", "Din l-awtorita` għandha a give and take function, jiġifieri hi stess tieħu u tagħti għajnuna minn numru ta' ministeri u awtoritajiet f'pajjiżna.", "Naturalment din se jkollha x'taqsam mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija, mad-Dipartimenti tal-Kummerċ u tad-Dwana - għaliex irid ikun hemm ċerti verifiki ta' x'jidħol u x'joħroġ mil-pajjiż - u ovvjament anke mal-Pulizija u mal-Forzi Armati ta' Malta.", "Peress li kien hemm min għamel ċerti riservi u saħansitra anke kellu ċerta biża' huwa importanti li wieħed jifhem - u dan nerġa' nissottolinjah - li l-fatt li aħna nkunu f'din il-konvenzjoni mhuwiex se jaffettwa lill- industrija li għandha x'taqsam mal-kimika jew li timporta jew tħaddem ċerta kimika għall-proċess industrijali tagħha.", "L-awtorita' nazzjonali, flimkien mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, tista' tirrispondi mistoqsijet u tista' tagħti l-informazzjoni kollha mitluba minn kull min għandu xi dubju rigward x'se jsir.", "Peress li diġa' tkellimt rigward il-kwalitajiet ta' kimika ma nixtieqx naħli iktar żmien fuq dan is-suġġett u allura se nissottolinja biss il-fatt li hemm kategoriji ta' kimika li meta jkunu qegħdin jiġu wżati bħala parti minn produzzjoni jew bħala parti mil-manifattura jrid ikun hemm l-obbligu - dan jeżisti anke f'affarijiet oħra - li l-pajjiż li jkun qed jesporta dak il-prodott joħroġ dak li jgħidulu an end-user certificate fejn jiċċertifika l-użu li se jagħmel minnha dak li qed jirċeviha.", "Għaliex?", "Għaliex uħud minn dawn il-kimiċi jaqgħu taħt il-kategorija ta' dual use.", "Biex nagħti eżempju, inti tista' tuża sikkina biex taqta' biċċa ħobż imma tista' tużaha wkoll biex tħanxar għonq xi ħadd.", "Hemm affarijiet li minħabba l-mod kif inhuma magħmulin jgħidulhom dual use products bħal, per eżempju, timer nista' nużah bħala żveljarin jew nista' nużah biex nagħmel time bomb.", "Dan ifisser li min jimmanifattura ċerti affarijiet kimiċi jkun obbligat li meta jesportahom jara li jaqgħu f'idejn tajba mhux biss billi jikkopera ma' ċerti ministeri imma talli jrid jikkomunika mad-dipartimenti partikolari bħalma huma dawk tal-Kummerċ u tad-Dwana biex ikunu jistgħu jaraw illi l- affarijiet mexjin kif suppost.", "Madam Speaker, hemm partijiet mill-konvenzjoni li m'għandniex ċans noqogħdu nidħlu fihom fid-dettall imma nispera li nkunu nistgħu nagħmlu dan aktar 'il quddiem.", "Forsi jkun hemm min jgħid: Għaliex ġejtu b'din il- mozzjoni fl-aħħar minuta, proprju lejliet li tagħlaq id-data?", "Hawnhekk irrid ngħid li l-ewwelnett din il-konvenzjoni ħadet ħafna ħin biex l- Uffiċċju ta' l-Attorney General jaċċerta li qegħdin nirratifikaw xi ħaġa li wara kollox hija tajba u t-tieni nett irrid infakkar - jien inħoss li din kelli nagħmilha qabel pero' bi pjaċir ngħid li llum, bi qbil man-naħa l- oħra, ġejna hawnhekk sabiex ngħaddu din il-liġi mill-istadji kollha ħalli nkunu nistgħu nieħdu l-benefiċċju li hemm marbut mal-fatt li nirratifikaw qabel id-29 ta' April - illi proprju fl-1 ta' Diċembru, 1994 kienet tressqet mozzjoni f'dan il-Parlament mill-kollega tagħna l-Onor.", "Dom Mintoff u ffirmata mill-Prim Ministru tal-lum, l-Onor.", "Alfred Sant, fejn konna għidna hekk:", "\"Din il-Kamra turi x-xewqa li l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirratifika l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.", "Biex tiġi fis-seħħ din il-konvenzjoni trid ir-ratifika ta' 65 pajjiż u biex il-proċess ta' ratifika jseħħ b'suċċess ikun hemm bżonn li dan il-Parlament jgħaddi l- liġijiet meħtieġa.\"", "Dan kien f'Diċembru ta' l-1994 u dan m'għamilnihx għax kellna xi dubju li n- naħa l-oħra ma kenitx taqbel magħna anzi niftakar li kienet mozzjoni li ġiet aċċettata minn kulħadd.", "Aħna anke fid-dokument tal-politika barranija tagħna dejjem nippriedkaw li rridu li jkun hemm baħar ta' paċi u li madwarna rridu stabilita' u sigurta' assoluta.", "Madam Speaker, jekk tippermettili hawnhekk nixtieq naqra verbatim minn dan id-dokument:", "\"Pajjiżna għandu jkun favur politika internazzjonali li tadotta dawk il-mezzi kollha neċessarji li jwasslu għad-diżarmament u jaħdem kontra t-tixrid ta' l-armi, speċjalment dawk ta' mass destruction, partikolarment dawk nukleari, kimiċi u bioloġiċi.\".", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu biss fuq il-kruha u l-biża' ta' armamenti kimiċi pero' ma rridux għal mument ninsew li barra dawn hemm l-armamenti nukleari u batterjoloġiċi li huma iktar perikolużi u li aħna kontra dawn it- tipi ta' armi wkoll.", "Pero', sfortunatament, peress li l-armi kimiċi huma irħas biex tipproduċihom allura se jibqgħu jidhru fix-xena internazzjonali.", "Hawnhekk irrid insemmi inċident li ma seħħx snin twal ilu - mhux fl-1915, bħalma għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, lanqas fit-Tieni Gwerra Dinjija jew fil-Vietnam - imma seħħ riċentement, proprju ġewwa l-Iraq, fejn hemm allegazzjonijiet serji li x-Shiites tan-naħa t'isfel tal-pajjiż ġew attakkati b'armi kimiċi u b'gassijiet velenużi minn forzi governattivi.", "Meta wieħed jara dan allura jifhem il-preokkupazzjoni tad-dinja li dan il- flaġell, dan l-istrument ikrah li twebblu bih snin twal ilu u li għamel id- dehra tiegħu fuq ix-xena internazzjonali b'mod l-aktar ċar fl-1915 sfortunatament għadu qiegħed fl-imħażen ta' l-armamentarju militari ta' ħafna pajjiżi.", "Għalija huwa ta' solliev kbir li proprju l-Istati Uniti ta' l-Amerka, wara dibattitu sħun u opinjonijiet iebsin ħafna miż-żewġ naħat, fil-fatt irratifikat din il-konvenzjoni.", "Jiddispjaċini li r-Russja għadha m'għamlitx l-istess ħaġa u nispera li fil-ġranet li ġejjin nisimgħu li l- pajjiżi l-kbar u importanti kollha jkunu wkoll parteċipi għal din il- konvenzjoni.", "Ħalli nitkellmu ċar.", "X'jiswa li jkun hemm ħafna pajjiżi żgħar bħalna - għall-grazzja t'Alla m'għandniex dawn l-armamenti - li nirratifikaw din il-konvenzjoni għaliex nemmnu fil-prinċipju u biex anke jkollna l-konfort li nkunu fi grupp kbir ta' pajjiżi li jistgħu joffrulna l- informazzjoni, l-għajnuna u s-serħan tal-moħħ, imma mbagħad ikun hemm pajjiżi kbar li jkollhom dan it-tip ta' materjal u ma jipparteċipawx f'din il-konvenzjoni?", "Meta nafu li llum saħansitra l-Amerka u ċ-Ċina rratifikaw din il-konvenzjoni u nappella lir-Russja biex din ukoll tirratifika l- konvenzjoni.", "Filwaqt li huwa importanti li nirratifikaw din il-konvezjoni huwa ferm iktar importanti li ngħixu l-ispirtu tal-konvenzjoni billi nippermettu l-ispezzjonijiet li hemm bżonn, billi nkunu onesti fid- dikjarazzjonijiet, billi nagħmlu minn kollox biex ma jkun hemm l-ebda xkiel milli jsiru l-ispezzjonijiet li hemm bżonn isiru.", "Madam Speaker, għalissa se nieqaf hawn ħalli nagħti ċans lil sħabi jitkellmu biex imbagħad ikolli ċans ngħid xi ħaġa fil-qosor qabel ma niġu għall-istadju ta' Kumitat.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, jien ma nistax ma nifraħx ukoll lill-Gvern talli llum qed iressaq dan l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l-Armi Kimiċi.", "Bħalma qal tant tajjeb il-Viċi Prim Ministru dan l-abbozz ta' liġi mhux biss qed jawtorizza lill-Gvern jirratifika l-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l-Iżvilupp, Produzzjoni, Ħażna u Użu ta' Armi Kimiċi u l-Qerda tagħhom imma se jawtorizzah ukoll biex jimplimenta ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu jew li huma anċillari għalih.", "Jien ma naħsibx li hawn xi gvern jew xi parlament demokratiku fid-dinja li għandu rispett sħiħ għall-ħajja tal-bniedem li mhux se jirratifika din il-konvenzjoni.", "Aħna nafu l-ħsara li ssir meta jiġu wżati dawn l-armi li ilhom jintużaw għal ħafna żmien.", "Jekk wieħed jaqra l-konvenzjoni jsib li meta ċerti pajjiżi bħall-Ingilterra u Franza ħallew il-kolonji tagħhom ħallew warajhom l-armi wkoll u fil-fatt il- konvenzjoni tmur lura sa dak iż-żmien.", "Għalkemm din il-konvenzjoni fiha ħafna strutturi legali li mhux kulħadd jista' jifhimhom - ngħid għalija wħud minnhom ma fehemthomx - xorta waħda ta' min jaqraha għax fiha materjal interessanti ħafna.", "Madam Speaker, il-Parlament tagħna qed jipprova jgħaddi din il-liġi bl- iktar mod spedit għaliex huwa importanti li din il-konvenzjoni tidħol fis- seħħ sa nhar l-Erbgħa ħalli b'hekk anke Malta, għalkemm pajjiż żgħir, tkun tat kontribut għall-umanita'.", "Aħna lkoll nafu kemm żviluppat il-kimika matul iż-żmien u għalkemm oriġinarjament din kienet tintuża għall-kura wara bdiet tintuża wkoll għal għanijiet oħra.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li f'\"The Ascent of Man\" l-awtur Bronowski jagħti ħafna importanza lill- alchemy li fl-antik kienet tintuża mhux biex teqred lill-bniedem imma biex tikkurah.", "Pero' eventwalment il-bniedem dawwar kollox u minflok ma beda jużaha għall-kura beda jużaha biex jeqred.", "Hawnhekk nixtieq nenfasizza li anke fil-każ tad-droga, oriġinarjament din ġiet manifattura għal skop mediku u mhux biex teqred lill-bniedem, kif qed jiġri llum il-ġurnata fejn qed imutu tant nies bl-abbuż tad-droga.", "Dan l-aħħar żviluppaw ċerta kimika li hija perikoluża ħafna meta tintuża għall-produzzjoni ta' l-armi kimiċi imma fl-istess ħin din tista' tintuża wkoll b'mod pożittiv għall- kura ta' ċertu mard bħal, ngħidu aħna, il-cancer.", "Hawnhekk nerġa' nsemmi l- ktieb \"The Ascent of Man\" li juri kif mal-mixja taż-żmien seħħ ċertu żvilupp fil-moħħ tal-bniedem li bih sar kapaċi joħloq ħafna affarijiet li wasslu għal dak li għandna madwarna llum il-ġurnata.", "Fil-ftit ħin li għandi nixtieq insemmi xi affarijiet li l-konvenzjoni ma ssemmihomx bħal, ngħidu aħna, il-land-mines.", "Dan l-aħħar qrajt li llum il- ġurnata l-land-mines qed jagħmlulhom ċerta kimika li l-gass li joħroġ minnhom meta jesplodu mhux biss joqtol lill-persuna li tkun rifset fuq waħda minnhom imma teqred ukoll l-area fejn din tkun splodiet.", "Dawn il- land mines tant qed jagħmlu ħsara lill-bnedmin li l-International Committee of the Red Cross qal dan li ġej:", "\"There are 110 million killers at large in the world.", "They often lie in wait for years.", "Mainly they attack civilians.", "They kill or maim at any time.", "They pick on men, women and children alike.", "They are called land-mines.", "Help us to get rid of them.\".", "Minn statistika li ħarġet ir-Red Cross sirna nafu li minħabba dawn il-land- mines imutu 26,000 persuna fis-sena u li hawn 60 pajjiż li huma miżgħuda b'dawn l-armi.", "Per eżempju, fil-Falklands hemm ċerti areas - il-Falklands huma kbar mhux ħażin għalkemm il-popolazzjoni tagħhom hija żgħira - fejn ħadd ma jista' jirfes għax fil-ġimgħat ta' qabel il-gwerra bejn l- Ingilterra u l-Argentina tant kienu tħawlu land-mines li ħadd ma jissogra jersaq lejn dawk l-inħawi.", "Ara dawn f'liema sitwazzjoni qegħdin!", "Nafu wkoll li madwar id-dinja hemm 450 non-government organisations, inkluża r- Red Cross, li qed jagħmlu lobbying fil-pajjiżi tagħhom biex dawn l- affarijiet jiġu kkundannati.", "Madam Speaker, ftit taż-żmien ilu kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Onor.", "Guido de Marco - dak iż-żmien ministru ta' l-affarijiet barranin - fejn staqsejtu jekk f'fora internazzjonali, partikolarment fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti qattx ħa sehem jew iddiskuta l-problema tal-land- mines.", "L-Onor.", "Guido de Marco kien irrispondieni b'dan il-mod:", "\"Malta ħadet sehem fil-Fourth Review Conference of the States Party to the Convention on the Prohibition or Restriction of the Use of Certain Conventional Weapons", "li nżammet f'Ginevra bejn 22 ta' April u 3 ta' Mejju, 1996.\".Jien se ngħid x'miżuri oħra kien ħa l-Gvern ta' dak iż-żmien bħal, per eżempju, meta fit- 2 ta' Mejju, 1996 ħareġ press release fejn iddikjara l-appoġġ tiegħu għall- eliminazzjoni totali ta' anti-personnel mines.", "Fl-istess stqarrija Il-Gvern Malti kien ħeġġeġ lil dawk l-Istati li għadhom ma rratifikawx il- konvenzjoni sabiex jagħmlu dan bil-għan li fir-review conference li jmiss jkun hemm qbil għall-projbizzjoni totali ta' dawn il-mines.", "Għalkemm l-Onor. de Marco ma kienx ra l-bżonn li jressaq riżoluzzjoni fil- Parlament biex jikkundanna dawn it-tip ta' armi, il-Gvern kien ħareġ stqarrija uffiċċjali li biha ntqal li rappreżentant Malti informa lill- Konferenza ta' Ginevra bil-pass li kien ħa l-Gvern Malti.", "Barra minn hekk, il-Gvern kien assoċja ruħu ma' stqarrija ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tinstab soluzzjoni għall-problemi kkawżati minn dawn l-armamenti u biex ikun hemm l-eliminazzjoni tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk jien għandi wkoll kopja tar-riżoluzzjoni li semma l-Viċi Prim Ministru u li kienet tressqet mill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Pero' wieħed irid jidħol aktar fil-fond fuq dan is-suġġett għax minbarra l-land-mines għandna wkoll it-toxic wastes li tagħhom il-konvenzjoni tagħti din it-tifsira:", "\"Any chemical, which through its chemical action on light processes, can cause death, temporary incapacitation or permanent harm to humans or animals.\"", "- jiġifieri mhux għall-bnedmin biss imma anke għall-annimali -", "\"This includes all such chemicals regardless of their origin or of their method of production and regardless of whether they are produced in facilities, in ammunitions or elsewhere.\".", "Aħna għandna esperjenza tal-każ li kien sar ftit tas-snin ilu meta kien seħħ id-diżastru nukleari ta' Chernobyl fir-Russja fejn rajna l-effetti severi li dan ħalli fuq dawk it-tfal li kienu ġew iżuruna u kif dak il-post għadu deserted sal-lum.", "Waqt li jien qed nitkellem fuq leakages nixtieq nistaqsi: F'dan ir-rigward qatt sar xi survey dwar l-industriji li hawn Malta?", "M'ilux għamilt mistoqsija parlamentari dwar jekk f'Malta hawnx xi industriji li għandhom xi ħażna ta' toxic waste u r-risposta li ngħatajt kienet waħda fin-negattiv.", "Imma, nerġa ngħid, qatt sar xi stħarriġ?", "Nafu bil-famuża storja tal-vapur \"Karen B\" li pprova jidħol fid-Dockyard meta fuqu kellu tankijiet kbar mimlijin b'toxic waste.", "Dak iż-żmien il-ħaddiema tad-Dockyard kienu qalu li huma kapaċi jieħdu ħsieb din il-biċċa xogħol, anke meta din kienet tinvolvi l-ħatt ta' dan il-materjal sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xi tiswija fuq dan il-vapur.", "Imma aħna għandna nies li huma esperti f'din il-materja?", "Nafu x'qed ikun hemm fuq il-vapuri li jidħlu hawn Malta, inkluż dawk li jidħlu għat-tiswija fid-Dockyard u dawk li jiġu bil-merkanzija kemm fil- Port il-Kbir kif ukoll fil-Freeport?", "Dawn qed issirilhom spezzjoni?", "Minbarra l-bill of lading li jipproduċi l-kaptan tal-vapur, qed issir tfittxija fuq il-vapuri li jidħlu Malta biex naraw ikollhomx xi ħażniet ta' chemicals li għalkemm ma jkunux se jitniżżlu Malta jistgħu jirriżultaw f'xi leakage b'dannu kbira għalina?", "Jiena naf li f'Malta hawn industriji li jużaw ċerta kimika għax, bħalma qal il-Viċi Prim Ministru, illum il- kimika tintuża f'ħafna proċessi bħal, ngħidu aħna, biex jiżbgħu ċerti tessuti.", "Wieħed ukoll irid joqgħod attent għax għadu mhux speċifikat kif se tkun komposta l-awtorita' nazzjonali li se titwaqqaf permezz ta' klawsola 5 ta' dan l-abbozz ta' liġi, jiġifieri kemm se jinħatru nies u jekk dawn iridx ikollhom xi professjoni partikolari.", "Għandna nies kapaċi biżżejjed, b'mod speċjali għal kariga ta' direttur, li għandhom esperjenza biżżejjed f'din il-materja?", "Huwa veru li se jkun hemm l-esperti tal-OPAK - għax fil-fatt il-konvenzjoni stess għandha l-esperti tagħha f'din il-materja - li nkunu nistgħu nikkonsultaw ruħna magħhom, pero' mbagħad hawn Malta għandna laboratorji ta' livell fejn ċerta kimika tista' tiġi analizzata b'mod professjonali?", "Madam Speaker, hawn ma nistax ma nsemmix il-kimika li tidħol għall- produzzjoni tal-murtali tal-festa.", "Forsi tgħiduli: Mela dawn joqtlu?", "Iva, diżgrazzjatament ċertu taħlit li qed isir fil-kmamar tan-nar tagħna jista' jkun perikoluż ħafna.", "Dan l-aħħar qrajna li s-sulphur li daħal għall- produzzjoni ta' dawn il-murtali seta' kien ta' kwalita' inferjuri ħafna.", "Allura hawn nistaqsi: Hemm min qed jispezzjona dawn il-kimiċi li jidħlu f'Malta kemm għall-industrija kif ukoll għall-manifattura ta' murtali?", "Jien nissuspetta li m'għandniex min hu kapaċi u jekk forsi hawn nies li huma kapaċi għal xi raġuni dawn ma jersqux biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Għalhekk jien nappella lill-Ministru li qed jippilota dan l-abbozz u li tant ħa interess fih sabiex jara li l-ambjent tagħna ma jitħassarx permezz tat-tip ta' kimika li qed tidħol fostna u li qiegħda tintuża minn nies pjuttost inesperti fil-materja.", "Hawnhekk ta' minn jgħid li forsi hemm min hu espert dwar il-manifattura tal-bombi imma ma jkunx espert dwar il- komposizzjoni ta' din il-kimika fejn ikun jista' jiċċertifika li s-sustanza hija pura u mhux imħallta b'kimika oħra.", "Madam Speaker, għalhekk jien nerġa' nagħmel appell biex il Gvern Malta mhux biss jikkundanna l-produzzjoni ta' l-armi kimiċi imma jikkundanna anke l-land-mines.", "GĦalkemm din il-konvenzjoni ma tittrattax dwar il-land mines jien naħseb li jekk hu possibbli jkun tajjeb li nniżżlu din it-tip ta' arma wkoll fil-konvenzjoni sabiex b'hekk id-dinja kollha tagħraf li pajjiż żgħir bħal Malta ma jaqbilx ma' dawn l-armi li jistgħu jeqirdu lill-bniedem kif ukoll lin-natura ta' madwaru.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, din il-konvenzjoni internazzjonali li l- Parlament qed jiġi mitlub jawtorizza lill-Gvern li jagħmilha parti mil- liġijiet ta' Malta hija tentattiv tal-komunita' internazzjonali biex forsi l-kruha tal-gwerra ssir ftit inqas kerha.", "Qed ngħid dan għax meta tiġi biex tagħmel konvenzjoni dwar liema armi tista' tuża u liema armi ma tistax tuża kważi kważi tiġi f'diffikulta' għax wara kollox l-armi kollha tal- gwerra huma intenzjonati għal skop wieħed, jiġifieri sabiex wieħed jakkwista vantaġġ militari fuq l-għadu u dan anke permezz tal-qtil u l- qerda tal-ħajja ta' l-għadu tiegħu.", "GĦalhekk j'Alla ma jkun hemm qatt il- bżonn li din tiġi attwata f'sitwazzjoni fejn ikun hemm il-gwerra u huwa sew li l-Viċi Prim Ministru għamel riferenza għall-politika barranija ta' pajjiżna li kemm taħt dan il-Gvern u kemm taħt il-Gvern l-ieħor dejjem kienet li f'kull forum internazzjonali saret insistenza sabiex ir- raġunijiet ta' tensjoni jonqsu u mhux jiżdiedu.", "GĦalkemm mit-Tieni Gwerra 'l hawn il-gwerer mondjali spiċċaw sfortunatament tfaċċaw diversi gwerer oħra ta' natura reġjonali.", "Madam Speaker, meta darba kont rajt il-lista ta' gwerer reġjonali li saru mill-1945 malajr irrealizzajt li t-theddida ta' attakk bl-armi nukleari b'xi mod jew ieħor irnexxielha żżomm ċerti pajjiżi milli jeħduha kontra xulxin u b'hekk jibdew xi gwerra mondjali, imma mbagħad sfortunatament rajna pajjiżi iżgħar - xi kultant istigati minn pajjiżi żgħar oħra - jidħlu fi gwerer b'mezzi hekk imsejħa konvenzjonali li pero' jġibu tbatija kbira.", "Hawn ta' min jgħid li għalkemm fil-konvenzjoni nnifisha hemm ir-raġunijiet għaliex arma kimika hija pprojbita minn din il-konvenzjoni, pero' meta tibda tagħżel bejn liema armi għandhom jiġu aċċettati u liema armi ma għandhomx jiġu aċċettati tiġi f'diffikulta' għax il-biża' tiegħi hi li, kif rajna waqt il-Gwerra tal-Golf, permezz ta' armi moderni u komputerizzati u peress li l-gwerra tiġi filmed u trasmessa dak il-ħin stess illum il-gwerra nnifisha saret qisha - skużawni li se nuża din il-frażi - \"forma ta' divertiment\".", "Dan għaliex meta wieħed isegwi l-gwerra minn fuq it- television ikun qisu qed jilgħab xi war game bħalma naraw fuq il-videos għaliex il-mezzi tal-gwerra tant saru sofistikati li bil-mod kif jiġu trasmessi ċerti news dak li jkun jaħseb li qed jara parti minn xi logħba u lanqas jirrealizza t-tbatija li jkun qed isofri dak il-poplu.", "Fil-fatt, f'dan il-kontest xtaqt nikkwota x'kien qal Robert Lee, il-Ġeneral famuż tal- Forzi Konfederati fil-Gwerra Ċivili Amerikana, wara batalja partikolari, fejn kien qal hekk:", "\"It is well that war is so terrible or we should grow too fond of it.\".", "Ħafna drabi dak li jkun iktar jimpressjona ruħu meta jara d-dmija u s- sofferenzi li kienu jikkawżaw l-armi li kienu jintużaw qabel milli meta jara nies jiġġieldu bil-mezzi moderni tal-lum li wkoll iwasslu għall-qtil u għas-sofferenzi.", "Dan għaliex wieħed iktar jibqa' impressjonat bl-armi sofistikati u moderni li jkunu qed jintużaw milli bit-tbatiija u s- sofferenza umana li tkun qed tiġi kkawżata.", "Kif aċċenajt fil-bidu tad-diskors tiegħi dawn huma armi perikolużi wkoll u jissejħu l-armi tal-pajjiżi l-fqar.", "Kif diġa' qal il-Ministru dawn huma armi li l-produzzjoni tagħhom hija irħas mill-produzzjoni ta' armi oħrajn bħalma huma, per eżempju, l-armi nukleari.", "Allura jiġri li dawk il-pajjiżi li ma jistgħux jew ma jitħallewx jiżviluppaw l-armamenti nukleari tagħhom - hemm ukoll trattati kontra l-proliferazzjoni ta' armi nukleari - ikollhom it-tentazzjoni li jiżviluppaw armi kimiċi minħabba li huma irħas.", "B'hekk minn dan il-lat dawn huma aktar perikolużi, l-ewwelnett għax huma eħfef u irħas biex tipproduċihom u wkoll għax m'għandhomx l-effett ta' l-apokalissi nukleari u allura wieħed aktar tiġih it-tentazzjoni li jużahom.", "Kif qal tajjeb il-Ministru din m'hijiex problema ta' l-Ewwel Gwerra Dinjija imma hija wkoll problema riċenti għax hemm provi ċari daqs il-kristall illi riċentement dawn ġew użati fl-Iraq.", "Madam Speaker, fil-Konvenzjoni \"arma kimika\" hija hekk definita bħala li toħloq ċerta sofferenza li mhijiex meħtieġa.", "Hawn wieħed jista' jgħid li kull sofferenza mhijiex meħtieġa imma l-iskop tal-konvenzjoni hija dik li tipprojbixxi dawk l-armi li jġibu sofferenza bla bżonn.", "Ta' min jgħid li ħafna drabi dawn huma armi li ma jiddistingwux bejn persuni li huma nvoluti fil-gwerra militarment u persuni li mhumiex involuti fil-gwerra, jiġifieri s-civilians, li sfortunatament tista' tgħid li f'kull gwerra jispiċċaw isofru daqs, jekk mhux iktar minn personnel militari.", "Allura fl-iżvilupp tad-dritt internazzjoni pubbliku hemm ċerti regoli sabiex wieħed jillimita l-lat inuman ta' gwerra, mhux biss f'dik li hija differenza bejn gwerer ġusti u gwerer inġusti imma wkoll f'dak li huwa l-użu ta' mezzi li jistgħu jintużaw f'xi gwerra partikolari.", "Fil-fatt, anke l-Kostituzzjoni tagħna tagħmel din id-differenza għaliex meta ssemmi l-eċċezzjonijiet għad-dritt fundamentali tal-ħajja, fosthom issemmi \"a lawful act of war\" u mhux \"any act of war\".", "Dan ifisser li l-Kostituzzjoni tagħna tirrikonoxxi li anke fil-metodi ta' kif wieħed imexxi l-gwerra hemm mezzi li huma aċċettati u oħrajn li m'humiex aċċettati.", "Huwa interessanti wkoll il-fatt li permezz tal-konvenzjoni internazzjonali ġie mwaqqaf a monitoring committee.", "Dan l-iżvilupp sar l- iktar mit-twaqqif tan-Nazzjonijiet Uniti għax illum dan is-set-up qed jiġi kkopjat f'diversi oqsma internazzjonali, anke fil-qasam tad-drittijiet tal- bniedem.", "Madam Speaker, huwa għalhekk li jeżistu monitoring committees f'dawk li huma kondizzjonijiet fil-ħabsijiet ta' l-Ewropa u monitoring committees internazzjonali għal kontra l-proliferazzjoni ta' l-armi nukleari.", "Dan l-iżvilupp huwa interessanti għax permezz ta' monitoring committee wieħed ma jikkundannax wara li jsir l-attakk permezz ta' armi kimiċi imma jagħmel inspections minn qabel sabiex jara li l-pajjiżi qed josservaw l-obbligi internazzjonali li hemm f'dan il-qasam.", "F'dan il-lat huwa interessanti wkoll il-mod kif il-liġi ma tipprovdix biss għall- konfiska min-naħa tal-pulizija meta jkun hemm suspetti raġonevoli li jeżistu armi kimiċi projbiti mill-konvenzjoni imma tipprovdi wkoll sistema ta' kif spetturi ta' l-OPAK kif ukoll spetturi nazzjonali jkunu jistgħu jagħmlu verifiki anke f'postijiet fejn ma jkunx hemm suspett li qed jiġu prodotti armi kimiċi.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jagħmel differenza bejn klawsola 6, li tawtorizza lill-pulizija jikkonfiskaw l-oġġetti meta jkollhom suspett raġonevoli li qed jiġu prodotti u manifatturati kontra l- provvedimenti tal-konvenzjoni, u klawsola 11, li tawtorizza lill-ispetturi ta' l-OPAK - din hija l-organizzazzjoni internazzjonali mwaqqfa mill- konvenzjoni sabiex tissorvelja t-twettieq tal-konvenzjoni nnifisha - u lill-ispetturi ta' l-awtorita' nazzjonali.", "GĦalhekk filwaqt li l-pulizija għandu jkollhom suspett raġonevoli jew raġuni biżżejjed għaliex jaħsbu li f'dak it-tali post jew fabbrika hemm oġġetti li jistgħu jiġu kkonfiskati minħabba li huma pprojbiti mill-konvenzjoni, l-ispettur ta' l- organizzazzjoni internazzjonali u l-ispetturi ta' l-awtorita' nazzjonali jistgħu jidħlu fil-premises sempliċement biex jagħmlu inspection, jiġifieri anke jekk dawn ma jkollhomx suspett raġonevoli.", "Dan ifisser li jekk f'Malta jkollna fabbrika li tipproduċi l-kimika hemmhekk ikunu jistgħu jsiru l-inspections neċessarji ħalli wieħed jassigura li mhux qed tinkiser il-konvenzjoni.", "Din hija in line mal-Kostituzzjoni tagħna li għalkemm tipprojbixxi dħul fi proprjeta' ta' ħaddieħor tawtorizza dak id-dħul meta dan ikun neċessarju mhux biss sabiex wieħed jikxef reati kriminali imma wkoll sabiex wieħed jara li ma jsirux reati kriminali.", "GĦalhekk, il-fatt illi ssir spezzjoni sabiex wieħed jassigura li mhux se jsiru reati kriminali huwa metodu ta' kif wieħed jista' jagħmel il-verifika u huwa eċċezzjoni għad-dritt fundamentali li ħadd ma jidħol fuq il-proprjeta' ta' ħaddieħor.", "Din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali fejn filwaqt li s- soltu biex tidħol fuq proprjeta' ta' ħaddieħor irid ikun hemm suspett raġonevoli li wieħed ikkometta reat, fil-liġi tagħna issa qed indaħħlu l- konċett - safejn naf jien huwa konċett ġdid - ta' inspections anke minn uffiċjali barranin.", "Dan aħna kellna nagħmluh bilfors minħabba li huwa rikjest mil-konvenzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li sa ċertu punt morna xi ftit oltre l-konvenzjoni għaliex ir-reat tal-produzzjoni u l-użu ta' armi kimiċi u l-kompliċita' b'xi mod fil-produzzjoni tagħhom jikkostitwixxi reat mhux biss għal kull min jinsab f'Malta, kemm jekk huwa Malti kif ukoll jekk m'huwiex, imma wkoll għal kull ċittadin Malti u kull resident permanenti f'Malta fil-każ li r-reat isir barra minn Malta.", "Din hija eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali tat-territorjalita' tad-dritt kriminali kif hemm f'Artiklu 5 tal- Kodiċi Kriminali.", "Illum qegħdin jiġu ntrodotti diversi eċċezzjonijiet pero' l-importanti m'huwiex jekk dawn jiġux introdotti jew le imma li jiġu ntrodotti eċċezzjonijiet li jkunu validi għal dan il-prinċipju għaliex il- prinċipju għandu jibqa' li inti tkun ħati quddiem qorti Maltija kemm-il darba tikkometti reat kriminali f'Malta.", "Jien naħseb li bħal fil-każ ta' l- Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi din qed issir sabiex jekk persuna ta' nazzjonalita' Maltija jew resident permanenti f'Malta jikkometti reat barra minn Malta, il-qrati Maltin ikollhom ġurisdizzjoni fuq dak ir-reat.", "Din il- ħaġa tmur oltre l-konvenzjoni għaliex il-konvenzjoni tirrikjedi biss li jkollna ġurisdizzjoni fuq persuni ta' nazzjonalita' Maltija li jikkomettu dan it-tip ta' reati barra minn Malta imma aħna estendejniha għall- permanent residents ukoll, bħalma sar f'liġijiet oħrajn, partikolarment fl- Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi.", "Madam Speaker, jien m'għandix ħafna iktar x'inżid ħlief li forsi fl- istadju ta' Kumitat wieħed jista' jiġbed l-attenzjoni għal ċerti kjarifiki.", "Jien partikolarment ħassejt li dan l-abbozz ta' liġi huwa ftit difettuż għal dak li jirrigwarda l-awtorita' nazzjonali.", "Skond il-konvenzjoni, Malta hija obbligata li jkollha awtorita' nazzjonali li tkun in liaison ma' l-OPAK, li hija organizzazzjoni internazzjonali imwaqqfa mill-konvenzjoni stess li xogħolha hu t-twettieq tal-provvedimenti tal-konvenzjoni nnifisha.", "GĦalkemm l-OPAK tissemma' fi klawsola 5 donnu ma jidhirx li hemm spjegazzjoni dwar x'forma se tieħu u x'se tkun l-istruttura tagħha.", "Jista' jkun li din l-istruttura ma ssemmietx biex forsi wieħed iħalli lill- Ministru f'iktar liberta, pero' peress li din hija awtorita' nazzjonali li se tkun ta' ċerta awtorita' sal-punt li taħtar spetturi li jkollhom dritt li flimkien ma' spetturi internazzjonali jidħlu fuq il-proprjeta' ta' ħaddieħor, jidhirli li għandu jkollna ftit aktar informazzjoni dwar x'forma se tieħu din l-awtorita' nazzjonali.", "Forsi dan l-abbozz ta' liġi għandu jiġi emendat limitatament sabiex wieħed ikollu iktar informazzjoni dwar din l-awtorita' nazzjonali u l-istruttura tagħha.", "Fil-fatt, fl-abbozz ta' liġi hemm biss illi din l-awtorita' nazzjonali għandha tkun maħtura u mwaqqfa mill-Ministru - f'dan il-każ mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent - u li titmexxa minn direttur.", "Safejn naf jien s'hemmhekk naslu f'dawk li huma provvedimenti dwar din l-awtorita' nazzjonali.", "Għar-rigward ta' jekk din l-awtorita' nazzjonali għandhiex tkun ifformata minn direttur biss jew inkella hux se jkollha xi struttura oħra mbagħad irridu nistennew li mmorru fl-istadju ta' Kumitat ħalli nkunu nistgħu nistaqsu d-domandi rilevanti.", "Mill-bqija jien naħseb li f'dan il-Parlament kulħadd se jivvota favur din il-liġi mhux biss għar-raġunijiet prattiċi li semma l-Ministru, jiġifieri li r-ratifika tagħha tintitolana għal ċerti drittijiet u privileġġi li nitilfuhom jekk ma ngħaddux din il-liġi qabel id-29 ta' April, imma anke għax għalkemm mil-lat prattiku aħna m'għandniex dawn it-tip ta' problemi - safejn nafu m'għandniex persuni jew soċjetajiet li jipproduċu jew jużaw armi kimiċi - nistgħu niġu f'sitwazzjoni fejn l-armi kimiċi jkunu għaddejjin minn pajjiżna.", "Hawnhekk irrid ngħid li iktar ma niżviluppaw il- konċett tagħna ta' hub f'dak li huwa trasport ta' affarijiet minn pajjiż għall-ieħor, bħalma jista' jiġri fil-qasam tad-droga, aktar se jkun hemm min jipprova juża lil pajjiżna sabiex jgħaddi ċerti armi li huma projbiti mill-konvenzjoni.", "Jiġifieri minn dan il-lat huwa importanti li wieħed jirratifika din il-konvenzjoni pero' fl-aħħar mill-aħħar, kif qal il- Ministru stess, anke kieku m'hemmx punti ta' prattiċita' din hija kwestjoni ta' prinċipju u fejn jidħlu kwestjonijiet ta' prinċipju wieħed għandu jirratifika konvenzjoni bħal din minnufih.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, huwa importanti li l-Parlament tagħna jkun depożitarju ta' din il-konvenzjoni wara li Malta kienet iffirmatha fit-13 ta' Jannar, 1993.", "Kif esprimew tant tajjeb l-kollegi ta' qabli, partikolarment il-Ministru Vella, ikun għaqli li nirratifikaw din il- konvenzjoni sad-data tad-29 ta' April.", "Jien xtaqt nitkellem dwar x'inhuma l-vantaġġi li Stat bħal Malta jkun a State party ta' din il- konvenzjoni.", "Forsi wieħed jista' jkollu l-idea li l-Istati li m'għandhomx armi kimiċi ma tinteressahomx konvenzjoni bħal din, kif fil-fatt irrimarka b'mod indirett il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg meta qal li primarjament din forsi tista' ma tinteressaniex minn dan il-punto di vista, pero' l-fatt li ċerti Stati jemmnu li anke l-pajjiżi ġirien tagħhom li huma non- possessors jirrappreżentaw problema għall-poteri militari tagħhom fih nnifisu huwa raġuni għaliex pajjiżna għandu jemmen li l-konvenzjoni dwar l- armi kimiċi hija ta' benefiċċju għas-sigurta' nazzjonali.", "Forsi dan it-tip ta' ħsieb huwa diskutibbli għal xi wħud.", "Matul l-aħħar nofs tas-seklu 20, partikolarment fl-aħħar 15-il sena, kien hemm diversi allegazzjonijiet ta' użu ta' armi kimiċi f'konflitti militari bejn Stati żgħar.", "Ħafna minn dawn l-allegazzjonijiet kienu ġew verifikati minn investigazzjonijiet internazzjonali u f'kull każ l-Istat soġġett għal attakk b'armi kimiċi allegat jew ipprovat, kien dak li meta ġie attakkat jew ma kellux armi kimiċi inkella ma kellux mezz ta' protezzjoni kontra tagħhom.", "Jien naħseb li anke din hija waħda mir- raġunijiet għaliex wieħed jista' jemmen li huwa fl-aħjar interess ta' pajjiż bħal tagħna li jagħżel politika internazzjonali, li f'dan is-sens hija ukoll singolari.", "Huwa l-Istat iż-żgħir u li m'għandux protezzjoni kontra dawn l-armi kimiċi li l-aktar jista' jkun it-target ta' xi attakk bħal dan għax l-użu ta' l-armi kimiċi jista' jkollu konsegwenzi sinifikattivi kemm fil-kamp militari kif ukoll f'dawk li huma miżuri ta' protezzjoni li jistgħu jittieħdu minn Stati oħra.", "Fil-fatt l-armi kimiċi għandhom effett anke jekk wieħed ma jagħmilx użu minnhom.", "L-Onor.", "George Vella tkellem dwar il-qasam ta' l-industrija u spjega kif l-Chemical Weapons Convention tista' tkun ta' benefiċċju għall- industrija.", "Il-provisional technical secretariat tal-preparatory convention kien qal li:", "\"The Convention will promote international trade in the field of chemicals by reducing the necessity for export control barriers between State Parties since the Convention provides a procedure for determining whether a firm has been involved in illicit activities.\".", "Mela fil-verita' anke l-industrija tista' tibbenefika minn konvenzjoni bħal din pero' hawnhekk imbagħad irridu naraw li taħt din il-konvenzjoni hemm ir- responsabbiltajiet li għandha l-industrija.", "Wieħed irid jara x'inhuma l- faċilitajiet li hemm għall-industrija taħt din il-konvenzjoni u allura l- industrija għandha tkun taf sew il-provvedimenti ta' din il-konvenzjoni.", "Mela hawn qegħdin naraw li din il-konvenzjoni għandha x'toffrilna anke mil- lat ekonomiku.", "L-importanza ta' l-awtorita' nazzjonali li hemm f'din il- konvenzjoni m'għandhiex tiġi sottovaluta għax l-obbligazzjonijiet ta' l- Istati li jirratifikaw bażikament huma to collect and transmit data to the technical secretariat.", "Huwa importanti wkoll li niffaċiltaw l- ispezzjonijiet u li nipprovdu kemm assistenza kif ukoll protezzjoni f'każ ta' użu jew ta' theddid ta' użu ta' armi kimiċi.", "Fil-qasam tas-sigurta' nazzjonali wieħed irid jifhem li Stati li m'għandhomx dawn l-armi kimiċi huma l-aktar vulnerabbli għat-theddida ta' dawn it-tip ta' armi.", "Fil-fatt, din il-konvenzjoni se tkun ta' għajnuna għas-sigurta' nazzjonali ta' Stati partijiet billi jonqos dan it-tip ta' theddid billi se jkun hemm id-dritt li wieħed jitlob l-assistenza f'każ ta' użu u f'każ ta' theddid minn dawn l-armi kimiċi li fih innifsu dan idaħħal l-element ta' koperazzjoni internazzjonali.", "Barra minn hekk hemm il-prinċipju tat-territorjalita' li ma jidħolx biss meta wieħed ikun ikkommetta reat imma anke fuq il-livell ta' extra- territoriality f'dik li hija koperazzjoni bejn diversi Stati u f'dik li hija ekonomija kif joħroġ b'mod tant ċar mix-schedules li hemm mal- konvenzjoni.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Madam Speaker, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa intiż biex il-konvenzjoni li jiena kellu l-unur li niffirma għan-nom ta' Malta f'Jannar ta' l-1993 nagħtuha s-saħħa tal-liġi domestika.", "Ħafna drabi in-nies ma jifhmux li sabiex konvenzjoni internazzjonali jkollha s-saħħa fil-pajjiż ma tirrikjedix biss il-firma tal- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin imma tirrikjedi wkoll li jidħlu wkoll ċerti miżuri partikolari, apparti dak li tgħid il-Liġi dwar ir-Ratifiki.", "Jiena ċert li s-Sinjorija Tiegħek u l-Kamra nnotaw li l-Parlament mhux biss se jsaħħaħ il-pass li ħa l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin meta ffirma din il-konvenzjoni imma din ir-ratifika se jkollha wkoll ċerti effetti interni fil-pajjiż.", "Per eżempju, skond din il-konvenzjoni u in virtu' ta' l-istess konvenzjoni spettur għandu dritt jitlob li jidħol ġewwa ċerti postijiet u għandu dritt jitlob lill-maġistrat joħroġ awtorizzazzjoni - jekk ma jkunx hemm qbil tal-parti nvoluta - sabiex huwa jkun jista' jivverifika l- affarijiet kollha li hemm bżonn.", "Issa għaliex qiegħda issir din il-liġi?", "X'inhu l-iskop wara din il-konvenzjoni?", "Jekk f'ċertu kontest l-armi kimiċi ilhom ipprojbiti mill-epoka tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l- konvenzjoni ta' qabel, għaliex hawn dan il-bżonn ta' din il-konvenzjoni ġdida li Malta diġa' ffirmatha u se tirratifikha?", "Ħalli nispjega s- sitwazzjoni x'inhi, Madam Speaker.", "Fil-preambolu tal-konvenzjoni hemm dak li forsi jagħti l-bażi għall- eżistenza tagħha fejn qed jingħad hekk:", "\"The State Parties to this Convention,", "Determined to act with a view to achieving effective progress towards general and complete disarmament under strict and effective international control, including the prohibition and elimination of all types of weapons of mass destruction,\"", "Dan huwa, biex ngħid hekk, il-punto di partenza ta' din il-konvenzjoni.", "Il- ħsieb ta' min bena din il-konvenzjoni - u nuża l-kelma \"bena\" mhux sempliċement għall-mod deskrittiv imma għaliex jekk tara ftit il-mod kif inhija mibnija tinduna li din qisa edifiċju - huwa sabiex juri li hemm armi ta' distruzzjoni en masse li huma perikolużi ħafna għas-soċjeta' ċivili għaliex waqt li l-gwerra hija stat ta' anti-ċivilta', il-fatt li għandek dawn l-armamenti li jikkreaw id-distruzzjoni ta' massa hija manifestazzjoni iktar sottolinjata tas-sens ta' inċivilta' ta' gwerra.", "Dan għaliex filwaqt li kwalunkwe gwerra hija inċivili, meta jkollok gwerra li minħabba l-armamenti li jiġu wżati r-riżultat tagħha jkun li jiġu maqtula massa ta' nies f'daqqa, dan jenfasizza l-inċivilta' tal-gwerrer bl- iktar mod san u jissottolinja wkoll l-infamita' tal-mezzi ta' distruzzjoni bħalma huma l-armi kimiċi.", "Sinjura Presdient, meta konna Pariġi sabiex nidduskutu l-iffirmar ta' din il-konvenzjoni niftakar li kien hemm xi pajjiżi viċin tagħna li ma ridux jiffirmawha, fosthom pajjiż li qed jikkontribwixxi għall-paċi.", "Qed nirriferi għall-Eġittu li dak iż-żmien ma riedx jiffirma din il-konvenzjoni u, safejn naf jien, għadu ma ffirmahiex u bħala argument il-Gvern Eġizzjan qed jgħid li peress li jaħsbu li Iżrael jippossjedi armi atomiċi u billi l- pjan ta' Mubarak huwa li jkun hemm a nuclear-free Middle East, allura sabiex jipprovaw jisforzaw id Iżrael biex tiffirma l-Konvenzjoni dwar it- Tneħħija ta' l-Armi Nukleari fil-Lvant Nofsani huma m'humiex se jiffirmaw din il-konvenzjoni.", "Naturalment jiena nifhem il-ħsieb politiku wara din il- linja ta' l-Eġittu u ta' xi pajjiżi oħrajn fil-viċin pero' filwaqt li f'ċerti ċirkostanzi wieħed jifhem u jiżen ċertu argumentazzjoni politika, il-fatt biss ta' l-eżistenza ta' dawn l-armamenti kimiċi li huma armamenti ta' distruzzjoni ta' massa ċertament li wieħed ma jistax iwarrab l-aspett tal-ħsara kbira li dwan l-armi kapaċi jikkaġunaw.", "Ta' min jgħid li lil dawk il-pajjiżi aktar viċin tagħna mill-Eġittu li inizjalment kellhom il- ħsieb li jiffirmaw imma li mbagħad reġa' bdielhom - skond kif informawni - għall-istess raġuni ta' l-Eġizzjani, jien għidtilhom frankament li m'huwiex għaqli li huma ma jiffirmawx il-konvenzjoni għaliex dan jiġġenera ċerti suspetti li effettivament ikunu qed jiġu prodotti ċerti armamenti.", "Mhux hekk biss, Sinjura President, imma aħna għandna dritt nitkellmu hekk għaliex fiċ-ċirkostanzi tagħna aħna nkunu lineari meta ngħidu li aħna kontra dawn l-armamenti kimiċi u kontra affarijiet bħal dawn.", "Niftakar li meta kont qed nitkellem f'dan il-kontest kont għidtilhom li arma nukleari mixħuta fuq pajjiż bħalma hu r-Russja tagħmel ħsara enormi imma r-Russja tibqa' teżisti, iżda jekk tinxteħet arma nukleari fuq Malta din il-gżira żgħira tagħna ma tibqax teżisti għax mhux biss ikun hawn distruzzjoni sħiħa imma saħansitra tispiċċa l-eżistenza tagħna lkoll.", "L-istess ħaġa dwar l- armi kimiċi għax jekk dawn jiġu mixħuta fuq pajjiżi kbar jagħmlu ħsara ta' massa imma jekk jinxteħtu fuq pajjiżna jistgħu jġibu d-distruzzjoni tal- poplu kollu.", "GĦalhekk aħna għandna a vested interest fil-paċi u fl- istabilita' fil-Mediterran kif ukoll li ma jkunx hemm armi ta' distruzzjoni tal-massa u l-potenzjal li jsiru armi kimiċi.", "Fir-rivista li ġiet pubblikata mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent hemm il-konklużjonijiet tal-Konferenza Ewro-Mediterranja ta' Barċelona - fil-fatt qed nieħu pjaċir li komplew bir-rivisti li konna bdejna noħorġu aħna - u hemm parti li hija importanti ħafna li tgħid li fost il-ħsibijiet li ħarġu mill-Konferenza ta' Barcelona hemm dak li tippromwovi sikurezza reġjonali billi taħdem inter alia a favur issa non- proliferazzjoni ta' armamenti nukleari, kimiċi u bioloġiċi billi wieħed jaġixxi skond ir-regimes reġjonali u internazzjonali għan-non- proliferazzjoni ta' dawn l-armi bil-ħsieb li jiġu kkontrollati u li jkun hemm ftehim għal diżarm kompatibbli mal-Chemical Weapons Convention, li hija msemmija hawnhekk.", "L-istess dikjarazzjoni ta' Barċelona tkompli tgħid:", "\"The parties shall pursue a mutually and effectively verifiable Middle East zone free of weapons of mass destruction, nuclear, chemical and biological ...\"", "Imbagħad tkompli tgħid hekk:", "\"... refrain from developing military capacity beyond their legitimate defence requirements, at the same time reaffirming their resolve to achieve the same degree of security and mutual confidence with the lowest possible levels of troops and weaponry and adherence to the Convention on Chemical Weapons.\"", "Hawn hu l-għaqal li nissieħbu f'dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali għax minħabba d-daqs u l-pożizzjoni strateġika tagħna aħna għandna interess iktar minn kulħadd li madwarna jkollna reġjun ta' stabilita' billi ma jkollniex madwarna, maġenbna, 'il fuq u 'l isfel minna armamenti kimiċi li jistgħu jġibu d-distruzzjoni tal-massa għax b'hekk tkun mhedda s-sigurta' tal-poplu tagħna stess.", "Hawn min jgħidlek li l-armi kimiċi huma l-armi nukleari tal-pajjiżi l- fqar.", "Jien sinċerament ngħid li din m'hijiex xi għażla ta' jekk jien niġix distrutt bl-armi nukleari jew bl-armi kimiċi.", "Il-poplu tagħna huwa poplu żgħir u f'dan il-kontest jien kont ngħid lid-diplomatiċi tagħna li aħna dejjem qed ngħixu l-kontradizzjoni bejn iċ-ċokon ta' artna u r-rilevanza strateġika tagħha.", "Għalhekk huwa fl-interess tagħna li nġibu l-paċi u l- istabilita' fir-reġjun tagħna u li nbiegħdu kwalunkwe ħaġa li tista' twassal għad-distruzzjoni tal-massa.", "Fil-każ ta' Malta jekk tiddistruġġi lill-massa tkun qed tiddistruġġi kemm lil Malta kif ukoll lill-poplu tagħha.", "Għalina din m'hijiex sempliċement ratifika ta' konvenzjoni għax fil-fatt hemm ħafna affarijiet importanti fil-kontenut tagħha.", "Madam Speaker, f'dan il-preambolu - biex ngħid hekk hawn għandna dikjarazzjoni politika u mhux sempliċement preambolu li ħafna drabi ssib f'konvenzjoni; din tammonta għal dikjarazzjoni ta' prinċipji politiċi li jżommu l-parametri ta' dan l-edifiċju sħiħ - hawn li l-pajjiżi li ffirmaw il-konvenzjoni huma determinati li, fl-interess ta' l-umanita' kollha kemm hi, għandhom jeskludu kompletament il-possibilta' ta' l-użu ta' armi kimiċi billi jiġu implimentati kemm il-Protokoll ta' Ġinevra ta' l-1925, kif ukoll il-provvedimenti ta' din il-konvenzjoni.", "Hawnhekk m'għandniex ninsew li din il-konvenzjoni għandha bħala ħsieb mhux biss li tiddistruġġi u żżomm milli jiġu wżati dawn l-armi imma wkoll li żżomm milli jiġu żviluppati, stored jew miżmuma armamenti kimiċi u li dawn jiġu trasferiti direttament jew indirettament f'postijiet oħrajn.", "Mela għall-ewwel darba din il-konvenzjoni riedet tmur 'il hinn minn sempliċi enunzjazzjoni bħalma sar permezz tal-Protokoll ta' Ġinevra ta' l- 1925 fejn kien ġie pprojbit l-użu tagħhom għax f'din il-konvenzjoni qed jingħad li l-istocks li jeżistu għandhom jiġu distrutti.", "Din hija parti importanti ħafna .", "Meta kont qed nistudja l-konvenzjoni qabel ma ffirmajtha sibt li dawn l-armi fil-fatt iridu jiġu distrutti f'għaxar snin u sinċerament jien ma nafx għalfejn għandhom jgħaddu għaxar snin biex dawn jiġu meqruda.", "Meta għamilt ċerti domandi - permezz tal-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin - bdejt nirrealizza l-ammonti li hawn ta' stocks ta' armi kimiċi li huma xi ħaġa inkredibbli.", "Per eżempju, l-ammont ta' armi kimiċi li għandha l-Istati Uniti ta' l-Amerka huwa xi ħaġa inkredibbli.", "Għalhekk jekk ma jkunx hemm dan iż-żmien kollu u jekk ma jinstabx metodu adattat ta' kif dawn l-armi għandhom jiġu distrutti mingħajr ma jikkawżaw ħsara lill-ambjent jista' jiġri li jinħolqu iżjed problemi.", "L-Ukrajna, li huwa t-tielet l-akbar pajjiż li għandu armamenti nukleari, ħadet deċiżjoni unilaterali li ma tkunx potenza nukleari pero' l-problema biex tiddistruġġi l-armamenti kimiċi u l-armamenti nukleari hija problema ta' dimensjoni kbira ħafna.", "Waħda mill-problemi li għandha r-Russja biex tirratifika din il-konvenzjoni ġejja mil-fatt li malli inti tintrabat ma' din il- konvenzjoni tkun qed tintrabat ukoll mad-distruzzjoni ta' dawn l-armamenti.", "Ir-Russja mhux qed tiffirma din il-konvenzjoni mhux għaliex hija kontra tagħha imma minħabba l-ammonti ta' armamenti kimiċi li għandha li biex tiddistruġġihom ikollha tidħol fi spiża enormi.", "Jingħad ukoll li r-Russja qed tgħid li jekk tiġi mgħejjuna biex tiddistruġġi dawn l-armamenti allura hi lesta li tidħol għal din il-konvenzjoni.", "Dan kollu qed ngħidu għax peress li aħna żgħar ħafna drabi ma nirrealizzawx id-dimensjoni ta' xi tfisser gwerra totali għax għalkemm aħna għaddejna minn gwerra totali aħna m'aħniex in-nies li nistgħu nippromwovu - nispera li l-morali ta' dan il-poplu huwa kontra kwalunkwe ħsieb bħal dan - xi gwerrer totali.", "Li qed nipprova ngħid jien huwa li d-distruzzjoni ta' l-armi kimiċi li jeżistu llum hija problema kbira kemm mil-lat ta' kif din tiġi attwata kif ukoll għall-ispiża li trid u jiena naħseb li din il-Kamra għandha tikkonsidra dawn l-aspetti wkoll.", "Hawnhekk ta' min igħid li Malta se jkollha l-possibilta' - il-kollega tiegħi għandu jikkoreġini jekk m'iniex qed ngħid sew - li tkun fil-Kunsill Eżekuttiv.", "Din il-konvenzjoni hija interessanti ħafna għax għandha firxa kbira.", "Meta kont The Hague ħadt l-okkażjoni biex nara s-sede tagħha u meta tkellimt mad-diretturi tagħha kienu esprimewli d-diffikultajiet li qed ikollhom anke biex ikollhom staff ta' spetturi kif hemm imsemmi fl-abbozz ta' liġi li l-Kamra għandha quddiemha.", "X'inhi l-oriġinalita' li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna?", "Kif hawn rabta bejn l- awtorita' nazzjonali, li jinnomina l-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin, u l-ispetturi li jkunu nominati biex jaġixxu għan-nom ta' din l- awtorita' nazzjonali?", "Din għaliex hija awtorita' nazzjonali?", "L-Onor.", "Tonio Borg argumenta - u forsi għandu raġun - li din l-awtorita' nazzjonali hija ftit skarna fil-mod kif inhija mfissra fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Fil-konvenzjoni stess hemm riferenza għall-mod kif qiegħda ssir din l-awtorita' nazzjonali imma l-iktar aspett interessanti hu li l-awtorita' nazzjonali hija intiża biex taġixxi anke indipendentement mill-awtorita' governattiva.", "L-ispetturi li huma nominati minn din l- awtorita' nazzjonali jkollhom is-saħħa li jmorru jaraw u jinvestigaw x'inhu jsir u x'mhux qed isir rigward l-osservanza tal-konvenzjoni.", "Din l- awtorita' nazzjonali mhux biss għandha l-vantaġġ li tara li l-konvenzjoni tiġi attwata imma tista' toħloq rabta bejn l-ispettorat li jinsab taħt l- awtorita' nazzjonali u l-ispettorat internazzjonali maħluq mill- organizzazzjoni ħalli jagħmel l-osservanza internazzjonali tal-konvenzjoni.", "Allura filwaqt li l-ħarsien tal-konvenzjoni huwa mħolli f'idejn l-awtorita' nazzjonali nominata mill-ministru responsabbli mill-affarijiet barranin, il- ħarsien, fis-sens totali, tal-konvenzjoni m'huwiex biss permezz ta' l- awtoritajiet nazzjonali li jirrapportaw lill-konferenza, fejn jiltaqgħu l- pajjiżi kollha, jew lill-kunsill eżekuttiv, li huwa fformat minn numru ta' pajjiżi kif huwa ċċittat fil-konvenzjoni stess - il-41 pajjiż membru ta' l- executive council qegħdin bilanċjati ħafna billi hemm rappreżentanza mill- Afrika, mill-Asja, mill-Ewropa tal-Punent u tal-Lvant kif ukoll mill-Amerka biex h'hekk ikun hemm dak ir-regional balance li hemm bżonn - imma għandek ukoll l-ispettorat ta' l-organizzazzjoni nnifisha li jrid jaġixxi flimkien ma' l-ispettorat ta' l-awtorita' nazzjonali.", "Barra minn hekk dawn l- ispetturi internazzjonali se jkollhom id-dritt li jaġixxu ġo artna, li jgawdu l-immunitajiet diplomatiċi kollha li normalment jiġu konċessi, kif ukoll li jkollhom id-dritt li flimkien ma l-ispettorat ta' l-awtorita' nazzjonali jkunu jistgħu jfittxu u jaraw postijiet biex jaċċertaw li tkun qed issir l-osservanza ta' din il-konvenzjoni.", "Sinjura President, se nagħlaq billi ngħid li din il-konvenzjoni xtaqt li ġibtha jien għar-ratifika tal-Parlament imma kif jaf il-Ministru attwali din ma nġabitx qabel għar-raġuni li fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali kellhom biċċa xogħol daqsxejn delikata kif iżewġu ċerti prinċipji tal- konvenzjoni mal-prinċipji tad-dritt ta' pajjiżna.", "Naturalment kien hemm ukoll model law li ħarġet l-istess organizzazzjoni biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm liġijiet domestiċi differenti minn xulxin u jien konvint li l- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali stħarriġha sewwa din il-model law.", "L-importanti hu li dan il-Parlament - kif ċertament kien jagħmel ukoll il- Parlament ta' qablu - ikun unanimu fl-approvazzjoni ta' din il-liġi.", "Niftakar li l-unika private members' motion li ma ressaqtx kemm domt leader of the House jien kienet dik li semma l-kollega tiegħi u li kienu ffirmawha l-Onor.", "Dom Mintoff u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant.", "Niftakar li jien kont spjegajtilhom li l-unika raġuni għaliex ma ressaqtx din il-mozzjoni kienet mhux għax ma ridtx inressaqha - anzi xtaqt inressaqha llum qabel għada - imma għax ridt li qabel ma nressaqha jkolli t-text mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali għax inkella ma nkunx f'pożizzjoni li meta nresaqqha jkun hemm l-istrutturi kollha neċessarji.", "Fil-verita' fil-bidu ta' dan id-dibattitu tal-lejla jiena stess ssekondajt il-mozzjoni li ressaq il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Geroge Vella.", "Jiena ninsab ċert li meta naslu għall-istadju ta' Kumitat se jsiru osservazzjonijiet fil-kontest ta' dak kollu li ntqal, pero' hawn nixtieq li dawn l-osservazzjonijiet ikunu ta' ċerta importanza minħabba l-fatt li hemm bżonn li llum din il-liġi trid tiġi approvata.", "Jekk ikun hemm xi dettalji li forsi ma jkunux eżatti għada pitgħada nkunu nistgħu nressqu mozzjonijiet u jsiru l-emendi neċessarji pero' bħalissa huwa neċessarju li dan l-abbozz ta' liġi jiġi approvat.", "Naħseb li l-ftehim li sar fis-sens li dan napprovawh kollu kemm hu f'ġurnata waħda kien wieħed għaqli u hawn rrid infakkar li meta kellna r-Ratifika dwar il-Liġi tal-Baħar il-Parlament kien mexa bl-istess metodu.", "Jien naħseb li għandna nissottolinjaw okkażjonijiet bħal dawn meta l-Parlament jitkellem b'vuċi waħda għax dan huwa proċess ta' edukazzjoni fid-demokrazija u ħafna drabi dan il-pajjiż iħoss il-bżonn ta' okkażżjonijiet bħal dawn.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Viċi Prim Ministru għall-winding-up.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-kelliema kollha li ħadu parti f'din id-diskussjoni li, kif qal il- kollega tiegħi, titratta materja li bla dubju ta' xejn hemm qbil unanimu dwarha miż-żewġ naħat.", "Hemm dan il-qbil unanimu għar-raġuni li dan il- pajjiż daq il-gwerra u m'hemmx dubju li lest jagħmel minn kollox biex dak kollu li għandu x'jaqsam mal-gwerra jiġi mbiegħed kemm jista' jkun.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fl-argument ta' jekk teżistix gwerra ġusta u gwerra nġusta - dan inħallih għal Santu Wistin - imma nafu li hemm ħafna trattati li jgħidulek x'inhi gwerra ġusta.", "Jien naħseb li l-ebda gwerra m'hi ġusta u nitlob biex jekk jista' jkun qatt ma jkun hawn gwerra.", "Biex ma naħlix żmien jien xtaqt nissoleva ċerti punti minn dak li intqal.", "Bħalma indika l-kollega tiegħi, l-Onor. de Marco, din il-liġi trid titressaq hawnhekk a tenur tar-Ratification of Treaties Act li tgħid li ma nistgħux naderixxu għal konvenzjoni ta' dan it-tip jekk kemm il-darba ma nagħmlux liġi f'dan il-Parlament.", "Rigward il-punt li ssemma min-naħa l-oħra nista' nassigura li għandna analisti li huma kapaċi u lesti jagħmlu eżamijiet kimiċi ta' dan it-tip u anke għandna wkoll il-mezzi biex nagħmluhom.", "Wara kollox dawn ma jinvolvu xejn ħlief laboratorju li jkun attrezzat għal din l-analisi u analista jew tnejn ta' l-affari tagħhom sabiex jagħmlu l-analisi tas-samples li jkunu ġew prelevati mill-ispetturi jew inkella f'ċerti każi oħra mill-pulizija.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.Tonio Borg, għamel il-punt fuq il-kwestjoni tal- kompożizzjoni ta' l-awtorita' nazzjonali.", "Fil-fatt lanqas fil-konvenzjoni m'hemm imsemmi kif għandha tkun komposta u kemm għandha tkun kbira għax kulma jingħad hu:", "\"... in accordance with its constitutional processes.\"", "Din tħalliet miftuħa biex kull pajjiż jara hu kif se jwaqqaf din l- awtorita' nazzjonali u tkompli tgħidlek li lanqas hemm bżonn li din tkun established by legistation għax ikun hemm min ikollu bżonn ta' Ordni tal- President, hemm min ikollu bżonn ta' Royal Degree u hemm min ikollu bżonn ta' Government Degree.", "Din il-konvenzjoni kulma tagħmel huwa li ġġiegħel lill-pajjiżi jkollhom dak il-focal point li se jagħmel il-kuntatt bejnu u bejn l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Chemical Weapons.", "Barra minn hekk jiena xtaqt nissottlinja l-fatt illi, iva, din hija konvenzjoni stramba fis-sens illi anke testendi d-dritt tagħha with extra- territorial effect u fil-fatt ma tantx għandna liġijiet bħal dawn.", "Jiena m'iniex persuna legali - allura hawnhekk il-kollega tiegħi jista' jikkorreġini f'dan il-każ - pero' l-konvenzjoni għamlet dan il-ħsieb partikolari apposta.", "Meta l-konvenzjoni qiegħda titkellem fuq l-exta- territorial effect taċ-ċittadini ta' kull pajjiż illi huwa State party tal- konvenzjoni dan tkun qed tagħmlu apposta ħalli jkun hemm iktar kontroll.", "Fil-fatt l-idea hija illi tassigura illi dawn l-attivitajiet jiġu pprojbiti anke jekk kemm-il darba jiġru fit-territorju ta' pajjiżi li m'humiex State party tal-konvenzjoni, jiġifieri l-iskop tal-konvenzjoni huwa li kemm jista' jkun jifrex it-theddida tal-penali li tista' tiġi mposta fuq il- pajjiżi li jiksru l-liġijiet ħalli kemm jista' jkun tiġbor fix-xibka tagħha firxa kbira ta' pajjiżi.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa illi permezz ta' l-aħħar ratifiki li saru, inkluża dik ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerka, nistgħu ngħidu li l- kimika li pajjiżna jimporta biex iħaddem il-fabbriki tiegħu ġejja kollha mill-pajjiżi li huma kollha parteċipi f'din il-konvenzjoni.", "B'hekk se jkollna iktar faċilita' biex in-negozju jibqa' għaddej bla ma jkollna problemi għax inkella kieku, per eżempju, l-Istati Uniti ta' l-Amerka ma ffirmawx din il-konvenzjoni kien ikollna nieħdu ċerti miżuri - dawn ikunu jiddependu fuq il-kwantita' li nimportaw jew nesportaw - minħabba li ma tkunx State party u allura l-fatt li anke l-Istati Uniti ta' l-Amerka ffirmat din il-konvenzjoni ssolvi ħafna minn dawn il-problemi.", "L-aħħar punt li rrid nqajjem huwa dwar l-ammont enormi ta' munizzjon kimiku li jeżisti.", "Per eżempju, huwa stmat li fl-Amerka kien hemm bejn 150,000 u 300,000 tunnellata ta' munizzjoni kimiku, li jinkludu 3,000,000 bomba bħalma huma missle warheads, land-mines u affarijiet bħal dawn.", "Min- naħa l-oħra, l-Unjoni Sovjetika kellha - dejjem skond il-kalkoli - iktar minn 50,000 tunnellata ta' gunpowder.", "(Interruzzjonijiet) Dan li qed ngħid jiddependi minn liema sors tkun qed tikkwota din id-data għax ovvjament kulħadd jagħtiha l-bixra li jaqbel lilu.", "Li nafu żgur huwa li f'pajjiżna qatt ma kellna minn dan u jiena naħseb li huwa għaqli ħafna li qegħdin naderixxu għal din il-konvenzjoni għax, bħalma qal tajjeb il- kollega tiegħi, mhux biżżejjed li ma jkollokx inti imma huwa importanti li iktar ma hemm firxa kbira ta' pajjiżi li aderixxew għal din il-konvenzjoni iktar inkunu żguri li mhux se jkollna t-theddida li xi darba niġu involuti f'din it-tip ta' gwerra kerha, qerrieda u inumana.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza lill-Gvern jirratifika l-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l- Iżvilupp, Produzzjoni, Ħażna u Użu ta' Armi Kimiċi u l-Qerda tagħhom, biex jipprovdi għall-implimentazzjoni minn Malta tad-dispożizzjonijiet relattivi u għas-sħubija ta' Malta fl-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi, u dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' dan jew li huma anċillari għal dan\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t- Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq il-Kamra issa tgħaddi għall- istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, klawsola 2 hija dwar if-tifsir tal- kliem u l-affarijiet l-oħra li diġa' tkellimna fuqhom fl-istadju tat-Tieni Qari, jiġifieri dwar l-awtorita' nazzjonali li toħroġ minn Artikolu VII tal- Konvenzjoni fejn jingħad li dik l-awtorita' trid tikkordina d-dipartimenti li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll u l-verifika fil-pajjiż kif ukoll li trid tkun il-punt ta' kuntatt ma' l-organizzazzjoni.", "Din titkellem ukoll dwar id- direttur ta' l-awtorita' nazzjonali, ħaġa li hija self explanatory.", "Marbuta ma' din il-klawsola hemm ukoll l-Iskeda Nru. 2 li fil-fatt hija l- konvenzjoni fiha nfisha, liema konvenzjoni tagħmel ukoll riferenza għat- tifsiriet, fejn jingħad li:", "\"Konvenzjoni\" tfisser il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l- Iżvilupp, Produzzjoni, Ħażna, u Użu ta' Armi Kimiċi u l-Qerda tagħhom, iffirmata f'isem Malta fit-13 ta' Jannar, 1993 ġewwa Pariġi, li hi konvenzjoni li kopja tat-test Ingliż tagħha qiegħda tiġi stipulata fl- Iskeda li tinsab ma' dan l-Att;\"", "Din hija l-konvenzjoni li għamilna riferenza għaliha u li hija wkoll parti mil-liġi, li allura jfisser li malli din il-liġi tgħaddi l-konvenzjoni ssir parti mill-liġijiet ta' Malta.", "Kif tkellimt aktar qabel din hija konvenzjoni estensiva ħafna li għandha 24 artiklu li l-partijiet kruċjali tagħha huma Artiklu VII, li jitkellem fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali u l-Artiklu VIII, li jitkellem fuq l-organizzazzjoni ta' projbizzjoni ta' armi kimiċi li mbagħad jidħol fid-dettall loġistiku ta' kif isiru l-konsultazzjonijiet, kif tingħata l-assistenza, kif wieħed jieħu ċerti miżuri u affarijiet oħra bħal dawn.", "GĦalhekk jien mhux se noqgħod nidħol fid-dettall ħafna għax, kif diġa' għidt, il-konvenzjoni għandha firxa tassew kbira.", "Klawsola 2 tgħid li l-\"Ministru\" - f'dan il-każ se jkun il-Ministru responsabbli għall-Affarijiet Barranin u l-Ambjent - \"jissorvelja, iwaqqaf u jara li jkun hemm kontroll fil-pajjiż.\"", "Kull fejn tissemma \"Organizzazzjoni\" qegħdin nitkellmu fuq l- Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi, li tiġi mwaqqfa permezz tal-konvenzjoni li qegħdin nirratifikaw illum.", "Imbagħad hemm is-\"segretarjat tekniku\" ta' din l-istess organizzazzjoni li r-rwol tiegħu huwa spjegat tajjeb ħafna f'Artikli VII u VIII tal- konvenzjoni proprja, fejn għandek l-miżuri ta' implimentazzjoni fuq livell nazzjonali u hemm ukoll kif taħdem l-istess organizzazzjoni.", "Fit-tifsiriet hemm riferenza wkoll għall-\"ispettur ta' l-awtorita' nazzjonali\" li jrid jinħatar f'pajjiżna li, kif se naraw iktar 'il quddiem, se jkollu ċerti drittijiet li jagħmel spezzjonijiet kemm fi strutturi militari, governativi, privati u fi kwalunkwe post ieħor.", "Imbagħad hemm l-ispettur ta' l-OPAK li jkun maħtur skond u konformi mal- konvenzjoni li se jkollu d-drittijiet u l-immunitajiet tiegħu ħalli jkun jista' jagħmel ix-xogħol li titlob minnu l-konvenzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Mr Chairman, nixtieq nagħmel żewġ osservazzjonijiet fil-qosor.", "L-ewwelnett, kieku jien ma ngħidx \"\"ministru\" tfisser il-ministru responsabbli għall-affarijiet barranin u l-ambjent\" għax dik hija xi ħaġa li hemm illum u allura naħseb li din trid tiġi \"il- ministru responsabbli għall-affarijiet barranin\" għax inkella jista' jkollok żewġ ministri.", "GĦalhekk għall-korrettezza ma tgħidx \"ministru għall-affarijiet barranin u l-ambjent\" - lanqas ma tgħid \"ministru għall- affarijiet barranin u ġustizzja\", bħalma kont jien għal xi żmien - imma tgħid \"il-ministru responsabbli għall-affarijiet barranin\".", "Naħseb li hekk tkun iktar preċiża.", "It-tieni ħaġa, li attira l-attenzjoni għaliha l-Onor.", "Tonio Borg, hija li fejn hemm \"\"spettur ta' l-awtorita' nazzjonali\" tfisser persuna li jekk tinħatar skond u b'mod konformi ma' Artiklu 9 ta' dan l-Att\" għandha tiġi \".... ma' Artiklu 5 ta' dan l-Att.\"", "(Interruzzjonijiet) Il-kambjamenti li qed nipproponi huma marġinali u mhux ta' ċerta sustanza.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, jiena ċert li l-kollega tiegħi jifhem li hawn għandna constraint ta' ħin għax huwa konxju daqsi li wara li ngħaddu din il-liġi se niġu bżonn il-firem ta' l-Avukat Ġenerali u tal- President tar-Repubblika.", "Nixtieq li, jekk jista' jkun, jekk l-emendi m'humiex sostanzjali ma nidħlux fihom.", "Jiena nifhem l-ispirtu ta' l-emenda tiegħek, fis-sens li veru f'dan il-każ it-tifsira qiegħda \"ministru responsabbli għall-affarijiet barranin u l-ambjent\" għax illum dan inzerta għandu dak it-titlu, pero' f'dan il-każ kulma għandna nagħmlu huwa emenda żgħira bħalma għamilna meta kellna l-każ ta' min jagħti l-warrants lill- periti fejn meta jien ġejt responsabbli mill-ambjent dan għaddejtu lill- kollega tiegħi.", "Jien naħseb li għandek raġun ukoll meta għidt li fejn tidħol it-tifsira ta' \"spettur ta' l-awtorita' nazzjonali\" din trid tiġi a tenur ta' Artiklu 5.", "GĦaldaqstant nipproponi emenda verbali f'dak is-sens.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda verbali għal klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2, kif emendata, u l-Iskeda.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, u l-Iskeda għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Il-Gvern awtorizzat jirratifika l-Konvenzjoni.", "Clause 3 - Government authorised to ratify the Convention.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, din hija klawsola li tawtorizza lill- Gvern biex jirratifika l-konvenzjoni u fl-istess ħin tagħmel il-punt li:", "\"... l-iskedi u l-annessjonijiet li jinsabu mal-Konvenzjoni għandhom jitqiesu bħala li jagħmlu parti minn dan l-Att sal-limitu sa fejn għandu x'jaqsam l-elenkar ta' kull kimika u l-verifika relattiva.\".", "Jiġifieri dawk l-iskedi u dak kollu li hemm mal-konvenzjoni se jsir parti minn din il-liġi.", "Dan jagħti wkoll is-seta' lill-ministru li konsistentement mad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni u ta' l-Att jieħu dawk il-miżuri li bihom ikun qed iwettaq din il-liġi.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, naħseb li hawnhekk jien ma fhimtx.", "Xi jfisser meta f'subklawsola 3 (3) qed ngħidu li:", "\"Il-Ministru jista' b'avviż jagħmel dawk id-dispożizzjonijiet, ...\"", "Din trid tgħid li jagħmel dawk ir-regolamenti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien fhimtha li jista' jieħu dawk il-miżuri.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Onor. Vella, għall-mument tista' tħalli kollox kif inhu pero' jien ma togħġobnix il-frażi \"jista' b'avviż jagħmel dawk id- dispożizzjonijiet\".", "Dan għaliex huwa jista' jagħmel regolamenti, imma, nerġa' ngħid, \"jagħmel dawk id-dispożizzjonijiet\" xi tfisser?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena nifhem li din qiegħda biex twaqqaf l-awtorita' nazzjonali u biex jinħatar l-ispettorat.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Jien naħseb illi din ma tfissirx dak li hawn miktub pero' kieku jien inżommha quddiem għajnejja biex aktar 'il quddiem naraw xi tfisser sewwa sew.", "GĦalissa ħalliha hekk pero' jien kont naħseb li inti toħroġ regolamenti biex twettaq u timplimenta l-konvenzjoni permezz ta' avviż normali.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Eżatt, b'legal notice.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Imma jien ma nafx xi tfisser il-kelma \"dispożizzjonijiet\".", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiġifieri trid tagħmel legal notice biex twaqqaf l- awtorita', biex tappunta d-direttur u anke biex tagħmel l-ispetturi.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Iva, imma dik mhux hekk tfisser.", "Ad ogni modo, jekk din tista' tgħinek u inti għandek il-parir legali biex tagħmilha allura ħalliha kif inhi u aħna ma' nsibu l-ebda diffikulta'.", "ONOR.", "GEOREGE VELLA: Qed niftehmu li dawn id-dispożizzjonijiet huma d- dritt li l-ministru joħroġ legal notice.", "Din hija an enabling law.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Preċiżament.", "Jekk din hija subordinate legislation allura dawn m'humiex dispożizzjonijiet imma regolamenti.", "Dik li qed ngħid jien.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Voldieri inti qed tikkontempla li jkun hemm xi ħaġa iktar milli sempliċement it-twaqqif ta' l-istrutturi u li jkollok in-nies li hemm bżonn biex iħaddmu dawk id-dispożizzjonijiet li hemm fil- konvenzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Aħna naħsbu li din tfisser biss li l-ministru jkun jista' jagħmel regolamenti biex iwettaq il-provvedimenti ta' dan l-Att.", "Jista' jkun hemm ċerti dettalji li wieħed ma jistax idaħħal fil-liġi nnifisha pero' mbagħad jagħmel regolamenti dwar id-dettalji permezz ta' avviż.", "Donnu l-Ministru qed jgħid li l-kelma \"dispożizzjonijiet\" tista' tfisser iktar minn hekk.", "Jien ma ngħidx li l-ħatra ta' direttur jew it- twaqqif ta' l-awtorita' hija dispożizzjoni; għax il-kelma dispożizzjoni hija msemmija tliet darbiet f'dak is-subartiklu - \"jista' b'avviż jagħmel dawk id-dispożizzjonijiet\", \"li ma jkunx inkonsistenti mad- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att\" u \"biex jinġiebu fis-seħħ kull waħda mid- dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni\".", "Jien li nixtieq inkun naf huwa jekk id- drafter kellux f'moħħu l-enabling section li tagħti d-dritt li wieħed joħroġ ir-regolamenti.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fit-test Ingliż subklawsola 3(3) tgħid hekk:", "\"The Minister may by notice make such provisions not inconsistent with the provisions of this Act, as are necessary for carrying into effect any of the provisions of the Convention.\"", "Jien qed nifhem li b'din il-liġi l-ministru jkollu s-saħħa li apparti li jagħmel miżuri permezz ta' legal notice biex iwaqqaf l-awtorita' nazzjonali jew biex jinnomina ċerti nies, fl-istess ħin, jekk id-dispożizzjonijiet tal- konvenzjoni jitolbu anke ċerti liġijiet jew inkella ċerti regolamenti, ikollu s-saħħa li jagħmilhom basta jkun konformi ma' l-ispirtu tal- konvenzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, jien wegħedt li m'iniex se nfettaq pero' hemm differenza bejn legal notice u government notice.", "Jien naħseb li dan l-abbozz ta' liġi qed jitkellem dwar a government notice mhux dwar legal notice.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena neħodha f'sens aktar wiesgħa minn hekk.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Għalhekk qed ngħid a government notice not a legal notice.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena neħodha li din tkopri anke liġijiet jew regolamenti.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Naħseb li kif inhi verbalizzata din ma tfissirx hekk pero' kif diġa' għidt jien m'iniex se noqgħod infettaq.", "Jekk 'il quddiem il-Gvern iħoss il- bżonn ta' xi leġislazzjoni dan se jkollu l- kollaborazzjoni sħiħa ta' din in-naħa.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kollox sew, mela hawnhekk qbilna.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No).", "Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Reati Clause 4 - Offences", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, din il-klawsola tiftaħ daqsxejn għax tispjega ftit x'inhuwa r-reat.", "Subklawsola 4(1) tgħid hekk:", "\"Kull min ikun jinsab f'Malta, jew kull ċittadin jew residenti permanenti f'Malta, sew jekk ikun qiegħed f'Malta jew barra minn Malta, ...\"", "Din l-extra-territorial extension tas-saħħa tal-liġi hi waħda mill- affarijiet li hemm differenti mis-soltu u telenka numru ta' attivitajiet illi jistgħu jiġu kkonsidrati bħala reati:", "\"(a) jwettaq xi attivita' li tkun projbita għal parti li hi stat taħt l-Artikli IV u V tal-Konvenzjoni; jew", "(b) jassisti, jiffinanzja jew b'xi mod ieħor jieħu sehem f'xi attivita' li twassal għall-produzzjoni, żvilupp, akkwist, ħażna, żamma, trasferiment dirett jew indirett ta' armi kimiċi; jew", "(ċ) juża armi kimiċi; jew", "(d) jieħu sehem fi tħejjijiet militari biex juża armi kimiċi; jew", "(e) jassisti, iħajjar jew iġiegħel, b'liema mod ikun, lil xi ħadd ieħor biex jieħu sehem f'xi attivita' li hi projbita għal parti li hi stat skond il-Konvenzjoni;\"", "\"jew jekk juża, jittrasferixxi jew jirċievi\" prodotti kimiċi li jkunu kontra l-provvedimenti elenkati f'wieħed mill-annexes tal-konvenzjoni, jekk kemm-il darba jkunu responsabbli għal xi faċilita' ta' produzzjoni kimika\" - xi fabbrika jew post fejn issir produzzjoni - li m'humiex permessi skond il-konvenzjoni u anke jekk kemm-il darba dan xjentement jaħbi l- informazzjoni li jkun jaf biha speċjalment jekk kemm-il darba jiġi mitlub li jagħti l-informazzjoni.", "Hawnhekk il-liġi qed tikkontempla multi ta' mhux inqas minn Lm10,000 u mhux iżjed minn Lm100,000 jew inkella anke priġunerija għal żmien mhux anqas minn tmintax-il xahar u mhux iżjed minn ħmistax-il sena.", "F'dan l-artiklu hemm ukoll il-provvediment li kull direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor li jkollu x'jaqsam ma' impriża li tinqabad qed tagħmel dawn l-affarijiet illegali, ikun vestit bir-responsabbilta' għax hu jkollu r-rappreżentanza ġuridika ta' dik l-impriża.", "Jiġifieri dan ma jistax jgħid li hu ġie mqabbad minn ħaddieħor u għaldaqstant jiġi miżmum responsabbli hu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, irrid nagħmel osservazzjoni żgħira u din se ngħidha għall-interess tal-pubbliku li jkun qed isegwina.", "F'subklawsola 4 (1)(ħ) hemm proviso importanti li, fost affarijiet oħra, jgħid hekk:", "\".....", "Iżda meta min jinsab hekk ħati jkun id-direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor bħal dawk ta' impriża li fl-interessi ekonomiċi tagħha min jinsab ħati kien qiegħed jaġixxi, dik il-persuna għandha titqies għall-għanijiet ta' dan l-artikolu bħala li tkun vestita bir-rappreżentanza ġuridika ta' dik l-impriża li skond hekk ...\"", "- il-parti mportanti hija din li ġejja -", "\"... għandha tkun responsabbli in solidum flimkien ma' min jinsab ħati għall-ħlas ta' dik il-multa.\".", "Qed ngħid dan għax normalment ir-responsabbilta' penali hija waħda personali.", "Per eżempju, ma tistax tibgħat ditta l-ħabs għax ma tistax tikkundanna ditta qua tali, imma bħala norma tista' tirresponsabilizza bniedem li jagħmel xi ksur ta' liġi penali u din hija liġi ta' natura penali.", "Pero' min abbozza din il-liġi daħħal ukoll - u għamel tajjeb - ir- responsabbilta' tad-ditta li bl-assi tagħha trid tagħmel tajjeb għall-ħlas tal-multa inflitta u għalhekk tidħol in solidum hija wkoll.", "Inti ma tistax tibgħat ditta l-ħabs imma tista' tibgħat il-ħabs lill-individwu pero' imbagħad jekk xi ħadd jaġixxi fil-kwalita' msemmija f'dan il-proviso allura hemmhekk tista' ddaħħal lid-ditta responsabbli għall-ħlas tal-multa.", "Normalment fil-materja penali l-individwu għandu jirrispondi kemm għall- multa kif ukoll għall-piena tal-ħabs, pero' għalkemm ma tistax tibgħat ditta l-ħabs għallinqas tista' ġġiegħel ditta tħallas il-multa.", "Dan huwa proviso li ġie inserit b'mod intelliġenti u naħseb li bħala wording huwa magħmul tajjeb ukoll.", "Ġieli kellna xi każijiet eċċezzjonali fejn għamilna xi ħaġa bħal din pero' hawn nattira l-attenzjoni tal-Kamra għall- eċċezzjonalita' tal-każ u għal liema raġuni din qiegħda ssir.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsla 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Awtorita' Nazzjonali.", "Clause 5 - National Authority.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, din il-klawsola titkellem fuq it-twaqqif ta' awtorita' nazzjonali u dan dejjem a tenur ta' Artiklu VII tal- Konvenzjoni.", "Din il-klawsola tgħid li l-awtorita' nazzjonali titmexxa minn direttur.", "Fis-Second Reading il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Tonio Borg, diġa' għamel rimarki rigward l-awtorita' nazzjonali u qal li fl-istadju ta' Kumitat wieħed forsi jkun jista' jitkellem b'aktar dettall.", "Hawnhekk nista' ngħid li għalissa aħna għadna ma nafux eżatt minn kemm nies se tkun komposta jew min se jiġi maħtur fuq din l-awtorita', pero' l-unika ħaġa li għandna bżonn bħalissa hija li titwaqqaf din il-awtorita' u li jkollna min imexxiha.", "Min-naħa l-oħra pero' jien ma nistax nara li din se tkun xi korp kbir ħlief għal direttur, li jkun mgħobbi b'ċerta responsabbilta', u mhux aktar minn tnejn jew tlieta min-nies li jkunu kapaċi f'din il-linja.", "Hawnhekk wieħed jista' anke jaħseb fi struttura fejn jista' jkollok xi rappreżentanti minn ċerti dipartimenti biex jgħinu lill-ministru pero' għalissa dan m'huwiex neċessarju.", "Li rrid ngħid jien hu li għad m'hemmx ħsieb eżatt ta' kif se tkun din l-awtorita' nazzjonali, pero' jrid jinħatar id-direttur li għall-bidu jkun qed jerfa' fuqu r-responsabbilta' ta' l- awtorita' nazzjonali, imbagħad ikun hemm il-kumplament tan-nies l-oħra li għad irid ikun hemm f'din l-awtorita'.", "Barra minn hekk, din il-klawsola titkellem ukoll fuq il-ħatra ta' spettur ta' l-awtorita' nazzjonali li jkun dak il-bniedem li jkollu ċerti privileġġi u anke immunitajiet ħalli jkun jista' jagħmel l-implimentazzjoni u l-verifika tal-konvenzjoni.", "Din il-klawsola titkellem fuq x'inhuma l-obbligi ta' l-awtorita' nazzjonali bħal, per eżempju, li jkollha x'taqsam mar-rapporti li jsiru lill-organizzazzjoni u li tiġbor u titlob tagħrif fl-oqsma ta' l- industrija, tal-kummerċ u anke f'attivitajiet li fil-fehma ta' l-awtorita' jkollhom rilevanza għal dak li titlob il-konvenzjoni.", "Din l-awtorita' se jkollha wkoll Id-dritt u s-setgħa li tispezzjona kull post wara li tagħti avviż xieraq u raġonevoli biex issir din l-ispezzjoni.", "Din l-awtorita' għandha wkoll ir-responsabbilta' li jkollha reġistru nazzjonali li fih iżżomm it-tagħrif kollu miġbur dwar kull tip ta' kimika li tkun teżisti, tal-faċilitajiet ta' produzzjoni li jkun hawn fil-pajjiż, tax-xorta ta' attivita' li tkun qed issir u anke tad-destinazzjoni finali tal-prodotti.", "Dan ifisser li din trid iżżomm liaison stretta ħafna mad-Dipartimenti tal- Kummerċ u tad-Dwana.", "Din il-klawsola titkellem ukoll fuq id-direttur li jrid imexxi l- awtorita' nazzjonali fejn qed tgħid li dan ikun jista' joħroġ karti ta' identita' lill-persuni relevanti, jiġifieri dan hu li joħroġ il-karti li jagħtu l-awtorita' lill-ispetturi, li min-naħa tagħhom imbagħad għandhom ċerti drittijiet u obbligazzjonijiet li joħorġu mill-konvenzjoni.", "Fi ftit kliem din il-klawsola qegħda biex tgħin fit-twaqqif ta' l-awtorita' nazzjonali u biex din tibda tiffunzjona.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Konfiska ta' ċerti sustanzi Clause 6 - Forfeiture of certain substances", "THE CHAIRMAN: Onor. Membri, niġbidilkom l-attenzjoni li fadal minuta biss.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, nista' ninforma lis-Sedja li hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li nestendu l-ħin xi ftit biex b'hekk inkunu nistgħu ngħaddu din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Dan il-permess irid jintalab lill-iSpeaker!", "THE DEPUTY SPEAKER (L-Onor.", "Michael Bonnici): Sar il-ħin, imma għandi nifhem li hawn xi ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi llum stess mill-istadji kollha.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħala vittmi tal-burokrazija tas-sistema parlamentari Ingliża u filwaqt li nifhmu l-costraints li inti, Sur President, għandek fit-tmexxija ta' din il-Kamra, nixtieq ninforma lis-Sedja li hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat li nkomplu sejrin kemm ikun hemm bżonn biex ngħaddu l- istadju tal-Kumitat, pero' hawnhekk nista' nassigurak li dan mhux se jieħu fit-tul.", "THE DEPUTY SPEAKER: Mela l-Kamra terġa' tirriżolvi ruħha f'Kumitat biex tkompli d-diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "L-ordni għall-kumitat ġiet moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi:", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, subklawsola 6 (1), li titkellem fuq il- konfiska ta' ċerti sustanzi, tgħid hekk:", "\"(1) Meta xi sustanza jew oġġetti jiġu żviluppati, prodotti, maħżuna jew xort'oħra jiġu akkwistati jew jinżammu bi ksur tad- dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 4, is-sustanza jew l-oġett għandhom jiġu konfiskati favur il-Gvern ta' Malta.\".", "Imbagħad, subklawsola (2) ta' l-istess klawsola tgħid li l-uffiċjali tal- pulizija mhux bilfors ikollhom il-mandat tad-direttur ta' l-awtorita' nazzjonali jew inkella li jkunu mibgħuta, bħalma hu fil-każ ta' l- ispetturi, imma jekk pulizija jiltaqa' ma' okkażjoni fejn ikollu għaliex jaħseb bis-serjeta' li hemm sustanzi kimiċi li huma kontra dak li tippermetti l-konvenzjoni dan ikollu d-dritt li jikkonfiska dawk is- sustanzi.", "Pero' mbagħad min iħoss li jkun ġie aggravat b'dan l-aġir għandu l-opportunita' li jipproċedi kontra d-direttur fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili biex hemm jikkontesta dak it-teħid.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Mr Chairman, għalkemm jien se nivvota favur din l- klawsola xorta waħda ma togħġobnix u se nispjega għaliex.", "Jiena niddejjaq nagħti kwalunkwe poter lill-organi ta' l-Istat biex jidħlu, jissekwestraw u jikkonfiskaw.", "Hawnhekk l-Istat għandu l-poter ukoll li jżomm l-affarijiet konfiskati sa 60 ġurnata mingħajr ma jipproċedi, jiġifieri hawnhekk l- individwu ma jista' jagħmel xejn.", "Dan ifisser li wara li dan ikun ikkonfiskalek l-affarijiet u wara li ma jkunx iddeċieda jekk hux se jmexxi kontra tiegħek jew le u wara li anke jħalli 60 ġurnata jgħaddu, minn fuq inti tkun trid tagħmel rikors biex tieħu lura l-affarijiet tiegħek stess!", "Għall-iskopijiet ta' kif aħna mexjin fuq dan l-abbozz ta' liġi jiena mhu se ngħid xejn ħlief li nixtieq li kemm jista' jkun ma jkollniex abbozzi ta' liġi li jdaħħlu prinċipju li jien narah daqsxejn antipatiku.", "M'hemm xejn ħażin li teżerċita' l-poteri kollha li jkollok, pero' mhux wara li teżerċita' l-poter u wara li tħalli 60 ġurnata jgħaddu mingħajr ma tagħmel xejn u mingħajr ma tipproċedi kontra l-persuna konċernata imbagħad minn fuq għandha tkun dik il-persuna stess li titlob biex terġa' tieħu lura l- affarijiet li jkunu tteħdulha għaliex inkella din tkun tista' titlifhom.", "Din għandna bħalha wkoll - biex lill-Onor.", "Vella ngħidlu li għalkemm m'hemmx ħafna oħra bħalha din m'hijiex xi ħaġa ġdida għal kollox - fil-liġi tad-dwana u forsi x'imkien ieħor ukoll li bħalissa m'iniex niftakar fihom.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Milli qed nifhem jien, li m'iniex persuna legali, din hija ripetizzjoni ta' dawk il-provvedimenti li hemm fil-liġi tad-dwana.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Preċiżament, hemm il-prinċipju li kienu jgħidu bil- Latin \"in dubio pro fisco\".", "Issa anke fejn dan ħalla xahrejn jgħaddu u baqa' ma ddeċidiex x'jagħmel bl-affarijiet, biex persuna terġa' tieħu l- affarijiet li jkunu ħadulha trid tagħmel rikors għalihom.", "Ċertament li m'iniex qed nagħmel din ir-riflessjoni b'enfasi għal din il-liġi partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk il-kollega tiegħi bi spritu pront qal: Iċ-ċittadin l-ewwel.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, dak qal: Ċittadin newwel!", "ONOR GUIDO de MARCO: Jien naħseb li dwar din il-klawsola m'għandix aktar rimarki u allura nistgħu ngħaddu għall-klawsoli l-oħra.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, jiena napprezza l-ispirtu konċiljatorju tal-kollega tiegħi u nirringrazzjah għall-mod kif qegħdin naqblu fuq dawn il-klawsoli.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Analista.", "Clause 7 - Analyst.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Klawsola 7 tgħid li għall-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi l-ministru għandu d-dritt li jaħtar analista li jkun bniedem kapaċi jagħmel analisi tas-samples li jkunu ġew prelevati u li joħroġ ir- riżultat u anke ċ-ċertifikat dwarhom.", "Din il-klawsola tgħid ukoll li d- deċiżjonijiet u ċ-ċertifkati ta' dan l-analista għandhom prima facie jiġu aċċettati bħala korretti, sakemm ovvjament dawn ma jiġux ikkontestati b'mod xjentifiku minn postijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Tbagħbis ma' l-istrumenti.", "Clause 8 - Tampering with instruments.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, klawsola 8 titkellem fuq min ifixkel l- awtorita' nazzjonali, lill-pulizija u lil xi persuna oħra fil-qadi ta' dmirijietha billi jbagħbas l-istrumenti, jirrifjuta li jagħti xi tagħrif li jista' jkun leġittimament meħtieġ, ifixkel jew jimpedixxi lill-ispettur ta' l-awtorita' nazzjonali, jagħti lil xi persuna mhux awtorizzata dokumenti klassifikati, jikxef jew jgħaddi jew b'kull mod ieħor jikkommunika lil ħaddieħor tagħrif li jkun ingħata lil xi awtorita' u jagħmel affarijiet oħra li bihom ikun qiegħed ifixkel il-qadi tal-ġustizzja - jiġifieri dawk il-miżuri li titlob l-awtorita' nazzjonali u l-ispetturi - anke bi ksur ta' konfidenzjalita' jew stqarrijiet foloz jew qarrieqa għax hekk ikun ħati ta' reat skond klawsola 4, li għadna kemm għaddejna.", "Hawnhekk ukoll qegħdin nerġgħu mmorru għall-penali ta' mhux inqas minn Lm10,000 u mhux iktar minn Lm100,000 u priġunerija ta' mhux inqas minn 18-il xahar u mhux iżjed minn 15-il sena li hemm taħt klawsola 4.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Spezzjonijiet Provokattivi.", "Clause 9 - Challenge inspections.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandna emenda għad-diċitura bil-Malti minħabba li fit-test Ingliż għandna \"challenge inspections\" u min għamel it-test Malti din qalibha għal \"spjezzjonijiet provokattivi\".", "(Interruzzjonijiet) Jiena issa qed ngħid x'hawn miktub hawnhekk għax kieku din ktibtha jien forsi kont nikteb xi ħaġa oħra.", "Fuq din irrid ngħid li anke għandna parir tal-President stess fejn tana nota ħelwa li tagħti d-definizzjoni ta' xi tfisser il-kelma \"challenge\" bl- Ingliż u ġustament qed jissuġġerixxi li dik il-frażi għandha tiġi tradotta bħala \"spezzjonijiet kontestatorji\".", "Jiena naqbel mad-diċitura kif qalha l-President għax din hija xi ħaġa li you're putting into question, jiġifieri hawnhekk inti qed tikkontesta jekk id-data li għandek hijiex korretta jew le u allura inti tkun trid tagħmel dik l- ispezzjoni kontestatorja.", "Mr Chairman, issa se nressaq din l-emenda:", "\"A\" Minflok il-kliem \"spezzjoni provokattiva\" u \"Għan ta' spezzjoni provokattiva relevanti\" kull fejn jinsabu fit-test Malti tal-klawsola 9 għandhom jidħlu l-kliem \"spezzjoni kontestatorja\" u \"Għan ta' spezzjoni kontestatorja relevanti\" rispettivament.", "\"A\" For the words \"spezzjoni provokattiva\" and \"Għan ta' spezzjoni provokattiva relevanti\" wherever these occur in the Maltese text of clause 9 there shall be substituted the words \"spezzjoni kontestatorja\" and \"Għan ta' spezzjoni kontestatorja relevanti\" respectively.", "Sur President, klawsola 9 tagħti t-tifsira ta' spezzjoni kontestatorja fejn tgħid li hemm is-setgħa li ssir tfittxija jew spezzjoni, li jiġu eżaminati u jittieħdu kampjuni, li jiġu eżaminati u elevati kopji jew estratti minn dokumenti rilevanti, li jekk ikun hemm bżonn ikun hemm kejl ta' kwantita' ta' materjal u ssir anke verifikazzjoni ta' kif jitħaddmu ċerti strumenti u l-kalibrar tagħhom.", "Din il-klawsola tagħti wkoll il-poter li fejn ikun hemm bżonn jiġi stallat jew imħaddem tagħmir ta' sorvelja li jkun jinsab fuq il-post u li jiġu intervistati xi persuni.", "Klawsola 9 (ħ) imbagħad tgħid hekk: \"tagħmel kull ħaġa oħra li tista' tkun relevanti jew konvenjenti li tintgħamel sabiex jinkiseb għan ta' spezzjoni provokattiva relevanti.\"", "GĦalhekk din il-klawsola qed tiddiskrievi x'inhuma l-poteri li għandu spettur meta dan ikun qed jagħmel spezzjoni kontestatorja.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 9, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Dħul minn spetturi ta' l-OPAK eċċ.", "Clause 10 - Entry by OPCW inspectors etc.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Klawsola 10 qed tiddiskrivi kif jistgħu jidħlu l- ispetturi ta' l-OPAK billi tgħid li dawn jistgħu jidħlu biex jagħmlu l- ispezzjonijiet tagħhom \"bil-kunsens ta' l-inkwilini jew sid il-faċilita', post, sit, art jew lok ieħor, vapur, bastiment, inġenji ta' l-ajru jew vettura, ...\" .", "Sur President, għal klawsola 10 għandi din l-emenda:", "\"B\" Minflok il-kliem \"spezzjoni provokattiva\" u \"Għan ta' spezzjoni provokattiva relevanti\" kull fejn jinsabu fit-test Malti tal-klawsola 10 għandhom jidħlu l-kliem \"spezzjoni kontestatorja\" u \"Għan ta' spezzjoni kontestatorja relevanti\" rispettivament.", "\"B\" For the words \"spezzjoni provokattiva\" and \"Għan ta' spezzjoni provokattiva relevanti\" wherever these occur in the Maltese text of clause 10 there shall be substituted the words \"spezzjoni kontestatorja\" and \"Għan ta' spezzjoni kontestatorja relevanti\" respectively.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11- Ordnijiet.", "Clause 11- Warrants.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Klawsola 11 titkellem dwar meta jkun hemm bżonn ta' ordni ta' maġistrat ħalli spettur jidħol biex jagħmel spezzjoni kontestatorja.", "Din il-klawsola tgħid li:", "\"..... il-Maġistrat għandu joħroġ ordni għall-għan ta' dan l-artikolu li bih jawtorizza lil persuni relevanti, li jkunu msemmijin fl-ordni, b'dik l-għajnuna li tista' tkun meħtieġa, u jekk ikun meħtieġ bil- forza li jidħlu jew jimbarkaw u li jwettqu kull setgħa relevanti għar- rigward ta' xi faċilita'.....\".", "Jiġifieri jekk kemm-il darba ma jkunx hemm kunsens mill-owner tal- faċilita', l-maġistrat jista' joħroġ ordni ħalli jagħti s-saħħa lill- ispettur biex jagħmel dak li għandu jagħmel.", "Din il-klawsola titkellem ukoll dwar \"jekk id-dħul ikunx awtorizzat li jsir f'xi ħin bin-nhar jew bil- lejl\" u \"jum li ma jiġix aktar tard minn xahar wara l-jum tal-ħruġ ta' l- ordni.....\", jiġifieri hawnhekk il-maġistrat irid jispeċifika l-ħin u l- ġurnata meta għandha ssir din l-ispezzjoni.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: GĦandi nifhem li talba bħal din issir permezz ta' telefonata u mhux permezz ta' ordni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, fil-fatt subklawsola 11 (3) tgħid hekk:", "\"Meta, minħabba f'ċirkostanzi ta' urġenza, id-Direttur jew il-Ministru jqis li jkun hekk meħtieġ li jagħmlu, talba għall-ħruġ ta' ordni skond is-subartikolu (1) tkun tista' ssir permezz ta' telefonata.\".", "Imma hija ovvja li l-ordni ma ssirx permezz ta' telefonata.", "Mr Chairman, qed nipproponi din l-emenda għal klawsola 11:", "\"C\" Minflok il-kliem \"spezzjoni provokattiva\" u \"Għan ta' spezzjoni provokattiva relevanti\" kull fejn jinsabu fit-test Malti tal-klawsola 11 għandhom jidħlu l-kliem \"spezzjoni kontestatorja\" u \"Għan ta' spezzjoni kontestatorja relevanti\" rispettivament.", "\"C\" For the words \"spezzjoni provokattiva\" and \"Għan ta' spezzjoni provokattiva relevanti\" wherever these occur in the Maltese text of clause 11 there shall be substituted the words \"spezzjoni kontestatorja\" and \"Għan ta' spezzjoni kontestatorja relevanti\" respectively.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"C\" kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12- Kimika ta' l-Ewwel Skeda.", "Clause 12- Schedule 1 Chemicals.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Klawsola 12 tibda billi tgħid:", "\"Kull min f'Malta, jew kull ċittadin Mali jew residenti permanenti f'Malta li, sew jekk ikun qiegħed f'Malta sew jekk le,\"", "- din diġa' għamilna riferenza għaliha fit-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi -", "\"(a) jipproduċi, jikseb, iżomm jew juża kimika ta' l-Ewwel Skeda barra minn Malta kemm-il darba l-produzzjoni, kisba, żamma jew użu ma jseħħu fi ħdan it-territorju ta' xi Stat ieħor li jkun Parti fil-Konvenzjoni jew ma jsirux għal għanijiet li jsir trasport leġittimu ta' dik il- kimika lil xi Stat ieħor li jkun Parti; jew", "(b) jesporta jew jagħmel tentattiv li jesporta kimika ta' l-Ewwel Skeda lil xi Stat ieħor li ma jkunx Parti għal xi għan ta' riċerka, mediku, farmaċewtiku jew protettiv; jew", "(c) ikollu jew iħaddem faċilita' li tipproduċi, tikser, iżżomm jew tuża kimika ta' l-Ewwel Skeda, .....\"", "Jiġifieri hawnhekk qed niddikjaraw kemm jista' jkun il-massimu li wieħed jista' jkollu peress li xi wħud mil-kimiċi ta' l-Ewwel Skeda huwa diffiċli li tikkontrollahom għax dawn jintużaw għal ħafna affarijiet.", "Fil-fatt paragrafu (ċ) ta' klawsola 12 jgħid li l-faċilita' ma tistax iżomm dawn il- kimiċi \"fi kwantitajiet li b'kollox ikunu ta' inqas minn 100 gramma fis- sena,\" jiġifieri dan il-paragrafu jispeċifika anke l-ammont.", "F'każ li wieħed ikun ħati ta' dan ir-reat dan ikun soġġett għal dawk il-penali li għamilna riferenza għalihom fi klawsola 4, jiġifieri li jeħel multa ta' mhux inqas minn Lm10,000 u mhux iżjed minn Lm100,000 jew priġunerija għal żmien ta' mhux inqas minn 18-il xahar u mhux iżjed minn 15-il sena.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Konfiska meta wieħed jinsab ħati.", "Clause 13 - Forfeiture upon conviction.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Il-konfiska ta' kull sustanza jew materjal ieħor li jinstab bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att jew tal-Konvenzjoni, għandha tkun konsegwenza awtomatika ...\".", "Dan ifisser li malli jinqabad materjal li jkun kontra l-provvedimenti tal- konvenzjoni jrid jiġi kkonfiskat.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 14 - Awtorita' biex isiru proċedimenti.", "Clause 14 - Authority for proceedings.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Klawsola 14 tgħid li:", "\"Ma jista' jinbeda ebda proċediment għal reat kontra xi artikolu ta' dan l-Att ħlief bl-awtorita' ta' l-Avukat Ġenerali.\"", "Jidhirli li din il-klawsola hija self-explanatory.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ Clause 1 - Short title and commencement", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, klawsola 1 tgħid li:", "\"Dan l-Att jista' jissejjaħ l-Att ta' l-1997 dwar ir-Ratifika tal- Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi, u għandu jibda jseħħ f'dik id-data li l- Ministru jista' jistabbilixxi b'avviż fil-Gazzetta, u dati differenti jistgħu jiġu hekk stabbiliti għal dispożizzjonijiet differenti jew għal għanijiet differenti ta' l-Att.\"", "Hawn qed nirriferu għal dawk id-dispożizzjonijiet li għamilna riferenza għalihom waqt li konna qed niddiskutu subklawsola 3 (3).", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-konsiderazzjoni mill- ġdid fil-Kumitat sabiex nerġgħu niddiskutu Klawsola 1.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Kamra tmur f'Kumitat sabiex tikkonsidra mill-ġdid Klawsola 1 ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika tal- Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda verbali li tgħid hekk:", "Fin-nota marġinali ta' klawsola 1, ħassar il-kliem \"u bidu fis-seħħ\" u fi klawsola 1 ħassar il-kliem minn \", u għandu jibda jseħħ\" sa \"differenti ta' l-Att\".", "In the marginal note to clause 1, delete the words \"and commencement\" and in clause 1 delete the words from \", and shall come into force\" to the words \"purposes thereof\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.28 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta Klawsola 1 mgħoddija b'emenda.", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra issa tgħaddi għat-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogġħobkom?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza lill-Gvern jirratifika l-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l- Iżvilupp, Produzzjoni, Ħażma u Użu ta' Armi Kimiċi u l-Qerda tagħhom, biex jipprovdi għall-implimentazzjoni minn Malta tad-dispożizzjonijiet relattivi u għas-sħubija ta' Malta fl-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi, u dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' dan jew li huma aniċillari għal dan\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 29 ta' April, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali u Self Ieħor - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tieni Qari; u", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-VAT - Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Maria Camilleri.", "ONOR.", "MARIA CAMILLERI: Madam Speaker, fil-ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi llum nixtieq nitkellem dwar l-importanza ta' sehem il- parlamentari f'fora internazzjonali għaliex jien nemmen li huwa obbligu tagħna li nirrapportaw mhux biss lill-Parlament iżda lill-pubbliku in ġenerali dwar il-ħidma u s-sehem tagħna f'oqsma differenti.", "Il-lejla nixtieq nitkellem dwar is-sehem tagħna fil-Kunsill ta' l-Ewropa u dwar x'inhuwa x-xogħol tagħna f'dan il-kunsill.", "Għal min jaf u anke għal dawk li ma jafux, tajjeb li ngħidu li l-Kunsill ta' l-Ewropa jikkonsisti f'bosta kumitati li kollha kemm huma jitrattaw il-ħarsien tad-drittijiet tal- bniedem.", "Dawn mhux ta' min joqgħod isemmihom kollha imma tajjeb li ngħidu li matul il-ġimgħa l-oħra fl-assemblea parlamentari ġie diskuss suġġett interessanti u jaħraq ħafna dwar id-drittijiet tan-nisa, sewwa sew dwar it- traffikar tan-nisa u l-prostituzzjoni fil-pajjiżi li huma fi ħdan il- Kunsill ta' l-Ewropa.", "Ta' min jgħid li dan ir-rapport tressaq mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet Umani.", "Madam Speaker, ħabat tajjeb li llum jien se nitkellem dwar dan ir- rapport u dwar is-sehem u l-intervent li jiena għamilt f'din l-assemblea parlamentari bħala rappreżentanta tal-Parlament Malti.", "GĦaliex qed ngħid li ħabat tajjeb?", "Qed ngħid dan għaliex jekk wieħed jara waħda mill- gazzetti lokali tal-lum li toħroġ bl-Ingliż, jiġifieri \"The Times\", isib li fiha deher artiklu li jittratta dwar mara li wara li sfat armla kellha tgħaddi minn ċirkostanzi koroh ħafna.", "Jiena naħseb li l-istampa li tingħata f'dan l-artiklu hija l-istampa ta' ħafna nisa Maltin li minħabba ċ- ċirkostani tagħhom - u mhux għaliex din tkun tassew ir-rieda tagħhom - jispiċċaw jgħixu fil-livell tant baxx tal-prostituzzjoni.", "Qed ngħid \"fil- livell tant baxx tal-prostituzzjoni\" għaliex nista' ngħid li qagħda hekk imwiegħra bla dubju tnaqqas ħafna mid-dinjita' umana u anke mid-drittijiet tal-persuna.", "Aħna, kemm bħala Maltin u kemm bħala pajjiż, konxji ħafna ta' l-abbużi fejn jidħol it-traffikar tan-nisa - għalkemm dawn ma jkunux Maltin - u b'mod speċjali anke tal-prostituzzjoni.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħixu f'xi dinja għalina weħidna 'l bogħod mil-pajjiżi l-oħra u jien jidhirli li ma nistgħux nibqgħu nitkellmu biss dwar id-drittijiet meta mbagħad ikunu qegħdin isiru dawn l-abbużi tant gravi u jkun qed iseħħ ksur kontinwu tad-drittijiet umani.", "X'kien l-iskop ta' dan ir-rapport li l-ġimgħa li għaddiet tressaq fl- Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa?", "L-ewwel skop huwa li jiġu enforzati aktar il-liġijiet fejn jidħlu d-drittijiet tan-nisa u t-tieni skop huwa li jittieħdu aktar miżuri serji u aktar ibsin sabiex jitfasslu pieni aktar ħorox għal dawk li jikkommettu dawn ir-reati kriminali, speċjalment fejn jidħlu t-traffikanti tan-nisa u dawk li jħaddmu n-nisa fil- prostituzzjoni.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed isemmi x'rakkmandazzjonijiet u x'miżuri ġew proposti f'dan ir-rapport.", "Per eżempju, waħda mill-miżuri li qed jipproponi dan ir-rapport tgħid li għandu jkun hemm il-konfiska tal-profitti li jsiru minn dawk li qed jużaw lil dawn in-nisa għall-esplojtazzjoni sesswali.", "Miżura oħra tgħid li għandhom jingħalqu dawk l-istabilimenti li fihom in-nisa jkunu vittmi ta esplojtazzjoni sesswali kontinwa u li l-pulizija għandha tagħti iktar protezzjoni lil dawk li jaqgħu vittmi tat-traffikanti għax dawn it- traffikanti tant huma b'saħħithom - fil-fatt hemm mafja sħiħa minnhom - li jkun kważi mpossibbli li persuna toħroġ minn dan iċ-ċirku minħabba l-biża' li din tista' tispiċċa saħansitra maqtula.", "Il-miżuri li qed jipproponi dan ir-rapport jgħidu li anke l-pajjiżi nfushom għandhom joffru skemi ta' protezzjoni f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt ta' min jgħid li l-pajjiżi Nordiċi diġa' qed joffru sensiela ta' miżuri sabiex dawk in-nisa li jaqgħu vittmi tat-traffikanti jew tal-prostituzzjoni mhux biss ikollhom għajnuna legali imma wkoll għajnuna psikoloġika u medika.", "Madam Speaker, wieħed jitkexkex meta f'dan ir-rapport jaqra bħalissa x'inhu għaddej fil-pajjiżi ta' l-Ewropa.", "Hawn biżżejjed insemmi li skond rapport li ħarġet l-International Organisation for Migration - din l-għaqda internazzjonali taħdem fost dawk in-nisa li jkunu sejrin f'pajjiż ieħor jew inkella li jkunu qed jgħixu f'pajjiż ieħor - matul l-1995 fl-Ewropa kien hemm man-nofs miljun mara li sfaw vittmi ta' dawn it-traffikanti u li spiċċaw waqgħu għall-prostituzzjoni.", "Sa l-1989 ħafna min-negozju tat- traffikar tan-nisa kien isir fl-Amerka Latina, fl-Afrika u fl-Asja imma mbagħad ġara li mal-waqgħa tal-komuniżmu dan in-negozju ttripla.", "Hawnhekk wieħed jista' jimmaġina f'liema qagħda ħażina jinsabu dawn il-pajjiżi u f'liema qagħda mwiegħra jinsabu dawk il-ħafna nisa minn dawn il-pajjiżi li jmorru jgħixu f'pajjiż ieħor bl-isperanza li dak il-pajjiż ikun se joffrilhom ħajja aħjar milli kellhom biex mbagħad isibu ruħhom f'din ix- xibka ta' prostituzzjoni.", "Huwa magħruf li ħafna minn dawn in-nisa qed jaqgħu vittmi tat-traffikanti billi jaraw pubbliċita' u reklami ta' pajjiżi fejn joffrulhom ħajja aħjar imma mbagħad meta effettivament imorru f'dawn il-pajjiżi jsibu ċrieki kbar ta' traffikanti li jkunu lesti għalihom u minflok ma jagħtuhom l-opportunitajiet sbieħ li jkunu ġew imwiegħda jsibu ruħhom jaħdmu fil-prostituzzjoni.", "Madam Speaker, diversi pajjiżi tkellmu dwar il-biża' li jgħaddu minnha dawn in-nisa meta jipprovaw jaħarbu jew ifittxu l-protezzjoni tal-pulizija għax dawn jafu kemm iċ-ċrieki tat-traffikanti huma organizzati u dan iwassalhom biex lanqas biss jagħmlu rapport għaliex jibżgħu li dan ikun ta' theddida kemm għal ħajjithom kif ukoll għall-familjari tagħhom.", "Kif diġa' għidt, bosta pajjiżi lmentaw li l-protezzjoni li tiġi offruta mill- Istat hija negliġibbli komparata mas-saħħa u l-organizzazzjoni li għandhom dawn it-traffikanti.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-Kunsill ta' l-Ewropa ħaseb sabiex isir studju profond dwar dak kollu li qed isir f'dan il-qasam u sabiex jissaħħu l-miżuri li jissemmew fir-rapport ħalli kemm jista' jkun il- mara ma jkolliex taqa' f'dan il-livell hekk baxx.", "Madam Speaker, l-assemblea parlamentari ħarġet b'ċerti rakkmandazzjonijiet li għaddiethom lill-kumitat tal-ministri sabiex jistudjahom biex finalment jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwarhom.", "Dawn ir-rakkmandazzjonijiet qed jenfasizzaw il-ħtieġa li fil-konvenzjoni jipparteċipaw kemm il-pajjiżi membri kif ukoll dawk li m'humiex.", "Din il- konvenzjoni qed tiffokka l-iktar fuq id-drittijiet umani, iż-żieda fil- pieni kontra t-traffikanti, li jissaħħu l-komunikazzjoni, il-koperazzjoni u l-kordinament bejn il-forzi tal-pulizija kif ukoll bejn l-awtoritajiet ġuridiċi.", "Hawnhekk m'aħniex qed ngħidu li dan għandu jsir biss fuq livell nazzjonali imma anke fuq livell internazzjonali.", "Din m'hijiex l-ewwel konvenzjoni ta' din ix-xorta għaliex biżżejjed ngħid li fil-United Nations saru erba' konvenzjonijiet u fl-Unjoni Ewropea kienu saru xi oħrajn ukoll.", "Madanakollu, il-Kunsill ta' l-Ewropa jħoss illi għad baqa' ħafna xi jsir f'dan ir-rigward għaliex qed jinħass li l- pieni mhumiex adegwati u għalhekk hemm bżonn li jittieħdu iktar miżuri serji u ibsin sabiex kemm jista' jkun tiġi mrażżna din ir-rata għolja ta' traffikar ta' nisa għall-prostituzzjoni.", "Bħalma diġa' għidt, aħna ma nistgħux ngħidu li qegħdin ngħixu f'xi dinja għalina u lanqas m'għandna nagħlqu għajnejna għal dak li jkun qed jiġri madwarna għax minħabba l-qagħda ġeografika tagħna wieħed jassumi li fil- fatt qed isir traffikar tan-nisa fost l-emigranti llegali li jkunu ġejjin min-naħa t'isfel tal-Mediterran.", "Għalhekk jiena ssuġġerejt li l-Kunsill ta' l-Ewropa għandu jaħtar rapporteur sabiex jistudja sew il-qagħda tat- traffikar tan-nisa u li dan ma jittrattax biss it-traffikar li jsir mil- Lvant għall-Punent ta' l-Ewropa imma jkopri wkoll iċ-ċaqliq li qed ikun hemm mill-pajjiżi tan-naħa t'isfel tal-Mediterran.", "F'dan il-kontest wieħed jista' jsemmi bħala eżempju t-traġedja li kellna f'Diċembru li għadda fejn diżgrazzjatament sfaw mgħarrqa ħafna persuni li kienu qegħdin jiġu trasportati klandestinament għal pajjiżi oħrajn.", "Dawn huma affarijiet li rridu noqogħdu attenti ħafna għalihom għaliex wisq nibża' li aħna għadna ma nafux eżattament kif qiegħed jaħdem dan in-network li hemm mifrux ma' pajjiżi oħrajn.", "Jien issuġġerejt il-ħatra ta' dan ir-rapporteur biex jipprepara studju u jagħmel rakkmandazzjonijiet fuq dan is-suġġett proprju bil-għan li jittaffa' l-vizzju tal-prostituzzjoni sabiex in-nisa ma jkollhomx għalfejn jaqgħu daqshekk fil-baxx biex jiksbu l-mezzi għal għixien deċenti.", "Matul il-ftit ħin li kelli għall-intervent tiegħi jiena ssuġġerejt ukoll li l-Kunsill ta' l-Ewropa għandu jikkonsidra li jaħtar ombudsperson li, biex ngħid hekk, ikollu d-dritt u l-poter li jħares u jissorvelja l- ugwaljanza bejn is-sessi.", "Dan għaliex minkejja li aħna nitkellmu ħafna dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għad hemm pajjiżi li m'humiex jissalvagwardjaw biżżejjed l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.", "Fil-fatt, meta jien għamilt dan is-suġġeriment kien hemm ħafna li qablu li dan is- suġġett għandu jiġi kkonsidrat għalih u allura għandha ssir diskussjoni separata dwaru għaliex għad hemm ħafna pajjiżi membri li jħossu li minkejja li jsir ħafna diskors dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għad baqa' ħafna u ħafna x'isir.", "L-ombudsperson jista' jikkontribwixxi ħafna anke fl-aspett tat-traffikar tan-nisa għal skop ta' prostituzzjoni.", "Madam Speaker, minkejja li l-ħin huwa limitat jien xorta waħda xtaqt insemmi dawn l-affarijiet fuq fuq għaliex nemmen li biex ikun hawn demokrazija sħiħa u sabiex ikun hawn tassew rispett lejn id-drittijiet umani hemm bżonn li n-nisa kollha jingħataw id-dinjita' kollha li tixirqilhom.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, illejla se nitkellem b'dover lejn iċ-ċittadini li tellgħuni f'dan il-Parlament għax propiju se nitkellem dwar tliet mawriet interessanti ħafna li għadni kif għamilt bħala membru parlamentari Malti.", "L-ewwel żjara kienet f'Dubai għall-Konferenza dwar il-Koperazzjoni Ewro-Għarbija bejn parlamentari min-naħa Ewropea u min- naħa Għarbija.", "Bi pjaċir nirreġistra l-fatt li hemmhekk ġie aċċettat suġġeriment tiegħi li din il-konferenza tiltaqa' f'Malta qabel l-aħħar tas- sena għax naħseb li konferenza bħal din tagħmel unur mhux lili imma lil pajjiżna peress li din tkompli turi kemm pajjiżna huwa kapaċi jiġbed lejh dawn it-tip ta' laqgħat ta' livell internazzjonali li jikkontribwixxu għal aktar koperazzjoni, paċi u stabbilta'.", "It-tieni mawra kienet fi Tripli u f'Sirte għal żewġ laqgħat dwar il-paċi f'dan ir-reġjun fejn hemmehkk fakkarna l-bombardament mhux aċċettabbli li kien sar fl-1986 fuq Tripli u Benghazi.", "Hawnhekk kelli anke l-unur li niltaqa' mal-mexxej tar-rivoluzzjoni l-Kurunell Ghaddafi.", "It-tielet vjaġġ tiegħi kien fi Strasbourg għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa fejn iddiskutejna diversi topics.", "Per eżempju, f'Jannar konna qed niddiskutu l-implikazzjonijiet li se jkujn hemm għall- pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropea minħabba l-introduzzjoni tal- munita unika, msejħa l-Euro, mill-Unjoni Ewropea.", "Jiena jiddispjaċini li din it-tip ta' diskussjoni għadha ma qamitx hawn Malta imma għadna għaddejjin b'dibattitu dwar jekk Malta kienx jaqblilha jew le li tidħol fl- Unjoni Ewropea.", "Illum il-fatt hu li Malta m'hijiex qiegħda fl-Unjoni iżda l-Euro x'aktarx li se jiġi ntrodotta u allura għandna nibdew neżaminaw l- implikazzjonijiet ta' dan l-iżvilupp għall-ekonomija Maltija.", "Saret diskussjoni wkoll dwar l-iżviluppi fit-Trans-Caucasia, li għalkemm forsi huwa reġjun 'il bogħod, pero' xorta waħda huwa ta' interess għalina dak li qed jiġri ġewwa l-Georgia, l-Armenia u l-Azerbaijan minħabba s- supply ta' enerġija.", "Kif qal tajjeb ħafna s-Segretarju Ġenerali ta' l- Għaqda tal-Kunsill ta' l-Ewropa, biex bħalissa tkun taf x'inhu għaddej fl- 40 pajjiż ta' Ewropa trid tkun taf l-abc tal-Kunsill ta' l-Ewropa, jiġifieri mhux biss fuq il-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea imma wkoll x'qed jiġri fl-Albania, fil-Bosnia u fiċ-Chechnya.", "Hawn wieħed jibda jifhem id-differenza li hemm bejn il-membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li huma 40 u l-European Union, li tħaddan 15-il pajjiż.", "Għalhekk, Madam Speaker, tajjeb li nsemmi li ġewwa l-assemblea parlamentari tkun qisek qed tattendi iktar minn konferenza waħda minħabba l- varjeta' ta' topics li jkun hemm.", "Fil-fatt ġie trattat is-suġġett tan- nisa - kif għadha kif semmiet l-Onor.", "Camilleri - l-aspett monetarju, il- qagħda ġewwa t-Trans-Caucasia, l-Albania u r-Rumania - li għadni kif semmejt jien - l-aspetti dwar id-drittijiet ta' asylum seekers u refugees u l-aspett interessanti ferm dwar ir-rabta li hemm bejn it-teknoloġija fl- informatika u d-demokrazija u jekk min jikkontralla t-teknoloġija fl- informatika effettivament huwiex se jkun qiegħed jiddistortja d- demokrazija.", "Dawn huma kollha issues li attendejna għalihom il-ġimgħa li għaddiet.", "Ta' min iżid li mhux biss it-topics kienu varji imma kien hemm anke kumitati diversi bħall-politcial committee, l-economic committee, il-legal affairs committee, is-social affairs committee, l-migration committee, il- media committee u l-budget committee u allura jiġri li meta tattendi kumitat wieħed wara l-ieħor tibda tiltaqa' ma' nies differenti u tibda tiddiskuti topics differenti.", "Kellna diskussjoni oħra sabiex jitwaqqaf il- monitoring committee li se jsegwi kemm il-pajjiżi membri qegħdin jonoraw il-commitments u l-obbligi tagħhom.", "Biex issir membru ta' dan il- monitoring committee l-ewwel trid tiġi magħżul mill-grupp tal-partit tiegħek.", "Jiena nappartjeni - u jien kburi li nappartjeni - għall-grupp soċjalista ta' l-Ewropa li għandu xi 161 membru ġewwa l-assemblea parlamentari li għażlu lili bħala wieħed mill-grupp soċjalista għal fuq il- monitoring committee.", "Kelli pjaċir ninnota li l-Onor. de Marco wkoll ġie magħżul mill-grupp ta' l-European peoples' party biex jirrappreżenthom fuq dan il-monitoring committee.", "L-erba' gruppi politiċi mbagħad aċċettaw li bħala chairman tal-monitoring committee jkun rappreżentant tal-European peoples' party, ċertu Sertlinger li huwa Franċiż anzjan.", "Iżda fil-frattemp li konna qegħdin f'dan l-istadju, l-President Franċiż Chirac ħabbar li se jxolji l-parlament Franċiż u peress li Sertlinger qal li mhux se joħroġ għall-elezzjoni li ġejja huwa kien se jċedi postu lil min jiġi warajh.", "Aħna ħadna pjaċir li l-Onor.", "Guido de Marco, min-naħa ta' l-European peoples' party, ġie elett bħala chairman ta' dan il-monitoring committee li qiegħed membru fuqu jiena wkoll.", "Madam Speaker, dan qed ngħidu għax huwa ta' ġieħ għal Malta li għandna membru minn kull naħa ta' din il-Kamra meta tqis li hemm tmien pajjiżi oħra li lanqas biss għandhom membru wieħed fuq il-monitoring committee.", "Imbagħad hemm għaxar pajjiżi li għandhom membru wieħed biss u dan ifisser li aħna żgur li m'aħniex qegħdin mat-tieni 20 imma qegħdin ma' l-ewwel 20.", "Meta tipparaguna s-size tagħna mas-size ta' pajjiżi ħafna akbar minna u ricchi ħafna aktar minna, allura huwa unur għal dan il-Parlament li għandu żewġ deputati fuq dan il-monitoring committee li kellu l-ewwel laqgħa tiegħu nhar il-Ġimgħa tal-ġimgħa li għaddiet.", "X'se jkun qiegħed jagħmel dan il-monitoring committee?", "Tradizzjonalment il-monitoring committee kien jiċċekkja biss jekk pajjiżi humiex qegħdin jonoraw is-civil and political rights li hemm taħt il-lista ta' human rights.", "Madam Speaker, hawnhekk nixtieq nirreġistra l-kontribut li għamilt jien fis-sens li għidt li għandna nbiddlu t-tabula tal-liġijiet biex mhux biss niċċekkjaw jekk humiex qegħdin jiġu osservati s-civil and political rights mill-pajjiżi imma naraw ukoll jekk humiex qegħdin jiġu osservati s- social and economic rights taċ-ċittadin.", "Din il-proposta niżlet bħal għasel għal ħafna pajjiżi u fil-fatt din għandha tibda tiġi diskussa mill- ġimgħa li ġejja.", "It-tieni proposta li għamilt - li ovvjament hija aktar kontroversjali u malli ngħidha tinduna għaliex - kienet li m'għandux jibqa' l-każ li l-15 ta' l-Unjoni Ewropea qishom qed jagħmlu monitoring fuq il-25 l-oħra li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea imma għandu jkun hemm ċertu taħlit.", "B'dan ridt infisser li anke l-25 pajjiż l-oħra, biex ngħidu hekk, għandhom ikunu qegħdin jinvestigaw in-nuqqasijiet u d-defiċjenzi tal-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din ovvjament qanqlet tant diskussjoni fil- kumitat li saħansitra kien hemm membru minn pajjiż Nordiku li dar fuq wieħed Ġermaniż u qallu: Mela le, issa rridu neżaminaw anke s-sitwazzjoni tal-Ġermanja.", "Min-naħa tiegħu l-Ġermaniż miskin qal: Mela le!", "Ejjew u eżaminaw lilna wkoll.", "Madam Speaker, b'dawn iż-żewġ suġġerimenti se niftħu l-kriterji li bihom neżaminaw x'qed jiġri ġo ċerti pajjiżi għax issa m'aħniex se nibqgħu ristretti għal jekk dawn għandhomx pluraliżmu fejn jidħlu l-partiti politiċi - dak iż-żmien issa għadda.", "Il-Kunsill ta' l-Ewropa llum għandu sitwazzjoni differenti quddiemu fis-sens li waqgħet il-purtiera tal-ħadid u l-partiti politiċi f'dawk il-pajjiżi ta' Eastern Europe illum iffjorixxew.", "Għalhekk issa wasal iż-żmien - kif issuġġerejt jien u kif ġie aċċettat minn kull naħa - li neżaminaw l-aderenza tal-pajjiżi kollha fejn jidħlu drittijiet taċ-ċittadini fil-qasam soċjali u fil-qasam ekonomiku għax, wara kollox, naħseb li dan huwa li jridu ċ-ċittadini ta' l-Ewropa.", "Il-punt l-ieħor huwa li ma jistax ikun li nibqgħu bil-bias li l-15-il pajjiż ta' l-Ewropa tal-Punent jeżaminaw lil pajjiżi taċ-Ċentru u tal-Lvant ta' l-Ewropa.", "Li ġara issa huwa li kulħadd huwa open għall-investigazzjoni u għall-inspection.", "L-eżempju li tajt dwar il-Ġermanja naħseb li ferraħ ħafna qlub, mhux għax semmejt lill-Ġermanja qua Ġermanja, għax jistgħu jkunu pajjiżi oħra tal-Punent ta' l-Ewropa.", "B'hekk issa għelibna dawk il- misconceptions u l-inhibitions li kien hawn meta wieħed kien ikun irid jara x'qiegħed jiġri f'ċerti pajjiżi.", "F'dan is-sens wieħed ifaħħar lill- Kunsill ta' l-Ewropa meta dan anke jiċċekkja b'ċertu reqqa l-qagħda ta' ħabsijiet ġewwa l-Ingilterra fejn hemm miżmuma priġunieri Irlandiżi f'kondizzjonijiet li mhumiex tant aċċettabbli.", "Madam Speaker, meta wieħed jara dan l-andament allura wieħed jibda jara kemm issa huma aktar u aktar importanti d-drittijiet soċjali u ekonomiċi taċ-ċittadin fil-preżent kemm fl-Ewropa u anke fid-dinja.", "Fil-European social charter stess hemm 19 minn dawn id-drittijiet fundamentali u mbagħad hemm erba' drittijiet addizzjonali fl-additional protocol u se nsemmi ftit minnhom biex min qed isegwi dan id-debate ikollu idea fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "L-ewwelnett hemm id-dritt tax-xogħol, il- protezzjoni fuq il-post tax-xogħol, id-dritt għat-training, id-dritt għal guidance, id-dritt għal kondizzjonijiet ġusti tax-xogħol, id-dritt li jkun hemm fair remuneration għal equal work u allura equal pay għan-nisa u l- irġiel - għalkemm fuq din hemm dibattiti qawwija.", "Hemm ukoll id-dritt li fid-diversi postijiet tax-xogħol il-ħaddiema jorganizzaw lilhom infushom u jibdew jikkonduċu collective bargaining u hemm id-dritt tal-ħaddiema li jipparteċipaw fid-determinazzjoni tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fuq il- post tax-xogħol tagħhom.", "Barra minn hekk hemm il-ħarsien tad-drittijiet speċjali ta' kategoriji ta' nies, bħalma huma n-nisa, il-ħandikappati, it- tfal u dawk li huma migrant workers.", "Malli wieħed jibda jara dawn it-tip ta' drittijiet wieħed malajr jinduna li issa morna 'l hemm mid-dritt li jkollok aktar minn partit politiku wieħed għax issa qegħdin niġu għad-drittijiet diretti taċ-ċittadin fl- Ewropa kollha.", "Dan hu dak li se jibda jeżamina l-monitoring committee; għax lil hinn mill-post tax-xogħol hemm drittijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent sħiħ ta' fejn jgħix iċ-ċittadin, id-dritt għal protezzjoni adegwata fejn tidħol is-saħħa, id-dritt għal social security, id-dritt biex jibbenefika mis-social welfare services u ovvjament id-dritt li ċ-ċittadin igawdi l-ħin ħieles b'mod dinjituż.", "Jien kelli okkażjoni nipparteċipa f'seminar dwar human dignity and social exclusion liema problema qed taggrava fl-Ewropa.", "Jien naħseb li l- konklużjoni tagħna wriet kemm huwa importanti li l-25-il pajjiż ta' l- Ewropa li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea se jkunu jistgħu jagħtu l- kontribut tagħhom fuq il-drittijiet soċjali u ekonomiċi.", "Jien naħseb ukoll li dan se jkun mod kif il-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea ma jingħalqux ġewwa fortizza kontra l-pajjiżi l-oħrajn jew inkella li huma joqogħdu jħarsu 'l isfel fuq l-oħrajn imma li jingħaqdu biex iċ-ċittadini ta' l- Ewropa tassew iħossu li dan il-monitoring committee qed jissalvgwardjalhom għallinqas il-livel minumu ta' għixien dinjituż u biex id-drittijiet soċjali u ekonomiċi jkunu kemm jista' jkun indaqs min-naħa għall-oħra ta' l- Ewropa, jiġifieri mit-tarf ta' l-Ewropa tal-Punent - jekk trid mill-Irlanda jew l-Islanda - sa Vladivostok, peress li r-Russja hija membru ġewwa l- Kunsill ta' l-Ewropa.", "Huwa ta' nkoraġġiment kbir kemm għalija personalment kif ukoll għal pajjiżna li issa se jkollna a monitoring committee li se jkun qed jaħdem fuq dawk il-kriterji li jien introduċejt meta dan jkun qed jeżamina dawk id- diversi pajjiżi dwar is-sitwazzjoni tagħhom.", "Dan kollu juri kemm dawn il- pajjiżi jistmaw lil Malta li minħabba n-natura tagħha ma jista' jkollha l- ebda ambizzjoni ta' espansjoni, kif wisq jibżgħu li jista' jkollhom pajjiżi oħra ġewwa l-Ewropa.", "Aħna niġu aċċettati minn dawn il-pajjiżi kemm minħabba li nappartjenu għal pajjiż indipendenti u newtrali u fuq kollox minħabba li qed nuru dik l-imparzjalita' fit-tmexxija tagħna.", "Madam Speaker, biex nagħlaq irrid ngħid li d-diskors tiegħi fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa - li għamiltu meta konna qed nitkellmu dwar l-Albania u li minħabba li huwa xi ftit twil allura mhux possibli li nkoprih kollu hawnhekk - tant ġie aċċettat li l-emenda għall- mozzjoni prinċipali li saret minn grupp ta' konservattivi biex ma jsirux l- elezzjonijiet ġewwa l-Albania qabel ma jittieħdu ċerti miżuri ma għaddietx.", "Dan il-fatt ikompli jagħti iktar ġieħ lid-diskors tiegħi li bil-permess ta' din il-Kamra nixtieq inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' diskors li l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona għamel fl-24 ta' April, 1997 fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar is- sitwazzjoni fl-Albania.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 29 ta' April, 1997 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-10.00 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - XOGĦOL PROFESSJONALI", "4517.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'arranġamenti għamel dwar ix-xogħol professjonali li hu kellu qabel ma nħatar Ministru in vista ta' l- obbligi imposti fuqu mill-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri u, jekk hu l-każ, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull arranġament milħuq?", "Jista' l- Ministru jagħti l-istess informazzjoni dwar kull Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab konformi mal-provvedimenti stabbiliti fil-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri.", "MINISTRU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - XOGĦOL PROFESSJONALI", "4518.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'arranġamenti għamel dwar ix-xogħol professjonali li hu kellu qabel ma nħatar Ministru in vista ta' l-obbligi mposti fuqu mill-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri u, jekk hu l-każ, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull arranġament milħuq?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni dwar kull Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mal-ħatra tiegħi ta' Ministru kont irriżenjajt mix- xogħol professjonali li kelli fis-settur privat.", "Dwar is-Segretarju Parlamentari li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħi, nixtieq ngħarrfek li l-Onor.", "Dr. Gavin Gulia LL.D. għarrafni li għadda x- xogħol legali tiegħu lil avukat ieħor u li huwa nqata' mit-tmexxija ta' l- uffiċċju.", "MINISTRU TAT-TURIŻMU - XOGĦOL PROFESSJONALI", "4519.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'arranġamenti għamel dwar ix-xogħol professjonali li hu kellu qabel ma nħatar Ministru in vista ta' l-obbligi mposti fuqu mill-Kodiċi ta' Etika mal-Ministri u, jekk hu l-każ, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull arranġament milħuq?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni dwar kull Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kif mitlub mill-Kodiċi ta'l-Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari jien inqtajt mit-tmexxija u l-management ta'l- uffiċċju li kelli ta' Perit.", "MINISTRU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - XOGĦOL PROFESSJONALI", "4520.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'arranġamenti għamel dwar ix-xogħol professjonali li hu kellu qabel ma nħatar Ministru in vista ta' l-obbligi mposti fuqu mill-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri, u jekk hu l-każ, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull arranġament milħuq?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni dwar kull Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li qabel ma nħtart Ministru jien kont impjegat ma kumpannija ta' periti lokali, wara l-elezzjoni li għaddiet jien irtirajt minn dan l-impjieg u minn kull ħatra oħra u konnessjoni li kelli ma l-istess kumpannija.", "ETC - \"JOB PLACEMENTS\"", "4543.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għar-risposta li l-Onor.", "Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 3399, peress illi l-istatistika uffiċjali qatt ma tindika n-numru ta' persuni li jkunu bdew jirreġistraw għax-xogħol f'xahar partikolari iżda biss in-numru totali ta' nies qiegħda, jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total kull xahar bejn Novembru 1996 u Marzu 1997 tan-nies li bdew jirreġistraw kull xahar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għal Novembru huwa ta' 1,033.", "Minkejja dan in-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw għax-xogħol, iż-żieda tal-qagħad fuq ix-xahar ta' Ottubru telgħet b'430.", "Il-figuri għal Diċembru 1996, Jannar 1997, Frar 1997 u Marzu 1997 għadhom ma ġewx ippublikati.", "SPTARIJIET - TQASSIM TA' ĦALIB", "4766.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fl-isptarijiet tal-Gvern qiegħed jitqassam condensed milk b'fat content ta' 8.1% meta t-tender (contract notice 384/86) li jkopri mis-16/12/96 sal- 15.12.97 jistipula fat content ferm anqas?", "Aktar u aktar meta skond it- tender (klawsola Nru. 5) hemm penali involuti?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-kuntrattur preżenti spiċċatlu il-ħażna tat- tip ta' ħalib kif kien aċċettat fit-tender.", "Għaldaqstant huwa ġie awtoriżżat iforni l-isptarijiet b'ħalib li għandu fat content ftit iżjed għoli, (0.6%), minn dak stipulat fit-tender specifications sakemm tasal kunsinna oħra.", "Iżda il-fatt li ġie awtoriżżat jissupplixxi dan il-ħalib ma jeżonerax lil dan il-kuntrattur mill-ħlas tal-penali previsti fil-kuntratt.", "INDUSTRIJI - GĦAJNUNA", "4770.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern preżent għandux policy jew jekk hux qiegħed iħejji policy għal għajnuna lill-industriji sabiex dawn iwaqqfu mpjanti tar-riċiklaġġ ta' diversi materji prima?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Proġetti ta` riciklaġġ jistghu jikkwalifikaw ghal ghajnuna taħt l-Att dwar l-Izvilipp Industrijali 1 Kap.325.", "Fil- preżent qed tigi mistharrġa l-possibilita` li anki proġetti li jinvolvu t- trattament u mhux ir-riciklaġġ ta` skart jibdew jikkwalifikaw taħt Kap.325 tal-Liġijiet ta` Malta.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ VALLETTA - TARMAC", "4771.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta fi ħsiebu jinbeda xogħol ta' tarmak fi Triq Valletta, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li din it-triq mhix waħda arterjali, il- Kunsill Lokali hu responsabbli biex ifassal il-programm skond ir-riżorsi u l-prijoritajiet tiegħu.", "DCC - \"SITE INSPECTIONS\"", "4772.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy jew proċedura addottata mid-DCC rigward site inspections, partikolarment rigward kull meta dawn isiru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Site inspections isiru b'mod regolari mid-DCC skond il-ħtieġa.", "Ġeneralment, id-DCC tiġbor għadd t'applikazzjonijiet biżżejjed biex tkun tista' tarahom f'nofsinhar jew f' ġurnata fil-każ ta' Għawdex, biex kemm jista' jkun ma jinħeliex ħin tad-DCC.", "IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ TA' SANT'ANTNIN", "4773.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers minn u lejn l-impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant'Antnin minn Novembru 'l hawn u f'liema gradi kienu dawn it-transfers?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Ħaddiema li ġew trasferiti, fuq bażi volontarja, minn u lejn l-Impjant ta' Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin huma dawn:", "|Grad |Minn |Sa | |Technical Officer|12.03.9|17.03.97| | |7 | | |Ass/Tech Officer |12.03.9|24.03.97| | |7 | | |7 Health |20.01.9|------ | |Attendant B |7 | | |1 Health |10.03.9|------ | |Attendant B |7 | |", "KIRKOP - GARAXX TAL-GVERN - TRASFERIMENTI", "4774.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers minn u lejn il-garaxx tal-Gvern ta' Ħal Kirkop minn Novembru 'l hawn u f'liema gradi kienu dawn it-transfers?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' transfers li ngħataw minn u lejn il- garaxx tal-Gvern ta' Ħal Kirkop minn Novembru 'l hawn hu kif jidher hawn taħt:", "Transfers lejn il-garaxx ta' Ħal Kirkop", "1 - Technical Officer 1 - Assistant Technical Officer 1 - Executive Officer (from Customs Department) 1 - Clerk 1 - Heavy Plant Driver 1 - Motor Transport Driver Total 6", "Transfers mill-garaxx ta' Ħal Kirkop", "1 - Officer in grade 9 1 - Assistant Technical Officer 2 - Executive Officer 1 - Clerk 3 - Senior Tradesman 1 - Tradesman 1 - Heavy Plant Driver 1 - General Hand Total 11", "BARRIERI - RIMI TA' SKART", "4775.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux konsultazzjonijiet mal-GRTU rigward l-użu ta' barrieri għal rimi ta' skart u x'kienu l-konsultazzjonijiet ta' dawn il- konsultazzjonijiet jekk saru?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Saret u għada għaddejja konsultazzjoni mal-GRTU fuq il-kwistjoni ta' rimi ta' skart inerti fil-barrieri.", "Dan il-proċess ta' konsultazzjoni għadu għaddej u għadhom ma ntlaħqu ebda konklużjonijiet.", "DISABILITY DISCRIMINATION ACT 1996", "4782.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4399 ma tweġbitx għall- aħħar parti tal-mistoqsija, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx stħarriġ u jekk ġewx konsidrati l-aspetti msemmija fid-domanda oriġinali?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ma għandi xejn aktar xi nżid mar-risposta li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 4399.", "SKEJJEL - JUNIOR LCYEUM", "4786.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l- eżamijiet annwali fil-ħames sena tal-Junior Lyceum u skejjel sekondarji jsiru f'April u mhux fi Frar minħabba li meta jsiru fi Frar qed jinħela ħafna ħin għall-istudenti?", "Jaf il-Ministru li f'xi skejjel privati l- eżamijiet qegħdin isiru f'April u l-istudenti xorta waħda jlaħħqu ma' l- eżamijiet tal-MATSEC?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - \"SUPPORT CLERICAL STAFF\"", "4787.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4167, jista' l-Ministru jgħid x'għandu jagħmel kap ta' skola biex jitlob aktar għajnuna klerikali u x'inhuma l-kriterji tad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jiddeterminaw jekk kap ta' skola hux ġustifikat li jkollu aktar għajnuna ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'Każ li Kap ta' Skola jkollu bżonn aktar għajnuna klerikali għandu jikteb lid-Direttur tiegħu biex jiġġustifika din it-talba.", "Hu għandu jagħti raġunijiet dettaljati u mhux jgħid biss li għandu bżonn l-għajnuna.", "Jekk id-Direttur tiegħu jħoss li dan il-kap ta' skola għandu raġun għandu jgħaddi u jirrakomanda din it-talba lid-Direttur Ġenerali u/jew lid-Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni.", "Meta u jekk ikun hemm Staff Klerikali disponibbli jsiru arranġamenti neċessarji biex tintbagħat l-għajnuna.", "Il-Kriterji Ġenerali huma dawn:-", "1.", "Kull skola għandu jkollha ta' l-anqas skrivan/a part-time.", "2.", "Kull skola primarja għandu jkollha skrivan/a part-time.", "3.", "Skejjel sekondarji u tas-snajja' jkollhom skrivan kif jidher hawn taħt:-", "POPOLAZZJONI TA' STUDENTI NUMRU TA' PART-TIME CLERKS", "- 500 1 500 - 1000 2 1000 + 3", "4.", "Fit-Trade Schools fejn hemm Stores għandu jkun hemm 'Executive Officer'.", "EDUKAZZJONI - \"PROGRAMM LEONARDO\"", "4788.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4095, dan ifisser li l-programm \"Leonardo\" issa ngħata fl-inkarigu tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali u mhux kif kien qabel li ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?", "Jaf il-Ministru li dan huwa primarjament programm edukattiv u ta' taħriġ, allura ma jarax li l-Ministeru ta' l- Edukazzjoni li f'idejh għandu ż-żewġ skemi ta' apprendistat ewlenin u għandu jkollu wkoll sehem ewlieni f'dan il-programm?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-programmi ta' l-Unjoni Ewropeja - Socrates, Leonardo da Vinci u Youth for Europe - għadhom jaqgħu taħt ir- responsabilta' tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali bħal ma jixhed il-vot ta' flus li hemm allokat għal dawn il-programmi - Item 4268 fil-Vot 23 ta' l-Estimi Rikorrenti 1997.", "Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bħal organizzazzjonijiet oħrajn, kemm statali kif ukoll privati, li għandhom interess fl-edukazzjoni vokazzjonali, jistgħu jagħmlu kuntatti ma' organizzazzjonijiet Ewropej bil- għan li eventwalment jidħlu sħab magħhom fi proġetti taħt il-programm \"Leonardo\".", "SKEJJEL - ŻJAJJAR KULTURALI", "4789.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-Ministru ma weġibx l-aħħar parti tal- mistoqsija parlamentari numru 4276, jista' jgħid jekk dawk it-tfal u l- għalliema jkunux inxurjati waqt dawn it-trips?", "Jekk m'hemmx din l- \"insurance\" u sfortunatament ikun hemm inċident, min ikun responsabbli għal xi kawżi ta' dan l-inċident?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - KAŻIJIET TA' \"DYSLEXIA\"", "4790.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3928, jista' l-Ministru jgħid jekk tfal li jbatu minn \"Dyslexia\" humiex intitolati li jkollhom \"facilitator\" magħhom?", "Jekk iva, kemm hemm tfal b'Dyslexia li għandhom \"facilitator\"?", "Kemm minnhom huma l- iskejjel tal-Gvern u kemm minnhom fl-iskejjel privati tal-Knisja?", "Liema huma l-kriterji li tuża d-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni meta tiġi biex talloka l-\"facilitators?\"", "Kemm hemm bħalissa nuqqas ta' facilitators\"?", "Hemm xi talbiet pendenti li huma ġustifikati u li d-diviżjoni ma tistax tipprovdi \"facilitator\" għalihom?", "X'inhi twettaq id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni biex timla' dawn il-vaganzi?", "Hemm xi ħsieb li s-servizz ta' \"facilitators\" jiġi estiż ukoll għal tfal li huma fi skejjel privati indipendenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FONDAZZJONI EDEN", "4791.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4091, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d- diskussjonijiet bejn id-Diviżjoni u l-Eden Foundation?", "Issir xi evalwazzjoni min-naħa tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar dawn il- programmi?", "X'sehem għandhom il-ġenituri f'dawn il-programmi?", "F'dawn il- programmi hemm involuti wkoll il-\"facilitators\"?", "Minn dawn il-programmi jibbenefikaw ukoll l-iskejjel privati u tal-Knisja?", "Min jagħżel it-tfal li jkunu eliġibbli biex jieħdu parti fihom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DIPARTIMENT TAD-DJAR - RIKONOXXIMENTI", "4807.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm persuni (jew familji) ingħataw \"recognition\" mid-Dipartiment tad-Djar mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum xahar b'xahar?", "F'liema lokalita' saru dawn ir-rikonoxximenti?", "Kemm kienu ilhom pendenti t-talbiet tagħhom?", "Kemm minn dawk li ġew rikonoxxuti kienu l-ulied tal-ġenituri kerrejja li fil-fatt mietu?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Dwar ir-raġuni tar-rikonoxximent u kemm kienu ilhom pendenti ma tinżammx statistika.", "ĊANGA - KONSUM", "4808.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ittieħed laħam taċ-ċanga xahar b'xahar mill-1 ta' Novembru sal-lum taħt l-iskema tal-\"beef intervention\"?", "Kif jitqabbel dan l-ammont mal-ammont li ttieħed fix-xhur korrispondenti tas-sena ta' qabel?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija nru.", "4808", "BIĊĊERIJA - QATLA TAL-MAJJAL", "4809.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tan-nofs tal-mistoqsija parlamentari numru 4362?", "Għal kemm żmien hu mistenni li tibqa' tinqabeż il-kwota tal-qatla tal- majjal fil-biċċerija?", "Jista' jingħata t-tagħrif dwar fejn qed jiġi kkonsmat il-majjal li qed jinqatel fil-preżent, iktar u iktar meta kważi kull biċċier qed jitkellem dwar tnaqqis ta' konsum?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tibdil fil-Kwoti", "Ma sar l-ebda tibdil fil-kwoti u għaldaqstant m' għandi xejn xi nżid mar- risposta numru 4362.", "Qatla", "Skond it-tattoos li saru jidher li jista' jkun hemm majjal 'il fuq mill- kwota minn Ġunju 'l quddiem.", "Konsum", "Il-majjal kollu li nqatel sal-lum inxtara mid-distributuri u mill-fabriki ta' l-iproċessar u l-ebda laħam ma ġie storjat fil-cold store tal- biċċerija.", "PRODOTTI TAL-BIEDJA U SAJD - ESPORTAZZJONI", "4810.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4640 jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet li kienu prattikament finalizzati dwar id-dazji li jitħallsu fuq il-ħut esportat minn Malta lejn l-Unjoni Ewropea?", "Billi r-rati mnaqqsa kellhom jibdew japplikaw f'din is-sena jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar il-fatt li r-rati mħallsa din is-sena humiex inqas minn tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "P.A. - APPLIKAZZJONIJIET", "4811.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet li saru lill-Planning Authority matul ix-xhur Ottubru, Novembru, Diċembru 1996 u Jannar, Frar, Marzu 1997 rispettivament u liema applikazzjonijiet kienu għal \"renewal\"?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In-numru ta' applikazzjonijiet li saru lill- Awtorita' kienu kif ġejjin:", "|Ottubru 1996 |603 | |Novembru 1996 |582 | |Diċembru 1996 |584 | |Jannar 1997 |477 | |Frar 1997 |615 | |Marzu 1997 |585 |", "In-numru ta' applikazzjonijiet għal renewals kienu kif ġejjin:", "|Ottubru1996 |45 | |Novembru 1996 |47 | |Diċembru 1996 |45 | |Jannar 1997 |49 | |Frar 1997 |54 | |Marzu 1997 |57 |", "DJAR - KIRJIET", "4812.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Billi issa għadda żmien mhux ħażin minn meta nbidel il-Gvern f'Ottubru 1996, jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbidlu l-kirjiet ta' l- appartamenti tal-Gvern?", "Kemm hi mistennija li tonqos din il-kera?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Il-ħsieb hu mhux li tonqos il-kera iżda li jinfetħu aktar l-\"income brackets\" li fuqhom jinħadem is-sussidju fuq il- kera.", "UNIVERSITA' - PROFESSURI U LECTURERS", "4820.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa (a) professuri \"fulltime\" u \"part-time\" separatament f'kull fakulta' u istitut individwali fl-Universita'; (b) lecturers \"fulltime\" u \"part-time\" f'kull fakulta' u ċentru individwali fl-Universita'; (ċ) kemm hemm lecturers fil- Junior College u kemm hemm f'kull suġġett?", "Bħalissa hemm vacancies ta' professuri u lecturers fl-Universita'?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema fakulta' u f'liema suġġetti?", "Hemm vacancies fil-Junior College u jekk fl- affermattiv, f'liema suġġetti?", "Meta hu maħsub li jimtlew dawn il- vacancies?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ST.", "ANDREWS - SCIENCE CENTRE - PERSONNEL", "4821.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm personnel fis- Science Centre li hemm f'St. Andrews?", "Min huma u x'jagħmlu kull wieħed u waħda minnhom?", "Hemm xi pjanijiet biex dan iċ-Ċentru jikber?", "Kemm minn min dawn in-nies jagħmlu xi xogħol ta' \"peripathetic teaching\" fil-primarji?", "X'budget hemm allokat għal dan iċ-ċentru għal din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "4822.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fil- korsijiet f'livell ta' Masters fl-Universita' matul l-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "F'liema oqsma ta' speċjalizzazzjoni kienu qed jistudjaw dawn l-istudenti?", "Kemm kien hemm studenti fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena, li kienu qed jistudjaw biex jieħdu l-grad ta' Ph.D. u f'liema suġġetti?", "Kemm kien hemm lectures jgħallmu fl-Universita' li kienu qed ikomplu l-istudji tagħhom biex jiksbu l-grad tal-Ph.D. u li kienu fl-istess waqt megħjuna finanzjarjament mill-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "4823.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb, issa li qed jiġi rivedut il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li jsir xi studju jekk għandux jibqa' l-FIŻIKA bħala suġġett obbligatorju għal kulħadd fil-Junior Lyceum u fl-iskejjel sekondarji?", "Issa li l-kwalifiki tad-dħul fil-Junior Lyceum u skejjel ekwivalenti ma jinkludux il-fiżika bħala suġġett obbligatorju, jista' l-Ministru jikkonsidra li tingħata \"option\" lill- istudenti fil-Form I jew fil-Form III biex jispeċjalizzaw fil-Fiżika, Bijoloġija, Kimika jew Xjenza Integrata u mhux bilfors fil-Fiżika?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bħalma jaf l-Onor.", "Membru twaqqaf kumitat sabiex jipproponi tibdil fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali - liema rapport għandu jiġi sottomess lili fl-aħħar ta' Marzu 1998.", "Nifhem li suġġerimenti bħal dawk magħmula mill-Onor.", "Interpellant ġew sottomessi lill-kumitat minn xi kwartier jew ieħor.", "Jiena qed nistenna l- parir li għad jgħaddili dan il-kumitat fid-data li ġiet indikata lilu, mill- predeċessur tiegħi.", "SKEJJEL - ŻVILUPP TA' SOFTWARE EDUKATTIV", "4824.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni dwar żvilupp ta' software edukattiv għall-użu fl-iskejjel fil-ħames snin li ġejjin?", "Kemm beħsiebu jiżviluppa programmi edukattivi u f'liema suġġetti?", "Kemm kien hemm għalliema u personnel ieħor involut f'dan ix-xogħol?", "Hemm xi ħsieb li jikkuntattja xi ditta privata biex tagħmel dan ix-xogħol jekk il-personnel tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni ma jlaħħqux max-xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għadu kemm inħatar Assistent Direttur inkarigat mit-Teknoloġija ta' l-Informatika għall-użu fl-Edukazzjoni - liema post kien ilu battal dawn l-aħħar sentejn.", "Waħda mill-problemi ewlenin li dan l-uffiċjal ġdid ser jiġi mitlub jindirizza huwa propju dik li qanqal l-Onor.", "Membru.", "Din il-problema saret akuta meta f'Jannar li għadda tlett uffiċjali li kienu żviluppaw is- software bil-Malti s-sena l-oħra, irriżenjaw l-impieg tagħhom minn mal- Gvern.", "UNIVERSITA' - STIPENDJU", "4825.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3992, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm studenti li nqatgħalhom l-istipendju matul Ottubru - Frar minħabba li hemm diskrepanzi fil-figuri li ta xahar, xahar?", "Kemm kienu dawn l-istudenti li nqatgħalhom l-istipendju u mil-liema fakultajiet kienu?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni jew raġunijiet għaliex inqatgħalhom l-istipendju?", "X'kontroll isir biex jiġu ċċekkjati li dawk l-istudenti li kienu ntitolati għall-istipendju f'Ottubru 1996 baqgħu ntitolati għalih fix-xhur ta' wara?", "Jekk student ikollu \"part-time job\", xorta jibqa' ntitolat għall- istipendju?", "Sakemm huwa permess li jaħdem student bħala \"part-time\" biex jibqa' ntitolat għalih?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "POWER STATION - MARSA", "4837.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-aċċess għall-4th Floor ġewwa l- Administration Building tal-Marsa Power Station sar diffiċli ħafna billi ngħalaq il-bieb tat-taraġ li jagħti għas-sulari l-oħra?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-iskop li tinħoloq speċi ta' no go area ġewwa l-Administration?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-aċċess għar-raba' sular fil-Bini Amministrattiv tal- Power Station fil-Marsa, hu mingħajr l-ebda diffikulta' minħabba li hemm taraġ wiesa' prinċipali u żewġ lifts.", "ENEMALTA - KONSULENT BARRANI", "4838.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tqabbad konsulent barrani sabiex jagħti pariri fuq il-132KV link tal-Mosta?", "i) Jikkonfermax li diġa' kien sar rapport mill-Inġiniera Maltin; ii) Jekk fl-affermattiv x'sar minnu dan ir-rapport; iii) Kemm ġie jiswa r- rapport tal-konsulent barrani; u iv) Jista' l-Ministru jagħti kopja ta' dan ir-rapport u fejn dan varja mir-rapport ta' l-Inġiniera Maltin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onorevoli Membru li l-konsulent barrani li rrifera għalih tqabbad miċ-Chairman ta' l-EneMalta biex jagħti pariri fir-rigward ta' l-apparat u speċifikazzjonijiet ta' Tenders għal 132 KV Link bejn iċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni tal-Marsa u tal-Mosta.", "Dan ir- rapport kien neċessarju min-ħabba li kien hemm nuqqas ta' qbil fuq aspetti tekniċi tal-proġett bejn l-Inġiniera tad-Distribuzzjoni ta' l-EneMalta.", "Ma kien sar l-ebda rapport fuq din il-link mill-Inġiniera Maltin.", "Ir-rapport tal-konsulent barrani ġie jiswa madwar Lm2500.", "Minħabba li dan ir-rapport fih tagħrif ta' natura kunfidenzjali fuq l- operat tal-Korporazzjoni, mhuwiex fl-interess tal-pubbliku li jixxandar iżda jiena lest nurih privatament lill-Onorevoli Membru jekk ikun jixtieq.", "ENEMALTA - POSTIJIET MANIĠERJALI", "4839.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji maniġerjali jew oħrajn li fuqhom inħarġu l-postijiet ġodda (fil-livell maniġerjali) fl-Enemalta riċentement?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Kriterju użat għall-mili tal-postijiet maniġerjali li l-Onor.", "Membru rrefera għalihom hija bħal għal dak użat fiż-żmien l- Amministrazzjoni preċedenti meta ħarġu s-sejħiet għall-applikazzjonijiet għalihom, bl-eċċezzjoni li ma ntalbitx degree Universitarja.", "Din il- proċedura hija simili għal dik użata fis-Servizz Pubbliku għall-mili ta' postijiet bħal dawn minn fost l-uffiċjali interni.", "DIPARTIMENT TAL-BIEDJA U SAJD - GĦASSARA", "4853.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-erba' għassara li wieġbu għas-sejħa tad-Dipartiment tal-Biedja u Sajd, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istess sejħa bil-kondizzjonijiet kollha relatati mat-twellija ta' madwar 20 tomna raba' (maġenb il-winery) bl-iskop ta' tkabbir ta' għeneb għall-għasir?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirreferi għar-risposta ta' PQ 4742.", "DIPARTIMENT TAL-BIEDJA U SAJD - ŻERRIEGĦA TAL-BASAL", "4854.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma ż-żewġ varjetajiet ta' żerriegħa tal- basal li fuqhom qed isiru esperimenti bi skop kummerċjali għall- esportazzjoni u liema hi l-\"country of origin\" ta' dawn iż-żrieragħ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed isiru diversi provi fosthom b'żerriegħa tal- varjeta NORDIC F1, kif wkoll tal-varjeta ġdida BG5 85 F1.", "BIĊĊERIJA - QTIL TA' MAJJAL", "4856.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatel majjal tas-simna f'Marzu 1997, kif ukoll fl-ewwel tlett ġimgħat t'April 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-qatla ta' Marzu 1997 f' Malta u Għawdex kienet ta' 9394 u dik ta' l-ewwel tlett gimgħat ta' April 1997 kienet 7030.", "SANT'ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "4857.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-\"upgrading\" ta' l-Impjant ta' Sant Antnin, jista' l-Ministru jgħid: (i) fiex jikkonsisti x-xogħol ta' l-upgrading; (ii) kemm se tqum l- istess upgrading, (iii) meta huwa kkalkulat li jkun lest l-upgrading; u (iv) liema hija l-kumpannija/kuntrattur li qed jagħmel l-imsemmi upgrading?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli min dawn ix-xogħolijiet.", "POWER STATION - TISĦIĦ TAL-BREAKWATER", "4858.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' tisħiħ tal- breakwater li hu mqabbad mal-moll tal-Power Station ta' Delimara, liema xogħol kien wasal fil-fażi finali li jinbeda għall-ħabta ta' Settembru/Ottubru 1996?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Huwa mifhum li l-`breakwater' li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Membru kien jifforma parti mill-proġett tal-Power Station ta' Delimara.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.", "VALLETTA - MAIN GUARD", "4864.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed isir bħalissa mill-bini magħruf bħala l-Main Guard quddiem il-Palazz il-Belt, Valletta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-fond in kwestjoni qed jintuża bħala parti mid- Dipartiment ta' l-Avukat Ġenerali tal-Gvern.", "VALLETTA - PALAZZ TAL-PRESIDENT", "4865.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' restawr se jsir fil-ġejjieni qarib fil-Palazz?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalissa, id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni tal-Bini għaddej bi programm regolari ta' restawr u manutenzjoni fil-Palazz tal-President, il-Belt.", "Qiegħed isir xogħol ta' bdil u tranġar tal-persjani u l-gallarija ta' l-injam illi hemm mal- faċċata, u s'issa nbidlu madwar sitt twieqi.", "Qiegħed isir ukoll it-tindif tas-sottoterran fejn kien inħakem minn nirien ftit ta' żmien ilu kif ukoll studju dwar ċerta strutturi tal-konkos li nbnew fi żmien l-Ingliżi li hemm f'dan is-sottoterran.", "Bħalissa wkoll, qiegħed jiġi mħejji rapport dwar ir-restawr tal-ħajt tal- kamra tal-Parlament illi jħares fuq il-bitħa tal-Ġiżimina.", "Malli jitlesta dan ir-rapport jibda x-xogħol fuq il-preparazzjonijiet tat-Tenders biex b'hekk ikun jista' jibda x-xogħol proprju.", "POWER STATION - ENERĠIJA ELETTRIKA", "4870.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' enerġija elettrika (MW.hrs) li ħareġ mill-Power Stations (eskluż dak użat fil-Power Stations) fil- perjodu 1.11.96 sa l-15.4.97 u kemm kienu l-istess ammonti fil-ħames snin preċedenti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-figuri mitluba huma murija fit-tabella ta' hawn taħt.", "Il-figuri għal snin oħra huma sa l-aħħar t'April, billi statistiċi sal-15 tax-xahar mhumiex miżmuma.", "| |96 - |95 - |94 - |93 - |92 - | | |97 |96 |95 |94 |93 | |Novem|118 -|122 -|116 -|109 -|101 -| |bru |331 |418 |529 |891 |233 | |Dicem|132 -|130 -|127 -|121 -|113 -| |bru |670 |598 |304 |950 |941 | |Janna|137 -|138 -|152 |130 -|131 -| |r |171 |036 |-982 |178 |193 | |Frar |126 -|138 -|118 -|119 -|119 -| | |420 |061 |393 |522 |203 | |Marzu|132 -|140 -|129 -|116 -| 81 -| | |289 |216 |530 |298 |047 | |April| 69 -|115 -|119 -|108 -|101 -| | |780* |856 |363 |677 |991 |", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "4884.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3769 u t- tweġiba mogħtija fil-21 ta' April, 1997, jista' l-Ministru jgħid għaliex ingħataw it-\"transfers\" li ma ġewx mitluba mill-ħaddiema milquta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx \"transfers\" oħra wara t-3 ta' Marzu, 1997 u jekk ingħataw, għaliex ingħataw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - CARETAKERS", "4894.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ħtieġa preżenti ta' caretakers rispettivament fl-iskejjel sekondarji, primarji u kindergarten?", "Kemm hu l-complement attwali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - CARETAKER SERVICE", "4895.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward il-ħtiġijiet li hemm bħalissa fil-caretaker service ta' l-iskejjel statali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - CARETAKERS", "4896.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jikkonferma l-Ministru li hemm nuqqas akut ta' caretakers fl-iskejjel statali?", "Jaħseb li bit-transfer ta' ħaddiema li xogħlhom hu fuq maintenance se jkopri dan in-nuqqas?", "Jaħseb il-Ministru li dawn il-ħaddiema mhumiex addattati għal xogħol mat-tfal u xogħol ta' tindif li jirrikjedi x-xogħol speċifiku ta' caretaker?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - GĦAXAQ", "4897.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq hemm biss ħaddiem tal-maintenance u oħra li qegħda fuq sick leave twil biex jagħmlu x-xogħol ta' caretaker, fl- iskola tal-Gudja, li hi waħda iżgħar, jien informat li hemm erba' caretakers?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TARZNA TA' MALTA - KONSULENTI", "4917.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti, lokali jew barranin, li huma nkarigati b'xi xogħol fit-Tarzna ta' Malta?", "Xi studji qed jagħmlu dawn il- konsulenti jekk jeżistu?", "F'liema stadju waslu dawn l-istudji?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-konsulenti li t-Tarzna għandha fil-mument huma l- Appledore International.", "L-Assignment li dawn il-konsulenti ngħataw huwa li jippreżentaw rapport li, b'miżuri meħtieġa, jagħmlu t-Tarzna vijabbli.", "Peress li dawn il-konsulenti għandhom żmien ta' erba xhur biex ilestu r- rapport, mhux opportun li wieħed jikkumenta għalissa.", "HOMPESCH STEEL CO.", "LTD.", "4918.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4631 u t-tweġiba mogħtija, li saret lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, jista' l-każ jiġi riferut lill- Pulizija għal kwalunkwe azzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellhiex ilmenti mill-ġirien dwar din il-fabbrika.", "ENEMALTA - PROGRAMM ALTENER II", "4919.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-Korporazzjoni Enemalta mhijiex involuta fil-programm Altener II ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk dan huwiex minħabba xi nuqqas minn naħa ta' din il- korporazzjoni jew minn naħa ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dan il-programm (Altener II) tressaq mill-Kummissjoni f'Marzu 1997, u s'issa għadu fl-istadju ta' proposta.", "Għalhekk, il-Kunsill tal-Ministru għad irid jaddottah kif ukoll jagħmel xi amendi għall- proposti.", "F'dan l-istadju, il-gvern, għadu qed jikkunsidra x'passi jista' jieħu biex inkunu nistgħu nkunu nklużi f'dan il-programm.", "FURJANA - LIBRERIJA", "4920.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għalxiex se jintuża l-\"workshop machinery\" fil-Librerija tal-Furjana li dwarha l-Gvern se jilqa' offerti sal-25 ta' April?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'liema parti tal- librerija se jitqiegħed dan il-makkinarju?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KOPERATTIVI", "4921.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed titwettaq mid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu biex il-koperattivi fil-qasam tal-biedja iżidu l-produzzjoni u jtejbu l-kwalita' tal-prodott Malti?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4921 ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed titwettaq ħidma biex jiġi provdut self lill-koperattivi fil-qasam tal-biedja.", "Dan is-self ikun b'imgħax issusidjat ħafna biex ma jkunx ta' piż finanzjarju kbir fuq il-koperattivi konċernati.", "Inżid ninforma lill- Onorevoli Membru li din l-iskema ma bdietx titħaddem minħabba pendenzi li tħallew mill-Bord ta' qabel.", "UNIVERSITA' - MINI-BUS", "4922.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għal xiex se tintuża l-mini-bus għall-Universita' ta' Malta li dwarha se jintlaqgħu offerti sas-7 ta' Mejju (ADVT.", "No. UM/771)?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - FILE NO.", "HAN 27/97", "W454.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi pproċessat biex jiġi ffinalizzat minn kollox il-file no. HAN 27/97 tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament taħt Scheme N Housing Authortiy?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar se tibgħat il-perit tagħha fuq il-post biex issir is-soltu spezzjoni fir-rigward tax-xogħlijiet mitluba mill-applikant.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "W460.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet mad-Dipartiment tad- Djar ta' persuni li għandhom housing problem għax dar/fond/appartament biswithom, taħthom jew fuqhom hu mitluq, delipidat jew għandu bżonn manteniment, ġieli bi ħsara għal dawn l-applikanti li huma ma jkollhomx problema ta' djar f'darhom?", "Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif lokal lokal f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni li għandu d-Dipartiment hi jekk il-post ta' l-applikant hux perikoluż jew le u ma tinkludix jekk il-periklu hux qiegħed fil-post stess jew f'ta' maġenbu.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W475.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna mill-Belt Valletta, dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tingħajjat biex tagħmel il-kuntratt tal-post li ħadet mill-Housing Authority u ċioe' appartament 5, Ent A. Binja Nigret, Żurrieq?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Hu ttamat li aktar tard dan ix-xahar dawk il- benefiċċjarji li ġew allokati appartamenti fiż-Żurrieq se jiġu nformati biex jiffirmaw il-kuntratt ta' kirja mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA TAD-DJAR", "W488.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Bejn l- 1990 u l-1996, sena b'sena, jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar?", "Kemm intlaqgħu?", "Kemm hemm approvati għal din is-sena u meta mistenni li jsiru?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar twaqqaf lejn l-aħħar ta' l-1992 u għalhekk ir-records għal talbiet għal tiswijiet jeżistu mill-1993 'il quddiem.", "It-tabella ta' hawn taħt tindika l-informazzjoni mitluba:", "| | | APP|PEN | REF|WCO | | |TOT | | | | | |1993| | | 0 | |2,492| | |3,265 |331 | |442 | | |1994| | | 0 | |2,296| | |2,896 |307 | |293 | | |1995| | | 0 | |1,420| | |1,839 |216 | |203 | | |1996| | | 0 | |1,368| | |2,696 |818 | |510 | | |1997| | |70 | | | | |565 |322 | |82 |91 | | |11,261|1,994|70 |1,530|7,667|", "TOT - Numru totali ta' talbiet APP - Talbiet Approvati iżda li fuqhom għad irid isir ix-xogħol PEN - Spezzjonijiet pendenti REF - Talbiet Rifjutati WCO - Talbiet Approvati u x-xogħol tlesta", "DJAR - OQSMA TAD-DJAR", "W491.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Ministeru biex jassigura li ħafna mill- housing estates jiġu rranġati kif xieraq?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fil-preżent il-Ministeru għaddej b'ħidma ta' żvilupp ta' ġonna pubbliċi f'diversi housing estates.", "Qed isir xogħol fl- estates taż-Żejtun, Xgħajra (S. Pietru), Sta.", "Luċija u l-Kalkara waqt li se joħorġu l-offerti fix-xhur li ġejjin biex isiru ġonna fl-estates tal- Fgura, Floriana, Pieta', Gudja, Għaxaq u Mġarr.", "Sadanittant, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' postijiet tal-Gvern għaddej b'ħidma ta' irranġar ta' blokki minn barra u fil-fatt f'dawn l- aħħar xhur sar xogħol ta' tikħil tal-fili f'diversi oqsma ta' djar tal- Gvern.", "DJAR - TISWIJA TA' POSTIJIET PERIKOLUŻI", "W492.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru preżenti ta' talbiet biex jinbidlu u/jew jitranġaw is-soqfa ta' postijiet perikolużi li huma kirjiet tal-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux kollha għandhom ċertifikat tal-perit?", "Meta se jinqdew?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: In-numru ta' xogħlijiet approvati mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-preżent huwa 60 talba għal tibdil ta' soqfa u 44 talba għal tiswija ta' soqfa.", "It-talbiet ta' soqfa ġew approvati wara spezzjoni minn Periti tad-Dipartiment.", "Dan ix-xahar ingħataw tliet tenders għal bdil ta' soqfa u aktar tard se jingħataw żewġ tenders oħra.", "Dawn ix- xogħlijiet għandhom isiru sas-sajf li ġej.", "AWTORITA' TAD-DJAR - BINI TA' POSTIJIET", "W493.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar li qed jinbnew jew li għadhom qed jinbnew?", "Fejn qed jinbnew u meta huwa ttamat li joħorġu?", "Dawn b'bejgħ u/jew b'xiri?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bħalissa l-Awtorita' tad-Djar qegħda tibni dan li ġej:-", "|Lokalita|Numru ta' |Garaxxijie| |' |maisonettes|t | |Malta | | | |Dingli | 4 | 4 | |Kirkop | 3 | 8 | |Mosta | 4 | 4 | |M'Xlokk | 2 | 1 | |Mtarfa |30 |30 | |Naxxar | 4 | 7 | |Pembroke| 2 | 2 | |San |12 |28 | |Gwann | | | |Ta' | 7 |10 | |Giorni | | | |Zabbar | 2 | 2 | |Zurrieq | 4 | 4 | | | | | |Għawdex | | | |Kerċem | 2 | 2 | |Qala | 2 | 2 | |Xagħra | 2 | 2 | |Victoria| 2 | 2 |", "L-Awtorita' tad-Djar għandha proġetti ta' madwar 32 maisonette f'Birżebbugia, Cospicua, Kalkara, Luqa, Għargħur, Mqabba, Msida, Mtarfa, Naxxar, Paola u San Gwann li hu ttamat li dawn jitlestew matul is-sena 1998.", "LIFTS", "W495.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar il-lifts?", "Fejn hu ttamat li jkomplu jiġu nstallati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Sal-lum il-policy għadha dik li kienet sa l-1996 jiġifieri li lifts jiġu stallati biss f'bini mibni wara l-1986, jiġifieri fejn hemm mibni lift shaft apposta.", "Madankollu l-Gvern bħalissa qiegħed jikkonsidra l-possibilta' li din il-policy tkun riveduta.", "Sadanittant għandhom jiġu stallati lifts f'appartamenti ġodda, in-Naxxar, B'Kara, Bormla, Siġġiewi, Żurrieq, Msida (Swatar), Kalkara u Msida (Valley Road).", "DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA TAD-DJAR", "W497.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni fadal xi jsiru mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar?", "Meta huwa ttamat li jsiru stante li huma approvati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: In-numru ta' spezzjonijiet pendenti huwa ta' 70.", "Dawn għandhom isiru fil-ġimgħat li ġejjin.", "In-numru ta' xogħlijiet li ġew spezzjonati u approvati iżda għadhom pendenti fis-sens li fuqhom għad irid isir ix-xogħol huwa ta' 1,994.", "DJAR - TISWIJIET", "W506.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li Block 1, Merchants Street, Valletta, blokk appartamenti tal-Gvern jitranġalu s-saqaf li minnu qed jinżel gelgul ilma meta tinżel ix- xita għand Flat No. 7, Merchants Street, Valletta u dan bla prejudizzju għall-azzjonijiet legali li jistgħu jittieħdu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex issir spezzjoni u tittieħed l- azzjoni meħtieġa.", "DJAR - ĦAL FARRUĠ", "W507.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-inkwilin f'Ħal Farruġ, Luqa li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jsirilha l-installazzjoni tad-dawl, ta' l-ilma u tad-drenaġġ, issa li ħadet dan il-post u għandha ċ-ċwievet tiegħu mill- Housing Authority?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-ilma wasal biex ikun stallat waqt li d-dawl jonqsu madwar erba' ġimgħat oħra.", "Il-problema prinċipali jidher li tinsab fl-estensjoni tas-sistema tad-drenaġġ iżda qed isiru sforzi mat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex dawn jitlestew mill-aktar fis possibbli.", "PA - PA 3981/96", "W522.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru issa jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W443?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-applikazzjoni PA 3981/96 waqfet temporanjament għaliex l-applikant ried iċekken il-'front garden' għal 5 piedi.", "Dak it- tibdil kien jirrikjedi applikazzjoni ta' Planning Control li ġiet rifjutata.", "GĦaldaqstant PA 3981/96 jista' jipproċedi iżda jkun meħtieġ tibdil ta' pjanti li juru 'front garden' ta' 10 piedi.", "PA - APPLIKAZZJONI BIL-FILE NO.", "1250/97", "W523.", "L-ONOR SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari Nru.W480?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din l-applikazzjoni għall-\"Change of use from garage to a shop selling fruit and vegetable\" ġiet sottomessa fis-26 ta' Frar 1997 u ġiet aċċettata bħala applikazzjoni valida fis-17 ta' April 1997.", "Bħalissa qiegħda għand il-\"case-officer\" biex tiġi pproċessata.", "DJAR - ALTERAZZJONI", "W540.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W512?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li d-dettalji li kellhom jintbagħtu separatament baqgħu ma waslux, ma kienx possibbli li tingħata tweġiba.", "GĦaldaqstant l-Onor Schembri Adami huwa mitlub jerġa jissottometti l-mistoqsija bid-dettalji neċessarji.", "P.A. - APPLIKAZZJONI 6443/96", "W541.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-Bord tas-Sanita' għadu ma twaqqafx biex in konnessjoni ta' l-applikazzjoni numru 6443/96 re: ħanut fil-Ħamrun, din l- applikazzjoni tista' tiġi pproċessata u approvata wara terturi bla bżonn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-'General Services Board' jinħatar mill-Ministeru responsabbli mis-saħħa.", "Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant jirreferi l- mistoqsija lill-Ministru responsabbli.", "FURJANA - BARRIERS", "W546.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jsirulha barriers quddiem il-bieb tagħha bħalma sar f'Capuchin's Street, Floriana, peress li din il-persuna dejjem tispiċċa b'karozzi quddiemha u dan qed joħolqilha diversi problemi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li dan ix-xogħol isir mill-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-każ lil dan il-Bord.", "P.A. - PA 6443/96", "W547.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed iżomm f'dik li hi proċedura, bl-applikazzjoni Nru. PA 6443/96 tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li applikazzjoni numru PA 6443/96 ma tistax tiġi approvata skond il-liġijiet sanitarji.", "Madanakollu l-applikazzjoni tista' tiġi kkunsidrata mill-General Services Board malli dan jiġi maħtur mill-Ministru responsabbli.", "AMBAXXATURI MALTIN", "W550.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3121?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: (a) L-Ambaxxaturi Maltin akkreditati għal stati barranin huma:-", "|1.Aquilina |Residenti f'Bonn,| |Carmel |il-Germanja | |2.Busuttil |Residenti | |George |f'Canberra, | | |l-Awstralja | |3.De Barro |Residenti | |Ives |fil-Kajr, | | |l-Eġittu | |4.Doublesin |Residenti fi | |George |Tripli, il-Libja | |5.Saliba |Residenti | |George |f'Moska, | | |ir-Russja | |6.Camilleri |Residenti fi | |Victor |Brussell, | | |il-Belġju | |7.Abela |Residenti fi | |Maurice |Vjenna, | | |l-Awstrija | |8.Camilleri |Residenti | |Vincent |f'Parigi, Franza | |9.Vella |Residenti | |Charles |f'Beijing, | | |ic-Cina | |10.Degabriel|Residenti f'Ruma,| |e Henry |l-Itlaja | |11.Matrenza |Residenti | |A Richard |f'Londra, | | |l-Ingilterra | |12.Bartolo |Rappreżentant | |Michael Dr. |Permanenti | | |għall-Uffiċċju | | |tal-Ġnus Magħquda| | |f'Ginevra, | | |l-Isvizzera, u | | |residenti | | |hemmhekk | |13.Montanaro|Ambaxxatur | |Mifsud |għall-Organiżżazz| |Francis |joni ta' l-Ikel u| | |Agrikoltura | | |(Residenti | | |f'Ruma) | |14.Micallef |Ambassador-Design| |Mark Dr. |ate, residenti | | |f'Washington, | | |l-Amerika | |15.Farrugia |Ambassador-Design| |Emanuel |ate, residenti | | |f'Riyadh. | | |l-Arabja Sawdita | |16.Zarb |Residenti | |Alfred |f'Malta, | | |akkreditat | | |għall-Algerija u | | |l-Marokk | |17.Borg |Residenti | |Saviour |f'Malta, | | |akkreditat | | |għall-U.N.I.D.O.,| | |U.N.O.V., | | |U.N.E.P. | |18.", "Attard |Residenti | |David Prof. |f'Malta, | | |Ambaxxatur fuq | | |laqgħat | | |internazzjonali u| | |negozjati fuq | | |il-Liġi | | |internazzjonali | | |Marittima | |19.", "Micallef|Residenti | |Daniel Dr. |f'Malta, | | |Ambassador-Design| | |ate għall-Holy | | |See, SMOM | |20. |Residenti | |Buttigieg |f'Malta, | |John Dr. |Ambassador-Design| | |ate għall-Hague, | | |Permanent | | |Representative | | |għall-Council of | | |Europe. |", "L-Ambaxxaturi minn numru 1 sal-15 huma permanentement residenti fl-istati barranin.", "AMBAXXATUR TA' MALTA F'ĠINEVRA - RAPPORT", "W551.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li għamel dan l-aħħar l-Ambaxxatur ta' Malta f'Ġinevra, lill-Kummissjoni tal-Jeddijiet tal-Bniedem?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' diskorsi li saru dan l-aħħar mill-Ambaxxatur ta' Malta f' Geneva, lill- Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "KUMMISSJONI EKONOMIKA GĦAL EWROPA (ECE) - JUBILEE SESSION", "W552.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l- Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li għamel fil-Jubilee Session tal- Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (ECE)?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra diskors li għamilt fil-Jubilee Session tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, li ġa ġie ppubblikat ukoll mid-DOI.", "GHAWDEX - KUNSILLI LOKALI", "W554.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jghid jekk minbarra l-proposti gejjin mill-Kunsilli Lokali Ghawdxin dwar il-Kunsill Regjonali u tqieghdu fuq il-Mejda tal- Kamra, kienx hemm sottomissjonijiet ohrajn?Jekk fl-affermattiv, jista' l- Ministru jpoggihom ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Peress li l-Kunsill Regjonali ta' Ghawdex mhux risponsabbilta' ta' dan il-Ministeru, l-Onor.Interpellant huwa miutlub li jindirizza l-Mistoqsija tieghu lill-Ministeru koncernat."]} {"filename": "19961210_003d_par.doc", "date": "1996-12-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN-PARLAMENT Seduta Nru. 3 It-Tlieta, 10 ta' Diċembru, 1996 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 3 It-Tlieta, 10 ta' Diċembru, 1996", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "3", "It-Tlieta, 10 ta' Diċembru, 1996", "WERREJ", "MINUTI 71", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 71", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 77", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' MARITTIMA 77", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA 78", "AĠĠORNAMENT 106", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 111", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 2 li saret fid-9 ta' Diċembru, 1996 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "FURJANA - BLOKK AMMINISTRATTIV", "7.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali dwar il-bini ta' administration block li kien ippjanat li jsir mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista f'nofs ix-Xagħra tal-Furjana?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Il-Gvern qed jikkonsidra l-proġetti mnedija mill-Amministrazzjoni ta' qabel.", "Dwar iċ-ċentru amministrattiv fil- Furjana l-Gvern ma għandu l-ebda ħsieb li jkompli b'dan il-proġett.", "RAĦAL ĠDID - PLAYING FIELD", "8.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir playing field u public garden fejn l-ispazju li se jibqa' fejn il-bieb tal-Ħabs Ċivili u dan għar-rikreazzjoni tan-nies?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal biċċa art li tmiss mal-ħajt periferali l-ġdid li nbena dan l-aħħar, mhux rakkmandat li din l-art tintuża għal dan l-iskop minħabba ħtiġijiet ta' sigurta' fil-ħabs ċivili.", "Fl-istess ħin ta' min isemmi li diġa' saru xi proposti u anke tħejjew disinji għal area ta' rikreazzjoni u playing field fil-viċin, jiġifieri fil- parti t'isfel ta' Ghaddafi Gardens, liema proċess kien involut fih ukoll il- Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jara - din tirrigwarda anke lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali - li d- Dipartiment tal-Mużewijiet jagħmel xi skavi f'dawn l-inħawi biex jara jekk hemmx xi fdalijiet arkeoloġiċi peress li kif jaf hu stess fil-ktieb tas-Sur Abela nsibu indikat li hemm xi fdalijiet arkeoloġiċi f'din in-naħa ta' Kordin?", "GĦalkemm dawn il-fdalijiet arkeoloġiċi jistgħu ma jkunux qegħdin dik in-naħa imma jkunu qegħdin in-naħa l-oħra, jien naħseb li mhux ta' min jiskarta dan il-post.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, bħalma qed jgħid tajjeb l-Onor.", "Membru, qabel ma jsiru x-xogħlijiet wieħed ikun irid jara jekk ikunx hemm xi fdalijiet arkeoloġiċi u din hi ħaġa li dejjem issir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nirringrazzja lill-Ministru li qed jieħu ħsieb dawn l- affarijiet.", "VALLETTA - BUST TAL-PAPA SAN PIJU V", "9.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Wara qbil bejn il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l- Valletta Rehabilitation Project dwar il-post li fih għandu jitqiegħed il- bust tal-Benefattur tal-Belt Valletta, il-Papa San Piju V, ċioe' fejn il- Konkatidral ta' San Ġwann fil-ġenb li jagħti għall-faċċata ta' Tanti Opticians, huwiex issa ż-żmien li dan il-proċess għat-tqegħid ta' dan il- bust fl-imsemmi post jitħaffef mill-aktar fis?", "Il-kummissjoni San Piju V fi ħdan il-Parroċċa ta' San Duminku tal-Belt Valletta kienet ikkonsultat liż-żewġ partiti kbar dwar din il-kwestjoni u peress li l-post li ndikat il- Kummissjoni San Piju V la hu ta' dettriment ambjentali u lanqas ta' inkonvenjent pubbliku, jista' l-Ministru jara li x-xewqa tal-kummissjoni titwettaq mill-aktar fis?", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): It- tqegħid ta' monumenti m'humiex materja li taqa' taħt dan il-ministeru u għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERA", "10.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress li naħseb li hija inġusta li kunsillier f'kunsill lokali, hu ta' liema lokalita' hu, sabiex jattendi s-seduti tal-kunsill li jappartjeni ikollu jinqatagħlu l-leave minn tiegħu minflok ma jkollu aċċess biex jaqdi dmiru mill-istess post tax-xogħol, jiġifieri jkollu l-permess li jitlaq mix-xogħol għas-seduti bla ma jinqatagħlu l-leave, per eżempju bħal meta bniedem jinqabad ġurat, jista' jara li kunsillier ikollu aċċess jaqdi dan id-dmir pubbliku mingħajr ma jinqatagħlu l-leave?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-faċilita' li għandha tingħata lill-membri tal- kunsilli lokali biex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom hija regolata bil-provvedimenti ta' l-artikolu 32 (2) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali li jipprovdi hekk:", "\"... l-Kunsillieri kollha jservu fuq bażi onorarja iżda jingħataw dik l-għajnuna kollha mill-prinċipali tagħhom li tkun xierqa biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom.\"", "Huwa desiderabbli li kemm jista' jkun possibbli l-laqgħat tal-kunsilli ma jsirux waqt il-ħin tax-xogħol normali sabiex ikunu jistgħu jattendu l- kunsillieri kollha u biex anke l-pubbliku jkollu din l-opportunita'.", "Fejn għal xi raġuni valida dan mhux dejjem ikun jista' jsir, il-Gvern fil- każ tal-ħaddiema tiegħu u dawk parastatali jagħti l-għajnuna kollha li tkun xierqa skond il-provvediment ta' l-artikolu 32 (2) imsemmi hawn fuq biex il- kunsillieri jkunu jistgħu jattendu l-laqgħat.", "Dan l-arranġament hu regolat biċ-Ċirkolari ta' l-OPM Nru. 17/96 tas-27 ta' Ġunju 1996.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - APPLIKAZZJONI NRU.", "1358/96", "11.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta finalment se tiġi proċessata u lesta applikazzjoni Nru. 1358/96 ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati): Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjoni bin-numru PA 1358/96 ġiet rifjutata.", "Id-deċiżjoni diġa' ġiet mibgħuta lill-applikant fl-20 ta' Novembru, 1996.", "Dan kien każ ta' rikonsiderazzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, nixtieq li l-Viċi Prim Ministru jieħu din l-okkażjoni biex jispjega kif bi Gvern Laburista ġdid se jissaħħu l-poteri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, anke għal dawk li huma l- proċeduri tagħha li tistħarreġ l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp.", "Nixtieq li l-Onor.", "Vella jgħid ukoll kif fil-fatt se jiġu msaħħa u mtejba dawn il- proċeduri.", "Finalment jien xtaqt nistaqsi lill-Onor.", "Vella kif din l- awtorita' se tkun magħmula minn firxa ta' membri li jkunu aktar rappreżentattivi.", "Jien naħseb li din għandha tkun opportunita' biex il- Ministru jkun jista' jgħid x'inhuma l-għanijiet ta' Gvern Laburista ġdid f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, kulħadd jaf li din in-naħa, minn mindu kienet għadha fl-Oppożizzjoni, kienet turi li ma kenitx kuntenta mija fil-mija bl-operat tal-Planning Authority - hawnhekk ma jien qed nirrifletti bl-ebda mod għall-ebda persuna partikolari fl-awtorita' u fl- ebda dipartiment - għax m'hemmx dubju li r-riżultat finali ma kienx qed ikun dak li wieħed kien jixtieq.", "Biżżejjed ngħid li ċ-ċittadin, li kien jistenna li jkun moqdi, li jingħata ċerta attenzjoni u finalment li jikseb xi riżultat, kien qed jinqeda ħażin.", "GĦalhekk l-ammont ta' tgergir u ta' diżappunt kiber u tant kien hemm nies li kellhom complaints issostanzjati - apparti li kien hemm ukoll allegazzjonijiet li ma kenux issostanzjati - li kien hemm każi fejn saħansitra l-Ombudsman stess kien kritiku ħafna għar- rigward ta' l-awtorita'.", "Hawnhekk wieħed irid jifhem il-pożizzjoni tal- Ministru li qiegħed jissorvelja awtorita' awtonoma, jiġifieri li ma hemmx possibbilta' li jara x'jista' jagħmel ġo fiha.", "Nista' ngħid biss li minn mindu ħadt il-ministeru f'idejja, jien ħassejt li ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'din is-sitwazzjoni.", "L-ammont ta' complaints u ta' nies li qed jallegaw ċerti affarijiet qed jikber kuljum u għalhekk jien ħassejt li għandu jkun hemm studju dwar il-mod ta' kif qed titħaddem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fil-fatt ta' min jgħid li jien qabbadt espert biex jagħmel management audit tas-sistema ħalli fuq rapport li jagħmel ikun jista' jagħti parir dwar il-mod ta' kif qed taħdem l- awtorita' u ta' kif din tista' tiġi rranġata ħalli tkun effettiva u effiċjenti.", "Ovvjament dan l-espert irid jara wkoll li fl-istess ħin l- awtorita' titħaddem b'mod ekonomiku.", "Dan huwa aspett wieħed li diġa' ġara u jien qed nippretendi li fil-ġranet li ġejjin ikolli dan ir-rapport ħalli wieħed ikun jista' jistudjah biex jara x'jista' jagħmel f'dan il-kontest.", "Ovvjament, aħna qed nagħmlu dan bil-għan li ċ-ċittadin jinqeda aħjar ħalli jkollu iktar effiċjenza u l-awtorita' ssir iktar customer friendly billi jkun hemm iktar sodisfazzjon min-nies li jużawha.", "Naturalment diżappunti se jkun hemm dejjem għax mhux bilfors li kulħadd se jikseb ir-riżultat mixtieq wara li jagħmel l-applikazzjoni, pero' għallinqas ikun hemm sodisfazzjon li xi ħadd inqeda tajjeb.", "Madam Speaker, min-naħa l-oħra fil-futur qarib irridu nagħmlu rikostruzzjoni tal-bord ta' din l-awtorita'.", "Kif diġa' għidt, dan ma jien qed ngħidu bl-ebda riflessjoni fuq il-membri sedenti li kien hemm qabel imma qed ngħidu għax aħna nħossu li kif inhu kostitwit il-bord m'huwiex rappreżentattiv biżżejjed għall-bżonnijiet taċ-ċittadin.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li kkritikajna u li żgur tkun riflessa iktar 'il quddiem fil-bord il-ġdid hija li jkun hemm inqas rappreżentanza mill-Gvern fuq il-bord ta' l-awtorita' ħalli ovvjament ikun hemm rappreżentanza iktar min-naħa tal-kunsilli lokali u anke min-non-governmental organisations u jkollhom leħen biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet.", "Dawn huma fuq fuq ftit mill-ħsebijiet li għandna rigward il-Planning Authority u għalkemm ovvjament l-affarijiet iridu ż-żmien biex isiru din hija d-direzzjoni li qed naħsbu li se nimxu fiha.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Madam Speaker, nixtieq nirreferi għall- aġġornament li kien għamel fis-seduta Nru. 448 il-Perit Carm Lino Spiteri fejn kien elenka xi problemi li kien qed ikun hemm quddiem il-Planning Authority dak iż-żmien.", "Fil-fatt jien naħseb li waħda minn dawn il- problemi kienet id-delays li kien qed ikun hemm.", "GĦalhekk jista' l- Ministru jgħidli x'jaħseb li se jagħmel il-Gvern Laburista biex għallinqas id-delays ...", "Ħalli niċċita x'kien qal dakinhar l-ex-Membru Parlamentari, il-Perit Carm Lino Spiteri:", "\"Mr Speaker, il-Ministru semma wkoll id-delays biex joħorġu l- permessi.", "Dawn fejn iridu huma jikkwotawha l-liġi.\"", "- hawnhekk il-Perit Spiteri qed jirreferi għall-Gvern Nazzjonalista -", "\"Fil-liġi hemm li fi żmien xahrejn, speċjalment jekk il-każ huwa fl- iskema approvata minn dan il-Parlament, iridu jagħtu risposta jew le.", "Illum indumu xahrejn u iżjed sempliċement biex nirċievu acknowledgement!\".", "Hawn il-Perit Spiteri kien qed igerger fuq id-delays.", "GĦalhekk hemm xi ħaġa li l-Gvern se jipprova jagħmel f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħalma għidt lill-Onor.", "Interpellant diġa', il- problema ma tirrigwardax biss id-delays imma hemm ħafna problemi oħra.", "Min- naħa l-oħra jien irrid inkun ġust ukoll billi ngħid li din hija l-parti li għandha x'taqsam mal-ħruġ tal-permessi għax iktar minn hekk, il-Planning Authority għandha ħafna partijiet oħra - bħall-Planning Division u l- Mapping Division - li qed jagħmlu xogħol utli.", "GĦalhekk jien bl-ebda mod ma rrid niddenegra x-xogħol importanti li għamlet s'issa din l-awtorita', pero' wieħed irid jara li din il-parti li fiha hemm kuntatt dirett mal- poplu tkun iktar effiċjenti u effettiva.", "Din hija waħda mill-affarijiet li rrid insemmi u li korrettament kien tkellem fuqha bl-iktar mod dirett l-ex- kollega tagħna l-Perit Spiteri billi għandu esperjenza bħala perit.", "Id- dewmien huwa wieħed mill-aspetti li l-pubbliku qed igerger fuqu u dan ovvjament se jkun ikkonsidrat mill-espert li qabbadna biex jagħmel dan il- management audit ħalli jgħidilna jekk hemmx raġunijiet għal dan l- inkonvenjent, jekk nistgħux nirranġawh u jekk iva, kif nistgħu nirranġawh.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Xtaqt nistaqsi lill-Onor.", "George Vella jekk huwiex f'pożizzjoni li jgħidilna min hu dan il-konsulent li qed iħejji dan ir- rapport li fhimt li għadu mhux lest.", "Fhimt sew li allura l-kritika preżenti tal-Gvern dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tikkonċernax il-liġi imma tikkonċerna iktar il-mod li bih qed jaħdem id-Direttorat ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għajr il-kwestjoni ta' kompożizzjoni li għadu kif semma l-Viċi Prim Ministru?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, jien nista' ngħid li l-bniedem imqabbad biex jagħmel dan ir-rapport huwa Karmenu Farrugia li huwa ekonomista u bniedem ta' ċerta esperjenza.", "Ċertament li l-kritika li għamilna fil-passat għadha valida għax filwaqt li aħna minn dejjem qbilna mal-konċett tal-Pjan ta' Struttura u li jkun hemm liġi li tikkontrolla t-tħaddim ta' din l-awtorita', ovvjament hemm ħafna affarijiet li jridu jiġu riveduti as we go along kemm fil-Pjan ta' Struttura ...", "Inċidentalment l-Onor.", "Interpellant jaf daqsi li l-Pjan ta' Struttura suppost ġie rivedut wara sentejn imma għalkemm iż-żmien għadda dan għadu ma ġiex rivedut.", "Min-naħa tagħna dan ġie rivedut b'mod partikolari fl-aspett tal-politika soċjali li m'hemm l-ebda provvediment fiha, pero' ovvjament rigward il-liġi dawn l-affarijiet isegwu skond ir- rapporti u l-pariri li jkollna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR (Segretarju Parlamentari): Nixtieq nistaqsi lill- Viċi Prim Ministru jekk fuq il-Bord ta' l-Awtorita' ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Point of order.", "MADAM SPEAKER: Point of order.", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Membru ta' l-eżekuttiv jista' jagħmel domanda lill- eżekuttiv?", "Ma nafx.", "MADAM SPEAKER: Safejn naf jien jista'.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: M'inix se nkompli ninsisti u lest li nirtira d- domanda.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru x'se jsir eżattament biex il-prassi li malli ssir applikazzjoni tintbagħtlek ittra li tgħidlek li tmien ġimgħat ma kenux biżżejjed, tinbidel f'waħda li fi tmien ġimgħat tiġi pproċessata.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li wara sitt ġimgħat li ssir applikazzjoni tirċievi korrispondenza li l-awtorita' rċevietha, il- ġimgħa ta' wara tirċievi ittra - mid-dehra it's a standard procedure - li tgħidlek li l-awtorita' għandhom bżonn ta' iżjed minn tmien ġimgħat u jekk inti ma taċċettax, allura l-applikazzjoni tiġi rifjutata.", "Hawnhekk ta' min jgħid li f'liġijiet barranin jekk ma jibagħtulekx risposta fi żmien tmien ġimgħat l-applikazzjoni tiġi meħuda bħala approvata.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien nispera li l-Onor.", "Abela kien qed jagħmel l- istess argumenti u oġġezzjonijiet meta kien hemm l-Amministrazzjoni preċedenti.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid dan għax naf li l-Onor.", "Abela huwa professjonista u ovvjament jinsab milqut direttament minħabba x- xogħol tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Nispera li anke qabel kont tgorr!", "Li nista' ngħid huwa li bħalma għidt diġa', is-sistema qiegħda taħt studju u nispera li wieħed jittratta dawn il-punti meta niġu biex nanalizzaw ir- rapport li jkollna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Borg.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Nixtieq nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru rigward il- membri tal-bord li semma li se jinħatru.", "Jien nissuġġerixxi - naħseb li hawnhekk il-Viċi Prim Ministru jaqbel miegħi - li n-nies li jiddaħħlu jkunu ntiżi jew għallinqas ikunu speċjalizzaw il-qasam li jokkupaw għax mill- esperjenza tagħna sibna nies li qed jirrappreżentaw lid-Dipartiment ta' l- Antiquities u affarijiet simili u meta analizzajna ftit il-background tagħhom sibna li dawn huma just dilettanti.", "Imma f'affari ta' professjoni ma jistax ikun li wieħed jimxi bid-dilettantiżmu u għalhekk nissuġġerixxi li jekk in-nies involuti ma jkollhomx kwalifiki meħtieġa, jitħarrġu saħansitra barra minn Malta qabel ma jingħataw dawn il-karigi.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, is-suġġeriment ta' l-Onor. kollega huwa nnotat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk apparti r- rapport maniġerjali li ntalab huwiex il-ħsieb tal-Gvern li b'xi mod ibiddel il-funzjoni tal-Planning Authority fis-sens li jitnaqqsulha jew jiżdidulha l-poteri deċiżjonali tagħha fuq il-permessi tal-bini u fuq dawk l- affarijiet konnessi magħha?", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dan m'huwiex previst.", "PENSJONI - PENSJONI TA' L-INVALIDITA'", "12.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk li jieħdu invalidity pension igawdu f'żieda akbar fuq il-Lm149 li għandhom?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru għall-Ħarsien Soċjali): Ninforma lill- Onor Interpellant li ġaladarba l-pensjoni għall-invalidita' hi waħda mill- benefiċċji soċjali li titħallas taħt il-liġi tas-sigurta' soċjali din se tkun inkluża fl-eżerċizzju li l-għan ewlieni tiegħu se jkun it-titjib ta' dawn il-benefiċċji u t-tneħħija ta' l-anomaliji li jeżistu fil-liġi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi l-Ministru semma l-kelma \"eżerċizzju\" jista' jekk jogħġbu jfissrilna - anke fil-qosor - x'inhu dan l-eżerċizzju?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Taħt l-Amministrazzjoni preċedenti nħatar kumitat li hu magħmul minn tlieta min-nies li qed jirrivedi l-liġi biex jissimplifikaha u jneħħi kemm jista' jkun l-anomaliji li hemm jew jindika dawl li jridu jiġu rranġati.", "Wara li jgħaddi l-budget li ġej il-Gvern preżenti huwa kommess li jaħdem bi pjan li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jtejjeb dawn il-benefiċċji soċjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jikkonsidrax il-Ministru li jista' jissejjaħ bħala invalidita' każ li jkun jikkonċerna persuna li l-marda li jkollha tirrendiha permanentement inkapaċi għax-xogħol.", "Biex inkun aktar speċifiku, se nsemmi bħala eżempju persuna li għalkemm jinħarġilha ċertifikat minn xi speċjalista li ma tistax tqandel, titbaxxa u tagħmel affarijiet bħal dawn, fl-istess ċertifikat ma jingħadx li hi ma tistax taħdem.", "Konsegwenza ta' dan, meta tidher quddiem il-panel tinstab li fil-fatt hi kapaċi għax-xogħol għalkemm fil-prattika f'dan il-każ partikolari din ma tkunx tista' taħdem b'mod normali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Li nista' ngħid lill-Onor.", "Interpellant huwa li jiena bħala ministru responsabbli ma nistax nidħol fid-deċiżjonijiet li jagħmlu t-tobba fir-rakkmandazzjonijiet tagħhom.", "Nifhem il-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Membru.", "S'issa jien insistejt li fir-rigward tal-bord li jieħu dawn id-deċiżjonijiet, it-tobba li jkunu qed jikkonsidraw il-każ għandhom jgħidu għaliex ħadu ċerta deċiżjoni.", "Qabel meta kienu jieħdu ċertI deċiżjonijiet kienu jgħidu \"iva\" jew \"le\" mingħajr ma jagħtu l-ebda spjegazzjoni, pero' llum il-ġurnata dak il-grupp ta' tobba li jkun qed jikkonsidra każ, iridu jaraw iċ-ċertifikati ta' l-ispeċjalisti tal-gvern, liema ċertifikati jkunu quddiemhom - ħafna drabi drabi dawn ma kenux jagħtu kashom - u jniżżlu fil-file għaliex ħadu dik id-deċiżjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li l-Ministru semma li dawn is-sistemi se jsiru effettivi wara l-budget, jista' bejn wieħed u ieħor jgħidilna meta?", "Fis- sens jekk hux fi żmien qasir jew inkella għadx fadal żmien twil.", "Naf li qed nagħmel domanda dwar il-budget, imma forsi l-Ministru diġa' għamel il- pjanijiet tiegħu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jew ma semagħnix jew fehemni ħażin.", "Jien għidt li l-eżerċizzju se jibda wara l-budget.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Dan ifisser li l-eżerċizzju għadu lanqas beda?", "Il- Ministru qed jgħidli li fil-fat hekk hu.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena 1995/1996 flimkien mar-Rapport Finanzjarju għas-sena 1995/1996 u Estimi għas- sena 1996/1997; u", "Rapport annwali tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar għas-sena 1995/96.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 198 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar rotot tal-karozzi tal-linja, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 85.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru għat-Trasport u Portijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' MARITTIMA", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1996 li jemenda l-Att ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MADAM SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA", "(Ikompli mid-9 ta' Diċembru, 1996)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sinjura President, l-ewwelnett irrid nifraħlek bħala l-ewwel mara Maltija li din il-Kamra b'kunsens unanimu għażlet biex isserviha bħala l-President tagħha.", "Irrid ukoll nawgura li l-mod li bih se terfa' l-piż li poġġejna fuqek ikun ta' kontribut fl-evoluzzjoni biex ir- rilevanza ta' din l-istituzzjoni essenzjali fid-demokrazija tinħass b'mod aktar attwali u ta' fejda mill-poplu tagħna.", "Flimkien ma' sħabi kollha f'din il-Kamra, kemm ta' naħa u kemm ta' oħra, nittama li nagħmlu ħilitna kollha biex ngħinuk iġġorr dan il-piż b'mod li anke aħna nwettqu x-xewqat u l-aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna dwar x'jixtieq mir-rappreżentanti tiegħu biex jinkiseb l-akbar ġid għall-familja kollha tagħna u għal uliedna kollha Maltin u Għawdxin.", "Madam Speaker, ma nistax ma nifraħx u ma nawgurax ukoll pubblikament lill-erba' Onor. Membri nisa li jinsabu fostna f'dan il-Parlament.", "Dan il- fatt jispikka minħabba r-rarita' tiegħu, iżda jien fiduċjuż li issa li l- bieb tbexxaq sew, se jkollna opportunita' aħjar minn din il-Kamra sabiex aħna, deputati nisa u irġiel, inkunu nistgħu nkomplu naħdmu biex l-għeruq tal-kultura u l-mentalita' ta' l-ugwaljanza bejn il-mara u r-raġel jissaħħu u jinfirxu bi frott reċiproku għaż-żewġ sessi u għas-soċjeta' kollha kemm hi.", "Ippermettili nfakkar, Sinjura President, li dan il-ferħ u l-awgurju inzerta ġej minn raġel li kien ukoll l-ewwel ministru li fid-dikasteru tiegħu kellu responsabbilta' speċifika għat-tmexxija 'l quddiem ta' l- ugwaljanza tal-mara mar-raġel u għad-drittijiet tan-nisa, responsabbilta' li llum nieħu gost nara li ġiet fdata f'idejn l-Onor.", "Helena Dalli li hija Segretarju Parlamentari fid-dikasteru tal-Prim Ministru.", "Madam Speaker, meta kont għadni f'din il-kariga, sa ftit ġimgħat ilu, jien stess kont ninsisti ma' kull min kien involut f'dan il-qasam li t-triq hija twila - f'ħafna sensi mhux biss twila imma anke komplessa u diffiċli - biex wieħed ixettel aktar il-kultura u l-mentalita' favur l-ugwaljanza fid- diversita' u d-differenzi naturali u bijoloġiċi u sabiex din il-mentalita' u kultura jsiru ħaġa waħda mal-mod tal-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Iżda fl- istess ħin naħseb li huwa rikonoxxut li fl-10 snin li għaddew il-politika tal-Gvern Nazzjonalista ġabet magħha passi sostanzjali 'l quddiem f'dan il- qasam, mhux biss bl-istrutturi li twaqqfu, bħalma hija l-Kummissjoni għall- Avvanz tal-Mara u d-Dipartiment għall-Ugwaljanza tal-Mara, mhux biss f'diversi liġijiet li ġew adottati minn din il-Kamra, iżda bit-twettiq ta' strateġija u ta' programm ta' miżuri mifruxa fl-oqsma kollha tat-tmexxija u l-amministrazzjoni ta' pajjiżna.", "Dan kollu wassal biex l-għarfien tal-valur ta' l-ugwaljanza f'dan ir- rigward u l-kunsens dwaru fis-setturi kollha tas-soċjeta' jikbru b'mod sostanzjali.", "GĦaldaqstant minħabba dan l-impenn qawwi tiegħi u tal-partit tiegħi favur l-ugwaljanza u drittijiet tan-nisa ma stajtx ma ninnotax ir- riferenza li saret għal dan is-suġġett fid-Diskors tal-President.", "Li wieħed jitkellem dwar it-tneħħija ta' kull għamla ta' diskriminazzjoni kontra l-mara huwa tajjeb ħafna.", "Kien il-Gvern Nazzjonalista li rratifika proprju l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar dan is-suġġett.", "Iżda fil- fehma tiegħi l-enfasi li rridu nagħmlu m'huwiex tant fuq l-antagoniżmu li jista' mbagħad iwassal għad-diskriminazzjoni u l-avversita' bejn il-mara u r-raġel - nafu li t-tneħħija tad-diskriminazzjoni f'dan ir-rigward tenħtieġ mhux sempliċement liġijiet jew miżuri amministrattivi - imma fuq il- konvinzjoni u l-kultura li s-soċjeta' ma tistax tiżviluppa u tkattar il- prosperita', s-sliem u l-ġustizzja mingħajr ir-rwol pro-attiv fl-oqsma kollha tas-soċjeta' ta' nofs ir-riżors uman tagħha.", "GĦalhekk jien nemmen li l-Gvern f'dan il-qasam jagħmel sewwa li jkompli fuq il-ħafna tajjeb ħafna li sab u jagħmel wisq iktar sewwa li kemm jista' jkun jimmassimizza l- kunsens li diġa' jeżisti f'dan il-kamp.", "Huwa b'din l-intenzjoni, Sinjura President, li nixtieq nirrikmanda lill- Gvern, u b'mod partikolari lis-segretarjat parlamentari konċernat li, jinkludi bħala parti integrali mill-politika tiegħu f'dan is-settur il- proposti li wieħed isib fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, proposti li m'għandhomx isibu kontroversja jew ostakolu min-naħa tal- politika tal-Gvern.", "Jiena nemmen li huwa importanti li nagħmlu riċerka u li nifhmu sew l-impatt ta' dawn il-policies u li ma nissottovalutawx il- problemi li jridu jiġu megħluba biex nersqu dejjem aktar lejn l-iskopijiet tagħna.", "Aħna jidhrilna li l-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali huwa forum li nistgħu nużawh bi frott biex aħna d-Deputati u oħrajn li nistiednu magħna - bħal kummissjonijiet, għaqdiet volontarji bħalma huwa l- Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, uffiċjali pubbliċi, esperti, trade unions u employers - lkoll flimkien inkunu nistgħu naħdmu għall-ġid tal-valur ta' l-ugwaljanza.", "GĦadni kif għidt, Madam Speaker, li s-soċjeta' ma tistax tiżviluppa mingħajr it-tisħib u r-rwol pro-attiv tan-nisa Maltin u GĦawdxin li huma nofs ir-riżors uman tagħna.", "Fil-fatt ilkoll kemm aħna konxji li l-akbar limitazzjoni li għandha s-soċjeta' tagħna u fl-istess ħin l-akbar rikkezza li aħna għandna bħala poplu, hija proprju r-riżors ewlenija tagħna jiġifieri r-riżors uman.", "Hawnhekk qed nirriferi għan-nisa u l-irġiel, għall-ġuvintur u t-tfajliet u għas-subien u l-bniet Maltin u GĦawdxin li jgħixu f'din is-soċjeta'.", "Tista' tgħid li pajjiżna m'għandu l-ebda riżors naturali li tista' tinbiegħ; l-uniku riżors ekonomiku tagħna huwa proprju l-potenzjal produttiv tan-nies tagħna.", "Dan iġibni biex nagħmel xi riflessjonijiet fil-qosor fuq dik il-parti tad- Diskors tal-President li tittratta dwar l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il- kultura u l-isport.", "Dan nagħmlu sew minħabba l-inkarigu speċifiku li ġie fdat lili mill-mexxej tal-partit u Kap ta' l-Oppożizzjoni imma l-aktar minħabba r-rabta ċentrali li s-suġġett għandu proprju ma' l-essenza tal- futur ta' pajjiżna minn kull angolu li tħares lejh.", "Ir-riflessjonijiet dwar dan is-suġġett ta' l-edukazzjoni huma marbutin sew mal-preokkupazzjoni li fisser il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ dwar id-Diskors tal-President fejn hemm nuqqas ta' impenn ċar biex jiġi sostnut u mtejjeb il-livell ta' impjiegi u ta' kwalita' tax-xogħol li għandu bżonn il-poplu tagħna.", "Madam Speaker, il-bieraħ l-Onor.", "Eddie Fenech Adami qal tajjeb ferm li l- eżempju li l-aktar jissimbolizza l-bidla kbira li ġab f'pajjiżna l-Gvern immexxi minnu hu proprju x-xogħol, tant li konna wasalna fi stat - u jiena nittama li jkun possibbli li anke nkomplu fejn l-akbar sfida kienet dik li nsibu n-nies meħtieġa u mħarrġa għall-kwalita' ta' xogħol li kien qed jinħoloq mill-mixja mgħaġġla u mill-iżvilupp tat-teknoloġija ġewwa pajjiżna.", "Kif spjega l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ, meta wieħed jaħseb dwar il-linji ta' azzjoni tal-Gvern kif imfissra mill-President tar- Repubblika mhux biss jolqtu l-fatt tan-nuqqas ta' linja ċara dwar l-akbar benefiċċju soċjali li huwa x-xogħol, talli fil-fehma tiegħi jolqtok ukoll il-fatt li hemm ċpar u inċertezza dwar il-premessi u l-kondizzjonijiet meħtieġa għal ħolqien ta' xogħol li huwa l-għajn ewlenija tar-risq, tal- prosperita' u allura tal-kwalita' tal-ħajja tal-familji tagħna.", "Huwa veru, kif kiteb il-Prim Ministru nhar il-Ħadd li għadda, li fid- Diskors tal-President ma tistax tgħid kollox għax inkella d-diskors jiġi twil wisq u huwa wkoll minnu li dan id-dibattitu huwa maħsub ħalli jgħin biex kulħadd jifhem aktar ir-realta', il-konkret tal-kliem sabiħ u inokwu li hemm fid-Diskors.", "Iżda fil-fehma tiegħi xorta huwa leġittimu li f'dan l-istadju wieħed jilmenta min-nuqqas ta' viżjoni, objettivi u mpenji ċari u konkreti f'diversi oqsma.", "Per eżempju, fid-Diskors laqatni l-fatt li la jippreżenta viżjoni għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni f'Malta u lanqas jikkommetti ruħu b'mod ċar fuq diversi issues li fil-fehma tiegħi huma ta' ċerta importanza.", "Waħda minnhom hija l-edukazzjoni ta' tfal b'diżabilita' f'ambjent mill-inqas restrittiv possibbli.", "Madam Speaker, ma nistax ma nikkritikax ukoll bil-qawwa kollha li fl-10 linji dedikati għas-suġġett tas-saħħa m'hemmx lanqas l-iċken ħjiel ta' impenn favur il-qasam tas-saħħa mentali.", "Jien naf li f'dan il-qasam bilkemm għadna missejna l-qoxra iżda nħoss li nista' ngħid li fl-aħħar snin ħdimt, fil-fehma tiegħi b'miżura ta' suċċess, biex poġġejt is-suġġett fuq l- aġenda politika ta' pajjiżna.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li aħna beħsiebna nkomplu nirsistu u ngħinu biex inkunu nistgħu nsaħħu u nkattru l-impenn li s-soċjeta' daħlet għalih f'dan il-kamp bil-miżuri konkreti li huma meħtieġa.", "Imma issa ħalli niġu lura għall-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Madam Speaker, il-Gvern fid-Diskors tal-President, qalilna hekk:", "\"Jeħtieġ li ċ-ċittadini jkollhom għażliet veri, ħielsa u ġusti fl- oqsma tal-ħajja, speċjalment fl-edukazzjoni, fil-kultura u fl-isport kif ukoll fis-saħħa.\".", "Aħna nieħdu gost ninnotaw li dan il-kliem ġej minn partit li l-aħħar darba li kien fil-gvern ħaddem politika f'direzzjoni proprjament opposta għal dan id-Diskors u rrid ngħid li sakemm il-Gvern jippromwovi miżuri li jwettqu dan l-impenn jien inkun minn ta' l-ewwel li nagħti l-kontribut meħtieġ biex l-għażliet tal-poplu tagħna fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fil-kultura jkomplu jiżdiedu u jinfirxu fis-setturi kollha tas-soċjeta' kif għamilna fid-disa' snin u nofs li għaddew.", "M'hemmx dubju li jekk tinqala' l-ħtieġa l- Oppożizzjoni tkun lesta li tiddefendi d-drittijiet u l-għażliet taċ- ċittadini Maltin li huma stess akkwistaw bis-saħħa taż-żewġ Gvernijiet Nazzjonalisti li għaddew imma naturalment huwa diffiċli li wieħed jesprimi ġudizzju għax aħna rridu nistennew li jsir magħruf il-pjan maħsub li jissemma fid-Diskors qabel ma wieħed jidħol fid-dettal u fil-qalba ta' l- argument.", "Madam Speaker, ta' min jgħid li fid-Diskors il-Gvern qalilna wkoll li qed jimpenja ruħu biex skond ir-riżorsi li jkunu għad-dispożizzjoni tiegħu jqiegħed lill-iskejjel ta' l-Istat f'qagħda li jkunu jistgħu gradatament joffru servizz edukattiv ta' l-aqwa kwalita' waqt li jħallu spazju sħiħ għall-iżvilupp ta' l-iskejjel tal-Knisja, ta' l-iskejjel privati u tal- fondazzjonijiet tal-ġenituri.", "Fil-fehma tiegħi, jien jidhirli li jkun ta' ġid ikbar jekk nibdew nitkellmu aktar dwar partnership milli dwar dikotomija bejn l-edukazzjoni pubblika u l-edukazzjoni - biex insejħilha hekk - privata għax naħseb li l-objettiv m'għandux ikun sempliċement dak li nagħmlu l-iskejjel pubbliċi aħjar mill-bqija.", "GĦalhekk fil-fehma tiegħi dan l-argument huwa difettuż mill-għeruq tiegħu għax donnu jassumi li l- iskejjel pubbliċi huma agħar minn skejjel oħra dejjem u f'kollox.", "Sfortunatament din kienet l-imaġġni li l-Oppożizzjoni Laburista kienet tipprova tipproġetta bil-propaganda tagħha, pero' huwa ċar - fil-fatt naħseb li dan jibda jidher iktar ċar - li m'huwiex il-każ li wieħed jiġġeneralizza b'dan il-mod għax fis-sistema ta' l-edukazzjoni pubblika hemm elementi ta' prattika tajba u eċċellenti li jistgħu jservu ta' bench- marks għal kwalunkwe skola.", "GĦalhekk jeħtieġ nenfasizzaw li l-iskejjel kollha għandhom ikunu,u huma, riżors uman u ta' natura fiżika imprezzabbli li tista' tiġi shared ħafna aktar.", "Is-sistema pubblika ta' l-edukazzjoni għandha x'takkwista mill-iskejjel tal-Knisja, mill-iskejjel li ġew imwaqqfa minn fondazzjonijiet tal-ġenituri u minn skejjel oħra privati u dawn ta' l- aħħar żgur li għandhom x'jakkwistaw mill-iskejjel pubbliċi.", "Nemmen li hemm bżonn ta' żvilupp ta' partnership ġdid bejn it-tipi differenti ta' skejjel li għandna.", "Jidhirli wkoll li kull ħaġa tajba li skola tiżviluppa għall- istudenti tagħha, għandha tiġi shared ma' skejjel oħra għax dak li huwa ta' ġid u tajjeb għal xi grupp ta' tfal għandu jkun wirt komuni għat-tfal kollha kemm huma.", "F'parti oħra tad-Diskors, il-Gvern qed jgħidilna li se naħdmu biex inwettqu t-tama ta' ħafna li nersqu 'il hinn mill-ossessjoni ta' l- eżamijiet u tissawwar il-personalita' ta' l-istudent.", "Aħna nikkondividu din l-aspirazzjoni, Madam Speaker, imma nixtieq nistaqsi kif dan se jsir b'mod aktar konkret.", "Per eżempju, ir-rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Edukazzjoni li ġie mwaqqaf mill-Ministru ta' l- Edukazzjoni preċedenti fir-rapport \"Tomorrow's schools - developing effective learning cultures\", x'se jiġri minnhom?", "Dawn fihom rakkmandazzjonijiet li jimmiraw proprju lejn edukazzjoni li ssawwar l- iżvilupp integrat ta' l-istudent kif qed jgħid il-Gvern.", "X'inhi l- pożizzjoni tal-Gvern dwar dan ir-rapport?", "Qiegħda tissemma' wkoll kummissjoni nazzjonali ta' l-edukazzjoni u qegħdin jgħidulna li din se titwaqqaf biex tagħti ħarsa lejn il-ġejjieni ta' l-edukazzjoni.", "Jiena nistaqsi: Jidhirlu l-Gvern li dan ir-rapport proprju jagħmel din il-ħarsa fit-tul lejn il-ġejjieni ta' l-edukazzjoni tagħna?", "Hemm diversi ħwejjeġ oħra f'dan is-settur, Madam Speaker, li nixtieq nidħol fihom u jiena anke ppreparat biex niddiskuti l-kwestjoni tal- programm tal-Gvern dwar il-bini ta' skejjel u r-refurbishment tagħhom.", "Jiena naħseb li dan m'għandux ikun sempliċement it-tiswija ta' xi affarijiet immedjati biss - għalkemm dawn huma imporanti ħafna - imma li kull skola jkollha pjan ta' żvilupp li jintegraha skond il-funzjonijiet li aħna nistennew minnha fil-komunita'.", "Anke meta nitkellmu dwar l-appoġġ amministrativ, nixtieq ukoll li nibdew nitkellmu dwar l-istrutturi ta' management fl-iskejjel u kont nippreferi wkoll li nara impenn iktar ċar favur il-kunsilli ta' l-iskejjel għax filwaqt li wieħed jitkellem dwar l- istrutturi parteċipattivi, imkien ma nsibu riferenza għall-kunsilli ta' l- iskejjel li twaqqfu fl-1988 mill-Gvern Nazzjonalista.", "Meta niġu għall-ispinta li wieħed irid jagħti lill-edukazzjoni ta' tfal bi ħteġijiet speċjali, ma jidhirlix li dan id-Diskors jimplika impenn ċar tal-Gvern f'dan ir-rigward.", "M'għandna l-ebda riferenza għal dik li tissejjaħ inclusive education u lanqas għall-mainstreaming u għall- integrated education.", "Jiena kont nippreferi ferm li l-impenji li smajt anke lill-Ministru Bartolo jitkellem dwarhom f'okkażjonijiet oħra, narahom riflessi fid-Diskors tal-President.", "Madam Speaker, nara wkoll li meta wieħed jitkellem dwar attenzjoni li trid tingħata lill-iskejjel sekondarji m'hawnx riferenza għal kif se norbtu l-edukazzjoni f'dan il-livell mas-suq tax-xogħol.", "Jien naħseb li ma kienx għaqli li wieħed jiddivorzja l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ mill- Ministeru ta' l-Edukazzjoni meta t-tnejn li huma jridu jaħdmu flimkien kif kien anke prospettahom Gvern Nazzjonalista preċedenti biex ikunu jistgħu t- tnejn li huma jirrispondu aħjar għal dak li jkun qed jitlob is-suq tax- xogħol.", "Pero' l-ikbar mankanza li ħassejt li hawn f'dan ir-rigward hija proprju n-nuqqas ta' riferenza għall-ħtieġa, għall-importanza ta' l- edukazzjoni vokazzjonali u speċjalment għax-xogħol importanti li diġa' sar dwar il-proposta ta' twaqqif ta' kulleġġ ta' arti, xjenza u teknoloġija applikata li jien nittama li dan il-Gvern ikompli miexi fuqha.", "Fuq l- universita' ikollna ċans nitkellmu, imma hawn sempliċement irrid ngħid li għandna nassiguraw li s-sistemi parteċipattivi u demokratiċi bl-ebda mod ma jidħlu fuq il-liberta' u r-responsabbilta' akkademika.", "Dwar l-ombudsman xtaqt ngħid li qabel nesprimu ġudizzju jidhirli li l-idea trid tiġi mistħarrġa iktar u kkonsidrata ħafna iktar għall-implikazzjonijiet tagħha.", "Madam Speaker, nagħlaq billi ngħid li f'dan is-settur, importanti ferm li jkollna din il-viżjoni skond id-dinja kif qed tinbidel proprju issa lejliet it-tielet millenju wara Kristu u b'mod partikolari biex is-sistema edukattiva li aħna lkoll frott tagħha u li qed inkunu kritiċi tagħha, nagħmlu wkoll dawn l-isforzi - jien anke smajt lill-Ministru jitkellem dwarhom - biex il-kejl tas-suċċess tas-sistema ma jibqax biss ir-riżultati tajbin li jinkisbu minn dawk iċ-ċittadini li huma diġa' tajbin, biex ngħidu hekk, imma jibda jkun bil-mod kif se jiġu edukati dawk li jkollhom bżonnijiet speċjali.", "Fuq dawn is-suġġetti kollha nittama li jkollna ċ-ċans li nikkummentaw f'diversi okkażjonijiet oħra li jkollu l-Parlament 'il quddiem.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Madam Speaker, jien naħseb li lkoll kemm aħna, kull Membru ta' din il-Kamra, jaf li la l-Istat u lanqas is-soċjeta' ċivili ma jistgħu jaħdmu tajjeb jekk ma jkollniex familji f'saħħithom, jekk ma jkollniex familji f'sikkithom.", "Nafu lkoll li l-familji llum għaddejjin minn żmien ta' tibdil li jista' jew jgħin lill-familja jew inkella jista' ifarrakha.", "Għalhekk huwa importanti li ladarba l-Gvern jixtieq li jara lil Malta miexja 'l quddiem, li jara lill-Istat u s-soċjeta' ċivili jaħdmu tajjeb, huwa importanti li huwa jkollu politika maħsuba sew, li hija tajba għall-familja u li tittratta dwar dettalji u rqaqat li jgħinu sabiex il- familja tissaħħaħ.", "Din il-politika għandha tiġbor flimkien il-partijiet l- oħra kollha tal-politika soċjali u ekonomika tal-pajjiż.", "Fid-Diskors tal- President, u allura fil-programm ta' ħidma ta' dan il-Gvern, insibu xi riferenzi kultant indiretti għal din it-tip ta' politika, pero' xejn speċifiku, xejn ċar.", "Jiena stennejt li fil-programm ikun hemm aktar dettalji dwar miżuri li jridu jittieħdu sabiex inkomplu insaħħu l-familja - anzi ngħid insaħħu kull tip ta' familja għaliex nafu li llum għandna diversi forom ta' familji - b'kull mezzi possibbli, f'kull sitwazzjoni u f'kull ċirkostanza.", "Per eżempju, fid-Diskors tal-President hemm riferenza għall-ħtieġa li l- edukazzjoni għat-tfal bi bżonnijiet speċjali tingħata spinta.", "Din hija tajba u hekk għandu jsir, pero' jiena naħseb li bħalma saret riferenza għal din it-tip ta' edukazzjoni, kien importanti wkoll li ssir riferenza anke għall-edukazzjoni tal-familja għaliex illum, aktar minn qatt qabel, il- pajjiż irid ikollu politika li taħseb sabiex teduka lil dawk kollha li huma responsabbli mit-trobbija ta' l-ulied.", "Aħna lkoll nafu kemm hija diffiċli t-trobbija ta' l-ulied - illum aktar minn qabel - u kemm trid tieħu deċiżjonijiet li kultant ma tkunx taf b'liema mod se timxi u għalhekk huwa importanti li fil-pajjiż ikollna edukazzjoni biex tgħin lil dawk responsabbli mit-trobbija ta' l-ulied, edukazzjoni li tgħin ukoll lil dawk responsabbli minn x'tip ta' relazzjoni għandha tinbena u tinħoloq bejn id- diversi membri tal-familja, bejn il-ġenituri nnifishom, bejn il-ġenituri u ż-żgħażagħ, u bejn membri tal-familja u xi anzjani li jkunu joqogħdu fl- istess dar.", "Madam Speaker, dan kollu fid-Diskors tal-President ma tantx jissemma u għalhekk huwa mportanti li wieħed ifakkar f'din il-formazzjoni ta' valuri li hija tant meħtieġa.", "Fid-Diskors tissemma wkoll il-ġlieda li l-Gvern irid jagħmel kontra d- droga u kontra l-kriminalita'.", "Din ukoll hija ħaġa tajba, pero' ma rridux ngħidu li l-ġlieda għadha se tibda, għaliex il-ġlieda ilha għaddejja.", "Saret ħidma tajba u j'Alla l-Gvern preżenti jkompli b'din l-istess ħidma kif qiegħed iwiegħed li se jagħmel.", "Qed insemmi din il-ġlieda għax jiena naħseb li l-Gvern ma jridx iserraħ moħħu u jgħid li ladarba qed niġġieldu kontra d-droga b'daqshekk qed jagħmel biżżejjed għat-tisħiħ tal-familja.", "Veru li dawn kollha huma importanti u bżonnjużi u anke jgħinu lill- familja, pero' waħidhom mhux biżżejjed għax aħna nafu li fil-familja niltaqgħu ma' diversi problemi oħrajn li jekk ma jkollniex politika mfassla għalihom, dawn il-problemi l-oħra - bħal per eżempju meta t-tfal jiġu abbużati, vjolenza fil-familja, infedelta' fiż-żwieġ, kwestjoni ta' ħin ħieles u problemi oħra - jistgħu joħolqu kriżi fil-familja.", "Nista' nsemmi wkoll il-kwestjoni tax-xogħol u l-familja li fil-programm ta' ħidma ma ssemma xejn dwaru, imma li diġa' smajna riferenza għalih minn din in-naħa tal-Kamra.", "Qed insemmi dan għaliex huwa aspett delikat li jekk ma jkunx ittrattat tajjeb jista' joħloq ħafna diżgwid u inkwiet bejn l- istess membri tal-familja.", "Meta aħna konna fil-gvern daħħalna l-kultura u anke ħloqna policies sabiex il-ħaddiema ma jħarsux lejhom bħala individwi li qed jaħdmu għal rashom imma bħala nies responsabbli ta' familja.", "Infatti ħafna rġiel u nisa kienu kuntenti għaliex kienu qegħdin jinstabu modi ġodda u konna qed indaħħlu sistemi fl-organizzazzjoni tax-xogħol li ma jħarbtux il-qadi tar-responsabbiltajiet familjari.", "Aħna bdejna mexjin b'din il-politika u jiena nappella lil min hu responsabbli min-naħa tal- Gvern biex ikompli jibni fuqha u jagħti l-importanza meħtieġa lill- kwalita' u l-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Ladarba l-Gvern qiegħed iwiegħed ripetutament li se jkollu politika moderna, mill-ġdid nappella biex il- politika moderna ta' dan il-Gvern tiffoka wkoll kif se toħloq aktar opportunitajiet ta' xogħol b'kondizzjonijiet tajba li jneħħu kull tfixkil bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja.", "Madam Speaker, il-bieraħ ħadt pjaċir nisma' lill-ħabiba tiegħi l-Onor.", "Maria Camilleri titkellem u fost affarijiet oħra tkellmet ukoll dwar il- qagħda tan-nisa fis-soċjeta' Maltija u issa għadna kif smajna wkoll lill- Onor. Louis Galea jagħmel riferenza għal dan.", "Jiena hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nifraħ lilek Madam Speaker, għall-kariga li ġejt fdata biha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nifraħ ukoll lill-kollegi nisa li ġew eletti f'din il-Kamra wkoll bħala Membri Parlamentari.", "Pero', Madam Speaker, żgur li aħna n-nisa ma wasalniex f'din il-pożizzjoni - inti bħala Speaker tal-Kamra u aħna bħala Membri Parlamentari - b'kumbinazzjoni iżda kien effett tal-ħidma li twettqet f'dawn l-aħħar snin, ħidma li saret biex ilkoll kemm aħna nimxu 'l quddiem bid-diversi tibdiliet fil-liġijiet li għamilna li jneħħu d-diskriminazzjoni sesswali u hekk insaħħu dejjem aktar il-prinċipju ta' l-ugwaljanza.", "F'dawn l-aħħar snin saret ukoll ħidma sabiex ikun hemm aċċess ugwali għat- tagħlim f'kull livell għan-nisa u għall-irġiel u dan diġa' qed naraw il- frott tiegħu llum meta fl-Universita' ta' Malta għandna kważi 50% li huma studenti nisa u dan jawgura tajjeb sabiex 'il quddiem, anzi fi żmien qarib ħafna, ikollna aktar nisa jokkupaw pożizzjonijiet fejn jittieħdu deċiżjonijiet dwar kull qasam tas-soċjeta' Maltija.", "Ma rridux ninsew ukoll li l-qagħda tan-nisa f'pajjiżna tjiebet ferm bit-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara u anke bit-twaqqif tad-Dipartiment għall-Ugwaljanza tan-Nisa.", "Din il-ħidma se tkompli anke bit-twaqqif tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa li jiena ħadt gost ħafna li ġie mwaqqaf.", "Jiena minn qalbi nawgura sabiex il-kultura ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi li bdiet tinfirex b'tant għaqal matul is-snin li għaddew tkompli issa wkoll f'kull qasam tas-soċjeta' Maltija.", "Madam Speaker, illejla nixtieq ukoll nagħmel riferenza fil-qosor ħafna dwar id-drittijiet tat-tfal u nfakkar li kien il-Gvern Nazzjonalista li rratifika l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.", "Kien wasal ukoll fi stadju avvanzat ħafna l-abbozz ta' liġi li jiġbor fih il-provvedimenti kollha kontra l-abbużi u li jwaqqaf servizzi relattivi għat-tfal u jiena nappella lill-Gvern sabiex dan l-abbozz ta' liġi jiġi finalizzat u jitressaq quddiem dan il-Parlament possibbilment fi żmien qasir.", "Dan l-aħħar tajna wkoll spinta biex niftħu aktar bibien għall-adoption ta' tfal anke permezz tal-ftehim li għamilna ma' l-Albania.", "Jien qed ngħid dan għaliex naf bid-domanda qawwija li hemm għall-adozzjoni u għalhekk inħeġġeġ sabiex il-linja li konna qbadna biex inħaffu l-proċeduri għall- adozzjoni tkompli miexja 'l quddiem kemm għall-ġid tat-tfal infushom kif ukoll biex ikunu kuntenti ħafna koppji Maltin u Għawdxin.", "Dwar il-kwestjoni tal-fostering, ngħid li tajjeb li din tkompli tiġi żviluppata.", "Dwar ic- child day-care centres kienet għaddejja ħidma biex il-Gvern jgħin lill- kunsilli lokali biex jinfetħu dawn iċ-ċentri li jżommu t-tfal ta' dawk il- ġenituri li bi qbil bejn l-istess membri tal-familja u għall-ġid tal- familja jkunu jridu joħorġu jaħdmu.", "Jiena nappella lill-Gvern biex inizjattiva bħal din ma jwarrabhiex imma jkompli jiżviluppa fuqha.", "Madam Speaker, fl-aħħar nett jiena nawgura lill-Gvern il-ġdid li minkejja ċ-ċokon tagħna u minkejja l-limitazzjonijiet tagħna, ikompli jkattar il- ġid sabiex ikompli joħloq ix-xogħol, ikompli bil-ħidma prinċipali mmirata lejn il-formazzjoni ta' valuri li jsaħħu lill-familja u ż-żwieġ u b'hekk ikompli jseddaq il-paċi li l-poplu tagħna gawda f'dawn l-aħħar 10 snin.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, waqt li wieħed jifhem dak li kiteb il- Prim Ministru f'ġurnal ta' nhar il-Ħadd li għadda li d-Diskors tal- President ma jistax ikopri kollox għax inkella kien ikun ħafna itwal u konna ndumu ħafna iktar, ċertament wieħed stenna li kien imiss l-iktar partijiet importanti tal-ħajja politika ta' pajjiżna.", "Allura kien b'sorpriża li wieħed seta' jara li fost ħafna affarijiet importanti neqsin - fosthom kif semma l-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni il-qasam tax-xogħol - kien hemm nieqes ukoll qasam ieħor li f'dawn l-aħħar snin akkwista importanza kbira f'pajjiżna, u cioe' l-kunsilli lokali.", "Ma kien hemm l-ebda riferenza għal din l-istituzzjoni, li grazzi għall-kuraġġ u l-viżjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista illum daħlet anke bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra bħala parti mill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Illum barra dan il-Parlament għandna saff ieħor ta' persuni eletti mill-poplu, persuni li ġew afdati parti importanti mill-amministrazzjoni ta' pajjiżna, persuni li qed jamministraw flus il-poplu, liema persuni għandhom il-fiduċja ta' sħabhom.", "Għalhekk wieħed kien jistenna li almenu jkun hemm xi riferenza għal dan il-qasam għaliex fuq kollox huwa qasam fejn qed naraw nies b'sens ċiviku jiġu dedikati għal dan ix-xogħol u kien għalhekk li fil-programm elettorali tagħna aħna nsistejna li wara li dan l-esperiment issa ħa l-għeruq wasal iż- żmien li jiġi rikonoxxut anke fil-Kostituzzjoni tagħna.", "In-nuqqas ta' riferenza għall-kunsilli lokali fid-Diskors tal-President sa ċertu punt kien sorpriża wkoll għaliex almenu fuq il-prinċipju ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li huwa bżonnjuż li f'pajjiżna jkun hawn il-kunsilli lokali.", "Fir- realta' nafu li mhux dejjem kien hekk u nafu li l-partit li llum huwa fil- gvern kien kontra t-twaqqif tal-kunsilli lokali, pero' f'xi żmien meta kien fl-oppożizzjoni biddel il-pożizzjoni uffiċjali tiegħu minkejja li kellu anke min kien ex-prim ministru li baqa' proprju sa l-aħħar seduti ta' dan il-Parlament, qabel l-elezzjoni, jgħid li huma ħela ta' flus u li huma okkażjoni ta' skandlu u ta' korruzzjoni.", "Bħal ħafna affarijiet oħra, fuq il-kunsilli lokali n-naħa li llum qiegħda fil-gvern bdiet taħseb mod ieħor.", "Pero' l-istorja tibqa' tniżżel li kien il-kuraġġ politiku ta' din in-naħa li wassal għat-twaqqif tal-kunsilli lokali.", "Ried kuraġġ politiku għaliex il-kunsilli lokali fir-realta' jfissru tnaqqis ta' poter ċentrali u jfissru wkoll possibbilta' ta' konflitt bejn Gvern u amministrazzjoni lokali.", "Pero' naħseb li llum kulħadd jirrikonoxxi li l-kuraġġ li kellna din in-naħa li kienet fil-gvern issarraf f'ħafna ġid għall-poplu tagħna kollu.", "Illum anke f'din il-Kamra hawn min għamel l-ewwel passi politiċi tiegħu fil-kunsilli lokali u għalhekk naħseb li l-kunsilli lokali servew biex irawmu nies li għad għandhom snin x'jagħtu bħala servizz lil dan il- pajjiż.", "Żgur li l-kunsilli lokali kienu mezz kif rawwimna amministraturi ġodda, pero' fuq kollox naħseb li kienu mezz kif l-ibliet u l-irħula tagħna bdew jieħdu identita'.", "Bdejna naraw fost il-kunsilli lokali tagħna tellieqa għal min ikollu l-aħjar lokalita' u naħseb li dan l-impenn ċiviku issarraf f'ġid bl-impenn ta' kull persuna li b'xi mod ikkontribwixxiet, mhux biss dawk li ħarġu għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali, imma anke min ta l-għajnuna volontarja tiegħu.", "Jien naħseb li din il-Kamra kien missha f'dan l-Indirizz sellmet lil dawn il-persuni.", "Madam Speaker, irridu nkunu ċari u ngħidu li s-suċċess tal-kunsilli lokali ma ġiex mis-sema imma ġie għax sab Gvern li kellu fiduċja li l- poplu Malti - minkejja d-diffikultajiet kollha li dik il-fiduċja ġabet - kapaċi jimxi 'l quddiem u jbiddel.", "Din il-fiduċja sabet il-kontro-parti tagħha fiċ-ċertezza politika li dawn in-nies dejjem raw fil-politika tal- Gvern, politika li dejjem riedet issaħħaħ il-poteri tal-kunsilli lokali u li dejjem riedet tmexxi aktar 'il quddiem il-kunsill lokali.", "Madam Speaker, nispera li l-inċertezza li rrifera għaliha l-bieraħ l- Onor. Fenech Adami ma twassalx għal dan in-nuqqas ta' fiduċja għax malli tibda tonqos il-fiduċja tibda tonqos l-effikaċita' tal-kunsilli lokali tagħna.", "Fil-fatt jista' jkun li anke f'dan il-qasam tinbet l-inċertezza għax jekk il-Gvern tal-ġurnata jibgħat il-messaġġi ħżiena allura anke fost il-kunsilli lokali tagħna jibda jkollna l-inċertezza.", "Il-biża' tiegħi hi li dawn il-messaġġi ħżiena diġa' bdew jintbagħtu bil-mod il-mod għax f'dak li sar f'dawn l-aħħar ġranet jidher li hemm linja ta' bidla pjuttost profonda għar-rigward tal-kunsilli lokali.", "Waqt li l-Gvern ta' qabel mexa u saħħaħ il-prinċipju tas-sussidjarjeta' bil-problemi kollha li dan jista' jġib għall-gvern ċentrali, jidher li dan il-Gvern se jbiddel din il-linja u fil-fatt diġa' - għalissa dan qed jagħmlu bil-kwiet, pero' nibża' li aktar 'il quddiem mhux se jibqa' jagħmlu bil-kwiet - qed naraw linja totalment differenti li tfisser iċ-ċentralizzazzjoni tal-poteri tal-Gvern.", "Madam Speaker, kemm f'dak li diġa' ngħad f'laqgħat dwar il-gwardjani lokali, kemm f'dak li diġa' ngħad f'laqgħat dwar il-ħaddiema tal-gvern li jiġu seconded mal-kunsilli lokali kif ukoll f'dak li diġa' qed jingħad mill- Ministru li huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tal-fondi speċjali hemm linja unitarja, hemm il-linja li l-Gvern tal-ġurnata jidher li jrid jaħtaf aktar taħt idejh milli kien irid jaħtaf taħt idejh qatt qabel u forsi din kienet ir-raġuni li għaliha ma ssemma xejn dwar il-kunsilli lokali fid- Diskors tal-President.", "Madam Speaker, għalhekk l-appell tiegħi lill-Gvern tal-lum hu li l- kunsilli lokali ma għandhomx jiddividu lil din il-Kamra u jekk verament iż- żewġ naħat tal-Kamra jirrikonoxxu l-utilita' tagħhom dawn għandhom jaħdmu biex isaħħuhom.", "Hawnhekk ma rridux ninsew ħaġa importanti, jiġifieri apparti l-eżistenza fiha nnifisha tal-kunsilli lokali, jekk il-kunsilli lokali jiġu mħaddma tajjeb kif ġew imħaddma tajjeb fil-maġġoranza kbira tal- lokalitajiet tagħna dawn huma mezz tajjeb ta' kif jiġi kkreat ix-xogħol.", "Jekk wieħed jara - kif stajt nara jien li kont involut fihom fis-snin li għaddew - x'seħħ f'ċerti kunsilli lokali ħabrieka, isib li dawn ikkreaw ħafna metodi u ħafna opportunitajiet ta' xogħol li qabel ma kenux jeżistu.", "Dawn mhux talli ħolqu x-xogħol, talli x-xogħol kien direttament relatat mal- bżonnijiet tal-lokalitajiet tagħhom u allura spiċċa apprezzat ħafna.", "Madam Speaker, nagħlaq billi nagħmel appell lill-Gvern sabiex ikompli jibni fuq dak li sab u jkompli jsaħħaħ il-kunsilli lokali tagħna sabiex minn hawn u ftit snin oħra nkunu fil-pożizzjoni, iż-żewġ naħat, li nagħmlu l-emenda neċessarja fil-Kostituzzjoni tagħna biex l-eżistenza tal-kunsilli lokali jkunu garantiti bil-Kostituzzjoni.", "Grazzi ħafna.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, fid-Diskors tal-President għall-ftuħ ta' din is-sezzjoni tal- Parlament hemm diġa' linji ċari fuq xiex u kif beħsiebna nimxu fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Hemm ħafna xogħol x'isir, hemm ħafna passi kbar x'isiru, pero' la qegħdin nitkellmu fuq l-edukazzjoni dawn il-passi jridu jsiru bil-mod u jridu jsiru wara ħsieb u konsultazzjoni bil-għaqal ma' kull min hu involut fl-edukazzjoni.", "Il-linja li se nimxu biha u li diġa' bdejna nimxu biha hi parteċipazzjoni, parteċipazzjoni u parteċipazzjoni.", "F'kull ħaġa li qed nagħmlu qegħdin indaħħlu lil min hu milqut direttament fid-deċiżjonijiet li rridu nieħdu.", "Qed immexxu u se nkomplu mmexxu b'mod miftuħ u fejn ikun hemm il-problemi se ngħidu li hemm il-problemi u se naraw kif se nsibu tarf ta' dawn il-problemi.", "Aħna m'aħniex se nitfgħu l-problemi taħt it-tapit u minflok ma nonfqu l-flus sabiex insolvu l-problemi nonfqu l-flus fil- pubbliċita' biex mingħalina naħbu dawn il-problemi.", "Hemm problemi serji x'niffaċċjaw u jiena l-ewwel wieħed li xtaqt li kieku l-uniċi problemi li għandna fl-iskejjel ta' l-Istat kienu xi żewġ twieqi li ma jingħalqux.", "Kieku wara l-ewwel ġurnata kont inkun lestejt ix-xogħol tiegħi, imma nista' naċċertakom li l-problemi fl-iskejjel tal-Gvern anke jekk nieħdu biss l- istat fiżiku tagħhom huma ferm aktar minn żewġ twieqi li ma jingħalqux.", "Jien nispera li minn hawn u ftit ieħor inkunu nistgħu nuru kemm hemm twieqi ma jingħalqux fl-iskejjel tagħna u dan ma nagħmluhx b'gost imma biex nuru x-xogħol kbir li jrid isir.", "Irrid ngħid li fil-jiem li għaddew aħna bgħatna lill-periti f'kull skola ta' Malta u Għawdex biex jagħmlu survey tas-sitwazzjoni ta' l-istat fiżiku li fihom jinstabu l-iskejjel ta' l- Istat.", "Niżgurakom li meta joħroġ dan ir-rapport se jkun hemm ċar għal kulħadd x'tip ta' problemi kbar writna f'dan il-qasam u x'tip ta' problemi kbar irridu nsolvu fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "Aħna se niffaċċjaw dawn il-problemi b'fiduċja u se nfittxu l-għajnuna ta' kull min hu interessat fl- edukazzjoni.", "Aħna nafu li hemm ħafna li lesti jpoġġu l-ġid ta' wliedna l- ewwel u qabel kollox u se naħdmu, se nitolbu u se nużaw l-għajnuna u s- sehem ta' kulħadd.", "Meta ngħid kulħadd m'iniex qed nirriferi biss għal dawk li huma nvoluti fil-qasam ta' l-edukazzjoni statali iżda anke f'dawk li huma mdaħħlin fil-qasam ta' l-iskejjel tal-Knisja, fil-qasam ta' l-iskejjel privati u dawk tal-fondazzjonijiet tal-ġenituri.", "Fil-ġimgħat li għaddew jiena diġa' kelli laqgħat u diskussjonijiet kordjali ma' wħud mill-mexxejja ta' dawn l-iskejjel u diġa' qed naraw kif nistgħu ngħinu lil xulxin u kif nistgħu nitgħallmu minn xulxin.", "Jiena nawgura li fix-xhur u fis-snin li ġejjin f'dan il-qasam ta' l-edukazzjoni l- Oppożizzjoni Nazzjonalista tkun responsabbli u serja daqs l-Oppożizzjoni Laburista fis-snin li għaddew u fejn ikun hemm il-kritika x'tagħmel, tagħmel sewwa li tagħmilha.", "Min-naħa tagħna m'aħniex se ngħidulhom li l- unika problema li hemm hija ta' żewġ twieqi li ma jingħalqux.", "Dak huwa passat li rridu nagħlquh u jrid ikollna l-onesta', is-sinċerita' u l-kuraġġ li l-problemi nitkellmu fuqhom, nuru x'inhuma bil-miftuħ u nitolbu l- għajnuna ta' kulħadd biex nipprovaw insolvuhom.", "Fost l-akbar problemi li għandna niffaċċjaw f'dan il-qasam, kif diġa' għidt, hemm il-problema ta' l-istat fiżiku ta' l-iskejjel.", "Dawn ġew ittraskurati wisq u m'humiex postijiet diċenti fejn it-tfal u l-għalliema tagħna jieħdu gost imorru min-naħa biex jedukaw ruħhom u min-naħa l-oħra biex jaħdmu.", "Allura jrid ikun hemm impenn ċar u qawwi biex dan l-istat fiżiku ta' l-iskejjel jitjieb.", "Pero' hija ċara li l-edukazzjoni ma tistax tikkonsisti biss fil-ġebel u fl-istat fiżiku ta' l-iskejjel tagħna.", "Ħaġa oħra li żgur irridu naħdmu biex intejbu għaliex ukoll għandna problemi serji fiha, f'ċerti skejjel żgur aktar minn oħrajn, huwa l-livell ta' ndafa li hemm fl-iskejjel.", "Ma jistax ikun li tibqa' l-mentalita' li min ma jridx jaħdem, min irid jieħu l-paga mill-gvern u min irid ikollu light duty jispiċċa jaħseb li l-aħjar post għalih huwa purtinar f'xi skola.", "Kif jista' jkollna ambjent nadif u attraenti jekk ma jkollniex min iżomm l- indafa f'postijiet fejn imorru mijiet ta' tfal flimkien ma' l-għalliema tagħhom?", "Għalhekk dan huwa qasam ieħor fejn irridu naħdmu bis-serjeta'.", "Aħna ma nistgħux min-naħa waħda ngħidu lit-tfal tagħna biex iħobbu l- ambjent u l-indafa u mbagħad l-ambjent li fih ikunu qed jiġu edukati jkun maħmuġ.", "L-istess, per eżempju, nista' ngħid għat-tuck-shops.", "Min-naħa waħda f'ċerti lezzjonijiet ngħidulhom biex joqogħdu attenti x'jieklu u x'jixorbu u min-naħa l-oħra jistgħu jmorru fit-tuck-shops u dak li qalulhom kontra tiegħu jsibuh hemmhekk.", "B'hekk ikun qed jitħarbat ix-xogħol edukattiv li jkun qed isir mill-għalliema.", "Din m'hijiex serjeta' u huwa mportanti li nieħdu passi serji dwar dan il-qasam.", "Jew se nagħmlu edukazzjoni sħiħa u integrata jew inkella se nibqgħu nidħku bina nfusna li biżżejjed ikollna għalliema mat-tfal fil-klassi, l-aqwa li għaddejjin il-lezzjonijiet.", "Problema oħra li writna f'dan il-qasam u li qed nieħdu l-passi sabiex għalissa nibdew intaffuha - mhux insolvuha - hija n-nuqqas ta' għalliema li sibna f'diversi suġġetti mportanti f'diversi skejjel, fosthom fejn insibu studenti li minn hawn u ftit ieħor jibdew jagħmlu eżamijiet importanti għall-karriera tagħhom.", "Intilfu numru kbir ta' lezzjonijiet fil- matematika u l-fiżika - l-aktar tnejn importanti - minħabba nuqqas serju ta' għalliema.", "Saru diskussjonijiet bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' sabiex nibdew intaffu din il- problema b'mod li l-istudenti li qegħdin jagħmlu l-Post Graduate Certificate in Education jibdew jagħmlu dawn il-lezzjonijiet - dawn xorta kien se jkollhom dawn il-lezzjonijiet x'jagħmlu fl-iskejjel sekondarji - bħala parti mit-teaching practice tagħhom.", "Qegħdin isiru diskussjonijiet biex il-preżenza ta' dawn il-gradwati fl- iskejjel tagħna tkompli 'l hinn mill-ġimgħat tat-teaching practice.", "Pero', nerġa' ngħid, b'dan il-mod inkunu biss qegħdin intaffu l-problema u mhux insolvuha u għalhekk għada stess se jkollna laqgħa bejn il-Fakulta' ta l- Edukazzjoni, id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u oħrajn, fosthom il-Malta Union of Teachers, biex naraw minn fejn ġejja din il-problema ta' nuqqas ta' għalliema.", "Hemm min qed jgħid li din m'hijiex kwestjoni ta' nuqqas ta' għalliema iżda ta' tqassim ħażin ta' l-għalliema li għandna, pero' hemm min ma jaqbilx ma' dan u qed jibqa' jipponta li hemm nuqqas ta' għalliema.", "Irridu niffaċċjaw il-problema ta' nuqqas ta' għalliema fl-iskejjel primarji - meta qed ngħid hekk qed inħares lejn il-futur - billi naraw kemm se jispiċċaw għalliema fis-snin li ġejjin u naraw kif se niffaċċjaw il- problema serja li min qed joħroġ gradwat fl-edukazzjoni mill-Universita' mhux qed ikun imħajjar imur jgħallem fil-primarja.", "Kull sistema edukattiva serja, hi ta' liema pajjiż hi, trid tinbena fuq edukazzjoni serja fil-kindergarten, fil-primarja u fis-sekondarja.", "Ma jistax ikollna futur b'saħħtu u sod għall-edukazzjoni f'pajjiżna jekk ma jkollniex kwalita' tajba ta' edukazzjoni fil-kindergartens, fil-primarja u fis-sekondarja.", "Waħda mill-affarijiet li tinkwieta lil min iħares fit-tul lejn l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna hija, bla dubju, il-problema ta' gradwati żgħażagħ ġodda li ħafna minnhom qed jippreferu li ma jmorrux jgħallmu fil-primarja.", "Irridu niffaċċjaw din il-problema bl-akbar serjeta' billi naraw x'inhuma r-raġunijiet li qed iżommu lil dawn il-gradwati żgħażagħ 'il bogħod mill-iskejjel primarji.", "GĦandu jkollna l-kuraġġ nitkellmu ma' kull min hu involut biex naraw kif nistgħu nsibu tarf ta' din il-problema.", "Irridu naraw kif nistgħu nagħmlu l-kondizzjonijiet ta' l- għalliema fl-iskejjel primarji attraenti biżżejjed biex anke gradwati żgħażagħ jitħajru jibdew jgħallmu f'dan il-livell ukoll.", "Nerġa' ngħid, li fl-iskejjel primarji għandna bżonn l-aħjar għalliema u hija ħasra kbira li l-gradwati li ħerġin mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni ma jispiċċawx jgħallmu fejn l-aktar għandna bżonnhom.", "Problema oħra li rridu nsolvu f'dan il-qasam hija l-appoġġ amministrattiv li l-kapijiet għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jmexxu l-iskejjel tagħhom.", "Fl-aħħar snin żdiedu r-responsabbiltajiet tal-kapijiet fl-iskejjel tagħna, żdied ix-xogħol għalihom u żdiedu anke d-deċiżjonijiet li jridu jieħdu.", "Hemm minnhom li jilmentaw li bix-xogħol li żdidilhom spiċċaw purchasing officers u foremen u ftit li xejn qed jibqagħlhom ħin biex ikunu dak li suppost ikunu, jiġifieri mexxejja edukattivi.", "Allura rridu naraw x'se nagħmlu biex nagħtu l-appoġġ amministrattiv li għandhom bżonn il-kapijiet biex ikunu jistgħu jmexxu, biex ikollhom ħin biżżejjed ħalli jsegwu x'qed jiġri fil-klassijiet u fl-iskejjel tagħhom u biex ma' l-għalliema tagħhom jiżviluppaw il-futur l-iskola li tkun taħt ir-responsabbilta' tagħhom.", "Waħda mill-challenges kbar li għandha s-sistema edukattiva quddiemha hija rigward l-enfasi kbira li ssir fuq l-eżamijiet.", "M'hemmx dubju li l- iskejjel tagħna jridu jibqgħu jkunu l-post fejn jitħarrġu bis-serjeta' l- istudenti tagħna biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw l-eżamijiet u jgħaddu minnhom, iżda ma jistax ikun li jservu biss għal dan il-għan għaliex inkella b'hekk inkunu qed infaqqru u nċekknu ħafna s-sehem ta' l- edukazzjoni.", "Waħda mill-problemi li għandna hija li s-sillabu huwa esaġerat ħafna speċjalment fl-iskejjel primarji.", "Għalhekk minn hawn u ftit ieħor se nibdew konsultazzjonijiet serji ma' l-għalliema, mal-kapijiet u ma' edukaturi oħrajn - kemm mill-iskejjel primarji kif ukoll mill-iskejjel sekondarji - biex jgħidulna huma stess, mill-esperjenza tagħhom, fejn nistgħu nnaqqsu minn dan is-sillabu esaġerat.", "Għandna każi fejn fl- iskejjel primarji jagħmlu ħafna affarijiet li jerġgħu jiġu ripetuti fl- iskejjel sekondarji.", "Jidher ċar li meta sar il-kurrikulu minimu nazzjonali ma kienx hemm l-ippjanar meħtieġ.", "Ma jistax ikun li l-kurrikulu li huwa importanti u huwa l-qalba tas- sistema edukattiva tagħna jsir kif kien sar fl-1989.", "Ma jistax ikun li filgħodu jistembaħ xi ħadd u jgħid lil xi erba' għorrief ta' madwaru biex jagħmlu kurrikulu għall-iskejjel primarji u sekondarji.", "Fl-1989 hekk kien sar u mhux se jerġa' jiġi ripetut dak l-iżball.", "Il-kurrikulu se jsir wara konsultazzjoni serja u sħiħa ma' kull min hu involut fl-edukazzjoni.", "Għalhekk fil-ġimgħat li ġejjin aħna se nkunu qed inkellmu lill-għalliema ta' l-iskejjel primarji u sekondarji biex naraw kif se nibdew f'din it- triq.", "S'issa proprju n-nies li l-aktar jifhmu fl-edukazzjoni u n-nies li jgħixu mat-tfal fil-klassijiet huma l-aktar nies li ġew injorati meta kienu qed jitfasslu u jittieħdu d-deċiżjonijiiet li jolqtu mill-qrib il- ħajja edukattiva.", "Aħna m'aħniex se nagħmlu dak l-iżball imma se nimxu, kif diġa' għidt, bil-parteċipazzjoni u se nibdew ukoll il-proċess ħaj u importanti għall-bidla fil-kurrikulu.", "Mill-ewwel qed nagħmluha ċara li meta se nbiddlu l-kurrikulu aħna se nkunu qed nitkellmu ma' kulħadd, jiġifieri l-grupp li se jkun qed imexxi l-konsultazzjonijiet se jitkellem ma' kull min hu interessat mhux biss mill-qasam ta' l-edukazzjoni imma wkoll mill-oqsma ekonomiċi u soċjali.", "Fil-grupp li qed jieħu sehem biex jibda jagħmel dawn il-konsultazzjonijiet hemm imdaħħlin rappreżentanti ta' l-iskejjel tal-gvern, rappreżentanti ta' l-iskejjel tal-Knisja u rappreżentanti ta' l-iskejjel privati.", "Aħna rridu li nimxu flimkien, li nitgħallmu minn xulxin u li t-tajjeb li qed nagħmlu nsaħħuħ, nibnu fuqu u niżviluppawh.", "Fil-konsultazzjonijiet kbar li se nkunu qed nagħmlu għall-bidliet fil- kurrikulu se nagħtu kas li l-edukazzjoni, kif diġa' għidt, ma tkunx biss sistema ta' taħriġ għall-eżamijiet iżda tgħin bis-serjeta' u bl-aktar mod wiesa' l-iżvilupp tal-personalita'.", "Il-kurrikulu se jsir skond l-istadji ta' l-iżvilupp tat-tfal.", "Illum kull min hu daqsxejn midħla tax-xjenza u l- arti ta' l-edukazzjoni - għaliex l-edukazzjoni tikkonsisti kemm fix-xjenza kif ukoll fl-arti - jaf li għandna biżżejjed tagħrif xjentifiku fuq l- iżvilupp u l-istadji differenti li jgħaddu minnu t-tfal.", "Għalhekk il- kurrikulu jrid ikun marbut b'dan il-mod ukoll ma' x'jifilħu għalih it-tfal.", "Se nsemmi xi ħaġa li jidher li ma tawx kasha meta fl-1989 daħal il- kurrikulu minimu nazzjonali - li m'hu minimu xejn iżda hu massimu għaliex fil-fatt huwa esaġerat u jgħabbi lill-istudenti tagħna u lill-għalliema.", "Irridu naraw li fl-iskejjel tagħna nkunu qed inrawmu lit-tfal u liż- żgħażagħ tagħna fil-ħsieb indipendenti, fil-mod kif jesprimu ruħhom u fil- mod kif jikkoperaw ma' sħabhom u fil-kapaċita' tagħhom kif isolvu l- problemi reali.", "Din hija waħda mill-isfidi kbar li għandha quddiemha s- sistema edukattiva tagħna.", "Jekk wieħed jara r-rapporti li saru mill- markers u mis-setters ta' l-eżamijiet tal-Matsec isib li anke l-aħjar studenti tagħna jiġifieri l-20% tas-sistema edukattiva tagħna - għaliex fis- sistema edukattiva tagħna ħafna drabi l-iskejjel qed iservu biex jgħallmu jgħumu lil dawk li kapaċi jgħumu u lil dawk li jkunu qed jegħrqu ma ngħinuhomx biżżejjed - ...", "Fl-iskejjel primarji għandna mijiet ta' tfal ta' tmien snin u ta' disa' snin li diġa' huma kkundannati li ma jkollhomx futur la fl-edukazzjoni u lanqas fil-ħajja għaliex ma qbadnihomx minn kmieni.", "Jekk aħna nibnu sistemi tajbin għandna nindunaw mil-livell tal- kindergarten - jiġifieri minn meta t-tfal ikollhom tliet snin - b'dawk it- tfal li jkollhom xi problemi u nibdew ngħinuhom minn dik l-eta' mhux minn meta jkollhom tmien snin għax imbagħad ta' dik l-eta' ikun tard wisq.", "GĦalhekk irridu nibnu sistema ta' appoġġ minn tobba, terapisti u psikologi għaliex skond rapporti - proprjament dawn għamlu ċensiment - li saru minn psikjatri, fl-iskejjel tagħna għandna 29% tat-tfal fil-livell primarju li għandhom bżonn xi forma ta' għajnuna jew oħra, għajnuna li bħalissa m'aħniex nagħtuhielhom u li jekk irridu sistema edukattiva serja hemm bżonn li nagħtuhielhom.", "Aħna ma nistgħux nippretendu li minbarra li jipprovaw jifformaw lill- istudenti tagħna l-għalliema u l-kapijiet isolvu wkoll il-problema ta' l- imġiba, il-problema psikosomatika u l-problemi familjari li għandhom dawn it-tfal u għalhekk jekk m'aħniex se nibnu xibka soċjali biex tgħin u twieżen lil dawn it-tfal m'aħniex se nkunu qed nedukawhom.", "Sfortunatament is-sistema tagħna, minbarra li żgur ma tgħinx biżżejjed lil dawk li għandhom bżonn ta' l-għajnuna qed tferi u tweġġa' lil dawk li huma kapaċi.", "Hawnhekk irrid nerġa' ngħid li jekk wieħed jara r-rapporti ta' l- eżaminaturi dwar l-aħjar studenti tagħna jsib li sakemm lill-istudenti ngħidulhom biex jirrepetu dak li tgħallmu bl-amment u jiktbu dwar dak li jkunu qraw fil-kotba, jgħaddu u jġibu marki tajbin, imma mbagħad meta ngħidulhom biex japplikaw dak li tgħallmu għar-realta' u biex isolvu xi problema reali, hemmhekk jibdew il-problemi serji.", "U l-problemi serji fil- fatt jinqalgħu minħabba li ħafna mill-kontenut edukattiv, anke mill-metodi li nużaw fl-iskejjel tagħna, m'humiex ingranati biżżejjed mar-realta' tal- lum u ta' għada.", "GĦalhekk fil-bidliet li se nkunu qed nagħmlu fis-sistema edukattiva tagħna rridu nieħdu ħsieb dan l-aspett ukoll billi l-metodu tat-tagħlim u l- kontenut edukattiv rilevanti nagħmluh jgħodd għall-ħajja tal-lum u għall- ħajja ta' għada.", "Imma kif diġa' għidt il-bidliet jiġu wara parteċipazzjoni sħiħa ma' dawk kollha milquta.", "Hawnhekk ta' min jgħid li ħafna minn dawn il-bidliet jixtiquhom l-edukaturi stess u saħansitra nies mill-oqsma soċjali u ekonomiċi.", "Madam Speaker, ikun tajjeb jekk hawnhekk wieħed jgħid ukoll li waħda mill- affarijiet li se nkunu qed nagħmlu fil-ġimgħat li ġejjin - fil-fatt din diġa' bdejna nagħmluha ma' xi wħud - hija li nitolbu mingħand il- kumpanniji rapporti biex inkunu nafu x'jiġri meta żgħażagħ li jkunu ħarġu mis-sistema edukattiva jmorru biex japplikaw għax-xogħol.", "Fil-fatt jien ninsab inkwetat ħafna bir-rapporti li qed jasluli għax per eżempju, biżżejjed ngħid li dawn ir-rapporti juru li 48% ta' dawk li jmorru biex japplikaw għax-xogħol f'fabbriki jkollhom problema biex jimlew il-karta ta' l-applikazzjoni u anke jsibuha diffiċli kif jippreżentaw irwieħhom, kif jitkellmu u kif jesprimu ruħhom waqt interview.", "GĦalhekk huwa tajjeb li nistaqsu lilna nfusna kemm-il darba fi 13-il sena li tifel, tifla jew adoloxxent qatta' fl-iskejjel tagħna pprovajna ngħallmuh kif jesprimi ruħu, kif iqum bil-wieqfa u kif ikun kapaċi jiffaċċja lin-nies u jgħid x'jaħseb.", "Ikollna nammettu li ħafna drabi ma ħsibniex f'dawn l-aspetti u allura m'għandniex għalfejn nistagħġbu meta ż-żgħażagħ jippreżentaw ruħhom għad-dinja tax-xogħol u ma jkollhomx is-sengħa meħtieġa ...", "Din hija waħda mill-affarijiet li qed iżżomm l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna lura.", "Sar ħafna diskors fuq il-hi-tech u fuq kif qed nagħmlu qabżiet kbar ta' kwalita' imma xorta rridu nammettu li fil-qasam tar- riżorsi umani u fil-qasam tan-nies, waħda mill-problemi li f'pajjiżna qed iżżomm l-investiment lura hi li żammejna lura l-edukazzjoni teknika.", "Għal ħafna żmien l-edukazzjoni teknika tqieset bħala waħda inferjuri, tqieset infra dig. - li għandu jitgħallimha min falla f'oqsma oħra.", "Din hija xi ħaġa redikola, stupida u li ma tagħtix futur lil pajjiżna.", "Jekk irridu li jiżdied l-investiment f'pajjiżna, irridu naraw li min jiġi hawn isib nies imħarrġa u kwalifikati tajjeb.", "Aħna nafu li llum bl-isplużjoni li hawn fil-qasam tal-komunikazzjoni, l-investiment jiċċaqlaq mhux skond il- post minn fejn qed tipproduċi imma lejn fejn hemm nies imħarrġa, kwalifikati u edukati fil-qasam tekniku u minn dawn in-nies m'għandniex biżżejjed.", "Il-qasam industrijali jixorbulna n-nies li joħorġu mill- Fellenberg u żgur li għandna bżonn niżviluppaw istituzzjonijiet oħra fejn l- edukazzjoni teknika u vokazzjonali jkollha l-istess dinjita' li għandha dik akkedemika.", "Waħda mill-affarijiet li se nkunu qed nagħmlu hija li min jaqbad it-triq ta' l-edukazzjoni vokazzjonali, it-taħriġ u l-kwalifiki li jikseb jistgħu jservuh, jekk irid, anke biex ikompli l-edukazzjoni terzjarja.", "Dawn huma affarijiet li jiġru f'pajjiżi oħra u m'għandniex għax ma ndaħħluhomx ukoll f'pajjiżna.", "Ma jistax ikun li min-naħa waħda nqisu l-edukazzjoni teknika u vokazzjonali inferjuri u nittrattawha b'mod inferjuri u mbagħad min-naħa l- oħra nistennew li ż-żgħażagħ jagħżlu dik il-forma ta' edukazzjoni.", "Nerġa' ngħid li f'dan il-qasam se naħdmu, se nibnu u se nbiddlu l-ideat ' kull min hu involut.", "Żgur li m'aħniex se nkunu qed nagħmlu l-affarijiet biex taparsi nagħmluhom bħal, per eżempju, nħabbru li se nwaqqfu kulleġġ vokazzjonali - bħalma tħabbar fl-aħħar xhur, biex ngħid hekk, tal-Gvern preċedenti - mingħajr ma l-idea tkun misjura jew riflettuta tajjeb minn dawk kollha milquta.", "Per eżempju, żgur li m'aħniex se nagħmlu l-iżbalji li saru meta daħlu l-eżamijiet tal-Matsec.", "Kienu ddaqqew ħafna trombi li se jkollna eżamijiet nazzjonali li se jissostitwixxu l-eżamijiet li kienu jsiru minn bordijiet ta' eżamijiet ta' barra imma jidher ċar li anke dak il-proġett ġie varat mingħajr pjanar fit-tul u mingħajr ħsieb serju.", "U issa, bħal f'oqsma oħra qed nirtu din il-problema f'dan il-qasam.", "Fl-aħħar xhur mill-Universita' stess kienet ġiet murija l-opinjoni ta' min hu nvolut f'dan il-qasam li hemm bżonn li nħarsu sewwa lejn kif żviluppaw dawn l-eżamijiet tal-Matsec u x'se nagħmlu biex intejbuhom.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn din is-sistema hemm bżonn li titjieb u hemm bżonn li nħarsu sewwa lejha hija għaliex iddaħlet bl-għaġġla, bla ħsieb serju u mingħajr ma kien hemm konsultazzjoni u parteċipazzjoni sħiħa ma' dawk kollha milquta.", "Jien għadni niltaqa' ma' għalliema li sal-lum jgħidu li aktar ġew ikkonsultati u stmati minn bordijiet ta' eżamijiet ta' l- Universitjiet ta' Londra, Cambridge u Oxford milli mill-Bord tal-Matsec, u din hija xi ħaġa li m'hijiex aċċettabbli.", "Għalhekk hemm bżonn li anke f'dan il-qasam nirriflettu bis-serjeta' fuq l-esperjenza li kellna s'issa u flimkien ma' dawk kollha li huma milquta f'dan il-qasam niddiskutu u naraw x'bidliet hemm bżonn li jsiru.", "Waħda mill-problemi li għandna f'dan il-qasam hija li sfortunatament il- kultura soċjali tagħna, it-tradizzjoni ta' mġiba tagħna hija li ftit nafu naħdmu flimkien.", "Kważi f'kull qasam, anke jekk huwa qasam sensittiv bħalma hu l-qasam tal-persuni bi bżonnijiet speċjali, ħafna drabi nies li għandhom intenzjonijiet tajba, nies li għandhom ħafna enerġija, nies li għandhom qalbhom tajba, nies li għandhom ideat tajba, issib li huwa diffiċli ħafna biex jaħdmu flimkien.", "Dawn issibhom mifrudin, b'ħafna piki u ħafna ġelożiji territorjali, u tisma' min jgħid: \"Din għamiltha jien.\", \"Din tiegħi.\", u \"Ma rridx naħdem miegħek.\".", "Pajjiżna diġa' huwa ċkejken u aktar kemm naqsmuh f'biċċiet aktar ikompli jiċkien.", "GĦalhekk waħda mill- bidliet kulturali li hemm bżonn li nagħmlu f'dan il-qasam, jekk irridu nimxu 'l quddiem, hija li nitgħallmu naħdmu flimkien.", "Irridu nitgħallmu, per eżempju, li lkoll kemm aħna - il-Fakulta' ta' l- Edukazzjoni fl-Universita', id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, il-Malta Union of Teachers, l-għalliema u l-ġenituri - ikollna l-kuraġġ li naħdmu flimkien.", "Irid ikollna l-kuraġġ li għall-ġid tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, negħlbu l-piki msieken u l-kompetittivita' li jkun hemm bejnietna, għaliex jekk ma naħdmux flimkien allura l-edukazzjoni ma tiżviluppax daqskemm nixtiequ.", "Is-sistemi edukattivi l-aktar tajbin - għax mhux biss iħarrġu lill-istudenti għall-eżamijiet iżda wkoll irawmuhom u jippreparawlhom il- personalita' tagħhom bl-aħjar mod possibbli - li għandhom ċerti pajjiżi, qegħdin hemm proprju għaliex l-edukaturi u l-ġenituri huma kapaċi jaħdmu flimkien.", "Dik hija waħda mill-aktar affarijiet diffiċli li għandna quddiemna imma hija t-triq li rridu ngħaddu minnha jekk tassew irridu nagħtu nifs ġdid u ħajja ġdida lill-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Għandna mbagħad ħafna bidliet x'nagħmlu jekk irridu li dak li jitgħallmu t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna fl-iskejjel u fl-istituzzjonjiet edukattivi tagħna, ikun jiswa u jkun jgħodd għas-seklu 21.", "M'għandix dubju, per eżempju, li x-xjenza rridu ndaħħluha fil-primarja.", "Nemmen li l-Maltin u l- Għawdxin li se jkunu qed jgħixu fis-seklu 21 għandhom jiġu esposti minn eta' żgħira għal edukazzjoni fix-xjenza u għal kultura xjentifika b'mod serju.", "Għalhekk fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin se nkunu qegħdin nibdew proċess li fih se ndaħħlu l-Fakulta' tax-Xjenza ta' l-Universita', il- Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, l-Kamra tax-Xjenzati u nies involuti f'dan il- qasam biex jagħtu sehemhom huma wkoll fit-tħejjija ta' l-introduzzjoni tax- xjenza b'mod serju fl-iskejjel primarji.", "L-istess ngħid għall-qasam teknoloġiku.", "Irridu naraw kif minn eta' żgħira t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkunu mrawmin f'kultura teknoloġika.", "Meta qed nitfgħu l-enfasi tagħna fuq l-oqsma moderni tax-xjenza u t- teknoloġija żgur m'aħniex se nħallu barra t-teknoloġija tradizzjonali tal- qari u tal-kitba.", "Jekk wieħed jitkellem ma' l-għalliema jsib li din hija xi ħaġa inkwetanti.", "Sfortunatament għad għandna soċjeta' fejn ħafna m'għandhomx il-kultura tal-qari.", "Ma jistax ikun li l-edukazzjoni ta' wliedna u taż-żgħażagħ tagħna tmur 'il quddiem jekk ma jkollniex kultura aktar qawwija tal-qari.", "Għalhekk wieħed mill-proġetti li għandna fix-xhur u fis-snin li ġejjin hija li naraw min ikollu problemi biex jitgħallem jikteb minn eta' żgħira u mill- ewwel snin fl-iskola primarja.", "Bħalissa nikkalkolaw li għandna 'l fuq minn 700 student u probabbli hemm aktar minn hekk.", "Biex insiru nafu kemm għandna tfal u adoloxxenti bi problemi biex jiktbu u jaqraw beħsiebna nagħmlu testijiet nazzjonali f'kull livell tas-sistema edukattiva tagħna biex inkunu nafu f'liema stat u f'liema livell jinsabu u x'tip ta' għajnuna dawn għandhom bżonn.", "Li nista' ngħid hu li l-għajnuna li qed nagħtuhom bħalissa - minkejja li m'għandix dubju mill-ġenerożita', mill-qalb tajba u mill-impenn ta' dawk li jgħinu lit-tfal li nsejħulhom batuti - żgur li m'hijiex biżżejjed.", "Għalhekk l-ewwelnett hemm bżonn li fl-iskejjel tagħna nsaħħu l-kultura tal-qari u ndaħħlu l-libreriji, xi ħaġa li fl-aħħar snin tħalliet tmur lura u tħalliet tiġi traskurata.", "Nieħu gost ngħid li diġa' għamilna kuntatti ma' kittieba li jiktbu kotba għat-tfal.", "Fil-fatt dawn diġa' offrewlna li jmorru fl-iskejjel ħalli mat- tfal jaqsmu l-gost u s-sbuħija tal-kitba u tal-qari u ħalli t-tfal ikunu jistgħu jaraw lil dawn in-nies personalment.", "Fil-bidliet li hemm bżonn nagħmlu wkoll fil-kurrikulu - din se tkun ukoll fuq l-aġenda tal-bidliet li qed nagħmlu - se nkunu qed nagħtu kas li minn eta' żgħira, jiġifieri mill- iskejjel primarji, ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra l-bniet.", "Din se tkun minsuġa fil-bidliet kurrikulari li se nkunu qed nagħmlu.", "Se nkunu qed inħeġġu wkoll biex fil-kurrikulu minn eta' żgħira, t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkunu konxji mill-wirt storiku u kulturali kbir li għandu pajjiżna, wirt li jekk m'aħniex se noqogħdu attenti se nitilfuh minħabba li ħafna minnu jinsab fi stat ħażin anke ta' deterjorament.", "Minbarra li jrid isir xogħol kbir ta' restawr f'dan il-qasam hemm bżonn ukoll li minn eta' żgħira t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jitgħallmu japprezzaw il-wirt storiku u kulturali li għandna għax ħafna drabi nistagħġbu li għalkemm għandna wirt kbir ħafna żgħażagħ ma jmorrux iżuru l-mużewijiet u ninsew li ħafna drabi, fis-snin li qattgħu fl-iskejjel, dawn ma ġewx imrawwma b'kultura li jmorru jżuru dawn il-postijiet.", "Wieħed lanqas ikun ġust jekk ma jgħidx ukoll li ħafna minn dawn il-postijiet ma tantx huma ppreżentati b'mod li jiġbdu lejhom lit-tfal u liż-żgħażagħ u għalhekk hemm bżonn li l- mużewijiet tagħna jsiru aktar child friendly biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jieħdu gost imorru jaraw il-wirt ta' dawk li għexu fis-sekli ta' qabilna u mhux imorru f'postijiet fejn kulma jaraw hija kaxxa tal-ħġieġ b'xi ħaġa stramba ġo fiha.", "Madam Speaker, la qed nitkellem fuq il-wirt storiku u kulturali tagħna jkun tajjeb jekk insemmi li l-gruppi u l-għaqdiet li huma involuti f'dan il- qasam qed jgħidulna li hemm bżonn ta' aktar konsultazzjoni u parteċipazzjoni sħiħa magħhom u li nisimgħu aktar l-opinjoni tagħhom biex l-abbozz ta' liġi li kien tħejja fl-aħħar jiem tal-Gvern preċedenti jitjieb ħalli jkun modern u jixraq għaż-żmenijiet tal-lum.", "Kif diġa' għidt, fil- bidliet u fil-kurrikulu li għandna quddiemna se nagħtu aktar kas tal- kuntatt ħaj li hemm bżonn bejn id-dinja ta' l-edukazzjoni u d-dinja tax- xogħol f'kull livell u mhux biss fil-livell post-sekondarju u fil-livell universitarju.", "Jien ninsab ċert li għandna x'nitgħallmu anke minn dak li jsir f'pajjiżi oħra - s'intendi mingħajr ma nimitaw bla sens - fejn minn eta' żgħira t-tfal ikunu qed jaħsbu l-ħin kollu dwar dak li qed jiġri 'il hinn mix-xatba ta' l-iskola.", "Madam Speaker, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-universita' irrid ngħid li bil-mod li bih ġew maħturin in-nies għall-kunsill u għar-rappreżentanza tal-Gvern fil-fakultajiet differenti diġa' tajna prova ċara u konkreta li aħna nemmnu fl-awtonomija ta' l-universita' bis-serjeta' u akkost li ma ħtarniex nies li setgħu taw kontribut validu f'dawn l-oqsma - m'għandix dubju li setgħu taw kontribut validu - imxejna b'żewġ kriterji li se ngħid x'inhuma.", "Fil-ħatriet għall-kunsill u għar-rappreżentanza l-oħra fil-fakultajiet u fis-senat, l-ewwelnett aħna mxejna bil-kriterju li ma naħtru lil ħadd li preżentement hu attiv politikament u t-tieni nett iddeċidejna wkoll li ma naħtru lil ħadd li bħalissa qed jgħallem fl-universita' għax jidhrilna li b'dawn iż-żewġ kriterji nkunu qed niżguraw li l-universita', fl-awtonomija tagħha, tista' taħdem aktar aħjar u aktar bis-serjeta'.", "Ta' min jgħid li għandna wkoll il-vantaġġ li fl-Universita' għandna rettur serju li mhux se jmexxi bil-mod kappriċċuż u bil-mod personali li kien imexxi bih ir-rettur ta' qablu liema tmexxija ħolqitilna ħafna u ħafna problemi - dawn ma nħolqux biss fl-universita' imma wkoll f'postijiet oħra u għad irridu nħabbtu wiċċna magħhom - li għad irridu nsibu l-mod li bih naffrontawhom u nsolvuhom.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li għall-universita' hemm maħsub li jkun hemm ombudsman, anzi ombudsperson - ma rridux niġu kkritikati li qed nitkellmu kontra n-nisa - għax f'dan il-qasam għandna bżonnu.", "L-Ombudsman nazzjonali diġa' ħalla effett tajjeb fuq l-universita' għaliex wara ċerti porkeriji li saru fl-universita' il-mod kif kienu jinħatru ċerti nies fuq il-gosti personali tar-rettur ta' qabel - imn'Alla kien l-Ombudsman li ġibed l-attenzjoni ta' l-irregolaritajiet kbar li saru biex l-universta' bdiet toqgħod attenta aktar u tuża' autodisciplina biex tiżgura li l-affarijiet isiru bis-serjeta'.", "Għalhekk m'għandix dubju li fl- Universita' ir-role ta' ombudsperson se jkun importanti ħafna.", "Fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva, biex ikollna aktar fiduċja fis-sistemi ta' l-eżamijiet tagħna, se ndaħħlu sistema serja ta' reviżjoni tal-karti.", "Min jitlob reviżjoni tal-karta ta' l-eżami se jkollu aċċess li jkun jaf kif mar u mhux sempliċement joqgħod fuq dak li jkun qal dak li jkun immarkalu l-karta.", "Bħalissa s-sistema m'hijiex serja u għandna ħafna x'nitgħallmu minn sistemi serji f'pajjiżi oħra.", "MADAM SPEAKER: Onor. Bartolo, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nippoponi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTON REFALO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Bartolo jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha u nwiegħed li minn hawn u ftit minuti oħra nagħlaq id-diskors tiegħi.", "Kif diġa' għidt, għandna ħafna xogħol x'nagħmlu f'dan il-qasam.", "L- għajnuna u l-kontribut ta' kulħadd se jkun aċċettat, mitlub u apprezzat.", "Il-bidliet iridu jsiru bil-għaqal u b'riflessjoni ċara fuq dak li qed nagħmlu.", "Fil-fatt se ndaħħlu l-edukaturi u l-ġenituri, anke permezz tal- kunsilli skolastiċi.", "Jien m'għandix dubju li fis-sistema edukattiva tagħna hemm sehem kbir li jridu jagħtu l-għalliema, l-kunsilli skolastiċi u l- kunsilli lokali.", "Se nkunu qed niġbru l-enerġija, l-ideat u t-talenti tan- nies kollha li għall-ġid ta' uliedna u għall-ġid ta' pajjiżna se nkunu qed naħdmu flimkien biex nagħmlu l-bidliet li hemm bżonn fis-sistema edukattiva tagħna, bidliet li kif diġa' għidt jidħlu wara riflessjoni serja, bil-parteċipazzjoni ta' dawk kollha milquta mingħajr għaġġla bla sens.", "Hemm bżonn li għall-futur ta' pajjiżna nagħmlu sistema edukattiva tajba f'kull qasam tagħha - dik tal-Gvern, dik tal-Knisja u dik privata - biex pajjiżna jkun jista' jimxi 'l quddiem.", "Nerġa' ngħid, l-għajnuna u s-sehem ta' kull min hu lest biex jagħti sehmu għall-ġid ta' l-edukazzjoni u ta' pajjiżna mhux biss se jkun mixtieq u mitlub iżda niżgura li jkun apprezzat.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, fid-Diskors tal-President fl- okkażjoni tal-ftuħ ta' dan il-Parlament insibu li l-ebda ħidma tal-bniedem ma tista' tirnexxi jekk warajha ma jkunx hemm viżjoni li tgħaqqad l-imħuħ u l-qlub.", "Naturalment wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' sentiment bħal dan, pero' bl-iktar mod oġġettiv insostnu li almenu minn dak li qed joħroġ s'issa min-naħa tal-Gvern ġdid ifformat mill-Partit Laburista għad hemm nuqqas serju tal-viżjoni meħtieġa għat-tmexxija ta' pajjiżna.", "Fl-aħħar 10 snin, l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kellha numru ta' għażliet fundamentali x'tagħmel u dawn l-għażliet kellhom tista' tgħid mira waħda li tikkaratterizza l-mod kif saru dawk l-għażliet kollha.", "Madam Speaker, din kienet il-mira tal-ħolqien tax-xogħol u t-tkattir tal-ġid ekonomiku.", "Nista' ngħid dan għal għażliet li saru fis-settur finanzjarju tal-pajjiż, bħal per eżempju, għall-mod kif tkabbar is-settur bankarju, kif żviluppaw servizzi finanzjarji ġodda u f'dan il-każ partikolari anke bl-appoġġ ta' l- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "L-ewwel aċċenn li għamel il-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni fid- diskors tiegħu kien li se joħroġ rapport fejn, fost affarijiet oħra, se jiżvela kemm hemm problema ta' twieqi li ma jingħalqux tajjeb fl-iskejjel.", "Naturalment, meta nisma ministru jibda b'dan l-ilment bħala l-ewwel aċċenn tiegħu, neħodha bħala kumpliment kbir għall-politika li segwejna fil-kamp ta' l-edukazzjoni fl-aħħar 10 snin, għaliex bla dubju hemmhekk ukoll ridna nagħmlu għażliet li kienu marbuta mal-ħolqien tax-xogħol.", "Kif tista' tiġbed l-investiment lejn il-pajjiż - l-Onor.", "Evarist Bartolo tkellem anke f'dan ir-rigward - jekk ma jkollokx nies imħarrġin tajjeb jew inkella jkollok universita' li jkollha mhux t-twieqi ma jinagħlqux tajjeb imma jkollha l-bibien jissakru tajjeb għaliex ikollok nies li ma jistgħux jidħlu ġewwa?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kif tista' tiġbed l-investiment lejn pajjiżek jekk ma tħarisx lejn it-twieqi ta' opportunitajiet ġodda kemm fil- kamp ta' komunikazzjoni kif ukoll f'dak kollu li jirrappreżenta l-kamp ta' l-infrastruttura.", "Naturalment ma kienx l-iskop tiegħi li nitkellem fuq il-kamp edukattiv, pero' xtaqt nagħmel aċċenn ieħor għad-diskors ta' l-Onor.", "Bartolo fejn semma' li l-ħatriet li saru min-naħa tal-Gvern jirriflettu r-rispett lejn l- awtonomija ta' l-universita'.", "Jien nammetti li sakemm smajt almenu d- diskors tiegħu kelli impressjoni oħra, kelli impressjoni li meta wieħed jara dik il-lista ma kienx ċert jekk kenitx lista ta' ħatriet fuq il- fakultajiet ta' l-universita' jew summary ta' lista ta' diversi kandidati u uffiċjali fi ħdan il-Partit Laburista.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx diversi minnhom li għandhom il-kwalitajiet validi tagħhom, pero' naħseb li wieħed irid ifisser dan is-sentiment ukoll.", "Madam Speaker, l-għażliet fundamentali min-naħa ta' l-Amministrazzjoni Nazzjonalista saru żgur fil-qasam ta' l-infrastruttura fejn ridna nħarsu lejn proġetti li mhux biss kienu importanti fihom infushom imma li kienu verament iċ-ċavetta, it-tieqa - ħalli nibqa' bl-istess metafora - għall- ħolqien ta' impjiegi u għat-tkattir tal-ġid ekonomiku fil-pajjiż.", "L- eżempji li wieħed jista' jagħti huma varji.", "Wieħed jista' jsemmi, bla dubju, proġetti li saru in konnessjoni mat-tisħiħ fil-portijiet, il-bini ta' mollijiet fi Fuel Wharf, it-terminal għall-passiġġieri f'Pinto Wharf, it-terminal il-ġdid għall-passiġġieri u xogħlijiet kbar oħra fiċ-Ċirkewwa.", "La qed insemmi l-kamp marittimu, ma nistax ma nsemmix il-fatt kif sar l- iżvilupp tar-reġistru tal-vapuri reġistrati f'pajjiżna u kif l-Awtorita' Marittima f'dan ir-rigward tat sehem mill-iktar importanti.", "Wieħed irid ifakkar li kien hemm żieda sostanzjali fin-numru ta' vapuri reġistrati f'Malta li t-tunellaġġ tagħhom żdied minn żewġ miljuni fl-1987 għal iktar minn 18-il miljun fl-1995.", "Naturalment ma nistgħux ma nsemmux ix-xogħol estensiv li sar biex terminal 1 tal-Freeport ikun jista' jopera bħala container terminal.", "Ma nistgħux ma nsemmux dak li sar għar-rigward ta' l- air terminal fil-pajjiż.", "Inbena air terminal ġdid mgħammar b'sistemi mill- iktar moderni u li jista' jlaħħaq mal-moviment ta' 1,200 passiġġier kull siegħa.", "Ma nistgħux ma nsemmux ukoll l-aspett tat-telekomunikazzjoni fejn bla ebda dubju għamilna rivoluzzjoni sħiħa.", "Rivoluzzjoni li fissret żieda fenomenali fil-linji tat-telephone kif ukoll tibdil fis-sistemi amministrativi, għaliex minflok ma jkollok queue ta' nies jistennew għal linja tat-telephone u jridu jaraw lil min se jistaqsu biex jingħataw dak is- servizz f'ħafna partijiet ta' Malta introduċejna s-sistema ta' service on demand.", "F'dan ir-rigward bejn l-1987 u April ta' l-1996 in-numru ta' linji privati minn 85,000 tela' għal 172,000.", "Mhux hekk biss.", "Irrid insemmi wkoll l-introduzzjoni ta' sistemi ġodda, bħalma huma l-card phones madwar Malta u GĦawdex.", "In-numru tagħhom issa laħaq l-1,300 u tant saru popolari li matul l-1995 inbiegħu madwar 860,000 telecard.", "Niġi issa għall-iżvilupp fil-qasam internazzjonali.", "L-exchange internazzjonali ġie mkabbar b'270 ċirkwit biex ilaħħaq mad-domanda.", "Kellna l-introduzzjoni tal-fibre optic link bejn Malta u l-Italja.", "Sar investiment sabiex il-pajjiż ikollu l-enerġija meħtieġa kif ukoll sabiex ikollna l-kwantita' ta' ilma neċessarja għall-pajjiż.", "Kif nafu l-ammont ta' ilma li qed jiġi prodott illum huwa d-doppju ta' dak li kien jiġi prodott fl-1986.", "Dawn id-deċiżjonijiet kollha kienu bżonnjużi li jittieħdu sabiex il-pajjiż ikun attrezzat f'dan ir-rigward u anke għaliex fhimna li mingħajr air terminal modern, mingħajr infrastruttura bankarja effiċjenti, mingħajr sistema ta' telekomunikazzjoni li tpoġġi lil Malta verament bħala mezz li jista' jkun ċentru anke ta' attivita' kummerċjali oħra, mingħajr garanzija tas-servizzi kollha ta' enerġija u ta' l-ilma, mingħajr l- aspetti, fi kliem ieħor, kollha li jirrappreżentaw infrastruttura ta' pajjiż, mingħajr l-iżvilupp imbagħad fil-portijiet tagħna, ma stajniex nattiraw l-investiment li kien meħtieġ għat-tkattir tax-xogħol.", "U meta llum in-naħa tal-Gvern qiegħda tagħmel rapport wara l-ieħor, trid fost fatturi oħra tistabbilixxi kemm dawn il-korporazzjonijiet li pprovdew dawn is-servizzi jew kemm il-gvern nefaq flus f'dan ir-rigward, naħseb li l- Gvern ikun qed juri maturita' politika jekk jitkellem f'termini ta' x'investiment sar.", "Aħna narawhom il-headlines.", "Fil-gazzetta \"KullĦadd\", per eżempju, nhar il-Ħadd li għadda rajna headline fejn qalu li anke l- iSptar Zammit Clapp għandu dejn ta' Lm1 miljun.", "Jien ma nistax nifhimhom ċerti headlines.", "X'nifhmu b'dan?", "Dan ifisser li meta l-anzjani jmorru biex jirrikoveraw fi sptar speċjalizzat għalihom, suppost jibdew iħallsu biex dak l-isptar ma jkunx għamel l-investiment meħtieġ, minkejja li jkun sptar - fi kliem ministru ieħor min-naħa tal-Gvern attwali - \"mudell biex nimxu fuqu\"?", "Madam Speaker, ir-realta' hi li ħadna d-deċiżjonijiet kuraġġużi kollha li kienu meħtieġa għall-pajjiż.", "F'dan ir-rigward meta nħarsu lejn il-qasam ta' l-infrastruttura rrid ngħid li d-Diskors li sar fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Parlament, fil-fatt jagħmel kumpliment lill-Gvern għaliex ma jindika l- ebda proġett ta' infrastruttura li jinħass meħtieġ imma jgħid biss li l- Gvern irid ikompli jipprovdi s-servizzi pubbliċi essenzjali u jkompli jfittex li jtejjeb l-infrastruttura.", "Din toffri wkoll l-ogħla livell ta' impjiegi sostenibbli u allura nifhem li anke dan id-Diskors japprezza l- wirt infrastrutturali li l-amministrazzjoni preċedenti, b'investimenti għaqlin għamlet ħalli l-pajjiż ikun attrezzat sabiex verament ikun jista' jattira l-impjiegi u jkattar il-ġid ekonomiku għall-ġid tal-poplu Malti u GĦawdxi kollu.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, id-Diskors li jsir mill-President għandu jkun bħal boxxla li turi direzzjoni ta' Gvern fil-ħidma tiegħu fil- bidu ta' leġislatura.", "Ma jridx ikun fih kliem fieragħ imgeżwer f'pakkett sabiħ.", "Għal min kiteb dan id-Diskors, issa huwa ż-żmien li jwettaq l- affarijiet.", "Jien bla tlaqliq ngħid li stennejna li nkunu nafu aktar dwar x'jaħseb il-Gvern għall-futur tal-ħidma tiegħu.", "Id-Diskors tal-President m'għandux ikun ġabra ta' pii desideri, ġeneralizzazzjonijiet u stqarrijiet li ma jkun fihom xejn għajr dak li hu ovvju.", "Madam Speaker, kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, id-Diskors li għamel il- President fil-ftuħ ta' dan il-Parlament għandu tifsira iktar għall- affarijiet li ħalla barra milli għall-affarijiet li inkluda.", "Nieħu bħala eżempju l-qasam li għalih jiena responsabbli bħala kelliem ta' l- Oppożizzjoni, il-qasam ta' l-Intern u l-ġlieda kontra l-kriminalita' u t- traffikar tad-droga.", "Fid-Diskors tal-President hemm paragrafu li jgħid hekk:", "\"Imma l-qagħda soċjali f'pajjiżna ma tistax titjieb tassew jekk il- familji u ċ-ċittadini ma jħossuhomx imħarsa mill-kriminalita'.", "Is- sigurta' tagħhom baqgħet tintlaqat ħażin fl-aħħar snin mill-firxa tal- pjaga tad-droga, li hi marbuta ma' kriminalita' organizzata immexxija b'riżorsi qawwija u moderni.\".", "Madam Speaker, il-kelma \"moderna\" fid-Diskors tal-President issemmiet seba' darbiet u kważi kważi jekk ma tissemmiex din il-kelma qisu ma jkunx diskors li ġej mill-Gvern Laburista.", "Anke ġibduli l-attenzjoni li fil- gazzetta it-\"Torċa\" hemm li saħansitra anke l-għamara fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru se tkun moderna.", "Id-Diskors tal-President kompla hekk:", "\"Il-Gvern tiegħi beħsiebu jieħu miżuri ħorox biex isaħħaħ l-ilqugħ tas- soċjeta' tagħna min-negozju u mill-effetti soċjali ħżiena li dan in- negozju qed iqanqal.", "Se tingħata attenzjoni speċjali lill-ħtieġa li jiżdiedu u jittejbu r-riżorsi ta' stħarriġ u ta' sigurta' meħtieġa biex inrażżnu bil-kbir it-traffikar tad-droga.\".", "Issa jekk tagħsar dan il-kliem kollu fejn hu l-pjan tal-Gvern fil-ġlieda kontra d-droga?", "Jekk tagħsar is-sustanza ma ssib xejn ħlief dak li huwa ovvju għax, per eżempju, la jingħad x'se jsir, la kif u lanqas jissemma l- iċken ħjiel dwar x'inizjattivi se jittieħdu.", "Issa l-Gvern ma jistax jaffordja li jkun superfiċjali bħal meta kien fl-oppożizzjoni.", "Per eżempju, jien fittixt dak li kien iwiegħed il-Partit Laburista biex forsi nara jekk hemmx xi proposta konkreta f'dan il-qasam imma ma sibt xejn.", "L- ewwel ma fittixt kien fil-ktieb l-irqiq \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" li jgħid li:", "\"Gvern Laburista ġdid jiddikjara gwerra bla ħniena ...\"", "- bħal dak li qallu hemm gwerer bil-ħniena! -", "\"... kontra l-barunijiet tad-droga u jagħti lill-Pulizija l-mezzi meħtieġa biex ikunu jistgħu jmexxu din il-gwerra b'suċċess.", "Il- liġijiet li jirrigwardaw is-sorveljanza tat-traffikanti, il-konfiska ta' l-assi tagħhom u miżuri oħra li jsaħħu l-ħidma tal-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga jissaħħu skond mudelli mibnija fil-pajjiżi moderni Ewropej.\".", "Ikun tajjeb jekk ngħid li fittixt ukoll fil-ktieb l-oħxon \"Iċ-Ċittadin l- Ewwel\" imma dan prattikament jgħid l-istess ħaġa.", "Madam Speaker, donna nsejna li l-liġi li tittratta dwar is-sekwestru tal- proprjeta' tat-traffikanti tad-droga ilha teżisti 10 snin, u li l-liġi li tissorvelja l-assi finanzjarji tat-traffikanti tad-droga ġiet introdotta mill-Gvern Nazzjonalista fl-1994 bl-emendi li kienu saru kemm għall- Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi kif ukoll għal-liġi li tittratta dwar il-money laundering, liema liġi ġiet approvata f'Lulju ta' l-istess sena.", "Donna nsejna wkoll li s-sorveljanza tal-kriminali tad-droga ġiet imsaħħa bil-liġi dwar is-servizz ta' sigurta' li għaddiet f'Lulju li għadda liema liġi kont ippilotajt jien fil-Parlament u li l-partit li llum qiegħed fil- gvern ivvota kontriha.", "Jien qed insemmi dan il-qasam biex nuri u nwissi li issa s- superfiċjalita' se tiġi mikxufa u se tidher iktar fil-beraħ għax gvern ikun dejjem bl-ispotlight fuqu, jiġifieri kull kelma li jgħid u kull ġest, kull azzjoni u kull mossa tiġi mikxufa ħafna iktar milli meta wieħed ikun fl- oppożizzjoni.", "Bħala Oppożizzjoni leali imma soda u iebsa se jkun id-dmir tagħna li filwaqt li nappoġġaw kull proposta li jkollha skop tajjeb u li tkun għall-ġid tal-pajjiż, nikxfu l-qerq ta' min bil-kliem sabiħ biss kien juża l-problema tad-droga għal skop politiku.", "Fil-fatt dan għadu sejjer sal-lum u biżżejjed ngħid li jekk inħarsu lejn \"It-Torċa\" tas-17 ta' Novembru, fejn xi ġimgħa u nofs wara l-elezzjoni l-Pulizija għamlet qabda sostanzjali ta' droga, insibu dan il-kliem:", "\"Il-ġlieda kontra d-droga li ddikjara l-Prim Ministru Dr Alfred Sant mill-ewwel jum tal-ħatra tiegħu qed tħalli l-frott li jidher sew mis- suċċessi li qed tikseb l-Iskwadra Kontra d-Droga.\".", "Madam Speaker, l-Iskwadra Kontra d-Droga waqqafha l-Gvern ta' qabel, għad hemm l-istess nies li kien hemm taħt il-Gvern ta' qabel, is-supretendent sar taħt il-Gvern ta' qabel u l-Kummissarju huwa l-istess wieħed li kien hemm taħt il-Gvern ta' qabel.", "Biex tagħqad, dan sar 15-il ġurnata wara l- elezzjoni u għalhekk li ngħidu li dan is-suċċess kien dovut minħabba li nbidel il-Gvern ...", "GĦax dan huwa l-messaġġ li pprovat twassal it-\"Torċa\" liema messaġġ fl-opinjoni tiegħi kien xi ftit redikolu.", "GĦalhekk kif għidt qabel huwa ħażin li tiġi politiċizzata l-problema tad-droga.", "Imbagħad jekk wieħed ikompli jaqra \"It-Torċa\" iktar jidħak għax hawn qed jingħad li issa peress li saru dawn il-qabdiet tad-droga għandna nibdew nibżgħu mill-overdoses u miż-żieda fis-serq, jiġifieri ż-żieda fis-serq u l-overdoses li qed isiru issa huma minħabba s-suċċessi li qed tagħmel l- iSkwadra Kontra d-Droga.", "Ara fi żmien l-Amministrazzjoni ta' qabel l- overdoses u s-serq ma kenux ir-riżultat tas-suċċessi ta' l-Iskwadra Kontra d-Droga li waqqaf il-Gvern Nazzjonalista stess.", "Issa għandna \"suċċessi bi problemi\"!!", "Jien qed ngħid dan mhux biex nippolitiċizza l-problema tad- droga imma biex nuri kemm huwa ħażin li jkun hemm min juża l-problema tad- droga - kif ġara - għal skop politiku.", "Kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan id-diskors li qed niddibattu iktar se jibqa' magħruf għal dak li ma qalx milli b'dak li qal.", "Id-Diskors tal-President m'huwiex xi essay, novella jew dramm imma huwa programm tal-Gvern.", "F'dan is-sens huwa sinifikattiv li dwar l-iktar ħaġa importanti fis-soċjeta', jiġifieri x-xogħol, ma hemm xejn.", "Issa m'hemm xejn jew għaliex m'hemmx pjani biex ikun hemm xi ħaġa fil-qasam tax-xogħol, jew inkella tant sabu l-affarijiet mexjin sew f'dan il-qasam illi issa qed jistħu jgħidu li m'hu se jagħmlu xejn f'dan il-qasam.", "Meta nsemmu x- xogħol ma nsemmux biss kemm hemm nies jaħdmu bi qliegħ imma nsemmu wkoll il- kondizzjonijiet, l-ambjent u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.", "Hija sorpriża kbira li Gvern - hu min hu - ma jsemmi xejn dwar ix-xogħol fil-programm tiegħu aħseb u ara kemm hija aktar sorpriża meta dan il- programm sar minn Gvern li jipproġetta ruħu - din dejjem smajniha - bħala l- Gvern tal-Labour jew il-Gvern tal-Ħaddiema.", "Madam Speaker, jista' jkun li ma kienx żball li ma ntqal xejn fil-programm għax f'din il-kampanja elettorali l-Partit Laburista kien qed jipprova jgħid iva lil kulħadd u jwiegħed affarijiet kontradittorji lil nies b'interessi konfliġġenti; imma issa wasal iż-żmien li jrid jagħżel.", "Jista' jkun li t-twettieq ta' kelma li tkun għidt waqt li kont fl-oppożizzjoni tkun tfisser li trid tinsa wegħda oħra li tkun għamilt lil ħaddieħor.", "Fid-Diskors tal-President, miktub mill-Gvern tal-ġurnata, ma jissemma xejn x'se jsir minn ċerti proġetti ta' fejda.", "Per eżempju, ma jissemma xejn jekk il-bini ta' kumpless ġdid fil-ħabs hux se jitkompla jew le u xi prijorita' se jingħata.", "Jien skantajt kif proġetti importanti ta' leġislazzjoni li kienu tlestew - għajr ftit irtokki - ġew injorati fid- Diskors tal-President.", "Insemmi, per eżempju, l-proġett ta' l-emendi sostanzjali għal-liġi dwar is-suċċessjoni biex titneħħa darba għal dejjem id-diskriminazzjoni kontra t-tfal illeġittimi u jingħataw iktar drittijiet lill-mara u raġel miżżewġin għar-rigward l-assi ta' xulxin.", "Ħaġa oħra ta' l-iskantament - din semmiha wkoll l-Onor.", "Austin Gatt - kienet kif il-kliem \"kunsilli lokali\" f'dan id-Diskors m'humiex imsemmija.", "Huwa veru li l-Partit Laburista kien kontra l-kunsilli lokali u qal li m'għandniex nies biżżejjed biex inħaddmuhom, li dawn se jifirxu l-poter iż-żejjed u li se jkollna gvern għal kull belt u raħal; imma issa li ġew aċċettati minn kulħadd stennejt li minkejja li vvota kontra l-liġi dwar il- kunsilli lokali l-Partit Laburista kien se jgħid xi ħaġa dwarhom.", "Madam Speaker, id-Diskors tal-President jagħlaq bil-kliem ta' San Franġisk.", "Naturalment dan huwa dejjem aħjar milli jagħlaq b'xi patt max- xitan!", "Jien ukoll nixtieq nagħlaq bi ħsieb fuq San Franġisk.", "J'Alla dejjem niftakru fit-tagħlim ta' San Franġisk, anke meta niddiskutu l- problemi ta' l-ambjent u l-protezzjoni ta' l-annimali - anke jekk huma biss għasafar - li ma jistgħux jipproteġu lilhom infushom u allura rridu nipproteġuhom aħna.", "Nisperaw li niftakru wkoll fl-eżempju ta' San Franġisk u meta niddiskutu f'dan il-Parlament l-għaqda tal-familja bħala s- sisien tas-soċjeta' Maltija u l-importanza li ma nagħmlu xejn li jkisser is- siment li jgħaqqad is-soċjeta' tagħna, niftakru wkoll fil-kliem ta' San Franġisk.", "Il-kliem ta' San Franġisk m'għandniex biss inlaħalħu griżmejna bih, imma rridu nattwawh.", "Grazzi ħafna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI (Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Sinjura President, meta tisma' lill-kelliema tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni tħoss sens interessanti - forsi spjegabbli imma xorta waħda narah interessanti - tħoss sens ta' diżorjentament, tħoss sens ta' nies li sewwa sew ma jafux fejn qegħdin jew flok \"ma jafux fejn qegħdin\" forsi aħjar wieħed ipoġġiha \"ma jirrealiżżawx fejn qegħdin\".", "It-transizzjoni qasira - kemm hawn b'kollox hawnhekk?", "Ħmistax-il pied? - minn naħa waħda tal-Kamra għan-naħa l-oħra tal-Kamra għadhom ma assorbewhiex.", "Tifhimha, ma kenux qegħdin jistennew ir- riżultat ta' l-elezzjoni, imma xorta waħda naħseb illi ssibha interessanti u interessanti ħafna.", "Li ma tifhimx huwa li tisma' diskorsi li jġiegħluk taħseb li n-naħa l-oħra, fir-ras tagħhom stess, fuq nett stess, fil-kap tagħhom stess, fil-Kap ta' l-Oppożizzjoni, qisu hemm ħoss, a feeling, li l- poplu qiegħed jiġġennen.", "Tisma' elenku, kważi siegħa u nofs, u mbagħad komplimentat mid-diskorsi interessanti f'kull wieħed minnhom - partikolarment il-maiden speeches u nsegwi l-konswetudni u nifraħ lil min għamel il-maiden speech, anke jekk m'huwiex maiden għal kollox imma nifraħlu wkoll - u anke dak maħruġ mill-kap, minn fuq nett, illi qishom mhux huma li għamlu xi ħaġa li minħabba fiha tilfu l-elezzjoni imma li l- poplu qiegħed jiġġennen.", "Kellna elenku sħiħ min-naħa tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni, komplimentata kif għidt minn dawk li tkellmu s'issa, saħansitra mill-kelliemi ta' qabel ta' l-aħħar - ma kellix il-pjaċir nisma' għal kollox lill-ħabib tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg li dejjem ħadt pjaċir nisimgħu u nibqa' nieħu pjaċir nisimgħu - li saħansitra rrepeta argument li kien uża f'dibattitu fuq it-television dwar l-Universita'.", "Semma l-bibien magħluqa ta' l-Universita' meta hu stess kien wieħed li l-ebda bieb ma kien magħluq għalih u mn'Alla għax b'hekk kellna prodott li jien inqisu tajjeb u kien hemm oħrajn li huma prodotti tajbin, iktar fuq dik in-naħa tal-Kamra u ftit min-naħa tagħna tal-Kamra, għax il-bibien magħluqin għal din in-naħa tal-Kamra kienu bibien differenti, kienu bibien politiċi magħluqin għan- naħa tagħna tal-Kamra.", "Ara ma tmorrux taħsbu li meta kien hemm it-transizzjoni tal-gvern daqshekk qasira - 15-il pied minn faċċata għall-oħra f'din il-Kamra - it- transizzjoni kienet ħafifa kif saret din id-darba!", "Meta kien hawn l-aħħar bidla fil-gvern, fl-1987, u jien għadni kemm qiegħed nitkellem bħalissa ma' ċerti nies li għaddew minnha, it-transizzjoni kienet ħafna differenti.", "Il-bibien magħluqin kienu bibien magħluqin għax-xogħol u għall-manteniment tal-familja.", "Jiġifieri noqogħdu attenti kif nitkellmu, qisna n-naħa ta' l- Oppożizzjoni tal-lum għaddiet minn xi infern u n-naħa tal-Gvern tal-lum għexet dejjem fil-ġenna ta' l-art.", "It-tnejn li aħna ngħixu ġo Malta u Malta la hi infern u lanqas hi ġenna ta' l-art imma hija post li għandu kultura li fiha ħafna difetti.", "Pero' meta terġa' tirrifletti fuq dak li smajna u fuq il-Kap ta' l- Oppożizzjoni tgħid li dan jaħseb illi meta l-poplu b'maġġoranza ċara, f'elezzjoni mmexxija minnu li pproduċiet riżultat pervers f'termini ta' siġġijiet imma tat lill-Partit Laburista kemm kemm inqas minn 51% - eżattament 50.72% li ma jmorrux imeruni l-Onor.", "Josef Bonnici li qiegħed faċċata tiegħi u l-Onor.", "Austin Gatt - qisu l-poplu dak inhar tilef rasu.", "Minflok ma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista wara dan iż- żmien kollu rriflettew għaliex tilfu l-elezzjoni, qed iduru fuq il-poplu u jgħidulu li qed jiġġennen għax hawnhekk hawn elenku dwar kemm kienu tajbin, kemm kienu sodi u kemm kienu addirittura perfetti.", "Meta tara din l- attitudini li ma jagħrfux imqar żball wieħed milli għamlu ...", "S'issa f'sagħtejn ta' diskorsi mill-Oppożizzjoni - l-parti l-kbira minnhom meħuda mill-kap veteran tagħhom u meta ngħid \"veteran\" ngħidha b'mod komplimentuż u mhux biex inmaqdru - ma smajniex ammissjoni ta' żball wieħed.", "Il-verdett demokratiku u ċarissimu tal-poplu jridu jinjorawh u baqgħu bit-tema li huwa l-poplu li qed jiġġennen u li tilef rasu.", "Huma m'għamlu assolutament xejn ħażin!", "Huma għamlu kollox perfett!", "Huma ħallew stat ta' perfezzjoni!", "Meta jiena nara din l-attitudini anke fil-kelliema - ma ngħidilhomx sekondarji għax diġa' tkellmu heavy-weights u anke dawk li huma maidens ukoll huma heavy-weights - primarji u fil-kap innifsu, jiena ngħid li għandna konferma għaliex seħħet il-ħerba li sibna mhux fil-Partit Nazzjonalista imma f'Malta.", "Jien qed nuża l-kelma \"ħerba\" b'mod meqjus ħafna.", "Illum għall-grazzja ta' l-imbierek Alla jien nkarigat mill-finanzi tal- pajjiż u minkejja li jien politiku xorta nħoss piż kbir fuqi bħala l- bniedem inkarigat minn settur sensittiv ħafna.", "Għalhekk kif qgħadt attent kif nitkellem mill-għada ta' l-elezzjoni meta kont naf illi se jkolli niret il-piż iebes li kellu l-Ministru ta' qabli - dan huwa piż iebes għal kulħadd - kont meqjus f'kull kelma li għidt u ktibt.", "Illejla wkoll se nitkellem b'mod meqjus allavolja jien politiku u għandi l-kompitu li bħala politiku nattakka.", "Għalkemm għandi fuqhiex nattakka u għandi ħafna xi ngħid xorta se nkun meqjus u ma ngħidx kollox.", "Pero' l-kelma \"ħerba\" nużaha għax dak li wiret il-Partit Laburista hekk kif daħal fil-gvern kien il-kuntrarju ta' l-immaġini li kienet qiegħda tiġi proġettata u ta' dak li smajna fil-Parlament il-bieraħ u llum min-naħa ta' l-Oppożizzjoni l-ġdida.", "Jien qiegħed nikkonċentra fuq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax huwa l-bniedem li m'huwiex sempliċement kap ta' l-oppożizzjoni llum imma kien prim ministru l-bieraħ u għalhekk kellu l-aċċess għall-informazzjoni kollha u kellu l-ministri jirrapportawlu kollox.", "Meta nisma' dik l-attitudini li rajniha fis-suppost analisi li għamlu bħala partit mentri m'għamlu analisi xejn .....", "Ċerti żgħażagħ fil-Partit Nazzjonalista - il-kuxjenza ta' dawn iż-żgħażagħ għadha sabiħa kif għandha tkun il-kuxjenza taż-żgħożija jiġifieri m'hijiexx imtebba' bil-kallijiet li jitilgħulek meta bħali, mhux bħal ħaddieħor, jien l-ewwel wieħed, tkun ilek wisq fil-politika - raw xi żbalji seta' kien hemm, imma l-ex-Prim Ministru, il-bniedem li kellu t- tagħrif kollu, ma ra xejn x'seta' kien hemm u ġie f'dan il-Parlament u għamel siegħa u nofs jgħajjar lill-Partit Laburista u lill-poplu Malti għax iġġennen meta kala 'l barra lill-Partit Nazzjonalista mill-gvern; u dan bla ma jagħraf quddiem il-poplu - imqar fil-kuxjenza tiegħu - il-ħtieġa li kultant tgħid mea culpa!", "Mela aħna mhux ilkoll insara, inbusu jew ma nbusux is-salib?", "Mela d-dnubiet politiċi tagħna ma rridux nagħrfuhom ukoll?", "Dan lanqas għaraf dnub wieħed, u hemmhekk tibda tifhem, mhux is- sens ta' diżorjentazzjoni li bdejt bih, imma x'inhu żbaljat fil-Partit Nazzjonalista sal-lum wara l-elezzjoni u iżjed u iżjed x'kien żbaljat il- bieraħ meta kienu fil-gvern.", "Inti qiegħed tisma' lil xi ħadd li qisu għex maqtugħ mir-realta'.", "Imma possibbli li bħala Prim Ministru kien maqtugħ mir-realta'?", "Inti qiegħed tisma' lil xi ħadd li anke llum meta l-affarijiet bdew ħerġin minkejja l- prudenza tan-naħa tagħna - għalkemm mhux dejjem hija prudenti biżżejjed - qisu maqtugħ mir-realta'.", "Imma veru huwa maqtugħ mir-realta' jew inkella apposta qiegħed jagħmel rwol li jaħbi r-realta', li ma jammettix ir-realta' billi jmur fuq l-attakk?", "Il-mistoqsija li rridu nagħmlu hija: M'huwiex jara r-realta', qed jaħrab mir-realta' jew qed jgħawweġ ir-realta'?", "Dan hu li rridu nindirizzaw.", "Jien ngħid li m'huwiex qiegħed jaħrab mir-realta', mhux m'huwiex jara r-realta', imma agħar minn hekk, ir-realta' jrid jgħawwiġha.", "Għalhekk rajna diskors li f'kemm ili jiena f'dan il-Parlament - u l-ewwel darba li tlajt issa huwa 34 sena ilu, għalkemm kien hemm gap ta' 15-il sena barra mill-Parlament għaliex jiena m'iniex wieħed mill- veterani f'terminu ta' servizz - kien wieħed mill-iżjed diskorsi li qatt smajt li weġġgħuni.", "Il-politika hija politika, il-konfront politiku jrid ikun, il-clash ta' ideat kontrastanti jrid ikun inkella ma jkollokx demokrazija.", "Imma li jkollok sitwazzjoni fejn nisimgħu d-diskors li smajna l-bieraħ m'għandu jkun fl-ebda soċjeta' tassew demokratika.", "Għax il-bieraħ kellna Kap ta' l-Oppożizzjoni li fetaħ id-diskors tiegħu billi stqarr li jrid ikun kostruttiv fejn għandu jkun kostruttiv u mbagħad il-ħin kollu l- fil ta' dak li qal - u in parti kien rifless illejla għalkemm mhux il-ħin kollu - kien diskors maħsub biex jagħmel ħsara lill-pajjiż billi joħloq l- inċertezza, Madam Speaker.", "U din ngħidha bir-responsabbilta' kollha.", "Il- ħsieb kien li joħloq l-inċertezza.", "Anke l-istess emenda li ppreżenta - u se niċċitah - fiha dan il-kliem.", "L- Onor. Fenech Adami jrid li din il-Kamra tiddikjara li:", "\"4. hija tal-fehma li d-diskors ma għamel xejn biex titnaqqas l- inċertezza li nħolqot fil-pajjiż bir-riżultat ta' l-elezzjoni.\".", "Imma x'diskors hu dan f'kontest demokratiku?", "GĦandek deċiżjoni ċarissima ta' partit li ġġieled mill-Oppożizzjoni u rnexxielu jikseb 50.72% tal-voti u tgħid li b'hekk inħolqot inċertezza?", "Inħolqot inċertezza għax ħadmet id- demokrazija, għax id-demokrazija tat il-verdett tagħha.", "Bl-akbar wiċċ li ma jistħi minn xejn tiġi tippreżenta emenda għall-mozzjoni tal-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Joseph Abela - li nifraħlu għad-diskors li għamel, bħalma ferħitlu l-Kamra kollha u bir-raġun - li titkellem fuq l-inċertezza ta' riżultat demokratiku u mbagħad fl-istess nifs tgħid li trid tkun Oppożizzjoni kostruttiva u Oppożizzjoni leali!", "Se tkun Oppożizzjoni leali meta m'intix taċċetta r-riżultat ta' l-elezzjoni, meta m'intix taċċetta l- verdett tal-poplu?", "Dażgur li jien naċċetta li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li l-Oppożizzjoni se topponi u se żżomm il-programm tagħha, imma kif jista' jkun tgħid li nħolqot l-inċertezza għax il-poplu ta d-deċiżjoni tiegħu?", "Jekk noqogħdu sejrin hekk, kull elezzjoni li jkun hemm u kull deċiżjoni li tittieħed dejjem toħloq l-inċertezza.", "Mela għax ikollok bidla fil-gvern dejjem toħloq inċertezza!", "Li tgħid li meta jkun hemm bidla fil- gvern ikun hemm ċertu żlogar, ikun hemm ċertu żlogazzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiż, nifhimha.", "Mela le!", "Anke meta tiżżewweġ ikun hemm ċertu żlogar, għax minn għarus għal miżżewweġ trid tidra, aħseb u ara meta ...", "Imma din hija xi ħaġa oħra.", "Dan huwa żwieġ kompletament differenti, hija tmexxija differenti.", "Mhux bilfors ikun hemm transizzjoni!", "Imma li tgħid li r-riżultat innifsu ta' l-elezzjoni ħoloq inċertezza huwa turija li ma temminx bis-serjeta' fid-demokrazija, huwa turija li hemm xi ħaġa iżjed minn hekk; qiegħed inti stess tipprova toħloq inċertezza.", "U d-diskors kollu tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien maħsub biex joħloq inċertezza.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem fuq il-wirt li ħalla.", "Madam Speaker, inti nzertajt nutar u bħal nutara oħra f'dan il-Parlament, avukati u anke aħna li ma writna xejn, ilkoll nafu xi jfisser wirt għaliex għandna l-wirt nazzjonali, għandna l-wirt ta' ċittadini.", "Tkellem fuq il- wirt kbir li ħallielna.", "U mela le!", "Aħna nagħrfu li saru affarijiet fid- disa' snin u nofs ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista li iva ta' min ikomplihom, iva kienu tajbin u huma parti mill-wirt tagħna.", "Mela aħna se ngħidu bħalma qalu huma li meta telgħu fil-gvern ma sabu xejn tajjeb?", "Mela aħna se noqogħdu nissottoskrivu għall-filosofija politika li x-xemx tibda titla' kull meta jitla' partit ġdid?", "Il-programm tagħna kien jgħid - u l- Prim Ministru Alfred Sant għadu jgħid sal-lum u għalhekk jien mhux biss inqisu bħala ħabib tiegħi imma veru immatura sewwa fil-politika kif għandek timmatura - li aħna nibnu fuq it-tajjeb li sibna u nipprovaw insewwu l- ħażin li sibna.", "Kien hemm affarijiet li kienu tajbin, imma li titkellem fuq il-wirt li ħallejt qisu l-wirt kien wieħed magħmul minn attivi biss u passivi ma fih xejn, magħmul minn ġid biss, minn beni biss u xi tħallas m'għandek xejn, trid tkun daqsxejn waħda mhux tbati minn l-amnesia imma trid tkun qiegħed apposta tgħawweġ ir-realta', tkun qiegħed apposta tieħu pożizzjoni li minn fuqha trid toħloq inċertezza f'dak li qiegħed jagħmel il- Gvern meta jistqarr x'inhi l-pożizzjoni reali li sab, kif għadna ma stqarrejniex.", "U jiena l-iżjed bniedem li nista' ngħid, u llum dawn l- affarijiet ħerġin anke fil-gazzetti.", "L-esperti ta' Malta, naqra naqra qegħdin jitkellmu issa, lili qegħdin jiġu jgħiduli, f'okkażjoni jew oħra, x'inhi l-verita'.", "Issa qegħdin jaħslu jdejhom u jgħiduli: Isma' aħna widdibna, wissejna x'kienet il-verita'.", "Imma fil-beraħ ma konna nafu xejn minn dan, lanqas il-kummentaturi li suppost tkellmu, li setgħu qraw is- sinjali, ma kienu jgħidu xejn minn dan.", "Wisq inqas kien jgħid l-ekonomista tan-naħa tal-Gvern u membri oħra tan-naħa tal-Gvern - mhux għax irrid naqbad miegħu - li issa qed iwiegħdu li se jħarsu lejna qishom isqra, u sewwa jagħmlu.", "Iva, hekk agħmlu; ħarsu lejna qiskom isqra ħalli aħna ma nagħmlux l-iżbalji li għamiltu intom, bħal meta sirtu komdi u arroganti żżejjed kif f'ċertu żmien fl-imgħoddi kien sar il-Gvern Laburista.", "Imma li llum wieħed jiġi jgħidlek li se jgħassek qisu seqer u li ħallielek wirt perfett mingħajr ma jagħraf li mal-wirt tajjeb ħallielek affarijiet - iva, mela le! - li bl- Ingliż isejħulhom horrendous u bil-Malti nsejħulhom tal-waħx, bilfors ikollok tistaqsi x'pożizzjoni qed jieħu u x'serjeta' qed jersaq biha dan fil-Parlament.", "Madam Speaker, issemmew cabinet memos, issemma memorandum li juri kemm is-servizz taċ-ċivil hu wieħed perfett.", "U ejjew ma niċċajtawx!", "L- ewwelnett ejjew inħarsu bis-serjeta' lejn x'inhu s-servizz taċ-ċivil u intom li kontu ministri, jekk tridu għamlu jdejkom fuq qalbkom u għidu bis- serjeta' kif tħallew partijiet - mhux kollha; hemm it-tajjeb, dażgur li hemm it-tajjeb - mis-servizz taċ-ċivil u t-tieni nett, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, dak il-memorandum semma!", "Per eżempju, għaliex ma semmiex il- memorandum li rċieva f'Ġunju li għadda meta kien qed jikkonsidra jagħmilx l- elezzjoni jew le?", "Għaliex ma jgħidx x'kien fih dak il-memorandum?", "Ara jien, m'iniex se ngħid.", "Le, ma ngħidx.", "Ara jien m'iniex se nikxfu.", "Le, ma nikxfux.", "Imma hu li qed jagħmel dak l-attakk, għax ma qalx x'parir ingħata bħala prim ministru u mhux bħala kap - għax hemm differenza - tal- partit?", "Kumbinazzjoni bħalissa qed nara dieħel lil sieħbi l-Onor.", "Austin Gatt li għalkemm ma naqblux, jien nirrispettah.", "Per eżempju, filwaqt li bħala segretarju tal-partit l-Onor.", "Austin Gatt għandu role partiġġjana x'jagħmel, bħala membru parlamentari għandu role partiġġjana imma fl-istess ħin huwa wkoll rappreżentant tal-kostitwenti tiegħu li vvotawlu.", "Min jaf min ivvotalu?", "Terġa' prim ministru huwa iżjed minn hekk għaliex prim ministru ma jibqax biss kap ta' partit għax ikun il-kap tal-pajjiż kollu u għalhekk għalkemm irid jaħdem biex imexxi 'l quddiem lill-partit tiegħu, qabel kollox l-ewwel responsabbilta' tiegħu tkun lejn il-pajjiż kollu għax jekk huwa l-kap tal-pajjiż huwa responsabbli biex jagħmel u jwettaq il-ġid tal-pajjiż kollu.", "Fil-fatt huwa għalhekk li l-Onor.", "Alfred Sant qed jenfasizza li dak hu li rridu nipprovaw nagħmlu aħna, jekk nitħallew nagħmluh.", "M'iniex qed ngħid \"jekk nitħallew nagħmluh\" għax ma nkunux ikkritikati.", "Allaħares tieqaf il- kritika, allaħares aħna wkoll inkunu mdawrin bis-sikofanti - bil-Malti ngħidu \"dawk li jilagħquk\" - u allaħares aħna wkoll insiru torox għall- osservazzjonijiet, għas-suġġerimenti u għall-kritika li ssirilna.", "Allaħares ikollna prim ministru li jinqata' f'bozza u min suppost jagħtih il-pariri l-iżjed intimi jkollu ċ-ċans ikellmu biss fleetingly - ħafif, ħafif u malajr, malajr - f'xi okkażjoni soċjali.", "Allaħares jiġri dan kollu għax ma jkunx jistħoqqilna li nkunu fil-gvern u mbagħad ma jkunx jistħoqqilna li mmorru fl-oppożizzjoni u nikkritikaw.", "Imma hekk ġara u meta tara li ġara hekk iżjed u iżjed tiskanta kif l-Onor.", "Fenech Adami jkollu l-wiċċ jiġi f'dan il-Parlament u hu jibda jbeżża' lill-poplu Malti u hu jibda joħloq l-inċertezza.", "Dan ħoloq l-inċertezza u beżża' li se tintilef il-fiduċja u li se nitilfu x-xogħol.", "U għaliex se nitilfu x-xogħol?", "Għaliex, skond hu, ix-xogħol, jiġifieri l-impjiegi, ma ssemmewx fid-Diskors tal-President.", "L-Onor.", "Fenech Adami qal li se nitilfu l-fiduċja għax m'għadniex mexjin bir- rankatura li mexa biha l-Gvern Nazzjonalista biex nidħlu membri fl-Unjoni Ewropea.", "Imma dan x'argument hu?", "Dik kienet il-platform ewlenija tal-Partit Nazzjonalista u l-poplu b'maġġoranza ċarissima qallu: Le, mhux lilek irrid fil-gvern, irrid lill- partit l-ieħor.", "Allura kif int qiegħed tiġi hawnhekk u tattakka lill-poplu li huwa sovran, li għax iddeċieda hekk issa l-Gvern qed jitlef il-fiduċja għax qed jagħmel il-pożizzjoni tiegħu fuq l-Unjoni Ewropea ċara u anke qed jagħmel il-qagħda tal-pajjiż ċara?", "Qabel x'fiduċja kellna?", "Qabel kellna sforz enormi min-naħa tal-Gvern, partikolarment min-naħa tal-ħabib tiegħi l- Onor. Guido de Marco biex jippromwovi x-xewqa tal-Gvern bl-appoġġ tal- mandat li kellu fit-tliet elezzjonijiet ta' qabel - għax anke fl-1981 kellu maġġoranza tal-voti - biex nidħlu bħala membri fl-Unjoni Ewropea.", "Wasal sa ċertu punt imma kellna punt ta' inċertezza għax konna għadna 'l bogħod u 'l bogħod ħafna u naħseb li l-iżjed wieħed li jaf kemm konna 'l bogħod minn full membership hu l-iżjed wieħed li tbażwar biex jipprova jressaqna viċin, l-Onor.", "Guido de Marco.", "Waslu sa ċertu punt imma kellna l-qagħda fejn ta' l-Unjoni Ewropea stess kienu qed jgħidulna: Imma tintilfux daqshekk fuq is- sħubija, għandkom affarijiet oħra x'tagħmlu!", "Illum qed insiru nafu li kellna nies fil-Partit Nazzjonalista stess li kienu qed jgħidu li konna qegħdin niffissaw wisq fuq ħaġa waħda.", "Kellna s- settur ekonomiku li kien qed jgħid: Imma x'se jiġri jekk nidħlu u nsiru membri sħaħ?", "Illum qed jgħidu \"konna favur\".", "Kemm qegħdin jgħidu \"konna favur\", imma - u dik l-\"imma\" kemm kienet kbira u l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Guido de Marco jaf kemm kienet kbira dik l-\"imma\" - kellna sitwazzjoni fejn minn naħa, ta' l-Unjoni Ewropea kienu għadhom ma qalulnix: Iva, f'dik it- tali data, se tidħlu.", "Kellna inċertezza, dik hi inċertezza.", "We had the unknown, ma konniex nafu għada x'se jġib għax għada kien għadu ma sebaħx u ma konniex nafu meta se jisbaħ.", "Kellna dik is-sitwazzjoni.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn, x'ġara?", "Il- poplu ddeċieda demokratikament li jtella' fil-gvern partit li qal: Ara, jien nikkalkola li għalissa, for the foreseeable future, il-membership m'hijiex tajba għal Malta.", "M'iniex qed ngħid li sas-seklu, mhux il- millenju li ġej imma ta' warajh, jew sa għaxar snin fil-millenju jew sa nofs il-millenju, il-membership m'hjijiex tajba.", "M'aħniex qed ngħidu hekk, imma qed ngħidu li milli qed naraw aħna llum, mill-analisi li għamilna, mill-assessment li għamilna on a net basis, meta tgħodd il-vantaġġi u l- iżvantaġġi ma jaqblilniex nidħlu.", "U l-poplu tana mandat fuq il-bażi ta' dak li pproponejna aħna.", "U x'ipproponejna aħna?", "Fejn hi l-inċertezza?", "X'ipproponejna aħna?", "Ipproponejna li nagħmlu minn kollox biex nersqu iżjed lejn l-Unjoni Ewropea.", "Ma mmorrux eżattament ġol-qalba ta' l-Unjoni Ewropea - kif xtaq il-Partit Nazzjonalista u l-poplu din id-darba qallu \"le\" - imma nersqu kemm jista' jkun viċin l-Unjoni Ewopea mingħajr ma ngħidu li rridu nsiru membri.", "Minflok ma l-Prim Ministru, anzi l-ex-Prim Ministru - ilu Prim Ministru għal disa' snin u nofs u allura ma jimportax billi toħroġli hekk - qal: Isma', hemm mandat tal-poplu, nawguralkom fuq il-policy tagħkom, ma nfixklukomx fuq il-policy tagħkom.", "Le, jiġi jfixkilna mill-ewwel billi jibda jimminana billi jitkellem fuq inċertezza proprju ftit ġimgħat wara l- elezzjoni li tatna dak il-verdett!", "Ara x'kuntrast, Madam Speaker.", "Aħna konna mmorru Brussels u konna nitkellmu hawn Malta mal-membri ta' l- Joint-Parliamentary Committee u konna npoġġu l-argument - l-Onor.", "Guido de Marco, l-Onor.", "Tonio Borg u l-Onor.", "Josef Bonnici kienu jkun hemm u l- Onor. Joe Borg kien hemm ukoll għal uħud mil-laqgħat - u konna nargumentaw b'mod iebes, mela le, imma konna nargumentaw fil-kontest li npoġġu l-każ tagħna, kif naraw l-affarijiet aħna u mhux inxewxu.", "Għaliex ngħidu affarijiet li jagħmlu ħsara lill-pajjiż, nitkellmu fuq l-inċertezza, ngħidu li hawn l-inċertezza, inbeżżgħu, ngħidu li m'hawnx fiduċja.", "Mela l-fiduċja tiġi ġo fina għax inkunu parti minn blokk jew ieħor?", "Il-fiduċja qiegħda ġo fina għax aħna Maltin, u għax aħna Maltin insibu t-triqat tagħna.", "Aħna għixna bħala Maltin u ara kemm ilna ngħixu bħala Maltin.", "Insibu t-triqat tagħna.", "Il-Partit Nazzjonalista ħass li l-aħjar triq hija li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ma kellux data meta se nsiru, ma kienx jaf meta se nsiru.", "Il-Partit Laburista jħoss li llum u fil-futur previst, li nistgħu naraw - ma nħarsux 'il bogħod iż-żejjed li ma mmorrux nintilfu u nibdew nhewd nu u noħolmu - fuq il-bilanċ ta' l-argument ma jaqblilniex li nidħlu.", "Fejn hi l-inċertezza?", "L-inċertezza qed jipprova joħloqha l-Onor.", "Eddie Fenech Adami - inkluż dawk sħabu li jitkellmu bħalu; mhux kollha tkellmu bħalu, mhux kollha qed jigdbu bħalu, mhux kulħadd jaħseb bħalu fil-partit - meta jitkellem kif tkellem.", "Il-bieraħ daħak għax parti mill-programm tagħna huwa li nfittxu kollaborazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalita' u kontra d-droga, ġlieda internazzjonali partikolarment reġjonali.", "Intom li ssegwu x'qed jiġri fl-Ewropa araw x'intqal il-bieraħ filgħaxija - jien qrajtha fuq l-Internet dalgħodu u għidt: Ara x'kumbinazzjoni - fejn qalu li ma jistgħux jaqblu fuq il-European Monetary Union.", "Ma jistgħux jaqblu, m'humiex se jaqblu, se jkollhom ħafna tfixkil fuq l-għaqda monetarja.", "M'iniex se nindaħal fiha, allavolja jien ekonomista u nista' nitkellem fuqha kif jista' jitkellem ħaddieħor, imma ma nħobbx nindaħal.", "Qalu li m'humiex se jaqblu fuq dik, imma qablu li jikkollaboraw u jsaħħu l- kollaborazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalita', fil-ġlieda kontra d-droga u fil-ġlieda għal sigurta' aħjar fir-reġjun.", "Aħna hekk qed ngħidu, aħna dik it-tip ta' kooperazzjoni rridu b'żieda ma' kooperazzjoni oħra li tista' tinkiseb jekk ma jkunx hemm tfixkil, anzi jekk nimmobilizzaw il-qagħda tagħna.", "Hekk konna nagħmlu fi Brussels, u l-Onor.", "Guido de Marco jafu dan.", "Jien kont nitkellem u sħabi kienu jitkellmu u konna ngħidu: Ara, hemm triq li fiha mitt jarda, naqblu fuq disgħin minnhom imma l-aħħar għaxar jardi - kruċjali taf, għax ifissru membership - ma naqblux fuqhom.", "Naqblu fuq dawk id-disgħin, allura hemm għalfejn noqogħdu ngħidu għaliex ma naqblux fuq dawk l-10 jardi?", "Hawn l-inċertezza, hawn nuqqas ta' sigurta', hawn nuqqas ta' fiduċja!", "Dik hija s-serjeta'?", "Jew is- serjeta' hi li titlob li int min int tpoġġi lil Malta l-ewwel u qabel kollox?", "L-Onor.", "Mintoff m'huwiex hawn illum.", "Mela dik għajta ta' Mintoff?", "Dik għajta ta' kull wieħed minna bħala Maltin li Malta hi l-ewwel u qabel kollox, imma mhux għal kulħadd hija l-ewwel u qabel kollox.", "Nerġa' niġi għall-punt tax-xogħol.", "Issemma' li se tintilef il-fiduċja għax m'hemmx riferenza għax-xogħol.", "U llum tenniha l-Onor.", "Austin Gatt fil- maiden speech tiegħu - qed niġbidlu naqra saqajh - li kien maiden speech għax ma kienx kontroversjali, għalkemm dan is-suġġett li qegħdin niddiskutu huwa wieħed kontroversjali.", "Kien kontroversjali fil-limiti ta' kif għandu jkun maiden speech f'okkażjonijiet bħal tal-lejla.", "L-Onor.", "Fenech Adami qalilna li ħloqna l-inċertezza wkoll għax m'hemmx kelma waħda fuq ix-xogħol fid-Diskors tal-President.", "Imma xi kliem hu dan?", "Kif tafu, id-Diskors tal- President jissintetizza l-programm tal-partit li jkun rebaħ l-elezzjoni, f'dan il-każ il-Partit Laburista.", "Il-programm tal-Partit Laburista - ta' kull partit, tgħallmuni intom - jissentetizza l-policies ta' dak il-partit.", "U hekk għamel il-Partit Laburista, issintetizza f'mod qasir, f'mod dirett u f'mod li kkonvinċa, il-policy tal-Partit Laburista.", "X'kienet dik il-policy?", "Kienet update of policy li ddiskutejniha f'dan il-Parlament u jien, Madam Speaker, personalment ippreżentajtha fil-Kamra.", "Kulħadd għandu aċċess għaliha, barra li kulħadd irċeviha bħala politiku jew inkella akkwistaha bħala politiku.", "Jien ippreżentajtha f'din il-Kamra, poġġejtha fuq il-Mejda tal-Parlament ħalli tidħol fir-records ta' dan il-Parlament, fis-Seduta Nru. 288 tas-6 ta' Lulju 1994.", "Sentejn u nofs ilu poġġejt l-update of policy tal-Partit Laburista fuq il-qasam ekonomiku u finanzjarju li tippernja kollox fuq ix-xogħol, li Malta - apparti li l-Kostituzzjoni tgħid hekk għax il-Partit Laburista hekk emendaha u hekk ġabha - hija Repubblika mibnija fuq ix-xogħol.", "L-updated policy tal-Partit Laburista tħares biex f'Malta jkun hawn ix-xogħol.", "Kulma hemm fil-qasam ekonomiku tal-President's Address huwa fuq ix-xogħol.", "Mela hemm għalfejn lil Madam Speaker toqgħod tgħidilha mara?", "Mela ma tidhirx li hija mara!", "Mela hemm għalfejn lill- Onor. Guido de Marco tgħidlu raġel?", "Mela ma jidhirx li huwa raġel!", "What's in a name?", "A rose by any other name .... le?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li għax m'hemmx il-kelma \"xogħol\" qed tinħoloq inċertezza.", "Il-mira kollha hi mibnija fuq ix-xogħol.", "Għalfejn hemm il-pjan għal ekonomija aħjar?", "Xi jfisser pjan għal ekonomija aħjar?", "Li niżfnu l-macarena b'mod iktar aħjar minn xulxin, jew li mmexxu l- ekonomija b'mod li nagħtu spazju lis-settur privat ħalli jkun hu l-mutur ta' l-ekonomija u nimxu aħjar milli konna mexjin?", "Xi tfisser \"aħjar\"?", "Jekk konna mexjin tajjeb, intejbu.", "Lanqas qegħdin ngħidu li nagħmlu pjan ta' żvilupp li tista' tfisser li m'aħniex żviluppati u rridu niżviluppaw, imma qed ngħidu li nagħmlu pjan għal ekonomija aħjar.", "Qed nammettu li hemm affarijiet tajba fl-ekonomija, imma hemm affarijiet ħżiena wkoll.", "Kemm nafu aħna l-ekonomisti kemm hemm affarijiet ħżiena!", "Imma qed ngħidu li t- tajjeb inżommuh u ntejbuh u l-ħażin nirranġawh; pjan għal ekonomija aħjar.", "Għalfejn qed ngħidu li rridu spazju għall-privat?", "Ħalli l-privat ikun hu li jimmotiva, isuq l-ekonomija.", "U huma b'kontradizzjoni tal-filosofija tagħhom nefħu - u jien il-ministru nkarigat mill-finanzi llum u naf - s- settur pubbliku mingħajr ma kkalkolaw x'inhuma jagħmlu.", "Aħna rridu s- settur pubbliku effiċjenti, irriduh jagħmel dak li għandu jagħmel biex ikollna soċjeta' servuta tajjeb b'dawk li jissejħu public goods - tkellmu fuqhom sieħbi fuq l-edukazzjoni u anke l-Onor.", "Maria Camilleri f'diskors eċċellenti li għamlet fost id-diskorsi li saru fuq l-edukazzjoni - imma mbagħad inħallu lis-settur privat jingħaqad hu ħalli jsuq l-ekonomija.", "U għalhekk qed ngħidulu li rridu nagħmlu pjan għal ekonomija aħjar ħalli ngħidu x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fl-infiq tiegħu ħalli ma jkunx hemm dak li l-ekonomisti jgħidulu crowding out, jiġifieri ma jkollokx is-settur privat li jrid jagħmel ċertu nfiq, irid ċerti nies u mbagħad isib li ħadhomlu l-Gvern kif ġara f'dawn l-aħħar snin.", "Hemm in-nefħa!", "Imbagħad qed ngħidulu li rridu nagħmlu wkoll Forum Permanenti għal Ekonomija Aħjar ħalli hu jmexxi u jadatta dak li hemm bżonn jadatta, sena sena, dak li jkun għaddej.", "Mela jekk il-Gvern qed jagħmel xi ħaġa li ta' min jiddiskutiha, tiġi diskussa fil-beraħ b'mod trasparenti u mingħajr il- preżenza tal-politiċi ħalli dak li qed isir naraw kif nistgħu nagħmluh aħjar.", "U hawn id-differenza bejn il-Forum Permanenti għal Ekonomija Aħjar mill-Malta Council for Economic Development għax meta twaqqaf dak kien fih il-politiċi.", "Il-poltiiċi għandhom servizz x'jagħtu imma f'kunsill bħal dak ikun tajjeb jekk wieħed iħalli lis-settur privat b'rappreżentanza tas- settur pubbliku u b'rappreżentanza teknika biex tiddeċiedi, taħdem u tiddiskuti mingħajr l-inibizzjoni li hemm il-politiċi preżenti.", "Jien din qed ngħidha mingħajr l-ebda riflessjoni fuq il-politiku, imma għandna nħalluhom.", "U għalfejn għandna nħalluhom?", "Biex joħolqu x-xogħol; u mela biex joqogħdu jieħdu b'idejn xulxin u biex jagħmlu party fil-Milied!", "Jagħmlu parties kemm iridu u jieħdu b'idejn xulxin u iżjed jekk iridu wkoll, imma hemmhekk jiltaqgħu biex jiddiskutu kif jistgħu jagħmlu ekonomija aħjar li permezz tagħha jinħoloq ix-xogħol.", "Pero' madanakollu minflok ma l-Onor.", "Fenech Adami għaraf dan, tkellem fuq l-inċertezza.", "Skond hu aħna qed noħolqu l-inċertezza bil-VAT u qalilna biex nistaqsu lin-nutara - forsi lilek, Madam Speaker, għalkemm naħseb li issa m'għadekx tipprattika bħala nutar - kemm m'humiex qed isiru kuntratti.", "X'għandhom x'jaqsmu l-kuntratti mal-VAT?", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' kuntratt, wieħed iħallas 7% bolla u 7% taxxa in advance, jekk kemm-il darba hemm capital gains tax.", "Imma dan x'għandu x'jaqsam mal-VAT?", "Jekk se nitkellmu fuq il-kuntratti mhux aħjar nitkellmu fil-kontest ta' l-evażjoni milli nitkellmu fil-kontest li għax il-VAT għadha ma tneħħietx allura hawn inċertezza li qed teffettwa l-kuntratti?", "Le, il-VAT ma tneħħietx.", "Kif tridha tkun tneħħiet il-VAT?", "Aħna wegħedna li jekk nitilgħu fil-gvern nagħmlu konsultazzjonijiet u mbagħad nagħmlu programm għal sistema alternattiva fuq il-bażi ta' dawk il-konsultazzjonijiet u fil-fatt aħna hekk qed nagħmlu għax qed nikkonsultaw u qed nitolbu proposti.", "Iva, jien Lino Spiteri qed nitlob il-proposti.", "Allura tgħajruni għax qed nagħmel hekk?", "Għajruni.", "Mhux aħjar tgħajruni għax nipprova nikkonsulta milli tgħajruni għax nipprova nimponi?", "Billi jkun hemm organizzazzjonijiet li b'kuntrast ma' oħrajn ma jagħmlux proposti, jien se nieħu għalija?", "Jekk ma jridux jagħmlu proposti, ma jagħmlux.", "Aħjar ikunu onesti u ma jagħmlux proposti milli jagħmlu kif għamlu mal-Gvern ta' qabel, jiġifieri filwaqt li lilu kienu jgħidulu li jaqblu f'ċerti affarijiet lilna kienu jgħidulna li ma jaqblux u mbagħad kienu jaħdmu biex ifixklu lill-Gvern f'dak li kien qed jagħmel.", "U ifhmuni!", "Aħjar ikollok lil min jurik l-onesta' milli jkollok lil min jurik id-debba u jqabbiżlek il-ħmara.", "Jekk ma nitgħallmux mit- tiġrib li jkun għadda minnu ħaddieħor ma nkunu tgħallimna xejn.", "Madam Speaker, għar-rigward tal-VAT aħna mexjin kif jixraq għax issa li qegħdin fil-gvern qed infittxu li nfasslu sistema bil-għaqal u bil-ħsieb.", "Le, mhux il-każ li malli titla' fil-gvern ikollok sistema lesta u taqbad u ddaħħalha.", "Mela li tiggverna l-pajjiżi hija xi ċajta!", "L-ex-ministri, li qegħdin faċċata, jafu xi jfisser l-iggvernar tal-pajjiż u jafu x'inhu l-piż ta' l-iggvernar.", "Mela jien se ngħid li dawn kienu boloh!", "Dawn għamlu l- affarijiet li xtaqu u pprovaw jagħmluhom skond il-filosofija tagħhom.", "Issa min għamel tajjeb u min ma għamilx daqstant tajjeb, għax lanqas irrid ngħid li kien hemm min għamel ħażin.", "Imma aħna nħossu li l-aħjar sistema hi li l- ewwel nitilgħu fil-gvern, imbagħad naraw xi nsibu u finalment infasslu sistema.", "Fil-fatt aħna dak li qegħdin nagħmlu; skond dak li sibna aħna qed infasslu sistema alternattiva li tagħraf kif ħadmet il-VAT, kif ma ħadmitx, fejn marret tajjeb, fejn marret ħażin u għaliex marret ħażin.", "Aħna rridu sistema li tagħraf timmira u tingrana aħjar mas-sistemi ekonomiċi u soċjali attwali tal-pajjiż.", "Allura għax m'aħniex ngħaġġlu f'dan ir-rigward, aħna, bħala Gvern, qed noħolqu l-inċertezza?", "Jien nifhem li iktar ma ndumu iktar ikun agħar u li għalhekk irridu nibdew nistqarru.", "Mela ma nistqarrux!", "Imma allura ħadd m'hu qed jifhem x'aħna nagħmlu?!", "Possibbli li l-Onor.", "Fenech Adami u l-Oppożizzjoni ma tifhimx li l-ewwel trid tagħmel ix-xogħol u trid tkun serju f'dak ix-xogħol?", "Mela ma nafux li l-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel!", "F'dan il-każ ma tistax tagħmel frieħ għomja, imma trid titlob 'l Alla jiggwidak ħalli tagħmel l-affarijiet tajba.", "Mela din hija biċċa xogħol faċli!", "U kkwotawni għada fil-gazzetti.", "Din hija biċċa xogħol diffiċli u għaliex hija diffiċli trid tagħmilha b'mod li jagħmel sens, trid tagħmel xi ħaġa mhux sempliċement biex twettaq wegħda politika imma xi ħaġa li tagħmel iżjed sens għall-pajjiż.", "Dan hu li qegħdin infittxu li nagħmlu aħna u minkejja t-tixwix, naslu.", "U għal min irid jitkellem bis-serjeta', iva rridu nattakkaw l-evażjoni.", "Dażgur li rridu nattakkaw l-evażjoni.", "Il-Partit Laburista jrid jattakka l-evażjoni.", "Waħda mill-affariijet li qiegħed nara fil-VAT hija kif kabbret l-evażjoni.", "Anzi agħar minn hekk, għaliex bl-evażjoni ma tħallasx dak li għandek tħallas - u hawn min jifhem ħafna f'dawn l-affarijiet għax hawn min hu professorali f'dan is-sens, mhux hu personalment u din m'hijiex xi botta - filwaqt bil- VAT hemm min qed jiġbor il-flus - mhux kulħadd imma hemm min - u jżommhom hu.", "Irridu din is-sistema, jew irridu nsibu sistema fejn ma ngħaġġlux ħalli naraw x'nistgħu nagħmlu biex naqtgħu l-evażjoni?", "Mhux għalhekk jien qed nitkellem fuq il-moralita' fiskali?", "Mhux għalhekk il-Gvern u l-President fid-Diskors tiegħu tkellem fuq il-moralita' fiskali?", "Forsi mhux għalhekk li l-Onor.", "Fenech Adami ma qalx kelma waħda fuq il-moralita' fiskali?", "Forsi mhux għalhekk li ma qalx kelma waħda biss favur it-twaqqif ta' Kummissjoni Favur il-Moralita' Fiskali li mbagħad tkun appoġġata u backed mill-enforzar tal-moralita'?", "GĦaliex inti ma tistax titkellem biss fil- prinċipju u ma tenforzax, imma tista' tipprova tipperswadi, tista' tipprova tbiddel il-kultura.", "Tista' bħala nazzjon titkellem fuq dawn l-affarijiet li trid tbiddel il-kultura u tgħid lil min jevadi \"Int m'intix Laburist\", \"Int m'intix Nazzjonalist\", \"Int ħalliel għaliex qed tisraq lil għajrek\".", "Dan hu li qed nipprovaw nagħmlu aħna.", "Allura tattakana għaliex wara seba' ġimgħat għadna ma ħabbarniex is-sistema li se jkun hemm minflok il-VAT?", "Mela nesa l-Partit Nazzjonalista u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li l-Gvern tiegħu dam seba' snin biex resaq lejn il-VAT, imbagħad qal li se jdaħħalha fl-1994 u mbagħad ittardja sena?", "Insejtu li ttardjajtu sena biex daħlet il- VAT fl-1995?", "U għaliex ittardjajtu sena?", "Għaliex il-Ministru ta' dak inhar qal - u qal sewwa - li kien għadu mhux ippreparat.", "Issa erħilha li meta daħħalha xorta rriżulta li ma kienx ippreparat għaliex lanqas is-sistema tagħkom ma ħadmet tajjeb, imma ttardjajtu sena.", "Mela damu seba' snin biex bdewha u mbagħad ittardjaw sena biex wettquha.", "U aħna ilna seba' ġimgħat fil-gvern u tiġu bis-serjeta' tgħidulna li qed noħolqu l-inċertezza għaliex għadha ma daħlitx!", "L-inċertezza qegħdin toħolquha intom meta titkellmu - nittama li mhux kollha titkellmu hekk - bit-ton li jallarma, li jbeżża' u li jfittex li jimmina lill-gvern demokratiku elett billi joħloq l- inċertezza mingħajr ħtieġa.", "Trid tattakka u tikkritika, imma mhux toħloq l- inċertezza mingħajr ħtieġa.", "Aħna ngħidu li barra li nħares lejn il-VAT u lejn it-taxxi, jien bħala l- ministru responsabbli mill-finanzi - aħna kollha qegħdin transitorji hawn ġew - irrid inħares lejn l-infiq, irrid nara x'qed jiġri fl-infiq.", "L-ex- Prim Ministru ma semma xejn fuq l-infiq, anzi daħak bina għaliex semmejna ċerti każi u ċerti rapporti bħalma ssemmew illejla.", "Jien m'iniex favur li noqogħdu nirrapportaw fuq kull dettal ta' l-operat tal-Gvern, imma fejn hemm bżonn tirrapporta, tirrapporta u fejn hemm bżonn tagħmel analisi trid tagħmilha.", "Għalfejn tidħol fil-gvern jekk ma tmurx mill-ewwel biex tagħmel analisi ħalli tara mhux fejn hi r-responsabbilta' politika - jiena nitmellaħ mir-responsabbilta' politika - imma tara fejn hemm ħażin, għaliex mar ħażin u kif se tirranġah?", "Hemm it-Tarzna, per eżempju, hemm Posta Ltd., Telemalta u Enemalta.", "Dawn l-affarijiet irridu narawhom.", "Mela le!", "Allura għaliex qegħdin narawhom se tattakkana?", "Anke l-Onor.", "Zammit Dimech qagħad jattakkana.", "Jidħku bina għaliex nitkellmu fuq l-Isptar San Raffaele.", "Fl-Isptar San Raffaele sibna sitwazzjoni fejn ma kien hemm - dan huwa l-punt ċentrali ta' l-infiq - l-ebda koerenza fl-infiq pubbliku.", "Din ngħidha bir- responsabbilta' kollha u bil-ftit teknika li għandi - m'iniex xi għaref imma s' hawnhekk nasal - ma kienx hemm koerenza ta' l-infiq pubbliku.", "Dak hu l-wirt li ħallewlna.", "Dik hija s-sitwazzjoni ta' ħerba li sibna, li kulħadd jiġri għal rasu.", "L-Onor.", "Austin Gatt uża l-kelma \"ċentralizzazzjoni\".", "Le, ma tridx tiċċentralizza f'sens li ma tħallix sussidjarjeta', f'sens li jkollok l-allat \"hemm fuq\" jagħmlu kollox huma.", "Irid ikollok devoluzzjoni tal-poter imma n-nefqa pubblika trid tikkoordinaha, f'ġieħ il-Bambin!", "Liema azjenda ma tikkoordinax in-nefqa tagħha?", "Trid tara kif tagħmel.", "U dak hu li qed nagħmlu.", "U għax qegħdin nagħmlu dan kollu, qegħdin nidħlu mhux fis-sistemi politiċi imma fil- management finanzjarju tal-pajjiż.", "Qegħdin naraw li fil-każ ta' l-Isptar San Raffaele, per eżempju - ħalli nispiċċa bl-eżempju tiegħu - ma kienx hemm funding.", "Ma kienx hemm ippjanar minn fejn se jiġu l-flus biex jitkompla, imma kien hemm biss ippjanar ta' terz tal-funding tiegħu.", "Ma kienx hemm funding dwar l-equipment tiegħu u dwar kif se jitmexxa.", "Kontra l-pariri tat-tobba li kienu qegħdin jgħidul lill-Gvern bid-dupplikazzjoni li se jagħmel, ma kienx hemm funding dwar kif se jitmexxa.", "Jien, il- bniedem li issa qiegħed ġewwa u qed nara l-verita' u r-realta' qed insib li anke l-estimi u r-rapporti li qegħdin joħorġu huma żbaljati.", "Ħalli nieħu l- eżempju ta' l-ilma.", "Jgħollu r-rati, idaħħlu l-meters imbagħad fl-istima li jkunu għamlu ssib li l-ewwel jgħidulek li se jdaħħlu Lm13-il miljun, imbagħad jgħidu li se jdaħħlu Lm7 miljuni u issa ssib li qegħdin jgħidu li se ndaħħlu inqas minn hekk - ħalli ma nagħtix dettalji hawnhekk.", "Allura, Madam Speaker, meta nitkellmu b'dawn it-termini aħna ngħidu li d- Diskors tal-President kien wieħed li fassal u wera l-politika tal-Gvern.", "Iva, hemm x'tikkritika.", "Iva, ikkritikaw, imma jagħmel żball min jippernja l-kritika tiegħu fuq it-trewwieħ biex joħloq l-inċertezza fil-pajjiż.", "Jagħmel żball min jilgħab bil-politika fejn jidħol l-interess nazzjonali.", "Tagħmel żball in-naħa tal-Gvern jekk kemm-il darba turi ruħha sensittiva ż- żejjed għall-kritika.", "Il-kritika trid tkun dejjem u l-ħin kollu, imma tagħmel żball l-Oppożizzjoni jekk kemm-il darba tipprova trewwaħ li xi kriżi fil-pajjiż bl-inċertezzi.", "U tagħmel żball mhux f'xi kontest ta' theddida.", "U le!", "Agħmlu hekk.", "Tagħmel żball għaliex ikun l-iżball ta' Sansun; kien b'saħħtu għal ftit mumenti, imbotta l-pilastri, waqqa' l- saqaf fuqu u qatel lil kulħadd.", "Aħna qegħdin nipprovaw insaħħu l-pilastri, qed nipprovaw intejbu dak li hemm, qegħdin nipprovaw nibnu u nirranġaw fejn hemm bżonn li jiġi rranġat.", "Aħna qegħdin nipprovaw nagħmlu dan.", "L- Oppożizzjoni trid tikkritikana aħna u nagħmlu dan.", "Grazzi talli tikkritikawna.", "Jekk intom waqt li qed tikkritikawna tagħmlu bħalma għamel il-Kap tagħkom, tipprovaw issaħħnu, trewħu, iġġibu l-inċertezza u tnisslu l- biża', mhux aħna ngħidulkom li qed tagħmlu żball.", "Diġa' qalilkom l- elettorat seba' ġimgħat ilu li kontu qed tagħmlu żball meta addottajtu t- tattika tal-biżgħa'.", "(Onor. Membri: Hear, hear) It-tattika tal-biża' u tat-tbeżżiegħ ma taħdimx u iżjed u iżjed ma taħdimx meta permezz tagħha tkun qiegħed tagħmel ħsara lil Malta tagħna lkoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 1996, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Indirizz b'risposta għad-diskors tal-President ta' Malta - Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sinjura President, jien ħadt gost nisma' lill- Ministru Lino Spiteri jitkellem u nibda mill-qawl li semma, jiġifieri \"il- qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.\".", "Jien naħseb li dan huwa appuntu x'qed jiġrilu l-Gvern tal-lum fil-mod kif qed jagħmel il-kritika bla bażi b'mod partikolari fir-rigward tal-Water Services Corporation.", "F'dawn l- aħħar ġranet issemma l-falliment tal-Water Services Corporation, intqal li hemm nies żejda, intqal li hemm il-ħela, b'mod partikolari fl-unaccounted for water u bħalma jaf kulħadd il-General Workers' Union saħansitra ordnat strike ta' siegħa l-bieraħ filgħodu, liema strike ma kienx suċċess.", "Ngħaddi allura biex nikkummenta punt punt dwar dawn l-affarijiet ħalli kemm il-Kamra kif ukoll il-poplu u dawk in-nies kollha li qegħdin jisimgħuna fuq il-mezzi tax-xandir ikunu jafu l-verita' dwar l-andament u t- tmexxija tal-Water Services Corporation mill-1992 'l hawn kif ukoll tal- Water Works Department bejn l-1987 u l-1992.", "Irrid nibda biex ngħid li l- Water Services Corporation tfalli biss meta l-istess korporazzjoni ma taqdix il-mission statement tagħha, li huwa li tipprovdi provvista adegwata kemm fi pressa kif ukoll fi kwantita' kontinwament lill-poplu ta' dawn il- gżejjer.", "Nerġa' ngħid, il-Water Services Corporation tfalli meta ma tilħaqx dan il-għan.", "Għalhekk ta' min jerġa' jmur lura fiż-żmien, Sinjura President, u jara fiex kien jinsab dan il-qasam fl-1987.", "Infakkar li fl-1986 il-gżejjer Maltin kienu xotti; mingħajr provvista adegwata ta' ilma.", "Il-qtugħ fil-provvista kien programmat; kuljum kien ikun hemm qtugħ f'xi lokal tal-pajjiż.", "Tant kien hawn kriżi fil-qasam ta' l- ilma fl-1986 li l-gvern ta' dak iż-żmien kien wasal biex kellu jimporta ilma minn barra permezz ta' vapuri, liema ilma kif jaf kulħadd kien irriżulta li kien kontaminat.", "Tant kien hawn kriżi li f'dawk iż-żminijiet kienu jiltaqgħu l-kbarat li jmexxu l-qasam ta' l-ilma u kienu waslu għall- konklużjoni li kellhom jibdew iqassmu l-ilma fid-djar Maltin permezz ta' jerrycans taż-żewġ galluni.", "Daqshekk kienet kbira l-kriżi li kien hawn fil- qasam ta' l-ilma.", "Hawnhekk nerġa' ngħaddi biex ngħid x'għamel il-Gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1996 biex solva din il-problema u biex solva dan il-falliment li kien hemm fil-qasam ta' l-ilma.", "Irrid ngħid li dan il-qasam inbidel mil-lejl għan-nhar mill-1987 sa l- 1996, u dan inbidel mil-lejl għan-nhar b'investiment qawwi li l-Gvern Nazzjonalista għamel f'dan il-qasam biex jassigura li l-ekonomija fil- pajjiż ma tkunx imxekkla u biex jassigura li l-poplu jkollu provvista adegwata ta' ilma li ma tinqatax.", "Irrid infakkar hawnhekk, Madam Speaker, fiex kien jikkonsisti dan l-investiment.", "Per eżempju, il-produzzjoni ta' l- ilma minn 17-il miljun gallun fl-1986 ġiet irdoppjata għal madwar 34 miljun gallun ilma kuljum fl-1995.", "Din iż-żieda ma saritx billi ttaqqbu iżjed boreholes imma bis-saħħa tal-bini ta' reverse osmosis plants ġodda.", "Hawnhekk ta' min insemmi l-impjant ta' Pembroke kif ukoll dak taċ-Ċirkewwa.", "Ladarba din iż-żieda saret kollha bis-saħħa ta' produzzjoni mir-reverse osmosis plants, awtomatikament il-kwalita' ta' l-ilma fl-istess perjodu tjiebet ukoll.", "Kulħadd jaf li l-ilma li jiġi prodott mill-impjanti tar- reverse osmosis huwa ta' kwalita' aħjar mill-ilma li jittella' mill- boreholes.", "Ladarba wkoll kellna żieda fil-produzzjoni ta' l-ilma bil-mezzi tar-reverse osmosis plants beda jsir it-taħlit ta' l-ilma fil-ġibjuni tagħna; ilma li jiġi prodott fl-impjanti tar-reverse osmosis ma' ilma li jittella' mill-aquifer.", "Dan kollu ssarraf fi provvista ta' kwalita' u standard aħjar u iżjed uniformi mal-pajjiż kollu.", "Irrid infakkar ukoll, Madam Speaker, li bis-saħħa ta' l-investiment li qam il-miljuni kbar ta' liri Maltin, il-qasam ta' l-ilma ġibnih, biex ngħid hekk, f'pożizzjoni komda u għall-ewwel darba fl-istorja kellna dik li tissejjaħ spare production capacity.", "Dan ifisser li kellna mezzi u kapaċita' ta' produzzjoni li taqbeż l-ammont ta' domanda.", "Barra minn hekk, f'każ ta' ħsara f'xi wieħed mill-impjanti tar-reverse osmosis jew f'xi waħda mill-pumping stations, kellna biżżejjed produzzjoni idle biex il- provvista' fil-pajjiż ma tiġix interrotta.", "Infakkar ukoll li fil-perjodu li qegħdin nitkellmu fuqu bejn l-1987 u l- 1996 sar investiment qawwi fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Kienu saru feeder mains, jiġifieri trunk mains ġodda għal diversi lokalitajiet li kienu xotti bħalma huma l-lokalitajiet tal-Qawra, Buġibba, Tas-Sliema, is- Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Birżebbuġa, il-Mosta u diversi postijiet oħra fil- pajjiż li qabel kellhom kriżi fil-provvista ta' l-ilma.", "Bis-saħħa ta' dan ix-xogħol kollu li qed insemmi hawnhekk, għall-ewwel darba wara tant snin dawn ukoll kellhom provvista adegwata ta' ilma.", "Anke fil-Belt Valletta l- Gvern Nazzjonalista investa ammont sostanzjali biex għamel submarine pipeline dirett mir-reverse osmosis plant ta' Tigne' u l-Belt ipprovdejnilha pressa kemm min-naħa tal-Port kif ukoll min-naħa ta' Putirjal.", "Għalhekk, wara tant snin ta' problemi fid-distribuzzjoni u fil- provvista ta' l-ilma l-Belt Valletta kellha u għad għandha sal-lum provvista ta' ilma adegwata.", "Madam Speaker, fil-qasam tad-distribuzzjoni nfakkar fil-proġett kbir li sar fin-Nofsinhar tal-pajjiż fejn konna ħriġna mains kbar taż-żewġ piedi mill-ġibjun tal-Qrendi, li iżjed ma waslu lejn it-trufijiet tan-Nofsinhar tal-pajjiż ovvjament iżjed beda jiċkien id-diameter tal-pajpijiet.", "Bis- saħħa ta' dan il-proġett irħula sħaħ fin-Nofsinhar tal-pajjiż - qed nirreferi għal Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, Ħal Kirkop, il- Kottonera, ix-Xagħjra, Birżebbuġa - wara tant snin ta' problemi fis- sistema tal-provvista ta' l-ilma, għall-ewwel darba mill-1993 'l hawn kellhom provvista ta' l-ilma adegwata u stabbli.", "Irrid ngħid li bis-saħħa ta' dan il-proġett waħdu, bis-saħħa ta' dan l-investiment biss fin- Nofsinhar tal-pajjiż biddilna 30% tan-network kollu li għandu l-pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll li dan in-network kien ġie ddisinjat biex ilaħħaq mad- domanda li se jkun hawn fil-pajjiż sas-sena 2025.", "Qed nerġa' nfakkar dan kollu f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni u mad-distribuzzjoni ta' l- ilma biex nuri kemm il-Gvern Nazzjonalista investa f'dawn il-friegħi ta' l- ilma biex pajjiżna jkun jista' jkollu provvista ta' ilma adegwata u stabbli kontinwa.", "Madam Speaker, issemma wkoll il-ħela ta' l-ilma u hawnhekk wieħed mill- ewwel imur lejn il-problema ta' l-unaccounted for water li huwa dak l- ammont ta' ilma li joħroġ mill-ġibjuni bħala provvista għal għand il- konsumatur u ma jiġix reġistrat u ma jiġix billed.", "Jien nista' ngħid li kont ili f'dan il-qasam għal kważi 10 snin u niftakar li mill-ewwel ġimgħat bdejna nistudjaw din il-problema ta' unaccounted for water u l- Water Works Department u warajh il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, wara li għamlu l-analisi tal-problema ħarġu bi proġetti fejjieda biex din il-problema tiġi kkontrollata u solvuta.", "Mill-analisi li saret nafu li 31% ta' l-unaccounted for water kien dovut għall-meters li ma kenux sensittivi biżżejjed biex jaqraw l-ammont ta' ilma li jgħaddi minn ġo fihom; 9% kienu dovuti għal serq, filwaqt li l-20% l-oħra kienu dovuti għal dawk li jissejħu leakages.", "Il-Gvern Nazzjonalista investa ħafna għat-twettiq ta' soluzzjonijiet għal din il-problema.", "Per eżempju, irrid infakkar li pajjiżna kellu meters li ma kenux sensittivi biżżejjed biex jaqraw l-ammont ta' ilma li jgħaddi minn ġo fihom għal għand il-konsumatur, u allura l- Gvern kellu bilfors jivvota ammont qawwi ta' flus biex jinbidlu l-meters kollha insensittivi li kellna b'mod partikolari dawk il-meters li jissejħu l-\"B\" u \"C\" type b'meters oħrajn li huma \"D\" type - meters li jaqraw l-ammont attwali li jgħaddi minn ġol-meter.", "Issa ħalli nitkellem rigward is-serq.", "Is-serq l-iżjed li jseħħ - kif jaf kulħadd Malta hija żgħira u n-nies huma magħrufa - huwa f'areas agrikoli, fejn hemm il-fabbriki u kif ukoll f'ċerti lukandi.", "Għal dawn l-areas, b'mod partikolari l-areas agrikoli, kien inbeda proġett, u għadu sejjer, li permezz tiegħu l-meters li hemm fir-raba' minflok ma jitħallew fid-dwejra ġo l-għalqa, jinħarġu mal-ħajt li jkun fit-triq jew fi sqaq u l-meter jissakkar ġo kaxxa tal-ħadid.", "B'hekk il-Water Services Corporation kienet qed tagħmel l-almu tagħha biex telimina kull ċans ta' serq ta' ilma.", "Madam Speaker, irrid infakkar li fil-pajjiż għandna areas industrijali, bħal fil-każ ta' San Gwann Industrial Estate, fejn l-ammont ta' unaccounted for water kien ta' madwar 70%.", "Anke f'din l-area, il-Water Services Corporation iċċekjat u bidlet il-parti l-kbira tas-services li kien hemm fil-fabbriki.", "Irrid ngħid li kien hemm fabbriki li kellhom tnejn, tlieta u anke erba' services u lil dawn sarilhom service wieħed, inbidlilhom il- meter u sarulhom ukoll meters moderni li jistgħu jinqraw bir-remote control ħalli b'hekk meta l-meter reader imur biex jaqra l-ammont ta' ilma li jkun ġie billed f'dawn l-istess meters ikun jista' faċilment jagħfas minn barra l-electronic mechanism li jkollu f'idejh u jara l-ammont ta' ilma li jkun ġie reġistrat.", "Madam Speaker, niġu issa għar-rigward tal-leakages.", "Mill-analisi li għadni kemm semmejt, il-Water Services Corporation taf illi madwar 80% tal- leakages iseħħu fil-parti tas-service main, dik il-parti tal-metall galvanizzat.", "Għalhekk il-gvern kien investa bil-qawwi biex beda proġett li permezz tiegħu s-services tal-metall galvanizzat bdew jinqalgħu u minflokhom jitwaħħlu services tal-polyethylene ħalli b'hekk l-ammont ta' leakages jitnaqqas ukoll.", "Madam Speaker, dan ix-xogħol u dan l-investiment kollu beda jagħti l- frott.", "Biżżejjed ngħid li fis-sajf li għadda, dak ta' l-1996, l-ammont ta' ilma bħala provvista li ħarġet biex taqdi l-ħteġijiet tal-pajjiż kienet ta' madwar 10% inqas mill-istess ammont illi kien hemm fis-sajf tas-sena l- oħra.", "Dan kollu jfisser li għalkemm id-domanda dan is-sajf kienet akbar minn dik tas-sena l-oħra, l-ammont ta' l-ilma li ħareġ bħala provvista kien inqas b'madwar 10%.", "Dan ifisser li l-effiċjenza qiegħda titjieb sostanzjalment f'dan il-qasam u permezz ta' hekk il-leakages qegħdin jitnaqqsu bil-mod il-mod.", "Allura dan kollu jfisser li altru li l-qasam ta' l-ilma m'huwiex fallut u altru li l-qasam ta' l-ilma dan l-aħħar kien qed jiġi - nispera li hekk jibqa' - mmaniġġjat b'mod professjonali.", "F'dawn l-aħħar jiem il-Prim Ministru bħas-soltu semma u qal illi f'dan ix- xogħol kollu li għadni kemm semmejt - jiġifieri fil-qasam tal-produzzjoni, distribuzzjoni, bdil ta' service mains u bdil ta' meters anke f'areas agrikoli - l-ewwel ma missu sar huwa investiment fil-qasam tad- distribuzzjoni.", "Madam Speaker, hawnhekk ikolli ngħid li dan l-istatement li għamel il-Prim Ministru jmur kontra l-loġika.", "Imur kontra l-loġika għas- sempliċi raġuni li biex tkun taf fejn ikollok il-leakages l-ewwel irid ikollok network li jkun mimli b'ilma bi pressa.", "Jekk kemm-il darba ma jkollokx network mimli b'ilma bi pressa adegwat ma tistax tinduna fejn ikollok il-leakages.", "U għalhekk kienet għaqlija, nerġa' ngħid, il-policy tal-Gvern Nazzjonalista li bdiet biex tkabbar il-produzzjoni ta' l-ilma u mbagħad tkompla ssaħħaħ u jiżdied il-qasam tad-distribuzzjoni.", "Nerġa' ngħid li biex tkun taf fejn għandek l-akbar ammont ta' leakages, minbarra dan ix-xogħol kollu - iż-żieda fil-produzzjoni ta' l-ilma u ż-żieda fil- qasam tad-distribuzzjoni - trid tagħmel dak li jissejjaħ zoning.", "Trid tagħmel il-master meters u wara li taqra l-billing kollu ta' l-areas partikolari trid tagħmel leak detection test bis-serjeta'.", "Wara li wieħed jiġbor din l-informazzjoni kollha, ikun f'pożizzjoni li jagħmel sistema ta' priorities biex jara liema areas għandha tinbidlilhom is-sistema tad- distribuzzjoni tagħhom.", "Bi pjaċir ngħid li l-Water Services Corporation kienet waslet fl-istadju li jkollha din is-sistema ta' prijorita'.", "Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa semma li qed isir - fil-fatt dan kien diġa' beda jsir - il- bdil tan-network ta' Buġibba.", "Kif nafu Buġibba huwa wieħed minn dawk l- areas fejn il-qasam tad-distribuzzjoni kien sar ta' kafkaf.", "Kienu saru mains taż-żewġ pulzieri u peress li hemmhekk hemm ħafna mains jillijkjaw kienet priorita' għall-Water Services Corporation li tibdel in-network kollu fl-area ta' Buġibba.", "Sinjura President, se ngħaddi issa biex nitkellem dwar in-nies żejda li ssemmew.", "Fuq il-mezzi tax-xandir kif ukoll fil-media u l-gazzetti lokali qed jintqal li mal-Water Services Corporation hemm ħafna nies żejda.", "Hawnhekk irrid infakkar li qabel l-1987 il-Water Works Department kien ġie mgħobbi b'ammont kbir ta' nies.", "Uħud minnhom kienu ddaħħlu b'mod illegali u dawn kienu parti minn dawk it-8,000 ħaddiem - jew 9,000 - li kienet daħħlet l-Amministrazzjoni Soċjalista ta' dak iż-żmien biex mingħaliha tisraq il-vot tagħhom.", "Il-Gvern Nazzjonalista fl-1987 ma kisirx il-wegħda li kien għamel u lil dawn in-nies żammhom kollha mpjegati mal-Water Works Department u b'hekk dan id-dipartiment spiċċa b'madwar 1,900 ħaddiem.", "Bil- mod il-mod fl-1996 dan l-ammont - min għax irtira u min għax sab job x'imkien ieħor - niżel gradwalment għal 1,400 impjegat.", "Sinjura President, irrid ngħid li bejn l-1987 u l-1996 ftit li xejn iddaħħlu mpjegati.", "Kien hemm anke żieda fil-pagi tal-ħaddiema - dwar dan tista' titkellem il-General Workers' Union u x-shop stewards tagħha - u fl- istess perijodu l-impjegati kollha ingħataw għotjiet ta' arretrati.", "Barra minn hekk, ix-shop stewards tal-General Workers' Union - anke l-General Workers' Union li ordnat l-istrajk - tista' titkellem aħjar dwar kif il- Water Services Corporation waqqfet l-Institute of Water Technology li permezz tiegħu din il-Korporazzjoni setgħet tagħti ċ-ċans lil kull ħaddiem biex javvanza 'l quddiem irrispettivament mill-kulur politiku tiegħu.", "Wara 10 snin fil-qasam ta' l-ilma, illum nista' ngħid li kemm il-gvern li jien kont nifforma parti minnu kif ukoll il-Water Services Corporation, imxew b'politika fejn il-ħaddiema kollha ingħataw kull opportunita' biex javvanzaw.", "Ngħaddu issa għall-finanzi.", "Sinjura President, kif taf inti, bħal kull entita' oħra l-Water Services Corporation taħdem bil-flus, għandha d-dħul - ir-revenue - u għandha l-ħruġ - l-expenses.", "Id-dħul jiġi mill-kontijiet li tibgħat kif ukoll minn xi xogħol żgħir ta' services.", "Ma' dan, biex iddaħħal id-dħul kollu, il-Water Services Corporation ovvjament tiddependi mis- sussidju qawwi min-naħa tal-Gvern.", "Irrid ngħid li l-ilma u b'mod partikolari l-qasam domestiku huwa ssussidjat b'madwar 83%.", "Dan ifisser allura li l-poplu, li jħallas it-taxxa, qiegħed jissussidja b'madwar 83ċ għal kull Lm1 li tintefaq f'dan il-qasam.", "Il-Gvern Laburista llum qed jgħid li l-Water Services Corporation hija falluta finanzjarjament u hawnhekk ta' min wieħed jiċċara ċerti affarijiet.", "Irrid ngħid, Sinjura President, li ta' kull sena f'din il-Kamra ġew preżentati l-estimi ta' l-infiq u d-dħul tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u rrid ngħid li l-Oppożizzjoni Soċjalista, illum il-Gvern, kellha ċ-ċans u d-dritt li tifli kull fergħa tal-qasam ta' l-ilma.", "Bħalma diġa' għidt, kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra, jien għamilt diversi invitations, offrejt kull faċilita' lill-Membri ta' l- Oppożizzjoni li llum huma fil-gvern biex jiġu jispezzjonaw u jiflu kull file.", "Saħansitra, anke meta kien hemm allegazzjoni infondata fil-konfront tiegħi fuq l-extension tar-reverse osmosis fl-art ta' Pembroke, jien kont ħadt miegħi l-qorti file sħiħ m'għola erba' piedi biex iservi ta' xhud.", "Dan il-file għadu hemmhekk u nista' ngħid li sal-lum ħadd mill-Membri tan- naħa l-oħra tal-Kamra ma ndenja ruħu jmur iqalleb faċċata waħda minn dan il- file li semmejt sabiex jiċċekkja kemm verament l-affarijiet kienu qed isiru bi trasparenza kbira.", "Fir-rigward ta' l-hekk imsejjaħ falliment finanzjarju, illum il-Gvern qed jgħid li l-Water Services Corporation hija madwar Lm3 miljun short fil- finanzi.", "U hawnhekk irrid nagħti r-raġunijiet tiegħi.", "Nibda biex ngħid li meta l-Water Services Corporation kienet qiegħda tfassal it-tariffi tagħha, din kienet qed tibbaża l-istudju tagħha fuq informazzjoni meħuda miċ- ċensiment li kien sar fl-1985.", "Irrid ngħid li meta kien qed isir dan l- istudju fl-1993 id-data ma baqgħetx eżatta u allura t-tfassil ta' dawn it- tariffi l-ġodda nbena fuq dettalji żbaljati.", "Allura ovvjament, la kien hemm id-data żbaljata, dan irriżulta fi projections ta' dħul ogħla minn dak li eventwalment kien tbassar.", "Pero', Sinjura President, irrid ngħid li din l-informazzjoni li kienet inġabret miċ-ċensiment li kien sar fl-1985 ġiet aġġornata mill-Water Services Corporation u llum, minbarra li din l-istess korporazzjoni aġġornat id-data kollha ta' kif inhuma komposti l-households Maltin, għamlet ukoll inhouse computer għaliha nnfisha u qiegħda tagħmel il-billing tagħha hi stess.", "Irrid ngħid li dan ix-shortfall ta' Lm3 miljun li kien hemm, kien dovut ukoll għall-fatt li l-Water Services Corporation kienet waqgħet xi ftit lura fil-ħruġ tal-kontijiet u rrid ngħid ukoll li dan kien minħabba problemi li kien hemm bejn il-Water Services Corporation u l- Computer Centre tas-Swatar f'dak li jikkonsisti prinċipalment fil-mod kif id-data ġiet transfered mill-istess Computer Centre għall-Water Services Corporation, kif ukoll għall-mod xejn eżatt li bih kien isir il-billing mill-Computer Centre f'Tas-Swatar.", "Qed insemmi dan kollu, Sinjura President, biex ngħid għaliex kien hemm dan ix-shortfall fil-finanzi.", "Meta titfa' dan kollu li għadni kif semmejt f'borma, jiġifieri li meta ġew imfassla t-tariffi l-ġodda kien hemm id-data ħażina, li l-Water Services Corporation waqgħet xi ftit lura biex tibgħat il-kontijiet tagħha minħabba li kien hemm problemi fit-transfer ta' informazzjoni bejn is-Swatar u l-computer tal-Water Services Corporation fil-headquarters ta' Ħal Luqa u li kien hemm ammont sostanzjali ta' arretrati li kellhom jitħallsu dan l-aħħar lill-ħaddiema, jirriżulta dan ix- shortfall ta' madwar Lm3 miljun.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-ilma huwa servizz soċjali u l-gvern, hu liema gvern hu, huwa fid-dover li joħroġ id-differenza ta' bejn id-dħul li jkollha l-korporazzjoni mill-billing tagħha għall-ammont totali ta' l- ispiża tal-produzzjoni ta' l-ilma ħalli b'hekk il-provvista ta' l-ilma fil- pajjiż tkun tista' tibqa' għaddejja b'mod kontinwu.", "Dawn huma r-raġunijiet li juru l-verita' ta' x'ġara fil-qasam ta' l-ilma.", "Hawnhekk ta' min jgħid li sar investiment qawwi f'dan il-qasam, liema qasam sal-lum qed jaqdi l- mission statement tiegħu u jenħtieġ finanzjament kontinwu.", "Dan il-qasam huwa ħaj u għad fadallu irtukkjar u tisħiħ kontinwu.", "Sinjura Speaker, bħalma għidt diġa' l-Gvern preżenti f'din l-aħħar ġimgħa ħareġ bl-għajta ta' falliment.", "Fil-fatt meta wieħed jifli dan ix-xogħol u l-investiment kollu li għadni kif semmejt bilfors jaħseb ħażin fl- atteġġjament tal-Gvern tal-ġurnata.", "GĦalhekk il-poplu bilfors ikollu jagħmel din il-mistoqsija: Min hu fallut; il-Water Services Corporation jew il-Gvern preżenti li diġa' beda jammetti li m'huwiex kapaċi jiġbor u jipprovdi l-flus biex iħallas lill-ħaddiema?", "Il-poplu wkoll jistaqsi jekk dan kollu jfissirx li diġa' beda jberraq fuq provvista stabbli u kontinwa ta' oġġett essenzjali li jismu \"ilma\".", "Aħna qed ngħixu fl-1996, jiġifieri fi żmien meta l-problema ta' l-ilma ilha ma tissemma f'pajjiżna mis-sajf ta' l-1994.", "Tgħid il-Gvern preżenti qed iġib skuża bil-finanzi biex jerġa' jitfa' l-pajjiż fi kriżi ta' nuqqas ta' ilma bħalma kellna bejn l-1971 u l- 1987?", "Qed inġib dawn l-argumenti għax mid-dikjarazzjonijiet li smajna s'issa jidher li fil-qasam ta' l-ilma l-Gvern il-ġdid diġa' falla qabel ma beda.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 1996 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "84.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li huma reġistrati f'Malta f'diversi kategoriji (kummerċjali, privati, eċċ)?", "Kif inhuma mqassma dawn il-vetturi raħal raħal, skond ir-reġistrazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi rreġistrati sa l-5 ta' Diċembru 1996, kien ta' 255,112, mqassmin kif jidher hawn taħt:", "|Karozzi privati |183,081 | |Vetturi kummerċjali |44,747 | |Vetturi għal-kiri |8,058 | |Buses u mini buses |1,045 | |Muturi |18,181 |", "Id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet m'għandux informazzjoni dwar kif inhuma mqassma dawn il-vetturi raħal raħal skond ir-reġistrazzjoni tagħhom.", "PTA - SCHEDULED SERVICE", "85.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' rotot imħaddma fuq scheduled service mill-karozzi tal-linja f'Malta?", "Liema huma dawn ir-rotot, u f'kull każ kemm hu n-numru ta' trips kuljum fuq kull rotta kif ukoll x'ħin jibda l- ewwel trip u x'ħin hu l-aħħar trip?", "Kemm hu, fuq kull rotta, l-fare imħallas?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BUĠIBBA - BUS TERMINUS", "86.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Billi kienu qed isiru taħdidiet dwar il-possibbilta' li l-bus terminus ta' Buġibba ma jibqax fejn hu llum u dan biex ikun possibbli li dan it-terminus jaqdi aħjar il-bżonnijiet ta' l-inħawi, jista' l-Ministru jgħid kif beħsiebu jitkompla x-xogħol ħalli dan it-terminus jiġi mibdul?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ma nistax nifhem kif l-Onor.Interpellant jippretendi li fi żmien daqshekk qasir ngħidlu kif se jitkompla x-xogħol ħalli t-terminus ta' Buġibba jiġi mibdul.", "Kif qal sewwa l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, kull ma sar mill-amministrazzjoni preċedenti huma taħdidiet dwar possibbiltajiet u dan minkejja l-ħafna wegħdiet u flus murija fil-Budget għal proġett.", "BIĊĊERIJA - QATLA TAĊ-ĊANGA", "87.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qatla taċ-ċanga fil-biċċerija ta' Malta u ta' Għawdex matul ix-xahar ta' Novembru?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-qatla taċ- ċanga f'Malta u f'Għawdex kienet skond it-tabella hawn taħt.", "| |Malta |Għawdex | | | | | |Għoġiela |238 |31 | |Baqar |216 |18 | |Erieħ |15 | - | |TOTAL |469 |49 |", "Inżid ngħid li ma' saret l-ebda qatla taċ-ċanga fil-biċċerija ta' l- emergenza li kienet ġiet inawgurata minnek qabel l-elezzjoni, għas-sempliċi raġuni li din il-biċċerija għadha mhux lesta u mhux f'kondizzjoni li taħdem, minkejja li kienet ġiet inawgurata.", "RABAT - MOVIMENT TAL-GIRL GUIDES", "88.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara huwiex possibbli li l-Moviment tal- Girl Guides fir-Rabat, Malta li sal-lum jisservew b'kamra waħda fis-Civic Centre tal-lokal, jingħataw post adattat sabiex jkomplu jwettqu x-xogħol tagħhom fil-lokal b'iżjed kumdita' u minħabba li ċ-ċokon tal-proprjeta' li qegħdin jużaw sal-lum, qed ikollhom jirrifjutaw ammont sostanzjali ta' tfal li applikaw sabiex jidħlu fl-istess għaqda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat illi l-ebda talba uffiċjali ma saret għal post alternattiv mill-għaqda indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "89.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li titranġa, titwessa' u tingħata t-tarmak it-triq li minn taħt ir-Rabat minn ħdejn iċ-Ċimiterju ta' l-Ingliżi tagħti għal Ta' Qali cioe' tisbokka fuq ir-riħ tal-Ground Nazzjonali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR:Peress li bħalissa, kemm minħabba it-temp kif ukoll minħabba impenji li d-Dipartiment tat-Toroq u l-kuntratturi tat-toroq għandhom fuq xogħlijiet oħra, it-twessigħ mitlub ma jistgħux isiru għalissa.", "RABAT/MTARFA - MANUTENZJONI TA' BYPASS", "90.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex it-triq li minn naħa ta' Għajn Qajjed fir-Rabat, Malta u li tieħu għal taħt l-Mtarfa imsejħa Mtarfa Bypass, tinbena mill-ġdid u finalment tingħata t-tarmak billi jidher li meta nbniet l-istess triq fis-snin sebgħin jidher li saret bla pedament sod u għaldaqstant illum qegħda f'sitwazzjoni ħażina ħafna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Din it-triq tinsab imdaħħla fil-programm ta' l- \"upgrading\" ta' toroq tad-Dipartiment tat-Toroq u x-xogħol meħtieġ, isir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm.", "ANZJANI: DJAR TA' L-ANZJANI", "91.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex meta jkun hemm vakanzi fi Djar ta' l-Anzjani fid-diversi lokalitajiet l-ewwel opportunita' tingħata lill-anzjani mill-istess lokal li jkunu diġa' fl- Isptar San Vinċenz de Paule?", "B'dan il-mod, l-istess anzjani jkunu jistgħu jirritornaw sabiex jgħixu fil-lokalita' li jkunu trabbew u għixu għall- maġġor parti ta' ħajjithom.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Meta jkun hemm vakanzi fi Djar ta' l-Anzjani fid- diversi lokalitajiet, l-ewwel opportunita' tingħata lill-anzjani li l-aktar ikollhom bżonn jidħlu f'xi dar, waqt li tingħata konsiderazzjoni xierqa lill-anzjani li jkunu joqogħdu fl-istess lokalita' li qiegħda d-Dar.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Membru, l-anzjani li jiddaħħlu fid-Djar ta' l-Anzjani huma dawk li kapaci jgħixu ħajja indipendenti, waqt li dawk li jiddaħħlu fir-Residenza ta' San Vincenz de Paule, aktarx li jkollhom bżonn ta' nursing.", "Għalhekk ma tantx nara l-possibbilta' li anzjani li qiegħdin f'San Vincenz de Paule, jkunu jistgħu jirrtornaw f'Dar ta' l-Anzjani.", "Madankollu meta ċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu, dejjem ikun hemm l- interess li dan isir.", "MELLIEĦA - DAR GĦALL-ANZJANI", "92.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Minħabba li fil-Mellieħa diġa' hemm art lesta kif ukoll pjanti u proġett għal Dar ta' l-Anzjani lesta, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex dan isir matul is-sena 1997 sabiex jilħaq mal- bżonnijiet ta' l-anzjani tal-lokal f'qasir żmien u jekk hu possibbli dawk l- anzjani li qegħdin fl-Isptar San Vinċenz de Paule jittieħdu jgħixu fil- Mellieħa, f'ambjent u fil-lokal fejn twieldu, trabbew u għixu għall-parti l- kbira ta' ħajjithom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-Mellieħa hemm art li kienet identifikata biex possibbilment tintuża għal dar għall-anzjani.", "Id-dipartiment qatt ma kellu pjanti lesti ta' Dar għall-Anzjani fil-Mellieħa.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "93.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien illi rġiel li jormlu u jkollhom tfal żgħar jew għad għandhom tfal jistudjaw sal-livell ta' inqas minn dik fl-Universita', jingħataw l-istess drittijiet ta' servizzi soċjali li tingħata mara li tormol, sakemm l-istess uliedhom jew jieħdu l-istat tagħhom billi jibdew jaħdmu jew inkella sakemm l-istess ulied jibdew jattendu Universita' jew studji terzjarji oħra?", "Għaldaqstant jekk wieħed jormol, jitqies illi huwa jikkwalifika għal pensjoni daqslikieku dakinhar għalaq il-61 sena u meta l-istess uliedu jew jieħdu l-istat tagħhom billi jibdew jaħdmu jew inkella sakemm jibdew jattendu Universita' jew studji terzjarji oħra fejn ikollhom stipendju, l- armel jerġa' jieħu lura l-impjieg tiegħu skond fejn u kif kien jaħdem qabel?", "Tista' din it-talba tiġi konsidrata fit-tħejjija tal-Budget u miżuri ta' servizzi soċjali għas-sena 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninformalill-Onor.", "Interpellant li l-liġi dwar is- Sigurta`Soċjali tipprovdi sabiex armel li qabel il-mewt ta` martu kien jiddependi finanzjarjament fuq id-dħul tagħha għall-għejxien tiegħu għandu dritt għall-pensjoni ta` armel kemm-il darba, fid-data tal-mewt ta`martu, hi kienet tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa mil-liġi.", "Il-mara tiegħu trid tkun ħallset kontribuzzjonijiet biżżejjed biex il-medja ta` kontribuzzjonijiet imħallsa u akkreditati minn sena għal sena, tkun għall-anqas 20.", "Fil-każ li jkun qed jaħdem dan, ikollu dritt għall- Pensjoni ta` Armel, kemm-il darba jkollu jieqaf biex jieħu ħsieb uliedu dipendenti."]} {"filename": "19970205_025d_par.doc", "date": "1997-02-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 25 L-Erbgħa, 5 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 25 L-Erbgħa, 5 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.20 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "25", "L-Erbgħa, 5 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 232", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 232", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 235", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI 236", "AĠĠORNAMENT 270", "MISTOQSIJIET GĦAL-TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 270", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 24 li saret fl-4 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WSC- BUĠIBBA/SAN PAWL IL-BAĦAR - BDIL TA' MAINS", "937.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-mains ta' l-ilma li nbiddlu fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Xemxija matul l-aħħar ħames snin?", "Kemm kien in-numru ta' house connections li nbiddlu f'dawn inħawi tul l-istess perijodu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Rigward bdil ta' mains u house connections, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet 10.4 kilometri ta' bdil ta' mains u 1,136 house connection services f'Buġibba u l-Qawra.", "F'San Pawl il-Baħar wettqet 2.3 kilometri ta' bdil ta' mains u 351 house connection services.", "Fix- Xemxija l-korporazzjoni wettqet 2.1 kilometri ta' bdil ta' mains iżda house connection services ma sarux.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li fix-Xemxija nbiddlu 2.1 kilometri ta' mains prinċipali u fl-istess ħin ma sar l-ebda xogħol ta' house connection services, ifissirx li jenħtieġ li jsiru l-house connections ta' din l-area partikolari?", "Għar-rigward tat-2.3 kilometri ta' bdil ta' mains f'San Pawl il-Baħar, nixtieq nistaqsi lill- Ministru - naf li diġa' għamiltlu din il-mistoqsija xi erba' darbiet oħra - jekk id-Dipartiment tat-Toroq hux beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Main Street?", "Id-diversi risposti li ngħataw sa issa xorta ma jispjegawx kif se tissolva l-problema li hemm f'din it-triq u jiena naħseb li jsir kemm isir xogħol ta' traqqigħ, xorta waħda se tibqa' il-problema ta' jointing bejn id- diversi mains li hemm f'din it-triq.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Rigward ix-Xemxija, fejn qed jingħad li ma sarux house connections, jien għandi nifhem li, iva, il-mains inbidlu mingħajr ma saru l-house connections.", "Rigward il-każ ta' San Pawl il-Baħar, fejn l-Onor.", "Interpellant, b'ċerta ġustifikazzjoni, qed igħid li fejn inbidlu l-house connections u l-mains saret ċerta ħsara lit-triq, nixtieq ngħid li aħna konxji ta' dan u fil-fatt il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tiddiskuti mad-Dipartiment tat-Toroq ħalli naraw kif tista' tiġi rranġata din it-triq.", "Bħala Dipartiment tat-Toroq, aħna m'aħniex sodisfatti bix-xogħol ta' patching li sar wara li tqegħdu l-mains ġewwa San Pawl il-Baħar, allavolja l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tgħid li x-xogħol huwa komplut u allura, kif diġa' għidt, bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet sabiex tinstab soluzzjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li nbiddlu 10.4 kilometri ta' mains f'Buġibba u fil-Qawra hux se jgħin fix-xogħol li hemm ippjanat għall-upgrading ta' din l-area?", "Xtaqt nistaqsi wkoll kemm fadal mains li għad iridu jinbidlu f'dan l-inħawi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, dwar kemm fadal mains x'jinbidlu ma nistax ngħidlu bl-amment u allura jekk jixtieq li jkollu din l- informazzjoni nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "Rigward l-ewwel mistoqsija nista' ngħid li, iva, ix-xogħol li diġa' sar se jgħin ħafna fir-rehabilitation u l-upgrading ta' Buġibba.", "Qabel ma jsir ix-xogħol fuq it-toroq ta' Buġibba, liema xogħol huwa ppjanat li jsir fit- tlett xhur li ġejjin, irridu naraw li s-servizzi kollha li għaddejjin minn taħt wiċċ it-triq bħal, per eżempju, dawl, telephones, cable television u drenaġġ, ikunu għaddew u jekk jista' jkun ikunu għaddew b'mod permanenti, ħalli wara li jsir ix-xogħol ma jkunx hemm għalfejn li t-toroq jerġgħu jinqalgħu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħid kif se jintagħżlu l-postijiet fejn għandhom jinbidlu l-mains, jiġifieri hemm xi prijoritajiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma teżisti policy fejn dawn jittestjaw l-irħula kollha biex jaraw fejn hemm l-aktar leakages u mbagħad l-ewwel ma' jibdlu jkunu l-mains u l- house connections ta' fejn jirriżulta li hemm l-aktar leakages.", "Jekk niftakar il-figura tajjeb, fil-każ ta' Buġibba jirriżulta li aktar minn 70% ta' l-ilma qed imur f'leakages u għaldaqstant din l-area hija meqjusa bħala prijorita'.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Meta jinbidlu l-meters, qed ikollu jħallas il-konsumatur?", "Jekk iva, kemm qed jiġi mitlub iħallas?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-konsumatur ma jħallas xejn meta jinbidlu l- mains prinċipali, imma jiġi mitlub iħallas meta tinbidel il-house connection.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Peress li l-Ministru qal li hemm prijoritajiet, jista' jgħid jekk għandux xi rapport dwar liema huma dawk il-postijiet li għandhom l-aktar ħtieġa li jinbidlu l-mains?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Bħalissa qed isir xogħol sabiex jitħejja dan ir- rapport u jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub inkun nista' nagħtih l-informazzjoni li qed jitlob.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, f'risposta li għadu kif ta, l- Ministru bir-raġun qal li x-xogħol ta' bdil ta' mains li diġa' sar se jgħin fix-xogħol fuq il-proġett ta' Buġibba.", "Nixtieq nistaqsi jekk, fl-istess inħawi fejn għandu jsir ix-xogħol fuq dan li-proġett, ġewx identifikati xi toroq partikolari li fihom ma hemm bżonn jinbidel l-ebda tip ta' servizz?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-problema ta' l-inħawi ta' Buġibba tista' tinqasam fi tnejn; min-naħa għandek toroq li minnhom għaddej servizz temporanju - hawn m'iniex qed ngħid biss għas-servizz ta' l-ilma imma jistgħu jkunu servizzi oħrajn - u allura hemm il-ħtieġa li dawn jinbidlu; u min-naħa l-oħra irridu nagħmlu eżerċizzju ieħor biex is-servizzi li għaddejjin minn taħt l-art kemm jista' jkun ikunu adegwati biżżejjed biex għallinqas ikunu jifilħu għall-espansjoni prevista fil-futur qarib.", "Għal dan il-għan, il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, flimkien mal-korporazzjonijiet nvoluti, bħalissa għaddej bi proċess biex niddeterminaw x'servizzi hemm u x'bżonnijiet huma previsti għas-snin li ġejjin biex b'hekk naraw li dawn is-servizzi jsiru qabel ma jsiru x- xogħlijiet fuq it-toroq.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li l-parti l-kbira ta' l-inħawi ta' Buġibba huma magħmulin minn materjal artab bħat-tafal jew inkella bħat-turbazz, id- diversi dipartimenti konċernati jikkonsidrawx li l-parti 'l kbira ta' dawn is-servizzi jsiru fuq iż-żewġ naħat tat-triq?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Idealment isir kif qed igħid l-Onor.", "Interpellant, imma peress li ħafna mis-servizzi diġa' huma mgħoddija ma naħsibx li f'dan l-istadju wieħed jista' jagħmel kif qiegħed jiġi suġġerit.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jikkonsidra li f'dawk it-toroq fejn għad m'hemmx servizzi, dawn ix-xogħlijiet isiru fuq iż-żewġ naħat tat- triq?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jien qed neħodha li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dik il-parti ta' Buġibba li se nagħmlu upgrading tagħha, jiġifieri dik il-parti li tibda minn fejn il-Gillieru u tibqa' sejra sal-ponta tal-Qawra, tibqa' ħierġa 'il barra sa ma tiġi għal mal-coastroad u terġa' taqgħad ma' dik it-triq li tagħti għall-Gillieru.", "F'dik l-area partikolari fadal ftit toroq li għad m'għandhomx is-servizzi u għalhekk f'dawk il-każi se nieħdu in konsiderazzjoni s-suġġeriment ta' l- Onor. Membru.", "TOROQ - RIKOSTRUZZJONI", "2395.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tat-Toroq jagħmel rapport li juri liema huma dawk it-toroq li jenħtieġu xogħol ta' rikostruzzjoni jew ta' għoti ta' tarmak mill-ġdid u li jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-fuljett li ġie ppreżentat b'risposta għad-domanda parlamentari numru 2042 li jindika t-toroq li jridu jiġu asfaltati.", "Il-bżonn ta' kisi mill-ġdid ta' toroq ivarja skond it-tibdil li jseħħ minn żmien għal żmien fl-istat tat- toroq u għalhekk dan ix-xogħol ma jistax isir skond xi indiċi partikolari.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, id-domanda numru 2042 li rrifera għaliha l-Ministru fit-tweġiba tiegħu fil-fatt kienet tiegħi ukoll.", "Jien naħseb li kull wieħed minna jgħaddi minn toroq fid-distrett tiegħu li għadhom m'humiex asfaltati u allura jien nistaqsi lill-Ministru jekk jistax igħid x'se jsir biex dawn it-toroq jiġu nklużi fil-lista li għadu kemm semma'.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, wieħed irid jiddistingwi bejn toroq li jappartjenu lill-kunsilli lokali u toroq li huma arterji jew distributorji.", "Bħalissa aħna, flimkien mal-ministeru responsabbli mill- kunsilli lokali, għaddejjin bi proċedura ħalli naraw liema huma dawk it- toroq fl-areas urbani li għandhom bżonn jerġgħu jsiru mill-bidu.", "Fil- ġimgħat li ġejjin nisperaw li nikkonkludu dan il-proċess ħalli mbagħad isir programm sabiex il-kunsilli lokali jirranġaw dawn it-toroq.", "Dawn it- toroq bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, pero' hemm il-ħsieb li dawn jiġu megħjuna mill-gvern ċentrali peress li x-xogħol u l-manutenzjoni fuqhom jinvolvu ħafna spejjeż .", "Rigward toroq oħrajn li huma responsabbilta' tal-gvern ċentrali nista' ngħid li dawn qed isiru skond il-prijoritajiet.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsjiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru) Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar fire engines li għandha t-Taqsima tat-Tifi tan- Nar tal-Pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2320;", "Lista li turi n-numru ta' persuni li ttellgħu l-Qorti mit-Taqsima ta' Kontra d-Droga mill-1978 sa l-1996, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 2638; u", "Lista li turi n-numru ta' persuni li nqabdu jduru għall-kaċċa gewwa riservi bejn l-1988 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2639.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali) : Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista ta' l-impjegati tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, flimkien mal-job description tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2336; u", "Lista ta' skejjel privati f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 2563.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 19 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' l-Importazzjoni;", "Informazzjoni dwar żewġ konsulenti fil-Ministeru tal-Kummerċ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2634;", "Lista li turi l-ammont ta' losses ta' petrol u unleaded petrol matul is-snin bejn l-1981 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2677; u", "Lista li turi l-perċentwali ta' losses ta' elettriku matul is-snin bejn l-1981 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2679.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 18 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet ta' l-Isptar li jitħallsu minn Pazjenti Barranin.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar il-produzzjoni u produtturi tal-majjal bejn l- 1984 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2621;", "Informazzjoni dwar il-kwota ta' majjal maqtul bejn l-1984 u l- 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2622; u", "Tabella li turi l-medja ta' produzzjoni ta' majjal kull sena bejn l-1981 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2666.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċi-President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu għad-diskussjoni l- Voti tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- Gvern.", "Jekk jogħġbu l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, nipproponi:", "VOT 39 - MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 21,166,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 40 - ARTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm657,800 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Artijiet, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 41 - ILMA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm14,627,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Ilma, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT X - MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm13,350,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Chairman, inressaq din l-emenda:", "VOT 39 - MINISTERU GĦAX-XOĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm10,297\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,296\".", "Delete the figure \"Lm10,297\" and substitute therefor the figure \"Lm10,296\".", "Mr Chairman, illum qegħdin niddiskutu l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni li jinkludi fih il-Lands.", "Jiena xtaqt nitkellem ftit fuq affarijiet li jirrigwardaw lil dan id-dipartiment u se nibda billi ngħid kif kienu jiġu spjegati l-affarijiet qabel u kif qed jiġu spjegati llum.", "Meta sa ftit xhur ilu kienu jsiru domandi parlamentari lill-ex- ministri Nazzjonalisti minn diversi Onor. Membri li llum qegħdin fuq il- bankijiet tal-Gvern, l-informazzjoni mitluba kienet tingħatalhom u mhux bħalma qed isir issa.", "Eżempju ta' li qed ngħid huwa meta dan l-aħħar lill- Ministru Buhagiar tlabtu biex jagħtini ċerta informazzjoni u fil-fatt staqsejtu hekk:", "\"Xi proprjeta' hemm li permezz ta' ordni presidenzjali ntalbet li tiġi esproprjata mill-Gvern; kemm minn dawn ġew iffinalizzati; kemm għadhom pendenti; kemm irċevew in-notice to treat; kemm qegħdin fi trattati fuq prezz; kemm huma ta' sidien mhux magħrufa u kemm hemm imwaħħlin minħabba li l-avukat tad-dipartiment ma ffinalizzax l-eżami tad- dokumenti.\"", "Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru rriferieni għar-risposta li kien ta lill- Onor. Adrian Vassallo fis-seduta tat-13 ta' Jannar, 1997 fejn kien qallu hekk:", "\" Inbeda proċess biex issir komputerizzazzjoni ta' l-informazzjoni kollha u għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni meħtieġa.\"", "Sur President, jiena hawn ma nistax nifhem kif erba' xhur ilu dawn id- domandi kienu jiġu mwieġba, allavolja mingħajr komputerizzazzjoni.", "Jekk vera qiegħed isir dan l-eżerċizzju li qiegħed igħid il-Ministru, allura kif illum, meta għandu iktar mezzi, il-Gvern m'huwiex f'pożizzjoni li jirrispondi?", "Jekk inħarsu lejn l-expenditure vote ta' l-istess ministeru nsibu - dan naturalment wara li l-Ministru mar quddiem il-Kabinett għall-approvazzjoni - li taħt \"Programmes and Initiatives\" - hawnhekk qed nirriferi għal paġna 265 ta' l-Estimi ta' 1997 - għandna a big blank zero, jiġifieri m'hemm l- ebda flus ivvotati biex isiru xi inizjattivi jew programmi biex jittejjeb is-servizz ta' dan id-dipartiment.", "Fil-fatt, l-uniċi spejjeż li hawn elenkati huma xi kirjiet li jħallas il-Gvern u spejjeż ta' informazzjoni kontrattwali professjonali li b'kollox jammontaw għal Lm204.", "Hawnhekk nixtieq li l-Ministru jinformana jekk kemm-il darba l-mezzi, il-computers u programmi oħra biex issir din il-computerisation kenux lesti kollha fi żmien il-Gvern Nazzjonalista jew inkella jekk huwiex qed jgħidilna l- verita' f'dawn id-domandi, għax milli jidher din is-sena l-Gvern m'hu se jonfoq assolutament xejn biex jirranġa dan id-dipartiment.", "X'qiegħed isir f'dan id-dipartiment?", "Mr Chairman, f'dan id-dipartiment jiġu amministrati l-kirjiet u l-bejgħ ta' proprjeta', li minnhom din is-sena l-gvern se jdaħħal Lm7.1 miljun, li minnhom pero' qed jalloka biss Lm500,000 biex iħallas lin-nies li waslu biex għamlu kuntratti mal-gvern jew li se jagħmlu kuntratti din is-sena mal- gvern fuq proprjeta' li ħadilhom.", "Dan meta effettivament nafu li jekk wieħed iħares lejn il-kuntratti li għamel il-Lands matul is-sena li għaddiet, jara li din iċ-ċifra diġa' hija prattikament kommessa kollha biex jitħallsu nies li diġa' għandhom kuntratti ta' ħlas ta' esproprjazzjoni.", "GĦalhekk bniedem bilfors jasal biex jirraġuna li din is-sena m'hu se jsir xejn f'dan ir-rigward bħalma m'hu se jsir xejn f'ħafna affarijiet oħra.", "Se jkollna staġnar totali ta' dipartiment ieħor fejn il-Gvern minn naħa se jdaħħal il-flus u min-naħa l-oħra mhux se jużahom biex ineħħi dak li hu tant kien jgħajjar bih lill-Gvern Nazzjonalista, jiġifieri li kien waqa' ħafna lura fil-ħlasijiet dovuti lin-nies li kellhom proprjeta' esproprjata.", "Mr Chairman, hawn nies li minkejja t-talbiet tagħhom sabiex imorru jittrattaw mal-gvern biex jistabbilixxu l-prezzijiet tal-proprjeta' tagħhom, id-dipartiment mhux qed jibgħat għalihom biex jittrattaw.", "Dan forsi għax hemm x'intiża li l-gvern mhux dispost li jħallas?", "Wara kollox, dan jidher biċ-ċar miċ-ċifri li hemm ivvotati!", "Jiena naħseb li l-Ministru għandu jikkonsidra serjament li l-legal section tal-Land Department tiġi rranġata u jekk hemm bżonn jiġu impjegati avukati oħra sabiex dawk in-nies li jaslu fuq figura mal-gvern ma jispiċċawx b'riċerki fuq riċerki għand l- avukat tad-dipartiment - dan fil-fatt qatt ma jasal biex jarahom - u allura jispiċċaw f'sitwazzjoni li minkejja li l-impjegat taċ-ċivil ikun irid jgħinek, dan igħidlek: Isma' jekk l-avukat tagħna ma jaħdimx il-karti jien ma nista' nagħmel xejn.", "Jiena nemmen li l-Gvern għandu jieħu il-passi kollha meħtieġa biex l-Uffiċċju tal-Land Registry - dan twaqqaf xi 14-il sena ilu b'liġi apposta - immedjatament jirreġistra l-artijiet kollha li huma proprjeta' tiegħu u b'hekk jingħalaq settur sostanzjali tar- reġistrazzjoni tal-proprjeta' f'Malta .", "Dan għaliex jekk issir ir- reġistrazzjoni kollha ta' l-art tal-gvern, kif ukoll dik li l-gvern xtara mingħand il-Knisja, allura jkun hemm kważi nofs Malta rreġistrata u b'hekk imbagħad ikun iżjed faċli li min jamministra l-Land Department jasal biex eventwalment jagħlaq dan il-kontest.", "Pero' aħna lill-Ministru nistaqsuh ukoll: X'hemm ċnus u x'hemm kirijiet b'lura?", "Fid-dettall li qed jagħtina hu - jiġifieri fir-recurrent expenditure u fid-dħul - qed igħidilna kemm figuri jridu jidħlu, pero' mkien m'għandna imniżżel x'hemm b'lura, x'ma daħalx, x'qed jistenna, xi dħul se jkollu ġdid jew x'qed jistenna mill-proprjeta' li qed tingħata, anke preżentement, mill-Awtorita' tad-Djar - għax iċ-ċens jew il-kera kollha jgħaddu lill-Lands - u fl-istess ħin jinformana wkoll mingħand min qed jistennihom.", "Il-Ministru qalilna li l-ministeru tiegħu jieħu ħsieb ukoll it-toroq, il- kostruzzjoni u l-public works.", "Il-Ministru messu qam jipprotesta meta l- Gvern naqqas miljun lira maltija mill-flus li kien qed jgħaddi lill- kunsilli lokali għax il-maġġoranza ta' dawn il-flus kienu qed jintnefqu fuq l-infrastruttura.", "Dan huwa piż żejjed li tpoġġa fuq il-ministeru tiegħu u allura l-Ministru messu qam u qal: Isma', b'dan it-tnaqqis se tagħmlu iżjed piż fuq dan il-pajjiż.", "Jekk veru jeżistu l-ħofor, kif tant allegaw, għalfejn ġie mnaqqas dan il-miljun lira!", "Forsi kieku dawn il-flus ma ġewx imnaqqsa kien ikollu mezz ieħor biex jibdew jimtlew dawn il-ħofor!", "Mr Chairman, mill-estimi jirriżulta li biex tiġi rranġata l-proprjeta' tal-gvern se jintnefaq l-ammont ta' Lm5,000.", "Kieku dawn jagħmlu upgrading tal-flats tal-gvern, li huma proprjeta' tal-Land Department - issa hawn qed nitkellmu fil-kontest tal-partijiet komuni - jew anke kieku jagħmlu lift wieħed ukoll ikollok bżonn ta' iżjed minn l-Lm5,000.", "Mela allura wieħed jista' jgħid li m'hu se jsir xejn mid-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex jirranġa dawk il-blokki ta' appartamenti li huma proprjeta' tal-gvern u li għandhom bżonn ta' manutenzjoni.", "Il-ministeru għandu Lm7 miljun dħul u jekk irid jista' jalloka parti minn din is-somma biex isir ċertu xogħol strutturali.", "Mr Chairman, meta qed isiru talbiet biex jiġu rranġati t-toroq li huma arterji minn raħal għal ieħor u allura ma jaqgħux taħt il-kunsilli lokali imma jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu, il-Ministru dejjem igħid li dawn ma jistax jirranġahom taħt l-iskuża tal-Pjan ta' Struttura.", "Meta niġu biex nitkellmu rigward xi proġetti tal-Gvern naraw illi s'issa ma ħarġet l-ebda esproprjazzjoni jew notizia ta' esproprjazzjoni li tindika li se jsir xi proġett ġdid mill-Gvern.", "Għaliex?", "Għax m'għandu ħsieb li jagħmel xejn, aqta' l-mina li kellha ssir taħt l-airport!", "Hawn Malta saru tliet proġetti kbar: il-mina ta' Regional Road, li saret fi żmien Borg Olivier; il-mina fin-naħa ta' Ħal Qormi, li saret fi żmien l-ex-Ministru Michael Falzon u l-mina taħt Regional Raod li saret fi żmien l-ex-Ministru Michael Frendo.", "Nisperaw li sakemm jgħaddu il-ħames snin li ġejjin ikollna wkoll l-unur ngħidu li sar xi proġett ġdid jew forsi din id-darba fiż-żmien il-Ministru Buhagiar issir xi fly-over minflok mina!", "Jien ngħid li minn dawn il-voti li hawn allokati m'hemm l-ebda ħsieb ta' xi ħaġa ġdida, xi ħaġa li tiġġenera x-xogħol, xi ħaġa li tgħin lil dawk in-nies li nvestew f'materjal jew f'makkinarju jew f'mezzi tqal fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Jekk aħna lkoll irridu nkomplu nġibu t-turisti minn barra u jekk aħna lil dan il-pajjiż irridu nkomplu nagħtuh uplift, allura bilfors irridu naraw titjib fl-infrastruttura ta' dan il-pajjiż.", "Dan it-titjib fl- infrastruttura jsir biss jekk il-Gvern l-ewwel jippjana, imbagħad joħorġ in-notice biex hu jieħu l-proprjeta' ħalli mbagħad il-Gvern ikun jista' jagħmel ix-xogħlijiet.", "Dan naturalment sakemm ma jsirx, kif ġieli ġara f'xi żmenijiet, meta kienu jieħdu u jaħdmu l-art imbagħad l-affarijiet legali jħalluhom għal wara.", "Anke dwar il-problema tal-plots, imsejħa tal-BDA, jidher li m'hu jsir xejn.", "Dawn kienu artijiet li ttieħdu fis-snin tmenin mingħand diversi nies bl-iskop li jintużaw għall-plots tal-gvern, Qed nirriferi għall-famużi plots tal-BDA li kienu ħarġu u minkejja li dawn ma ntużawx - jew għax kienu art agrikola jew inkella kienet art oħra li ma kienx hemm skop li tintuża - baqgħu sal-lum proprjeta' tal-gvern u minkejja li l-Gvern mhux qed joħroġ flus biex jikkompensa lil dawn in-nies, imma jagħmel biss kuntratt magħhom sabiex huma jiġu reintegrati fil-pussess ta' dawk l-artijiet li kienu ħadulhom, fl-opinjoni tiegħi, id-Dipartiment ta' l-Artijiet m'hux qed jagħmel dak kollu meħtieġ biex dawn in-nies jeħilsu minn dawn il-problemi.", "Għal min ma jafx, diversi proprjetajiet tal-BDA ġew reġistrati f'isem il- gvern u minkejja li ma ntużawx u minkejja d-dikjarazzjonijiet li saru, anke fil-Parlament, li l-gvern m'għandux utilita' għalihom, dawn l-artijiet xorta għadhom proprjeta' tal-gvern.", "Fil-fatt, dawk in-nies li qed jużawhom jew li mingħalihom li dawn ġew irritornati lura lilhom baqgħu b'xiber imnieħer għax għad m'għandhom xejn.", "Qed naraw, Mr Chairman, li bħal ħafna ministeri oħra m'hemmx viżjoni, m'hemmx tir għall-futur, m'hemm xejn!", "Aħna x'qed ngħidu: Isma', ħalli nagħmlu din il-ħaġa biex għada nkunu aħjar mil-lum.", "Jien se nerġa' niġi għall-punt li bdejt bih: Fejn huma l-computers li bihom il-Ministru qal li qed isir il-lista ta' l-artijiet?", "Fejn hu l-makkinarju, fejn huma l- attrezzaturi?", "F'din il-paġna m'hawn xejn imniżżel.", "Issa jekk dan kollu jfisser li l-Land Department ħa jiġi ridott biss għall-funzjoni biex wieħed imur fil-queue, joqgħod jistenna biex jingħata l-ID Card u mbagħad iżommlu l-kera u tagħtih l-irċevuta, allura hekk mod ieħor!", "Jekk se niġu għal dik is-sitwazzjoni allura tajjeb li jkollna uffiċċju ieħor ħalli jkollna iżjed nies fil-queue, forsi bħalma jkun hemm fid-Dipartiment tax-Xogħol!", "F'dan il-kontest ukoll, Mr Chairman, huwa importanti li l-gvern tal- ġurnata jieħu ħsieb biex fejn hemm artijiet mqabbla lill-bdiewa, fejn hemm artijiet li qed jużahom ħaddieħor hemm bżonn - anke permezz ta' regolamenti jekk hemm bżonn - li llum il-Gvern jirrikonoxxi lill-bdiewa u lin-nies li effettivament qegħdin jużaw dawn l-artijiet u hemm bżonn li darba għal dejjem jiġi stabilit min huma l-utilisti u dawk in-nies li llum huma rikonoxxuti bħala kerrejja.", "Għal dawn ir-raġunijiet u għal diversi raġunijiet oħra, ġieli jkun hemm każijiet fejn għal żewġ jew tliet ġenerazzjonijiet li l-irċevuta għadha toħroġ f'isem l-eredita' .", "Dan mhux dejjem ikun tort tal-Land Department biss għax kultant ikun tort anke tan- nies stess.", "Sur President, peress li x-shadow minister, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech qalli biex infittex nagħlaq id-diskors tiegħi, jien qed nitlob li l-paga tal-Ministru jew tonqos b'Lm1 u dan bl-ebda diżrispett lejn il-persuna tal- Ministru.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Mr Chairman, naħseb li f'din il-Kamra ħadd ma jmerini meta ngħid li l-ilma huwa element bżonnjuż ħafna kemm mil-lat ta' saħħa u kif ukoll mil-lat soċjali.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li l-ilma huwa wieħed mill-ikbar pilastri fl-infrastruttura ta' kull pajjiż.", "L-intenzjoni tiegħi llejla hija li fiż-żmien qasir li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi ngħid fuq fuq x'wiret il-Gvern Nazzjonalista fl-1987, x'ħidma siewja saret mill- Gvern Nazzjonalista tul id-disa' snin li dam fil-gvern u x'futur kien qed jippjana l-Partit Nazzjonalista għall-produzzjoni ta' l-ilma.", "Sur President, aħna x'sibna fl-1987?", "Sibna diżastru sħiħ, sibna kriżi u sibna nies irrabjati għaliex meta kienu jiftħu l-vit ma kenux isibu ilma.", "Fil-fatt dan il-qtugħ ġieli dam għal sigħat, ġieli dam għal ġranet u ġieli dam saħansitra għal ġimgħat sħaħ.", "Kien ikun hemm qtugħ programmat, daqqa tinqata' parti ta' Malta u daqqa tinqata' parti oħra.", "Hawn ma rridx inkun paranojku, imma kien hemm min jgħid li n-naħa tagħna, jiġifieri ta' Tas- Sliema, il-Gżira u dawk in-naħat, ġieli kien jinqata' l-ilma iktar spiss.", "Ir-riżultat ta' dan kien ikun li meta mbagħad l-ilma jibda ġej, għall-ewwel kont issibu mimli sadid, imbagħad jiddardar u fl-aħħar mill-aħħar il- kwalita' tiegħu kienet tkun tant ħażin li l-ilma ma jinxtorobx.", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini ngħid imma li l-kultura ta' xiri ta' fliexken ta' l-ilma kienet daħlet fi żmien Gvern Soċjalista', kultura li għamlet ħsara kbira lill-ambjent u ħsara ekonomika lill-pajjiż.", "Fil-fatt jiddispjaċini ngħid li anke llum - għalkemm l-ilma fil-vit huwa ta' kwalita' tajba - għal xi raġuni jew oħra n-nies tant draw din il-kultura li baqgħu jixtru dawn il-fliexken ta' l-ilma.", "Fl-1987 aħna sibna poplu mgħaddab fejn kien jagħmel dimostrazzjonijiet ta' spiss; xi wħud spontanji u xi wħud organizzati, għaliex le?", "Fl-industrija tat-turiżmu, li dak iż- żmien kienet bdiet tiġi ftit fuq saqajha, konna qed naraw lit-turisti sejrin lejn il-lukandi tagħhom iġorru l-ilma fi fliexken u f'kontenituri oħra.", "GĦaliex wasalna s'hawn?", "X'għamel Gvern Soċjalista tul is-16-il sena?", "Kellu xi pjani biex isolvi din il-problema?", "Jiena rajt xi proġetti saru dak iż-żmien u sibt li fil-fatt waħda mill-ewwel affarijiet li għamel Gvern Soċjalista' kif tela' fil-gvern kienet li waqqaf id-distillaturi li kien installa Gvern Nazzjonalista.", "Billi l-industrija tat-turiżmu u ndustriji oħrajn kien ikollhom bżonn ħafna ilma, il-Gvern Nazzjonalista tas-snin sittin kien ħaseb biex jagħmel distillaturi skond kif kienet is- sistema ta' dak iż-żmien.", "Pero' kif tela' Gvern Soċjalista qal li flixkun ilma kważi kien jiswa daqs flixkun whisky u waqqafhom, bir- riżultat li beda jħaffer Malta kollha - mingħalih skopra xi ħaġa meta din kienet ilha ssir għal mijiet ta' snin - u hawnhekk kemm-il darba smajna li Malta kienet saret qisa passatur tant kien hawn boreholes ma' kullimkien.", "Peress li kien sar ħafna ppumpjar żejjed u tant ittella' ilma iktar milli suppost, kienet saret ħafna ħsara lill-aquifer.", "Għalkemm il-proġett \"Risq il-Widien\" ma kienx ta' entita' kbira kien proġett tajjeb għax filwaqt li sebbaħ lin-natura l-ilma tax-xita ma baqax jispiċċa fil-baħar imma permezz ta' l-ilqugħ l-ilma kien isib ruħu fl- aquifer.", "Naturalment dan qatt m'hu biżżejjed u biż-żmien dawn il-widien - kemm fi żmien Gvern Soċjalista u jiddispjaċini ngħid, anke fi żmienna - marru lura.", "Darba rajna l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien jiġi fuq it- television fi żmien il-Milied u jippreżentalna proġett li, fl-opinjoni tiegħi, kien daħħak lin-nies bih.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-proġett tal- famuż ħawt jew bir fuq il-bejt.", "Dan kien qal li kienu qed isiru esperimenti xjentifiċi fuqu fid-Dipartiment tal-Public Works u wara li għaddew ftit ġimgħat u ftit xhur ma smajna xejn iktar fuqu.", "Imbagħad fl- aħħar reġgħu qabbdu d-distillaturi li konna għamilna aħna, pero' billi kienu ilhom weqfin għal tant żmien dawn ma baqgħux effiċjenti.", "Allura l- unika ħaġa li kellhom jagħmlu - u din kienet ħaġa tajba - kienet li taw bidu għar-reverse osmosis plant ta' GĦar Lapsi u b'daqshekk dak iż-żmien ħasbu li kienu se jsolvu l-problema.", "Kienu qalulna li kienu se jifqgħu lil Malta bl-ilma ħelu imma fil-fatt wara li għadda ftit taż-żmien kellhom jagħmlu reverse osmosis plant oħra f'Tigne.", "Pero' mbagħad is- sitwazzjoni tant saret waħda ta' disperazzjoni li spiċċaw biex importaw l- ilma fit-tankers.", "Dawn it-tankers swewlhom madwar Lm0.5 miljun u meta dawn waslu kienu sabu li l-ilma kien kontaminat.", "Dawk is-16-il sena kienu wirja ta' ineffiċjenza kompleta ta' Gvern Soċjalista.", "X'għamel il-Partit Nazzjonalista kif sab ruħu fil-gvern fl-1987?", "Gvern Nazzjonalista urġentement għamel analisi serja u xjentifika ta' dak li hemm bżonn.", "Kif jaf kulħadd, sab li kien hawn nuqqas ta' ilma u allura kien hemm bżonn li tiżdied il-produzzjoni.", "Sab ukoll sistema antikwata u inadegwata fir-rigward tad-distribuzzjoni għax mhux biżżejjed li tipprovdi l-ilma imma huwa importanti wkoll li dan l-ilma twasslu fid-djar tan-nies, fl-isptarijiet, fil-fabbriki u fi kwalunkwe post ieħor.", "Sibna li l- kwalita' ta' l-ilma kienet ħażina għax is-salinita' - il-livell tal-melħ fl-ilma - kienet ta' livell għoli ħafna.", "Kultant konna nsibu wkoll livell għoli ta' nitrati, affarijiet li kienu jagħmlu ħafna ħsara lis-saħħa.", "Sibna ineffiċjenza - u sa ċertu punt din għadha teżisti anke llum - f'dak li ngħidulu unaccounted for water, fejn jidher li għalkemm kienu qed jipproduċu livell adegwat limitat ta' ilma dan jew ma kienx qed jiġi reġistrat li qed jasal kollu għand il-konsumatur jew inkella l-konsumatur kien qed jużah mingħajr ma l-meter jimmarka.", "Biex insolvu dawn l- affarijiet kollha kien hemm bżonn ta' organizzazzjoni serja biex nieħdu ħsieb dawn il-prijoritajiet u biex isir restructuring xjentifiku.", "GĦalhekk wasalna wkoll biex xi ftit snin wara waqqafna l-Water Services Corporation.", "Issa ħalli naraw x'sar iktar fid-dettal billi nibdew nitkellmu fuq il- produzzjoni.", "Sur President, filwaqt li fl-1987 kellna madwar 18-il miljun gallun ilma kuljum sa l-1994, jiġifieri fi żmien seba' snin, il-produzzjoni tellajniha għal madwar 35 miljun gallun ilma kuljum u għalhekk hawn kellna żieda ta' 100%, jiġifieri rduppjajniha.", "Kif wasalna biex żidniha l-produzzjoni?", "Wasalna għaliha billi kabbarna r-reverse osmosis plant ta' Tigne', għamilna upgrading tar-reverse osmosis ta' GĦar Lapsi u għamilna reverse osmosis plants oħra fiċ-Ċirkewwa u f'Pembroke.", "Fil-fatt, fuq dak ta' Pembroke kellna tgergir fuq il-ħsejjes li kien ikun hemm, kritika li għalija mhux dejjem kienet waħda ġustifikata.", "GĦalkemm aħna bqajna nużaw il-boreholes, neħħejna l-overpumping li kien isir u ġew imwarrba dawk il-boreholes b'salinita' għolja.", "GĦalhekk, saret żieda netta ta' ilma ħelu mir-reverse osmosis plants biss biex b'hekk il-produzzjoni ta' l-ilma tjiebet kemm fil- kwalita' kif ukoll fil-kwantita'.", "Hawnhekk ta' min jgħid li f'dawn l-aħħar tliet snin, sajf wara sajf, kellna provvista adegwata ta' ilma għal kulħadd.", "Mhux hekk biss, imma kellna anke spare capacity, jiġifieri ħsibna biex ikun hemm minn tlieta sa ħames modules fil-plants - ma niftakarx il- figura eżatta - li jkunu idle biex f'każ li jinqala' xi ħsarat dawn ikunu jistgħu jieħdu over.", "Aħna x'konna qed naħsbu li għandu jsir għall-futur?", "Sur President, għalkemm jgħajruna u jikkritikawna ħafna għax, skond huma, aħna ma naħsbux fis-south dan mhux hekk għax, kif se ngħid iktar 'il quddiem, għas-south aħna ħsibna għar-rigward tad-distribuzzjoni ta' l-ilma u ħsibna wkoll biex nagħmlu reverse osmosis plant f'Marsascala.", "Din l- għażla ma saritx b'kapriċċ imma saret wara eżerċizzju rigoruż ta' site selection u wara li saru diversi testijiet biex naraw li f'każ li jfur id- drenaġġ min-naħa ta' Wied GĦammieq - għax dan jasal lejn dawn l-inħawi - ma jikkontaminax l-ilma tar-reverse osmosis ta' Marsascala.", "GĦalkemm sentejn ilu saret applikazzjoni mal-Planning Authority għal dan ix-xogħol, għal xi raġuni jew oħra, dan il-permess baqa' ma nħariġx - aħna nafu li dawn idumu jkarkru saqajhom fuq ċerti affarijiet - u għalhekk din l-applikazzjoni baqgħet pendenti.", "Il-pjan tagħna kien li din is-sena, jew inkella s-sena d- dieħla, bir-reverse osmosis plant ta' Marsascala kien sjjer ikollna żieda ta' żewġ miljun gallun ilma kuljum u li din tibqa' tiela' sa tmienja jew disa' miljun gallun ieħor kuljum.", "GĦall-budget ta' l-1996 Gvern Nazzjonalista kien se jipprovdi Lm3,200,000 biex jinbeda x-xogħol fuq dan ir-reverse osmosis plant u biex isir xi tibdil ta' xi apparat, filwaqt li għal din is-sena, il-Gvern Soċjalista vvota biss Lm0.313 miljun, jiġifieri għaxar darbiet inqas, u ma semmiex ir-reverse osmosis plant ta' Marsascala imma semma biss li dawn il-flus se jużahom għal pilot plant - li ma qalx fejn se tkun - u għal xiri ta' xi equipment ieħor.", "Ir-reverse osmosis ta' Marsascala se ssir jew le?", "Jien naf li hemm diversi ministri min-naħa tal- Gvern li ma tantx huma kuntenti b'din il-proposta, imma jekk din ma ssirx ibatu n-nies tas-south, għax għalkemm fil-kwantita' jkollu l-provvista ta' ilma li tajnih aħna, il-kwalita' ta' dan l-ilma mhux dejjem tkun tajba.", "Din il-ħaġa tħassbek ftit ukoll meta fl-istess Estimi ssib li l-vot għall- management u għall-iżvilupp ta' l-ilma minn taħt l-art minn Lm100,000 li vvota l-Gvern Nazzjonalista s-sena l-oħra dan tela' għal Lm400,000.", "Xi jfisser dan, Sur President?", "Dan ifisser li se nibdew nabbandunaw ir- reverse osmosis plants bl-iżvilupp kollu li fihom u se nerġgħu nibdew inħaffru?", "Naħseb li l-ħofor sabhom il-Gvern Nazzjonalista meta tela' fil- gvern u mhux sabhom issa Gvern Soċjalista!", "Sur President, issa rrid ngħid xi ħaġa fuq is-sistema ta' distribuzzjoni.", "Meta l-Gvern Nazzjonalista tela' fil-gvern sab distribuzzjoni antikwata li ma kien sar xejn biex tiġi rranġata u għalkemm ġieli nbidlu xi pajpijiet - darba qalu li bidlu 40 kilometru f'sena - dawn bidluhom ma' pajpijiet galvanizzati li lanqas huma tajbin.", "Dak iż-żmien, Gvern Nazzjonalista kien sab sistema tali li żewġ terzi minn network ta' 400 kilometru kienu ta' kwalita' inferjuri ħafna għax kien fihom kwalita' ta' galvanizzar li joħroġ is-sadid u meta togħla l-pressa kien ikun hemm ħafna leakages.", "Naturalment dan kien qed iħalli effett ħażin fuq il-kwalita' ta' l-ilma u fuq il-saħħa tal-bniedem.", "Allura x'għamel Gvern Nazzjonalista?", "Il-Gvern Nazzjonalista għamel pjan biex fuq medda ta' ftit snin dawn l- 400 kilometru ta' kanen galvanizzati jinbidlu ma' oħrajn ta' qies adegwat u ta' materjal addattat.", "Fil-fatt, f'mistoqsija parlamentari tal-lejla smajna li diġa' sar bdil sostanzjali ta' kanen f'Buġibba, fil-Qawra, f'Tas- Sliema, f'Ħal Qormi u f'diversi postijiet oħra.", "Hawn ta' min igħid li għamilna wkoll il-famuż Qrendi south pipeline u dan il-proġett ifisser ħafna għan-nies tan-naħa tas-south għax biżżejjed ngħid li dan il-Qrendi south pipeline jieħu over 30% tan-network ta' Malta biex b'hekk in-nies ta' Ħaż-Żabbar, Marsaxlokk, iż-Żejtun, Ħal GĦaxaq u Ħal Kirkop issa qed igawdu minn provvista adegwata.", "Il-Gvern Nazzjonalista għaqqad ukoll il-ġibjun - jew kważi wasal biex jingħaqad - tal-Qrendi ma' dak ta' Ta' Qali biex b'hekk is-sistema ta' l- ilma tan-nies li joqogħdu Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, li kienu jieħdu l-ilma dirett mill-boreholes, issa se jibdew jieħdu kwalita' ta' ilma ħafna aħjar għax dawn se jieħdu ilma li ġej dirett minn dan il-main.", "Aħna rridu li tispiċċa darba għal dejjem is-sistema fejn l-ilma li jitla' mill-boreholes imur dirett fid-djar.", "Fil-fatt, f'dan ir-rigward il-pjan tagħna kien - dan il-pjan kien mexa ħafna - li l-ilma mill-boreholes jitħallat ma' dak tar-reverse osmosis biex b'hekk ikollna kwalita' aħjar.", "Il-Gvern Nazzjonalista ħaseb ukoll biex jagħmel ġibjuni ġodda.", "Biex żgur ikollna resevoirs ta' ilma b'ċerta kapaċita', f'każ li tinqala' xi ħsara x'imkien, kien inħass il-bżonn li Malta tinqasam f'numru ta' żoni fejn ikun hemm reservoirs biżżejjed biex almenu jkun hemm provvista ta' almenu jumejn sħaħ.", "Fil-fatt, waħda mill-ewwel affarijiet li ridna nagħmlu kienet ir- reservoir tax-Xwieki u hawn jien nieħu gost nara li dan il-proġett qiegħed imniżżel fil-pjanijiet tal-Gvern Soċjalista.", "Biex inkomplu nirranġaw is-sistema tad-distribuzzjoni, aħna ridna wkoll li dawk is-servizzi ġodda li jingħataw fid-djar ma jibqgħux isiru bil-kanen galvanizzati kif kien isir qabel u għalhekk bdejna s-sistema tal-polythene pipes ħalli b'hekk ikun hemm inqas leakages.", "Dan għaliex instab li ħafna mil-leakages kienu kkaġunati mill-kanna li tieħu minn dik prinċipali tal- Gvern għal ġod-djar.", "Għalhekk minnbarra li s-servizzi ġodda li qed jingħataw kollha qed isiru b'din is-sistema kien sar pjan biex fi żmien tmien snin jinbidlu l-kanen kollha.", "Mr Chairman, meta naraw li saru dawn l-affarijiet kollha niġu mbagħad għall-effiċjenza, ċioe' li jkollna ilma aħjar, kemm fil-kwalita' kif ukoll fil-kwantita'.", "Dawn l-affarijiet kollha ma sarux kif ġieb u laħaq, ma sarux biss bil-ħsibijiet tad-diversi ministri, imma billi ħloqna wkoll il- Water Services Corporation li ħadmet b'mod xjentifiku, organizzat id- diversi taqsimiet tagħha u ħasbet għal uffiċċji aħjar f'Ħal-Luqa.", "Il-Water Services Corporation kienet responsabbli wkoll biex twaqqaf il-Institute of Water Technology, inizjattiva ta' min ifaħħarha ħafna għaliex dan l- Institute of Water Technology mhux qiegħed biex jgħallem l-inġiniera biss imma qiegħed biex jgħallem lill-impjegati kollha tal-Water Services Corporation, mill-impjegat iż-żgħir sa l-għola wieħed.", "Hawnhekk qed isir ġid kbir u l-ħaddiema, huma min huma, kollha qed japprezzawh dan.", "Jien informat li tant sejjer tajjeb dan l-institute li anke studenti minn barra l-Water Services Corporation qed juru interess li jattendu għal dawn il- korsijiet.", "Peress li ma tantx baqa' ħin, xtaqt insemmi xi ħaġa dwar x'sar fuq il- computerisation, fuq il-customer care - għalkemm irranġat xtaqna nirranġawha b'mod aħjar - u fuq il-kampanja biex il-poplu jibża' għall- ilma li forsi wieħed għandu jagħmilha aktar effiċjenti.", "Għalekmm aħna ngergru li għandna nuqqas ta' ilma, pero' mbagħad anke meta tmur postijiet kbar fl-Ewropa tara li l-ilma jagħtuh prijorita' kbira.", "Jien hawnhekk semmejt x'sar u x'nixtieq li jsir, pero' issa nixtieq insemmi li dan l-aħħar qed ikollna qtugħ ta' ilma f'diversi postijiet Malta, liema qtugħ kultant ma tispjegahx.", "Jien nifhem li meta jkun hemm qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku anke ir-reverse osmosis jiefqu u allura jkun hemm nuqqas ta' ilma, pero' mbagħad ma nistax nifhem kif f'ċerti postijiet - smajna kemm-il darba f'gazzetti, qrajna fuq l-aħbarijiet u kien hawn anke interpellanzi parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra - bħal Ħal Tarxien, il-Hamrun u l-Gzira qed ikun hemm nuqqas u kultant anke qtugħ fl-ilma li jdum minn filgħodu sa fil-għaxija u ma jkunx hemm spjegazzjoni għal dan il-qtugħ.", "Fejn noqgħod jien, il-Gżira, kien wieħed mill-postijiet li kien ibati ħafna minn nuqqas ta' ilma, pero' dan l-aħħar konna ilna snin sħaħ li nsibu l-ilma fil-vit u allura jien nixtieq li l-Ministru jagħtini sodisfazzjon għaliex qed jiġri dan il-qtugħ.", "Mr Chairman, nasal biex nagħlaq l-intervent qasir tiegħi billi nittama u nawgura li x-xogħol siewi li għamlet il-Water Services Corporation jitkompla taħt l-Amministrazzjoni Soċjalista.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, id-diskussjoni tal-llum fuq l- estimi għar-rigward tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, forsi interessantament, tikkoinċidi wkoll ma' għeluq l-ewwel mitt jum tal- Gvern il-ġdid.", "Il-bieraħ rajna riklam fl-\"l-orizzont\", li fil-fehma tiegħi kien daqsxejn imġebbed, ta' dak li sar kif wkoll ta' dak li ma sarx.", "Jien se nagħmel biss dan il-kumment għaliex fil-pjanifikazzjoni u fl- iżvilupp ta' pajjiż bħal tagħna, ir-rwol tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni huwa wieħed mill-iktar importanti u allura f'din l- ewwel okkażjoni tiegħi li nitkellem fuq l-estimi ta' dan il-ministeru naħseb li huwa kważi doveruż li nesprimi minn qalbi r-ringrazzjament totali - kif kelli l-okkażjoni li nesprimi ma wħud b'mod personali - lill- uffiċjali kollha fi ħdan il-ministeru, li qabel kien imsemmi Ministeru għall-Ambjent, u fi ħdan it-Taqsima Xogħlijiet, li kollha nafhom bħala uffiċjali serji, responsabbli, dedikati u li għandhom għal qalbhom il-ġid tal-pajjiż.", "Naturalment il-parti l-kbira minnhom huma fil-postijiet fejn normalment ikunu waqt id-diskussjoni ta' estimi, jiġifieri fis-siġġijiet riżervati għall-advisers f'din il-Kamra, u allura nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzjahom.", "Naturalment irrid nagħti kelma wkoll ta' awgurju personalment lill-Ministru l-ġdid, li qabel kien isegwi x'ikun qed jiġri f'dan il-ministeru mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni, u dan għaliex, kif se nispjega aktar tard, jien nemmen li dak li jseħħ f'dan il-ministeru għandu rabta' diretta ma' dak li jkun qed jiġri fil-kumplament tal-pajjiż.", "Hawnhekk forsi tajjeb li qabel xejn wieħed jagħti ħarsa, imqar fil-qosor, lejn dak li twettaq minn Gvern Nazzjonalista fl-aħħar disa' snin.", "Qabel xejn irrid ngħid li l-ministeru li qed nitkellmu dwaru llum, tradizjonalment kien dejjem magħruf bħala l-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi - ċioe' tal-Public Works - u wara l-gwerra kien ukoll issejjah bħala l-Ministeru tar-Rikostuzzjoni.", "Il-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar disa' snin kien għażel li jiddefinixxi, bi skop politiku preċiż, dan il-ministeru b'mod differenti.", "Għaliex il-Gvern preżenti ħass li kellu jmur lura għall- isem tradizzjonali - apparti li ħa parti sew mill-isem li l-ministeru kellu minn wara l-gwerra jiġifieri, flok rikostruzzjoni issa qed jgħidlu Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni - naturalment hija għażla politika li forsi l-Ministru jkollu okkażjoni jispjega fil-winding up tiegħu.", "Pero' ejjew inħarsu ftit lejn x'għamilna fl-aħħar disa' snin.", "Fl-ewwel ħames snin, jiġifieri fis-Seba' Leġislatura, għidna li dan huwa l-Ministeru għal Iżvilupp ta' l-Infrastruttura u din kienet deċiżjoni politika ċara fejn fhimna li hawn qed nitkellmu fuq ċavetta mill-iktar importanti għall-iżvilupp kollu tal-pajjiż.", "Aħna fehemna li dan il- ministeru jrid ikun iċ-ċavetta għat-take-off ta' Malta, it-take-off għall- ħolqien ta' xogħol, għat-tkattir tal-ġid u għad-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu biex ikun hemm l-iżvilupp ta' infrastruttura li verament hemm bżonn u li dan imbagħad tiggarantixxi aktar xogħol.", "Per eżempju, wieħed ma jistax ma jfakkarx fil-bini ta' l-air terminal il-ġdid li hu mgħammar b'sistemi mill-iktar moderni biex ikun jista' jlaħħaq mal-movimenti ta' 1,200 passiġġier fis-siegħa.", "Lanqas nistgħu ma nsemmux it-titjib fil- portijiet, bil-bini ta' mollijiet fi Fuel Wharf kif ukoll bl-iżvilupp tal- Port Ħieles.", "Għal dak li twettaq fil-qasam ta' l-ilma diġa' rrifera għalih il-kollega u ħabib tiegħi l-Onor.", "John Vella.", "Dwar il-qasam ta' l-enerġija li llum jappartjeni lill-ministeru ieħor, forsi hawnhekk wieħed irid ta' bilfors jgħid li bl-għażla politika li għamel dan il-Gvern - u li jrid jagħmel kull gvern - dan il-ministeru a paragun ta' kif kien qabel ġie spezzettat bejn tliet jew erba' ministeri.", "Dan għall-fatt li jekk titkellem fuq il-qasam ta' l-enerġija tmur fuq il-Ministeru tal-Kummerċ, jekk tara l-aspett ta' kostruzzjoni mil-lat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent u jekk nieħdu t-telekommunikazzjoni allura trid tinkludi wkoll lill-Ministru bla Portafoll li hemm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Li hemm taħt il-Ministru attwali huma x-xogħlijiet pubbliċi u l-iżvilupp ta' l-infrastruttura.", "Imma, nerġa' ngħid, dawn huma għażliet li jsiru minn ħafna gvernijiet fil-bidu tat-tmexxija tagħhom, anke jekk dawn mhux dejjem huma spjegabbli b'mod ċar.", "Wieħed irid jirriferi wkoll għall-infrastruttura li kienet meħtieġa fis- settur tad-drenaġġ li dwaru sar masterplan u li tħaddem b'rittmu mgħaġġel u li nawgura li jibqa' jitħaddem bl-istess rittmu - kif għamel s'issa - mill- Gvern attwali .Naturalment dwar dawn se nagħti eżempji iżjed speċifiċi meta aktar 'il quddiem nibda nirriferi għad-dipartimenti li jaqgħu taħt it- Taqsima tax-Xogħlijiet.", "L-istess ġara għar-rigward tat-toroq, kif fil-fatt diġa' spjega il-kollega tiegħi l-Onor.", "Tony Abela.", "Kieku kelli nħares lejn dawn l-affarijiet kollha u nipprova nagħti rendikont fil-qosor ta' dak kollu li sar, fil-fehma tiegħi kien joħroġ ċar li kien hemm direzzjoni li kienet tenfasizza viżjoni serja għall-ħolqien ta' pajjiż modern.", "Għalina, f'din il-viżjoni kien u baqa' dejjem importanti l-bniedem, il-kwalita' tal-ħajja u l-livell ta' xogħol li jingħata minn dan il-ministeru.", "Għaliex?", "Għax f'ħafna minn dawn is-setturi li qed nirriferi għalihom, aħna tlaqna minn sitwazzjoni ta' medjokrita' assoluta u allura ridna li mmorru minn din il-medjokrita' għall-kwalita.", "Aħna ma ridniex li nkunu spirati mill-motto \"Never mind the quality, feel the width,\" u appell li ma nistax ma nagħmilx lill-kollega tiegħi, il- Ministru Charles Buhagiar, li llum huwa responsabbli għal dan is-settur, huwa li jrid ikun hemm direzzjoni favur il-kwalita'.", "Int tista' taqbad l- istorja tad-diversi oqsma ta' l-infrastruttura ta' l-aħħar disa' snin u tipplottjha fuq graph u tara kif fuq naħa waħda għandek kważi dejjem tluq minn livelli medjokri u fit-tarf l-ieħor għandek mhux il-perfezzjoni, għaliex il-perfezzjoni ma tilħaqha qatt, imma għandek direzzjoni ċarissima ta' l-enfasi fuq il-kwalita'.", "L-ajruport huwa l-ewwel eżempju, fejn titlaq mill-medjokrita' tal-bini li ma kienx għadu jlaħħaq mal-ħtiġijiet u fejn sa Mejju ta' 1987 kellek deċiżjonijiet politiċi li wasslu biex lanqas biss jinbidel il-luggage carousel.", "L-air terminal tant kien fi stat li ma jlaħħaqx mal-ħtiġijiet li saħansitra kellna nagħmlu xogħlijiet ta' upgrading fuq dak eżistenti għaliex ma stajniex inħalluh hekk sakemm tittieħed id-deċiżjoni li jinbena air terminal ġdid.", "Nieħdu l-graph tat-telekommunikkazzjoni, f'tarf minnhom għandek is- sistema ta' l-iStrowger, id-double lines, il-crossed lines, in-nuqqas ta' linji fil-pajjiż u mbagħad fit-tarf l-ieħor għandek sistema diġitali moderna ta' kommunikazzjoni bla riżervi, anke internazzjonalment, permezz tas-sistemi ta' satelliti kif ukoll l-introduzzjoni ta' l-Internet.", "Dawn tarahom kollha fuq chart flimkien, 1987 f'tarf u 1996 fit-tarf l-ieħor.", "Jekk tagħmel l-istess ħaġa għall-ilma, hawnhekk f'tarf issib in-nuqqas ta' ilma fil-vit, li diġa' tkellimna dwaru u l-problema ta' kif tippjana f'dan is-settur, u fit-tarf l-ieħor għandek garanzija ta' provvista' għal dak li għandu bżonn il-poplu u l-industrija peress li issa l-pajjiż spiċċa jipproduċi d-doppju ta' qabel.", "Fil-qasam ta' l-enerġija kien hemm id-deċiżjoni biex tinbena power station, bil-fażijiet kollha, biex tlaħħaq mall-ħteġijiet fl-iżvilupp ta' l- infrastruttura.", "Għas-sistema tad-drenaġġ kellna l-masterplan bl-enfasi tkun fuq kif nintegraw din is-sistema ma' sistema ta' produzzjoni ta' second class water.", "Pero' qabel il-masterplan kellek il-medjokrita' u mbagħad kien hemm, nerġa' ngħid, mhux il-perfezzjoni imma direzzjoni ċarissima ta' gvern li ried iwettaq dak li kien meħtieġ għal pajjiż.", "L-istess dwar il-faċilitajiet fil-portijiet tagħna bħal, per eżempju, li jkollok xi forma ta' sea passenger terminal.", "Nista' nitkellem ukoll dwar l-infrastruttura għal Għawdex, li hija wkoll suġġett rilevanti ħafna speċjalment bħalissa, u aktar tard se nirriferi anke għaċ-ċifri preċiżi dwar dak li qed jitwettaq f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk wieħed josserva l-impenn li evidentement kien hemm biex il- kwalita' ta' ħajja aħjar mill-aspett infrastrutturali, b'mod prinċipali, l- iżvilupp tal-mollijiet u tas-sistema tat-toroq, biex il-kwalita' ta' ħajja tkun eżistenti f'Għadex ukoll.", "Illum dak l-impenn iktar jidher fin-nuqqas tiegħu milli jidher bħala impenn li sejjer ikompli.", "Anke għat-toroq, il-prijorita' fuqhom segwiet dawn il-prijoritajiet l- oħra li qed nitkellem dwarhom, għaliex kien evidenti għall-Gvern Nazzjonalista li int ma tistax tibda biex tirranġa t-toroq ta' Malta - apparti l-proġetti kbar, jiġifieri, l-proġett tal-mini ta' Santa Venera u l- proġett f'tal-Qroqq, li naturalment għad fadal x'irid isir fuqu, u proġetti oħrajn li kienu diġa' saru - jekk int l-ewwel ma tagħtix prijorita' lill-oqsma l-oħra ta' l-infrastruttura li, b'mod loġiku, bilfors iridu jsiru qabel ma int tkompli fuq proġett iktar ambizzjuż tat- toroq.", "Pero' nafu li kien hemm rapport komprensiv li jikklassifika t-toroq kollha u li jagħti direzzjoni politika ċara fejn irridu naslu.", "Mr Chairman, apparti li nitkellmu fuq l-iżvilupp infrastrutturali jien imbagħad irrid ngħaddi għat-tmien leġislatura fejn għamilna l-enfasi ta' l- integrazzjoni ta' dawn il-prinċipji kollha mar-rispett lejn l-ambjent.", "Kien proprju għalhekk li dan il-ministeru sejjaħnilu l-Ministeru għal Ambjent għaliex ridna li l-ambjent ikun decision making factor fid- deċiżjonijiet l-oħra kollha li jittieħdu għall-iżvilupp ta' l- infrastruttura.", "F'dawn l-aspetti kollha, l-economic equation li għamel il- Gvern preċedenti kienet mhux biss graph li titlaq dejjem mill-punt ta' medjokrita' għall- punt ta' kwalita' ta' ħajja, ta' kwalita' ta' servizz, ta' kwalita' li tiggarantixxi xogħol u investiment, imma kienet economic equation li b'dan l-iżvilupp inkunu qed niggarantixxu x-xogħol, inkattru l- ġid u ngħollu l-kwalita' tal-ħajja.", "Meta ta' kuljum jien nisma' argumenti - jew aħjar ereżiji - min-naħa l-oħra tal-Gvern li jgħidu, per eżempju - sal-bierah stess - li l-Malta International Airport għandha problema għaliex trid tħallas Lm7 miljun fuq il-loan ta' l-European Investment Bank għall-bini ta' l-air terminal il-ġdid, allura jien ngħid li bil-mod kif qed jargumenta l-Gvern qed jgħidilna li l-investiment ma jiswa xejn jekk int trid tħallas għalih.", "Issa ħalli nipprova napplika dan għall-ħajja, għax naħseb li iktar ma tieħu eżempji mill-ħajja ta' kuljum iktar nifhmu lil xulxin.", "Ħalli nipprova napplika dawn l-istess argumenti għal dawk il- koppji kollha li jkunu sselfu l-flus biex setgħu jixtru d-dar tagħhom fejn, bil-loġika tal-Gvern preżenti, dawn kollha m'għandhomx dar imma għandhom biss ħofra.", "Dan qed ngħidu għaliex jekk l-air terminal ma jeżistix, aħseb u are kemm teżisti d-dar ta' din il-koppja!", "Jew jekk il-power station ma teżistix, għax naraw biss x'għandek tagħti bħala ħlas biex sar dak l-investiment, aħseb u ara kemm teżisti dik id-dar!", "Jew jekk l-impjanti tar-reverse osmosis huma finta, aħseb u ara kemm jeżisti flat ta' dak l-individwu.", "Allura jekk dan kollu jiġi applikat b'dan il-mod jien nistaqsi, il-persuni fil-ħajja tagħhom ta' kuljum x'suppost jagħmlu?", "Suppost kulħadd jara kif jikri l-basement tad-dar biex b'hekk ikopri l-loan repayment programm li jkollu?", "Jew jekk imorru bil-karozza sal-post tax-xogħol tagħhom suppost jagħmlu tabella mal-windscreen biex jgħabbu xi passiġġieri ħalli jżommulu n- noll?", "Naturalment, jekk imbagħad imorru Għawdex iridu jkopru n-nollijiet il- ġodda wkoll!", "Jekk għandhom telephone ġod-dar suppost li jagħmlu kaxxa u jistiednu n-nies minn barra u jgħidulhom: Ejjew itfgħu l-flus fil-kaxxa, għax dawn ma jeżistux!", "Donnu li għall-Gvern ma jgħodd xejn li jkollok servizzi ta' infrastruttura u għalhekk jien ma nistax ma nappellax lill- Gvern biex jibdel din il-mentalita' għal waħda li tibqa' mmirata lejn il- kwalita' ta' servizz, lejn il-kwalita' tal-ħajja u l-ħolqien tax-xogħol, għax hemm qiegħda l-economic equation.", "Jekk nipprovaw ngħidu: Mela air terminal, ladarba rridu ndumu tant snin biex inħallsuh, ma nagħmluhx, u allura b'dan l-argument imn'Alla li l-Gvern Nazzjonalista għamlu.", "Power station ma nagħmluhiex biex imbagħad ma niġġenerawx dawl!", "Reverse osmosis li tiġi tiswa l-miljuni ma nistallawhiex!", "Jekk il-Gvern jirraġuna b'dan il-mod ikun qed iwassal għal-diżastru ekonomiku għaliex ma jkunx qiegħed jagħmel l-akbar dover tiegħu, li b'mod partikolari hu rrappreżentat minn min ikollu responsabbilta' tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, li jiggarantixxi dawk is-servizzi kollha li għandu bżonn il- pajjiż u allura ma tarax kull servizz fih innifsu imma tarah fit-totalita' kollha tiegħu.", "Mela ladarba ħadd f'sensih - kif tajt eżempju ta' min jixtri post jew appartament - ma jirraġuna jew jippjana ħajtu b'dan il-mod, allura ma jistax ikun li l-pajjiż jitmexxa b'dan il-mod.", "Il-Ministeru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni - la l-isem tiegħu reġa' sar hekk - irid ikun il-mutur ta' ħidma biex il-pajjiż ikollu l-kwalita' ta' servizzi li għandu bżonn.", "Jekk wieħed iħares lejn id-Diskors tal-President, għan-nom tal-Gvern, fl-okkażżjoni tal-ftuħ ta' dan il-Parlament, jifhem illi bħala lip service kienet issemmiet ukoll il-ħtieġa ta' kwalita' ta' servizzi ta' infrastruttura li ġew marbuta wkoll mal-ħolqien tax-xogħol.", "Sur President, f'dan ir-rigward forsi huwa importanti li wieħed jagħti ħarsa dettaljata lejn l-Estimi li għandna quddiemna u se nibda billi nħares anke lejn il-mission statement, fejn insib riferenza għal dak li jrid isir fit-Taqsima Xogħlijiet jiġifieri:", "\"The restructuring process carried out during 1992 now needs to be revised and updated in line with the Works Division's new responsibilities in order to provide a more efficient and effective operational structure.\"", "Mela hawnhekk il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni qed jgħidilna li wieħed irid jerġa' jirrivedi dan il-proċess ta' ristrutturazzjoni .", "Naturalment jien m'inhix kontra li tirrevedi l- istrutturi li jkollok għax anke s-sena li għaddiet stess konna ħadna miżuri biex isir aktar titjib fit-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Pero' jien naħseb li l- Ministru jrid jispjega preċiżament x'għandu f'moħħu u jrid ikollu konċett - li jagħmlu hu jew li jagħmluhulu - ta' organisation chart li verament tilħaq l-iskopijiet ta' taqsima li taħdem b'mod iktar effiċjenti permezz ta' użu aħjar tar-riżorsi fi ħdanha.", "Qed nassumi li donnu dan l-eżerċizzju m'huwiex lest, pero' mis-sintomi li jidhru s'issa għandi dubji jekk hawnhekk hux mexjin verament fit-triq it-tajba.", "Jekk niġu għall-Building and Engineering Department - dalwaqt ngħid x'hemm miktub f'dawn l-Estimi għar-rigward ta' dan id-dipartiment - qed jingħad, għal raġunijiet li ma nistax nifhem b'liema loġika saru, li dan id- dipartiment - jekk mhux qed jingħad bil-kliem almenu qed isir fil-prattika - għandu jkun dipartiment li jipprovdi biss servizz ta' disinn lit-Taqsima tax-Xogħlijiet u lil dipartimenti oħra tal-gvern.", "Bħala riżultat, taħt il- Construction and Maintenance Department, kif qed jissejjaħ bħalissa, tfajna kważi kollox, anke l-local councils unit - nitkellem dwarha aktar tard - li issa ġiet tagħmel parti minn dan id-dipartiment, donnu biex żgur ma jkollhiex awtonomija tagħha, kif ukoll il-marine section, il- fortifikazzjonijiet u parti mill-estates.", "F'dan l-istadju jien ngħid li għandi d-dubji tiegħi jekk dan huwiex mod kif id-dipartimenti jiġu jaħdmu aħjar.", "Pero', qabel ma nirriferi għad-dipartimenti iktar fid-dettall, ħalli naraw x'jgħidu l-Estimi għar-rigward tal-Building and Engineering Department, li kien wieħed mill-aqwa dipartimenti fit-Taqsima Xogħlijietli u li issa qed jiġi ridott f'dan l-istat.", "Fl-Estimi li ppreżenta dan il- Gvern insibu miktub hekk:", "\"The Department's main activity during 1996 was related to four major projects.", "These were the building of the new Civic Centre at Birkirkara, Phase I of the Girls' Junior Lyceum at Sta Lucia and the Old People's Home at Cospicua and the construction of additional accommodation at the Corradino Correctional Facility.\"", "Naturalment, s'hawnhekk iffriskajt il-memorja tiegħi dwar x'għamilna aħna fl-1996.", "Imbagħad qrajt b'attenzjoni ikbar il-paragrafu ta' wara li jgħid hekk:", "\"During 1997 it is anticipated that works at the Birkirkara Civic Centre, as well as the first phase of the Sta Lucia school, will be completed.", "Works will continue during the current financial year at the Old People's Home and at the Corradino Correctional Facility.\"", "Mela jekk ikolli nimxi ma' l-Estimi - issa jiena naf li hemm xi ħsibijiet oħra - ngħid li fl-1997 se jitkompla dak li nbeda fl-1996.", "Jien kelli nistudja b'attenzjoni kbira x'hawn miktub hawn għax meta madwar xahar ilu għamilt domanda parlamentari dwar xi proġetti għandu l-Gvern, ir- risposta kienet li dawk kienu se joħorġu mill-budget.", "Issa, meta wieħed jaqra l-Estimi b'attenzjoni jsib li se nispiċċaw dak li sar fl-1996 u m'hemm ebda idea ġdida.", "Jien naħseb li n-nuqqas ta' pjani ġodda u n-nuqqas ta' viżjoni huma fatturi li jistgħu jagħmlu ħsara mhux biss lil dan il- ministeru imma, bħala konsegwenza, lill-iżvilupp kollu tal-pajjiż għar- raġunijiet li għadni kif spjegajt.", "Rigward il-local councils unit jien nixtieq nirriferi lill-Ministru għat- tweġiba ta' mistoqsija Nru. 76 fejn kont staqsejtu x'inhuma l-pjani għal dan il-unit, fejn kien qal hekk:", "\"Il-funzjoni ta' dan il-unit qed tiġi emendata fil-proċess ta' ristrutturazzjoni li qed isir f'dan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.", "Trid tittieħed ukoll in konsiderazzjoni l-iskema li permezz tagħha xi ħaddiema jiġu sekondati direttament lill-kunsilli lokali.", "Dan kollu jrid iwassal sabiex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jiffunzjonaw b'mod aktar effiċjenti.\"", "Naħseb li dan hu punt li wieħed irid iħares lejh b'attenzjoni.", "Il-Gvern qed jgħid li se jirristruttura dan il-unit billi jagħmlu parti minn dipartiment pero' xorta jibqa' ma jiddefinixxix dik l-istruttura, allavolja qed igħid li b'hekk il-kunsilli lokali se jaħdmu aħjar.", "Skond dak li wieħed jista' jsegwi mill-press cuttings, wieħed jifhem li l-unit illum qed tingħata ħafna xogħlijiet li m'humiex konnessi max-xogħol ordnat mill- kunsilli lokali u din forsi tista' teħodha bħala sens ta' fiduċja fil- ħaddiema li jifformaw dan il-unit.", "Jekk qed nifhem tajjeb, it-tweġiba li ta l-Ministru tinkludi li naqbdu numru ta' ħaddiema u nwaddbuhom fi ħdan il-kunsilli lokali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ereżija kbira għaliex il-ħidma effiċjenti favur il-kunsilli lokali tirriżulta billi jkollok nies attrezzati, li fuq bażi kontrattwali u volontarja jagħtu lill-kunsilli lokali xogħol ta' kwalita' tajba.", "Jekk inħarsu lejn l-Estimi fid-dettall insibu li l-Gvern preżenti qed jistenna li jdaħħal Lm1 miljun iktar mill-kuntratti għas- servizzi li jingħataw lill-kunsilli lokali għaliex iċ-ċifra taħt ir-revenue mill-kunsilli lokali mistennija tkun Lm2.515 miljun, filwaqt li dik li kienet approvata bħala stima tas-sena li għaddiet kienet Lm1.4 miljun.", "Jien se nara x'qed jiġri fil-kunsilli lokali biex nipprova nifhem din iċ- ċifra.", "F'paġna 217 ta' l-Estimi - naturalment hawnhekk mort f'ministeru ieħor - insib li l-kunsilli lokali qed jingħataw Lm1 miljun inqas, kif diġa' ntqal pubblikament.", "Meta nipprova nifhem dawn l-Estimi nasal għall- konklużjoni li dan il-Gvern irid li l-kunsilli jonfqu Lm1 miljun iktar li allura jgħaddu għand l-istess Gvern, meta hu lilhom qed jagħtihom Lm1 miljun inqas x'jonfqu!", "Mhux hekk biss, iżda meta l-istruttura kienet geared biex tagħmel xogħol kuntrattwali magħhom, flok ma' din ħalliha intatta jew flok ipperfezzjonaha iktar, qed jagħmilha hekk, haphazard, u barra x-xogħol ta' kunsilli qed iżid xogħol ieħor kif ukoll se ssir parti minn dipartiment ieħor.", "X'inhu l-ħsieb tal-Gvern?", "Kif se jtella' dħul ta' Lm2.5 miljun mingħand il- kunsilli lokali jiġifieri, Lm1 miljun iktar mis-sena li għaddiet, meta lill- kunsilli qed nagħtuhom Lm1 miljun inqas?", "X'equation hi din!", "Jekk inti trid iktar xogħol mingħand xi ħadd biex jonfoq għandek iktar, almenu trid tagħtih iktar flus biex jonfoq u mhux inqas!", "Dawn huma kontradizzjonijiet li ma jistgħux jagħmlu sens, sakemm il-Gvern issa mhux se jgħid li lill- kunsilli se jagħtihom l-impjegati magħhom biex jagħmlu role ta' manager u mbagħad jibgħat il-kont tas-salarji ta' dawn in-nies lill-kunsilli lokali!", "Mela issa minn konċett ta' xogħol kuntrattwali speċjalizzat u organizzat, lill-kunsilli lokali l-Gvern se jgħidilhom biex jieħdu ftit nies biex ikunu qishom il-handymen tagħhom.", "Dan se jsir biex il-kunsilli jaraw x'se jagħmlu bihom huma għax il-Gvern ma rnexxielux iżomm id-dixxiplina fuqhom.", "Il-Gvern preżenti irid iżomm iktar dixxiplina u jien nawguralu li jirnexxielu f'dan l-aspett.", "Issa l-kunsilli lokali se jieħdu numru ta' nies, li lanqas naf kif se niddefinihom, biex mbagħad forsi jtella' d-dħul tiegħu billi jibagħtilhom il-kont tas-salarji tagħhom.", "Naħseb li fuq il- kunsilli lokali għidna biżżejjed.", "Niġi issa għat-Taqsima tad-Drenaġġ.", "Huwa sodisfazzjon għalija personalment u għall-Gvern preċedenti li jekk kien hemm qasam li kellu jingħata attenzjoni u nikkonċentraw fuqu biex il-pajjiż ikollu l-iktar affarijiet bażiċi garantiti, kien proprju dan il-qasam.", "Hawnhekk mhux biss se nitkellem fuq il-fatt li sar il-masterplan imma fuq l-implimentazzjoni tiegħu.", "Bid-diversi miżuri li ħadna qed nassiguraw li dawk l-areas kollha li huma viċin il-bajjiet popolari ma jkunux imniġġsa mid-drenaġġ.", "Naturalment l-iktar proġett ambizzjuż u diffiċli kien dak ta' Wied il- GĦajn fejn kien hemm min anke qalli: Din hija ħolma, għax ilna nisimgħu li xi ħadd irid jagħmilha u min jaf kemm-il sena se tieħu u kif se tattwawha!", "Jiena naf li abbażi tax-xogħol kollu li sar mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista dak ix-xogħol huwa komplet u dak il-proġett huwa suċċess.", "Jonqos il-finishing touches - mhux fil-proċess innifsu tas-sistema tad- drenaġġ - biex anke Wied il-GĦajn ikollu dehra isbaħ kif jixraqlu bħal, per eżempju, ix-xogħol fuq il-promenade.", "Ma nistax ma nesprimix is- sodisfazzjon fir-rigward ta' dan il-proġett ambizzjuż li twettaq b'suċċess, pero' l-proġetti tal-gvern ma jistgħu qatt jibdew fuq projett wieħed u jieqfu hemm.", "Il-Gvern illum irid jara x'se jagħmel għar-rigward tal-proġett tal-mina tal-Pwales għax inkella nkunu għamilna dak l-upgrading kollu, inkluż is- substation ġdida, għal xejn, għax jew nispiċċaw li xorta ma nkunux nistgħu nużaw il-full capacity tal-pumping station jew inkella nispiċċaw bi żbroff iktar 'il fuq.", "Minn dak li kont segwejt fuq dan il-proġett nifhem li jrid isir environmental impact assessment u wieħed irid jiddefinixxi r-rotta preċiża li trid tieħu din il-mina jew wieħed irid jara hemmx alternattivi oħrajn, pero' żgur li l-Gvern attwali jrid jieħu d-deċiżjonjiet kollha li hemm bżonn f'dan ir-rigward.", "Proġett importanti ieħor huwa tal-Baħrija fejn wieħed irid jara x'hemm bżonn isir biex ikun hemm aċċessibbilita' aħjar fit-triq li tagħti għall- Baħrija.", "Per eżempju, ninnota b'sodisfazzjon ukoll il-kuntratt tas-suction bowser li issa sar fuq l-inizjattiva li kienet ittieħdet mill- Amministrazzjoni Nazzjonali.", "Hawn irrid nistaqsi fuq il-proġett ta' bejn ir-Rabat u Ħ'Attard, il-proġett tal-Gżira u dawk ta' l-Imsida u tas-Swieqi.", "Nifhem li għaddej xogħol ukoll fuq ir-retention gallaries u anke li se jinbeda x-xogħol f'Tower Road tas-Sliema.", "Dwar is-sewage treatment u l-purification plants, meta nħares lejn l- Estimi - jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri fihom infushom - u nara n-nefqa li l-Gvern qed jivvota għal din is-sena, insib li hemm kważi Lm2 miljun inqas.", "Naturalment, wieħed jista' jargumenta li Lm1 miljun minnhom huma flus li l-Gvern preċedenti qed jiffranka għall-Estimi ta' din is-sena.", "GĦaliex?", "GĦaliex jekk inħarsu lejn is-sewage treatment and reclamation taħt il-capital vote, f'item 4, insibu li s-sena li għaddiet il-vot kien Lm1,700,000 filwaqt li għal din is-sena huwa ta' Lm700,000.", "Meta wieħed jara differenza ta' Lm1 miljun irid jiftakar li konna għamilna pagament bil- quddiem ta' Lm1 miljun biex nassiguraw li jsir ix-xogħol biex inżidu l- generating capacity fuq l-impjant ta' Sant'Antnin biex isir l-upgrading tiegħu minn 7,000 metru kubu kuljum għal 17,000 metru kubu kuljum.", "Dan xogħol li kien ippjanat mill-Amministrazzjoni preċedenti u jien nifhem li issa dan il-Gvern kellu jivvota inqas flus minħabba dan id-down payment li sar.", "Pero' apparti dak il-Lm1 miljun wieħed forsi ma spjegax biżżejjed għaliex qed nagħmlu estimu inqas mis-sena li għaddiet.", "Hi x'inhi s- sitwazzjoni, dan il-proġett m'huwiex limitat għall-Impjant ta' Sant'Antnin imma wieħed irid jara wkoll ix-xogħol in konnessjoni ma' Ras il-Ħobż u ma' impjanti oħrajn li l-Gvern ma jistax ma jagħtihomx prijorita'.", "Naturalment il-Gvern preżenti japprezza, jekk xejn, il-fattur li aħna konna nnegozjajna faċilitajiet finanzjarji tajbin mal-European Investment Bank ta' aktar minn ECU40 miljun li llum jista' jibbenefika minnhom il-Gvern preżenti, bħalma konna nibbenefikaw minnhom aħna.", "Niġi għas-settur tat-toroq.", "Hawnhekk, Sur President, ma nistax ma nikkummentax - apparti r-riferenza għall-proġetti li saru - li l-ewwel ħaġa lampanti li tolqotni f'dawn l-Estimi hija li fejn jidħlu t-toroq, li dwarhom konna ddefinixxejna d-direzzjoni ta' prijorita' wara li kien sar xogħol infrastrutturali ieħor, minflok m'aħna qegħdin inżommu r-ritmu kif kien ippjanat f'dan il-qasam tant importanti u mmorru fuq l-ewwel gear, issa qed nitfgħu l-gear in reverse.", "Jien nibża' li dan il-fatt qed jiġri f'ħafna oqsma oħra.", "GĦaliex qed ngħid hekk?", "GĦaliex meta tara n-nefqa għat-toroq f'dawn l-Estimi ssib li għandek ivvotati Lm2 miljun inqas.", "Taħt l-item \"Roads\" insibu li s-somma totali vvotata s-sena li għaddiet kienet ta' Lm6.9 miljun u t-total ivvotat għas-sena li qegħdin fiha huwa ta' Lm4.9 miljun, jiġifieri Lm2 miljun inqas.", "Hawn jien niftakar argumenti interessanti min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista, fejn dawn kienu riedu li jkun hemm xi forma ta' ratio, xi forma ta' equation bejn il-Vot tat- Toroq u dak li l-Gvern ikun qed idaħħal minn taxxi konessi mat-toroq.", "Jekk naraw l-Estimi kollha mhux biss insibu li din l-equation ma tjebitx u li marret għall-agħar, imma nsibu li fejn dan il-budget jitkellem fuq taxxi konnessi ma' toroq - jiġifieri fuq il-vetturi, il-liċenzji u l-petrol - hawn qed inżidu r-revenue b'taxxi ġodda li ntroduċa l-Gvern preżenti u fl- istess nifs innaqqsu n-nefqa għat-toroq.", "Jien, bil-permess tal-Kamra, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li hija miġbura kollha mill-Estimi ta' l-istess Gvern li turi li fl-1996 id- dħul minn reġistrazzjoni fuq il-karozzi privati kien ta' Lm21.5 miljun, filwaqt li din is-sena d-dħul se jkun ta' Lm24.4 miljun, differenza ta' kważi Lm3 miljun.", "Id-dħul mill- liċenzji tal-vetturi s-sena li għaddiet kien ta' Lm6.5 miljun u din is-sena se jkun Lm6.6 miljun, differenza ta' Lm100,000.", "Minn sisa fuq petrol, diesel u fuel, is-sena li għaddiet id- dħul kien ta' Lm10.5 miljun, waqt li għal din is-sena se jkun ta' Lm17 miljun, żieda ta' Lm6.5 miljun.", "Allura t-total tad-dħul għas-sena li għaddiet kien ta' Lm38.5 miljun, filwaqt li t-total ta' dħul proġettat għal din is-sena huwa ta' Lm48 miljun.", "Mela Gvern Laburista jrid jiġbor Lm9.5 miljun iktar f'taxxi konnessi mal-vetturi u l-użu tagħhom, biex imbagħad fuq il-Vot tat-Toroq irid jonfoq Lm2 miljun inqas!", "Din hija equation oħra interessanti li nsibu f'dawn l-Estimi!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex l-Onor.", "Zammit Dimech ipoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa għat-toroq matul l-1996 u l-1997 u d-dħul minn reġistrazzjoni fuq karozzi privati, liċenzji ta' vetturi u liċenzji fuq fuel; u", "Mr Chairman, f'dan ir-rigward infakkar li kien sar ir-rapport dwar il- klassifikar tat-toroq u nfakkar ukoll dwar il-ħtieġa ta' konsulenti barranin.", "Nifhem li anke l-Gvern preżenti qed jifhmu dan.", "Infatti kien hemm diversi okkażjonijiet fejn il-Ministru l-ġdid tkellem f'dan is-sens u qal li jrid ikun hemm anke teaching posts fl-Universita'.", "Naturalment nifhem li hemm nuqqas ta' riżorsi umani - li l-Gvern jista' jagħmel tajjeb għalihom b'konsulenzi bħalma kien hemm is-sejħa diġa' għall-konsulenzi f'dan ir-rigward mill-Gvern preċedenti - pero' li ma' dan in-nuqqas inżidu wkoll in-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji naturalment żgur li dan m'huwiex fattur li jagħmel sens fil-kontest ta' iktar taxxi fl-istess rigward.", "Sur President, il-Gvern x'igħid għar-rigward tat-toroq fl-Estimi?", "Din hija interessanti u jien dejjem inħobb nikkwota minn dak li jkun qed jgħid il-Gvern stess ħalli żgur ma niġix akkużat li jien qed noħlom b'xi ħaġa.", "Fil-fatt, għar-rigward tar-Roads Department fl-Estimi nsibu:", "\"Improving safety on the road will be the first primary objective of the Department through the laying of road markings, fixing of traffic signs, installation of further pelican crossings and the setting up of signal controlled junctions at heavily trafficked intersections on the road network and mounting of traffic barriers.\".", "Daqshekk biss hawn fl-Estimi dwar dan ir-rigward għax imbagħad dan ikompli billi jsemmi l-konsulenti.", "Dażgur li l-Gvern jonfoq Lm2 miljun inqas jekk bħala prijorita din is-sena se joqgħod jirranġa ż-żebgħa fl-art, iżid il- pelican lights, jirranġa t-traffic lights u jara jekk hemmx xi junction intersections diffiċli biex jagħmel sinjali aħjar għalihom!", "Probabbli li fid-diskors tiegħu l-Ministru Buhagiar se jsemmi - din aħjar insemmiha jien qabel għax tant laħqet grad għoli li ssemmiet anke fid-Diskors tal-Budget - it-Triq tal-Fgura.", "J'Alla ssir it-Triq tal-Fgura!", "Fil-fatt, fi żmien il- Gvern preċedenti kien hemm diskussjoni twila fuq din it-triq.", "F'din it- triq is-siġar tqaċċtu b'mod, fl-opinjoni tiegħi li seta' sar ħafna aħjar.", "Għal din it-triq hemm vot ta' Lm100,000 u jien nawgura li x-xogħol li jsir ikun tajjeb u nawgura wkoll li l-ħofor li jibqa' wara li jinqalgħu s-siġar jimtlew kif suppost.", "Għal dan il-proġett, hemm il-bżonn li joħorġu l- permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Pero' jien naħseb li lkoll nifhmu li jrid isir ferm iktar milli naqbdu din it-triq u ngħidu li din hija s-simbolu tax-xogħol tagħna għas-sena d-dieħla.", "Sur President, issa nixtieq nirriferi għad-dipartiment magħruf bħala l- Manufacturing and Services Department jew kif inhu iktar magħruf, il-Garaxx tal-Gvern.", "Hawn ma nistax ma nibdiex billi nikkummenta dwar iċ-ċirkolari li ħareġ il-Prim Ministru liema ċirkolari tawtorizza li jistgħu jsiru t- transfers.", "Fil-fatt minn hawn ingħata l-kick-off tat-transfers u għar- raġunijiet tiegħu l-Gvern Laburista qabel u qal li d-Direttur irid jiċċaqlaq minn hemm.", "Jien nifhem li l-Ministru jrid jimxi b'miżuri ta' dixxiplina, pero' dan għandu joqgħod attent ħafna u jifhem li l- motivazzjoni umana hija importanti daqs id-dixxiplina.", "Aħna ma nistgħux immexxu d-dipartimenti billi nagħmlu numru ta' inspectors, qishom spiji, u ngħidulhom li issa x-xogħol hu f'idejhom, speċjalment jekk tidħol kull doża ta' diskriminazzjoni bejn kategorija ta' ħaddiema u oħra.", "Jien nifhem li l- Gvern ikun jixtieq li l-ħaddiema jużaw il-punch card, imma mbagħad għaliex sezzjoni tuża l-punch card u sezzjoni le?", "GĦaliex lil sezzjoni ngħidulha li jridu jużaw il-punch card, pero' mbagħad jekk f'sezzjoni oħra jagħmlu li jridu, ma ngħidulha xejn?", "Meta nsemmi dan id-dipartiment jien ma nistax ma niftakarx - fil-fatt jekk naqra l-Estimi nsibha - li konna għamilna ħafna enfasi dwar li jkun hemm ukoll il-koperativi tal-ħaddiema.", "Fil-fatt jien niftakar li hawn kienet twaqqfet l-ewwel koperativa li kellha suċċess, jiġifieri l- koperativa tas-sinjali tat-traffiku.", "Fl-Estimi nsibu dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Based on the success which the Traffic Signs and Markings Co- operative - the first to be formed from among Government employees - achieved, emphasis will continue to be placed on the formation of co- operatives from among employees in this Department.\".", "Jien nistaqsi: Imma l-Ministru jaf li bħalissa din prattikament qiegħda wieqfa?", "Jaf il-Ministru li fuq ix-xogħol li l-ħaddiema ta' din il- koperattiva għamlu fl-ewwel xahrejn tagħha - l-ewwel xahrejn kienu fiż- żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti - huma mistennija jitħallsu l-ġimgħa d-dieħla.", "Jien nawgura kull suċċess li dawn jibqgħu jitmexxew b'dan il-mod fejn kull wieħed ħa Lm500 għax-xogħol addizzjonali li huma għamlu bħala koperativa u mbagħad jibqagħlhom jieħdu wkoll il-flus ta' żmien l-Amministrazzjoni Laburista preżenti, naturalment sakemm jibqa' dieħel ix-xogħol!", "Qed ngħid \"sakemm jibqa' dieħel ix-xogħol\" għax jekk ix- xogħol ma nassigurawhx lill-koperativi, allura dak li qed ngħidu li għandu jkompli - anke fl-Estimi - żgur li ma nkunux qed ninkoraġġuh b'mod reali.", "Sur President, issa hawn nixtieq nirriferi għall-aspett tal-kostruzzjoni.", "X'jgħidu l-Estimi hawnhekk?", "L-Estimi jirriferu għall-bżonn li jkun hemm dan il-building industry consultative council.", "Jien naħseb li dan il- prinċipju huwa tajjeb fih innifsu, pero' wieħed irid jgħid jekk itteħdux xi deċiżjonijiet dwaru.", "Jien qrajt kulma qal il-Ministru pubblikament f'dan ir-rigward fejn tkellem dwar it-twaqqif tal-kumitat konsultattiv.", "Inċidentalment, illejla f'mistoqsija parlamentari wieġeb li dan għadu ma twaqqafx.", "Tkellem ukoll dwar il-bżonn ta' research centre li donnu jaħdem b'koordinazzjoni ma' dan il-kumitat konsultattiv.", "Qal ukoll li diġa' hemm stedina għal dan il-kumitat, li sa llejla għadu ma twaqqafx, biex imur l- Ingilterra u semma' l-ħtieġa ta' iktar taħriġ.", "Mill-Gazzetta tal-Gvern jien nifhem li hemm kors fl-Universita' għal training f'livell ta' management għal proġetti ta' kostruzzjoni - din hija inizjattiva tajba.", "Kien hemm ukoll l-istedina lill-GRTU biex tinnomina rappreżentant.", "Dan kollu huwa importanti u naħseb li huwa importanti wkoll jekk nirrikonoxxu li aspett marbut intrinsikament mas-settur tal-kostruzzjoni huwa li jkollok regolamenti ġodda tal-bini li jirriflettu r-realtajiet ġodda ta' kostruzzjoni, ta' miżuri u ta' sikurezza li hemm bżonn ikollna fuq il-post tax-xogħol - li s'issa għadhom ma tteħdux - ħalli dawn jirriflettu dan l- upgrading nazzjonali li rridu nibqgħu għaddejjin bih.", "Sur President, issa nixtieq insemmi l-fattur ta' kemm hemm nies impjegati fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Il-Gvern preċedenti, kif ukoll il-Gvern preżenti, fil-\"labour supply statistics-gainfully occupied\" li hemm taħt il- kategorija \"total private production\" juri t-taqsima \"of which are quarrying, construction and oil drilling\".", "Jien nassumi li m'hemmx kwantita' kbira minn dawn li jaħdmu f'oil drilling, imma la dawn huma miġburin flimkien allura statistikament ikolli nikkwota b'dan il-mod.", "Hawn jien se nagħmel daqsxejn ta' paragun - mela le - u bil-permess tal-Kamra se nqiegħed din it-tabella fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex l-Onor.", "Zammit Dimech ipoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra: Tabella li turi statistika dwar impjegati bi qligħ direttament fis- settur privat tal-produzzjoni fl-aħħar ta' l-1987 u f'Ottubru u Novembru 1996.", "Minn din l-istatistika nsibu li filwaqt li fl-1987 kien hemm 36,123 impjegat f'dan il-qasam, fl-aħħar ta' Ottubru 1996 kien hemm 39,390 impjegat.", "GĦalhekk, fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista f'dan il- qasam kien hemm żieda ta' 3,267 ruħ.", "Imbagħad jien rajt il-figura ta' impjegati f'dan il-qasam fl-ewwel xahar ta' l-Amministrazzjoni Laburista - m'iniex se ngħid li din hija bilfors indikattiva - u sibt li hemm tnaqqis ta' 124, jiġifieri fil-private sector kellna tnaqqis totali ta' iktar minn 200 ruħ.", "Jien ħdimt ukoll il-persentaġġi u fl-aħħar ta' l-1987 il-persentaġġ ta' dawn il-ħaddiema minn dawk kollha fil-private production kien ta' 13.35%, liema persentaġġ tela' għal 16.04% u issa dan ġie kemm kemm taħt is-16%.", "Naturalment fix-xhur u s-snin li ġejjin wieħed irid isegwi l-andament ta' dan is-settur importanti għax jekk ir-ritmu ekonomiku fil-pajjiż imur lura dan se jkun wieħed mill-ewwel termometri li se jindika li l-affarijiet m'humiex kif wieħed jixtieq.", "L-ewwel indikazzjoni hija li hekk kif naqas l-għadd ta' nies jaħdmu globalment dan affettwa wkoll il- qasam tas-settur privat, affettwa wkoll it-total li hemm fi private production u affettwa wkoll b'mod dirett lill-ħaddiema fil-qasam tal- kostruzzjoni.", "Sur President, nirriferi wkoll għal dak li hemm fl-Estimi rigward il- waste management.", "Hawnhekk l-appell bażiku huwa li hemm bżonn ta' deċiżjoni.", "Il-Gvern preċedenti kien identifika li l-aħjar soluzzjoni hija dik ta' tunnel composting, jekk se nitkellmu fuq l-impjant ta' riċiklaġġ.", "Nifhem ukoll li f'laqgħa pubblika li saret riċentement, is-Sur Joe Sant, tas-Segretarjat tal-Ministru Vella, indika li t-teknoloġija turi li din hi l-aħjar soluzzjoni u hemm bżonn li tittieħed deċiżjoni.", "Hawnhekk donnu hawn id-distinzjoni li l-ministeru li huwa responsabbli għall- ambjent huwa r-regolatur u l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni huwa biss l-implimentatur - dan jista' jkun konċett interessanti - pero' żgur li trid tittieħed deċiżjoni.", "Jekk nerġgħu nibdew nikkonsidraw kull teorija immaġinabbli li kienu jippreżentaw lill-Gvern preċedenti - inkluż it- teorija li nistgħu nsolvu din il-problema billi jmur xi ħadd u joqgħod jitfa' d-deodorants! - u ma ngħidux li ċertu homework kien sar imma nerġgħu nagħmluh mill-ġdid naħseb li nkunu qed nilludu ruħna u naħlu ħafna żmien.", "Apparati l-proġetti li hemm fl-Estimi, nifhem li hemm proġetti importanti oħrajn li l-Gvern qed jippjana.", "Għall-qalb il-Gvern hemm żgur il-proġett ta' Buġibba li għalih nawgura suċċess.", "Hemm il-proġett ta' l-Auberge de Baviere li l-Ministru diġa' tkellem dwaru ma' l-Ambaxxatur Ġermaniż u dak ta' l-Auberge d'Italie.", "Rigward proġetti konnessi ma' xi ġonna nara b'sodisfazzjon anke x-xogħol li issa diġa' beda fuq il-promenade tal-Gżira u dan apparti l-pjani għaċ-Chinese Garden f'Santa Luċija.", "Naturalment jien ma nistax ma nirriferix b'entużjażmu għaċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti u nappella li dak l-istess entużjażmu jintiret mill-Ministru suċċessur.", "F'mistoqsija parlamentari, Il-Ministru diġa' wieġeb li l-proġett se jkompli, almenu fl-ewwel fażi tiegħu, u f'risposta oħra minn ministru ieħor kollega tiegħu, hemm indikat li t-tieni fażi donnha għadha mhix ippjanata.", "Dan naħseb li huwa żball għaliex inti fl-aħħar mill-aħħar tista' tagħmel proġett b'fażi wara l-oħra pero' jrid ikollok viżjoni globali, anke fuq kif irid jitmexxa dak iċ-ċentru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien se nikkonkludi b'appell kif wieħed irid jara Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Dan irid ikun ministeru b'viżjoni ċara għall-futur ta' pajjiżna u jrid jagħti importanza kbira lill-inizjattiva personali u allura jimmotiva lill-periti tiegħu.", "Dan il-ministeru għandu bżonn ta' iktar periti u allura jrid jara l- kondizzjonijiet tax-xogħol u hawn ma rridux immorru lura għall-mentalita' l- antika.", "Nappella lill-Ministru biex ma jdawwarx lilu nnifsu b'ċerti nies - wieħed għax konsulent u l-ieħor għax assistent personali u ħafna nies minn dawn - għax inkella jispiċċa mdawwar b'nies ferm iktar milli qatt kont imdawwar jien, anke rigward sigurta' addizzjonali.", "Dan huwa appell anke ta' ħbiberija għax dawn in-nies jistgħu jagħmlulek iktar deni milli ġid.", "Imma issa affari tiegħek!", "Irid ikun ministeru li jispira serjeta'.", "Sa l-aħħar ġurnata nett li okkupajt il-kariga jekk kienu jiġu jgħiduli li jkun hemm xi każ x'ninvestigaw fuq procurement, fuq kuntratti jew fuq kif kienu qed joħorġu specifications jien kont ngħidilhom biex jinvestigaw b'mod assolut u mingħajr il-bżonn li jien inkun naf min ikun involut.", "Jien nawgura li l-Ministru jimxi bl-istess mod, kemm fuq kull investigazzjoni mibdija qabel kif ukoll fuq oħrajn li jkollu jagħmel hu.", "Irid ikun ministeru li jkun simbolu ta' organizzazzjoni u ta' effiċjenza, pero' fl-istess ħin b'wiċċ uman.", "Fuq kollox, irid ikun ministeru li jkun kburi li ta sehemu għat-tkattir tax-xogħol u l-ġid ekonomiku tal-pajjiż.", "Mr Chairman, meta bejn l-1987 u l-1996 f'Malta żdiedu 28,000 impjieg, il- ministeru - dak inhar Ministeru għall-Iżvilupp ta' l-Infrastruttura u wara Ministeru għall-Ambjent - kien fattur, fost ħafna oħrajn, li b'deċiżjonijiet konxji u kuraġġużi assigura li l-pajjiż ikollu infrastruttura ta' kwalita' u ta l-parti proattiva tiegħu favur dak is- suċċess nazzjonali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin li kien għad-dispożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni u għalhekk il-ħin li għad fadal huwa kollu disponibbli għan- naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "Karmenu Borg.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Mr Chairman, illejla se nittratta problemi pendenti li ilhom jeżistu ħafna f'Għawdex u se nillimita ruħi għall-problemi li għandhom x'jaqsmu mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.", "Fost l-aktar problemi jaħarqu li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom l-Għawdxin huma n- nuqqas ta' manutenzjoni ta' toroq, asfaltar ta' toroq ġodda, estensjoni ta' drenaġġ, bdil tas-sistema antikwata tad-drenaġġ, it-traffiku li dejjem qed jiżdied, in-nuqqas ta' parkeġġ, speċjalment fir-Rabat, u l-ħela u l- ispalpaljar li saru fuq xogħlijiet u bini li saru mid-dipartiment taħt l- Amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti.", "Is-sens komun jgħidlek li l- ewwel għandek tittratta l-problemi l-iktar importanti u għalhekk jien m'iniex se nittratta l-kwestjonijiet li jirrigwardaw il-manutenzjoni tat- toroq, l-asfaltar ta' toroq ġodda, l-estensjoni tas-sistema tad-drenaġġ u l- bdil għal sistema ġdida u dan għar-raġuni li l-Amministrazzjoni Laburista preżenti tathom prijorita'.", "Se nittratta biss dawk il-problemi li huma importanti, pero' li għandhom weighting inqas minn dawk li semmejt, imma xorta huma problemi li konna ilna nisħqu fuqhom kull darba li kellna ċ-ċans u kull darba li qamet l-opportunita'.", "Hawn qiegħed nirriferi għat- traffiku, il-parkeġġ u ħela ta' spazju ġewwa r-Rabat.", "Il-problema tat-traffiku ġewwa Għawdex, l-iktar fir-raħal tax-Xewkija u fir-Rabat, ilha tinħass żmien u fir-raħal tax-Xewkija din saret iktar akuta minn meta l-vetturi mir-Rabat ġew delineati biex jgħaddu mix-Xewkija stess.", "Illum sar kważi impossibbli biex minn Triq il-Mitħna u Triq Santa Eliżabetta toħroġ fi Triq l-Imġarr u b'mod speċjali mal-wasla ta' kull vapur, peress li s-serbut twil ta' karozzi li jkun għaddej jagħmilha ħaġa perikoluża ħafna biex wieħed jaqsam.", "Hemm diversi modi kif din il-problema tista' tiġi solvuta bħal, per eżempju, bit-traffic lights jew bil- flyovers.", "Pero', ħaġa sempliċi u effettiva hija li tagħmel roundabout li biha tkun tista' tikkontrolla t-traffiku kemm fil-peak time, meta l-iktar li jkun hemm traffiku, kif ukoll matul il-lejl, meta t-traffiku jonqos konsiderevolment.", "Xtaqt insemmi wkoll il-problema tat-traffiku ġewwa r-Rabat, li ilna żmien twil intambru fuqha, imma li dwarha l-Amministrazzjoni l-oħra ma għamlet xejn ħlief li saru tentattivi kosmetiċi bħal, bdil ta' toroq one-way, sleeping policemen u affarijiet simili.", "Minħabba f'hekk, il-problema li kellna baqgħet hemm, anzi nista' ngħid li żdiedet.", "Saru suġġerimenti biex isiru by-passes u affarijiet simili, li lkoll fihom it-tajjeb u l-ħażin tagħhom bħal, per eżempju, l-impatt negattiv li jħallu fuq l-ambjent u anke t-tħarbit tar-raba'.", "Din il-problema tat-traffiku tista' tiġi solvuta billi ssir mina li, għalkemm tinvolvi aktar flus u xogħol, tħalli impatt inqas negattiv fuq l-ambjent u jkun hemm anqas tħarbit ta' raba' milli kieku ssir by-pass.", "Għal-lum se nieqaf hawn fuq din il-problema u nħalli f'idejn il-periti ġodda li għandna sabiex jużaw moħħhom u joħorġu b'soluzzjoni li tkun tinvolvi l-inqas spejjeż possibbli u li fl-istess ħin tkun l-aktar waħda adattata għalina l-Għawdxin.", "Issa nixtieq ngħaddi biex insemmi n-nuqqas ta' parkeġġi li għandna u l-ħela ta' spazju li hemm meta saru l-parkeġġi ġewwa r-Rabat.", "Jekk wieħed jifli sew l-aħħar parkeġġ li sar isib li dan qiegħed magħmul fuq it-tafal, hemm diżlivell qawwi u hemm pendil qawwi tat-triq.", "Li kieku sar it-tħammil, fl-istess spazju ma kienx isir tħarbit ta' l-ambjent u n- numru ta' karozzi li kienu jistgħu jipparkjaw fih kien jittrippla.", "S'intendi, l-ispiża kienet tkun iktar milli fil-fatt kienet, pero' ir- riżultat kien ikun ferm aktar qawwi għaliex meta wieħed janalizza kemm tqum il-proprjeta' ġewwa r-Rabat, isib li hemmhekk sar ħela ta' flus u sparpaljar tal-proprjeta' għaliex bil-metodi li ntużaw in-numru ta' karozzi li jistgħu jipparkjaw huwa ftit ħafna.", "L-istess ħaġa tista' tingħad għall-parkeġġ l-ieħor li hemm fejn it- terminus tal-karozzi li wkoll qiegħed mibni fuq it-tafal.", "Barra minn hekk hemm diżlivell qawwi minn Triq Putirjal sal-ground tal-football, ta' kważi tliet sulari jew erba', it-terminus radmuh u meta wieħed iqis dawn l- affarijiet jara li kieku sar l-istess tentattiv bħalma ssuġġerejt għall- parkeġġ l-ieħor, mhux biss konna nsolvu l-problema tal-parkeġġ li teżisti llum talli konna nsolvu wkoll il-problema li tista' tinħoloq fil-futur.", "Dan qed ngħidu għall-parkeġġ biss, għaliex l-istess spazju kien jista' jinkorpora fih terminus ġdid għall-karozzi.", "Kulħadd jaf li t-terminus illum jinsab fi stat medjokri u allura jkun jixraq terminus ġdid anzi, dan ix-xogħol messu ilu li sar.", "Qiegħed ngħid li hemm ħtieġa ta' terminus ġdid għaliex jekk l-iskop ta' kull gvern kien u għadu li jtejjeb is-sistema tat- trasport pubbliku, allura aħna ma nistgħux intejbu s-sistema tat-trasport pubbliku u mbagħad ma jkollniex post adegwat minn fejn jitilqu u jaslu l- karozzi ġewwa r-Rabat.", "Barra minn dan, hemm lok ukoll li jiġu nkorporati spazji oħra fejn ikunu jistgħu jarmaw il-bejjiegħa tal-monti.", "Din hija ħaġa tradizzjonali li jiddispjaċini ngħid li qiegħda tispiċċa minħabba li dejjem twarrbet, speċjalment mill-Amministrazzjoni ta' qabel, u li pero' u jenħtieġ li nieħdu ħsiebha u nikkoltivawha - għaliex din tkun ta' attrazzjoni kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti.", "Barra minn dan, bl-ispazju enormi li hemm u li m'huwiex utilizzat, jista' jinħoloq post rikreattiv għall- Għawdxin kollha u anke għat-turisti li jżuruna.", "Mr Chairman, nixtieq insemmi wkoll l-eluf kbar ta' flus li ntnefqu - ma nkunx qed nesaġera jekk ngħid li l-Amministrazzjoni l-oħra lanqas taf x'intnefaq jew li ħadd ma jaf x'intnefaq - fuq ix-xogħol li sar fil-Qorti t'Għawdex.", "Kulħadd jaf li llum il-qorti m'hijiex qed taqdi lis-settur Għawdxi.", "Intefqu l-flus biex taparsi rranġawha imma meta jkollok xi ħaġa qadima, bħal karozza jew bini u tonfoq il-flus fuqha, qadima tkun u qadima tibqa', kif fil-fatt ġara fil-każ tal-Qorti t'Għawdex.", "Il-flus li ntefqu servew biss biex saret ħsara arkitettonika peress li dan huwa post bi storja kbira u għandu valuri arkitettoniċi.", "Infetħu bibien, iċċartu ħitan u ma nafx x'ma sarx iktar f'dan il-post bir-riżultat li kif kien ma stajtx tużah u kif inhu llum xorta ma tistax tużah.", "Dan qiegħed joħloq tgergir fost l-avukati, għax ma jistgħux jaħdmu fih, u tgergir min-nies, għax la għandhom waiting rooms diċenti u lanqas għandhom toilets diċenti, għax - nerġa' ngħid - dan hu bini antik u m'huwiex adattat għaż-żmenijiet tal-lum.", "Barra minn hekk, dan qiegħed joħloq problemi kbar oħra ta' parkeġġ peress li bħala qorti, minnha nnifisha, tattira ċertu numru ta' nies u s'intendi numru ta' karozzi.", "L-ewwelnett, kull min imur biex jagħmel użu mill-qorti ma jsibx fejn jipparkja, speċjalment nhar ta' Erbgħa meta jkun hemm is- seduta tal-kriminal.", "Qegħdin jinħolqu problemi għar-risidenti li joqogħdu ċ- Ċittadella kif ukoll għar-residenti li jkunu jridu jagħmlu użu mis-servizzi tal-Knisja Katidrali t'Għawdex.", "Kien ikun iktar xieraq kieku din tneħħiet minn hemm - mhux issa imma qabel - u nstabilha post ieħor u f'dan ir- rigward 'il quddiem irrid ngħid fejn kien ikun post ideali.", "Post ieħor li fih intnefqu ħafna flus u xorta waħda għadu ma ġiex utilizzat fil-massimu tiegħu huwa l-isptar il-qadim, li llum qiegħed iservi bħala s-Segretarjat għal Għawdex.", "F'dan il-post tant intnefqu flus li l- Amministrazzjoni preċedenti lanqas biss taf kemm intnefqu.", "Qabel kien hemm ħela ta' spazju u issa għad hemm aktar ħela ta' spazju u kien ikun iktar xieraq kieku dan il-post twaqqa' u nżammu biss il-partijiet li fihom valur arkitettoniku.", "Dan kieku kien jinkorpora fih kemm il-bini amministrattiv kollu bl-uffiċini kollha tal-gvern taħt saqaf wieħed kif ukoll il-qorti.", "Barra minn hekk, id-diżlivell li hemm bejn Pjazza Sabina, Pjazza San Franġisk u s-Seminarju huwa ta' kważi sular pendil u bil-mezzi li għandna llum dan seta' faċilment sar parkeġġ ta' iktar minn livell wieħed.", "Jekk illum tmur tittawwal min-naħa ta' l-uffiċini tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, jagħtik il-biki x'ħin tara bitħa kbira li m'hijiex utilizzata.", "Dan huwa ta' iktar u iktar ta' dispjaċir meta tqis li l-valur tal- proprjeta' fir-Rabat huwa ferm ogħla minn Lm30,000 jew Lm40,000 għal kull siegħ raba', naturalment, dan jiddependi f'liema inħawi tkun qiegħda l- proprjeta'.", "Dan qed ngħidu mhux biex dan isir issa, għaliex kulħadd jaf il-qagħda finanzjarja kerha li sab ma' wiċċu l-Gvern Laburista, imma biex mil-lum jibda jsir l-ippjanar fuqu ħalli mbagħad meta jkollna qagħda finanzjarja aħjar inkunu ippreparati biex nagħmlu użu aħjar mill-finanzi, mill- proprjetajiet u mix-xogħlijiet pubbliċi fl-interess ta' kulħadd.", "Dan ikun ta' unur għall-ministri inkarigati u għall-periti li jagħmlu dan ix-xogħol u jkun ta' sodisfazzjon kbir għall-poplu Malti, u speċjalment, għall-poplu Għawdxi.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Il-Ministru Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, fil-bidu tad-diskors tiegħu, il- kollega tiegħi, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech staqsa x'kienet id-deċiżjoni politika wara l-isem ta' dan il-ministeru.", "Bħalma qal hu, normalment wieħed ikun irid jagħti direzzjoni meta jsemmi l-ministeri u meta semmejna l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni ridna nagħtu direzzjoni u messaġġ.", "L-ewwelnett, dan il-ministeru għaliex tajnieh dan l-isem u ma semmejnihx \"Ministeru għall-Ambjent\"?", "Aħna ridna nuru biċ-ċar li għandu jkun hemm differenza bejn dik il-parti li tippjana u tesegwixxi x- xogħlijiet u dik il-parti li tapprova l-applikazzjonijiet għax-xogħlijiet kif kien hemm qabel taħt il-Ministeru għall-Ambjent.", "Allura din kienet deċiżjoni konxja tal-Gvern tagħna li biex noħolqu ċerta distinzjoni għamilnihom f'ministeri differenti.", "Għalhekk il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni huwa dak il-ministeru li jippjana u jimplimenta, imma mhux dak li japprova l-proġetti kapitali kollha tal-gvern.", "Apparti minn hekk, semmejnieh Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għax ridna nagħtu l-messaġġ li l-industrija tal-kostruzzjoni - bħalma qal tajjeb il-kollega tiegħi, din hija industrija importanti ħafna għaina - għandu jkollha post fi ħdan ministeru speċifiku.", "Il-Ministeru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għandu fir-responsabbilta' tiegħu wkoll l-industrija tal-kostruzzjoni privata.", "X'inhuma l-għanijiet ta' dan il- ministeru?", "B'mod ġenerali, l-għanijiet jinqasmu fi tnejn.", "L-ewwelnett ridna noħolqu struttura li tkun responsabbli għas-servizzi infrastrutturali kollha tal-pajjiż u ridna wkoll noħolqu struttura li permezz tagħha, l-proprjeta' tal-gvern - probabbilment dan huwa t-tieni l- akbar riżors li għandu gvern, wara n-nies - tintuża bl-iktar mod li jkun cost effective.", "Dawn kienu ż-żewġ għanijiet apparti mill-fatt li ridna nieħdu ħsieb ukoll l-industrija tal-bini.", "Għalhekk, meta ġejna biex nirristrutturaw dan il-ministeru - bilfors hekk kellna nagħmlu għax qabel ma kienx hemm ieħor bħalu - bilfors ridna nagħmlu affarijiet b'mod li jagħmlu sens u aħna x'għamilna?", "Fil-proċess ta' ristrutturazzjoni - naf li l-Onor.", "Zammit Dimech ma kellux ċans jarah għax dan ma ġiex pubblikat - aħna qsamna dan il-ministeru fit tliet branki; it-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-Taqsima ta' l-Art u ta' l-Industrija tal-Bini u l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Issa biex tkun tista' tagħmel hekk b'mod tajjeb bilfors trid iddur fuq dak id-dipartiment fi ħdan dan il-ministeru li ma tantx jissemma matul il- budget debate jiġifieri id-Dipartiment ta' l-Amministratzzjoni u tal- Finanzi.", "Għalhekk huwa tajjeb li f'din l-ewwel okkażjoni tiegħi li nippreżenta budget għal dan il-ministeru, nitkellem ftit fuq dan id- dipartiment partikolari għax huwa importanti li tkun taf x'riżorsi għandek available biex twettaq il-ħidmiet tiegħek.", "Aħna għamilna ftit analisi tal- workforce li hemm fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi u fil-fatt sibna li minn workforce ta' 5,867, hemm 4,150 fi gradi industrijali li minn dawn 2,936 huma unskilled, filwaqt li fil-middle u l-upper management kulma hemm huma 228 persuna minn workforce ta' 5,867.", "Mela hawnhekk għandna żbilanċ fir-riżorsi umani fi ħdan dan il-ministeru.", "Aħna ridna nindirizzaw din il-problema għax nifhmu li qabel ma nibdew nitkellmu fuq il-proġetti li rridu nwettqu u kemm irridu ntejbu l-kwalita', irid ikollna available r-riżorsi umani tajbin u b'expertise.", "Kif ipprovajna ntejbu din is-sitwazzjoni f'dawn il-100 ġurnata li ilu hemmhekk dan il-Gvern?", "Aħna ħloqna educational unit li l-iskop tiegħu huwa li jagħmel upgrading ta' l-iskills tal-ħaddiema kollha.", "L-Onor.", "Zammit Dimech irrifera diġa' għall-kors tal-middle management li se norganizzaw flimkien ma' l-Universita' ta' Malta.", "Fil-fatt, tkellimna ma' l-Universita' fuq diversi korsijiet oħrajn li għandna bżonn inħejju bħal project management, road engineering, landscaping u quantity surveying, pero' ma rridux naslu biss biex intejbu l-iskills tal-management tagħna imma aħna rridu nkunu kapaċi nattakkaw ukoll il-problema fundamentali li għandna, jiġifieri li f'dan il-ministeru hemm 3,000 persuna li huma unskilled.", "Aħna qed niddiskutu ma' l-ETC, fejn jiġu organizzati l-korsijiet tas-snajja', biex naraw jekk nistgħux naslu f'arranġament li nibagħtu lill-ħaddiema tagħna hemmhekk ħalli jiġu mħarrġa f'ċerti skills.", "Aħna nemmnu li jekk verament inti trid li jkollok workforce tajba, din trid tkun mgħallma fis-snajja' u din hija parti mill-viżjoni li tkellem fuqha l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Apparti minn hekk, sibna, fost affarijiet oħrajn, li għandna ħafna mismatches fil-ministeru, jiġifieri li għandna numru kbir ta' persuni li qed jagħmlu xogħol li mhux suppost qed jagħmlu bħal, per eżempju, ikollok electrician li jagħmel xogħol ta' skrivan.", "Aħna jidhirlna li jekk din il- persuna tkun qed tagħmel xogħolha tajjeb għandek tagħtiha l-grad li jistħoqqilha.", "Allura bdejna diskussjonijiet mal-unions biex dawn it-tip ta' mismatches - li hemm ħafna fid-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il- ministeru, bħalma hemm ħafna f'dipartimenti u f'ministeri oħrajn - nipprovaw insolvuhom matul din is-sena.", "Waħda mill-affarijiet li l-iktar tagħmilha diffiċli biex tgħallem ċerti skills lin-nies huwa appuntu l-collective agreements li għandhom dawn il- ħaddiema.", "Meta inti tara t-tip ta' collective agreements li saru bejn il- unions u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru - li ffirmawhom il-ħaddiema - issib li għamluha diffiċli ħafna biex ċerti nies jingħataw l-iskills.", "Fil-fatt hemm ċerti affarijiet li huma redikoli bħal, per eżempju, biex inti tkun xufier ta' karozza privata jridu jagħmlulek test komplut bl-essay u bil- comprehension.", "Dawn it-tip ta' affarijiet ma jagħmlux sens u aħna qed ngħidu lill-unions li hemm bżonn li dawn l-affarijiet narawhom bis- serjeta'.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi - din semmiha wkoll il-kollega tiegħi - hija l- kwestjoni tal-koperattivi.", "Aħna nemmnu li hemm bżonn ninċentivaw lill- ħaddiema u l-esperiment tal-koperattivi li sar taħt l-Amministrazzjoni l- oħra rridu nkompluh u nsaħħuh għax huwa esperiment tajjeb u ta riżultati.", "L-istess Dipartiment ta' l-Amministrazzjoni u tal-Finanzi rridu nsaħħuh għax nemmnu li jrid isir monitoring aħjar fuq l-infiq li jkun qed isir fuq proġetti għax meta niġi biex nitkellem fuq id-dipartimenti se nuri kif ċertu infiq li kien isir fil-passat żgur li ma kienx isir bl-iktar mod cost effective.", "Waqqafna unit ġdid li jieħu ħsieb il-funding tal-proġetti għax aħna nemmnu li għandna bżonn nagħtu attenzjoni lil dan il-qasam.", "Wara li għidt dan kollu biex nispjega kif l-ewwel attakkajna l-problema tar-riżorsi umani li għandna fi ħdan id-diversi dipartimenti - li għalija hija kruċjali - issa naslu biex nitkellmu fuq il-funzjonijiet tad-dipartimenti nnifishom u se nibda bid-Dipartiment tat-Toroq.", "Sur President minbarra l-ħofor finanzjarji li jidhru fil-budget li għadda għandna ħafna ħofor mod ieħor u waħda mir-raġunijiet għaliex għandna din il- kwalita' ta' toroq hija li ma attakkajniex il-problema primarja, jiġifieri dik ta' nuqqas ta' expertise fi ħdan id-dipartiment.", "Dan id-dipartiment m'għandux l-inġiniera u n-nies kwalifikati fir-road engineering u allura ma nistgħux nippretendu li niddisinjaw u nibnu toroq tajbin.", "Dan bl-ebda mod m'għandu jirrifletti ħażin fuq in-nies li jaħdmu fi ħdan dan id-dipartiment għax dawn jagħmlu mill-aħjar li jistgħu fiċ-ċirkostanzi u bil- limitazzjonijiet tagħhom, pero' r-realta' hija li għandna bżonn ħafna iktar expertise f'dan il-qasam.", "Il-Gvern ta' qabel kien jittekilja l-problema billi jġib esperti minn barra, jagħtuh pariri fuq triq partikolari, imbagħad jitlqu 'l hinn.", "Aħna ma rridux nagħmlu hekk imma rridu nġibu l- inġiniera minn barra għax m'għandniex biżżejjed minnhom hawn Malta, pero' fl-istess ħin mhux biss iridu jgħaddu l-esperjenza tagħhom lid-dipartiment imma jridu jgħadduha wkoll lill-istudenti tagħna li qed jistudjaw l- inġinerija billi jagħtu lectures fl-Universita'.", "Aħna rridu li jkollna grupp ta' inġiniera u periti lokali mħarrġin f'dan il-qasam għax b'hekk biss nistgħu xi darba naslu biex it-toroq tagħna jibdew isiru b'mod tajjeb.", "Problema oħra li taffettwa bla dubju ħafna lil dan id-dipartiment - din ħarġet mir-rapport ta' l-Awditur fuq id-Dipartiment tat-Toroq - hija s- somma enormi ta' flus li għandu jagħti dan id-dipartiment lill-kuntratturi fuq xogħlijiet li diġa' tlestew.", "Din hija problema li bilfors wieħed irid jimplimentaha.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna qed nimplimentawha fis-sens li minkejja li fil-budget li għandna quddiemna l-ammont ta' flus li hemm ivvotati għal dan id-dipartiment huwa inqas mill-ammont ta' flus li hemm dovuti lill-kuntratturi - għax dan l-ammont huwa verament kbir - aħna qed naħdmu fuq policy u guidelines ċari ta' kif għandhom jitħallsu l- kuntratturi.", "Il-kuntratturi li tkellmu miegħi qaluli li ma jistax ikun li ma nħallsuhomx u minn hawnhekk jien ngħidulhom li se nħallsuhom u fil-fatt qed naħdmu fuq il-guidelines dwar kif dan jista' jsir bl-aħjar mod.", "Filwaqt li titkellem fuq din is-sitwazzjoni, bilfors trid titkellem ukoll fuq il-prijoritajiet u fuq il-mod kif kienu jsiru l-affarijiet u kif kienu jintnefqu l-flus tat-toroq.", "L-Onor.", "Zammit Dimech semma l-proġett ta' Tal- Qroqq.", "Jien ma nafx kemm hawn nies li jafu li parti minn dan il-proġett kienet tikkonsisti fix-xiri tal-petrol station ta' Regional Road għas-somma ta' Lm230,000, biex wara nefqu Lm40,000 oħra biex bnew petrol station ġdida, jiġifieri biex jirrilokaw dik il-petrol station li kien hemm.", "Jien ma nafx kif kienu jagħmlu l-prijoritajiet f'dan id-dipartiment, kemm f'dawk li huma xogħlijiet ta' natura nazzjonali kif ukoll f'xogħlijiet li huma lokalizzati.", "Per eżempju, jekk inti tieħu l-private streets li saru mill- Ministru Frendo ssib li l-commitments li kien hemm fuqhom jammontaw għal ¥334,000.", "Minn dawn, ¥18,800 huma xogħlijiet li saru f'Sta.", "Venera u l-bqija tax- xogħlijiet kollha saru f'San Ġiljan, f'Pembroke u fil-Kappara, jiġifieri fid-distrett ta' l-ex-Ministru.", "Jiena nistaqsi: Hekk konna nfassluhom il- prijoritajiet meta konna niġu biex naraw ix-xogħlijiet li hemm bżonn fil- private streets?", "Forsi Marina Street f'Tal-Pieta', li qamet ¥308,000, kienet prijorita'?", "Jiena jidhirli li kien hemm toroq oħrajn li huma ħafna aktar prijoritarji minn din it-triq.", "Dan apparti l-fattur li semma l-Onor.", "Zammit Dimech, meta qal: Nispera li għax-xogħlijiet f'Żabbar Road hemm il- permessi meħtieġa!.", "Jiena ngħidlu: Inti taf li x-xogħol li sar f'Tal- Barrani sar kollu mingħajr il-permessi ta' l-awtoritajiet, liema permessi għadhom ma ħarġux sal-lum minkejja li x-xogħol huwa lest!.", "Jiena m'iniex qed ngħid hekk għaliex dan ix-xogħol ladarba sar mingħajr il-permessi meħtieġa huwa llegali imma qed ngħid hekk għaliex nafu kif taħdem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u hemm bżonn li din taħdem b'mod naqra aktar effikaċi.", "Imbagħad xi ngħidu fuq il-kwalita' tax-xogħol?", "L-Onor.", "Frendo waqt id- dikussjoni li kellna fuq il-voti ta' dan il-ministeru s-sena li għaddiet, kien qal:", "\"Ix-xogħol fi Triq Santa Anna, il-Furjana, sar b'mod mill-aktar sew u eżemplari u ngħata wiċċ ġdid lil din it-triq.", "Naħseb li b'dan ix- xogħol urejna kif qed isiru improvements li huma essenzjali li jsiru f'dan il-qasam.\".", "U veru sar sewwa x-xogħol f'St Anne Street, il-Furjana, għaliex minn mindu sar dan ix-xogħol, il-ħin kollu nieżel l-ilma fis-subways kull meta tagħmel naqra xita u minħabba f'hekk dawn kellhom jingħalqu!", "Jiena ma nafx jekk l- Onor. Frendo kienx qed jirriferi għal dan it-tip ta' xogħol meta kien qed jitkellem dak inhar.", "Huwa veru li hemm ħafna affarijiet li nixtiequ nagħmlu, pero' minħabba l- commitments li ġew carried over fuq dak li għamel il-Gvern ta' qabel bilfors se nkunu ristretti fuq ix-xogħlijiet ġodda li nistgħu nwettqu din is-sena.", "Żġur li l-proġett f'Tal-Qroqq se jkompli u jrid jitlesta din is- sena.", "Matul din is-sena se nipprovaw indaħħlu ċertu ordni fejn hemm junctions li huma periklużi jew inkella li jikkawżaw ħafna traffic jams.", "Fost l-oħrajn, nista' ngħid li diġa' saru applikazzjonijiet mal-Planning Authority ħalli tiġi rranġata l-junction li hemm fejn il-Marsa Shipbuilding u fejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata għaliex din toħolqilna ħafna problemi ta' traffiku f'ċerti ħinijiet.", "Irridu nirranġaw ukoll dik il-junction ta' ħdejn il-Malta Financial Services Centre li tgħaqqad Mrieħel Road ma' Rabat Road kif ukoll irridu nieħdu ħsieb li nirranġaw il-junction f'Buġibba, bħala parti mix-xogħol ta' upgrading f'Buġibba.", "Imbagħad se nirranġaw Zabbar Road, fil-Fgura fejn fl-Estimi hemm indikat li dan il-proġett se jqumilna ¥100,000, pero' meta tqis li se nagħmlu surfacing tat-toroq aktar 'l isfel allura l-progett kollu se jiswa ¥252,000.", "Jiena nispera li nitgħallmu minn fuq dan il-proġett ta' Zabbar Road biex l-istess konċett napplikawh fi Psaila Street, Birkirkara, li wkoll hemm bżonn li tiġi rranġata.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien imwiegħed li dan ix-xogħol se jsir din is-sena imma baqa' ma sarx.", "Dwar il-private streets, irrid ngħid li bħalissa qegħdin naħdmu id f'id mal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali biex flimkien niġbru lista aġġornata ta' dawk it-toroq li m'humiex asfaltati imma li hemm in-nies joqogħdu fihom u allura diġa' għandhom is- servizzi.", "B'dan il-mod nisperaw li naslu sabiex ikollna lista prijoritarja ta' dawn ix-xogħlijiet.", "Sezzjoni ġdida li ħloqna fi ħdan dan id-dipartiment hija s-sezzjoni li trid tara li ssir il-maintenance li jkun hemm bżonn li ssir fuq l-istorm water systems, jiġifieri dawk is-sistemi li jilqgħu għall-ilma tax-xita.", "Jidhirli li dawn saret riferenza għalihom ukoll mill-Onor.", "John Vella fid- diskors tiegħu.", "Huwa veru li kien hemm sistemi li kienu jitħaddmu, pero' maż-żmien id-diversi amministrazzjonijiet telquhom, bil-konsegwenza li ħafna drabi meta jkun hemm ftit xita nispiċċaw b'ħafna ilma jiġri fit- toroq.", "Bħala parti mill-istorm water master plan li rridu nagħmlu, bdejna eżerċizzju biex nidentifikaw dawk is-sistemi eżistenti fid-diversi rħula tagħna, inkejluhom u nirranġawhom, u mbagħad irridu nżommu record tagħhom għall-użu tagħna.", "Fil-fatt, dan ix-xogħol diġa' sar f'diversi rħula bħall- Gudja, ir-Rabat, Ħ'Attard, il-Fgura, Bormla, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, il- Kalkara, Tal-Barrani u Belt il-Ħażna.", "Naddafna l-wied ta' bejn Ħal Qormi u Ħ'Attard u hawn irrid ngħid li din hija xi ħaġa li aħna mpenjati bis- serjeta' li nieħdu ħsiebha matul is-sena li ġejja.", "Dipartiment ieħor li jifforma parti mit-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi, li semma anke l-Onor.", "Zammit Dimech, huwa d-Dipartiment tal-Waste Management.", "Dan id-dipartiment saret riferenza għalih meta ntqal li kien hemm direttur li nqala' mill-garaxxijiet tal-gvern u ntbagħad hemm, u allura qalu li b'hekk sar transfer.", "Dan id-dipartiment huwa importanti ħafna u ma stajniex inħalluh mingħajr direttur.", "Peress li d-direttur li kien jieħu ħsieb dan id-dipartiment issa jifforma parti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent bilfors kellna nġibu lil xi ħadd biex jieħu postu.", "Dan id-dipartiment għandu sfidi kbar quddiemu u waħda minn dawn hija dwar knis u tindif tat-toroq.", "Ir-responsabbilta' ta' dan ix- xogħol issa waqgħet f'idejn il-kunsilli lokali u dawn mhux l-ewwel darba li taw dan ix-xogħol lill-kuntratturi privati u allura aħna rridu nkunu aktar effiċjenti biex inkunu nistgħu nirbħu l-kuntratti mingħand il-kunsilli lokali.", "GĦalhekk, aħna wkoll qegħdin naħsbu biex lil dan id-dipartiment nipprovduh bil-makkinarju meħtieġ.", "Pero' l-akbar sfida li għandna hija x'se nagħmlu bl-iskart li jinġabar.", "Aħna nafu li 85% ta' l-iskart solidu li nipproduċu huwa skart li jiġi mill-industrija tal-bini li bħalissa qiegħed jintefa' fil-Magħtab.", "Minn barra li dan qed ikun ta' eyesore kbira, jekk se nibqgħu sejrin hekk, sa sentejn oħra l-Magħtab se jkun mimli u mbagħad irridu naraw x'se nagħmlu b'dan it-tip ta' skart.", "Dan il-Gvern huwa mpenjat li nsibu soluzzjoni għal din il-problema ta' l-iskart li jiġi mill-industrija tal-bini u fil- fatt kienu saru diversi proposti lill-Amministrazzjoni ta' qabel fuq din il- problema imma kienet ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni.", "Aħna mpenjati wkoll li l-Magħtab nagħlquh kemm jista' jkun malajr għaliex dan qiegħed jagħmel ħsara lin-nies li joqogħdu fil-viċin u, kif diġa' għidt, huwa eyesore kbira għal kull min jgħaddi min-naħa tas-Salina.", "Min-naħa l-oħra, tajjeb li wieħed jinnota li l-landfill li kien hemm ġewwa Wied Fulija issa ngħalqet.", "Issemma wkoll l-impjant tar-riċiklaġġ li hemm ġewwa Wied il-GĦajn.", "Din hija xi ħaġa li writna fl-ewwel mitt jum tagħna u rridu naraw x'se nagħmlu b'dan l-impjant.", "Irrid ngħid li saru l-istudji neċessarji pero' m'aħniex konvinti li dawn l-istudji kollha huma biżżejjed u allura jidhrilna li hemm studji oħrajn li jridu jsiru.", "Pero' nassigura lill-Onor.", "Zammit Dimech li hekk kif isiru dawn l-istudji neċessarji aħna mill-ewwel nieħdu ħsieb li nwettqu dak li hemm bżonn.", "Jekk mill-istudji li nagħmlu jirriżulta li ma nistgħux nagħtu garanzija li dak l-impjant jista' jaħdem b'mod li ma jikkawżax dannu u ħsara, dan l-impjant jitneħħa minn hemmhekk.", "Din hija l- wegħda li aħna għamilna qabel l-elezzjoni u se nżommuha.", "Taħt dan id-Dipartiment tal-Waste Management taqa' wkoll is-Sezzjoni tal- Public Conveniences fejn għandna problema oħra.", "Dan ix-xogħol jaqa' f'idejn il-kunsilli lokali u anke hawnhekk għandhom id-dritt li jqabdu l- kuntratturi privati.", "Għaldaqstant aħna qegħdin nipprovaw nieħdu inizjattivi ġodda u fost l-oħrajn tajjeb ngħid li qed naraw il-possibilita' ta' l-użu tal-mobile toilets f'ċertu areas u għas-sajf ċertu xtajtiet bħall- Ġnejna u l-Qawra fejn m'hemmx dawn il-faċilitajiet.", "Hemm ukoll it-Taqsima tad-Drenaġġ.", "Aħna ipprovajna nanalizzaw naqra s- sitwazzjoni f'din it-taqsima u, ngħid il-verita', mill-istudji li għamilna jidher li hemm ħafna u ħafna x'isir.", "L-ewwel ħaġa li wieħed irid jifhem hija li f'din it-taqsima m'hemmx organizzazzjoni tajba u hawnhekk biżżejjed wieħed isemmi li matul is-sena li għaddiet tħallsu ¥450,000 f'allowances u overtime lill-ħaddiema ta' din is-sezzjoni li hija relattivament sezzjoni żgħira.", "GĦandna ħaddiema li bis-sistema ta' allowances li għandhom qegħdin jaqbdu ¥12,000 fis-sena, jiġifieri aktar mill-Prim Ministru.", "Kieku jaqbdu dawn il-flus u s-sistema tmur għall-aħjar ma tantx jimporta, imma fir- realta' s-sistema tant ma marritx għall-aħjar li kellna noħorġu kuntratt li sewa lill-Gvern ¥1.2 miljun biex inqabbdu dak li semma l-Onor.", "Zammit Dimech, jiġifieri s-suction bowsers għall-manutenzjoni tas-sistema tad- drenaġġ.", "Mela dawn in-nies kollha qegħdin jitħallsu dawn l-allowances u minkejja dan qegħdin nagħtu ¥1.2 miljun, over and above, lill-kuntrattur biex jagħmel il-manutenzjoni tas-sistema!", "Din hija xi ħaġa li m'hijiex aċċetabbli, aktar u aktar meta naraw kif qiegħda titħaddem din is-sistema.", "Meta nformawni b'din is-sistema, jiena għidtilhom: Meta l-kuntrattur jagħmel dan ix-xogħol, kif niċċekkjaw li x-xogħol sar sewwa!", "It-tweġiba kienet: Jekk id-drenaġġ ma jfurx, allura x-xogħol ikun sar sewwa.", "Allura hekk tajjeb?", "Jiena jidhirli li dan m'huwiex argument u jeżistu metodi kif jiġi ċċekkjat jekk ix-xogħol li qed jagħmel kuntrattur ikunx sar sewwa u dawn il-metodi għandna nużawhom.", "Per eżempju, aħna nafu li bil-close circuit television issa tista' tiċċekkja l-mains u naħseb li dak għandu jibda jsir.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li sibna f'din it-Taqsima tad- Drenaġġ kienet li minħabba pariri ħżiena li ngħataw din it-taqsima mhux l- ewwel darba li għamlet ħafna iktar spejjeż minn dak previst u forsi l-akbar eżempju ta' dan jirrigwarda l-outfall ta' Ras il-Ħobż.", "Fl-outfall ta' Ras il-Ħobż, f'GĦawdex, għal biċċa xogħol li skond survey li għamlet il- Maritime Authority kellha tqum Lm169,000, issa se nispiċċaw nonfqu Lm152,000 oħra biex nirranġaw x-xogħol li sar, jiġifieri kważi daqskemm qam ix-xogħol u dan minħabba li s-survey ma kienx tajjeb.", "Jien ngħid li jekk konsulent jagħtik parir ħażin b'tali mod u manjiera li tispiċċa tonfoq id- doppju, aħna għandna nirkupraw xi ftit mill-ispejjeż żejda u qegħdin nieħdu parir legali dwar x'ċansijiet hemm fuq dan.", "GĦax mhux sew li jkun hemm xi ħadd, bħall-Maritime Authority, li tagħmlilna survey ħażin b'tali mod u manjiera li nispiċċaw nonfqu d-doppju ta' dak li konna stmajna li se nonfqu.", "Sur President, issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-pumping stations li hemm fit-Taqsima tad-Drenaġġ.", "Sar ħafna diskors fuq it-telemetry system li daħħalna u li permezz tagħha mill-bażi tiegħek inti tkun taf jekk il- pumping station hijiex qed taħdem jew inkella hijiex waqfitx.", "Veru li l- pumping station turik jekk hijiex taħdem jew le, imma jekk tieqaf x'se tagħmel?", "Ejja nimmaġinaw pumping station f'Buġibba, fl-aqwa tas-sajf, u allura permezz tas-sistema inti minn ġol-bażi fil-Marsa tkun taf li l- pumping station ta' Buġibba waqfet.", "Sa ma titla' Buġibba u tirranġa l- ħsara, din il-pumping station tilħaq tferragħlek ġol-baħar bil-konsegwenza li tnittinlek u tniġġislek il-baħar kollu.", "Jiġifieri, rridu naraw li mhux biss nagħmlu sistema li biha nkunu nafu jekk il-pumping station hijiex wieqfa jew le, imma rridu nagħmlu wkoll dak kollu meħtieġ sabiex minnha nnifisha s-sistema jkollha ċerti miżuri ħalli ma jkunx hemm tniġġiż tal- baħar.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li żgur għandna nagħmlu fit-Taqsima tad-Drenaġġ hija sezzjoni ta' customer care għax jien jiddispjaċini li jkollna ħafna complaints għax ma nirrispondux it-telefonati tan-nies.", "Dan mhux sewwa u jekk aħna rridu nagħtu servizz tajjeb liċ-ċittadini hemm bżonn li l-customer care unit jitwaqqaf mill-iktar fis ħalli nkunu nistgħu nagħtu risposti iktar malajr għall-ilment tan-nies.", "Sur President, issa ħalli ngħid xi ħaġa rigward l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ.", "Ta' min jgħid li kien ħareġ kuntratt biex jitkabbar dan l- impjant u fil-fatt ix-xogħol fuqu dalwaqt se jispiċċa.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Gvern kellu l-options li dan l-impjant jew iħaddmu l-kuntrattur inkella jkompli jħaddmu l-Gvern.", "Fil-fatt, nista' ngħid li l-Gvern se jiddeċiedi li jkompli jħaddem dan l-impjant bin-nies tiegħu u din qed ngħidha biex naqtgħu d-diżgwid li bħalissa hemm f'din it-taqsima fejn ħafna min-nies qed jgħidu li ma jafux x'se jsir minnhom.", "Sur President, il-Gvern huwa kommess ukoll li jkompli jimplimenta l- master plan tad-drenaġġ.", "Din hija xi ħaġa tajba li nbdiet taħt l- Amministrazzjoni ta' qabel u aħna dak kollu li huwa tajjeb se nħalluh u se nkomplu nibnu fuqu, għaliex le?", "Fil-fatt, aħna se nwettqu dan il-master plan tad-drenaġġ, b'mod partikolari fejn jidħol il-bini ta' l-impjanti tat- trattament tad-drenaġġ, għax aħna nifhmu li hemm bżonn li sas-sena 2000 ma nibqgħux narmu d-drenaġġ mhux purifikat fil-baħar u dan mhux biss għax aħna marbutin li nagħmluh bil-Barcelona Convention imma għax nemmnu li dawn l- affarijiet ma għandhomx jibqgħu jsiru.", "Sur President, issa niġi biex nitkellem fuq dak li ssemma wkoll dwar il- famuża gallery ta' bejn il-Pwales u ċ-Ċumnija li t-tender tagħha ħarġet taħt l-Amministrazzjoni ta' qabel.", "Fil-fatt, anke hawnhekk aħna ridna nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta' u għalhekk qed nagħmlu an environmental impact assessment mhux biss fuq l-option ta' kif trid tgħaddi l-mina imma wkoll fuq is-siting ta' l-impjant innifsu.", "Apparti dan, aħna rridu nagħmlu l-istess proċeduri għal żewġ impjanti oħra li jridu jinbnew sas-sena 2000 li wieħed se jkun fin-naħa t'isfel ta' Malta u l-ieħor se jkun ġewwa GĦawdex.", "Biex nirrispondi lill-ħabib tiegħi, irrid ngħid li aħna se nkomplu naħdmu fuq il-main li se jgħaqqad Ħ'Attard u r-Rabat u fil-fatt dan ix-xogħol se nibdewh din is-sena u nisperaw li s-sena d-dieħla dan il-main jitkompla sal-Baħrija.", "Ix-xogħol ta' Marina Street, Marsascala se jitlesta u ninsabu ċerti li qabel is-sajf isir ukoll ix-xogħol ta' surfacing tat- toroq ħalli ma jkollniex il-problema bħalma kellna fis-snin li għaddew.", "Fuq l-estensjoni tas-servizz tad-drenaġġ ġewwa residential areas għandna problema minħabba l-fatt li l-perit inkarigat minn din is-sezzjoni kien inqabad jaħdem b'mod irregolari u issa qegħdin ninvestigaw il-każ.", "Peress li dan il-perit ma kienx baqa' jaħdem mal-gvern ix-xogħol kellu jieqaf għal ftit sakemm ġie nkarigat perit ieħor.", "Dwar id-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija fi ħdan il-Ministeru tax- Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, l-Onor.", "Zammit Dimech qal: L-aħjar unit li kellna, kif se żżarmawh!", "Jien se nispjegalu - għax forsi ma fehemx x'irridu nagħmlu - li l-ħsieb tagħna m'huwiex li nżarmaw dan il-unit, imma li minnu noħolqu dak li għandu jkun id-design office tal-Works Department, il-post fejn ikun hemm il-periti, l-inġiniera, il-quantity surveyors, il- project managers u l-land surveyors biex jiddisinjaw, japplikaw għall- permessi, jagħmlu t-tenders, jaġġudikaw u jagħmlu s-site supervision tal- proġetti kapitali kollha tal-Gvern.", "Biex dan id-dipartiment jaħdem b'mod iktar effikaċi neħħejnielu dik il-parti tax-xogħol li kellu qabel fejn jidħol id-direct labour għax għidna li din mhux postha f'dan id-dipartiment għax dan għandu jkun purament dipartiment ta' consultancy.", "U hekk se nagħmluh għax irridu nikkonċentraw sabiex intejbu l-kwalita' tax-xogħol tagħna.", "Apparti li se jkun ta' konsulent fuq id-diversi proġetti li għandu l- Gvern, fost diversi inizjattivi li se jagħmel dan id-dipartiment fis-sena li qegħdin fiha hija dik li rridu nagħmlu l-bini pubbliku aċċessibbli għal kulħadd.", "Din hija xi ħaġa li nemmnu li hemm bżonn li ssir u rridu nagħmluha b'kollaborazzjoni kontinwa mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Niġi għad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni li huwa relattivament kbir peress li taħtu jaqa' d-direct labour kollu.", "L- ewwelnett, għalfejn għamilna hekk?", "GĦamilna d-direct labour taħt dipartiment wieħed għax aħna jidhrilna li meta inti għandek id-direct labour ikkonċentrat f'dipartiment wieħed għandek iktar ċans tkun effiċjenti u flessibbli f'dak li trid tagħmel.", "Qabel id-direct labour kien maqsum u ħafna drabi ma kontx tkun tista' torganizza ċertu workforce biex tagħmel proġett partikolari.", "Bil-mod li aħna qed norganizzaw dan id-dipartiment se jkollna l-opportunita' li meta jkollna proġetti bħalma huwa, per eżempju, il-proġett ta' Buġibba li se jeħdilna ħafna riżorsi biex nagħmluh, dan se nkunu nistgħu nagħmluh billi nieħdu numru ta' nies minn dan id-dipartiment.", "Dan ma jfissirx li l-kunsilli lokali mhux se nibqgħu nagħtuhom dak ix- xogħol li huwa kkuntrattat magħna.", "Dażgur li se nibqgħu nagħmluh dan!", "Sur President, jidhirli li l-Onor.", "Zammit Dimech staqsa x'inhi din l- iskema tas-secondment tal-ħaddiema mal-kunsilli lokali.", "Din hija skema li permezz tagħha l-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali jrid jasal f'sistema fejn dawk il-kunsilli lokali li jkunu jixtiequ li jkollhom ċertu ammont ta' ħaddiema biex jagħmlulhom the day to day maintenance, dawn ikunu jistgħu jeħduhom mid-dipartimenti tal-gvern fuq bażi ta' secondment.", "Imma dan bl-ebda mod ma jfisser li d-dipartimenti tagħna se jnaqqsu mir-responsabbilta' tagħhom lejn il-kunsilli lokali.", "Fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni xorta se jibqa' jsir ix- xogħol li qabel kien kuntrattat mill-kunsilli lokali, xorta se jibqa' jsir ix-xogħol ta' embellishments li kien isir qabel, xorta se jibqgħu jsiru l- marine works u xorta se jibqa' jsir ix-xogħol fuq restawr ta' bini storiku.", "Taħt ir-Rehabilitation Committees qabel kien hemm sezzjonijiet ta' labour force bi gradi industrijali li ma kenux jappartjenu lil sezzjoni waħda imma kienu mifruxin ma' Malta kollha.", "Aħna jidhrilna li biex inkunu aktar effettivi hemm il-bżonn li dawn jinġabru taħt unit wieħed imma xorta se nibqgħu nieħdu ħsieb li nirranġaw id-dangerous structures u xorta se nibqgħu nagħmlu x-xogħlijiet li kienu jsiru qabel fil-bini pubbliku.", "Dawn l-affarijiet se jibqgħu jsiru minn units żgħar maqsumin fi ħdan dan id- dipartiment imma, nerġa' ntenni, l-idea hija li dan jagħtina ċerta flessibilita' biex meta jkollna xogħol partikolari aħna nkunu nistgħu nagħmluh.", "Aktar qabel, biex nagħti eżempju, jien semmejt il-proġett ta' l- upgrading ta' Buġibba fejn għandna xogħol li jinvolvi mhux biss bankini u toroq imma landscaping, areas ta' pparkjar u ħafna xogħol ieħor.", "Għal dan il-proġett aħna qegħdin ngħidu: Isma' hemm bżonn nużaw ħafna mid-direct labour tagħna u se jkollna bżonn nużaw ukoll xi ftit lill-kuntratturi.", "Waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu meta jkollna bżonn xi konsulenza fuq suġġetti speċifiċi hija li nużaw in-non-government organisations, l- NGOs.", "Minflok ma' neċessarjament immorru għand konsulenti privati.", "Ħafna drabi dawn l-NGOs ikollhom huma stess l-expertise fis-suġġett.", "Per eżempju, jekk ikollna bżonn xi pariri dwar landscaping, aħna nistgħu mmorru għand l-ARBOR jew jekk ikollna bżonn xi pariri dwar ir-restawr ta' fortifikazzjonijiet, aħna nistgħu mmorru għand il-Fondazzjoni Wirt Artna.", "Aħna qed ngħidu li meta jkollna bżonn dawn it-tip ta' pariri għandna mmorru għand l-NGOs u naturalment aħna lesti li nħallsuhom għall-konsulenza li jagħtuna.", "Niġu issa għad-Dipartiment ta' Manifattura u Servizzi li wkoll jaqa' fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi.", "Minkejja d-diskors li ntqal qabel irridu ngħidu li fil-passat ħafna mix-xogħol ta' dan id-dipartiment kien beda jingħata lill-privat u għalhekk ħafna mill-workforce spiċċa idle, spiċċa bla xogħol.", "Aħna din it-trend irridu nirriversjawha u allura hemm bżonn li nerġgħu nsibulha x-xogħol.", "F'dawk li huma magħrufa bħala garaxxijiet tal-gvern, kemm fil-garaxx ta' Ħal Kirkop kif ukoll fil-garaxx tal-Marsa, għandna nies li huma kapaċi fix- xogħol.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li għidna lid-dipartimenti tagħna kienet din: Qabel ma Toħorġu xi tender għal xi xogħlijiet, ikkonsultaw man-nies tal-garaxx tal-gvern l-ewwel ħalli taraw jistgħux jagħmluha huma u jekk ma jkunux jistgħu jaqduna n-nies tal-garaxxijiet mbagħad agħtu x- xogħol bil-kuntratt.", "Fil-fatt din li l-proċedura li qed nużaw bħalissa.", "Affarijiet oħra li qed nagħmlu hemmhekk huma li qed nippruvaw infejqu l- marda - li kien hemm - tas-serq, tan-nuqqas ta' dixxiplina u ta' l- iskartar.", "Sfortunatament fil-garaxxijiet tal-gvern hemm ħafna sites oħrajn imma hemmhekk b'mod partikolari kien hemm ħafna ineffiċjenza u rridu naraw x'se nagħmlu biex din il-problema nipprovaw nikkontrollawha.", "Mr Chairman, irrid ngħid li aħna kommessi li fuq il-lantijiet tax-xogħol rridu dixxiplina min-nies u ma rridux skartar.", "Aħna rridu li kulħadd jagħti sehmu.", "Diġa' ħadna diversi miżuri fid-diversi garaxxijiet sabiex intejbu l-effiċjenza u fost affarijiet oħrajn, fil-garaxx tal-Ħal Kirkop, li jipprovdi l-fuel għall-vetturi tal-gvern, qed nagħmlu monitoring kontinwu fuq fuel consumption ta' diversi karozz., Għandna wkoll il-ħsieb li nagħmlu tank għal petrol mingħajr ċomb, għax dan bħalissa ma jeżistix u minħabba f'hekk ħafna drabi jmorru jieħdu l-petrol mingħand il-privat u dan jista' jagħti lok għal abbuż.", "Qed naraw ukoll jekk nintroduċux sistemi ta' aktar kontroll fuq l-użu ta' makkinarju tqil.", "Fil-każ tal-garaxx tal- Marsa, qegħdin nistudjaw il-possibbilta' li nixtru makkinarju ġdid għall- workshops tagħna għax dawn għandna bżonn ta' arranġatura sewwa.", "Biżżejjed ngħid li hemmhekk għandna workshops fejn jużaw makkinarju bl-elettriku u peress li s-saqaf qed iqattar l-ilma minnu, wieħed jista' jimmaġina x'periklu jkunu qegħdin jaħdmu fih in-nies f'dawn il-workshops.", "Rigward il-koperativi, kif diġa' għidt fil-bidu, se nkompluhom u wara li saret il-koperativa tat-traffic signs, aħna nieħdu pjaċir ngħidu li se tibda taħdem dalwaqt il-koperativa tal-mastrudaxxi li aħna beħsiebna ninkoraġġuha ħalli din tkompli tikber.", "Unit ġdid li se noħolqu fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi huwa dak li qed insejħulu a coordinating unit u l-ħsieb tagħna hu li dan jikkordina x-xogħlijiet, l-aktar tat-toroq.", "GĦaliex?", "Mill-esperjenza li kellna fl-ewwel 100 ġurnata tagħna sibna li waħda mill-aktar affarijiet diffiċli meta wieħed jiġi biex jagħmel xogħlijiet fit-toroq tagħna hi li jkun jaf x'inhu għaddej minn taħt il-wiċċ tat-triq.", "Irridu niftakru li hemm ħafna servizzi għaddejjin minn taħt il-wiċċ tat-toroq, bħalma huma s- servizz ta' l-ilma, tad-drenaġġ, ta' l-elettriku, tat-telephone, tal-cable television u ducts ta' l-ilma tax-xita, u allura meta inti tipprova tistaqsi lill-corporations jew, fil-każ tal-Melita Cable, lil kumpannija privata, x'għandhom taħt it-triq, ħafna drabi dawn ma jkunux jafu.", "Aħna jidhrilna li ma jistax ikun li nagħmlu xogħol fit-toroq b'mod effettiv jekk ma nkunux nafu x'hemm taħt il-wiċċ tat-triq.", "Il-ħsieb tagħna huwa li matul din is-sena nagħtu bidu sabiex nibnu database tas-servizzi kollha li hemm taħt il-wiċċ tat-toroq.", "Hemm bżonn li dan nagħmluh għax jidhrilna li b'hekk biss nistgħu nassiguraw ruħna li l-iżvlupp isir sewwa.", "Unit ieħor li qed jinħoloq fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi huwa dak li qed insejħulu l-planning unit.", "Dan huwa maħsub sabiex joħroġ bl-ideat ta' kif jista' jiżviluppa l-proprjeta' li għandu l-gvern bħala developer.", "Naturalment l-ideat tal-Gvern iridu jkunu konformi mal-Pjan ta' Struttura, kif ukoll approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Aħna jidhrilna li r-role ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tkun ta' ġudikant fuq dak li jrid jagħmel il-Gvern u allura l-Gvern jista' jipproponi l-iżvilupp li jixtieq jagħmel.", "Fost affarijiet oħra, aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm konsultazzjoni akbar bejn il-Gvern bħala developer u bejn il-Gvern bħala l-landowner.", "Aħna qed nippretendu wkoll li meta jitfasslu l-local plans mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-planning unit tieħu ċerti inizjattivi.", "Proġett li qed naħsbu fuqu huwa dak tar- riabilitazzjoni tal-widien, liema proġett nixtiequ nagħmluh flimkien mal- ministeru responsabbli mill-ambjent bħala parti mis-sistema ta' water catchment tagħna kif ukoll biex nagħmlu ċertu enhancement f'dawk l-areas.", "Proġett ieħor li l-planning unit qed iħares lejh huwa t-trattament tal- village cores kif ukoll l-iżvilupp ta' ċerti areas ta' rikreazzjoni, bħalma hija l-area ta' Dingli Cliffs.", "Ngħaddi issa għat-taqsima l-ġdida l-oħra li se noħolqu.", "Mela l-ewwel tkellimt fuq it-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi u issa se ngħid kelma fuq it-Taqsima ta' l-Artijiet u ta' l-Industrija tal-Bini.", "Huwa tajjeb li nsemmi, għax forsi wieħed jinsa, li d-Dipartiment ta' l-Artijiet li għandna llum kien ġie fformat fl-1961 billi qabdu diversi sezzjonijiet minn dipartimenti kbar u għaqqduhom flimkien.", "Minn dak inhar 'l hawn, jiġifieri madwar 36 sena, ħadd qatt ma ħa l-inkarigu li jħares lejn dan id- dipartiment bis-serjeta' u jevalwah ħalli jara kif nistgħu nagħmluh aktar effiċjenti.", "Hawn qed nitkellmu fuq dipartiment li jamministra terz tal- proprjeta' kollha li għandna Malta.", "Dan sal-lum mhux talli għadu ma sarx talli talli ħafna drabi dan id-dipartiment lanqas biss jingħata l- faċilitajiet sabiex ikun jista' jaħdem sewwa.", "Meta l-Onor.", "Tony Abela beda jsemmi d-Dipartiment ta' l-Artijiet fid-diskors tiegħu, jekk ħaseb li f'mitt ġurnata aħna se nagħmlu dawk l-affarijiet kollha li ma sarux f'36 sena, naħseb li kien qed imur imqarraq.", "Aħna nafu li nistgħu nagħmlu ħafna affarijiet, imma li ma sarx f'36 sena ma nistgħux nagħmluh f'100 ġurnata!", "Pero' qed nagħmlu pjanijiet dwar kif inkunu nistgħu nużaw dak ir-riżors importanti li għandu pajjiżna bl-aktar mod cost effective.", "GĦandna Dipartiment ta' l-Artijiet li la għandu mpjegati mħarrġa, la għandu faċilitajiet u lanqas ambjent xieraq fejn wieħed jaħdem.", "Kull min hu familjari mad-Dipartiment ta' l-Artijiet, fl-Auberge de Baviere, jaf li lanqas hemm ambjent ta' xogħol diċenti.", "Biex insemmu n-nuqqas ta' riżorsi li hemm, biżżejjed ngħidu li minkejja li ħafna drabi dan id-dipartiment jagħmel ħafna kondizzjonijiet meta joħroġ xi permess fuq żvilupp ta' art pubblika, biex jaraw li dawn il-kondizzjonijiet qegħdin iseħħu hemm biss żewġ enforcement officers għal Malta u GĦawdex kollha.", "Fejn jidħol id-Dipartiment ta' l-Artijiet għandna nuqqas serju ta' leġislazzjoni kemm għal meta niġu biex nagħmlu t-toroq u kif ukoll għal meta niġu biex niddefinixxu x'inhu l-foreshore.", "Il-policies tad- dipartiment qatt ma ġew updated u ħafna drabi dawn qed jispiċċaw jiġu abbużati b'tali mod li l-proprjeta' ma tagħtix ir-return mistħoqq.", "Is- sistema ta' l-acquisitions li ssemmiet ukoll mill-Onor.", "Tony Abela hija sistema mill-aktar burokratika u mhux ta' b'xejn għandna backlog kbir ta' expropriations li għad iridu jinħadmu.", "Irrid infakkar li sal-lum il- proprjeta' tal-gvern lanqas biss għadha bdiet tiġi rekordjata fuq base-map, jiġifieri dawn m'għandhomx sistema komputerizzata li tindikalhom fejn qiegħda l-proprjeta' tal-gvern għax fil-fatt din hi l-ewwel sena li l-files tad-Dipartiment ta' l-Artijiet bdew jiġu komputerizzati.", "Fi ftit kliem, hemm bżonn li nħarsu lejn is-set-up li għandna u dan irridu nirranġawh għax aħna nemmnu li jekk inkunu kapaċi nagħtu spinta lil dan id-dipartiment allura nkunu nistgħu nagħmlu użu ħafna iktar effikaċi u effiċjenti minn dan ir-riżors.", "Allura aħna se naqbdu dak li hu l-Land Department u l-Estate Department, li kien jifforma parti mit-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi, u se naqsmuhom biex nagħmlu Estate Management Department u Land Department fih innifsu.", "Il-Land Department ikun jikkomprendi l-parti fejn wieħed iżomm ir-records legali tad-dipartiment u l-Estate Management Department tkun il-parti li tara li jsir management tajjeb tal-proprjeta' tal-Gvern.", "Fost l-affarijiet li nisperaw li nagħmlu matul is-sena hemm li nħejju policies - fil-fatt diġa' qed inħejjuhom - fuq it-trasferiment ta' l-art agrikola kif ukoll ta' proprjeta' kummerċjali.", "Kulħadd jaf bl-abbużi serji li jiġru meta jsir trasferiment ta' proprjeta' kummerċjali u allura rridu ndaħħlu sistema legali ġdida biex inkunu nafu x'inhu r-root of title ta' meta jsiru l-expropriations.", "Meta jsiru l-expropriations, kif qal tajjeb l- Onor. Tony Abela, daw nspiss jieħdu ħafna żmien minħabba l-lokalitajiet tagħhom u allura aħna se naraw kif indaħħlu sistema fejn inqabbdu avukati, anke privati, sabiex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Dan kien suġġeriment li għamel l-Onor.", "Abela stess u aħna qegħdin nikkonsidrawh.", "Irridu naraw kif nagħmlu sistema aktar effettiva biex proprjeta' li tkun ġiet mogħtija lil dak li jkun permezz ta' riżoluzzjoni ta' dan il-Parlament, it-trasferiment tagħha lit-terzi jkun ikkontrollat aktar milli hu bħalissa.", "Irridu nintroduċu metodi ġodda dwar kif jinġabru l-kirjiet, iċ-ċnus u l-qbiela għax s'issa biex tħallas il-kera trid tmur bilfors id-dipartiment.", "F'dan ir-rigward qed nikkonsidraw il-possibbilta' li nużaw il-banek kummerċjali - bħalma tagħmel biex tħallas kont tal-Planning Authority.", "Irridu nsaħħu s-sezzjoni ta' l-enforcement għax ma jistax ikun li kulħadd jagħmel li jrid fuq proprjeta' tal-gvern.", "L-estates management department se jkollu fi ħdanu dawk li llum huma magħrufa bħala r-rehabilitation committees.", "Dawn il-kumitati jieħdu ħsieb ir-riabilitazzjoni taċ-ċentri storiċi u minnhom sal-lum għandna l-Valletta Rehabilitation Committee u l-Cottonera Rehabilitation Committee u għandna l- ħsieb li nagħmlu wieħed għall-Imdina wkoll.", "Jien nemmen li għandna nieħdu inizzjattivi ġodda fi ħdan dawn il-kumitati ħalli dawn ikunu jistgħu jaħdmu aħjar.", "Fil-każ tal-Belt, kif tafu, diġa' ħadna l-inizjattiva li nirranġaw l- Auberge de Baviere, fejn bħalissa hemm id-Dipartiment ta' l-Artijiet, għax minn studju strutturali li għamilna fuqha jidher li għandna bżonn nieħdu azzjoni urġenti fuq l-istat strutturali tagħha.", "Fil-fatt diġa' battalna xi uffiċini ħalli nkunu nistgħu nibdew bix-xogħol.", "Bdejna x-xogħol fuq il- paviment ġdid ta' Triq Zakkarija, liema xogħol kien ilu jissemma' li jrid isir.", "Se nirranġaw l-eyesore kbira li hemm fi Triq id-Dejqa kawżat mill- passageway li tgħaqqad il-Qorti ma' l-Annexe u hawnhekk diġa' għamilna applikazzjoni lill-Planning Authority sabiex fis-sajf li ġej - nibdew nisperaw li l-permess ikun inħareġ.", "Fil-Birgu se nagħmlu u nibdew diversi xogħlijiet fosthom ir- riabilitazzjoni ta' Scamp Palace, fin-naħa ta' Sant'Anġlu, li għandu bżonn xogħol urġenti minħabba li partijiet minnu huma fi stat strutturali perikoluż u xogħlijiet oħra fuq il-Palazz ta' l-Inkwiżitur li għandu parti mill-istruttura tiegħu fi stat perikoluż minħabba t-telqa li tħalla fiha matul iż-żmenijiet.", "Aħna nemmnu li rridu napprezzaw aktar il-wirt storiku u dan għandna nibżgħu għalih għax jiddispjaċini ngħid li m'hawnx kuxjenza biżżejjed fuq dan is-suġġett.", "Kieku nagħrfu nagħmlu użu aħjar minn dak li għandna lanqas ikollna għalfejn nibnu dak il-bini kollu fuq virgin sites.", "Rigward l-Imdina qegħdin fil-fażi ta' ppjanar fuq ir-restawr tal-Palazz ta' Vilhena li wkoll fih problemi strutturali kbar.", "Dan il-proġett ilu jiġi diskuss għal aktar minn 30 sena u mill-istudju li għamilna skoprejna li parti minn dan il-palazz qiegħda fi stat perikoluż ħafna għax waslet biex taqa' u miegħu se jaqa' wkoll parti mis-sur ta' l-Imdina.", "Allura huwa mportanti li bl-aktar mod urġenti nieħdu ħsieb biex intaffu l-ħsara li hemm.", "Per eżempju, fuq il-palazz kien hemm parti li ġiet mibnija mill- Ingliżi li qed tagħmel ċertu pressure fuq il-bini oriġinali u għalhekk se nżarmawha kif se nneħħu wkoll il-cactus garden li qed jagħmel il-ħsara.", "Se jsir tindif ta' dan il-palazz peress li ċerti kmamar kienu mimlijin sas- saqaf bl-imbarazz, tant li lanqas stajna nidħlu fihom.", "Fi ftit kliem, se nagħtu attenzjoni totali lill-wirt storiku u għall-ewwel darba fil-budget qed tiġi allokata s-somma ta' Lm40,000 - somma mhux żgħira - għar-restawr tal-fortifikazzjonijiet.", "Din hija xi ħaġa li turi l-impenn li għandu dan il-Gvern favur ir-restawr tal-wirt storiku.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech semma wkoll il-kunsill konsultattiv dwar l- industrija tal-bini - il-BICC.", "Kif diġa' għidt, l-industrija tal-bini hija mportanti ħafna u għalhekk għandna bżonn nagħtuha l-attenzjoni li jixirqilha.", "Fil-fatt, se noħolqu dipartiment ġid dwar l-industrija tal-bini u fost id-diversi sezzjonijiet ta' dan id-dipartiment se jkun hemm dan il- kunsill.", "Hawnhekk huwa tajjeb li nispjega x'inhi l-idea wara dan il- kunsill.", "Aħna qegħdin ngħidu li f'dan il-kunsill għandhom jipparteċipaw dawk kollha li b'xi mod għandhom xi relazzjoni mal-bini, jiġifieri periti, inġiniera, Planning Authority, kuntratturi ta' kull tip, nies tal-barrieri, dawk li jagħmlu l-bricks, dawk li jagħmlu planki, dawk li jimportaw il- materjal, l-ambjentalisti - għaliex le? - id-developers u setturi simili.", "Se nipprovaw ninvolvu lil kulħadd biex permezz t'hekk noħolqu forum fejn jiġu diskussi l-problemi li jkun hemm f'din l-industrija.", "Aħna jidhrilna li hemm diversi issues fl-industrija tal-bini li għandhom jiġu ndirizzati u permezz ta' din l-inizzjattiva ġdida li qed nieħdu, aħna qed ngħidu: Isma', hemm bżonn li dawn l-issues nibdew nindirizzawhom.", "Jekk aħna verament nemmnu li din l-industrija hija mportanti rridu nindirizzaw l- issues li permezz tagħhom immexxuha 'l quddiem sabiex tersaq lejn is-seklu l-ġdid u fost l-issues li rridu nindirizzaw insibu l-istandards tax-xogħol stess.", "Ħafna drabi standards tax-xogħol mhux qed ikunu tajbin u għalhekk irridu naċċertaw ruħna mill-kwalita' tax-xogħol u rridu nħarsu wkoll il-health and safety regulations.", "Nisimgħu b'diversi inċidenti li jiġru fuq sites ta' kostruzzjoni u s-sitwazzjoni li qegħdin fiha llum hija tal-biki għax m'għandna l-ebda standards.", "Ir-relazzjoni bejn l-industrija tal- kostruzzjoni u s-suq tal-proprjeta' hija xi ħaġa oħra li rridu nħarsu lejha għax naturalment dak li jiġri fis-suq tal-proprjeta' jaffetwa ħafna lil din l-industrija.", "Rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ irrid nistaqsi: Għaliex m'għandniex ikollna ċertu training għall-ħaddiema?", "Per eżempju, jekk int bajjad, kif se nkun naf li inti bajjad, għax taf taqbad il-pinzell b'idejk!", "Irid ikollok xi ċertifikat jew diploma biex tkun bajjad?", "Għax inkella jrid ikollok ċertu taħriġ fis-suġġett?", "Hemm bżonn ta' aktar riċerka fuq l-industrija tal- bini?", "Dawn huma l-issues li se nibdew nindirizzaw fi ħdan il-kunsill għax nemmnu li dawn huma l-qofol ta' l-industrija tal-bini.", "Allura aħna qegħdin ngħidu li dan il-kunsill se jopera minn ċentru li qed insejħulu a building research centre - ċentru għar-riċerka fuq il-bini - u apparti li dan iċ-ċentru jkun fih dan il-kunsill se jkun post fejn isiru seminars, fejn tinżamm librerija teknika u fejn jiġu introdotti metodi u materji ġodda ta' kostruzzjoni.", "B'dan il-mod aħna qed nisperaw li noħolqu kuxjenza fost il-poplu tagħna biex mhux biss intejbu l-kwalita' tax-xogħol b'xi ħaġa li tkellem ħafna fuqha l-Onor.", "Zammit Dimech, imma nkunu kapaċi ndaħħlu metodi ġodda sabiex nagħtu value for money.", "Hawnhekk irrid inħabbar li fi ftit tal-ġimgħat oħra se jiġi organizzat seminar li jitratta dwar il-futur ta' din l-industrija bil-ħsieb li waqt dan is-seminar nibdew nintroduċu lil dan il-kunsill konsultattiv.", "Minbarra dan il-kunsill konsultattiv fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Industrija tal- Bini se jkun hemm ukoll sezzjonijiet oħrajn, fosthom is-sezzjoni li se tmexxi l-building regulations.", "Fl-Amministrazzjoni preċedenti kien sar ħafna xogħol fuq ir-regolamenti tal-bini u aħna jidhrilna li qabel ma titressaq din il-liġi fil-Parlament għandna nagħtu ċans lil dan il-kunsill li jiddiskuti din il-liġi, għax ħafna mil-liġijiet li se nintroduċu se jfissru ċerta żieda fil-prezzijiet ta' kif isir ix-xogħol.", "Allura qabel ma taqbad u tintroduċihom aħjar naraw x'se jkun l-effett tagħhom.", "Punt li huwa importanti li nisħqu fuqu hu li bis-sistema kif inhi llum m'għandna lil ħadd li qed jagħmel enforcement fuq il-building regulations.", "Meta qabel kien hemm il-PAPB l-enforcement kien isir mill-building inspectors, imma minn mindu twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dawn il- building inspectors saru enforcement officers biex jinforzaw l- kondizzjonijiet tal-permess u allura issa m'hemm ħadd li qed jaċċerta li l- building regulations qed jiġu nforzati.", "Per eżempju, ħadd ma jiġi jara jekk il-katusi humiex imqiegħda tajjeb fil-post li tkun qed tibni.", "Dawn l- affarijiet kienu jeżistu qabel imma issa m'għandna xejn u minħabba f'hekk bħalissa għandna problemi kbar fil-bini.", "Taħt dan id-dipartiment għandna l-ħsieb li ninkludu kemm il-laboratorju li diġa' għandha t-Taqsima tax- Xogħlijiet Pubbliċi kif ukoll l-engineering board li joħroġ il-warrants lill-inġiniera.", "Meta ltqajt mal-membri ta' l-engineering board jien ħadt pjaċir li huma tal-fehma li titwaqqaf an engineering executive biex jitressqu ċerti suġġerimenti dwar kif jistgħu jtejbu s-settur ta' l- inġinerija.", "Hemm ukoll l-architects board li l-funzjoni tiegħu hi li jagħti l-warrants lill-periti, imma s'issa dan kien għadu qatt ma ġie kostitwit.", "Mr Chairman, ħalli nitkellem ftit fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "M'inix se nitkellem fit-tul fuqha għax iktar 'il quddiem se jkollna debate sħiħ fuq l-estimi ta' din il-Korporazzjoni, pero' xorta waħda hemm xi punti li xtaqt insemmihom.", "Meta l-Onor.", "John Vella tkellem fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkellem fuq dak li kien jiġri qabel l-1987 u fuq x'għamel il-Gvern Nazzjonalista u mbagħad waqaf hemmhekk.", "Jien ukoll nixtieq ngħid x'sibna meta aħna tlajna fil-gvern.", "Aħna sibna korporazzjoni - din mhux qed ngħidha jien imma qalha s-Sur Alfred Mifsud li ġie nkarigat sabiex jagħmel l-istudju fuq din il- korporazzjoni - li prattikament kienet falluta, fejn il-banek lanqas riedu jsellfu flus lil din il-korporazzjoni, anke jekk ikollha garanzija mingħand il-Gvern.", "Dan ifisser li l-banek ma aċċettawx li jsellfu flus lil din il- korporazzjoni, anke jekk ikollha garanzija mingħand il-Gvern li jekk jinqala' xi ħaġa jħallas id-dejn hu.", "Sibna korporazzjoni f'sitwazzjoni fejn l-exposure li kellhom il-banek kummerċjali kien tant kbir li l-Bank Ċentrali qal lill-banek biex ma jsellfux aktar lil din il-korporazzjoni.", "Sibna korporazzjoni li kellha cash flow problem kbira għall-fatt li l- kontijiet għall-aħħar 12-il xahar ma nħarġux u allura ma daħħlitx flus u spiċċat bi problemi kbar ta' cash flow li affettwaw kemm lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kif ukoll lill-Enemalta, peress li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma toħroġ il-kontijiet ta' l-elettriku ma' tagħha.", "Fil-każ ta' l-Enemalta il-problema kienet ħafna akbar milli kienet fil-każ tal-WSC għal fatt li minħabba li matul l-aħħar 12-il xahar il-kontijiet ma nħarġux, l-Enemalta ma setgħetx tagħmel l-audited accounts tagħha u allura ma setgħetx tissodisfa lill-banek internazzjonali li avvanzawla l-loans.", "Il-Korporazzjoni Enemalta kienet se tispiċċa titlef il- credit rating ma' dawn il-banek u, per konsegwenza, kien ikollha tħallas imgħaxijiet ogħla.", "Aħna għidna: Kif jista' jkun li jiġru dawn l- affarijiet?", "Qalulna li kien hemm xi tgerfixa bejn is-sistema tas-Swatar u bejn is-sistema tal-billing li qed tintroduċi l-korporazzjoni.", "Jiena nista' ngħid li wara li ddiskutejt din il-problema mal-kollega tiegħi l- Ministru Leo Brincat - għax din teffettwa lilu min-naħa ta' l-Enemalta - aħna ddeċidejna li ninvestigaw is-sitwazzjoni tal-billing tal-corporations għax dehrilna li l-affarijiet ma kenux qegħdin isiru bis-serjeta' u, fil- fatt, tajna l-ordni lil persuna ta' fiduċja sabiex tagħmel l- investigazzjonijiet neċessarji tal-mod ta' kif kien qed isir il-billing.", "GĦandna korporazzjoni li fiha għandek 400 impjegat under-employed għall- fatt li ħafna mix-xogħol li kienu jagħmlu l-ħaddiema tal-korporazzjoni spiċċa qed jagħmlu l-privat.", "Jien ma nistax nifhem kif, per eżempju, xogħol li kienu qegħdin jagħmlu 400 impjegat tal-corporation, kuntrattur privat irnexxielu jagħmlu b'70 impjegat.", "Din ma nistax nifhimha u jidhirli li hemm xi ħaġa ħażina li trid tiġi ndirrizzata.", "Il-korporazzjoni għandha problemi strutturali kbar minnha nnifisha għall-fatt li m'għandhiex is-set up amministrattiv neċessarju.", "Għandek korporazzjoni li, per żempju, ma kellhiex financial controller tagħha imma kellha wieħed qiegħed bħala consultant u għalkemm dan huwa ta' l-affari tiegħu u tajjeb, xorta waħda ma tistax taħdem bil-consultants.", "Għandek korporazzjoni li lanqas finance department ma kellha u dan meta qed titkellem fuq organizzazzjoni b'turnover ta' Lm21 miljun.", "Għandek korporazzjoni fejn il-customer care service huwa xi ħaġa li hija biss kelma sabiħa għax meta tipprova taqbad magħhom fuq xi problema ma tieħu sodisfazzjon ta' xejn.", "Mr Chairman, fi ftit kliem ipprovajt nispjega l-problemi li għandha l- Korporazzjoni.", "Illum inħatar bord ġdid b'nies li jiena ċert li daħlu b'impenn kbir għal dawn l-isfidi, nies ta' fiduċja li jien nawguralhom suċċess fil-ħidma tagħhom għax hemm bżonn li l-problemi ta' din il- korporazzjoni, f'settur tant vitali, nittekiljawhom bis-serjeta'.", "Jiena nista' ngħid li f'laqgħa ta' kortesija li se jkolli għada mal-bord tad- diretturi l-ġodda se jiġi ppreżentat lilhom għall-ewwel darba l-policy document ġdid tal-Gvern fuq kif għandha titmexxa din il-korporazzjoni.", "Mr Chairman, sabiex nikkonkludi jiena ngħid li kuntrarjament għal dak li pprova jgħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "Zammit Dimech, aħna għandna gvern li għandu viżjoni u nafu x'irridu nagħmlu biex immexxu pajjiżna 'l quddiem.", "Aħna rridu noħolqu l-istrutturi ġodda u neċessarji sabiex inżidu l- effiċjenza.", "Għandna bżonn inżidu l-expertise fl-impjegati tagħna u għandna bżonn ninċentivawhom aktar ħalli jagħmlu sforz akbar.", "Trid tinqata' l-ħela u tidħol aktar dixxiplina.", "Nista' ngħid minn issa li l-impjegati tagħna se jiġu rated mhux skond min huma imma skond il-performance li jagħtu.", "Irridu naslu f'sitwazzjoni fejn aħna nagħmlu l-preventive maintenance għax s'issa dawn id-dipartiment kollha kienu jaħdmu b'crisis management, jiġifieri l-ewwel tqum kriżi mbagħad jaraw kif se jsolvuha.", "Aħna rridu nagħmlu management biex il-kriżi nevitawha.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech forsi jiftakar kif spiċċa l-ispeech tiegħu s-sena li għaddiet meta kien għadu ministru.", "Dak inhar kien ikkwota mill- opera \"Tourandot\" u qal li l-aqwa arja hija \"Vincero\".", "Huwa kien spiċċa d- diskors tiegħu billi qal: \"Dak huwa l-awgurju li joħroġ preċiżament minn dik il-produzzjoni, li l-Gvern kollu preżenti jintona l-\"Vincero\"!.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk irrid ngħidlu li ma qatax u naħseb li lanqas fuq dak kollu li qal ma qata'!", "Mr Chairman, jiena nieħu din l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lill- headsof depratment li taw kontribut kbir fix-xogħol kollu li għamilna s'issa u ninsab ċert li bil-kontribut tagħhom u ta' kulħadd għandna nilħqu l-għanijiet tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 39 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Tony Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-Division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għal Vot 39 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Tony Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "13", "FAVUR: 34", "L-Onor.", "|Abela Tony |Galea Pace Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cassar Joe |Muscat Claude | |Dalli John |Muscat Richard | |D'Amato Helen |Psaila Savona Joe | |De Marco Guido|Pullicino George | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael|Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis |", "KONTRA : 35", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John | | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mintoff Dom | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Pace Bertu | |Charles | | |Buhagiar Louis|Portelli Alfred | |Camilleri |Refalo Anton | |Maria | | |Cardona Chris |Sant Alfred | |Chircop Karl |Sceberras Trigona Alex | |Cilia Joe |Schembri Adami Sandro | |Dalli Helena |Spiteri Lino | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia Anglu|Vella George | |Farrugia Joe |Vella Karmenu | |Farrugia | | |Michael | |", "L-emenda ma għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se nqiegħed il-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 39 - MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm21,166,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 39 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN Il-mistoqsija hi:", "VOT 40 - ARTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm657,800 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Artijiet, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 40 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 41 - ILMA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm14,627,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Ilma, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 41 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT X - MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm13,350,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot X għaddiet.", "Fid-9.38 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 39, 40, 41 u X taħt il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Frar, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997", "It-Tmien Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997.", "MISTOQSIJIET", "GĦAL-TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TA' L-IBRAĠĠ - TRIQ WIED MEJXU", "2446.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex Triq Wied Mejxu f'Ta' l-Ibraġġ (Swieqi) tinbena u finalment tingħata t- tarmak?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li l-iżvilupp fi triq Wied Mejxu fl- Ibraġġ għadu lura u għad mhemmx is-servizzi kollha mqiegħda permanenti fil- post, din it-triq ma tistax tingħata l-asfalta għalissa.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - PROBLEMI", "588.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xi problemi sab ma' wiċċu l-Ministeru tiegħu wara li l-Partit Nazzjonalista spiċċa mill-Gvern u floku tela' l- Partit Laburista?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bħal kull Ministeru ieħor il-Ministeru tiegħi sab ma wiccu numru ta' problemi kemm ta' natura Finanzjarja kif wkoll ta' natura Amministrattiva u Teknika.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li flimkien ma l-ufficjali u l-ħaddiema, kif wkoll għaqdiet tal-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-industriji relatati ninsabu għaddejin b' ħidma sabiex quddiem dawn id-diffikultajiet , li ħafna minnhom huma rizultat ta' nuqqas ta' direzzjoni u npenn, jiġu megħluba.", "QRATI - PLEĠĠ FUQ GARANZIJA PERSONALI", "589.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li bejn is-snin 1990-1996 sena b'sena, ingħataw pleġġ mill-Qorti fuq garanzija personali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Ma tinżammx tatistika tan-numru ta' talbiet għall-pleġġ personali.", "Tinżamm biss informazzjoni ta' talbiet għall- liberta' proviżorja li tingħata b'garanzija ta' depożitu\".", "QRATI - GĦAJNUNA LEGALI GĦALL-FQAR", "590.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif se tiġi riformata s-sistema ta' għajnuna legali għall-fqar b'mod li din tiġi taħdem fuq livell aktar organizzat u professjonali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qed isiru l-istudji meħtieġa biex is-sistema preżenti ta' għajnuna legali tiġi riveduta fid-dawl taċ-ċirkostanz moderni u biex min ikun tassew jistħoqqlu din l-għajnuna ikollu opportunita' li jinqeda b'mod aktar sodisfaċenti għalih.", "UNIVERSITA' - PROBLEMI", "591.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi problemi wiret fl- Universita' l-Gvern Laburista u beħsiebu jaffrontahom?", "X'inhi l-politika tal-Gvern għall-Universita'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, in-numru ta' studenti fl-Universita' f'dawn l-aħħar snin żdied għal 6,345 u madwar 2,500 student fil-Junior College.", "Din ir-rata qawwija ta' espansjoni fin-numru tal-korp studentesk saret ukoll fi sfond ta' żviluppi estensivi u bidliet kbar fil-korsijiet offruti; sistemi ġodda ta' tagħlim u verifika akkademika, żviluppi qawwija fit- Teknoloġija u fl-Informatika kif ukoll espansjoni ta' bini u sistemi amministrattivi biex jakkomodaw dan l-iżvilupp.", "Bħal kull intrapriża li tespandi b'ritmu frenetiku f'qasir żmien, il-problemi li jeżistu huma dawk li wieħed jistenna f'każijiet bħal dawn, (bħal per eżempju, il-problema serja li teżisti bin-nuqqas ta' spazju għal lectures u swali għall- eżamijiet) li qed jiġu affrontati u solvuti mis-Senior Management Committee ta' l-Universita' li ġie mwaqqaf mir-Rettur il-ġdid biex isolvi preċiżament il-problemi li nħolqu minħabba din l-espansjoni f'dawn l-aħħar snin u biex tikkonsolida s-sistemi ġodda li ġew implimentati matul dawn l- aħħar snin.", "Il-politika tal-Gvern għall-Universita' hija spjegata b'mod ċar fil- programm elettorali li bih rebaħ l-elezzjoni ta Ottubru 1996.", "L-istruttura ta' tmexxija li qed jipproponi tevita d-deċiżjonijiet kapriċċużi li kienu jittieħdu meta l-Universita' kellha rettur li kien jitħalla jmexxi bla konsultazzjoni mal-kollegi tiegħu.", "QRATI - ĠURATI", "592.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li fl- aħħar tas-sena 1996 issejħu biex iservu bħala ġurati u kemm minnhom għamlu r-rikors fiż-żmien stabbilit mil-liġi biex jiġu eżentati milli jservu bħala ġurati, u f'dawn il-każi r-rikors dejjem ġie milqugħ?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Matul Diċembru, 1996 ġew imtella' żewg panels ta' ġurati.", "F'Panel minnhom ittellgħu 105.", "Minn dawn saru 35 rikors li minnhom 19 ma ġewx milqugħa.", "Fit-tieni panel ġew imtella' 94. inn dawn saru 42 rikorsi li minnhom 5 ma ġewx eżentati.", "QRATI - SENTENZI SOSPIŻI", "593.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li mill-1991 - 1996 sena b'sena, ingħataw sentenza sospiża?", "Kemm hu n-numru ta' dawk li tul l-istess snin, sena b'sena kisru l-\"operational period\" impost mill-Qorti?", "Kemm hu n-numru ta' dawk li spiċċaw il-ħabs, sena b'sena (bejn l-1991 - 1996) għax ikkommettew reat fil-perjodu operazzjonali?", "Jidhirlu l-Gvern li għandu jiddaħħal il-\"partially suspended sentence\" bħalma jeżisti fis-sistema penali Ingliża li bħala miżura hija aktar \"draconian\" minn sempliċi \"suspended sentence\" u għalhekk forsi sservi aktar ta' deterrent f'soċjeta' fejn il-kriminalita' irridu niġġildulha sew u b'kull mezz?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li n-numru ta' sentenzi sospiżi kien kif ġej:-", "1991 96 1992 124 1993 172 1994 144 1995 130 1996 100", "Ma tinżammx statistika ta' dawk li kisru l-\"operation period\" u lanqas ta' dawk li jispiċċaw il-ħabs minħabba f'hekk.", "Dwar il-\"partially suspended sentence\" jidhirli li s-suġġeriment ta' l- Onor.Interpellant hu nteressanti u għandu valur.", "Iżda dan jeħtieġ studju aktar li għalissa ma jistax isir minħabba nuqqas ta' riżorsi umani.\"", "MINISTERI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - KONSULENT", "2210.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara l-mistoqsija parlamentari numru 212 ġewx konklużi kuntratti ta' konsulenza oħra u jekk fl-affermattiv, jistax ipoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għall-informazzjoni li tajt dwar dan is-suġġett fit-Tweġiba għal Mistoqsija Nru. 2445.", "In vista ta' l-informazzjoni li diġa ngħatat ma' nħossx li hemm il- ħtieġa li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti relevanti.", "Dawn il-kuntratti huma bbażati, b'xi tibdil żgħir, fuq dokument pro forma li ilu jintuża għal żmien twil.", "BANEK - ISHMA", "2211.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Peress li numru ta' kumpanniji kkontrollati mill-Gvern, direttament jew indirettament, għandhom ishma kemm fil-Mid-Med Bank kif ukoll fil-Bank of Valletta, jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx struzzjonijiet lil min għandhom jivvotaw fl-elezzjoni għad-Diretturi li saru dan l-aħħar fiż-żewġ banek u jekk iva x'kienu l-istruzzjonijiet?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Il-premessa ta` l-Onor Interpelllant mhix korretta.", "Ma nistax ngħid x`kien jiġri fi snin oħra.", "IMPJIEGI - ĊIFRI TAL-QGĦAD", "2250.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Ikkonsidrat il-fatt li ċ-ċifri tal-qgħad għal Ottubru, Novembru u Diċembru għadhom ma ġewx pubblikati uffiċjalment mid-Dipartiment ta' l-Istatistika.", "Ikkonsidrat ukoll li l-Ministru fil-Parlament qal li l-proċedura normali hi li ma jagħtix iċ-ċifri hu anke b'risposta għall-mistoqsija parlamentari għax il-proċedura hi li jiġu pubblikati mid-Dipartiment ta' l-Istatistika.", "Ikkonsidrat li b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 795 il- Ministru qal li hu ma segwix din il-proċedura u ppubblika ċ-ċifra proviżorja ta' Diċembru għax kien hemm artiklu fil-gazzetti li kien skorrett.", "Jista' l-Ministru jiżgura li ċ-ċifri jiġu ppubblikati kemm jista' jkun malajr biex ma tidħolx il-prattika ġurnalistika li jiġu ppubblikati statistiċi skorretti fil-ħsieb li tiġi żvelata ċ-ċifra tal- qgħad?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant, li kemm ilni naqdi l-funzjonijiet bħala Ministru tal-Harsien Soċjali, jien ma bdilt xejn mill- proċeduri li kienet tuża l-amministrazzjoni preċedenti, ta` kif u meta jiġu ppubblikati ċ-ċifri u l-istatistika.", "Jidher li d-dewmien ikun minn naħa ta` l-ETC, għaliex il-figuri jinħadmu xahrejn xahrejn.", "Is-sitwazzjoni se niddiskutiha mal-Bord il-ġdid ta` l-ETC biex nara x`jista jsir.", "ETC - ĊIFRI TAL-QGĦAD", "2251.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jagħraf il-Ministru li s-sistema li l-ETC tgħaddi direttament iċ-ċifri tal- qgħad lid-Dipartiment ta' l-Istatistika mingħajr ma jkun jafhom hu, skond ma qal b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 795 mhijiex sistema tajba ladarba hu responsabbli għall-ETC?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Iċ-ċifri tal-qgħad u ta` kemm hawn nies li jaħdmu f`Malta u Għawdex jintbagħtu direttament mill-Korporazzjoni tal-Impjiegi u Taħriġ lill-Uffiċju Ċentrali ta` l-Istatistika u lill-`Economic Planning Division` bl-iskop li dawn janalizzawhom qabel ma jiġu ppublikati.", "Din hija l-prattika li dejjem użat l-ETC.", "Fl-istess ħin il-Korporazzjoni tibgħat lil Ministru responsabbli l-istatistika interna tagħha.", "B`din is- sistema il-Ministru jkollu l-informazzjoni aġġornata fuq ix-xogħol ta` l- ETC, waqt li l-Uffiċju ta` l-Istatistika jkun jista` jibda l-proċess għall- publikazzjoni taċ-ċifri.", "Infakkar lill-Onor.", "Membru li fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 795 jien m`għidtx li l-figuri ma nkunx nafhom imma li `ma nistax nagħtiha fil-parlament għar-raġunijiet li diġa tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 322`.", "MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - PROFESSJONI", "2307.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li hu awtorizza lill-Ministri u Segretarji Parlamentari li huma jistgħu jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom jew jagħmlu x'xogħol li kienu jagħmlu qabel il-ħatra tagħhom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux minnu.", "Fit-tkomplija ta' l-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom jew ta' xogħol privat li kienu jagħmlu qabel il-ħatra, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari huma ggwidati mill-Kodiċi ta l-Etika.", "Madankollu, hemm il-ħsieb li, fil-każ ta membri tas-Servizz Pubbliku li huma Ministri jew Segretarji Parlamentari, għandu jkollhom il-possibilita li jibqgħu bid-dritt li jmorru lura għax-xogħol tagħhom meta jispiċċaw mill-kariga u mhux jirriżenjaw biex il-Kodiċi ta Etika jiġi allinejat mal-miżuri ta l-Estacode.", "KAMRA TAL-KUMMERĊ - DISKORS TAL-PRIM MINISTRU", "2308.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 894, jista' l-Prim Ministru jirrispondi d-domandi enumerati (1), (3) u (7) peress li ngħatat biss risposta għad-domandi l-oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija numru 2539.", "MDC - INIZJATTIVI INDUSTRIJALI PRIVATI", "2316.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-MDC dwar numru sostanzjali ta' inizjattivi industrijali privati (garage industries) li għandna f'pajjiżna?", "X'pożizzjoni ħadet l-MDC fir-rigward ta' dawn ix- xogħlijiet?", "L-MDC għamlet xi sottomissjonijiet partikolari lill-Planning Authority dwar dawn l-industriji?", "Jekk l-MDC għamlet xi sottomissjonijiet partikolari dwar dan il-punt, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jippubblika l-proposti li saru mill-MDC dwar dan is-suġġett?", "Jekk mill-banda l-oħra għadhom ma sarux sottomissjonijiet partikolari dwar dawn il-garages industrijali, tista' l-MDC tikkonsidra x'pożizzjoni għandha tieħu l-Planning Authority dwarhom u tagħmel is-suġġerimenti relattivi?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-MDC ghandha numru ta` inizjattivi li jirrigwardaw industriji privati maghrufa bhala \"garage industries\".", "Il- pozizzjoni ta` l-MDC hija li sa fejn tista, tipprovdi plots biex tigi akkomodata d-domanda minn dan is-settur.", "L-MDC ghandha numru ta` sottomissjonijiet quddiem l-Awtorita ta` l-ippajanar li jinkludu: 1.", "Proposti biex jigu zviluppati u mmodernizzati z-Zona Industrijali ta`Ta` Qali.", "Dan ta` l-ewwel gie approvat f`Ottubru 1995 u prezentament qed jigi attwat, filwaqt li dak ta` Ta` Qali qed jigi kkunsidrat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "2.", "Proposta biex tigi zviluppata bicca art ta` 65,000 metru kwadru gewwa Hal-Far;", "3.", "Proposta biex tigi zviluppata bicca art fil-Qasam Industrijali tax- Xewkija, Ghawdex, kif ukoll ohra biex jigi mmodernizzat u estiz il-Villagg tas-Snajja ta` Ta`Dbiegi.", "Madankollu nixtieq inzid li f`laqgha li saret ma` l-Awtorita` ta` l- Ippjanar, intalbet l-ghajnuna ta` l-istess biex jigu identifikati aktar siti f`Malta u Ghawdex ghal dan l-iskop.", "DJAR - REVIŻJONI TAL-KERA", "2317.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Billi madwar sentejn ilu kienu twaqqfu r-reviżjonijiet tal-ħlasijiet tal-kera ħlief għal dawk li d-dħul tagħhom ikun naqas (u b'hekk b'reviżjoni jkunu se jiggwadanjaw) jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk ir-reviżjonijiet tal-kera hux se jerġgħu jibdew iseħħu b'mod awtomatiku?", "Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Ministeru li jżid il-benefiċċji (sussidju) fuq il-kera ta' dawk li diġa' għandhom kuntratt tal-kera?", "Billi kien sar ħafna diskors dwar kemm l-aħħar kirijiet offruti mill-Housing Authority kienu għoljien, jista' jgħid jekk fil-fatt dawn il-kirijiet traħħsux?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien infurmat illi d-Dipartiment qed jistudja mezz biex żidiet li jingħataw biex jagħmlu tajjeb għall-għoli tal-ħajja, ma jkunux riflessi fi tnaqqis mis-sussidju fuq il-kera.", "Wara li jsir dan ikunu jistgħu isiru r-reviżjonijiet imsemmija.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli membru li l- kirjiet tal-fondi offruti mill-Awtorita' tad-Djar huma dawk indikati fl- avviżi relattivi.", "Is-sussidju jingħata fuq il-kera kif elenkat fil- kundizzjonijiet tal-istess avviż.", "WSC - BIDLIET FIL-\"MAIN PIPES\"", "2318.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma bidlietx il-mod ta' kif isiru l-bidliet fil-\"main pipes\", fis-sens li fejn hemm bżonn ta' bidliet bħal dawn, qed tinsisti li dawn il-bidliet isiru a spejjeż tal-kunsilli lokali?", "Jekk ma saret l-ebda bidla f'dan is-sens, x'qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tiggarantixxi li talbiet għall-bdil ta' \"mains\" mill-kunsilli lokali, fil-fatt jintlaqgħu malajr?", "Kemm hemm talbiet fil-preżent biex \"mains\" ta' l-ilma jinbidlu, biex xogħol ieħor konness mal-kunsilli lokali jkun jista' jsir?", "Liema huma dawn il-kunsilli?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma għandha diversi talbiet minn numru ta' Kunsilli Lokali sabiex isir xogħol ta' tqegħid ta' pajpijiet fejn dawn il-Kunsilli jixtiequ li jsir xogħol ta' kisi ta' tarmak jew bdil ta' bankini.", "Minħabba li l-biċċa l-kbira ta' dawn it-talbiet ma jkunux fil-programm ta' xogħol tal-Korporazzjoni u għaldaqstant jinħtieġu spiża kapitali addizzjonali, l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tistenna rikonferma mill-Bord ġdid tad-Diretturi sabiex tiġi stabbilita l-'policy' li tadotta l- Korporazzjoni f'dan ir-rigward.", "Bħalissa l-Korporazzjoni għandha dawn it-talbiet mill-Kunsilli Lokali sabiex isir xogħol ta' bdil ta' mains fil-lokalita tagħhom.", "MALTA Birzebbugia Triq San Edwardu Triq Zibra", "Gzira Triq Taljana", "Marsaxlokk Triq Santa Katerina Triq iz-Zejtun Triq mal-Kosta minn Triq il- Kavalerizz sa Triq il-Port Ruman Triq il-Port Lruman Triq l-Arznell", "Paola Triq Angelo Fpasila Triq Marija Addolorata", "Naxxar Triq Santa Marija", "Mġarr Triq Barbara Triq San Frangisk", "Kirkop Triq l-Infanterija Triq l-Artillerija Triq San Guzepp", "Hamrun Pjazza 7 ta' Ġunju", "Ghaxaq Hal-Milleri", "B'Kara Triq Jannara Triq Samniet", "Qrendi Triq Massabielle", "Zebbug Vjal il-Helsien", "St Venera Triq il-Parlija", "Zabbar Triq il-Bahrija", "GĦAWDEX Xewkija Triq San Guzepp Triq San Bert Triq Torri Gorgun", "Munxar Triq Dun Spir Gauci Triq il-Kalkara tal-Gbir", "Sannat Triq il-Kbira", "Fontana Triq il-Kappillan", "Qala Triq Simar", "SKEJJEL - ISTITUT TAL-FELLENBERG", "2319.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n- numru ta' studenti li qed jieħdu sehem f'xi kors fil-Fellenberg Institute?", "Liema korsijiet huma fil-preżent organizzati f'dan l-istitut?", "Kemm hu n- numru ta' studenti f'kull kors partikolari, u f'liema sena tal-kors qegħdin?", "Hemm xi ħsieb li l-korsijiet f'dan l-istitut jiżdiedu?", "Jekk iva, f'liema suġġetti?", "Minbarra hekk hemm il-ħsieb li jsir xi tibdil fil- korsijiet li bħalissa hemm f'dan l-istitut?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hemm 136 student li qegħdin jattendu l-Fellenberg Training Centre.", "Minnhom hemm 40 student fl-ewwel sena, 37 student fit- tieni sena, 29 fit-tielet sena u 30 student fir-raba' sana.", "Iċ-Ċentru jispeċjalizza fit-tagħlim ta' Industrial Electronics u għaldaqstant jorganizza kors wieħed biss li jwassal għal Diploma fl-Industrial Electronics.", "Għadu kif beda eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-kors.", "Isirx tibdil jew le fil-kors jew jiżdiedx in-numru ta' korsijiet jiddependi fuq ir- rakkomandazzjoni li ssir fi tmiem l-eżerċizzju.", "PULIZIJA - \"FIRE ENGINES\"", "2320.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm hu n-numru ta' \"fire engines\" li għandu bħaliss l-Korp tal-Pulizija?", "F'liema \"stations\" jinstabu dawn il-\"fire engines\"?", "Tinħass il-ħtieġa ta' żieda fin-numru ta' \"fire engines\"?", "Meta hu mistenni li fil-fatt jiżdiedu l-\"fire engines\" li hemm bżonn?", "F'liema \"stations\" mistennija li jitqiegħdu dawn il-\"fire engines\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "TELEMALTA - \"TELEPHONE BOXES\"", "2321.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' \"telephone boxes\" li għandha l-Korporazzjoni Telemalta f'kull belt u raħal f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm minn dawn il-\"boxes\" huma operati permezz ta' \"telecards\"?", "Tinħass il-ħtieġa li jkun hemm iktar \"phone boxes\" f'xi level partikolari?", "Jekk iva, fejn?", "Kemm-il talba pendenti hemm fil-preżent għall-\"phone boxes\"?", "Meta hu mistenni li fil-fatt dawn il-\"coin boxes\" jitwaħħlu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-telephone boxes pubbliċi li huma propjeta' tal- Korporazzjoni Telemalta huma kollha operati permezz tat-Telecard.", "F'Malta insibu 378 telephone box pubbliku filwaqt li f'Għawdex hemm 99.", "Barra minn dawn hemm ukoll 886 cardphones f'Malta u 31 f'Għawdex installati f'postijiet ġewwa, inklużi ferat tat-Telemalta.", "Għalhekk, b'kollox hemm 1394 cardphones installati f'Malta u Għawdex.", "Barra minn hekk hemm 177 coinboxes tal-Korporazzjoni mikrija u nstallati għand il-privat, u coinbox waħda nstallata f'post pubbliku (Sptar Monte Carmeli).", "Talbiet pendenti għal phone boxes", "Is-Suq tal-coin boxes gie liberalizzat.", "Għaldaqstant il-Korporazzjoni Telemalta qed tinstalla biss phone boxes operati bit-Telecard.", "Applikazzjonijiet għall-Cardphones biex jiġu nstallati barra...............", "206", "Applikazzjonijiet għall-Cardphones biex jiġu nstallati ġewwa...............574", "Fil-preżent it-Telemalta għandha stock ta' 250 cardphone li bdew jiġu nstallati skond il-prijorita.", "Għaldaqstant, il-Korporazzjoni diġa ħadet passi sabiex jiġu ordnati aktar cardphones biex tissodisfa d-domanda.", "Minbarra l-installazzjoni ta' card phones skond l-applikazzjonijiet pendenti li għandha, nklużi talbiet minn Kunsilli Lokali, ser jiġu stallati aktar telephone boxes f'postijiet turistiċi.", "SKEJJEL PRIVATI", "2563.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-iskejjel privati (mhux tal-Knisja) li hawn f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Lista ta' l-iskejjel Privati li hawn f'Malta u Għawdax qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.", "VETTURI - TESTIJIET DWAR \"EXHAUST\"", "2569.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il \"test\" sar fuq il-kwalita' ta' l-\"exhaust\" minn vetturi xahar b'xahar minn Novembru 1996 sal-lum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Billi dawn it-tip ta' testijiet kienu jsiru mid-Dipartiment tal-Pulizija, l-Onorevoli Nterpellant huwa mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru resposabbli mill-Pulizija.", "MSU - \"BUSINESS PLAN\"", "2570.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2103, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jkun finalizzat il-\"Business Plan\" tal- MSU, issa li l-MSU taf x'inhuma \"l-finanzi allokati lill-kumpannija\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-Business Plan ta' l-MSU għaddej britmu mgħaġġel wara li ġew allokati il-finanzi lill- kumpanija biex din topera beffiċjenża, u wara li ġew allokati wkoll finanzi lid-Dipartimenti tal-Gvern għat-twettieq ta' proġetti partikolari tagħhom mill-MSU.", "Hu maħsub li l-Business Plan ta' din is-sena, ser jiġi ffinaliżżat mill-MSU lejn l-aħħar ta' Frar.", "DELIMARA - ART ALTERNATTIVA LILL-ONOR.", "DOM MINTOFF", "2571.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 249, jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum ġewx identifikati xi artijiet alternattivi?", "Jekk iva, fejn qegħdin?", "Jikkonferma li waħda mill-biċċiet ta' art li ġiet identifikata tinsab viċin il-Qala, Għawdex?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Onor.", "Dom Mintoff permezz ta` l-avukat tiegħu, identifika biċċiet ta` art ġewwa Għawdex.", "Nikkonferma li waħda minn dawn il-biċċiet ta` art tinsab fil-Qala.", "P.A. - GALLARIJIET U APERTURI FIL-BIRGU", "2572.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-iskema li ħarġet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward gallarijiet ta' l-injam u aperturi għall-belt tal-Birgu hemmx il-ħsieb li tiġi estiża għall-ibliet u l-irħula l-oħra kollha li għandhom parti minnhom inkluża f'\"Area\" ta' Konservazzjoni Urbana (U.C.A.)?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw s'issa taħt din l-iskema u meta hu maħsub li jingħata s-sussidju?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hemm ħsieb li l-iskema li harġet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar rigward gallarijiet ta' l-injam (u mhux aperturi) għall-belt tal- Birgu tiġi estiża fil-futur qarib.", "Sa issa kien hemm tmintax il- applikazzjoni taħt din l-iskema u s-sussidju jingħata wara li x-xogħlijiet jiġu spezzjonati mill-kumitat.", "Infatti, skond deċiżjoni riċenti, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar estendiet l- iskema sa biex jiġu inklużi Bormla, l-Isla u l-Kalkara.", "PULIZIJA - \"BREATHILIZER\"", "2573.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Il-Gvern preżenti huwa favur l-introduzzjoni tal-\"breathilizer\"?", "Jekk fl- affermattiv, meta hu maħsub li jiġi ntrodott dan it-\"test\" li jista' jgħin fil-kontroll ta' abbużi fis-sewqan?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - GĦOTI TA' \"TRANSFERS\"", "2580.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm seħħew \"transfers\" minn mindu l-Prim Ministru ħabbar li mhux se jibqgħu miżmuma?", "Kemm-il talba hemm pendenti quddiem il- MPO li għadha jew għad trid tiġi kkonsidrata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien infurmat li, mis-17 ta' Jannar 1997 l' hawn seħħew tnax-il transfer.", "Jista jkun ukoll li hemm xi transfers oħra approvati mis-Segretarji Permanenti, kif titlob iċ-Ċirkolari li ħarġet, u li l-MPO għadu ma ġiex mgħarref bihom.", "Hemm mija u sitt talbiet għal transfer, li saru wara s-27 ta Ottubru 1996, li qed jiġu pproċessati skond il-proċeduri stabbiliti.", "FURJANA - ARENA TA' L-INDIPENDENZA - \"FOOTBALL GROUND\"", "2581.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ir- \"returfing\" tal-\"football ground\" fl-Arena ta' l-Indipendenza (ix-Xagħra) fil-Furjana?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan l- aħħar ġranet il-Kumitat tal-Floriana Football Club kienu qed jiżirgħu l- ground tal-football fl-Arena ta' l-Indipendenza (ix-Xagħra).", "DISTRETT NRU.", "1 - SISTEMA TA' TRASPORT PUBBLIKU", "2583.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar is- sistema 'Park & Ride' li biha sewwieqa ta' karozzi jkunu jistgħu jipparkjaw barra l-Belt u l-Furjana u mbagħad jużaw sistema ta' trasport pubbliku li jwassalhom f'postijiet strateġiċi fil-Belt u l-Furjana?", "Jekk fl- affermattiv, għad hemm il-ħsieb li jintuża \"CrownWorks/HornWorks Ditch\" bħala 'parking space'?", "Meta hu maħsub li tinbeda din is-sistema?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li l-idea tal-\"park and ride\" ħarġet biha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-istudju li għamlet fl-1994 dwar it-trasport fil-Belt u fil-Furjana bi tħejjija għall-Pjan Lokali.", "L- Awtorita' ta' l-Ippjanar issuġġerit modi ta' trasport bejn il-Belt u l- Bombi bħala parti mill-idea tal-\"park and ride\", jiġifieri li jew ikun hemm sistema magħrufa bħala \"electric people mover\" taħt l-art li hi bħal speċi ta' \"underground railway\", jew li jkollok \"shuttle service\" bil-karozzi tal- linja biex jaqdi lil dawk li jipparkjaw il-karozzi tagħhom fi Crown Works/Horn Works Ditch.", "Jien infurmat ukoll li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kienet aktar favur it-tieni alternattiva, ċioe dik tax-\"shuttle service\" mill-karozzi tal-linja.", "Madankollu, biex din l-iskema tkun tista' sseħħ, irid isir tibdil sostanzjali fin-\"network\" tat-toroq f'dawn l-inhawi biex ikun hemm aċċess effettiv u effiċjenti għall-karozzi tal-linja.", "AIDS - TESTIJIET TA' PREVENZJONI", "2587.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet volontarji tad-demm bħala prekawzjonijiet kontra l-marda ta' l- AIDS is-sena li għaddiet - 1996?", "Kemm minn dawn kienu nisa u kemm irġiel?", "Kemm f'kull każ kienu Maltin u kemm barranin?", "Il-barranin, ta' liema nazzjonalita' kienu?", "Kemm wara li saru t-testijiet instabu li kienu pożittivi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul l-1996 saru 3912 test volontarju għall-HIV 1 u 2 mil-laboratorji tal-Viroloġija ta' l-Isptar San Luqa.", "Minn dawn, 7 irriżultaw pożittivi.", "Statistika fuq is-sess ta' minn jittestja ma tinġabarx bħala rutina.", "L-Onor.", "Interpellant huwa nformat li t-testijiet ta' l-HIV isiru anonimi u ma jintalabx tagħrif rigward in-nazzjonalita' ta' l-individwi ttestjati..", "AIDS - PREVENZJONI", "2588.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir mid-Dipartiment tas-Saħħa biex il-pubbliku in ġenerali jiġi aktar konxju mill-perikli tal-marda ta' l-AIDS?", "B'konsultazzjoni ma' dipartimenti oħra bħal dak ta' l-Edukazzjoni, x'qed isir fl-iskejjel?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa ilu snin jippubblika materja fuq is-suġġett.", "L-aħħar ktejjeb jista' jinkiseb b'xejn miċ-Ċentru Tagħrif dwar Saħħtek.", "Fih jinstab kif jittieħed l-HIV u l-konsegwenzi ta' dan il-virus u kif jista' jiġi evitat.", "Min barra dan, isiru laqgħat, taħdidiet, u seminars kemm fl-iskejjel tal- Gvern kif ukoll dawk Privati.", "Dan minbarra s-seminars li jsiru f'Martin Luther King Hall u Savio College lit-tfal ta' l-iskola tat-tielet sena ta' l-iskola sekondarja.", "Isiru żjarat fil-youth centres tal-parroċċi u għaqdiet oħra u f'kwalunkwe għaqda li titlob l-informazzjoni fuq dan is-suġġett.", "Tingħata informazzjoni wkoll lill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, fosthom fil-fabbriki.", "Il-kunsilli lokali wkoll irċevew informazzjoni ta' din ix-xorta biex tintuża fil-lokal tagħhom.", "Isiru programmi u taħdidiet fuq ir-radjijiet kollha kif ukoll fuq l- istazzjoni differenti tat-television.", "Hemm il-ħsieb ukoll li jsir taħriġ għall-counsellors biex dejjem intejbu s-servizz offrut, speċjalment dak tal-counselling fejn għad hemm nuqqas.", "Jiġi offrut counselling fuq skala żgħira u bħala emerġenza.", "Kull talba li ssir għal aktar informazzjoni dejjem tiġi milqugħa.", "LIBRERIJI/ARKIVJI - DOKUMENTI TAL-\"CASTELLANIA\"", "2601.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: 1.", "Filwaqt li nrodd ħajr lill-Ministru u lis-Sur Joe Caruana, impjegat ħabrieki għat-tweġiba erudite għall-mistoqsija parlamentari numru 2455, jista' l-Ministru jara li r-rapport mitlub jiġi mħejji minn xi ħadd u wara jiġi ppreżentat minnu bħala l-Ministru responsabbli, u b'hekk ikompli jressaq il-kultura u l-ġrajja ta' dan il- pajjiż lejn il-poplu, kif jien naħseb li jrid jagħmel?", "2.", "Jaf il-Ministru li \"lill-Arkivji\" dejjem qed jirriżultalhom li dokumenti tal-makna \"Magna Curia Castellania\" għadhom imxerrda f'ħafna bini li juża l-Gvern u forsi wkoll għand il-privat?", "3.", "Jidhirlu l-Ministru li drabi, fid-dinja, l-ħidma tfittex u tistimha bosta u ssib min jagħmilha b'almnu u jerfa' t-toqol minkejja li kull bniedem jaħseb li għandu ħafna x'jagħmel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 1.", "Bi ħsiebni niddiskuti mad-Direttur tal- Bibljoteki u Arkivji dwar min jista' jagħmel ir-rapport qasir mitlub mill-Onor.", "Dr Cassar.", "2.", "Skond is-Sur Joe Caruana, l-Asst.", "Librarian inkarigat mill-Arkivju Nazzjonali, ma jidhirlux li hemm xi dokumenti tal-Magna Curia Castellania mxerrda f'xi bini tal-Gvern.", "Jekk l-Onor.", "Membru jaf b'xi dokumenti partikolari, napprezza jekk jgħidli fejn huma biex nieħu ħsieb niġborhom.", "3.", "Rigward it-tielet parti, jien napprezza l-ħsieb ta' l-Onor.", "Dr Cassar.", "PULIZIJA - LIĊENZJI TAL-ĦWIENET", "2602.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsijiet parlamentari numri 2444 u 2282 dwar liċenzji tal-ħwienet, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-\"policy\" tal-Gvern dwar il-ftuħ ta' ħwienet fl-Imdina?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kull applikazzjoni għall-ftuħ ta' ħwienet ġewwa l- Imdina tiġi pproċessata bħal kull applikazzjoni oħra u tiġi kkonsidrata fuq il-meritu tagħha.", "TORRIJIET TA' IMPORTANZA STORIKA", "2616.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-Ministru fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2230 ta lista sħiħa ta' fortizzi u torrijiet ta' importanza storika imma nesa jsemmi t-torri li qiegħed f'Villa Tarxien, Triq Santa Marija, Ħal Tarxien (proprjeta' privata u l-hekk imsejjaħ 'Borg' bejn Ħal Tarxien u Raħal Ġdid li wara l-aħħar Gwerra Dinjija jingħad li ġie midfun f'kantuniera tal-\"football ground\" Pace Grasso (qabel Schreiber) u għadu sħiħ u li ftit xogħol jista' jiġi preservat bla ebda dannu għal kull ħidma sportiva, jista' l-Ministru, minkejja nuqqas ta' riżorsi, fl-aħħar jagħmel xi ħaġa f'dawn l-irħula li wirthom wirt il-gżejjer Maltin ukoll, ġie ħafna drabi mkasbar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-lista ta' fortizzi u t-torrijiet mogħtija bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2230, tirriferixxi għal dawk il- fortifikazzjonijiet li kellhom użu militari biss u li huma proprjeta' tal- Gvern.", "L-istess tweġiba tindika li jeżisti numru kbir ieħor ta' fortifikazzjonijiet fi stat ta' rovina, fosthom 'il ftit fdalijiet ta' trunċiera (jew batterija, kif kienet ukoll magħrufa) Ta' Borġ, li l- patrijotti Maltin kienu bnew fiż-żmien l-imblokk tal-Franċiżi (1798).", "Dawn il-fdalijiet jinstabu mirduma taħt ir-'revetment' imżerżaq li jsostni l- ground Pace Grasso ul-ħitan ta' madwaru.", "Għalhekk huwa diffiċli ħafna illi jinkixfu dawn il-fdalijiet mingħajr dannu għar-'revetment' u l-art tal- ground.", "Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant, li l-hekk imsejjaħ torri li qiegħed ġo Villa Tarxien huwa proprjeta privata, u għalhekk il-manutenzjoni tiegħu m'hiex responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi.", "INDUSTRIJA TAL-MAJJAL", "2621.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-industrija tal-majjal, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mill- 1984 sa l-1996:- 1) kemm kien in-numru ta' majjaliet f'din l-industrija; 2) kemm kien in-numru ta' raħħala bil-permess li jrabbu l-majjali; u 3) kemm kien in-numru ta' raħħala li kellhom il-permess ta' irziezet għall- \"pig fattening\" biss?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l- informazzjoni mitluba għall- mistoqsija nru.", "2621", "INDUSTRIJA TAL-MAJJAL", "2622.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-industrija tal-majjal, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, bejn l-1984 u l-1996, kemm kienet il-kwota (kg) ta' majjal maqtul kull ġimgħa (kwota medja)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l- informazzjoni mitluba għall-mistoqsija nru.", "2622.", "PATATA - IMPORTAZZJONI", "2623.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet importata patata fil-perjodu minn Novembru 1996 sa Jannar 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nfurmat li bejn Novembru 1996 u Jannar 1997 ġew impurtati 2620 tunellata patata taż-żriegh kif wkoll 570 tunellata patata tal-ikel.", "Inżid ngħid li fuq din ta' l-aħħar tħallset il-'levy' relattiva.", "INDUSTRIJA TAT-TROBBIJA TAL-FNIEK", "2624.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-industrija tat-trobbija tal-fniek, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1984 sa l-1996:- a) kemm kienet il-produzzjoni annwali (kg) ta' fniek; u b) kemm kien in-numru ta' \"farms\" liċenzjati ta' din l- industrija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sfortunatament ma' tinzammx statistika ta' kemmm hija l-produzzjoni ta' fniek kull sena, u il-farms tal-fniek m'humiex liċenzjati", "Sejjer nara fid-dawl ta' prioritajiet oħra li għandu l-Ministeru x' jista jsir biex din l-informazzjoni tibda tinġabar.", "LIBRERIJI/ARKIVJI - \"PUBLIC RELATIONS\"", "2626.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji jkollu sistema effiċjenti ta' public relations\" biex il-poplu jkollu aktar aċċess u tagħrif dwar il-Bibljoteka?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Napprezza l-ħerqa ta' l-Onor.", "Membru biex il- Bibljoteka Nazzjonali tkun aktar magħrufa fost il-poplu.", "Tħejja ktejjeb dwar l-istorja tal-Bibljoteka, il-kollezzjonijiet ta' manuskritti u kotba u s-servizzi li toffri u dan il-ktejjeb se jkun stampat fl-Istamperija tal- Gvern.", "Se tingħata spinta pubbliċitarja meta, aktar tard din is-sena, se tiddaħħal il-komputerizzazzjoni fil-Bibljoteka.", "Hu ttamat li l-katalogu awtomatizzat ikun aċċessibbli kemm minn bibljoteki lokali (p.eż. mill- Bibljoteka ta' l-Universita' u mill-libreriji pubbliċi), kif ukoll minn bibljoteki barra minn Malta.", "ARKIVJU TA' L-ORDNI TA' SAN ĠWANN - KATALOGU ANALITIKU", "2627.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-interpellanza numru 2458, jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju kien wasal Dr. Paul Cassar fil-katalogu analitiku tal-volumi ta' l-Arkivju ta' l-Ordni ta' San Ġwann u x'baqa' xi jsir?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif fissirt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija nru.", "2458, Dr Paul Cassar kien ġie mqabbad jagħmel il-katalogu ta' grupp wieħed biss ta' dokumenti, Arch. 644 sa 662.", "Ix-xogħol tiegħu intbagħat lill-Bord Editorjali tal-Malta University Press biex jiġi kkunsidrat għall- istampa.", "DQIQ - SUSSIDJU", "2631.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu s-sussidju fuq id-dqiq?", "Peress li hawn għajdut li se jispiċċa, jikkonferma l-Ministru li dan is-sussidju se jinżamm?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill- Ministru koncernat.", "PA - APPLIKAZZONI NRU.", "4739/95", "2632.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex applikazzjoni Nru. P.A. 4739/95 mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma ġietx proċessata?", "Din l-applikazzjoni tirrigwarda proġett ta' ġnien pubbliku fis-Siġġiewi li għalih l-art ġiet 'espropriated' kif ukoll hemm il-fondi meħtieġa ivvotati għal dan il-proġett u għalhekk ma nafx għaliex dan id-dewmien min-naħa tal- Planning Authority.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din l-applikazzjoni, li hi `Outline Application' għall-Ġnien Pubbliku li qiegħed barra ż-żoni ta' żvilupp f'żona agrikola, ġiet reġistrata bħala valida fit-30 ta' Ottubru, 1995.", "Fl-4 ta' Novembru, 1995 intbagħtu l-ittri għall-konsultazzjonijiet lid- diversi Dipartimenti konċernati, u fit-8 ta' Jannar, 1996, waslu t- tweġibiet kollha.", "Il-`Case Officer's Report' tlesta fit-2 ta' Frar, 1996, u l-applikazzjoni ġiet diskussa mid-DCC fil-15 t'April, 1996.", "Ir-rakkomandazzjoni li ngħata d-DCC mid-Direttorat kienet li l- applikazzjoni għall-ġnien bid-disinn propost f'din l-area li hija `Rural Conservation Area' u barra ż-Żoni ta' Żvilupp, għandha tiġi rrifjutata.", "L- applikant intalab jagħti xi informazzjoni, u għamel dan sal-11 ta' Ġunju.", "Sadanittant id-DCC spezzjona l-post fit-3 ta' Lulju, 1996 fejn irrimarka li \"Development as proposed definitely unacceptable\".", "L-applikazzjoni setgħet waqfet hawn.", "Pero', minflok ma ħarġet \"refusal\" fuq l-applikazzjoni, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' l- `Environmental Management Unit' tagħha, kienet qed tgħin lill-Kunsill Lokali konċernat sabiex il-proposta ssir b'mod li tista tkun aċċettabbli.", "L-aħħar laqgħa bejn l-E.M.U., il-Kunsill u l-perit tiegħu saret fit-30 t'Ottubru, 1996, fejn l-applikant kien qabel li jibgħat pjanti ġodda kif diskuss fi żmien ġimgħa.", "Il-pjanti l-ġodda waslu għand l-Awtorita' fis-7 ta'Jannar, 1997.", "Minn dakinhar saru konsultazzjonijiet interni u esterni mat-\"Traffic Control Board\".", "Il-pożizzjoni tad-Direttorat fuq din l-\"Outline Application\" issa hi ffinaliżżata u qed tiġi fformaliżżata ħalli tintbagħat lid-DCC biex jaqtagħha.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KONTIJIET PENDENTI", "2633.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid kemm sab kontijiet pendenti tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi?", "X'kienu jirrappreżentaw?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-KUMMERĊ - KONSULENTI", "2634.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm konsulenti u nies bil-kuntratt fil-Ministeru tal-Kummerċ fl-1/11/96 li ntirtu mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi?", "Min huma?", "Kif kienu ngaġġati?", "Kemm kienu jitħallsu?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2436.", "Nixtieq inżid li kien hemm seba` konsulenti fl-1 ta` Novembru 1996 fil-Ministeru għall-Kummerċ li ntirtu mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi.", "Ħamsa minnhom, li huma Dr. Michael Tanti Dougall, Dr. Bernardette Gatt, Dr. Veronica Galea Debono, Dr. Joanna Drake u Dr. Mario De Marco, kienu Konsulenti Legali u li t- tagħrif dwarhom tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2436.", "It-tagħrif dwar it-tnejn l-oħra qiegħed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - \"FACILITATORS\"", "2635.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm \"facilitators\" fl-iskejjel statali u tal-Knisja separatament?", "Kemm minnhom huma full-time u kemm part-time?", "Kemm hemm tfal taħt il-kura ta' dawn il- \"facilitators\"?", "Kemm minn dawn il-\"facilitators\" għandhom taħt il-kura tagħhom tifel jew tifla waħda biss?", "Meta hu maħsub li jerġa' jibda l-kors tal-\"facilitators\" fl-Universita?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-main stream fl-iskejjel statali hemm 221 Kindergarten Assistants/Facilitators.", "Dawn kollha huma mpjegati fuq full time basis.", "Minnhom hemm ħamsa bi status Part-time u ħdax Casuals.", "Hemm 140 Kindergarten Assistant/Facilitators li jieħdu ħsieb tifel jew tifla waħda biss.", "In-numru ta' Facilitators fl-iskejjel tal-Knisja huwa 36.", "Minn dawn hemm: Full-time - 35 Part-time - 1", "Hemm 39 (tifel jew tifla) taħt il-kura ta' dawn il-Facilitators.", "32 facilitator għandhom taħt il-kura tagħhom (tifel jew tifla) waħda biss.", "Rigward il-Kors tal-facilitators fl-Universita' qed isiru taħditiet mal- Universita'.", "SKEJJEL - MULTI LILL-ĠENITURI", "2636.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-multi lill-ġenituri li ma bagħtux lill-uliedhom l-iskola skond il- Liġi ta' l-Edukazzjoni mis-sena 1992 s'issa sena b'sena?", "Hemm xi multi li għadhom ma tħallsux sena b'sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "QRATI - ANNULLAMENTI", "2637.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-kawżi ġodda ta' annullamenti taż-żwieġ sena b'sena mill-1988 'l hawn?", "Kemm kienu dawk il-kawżi li fuqhom ingħatat sentenza dwar annullamenti taż-żwieġ sena b'sena mill-1988 'l hawn?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: \"Sentenza dwar annullamenti mogħtija bejn is-snin 1994 u 1996 huma kif ġej:", "SENA AMMONT 1994 42 1995 60 1996 11", "Bejn il-perjodu 1988 u 1993 ma kinitx tinżamm statistika.\"", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI FUQ DROGA", "2638.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li ttellgħu l-Qorti sena b'sena mid-Drug Squad mill-1978 'l hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PULIZIJA - KAĊĊATURI", "2639.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kaċċaturi li nqabdu jduru għall-kaċċa ġewwa riżervi mill-Pulizija sena b'sena mill-1988 'l hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SPTARIJIET - NUMRU TA' MWIET", "2640.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-pazjenti li mietu ġewwa l-isptarijiet tal-Gvern, sptar sptar, u sena b'sena mill-1988 'l hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li mietu fl-isptarijiet tal-Gvern,sptar sptar u sena b`sena mill-1988 `l hawn kien kif jidher hawn taħt:", "|HOSP|19|19|199|199|199|19|19|19|199| |ITAL|88|89|0 |1 |2 |93|94|95|6 | |St |13|13|137|143|139|13|13|13|137| |Luke|11|26|1 |3 |8 |55|24|41|5 | |`s | | | | | | | | | | |Boff|13|11|93 |125|122|12|12|14|169| |a |3 |5 | | | |3 |2 |3 | | |Mt |23|35|33 |34 |44 |23|47|29|29 | |Carm| | | | | | | | | | |el | | | | | | | | | | |Gozo|14|12|162|119|158|14|15|15|157| |Gene|6 |9 | | | |1 |1 |8 | | |ral | | | | | | | | | | |Xewk|2 |1 |1 |0 |1 |0 |0 |- |- | |ija | | | | | | | | | | |Ment| | | | | | | | | | |al | | | | | | | | | | |Zamm|- |- |- |- |42 |61|63|66|73 | |it | | | | | | | | | | |Clap| | | | | | | | | | |p | | | | | | | | | |", "L-istatistika għas-sena 1996 għadha proviżorja.", "SPTARIJIET - DIPARTIMENT TA' L-EMERĠENZA", "2641.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sena b'sena mill-1988 'l hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-pazjenti li attendew fid-Dipartiment ta` l- Emerġenza kienu kif ġej:", "1990 96,302 1991 99,864 1992 94,050 1993 94,936 1994 95,514 1995 101,549 1996 100,448", "M` għandniex in-numri preċiżi ta` pazjenti li daħlu fis-snin 1988 u 1989.", "FORZI ARMATI - MEMBRI LI GĦANDHOM AKTAR MINN 25 SENA SERVIZZ", "2642.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma dawk il-membri tal-Korp ta' l-Armata li għandhom aktar minn 25 sena servizz u għadhom membri attivi ta' l-Armata llum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-għadd ta' membri tal-Korp ta' l- Armata li għandhom aktar minn 25 sena servizz u għadhom membri attivi ta' l-Armata hu ta 137.", "SKEJJEL - \"HEALTH & SAFETY TEACHERS\"", "2646.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jaħtar il-\"Health & Safety Teachers\" kif hemm previst fil-ftehim ta' l-1994 bejn l-MUT u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Kemm beħsiebu jaħtar minn dawn l-għalliema f'kull sena?", "X'se jkun il-kriterju ta' l-għażla ta' dawn l- għalliema?", "Min se jagħżilhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni waslet fil-fażi li tibda timla l- vakanzi fil-pożizzjoni ta' Health and Safety teachers.", "L-għażla ssir minn Bord imwaqqaf fuq l-istess linji kif isir f'każi oħrajn dwar postijiet ta' responsabbilta' speċjali eż. Guidance, Librarianship, Redemial Teaching eċċ. Il-kriterji tal-għażla jkunu skond il-gwida li joffri l-paragrafu 4.3.3 tal-Ftehim.", "GVERNIJIET REĠJONALI FL-EWROPEA - MUDELL EWROPEW", "2656.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Waqt li nirringrazzja lill-Prim Ministru li ssuġerieli fejn nista' nagħmel ir-riċerki dwar l-għamla tal- gvernijiet reġjonali fil-pajjiżi Ewropej wara li jien ħsibt li l-Prim Ministru għandu d-dettalji dwar il-mudell Ewropew fuq l-għamla tal- gvernijiet reġjonali fl-Ewropa, jekk fil-fatt jeżisti dan il-mudell, u għalhekk jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux dettalji dwar dan il-mudell jew le, u jekk għandu, jipprovdina bihom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq nigħid li, kif jaf sewwa l-Onorevoli Membru, il-Gvernijiet reġjonali fil-pajjiżi Ewropej ivarjaw ħafna fl-istruttura tagħhom, iżda huma kollha msejjsin fuq il-prinċipji tal-European Charter of Local Self-Government tal-Kunsill ta' l-Ewropa li ġiet adottata fi Strasbourg fil-15 ta' Ottubru 1985.", "Għalhekk jiena nqis dan iċ-Charter bħala l-mudell li jeżisti għall- gvernijiet reġjonali fil-pajjiżi Ewropej.", "Malta irratifikat dan iċ-Charter fis-6 ta' Settembru 1993.", "KAMRA TAL-KUMMERĊ - FTEHIM DWAR L-INDUSTRIJA TAS-SERVIZZI TAS-SUQ", "2657.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk studju li kien previst li jiġi kkummissjonat mill-Kamra tal-Kummerċ flimkien mal-Federazzjoni ta' l-Industrija u finanzjat mill-fondi tal- protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, dwar l-Industrija tas- Servizzi tas-Suq \"Market Services\" f'Malta, huwiex se jiġi kummissjonat, u jekk iva, meta huwa previst li jsir dan u jekk huwiex se jkun finanzjat mill-fondi tal-protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant għall-fatt li l-ewwel parti ta' din il-mistoqsija diġa ġiet imwieġba fil-mistoqsija parlamentari 941, Seduta 15.", "Bħalma l-Onorevoli Interpellant jaf, qabel studju jiġi kummissjonat, dan irid jiġi approvat fl-istadji kollha mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-preżent l- istudju jinsab għand il-Kummissjoni sabiex jiġi konkluż il-`Financing Agreement' tiegħu.", "UNJONI EWROPEA - PROGRAMM TA' RIĊERKA", "2658.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tar-rapport li ta l-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2349 magħmula minni, jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li l-Ministeru tiegħu ma rċieva l-ebda kommunikazzjoni jew informazzjoni dwar il-programm ta' riċerki li rriferejt għalih fil-mistoqsija parlamentari numru 860 magħmula minni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt lill- Onorevoli Interpellant għall-mistoqsijiet tiegħu numru 860 u 2349.", "MDC - SUR MARIO VELLA", "2659.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l- Ministru jgħid x'kariga ingħata jew x'pożizzjoni beda jokkupa fil- Korporazzjoni Maltija għal Żvilupp is-Sur Mario Vella, mis-26 ta' Ottubru, 1996, 'il hawn?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-pozizzjoni li jokkupa prezentament fil- Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp Dr. Mario Vella hija ta` Coordinator Planning and Policy", "AMBAXXATURI MALTIN", "2660.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li:- 1) wieħed mill-ambaxxaturi, bħala riżultat ta' ftehim formali jew informali, ottjena li jiġi Malta darba fix-xahar biex iżur lill-familja a spejjeż tal-Gvern; 2) u jekk jikkonferma dan, jistax jikkonsidra li jestendix l-istess fakulta' lill-ambaxxaturi Maltin kollha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn ninsab infurmat ma jeżisti l-ebda arranġament bħal dak li għalih qiegħed isir referenza fil-mistoqsija tiegħu.", "AMBAXXATUR GEORGE SALIBA", "2661.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li:- 1) l-ambaxxatur George Saliba esprima x-xewqa li minn Malta jmur Washington, iżda l-gvern iddeċieda li jibagħtu New York; 2) wara dan, l-ambaxxatur Saliba wera x-xewqa li jibqa' Moska sas- sajf ta' l-1997, iżda l-gvern qed jinsisti li jmur fi Frar jew Marzu; 3) li l-gvern għad m'għandux kandidat biex jissotitwixxi lill-ambaxxatur Saliba f'Moska u għalhekk din il-kariga wkoll se tibqa' battala għal bosta xhur?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-postings ta' l-Ambaxxaturi Maltin f'din l-Amministrazzjoni (safejn ikun possibbli), isiru bi ftehim ma' l-Ambaxxaturi stess, u tingħata ħafna attenzjoni u rispett lejn iċ-ċirkostanzi soċjali u familjari tad-diplomatiċi tagħna, f'dan il-proċess.", "Dan b'kuntrast qawwi ma' dak li sar fl-1987 meta fl-iqsar żmien possibbli tneħħa min kellu jitneħħa, bla kunsiderazzjoni ta' xejn lejn is-sitwazzjoni soċjali u familjari ta' dawk involuti, u meta l-unika kunsiderazzjoni kienet biss il-kulur politiku, veru jew allegat, tan-nies involuti.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "2665.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux possibbli tingħata akkomodazzjoni alternattiva lil Familja Galea miż-Żejtun li d-dettalji tagħhom qed nibgħathom taħt \"separate cover\" bl-applikazzjoni Nru. H 00999 billi fil-preżent dawn joqogħdu f'żewġt ikmamar umdi mingħajr faċilitajiet sanitarji bażiċi bħat- \"toilet\" u kamra tal-banju, barra minn hekk dan il-post huwa ikkundannat mill-periti?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jien infurmat illi l-każ qed jiġi kkunsidrat fid- dawl li l-persuni ndikati jridu joqgħodu biss iż-Żejtun jew Marsaxlokk.", "AGRIKOLTURA - \"FEED CONVERSION EFFICIENCY AND OUTPUT OF PIGS PER SOW PER YEAR\"", "2666.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jżommx statistika dwar \"Feed Conversion Efficiency And Output of Pigs Per Sow Per Year\", u jekk, fl-affermattiv, kemm kienu dawn ir-\"rates\" sena b'sena bejn l-1981 u l-1996?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma tinzammx statistika mid-dipartiment għar-rigward il-'Feed Conversion Efficiency'.", "L-'Out put of Pigs Per Year' huwa indikat fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.", "MDP - PRODUZZJONI TAL-ĦALIB", "2667.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-produzzjoni tal-ħalib, jista' l-Ministru jgħid jekk id- Dipartiment għandux il-ħsieb li jħabbar gradwalment il-kwota annwali ta' produzzjoni tal-ħalib u jekk fl-affermattiv: (1) kemm hu t-target ta' produzzjoni li għandu jintlaħaq sas-sena 2,000; (2) il-metodu jew pjan kif dan se jintlaħaq?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nfurmat li l-kwota tal-produzzjoni tal-ħalib hija regolata mill-ftehim milħuq bejn il-Malta Dairy Products, il- Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib u l-Gvern fl-1986.", "Il-kwota annuali tiżdied jew tonqos skond il-bejgħ tal-ħalib frisk, prodotti tal-ħalib u sehem mill-bejgħ tal-irkotta.", "PARLAMENT - EMENDI TAL-LIĠIJIET", "2669.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li l-emendi għal kull liġi li jiġu quddiem dan il-Parlament:- L- artikolu/i oriġinali li jkunu sejrin jiġu emendati jiġu stampati fuq naħa waħda tal-pubblikazzjoni waqt li l-emenda kif tkun se tiġi emendata tkun fuq in-naħa l-oħra ta' l-istess pubblikazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi kkunsidrat.", "ĦAL FAR - QASAM INDUSTRIJALI", "2674.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq art ta' madwar 30 tomna fil-Qasam Industrijali ta' Ħal Far?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika sew dwar l-informazzjoni li qed jitlob.", "ĦAL FAR - QASAM INDUSTRIJALI", "2675.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Peress li fil-Qasam Industrijali ta' Ħal Far hemm art industrijali ta' madwar 30 tomna jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern Laburista l-ġdid?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mhux maghruf ghal liema sit ta` 30 tomna qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.", "L-art industrijali f`Hal-Far hija ferm akbar minn daqshekk.", "B`referenza ghal Hal-Far inzammet laqgha mal-Planning Authority sabiex ikun hemm aktar koordinazzjoni ma` l-MDC dwar l-izvilupp industrijali f` Hal- Far.", "Hija l-intenzjoni tal-gvern li jsir uzu massimu ta` l-istess Industrial Estate, izda b`mod strutturat.", "Filwaqt li qasam hu intiz ghall- fabbriki, qasam iehor ta` madwar 65,000 metri kif wegibt ghall-mistoqsija numru 2316 se tigi riservata ghall-industriji zghar.", "ENEMALTA - KONTIJIET TAD-DAWL", "2676.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jagħti raġuni il-għaliex il-kontijiet tad-dawl qegħdin jintbgħatu mingħajr ma jkollhom dettalji dwar l-aħħar qari?", "Ma jidhirlux li l- konsumatur għandu dritt li jkollu din l-informazzjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-programm (software) li bih qegħdin joħorġu l- kontijiet tad-dawl huwa l-istess wieħed li sar fi żmien l-Amministrazzjoni l-oħra.", "Sejjer ngħaddi s-suġġeriment lill-Ministru tax-Xogħolijiet u Kostruzzjoni minħabba li taħtu taqa` l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l- ilma li toħroġ dawn il-kontijiet.", "ENEMALTA - TELF MILL-PETROL", "2677.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu stmati li hemm \"losses\" mill-petrol u \"unleaded\" petrol fix-xhur Novembru u Diċembru 1996 u Jannar 1997 u kemm kienu l- \"losses\" fl-istess perjodu fis-snin 1981-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qiegħed jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "ENEMALTA - ŻEJT RAFFINAT", "2678.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid x'tipi ta' prodotti raffinati taż-żejt ġew importati mill- Enemalta mis-26 ta' Ottubru 1996 sal-lum kif ukoll (a) il-prezz CIF ta' kull prodott; (b) kopja tal-Platts tad-data meta ġie konfermat ix-xiri; (c) l-i\"specification\" tal-prodott kif speċifikat fix-xiri (d) kopja ta' l- analisi ta' kull prodott li sar għal jew mill-Enemalta?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dawn huma mistoqsijiet ta` natura kummerċjali, ħlief fejn intalab tagħrif dwar it-tipi ta` żjut importati lill-EneMalta li dettalji dwarhom ingħataw fir-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni.", "Dawn huma `Premium Gasoline, Premium Gasoline - Unleaded, Jet A-1, Gasoil, Fuel Oil, LPG u Avgas`.", "Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li kopja tal-`Platts` ma tistax tingħata għax tkun qiegħda tinkiser il-liġi tal-`Copyright`.", "ENEMALTA - \"LOSSES\" TA' L-ELETTRIKU", "2679.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-\"losses\" ta' l-elettriku fis-sena finanzjarja 1995/96 u kemm kienu l-istess \"losses\" fis-sena 1981/82 sa l-1995/96?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-`losses` fis-sistema ta` l-elettriku għas-snin indikati mill-Onor.", "Membru qed inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-perċentwali jirrappreżentaw id-differenza bejn il-`units` li ħarġu mill- `Power Station` u dawk mibjugħa.", "Minħabba li hemm dewmien esaġerat fil- ħruġ tal-kontijiet, il-Korporazzjoni għadha mhix f`pożizzjoni li tagħlaq il- kontijiet għas-sena li għalqet fit-30 ta` Settembru 1996 u għalhekk ma nistax nagħti l-figura għas-sena finanzjarja kollha."]} {"filename": "19980204_181d_par.doc", "date": "1998-02-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 181 L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 181", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "181", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 1998", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 5 MOZZJONIJIET MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA 6 ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 1997/98 7", "AĠĠORNAMENT 23", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 28", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 40", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 180 li saret fit-3 ta' Frar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - MEDIĊINI B'XEJN", "10900.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni fl-1997 li kienu ntitolati għal mediċini b'xejn billi kellhom il- karta r-roża?", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.", "11,477 nhar is-27 ta' Jannar, 1998 fis-seduta nru.", "177.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk il-Ministru għandu l-informazzjoni hawnhekk, jista' jgħidilna n-numru kemm hu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: In-numru ta' persuni li kienu ntitolati għal mediċini b'xejn billi kellhom il-karta r-roża matul is-sena 1997 kien hekk:", "|Jannar |472 |Lulju |404 | |Frar |388 |Awissu |200 | |Marzu |374 |Settembru |367 | |April |444 |Ottubru |412 | |Mejju |406 |Novembru |449 | |Ġunju |420 |Diċembru |433 |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-karta r-roża hijiex valida għal sena?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jekk id-dħul tal-persuna jibqa' l-istess, il-karta r-roża tkun valida għal sitt xhur.", "Irrid ngħid li bħalissa fid-dipartiment qed issir analisi ħalli naraw huwiex korrett li l-karti r-roża dejjem jiżdiedu u ma jonqsu qatt.", "Meta jkolli r-riżultat ta' din l-analisi nkun nista' ngħaddi r-risposta lill-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Inkun korrett jekk ngħid li dawk li għandhom il-karta r-roża jammontaw għal eluf kbar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, jiena ħdimt fl-isptar u naf li jekk wieħed ikollu l-karta r-roża jisserva biha ħaddieħor ukoll.", "Dan l-abbuż irid jinqata' u nispera li nsibu ways and means kif naqtgħuh għax mhux sew.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Inkun korrett ukoll li nassumi li dawn l-eluf se jħallsu 50c għal kull riċetta li jingħataw meta jmorru biex jieħdu l- mediċini mill-isptar permezz tal-karta r-roża?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: F'dan il-każ naħseb li se jsir bħalma jiġri fil- każ taċ-children's allowance, jiġifieri jimlew formola kull sena fejn jgħidu x'inhu d-dħul tagħhom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, jiena ma naħsibx li l-comparison hija l-istess.", "Filwaqt li fil-każ taċ-children's allowance inti qiegħed tagħmel means testing darba fis-sena u mbagħad tara jekk dak li jkun jikkwalifikax, fil-każ ta' min għandu l-karta r-roża dan awtomatikament qiegħed jikkwalifika għall-mediċini b'xejn.", "GĦalhekk inkun korrett jekk ngħid li kull min għandu l-karta r-roża llum se jibda jħallas 50c għal kull riċetta li jsarraf għal mediċini b'xejn?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Ma naħsibx li l-Onor.", "Membru huwa korrett għaliex se jkun hemm dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol u se jkun hemm oħrajn li minħabba l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom se jkollhom konsiderazzjoni speċjali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jiċċara dan l-aħħar punt li semma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Qed nirriferi għal min ikun qed jirreġistra għax- xogħol, jew inkella jkun hemm xi raġuni oħra li tiġi għall-konsiderazzjoni tagħna u aħna neżaminawha.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi din hija xi ħaġa li tirregola d-drittijiet ta' persuni li huma fl-istess sitwazzjoni, jista' l-Ministru jispjegalna minn fejn joħorġu dawn l-eċċezzjonijiet?", "Safejn naf jien, s'issa għad m'hemm l- ebda leġislazzjoni f'dan is-sens.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Se nerġa' nġib il-comparison taċ-children's allowance u se nagħmel dan għaliex għadna nsofru d-dnubiet li saru.", "Hemm madwar 800 request għaċ-children's allowance li ma jistgħux jiġu kkalkolati għax ħadd mhu qed jibgħat ir-return korretta u allura d-direttur tas- sigurta' soċjali jkollu jistaqsi għal iktar informazzjoni u sakemm din tidħol ma tistax tinħadem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-punt tiegħi kien ftit differenti.", "Fil-każ taċ- children's allowance, il-proċedura ta' min ikun intitolat jew le qiegħda fl- Att dwar is-Sigurta' Soċjali, li jistipula b'mod ċar min jibbenefika, kif jiġi kkalkolat il-benefiċċju u kif jiġi kkalkolat min hu eżenti jew m'huwiex eżenti.", "Fil-każ ta' min għandu l-karta r-roża, ir-regola ġenerali hi li kulħadd iħallas 50c għar-riċetti li jippreżenta.", "Sa hawnhekk naħseb li jien korrett imma l-Ministru issa qed jgħidilna li l-Gvern qed jaħseb biex jagħmel xi eċċezzjonijiet.", "Allura nistaqsi: Minn fejn joħorġu dawn l- eċċezzjonijiet?", "Hemm xi legal notice?", "Hemm xi leġislazzjoni oħra li tirregola b'mod ċar kif isiru dawn l-eċċezzjonijiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jien m'għidtx li l-Gvern qed jikkonsidra li jagħmel xi eċċezzjonijiet pero' jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn persuna jew familja tgħidilna li tinsab f'ċerti ċirkostanzi u allura aħna nikkonsidraw dawk iċ-ċirkostanzi, bħalma nikkonsidraw ċerti ċirkostanzi rigward iċ- children's allowance.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, bir-rispett kollu, il-Ministru ma jistax jarroga lejh il-poter li lili jeżentani għax jidhirlu li għandi każ ġenwin u lil ħaddieħor ma jeżentahx jekk dan il-poter u din id-diskrezzjoni ma joħorġux mil-liġi.", "Huwa għadu kemm qal li l-Gvern qed jikkonsidra li jeżenta mill-ħlas ta' 50c lil min ikun qed jirreġistra imma biex jagħmel dan taħt is-sistema tagħna jrid ikollu s-saħħa tal-liġi.", "Jiena għalhekk staqsejt jekk il-Gvern huwiex deċiż fuq dan u, jekk huwa deċiż, minn liema liġi jirriżultalu li jista' jsir.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, jien ma semmejt l-ebda liġi imma qed insemmi l-problemi li jinqalgħu u nista' nirriferi biss għall-eżempju taċ-children's allowance għax ta' dik għandi esperjenza.", "Fil-fatt f'dan il- każ għadna nikkumbattu għax in-nies jiktbulek fuq il-każ tagħhom u inti trid tikkonsidra ċ-ċirkostanzi u mbagħad tieħu deċiżjoni.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Allura nkun korrett jekk ninterpreta li l-Ministru qed jgħid li kull min għandu l-karta r-roża jrid iħallas 50c u li ħadd ma jista' jiġi eżentat għax il-liġi ma tagħti l-ebda poter, la bħala kategorija u lanqas fuq diskrezzjoni ministerjali, li xi ħadd jista' jiġi eżentat?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Fil-każ taċ-children's allowance, il-ministru ma jindaħal f'xejn.", "Huwa d-direttur tas-sigurta' soċjali li jieħu dawn id- deċiżjonijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu lejn il-Ministru, iċ-children's allowance nistgħu niddiskutuha meta rridu imma hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq leġislazzjoni totalment differenti.", "Il-mediċini li jingħataw bil-karta r-roża ma jidħlux taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, jiġifieri ma nafx għalfejn kull darba nsemmu ċ-children's allowance.", "Issa jiena qed nistaqsi: Meta r-regola bil-liġijiet kif inhuma llum hija li min għandu l- karta r-roża jrid iħallas 50c, il-ministru, id-direttur jew xi ħadd ieħor fil-ministeru tas-saħħa, għandu d-diskrezzjoni li jeżenta lil xi ħadd li għandu l-karta r-roża milli jħallas dawn il-50c?", "U jekk m'hemmx din id- diskrezzjoni, hemm xi leġislazzjoni li tgħid li ċerti kategoriji ta' nies, per eżempju, dawk li għandhom 'l fuq minn 90 sena, m'għandhomx iħallsu dawn il-50c?", "U jekk m'hemmx diskrezzjoni u lanqas eżenzjoni, inkun korrett li ngħid li kull min għandu l-karta r-roża se jibda jħallas 50c għal kull riċetta?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Diġa' għidna li min għandu l-karta r-roża u qiegħed jirreġistra għax-xogħol ma jħallasx bolla.", "(Interruzzjonijiet) Skużani, mela tajtek informazzjoni ħażina.", "Nitolbok tagħmilli mistoqsija bil-miktub sabiex inkun nista' nagħtik informazzjoni iktar preċiża.", "SPTAR SAN LUQA - OUT-PATIENTS DEPARTMENT", "10901.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew l-out-patients department ta' l-Isptar San Luqa fl-1997?", "Kemm kienu new cases u kemm kienu follow-ups?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): In-numru ta' persuni li attendew l-out-patients department ta' l-Isptar San Luqa fl-1997 kien hekk:", "New cases 176,096 Follow-ups 255,729", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija parlamentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk niftakar sewwa, minn xi domandi parlamentari preċedenti, jew f'xi dibattitu li sar hawn ġew, jirriżulta li xi żmien ilu - ma nafx hux matul din l-amministrazzjoni jew ta' qabel - kien inġieb xi professur mill-Ingilterra biex jagħmel management study ta' l-out-patients department ħalli naraw kif jistgħu jidħlu ċerti arranġamenti biex jonqos il- load li hemm u jkun hemm iktar effiċjenza.", "Jista' l-Ministru jinformana x'sar minn dan ir-rapport, fis-sens ta' follow-up, u x'azzjoni ħa l-Gvern biex jimplimenta s-suġġerimenti li hemm fih, jekk jaqbel magħhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Aħna għamilna studju biex naraw kif l-out- patients department jista' jsir iktar effiċjenti u mhux kulħadd imur fl- istess ħin u mbagħad jimxu fuq il-bażi ta' first come first served.", "Dan ir- rapport, jekk m'iniex sejjer żball, tlesta f'nofs Diċembru pero' meta rajnieh iktar fid-dettall sibna li kien hemm bżonn isirulu xi emendi.", "Is- surgical out-patients u l-medical out-patients se jkunu l-ewwel li jidħlu fil-programm ta' bidla neċessarja, fejn se jkun hemm appointment system u sistema ta' komputerizzazzjoni.", "Irridu naraw ukoll kif nagħmlu użu aħjar mir-riżorsi umani li hemm bżonn ġewwa l-out-patients department.", "Ma jagħmilx sens, per eżempju, li jkollok nurse kwalifikata tgħajjat lin-nies jew tiġri għall-files.", "Għalhekk rajna kif nistgħu nikkombinaw l-użu tan-nursing aides u nurses kwalifikati u huwa ttamat li nkunu nistgħu nutilizzaw is-servizzi ta' madwar għaxar nurses f'postijiet oħra fid-dipartiment.", "Ħafna minn dawn huma nisa miżżewġin u għalhekk qed jiġi kkonsidrat li xorta waħda jibqgħu jaħsmu fis-2.30 p.m. imma ma jkunux fl-out-patients department.", "Fil-fatt ġimgħatejn ilu twaqqfet task force li xogħolha huwa li tara li dak li hemm fir-rapport jiġi mplimentat u qed nittamaw li dan ix-xogħol jiġi mwettaq fil-ftit ġimgħat li ġejjin.", "Barra minn hekk, Madam Speaker, qegħdin naħsbu biex nittrasferixxu ċerti speċjalitajiet lejn iċ-ċentri tas-saħħa.", "Aħna nħossu li ċerti pazjenti m'għandhomx għalfjen jispiċċaw fl-out-patients department ta' l-Isptar San Luqa imma jirrikorru għand speċjalisti li se jkun hemm fiċ-ċentri tas- saħħa, u diġa' qegħdin naraw li din is-sistema qiegħda tirrendi ferm aħjar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE ABELA: Rigward ix-scheduling ta' l-appuntamenti tal-pazjenti, qiegħda tiġi studjata l-possibbilta' li l-konsulenti jagħmlu scheduling tajjeb ta' l-appuntamenti?", "Qed ngħid dan għaliex jiena nemmen li din hija wkoll kwestjoni ta' dixxiplina li għandu jkollhom il-konsulenti fid-diversi dipartimenti, bħalma huma d-dentistry, l-occupational therapy u l- physiotherapy, li lkoll jagħtu appuntamenti għall-out-patients department.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif diġa' għidt, se nibdew l-ewwel b'żewġ out- patients departments u mbagħad is-sistema tiġi estiża għal dipartimenti oħrajn.", "Tajjeb li wieħed jgħid li se tinbidel ukoll is-sistema ta' kif isiru l-follow-ups u t-testijiet ta' l-X-rays biex ma jkunx hemm telf ta' żmien min-naħa tal-pazjenti.", "Apparti minn hekk qegħdin niddiskutu l-possibbilta' li, minflok li t- tobba fil-kliniċi privati jibagħtu lill-pazjent fiċ-ċentri tas-saħħa bil- lista tat-testijiet li hemm bżonn isirulhom, jibagħtuhom direttament għat- testijiet fl-isptar.", "B'hekk naħsbu li nistgħu nnaqqsu l-waiting period għal first appointment li f'ċerti dipartimenti huwa iktar minn 15-il ġurnata.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' persuni miżmuma milli jidħlu Malta mill- Pulizija ta' l-Immigrazzjoni matul l-1997, u l-pajjiżi li kienu ġejjin minnhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11644.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 37 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Lotteriji tal-Gvern (Super Five);", "Tagħrif dwar impjegati ġodda fil-Korporazzjoni Enemalta bħala informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari numru 11385 li ngħatat fis-Seduta Nru 180;", "Lista ta' rapporti kummissjonati mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ bejn l-1 ta' Novembru 1996 u t-28 ta' Jannar 1998, flimkien ma' kopja tar-rapport \"Report of the Commission on Parallel Trading\" kummissjonat mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u ppubblikat f'Lulju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11688;", "Tagħrif dwar flus dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Nterni fl-aħħar ta' Diċembru ta' l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11713.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Karmenu Vella.", "ONOR KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed) Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-Ewwel Sena ta' Ħidma tal-Ministeru tat-Turiżmu; u", "Tagħrif dwar impjegati ġodda u transfers li ngħataw fid-dikasteru tal- ministru responsabbli mit-turiżmu għall-perijodu bejn Lulju u Diċembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11388.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' direct orders mogħtija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul il-perijodu bejn l-1 ta' Awissu 1996 u l-31 ta' Lulju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11739; u", "Lista ta' direct orders mogħtija minn dipartimenti u entijiet fid- dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni matul il-perijodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Ottubru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W1041.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 38 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 3).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport tal-Kummissjoni għat-Twaqqif tal-Qorti tal-Familja maħruġ fil-31 ta' Lulju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11687.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Madam Speaker, skond l-Att Nru XVI ta' l-1997 nipproponi t- twaqqif ta' Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Minbarra l-Onor John Dalli, fil-kwalita' tiegħu ta' chairman tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-Kamra tad-Deputati, u minbarra l- Leader tal-Kamra, kif stipulati fl-istess Att, il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu l-Onor Chris Agius, l-Onor Carmelo Abela u l-Onor Claude Muscat.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, ma naħsibx li din hemm għalfejn wieħed jagħmel spjegazzjonijiet fuqha għax diġa' ddiskutejniha fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra pero' tajjeb nagħti informazzjoni qasira lil min qed isegwina.", "Dan huwa kumitat li qed jitwaqqaf skond l-Att Nru. XVI ta' l-1997 sempliċement biex ikun jista' jagħmel hu l-auditing ta' l-ispejjeż u l- budget ta' l-awditur li jkun qiegħed imexxi l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika.", "Hemm ukoll il-qbil li l-membri li semmejt jiġu appuntati biex jifformaw dan il-kumitat ħalli jkun jista' jibda jiffunzjona.", "MADAM SPEAKER: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 1997/98", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad- Djar għas-sena finanjzarja mill-1 ta' Ottubru 1997 sat-30 ta' Settembru 1998 skond l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar (Kap 261).", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il- mozzjoni m'għandhiex tieħu aktar minn żewġ seduti u li l-ħin għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bil- winding-up għall-Gvern.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, minn dawn l-estimi ta' dħul u nfiq għas-sena 1997/98 wieħed jista' jara l-progress u s-suċċess li għamlet l- Awtorita' tad-Djar.", "Nieħu mill-ewwel l-opportunita' biex nirringrazzja lill-membri tal-bord ta' l-Awtorita' tad-Djar ta' qabel, fosthom liċ- chairman, kif ukoll lill-membri tal-bord il-ġdid, li fosthom hemm uħud li kienu jservu fil-bord ta' qabel taħt l-amministrazzjoni l-oħra.", "Il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni kien jgħid li jrid ikun gvern tal-Maltin u ta' l- Għawdxin kollha u l-ħatra ta' dan il-bord turi kemm verament il-Gvern Laburista qed iżomm il-wegħda tiegħu.", "Fl-ewwel paragrafu ta' paġna 2 ta' dan ir-rapport amministrattiv naqraw li bejn l-1 ta' Ottubru, 1996 u t-30 ta' Settembru, 1997 kien hemm 423 persuna li bbenefikaw mis-somma ta' ¥3,279,404 bħala sussidji f'xiri ta' proprjeta'.", "Jekk wieħed iħares lejn l-estimi għas-sena 1995/96, li kienet kważi sena sħiħa ta' Gvern Nazzjonalista, jara li n-numru ta' benefiċċjarji kien biss ta' 197 u l-ammont ta' sussidju kien ta' ¥1.5 miljun.", "Jiġifieri hemm qabża kbira bejn l-ammont ta' sussidju fix-xiri ta' proprjeta' li ngħata taħt Gvern Nazzjonalista għall-ammont li ngħata taħt il-Gvern Laburista.", "Minn hawnhekk jidher is-suċċess li kisbet l-Awtorita' tad-Djar bil-ħidma siewja u effettiva tal-ħaddiema tagħha kollha, mill-iżgħar wieħed sa l-akbar wieħed.", "Madam Speaker, filwaqt li s-sena ta' qabel kien hemm 4,500 familja li gawdew minn sussidju fuq self u fuq ċens, din is-sena dan is-sussidju fl- ammont ta' ¥145,480 gawdew minnu 4,000 familja.", "Dan huwa sinjal tajjeb u jfisser li taħt Gvern Laburista dan l-ammont ta' familji kellhom flus biżżejjed sabiex jaqtgħu s-self tagħhom mal-Lohumbus qabel iż-żmien.", "B'daqshekk m'iniex ngħid li kulħadd huwa komdu; għax nafu li hawn familji li huma komdi u oħrajn li m'humiex.", "Pero' l-prinċipju għandu jkun - u dan qatt ma nixba' ngħidu - li dak li hu komdu m'għandux jieħu s-sehem ta' dak li m'huwiex komdu, għaliex inkella ma tkunx tista' ssir ġustizzja soċjali.", "Min jiflaħ għandu l-obbligu u d-dmir morali u patrijottiku li jagħmel il- wisa' għal min m'għandux, għaliex inkella dan jispiċċa jgħix ħajja verament degradanti.", "Madam Speaker, illum anke dawk in-nies li huma ta' ċerta intelliġenza fil- pajjiż u li m'humiex tal-fehma Laburista, qegħdin jgħidu li wara disa' snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, Gvern Laburista wiret a basketful of problems fil-qasam tal-housing u li hija xi ħaġa diffiċli, jekk mhux impossibbli, li l-pajjiż jirnexxielu jegħleb din il-problema qawwija.", "GĦalhekk aħna qegħdin inħarsu lejn il-problema tal-housing b'mod globali.", "Hawnhekk inċanfar lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li meta kienet fil-gvern u kellha l-istrumenti f'idejha - u hija taf għalxiex qed nirriferi - minflok ma ġiet hawnhekk u għamlet basket ta' inċentivi, emendat żewġ liġijiet biss biex tiġbed il-voti.", "Aħna l-politiċi mhux biss għandu jkollna kuxjenza politika imma wkoll kuxjenza soċjali ħalli dak li nagħmlu ma nagħmluhx biss għall-propaganda imma nagħmluh għaliex huwa fid-dmir tagħna.", "Iżda fl-1995 l-Gvern Nazzjonalista ma għarafx jagħmel pakkett tajjeb sabiex ikun jista' jtaffi l-problema, u dan bir-riżultat li llum il- postijiet battala minflok naqsu komplew jiżdiedu.", "Madam Speaker, qabel l-elezzjoni ta' l-1992 il-Gvern Nazzjonalista ħareġ numru ta' avviżi ta' postijiet għall-allokazzjoni anke jekk dawn ma kenux lesti għal kollox, u l-istorja rripetiet ruħha qabel l-elezzjoni ta' Ottubru, 1996 meta ħareġ l-avviżi nri.", "55, 56, 57 u 58.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Membru jrid iqum jitkellem, iqum jitkellem u mbagħad nirrispondih!", "Madam Speaker, għandi hawnhekk ittri ta' allokazzjoni ta' postijiet bil-firma taċ-chairman ta' l-Awtorita' tad-Djar, Dr Robert Tufigno, li ntbagħtu lin-nies lejliet l-elezzjoni ta' l-1996.", "Il- Partit Nazzjonalista kien, għadu u jibqa' l-istess u inutli jgħid li ġġedded għaliex illum il-ġurnata tqammel u se ngħid għaliex.", "Kif qed ngħid, qabel l-elezzjoni ta' Ottubru, 1996 ġara l-istess bħalma ġara s-Sibt ta' l-elezzjoni ta' Frar ta' l-1992 - bħala Laburist jiena nsejjaħlu \"Frar l-iswed\" - meta l-Gvern Nazzjonalista, permezz ta' l- Awtorita' tad-Djar, bagħat għan-nies biex jagħtihom iċ-ċwievet ħalli jġib il-voti.", "Wara l-elezzjoni jiena staqsejt lill-ex-Ministru George Hyzler, li kien responsabbli mid-djar, u li kellu lill-Onor.", "Joe Cassar bħala segretarju parlamentari ...", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek x'ġara!", "MADAM SPEAKER : Jekk jogħġobkom, tindirizzawx lil xulxin.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Dak kien ministru tas-sigurta' soċjali u kellu lill-Onor.", "Joe Cassar bħala segretarju parlamentari għad-djar.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ippermettulu jitkellem.", "Kompli Onor. Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: B'risposta għal domanda parlamentari tiegħi, l- Onor. George Hyzler kien ammetta hawnhekk li l-Gvern Nazzjonalista kien qassam iċ-ċwievet lejliet l-elezzjoni.", "U dawn iċ-ċwievet tqassmu s-Sibt ta' l-elezzjoni biex in-Nazzjonalisti jġibu l-voti u għall-ebda raġuni oħra.", "Mela bħalma għidt il-Partit Nazzjonalista kien, għadu u jibqa' l- istess u ma jiġġedded qatt!", "Dawn huma l-ħnezrijiet li saru taħt il-Gvern Nazzjonalista lejliet l-elezzjoni ta' l-1992 u lejliet l-elezzjoni ta' l- 1996.", "(Interruzzjonijiet) Issa jkollok ċans titkellem u ara jekk għandekx ħila takkuża lili b'xi ħaġa fit-32 sena li ilni fil-politika!", "Daqshekk biss ngħidlek!", "(Interruzzjonijiet) Ta' 18-il sena u nofs kont diġa' dħalt fil-politika.", "Anzi meta kont is-Seminarju, kelli xi 11-il sena, kien hemm patri li qabadni naqra ''Il-Ħelsien'' u wara li għajjat miegħi u qattagħli l-gazzetta, keċċieni għal nofs ta' nhar mill-iskola.", "Madam Speaker, bħala Gvern Laburista aħna ħadna ħsieb inkomplu x-xogħol li kien għaddej u għamilna anke xogħlijiet ta' infrastruttra għaliex, sa mill-għada ta' l-elezzjoni, kellna nħabbtu wiċċna ma' lmenti ta' nies li ngħataw iċ-ċwievet imma li la kellhom dawl, la kellhom komunikazzjoni mas- sistema tad-drenaġġ eċċ. U llum għandi l-unur ngħid li wara 15-il xahar mill-elezzjoni ta' Ottubru ta' l-1996, tajna l-karta ta' l-allokazzjoni lil 408 persuna, inkluż l-ewwel 74 post li ħareġ il-Gvern Laburista.", "Irrid ngħid ukoll li wħud minn dawn il-postijiet ħriġnihom orħos, b'average ta' ¥1,760.", "Dawn il-postijiet ikkategorizzajnihom biex verament nolqtu lil min l-iktar għandu bżonn, jiġifieri lil min jgħix f'postijiet li huma perikolużi, substandard jew li huma sharing.", "Tajna prijorita' lil dawk il- persuni li għandhom xi diżabilita' u tant għamilnihielhom faċli - għaliex għandna kuxjenza soċjali u aħna ġenerużi ma' l-aktar nies li għandhom bżonn - li kull min applika ħa post u kien għad baqa' postijiet għaliex kien hemm inqas applikanti milli kien hemm postijiet.", "Madam Speaker, wara ftit li sirt ministru bdejt laqgħat mal-Lohombus u ma' banek oħrajn sabiex naraw kif dawn jistgħu jgħinu fil-problema akuta tal-housing.", "Meta wieħed janalizza l-lista ta' applikanti li jkun hemm quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jikkonkludi li hemm numru sabiħ ta' nies li bi ftit aktar għajnuna, flok jieħdu post bil-kera, jistgħu jixtruh.", "Dan hu li ridt infisser meta għidt li dawk li huma komdi jew li huma ftit komdi għandhom jagħmlu wisa' għal dawk li huma verament skomdi.", "Fil-ftehim li għamilna mal-Lohombus, li huwa aħjar minn dak li kien kiseb il-Gvern Nazzjonalista, qegħdin nagħtu aktar għajnuna lill- għarajjes u lill-miżżewġin u b'hekk aktar nies qegħdin jitħajru jixtru l- post fejn joqogħdu.", "Neħu gost ninnota, per eżempju, li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 taħt Gvern Nazzjonalista kienu applikaw 1,075 persuna għal 263 post li kienu ħarġu permezz ta' l-avviż nru.", "57, filwaqt li għall-ewwel ħarġa ta' 74 post taħt Gvern Laburista bl-avviż nru.", "60 li ħareġ f'Lulju ta' l-1997 applikaw 1,089 persuna.", "Madam Speaker, dan juri li l-problema hija verament waħda kbira u jenħtieġ għaqal kbir biex wieħed isib soluzzjoni għaliha, u dan huwa li qegħdin nipprovaw nagħmlu aħna.", "Skond dan il-ftehim, min jissellef mingħand il-Lohombus b'rata sussidjata jista' jħallas lura s-self fuq medda ta' 30 sena flok 25 sena u dan qed isir biex lin-nies nagħtuhom iżjed nifs.", "Flok sa ¥6,000, wieħed issa jista' jissellef b'rata sussidjata sa 90% tal-prezz tal-fond, kemm biex jixtri u kif ukoll biex ilesti l-maisonette jew l-appartament.", "Dan ifisser li l-benefiċjarju qed iħallas somma iżgħar bħala depożitu u naqas ukoll il- pagament kull xahar għall-ħlas lura tas-self.", "Anke l-fees għall- ipproċessar ta' l-applikazzjoni u dawk legali tal-Lohombus ġew ridotti drastikament.", "Dan huwa n-nifs li qegħdin nagħtu lill-applikanti l-ġodda taħt Gvern Laburista.", "Barra minn hekk, qegħdin ngħidu li min jagħżel li ma jeħux self issussidjat jingħata sussidju ta' 10% fuq il-prezz sussidjat tal-fond u eraġna ntroduċejna s-sistema li jingħataw il-punti għat-tfal kollha ta' l- applikant.", "Jiena ħassejt li l-Gvern Nazzjonalista kien inġust meta neħħa s- sistema li jingħataw punti lit-tfal kollha ta' l-applikant, għax min għandu ħamest itfal żgur li għandu jingħata preferenza fuq dak li għandu żewġt itfal.", "Gvern Laburista qed jagħti wkoll punti extra lil min jgħix f'post fejn għandu spazju ristrett, u b'hekk min għandu tlett ikmamar ċkejknin jirbaħ lil dak li għandu żewġt ikmamar kbar għaliex għandu spazju iċken mill-ieħor fejn joqgħod.", "Biex żgur inwettqu aktar ġustizzja, Madam Speaker, qegħdin naraw li jingħataw punti għal kull sena li l-applikant ikun applika bla suċċess, anke jekk dawn l-applikazzjonijiet saru qabel l-1989, għaliex kienet inġusta li tagħti preferenza lil min japplika ħafna snin warajh.", "U Allaħares flok 1989 kienet 1987 għaliex aktar kien jintefa' dell!", "Anke dawk li jgħixu f'residenzi perikolużi qegħdin jingħataw preferenza, u minn dawn, skond iċ-ċensiment li kien sar f'Novembru ta' l-1995, writna kważi 8,000 mingħand il-Gvern Nazzjonalista.", "GĦalhekk qegħdin nagħmlu ħilitna kollha ħalli bl-istock li għandha l-Awtorita' tad-Djar nattakkaw il- problema ta' dawk li verament l-aktar għandhom bżonn.", "Nixtieq issa nagħti daqqa t'għajn lejn il-postijiet li nxtraw fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Skond kopja li tawni tal-graph li turi l- appartamenti, djar u maisonettes li nxtraw bejn l-1988 u l-1996, jirriżulta li fl-1992 il-Gvern Nazzjonalista ma ħareġ l-ebda post għax-xiri.", "Mela l- Onor. Hyzler kien qal sewwa li sa lejliet l-elezzjoni kienu qegħdin isiru l- kuntratti jew jingħataw il-karti ta' l-allokazzjoni għaliex il-Gvern Nazzjonalista tant ta postijiet qabel l-elezzjoni li mbagħad ma kellu xejn x'joħroġ għaliex ma kien baqagħlu l-ebda post. In-numru ta' postijiet li nxtaw fis-sentejn ta' wara kien baxx ukoll, għax fl-1993 inxtraw 51 post u fl-1994 inxtraw 85 post. (Interruzzjonijiet) Din id-darba morna aħjar minnkom.", "Dik għadni se nasal għaliha.", "(Interruzzjonijiet) Staqsi lin- nies u jgħidulek għal kemm post applikaw.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Gatt, jekk jogħġbok, m'hemmx iżjed interruzzjonijiet.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-Onor.", "Gatt qed jitlobni l-paraguni.", "Issa nagħtihomlu l-paraguni u mbagħad jgħidli jekk dan li se ngħid huwiex minnu jew le!", "(Interruzzjonijiet) Mela xi tridni ngħidlek!", "Fl-1988 ingħataw 50 post, fl-1989 ingħataw 226 post, fl-1990 ingħataw 47 post, fl-1991 ingħataw 430 post u fl-1992 ma ngħata xejn.", "Imbagħad fl-1996, qabel l-elezzjoni, inxtraw 263 post. Ħalli ngħid issa x'tajna aħna.", "Kif għidt, Gvern Laburista ħareġ l-ewwel 74 post għall-allokazzjoni u wieħed għandu jipparaguna kemm in-nies qablilhom japplikaw għal dawn il-postijiet aktar milli għall-postijiet li ħarġu fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Fil-ħarġiet ta' Novembru u Diċembru 1997, fejn ħriġna 123 post, għamilna pass kbir 'il quddiem bil-mod kif ikkategorizzajnihom.", "Aħna mmirajna għall- aktar kategoriji li għandhom bżonn u, bil-ftehim ġdid li għamilna mal- Lohombus, tajnihom aktar sussidji.", "Għall-ewwel darba wkoll il-gvern ħareġ il-postijiet fuq il-pjanta peress li kien hemm ħafna lmenti dwar il- postijiet li nbnew taħt Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt kellna ħafna nies li lmentaw fuq is-soqfa, fuq il-ħitan, fuq il-madum, bibien ma jingħalqux eċċ., u f'ċerti każijiet spiċċajna quddiem il-qorti minkejja li pprovajna nirrimedjaw mal-kuntratturi.", "GĦalhekk rajna li jkun ta' vantaġġ jekk noħorġu l-postijiet fuq il-pjanti għaliex b'hekk il-kuntrattur joqgħod attent li jagħti prodott tajjeb.", "B'dan il-mod min hu għarus jew miżżewweġ se jserraħ moħħu li ħa l-post u waqt li jkun għadu qed jinbena jkun jista' jordna l-għamara, il-madum, il-kmamar tal-banju u jaħseb għas-servizzi tad- dawl u ta' l-ilma u allura nkunu qegħdin niġġeneraw aktar xogħol fil- pajjiż.", "Issa ħriġna wkoll it-tielet ħarġa ta' 69 post, fosthom 18-il maisonette f'Għawdex.", "Qabel dawn it-18-il maisonette f'GĦawdex ħriġna tmien postijiet oħra filwaqt li Gvern Nazzjonalista - dan l-Għawdxin jafuh aktar minni - kien ilu madwar sitt snin ma joħroġ post f'Għawdex.", "GĦalhekk f'dan is-sens bħala Gvern Laburista għamilna pass ieħor 'il quddiem.", "Madam Speaker, introduċejna wkoll żewġ skemi ġodda u rnexxielna ntejbu t- tliet skemi li diġa' ħabbarna, fosthom dik li tirrigwarda għajnuna biex jinbnew kmamar addizzjonali, kif ukoll għajnuna biex titneħħa l-umdita' u l- problemi konnessi magħha.", "Għandi l-pjaċir ngħid li diġa' hemm numru ta' applikazzjonijiet għal dawn it-tliet skemi, u dan juri li n-nies japprezzaw dak li l-Awtorita' tad-Djar tkun qiegħda tagħmel.", "Ftit ilu ntroduċejna wkoll skema ġdida ta' għajnuna lill-persuni b'diżabilita' li ħabbarniha fl- aħħar budget speech, jiġifieri ma ħallejniex żmien jintilef sabiex nintroduċuha.", "MADAM SPEAKER: Onor. Portelli, ippermettili.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Portelli jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra talli għoġobha testendili l-ħin.", "F'din l-iskema ġdida għal persuni b'diżabilita', Gvern Laburista verament qed juri l-qalb ġeneruża tiegħu għaliex l-għajnuna li tingħata f'dawn il-każijiet minn ¥1,300 tellajniha għal ¥2,300 għal kull każ.", "Barra minn hekk taħt din l-iskema ġie maħtur kumitat magħmul minn rappreżentanti minn għadd ta' aġenziji tal- gvern biex ikun jista' jagħti pariri liċ-chairman ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar liema persuni morda fiżikament jew mentalment għandhom jieħdu din l- għajnuna.", "B'hekk tingħata prijorita' lil min l-iktar għandu bżonn u naraw li flus il-poplu jkunu qegħdin jintnefqu kif suppost.", "Permezz ta' skema oħra li konna ħabbarna fil-budget, se tingħata għajnuna sa ¥500 f'kull każ lil dawk l-inkwilini li joqogħdu f'post tal-gvern u li għandhom dħul baxx.", "Forsi hawn min jistaqsi għaliex din l-għajnuna m'għandhiex tingħata wkoll lil dawk li joqogħdu f'postijiet tal-Knisja li huma amministrati mill-uffiċċju konġunt.", "Dan qed isir għaliex min joqgħod f'post tal-privat jew li huwa amministrat mill-uffiċċju konġunt, kemm jekk huwa s-sid kif ukoll jekk huwa l-inkwilin, diġa' qed igawdi minn skema ta' tiswija tal-postijiet li permezz tagħha jingħata għajnuna ta' aktar minn ¥500.", "GĦalhekk ħassejna li kienet qiegħda ssir inġustizzja ma' min joqgħod f'post tal-gvern u għandu dħul baxx, għaliex mal-housing hemm marbutin numru ta' problemi soċjali, speċjalment fejn jidħlu xebbiet ommijiet, koppji separati, pensjonanti eċċ., u għal dan il-għan se nressqu emenda f'qasir żmien.", "Barra dawn l-iskemi, hemm skemi oħra in the pipeline u malli jkun il-mument opportun inħabbruhom, pero' rridu naraw li jkunu skemi li jagħtuna verament ir-riżultat mixtieq.", "Jekk inħarsu lejn in-numru ta' kuntratti li saru, insibu li fil-perijodu li qed nitkellem fuqu saru 478 kuntratt min-nutara magħżula mill- benefiċjarji stess ħalli jiġu ffinalizzati t-trasferimenti tal-HOS plots.", "Saru wkoll 341 kuntratt rigward fidi ta' ċnus ta' l-istess HOS plots.", "Dan ifisser li b'kollox saru 819-il kuntratt filwaqt li qabel kienu saru 792 kuntratt.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dawk li huma spezzjonijiet u progress reports.", "Ħalli niġi issa għall-proġett ta' l-Imtarfa.", "Meta nipparagunaw x'intnefaq miż-żewġ gvernijiet, insibu li l-Gvern Nazzjonalista f'seba' snin nefaq ¥4,021,647 filwaqt li l-Gvern Laburista fi 15-il xahar nefaq ¥1,171,746, li jiġu kważi d-doppju ta' dak li ntnefaq on average kull xahar minn Gvern Nazzjonalista.", "Barra minn hekk, writna gymnasium maħruq, imkisser u li jkerrah l-istess bini ta' l-Imtarfa pero', kif qegħdin ngħidu f'paġna 13 ta' dawn l-estimi, il-proġett ta' l-irranġar u l-bini ta' estensjoni ma' dan il-gymnasium inbeda u lestejnieh qabel iż-żmien.", "U m'iniex qed nirriferi għall-gymnasium biss imma anke għax-xogħol li sar fl- ambjent ta' madwaru.", "Fil-fatt illum nistgħu ngħidu li dan il-gym jekk m'huwiex l-akbar u l-aħjar huwa fost l-akbar u l-aħjar li hawn f'pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar ġimgħatejn jiena mort diversi drabi fl-Imtarfa u ġew ħafna nies jgħiduli li l-kunsill lokali telaqhom.", "GĦalhekk ftehemna li nwaqqfu sotto-kumitat fi ħdan il-ministeru għad-djar u għamilna customer care unit fl-Imtarfa.", "Dan is-sotto-kumitat ltaqa' diversi drabi u rnexxielna nsolvu numru sabiħ minn dawn l-ilmenti pero' wieħed irid jifhem li ċerti assurditajiet ma jistgħux jibqgħu jsiru.", "Nhar is-Sibt u l-Ħadd u llum stess erġajt mort l-Imtarfa u ġew xi nies fuqi jgħiduli li wħud minn dawk li joqogħdu f'postijiet li kienu tas-servizzi Ingliżi applikaw għal xi permess quddiem il-Planning Authority u ngħataw dan il-permess u oħrajn ġew refused.", "Jien ridt neżamina din il-kwestjoni għaliex ma rridx li ssir ħela ta' flus il-poplu u nagħmel bankini taċ-ċangatura biex imbagħad jgħaddu l- karozzi minn fuqhom!", "GĦalhekk tkellimt mal-kuntratturi u mal-periti sabiex insolvu din il-problema pero' nappella lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tara għaliex kien hemm min ingħata l-permess u min ma ngħatax.", "Jista' jkun li kien hemm min kellu l-permess minn qabel pero' x-xogħol ta' l-Awtorita' tad-Djar fl-Imtarfa m'għandux jinżamm minħabba dawn l-affarijiet.", "Ħalli ngħid x'sar iżjed fl-Imtarfa.", "Minn Novembru ta' l-1996 'l hawn lestejna 12-il triq bl-infrastruttura b'kollox, bnejna ġibjun li huwa fond tliet sulari u issa qegħdin nagħmlu seba' toroq oħra bl-infrastruttura kollha.", "Għaddejna wkoll il-cables minn taħt il-bankini, ħalli l-wires tad- dawl proviżorji li hemm mad-djar jinqalgħu u jitqiegħdu f'dawn il-culverts, u aktarx li sa April jew Mejju dawn it-toroq ikunu ngħataw it-tarmac.", "Wieħed m'għandux jinsa li kien Gvern Laburista li tefa' għajnu l-ewwel fuq l-Imtarfa, tant li fl-1984/85 sejħilha Belt il-Ġmiel.", "Il-barracks tas- servizzi Ingliżi kienu ġew ikkonvertiti fi djar residenzjali u kienu ngħataw madwar 80 jew 90 post, u mn'Alla sar hekk għaliex kieku żgur li l- Imtarfa kienet tilħaq issofri ħafna vandaliżmu.", "Ladarba semmejt il-vandaliżmu, Madam Speaker, nixtieq nappella lil kulħadd, speċjalment lir-residenti ta' l-Imtarfa, sabiex japprezzaw ix- xogħol kollu li sar u l-flus li ntnefqu kemm mill-Gvern Laburista ta' qabel, kemm mill-Gvern Nazzjonalista u kif ukoll mill-Gvern Laburista tal- lum.", "GĦandna nibżgħu għall-ambjent sabiħ li qegħdin nipprovaw nikkreaw u mhux nagħmlu vandaliżmu.", "L-Imtarfa konna semmejnieha Belt il-Ġmiel proprju għaliex ridna li n-nies jgħixu fil-ġmiel u jkollhom ukoll fejn jirrikreaw ruħhom bis-scenic walks li hemm.", "Illum il-ġurnata fl-Imtarfa ġew żviluppati madwar 700 unit; baqa' xi erba' sites oħrajn li għand iridu jiġu żviluppati, li minnhom forsi joħorġu madwar 80 unit ieħor.", "Irrid ngħid li meta sirt ministru u mort nara l- pjanti ta' l-Imtarfa rriżultali li Gvern Nazzjonalista kien qiegħed jipproponi li jagħmel units li jiġu jiswew aktar minn ¥40,000-il wieħed.", "Jiena ħassejt li dawn ma kenux jgħoddu għall-income bracket tal-ħaddiema u tlabt li jsiru pjanti ġodda biex joħorġu numru ikbar ta' units bi prezz inqas, u hekk sar.", "Ħriġna wkoll il-ħwienet għall-bejgħ u wħud minnhom diġa' ttieħdu u nisperaw li meta dawn jiftħu u jitlestew id-dar tal-kappillan u ċ-ċentru parrokkjali, ikun hemm aktar għajnejn jindokraw lill-Imtarfa ħalli ma jerġax isir vandaliżmu fil-gymnasium u f'postijiet oħrajn.", "Lestejna wkoll il-pjanti ta' bini ieħor li huwa mfarrak u mkisser.", "Terz minn dan il-bini beħsiebna nagħtuh lill-għaqda nazzjonali tad-disabled u ż-żewġ terzi l-oħra se niżviluppawhom fi tliet postijiet li jkunu jistgħu jintużaw mid-disabled peress li huwa terran.", "Dan qiegħed ngħidu proprju biex nuri x-xogħol kbir li qegħdin jagħmlu l-ministeru tad-djar u l-Awtorita' tad-Djar f'dan il- qasam.", "Madam Speaker, kif qaluli kemm id-direttur ta' qabel kif ukoll id- direttur preżenti l-uffiċċju konġunt ma kienx ippreparat sabiex joħroġ l- iskemi ta' ''Ixtri Darek\" u \"Ifdi ċ-Ċens'' u għalhekk dħalna għall-biċċa xogħol kbira li nirriformaw dan l-uffiċċju.", "Kellna madwar 495 applikazzjoni taħt l-iskema \"Ixtri darek\" u s'issa rnexxielna nipproċessaw 300 minnhom.", "Hemm 20 li bgħatna għalihom biex jagħmlu l-kuntratt imma għadhom ma ġewx u kien hemm numru minnhom li huma invalidi.", "Qegħdin nikkalkolaw li sa Mejju jew Ġunju l-applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kera nkunu proċessajnihom kollha.", "Imbagħad ikun baqa' l- applikazzjonijiet għall-iskema tal-fidi taċ-ċens.", "Kif taf aktar minni, Madam Speaker, il-kuntratti taċ-ċnus fihom ħafna aktar xogħol għaliex l-informazzjoni li suppost inġabret mingħand il-Knisja minn meta twaqqaf l-uffiċċju konġunt ma daħlitx.", "Jirriżultalna, per eżempju, li fuq biċċa art waħda hemm ħames files differenti.", "GĦalhekk qegħdin nagħmlu sistema fejn kollox jiġi miġbur ġo file wieħed u jidħol fil- computer, għaliex jekk nibqgħu sejrin bl-istess rata li mxejna biha mill- 1993 sal-lum nikkalkolaw li nieħdu 25 sena biex jitlesta x-xogħol kollu għaliex id-dipartiment la kien organizzat bil-personnel meħtieġ, la b'sistema komputerizzata u lanqas bl-informazzjoni meħtieġa mingħand il- Knisja.", "Jirriżultalna wkoll, per eżempju, li l-Gvern Nazzjonalista xtara artijiet u proprjeta' mingħand il-Knisja li la kien jaf fejn qiegħda u lanqas x'tiswa u għalhekk qed ikollna nagħmlu stocktaking ta' din il- proprjeta' kollha.", "Kif forsi għidt diġa', Madam Speaker, għal Għawdex hemm ippjanati madwar 86 maisonette bil-garage fil-Qala, fl-Għasri, fir-Rabat, fix-Xewkija u fix- Xagħra.", "Hawnhekk nerġa' nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar li fi żmien ftit ġimgħat ħarġitilna l-permess għall-maisonettes fil-Qala'.", "Din hija t-tieni darba li Gvern Laburista qed joħroġ postijiet għall-Għawdxin u hija l-ewwel darba f'pajjiżna li qed jinħarġu postijiet on plan.", "Irrid ngħid li qegħdin nippjanaw li fl-erba' snin li ġejjin nipprovdu 2,466 post ieħor, li 500 minnhom se jinbnew bħala sulari addizzjonali fuq bini eżistenti f'diversi lokalitajiet.", "GĦalhekk nisperaw li nsibu l- koperazzjoni min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex, kif għidt, fejn għaġġlet ħadna gost mhux biss aħna imma l-poplu kollu.", "Dan il-proġett se jiġi jiswa lill-gvern madwar ¥7.5 miljun u biex nuru li verament irridu nagħmlu użu aħjar mill-art għamilna eżerċizzju biex naraw f'liema blokki hemm ċans li jinbnew iktar sulari, speċjalment fejn il-blokk jippermettilna li nibnu l-lift.", "Dan se jsir ukoll għaliex ħafna nies li joqogħdu f'appartamenti tal-gvern fejn m'hemmx lifts qegħdin jilmentaw li ma jifilħux jitilgħu u jinżlu tlieta jew erba' sulari turġien, speċjalemnt l- anzjani u d-disabled, u għalhekk jekk nipprovdu l-lifts inkunu qegħdin ngħinuhom.", "Għandna wkoll proġett għar-riabilitazzjoni jew twaqqigħ ta' kerrejjiet fil-Belt Valletta, fil-Birgu, f'Bormla, fil-Furjana u fl-Imsida.", "Madam Speaker, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħalissa għandna quddiemha applikazzjonijiet għall-permess tal-bini ta' madwar 1,018-il unit.", "Dan juri x-xogħol kbir li għamlu l-Awtorita' tad-Djar u d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' postijiet tal-gvern għaliex l-ebda gvern qatt ma kellu daqshekk applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini f'sena waħda.", "Għaddejjin ukoll negozjati mal-privat biex l-Awtorita' tad-Djar tixtri tliet areas fil-Belt Valletta flok teħodhom by acquisition.", "Se nipprovaw nagħmlu l-istess ukoll dwar postijiet f'Ħal Qormi, f'Birkirkara u ġo l- Isla.", "Irrid ngħid li ftit ilu numru ta' studenti mill-Universita' għamlu survey fl-inner harbour area, jiġifieri l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, Bormla, l-Isla, il-Birgu u l-Kalkarali, li hija l-aktar area milquta mill- problema tal-housing.", "F'din l-area hemm madwar 1,500 talba għal post alternattiv u allura biex inżidu l-istock tal-gvern qegħdin nixtru postijiet mingħand il-privat.", "Nieħu pjaċir inħabbar li hemm aktar minn 20 proposta ta' bejgħ mill-privat lill-Awtorita' tad-Djar, u dawn saru kollha taħt Gvern Laburista.", "Qabel nagħlaq, Madam Speaker, nixtieq nieħu l-opportunita' biex nappella lil dawk li għandhom postijiet battala, kemm jekk huma ġodda kif ukoll jekk m'humiex, sabiex jiġu jinnegozjawhom ma' l-awtorita'.", "Barra minn hekk fil- Gazzetta tal-Gvern se nħabbru proċedura ġdida proprju dwar dan il-bejgħ sabiex kollox isir bi trasparenza.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, li l-Ministru responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali jiġi hawnhekk u b'din l-arroganza kollha jgħid li kulma wiret mill-amministrazzjoni preċedenti fil-qasam tad-djar jikkonsisti f'kawża l-qorti u f'gymnasium fl-Imtarfa - li huwa ddeskrivih bħala li qiegħed fi stat ħażin ħafna - huwa aġir li nista' nsejjaħlu biss partiġjan u irresponsabbli.", "Għaliex jekk hemm settur f'pajjiżna li fih dan il-Gvern tista' tgħid li qiegħed jimxi b'mod totali fuq il-policies li mexa bihom il-Gvern preċedenti, dan huwa proprju l-qasam tad-djar, u min kien jgħix Malta dan jafu.", "Madam Speaker, jiena ma ġejtx hawnhekk biex noqgħod infakkar fil-passat imma ladarba l-Ministru qagħad isemmi l-passat, wieħed jista' jsemmi wkoll l-iskandli kbar li saru fi żmien Gvern Laburista fis-snin tmenin.", "Biex nagħti eżempju ta' ppjanar ħażin li kien isir fi żmien Gvern Laburista, biżżejjed insemmi kif kienu jiġu mibnija u allokati postijiet residenzjali qrib il-mitjar ta' Ħal Luqa.", "Fil-fatt, ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ta' l-1987, bord ta' erbgħa min-nies iddeċieda fuq mijiet ta' direct allocations, sistema li spiċċat mal-bidla radikali fil-qasam tad-djar fl- 1987, meta l-Awtorita' tad-Djar introduċiet is-sistema tal-punti.", "U llum il-Ministru jiġi jiftaħar hawnhekk li reġa' daħħal il-punti għat-tfal kollha ta' l-applikant, li daħħal punti għal floor space u għal xi affarijiet oħra!", "Dawn huma dettalji u rqaqat żgħar imma l-verita' hija li s-sistema tal-punti, sistema li bdiet tagħmel ġustizzja ma' l-applikanti, daħlet fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista fil-bidu ta' l-1987.", "Fil-qasam tad-djar il-Partit Nazzjonalista għandu passat li fih tista' tgħid li weġġa' lin-nies tiegħu, tant kemm ma mexiex bil-klijenteliżmu.", "U l-Ministru, bir-rispett kollu lejh, qed jiġi hawnhekk u jipprova jieħu vantaġġ politiku mill-fatt li peress li l-elezzjonijiet ġenerali ta' l-1992 u l-1996 jissejħu qabel iż-żmien, allura rriżulta li ħafna djar ta' l- Awtorita' tad-Djar tqassmu viċin id-data ta' l-elezzjoni.", "Il-Ministru jaf li l-postijiet li ħarġu għal allokazzjoni bl-avviż nru.", "57 ma laħqux tqassmu qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Jiġifieri dawn inbnew, saru l- applikazzjonijiet għalihom u ġew ipproċessati taħt Gvern Nazzjonalista imma tqassmu wara l-elezzjoni ġenerali.", "(Interruzzjonijiet) Is-sejħa għal applikazzjonijiet bl-avviż nru.", "57 ta' l-Awtorita' tad-Djar ħarġet il- Ġimgħa, 6 ta' Settembru, 1996 meta d-data ta' l-elezzjoni ġenerali kienet għadha ma tħabbritx.", "Jiġifieri dawn l-applikazzjonijiet fetħu u għalqu fi żmien Gvern Nazzjonalista imma tqassmu fi żmien din l-amministrazzjoni, u ma jiġix il-Ministru Portelli u jgħid mod ieħor għax ma jkunx kredibbli.", "Fil-qasam tad-djar il-Partit Nazzjonalista ma mexiex b'mod li jakkwista l- voti imma ħadem biex jgħin lil min kien fil-bżonn.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onor. Portelli, jekk jogħġbok m'hemmx iżjed interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Dan hu li fissret is-sistema tal-punti, Madam Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, jiena diġa' poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra numru ta' ittri li kienu ntbagħtu miċ-chairman ta' l-Awtorita' tad-Djar, Dr. Robert Tufigno, bid-data ta' l-elezzjoni.", "Jiġifieri ma sarx kif qed jgħid l-Onor.", "Farrugia u dan jista' jikkonfermah ukoll il-general manager tal-Housing Authority li qiegħed hawnhekk.", "MADAM SPEAKER: Onor. Portelli, issa rrispondi fil-winding-up.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, il-Ministru Portelli dam jitkellem siegħa u kwart, kif għandu kull dritt jagħmel, jiġifieri li ried jgħid seta' jgħidu.", "Imma issa nippretendi li s-Sinjorija Tiegħek tipproteġini, forsi nkun nista' ngħid xi ħaġa jiena wkoll.", "Kif diġa' għidt, jiena ma ġejtx hawnhekk biex insemmi l-passat għaliex fl- aħħar mill-aħħar huwa l-futur li jinteressa lill-poplu Malti.", "Biss jekk wieħed irid jidħol f'dawn it-tip ta' argumenti, aħna nistgħu nidħlu fihom kemm irridu.", "Aħna jaqblilna nsemmu l-passat fil-qasam tad-djar għax ir- record tagħna huwa tajjeb u onest.", "F'disa' snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm ma' l-4,000 allokazzjoni imma fl-aħħar mill-aħħar din hija ħaġa tal-passat, għax minn meta l-Gvern Nazzjonalista ddeċieda li ma jsirux aktar rekwiżizzjonijiet, id-dipartiment ma setax jibqa' jalloka postijiet daqskemm kien jalloka qabel.", "Niftakar ukoll li meta l-Onor Portelli kien l-ispokesman tal-Partit Laburista fl-oppożizzjoni, kien jikkritika ħafna lill-Gvern preċedenti u kien jgħid li n-numru ta' applikanti kien qiegħed dejjem jiżdied.", "Issa, jekk wieħed iħares lejn is- sena li għaddiet, isib li n-numru ta' applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali żdied b'1,000, imma jiena m'iniex se nikkritika lill-Ministru fuq dan għax min huwa serju jaf li fil-qasam tad- djar huwa dejjem diffiċli biex is-supply tlaħħaq mad-domanda.", "Tajjeb li wieħed jifhem pero' li filwaqt li minn Jannar sa Ottubru ta' l- 1996 saru 250 allokazzjoni mid-dipartiment, minn Novembru ta' l-1996 sa Diċembru ta' l-1997 saru 268 allokazzjoni, jiġifieri bejn wieħed u ieħor qegħdin fl-istess ilma.", "Li rrid ngħid iżda huwa li minn mindu l-Gvern preċedenti ddeċieda li ma jibqgħux isiru rekwiżizzjonijiet ġodda, in-numru ta' allokazzjonijiet diretti mid-dipartiment tant sar minimu li żgur li dawn il-ftit postijiet għandhom jiġu riservati għall-aktar każijiet urġenti u serji.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq 250 allokazzjoni fis-sena, qegħdin nitkellmu fuq average ta' 20 allokazzjoni fix-xahar.", "Allura l-Awtorita' tad-Djar aktar u aktar għandha responsabbilta' li tilqa' għall-expectations ta' min hu l-aktar fil-bżonn.", "Hemm bżonn li nfiehmu lin-nies li 250 dar huwa ammont żgħir wisq biex il-gvern ikun jista' jilqa' għal kull diffikulta' li tista' tinqala'.", "Jiena nemmen ukoll li hemm bżonn inbiddlu l-mentalita' tal-poplu tagħna, speċjalment tar-residenti ta' l-inner harbour area, fejn għandek ħafna art u appartamenti tal-gvern.", "Qed ngħid dan għaliex issib nies li jkunu jafu b'xi post li jkun vojt u ladarba jkunu sabuh huma jippretendu li jkollhom xi dritt fuqu.", "F'dan il-qasam sar ħafna xogħol mill-ministri preċedenti u m'għandix dubju li anke l-Ministru preżenti qiegħed ikompli jaħdem biex infiehmu u nbiddlu l-mentalita' ħalli min jista' jgħaddi mingħajr post mid- dipartiment tad-djar jistenna l-applikazzjonijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar jew inkella jfittex mis-settur privat.", "Madam Speaker, ħaġa li laqtitni ħafna kienet li l-Ministru fir-rapport tiegħu ta' l-ewwel sena ta' ħidma ta' Gvern Laburista, ftaħar li l-Gvern se jara kif jagħmel biex isolvi l-problemi ta' nuqqas ta' opportunitajiet ta' djar għaż-żgħażagħ.", "Saret ukoll konferenza nazzjonali sabiex wieħed jittratta s-suġġett tad-djar u ż-żgħażagħ.", "Fl-istess żmien jiena għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Portelli fejn staqsejtu kemm hemm żgħażagħ taħt it-30 sena li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Il-Ministru wieġeb li d-dipartiment ma jżommx statistika ta' l-etajiet ta' l-applikanti, imma jiena nistaqsi: Kif jista' l-Ministru jwieġeb li ma jżommx statistika bħal din, meta jiena għamilt din il-mistoqsija proprju fl-istess jiem li l-Gvern organizza konferenza nazzjonali dwar iż-żgħażagħ u d-djar?", "Dan huwa l-minimu li wieħed kien jippretendi li jkun jaf biex jipprova jifhem id-dimensjoni tal- problema tan-nuqqas ta' opportunitajiet ta' djar għaż-żgħażagħ.", "Kif diġa' għidt, dak li seħħ f'pajjiżna fil-qasam tal-housing f'dawn l- aħħar 15-il xahar jammonta għal kontinwazzjoni tal-politika li kienet timxi biha l-Awtorita' tad-Djar fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Għadni niftakar lill-Ministru Portelli jikkritika lill-Gvern preċedenti talli l-maġġoranza tal-postijiet kienu jinħarġu għall-bejgħ, imma s'issa dan il-Gvern bl-avviżi nri.", "61 u 62 l-istess ħaġa għamel u ħareġ biss postijiet għall-bejgħ.", "Is-sistema kif inhuma mfassla dawn l-avviżi fil- Gazzetta tal-Gvern u anke kif inhuma mfassla l-applikazzjonijiet u d- dettalji tagħhom hija l-istess bħal qabel u nżammet ukoll l-istess sistema ta' punti tal-Gvern preċedenti.", "Ovvjament il-Ministru kellu jagħmel xi ħaġa f'dawn l-aħħar 15-il xahar u ġustament irranġa ċerti affarijiet li setgħu jiġu rranġati bħal, per eżempju, li jingħataw punti għat-tfal kollha ta' l-applikant.", "Imma din is-sistema tal-punti - issa mhux qed ngħid għall- irqaqat - hija dik li bdiet isseħħ fl-1988.", "Proġetti oħrajn li bdew fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista u li qegħdin jitkomplew mill-Awtorita' tad-Djar huma l-proġett ta' l-Imtarfa u l- proġett ta' Pembroke.", "Dwar il-proġett tal-bini ta' sular fuq blokki eżistenti ta' appartamenti tal-gvern, fejn dan huwa possibbli, u wkoll dwar l-introduzzjoni tal-lift, il-Ministru Portelli qed jitkellem qisu din l- idea ħareġ biha għall-ewwel darba f'pajjiżna l-Gvern preżenti.", "Iżda jekk immorru lura fiż-żmien insibu li fil-bidu tas-snin disgħin, fil-bini tal- gvern ta' ħdejn il-Barrakka t'Isfel kien ittella' sular fuq blokk kbir, fejn b'kollox telgħu ma' l-20 appartament, u saru anke l-lifts.", "Għaldaqstant tajjeb li wieħed joqgħod attent u jara li d-diffikultajiet li għaddew minnhom ir-residenti meta sar dan il-proġett ma jgħaddux minnhom residenti ta' blokki oħrajn, u lill-Ministru diġa' ġbidtlu l-attenzjoni dwar dan.", "Qed ngħid dan għaliex filwaqt li din l-idea hija tajba ħafna - hawnhekk infaħħar lill-kordinatur tal-Valletta Rehabilitation Project, is- Sur Ray Bondin, li kien ħareġ b'din l-idea - fil-prattika kienet ħolqot ħafna inkonvenjent u huwa importanti li wieħed jitgħallem mill-affarijiet li diġa' ġraw biex fil-futur ma jiġrix l-istess.", "Imma huwa skorrett li l- Gvern preżenti jagħti l-impressjoni li din l-idea ħoloqha hu meta nafu li din diġa' saret fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista madwar sitt snin ilu.", "L-Awtorita' tad-Djar illum qiegħda tkompli wkoll bl-iskemi li kienu nbdew u tħaddmu tajjeb ħafna fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista, fosthom ix-xogħlijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi privati u anke s- sussidju fuq il-kera.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa issa dwar il-qagħda ta' dawk il-persuni b'diżabilita', settur li żgur ma tħalliex lura fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Aħna waqqafna l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li sarrfet f'ħafna opportunitajiet ġodda għal persuni b'diżabilita' f'pajjiżna.", "Huwa tajjeb li l-Ministru jiftaħar bl-Iskeda Ħamsa maħruġa fl-avviż nru.", "62 għaliex din hija ħaġa tajba pero' l-Ministru jrid jiftakar li dawn il-faċilitajiet - bħaż-żieda ta' poġġaman fit-taraġ, li jsir stair-lift jew lift, jew li jsiru affarijiet fil-kamra tal-banju li huma ta' għajnuna kbira għall-persuni b'diżabilita' - il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienet toffrihom diġa'.", "Fil-fatt, fost l- iskemi li għandha l-kummissjoni hemm proprju din li wieħed jirrendi d-dar aktar aċċessibbli għal persuna b'diżabilita'.", "Għaldaqstant anke f'dan il- qasam wieħed ma jridx joqgħod jagħti l-impressjoni li qisu skopra l-Amerika hu u li beda kollox hu għaliex il-fatti juru mod ieħor.", "Tajjeb ngħidu wkoll li l-Awtorita' tad-Djar bdiet tirriserva postijiet għal persuni b'diżabilita' - mhux jingħataw punti - fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, mentri llum hemm lista ta' kondizzjonijiet biex wieħed jikkwalifika għal dawn il-postijiet bħala persuna b'diżabilita'.", "Kif għamilt is-sena li għaddiet f'din l-istess diskussjoni dwar l-estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar, nerġa' nappella lill-Ministru li hemm bżonn nidentifikaw ukoll il-problema ta' mard li ma jistax jiġi deskritt bħala diżabilita'.", "Per eżempju, hemm persuni li jsofru minn tip ta' mard u t- taraġ huwa ta' detriment kbir għas-saħħa tagħhom.", "Hawnhekk ma nistax insemmi l-mard kollu li jista' jikkawża xi diżabilita' imma l-Ministru għandu kull faċilita' li jirranġa dak li għamilna aħna għax difetti dejjem ikun hemm, iżda mbagħad m'għandux jipprova jieħu l-mertu, qishom l- affarijiet il-kbar u l-affarijiet l-aktar importanti għamilhom dan il- Gvern.", "Hemm x'tirranġa u aħna stess nikkritikaw l-affarijiet li għamilna aħna.", "Per eżempju, għal dawk il-persuni li jbatu mil-mard tal-qalb, b'mod partikolari l-ischaemic heart disease, it-taraġ huwa ta' dannu kbir għalihom.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-każijiet ta' anġina eċċ. Hawn tiġi f'moħħi persuna li kellha attakk tal-qalb wieħed u mbagħad attakk tal-qalb ieħor b'komplikazzjonijiet serji.", "Jiddispjaċini ngħid pero' li din il- persuna għadha toqgħod f'dar fejn trid titla' xi 80 tarġa biex tidħol fiha.", "U minkejja li jien għamilt mistoqsija lill-Ministru fejn tlabtu sabiex jgħinu, dan xorta baqa' fost l-eluf ta' nies li għadhom qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva.", "GĦalhekk nerġa' ngħid li jeħtieġ li l- Awtorita' tad-Djar tbiddel is-sistema tal-punti peress li hemm ċertu mard li ma jistax jissejjaħ diżabilita', bħalma huwa l-mard tal-qalb, il-mard fl- għadam, fil-ġogi, fil-muskoli u fin-nervituri.", "Madam Speaker, meta rajt il-proġett pilota li l-Ministru responsabbli għad-djar għamel fil-każ tal-Furjana, jiena skantajt mhux ftit kif il-gvern ċentrali bis-saħħa kollha tiegħu ta' tagħmir teknoloġiku eċċ. ħareġ b'riżultat li huwa bażikament l-istess bħar-riżultat ta' l-istudju li kont għamilt jien sentejn ilu bħala kunsillier lokali, mingħajr ebda fondi finanzjarji ta' xejn u mingħajr aċċess għall-informazzjoni dwar fejn joqogħdu s-sidien tad-djar battala.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Ministru jiftaħar b'dan il-proġett pilota u mbagħad fil-laqgħa li kellu mas-sidien tad-djar battala kulma attendew kienu 14-il sid.", "Ma sar ebda sforz biex jinstabu dawn is-sidien għaliex avviż f'gazzetta, kif sar f'dan il-każ, żgur li ma kienx biżżejjed biex tipprova tilħaqhom.", "Madam Speaker, nixtieq ngħid ukoll li fl-ammont allokat lill-Awtorita' tad-Djar għal sussidji għas-sena 1997/1998, m'hemmx flus allokati għall- iskema sabiex is-sidien tad-djar battala jitħajru jirranġaw il-ħsarat fid- djar tagħhom jew jitħajru jgħaddu din il-proprjeta' lill-gvern sabiex ikun jista' jirranġa l-ħsarat hu u jgħaddi l-proprjeta' lill-applikanti permezz ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Meta għamilt mistoqsija parlamentari lill- Ministru dwar dan, huwa wieġeb li minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal- pajjiż dawn l-inċentivi f'tax rebates - kif kont ipproponejtlu jien - jew grants u affarijiet oħra, ma jistgħux jingħataw għalissa.", "Niftakru pero' li fil-pjan lokali għall-inner harbour region, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet irrikmandat li jsiru forom ta' inċentivi min-naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar sabiex is-sidien tad-djar battala jgħaddulha din il-proprjeta'.", "Allura niskanta mhux ftit meta ninnota li s-sena li għaddiet lanqas intnefqet is-somma kapitali ta' ¥5.95 miljun ivvotata mill-Gvern Laburista għall-Awtorita' tad-Djar.", "Mela minn banda l-Ministru jgħid li ma kienx hemm biżżejjed flus għal din l-iskema sabiex wieħed joffri inċentivi lis- sidien tad-djar battala, u mill-banda l-oħra nsibu li l-Awtorita' tad-Djar ma nefqitx kemm kellha budgeted li tonfoq bħala nefqa kapitali!", "F'dan il- qasam ta' djar battala l-Gvern jista' jagħmel ħafna aktar u żgur li l-ewwel pass għandu jkun - u dan qalu l-Ministru stess fir-rapport tas-sena ta' ħidma li għadu kif ippubblika - li ssir skema li biha dawn is-sidien jiġu nċentivati.", "GĦalhekk nappella lill-Aworita' tad-Djar sabiex tfassal din l- iskema mill-aktar fis għaliex diġa' għaddew 15-il xahar u għadu ma sar xejn.", "Fir-rapport tiegħu l-Ministru ftaħar ukoll li l-Awtorita' tad-Djar, permezz tad-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar, qiegħda tippjana proġetti ġodda għal dak li jirrigwarda s-slum clearance.", "Imma meta wieħed jara liema huma dawn il-proġetti ġodda, isib li wħud ilhom ġejjin mill- 1992, bħalma huma ta' Triq l-Argotti u Triq il-Kapuċċini fil-Furjana.", "Jiġifieri anke f'dan il-qasam hemm ċertu ammont ta' ftaħir fuq affarijiet li saru qabel.", "Hawnhekk se nitkellem bħala membru parlamentari ta' l-ewwel distrett elettorali, li jinkludi l-Furjana.", "Fir-rapport il-Ministru qed jgħid li l-Furjana kienet negattiva ħafna għal dak li jirrigwarda l- evictees għaliex dawn ikunu jridu jmorru lura fil-post tagħhom.", "Dan ifisser li jekk għall-argument il-gvern se jwaqqa' l-postijiet minn numru 20 sa 24 fi Triq il-Kapuċċini biex flokhom jitilgħu flats, min-naħa ta' l- awtoritajiet fil-Furjana, jiġifieri l-kunsill lokali, ikun hemm pressjoni sabiex l-evictees jiġu allokati dawn il-flats.", "(Interruzzjonijiet) Imma fir-rapport tiegħek inti semmejt il-Furjana b'enfasi.", "Dan il-każ tal- postijiet fi Triq il-Kapuċċini rridu narawh sewwa għaliex jien naf li ħafna nies li għandhom l-identity card reġistrata fuq dawn il-postijiet lanqas biss joqogħdu hemmhekk.", "Allura għalfejn qegħdin tkarkru daqshekk?", "(Interruzzjonijiet) Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista kien ġie deċiż li dawn in-nies jingħataw post alternattiv u mhux jiġu lura u jeħtieġ li dan il-Gvern ikollu l-kuraġġ li jimxi fuq din id-deċiżjoni.", "Irrid ngħid ukoll li l-iżvilupp tal-ġonna pubbliċi fl-oqsma tad-djar tħalla lura ħafna u nista' nsemmi l-każ ta' Binja Vilhena fil-Furjana wkoll.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt f'Ġunju li għadda rriżulta li kienet diġa' ħarġet sejħa għall-offerti iżda x-xogħol fuq il-ġnien madwar Binja Vilhena għadu lanqas beda, u dan minkejja li dan il-bini ilu okkupat mill-1992.", "Il-Ministru għadu kif ħabbar skema sabiex isiru tiswijiet mill-bieb ta' l- appartament 'il ġewwa għal min għandu sal-paga minima nazzjonali.", "Din tajjeb li wieħed jistudjaha ftit għax il-verita' hi li skond l-aħħar economic survey, l-aktar paga baxxa li hawn f'pajjiżna bħalissa hija dik ta' labourers fil-qasam tal-ġild u dawn għandhom aktar mill-paga minima nazzjonali.", "Għaldaqstant meta qegħdin ngħidu li din l-iskema ta' għajnuna sa ¥500 għal titjib fid-dar mill-bieb 'il ġewwa hija riżervata biss għall- persuni li joqogħdu f'postijiet tal-gvern u li għandhom sal-paga minima nazzjonali, ifisser li din hija ristretta biss għal min ma jaħdimx.", "Għax kull min jaħdem f'pajjiżna, grazzi għat-titjib li kien hawn fil-pagi tul is- snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, illum jaqbiżha l-paga minima nazzjonali.", "Mela din l-iskema jikkwalifikaw għaliha l-households fejn il- persuni kollha ma jaħdmux, jiġifieri l-pensjonanti jew min hu qiegħed.", "Din hija limitata wisq u għalhekk nappella lill-Ministru biex la għamel din l- iskema - waħda mill-ftit affarijiet ġodda li għamel f'dawn il-15-il xahar - jipprova jagħmilha anke għal min għandu aktar mill-paga minima nazzjonali imma xorta huwa fil-bżonn.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER(L-Onor.", "Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sur President, dan ir-rapport li ġie ppreżentat jitkellem dwar awtorita' li għandha funzjoni soċjali, u allura tajjeb li nagħmlu d-domanda - li għandha tiggwida l-attivita' ta' din l- awtorita' l-ħin kollu - jekk il-funzjonijiet u l-għanijiet li għalihom l- Awtorita' tad-Djar twaqqfet humiex jiġu onorati b'mod li l-interessi ta' min l-aktar huwa fil-bżonn jiġu verament rispettati.", "Fl-opinjoni meqjusa tiegħi, dan ir-rapport - u nixtieq nifraħ lill-abbli Ministru għall-introduzzjoni estensiva li għamel - irid jiġi studjat fid- dawl ta' kif għandna nbiddlu dawn il-funzjonijiet u l-għanijiet li jmexxu l- ħidma ta' l-awtorita', għaliex naħseb li ħafna minnhom jistgħu ma jirrispekkjawx il-bżonnijiet attwali, kemm tas-suq kif ukoll ta' min l- aktar huwa fil-bżonn.", "Jiena nassoċja ruħi mas-sentiment espress li ma nistgħux nippolitiċizzaw dan il-qasam billi noqogħdu ngħidu min qassam djar u min ma qassamx - trid tkun verament pwerili biex tagħmel hekk u l-iskop ta' dan id-dibattitu m'huwiex dan - imma rridu nħarsu lejn il-housing bin- nuċċali li qiegħda tħares lejh l-Awtorita' tad-Djar, jiġifieri mill-punto di vista soċjali, billi nindirizzaw il-problemi tan-nies li qegħdin jgħixu f'postijiet substandard, li fosthom hemm kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti.", "Jiena naf għal liema każ kien qed jirriferi l-abbli kollega tiegħi l- Onor. Jean Pierre Farrugia meta kien qed isemmi l-każ ta' l-individwu li jrid jitlaq mill-post fejn joqgħod minħabba t-taraġ.", "Kien qed jirriferi għall-każ tal-familja Cachia ta' 17, Flat 2, St. Elmo Place, Valletta, li għandhom każ ta' anġina.", "Dawn ilhom iħabbtu bibien imma ma sabu l-ebda għajnuna u din hija għarukaża.", "Jiena naf li dawn huma Nazzjonalisti imma dan m'għandux x'jaqsam għaliex din m'hijiex kwestjoni ta' politika.", "Jekk l- Awtorita' tad-Djar m'għandhiex il-mezz biex tara li dawn in-nies jinqdew ...", "Forsi s-Sur Esposito qed jgħid lill-Ministru li kellhom appuntament, marru għandu u tkellmu miegħu imma l-verita' hija li s'issa dawn ma nqdewx.", "L-Awtorita' tad-Djar trid tistudja l-funzjoni tagħha skond l-Att viġenti li taha s-saħħa li taħdem u tistaqsi kif, bħala awtorita', qiegħda tirrispondi quddiem każijiet bħal dawn, meta quddiemha jkollha d-dokumenti li prima facie jwassluha għall-konklużjoni li l-każ partikolari verament ikun jaqa' taħt il- kategorija ta' dawk l-aktar fil-bżonn.", "Irridu nistudjaw ukoll jekk dawn id-dokumenti li jkollna jirriflettux il-verita'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiena għadni kif kellimt lid-direttur tad- dipartiment għall-akkomodazzjni soċjali u qalli li dik il-persuna ġiet offruta l-post numru 129, St. Paul's Street, Valletta u din m'aċċettatux.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Dan il-post ma ġiex aċċettat għaliex ma jissodisfax il-bżonnijiet ta' dan il-bniedem.", "Qed jingħataw postijiet - u jiena nista' nsemmi xi każijiet - dilapidati u substandard.", "U aħna konna niġu hawnhekk u nistaqsu lill-Gvern Nazzjonalista kif qed iqassam postijiet li huma substandard!", "La qed insemmu każijiet partikolari nsemmi wkoll il-każ ta' Georgina Mercieca.", "Forsi issa l-Ministru jerġa' jmur jikkonsulta mas-Sur Esposito fuq dan il-każ!", "Jien ma kontx se nitkellem fuq dan imma kont se ngħid kemm l-awtorita' għandha nies dedikati u jaħdmu, ibda minn Sciberras Grioli ...", "(Kliem maqtugħ b'ordni tad-Deputy Speaker)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ma tistax toqgħod tgħid x'inhu l-kulur politiku ta' dak l-individwu.", "Din se tinqata' mid-debate.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Kemm qalu affarijiet fuq Grioli!", "Grioli għamel xogħlu.", "Nitmellaħ hu x'inhu, l-aqwa li jagħmel xogħlu tajjeb.", "Dan hu li qed nipprova ngħid.", "THE DEPUTY SPEAKER: Għid li għandek tgħid imma m'hemmx għalfejn tindika l-kulur politiku ta' uffiċjali.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: L-Awtorita' tad-Djar għandha sservi ta' eżempju kif individwi, li jkunu ta' liema kulur politiku jkunu, jagħtu servizz lill-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Issa agħtini ċans nitkellem imbagħad tkellem int. Jien ngħid prosit lill-Awtorita' tad-Djar għaliex bil-mod kif jaħdmu jagħtu eżempju lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li lanqas biss għandu sistema ta' customer care u allura tajjeb li nivvotawlhom il-flus.", "La semmejt id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, irrid ngħid li meta mmorru hemmhekk nistaqsu għal xi ħadd dejjem jgħidulna: Dan ma jkellimx nies, ma jarax nies!", "Jew inkella meta nistaqsu fuq xi ħaġa jgħidulna: Imbagħad naraw!", "X'jiġifieri imbagħad naraw?", "Jien irrid inwassal is-sentimenti tan-nies li qed ibatu, u mhux qed nitkellem bħala Laburist jew bħala membru parlamentari imma bħala bniedem li meta mmur hemmhekk niffaċċja argumenti bħal: Le, għax aħna minn kollox qed nagħmlu.", "Ara l-Awtorita'tad-Djar verament qiegħda tagħmel minn kollox.", "Il-Ministru għamel tajjeb li semma d-dnub il-mejjet tal-passat.", "Veru dak inhar kien dnub mejjet pero' jkun dnub mejjet illum ukoll jekk aħna ninsew lil min l-iktar għandu bżonn.", "Jien għandi dubji serji kemm fil-verita' l- iskemi li qed intejbu llum - u nieħu gost li l-Gvern u l-awtorita' qed jipprovaw itejbuhom - qegħdin jilħqu lin-nies l-aktar fil-bżonn.", "Dawn il- 5,000 ruħ li writna l-problemi tagħhom ġew mgħarrfa b'dawn l-iskemi li qiegħa tagħmel l-Awtorita' tad-Djar?", "GĦandna nagħmlulhom sistema faċli li jifhmuha u ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jmorru għand il-periti.", "Din hi l- kuxjenza soċjali li rridu nimxu biha pero' jrid ikollna l-ħila biex inwettqu dawn l-affarijiet.", "Issa se nitkellem fuq dak li qal l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia dwar il- Kunsill Lokali tal-Furjana.", "L-ewwelnett irrid nawgura lill-Ministru li issa għandu r-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Il-Prim Ministru ma setax jagħtih ħaġa aħjar għax jekk il-proġett pilota rnexxa bil-għajnuna tal-Kunsill Lokali tal-Furjana u issa l-Gvern se jimxi fuqu, allura għaliex m'għandniex nipprovaw nagħmlu l-istess għal-lokalitajiet kollha?", "Forsi se nisimgħu li dan qegħdin nipprovaw nagħmluh imma jiena ngħid li għandna nħaffu l-pass, bħalma jgħidilna l-Prim Ministru, u nfittxu nagħmluh.", "Nixtieq li nitkellmu wkoll dwar policies.", "Qed nieħu gost li hawn il- Perit Bountempo, il-konsulent tal-Ministru, li miexi fil-linja ta' dottorat ta' l-arkitettura, għaliex nixtieq nistaqsi: GĦandna policy ċara tal- Housing Authority li qed tinterpreta l-progamm elettorali tagħna li huwa l- għażla tal-poplu?", "Per eżempju, fil-każ ta' l-applikazzjonijiet naħseb li l- Ministru Portelli jaqbel miegħi li għandha ssir lista waħda biex minflok tinħareġ call for applications għal kull ħarġa, ikun hemm din il-lista ppubblikata, li tiġi aġġornata skond l-applikazzjonijiet li jintefgħu f'kull kategorija, u min ikun fuq nett skond il-punti jingħata l-post li jkun hemm available.", "B'hekk l-individwu ma jkollux għalfejn imur kull darba japplika l-Housing Authority.", "Sur President, minn survey li sar irriżulta li f'pajjiżna għandna 8,000 dar li huma substandard.", "F'dan is-survey jingħad li l-awtorita' għandha timpenja ruħha biex tagħmel spezzjoni fuq kull waħda minn dawn id-djar substandard u tara jekk jaqgħux taħt waħda mill-iskemi ta' l-Awtorita' tad- Djar biex jiġu up to standard.", "B'dan il-mod il-Gvern ikollu s-soluzzjoni għal uħud mill-problemi ta' housing b'inqas flus u b'inqas dewmien.", "Nerġa' ngħid li għandu jingħata parir b'xejn lill-inkwilini jew sidien kif jista' jsir xogħol għal dan il-għan li qed insemmi.", "Jien naħseb li b'dan il-mod wieħed inaqqas l-applikazzjonijiet li hemm pendenti fid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li għar-raġunijiet li jafhom kulħadd jibqgħu hemm minflok jiġu trattati bil-ħeffa li wieħed jistenna.", "Għidt li għandu jiżviluppa l-konċett ta' customer care fid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali kif sar fl-Awtorita' tad-Djar.", "Anzi nżid ngħid li, speċjalment fejn jidħlu l-iskemi, għandna namalgamaw il-Housing Authority u d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Barra minn hekk, minħabba l-fatt li se nżidu sulari fuq il-blokki eżistenti, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' tgħin fix-xogħol li jrid isir mill-Awtorita' tad-Djar.", "Irridu nagħmlu skema biex ngħinu lis-sid u l-inkwilin li ma jiflaħx għall- ispiża tal-permess tal-bini jew tal-perit.", "Din hija l-kuxjenza soċjali imma din ma tidhirx fir-rapport, għalkemm naf li fost il-board members hemm min jaħsibha b'dan il-mod.", "Barra minn hekk għandha ssir skema biex dawk in- nies li jkunu jixtiequ jkomplu jgħixu fir-raħal jew fil-belt li jkunu trabbew, ikunu jistgħu jagħmlu dan b'iktar kumdita'.", "Meta konna fl-oppożizzjoni jiena kont tkellimt fuq il-ħafna burokrazija li kien hemm dwar il-pubblikazzjoni tal-kuntratti ta' modifika fejn tidħol l-Awtorita' tad-Djar u l-Lohombus, u wara li tkellimna hawn l-affarijiet bdew jiċċaqalqu bil-mod il-mod.", "Issa nixtieq li ssir xi ħaġa dwar din l- imbierka president's order li fl-assenza tagħha qegħdin jinħolqu ħafna problemi.", "Allura rridu naraw kif immexxu dawk il-każijiet li huma pendenti minħabba li ma tkunx ħarġet il-president's order jew minħabba l-fatt li l- Lands ikun issospenda l-attivita' tiegħu temporanjament għax xi ħaddiema jkunu waqfu għall-break f'ħin li suppost ikunu qed jaħdmu, u naf x'qed ngħid.", "Affarijiet bħal dawn m'għandhomx isiru.", "Il-Prim Ministru qalilna ċar li rridu nħaffu l-pass u rridu nħaffu wkoll il-proċeduri għall-iskemi biex min għandu dar mibnija fuq HOS plot li qiegħda fuq art li l-gvern m'għandux titolu legali fuqha - ma nafx jekk iniex qed inkun ċar - ikun jista' jifdi ċ-ċens ta' fuq il-plot u ma jiġix imċaħħad mid-dritt li għandu ħaddieħor.", "Jiena naħseb li dawk li joqogħdu f'postijiet tal-gvern li talbu sabiex jixtru l-post tagħhom u ma jistgħux jagħmlu hekk minħabba li l-art li fuqha hija mibnija r-residenza m'hijiex proprjeta' tal-gvern, għandhom jingħataw iċ-ċans li jakkwistaw ir-residenza tagħhom bħal ħaddieħor.", "B'hekk jitnaqqas il-piż minn fuq l-inkwilin u fl-istess ħin l-Awtorita' tad- Djar iddaħħal flus biex tibni iktar djar għaċ-ċittadini.", "Issa meta qed niddiskutu dawn l-estimi jrid joħroġ ċar ukoll il-punt li semmejt dan l-aħħar hawnhekk fil-Parlament.", "Kapitlu 2 tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna jgħid li l-Istat jirrikonoxxi d-dritt ta' kull ċittadin li jaħdem, jitkellem dwar l-interessi kulturali u dwar l-edukazzjoni.", "Subartiklu (1) ta' artiklu 10 jgħid:", "\"Capable and deserving students, even if without financial resources, are entitled to attain the highest grades of education.\"", "F'dan l-artiklu jissemmew ħafna affarijiet bħal dawn li huma exemplum ta' politika li għandu jsegwi gvern qua gvern.", "Il-partit tiegħi jgħid li l- edukazzjoni hija prijoritarja imma qal ċar u tond li l-housing se jkun prijoritarju wkoll u nemmen li l-awtorita' dan qed tipprova tagħmlu fil- limiti tal-possibbiltajiet finanzjarji u umani tagħha.", "Pero' għandha ssir leġislazzjoni biex il-housing isir wieħed mis-social and economic rights.", "Aħna għidna li l-housing se nagħmluh waħda mill-issues fundamentali tagħna u anke l-Gvern Nazzjonalista ħadem fuqu bil-modi tiegħu.", "Dan id-dritt, anke jekk mhux justified quddiem il-qrati, għandu jitqies bħala wieħed fundamentali għall-iggvernar tal-pajjiż.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt il-funzjonijiet u l-għanijiet importanti li jiggwidaw lill- Awtorita' tad-Djar pero', għalkemm hija indipendenti, m'għandhiex is-saħħa jekk ma jkunx hemm leġislazzjoni li torbot lill-gvern.", "GĦalhekk inħoss li d-dritt soċjo-ekonomiku għal adequate housing għandu jkun dikjarat ċar u tond f'artiklu 22 tal-Kostituzzjoni u jgħid li huwa fundamentali daqs id- dritt tax-xogħol.", "X'jiswa li f'kapitlu 4 tal-Kosituzzjoni għandna d-dritt għall-ħajja jekk il-bniedem ma tgħidlux li għandu dritt ukoll li jkollu saqaf fuq rasu?", "Jien naħseb li huwa importanti li l-housing ninkwadrawh fil-kamp legali.", "Meta konna fl-oppożizzjoni u l-Onor.", "Galea ressaq il-liġi dwar it-tneħħija tar-requisition orders, kien tqajjem il-punt dwar kemm saru liġijiet li suppost kellhom ikunu ta' natura temporanja u baqgħu hemm, bħal-liġijiet tal-kera.", "Għalhekk ħafna sidien ikollhom il-problemi u ma jistgħux jieħdu l-massimu tad-dritt mill-post tagħhom għax kif inhi l-liġi tal-kera, ladarba wieħed ikun qed jgħix fil-post, huwa diffiċli li tgħidlu li m'għandux security of tenure.", "Allura huwa importanti li jkollna dikjarazzjoni li adequate housing huwa dritt soċjo-ekonomiku, flimkien mal- qafas legali li jagħti security of tenure biex ma jkollniex iktar problemi.", "Meta qed nitkellmu fuq housing irridu nsemmu wkoll l-infrastruttura li dan jitlob.", "Din semmieha l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia bħala reazzjoni għall-punt validu li għamel il-Ministru meta rrifera għal xi lokal li qegħdin nirranġawh u nagħmlu l-infrastruttura kollha tiegħu.", "GĦax barra li wieħed ikollu d-dar, huwa importanti li jkun hemm l-infrastruttura meħtieġa.", "Waħda mill-funzjonijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar għandha tkun dik li tara li jkun hawn affordable housing.", "Jien nemmen li għandna ndaħħlu l-privat u ċert li bl-abbilta' tal-Ministru nkomplu naħdmu f'din id- direzzjoni biex ninċentivaw lill-privat ħalli jaħdem mal-gvern, pero' rridu noqgħodu attenti li l-privat ma jikkompetix iż-żejjed mal-gvern, għaliex hemm nies li l-income bracket tagħhom jitlob li l-gvern jagħtihom protezzjoni.", "Irridu naraw ukoll li l-postijiet li toħroġ għall-bejgħ il-Housing Authority ikollhom adequate space.", "Veru li nistgħu nargumentaw ad infinitum li għandna riżors limitat ta' art imma jekk qed nitkellmu fuq habitable housing, lill-individwu rridu nipprovdulu house li tista' ssir home biex tkun verament abitabbli u aċċessibbli.", "Dan l-aħħar l-Onor.", "Portelli kiteb fil-''KullĦadd'' u fuq il-kelma \"aċċessibilita'\" bena artiklu.", "Huwa proprju f'din id-direzzjoni li rridu nimmilitaw għaliex naħseb li l-adequate housing irid iħares lejn id-diversi nies żvantaġġati li xi kultant qajla nħarsu lejhom biżżejjed bl-iskemi li nintroduċu.", "Niġi issa għal dak li jirrigwardja l-location.", "Qabel in-nies kienu jmorru joqogħdu Bormla għaliex kienet qrib it-Tarzna.", "Imma possibbli f'pajjiż bħal tagħna nitkellmu b'dan il-mod meta qegħdin ngħidu li hawn riżors ta' art limitat?", "Il-prinċipju tal-location huwa importanti u għandu jiggwidana fil-politika tagħna pero' nixtieq li l-Ministru jgħidilna x'inhija sewwa sew il-politika ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Nixtieq li jkollna policy statement biex ikollna bażi fuq xiex niddiskutu.", "Per eżempju, aħna n-nutara issa fil-kuntratti qegħdin ngħidu li l-gvern qed jirriżerva d-dritt li jtella' sular ieħor.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Jean Pierre Farugia huwa importanti li x-xogħlijiet li jsiru ma jċaħħdux xi drittijiet lir-residenti għax meta se tibni sular ieħor, dan ifisser li l- bejt flok se jinqasam bejn erbgħa se jinqasam bejn sitt persuni u allura dawk l-erbgħa persuni se jonqsilhom l-ispazju li għandhom fil-preżent.", "Jiena naħseb li nkun qed ninterpreta tajjeb il-fehma ta' kull min hu nvolut meta ngħid li għandna nagħtu xi forma ta' kumpens.", "Fil-kuntratt qegħdin ngħidu li l-gvern għandu jibnihulhom, itellgħalhom il-washroom u kollox jiġi fl-istatus quo ante.", "Imma fir-realta' naħseb li din tista' toħloq problemi u jekk se nagħmluha għandna naraw li nagħmlu wkoll il-lifts.", "Naf li dih hija spiża pero' jekk irridu nipproteġu lill-anzjani allura l-gvern irid joħroġ parti minn din l-ispiża.", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar il-joint office.", "Jien għandi dubji kemm fil- fatt komplew jieħdu inizjattiva biex jaraw liema huma l-artijiet li għaddew għand il-gvern.", "Jien li mmur il-joint office għall-kuntratti naf li m'għandhomx l-informazzjoni kollha - peress li għad hemm xi artijiet li għadhom għand il-Knisja - dwar in-numru ta' artijiet li ġew akkwistati mill- gvern.", "Il-joint office għandu potenzjal qawwi u m'għandniex noqogħdu nitkellmu fuq affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu miegħu bħall-kumment li għadda xi ħadd dwar min sar u ma sarx direttur.", "Sar min sar aħna għandna rispett lejh u m'għandna xejn kontra tiegħu.", "Kulħadd għandu dritt ikun f'dik il-kariga, kien ma' liema ministru kien.", "L-importanti huwa li jagħmel xogħlu, u qed nispeċifika dan għaliex forsi hemm min ma fehemnix pero' l-Awtorita' tad-Djar trid toqgħod attenta fejn tidħol din l-art biex l-affarijiet jimxu f'direzzjoni aħjar.", "Nixtieq inkun naf ukoll fejn wasalna fil-kwestjoni tad-djar vojta, u jekk l-Awtorita' tad-Djar ħarġitx xi skemi jew xi inċentivi għal dawk in-nies li għandhom djar vojta.", "Jidhirli li hemm 10% tad-djar vojta fil-pajjiż u rridu naraw kif dawn nistgħu nixħtuhom fuq is-suq.", "Barra minn pajjiżna jaħdmu wkoll biex isaħħu dan is-social and economic right permezz ta' għajnuna internazzjonali mis-social fund.", "Aħna għandna r- rapporteur tagħna ġewwa Strasbourg, u dan għandu jara kif nistgħu nużaw din is-social fund biex ngħinu liċ-ċittadini tagħna.", "Ma jistax ikun li n-nies jibqgħu jittallbu u jitkarrbu għal akkomodazzjoni soċjali u jekk il-gvern ma jistax ikun il-prime actor u jrid jidħol il-privat allura rridu noħolqu biżżejjed skemi biex ikun jista' jibbenefika min l-aktar li għandu bżonn, u hawn ħafna li mhux qed jingħataw dan iċ-ċans.", "Jista' jkun li l-Housing Authority m'hijiex tkun l-attriċi ta' din il-politika imma jekk għandna kuxjenza - kif għandi jien - għandna nagħmlu skemi li jagħtu protezzjoni lil dawn in-nies li ma jifilħux iħallsu.", "Xtaqt nagħlaq billi ngħid li hemm bżonn li jsiru ċerti studji biex jiggwidawna fil-policies tagħna, speċjalment, kif qal il-Ministru, fid-dawl tal-limitazzjonijiet ta' pajjiżna.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li se nagħmlu t-tali politika mingħajr ma nkunu studjajna l-birth rate, il- mortality rate, in-numru ta' żwiġijiet u l-income brackets tan-nies.", "Imma hemm koordinament fuq dawn il-punti mad-dipartimenti l-oħra?", "Dan il-punt konna semmejnieh meta konna fl-Oppożizzjoni, u issa li qegħdin fil-gvern irridu nwettquh.", "Kull meta jitressqu l-estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar - u forsi jien stess vittma ta' din - nispiċċaw biex niddiskutu kulma hu konness mal- housing.", "Biex inkunu teknikament korretti, irridu niddiskutu l-estimi u r- rapport biss, imma kif jista' jkun dawn tqishom rilevanti iktar mis- sitwazzjoni tal-housing preżenti?", "U huwa importanti li nużaw dan il-ħin biex naraw x'inhi s-sitwazzjoni.", "L-estimi ta' l-awtorita' jridu jirriflettu l-bżonn ta' nies li jgħixu taħt is-saqaf tagħhom għax il- bniedem ma jitwelidx biex jeżisti imma biex jgħix, u biex jgħix il-ħajja fil-milja tagħha jrid jgħix b'saqaf fuq rasu.", "Jekk irridu nitkellmu fuq dan irridu naraw kif il-Housing Authority u d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali jsiru ħaġa waħda.", "Aħna għandna bżonn awtorita' tad- djar li ma jkollhiex biss dawk il-funzjonijiet li għandha llum imma x- xogħol kollu li għandu llum id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Din għandha tkun entita' awtonoma u ġuridika lil-legal personality tagħha u tkun hi li taħdem fuq il-problemi li hawn.", "Imbagħad tkun tista' tibda tikkonsulta dwar kif nistgħu nagħmlu co-operative housing fejn min ikun impenjat f'ċerta organizzazzjoni jieħu ħsieb jirrapporta min huma l-iktar nies li għandhom bżonn.", "Jiena nemmen, li Dr Zrinzo, il-President tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', per eżempju, tkun tista' tgħidilna liema huma d-disabled li l-iktar għandhom bżonn jieħdu l- postijiet.", "Dan huwa wieħed mill-ewwel suġġerimenti li nixtieq nagħmel.", "Il-Housing Authority ma twelditx biex tibqa' bil-politika ta' għaxar snin ilu imma trid tevolvi.", "Nerġa' ngħid li din trid tistudja l-birth rate, il- mortality rate, in-numru ta' applikazzjonijiet mill-għarajjes eċċ. Hawnhekk nixtieq niftaħ parentesi, u nistaqsi: Hawn Malta għarajjes biss jeżistu?", "X'jiġri minn dawk li m'humiex għarajjes?", "Dawn il-gruppi l- Awtorita' tad-Djar trid taħseb fuqhom ukoll.", "Barra minn hekk, jekk l- Awtorita' tad-Djar tevolvi bħala l-awtorita' li tmexxi hi mingħajr ma jkun hemm id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, għax dak ikun ġie nkorporat fiha, se jibdew jiġu quddiemha l-każijiet tar-recognition.", "U jekk il-liġi tal-kera tgħid li tenant huwa that member of the family li kien joqgħod mat-tenant at least six months before the date of death ...", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, se jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Grazzi, Madam Speaker.", "Nieqaf hawn.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn 9 ta' Frar 1998, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal- Posta; u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet dwar it- Telekomunikazzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 1997/98 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi kommunikata aktar tard.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anton Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, l-ewwelnett nixtieq nuri s-sogħba u s- solidarjeta' tiegħi mal-familji taż-żewġ żgħażagħ li tilfu ħajjithom f'Għawdex.", "Qed nirriferi għal dak is-suldat li tilef ħajtu traġikament dan il-lejl fin-Nadur u għal dak iż-żagħżugħ li wkoll tilfu ħajtu f'ċirkostanzi traġiċi.", "Persważ li l-Membri ta' din il-Kamra lkoll jassoċjaw ruħhom miegħi f'dawn is-sentimenti li qiegħed nesprimi.", "Imma ħalli niġi għas- suġġett li rrid nittratta.", "Nixtieq nagħmel riferenza għal diskors taċ-chairman tal-Gozo Channel Co. Ltd., li jidhirli li ma kienx prudenti u għaldaqstant inħoss li għandi nagħmel il-kummenti tiegħi dwaru.", "Dan id-diskors ġie rrapportat f'''The Times'' tat-23 ta' Jannar bit-titolu ''No Intention of Withdrawing Surcharge'', fejn intqal:", "\"''Gozo Channel has no intention of withdrawing the surcharge on fares for trips run from Sa Maison in bad weather.", "Gozitans have been complaining about the surcharge, arguing it was unfair for them to have to pay extra for the trip in bad weather.", "But Gozo Channel Chairman, Saviour Brincat, said the surcharge from Sa Maison was justifiable as the trip was longer and cost the company five times more in terms of fuel.", "\"The surcharge in the rates applicable from Sa Maison is stipulated in a legal notice and we have no intention of changing it,\" he said.", "Mr Brincat said he had received complaints about the matter.", "\"Instead of thanking our crew who operate in bad weather people complain about the surcharge.", "If they do not want to pay it they can stay in Malta or in Gozo when the Cirkewwa ferry does not operate,\" he said.''", "Jiena jidhirli li dan huwa diskors li ma jagħmel ġid lil ħadd, la lil min qalu, la lill-kumpannija u lanqas lill-ebda awtorita' fil-pajjiż.", "Ċertament li ma jagħmilx ġid lanqas lill-GĦawdxin li għandhom bżonn dan is- servizz mhux għall-kapriċċ imma bħala servizz vitali għall-benessere tagħhom.", "Madam Speaker, kien hemm nies li wrewni li dan id-diskors weġġagħhom għaliex juri nuqqas ta' prudenza, nuqqas ta' sensittivita' u anke arroganza.", "Huwa veru li s-surcharge huwa kkontemplat f'avviż legali imma jidhirli li xorta waħda wieħed għandu jesprimi ruħu b'mod li juri li qiegħed jifhem x'inhuma l-ħteġijiet tal-commuters u ta' dawk li jridu jgħaddu jew iġibu l-merkanzija minn Għawdex.", "Wieħed għandu jkun sensibbli u viċin lejn il-passiġġieri li jridu jaqsmu għall-bżonn anke fil-maltemp minn Sa Maison.", "Dan id-diskors juri li min qalu ma kienx u m'huwiex viċin ta' dawn il-bżonnijiet li qed insemmi u ċertament li m'għandux il-kultura Għawdxija.", "Madam Speaker, jien naħseb li huwa l-każ li wieħed jitlob li dan id- diskors jiġi rtirat mingħajr riżervi u fil-pubbliku għaliex intqal fil- pubbliku.", "Nistqarr li ħallejt numru ta' ġranet jgħaddu għaliex ridt inkun prudenti qabel ma nagħmel id-diskors tiegħi u kont qed nistenna li jkun hemm xi diskors ulterjuri li jispjega aħjar x'inhuma l-kummenti li ried jagħmel iċ-chairman dak inhar fuq dan il-każ partikolari, iżda minn dan ma kien hemm xejn.", "Sena ilu l-Gvern Laburista kellu l-pjaċir jgħolli n-nollijiet għal GĦawdex u kien diġa' ħoloq żewġ nollijiet, wieħed għaċ-Ċirkewwa u l-ieħor għal Sa Maison.", "Imma qabel ma kienx hekk.", "Qabel ir-rotta taċ-Ċirkewwa kienet tissussidja r-rotta ta' Sa Maison ħalli l-merkanzija li tgħaddi għal GĦawdex ikollha noll kontrollat biex kemm jista' jkun il-konsumatur GĦawdxi ma jixtrix oġġett ogħla milli kieku jixtrih minn hawn Malta.", "Dan għaliex m'hemmx dubju li l-istess nollijiet jirriflettu fuq il-prezz li bih finalment jinbiegħ l-oġġett fil-gżira GĦawdxija.", "GĦalhekk jekk tgħolli l- prezz tal-passaġġ tal-baħar tkun qed tipperikola li meta l-oġġett jasal fil- ħanut f'GĦawdex jinbiegħ lill-konsumatur bi prezz ogħla milli jinbiegħ lill- konsumatur f'Malta.", "GĦalhekk wieħed irid joħloq bilanċ biex dan ma jiġrix.", "Madam Speaker, meta wieħed qiegħed jikkontempla li kull darba li l- kumpannija taħdem għal Sa Maison tkun qed tagħmel ħafna iktar spejjeż, donnu qed jinsa li l-mezz ta' trasport bil-baħar huwa l-lifeline li jeżisti bejn Malta u GĦawdex.", "Ġimgħa ilu kelli okkażjoni nagħmel diskors fil- Parlament u għal darb'oħra appellajt lill-awtoritajiet konċernati li wieħed għandu jifhem li t-trasport tal-baħar huwa wkoll trasport pubbliku.", "Allura wieħed irid jara l-aspett soċjali tiegħu daqskemmm jara l-aspett soċjali tat-trasport pubbliku fuq l-art, jekk mhux aktar.", "F'gazzetta partikolari ntqal li qed ikun hemm tgergir mill-commuters - u qed nirriferi b'mod speċjali għal dawk li jkollhom il-merkanzija - għax qegħdin jiġu mġiegħla jħallsu s-surcharge minflok jiirringrazzjaw lill-ħaddiema tal-kumpannija li jaħdmu u jagħtu servizz fil-maltemp.", "GĦalija dan ukoll kien kumment żejjed.", "Dażgur li l-ħaddiema tal-kumpannija jagħtu servizz!", "Kien proprju għalhekk li fi żmien l-amministrazzjoni ta' qabel is-salarji tagħhom, bl- overtime u bl-allowances b'kollox, kienu mill-aħjar fil-pajjiż għax il- Gvern ta' qabel kien jirrikonoxxi li dawn in-nies qegħdin jagħtu servizz vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-gżira ta' GĦawdex u ta' min jgħix fiha.", "Allura kien inħoloq dak il-pakkett li kien jissodisfa lin-nies li jaħdmu f'din il-kumpannija għax kienu, u għadhom, jagħtu servizz.", "Rigward il-kumment li l-kumpannija tagħti servizz fil-maltemp, bir- rispett kollu, jiena ngħid li l-isfida tat-traġitt bejn Malta u GĦawdex hija meta jkun hemm il-maltemp għax fil-bnazzi m'għandekx bżonn tkun baħri.", "L-isfida l-kbira hija li s-servizz jingħata anke jekk ikun il-maltemp u għalhekk fil-pajjiż kien hawn l-awareness li f'dan il-pass li hemm bejn Malta u GĦawdex hemm bżonn ikollna l-infrastruttura kemm tal-portijiet kif ukoll tal-mezzi tat-trasport.", "Din hija xi ħaġa li wieħed jitlobha bi dritt.", "Matul iż-żmenijiet kien hemm titjib imma jrid ikollna l-aħjar u l- aqwa infrastruttura possibbli.", "Għalhekk wieħed jistenna li l-pajjiż ikun attrezzat biżżejjed biex ikun jista' jagħti dan is-servizz anke fil- maltemp.", "Aħna nafu li l-problema m'hijiex it-traġitt per se imma jekk il- vapur għandux fejn jittrakka jew le.", "GĦalhekk jekk ikollna an all-weather harbour in-naħa taċ-Ċirkewwa kif hemm in-naħa ta' l-Imġarr, tista' tgħid li trid tkun eċċezzjoni ta' l-eċċezzjonijiet biex il-vapur ma jaqsamx.", "Il- vapur ma jaqsamx mhux għax ikun hemm tant maltemp fit-traversata imma għax il-maltemp ikun tali li l-vapur ma jkollux ċans jittrakka minħabba li m'għandniex an all-weather harbour in-naħa taċ-Ċirkewwa.", "Madam Speaker, hawnhekk għandi petizzjoni ffirmata minn 60 ruħ li tgħid hekk:", "\"Aħna li qed niffirmaw hawn taħt, nixtiequ li l-Gozo Channel tibqa' tagħmel servizz bil-vapur mill-Imġarr GĦawdex għal Sa Maison fis-6.00 a.m. Nixtiequ wkoll li l-Gozo Channel toffri servizz bil-vapur minn Sa Maison lejn l-Imġarr GĦawdex anke meta ma jkunx maltemp.\"", "Allura t-talba hija li jkun hemm servizz għal min jaħdem Malta biex ikun jista' jitlaq filgħodu u jmur lura wara nofsinhar, naturalment bil- kondizzjoni li l-vapur ikun jiflaħ għat-trip fil-maltemp.", "Dan juri li wieħed irid ifittex kondizzjonijet superjuri għal dawk li jeżistu biex dawn in-nies li jaħdmu Malta jaslu fuq il-post tax-xogħol fil-ħin u jmorru lura lejn darhom fil-ħin li normalment imorru.", "F'dan il-il-mument qed jiġini f'moħħi s-servizz li kien beda jingħata bil-katamaran li kien se jaqdi mhux biss lil dawn in-nies imma anke lit-turisti li jiġu Malta u jkunu jridu jżuru lill-ġżira ta' GĦawdex.", "Dan kellu potenzjal kbir imma, kif jaf kulħadd, minkejja li dan wasal hawnhekk bħala parti mil-pakkett ta' l- istess bini tal-vapuri, issa sab ruħu 'l bogħod minn hawnhekk.", "Anzi minn mistoqsija parlamentari li għamilt jirriżulta li jista' jkun li qiegħed fil- viċinanzi ta' Malta biex isalpa lejn pajjiż ieħor u mhux biex jaħdem bejn Malta u GĦawdex!", "Madam Speaker, nixtieq issa nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi kopja ta' din il-petizzjoni, estratt mill-gazzetta li kkwotajt minnha u kopja ta' l-irċevuta ta' ħlas ta' surcharge li ġew iċċarġjati n-nies.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' petizzjoni ffirmata minn residenti Għawdxin dwar servizz mill-kumpannija Gozo Channel bejn Għawdex u Sa Maison;", "Estratt minn gazzetta tat-23 ta' Jannar 1998 dwar surcharge mill- kumpannija Gozo Channel fuq vjaġġi bejn Sa Maison u Għawdex meta jkun il-maltemp; u", "Kopja ta' rċevuta ta' ħlas ta' surcharge fuq heavy vehicle maħruġa mill-kumpannija Gozo Channel f'Diċembru 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Madam Speaker, jiena ilni ngħix fil-Gżira għal dawn l- aħħar 30 sena u ilni nirrappreżentaha fil-Parlament minn wara l-elezzjoni ta' l-1981 u llejla xtaqt nitkellem fuq din il-lokalita' għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija li wasal biex jagħlaq it-term ta' erba' snin tal- Kunsill lokali tal-Gżira u t-tieni raġuni hija li dan l-aħħar dan il- kunsill sab ruħu f'pożizzjoni ta' frustrazzjoni.", "GĦalhekk għamel press conference fejn qal li minħabba ċerti wegħdiet li ma ġewx implimentati mill- Gvern Laburista u wara li saret il-konsultazzjoni meħtieġa, deherlu li kellu jagħti notice ta' ġimgħa biex jekk ma jitteħdux passi fuq dawn l- affarijiet, jagħlaq il-kunsill.", "Forsi mhux kulħadd jaqbel ma' dan, imma bis-saħħa t'hekk saret pressure ħalli jsiru ċerti affarijiet.", "Il-Kunsill Lokali tal-Gżira wasal għal din il-biċċa xogħol għaliex fl-erba' snin li ilu mwaqqaf beda jippjana bil-mod il-mod fuq proġetti ta' ċerta entita', fosthom il-proġett tax-Xatt tal-Gżira, li sal-lum għadu m'huwiex lest.", "U ta' dan il-Kunsill Lokali tal-Gżira akkuża diversi ministeri, fosthom il- ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, is-segretarjat għall- anzjani, u l-ministeru tal-finanzi, li huwa responsabbli mill-Enemalta.", "Bla dubju ta' xejn, il-proġett tax-Xatt tal-Gżira, fejn in-nies ta' dik il-lokalita' jmorru bil-familja biex jirrikreaw ruħhom fil-għaxija, speċjalment fis-sajf, huwa l-akbar proġett ta' dan il-kunsill.", "Il-Kunsill Lokali tal-Gżira beda jaħdem fuq dan il-proġett fi żmien Gvern Nazzjonalista u ħa ċertu żmien sakemm il-periti għamlu l-pjanti li kien hemm bżonn, sakemm saru t-talbiet lill-Planning Authority u sakemm kkonvinċew lill-gvern ċentrali biex joħroġ l-ispiża ħalli l-promenade tal- Gżira tirranġa ruħha.", "Il-kunsill irnexxielu jipperswadi lill-Gvern Nazzjonalista biex jidħol għall-ispiża ta' madwar ¥80,000, imma peress li kien hemm l-elezzjoni, din ma laħqitx saret.", "Ftit wara li tela' l-Gvern Laburista, f'Jannar ta' l-1997 il-Ministru Buhagiar kellu laqgħa mal- Kunsill Lokali tal-Gżira fejn wegħedhom li dan il-proġett se jkun wieħed mill-ewwel li se jagħti kasu għax kien bżonnjuż u sa Ġunju ta' l-1997 kellu jkun lest.", "Pero' nqalgħu ċerti ċirkostanzi u sal-ġurnata mqaddsa tal-lum dan il-proġett għadu mhux lest.", "Madam Speaker, wieħed jifhem li dak iż-żmien ingħatat prijorita' biex isir il-proġett ta' Buġibba u allura l-impjegati kollha tal-gvern intefgħu hemmhekk biex dan tlesta fil-ħin.", "Pero' meta tlesta l-proġett ta' Buġibba l-ħaddiema ma reġgħux lura biex ikomplu x-xogħol fuq ix-Xatt tal-Gżira li kien inbeda qabel u kien diġa' beda jieħu forma.", "Dan il-proġett tal-Gżira għadu f'dan l-istat sal-lum u għal sajf sħiħ ħadd ma seta' jersaq hemmhekk għax kien hemm il-ġebel u terrapien ma' l-art u lanqas bank ma kien hemm fejn toqgħod bil-qiegħda.", "Anke l-ħwienet, in-negozji u l-lukandi ta' dan il-lokal batew minħabba dan in-nuqqas.", "Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li għamilt din il-ġimgħa stess, il-Ministru Buhagiar rrispondieni li dan ix-xogħol waqaf għax ma kienx hemm materjal.", "Imma x'materjal ma kienx hemm?", "Possibbli li trid tistenna sena biex iġġib il- materjal?", "Skond l-informazzjoni li għandi, kien jonqos xi injam, imma mhux dan biss kien jonqos isir, għax għad hemm railings, funtani, dwal u gazebos x'isiru.", "Nerġa' ngħid, il-kunsill għamel ix-xogħol kollu li kien hemm bżonn biex il-promenade jidher sabiħ bil-palm, konok bil-fjuri u shrubs, u issa sta għall-ministeru li jieħu din il-biċċa xogħol f'idejh ħalli sas- sajf li ġej dan ikun lest.", "Il-Kunsill Lokali tal-Gżira lmenta wkoll li n-nies li joqogħdu f'Taliana Lane ilhom is-snin jistennew li din it-triq tiġi asfaltata.", "Fis-sajf ħlief trabijiet ma jkunx hemm u fix-xitwa, bix-xita li tagħmel, tara l-ommijiet jieħdu lit-tfal tagħhom l-iskola għax lanqas karozza ma tista' tgħaddi.", "Jiġifieri aħseb u ara kemm tista' timxi f'dik it-triq!", "New Street in Luqa Briffa Street hija triq li suppost jieħu ħsiebha l-kunsill.", "Fil-fatt il- kunsill għandu l-flus lesti għaliha imma l-co-ordinating team qed ikaxkar saqajh minn xahar għal xahar u allura x-xogħol għadu ma bediex.", "Ħaġa oħra li qiegħda tinkwieta lill-Kunsill Lokali tal-Gżira u anke lili bħala tabib huwa d-day centre ta' l-anzjani li kellu jsir fil-Gżira.", "Fl- aħħar tal-leġislatura ta' Gvern Nazzjonalista l-Kunsill Lokali tal-Gżira kien xtara post li jiswa ¥20,000 biex isir day centre għall-anzjani.", "Niftakar li l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici kien mar jara l-post imma minħabba l-elezzjoni ma lħaqniex dħalna għall-proġett.", "Issa, skond informazzjoni li għandi, s-Segretarju Parlamentari Louis Buhagiar qalilhom li għas-sena li għaddiet ma kienx hemm flus ivvotati fil-budget imma f'Jannar ta' l-1998 kien se jieħu ħsieb li dan isir.", "Imma safejn naf jien m'hemm l-ebda ħsieb li dan id-day centre isir, u dan, nerġa' ngħid, wara li diġa' ntnefqu ¥20,000 mill-fondi tal-kunsill.", "Ladarba qed nitkellem fuq l-anzjani, nixtieq nuri l-preokkupazzjoni tiegħi dwar id-dar ta' l-anzjani fejn hemm ħafna nuqqasijiet u anke ċerti perikli.", "Fi żmienna konna qegħdin naraw x'jista' jsir minn din id-dar ta' l-anzjani, jekk neħdux post viċin biex innifduh magħha jew inkella nsibu lokal ieħor fil-Gżira biex id-dar ta' l-anzjani tkun aħjar milli hi.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-health centre tal-Gżira li ilu li sar minn żmien il-Gvern Laburista imma l-lift li tant hemm bżonnu qatt ma twaħħal.", "Allura bniedem imweġġa' jew marid b'qalbu bilfors irid jitla' t- taraġ biex jikkura ruħu.", "Safejn naf jien issa l-lift wasal, imma għal xi raġuni jew oħra qed jieħu l-ġimgħat biex jitwaħħal.", "Irrid nifraħ hawnhekk lill-kunsill lokali tal-Gżira għall-mod kif irranġa l-faċċata ta' dan il- health centre u għamel aperturi ġodda u rranġa wkoll il-pjazza ta' quddiemu fejn għamel ġnien żgħir.", "Issa qed jistenna li mhux biss isir il-lift imma li jinxtegħlu d-dwal li saru madwar il-pjazza għax għalkemm ilhom ix-xhur li twaħħlu għadhom ma nxtegħlux.", "Madam Speaker, jien qed nikkummenta fuq il-press handout li qassam il- Kunsill Lokali tal-Gżira li din ġiet mibgħuta lid-deputati kollha u fejn hemm ilmenti fuq ħafna affarijiet oħra li m'għandix żmien insemmihom kollha.", "Ta' min jgħid pero' li bħalma għamlu l-Kunsilli Lokali ta' Ta' Xbiex u ta' l-Imsida, il-Kunsill Lokali tal-Gżira qiegħed jilmenta mill- ħmieġ li joħroġ mill-incinerator ta' l-Isptar San Luqa li huwa anke ta' ċertu periklu.", "Dan hemm bżonn li wieħed jieħu ħsiebu mhux biss għan-nies tal-Gżira imma għal kulħadd.", "Jiena nirringrazzja lill-kunsill lokali kollu tal-Gżira - mhux qed ngħid għall-kunsilliera Nazzjonalisti biss - ta' dak kollu li għamel, imma jiddispjaċini ngħid li l-gvern ċentrali, forsi anke fi żmienna, ma għenux biżżejjed.", "Il-kunsill qed jippreokkupa ruħu għax f'dawn l-aħħar żewġ budgets naqsulhom ¥30,000 mill-fondi tagħhom u naqsulhom ukoll ¥17,000 mill-ħteġijiet speċjali.", "GĦalhekk nappella lill- Ministru Leo Brincat li huwa in charge mill-Enemalta biex jieħu azzjoni u jara fejn hemm bżonn ta' dwal ġodda għax hemm dewmien esaġerat biex tiġi rranġata bozza u biex jinbidlu xi arbli li huma perikolużi ħafna ħdejn il- pelican lights.", "Nagħlaq billi nifraħ lill-Kunsill Lokali tal-Gżira li flimkien ma' l- Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti għamlu ducks village sabiħ u oriġinali, fejn hemm mijiet ta' papri u ħafna nies qed jieħdu gost imorru hemmhekk bit-tfal.", "Nawgura li l-kunsill il-ġdid ikompli fuq il-passi tal- kunsill l-ieħor u nispera li jsib il-ko-operazjoni kollha mill-ministri konċernati.", "Grazzi.", "Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Far, 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TA' L-EMERĠENZA - KURA", "10902.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni li ngħataw kura fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l- Isptar San Luqa fl-1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' persuni li ngħataw kura fid- Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa matul is-sena 1997 kien ta' 97,425.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - VIŻTI FID-DAR MINN TOBBA", "10903.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru viżti fid-dar minn tobba tal-Health Centres matul is-sena 1997?", "Kemm kienu t-talbiet għal viżti fl-istess żmien?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul l-1997 miċ-ċentru tas-saħħa ntalbu 58,984 li minnhom saru 46,804", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "10904.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa fl-1997?", "Kemm kienu major u kemm minor?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fl-Isptar San Luqa minn Jannar sa Settembru ta' l-1997 saru 17,489 operazzjoni li minnhom 4,619 kienu ta' kategorija major; 4,273 kienu intermediate u 7,127 kienu minor; 1,470 operazzjoni għadhom iridu jiġu kategorizzati.", "L-istatistika għall-aħħar tliet xhur tas-sena għadha qed tinħadem.", "SAĦĦA - ORGAN DONORS", "10905.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn organ donors irreġistrati sa l-aħħar ta' l-1997?", "Kemm irreġistraw persuni matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar il-mistoqsija parlamentari numru 10905 in- numru reġistrati bħala organ donors, nixtieq nagħrfek li minn meta bdiet il- kampanja dwar dan is-suġġett, jiġifieri fl-1993 sa' l-aħħar tal-1997 in- numru reġistrati laħaq għal 14,700 persuna.", "Matul is-sena li għaddiet (1997) ġew irreġistrati 2,560 persuna.", "IMPJIEGI", "11388.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IMPJIEGI", "11389.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "IMPJIEGI", "11390.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma kien hemm ħadd fid-dikasteru tiegħi li jaqa' taħt il-kategoriji elenkati fil- mistoqsija, ħlief għal erba' part-time clerks li ġew ingaġġati mill- Awtorita' tad-Djar, li dwarhom diġa' weġibt f'mistoqsija parlamentari oħra.", "Sar ukoll tiġdied tal-kuntratt ta' żewġ part-time advisors ma' l-Uffiċċju Konġunt li kienu saru oriġinarjament fl-1994 u fl-1995 rispettivament.", "IMPJIEGI", "11391.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal- persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju, 1997 u l-31 ta' Dicembru, 1997 ma ġewx impjegati persuni:", "a) b' kuntratt indefinit b) b' kuntratt definit ċ) on casual basis d) ġew impjegati bħala Konsulenti Dr. Fred Brooks, Plant Pathologist, u Dr. Peter Jackson, Animal Nutritionist, fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. e) ġew trasferiti għal u minn dan il-Ministeru dawn l-impjegati:", "Romeo Galea, General Hand għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Agostino Zammit, General Hand, għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Clemenzio Zerafa, Butcher, għall-Customer Services, Gozo.", "Joseph Vella, Senior Operative, għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "John Calleja, General Hand, għad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Joseph Spiteri, Operative, għad-Dipartiment ta' l-Elderly.", "Anthony Darmanin, Senior Principal, għad-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u Ambjent.", "Publius Vella, General Hand, għad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Joseph Farrugia, Heavy Plant Driver, għad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Charles Cilia, General Hand, għad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.", "Grazio Gauci, Senior Tradesman, mid-Dipartiment ta' l-Ambjent.", "Peter Camilleri, General Hand, mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Carmel Micallef, Operative, mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Paul Grixti, General Hand, mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Anthony Genovese, General Hand, mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Anthony Gatt, Operative, mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Peter Micallef, Tradesman, mid-Dipartiment ta' l-Elderly.", "Paul Borg, Technical Officer, mill-Water Services Corporation.", "George Spiteri, Senior Tradesman ,mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "IMPJIEGI", "11392.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:-", "Segretarjat Privat", "Transfers 1", "Maltacom p.l.c.(Fil-perijodu msemmi kienet il-Korporazzjoni Telemalta)", "|kuntratt |2 | |indefinit | | |kuntratt definit|20 | |konsulenti |1 | |transfers |185 |", "Kif diġa' semmejt bosta drabi oħra dawn il-postings saru minħabba r- riorganizzazzjoni fl-impjant estern ta' dik li kienet it-Telemalta, illum Maltacom.", "Din ir-riforma kienet ta' suċċess kif fosthom wieħed jista' jara mill-installazzjonijiet u tiswijiet ta' ħsarat fejn inkisru bosta records.", "Il-Maltacom tħoss li mhi jiex etika li tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti ta' konsulenti u ta' l-impjegati fuq kuntratt definit.", "IMPJIEGI", "11393.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Lulju, 1997 sal-31 ta' Diċembru, 1997, jista' l-Ministru jgid kemm ġew impjegati persuni: (a) b'kuntratt indefinit; (b) b'kuntratt definit; (ċ) on casual basis; (d) konsulenti; u (e) kemm ingħataw transfers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, jekk hemm, entitajiet statutorji indipendenti, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern jew li fihom il-Gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-Ministeru, dipartiment jew enti kkonċernata u jindika l-grad li fiha ġew impjegati l-persuni indikati minnu u fil-każ tal-persuni indikati taħt (b) u (ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt relattiv?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`seduta oħra.", "IMPJIEGI - IMPJEGATI ĠODDA", "11555.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 1988 sat-30 ta' Settembru 1996, kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu (xahar b'xahar); fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu; jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit; u minn liema lokalitajiet huma l-persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mill-1 ta' Jannar, 1988 sat-30 ta' Settembru, 1996 ma kienx hemm korporazzjonijiet pubbliċi, korpi parastatali, azjendi, jew entitajiet oħra tal-Gvern li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "Informazzjoni dwar l-Awtorita' tad-Djar, li kienet taqa' taħt dan il-ministeru, għandha tingħata mill-ministru kkonċernat.", "PULIZIJA - PERSUNI MIŻMUMA MILLI JIDĦLU MALTA", "11644.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Matul l-1997, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna nżammet milli tidħol Malta mill-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni u minn liema pajjiżi kienu dawn il- persuni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi matul l-1997 kien hemm 2126 persuna li ġew irrifjutati milli jidħlu f'Malta mill-Pulizija ta' l- Immigrazzjoni u dawn kienu ġejjin mill-pajjiżi u mqassma kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PARIGI - AMBAXXATA MALTIJA", "11645.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Peress li meta ġie xolt il- Parlament fl-1996, l-Ambaxxata ta' Malta f'Parigi kienet diġa' pprogrammat inkontru bejn il-Ministri ta' l-Intern ta' Malta u ta' Franza, fejn kien se jiġi diskuss il-proġett ta' ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi fuq koperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija tagħhom u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u l-kriminalita' organizzata, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi progress sar fl-1997 fuq dan is-suġġett; u jagħti direttivi lill-ambaxxata ta' Malta f'Parigi biex tagħmel ħilitha biex laqgħa bejn il-Ministri ta' l-Intern taż- żewġ pajjiżi sseħħ kmieni kemm jista' jkun fl-1998?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-ftehim dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u kriminalita' organizzata ma' Franza għadu fil-fażi ta' negozjar.", "Dan qegħdin insegwuh regolarment u naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaqbel miegħi li r-rappreżentanti tagħna kollha huma konxji mix-xewqa ta' dan il-Gvern li juża kull mezz, mhux biss jiffirma ftehim, li jwassal għal koperazzjoni f'din il-ġlieda.", "Għalhekk m'għandix għalfejn nagħti direttivi speċjali lil xi waħda mill-Ambaxxati tagħna dwar dan it-tip ta' ftehim.", "Aħna qed nittamaw li dan il-ftehim, u oħrajn bħalu, jiġu konklużi mill-aktar fis possibbli.", "B'danakollu fil-każ ta' Franza il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi diġa teżisti u din tinkludi taħriġ ta' fizzjali Maltin fi Franza, kif ukoll seminars li jsiru hawn Malta minn żmien għall-ieħor.", "ĦABS ĊIVILI - SPIŻA KAPITALI", "11646.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Matul l-1997, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-ispiża kapitali vvotata fil-Ħabs ta' Kordin?", "Fiex intnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-nefqa mill-ispiża kapital ivvotata għal-ħabs ta' Kordin matul l-1997 kienet ta' Lm699,999.77c.", "Dan l- ammont intnefaq fuq xogħol ta' bini ta' faċilitajiet ġodda, xogħol ta' tibdil strutturali u xiri ta' apparat.", "Dan l-ammont intefaq għal :", "- bini ta' kċina u stores - bini ta' cold room - bini ta' gate house - bini ta' perimeter wall u car park - bini ta' common rooms - bini ta' klassijiet - xogħol strutturali fl-M I Room - xogħol strutturali fil-librerija - xogħol ta' trenching u tqegħid ta' cables tad-dawl - xiri ta' goods lift għall-kċina - xiri ta' catering equipment - xiri ta' apparat tal-X-Ray - xiri ta' generator - xiri ta' CCTV equipment - xiri ta' locks", "CIVIL REGISTRATION DEPARTMENT", "11647.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett, mibdi taħt Gvern Nazzjonalista, tal-common database fis- Civil Registration Department?", "ONOR.", "JOE MIZZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11647 mill-Onor Tonio Borg, ninsab informat li l-progress fuq il-Common Database System miexi kif ippjanat.", "Ninsab informat ukoll li f'din l-aħħar sena n- numru ta' dipartimenti mqabbda mas-sistema tela' minn 16 għal 24 waqt li n-numru ta' uffiċjali li għandhom aċċess għas-sistema f'dawn id- dipartimenti tela' minn 141 għal 414.", "ĦABS ĊIVILI - DIVISION 8", "11648.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Minisru jgħid x'użu qed isir illum minn dik li kienet magħrufa bħala Division 8 fil-Ħabs ta' Kordin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li bħalissa hemm tliet priġunieri f'Diviżjoni VIII.", "Il-post ġie rranġat xi xhur ilu u issa jinsab attrezzat bil-ħteġijiet kollha ta' abitazzjoni inklużi, toilet, sink, sodda, locker u cupboard bħalma hemm fiċ-ċelel ta' divisions oħra.", "TELEMALTA - INTERĊETTAZZJONIJIET TAT-TELEFON", "11649.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ordni għal interċettazzjoni tat-telefon inħarġet skond il-liġi minn Settembru 1996 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11649 mill-Onor.", "Tonio Borg, għandi ninformah li jekk l-Onor Interpellant b'interċettazzjoni tat-telefon jifhem telephone tapping allura tajjeb ninformah li l-Maltacom ma tagħmilx telephone tapping.", "Li tagħmel il- Maltacom huwa malicious calls tracing u għalhekk tista' tirriferih għat- tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru W853 fis-Seduta Nru. 116, li kopja tagħha hi annessa.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - RAPPORTI", "11683.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru tiegħu fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu?", "Liema minn dawn ir-rapporti ġew iffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tar-rapporti ppubblikati?", "Min għamel ir-rapporti individwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma jiġux ippubblikati?", "Min għamel ir-rapporti mhux ippubblikati?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ir-rapporti kkummissjonati minni ġew mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta Nru. 77 tat-Tnejn, 9 ta' Ġunju, 1997 u fis-Seduta Nru. 106 ta' l-Erbgħa 23 ta' Lulju, 1997.", "Rapport li tlabt li għadu ma ġiex iffinalizzat u li mhux intiż li jiġi ppubblikat, huwa dwar l-operat maniġerjali tal-Malta International Airport plc.", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - RAPPORT", "11684.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru tiegħu fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu?", "Liema minn dawn ir-rapporti ġew ffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal- Kamra?", "Min għamel ir-rapporti individwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma jiġux ippubblikati?", "Min għamel ir-rapporti mhux ippubblikati?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MINISTERU TAD-DJAR - RAPPORT", "11685.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru tiegħu fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu?", "Liema minn dawn ir-rapporti li ġew ffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il- Mejda tal-Kamra?", "Min għamel ir-rapporti ndividwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma jiġux ippubblikati?", "Min għamel ir-rapporti mhux ippubblikati?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, kwalunkwe ministeru kontinwament jitlob rapporti \"fuq ix-xogħol jew il-problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu\" minn ġewwa l-Ministeru stess, mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu u xi minn daqqiet minn entitajiet li huma barra l-ministeru partikolari.", "Uħud minn dawn ir-rapporti huma ppubblikati u oħrajn saħansitra mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra (per eżempju, fil-każ tal- Ministeru tiegħi, ir-rapport dwar l-Ewwel Sena ta' Ħidma).", "Oħrajn ħafna drabi huma parti ntegrali ta' l-operat normali tal-ministeru u kieku kellna anke biss niġbru lista tagħhom ma nispiċċaw qatt.", "Jista' għalhekk l-Onor.", "Interpellant ikun iżjed speċifiku fil-mistoqsija tiegħu billi jindika x'tip ta' rapport għandu f'moħħu u jekk hu iridx ikun jaf biss dwar rapporti \"kummissjonati\" minn barra l-ministeru?", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - RAPPORT", "11686.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-ministeru tiegħu, fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu?", "Liema minn dawn ir-rapporti ġew iffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Min għamel ir-rapporti ndividwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma jiġux ippubblikati?", "Min għamel ir- rapporti mhux ippubblikati?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-perijodu 1.11.96 - 28.1.98 ġew ikkummissjonati dawn ir-rapporti mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd:", "Rapport dwar il-Proġett ta' Wied il-Qlejgħa magħmul mill-Istitut Agronomiku ta' Bari;", "Rapport dwar il-Proġett tal-Micropropagation Centre magħmul mill-Istitut Agronomiku ta' Bari;", "Rapport dwar l-ekoloġija ta' Wied il-Qlejgħa magħmul mill-Malta University Services Ltd;", "Pjan Strategiku dwar il-Pitkalija magħmul mill-Management Efficiency Unit;", "Operations Review tad-Dipartiment tas-Sajd magħmul mill-Management Efficiency Unit; u", "Strategic review taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Akwakultura magħmul mill- Management Efficiency Unit.", "Ir-rapporti numru 1,2,3,5 u 6 ġew iffinalizzati waqt li r-rapport numru 4 għadu mhux finalizzat.", "Ir-rapporti numru 1 u 6 diġa tqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra waqt li r- rapport numru 5 għadu qed jiġi diskuss.", "Ir-rapporti ma sarux minn individwi.", "Min hu nteressat jista' jitlob kopja tar-rapporti mingħand id-Direttur tal-Biedja jew tas-Sajd rispettivament.", "MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - RAPPORT", "11687.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill- ministeru tiegħu fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu?", "Liema minn dawn ir-rapporti ġew iffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti?", "Min għamel ir-rapporti individwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma jiġux ippubblikati?", "Min għamel ir-rapporti mhux ippubblikati?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul il-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 - 28 ta' Jannar, 1998 gew ikkummissjonati mill- Ministeru tal-Ġustizzja dawn ir-rapporti dwar xogħol u problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-istess Ministeru :-", "Twaqqif tal-Qorti tal-Familja mill-Kummissjoni li twaqqfet apposta.", "Dan ir-rapport ġie ppubblikat fil-31 ta' Lulju, 1997.", "Kopja tar-rapport tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Amalgamazzjoni tar-Reġistru Pubbliku mar-Reġistru ta' l-Artijiet.", "Dan ir- rapport, li qed isir minn kummissjoni li twaqqfet apposta, għadu mhux iffinalizzat.", "L-istituzzjonalizzazzjoni tas-Sistema tal-Master u dwar il-Qorti tal- Maġistrati (Malta).", "L-ewwel rapport li ġie diġa' ppreżentat lill- ministeru, iżda ma ġiex ippubblikat, sar mill-Courts Advisory Committee.", "Ir-rapport Nru.III għadu qed jiġi studjat u deċiżżjoni dwar jekk jiġix ippubblikat jew le tittieħed iżjed 'il quddiem.", "Rapporti ta' natura purament amministrattiva li tħejjew mill-MEU jew minn xi bord/kumitat intern m'humiex inklużi f'din it-tweġiba.", "MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - RAPPORT", "11688.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru tiegħu fil-perijodu 1/11/96 - 28/1/98 fuq xogħol jew problemi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu?", "Liema minn dawn ir-rapporti ġew iffinalizzati?", "Liema kienu ppubblikati?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra dawn ir-rapporti?", "Min għamel ir-rapporti ndividwalment li ġew ippubblikati?", "X'wassal biex uħud mir-rapporti ma jiġux ippubblikati?", "Min għamel ir-rapporti mhux ippubblikati?", "Meta fil-fatt se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - DINGLI", "11710.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Segretarja tal-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli qed tinforma lir-residenti tal-lokal illi biex titwaħħal mera tat-traffiku biex jonqos il-periklu ta' Maddalena Road dawn iridu jħallsu Lm65 għax il-kunsill mhux lest li jagħmilhom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-twaħħil ta' mera tat-traffiku taqa' taħt waħda mill-funzjonijiet mgħoddija mill- kunsilli lokali u bħal kwalunkwe funzjoni oħra l-finanzjament jsir mill- Gvern Ċentrali u mhux mir-residenti tal-lokalita'.", "Ġejt informat li ma rriżultax li s-segretarja tal-kunsill qed tinforma lir-residenti biex dawn iħallsu Lm65.", "IMPJIEGI", "11711.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu mpjegati mas-Settur Pubbliku dawk il- kandidati kollha li għaddew mill-eżami tas-Social Support Worker Scheme?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Membru illi l-impjieg mas-Settur Publiku ta' dawn il-kandidati kollha li għaddew mill-eżami tas-Social Support Worker Scheme mistenni jseħħ dalwaqt.", "SERVIZZ ĊIVILI - EŻAMIJIET GĦALL-PRINCIPAL", "11712.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni li fit- tieni parti ta' l-eżami, jiġifieri fl-interview, għall-Principal fis- Servizz Ċivili li sar f'Mejju 1997 (Ref/E/L/5/97), 40% ta' dawk eliġibbli ġew imwaħħla wara li kienu għaddew mill-eżami fl-ewwel parti?", "Se ssir xi forma ta' inkjesta biex jaraw x'kienet ir-raġuni?", "Dawk li weħlu mill-interview se jingħataw iċ-ċans biex meta jsir eżami ieħor ipoġġu biss għat-tieni parti bħalma sar fil-każ ta' l-eżami għal senior principals dan l-aħħar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d- Diparatiment tal-Eżamijiet m'għandu ebda setgħa li jgħid min jgħaddi jew jeħel minn eżami jew intervista.", "Dan huwa kompitu tal-eżaminaturi li jiżguraw li l-kandidati jilħqu l-livell mixtieq skond il-kriterji li huma jistabilixxu.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li m'hemm l-ebda ħtieġa li ssir inkjesta għax kollox sar skond in-normi u l- proċeduri preskritti.", "L-avviż relevanti ġie ppublikat fil-Gazzetta tal- Gvern tas-27 ta' Marzu, 1997.", "Ir-rapport ta' l-Ombudsman dwar l-Extended Interview ta' dan l-eżami wera' biċ-ċar il-mod korrett u mparzjali li bih tmexxa dan l-eżami.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nissuġġerilek li tirriferi l-mistoqsija lill-Prim Ministru għaliex din tikkonċerna l-uffiċċju tal-Management and Personnel ta' l-OPM.", "TAXXI INTERNI - ĠBIR TA' TAXXA", "11713.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali li kien għad fadallu jiġbor id-Dipartiment tat-Taxxi Interni fl-aħħar tas-sena 1997; kemm kien hemm azjendi li kellhom jagħtu; kemm kien hemm self-employed li kellhom jagħtu; kemm kien hemm impjegati li kellhom jagħtu; u kemm kellu jagħti kull grupp?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "UNIVERSITA' - UFFIĊĊJU INTERNAZZJONALI", "11714.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-International Office ta' l-Universita' ta' Malta?", "Min huma u liema kariga jokkupaw?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-International Office beda f'Tal-Qroqq, iżda wara l-assorbiment tiegħu mill-Foundation for International Studies, spiċċa billi għandu uffiċini fiż-żewġ lokalitajiet u mpjegati li wħud minnhom huma mpjegati tal-Universita' u oħrajn tal-foundation, kif se nsemmi:", "Impjegati tal-Universita':", "Grad Funzjoni Ufficcju", "1.", "Leslie Agius Direttur u Chief Exec.", "FIS Il-belt 2.", "Jean Killick A.O. Asst.", "Chief Exec./ Short Courses Il-belt 3.", "Jo Ann Camilleri A.O. Student Exhange Coordinator (P/T) Tal-Qroqq 4.", "Joe Galea E.O. Int'l Students Admissiond Officer Tal-Qroqq 5.", "Carol Zammit Clerk Overseas Enquiries Tal-Qroqq", "Impjegati tal-Foundation for International Studies:", "Grad u Funzjoni Ufficcju", "6.", "Celine Aquilina Grech Marketing Officer (P/T) Il-belt 7.", "Alison Cilia Clerk/Segretarja tad- Direttur Il-belt 8.", "Rachel Balzan Clerk/Short Courses Il-belt 9.", "Daphne Deguara Project Officer Il-belt", "INSETTIĊIDI, PESTIĊIDI U VELENI", "11737.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena għall-perijodu bejn 1994 sa 1997,kemm kien l-ammont (kg) importat ta' insettiċidi, pestiċidi u veleni oħra użati fil-qasam tal-biedja bil-għan li jiġi meqrud l-mard fl-istess qasam?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-importazzjoni tal-pestiċidi (li jinkludu insettiċidi, fungiċidi, erbiċidi, rodentiċidi eċċ) kienet hekk:", "|Sena |Kilos |Litri | |1994 |356,531 |102,258 | |1995 |162,024 |9,075 | |1996 |108,299 |17,253 |", "Dawn il-figuri jinkludu kemm pestiċidi għal skop ta' biedja kif ukoll għal skop industrijali u domestiku.", "Il-figuri għall-1997 bdew jinżammu separatament kif jidher hawn taħt:", "| |Kilos |Litri | |Biedja |54,304 |19,537| |Domestiku|7,590 |2,285 | |Industrij|159,263|419 | |ali | | |", "MAJJAL - ESPORTAZZJONI", "11738.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8812, 9667 u 10672, dejjem fir-rigward ta' esportazzjoni tal-majjal, jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu minn Ġunju 1997 sal-lum: kemm-il majjal ġie esportat (numru); il-piż totali tal-majjal esportat; u l-ammont totali li ġie mħallas lir-raħħala lokali?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li d-domanda għall-majjal fis-suq lokali matul l-1997 kienet waħda ferm pożittiva, tant li l-qatla tal-majjal fil-biċċerija lokali telgħet għall-figura totali ta' 10,192,952 kilo (127265 majjal).", "Żieda ta' 15.6% fuq il-qatla tas-sena 1996 u żieda ta' 20.4% fuq il-qatla tas-sena 1995.", "Għal dawn ir-ragunijiet l-ammonti ta' majjal għall-esportazzjoni matul l- 1997 kienu limitati għal 43 majjal li kellhom piż totali ta' 3537 kilo.", "WSC - DIRECT ORDERS", "11739.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti l-informzzjoni mitluba għall- mistoqsija parlamentari numru 10673 u ċioe' dwar direct orders mogħtija mill-Water Services Corporation?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "WSC - ANNUAL REPORT 1995/96", "11740.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 10675 u ċioe' peress li fl-Annual Report 1995/96 tal-Water Services Corporation f'paġna 48, Tabella 13, hemm indikata li fl-1995 in-numru ta' konsumaturi domestiċi taħt l-assistenza soċjali kien 5002, jista' l- Ministru jgħid kemm kienet din iċ-ċifra fit-8 ta' Diċembru, 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - ĦAMRIJA", "11741.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena għall-perijodu bejn 1991 sa 1997, kemm- il metru kubu ta' ħamrija ġie mqassam lill-bdiewa mid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni għas-snin 1991/1996 tinsab fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9842.", "Fl-1997 tqassmu 1646 metru kubu ta' ħamrija lill-bdiewa.", "RAĦĦALA/BDIEWA - GRANTS", "11742.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1981 sa l-1997, kemm ingħataw grants kull sena lil: raħħala fulltime; u bdiewa fulltime?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mhijiex disponibbli.", "Ma jinżammux rekords jekk min jingħata grant ikunx fulltime jew le.", "BDIEWA - ĦSARAT KAĠUNATI MILL-MALTEMP", "11750.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li f'ċerti nħawi fejn ma' kull maltempata jsiru ħsarat fl-għelieqi u proprjeta', jsiru xogħlijiet biex tiġi evitata l-ħsara u l-bżonn ta' l-għoti ta' kumpens - u an billi f'ċerti nħawi jsiru talbiet biex isiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika x- xogħlijiet li qed jirriferi għalihom.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - DIRECT ORDERS", "W1,041.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fir-rigward ta' ħruġ ta' direct orders mill-Ministeru (inklużi d-dipartimenti, l-korporazzjonijiet u l-awtoritajiet konċernati), jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu bejn 01.11.96 sa 31.10.97: kemm-il direct order inħareġ; għal-liema xogħol/servizzi/xiri nħareġ kull direct order; il-valur ta' kull direct order; u lil min ġie awarded kull direct order?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta."]} {"filename": "19980126_176d_par.doc", "date": "1998-01-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 176 It-Tnejn, 26 ta' Jannar, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 176", "It-Tnejn, 26 ta' Jannar, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "176", "It-Tnejn, 26 ta' Jannar, 1998", "WERREJ MINUTI 786", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 786", "TQEGĦID TA' KARTI 790", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET(L-EWWEL QARI) 792 MOZZJONI SABIEX JIĠI APPROVAT L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 1997/1998 792", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3) 793 EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL(IT-TIENI QARI) 793", "AĠĠORNAMENT 814", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 819", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 860", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 175 li saret fil-21 ta' Jannar, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "KUMPANNIJI/KORPORAZZJONIJIET - KONSULENTI", "10145.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew għamlu użu minnhom mis-26 ta' Ottubru, 1996 'l hawn?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet li saru?", "Xi ħlasijiet għad iridu jsiru?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija murija f'appendix 1", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - VETTURI IMPRESSED", "10173.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi impressed, tip b'tip u dipartiment b'dipartiment?", "Kif żdied jew naqas dan in-numru fil-perijodu ta' bejn l-1 ta' Novembru ta' l-1996 sal-31 t'Ottubru ta' l-1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: In-numru totali ta' vetturi impressed mal- ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni kien ta' 225 fl-1 ta' Novembru, 1996 li mbagħad sa l-31 ta' Ottubru, 1997 tela' għal 266.", "Din iż-żieda fin-numru ta' 41 vettura kienet imqassma hekk: 17 mad-dipartiment tat-toroq; 28 mad-dipartiment ta' l-ambjent; 6 mad-dipartiment ta' l- edukazzjoni; 3 ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar; 1 mad-dipartiment ta' l- agrikoltura; u 1 mad-dipartiment tas-saħħa.", "Mill-banda l-oħra naqsu 15-il vettura li 3 minnhom waqfu b'każi ta' dixxiplina, 2 ġew ittrasferiti mad- dipartiment ta' l-agrikoltura u 10 spiċċaw bl-eta'.", "Hawn taħt qed nagħti listi li juru kif kienu mqassmin il-vetturi fl-1 ta' Novembru 1996 u fl-31 ta' Ottubru, 1997 separatament:", "construction & maintenance department Nov'96 Oct'97", "cars 7 31 mini trucks nil 4 trucks 7 83 vans nil 4 Total 14 122", "building & design department Nov'96 Oct'97 cars 12 6 mini trucks 2 1 trucks 10 nil vans 2 2 Total 26 9", "drainage department Nov'96 Oct'97 cars 13 15 mini trucks 6 6 trucks 27 28 vans 2 1 Total 48 50", "Cottonera rehabilitation project Nov'96 Oct'97 cars 3 nil mini trucks 1 nil trucks 4 nil vans nil nil Total 8 nil finance & administration department (general duties) Nov'96 Oct'97 cars 12 12 mini trucks 2 2 trucks 1 1 vans 4 3 Total 19 18", "LCCU Nov'96 Oct'97 cars 14 nil mini trucks 1 nil trucks 68 nil vans 3 nil Total 86 nil", "lands and construction department Nov'96 Oct'97 cars nil nil mini trucks nil 1 trucks nil 2 vans nil 1 Total nil 4", "manufacture and servicing department Nov'96 Oct'97 cars 12 13 mini trucks 1 1 trucks 7 9 vans 3 4 Total 23 27", "roads Nov'96 Oct'97 cars nil 1 mini trucks nil 1 trucks nil 13 vans nil nil Total nil 15", "waste management Nov'96 Oct'97 cars nil 1 mini trucks nil nil trucks nil 20 vans nil nil Total nil 21", "ministry for public works & construction Nov'96 Oct'97 cars 1 nil mini trucks nil nil trucks nil nil vans nil nil Total 1 nil", "general total impressed vehicles", "Nov'96 Oct'97 cars 74 79 mini trucks 13 16 trucks 124 156 Vans 14 15 Grand total 225 266", "MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - KAROZZI/MOBILE PHONES", "10304.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali tal-karozzi u mobile phones użati fid-dikasteru li għalih hu responsabbli?", "X'kienet l- ispiża għal kull waħda mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "Jikkonferma l- Ministru li din l-ispiża għandha titnaqqas b'5% matul l-1998 skond id- direttiva tal-budget?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUMPANNIJI/KORPORAZZJONIJIET - KONSULENTI", "10330.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10,145 rigward lista ta' konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10,145.", "SKEJJEL - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "10475.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għal Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, u fid-dawl ta' dak li qal l-istess Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, ċioe' li ''m'hemmx policy ċara dwar min għandu jkollu facilitator\", jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew qegħdin jittieħdu mill-ministeru tiegħu biex titfassal u tiġi mplimentata din il-policy, ħalli b'hekk il-85 tifel u tifla b'diżabilita', wara iktar minn xahrejn minn meta bdiet is-sena skolastika, ikollhom is-support veru li għandhom bżonn u jieħdu l-edukazzjoni li għandhom dritt għaliha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Se naraw li jiġu mħarrġa iktar persuni biex jagħtu s-servizz meħtieġ u fil- fatt diġa' bdiet diskussjoni dwar sistema ta' servizz aħjar.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna fiex se jikkonsisti dan it- taħriġ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ta' min jgħid li minn hawn u ftit jiem oħra fl- Universita' se jibda kors għaċ-child facilitators.", "Fil-fatt parti sostanzjali minn dan it-taħriġ se jkun hands-on experience u b'hekk iċ- child facilitators se jattendu mainstream schools mat-tfal b'diżabilita', jiġifieri ma' dawk it-tfal b'diżabilita' li filwaqt li sal-lum ma kenux qed jattendu l-iskola regolarment, minn issa 'l quddiem se jkollhom l- opportunita' li jibdew jattendu l-mainstream schools.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jispjegalna kif se jintagħżlu dawn iċ-child facilitators u x'kondizzjonijiet se jkollhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk m'iniex sejjer żball wieħed seta' japplika għall-post ta' child facilitator mill-bidu ta' Jannar sas-16 ta' l-istess xahar.", "Fil-fatt l-interviews saru l-ġimgħa li għaddiet u wara li ssir l- għażla jinbeda l-kors ta' taħriġ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Ministru jgħidilna x'passi ħa jew qegħdin jittieħdu mill-ministeru tiegħu biex titfassal policy ċara dwar min għandu jkollu facilitator peress li, kif ġie kkwotat fil-mistoqsija parlamentari stess, il-Ministru qal li ''m'hemmx policy ċara dwar min għandu jkollu facilitator\"?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s'issa m'hemmx policy ċara dwar min għandu jkollu facilitator u fil-fatt qatt ma kien hemm policy ċara dwar dan.", "Waħda mill- ħafna problemi li ltqajna magħhom f'dan il-qasam hija li s'issa s-sistema kienet li l-ġenituri jmorru għand xi educational psychologist jew xi professjonist ieħor ħalli jagħmlilhom ċertifikat li għandhom bżonn l- għajnuna u mbagħad, jekk tiġihom tajba, ix-xewqa tagħhom tiġi milqugħa; u jekk ma tiġihomx tajba, minħabba li ma jkunx hemm biżżejjed facilitators, jispiċċaw jintefgħu ma' tfal oħra li għandhom facilitator jew inkella ma jattendux l-iskola regolarment.", "Ovvjament din is-sistema xejn m'hi tajba, anke għaliex waħda mill-illużjonijiet perikolużi li ħafna drabi jingħataw il-ġenituri tat-tfal b'diżabilita' hija li ''inclusive education'' tfisser li jkun hemm facilitator bilqiegħda ħdejn it-tifel jew it-tifla tagħhom fi klassi mainstream.", "Fil-fatt l-inclusive education tfisser ħafna iżjed minn hekk u għalhekk huwa kruċjali ħafna li fiż-żmien li ġej infasslu policy ċara dwar dak li għandu jsir.", "Sfortunatament illum hemm diversi tfal b'diżabilita' li għandhom facilitator magħhom meta fir-realta' huma m'għandhomx bżonn dan is-servizz il-ħin kollu.", "Ċertament pero' li m'huwiex possibbli, la f'Malta u lanqas f'xi pajjiż ieħor fid-dinja, li noħolqu sistema fejn ikun hemm facilitator għal kull tifel jew tifla' b'diżabilita' għax inkella nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn fl-iskejjel mainstream tagħna jkollna bżonn madwar 1,500 facilitator.", "Fil-fatt minn studju li għamlet il-Fondazzjoni Eden jirriżulta li m'huwiex possibbli li din is-sistema titwettaq, u dan għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett, kif għidt diġa', il-frażi ''inclusive education'' ma tfissirx li jkun ipprovdut facilitator għal kull tifel u tifla b'diżabilita' fl-iskejjel tagħna imma tfisser li jrid jinbidel il- kurrikulu, li jridu jinbidlu l-metodi ta' tagħlim u trid tara li l-iskejjel ikunu welcoming institutions anke għat-tfal b'diżabilita'.", "Ċertament ukoll li l-facilitators għandhom jiġu mħarrġa sew u ma nistgħux nibqgħu nużaw l- istess sistema li kienet għadha tintuża sa lejliet l-elezzjoni ta' l-1996, jiġifieri li ndaħħlu facilitators mingħajr ma naraw jekk humiex ikkwalifikati jew imħarrġin sewwa għal dan ix-xogħol għax din is-sistema taf isservi ta' ħsara enormi.", "Għalhekk wieħed irid jaħseb f'sistemi oħrajn u jagħti ħarsa lejn is-sistemi li jintużaw f'pajjiżi oħra.", "Per eżempju, f'ċerti stati ta' l-Amerka hemm skejjel fejn mill-inqas 20% ta' l-istudenti huma tfal b'diżabilita', u meta staqsejt għaliex jeżisti dan il-persentaġġ kbir ta' tfal b'diżabilita' ġejt informat li dan ġie kkaġunat minħabba l-fatt li l-ġenerazzjoni li qed ikollha dawn it-tfal kienet tagħmel użu mid-drogi.", "Is-sistema li titħaddem hemmhekk hija li jkun hemm a classroom facilitator għal kull klassi biex dan jgħin lill- għalliem jagħmel xogħlu sewwa.", "Jien naf li s-sistema li hija mħaddma preżentement f'pajjiżna saret b'intenzjoni tajba pero' assolutament m'huwiex aċċettabbli li dawn il-facilitators ma jingħatawx framework tar- relazzjoni li għandha teżisti bejnhom u bejn it-teacher.", "F'ħafna każijiet, sal-lum it-teachers u l-facilitators għadhom ma ltaqgħux taħt l-istess saqaf flimkien mal-head ta' l-iskola biex jaraw x'għandha tkun din ir- relazzjoni u żgur li ma jistax ikun li sistema delikata u sensittiva bħal din tkun tiddependi biss mill-kwalitajiet personali tan-nies, u għalhekk jeħtieġ li nibnu sistema ġdida.", "Wieħed irid jgħid ukoll li waħda mill-ikbar problemi li niltaqgħu magħha fil-qasam tal-persuni b'diżabilita' hija li jekk nitkellmu ma' sitt persuni jew sitt organizzazzjonijiet differenti, dawn joħorġulek bi 12-il policy differenti.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Per eżempju, kien hemm min tana l- parir li noħolqu special units fi skejjel mainstream u fejn għandna konċentrazzjoni ta' autistic children, u allura dik l-iskola tieħu ħsieb dawn l-autistic children, oħra tieħu ħsieb id-Downs u skola oħra tista' tieħu s-cerebral palsy children.", "Imma mbagħad kien hemm oħrajn li qalulna li jekk nagħmlu hekk inkunu qegħdin noħolqu diskriminazzjoni u nagħmlu ghettos ġodda.", "Barra minn hekk imbagħad teżisti nuqqas ta' kordinazzjoni totali bejn in-nies li huma nvoluti fil-qasam ta' l-edukazzjoni u dawk li huma involuti fil-qasam tas-saħħa.", "Allura meta l-ġenituri jmorru s-CDAU li jinsab ġewwa l-Isptar San Luqa jgħidulhom mod, meta jmorru għand l- educational psychologists jgħidulhom mod ieħor u meta jirrikorru għand xi fondazzjoni jgħidulhom ħaġa oħra.", "Ċertament li wieħed m'għandux jibqa' jittollera iktar din is-sitwazzjoni u jiena naħseb li l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li minflok ma nħallu xi mudell wieħed jippredomina fuq is-sistema kollha għandna nimxu skond diversi mudelli differenti biex nagħtu servizz aħjar milli qed jingħata preżentement, pero' qabel ma nieħdu dan il-pass għad fadal ħafna u ħafna xi jsir.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' White Papers li ħarġu bejn l-1987 u l-1996 u dawk li ħarġu matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10871; u", "Kopja ta' press notice maħruġa fis-6 ta' Jannar 1998 dwar il-linja ta' informazzjoni tal-Gvern, freephone 153, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11174.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' valiġġi diplomatiċi mibgħuta lil u minn kull ambaxxata matul l-1996 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11235; u", "Skeda bid-dettalji dwar infiq għal ospitalita' u entertainment mill- Kummissjoni Għolja Maltija f'Canberra bejn Jannar 1995 u Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 1090.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 19 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir- Regolamenti dwar ir-Rati ta' Allowance għal Studenti tas-Sixth Form;", "Tabella li turi l-għadd ta' studenti li żaru l-wirja Ġimgħa tax-Xjenza u Teknoloġija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10715; u", "Tagħrif dwar studenti ġodda fl-Universita' fis-sena akkademika 1997/98, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11418.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 15 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 li jemenda l-Ordni dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Ħlas lura fuq Sigaretti Esportati);", "Tabella li turi l-għadd u l-valur ta' armi tan-nar importati matul l- 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10872;", "Tagħrif dwar impjegati tal-Mid-Med Bank sponsorjati sabiex isegwu korsijiet fl-Universita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11173; u", "Tabella li turi d-dħul tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mil-logħob tas-Super 5 u tal-lottu matul l-1996 u l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11284; u", "Tagħrif dwar ħaddiema mal-Korporazzjoni Enemalta fis-16 ta' Mejju tas- snin 1985, 1986 u 1987, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11399.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-diskors li għamel il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali fil-21 Konferenza tal-Ministri Ewropej tal-Ġustizzja li saret fi Praga bejn l-10 u l-11 ta' Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11463.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 18 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw l- Iskedi li jinsabu ma' l-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur; u", "Kopja ta' Traffic Calming Guidelines, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11303.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar spiżeriji li minnhom jitqassmu l-mediċini tal-gvern, flimkien ma' l-għadd ta' pazjenti li attendew dawn l-ispiżeriji matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11124.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' talbiet għall-impjieg li saru matul Novembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10612.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 16 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 2); u", "Avviż Legali Nru 17 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar il-Kummissarju ta' l-Artijiet (Trasferiment ta' Drittijiet u Responsabbiltajiet).", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Brincat.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sinjura President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Kap 93\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Kap. 93\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MOZZJONI SABIEX JIĠI APPROVAT L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 1997/1998", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi din il-mozzjoni ffirmata minni u mill-Onor.", "Ċensu Galea:", "Wara li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ra l-Ombudsplan ippreżentat mill-Ombudsman għas-sena 1997/98 li kopja tagħha tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tas-6 ta' Ottubru 1997;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Ombudsman personalment fuq il-kummenti kollha li sarulu fil-laqgħat ta' l-istess Kumitat li saru fil-21 u fid-29 ta' Ottubru 1997;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa ġiet iċċirkolata lill-Membri kollha tal-Kamra tad-Deputati; u", "Wara r-rakkmandazzjoni li saret mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra,", "Il-Kamra tad-Deputati tapprova l-Ombudsplan kif ippreżentat.", "Sinjura President, kif taf is-Sinjorija Tiegħek, dan it-tielet ombudsplan li qed jitressaq quddiem dan il-Parlament diġa' ġie diskuss ampjament fil- Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u llum jiena qed nipproponi li jiġi approvat minn din il-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 3)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-20 ta' Jannar, 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed idaħħal fis-seħħ ċerti miżuri li ttieħdu fil-budget, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu max-xorb alkoħoliku u l-pitrolju.", "Ħalli nibda biex ngħid xi ħaġa dwar il-loġika li ġiet użata għar-rigward tal-pitrolju għaliex kultant huwa diffiċli li wieħed jifhimha.", "Mill-graph li turi kemm ġie kkonsmat pitrolju f'dawn l-aħħar 20 sena, jirriżulta li filwaqt li għall-bidu kien hemm ċertu tnaqqis f'dan it-tip ta' konsum, imbagħad jidher li kien hemm ċerta żieda.", "Fil-fatt f'dawn l- aħħar tliet snin il-konsum tal-pitrolju stabilizza ruħu, jekk ma naqasx ukoll.", "Il-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ qal li din il-graph turi li kien qed isir l-abbuż pero' jiena ma nafx kif il-fatt li għall-ewwel kien hemm żieda fil-konsum tal-pitrolju u mbagħad kien hemm ċerta stabilita' tista' ssejjaħlu abbuż.", "Wieħed ma jistax jeskludi l-possibbilta' li l- konsum tal-pitrolju kien qed jintuża fejn mhux suppost għaliex fil-fatt kemm-il darba ngħatajna indikazzjonijiet li l-pitrolju qed jitħallat mad- diesel mis-sidien tal-karozzi tal-linja pero' it does not necessarily follow li wieħed jgħid li din il-graph turi abbuż.", "Ta' min jgħid, Madam Speaker, li meta għamilt mistoqsija parlamentari fejn staqsejt:", "\"Peress li l-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tirreklama l-użu tal-light fuel oil minflok il-pitrolju, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pollution content ta' dan il-fuel oil imqabbel mal-pitrolju?\",", "il-Ministru Brincat weġibni:", "\"Jidher li l-Onor.", "Membru qiegħed jirriferi għas-sulphur content tal- prodotti.", "Waqt li l-pitrolju għandu sulphur content ta' 0.3% dak tal- light fuel oil huwa ta' 1.7%.\".", "Din ir-risposta tindika bl-iktar mod ċar li l-light fuel oil li ddaħħal minflok il-pitrolju għandu sulphur content ta' 5.6 darbiet iktar mill- pitrolju.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti, iktar u iktar meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni li l-light fuel oil iddaħħal bl-intenzjoni li jiġi wżat mill-furnara għax, kif jaf kulħadd, il-maġġoranza tal-fran jinsabu f'postijiet abitati.", "GĦalhekk wieħed jibda jissuspetta li l-Gvern m'għamilx studju biżżejjed qabel ma ppropona li jdaħħal il-light fuel oil u ma nistax nifhem kif qegħdin ngħidu li l-Enemalta se tara x'jista' jsir biex jitnaqqas is-sulphur content tal-light fuel oil u mbagħad introduċejna miżura li se żżid it-tniġġis kważi b'sitt darbiet iktar.", "Kif kulħadd jaf, din il-miżura tmur oltre mill-flus li se jiffranka l-Gvern permezz tagħha għax tirrigwarda s-saħħa tal-poplu tagħna u wkoll l-ambjent għaliex, kif diġa' għidt, il-light fuel oil iħammeġ kważi sitt darbiet iktar mill- pitrolju.", "GĦalhekk wieħed bilfors ikollu jikkonkludi li l-Gvern mhux qed jaħseb fuq il-miżuri li qed idaħħal bis-serjeta'.", "Jiena niftakar, Madam Speaker, li meta l-Enemalta kienet talbet lill- Gvern Nazzjonalista biex jitneħħa s-sussidju fuq il-pitrolju, ma konniex aċċettajna din it-talba proprju għaliex wieħed irid jipprepara qabel ma jieħu pass bħal dan.", "U jiena jiddispjaċini li l-Gvern preżenti jinsab lest li jintroduċi sistema li tħammeġ minn ħames sa sitt darbiet iktar sempliċement minħabba l-flus li se jiffranka, għaliex allura se niġu f'sitwazzjoni fejn ħajjitna se tkun iddeterminata minn calculator.", "Illum m'għadniex nisimgħu dak il-kliem li kien jgħid il-Partit Laburista meta kien fl-oppożizzjoni fejn tant kien jenfasizza li huwa partit favur l- ambjent imma qegħdin nisimgħu lill-Ministru jgħidilna li wara li tiġi ntrodotta din il-miżura l-Enemalta se tara x'tista' tagħmel biex iġġib f'pajjiżna light fuel oil li ma jkunx iħammeġ daqstant.", "Imma dan m'huwiex atteġġament responsabbli u l-poplu ma jistax jaċċetta li biex il-Gvern jiffranka xi ħaġa tal-flus iżid it-tniġġiż f'pajjiżna.", "Madam Speaker, tajjeb ngħidu li l-pitrolju ma jintużax biss mill-fran imma wkoll mill-industrija li tuża kwantita' kbira minnu.", "Fil-fatt jien għalhekk għidt li ma nistax nifhem kif mill-graph li qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ministru kkonkluda li qed isir abbuż mill-użu tal-pitrolju.", "Jekk stess isiru xi abbużi mill-pitrolju, jiena kont nistenna li l-Ministru se jġibilna xi evidenza ċara dwar dan għaliex ma nistax nifhem kif il-fatt li matul dawn l-aħħar tliet snin il-konsum tal-pitrolju naqas, allura dan huwa proof li qed isir abbuż.", "Wieħed irid isemmi wkoll l-impatt li ħalliet iż-żieda fil-prezz tal-pitrolju fuq il-pensjonanti.", "Madam Speaker, niftakar li meta l-Enemalta kienet ipproponiet lill-Gvern Nazzjonalista li jitneħħa s-sussidju fuq il-pitrolju, bħala ministru responsabbli mill-istatistika jien kont ġejt mitlub ngħid lid-dipartiment ta' l-istatistika biex jagħmel studju dwar l-impatt li jkollha miżura bħal din fuq il-pensjonanti.", "Fil-fatt wara li kien sar dan l-istudju, irriżulta li jekk kemm-il darba tiddaħħal din il-miżura l-pensjonanti se jħallsu bejn 50c u ¥1 iktar fil-ġimgħa, speċjalment matul ix-xhur tax-xitwa.", "GĦalhekk il-Gvern preċedenti kien ikkonkluda li qabel ma jintroduċi din il-miżura għandu jara li jagħti kumpens xieraq lill-pensjonanti.", "Dan huwa l-mod kif isiru l-affarijiet u mhux niġu ngħidu li se ndaħħlu xi miżura ġdida mingħajr ma nqisu x'impatt se jkollha, l-iktar issa li qiegħda tagħmel din il-kesħa kollha.", "Anke l-General Workers Union ikkritikat b'mod iebes din il-miżura, speċjalment meta qieset l-impatt tagħha fuq il-pensjonanti, u tajjeb li wieħed ifakkar li l-konsulenti ta' dan ir-rapport kienu d-deputy leader l- Avukat George Abela u membru ieħor ta' din il-Kamra li sa ftit xhur ilu kien ministru tal-finanzi.", "Fil-fatt dan ir-rapport jgħid ċar u tond li l- Gvern għandu jevalwa kif din il-miżura se tolqot lill-pensjonanti.", "Issa l- Gvern jaf li din il-miżura se tolqot lill-pensjonanti għaliex il-Gvern Nazzjonalista diġa' għamel l-istudju tiegħu pero' donnu ntilef ifittex il- memos 'l hawn u 'l hemm u ma pprovax jagħmel ir-riċerki tiegħu jew għallinqas jistaqsi dwar dan lill-Ministru Brincat stess, li huwa responsabbli wkoll mill-istatistika.", "Wara kollox kulma tmur fin-nofs hija telefonata u żgur li fi ftit sigħat din l-informazzjoni tasal għand il- Gvern.", "Fil-fatt, Madam Speaker, meta jiena bħala ministru kont rajt dan l- istudju li sar fi żmien il-Gvern Nazzjonalista mill-ewwel għidt li għandna noqogħdu attenti għaliex jekk nintroduċu miżura bħal din inkunu qegħdin nimminaw lill-pensjonanti, li ħafna drabi jsaħħnu djarhom permezz tal- pitrolju għaliex ma jaffordjawx jużaw il-mezz elettriku.", "GĦalija miżura bħal din żgur li ma tirriflettix li l-Gvern qed jimxi b'mod għaqli u li għandu kuxjenza soċjali imma għall-kuntrarju tirrifletti ċertu coldness fil- mod li bih jagħmel il-kalkoli tiegħu għaliex m'huwiex jieħu in konsiderazzjoni l-konsegwenzi ta' dawn l-istess miżuri.", "Dan il-punt ġie espress saħansitra fir-rapport tal-General Workers Union li indikat bl- iktar mod ċar li l-Gvern m'għamilx il-homework sewwa rigward l-impatt li se tħalli miżura bħal din fuq il-pensjonanti u ġie ssuġġerit li l-pensjonanti għandhom jingħataw żieda.", "Madam Speaker, kif nafu dan il-Gvern neħħa s-sussidju mil-lejl għan-nhar, u dan meta kien diġa' żied il-prezz tal-pitrolju fl-ewwel budget tiegħu, jiġifieri dan il-Gvern żied il-prezz tal-pitrolju darbtejn.", "GĦalhekk il- konklużjoni li wieħed jiġbed hawnhekk hija li l-Gvern m'għamilx xogħlu tajjeb, la fl-ewwel budget u lanqas fit-tieni budget, għaliex ma studjax sewwa l-implikazzjonijiet tal-miżuri li ħa.", "Jien personalment ma nistax nifhem għaliex il-Prim Ministru ma jaqbilx li għandha ssir analisi ta' l- impatt li tħalli miżura bħal din minn qabel.", "F'paġna 5 ta' \"it-Torċa'' ta' nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru għoġbu jikteb fuqi personalment minflok jirrispondi għall-affarijiet li hu responsabbli minnhom.", "Huwa qal:", "\"Tal-PN, fosthom il-professur li ma tantx għadu jixraqlu t-titlu ...''.", "Imma għaliex il-Prim Ministru qed jagħżel li jagħmel kritika personali minflok ma jgħidilna jekk, fl-opinjoni tiegħu, il-fatt li ma ħasibx minn qabel fuq il-miżuri tal-budget hijiex ġennata?", "Wara kollox huwa d-dmir tiegħi li nagħmel din it-tip ta' kritika, mhux biss bħala deputat imma wkoll bħala ekonomista, għaliex huwa ovvju li qabel ma ddaħħal xi miżura għandek tanalizzaha u mhux l-ewwel tagħmel qassata - kif darba qal xi ħadd min-naħa l-oħra - u mbagħad tiġi hawnhekk u tipprova tippreżentaha bħala l- iktar ħaġa loġika.", "Jaqbdek il-biki meta tara li l-iktar persuni responsabbli għal pajjiżna qegħdin jirraġunaw b'dan il-mod, u jiddispjaċini ngħid li din hija tmexxija bla boxxla, għaliex ma jagħmilx sens li wieħed jaqbad triq mingħajr ma jkun jaf fejn se tispiċċa.", "Fil-programm elettorali tiegħu, dan il-Gvern kien wiegħed li se jiggverna b'mod serju pero' wieħed ma jkunx qed jiggverna bis-serjeta' meta jieħu miżuri bħal dawn.", "Bħalma għidt diġa', il-Prim Ministru għoġbu jgħajjarni li jien ma jixraqlix inkun professur.", "L-ewwelnett jien ma naħsibx li l- Prim Ministru huwa fid-dover li jagħmel dawn it-tip ta' kummenti u t-tieni jkun aħjar jekk jara li jagħmel l-affarijiet b'ċertu ħsieb u b'ċerta maturita', kif kien wegħedna li se jagħmel qabel l-elezzjoni.", "GĦaliex qed ngħid dan?", "Jiena niftakar li fil-programm elettorali tiegħu l-Partit Laburista kien jakkuża lill-Gvern Nazzjonalista li ma jaħsibx biżżejjed fuq il-policies li jieħu u kien wiegħed lill-poplu li se jagħmel pjan fit-tul biex jara x'effett se jkollhom il-policies tiegħu.", "Imma kif qegħdin naraw, Madam Speaker, il-Gvern Laburista m'għamel xejn minn dan kollu, lanqas għar-rigward tal-konsum tal-pitrolju, u dan minkejja li taħt l-amministrazzjoni preċedenti diġa' kien sar studju dwar l-impatt li jkollha miżura bħal din.", "Jien nibqa' nsostni li dan l-istudju jmissu sar qabel il-budget għaliex minkejja li ilu x-xhur li tħabbar, il-poplu għadu ma jafx kif se jintlaqat mill-miżuri li hemm fih.", "Jiena ma naħsibx li l-użu tal-pitrolju huwa xi lussu u għalhekk nittama li l-Gvern jipprova jirrimedja għal din is-sitwazzjoni billi jagħti xi żieda lill-pensjonanti.", "Miżura oħra li tissemma f'dan l-abbozz ta' liġi għandha x'taqsam mal- birra.", "Meta ftit ilu l-Gvern għoġbu jdaħħal miżura li biha roħsot il-birra ta' barra, jien ma' l-ewwel opportunita' li kelli kont ġbidtlu l-attenzjoni li qiegħed jiżbalja u kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jindika bl-iktar mod ċar li n-negozjati li kienu qed isiru f'dan ir-rigward kienu ntiżi biex filwaqt li nnaqqsu l-potenzjal tal-birra ftit ftit, ikollna aċċess immedjat għas-suq fl-Unjoni Ewropea.", "U jiena naħseb li dan hu li qed jipproponi l-Gvern fid-dokument li għadu ma jridx jiżvela lil din il-Kamra, jiġifieri li filwaqt li jnaqqas il-protezzjoni ftit ftit, iġib aċċess immedjat.", "Pero' llum għandna quddiemna riżultat inkwetanti għaliex minn Lulju li għadda 'l hawn is-sitwazzjoni f'dan is-settur ġiet influwenzata b'mod negattiv.", "Mill-mistoqsija parlamentari numru 11189, jirriżulta li mill-ewwel tas- sena sa Novembru 1997, filwaqt li in terms of value l-ammont ta' birra żdied bi 30%, in terms of volume din żdiedet bi kważi 9%.", "Allura nistaqsi: Imma dan il-Gvern jaf x'inhu jagħmel?", "Biżżejjed ngħidu li minħabba li l- Gvern preżenti ma kompliex il-ftehim li konna bdejna aħna ma' l-Unjoni Ewropea biex ikollna aċċess aħjar - jiena nissuspetta li dan il-ftehim ma tkompliex minħabba li l-Unjoni Ewropea qalet lill-Gvern li jekk kemm-il darba ma jirranġax is-sistema tas-sisa, hija m'hijiex se tkompli tiddiskuti miegħu - filwaqt li naqset l-importazzjoni ta' l-alkoħol kollu, peress li naqset il-protezzjoni fuq il-birra, illum qegħdin nimportaw 30% iktar birra milli konna nimportaw fl-1996.", "Imbagħad il-Gvern jiġi jgħid li qiegħed jipproteġi lill-industrija tagħna!", "Madam Speaker, nixtieq issa nirriferi għad-dokument li l-Ministru għadu ma jridx iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u jekk ikun hemm bżonn nikxfu kollu ftit ftit, pero' naħseb li hija r-responsabbilta' tal-Ministru u ta' dan il-Gvern li jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra mingħajr ma jibqa' jkaxkar iktar saqajh għaliex diġa' ilu ġimgħatejn ikaxkar saqajh.", "Jiena nistaqsi: Forsi l-Gvern qed ikaxkar saqajh għaliex għandu x'jaħbi?", "Il-Gvern dejjem isostni li hu m'għandu x'jaħbi xejn, imma mhux hekk jidher fl-ewwel faċċata ta' dan id-dokument li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra ftit ilu għaliex hawnhekk qiegħed jgħid bl-iktar mod ċar li se jkun hemm \"... a gradual introduction of a tax on the value added of manufacturing activity\".", "Il-Ministru qalilna li din m'hijiex VAT imma jiena għidtlu li filwaqt li qabel kellna value added tax issa se jkollna tax on value added!", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li din it-taxxa se tiddaħħal fis-settur tal- manifattura, u dan minkejja li meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni tgħidx kemm kien jargumenta li l-VAT tagħmel ħafna ħsara lis-settur tal- manifattura.", "Fatt interessanti ieħor huwa li filwaqt li teknikament wieħed jista' jsejjaħ din it-taxxa bħala \"VAT\", il-Prim Ministru qed jibqa' jdur mal-lewża u qed jibqa' jsostni li din m'hijiex VAT bħal ta' qabel.", "Issa jien qatt m'għidt li din il-VAT se tkun bħal ta' qabel imma għidt sempliċement li din hija tax on value added, minkejja li meta kien fuq il- bankijiet ta' l-oppożizzjoni l-Partit Laburista dejjem kien jgħid li din is- sistema ma tgħoddx għal pajjiżna.", "Meta wieħed jara dan kollu, jistaqsi: Allura l-Gvern ma setax jirranġa s-sistema tal-VAT minflok ma ħatt is- sistema kollha biex illum, wara biss ftit xhur, qed jagħmel dawn il-ħafna gimmicks, ħalli sempliċement ikun jista' jagħti isem differenti lil din it- taxxa?", "Nixtieq issa nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r- raba' faċċata ta' dan id-dokument.", "Jiena qed jiddispjaċini li mhux qed inpoġġih kollu, pero' hija r-responsabbilta' tal-Gvern li jagħmel dan u mhux tiegħi.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Paġna 4 tal-komunikat mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ intitolat \"Towards a Free Trade Area between Malta and the E.U: Economic Implications\" iċċirkolat lill-korpi kostitwiti;\".", "Ġaladarba l-Gvern wegħedna li se jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal- Kamra, jiena qed nistennieh jagħmel dan pero' jien diġa' qegħedt fuq il- Mejda tal-Kamra żewġ faċċati minnu għaliex id-diskussjoni trid tkompli.", "Imma x'insibu f'paġna 4 ta' dan id-dokument biex il-Gvern qed iħossu daqstant skomdu u biex l-associations waslu biex saħansitra talbuh jikkjarifika dak li hemm miktub f'din il-paġna minħabba li jinsabu nkwetati fuq dak li qiegħed jingħad?", "F'din ir-raba' paġna ta' dan id-dokument, taħt it-titlu \"Effect on Employment\", insibu:", "\"It is expected that the period, over which the programme is spread, is adequate ...\"", "- il-programm li qed jirriferi għalih huwa dak li qed ineħħi l-protezzjoni -", "\"... so that the growth of the export sector would more than compensate for the annual release of labour from the declining branches of industry.\".", "Jiġifieri dan id-dokument qed jgħidilna ċar u tond li bil-free trade zones li qed jagħmel il-Gvern se jintilfu l-impjiegi għaliex se jkun hemm setturi li mhux se jibqgħu kompetittivi minħabba li se jsibu ruħhom f'pożizzjoni dgħajfa.", "Issa l-Gvern qed jgħid li jrid jagħmel tajjeb għal dan billi s- setturi l-oħra li jesportaw ikunu f'pożizzjoni li jżidu l-impjiegi tagħhom.", "Allura nistaqsi: Xi studju għamel il-Gvern biex jaf li l-export sector se jikkompensa għal dan it-telf ta' mpjiegi?", "X'analisi għamel biex jassigura ruħu li b'dan it-telf ta' impjiegi mhux se jiżdied il-qgħad u se jkollna opportunitajiet ġodda?", "Il-Gvern għamel studju biex jara jekk free trade zone tiġġenerax iktar impjiegi milli kieku jkollna sħubija sħiħa ma' l- Unjoni Ewropea?", "Jiena qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għaliex l-analisi li rajt s'issa tindika bl-iktar mod ċar li filwaqt li sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea tiġġenera ċerti flows għall-investiment ta' l-infrastruttura ta' pajjiżna u ċerta attrazzjoni għall-investiment barrani, għadna ma nafux jekk il-free trade zone hijiex se tagħtina dawn l-istess vantaġġi, jiġifieri jekk tistimolax l-export sector biex dan jagħmel tajjeb għall- impjiegi li se jintilfu bil-politika li nnaqqsu l-protezzjoni.", "Fil-fatt jiena nissuspetta li l-Gvern ma jridx iqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba li wieħed jibda jagħmel ħafna mistoqsijiet u jinkixef li l-Gvern m'huwiex ippreparat u li m'għamel l-ebda analisi.", "Madam Speaker, jiena ddeċidejt li nqiegħed żewġ faċċati minn dan id- dokument li qed nirriferi għalih fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex il-Parlament ma jitħalliex barra minn din id-diskussjoni għaliex, minkejja li fuq l- aġenda jidher li se titressaq riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, din ma nafx kemm ilha mdendla.", "Allura dan il-Parlament qed jiġi iżolat mid- diskussjoni li għandha ssir fuq din il-materja.", "Wara kollox, naħseb li l- Gvern jista' jiggwadanja xi ħaġa minn diskussjoni bħal din u mhux jiġi jgħidilna li l-ewwel beħsiebu jiddiskuti mal-korpi kostitwiti.", "Jiddispjaċini ngħid li l-pożizzjoni tal-Gvern li jagħmel a free trade zone xejn m'hi ċara għaliex hu ma jafx l-implikazzjonijiet tagħha minħabba li m'għamilx il-homework tiegħu.", "Fil-weekend li għadda l-Prim Ministru qalilna li tqajjem il-fatt li l- organizzazzjoni Moody's qiegħda tagħmel rethinking dwar il-credit rating minħabba l-kwestjoni ta' l-azzjonijiet industrijali mill-UĦM, pero' f'idejja jiena għandi dokument li jindika bl-iktar mod ċar - persważ li l- Gvern għandu dan id-dokument ukoll - li l-Gvern m'huwiex konxju mill-fatt li l-organizzazzjoni Moody's qiegħda tagħmel dan ir-rethinking dwar il- credit rating wara li saru l-azzjonijiet industrijali bid-direttiva li tat il-UĦM.", "Quddiemi għandi press release li nħarġet mill-organizzazzjoni ta' Moody's datata 3 ta' Lulju, 1997 - jiġifieri jumejn wara li kienet daħlet is-sistema ta' dwana u sisa - li tindika bl-iktar mod ċar li l-budget tal- Gvern m'huwiex se jkollu ¥90 miljun deficit imma ferm iktar.", "Nixtieq issa nitlob il-permess biex inqiegħed kopja ta' din il-press release fuq il- Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Kopja ta' press release maħruġa minn Moody's Investors Service fit-3 ta' Lulju 1997 dwar il-credit rating ta' Malta.\".", "Din il-press release, li ġġib it-titlu \"Outlook for Malta's Foreign Currency Country Ceiling Deteriorated\", tgħid hekk:", "\"Moody's Investors Service announced today a negative outlook on Malta's A2 long term foreign currency country ceilings on bonds and bank deposits.", "According to Moody's, the action was prompted by the continued imbalances in the country's fiscal and external accounts.\".", "Minn din il-press release joħroġ bl-iktar mod ċar li f'nofs is-sena li għaddiet kien diġa' beda jidher li l-pjan tal-Gvern kien se jfalli, u minflok id-deficit kien se jonqos id-deficit kien se jikber b'tali mod li naslu għal deterioration fis-sitwazzjoni finanzjarja.", "GĦalhekk ikun irresponsabbli min jgħid li din is-sitwazzjoni fl-ekonomija tagħna ġiet ikkaġunata minħabba l-azzjonijiet industrijali li ordnat il-UĦM.", "Wara kollox, kien il-Gvern li kkaġuna dawn l-azzjonijiet li saru minħabba l- miżuri ħorox li ttieħdu fil-budget għaliex kieku ddiskuta mal-poplu u ddeċieda li jimxi kif għandu jimxi, żgur li kien ikollu reazzjoni differenti mill-poplu.", "Imma l-Gvern iddeċieda li l-ewwel idaħħal il-miżuri u mbagħad jipprova jirranġa xi ħaġa wara, ħalli iktar 'il quddiem ikun jista' jġib l-iskuża li qed jipprova jattakka l-miżuri li ttieħdu fil- budget.", "Imma llum il-poplu m'għadux jemmen l-iskużi ta' dan il-Gvern għaliex qed jinduna li t-tmexxija tiegħu fil-qasam ta' l-ekonomija qiegħda ssir bl-addoċċ, mingħajr ħsieb u bla ebda evalwazzjoni.", "U m'hijiex serjeta' li l-Gvern iwaħħal daqqa fil-UĦM, daqqa fin-Nazzjonalisti u daqqa li l-Kaxxa ta' Malta hija falluta.", "Din il-press release ilha f'idejja minn Lulju li għadda imma jiena minflok ma qgħadt ngħid lill-Gvern biex joqgħod attent minħabba dak li hawn miktub hawnhekk, ħadt il-pożizzjoni responsabbli li flimkien ma' sħabi ta' l-Oppożizzjoni nagħti parir lill-Gvern jagħmel programm tajjeb sabiex inaqqas id-deficit.", "Fil-fatt jiena kemm-il darba għidt f'din il-Kamra li s- sistema tas-CET ma tirrendix daqs il-VAT.", "Madam Speaker, niftakru li meta kien se jitressaq il-budget, kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ, bdew jgħidu li l- budget deficit se jkun jammonta għal 12% tal-GDP.", "X'ħin smajthom jgħidu hekk, ixxokkjajt ruħi u kkonkludejt li ma kenux jafu x'qed jgħidu għaliex dan ma jistax ikun.", "Iżda l-Gvern ma qalx li kien għamel il-kalkoli ħżiena u minflok beda jipprova jiġġustifika ruħu.", "Jien naħseb li dan it-tip ta' diskors l-Prim Ministru qalu wkoll l-Amerka u żgur li dan jagħmel ħafna ħsara.", "Forsi jkun hemm min jgħidli: Imma hemm differenza daqshekk kbira bejn 12% u 9.5% tal-GDP?", "Dażgur li hemm differenza kbira!", "L-ewwelnett meta l-Gvern qal li l-budget deficit se jkun jammonta għal 12% tal-GDP ma pinġiex sitwazzjoni sabiħa għaliex għalkemm li jkollok 9% tal-GDP bħala budget deficit m'hijiex sitwazzjoni tajba, żgur li hija ħafna aħjar milli jkollok 12% tal-GDP bħala budget deficit.", "GĦalhekk, Madam Speaker, jiena qed nissuspetta li l-Gvern, minħabba li issa ġie dahru mal-ħajt peress li anke l-unions qed iduru kontrieh, għażel li jkabbar il-ħofra, li jkabbar id-deficit li għandu l-pajjiż, u jgħid li f'pajjiżna kollox mar il-baħar.", "Issa, illum għandna f'idejna press release li nħarġet mingħand Moody's li qiegħda tgħid li se tagħmel revision dwar is- sitwazzjoni ta' Malta, u ċertament li l-Gvern m'huwiex se jtejjeb din is- sitwazzjoni billi jdaħħal it-taxxi fuq it-tariffi tas-servizzi ta' l-ilma u tad-dawl.", "Jiena ngħid li l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel il-Gvern hija li jerġa' jiftaħ il-pakkett tas-sistema ta' tassazzjoni ġdida u jara jekk din hijiex tirrendi biżżejjed għall-ħteġijiet tal-lum.", "Hija ħaġa loġika li din il- problema ma tistax tiġi solvuta billi tgħolli t-taxxi mas-smewwiet imma billi toħloq sistema ta' tassazzjoni broad based li tifrex biżżejjed biex tirrendi ċertu dħul, u allura wieħed ma jistax ma jinnotax ċerta inkonsistenza f'dan ir-rigward min-naħa tal-Gvern.", "Dan l-aħħar il-Prim Ministru qalilna li s-settur tat-turiżmu mar 'il quddiem għaliex neħħejna l-VAT.", "L-ewwelnett jiena lill-Prim Ministru ngħidlu li settur bħal dak tat-turiżmu ma jmurx 'il quddiem daqshekk malajr imma jmur 'il quddiem għaliex ikunu ttieħdu policies tajbin minn sena qabel, bħalma hi t-tour operators support scheme, li l-Gvern preżenti żammha u li wasslet biex is-sena li għaddiet żiedet bi ftit in-numru ta' turisti li ġew iżuruna.", "Madam Speaker, dan kollu juri kemm il-Gvern huwa inkonsistenti għaliex filwaqt li qed jgħid li s-sistema tas-CET qiegħda ddaħħal flus daqs is- sistema tal-VAT, fl-istess ħin qed jgħid li permezz tas-sistema tas-CET kien hemm żieda fl-attivita' ekonomika mingħajr ma l-Gvern tilef il-flus.", "Issa l-fatt li l-Gvern ma tilifx flus waqt li kien hemm żieda fl-attivita' ekonomika juri li din is-sistema ma tantx kienet effettiva.", "Madanakollu lili jirriżultali li l-Gvern naqqas id-dħul tiegħu, u dan minħabba li neħħa t-tassazzjoni minn fuq a broad based group u ħalla l-ETS, li tidher li m'hijiex qiegħda tirrendi ħafna fuq ċerti servizzi.", "Nixtieq issa nirriferi għal ċerti ċifri għaliex quddiemna qed nara sitwazzjoni inkwetanti ħafna.", "Meta l-Ministru introduċa dan l-abbozz ta' liġi, qalilna li s-sena li għaddiet id-dħul mis-CET u l-VAT kien ta' ¥83 miljun, jiġifieri ¥4 miljun iktar mis-sena ta' qabel.", "Issa jekk kemm-il darba s-sena li għaddiet il- Gvern kellu deficit ikbar, id-differenza bejn id-dħul tas-sena li għaddiet u tas-sena ta' qabel kellha tkun ikbar.", "Imma, wara kollox, il-Gvern minn meta qed jgħaqqad is-CET u l-VAT flimkien?", "Mela f'daqqa waħda sirna nitkellmu fuq is-CET u l-VAT f'daqqa?", "Jekk wieħed iqabbel l-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra ma' dawk tas-sena ta' qabel, isib li fl-1997 il-VAT yielded ¥4 miljun iktar, jiġifieri ż-żieda fid-dħul tal-Gvern mit-taxxi indiretti matul is-sena li għaddiet tista' tiġi spjegata mid-dħul tiegħu fuq l-ewwel sitt xhur għaliex irrendiet 10.6% iktar.", "GĦalhekk anke dan l- argument huwa misleading, u wieħed m'għandux iħawwad l-imħuħ tan-nies billi jpoġġi s-CET u l-VAT flimkien.", "Ta' min jgħid ukoll, Madam Speaker, li f'risposta għal mistoqsija parlamentari l-Ministru qal li sa Settembru d-dħul tal-VAT kien jammonta għal ¥51.5 miljun, jiġifieri fl-ewwel sitt xhur tagħha s-CET irrendiet ¥31 miljun, 'il fuq minn 20% inqas milli rrendiet il-VAT.", "Il-Ministru jista' jgħidli li dan ġara minħabba li din is-sistema kienet għadha kif ġiet introdotta, pero' l-iżball huwa proprju li kull sistema li tiġi introdotta ma tirrendix biżżejjed.", "Barra minn hekk jiena għandi d-dubji tiegħi dwar kemm din is-sistema se tirrendi b'mod tajjeb, pero' jibqa' l-fatt li fl- ewwel sitt xhur tagħha din is-sistema rrendiet madwar 20% inqas minn dak li rrendiet il-VAT.", "Wara kollox, wieħed bilfors jirreġistra telf meta jdaħħal sistema mingħajr ma jkun jaf kemm se tirrendi.", "Aħna kemm-il darba tlabna lill-Gvern biex jgħidilna kemm se jitlef flus peress li raħħas it-taxxa tal-mobile phones, tas-cinemas u ta' servizzi oħra imma dan ma qalulniex.", "Fil-fatt kulma qalilna, wara li sforzajnieh, kien kemm se jdaħħal flus mis-servizzi tad-dawl u ta' l-ilma, servizzi li ħadd ma jista' jgħaddi mingħajrhom.", "Jien naħseb li anke l- organizzazzjonijiet internazzjonali qegħdin jindunaw li dan il-Gvern huwa irresponsabbli meta jaraw l-argumenti li jġib.", "Per eżempju, jekk tgħid lil xi international agency, bħalma hija Moody's, li l-VAT m'hijiex tajba għal Malta, dawn mill-ewwel jibdew jidħku bik.", "Fil-fatt illum il-Gvern stess m'huwiex jaqbel ma' dak li qal għaliex se jdaħħal il-VAT b'mod limitat fuq il-manifattura lokali.", "Jien għalhekk nagħtihom raġun lill- organizzazzjonijiet internazzjonali meta jiġuhom dubji fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna.", "Wieħed għandu jkun loġiku u konsistenti u mhux bħal dan il-Gvern li jipprova jargumenta li qed idaħħal iżjed mis-CET u mill-VAT meta fil-verita' qed idaħħal inqas mis-CET.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi: Imma allura xi jrid isir?", "Li rridu nagħmlu, Madam Speaker, huwa li nwessgħu s-sistema tagħna sabiex filwaqt li din tkun tirrendi ma taħqarx lill-poplu.", "Il-Gvern qed jiżbalja li mhux qed jagħmel dan u għalhekk aħna se nibqgħu nsostnu li jista' jasal għal soluzzjoni biss jekk kemm-il darba jerġa' jiftaħ il- pakkett u jara x'hemm ħażin fih li wassal biex is-CET ma tirrendix dħul daqs il-VAT.", "Ma jistax ikun li l-Gvern jibqa' jwebbes rasu, u allura meta wieħed jara dan kollu bilfors jargumenta li l-Gvern se jwassalna għal diffikultajiet kbar, li ma jafx x'inhu jagħmel u li mexjin bla boxxla.", "Meta dan l-aħħar il-Prim Ministru tkellem dwar il-policy ekonomika fuq it- television - qed nitkellem fuq il-policy ekonomika peress li l-Ministru tal- Finanzi u l-Kummerċ tkellem fuqha waqt li kien qed jintroduċi dan l-abbozz ta' liġi - qal affarijiet li mmeraviljawni.", "Fost affarijiet oħra, huwa qal li se nispiċċaw fil-pożizzjoni tal-Korea.", "Imma x'għandha x'taqsam il- problema tad-deficit tal-Gvern mal-problema li għandha l-Korea!", "Il-Korea għandha loans internazzjonali esterni ta' xi $70 biljun u minħabba li nħarġu ħafna flus minn dan il-pajjiż hemm kriżi sħiħa.", "Jien m'iniex qed ngħid li d-deficit li għandu pajjiżna m'huwiex għoli pero' d-dejn li għandna huwa bejnietna u d-dejn bejnietna għandu implikazzjonijiet differenti.", "Iżda ma kontx nistenna li l-Prim Ministru u l-Ministru tal- Finanzi u l-Kummerċ joqogħdu jkabbru l-figura tad-deficit li għandu pajjiżna minn 9% għal 12% tal-GDP, u lanqas kont nistenna li jgħidu li se niġu fl-istess pożizzjoni tal-Korea.", "Jekk noqogħdu nitkellmu b'dan il-mod, pajjiżna la jikseb fiduċja mill-Maltin u lanqas mill-barranin.", "Imbagħad veru jiġrilna bħall-Korea, u veru ħadd ma jiġi jinvesti f'pajjiżna għaliex meta jiġi biex jieħu l-flus li jkun ivesta lura f'pajjiżu jispiċċa jieħu xi 20% jew 30% inqas!", "Ċertament li pajjiżna ma jinsabx fl-istess sitwazzjoni tal-Korea għaliex pajjiżna għandu b'madwar ¥70 miljun jew ¥80 miljun f'riżervi barranin.", "Huwa veru pero' li pajjiżna għandu żbilanċ intern iżda jiena nibqa' nsostni li l-pożizzjoni ta' żbilanċ intern trid tiġi rranġata billi s-sistemi kollha ta' tassazzjoni jiġu managed aħjar.", "U dan ma jsirx billi niffokaw fuq is-servizzi ta' l-ilma u d-dawl imma billi nifirxu s- sistema ta' tassazzjoni tagħna bħas-sistema tal-VAT.", "B'hekk il-Gvern ikollu revenue biżżejjed biex jaqdi l-ħteġijiet tiegħu, li ċertament m'humiex żgħar.", "Sur President, illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn ħadd ma jaf kif il-poplu tagħna se jiġi affettwat, u għalkemm il-General Workers Union ħarġet rapport biex tipprova tagħmel ix-xogħol tal-Gvern, jiddispjaċini ngħid li għandi ċerti riżervi fuqu.", "Dan ir-rapport qed jipprova jgħid x'impatt se jkun hemm fuq l-għoli tal-ħajja, xi ħaġa li jiena kemm-il darba staqsejtha lill-Ministru pero' s'issa għadu ma ħareġ xejn.", "Ħalli ngħid issa għalfejn inqis dan ir-rapport bħala żbaljat.", "L-ewwelnett, dan ir-rapport qiegħed jikkonkludi li familja medja, li tonfoq madwar ¥75 fil-ġimgħa, se jkollha spiża ta' ¥1.18 fil-ġimgħa iktar.", "Pero' biż-żieda li kellna fil-budget il- meter charge ta' l-ilma u t-taxxa tad-drenaġġ bejniethom jammontaw għal ¥48 fis-sena, u dan ifisser li familja se tħallas 93c iktar fil-ġimgħa.", "Mela ż- żieda fil-meter charge ta' l-ilma u t-taxxa tad-drenaġġ, li hija taxxa ġdida, diġa' qed jieħdu kważi ż-żieda kollha li hemm indikata f'dan ir- rapport u għalhekk bilfors li hawn xi żball għaliex jiena għadni ma ħadtx in konsiderazzjoni ż-żieda li kien hemm fit-tariffa ta' l-ilma, tad-dawl, tal-gass u tal-pitrolju.", "U kieku l-General Workers Union ikkonsultat mad- dipartiment ta' l-istatistika, dan kien jgħidilha mill-ewwel li f'dan ir- rapport hemm xi ħaġa ħażina.", "Biex weħed jagħmel il-kontijiet tiegħu sewwa jrid jgħid li bil-miżuri li ttieħdu fil-budget, familja medja se jkollha tħallas 93c iktar fil-ġimgħa fuq il-meter charge ta' l-ilma u fuq it- tariffa tad-drenaġġ u mbagħad jara x'effett kien hemm mill-miżuri l-oħrajn fl-indiċi tal-prezzijiet.", "Nixtieq nirriferi issa għal rapport li nħareġ mill-International Labour Organisation bl-isem Consumer Price Index, miktub minn Ralph Turvey.", "Biex ngħid hekk, dan huwa l-Bibbja tal-price indexes, u jiena għamilt kopja ta' xi faċċati rilevanti ta' dan ir-rapport biex it-tekniċi tal-gvern ikunu jistgħu jaqrawhom, għalkemm naf li għandhom kopja ta' dan ir-rapport.", "Dan ir-rapport jindika bl-iktar mod ċar il-proċeduri li wieħed għandu jimxi fuqhom meta tiddaħħal xi taxxa ġdida, bħalma hi t-taxxa tad-drenaġġ.", "Fil- fatt taħt il-paragrafu li jġib l-isem ta' \"Newly priced items\", dan jgħid \"When charges are introduced for an item which has hitherto been provided free\", bħad-drenaġġ - għaliex filwaqt li qabel kien free of charge issa trid tħallas għalih - dawn iridu jiddaħħlu b'mod differenti fl-indiċi tal- prezzijiet għaliex inkella r-riżultat ma jkunx jirrifletti r-realta', imma fil-fatt hekk ġara.", "Meta qrajt dan ir-rapport, jien staqsejt: GĦaliex dan ir-rapport m'huwiex oġġettiv u għamel dawn l-iżbalji?", "Fosi qed jipprova jwassal xi messaġġ, kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "John Dalli?", "Qed jipprova jpoġġi pożizzjoni favorevoli għall-Gvern?", "GĦaliex dan ir-rapport m'huwiex qed juri l-istampa reali lill-poplu tagħna?", "Xtaqt inqiegħed dan l- estratt mir-rapport li ħarġet l-International Labour Organisation fuq il- Mejda tal-Kamra biex wieħed ikun jista' jara kif għandhom isiru l- affarijiet teknikament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Estratt minn Consumer Price Index miktub minn Ralph Turvey u ppubblikat mill-ILO fl-1989.\"", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, jien naħseb li m'hemmx għalfejn tkun tekniku biex tinduna li r-rapport li ħarġet il-General Workers Union ma jirriflettix il-verita'.", "Jiena m'iniex qed ngħid li ma kienx hemm bżonn li jinħareġ rapport bħal dan pero' qed ngħid li dan ix-xogħol imissu għamlu l- Gvern.", "Fil-fatt irid isir ħafna iktar xogħol biex wieħed ikollu indikazzjoni ċara ta' l-effett tal-budget fuq il-familji Maltin, speċjalment fuq il-pensjonanti u fuq dawk li l-iktar huma fil-bżonn.", "Jekk kemm-il darba l-Gvern jibqa' miexi b'dan il-mod se joħloq social upheaval u diffikultajiet kbar ma' l-unions, u dan biex ma nsemmix ukoll li se joħloq ħafna diffikultajiet lill-maġġoranza tal-poplu tagħna li mhux se jkun jaffordja jsaħħan daru fix-xhur tax-xitwa u juża ilma kemm hemm bżonn.", "Ta' min jgħid ukoll li lili ssorpendietni l-attitudni tal-Prim Ministru għar-rigward ta' dan ir-rapport, l-iktar meta qal li dan ir-rapport qed jassumi li wieħed se jibqa' jikkonsma l-istess ammont ta' ilma u jaħli l- istess enerġija.", "Normalment wieħed jikkonsma ilma u dawl kemm ikollu bżonn.", "Fil-fatt ekonomikament is-servizzi tad-dawl u ta' l-ilma jissejħu inelastic għaliex filwaqt li wieħed bilfors irid jikkonsmahom, ġeneralment ma jkunx hemm ħela fil-konsum tagħhom, pero' milli jidher il-Prim Ministru anke dan il-punt elementari qed jittrattah b'mod leġġer.", "GĦalhekk hemm bżonn li l-Prim Ministru jkun iktar serju f'dawn l-affarijiet u ma jieħu xejn for granted.", "U bħalma lili qagħad jgħajjarni f'\"it-Torċa\" li jien ma jixraqlix it-titlu ta' professur, jiena ngħidlu li huwa m'huwiex jittratta l-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja b'mod adegwat u ċertament li l-pajjiż ma jistħoqqlux jiġi ttrattat b'dan il-mod mill-Prim Ministru tiegħu għaliex finalment dan jirrifletti fil-credit rating tal-pajjiż.", "Ovvjament, jekk kemm-il darba l-Gvern jibda jagħmel l-affarijiet b'loġika ħażina, pajjiżna mhux se jagħti impressjoni tajba u l-barranin jibdew jgħidu li aħna ma nafux nevalwaw l-affarijiet u li mexjin bla boxxla.", "Din hija l-agħar ħaġa li tista' tiġri lil pajjiżna għaliex naturalment dawn l-affarijiet jibdew iħallu ċerti konsegwenzi.", "Sur President, jien m'iniex se nieħu aktar ħin ta' din il-Kamra u nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nappella lill-Gvern imexxi b'iktar serjeta' u qabel ma jdaħħal ċerti miżuri jagħmel l-analisi u l-istudju tiegħu bir- reqqa u b'sens ta' kuxjenza soċjali.", "Jekk wieħed jimxi b'dan il-mod, pajjiżna mhux talli ma jidħolx fi problemi ġodda imma saħansitra jasal biex isolvi l-problemi li għandu bħalissa.", "Iżda minn mindu l-Gvern introduċa miżuri ġodda fil-budget li għadda, sfortunatament pajjiżna mhu jara xejn ħlief diffikultajiet kbar resqin lejh u dan ġara għaliex dawn il-miżuri kienu nofshom nejja.", "Iżda l-Gvern m'huwiex jgħidilna kif dawn il-miżuri se jaffettwaw lill-poplu u ma qalilniex li se jagħti xi żidiet biex ipatti għall-miżuri li daħħal imma qalilna li jekk ikun hemm xi effetti mbagħad jara x'jagħmel.", "Imma allura ħadd m'hu qiegħed jirrealizza li wieħed ma jistax ma jaħsibx fuq il-kontijiet minn qabel!", "Mela l-kontijiet mhux dalwaqt jibdew jaslu u l-poplu tagħna ma jridx jerfa' dak il-piż!", "Allura kif jista' wieħed jargumenta b'dan il-mod!", "GĦalhekk nerġa' nappella lill-Gvern biex ikun iktar responsabbli, iktar matur u jaffronta din is-sitwazzjoni delikata fl-ekonomija tagħna billi qabel ma jdaħħal ċerti affarijiet bla ħsieb ta' xejn iqis dak li jkun se jagħmel.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, fid-diskors li se nagħmel nixtieq nagħmel xi ftit riflessjonijiet fuq dan l-abbozz ta' liġi li, fost affarijiet oħrajn, qiegħed iżid it-tariffa tal-pitrolju, pero' dan irridu narawh fil-kontest ta' kif il-Gvern qiegħed jittratta l-problema tad- deficit kemm bħala gvern u aktar u aktar bħala Enemalta.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li l-Gvern qal li għolla l-pitrolju minħabba raġunijiet ambjentali pero' jiena wisq nibża' li din iktar qiegħda sservi bħala paraventu u kif qal il-Ministru stess, naħseb li din il-miżura iktar ittieħdet biex il-Gvern jgħolli r-revenue tiegħu.", "Jiena wasalt għal din il- konklużjoni għaliex mill-budget jidher ċar li l-Gvern għamel minn kollox biex jgħolli r-revenue tiegħu u saħansitra wasal biex jgħolli t-tariffa tal- konsum ta' l-enerġija, minkejja li jaf li llum ħadd ma jista' jgħix mingħajr ma jikkonsma l-enerġija.", "Fil-fatt il-pitrolju jintuża għal diversi affarijiet, anke fil-qasam industrijali, pero' minħabba li l-Gvern deherlu li kien qiegħed isir abbuż minnu għollieh mingħajr ma ra x'konsegwenzi se jkun hemm fuq min ma jaffordjax iħallas dawn it-tariffi ġodda.", "Biex tagħqad il-Gvern għolla l-pitrolju proprjament fl-iktar xhur kesħin ta' matul is-sena kollha u ma ppreparax lill-konsumaturi minn qabel b'dak li se jagħmel, bil-konsegwenza li llum min ma jaffordjax iħallas it- tariffi l-ġodda mhux qiegħed ikun jista' jsaħħan daru f'dawn ix-xhur kesħin.", "Fil-fatt wara l-budget bdejna naraw irreklamati prodotti domestiċi li ma jaħdmux bil-pitrolju imma b'tip ta' enerġiji oħra li għadna ma nafux eżatt x'inhu l-effett tagħhom.", "Sur President, ta' min jgħid li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tliet diviżjonijiet, id-diviżjoni tal-fuel, id-diviżjoni tal-gass u s-sezzjoni ta' l-elettriku, li lkolli qegħdin jagħmlu telf.", "Minn hawnhekk joħroġ ċar għalfejn il-Gvern qiegħed jgħolli l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti għal darba darbtejn għaliex meta jħares lejn l-andament finanzjarju ta' dawn il- prodotti, skond il-projections tiegħu stess, jinduna li peress li warrab il- VAT, li kienet tgħollilu r-revenue, din il-korporazzjoni se tkompli tiġġenera telf sostanzjali fit-tliet snin li ġejjin.", "Dan juri li l-Gvern lanqas biss qiegħed jaħdem b'computer imma b'sempliċi calculator għaliex bil-computer kien idaħħal parametri oħrajn.", "Mela aħseb u ara kemm qiegħed jikkalkola lil dawk in-nies li llum qegħdin jipprovaw jikkonsmaw mill-inqas enerġija minkejja li għadhom ma jafux x'se jkun l-ammont tal-kontijiet li se jirċievu!", "Ta' min isemmi li diversi nies li kellhom prodotti jaħdmu bil-pitrolju kkonvertewhom biex ikunu jistgħu jaħdmu b'tip ta' enerġiji oħrajn pero' dan mhux dejjem jista' jsir.", "Per eżempju, meta kien hemm min beda jixtri l- light fuel oil minflok il-pitrolju, beda jara li dan joħloq ħafna nugrufun, u jekk il-prodott ma jaqbadx mill-ewwel joħloq gassijiet velenużi wkoll, bħalma hu l-carbon monoxide.", "Meta fil-passat iddaħħal il-kerosene f'pajjiżna, konna ltqajna ma' din il-problema wkoll u minn studju li sar ftit tas-snin ilu rriżulta li 3% ta' l-attakki tal-qalb tal-poplu Malti huma kkaġunati minħabba l-carbon monoxide li, kif għidt diġa', jiġi prodott meta l-fuel ma jaqbadx tajjeb minħabba li l-prodott domestiku jkun difettuż jew inkella l-fuel ma jkunx ta' ċerta kwalita'.", "Ta' min jgħid ukoll li s- sulphur dioxide, li ġie ssuġġerit bħala alternattiva għall-pitrolju, jikkaġuna ċerti problemi fis-sistema respiratorja tal-bniedem u fil-qasam ambjentali.", "Fil-fatt waħda mir-raġunijiet prinċipali li għaliha aħna ridna nnaqqsu l-emissions tas-sulphur dioxide fil-power station kienet proprju li dan il-prodott jipproduċi ċerti sustanzi li jagħmlu ħsara kbira lill- ambjent, fosthom lill-bini.", "GĦalhekk meta wieħed jara dan kollu, bilfors ikollu jikkonkludi li l-Gvern qiegħed jintroduċi l-prodotti b'nuqqas ta' ħsieb.", "\"The Times\" ta' l-20 ta' Diċembru, 1997 irrapportat li l-manager ta' din il-korporazzjoni stess qal li huma kienu \"... unaware there would be so many problems\" għar-rigward tal-light fuel oil.", "GĦalhekk wieħed bilfors irid jgħid li din il-miżura ttieħdet sempliċement biex insolvu l-problema tad-deficit li hemm f'din il-korporazzjoni.", "Jiena naħseb li l-konsumatur Malti jixraqlu jiġi ttrattat ħafna aħjar u jeħtieġ li nedukawh fuq il- konsum tal-fuel għall-użu domestiku.", "Ħafna drabi meta nagħmlu l-kritika tagħna aħna niġu mpinġija li qegħdin nagħmlu dan sempliċement minħabba li qegħdin fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, pero' wieħed dejjem għandu jisma' l-kritika u s-suġġerimenti li tagħmel l-Oppożizzjoni għaliex finalment jekk dan ma jsirx huwa l-konsumatur li jbati.", "Sur President, fid-diskors tiegħu l-Ministru qal li dawn iż-żidiet li qegħdin nitkellmu fuqhom m'humiex taxxi.", "GĦalija l-Ministru jista' jsejħilhom li jrid pero' l-fatt hu li dawn iż-żidiet huma iebsin wisq għall- poplu Malti, iktar u iktar meta wieħed iqis li għadna ma nafux dawn x'effett se jkollhom.", "Il-Gvern qal li huwa għolla l-prezz tal-pitrolju minħabba li kienu qegħdin isiru xi abbużi, speċjalment mis-sidien tal- karozzi tal-linja, pero' kif għidt diġa' jidher ċar li l-Gvern qiegħed jinħeba wara dan il-paraventu sabiex jgħolli r-revenue tiegħu.", "Jien naqbel li għandu jkun hemm value for money pero' qabel għandna noqogħdu attenti f'liema settur napplikaw dan il-prinċipju għaliex wieħed ma jistax jikkalkola minn qabel eżattament kemm se nonfqu flus fil-qasam tas-saħħa.", "Jekk naslu għal din is-sitwazzjoni nispiċċaw li lanqas biss ikollna bżonn regolatur bħalma huwa l-gvern.", "Il-gvern qiegħed hemmhekk sabiex jipprovdi dawk il-public utilities li hu biss jista' jipproduċi fil-pajjiż u wieħed għandu jibqa' jenfasizza dan l-argument għaliex sfortunatament il-Gvern preżenti qiegħed jara l-effetti biss miċ-ċifri u mill-istatisika - dik li tissejjaħ politika leminija - mingħajr mhu jieħu ħsieb l-aspett soċjali u ambjentali ta' pajjiżna.", "Sur President, nafu wkoll li ċ-chairman il-ġdid ta' l-Enemalta qal li f'din il-korporazzjoni hemm 25% tal-ħaddiema żejda.", "Din m'hijiex ċajta u nemmen li jkun aħjar jekk nistudjaw dan il-fattur serjament milli nibqgħu ngħollu l-prodotti li tipproduċi din il-korporazzjoni għaliex, kif għidt diġa', wisq nibża' li l-Gvern qiegħed jirrikorri għal dawn il-miżuri bl- għan uniku li jkompli jiġġieled mad-deficit li qiegħed ikabbar hu stess bil- politika li qiegħed juża u bil-mod kif qiegħed jimxi mal-korporazzjonijiet.", "Fil-fatt jiena nimmeravilja ruħi kif wara ftit li korporazzjoni toħroġ ċerti miżuri ġodda, din tispiċċa tiġi pprivatizzata, kif ġara fil-każ tat- Telemalta.", "Kif għidt diġa', jien m'iniex qiegħed ngħid li m'għandux ikun hemm kontroll fuq il-ħela u li l-konsumatur m'għandux jiġi edukat biex ma jaħlix, pero' jiena personalment inħoss li l-miżuri li ttieħdu f'dan il- budget, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-fuels u l-liċenzji tas- sewqan, jikkomparaw sew ma' dik l-iskossatura li kellna fl-1973.", "Bħala Oppożizzjoni, aħna lkoll inħossu li l-miżuri li introduċa l-Gvern f'dan il- budget huma iebsin ħafna pero' naħsbu li qatt m'hu tard li l-Gvern jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu.", "Sur President, jien se nagħlaq dan id-diskors billi nfakkar lill-Gvern li l-poplu li jgħix bit-tama jista' jmut bil-piena, u qiegħed ngħid dan għaliex il-miżuri li ttieħdu f'dan il-budget mhux lill-Gvern ġabu għarkubbtejh, kif qal il-Prim Ministru, imma liċ-ċittadin.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi ngħid xi ħaġa dwar iż-żieda fis-sisa fuq il-pitrolju, għalkemm dan l-abbozz ta' liġi ma jittrattax biss il-pitrolju imma diversi items oħra, bħas- sigaretti u x-xorb.", "L-Oppożizzjoni m'hijiex se toqgħod tilmenta għall-fatt li f'dan il-budget żdiedet it-taxxa fuq is-sigaretti u x-xorb għaliex dawn m'humiex affarijiet ta' min jinkoraġġihom u meta gvern jintaxxa dawn il- prodotti jkun qiegħed jiddiżinċentiva lin-nies milli jikkonsmawhom.", "Naturalment pero' din hija xi ħaġa li finalment taffettwa d-dħul tal-gvern għaliex jekk dan id-diżinċentiv jikseb suċċess, allura l-gvern ma jdaħħalx id-dħul li jkun qiegħed jippjana li jdaħħal minn dawn il-prodotti U dan għaliex, fl-opinjoni tiegħi, l-oġġettiv soċjali tal-gvern għandu jkun li filwaqt li jdaħħal iktar taxxi fuq prodotti bħal dawn, ma jdaħħalx taxxi fuq prodotti essenzjali, bħalma hu l-pitrolju.", "Smajna lill-Ministru jgħidilna li t-taxxi li ddaħħlu f'dan il-budget kienu suċċess għaliex il-konsum tal-pitrolju naqas drastikament.", "Fil-fatt mill-figuri li tana l-Ministru stess jirriżulta li filwaqt li f'Novembru ta' l-1996 il-poplu kkonsma 1,474 metru kubu ta' pitrolju, fl-1997 dan il- konsum niżel għal 507 metru kubu.", "Pero' meta jien qabbilt kemm il-poplu kkonsma gasoline, kerosene, thin fuel oil u LCO fl-1996 ma' kemm ikkonsma fl-1997, sibt li fl-1997 dan ikkonsma 1,000 tunnellata inqas mill-1996.", "Qiegħed ngħid dan biex nuri kemm huwa meħtieġ li nirrispettaw iktar iċ- ċifri u nikkwotawhom fil-kontest veru tagħhom għaliex maċ-ċifri nistgħu nduru dawra durella, nistgħu nqabbżuhom kif nixtiquhom jaqbżu u nistgħu nġiegħluhom jiżfnu skond id-daqqa li ndoqqu.", "Pero' l-fatt li f'Novembru l- konsum tal-pitrolju naqas b'900 tunnellata u l-konsum taż-żjut kollha naqas b'1000 tunnellata jfisser li kien hemm raġunijiet oħra għaliex kien hemm nuqqas fil-konsum tal-pitrolju.", "GĦalhekk qed nagħmel dan l-appell biex ninterpretaw iċ-ċifri kif għandna ninterpretawhom u mhux kif jaqblilna.", "Sur President, jiena nistaqsi: Din is-sena kien hemm nuqqas fil-konsum tal-pitrolju minħabba li l-heaters tal-pitrolju, speċjalment fid-djar ta' l- anzjani tagħna, ma ġewx mixgħula?", "Dan kien il-prezz li ħallasna biex inkunu nistgħu niġu niftaħru li l-Enemalta sejra tajjeb?", "GĦamilna xi eżerċizzju biex inkunu nafu kemm mill-500 tunnellata pitrolju li ġew ikkonsmati f'Novembru u kemm mill-500 tunnellata li ġew ikkonsmati f'Diċembru ntużaw mill-anzjani tagħna, li kellhom iħallsu iktar għal dan il- prodott biex ikunu jistgħu jgħixu b'mod diċenti?", "GĦaliex kulma qalilna l- Ministru huwa li l-Enemalta marret tajjeb u llimita ruħu għal parti waħda biss mill-equation kollha ta' din l-azzjoni li ħa mingħajr ma lluminana dwar l-effett soċjali li ħalliet miżura bħal din.", "Jien ma nafx jekk il- Ministru jimportahx mill-effett soċjali pero' l-fatt hu li ma qalilniex kemm hemm households li jużaw il-pitrolju jew kemm hu l-persentaġġ tal- pitrolju li jintuża għall-konsum domestiku.", "Aħna nafu li l-pitrolju jintuża l-iktar mill-pensjonanti imma l-Ministru ma tax importanza lil dan il-fattur għaliex iċ-ċifri, l-oġġettivi tal-profitti u l-oġġettivi finanzjarji ddominaw il-ħsieb tal-Gvern b'mod totali.", "Fl-opinjoni tiegħi hija xi ħaġa tal-mistħija li llum il-Gvern qiegħed jimxi bħal ma timxi ażjenda, jiġifieri qiegħed iħares biss lejn il-profitt, u mhux qiegħed jagħti kas il-kwalita' tal-ħajja tal-poplu minkejja li huwa d-dmir ta' kull gvern li jagħmel dan.", "Irrid nagħmilha ċara li jiena nara l-profitt bħala xi ħaġa essenzjali li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha jekk ma rridux ninqatgħu lura f'dak li hu investiment, pero' fl-istess ħin irridu nifhmu li r-regoli li jgħoddu għall- azjendi privati mhux neċessarjament jgħoddu għall-Gvern u għall-ażjendi tiegħu għaliex dawn għandhom element soċjali fihom.", "L-ewwelnett aħna nemmnu li l-Gvern m'għandux jidħol f'ażjendi li ma jkollhomx kontest soċjali u jekk il-Gvern għandu share fl-Enemalta, fit-Telemalta u fil- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dan jiġri biex f'dawn il- korporazzjonijiet ikun hemm element soċjali.", "Allura kif jista' jiġi aċċettat li dawn il-korporazzjonijiet, li għandhom element soċjali, ikunu mmotivati biss mill-profitt?", "Kif jista' jiġi aċċettat li minn dawn il- korporazzjonijiet ikun jinteressana biss kemm se naqilgħu u li ma jkollniex telf?", "Aħna rridu nifhmu li pajjiżna m'għandux riżorsi naturali bħaż-żejt u rridu niftakru li l-ilma rridu nipproduċuh għaliex, filwaqt li f'pajjiżi oħra l-ilma jaqa' mis-smewwiet għal ġox-xmajjar, aħna rridu nneħħulu l-melħ u l-impuritajiet kollha qabel ma nkunu nistgħu nużawh, u naturalment dan il- proċess jiswa l-flus.", "Allura kif nistgħu ngħidu li ma jimportaniex minn dan kollu u mbagħad il-poplu jħallas għall-ispejjeż li tonfoq il- korporazzjoni?", "Meta nargumentaw b'dan il-mod, Sur President, inkunu qegħdin niddistabilizzaw il-bażi totali tal-cost structure ta' pajjiżna.", "Hemm bżonn li l-Gvern preżenti jifhem li hawnhekk m'aħniex nagħmlu eżerċizzju fit-teorija ta' kif titħaddem kumpannija jew korporazzjoni parastatali.", "II- Gvern preżenti jrid jifhem li huwa għandu responsabbilta' ta' gvern tal- pajjiż u mhux ta' management ta' ażjenda.", "Il-Gvern preżenti jrid jifhem li l-poplu Malti m'huwiex xi shareholder, jiġifieri ma jinteressahx id- dividend li tagħtih fl-aħħar tas-sena imma jinteressah jekk jistax jgħix tajjeb illum.", "Jekk ma jkollniex din il-viżjoni fit-tmexxija tagħna allura ma nistgħux immexxu tajjeb.", "Fil-fatt dik hi li hemm nieqsa fil-Gvern preżenti, il-kuxjenza soċjali.", "Kemm hu faċli li ma jkollokx tfixkil mill- unions, kif kien ikollna aħna, meta tkun fil-gvern!", "Kemm hu faċli li tilbes il-ġilda ta' iljun u toqgħod tiftaħar kemm inti b'saħħtek u kemm se tagħmel riformi f'qasir żmien fil-pajjiż!", "Pero' jekk gvern ma jaħsibx fuq kif dawk ir-riformi se jaffettwaw lill-poplu allura ma jkunx qiegħed jaqdi d-dmir tiegħu sewwa.", "Imma issa ħalli nkompli fuq dak li kont qiegħed ngħid.", "Jiena nistaqsi: Illum xi fuel alternattiv qegħdin jużaw dawk in-nies li m'humiex qegħdin jużaw il-pitrolju?", "Qegħdin jużaw fuel alternattiv li jiswa iktar?", "Dan x'effett se jkollu fuq ħajjithom?", "U jekk dawn in-nies qegħdin jużaw prodott li ma jiswiex iktar mill-pitrolju imma li huwa ta' kwalita' inferjuri, x'se jkunu l-konsegwenzi?", "Fil-fatt ġie rrapportat li ċerti ażjendi, fosthom il-lukandi, minflok pitrolju qegħdin jużaw fuels oħra biex iħaddmu s-central heating system, u danqiegħed jikkawża emissions enormi ta' gassijiet li m'humiex aċċettabbli ambjentalment.", "Allura dan m'huwiex prezz ieħor li qiegħda tħallas is-soċjeta' sabiex il-Gvern ikun jista' jiftaħar kemm l-Enemalta sejra tajjeb?", "Ta' min jgħid li dawn il- proposti kienu resqu quddiemna meta konna fil-gvern pero' aħna konna ħassejna li m'humiex aċċettabbli għas-soċjeta' tagħna.", "Jien m'iniex inlum lill-Korporazzjoni Enemalta għaliex din qiegħda tagħmel id-dmir tagħha li tmexxi lil din il-korporazzjoni 'l quddiem imma qiegħed inlum lill-Gvern li l-oġġettiv tiegħu m'għandux ikun li tmur tajjeb l-Enemalta imma li jmur tajjeb il-poplu.", "Sur President, fid-diskors tiegħu l-Ministru qalilna kemm il-VAT kienet iddaħħal inqas milli qiegħed idaħħal illum is-CET u tana xi ċifri sabiex jipprovalna dak li kien qiegħed jgħid.", "Jien ma rridx nirripeti pero' wieħed irid iqis li l-Ministru qabbel il-VAT li tħallset fl-ewwel sitt xhur ta' l-1996 mal-VAT li tħallset fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997.", "Issa ta' min jgħid li fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997 inġabret iktar VAT mill-ewwel sitt xhur ta' l-1996, u dan għal żewġ raġunijiet, l-ewwelnett minħabba li l-VAT tkabbar id-dħul tal-gvern iktar ma jgħaddi ż-żmien u t-tieni nett minħabba li fl-1996 saru ħafna stock refunds lin-negozjanti għall-istocks li kellhom meta daħlet il-VAT.", "GĦalhekk il-Ministru lanqas aġġusta dawn iċ-ċifri għall-fatt li matul l-1996 kien hemm one-off payments, one-off transactions u one-off income and expenditure.", "Jiena lill-Ministru nistaqsih: Kemm tħallsu stock refunds fl-1996 u kemm tħallsu stock refunds fl-1997?", "Jien qiegħed nagħmel din il-mistoqsija sabiex forsi fl-aħħar nibdew nirrispettaw iċ-ċifri u mhux nikkwotawhom fit-totalita' tagħhom sabiex nagħmlu l- argument li rridu nagħmlu għaliex it-total huwa magħmul minn ħafna elementi li lkoll għandhom l-effetti tagħhom.", "U nispera li l-Ministru jweġibni.", "Sur President, l-eżerċizzju li jrid isir biex tiġi kkomparata l-flow tad- dħul mill-VAT mal-flow tad-dħul mis-CET għandu jkun ħafna iktar differenti u mirqum minn dak li għamel il-Ministru.", "Jiena nistaqsi wkoll: Sa l-aħħar ta' Ġunju 1997, il-Gvern kemm daħħal mit-taxxa li għamel fuq l-istocks li kellu n-negozjant?", "Jiena nixtieq li l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija ħalli b'hekk inkunu nafu kemm CET ġiet mill-one-off income tal-Gvern, u dan minħabba li meta daħlet is-CET in-negozjant kellu jħallas lura d-dazju li ma kienx ħallas fuq l-istocks li kellu.", "Irrid nerġa' nenfasizza hawnhekk biex nikkomparaw iċ-ċifri b'mod tajjeb u ma nipprovawx nagħtu l-impressjoni li l-problema vera li għandna llum m'hijiex ikkaġunata mill-ħmerija tal- Gvern li biddel is-sistema ta' tassazzjoni f'pajjiżna.", "Din hija l-bażi tal- problema kollha li għandna f'pajjiżna u inutli niġu ngħidu li s-CET qiegħda ddaħħal iktar mill-VAT jekk ma nikkomparawx iċ-ċifri b'mod tajjeb.", "Fil- fatt għall-ewwel il-Prim Ministru tefagħha għal saqajha u qalilna li s-CET qiegħda ddaħħal iktar mill-VAT, biex mingħalih jerġa' jsakkar lill-poplu Malti f'dik il-mentalita', imma issa l-Ministru ppreżentalna dawn iċ-ċifri li xejn m'huma analizzati b'mod tajjeb.", "Jien ngħid li mis-CET l-Gvern lanqas qiegħed idaħħal qrib dak li kien idaħħal mill-VAT, aħseb u ara kemm qiegħed idaħħal dak li suppost idaħħal meta s-sistema tkun qiegħda tingrana!", "Sur President, it-tibdil fis-sistema ta' tassazzjoni hija r-raġuni prinċipali li għaliha llum għandna problemi fiskali kbar u inċertezza totali ġewwa pajjiżna - dan bħal meta kellna bini, neħħejnilu l-ġebla tax- xewka u llum jinsab jixxengel 'l hemm u 'l hawn skond il-buffuri tar-riħ - għaliex meta mmorru l-Ewropa nibdew nixxenglu lejn naħa u meta niġu f'Malta nibdew nixxenglu lejn in-naħa l-oħra!", "Jiddispjaċini ngħid li finalment dawn l-istatements iktar qegħdin joħolqu nkwiet u diżgwid, u dan bil- konsegwenza li f'pajjiżna qiegħda tkompli l-gidba li bdiet meta l-Partit Laburista qal li se jneħħi l-VAT, jiġifieri meta ta l-impressjoni li se jneħħi l-cash registers u l-income tax declarations.", "Aħna poġġejna diversi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra fejn between the lines il-Ministru qiegħed jitlob lill-constituted bodies jiddiskutu miegħu ħalli jaraw x'jistgħu jagħmlu għaliex għalkemm kienu stqarrew li t-tibdil li qegħdin jagħmlu mhux se jkollu konsegwenzi internazzjonali, fil-fatt mhux hekk ġara.", "U dan għaliex il-kawlata li għamlu ġiet tinten peress li ma kienux jafu x'ingredjenti qegħdin jitfgħu fiha u allura issa se jkollhom idaħħlu t- taxxa tas-sisa fuq il-prodott lokali u taxxa oħra fuq il-valur miżjud.", "Pero' fl-artikli li kiteb fuq il-gazzetti, il-Ministru nsista li t-taxxa li se jdaħħal fuq il-valur miżjud m'hijiex value added tax imma tax on value added.", "Il-bieraħ anke l-Prim Ministru kiteb fuq dan ir-rigward f'\"it- Torċa\".", "Fl-artiklu tiegħu l-ewwel qal li n-Nazzjonalisti huma giddibin għaliex qegħdin ngħidu proprju li se nerġgħu ndaħħlu l-VAT, u mbagħad kompla - se nikkwotah eżatt biex il-poplu jkun jista' jiddeċiedi jekk il-fares li jara s-soltu fit-teatrini jdaħħkuhx daqs kemm idaħħku dan il-paragrafu li nkiteb mill-Prim Ministru - jgħid hekk:", "''Effettivament li qegħdin nipproponu hu li fuq temp ta' xi snin is- sisa ta' 15% li bħalissa tapplika fuq prodotti importati minn barra tiġi tapplika wkoll għal prodotti maħduma f'Malta.''.", "Issa nispera li l-Membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra jiftakru li meta kienu fl-oppożizzjoni huma kienu jbellgħuha lill-poplu Malti li l-VAT m'hijiex tajba għal pajjiżna minħabba li din tintaxxa l-prodott lokali daqs dak barrani.", "Imma mid-dehra l-folja issa nqalbet għaliex illum il-Gvern Laburista minbarra li se jiċċarġja 15% VAT jew sisa fuq il-prodotti importati, se jiċċarġja taxxa ta' 15% fuq il-prodotti lokali wkoll.", "Il- Gvern qal ukoll li se jkun hemm arranġament - għax mhux se jkun hemm sistemi imma arranġamenti f'dan ir-rigward - sabiex jiġi żgurat li ma terġax titħallas taxxa fuq dawk il-prodotti lokali li jkollhom parti minnhom li tkun inġabet minn barra u li għalhekk tkun diġa' tħallset taxxa fuqha.", "Imma b'min qegħdin ngħaddu ż-żmien!", "Il-membri tal-Gvern jafu x'ifisser dan li qegħdin jgħidu?", "Dan ifisser li filwaqt li s-settur tal- manifattura se jibda jiġi charged 15% fuq l-output tiegħu, imbagħad se jibda jieħu refund ta' 15% fuq l-import content.", "Issa jekk il-Ministru għandu xi spjegazzjoni differenti għal dan, jien nitolbu jagħtihielna.", "Probabbilment id-differenza għall-manifatturi Maltin tkun li ma jeħdux 15% refund fuq kollox imma fuq ir-raw material content li jkollhom fil-prodott tagħhom.", "GĦalhekk il-manifatturi se jkollhom żvantaġġ għaliex mal-15% li jħallsu fuq l-output tagħhom issa se jkollhom iħallsu wkoll l-ETP, l-ETS u l-ETI fuq il-prodotti anċillari l-oħra u fuq is-servizzi kollha li jirċievu.", "Kemm hi tajba din is-sistema ta' tassazzjoni għall-manifattur lokali u għal pajjiżna?", "Imma l-Gvern jaf x'qiegħed jagħmel?", "Jafu f'liema sitwazzjoni se jġib lill-manifatturi lokali li tant kien jgħid li batew minħabba l-VAT?", "Għaliex jiena nissuspetta li f'dan il-pajjiż qiegħed isir kollox bl-addoċċ, qegħdin jaqbdu u jgħaffġu u mbagħad jaraw wara, bħalma qal il-Prim Ministru waqt id-diskussjoni tal-budget.", "L-affarijiet mhux hekk għandhom isiru imma l-kontra.", "Imma issa ħalli nkompli d-diskors tiegħi.", "Kont qiegħed ngħid li l-Gvern issa se jagħmel arranġament sabiex tibda titħallas taxxa fuq dawk il-partijiet tal-prodott li jkunu ġew importati u mbagħad titħallas is-sisa fuq il-bqija tal-prodott malli dan joħroġ mill- fabbrika.", "Jiena ngħid li hawnhekk jew qegħdin nagħmlu balbuljata jew inkella rridu ngħattu x-xemx bl-għarbiel!", "X'kien isir bis-sistema tal-VAT?", "B'din is-sistema kienet titħallas 15% fuq ir-raw material hekk kif dan jidħol id-dwana u mbagħad il-kumplament tat-taxxa kienet titħallas meta dak il-prodott jinbiegħ.", "Jiġifieri l-Gvern illum qiegħed jipproponi preċiżament l-istess ħaġa, xejn iktar u xejn inqas.", "GĦalhekk il-Gvern jista' jgħid li jrid, jista' jipprova jqarraq kemm irid u jista' jdawwar l- argumenti kemm irid għax il-fatt hu li dak li qed jipproponi huwa r-ri- introduzzjoni tal-VAT.", "Dan it-taħwid kollu li hawn fil-pajjiż huwa kkaġunat minħabba li s-sistema ta' tassazzjoni li qed jipproponi l-Gvern qiegħda tinbidel kuljum.", "X'ma jkunx hawn inċertezza f'pajjiżna!", "Dan huwa l-mod kif tiggverna u kif tmexxi pajjiż?", "Issa l-Prim Ministru qed jgħidilna li l-Malta Council for Economic Development se jorbot il-problemi kollha li nħolqu f'pajjiżna f'pakkett wieħed, pero' jiena naħseb li kif dan jibda jeżamina d-deficits li għandu l- Gvern l-ewwel ħaġa li se jgħidlu hu dan: Qabel ma tiġi tgħidilna kemm trid tissikka ċ-ċintorin, qabel ma tiġi tgħidilna kemm trid tiffriża pagi fil- futur u qabel ma tiġi tgħidilna dawn il-ħafna teoriji li għandek biex mingħalik tiffranka l-flus u li bihom ħarbatt l-ekonomija ta' pajjiżna, l- ewwel għandek ittabbab lilek innifsek billi tħares lejn it-taħwid tas- sistemi fiskali li daħħalt fil-pajjiż, għal-liema taħwid aħna għidnielek fil-pubbliku li ma naqblux miegħu, u mela tiġi tgħabbini bir- responsabbilta' biex nissawwat ħalli npatti għall-iżbalji tiegħek!", "Għax ibqgħu ċerti li l-Gvern se jirrikorri għal għand l-MCED biex jgħidlu: Issa, wara li jien farrakt u għaffiġt id-dħul ta' pajjiżna, għidli kif nista' nirranġa dan it-tgħaffiġ ħalli nkun nista' npaċi l-kontijiet tiegħi.", "Illum il-Prim Ministru sejjer quddiem l-MCED, quddiem l-employers u quddiem il-unions biex jgħidilhom: Il-pajjiż m'għandux revenue u għalhekk għiduli kif se npaċi l-ħruġ mad-dħul imnaqqas li ġġenerajna minħabba t- tibdil fis-sistema ta' tassazzjoni u minħabba l-ekonomija mbażwra li għandna f'pajjiżna llum.", "Madam Speaker, illum l-ekonomija ta' pajjiżna hija staġnata u jekk mhux diġa' qiegħda f'riċessjoni, żgur li din qiegħda fuq l-għatba tal-bieb.", "U pajjiżna ma jistax jibqa' f'din is-sitwazzjoni għat-tul għaliex din is- sitwazzjoni lill-Gvern ma tiġġeneralux revenues u għalhekk bilfors qed ikollu jirrikorri għand il-unions biex jgħidilhom: Dak li akkwistajtu taħt il-Gvern Nazzjonalista issa tridu tarmuh kollu u dak li akkwistaw il- pensjonanti b'xi mod jew ieħor irridu nnaqqruhomlhom għax minkejja li mhux se nneħħulhom il-pensjonijiet se nżidulhom it-taxxi, bħalma diġa' żiedna t- taxxi fuq l-ilma, fuq l-elettriku u fuq id-drenaġġ, biex nherrulhom id-dħul li jirċievu.", "Kif kulħadd jaf, illum il-Gvern sab mezz kif jista' jaqbad biċċa sostanzjali mid-dħul li għandhom il-pensjonanti u jeħodha lura billi għolla b'mod inaċċettabbli d-dritt li wieħed ikollu s-servizzi tad-dawl, ta' l-ilma u tad-drenaġġ.", "Il-Gvern għolla wkoll il-konsum ta' dawn is- servizzi, pero' l-ikbar għafsa ta' qalb hi li dan il-Gvern għolla d-dritt li wieħed jgħix b'mod diċenti.", "Issa l-unions kif jistgħu jaċċettaw din is- sitwazzjoni meta qegħdin jaraw li f'sena l-Gvern irnexxielu jibgħat lill- pajjiż ħames snin lura u meta qegħdin jaraw li l-kwalita' tal-ħajja tal- poplu qiegħda tmur lura bis-sigħat?", "Allura bir-raġun il-unions ħadu l- azzjonijiet li ħadu.", "Madam Speaker, jiena m'iniex se nidħol fit-tip ta' azzjonijiet li ħadu għaliex tista' taqbel magħhom u tista' ma taqbilx, pero' wieħed irid jgħid li dawn l-azzjonijiet ġew imbottati mill-Gvern stess.", "U jien niskanta meta nara r-relazzjoni li teżisti bejn il-Gvern u l-General Workers Union, li jidher li ma tridx tiġġieled akkost ta' kollox.", "Waqt id-diskors tiegħu, l- Onor. Agius fakkarni f'dak li qal iċ-chairman ta' l-Enemalta, jiġifieri li 25% tal-ħaddiema ta' din il-korporazzjoni huma żejda.", "Meta smajt dan id- diskors, bejni u bejn ruħi jiena għidt li kieku fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kien hemm xi chairman li lissen dan il-kliem, ibqgħu ċerti li l-għada kien ikollna l-port magħluq u t-telephone ta' dan iċ-chairman kien ikun maqtugħ.", "Dan huwa l-playing field li qed nilagħbu fih, u nixtieq inkun naf x'kienet tagħmel il-General Workers Union li kieku fi żmien il- Gvern Nazzjonalista kien hemm xi chairman li qal li jrid ikeċċi 25% tal- ħaddiema ta' l-Enemalta.", "Madanakollu llum ninsabu f'sitwazzjoni fejn minkejja li l-Gvern għandu union li ma tridx tiġġieled miegħu akkost ta' kollox, dan qiegħed kull darba jistedinha għall-ġlied.", "Imma dan x'sens jagħmel?", "X'sens jagħmel li fil-pajjiż toħloq din it-tip ta' kriżi industrijali meta nafu li l-poplu ma jaħdimx f'din it-tip ta' awra ta' nkwiet?", "Il-fatt hu li l-pajjiż qed iħallas il-prezz ta' ekonomija falluta u ta' inċertezza enormi, imbasta l- Prim Ministru mingħalih li qed jibni l-image, imma mbagħad meta nibdew naraw il-konsegwenzi nibdew naraw fuq min se nwaħħlu.", "Kif intqal diġa' f'din il-Kamra, l-organizzazzjoni Moody's qalet li se tbaxxi r-ratings tagħha għar-rigward ta' pajjiżna.", "Qabel xejn, tajjeb li ngħidu li Moody's u Standard and Poor's huma żewġ organizzazzjonijiet rinomati li jagħtu l- credit ratings u wara li dawn it-tnejn kienu jagħmlu d-due diligence report u d-due diligence investigation tagħhom dejjem taw ċertifikat tajjeb lit- tmexxija ekonomika tal-Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt, minkejja li nbidel il-gvern, sa Mejju ta' l-1997 l-organizzazzjoni Moody's kien għad għandha impressjoni tajba fuq pajjiżna, jiġifieri t-tmexxija ta' sieħbi l-Onor.", "Lino Spiteri kienet għadha pożittiva fuq din l-organizzazzjoni.", "Pero' minkejja t-tlablib li kien isir mill-Gvern Laburista fuq id-deficit u fuq il-ħofor, fid-19 ta' Mejju 1997 l-organizzazzjoni Moody's qalet hekk:", "\"The ratings are firmly positioned in the A2 category.\".", "Madanakollu eżattament mal-bidla fis-sistema ta' tassazzjoni ta' pajjiżna, eżattament fit-3 ta' Lulju ta' l-1997, jiġifieri jumejn wara, Moody's ħarġet press release fejn qalet:", "\"Moody's Investors Service announced today a negative outlook on Malta's A2 long-term foreign currency country ceilings on bonds and bank deposits.\".", "Jiena nistaqsi: Moody's ħarġet din l-istqarrija wara biss jumejn minn mindu nbidlet is-sistema ta' tassazzjoni b'kumbinazzjoni?", "Allura kif il- Prim Ministru qed jipprova jbellagħha lill-poplu Malti li Moody's qiegħda tirrikonsidra r-rating tagħna minħabba l-azzjonijiet li ordnat il-UĦM?", "Imma hawn b'min qed nidħku!", "L-organizzazzjoni Moody's qalet dan il-kliem f'Lulju, jiġifieri qabel il-budget u qabel ma l-UĦM kienet għadha ħolmot bl- azzjonijiet minħabba d-diżastru li ħalla dan il-budget.", "Fil-fatt Moody's qalet dan il-kliem meta pajjiżna biddel is-sistema ta' tassazzjoni tiegħu.", "Jien ma nagħtihiex tort lil din l-organizzazzjoni li qalet li se tagħmel rethinking ġaladarba l-Gvern ta' dan il-biċċa pajjiż ta' Malta - qed ngħid \"biċċa\" minħabba li Malta hija żgħira ħafna ħdejn pajjiżi oħrajn għaliex aħna kollha ninsabu kburin b'pajjiżna - li mingħalih li jaf iktar minn kulħadd tant għandu rasu iebsa li vvinta sistema ta' tassazzjoni hu stess bil-konsegwenza li se jinħoloq unsustainable deficit f'pajjiżna u r- riżultat se jkun wieħed diżastruż.", "Jien naħseb li veru jrid ikollok wiċċek jagħtik biex minkejja li tkun taf x'inhuma l-fatti, toqgħod tgħid li l- organizzazzjoni Moody's se tagħmel rethinking minħabba l-azzjonijiet tal- UĦM.", "Nerġa' ngħid, Moody's se tagħmel rethinking minħabba l-inkompetenza li wera dan il-Gvern biex imexxi lil pajjiżna u mhux minħabba l-azzjonijiet tal-UĦM.", "Madam Speaker, kif intqal f'gazzetta lokali li kont qed naqra l-bieraħ minħabba li għamilt erbat ijiem imsiefer, il-poplu donnu mtarrax u m'huwiex qed jaħseb iktar.", "Dan il-Gvern reġa' ġab lill-poplu Malti qisu zombie għax reġa' qed jgħix mingħajr ma jaħseb u dalwaqt se jġibu jgħix mingħajr ma jħoss ukoll!", "Jeħtieġ iżda li l-Gvern jirrealizza li qed imexxi pajjiż u mhux ażjenda.", "Il-Gvern irid jirrealizza li qed jilgħab bil-ħajja ta' 400,000 ruħ qabel ma jipprova jesperimenta fuq il-mod kif għandhom jiġu inflated il-profit and loss accounts tal-korporazzjonijiet tiegħu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, jiena segwejt b'attenzjoni l- interventi li saru mit-tliet kelliema tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, u fil- fatt nixtieq nibda biex nikkummenta dwar ir-rapport ta' Moody's innifsu għaliex li ma qalux il-kelliema tan-naħa l-oħra huwa li r-rapport ta' Lulju kien jittratta dwar il-continued imbalances, jiġifieri dwar dawk l- imbalances li kienu jeżistu qabel.", "(Interruzzjonijiet) Issa, jekk jogħġobkom ippermettuli daqsxejn.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, jiena qed insostni li dan ir-rapport kien qiegħed jirriferi għas-sitwazzjoni finanzjarja li writna aħna mill- Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt ir-rapport li ħarġet Moody's din il-ġimgħa jittratta dwar il-political constraints li jista' jiltaqa' magħhom il-Gvern biex jikkombatti l-fiscal deficit u r-reform programme tiegħu.", "Jiġifieri it is very unfair, kemm għal din il-Kamra kif ukoll għall-poplu li qed isegwina, li l-argument jiġi spustat bil-mod kif spustawh il-kelliema ta' l- Oppożizzjoni.", "Nixtieq issa nirriferi għall-argumenti li tqajmu mill- kelliema ta' l-Oppożizzjoni rigward il-pitrolju.", "Madam Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li jien ma nistax nifhem l- argument li ġab Onor. Josef Bonnici meta dan qal li l-graph li għamel riferenza għaliha turi li kien hemm downturn għaliex għalkemm huwa minnu li bejn l-1995 u l-1997 il-konsum naqas xi ftit, jiena naħseb li wieħed għandu jħares lejn il-consumption pattern fit-totalita' tiegħu u bħala kuntrast tal-konsum li kien hemm, per eżempju, fis-snin 1986 u 1987.", "Meta jara l- graph l-Onor.", "Bonnici għandu jasal waħdu għall-konklużjoni li f'każijiet bħal dawn kien hemm abbuż u ċertament m'hemmx għalfejn noqogħdu nduru mal- lewża għaliex il-fatt li kien qed isir abbuż mill-pitrolju jafu kulħadd, kemm il-membri ta' din il-Kamra kif ukoll il-bnedmin normali tat-triq, li mhux neċessarjament isegwu l-affarijiet b'ċerta attenzjoni klinika, kif wieħed huwa obbligat li jagħmel f'din il-Kamra.", "Jiena naħseb li m'huwiex sewwa li qegħdin nipprovaw nallarmaw lin-nies fuq il-pollution content għaliex bħalma għidt diġa' fl-ewwel intervent tiegħi, meta bdejna nużaw iż-żejt minflok il-faħam - u rrid nagħmilha ċara li m'iniex qed ngħid li għandna nerġgħu ndaħħlu l-faħam, biex ma jmurx ikun hemm xi ħadd li jimmiżinterpretani - żidna s-sulphur content b'700% għaliex filwaqt li l-faħam kellu 0.5% sulphur content iż-żejt li qed jintuża minflok il-faħam għandu sulphur content ta' madwar 3.5%.", "Madam Speaker, jiena naħseb ukoll li nkunu qegħdin nagħtu stampa lopsided meta nagħtu l-impressjoni li l-Maltin jiddependu ħafna fuq il-pitrolju fil- ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Issa minix qed ngħid dan bl-ebda diżrispett għan-nies li jużaw il-pitrolju, biex ma niġix miftiehem ħażin, pero' ġaladarba l-membri ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista dejjem jiftaħru li meta kienu fil-gvern għollew l-istandard of living kemm felħu ma tantx huwa unur għalihom li l-konsum tal-pitrolju huwa għoli daqskemm qed jgħidu huma stess.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-pitrolju kien qed jintuża wkoll għas-central heating u żgur li ma nistgħux ngħidu li hawnhekk qed nitkellmu fuq il-faxx tal-fqar tas-soċjeta' Maltija, pero' minkejja dan lil dawn in-nies aħna xorta pprovdejnielhom prodott ġdid biex għallinqas ikunu jistgħu jikkumbattu ...", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, għalkemm jien ma qbiltx ma' diversi punti li għamlu l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni, ma nterrompejt lil ħadd u għalhekk nippretendi li ma jinterrompini ħadd.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, jiena naħseb illi li jmisshom jgħidu l- Onor. Membri ta' l-Oppożizzjoni huwa li meta kienu fil-gvern huma għabbew lill-Enemalta bil-VAT fuq l-elettriku biex illum aħna qed ikollna nġorru l- piż ta' l-iżbalji li għamlu huma fil-mod kif amministraw lill- korporazzjonijiet.", "Fil-fatt jiena niskanta kif l-Onor.", "Dalli qed jipprova jagħti l-impressjoni li aħna qegħdin nipprovaw immexxu kollox qisna qed immexxu xi ażjenda u mbagħad ma jirrikonoxxix il-fatt li l-liġi ta' l- Enemalta kienet tipprovdi li din il-korporazzjoni għandu jkollha mezzi biżżejjed biex tilqa' għal ċerti commitments li għandha, ħaġa li bil- financial constraints li għandha żgur li ma kenitx f'pożizzjoni li tagħmel.", "Aħna m'aħniex qegħdin nipprovaw immexxu lil pajjiżna bħal ażjenda imma qegħdin nipprovaw nirrispettaw u nħaddmu l-obbligi leġislattivi li għandhom il-korporazzjonijiet.", "Jien m'iniex qed ngħid li se nsolvu l-problemi li għandhom il-korporazzjonijiet overnight imma naħseb li ħadd m'għandu jagħtina tort li nipprovaw inressqu lil dawn il-korporazzjonijiet lejn sitwazzjoni vijabbli u li tagħmel iktar sens.", "Madam Speaker, punt ieħor li xtaqt insemmi jirrigwarda l-kwestjoni tas- sulphur content.", "Jien m'iniex xi bniedem tekniku pero' l-feedback li għandi huwa li s-sulphur huwa preżenti f'kull tip ta' fuel, anke fil- kompost, u meta l-fuel jinħaraq f'burner is-sulphur jinbidel f'gass li joħroġ miċ-ċumnija tal-forn u jintilef fl-atmosfera.", "Barra minn hekk, ta' min jgħid li l-ġebla tal-forn tinnewtralizza kimikament xi sulphur gas li ma joħroġx miċ-ċumnija, għalkemm din hija ċirkostanza rari.", "Għaldaqstant il-biża' li tnisslet f'din il-Kamra minħabba li s-sulphur jista' jippenetra fil-ħobż ma teżistix u hija pjuttost allarmistika.", "Fil-ħin li għad baqagħli għad-dispożizzjoni tiegħi, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar ir-riferenzi li saru kemm fuq il-kwestjoni tal-free trade kif ukoll fuq il-kwestjoni tas- CET.", "Madam Speaker, nibda biex ngħid li aħna ma poġġejniex id-dokument li rriferew għalih il-Membri ta' l-Oppożizzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra mhux minħabba xi ħaġa konfidenzjali imma on a matter of principle għaliex dan huwa a discussion document li għad irid jiġi diskuss mal-korpi kostitwiti fil-ġranet li ġejjin.", "Peress li dan id-dokument għadu ma tqiegħedx fuq il- Mejda tal-Kamra, bħala regola ta' prinċipju nista' ngħid biss li l-Gvern ipprova jispjega l-proposti tiegħu f'ċertu dettall fuq l-iżviluppi meħtieġa fis-sistema preżenti tas-CET sabiex il-prodotti maħduma f'Malta għas-suq lokali jkollhom l-istess rata ta' sisa daqs prodotti importati, u dan fl- isfond tal-politika tal-Gvern li Malta jkollha l-eqreb relazzjonijiet ma' l- Unjoni Ewropea iżda mhux sħubija sħiħa.", "F'dan id-dokument aħna għamilnieha ċara - fil-fatt din tirriżulta anke mill-partijiet tad-dokument li l-Onor.", "Josef Bonnici qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra - li għandha tiddaħħal sisa fuq il-prodotti maħduma f'Malta għas- suq lokali u li għandha tiżdied matul is-snin sakemm fl-aħħar tkun tista' tilħaq l-istess livell ta' sisa fuq prodotti importati.", "Din is-sisa għandha tkun imposta fuq il-valur ex-factory u s-sisa fuq il-materja prima għal dawk li huma inputs ta' dawn il-prodotti tiġi mnaqqsa, peress li din tkun diġa' tħallset qabel ma l-materja prima tiġi biex tinħareġ mid-dwana nnifisha.", "Min-naħa l-oħra s-sisa fuq l-importazzjoni, jiġifieri l-ETI, għandha tibqa' hemm u fl-aħħar tal-perijodu ta' seba' snin għandha tiġi integrata mat-taxxa tas-sisa fuq il-prodotti maħduma f'Malta għas-suq lokali.", "L-oġġettiv tagħna huwa li l-prodotti kollha, kemm dawk importati kif ukoll dawk maħdumin f'Malta għas-suq lokali, ikunu soġġetti għal rata waħda ta' taxxa.", "Kif iddikjarajt kemm-il darba b'mod ċar, il-ħsieb tal-Gvern huwa li l-prodotti maħduma f'Malta għas-suq lokali jiġu intaxxati bħall-prodotti importati għaliex ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni fejn filwaqt li l-prodotti importati jkunu intaxxati fuq il-valur sħiħ tagħhom, il-prodotti maħduma f'Malta għas-suq lokali jkunu intaxxati biss fuq il-valur miżjud, kif ġie allegat f'ċerti rapporti li dehru fl-istampa f'dawn l-aħħar jiem.", "L-arranġamenti kuntrattwali li qed jipproponi l-Gvern u l-iżvilupp li jrid isir fis-sistema tas-CET sabiex il-prodotti maħduma f'Malta għas-suq lokali jkunu intaxxati daqs il-prodotti importati jaqgħu kollha fid-direzzjoni li qed insemmi.", "Madam Speaker, nixtieq nagħmel issa żewġ osservazzjonijiet fuq il- kwestjoni tal-VAT u tas-CET, partikolarment minħabba li dawn issemmew kemm f'artiklu li deher fuq gazzetta lokali l-bieraħ kif ukoll editorjalment mill-organu uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.", "Dwar dak li qal l-Onor.", "Bonnici fl-artiklu tiegħu tal-bieraħ, jien ngħid li d-dħul mis-CET kien biss ta' madwar ¥10 miljun inqas mid-dħul mill-VAT pero' d-dħul mis-CET xorta għandu jitqies bħala wieħed inkoraġġanti, l-iktar meta wieħed iqis li d-dipartiment tas-CET kellu jħallas kważi ¥2 miljun iktar mis-sena ta' qabel f'refunds tal-VAT.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Gvern daħħal iktar minn ¥3 miljun bħala excise duty fuq l-importazzjoni u fuq ir-registration tax tal-vetturi u naqas li jdaħħal madwar ¥2.5 miljun peress li l- korporazzjonijiet huma eżentati mis-CET.", "Ikun interessanti jekk wieħed jgħid ukoll li fl-aħħar sitt xhur ta' l- 1997, jiġifieri fil-perijodu li fih iddaħħlet is-sistema tas-CET, id-dħul tal-gvern żdied b'madwar ¥5 miljun iktar mis-sitt xhur ta' qabel u d-dħul tal-gvern matul l-1997 kien ta' madwar ¥4 miljun iktar minn dak ta' l-1996.", "Pero' l-fatt li ġiet reġistrata din iż-żieda bl-ebda mod ma turi inkompetenza min-naħa tal-Gvern, kif ġie rrapportat mill-kollega tiegħi l- Onor. Bonnici.", "Fil-fatt l-ittra bi tweġiba maħruġa mid-dipartiment ta' l- informazzjoni dehret fuq il-ġurnali proprjament għal dan l-iskop u mhux biex tagħmel analisi ta' dawk l-affarijiet li huma ċari u sempliċi għal kulħadd.", "Jien naħseb ukoll li huwa żball - fil-fatt jidher li l-ħabib tiegħi l- Onor. Josef Bonnici waqa' f'din in-nassa - li l-membri ta' l-Oppożizzjoni jipprovaw iqabblu kull darba d-dħul li kellu l-gvern ma' l-introduzzjoni tas-CET mad-dħul li kellu l-gvern mill-VAT fl-istess perijodu tas-sena ta' qabel.", "Jien naħseb li wieħed għandu jifhem li s-sistema tas-CET ma kenitx fully operational fil-perijodu li rrifera għalih l-Onor.", "Bonnici, jiġifieri bejn Lulju u Novembru.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li f'Lulju u f'Awissu ta' l-1997 ma nġabret l-ebda taxxa ta' ETP u ETS, f'Settembru u f'Ottubru ta' l-istess sena nġabar biss nofs l-ammont ta' taxxa li s-sistema normalment tista' tipprovdi, u ovvjament dan sar minħabba li jridu jgħaddu numru ta' xhur sakemm is-sistema tas-CET tiġi phased in u s-sistema tal-VAT tiġi phased out.", "GĦalhekk biex wieħed ikun korrett għallinqas irid jirrikonoxxi l-fatt li dak iż-żmien is-sistema tas-CET kienet għadha m'hijiex fully operational.", "Anzi jiena ngħid li biex is-sistema tas-CET tkun fully operational wieħed ikun irid jistenna mill-inqas sa Settembru ta' din is-sena, u dan minħabba li ċerti staggers jieħdu saħansitra żmien ta' 12-il xahar.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Bonnici staqsa wkoll jekk iż-żieda ta' ¥4 miljun fid-dħul mill-VAT u mis-CET meta mqabbla ma' l-1996 kenitx frott tal-VAT jew tas-CET.", "L-ewwelnett ta' min ifakkar li t-targets tal-Gvern għall-1997 kienu li mill-VAT idaħħal ¥57 miljun u mis-CET idaħħal ¥23 miljun u fil- fatt filwaqt li sa Novembru ta' l-1997 id-dħul mis-CET kien jammonta għal kważi ¥24 miljun, id-dħul mill-VAT kien jammonta għal ¥51 miljun.", "Interessanti li wieħed jgħid ukoll li f'Diċembru ċifri proviżjonali wrew li filwaqt li d-dħul mis-CET għas-sena 1997 kien ta' madwar ¥32 miljun, jiġifieri madwar ¥9 miljun fuq it-target, id-dħul mill-VAT bejn wieħed u ieħor baqa' l-istess għaliex is-sistema tal-VAT waslet f'dik il-fażi fejn il-Gvern irid joħroġ iktar f'refunds milli jdaħħal.", "Dawn huma l-fatti u għalhekk naħseb li huwa inutli li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Bonnici u oħrajn jipprovaw ibenġluhom billi jirriferu għar-risposti parlamentari li kienu jittrattaw dwar id-dħul li kien qed isir mill-VAT u mis-CET sa Settembru ta' l-1997 biss.", "Issa, fil-ftit ħin li baqagħli għad-dispożizzjoni tiegħi, nixtieq nitkellem fil-qosor dwar dak li ġie rrapportat editorjalment fil- ġurnal \"In-Nazzjon\" tal-lum.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li r-rapport li jidher fl-ewwel paġna ta' \"In- Nazzjon\" tal-lum qed jikkwota figuri li dehru f'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8668, li kienet tagħti informazzjoni dwar id-dħul nett mill-VAT sa Settembru ta' l-1997, u figuri oħra li dehru f'risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 10,799 li kienet tagħti informazzjoni dwar id- dħul mis-CET sa Novembru ta' l-istess sena.", "Fil-fatt, permezz ta' dawn il- figuri r-rapport qed jiġbed ċerti konklużjonijiet żbaljati, fosthom li d- dħul tal-gvern mill-VAT fl-1997 kien jammonta għat-tripplu ta' dak li daħħal il-gvern mis-CET.", "Kif għidt diġa', il-fatti li joħorġu minn ċifri proviżorji dwar id-dħul tal-gvern mis-CET u mill-VAT juru li matul l-1997 id-dħul mill-VAT kien ta' madwar ¥51.5 miljun u d-dħul mis-CET kien ta' madwar ¥32 miljun.", "Dan ifisser li b'kollox il-gvern daħħal madwar ¥83.5 miljun, kważi ¥5 miljun iktar mid-dħul li kellu l-Gvern fl-1996, u mkien ma jidher li d-dħul mis-CET fl-1997 kien jammonta biss għal terz tad-dħul mill- VAT, lanqas jekk mid-dħul tas-CET jitnaqqas id-dħul mit-taxxa fuq l-istock.", "L-editorjal ta' \"In-Nazzjon\" tal-lum donnu jqajjem ukoll id-dubju dwar jekk id-dħul mis-CET u mill-VAT flimkien fl-1997 huwiex se jaqbeż id-dħul li kellu l-gvern fl-1996 mill-VAT.", "Fil-fatt dan huwa irrilevanti għaliex kif ġie indikat fid-diskors tal-budget, it-target tal-gvern għall-1997 huwa li d-dħul mis-CET ilaħħaq l-ammont ta' ¥23 miljun u minkejja li l-Gvern kien qed jimmira li jkollu dħul ta' ¥57 miljun mill-VAT, id-dħul sa l-aħħar ta' Diċembru kien ta' madwar Lm51.5 miljun.", "Madanakollu wara ħafna logħob bil-figuri dan l-editorjal wasal għall-konklużjoni żbaljata li filwaqt li fl-1997 il-Gvern daħħal ¥56 mill-VAT u mill-istock, mis-CET dan daħħal biss ¥19.5 miljun, jew inkella terz ta' dak li daħħal mill-VAT u mill-istock.", "Pero', kif spjegajt iktar kmieni filwaqt li huwa stmat li d-dħul mill-VAT sa l-aħħar ta' l-1997 kien ta' madwar ¥51.5 miljun, mill-banda l-oħra d- dħul mis-CET kien ta' madwar ¥32 miljun, li ¥7 miljun minnhom kienu taxxa fuq l-istock li l-Gvern qed idaħħal b'riżultat tas-sistema tas-CET.", "Sabiex inwieġeb lill-Onor.", "Dalli għal dak li staqsa rigward ir-rata tar-refunds, ta' min jgħid ukoll li filwaqt li fis-sena 1996 ir-rata tar-refunds kienet tammonta għal 28ċ7 fil-lira, ir-rata tar-refunds fl-1997 kienet tammonta għal 33ċ4 fil-lira.", "Madam Speaker, aspetti oħra li nixtieq nittratta fil-ftit ħin li baqagħli jirrigwardaw il-laqgħa li se jkollu l-Gvern ma' l-MCED.", "Fil-fatt aħna se nattendu għal din il-laqgħa biex nisimgħu l-opinjonijiet ta' kulħadd u naħseb li m'huwiex ġust li jkun hemm xi forzi politiċi, kemm minn din in- naħa kif ukoll min-naħa l-oħra, li jipprovaw jiċċitaw lis-social partners biex idgħajfu l-argumenti li dawn għandhom kull dritt li jġibu f'dan il- forum għaliex aħna nemmnu li wieħed għandu jagħmel distinzjoni bejn dak li jingħad fl-oqsma politiċi u bejn dak li jingħad f'forum konsultattiv.", "Fil- fatt dak li ntqal f'ġurnal maħruġ mill-Partit Nazzjonalista, jiġifieri li aħna konna qed ninjoraw lill-MCED, m'hu minnu xejn għax il-proposta li waslitilna ma kenitx li nattendu l-MCED imma li ċ-chairman ta' l-MCED jiltaqa' magħna u mat-trade unions.", "Aħna ħassejna li kif spostat l- argument ma tantx kien jagħmel sens u dan għaliex l-ewwelnett meta ttieħdet dik id-deċiżjoni mhux il-unions kollha kienu preżenti għal-laqgħa ta' l- MCED u t-tieni nett għaliex aħna ma ħassejniex li kellna nipparteċipaw f'xi ħaġa konċiljattiva meta hemm l-MCED innifsu bħala forum li fih għandhom isiru dawn id-diskussjonijiet.", "Madam Speaker, kif għidt il-bieraħ u kif qal anke l-Prim Ministru, ir- rapport li nħareġ mill-General Workers Union għadu qed jiġi evalwat mill- ministeru tal-finanzi u għalhekk m'iniex beħsiebni nikkummenta fuqu, pero' jiddispjaċini ngħid li l-membri ta' l-Oppożizzjoni irreaġixxew b'mod ambivalenti għal dan ir-rapport għaliex filwaqt li enfasizzaw ċerti aspetti li dehru li huma pożittivi għalihom, fl-istess ħin il-kollega tiegħi l- Onor. Bonnici ma ddejjaqx jerġa' jagħmel il-kritika li kien ħareġ biha l- Onor. Dalli, jiġifieri li dan ir-rapport qiegħed hemmhekk biss biex jimmassaġġja l-figuri u s-sitwazzjoni preżenti.", "Fil-fatt jiena rrid nirribatti bil-qawwa kollha dak li ġie allegat mill-Onor.", "Bonnici - jekk m'iniex sejjer żball kien hu li għamel din l-allegazzjoni, pero' I stand to be corrected - jiġifieri li qabel l-elezzjoni aħna għamilna xi ftehim moħbi mat-trade unions u li wara l-elezzjoni pprovajna npinġu l-istampa kerha iktar milli kienet biex inkunu nistgħu nirreaġixxu għal dan il-ftehim li seta' kellna ma' xi trade union jew oħra fil-fażi pre-elettorali.", "Madam Speaker, fl-aħħarnett ikun interessanti li wieħed jaċċenna għall- osservazzjoni li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Francis Agius.", "Fil-fatt, filwaqt li l-Onor.", "Bonnici deher li qabel ma r-rapport tal-GWU, jiġifieri li huwa diffiċli li l-konsum ta' affarijiet bażiċi, bħall-elettriku u l- ilma, ikunu elastiċi, min-naħa l-oħra l-Onor.", "Agius, jekk fhimtu sewwa, qal li n-nies diġa' qed inaqqsu l-konsum ta' dawn l-affarijiet bażiċi sostanzjalment u għalhekk naħseb li daqsxejn konsistenza min-naħa ta' l- Oppożizzjoni ma tagħmel ħażin lil ħadd.", "Waqt id-diskors tiegħu, l-Onor.", "Agius qal ukoll li huwa jaqbel li jkun hemm value for money, pero' ma jaqbilx li għandna ndaħħluh f'kollox, saħansitra fis-settur tas-saħħa.", "Jien naħseb li m'hemm xejn ħażin li jkun hemm value for money kif jiġi operat is-settur tas-saħħa, imbasta ma jiġix issagrifikat il-pazjent, anzi naħseb li nkunu qed nagħmlu żball jekk nibbażaw il-konċett ta' value for money, liema konċett il-Gvern qed jisħaq dwaru f'kull forum pubbliku li jieħu sehem fih u qed jaħdem fuqu anke minn wara l-kwinti fit-tliet sotto- kumitati li hemm fi ħdan il-Kabinett.", "Madam Speaker, jiena nemmen li anke kieku f'pajjiżna kellna sitwazzjoni florida u ma kellniex il-fiscal deficit li għandna, xorta waħda għandna ndaħħlu l-konċett tal-value for money għax il-ħela qatt m'hija tajba, la meta l-pajjiż ikollu fiscal deficit u lanqas meta s-sitwazzjoni ta' pajjiżna tkun ħafna iktar florida milli hija preżentement.", "Ta' min isemmi wkoll li l-membri ta' l-Oppożizzjoni kkritikaw lill-Gvern billi qalu li huwa insensittiv, li jagħmel kollox bl-addoċċ u li m'għandux kuxjenza soċjali, pero' jien m'iniex se nirrispondi għal din it-tip ta' kritika u se nħalli lill-poplu jiġġudika dawn l-affarijiet.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MADAM SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MADAM SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "132", "FAVUR : 32", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Noel | |Abela Joseph |Grech Edwin | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard |Herrera Jose' | |Montalto John| | |Bartolo |Mangion Charles | |Evarist | | |Borg Karmenu |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Pace Bertu | |Buhagiar |Portelli Alfred | |Charles | | |Buhagiar |Refalo Anton | |Louis | | |Cardona Chris|Sant Alfred | |Cilia Joe |Sceberras Trigona Alex | |Dalli Helena |Schembri Adami Sandro | |Debono Grech |Spiteri Lino | |Joe | | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Anglu | | |Farrugia Joe |Vella George | |Farrugia |Vella Karmenu | |Michael | |", "KONTRA : 31", "L-Onor.", "|Abela Tony |Gatt Austin | |Agius Francis|Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici Antoine | |Michael | | |Borg Joe |Mugliett Jesmond | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Dalli John |Psaila Savona Joe | |D'Amato Helen|Pullicino George | |Debono |Pullicino Orlando Jeffrey | |Giovanna | | |Deguara Louis|Refalo Michael | |Farrugia Jean|Tabone Anton | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Galea Ċensu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech Francis | |Galea Pace | | |Victor | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi,\" ġie moqri t-Tieni Darba.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll): Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 27 ta' Jannar fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għas- sena 1997/98", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni;", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, illum xtaqt nagħmel riferenza għal ċerti affarijiet li għadhom qed jiżviluppaw fis-soċjeta' li qed ngħixu fiha.", "Fil-fatt l-ewwel xtaqt nibda biex nitkellem fuq il-liġi li tirrigwarda l-addozzjoni, partikolarment meta tarbija tkun ġiet abbandunata mill-ġenituri tagħha, għax għalkemm f'pajjiżna ma nisimgħux b'ħafna każijiet fejn il-ġenituri jabbandunaw it-tarbija tagħhom sfortunatament dan ġieli jiġri.", "Madam Speaker, jien illejla għażilt li nitkellem fuq l-addozzjoni għaliex ma naħsibx li huwa għaqli li nħallu lill-qorti fid-diskrezzjoni li tiddeċiedi li t-tarbija li tkun ġiet abbandunata tkun tista' tiġi addottata biss jekk ikun hemm il-kunsens tal-ġenituri tagħha.", "Għalhekk jien naħseb li l-frażi ''The court may dispense with any consent or with any hearing required ...'', li tinsab f'subartiklu (1) ta' artiklu 117 tal-Kodiċi Ċivili, għandha tiġi emendata hekk: ''The court shall dispense with any consent or with any hearing required ...''.", "Dan għandna nagħmluh fl- interess tat-tarbija stess għaliex fl-opinjoni tiegħi - jien naħseb li l- membri tal-Kamra lkoll jaqblu miegħi fuq dan li qed ngħid - m'huwiex ġust li wara li l-ġenituri jkunu abbandunaw lit-tarbija tagħhom, jingħataw id- dritt mill-qorti li jkun jeħtieġ il-kunsens tagħhom biex dik it-tarbija tkun tista' tiġi addottata.", "Jien inħoss li f'dak il-każ il-qorti għandha tiddeċiedi hi tagħtix lil dik it-tarbija għall-addozzjoni jew le u timxi mingħajr ma tieħu l-ebda kunsens tal-ġenituri.", "Madam Speaker, għall-grazzja tal-ħanin Alla pajjiżna huwa ta' eżempju għal pajjiżi oħrajn f'dik li hija trobbija tat-tfal, pero' sfortunatament l- eżempju li jingħataw uħud m it-tfal li jiġu mrobbija f'ċertu ambjent, partikolarment meta jkunu mrobbija minn single parents, ma tantx huwa ta' min ifaħħru u jiddispjaċini ngħid li jkun hemm anke min jispiċċa mdaħħal fil-prostituzzjoni f'eta' żgħira ħafna.", "Għalhekk iktar u iktar huwa importanti li nemendaw dan l-artiklu tal-Kodiċi Ċivili għaliex fl-istess ħin inkunu qegħdin niffaċilitaw il-proċeduri iebsa li jkollhom jgħaddu minnhom l-adoptive parents li verament ikollhom għal qalbhom l-interess tat- tarbija.", "Nixtieq issa ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar kif pajjiżna qed jiġi rreklamat barra minn Malta.", "Fil-fatt riċentement ġejt informat li waqt programm li sar xi ġimgħat ilu fuq il-London Weekend Television, meta ssemmiet Malta, numru sostanzjali minn dawk preżenti tant bdew jibbuwjaw li l-preżentatur stess kważi tkexkex b'dan l-aġir.", "Ċertament li pajjiżna għandu x'joffri aktar minn pajjiżi oħrajn bħal per eżempju, Sqallija.", "GĦallinqas f'pajjiżna m'għandhiex il-Mafja u l-problemi l-kbar l-oħra li għandha Sqallija.", "Għalhekk naħseb li għandna nagħmlu diversi captions tajbin fuq Malta ħalli mbagħad dawn jintwerew fuq ċerti stazzjonijiet, bħall-BBC.", "Jiena naf li dawn jiswew flus kbar pero' ġaladarba nafu li għandna x'nirreklamaw iktar affarijiet minn ċerti pajjiżi oħrajn, allura għandna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu għax pajjiżna jiddependi ħafna mit- turiżmu u qatt m'għandna nkunu sodisfatti b'dak li nkunu qed niksbu minn dan is-settur imma għandna naħdmu dejjem iktar.", "Madam Speaker, illejla nixtieq nitkellem ukoll dwar iż-żwiġijiet ta' konvenjenza li qed isiru f'pajjiżna għax jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm qed isiru żwiġijiet ta' dan it-tip żgur li jissorprendi ruħu, u għalhekk ħadt pjaċir ħafna meta ġejt informat li fil-futur qarib se tiġi emendata l-liġi taż-żwieġ.", "Wara kollox jiena ma nħossx li hu ġust li barrani li jiżżewweġ Maltija jingħata l-istess drittijiet daqs li kieku kien Malti, u mbagħad it-tfal ta' dawk il-Maltin li jkunu emigraw u li jkunu għażlu li jżommu ċ-ċittadinanza barranija jkollhom iħallsu ċertu ammont ta' flus lid-dipartiment ta' l-emigrazzjoni kull sena sabiex ikollhom il-freedom of movement u jaħdmu f'pajjiżna.", "Riċentement għamilt mistoqsija parlamentari lill-Prim Ministru fuq dan ir-rigward, u spjegali x'inhi l-pożizzjoni legali preżenti, pero' jiena nibqa' nsostni li hija xi ħaġa inġusta li l-barranin li jiżżewġu lill-Maltin għall-konvenjenza - issa hawnhekk ma rridx ninstema' razzist imma bilfors ikolli nirrimarka fuq din l-inġustizzja li qed issir - għandhom iktar drittijiet mit-tfal ta' l- emigranti Maltin li jagħżlu li jżommu ċ-ċittadinanza barranija.", "Din hija xi ħaġa li mhux qed tirrita lili biss imma lil diversi Maltin.", "Jien inzertajt ġej mill-Mosta, fejn irritornaw diversi emigranti Maltin, u kien hemm ħafna minnhom li wrewni kemm huma urtati minħabba l-fatt li l- liġi Maltija qiegħda tagħti iktar drittijiet lil dawk il-barranin li jiżżewġu lill-Maltin għall-konvenjenza milli lil uliedhom li wara kollox għandhom demm Malti.", "Forsi hawn wieħed jista' jgħidli li fid-dinja kulħadd b'xortih, anke sempliċement annimal, pero' wieħed m'għandux iħares b'din il- lenti lejn il-liġijiet tal-pajjiż għalkemm naf li ħafna drabi min jgħid din il-frażi jkollu mitt raġun.", "Ġaladarba semmejt il-Mosta u speċjalment wara dak il-maltemp kollu li kellna l-bieraħ, ma nistax ma nsemmix il-kwestjoni li teżisti għar-rigward tal-konok li jinsabu fi Triq il-Kostituzzjoni.", "Jiena kemm-il darba semmejt din il-kwestjoni u l-Onor.", "Chris Cardona għamel anke mistoqsija parlamentari dwar dan is-suġġett.", "Il-verita' hija li dawn il-konok saru bi żball u qatt ma kellhom isiru.", "Il-Ministru qal ġustament li l-kunsill lokali, bħala gvern lokali, kellu dritt li jagħmel dawn il-konok ġaladarba deherlu li jsebbħu l-ambjent, pero' jiena nistaqsi: Jekk il-konok ta' Triq il-Kostituzzjoni qegħdin jgħarrqu iżjed is-sitwazzjoni kull meta jkun maltemp, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar m'għandhiex tintervejni u tara l- affarijiet sarux skond il-liġi u jekk m'huwiex hekk tenforza l-liġi?", "Jien ma nistax nifhem kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar toqgħod tintilef f'affarijiet sekondarji, bħal meta wieħed jiftaħ tieqa fejn ma kellux jiftaħha, u mbagħad ma tagħtix kas dawn l-affarijiet li jista' jkollhom konsegwenzi gravi ħafna.", "Irrid nagħmilha ċara li jiena m'iniex qed ngħid li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar m'għandhiex tieħu passi f'kull każ għaliex il-liġi qiegħda hemm għal kulħadd, pero' nista' ngħid li l-bieraħ, speċjalment ir-residenti li joqogħdu fi Triq il-Kostituzzjoni u fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, ġarrbu ħafna ħsarat.", "Jiena niskanta wkoll kemm il-Kunsill Lokali tal-Mosta huwa avventuruż biex spiċċa bi żbilanċ ta' iktar minn ¥0.25 miljun u ma ħax l- awtorizzazzjoni tal-ministru responsabbli biex jagħmel dawn ix-xogħlijiet minkejja li jaf li skond l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali hu għandu jottjeni l-awtorizzazzjoni tal-ministru responsabbli jekk kemm-il darba x- xogħlijiet li jkun se jagħmel ikunu se jirrendulu żbilanċ.", "Fil-fatt minn risposta li ta l-Ministru wara li saritlu mistoqsija parlamentari dwar jekk ingħatax permess li jsir id-dejn li għandu l-Kunsill Lokali tal-Mosta preżentement jirriżulta li dan mhux talli ma ngħatax permess imma talli talab li jingħata dan il-permess wara li għamel ix-xogħlijiet.", "GĦalhekk, Madam Speaker, jiena naħseb li l-mod kif saru l-affarijiet ġewwa l-Mosta - u m'iniex qed nirriferi għall-konok biss - jirrikjedi investigazzjoni serja għax wara kollox hawn qed nitkellmu fuq flus il- poplu.", "Jiena ngħid li dawn l-affarijiet m'għandhomx jitħallew isiru qisu m'hu qed jiġri xejn, u niskanta kif hawn din il-plaċidita' kollha f'dan ir- rigward għaliex meta x-xogħol isir bi traskuraġni -ma rridx indaħħal is- suspett li dawn l-affarijiet isiru apposta għax inkella jkollna nidħlu fil- kamp kriminali - għandha ssir investigazzjoni u mhux qisu qatt ma ġara xejn.", "Illum qed insemmi l-Kunsill Lokali tal-Mosta, pero' dan ma jfissirx li dawn l-affarijiet ma jsirux minn kunsilli lokali oħrajn ukoll.", "Kif għidt diġa', il-finanzi ta' l-amministrazzjoni tal-kunsilli lokali ġejjin minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu Malti jkollu raġun jitlef il- fiduċja fil-kunsilli lokali jekk kemm-il darba affarijiet bħal dawn ma jiġux investigati.", "Jien nemmen li l-każ li semmejt jirrifletti l-arroganza ta' dan il-kunsill lokali u għalhekk nitlob lill-ministru responsabbli biex jara li affarijiet bħal dawn jiġu investigati mill-iktar fis possibbli.", "Madam Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nirringrazzja lill- pulizija għax-xogħol siewi li għamlu l-bieraħ fejn damu sigħat twal jagħtu għajnuna ta' salvataġġ għaliex mingħajr din l-għajnuna d-diżgazzji setgħu kienu aktar.", "Nixtieq ukoll nieħu l-opportunita' biex nagħti l-kondoljanzi lill-familjari ta' dik ix-xwejħa li mietet peress li kaxkarha l-ilma.", "Ta' min isemmi wkoll ix-xogħol kbir li għamlu l-pulizija f'Ħas-Serħ fejn daħal ħafna silġ.", "Kif naraw f'inċidenti bħal dawn, ix-xogħol tal-pulizija huwa professjonali u iebes ħafna u għalhekk ikun tajjeb li l-poplu japprezza iktar il-kontribut kbir li dawn jagħtu lil pajjiżna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Madam Speaker, il-ġimgħa li għaddiet rajt ir- rapport li sar mill-kumitat dwar il-prevenzjoni ta' l-inċidenti tat- traffiku.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan ir-rapport huwa sodisfaċenti ħafna u fih diversi ideat, pero' qabel ma niġi biex nitkellem iktar fid-dettall dwaru jkun tajjeb jekk infakkru għaliex il-Gvern ħatar dan il-kumitat.", "Waħda mir-raġunijiet li għaliha l-Gvern ħatar dan il-kumitat hija biex jissuġġerixxi xi miżuri li permezz tagħhom is-sistema ta' l-għoti tal- liċenzji tkun iktar effettiva u dixxiplinata.", "Il-Gvern ħatar dan il- kumitat ukoll sabiex jifli l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward l- edukazzjoni ġenerali fis-sewqan, jeżamina r-regoli applikabbli għal dawk il- postijiet ta' divertiment li jibqgħu miftuħin matul il-lejl, jara kemm alkoħol jiġi kkonsmat f'dawn il-postijiet ta' divertiment u jistudja kull miżura li l-kumitat iħoss li hija rilevanti biex jitjieb l-istandard u jitrażżnu l-abbużi fis-sewqan.", "Fil-fatt, ir-rapport li għamel dan il- kumitat jagħti ħarsa lejn diversi problemi li jeżistu f'dak li hu sewqan, anke dawk li qegħdin jikkawżaw mwiet fit-toroq tagħna.", "Huwa interessanti, Madam Speaker, li fl-ewwel parti ta' dan ir-rapport hemm indikat min huma l-persuni li jkunu involuti fl-inċidenti tat- traffiku, fosthom is-sewwieq u l-pedestrians.", "Ta' min jgħid li lill-Gvern issirlu ħafna pressjoni sabiex jiddaħħlu ċerti miżuri għar-rigward tas- sewqan pero' mbagħad naraw li meta dawn jiddaħħlu, bħal meta ddaħħal l- obbligu li kull min isuq il-mutur għandu jilbes il-crash helmet, ikun hemm min jistaqsi għalfejn jiddaħlu.", "M'hemmx għalfejn ngħid pero' li din il- miżura hija tajba u effiċjenti minħabba li mhux biss tħares l-interessi ta' dak li jkun qed isuq il-mutur imma wkoll l-interessi tas-soċjeta' għaliex jekk persuna li tkun qed issuq il-mutur tindarab imbagħad tidħol l- assistenza soċjali.", "Madam Speaker, il-konsegwenza ta' inċident tat-traffiku tista' tvarja minn sempliċement barxa żgħira f'karozza sa mewta ta' persuna pero' huma ħafna wkoll dawk il-persuni li jispiċċaw b'diżabilita' permanenti.", "Minħabba f'hekk il-kumitat eżamina l-inċidenti tat-traffiku u l-imwiet li saru minħabba dawn l-inċidenti ħalli jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji.", "Interessanti li wieħed jgħid ukoll li lil dan il-kumitat irriżultalu li d- differenza bejn l-inċidenti li jikkawżaw l-imwiet u dawk li jikkawżaw inkjesti maġistrali sena b'sena hija waħda sostanzjali.", "Issa, x'inhuma l- proposti li qed jagħmel dan il-kumitat?", "Fost affarijiet oħra, dan il-kumitat qed jipproponi li jiġi maħtur kummissarju tat-traffiku biex ikun responsabbli għal dak kollu li għandu x'jaqsam mat-traffiku minbarra l-eżekuzzjoni tal-liġi, li tibqa' fl-isfera esklussiva tal-Pulizija.", "Proposta oħra li għamel dan il-kumitat hija li jitwaqqaf bord għall-kontroll tat-traffiku li r-rappreżentanti tiegħu jkunu ġejjin minn diversi dipartimenti tal-Gvern, fosthom mid-dipartiment tat- trasport.", "Ovvjament dan il-kumitat ippropona wkoll l-użu tal-breathalyser, pero' naħseb li dwar din il-proposta diġa' tkellimna b'mod ċar biżżejjed fis-seduti tal-ġimgħa li għaddiet.", "Dan ir-rapport jagħmel ukoll enfasi fuq is-safety u filwaqt li jisħaq fuq il-bżonn li wieħed ikun jaf x'tip ta' rimedju għandu jieħu meta l-karozza tieqaflu f'nofs it-triq biex l- inċidenti jiġu evitati kemm jista' jkun, jenfasizza wkoll il-bżonn li jkun jaf ir-regolamenti tat-traffiku u xi tfisser polza ta' assigurazzjoni.", "Wara kollox, dawn huma l-iktar żewġ affarijiet bażiċi li għandu jkun jaf kull sewwieq.", "Proposta oħra li ħareġ biha l-kumitat tirrigwarda d-driving test, u din tipproponi li jibda jsir ukoll eżami bil-miktub ħalli jiġi aċċertat li s-sewwieq ikollu knowledge bażiku dwar kif taħdem il-vettura.", "Madam Speaker, kien hemm min qal li l-eżami bil-miktub jista' jkun ta' detriment għal dawk il-persuni li huma illiterati, pero' hawnhekk ma rridux ninsew li ġeneralment il-persuni li japplikaw biex jieħdu l-liċenzja tas- sewqan ikunu għadhom żgħar, jiġifieri jkunu laħqu l-edukazzjoni obbligatorja u barra minn hekk l-eżami tal-prattika se jibqa' hemm.", "Madanakollu jibqa' l-bżonn li l-iskejjel tas-sewqan ta' pajjiżna jkunu kompetenti u jimxu skond is-sillabu li se jiġi stabilit mill-kummissarju tat-traffiku, li semmejt iktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "Jidher ċar li dan ir-rapport li ħareġ il-kumitat dwar il-prevenzjoni ta' l-inċidenti tat-traffiku huwa kontra l-idea li wieħed ikun eliġibbli għal- liċenzja tas-sewqan meta jkollu 21 sena minflok meta jkollu 18-il sena għaliex jemmen li ta' 18-il sena ż-żgħażagħ suppost ikunu responsabbli biżżejjed.", "Jiena naqbel perfettament ma' dan u, fl-opinjoni tiegħi, ikun aħjar jekk jitrażżan l-abbuż milli jiġu ppenalizzati l-maġġoranza taż- żgħażagħ għalxejn.", "Dan ir-rapport jitkellem ukoll dwar il-bżonn li t-toroq ikunu iktar aċċessibbli għas-sewwieqa tagħna u ħareġ b'diversi proposti li jistgħu jservu ta' għajnuna kemm lis-sewwieqa kif ukoll lill-pedestrians sabiex it- traffiku jiċċirkola bl-ordni u fit-trankwilita'.", "Fost affarijiet oħra huwa ppropona li dawk li huma cross roads ikunu aktar aċċessibbli u li r- roundabouts li għandna fit-toroq tagħna, l-iktar dawk ta' daqs żgħir, ikunu iktar preżentabbli.", "Madam Speaker, hija ħaġa ovvja li f'kull inizzjattiva li tittieħed biex isir iktar titjib irid ikun hemm bażi soda ta' edukazzjoni.", "Fil-fatt dan ir-rapport jgħid li t-traffic awareness għandha tibda tiġi mgħallma mill- iskejjel tagħna u għandhom isiru programmi ta' edukazzjoni intensivi lill- pubbliku in ġenerali għaliex fl-aħħar mill-aħħar huma l-adulti li jridu jagħtu eżempju lil uliedhom u jridu jrawmu fihom ċertu rispett fis-sewqan.", "Naturalment pero' l-pulizija għandhom ikunu l-iprem edukaturi tal-poplu tagħna.", "Dan ir-rapport jipproponi wkoll li dawk is-sewwieqa li jkunu kkommettew reat serji ta' traffiku u li tkun itteħditilhom il-liċenzja jerġgħu jingħataw ċerta edukazzjoni.", "Din hija xi ħaġa interessanti li se tkun marbuta ma' l-enforzar tal-liġi.", "Ħaġa oħra li qed isemmi dan ir-rapport hija s-sistema ta' punti li jiena kont semmejt is-sena l-oħra waqt li kont qed nitkellem f'xi aġġornament.", "Fil-fatt permezz ta' din is-sistema, li hija interessanti ħafna u li hija applikata f'diversi pajjiżi l-iktar fil- Kanada u fil-pajjiżi Ewropej, wieħed tista' titteħidlu l-liċenzja tas- sewqan għal dejjem jew inkella għal ċertu żmien u ma terġax tingħatalu lura qabel ma jkun irrieduka ruħu fis-sewqan.", "Madam Speaker, kif qed naraw hawnhekk, ir-rapport li ħejja l-kumitat dwar il-prevenzjoni ta' l-inċidenti tat-traffiku huwa siewi ħafna u naħseb li se jikkomplimenta tajjeb ma' l-inizjattivi l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ f'dan il-kamp.", "Issa jonqos biss li dawn l-inizjattivi li se jidħlu fis-seħħ jgħinu sabiex jiġu evitati iktar imwiet ta' żgħażagħ permezz ta' iktar attenzjoni, iktar ,prevenzjoni u iktar edukazzjoni.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 27 ta' Jannar fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fl-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FONDAZZJONI EDEN - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "10477.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fid-dawl ta' l-impenn għall-kwalita' ta' ħajja aħjar espress mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-messaġġ tagħha għall-Jum Dinji tal-Persuni b'Diżabilita' li qed jiġi ċċelebrat illum 3 ta' Diċembru, jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-għajnuna finanzjarja jew mod ieħor li l-Ministeru tiegħu ta lill-Fondazzjoni Eden sena b'sena mit-twaqqif tagħha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "11120 f'Seduta Nru. 175.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "10592.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li se tqum il-Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija organizzat f'Novembru 1997?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawn l- ispejjeż?", "Jista' l-Ministru jgħid liema persuni u/jew organizzazzjonijiet u kumpanniji għamlu xi xogħol konness ma' din l-attivita'?", "F'kull każ kemm kien jiswa x-xogħol li għamlu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Impossibli biex wieħed jgħid kemm swietlu attivita' bħal Ġimgħa Xjenza u Teknoloġija ftit ġimgħat wara li għaddiet din l-attivita' speċjalment meta wieħed iqis il-festi.", "Li jista' jforni għalissa l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija huwa estimu ineżatt.", "Jien informat li minn kalkoli preliminari, l-valur kummerċjali ta' din l-attivita' jaqbeż l-Lm20,000.", "Hu mistenni li lill- Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija se tiġi tiswielu madwar Lm8,000.", "Jien informat ukoll li l-kontijiet relatati ma' din l-attivita' għadhom deħlin.", "Minħabba f'hekk, lista eżawrjenti ta' ħlasijiet għax-xogħol imwettaq ma tistax tingħata għalissa.", "KUMPANNIJI/ KORPORAZZJONIJIET - KONSULENTI", "10594.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10145 rigward lista ta' konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 10145.", "ĠIMGĦA TAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - STUDENTI", "10715.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti marru għaż- żjajjar li ġew organizzati waqt il-Ġimgħa tax-Xjenza u Teknoloġija ftit tal- ġranet ilu?", "Jista' jgħid mil-liema skejjel kienu dawn l-istudenti u kemm marru studenti minn kull skola u kemm marru studenti f'kull żjara?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ADULT EDUCATION", "10733.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10634 u ċioe' jista' jispejga għaliex fl-Estimi 1998 tnaqqas il-Vot dwar Adult Education minn Lm33,000 għal Lm13,000?", "X'attivitajiet jew x'korsijiet se jitnaqqsu b'riżultat ta' dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "11081 mogħtija f'Seduta Nru. 173.", "UNIVERSITA' - LECTURERS", "10771.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm lecturers fl- Universita' ta' Malta ġew promossi għal Senior Lecturer, Associate Professor u Professor?", "Jista' l-Ministru jgħid min kienu, xi kwalifiki kellhom u kemm kellhom snin ta' servizz bħala membru fulltime ta' l-istaff ta' l-Universita' ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm lecturers ġew trasferiti mill-Malta College of Arts, Science & Technology (MCAST) għall-Universita' ta' Malta?", "Kemm minn dawn il-lecturers kienu ġew promossi għal Senior Lecturer, Associate Professor jew Professor bejn l-1987 u l-1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mis-sena 1988 'l hawn, it-total ta' impjegati Akkademiċi fulltime ta' l-Universita' li ġew promossi għall-grad ta' Professor, Associate Professor jew Senior Lecturer kien ta' 73.", "Minn dawn:", "* 17 ġew promossi għall-grad ta' Professor;", "* 14 ġew promossi għall-grad ta' Associate Professor;", "* 42 ġew promossi għall-grad ta' Senior Lecturer.", "It-total ta' impjegati akkademiċi fulltime ma' l-MCAST li ġew trasferiti għan-New University kien ta' 48.", "Minn dawn, 25 ġew promossi għall-gradi ta' Professor, Associate Professor jew Senior Lecturer mill-1987 'il hawn u kienu mqassmin kif se nsemmi:", "* 2 ġew promossi għall-grad ta' Professor; * 4 ġew promossi għall-grad ta' Associate Professor; * 19 ġew promossi għall-grad ta' Senior Lecturer.", "UNIVERSITAJIET EWROPEJ - PROGRAMMI TA' STUDJU", "10777.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Skond artiklu f'\"Il-KulĦadd\" (9.11.97) int għidt li: \"fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea l-Gvern huwa mpenjat li jasal f'arranġamenti biex aktar studenti Maltin jkunu jisgħu jieħdu sehem fi programmi ta' studju f'universitajiet Ewropej\".", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jirriferi għal programmi Leonardo u Socrates?", "Jekk iva, allura kif ma hemm l-ebda vot għal dan il-għan fil-Budget għall-1998?", "Il- Gvern minn fejn se jiffinanzja s-sehem ta' dawn l-istudenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Gvern qiegħed f'negozjati ma' l-Unjoni Ewropea biex ikabbar il-parteċipazzjoni ta' l-istudenti Maltin fi programmi Ewropej u Ewro-Mediterranji.", "Dawn jinkludu l-programmi Socrates, Comenius u Leonardo flimkien ma' proġetti tal-MEDA.", "Il-Gvern se jiffinanzja dawn il- proġetti mill-ftehim ta' Assoċjazzjoni li qiegħed jiddiskuti ma' l-Unjoni Ewropea.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN PAWL", "11008.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex jinsabu l- preparazzjonijiet ħalli Triq San Paw, f'San Pawl il-Baħar tingħata t- tarmac?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Saret stima preliminari għal-għoti ta' wiċċ tat- tarmac f'din it-triq, iżda peress li din hija mibnija fuq art dgħajfa qed isir pjan sabiex tiġi issudata il-bażi tagħha, ħalli x-xogħol li se ssir ma jerġax jispiċċa f'qasir żmien.", "PATATA - IMPORTAZZJONI TA' ŻERRIEGĦA", "11012.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġiet impurtata żerriegħa tal- patata, tip tip, fil-perijodu 1/10/97 - 31/12/97?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fadalx żerriegħa x'tiġi mportata?", "Meta daħlet f'Malta l- ewwel kunsinja ta' żerriegħa u meta daħlet l-aħħar kunsinja?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bejn l-ewwel ta' Ottubru 1997 u l-aħħar tas-sena li għaddiet, il-patata taż-żriegħ ġiet importata b'dan il-mod:-", "| |Tunellata| |Arinda |126.00 | |Liseta |163.00 | |Tiger |2.50 | |Aida |10.00 | |Atlas |9.00 | |Avondale |94.00 | |Cara |204.00 | |Mariana |5.00 | |Slaney |80.00 | |Agria |19.75 | |Sante' |47.00 | |Picasso |50.00 | |Avalanche |64.00 | |Alpha |1000.00 | |Arran |640.00 | |Banner | | |Collen/Burr|0.50 | |en | | |Diamant |15.00 | |Total |2529.75 |", "Fil-bidu tas-sena kien għad baqa' madwar 130 tunellata patata taż-żriegħ tal-qatgħa bajda jidhru fuq liċenzji validi, li sal-15 ta' dan ix-xahar 48 tunellata biss kienu waslu Malta din is-sena.", "Filwaqt li l-ewwel konsenja li waslet Malta kienet dik ta' qatgħa safra u waslet fis-7 t'Ottubru li għadda l-aħħar waħda kienet dik ta' qatgħa bajda u waslet fil-15 ta' dan ix-xahar.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - PARADISE STREET - TISWIJA", "11048.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi f'Parades Street, San Pawl il-Baħar wara l-bini tal- Bank of Valletta hemm biċċa art li qed tkun ta' periklu għal dawk li jgħaddu minn Parades Street, b'mod partikolari għat-tfal, u billi din l-art hi mimlija kollha ilma u materjal ieħor li ntefa' fiha matul iż-żmien, jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji ħalli din il-biċċa art tingħalaq b'ċint biex jiġi evitat dan il-periklu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-art imsemmija mill-Onor.", "Interpellant hi waħda privata.", "Peress li r-responsabbilita' li tinponi il-liġi fuq is-sid li jżommha nadifa taqa' taħt l-ambitu ta' enforcement tad-Dipartiment tas- Saħħa, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill- Ministru konċernat.", "SKEJJEL STATALI - KOMPUTERIZZAZZJONI", "11077.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10713, jista' l-Ministru jgħid x'jisimhom il-programmi li qed jintużaw fl-iskejjel Primarji kif ukoll Sekondarji li ġew maħduma mis-Software Development Unit tas-Citeduc Centre for IT Education?", "Kemm-il programm ġie reġistrat għall-copyright?", "Liema huma dawk li ġew reġistrati għall-copyright u meta ġew reġistrati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-programm li ġie maħdum mis- Software Development Unit taċ-Citeduc li qed jintuża fl-iskejjel primarji huwa 'Il-Malti ma' Rokitt'.", "Il-programmi li ġew maħduma mis-Software Development Unit tac-Citeduc li qed jintużaw fl-iskejjel Sekondarji huma:", "Form 1", "Social Studies - Is-Saħħa", "Mathematics - The Farmer's Problem - At the Greengrocer - Place Value - Rounding Numbers", "English - Charles De Gaulle Airport - Memories - At the Dentist - WordArt - The Animals - The Detectives", "Form 2", "English - Class Newsletter Production", "Mathematics - The Function Machine - Making Function Machines - From Functions to Graphics", "Social Studies - The Mass Media", "Form 3", "Mathematics - Decimal Exansion of a Fraction - Quadrilateral - Translation Vectors - The Equity of a Straight Line Tossing a Coin - Making Ends Meet", "English - At the Post Office - The Sea", "Social Studies - Id-Drittijiet tat-Tfal", "Form 4", "English - Power Point English Project - Movie: English Comprehension (in production)", "Social Studies - Il-familja (in production)", "Rigward l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda programm ma ġie reġistrat għall-copyright.", "SKEJJEL - SEKONDARJI", "11085.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li s-sena d-dieħla l- klassijiet sekondarji jingħataw is-somma ta' Lm20 kull klassi għax-xiri ta' kotba bħalma ngħataw lill-iskejjel primarji?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Billi l-iskop ta' Lm20 kotba għal kull klassi primarja hija marbuta ma' l-istruttura ta' għalliem wieħed/waħda fi klassi waħda, ma hux il-każ li tgħid li l-proċedura tirreplika ruħha fil-livell sekondarju.", "Huwa importanti iżda li fl-iskejjel sekondarji nsaħħu l-librerija ta' l- iskola", "DEKAN TAL-FAKULTA' TA' L-EDUKAZZJONI - INTERVISTA", "11087.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-rapport dwar l-intervista tad-Dekan tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni li kienet pubblikata fil-gazzetta \"The Times\", fejn intqal li fis-sena skolastika li ġejja se jkun hemm surplus ta' gradwati tal-B.Educ. bil-possibbilta' li xi wħud minnhom ma jiġux impjegati, x'qed jagħmel il-Ministeru biex jilqa' din l-eventwalita'?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad rapporti li l-kors tal-PGCE mhux se jiftaħ is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-dmir tal-ministeru hu li jirrekluta l- għalliema kollha li hemm bżonn biex l-istudenti fl-iskejjel tagħna jingħataw is-servizz edukattiv li għandhom dritt għalih.", "Għad fadal ħafna biex f'pajjiżna jkollna korp ta' edukaturi magħmul kollu kemm hu minn gradwati.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, li tikkonċerna l-kors tal-PGCE, il- Fakulta' ta' l-Edukazzjoni bħalissa qegħda tikkonsidra proposti għal riformi kemm fil-kors tal-B.Ed.(Hons) kif ukoll tal-PGCE, bil-għan li ttejjeb u ssaħħaħ il-preparazzjoni ta' l-għalliema għall-professjoni tagħhom.", "Dawn il-proposti għadhom fi stadju preliminari, u konsultazzjonijiet qed isiru, u għad iridu jsiru, ma' l-isħab kollha involuti f'dan il-proċess, inklużi l-Fakulta' ta' l-Arti u tax-Xjenza, id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Malta Union of Teachers.", "SKEJJEL TEKNIĊI", "11090.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-artiklu miktub mill-Ministru fil- ġurnal \"KULĦADD\" ftit xhur ilu, fejn ingħad li \"jkompli x-xogħol biex innaqqsu l-firda u d-distakk li teżisti bejn l-iskejjel tekniċi u l-bqija ta' l-iskejjel\", jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa u x'hemm ippjanat li jsir aktar 'il quddiem f'dan il-qasam?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni tingħata meta jittieħdu d- deċiżjonijiet meħtieġa.", "ŻABBAR - TRIQ IL-PAPA ALESSANDRU", "11134.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Papa Alessandru, f'Ħaż- Żabbar tingħata kisja tarmak għax tinsab fi stat verament ħażin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-asfaltar ta' Triq Papa Alessandru jsir skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkollu d-dipartiment u riżorsi li minn żmien għal ieħor jkun disponibbli fil-vot tat-toroq.", "FGURA - TRIQ IL-ĠDIDA FI TRIQ TAL-KARMNU", "11135.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Ġdida fi Triq tal- Karmnu, fil-Fgura tingħata kisja tarmak għax tinsab fi stat verament ħażin?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Parti kbira minn Triq il-Ġdida fi Triq tal- Karmnu, diġa' asfaltata w għalhekk il-kunsill lokali hu responsabbli għal kull xogħol meħtieġ fiha.", "Il-parti li għada mhijiex asfaltata għadu ma sarx biżżejjed żvilupp fiha biex din issir.", "ŻABBAR - TRIQ BIEB IS-SULTAN", "11138.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li jitwassal is-servizz ta' l-ilma fi Triq Bieb is-Sultan, f'Ħaż-Żabbar peress li hemm numru ta' djar lesti u s-sidien tagħhom qed jistennew dan is-servizz sabiex ikunu jistgħu jidħlu fihom?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma se twettaq l-estenzjoni ta' servizzi ġodda fit-triq imsemmija skond il- programm tax-xogħlijiet ipproġettati fi żmien qasir fil-lokalita' taż- Żabbar.", "SKEJJEL - SUPPLY TEACHER", "11149.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk supply teacher jistax/tistax jibqa'/tibqa' taħdem/jaħdem ukoll fil-vaganzi tas-sajf?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm li baqgħu mpjegati fis-sajf li għadda u x'xogħol kienu qed jagħmlu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Paragrafu 3 tas-sejħa għall-ingaġġ ta' Supply Teachers fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, ippubblikata fil-Gazzetta tal- Gvern tal-15 ta' Novembru, 1996 paġni 7691 u 7692, jgħid li \"Kull offerta ta' ingaġġi hija ta' natura għal kollox temporanja u dan jista' jiġi mitmum fid-diskrezzjoni tad-Direttur Ġenerali (Edukazzjoni), meta dawn is- servizzi, għal kull raġuni, ma jkunux aktar meħtieġa\".", "Ħlief f'xi eċċezzjonijiet żgħar, meta l-iskejjel jagħlqu għall-vaganzi tas- sajf, is-servizzi tas-Supply Teachers ma jibqgħux aktar meħtieġa u għaldaqstant l-ingaġġ tagħhom ikun ikkonsidrat mitmum.", "Fil-fatt kien hemm biss tliet każi li Supply Teachers baqgħu jaħdmu fis-sajf, wieħed fid- Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta fejn kien qed jaqdi l- funzjoni ta' Teacher Producer fil-Media Education and Broadcasting Centre u tnejn oħra li kienu nvoluti, wieħed f'Malta u l-ieħor f'Għawdex, fil- proġett 'Wens fis-Sajf'.", "Fl-iskejjel sekondarji, Junior Lyceums, skejjel tas-snajja' u dawk primarji ma kienx hemm Supply Teachers li baqgħu jaħdmu fis-sajf li għadda.", "EDUKAZZJONI - PROGRAMM SOCRATES", "11152.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: F'rapport f'\"The Sunday Times\" ta' April tas-sena l- oħra, il-Ministru kien rapportat li qal li mis-6,000 student universitarju Maltin madwar 100 student biss jibbenefikaw mill-programm Socrates.", "In vista ta' dan, jista' l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw studenti Maltin minn dan il-programm bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Diċembru, 1997?", "Fl-istess rapport intqal ukoll li fl-Universita' se titwaqqaf Information Desk biex l-istudenti jkunu konxji mill-benefiċċji u l-ischolarships ta' Socrates.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din l-Information Desk twaqqfitx jew le?", "Jekk le, għaliex ma' twaqqfitx?", "Jekk iva, meta ġiet imwaqqfa, min qed imexxiha u kemm qed tiswa kull sena lill-Kaxxa ta' Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-għadd ta' studenti li marru barra minn Malta fuq skambju tas-Socrates kien ta' madwar tnax.", "Intbagħtu wkoll madwar 20 membru ta' l-istaff ta' l-Universita' u tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal-laqgħat tas-Socrates (Erasmus u Comenius).", "S'issa t-tagħrif meħtieġ dwar aċċessibilita' għall-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jinkisbu mis-Socrates Office Manager maħtur mill-Kunsill ta' l- Universita' u jingħata allowance ta' Lm200 fis-sena.", "QORMI - TISWIJA TA' TOROQ", "11153.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li tissewwa t-triq minn ħdejn iċ- Ċimiterju tat-Torok sar-roundabout ta' Ħal Qormi fejn jeżistu diversi ħofor b'periklu għal tant sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għalissa din it-triq hija responsabbilta' tal- kunsill lokali biex tiġi ippaċċjata w għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "Nixtieq inżid ngħid illi qegħdin isiru diskussjonijiet inter-ministerjali sabiex tiġi riveduta l-lista ta' toroq li huma responsabbilita' tal-kunsill lokali biex dawk li jaqdu funzjoni ta' toroq arterjali jibda jieħu ħsieb il- manutenzjoni tagħhom il-Gvern Centrali.", "It-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant hija wahda minn dawn it-toroq.", "RAS IL-ĦOBŻ - SEWAGE TREATMENT PLANT", "11194.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-ewwel parti tal- mistoqsija parlamentari numru 10990 u ċioe' jgħid meta ġie kkummissjonat lill-EIA biex jgħin jistabilixxi s-sit għall-bini ta' mpjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ras il-Ħobż, liema proġett jifforma parti mill-Master Plan tad-drenaġġ għal Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll jekk dan l-EIA huwiex lest meta ġie ppreżentat lid-dipartiment ikkonċernat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BORD NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - APPELLI", "10608.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem il-Bord Nazzjonali tax- Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol f'Novembru 1997 kif ukoll jgħid kemm inqatgħu appelli fl-istess perijodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: F'Novembru 1997 l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol irċeviet 79 appelli li minnhom 60 kienu dwar qtugħ mir-reġistrazzjoni.", "Fl- istess xahar ġew deċiżi 68 każ li minnhom 13 jikkonfermaw deċiżjonijiet li kienu ttieħdu mill-ETC, f'7 każijiet l-appell ġie milqugħ, 2 appelli ġew abbandunati mill-appellant, każ wieħed ġie rtirat mill-appellant u 3 każijiet kienu preskritti.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "10609.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar għax-xogħol f'Novembru, 1997 u jagħti l-informazzjoni skond ir-raġuni li wassal għall- qtugħ tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax- xogħol f'Novembru kien ta' 74 (Malta) u 16 (Għawdex).", "Ir-raġuni li wasslet għall-qtugħ tagħhom hi kif ġej:", "Malta Ghawdex", "M'accettawx tahrig 11 9 Jirregistraw u jahdmu 48 3 M'accetawx xoghol 4 0 M'attendewx intervisti 10 4 Investigazzjoni 1 0", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "10610.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l- ETC f'Novembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Novembru 1997 kien ta' 821.", "ETC - JOB PLACEMENTS", "10611.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC matul Novembru 1997, kemm placements kienu mas-settur privat u kemm placements saru mill- Job Centre minn Ħal Far u minn Għawdex?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-placements li saru matul Novembru 1997 huma kif ġejjin:", "Parastatali 27", "Privat Hal Far 84 Job Centre (Malta) 76 Ghawdex 3 Job Centre (Ghawdex) 1", "IMPJIEGI - TALBIET GĦALL-IMPJIEG", "10612.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul Novembru 1997: a) mis-servizz pubbliku; b) minn enti statutorji; c) minn enti u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu mill-anqas nofs l-ishma tagħhom; d) mis-settur privat; u jindika d-dipartimenti, enti jew kumpannija fil-każ ta' (a), (b) u (c) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10,612.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "10613.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba f'Novembru 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba matul ix-xahar ta' Novembru 1997 kien ta' 310.", "ĦARSIEN TA' L-AMBJENT - GĦASAFAR", "10870.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' annimali u għasafar waqgħu f'idejn id-Dipartiment ta' l- Ambjent matul is-sena 1997?", "Kemm kien in-numru ta' dawn il-ħlejjaq?", "X'sar minnhom?", "Kemm hemm miżmuma u/jew fil-pussess tad-dipartiment illum?", "Kemm ilhom hemm dawk li hemm illum?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Matul l-1997 id-Dipartiment għen lid-Dwana u lil Pulizija biex dawn issekwestraw dawn li ġejjin:", "Mid-Dwana dawn kienu jinkludu:", "* 574 fkieren.", "Dawn ittieħdu l-kwarantina tad-Dipartiment ta' l- Agrikultura.", "* Basket (handbag) tal-ġilda tal-kukkudrill u żewġ ġlud tas-sriep li qed jintużaw għal skopijiet ta' identifikazzjoni u taħriġ.", "* 468 ġlud u karassi ta' għasafar protetti.", "Uħud ġew ikkonfiskati mill- Qorti, oħrajn qegħdin jistennew deċiżjoni tal-Qorti, filwaqt li oħrajn ġew distrutti skond regolamenti tad-dwana.", "* 276 għasafar ta' l-għana li ġew mill-Italja u mill-Afrika u li ġew mgħoddija lid-Dipartiment ta' l-Agrikultura (kwarantina).", "Mill-Pulizija:", "* 3 kamaleonti Maltin (ħajjin) li ġew meħlusa fis-selvaġġ.", "* ġew identifikati 1632 għasafar mejta u 35 mammiferi mejta wara li uffiċċjali ta' l-ambjent ġew imsejjħa mill-pulizija.", "Uħud minn dawn qed jinżammu għan-nom tal-pulizija, oħrajn ġew ikkonfiskati mill-Qorti waqt li oħrajn qegħdin jistennew deċiżjoni tal-Qorti.", "Oħrajn:", "Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ġie msejjaħ tliett darbiet rigward tliett dniefel mejta.", "WHITE PAPERS/STRATEGIC REPORTS", "10871.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru white papers u/jew strategic reports mill- Gvern ta' qabel?", "Kemm minn dawn kienu committed for public comment?", "Liema kienu dawk il-white papers u strategic reports?", "Kemm saru taħt dan il- Gvern s'issa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Matul id-disa snin ta' l-Amministrazzjoni tal-Gvern ta' qabel ħarġu 24 White Paper.", "Dawn kollha ġew committed for public comment.", "Lista ta' dawn il-White Papers tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Taħt dan il-Gvern, s'issa ħarġu 11 il-White Paper.", "Lista ta' dawn tpoġġiet ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Ma tinżammx informazzjoni fuq Strategic Reports bħala tali.", "SNIETER - IMPORTAZZJONI", "10872.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati snieter u armi tan-nar oħra kif ukoll airguns matul is-sena 1997?", "Kemm kien il-valur tagħhom?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR", "10873.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal xiri ta' armi tan-nar pendenti fl-aħħar tas-sena 1997?", "Kemm ġew proċessati applikazzjonijiet matul is-sena 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi fl-1997 ġew proċessati 3,985 applikazzjoni għal xiri ta' armi tan-nar.", "501 minnhom għadhom pendenti.", "QRATI - SEPARAZZJONIJIET", "10874.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kawżi ġodda għal separazzjoni u annullamenti ċivili matul is-sena 1997?", "Kemm minn dawn kienu bejn Maltin u barranin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: It-total ta kawżi godda għal separazzjonijiet fl-1997 kien 914 fis-Sekond'Awla, 126 fil-Prim'Awla.", "In-numru ta' kawżi ghal annullament kien ta' 47.", "Minħabba li m'hemmx obbligu li tiġi ndikata n-nazzjonalita' tal-partijiet fir-rikorsi għal separazzjonijiet, ma tinżammx statistika ta' kemm minn dawn kienu Maltin u barranin.", "IMPIEGI - INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "10875.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija u suldati li weġġgħu fuq il- post tax-xogħol waqt il-qadi ta' dmirijiethom fl-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi n-numru ta' pulizija u suldati li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-1997 kien ta' 108.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "11105.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1.1.97 sat-8.1.98 kemm ġew impjegati nies ġodda f'kull korporazzjoni pubblika, korp parastatali, azjenda, awtorita' governattiva u entitajiet oħra tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' l- Ministru - fil-breakdown li jagħti għal kull waħda minn dawn separatament - jgħid f'liema gradi ġew impjegati u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema mpjegati humiex impjegati b'mod permanenti jew għal żmien definit?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet huma l- persuni mpjegati, dejjem separatament għal kull entita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bejn l-1 ta' Jannar 1997 sat-8 ta' Jannar 1998, l- Awtorita' ta' l-Ippjanar impjegat", "1.", "29 persuna full time b'kuntratt indefinit bħala Survey Technicians (9), Field Survey Assistants (4), Personnel Officer (1), Enforcement Officers (10), Legal Counsel (1), Assistent Personali (1), Uffiċjal għar- Riċerka u Dokumentazzjoni (1), Communications Officer (1), u Direttur għall- Amministrazzjoni (1).", "Dawn l-impjegati ġejjin minn Ħaż-Żabbar, Ir-Rabat, Birkirkara, Marsaxlokk, il-Kalkara, Tas-Sliema, Birżebbugia, l-Imqabba, il- Mosta, Ħal-Lija, il-Belt Valletta, Santa Lucia u mill-Birgu.", "2.", "6 persuni full time b'kuntratt definit bħala Planning Officer (1), Land Surveyor (1), u Secretarial Assistants (4).", "Dawn huma residenti mir- Renju Unit, mir-Rabat, minn San Pawl tat-Tarġa, mill-Fgura u minn San Ġwann.", "3.", "Persuna waħda part-time b'kuntratt indefinit bħala Planning Officer li hi mill-Kappara.", "4.", "4 persuni part-time b'kuntratt definit bħala Ammonia Printer (1) u Secretarial Assistants (3) minn Raħal Ġdid, San Ġwann, Ħaż-Żabbar, Birkirkara u minn Ħal Qormi.", "SPIŻERIJI TAL-GVERN - MEDIĊINI", "11124.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid minn liema spiżeriji qegħdin jitqassmu l-mediċini tal-gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid kull spiżerija x'lokalitajiet qed taqdi u kemm qed jinqdew persuni minn kull spiżerija f'xahar?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Din it-tweġiba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "11125.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet miċħuda t-talba tiegħi mid-direttur tal-ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jispeċifika għal liema talba qed jalludi.", "MTARFA - ST DAVID, EX-MARRIED QUARTERS", "11126.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għal ftehim, li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament, li sar bejn uħud mir-residenti fil-blokk magħruf bħala St David Ex-Married Quarters, jista' l-Ministru jgħid x'jinħtieġ li jsir biex dan il-ftehim iseħħ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat li għadhom għaddejjin trattattivi mar-residenti tal-pjan terran bil-għan li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - SPIŻA", "11170.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10592 rigward spiża tal-Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10592 mogħtija f'din l-istess seduta.", "KUMPANNIJI/KORPORAZZJONIJIET - KONSULENTI", "11171.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10594 rigward lista ta' konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10145.", "IRM LTD - RAPPORT", "11172.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10595 rigward ir-rapport ta' IRM Ltd dwar il-Golf Course ta' Grand Verdala Hotel ?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-rapport li qegħda ssir referenza għalih għandu x'jaqsam ma' applikazzjoni li għadha qegħda tiġi pproċessata.", "Filwaqt li ma nsib ebda oġġezzjoni li nuri kopja tiegħu lill-Onor.", "Kollega, ma nħossx li jkun prudenti f'dan l-istadju li nnpoġġi kopja tiegħu fuq il- Mejda tal-Kamra.", "BANEK - MID-MED", "11173.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati tal-Mid-Med Bank ġew sponsorjati sabiex isegwu korsijiet fl-Universita' ta' Malta?", "Liema korsijiet kienu qed isegwu?", "Kemm minn dawn l-impjegati li bdew isegwu xi kors fl- Universita' effettivament waqfu mill-istudji tagħhom qabel ma ggradwaw?", "Minn dawk li waqfu, il-Mid-Med Bank talabhom iħallsu xi penali?", "F'kull każ kemm kienu dawn il-penali?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SERVIZZ ĊIVILI - FREEPHONE 153", "11174.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8911, jista' l- Prim Ministru jgħid meta s-servizz tal-153 se jerġa' jibda jiffunzjona wara li ilu sospiż għal aktar minn ħames xhur?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-servizz tal-Linja Informazzjoni tal-Gvern - Freephone 153, reġa beda jiffunzjona uffiċjalment b'effett mis-6 ta' Jannar 1998.", "Dan ġie mgħarraf lill-pubbliku permezz ta' avviż legali għall-istampa, liema kopja tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - MARKI TAS-SWABA'", "11207.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu mhux jiffunzjona l-equipment li għandu l-Korp tal- Pulizija sabiex jeżamina u jikkompara l-marki tas-swaba?", "Meta hemm ħsieb li dan jitranġa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-apparat ta' l-AFIS (Automated Fingerprint Identification System) ġie rrapportat bil-ħsara f'Ġunju ta' l- 1997.", "Tiswijiet li saru mill-aġent lokali ma tawx eżitu pożittiv.", "Saret ordni biex jinbidel is-CPU board u l-kuntrattur qed jistenna li tasallu din il-part fil-jiem li ġejjin biex tkun tista' ssir it-tiswija meħtieġa.", "PULIZIJA - UFFIĊJALI", "11208.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija se jirtiraw bl-eta' matul l-1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi hemm tmien membri tal-Korp tal- Pulizija li jagħlqu l-eta' ta' l-irtirar mill-Korp tal-Pulizija matul 1998.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "11209.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tat-transfers li saru fil-Korp tal-Pulizija mill- 1.12.97 sal-lum?", "Minn liema qasam ġew trasferiti?", "Kemm minn dawn it- transfers saru fuq talba ta' l-individwu konċernat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi n-numru ta' membri tal-Korp li ġew trasferiti mill-1 ta' Diċembru 1997 sas-16 ta' Jannar 1998 kien ta' wieħed u disgħin (91).", "Dan in-numru jinkludi dsatax (19) il-membru tal- Korp li ġew trasferiti fuq talba tagħhom stess.", "Dawk trasferiti kienu ġejjin mid-diversi taqsimiet kif ġej: -", "Distrett 44 GHQ 5 Traffiku 4 'Security Branch' 5 ALE 2 CCF 1 SAG 16 FB 3 'Immigration' 1 'Control Room' 1 CID 1 'Economic Crimes' 5 'Mobile' 2 'Mounted' 1", "PULIZIJA - MEMBRI TA' L-SAG", "11210.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm membri fl-SAG fl-1.11.97?", "Kemm hemm membri fl-SAG illum?", "Kemm ġew trasferiti membri ta' l-SAG għal dipartimenti oħra mill-1.11.97 sal-lum?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' membri tal-Korp li kienu stazzjonati l-SAG fl-1 ta' Novembru, 1997 kien ta' mija u seba (107), u n-numru ta' dawk stazzjonati fl-SAG fis-16 ta' Jannar 1998 kien ta' mija u wieħed (101).", "Ninsab informat ukoll li mill-1 ta' Novembru 1997, sas-16 ta' Jannar 1998 ġew trasferiti tnejn u għoxrin (22) Pulizija mit-Taqsima tal-SAG.", "AMBAXXATI MALTIN - XUFIERA", "11231.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għal kull waħda mill-ambaxxati ta' Malta barra minn Malta: a) kemm hemm xufiera mpjegati jew imħallsa mill-ambaxxata fl-1 ta' Jannar, 1998; b) f'liema sena kull wieħed minnhom beda jaħdem ma' l-ambaxxata; c) x'inhi n- nazzjonalita' ta' kull wieħed minnhom; d) x'inhi l-paga ta' kull wieħed minnhom; u 3) x'inhuma l-ħlasijiet obbligatorji oħra (bħal per eżempju s- sehem ta' l-employer tas-sigurta' soċjali) li l-Gvern Malti jagħmel għal kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed tiġi aġġornata l-informazzjoni li kienet ingħatat lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija simili li kien għamel ftit taż- żmien ilu.", "Meta din l-informazzjoni tkun lesta nagħtih it-tweġiba mitluba.", "AMBAXXATI MALTIN - IMPJEGATI", "11232.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta': a) Maltin u b) barranin f'kull ambaxxata ta' Malta matul l-1997?", "Kemm kienet l-ispiża totali biex tinżamm u titħaddem kull ambaxxata matul l-istess sena?", "U jekk kien hemm xi LEPs ingaġġati ġodda matul l-1997, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid u jispjega x'inhuma l- funzjonijiet ta' kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata aktar tard wara li jkunu ġew magħluqa uffiċjalment il-kontijiet kollha ta' l-Ambaxxati Maltin għas-sena 1997, li mistenni jkun għall-aħħar ta' Frar 1998.", "KUMISSARJU GĦOLI GĦAL MALTA FL-INGILTERRA", "11233.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm-il darba ġie Malta l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Matrenza minn mindu nħatar Kummissarju Għoli għal Malta fl-Ingilterra sal-lum u jindikalna liema miż-żjarat li għamel f'Malta kienu fuq xogħol uffiċjali u liema kienu privati?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bejn it-3 ta' Frar 1997, minn mindu nħatar Kummissarju Għoli għal Malta, sal-lum, is-Sur Richard A. Matrenza żar Malta ħames darbiet.", "F'okkażjoni waħda, iż-żjara f'Malta kienet fuq xogħol tal- Ministeru.", "AMBAXXATI - KONTIJIET TAT-TELEFON", "11234.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna, għal kull ambaxxata ndividwalment, kemm tħallsu flus minn fondi pubbliċi f'liri Maltin u f'munita tal-post għall-kontijiet tat-telefon tar- residenza tal-head of mission fis-snin 1996 u 1997 separatament, jew fejn dan mhux possibbli f'perjodu ta' sena speċifika li jikkorrispondi l-eqreb għal dawn is-snin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba aktar tard.", "AMBAXXATI - MAIL BAGS", "11235.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru: a) jgħidilna, jekk jista' jkun f'forma ta' tabella, għal kull ambaxxata ndividwalment kemm bagħtet u kemm irċeviet diplomatic mail bags kull ambaxxata fis-snin 1996 u 1997 separatament; u b) jindika wkoll in-nil returns, jiġifieri l-ambaxxati u s-snin fejn ma' ntbagħtux diplomatic mail bags?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skeda li turi n-numru ta' valiġġi diplomatiċi li ntbagħtu lil u mill-Ministeru tiegħi tul is-snin 1996 u 1997 mqassma ambaxxata b'ambaxxata tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - XOGĦLIJIET", "11252.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet tat-12-il Distrett Elettorali ntbagħat makkinarju u/jew ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, jew mikrija minn dan id-dipartiment biex iwettqu xogħol li ntalab mill-kunsill lokali partikolari?", "X'kienet ir-raġuni li dawn il-ħaddiema ntbagħtu jagħmlu dan ix-xogħol?", "Min ħallas għal dan ix-xogħol?", "F'kemm-il każ instab li x-xogħol sar fi proprjeta' li ma kenitx ta' min talab ix-xogħol?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Saru tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ mill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura f' dawn il-lokalitajiet:", "Nigret, Rabat Tal-Marc, Mtarfa Mtarfa-By-Pass Ghajn Hamiem, Mdina Taħt l-Imdina Ġnien ta' l-Imtaħleb, Rabat Triq ta' l-Imtaħleb Il-Frajna Imtaħleb, Rabat Buskett Triq il-Buskett, Rabat Girgenti Wied il-Għasel, Burmarrad Manikata Kunċizzjoni, Rabat Tal-Mass Baħrija, Rabat Landrijiet, Rabat Għajn Qajjet, Rabat Triq tas-Salib, Rabat L-Għemieri, Rabat", "Saru wkoll xogħlijiet bil-gaffa mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u gaffa impressed ma' l-istess dipartiment f' dawn il-lokalitajiet.", "Imtaħleb, Rabat Is-Salvatur, Rabat Sta.", "Lucija, Mtarfa Tal-Mas Baħrija, Rabat Għajn Qajjet, Rabat Qasam Barrani, Mellieħa Wied Fiddien, Rabat", "Ma jirrizultax li kien hemm xi każ li sar xi xogħol fuq proprjeta' li ma kienitx ta' min talab ix-xogħol.", "Id-dipartiment ħass il-ħtieġa li jsir ix-xogħol għall-ġid tal-bdiewa u ta' l-ambjent rurali Malti.", "P.A. - CASE OFFICERS", "11253.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 10670, billi r-risposta ma weġbitx id-domanda li saret, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kif wieħed mill-case officers (fl-area tan-north) għandu quddiemu każi li ilhom pendenti għandu iktar minn ħames xhur u li hu assolutament impossibbli biex tkellmu dwar il-każi li għandu quddiemu, għax jew qiegħed l-Universita' inkella jkun okkupat f'kull waqt tal-ġurnata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fl-area tan-north hemm diversi case officers li jattendu l-kors ta' Diploma in Planning Studies u għalhekk mhux possibli li jkun identifikat il-wieħed li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "L- attendenza għall-kors hija ta' ġurnata fil-ġimgħa.", "Ir-raġunijiet għall-pendenzi ta' applikazzjonijiet ivarjaw.", "Jekk hemm xi diffikulta' fuq xi applikazzjonijiet dawn jistgħu jiġu riferuti lill-Unit Manager.", "Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħtini d-dettalji tal-każ li qiegħed jirreferi għalih u nwegħdu li ninvestiga.", "PENSJONIJIET", "11258.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tieħu pensjoni mnaqqsa bi tbatija kbira?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "BAJJA TA' SAN TUMAS - TITJIB", "11259.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex jitjib l-ambjent fil-Bajja ta' San Tumas?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffinalizzati d-diskussjonijiet bejn il- Fisheries Department u l-Public Works sabiex jiġu rranġati s-slipways fil- Bajja ta' San Tumas?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l- Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "F'San Tumas kien hemm tlett slipways; tnejn minn dawn għadhom jintużaw, waqt li t-tielet wieħed kien fi stat ħażin u kien maqsum f'diversi postijiet.", "Għaldaqstant, il-parti mkissra tnadfet mil-post u baqa' biss parti li d-dipartiment beħsiebu jnaddaf mil-post.", "Jidher li ma tantx hemm użu għal dan is-slip u jkun aħjar li l-ispejjeż isiru biex jissewwew iż- żewġ slipways l-oħra li għadhom jintużaw.", "VALLETTA - TRIQ ID-DEJQA", "11260.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-bozza fi Triq id-Dejqa c/w Archbishop Street, Valletta għax hemm dlam ċappa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-manutenzjoni meħtieġa fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Membru hija pprogrammata biex titlesta fit-22 ta' Jannar, 1998.", "IMPJIEGI - XOGĦOL PART-TIME", "11261.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm, fl-aħħar ta' Ottubru 1997, kien hawn nies li kellhom xogħol part-time flimkien ma' xogħol ieħor?", "Kien hemm nies li kellhom biss xogħol part-time?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' rġiel u nisa li jagħmlu xogħol part-time a) flimkien ma' xogħol ieħor; u b) bħala mpjieg ewlieni tagħhom għax-xahar ta' Settembru 1997 huwa kif ġej:", "Settembru 1997", "Part-time flimkien ma' xoghol iehor", "Irgiel 11,148 Nisa 2,954 Total 14,102", "Settembru 1997", "Part-time bhala mpjieg ewlieni", "Irgiel 5,440 Nisa 8,329 Total 13,769", "BANEK - BANK ĊENTRALI", "11262.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Issa li fil-Gazzetta tal-Gvern ġie mħabbar li ħareġ ir-riżultat ta' l-eżami għad-dħul ta' skrivani Grad B mal-Bank Ċentrali ta' Malta, jista' l- Ministru jgħid kemm minn dawk li qagħdu għall-eżami se jiġu mpjegati?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: 17-il applikant (mid-59 li għamlu l-eżami) tressqu għall-intervista nhar id-29 ta' Diċembru, 1997.", "Wieħed mill-applikanti ma ġiex għall-intervista u mill-aħħar 16-il applikant li kien offrut lilhom ix- xogħol tnejn m'aċċettawx l-offerta tal-Bank.", "Dan ifisser li l-Bank issa se jimpjega 14-il Skrivan B b'effett minn nhar is-26 ta' Jannar, 1998.", "Ta min jinnota li l-applikanti kollha li għaddew kien offrut lilhom ix- xogħol.", "QRATI - BEJGĦ B'IRKANT", "11263.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bejgħ b'irkant sar mill-Qrati Maltin matul l-1997?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-1997 sar 86(sitta u tmenin) bejgh b irkant mill-Qrati Maltin.", "IMPJIEGI - NIES LI BIDDLU L-IMPJIEG", "11264.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies biddlu l-impjieg tagħhom matul l-1997 skond it-tagħrif li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fl-1997 kien hemm 11,131 persuna li kienu jaħdmu full- time u biddlu l-impjieg tagħhom għal xogħol ieħor full-time.", "UE - DOKUMENT", "11265.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li l-Ministru kien qal li se jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d- dokument bl-isem Towards a Free-Trade Area between Malta and the EU Economic Implications li ntbagħat lill-korpi kostitwiti, jista' jekk jogħġbu jpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirreferik għat-tweġiba orali li tajt lill-Onor.", "Kap ta' l-Oppożizzjoni fi tmiem il-ħin tal-mistoqsijiet nhar l-20 ta' Jannar, 1998.", "TELEMALTA - FABBRIKA FIR-RICASOLI", "11266.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna kemm hu stmat li jintnefqu flus mill- Korporazzjoni Telemalta biex jikkonvertu l-fabbrika li ħadu fir-Ricasoli fi stores kif inhu maħsub?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kienet ilha tinħass il-ħtiega li l-istores tal- Korporazzjoni Telemalta, illum Maltacom, ikunu miġbura taħt saqaf wieħed u organizzati f'sistemi moderni li jżidu l-effiċjenza.", "It-tenders għax-xogħlijiet imsemmija għad iridu joħorġu", "SKEJJEL - MOSTA", "11267.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10241?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li d-dokument mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa voluminuż, qegħdin isiru l-kopji relattivi u nassigura lill-Onor.", "Interpellant li kif ikun hemm il-materjal pront jiena nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Sadanittant, ngħarraf lill-Onor.", "Membru li kopja ta' dan id-Development Brief intbagħtet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex ikunu jistgħu jagħtu l- kummenti tagħhom lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "MOSTA - TRIQ IĊ-ĊINJU", "11268.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex parti minn Triq iċ- Ċinju, fil-Mosta li għadha ma twessgħetx filwaqt li s-sidien ta' l-għalqa aċċettaw li tista' titwessa' ladarba huma jieħdu lura l-ħamrija u jibnilhom il-ħajt meħtieġ, tkun tista' tiġi mwessa' u rranġata kif meħtieġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li x-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant se jkun inkluż ma' xogħol ieħor li hu maħsub li jsir fil- lokal.", "MOSTA - TRIQ IR-RUŻINJOL", "11269.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'jenħtieġ li jsir biex fi Triq ir- Rużinjol, fil-Mosta jingħata s-servizz ta' drenaġġ?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li saru tentattivi sabiex tiġi lokalizzata it-triq imsemmija u dan anke bl-intervent tal-kunsill lokali iżda dan ma rnexxiex.", "Ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jipprovdi site plan li tindika t-triq.", "ŻEJTUN - BUS TERMINUS", "11276.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li l-faċilitajiet li hemm fil-venda tal- karozzi tal-linja fiż-Żejtun jiġu mtejba minħabba li lanqas latrina ma teżisti?", "L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed taħseb f'xi sistema oħra ta' minn fejn igħaddu l-karozzi tal-linja fiż-Żejtun?", "Kellha xi suġġerimenti?", "Jekk iva, mingħand min u x'kienu?", "Hemm xi ħsieb li fil-futur il-venda tiċċaqlaq minn fejn hi fil-preżent?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: B'riferenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija, jien informat li diġa' qed jittieħdu passi biex fil-venda eżistenti jsir toilet biswit il-kamra tat-transport assistants għall-użu tat-transport assistants u tax-xufiera.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien informat li fil-bidu ta' l-1996 kien sar qbil li permezz tiegħu l-venda tal-karozzi tal-linja kienet trasferita minn Misraħ Gregorio Bonnici (ħdejn il-knisja parrokkjali) għal Misraħ Carlo Diacono u kienet stabbilita rotta ġdida li tinkludi Triq il- Bon Kunsill, Triq il-Kbira, Triq San Girgor, Triq l-Isqof E. Galea, Triq il- Qadi, Triq id-Daħla ta' San Tumas, Triq Xrob l-Għaġin, Triq Anton Buttiġieġ, Triq il-Għadam u Labour Avenue.", "Il-Kunsill Lokali ta' dak iż- żmien kien qabel li jissussidja din l-estensjoni fir-rotta b'Lm1,700 fis- sena.", "Jiena informat li minn dak iż-żmien 'l hawn ma saru l-ebda suġġerimenti b'mod uffiċjali dwar tibdil fir-rotta jew fil-venda, għalkemm f'laqgħat li jsiru ġieli jissemmew xi ideat, fosthom li r-rotta tkun estiża aktar 'l isfel fil-qasam tad-djar.", "Madankollu, jien informat ukoll li l-Għaqda tas- Sidien tal-Karozzi tal-Linja qed issostni li jekk il-kunsill lokali jibqa' ma jħallasx is-sussidju li kien issemma fl-1996, il-venda terġa' tmur lura ħdejn il-knisja u r-rotta li ssegwi tkun Triq Sta.", "Katarina, Triq Cachia Zammit lura għat-`terminus' fi triqtha lejn il-Belt.", "Dwar l-aħħar mistoqsija, jien informat li fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li l-venda tiċċaqlaq minn fejn hi.", "PENSJONIJIET - PENSJONI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "11277.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi li bbenefikaw mill-miżura li ħa l-Gvern?", "Kemm hi l-figura li dawn il-pensjonanti qed jieħdu kollha f'daqqa bħala żieda fuq il-pensjoni li kellhom qabel din il-miżura?", "Għad fadal pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi li sal-lum għadhom ma ħadux żieda fuq il-pensjoni tagħhom b'effett ta' din il-miżura li ma jkunx hemm tnaqqis fuq il-pensjoni tagħhom?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 11277 ta' l-Onor Carmelo Abela dwar il-Pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi.", "Skond l-istatistika li għandu d-Dipartiment, bis-saħħa tal-miżura tal- Budget ta' l-1997 b'effett mill-4 ta' Ottubru, madwar 1,432 pensjonant tas- Servizzi Ingliżi (fosthom anke romol) irċevew żieda fil-pensjoni tas- Sigurta` Soċjali.", "L-ispiża fuq il-pensjoni tas-Sigurta` Soċjali ta' dawn il-pensjonanti flimkien żdiedet b'madwar Lm 9,178 fil-ġimgħa jew aħjar Lm 478,000 fis- sena.", "192 pensjonant tas-Servizzi Ingliżi li l-pensjoni tagħhom ġiet riveduta fid- dawl ta' dawn l-emendi ma bbenefikawx minn żieda fil-pensjoni tas-Sigurta` Soċjali f'din l-ewwel fażi kif imwettqa b'effett mill-4 ta' Ottubru.", "Madwar 1,300 huma pendenti minħabba nuqqas ta' informazzjoni li hija meħtieġa.", "Kif kelli l-opportunita' ngħid anke f'din il-Kamra, minħabba li ħafna mill-informazzjoni meħtieġa tmur lura anke 30 sena mhux faċli li l- informazzjoni tinġabar u tinġabar malajr.", "Jiena tlabt lid-dipartiment biex kemm hu possibbli jintensifika l-ħidma tiegħu biex din l-informazzjoni tinġabar u jsiru r-reviżjonijiet dovuti.", "Ninforma lill-Onor.", "Membru ukoll li, bil-miżura mwettqa b'effett mill-4 ta' Ottubru 1997 in-numru ta' pensjonanti tas-Sigurta` Soċjali li bbenefikaw minn din l-iskema kien ferm akbar l-aktar għaliex dan il-Gvern ried ikun ċert li dawn l-emendi ma jiddiskriminawx bejn pensjonanti tas-Servizz kemm jekk tas-servizzi Ingliżi u kemm jekk mhumiex.", "Infatti n-numru ta' pensjonanti tas-Sigurta` Soċjali li bbenefikaw s'issa huwa ta' 3,557 li bejniethom il-pensjoni tas-Sigurta` Soċjali zdieditilhom b'madwar Lm1.3 miljun fis-sena.", "Dawn il-figuri jikkonfermaw kemm dan il- Gvern ma ddiskriminax bejn pensjonanti tas-Servizz.", "ŻEJTUN - ĦAJT TA' L-ISTITUT ĠESU NAZZARENU", "11278.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija f'Seduta Nru. 170 għall-mistoqsija parlamentari numru 10793 mill-Onor.", "Joseph Abela, fejn saret riferenza għal toroq meta l-Onor.", "Interpellant staqsa fuq passaġġ u peress li dan il-passaġġ m'ilux żmien twil li nħoloq minħabba żvilupp li kien sar fl-istess zona u allura t-tweġiba mogħtija ma tapplikax għall- mistoqsija magħmula, jista' għalhekk il-Ministru jara li tingħata risposta valida għall-mistoqsija oriġinali magħmula mill-Onor.", "Joseph Abela?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment biex issir site inspection u jiġi identifikat l-isqaq indikat mill-Onor.", "Interpellant sabiex tkun tista' tingħata risposta f'seduta oħra.", "SKEJJEL - TUCK SHOPS", "11279.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9898, jista' l-Ministru jgħid kif m'hemm l-ebda skola Għawdxija?", "X'isir mill-flus li d-diviżjoni ddaħħal minn dawn il- kuntratti tat-tuck shops ta' l-iskejjel?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iskejjel f'Għawdex li għandhom tuck shop huma:", "* Agius De Soldanis * Ninu Cremona J.L. & Sec. * Sir M'Ang.", "Post Secondary * C. Refalo Boys' Trade School * M. Meylaq Girls' Trade School * Kelinu Galea - School of Agriculture.", "Il-flus li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ddaħħal mill-kuntratti tat-tuck shops ta' l-iskejjel jinqasmu kif se nsemmi:", "* 70% jeħduhom dawk l-iskejjel li oħorġu l-offerta huma għall-kiri tat- tuck shop;", "* 60% jeħduhom dawk l-iskejjel li l-offerta għall-kiri tat-tuck shop toħroġ mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni;", "* il-bqija tas-somma tinqasam bejn il-kumplament ta' l-iskejjel primarji bħala school funds.", "Is-somma tinqasam skond il-popolazzjoni ta' kull skola.", "SKEJJEL - TAS-SNAJJA'", "11280.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jaqbel il-Ministru li issa, li r- riforma ta' l-iskejjel tas-snajja' ilha li ġiet introdotta aktar minn sentejn, wasal iż-żmien li l-ismijiet ta' dawn l-iskejjel jinbidel minn skejjel tas-snajja' għal skejjel tat-teknoloġija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Bidla simili l-ewwel titlob konsultazzjoni ma' min jista' jintlaqat fil-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "ILJIELI MEDITERRANJI", "11281.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk is-sena 1997 kenitx l-ewwel sena li fiha l- MLP ngħata sponsorship għall-Iljieli Mediterranji?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Interpellant għandu jindirizza din il- mistoqsija lill-MLP jew lill-Iljieli Mediterranji.", "PULIZIJA - UFFIĊJALI", "11282.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna kemm ħadmu sigħat f'overtime l-uffiċjali tal- Pulizija stazzjonati fl-għassa tal-Ħamrun fil-grad minn Spettur 'l isfel, bejn Jannar 1997 u Jannar 1998?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li bejn Jannar u Diċembru ta' l-1997 is-sigħat ta' overtime li ħadmu l-uffiċjali tal-Pulizija stazzjonati fl- għassa tal-Ħamrun mill-grad ta' Surġent Maġġur l-isfel, kienu 3,659.", "Ir-returns għax-xahar ta' Jannar 1998 għadhom qed jiġu pproċessati.", "Uffiċjali fil-grad ta' Spettur mhux intitolati għall-ħlas ta' overtime.", "TAXXI INTERNI - ĦLAS TA' TAXXA", "11283.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jidhirlu l-Ministru li wasal iż-żmien biex tiġi rikonsidrata l- qagħda ta' single parents (single mothers, romol u separati) li għandhom il- kura totali ta' l-ulied vis-a-vis it-threshold ta' Lm3,000 għall-fini tal- ħlas tat-taxxa?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni huwa konxju mis- sitwazzjoni msemmija.", "Meta jkunu kkonsidrati t-thresholds tat-taxxa, din il-kwestjoni tittieħed f'konsiderazzjoni mill-ġdid.", "LOTTU PUBBLIKU - LOGĦOB", "11284.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mid-Dipartiment tal- Lottu Pubbliku mil-logħob tas-Super 5 u tal-lottu matul l-1996 u l-1997, xahar b'xahar?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TURIŻMU - GRADWATORJI ĠODDA", "11285.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti tweġiba aġġornata għall-mistoqsija parlamentari numru 3758 u eżattament jgħid x'inhi l-pożizzjoni llum?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-eżerċizzji ta' reclassification tal-lukandi, villaġġi, kumplessi u aparthotels bi stillel minn Ħamsa sa Waħda, u dak ta' grading fuq servizzi f'De Luxe, Gold, Silver jew Bronze, beda jseħħ mill-1 ta' Jannar 1997.", "Il-grading hu applikabbli biss għal dawk il-proprjetajiet ikklassifikati b'Ħamsa, b'Erba' u bi Tlett istillel.", "Minn total ta' 101 f'dawn il- klassifikazzjonijiet ġew graded 3 De Luxe, 19 Gold, 45 Silver u 34 Bronze.", "Verżjoni upgraded tal-plakki l-ġodda tqassmu lill-lukandi u lill-postijiet l-oħra matul is-sena li għaddiet.", "HCEB - RISTRUTTURAZZJONI", "11286.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti aktar dettalji fuq l-iskema ta' għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta' hotels żgħar mill-HCEB?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-ministeru, flimkien mal-HCEB, qed iħejju skemi ta' nċentivi, mhux neċessarjament finanzjarji, biex jinkoraġġixxu l-lukandi żgħar itejbu l-pożizzjoni tagħhom.", "Billi din l-iskema għadha m'hix finaliżżata għax għadhom qed isiru konsultazzjoni, ma nħossx li hu xieraq, f'dan l-istadju, li nagħti aktar dettalji.", "TURIŻMU - FIRST TWO YEARS TOURSIM PLAN", "11287.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- rapport First two years tourism plan li ttella' flimkien ma' konsulenti ta' Deloitte & Touche?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Meta jkun il-waqt jitpoġġa.", "ŻEJTUN - SAN NIKLAW", "11288.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi kull meta tagħmel ix-xita qed ikun hemm għargħar regolari kemm fit-triq kif ukoll fl-għelieqi fl-inħawi ta' San Niklaw, Żejtun, jista' d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jara x'hemm bżonn isir biex it-triq tibqa' passaġġa u l-bdiewa ma jitilfux il-ħamrija li qegħdin jitilfu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jinvestiga u jara x'qiegħed jikkaġuna l-problema.", "P.A. - UFFIĊJAL", "11289.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċjal li suppost kellu jmexxi ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, ġiex maħtur?", "Jekk dan ma sarx, jista' jgħid x'se jsir sabiex dan ix-xogħol utli jinbeda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ġie maħtur Manager għall-iStrategic Planning Unit li għandu l-inkarigu li jmexxi r-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura.", "Nista' ngħid ukoll li ħafna xogħol preparatorju għal dan l-eżerċizzju mportanti diġa' sar u dan permezz tar-riċerka u t-tfassil ta' subject plans speċifiċi.", "MARSA RACING CLUB - KUNSILL", "11290.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ikkonfermax ir-rappreżentanti tiegħu fil-Kunsill tal-Marsa Racing Club?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: S'issa le.", "RIĊIKLAĠĠ TAL-KARTA - TENDER", "11291.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x- xogħol li hu maħsub li hu nkorporat fit-tender għar-riċiklaġġ tal-karta li kienet mirbuħa ftit tal-ġimgħat ilu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tender għar-riċiklaġġ tal-karta tinkorpora l- ġbir ta' karta wżata mill-ħaddiema tad-dipartiment u tittieħed f'post ċentrali fejn tintgħażel u wara tinġabar mill-kuntrattur.", "Dawk l- entitajiet li jkollhom kwantita' kbira biżżejjed, il-karta tiġi spezzjonata mill-uffiċjali tad-Dipartiment biex tiġi stabbilita l-kwalita' u l- proċeduri ta' separazzjoni qabel ma l-kuntrattur jiġi mqabbad biex jiġbor il-konsenja.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "11292.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min organizza attivita' soċjal fl-okkażjoni ta' l-għoti ta' faċilitajiet sportivi lill- għaqdiet fir-Raba' Distrett Elettorali dan l-aħħar?", "Min ħallas l-ispejjeż għaliha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li ma saret l-ebda attivita' soċjali fl-okkażjoni ta' l-għoti tal-faċilitajiet sportivi lill-għaqdiet tar-Raba' Distrett Elettorali.", "Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jirreferili preċiż għal-liema attivita' soċjali qed jirreferi.", "KORSA TAL-MARSA - BINI", "11293.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa blokk bini ta' tliet sulari fl-inħawi tal-Korsa tal-Marsa?", "Kien hemm applikazzjoni u permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu ma wasalx il-Ministeru mill-entita' kkonċernata.", "Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MARSA - KUMPLESS SPORTIV", "11294.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'jinkludi l- proġett ta' upgrading fil-kumpless sportiv tal-Marsa?", "Meta beda u x'sar s'issa?", "Meta hu ppjanat li jinbdew xogħlijiet oħra f'dan il-kumpless?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "MINISTERI - UFFIĊĊJU GĦAĊ-ĊITTADIN", "11295.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk hijiex il-policy ta' dan il-gvern li kull ministeru jkollu uffiċċju għaċ-ċittadin?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-policy tal-gvern hi li kull ministeru jew dipartiment jagħti l-aħjar servizzi liċ-ċittadin.", "Dan l-għan jista jintlaħaq b'diversi sistemi.", "Fost dawn, insibu t-taqsimiet ta' customer care li minnhom hemm f'ħafna dipartimenti tal-gvern.", "M'hemmx il-ħsieb li nidduplikaw dan is-servizz.", "MELLIEĦA - ZEBRA CROSSING", "11296.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk huwiex possibbli li ssir zebra crossing quddiem il-Belleview peress li huwa ta' periklu kbir meta tfal li joqogħdu f'Ta' Braġ Estate, fil-Mellieħa jkollhom jaqsmu triq prinċipali sabiex imorru u jiġu lura mill-iskola?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li minħabba l-wisa' ta' Triq il- Kbira li hija qrib il-Belleview, it-Traffic Control Board se jibda feasibility study biex isib l-aħjar mod biex tissolva din il-problema mill- aktar fis.", "BAĦRIJA - TRIQ RADDET IR-ROTI", "11297.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Raddet ir-Roti li tinsab il-Baħrija, issirilha tiswija temporanja - billi 'l quddiem hemm pjan sħiħ ta' xogħol xi jsir - peress li t-triq tinsab mimlija tajn u hija f'qagħda diżastruża ħafna għan-nies li joqogħdu fit-triq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Triq Raddet ir-Roti għada m'hijiex asfaltata peress li għadu qed isir l-iżvilupp fiha u għad jonqosha wkoll li jitqiegħdu s-servizzi tad-drenaġġ.", "Għalhekk hija meqjusa triq privata u l- manutenzjoni tagħha hija responsabilita tan-nies li bnew bini tagħhom għal fuq din it-triq.", "DJAR - MANUTENZJONI", "11298.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jara li t-twieqi ta' l-injam li spiċċaw minħabba nuqqas ta' manutenzjoni jinbidlu malajr u dan fil-każ ta' Blk 1, Flt 2, Triq 31 ta' Marzu, Għargħur fejn toqgħod anzjana?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, xogħol li mhux ta' natura strutturali mhux kopert bil-policy ta' tiswijiet imħaddma mid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "Madankollu huwa mistenni li ftit tal-ġimgħat oħra l-Awtorita' tad-Djar se toħroġ skema ta' għajnuna għal inkwilini f'postijiet tal-gvern biex jagħmlu xogħol simili.", "TA' QALI - ART \"TAL-FUKLAR\"", "11299.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt min- naħa tal-Kummissarju ta' l-Artijiet biex l-art magħrufa bħala \"Tal-Fuklar\" fil-limiti Ta' Qali li kienet ittieħdet għall-iskema tal-BDA u ma ntużatx, terġa' tmur lura għand is-sidien tagħha, u dan meta r-riċerki meħtieġa saru kollha u tlesta wkoll id-draft contract?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-possibbilta' li l-art tingħata lura qed tiġi mistħarġa.", "NAXXAR/GĦARGĦUR - SQAQ L-IMNIEQA", "11300.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa Sqaq l-Imnieqa li jinsab bejn in-Naxxar u l-Għargħur?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MOSTA - TRIQ IL-KARRIĠĠJAR", "11301.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se titkompla l-parti tat- triq bħala extension tad-drainage works circa 40 metru biex fi Triq il- Karriġġjar, Mosta ikun hemm is-servizz tad-drenaġġ sa Plot No. 1?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Hu maħsub li din l-estensjoni ssir f'qasir żmien.", "PULIZIJA - MEMBRI", "11302.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi ta' membri fil-Korp tal-Pulizija li bħalissa għandhom każijiet ta' dixxiplina quddiem il-PSC (Public Service Commission) u kemm hemm oħrajn minn dipartimenti oħra u liema huma d-dipartimenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10410.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUMMISSJONI GĦALL-KONTROLL TAT-TRAFFIKU", "11303.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Kummissjoni għall- Kontroll tat-Traffiku dwar is-sleeping policemen/road bumps fit-toroq ta' Malta?", "Jekk sa ftit taż-żmien ilu dawn il-bumps kienu jsiru f'każ ta' security areas u issa saru kważi ħaġa normali li dawn isiru f'diversi toroq, x'kien li wassal li tittieħed din id-deċiżjoni?", "Min huma responsabbli li jissuġġerixxu dawn il-bumps?", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar trid tkun informata meta ttieħed deċiżjoni li jsiru bumps?", "Xi kriterji hemm dwar il-mod kif isiru dawn il-bumps?", "Għaliex mhumiex ta' forma standard kullimkien u mhux kollha b'indikazzjoni minn qabel li jindikaw bump awareness?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li r-Road Humps (Sleeping Policemen) jitqegħdu fit-toroq biex irażżnu l-veloċita eċċessiva tat- traffiku.", "Dawn ġeneralment jitqegħdu kif ġej:-", "1) Fil-viċinanzi ta' Housing Estates, skejjel, Playing Fields u Clinics.", "2) F'Junctions perikolużi fil-village cores, speċjalment fejn toroq sekondarji jagħtu għat-toroq prinċipali.", "3) F'lokalitajiet li jkunu esklussivament residenzjali u li minnhom jgħaddi volum qawwi tat-traffiku.", "4) F'postijiet oħra fejn il-veloċita tat-traffiku għandha tiġi imrażżna minħabba l-periklu li jista' jeżisti f'dawn is-siti.", "Jiena nformat ukoll li l-kunsilli lokali jagħmlu numru kbir ta' talbiet għar-Road Humps iżda l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jillimita l- approvazzjoni tiegħu skond in-normi msemmija hawn fuq.", "Ma' kull approvazzjoni li joħroġ il-Bord, il-kunsilli lokali jiġu mogħtija specifications tar-Road Hump.", "Kopja ta' dawn l-ispecifications għall- informazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Rigward l-indikazzjoni minn qabel ta' dawn ir-Road Humps, il-kunsilli lokali jiġu mogħtija istruzzjonijiet biex jittellgħu it-traffic signs neċessarji li jindikaw minn qabel l-istess humps.", "Rigward il-parti tal-mistoqsija li tikkonċerna l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jagħmel din id-domanda lill- ministru kkonċernat.", "IMPJIEGI - INĊIDENTI FUQ IL-POSTIJIET TAX-XOGĦOL", "11304.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħtini informazzjoni dwar l-inċidenti rrapportati lid- Dipartiment tax-Xogħol u lid-Dipartiment tal-Ħarsien Soċjali matul is-snin 1993,1994,1995, 1996, 1997?", "Kemm kienu l-inċidenti li ħadu tliet ijiem bħala sick leave, sitt ijiem sick leave, xahar, sitt xhur u sena permanenti u konsegwentement boarded out u mwiet?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' inċidenti fuq ix-xogħol bejn l-1993 u l- 1996 hu kif ġej.", "L-istatistika ma tinġabarx kif mitlub mill-Onor.", "Membru.", "Għalhekk iċ-cifri mogħtija huma ta' perjodu ta' benefiċċju u mhux perjodi ta' assenza mix-xogħol.", "Sena ----", "Numru ta' talbiet mhallsa 1993 1994 1995 1996 ------------------------- ---- ---- ---- ----", "Anqas minn gimgha 1,167 1,337 1,270 905 l sa 2 gimghat 387 434 418 374 2 sa 4 gimghat 364 421 320 288 4 sa 13-il gimgha 364 518 433 381 13-il gimgha sa 6 xhur 61 96 98 82 6 xhur sa sena 53 57 66 55 ----------------------------------------------------------------- Total 2,396 2,863 2,605 2,085", "Kazi rrapurtati 7,184 7,157 6,991 6,134", "Id-differenza bejn it-total u l-każi rrapportati tirrappreżenta n-numru ta' każi fejn il-waqfien kien anqas minn tliet ijiem jew ma kienx hemm waqfien mix-xogħol.", "In-numru ta' mwiet minħabba inċidenti kien 2 fl-1993, 13 fl-1994, 4 fl- 1995, 12 fl-1996 u 5 fl-1997.", "L-istatistika ta' l-inċidenti fuq ix-xogħol għall-1997 għadha qed tiġi proċessata u għalhekk ma tistax tingħata f'dan l-istadju.", "GĦAWDEX - LAMPI ĠODDA", "11305.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm saru talbiet għal-lampi ġodda f'Għawdex raħal raħal minn Ottubru 1996 sal-lum?", "Kemm minnhom ġew approvati u f'liema rħula?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Interpellant għandha tkun taf li f'Ottubru 1996 il-Ministeru għal Għawdex ħalla kont pendenti ta' Lm23011.77 mal- Korporazzjoni Enemalta għal-lampi ġodda li saru qabel l-elezzjoni ta' Ottubru, 1996.", "Is-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex iffaċċjat b'din il-problema finanzjarja kellu joqgħod b'seba' għajnejn biex jara fejn verament hemm bżonn li jsiru lampi ġodda u biex ukoll iħallas lura d-dejn li sar qabel Ottubru 1996 mal-Korporazzjoni Enemalta.", "Minn Ottubru 1996 sal-lum saru 186 talba għal lampi ġodda u s'issa ġew approvati 51 imqassmin kif ġej:", "|Raħal |Numru ta'|Approvati | | |talbiet | | |Victoria |23 |8 | |Fontana |10 |3 | |Marsalforn |7 |4 | |Xagħra |16 |5 | |Għarb |10 |2 | |Għasri |15 |5 | |Żebbuġ |11 |3 | |Kerċem |7 |- | |St Laurence|3 |- | |Nadur |11 |4 | |Qala |12 |5 | |Għajnsielem|12 |1 | |Xlendi |6 |1 | |Sannat |14 |4 | |Xewkija |21 |6 | |Munxar |8 |- |", "EDUKAZZJONI - ADULT EDUCATION", "11306.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11081, jista' l-Ministru jgħid fiex intnefqu Lm24,500 imsemmija fir-risposta?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu fuq korsijiet għall-adulti fl-1996 u l-1997?", "Mil-liema vot ittieħdu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-vot ta' l-Adult Education huwa ntiż biex ikopri dawk il-korsijiet għall-adulti li jingħataw mingħajr ħlas jew li jkunu inizjattivi ġodda.", "Fl-1997 dan il-vot intuża biex jingħataw dawn il-korsijiet:", "Malti Elementari: 19-il klassi li saru l-Blata l-Bajda, B'Kara, Bormla, Had-Dingli, Hamrun (2), Hal-Luqa, Mellieha, Mosta, Rahal il-Gdid (2), Qormi, Rabat, l-Isla, Siggiewi, San Pawl il-Bahar, Haz-Zebbug, Zurrieq u Rabat (Ghawdex);", "Malti ghall-Barranin: sitt klassijiet li saru fil-Blata l-Bajda (4) u l-Mosta (2);", "Ingliz Elementari sitt klassijiet - Blata l-Bajda, B'Kara ghall- Maltin: (2), Raħal il-Gdid (2) u Qormi;", "Ingliz Elementari ghall-Barranin: tliet klassijiet fil-Blata l-Bajda;", "Matematika Elementari: klassi wahda fil-Blata l-Bajda;", "Komunita' Sta.", "Marija Centru għall-vittmi tad-droga: 2 suggetti;", "Alcoholic Rehabilitation Centre: klassi wahda;", "Centru Edukazzjoni 2 klassijiet tal-Malti, 3 klassijiet ta' Adulti: l-Ingliz, 2 klassijiet tat-Taljan, klassi tal-Franciz u ohra ghall-Istudji Socjali.", "In-nefqa totali attwali biex saru dawn il-korsijiet kienet ta' Lm25,018 li nqasmet fi Lm22,666 ħlas lill-għalliema u Lm2,352 ħlas lill-purtinara.", "Il- kumplament tal-vot intefaq kif ġie deskritt fit-tweġiba li ngħatat għall- mistoqsija parlamentari nru.11081.", "Id-differenza ttieħdet mill-personal emoluments.", "Fl-1996/97 saru dawn il-korsijiet għall-adulti:", "Taghlim Elementari 18-il klassi li saru Rabat, Luqa, fil-Malti: B'Kara, Blata l-Bajda, Mellieha, San Pawl il-Bahar, Mosta, Bormla, Hamrun (2), Zurrieq, l-Isla, Siggiewi, Rahal il-Gdid (2), Qormi (2) u l-Gharb;", "Taghlim Elementari 8 klassijiet - Rahal il-Gdid (2), Qormi, ta' l-Ingliz: Rabat, B'Kara (2) u l-Blata l-Bajda (2);", "Taghlim Elementari tal-Matematika: klassi wahda li saret fil-Blata l-Bajda;", "Taghlim ta' l-Ingliz ghall-Barranin: klassi wahda fil-Blata l-Bajda;", "Taghlim tal-Malti 7 klassijiet - Blata l-Bajda (4), ghall-Barranin: Mosta (2) u Victoria (1).", "Kien hemm ukoll tagħlim tat-Taljan, Ingliż, Malti.", "Matematika, Franċiż u Studji Soċjali fiċ-Ċentru ta' l-Edukazzjoni għall-Adulti l-Imsida; żewġ suġġetti fil-Komunita' Santa Marija għall-vittmi tad-droga u klassi għall- Alkoħoliċi.", "In-nefqa totali għall-għalliema kienet ta' Lm19,200 u għall-purtinara Lm2,436 jiġifieri total ta' Lm21,636.", "Barra dan saru spejjeż ukoll f'avviżi jew riklamar, ktieb ta' tagħrif dwar il-korsijiet ta' l-adulti ta' fil-għaxija għas-sena 1996/97, parteċipazzjoni fil-Konvenzjoni tal-Karrieri u xogħol ieħor relatat li jammontaw għal Lm9,200.", "SKEJJEL - SEKONDARJI", "11307.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 11085 dwar allowance għax-xiri ta' kotba fl-iskejjel sekondarji?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11085 mogħtija f'din is-seduta.", "FORTINI FOOTBALL GROUND", "11308.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il- ħsieb li jżomm il-wegħda li tiġi nstallata sistema ġdida ta' dwal (floodlights) fil-ground tal-football tal-Fortini?", "Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji peress li s- sistema tad-dawl li hemm illum hi ta' periklu serju kemm għar-residenti kif ukoll għat-tfal tan-Nursery u għall-players u tfal taż-żewġ skejjel tal- Birgu?", "Peress li l-Gvern kien wiegħed li s-sistema l-ġdida ta' dawl kellha tiġi nstallata sa l-1 ta' Settembru 1997 u li l-estimi għas-sena 1998 kellhom ikopru l-ispiża neċessarja biex jinbnew dressing rooms għall-isportivi tal- Birgu li jagħmlu użu minn dan il-ground, iħoss il-Ministru li għandu jikkommetti ruħu b'mod ċar u jara li dan ix-xogħol isir din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant illi s- sitwazzjoni ndikata minnu tad-dawl ta' dan il-ground titlob attenzjoni, speċjalment meta wieħed jiftakar kif il-Gvern preċedenti ħalla din is- sitwazzjoni tiddeterjora.", "Nista' nikkonferma li s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti permezz tat-Taqsima Sport diġa approva li l-klabb jingħata l- għajnuna biex ix-xogħlijiet neċessarji in konnessjoni mad-dawl isiru.", "In kwantu għax-xogħol tad-'dressing rooms' għalkemm se nipprovaw li nakkomodaw it-talba tal-klabb, fis-sitwazzjoni finanzjarja preżenti ma nistgħax naċċerta l-Onor.", "Interpellant li dan ix-xogħol se jsir ukoll matul din is- sena.", "SKEJJEL - REFURBISHING/ UPGRADING", "11309.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-refurbishment and upgrading programme li għandu l-Ministeru fl-iskejjel tal-Gvern huwiex qed jingħata każ ta' l-aċċessibilita' tal-persuni b'diżabilita' f'kull parti ta' l-iskola?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar f'dan il- qasam f'kull skola fejn qed isir refurbishment u upgrading u kemm sewa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kull fejn il-Kap ta' l-iSkola indika li jrid li jsir xi xogħol konness ma' aċċess għal tfal bi bżonnijiet speċjali, dan ix- xogħol kien imdaħħal fil-programm ta' refurbishing u upgrading li sar f'dik l-iskola.", "Jien informat li mhux possibbli li jingħad x'ġara f'kull skola u lanqas mhu possibli li tingħata l-ispiża għax dan ix-xogħol daħal mal-programm komprensiv ta' xogħol ieħor.", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "11310.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li f'Mejju 1997, il-Ministru ġie rrapportat li qal li se jitwaqqaf Kumitat li jiddeċiedi f'liema skola jmorru t-tfal bi ħteġijiet speċjali u t-tip ta' għajnuna li jkollhom bżonn, jista' l- Ministru jgħid: (i) jekk kienx ġie mwaqqaf dan il-kumitat; (ii) jekk fl- affermattiv, x'sar s'issa minn dan il-kumitat f'dan il-qasam; (iii) minn min huwa kompost; u (iv) kemm-il darba ltaqa'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma twaqqaf ebda kumitat għal dak il-għan.", "Forsi l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-kumitat li nħatar dan l-aħħar biex jikkonsidra l-futur ta' l-edukazzjoni inklussiva.", "PROĠETT TA' TRIQ REĠJONALI", "11311.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4339 magħmula minni u għar-risposta tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, jista' issa jgħidilna jekk ix-xogħlijiet fil-parti tat-Triq Reġjonali fejn hemm it-Tank tal-Gass humiex se jinbdew din is-sena peress li mill- kwantita' tat-traffiku li jkun hemm madwar ir-roundabout kważi f'kull ħin, żgur li hemm bżonn urġenti li jsiru x-xogħlijiet pjanati; u f'każ li jikkonferma li x-xogħlijiet se jsiru, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex se jsiru kif ppjanati jew jekk hux previst xi tibdil?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Wara r-riżultat tajjeb li kien hemm fis-sistema tat-traffiku ħdejn iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata, tajt struzzjonijiet lid- Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel l-analiżi neċessarji biex jiġu stallati traffic lights f'din iż-żona.", "UNIVERSITA' - STATUT NRU.", "7", "11313.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4202 magħmula minni u għar-risposta tal-Ministru, jista' l-Ministru jgħidilna jekk ħarġitx sejħa għall-applikazzjonijiet għall- promozzjonijiet ta' staff akkademiku ta' l-Universita' mid-data tar- risposta tiegħu?", "Jekk ħarġet, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet u x'ġara minnha u f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet?", "Jekk għandha ma ħarġitx sejħa, jista' l-Ministru jgħidilna x'qed iżomm milli toħroġ u għal meta huwa previst li toħroġ s-sejħa għall-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ir-Rettur ftit ilu spiċċa eserċizzju li fih ġew ifformalizzati l-kriterji li fuqhom se jsiru l-promozzjonijiet.", "Dawn kienu ntbagħtu xi żmien ilu lill-MUT.", "Tlett ġimgħat ilu l-Union issottomettiet is-suġġerimenti tagħha.", "Huwa appik li ssir laqgħa mal-Union biex kemm jista' jkun jintlaħaq ftehim qabel ma l-kriterji jinġiebu quddiem il- kunsill għall-approvazzjoni tiegħu.", "DJAR - KUNTRATTI", "11315.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'qed iżomm lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex jagħmel il-kuntratt meħtieġ rigward id-dar tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Meta l-Awtorita' tad-Djar ikollha t-titolu legali fuq l-art li fuqha hemm mibnija d-dar taħt il-Home Ownership Scheme, tkun tista' tikkonkludi t-trasferiment ta' l-art lill-persuna msemmija.", "SERVIZZ ĊIVILI - SENIOR PRINCIPALS", "11316.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Prim Ministru: Issa li ġie ffinalizzat il-proċess kollu tas-Senior Principals, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-Bord ta' l-Għażla li ħa ħsieb dan il-proċess għandu jippreżenta r-rapport tiegħu lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fi żmien qasir.", "BREATHALYSER", "11317.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ordnati apparat ta' Breathalyser sabiex ikunu jistgħu jintużaw skond id-dispożizzjoni tal-liġi li tinsab fl-istadju ta' approvazzjoni minn dan il-Parlament?", "Meta ħarġet it-tender?", "Kemm kien hemm tenderers?", "Liema kienet l-aktar waħda vantaġġjuża?", "Ġie evalwat il-kwalita' ta' breathalyser li jkun ta' 150 specification?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "ĦABS ĊIVILI - GWARDJANI", "11325.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta għandhom joħorġu l-appointments għall-gwardjani fil- ħabs wara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha li għamlet l-interview aktar mnn sena u baqgħet bla risposta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-persuna ndikata fil-mistoqsija parlamentari mill-Onor.", "Membru qagħdet għall-interview li sar minn Selection Board maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Il- persuna msemmija ma laħqitx il-minimum pass mark.", "Ta' min jgħid li skond l-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta' Lulju, 1996, il-pubbliku kien ġie informat li seta' jara r-riżultat għall- intervista fuq in-notice board tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin jew fuq in-notice board ta' l-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il- Belt.", "FMSS - IMPJEGATI", "11326.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2897 u t-tweġiba li ngħatat igħid x'ried jifhem meta qal li s-Sinjuri Emmanuel Falzon, Joe Gerada, Pauline Azzopardi u Emmanuel Grech kienu mpjegati mal-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi fil- kapaċita' tagħhom bħala Position of Special Trust?", "Il-Ministru jaqbel li fil-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw dawn l-individwi l-Fondazzjoni kienet tmur aħjar fl-għażla ta' riżorsi umani kieku din ħarġet sejħa għall- impjiegi b'mod pubbliku?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull każ ta' kull impjegat imsemmi, kif ġie ffissat is-salarju ta' kull persuna għal-livell li hu?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll il-lokalitajiet li fihom kienu reġistrati uffiċjalment l-inidirizzi ta' kull impjegat tal-Fondazzjoni nhar l-20 ta' Ottubru ta' l-1996?", "Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll li s-Sur Emmanuel Grech ġie mpjegat mal-Fondazzjoni fl-1 ta' Ottubru, 1996 meta skond l-OPM Circular 23/96 tat-23 ta' Settembru, 1996 ma setgħux jiġu mpjegati nies mal-Gvern jew korpi indipendenti tiegħu?", "Jista' għaldaqstant il-Ministru jgħid jekk dan l-impjieg ta' Grech huwiex irregolari?", "Huwa l- każ li din il-persuna b'salarju ta' Lm5,000 (ħamest elef lira) fis-sena biex tagħmel ix-xogħol ta' telephone operator hija overpaid, jew inkella l- kwalifiki li għandha huma tali li ma ppermettux li tagħmel xogħol ieħor?", "Jista' l-Ministru jgħid din il-persuna xi kwalifiki akkademiċi għandha?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FMSS - ALLOWANCES", "11327.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'allowances tħallsu lil diversi nies, impjegati jew mhux, tal-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi xahar b'xahar fil-perijodu bejn 1 ta' Jannar, 1991 u l-31 ta' Ottuibru, 1997 mill-fondi ta' l-istess Fondazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fis-snin imsemmija l-F.M.S.S. ma jidhirx li ħallset flejjes li jaqgħu taħt it-terminu Allowance.", "In vista tal-perjodu estensiv mitlub u termini li l-kelma Allowance tkopri, jista l-Onor.", "Interpellant jispeċifika r-rikjesta tiegħu?", "FMSS - KIRI TA' APPARTAMENTI", "11328.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid min deher fuq il-kuntratt li ffirmat il-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi biex jinkrew flats fi Blata l-Bajda għall-użu tagħha?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull kuntratt li daħlet fih il- Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi biex tikri flats, djar u mkejjen oħra fil-perijodu bejn 1 ta' Jannar, 1991 u l-aħħar ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għada qed tinġabar; għalhekk ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MOSTA - ASFALTAR TA' TOROQ", "11360.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq l- Eremita u parti minn Triq il-Wied li fil-fatt tmiss ma' Triq l-Eremita, Mosta jiġu asfaltati għaliex għalkemm il-bini hu sostanzjalment mibni, għadha qatt ma ġiet asfaltata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-parti ta' Triq il-Wied li m'hijiex asfaltata, isir ix-xogħol fiha 'l quddiem skond il-prijoritajiet għal dan it-tip ta' xogħol.", "Triq l-Eremita hija diġa' asfaltata u peress li b'hekk taqa taħt ir- responsabilita' tal-kunsill, dan se jiġi mitlub jara li din it-tiswija ssir.", "PRODOTTI AGRIKOLI", "11361.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-ammont ta' prodott agrikolu li daħal f'Malta qabel jew fit-13 ta' Jannar, 1998 u li fuqu kien tħallas il-levy u li wara fil-fatt intlaħaq ftehim li l-levy li tħallset kellha tingħata lura?", "X'talbiet kien hemm mill-importaturi jew il-GRTU biex il-levy li tħallset tingħata lura?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MINISTERU TAL-BIEDJA - KUMITAT", "11362.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min huma l-membri tal-kumitat li skond il-ġurnali twaqqaf fil-Ministeru tal-Biedja biex jara x'inhi l-qagħda tal-prodott lokali?", "X'kienet il-pożizzjoni li ħadu l-għaqdiet tal-bdiewa f'dawn il-laqgħat?", "Liema għaqda qablet li jiġu mportati prodotti?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-membri tal-kumitat imsemmi huma:", "Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru Ic-Chief Scientific Officer fil-Ministeru Id-Direttur tal-Agrikoltura L-ufficjali inkarigat mill-Pitkalija L-ufficjal inkarigat mill-Marketing Żewġ rapprezentanti tal-Għaqda Bdiewa Progressivi Żewġ rapprezentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Tlett rappreżentanti tal-Koperattiva Ċentrali tal-Biedja Rapprezentant tad-Direttur tal-Kummerċ.", "Il-pożizzjoni ta' l-għaqdiet f'dawn il-laqħat kienet li huma fehmu il- qagħda preżenti u qablu fuq il-linji ġenerali tal-azzjoni li kellha tittieħed basta l-kwantita' ta' importazzjoni tkun limitata u għal perjodu temporanju.", "MTARFA - GYMNASIUM", "11363.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'kienu l-bidliet li saru fil-pjanti tal- gym ta' l-Imtarfa u l-estensjoni tiegħu wara l-1 ta' Novembru 1996?", "Meta saret l-applikazzjoni għat-tibdil u l-estensjoni tal-gym?", "Meta ħareġ il- permess għal dan it-tibdil?", "Liema pjanti mibdula ġew sottomessi lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar bejn l-1/11/96 u llum?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Saru modifiki fil-lokazzjoni ta'showers u fl- entratura.", "L-applikazzjoni għal dan it-tibdil saret fid-19 ta'Frar 1997 u l- permess għal dan it-tibdil inħareġ fid-19 ta' Settembru 1997.", "DELOITTE & TOUCHE - RAPPORT FUQ L-INDUSTRIJA", "11397.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Billi fl-1996 Deloitte & Touche kienu ġew kummissjonati li jagħmlu rapport fuq l- industrija tat-turiżmu f'Malta bi studji fuq il-carrying capacity u l- impatt tat-turiżmu fuq l-ekonomija, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jindika fiex waslu dawn l-istudji u r-riżultati tagħhom?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-Onor.", "Interpellant huwa żbaljat.", "Ir-rapport tad-Deloitte & Touche kellu l-iskop ewlieni li jirrevedi l-pjan għat-turiżmu maħruġ mill-Horwath and Horwath.", "Fl-ebda ħin ma kien intiż sabiex jinvestiga l-carrying capacity u l-impatt ekonomiku tat-turiżmu.", "ĦXEJJEX - IMPORTAZZJONI", "11398.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se ssir importazzjoni temporanja sa l-aħħar ta' dan ix-xahar fir-rigward tas-segwenti ħxejjex f'każ ta' pastard, kaboċċi u patata ta' l-ikel?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma nistax ngħid kemm se jiġi mportat prodott sa l- aħħar tax-xahar għax kollox jiddependi mis-suq f'Malta u fil-pajjiżi minn fejn joriġinaw il-prodotti.", "Il-levy tnaqqset fuq kwantitajiet limitati.", "ENEMALTA - ĦADDIEMA", "11399.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' ħaddiema (mpjegati regolari, casuals, studenti eċċ) fuq il-kotba tal-Korporazzjoni Enemalta fis-16 ta' Mejju, 1987, fis-16 ta' Mejju, 1986 u fis-16 ta' Mejju, 1985?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦXEJJEX - IMPORTAZZJONI", "11400.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, dejjem fir-rigward ta' importazzjoni temporanja ta' ħxejjex bħal pastard, kaboċċi u patata ta' l-ikel: (i) kemm hija l-levy applikabbli fuq importazzjoni ta' dawn il-ħxejjex; u (ii) kemm se tkun il- levy fuq l-importazzjoni ta' dawn il-ħxejjex, liema importazzjoni tħabbret fit-12 ta' Jannar, 1998?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirriferi l-Onor.Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 11249.", "ENEMALTA/TELEMALTA - VAT", "11401.", "L-ONOR.", "JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri għad-dħul mill-VAT mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Korporazzjoni Telemalta fl-1995, fl-1996 u fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "| |EneMalta |TeleMalta| |1995 |4,665,977|855,131.6| | |.20 |6 | |1996 |7,120,738|1,628,076| | |.26 |.22 | |1997 |1,661,044|1,209,254| |(l-ewwel |.90 |.72 | |sitt xhur) | | |", "PULIZIJA - KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL", "11402.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal-fatt illi l-MLP kien wiegħed fil-Manifest Elettorali tiegħu li se jtejjeb il- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, billi l- ħlasijiet tal-pulizija għandhom ikunu mfasslin b'mod li joħloq inċentiv veru anke għall-pulizija li jinsabu fl-iċken gradi, kif jirrikonċilja din il-wegħda mat-tnaqqis ta' Lm580,000 f'overtime u allowances matul is-sena 1998 komparata mas-sena 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, id-dipartimenti kollha tal-gvern qed jiġu mħeġġa biex jirrestrinġu n-nefqa pubblika billi jagħfsu fuq il-kontroll ta' l-infiq finanzjarju u l-eliminazzjoni tal-ħela u sparpaljar ta' flus mingħajr ma tonqos l-effiċjenza.", "L-eserċizzji li qed isiru fil-Korp tal-Pulizija huma ntenzjonati għal dan l- iskop.", "Minn diversi nvestigazzjonijiet li saru rriżulta li hemm areas fil- Korp fejn ċertu overtime huwa żejjed u li x-xogħol jista' jsir xorta b'inqas riżorsi ta' flus u persuni biex jagħtu l-istess riżultat u anke aħjar.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "11403.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min qed imexxi l-investigazzjoni dwar allegazzjonijiet ta' swat ċertifikati mill-ex-Tabib tal-Ħabs?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-investigazzjonijiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant qegħdin isiru mill-Bord tal-Viżitaturi tal- Ħabs u li dawn se jiġu konklużi fi żmien qasir.", "MOSTA - KUNSILL LOKALI", "11416.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru: a) jikkonferma li l-Kunsill Lokali tal-Mosta għandu dejn ta' aktar minn Lm260,000; jgħid jekk għal dan id-dejn kienx ingħata permess sew mill-Ministeru tiegħek kemm mill-Ministeru tal- Finanzi kif titlob il-liġi; c) jgħid jekk kien ingħata dan il-permess, meta ngħata; d) jiltob lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga u jara li l- kontijiet li hemm huma veri; u e) jitlob lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga li kollox mexa skond il-liġi rigward il-finanzi fil-Kunsill Lokali tal-Mosta dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn analizi tar-rapport ta' l-Udituri tal-Gvern Lokali ghas-sena finanzjarja li ghalqet fil-31 ta Marzu 1997, liema rapport tpoġġa fuq il-Mejda ta din il-Kamra nhar il-15 ta Dicembru 1997, il-Kunsill Lokali tal-Mosta spiċċa s-sena finanzjarja bi zbilanc ta Lm206,744.", "Skond il-Management Report ta l- Accountants tal-Kunsill ghall-perijodu 1 ta April 1997 sal-31 ta Dicembru 1997 mibghut mill-Kunsill lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, l-iżbilanċ jidher li huwa ta Lm210,181.", "Dan jirrizulta meta ma tieħux inkonsiderazzjoni l-Assi Kapitali.", "Skond l-Artikolu 61 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali: Il-Kunsill ma jistax jawtorizza xi xoghlijiet li l-valur taghhom jeċċedi l-vot annwali tieghu... jekk mhux bl-awtorizazzjoni tal-Ministru responsabbli ghall- Kunsilli Lokali bi ftehim mal-Ministru responsabbli mill-Finanzi.Peress li t-talba ghal din l-awtorizzazzjoni saret mill-Kunsill wara li twettqu xoghlijiet, din ma gietx ikkonsidrata.", "Ninforma lill-Onor.", "Membru li bħalissa d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed jistharreg dan il-kaz sabiex tittiehed decizjoni skond id- disposizzjonijiet tal-legislazzjoni dwar Gvern Lokali.", "MOSTA - TRIQ IL-KOSTITUZZJONI", "11417.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tittieħed azzjoni biex jitneħħew il-konok li hemm fi Triq il-Kostituzzjoni, fil-Mosta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bhal ma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.", "Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onor. membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-kunsill tal-lokalita' billi dak li jirreferi ghalih l-Onor.Membru fil- fatt huwa wiehed mir-responsabiltajiet tal-Kunsill.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "11418.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Minisru jgħid: a) kemm daħlu studenti ġodda fis-sena akkademika 1997/98 ġewwa l-Universita' ta' Malta; b) kemm daħlu f'kull kors; c) minn liema lokalita' ġejjin dawn l-istudenti; u d) x'inhu n-numru tan-nisa u rġiel li qed jattendu kors b'kors fl-ewwel sena akkademika tagħhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "FMSS", "11419.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' kull ġimgħa għax-xjenza u teknoloġija li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija organizza f'dawn l-aħħar snin?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż għal kull ġimgħa li saret?", "Jista' l-Ministru jgħid liema persuni u/jew organizzazzjonijiet u kumpanniji għamlu xi xogħol konness ma' dawn l-attivitajiet?", "F'kull każ, kemm kien jiswa x-xogħol li għamlu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu ma wasalx il-Ministeru mill-entita' kkonċernata.", "Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - KONSULENTI", "11420.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fil-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-konsulenti ngaggati bejn is-snin 1987 u l-1996 f'dan il-Ministeru u fid-Dipartiment li jaqgħu taħtu kienu:", "Is-Sur Oliver Vella Prof. Carmelo Agius Is-Sur A.Muscat Inglott Dr. David Fabri (Part-time) Prof. Ramilla Vujicic Ms Anne Roucheux Perit Joe Bondin", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "11421.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ngaġġati bejn is-snin 1987 u l-1996 fil-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu qed jinġabar.", "Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TINDIF", "11429.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed iħallas ta' kull ħaddiem li għandu biex jagħmillu x-xogħol ta' tindif fid- Dipartiment tas-Saħħa inkluż fl-Isptar San Luqa?", "X'benefiċċji u xi gwadann qed jieħu l-gvern billi juża l-ħaddiema tal- kuntrattur flok dawk li jistgħu jkunu mpjegati direttament minnu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BIRGU - ĠNIEN", "11430.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li se jinqered ġnien li ġie maħluq minn persuna voluntiera fil-Birgu eżatt taħt is-Sur ta' St. James Cavalier?", "Jista' l-Ministru jara li ssir pressjoni min-naħa tad-Dipartiment tax- Xogħlijiet sabiex dan il-ġnien li sar b'ħafna sagrifiċċji ta' persuna voluntiera jiġi salvagwardat anke peress li dan huwa popolari ħafna mat- turisti peress li fih pjanti endemiċi nkluż pjanti nazzjonali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Cottonera Rehabilitation Committee kien talab lill-Kumissarju ta' l-Artijiet sabiex jitneħħew l-encroachment terms li biha kien ingħata biċċa mis-sur lill-terzi.", "Dan għaliex kien sar ġnien, li fih inniffsu kien qed jagħmel ħsara fis-sur.", "Dan l-encroachment tneħħa fl- 1997 u issa beda x-xogħol ta' restawr mir-Restoration Unit fi ħdan id- Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "SERVIZZ ĊIVILI - EX-IMPJEGATI TA' POSTA LTD.", "11431.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati postali li m'aċċettawx li jaqilbu ma' Posta Ltd. u ġew trasferiti maċ-Ċivil?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi pjanijiet biex jintegra lil dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil billi jingħataw grad analogu fiċ- Ċivil u ma jibqgħux jitqiesu bħalha pustiera peress li dawn fil-preżent qegħdin isofru inġustizzja minħabba li jinsabu fi grad li ma jeżistix fiċ- Ċivil?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11203.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li nipprovdi b'mod pubbliku l-ismijiet ta' l- impjegati konċernati.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI", "11461.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jagħti flus id-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-esproprjazzjoni ta' proprjeta'?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tieghu lill-ministru koncernat", "P.A. - ĠNIEN REĠJONALI", "11462.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 8451 u t-tweġiba għaliha, issa li t-talbiet kollha li kienu saru mill-awtorita' ilhom żmien li ġew sodisfatti, tista' din toħroġ il-permessi mitluba?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "PRAGA - KONFERENZA EWROPEA", "11463.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid dwar xiex kienet il-Konferenza Ewropea li saret fi Praga, Repubblika Ċeka fl-10 - 11 ta' Ġunju, 1997 miftuħa għall- Ministri tal-Ġustizzja li għaliha l-Ministru kien preżenti?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li hu għamel fil-konferenza?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-21 Konferenza tal-Ministri Ewropej tal- Gustizzja(Praga 10-11 ta Gunju 1997) iddiskutiet principalment ir-rabtiet bejn il-korruzzjoni u l-kriminalita organizzata.", "Kopja tad-diskors li ghamilt waqt din il-konferenza tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SPTAR ĠDID - MEDICAL BRIEF", "11469.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-medical brief dwar l-isptar il-ġdid?", "Min kien inkarigat minn dan il-brief?", "Meta ġie ffinalizzat?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor Interpellant, dan is-suġġett ġie diskuss fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali ta' din il-Kamra.", "SAĦĦA - MEDIĊINI B'XEJN", "11470.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tul il- 1997 kien hemm pazjenti ntitolati li jirċievu mediċini mingħajr ħlas minħabba li kellhom il-karta r-roża?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-karta roża tinħareġ mid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.", "Għalhekk nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill-ministru konċernat.", "SPTAR IL-ĠDID - PJANTI/ DOKUMENTI", "11471.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-pjanti u dokumenti oħra dwar l-isptar il-ġdid li ġew ippreżentati dan l-aħħar (dwar it-tkabbir ta' l-isptar) lill-Planning Authority?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija għada qed tinġabar; għalhekk risposta tingħata f' seduta oħra.", "SAĦĦA - ARRETRATI", "11472.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l- ammont ta' arretrati li baqgħu ma tħallsux għal xiri ta' mediċini fl- 1.1.98?", "Kemm kienet l-ispiża globali ta' mediċini li nxtraw (eskluż apparat u disposables) matul il-1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra SAĦĦA - KAŻ TA' PAZJENT", "11473.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex pazjenti HIV, Hep C u HBS Ag positive tħalla ġewwa ward 10 MCH ma' pazjenti oħra u ma ġiex ikkurat ġo single room meta s-single rooms kienu vojta?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "11474.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' pazjenti li ta' kull xahar irridu jattendu ġewwa l-Isptar San Luqa biex jieħdu mediċini special items?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' pazjenti li ta' kull xahar jattendu l-Ispiżerija ta' l-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa biex jieħdu mediċini Special Items huwa ta' madwar 5,580.", "GĦAWDEX - KUMITAT DWAR IL-PROBLEMI TAN-NISA", "11478.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10120 ċioe': Kemm-il darba ltaqa' l-kumitat imwaqqaf biex jistudja l-problemi partikolari tan-nisa Għawdxin, minn mindu ġie ffurmat?", "X'inhuma l-problemi li ġew identifikati s'issa u x'soluzzjonijiet qed jiġu proposti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Kumitat imwaqqaf biex jistudja l-problemi partikolari tan-nisa Għawdxin iltaqa' formalment erba' (4) darbiet.", "Saru diversi lagħat oħra ta' gruppi żgħar minn ofst il-membri ta' dan il- Kumitat.", "Fost affarijiet oħra l-Kumitat qiegħed jagħti prijorita':", "1.", "Il-kors li jwassal għall-Certificate in Education għall-Instructors (April 1997-Ġunju 1998).", "Permezz ta' kollaborazzjoni mad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita' ta' Malta, il- core modules tal-course qed isiru f'Għawdex fuq medda ta' 20 ġimgħa bejn il- Ġimgħa u s-Sibt.", "B'hekk qed jiġi evitat skariġġ żejjed bejn Malta u Għawdex.", "Dan qed igawdi minnu kulħadd speċjalment in-nisa Għawdxin bit- tfal.", "2.", "L-iskola f'livell sekondarju tal-bniet.", "Il-fatt li tfal bniet tal- Junior Lyceum u tfal bniet ta' l-iskola sekondarja qegħdin fl-istess skola, mhux bilfors li l-bżonnijiet taż-żewġ gruppi qed jingħataw l-istess importanza.", "Qed jiġu diskussi proposti biex is-sitwazzjoni tirranġa.", "3.", "Akkomodazzjoni għal nisa vittmi ta' vjolenza u t-tfal tagħhom.", "Għaddejjin diskussjonijiet ma' diversi entitajiet li jistgħu jgħinu biex tittaffa din il-problema.", "KEMMUNA - LANTERNA", "11479.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li tiġi mwaħħla lanterna fuq in- naħa ta' wara ta' Kemmuna, liema lanterna hija meħtieġa speċjalment meta l- vapuri tal-Gozo Channel jgħaddu minn wara Kemmuna?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li Kemmuna hija attrezzata b'Lanterna fuq Ras l-Irqieqa u b'baga mdawla qrib Kemmunett.", "Dawn iż-żewġ postijiet huma kkonsidrati bħala l-aktar lokalitajiet perikolużi fit- traġitt tal-vapuri bejn Malta u Għawdex.", "EDUKAZZJONI - LINGWA INGLIŻA", "11480.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11088 u ċioe' b'riferenza għall-Konferenza Stampa li saret f'Settembru tas-sena l-oħra, fejn il-Ministru kien qal li inizjattiva oħra għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kellha tkun li ttejjeb il- livell ta' l-Ingliż, jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa f'dan il-qasam u x'hemm ippjanat li jsir aktar 'il quddiem?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, speċifikament bil- ħidma ta' l-Education Officers responsabbli għall-Ingliż, qiegħda taħdem bla heda biex tgħolli l-livell ta' l-Ingliż fl-iskejjel tagħna.", "Minbarra li jagħmlu d-dmirijiet tagħhom flimkien ma' ħidma oħra kif muri fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8750, din is-sena skolastika l-Education Officers responsabbli mill-Ingliż għamlu xogħol ieħor flimkien ma' l-Universita' ta' Malta u li għandu x'jaqsam mal-Bord tal-M.A.T.S.E.C. kif ukoll kienu tutors waqt li l-istudenti kienu fuq Teaching Practice.", "Il-kontribut li qegħdin jagħtu l-Education Officers li huma familjari sew mad-diffikultajiet fit-tagħlim ta' l-istudenti tagħna għandu jkun ta' benefiċċju għall-għalliema futuri tagħna.", "Għall-aħħar ta' Jannar il-Ministeru se jorganizza Seminar dwar Language Policy.", "L-għanijiet ta' dan is-Seminar huma li jingħata feedback dwar x'azzjoni għandha tittieħed fil-futur.", "F'dan il-kontest ma rridux ninsew ix-xogħol li qiegħed isir mill-iSteering Committee li hu responsabbli għall- Curriculum Review u li qiegħed jaħdem fuq l-istess linji dwar din il-ħaġa u xogħlijiet oħra.", "Proġett ieħor li bħalissa l-Ministeru qiegħed jaħdem fuqu hu l-Literacy Project.", "Din is-sena aħna qegħdin nagħmlu bħall-kollegi tagħna fir-Renju Unit billi ddedikajna s-sena 1998 għall-isforzi biex insaħħu aktar fit-tfal id-drawwa tal-qari.", "Fi Frar, il-British Council b'kollaborazzjoni mad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ser jorganizza wirja bil-għan li jħeġġeġ it- tfal tagħna ta' l-iSkejjel Primarji jaqraw aktar.", "Nsemmi wkoll il-kotba ġodda bl-Ingliż li tqassmu fl-iSkejjel Primarji.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hi konxja ħafna tal-ħtieġa li qiegħda tikber dwar l-għajnuna fit-tagħlim bl-użu tal-kompjuter.", "Nixtieq hawnhekk nirreferixxi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.11077 iktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-Ministeru dalwaqt sejjer jagħmel Konferenza Stampa biex jispjega dak kollu li sar s'issa f'dan il-qasam.", "Il-Ministeru wkoll qiegħed jieħu ħsieb li jassigura li tingħata aktar importanza lill-Ingliż billi qiegħed jagħmel proviżjonijiet fil-'budget' fl- Estimi għall-1998.", "Mod wieħed ta' azzjoni hu t-taħriġ tas-Subject Co- Ordinators ta' l-Ingliż minn esperti ta' l-E.F.L. flimkien ma, possibilment, provediment fit-taħriġ li jwassal għal ċertifikat għall- għalliema li jgħallmu fl-International School of English.", "In-negozjati bdew u nittamaw li dan jirnexxi.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA - ŻIDIET", "11487.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-talbiet għal żieda ta' l-għoli tal-ħajja, mill-unions qabel l-1987, kif ukoll x'żidiet li ngħataw fil-budgets ta' l- 1988, l-1989 u l-1990 mill-Gvern Nazzjonalista għall-għoli tal-ħajja?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jinżammx tagħrif ta x'kienu t-talbiet mill-Unions għaż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja.", "Iż-żidiet li ngħataw għall-għoli tal-ħajja bejn l-1988 u l-1990 kienu hekk:", "1988 - Xejn", "1989 - Income Suppliment ta' Lm1 fil-ġimgħa lill-impjegati kollha; 1990 - Lm3 fil-ġimgħa żieda fil-paga, li tinkludi fiha żidiet fi ftehim kollettiv.", "DOCKYARD CREEK - YACHT MARINA", "11488.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li l-Gvern miexi bil-pjanijiet tiegħu li f'Dockyard Creek ikun hemm yacht marina, u peress li f'dan l-istess creek isiru t-tiġrijiet tar-Regatta ta' Jum il-Ħelsien fil-31 ta' Marzu, u peress li fi ftit ġimgħat oħra l-qaddiefa jibdew it-taħriġ tagħhom għal dawn it- tiġrijiet, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Regatta ta' Marzu ta' din is- sena hux se tkun affettwata?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu ma wasalx il-Ministeru mill-entita' kkonċernata.", "Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.", "BORMLA - TRIQ XANDRU - KERREJJA", "11489.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jara li ssir xi ħaġa minn kerrejja mitluqa f'30 Triq Xandru, Bormla peress li min din il-kerrejja abbandunata qed jaqgħu ġebel kbar għal ġot-triq b'periklu għar-residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Tlabt lid-Direttur biex il-fond jiġi spezzjonat u jittieħdu l-passi meħtieġa.", "OPM - ĊIRKOLARITAJIET", "11490.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-ċirkolaritajiet li kienu ħarġu mill-OPM fit-23 ta' Awissu, 1988 u fid-9 ta' Ġunju, 1992 lill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari biex dawn jagħtu struzzjonijiet lill-Kapijiet tad-dipartimenti u organizzazjonijiet parastatali biex jikkonsidraw b'simpatija l-problema ta' l-impjegati Għawdxin f'Malta u li kull fejn hu possibbli, jagħmlu arranġamenti biex inaqqsu t-tbatijia tagħhom billi jippostjawhom f'out- stations fuq jew qrib ir-rotta tax-xarabank bejn il-Belt u ċ-Ċirkewwa, għadhomx fis-seħħ?", "Jekk fl-affermattiv, kif jispjega li dan l-aħħar impjegati Għawdxin inqalgħu minn fejn kienu jaħdmu u ntbagħtu f'post 'il bogħod mir-rotta tax-xarabank għaċ-Ċirkewwa?", "Jista' għaldaqstant jieħu l- passi meħtieġa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jipprovdili, anke b'mod konfidenzjali, l-informazzjoni meħtieġa dwar il-każijiet partikolari li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu, sabiex inkun nista nagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li l-Gvern jikkonsidra l-problema ta' l- impjegati Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern f'Malta bl-akbar serjeta'.", "Is- Segretarjat għal Għawdex qed jagħmel il-preparamenti meħtieġa sabiex xogħol li normalment kien isir f'Malta jibda jitwettaq f'Għawdex u b'hekk numru ta' mpjegati Għawdxin li llum jaħdmu Malta jkunu jistgħu jibdew jaħdmu f'Għawdex stess.", "NADUR - UFFIĊĊJU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI", "11491.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-area office tal-Ħarsien Soċjali fin- Nadur, minn nhar it-Tnejn, 19 ta' Jannar beda jinfetaħ fil-għodu biss u b'inqas impjegati mis-soltu, meta dak l-uffiċċju jaqdi kemm lin-nies tan- Nadur kif ukoll tal-Qala u t'Għajnsielem?", "Jista' jgħid kemm ilu miftuħ għall-pubbliku dan l-uffiċċju u jagħti wkoll ir-raġuni u r-reazzjoni għall- iżvilupp li beda jseħħ mit-Tnejn 19 tax-xahar?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC - SENIOR MANAGERS", "11492.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9886, jista' l- Ministru jgħid meta ġew intervistati l-kandidati għall-postijiet ta' Senior Managers fl-ETC fl-Għawdex u meta se jimtlew dawn l-istess postijiet li l- applikazzjonijiet għalihom ħarġu b'sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern f'Mejju 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-intervisti għal-post ta' Senior Manager fl-ETC għal Għawdex saru nhar il-25 ta' Awissu 1997 u komplew nhar il-11 ta' Novembru 1997.", "Il-proċess għall-mili tal-post indikat jifforma parti minn eżerċizzju wiesa' ta' mili ta' karigi maniġerjali u dan l-eżerċizzju jindkwadra ruhu wkoll fil-politika ta' reklutaġġ segwita mill-Gvern.", "MV XLENDI - SERVIZZ BEJN MALTA U GĦAWDEX", "11493.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li waqaf is-servizz Għawdex/Malta/Għawdex l-MV Xlendi?", "Dan il-bastiment se jinbiegħ?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Is-servizz Malta\\Għawdex\\Malta bil-vapur Xlendi waqaf f`Mejju 1997.", "Dan il-bastiment huwa għall-bejgħ li jsir meta l- kumpanija tirċievi offerta aċċettabbli.", "GOZO CHANNEL - VJAĠĠI", "11494.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vjaġġi li saru mill-bastimenti tal-Gozo Channel għal ġarr tal-merkanzija Sa Maison/Mġarr/Sa Maison bejn is-16 ta' Lulju u l-aħħar tas-sena 1997?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mis-16 ta' Lulju 1997 sa l- aħħar tas-sena 1997 saru 254 vjaġġi bil-bastimenti tal-Gozo Channel għal ġarr ta' merkanzija Sa Maison/Mġarr/Sa Maison.", "RĦULA - HEIGHT LIMITATIONS", "11495.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu riveduti l-height limitations fid- diversi rħula f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l- informazzjoni.", "PA - HEIGHT LIMITATIONS", "11496.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu riveduti l-height limitations fiż-zona li tinkludi l-Imsida, il-Gżira, Tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jinħieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "11499.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, tibqa' litteralment bla dar wara li sfat barra minn dar missierha xi żmien ilu?", "Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex din il-persuna tingħata post fejn tista' tgħix bogħod mill-ksieħ tax-xitwa?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata m'għandha l- ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi l-Awtorita' tad-Djar għandha skema illi permezz tagħha min isib jikri mingħand il-privat jingħata sussidju fil- kera.", "Infakkru wkoll li dan il-konċett kien ixxandar fil-policy ġdida tal- Partit Laburista qabel ma kkuppjah il-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar Leġislatura tiegħu.", "SPTAR SAN LUQA - CDAU", "11500.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi offrut servizz ta' Occupational Therapy fis-CDAU meta l-Acting Occupational Therapist in charge se tintbagħat għal sitt xhur Għawdex?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex ġustifikat li jintbagħtu terapisti minn sptarijiet fejn il-pressjoni u r-responsabbilta' tal-pazjenti hija kbira ħafna lejn Għawdex fejn l-ammont ta' pazjenti u l-pressjoni tax-xogħol hija ħafna inqas?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Matul il-perjodu li l-Acting Occupational Therapist in charge fis-CDAU se tkun sitt xhur Għawdex, is-servizz ta' l- occupational therapy se jkompli jingħata mill-assistenta tagħha u terapisti oħrajn tar-rotation.", "Bħalissa jintbagħtu erba' occupational therapists minn Malta biex joffru dan is-servizz f'Għawdex, kemm fl-isptar ġenerali, fl-isptar mentali, u fil- kommunita'.", "Dan l-għadd huwa meqjus bħala ġustifikat għall-ħtiġijiet li hemm Għawdex.", "ŻEJTUN - TRIQ XROB L-GĦAĠIN", "11501.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw id-drenaġġ ir- residenti ta' Triq Xrob il-Għaġin, Żejtun?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx is-survey li kellu jsir sabiex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jingħataw dan is-servizz?", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw is-servizz tad-drenaġġ ir- residenti ta' Triq Ħajt il-Wied, Żejtun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻEJTUN - TRIQ ŻABBAR", "11502.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir resurfacing ta' Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun peress li t-triq ilha abbandunata għal ħafna snin u minn informazzjoni li għandi mill-kunsilli xi disa' xhur ilu ġie espert tal-Public Works iżda kollox baqa' kif kien?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "KUMMISSARJU MALTI F'CANBERRA", "W1,090.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar infiq għall-entertainment and hospitality mill-Kummissarju George Busuttil f'Canberra xahar b'xahar minn Jannra 1995 sa Settembru 1997 u jindika l-iskop ta' kull nefqa?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Skeda li turi dettalji dwar infiq għal ospitalita' u għal entertainment mill-Kummissjoni GĦolja Maltija ġewwa Canberra, xahar b'xahar, bejn Jannar 1995 u Settembru 1997 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "GĦal skopijiet ta' prattiċita', l-ammonti minfuqa ġew konvertiti mill-ewwel f'liri Maltin.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - KAŻ BIN-NUMRU 6016/97", "W1,134.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' ipproċessar wasal il- każ bin-numru 6016/97 mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Milli nista' nifhem, il-persuna li dwarha qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu l-Onor.", "Interpellant tefgħet żewġ applikazzjonijiet mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita': waħda għal Blue Sticker u l-oħra għal Reserved Parking.", "Fil-każ tal-Blue Sticker din intbagħtitilha fil-25 ta' Novembru 1997.", "Dwar l-applikazzjoni għal-Reserved Parking din ser tiġi ttrattata mill-Bord ikkonċernat f'Marzu li ġej għaliex għad hemm diversi każijiet qabel tagħha li għad iridu jiġu trattati minn dan il-Bord.", "Dawn huma kollha nies li applikaw qabilha għal dan ir-Reserved Parking.", "Qed nara x'jista' jsir biex kemm jista' jkun jitnaqqas iż-żmien li fih persuna trid tistenna biex l-applikazzjoni tagħha għar-Reserved Parking tiġi trattata mill-Bord ikkonċernat.", "MARSA - SUBWAY", "W1,135.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed jiġi kkonsidrat il-ħolqien ta' subway biex ir-residenti ta' Race Course Street, il-Marsa jkollhom aċċess aħjar għaċ-Ċentru tal-Marsa?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li d-Dipartiment tat-Toroq inġibditlu l-attenzjoni għall-fatt li n-nies jaqsmu l-Ħamrun bypass biex jitilgħu minn Race Course Street għaċ-Ċentru tal-Marsa u qed jiġi kkonsidrat x'inhu l-aħjar li jsir f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "MENQA - PROĠETTI", "W1,136.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti hemm jew jista' jkun hemm biex il-Menqa (fejn Spencer Garden, Marsa) jiġi rranġat, kif xieraq, għall-użu aħjar ta' nies ta' dawn l-inħawi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma hemm l-ebda proġetti ppjanati għal din il- lokalita' għalissa, biss kull proposta tiġi kkonsidrata skond ir-riżorsi finanzjarji.", "MARSA: ALBERT TOWN", "W1,137.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa u x'passi oħra mistennija jittieħdu biex jiġi assigurat li darba għal dejjem ma jintremix aktar demm tal-bhejjem fit-triq u dan fl-akwati ta' Albert Town, Marsa?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda demm ma jintrema fit-triq fl-akkwati ta' Albert Town min-naħa tal-Biċċerija tal- Gvern.", "MARSA - ALBERT TOWN", "W1,140.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta t-toroq ta' Albert Town, il-Marsa se jiġu rranġati fid-dawl ta' l-obbligu tal-kunsill lokali tal-lokal, liema obbligi jidhru li m'humiex qed jiġu osservati minħabba limitazzjonijiet finanzjarji?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "W1,141.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jidħlu dawk li applikaw għal Nursing Aides?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Qed isiru l-preparamenti halli jigu rrangati numru ta' klassijiet halli l-istudenti fil-kors tan-Nursing Aides ikollhom fejn jinghataw it-teorija.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - SPECIAL LICENCE", "W1,142.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha mhijiex tgawdi mill- ispecial licence bħala bniedem b'diżabilita'?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant attwalment applikat għall-Karta ta' l-Identita' Speċjali, Blue Sticker u Reserved Parking.", "Qabel ma jistgħu jkunu pproċessati l-applikazzjonijiet għall-Blue Sticker u Reserved Parking trid tinħareġ il-Karta ta' l-Identita' Speċjali.", "Bħalissa l-uffiċjal inkarigata mis-servizz tal-Karta ta' l-Identita' Speċjali qed tistenna lil persuna konċernata tipprovdiha b'ċertifikat mediku mit-tabib tagħha.", "Kieku din il-persuna ġabet iċ-ċertifikat ma' l- applikazzjoni tagħha kienet tevita d-dewmien preżenti.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fl-applikazzjoni għall-Karta ta' l- Identita' Speċjali hemm miktub ċar li l-applikant irid jinkludi ċertifikat mediku mit-tabib tiegħu ma' l-applikazzjoni.", "Meta dan ma jseħħx bilfors jinħoloq xi dewmien.", "KAROZZI/MUTURI - IMPORTAZZJONI", "W1,149.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu u/jew ġew importati, sena sena, karozzi u muturi bejn l-1987 u l-1997 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond kull tip ta' karozza u mutur relattiv?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Rigward is-snin 1988 u l-1996 nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2227.", "Jiena nformat li n-numru ta' karozzi illiċenzjati/mibjugħa għas-sena 1997 huma kif ġej:-", "Vetturi Privati 9,501 Vetturi kummerċjali 4,184 Vetturi għall-kiri 533 Buses u Mini-Buses 52 Muturi 592", "TOTAL 14,862", "Rigward n-numru ta' vetturi mportati, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jirreferi din id-domanda lill-ministru kkonċernat.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - SIT TA' QABAR", "W1,150.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' pproċessar waslet l-applikazzjoni ta' persuna minn San Gwann, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, b'Ref.", "No. DH39/93/414 għal sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni tal-persuna ndikata għas-sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l- Addolorata għandha referenza DH 39/93/413 irreġistrata fl-20 ta' Ottubru 1993.", "Din l-applikazzjoni qegħda fuq il-waiting list u tinsab il-236 fil- lista msemmija.", "SAĦĦA - LABOURER", "W1,159.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna mill-Imsida, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li hu labourer u ma ħax il- grad ta' plasterer bħal sħabu oħra fid-Dipartiment tas-Saħħa - (St. Luke's Hospital)?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-ħatriet fil-grad ta' Plasterer and Painter isiru wara li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku.", "Billi l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati mill-istess Kummissjoni, m'iniex f'qagħda li nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ GĦAJN DWIELI", "W1,160.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l- bankina tal-parti tal-plots il-ġodda fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid tiġi rranġata għax tinsab imħarbta sew?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant huwa wieħed ta' manutenzjoni li normalment isir mill-Kunsill Lokali u għalhekk l- Onor. Interpellant huwa mitlub jirriferi s-suġġeriment tiegħu lis- Segretarju tal-Kunsill Lokali.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "W1,166.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jistħarreġ il- każ tal-persuna mill-Ħamrun, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ngħata biss pilloli għal tliet ijiem u qalulu li għal wara t-tliet ijiem irid jgħaddi bord, u dan meta hu bil-karta r-roża u ntitolat għalihom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-mediċina li ġiet mitluba għal pazjent mill- Ħamrun, li d-dettalji tiegħi qed jintbagħtu separatament, hi Lactulose syrup.", "Id-domanda biex il-pazjent jieħu din il-mediċina fuq Out Patient Basis ġiet approvata mid-Drugs and Therapeutics Committee fis-16 ta' Jannar 1998.", "L-approvazzjoni tinħareġ malli s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jinforma lid-DTC li l-istocks tal-mediċina preskritta jkunu waslu.", "SAĦĦA - APPLIKAZZJONI NRU.", "DH 39/98/24", "W1,167.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta persuna mill-Ħamrun, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, b'applikazzjoni numru DH 39/98/24 se tingħata qabar fiċ-Ċimiterju ta' l- Addolorata?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni tal-persuna ndikata għas-sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l- Addolorata għandha referenza DH 39/98/24 irreġistrata fid-19 ta' Jannar 1998.", "Din l-applikazzjoni qegħda fuq il-waiting list u tinsab il-1,180 fil- lista msemmija.", "OQBRA - XIRI TA' QABAR", "W1,168.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' ipproċessar waslet l-applikazzjoni għax-xiri ta' qabar tal- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi għat- tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru W1,167. __________________________ APPENDIX 1", "Konsulenti/Kumpanniji Servizzi li Ħlasijiet li Stima tal-", "ta' konsulenza li ngħataw saru wara ħlasijiet", "l-Ministeru għamel s-26 ta' li għad", "użu minnhom mis-26 Ottubru iridu", "ta' Ottubru 1996.", "1996. jitħallsu", "---------------------------------------------------------------------------- ------------------------------------------------", "Universita' ta' 4th Italian - xejn - - xejn -", "Bologna Protocol master", "plan on the", "fortifications", "and other his-", "torical buildings", "in Malta and Gozo.", "England & England Disinn taċ-Ċentru ¥52,295 ¥66,000", "ta' l-Arti ġewwa", "St. James Cavalier.", "Camilleri & Disinn ta' l- ¥8,515 ¥5,600", "Cuschieri istallazzjoni", "tas-sistema", "elettrika fiċ-", "Ċentru ta' l-", "Arti ġewwa St.", "James Cavalier.", "Eng.", "Paul Meilak Disinn ta' l- ¥5,940 ¥4,400", "istallazzjoni", "u arja kkon-", "dizzjonata u", "kull apparat", "mekkaniku fiċ-", "Ċentru ta' l-", "Arti ġewwa St.", "James Cavalier.", "Michael Ellul Konsulent fuq ir- - xejn - Lm18,000", "restawr u l-", "konservazzjoni", "għal St. James", "Cavalier.", "Architecture Disinn ta' l- ¥20,572 ¥28,000", "Project uffiċini fis-", "sular t'isfel", "u xogħlijiet", "oħra fil-", "Berġa ta'", "Kastilja.", "Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma", "Il-konsulenti wżati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall- perijodu indikat, kif ukoll il-ħlasijiet li saru u li għad iridu jsiru sal- 31 ta' Ottubru 1997 huwa kif ġej.", "Mr. Gary McLay Master Plan - ¥19,300", "Water", "MSD Consulting Ltd.", "Accountancy ¥5,000", "Eng.", "Emmanuel Zammit Internal Auditor ¥1,450", "Technical Advice", "Mr. Stephen Mc Carthy Internal Auditor ¥1,450", "Audit &", "Accountancy", "Visual Trends Advertising & ¥3,333", "Promotion", "Mr. Philip Grech Storm Water ¥7,000", "A & CE Master Plan", "EMAS Consultants (ISO 9000) ¥4,500", "L-ammonti għal Novembru 1997 għadhom qegħdin jinħadmu."]} {"filename": "19970729_112d_par.doc", "date": "1997-07-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 112 It-Tlieta, 29 ta' Lulju, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 112", "It-Tlieta, 29 ta' Lulju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "112", "It-Tlieta, 29 ta' Lulju, 1997", "WERREJ MINUTI 557", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 557", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 565", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROFESSJONI", "MEDIKA U L-PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA (L-EWWEL QARI) 567", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL (IT-TIENI QARI) 567", "AĠĠORNAMENT 593", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 600", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 635", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 111 li saret fid-29 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "FESTIVAL INTERNAZZJONALI TA' L-ARTI", "5187.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi fadal biss ftit ġimgħat għall-ftuħ tal-festival internazzjonali ta' l-arti, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex f'qagħda li jantiċipa x'se jsir din is-sena?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tal-festival internazzjonali ta' l-arti għal din is-sena.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Nirringrazzja lill-Ministru talli poġġa l-programm fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Iżda peress li l-mistoqsija saret fit-30 ta' April u l-festival internazzjonali ta' l-arti sadanittant ġie u mar, il-programm ma jiswiex iżjed bħala informazzjoni għax bħala stat ta' fatt diġa' lest.", "Madam Speaker, filwaqt li jien għandi ideat tiegħi dwar il-konċett tal- festival internazzjonali ta' l-arti ġewwa Malta u dwar l-impostazzjoni tiegħu, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex sodisfatt bil- performances u jekk intlaħqux l-objettivi tal-programm tal-Maltafest ta' din is-sena li ġew iffissati mill-ministeru tiegħu.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, jien naħseb li żgur hemm performance minnhom li ssodisfat lill-Onor.", "Richard Muscat u lili.", "Konna ħdejn xulxin insegwu l-kunċert ta' l-arpa u tal-kitarra u t-tnejn kellna kumplimenti x'ngħaddu għall-performance.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, dik fil-MAS nagħmluha, fil-mutual admiration society!", "Pero' l-Onor.", "Interpellant qajjem mistoqsija tajba u jekk m'iniex sejjer żball anke għamel mistoqsija bil- mktub b'mod aktar ġenerali f'dan is-sens.", "Naħseb li veru wasal iż-żmien li mill-esperjenza tas-snin li għaddew nirriflettu ftit fuq jekk il-Maltafest għandux ikun ikkonċentrat f'għaxart ijiem jew fi ħmistax-il ġurnata f'perijodu wieħed tas-sena; jew jekk inkella għandux ikun hemm kalendarju ta' attivitajiet kulturali imferrxa iktar mat-territorju u imferrxa iktar fiż-żmien biex ikun hemm iktar tgawdija ta' dak li jkun offrut.", "Naħseb li se jkun hemm il-bżonn li jsir dan is-sena d-dieħla - anke jekk wieħed ma jagħmilx din ir-riflessjoni li għamel l-Onor.", "Interpellant, li jien naqsam miegħu - minħabba li l-kalendarju tas-sajf se jkollu fuqu ħafna pressjoni ta' attivitajiet differenti.", "Hemm bżonn li għas-sena d-dieħla nistudjaw kif għandu jiġi organizzat il-kalendarju tal-Maltafest.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, minn din ir-risposta li tana l- Ministru għandi nifhem li minbarra l-possibbilta' ta' firxa fil- performances, bħala impostazzjoni tal-programm, il-konċett se jibqa' dak li nafuh tradizzjonalment sal-lum, jew anke l-konċett jimmerita riflessjoni jekk għandux ikun hemm tibdil fih?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li anke l-konċett jimmerita riflessjoni għal tibdil pero' rrid nagħmilha ċara li tibdil bħal dan ma jiddependix mill-opinjoni personali tiegħi.", "Il-mod kif inqatta' l-ħin ħieles tiegħi dak iva, dak niddeċidih jien imma kif norganizzaw il- Maltafest m'għandux jiddependi biss mill-opinjoni personali ta' min ikun inkarigat iżda tajjeb li nisimgħu ftit l-opinjonijiet ta' nies differenti biex imbagħad jittieħdu d-deċiżjonijiet, anke fid-dawl ta' l-esperjenzi differenti u ta' l-opinjonijiet differenti li hawn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Napprezza wkoll din it-tweġiba u huwa dejjem tajjeb li wieħed jagħmel riflessjonijiet u jisma' opinjonijiet għaliex b'hekk biss wieħed jista' jtejjeb il-livell u jżomm standard tali li l-festival internazzjonali ta' l-arti jkun veru avveniment kulturali, li mhux biss jitgawda mill-Maltin - l-iktar ħaġa importanti - imma jekk jista' jkun ukoll jiġbed l-ammirazzjoni u l-attenzjoni ta' nies interessati anke barra pajjiżna, bħala avveniment kulturali validu ta' ċertu livell.", "Ir-rimarka li għamel il-Ministru li darba minnhom konna flimkien għal waħda mill-performances u kkummentajna verament tajjeb - qed jalludi għall- kunċert tal-kitarra minn Simon Schembri partikolarment - kien wieħed mill- mumenti tassew sbieħ u feliċi tal-programm ta' din is-sena, pero' rrid ngħid ukoll li ma kienx l-uniku.", "Attendejt performances oħrajn fejn kelli l-opportunita' nħoss l-istess emozzjoni u nammira lil dawk li taw il- performance tagħhom b'mod li għamlu ġieħ lill-arti li esprimew u anke lill- pajjiż li rrappreżentaw.", "Pero' għaliex sfortunatament mhux kull performance kienet ta' din it-tip ta' emozzjoni u ta' dan it-tip ta' livell?", "Forsi l- Ministru jixtieq jikkummenta fuq il-livell tal-performances tad-drama.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif għdt, issa jkun iż-żmien li nagħmlu daqsxejn post-mortem fuq x'ġara din is-sena.", "Jien personalment ma kellix esperjenza diretta tal-wirjiet tad-drama u allura ma nistax ngħaddi ġudizzju fuqhom, pero' naħseb li tajjeb li nagħmlu post-mortem fuq il-festival li għadda biex fejn aħna sodisfatti nsaħħu u fejn m'aħniex sodisfatti ntejbu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Fuq dan l-istess ton ta' sodisfazzjon, nixtieq ngħid li wieħed m'għandux jibża' jgħid jekk is-suġġett għoġbux jew le.", "Ħadd m'għandu jieħu għalih għaliex wara kollox jekk ir-riżorsi, speċjalment dawk finazjarji, ikunu limitati allura wieħed irid jaqta' l-libsa skond il- budget li jkollu.", "Imma naħseb tajjeb li wieħed jagħmel riflessjoni fuq il- kontribut tat-teatru fil-programm ta' din is-sena li, fl-opinjoni tiegħi - u naħseb li ta' ħafna li segwew dawn l-avvenimenti - ma kienx tal-livell mistenni minn ħafna li kienu looking forward għal dan l-avveniment.", "Kien hemm xi diżappunti u rridu ngħidu li sfortunatament dawn kienu każi li, fl- opinjoni tiegħi, kienu negattivi u ma żammewx il-livell.", "Nixtieq ukoll nikkummenta fuq il-jazz festival.", "Ladarba kellna jazz festival li kien qabad ritmu qawwi u probabbilment kien l-uniku avveniment tal-programm li kien qed jiġbed l-attenzjoni anke barra minn pajjiżna u kien ħa forma ta' impostazzjoni, għaliex twaqqa' għal tlett ijiem?", "Mhux qed ngħid li neċessarjament twaqqa' l-livell tiegħu imma żgur li l-fatt li ġie ridott għal tlett ijiem, minflok ħamsa jew sitta kemm kien, naturalment iddiżappunta wkoll, almenu kif nikkonkludi jien.", "Jaqbel ma' dan il- Ministru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qisna qed nagħmlu intervista lil xulxin fuq il- festival internazzjonali ta' l-arti!", "Jekk irrid inkun dejjaq dawn it-tip ta' mistoqsijiet ma nafx kemm huma skond l-iStanding Orders, imma ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant jippretendi li nwieġeb dwar attivita' li jien ma attendejtx għaliha għax inkun arroganti u prużuntuż; allura l- attivita' teatrali mhux se nagħti ġudizzju fuqha.", "Fuq il-jazz festival, li attendejt għal serata minnhom, irrid ngħid li għalkemm il-jazz m'huwiex il-qasam li l-aktar nieħu gost bih fil-mużika, l- informazzjoni li għandi jien minn nies li jifhmu hija bil-maqlub.", "Il-fatt jekk ikunx tlett ijiem jew erbat ijiem huwa irrilevanti.", "L-importanti hiju l-kwalita'.", "L-informazzjoni li għandi jien hija li l-jazz festival kien ta' kwalita' aħjar minn tas-soltu.", "Qed noqgħod fuq il-ġudizzju ta' xi ħadd li hu mdaħħal ħafna f'dan il-qasam", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, ir-rimarka li qisna qed nagħmlu intervista bejnietna ma naħsibx li hija f'waqtha għaliex after all dan huwa l-ħin tal-mistoqsijiet u jekk is-suġġett inzerta fuq il-festival internazzjonali ta' l-arti m'għandniex nistħtu nagħmlu d-domandi u wisq inqas inweġbuhom għaliex għandna avveniment li jimmerita almenu konsiderazzjoni darba fis-sena għax dan is-suġġett qatt ma jiġi diskuss fil- Parlament.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru kemm ġie jqum il-festival din is- sena u kemm daħħal flus mill-isponsors u mill-bejgħ tal-biljetti, ħalli nara l-importanza ta' dan il-festival.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien m'għandix dubju li dan il-Parlament għandu jsib il-ħin li jiddiskuti affarijiet u avvenimenti kulturali pero' ma naħsibx li l-Kamra jinteressaha - jew il-pajjiż jinteressah - l-opinjoni personali tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) X'għandu x'jaqsam billi tkun ministru!", "Mela l-ministru xi omnixxenti u jifhem f'kollox!", "Mela jekk jien niddeċiedi li l-jazz festival kien ta' kwalita' mondjali l-bqija tal-pajjiż għandha tagħmel hekk u tgħid li kien ta' kwalita' mondjali!", "Jien l-iktar li nista' nagħti huwa appoġġ u direzzjoni.", "Illum, iktar minn qatt qabel, ma naħsibx li jagħmel sens li l-ministri jindaħlu f'kollox u f'kull dettall u dak li jgħidu huma huwa xi Vanġelu.", "Fuq id-dettalji ta' kemm ġie jiswa u kemm daħħalna, s'intendi jien m'għandix l-informazzjoni hawnhekk pero' nitlob lid-dipartiment jiġbor dan it-tagħrif u m'għandix problemi li ngħaddih lill-Onor.", "Interpellant.", "EDUKAZZJONI - ISTRUZZJONI GĦAL GĦALLIEMA STUDENTI", "5648.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Skond l-\"Infoline\", ħarġa Nru. 24, pubblikazzjoni tal-MLP, intqal li madwar 26% tat-tfal isibu problemi ta' qari bil-Malti.", "Skond din l-istess pubblikazzjoni, il-kawżi ta' dawn il-problemi jinkludu \"inadequate instruction of student teachers\".", "Jaqbel il-Ministru ma' din l-asserzjoni?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid għaliex?", "Hemm xi riċerka li tissostanzja dak li hemm fl-Infoline?", "Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din ir-riċerka?", "X'passi qed jieħu l-Ministru biex titjieb din l-istruzzjoni lill- għalliema studenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien se nirriferi l-asserzjoni magħmula fl- \"Infoline\" lill-branka tar-riċerka fid-dipartiment ta' l-ippjanar u żvilupp tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal studju approfondit fuq l-asserzjoni.", "B'hekk ikolli bażi uffiċjali li tgħinni nifforma opinjoni jekk naqbilx jew le.", "Skond informazzjoni li għandi, l-\"Infoline\" bbaża l-asserzjoni tiegħu fuq riċerka li saret miċ-Ċentru tal-Fidi u Ġustizzja mmexxi mill-Ġiżwiti u studenti universitarji.", "Sfortunatament m'għandix kopja ta' din ir-riċerka.", "Kieku kelli kont ngħaddi kopja lill-Onor.", "Membru.", "Naf li ġew imfassla units sħaħ li se jkunu ntrodotti fil-kors tal-B.Educ. sabiex l-għalliema studenti jkollhom l-istruzzjoni neċessarja f'dan il- kamp.", "EDUKAZZJONI - EARLY LITERACY", "5649.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Fil-pubblikazzjoni tal- Partit Laburista \"Infoline\", ħarġa Nru. 24, intqal li twaqqaf kumitat ministerjali fil-qasam ta' l-early literacy biex jikkordina l-programm li kien inbeda mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Għaliex kumitat ministerjali u mhux kumitat dipartimentali?", "Min huma l-membri ta' dan il-kumitat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx minnhom li se jitħallsu speċifikament għal dan ix-xogħol u, jekk iva, kemm?", "Dawn jirrappreżentaw lil xi għaqda partikolari jew ġew magħżula mill- Ministru fuq bażi individwali?", "Meta hu maħsub li dan il-kumitat jippreżenta r-rapport tiegħu?", "Il- Ministru se jippubblikah dan ir-rapport?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mill-amministrazzjoni preċedenti ma nbeda l-ebda programm fl-early literacy.", "Kien issemma biss fil-pubblikazzjoni \"New Initiatives\" ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Il-qasam ta' l-early literacy se jinvolvi diversi stakeholders, li aktar jinġabru taħt l-umbrella tal-ministeru milli tad-diviżjoni esklussivament.", "Per eżempju, iċ-chairman tal-kumitat huwa membru tal-Fakulta' ta' l- Edukazzjoni u mhux membru tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Il-membri tal-kumitat huma:", "|Dr Charles Mifsud |Chairman | |Mr Charles Cilia |Segretarju | |Mr Joseph Scerri |Membru | |Mr Michael Cassar |Membru | |Mrs Pauline Fenech|Membru | |Ms Tanya Muscat |Membru | |Ms Gaby Privitera | Membru | |Ms M'Anne Spiteri |Membru | |Mr Mario Testa |Membru | |Dr Victor |Membru | |Martinelli | |", "u dawn ma jirċievu l-ebda ħlas speċifiku għal dan ix-xogħol.", "Is-Sur Michael Cassar jirrappreżenta l-MUT u s-Sinjura Pauline Fenech tirrappreżenta l-assoċjazzjoni tal-kunsilli skolastiċi.", "It-tmien membri l- oħra huma magħżula fuq bażi ndividwali.", "Il-kumitat ma ngħata l-ebda żmien speċifiku għal dan ix-xogħol u meta jkun hemm rapport li l-kumitat spontanjament jogħġbu li jipproduċi nippubblikah.", "EDUKAZZJONI - GUIDANCE AND COUNSELLING", "5659.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3773, jista' l-Ministru jikkonferma li ma sar l-ebda nfiq bejn Settembru u Diċembru, 1996 fil-qasam tal-guidance and counselling?", "Jaħseb il-Ministru li bi Lm15,000 dan il-qasam ikun jista' jlaħħaq mal- proġetti kollha?", "Dwar din l-istess mistoqsija, jista' l-Ministru jispjega kif mingħajr l- ebda vot, dan l-għan fl-edukazzjoni jista' xorta waħda jintlaħaq?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Matul din is-sena skolastika il-guidance & counselling section laħħqet mal-proġetti kollha tagħha.", "Għas-sena sħiħa - Jannar/Diċembru 1997 - il-ministeru vvota s-somma ta' Lm15,000 taħt il-vot rikorrenti tal-guidance and counselling.", "Bejn Settembru u Diċembru 1996 fil-qasam tal-guidance and counselling saru dawn il-pagamenti:", "|Settembru 1996 |Lm 405.58 | |Ottubru | | | |3339.77 | |Novembru | | | |773.74 | |Diċembru | | | |1117.08 | |TOTAL | | | |5636.17 |", "Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni huwa konxju mill-valur tas-servizzi tal- guidance and counselling u jibqa' jagħmel minn kollox biex jiżgura li dan is-servizz jingħata lil kull min jeħtieġu.", "ĦAL FAR - ĊIRKWIT GĦAT-TLIELAQ TAL-KAROZZI", "5853.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġibiet li ta għall-mistoqsijiet parlamentari numri W202 u 4117 dwar il-bini ta' ċirkwit għat-tlielaq tal- karozzi, jista' l-Ministru jgħid ma' min qed tiġi diskussa l-materja in kwestjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid xi proposti rċeva s-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti mingħand il-Ħal Far Circuit Association?", "Jista' igħid ukoll jekk is-segretarjat talabx il-veduti tal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp dwar is-suġġett u x'kien il-parir tal-KMZ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti ġie nformat mill-Hal Far Circuit Association dwar it-talbiet li l-għaqda kienet għamlet ma' l-awtoritajiet konċernati biex jinbena ċ- ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi f'Ħal Far.", "Ma saret l-ebda talba mal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp min-naħa tas-segretarjat parlamentari.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, fl-action plan tal-Planning Authority għal Ta' Qali jingħad ċar u tond li, minħabba il-ħsejjes li jagħmlu karozzi tal-ġiri, m'huwiex possibbli li jibqa' jseħħ circuit racing ġo Ta' Qali.", "Ta' min igħid ukoll li f'Ħal Far kien hemm il-problema tal- fabbriki.", "Allura peress li dan l-action plan għal Ta' Qali jsemmi ħames postijiet fejn circuit racing jista' jiġi ppjanat, x'jaħseb il-Ministru dwar dawn il-proposti?", "Jekk s'issa għad m'hemmx opinjoni, jista' l-Gvern jara x'jista' jagħmel min-naħa tiegħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dan it-tip ta' sport huwa impossibbli li jsir f'Ħal Far minħabba l-fabbriki pero' għaddejjin kuntatti min-naħa tal-Gvern ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġu evalwati siti differenti li qed jiġu ssuġġeriti għal din l-attivita' sportiva.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-Gvern ikkonsidrax proġett tipiku għal dan l-isport li jkun adattat għaċ-ċokon ta' pajjiżna?", "Peress li dan l-isport huwa popolari ma' ħafna żgħażagħ, jikkonsidra li jkun hawn skola tas-sewwieqa fuq livell internazzjonali, kif ukoll xi track żgħira li tkun adattata għall-go-karts jew Formola Tre?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fuq dan għad irridu naraw għax qed jitolbuna wkoll skola għall-ibburdjar!", "Kulħadd qed jissuġġerixxi li niftħu skola għal kull qasam li hawn.", "Jien naħseb - din hija opinjoni personali tiegħi - li għandna prijoritajiet oħrajn qabel nikkonsidraw li niftħu skola għas- sewwieqa.", "Naħseb l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li fl-iskejjel tagħna nedukaw lill-uliedna kif għandhom jużaw it-toroq u kif għandhom isuqu!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Saret konsultazzjoni ma' l-għaqda li kienet diġa' għamlet pjanijiet għal racing track f'Ħal Far?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nista' nikkonferma li l-Hal Far circuit association min-naħa tagħha ma tibqax lura milli tagħmel kull rappreżentazzjoni u kull pressjoni meħtieġa.", "Nista' ngħid li għaddejjin konsultazzjonijiet dwar x'se jiġri dwar dan l-isport.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jgħidilna jekk hemmx sit partikolari li ġie magħżul?", "(Interruzzjonijiet) Sa fejn naf jien m'hemm xejn konkret, imma minn żmien għal żmien ikun hawn xniegħat li l-proġett se jsir f'xi post partikolari.", "Smajna anke bit- tinda.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx sit fiss u jekk din tat-tinda hijiex xi fantasija ta' xi wħud?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le, m'hemmx sit konkret.", "Fil-fatt għadhom għaddejjin il-konsultazzjonijiet u għadhom jiġu evalwati siti differenti.", "WIED IL-GĦAJN - PIXXINA NAZZJONALI", "5956.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Psaila Savona) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-ex-pixxina nazzjonali f'Wied il-Għajn kienet għaddiet f'idejn il-kumitat tal-waterpolo tal-lokal fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s- sitwazzjoni għadha l-istess.", "SKEJJEL - STUDJU TA' SUĠĠETTI VARJI", "5965.", "L-ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm studenti maqsuma fi bniet u subien li għas-sena skolastika 1996-1997 qed jistudjaw is-suġġetti ta': needlework, home economics and human ecology and technical design?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istatistika li talab l-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-istatistika fl-ewwel linja turi l- figuri dwar l-iskejjel sekondarji, ex-opportunity centres.", "Fl-istatistika qed jingħataw figuri dwar graphical communication, li hu t- terminu li tuża d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni flok technical design.", "Il- graphical communication fl-iskejjel tas-snajja hu obbligatorju - barra fl- Iskola tal-Biedja - u optional fl-iskejjel sekondarji u junior lyceums.", "Is-suġġetti home economics u needlework huma obbligatorji fl-iskejjel sekondarji, ex-opportunity centres, u fl-iskejjel l-oħra huma optional.", "Is-suġġett home economics and human ecology jiġi mgħallem biss fl- iskejjel post-sekondarji Gian Franġisk Abela Junior College u Giovanni Curmi Higher Secondary School.", "In-numru ta' studenti li qed jitgħallmu home economics and human ecology huwa ta' 34 fl-ewwel sena u 22 fit-tieni sena.", "RABAT - DISCO KONTRA L-INTOLLERANZA", "6046.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4470, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod tanġibbli d- disco li sar fir-Rabat kien marbut mat-tema kontra r-razziżmu u l- intolleranza?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Numru ta' diski li ndaqqu mid-disc jockey dak in- nhar tad-disco kellhom messaġġ favur il-paċi u barra minn hekk kien hemm messaġġi kontra r-razziżmu u l-intolleranza mid-disc jockey.", "Kien hemm ukoll live band li minbarra li kantat diski favur il-paċi u kontra l- intolleranza, minn ħin għall-ieħor tat messaġġi kontra r-razziżmu u l- intolleranza.", "YOUTH FOR EUROPE", "6048.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4473, li fiha l-Ministru qal li l-exchanges li jorganizza d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport mhumiex se jkunu mfixkla mill- parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm Youth for Europe, għandi nifhem li d- dipartiment se jibqa' jkollu l-fakulta' li jorganizza exchanges bilaterali ma' pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Interpellant qed jifhem tajjeb.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Għadni ma nafx kif nista' ninterpreta din it- tweġiba, li fl-opinjoni tiegħi hija ftit sibillina.", "Għalhekk se nagħmel mistoqsija oħra.", "Fiex wasal eżattament il-Youth for Europe Programme?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din hija mistoqsija differenti milli għamel bil- miktub fejn qal li qed jifhem li d-dipartiment se jibqa' jkollu l-fakulta' li jorganizza exchanges bilaterali ma' pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "M'hemmx dubju li l-Onor.", "Interpellant qed jifhem tajjeb għax żjarat u youth exchanges ma' pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea ovvjament se jibqgħu jsiru u qed isiru.", "Dwar il-mistoqsija supplimentari li għamel nista' ngħid li dak li se jiġri mill-programm Youth for Europe jiddependi mid-diskussjonijiet li għaddejjin bejn Malta u l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar ir- relazzjonijiet futuri ta' bejnietna.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Il-Ministru qed jgħid li d-diskussjonijiet għadhom sejrin u qed jgħid ukoll li minnhom jiddependi l-futur tal-programm Youth for Europe.", "Allura l-Ministru jara li jkun prattiku u tajjeb li l- aġenzija nazzjonali ukoll tibqa' taħdem biex il-programm ma jitlifx il- ritmu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li biex ma nitilfux ir-ritmu hemm bżonn li nagħmlu l-kuntatti - kif qed inkomplu nagħmlu - ma' pajjiżi fl- Ewropa.", "Jien informat li din is-sena se nkunu għamilna l-akbar numru ta' skambji ta' żgħażagħ f'pajjiżi differenti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Hemm żviluppi dwar it-tkomplija tal- programmi Socrates u Leonardo?", "MADAM SPEAKER: Il-Minstru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif diġa' għidt, dawn il-programmi jiddependu mid- diskussjonijiet li għaddejjin bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, napprezza li fis-seduta tal-lum il- Ministru tana r-risposti u s-sawm li kelli qabel issa għaddieli!", "YOUTH EXCHANGES - AKKOMODAZZJONI", "6049.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4488, jista' l-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jiġu akkomodati ż-żgħażagħ li se jinġiebu Malta din is-sena bħala parti mill- programm tal-youth exchanges?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Huwa maħsub li ż-żgħażagħ li se jinġiebu Malta din is-sena bħala parti mill-programm ta' youth exchanges ikunu akkomodati fil-White Rocks Holiday Complex.", "BIRŻEBBUĠA - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "6070.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li r-raħal ta' Birżebbuġa huwa nieqes minn ċerti faċilitajiet sportivi, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ħaġa?", "Hemm xi taħdidiet għaddejjin biex isir il-ground tal-football ta' Birżebbuġa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'Birżebbuġa jeżistu dawn il-faċilitajiet sportivi: swimming pool magħluq komplut bid-dressing rooms u bar; u żewġ clubs tal-boċċi, wieħed minnhom attrezzat b'bar kbir li jservi ta' restorant.", "Il-bitħa ta' l-iskola tintuża wkoll għal diversi attivitajiet sportivi.", "Oriġinarjament is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti kien irċeva talba mingħand Birżebbuġa Windmill FC għall- konsiderazzjoni ta' biċċa art biex tiġi żviluppata fi ground tal-football.", "Din inbagħtet lill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa, lill-MAFA u lill-MFA għall-kummenti tagħhom.", "Filwaqt illi l-MAFA informat lis-segretarjat parlamentari li dan il-klabb mhuwiex membru tagħha iżda tal-MFA, mingħand dawn tal-aħħar ma rċevejna l- ebda risposta sal-lum.", "Min-naħa tiegħu l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa nforma lis-segretarjat b'ittra li kien bagħat lill-B'Buġa Windmill FC li għadu prematur wisq biex isiru diskussjonijiet u jittieħdu deċiżjonijiet f'dan ir-rigward.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, peress li Birżebbuga huwa magħruf ukoll għall-iżvilupp industrijali, jistgħu korporazzjonijiet parastatali jisponsorjaw żvilupp ta' faċilitajiet sportivi fl-inħawi?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Malta qatt ma rrifjutat qamħ u naħseb li l- assoċjazzjonijiet sportivi qatt ma jirrifjutaw xi sponsorship li ssirilhom.", "Huwa tajjeb jekk dan ma jsirx biss minn kumpanniji parastatali imma jsir ukoll mis-settur privat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-Ministru kellu laqgħat ma' korporazzjonijiet parastatali fl-inħawi bħal, per eżempju, mal-Malta Freeport f''dan is-sens?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Le.", "UNIVERSITA' - SECONDMENT TA' PERSONNEL", "6106.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kenux saru xi taħdidiet bejn l-Universita' - jew xi kumpannija kummerċjali tagħha - u l-kumpannija Gozo Channel biex x'individwu jew individwi jiġu ssekondati ma' din il- kumpannija, in konnessjoni ma' xogħol li jrid isir fuq il-bini ta' vapuri ġodda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ġejt informat li kienu saru taħdidiet bejn il- Malta University Services u l-Gozo Channel rigward il-possibbilta' ta' secondment ta' staff mill-Malta University Services għall-Gozo Channel.", "Dawn id-diskussjonijiet kienu biss esploratorji.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi): Madam Speaker, qed nippreżenta l-Minuti konfermati ta' l-ewwel sitt laqgħat tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "F'dawn il- laqgħat bdejna niddiskutu r-Rapport ta' l-Awditur għas-sena 1995, ministeru ministeru, u billi bdejna bl-osservazzjonijiet ta' l-Awditur dwar id- dipartimenti li kienu jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, għaddejna għal dawk li dak iż-żmien kienu jaqgħu taħt il-ministeru ta' l-affarijiet barranin, il-ministeru ta' l-intern u żvilupp soċjali, il-ministeru għas- servizzi ekonomiċi, il-ministeru ta' l-edukazzjoni u riżorsi umani u bdejna wkoll il-ministeru tal-finanzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-lokalitajiet fejn joqogħdu l-persuni li kellhom snieter liċenzjati għall-ewwel darba bejn Jannar u Ġunju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8248.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "informazzjoni dwar direct orders u tenders mill-Universita' għal proġetti kapitali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6115;", "lista ta' direct orders mogħtija mill-Universita' matul il-perjodu bejn 1 ta' Jannar 1993 u t-28 ta' Frar 1997 in konnessjoni mal-bini ta' l-European Research Documentation Centre u l-Bini għal Studji Diplomatiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6116;", "kopja tal-permess tal-bini approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini tad-daħla l-ġdida ta' l-Universita', bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6117;", "tabella li turi l-għadd ta' studenti maqsuma skond is-suġġetti mgħallma fl-Iskola S Dimech, Tarġa Gap, il-Mosta, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6119;", "informazzjoni dwar studenti li studjaw Technology A u B bejn is-snin 1995 u l-1997, flimkien ma' projections għas-sena skolastika 1997/98, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6252;", "kopja ta' ftehim u protokoll li saru bejn il-Gvern Malti u dak Svizzeru dwar l-Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi, u kopja tal-ftehim iffirmat bejn l-Universita' u The Graduate Institute of International Studies dwar l-istess Akkademja, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7102; u", "kopja ta' l-att tat-trasferiment tal-Palazz ta' Bighi lill-Fondazzjoni għax-Xjenza u Teknoloġija, kif emendat f'Mejju 1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8249.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-volum ta' bejgħ ta' prodotti mill-Korporazzjoni Enemalta bejn l-1994 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8154.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ftehim bejn it-Turkija u Malta dwar ko-operazzjoni fil-qasam tat-turiżmu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8148.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi d-dħul mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma minn bejgħ ta' ilma bejn l-1992 u l-1997, bi tweġiba għall-istoqsija parlamentari numru 8152.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar konsulenti fil-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja fil-31 ta' Ottubru 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8195.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) Madam Speaker f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' impjegati tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li jaħdmu direttament fuq kuntratti ta' xogħol ta' manutenzjoni ta' ġonna u playing fields f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6849; u", "Kopja tar-rapport li pprepara l-Istitut CIHEAM għall-proġett ta' Wied il-Qlejja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8247.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROFESSJONI MEDIKA U L- PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att ta' l-1997 biex jemenda l-Ordinanza dwar il- Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JĦASSAR L-ATT DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES (REPEAL) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-28 ta' Lulju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MADAM SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Madam Speaker, quddiem dan il-Parlament kien ilu ma jkun hawn liġi li qanqlet daqstant sħana, minkejja li s-sħana tas-sajf ittardjat biex bdiet.", "Kien prevedibbli li l-Oppożizzjoni tipprova tagħmel xi ħaġa kbira minn din il-liġi li hawn quddiemna.", "Qed ngħid hekk mhux għax l-Oppożizzjoni għandha raġun tagħmel hekk imma għax fil-kontest ta' l- istrateġija, minn lejliet li l-Oppożizzjoni saret taf li ma telgħetx fil- gvern, kien prevedibbli li tadotta linja għal kollox negattiva u tipprova ddoqq it-tnabar tat-tbeżżiegħ.", "Dik hija l-istrateġija ta' l-Oppożizzjoni u kull ħaġa li qiegħda ssir fil-pajjiż mhux qiegħda tiġi kkritikata għaliha oġġettivament, skond id-deċiżjoni jew il-proposta li titressaq quddiem il- Parlament u quddiem il-poplu, imma qed tiġi kkritikata l-ħin kollu fil- kontest ta' strateġija ta' negattiviżmu li tbeżża', tmaqdar u tipprova twaqqa' dak kollu li qiegħed isir mingħajr ma tara l-validita' tiegħu.", "F'demokrazija huwa importanti li l-oppożizzjoni tal-ġurnata tikkritika lill-gvern tal-ġurnata.", "F'ġieħ il-gvern stess hija ħaġa tajba li jkun hemm il-kritika, sew mill-oppożizzjoni u anke - kif ma tantx nagħmlu f'dan il- pajjiż imma hekk imissu jsir - permezz ta' l-awtokritika.", "Gvern li ma jagħmilx awtokritika u li ma jagħtix kas il-kritika ta' l-oppożizzjoni jispiċċa biex jiġrilu bħalma ġralu l-Gvern Nazzjonalista.", "Imma li tikkritika b'mod demokratiku, b'mod vigoruż u anke b'mod aggressiv ifisser ħaġa, filwaqt li tikkritika l-ħin kollu biex tiddistruġġi u biex kulma jiġri tpinġih iswed hija ħaġa oħra li m'hijiex parti mid-demokrazija kif nafuha aħna imma pjuttost hija parti mid-demokrazija kif għamlu ħabta jżebilħuha u jiżviluppawha fil-Ġermanja u fl-Italja.", "Id-demokrazija li mdorrijin biha aħna hija l-mudell l-aktar pur u safi tal- punent fejn l-oppożizzjoni tkun qiegħda hemmhekk biex topponi.", "Imma meta l- Oppożizzjoni topponi bil-mod kif qed narawha tagħmel f'dan il-Parlament u bil-mod kif qegħdin nisimgħuha u naqrawha tagħmel fil-media tagħha, hemmhekk ma nibqgħux fil-qasam tad-demokrazija imma niġu fil-qasam tal- fundamentaliżmu, tal-fataliżmu u fil-qasam tad-distruzzjoni ta' dak kollu li jersaq quddiem il-pajjiż.", "Ħalli nieħdu din il-liġi attwali li permezz tagħha l-Gvern Laburista qed jgħid li se jneħħi l-mekkaniżmu li kien għamel Gvern Nazzjonalista biex l-oppożizzjoni tal-ġurnata jkollha d-dritt taħtar membru fuq il-boards ta' ċerti korporazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda targumenta - meta ngħid l- Oppożizzjoni Nazzjonalista irrid infisser ukoll il-fellow travellers li għandha fil-media tagħha, u dawn kollha flimkien, b'chorus aktar qawwi minn tan-Nabucco qegħdin jippruvaw jgħidu li sejrin lura mil-lat demokratiku, jiġifieri li qiegħed isir xi pass ħażin demokratiku - li l-Gvern Laburista qiegħed ineħħi xi ħaġa illi kien illeġisla l-Parlament u hawnhekk mill- ewwel nibdew inħarsu lejn offensiva li mhux biss hija sewda fit-totalita' negattiva tagħha imma hija wkoll banali u redikola.", "X'jiġifieri niġu ngħidu u nbeżżgħu lill-poplu li l-Gvern preżenti qiegħed ineħħi xi ħaġa li għadda l-Parlament?", "Mhux kull emenda għal kull liġi tkun qed tbiddel xi ħaġa li jkun għamel il-Parlament preċedenti!", "Hemm tant esperti ġenwini fuq il-kostituzzjonal in-naħa ta' l-Oppożizzjoni!", "Ma jafux dawn li għandek dawk il-partijiet tal-Kostituzzjoni li jistgħu jinbidlu b'maġġoranza ta' żewġ terzi ta' dan il-Parlament imma mbagħad hemm affarijiet oħra li jinbidlu b'maġġoranza sempliċi?", "Meta għandek din il-qagħda, x'inhi din l- offensiva li ngħidu: X'għarukaża!?", "Tgħidx kemm qed iwerwru li l-Gvern, permezz tal-maġġoranza tiegħu, qed jersaq biex ibiddel liġi li kien għadda l-Gvern preċedenti permezz tal-maġġoranza tiegħu!", "Fejn hi l-loġika mingħand dawn in-nies li għall-grazzja t'Alla għandom l-expertise kostituzzjonali u l-expertise legali fi ħdanhom?", "Jekk kemm-il darba jridu jtambru fuq il-punt tal-maġġoranza, imisshom itambru fuq il-fatt li l-liġi li bħalissa għandna quddiemna għall-konsiderazzjoni tal-Parlament qed tipproponi li tħassar liġi oħra, li kienet għaddiet fil-Parlament preċedenti meta l-Partit Nazzjonalista kellu l-maġġoranza tas-siġġijiet li kien jistħoqqlu skond il- maġġoranza ta' voti li kiseb fl-elezzjoni ta' l-1992, waqt li l-liġi li llum għandna quddiemna trid tgħaddi bil-maġġoranza li ma tirriflettix il- qagħda ta' voti li rriżultat fl-elezzjoni ta' Ottubru 1996.", "Fl-elezzjoni ta' l-1996 - ħadd minn Nazzjonalisti għadu ma ammettiha din u ħadd għadu ma skuża ruħu għaliha - minħabba l-mod kif kienu l-boundaries elettorali, il-Partit Laburista reġa' ma ġabx il-maġġoranza parlamentari proporzjonali li tirrifletti l-maġġoranza tiegħu f'termini ta' voti.", "Issa jekk kemm-il darba tieħu l-prinċipju li dak li kien tajjeb il-bieraħ huwa tajjeb illum u dak li huwa zokkor imħawwad tajjeb għal Ġanni huwa wkoll zokkor imħawwad tajjeb għal Peppi - meta huma kienu jgħidu li fl-1981 kien hemm inġustizzja fil-pajjiż u meta kienu jgħidu li anke fl-1987 kien hemm qagħda li ma tirriflettix id-deċiżjoni demokratika fil-pajjiż; jien nifhem għaliex kienu jgħidu hekk - u jekk kellhom raġun dak inhar illum il- ġurnata daqstant ieħor għandna sitwazzjoni li ma tirriflettix ir-riżultat demokratiku li ta l-poplu fl-evoluzzjoni ta' Ottubru 1996.", "Jiġifieri jekk wieħed irid jitkellem minn dak l-aspett irid itambar fuq dan il-punt u mhux itambar fuq il-punt assurd, redikolu u banali li jkollok kelliemi wara kelliemi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - m'għandi l-ebda dubju li se jkun hemm kelliema oħra li se jagħmlu l-istess punt - li jgħidulek: Ara x'għarukaża!", "Dan il-Gvern Laburista bil-maġġoranza tiegħu se jbiddel xi ħaġa li għadda l-Parlament, jiġifieri xi ħaġa li kienet għaddiet il- maġġoranza Nazzjonalista.", "Dan huwa l-ewwel punt li jrid jiġi ċċarat; punt li jrid jifhmu kulħadd.", "Jekk stess il-kelliema Nazzjonalisti jibqgħu jipprovaw jgħixuna f'realta' virtwali, f'realta' falza li jiffalsifikawha huma, affari tagħhom u għandhom kull dritt li jagħmlu hekk, imma mbagħad il-poplu għandu d-dritt - mhux l-obbligu biss - li jkun jaf ir-realta'.", "Ir-realta' hija li l-Gvern Laburista qed jersaq b'miżura li ilha msemmija li se ssir.", "Il-Membri ta' l- Oppożizzjoni Nazzjonalista għandhom dritt li jikkritikawha imma m'għandhom assolutament l-ebda dritt li jgħidu li permezz ta' hekk qed titnaqqar id- demokrazija.", "Issa dawn m'għandhom l-ebda dritt jgħidu li qed titnaqqar id- demokrazija għal raġuni oħra sempliċi ħafna, mhux sempliċement għax dak li tilleġisla b'maġġoranza tista' tbiddlu b'maġġoranza oħra jekk ikun hemm raġunijiet li lilha jimmotivawha b'mod qawwi li tagħmel dan - għax m'għandniex noqogħodu nbiddlu dak kollu li għamel il-gvern tal-bieraħ - u jekk ikun hemm xi raġuni li timmotivak b'mod qawwi għandek l-obbligu li tirrifletti l-konvinzjonijiet tiegħek.", "Pero' aħna, sewwa sew, fuqhiex qed nittrattaw?", "Qed nittrattaw fuq liġi li, meta l-Gvern Nazzjonalista tal-bieraħ kien qed iressaqha quddiem dan il-Parlament, l-Oppożizzjoni Laburista tal-bieraħ opponietha.", "Mhux qalet li taċċetta din il-liġi sakemm iddum fl- oppożizzjoni imma meta jkun hemm Oppożizzjoni Nazzjonalista u hi ssir il- Gvern ma tibqax tħaddimha.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux hekk sar.", "Għandna nkunu ċari dwar x'sar.", "Ejjew infakkruh x'sar lill-poplu b'dawn l-esperti kostituzzjonali kollha li għandna faċċata tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Insomma mhux għax hemm ħafna u mhux għax huma esperti daqskemm jaħsbu li huma għax espert totali ħadd m'hawn, la fl-ekonomja, la fil-liġi u f'xejn!", "Jekk in-naħa l-oħra hemm l-expertise, ma jfissirx li aħna ta' din in-naħa ħafjin minnha għax hawnhekk wara kollox qed nitkellmu fuq il-qasam tas- sempliċita', fuq il-qasam ta' dak li jiftiehem u mhux fuq il-qasam ta' ħsebijiet imħawda u konvoluti.", "L-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra, mhux bħala esperti imma bħala nies onesti, għandhom l-obbligu li jgħidu, li jfakkru u li ma jibqgħux inessu u jgħawġu l-fatt li meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni mill- ewwel qal li ma jaqbilx ma' dik il-liġi.", "Il-Partit Laburista, li bħala oppożizzjoni suppost kien qiegħed jibbenefika minn dik il-liġi, mill-ewwel qal li mhux veru li dik il-liġi kienet tibbenefika lill-oppożizzjoni u nerġa' ngħid li l-Partit Laburista qal dan mill-oppożizzjoni.", "Għandna nitkellmu f'termini li niftiehmu lkoll fuqhom.", "Meta l-platt tal-minestra tqiegħed quddiemu biex jieklu hu, il-Partit Laburista qal: Grazzi, imma dan il-platt tal-minestra m'huwiex tajjeb għall-Oppożizzjoni u m'iniex se nieklu.", "Mela meta llum lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħed jgħidilha li dak il-platt tal-minestra se jneħħih minn hemmhekk - jew forsi aħjar dak il- platt tal-kawlata! - qed jgħidilha li se jneħħi xi ħaġa li lanqas hu stess ma żammha għalih innifsu.", "Mela fejn hu dan it-tnaqqir, din id-diminuzzjoni tal-poteri ta' l-Oppożizzjoni, b'mod komparattiv, li jqiegħed lill- Oppożizzjoni tal-lum żvantaġġata fil-kontest ta' l-Oppożizzjoni tal-bieraħ?", "Ma rridux ninsew li l-Gvern Nazzjonalista din il-liġi ma resaqx biha fl- ewwel ġurnata, fl-ewwel ġimgħa, jew imqar fl-ewwel sena li ħa l-gvern f'idejh wara Mejju ta' l-1987 imma għaddew disa' snin biex resaq b'din il- liġi.", "Jiġifieri hu stess lanqas kien konvint u sodisfatt li qed jersaq b'xi ħaġa li tant hija importanti għall-pajjiż li l-ewwel ħaġa li wieħed irid jaħseb fiha hija proprju din il-liġi għax inkella mingħajrha d-demokrazija se ssir għaxwa, se tispiċċa biex tnin naqra naqra, se tispiċċa biex tinxef u se tispiċċa biex tmut.", "Ejjew ma ninsewhomx dawn l-affarijiet għax jekk ninsew dawn l-affarijiet inkunu qed naċċettaw in-nassa li l-ħin kollu qed jinseġ il-Partit Nazzjonalista fejn qed jipprova jnessi r-realtajiet tal- bieraħ biex minflok jimponi realtajiet li ma jkunu realtajiet xejn.", "Il-Partit Nazzjonalista l-ħin kollu jipprova jnessi dak li għamel hu fil- gvern, x'qagħda ħoloq meta kien fil-gvern u x'ħalla warajh fil-gvern.", "Mhux jiftaħar bit-tajjeb li għamel - mela m'għamilx tajjeb? - mhux jiftaħar bl- affarijiet li ħteġilhom isiru - mela ma kienx hemm affarijet?", "Mela hawn xi ħadd li hu totalment ħażin jew totalment tajjeb!", "Bħalma m'hemmx esperti totali, lanqas hemm gvernijiet li huma totalment ħżiena, bħalma m'hemmx gvernijiet li huma totalment tajbin.", "Li jiftaħar bl-affarijiet tajbin li għamel mod imma li jipprova jnessi l-lakuni, il-gaps u n-nuqqasijiet li kellu hu stess mod ieħor.", "Mhux se noqgħod niddevja fil-qasam finanzjarju imma għaddew disa' xhur u l-Partit Nazzjonalista, il-Gvern Nazzjonalista tal-bieraħ, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tal-lum, l-esperti issa ekonomiċi Nazzjonalisti, għadhom sal- lum jiċħdu li ħallew żbilanċ enormi warajhom, fil-fatt it-triplu u nofs ta' dak li qalu lil dan il-Parlament li se jkun l-iżbilanċ.", "Għadhom sal-lum jaħbu l-fatt li ħallew ekonomija li m'hijiex mibnija fuq bażi soda imma ekonomija fraġili għall-aħħar.", "Għadhom sal-lum jiffalsifikaw dik ir-realta' biex idaħħlu r-realta' falza li jridu jpoġġu huma li issa l-Gvern Laburista li għandu d-dmir, l-obbligu u l-piż li jiffaċċa din il-qgħada finanzjarja u ekonomika qed ikun imfixkel milli jagħmel dan.", "Għax meta ma tagħrafx ir- realta' tal-pajjiż, meta jkollok ir-realta' ffalsifikata allura s- soluzzjoni tkun iżjed diffiċli.", "U l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni hekk għamel fis-snin sebgħin għal 16-il sena sħaħ u mhux mill-1981 sa l- 1987 biss imma anke fl-għaxar snin ta' qabel.", "Hekk għamel u hekk qiegħed jagħmel issa.", "Din hi prevedibbli daqs il-fatt li għada, imċajpar jew mhux imċajpar, fis-sema se titla' x-xemx.", "Fl-esperjenza politika tiegħi - issa l-esperjenza politika tiegħi twalet naqra mhux ħażin - dawn in-nies jafu biss joħorġu b'tattika negattiva, b'tattika li tkisser, b'tattika li ġġarraf kull meta fil-gvern ikun hemm il- Partit Laburista għax jaħsbu li għandhom xi dritt divin li huma biss imexxu lil dan il-pajjiż.", "U llum hekk ukoll qegħdin jagħmlu bl-andament, bir- reazzjoni u bl-aġir tagħhom fil-qagħda li qed jieħdu fir-rigward ta' din il- liġi fejn qed inessu l-bieraħ u qed inessu l-fatt li huma għamlu disa' snin biex ressqu din il-liġi u li l-Partit Laburista mill-oppożizzjoni qal li din m'hijiex liġi tajba.", "Allura permezz tal-falsifikazzjoni ta' dawk iż- żewġ realtajiet illum qed jipprovaw joħolqu din il-qagħda u l-agħa li qed issir xi ħaġa li tnaqqas id-demokrazija.", "Dan l-attakk assolutament m'huwiex korrett, huwa maħsub biex jagħmel ħsara lill-pajjiż u biex ikeskes in-nies għalxejn.", "Din m'hijiex kritika imma dan huwa tkeskis maħsub biex tiġi pproġettata immaġini anke barra minn Malta ta' pajjiż li qed titnaqqarlu d- demokrazija.", "U din m'hijiex serjeta'.", "Din m'hijiex serjeta' għall-pajjiż kollu.", "Mhux m'hijiex serjeta' mil-lat li n-Nazzjonalisti jattakkaw lill- Gvern Laburista - ħallihom jattakkaw għax dak huwa r-rwol tagħhom - imma m'hijiex serjeta' li tibni illużjoni li fiha nnifisha tkun ta' ħsara għall- pajjiż kollu.", "Dawn l-affarijiet huma ta' ħsara mhux għall-Partit Laburista jew għall-Gvern Laburista, imma l-Partit Nazzjonalista jipproġetta b'mod li jagħmel ħsara lill-pajjiż kollu.", "Dawn mingħalihom li huma xi Sansun u jekk jimbottaw il-kolonni se jaqa' s-saqaf u huma se jibqgħu jgħixu.", "Le, meta ssir ħsara lill-pajjiż issir sew lill-Laburisti, sew lin-Nazzjonalisti u sew lil dawk li ma jemmnu b'xejn.", "Il-ħsara ssir lil kulħadd u t-tattika tagħhom għalhekk hija fundamentalment ħażina.", "Mhux għax jikkritikaw.", "Ħallihom jikkritikaw!", "Jien l-ewwel wieħed li nikkritika u huma jisservew bil-kritika li nagħmel jien.", "Tant m'għandhomx kritika biżżejjed u tant m'għandhomx ammunizzjon tajjeb u serju li kapaċi jipproduċuh huma stess, li jridu jaqgħu fuq ħaddieħor biex jipprovaw jisservew b'ħaddieħor u lili jgħiduli x'nikteb u jgħiduli x'ngħid u dak li ngħid u nikteb jinterpretawh kif iridu huma.", "Jagħmlu li jridu.", "Jien ngħid u nikteb dak li nħoss jien u iva, nikkritika, mela le!", "Nikkritika għax irrid nagħmel l-affarijiet aħjar.", "Min ma jridx jagħmel l- affarijiet aħjar ma jikkritika xejn u jekk jara xi ħaġa li jħoss li tista' ssir b'mod differenti ma jitkellimx.", "Imma l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tieħu l-attitudini li tikkritika biex iġġarraf mhux lill-Gvern imma lill- pajjiż.", "Dawn mingħalihom li jekk jagħmlu ħsara biżżejjed, il-ħajja tal- Gvern se tkun qasira.", "Ċertament li għandhom żball għax il-ħajja tal-Gvern tiddependi fuq l-appoġġ tal-membri parlamentari tiegħu.", "U l-Membri Parlamentari Laburisti kollha kemm huma jappoġġaw lill-Gvern tagħhom u m'għandkom l-ebda tama li se jkun hawn xi kriżi fil-gvern fin-naħa tas- siġġijiet Laburisti li minnha tistgħu tibbenefikaw intom.", "Dik ipprovaw jagħmluha b'ċerti elementi li żgur li ma kenux Laburisti malli nbidel il- gvern fl-1971 u wara li kienet spiċċat il-kwestjoni politika reliġjuża u dan il-pajjiż reġa' mar għall-maġġoranza naturali tiegħu dak iż-żmien u tela' l-Partit Laburista fil-gvern, minkejja l-gerrymandering li kien sar fid-distretti.", "U minkejja li spiċċat il-kwestjoni politika reliġjuża, xorta kien hemm elementi li wara l-kwinti kienu għadhom qed jimbottaw biex il- Partit Laburista ma jasalx.", "Wasal u minkejja li wasal kien hemm elementi dak iż-żmien, li żgur ma kenux Laburisti, li pprovaw jixtru żewġ parlamentari Laburisti.", "Imma dawn il-kuxjenza u l-lealta' politika tagħhom ġegħlithom jikxfu x'kien qed jiġri.", "Illum minn dawn l-istejjer kulħadd miet imma l-istorja ma metitx.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Spiteri, jekk jogħġbok żomm mas-suġġett li għandna quddiemna.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, qed inkompli b'rilevanza ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, li n-naħa Nazzjonalista qed tipprova tpinġih bħala xi attakk fuq id-demokrazija.", "Qed inkompli b'rilevanza u qed ngħid li r-rilevanza ta' l-attakk fuq id-demokrazija ġiet meta kien hemm Nazzjonalisti li pprovaw jixtru parlamentari Laburisti biex jaqsmu l-floor.", "Dak huwa rilevanti u rilevanti ħafna u jibqa' rilevanti wkoll il-fatt li n- Nazzjonalisti damu disa' snin biex ressquha din il-liġi, li qed jgħidu li tant hija kruċjali għad-demokrazija u tant hu kruċjali li jkun hemm membru ta' l-oppożizzjoni fuq xi bord tal-gvern.", "U jibqa' rilevanti wkoll - qed nirripeti apposta - il-fatt li l-Oppożizzjoni Laburista ma kenitx aċċettat li hi tinnomina lil xi ħadd għax ma reditx tipparteċipa f'xi ħaġa li mhux veru kienet parti mit-trappings u mill-fabric tad-demokrazija.", "Dawn huma fatti rilevanti u huma kollha fatti minsuġa ma' xulxin.", "Issa meta tmur 'l hemm mill-aspett politiku u 'l hemm minn kif l- Oppożizzjoni Nazzjonalista, il-media tan-Nazzjonalisti u dawk li jirraġunaw bħalhom għal raġuni jew oħra - u Allaħares jibdew jingħadu r- raġunijiet għax aqta' kif jiskanta dan il-pajjiż; u jekk xi ħadd irid jagħraxna biex ngħiduhom hemm ħafna affarijiet x'ngħidu, imma ejja nħalluhom għall-mument dawk li qegħdin jagħmlu din l-offensiva politika; naħseb li issa weġibt biżżejjed bil-mod daqsxejn waħda dgħajjef tiegħi, bħalma wieġbu sħabi diġa' u persważ li jkun hemm oħrajn li jkomplu jwieġbu - u meta tmur għas-sustanza attwali, għas-sustanza funzjonarja, għas- sustanza fil-prattika, x'issib?", "Issib li d-demokrazija tiddependi b'mod parzjali jew inkella b'xi mod kruċjali fuq il-fatt li f'diversi awtoritajiet u korporazzjonijiet statali jkun hemm rappreżentant wieħed ta' l-oppożizzjoni?", "Meta nitkellmu hekk mhux biex nidħku bin-nies u ma nfissrulhomx, ma nispjegawx iżjed - għax il-poplu jafha biżżejjed u mhux se ngħallmuh aħna wara kollox - li, meta qed titkellem fuq bord, l-affarijiet ma jiġux influwenzati għax hemm rappreżentanza ta' bniedem wieħed?", "Mhux qegħdin nitkellmu fuq rappreżentanza li tinfluwenza għax aħna nafu li biex ikun hemm influwenza fejn jidħlu korpi parastatali u intrapriżi - mhux intrapriżi kummerċjali imma intrapriżi statutorji tal-poplu bħat-Telemalta, l-Enemalta u l-Bank Ċentrali - trid tkun il-policy ta' dawk l-intrapriżi li bilfors hija policy li testernalizza ruħha.", "Dawn huma intrapriżi pubbliċi u allura l-aġir tagħhom u kull deċiżjoni tagħhom bilfors timmanifesta ruħha b'mod li l-poplu kollu jkun qiegħed jaraha u jekk hemm kontroll primarju u bażiku li jrid isir fuq dawn il-korporazzjonijiet, irid isir mill-poplu kollu.", "Issa l-poplu fejn jeżerċitah dan il-kontroll?", "L-ewwelnett jeżerċitah f'dan il-Parlament permezz tar-rappreżentanti tiegħu u qegħdin naraw ir-rappreżentanti tiegħu kemm jistgħu jiġbdu informazzjoni dwar deċiżjonijiet li lanqas ikunu biss għadhom ittieħdu, għax l-Oppożizzjoni Nazzjonalista - sewwa qiegħda tagħmel u jiena naqlgħalha l-kappell - qiegħda titlob informazzjoni mingħand il-ministri ta' dan il-Gvern ħafna u ħafna iżjed milli l-ministri Nazzjonalisti qatt ġew mitluba informazzjoni mill-Oppożizzjoni Laburista.", "U ngħid prosit lill- Oppożizzjoni Nazzjonalista għal dan.", "Imma l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda titlob informazzjoni mingħand il-ministri Laburisti ħafna u ħafna iżjed milli ministri Nazzjonalisti kienu jagħtu fi żmienhom jew kienu lesti li jagħtu.", "Ejja ma ninsewhiex din!", "Ejja ma noqogħdux nidħku bil-poplu għax parti mill-poplu tidħak bih imma ma tidħakx bil-poplu kollu l-ħin kollu.", "Le ma tidħakx!", "U mhux billi joqogħdu jiġu jagħmlu interpellanzi llum li jmorru għaż-żmien meta huma stess kienu fil-gvern.", "Wasalna fl- assurdita' - jiena ngħid li lanqas hi assurdita', huwa evolviment interessanti u ħaġa sabiħa - li ex-membri tal-Kabinett jew parliamentary secretaries jistaqsu mistoqsijiet fuq dak li kien id-dekasteru tagħhom stess jew fuq dik li kienet ir-responsabbilta' tagħhom stess, qishom ma kenux jafu x'inhu għaddej fil-ministeru tagħhom stess!", "Mela erħilu dan l- aspett tal-ħajja parlamentari li daqqa jkun assurd, daqqa jkun sublimi, daqqa jkun tajjeb u daqqa jkun ħażin.", "Il-punt jibqa' li l-membri parlamentari kollha, u partikolarment l-Oppożizzjoni, għandhom id-dritt u qegħdin jeżerċitaw dan id-dritt, li lill-ministri konċernati jistaqsuhom il- ħin kollu, il-ħin kollu, il-ħin kollu.", "Tant qed jiġi eżerċitat dan id-dritt li qegħdin jistaqsu affarijiet anke dwar intrapriżi li ħolquhom huma proprju biex ma jkunux kontabbli f'dan il- Parlament.", "Huma stess qegħdin jistaqsu lill-ministri tal-Gvern preżenti u l-ministri qegħdin iwieġbu - kultant jien ma naqbilx magħhom li jwieġbu - dwar intrapriżi li huma waqqfuhom preċiżament biex meta kienu jiġu quddiem dan il-Parlament kienu jgħidu li dawk intrapriżi kummerċjali u għandhom iċ- chairman u l-board of directors tagħhom.", "Ara llum spiċċa l-prinċipju tad- devoluzzjoni - u naħseb li għandna iżjed esperti li jistgħu jitkellmu fuq dan is-suġġett - u spiċċa l-prinċipju tas-sussidjarjeta', li r- responsabbilta' tinżel 'l isfel.", "Illum jippretendu t-tagħrif kollu mingħand il-ministru.", "Jiena nifhem li r-responsabbilta' politika għand il- ministru qiegħda, imma meta tqabbel dak li jippretendu u dak li jitolbu llum ma' kif kienu jitkellmu u kif kienu jagħmlu l-bieraħ huma, tara l- ipokrezija lampanti li qiegħda tiġi wżata f'dan il-Parlament taparsi f'isem id-demokrazija.", "Issa meta qed ngħid hekk ma rridx għal mument wieħed ninstema' li qed nipprova nwaqqaf il-flow ta' mistoqsijiet - ninfluwenza, għax min jien biex inwaqqafha? - li qegħdin jiġu ndirizzati lejn il- ministri tal-Gvern.", "Ma rridx għal mument wieħed ninftiehem li l-ministri mhumiex qegħdin jagħmlu tajjeb meta qegħdin jużaw daqstant ħin prezzjuż tagħhom u tad- dipartimenti tagħhom biex l-informazzjoni mitluba minnhom jagħtuha.", "Le.", "Dik hija ħaġa tajba.", "Dik hija ħaġa li it puts to shame lill-Gvern Nazzjonalista tal-bieraħ u anke forsi f'ċerti aspetti gvernijiet Laburisti tal-bieraħt lura.", "Imma l-Gvern Nazzjonalista tal-bieraħ żgur qed jiġi mġiegħel jistħi minn kif qegħdin jimxu l-ministri tal-lum għax qegħdin jagħmlu minn kollox biex l-informazzjoni kollha mitluba lilhom jagħtuha.", "X'jista' jagħti iżjed informazzjoni rappreżentant li jkun fuq bord milli jista' jagħti ministru li qed jimxi bil-politika kollettiva li l- informazzjoni kollha mitluba tingħata jekk mhux f'din is-seduta fis-seduta ta' wara?", "Allura fejn hi din in-neċessita' funzjonali li jrid ikollok membru mill-Oppożizzjoni maħtur fuq xi bord?", "Mela l-ewwelnett jien għidt li għandek iċ-ċittadin li jikkontrolla u l-ewwel kontroll li jagħmel, għax aħna għandna demokrazija rappreżentattiva, jagħmlu permezz tar- rappreżentanti tiegħu, permezz ta' l-Oppożizzjoni u anke permezz tan-naħa tal-Gvern, li għandha 15-il back-bencher tagħha, u l-ministri stess jinizjaw okkażjonijiet fejn jagħtu l-informazzjoni.", "Qed tara!", "Fejn hu t- tnaqqir tad-demokrazija meta għandek din is-sitwazzjoni!", "Imbagħad jekk tersaq iżjed 'il quddiem hemm it-taxpayer innifsu, il- bniedem li qiegħed jiffinanzja lil dawn l-intrapriżi, lil dawn il-korpi u lil dan is-settur parastatali.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien - u hija ħaġa tajba - aktar qed ikollna taxpayer kritiku, li jrid ikun jaf u jrid ikun informat.", "Jekk kemm-il darba jisma' xi ħaġa li toħroġ mill-Parlament, jew inkella ma jismax xi ħaġa li jmissha toħroġ mill-Parlament, jikkummenta u jitkellem.", "Għalhekk huwa tajjeb li għandna daqstant nies jiktbu fil- gazzetti - mhux nies bħali biss jiktbu fil-gazzetti - columnists u nies oħra li jiktbu l-ittri u jikkritikaw lill-Gvern Laburista u jikkritikaw lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista wkoll.", "Għalfejn joqogħdu jiktbu dawn?", "Għall-inċens?", "Biex ifaħħru biss?", "Qegħdin jagħmlu r-role tagħhom u dan kulma jmur qiegħed dejjem jikber.", "It-taxpayer irid sodisfazzjon li l-flus li qegħdin jinġabru mingħandu qegħdin jintnefqu tajjeb.", "Apparti t-taxpayer hemm parti oħra tal-poplu, iċ-ċittadin stess, imma mhux bħala taxpayer għax mhux kulħadd huwa taxpayer imma kulħadd huwa konsumatur.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-Opposition Nominees Act tapplika għal korpi parastatali u awtoritajiet li huma direttament indirizzati lejn il-poplu bħala konsumatur.", "Jekk nieħdu l-Bank Ċentrali, il-poplu huwa konsumatur ta' dak li jaqla' l-Bank Ċentrali mir-riżervi barranin tal- pajjiż, tas-servizzi li jagħti l-Bank Ċentrali fil-qasam bankarju, tal- kontroll li jeżerċita l-Bank Ċentrali fuq is-settur tal-kreditu, fuq is- settur bankarju, broadly defined.", "Mela l-poplu huwa konsumatur u l- konsumatur huwa l-ewwel wieħed li jħoss l-effett ta' kull deċiżjoni li tittieħed.", "Fejn hi n-nuqqas ta' trasparenza?", "X'inhuma dawn l-argumenti li ġew ivvintati mill-ħafna esperti kostituzzjonali u mhux kostituzzjonali li hemm in-naħa l-oħra?", "X'inhuma dawn l-argumenti?", "X'inhuwa dan it-theddid għad-demokrazija li tgħidx kemm ilhom itambru fuqu kull kelliemi li tkellem min-naħa ta' l-Oppożizzjoni?", "Ma nafx kemm tkellmu - imissni staqsejt lilek, Sur President, jew lil Madam Speaker, jew lill-Clerk of the House - imma jidhirli li tkellmu xi għaxra diġa' s'issa, apparti l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, fir-replika tradizzjonali li għamel għal min ikun ippolita l- abbozz, f'dan il-każ il-Prim Ministru.", "Ara kemm tkellmu oħrajn!", "Il-prima linea kważi tkellmet kollha - issa baqgħalna xi oħrajn li huma prima linea wkoll imma forsi xi daqsxejn lura fil-prima linea, - u kollha kemm huma magħqudin, b'vuċi waħda, b'tema waħda sewda, li d-demokrazija se tonqos, id- demokrazija qed titnaqqar, il-pajjiż se jmur lura għaż-żmenijiet tad-dlam!", "Xi żmenijiet ta' dlam huma!", "Iż-żmenijiet tad-dlam kienu meta lanqas kont tista' taqra l-gazzetta li trid.", "Lanqas fl-istpar ma kont tista' taqra' gazzetta li trid!", "Dawk kienu żmenijiet tad-dlam.", "Iż-żmenijiet tad-dlam kienu meta ma kontx tista' tqum u titkellem u tgħid kif taħsibha.", "Iva, anke fi żmien ta' gvern Laburista kien hemm inċidenti li ma misshomx saru li wkoll kienu tad-dlam, mela le!", "(Interruzzjonijiet) Ma tkellimtx kontra tagħhom?", "Mela jiena bħalek!", "THE DEPUTY SPEAKER: M'hemmx cross-debates.", "Onor. Spiteri, kompli fuq is- suġġett.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mela jien bħas-sinjur ta' quddiemi!", "Ġie appuntat ministru u l-ewwel ħaġa li għamel kienet li ġie f'dan il-Parlament bi stqarrija ffirmata minnu, fuq ir-responsabbilta' tiegħu, li tgħid li l- investigazzjonijiet tal-pulizija huma kompluti issa u li m'hemm xejn iżjed x'tagħmel u mbagħad irriżulta li kollox kien falz.", "Dan jitkellem?", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu ftit ordni.", "L-Onor.", "Tonio Borg, bil-permess ta' l-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "TONIO BORG: Bid-dokumenti li kelli quddiemi dak iż-żmien, kieku kelli nerġa' nagħmilha kont nagħmilha bl-istess mod u b'investigazzjoni mill-istess pulizija li hemm illum.", "Din ma nafx kemm il-darba għidtili u kull darba bl-istess mod inwieġbek.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Nagħmel appell biex inżommu l-ordni u nkomplu fuq is-suġġett.", "ONOR.", "LINO SPITERI: (Interruzzjonijiet) Issa għamlu l-punt tiegħu.", "Issa qed jirripeti ruħu qisu pappagall!", "L-istess pulizija li hemm illum - ma rridx nirripeti ruħi jien ukoll bħal pappagall, jekk jippermettili, u ma joqgħodx jinterrompini - huma l-istess nies li meta ġew mitluba biex jagħtu l-permess għall-bedrock party fil-beraħ, bla ma ħadd indaħlilhom, ħassew li biex ikunu f'pożizzjoni li jikkontrollaw ma kellhomx jagħtuh dak il- permess.", "Jiena ma qbiltx ma' dik id-deċiżjoni imma dawk l-istess pulizija, l-istess uffiċjali u l-istess kummissarju ħassew li biex jipproteġu s- soċjeta' ma kellhomx jagħtu l-permess.", "Kumbinazzjoni ftit wara l-Caritas qalet l-istess affarijiet li qalu huma.", "Kien l-Onor.", "Sinjur tal-faċċata tiegħi li ħareġ jattakkahom flimkien ma' sħabu u jgħid li dik kienet deċiżjoni anti-demokratika, anti-kostituzzjonali u m'aċċettax li d- deċiżjoni ħadha l-Kummissarju tal-Pulizija waħdu imma għadu s'issa jħabbat il-flixkun tal-ħall l-antik u jipprova jgħid li dik hija deċiżjoni li ħa dan il-Gvern u li l-Gvern imissu jġorr r-responsabbilta' tagħha.", "Bid- differenza li, dwar dik id-deċiżjoni, ħadd ma resaq f'dan il-Parlament, anzi kien hemm min ikkummenta, sal-Prim Ministru stess, u anke ntqal qabel - kieku qrajt xi ktibt jien anke qabel, kieku ma tipprovawx toqogħdu tisservew bih fejn jaqbel lilkom imma tarawh fl-oġġettivita' tiegħu - li d- deċiżjoni missha kienet mod ieħor.", "Mentri l-Onor.", "Sinjur tal-faċċata, li qed jinterrompini, meta kien ministru kien ġie f'dan il-Parlament u solennement qalilna li m'hemm xejn iżjed x'jinvestiga u minkejja li aħna bħala Oppożizzjoni qomna - ma kienx hemm għalfejn inkunu fuq bordijiet biex inqumu - biex nagħmlulu l-mistoqsijiet dwar it-toqob koroh li kien hemm fl-istqarrija li kien għadu kemm għamel, baqa' jsostni l-pożizzjoni tiegħu minflok ma qal li dak li kien qed jingħad hawnhekk kienet kritika valida u li lilu se ġġiegħlu jagħmel dak li hu obbligat jagħmel kull min jisma' kritika valida u li se jmur jiċċekkja l-affarijiet.", "Imma m'għamilx hekk il-ministru \"ġdid\" li llum qed jgħidilna li aħna ma tkellimniex.", "Ara fejn kien hu biex jaf li ma tkellimniex!", "Tkellem biex jikkonferma l- ereżiji li saru minn sħabu.", "Għalhekk tkellem u għall-ebda raġuni oħra.", "(Interruzzjonijiet) Issa qum tkellem!", "Se nisfar la tqum titkellem inti!", "Se taqbadni suffejra la tqum titkellem inti!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: M'hemmx cross debates, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Sur President, la jqum jitkellem hu se jqabbadni s- suffejra billi jikkwotali xi statement li għamilt jien, bħala ministru, jew bħala membru tal-Parlamnet jew bħala ċittadin kwalunkwe, li seta' kien miskin daqs l-istatement li għamel hu fuq il-bus ticketing scandal!", "Imbagħad nisfar jekk għandu l-ħila jipproduċi xi ħaġa li tixbah remotament lil dak is-suġġett.", "Inkompli fuq il-funzjonalita' tal-membri ta' l- oppożizzjoni kieku kellhom jibqgħu jiġu maħtura skond l-Att li issa se jiġi abrogat.", "Sur President, m'hemmx bżonnhom għax ma jikkontribwixxu xejn għall-kontroll ta' dawn l-entijiet pubbliċi.", "Diġa' semmejt il-kontroll ta' dan il-Parlament, semmejt il-fatt li d-deċiżjonijiet ta' dawn in-nies, mill- ewwel jittieħdu u jiġu esternalizzati minnufih u jħosshom il-poplu kollu bħala taxpayer u bħala konsumatur.", "Imbagħad għandna l-kwestjoni tal-Public Accounts Committee.", "Semmejniha meta kien qed jersaq dan l-abbozz minn Gvern Nazzjonalista - disa' snin wara li tela' - u nerġgħu nsemmuha llum.", "Semmewha sħabi u nerġa' nsemmiha jiena.", "Sur President, hemm il-Public Accounts Committee li wara jista' jinvestiga.", "Peress li l-Partit Laburista mexxa tajjeb u ħejja t-triq jista' jinvestiga - kif jista' jagħmel anke l-Awditur Ġenerali għax il- Partit Laburista immodifika dak li kien se jsir - u jista' jgħarbel b'mod aħjar anke dawk il-partijiet mis-settur pubbliku li taħt il-Gvern Nazzjonalista riedu jwarrbuhom mill-iskrutinju ta' dan il-Parlament.", "Ara ma jinsewx dawn!", "Mhux talli ma noqogħdux nisfaru aħna talli lanqas għandna għalfejn niħmaru!", "Ara ma jinsewx dawn li warrbu partijiet mis-settur pubbliku minn taħt l-iskrutinju ta' dan il-Parlament, bħalma warrbu lil Posta Limited, lill-MSU u bħalma warrbu ħafna mill-aġir li kienu jagħmlu bħala ministri billi jgħidu li mhux il-ministru hu responsabbli imma ċ- chairman hu responsabbli.", "Pero' mbagħad huma kienu jmorru jiffirmaw il- kuntratt u jippożaw għar-ritratt!", "Ara ma jinsewx dawn li l-Partit Laburista, kemm fl-oppożizzjoni kif ukoll fil-gvern, estenda l-iskrutinju ta' dan il-Parlamnet.", "Iva, il-Public Accounts Committee qiegħed hemmhekk.", "Veru li l-Public Accounts Committee bħalissa suppost għadu qed jinvestiga affarijiet li seħħew sentejn ilu.", "Jien ma kontx hemmhekk fl-aħħar meeting tal-Public Accounts Committee imma, ejja ngħiduha, il-membri ta' l-Oppożizzjoni fuq il-Public Accounts Committee minn żmien għal żmien iħalltu l-eżami li jkun qed isir ma' affarijiet li qegħdin isiru llum.", "GĦaliex le, mhux hekk għandu jkun?", "Hekk għandu jkun, basta jħalltuhom tajjeb u mhux niġu, bħal fil-każ ta' l-iżball li sar fil-ħruġ tal-pagi għal Lulju, noqogħdu anke fil-Public Accounts Committee qisna nattribwixxu li dak l-iżball ordnah xi ħadd min-naħa tal- Gvern!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, skadilek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li l-Onor.", "Spiteri jkompli jinstema'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Spiteri jkompli bid-diskors tiegħu.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Nieħu pjaċir li ma sfarniex to the extent li ersaqna lejn il-ħdura li hija skala oħra ta' meta tisfar!", "Basta l-Public Accounts Committee ma noqogħdux nipprovaw niżviluppawh hekk.", "S'issa, fis-sena li għamel meta konna fl-oppożizzjoni, mexa to the extent li mexa mhux ħażin, imma jekk jibda jiġi wżat bħala platform politiku mbagħad isir platform politiku għal kulħadd.", "M'għandux jiġi wżat biex noqogħdu ngħidu li xi żball li jkun sar b'mod amministrattiv qisu ordnah xi ministru.", "Ma jfissirx li mhux responsabbli l-ministru għax ir-responsabbilita' ministerjali dik li hija u m'hemmx għalfejn inkunu esperti kostituzzjonali fiha.", "Nafu li r-responsabbilta' ministerjali tibqa' dejjem hemmhekk imma mhux nipprovaw ninterpretaw li żball amministrativ ordnah il-ministru kapriċċożament, kif smajna fuq il-media Nazzjonalista u nipprovaw nimplikawha hekk, anke jekk ma nkunux irridu npoġġuha hekk.", "Biex inkun għidt kollox, l-ispirtu tal-Public Accounts Committee s'issa għadu wieħed pożittiv ħafna u nittama u nawgura li jibqa' dejjem hekk.", "Imma l-Public Accounts Committee qiegħed hemmhekk u l-funzjoni tiegħu hija estiża.", "Meta tqiegħed dawn il-punti flimkien, trid tieħu punt li għamlet l- Oppożizzjoni li fih innifsu taħsbu li fih ċerta validita'.", "U fih validita'.", "Dażgur li fih validita'!", "Kelliemi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kkummenta li l-kelliemi preżenti - jiġifieri jiena - kemm-il darba għidt f'dan il-Parlament u kemm-il darba ktibt li l-kontroll ta' l-infiq pubbliku kemm jista' jkun għandu jkun on a continuing basis, - u meta ngħid kemm jista' jkun ejja nersqu lejn il-mija fil-mija - on a current basis, issa, mhux meta l-froġa tkun saret, għax meta l-bajd ikun tħallat ma tistax tisseparah, froġa jsir.", "Iva, jien għidt hekk u nerġa' ngħid hekk.", "GĦalhekk għandna nersqu lejn sitwazzjoni fejn l-Awditur tal-gvern, l-awditur tal- poplu li issa se jiġi maħtur uffiċjal ta' dan il-Parlament, għandu jkollu riżorsi biżżejjed gradatament - gradatament għax ma tistax tagħmel mirakli, inkella nkunu qed nidħku bina nfusna - biex ikun jista' jagħmel audits on an ongoing basis, bħalma jsiru l-internal audits.", "Jiġifieri mhux sempliċement isiru l-audits annwali tliet xhur jew erba' xhur u anke sena wara li tkun saret in-nefqa, jew inkella wara li d-dħul suppost ikun wasal trid tiċċekkja jekk wasalx jew le.", "Iva, għidtha u nerġa' ngħidha jien.", "Imma xi ħadd min-naħa ta' l-Oppożizjoni jrid jipprova jpoġġili l-kliem f'ħalqi - qisni xi tifel li jppoġġuli l-gażażi f'ħalqi u se nġebbidhom! - li b'daqshekk jien irrid infisser li dan il-kontroll jista' jsir għax ikun hemm in-nomini tal-membri ta' l-oppożizzjoni?", "Ma niċċajtawx!", "In-nominee ta' l-oppożizzjoni jkun wieħed minn ħafna hemmhekk u jekk jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala direttur ma jistax jitkellem barra minn dak il-bord, jitkellem fil-bord.", "Appena qed tagħmel nomini politiċi fuq bord bil-għan speċifiku li dak li jkun qed isir hemmhekk jesternalizzawh, waqqajt il-prinċipju tal-bord awtomatikament.", "Aħna rridu li l-bordijiet ta' entijiet pubbliċi jkunu meħlusa mir-responsabbilta' li jimxu kif għandhom jimxu, sempliċement għax ikun hemm persuna waħda li tkun qed tosserva x'inhu għaddej u għalhekk tkun tista' titkellem u tirrapporta barra lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "B'daqshekk l-affarijiet imxew tajjeb?", "Dak li rridu?", "B'hekk taħdem id-demokrazija?", "B'hekk se taħdem tajjeb entita' operattiva, sew jekk hija kummerċjali, sew jekk hi statali?", "U m'hemm l-ebda raġuni għaliex entita' statali m'għandhiex timxi b'mod effiċjenti.", "Min irid idaħħal dawn il-prinċipji fil-pajjiż li jħawdu lill- poplu u ma jikontribwixxu xejn għad-dibattitu pubbliku dwar kif l-aħjar li għandna nikontrollaw lil min ikun responsabbli mill-ispiża pubblika, broadly defined biex tinkludi l-korporazzjonijiet u anke intrapriżi li huma fil-maġġoranza tagħhom ta' l-Istat?", "GĦandna nkomplu nesiġu li jkun hemm responsabbilta' u kontroll u għandna nkomplu nesiġu li n-nies li jiġu maħtura jkunu ta' l-affari tagħhom.", "GĦalhekk jekk ikun hemm xi ħadd li ma naqblux miegħu m'għandniex niddejqu li ma naqblux.", "Jien ma niddejjaqx u lanqas għandu jiddejjaq ħaddieħor.", "GĦaliex?", "GĦax tkun trid tattakka lill-persuna?", "Le, il-persuna m'hijiex importanti għax trid tisħaq il-prinċipju li n-nies li jitqiegħdu f'dawn il- pożizzjonijiet qegħdin iservu mhux entita' kummerċjali - l-entita' kummerċjali jieħdu ħsiebha s-sidien u x-shareholders - imma dimensjoni soċjali.", "Fejn jidħlu fondi pubbliċi, sew jekk qed titkellem fuq korporazzjoni u sew jekk qed titkellem fuq intrapriża li topera fil-qasam kummerċjali, għalkemm il-fondi huma flus m'humiex flus tal-karta jew tal- plastic.", "Mhux wiċċ ir-reġina għandhom fuqhom issa - fl-antik konna ngħidu r-reġina - imma s-simbolu li hemm fuqhom huwa wiċċ il-poplu, għandhom dimensjoni soċjali.", "Mela kull wieħed li jitpoġġa hemmhekk irid ikollu l- obbligu li jekk l-affarijiet ma jimxux sew jagħmel dak kollu possibbli biex l-affarijiet jimxu sew.", "X'jiġifieri niġu niddefinixxu demokrazija li din tista' timxi tajjeb jekk kemm-il darba f'dawn il-bordijiet ikun hemm membru nnominat mill- oppożizzjoni?", "Ejja ma nidħqux bil-poplu għax inkella ma nkunux qegħdin innisslu kultura ta' kontroll u ta' accountability fejn trid toqgħod attent biex tagħti kont tiegħek innifsek il-ħin kollu.", "X'jiġifieri!", "Allura jekk ikollok bord b'seba' diretturi u dak il-membru nnominat mill-oppożizzjoni ma jkunx qiegħed hemmhekk - forsi jkun imsiefer - ifisser li s-sitta l-oħra jistgħu jillaxkaw iċ-ċintorin tal-qalziet?", "Jew inkella kull wieħed u waħda minnhom huma obbligati li l-ħin kollu jridu jkunu viġilanti għall-interessi ta' l-intrapriża, tal-korporazzjoni u f'dan il-każ anke tal-poplu?", "Mhux dan għandna nisħqu?", "Mela noqogħdu nagħmlu plejtu kbir fuq il-ħtieġa li jkun hemm membru ta' l-oppożizzjoni u nagħtu l-impressjoni li għax hemm membru ta' l-oppożizzjoni b'daqshekk se jsir kollox tajjeb u d-demokrazija hija mħarsa!", "Ejja ma nidħkux!", "Lanqas fil-qrati - qed nara avukat quddiemi, l-Onor.", "Tonio Borg, li nitkellem b'rispett lejh u mhux qed nipprova nbaxxih, apparti l-kritika politika - għax mur ara billi għandek tribunal ta' l-appell, magħmul minn tliet imħallfin.", "Dejjem u l-ħin kollu d-deċiżjonijiet li jagħtu jkunu jirriflettu l-konċett tagħna sew legali u sew mhux legali?", "Ilkoll għandna konċett ta' ġustizzja ġo fina, allura dawn dejjem u l-ħin kollu jirriflettu konċetti ta' ġustizzja, konċetti ta' sens?", "Mela jista' jkollok ġustizzja mingħajr sens!", "U ċerti deċiżjonijiet, anke f'dawn l-aħħar xhur, kienu jirriflettu s-sens u d-diċenza?", "Allura billi għandek tliet imħallfin li qishom huma n-nomini tas-soċjeta', b'daqshekk inti assigurat li kollox sar tajjeb?", "Aħseb u ara kemm inti assigurat li kollox sar tajjeb għax għandek direttur wieħed innominat mill-oppożizzjoni f'bord ta' ħamsa, seba', għaxra jew tnax-il membru.", "Kollha kemm huma għandu jkollhom l-obbligu ta' l-azzar fuqhom li jkunu ġelużi li jfittxu kull comma u kull full stop u kull sitt ħabbiet li se tintnefaq, li jfittxu value for money, li jfittxu onesta' u li jfittxu effiċjenza mil-lat tal-poplu u mhux mil-lat politiku, mil-lat soċjali, mil-lat taċ-ċittadin.", "U dan hu l-ħażin f'dan id-dibattitu.", "Dik hi d-dimensjoni ħażina li daħħlet l-Oppożizzjoni, sew meta ressqet dan l- abbozz ta' liġi meta kienet fil-gvern u anke issa li qiegħda titkellem bħala l-oppożizzjoni leġittima ta' dan il-pajjiż.", "Il-ħażin hu li qed indaħħlu d-dimensjoni politika meta d-dimensjoni li għandha tidħol fuq dawn il-bordijiet u li għandna ngħidu lil dawn il- bordijiet hija d-dimensjoni soċjali, l-obbligu soċjali, il-ħtieġa li kulħadd jagħti każ li qiegħed jirrappreżenta lill-poplu kollu u mhux lill- poplu Laburista jew lill-poplu Nazzjonalista għax aħna poplu wieħed.", "Mela mil-lat funzjonali m'hemmx il-ħtieġa u mil-lat ta' kif tħares lejn l- affarijiet mil-lat politiku huwa żball li tippolitiċizza l-affarijiet.", "Huwa żball li tippolitiċizza l-affarijiet.", "Jekk għall-grazzja ta' l- argument wieħed kien għadu qiegħed jgħid: Isma', ejja ma mmorrux fuq il- qagħda li ħa l-Partit Laburista fl-oppożizzjoni u l-commitment li għamel fil-programm elettorali li jneħħi din il-liġi.", "Ejja nżommu an open mind u naraw kif l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ħadmitha l-liġi.", "Inkaffar li l- Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet kontra l-liġi u ma ħadmithiex.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, jiġifieri l-istess Prim Ministru tal-lum ma nnominax nies mill-oppożizzjoni fuq il-bordijiet li hemm imsemmija f'din il-liġi, waqt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tal-lum, li hu l-Prim Ministru tal-bieraħ, innomina.", "Kif mexa l-Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "Mexa mil-lat tal-poplu?", "Mexa mil-lat li din il-liġi riedha taħdem mhux bħala strument politiku imma bħala strument ta' kontroll veru?", "Lill-poplu ried jikkontrolla jew ried, f'kelma waħda, spjun fuq dawn il- bordijiet li jwassal lilu personalment x'qiegħed jiġri?", "X'ried, waħda jew l-oħra?", "Ejjew naraw x'ried u jekk il-kelma spjun hija iebsa żżejjed ngħidulu informer, jew ħalli ma ngħidulux spjun u lanqas informer imma ngħidu xi ħadd li jwassal l-informazzjoni lilu speċifikament.", "X'ried?", "Ried illi l-poplu kollu jkun jaf, jew inkella li hu jkun fil-pożizzjoni li jkun informat x'inhu għaddej, anke meta mhux suppost toħroġ informazzjoni?", "Ħalli nħarsu lejn x'ġara u nħarsu lejn l-ewwel persuna li kellha tiġi appuntata, id-direttur tal-Bank Ċentrali.", "Ejjew narawha din u rrid infakkar - ħalli mmur for the record hawnhekk - li kien il-Gvern Laburista li qal li hemm din il-liġi u la qiegħda hemmhekk trid tiġi mplimentata.", "Kien il-Prim Ministru li ftakarha din, l-Onor.", "Alfred Sant.", "Jien li kont wieħed mill-anzjani dak iż-żmien ma ftakarthiex, hu ftakarha.", "Ċempilli u qalli li hemm in-Nominees Act.", "Qalli li għamilna l-membri tal-Bank Ċentrali u ma jmissniex għamilna hekk għax konna obbligati li nitkellmu mal- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Għidtlu: Għandek raġun, żball tiegħi - ta' Lino Spiteri, mhux tal-Gvern - issa nieħu ħsieb jien.", "Qbadt it-telephone dak il- ħin u ċempilt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u għidtlu li jien bi żvista insejt dan l-aspett meta nnominajt id-diretturi tal-Bank Ċentrali - din hija prattika minn dejjem ta' dejjem amen li meta jinbidel il-gvern jinbidlu xi diretturi, mhux kollha imma jinbidlu xi diretturi - u b'oversight ma ġbidtx l-attenzjoni tal-Prim Ministru li għandu jistiednu biex jinnomina bniedem hu skond l-Opposition Nominees Act.", "Għidtlu imma filwaqt li żball jibqa' żball - u stajt qgħadt nargumenta mod ieħor għax tista' tinterpreta l-liġi b'mod irqieq ħafna; stajt ninterpretaha mil-lat ta' avukat allavolja m'iniex avukat imma m'għażiltx hekk; l-approach tiegħi hu li jekk għamilt żball nammettih - imma hemm via d'uscita għax kien kien hemm tliet diretturi minbarra l-governor u d-deputy governor u nbidlu tnejn wara li ġiet aċċettata r-riżenja ta' tnejn; ir-riżenja tat-tielet wieħed ma ġietx aċċettata għax kien ilu biss tmien xhur fil-kariga, kien nominat mill-Ministru tal-Finanzi preċedenti u appuntat mill-Prim Ministru, huwa bniedem tekniku, bniedem li kien aċċettabbli għalikom u aħna żammejnih.", "Għidtlu jiġifieri tista' żżomm lil dak stess u allura inti stess tkun ikkonfermajt bniedem li għamiltu intom.", "Kienet tkun loġika li jagħmel hekk il-Leader of the Opposition.", "Kienet tkun loġika ħafna għax qegħdin nitkellmu fuq bniedem kwalifikat, fuq bniedem tekniku, fuq bniedem appuntat mill-Gvern Nazzjonalista stess u fuq bniedem li l-Gvern Laburista żammu mingħajr ma qagħad jidħol fir-riżenja konvenzjonali tiegħu.", "Ir-risposta li ġiet wara 24 siegħa kienet illi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jippreferi jinnomina membru hu stess.", "Dan hu dritt tiegħu, għaliex le!", "Imma mbagħad tibqa' l-kelma \"għaliex\" u mhux biss \"għaliex le\".", "U x'inhu l-għaliex?", "X'naħseb li hu l-għaliex?", "Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux nies tekniċi ried fuq dawn il-bordijiet imma nies li jwasslulu l-informazzjoni ta' xi jkun qiegħed jiġri hemmhekk, anke minkejja l-fatt li ma tistax twassal l-informazzjoni, anke minkejja l-fatt li min isir direttur tal-Bank Ċentrali l-ewwel ħaġa li jagħmel hi li jieħu ġurament tas-segretezza.", "Jiġifieri anke minkejja dak il-fatt, dak hu li ried il-l-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Ħalli nkomplu naraw kif tħaddmet din il-liġi.", "Fil-prattika kif tħaddmet?", "Tħaddmet billi l-Prim Ministru preċedenti, bħalissa l-Kap ta' l- Oppożizzjoni fi tlieta minn erba' nomini li seta' jagħmel, għażel li jagħmel dawk li qabel kienu private secretaries tiegħu.", "Xi ħadd jista' jgħidli li b'hekk tħaddmet tajjeb l-liġi?", "Issa ħalli nagħmilha ċara.", "Ma rrid nikkummenta xejn personalment fuq il-mertu ta l-individwi li ġew appuntati.", "Ormai fuq l-MFSC tpoġġa s-Sur Michael Falzon wara li kien ġie nominat is-Sur Joseph N. Tabone, bla ma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni rrifletta biżżejjed li seta' kien qiegħed jagħmel nomina li tpoġġi lil dak li jkun in a conflict of interest.", "Imbagħad is-Sur Tabone rtira - mhux il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qal li ħa żball imma s-Sur Tabone irtira hu u għamel sewwa - u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnomina lis-Sur Michael Falzon.", "Fuq il-bordijiet l-oħra nnomina lis-Sur John Camilleri fil-bord tat-Telemalta, lis-Sur Richard Cachia Caruana fil-bord tas-Central Bank u lis-Sur Alfred Chetcuti.", "Mela minn erbgħa nnomina tlieta li fil-passat servew ta' private secretaries tiegħu.", "Jiena ma ngħid xejn fuqhom personalment, iktar ngħid fuq l-attitudni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kif konfermata minn kull kelliemi li qam jitkellem f'dan il-Parlament min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, illi jsir min isir hemmhekk, private secretary u mhux private secretary, ex-private secretary u mhux ex-private secretary, il-mistennija tagħhom hija - filosofija din issa, attitudni, twemmin tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni - li l-persuna li jaħtar il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkun qiegħda hemmhekk biex tirrapporta lura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien ngħid li dan huwa aġir anti-demokratiku għax b'hekk qiegħed tippolitiċizza istituzzjoni li hi tal-poplu kollu.", "Forsi xi ħadd jgħidli: Il-Prim Ministru jew il-ministru rilevanti ma jinnominax lill-membri l-oħra?", "Iva, għax dik hi funzjoni tiegħu u jinnominahom u jaħtarhom mhux biex joqogħdu jirrapportaw lilu imma biex jaġixxu f'isem il-poplu.", "Mentri bil-mod kif qed jinterpreta dan l- Att il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kif qed tinterpretah l-Oppożizzjoni kollha, lil dawn in-nominees iriduhom ikunu nies li jirrapportaw lura lejhom minkejja l-fatt illi dawn jew bil-bye-laws ta' l-istituzzjoni li tkun, bħal fil-każ tal-Bank Ċentrali, jew bl-istatut ta' l-intrapriża nnifisha u anke bir-rabtiet tal-Companies Act - issa hawnhekk jidħol l-expertise legali - ma jistgħux jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Allura l-Oppożizzjoni qiegħda tesiġi pubblikament illi n-nies li ħatret hi - nerġa' ngħid li kollha għandhom il-kwalitajiet tagħhom u ma ngħid xejn fuq l-ebda wieħed minnhom, assolutament - jkunu żleali lejn l-intrapriża li jkunu appuntati fiha u leali lejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Mela allura meta tieħu l-oriġinu ta' din il-liġi, kif opponietha mill- ewwel l-Oppożizzjoni Laburista bla ma sfruttat dak li hemm ġo fiha u bla ma ħatret lil ħadd, meta tieħu l-fatt li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern dam disa' snin biex ressaqha, meta tieħu l-commitment ċar ta' l-Oppożizzjoni Laburista li tabrogaha, meta tieħu l-kontroll li għandu dan il-Parlament fuq l-obbligi u fuq il-korpi kollha li huma tal-poplu, meta tieħu l-public scrutiny li tant kibret f'dan il-pajjiż u meta tieħu mbagħad il-mod kif wettaq din il-liġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni preżenti, tasal għall- konklużjoni li hija l-Oppożizzjoni li qiegħda tagħmel ħsara lid-demokrazija meta tieħu l-attitudni tagħha.", "Mela tibqa' tattakka, tqajjem il-biża' u trewwaħ it-tkexkix illi l-Gvern Laburista għax qiegħed ineħħi din il-liġi qiegħed inaqqas id-demokrazija?", "Ikun qiegħed inaqqas id-demokrazija kieku jħalli din il-liġi mhux jekk ineħħiha.", "Ikun qiegħed inaqqas id-demokrazija u jkun qiegħed ikun stupidu kieku jgħid illi fl-amministrazzjoni pubblika m'għandux ikun hemm nies Nazzjonalisti jew nies illi huma ta' twemmin differenti mill-gvern tal-ġurnata, imma l-Gvern Laburista ma qalx hekk.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern - ma noqgħodux nagħmluha ta' xi pious virgins u dan kollu - warrab xi nies u jekk stess ma trattahomx bil-mod sbozz li bih ġew trattati xi nies fi żmien il-Gvern Laburista preċedenti, xorta waħda trattahom b'mod psikoloġikament kattiv għax għalkemm baqgħu fil- kariga u baqgħu jieħdu l-paga inqerdu psikoloġikament għax twarrbu kompletament.", "Il-Partit Laburista fil-gvern ma mexiex hekk, la fis-servizz ċivili, la fil-korporazzjonijiet, imkien.", "Għalhekk meta nħares lejn dawn l-affarijiet jien ngħid: Ejjew inpoġġu d- dibattiti fuq il-binarju li għandu jkun.", "Ejjew inpoġġu d-dibattiti fuq il- binarju ċar.", "U x'inhu l-binarju ċar?", "Li l-Oppożizzjoni tikkritika.", "Aktar ma tikkritika għall-Gvern huwa aħjar, kif inhu tajjeb għall-Gvern li jkun hemm min jikkritika min-naħa tiegħu.", "Ħarsu lejja.", "Mela le, nagħmilha jien u nibqa' nagħmilha għax inħobbu lill-Gvern, għax irridu jissaħħaħ, għax irrid lill-partit tiegħi jikber.", "Mela le, ħalli jkun hemm il-kritika.", "Il- kritika hija parti mid-demokrazija imma l-mod negattiv li tikkritika bih l- Oppożizzjoni m'huwiex parti mill-fibra demokratika li għandu jkollu l- pajjiż, anzi hija xi ħaġa anti-demokratika u reminixxenti li tfakkarna f'dak li kien jiġri fil-Ġermanja, fl-Italja, fi Spanja u fil-Portugal.", "U dawn l-affarijiet m'għandhomx ikunu.", "Li għandu jkun huwa li jekk għandna nipproponu u nikkritikaw għandna nagħmlu dan biex il-poplu kollu jkun moqdi tajjeb, biex il-poplu kollu Laburista, Nazzjonalista jew li ma jemmen b'xejn ikun moqdi tajjeb, biex l-għan ikun wieħed soċjali u mhux li nipprovaw inbeżżgħu bil-babaw u nieħdu vantaġġ opportunistiku politiku l- ħin kollu.", "Min jagħmel hekk mhux jikkritika jkun qiegħed imma jkun qiegħed jilgħab għall-gallerija u jkun qiegħed jagħmilha ta' ipokrita.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel il- kritika tiegħu fuq din il-liġi sejħilha l-Att arroganti tas-sena, pero' jien ngħidilha il-ksuħata tas-sena.", "Din il-liġi hija ksuħata għax ma kienx hemm bżonnha.", "Wisq inqas kien hemm bżonn din l-urġenza kollha illi niltaqgħu fil-għodu u fil-għaxija biex ngħaddu liġi ħalli ngħidu li għaddejna liġi li biha neħħejna żvilupp importanti anke fil-ħajja demokratika, Onor. Spiteri.", "Meta konna fil-gvern aħna qatt ma bżajna mill- kontrolli.", "Kieku bżajna mill-kontrolli konna nagħmlu liġi li biha nkorporajna l- Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ħalli b'hekk ikollna aktar kontrolli fuq l-amministrazzjoni?", "Kieku bżajna mill-kontrolli konna ndaħħlu l-ombudsman li kien ilu mwiegħed għal 16-il sena sħaħ, bejn l-1971 u l-1987, dejjem ġej u qatt ma jiġi!", "Ara l-liġi dwar il-klieb għaddiet fl-1985 pero' il-liġi dwar l-ombudsman ma kellhomx żmien jagħmluha - darba hekk qalulna li \"ma kellhomx żmien\" biex jagħmlu l-liġi dwar l- ombudsman.", "U jagħmel liġi ta' l-ombudsman partit li jagħmel liġijiet biex il-qrati ma jkunux jistgħu jindaħlu fl-amministrazzjoni pubblika?", "Mhux biex jindaħlu aktar imma biex jindaħlu inqas!", "Partit li jagħmel dak it-tip ta' liġijiet, partit li kien iħalli l-qrati mhux nominati biex ma jinstemgħux kawżi tad-drittijiet tal-bniedem, partit li qabad b'daqqa ta' pinna u qal lill-imħallfin biex dak inhar ħadd ma jidħol għax-xogħol u ma jidħlux għax- xogħol sakemm jgħaddi l-liġi, se jagħmel liġi bħal dik?", "Dan il-partit seta' qatt jagħmel il-liġi dwar l-ombudsman?", "Allura mhux id-destin kien imma l-loġika kellha tkun li l-Partit Nazzjonalista daħħal il-liġi dwar l- ombudsman.", "Imbagħad jiġu jikkritikawna għax din tan-nomini għamilniha fl- 1996 wara disa' snin u nofs ta' amministrazzjoni!", "Dawn mhux jikkritkawna imisshom imma imisshom jgħidu li din kienet waħda minn ħolqa sħiħa ta' liġijiet li għamilna aħna stess mill-gvern biex nikkontrollaw lill-gvern stess.", "Għax meta ngħidu gvern ma nkunux qed nirriferu għall-ministri u għas- segretarji parlamentari imma nkunu qed ngħidu għall-amministrazzjoni.", "Kultant inġustizzja tista' tinħoloq anke bi żball; tista' tinħoloq għax forsi jkun hemm xi ħadd li jabbuża u tista' tinħoloq ukoll bi żball, hu min hu fil-gvern.", "Għalhekk aħna għamilna sensiela ta' liġijiet.", "Għamilna l- Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji, daħħalna l-liġi dwar il-Konvenzjoni Ewropea, għamilna l-Ombudsman, għamilna l-Public Accounts Committee, eċċ. Hekk sew, l-Onor.", "Spiteri jikkritikana għax din daħħalniha fl-1996!", "U jekk huwa qal li din tan-nomini hija liġi anti-demokratika kien imissu faħħarna li daħħalniha tard, għax bl-istess loġika tiegħu, jekk inhi daqshekk perikoluża u daqshekk anti-demokratika din il-liġi jmissu faħħarna u mhux jikkritikana li daħħalniha wara disa' snin li konna fil-gvern!", "Din kienet waħda minn ħolqa sħiħa ta' affarijiet, inkluż it-twaqqif tal- Public Accounts Committee.", "Allura bl-istess loġika mgħawġa li uża l-Onor.", "Spiteri għandi ngħid: Intom kellkom 16-il sena biex tagħmluh il-Public Accounts Committee u m'għamiltuhx!", "L-Onor.", "Spiteri kien ministru tal- finanzi u allura seta' pproponih f'dan il-Parlament jew għallinqas isir xi ftehim ma' l-Oppożizzjoni biex iwaqqfu l-Public Accounts Committee.", "Imma il-Public Accounts Committee ma sarx u kien Gvern Nazzjonalista li għamlu u għidna li ċ-chairman tiegħu kellu jkun nominat mill-Oppożizzjoni!", "Allura dan juri gvern li kien \"magħluq għall-kritika\"?", "Anzi dan huwa gvern illi żied il-kontrolli fuqu nnifsu.", "L-istess nista' ngħid dwar il-proċess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li qegħdin niddiskutu f'dawn il-ġranet.", "Bid-difetti tagħha u bil-kritika kollha li ssir - anke Membri ta' din in-naħa tal-Kamra kkritikaw lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar - ħadd ma jista' jikkritika lill-Gvern Nazzjonalista li għamel awtorita' mhux trasparenti għax waqt li qabel il- permessi tal-bini kienu jiġu deċiżi fil-magħluq issa jiġu deċiżi fil- miftuħ.", "Qabel lanqas kont tkun taf jekk bniedem għandux permess filwaqt li llum il-permess irid iwaħħlu fuq is-sit.", "Dawn kollha kienu kontrolli fuq l- amministrazzjoni.", "Mela jiġi jgħidilna l-Onor.", "Spiteri li jmissna nitolbu skuża - din tajba wisq! - talli fl-aħħar elezzjoni ġenerali r-riżultat uffiċjali ta maġġoranza ta' siġġijiet lill-Partit Nazzjonalista mentri l- maġġoranza tal-voti kienet f'idejn il-Partit Laburista.", "Jiena kieku kont nistħi nagħmlu dan l-argument.", "Din il-kritika kienet tkun ġusta kieku aħna bqajna fil-gvern, kif għamlu huma fl-1981.", "Meta għamilna l-emenda kostituzzjonali konna ħallasna prezz għoli tagħha għaliex il-proposta tal-Gvern Laburista kienet: Aħna se nagħtukom \"din\" pero' intom tridu tagħtuna \"din\" u \"din\".", "Daqshekk kienet kbira l-imħabba tagħhom għall-maġġoranza tal-voti!", "Aħna niftakru meta għamluha l-emenda kostituzzjonali sabiex min jirbaħ maġġoranza ta' siġġijiet ikun fil-gvern.", "Fil-fatt għamluha fi żmien kriżi ta' vjolenza politika u wara li seħħ il- qtil ta' Raymond Caruana.", "U kien b'riżultat ta' hekk li ċċaqilqu l- affarijiet.", "L-emenda kostituzzjonali ma ġietx xahar wara l-elezzjoni ta' l- 1981 imma ġiet wara li għamlu ħames snin jiggvernaw kontra r-rieda tal- maġġoranza tal-poplu.", "Damu sa l-aħħar ġurnata, donnhom biex jinku lill- poplu, jiġifieri sad-9 ta' Mejju, 1987.", "Fil-verita' l-agħar ħniżrijiet saru proprju meta kienu tilfu l-maġġoranza u baqgħu fil-gvern.", "U minn fuq jiġu jgħajru lilna għax fl-aħħar elezzjoni ma ġabux siġġijiet għall-proporzjon tal-voti!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, kemm jista' jkun żomm mal-liġi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kollox sew, imma saret akkuża u jien irrid nirrispondi għaliha.", "Jien mhux qed nirrispondi tlett ijiem wara imma qed nirrispondi fil-pront.", "Fl-aħħar elezzjoni - u nagħlaq dan il-kapitlu biex niftaħ kapitlu ieħor - id-distretti, kif sar dejjem, saru mill-Kummissjoni Elettorali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kien insista li - hemmhekk hemm chairman u tnejn u tnejn jidhirli, jew tlieta u tlieta - hu jkollu dritt li jinnomina nofs il-membri.", "Għalkemm il-Kostituzzjoni tgħid li jappuntahom il-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni - u mhux wara rakkmandazzjoni - il-Gvern Nazzjonalista qal: Iva, mela le, intom tinnominaw tlieta u aħna ninnominaw tlieta.", "Ir-rapport tad-distretti elettorali ġie approvat unanimament, inkluż jiġifieri minn dawk it-tlieta nominati mill-Partit Laburista.", "Lilna ma jiġux jakkużawna b'gerrymandering għaliex il-Kummissjoni Elettorali kienet magħmula, fost oħrajn, minn tliet membri nominati mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien li ffirmaw ir-rapport.", "(Interruzzjonijiet) Iva, mhux tgħidli \"dażgur\", Onor. Pace.", "Mur iċċekkja u tkun taf li ffirmawh unanimament.", "L-istess bħal meta l-Awtorita' tax-Xandir tat ordni lill-PBS biex ixxandar - u mbagħad kien hemm min ma riedx jobdi - u dik id-deċiżjoni ttieħdet unanimament, b'consensus bejn il-membri tagħkom stess ukoll.", "Ejja nagħlquh dan il-kapitlu ta' trasparenza u mhux trasparenza għaliex jekk nibda nsemmi l-affarijiet ma nieqafx.", "Kull darba li konna nsemmu l-passat kienu jgħidulna: Issemmux il-passat, issa l-preżent.", "Issa morna lura għal Terinu u għal 30 sena ilu u l- kwestjoni politika reliġjuża u għaliex ma daħlitx il-gazzetta fl- isptarijiet.", "Bħal dak li qallu nsejna li sa 15-il sena ilu f'Malta kollha ma kontx tista' tixtri ċerti gazzetti Ingliżi!", "Mhux fl-isptar biss ma setgħetx tidħol gazzetta waħda imma l-pajjiż kollu ma setax jaqra \"The Times\" ta' Londra għaliex dak iż-żmien il-Gvern kien iddeċieda - u jagħmel parti minn dak il-Gvern kien l-istess Onor. Spiteri - li ma jidħlux gazzetti Ingliżi.", "Sur President, dawn l-argumenti juru l-faqar ta' l-argumenti tal-Gvern biex ineħħi din il-liġi għaliex m'hemmx argumenti biex tneħħiha.", "L-argument prinċipali kien għaliex huma kienu vvotaw kontra meta kienu fl-oppożizzjoni.", "Skużi, intkom ivvotajtu kontra u l-liġi għaddiet.", "In- naħa ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kellha għażla li jew tinnomina l- membri tagħha jew ma tinnominahomx.", "Aħna m'għamilniex liġi li l- Oppożizzjoni trid bilfors tinnomina membri tagħha.", "Għandek din il- fakulta', jekk trid użaha u jekk trid ma tużahiex.", "L-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, għal raġunijiet tagħha li setgħu kienu tajbin jew tista' ma taqbilx magħhom, għażlet li ma tużax dan id-dritt.", "Fil-Planning Authority bagħtu lill-Onor.", "George Vella, fil-Kunsill ta' l-Edukazzjoni bagħtu lill- Onor. Evarist Bartolo u f'xi postijiet oħrajna bħal, per eżempju, il- welfare committee ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule, li jamministra l-mod kif hemmhekk għandhom jitqassmu l-flus, l-Oppożizzjoni nnominat membru, l- istess bħalma għamlet fuq il-Kunsill ta' l-iSports, pero' f'dawk l- organizzazzjonijiet li hemm elenkati fl-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni għoġobhom li ma jinnominaw lil ħadd.", "Affari tagħhom.", "Jiena ngħid li veru li f'din il-liġi hemm riskju li aħna tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni lesti li neħduh għaliex, una volta li tifforma parti minn grupp, naturalment jekk imbagħad tittieħed deċiżjoni żbaljata ma tistax wara tgħid li ma taqbilx magħha.", "Jekk qbilt magħha qbilt magħha u daqshekk.", "Jiġifieri aħna lesti li nieħdu dak ir-riskju biex ikun hemm kontroll aħjar.", "Pero' issa l-Oppożizzjoni Laburista saret il-Gvern u l-Gvern Nazzjonalista sar l-Oppożizzjoni u minflok ħallew il-fakulta' li jew nipproponu jew ma nipproponux membri fuq il-boards li tapplika għalihom il- liġi, din l-għażla jridu nneħħuha.", "Meta konna fil-gvern aħna tajna għażla lill-partit li dak iż-żmien kien fl-oppożizzjoni - dan il-partit illum qiegħed fil-gvern - imma issa huma ma jridux jagħtu din l-għażla lilna wkoll u jħalluha.", "Hawn fejn huwa pass lura.", "M'hemmx għalfejn tkun espert kostituzzjonali biex tasal għall-konklużjoni li m'hawnx id-dritt fundamentali garantit mill-Kostituzzjoni, li l-Oppożizzjoni tappunta membru tagħha fuq dawn il-boards għax kieku diġa' għamilna kawża kostituzzjonali.", "Għalhekk ma joqogħdu jiġbdu saqajn ħadd billi jsemmu \"esperti kostituzzjonali\".", "L-espert kostituzzjonali kien dak li tawwal il- ħajja ta' gvern sfiduċjat mill-poplu għal ħames snin u nofs.", "Dak żgur li kien espert kostituzzjonali mill-aqwa għaliex tant iħobbha l-Kostituzzjoni li sa l-aħħar ġurnata baqa' fil-gvern!", "Jiġifieri din l-għażla li aħna tajna lill-partit l-ieħor meta kien fl-oppożizzjoni issa mhux qed tingħata lill-partit fl-oppożizzjoni llum.", "Sur President, irrid ngħid li meta ġiet diskussa din il-liġi fil- Parlament - jidhirli li kien f'Jannar ta' l-1996 - għalkemm kemm l-Onor.", "George Vella kif ukoll l-Onor.", "Lino Spiteri tkellmu kontra, l-Onor.", "Spiteri kien sejjaħ din il-liġi \"perikoluża\", pero' l-Onor.", "George Vella ma qalx li hija perikoluża għax għalkemm ikkritikaha u sejħilha \"att ta' propaganda, ta' pubbliċita'\", u li huma ma kenux se jaqgħu \"għan-nasba ta' din il-pubbliċita'\", f'mument minnhom qal, u se nikkwota mid-dibattitu tas- 16 ta' Jannar ta' sena ilu:", "\"Ħalli nkunu onesti.", "Jien mhux qed ngħid illi wieħed ma jaħsibx fuq din l-idea u li kieku taħt ċirkostanzi differenti ma fihiex il-valuri tagħha\" ...\"", "- din il-liġi anti-demokratika, din il-liġi perikoluża, din il-liġi li l- Onor. Spiteri kważi kważi qalilna li jekk se nħalluha fuq il-ktieb tal- liġijiet se nnaqqsu d-demokrazija minflok inżiduha, il-Viċi Prim Ministru, meta kien fl-oppożizzjoni, għalkemm ikkritikaha li hija \"att sempliċi ta' propaganda\", qal illi \"taħt ċirkostanzi differenti\" jammetti \"li fiha l- valuri tagħha\" -", "\"... pero' meta mbagħad tinżel fil-fond u tanalizzaha tgħid li din il- liġi ma treġix minħabba li l-Oppożizzjoni qed tiġi mistiedna li tidħol f'nasba.\"", "Allura l-Gvern illum irid jiddeċiedi wkoll x'għandha tagħmel l- Oppożizzjoni.", "Wara kollox din hija liġi dwar nomini mill-oppożizzjoni u mhux mill-gvern.", "L-Oppożizzjoni li kien hemm qabel ma reditx tinnomina l- membri tagħha imma issa hawn Oppożizzjoni li trid tinnomina l-membri tagħha.", "Argument ieħor li ssemma kien: U iva, billi jkollok persuna waħda li qiegħda fil-bord din se tinfluwenza b'xi mod l-affarijiet?", "Issa dan l- argument nista' nagħmlu bil-maqlub u ngħid: Allura billi jkun hemm dan il- wieħed, għalfejn din il-ksuħata u din l-arroganza li anke dan il-wieħed li għandha l-Oppożizzjoni, l-Gvern se jneħħih minn fuq il-boards governattivi?", "Jekk nagħżlu dan l-argument tista' tagħmlu xabla b'żewġt ixfar.", "Is-sabiħa hi li dan l-argument jaqa' meta wieħed jara d-dibattitu Parlamentari li sar sena ilu, meta l-Oppożizzjoni Laburista kienet tkellmet kontra li jkun hemm persuni nominati mill-oppożizzjoni, pero' qalet li se tagħmel emenda - jidhirli li għamlet emenda formali - biex il-konsumatur ikun jista' jinnomina persuna waħda minn tmienja biex toqgħod fuq il-bord.", "Allura l- argument li wieħed minn tmienja mhux kapaċi jikkontrolla dakinhar tar?", "Kienu qalu wkoll li l-kunsill lokali jkollu dritt li f'ċerti oqsma oħra jinnomina lil xi ħadd ieħor, pero' hemmhekk ma qalulniex: U iva, billi jkollok wieħed minn tmienja, kif jista' jikkontrolla!", "Per eżempju, il- Ministru Brincat qalilna li billi n-nominee ta' l-oppożizzjoni jmur darba kull tliet ġimgħat biex jattendi board meeting, b'daqshekk se jikkontrolla l-korporazzjoni?", "U jien inwieġbu: Allura billi jkun hemm wieħed għall- konsumatur li jmur darba kull tliet ġimgħat fil-board meeting, b'daqshekk se jikkontrolla s-sitwazzjoni?", "Jiena ngħid: Iva, jikkontrolla għaliex il- fatt li anke tkun preżenti, dak li jkun joqgħod iktar attent li l- affarijiet isiru sewwa.", "Xi kultant l-istess preżenza tal-gwardjan jew ta' l-għassies hija pożittiva.", "U issa ma noqogħdux nibnu u ninsġu stejjer ta' spjuni; mill-Onor.", "Spiteri addirittura ssemmiet il-kelma \"spjun\".", "Sur President, kulħadd huwa marbut bil-liġijiet tal-pajjiż, inklużi l- affarijiet li jagħmlu ħsara lill-korporazzjoni kummerċjalment.", "Wieħed m'għandux jikxef jekk, per eżempju, korporazzjoni partikolari tkun se tieħu deċiżjoni kummerċjali.", "Kemm in-nominee ta' l-oppożizzjoni kif ukoll xi membru ieħor fil-bord - hu min hu, innominahx il-gvern jew innominatux l- oppożizzjoni - hu tenut li ma jikxifx dik l-informazzjoni b'mod li jagħmel ħsara kummerċjali lill-korporazzjoni.", "Imma dak ma jfissirx li jekk jien nara li l-affarijiet qed isiru ħażin, li qed isiru l-abbużi, li xi ħadd se jixtri xi ħaġa li hija ħela għall-korporazzjoni, allura hemmhekk ma nistax nagħmel il-kritika interna fil-korporazzjoni stess u jekk hemm bżonn anke nwassal messaġġ lil ħaddieħor li qed isiru abbużi ta' dak it-tip.", "Mela dawn mhux fondi pubbliċi!", "Mela l-korporazzjonijiet pubbliċi huma xi kumpanija privata tal-familja!", "Mela fil-leġislatura l-oħra, l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien dejjem kienet tgħid li jmissha ssir liġi li jekk ikun hemm xi mpjegat tal-gvern li jara abbuż dan ikun jista' jikxef kollox b'immunita' assoluta, imbagħad issa se nikkritikaw jekk in-nominee ta' l-Oppożizzjoni jara ssir xi ħaġa ħażina, bħal xi ħadd se jixtri karozza b'wipers għal head lamps - kif qal l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando - u ma jitkellimx!", "Jien mhux qed ngħid li l-informazzjoni mill- korporazzjonijiet pubbliċi tiġi neċessarjament minn nominees ta' l- Oppożizzjoni.", "Jiena kelli każi ta' Laburisti f'korporazzjonijiet li meta jaraw ċerti inġustizzji jiġu jgħidulna bihom u aħna nagħmlu domandi parlamentari dwarhom, imma l-fatt li jkun hemm in-nominee ta' l- Oppożizzjoni jżid il-kontroll u ma noqogħdux nivvintaw kliem sabiħ, bħal partitokrazija, għaliex tissemma fl-Italja, u allura ngħidu li din il-liġi kif kienet proposta minn Gvern Nazzjonalista hija partitokrazija.", "Xi tkun partitokrazija?", "Il-partitokrazija tfisser li, kif kien jiġri fl-Italja, per eżempju, id- Demokristjani jieħdu r-Rai Uno tat-television pubbliku, is-Soċjalisti jieħdu r-Rai Due u l-Partit Komunista Taljan jieħu r-Rai Tre u anke llum, wara għoxrin sena li kienu nqasmu l-affarijiet hekk, kważi kważi għadek tara dik it-tinge, dik it-togħma, favur wieħed jew ieħor mill- kurrenti politiċi li hemm fl-Italja.", "Hawn mhux hekk qed jiġi propost.", "Aħna mhux qed ngħidu: Ara inthom ħudu l-Enemalta u aħna nieħdu t- Telemalta!", "Fl-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni hemm provdut li f'dawk il- korporazzjonijiet li huma mwaqqfa b'liġi tal-Parlament ....", "Fil-fatt jekk tara l-lista tal-korporazzjonijiet pubbliċi li dwarhom tapplika din il-liġi tan-nomini ta' l-oppożizzjoni, issib li tapplika biss għal dawk il- korporazzjonijiet pubbliċi li huma mwaqqfin b'liġi.", "Hemm ċerta formalita' fihom.", "U lanqas m'hu, kif qal l-Onor.", "Spiteri, li dawn twaqqfu biex innaqqsu l-iskrutinju tal-Parlament għax l-iskrutinju tal-Parlament żdied minn mindu twaqqfu.", "Meta l-Gvern Nazzjonalista waqqaf ċerti korporazzjonijiet pubbliċi, bħal l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jew l-Awtorita' Marittima l-iskrutinju tal-Parlament żdied u mhux naqas u se nispjega għaliex.", "Qabel kif kien jiġi diskuss fil-Parlament il-qasam tat-trasport?", "Dan kien jiġi diskuss mal-portijiet u ma' mitt elf ħaġa oħra li jaqgħu taħt ministeru wieħed u konna niddikutuh fi żmien il-Milied waqt il-budget.", "Kull nofs ta' nhar kien jinqasam bejn żewġ ministeri u kulħadd jiddiskuti dak kollu li jaqa' taħt il-ministeru.", "Per eżempju, qabel l-ETC kif kienet tiġi diskussa?", "Din kienet tiġi diskussa max-xogħol, taħt il-ministeru tax- xogħol.", "Pero' illum ħafna minn dawn il-korporazzjonijiet pubbliċi jressqu l-estimi tagħhom quddiem il-Parlament u dawn l-organizzazzjonijiet niddiskutuhom waħda waħda, normalment fi żmien tal-ħarifa.", "Anke l- Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel konna niddiskutuha mal-ministeru \"mostru\" tax-xogħlijiet pubbliċi u l-ippjanar kien jiġi diskuss bħala parti mid- Dipartiment tax-Xogħlijiet, mentri llum jiġi diskuss waqt il-budget u jiġi diskuss ukoll fl-estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Mela mhux veru li bit-twaqqif ta' dawk il-korporazzjonijiet pubbliċi tnaqqas l-iskrutinju tal- Parlament.", "Għalhekk il-liġi kienet saret li tapplika biss għal dawk il- korporazzjonijiet pubbliċi li jitwaqqfu b'Att mill-Parlament u mhux anke - għalkemm dan kien l-ewwel pass - għall-kumpanniji privati, kummerċjali, li fihom il-gvern għandu maġġoranza ta' ishma.", "Sur President, forsi kien hemm xi ħadd li ġab xi prova li din il-liġi ħadmet ħażin?", "Meta konna aħna fil-gvern din il-liġi ma ħadmitx għaliex l- Oppożizzjoni Laburista ma pproponietx il-membri tagħha, imbagħad qisu fil- bidu ta' din is-sena jew għall-aħħar tas-sena l-oħra saru konsultazzjonijiet u ġew innominati l-membri fuq dawn il-korporazzjonijiet, wara konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, u għal ħabta ta' April - xi ħaġa hekk - sar l-ewwel qari biex titneħħa l-liġi.", "Jiġifieri meta dak iż-żmien il-Gvern preżenti wera l-intenzjoni li jneħħi din il-liġi bilkemm kienu għadhom għaddew tliet xhur minn mindu ġew innominati membri min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u allura f'dawk it-tliet xhur kif seta' wieħed janalizza - bħala fatt issa u mhux bħala teorija - jekk din is-sistema kenitx imxiet tajjeb jew le?", "Hemm xi prova ta' xi ħaġa li n-nomini ta' l- oppożizzjoni għamlu aktar ħsara milli ġid?", "Jew għaliex għidtu hekk u għaliex ivvotajtu kontra meta għaddiet il-liġi - dak iż-żmien kontu fl- Oppożizzjoni - u issa li qegħdin fil-gvern tridu tiddettaw lill- Oppożizzjoni tal-lum anke dwar jekk għandhiex ikollha dritt li tagħmel nomini fil-korporazzjonijiet pubbliċi?", "Nispera li din il-loġika tkompli sa l-aħħar għaliex issa se nagħmel eżami tal-liġijiet kollha li fuqhom l- Oppożizzjoni Laburista kienet ivvotat, ħalli nara liema minnhom se jitneħħew u liema minnhom se jibqgħu!", "Per eżempju, dwar is-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda aħna konna għamilna liġi fejn għidna li huwa reat kriminali li xi ħadd jikser tali sanzjonijiet, huma x'inhuma s- sanzjonijiet u diretti lejn min huma diretti.", "Għalkemm l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien kienet ivvotat kontra, il-liġi hemmhekk għadha u mhux talli għadha hemmhekk talli qalulna li se josservaw is- sanzjonijiet kollha tal-Ġnus Magħquda, jaqblu jew ma jaqblux magħhom, għaliex huma membri tal-Ġnus Magħquda - u sewwa għamlu meta qalu hekk.", "Allura dik il-liġi issa se titneħħa għaliex kienu vvotaw kontra?", "Ivvotaw kontra għaliex bħala Oppożizzjoni dehrilhom li m'għandhomx jinnominaw in- nies fuq dawk il-korporazzjonijiet pubbiċi.", "Issa hawn Oppożizzjoni differenti li taħsibha mod ieħor.", "Sur President, ma kienx hemm l-iċken prova li nġabet illi b'xi mod din is-sistema tħaddmet ħażin.", "Jiena naf li l-Gvern għandu maġġoranza f'dan il-Parlament u bis-sistema li għandna tal-whip din il-liġi se tgħaddi.", "Imma aħna għandna dover li nitkellmu kontra tagħha u mhux kważi kważi jiġi l-Onor.", "Spiteri jgħidilna: Allura intkom, b'daqshekk esperti kostituzzjonali li għandkom - ma nafx min huma dawn l-esperti kostituzzjonali! - ħadd ma nduna li billi se titressaq din il-liġi għandna dritt aħna bħala gvern li nneħħuha, bħalma kellkom dritt intkom bħala gvern li tipproponuha?", "Mela xi ħadd qal li l-Parlament bil-maġġoranza li għandu ma jistax jagħmel il-liġijiet li jrid hu!", "Imbasta ma jiksirx il-Kostituzzjoni.", "Imma b'daqshekk, billi tagħmilha l-liġi, aħna m'għandniex dritt mhux biss li nikkritikawha, mhux biss li ngħidu li ma naqblux magħha, imma li ngħidu li dan huwa pass lura?", "Dan huwa pass lura għaliex din kienet ħolqa jew katina ta' liġijiet u miżuri li konna ħadna sabiex dejjem jiżdied il-kontroll, mhux biss il-Public Accounts Committee, mhux biss il-liġijiet li semmejt qabel, mhux biss il-liġi ta' l-istampa li tagħti iktar drittijiet lill-istampa u inqas drittijiet u imunitajiet lill- gvern, imma anke ta' l-Awditur.", "Il-Liġi ta' l-Awditur Ġenerali, apparti li kien fassalha l-Gvern Nazzjonalista, kienet waħda mill-proposti li konna għamilna f'\"Il-Bidla Tkompli\" u \"Il-Bidla Tkompli\" tmur lura, Sur President, għal 11 ta' Novembru, 1993.", "Dan qed ngħidu ħalli issa ma jkunx hemm xi ħadd min-naħa tal-Gvern u jgħidilna: Din għamiltuha għaliex dak iż-żmien aħna konna qegħdin nagħmlu ħafna allegazzjonijiet kontra tagħkom u allegazzjonijiet kontra kif qed titmexxa l-amministrazzjoni fil-pajjiż u allura intkom, biex taparsi tidhru trasparenti, għamiltu din il-liġi.", "Aħna pproponejniha fil-11 ta' Novembru, 1993 ftit iktar minn sena wara l-elezzjoni ta' l-1992, imbagħad man mano bdejna nimplimentaw il-proposti kollha li kien hemm fiha, għalkemm xtaqna li nagħmlu iktar.", "F'\"Il-Bidla Tkompli\" konna pproponejna li niddemokratizzaw iktar il- proċess ta' l-elezzjoni tal-President.", "Xtaqna li nagħmluha pero' ma kienx hemm il-maġġoranza neċessarja biex issir.", "Xtaqna li ndaħħlu l-kunsilli lokali fl-elezzjoni tal-President, pero' ma kienx hemm l-approvazzjoni - forsi xi darba jkun hemm din l-approvazzjoni.", "Il-fatt li topponi darba ma jfissirx li ma tbiddilx l-pożizzjoni tiegħek għax wara kollox il-Partit Laburista għamel snin twal kontra l-kunsilli lokali, mhux kontra li l- partiti politiċi jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, imma kontra l-kunsilli lokali fil-prinċipju.", "Naturalment wara li aġġornaw l- policy tagħhom, bħala face saver, biex jgħidu xi ħaġa kontra l-liġi qalu: Għaliex aħna ma rridux li l-partiti politiċi jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Imma dik biex jgħattu l-gaffe kbir illi għamlu li malli kien hemm partit li ppropona diċentralizzazzjoni tal-poter politiku, il-partit taċ-ċentralizzazzjoni tal-poter politiku vvota kontra u għal snin twal tkellem kontra din l-idea nnifisha.", "Il-Gvern jagħmel li jrid.", "Jekk irid jgħaddiha din l-liġi aħna se nopponuha għax hawnhekk hawn Oppożizzjoni li qed tipproteġi mhux biss id-drittijiet tagħha imma d- drittijiet ta' kull oppożizzjoni.", "Din il-liġi l-Gvern ħaseb li se jżellaqha fl-aħħar tas-sessjoni qabel ma nieqfu għall-vaganzi tas-sajf, mingħalih li ħadd m'hu se jinduna u ħadd m'hu se jagħti kas.", "Illum hawn aħna fl-oppożizzjoni u għada jista' jkun hemm partit ieħor u allura dak li qed nagħmlu llum mhux qed nagħmluh egoistikament għad-drittijiet tagħna, bħalma meta konna fil-gvern ma qgħadnix naraw id-drittijiet eġosti tagħna imma tajna d-dritt, anke jekk konna nafu li dan seta' jintuża kontra tagħna, u dan qed nagħmluh fuq bażi ta' prinċipju.", "Sur President, dan qed ngħidu mhux biex niddramatizza imma jiddispjaċik meta tara li kienu għaddejjin ċerti żviluppi li issa qegħdin imorru lura.", "J'Alla li din il-liġi - anke jekk titħassar, kif se jiġri - xi darba nerġgħu narawha fuq l-agenda parlamentari għaliex jekk ħaddieħor il- kontroll jarah żejjed, aħna l-kontroll narawh bħala importanti, bħala asset importanti fil-ħajja demokratika tal-pajjiż.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, fil-verita' f'Novembru ta' l- 1993, ftit żmien wara li kienu bdew jitwaqqfu diversi kunsilli lokali f'pajjiżna, kienet ġiet ippubblikata l-white paper \"Il-Bidla Tkompli\" li welldet serje ta' proposti li, kif smajna minn diversi kelliema li tkellmu qabli, fil-maġġoranza tagħhom twettqu iżda mhux kollha.", "Fil-verita' ħafna minn dawk li ma twettqux kienu marbuta anke mal-fatt li kellu jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra għax kienu marbutin mal-Kostituzzjoni.", "Allura rajna kif il-poteri tal-President - din kienet ukoll waħda mill- proposti fil-white paper \"Il-Bidla Tkompli\" - baqgħu ma nbidlux, bħalma ma tbiddilx il-mod kif jitwaqqfu l-awtoritajiet jew il-kummissjonijiet ta' natura kostituzzjonali u bħalma ma nbiddlitx ukoll is-sistema elettorali.", "Jiena stagħġibt mhux ftit meta l-Onor.", "Lino Spiteri semma r-riżultat ta' l-aħħar elezzjoni ġenerali bħala xi ħaġa ta' barra minn lokha meta fil- verita' kienu saru diskussjonijiet għal sigħat sħaħ biex is-sistema elettorali setgħet tiġi aktar demokratika milli hi iżda sfortunatament baqa' ma ntlaħaqx ftehim.", "Kien proprju għalhekk li kont nistenna li l- Gvern Laburista llum, flok ma jipprova jħott dak li diġa' nbena, billi jabroga din il-liġi li tagħti dritt lill-Oppożizzjoni li tinnomina direttur f'għaxar korporazzjonijiet jew awtoritajiet ta' natura nazzjonali, ikompli jipprova jasal f'affarijiet fejn l-amministrazzjoni l-oħra ma waslitx.", "L-istess, per eżempju, rigward il-kwestjoni ta' iffinanzjar tal-partiti politiċi.", "Nafu lkoll kemm kien hemm diskussjonijiet mhux biss bejn il- partiti politiċi li huma rappreżentati f'dan il-Parlament imma anke mal- Partit Alternattiva Demokratika, li kien ħa sehem fid-diskussjonijiet sabiex l-Istat jibda jiffinanzja lill-partiti politiċi b'mod li jkun hemm qbil dwaru fost il-partiti politiċi kollha.", "Iżda flok ma rajnih jipprova juża x-xogħol li kien diġa' beda jsir fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra sabiex ikollna wkoll din il-miżura f'pajjiżna, u pprova jsawwar u jimplimenta din il-proposta li wkoll kienet inkluża fil-white paper \"Il- Bidla Tkompli\", il-Gvern Laburista għażel li jiddedika l-ħin ta' dan il- Parlament - kif qal sieħbi l-Onor.", "Tonio Borg anke b'sessjonijiet ta' fil- għodu u fil-għaxija - biex ineħħi dak li diġa' sar u jneħħi dritt li l- Oppożizzjoni għandha.", "Irrid ngħid li anke l-ħatra ta' deputy speaker min-naħa ta' l- oppożizzjoni kienet proposta fil-white paper \"Il-Bidla Tkompli\".", "Din kienet proposta li rnexxiet.", "Ir-referendum abrogattiv kien proposta oħra fil-white paper \"Il-Bidla Tkompli\".", "Dan għadda mill-istadji kollha, saħansitra anke mit-Tielet Qari f'dan il-Parlament, imma jirriżulta li dan l-Att s'issa għadu ma daħalx fis- seħħ minħabba problemi burokratiċi.", "Jien nappella lill-Gvern biex jagħmilha ċara dwar x'se jagħmel dwar l-Att li jipprovdi għar-Referendum Abrogattiv.", "Dan il-Gvern se jara - permezz ta' l-Avukat Ġenerali - li dan l- Att jidħol fis-seħħ?", "Kien hemm ukoll il-kumitati parlamentari, fosthom il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Din kienet miżura oħra msemmija fil-white paper \"Il-Bidla Tkompli\" li ġiet fis-seħħ.", "Kien hemm ukoll l-Ombudsman nazzjonali u l-kodiċi ta' etika sew għall-membri parlamentari, għall- Kabinett, għall-ħaddiema tas-settur pubbliku, għad-diretturi fid-diversi korporazzjonijiet parastatali u anke għall-kunsilli lokali.", "U kien hemm din l-Opposition Nominees Act, li saret liġi fl-1996.", "Proposta fl-istess white paper kienet dik ta' l-Awditur Ġenerali.", "Din il- proposta kienet diġa' se ssir liġi wara r-recess tas-sajf li kieku s-Seba' Parlament reġa' ltaqa' fil-ħarifa l-oħra.", "Issa, f'din il-leġislatura, il- Gvern Laburista qabad u għadda mill-istadji kollha f'dan il-Parlament il- liġi ta' l-Awditur Ġenerali u li dan isir responsabbli lejn il-Parlament u ma jibqax responsabbli biss lejn il-gvern.", "Jien kont nemmen li l-Gvern Laburista - in-new Labour - kien sejjer jagħmel sforz sabiex ikompli jsaħħaħ id-demokrazija f'pajjiżna.", "Iżda meta rajt li bl-istess entużjażmu, jekk mhux aktar, il-Gvern Laburista kien qiegħed jipproponi din il-liġi li biha jabroga l-Opposition Nominees Act, fil-fatt bdejt nirrealizza mod ieħor.", "Fil-verita' din il-liġi qiegħda titressaq akkost tat-trasparenza.", "Li l-Oppożizzjoni jkollha persuna f'għaxar korporazzjonijiet jew awtoritajiet ta' natura nazzjonali żgur li hija ħaġa li toffri politika trasparenti.", "L-Opposition Nominees Act hija safeguard kontra diversi forom ta' abbuż ta' poter.", "Kont qed naqra \"l- orizzont\" tal-bieraħ, fejn il-Prim Ministru stqarr li se jwaqqaf kumitat biex jistudja modi kif titnaqqas il-possibbilta' ta' abbuż ta' poter.", "Jekk irid, l-Opposition Nominees Act hija waħda minn dawn il-modi.", "L-Opposition Nominees Act żgur li hija mezz kif tonqos il-korruzzjoni, jonqos il- klijenteliżmu u tonqos id-diskriminazzjoni.", "L-Onor.", "Lino Spiteri qal li l-Oppożizzjoni għandha diversi modi oħra kif tkun taf l-affarijiet u tikkritika.", "Semma, per eżempju, l-mistoqsijiet parlamentari.", "Iva veru, dan huwa mod kif oppożizzjoni f'pajjiż demokratiku tista' titlob informazzjoni iżda ta' min jgħid li, per eżempju, fis-seduta tal-lum, l-ewwel mistoqsija parlamentari li tressqet saret fit-30 ta' April u ġiet imwieġba fid-29 ta' Lulju, tliet xhur wara.", "Jiġifieri anke l-istess struttura parlamentari, f'dan il-każ il-question time, ukoll tista' tiġi abbużata għax l-informazzjoni qed taslilna tard.", "Mill-mistoqsijiet parlamentari l-membri ta' l-Oppożizzjoni jingħataw informazzjoni tard.", "Smajna lill-Onor.", "Lino Spiteri jgħid hu stess li l-Public Accounts Committee qiegħed jiddiskuti affarijiet li ġraw sentejn ilu.", "L-idea li jkollna Public Accounts Committee ukoll oriġinat mill-white paper \"Il- Bidla Tkompli\".", "Din il-miżura, minkejja l-ħtieġa tagħha, żgur li għandha wkoll il-limitazzjonijiet tagħha għax ma jagħmilx wisq sens li l-PAC jiddiskuti affarijiet snin wara li jkunu seħħew.", "Din ukoll hija kritika favur l-Opposition Nominees Act, fis-sens li tagħti opportunita' lid- direttur nominat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bħad-diretturi l-oħra kollha, li jirreaġixxi jekk jinnota ċerti affarijiet li ma jkunux sejrin kif suppost.", "Jien skantajt bil-faqar tal-kritika tal-Prim Ministru meta ntroduċa din il-liġi.", "Ibbaża l-argumenti tiegħu fuq is-separazzjoni ċara bejn gvern u oppożizzjoni.", "Jekk żgur m'hemmx bżonn ta' ħaġa f'dan il-pajjiż hija li jkun hemm separazzjoni aktar ċara bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "Ma naħsibx li għandna dik il-problema f'pajjiżna għax Gvern u Oppożizzjoni huma distinti ħafna.", "Anzi jien ngħid li kważi hija distinzjoni kbira wisq.", "It-tieni argument li semma l-Prim Ministru kien li l-Opposition Nominees Act issaħħaħ il-partitokrazija.", "Wisq nibża' li l-Prim Ministru, bil-kelma \"partitokrazija\" qiegħed jifhem affarijiet oħrajn.", "Diġa' nafu, per eżempju, li l-Gvern Laburista huwa kontra li l-partiti politiċi jipparteċipaw f'elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Hemmhekk ukoll il-Prim Miinstru jgħid li huwa kontra l-partitokrazija.", "Imma f'liema pajjiż demokratiku nsibu li l-partiti politiċi m'għandhomx dritt jipparteċipaw fl- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?", "U ma nsemmix biss fl-Ewropea, għax forsi fl-Ewropa huwa ovvju li hemm id-demokrazija, imma nsemmi l-Afrika, per eżempju.", "Għadni kif irċevejt - bħalma rċevew il-kollegi kollha - l- aħħar rivista tal-Commonwealth Currents ta' din is-sena.", "Wieħed mill- artikli l-aktar prominenti kien jittratta proprju d-demokrazija fl-Afrika.", "Dan kien artiklu bit-titlu \"Boosting Democracy in Africa\".", "Kien jirrapporta dwar laqgħa bla preċedent li saret fi Frar li għadda bejn mexxejja ta' pajjiżi Afrikani.", "Proprju f'dan ir-rapport dwar din il-laqgħa jingħad ċar u tond li kien hemm ċertu consensus u ntqal - se nuża t-test Ingliż biex ikun verbatim - bla tlaqliq li", "\"In an important sense, opposition is more crucial to the functioning of democracy than government\".", "Jiġifieri anke fl-Afrika hemm consensus ċar dwar id-drittijiet ta' l- oppożizzjoni.", "Kien hemm ukoll argumenti favur li l-Istat jiffinanzja lill- partiti politiċi u kien proprju hawn fejn il-Gvern Laburista seta' jkompli jsaħħaħ id-demokrazija.", "Bħalma għamel fil-każ ta' l-Awditur Ġenerali, il-Gvern messu jkompli billi jsaħħaħ il-miżura li biha jkun jista' jiffinanzja lill-partiti politiċi.", "Il-Gvern kellu wkoll proposti oħrajn u mhux biss dawk li kienu mniżżlin fil-white paper \"Il-Bidla Tkompli\".", "M'għandix dubju li l-Partit Laburista seta' ħareġ anke' proposti ġodda oħrajn.", "F'din il-laqgħa bejn mexxejja ta' partiti politiċi fl-Afrika kien hemm ukoll consensus dwar l- effetti negattivi tal-politika winner-takes-all, jiġifieri li min jirbaħ elezzjoni jieħu s-setgħa kollha f'idejh.", "F'dan il-kontest intqal hekk:", "\"The meeting was concerned about the effects of the winner-takes-all approach to politics\".", "Wisq nibża, Sur President, li f'pajjiżna rridu noqogħdu attenti li ma nerġgħux naqbdu momentum kontra d-demokrazija.", "Irridu noqogħdu attenti li l-poplu ma jerġax jibda jidra n-nuqqas tad-demokrazija.", "Jien nemmen li l- Oppożizzjoni, bħall-Gvern, għandha dmir.", "L-Oppożizzjoni, bħall-Gvern u l- awtoritajiet kostituzzjonali, fosthom l-Awtorita' tax-Xandir, għandha d- dmir li tara li d-demokrazija ma titnawwarx f'pajjiżna.", "Jien minn hawn insemmi lill-Awtorita' tax-Xandir għaliex anke fil-qasam tax-xandir rajna ħafna theddid lid-demokrazija f'pajjiżna fil-passat.", "Hemm bżonn li nitgħallmu mill-iżbalji tal-passat.", "Wisq nibża' li l-hardliners fil-Partit Laburista qed jinfluwenzaw u qed ibiddlu l-ħsieb tan-nies moderati fl- istess partit.", "Jien, per eżempju, kont pjuttost sorpriż b'Alfred Grixti - ħabib tiegħi għax għamilna diversi snin l-iskola flimkien - li kiteb fir-rivista \"Society\" f'Mejju li għadda.", "F'artiklu bit-titlu \"Of Quangocrats and Mandarins\" qal bla tlaqliq li n-New Labour, jaħsbu x'jaħsbu l-attivisti Laburisti l-aktar ħorox, mhux se jaħdem bid-dutrina winner-takes-all.", "Huwa minnu li f'dan l-istess artiklu Alfred Grixti hedded lill-ħaddiema tal- gvern li għandhom konessjonijiet żejda mal-partit fl-Oppożizzjoni, imma għallinqas kellu l-kuraġġ jgħid ċar u tond li n-new Labour mhux se jaħdem bid-dutrina ta' winner-takes-all.", "Aktar kmieni dan ix-xahar l-istess Alfred Grixti, li huwa uffiċjal għoli tal-Partit Laburista - u għalhekk qed insemmi lilu - kiteb artiklu f'\"l-orizzont\" fl-4 ta' Lulju bit-titlu \"Bsaten fir-Roti\".", "Hawnhekk ma reġax semma l-fatt li l-Partit Laburista huwa kontra d-dutrina winner-takes-all.", "Semma biss it-theddida li kien għamel fl-artiklu preċedenti tar-rivista \"Society\" lill-ħaddiema tal-gvern li jkollhom konessjonijiet żejda mal-partit fl-Oppożizzjoni.", "U allura dan għalija kien każ ċar ta' meta nies moderati fil-Partit Laburista, ffaċċati bil-politika hardline li teżisti fl-istess partit, jibdew jibdlu fehmthom.", "Fis-7 ta' Lulju, kandidat ieħor Laburista, Joe Mifsud, kiteb artiklu f'\"l- orizzont\" bit-titlu \"Ismijiet li jweġġgħu\".", "Dan staqsa hekk:", "\"Persuni b'sentimenti Laburisti m'għandhomx jingħataw ċans li jipparteċipaw fit-tmexxija ta' pajjiżna meta persuni oħra, li sa ftit ilu mexxew kruċjati kontra l-MLP, qed isibu ruħhom f'kummissjonijiet u bordijiet?\"", "Jiġifieri nies bħal Joe Mifsud isibuha faċli li jikkritikaw ħatriet li jkunu saru b'mod regolari.", "L-artiklu li kiteb dan l-aħħar ġegħelni nipprova nsib artikli oħra li kiteb dan l-istess kandidat tal-Partit Laburista.", "Per eżempju, fil-25 ta' Novembru, 1996 kien ikkritika liċ-chief executive tal-MSU.", "Fl-istess artiklu - u f'żewġ artikli oħrajn f'Jannar u f'Marzu - kien ikkritika liċ-chairman tal-Freeport.", "Fid-9 ta' Diċembru, 1996 kien ikkritika lill-Kummissarju tal-Pulizija.", "Fil-31 ta' Marzu kkritika liċ- chairman tal-Bank of Valletta.", "Fis-17 ta' Marzu kiteb hekk:", "\"Jidher li kien hemm 37 persuna jagħmlu xogħol ma' ministri Nazzjonalisti u huma kollha ħaddiema tat-Tarzna.", "Dawn illum x'sar minnhom?\"", "F'artiklu li deher ftit żmien wara li l-Onor.", "Lino Spiteri kien irreżenja minn ministru tal-finanzi, l-istess Joe Mifsud kien kiteb li fl-aħħar xhur kien hemm xi punti li hu u Lino Spiteri kellhom opinjonijiet differenti fuqhom.", "Aqtgħu x'kienu?", "Kienu l-ħatriet ta' chairman tal-Freeport u tal- Bank of Valletta.", "Sur President, jidher ċar li l-moderati fil-Partit Laburista qed ikollhom jibdlu l-fehma tagħhom meta ffaċċati mill-hardliners fl-istess partit.", "Liġijiet bħal din li tabroga l-Opposition Nominees Act, kif ukoll bħall- oħra li tieħu l-poter minn idejn awtorita' indipendenti u tpoġġieh lura f'ħoġor ministru, huma the tip of the iceberg.", "Pass wara pass il-poplu diġa' qed jintebaħ li d-demokrazija reġgħet mhedda.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Grazzi, Sur President.", "Nixtieq l-ewwelnett insemmi xi punti dwar ir-raġuni għaliex qed titneħħa l-liġi li tagħti aktar trasparenza fit-tmexxija tal-bordijiet u tal-korporazzjonijiet.", "Il-Gvern qed jgħid li hemm tliet raġunijiet prinċipali.", "L-ewwel waħda hija li bil- ħatra ta' Awditur Ġenerali, bil-Public Accounts Committee u bis-sistema tal- mistoqsijiet parlamentari l-Oppożizzjoni għandha l-mezzi biex ikollha l- informazzjoni kollha.", "It-tieni raġuni li ngħatat minn diversi kelliema, kif ukoll mill-Prim Ministru, hi li l-parteċipazzjoni ta' l-Oppożizzjoni f'dawn il-bordijiet hija perikoluża għax twassal għall-partitokrazija u għal diffikultajiet kif il-Gvern iħares lejn id-demokrazija f'pajjiżna.", "It- tielet punt li ssemma minn diversi kelliema hu li din hija liġi superfluwa u ma tikkontribwixxi xejn.", "Hekk qalilna l-Onor.", "Leo Brincat.", "Qalilna wkoll li din hija gimmick u għalhekk qed titneħħa.", "L-Onor.", "Anglu Farrugia qalilna li l-fatt li l-Oppożizzjoni jkollha d-dritt tinnomina lill-persuni fuq bordijiet hija ċajta goffa Illum smajna lill-Onor.", "Spiteri li qal l- iktar ħaġa goffa.", "L-Onor.", "Spiteri kkritika lill-Oppożizzjoni għaliex qiegħda topponi din it- tneħħija ta' dan id-dritt li kien ingħata b'liġi bħala xi ħaġa fundamentalista.", "Semma wkoll dak li kien jiġri fil-Ġermanja u fl-Italja; naturalment kien qed jirriferi għal Hitler u għal Mussolini.", "Dan kollu għaliex qed niġu fil-Parlament u qed ngħidu li dan huwa pass lura u li dan mhux mod tajjeb kif wieħed jimxi u din m'hijiex trasparenza.", "Bażikament dawn huma l-kummenti li ngħataw.", "Fil-fehma tiegħi dawn il-kummenti huma nsult għad-demokrazija.", "Ma naħsibx li jekk wieħed ma jaqbilx għandu jgħid li l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni huwa gimmick.", "Gimmick għaliex l- Oppożizzjoni Laburista ma kenitx użat dan id-dritt?", "Gimmick għaliex aħna rridu nużawh?", "Gimmick għaliex iżżid il-parteċipazzjoni jew it-trasparenza fil-gvern?", "Jien nixtieq nirriferi għall-editorjal li deher f' \"The Times\".", "Dan l- editorjal huwa eku tat-tħassib serju li hawn b'dan il-pass li qed jieħu l- Gvern.", "Dan igħid:", "\"The Government's move to repeal the Opposition Nominees Act of 1996 diminishes its commitment to transparency in administration\".", "Illum kulħadd jaqbel - għallinqas min hu oġġettiv - li l-Opposition Nominees Act m'hijiex qed tagħmel ħsara.", "Xi ħsara tista' tagħmel din il- liġi?", "Din il-liġi qiegħda żżid it-trasparenza.", "Kif qal tajjeb qabli l- Onor. Tonio Borg, din il-liġi hija ħolqa oħra fil-proċess ta' żvilupp demokratiku li jiggarantixxi iktar trasparenza u iktar abilita' li jkollna l-affarijiet fil-miftuħ.", "Kif jgħid l-editorjal ta' \"The Times\" stess, b'din il-liġi jkollna l-operat ta' dawn il-korporazzjonijiet iktar miftuħ u iktar trasparenti.", "Nerġa' mmur lura għall-ewwel punt li semmejt, il-kwestjoni ta' l-Awditur Ġenerali.", "Issa jekk xi ħaġa hija konsistenti ma' l-Opposition Nominees Act huwa l- fatt li se jkun hemm Awditur Ġenerali u l-fatt li hemm Public Accounts Committee.", "Permezz ta' dawn tista' tagħmel forma ta' skrutinju, pero' kif semma l-Onor.", "Spiteri stess, l-Awditur Ġenerali ħafna drabi jara l- affarijiet meta l-froġa tkun diġa' saret.", "Kif qal l-Onor.", "Spiteri stess, la tkun saret il-froġa ma tkunx tista' treġġa' l-affarijiet lura.", "Bis-set-up kif inhu, l-Awditur Ġenerali u l-Public Accounts Committee pjuttost jagħmlu dan it-tip ta' assessment post factum.", "Rari jkun hemm sitwazzjoni fejn wieħed jista' jmur għal xi ħaġa li tkun għaddejja dak il-ħin.", "Fil-fatt wieħed minn dawn l-avvenimenti rari sar proprju xi ġimgħa ilu meta ltqajna fil-Public Accounts Committee.", "L-Onor.", "Spiteri sfortunatament ma kienx hemm u allura forsi ma fehemx is-sens tal-mistoqsijiet li saru.", "Jien qajjimt il-mistoqsijiet ta' l-iżball li sar fis-salarji.", "U l-Onor.", "Spiteri pjuttost beda kważi jgħid: Isma', dan il-kumitat qed nużawh tajjeb meta jitqajmu dawn l-affarijiet?", "U jien tassew ngħid li hija ħasra li ma kienx hemm għaliex kieku kien jifhem aħjar il-kritika li saret fil-Public Accounts Committee fuq dan il-punt.", "Il-kritika kienet li l-ewwelnett sar żball u inzerta li dakinhar kellna uffiċjali tal-ministeru tal-finanzi quddiemna u allura stajna nistaqsuhom.", "Sar żball kif inħadmu l-pagi u kif ittrattaw lil min hu single u lil min huwa married, pero' iktar minn hekk - u l-iktar ħaġa li jien kelli oġġezzjoni għalija u li sfortunatament ma ġietx irrapportata sewwa fil-gazzetti - id-deċiżjoni kienet heavy handed.", "Kien deċiż li f'daqqa waħda l-Gvern jaqta' l-arretrati kollha li kien hemm sa Jannar minn paga ta' xahar wieħed.", "Dan sar mingħajr informazzjoni u mingħajr ma jagħti ċans lill-individwu jagħmel arranġamenti differenti.", "Naħseb li kien hemm qbil ġenerali li l-affarijiet m'għandhomx isiru b'dan il-mod.", "Din kienet xi ħaġa kurrenti, pero' rarissimu quddiem il-Public Accounts Committee tista' tiddiskuti ħaġa li hija kurrenti għaliex ħafna drabi tkun qed tħares lejn l-affarijiet li saru anke sentejn, tlieta qabel.", "Veru li għandek it-trasparenza imma l-froġa tkun saret.", "Għalhekk nerġa' ngħid li l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni, li l-Parlament qed jintalab li jabroga, jikkumplimenta l-Awditur Ġenerali, il-Public Accounts Committee, kif ukoll il-mistoqsijiet parlamentari.", "Anke fejn jidħlu mistoqsijiet parlamentari ħafna drabi l-informazzjoni, barra li ma tingħatax sew, tingħata tard u jien wisq nibża' li tingħata tard apposta biex tintilef l-importanza tagħha fil-mument propizju.", "Kien hemm ukoll każi fejn l-informazzjoni ma ngħatatx.", "Per eżempju, dan l-aħħar kien hemm mistoqsija parlamentari dwar is-salarju tal-general manager tal- PBS u l-infomrazzjoni baqgħet ma ngħatatx.", "Issa jien niftakar li fl-aħħar leġislatura l-Onor.", "Spiteri kien irriżenja minn chairman tal-PAC fuq kwestjoni simili ta' prinċipju u niftakar ukoll lill-Partit Laburista, mill- bankijiet ta' l-oppożizzjoni, jagħmel plejtu għax kien jallega li mhux dejjem kien jingħata l-informazzjoni.", "Ċertament li dan il-partit fil-gvern qed jaġixxi b'mod li m'huwiex konsistenti ma' dak li kien jgħid qabel.", "Tajjeb li niftakru x'kien jgħid qabel il-Partit Laburista u x'kien jgħid il-Prim Ministru tal-lum meta kien għadu Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Wieħed mill-punti li kien qajjem l-Onor.", "Sant kien jitratta l-proposta ta' whistle blower.", "X'inhu dan il-whistle blower?", "Fl-aħħar leġislatura Dr. Karmenu Mifsud Bonnici tana definizzjoni ta' x'inhu u x'jagħmel dan il- whistle blower.", "Kien qal li fl-Amerka teżisti the whistle blower act biex min ikun f'impjieg u jara ħwejjeġ irregolari, ikun jista' jikxifhom pubblikament u minflok ma jiġi punit dan jingħata protezzjoni.", "Jekk inħarsu lejn x'kien qal l-Onor.", "Sant fis-16 ta' Diċembru, 1994 insibu li kien qal hekk:", "\"il-mexxejja għolja taċ-ċivil għandhom isiru whistle blowers billi jagħtu l-informazzjoni ġenerali lill-pubbliku meta jidhrilhom li l- affarijiet mhux mexjin sewwa.\".", "L-Onor.", "Evarist Bartolo tkellem fit-tul fuq dan il-konċett u kien qal li:", "\"Fl-istess ħin li ngħidu li hemm bżonn segretezza u konfidenzjalita' f'dawk li jaħdmu fil-qasam finanzjarju rridu nimponulhom l-obbligu li, jekk jindunaw b'ħaġa ta' natura kriminali, mhux biss għandhom il- liberta' jagħtu dik l-informazzjoni imma għandhom id-dmir li jiżvelawha. \"", "Din hija l-idea tal-whistle blower u naħseb li huwa konċett fundamentali.", "Meta l-Onor.", "Sant kien Kap ta' l-Oppożizzjoni smajtu kemm-il darba jsemmi din l-idea li jkollok whistle blowers.", "Illum dawn in-nominees ta' l- Oppożizzjoni jistgħu jaqdu din il-funzjoni b'mod tajjeb.", "Dawn ma jkunux persuni li għażilhom il-Prim Ministru imma tagħżilhom l-Oppożizzjoni.", "B'hekk jista jkollna whistle blowers effettivi.", "Kieku l-Kap ta' l- Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien verament ried ifisser dak li qal fuq il-whistle blowers, illum ma kienx jiġi hawnhekk u jipprova jneħħi dan id-dritt li ngħata lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Il-Prim Ministru huwa inkonsistenti ma' dak li kien jgħid fl-oppożizzjoni.", "Illum mhux iktar trasparenza għandna imma inqas trasparenza.", "Illum għandna ċans li nżidu ma' l-Awditur Ġenerali, mal-Public Accounts Committee u mas-sistema tal- mistoqsijiet parlamentari billi jkollna dawn in-nominees ta' l- Oppożizzjoni li jridu jimxu mal-kriterji ta' konfidenzjalita'.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li dawn se jiksru l-konfidenzjalita' li l-ħatra tagħhom timponi.", "L-iskop huwa li jkun hemm xi ħaddieħor ta' fiduċja ta' l- Oppożizzjoni li jkun bniedem ta' integrita' u kapaċita' biex jaqdi dawn il- funzjonijiet.", "Dan jista' jkun whistle blower.", "Irrid nitkellem ukoll fuq kif jaħdmu l-boards.", "Dawn għandhom madwar tmienja jew disa' membri u billi jkollok wieħed li ma jaqbilx mhux se jaffettwa.", "Membru għandu diversi modi kif jista' ma jaqbilx.", "Jista' ma jivvotax jew jivvota kontra u jista' jastjeni.", "Allaħares il-boards kollha jaqblu dejjem mija fil-mija!", "X'hemm ħażin li, per eżempju, jkun hemm membru nominat mill-Oppożizzjoni fuq il-board ta' l-MDC ?", "X'inhi l-vera raġuini li l-Gvern qed joġġezzjona?", "X'hemm ħażin li jkun hemm membru fuq il-board tal-Bank Ċentrali, ta' l-Awtorita' Marittima u fuq awtoritajiet bħall-Enemalta u t-Telemalta?", "Din hija l-mistoqsija li kulħadd qed jistaqsi.", "Hija mistoqsija fundamentali u l-ebda tidwir ma jista' jwassal għal risposta ċara.", "Smajna diversi Membri tal-Gvern jgħidulna li l-Att dwar in-Nomini mill-Oppożizzjoni m'hemmx bżonnu.", "Huma qegħdin fil-gvern u aħna qegħdin fl-oppożizzjoni u dan huwa dritt li ngħata lill-oppożizzjoni u aħna nixtiequ nużawh.", "Għaliex ma tħallux l-esperiment jaħdem?", "Kieku l- Onor. Sant jiġi hawnhekk sentejn oħra u jgħidilna li dawn in-nominees ma ħadmux forsi konna nifhmu.", "Imma fil-fatt dawn bilkemm għadhom bdew jaħdmu għax ftit xhur kull m'ilhom hemm.", "X'inhi d-diffikulta' li wieħed iħallihom jaħdmu u jara jekk id-demokrazija nistgħux verament insaħħuha?", "Jiena noġġezzjona għall-pożizzjoni li qed tittieħed minn diversi membri tal-Gvern li, għax l-Oppożizzjoni qed turi li ma taqbilx mat-tneħħija tad- drittijiet tagħha, qed tiġi prattikament mgħajra li hija anti-demokratika u li qed timxi bħal gvernijiet faxxisti.", "Dawn il-kummenti smajnihom illum stess f'din il-Kamra.", "L-għan wara l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni kien li nżidu t-trasparenza u npoġġu lil pajjiżna f'pożizzjoni iktar demokratika.", "Mela jiġi l-Onor.", "Spiteri jgħidilna li jekk Gvern Laburista ma jneħħix din il-liġi jkun qed inaqqas id-demokrazija!", "Dan x'raġunar hu!", "Żgur li mhijiex is-sħana tas-sajf li qed twassal għal dawn l-opinjonijiet fundamentalment żbaljati.", "Jekk il-Gvern irid jagħti messaġġ li jrid ikompli fuq it-triq tat-trasparenza u tad-demokrazija, allura dan il-pass li qed jagħmel illum huwa pass lura.", "Dan hu pass li pajjiżna m'hu se jiggwadanja xejn minnu.", "Huwa pass li qed iqajjem ħafna suspetti u huwa pass inkonsistenti ma' dak li kienet tgħid l-Oppożizzjoni Laburista.", "Huwa pass li jmur kontra l-konċett tal-whistle blower, kontra l-konċett tat- trasparenza u jmur kontra d-demokrazija.", "Kieku dan il-Gvern ġie hawnhekk u qalilna li jixtieq isaħħaħ din il-liġi billi jdaħħal aktar organiżazzjonijiet u aktar awtoritajiet, jew billi jbiddel parti minnha, allura nifhem li l-Gvern irid jibdel il-partijiet li forsi hu għandu xi oġġezzjoni għalihom.", "Pero' ma nafx x'raġunar hu li tiġi hawn u tgħid li se twarrab il-liġi min-nofs għax din hija gimmick.", "Dan it- tip ta' raġunar li qed nagħtu lill-poplu Malti?", "Jien nappella li jkollna iktar sens ta' argumenti bbażati fuq ir-raġuni u mhux fuq l-emozzjoni.", "L- Oppożizzjoni Laburista ma reditx tinnomina membri fuq dawn il-boards għar- raġunijiet li hija biss taf, imma dan ma jfissirx li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tridx tinnomina.", "Kieku l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed timxi b'mod li twassal lill-Gvern biex jgħid li din il-liġi mhix qed taħdem, allura forsi nifhem.", "Jien kont nifhem kieku l-Prim Ministru qalilna li jixtieq jistabilixxi code of practice jew code of ethics lil dawn il- membri li ma jiżvelawx l-informazzjoni, sakemm ma jagħmluhiex ta' whistle blowers.", "Indirettament din il-policy diġa' qiegħda hemmhekk għax meta wieħed jieħu pożizzjoni fuq il-bord tal-Bank Ċentrali, irid jieħu ġurament tas-segretezza u ma jistax jiżvela l-informazzjoni kif ġieb u laħaq.", "Imma li wieħed jgħid li se jqaċċatha minn hemmhekk għax hija gimmick jew anti- demokratika huwa insult lill-intelliġenza tal-poplu Malti.", "Naħseb li rridu verament niġġieldu kontra din il-mentalita' għax ma jistax ikun li nużaw dawn l-argumenti zopop li m'humiex validi biex wieħed jasal fejn irid.", "Jekk il-bniedem tneħħilu r-raġuni ma jibqax bniedem u allura f'dan il-pajjiż ma nistgħux nużaw argumenti li ma jagħmlux sens.", "Jekk il-membri tan-naħa tal-Gvern semmew l-Awditur Ġenerali u l-Public Accounts, dawn jikkomplimentaw dan ir-rwol.", "Jekk inħares lejn il-passat, l- Onor Sant ried juża l-konċett tal-whistle blower.", "Dak il-konċett ukoll ma jaqbilx ma dan li l-Gvern qed jipproponi.", "The proof of the pudding is in the eating, jiġifieri aħjar naraw kif se taħdem din il-liġi.", "L-editorjal f'\"The Times' tal-lum jgħid:", "\"Now they are in government, they are repealing the Opposition Nominees Act.", "Labour should put the Nationalists to the test and expose them publicly if caught bartering transparency for partitocracy.\"", "Jiena ngħid li hemmhekk għandu jkun it-test kruċjali u mhux tneħħi xi ħaġa li għadha qed tibda taħdem u li forsi għad tista' tinħema aħjar.", "Il-Gvern qed jagħti messaġġ li qed jibża' li jkun hemm din it-tip ta' trasparenza.", "Dan huwa messaġġ ħażin li huwa pass lura.", "Dan il-pass m'huwiex pass għaqli u huwa inkonsistenti mad-diversi diskorsi li kienu jsiru meta tan-naħa l- oħra kienu fl-oppożizzjoni.", "Din il-liġi qed jittrattawaha bħala xi gimmick għax aħna qed ngħidu li rriduha topera.", "Jekk il-Gvern irid jimmodifika ċerti aspetti tagħha ejjew niddiskutu imma mhux li wieħed jeqridha, iwarrabha min-nofs u jipprova jiġġustifika l-azzjoni bl-argumenti li smajna.", "Jien s'issa għadni ma smajtx argumenti sodi fuq dan il-punt.", "Jibqa' s-suspett kbir li din il-liġi qed iddejjaq lill-Gvern għar-raġuni li toffri aktar trasparenza u dan il-Gvern qed jiddejjaq b'iktar trasparenza.", "Dik l-isfida li qed inpoġġi quddiem il-Gvern.", "Fejn qabel kienu pproponew l-whistle blower act meta kienu fl-oppożizzjoni, issa they are blowing away this Act.", "Dak li qed jagħmel dan il-Gvern, blowing away it- trasparenza.", "Fl-oppożizzjoni kien jgħidilna nsaffru s-suffara u issa s- suffara qed jarmiha.", "It-tifsira tad-demokrazija żgur li mhux din hi u l- poplu Malti jaf jifhem u jgħarbel.", "Jaf jinduna meta wieħed ma jkunx qed juża argumenti ġenwini u jiddispjaċini ngħid li l-maġġor parti ta' l- argumenti tal-Gvern m'humiex argumenti ġenwini.", "Jien qatt ma nista' naċċetta li jiġi l-Onor.", "Lino Spiteri hawnhekk u jgħidilna li jekk ma jneħħix din il-liġi l-Gvern ikun anti-demokratiku.", "Jien jiddispjaċini li l- Onor. Lino Spiteri, li għandi rispett kbir għalih, għamel dan l-argument.", "M'hawn ħadd li jirraġuna li jgħid li din il-liġi hija anti-demokratika.", "Possibbli li wasalna f'dan il-livell?", "Veru qal li s-sħana tas-sajf qed titla' għall-irjus ta' xi nies, imma possibbli telgħet daqshekk li r-raġuni qed nitilfuha!", "Jien, Madam Speaker, nixtieq nappella lill-Gvern biex jimmodifika din il- liġi biex isib consensus kif aħna nistgħu nimxu 'l quddiem.", "L-isfida quddiem il-Gvern hija li jikkonvinċi lill-poplu Malti li dan m'huwiex pass lura.", "Il-Gvern qed jibża' mit-trasparenza.", "Jien nixtieq li jkollna estensjoni tat-trasparenza billi jkollna iktar involviment min-naħa ta' dawk li ma jirrapreżentawx lill-Gvern.", "Huwa pass anti-demokratiku li jkollna d-dritt li npoġġu lil dawn in-nies fuq dawn l-awtoritajiet?", "X'hemm ħażin f'din?", "X'inhi d-differenza?", "Mela fuq l-Awtorita' tax-Xandir u fuq il- Planning Authority kollox sew, pero' mhux fuq il-Malta Maritime Authority u fuq l-MDC.", "X'inhi d-differenza?", "Għaliex l-MDC hemm din il-biża' li npoġġu membru li l-Oppożizzjoni għandha fiduċja fih.", "Jien naħseb li jkun aħjar għax ma jinqalgħux suspetti.", "Wieħed jista' jgħid li d-dritt prinċipali ta' dawn il-membri jkun li jagħmluha ta' whistle blowers.", "Jekk ikun hemm każ li huma jħossu li bilfors iridu jiżvelaw, ma noqogħdux niddependu mill-Public Accounts Committee u mill-Awditur Ġenerali, li jafu jieħdu sentejn jew tlieta biex jeżaminaw l-affarijiet.", "Għandek persuna hemmhekk li għandha d- dover - kif issuġġerrew l-Onor.", "Sant, Dott. Karmenu Mifsud Bonnici u l- Onor. Evarist Bartolo fl-aħħar leġislatura - li tagħmilha ta' whistle blower.", "Jien nagħlaq billi ngħid li fid-demokrazija pajjiżna qed jidher miexi lura u mhux 'il quddiem.", "Ir-raġunijiet li qed jagħti l-Gvern m'humiex konvinċenti.", "Il-Gvern irid jikkonvinċi verament lill-pajjiż li dak li qed jagħmel qed jagħmlu għaliex qed jaħseb li hemm xi sistema aħjar u mhux għax qed jibża' mit-trasparenza.", "B'dan il-pass il-Gvern qiegħed iwassalna f'sitwazzjoni fejn hemm ħafna suspetti fuq il-Gvern.", "Din il-ħaġa tidher ukoll fuq dak li qed isir fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar u f'liġijiet oħra.", "Madam Speaker, nerġa' nappella lill-Gvern biex jifhem u jispjega lill-poplu tagħna għaliex qed jieħu dan il-pass.", "Ir-raġunijiet li ta s'issa m'humiex konvinċenti.", "Huma biss skużi għaliex wieħed għandu jieħu dan il-pass daqshekk drastiku li jabroga din il-liġi.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor Josef Bonnici kkonkluda d-diskors tiegħu.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA(Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada l-Erbgħa 30 ta' Lulju, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lil Impriżi Żgħar - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti.", "Madam Speaker, nixtieq ninforma lill-Kamra li, kif taf is-Sinjorija Tiegħek, illejla kien hemm laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra fejn sar ftehim li għada l-Erbgħa, 30 ta' Lulju, 1997 il-Kamra żżomm tliet seduti.", "Se jkun hemm seduta li tibda fid-9.00 a.m. li għaliha jidhru mistoqsijiet fuq l-agenda iżda ma jkunx hemm ħin għall-mistoqsijiet orali.", "Il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fis-1.00 p.m. Seduta oħra tibda fis-2.00 p.m. u tintemm għal ħabta tas-7.00 p.m.; u l-aħħar seduta tibda 15- il minuta wara li tintemm it-tieni seduta.", "Għat-tieni u għat-tielet seduta ma jingħatax ħin għal mistoqsijiet orali u lanqas jidhru mistoqsijiet fuq l- agenda.", "Il-ħin ta' l-aġġornament ta' dawn it-tliet seduti ma jitteħidx.", "Il-ħsieb hu li matul l-ewwel seduta isir it-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Garanziji ta' Self lill-Impriżi ż-Żgħar u tiġi konkluża d- diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari fuq l-Abbozz ta' Liġi li jħassar l- Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.", "Jekk din id-diskussjoni tintemm qabel is- 1.00 p.m., tibda d-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Il-votazzjonijiet kollha li jkunu ntalbu matul din l-ewwel seduta jittieħdu fis-1.00 p.m., waħda wara l-oħra mingħajr intervall.", "Matul it-tieni seduta, li tibda fis-2.00 p.m., tibda d-diskussjoni fl- istadju ta' Kumitat fuq l-Abbozz ta' Liġi li Jħassar l-Att dwar Nomini mill- Oppożizzjoni u tibda jew tkompli d-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat bl- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ta' din is-seduta jkun fis-7.00 p.m. Jekk kemm- il darba d-diskussjoni fil-Kumitat tkun għadha ma ġietx eżawrita, il-ħin ta' din is-seduta jiġi estiż u l-votazzjonijiet kollha li jkunu ntalbu matul din it-tieni seduta jittieħdu immedjatament wara, iżda fl-ebda mod qabel is-7.00 p.m.", "L-aħħar seduta tibda kwarta wara li tintemm dik ta' qabilha.", "F'din is- seduta tkompli d-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali; immedjatament wara jsir it- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill- Oppożizzjoni; it-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp; u t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Fid-9.00 p.m. jitieħdu l-votazzjonijiet kollha li jkunu ntalbu matul din it-tielet seduta, jekk kemm-il darba x- xogħol kollu jkun tlesta.", "Jekk fid-9.00 p.m. ma jkunux ġew eżawriti l- abbozzi li fuqhom hemm il-ftehim, is-seduta tkompli u jittieħdu l- votazzjonijiet fl-aħħar tas-seduta, ikun x'ħin ikun.", "Ir-riżoluzzjoni dwar il-ħatra ta' l-Awditur Ġenerali għandha titressaq immedjatament wara li jkunu ttieħdu l-votazzjonijiet kollha li jkunu ntalbu matul l-ewwel seduta, jiġifieri wara s-1.00 p.m.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Madam Speaker, fil-fatt dan huwa l-ftehim li wasalna għalih fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra llejla.", "Forsi tajjeb li wieħed jispeċifika wkoll li l-ħinijiet tas-1.00 p.m., tas-7.00 p.m. u tad-9.00 p.m. huma l-ħinijiet tal-votazzjoni u m'hemmx l-20 minuta intervall li normalment nieħdu għad-divisions.", "MADAM SPEAKER: Biex inkunu ċari, dan il-ftehim se jirregola x-xogħol tal- Kamra għal għada 30 ta' Lulju minkejja kull provvediment ta' l-Ordnijiet Permanenti u minkejja kull mozzjoni ta' proċedura li għaddiet mill-Kamra.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, dan huwa an ad hoc arrangement.", "MADAM SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Guido de Marco.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Madam Speaker, jien segwejt b'interess id-diskors li għamel il-kollega tiegħi l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin, l-Onor George Vella, proprju nhar it-Tnejn, 22 ta' Lulju fejn għamel riferenza għal dak li deher f'\"l-orizzont\" in konnessjoni ma' laqgħa informali - kif iddeskriviha hu - u amikevoli ta' diversi junior diplomats Maltin ma' junior diplomats barranin minn ambaxxati f'Malta, bil-ħsieb li jikkreaw il-possibbilta' ta' skambji soċjali bejniethom.", "Madam Speaker, irrid ngħid li kien hemm manwal, li nħareġ fi żmien li kont jien ministru ta' l-affarijiet barranin, fejn tajna parir lid- diplomatiċi junior tagħna li jagħmlu tajjeb li jitħalltu ma' diplomatiċi oħrajn għax dawn il-kuntatti huma utli u neċessarji pero' jridu joqogħdu attenti - kif tajjeb osserva del resto anke l-Ministru Vella - li dawn jirrikjedu wkoll ċerta preparazzjoni fil-kamp soċjali.", "F'ċerti ċirkostanzi soċjali wieħed għandu joqgħod attent li ma jkollux dak li t-Taljani jsejħulu x-scioglilingua, fejn l-ilsien jinħall u jista' jiġri li kemm biex wieħed jidher kemm jaf, kemm għax forsi ma jkollux ħażen biżżejjed u kemm għax forsi jista' jkun aktar komplimentuż, jista' jgħid afffarijiet li forsi fid-diplomazija jkun aktar għaqli li wieħed ikollu d-don tas- silenzju.", "F'dan il-kontest u b'mod ħafna bbilanċjat - aħna rridu li d- diplomatiċi tagħna jitħalltu ħafna ma' diplomatiċi ta' pajjiżi oħrajn, kemm hawn Malta kif ukoll barra minn Malta, u meta ħloqna l-korp diplomatiku għal darba oħra ħloqnih preċiżament biex ikollna nies ippreparati u li għandhom l-esperjenza f'dan il-kontest u biex jitgħallmu li d-diplomazija hija l-linja ta' ħajjiethom u allura jagħrfu wkoll jispeċjalizzaw verament fiha - huwa tajjeb li d-diplomatiċi jkollhom it- taħlit imma huwa tajjeb li jkunu b'xi mod jew ieħor attenti u li jżommu nformati - jekk jirriżultaw xi affarijiet ta' ċerta relevanza - lis- superjuri tagħhom li jistgħu jagħtuhom il-pariri neċessarji fiċ- ċirkostanzi.", "Jien ma naħsibx li kien għaqli min mar jirrapporta dan biex il-ġurnal jagħtihom dik il-prominenza u naħseb li kien hemm min ħa għalih.", "Għax bilfors li xi ħadd kien jaf li kellhom jagħmlu dik il-laqgħa f'Poco Loco, San Ġiljan, la mar bil-cameras jieħu r-ritratti.", "Bir-rispett kollu lejn il- ġurnal, ma naħsibx li dan kien pass għaqli.", "Ma kienx hemm dik ir- relevanza, ma kienx hemm għalfejn dak is-sensazzjonaliżmu u ċertament dan ta impressjoni lin-nies li kienu qegħdin hemm li kienu qegħdin jiġu mgħassa.", "Dan kien żball mhux biss fil-konfront tad-diplomatiċi tagħna li stajna wrejnihom li qed nitrattawhom ta' tfal imma aktar u aktar fil- kontest ta' diplomatiċi barranin.", "Naħseb li b'din l-idea li f'daqqa waħda sabu fotografi ta' ġurnal, li huwa viċin ħafna l-awtoritajiet, li marru hemmhekk biex jieħdulhom ir-ritratti u ġabuhom fil-front page, tajna messaġġ żbaljat ta' x'inhu l-ħsieb tagħna dwar id-diplomatiċi.", "Ċertament min nforma b'dan lill-ġurnal u nformah anke b'dan il-manwal li hemm - ma naħsibx li l-ġurnalisti tagħna huma tant familjari b'dawn it-tip ta' direttivi u b'din it-tip ta' attenzjoni li aħna nixtiequ nrawmu biex fl- interess nazzjonali dawn il-junior diplomats joqogħdu attenti kif jitkellmu waqt li jitħalltu u jipprovaw javvanzaw il-ħsebijiet tagħhom u jitgħallmu mill-cross fertilisation ta' l-ideat - ma naħsibx li għamel hekk biex jagħmel il-ġid.", "Dan m'għamilx ġid lanqas lid-diplomatiċi tagħna u tajna impressjoni żbaljata li ġurnal viċin ħafna l-awtoritajiet governattivi kien jaf b'din il-laqgħa li kienet se ssir.", "Fil-fatt marru anke bil-fotografi u dan il-ġurnalista għamel riferenza għall-manwal, li mix-xeħta anke xi diplomatiċi ma kenux jafu li jeżisti, aħseb u ara kemm il-ġurnalist kien jaf li jeżisti!", "Jekk min għamel hekk lil dawn lid-diplomatiċi - kif qal tajjeb anke l-Ministru, din l-okkażjoni ma kien hemm xejn ħażin warajha għax kienet intiża li tkun ħaġa pożittiva - kien wieħed minn fosthom għamel żball kbir, u jekk ma kienx wieħed minn fosthom ...", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, on a point of order, għall- korrettezza se nitkellem.", "Il-kollega tiegħi qed jgħid li jien għidt li ma sar xejn ħażin.", "Jien qiegħed nippreżumi li ma kienx hemm intenzjonijiet ħżiena u li ma sar xejn ħażin.", "Jien għidt li meta saret investigazzjoni mill-Permanent Secretary deher li kollox kien bonarju u qed nassumi li kien kollox bonarju u ma kienx hemm intenzjonijiet oħra.", "Jien mhux qed ngħid li ma sar xejn ħażin għax ma kontx hemm u ma nafx x'sar imma qed nassumi li sar kollox ...", "U għidtha hawnhekk il-bieraħ li għalija l-każ kien jieqaf hemmhekk għax kont kuntent bl-ispjegazzjoni u b'dak li qalu meta ġew interrogati - skond ir-rapport li għandi - fejn aċċettaw u ammettew mill- bidu - din ma ġietx estratta lilhom - li naqqsu milli josservaw ir- regolamenti li hemm u skond huma din kienet xi ħaġa soċjali.", "Jien qed ngħid li qed nippreżumi għax għad għandi fiduċja u għadni nemmen li mhux kulħadd għandu intenzjonijiet ħżiena.", "Għall-korrettezza qed ngħid dan.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Naħseb li l-Onor.", "Vella sostanzjalment irrepeta dak li kont qed ngħid jien - jien wara kollox kont qed nirrepeti x'qal hu - li wieħed għandu jassumi - bilfors irid jagħmel hekk jekk ma jkollux prova kontrarja - illi dan sar bl-aktar mod apert, bl-aktar mod korrett u kien ħażin u għamel żball - kien min kien - min ipprova jagħti informazzjoni lill-ġurnal biex dan imur bil-fotografi miegħu u jġibhom front page.", "Min għamel hekk għamel żball u m'għamilx ġid la lill-korp diplomatiku u lanqas lill-image tal-Foreign Affairs Ministry li fil-konfront ta' diplomatiċi barranin xi ħadd imur f'daqqa waħda jieħu dawn ir-ritratti.", "Dan ma kienx pass għaqli.", "Qed ngħid hekk bl-aktar sens ta' responsabbilta' għax jien naf x'kien l-iskop - il-Ministru Vella jaqbel miegħi - meta nħarġu dawk l- ispeċi ta' guidelines - naħseb li ħriġna guidelines tajbin u b'għaqal, voldieri ma kien hemm xejn ħażin - imma f'daqqa waħda dawn il-guidelines setgħu ġew impinġijin qisna qed nagħmlu xi attentat, kemm biex inrażżnu lid- diplomatiċi tagħna fl-attivita' tagħhom, kif ukoll biex insegwu anke d- diplomatiċi l-oħrajn bil-mod kif sar.", "Jiena qed ngħid li l-ġurnal ma naħsibx li għamel servizz tajjeb lill-image tal-Gvern, bħalma lanqas nemmen li xi ħadd kellu d-dritt jikteb - kulħadd għandu dritt jikteb li jrid - dik l-ittra li dehret f'ġurnal indipendenti, \"The People\", li tagħti l- impressjoni li fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin hemm bugging jew video tapes u affarijiet bħal dawn.", "Madam Speaker, jien nappartjeni lill-partit politiku li llum qiegħed fl- oppożizzjoni imma naf u nemmen li fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin hemm valuri permanenti li jitkomplu, ikun min ikun ministru.", "Għalhekk anke meta l-kollega tiegħi jgħid li donnu ma saritx bidla fis-26 ta' Ottubru ...", "Hemm affarijiet li huma ta' valuri permanenti.", "Il-ministri jiġu u jmorru imma s-servizz diplomatiku qiegħed hemm biex iservi lil kull amministrazzjoni, tkun min tkun, għax qed isservi gvern elett demokratikament li għandu responsabbilta' tat-treġija tal-pajjiż bl-aħjar mod li jaħseb hu.", "Jien konvint li għalkemm kien pass ħażin u ċertament ġest żbaljat min issuġġerixxa biex ta' \"l-orizzont\" imorru, kif effettivament marru, kien ukoll żbaljat min għamel dik l-ittra li dehret fil-ġurnal \"The People\", li riedet tagħti l-impressjoni li taħt il-Ministru George Vella, il-Foreign Office jinsab bugged jew inkella hemm xi video- tapes u affarijiet bħal dawn.", "Jien ma rridx nagħti ċertifikati lil ħadd imma naħseb li naf lin-nies biżżejjed u nemmen li dawn it-tip ta' affarijiet ma jagħmlux ġid lanqas lill-image ta' pajjiżna li ngħiduhom.", "Madam Speaker, lil pajjiżna għandna nħobbuh verament u nħobbuh billi ma nagħmlu xejn li jista' b'xi mod jew ieħor jagħti l-impressjoni li aħna a banana republic.", "Fil-fehma tiegħi, meta aħna nagħmlu dawn l-affarijiet inkunu qegħdin inħassru l-image ta' pajjiżna.", "Mela kemm dak il-ġurnalista ta' \"l-orizzont\" li mar bil-fotografi miegħu, kif ukoll min kiteb dik l- ittra f\"The People\", għamlu żball fil-konfront ta' l-immaġini ta' pajjiżna li aħna dejjem irridu nżommuh immaġini ta' pajjiż serju, demokratiku u pajjiż fejn is-servizz diplomatiku qiegħed hemm biex iservi l- amministrazzjoni u l-interessi nazzjonali ta' pajjiżna.", "Jien li ddispjaċieni sinċerament huwa kif imbagħad il-kollega tiegħi, li jafni u li jien nafu, għamel użu minn rapport konfidenzjali li kien sar biex jużah qisni jien qabbadt lil xi ħadd biex jagħmel xi rapport u qisni jien attwajt xi affarijiet negattivi dwar il-foreign service.", "Bir-rispett kollu naħseb li kien inġust fl-insinwazzjoni, forsi mhux diretta, li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella fil-konfront tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fi żmieni.", "Jien nista' ngħid li fi żmieni ma kelli ebda politika ħlief l-interess nazzjonali u ma kelli ebda bniedem li kont inħares lejh għax kellu fehma politika differenti minn tiegħi.", "Qatt - u nirrepeti li qatt - u ħadd min- nies li kienu jifformaw parti mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin meta jien kont ministru ma kien iħoss ruħu b'xi mod jew ieħor inibit fl-operat tiegħu għax hu kellu fehma politika differenti minn dik tal-gvern tal- ġurnata.", "(Interruzzjonijiet) Jien nista' ngħid x'għamilt jien.", "Jien nista' ngħid li hemmhekk hemm ħafna nies li politikament jaħsbuha bħali, hemm ħafna nies oħrajn li politikament ma jaħsbuhiex bħali, pero' ħadd min- nies li kienu jaħdmu hemmhekk fi żmien li kont ministru jien ma kien jiġi trattat ħażin għax kien ta' fehma politika differenti minn tiegħi u ħafna minn dawn laħqu gradi għoljin ħafna.", "Jiena nixtieq li ma ssirx din l- insinwazzjoni għaliex m'hux ġust fil-konfront tiegħi u m'hux ġust lanqas fil-konfront tal-korrettezza politika li hemm bejni u bejn il-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella.", "Jien naħseb li jien u hu nafu x'nixtiequ nagħmlu għal Malta, għandna d-diverġenzi tagħna, għandna l-konverġenzi tagħna, pero' lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma nixtiequx inżeffnuh fin-nofs f'aspett negattiv.", "Għal dak li jirrigwarda l-passat li naf hu li kien hemm ħafna mill-aqwa diplomatiċi tagħna li għax ħadu parti fi strike, fi żmien l- amministrazzjoni Soċjalista, ġew imwarrba u mneħħija minn hemm.", "Nies li llum huma ambaxxaturi anke kkonfermati kienu spiċċaw imorru jgħoddu kemm ħarġu trakkijiet minn ġol-Freeport - dak iż-żmien kien għadu qed jinbena - u oħrajn kienu ntbagħtu Ħaġar Qim jgħoddu l-biljetti tat-turisti.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nemminx f'dawn l-affarijiet ħżiena.", "Jiena nemmen li dan kollu seta' jagħmel ħsara lill-immaġini ta' pajjiżna.", "Meta nitkellem, jien niżen il-kliem li ngħid.", "Forsi xi kultant l-Onor.", "Vella - din nifhimha wkoll - jista' jħoss ruħu eċitat għax kulħadd iweġġa' meta jara ittra bħal dik li dehret f'\"The People\", pero' jiena ċert li l-Onor.", "Vella huwa 'l bogħod mill-ħsieb tiegħu li jagħmel affarijiet bħal dawn.", "Jien dan mhux talli nikkonċedih talli nemmen fih, jiġifieri li l-Onor.", "Vella huwa 'l bogħod fil-ħsibijiet tiegħu minn affarijiet bħal dawk, imma nixtieq li anke hu jkolli lejja l-istess rigward li jien nuża fil-konfront tiegħu.", "Madam Speaker, jien ngħid li għandna nħarsu l-immaġini ta' pajjiżna.", "Pajjiżna, speċjalment il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, qiegħed f'għajnejn il-barranin u aħna qatt ma nistgħu, b'xi mod jew ieħor, inġibu ruħna b'mod li nistgħu nagħtu l-impressjoni żbaljata u nġusta li fil- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jew qegħdin nintralċjaw mal-liberta' li għandhom dritt għaliha d-diplomatiċi tagħna, jew li se ngħassu fuq diplomatiċi barranin għax jagħmluha mad-diplomatiċi tagħna, jew li nippruvaw nagħtu impressjoni żbaljata li fil-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin hemm il-bugging u l-video tapes u wisq inqas li meta kont jien il-ministru responsabbli kien hemm xi distinzjoni bejn dak u l-ieħor fix- xogħol tagħhom.", "Anzi lili qaluli li jien forsi kont l-uniku ministru fl- istorja tal-gvernijiet kollha ta' Malta li meta spiċċajt minn ministru bgħadt messaġġ ta' ringrazzjament lil kull min kien ħadem taħti fil- ministeru u għidtilhom ukoll li l-lealta' li wrew lejja meta kont ministru jien għandhom ikomplu juruha lejn il-ministru li issa kien qed jieħu posti għax hekk jirrikjedi l-interess nazzjonali tagħna.", "Grazzi, Sinjura President.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nirringrazzja lill-Onor.", "Helen D'Amato li kkonċedietli li nagħmel dan l-intervent qasir.", "Irrid ngħid li l-bieraħ fl-ebda ħin u bl-ebda mod ma rbatt lill-kollega tiegħi ma' x'kien qed jiġri.", "Jien ridt biss noħroġ l-argument li min qed jagħmel dawn l-affarijiet - u hawn naqbel miegħu li dawn huma affarijiet ħżiena - irid iħammeġ lill-pajjiż and I stressed the point għax wara li ġejna mitluba biex anke nagħtu l-curriculum vitae tan-nies fis-segretarjat u xi kwalifiki għandhom, mhux sew li mbagħad kellha tidher dik l-ittra fejn min kien qal li dawn marru hemmhekk biex joħolqu d-diviżjoni u jagħtu daqqiet ta' sikkina minn wara.", "Jiena semmejt kif ċerti nies kienu jilagħbuha tat-tajbin u sinċerament nemmen li ma kien hemm xejn ħażin meta jien urejt x'kienu qegħdin jagħmlu u saħansitra kkwotajt minn dokument uffiċjali.", "Issa dan mhux b'riflessjoni fuq il-kollega tiegħi għax hu jaf kemm nirrispettah u jien nirreċiproka l-kumplimenti li għamilli.", "Mill-Onor. de Marco dejjem rajt l-aħjar rispett u sal-lum dejjem ħdimna id f'id u nispera li nibqgħu naħdmu hekk anke għada, pero' ma nistgħux nitkellmu hekk għan-nies tagħna, bħalma jien ma nistax ngħid min kien dak il-vili illi kixef u mar jagħmel kapital minn dawn l-affarijiet.", "Dan għidtu hawnhekk il-bieraħ.", "Għalija dan kien każ magħluq għax ma rajt assolutament xejn barra minn loku pero' ridt inserraħ moħħ in-nies - bħalma għamel il- kollega tiegħi - li dak ir-rapport li deher f'front page ta' gazzetta lokali ma kienx każ ta' kxif ta' xi sigriet ta' l-Istat.", "Jien kont se nieqaf hemmhekk u kont sodisfatt sempliċement bil-ftit mistoqsijiet - lanqas ngħidilha inkjesta - illi saru fid-dipartiment.", "Pero' mhux sewwa li mbagħad niġu sottomessi għal dawn it-tip ta' akkużi li jagħmlu ħsara u jweġġgħu.", "Allura ejjew inpoġġu l-karti fuq il-mejda u, kif għidt il- bieraħ, j'Alla kulħadd jaħdem kif ħdimt jien u kif anke nagħti fiduċja lil kulħadd għax kulħadd jaf kif ħdimt jien.", "Jien sodisfatt u kuntent b'min jagħtini l-fiduċja u minn kulħadd irridha, imma mbagħad ma nistax nittollera li jkun hemm min japprofitta ruħu mit-tjubija biex jagħmlek ġwejjef.", "Hekk le.", "Jien nikkondividi dak kollu li qed jgħid l-Onor. de Marco u niddikjara, bħalma ddikjarajt miljun darba, illi personalment żgur li miegħu m'għandi xejn u dejjem ikkoperajna flimkien u nispera li nkomplu nikkoperaw għal żmien twil.", "Imma mbagħad ejja niżvestaw ruħna minn ċerti konnessjonijiet ta' ċerti nies illi, jekk insib lil xi ħadd taħti li qed jagħmel affarijiet li m'humiex kif suppost, inkun raġel biżżejjed li nqum hawn f'dan il- Parlament u nkun jien stess to disown him.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Madam Speaker, ma fadalx wisq ħin u allura nixtieq li nagħti l-ħin tiegħi lill-Onor. de Marco.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, issa ma baqax ħin u huwa inutli li l-argument li kont beħsiebni nesponi f'għaxar jew tnax-il minuta nesponih f'ħames minuti.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Bil-permess tal-Kamra nista' nagħmel suġġeriment?", "Jien naħseb li lill-Onor.", "D'Amato għandna nestendulha l-ħin sad-9.35 p.m.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor Helen D'Amato tibqa' għaddejja bid- diskors tagħha sad-9.35 p.m. Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Nirringrazzjakom.", "Madam Speaker, illum ridt nitkellem fuq xi ħaġa kompletament differenti minn dak li ntqal s'issa u xtaqt nitkellem dwar strutturi meħtieġa għal żgħażagħ ta' inqas minn 16-il sena li huma dipendenti fuq id-droga.", "Nixtieq nibda billi minn hawnhekk insellem u nirringrazzja lil dawk kollha li qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam, bħall-aġenzija SEDQA, l-OASI, il-Caritas u għaqdiet volontarji oħra li qed jagħmlu xogħol imprezzabbli għal din il-kawża.", "Nistgħu ngħidu wkoll li f'dawn l-aħħar snin għamilna passi ta' ġgant fejn jidħlu l-prevenzjoni u r- riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga.", "Fejn jikkonċerna ż-żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena qed isir ħafna xogħol fil-qasam tal-prevenzjoni u hekk għandu jkun.", "Kulħadd jaqbel li din hija eta' kritika ħafna għax iż-żgħażagħ tagħna ikunu għadhom ma mmaturawx biżżejjed għalkemm huma jibdew ifarfru ġwenħajhom, biex ngħidu hekk, u jippretenduha ta' kbar.", "Din hija eta' fejn dawn iż-żgħażagħ jiġru wara l-avventura u forsi nistgħu ngħidu li l- avventura tiġri warajhom.", "Madam Speaker, ma nixtieqx li nkun allarmista u ma rridx inkun qisni doomsday jew xi ħaġa hekk imma nħoss illi dan huwa żmien fejn iż-żgħażagħ ikunu l-aktar suxxettibbli għall-peer pressure, per eżempju, u anke forsi huwa ż-żmien meta jibdew jesperimentaw għall-ewwel darba bid-droga.", "Pero' ma nistgħux ngħidu li din hija t-triq li l-maġġoranza taż-żgħażagħ tagħna qegħdin - jaqbdu għalkemm sfortunatament għandna ftit minnhom ukoll.", "Dawk li sfortunatament jinqabdu fix-xibka tad-droga - mhux qed ngħid li jinqabdu bħala kriminali - jeħtieġ li nindukrawhom u nirriabilitawhom.", "Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm programm apposta għalihom qabel ma l-problema tidħol 'il ġewwa.", "Lil dawn jeħtieġ li nindividwawhom kmieni kemm jista' jkun u forsi l-fatt li dawn huma f'eta' hekk tenera jkun aktar faċli li nirriabilitawhom u neħilsuhom minn dan il-vizzju qerriedi.", "Madam Speaker, ħafna drabi dawk li jkunu diġa' dipendenti fuq id-drogi f'din l-eta' ta' bejn it-12 u 16-il sena ma jkollhomx problema tad-droga biss imma ssib li jkollhom ukoll problemi familjari, problemi psikoloġiċi, problemi soċjali ta' l-ambjent li jgħixu fih u anke tal-peer pressure kif diġa' semmejt.", "Huwa importanti li l-ġenituri minn kmieni jagħrfu kemm jista' jkun is-sintomi.", "Forsi fost is-sintomi nistgħu nsemmu li t-tfal ikunu aggressivi ż-żejjed, ikunu nbidlu radikalment minn kif kienu sa ftit żmien qabel u anke forsi jibdew jingħalqu fihom infushom.", "Hija ħasra li ħafna drabi forsi l-ġenituri jkunu l-aħħar li jindunaw u r-raġunijiet jistgħu jkunu diversi.", "Ikunu l-aħħar li jindunaw għaliex forsi ma jridux jammettu li t-tfal tagħhom għandhom din il-problema.", "Jista' jkun ukoll li ma jindunawx għaliex ma jimpurtahomx dwar dak li kien għaddej u jkunu wisq mehdijin bl-affarijiet tagħhom.", "Forsi agħar minn hekk huwa l-fatt li forsi l-ġenituri tagħhom stess ikunu wassluhom għal dik it-triq.", "Irridu nżommu f'rasna li dawn it-tfal suppost għadhom l-iskola u allura f'dawn il- każi anke l-għalliema għandhom rwol importanti - jien ngħidilha missjoni aktar milli rwol - x'jaqdu.", "Dan l-aħħar ħadt pjaċir naqra fuq ġurnal dwar il-kors li l-aġenzija SEDQA għamlet b'kollaborazzjoni mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Dan il-kors, l- ADAD, l-adolescent drug abuse diagnosis, kien pass pożittiv min-naħa tas- SEDQA u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għax permezz tiegħu sar taħriġ biex l-għalliema jkunu aktar f'pożizzjoni li jiffaċċaw din il-problema u jagħrfu anke jindividwawha.", "Huwa importanti li tindividwa problema, pero' biex tindividwaha jrid ikollok kuntatt ma' dawn it-tfal.", "Naturalment huwa importanti li ma nserrħux rasna fuq dawk it-tfal li niġu in kuntatt magħhom, jiġifieri dawk li jkunu l-iskola, għaliex naħseb li ħafna drabi rridu nfittxuhom ukoll barra mill-iskola.", "Hawnhekk qed nirriferi għaż- żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena li ma jattendux l-iskola, dawk li għandhom il-problema ta' l-assenteiżmu.", "Fl-opinjoni tiegħi, iċ-ċans huwa li aktar se ssib żgħażagħ bi problema ta' droga fost dawk li jkunu assenti mill- iskola milli fost dawk li jattendu l-iskola regolarment.", "Madam Speaker, naf li ma tistax tkun kategoriku u tabbanduna lil xi ħadd, lil xi faxxa minnhom, iżda għandu jsir kull sforz biex ix-xogħol ma jkunx konċentrat fl- iskejjel imma anke ma' dawk li għal xi raġuni jew oħra jkunu nqatgħu mis- sistema.", "Naturalment għal dan ix-xogħol għandek bżonn is-social workers biex jagħmlu follow-up ta' l-assenteiżmu, pero' bis-seba' social workers li hemm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma tistax tagħmel mirakli.", "Dawn diġa' qegħdin stretched - għandhom il-juvenile court, isegwu l-każi ta' assenteiżmu u kull xorta ta' problemi soċjali - u jiena nemmen li dawn is- social workers għandhom jiżdiedu u jiżdiedu mhux bil-waħdiet imma jiżdiedu verament jekk aħna rridu nieħdu din il-ħaġa b'impenn.", "Ikun kollu ta' xejn li jsiru korsijiet biex dawn jiġu individwati jekk, kif għidt, ma jkollokx kuntatt magħhom.", "Irridu nżommu f'moħħna li jekk imqar tifel wieħed ma nindividwahx jew tifla waħda ma nindividwawhiex, inkunu qegħdin innaqqsu mill-impenn tagħna u nkunu qegħdin naħlu ħajja ta' bniedem.", "Jiġifieri aħna ma rridux inħarsu lejn in-numru ta' tfal jew in-numru ta' kemm għandna problemi, għax jekk stess m'għandniex ħafna - j'Alla m'għandniex ħafna - u imqar hemm wieħed jew waħda, dan huwa importanti.", "Mela jekk aħna ndividwajnihom allura issa għandna bżonn programm għalihom għax huwa inutli li nindividwawhom u nitfgħuhom hemm, kemm għalihom u kemm għall-familjari tagħhom, u fil-fatt bħalissa l-Aġenzija SEDQA għandha proġett li jismu \"SPARK\".", "Dan huwa proġett għas-subien biss u jien kieku nixtieq nemmen li dan m'huwiex miftuħ għall-bniet għax m'hemmx bżonnu imma r-realta' tgħidilna li m'hijiex hekk is-sitwazzjoni.", "Dan huwa biss pilot project li naturalment għad irid jiżvolġi ruħu u jiġi wżat ħafna iżjed.", "Il-programm \"SPARK\" m'huwiex residenzjali u jiena naqbel li f'dik l-eta' ma jkunx hemm programm residenzjali u naqbel li m'għandekx toftom lit-tfal minn mal- familja u li kemm jista' jkun jibqgħu fil-komunita', pero' hemm bżonn li aħna naraw li jkun hemm metodi oħra, li jkun hemm strutturi oħra, għax fejn għandek każi li huma hard cases u fejn forsi l-proprju problema ġejja mill- familja, allura dawn x'se nagħmlu bihom?", "Mal-familja ma tistax tħallihom għax il-familja hija l-kawża tal-problema.", "Dawn la huwa posthom f'xi home - ma ninsewx li hawn qed nitkellmu fuq tfal ta' bejn 12 u 16-il sena - la huwa posthom fil-ħabs - żgur li le - la huwa posthom Mount Carmel u lanqas huwa posthom id-dar.", "Mela allura rridu nsibu xi forma ta' alternattiva.", "Naturalment jien inħoss li dan għandu jiġi fdat f'idejn id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-aġenzija SEDQA flimkien, għax filwaqt li l- programmi tal-kbar, ta' l-adulti biex ngħid hekk, jikkonċentraw fuq work, rest and play, il-programmi ta' dawn, ta' din l-eta' iridu jikkonċentraw fuq school, rest and play.", "Lil dawn irridu nirriabilitawhom malajr kemm jista' jkun biex jerġgħu jidħlu fil-komunita' u jkunu wkoll kapaċi jsibu job, jifformaw familja u jitfgħu l-passat tagħhom wara daharhom biex verament jgħixu ħajja sħiħa.", "Madam Speaker, tajjeb li jkollna l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r- riabilitazzjoni pero' għandna bżonn anke l-enforcement u l-id tal-ħadid ma' min jittraffika kemm id-drogi narkotiċi kif ukoll id-drogi psikotropiċi.", "Issa f'pajjiżna nafu li teżisti din l-anomalija u fil-fatt tressaq Private Members Bill għat-tneħħija ta' din l-anomalija.", "Hija sfortuna li dan il- Parlament ma sabx il-ħin biex jiġi diskuss dan l-abbozz qabel ma jiġi aġġornat għas-sajf.", "Hawnhekk għandna anomalija li min jittraffika l-eroina jista' jeħel għomru l-ħabs u min jittraffika l-ecstacy jeħel il-massimu ta' 20 sena ħabs.", "Mela b'din l-anomalija qegħdin nagħtu nifs lit-traffikanti tad-droga u qed ngħidulhom biex idawru mill-eroina għall-ecstacy.", "Proprju llum smajna lill-Ministru Michael Farrugia jressaq l-Ewwel Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi - ma nafux x'fih verament dan l-abbozz minħabba li għadu m'huwiex ippubblikat - pero' qed nassumi li dan tressaq proprju biex tinbidel din l-anomalija.", "Jiena ntendi ngħid li l-ħin tlifnih għax issa dan il-Parlament wasal biex jaġġorna għas-sajf.", "Mela allura għad irid jasal Ottubru biex forsi nergġħu naqbdu dan is-suġġett u sadanittant se nkunu qegħdin nagħtu l-ħin u n-nifs lil min jittraffika dawn id-drogi.", "Nirringrazzjak Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 30 ta' Lulju fid-9.00 a.m. bl-agenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.35 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNIVERSITA' - KAROZZI TAL-MARKA FIAT", "6107.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel użu minn żewġ karozzi FIAT fl-Universita' bin-numri tar-reġistrazzjoni Z-1935 u Z- 1510, meta nxtraw dawn iż-żewġ karozzi u għal liema prezz kif ukoll x'inhu l-valur ta' dawn iż-żewġ vetturi fil-kotba finanzjarji ta' l-Universita' ladarba huma proprjeta' tagħha u wkoll jagħti l-mileage reading tagħhom rispettivament?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nfurmat li l-vetturi msemmija, bħalissa jinsabu beyond repair u garaged jistennew li jinstab xerrej wara li l- proċeduri tal-Pulizija jiġu formalizzati.", "Dawn il-vetturi nxtraw fl-1983 għall-prezz rispettiv ta' LM3800 u LM2959, it-tnejn duty free.", "Il-valur fil-kotba tal-Univerista' hu 'xejn' pero' hemm spejjeż ta' madwar Lm600 biex jiġu trasferiti lil xi xerrej prospettiv.", "Il-qari tal-mileage rispettiv hu: 82368 għall-FIAT Panorama u 66709 għall- FIAT Argenta.", "UNIVERSITA' - VOT KAPITALI", "6115.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3988, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti b'mod dettaljat, waħda waħda lil min ingħatat kull direct order mill-Universita' fl-1996, kull ammont relattiv, meta ngħatat l-ordni, meta sar il-ħlas ta' kull direct order, min ipprova kull direct order u għal kull direct order partikolari, jista' jgħid għal liema tip ta' servizz jew oġġett u fuq liema proġetti, dipartimenti jew istituti kienu meħtieġa dawn id-direct orders waħda waħda?", "Ma jaħsibx il-Ministru li meta wieħed jara li aktar minn 0.25 ta' l-ammont tal-fondi għad-dispożizzjoni ta' l-Universita' taħt il-Vot Kapitali ntnefqu f'direct orders, dan ma jirriflettix tajjeb fuq l- amministrazzjoni tal-finanzi u l-proġetti ta' l-Universita'?", "Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull direct order li ngħatat inkluż iċ-ċertifikat tax-xogħol relattiv tagħha flimkien mal-kopja ta' l-invoice ta' kull direct order u li fuqha s-supplier jew il-kuntrattur ikun tħallas?", "Jista' l-Ministru, b'riferenza għall-istess mistoqsija parlamentari numru 3988, jgħid kif kien hemm infiq ta' Lm11742 fi spejjeż professjonali fuq id- direct orders imsemmija billi jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown dettaljat ta' dan l-ammont billi jgħid lil min tħallsu kif ukoll iqiegħed kopja ta' kull invoice li fuqha tħallsu dawn l-ispejjeż professjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll b'mod dettaljat x'kienu l-118-il pagament konness ma' tenders għal total ta' Lm790789 billi jagħti l-ammont ta' kull pagament u lil min sar kif ukoll jagħti b'mod dettaljat breakdown ta' l- ammont ta' Lm65253 imħallsa fi spejjeż professonali fuq tenders billi jgħid lil min tħallsu, meta, kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l -invoices li fuqhom saru dawn il-pagamenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari nru:3988, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' 6 paġni li parti minnha kif spjegat tirreferi għad-direct orders imsemmija fl-istess tweġiba.", "Din il-lista (paġna 1 sa parti minn paġna 3) tinkludi r- riferenza ta' l-ordni, l-amont relattiv, it-tip ta' servizz jew oġġett u fuq liema proġetti dawn id-direct orders ġew maħruġa.", "Għall-konvenjenza qed ninkludi Legend tal-Project Numbers b'riferenza għad-Dipartiment jew Istitut.", "Il-parti l-kbira ta' dawn id-direct orders' ingħataw u tħallsu fl- 1996.", "Dawn id-direct orders kollha ġew approvati mill-Finance Officer tal- Universita', jew id-delegat tiegħu, skond kif provdut fir-Regolament Finanzjarji.", "F'kull każ ta' direct order il-proċeduri applikabbli fir-regolament, jiġifieri li ebda ordni ma teċċedi l-Lm2500, ġew invarjabbilment osservati kif jidher mill-parti relevanti tal-lista mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Poġġejt ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar:-", "* l-ispejjeż professjonali fuq id-direct orders li jammontaw għal Lm11742.50 (minn paġna 3 sa paġna 4)", "* il-pagamenti konnessi ma tenders li jammontaw għal total ta' LM790789 (minn paġna 4 sa paġna 5)", "* dettalji dwar spejjeż professjonali fuq tenders li jammontaw għal LM65253 (minn paġna 5 sa paġna 6).", "Tajjeb li wieħed isemmi wkoll, li n-natura tax-xogħol kif ukoll id- deadlines, li l-Universita' kellha tiffaċċa biex taċċerta ruħha li x-xogħol meħtieġ ikun lest biex jakkomoda n-numru kbir ta' studenti w għalliema, kien tali, li waqt li dejjem ġie assigurat li l-proċeduri kollha finanzjarji ġew rigorożament osservati, xogħolijiet kritiċi, għat-tkomplija tax-xogħol mingħajr dewmien, speċjalment biex ma jitwaqqafx xogħol ieħor, ingħataw b''direct order'.", "Ċertament mhux il-każ li kien hemm xi nuqqas ta' kontroll finanzjarju f'dan ir-rigward.", "L-Universita' ġentilment tistieden lill-Onor.", "Interpellant, biex teżamina għas-sodisfazzjon tagħha kull direct order, invoice u detalji oħra rilevanti li lkoll huma miżmuma fl-arkivji tal-Universita'.", "UNIVERSITA' - EUROPEAN RESEARCH DOCUMENTATION CENTRE", "6116.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' kull tender maħruġ kemm mill-Universita' kif ukoll mid-Direttur tal-Kuntratti fuq il-bini tal-European Research Documentation Centre/Bini għal Studji Diplomatiċi fl-Universita' fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 1993 u t-28 ta' Frar, 1997, lil min ġie mogħti kull kuntratt u kemm kien jammonta f'kull każ kull kuntratt u għal-liema xogħlijiet, għall-istess perijodu msemmi?", "Jista' l-Ministru jgħid, fuq l-istess bini, x'kienu d-direct orders li ngħataw, il-valur ta' kull direct order, lil min ingħatat u tħallas kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ċertifikat tax-xogħol li permezz tiegħu setgħet titħallas kull direct order fuq il- proġett imsemmi flimkien ma' kopja ta' kull invoice li wasslet għall-ħlas relattiv?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: A. Tenders", "It-tenders maħruġin mill-Universita' fil-perjodu 01.01.93 sa 28.02.97, rigward il-Bini msemmi, huma elenkati kif ġej:-", "1.", "Xogħlijiet ta' Kostruzzjoni - Deluxe Construction Co. Ltd - Lm49,325.", "2.", "Xogħlijiet ta' Dekorazzjoni u Plastering - A.J. & F Attard Ltd. - Lm4,140.", "3.", "Xogħlijiet ta' Madum ta' l-art, ta' mal-ħajt u rħam - Camray Contractors Ltd - Lm16,755.", "4.", "Provvista u Twaħħil ta' Bibien u Twieqi ta' l-Aluminju - Mr S Buhaġiar - Lm3,660.", "B. Direct Orders", "Id-direct orders li ngħataw għall-istess bini u għall-istess perjodu kienu:-", "1.", "Xogħlijiet elettriċi u mekkaniċi - Medairco Ltd - Lm40876.91 2.", "Xogħlijiet ta' l-injam u Xogħlijiet Relatati - Ramco Ltd - Lm22050.56", "Il-valur hawn fuq imsemmi f'parti 'B' hu bil-VAT inkluż.", "Poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta' kull direct order li ħarġet kemm lill-Medairco Ltd kif ukoll Ramco Ltd, għal diversi xogħlijiet kif elenkati.", "Ir-rati li tħallsu fuq dawn id-direct orders, fejn setgħu jiġu applikati, kienu bbażati fuq ir-rati ta' tenders li ħadu dawn il-kuntratturi għal xogħol ta' natura simili fl-Universita', fl-istess żminijiet.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant tixtieq tara d-dokument rilevanti, hija ġentilment mistiedna teżamina d-dokumenti kollha li huma disponibbli fid- Dipartiment tal-Finanzi ta' l-Universita'.", "UNIVERSITA' - BINI TA' DAĦLA ĠDIDA", "6117.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3990, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid min huma l- konsulenti responsabbli mill-bini tad-daħla l-ġdida ta' l-Universita', kif ġew ingaġġati dawn il-konsulenti kif ukoll jgħid x'inhu maħsub li jitħallsu bħala professional fees fuq dan il-proġett?", "Jista' l-Ministru jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess approvat min-naħa ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jista' jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Konsulenti responsabbli mill-bini tad-daħla l- ġdida ta' l-Universita' huma England & England.", "Il-Konsulenti ġew appuntati mir-Rettur preċedenti minħabba li d-daħla kienet konsidrata bħala parti ntegrali tal-Master Plan li kien ġie afdat żmien qabel lill-England and England u l-ispazju fejn saret kien qed jiġi disinjat b'relazzjoni wkoll ma' l-isptar li kien ukoll kommissjonat lill- England & England minn entita' ndipendenti mill-Universita'.", "Bħala professional fees huwa maħsub li jitħallsu skond tariff K tal-Kodiċi Ċivili li huwa stabbilit skond il-liġi kif jitħallsu l-professjoni tal- Periti.", "Kopja tal-permess ta' bini qed tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.", "UNIVERSITA' - ĊENTRU TA' L-ISPORTS", "6118.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal li jieqaf ix-xogħol fuq il-bini taċ-Ċentru ta' l-Isports fl-Universita' li kien beda u waqaf?", "Jikkonferma l-Ministru li l-awtoritajiet ta' l-Universita' ġew informati mid-Direttur tal-Kuntratti li biex jitkomplew ix-xogħlijiet fuq il-bini ta' dan iċ-Ċentru hu meħtieġ li tiġi konkluża investigazzjoni li qegħda ssir dwar l-għoti ta' numru ta' kuntratti mill-Universita' u ħwejjeġ relatati nkluż pagamenti u xogħol mill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li diġa' kont tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru.4353 fuq iċ-Ċentru tal- Isports tal-Universita' u nikkonferma li, mill-informazzjoni li rċevejt, jirriżulta li d-Direttur tal-Kuntratti qatt ma nforma lill-Universita' biex ma jitkompliex ix-xogħol fuq iċ-Ċentru Sportiv.", "SKEJJEL - TARĠA GAP", "6119.", "L-ONOR.", "MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti li qegħdin jiġu mgħallma fl-Iskolaa ta' Tarġa Gap, il-Mosta?", "Kemm hemm studenti għal kull suġġett?", "Kemm hemm studenti li qegħdin għal Further Education u x'inhuma s-suġġetti li qegħdin jiġu mgħallma f'dan il-livell?", "Jaf il-Ministru li fl-iskola hemm ritratti ta' xeħta politika partiġjana?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.", "Ir-ritratt li għalih jista' jkun li qed issir referenza, huwa wieħed li għandu x'jaqsam ma' okkażjoni li tifforma parti minn avveniment importanti fl-istorja ta' l-iskola.", "EDUKAZZJONI - SUPPORT LINE 179", "6220.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-inizjattiva Support Line 179 dwar servizz ta' pariri matul il-ġimgħa ta' l-eżamijiet tal-Junior Lyceum biex tingħeleb il-prezzjoni li jġibu dawn l-istess eżamijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm (a) studenti; u (b) ġenituri użaw dan is-servizz sas- 16 ta' Mejju?", "Kemm minnhom huma Maltin u kemm minn Għawdex separatament?", "Jista' jgħid min kienu n-nies li kienu qed iwieġbu l-mistoqsijiet tal- ġenituri u ta' l-istudenti dwar il-problemi diskussi?", "Kif intgħażlu dawn in-nies u fuq liema kriterju?", "Kemm tħallsu kull wieħed u waħda minn dawn il-persuni?", "Jaħseb il-Ministru li dan is-servizz seta' kkrea xi disgwid meta l-ġenituri u l-istudenti jċemplu lil xi ħadd li ma jafhomx u allura ma jistax japprezza l-individwalita' tagħhom?", "Jaħseb il-Ministru li l- għalliema fl-iskejel xorta kienu għad-dispożizzjoni ta' l-istudenti u l- ġenituri jekk tinqala' xi diffikulta' dwar l-eżamijiet u allura seta' kien hemm spjegazzjonijiet differenti mill-għalliema u mill-esperti tas-Support Line?", "Jaħseb il-Ministru li billi ttambar dejjem iżjed fuq il-pressjoni żejda fl- eżamijiet seta' l-Ministru stess kabbar din il-pressjoni billi aktar ma titkellem fuqha aktar tiżdied il-pressjoni fuq l-individwu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 1. a) 250 student b) 253 adulti", "2. a) 26 telefonata saret minn Għawdex b) 477 telefonata saret minn Malta", "3.", "Hija prassi li nies involuti fl-għoti ta' pariri bħal tas-Support line 179 ma jiġux identifikati pubblikament, għal raġuni ta' konfidenzjalita'.", "4.", "Dawn in-nies intgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċita' tagħhom fl-oqsma konċernati u fuq l-esperjenza tagħhom li jagħtu pariri.", "5.", "Kull persuna tħallset Lm200, għas-servizz mogħti tul ħmistax-il ġurnata (inkluż tmiem il-ġimgħa).", "6.", "Le.", "7.", "Le.", "8.", "Le.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "6221.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li l-Fiżika m'għadhiex bħala suġġett obbligatorju għad-dħul fil-Junior College, jista' l-Ministru jikkonsidra jekk għandhiex tibqa' bħala suġġett obbligatorju fil-Junior College?", "Qed isir xi diskussjoni fil-Kumitat tar-Reviżjoni tal-Kurrikulu dwar il-futur tal-Fiżika fil-kurrikulu ta' l-Iskejjel Sekondarji?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Fiżika ma hux suġġett obbligatorju fil-Junior College.", "Il-kumitat tar-reviżjoni tal-kurrikulu ser jiddiskuti kull proposta li ġiet sottomessa lilu minn partijiet interessati fir-reviżjoni.", "SKEJJEL - TFAL TA' EMIGRANTI MALTIN", "6238.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif ta' x'jiġri meta familja Maltija li kienet emigrata tiġi lura Malta u jkollha tfal ta' l- eta' bejn 11 u 16-il sena (skola sekondarja)?", "Dawn joqogħdu għall-eżami proprju jew hemm xi eżami ieħor sabiex jidħlu fil-Junior Lyceum?", "Jista' l- Ministru jara li dawn jiddaħlu mill-ewwel il-Junior Lyceum?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tfal ta' familja li kienet emigrata ta' bejn il-11 u s-16-il sena għandhom dritt ta' edukazzjoni fi skola sekondarja li m'hijiex neċessarjament Junior Lyceum.", "Din hija l-prattika mħaddma matul dawn l-aħħar 16-il sena.", "Sabiex dawn it-tfal jiġu aċċettati f'Junior Lyceum irid jew joqogħdu għall-eżami proprju għad-dħul fil-Junior Lyceum (b'arranġamenti speċjali bħal, per eżempju, karti tar-Reliġjon u Studju Soċjali bl-Ingliż, u karta speċjali fil-Malti jew eżenzjoni totali mill-Malti, liema kondizzjoni tiddependi minn kemm ikun ilha li rritornat f'Malta l-familja konċernata.) jew għal tfal bejn it-13 u s-16-il sena (Form 3 sa Form 5) tittieħed kondizzjoni tar-riżultati miksuba barra minn Malta.", "Riżultati pożittivi jwasslu sabiex it-tifel jew tifla jiġu ammessi fil-Junior Lyceum.", "Tibdil fil-prattika msemmija jista' jkollha mplikazzjonijiet billi tista' toħloq anomalija fejn studenti li ma kienux emigrati jkunu fi żvantaġġ ħdejn studenti ta' familji li kienu emigrati.", "SKEJJEL - EŻAMINAZZJONI FIŻIKA", "6240.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindaga għalfejn il- formola ta' kunsens għal eżaminazzjoni fiżika fuq it-tfal ta' l-iskejjel maħruġa fl-20 ta' Mejju kienet hybrid, nofsha bl-Ingliż u nofsha bil-Malti, peress li tingħata impressjoni kerha ħafna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-asserzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant hija esaġerata.", "L-unika kelma fil-formola li ġiet miktuba bl-Ingliż hija nurse u din ġiet miktuba kif inhi l-prattika f'inverted comas.", "Il-kelma waħda bl-Ingliż fil-formola bejn wieħed u ieħor hi daqs kemm uża kliem bl-Ingliż l-Onor.", "Interpellant stess biex staqsa l-mistoqsija.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - TECHNOLOGY A U B", "6252.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'Għawdex li qed jistudjaw Technology A u B f'din is-sena skolastika?", "Kemm kien is- sena l-oħra u kemm huwa maħsub li jkun hemm is-sena d-dieħla?", "Kif jikkomparaw dawn il-figuri, per capita, ma' Malta?", "Jekk hemm xi diskrepanza kbira għaliex jattribwiha?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Id-diskrepanza fil-figuri komparabbli bejn Malta u Għawdex tista' tiġi attribwita lejn perceptions u attitudnijiet li jkollhom l-istudenti u l- ġenituri tagħhom lejn l-iskejjel rispettivi.", "Dawn il-figuri jkunu jikkomprendu l-istudenti ta' l-ewwel u t-tieni sena flimkien.", "Il-figuri mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 5964 kienu jirriferu għal dawk it-tfal li għażlu li jmorru f'Technology Education fl-1997/8 u mhux fl-1996/7 kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - INSTRUCTORS/INSTRUCTRESSES", "6254.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma setgħetx tintlaqa' t-talba ta' l-Instructors u Instructresses Għawdxin biex il-kors li qed jagħmlu f'Malta jsir f'Għawdex?", "B'riferenza għall-kors tal- Kindergarten Assistants, għaliex dan ma setgħex isir Għawdex għall- Kindergarten Assistants Għawdxin?", "Kemm hemm instructors/instructresses Għawdxin u Kindergarten Assistants Għawdxin separatament li qed jattendu dawn il-korsijiet f'Malta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 1.", "It-talba ta' l-Instructors/Instructresses Għawdxin biex il-kors li qed jagħmlu f'Malta jsir Għawdex setgħet itntlaqa' biss parzjalment.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex ma setgħetx tintlaqa' għal kollox kien minħabba li ma setgħux jinstabu la lecturers Għawdxin u lanqas Maltin biex jagħmlu l-lectures f'Għawdex.", "Il-units li setgħu jsiru Għawdex bħal, p.e. teaching practice u information technology se Jsiru Għawdex.", "2.", "Rigward il-kors tal-Kindergarten Assistants hemm l-istess raġunijiet li hemm fil-kors ta' l-Instructors.", "3.", "Numru ta' Instructors/Instructresses u Kindergarten Assistants Għawdxin fil-korsijiet imsemmija:", "Kindergarten Assistants: 12 Instrucors/Instructresses: 40 Mhux dawn l-Instructors u Kindergarten Assistants kollha jaħdmu Għawdex għax xi wħud jaħdmu Malta.", "SKEJJEL - GĦAWDEX", "6255.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'Għawdex f'manutenzjoni ta' l-iskejjel Għawdxin din is-sena?", "F'liema skejjel sar jew se jsir dan ix-xogħol?", "Dan ix-xogħol se jsir mill-kuntratturi jew minn nies tal-Gvern?", "Hemm xi proġetti ta' bini ta' skejjel ġodda jew estensjonijiet ta' xi skejjel għal din is-sena kurrenti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-somma ta' Lm8,820 intNefqet għall-manutenzjoni fl-iskejel Għawdxin għall-perjodu Jannar/Mejju 1997.", "Ix-xogħol ta' manutenzjoni normali jsir matul is-sena kollha kull fejn tinħass il-ħtieġa, pero' matul il-vaganzi tas-sajf hija d-drawwa li xi skejjel partikulari ssirilhom manutenzjoni iktar komprensiva.", "Għal matul il-perijodu tas-sajf għal din is-sena tfassal programm ta' xogħlijiet fiż-żewġ skejjel sekondarji li huma l-iskola tas-subien Ninu Cremona kif ukoll l-iskola tal-Bniet Agius De Soldanis.", "Dan ix-xogħol se jitwettaq mill-ħaddiema tas-sezzjoni tal-Manutenzjoni tad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni kif ukoll mill-ħaddiema tas-CMU fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex.", "Il-proġett għas-sena kurrenti jikkonsisti f'rilokazzjoni u tagħmir ġdid ta' laboratorji u workshops fl-iskejjel Carmelo Refalo u Ninu Cremona u wkoll fiċ-Ċentru għall-Istudji Avvanzati Sir M'Angelo Refalo, Għawdex.", "UNIVERSITA' - PERITI/INĠINIERA ĊIVILI", "6285.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kors universitarju huwa maħsub li jibda jwassal gradwati sabiex eventwalment ikunu jistgħu jipprattikaw bħala Periti u liema kors se jwassal gradwati sabiex eventwalment jipprattikaw bħala Inġiniera Ċivili?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Huwa maħsub li l-kors Universitarju li jibda jwassal gradwati sabiex eventwalment ikunu jistgħu jipprattikaw ta' Perit, huwa dak tal-B.Sc (Hons) (Environmental Design).", "Huwa maħsub ukoll li wara li jieħdu l-B.Sc, (Environmental Design) studenti jistgħu jieħdu kors ieħor ta' livell Masters li fih ikollhom l-opportunita' jispeċjalizzaw jew fl- Arkitettura, jew fl-Inġinerija jew fil-Planning.", "UNIVERSITA' - ARKITETTURA/INĠINERIJA ĊIVILI", "6286.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5940, jista' l-Ministru jikkonferma li l-gradwati li se joħorġu mill-kors B.Sc (Hons.)", "(Environmental Design) mhux se jkunu jikkwalifkaw għall-warrant ta' Perit?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Universita' s'issa għadha qed toffri l-kors li jwassal għall-B.E.& A. li jikkwalifika l-gradwati għall-warrant ta' perit.", "Waħda mir-raġunijiet li l-B.Sc (Hons) (Environmental Design) għadu ma bediex hi l-problema li bil-liġi kif inhi llum dan il-grad ma jikkwalifikax il-gradwati għal warrant tal-Perit.", "Dan pero' jkun possibbli meta tiġi operata l-liġi l-ġdida tal-Periti fejn hu mistenni li l-Warranting Board jikkonferma li l-kors iwassal għall-warrant ta' Perit.", "SKEJJEL - LILLY OF THE VALLEY", "6296.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fl-iskola Lilly of the Valley fejn sar xogħol ta' bini jitneħħew il-fdalijiet li qed joħolqu inkonvenjent ta' trabijiet b'mod speċjalment fi Triq is-Sir, Mosta?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntrattur li qiegħed jaħdem fl-iskola Lily of the Valley fil-Mosta neħħa kull materjal żejjed li kellu peress li x-xogħol ta' ġebel u konkos intemm.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "6333.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6037, jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Bord ta' l-Għażla tat-tenders għall-kiri tal-vetturi, min ħatar dan il- bord, meta ġie maħtur il-bord; meta kienet id-data ta' l-għeluq tat- tenders, x'kienet il-proċedura li ġiet prattikata biex saru l-avviżi u kemm kienu t-tenders li waslu u ta' min kienu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-membri li jiffurmaw il-Bord ta' l-Għażla huma hekk:-", "Is-Sur Joseph J Mifsud - Chairman Is-Sur Tony Ghio - Membru Is-Sur Vince Scicluna - Membru Is-Sur John Sant - Membru", "Il-Bord ġie maħtur mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti.", "Il-Bord oriġinalment ġie maħtur fis-7 ta' Mejju, 1997 iżda membru minnhom is-Sur Philip Borg talab biex jinbidel u nfatti s-Sur John Sant ġie maħtur minn floku fid-29 ta' Mejju, 1997.", "Id-data ta' l-egħluq għat-tenders kienet 16 ta' April, 1997.", "Il-proċedura wżata kienet dik normali.", "Fil-kaxxa tat-tenders instabu tliet tenders li kienu ta':-", "i. Delcarm Ltd ii.", "Auto Rentals iii.", "Sundrive Rentals.", "SKEJJEL - STUDENTI", "6369.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali llum ta' tfal li jattendu:- a) l-iskejjel tal-Gvern; b) l-iskejjel tal- Knisja; u c) l-iskejjel privati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif se nsemmi:", "Skejjel tal-Gvern: 57,353 Skejjel tal-Knisja: 17,784 Skejjel Indipendenti: 7,618 Skejjel Speċjali: 352", "Dawn huma l-istatistiċi kif kienu fil-31 ta' Jannar, 1997.", "Minn dakinhar sal-lum, il-varjazzjoni possibbli hi minima ħafna.", "3,550 studenti jattendu korsijiet ta' studju post-sekondarju.", "Din iċ-ċifra ma tinkludix l-istudenti reġistrati fil-Junior College.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "6370.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' studenti li qegħdin jattendu l-Universita' jew xi fondazzjoni mmexxija mill-Universita' llum?", "Kemm hemm barranin u x'korsijiet jattendu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru totali ta' studenti li qegħdin jattendu l-Universita' jew xi fondazzjoni immexxija mill-Universita' huwa 6,466.", "In- numru totali ta' barranin huwa 292 u huma mqassmin kif ġej:", "Fakulta' Kors Numru ta' Studenti", "Architecture BE&A 2 M Phil 1 PH D 1", "Arts BA 26 BA (Hons) 8 MA 9 MA (Qual) 3 M Phil 6 PH D 1", "Education B Ed 2 B Psych 14 B Psych (Hons) 2 B Communication 16 PGCE 4 Dip Adult Training 1 M Phil 2 FEMA B Com 36 B Sc (Bus & Comp) 2 B Com (Hons) 1 Dip Soc Studies 1 MBA 2", "Engineering B Eng 5 PH D 2", "Laws BA Legal 2 Magister Juris 2 M Phil 1", "Medicine B Pharm 1 MD 11 M Phil 4 PH D 1", "Science B Sc 1 B Sc (Hons) 2 M Sc 4 M Phil 1 PH D 2 Theology PH D 1", "Board of B Sc (Hons) IT 2 Studies for IT", "Energy Tech M Phil 1", "EDRC BA European Studies 2", "IHC B Sc Med Lab Tech 5 B Sc Nursing 3 B Sc Physio 2 B Sc Radio 1 Dip Midwifery 2 Dip Nursing 9 Dip Radiography 2", "Islands & P/G Dip in Small Small States States 7 MA Small States 2", "Gerontology P/G Din in Gerontology 12 M Gernot 1", "Social Welfare BA Social Admin 1 Dip Social Work 3", "Mediterranean M Phil 2 Institute", "Mediterranean M Dip 15 Academy MA Diplomatid Stud 6 Certificate Dip Stud 1 Foundation 33", "ĊENTRU GĦALL-GĦAQDIET KULTURALI", "6825.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li għadni ma ħadtx tweġiba minkejja d-diversi drabi li għamilt mistoqsijiet fuq iċ-Ċentru għall-Għaqdiet Kulturali (ref.", "No. 2888, W88, 4200 u 6087), jista' l-Ministru allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi skond l-informazzjoni li hemm f'File YA 226/95?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija lilu għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2888, W88, 4200 u 6087.", "Minkejja l-ħsieb li kien hemm fil-file YA226/95 biex jiġi pprovdut post fejn jiltaqgħu l-għaqdiet kulturali u volontarji, bħal ħafna ħsebijiet oħrajn, spiċċa ma ġiex materjalizzat mill-Gvern preċedenti fid-disa' snin ta' tmexxija tiegħu.", "Il-Gvern tal-ġurnata lest jikkonsidra kull possibilita' f'dan ir-rigward biex ngħaddu għall-fatti konkreti.", "UNIVERSITA' - KARTI TA' L-EŻAMI", "7057.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha teżisti l- opportunita' li student universitarju jitlob reviżjoni ta' karti ta' l- eżami?", "Kemm kien hemm każijiet kull sena mindu bdiet il-faċilita' fl- Universita'?", "F'kemm-il każ kien hemm riżultat oriġinarjament żbaljat kull sena?", "Hemm l-istess opportunita' fl-iskejjel pubbliċi, fl-eżamijiet għall- Junior Lyceum u tal-MATSEC?", "Kemm ilha f'kull każ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-opportunita' li studenti universitarju jitlob reviżjoni ta' karti ta' l-eżami ilha teżisti mill-1988.", "Minn dakinhar kien hemm dawn it-talbiet:", "|Sena |Talbiet|Każijiet fejn | | | |inbidel | | | |ir-Riżultat | |1988 |9 |6 | |1989 |5 |1 | |1990 |7 |2 | |1991 |19 |0 | |1992 |19 |0 | |1993 |31 |2 | |1994 |38 |5 | |1995 |41 |2 | |1996 |67 |2 | |1997 |24 |Dawn il-każi qed | | | |jiġu mistħarrġa |", "Fl-eżamijiet annwali tal-iskejjel pubbliċi ma ssirx reviżjoni tal-karti tal- eżami.", "Fl-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum issir reviżjoni tal-karti tal-eżami ta' dawk li japplikaw għal din ir-reviżjoni.", "Din l-opportunita' ilha teżisti sa mill-bidu li beda jsir dan l-eżami i.e.", "1981.", "Qed nirriflettu fuq l-esperjenza ta' dawn is-snin biex naraw kif intejbu d- dritt għar-reviżjoni tal-karta u nagħmluh aktar sodisfaċenti.", "SKEJJEL - STUDENTI BARRANIN", "7099.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti ta' nazzjonalita' barranija jattendu skejjel statali f'livell (1) primarju (2) sekondarju u (3) post-sekondarju fl-1996 u fl-1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' studenti ta' nazzjonalita' barranija fis-snin 1996 u 1997 huwa kif se nsemmi:", "|Settur |1995/96|1996/97 | |Primarju |240 |237 | |Sekondarju |127 |124 | |Snajja' |8 |10 | |Post-Sekond|13 |53 | |arju | | |", "Rigward l-iskejjel speċjali, fis-sena skolastika 1996/97 kien hemm student wieħed mill-Pakistan fis-Santa Marija Day School (qabel magħrufa bħala ESN, Msida).", "Dan l-istudent kien jattendi bi ħlas.", "UNIVERSITA - AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI", "7101.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll finanzjarju u amministrattiv teżerċita l-Universita' fuq l-Akkademja Mediterranja ta' l- Istudji Diplomatiċi?", "Kif jiġi stabbilit il-budget u min japprovah?", "Kif jiġu stabbiliti s-salarji ta' l-istaff ta' l-istess akkademja?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Skond l-Istatut ta' l-Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi din għandha l-awtonomija tagħha f'dak li jirrigwarda t-tmexxija finanzjarja u amministrattiva għal dawk il-fondi li hi tirċievi direttament minn barra.", "S'intendi, il-kontijiet jiġu awditjati minn awditur indipendenti u sottomessi lill-Bord tad-Diretturi ta' l-Akkademja.", "Fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet magħmula mill-Universita' ta' Malta lill-Akkademja dawn huma dettaljati fil-ftehim oriġinali u fit-tieni Protocol tal-ftehim li sar bejn il-Gvern ta' Malta u dak ta' l-Isvizzera, f'dak li jirrigwarda l- Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi.", "S'intendi dawn il- kontribuzzjonijiet huma kkontrollati mill-Universita'.", "F'dak li jirrigwarda materji akkademiċi l-korsijiet ta' l-Akkademja kif ukoll il-ħwejjeġ l-oħra akkademiċi relatati jgħaddu dejjem għall- approvazzjoni mis-Senat ta' l-Universita'.", "Is-salarji tal-barranin li jaħdmu f'din l-Akkademja u jitħallsu bi flejjes barranin huma determinati mill-entitajiet barranin rispettivi.", "Dawk il- pożizzjonijiet li skond il-Protocol għandhom jiġu ffinanzjati mill-Gvern Malti jaqgħu taħt il-proċeduri tas-salarji li japplikaw għal kull membru ieħor ta' l-Universita'.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI", "7102.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar s'issa bejn (1) il-Gvern Malti u l-Gvern Svizzeru dwar l- Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi; (2) l-Universita' u l- istess Akkademja; (3) l-Akkademja u l-Fakulta' tal-Liġi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- ftehim kemm oriġinali kif ukoll dak sussegwenti li sar bejn il-Gvern Malti u dak Svizzeru dwar l-Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi.", "(Dok.", "A u B)", "Qed inpoġġi wkoll kopja tal-ftehim oriġinali li sar bejn l-Universita' u The Graduate Institute of International Studies ta' Geneva li kien iffirmat mid-Dekan tal-Fakulta' tal-Liġi biex tinħoloq l-Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatiċi.", "(Dok.", "C)", "L-Akkademja m'għandhiex ftehim separat mal-Fakulta' tal-Liġi.", "AKKADEMJA MEDITERRANJA TA' L-ISTUDJI DIPLOMATIĊI", "7103.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid każ b'każ x'jitħallsu kemm l- għalliema barranin u kemm dawk lokali, li kienu jew għadhom jaħdmu f'din l- Akkademja minn mindu nħolqot s'issa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-għalliema lokali jirċievu salarju fis-sena skond il-grad li fih jiġu appuntati fuq l-iskali li llum huwa applikabbli kif ġej:", "Professur Lm8,612 Professur Assoċjat Lm7,912 Lettur Anzjan Lm7,412 Lettur Lm5,912 b'żieda annwali ta'Lm200 għal Lm6,512 Assistent Lettur Lm4,712 b'żieda annwali ta' Lm200 għal Lm5,712", "Jekk ikollu Master Degree: Lm5,112 b'żieda annwali ta' Lm200 għal Lm6,112.", "L-Universita' (ħlief fil-każ ta' l-Italian Chair for Mediterranean Diplomacy and Relations fejn is-salarju kurrenti annwali hu ta' Lm19,800) ma ġġestix is-salarji ta' l-għalliema l-oħra barranin u għaldaqstant m'għandhiex dettalji fuq dawn għax jitħallsu direttament minn barra mill- entitajiet konċernati.", "TA' QALI ACTION PLAN", "7383.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern rigward il-proposti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fit-Ta' Qali Action Plan rigward faċilitajiet sportivi nazzjonali/internazzjonali fir-rigward ta':- 1) basketball (NWTQ 6) - estensjoni; 2) cycling (NWTQ 8) - għat-tfal, għar-rikreazzjoni u għall-elite sport; 3) athletics (NWTQ9) - marathon; half marathon, grass running track għal cross country u 400m synthetic running track; 4) football - estensjoni training facilities (NWTQ10); 5) model aircraft flying - estensjoni?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Kunsill Malti għall-Isport qiegħed fil-preżent jiddiskuti l-proposti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fir-rigward Ta' Qali Action Plan fejn jidħlu faċilitajiet sportivi nazzjonali/internazzjonali.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - KAWŻI QUDDIEM IL-QORTI", "7470.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi quddiem il- Qorti li fihom hemm involuta d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Kemm minnhom huma miġjuba mid-diviżjoni u kemm minnhom huma miġjuba kontra d-diviżjoni?", "Jista' l-Ministru jagħti fil-qosor is-suġġett ta' dawn il-kawżi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mit-tagħrif li ngħatajt hemm 12-il kawża li jinvolvu d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "1.", "Seba' kawżi miġjuba mid-Diviżjoni kif se nsemmi:", "a) żewġ każijiet huma dwar ħlas għal perjodu li matulu l-persuni konċernati ma' rrapportawx għax-xogħol;", "b) żewġ każijiet dwar nuqqas li jiġu onorati l-obbligazzjonijiet lill- Gvern wara maternity leave;", "c) każ wieħed dwar okkupazzjoni minn individwu ta' art li tappartjeni lil skola primarja;", "d) każ wieħed li għadu sub judice wara appell mill-individwu dwar oġġetti misjuba nieqsa minn Liċeo tal-Bniet;", "e) każ miġjub mill-Pulizija dwar storbju li seħħ fi skola primarja.", "2.", "Ħames kawżi miġjuba kontra d-Diviżjoni kif se nsemmi:", "a) każ dwar sospensjoni ta' salarju lil għalliema wara perjodu ta' extended sick leave;", "b) każ miġjub minn kumpannija li ma ngħatatx tender li iżda ngħata lill- kumpannija oħra li x-xogħol tagħha, skond l-ewwel kumpanija, ma' kienx skond l-ispeċifikazzjonijiet;", "c) każ dwar aċċident li ġara fi skola tas-Snajja' li fih kien involut iben l-individwu;", "d) każ dwar aċċident li ġara barra l-grounds ta' skola tas-Snajja';", "e) każ dwar aċċident li ġara fi skola sekondarja tas-Subien li fih kien involut iben l-individwu.", "SKEJJEL - STUDENTI BARRANIN", "7508.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li studenti barranin ta' l-Akkademja Mediterranja ta' l-iStudji Diplomatiċi marru din is-sena żjara f'Ruma mill-flus tal-Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja u jekk fl- affermattiv: (i) dan imurx kontra l-kondizzjonijiet ta' l-istess protokoll; u (ii) dan ifissirx li bħala riżultat ingħataw din is-sena anqas boroż ta' studju mill-Italja għal studenti Maltin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8017 mogħtija f'Seduta 110.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "7529.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex faċilitajiet sportivi jgħaddu b'xi mod f'idejn l-għaqdiet li bħalissa qed jużawhom u jieħdu ħsiebhom?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti studjat il-proposta tal-Gvern preċedenti permezz tar- riżoluzzjoni li kien ressaq quddiem il-Parlament li madankollu qatt ma tressqet għad-diskussjoni u l-approvazzjoni.", "Ġie deċiż illi din ma kienitx se ssolvi l-kwestjoni tat-trasferimet tat-titli sportivi b'mod sodisfaċenti.", "Biex id-diffikultajiet ta' kull dixxiplina sportivi jkunu studjati u kkonfrontati simultanjament ma' dan l-eżerċizzju, ġie deċiż illi l-proċess tat-trasferiment għandu jsir dixxiplina b'dixxiplina.", "Il-Kunsill Malti għall-Isport formalment diġa' ġie nkarigat biex jabbozza l- kriterji neċessarji għal tali trasferiment u ġie mitlub jibda bil-waterpolo pitches ta' pajjiżna.", "Mistenni li sa ftit ġimgħat oħra jitressaq l-ewwel abbozz għall-konsiderazzjoni tal-Gvern.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - HOSPITALITY", "7617.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W562 li saret f'April, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għal dak li jirrigwarda l-Amministrazzjoni tal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni fil-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 u t-30 ta' April 1997 intnefqet is-somma ta' Lm5,592.720 bħala hospitality.", "Dan l- ammont jinkludi s-somma ta' Lm1,110.09,0 li tħallset lil 'Villa Arrigo' għar-riċevimenti li saru b'konnessjoni mal-Konferenza People mean Business li saret fi żmien l-Amministrazzjoni l-oħra u ħlas ieħor ta' Lm2,923.52,0 lil 'Erminia Corace' għal ordni ta' kotba dwar Mattia Preti li kienet saret fil-leġistratura l-oħra mill-Ministeru għall-Ġustizzja w Arti.", "Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti nefaq fil- perjodu msemmi, is-somma ta' Lm5,637.62,0 bħala hospitality.", "Matul Novembru u Diċembru 1996, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għaddiet Lm127.10,0 bħala ħlas li kellu x'jaqsam mal-hospitality.", "Matul din is- sena, sa tmiem April, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma għaddiet ebda ħlas għall-hospitalty iżda hemm Lm220.30,0 kontijiet li waslu għall-ħlas.", "L-ammont ta' flus li ntnefqu bħala hospitality mid-Dipartiment ta' l- Eżamijiet fil-perjodu msemmi kien ta' Lm158.92,0.", "Fl-istess firxa ta' żmien, l-ammont li ntnefaq mill-vot ta' Hospitality tad- Dipartiment tal-Mużewijiet hu Lm1,449.06,0.", "Dan l-ammont jinkludi Lm735.70 li tħallsu lill-White Rocks Complex għall-akkomodazzjoni ta' esperti mir- Renju Unit li kienu Malta f'Ġunju 1996 b'konnessjoni ma' skavi arkeoloġiċi ġewwa Għawdex.", "L-infiq fuq hospitality mid-Dipartiment tal-Bibljoteki W Arkivji bejn l-1 ta' Novembru 1996 u t-30 ta' April 1997 kien ta' Lm996.", "Fl-istess perjodu l-Fondazzjoni għall-iStudji Internazzjonali nefqet Lm1,726.65,0 bħala hospitality.", "Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija nefaq Lm255.96,0 bħala hospitality fil-perjodu ndikat mill-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - TFAL B'DIŻABILITA'", "7646.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk tfal Għawdxin b'diżabilita' humiex intitolati li jattendu l-kamp tas-sajf li jsir apposta għal dawn it-tfal?", "Jekk fl-affermattiv, dawn jattendu f'Malta jew f'Għawdex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: It-tfal Għawdxin b'diżabilita' li jattendu l- iskola ta' Sannat huma ntitolati li jattendu l-Kamp tas-Sajf fl-istess skola.", "Dan qed isir għall-ewwel darba bi skema mnedija din is-sena msejħa Wens is- Sajf.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "7658.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li fl-1999 se jsir xi tibdil fis-syllabus tas- Social Studies, jista' l-Ministru jgħid:- 1) kemm hemm teachers gradwati biex jgħallmu s-suġġett ta' Social Studies li huma gradwati mill- Universita'; 2) għaliex il-part-timers li ilhom snin jaħdmu ma daħlux mill- ewwel fl-iskola tagħhom waqt li dawk li kienu ilhom sena casual saru hekk mill-paga ta' Mejju; 3) għaliex il-Ministru ħass li għandu jaqsamhom fi skala 14 u skala 12 b'differenza biss ta' Advance (A level) wieħed; min għamel xi diploma fl-Universita' m'għandux ikun fl-iskola II bħal dak ta' H.T.D.?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fis-settur sekondarju u fl-iskejjel tas-Snajja' hemm 23 għalliema gradwati fis-Social Studies jew f'suġġetti relatati.", "Hemm 2 għalliema oħra li jipposedu d- Diploma fis-Social Studies.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda, ninforma l-Onor.", "Interpellant li kull Casual Instructor inpjegat mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jinħatar part- time Instructor wara li jkun temm sena skolastika sħiħa jaħdem fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Grupp minn dawn il-Casual Instructors għalqu sena skolastika fl-aħħar xhur tas-sena l-oħra u bi qbil mal-MPO dawn il-part-timers tpoġġew fuq skali differenti ta' salarji skond il-kwalifiki.", "Meta beda l-proċess iżda, instab li din l-interpretazzjoni tal-paragrafu 2.1.6. tal-Ftehim setgħat toħloq xi anomaliji u anki nġustizzji ma' l-istess ħaddiema.", "Dan il- proċess twaqqaf, u l-ħaddiema nvoluti qed jiġu nformati, u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Management and Personnel Office u r- rappreżentanti tal-Ħaddiema biex tiġi determinata l-iskala ta' salarju li għandha titħallas lill-part-time Instructors kollha li tkun kemm ġusta kif ukoll konformi mal-provvedimenti tal-Ftehim.", "FTEHIM KULTURALI MA' PAJJIŻI BARRANIN", "7680.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ġejjieni qarib huwiex se jiġi ffirmat xi ftehim kulturali ma' xi pajjiż?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jgħaddi din il- mistoqsija lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.", "SKEJJEL - PERITI", "7708.", "L-ONOR.", "JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imqabbda periti privati fuq xogħol ta' skejjel?", "Kif intgħażlu dawn il-periti?", "Min huma dawn il-periti magħżula?", "Kemm hu l-valur ta' xogħol ta' kull perit u proġett?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-preżent il-Periti Joseph Falzon u Joseph Spiteri huma l-konsulenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-programm li din għandha biex tibni skejjel ġodda, estensjonijiet ta' dawk eżistenti u tiġdid ta' skejjel li qatt ma nbnew bħala tali.", "Ukoll il-kumpannija Architecture Project hija l-konsulent tad-Diviżjoni fuq il-proġett ta' riabilitazzjoni tal-Liċeo tal-Bniet Sir Adrian Dingli f'Pembroke.", "Dawn il-konsulenti ntgħażlu wara sejħa pubblika li kienet ġiet ippubblikata f'Settembru ta' l-1994 u l-kuntratti tagħhom għandhom l-approvazzjoni tal- Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ.", "Fil-każ tal-Periti Falzon u Spiteri dawn jitħallsu l-valur ta' Lm500 - għal kull development brief li huma jħejju filwaqt li jitħallsu l-valur ta' Lm10 - fis-siegħa komplessivament sa massimu ta' 60 siegħa fix-xahar.", "Għar-rigward ta' Architecture Project il-ftehim jistipula ħlas fuq bażi lump sum għat-total ta' Lm130,000 - fuq proġett li hu stmat li sejjer jiswa b'kollox madwar Lm1,500,000.", "INSTITUTE OF ENERGY TECHNOLOGY", "7803.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew korsijiet fl-Institute of Energy Technology?", "Kemm hemm persuni jgħallmu f'dan l-institute?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Istitut għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija kien kostitwit permezz ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni, 1988 bil-għan ewlieni li jħeġġeġ ir-riċerka u l-iżvilupp fit-teknoloġija ta' l-enerġija.", "L-Istitut ma joffrix korsijiet, iżda jaċċetta persuni li jirreġistraw u jagħmlu riċerka li twassal għall-grad ta' M.Phil., kif ukoll joffri istruzzjoni u superviżjoni ta' teżijiet ta' studenti minn fakultajiet oħra li jkunu wasslu fl-aħħar sena tal-kors tagħhom.", "Dan l-Istitut għandu tlett membri ta' staff biss li huma kollha nvoluti fir- riċerka.", "UNIVERSITA' - KARTI TA' L-EŻAMI", "7825.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7057?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7057 mogħtija f'din is-seduta.", "TA' QALI ACTION PLAN", "7829.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7383?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7383 mogħtija f'din is-seduta.", "SKEJJEL - MANUTENZJONIJIET", "7882.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-iskejjel tal- Gvern li se jsirulhom xogħlijiet ta' manutenzjoni, l-istima tax-xogħlijiet u liema skejjel se jkollhom ix-xogħlijiet magħmul mid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni u min minnhom se jkunu magħmula mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dan is-sajf qed isir xogħol ta' manutenzjoni fl- iskejjel tal-Gvern.", "Dan ix-xogħol fi skejjel Sekondarji, skejjel tas- Snajja' u skejjel bi Bżonnijiet Speċjali qed isir mill-ħaddiema tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.", "In-numru ta' dawn l- iskejjel huwa ta' 34.", "Hemm xogħlijiet ta' manutenzjoni li bdew isiru f'xi wħud mid-49 skejjel Primarji li se jieħdu ħsiebhom il-Kunsilli Lokali.", "Nittama li b'dan il-mod il-kunsilli lokali se jiksbu esperjenza maniġerjali li 'l quddiem se tiswilhom ta' ġid.", "Il-fondi meħtieġa biex isiru dawn ix-xogħlijiet fl-iskejjel ġew ivvotati taħt il-Vot Kapitali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fl-item \"Refurbishment and Maintenance in Government Schools\" u ġew ipprovduti Lm500,000 (nofs miljun lira Maltin) biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż involuti.", "Waqt li qed isir dan ix-xogħol inqalgħu xi xogħlijiet oħra, li għalkemm ma kienux identifikati ta' prijorita' minn qabel, ġew identifikati hekk mill-Periti u għaldaqstant ikun għaqli li jsiru wkoll dan is-Sajf.", "In-nefqa eżatta ta' dawn ix-xogħlijiet tkun tista' tingħata aktar 'il quddiem.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "7897.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fis-26 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5841, jista' l-Ministru jgħid jekk issa huwiex f'qagħda li jgħid liema huma s-siti li ġew identifikati bħala siti alternattivi għall-Kunsill Nazzjoni taż-Żgħażagħ?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti qed jistenna tweġiba dwar sit alternattiv għall-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "FTEHIM KULTURALI MA' PAJJIŻI BARRANIN", "7963.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7680 magħmula minni fis-16 ta' Lulju, ċioe':", "\"Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ġejjieni qarib huwiex se jiġi ffirmat xi ftehim kulturali ma' xi pajjiż?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7680 mogħtija f'din is-seduta.", "GWARDJANI TAD-DWANA - KUNTRABANDU", "7869.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm u x'tip ta' affarijiet ta' kuntrabandu nqabdu mill-gwardjani tad-dwana s-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "7870.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġraw motor vehicle accidents bejn nofs il-lejl u s- sebgħa ta' fil-għodu nhar is-Sibt u nhar il-Ħadd u fil-festi s-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm weġġgħu gravi u kemm ħafif u kemm mietu waqt dawn l- inċidenti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li ma tinżammx statistika ta' inċidenti tat-traffiku kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Statistika dwar inċidenti tat-traffiku tinżamm xahar b'xahar u sena b'sena.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "7871.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ittieħdux passi kriminali kontra dawk il-ħabsin li tinstabilhom id-droga ġewwa ċ-ċella tagħhom?", "Jekk iva, kemm hemm priġunieri li nstabitilhom id-droga s-sena l-oħra u din is-sena li ttieħdu u/jew se jittieħdu dawn il-passi kontrihom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri li nstabitilhom id-droga ġewwa ċ-ċella tagħhom kien kif jidher hawn taħt : -", "1996 - 7 priġunieri 1997 * - 2 priġunieri", "* (sal-21 ta' Lulju)", "Ninsab infomat ukoll, li kull meta tinstab xi droga jew xi sustanza suspettuża, il-Pulizija dejjem tiġi nformata biex tinvestiga l-każ u jekk jirriżulta li s-sustanza misjuba tkun droga, jittieħdu passi bil-Qorti kif ukoll skond ir-Regolamenti tal-Ħabs kontra l-priġunier ikkonċernat.", "PULIZIJA - INĊIDENTI", "7872.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn hit and run accidents f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm mietu persuni, kemm weġġgħu gravi u ħafif u kemm inqabdu persuni li kienu nvoluti f'dawn il-hit and run accidents?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "STABBILIMENTI TA' DIVERTIMENT - TFAL TAĦT IS-16-IL SENA", "7873.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena jattendu all night rave parties minn meta dawn bdew isiru?", "Jekk inqabdu x'ħin kien meta nqabdu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi ma nqabad ħadd.", "ĦABS ĊIVILI - PERSUNI DROGATI", "7874.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li mietu u/jew li kellhom bżonn imorru l-isptar għal kura wara li ħadu d-droga waqt li kienu l-ħabs jew miżmuma x'imkien ieħor?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika l- perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni.", "QRATI - MANDATI", "8048.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi legali qed jinħarġu mandati kontra min ma ħallasx xi multa meta mhux qed isiru ittri uffiċjali kontra tagħhom qabel ma jinħareġ il-mandat?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nitlob lill-Onor.", "Membru jkun speċifiku ħalli jkunu jistgħu isiru l-indaġini neċessarji.", "QRATI - MULTI", "8049.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ġie stabbilit li l-ispiża amministrattiva biex tinħareġ ittra lil min ma ħallasx xi multa hi Lm2.89?", "Ma jaħsibx il-Ministru li dan hu prezz esaġerat għal sempliċi ittra maħruġa minn Dipartiment tal-Gvern?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Id-dritt ta' Lm2.85c mhux spiża amministrattiva imma d-dritt li joħroġ mit-tariffa annessa mal-Kodiċi ta' Organiżżazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Nħoss illi kemm drittijiet dovuti skond il-liġi lill- Gvern, kif ukoll il-multi,għandhom affitivament jitħallsu u jinġabru fl- interess Pubbliku.", "NTOM - REKLAMAR BARRA MINN MALTA", "8118.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet in-nefqa ta' l-NTOM f'reklamar barra minn pajjiżna fil-perjodu 1/1/97 - 30/6/97?", "F'liema pajjiżi barranin saret il-kampanja ta' reklamar?", "Kemm swiet din il-kampanja f'kull pajjiż?", "Kif titqabbel din in-nefqa man-nefqa simili ta' kull pajjiżi fl-istess perjodu fl-1995 u fl-1996?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali u kunfidenzjali.", "CRUISELINERS", "8119.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' cruise liners li daħlu Malta fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li ġew Malta?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk in-numru ta' persuni li jitqiesu li ġew f'Malta hux it-total tal-persuni kollha li jkun hemm fuq il-vapuri, jew jekk hux in-numru ta' persuni li fil-fatt jinżlu l-art?", "Kemm vapuri talbu u ngħataw permess li minflok fil-port il- kbir jidħlu bil-passiġġieri tagħhom f'partijiet oħra ta' Malta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena ġew Malta 74 Cruise Liners li kellhom fuqhom 42,320 passiġġier.", "In- numru ta' passiġġieri jirrapreżentaw l-ammont kollu ta' passiġġieri li jkun hemm fuq il-Cruise Liners.", "Jiena nformat ukoll li fl-istess perjodu kien hemm Cruise Liner wieħed li talab u ngħata permess li jżur il-gżira ta' Għawdex.", "AWTORITA' TAD-DJAR - XOGĦLIJIET", "8120.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet ta' natura kapitali daħlu għalihom l-Awtorita' tad-Djar bejn l-1/1/97 u t-30/6/97?", "Liema minn dawn ix-xogħlijiet kien jenħtieġilhom il-pemessi tal-Planning Authority?", "Meta saru l-applikazzjonijiet relevanti?", "Meta ħarġu l-permessi neċessarji?", "Kemm kien il-ħlas li tħallas mill-H.A. fuq dawn ix-xogħlijiet fil-perjodu msemmi?", "Meta hu mistenni li jiġu finalizzati dawn ix-xogħlijiet?", "X'se tkun in-nefqa kapitali fuq dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "TELEMALTA - XOGĦLIJIET", "8121.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet ta' natura kapitali daħlet għalihom il-Korporazzjoni Telemalta bejn l-1/1/97 u t-30/6/97?", "Liema minn dawn il-proġetti kien jenħtieġilhom il-permessi tal-Planning Authority?", "Kemm kien il-ħlas li tħallas mill-Korporazzjoni Telemalta fuq dawn il- proġetti fil-perjodu msemmi?", "Meta hu mistenni li jiġu finalizzati dawn il- proġetti?", "X'se tkun in-nefqa kapitali fuq dawn il-proġetti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju, il- Korporazzjoni Telemalta kienet, u għadha, nvoluta f'dawn ix-xogħolijiet :", "1.", "Refurbishment ta' parti mis-Sliema Exchange biex iservi bħala Repair Centre.", "Ma kienux meħtieġa permessi mill-Awtorita ta' l-Ippjanar billi l-proġett kien jinvolvi biss upgrading intern ta' spazju eżistenti u li jaqdi l-istess użu (jiġifieri ma kienx hemm bdil ta' użu).", "F'dan il-perjodu tħallsu Lm 18,200 min-nefqa kapitali totali ta' Lm 43,000.", "Il-proġett tlesta.", "2.", "Extension ta' l-Earth Station fil-Magħtab.", "Il-permessi ngħataw mill- Awtorita ta' l-Ippjanar f'Settembru li għadda.", "Tħallsu Lm77,000 minn nefqa kapitali ta' Lm113,000.", "Il-proġett mistenni jitlesta fl-aħħar tax-xahar id-dieħel.", "3.", "Bini ta' Uffiċini Amministrattivi ġodda f'Timber Wharf, il-Marsa.", "Il-permessi ta' Awtorita ta' l-Ippjanar diġa' ngħataw.", "In-nefqa kapitali hija stmata li se tkun Lm1,300,000.", "Diġa' intnefqu Lm15,000 fi ħlasijiet professjonali, Lm2,000 f'site investigations u Lm12,000 f'permessi.", "Il-proġett mistenni jkun lest f'Ottubru tas-sena d-dieħla.", "4.", "Estensjoni tat-tieni sular ta' l-uffiċini fi Spencer Hill, il- Marsa, li n-nefqa kapitali tagħhom mistennija tkun Lm155,000.", "S'issa għadu ma ntnefaq xejn.", "L-applikazzjoni għall-iżvilupp għadha qed tiġi kkonsidrata.", "Il-proġett huwa mistenni li jitlesta tmien xhur wara li l-Awtorita ta' l-Ippjanar tapprova l-permess.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - TALBIET GĦAL EŻENZJONI", "8122.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal eżenzjoni rċieva l-Ministeru tal- Biedja u Sajd mill-1/7/97 sal-lum?", "Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa?", "X'wassal biex uħud mit-talbiet jintlaqgħu u oħrajn le?", "Kemm kien l-ammont ta' flus li ntnefqu mill-bdiewa/sajjieda li talbu l-eżenzjoni (total)?", "Minn liema lokalita' huma dawk li talbu l-eżenzjoni?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sal-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, il-Ministeru pproċessa 5 applikazzjonijiet.", "S' issa kull applikazzjoni li waslet il-Ministeru għall- verifika u eventwalment għaċ-ċertifikat ta' l-eżenżjoni ġiet milqugħa.", "L- ammont ta' flus għal dak li hu valur C.I.F. taħt l-eżenzjoni fuq l- aplikazzjonijiet imsemmija hu ta' Lm 25,982.79.", "Il-lokalitajiet kienu hekk:", "Rabat (Malta):2; Mġarr (Malta):1; Żebbug (Malta):1; M'Xlokk:1", "DJAR - ĦRUĠ TA' KWOTAZZJONI ĠDIDA", "8123.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal lill-Awtorita' tad-Djar biex fil- ħarġa 60 tagħha timponi kondizzjoni ġdida li tistipula li min se japplika jrid ikun ilu almenu tlett snin joqgħod f'post li hu perikoluż jew substandard biex ikun jista' japplika?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'effett hu mistenni li jkun hemm kawża ta' din il-kondizzjoni ġdida?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din hijiex kondizzjoni ta' darba jew ta' dejjem?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: B'din is-sistema ġdida dawk li l-aktar għandhom bżonn ta' assistenza urġenti jiġu moqdija, l-aktar dawk li jgħixu f'postijiet perikolużi, warajhom dawk li jgħixu f'post substandard.", "Dawk li jgħixu ma' terzi hekk imsejħa hidden homeless jiġu ukoll moqdija fl- inqas żmien possibbli.", "B'hekk, hu ittamat li tibda tonqos xi ftit id-domanda li hija ta' madwar 5,000 fuq id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u f'każ li hemm familji li jgħixu f'postijiet li huma intiżi għar-riabilitazzjoni (slum clearance) din tgħin biex tnaqqas il-problema ta' re-allokazzjoni għalihom.", "Jekk titkompliex din il-kondizzjoni jiddependi mir-rispons ta' l-applikanti u wara li ssir analiżi ta' l-applikazzjonijiet li nkunu rċevejna.", "PRODOTTI VIDEOGRAFIĊI", "8129.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Prodotti videografiċi mhux ta' natura kummerċjali li jiġu ppustjati lil ċittadini Maltin minn barra dejjem jiġu ċċensurati anke jekk min jibgħathom, ma tkunx kumpannija ċinematografika jew videografika b'konnessjoni mal-pornografija jew vjolenza iżda familjari jew ħbieb residenti barra jew kumpanniji ta' natura edukattiva u serja?", "F'dawn il- każi għaliex għandu jħallas għaċ-ċensura l-konsumatur?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li prodotti audovisivi li jintbagħtu bil-Posta huma soġġetti għall-eżami skond l-artiklu 26 ta' l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta, 1975, u skond ir-Regolamenti magħmula taħt l- artiklu 208 tal-kodiċi Kriminali.", "Dawn ir-regolamenti ma jiddistingwux bejn materjal importat għal użu kummerċjali u dak importat għal użu personali.", "Jiena nformat ukoll li fil-preżent l-ebda ħlas m'hu qed jinġabar rigward l-eżami ta' dawn il-prodotti videografiċi.", "Dawn id-drittijiet kienu ġew imħassra bis-saħħa ta' l-Att Legali Nru. 92 ta' l-1992 (bit-titlu Regolamenti ta' l-1992 li jħassru r-Regolamenti dwar id-Drittijiet għall- Eżami ta' Ħwejjeġ tal-Video u taċ-Ċinema.", "PIETA'/BLATA L-BAJDA - POWER CUTS", "8130.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex seħħew power cuts fl-inħawi ta' Tal-Pieta'/Blata l-Bajda nhar l-24 ta' Lulju, 1997?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-qtugħ ta' dawl li kien hemm f'Tal-Pieta' u l-Blata l-Bajda nhar l-24 ta' Lulju, 1997 ġew ikkawżati minħabba ħsara fis-sistema tal-vultaġġ għoli.", "PIETA' - TRIQ H. FRERE", "8131.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq H. Frere, Tal-Pieta' il- kurrent ta' l-elettriku hu tant baxx?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għalkemm ma jirriżultax li l-Korporazzjoni daħħlulha rapporti dwar dawl baxx fil-lokalita' msemmija mill-Onor.", "Membru, l- investigazzjonijiet neċessarji qed isiru biex tkun tista' tiġi individwata l-problema u jittieħdu l-passi meħtieġa.", "ĠNIEN TA' L-ARGOTTI - \"ILJIELI MEDITERRANJI\"", "8132.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess li l-attivitajiet \"Iljieli Mediterranji\" fil-ġonna ta' l-Argotti, l-Furjana jibqgħu għaddejjin b'volum għoli ta' sound sas-2.00 a.m.?", "Għaliex il-Pulizija mhijiex tieħu azzjoni kontra l-organizzaturi peress li r-residenti fl-inħawi ma jifilħux iktar għal dan l-inkonvenjent li ilu jippersisti sena wara l-oħra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi m'hemmx permess sabiex din l- attivita' tibqa' sejra sa l-ħin imsemmi fil-mistoqsija.", "Minkejja li l- Pulizija ma rċeviet ebda rapporti dwar dan l-ilment, l-organizzaturi ġew avżati sabiex il-mistrieħ u l-paċi pubbliku ma jkunux disturbati.", "PBS - APPARAT", "8133.", "L-ONOR.", "LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid mill-24 ta' Ottubru, 1996 sal-lum, il-Public Broadcasting Services Ltd ippermettietx lis-Super 1 Television jew lil Rainbow Productions Ltd jew xi kumpannija oħra relatata, li tagħmel użu (bi ħlas jew bla ħlas) minn xi apparat li huwa proprjeta' ta' l-istess Broadcasting Services Ltd?", "Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l- Prim Ministru jagħti dettalji dwar id-dati, l-apparat, jekk kienx bi ħlas jew le, u fil-każ, l-ammont li tħallas?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li mill-24 ta' Ottubru 1996 ma sar l- ebda ftehim u ma ngħata l-ebda permess biex apparat tal-Public Broadcasting Services Ltd jintuża minn Super 1 Television, Rainbow Productions Ltd jew xi kumpanija oħra relatata.", "SERVIZZ TAL-KORP DIPLOMATIKU - EX-AMBAXXATUR", "8137.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li ex-Ambaxxatur li ismu qiegħed jintbagħat separatament ingħatax l-kariga li jirrivedi l-kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Korp Diplomatiku?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kumpens finanzjarju u jekk tlestiex dan l-inkarigu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "DIPLOMATIĊI", "8138.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista bil-grad ta' dawk id-diplomatiċi msemmija f'rapport li deher f'ġurnal lokali nhar it-Tlieta, 23 ta' Lulju, 1997 ntitolat \"Diplomatiċi f'Ħidma li Tħasseb\"?", "Jista' jagħti wkoll il-lista ta' diplomatiċi barranin li attendew?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "BOV - SKRIVAN", "8139.", "L-ONOR.", "BERTU PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li skrivan mal-Bank of Valletta li ismu qiegħed jintbagħat separatament li kien impjegat bħala Assistent Personali fuq kuntratt ma' l- ex-Ministru Dr G. Demarco: (a) kienx ingħata posting fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra; (b) li waqt il-ħin tax-xogħol kien jattendi kors fid- Diplomazija; (ċ) jekk fl-affermattiv, kellux permess jagħmel dan u minn min ingħata; u (d) jekk dan hux kontra r-regolamenti kif stabbiliti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "UNIVERSITA' - KORS FL-INDUSTRIJA TAL-BINI", "8140.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7919 li saret fil-21 ta' Lulju, u li kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jieħdu sehem fil-kors part- time ta' sentejn fil-Middle Management fl-Industrija tal-Bini li qed isir fl-Universita' ta' Malta?", "Jista' jgħid hux qed isiru lecturers fl-insemmi kors dwar saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FGURA - TRIQ PRINĊIPALI", "8141.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal il-proġett tal-Gvern għar-rigward tat-triq prinċipali fil-Fgura, kemm hi n- nefqa s'issa, kemm hi l-istima tan-nefqa finali u meta hu mistenni li dan il-proġett jitlesta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: S'issa tlesta' x-xogħol tat-tiġdied tas-servizzi u l-bankini l-ġodda u nbeda x-xogħol tal-qlugħ u bini mill-ġdid tas-sodda tat-triq sabiex ikun jista' jingħata l-asfalt.", "Il-fażi preżenti tal-proġett mistennija li tiswa Lm250,000 li minnhom s'issa saru b'kemm jiswa Lm70,000 xogħol.", "Ix-xogħol fuq dan il-fażi mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' Settembru 1997 peress li t-triq trid tinqala' biċċa biċċa biex jibqa' aċċess għar-reżidenti.", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "8142.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid lill-Kamra f'liema livell qed jitħaddem l-impjant tar- riċiklaġġ f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI", "8143.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba tiegħek għall-mistoqsija parlamentari numru 6946, jista' l-Prim Ministru jagħti lista komprensiva ta' xogħol addizzjonali li ntalab s'issa mid-ditta magħżula f'din l-istess kampanja ta' pubbliċita' u xi ħlas addizzjonali intalab f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT ACT", "8144.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm azjendi bbenefikaw taħt l-Industrial Development Act matul l-1996 u f'liema setturi kienu dawn l- ażjendi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw ħaddiema matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'seduta oħra.", "P.A. - PA 5684/96", "8145.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn l-applikazzjoni PA 5684/96 għal estensjoni ta' skola qegħda tkun meqjusa bħala bini mill-ġdid?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn minkejja li din l-applikazzjoni tissodisfa il-legal notice relevanti u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni huwa sodisfatt li tobdi l- ħteġijiet neċessarji, id-Direttorat qiegħed jieħu fit-tul fuq din l- applikazzjoni u jiġġuddikaha skond kriterji mhux pubblikati?", "Jista' jiżgura li l-Case Officer's report jinkiteb mingħajr l-indħul ta' min hu ppreġudikat minn din l-applikazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "P.A. - DĦUL MINN DPF", "8146.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif se tagħmel tajjeb l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għan-nuqqas ta' dħul minn DPF fuq permessi ta' żvilupp?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "VALLETTA - PROĠETT GĦAR-RIABILITAZZJONI TAL-LINJI TAT-TELEFON", "8147.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proġett għar-riabilitazzjoni tal-linji tat- telephone fil-Belt Valletta?", "Min sejjer (jew qiegħed jagħmel) dan ix- xogħol u kemm se jintnefqu flus?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li l- proġett ta' rijabilitazzjoni tal-linji tat-telefon fil-Belt Valletta għandu storja twila, li tmur għal kważi disa' snin, u mqanqla ħafna.", "Ix-xogħol fuq il-proġett beda fl-1988 u għal dan il-għan kien inġieb espert mill-ITU biex jagħmel it-technical specifications.", "Sena wara, fl- 1989, ġiet ippubblikata sejħa għall-pre-qualifications.", "Din it-triq inbidlet u l-proġett ġie mdaħħal fit-Tielet Protokoll Finanzjarju bejn il-Gvern u l-Komunita Ewropea (Novembru 1988 - Ottubru 1993).", "Il-kontribuzzjoni tal-Komunita kienet ta' żewġ miljuni ECU.", "F'Mejju tal-1992, delegazzjoni ta' tlett uffiċjali mill-Korporazzjoni Telemalta marret Brussels biex tiddiskuti d-dewmien fit-tender.", "Dakinhar id-dokumenti ma nstabux!", "F'Awissu ta' l-istess sena, ġiet sottomessa kopja oħra tat-tender permezz tal-Ministeru tal-Finanzi.", "F'Ġunju ta' l-1993 l-Kummissjoni Ewropea qabbdet lill-Ewbank Price tar- Renju Unit sabiex jipprovdu assistenza teknika.", "Dawn kellhom jirrevedu l- ispeċifikazzjonijiet tekniċi.", "F'Jannar ta' l-1994, it-tender reġa ġie sottomess lill-Ministeru tal- Finanzi biex jiġi evalwat mill-Kummissjoni Ewropea.", "Tlett xhur wara, f'Marzu ta' l-1994, ġiet Malta delegazzjoni sabiex tiddiskuti l-proġett.", "F'Ġunju, mbagħad, il-kondizzjonijiet tat-tender kellhom jiġu ristrutturati sabiex jinkludu xi kondizzjonijiet tal-Komunita' Ewropea.", "Fil-bidu ta' Lulju 1994, ġie sottomess dokument finali, liema dokument reġa ntilef.", "F'Ottubru 1995 ġie ffirmat kuntratt mal-European Telecommunications Consultancy Organisation (ETCO) għal konsultazzjoni fil-kitba tat-tender mill-ġdid sabiex jiġi nkluż il-fibre optic cable.", "F'April 1996, ġie approvat tender document ġdid mill-Komunita' Ewropea għall-approvazzjoni, liema dokument ġie approvat fi Frar ta' din is-sena, taħt amministrazzjoni Laburista, wara intervent mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Kulma ried jinbidel f'dan it-tender kienet Tabella ta' Riferenza u l-metodu ta' pagament lill-kuntratturi li jirbħu t-tender.", "Minn naħa tagħha, it-Telemalta kien fadlilha ssib l-aħħar kamra minn sitta fejn tpoġġi apparat fil-Belt.", "Din il-kamra ġiet identifikata, iżda b'ittra tas-7 ta' Mejju 1996 (Ref.OPM/606/87/2/Vol 15), is-Sur Richard Cachia Caruana, allura Assistent Personali tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, ta parir lill-Kummissarju tal-Artijiet li ma jara xejn li jissuġġerixxi li t-talba tat-Telemalta kellha tintlaqa.", "Anzi, S-Sur Cachia Caruana talab lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex ifakkar lit-Telemalta li taħt il-Main Guard kien se jinbena Car Park u dan seta jipprovdi l-post fejn jitpoġġa t-tagħmir ta' switching u transmission.", "Kieku qagħdna nistennew il-parir tas-Sur Cachia Caruana, kieku l-proġett kien idum ma jibda snin u konna nitilfu wkoll l-għajnuna mwiegħda mill-Kommunita' Ewropea!", "Biss, minħabba l-parir tas-Sur Cachia Caruana, il-Korporazzjoni kellha toħroġ tender għax-xiri ta' post alternattiv għall-kamra miċħuda.", "U din kienet se ddaħħalna fi spiża żejda u bla bżonn ta' Lm60,000.", "Malli nbidlet l-amministrazzjoni, aħna konna għaqlin biżżejjed biex it-talba tat-Telemalta, li kienet ġustifikata, aċċettajniha u hekk iffrankajna dawn l-ispejjeż bla sens, li fuq kollox, kienu se jintnefqu minn flus il-poplu.", "Sibna wkoll problema oħra kbira, dik tal-ħlas tal- konsulenti.", "Iżda għal darb'oħra, bil-għaqal tal-Gvern preżenti, din il-problema ġiet riżolta.", "It-tħejjija tat-tender documents issa tinsab fi stadju avvanzat ħafna u dalwaqt mistennija toħroġ it-tender.", "L-ispiża tal-proġett hija stmata li se tkun ta' Lm2,390,000, li minnhom żewġ miljun ECU se jingħataw mill-Unjoni Ewropea.", "TURIŻMU", "8148.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim dwar it-turiżmu milħuq bejn Malta u t-Turkija?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim dwar it- Turizmu milħuq bejn Malta u t-Turkija.", "BIDWI/GABILLOT/SAJJIED - ESTENSJONI", "8149.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Kemm-il darba bidwi/gabillot/sajjied jinħariġlu ċertifikat ta' eżenzjoni mill-ħlas ta' l-ETI/ETP/ETS, jista' l-Ministru jgħid wara kemm (perijodu ta' żmien) l-istess bidwi/gabillot/sajjied jieħu r-refund (ovvjament minn meta jkun applika) kif ukoll jekk dan il-perijodu hux marbut mat-turnover tal-bidwi/gabillot/sajjied?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mid-domanda nikkonferma li l-Onor.", "Interpellant għadu lanqas biss fehem il-prinċipji bażiċi tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni u mhux ta' b'xejn li qiegħed jħawwad l-imħuħ tal-bdiewa, raħħala u sajjieda meta huwa stess ma jafx x'tgħid il-liġi.", "Biex inkun ta' għajnuna għall-Onor.", "Membru nirriferih għall-Guidlines for Exemption from E.T.I. u Guidelines for Refunds under Para(4) of Article of the Customs and Excise Tax Act li kienu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta' Ġunju, 1997.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - VETTURI", "8150.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1985 sa l-1997 u speċifikament għall- perijodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju, kemm kien rispettivament l- ammont ta' (a) diesel; (b) petrol (leaded u unleaded flimkien) li ġew ikkunsmati mill-vetturi kollha (tructors, trucks, cars, impressed cars, eċċ) li huma mmaniġġjati mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd (ovvjament inklużi d-dipartimenti kollha)?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "WSC - BEJGĦ TA' L-ILMA", "8152.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid - sena b'sena, bejn l-1992 u l- 1997 u speċifikament għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ġunju - kemm kien id-dħul (revenue) mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-bejgħ ta' l-ilma?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ENEMALTA - ENERĠIJA ELETTRIKA", "8153.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid - sena b'sena, bejn l-1991 u l-1997 u speċifikament għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ġunju - kemm kien id-dħul (revenue) mill-Korporazzjoni Enemalta mill-bejgħ ta' enerġija elettrika?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-dħul (flus u mhux bejgħ) mill-elettriku fil- perjodi ndikati mill-Onor.", "Membru huwa kif ġej:", "Lm 1991 11,846,024 1992 14,279,909 1993 14,859,103 1994 16,223,354 1995 17,314,802 1996 15,919,621 1997 18,429,685", "ENEMALTA - BEJGĦ TA' PRODOTTI", "8154.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid - sena b'sena u speċifikament għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju għas-snin 1994 sa l-1997 - kemm kien il-bejgħ tas-segwenti prodotti mill-Korporazzjoni Enemalta: 1) petrol (leaded u unleaded flimkien); 2) diesel (eskluż dak użat fil-gas turbines u eskluż dak użat għall-bunkering); 3) gas L.P.G. (ibbottiljat fiċ-ċilindri); 4) Jet A1 - (KERO) - fl-ajruport?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "ŻURRIEQ - MAIN TAD-DRENAĠĠ", "8155.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiġi mkabbar u msaħħaħ il-main tad-drenaġġ f'Valletta Road, Żurrieq kif ukoll wara li jsir l-istess xogħol (idealment fix-xhur tas-sajf), jiġi mogħti wiċċ ġdid ta' tarmac adegwat lill-istess arterja prinċipali li hija l- aċċess prinċipali għaż-Żurrieq u għal Wied iż-Żurrieq?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "FURJANA - TRIQ SANT'ANNA", "8157.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku ħdejn it-traffic lights minn mindu saru fi Triq Sant'Anna, fil-Furjana?", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex issir sistema alternattiva minflok it-traffic lights li tnaqqas l-inċidenti stradali bla ma tkun ta' xkiel għat-traffiku?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li ħdejn it-traffic lights tal- Furjana minn mindu twaħħlu kien hemm 25 kolliżjoni u żewġ aċċidenti li jinvolvu pedestrians.", "Intlaħaq ftehim mal-Kunsill tal-Furjana dwar ix-xogħol li għandu jsir fis- subways eżistenti u dawn maħsub li jinbeda f'qasir żmien.", "ITALJA - KONKORSI TAL-KANZUNETTI", "8158.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7885?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUMITAT RESPONSABBLI MILL-PERMESSI TA' ARMI", "8159.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7839?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "RANGES TA' L-ISPARAR - UŻU TA' AIRGUNS", "8160.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7838?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MALTAFEST - SPIŻA", "8161.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7837?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNĊERTI/SPETTAKLI/DRAMA", "8162.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7836?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTAFEST", "8163.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7835?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻABBAR - TRIQ KAHWILA", "8164.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi asfaltata Kaħwiela Street ġo Ħaż-Żabbar minħabba li r-residenti ta' din it- triq huma preokkupati peress li l-mains ta' l-ilma jinsabu fil-wiċċ minħabba li t-triq m'hijiex asfaltata u bil-konsegwenza ta' hekk dawn jistgħu faċilment jitkissru meta l-karozzi jgħaddu minn fuqhom bil- konsegwenza li r-residenti jkollhom ibatu l-ispejjeż?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-asfalt ta' Triq Kaħwiela ma jistax isir qabel ma t-triq tkun żviluppat biżżejjed u s-servizzi ta' l-ilma jkunu tqiegħdu b'mod permanenti.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - KUNTRATT GĦALL-PUBBLIĊITA'", "8170.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6946, jista' l- Prim Ministru jispjega fuq liema bażi ntgħażlu t-tliet ditti ndikati minnu biex jikkwotaw ad esklużjoni ta' diversi ditti magħrufa fil-pajjiż fil- qasam tal-pubbliċita'?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tlett ditti magħżula biex jikkwotaw huma ditti serji u mqabbdin sew fil-qasam ta' pubbliċita'.", "Ikun invidjuż li wieħed joqgħod jipparaguna ma ditti oħra, mhux l-anqas għax, fin-nofs, hemm involuti prinċipji kummerċjali u ta' marketing.", "Li hu ċert, madankollu, hu li x-xogħol finali kien ta' kwalita' sodisfaċenti ħafna u tlesta fil-ħin.", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "8171.", "L-ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra meta l-Gvern beħsiebu jimplimenta r- rakkmandazzjoni li saret fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti, sabiex isiru x-xogħlijiet kollha meħtieġa ħalli l-impjant ta' riċiklaġġ f'Wied il- Għajn jibda jaħdem b'sistema ta' tunnel composting?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MUŻEWIJIET - ĦINIJIET TAL-FTUĦ", "8172.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li dan l-aħħar il-Ministru ġie rrapportat li qal li kienu se jsiru arranġamenti biex fix-xhur tas-sajf il-mużewijiet jiftħu f'ħinijiet mhux tas-soltu biex aktar jinqdew il-ħinijiet konnessi mat-turiżmu, jaf il- Ministru li l-esperiment sar fl-1995 u li d-Dipartiment tal-Mużew għandu dettalji li fuqhom jistgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Iva, naf li dan l-esperiment sar u falla fl-1995.", "SPTAR MONTE CARMELI - TRASFERIMENT TA' ĦADDIEM", "8176.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Wara l-wegħda tal- Prim Ministru fil-Qrendi f'waħda mil-laqgħat tiegħu mal-pubbliku nhar ta' Ħadd fil-għodu, jiġifieri li t-transfer ta' ħaddiema m'għandux iġib telf fir-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet tax-xogħol li jkun igawdi l-ħaddiem, jista' l-Prim Ministru: a) jispjega d-dettall tat-telf li sofriet il- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament bit-transfer mill- Isptar Monte Carmeli għar-rigward ta' kondizzjonijiet tax-xogħol u remunerazzjoni; b) jgħid kemm jammonta t-telf fi flus f'sena; c) jgħid x'raġunijiet ingħataw għal dan it-transfer u min assuma r-responsabbilta' għal dawn ir-raġunijiet; u d) jassigura li din il-persuna tieħu l-ġustizzja li wiegħed il-Prim Ministru?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru ġiet ittrasferita skond l-esiġenzi tas-servizz u ma tilfet xejn minn dak li hi ntitolata għaliha skond il-grad tagħha.", "Naturalment wieħed ma jistax jippretendi li l-extras li wieħed jista' possibilment jaqla' f'dipartiment partikolari għandu jibqa' jaqlagħhom hu biss għal dejjem.", "SPTAR MONTE CARMELI - TRASFERIMENT TA' ĦADDIEM", "8177.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Wara d-dikjarazzjoni tal-Ministru lill- MUMN li mhux se jippermetti aktar \"tranfers vendikattivi\" fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, jista' l-Ministru, b'riferenza għat-trasferiment tal- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mill-Isptar Monte Carmeli, jinforma lill-Kamra: a) minn min fl-Isptar Monte Carmeli oriġinat it-talba għat-trasferiment; b) x'raġunijiet inġiebu fil-konfront ta' din il-persuna; c) jekk qattx xi uffiċjal informa lil din il-persuna b'dawn ir-raġunijiet, jekk kien hemm; d) min u meta fl-Isptar Monte Carmeli awtorizza bil-firma tiegħu t-talba għat-trasferiment; e) min u meta għamel it-talba lid-Direttur tar-Riżorsi Umani tad-Diviżjoni tas-Saħħa; f) taħt il-firma ta' min u meta saret it-talba lill-MPO fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal dan it-trasferiment; g) qattx sar xi ilment formali kontra din il-persuna dwar ksur ta' dixxiplina, etika, regoli jew dwar xi nuqqas ta' dmirijietu?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha konnessi ma' dan it-transfer?", "Min u xi grad għandha l-persuna li qed tagħmel ix-xogħol li kien jagħmel fl-Isptar Monte Carmeli l-persuna li ġiet trasferita?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-proċeduri għat-transfer tal-persuna kkonċernata saret bħal dik li ssir fi transfers oħra.", "Il-file personali tal-persuna kkonċernata m'għadux fid-Dipartiment tas- Saħħa.", "KUNSILL TA' L-EDUKAZZJONI", "8178.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l- Kunsill ta' l-Edukazzjoni mill-1 ta' Novembru, 1996 s'issa?", "X'kienet l- agenda ta' dawn il-laqgħat?", "Il-Ministru qatt attenda jew kellem lil dan il- kunsill kemm ilu fil-ħatra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5644 mogħtija f'seduta 71.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI TA' ĦADDIEMA", "8179.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li seħħew it-transfers tal-ħaddiema tal- Maintenance Unit fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers?", "Kif intgħażlu l-ħaddiema li baqgħu fid-Diviżjoni u dawk li ntbagħtu fl-iskejjel?", "X'tip ta' xogħol hu mistenni li jiġu mqabbda jagħmlu dawn il-ħaddiema fl-iskejjel?", "Kien hemm xi ħaddiema li ġew trasferiti għal xi ministeru ieħor u jekk iva, lil liema ministeru u kemm kienu fin-numru?", "Kien hemm xi ħaddiema li għamlu xi tentattiv mad- Diviżjoni biex jibdlu dan it-transfer minħabba raġunijiet validi?", "Jekk iva, kemm intlaqgħu minn dawn it-talbiet?", "Kien hemm xi konsultazzjonijiet mal-GWU dwar dawn it-transfers?", "Kien hemm xi konsultazzjonijiet ma' l-MUT dwar ir-responsabbiltajiet ġodda li kellhom jitgħabbew bihom il-kapijiet ta' l-iskejjel b'dawn il-ħaddiema ġodda?", "Min se joħroġ l-ispejjeż tal- materja prima u spejjeż ta' għodod li jridu jużaw dawn il-ħaddiema fl- iskejjel fejn ġew trasferiti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5645 mogħtija f'seduta 71.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TIPJIP FOST TFAL U ŻGĦAŻAGĦ", "8180.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: X'inhu jagħmel il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex irażżan jew jelimina t-tipjip fost tfal u żgħażagħ?", "Hemm xi studju dwar smoking habits fost l-istudenti li l-Ministeru jaf bih u qed jaħdem fuqu?", "Jekk m'hemmx dan it-tip ta' studju, jaħseb il-Ministru li jkun utli li jsir ħalli jkollna stampa ċara ta' x'jaħsbu u x'jagħmlu ż-żgħażagħ dwar it- tipjip?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5646 mogħtija f'Seduta 72.", "SKEJJEL - REMEDIAL EDUCATION", "8181.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-Early Literacy Programme, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwal ir-Remedial Education biex jieħu wkoll il-klassijiet wara t-Tieni Klassi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5647 mogħtija f'Seduta 72.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - AKKWIST TA' ART", "8188.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop pubbliku ta' l- akkwist ta' l-art skond avviż numru 324 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat- 2 ta' Mejju, 1997?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-għan taż l-esproprju hu biex ikun hemm aċċess aħjar għal parti mill-foss li hemm madwar iċ-Ċittadella.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8191.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta se tiġi żgumbrata persuna li isimha qed jintbagħat separatament mill-fond li qed tokkupa llegalment?", "Jaf il-Ministru li d- dipartiment ilu xhur biex juri fond alternattiv lill-persuna konċernata?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ilha toqgħod fil-post mill-1979 u m'hemm l-ebda indikazzjoni meta se tkun żgumbrata.", "It-talba tagħha għall-post alternattiv qed tiġi kkonsidrata.", "SAĦĦA - KONSULENTI", "8195.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru W290 li saret f'Marzu, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija se titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ŻABBAR - TRIQ IL-WIESA' - TORRI", "8204.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni sabiex jittieħed it-Torri ta' Triq il-Wiesa', Żabbar?", "Jista' l-Ministru jgħid f'idejn min qiegħed fil-preżent?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex lest li jafda t-torri f'idejn persuni li verament jindokrawh bħal \"Din l- art ħelwa\"?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Kien hemm applikazzjonijiet biex jittieħed dan it-Torri li ġew irrifjutati peress li dan hu mikri.", "Dan it-torri hu mikri lis-Sur Franco Serracino Inglott li bħala kerrej huwa marbut li jżomm il-fond fi stat tajjeb ta' manutenzjoni.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - KUNTRATT GĦALL-PUBBLIĊITA'", "8224.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- kampanja pubbli[itarja konnessa ma' l-introduzzjoni tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Plus Advertising Ltd ġietx mitluba tagħmel aktar xogħol minn dak indikat mid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni meta talab il-quotation kif imsemmi f'mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6946?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - KUNTRATT GĦALL-PUBBLIĊITA'", "8225.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- kampanja pubbliċitarja konnessa ma' l-introduzzjoni tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment ta' l- Informazzjoni għażel li jitlob quotations mingħand Visual Trends & Co. Ltd., Velprint Ltd., u Plus Adertising Co. Ltd. u mhux minn kumpanniji ta' reklamar oħra?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk id-Direttur ta' l- Informazzjoni ngħatax xi struzzjonijiet lil min jitlob quotations u jekk iva, min tahomlu?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll għaliex ġew skartati kumpanniji oħra li huma aktar rinomati fil-qasam tal-pubbliċita' u aktar attrezzati biex jagħtu servizz?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt illum għall-mistoqsija parlamentari numru 8170.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - IMPJEGATI", "8226.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W653 li saret f'Mejju, 1997?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma ġew impjegati l-ebda ndividwi fuq bażi casual mal-Ministeru tal-Biedja u Sajd mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997.", "CATAMARAN VICTORIA EXPRESS", "8228.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Billi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6274 hemm indikat is-sussidju meħtieġ mill-Gvern f'forma ta' eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fuel biex jitħaddem is-servizz bil-Catamaran bejn Malta w Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tal-Finanzi minn Ottubru 1996 'il hawn ġiex avviċinat biex jagħti l-konsiderazzjoni tiegħu?", "Jekk fl- affermattiv, meta u x'kienet ir-reazzjoni?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6632.", "CATAMARAN VICTORIA EXPRESS", "8229.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6274, fejn jinqal li l-kiri tal-Catamaran lill- kumpannija privata ġie approvat mid-diretturi tal-Gozo Channel fil-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tat-12 ta' Mejju, 1997, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Minuti relattivi in vista tal-fatt li diversi diretturi f'intervisti li sarulhom stqarrew il-kuntrarju?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: M'hijiex il-prattika li l-minuti ta' kumpannija kummerċjali jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Madanakollu ninforma lill-Onor.", "Membru li ċ-Chairman tal-Gozo Channel, meta kien qed jinnegozja l-kiri tal-Catamaran, kien għamilha ċara lil min kien se jikri, li dan kien soġġett għar-ratifika tal-Bord tad-Diretturi tal- Gozo Channel.", "Fil-fatt,. fil-Bord li sar fit-23 ta' Mejju, (u mhux fit-12 ta' Mejju kif kienet ġiet informata il-MIMCOL bi żvista) ċ-Chairman tal-Gozo Channel informa lid-Diretturi bid-dettalji tal-kiri tal-Catamaran.", "Saret diskussjoni fejn il-maġġoranza kbira tad-Diretturi ma oġġezzjonawx għall- kiri u għalhekk il-kumpannija ikkonfermat il-kiri lill-kumpannija privata li għamlet l-aħjar offerta.", "MV GĦAWDEX", "8230.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm għamel trips ta' kull xahar l-MV Għawdex bejn il-gżejjer Maltin fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra u ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif ġej:-", "1996 1997 JANNAR 54 1 FRAR 143 33 MARZU 219 41 APRIL 368 197 MEJJU 484 65 ĠUNJU 195 9 TOTAL 1463 346", "GĦAWDEX - DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI", "8231.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-Dipartiment ta' l-Anzjani f'Għawdex ma baqax jorganizza ħarġiet soċjali/kulturali għall-anzjani?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-attivita' terġa' tingrana?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-ħarġiet socjali u kulturali għall-anzjani għadhom fil-programm tad-Dipartiment.", "Il-ħsieb għal din is-sena kien li ma jsirux fl-istagun tas-Sajf, imma isiru aktar tard biex tonqos l-inkonvenjenza għall-anzjani.", "SPTARIJIET TAL-GVERN - WARD CLERK", "8232.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 6888 minn fejn jirriżulta li kienet ħarġet sejħa għall- applikazzjonijiet mill-PSC għall-mili ta' postijiet Ward Clerical Assistants fil-21/4/95 għall-Isptar ta' Għawdex, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar u minn min qiegħed isir?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Is-sejħa għall-applikazzjonijiet li għaliha qed jirriferi l-Onor Interpellant, bħas-sejħiet l-oħra kollha, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Għalhekk m'inix f'qagħda li nagħti risposta għal din il-mistoqsija parlamentari.", "IMPJIEGI - UNEMPLOYMENT ASSISTANCE", "8233.", "L-ONOR.", "ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għal kemm kien jammonta l-unemployment assistance li nħareġ mid-dipartiment konċernat f'Għawdex fl-aħħar ta' Ottubru, 1996 u kemm kien fl-aħħar ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "BANEK - COMMERCIAL BANK LOANS", "8234.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-commercial bank loans fuq house purchases sena b'sena, mill-1987 sa l-1993?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TARXIEN - TRIQ DUN KARM SANT", "8235.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien hijiex se tiġi asfaltata kollha u hux se jkollha bankini kollha kemm hi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ninsab informat li x-xogħol fi Triq Dun Karm Sant jikkonsisti f'dak kollu li meħtieġ bħalma jsir f'toroq oħra.", "TARXIEN - TRIQ DUN KARM SANT", "8236.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li tiżdied il-provvista tad-dawl fuq barra fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minn investigazzjonijiet li għamlet il-korporazzjoni jirriżula li jinħtieġu żewġ lampi oħra fil-post imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "Estimi għal dan ix-xogħol se jsiru u jiġu mgħoddija għall-approvazzjoni.", "ŻEJTUN - TRIQ XROB L-GĦAĠIN", "8239.", "L-ONOR.", "JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4487 u 6506 u t-tweġibiet mogħtija għalihom, jista' jekk jogħġbu l- Ministru jikkonsidra jekk bl-easements li qed isiru hux se jiġu moqdija biss ir-residenti ta' l-inħawi tan-naħa t'isfel ta' Triq Anton Buttigieg, filwaqt li dawk ta' Tal-Kotob m'humiex?", "Jikkonferma l-Ministru li b'dan il- mod se jgħabbi aktar is-sistema li diġa' qed ikollha ħafna sbruffar ta' drenaġġ fl-inħawi ta' taħt Triq Bugħarbiel?", "Mhux aktar għaqli li titkompla kif kienet qegħda l-arterja li tiela' mit-Triq tar-Ramla St. Thomas Bay Rd.?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8240.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta se tingħata fond alternattiv il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jaf il-Ministru li din il-persuna tgħix f'post perikoluż?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed ikun ikkonsidrat fid- dawl tal-568 każ ieħor fl-istess kategorija ta' nies li għandhom periklu.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8241.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif u progress report dwar applikazzjoni tal-persuna li l-indirizz tagħha qed jintbagħat separatament, liema persuna, kif għandu jirriżulta mill-file, hija f'qagħda mill-aktar urġenti u ilha snin tipprova takkwista fond alternattiv?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed ikun ikkonsidrat.", "Ma jidhirx li hemm xi progress li wieħed jista' jirrapporta dwaru.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8242.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta se tingħata fond alternattiv il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jaf il-Ministru li din il-persuna sgassat fond biex ma tibqax tgħix fit-triq?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Id-dipartiment għandu instruzzjonijiet illi ma jalloka ebda post lil squatters li jkunu jokkupaw postijiet illegalment.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8243.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid meta se tingħata fond alternattiv il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jaf il-Ministru li din il-persuna tgħix ma seba' persuni oħra f'dar waħda?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ qed ikun ikkonsidrat.", "DJAR - FOND SUBSTANDARD", "8244.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jaf il- Ministru li l-post tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kien waqa' bi splużjoni u minfloku ngħata fond ieħor li huwa substandard?", "Jaf il-Ministru li għalkemm kienu wegħduh li l-post tiegħu se jiġi rranġat baqa' ma sar xejn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna ndikata ġiet allokata l-post fejn toqgħod fuq talba tagħha stess bħala att umanitarju.", "Hi kienet toqgħod ma' persuna oħra fil-post li ġġarraf fi splużjoni iżda għażlet li ma tmurx fil-post offrut lil din l-persuna.", "Infurmat ukoll li din l-persuna m'għandha l-ebda applikazzjoni mad-Dipartiment.", "P.A. - PERMESSI TA' L-IŻVILUPP", "8245.", "L-ONOR.", "JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jagħmel sabiex case law stabbilita mill-Bord ta' l-Appell ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tidħol fil-kriterja li fuqhom ikunu ġġudikati l- permessi ta' l-iżvilupp?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "WIED IL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "8247.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8006, jista' l- Ministru jpoġġi kopja tar-rapport li pprepara l-Istitut CIHEAM għall- proġett ta' Wied il-Qlejja?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kopja tar-rapport mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - SNIETER LIĊENZJATI", "8248.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7655, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn joqogħdu l-persuni (raħal b'raħal) li kellhom snieter liċenzjati għall-ewwel darba minn Jannar sa Ġunju 1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PALAZZ TA' BIGHI", "8249.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7594, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Att kif emendah il-Prim Ministru f'Mejju, 1997?", "Jista' l-Ministru jgħid x'post alternattiv se jagħti l-gvern preżenti lill-Fondazzjoni għax-Xjenza u Teknoloġija sabiex jissostitwixxi l-bini li l-gvern preċedenti ta lill-istess Fondazzjoni f'Bighi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-indirizz il-ġdid tal-Fondazzjoni għax-Xjenza u Teknoloġija hu 36, Triq Żekka, Valletta.", "Kopja ta' l-Att kif emendat f'Mejju 1997 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PEMBROKE - GĦOTI TA' GROUND", "8250.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu fuq it- talba li rriferejt għaliha fil-mistoqsijiet parlamentari numri 7593 u 6735 b'konnessjoni ma' l-ittra li l-club ta' Athleta Pembroke bagħat lill- awtoritajiet governattivi fit-18/7/95?", "Il-club qed jiġi mitlub jagħmel talba oħra fid-dawl tal-bdil fl-amministrazzjoni governattiva?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TOROQ", "8251.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7830, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li għamlu l-kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li l-informazzjoni nġabret primarjament mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SAN ĠILJAN - TRIQ SAN GORĠ", "8257.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-traffic lights f'St. George's Street, San Ġiljan jerġgħu jiġu ri-attivati peress li fl-inkroċju qed ikun hemm ta' spiss (fil-għaxijiet) kaos tat-traffiku u anke periklu?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed jitwaqqaf Unit fi ħdan id-Dipartiment tat- Toroq sabiex jibda jara illi t-traffic lights kollha li twaħħlu tibda ssirilhom manutenzjoni regolari, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu dejjem mixgħula.", "It-traffic lights imsemmija ġratilhom ħsara fil-control panel barra ħsarat oħra li ġarrbu mit-traffiku, u qed jittieħdu passi sabiex dawn jerġgħu jinxtegħelu.", "MALTA UNIVERSITY SERVICES LTD", "8258.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif il-Malta University Services Ltd aċċettat proposta tal-Project Manager Martin Attard Montalto li dawn jieħdu performance bonus u ħaddiema oħra li huma sekondati mill- Works Department ma jingħataw l-ebda ħlas?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex oħrajn sekondati, inkluż barranija ġew preferuti u ngħataw dan il-performance bonus?", "Il-Ministru jara li dan huwa każ ċar ta' diskriminazzjoni u li għandha ssir investigazzjoni minnufih?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "W701.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu: 1) jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u 2) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-aġenziji tal-kiri tal-karozzi wżati u l-infiq għalihom fid-dikasteru li għalih jien responsabbli matul il- perjodu ndikat mill-Onor.", "Interpellant, hu kif se nsemmi:-", "Ministeru tal-Edukazzjoni", "1.Butterfly Garage Lm 516.00 2.Swift Rent-a-Car Lm 1,976.00", "Diviżjoni tal-Edukazzjoni", "1.Swift Rent-a-Car Lm11,198.00 2.Butterfly Garage Co. Ltd Lm 5,585.00 3.Autorentals Co. Ltd Lm 405.00 4.France Garage Lm 847.00 5.Britannia Enterprises Lm 980.00", "Segretarjat Parlamentari", "1.Sutorentals Co. Ltd Lm 2,970.71 2.Delcarm Lm 1,638.18", "Dipartiment tal-Mużewijiet", "1.Autorentals Co. Ltd Lm 891.25 2.Butterfly Garage Lm 669.19 3.Lawrence Mercieca Lm 984.40", "Dipartiment tal-Eżamijiet", "1.Butterfly Garage Lm 26.22", "Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija", "1.Europcar Lm 282.90", "Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali", "1.Wembley Garage Lm 78.71 2.Swift Rent-a-Car Ltd Lm 15.00", "Id-Dipartiment tal-Bibljoteki w Arkivji ma' għamel użu mill-ebda aġenzija tal-kiri ta' karozzi fil-perjodu msemmi."]} {"filename": "19980506_214d_par.doc", "date": "1998-05-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 214 L-Erbgħa, 6 ta' Mejju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 214", "L-Erbgħa, 6 ta' Mejju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "214", "L-Erbgħa, 6 ta' Mejju, 1998", "WERREJ MINUTI 736", "MISTOQSJIET-TWEĠIBIET ORALI 736", "TQEGĦID TA' KARTI 741", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI (IT-TIENI QARI) CIVIL PROTECTION BILL (SECOND READING) 743", "AĠĠORNAMENT 764", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 769", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 782", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 213 li saret fl-5 ta' Mejju, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSJIET-TWEĠIBIET ORALI", "WIED IL-GĦAJN - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "13338.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Edwin Vassallo) staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq il-Buttar, Wied il-Għajn baqgħet ma saritx?", "Veru li l-vot tad-dipartiment tad-drenaġġ diġa' spiċċa?", "Jista' l-Ministru jindika kif se jsolvi l-problemi li jistgħu jinqalgħu rigward tenders u estensjonijiet u bdil ta' katusi aktar tard din is-sena jekk il-vot diġa' spiċċa?", "Għaliex id-dipartiment tad-drenaġġ baqa' mingħajr direttur u x'se jiġri mill-ħaddiema fl-istess dipartiment?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): It- tender għal xogħlijiet ta' drenaġġ fi triq il-Buttar, M'Scala kienet preparata fl-1996 imma x-xogħol ma kienx sar minħabba investigazzjonijiet interni fi ħdan id-dipartiment wara allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet fl-għoti tal-kuntratt.", "Il-vot tad-dipartiment tad-drenaġġ għal estenzjonijiet kien kollu committed skond pjan ta' prijorita' mħejji mid-dipartiment.", "Hemm vot speċjali għal xogħlijiet straordinarji li jistgħu jinqalgħu matul is-sena.", "Is-sejħa għal direttur f'dan id-dipartiment inħarġet.", "Hemm il-ħsieb li fil-futur qarib dan id-dipartiment jifforma parti mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Dan isir wara diskussjonijiet li għad iridu jsiru mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supllimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, fir-risposta jingħad li x-xogħol imsemmi ma kienx sar minħabba investigazzjonijiet dwar allegazzjoni ta' irregolaritajiet fl-għoti tal-kuntratt.", "Jista' l-Ministru jgħid x'riżultat taw l-investigazzjonijiet li saru wara din l-allegazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, skond l-informazzjoni li għandi hawnhekk kienet l-accounts section li nformat lid-dipartiment li hemm xi problemi ta' fondi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, meta fil-Gazzetta tal-Gvern għadhom joħorġu offerti għal estensjonijiet tad-drenaġġ, u meta llum biex wieħed jibni bilfors irid jikkomunika mas-sistema tad-drenaġġ, kif jista' jkun li l-vot tad-dipartiment tad-drenaġġ diġa' spiċċa?", "Forsi saru xi ħlasijiet li kellhom jitħallsu qabel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, naħseb li l-Onor.", "Membru ma kienx attent biżżejjed għax kieku kien jinduna li jiena għidt li l-vot kien kollu committed u m'għidtx dak li qed jgħid hu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni jgħidilna b'liema mod ġie committed il-vot tad-dipartiment tad-drenaġġ?", "Jista' jgħid ukoll meta se jsiru, jekk se jsiru, l-estensjonijiet li għad fadal isiru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, peress li l-mistoqsija oriġinali kienet fuq triq ġewwa Wied il-Għajn, mhux possibbli li f'dan il-mument ikolli l- informazzjoni li qed jitlob l-Onor. interpellant.", "Għalhekk nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub sabiex tinġabar l-informazzjoni ħalli jkun jista' jingħata risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, diversi drabi fil-passat il-Ministru Buhagiar ta indikazzjoni li se jkun hemm xi kontrolli aħjar fil-mod ta' kif isiru t-tenders.", "Il-Ministru huwa f'pożizzjoni jgħidilna jekk attwalment inbidlux il-proċeduri tal-ħruġ tat-tenders u, jekk inbidlu, minn meta nbidlu u meta ġew applikati?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, ċertament li m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, naħseb li l-Ministru Mizzi japprezza li mhux tort tiegħi li l-ministru responsabbli mhuwiex preżenti bħalissa.", "Pero' nixtieq inkun naf mingħandu, bħala ministru tal-Kabinett, jekk għandux xi indikazzjoni li seta' kien hemm tibdiliet għar-rigward ta' ħruġ ta' tenders, speċifikament għad-dipartiment tax-xogħlijiet.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, li tkun ministru ma jfissirx li tkun taf kollox fuq kwalunkwe ħaġa!", "Kultant bilfors tirriferi lill-uffiċjali tad- dipartiment konċernat biex tagħti risposta bħal din.", "Għalhekk nerġa' ngħidlu li m'iniex f'pożizzjoni li nirrispondih għal din il-mistoqsija u nitolbu biex jagħmel mistoqsija bil-miktub, u naċċertah li l-ministru responsabbli jagħtih l-informazzjoni wara li d-dipartiment konċernat jagħmel ir-riċerka meħtieġa.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jiena nagħraf li l-Ministru ma jkunx jaf kollox imma xi kultant ma jkun jaf xejn, għax hekk ikun jaqbel!", "Pero' l-Ministru jaf jekk il-Gvern, bħala gvern, ħax xi deċiżjoni partikolari dwar il-ħruġ tat-tenders għal dak li jirrigwarda s-sistema tad-drenaġġ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, naħseb li m'huwiex fair li l-Onor.", "Galea jgħid ċertu diskors.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun ukoll li min ikun qed jagħmel id-domanda jkollu xi ħsieb ieħor f'moħħu!", "Għalhekk nerġa' nitolbu sabiex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli jingħata risposta.", "VETTURI ĠODDA - REĠISTRAZZJONI", "12995.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vejikoli ġodda fi Frar, 1998 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' vejikoli?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trsport u Portijiet): Jiena nformat li n-numru ta` vetturi ġodda reġistrati fi Frar, 1998 huwa kif jidher hawn taħt:", "|vetturi privati |539 | |vetturi kummerċjali|105 | |karozzi għall-kiri |34 | |buses u mini buses |1 | |muturi |26 |", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jqabbel ir-reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda fi Frar, 1998 max-xhur ta' Frar tas-snin ta' qabel?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jekk l-Onor. interpellant irid ikun jaf jekk ġewx reġistrati iktar jew inqas vetturi ġodda, nista' ngħidlu li ġew reġistrati inqas.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru fehem x'kien l-iskop tad- domanda supplimentari u allura issa nistaqsih jekk jaħsibx li dan it- tnaqqis kienx dovut għaż-żieda sostanzjali fit-tariffa ta' reġistrazzjoni għal vetturi ġodda li tħabbret fl-aħħar budget.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jiena ma nafx għaliex inxtraw karozzi inqas għax m'iniex f'moħħ in-nies!", "Li naf hu li l-vetturi li nxtraw fi Frar li għadda jqumu iktar minn dawk li nxtraw fi Frar ta' qabel.", "Billi nxtraw karozzi inqas ma jfissirx li hawn xi kriżi fil-pajjiż.", "Allaħares ngħidu li hawn kriżi għax inxtraw karozzi inqas!", "Mela meta jonqsu l-karozzi ngħidu li n-nies mhux qed jixtru u meta jixtru naraw kif se nagħmlu biex ma jixtrux!", "Din bħal tal-glekk, jekk tilbsu taqlagħha u jekk ma tilbsux taqlagħha wkoll!", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, japprezza l-Ministru li jekk jonqsu l- vetturi ġodda mit-triq awtomatikament inkunu qed inżidu l-ammont ta' vetturi qodma bħala persentaġġ?", "(Interruzzjonijiet) Jikkonsidrax ukoll li t-tnaqqis ta' 33% fir-reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda jista' jagħti indikazzjoni li hawn inqas persuni li huma disposti li jixtru l-vetturi?", "Barra minn hekk, nixtieq li l-Ministru jgħidilna minn fejn ġab l- informazzjoni li l-karozzi li nxtraw fi Frar li għadda jqumu iżjed minn dawk li nxtraw fi Frar ta' qabel.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, nerġa' ngħid li l-informazzjoni li għandi hija li l-karozzi li nxtraw fi Frar li għadda jqumu iżjed flus minn dawk li nxtraw fi Frar ta' qabel.", "Issa ħalli ngħidlu kemm sejjer lura l-pajjiż f'dan ir-rigward!", "Madam Speaker, l-Onor.", "Interpellant jaf xi ġlieda kellna ma' tar-rent-a-car association - hu kien preżenti - għax riedu jżidu karozzi oħra ġodda ma' dawk li diġa' għandhom.", "Barra minn hekk, hemm ukoll il-kwestjoni ma' tal-minibuses li jridu wkoll iżidu minibuses ġodda u mbagħad rridu naraw kif se nirranġaw ma' tal-karozzi tal- linja.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, l-ex-Ministru Frendo kien wiegħed li sar l-aħħar ta' Diċembru 1996 kien se jkun hawn 154 karozza tal- linja ġdida super low floor.", "Qal ukoll li dawn kienu diġa' ordnati u kienu se jqumu madwar Lm55,000 kull waħda u li l-gvern kien se jagħti lill-owners tal-buses l-għajnuna tiegħu billi jagħtihom sussidju ta' Lm22,000.", "Meta mbagħad il-Gvern Laburista ħa t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh u jiena sirt ministru responsabbli minn dan il-qasam sibt li minn dan ma kien hemm xejn għax meta mort nindaga biex nara fejn hu s-sussidju li kien wiegħed il- Gvern preċedenti ma sibt xejn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, ladarba l-Ministru għoġbu jsemmi l- karozzi tal-linja nixtieq nistaqsi fiex waslu l-agreements li suppost ġew miftiehma fid-diskussjonijiet li kienu għaddejjin mal-Public Transport Authority u mal-bus owners association, rigward id-diversi problemi li hemm f'dan is-settur.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, jiena ma kellix għalfejn nagħmel diskussjonijiet għax dawn kienu saru qabel, meta minn dan is-settur kien responsabbli l-Onor.", "Michael Frendo.", "L-ex-Ministru Nazzjonalista kien ħa ħsieb hu jagħmel taħdidiet u fl-1995 ħareġ stqarrija fejn qal li l-karozzi kienu ordnati u li sa' l-aħħar ta' l-1995 kien se jkun hawn l-ewwel 50 bus u li sa l-aħħar ta' l-1996 kellhom jaslu 140 oħra.", "Mela allura ma kellix għalfejn nagħmel taħdidiet għax karozza ma tordnahiex illum u tiġi l-għada; tant hu hekk li l-ħames char-a-bancs ġodda li ġew kienu ilhom ordnati sentejn.", "(Interruzzjonijiet) Jiena kelli noqgħod niċċekkja fejn mar is- sussidju li wegħidtu lis-sidien u minn fejn ordnajtu l-karozzi tal-linja, li ma mmurx nordna xi 250 char-a-banc u jkolli xi 250 oħra ġejjin fuq il- baħar!", "Minn dan ma sibt xejn u allura issa qegħdin isiru t-taħdidiet biex nipprova nirranġa t-taħwid li ħallejtu intom.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi s-saturation point ta' vetturi f'pajjiżna?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk hux qed isir xi studju biex naraw kif nisgħu nirrimedjaw il-problema tat-traffiku enormi li għandna fit-toroq?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, inħossni nitħawwad issa!", "Mela l- Onor. Ċensu Galea qed jikkritikana għax naqas ix-xiri ta' vetturi ġodda, u l-Onor.", "Galea Pace qed jgħidilna li għandna problema kbira bl-ammont ta' vetturi li għandna!", "Huwa fatt li s-saturation point qbiżniha.", "Imma jekk nagħmlu liġi fejn ngħidu li ma jistgħux jinxtraw iżjed karozzi ġodda, tgħid ma toħorġux tgħidu li aħna se nġibu l-għaks fuq pajjiżna!", "Biex inkunu nafu kemm hawn karozzi iżjed milli nifilħu, biżżejjed wieħed jinnota daqsxejn il-karozzi fil-ħinijiet li n-nies jibdew u jispiċċaw ix-xogħol.", "Pajjiżna ma jiflaħx għal iżjed karozzi.", "Issa biex tilqa' għal dan trid tagħmel liġi li biha timpedixxi d-dħul ta' karozzi ġodda.", "Meta darba aħna konna għidna li Malta ma tiflaħx għal karozzi ta' ċerta ċilindrata, kienu qamu l-irwiefen kollha u bdew jgħidu li aħna ridna nneħħu l-liberta'.", "Anke dwar il-heavy vehicles li qegħdin jiġu rridu naraw x'nagħmlu.", "Jekk wieħed għandu trakk li jiflaħ ħames tunnellati ma jistax ikun li jgħabbih iktar għax dan ikun qed jagħmel ħsara lit-toroq tagħna.", "Allura rridu naraw x'nagħmlu biex dan l-abbuż ma jibqax isir.", "Jiena naħseb li hemm bżonn li nitkellmu flimkien, gvern u oppożizzjoni, biex bi qbil isir xi ħaġa dwar dan ħalli wara naħa ma toqgħodx twaħħal f'oħra.", "Nerġa' ngħid li l-pajjiż ma jiflaħx iktar karozzi, imma biex twaqqaf dan trid tagħmel liġi li permezz tagħha ma jibqgħux jidħlu karozzi iktar.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, wieħed mill-agreements viġenti fil- preżent huwa li sa ċertu żmien ma jkun hemmx żieda fil-fares tal-karozzi tal-linja u dawn huma wkoll marbutin mas-sussidju u affarijiet oħrajn f'diversi modi.", "Dan il-ftehim se jagħlaq matul ix-xahar li ġej.", "Jista' l- Ministru jgħidilna x'taħdidiet għaddejjin f'dan ir-rigward u x'tibdiliet huma mistennija li jseħħu meta jintemmu dawn it-taħdidiet?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kienu għaddejjin taħdidiet fejn is-sidien tal-karozzi tal-linja kienu qed jitolbu 2c jew 3c żieda fil-fare.", "Imbagħad f'daqqa waħda sar ftehim li jekk is-sidien ma jdaħħlux sa Lm2 miljun, il-Gvern intrabat li joħroġ il- kumplament tas-somma hu.", "Meta aħna pprovajna nindagaw biex naraw nistgħux niċċekkjaw kemm ikunu daħħlu flus, sibna li dan ma tistax tagħmlu.", "Għalhekk fit-taħdidiet li għaddejjin bħalissa irridu naraw jekk iż-żieda li qed jitoblu hijiex ġustifikata.", "Jiena ma rridx niġi hawn u ngħid li issa se nżidu l-fare b'4c - biex taparsi l-passiġġier ikun stmat aħjar u biex taparsi s-sidien ma jibqgħux jabbużaw billi jħalltu l-pitrolju u d-diesel - u mbagħad nerġa' niġi hawn sena oħra u ngħid li se nerġgħu ngħolluh, bl-iskuża li l-karozzi se jinżammu nodfa u bl-iskuża li l-biljetti se jibdew jingħataw lill- passiġġieri, u nibqgħu sejrin hekk.", "Il-fatt huwa li n-nies ma tridx tagħmel użu mit-trasport pubbliku għax is-servizz mhuwiex tajjeb.", "L-ewwel li rridu nirranġaw huwa s-servizz li qed jingħata.", "Dan ma marx lura issa imma ilu sejjer lura snin kbar.", "M'iniex ngħid li mar lura taħt l- amministrazzjoni Nazzjonalista imma mar lura taħt kull amministrazzjoni.", "In-nies m'għandhomx fiduċja fit-trasport pubbliku u dan la huwa tort tal- Gvern preċedenti u lanqas tal-Gvern preżenti.", "Jekk m'aħniex se ndaħħlu daqsxejn sens ta' responsabbilta' fost ix-xufiera u fost in-nies li għandhom x'jaqsmu mat-trasport pubbliku m'aħna se naslu mkien.", "Per eżempju, kif jista' jkun li nippermettu li xufier jibqa' għaddej u jħalli n-nies jibqgħu jistennew fuq l-istage!", "Kif wieħed jista' jinkoraġġixxi lin-nies biex imorru għax-xogħol bix-char-a-banc u mbagħad tax-char-a-banc, jekk fettillu ma joħroġx għax-xogħol ma ħariġx!", "Dwar dan aħna ħadna passi.", "Imma x'jiswa li tieħu passi jekk wara li ma nafx kemm iddum tiela' u nieżel il-qorti, il-maġistrat iwaħħlu Lm5 biss.", "Issa billi, per eżempju, nagħtuhom sussidju ta' Lm3 miljun!", "B'daqshekk inkunu solvejna l-problemi tat-trasport pubbliku?", "Li tagħtihom is-sussidju l-iċken ħaġa!", "Tridx nagħtuhom Lm5 miljuni!", "Imma mbagħad x'servizz se jieħu lura l-poplu?", "Il-Gvern preċedenti diġa' tahom sussidju.", "X'ħa l-poplu minn dan is- sussidju?", "Xejn!", "Bħalissa hemm talba biex jew ngħollu l-fare jew inkella ngħollu s-sussidju.", "Imma hekk sew li l-poplu Malti jibqa' joħroġ is- sussidju għal affarijiet li ma jeżistux?", "In-Nazzjonalisti kienu għamlu ftehim li se jagħtuhom sussidju, mbasta jinxtraw it-ticketing machines u dawn baqgħu ma ġewx.", "(Interruzzjonijiet) Mela ma tafx?", "Inti taf għaliex ma ġewx it-ticketing machines.", "(Interruzzjonijiet) Imisskom tistħu!", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Blajtu kollox!", "MADAM SPEAKER: Onor. Hyzler, jekk jogħġbok tinterrompix.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Xi blajna!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Staqsi lil Jimmy Magro!", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Staqsi lil sieħbek Borg!", "(Interruzzjonijiet) Tridx tiġi tara l-ittra li għandi ħalli tara kemm ħawwadtu dwar it- ticketing machines?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Għid lil Jimmy Magro!", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ngħid lilek mela lil Jimmy Magro għax int wieħed milli ħawwadt magħhom!", "(Għajat)", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Madam Speaker, nixtieq li l-Ministru jissustanzja dak li qed jgħid li jiena mdaħħal fil-kwestjoni tat-ticketing machines.", "Jew inkella jkun raġel u jirtira dak li qal.", "(Għajat)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, l-Onor.", "Hyzler qal li jiena m'iniex raġel.", "Jekk jirtira dan jiena nispjegalu kollox.", "(Għajat)", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Madam Speaker, il-Ministru allega li jiena mdaħħal fil-kwestjoni tat-ticketing machines.", "Jiena qed nitolbu li jew jispjega dan, jew inkella jirtira dak li qal.", "Jekk ma jagħtix spjega jew ma jirtirahiex jiena ngħidlu li m'huwiex raġel.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Madam Speaker, il-kollega tan-naħa l-oħra kellimni fuq it-ticketing machines għax jaf ħafna fuqhom u allura nitolbu li jispjegali hu.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Madam Speaker, għadni nistenna lill-Ministru jiċċara ruħu.", "MADAM SPEAKER: Jiena tlabt lill-Ministru Debono Grech jagħti spjegazzjoni ta' dak li qal.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Madam Speaker, spjegazzjonijiet taċ-ċajt m'hawnx posthom hawn ġew.", "(Għajat) MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi kif inhuma mqassma l-impjegati nisa fis-servizz pubbliku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13496; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar persuni li ddaħħlu l-isptar b'mard infettiv jew parasitiku matul l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13495.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 116 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. - fl-Istitut ta' l-Agrikoltura;", "Avviż Legali Nru 117 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. - fl-Istitut ta' l-Agrikoltura;", "Avviż Legali Nru 118 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts - M.A. - in Baroque Studies;", "Avviż Legali Nru 119 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy - M.Phil. - fil-Fakulta' ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy;", "Avviż Legali Nru 120 ta' l-1998 - Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. - fil-Fakulta' ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy;", "Avviż Legali Nru 121 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għas-Certificate and Diploma in Information Technology; u", "Tagħrif dwar għamara mixtrija mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija bejn Jannar 1997 u April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14298.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tal-Djar u Kunsilli Lokali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja taċ-ċirkolarijiet maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali matul Frar 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12996; u", "Lista li turi t-total ta' applikazzjonijiet li daħlu fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali matul Frar 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd) Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar il-qatla ta' annimali fil-Biċċerija fil-perjodu bejn l-1 ta' Frar u l-15 ta' April 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14343; u", "Kopja tal-permess maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar xogħlijiet fuq tinda fil-Pitkalija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14344.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar kawżi fil-qorti matul Frar 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12998.", "MADAM SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "CIVIL PROTECTION BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President.", "MADAM SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-Presidnet:", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u għal Forza ta' Għajnuna u Salvataġġ, u għal ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' dan jew anċillari għall-istess\", jirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra.", "20 ta' Jannar, 1998", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nippropona t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili u għal Forza ta' Għajnuna u Salvataġġ, u għal ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' dan jew anċillari għall-istess\".", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, din il-ġimgħa ddiskutejna abbozz ta' liġi ta' interess nazzjonali dwar is-sigurta' fl-ajruportijiet u fl-avjazzjoni ċivili.", "Id-diskussjoni saret b'mod ċivili u kien hemm dibattitu li ta riżultati pożittivi.", "Il-lum għandna abbozz ta' liġi ieħor li huwa wkoll importanti u ta' interess nazzjonali u nistenna li jkun hemm input miż-żewġ naħat tal-Kamra biex kemm jista' jkun din il-liġi, nagħmluha tajjeb mill- ewwel ħalli ma noqogħdux kull darba niġu hawn biex nemendawha.", "Din il-liġi hija dwar materja li għaliha pajjiżna ilu jħoss li hemm bżonn li tinħoloq struttura moderna li tkun tista' tipproteġi liċ-ċittadini f'każ ta' diżastru.", "Meta ngħid ''diżastru'' inkun qed nirriferi kemm għal diżastru ta' dimensjoni żgħira kif ukoll għal wieħed ta' dimensjoni ikbar bħal, per eżempju, diżastru nazzjonali.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-co-ordinator tal- United Nations Disaster Relief Office (UNDRO) jgħid illi matul is-snin il- komunita' internazzjonali saret iktar konxja u allarmata mill-potenzjal qawwi li jeżisti f'dan iż-żmien biex jinqalgħu diżastri f'ħin bla waqt minħabba l-iżviluppi kbar li saru fix-xjenza u fit-teknika ta' kif jiġu manifatturati prodotti li huma meħtieġa għall-għajxien tagħna ta' kuljum.", "Madam Speaker, hija sfortuna li kull żvilupp li jsir fil-ħajja minnu nnifsu joħloq potenzjal għal diżastru u tajjeb li ngħid li dan it-tip ta' diżastru huwa magħruf bħala diżastru teknoloġiku, jiġifieri diżastru li, tista' tgħid, qed jiġi kkaġunat mill-bniedem stess.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-progress kbir li sar f'dawn l-aħħar 30 sena bil-bini ta' fabbriki ġodda ta' kull għamla u tip u b'sistemi moderni ta' produzzjoni li jistgħu jagħtu input għal xi diżastru teknoloġiku jekk kemm-il darba ma jitteħdux il-prkawzjonijiet neċessarji.", "Wieħed irid isemmi wkoll l-iżviluppi kbar li saru fl-infrastruttura ta' pajjiżna bħal, per eżempju, il-postijiet għal ħażniet kbar ta' fuel biex tiġi ġġenerata l-enerġija meħtieġa, it-trasport fuq l-art, fuq il-baħar u bl-ajru biex tiġi sostnuta u mkabbra l-ekonomija tal-pajjiż, kemm f'dik li hija produzzjoni u manifattura kif ukoll f'dak li jirrigwarda t-turiżmu.", "Mingħajr ma nipprova nallarma lill-poplu ngħid li jekk il-pajjiż ma jattrezzahx ruħu tajjeb biex jilqa' għal dawn l-isfidi jkun qed jistieden il-gwaj b'idejh.", "Għalhekk jiena nemmen li pajjiżna għandu jkun ppreparat b'mod professjonali.", "Kif jaf kulħadd, il-pożizzjoni ġeografika ta' pajjiżna, f'nofs il- Mediterran, f'waħda mill-iktar rotot importanti għat-traffiku marittimu, tagħmel lil Malta vulnerabbli għal xi tp ta' diżastru kkawżat minn din l- attivita'.", "Wieħed ukoll ma jridx jinsa l-importanza li għandha l-kosta tagħna fuq l-ekonomija ta' pajjiżna meta l-maġġor parti tal-lukandi li għandna jinsabu fuq il-kosta jew inkella fil-viċinanza tagħha, il- produzzjoni ta' l-ilma li ġejja wkoll mill-baħar permezz tar-reverse osmosis u l-attivita' kontinwa tal-port l-kbir.", "Dawn huma kollha vulnerabbli għal xi diżastru.", "L-istess nista' ngħid għall-power station.", "Għalhekk jiena ngħid li huwa inevitabbli li l-kosta jkollha konsiderazzjoni speċjali fil-pjanijiet kollha ta' xi emerġenza.", "Għalhekk diżastru teknoloġiku, li ħafna drabi jikkawżah il-bniedem bl-iżvilupp li jkun qed jagħmel, huwa kkonsidrat bħala l-iktar wieħed li jista' jikkaġuna nkwiet u l-iktar wieħed li għandu jkollu konċentrazzjoni ta' l-imħuħ ta' dawk li l- inkarigu tagħhom hu li joħolqu pjanijiet ta' kontinġenza f'każ ta' diżastru.", "Minkejja dan kollu wieħed m'għandux jinsa d-diżastri naturali, jiġifieri dawk kawżati minn elementi naturali.", "Għalkemm diżastri bħal dawn kultant huma inevitabbli, wieħed pero' jista' jipprepara ruħu għalihom biex meta jiġu l-effett tagħhom ikun ta' l-inqas dannu.", "Nista' ngħid ukoll li f'dawn l-aħħar 20 sena l-maltempati, speċjalment dawk li jkollna għal ħabta tal- ħarifa, saru jikkawżaw ħsarat kbar u saħansitra ġieli kkawżaw imwiet ta' persuni.", "Meta l-maltempati jkunu qawwija u jsiru f'ħin qasir saru jikkawżaw għargħar kbar f'diveri lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex.", "Sfortunatament dan iseħħ kawża ta' nuqqas ta' ħsieb fl-iżvilupp tal-bini li sar matul l- aħħar 40 sena.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-mixja naturali ta' l-ilma tax- xita fil-widien tradizzjonali tagħna f'ħafna każi ġiet żvijata lejn żoni residenzjali fejn l-ilma jakkumula b'qawwa kbira u b'hekk jikkawża għargħar u ħsarat kbar.", "Sfortunatment dawn it-tip ta' inċidenti qegħdin jirripetu ruħhom kull sena u għalhekk wieħed għandu jipprepara ruħu għalihom ħalli l- effett tagħhom ikun, kemm jista' jkun, minimu.", "L-għan ta' din il-liġi huwa li jkollna dipartiment tal-protezzjoni ċivili biex pajjiżna jipprepara ruħu u jilqa' għal kull eventwalita' ta' emerġenza kawżata minn diżastru teknoloġiku jew diżastru naturali.", "Fil-fatt l-abbozz li qed niddiskutu llum huwa intiż sabiex jipprovdi dwar il-protezzjoni ċivili li għandha tingħata kontra diżastri u emerġenzi naturali u anke oħrajn.", "Klawsoli 3 u 4 ta' dan l-abbozz jipprovdu għall-ħolqien ta' dipartiment tal-protezzjoni ċivili li l-funzjoni tiegħu għandha tkun li jħejji pjanijiet ta' kontinġenza għal kontra xi diżastru, kif ukoll għal dawk l- emerġenzi naturali, industrijali jew oħrajn li jistgħu jinqalgħu; jorganizza u jikkordina faċilitajiet ta' taħriġ u korsijiet għal persunal li jistgħu jinħtieġu f'każ ta' diżastru nazzjonali jew reġjonali; iwaqqaf l- infrastruttura meħtieġa li tkun tiżgura li jkun hemm kordinazzjoni bejn id- diversi dipartimenti tal-gvern, kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jistgħu jkunu msejħa biex jaġixxu flimkien fil-każ ta' diżastru nazzjonali jew reġjonali; jagħmel riċerka dwar vulnerabilita' u risk assessment; iġib 'il quddiem konoxxenza pubblika dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ċivili; u jħejji regolamenti bis-saħħa ta' dan l-Att u ta' l-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza li jistgħu jinħtieġu f'każ ta' diżastru nazzjonali jew reġjonali.", "Madam Speaker, meta ġejna biex nifformolaw dan l-abbozz ta' liġi kien hemm tliet diffikultajiet prinċipali.", "L-ewwel diffikulta' kienet jekk kienx hemm ħtieġa li ssir liġi u l-parir li ngħatajna mill-esperti Taljani dwar dan kien li liġi bħal din hija indispensabbli.", "Il-parir tagħhom kien dan:", "''The crisis of a disaster should not precipitate a crisis of legal authority.", "It is important that legislation be in place that stipulates the procedure and authority for declaring a state of emergency.", "This is required to facilitate flexible action and streamlined decision-making during an emergency.", "It may be necessary, for example, to implement orders for certain relief or other emergency action with only a few hours notice.''.", "Kien hemm min qajjem l-argument li fil-leġislazzjoni tagħna kienet diġa' teżisti liġi li tkopri każijiet ta' emerġenza.", "Fil-fatt l-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza jagħti wkoll setgħat biex f'każ ta' emerġenza pubbliku, kif definita f'artiklu 47 tal-Kostituzzjoni, il-Prim Ministru jista' jirrakkmanda lill-President ta' Malta li jsiru regolamenti biex ikopru dik l-emerġenza partikolari.", "Jekk wieħed iħares lejn din il-liġi mil-lat ta' protezzjoni ċivili jsib li fiha hemm nuqqas fundamentali li jagħmilha diffiċli biex tiġi applikata jew biex isservi għall-iskopijiet tad- dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "L-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza jgħid li ġaladarba l-emerġenza tkun spiċċat il-Prim Ministru għandu jirrakkmanda lill-President li r-regolamenti li jkunu saru waqt l-emerġenza għandhom jiefqu milli jkollhom iktar effett.", "Jiġifieri r-regolamenti li jinħarġu waqt emerġenza huma ta' natura temporanja biss u jieqfu milli jkollhom effett hekk kif l-emerġenza tispiċċa.", "Nista' ngħid li f'sitwazzjoni bħal din id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili ma jkunx f'qagħda li jiffunzjona tajjeb.", "Għalhekk, kif diġa' spjegajt aktar kmieni, parti kbira mill- funzjoni tad-dipartiment se tkun biex jipprepara ruħu permezz ta' pjanijiet ta' kontinġenza u ta' taħriġ u koordinament in ġenerali.", "Dan it-taħriġ u kordinament irid isir lid-dipartimenti, aġenziji oħra konċernati u lill- pubbliku biex kulħadd ikun f'pożizzjoni li jilqa' għal xi emerġenza li tista' tinqala'.", "Jiena nispera li ma tinqalax imma dejjem hemm iċ-ċans li tinqala' u allura wieħed irid ikun preparat.", "Għalhekk ir-regolamenti jridu jkunu lesti għal meta tinqala' xi emerġenza għax mhuwiex possibbli li għal kwalunkwe tip ta' emerġenza kull darba trid issir proklama ta' stat ta' emerġenza pubblika mill-President għax, kif jaf kulħadd, din toħloq komplikazzjonijiet proċedurali u sakemm joħorġu r-regolamenti jkun hemm ħafna telf ta' żmien, u meta jkollok diżastru teknoloġiku jew naturali, dan jista' jikkaġġuna aktar danni għall-ħajja kif ukoll għall-proprjeta'.", "L-għanijiet prinċipali tar-regolamenti ta' l-abbozz li qegħdin niddiskutu jinkludu provvedimenti sabiex b'mod ġenerali jiġi rregolat dak kollu li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni ċivili; sabiex jiġu stabiliti l-għanijiet u l-provvedimenti, direttivi, kodiċijiet ta' prattika u linji direttivi li jkollhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet ta' tħejjija u ta' rispons; u sabiex jiġu stabiliti s-sistema u l-ħtiġijiet għall-ippjanar tal-protezzjoni ċivili.", "JIena hawnhekk nistaqsi: Kif jista' jsir dan kollu jekk ma jkunx hemm ir-regolamenti fil-post il-ħin kollu biex il-poteri li joħorġu minnhom jkunu jistgħu jiġu applikati fl-iqsar żmien possibbli?", "Kulħadd jaf li fejn ikun hemm xi każ ta' emerġenza huwa importanti li l-affarijiet isiru fi żmien qasir.", "Ir-regolamenti li joħorġu mill-Att dwar Setgħat ta' Emerġanza huma ta' durata qasira, sakemm iddum l-emerġenza partikolari u mbagħad jispiċċaw hekk kif din tispiċċa.", "Għal dawn ir-raġunijiet biss wieħed jista' jifhem għaliex kien hemm il-bżonn urġenti li ssir din il-liġi li qed niddiskutu llum sabiex, skond kif qalu l-esperti Taljani, jiġu implimentati l-ordnijiet għal għajnuna u assistenza fl-iqsar żmien possibbli f'każ ta' emerġenza, għax meta jkollok xi emerġenza huwa importanti li ma jkunx hemm ħela ta' ħin.", "Diffikulta' oħra kienet x'għandha tkun id-definizzjoni tal-kelma ''diżastru'' biex ikun hemm stipulat b'mod ċar meta għandu jintervjeni d- dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diżastri jiddefinixxi l-kelma ''diżastru'' bħala:", "''an event, concentrated in time and space, in which a society (or a community) undergoes severe danger and incurs such losses to its members and physical belongings that the social structure is disrupted and the fulfilment of all or some of the essential functions of the society is prevented.''.", "Il-manual tal-Gvern Ingliż, ''Dealing with Disaster'', jiddefinixxi il- kelma ''disaster'' hekk:", "''any event (happening with or without warning) causing a threatening death or injury, damage to property or the environment or disruption to the community, which because of its effect cannot be dealt with by the emergency services and local authorities as part of their day-to- day activities.''.", "Wara li saret konsultazzjoni intensiva ġie deċiż li id-definizzjoni tal- kelma ''diżastru'' fil-liġi Maltija għandha tkun qrib tad-definizzjoni li hemm fil-manual tal-Gvern Ingliż billi tirrelata l-ġrajja ta' diżastru mal- kobor u l-entita' tiegħu kif ukoll mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali.", "Għalhekk id-definizzjoni f'dan l-abbozz ta' diżastru hija:", "''... ġrajja mhux prevedibbli li tikkaġuna jew thedded li tikkaġuna ħsara fil-ħajja jew fis-saħħa ta' għadd sew ta' persuni, jew lill- proprjeta' jew lill-provvista ta' riżorsi vitali tal-popolazzjoni jew lill-ambjent, u l-urġenza tas-sitwazzjoni tkun teħtieġ il-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet għal azzjoni immedjata ta' rimedju.''", "Problema oħra li ltqajna magħha tirrigwarda l-ħtieġa li l-membri tal- forzi ta' salvataġġ ikunu l-ħin kollu disponibbli u preżenti fejn hu neċessarju biex jagħtu l- ħidma tagħhom skond kif ikun jidhirlu l-kmandant.", "Wieħed jifhimha li dan huwa essenzjali biex l-ebda ħajja ma tintilef u biex jiġu evitati d- diżgrazzji.", "Għal dan l-iskop subklawsola (7) ta' klawsola 8 ta' l-abbozz ta' liġi tgħid li:", "\"Fl-interess tas-sigurezza pubblika, l-ordni pubblika u s-saħħa pubblika, fl-ingaġġar ta' kull membru tal-forza jenħtieġ il-kunsens ta' dik il-persuna li tkun qed tiġi ngaġġata li ma tifformax, ma tidħolx fi, jew tkun membru ta' trade union; iżda l-membri tal-forza jistgħu jifformaw assoċjazzjoni għalihom infushom.", "Ta' min ifakkar li artiklu 42 tal-Kostituzzjoni jgħid li:", "\"Ħadd m'għandu jiġi mfixkel fit-tgawdija tal-liberta' tiegħu ta' għaqda u assoċjazzjoni paċifika ...\"", "Imbagħad ikompli:", "\"... li jifforma jew jappartjeni lil trade union jew unions...\"", "Imbagħad dan l-artiklu jkompli hekk:", "\"Ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skond l-awtorita' ta' xi liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma jew bi ksur ta' dan l-artiklu safejn dik il-liġi tagħmel provvediment-", "(a) li jkun meħtieġ raġonevolment", "(i) fl-interess tad-difiża, sigurta' pubblika...\"", "Issa din il-liġi se tagħmilha possibbli li l-membri tal-forzi ta' għajnuna u salvataġġ jifformaw assoċjazzjoni għalihom sabiex din tieħu ħsieb l- interessi - dawn ikunu materji bħal sigħat ta' xogħol, vakanzi, pagi u allowances, pensjonijet, regoli ta' dixxiplina in ġenerali, u wkoll għad- difiża ta' individwi fil-proċeduri ta' dixxiplina - li jkunu jolqtu l-ġid u anke l-effiċjenza professjonali tal-membri.", "Tajjeb li ngħid li s-sħubija f'din l-assoċjazzjoni se tkun waħda volontarja.", "Hawnhekk huwa neċessarju wkoll - u dan wieħed għandu jifhmu - li l-membri tal-forza jingħataw ukoll il-poteri tal-pulizija biex faċilment ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fil- ħidma ta' salvataġġ fil-każ li jkun hemm il-bżonn.", "Hija ħaġa ferm komuni li f'każ ta' diżastru jkun hemm min japprofitta ruħu miċ-ċirkostanzi ta' konfużjoni u ta' niket biex jagħmel atti kriminali bħal, per eżempju, serq ta' proprjeta' għad-dannu ta' vittmi innoċenti.", "Dan qatt m'għandu jiġi ttollerat u għalhekk il-liġi se tagħti l-istess poteri li jista' jkollu membru tal-korp tal-pulizija lil membru tal-forza ta' l-għajnuna ta' salvataġġ.", "Fuq parir ta' l-esperti Taljani ġie deċiż ukoll li fil-każ ta' diżastru jew ta' emerġenza nazzjonali jew reġjonali, il-ministru jista' jaħtar persuna biex taġixxi bħala kmandant suprem.", "Din il-persuna tinħatar skond il-kwalitajiet personali tagħha ta' deċiżjoni, skond il-kompetenza u skond l-esperjenza li taġixxi ta' kmandant u kordinatur nazzjonali suprem tas- servizzi u miżuri ta' protezzjoni ċivili.", "Tajjeb li ngħid li l-ħatra ta' dan il-kmandant se tevita li jkun hemm konfużjoni fit-tmexxija meta tinqala' xi emerġenza.", "Qed jingħata t-titlu ta' kmandant suprem biex anke l- kapijiet l-oħra tad-dipartimenti u l-aġenziji jirrikonoxxu li jkun hemm ras waħda meta tkun qed titmexxa operazzjoni.", "Tajjeb li ngħid li kemm f'pajjiżna u anke barra minn pajjiżna l-esperjenza wriet li jekk f'emerġenza jew f'diżastru ma jkunx hemm persuna waħda li tikkmanda l-forzi kollha ta' salvataġġ, jista' jkun hemm konfużjoni ta' ordnijiet li jistgħu jiggravaw aktar is-sitwazzjoni.", "Għalhekk il-liġi se tipprovdi li jkun hemm kmandant wieħed li jmexxi pjan wieħed ta' kordinament bejn il-forzi kollha li jkunu nvoluti.", "Il-ħatra tal-kmandant suprem tintemm hekk kif din il- ħidma ta' emerġenza tkun spiċċat.", "Tajjeb li ngħid ukoll li klawsoli 5 u 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi jipprovdu biex ikun hemm kunsill għall-protezzjoni ċivili.", "Dan il-kunsill se jinħatar għal perjodu ta' tliet snin mill-Prim Ministru u jkun magħmul minn rappreżentanti li jintgħażlu minn uffiċjali pubbliċi f'kariga għolja li jkunu f'ministeri li normalment ikunu nvoluti l-aktar f'każ ta' emerġenza bħal, per eżempju, l-ministeru tas-saħħa, tax-xogħlijiet pubbliċi, tat-trasport u oħrajn.", "Tajjeb li ngħid li membru ieħor se jintgħażel mill-għaqdiet volontarji l-aktar rappreżentattivi fil- protezzjoni ċivili.", "Membru ieħor se jintgħażel wara li jiġu kkonsultati l- assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi tal- kunsilli lokali.", "Klawsola 6 titkellem dwar il-funzjonijiet ta' dan il-kunsill.", "Din tgħid li l-funzjonijiet ta' dan il-kunsill huma:", "(a) li jifformola, imexxi u jikkordina kull kwistjoni u prattika ta' politika nazzjonali dwar il-protezzjoni ċivili;", "(b) li jmexxi u jikkordina fi ħdan il-kompetenza tiegħu it-twettiq u t-thejjija għal ħidmietta' protezzjoni ċivili meħtieġa fil-kas ta' emerġenza pubblika jew diżastru;", "(c) li jagħti pariri u jirrakkomanda lill-ministru dwar kemm persuna tkun addattata, minħabba fil-kwalitajiet personali speċjali tagħha ta'deċiżjoni, kompetenza u esperjenza li taġixxi ta' kmandant u koordinatur nazzjonali suprem tas-servizzi u miżuri ta' protezzjoni ċivili f'xi emerġenza jew diżastru partikolari;", "(d) li japprova pjanijiet ta' kontinġenza u linji direttivi u kodiċijiet assoċjati li jkollhom x'jaqsmu ma' emerġenzi u diżastri pubbliċi;", "(e) li jissorvelja l-ħidmiet tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili;", "(f) li jagħti pariri lill-ministru dwar kull miżura li tkun tagħti protezzjoni lill-pubbliku f'każ ta' emerġenza pubblika jew diżastru;", "(g) li jinkoraġġixxi u jagħti support fuq livell nazzjonali u lokali dwar it-tħejjija għal xi emerġenza ġenerali li tkun kapaċi li tirrispondi għal kull xorta taż emerġenza, tkun xi tkun il-kawża tagħha;", "(h) li jissorvelja u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet volontarji ta' protezzjoni ċivili.", "Klawsola 7 tagħti seta' lill-ministru responsabbli li jagħmel regolamenti li jipprovdu għal dak kollu li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni ċivili.", "Dawn jinkludu t-twettiq jew tisħiħ ta' xi konvenzjoni internazzjonali, il- proċeduri li għandhom jittieħdu f'każ ta' diżastru jew emerġenza, il-metodu u l-ħlas ta' kumpens għal telf materjali mġarrab minn persuni matul xi emerġenza u setgħat oħra.", "Klawsola 10 tipprovdi għal reati li jistgħu jsiru minn persuni f'każi ta' xi diżastru jew emerġenza.", "Il-penali huma pjuttost ħorox minħabba l- fatt li wieħed m'għandu qatt jittollera li persuna tapprofitta ruħha minn sitwazzjoni ta' emerġenza jew diżastru għal skopijiet ulterjuri.", "Jien naħseb li hawnhekk kulħadd jaqbel li għandna nkunu drastiċi.", "Per eżempju, persuna li tneħħi minn xi post u tuża mingħajr dritt xi ħaġa li tkun ġiet abbandunata minn sidha minħabba xi diżastru li matulu ħajjet is-sid jew ta' xi persuna oħra kienet fil-periklu jkun ħati ta' reat u jekk dan jinstab ħati jista' jeħel priġunerija għal żmien ta' mhux inqas minn sitt xhur u mhux iżjed minn għaxar snin.", "Jekk persuna tiġbor fondi jew oġġetti bħala għajnuna għall-vittima ta' diżastru mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-direttur tal-protezzjoni ċivili jista' jeħel priġunerija għal żmien ta' mhux inqas minn tliet xhur u mhux iżjed minn sena.", "Din qed nagħmluha għaliex smajna li f'ċerti pajjiżi kien hemm xi abbużi u allura aħna ridna nkunu ċerti li dawn l-affarijiet isiru bis-serjeta'.", "Madam Speaker, b'din il-liġi l-Gvern qed jimla vojt kbir fil-pajjiż.", "Dan il-vojt ilu jinħass ħafna u nista' ngħid li jien kuntent li għal-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna se jkun hemm liġi li tipprovdi għall-ħolqien ta' l-istrutturi meħtieġa biex jassiguraw li jkun hemm kordinament sħiħ u effettiv bejn id-diversi dipartimenti tal-gvern, il-kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, sabiex dawn ikunu jistgħu jaġixxu flimkien u b'mod effettiv fil-każ ta' diżastru nazzjonali jew reġjonali.", "Kulħadd jaf li huwa importanti li jkun hemm il-kordinazzjoni f'każ ta' xi diżastru.", "Huwa importanti li min jista' jagħti għajnuna jagħtiha, imma hemm bżonn ukoll li jkun hemm it-taħriġ u kulħadd ikun jaf x'għandu jagħmel f'każ ta' xi diżastru.", "Il-Gvern qed jagħmel minn kollox biex joħloq din l- istruttura li semmejt u qed jipprova jagħmel minn kollox biex joħloq struttura oħra biex jiġu msaħħa l-organi kollha kontemplati fil-liġi.", "Jien għandi l-pjaċir ngħid li l-ħolqien ta' dan id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili issa qabad rittmu mgħaġġel.", "Nista' ngħid ukoll li ġibna apparat minn barra permezz ta' trattati ma' l-Italja biex b'hekk sar possibbli li d- dipartiment jiġi attrezzat bl-aktar makkinarju modern possibbli.", "Fil-fatt nista' ngħid li mingħajr ma daqqejna t-trombi, parti minn dan il-makkinarju diġa' wżajnih fil-ġranet li għaddew u dan ta riżultati pożittivi.", "Huwa importanti li jkollna dan it-tip ta' makkinarju modern u tajjeb ukoll li jkollna l-ħaddiema mħarrġin sewwa b'dan l-apparat modern, għax mhux billi ġġib l-appart imma tajjeb ukoll li l-ħaddiema u n-nies responsabbli jkunu mħarrġin b'dan l-apparat.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li se jinħoloq operations centre li se jagħti possibbilta' lid-dipartiment li joħloq il-kordinament neċessarju bejn id-dipartimenti u l-organizzazzjonijiet kollha li jkunu nvoluti f'emerġenza u għandi l-pjaċir ngħid li t-tender għal dan l-apparat ħiereġ fil-ġranet li ġejjin.", "Tajjeb li ngħid ukoll li permezz ta' dan l-operation centre se jkun hemm aktar kordinament.", "Ħarġu applikazzjonijiet għal diversi pożizzjonijiet fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u anke hawnhekk għandi pjaċir ngħid li l-interess tal-ħaddiema kien sostanzjali, hemm interess kbir u huwa ta' min ifaħħru.", "Il-protezzjoni ċivili hija wkoll meħtieġa u importanti għal pajjiż modern.", "Minħabba li aħna mdawrin bil-baħar aħna nistgħu nkunu aktar vunerabbli għal dak li jista' jinqala' pero' huwa importanti wkoll li aħna pajjiż żgħir u għalhekk jekk jinqala' xi inċident jista' jkollna konsegwenzi akbar minn pajjiżi akbar fejn m'għandhomx l-affarijiet magħqudin ma' xulxin.", "Tajjeb li ngħid ukoll li hemm bżonn li nedukaw lin- nies ħalli f'każ ta' emerġenza jkunu huma wkoll li jagħtu s-sehem tagħhom.", "Sur President, din il-liġi dwar il-protezzjoni ċivili hija parti essenzjali mill-istruttura kollha li l-pajjiż għandu jibni f'dan ir- rigward.", "Biex nenfasizza dan il-punt nixtieq nagħlaq billi nikkwota x'jgħid il-compendium dwar disaster prevention and mitigation maħruġ mill-UNDRO.", "''It will be essential for the effective operation of emergency plan that sufficient legal powers exist for their execution.", "The conferment of responsibility without power is in terms of disaster and relief worse than the opposite.''.", "Naħseb li aktar minn hekk ftit hemm x'wieħed jgħid, għaliex il-messaġġ huwa ċar u ma jagħtix lok għal misinterpretazzjoni.", "Dan ikkwotajtu biex nuri biċ- ċar li meta ġejna biex ħejjejna dan l-abbozz ħadna pariri minn min diġa' huwa professjonalment ta' l-esperjenza u ħadna pariri minn entitajiet internazzjonali.", "Meta fformolajna dan l-abbozz aħna kkonsultajna magħhom u dawn qablu magħna li għamilna biċċa xogħol tajba u ta' importanza għal pajjiżna.", "Sur President, kif għidt fil-bidu, id-dibattitu tal-bieraħ kien wieħed tajjeb u ta' impatt pożittiv fl-interess nazzjonali u għalhekk nistenna li anke fid-dibattitu tal-lum, l-Oppożizzjoni tagħmel il-parti tagħha ħalli jekk nistgħu ntejjbu dan l-abbozz, intejbuh.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-Oppożizzjoni taqbel max-xejra ġenerali ta' dan l-abbozz u taqbel ukoll ma' dak li qal il-Ministru.", "Fil- fatt aħna naqblu ma' dawk li jgħidu li hemm bżonn liġi u mhux ma' dawk li jgħidu li m'hemmx bżonn liġi dwar il-protezzjoni ċivili.", "Dan ukoll biex inkunu konsistenti ma' dak li wettaqna meta konna fil-Gvern.", "Jien nixtieq nikkwota biss mir-rapport li kont ippreżentajt fl-1996 tar-raba' sena ta' ħidma taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, fejn kont għidt li l- liġi dwar il-protezzjoni ċivili se tkun waħda bażika.", "Għaliex waħda bażika?", "Għaliex qabel ma sar it-tieni draft diġa' kien sar draft li kien dettaljat iżżejjed u l-Gvern kien iddeċieda - ftit qabel ma sirt ministru jien f'April ta' l-1995 - li minflok li jkollna liġi b'ħafna dettalji jkollna liġi bażika, qasira kemm jista' jkun u li tagħti ċerti poteri lill- gvern li jkunu jaqblu ma' l-emerġenza li hemm bżonn.", "Jien naħseb li naqblu lkoll li meta jkun hemm emerġenza mhux kliem jew liġi trid imma azzjoni, u allura jrid ikollok liġi żnella u ħafifa li mhux tfixklek imma tgħinek.", "Bejn wieħed u ieħor - għalkemm għandi ċerti punti ta' kritika - din il-liġi taqbel ħafna ma' dak li kien qed jiġi propost, jiġifieri li l-liġi tkun waħda bażika li tagħti l-poteri lill-ministeru responsabbli li joħroġ regolamenti relatati ma' kull emerġenza skond iċ-ċirkostanzi.", "Bejn wieħed u ieħor din il-liġi taqbel ma' dak li jien stess kont għidt.", "Jien kont għidt li l-qafas tal-liġi tlesta u qiegħed għand l-Avukat Ġenerali ħa jagħtih l-aħħar daqqa qabel ma jiġi ppreżentat fil-Parlament.", "Għalkemm nifhem li hawn min jgħid li m'għandekx bżonn liġi, aħna naqblu li jkun hemm qafas legali ta' dawn l-affarijiet u tajjeb li dan il-qafas legali jkun indipendenti wkoll mil-liġijiet li diġa' għandna dwar l- emerġenzi.", "Il-Ministru għamel riferenza għal-liġi dwar is-setgħat ta' emerġenza li kienet għaddiet fl-1963.", "Dik il-liġi drastika ħafna mhijiex qed titħassar b'din il-liġi l-ġdida imma se tibqa' in vigore.", "(Interruzzjonijiet) Il-liġi ta' l-1963 tirriferi għal kull tip ta' emerġenza u mhux għal dawk l-emerġenzi ta' diżastri naturali, jiġifieri jistgħu jkunu anke emerġenzi ta' natura politika, per eżempju.", "Fil-fatt dik il-liġi kienet saret ftit wara li kien hawn ċerti rvellijiet fil-pajjiż, liġi drastika ħafna.", "Per eżempju, tagħti poter lill-Gvern biex jagħmel regolamenti li addirittura jemendaw kwalunkwe liġi mingħajr ma jiġi f'dan il-Parlament.", "B'sempliċi regolament il-Gvern jista' jemenda liġi, jissospendi liġi, iħalli liġi tibqa teżisti pero' tiġi bla effett jew jimmodifika l-applikazzjoni tagħha.", "Pero' dan isir għal emerġenzi qosra u m'humiex xi ħaġa permanenti.", "Tant huwa veru li malli tispiċċa l-proklama ta' l-emerġenza, jispiċċaw ir-regolamenti wkoll.", "Huwa interessanti li f'dik il-liġi ta' l-1963 m'hemmx definizzjoni ta' emerġenza imma hija biss emerġenza pubblika fejn il-President ta' Malta jaġixxi fuq parir tal-Prim Ministru u jekk ikun sodisfatt li teżisti emerġenza pubblika, bi proklama jista' jiddikjara li dik il-liġi tapplika u allura l-ministru jkun jista' jagħmel dawk ir-regolamenti matul iż-żmien li ddum l-emerġenza.", "Mela huwa tajjeb li wieħed jagħmel liġi li tkun aktar permanenti u aktar preventiva.", "Il-liġi ta' l-1963 tagħti poteri drastiċi ħafna matul iż-żmien ta' l- emerġenza biss, mentri l-iskop ta' l-Att dwar il-Protezzjoni Ċivili huwa li jipprovdi għal emerġenza u li joħloq struttura biex tipprevjeni għal dawk is-sitwazzjonijiet.", "Għadni kif smajt l-aħbarijiet u smajtu jgħid li n-naħa t'isfel ta' l- Italja ntlaqtet bl-ikrah mill-maltemp u saħansitra mietu n-nies.", "Lill- Ministru Franco Barberi - kont iltqajt miegħu f'Ruma u anke kien ġie hawn Malta - staqsewh x'jista' jagħmel biex wieħed jipprevjeni.", "Dan qal li tista' tipprevjeni imma trid ir-riżorsi umani u trid riżorsi finanzjarji wkoll.", "Dan huwa kamp li ħafna drabi taħseb li qed tagħżaq fl-ilma pero' mbagħad meta jiġi l-mument tad-diżastru jiddispjaċik li ma tkunx għamilt ħiltek kollha biex tipprevjenih.", "Ħafna drabi huwa diffiċli li tipperswadi lin-nies li prevention is better than cure u forsi dawn jgħidulek li tkun qed taħli l-flus meta tinvesti fil-prevenzjoni.", "L-ajma kulħadd kull meta jħoss l-uġigħ jgħidha u ma jgħidhiex qabel.", "Din hija attitudini perikoluża ħafna għax hija attitudini li tista' ġġib diżastri kbar.", "Mela huwa tajjeb li jkollna dan il-qafas tal-liġi li jipprovdi mhux biss biex wieħed isewwi jew itaffi l-effetti ta' emerġenza imma wkoll sabiex wieħed jippreveniha.", "U x'tip ta' diżastri qed jiġu kkonsidrati f'dan l-abbozz?", "F'dan l-abbozz qed jiġu kkonsidrati diżastri li jew toħloqhom in-natura stess jew inkella diżastri li jinħolqu mill-bniedem.", "Hawnhekk hawn definizzjoni interessanti, forsi hija ftit ġenerali u wieħed jista' jikkritikaha minħabba f'hekk, imma naħseb li wieħed irid iħalli ftit leeway lill-gvern dwar fejn għandu japplika din il-liġi u għal-liema diżastri għandu japplikaha.", "Kuntrarjament għal-liġi l-antika, fejn ma għandekx definizzjoni ta' x'inhi emerġenza, hawnhekk għandek definizzjoni ta' x'inhu diżastru.", "Diżastru tfisser", "''ġrajja mhux prevedibbli li tikkaġuna jew thedded li tikkaġuna ħsara fil-ħajja jew fis-saħħa ta' għad sew ta' persuni jew lill-proprjeta' jew lill-provista ta' riżorsi vitali tal-popolazzjoni jew lill- ambjent, u l-urġenza tas-sitwazzjoni tkun teħtieġ il-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet għal azzjoni immedjata ta' rimedju''.", "Jekk ikun inċident żgħir allura ma tkunx emerġenza.", "Biex ikollok emerġenza jrid ikollok l-element ta' diżastru li jhedded is-saħħa, il-ħajja tan-nies, il-proprjeta' u l-ambjent u jrid ikun hemm ukoll l-element ta' urġenza.", "Id- diżastri li għaliha japplika dan l-abbozz jistgħu jkunu jew ikkaġunati min- natura stess jew inkella kkaġunati wkoll mill-bniedem bħal, per eżempju, jekk allaħares qatt jaqa' ajruplan u jikkaġuna diżastru f'area partikolari jew inkella jkollok inċidenti fil-power station.", "Fortunatament pajjiżna - meta ngħid fortunatament nisperaw li nibqgħu daqshekk xortina tajba wkoll - huwa daqsxejn protett minn ċerti diżastri naturali.", "Issa jekk dan huwiex b'kumbinazzjoni jew inkella b'xi intervent divin, l-aqwa li aħna protetti minn ċerti tipi ta' diżastri bħalma hu diżastru kkawżat minn vulkan.", "Per eżempju l-Ministru Franco Barberi huwa espert fil-vulkanoloġija.", "Dan saħansitra kien żvijja l-lava li kienet ħierġa mill-Etna qabel ma sar ministru, u probabbli li sar ministru minħabba f'hekk.", "Dan kien anke ta lecture hawn Malta u kien qal ukoll li għalkemm m'aħniex kompletament barra mir-riskji tat-terremoti, Malta m'hijiex għar-riskju daqs kemm hija l-Italja.", "Jien kont irrimarkajtlu - u naħseb li dan huwa importanti li ngħiduh f'dan il-Parlament ħalli anke meta mbagħad jibdew jinħarġu r-regolamenti nkunu nafu dwar xiex għandna nilqgħu l-aktar - li donnu d-diżastru naturali li l-aktar jolqot lill-gżejjer Maltin ħafna drabi bi ħsara għall-ħajja tan-nies imma dejjem ta' ħsara għall-proprjeta' huwa l-għargħar.", "F'pajjiżna kull tant żmien - daqqa kull tliet snin u daqqa kull erba' snin u kif qal il-Ministru wkoll partikolarment fil-perijodu tal-ħarifa u l- bidunett tax-xitwa - issir dik il-maltempata li ngħidulha mhux tas-soltu.", "Aħna nistgħu nagħmlu xi miżuri ta' prevenzjoni biex innaqqsu - neqirdu le - l-effett tagħha.", "Kellna għargħar li kien sar f'Ottubru ta' l-1979, niftakar ukoll l-għargħar li kien sar f'Novembru ta' l-1988 u mbagħad kien hemm il- famuża maltempata li baqgħet tissemma tal-Kunċizzjoni ta' l-1988.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa prevedibbli, mhux bħat-terremot li ħafna drabi ma jkunx prevedibbli.", "Veru li m'intix se tkun taf il-ġurnata u l-ħin meta ġej l- għargħar, għalkemm illum bil-mezzi moderni tista' tkun taf, imma għallinqas taf li regolarment se tiġi dik il-ġurnata li se tikkaġunalek għargħar kbir ġewwa pajjiżna.", "Forsi ġaladarba nafu b'dan il-periklu - u jien dan kont għidtu lill-esperti Taljani li kien qabbad il-Gvern preċedenti - aħna nistgħu nagħmlu enfasi partikolari fuq il-punt ta' l- għargħar.", "Jien konvint li nistgħu nagħmlu ħafna f'dan il-qasam u nistgħu ntaffu ħafna mill-effetti.", "Il-kritika li tisma minn ħafna nies hi li aktar ma nibnu, aktar qed niġu flooded malli tagħmel ftit xita.", "Jien ġej mill-kostitwenza ta' Birkirkara u għandi l-uffiċċju fil-Wied.", "Hemmhekk malli tagħmel ftit xita trid toqgħod attent fejn tipparkja għaliex toħroġ u tista' ma ssibx il-karozza jew ma ssibhiex f'postha u ssibha f'post ieħor.", "Meta tagħmel xita li ddum kemmxejn aktar mill-ftit qtar, din tiġbor l-għargħar minn postijiet oħrajn.", "Per eżempju, f'Settembru li għadda jien bqajt impressjonat sa fejn jista' jogħla l-livell ta' l-ilma.", "Jien rajt l-ilma jitla' sas-sopraporti u sal-loġoġ tal-bieb ta' barra tan- nies.", "Jiġifieri mhux qed nitkellem li jitla' ftit sas-salott imma jitla' m'għola ħafna aktar minn bniedem.", "Issa jekk dan jiġri meta ma jkunx hemm l- elementi ta' diżastru li aħna ddefinejna fil-liġi, aħseb u ara x'jiġri meta jkun hemm l-emerġenza veru kif ġara f'Ottubru ta' l-1979, meta hemm dik il- bużżieqa kbira ta' ilma li taqa' f'salt u jkollok ħafna xita f'temp ħafna qasir ta' żmien.", "Jien naħseb li rridu nidderieġu l-enerġiji tagħna f'dawn il-postijiet li s-soltu jintlaqtu mill-għargħar.", "Jien semmejt Birkirkara għax l-aktar li naf, pero' dan japplika wkoll għal Ħal Qormi, għal Wied il- Għajn u għal postijiet oħra.", "Kemm jista' jkun wieħed irid jipprova jtaffi anke billi joħloq ċentri ta' għajnuna f'dawn il-postijiet.", "Issa, Sur President, barra l-għargħar wieħed irid isemmi wkoll il-ħruq.", "Jien niftakar li meta kont ministru kont skoprejt li fejn jidħol it-tifi tan-nar, jekk ikun hemm ħruq fil-Mellieħa - kif kien ġara ftit qabel - il- fire engine trid titlaq jew minn Kordin jew inkella mill-Furjana, u Alla jbierek dawn jaslu wara xi 25 minuta.", "Minħabba f'hekk jien kont ħadt inizjattiva, bl-approvazzjoni tal-Kabinett, biex apparti li nixtru aktar fire engines, niftħu fire station ġewwa t-tramuntana tal-pajjiż.", "Kien ġie identifikat post ideali ħdejn il-knisja tal-Kapuċċini li hemm fix-Xemija, fejn fuq naħa tista' tilħaq l-area tal-Mellieħa, l-Imġarr, Selmun, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija u fuq in-naħa l-oħra għandek Buġibba u Burmarrad sal-Mosta.", "Dik kienet il-ġurisdizzjoni tax-Xemxija fire station.", "Dan kien pass żgħir - għax hawn mhux qed nitkellmu fuq eluf kbar ta' liri - li sewa ħafna.", "Riċentement minn mistoqsija parlamentari ħareġ li dawn ikollhom medja ta' xi seba' calls kuljum.", "Li rrid ngħid hu li rridu napplikaw ftit aktar ħsieb u ma tridx tkun bravu u intelliġenti biex tgħid li trid tenfasizza fuq il-punti tad-dgħufija.", "Illum għandna fire station fix- Xemxija u kien hemm il-ħsieb - u forsi l-Ministru fil-winding-up jispjegalna jekk dan il-ħsieb huwiex se jitwettaq - li ssir fire station oħra f'Ħal Far minħabba l-parti industrijali ta' dawk in-naħat, imma llum nistgħu ngħidu li għar-rigward ta' tifi tan-nar minn fuq l-art qegħdin ħafna aħjar milli qatt konna.", "Per eżempju, sa l-1992 dan il-pajjiż ma kellux is-sellum twil, il-high-up, li jista' jeċċedi l-ħames sulari.", "Allura jien kont staqsejt xi jsir jekk ikollok post ta' 13-il sular li jkun qed jinħaraq.", "Qaluli li jistennew sakemm jinżel il-ħruq fil-ħames sular!", "Fl- 1992 il-Gvern preċedenti kien xtara dan il-high-up u nifhem li l-Gvern issa xtara ieħor li jlaħħaq mal-11 jew 12-il sular.", "Issa hawnhekk interessanti wkoll li wieħed jinnota li x-xejra hi li jkun hemm bini aktar għoli.", "Illum meta tgħid 13-il sular qisek li ma tkun qed tgħid xejn, anzi għandna l- proposta li jkun hemm bini ta' 65 sular.", "Wieħed mhux biss għandu jgħid li se jagħmel dak il-bini imma jrid jilqa' wkoll għal dawn l-affarijiet ġodda li m'aħniex imdorrijin bihom.", "X'jiġri f'każ ta' emerġenza f'dan il-bini għoli?", "Meta qed nitkellmu fuq emerġenzi nittamaw li dawn qatt ma jiġru.", "Jien qed insemmihom biex inkunu nafu x'inhuma l-problemi.", "Kif qal il- Ministru - u qal tajjeb - huwa importanti li meta jiġru l-inċidenti, mhux nibqgħu nħarsu lejhom imma nkunu organizzati biex nilqgħu għalihom.", "Dawn huma l-iżviluppi ġodda li rridu naħsbu għalihom u mhux l-ewwel isiru l- iżviluppi l-ġodda mbagħad nibdew naħsbu wara.", "Mela s'issa semmejna li nkunu nistgħu nilħqu t-territorju kollu f'każ ta' ħruq.", "Semmejt ukoll il-problemi ta' dan il-bini għoli u semmejt ukoll il-kwestjoni ta' l-għargħar.", "Kamp ieħor li jidhirli li għandna nenfasizzaw ħafna fuqu huwa t-tifi tan- nar fuq il-baħar.", "Ma rridx inkun allarmista, għax hawn ġew dejjem irridu nitkellmu b'responsabbilta', pero' r-responsabbilta' tfisser ukoll li rridu nidentifikaw fejn huma l-weaknesses tagħna.", "Meta kont ministru responsabbli għall-protezzjoni ċivili kien evidenti li waqt li konna qed insaħħu l- pożizzjoni tagħna vis-a-vis t-tifi tan-nar fuq l-art, ma konniex daqshekk b'saħħitna fit-tifi tan-nar fuq il-baħar.", "Lil-ta' l-SAG jien rajthom - bħalma rahom il-Ministru - u dawn xogħolhom jagħmluh b'ċertu sens ta' amor proprju.", "Meta kien hemm l-isplużjoni fil-vapur Libjan fid-Drydocks dawn addirittura rriskjaw ħajjithom.", "Li tidħol fl-istiva ta' vapur li ma tkunx taf x'forma hu mingħajr pjanti huwa riskju kbir.", "Li rrid ngħid hu li fit- tifi tan-nar fuq il-baħar ma konniex daqshekk b'saħħitna u kien għalhekk li f'Settembru ta' l-1995 kont tlajt Ruma, flimkien ma' delegazzjoni mid- dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fejn insistejna ħafna mas-sotto segretarju għall-protezzjoni ċivili Franco Barberi biex jgħinna f'dan il- qasam tat-tifi tan-nar fuq il-baħar.", "Fil-fatt kien ġie fl-4 ta' Ottubru, 1996 u konna ftehemna li l-Italja tgħinna permezz tal-protokol finanzjarju sabiex nixtru - u se nikkwota minn ''The Times'' ta' dakinhar-:", "\"Fire-estinguishing ships which contain equipment to deal with sea rescue and sea contamination and more equipment to strengthen the fire control section on land, will also be donated''.", "Din kienet l-ewwel darba li fondi mill-protokol finanzjarju Taljan kienu se jiġu wżati mhux biss għat-tifi tan-nar minn fuq l-art imma wkoll biex jinxtraw laneċ għat-tifi tan-nar fuq il-baħar u anke biex jilqgħu għal emerġenza dwar tniġġiż tal-baħar f'każ ta' inċident fejn jinxtered iż-żejt.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna u naħseb li rridu nsemmuha flimkien ma' l- affarijiet l-oħra li semmejt, jiġifieri l-għargħar u n-nar fuq bini li jkun għoli.", "Meta kont niddiskuti ma' l-esperti Taljani u anke mal-ministru responsabbli mill-protezzjoni ċivili kont għidt li waqt li f'pajjiżi oħrajn, bħall-Italja, jekk jiġri inċident f'xi area partikolari t-turisti jistgħu jitilqu minn, per eżempju, Genova u jmorru x'imkien ieħor bħal Ruma, Milan jew Firenze jew Venezja, kieku f'Malta Allaħares qatt kellu jinqala' xi inċident li bih ikollok tniġġiż tal-baħar permezz tat-tixrid taż-żejt dan jeqridilna t-turiżmu.", "Hekk kien ġara meta kien għereq tanker mimli żejt fil-port ta' Genova u meta kien hemm splużjoni ftit 'il barra minn Livorno - kienu mietu għexieren ta' nies meta ħabtu żewġ vapuri - imma jekk jiġri xi ħaġa simili f'Malta, aħna ma nistgħux ngħidu lit-turisti biex imorru x'imkien ieħor.", "Id-diżastru jkun akbar, komparat mad-daqs ċkejken tagħna.", "Allura anke jekk forsi jista' xi ħadd jaħseb li dan huwa investiment li mhux qed tara r-riżultati tiegħu mmedjat, tista' tinqala' dik il-ġurnata - u j'Alla ma tinqala' qatt - għada jew 20 sena oħra, li fiha jkun hemm inċidenti ta' dan it-tip li jistgħu jikkaġunaw mhux biss diżastru ekoloġiku imma diżastru għall-ekonomija tagħna wkoll.", "J'Alla qatt ma jiġri imma ejjew inkunu ppreparati li jekk jiġri nkunu nistgħu nilqgħu.", "Issa kif nistgħu nilqgħu għal dawn l-emerġenzi ta' tixrid ta' żejt u tniġġiż tal-baħar?", "Jien nieħu gost li dawn il-laneċ li jien kont kellimt lill-Ministru Barberi dwarhom f'Settembru ta' l-1995 u f'Ottubru ta' l-1996 issa l-Gvern wasal biex jixtrihom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, veru li kien hemm il-ħsieb li jinxtraw bastimenti pero' naċċerta lill-Onor.", "Membru li dawk il-bastimenti ma kenux se jsolvu l-problema, u m'iniex qed ngħid hekk bi kritika.", "Fil-Fatt l- istruttura tal-bastimenti ġiet iddisinjata mill-ġdid biex dawn ikunu jistgħu jilqgħu għal każijiet ta' emerġenza li jistgħu jiġru madwar il- gżira ta' Malta.", "Jiġifieri kien hemm tibdil sostanzjali fid-disinn tal- bastimenti.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien m'inix tekniku biex inkun naf id-differenza bejn lanċa u lanċa - naf li l-Ministru għandu iktar esperjenza minni f'dan il- kamp - pero' nimmaġina li dawn kienu l-istess esperti li taw il-pariri lill- Gvern Taljan meta seħħew l-emerġenzi li semmejt, kemm meta għereq il-vapur Ċiprijott ġewwa Ġenova, kif ukoll meta kien hemm l-inċident f'Livorno.", "Fil- fatt nistgħu ngħidu mingħajr tlaqliq li l-iktar pajjiż milqut minn diżastri naturali huwa proprju l-Italja għax nisimgħu b'valangi, terrimoti, għargħar, landslides, insomma nisimgħu b'kollox.", "Meta kien ġie hawn Franco Barberi kien qalli li jekk hawn pajjiż li għandu l-ikbar potenzjalita` ta' periklu ta' diżastri naturali huwa proprju l-Italja.", "Jiġifieri dawn in-nies ma naħsibx li huma tal-ħabba ġozz imma huma esperti li taw pariri u bagħtu l-laneċ tagħhom sabiex isolvu dawn iż-żewġ diżastri kbar li nqalgħu fl-Italja u solvewhom b'mod tajjeb.", "Meta jkollok tniġġis taż-żejt, l-ikbar problema hija dak iż-żejt li jilħaq jinżel 'l isfel fis- seabed għax dak ma tistax tiġbru pero' dak li jibqa' fil-wiċċ hemm mezz kif tista' tneħħih.", "Jien kont mort Fiumicino ħalli nara din is-sistema li biha jdawru roqgħa żejt - tista' tkun kbira jew żgħira - u permezz ta' mezzi moderni jiġbru il-materjal kontaminanti f'ċilindri ta' l-azzar.", "Huwa importanti li nirrikonoxxu l-fatt - forsi l-Ministru Mizzi seta' rrikonoxxieh ftit iktar fl-introduzzjoni li għamel - li dan l-expertise kollu u dawn il-laneċ ma ġewx iqumu sold wieħed lill-Gvern Malti, għalkemm dan il-makkinajru jidher fil-budget bħala spiża kapitali.", "Fil- fatt dawn kollha ngħataw b'xejn mill-Gvern Taljan u hekk qed jiġri wkoll illum.", "Jien qed ngħid b'xejn għaliex għalkemm għandna l-obbligu li nħallsu tagħhom u li nixtruhom bilfors minn ditti Taljani jew inkella l-prodott ikollu oriġini Taljana - u wara li qed jagħtuna dawn il-miljuni kollha it's only fair li aħna nixtru mill-pajjiż tagħhom - dawn kollha qed neħduhom mill-protokoll finanzjarju Taljan li l-Gvern preċedenti kien bena fuq dak li sab mill-Gvern ta' qablu.", "Imma wieħed għandu jgħid grazzi lill-Gvern Taljan li fil-konfront ta' Malta naħseb li huwa l-iktar pajjiż li għen, mhux bil-paroli u bis-sostenn morali biss imma bil-fatti, jiġifieri bil- flus ukoll, għax il-protokoll finanzjarju ma jolqotx biss il-protezzjoni ċivili imma jolqot areas oħra.", "Per eżempju, meta ġejna biex niżviluppaw il- Freeport aħna konna wżajna wkoll il-protokoll finanzjarju.", "U tant użajnieh il-protokoll finanzjarju Taljan li kien hemm min qajjem interpellanza fil- Parlament Taljan li dan kien se jkun kompetizzjoni għal Gioia Tauro li huwa l-freeport Taljan.", "Imma b'mod partikolari dawn għenuna fil-qasam tal- protezzjoni ċivili.", "Jien kważi konvint li kieku ma kienx għall-għajnuna tal-Gvern Taljan, partikolarment permezz tal-protokoll finanzjarju, pajjiż żgħir bħal tagħna li għandu prijoritajiet kbar oħrajn, forsi ma kienx isib il-mezz biex jinvesti f'dan il-qasam.", "Kif għidt qabel, gvern irid jagħmel il- prijoritajiet tiegħu u ħafna drabi jippreferi li jinvesti fi proġetti li jidhru mal-ewwel milli jinvesti f'ħaġa bħal din li jista' jkollok bżonnha fil-futur imma li għalissa ma tidhirx.", "Naħseb li f'dan il-Parlament li huwa l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż, ta' min juri r-rikonoxximent tal- poplu Malti lill-gvernijiet Taljani differenti li għenuna f'dan il-qasam.", "Dak kollu li xtara l-Gvern preċedenti u anke dan il-Gvern qiegħed jiġi ffinanzjat b'dan il-protokoll, mhux biss il-laneċ li semmejt imma anke l- operations centre.", "Kellna uġigħ ta' ras kbira biex insibu l-post adattat għal dan iċ-ċentru operattiv.", "Għall-ewwel bdejna bil-Forti Sant'Iermu u mbagħad l-esperti Taljani li għamlu s-civil protection plan u n-national disaster plan qalulna li dak il-post mhux tajjeb minħabba li kellhom jitwaħħlu xi arbli għall-komunikazzjoni u fl-aħħar, wara ħafna taħbit, instab Ta' Kandja, ħdejn iċ-ċentru ta' l-SAG.", "Niftakar li jien kont mort hemmhekk flimkien mal-periti tal-Public Works u identifikajna dan il-post.", "Meta kien ġie l- Ministru Barberi tlabna l-finanzi taħt il-protokoll finanzjarju Taljan li kien iffirma l-Ministru de Marco.", "Il-Gvern Taljan kien żiedna fuq il-flus li kien jagħtina qabel u b'mod partikolari żiedna fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Jekk l-amministrazzjoni preċedenti u l-amministrazzjoni preżenti qed jagħmlu dawn il-proġetti kapitali fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, dan huwa dovut għall-ħidma ta' kull gvern li talab biex jiżdied u jittejjeb il- protokoll finanzjarju, imma b'mod partikolari għall-Gvern Taljan li f'dan il-qasam għandna ħafna għalxiex inkunu rikonoxxenti lejh.", "Insemmi biss li sa l-1996 il-fire brigade tal-korp tal-pulizija qatt ma kienet xtrat fire engine ġdida fjamanta għaliex dejjem second-hand kienu kemm taħt amministrazzjoni u kemm taħt oħra.", "L-ewwel darba li nxtrat fire engine ġdida fjamanta kien fl-14 ta' Awissu, 1996 meta bis-saħħa tal-protokoll finanzjarju Taljan konna ġibna tliet fire engines ġodda fjamanti Iveco, li kull waħda tqum Lm80,000 - mhux qegħdin nitkellmu fuq sold jew tnejn.", "Dawn kollha mogħtija b'xejn bis-saħħa tal-protokoll finanzjarju Taljan.", "Fiż-żmien li l-Onor.", "Louis Galea kien ministru ta' l-intern - u ma ninsewx li l-Onor.", "Galea għamel ħafna fil-qasam tal-protezzjoni ċivili - konna nnominajna s-soċjeta` Castalia, ditta rinomata Taljana fil-qasam tal- protezzjoni ċivili, u din kienet ħejjiet il-famuż civil protection plan dwar x'għandu jsir f'Malta fuq medda ta' żmien.", "Dan qed ngħidu biex nuri s- serjeta` li biha konna ħadna l-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Apparti s- civil protection plan ġie ffirmat ftehim internazzjonali - u hawn riferenza għalih anke f'dan l-abbozz - bejn Malta u l-Italja li huwa importanti ħafna.", "Qed ngħid dan għaliex id-diżastri naturali m'għandhomx konfini, m'għandhomx territorji.", "Jekk nieħdu d-diżastru li nqala' f'Chernobyl, dan l-iktar li laqat kien il-pajjiż fejn sar pero' mbagħad kellu effetti sekondarji f'pajjiżi oħrajn.", "Tista' tiġri xi ħaġa Sqallija li jkollha effett fuq pajjiżna wkoll.", "Qabel kont qed insemmi t-tniġġis tal-baħar u jista' jkun li d-diżastru tat-tniġġis tal-baħar bit-tixrid taż-żejt, minħabba kolliżjoni ta' tankers, ikun tant kbir li l-mezzi li għandna - li qed niżviluppaw imma li għadhom żgħar - ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' diżastru ta' dak it-tip.", "Kien għalhekk li l-ministru responsabbli għall- protezzjoni ċivili, l-Onor.", "Louis Galea, kien iffirma l-ftehim ta' Palermo fil-11 ta' Marzu, 1994 dwar koperazzjoni għat-tbassir tal-prevenzjoni u għat-tnaqqis ta' diżastri naturali u teknoloġiċi bejn l-Italja u Malta.", "Dan it-trattat kien jaħseb għal bdil ta' informazzjoni xjentifika u teknika u għal programmi ta' riċerka u taħriġ dwar dak li għandu x'jaqsam mal- protezzjoni ċivili.", "Din hija d-direzzjoni li rridu nkomplu fiha u naħseb li wasal iż-żmien ukoll li ma jkollniex koperazzjoni biss ma' l-Italja - għalkemm huwa importanti ukoll li jkollna dan għaliex il-mezzi u l- equipment huma Taljani u allura jistgħu jgħinuna iktar huma - imma nistgħu nikkonkludu ftehim ieħor ta' dan it-tip mat-Tuneżija jew mal-Libja.", "Meta jien kont iltqajt mal-ministru tal-protezzjoni ċivili u ta' l-intern fit- Tuneżija kien qalli li t-Tuneżija wkoll għandhom ftehim ma' l-Italja għal koperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Għaliex?", "Għaliex id- diżastri m'għandhomx konfini.", "Allura huwa importanti li nsaħħu fejn nistgħu - u naħseb li dan l-abbozz se jgħin f'din id-direzzjoni - din il- koperazzjoni internazzjonali.", "Dan l-abbozz, kif kien anke previst mill-amministrazzjoni preċedenti, għandu l-vantaġġ li huwa qasir u mhuwiex komplikat ħafna, pero' xorta waħda nemmen li forsi ċerti strutturi m'għandhomx ikunu wisq top heavy.", "Per eżempju, is-civil protection council se jkun kompost minn numru mhux limitat ta' membri li jkunu uffiċjali pubbliċi li jokkupaw pożizzjoni importanti fil-ministeri responsabbli mill-public works, environment, telecomunication, transport services, health services, economic affairs, fuel and energy affairs, and Gozo affaris.", "Issa l-Ministru jista' jgħid li dak ma jfissirx li se jagħmel tmien rappreżentanti pero' hemm tmien oqsma differenti li minnhom iridu jintgħażlu l-membri.", "Iżda bħalma tista' ma tagħmilx tmienja, tista' tagħmel għaxra għax m'hawn xejn li jgħid li ma tistax tagħmel tnejn minn kull ministeru, imma jekk tagħmel wieħed minn kull ministeru diġa' għandek tmienja.", "Skond dan l-abbozz irid ikun hemm ukoll membru li jkollu konoxxenza ta' materji li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ċivili u biex jiġi nnominat dan il-membru jridu jiġi kkonsultati l-għaqdiet volontarji.", "Huwa tajjeb li l-organizzazzjonijiet volontarji - u hawn organizzazzjonijiet volontarji - fil-qasam tas-civil protection nagħtuhom l-importanza.", "Jien kont bqajt impressjonat meta mort ġewwa l-Madliena fejn hemm għaqda volontarja li kull sena juru x'jafu f'dan il-qasam.", "Dawn huma nies li fil-ħin liberu tagħhom imorru hemmhekk jagħmlu t-training u kont bqajt impressjonat bl-ammont ta' żgħażagħ li jmorru hemmhekk.", "Il-Gvern preċedenti, fuq talba tal-forzi armati, kien ta dik l-area tal-Madliena - fejn qabel kien hemm ir-radar tas-servizzi - lil din l-għaqda volontarja li sal-lum għadha taħdem hemmhekk.", "Huwa importanti li dawn l-għaqdiet volontarji nkomplu nsaħħuhom.", "Naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi u tajjeb li fl-abbozz hemm speċifikat li l-għaqdiet volontarji għandhom jiġu kkonsultati.", "Qed tiġini f'moħħi din tal-Madliena - jidhirli s-St.", "John Organisation - li lill-gvern ma tiġi tqumlu xejn, pero' jistgħu jkunu ta' għajnuna u nittama li jinvolvuhom.", "Naf li se ssir l-assistance and rescue force u mhux qed ngħid li dawn għandhom ikunu flokha imma niftakar li jien kont nirrakkmanda ħafna lill- SAG li jużawhom meta jkollhom xi tip ta' diżastru żgħir.", "Naturalment dawn m'għandhomx il-poter li jintervjenu bi dritt imma li jistgħu jintervjenu jekk jiġu mistiedna biex jagħmlu dan.", "Ġaladarba qegħdin nitkellmu fuq il-volontarji, nixtieq li hawnhekk insellem lill-għaqdiet volontarji li taħt l-amministrazzjoni preċedenti u issa wkoll qed joffru b'xejn il-life-saving services matul is-sajf fi tliet bajjiet prinċipali ta' Għajn Tuffieħa, l-Għadira u Pretty Bay f'Birżebbuġa.", "Din kienet inizjattiva ta' l-amministrazzjoni preċedenti fejn konna tajniehom għajnuna billi provdejnielhom dingy u oġġetti oħra biex fil- weekends joffru servizz ta' life saving fi tliet bajjiet importanti.", "Nisperaw li l-Gvern ikompli jgħinhom ħalli jestendu dan is-servizz.", "Kont qed nitkellem fuq il-kompożizzjoni tal-kunsill għall-protezzjoni ċivili fejn se jkun hemm rappreżentanti minn tmien ministeri; wieħed li jiġi nnominat wara konsultazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet volontarji; u ieħor li jirrappreżenta l-kunsilli lokali li għalkemm m'hawnx kif jitla', pero' nifhem li jintgħażel mill-assoċjazzjoni tal-kunsill lokali.", "Imbagħad inżidu ċ-chairman li jkun il-ministru responsabbli mill-protezzjoni ċivili, id-deputy chairman li jkun is-segretarju permanenti fil-ministeru tal- protezzjoni ċivili, il-kummissarju tal-pulizija, il-kmandant tal-forzi armati u d-direttur.", "Meta tgħoddhom jiġu bejn 15 u 16.", "Forsi fl-istadju ta' Kumitat wieħed jipprova jillimita ftit dan in-numru.", "Jien niftakar li meta ppresedejt l-aħħar darba dan il-kunsill - għax għalkemm dan issa qed jitwaqqaf b'liġi, il-Ministru jaf li diġa` kien jeżisti, pero' huwa tajjeb li issa dan il-kunsill se jingħata qafas legali - kont għidt li kieku kellha tinqala' emerġenza vera, sakemm niltaqgħu, niddiskutu u kulħadd jgħid tiegħu, naħseb li d-diżastru jilħaq isir diżastru ikbar!", "Allura kont naqqast ftit dan il-kunsill.", "Ma naqqastux billi bdejt inqaċċat in-nies bl- addoċċ imma kien hemm ċerti nies li għalkemm kienu jagħtu kontribut ma ħassejtx li kienu indispensabbli għall-kunsill innifsu.", "(Interruzzjonijiet) Dan m'aħniex se nagħmluh xi cavallo di battaglia u m'iniex qed ngħid li se nivvotaw kontra minħabba f'din, imma forsi fl- istadju ta' Kumitat wieħed jiddiskuti aħjar id-dettalji biex kemm jista' jkun ikun kunsill ħafif li jista' jirrispondi malajr għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza.", "Mela b'dan l-abbozz se jitwaqqaf formalment id-dipartiment tal- protezzjoni ċivili, li diġa' jeżisti, għax fil-fatt hemm id-direttur tal- protezzjoni ċivili.", "F'dan id-dipartiment se jkun hemm id-direttur tal- protezzjoni ċivili, li huwa wkoll is-segretarju tal-kunsill, se jkun hemm il-kunsill għall-protezzjoni ċivili u se jkun hemm iċ-chief assistance and rescue officer.", "Jiġifieri fi ħdan id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili se jkun hemm forza li jiena fhimt li se tkun qisha dak ir-rescue team ta' l- SAG li tieħu ħsieb li tirreaġixxi kemm jista' jkun malajr għal sitwazzjoni ta' emerġenza jew ta' diżastru.", "Fil-fatt il-funzjonijiet ta' l-assistance and rescue force huma:", "\"to maintain an adequate service for prompt intervention in the case of fire and rescue on land, flooding ...\"", "Imbagħad se jkun hemm ukoll il-commander.", "Dan il-commander m'huwiex post permanenti imma jiġi appuntat meta tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza jew diżastru partikolari.", "Mela jekk jinqalgħu tliet diżastri ta' tip differenti fl-istess waqt jew inkella l-istess diżastru joħloq diżastri f'postijiet oħrajn, inti jista' jkollok tliet commanders differenti, skond it-tip ta' diżastru.", "Meta qed ngħidu li jrid ikun hemm dan il-commander forsi qegħdin noħolqu strutturi top heavy wisq.", "Hemm wisq nies li jistgħu jaqgħu f'saqajn xulxin mentri l-iskop ta' din il-liġi - u sewwa qal il- Ministru, u issa naraw fl-istadju ta' Kumitat jekk nistgħux intejbuha - huwa li nkunu nafu min qed jikkmanda.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex inti għandek forzi ta' l-ordni differenti, b'dixxiplina militari li ħafna drabi ...", "Din l-istess problema bħal ta' l-aviation security f'dan il- kontest.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nafx għaliex qegħdin tagħmlu enfasi - u għamiltu enfasi anke l-bieraħ - li qisu m'hemmx kordinament bejn il-forzi ta' l- ordni.", "Naċċertak li hemm il-kordinament kollu.", "Jien ma sibt l-ebda problema u ma jien qed nara l-ebda problema.", "Lanqas ma nħoss li għandna nitkellmu fuq dawn il-problemi jekk ma tridux li nibdew noħolquhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Borg, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Borg ikompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "J'Alla ma jkunx hemm dawn il-konflitti imma aħna saqajna ma' l-art u nafu li l-Italja fejn għandhom il-carabinieri u l-polizia tant joħolqu konlitti li darba kważi kważi sparaw fuq xulxin.", "Jien mhux qed ngħid li se jagħmlu hekk f'pajjiżna imma din il-problema teżisti.", "Issa din il-problema se nsolvuha billi jkun hemm dawn l-istrutturi kollha, il-ministru, id-direttur, il-kunsill, iċ- chief assistance and rescue officer u l-commander?", "Jien qed naraha top heavy wisq.", "Per eżempju hemm bżonn tagħmilha b'liġi li jkun hemm il- commander?", "Illum kulħadd jaf li, per eżempju, meta kien hemm l-isplużjoni fuq il-vapur fit-Tarzna, kienet l-SAG li marret hemmhekk u l-kap ta' l-SAG beda jikkmanda hu.", "Wisq nibża' li iktar ma noħolqu nies bħal dawn kulħadd jibda jgħid: Issa jien qiegħed hawn bis-saħħa tal-liġi, u l-konflitti flok jonqsu jiżdiedu jistgħu.", "Naħseb li dan huwa punt validu li għandu jikkonsidrah il-Ministru.", "Jekk jassigurana li huwa konvint li minkejja dawn in-nies kollha dawn mhux se jiġu f'saqajn xulxin, j'Alla jkun hekk.", "Pero' ħafna drabi altru x'tikteb u tgħid u altru x'jiġri fil-fatt.", "F'din il-liġi hemm ċerti implikazzjonijiet finanzjarji li rrid nistaqsi xi domandi dwarhom.", "X'inhuma l-implikazzjonijiet finanzjarji f'dan l- abbozz?", "Waħda minnhom hija li jkun jista' jsir ħlas ta' kumpens f'każijiet ta' emerġenza jew f'każijiet ta' diżastru.", "S'issa f'pajjiżna kien hemm żewġ liġijiet li jagħtu dritt lill-gvern li jqassam il-kumpens f'każ ta' ħsara.", "L-ewwel waħda kienet il-liġi ta' l-1963 dwar l-emerġenza, fejn il- ministru jista' jagħmel regolamenti li jipprovdu għal ħlas ta' kumpens u rimunerazzjoni lill-persuna milquta mir-regolamenti stess, jiġifieri din ma tantx tista' tapplikaha f'każ ta' għargħar.", "Imbagħad kien hemm il-Flood Relief Act ta' l-1980 li kienet limitata għall-għargħar li kien sar f'Ottubru ta' l-1979.", "Il-Jamaharija Għarbija tal-poplu Libjan kienet tatna donazzjoni wara l-għargħar ta' Ottubru ta' l-1979 u l-Gvern imbagħad żied magħha somma oħra.", "GĦaldaqstant il-Gvern għamel liġi li jisimha l-Flood Relief Act biex ikun hemm bord li jqassam il-flus, u peress li meta tibda tinxtered il-kelma li qed jitqassmu l-flus ikun hemm ħafna applikazzjonijiet, naturalment kellu jitwaqqaf kumitat ħalli jiddeċiedi min jitħallas jew le.", "Issa dan l-abbozz se jagħti din il-possibbilta` imma naħseb li l-kliem li qed jintuża biex jagħti dan il-poter huwa ġeneriku wisq.", "Fil-fatt l-abbozz jagħti l-poter lill-kunsill għall-protezzjoni ċivili li jiddetermina hu, bi ftehim mal-ministru responsabbli mill- finanzi, il-metodu kif isir il-ħlas ta' kumpens meta jkun hemm emerġenza jew diżastru.", "Dan huwa kliem ġenerali wisq għax aħna qed nitkellmu fuq ammonti kbar ta' kumpens minħabba li m'hawnx limitu.", "Ara fil-każ tal-Flood Relief Act kien hemm somma li titqassam mill-kumitat, imma hawnhekk m'hawnx limitu.", "Fil-fatt hawn provvediment li l-ispejjeż għall-ħlas tal-kumpens ikunu a charge upon the Consolidated Fund - u għalhekk kellna l-Messaġġ tal- President - imma naħseb li qiegħed imfassal f'termini ġeneriċi wisq.", "Permezz ta' dan l-abbozz il-ministru jista' jagħmel regolamenti, mingħajr ma jiġi f'din il-Kamra biex napprovawhom, ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra u mbagħad jekk, fost l-eluf ta' karti u paġni ta' regolamenti li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, xi ħadd jinduna li hemm xi ħaġa li mhux suppost qiegħda hemmhekk, irid jagħmel in-negative resolution u meta jidhirlu l- gvern niddiskutuha fil-Parlament.", "Jiġifieri ma naħsibx li dan il-Parlament għandu kontroll veru ta' x'regolamenti jsiru.", "Fil-bidu jiena stess għidt li biex liġi tal-protezzjoni ċivili tkun tajba trid tkun qasira u tagħti poteri lill-ministru li joħroġ regolamenti u jieħu miżuri fil-każijiet ta' emerġenza, pero' fil-każijiet ta' emerġenza biss!", "Iżda f'dan l-abbozz għandna wkoll li l-ministru responsabbli għall-protezzjoni ċivili jista' b'sempliċi regolament, mhux b'Att tal-Parlament, jdaħħal fis-seħħ konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal- protezzjoni ċivili.", "Aħna għandna tradizzjoni li ħadnieha mingħand l-Ingliżi li meta gvern ikun irid mhux biss jiffirma konvenzjoni internazzjonali u wkoll jinkorporaha fil-liġi Maltija - per eżempju, il-Konvenzjoni Ewropea għad- Drittijiet tal-Bniedem iffirmajnieha fl-1967 pero' nkorporajnieha fil-liġi tagħna 20 sena wara, jiġifieri fl-1987 - dan isir permezz ta' Att tal- Parlament.", "Issa hawnhekk qed ngħidu li flok trattat internazzjonali jsir parti mil-liġi tagħna b'Att tal-Parlament, il-ministru b'regolament jista' jdaħħal fis-seħħ konvenzjonijiet internazzjonali li diġa` jeżistu.", "Nerġa' ngħid li kieku kienet kwestjoni ta' emerġenza naċċetta li tiffirma regolament biex tilqa' għal dik l-emerġenza imma hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq emerġenzi.", "F'dan il-qasam partikolari qed nitkellmu fuq konvenzjonijiet internazzjonali fuq il-protezzjoni ċivili li rridu ninkorporawhom fil-liġi tagħna.", "Dawn mhux se jsiru iktar b'Att tal- Parlament u ssir diskussjoni serja dwarhom hawnhekk?", "Kien hemm ħafna trattati importanti u kull darba li daħħalniehom fil-liġi Maltija ġejna quddiem dan il-Parlament, għamilna diskussjoni, il-Parlament approva u saru parti mil-liġi tagħna.", "Il-bieraħ semmejna l-konvenzjonijiet ta' Tokyo, The Hague u Montreal fuq il-hijacking u fuq it-terroriżmu, jiġifieri affarijiet serji u li jistgħu joħolqu emerġenzi.", "M'għidniex li dawn isiru parti mil-liġi ta' Malta b'regolament imma għaddejna l-Att Nru. XX ta' l- 1991 u saru parti mil-liġijiet ta' Malta.", "Għaliex għandna nagħmlu eċċezzjoni għall-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-protezzjoni ċivili?", "Il-Ministru qalilna li f'dan l-abbozz se jitwaqqaf unit ġdid, forza ġdida li jien inxebbaħha mar-rescue team li kellha l-SAG.", "L-assistance and rescue force, kappeġġjata miċ-chief assistance and rescue officer, hija forza ta' rapid deployment li tintbagħat biex tgħin f'xi emerġenza partikolari.", "Mela jekk ikun hemm ħruq, issa flok imur ir-rescue team ta' l- SAG, jiġi l-assistance and rescue force tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Subklawsola (6) ta' klawsola 8 tgħid:", "\"Ir-regolamenti msemmija qabel jistgħu jkunu jipprovdu dwar l- applikazzjoni għall-Forza ta' kull jew xi patt u kundizzjoni tas- servizz applikabbli għall-Korp tal-Pulizija ta' Malta;\".", "Jiġifieri dak li hemm provdut fl-Atti tal-Parlament kollha dwar il-pulizija u l-pensjonijiet li kienu riżultat ta' min jaf kemm trattattivi u negozjati, b'daqqa ta' pinna u b'regolament il-Ministru jista' jgħid li dawn se japplikaw ukoll għal din il-forza l-ġdida.", "Il-Kummissarju tal- Pulizija ħareġ ċirkolari fejn talab applikazzjonijiet minn membri li diġa` huma fil-korp tal-pulizija, mhux biss mill-fire brigade imma anke minn membri barra mill-fire brigade, sabiex dawn jidħlu bħala rescue officers, assistant rescue officers jew leading rescue officers f'din il-forza l- ġdida fi ħdan id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Meta kont ministru ta' dan il-qasam kont għidtilhom li bħala gvern jidhrilna li jekk il-Gvern jieħu l-pass - liema pass anke kien qal li għandu jagħmlu l-Gvern ta' qabel - li l-fire bridage, li hija l-iktar bridage importanti f'dan il-qasam għaliex hija l-iktar emerġenza komuni, tiġi ttrasferita fi ħdan id- dipartiment tal-protezzjoni ċivili, dawn ma jitilfu xejn minn dak li qed igawdu llum.", "Ħalli l-membri ġodda li ddaħħal, iddaħħalhom taħt kondizzjonijiet oħrajn, imma dawk li dejjem qdew dmirhom, irriskjaw ħajjithom u għamlu minn kollox, ħafna drabi mingħajr ma tajniehom il-mezzi, biex fit-tifi tan-nar jikkontrollaw kemm jista' jkun il-ħsara u l-imwiet - u naħseb li għandna biex niftaħru bil-fire bridage li għandna li meta wieħed jara l-ħruq li jkollna, rari jkun hemm każijiet ta' mwiet u jien konvint li dan isir minħabba l-intervent b'saħħtu u malajr ta' din il-fire brigade - issa se nissoġġettawhom biex japplikaw ma' l-oħrajn kollha biex imorru mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?", "Dawn ikollhom sena attachment mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u f'dik is-sena igawdu l-istess kondizzjonijiet li għandhom illum fil-korp tal-pulizija, kemm jekk hu salarju, kemm allowances u l-iktar importanti f'dik li hija pensjoni.", "Aħna nafu li l-membri tal-korp tal-pulizija, kif ukoll jidhirli ta' l-armata, huma l-uniċi nies f'pajjiżna li minħabba l- fatt li huma parti minn forza dixxiplinari minħabba n-natura speċjali tax- xogħol tagħhom, igawdu pensjoni wara 25 sena servizz.", "Mela jekk tidħol ta' 18-il sena fil-korp tal-pulizija, ta' 43 sena tista' toħroġ, tieħu l- pensjoni u taħdem.", "Dawn huma ftit mill-każijiet ta' pensjonanti li jistgħu jaħdmu u ma jitilfux il-pensjoni tagħhom.", "Jien jidhirli li mhux sew li għaliex issa se noħolqu - għax hekk irridu aħna u jista' jkun li għandna raġun li rridu hekk - forza ġdida fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, dawk il-membri tal-korp tal-pulizija li qdew dmirhom u li llum għandhom 17- il sena jew għaxar snin servizz, issa li se jagħżlu li jmorru fid- dipartiment tal-protezzjoni ċivili, dawk is-snin tas-servizz ma jgħoddux għal skopijiet ta' pensjoni.", "L-ewwelnett din mhix għażla.", "Il-Gvern iddeċieda hekk u jekk inti tħobb dan il-qasam trid titlaq il-korp tal- pulizija u tmur f'dan il-korp il-ġdid tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Kultant nistaqsi lil dawn in-nies: Imma x'ġost fiha li tirriskja ħajtek, tidħol fin-nirien u fid-dħaħen - fil-fatt niftakar konna xtrajna maskri għal ta' l-apposta li jtejbu l-vista ta' dak li jkun fid-duħħan - li xi kultant lanqas tkun tista' tara?", "U tinduna li jkollhom ċerta imħabba għal dan ix-xogħol.", "Hawn min iħobb jaħdem f'xogħol ta' riskju pero' jitħallas tiegħu.", "Issa f'domanda numru 10681 li jien kont għamilt lill-Prim Ministru kont staqsejtu:", "\"Peress li tħabbar li l-fire bridage se taqa' taħt id-dipartiment tal- protezzjoni ċivili, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk il- pulizija kollha li hemm illum fil-fire bridage humiex se jiġu ttrasferiti mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?\"", "Ir-risposta kienet le.", "Anzi nżid biċċa oħra, mingħajr ma nkun kontroversjali wisq.", "Mhux talli mhux kollha se jmorru mad-dipartiment tal- protezzjoni ċivili talli wħud minnhom diġa` tqaċċtu minn hemm - u kienu jagħmlu xogħol tajjeb mal-fire bridage - u poġġewhom fl-għases wara dawk is- snin kollha ta' esperjenza.", "It-tieni mistoqsija kienet:", "\"Se jsir xi eżami jew interview f'każ li mhux il-pulizija kollha se jiġu hekk trasferiti?\"", "Ir-risposta kienet:", "\"Iva, se jsir proċess ta' selezzjoni biex jintgħażlu biss dawk l- uffiċjali tal-pulizija li jkunu adattati biex iservu mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.\"", "It-tielet mistoqsija kienet:", "\"Se joħorġu applikazzjonijiet għad-dħul fil-fire bridage minn barra s- servizz ċivili?\"", "Ir-risposta kienet li se jkunu biss għall-persuni mpjegati fis-servizz pubbliku.", "Jiġifieri l-fire bridage ġdida li se tkun parti mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili se tinkludi dawk il-membri tal-korp tal-pulizija tal- fire brigade li jintgħażlu u nies oħrajn mis-servizz publbiku biss li japplikaw.", "Niġi issa għall-aħħar domanda li tgħid hekk:", "\"Il-pulizija li se jiġu ttrasferiti mas-civil protection department, se jkomplu jgawdu l-kondizzjonijiet preżenti tax-xogħol?\",", "jiġifieri mhux biss is-salarji u l-allowances imma l-pensjoni wkoll.", "Ir- risposta hija hekk:", "\"Sakemm ikunu attached mad-dipartiment il-ġdid, il-pulizija konċernati se jkomplu jgawdu l-istess kondizzjonijiet li jkollhom fil-korp.\".", "Issa \"sakemm ikunu attached\" ifisser għal perijodu ta' sena, għaliex il- perijodu ta' attachment se jkun perijodu ta' sena.", "Mela f'dik is-sena probation sakemm dan jiddeċiedi x'se jagħmel, dak se jibqa' jgawdi l- kondizzjonijiet tal-pensjoni daqslikieku għadu membru sħiħ tal-korp tal- pulizija.", "Jekk min-naħa l-oħra jieħu ħatra speċifika fid-dipartiment tal- protezzjoni ċivili, jiġifieri wara dik is-sena jagħżel li jibqa' mas-civil protection department, jiġi soġġett għall-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dak id-dipartiment.", "Safejn naf jien m'hawn l-ebda dipartiment ieħor ħlief il-pulizija u l-armata li jgawdu l-25 sena servizz.", "Issa forsi hawn dan ix-xaqq dawl - li issa nitlob lill-Ministru jispjegali - għaliex fil-liġi hawn li b'daqqa ta' pinna tal-ministru l- kondizzjonijiet kollha applikabbli għall-pulizija, inklużi l- kondizzjonijiet tal-pensjoni, jistgħu jiġu applikabbli għar-rescue and assistance force tas-civil protection department.", "Jekk huwa hekk, mhux aħjar jgħidilna hekk għaliex donnu dawn ir-risposti jindikaw mod ieħor.", "Din hija kwestjoni importanti għal dawk li qegħdin fil-fire bridage li se jagħżlu li jibqgħu mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Jekk wieħed ikollu 15-il sena servizz u għaxar snin oħra jista' jieħu l-pensjoni sħiħa tal-pulizija, m'għandux ikun jaf li jekk jagħmel għaxar snin oħra mal-fire brigade fis-civil protection department se jieħu l-pensjoni sħiħa?", "L- indikazzjonijiet donnhom huma li jekk tmur mas-civil protection department ma teħux il-pensjoni tal-25 sena servizz.", "Pero' minħabba dan l-artiklu li qed insemmi, li l-ministru għandu l-poter li japplika l-kondizzjonijiet tas- servizz tal-pulizija għal dawk l-impjegati tas-civil protection department ukoll, jista' fil-winding-up il-Ministru jagħtina l-assigurazzjoni li dan ir-regolament se jużah biex il-membri tal-police fire brigade, li tant qdew lill-pajjiż u rriskjaw ħajjithom għall-poplu fit-tifi tan-nar, jibqgħu igawdu s-snin ta' servizz għal skopijiet ta' pensjoni, ukoll jekk imorru mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?", "Nixtieq ukoll spjegazzjoni dwar klawsola 10 u, ngħid il-verita', ipprovajt nara kienx jeżisti artiklu simili fil-Flood Relief Act jew f'xi liġi oħra ta' l-emerġenza.", "Subklawsola (3) ta' klawsola 10 ta' l-abbozz tgħid hekk:", "\"Kull min, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili, jiġbor jew jipprova jiġbor fondi jew oġġetti oħra bħala għajnuna jew assistenza għal vittmi ta' xi diżastru jew ta' xi avveniment simili ieħor li jkun jhedded il-ħajja, il-proprjeta` jew l- attivita` ekonomika ġenerali ta' xi persuna jew persuni, jew li, minkejja dik l-awtorizzazzjoni, jonqos milli jħares xi kundizzjonijiet li jsirulu mid-Direttur ...\".", "Mela hawnhekk qed jgħidilna li kull min jiġbor għall-vittmi ta' xi diżastru, għal min sofra xi ħsara fil-proprjeta` mingħajr ma jitlob minn qabel il-permess tad-direttur tal-protezzjoni ċivili, għal dan ir-reat straordinarju jeħel priġunerija għal żmien ta' mhux inqas minn tliet xhur u mhux iżjed minn sena.", "Bħal kull pajjiż ieħor fid-dinja, anke f'pajjiżna sfortunatament hawn nies morda li japprofittaw ruħhom mit-traġedji biex jagħmlu qligħ għal buthom.", "Għalhekk huwa tajjeb li f'parti oħra ta' l- abbozz - mhux f'din il-parti għaliex hawnhekk naraha bla sens - ngħidu li jkun ħati ta' reat min waqt terremot jew xi diżastru jisraq jew inkella jagħmel qligħ illeċitu, dak li jgħidulu looting.", "Per eżempju, ikun hemm terremot jew xi għargħar u jkun hemm dawk ix-sciacalli li jmorru jisirqu d- djar li jkunu waqqgħu jew tkun saritilhom ħsara strutturali, u sid id-dar mhux talli jitlef id-dar tiegħu talli mbagħad ikun hawn dawn in-nies morda - għaliex kważi morda tista' tgħidilhom - li jmorru jisirquh.", "Dawn bħal meta kellna każijiet ta' nies li jweġġgħu f'inċidenti tat-traffiku u mbagħad issib min imur jisirqilhom id-deheb minn fuqhom stess.", "Meta jinstab ħati, dan għandu jeħilha ħafna iktar minn xi ħadd li jkun drogat u jisraq xi ħaġa minn xi vetrina ta' ħanut.", "Dan xorta qed jagħmel ħażin u għandu jiġi kkastigat, imma kemm huwa agħar li xi ħadd juża diżsatru naturali sabiex jagħmel qligħ hu minn fuq dahar ħaddieħor!", "Fil-gwerra kienu jisparawlek jekk tagħmel hekk u għad hemm pajjiżi b'din il-piena.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Borg, għandek bżonn leave of House biex tkompli.", "Hawn talba biex l-Onor.", "Tonio Borg ikompli jinstema'.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-Kamra kollha talli għal darba oħra għoġobha testendili l-ħin għal darba oħra.", "Kont qed ngħid li huwa tajjeb li l-looting jiġi kkastigat.", "Fil-fatt l-abbozz ta' liġi qed jipprevedi piena massima ta' għaxar snin ħabs għal min jikkommetti reati ta' dan it- tip.", "Imma jekk il-kappilan jew l-Azzjoni Kattolika jiġbru xi flus għal nies li jkunu sofrew minn xi diżastru naturali jew ikun hemm missier ta' familja li jitlef ħajtu traġikament u jgħinu lill-armla tiegħu, allura dawn għandhom bżonn permess mingħand id-direttur tal-protezzjoni ċivili?", "GĦalfejn din il-burokrazija kollha?", "Meta xi ħadd jinqabad jiġbor xi flus biex imbagħad ipoġġihom f'butu, f'dak il-każ jidħlu l-liġijiet tal-frodi u s-serq u allura jittella' l-qorti fuq hekk.", "Imma naħseb li nkunu qegħdin inġebbduha ż-żejjed jekk ngħidu li meta l-kappillan jiġbor għall-għargħar li jsir f'Ottubru, irid jitlob il-permess tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili!", "Sur President, nixtieq li l-Ministru jiċċaralna wkoll jekk dan l-artiklu japplikax biss għal diżastri f'Malta għaliex il-mod kif inhu miktub qed jagħti x'jifhem li japplika wkoll għal diżastri barra minn Malta u jekk inti tiġbor għal xi nies li jsofru diżastru barra minn Malta u ma titlobx il-permess tal-kap tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili tista' teħel minn tliet xhur sa sena ħabs.", "Issa f'każijiet ta' emerġenza ħafna drabi l-ġbir ikun spontanju; ġeneralment tant ikun hemm kommozzjoni u emozzjoni li tkun trid turi s-solidarjeta' tiegħek u allura taqbad u torganizza ġbir.", "Jista' jkun li l-flus jinġabru biex isir monument ħalli titfakkar il-memorja ta' dak li jkun, pero' ma naħsibx li għaliex xi ħadd jista' jabbuża għandha nagħmlu provvediment ta' dan it-tip u għalhekk dan għandu jitneħħa mill- abbozz.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jħassar l-Att dwar Korp tax-Xogħol ta' Emerġenza li kien sar fl-1972 biex nilqgħu għas-sitwazzjoni tal-qgħad u fejn il-gvern issoġġetta ħaddiema għal dixxiplina militari u ħoloq proprju l-korp tax- xogħol ta' emerġenza.", "Imma donnu li l-emerġenza kienet permanenti għaliex dak il-korp kien baqa' għaddej għal snin twal sakemm żvinta u nħolqu korpi oħra bħall-Korp tal-Pijunieri, il-Korp ta' Dirgħajn il-Maltin u l-Korp tad- Dejma pero' l-liġi li waqqfitu baqgħet hemm.", "GĦalhekk nieħu pjaċir li dak il-korp tax-xogħol ta' emerġenza li tant kien qajjem kontroversja u tant ġie kkritikat mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien se nidfnuh darba għal dejjem.", "Sur President, biex nagħlaq, nittama li l-Ministru fl- istadju ta' Kumitat ikun f'pożizzjoni li jressaq xi emendi li jirriflettu dak li għidt fil-kritika tiegħi.", "Huwa tajjeb li wieħed jirrikonoxxi l-ħidma li saret mill- amministrazzjonijiet preċedenti f'dan il-qasam u anke l-ħidma minn gvernijiet barranin, imma t-tislima u l-grazzi tagħna għandhom imorru għal dawk in-nies fl-armata, fil-korp tal-pulizija u għaqdiet volontarji li ħafna drabi mingħajr interessi jkunu preżenti f'każ ta' emerġenza, b'mod partikolari dawk li mietu fil-qadi ta' dmirijiethom biex isalvaw lil ħaddieħor.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Sur President, jiena smajt b'attenzjoni kbira kemm id-diskors tal-Ministru, kif ukoll id-diskors ta' l-Onor.", "Tonio Borg, dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "Ċertament li f'kull qasam, imma aktar u aktar f'dan il-qasam ta' salvataġġ u għajnuna, irridu naħdmu b'mod professjonali.", "Mhux qed ngħid dan għaliex meta kien hawn xi diżgrazzja jew emerġenza l- forzi ta' l-ordni ma għamlux xogħolhom sew imma għaliex dejjem konna fortunati li ma kellniex affarijiet agħar milli ffaċċjajna.", "Kien hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn ħlisnieha bi żbrixx.", "GĦalhekk huwa importanti li norganizzaw l-affarijiet tagħna, iktar u iktar meta qegħdin ngħidu li s- sezzjoni tal-fire brigade fi ħdan il-korp tal-pulizija, kif ukoll ċerti funzjonijiet ta' l-SAG, se jispiċċaw u jinġabru fi ħdan il-forza ta' għajnuna u salvataġġ.", "Din il-materja kienet ġiet studjata anke mill-Gvern preċedenti, li wkoll ħass il-bżonn li jwaqqaf dipartiment tal-protezzjoni ċivili, u jiena żgur li kieku tan-naħa l-oħra għadhom fil-gvern allura kienu jaslu biex iressqu dan l-abbozz huma.", "GĦalkemm kien hemm xi kritika żgħira għal dan l-abbozz, jiena naħseb li in toto huwa abbozz li jimmerita li ntejbuh għaliex huwa pożittiv ħafna għal pajjiżna.", "Sur President, sa ftit snin ilu ħadd ma kien jimmaġina li f'pajjiżna jista' jkollna xi diżastri naturali minħabba problemi li jiffaċċjaw pajjiżi oħrajn.", "Meta kont tifel qatt ma rajt ħut mejjet f'xatt il-baħar.", "Li jkollok xi invażjoni ta' insetti hija xi ħaġa rari imma ġrat ukoll, u Allaħares ma nkunux armati b'mod professjonali biex nilqgħu għal dawn id- diżastri.", "Meta aħna nitkellmu dwar dak li jista' jiġri kulħadd jimmaġina l- ovvju, bħal meta jkun hemm xi ħruq jew splużjoni, imma dan l-abbozz ta' liġi jmur oltre minn hekk.", "Kif intqal diġa', illum ma nistgħux nitkellmu dwar dak li ġara 15-il sena ilu meta kellna maltempata qawwija u ħassejna li kellha ssir liġi biex naraw kif se nqassmu l-flus li tawna l-ħbieb tagħna tal-Libja sabiex ngħinu lill-vittmi.", "F'dan l-abbozz, Sur Ministru, qegħdin ngħidu wkoll li l-ministru responsabbli għall-protezzjoni ċivili jista' jipprovdi regolamenti għat- twettiq jew tisħiħ ta' xi konvenzjoni internazzjonali.", "Dan huwa punt importanti ħafna, u lkoll nafu li l-ħsieb wara dawn il-konvenzjonijet huwa ħsieb nobbli.", "Jekk insemmu, per eżempju, il-konvenzjonijiet li jaqgħu taħt l-IMO, hemm mas-sittin waħda li jitkellmu dwar il-prevenzjoni ta' diżastri fl-ibħra.", "Niftakru hawnhekk li aħna konna protagonisti u għandna a feather in our cap fil-qasam internazzjonali, meta kien hemm il-promulgazzjoni tal- konvenzjoni dwar il-Liġi tal-Baħar.", "GĦalhekk huwa tajjeb li taħt klawsola 7 qegħdin ngħidu li l-ministru jrid jara li d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili jkun qiegħed jiffunzjona b'mod professjonali.", "Kemm ikun jista' jagħmel regolamenti qabel ma l-konvenzjoni tkun ġiet ratifikata hija xi ħaġa teknika pero' tajjeb li qabel inkunu rratifikajniha, ħalli nimxu skond in-normi u l-liġijiet ta' pajjiżna.", "Issemma l-każ tal-vapur Libjan, meta kien hemm splużjoni fil-Malta Drydocks.", "Allaħares ma kienx hemm l-SAG u n-nies li kellhom l-esperjenza u offrew l-għajnuna meħtieġa.", "Imma kemm tgħallimna minn din l-esperjenza, kemm tgħallimna li rridu nkunu iktar professjonali?", "GĦall-grazzja t'Alla qatt ma kellna problema ta' xi helicopter li kellu bżonn l-għajnuna minħabba xi ħruq imma nafu li meta jkollok ħruq ikkawżat minn jet fuel m'għandekx titfa' fuqu ilma għaliex il-problema tkabbarha.", "Qed ngħid dan għaliex hemm nar li tista' titfieh bl-ilma u hemm nar li trid titfieh b'chemical powder apposta eċċ.", "Klawsola 5, Sur President, titkellem dwar il-kunsill għall-protezzjoni ċivili li se jkun magħmul min-nies li għandhom għarfien u esperjenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni ċivili.", "F'dan il-qasam irridu noqogħdu attenti li dak li nagħmlu, kemm jekk nagħtu pariri u kemm jekk nagħmlu x- xogħol, ikun dak li hu rikjest biex kollox jaħdem b'mod preċiż.", "Irridu noqogħdu attenti li ma noħolqux sitwazzjoni fejn ikollna diżastru u għaliex ma nilqgħux tajjeb għalih noħolqu diżastru ieħor.", "Hawnhekk niftakar meta kellna ħruq qawwi fil-wied ta' Santa Marija Estate u kellna l-problema loġistika jekk insejħux il-fire engines stazzjonati fil-Furjana jew inkella Ħal Far, li sakemm jinżlu l-Mellieħa jieħdu mill-inqas 20 minuta.", "GĦalhekk kien pass għaqli li l-Gvern preċedenti - fuq parir li ħa mingħandi bħala supretendent tal-pulizija dak iż-żmien u anke mill-organizzazzjoni volontarja tan-neighbourhood watch - għamel unit tal-fire brigade fix- Xemxija.", "Pero' m'huwiex sewwa li niġu ngħidu li sakemm tela' l-Gvern Nazzjonalista qatt ma kienet għadha nxtrat fire-engine ġdida.", "Lill-Onor.", "Membru li qajjem dan il-punt nista' naċċertah li l-fire-engines li kien hemm fil-korp tal-pulizija tant kienu jibżgħu għalihom li vettura li fil- veru sens tal-kelma kienet tkun spiċċuta, bl-għaqal tagħhom u bix-xogħol li kienu jagħmlu fuqha kienu jerġgħu jġibuha qisha ġdida.", "Tajjeb ukoll li nirrikonoxxu pubblikament li l-Gvern Taljan dejjem issupplixxina bil- vetturi li kellna bżonn.", "Anke l-laneċ li jintużaw għat-tifi tan-nar minn fuq il-baħar, li semma l-Onor.", "Borġ, ġew supplied mit-Taljani.", "F'dan l-abbozz qegħdin nitkellmu fuq dak kollu li jista' joħloq xi diżastru naturali.", "Pajjiżna kien minn ta' quddiem biex jgħid lid-dinja kollha dwar il-problema tal-global warming, fejn diżastri naturali jiġu kkawżati minħabba li xi pajjiż ikun egoist biżżejjed u ma joqgħodx għan- normi internazzjonali.", "Jiena ngħid ukoll li bħala pajjiż għandna nagħmlu pressure u naraw li kemm il-pajjiżi ta' madwarna, kif ukoll pajjiżi oħrajn, jaderixxu għal dawn il-konvenzjonijiet u jagħmluhom liġi domestika.", "Per eżempju, fejn għandhom x'jaqsmu s-CFCs, nafu li l-Amerka għadha m'hijiex lesta li taċċetta data fil-viċin u tintrabat li tnaqqas dawn il-gas emissions.", "Allura se jibqa' jkollna d-diżastri u pajjiżna m'huwiex xi eċċezzjoni.", "GĦalhekk il-pariri li għandu jingħata l-minstru għandhom ikunu ndirizzati f'dan is-sens ukoll.", "Fi klawsola 4 ta' dan l-abbozz qegħdin ngħidu li d-dipartiment tal- protezzjoni ċivili għandu wkoll il-funzjoni li jiżgura li jkun hemm kordinazzjoni akbar bejn id-diversi dipartimenti tal-gvern.", "Din hija xi ħaġa importanti, għaliex meta jkollok diżastru mhux biss trid tagħti l- għajnuna imma trid tagħmel ukoll inkjesta sabiex taċċerta ruħek li ma kien hemm l-ebda kawża oħra ħlief dik naturali u wkoll li ma kien hemm l-ebda hidden factors.", "Dan ifakkarni fil-fire brigades Ingliżi li within the fire brigade unit għandhom teams apposta li xogħolhom huwa li jinvestigaw ix- xena, jiġifieri mhux bilfors jidħol investigating team mill-korp tal- pulizija.", "Dawn ikunu teams ta' nies li jkunu speċjalizzati u jagħmlu investigazzjoni ħalli jiskopru jekk il-ħruq kienx każ ġenwin jew le.", "GĦalhekk huwa importanti li d-dipartimenti konċernati jgħaddu l- informazzjoni b'mod koerenti u b'mod organizzat ħalli ma jintilef l-ebda dettall.", "Nixtieq insemmi issa d-depożiti taċ-ċilindri tal-gass.", "Għadni niftakar dawk it-trakkijiet kbar, kollha ċilindri, inti u sejjer lejn il-vapur ta' Għawdex.", "Kienu jkunu kollha miġburin hemmhekk u Allaħares kien hemm xi splużjoni għaliex tant kienet tkun kbira li l-Bambin biss jaf x'kien jiġri.", "Dawn huma l-possible disasters li rridu nilqgħu għalihom u li nistgħu nipprevjenu.", "Ta' min isemmi wkoll id-depożiti ta' pitrolju u petrol f'ċerti garaxxijiet.", "GĦalhekk hemm bżonn li jkun hemm kordinament bejn dan id-dipartiment, il-korp tal-pulizija u l-armata. sabiex tinħoloq kuxjenza pubblika dwar kif nistgħu nevitaw dawn it-tip ta' diżastri.", "Biex inkunu nistgħu nagħmlu dan, jeħtieġ ukoll li l-voluntary organisations ikunu b'saħħithom.", "Hawnhekk issemmiet is-St.", "John Rescue Corps li hija voluntary organisation par excellence.", "Jiena kburi li kont nvolut f'din l- organizzazzjoni għaliex jiena wieħed minn dawk li nkun qrib tagħhom kull meta jitolbu l-għajnuna tiegħi anke mill-aspett legali.", "Din hija voluntary organisation li tagħmel specialised training f'dak li huwa rescue u safety u f'diversi okkażjonijiet ġew mistiedna mill-korp tal-pulizija meta jkun hemm bżonn assistenza biex isiru s-salvataġġi bħala back-up force u dejjem tat riżultati pożittivi.", "GĦalhekk huwa tajjeb li dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet ikomplu jitkattru, u għalhekk fi klawsola 5 qegħdin ngħidu li l-kunsill għall-protezzjoni ċivili għandu jkollu membru fih li jkun qed jirrapreżenta dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għal klawsola 6 li titkellem dwar il- funzjoni ta' dan il-kunsill, fosthom li jagħti pariri.", "Jiena naħseb pero' li qabel ma dan il-kunsill jagħti xi parir irid ikun aġġornat dwar dak li qed jiġri madwarna.", "Jekk aħna bħala pajjiż ma nagħtux kas dak li qed jiġri madwarna, żgur li l-ikbar industrija ta' pajjiżna, li primarjament tiddependi mill-mod kif inżommu l-baħar tagħna - qed nirriferi għall- industrija tat-turiżmu - tieħu daqqa ta' ħarta kbira jekk ikun hawn xi diżastru fil-viċinanzi ta' l-ibħra tagħna.", "U f'dan is-sens hemm ħafna xogħol x'isir, Madam Speaker.", "Ftit 'il barra minn xtutna jgħaddu tankers kbar u tajjeb li naraw li dawn jimxu ma' l-obbligi tagħhom u joqogħdu għall- konvenzjonijiet li jitkellmu fuq it-trasport tal-baħar u anke dwar dak li għandu x'jaqsam ma' safety.", "Nafu li hemm min jabbuża, nafu li hemm min jitfa' l-ballast u anke ż-żejt.", "Fil-Mediterran kellna anke inċidenti fejn slicks kbar ta' żejt bdew mexjin lejn il-kosta tal-Greċja u l-Italja.", "GĦalhekk aħna rridu li dan id-dipartiment ikun strumentali biex nipprevjenu li fl-ibħra territorjali tagħna - u forsi anke fl-international waters - ikollna dawn it-tip ta' diżastri.", "GĦalhekk ukoll dan il-kunsill irid ikompli jiżviluppa ruħu.", "Klawsola 8 issemmi l-forza ta' għajnuna u salvataġġ, dak il-unit fi ħdan id-dipartiment li jrid jara li jagħti l-għajnuna tiegħu f'każ ta' ħruq, salvataġġ, għargħar eċċ. bl-iktar mod espedit u professjonali.", "Allura bilfors li f'dan il-unit irid ikollok nies li għandhom esperjenza f'dan il- qasam, u għalhekk ma nistax nifhem l-argument ta' l-Onor.", "Tonio Borg li donnu ta x'jifhem li għandna xi skopijiet ulterjuri.", "F'dan il-unit għandu jidħol kull min għandu esperjenza u mhux biss dawk li qegħdin fil-fire brigade.", "Qed ngħid dan għaliex anke fil-korp tal-pulizija hemm nies li għamlu żmien fil-fire brigade u għadhom b'saħħithom biżżejjed biex jagħtu servizz tajjeb fi ħdan il-forza ta' għajnuna u salvataġġ.", "Barra minn hekk, biex din il-forza tkun b'saħħitha trid tkun dixxiplinata u għalhekk jagħmel sens li jrid ikun hemm regolamenti bħal dawk applikabbli għall-korp ta' pulizija.", "Kien hemm ukoll kumment dwar x'se jiġri mill-pensjoni ta' membru fil-korp tal-pulizija li jinqagħad f'din il-forza ta' għajnuna u salvataġġ.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili Onorevoli imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 12 ta' Mejju 1998, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Esplużivi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni;u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "---------------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Madam Speaker, il-bieraħ qabel l-aġġornament tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport mill-Ombudsman dwar il-każ numru 2174.", "Fost il-konklużjonijiet tiegħu, l-Ombudsman għoġbu jgħid li f'dan il- każ partikolari d-dipartiment li jagħti s-servizz tal-home help mexa b'mod insensittiv u wasal biex ma tax is-servizz lil familja li għandha membru bi bżonnijiet speċjali.", "GĦalhekk fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nesprimi d-diżappunt tiegħi għal dan ir-rapport u nuri li f'dan il-każ id-dipartiment li joffri s-servizz tal-home help mhux talli ma kienx insensittiv imma talli ħafna drabi għamel iktar milli seta' biex jakkomoda lil din il-familja.", "Fil-fatt il-verita' hi li sfortunatament kienet din il-familja li kienet riġida għar-restrizzjonijiet tas-servizz tal-home help minħabba li dan is-servizz għandu ċerti diffikultajiet, kemm f'dawk li huma riżorsi kif ukoll f'dik li hi loġistika.", "Madam Speaker, il-każ jirrigwarda familja li ngħatat id-dritt mid- dipartiment konċernat għal 18-il siegħa ta' home help fil-ġimgħa, jiġifieri tliet sigħat kuljum.", "Fil-fatt il-home helper, li kienet ilha tagħti dan is- servizz lill-familja konċernata b'impenn kbir għal snin twal, kienet tgawdi fiduċja kbira minn din il-familja, sakemm darba ddeċidiet li tieħu ġimgħa leave.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fil-merti tal-każ pero' naħseb li din il-home helper għandha dritt li tieħu ġimgħa leave.", "Hawn ta' min jgħid li minħabba din ir-raġuni nħoloq ċertu diżgwid bejn il-home helper u dik il- familja.", "Issa jien ma nafx jekk il-benefiċċjarju għandux dritt joħloq diżgwid sempliċement minħabba li l-home helper riedet ġimgħa off pero' nħoss li l-home helpers għandhom jieħdu break ukoll.", "Madam Speaker, malli jien sirt naf b'dan il-każ stedint lill-kap tal- familja fl-uffiċċju tiegħi biex flimkien naraw kif nistgħu naslu għal soluzzjoni għax hawn ta' min jgħid li wara li nħoloq dan id-diżgwid il- familja konċernata ddeċidiet li ma tibqax tingħata dan is-servizz, u biex naġevola lil dan l-individwu kompletament jien għidtlu biex jiddeċiedi hu x'għandu jsir.", "Fil-fatt hu indikali home helper oħra ta' fiduċja tal- familja tiegħu u meta jien għidtlu li jekk irid jerġa' jingħata dan is- servizz tista' tiġi għandu din il-home helper li għandu fiduċja fiha hu, u għidtlu biex fil-każ jgħidilna kemm-il siegħa ta' servizz irid, il-kap tal- familja konċernata deher sodisfatt b'dan l-arranġament.", "Għalhekk jien stennejt li wara ftit jiem jew wara ftit ġimgħat dan kien se jerġa' jiġi fl- uffiċċju tiegħi biex jgħidli x'deċiżjoni ħadet il-familja tiegħu u jekk iddeċidiet li terġa' tibda tingħata dan is-servizz, għal kemm-il siegħa għandha bżonn il-home helper li indikali hu stess.", "Madanakollu dan baqa' ma ġiex fl-uffiċċju tiegħi u minflok kiteb lid-dipartiment - jiġifieri dan lanqas biss kiteb lili, li kont stedintu fl-uffiċċju tiegħi, imma kiteb lil xi ħaddieħor fid-dipartiment stess - fejn qal li hu m'huwiex f'pożizzjoni li jagħżel home helper u nsista li dan ix-xogħol jagħmlu d-dipartiment stess.", "Hawnhekk jien irrealizzajt għall-ewwel darba li din il-familja kienet riġida u ma kenitx qed takkomoda lid-dipartiment, minkejja li aħna, min-naħa tagħna, ippreżentajnielha diversi alternattivi u saħansitra ħriġna minn triqitna biex ngħinuha.", "Madam Speaker, ta' min wieħed jgħid li f'dan il-każ iddaħħal anke l- Ombudsman li min-naħa tiegħu kkuntattjani u ppreżentali rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-bieraħ.", "Ta' min jgħid li fl-20 ta' Frar jien personalment ktibt lill-aġent direttur tad-dipartiment fejn tlabtu biex jakkomoda b'kull mod lil din il-familja fuq ir-rakkmandazzjoni ta' l- Ombudsman stess u fost affarijiet oħra għidtlu wkoll:", "\"Bħala aġent direttur nitolbok timplimenta s-suġġerimenti kollha ta' l- Ombudsman rigward dan il-każ.\"", "Madam Speaker, bil-permess tal-Kamra nixtieq inqiegħed din l-ittra li bgħatt lill-aġent direttur tad-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani fuq il- Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Madam Speaker, fil-fatt is-suġġerimenti ta' l- Ombudsman rigward dan il-każ kellhom jiġu implimentati, pero' mhux hekk ġara minkejja li saru diversi attentati biex naġevolaw lil din il-familja skond l-esiġenzi tagħha, u dan minħabba d-diversi diffikultajiet li jeżistu fl-għoti tas-servizz tal-home help fosthom li filwaqt li n-numru ta' casual social assistants huwa żgħir id-domanda tal-home help hija kbira, li ħafna mis-CSAs ma jkunux iridu jżidu n-numru ta' sigħat li huma jaħdmu, li ħafna minnhom, minħabba li għandhom problema ta' trasport, ma jkunux iridu jaħdmu 'l bogħod minn fejn jgħixu u li xi CSAs ma jkunux iridu jew inkella ma jkunux kapaċi jaħdmu ma' persuni li jkollhom xi diżabilita' fiżika jew anzjani.", "Madam Speaker, kif għidt diġa' fl-20 ta' Diċembru d-dipartiment għall- kura ta' l-anzjani offra hu stess lil din il-familja biex tidentifikalna l- assistenta soċjali każwali hi, pero' bqajna ma ħadniex risposta mingħandha dwar dan, biex imbagħad fil-5 ta' Jannar bagħtet tgħidilna li riedet 15-il siegħa ta' home help fil-ġimgħa u li ma taċċettax dan is-servizz b'numru inqas ta' sigħat, minkejja li aħna wegħidnieha li n-numru ta' sigħat se nipprovaw inżiduhom kemm nistgħu.", "Fil-15 ta' Jannar is-social worker għamel rapport fejn qal li hu, bir-riżorsi li għandu, ma jistax jagħti servizz ta' home help tliet sigħat kuljum lil din il-familja imma jista' jagħti l-istess ammont ta' sigħat f'ċerti ġranet, u dan minħabba li hemm diversi assistenti soċjali li ma jaħdmux kuljum imma f'ċerti ġranet biss.", "Attentat ieħor sar fis-6 ta' Frar fejn għal din il-familja nstabet assistenta soċjali każwali, li isimha jibda bl-\"S\" - għax ma nixtieqx nidentifika lil din il-persuna pubblikament - pero' din meta saret taf li f'din il-familja hemm membru li għandu bżonnijiet speċjali qaltilna li ma tixtieqx taħdem hemmhekk, għax kif insibu sitwazzjonijiet fejn familja toġġezzjona għal ċerti home helpers, hekk ukoll insibu sitwazzjonijiet fejn home helpers joġġezzjonaw li jaħdmu ma' ċerti familji.", "Wara kollox, kif qal l-Ombudsman stess, jekk ma jkunux kuntenti ż-żewġ naħat b'xulxin, jiġifieri kemm il-membri tal-familja li jkunu qed jingħataw is-servizz kif ukoll il-home helper li tkun qed tipprovdi s-servizz, ma jkunx jista' jingħata s-servizz mixtieq.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li fis-27 ta' Frar sar attentat ieħor u għal din il-familja nstabet home helper bl-inizjali \"MC\", pero' din il-persuna sabet problema ta' trasport biex taħdem is- Swieqi.", "Fil-5 ta' Marzu reġgħet instabet persuna oħra biex taħdem mal-familja konċernata u filwaqt li aħna għidna lil din il-familja li din setgħet tagħtihom dan is-servizz għaxar sigħat fil-ġimgħa, wegħdnihom li wara se nżidu n-numru ta' sigħat pero' din il-familja ma aċċettatx.", "Fil-fatt ġew ikkuntattjati diversi CSAs oħrajn pero' minħabba li dawn kienu joqogħdu 'l bogħod sabu problema ta' trasport.", "Issa hawn ta' min jgħid ukoll li wara li aħna nformajna lis-social worker inkarigat li f'dan il-każ kien imdaħħal l-Ombudsman, dan beda jgħarraf lill-Ombudsman b'kull tentattiv li konna nagħmlu sabiex l-Ombudsman ikun jaf li aħna mexjin skond ir- rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "Fil-fatt sal-bieraħ stess ġiet identifikata home helper oħra u b'hekk se nkunu kapaċi nipprovdu lill-familja konċernata 12-il siegħa fil-ġimgħa ta' home help.", "Kulma fadal issa huwa li din il- familja taċċetta dan l-arranġament bil-wegħda li 'l quddiem, jekk ikun possibbli, aħna nżidu dan is-servizz bi tliet sigħat oħra.", "Madam Speaker, f'każijiet bħal dawn huwa importanti li l-benefiċċjarju ma jkunx riġidu jew ma jiġbidx lejh biss u jgħidlek li jew isir kollox kif u meta jrid hu jew xejn, għax huwa diffiċli ħafna biex in-numru ta' home helpers li għandna jilqgħu l-esiġenzi tan-numru kbir ta' anzjani u ta' persuni b'diżabilita' li jingħataw dan is-servizz.", "Bil-permess tal-Kamra, hawn nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra oħra li ntbagħtet lili minn uffiċjal fid-dipartiment għall-kura ta' l-anzjani fis-6 ta' Mejju.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Madam Speaker, jien qed ngħid dan il-kliem u qed nippreżenta dawn l-ittri biex nuri kemm id-dipartiment huwa sensittiv u kemm qed jipprova jagħmel minn kollox biex jaqdi u jissodisfa lill-klijent f'każijiet bħal dawn.", "Madam Speaker, jien nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi filwaqt li nserraħ moħħ l-anzjani u l-persuni b'diżabilita' li d-dipartiment qed jagħmel u se jkompli jagħmel l-almu tiegħu kollu biex ikun sensittiv u jaqdi lill-klijenti kemm jista' jkun fl-esiġenzi kollha tagħhom, inħeġġeġ lil dawn in-nies biex ma jkunux riġidi fid-domanda tagħhom u jaċċettaw servizz li 'l quddiem ikun jista' jitjieb.", "Għax xi kultant meta tara li lil ċerti klijenti ma tkun tista' tikkonvinċihom b'xejn u ma jkunu lesti jaċċettaw l-ebda alternattiva jew soluzzjoni, tibda tissuspetta li hemm intenzjonijiet ferm iżjed koroh milli tkun qed tistenna.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, f'dan iż-żmien il-bdiewa u s- sajjieda ta' pajjiżna ikunu għaddejjin bl-esportazzjoni tal-patata u bl- esportazzjoni tat-tonn.", "Fil-fatt il-bieraħ waqt il-ħin ta' l-aġġornament is-shadow minister tal-biedja u sajd ikkritika l-mod li bih qed tiġi amministrata l-esportazzjoni tal-patata din is-sena.", "Jien nirrispetta dak kollu li qal l-Onor.", "Membru pero' jkolli ngħid b'mod kategoriku li kien kompletament skorrett meta pprova jispjega l-problemi eżistenti fil-qasam ta' l-esportazzjoni għax dawn jinbidlu ma' kull staġun.", "Madam Speaker, per eżempju, wieħed irid jgħid li filwaqt li bejn l-20 t'April u l-5 ta' Mejju, 1997 ġew graded u ppakkjati 50,960 xkora, din is- sena fl-istess perijodu ta' żmien jiġifieri sa l-bieraħ, ġew graded u ppakkjati 170,520 xkora.", "GĦalhekk qabel ma jaqbad u jagħmel kritika negattiva wieħed għandu juża ftit il-loġika għax ħafna drabi ma jiddependix mill-bidwi jew inkella mill-gvern tal-ġurnata jekk dan il-qasam ikunx qed imur tajjeb jew le imma min-natura nnifisha u filwaqt li l-bidwi jipprova jagħmel l-almu tiegħu biex ikabbar u jieħu dak li jista' mill-prodotti li jkabbar jiddependi min-natura jekk il-prodotti jimirdux jew le.", "Fortunatament din is-sena kienet waħda tajba għall-esportazzjoni għax l- istaġun offra kwantitajiet kbar ta' produzzjoni, u fil-fatt hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' biex nappella lill-bdiewa biex jirrealizzaw li ġaladarba llum qed nesportaw 250% iktar milli konna nesportaw fl-1996 matul l-istess perijodu, bilfors se jinħolqu ċerti problemi.", "Dan bħal meta jkollok ħanut tat-te' u filwaqt li s-soltu f'siegħa jbigħ 50 tazza te' f'daqqa waħda jibda jbigħ 180 tazze te'.", "Ovvjament f'dan il-każ wieħed ikun irid jistenna għax il-ħanut ikollu ċertu ċokon u ċerti limitazzjonijiet, bħalma għandu l-grading station, li jrid ilaħħaq ma' dan il-volum kbir ta' attivita', biex hekk kif jidħlu l-containers dawn jerġgħu jiġu jimtlew u jiġu ri-esportati.", "Il-fatt li bejn l-20 ta' April u l-5 ta' Mejju esportajna 2,600 tunnellata huwa garanzija li l-affarijiet sejrin 'il quddiem u li x-xogħlijiet il-ġodda li qed isiru biex il-qasam ta' l- esportazzjoni jkompli jiżviluppa ruħu qed ikollhom suċċess.", "Hawn ta' min isemmi wkoll l-iżball li għamel il-Gvern preċedenti li jintrabat b'kuntratt li rridu nesportaw 5,000 tunnellata patata, liema żball issa wirtu l-Gvern preżenti pero', kif għidt diġa', fortunatament f'dan l-istaġun kellna produzzjoni abbundanti ta' patata u filwaqt li sa l-bieraħ kienet diġa' ntbagħtu 4,463 tunnellata fil-Pitkalija, illum intbagħtet il-500 tunnellata patata li kien għad baqa'.", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li minbarra li għamilna grading u ppakkjajna 180,000 xkora, minkejja li kif għidt diġa', is-soltu fl-istess perijodu nagħmlu grading u nippakkjaw 50,000 jew 51,000 xkora, din is-sena għamilna diversi negozjati oħra, u hawn għandi l-pjaċir inħabbar li wasalna biex nilħqu arranġament ma' xi kumpanniji Olandiżi sabiex nesportaw 1,500 tunnellata ta' patata oħra bi prezz minimu garantit fuq il-kuntratt li wrietna u li kien jorbot kemm għall-istaġun li għadda kif ukoll għall- istaġun ta' din is-sena.", "Madam Speaker, għaldaqstant hawnhekk irrid nikkonferma wkoll li l-punt li tqanqal minn sieħbi l-Onor.", "Ninu Zammit, jiġifieri li qed issir ħafna ħsara lill-patata, ma jagħmilx sens.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li din is-sena kien hemm superviżjoni ma' kull makna li tagħmel il-grading tal-patata għax aħna m'aħniex bħan- Nazzjonalisti, u meta ngħidu li rridu relazzjonijiet speċjali u mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea ma nkunux qed ngħidu dan bil-paroli biss imma wkoll bil-fatti.", "Fil-fatt filwaqt li l-Gvern preċedenti kien moħħu f'li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, fil-VAT, fit-teatrini u f'dak li se jbella' lill-poplu, minħabba li konna nafu li jridu jintlaħqu l-istandards Ewropej f'dak li hu handling u sistemi ta' operat, bdejna nħaddmu sistema ta' pallets u ta' jumbo bags.", "Għax hawn wieħed irid jifhem li f'dak li hu l- handling ikun hemm ċerti kondizzjonijiet li ma japplikawx biss għall- ħaddiema tal-portijiet Maltin anke għal dawk Ewropej.", "Hawn ta' min isemmi li l-kuntratt li għamel il-ministru preċedenti mhux talli ma kienx jaħseb biex ikun hemm prezz minimu garantit għall-produzzjoni 'l fuq minn 5,000 tunnellata, imma talli lanqas kien jaħseb biex jiġu applikati l-istandards li ssostni l-Unjoni Ewropea.", "Pero' minħabba li aħna Gvern serju u rridu verament rabtiet mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea, mingħajr ħafna tlaqliq, mingħajr ħafna qżież u mingħajr ħafna pulikarja - hawn nixtieq nirringrazzja lill-export marketing board, lid-direttur u lill-ħaddiema tad- dipartiment ta' l-agrikoltura kif ukoll lill-bdiewa u lis-sensara li lkoll taw kontribut kbir f'dan ir-rigward - konna kapaċi li mhux biss nintroduċu dan it-tip ta' mekkaniżmu biex nagħmlu l-bidliet neċessarji ħalli nilħqu l- istandards ta' l-Unjoni Ewropea imma konna kapaċi wkoll ninnegozjaw 180,000 xkora patata, jiġifieri 4,450 tunnellata patata, li minnhom diġa' ġew esportati 2,600 tunnellata u se jkomplu jiġu esportati iktar ukoll.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li l-Onor.", "Ninu Zammit kellu żball meta qal li l-jumbo bags se jservu ta' dannu għall-patata minħabba li, skond hu, il-containers m'humiex se jkunu refrigerated.", "Fil-fatt il-containers li se tintbagħat il- patata fihom se jkunu kollha refrigerated.", "Madam Speaker, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra qalilna wkoll li m'għandhiex tkun problema biex insibu iktar vapuri, pero' meta aħna tlabna lill-kumpanniji privati biex jibagħtulna iktar vapuri minn dak li tipprovdielna s-Sea Malta - naturalment aħna għamilna dan biex il- prodotti jaslu fil-ħin - li normalment jeħdulna bejn 60 u 70 container, dawn informawna li huma lesti li jintrabtu biex jesportawlna ħames containers biss.", "GĦalhekk hawn wieħed għandu jinduna li m'huwiex daqshekk faċli li taqbad u ġġib iktar vapuri għax jeżistu ħafna problemi f'dan ir- rigward u għalhekk meta nagħmlu din it-tip ta' kritika nkunu qed niżbaljaw, kif jiżbaljaw l-insara minkejja li jkunu reliġjużi u skruplużi.", "Madam Speaker, hawn nixtieq nieħu l-opportunita' li nappella biex dak li jintqal dwar dan il-qasam ma jnaffarx dan l-investiment u li kulħadd għandu jassumi r-responsabbilta' tiegħu.", "Huwa inutili li wieħed jgħid li għax aħna m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea se jiġrilna hekk, hekk u hekk għax fl-aħħar mill-aħħar is-suq jikkmanda.", "Per eżempju, aħna xorta se nesportaw 1,500 tunnellata iktar fuq il-kuntratt li għamel il-Gvern preċedenti, allavolja m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri m'hemmx għalfejn noqogħdu ndaħħlu ħafna affarijiet strambi fl-imħuħ tan- nies.", "Jien naħseb li aħjar ngħidu li llum il-bidwi huwa iktar protett għax la huwa obbligat li jiftaħ is-swieq tiegħu lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas huwa marbut b'xi regola, u dan huwa ta' vantaġġ għas- settur ta' l-agrikoltura ta' pajjiżna.", "Jien lil sieħbi l-Onor.", "Ninu Zammit nappellalu biex minflok ma joqgħod jgħid kemm il-qasam tal-biedja kien ikollu iktar vantaġġi li kieku Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropa għax jibda jieħu iktar sussidju, ikun jista' jespandi aktar u jkollu firxa ikbar ta' attivita', jirrealizza x'qed jipprova jgħid il-Gvern Laburista lill-bdiewa, jiġifieri li minkejja li qed niddiskutu t-twaqqif ta' a free trade zone skond il-linji tal-World Trade Organisation, il-biedja hija eskluża.", "Naturalment bħalma Malta, bħala membru tal-Ġnus Magħquda, hija obbligata li tirrispetta u toqgħod għal kull riżoluzzjoni li timponi l-Ġnus Magħquda, hekk ukoll trid tirrispetta u toqgħod għal kull riżoluzzjoni li timponi l-World Trading Organisation.", "Huwa importanti ħafna li meta nkunu qed inkellmu lill-bdiewa nfehmuhom - jien qed nagħmel dan l-appell anke lil sieħbi l-Onor.", "Ninu Zammit - li meta jiġi staġun abbundanti se jinħolqu ċerti problemi.", "Hawn wieħed jistaqsi: GĦaliex qed ngħid dan?", "GĦax ċerta kwantita' ta' produzzjoni toħloq numru ta' ċirkostanzi, u naturalment mhux dejjem ikollna soluzzjoni immedjata għal dawn iċ-ċirkostanzi.", "Madam Speaker, ovvjament fl-ewwel jiem tagħha l-patata ġġib prezz iktar għoli għax l-esperjenza ta' l-export marketing board uriet li meta dak li jkun jagħti prezz wieħed, il-patata tasal tard, u dan minħabba li ħadd ma jkollu interess li jaqlagħha kmieni bil-konsegwenza li l-proċedura ssir iktar bil-mod, jintilef is-suq u jintilef ħafna l-marketing li jkun sar biex jinbiegħ dak il-prodott.", "Aħna min-naħa tagħna rridu nifhmu li l- esportazzjoni tal-patata mhux biss għandha tkun iktar organizzata imma għandha tkun iktar appoġġata, kemm mill-Membri ta' din il-Kamra kif ukoll mill-bdiewa nfushom, u ara ma jkunx hawn min jaħseb li d-dipartiment ta' l- agrikoltura, flimkien ma' l-export marketing board, m'huwiex se jieħu l- opportunitajiet kollha biex il-bdiewa tagħna li ma jkunux responsabbli, kemm f'dak li huwa komportament ma' l-uffiċjali tagħna kif ukoll f'dik li hija kwalita' tal-prodott, se jitħallew ikomplu jesportaw il-patata.", "Kif għidt diġa', dan huwa Gvern serju li jrid ikun sod fid-deċiżjonijiet tiegħu, u dan mhux biex jagħmilha ta' bully imma biex jilħaq l-għan tiegħu li jipprovdi trasparenza u serjeta' għax dawn huma l-uniċi żewġ armi li jistgħu jkomplu jġibu progress sostenibbli u li permezz tagħhom inkunu nistgħu ngħidu li l-avveniment ta' l-esportazzjoni tal-patata lejn is-suq Olandiż huwa wieħed mill-ikbar avvenimenti għall-millennju l-ġdid.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 12 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - ĊIRKOLARITAJIET/MEMOS", "12996.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ- ċirkolarijiet/memos maħruġa lill-kunsilli lokali matul Frar, 1998?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "12997.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għax-xahar ta' Frar, 1998, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; (b) kemm ġew allokati djar mid-dipartiment; (ċ) kemm saru rikonoxximenti ta' kera; (d) kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar; (e) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; u (f) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "1) Daħlu 39 applikazzjoni skond il-lokalitajiet imsemmija fl-annness.", "2) 11 il-post ġie allokat.", "3) Saru 5 rikonoxximenti ta' kera.", "4) 12 il-post gew lura f'idejn id-Dipartiment.", "5) Fl-aħħar ta' Frar id-Dipartiment kellu 32 propjeta' li tista tiġi allokata", "6) Fl-aħħar ta Frar kien hemm 4755 applikazzjonijiet pendenti. *", "* Peress li kontiwament ikun hemm tibdil fin-numru ta' applikazzjonijiet minħabba allokazzjonijiet ta' postijiet u kanċellamenti ta'applikazzjonijiet, in-numri mogħtija huma validi biss fil-ġurnata partikolari li fiha tkun inġabret l-istatistika mid-Database tad- Dipartiment - f'dan il-każ it-22 ta' Frar 1998.", "QRATI - KAWŻI", "12998.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'riferenza għax-xahar ta' Frar, 1998, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew introdotti kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti; (b) kemm ġew deċiżi kawżi kategorizzati skond kull qorti kompetenti; (ċ) kemm kien hemm kawżi pendenti kategorizzati skond kull qorti kompetenti; u (d) kull Imħallef u Maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar xahar?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "12999.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' trasferiment ta' proprjeta' fir-Reġistru Pubbliku matul Frar, 1998?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li noti ta`atti ta` trasferimenti ta` proprjeta` inklużi atti Causa Mortis u testmenti pubbliċi, li ġew reġistrati matul Frar kienu 1344 Malta u 72 Għawdex .", "QRATI - MULTI", "13000.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multi imposti mill-Qrati li kien għad baqa' jinġabru fl-aħħar ta' Frar, 1998?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta` multi mhux imħallsa sa l-aħħar ta` Frar 1998 kien kif indikat hawn taħt :-", "Traffiku u Edukazzjoni Lm1,423,831 (Lm586,666 minnhom huma preskritti) Notarili Lm 317 Qorti Krimnali Lm 582,498 Qorti Puluzija Gudizzjarja Lm 932,057 ___________ Total Lm2,938,703 ===========", "GŻIRA - PROMENADE", "13491.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kien inbeda fuq il-Gżira Promenade huwiex se jitkompla u jekk iva, meta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol ta' manifattura ta' bankijiet u Gazebos għal promenade tal-Gżira qed jitkompla, flimkien ma diversi xogħlijiet oħra.", "MSIDA - TABELLA TA' STAGE", "13492.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li t-tabella ta' stage li twaħħlet quddiem Plot 208, Triq G. Ellul Mercer, Msida tiċċaqlaq peress li din qegħda qrib ħafna ta' garage bir-rampa u barra li tfixkel qiegħda ta' periklu għan-nies tant li diġa' weġgħet persuna?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li l-bus stage msemmi mill-Onor.", "Interpellant, sar f'rotta fis-Swatar li għadha kemm ġiet introdotta wara li t-talba għaliha kienet ilha pendenti s-snin.", "Jien nfurmat li fit-triq fejn sar l-istage d-djar kollha għandhom il- garaxx magħhom u allura jiċċaqlaq fejn jiċċaqlaq l-istage se jkun hemm il- problema msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "MEDIĊINI - PSYCHOTROPIC MEDICINES", "13493.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt is-16-il sena li għandhom control card for psychotropic medicines?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tfal taħt is-16-il sena ma jistax ikollhom mediċini narkotiċi u psikotropiċi fil-pussess tagħhom.", "Għaldaqstant il- control card trid toħroġ fuq l-isem tal-ġenituri jew t-tutur.", "Għalhekk mhux possibli li nagħtu risposta lill-Onor.", "Interpellant.", "MARD - MARD INFETTIV", "13494.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża ta' mard infettiv is-sena l-oħra u din is-sena u jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom u tat-tip ta' marda li kellhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mill-1 ta' Jannar 1997 sas-27 ta' Marzu 1998 kien hemm 14-il mewt kaġun ta' mard infettiv.", "Dawn l-imwiet jinqassmu kif gej:", "Tip ta' marda 1997 1998 Nr. tot ta'mwiet AIDS 3 1 4 Septicaemia, Meningococcal 4 3 7 Food Poisoning, Salmonella 1 - 1 Pnuemonia - 1 1 Creutzfeldt-Jakob Disease 1 - 1", "Persess li n-numri huma żgħar l-eta' tista' tiżvela l-identita' tal- persuna.", "Għalhekk ma nħossx li għandi nagħti l-etajiet ta' kull każ, iżda lest li nuri din l-informazzjoni lill-Onor.", "Interpellant bil-provediment tal-kunfidenzjalita medika.", "SAĦĦA - MARD INFETTIV", "13495.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar kawża ta' mard infettiv din is-sena u s-sena l-oħra?", "X'tip ta' mard kien u kemm kellhom żmien dawk li daħlu?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZ ĊIVILI - NISA IMPJEGATI", "13496.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa mpjegati mas-Servizz Ċivili llum?", "F'liema gradi huma mpjegati l-persuni msemmija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nfurmat illi n-numru ta' nisa mpjegati fis- servizz pubbliku huwa ta' 9,280.", "Minn dawn 1,407 huma mpjegati każwali, part-time jew bil-kuntratt.", "Listi ta' kif dawn l-impjegati nisa qegħdin imqassmin fil-gradi differenti jinsabu fit-tabelli li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "DJAR - KOOPERAZZJONI", "13679.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,450 u ċioe' jista' jgħid fiex qed tikkonsisti l-kooperazzjoni akbar bejn id-dipartiment u l-Awtorita' tad-Djar?", "Il-kompetenza ta' kull entita' kif tibqa' distinta iżda wkoll waħda tassew kooperattiva reċiproka?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W 1,450.", "DJAR - INSPECTORS", "13680.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,449, u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li isimha diġa' ntbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil miktub W 1,449.", "DJAR - INSPECTORS", "13681.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,448 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li isimha diġa' ntbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "Bħal dan il-każ ta' sharing accomodation, kemm għandu d-dipartiment?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W 1,448.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13682.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,447 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna li, d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' l-Ministru jikkonferma li d- dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Intbagħat inspector?", "X'immaterjalizza mill-appuntament li kellu sal-lum peress li l-Ministeru kellu jagħtiha risposta?", "Jista' l-Ministru jagħti risposta lili ħalli nkun nista' ngħaddihielha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn izjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W 1,447.", "DJAR - BINI TA' APPARTAMENTI", "13683.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,443 u ċioe' jista' jgħid kemm inbnew appartamenti għall- poplu minn meta nbidel il-Gvern fl-1987?", "Kemm sewa għall-Gvern kull blokk ta' appartamenti li nbena?", "Fejn inbnew dawn il-blokkijiet?", "Min seta' jibbenefika minnhom?", "Kemm minn dawn il-blokkijiet kienu bħala kiri u kemm kienu bħala xiri?", "Kull appartament kemm kien il-prezz tal-bejgħ/kirja tiegħu u wara li ngħata sussidju b'kemm inbiegħ/inkera kull appartament?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: B'riferenza wkoll għall-mistoqsija bil-miktub W1,433.", "Nagħti risposta għal din il-mistoqsija, fil-futur qarib, meta jinġabar it-tagħrif kollu meħtieġ.", "Dan minħabba l-volum ta' xogħol ta' riċerka rikjest.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13684.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,442 u ċioe' għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' ntbagħtu separatament, jista' jgħid u jikkonferma li d- dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Intbagħat inspector?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "X'ġie konkluż?", "Fejn se jwassal il-każ tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija bil-miktub W 1,442.", "BORDIJIET - ĦATRIET", "13922.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward ta' kull dipartiment, entitajiet u korpi oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, ingħataw ħatriet kemm f'bordijiet kif ukoll f'karigi oħra lill-persuni li isimhom qed jintbagħat under separate cover?", "X'remunerazzjoni qed jirċievu f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-unika ħatra li saret fid-dikasteru tiegħi, miż- żewġ persuni ndikati, kienet dik ta'wieħed minhom li nħatar membru tal-Bord ta' l-Awtorita tad-Djar b'renumerazzjoni ta' Lm 800.", "MIZZI, DOUBLET, SCERRI & CO. - RAPPORT", "13923.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward tal-perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Marzu 1998 għar-rigward ta' kull dipartiment, entita' jew korp li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħek: (i) kemm-il rapport sar mid-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co.; x'kien is-suġġett ta' kull rapport; xi ħlas sar jew għad irid isir għal kull rapport imsemmi u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet mingħand ditti oħra; u (ii) f'liema minn dawn id- dipartimenti, entitajiet jew korpi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, id- ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. intgħażlet bħala awdituri; jekk l-għażla saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew sejħa għal offerti; u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm ditti oħra li kkwotaw jew offrew u x'kien l-ammont ta' kull offerta?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-ditta msemmija ma' għamlet l-ebda rapport jew xogħol ieħor f'xi Dipartiment jew Bord li jaqa' taħt id-dikasteru tal- Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "BORDIJIET - ĦATRIET", "13924.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward ta' kull dipartiment, entitajiet u korpi oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, ingħataw ħatriet kemm f'bordijiet kif ukoll f'karigi oħra lill-persuni li isimhom qed jintbagħat under separate cover?", "X'remunerazzjoni qed jirċievu f'kull każ?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ebda wieħed mill-persuni msemmija ma' ngħata xi ħatra jew kariġa f'xi Dipartiment jew Bord li jaqa' taħt id-dikasteru tal- Ministeru tal-Biedja u Sajd.", "PULIZIJA - HAWKERS", "14123.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex permess li hawkers ta' ħxejjex u frott jitħallew ibigħu fil-viċinanzi ta' greengrocers liċenzjati?", "Jekk fin- negattiv, kemm tħarku fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena u minn liema bliet u rħula kienu f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi waħda mill-kundizzjonijiet fil- liċenjza ta' hawker hija illi dawn ma' joqgħodux viċin ħwienet li huma liċenzjati sabiex ibigħu l-istess oġġetti li huma jkunu qed ibigħu u li ma joqgħodux fl-istess post aktar milli meħtieġ sabiex iservu l-klijenti.", "Matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena il-hawkers imħarrka talli bigħu ħxejjex u frott f'post fiss, kienu hekk :", "Valletta 1 Sliema 1 San Giljan 1 Hamrun 1 Rabat 6 Mosta 1", "FLORIANA - BINJA VILHENA - PROĠETT", "14180.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar milli jkompli bil-proġett madwar Binja Vilhena fi Triq Sir Luigi Preziosi fil-Furjana?", "Għaliex dan id-dewmien kollu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif forsi jaf l-Onor.", "Interpellant, dan ix-xogħol għalkemm qed jiġi ffinanzjat mill-fondi tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qed isir fuq pjanti u sejħa għall-offerti mħejjija mit-Taqsima tax- Xogħlijiet.", "It-tender fil-fatt ingħatat lejn tmiem l-1997 u x-xogħol kellu jibda f'Jannar.", "Biss instabu żewġ problemi: l-ewwelnett li t-tender kienet tispeċifika katusi ta' l-asbestos flok tal-UPVC li qed jintuzaw illum, u t- tieni li l-istess rain water culvert kien maħsub li jsir b'medda waħda katusi (single main) flok tnejn (dual main) kif hija l-policy l-ġdida li qed titwettaq mill-Storm Water Systems Unit ta'l-istess taqsima tax- Xogħlijiet.", "Minħabba li dawn iż-żewġ varjazzjonijiet sostanzjali kienu ser ikabbru l-valur tax-xogħol, saru diskussjoniijiet mad-Dipartiment tal- Kuntratti u ma' l-istess Storm Water Systems Unit u ġie deċiż li għalkemm ser jintużaw UPVC pipes, 'single main' għandu jkun suffiċjenti.", "Issa li ġiet rizolta din il-problema, ix-xogħol li sfortunatament ilu gej xħur twal għandu fl-aħħar jitkompla mill-aktar fis possibli.", "FLORIANA - MONUMENT TAL-GRANMASTRU DE VILHENA - DAWL", "14181.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinxtegħlu d-dwal li hemm madwar il-monument tal-Granmastru de Vilhena fil-Pjazza Papa Gwanni XXIII fil-Furjana?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-dawl ta' madwar il-monument sejjer jinxtegħel b'kollaborazzjoni mal-partijiet konċernati fi żmien qasir.", "PULIZJA - BREATHALYSER", "14200.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Wara l- introduzzjoni tal-liġi tal-breathalyser, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm- il breathalyser (mobile u mhux) ġew ordnati mill-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11640.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "14201.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Matul l-1998, jista' l-Prim Ministru jgħid xahar b'xahar, kemm inħarġu ċitazzjonijiet lill-persuni talli daħlu l-Imdina f'ħinijiet projbiti u/jew b'kontravenzjoni tas-signs dwar min jista' jidħol l-Imdina u meta?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej :", "Jannar 25 Frar 19 Marzu 32 April 38", "MACHINE READABLE PASSPORTS", "14202.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Wara l- introduzzjoni tal-machine readable passports, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi mneħħija l-ħtieġa li wieħed jimla' l- embarkation/disembarkation cards?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat li, mill-passaporti validi kollha li hawn fl-idejn, dawk biss li nħarġu bis-sistema l-ġdida minn Diċembru li għadda huma machine readable.", "Għalhekk mhux il-każ li f'dan l-istadju wieħed jaħseb biex ineħħi l-ħtieġa li jimtlew l- embarkation/'disembarkation cards.", "RABAT - TRIQ RUDOLPH SALIBA - ASFALTAR", "14203.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Rudolph Saliba, Rabat minkejja diversi promessi għadha lanqas biss ġiet asfaltata?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Parti sostanzjali ta' Triq Rudolph Saliba, Rabat diġa' asfaltata.", "Il-parti li baqa ssir skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkollu d-Dipartiment.", "PULIZIJA - PASSI KONTRA ŻEWĠ MEMBRI", "14204.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 13075, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il- passi dixxiplinarji ġewx konklużi?", "Veru li l-inċident kien jikkonsisti f'sewqan perikoluż minn vettura tal-pulizija li ħabtet ma' vettura ta' pulizija oħra li kien off duty?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-proċeduri dixxiplinarji f'dan il-każ, li kien seħħ fit-3 ta' Awissu, 1996, ġew konklużi.", "Infurmat ukoll illi l-inċident ma kienx jinvolvi ħbit ta' vettura tal-Pulizija ma' xi vettura oħra.", "IMTARFA - KUMPLESS SPORTIV", "14227.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn ġiet stivata l-plakka kommemorattiva li kien hemm diġa' fil-Kumpless Sportiv ta' l-Imtarfa, li minflokha twaħħlet waħda il-Ħadd li għadda li tfakkar il-ftuħ uffiċjali ta' l-istess kumpless?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-plakka kommemorattiva reġgħet ġiet imwaħħla fil-post fejn kienet qabel", "PJAN STRUTTURALI TA' MALTA", "14270.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħroġ il-Pjan Strutturali ġdid ta' Malta?", "Jista' jgħid jekk hijiex se tingħata l-opportunita' li l-pubbliku jressaq l- ilmenti tiegħu qabel dan jiġi ppubblikat?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-abbozz ġdid ta' Pjan ta' Struttura għal Malta huwa mistenni li jkun lest lejn l-ewwel nofs tas-sena 2000 u jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika f'dak iż-żmien.", "Hemm il-ħsieb ukoll li fil-frattemp isiru diversi studji dwar suġġetti differenti biex iservu ta' bażi għar-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura.", "Dwar dawn l-istudji jkun hemm ukoll konsultazzjoni pubblika.", "SERVIZZ ĊIVILI - SISTEMA TA' TIME-IN-LIEU", "14271.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura li ttieħdet biex jingħata time-in-lieu minflok overtime fil-Korp tal-Pulizija hijiex imposta wkoll fuq id- dipartiment taċ-Ċivil?", "Jekk le, ma jaħsibx il-Prim Ministru li din il- miżura hi diskriminatorja fil-konfront tal-Pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kemm fil-Korp tal-Pulizija, kemm fid-dipartimenti taċ-Ċivil ma ttieħdet l-ebda miżura ġdida biex jingħata time-off minflok l- overtime.", "Qed jiġu segwiti r-regoli eżistenti tal-Estacode li jipprovdu li l- overtime jingħata fejn ma jistax jingħata time-off fi żmien erba ġimgħat.", "MIMCOL - TRAWLERS NORVEĠIŻI", "14295.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk ir-rapport li tqabbad jagħmel uffiċjal tal-MIMCOL dwar il-kanċellazzjoni ta' l-ordnijiet taż-żewġ trawlers Norveġiżi u dwar id-dewmien fil-bini tat-tnejn l-oħra tlestiex?", "Jekk iva, x'inhuma l- konklużjonijiet?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?", "Min se jerfa' r-responsabbilta' amministrattiva ta' dan?", "Min se jerfa' r-responsabbilta' politika ta' dan?", "X'passi hu maħsub li se jittieħdu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rapport intern ippreparat mill-MIMCOL, dwar il- bini tat-trawlers Norveġiżi mill-Malta Shipbuilding tlesta.", "Mhuwiex fl- interess tal-kumpanija li jingħataw dettalji dwar ir-rapport.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - SEGRETARJU", "14296.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid min hi l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Segretarju tal- Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk din il-persuna hijiex impjegata b'mod definit jew indefinit?", "Kemm hu l-ħlas li jingħata lil din il-persuna u x'benefiċċji oħra tgawdi minnhom din il-persuna?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta nħatar is-Segretarju?", "Sar xi forma ta' kuntratt?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-persuna li tokkupa l-kariga ta' Segretarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika hija is-Sur Godfrey Ellul, Senior Principal Officer fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għalhekk din il-persuna hija mpjegata mal-Gvern.", "Din il-persuna ma tirċievi ebda ħlas u ma tgawdi l-ebda benefiċċju ieħor.", "Is-Segretarju nħatar fl-1 ta' Frar 1998 u ma sarx kuntratt.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-INFORMAZZJONI TEKNOLOĠIKA - LAQGĦAT", "14297.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat sal-lum tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Informazzjoni Teknoloġika?", "Kemm kienet l-attendenza medja ta' kull laqgħa?", "Kien hemm xi riżenji ta' membri minn din il-Kummissjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sa l-1 ta' Mejju 1998, inżammu tlettax-il laqgħa tal-Kummissjoni għall-Informazzjoni Teknoloġika.", "L-attendenza medja ta' kull laqgħa kienet ta' 10 membri inkluż iċ-Chairman.", "Kien hemm żewġ riżenji minn din il-Kummissjoni.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - XIRI TA' GĦAMARA", "14298.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'għamara nxtrat mill- Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija bejn l-01/01/97 sa llum għall- uffiċċju?", "Jista' jgħid kemm ġiet tiswa kull biċċa għamara?", "Mingħand min inxtrat? 29/04/98", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minbarra t-tagħrif li ngħata fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "11428, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, lista dwar l-għamara li nxtrat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għall-uffiċċju l-ġdid tiegħu.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - NUQQAS TA' CHEMOTHERAPHY", "14299.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jikkonferma l-Ministru li fl-aħħar tlett xhur kien hemm nuqqas fil-provvista tal-Chemotheraphy u xi pazjenti fl-Isptar Boffa ngħataw nofs id-doża?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal- Gvern ma kellhomx stokk ta' Dacarbazine 200mg injections bejn is-16 ta' Frar 1998 u l-25 ta' Marzu 1998.", "Fl-ebda ħin il-pazjenti ma ġew mogħtija nofs doża.", "SERVIZZ ĊIVILI - FTEHIM KOLLETTIV GĦALL-ĦADDIEMA", "14300.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet mal-Unions dwar il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-gvern?", "Meta hu ttamat li jintemmu d- diskussjonijiet u jintlaħaq ftehim?", "X'inhuma l-proposti tal-gvern u ta' l- unions rigward żidiet fil-pagi?", "Jikkonferma l-Prim Ministru li ż-żieda proposta mill-gvern s'issa kienet ta' madwar 38c fil-ġimgħa?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għadux jinsisti li jkun hemm rabta bejn ir- reviżjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma u ż-żidiet li se jingħataw fil-pagi l-ħaddiema tal-gvern?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Saret proposta fin-negozjati mal-Unions dwar Ftehim Kollettiv ġdid nhar il-Ħamis, 30 ta' April 1998.", "TONN - TROBBIJA", "14325.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-proġett ta' trobbija tat-tonn li ġie mniedi mill-Ministeru s- sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar sal-lum fuq l-istess proġett?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Rigward it-trobbija tat-tonn sar pre-feasability study dwar il-proġett u ġew ikkuntatjati investituri potenzjali nteressati fil-proġett.", "Flimkien ma' l-M.D.C. u Bank lokali qiegħed jiġi ppreparat package biex jingħata lill-investituri nteressati.", "ĦUT - MARD TAL-ĦUT", "14326.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-Dipartiment tas-Sajd iffirmax xi forma ta' kuntratt dwar xogħol fuq mard tal-ħut ma xi kumpannija barranija u jekk fl-affermattiv: a) meta ġie ffirmat dan il- ftehim; b) ma' liema kumpannija ġie ffirmat l-istess ftehim; u c) kemm hu l- valur ta' l-istess kuntratt?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fis-16 ta' Ottubru 1997 ġie ffirmat ftehim ma hatchery tal-ħut tad-ditta Valle CA Zulieni fl-Italja.", "Il-valur ta' dan il-kuntratt huwa ta' 12,000 dollaru għal-sena.", "Fil-mument qegħdin isiru negozjati li huma fi stat avvanzat ħafna mad-ditta Aquaculture Vaccines Ltd, li tispeċċjalizza fir-riċerka tal-vaċċini kontra l-mard tal-ħut.", "B'dan il-kuntratt tista tibda' ssir riċerka immedjata fiċ- Ċentru kontra l-Pasturella bl-ispejjeż kollha mħallsa mid-ditta AVL Ltd., li tista wkoll tagħmel tajjeb għall-ingaġġ ta' tekniku u tħallas kontribuzzjoni ta' madwar Lm 10,000 kif ukoll kontribuzzjoni oħra għat- taħriġ ta' studenti.", "ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-AWKAKULTURA - AWRAT", "14327.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward it-trobbija ta' l-awrat fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm kien in-numru/piż ta' friegħ ta' l-awrat mill-bidu ta' l-1998 sal-lum; 2) jekk parti minn dan l-ammont ġiex mibjugħ u jekk fl-affermattiv: i) kemm kien il-prezz ta' l-istess bejgħ; ii) ta' liema daqs inbigħ l-istess awrat; u iii) jekk dan il-bejgħ ġiex attwat b'xi forma ta' tender jew inkella b'direct sale?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ewwel cycle ta' l-awrat fil-hatchery fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura kien ta' 102,600, ta' daqsijiet differenti.", "Minn dawn il-ħut għadu ma nbiegħ xejn.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li minn mindu sar it-tibdil neċessarju fit-tmexxija taċ-Ċentru, ċertu farm, li qabel kien jixtri mingħajr ebda forma ta' kwotazzjoni kull xorta u kull forma ta' ħut miċ- Ċentru, sab li anki hu kellu jbiddel is-sistemi u l-management tiegħu għaliex jgħidu li kienu qegħdin isofru danni finanzjarji taħt l- arrangamenti ta' qabel bħal xiri ta' kull forma u daqs ta' ħut f'batch wieħed .", "Sfortunatament il-ħut li qiegħed jirreferi għalieħ l-interpellant tkabbar taħt is-sistema ta' qabel u hemm diffikulta biex jinbiegħ għar-ragunijiet imsemmija qabel.", "Nista nżid ukoll li l-fish farms kollha jgħidulna li huma lesti jixtru ħut miċ-Ċentru kemm il-darba dan il-ħut ikun graded, ħaġa li aħna issa qed nintroduċu, u li qabel qatt ma' saret.", "FORTIZZI/TORRIJIET", "14340.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13570 u ċioe' jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' fortizzi u torrijiet li huma mikrija lill-privat?", "F'kull każ, x'inhu l-użu li qed isir minn dawn il-fortizzi?", "Kemm-il fortizza/torri kellha l-kera tagħha li għalqet fil-perjodu 1/11/96 - 28/2/98?", "X'sar f'dawn il-każi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13570 ingħatat f'seduta 213.", "WSC - BOREHOLES", "14341.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13571 u ċioe' b'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 13073, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il borehole ġiet approvata li titħaffer mill-WSC bil-proċedura ndikata f'dik ir-risposta?", "Kemm ilha tiġi wżata mill-WSC il-proċedura ndikata?", "F'liema lokalita' jinsabu dawn il-boreholes hekk approvati?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13571 ġiet mogħtija f'seduta 213.", "XEMXIJA - ZEBRA CROSSING", "14342.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar ix-xogħol indikat f'mistoqsija parlamentari numru 13566 u ċioe' dwar x'qed iwassal biex zebra crossing approvata kważi sentejn ilu ħdejn il-knisja tal- Kapuċċini fix-Xemxija ma tinżebax?", "Kif jispjega l-Ministru dan id-dewmien, meta iktar riċenti nżebgħet zebra crossing oħra ftit 'l isfel minn dan l- istess post?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena nfurmat li x-xogħol ta' żebgħa u sinjali fuq il-Pedestrian Crossing ta' Xemxija Hill sar fl- 1 ta' April 1998.", "Infurmat ukoll li x-xogħol ta' Embellishment inkluż il-pedestrian crossing, fl-istess area kellu jsir mill-Corinthia Group.", "BIĊĊERIJA - QATLA TA' ANNIMALI", "14343.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet kull ġimgħa l-qatla ta' kull tip ta' annimal li nqatel fil-Biċċerija fil-perjodu 1.2.98 - 15.4.98?", "Kemm kien, f'kull każ, l-ammont totali ta' piż, tip tip, ta l-annimali maqtula f'dan il-perjodu fil-Biċċerija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PITKALIJA - TINDA", "14344.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema inħawi tal-Pitkalija mistenni li titqiegħed it-tinda li qed tieħu post dik eżistenti?", "Meta hu mistenni li tkun lesta?", "X'tip ta' permessi ngħataw mill-Planning Authority għal dan ix-xogħol?", "Kemm hu mistenni li tqum din it-tinda?", "Minn liema vot se titħallas?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-tinda li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant qed titwaħħal minflok dik eżistenti li kienet fi stat degradenti u perikoluża.", "Ser titwaħħal ukoll tinda quddiem il-Koperattiva Ċentrali fejn qabel ma' kien hemm xejn.", "Huwa antiċipat illi t-tinda tkun lesta sa' l-aħħar ta' Mejju 1998.", "Kopja tal-permess għall-Full Development Permission maħruġ mill-Awtorita ta' l-Ippjanar tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-ispiża għat-tinda mistenni li tlaħħaq Lm 135,000 minflok Lm 216,000, li kieku saret bil-konkos kif kien ippjanat.", "L-ispiża sejra titħallas mill-Vot kapitali (54113027140).", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "14345.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Billi mhux darba jew tnejn saret kritika fil-passat minħabba l-fatt li l- patata kienet esportata esklussivament lejn is-Suq Olandiż, jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kif ġie assigurat li mis-sena d-dieħla l- patata Maltija tkun tista' tiġi esportata direttament lejn diversi pajjiżi Ewropej?", "Kif se jkun possibbli li jiġri dan?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma hemm xejn li jimpedixxi li l-patata ta' Malta tiġi esportata lejn diversi pajjiżi Ewropej.", "Iżda l-aħjar suq għall-patata ta' Malta s'issa dejjem kien is-suq Olandiż.", "UNCITRAL - SEGRETARJU ĠENERALI", "14352.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid: a) jekk hu jew il-Ministeru tiegħu talabx l-assistenza teknika tas-Segretarju Ġenerali ta' l-UNCITRAL meta ltaqa' miegħu fi Vjenna dan l-aħħar; u b) jekk iva, għal xiex talab u meta qed jistenna li tasal din l-assistenza teknika?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor.", "Interpellant li s-segretarju ta` l-UNCITRAL kien intalab biex jagħti l-għajnuna tiegħu b`mod ġenerali għal meta jitwaqqaf iċ-Ċentru Malti ta` l-Arbitraġġ.", "Is-Segretarju ta` l- UNCITRAL wiegħed l-appoġġ sħiħ tiegħu.", "Inoltre, Dr Werner Melis, direttur taċ-Ċentru ta` l-Arbitraġġ ta` Vjenna offra assistenza legali u amministrattiva liċ-Ċentru, nkluż taħriġ għall-Uffiċċjali ta` l-istess Ċentru.", "Billi twaqqaf il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru fi Frar ta` din is- sena, din il-materja issa qegħda f`idejn il-Bord.", "GVERN LIBJAN - GĦOTI TA' SIĠAR", "14353.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru: a) jikkonferma li fi Frar il-Gvern Libjan offra li jagħti b'xejn lil Malta 10,000 siġra tal-frott u siġar dekorattivi; u b) jekk iva, jgħid meta se jaslu dawn is-siġar u fejn u meta se jitħawwlu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fi Frar ġew mogħtija 6069 siġar li kienu jikkonsistu f' 1,750 siġar taż-żebbuġ 1,750 tal-għajnbaqar, 1,000 tal-lewż, 1,000 tal-ħawħ, 500 tin u 69 palm.", "Dawn tħawwlu fil-lokaltajiet imsemmija hawn taħt fix-xhur ta' Frar u Marzu.", "Attard, B'Kara, Burmarrad, Blata l-Bajda, Buskett, Floriana, Għawdex, Iklin, Marsa, Mdina, Mosta, Mtarfa, Naxxar, Paola, Rabat, Sliema, St.Paul's Bay, St. Andrews, Sta.", "Luċia, Valletta, Wied Inċita.", "NAZZJONIJIET UNITI - DELEGATI MALTIN", "14354.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru: a) jgħid min kienu d-delegati ta' Malta għall-42nd Session of the Commission on the Status of Woman tan-Nazzjonijiet Uniti li saret fi New York bejn it-2 u t-13 ta' Marzu, 1998; b) jgħid x'inhi l-funzjoni tagħhom fl-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa; u c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskorsi li saru f'isem Malta f'din l- okkażjoni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "DJAR - SUSSIDJU FUQ IL-KERA", "14355.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sussidju fuq il-kera ta' Lm80 fis-sena gravanti l-fond fejn toqgħod il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, liema sussidju kien ta' Lm30 fis-sena tnaqqas għal Lm5 minn din is-sena meta din il-persuna qegħda fuq il-widows pension u l- income tagħha ma żdiedx, ħlief għaż-żieda tal-Gvern biex tagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja kif jiġri kull sena u ma għandhiex incomes ġodda oħra?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Għall-perijodu ta' bejn 1 ta'Diċembru 1996 sat 30 ta'Novembru 1997 is-sussidju inħadem fuq id-dħul dikjarat ta' din il- persuna cioe' fuq Lm 1563 u din ikkwalifikat għal Lm30 f'sussidju.", "Għall- perjodu ta' bejn l-1 ta'Diċembru 1997 sat 30 ta' Novembru 1998 is-sussidju nħadem fuq id-dħul dikjarat ta' Lm1701 u din ikkwalifikat għal Lm5 f'sussidju.", "AIR MALTA - POST TA' JUNIOR AUDITOR", "14356.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self- Employed: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-internal call for applications għall-post ta' Junior Auditor fl-Internal Audit Department ta' l-Air Malta li għalih saru l-interviews fil-bidu ta' Ottubru, 1997, ġaladarba sal-lum l-applikanti għadhom ma rċevew l-ebda risposta mill-Air Malta u filwaqt ġiet ingaġġata persuna minn barra bħala head internal audit sabiex isservi taħt iż-żewġ Group Heads Internal Audit eżistenti li qed jaqsmu bejniethom ir-responsabbiltajiet marbuta ma' din il-kariga?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-ħatriet li għalihom qed jirreferi l-Onor Interpellant ma jistgħux isiru, għal menu għal issa, minħabba xi tibdil deċiz mill-Kumpanija fl-istruttura tad-dipartiment ta' l-Internal Audit ta' l-Air Malta.", "PROĠETTI ĠODDA", "14357.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11314, 12628 u 13387 kollha magħmula minni bħala reminder, jista' l- Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,442.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d- dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Intbagħat inspector?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "X'ġie konkluż?", "Fejn se jwassal il-każ tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nistieden lill-Onor.", "Interpellant jara r-risposta li għandu għall-mistoqsija numru W1421.", "Il-persuna indikata hi l-istess waħda.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "W1,447.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali?", "X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?", "Intbagħat inspector?", "X'immaterjalizza mill- appuntament li kellu sal-lum perss li l-Ministeru kellu jagħtiha risposta?", "Jista' l-Ministru jagħti risposta lili ħalli nkun nista' ngħaddihielha?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infurmat illi d-Dipartiment qed jinvestiga peress li l-applikanta, li issa qed tgħid li toqgħod ma ħaddieħor, kienet ġiet allokata l-post fl-1991 wara li talbet li tibdel.", "Qabel dik id-data kienet toqgħod f'post tal-Gvern.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,448.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "Bħal dan il-każ ta' sharing accomodation, kemm għandu id-dipartiment?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata kienet ġiet maqtugħa mill-lista peress li kienet mingħand għarajjes.", "L- applikant kien ġie avżat b'dan.", "DJAR - INSPECTORS", "W1,449.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx?", "U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata kienet ikkanċellata.", "L-applikant ma ħax ħsieb jirrispondi kwestjonarju li ntbagħtlu.", "AWTORITA' TAD-DJAR - KOOPERAZZJONI", "W1,450.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex qed tikkonsisti l- kooperazzjoni akbar bejn id-dipartiment u l-Awtorita' tad-Djar?", "Il- kompetenza ta' kull entita' kif tibqa' distinta iżda wkoll waħda tassew kooperattiva reċiproka?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Minn Novembru 1997, l-iskemi tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bdew jiġu amministrati mill-Awtorita' tad-Djar li hija stess tħaddem numru ta' skemi oħra.", "F'dan is-sens xorta waħda l- iskemi tad-Dipartiment għadhom jaqgħu taħt ir-risponsabbilta' finali tad- Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali u fil-fatt is-sussidji nvoluti jinħarġu mill-fond konsolidat u mhux mill-fondi ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Fit-twettieq ta' dawn l-iskemi, l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali qed jaħdmu flimkien ħalli ċ-Ċittadin jiġi moqdi kif suppost.", "Fost inizzjattivi oħra li ġew introdotti biex isseħħ aktar koordinazzjoni bejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Awtorita' tad-Djar u d- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar, kull ħmistax jiltaqghu (fi granet alternattivi) żewġ gruppi: is-Slum Clearance Projects Co-ordinating Group l- Extra Stories Projects Co-ordinating Group.", "Dawn iż-żewġ; gruppi li jinkludu wkoll rappreżentant tad-Dipartiment ta' l-Estates Management, qed jaħdmu biex il-ħidma iebsa f'dawn iż-żewġ oqsma issir b'mod ko-ordinattiv u mhux billi kull entita' taħdem għal rasha.", "Naturalment il-kooperazjoni fl-oqsma tad-djar li kienet u għada teżisti sal- lum bejn iż-żewġ Dipartimenti fi hdan dan il-Ministeru u l-Awtorita' aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tigi konsolidata.", "Kooperazzjoni ma tfissirx li xi wiehed mill-partijiet jitlef il-kompetenza ta' l-entita' tiegħu.", "BUĠIBBA: TRIQ SANT'ANTNIN - GĦELUQ TA' TRIQ", "W1,621.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħidli għar-rigward ta' Triq Sant'Antnin, Buġibba fuq liema bażi ngħata l-permess biex din it-triq tiġi magħluqa meta din hi triq abitata minn ħafna nies li urew l-għadab tagħhom għal din id-deċiżjoni li ttieħdet?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat."]} {"filename": "19970219_032d_par.doc", "date": "1997-02-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 32 L-Erbgħa, 19 ta'Frar, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 32 L-Erbgħa, 19 ta' Frar, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "32", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar, 1997", "WERREJ MINUTI 688", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 688", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "L-ERBATAX-IL JUM STABBILIT", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU 695", "AĠĠORNAMENT 729", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 729", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 31 li saret fit-18 ta' Frar, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦABS ĊIVILI - MANAGEMENT", "630.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif għandu jitjieb il- management tal-Ħabs Ċivili ta' Kordin b'mod li jirrifletti l-iżviluppi ta' regoli ta' ħabs Ewropew?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ir-regolamenti ġodda tal-ħabs li daħlu fis-seħħ f'Ottubru 1995 huma bbażati fuq l-hekk imsejħa European Prison Rules.", "Għalhekk is-sistema ta' management qed tiġi żviluppata fuq il- prinċipji li jidhru fit-Taqsima III ta' dawn ir-regoli li jittrattaw dwar l- istaff tal-ħabs.", "Infatti, Taqsima III tar-Regolamenti ta' l-1995 dwar il- Ħabs, hija kollha dedikata fuq l-uffiċjali tal-ħabs.", "Il-prinċipji bażiċi huma li:-", "1.", "L-istaff tal-ħabs għandu jiġi nkoraġġit il-ħin kollu permezz ta' taħriġ, proċeduri konsultattivi u stil ta' tmexxija pożittiva biex jaspira għal livelli umani, effiċjenza akbar u attitudni dedikata għal xogħlu.", "2.", "Il-personnel għandu jiġi maħtur fuq dawk il-patti u kondizzjonijiet li fuqhom ikun hemm il-qbil ta' l-awtoritajiet kompetenti li għandhom dejjem jagħtu l-akbar konsiderazzjoni lil kondotta tajba, effiċjenza, integrita', adattabbilta' u livell adegwat ta' edukazzjoni.", "3.", "Kull meta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi mpjegat staff part-time, dawn il-kriterji għandhom japplikaw safejn ikunu adatti għalih.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma x-xniegħat li hemm fost ir-residenti f'Raħal Ġdid li riċentement kien hemm xi ħarba jew tentattiv ta' ħarba mill-ħabs u li f'dan l-inċident intużat arma tan-nar.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nistax nikkonferma, Sinjura President.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Billi qed insemmu l-Ħabs Ċivili, jista' l-Prim Ministru jgħidilna f'liema stadju waslu l-kostruzzjonijiet ġodda u liema xogħol għad baqa' xi jsir?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk niftakar tajjeb, din is-sena hemm ivvotati madwar Lm900,000 biex jitkompla l-bini bil-prijoritajiet fuq dak li għandu x'jaqsam ma' faċilitajiet li huma anċillari - fosthom kċejjen - mal-ħidma detentiva, kif ukoll prijoritajiet fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l- akkomodazzjoni għal priġunieri nisa u għaż-żgħażagħ.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien niftakar li fil-pjanti li kienu saru dwar il- kumpless il-ġdid kien hemm unit kompletament għalih iddedikat għall- priġunieri nisa.", "Jien ma naħsibx li b'Lm900,000 wieħed jista' jibni iktar minn unit wieħed u għalhekk xtaqt nistaqsi lill-Prim Ministru jekk huwiex il-unit taż-żgħażagħ - fejn ukoll hemm problemi - li se jinbena l-ewwel.", "Jien naf li ħafna drabi huwa diffiċli li tagħmel distinzjoni u naf li hemm il-problema tal-priġunieri nisa li vera qegħdin f'post ristrett ħafna, pero' mil-lat ta' numru forsi hemm aktar ħtieġa ta' segregazzjoni aħjar tal- priġunieri żgħażagħ.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif qed jgħid tajjeb l-Onor.", "Interpellant dawn huma żewġ problemi akuti u t-tnejn qed jikkompetu għall-istess fondi u għall- istess riżorsi u jien qed nagħmel mill-aħjar biex kemm jista' jkun ngħaġġlu x-xogħol fuq dawn iż-żewġ każi.", "Jien nifhem li hemm problema ta' min se jiġi l-ewwel imma r-regola hija li bħalissa qed nagħtu iktar prijorita' lill-unit taż-żgħażagħ għax hemm qiegħda l-problema tad-droga u hemm qiegħda l-universita' tal-ħabs.", "Wara r-rapport li ħareġ l-Ombudsman dwar is-sitwazzjoni tad-detenuti nisa fil-kondizzjonijiet li hemm attwali fil- ħabs, ħarisna ftit lejn dak li hu għaddej anke is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa tat konsiderazzjoni lil dan il-każ u se nipprovaw nagħmlu mill-aħjar biex naqdu żewġ esiġenzi fl-istess ħin; ma nafx kif se jirnexxielna imma qed nipprovaw.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk l-għassa ta' Raħal Ġdid b'xi mod tgħinx fis-sigurta' tal-ħabs?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Su due piedi ma nistax nirrispondi.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub nagħtih l-informazzjoni kollha meħtieġa.", "CSCE - SETTLEMENT OF DISPUTES", "631.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għas-CSCE Meeting on Peaceful Settlement of Disputes li kienet saret fiċ-Ċentru għall-Konferenzi fl-1991, jista' l- Prim Ministru jgħid sewwa sew x'kompitu kellu d-Dipartiment ta' l- Informazzjoni fl-Organizzazzjoni ta' din il-laqgħa li saret daqs sitt snin ilu?", "Kemm swiet flus l-organizzazzjoni ta' din il-laqgħa?", "X'eżitu kellha din il-laqgħa apparti li bħal dejjem il-Gvern preċedenti qal li \"kien wieħed pożittiv\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li l-kompitu tad-Dipartiment ta' l- Informazzjoni kien li jorganizza Press Room fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi fejn saret il-laqgħa, jiġifieri s-CSCE Meeting on Peaceful Settlement of Disputes li kienet saret fl-1991.", "Id-Dipatiment ta' l-Informazzjoni kien inkarigat ukoll li jieħu ritratti tad-diversi laqgħat li saru tul il-Konferenza li, għalkemm bdiet fil-15 ta' Jannar 1991 u għalqet fit-8 ta' Frar, kellha b'kollox 19-il ġurnata ta' ħidma.", "Jirriżulta li l-ispiża tal-laqgħa laħqet is-somma ta Lm594,522.", "Tajjeb li jingħad ukoll li l-Gvern Malti għamel tajjeb għall-ispiża għas- siġurta' matul il-laqgħa li nvolviet madwar 105 membri tal-Korp tal- Pulizija.", "Il-laqgħa saret fi żmien meta l-gwerra bierda kienet għadha kemm intemmet.", "Għalhekk, l-aspettattivi li jintlaħaq ftehim f'din il-laqgħa kienu kbar speċjalment meta żewġ laqgħat oħra tas-CSCE kienu għadhom kemm intemmu b'suċċess f'Bonn u f'Copenhagen.", "Madankollu, ir-riżultat ma kienx dak mistenni.", "Per eżempju, aspettattiva iportanti li fuqha ma ntlaħaqx qbil kienet dwar liema istituzzjoni kellha tara li jiġi mwaqqaf mekkaniżmu biex jibda jopera l-Peaceful Settlement of Disputes u dan meta wieħed jikkonsidra li t-tema tal-laqgħa kienet proprju dwar il-peaceful settlement of disputes.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna x'inhi l-politika tal- Gvern preżenti dwar is-CSCE?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, forsi kont nista' ngħidlu biex jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat imma m'iniex se nagħmel hekk.", "Iva, aħna qegħdin bl-aktar mod pożittiv inħarsu lejn l-iżvolġiment tax-xogħol tas-CSCE u effettivament diġa' tajna kontribut.", "Dan l-aħħar jien kont preżenti għal-laqgħa tas-Summit tas-CSCE u aħna nħossu li r-rwol tas-CSCE jista' jkompli jinfirex b'mod produttiv għal kooperazzjoni u għas- sigurta' fil-qasam taz-zona Mediterranea.", "TRADE AGREEMENTS", "632.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi Malta għandha trade agreements fil-preżent?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Kummerċ): Malta għandha trade agreements mal-pajjiżi li jidhru fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda.", "Kopja ta` dawn it-Trattati jinkisbu mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "MALTA MARITIME JURISDICTION COMMISSION", "633.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- funzjonijiet/kompetenzi tal-Malta Maritime Jurisdiction Commission, meta tiltaqa' u min huma l-membri tagħha?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jiena nformat li l-Kummisjoni li għaliha rrifera l-Onor.", "Interpellant taqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "TELEMALTA - TELEXES, TELEFAXES U TELEGRAMMI", "634.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu telexes u telefaxes tul is-snin 1990-1996, sena b'sena?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew mibgħuta: Telexes, telefaxes u telegrammi tul l-istess perijodu, sena b'sena?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba hija kif murija hawn taħt:-", "| |Incoming|Outgoin|Outgoing| | |Telex |g Telex|Telegram| | | | |s | | |000 mins|000 | | | | |mins | | |1990 |2871 |2069 |11026 | |1991 |1475 |1472 | 7914 | |1992 |1231 | 983 | 6321 | |1993 | 982 | 792 | 5669 | |1994 | 782 | 584 | 3637 | |1995 | 555 | 433 | 4044 |", "1.", "L-istatistika tat-telex hi għal eluf ta' minuti ta' sejħiet kif indikat hawn fuq, waqt li l-istatistika tat-telegrammi turi n-numru ta' messaġġi.", "L-istatistika għas-sena 1996 m'hijiex disponibbli għaliex għadha mhux ipproċessata.", "L-istatistika tat-telefaxes ma tistax tinġabar minħabba l-fatt li dawn is-sejħiet huma l-istess bħal sejħiet normali.", "Madam Speaker, nixtieq inżid ngħid li jien ma narax ir-raġuni għalfejn għandha tintalab din l-informazzjoni għaliex fiha m'hemm xejn ta' interess li wieħed jista' jieħu.", "B'dawn il-mistoqsijiet kulma jkun qed isir hu li jagħti ħafna xogħol lid-dipartimenti u jintilef ħafna ħin li jista' jiġi utilizzat f'affarijiet oħra fl-interess ta' pajjiżna.", "QRATI - ORDINANZA DWAR IT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI", "635.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu każi l- Qorti ta' ksur tar-Regolamenti dwar l-Ordinanza dwar it-Telegrafija mingħajr Fili, tul is-snin 1990-1996, sena b'sena?", "Kemm minnhom ġraw Malta?", "Kemm minnhom ġraw Għawdex?", "F'kull każ, għal kull sena 1990-1996, kemm instabu ħatja?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif tidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, peress li qed nitkellmu fuq l- ordinanza dwar it-Telegrafija mingħajr Fili, nistaqsi lill-Ministru x'inhu jżomm lid-dipartiment biex jgħaddi lill-Broadcasting Authority il-frekwenzi li Malta kisbet bi ftehim ma' l-Italja u li jistgħu jintużaw għat- televiżjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru, Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, il-mistoqsija oriġinali kienet dwar ksur ta' Regolamenti ta' l-Ordinanza għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija bil-miktub u naċċertah li nagħtih risposta.", "BIĊĊERIJA - QATLA TAĊ-ĊANGA", "2611.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 87, jista' l-Ministru jgħid x'xogħol kien jonqos jitlesta fil- biċċerija ta' l-emerġenza u jgħid ukoll jekk fil-fatt kienx hemm xi makkinarju mill-istess biċċerija li nqala' biex saru tiswijiet ta' makkinarju ieħor?", "Kemm kienet il-qatla ta' emerġenza li sal-lum saret f'dan il-post?", "X'tip ta' investiment ġdid mistenni li jsir din is-sena fil- biċċerija?", "Ix-xogħol li kien mibdi se jitkompla?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-biċċerija llum m'hijiex qed tlaħħaq mal-volum tal-qatla.", "Għaldaqstant ninformah li qed jiġi diskuss kif il-Ministeru tiegħi jħejji għal din l-isfida biex nassiguraw li ma jkunx hemm problemi dwar il-qatla.", "Kif jista' jara l-Onor.", "Membru mis-Situation Report li poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Frar, 1997, u skond ma rrapporta l- istess Direttur tas-Servizzi Veterinarji, \"fil-Biċċerija hemm ħafna nuqqasijiet li jenħtiġilhom attenzjoni mmedjata\".", "Nissuġġerixxu li l-Onor.", "Interpellant jaqra sew dan ir-rapport biex ikun jaf is-sitwazzjoni diżastruża li ħalla warajh fil-biċċerija minkejja il- ħafna ċerimonji u ftaħir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari nurmu 87 il-Ministru kien qal speċifikament li l-biċċerija ta' l-emerġenza ma kenitx lesta għaliex kien jonqos xi xogħol xi jsir.", "Fid- domanda numru 2611 staqsejt preċiżament x'kien ix-xogħol li kien jonqos isir f'dik il-biċċerija ta' emerġenza u jekk kienx il-każ li xi makkinarju mill-biċċerija ta' l-emerġenza inqala' biex tiġi msewwija parti oħra tal- biċċerija.", "Id-domanda hija speċifika u nistenna risposta speċifika.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, il-biċċerija bdiet taħdem fid-9 ta' Diċembru.", "Ovvjament ir-risposta li tajt tikkonferma li sibna sitwazzjoni diżastruża u għaldaqstant kellna naraw kif nikkoordinaw, bit-team tal- manutenzjoni li għandna fil-biċċerija, ħalli nħaddmu dan l-operat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, fid-dawl ta' din ir-risposta jikkonsidra l-Ministru li r-risposta għad-domanda numru 87 kienet fil-fatt misleading lil din il-Kamra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dażgur li le, anzi qed inkomplu nżidu l- informazzjoni fit-tweġibiet li qed nagħtu biex inkunu aktar korretti u l- Kamra tkun aktar aġġornata dwar il-verita' tal-fatti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nixtieq li l-Ministru jikkonferma jew le, jekk xi makkinarju mill-biċċerija ta' emerġenza effettivament inqalgħax wara l-1 ta' Novembru biex jintuża f'parti oħra tal-biċċerija.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, il-biċċerija ma ħadmitx u l-Onor.", "Membru jaf li għamel ċerimonja fuq equipment li ma kienx jiffunzjona.", "Aħna min-naħa tagħna rajna kif ma noqogħdux nagħmlu ċerimonji imma nassiguraw li l-attivita' fil-biċċerija tkun waħda accountable u skond kif jixraq li jkollu l-pajjiż għaliex aħna Gvern li nagħmlu dak kollu possibbli biex inħejju t-teknika li hemm bżonn ħalli l-affarijiet li kienu taparsi, jsiru fattwali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru jikkonferma li effettivament il-biċċerija ta' emerġenza kienet diġa' intużat ġimgħat, jekk mhux xhur, qabel ma kien hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mhux hekk biss, imma nikkonferma wkoll li biex tnaddfet intnefqu 'l fuq minn Lm400 minħabba li din il-biċċerija ma kenitx taħdem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien l-infiq biex il-biċċerija ta' emerġenza ssir u x'investiment sar matul is- sena li għaddiet f'dan ir-rigward?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, jekk jagħmilli domanda bil-miktub - la ma jogħġbux jaqra dan is-situation report - inkun nista' nirrispondih.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, naturalment is-situation report li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi ħin ikolli ċans naqrah, madanakollu jien għamilt domanda speċifika u se nerġa' nagħmilha: Veru jew le li wara l-1 ta' Novembru tas-sena li għaddiet parti mill-biċċerija ta' emerġenza effettivament inqalgħet biex tintuża f'parti oħra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, jien nerġa' nivverifika, pero' dak li sar sar biex il-biċċerija effettivament tkun tista' taħdem skond ma wieħed jippretendi li taħdem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien nixtieq konferma speċifika dwar jekk il-biċċerija ta' emerġenza kenitx lesta kuntrarju għar-risposta li ngħatat għad-domanda numru 87 u jekk hux veru jew le li parti minn dik il- biċċerija inqalgħet biex issir x'imkien ieħor.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, il-biċċerija bdiet taħdem fid-9 ta' Diċembru u fl-opinjoni tiegħi dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru huwa barra mis-suġġett għar-raġunijiet li hu jaf bħali, u iktar minni, f'liema stadju ħalla din il-biċċerija ta' emerġenza.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien naħseb li jekk din il-biċċerija kienet għadha qatt ma ntużat, tħalliet spick and span għaliex kienet għadha ġdida mentri l-mod ta' kif qed jitkellem il-Ministru jindika mod ieħor għar-risposti li qed jagħti hu stess.", "MADAM SPEAKER: Din ma kenitx domanda u għalhekk ngħaddu għad-domanda li jmiss.", "PULIZIJA - KSUR TA' REGOLAMENTI TAL-KAĊĊA", "2670.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 2238, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li tteħdulhom is-snieter tagħhom mill-Pulizija bħala riżultat ta' akkużi marbuta mal-kaċċa, xahar xahar matul is-sena 1995, 1996 u l-ewwel xahar ta' l-1997?", "Kemm kien in-numru ta' każi minn dawn, li tressqu quddiem il-Qorti fl- istess perijodu?", "Mil-liema lokalita' kienu dawk li nqabdu u minn fejn kienu dawk li tressqu quddiem il-Qorti?", "Kemm kienu dawk li għalkemm itteħdilhom is-senter fil-fatt għadhom ma tressqux quddiem il-Qorti?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tliet tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Minn dawn kollha hemm tlieta li għadhom ma tressqux il-Qorti, għalkemm il- każ tagħhom diġa' ġie appuntat.", "MAGĦTAB - GĦELUQ TAL-MIŻBLA", "2671.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li tingħalaq il-miżbla tal-Magħtab?", "X'mistenni li jkun l-użu ta' din il- miżbla wara li tingħalaq?", "Hu possibbli li parti mill-materjal li hemm f'dan il-post jiġi wżat għal skop ta' xi kostruzzjoni?", "Wara li tingħalaq din il-miżbla, fejn hu mistenni li jintuża biex jitwaddab l-iskart li mistenni jibqa' jinġabar fil-pajjiż?", "X'konsultazzjonijiet saru mal- kunsilli lokali konċernati u Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq dan is-suġġett?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Membru jindirizza l-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat, jiġifieri lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' Ambjent.", "Għall-parti tal-mistoqsija li titkellem dwar x'konsultazzjonijiet se jsiru rigward il-miżbla tal-Magħtab, nixtieq ngħid li fil-jiem li ġejjin il- Gvern beħsiebu jagħmel dawn it-tip ta' konsultazzjonijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien għamilt id-domanda lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għaliex il-Ministru ta' l-Ambjent qalli biex nagħmel id-domanda lilu.", "Fil-fatt għamilt domanda lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni fuq dan is-suġġett u għamilt domanda lill-Viċi Prim Ministru għar-rigward tal-Planning Authority fejn jikkonċerna dan il-qasam.", "Jien xtaqt inkun naf x'inhi l-pożizzjoni tal- Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni dwar din id-domanda partikolari.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, forsi tajjeb li nispjega x'inhi l- pożizzjoni.", "L-implimentazzjoni u x-xogħol li jsir fil-Magħtab huwa taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni pero' l-policies jiġu mfassla mill-Ministeru ta' l-Ambjent.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan l- aħħar kellux xi dipartimenti fid-dikasteru tiegħu li ġew trasferiti lejn dikasteru ieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, ma tantx għandha x'taqsam mal- Magħtab din il-misotqsija imma se nirrispondiha.", "Għall-Magħtab ma ġie trasferit xejn; trasferejna l-Land Registry għall-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna għalfejn sar dan it-trasferiment?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li dan it-trasferiment sar, nissuġġerixxi li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Madam Speaker, forsi nista' nirrispondi jien.", "Inħass li huwa aktar utli u jkun aktar ta' koordinament li jsir it-trasferiment mill-Minsiteru għax-Xogħolijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni għall-Ministeru tal- Ġustizzja u Kunsilli Lokali minħabba l-komplikazzjonijiet burokratiċi u legali biex jaħdmu.", "Għaldaqstant b'hekk ikunu flimkien taħt ma' dak il- ministeru u l-affarijiet ikunu jistgħu jimxu aktar 'il quddiem.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-Magħtab nixtieq ngħid x'inhu għaddej anke b'risposta għall-mistoqsijiet li saru.", "Iva, f'dan ix-xogħol hemm involuti l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, il-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u l-idea tagħna hi li l-kriżi ambjentali li qiegħda dejjem tikber fil-Magħtab insolvuha b'konsultazzjonijiet ma' kulħadd.", "Il-Planning Authority taħt il-Ministeru ta' l-Ambjent tinsab f'konsultazzjonijiet biex tara fejn jistgħu jinstabu siti oħra minflok il-Magħtab għar-rimi ta' skart tal-kostruzzjoni u allura nistennew mingħandha li jkollna xi forma ta' alternattivi għall-Magħtab.", "Barra minn hekk se jsiru wkoll konsultazzjonijiet ma' dawk l-operaturi li qegħdin jieħdu r-rimi tagħhom ta' materjal ta'kostruzzjoni lejn il-Magħtab biex flimkien magħhom naraw x'inhi l-aħjar soluzzjoni għall-kriżi li qed tikber hemmhekk.", "Qegħdin ukoll nitkellmu u sejrin nitkellmu mal-kunsilliera tal-kunsilli lokali involuti f'dik l-area biex nieħdu mingħandhom suġġerimenti u proposti dwar kif nistgħu nimxu 'l quddiem fuq din il- problema.", "Se ssir ukoll laqgħa ta' konsultazzjoni organizzata mill- Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni mas-sidien tal-barrieri f'pajjiżna biex min-naħa tagħhom ikollna wkoll ideat u proposti dwar siti alternattivi għar-rimi ta' materjal tal-kostruzzjoni.", "Kollox irid isir b'ċerta gradatazzjoni u b'ċertu ħsieb imma bħalissa qegħdin niffokaw fuq ir- rimi ta' materjal tal-kostruzzjoni fil-Magħtab, liema rimi accounts for 90% tal-materjal li qed jintefa' hemmhekk u li wassal biex tiżdied bil-kbir il- problema.", "Allura l-ewwel se niffokaw fuq dan il-qasam, jiġifieri r-rimi ta' skart tal-kostruzzjoni li m'huwiex tossiku u minnu nnifsu ma jagħmilx ħsara ambjentali u allura jista' jitpoġġa f'ċerti tip ta' barrieri, imbagħad inkomplu għaddejjin biex insolvu t-tieni parti tal-problema, jiġifieri dak l-10% li huwa refuse li joħloq ċerti problemi ambjentali aktar qawwija.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1997", "L-ERBATAX-IL JUM STABBILIT", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "L-ordni għal-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumtati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu għad-diskussjoni l-Voti ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra d-diskussjoni fuq dawn il-voti għandha tieħu żewġ seduti u skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 il- ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni.", "Nifhem li ż-żewġ naħat se jalternaw matul iż- żewġ seduti tal-lum, bl-aħħar 80 minuta għall-Prim Ministru.", "Issa nitlob lill-Prim Ministru biex jekk jogħġbu, iressaq r- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nipproponi:", "VOT 1 - UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm508,512 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 1 - Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 2 - KAMRA TAD-DEPUTATI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm888,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 2 - Kamra tad-Deputati, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 4 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,956,789 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 4 - Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 5 - KUMMISSJONI GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm126,518 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 5 - Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 6 - FORZI ARMATI TA' MALTA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm11,805,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 6 - Forzi Armati ta' Malta, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 7 - INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,214,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 7 - Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 8 - INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm807,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 - Intern, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 9 - PULIZIJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm12,077,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 9 - Pulizija, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 10 - SERVIZZI KORRETTIVI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,375,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 - Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT 11 - GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm15,634,002 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 - Għawdex, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "VOT I - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm19,247,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I - Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, se nressaq din l-emenda:", "VOT 4 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Personal Emoluments", "Item 11 - Prim Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm11,643\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm11,642\".", "Delete the figure \"Lm11,643\" and substitute therefor the figure \"Lm11,642\".", "Mr Chairman, huwa fatt aċċettat li l-mezzi tat-telekomunikazzjoni moderni ttrasformaw din id-dinja tagħna f'raħal kbir.", "F'dan ir-raħal qed jispiċċa ż-żmien fejn il-kbir jiddetta liż-żgħir x'għandu jsir.", "Dan kien jiġri fl-imgħoddi minħabba l-kapaċita' tal-pajjiżi l-kbar li jiddominaw il-palk mondjali permezz tal-\"ħoss\" li kienu kapaċi jiġġeneraw.", "Minħabba li huma kbar, dan il-ħoss awtomatikament kien kbir.", "Illum anke l-pajjiż iż-żgħir, bil-mezzi effiċjenti li tagħtih l- elettronika, jista' jkollu saħħa ħafna akbar milli jagħtih id-daqs fiżiku tiegħu.", "Illum is-setgħa hija marbuta mat-tagħrif, ma' l-informazzjoni, mal- kapaċita' tal-komunikazzjoni, mat-twassil ta' l-ideat ġodda u ma' l- innovazzjoni tat-teknoloġija.", "Iċ-ċivilta' elettronika hi wkoll ċivilta' pluralista.", "Ir-rivoluzzjoni fil-mezzi tal-komunikazzjoni llum wasslitna għal stat fejn anke meta wieħed joqgħod Malta, isib ruħu bbumbardjat b'messaġġi mill-aktar diversi li jsostnu fehmiet u viżjonijiet mondjali.", "Dan ifisser li kwalunkwe gvern, qatt ma jista' jerġa' jipprova jbella' lil poplu l-veduta tiegħu biss, għax illum il-poplu għandu aċċess għal minjiera ta' informazzjoni permezz ta' għafsa jew tnejn fuq dak li nsejħulu l-\"mouse\".", "Dan, fi ftit sekondi, jista' jittrasportana f'dinja ta' veduti u ideat differenti li hi d-dinja ta' l-Internet.", "Dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr rinnovament komplet tal-mezzi li bihom il-poplu Malti jista' jsemma leħnu.", "Minn fejn tlaqna Mr Chairman?", "Ħarsa lejn il-Programm Elettorali tal- Partit Nazzjonalista ta' l-1987 tagħti indikazzjoni ċara ta' l-istat miskin li fih tħalliet tgħodos is-sistema ta' telekomunikazzjoni f'pajjiżna.", "Fih insibu statements bħal \"li jkollok telefon mhux privileġġ\" u li \"s-sistema kollha għandha tiġi riveduta biex jitneħħa t-taħwid li hemm illum bejn sistemi qodma u ġodda, u pajjiżna jkollu l-aħjar strumenti tekniċi li jgħinu d-djalogu bejn il-bnedmin\".", "Dak iż-żmien li jkollok telefon kien kważi, kważi meqjus bħala privileġġ.", "Xi drabi dak il-privileġġ kien jingħatalek bħala sinjal ta' apprezzament għal lejaltajiet politiċi tiegħek.", "Huwa fatt ukoll li drabi oħra kien ikollok tħallas għal dan il- privileġġ apparti mill-Korporazzjoni Telemalta bi dritt.", "Ma nħobbx nibbaża kliem żejjed fuq il-passat imma meta nisma' kelliema min-naħa l-oħra jipprovaw jirridikolaw il-passi ta' ġgant li saru f'din Malta tagħna fis-settur tat-telekomunikazzjoni, inħossni obbligat li nfakkar lill-Kamra minn fejn tlaqna biex aktar jiġi apprezzat fejn wasalna.", "F'dan il-qasam, bħal f'kull qasam ieħor, il-Partit tagħna kellu viżjoni għall-futur.", "Għaraf li jekk tħares biss sal-ponta ta' mnieħrek u jekk timxi minn ġurnata għall-oħra mingħajr ma jkollok idea ċara ta' fejn trid tasal, se tħalli liċ-ċittadin Malti żvantaġġjat.", "Mingħajr ma trid, se tħallih iħossu inferjuri għal sħabu f'pajjiżi oħra u se żżommu lura mingħajr ma jistħoqqlu.", "Il-kelma Ingliża understatement tinkapsula perfettament it-tqabbil ta' dan is-settur fl-1987 maż diżastru komplet.", "Il-policy tal-Gvern Soċjalista ta' dak iż-żmien kienet li jara kif jagħmel biex jiddobba apparat second- hand skartat minn pajjiżi oħra, u jqanna lil Malta bih biex momentarjament itaffi l-bżonnijiet kbar li kien hawn f'dan is-settur.", "B'hekk spiċċajna b'sistema ta' telefon imlaqqta b'apparat minn sistemi differenti li ġabet lil pajjiżna fuq l-istess livell ta' pajjiż tat-Tielet Dinja f'dak li hu telekomunikazzjoni.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni, Mr Chairman, li anke bejn raħal u ieħor kienet diffiċli li taqbad bit-telefon, aħseb u ara ma' l- Internet.", "Aħna warrabna r-raċanċ - aħna m'aħniex regettiera iżda partit politiku b'fiduċja f'pajjiżu - u mlejna l-ħofra enormi li kien hawn fis- sistema tat-telefon permezz ta' sistema diġitali li tħabbatha ma' l-aqwa li hawn fid-dinja.", "Il-faxes, il-mobile phones, servizz tal-pager, Internet, fibre optic cables, star services, freephones, servizz tat-Telecare u elf żvilupp ieħor ma waqgħux mis-sema, Mr Chairman.", "Dawn huma frott il-ħidma ta' gvern li jemmen fil-potenzjal tal-Maltin.", "Gvern Nazzjonalista mill-ewwel fassal pjan ta' żvilupp fit-tul biex pajjiżna jkollu sistema mill-aktar moderna.", "Dan il-pjan kellu jinfirex fuq medda ta' 13-il sena, iżda bl-iżvilupp mgħaġġel li kien għaddej minnu pajjiżna, inħasset il-ħtieġa li l-proċess jitħaffef tant li sa l-1992 kellna sistema diġitali kompluta.", "Kieku dan ma sarx, il-progress reġistrat f'dan il-pajjiż f'dawn l-aħħar snin ma kienx iseħħ.", "Kieku dan ma sarx, kieku l-Maltin għadhom iħarsu lejn ċittadini sħabhom f'pajjiżi żviluppati b'għira għal mezzi li għandhom aċċess għalihom.", "Kieku kienu jħarsu lejn l-apparat li diġa' semmejt bħala ħolma mbegħda.", "Gvern li verament jirrispetta liċ-ċittadini - ċittadini li permezz tagħhom ġie elett - imexxihom 'il quddiem bil-fatti u mhux jipprova joħloq illużjoni ta' ħidma jew impenn minn naħa tiegħu bi kliem fieragħ.", "Ħa nsemmi ftit fatti.", "L-ewwel fatt hu li bejn l-1987 u April 1996 in- numru ta' linji privati tat-telephones sploda minn 85,000 għal 172,000.", "Dan ifisser li n-numru rdoppja f'disa' snin.", "It-tieni fatt hu li biex il-poplu Malti u t-turisti jinqdew aħjar ġew installati aktar cardphones madwar Malta u Għawdex.", "In-numru ta' cardphones f'pajjiżna issa qabeż l-1,500 u l-użu ta' dan is-servizz tant sar popolari li qegħdin jinbiegħu mijiet ta' eluf ta' telecards fis-sena.", "It-tielet fatt hu li l-qagħda fil-qasam tat-telekomunikazzjoni internazzjonali kompliet tissaħħaħ u l-exchange internazzjonali tkabbar b'270 ċirkwit biex ilaħħaq mad-domanda.", "Barra minn hekk ġie stallat fibre optic cable ma' Sqallija.", "Il-kwalita' għolja tas-servizz ġabet magħha żieda sostanzjali ta' telefonati għall-barra u ta' min wieħed jgħid li minn tmien miljun minuta ta' telefonati fl-1987 qbiżna għal 28 miljun minuta, qabża ta' aktar minn tliet darbiet.", "It-tariffi tat-telefonati għal barra minn Malta roħsu sew, tant li r-rata għal telefonata minn Malta għar-Renju Unit minn 42c kull minuta issa niżlet għal 28c.", "Dan stajna nagħmluh minħabba ż-żieda tremenda fid-domanda.", "Ir-raba' fatt hu li l-kwalita' eċċellenti ta' komunikazzjoni laħqet ukoll it-talba għal aktar cirkwiti iddedikati għad-data.", "Din iż-żieda dehret b'mod partikolari fuq ċirkwiti b'veloċita' speċjalment mitluba mis- service providers ta' l-Internet.", "Niġu issa għal ħames fatt. Gvern Nazzjonalista kien kommoss li jgħolli l- livell ta' għejxien tal-poplu.", "F'Lulju ta' l-1991 beda jitħaddem is- servizz ta' emerġenza magħruf bħala Telecare.", "Dan is-servizz issussidjat mill-Korporazzjoni Telemalta joffri għajnuna u wens lill-anzjani tagħna, għax permezz ta' sempliċi għafsa ta' buttuna, jistgħu jsejħu tabib jew pulizija.", "Mr Chairman, kienet introdotta wkoll it-TAFDA għal dawk il- persuni neqsin mid-dawl u s-smiegħ b'kollaborazzjoni bejn il-Korporazzjoni Telemalta u l-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita'.", "Dawn huma kollha fatti u mhux paroli fil-vojt.", "Bil-fatti biss nistgħu nimxu u mmexxu liċ-ċittadin 'il quddiem u mhux bil-kliem sabiħ fis-sustanzja tiegħu ma jfisser xejn!", "Fejn konna sejrin?", "X'kienu l-pjanijiet tal-Partit Nazzjonalista għall- futur?", "B'konformita' ma dak li qed jesiġu llum l-ITU, il-World Bank u l- Unjoni Ewropea, il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien diġa' fassal abbozz ta' liġi ġdid dwar it-telekomunikazzjoni.", "Dan l-abbozz poġġa r-responsabbilitajiet regolatorji, li s'issa għadhom eżerċitati mill- Korporazzjoni Telemalta, taħt direttorat regolatorju separat.", "Dan il-pass kien se jdaħħal il-kunċett ta' kompetizzjoni ġusta f'diversi servizzi tat- telekomunikazzjoni.", "Bih kien jinżamm bilanċ bejn ir-responsabbilitajiet tal-Korporazzjoni fil-provvediment ta' servizzi bażiċi lill-pajjiż bi prezzijiet adattati soċjalment u l-ħtieġa ta' l-istess Korporazzjoni li tikkompeti ma' oħrajn, f'servizzi li jitfaċċaw fis-suq.", "Għalhekk il-Korporazzjoni Telemalta kellha tibqa' istituzzjoni dinamika, biex filwaqt li żżomm il-ħaddiema kollha tagħha, tħarriġhom b'mod li jkunu kapaċi jmexxu servizzi ġodda.", "Il-Customer Charter kien eżempju ta' kif it- Telemalta kienet qed tfittex li taqdi l-missjoni tagħha b'effiċjenza biex meta fi żmien opportun tiġi esposta għall-forzi tal-kompetizzjoni, tkun tiflaħ iżżomm postha b'suċċess.", "Dan ġie ppublikat mill-istess Korporazzjoni u fih kien hemm rabta mal-klijenti b'garanzija ta' flus għal standards ta' servizz stabbilit.", "Gvern Nazzjonalista xtaq iżomm ir-ritmu tal-ħidma tal-Korporazzjoni għaddej billi jħajjarha tfittex kuntatti u opportunitajiet ta' investiment u ħidmiet f'pajjiżi oħra biex jiġu sfruttati l-ħiliet u l-esperjenzi ta' l-inġinieri, it-tekniċi u l-ħaddiema oħra tagħha.", "Fid-dawl ta' dak li ntqal f'dokument tal-Kummissjoni Ewropeja ppublikat f'Settembru ta' l-1995, ċioe' li l-aċċessibilita' għat- telekomunikazzjoni għandha tkun universali, il-Partit Nazzjonalista xtaq iniedi skemi speċjali mmirati biex jgħinu lill-klijenti li jifilħu jħallsu inqas u lil dawk bi bżonnijiet speċjali.", "Il-Korporazzjoni diġa' ħadet diversi miżuri biex traħħas it-tariffi tagħha, speċjalment kif diġa' semmejt dawk internazzjonali.", "Bl-għan aħħari ta' aktar u aktar aċċessibilita' fil-kontijiet, jistgħu jiġu ntrodotti skemi bħal-Friend and Family, fejn l-abbonati jagħżlu numri ta' telefon lokali u esteri, li meta jċempluhom jieħdu roħs konsiderevoli, jew meta jrid, abbonat jista' jitlob bla ebda ħlas biex il-linja tat-telefon tiegħu tiġi mblukkata għal ċertu servizzi, per eżempju, telefonati għal barra jew anke għal telefonati normali ħlief għal dawk ta' emerġenza.", "B'hekk l- abbonati li ma jistgħux iħallsu ma tinqatagħlhomx il-linja iżda tibqgħalhom lifeline miftuħa għalihom.", "Skema oħra li tista' ssir hija dik li biha l-abbonat ikun jista' jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' flus li jrid jonfoq kull xahar u meta jilħaq dan l-ammont il-linja taqa' temporanjament b'mod awtomatiku.", "B'hekk wieħed ikollu aktar kontroll fuq il-kont tat-telefon.", "Ta' min wieħed isemmi li kienet proposta ta' l-Onor.", "Fenech Adami li wasslet lill-ITU biex flimkien mal-Korporazzjoni Telemalta, tiddeċiedi li tieħu l-pass biex twaqqaf Regional Training Centre f'pajjiżna.", "Dan għandu jservi mhux biss bħala ċentru ta' taħriġ fit-telekomunikazzjoni għal studenti Maltin u barranin, iżda wkoll bħala headqaurters tal-Global Telecommunications University ta' l-ITU.", "Dan iċ-ċentru, li kellu jibda jaħdem sal-bidu ta' l-1998, għandu jżommna aġġornati mat-tagħlim f'dan il- qasam.", "Issa fejn sejrin, Mr Chairman?", "Fil-5 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet ġie ppublikat rapport fuq il-Korporazzjoni Telemalta intitolat \"Strategic Resource Audit\", liema rapport ġie kkummissjonat mill-Prim Ministru u ppreparat mis-Sur Tony M. Meilaq.", "Bħal ħafna rapporti oħra li ġew ippreparati b'mod prolifiku ferm fl-ewwel xhur ta' din l-Amministrazzjoni, l-għan ewlieni ta' dan ir-rapport jidher li kien li jsib il-ħofor.", "Li kieku kellek tagħti kas tal-Membri tan-naħa l-oħra, dawn saru karatteristika ewlenija ta' \"Din l-Art Ħelwa\".", "Tistħajjilna qegħdin fuq il- qamar u mhux fuq din il-gżira magħrufa bħala Malta!", "Fir-rapport li semmejt, Korporazzjoni li għandha fama tajba mhux biss lokalment iżda wkoll internazzjonalment, hija kkritikata b'perseveranza li ta' min wieħed jammiraha.", "Iżda wisq nibża' li jekk jiġu segwiti ċertu rakmmandazzjonijiet, il-proċess lejn servizz dejjem u dejjem aħjar jiġi mwaqqaf ħesrem.", "Xtaqt neżemplifika dak li qed ngħid b'certi punti.", "F'paġna 9, sezzjoni 5.2 tar-rapport, il-Korporazzjoni hija kkritikata minħabba policy li għandha fejn xi fergħat jibqgħu miftuħin wara l-ħinijiet normali ta' l-uffiċċju.", "B'hekk il-Korporazzjoni tidħol f'xi spejjeż żejda minħabba ħlas ta' overtime.", "Qatt smajna bil-kelma \"servizz\"?!", "Irrid ngħid ukoll li f'paġna 51 tal-Programm Elettorali tal-Partit Laburista, \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\", hemm aċċenn fuq in-neċessita' li l-livell ta' servizz tal-Korporazzjoni Telemalta għandu jitjieb.", "Issa nispera li ma jiġrix il-kontra ta' dak li ġie mwiegħed kif ġara f'ħafna każijiet oħra.", "F'paġna 10 ta' l-iStrategic Resource Audit Report, sezzjoni 6.6, id- deċiżjoni li ttieħdet biex jitwaqqaf ir-Regional Telecommunications Training Centre - li diġa' semmejt - hija mpoġġija f'dawl ikrah minħabba l- ispiża nvoluta.", "Dan iċ-ċentru, jekk imħaddem tajjeb, kellu jbigħ is- servizzi tiegħu lil entitajiet barranin u b'hekk isir self-sufficient.", "Kien se jfisser ukoll li l-ħaddiem Malti kien se jkollu aċċess kontinwu għall-iżviluppi li jseħħu fil-kamp tat-telekomunikazzjoni.", "Hawnhekk, mingħajr ma rrid, niftakar fi kliem Albert Einstein meta qal \"Ideat tajbin u kbar dejjem sabu oppożizzjoni mill-medjokrita'\".", "Imbagħad f'paġna 11, sezzjoni 7, ta' l-istess rapport wieħed jingħata x'jifhem li qed tiġi kkritikata d-deċiżjoni tal-Korporazzjoni Telemalta li biha ġew imnaqqsa it-tariffi internazzjonali kienu konsiderevolment ogħla minn dawk ta' ħafna pajjiżi barranin.", "L-Onor.", "Lino Spiteri rrepeta din il- kritika fid-diskors tiegħu tal-Budget.", "Infakkar li fil-ktejjeb - ta' min wieħed jgħidlu fittizzju - \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\", hemm implikat li t- tariffi preżenti huma għoljin wisq.", "Il-fatt li ħadd ma skanta meta dawn ma ġewx imnaqqsa minn Gvern Laburista, anzi ġiet ikkritikata il- Korporazzjoni Telemalta għax għamlet xi tnaqqis, huwa indikattiv għall- aspettativi baxxi li għandhom iċ-ċittadini tagħna minn Gvern li qed jikser kelmtu b'mod tant regolari li qiegħed isir tedjanti.", "F'paġna 16, sezzjoni 11.3 ta' dan ir-rapport huwa ssuġġerit li l- implimentazzjoni tal-Customer Charter li bih il-konsumatur kien se jingħata garanzija ta' servizz tajjeb ikun sospiż b'mod indefinit.", "Fil-fatt jidher li hekk se jiġri.", "L-aqwa li għaddiet l-elezzjoni u issa addio \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\".", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed ngħid x'għidtli inti Onor. Mizzi.", "Inti personalment għidtli li l-Customer Charter ma taqbilx miegħu.", "Issa jkollok ċans tirrispondini; ippermettili u ħallini nitkellem (Interruzzjonijiet).", "Inwegħdek li mhux se ninterrompik.", "F'paġna 17, sezzjoni 12.7, jintefa' dell ikrah fuq l-għażla ta' Malta mill-ITU bħala l-venue għall-World Telecommunications Development Conference fl-1998, minħabba l-ispejjeż involuti.", "Għandna nieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li okkażjoni bħal din tagħmel ġid kbir lill-pajjiżna f'dak li huwa public relations u turiżmu.", "Barra minn hekk għandna nqisu wkoll li parti sostanzjali mill-ispiża hija dovuta għall-investiment f'ċertu makkinarju li wara jista' jintuża mill-Korporazzjoni Telemalta.", "Pero' l-isbaħ għadu ġej, Mr Chairman.", "F'dan ir-rapport l-isponsorships li jingħataw mit-Telemalta lill- entitajiet bħal Malta Olympic Committee u l-Malta Football Association, huma kkritikati għax kif jgħid is-Sur Meilaq, ma jirrendux għall- Korporazzjoni!", "Dan insibuh f'paġna 27, sezzjoni 18.3.", "Nittama li għallinqas hawnhekk il-Malta Labour Party jiftakar fil-wegħdiet li għamel biex jagħti għajnuna xierqa lil assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi.", "Mingħajr sponsorships bħal dawn, l-isport Malti jieħu daqqa ta' ħarta liema bħala.", "Il-konklużjoni tas-Sur Meilaq tgħid li l-Korporazzjoni Telemalta hija dgħajfa, maħkuma b'inċertezza, mimlija bi problemi u miexja 'l quddiem mingħajr kontroll u direzzjoni.", "Ikolli nistqarr li jien, u naħseb anke l- maġġoranza tal-poplu Malti, ma naqblux miegħu.", "Niskużawh, għax fi kliemu stess f'paġna 18 sezzjoni 13.2, jammetti li ngħata ħin limitat ħafna biex ilesti r-rapport tiegħu.", "Forsi kienet l-istess għaġġla li wasslitu biex jagħmel ċerti dikjarazzjonijiet.", "Iżda wieħed jistaqsi: Għalfejn l-għaġġla?", "Konna ħerqana li nesploraw il-possibbilta' ta' xi ħofra ġdida?", "Jekk inħarsu lejn il-verita' naraw li l-Korporazzjoni Telemalta, kontra dak li ntqal, mhux biss hija b'saħħitha iżda b'saħħitha ħafna.", "Meta tqis li wieħed mill-akbar banek li hawn fid-dinja, il-Bank of Tokyo Mitsubishi, għaqqad consortium ta' 4 banek oħra u flimkien dawn ħassewhom komdi li jisilfu US$18 miljun lill-Korporazzjoni mingħajr ebda garanzija mill-Gvern u meta tqis ukoll li fis-sena li għaddiet it-Telemalta għamlet mas-Lm7 miljun profitt, tirrealizza li d-djugħfija mhux qegħda fit-Telemalta kif tħalliet minn Gvern Nazzjonalista, iżda fl-argumenti li nġabu kontriha.", "Ninkwieta meta naqra kliem il-Prim Ministru fl-ittra li hu bagħat lis-Sur Noel Zarb Adami fis-6 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Dan ħeġġeġ biex it- Telemalta titmexxa fuq il-linji tar-rapport, li kif spjegajt, fih ħafna rakkmandazzjonijiet inkwetanti.", "Nittama li jkun hemm rikonsiderazzjoni serja fuq ħafna punti, għall-ġid mhux biss tal-konsumatur Malti, iżda wkoll minħabba l-futur tal-Korporazzjoni Telemalta u l-ħaddiema tagħha.", "Qabel ma nagħlaq, inkun qed nonqos jekk ma nirrimarkax fuq il-konfużjoni u l-qtugħ ta' qalb li preżentement hemm fost ħafna mill-ħaddiema tal- Korporazzjoni.", "Dawn jinsabu mħassba ferm minħabba n-numru kbir ta' transfers li saru riċentement, kif ukoll minħabba l-għajdut li se jsiru ħafna oħrajn.", "Ta' spiss tgħajruna li aħna Oppożizzjoni distruttiva.", "Kieku dan kien minnu, kienet ikun ħaġa ta' min wieħed jitħasseb ferm fuqha iżda huwa ferm aktar inkwetanti l-fatt li jkollok Gvern distruttiv u wisq nibża' li llum il-ġurnata dan huwa l-każ taħt dan il-Gvern Laburista li jsejjaħ lilu nnifsu ġdid.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, tad-daħk hi s-sitwazzjoni li qegħdin fiha u li qegħdin iġġibuna fiha intom.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, il-qasam ta' l-intern huwa ta' interess għal kulħadd għax forsi kuntrarjament għal ministeri oħra kulħadd jippretendi li jifhem fih minħabba li dan il-qasam jinvolvi direttament ħafna lill-pubbliku.", "Kulħadd għandu l-ideat tiegħu ta' kif għandna nikkontrollaw il-kriminalita', ta' kif għandna nġibu fil-pajjiż dejjem iktar serħan tal-moħħ, ta' kif għandu jkun hawn is-sigurta' fil-pajjiż, u saħansitra ta' kif għandu jkun hawn għassiesa biżżejjed għal-libertajiet tagħna stess, għax wara kollox li wieħed jikkontrolla l-kriminalita' huwa mezz ta' kif wieħed iħares il-libertajiet tiegħu.", "Aħna ma nistgħux ingawdu l-libertajiet tagħna tajjeb jekk ma ngħixux f'atmosfera ta' sigurta' u ta' serħan il-moħħ.", "Per eżempju, huwa inutli li jien ikolli dritt għal proprjeta' jekk imbagħad ikun hemm ċans li dik il-proprjeta' jisraqhieli ħaddieħor u għalhekk dan il-qasam iqajjem ċertu interess fil-pajjiż.", "Huwa faċli wkoll li tgħid xi ħaġa dwar il-qasam ta' l-intern għax dan huwa suġġett popolari ħafna ma' kull oppożizzjoni fid-dinja minħabba li jien naħseb li mill-għabex tal-ħolqien, is-serq, il-qtil, il-feriti ta' natura gravi, il-ħsara volontarja fi proprjeta' u l-abbużi dejjem kienu hemm u għalhekk l-ewwel ħaġa li wieħed ma għandux jagħmel huwa li jippretendi li xi ħadd għandu ċ-ċavetta ta' xi soluzzjoni faċli għal dawn il-problemi.", "Apparti minn hekk ir-reati jirriflettu wkoll iż-żmenijiet għax jista' jkun li fi żmien partikolari minħabba ċerti ċirkostanzi, anke dawk ekonomiċi u soċjali, jiġu kommessi ċerti tip ta' reati mentri fi żmenijiet oħrajn isiru - se nuża l-kelma popolari - ċerti reati oħra.", "M'hemmx dubju li fiż-żmien ta' llum qed ninnotaw li ċerta kriminalita' qed titmexxa iktar fuq linji professjonali - għalhekk hemm bżonn ir-reazzjoni ta' l-Istat tkun ukoll fuq dawn il-linji professjonali - speċjalment ċerti reati ta' tip ekonomiku, bħal frodi, li qed isiru b'mod aktar intelliġenti u għalhekk għalihom irridu risposta intelliġenti wkoll.", "Imbagħad hemm il-pjaga tad- droga, pjaga li teżisti minħabba li dan in-negozju joħloq profitti kbar u minħabba n-natura ta' dawn ir-reati huwa iktar diffiċli li wieħed isib tarf tagħhom.", "Hawn m'iniex qed nirriferi għal serq ta' affarijiet li jistgħu jintlemħu malajr imma għal negozju ta' ftit trab li jista' jqum eluf kbar ta' liri.", "Sur President, nibda biex ngħid li kemm ilna fl-Oppożizzjoni jien għamilt wegħda miegħi nnifsi li ma nippolitiċizzax il-problema tad-droga u għandi d- dmir nuri kemm kien żbaljat min għamel hekk, jiġifieri kemm kien żbaljat il- partit li attwalment qiegħed fil-gvern li meta kien fl-oppożizzjoni, b'attakki sfrenati, b'akkużi u kalunji kontra l-Gvern Nazzjonalista pprova jippolitiċizza l-problema tad-droga, l-akkużi li kienu jsiru li l-Gvern kien jagħti xi protezzjoni anke lil min jittraffika d-droga u li l-Gvern mhux qed jagħmel biżżejjed fil-problema tad-droga.", "Qabel ma ngħid kemm din kienet kritika inġusta u kif il-Partit Laburista anke wara li tela' fil- gvern baqa' jippolitiċizza l-problema tad-droga, nixtieq li ngħid x'għamel il-Gvern Nazzjonalista speċjalment fl-aħħar snin fil-qasam tal-ġlieda kontra d-droga.", "Gvern Nazzjonalista daħħal għall-ewwel darba f'pajjiżna s-sentenza ta' għomor il-ħabs għat-traffikanti tad-droga.", "Xi ħadd li ma jkunx impenjat fil-ġlieda kontra d-droga se jintroduċi sentenza ta' għomor il-ħabs għat- traffikanti tad-droga?", "Ma rridux ninsew ukoll li kien il-Gvern Nazzjonalista li emenda l-liġi b'mod li llum it-traffikar jinkludi kollox, inkluż il-kultivazzjoni tad-droga u l-pussess tad-droga f'idejn xi ħadd meta dak il-pussess ikun oltre dak li huwa meħtieġ għall-konsum personali.", "Jiġifieri jekk persuna tinqabad b'ammont ta' droga li m'huwiex kompatibbli mal-konsum personali, allura dak ukoll sar meqjus bħala traffikar ta' droga.", "F'Novembru ta' l-1995 waqqafna wkoll l-iskwadra kontra d-droga billi ħriġniha mill-iskwadra kontra l-vizzji, żidnielha n-nies u rajna s- suċċessi.", "Ċerti ġurnali issa skoprew li l-sena l-oħra - u ma ninsewx li fl- ewwel għaxar xhur tas-sena l-oħra fil-gvern kien hemm il-Partit Nazzjonalista - kienet dik fejn l-aktar li saru raids mill-iskwadra kontra d-droga, fejn l-aktar li nqabdet droga u fejn l-aktar li ttellgħu persuni b'arrest.", "Biss biss fl-1996, ftit wara li twaqqfet l-Iskwadra kontra d- droga ttellgħu l-qorti medja ta' persuna kuljum fuq ksur ta' l-Ordinanza dwar id-Droga, saru iktar minn 600 raid average ta' tnejn kuljum mill- istess skwadra u kellna wkoll l-ikbar qabdiet ta' droga li qatt saru; waħda f'Marzu tas-sena li għaddiet li kienet tinkludi kimika li tintuża fil- produzzjoni ta' l-ecstacy tablets u l-oħra li saret f'Awissu fejn inqabdet kwantita' kbira ta' cannabis.", "Dawn is-suċċessi ta' l-iskwadra kontra d- droga kienu possibbli minħabba kooperazzjoni internazzjonali li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista ma' pajjiżi oħrajn f'dak li huwa sharing ta' intelligence fuq reati serji bħalma huma r-reati kontra d-droga.", "Anke fil-qasam tal-prevenzjoni l-Gvern Nazzjonalista kien ħadem bis-sħiħ bit-twaqqif ta' organizzazzjonijiet bħas-SEDQA għall-prevenzjoni u anke għall-kura inizjali wara li tibda l-problema tad-droga, kif ukoll bit- twaqqif ta' postijiet bħal per eżempju, iċ-ċentru ta' Santa Marija li huwa post għar-riabilitazzjoni kif ukoll ingħataw sussidji lill-għaqdiet volontarji li huma impenjati fil-qasam tad-droga.", "Dan kollu juri li l- akkuża li kienet issir sa ftit xhur ilu mill-partit illum fil-gvern li l- Gvern Nazzjonalista m'għamilx biżżejjed fil-qasam tad-droga kienet kalunja.", "Jien ħsibt li wara l-elezzjoni din il-politiċizzazzjoni min-naħa tal- partit illum fil-gvern se tispiċċa u b'sorpriża kbira għalija sibt li din mhux talli ma spiċċatx talli donnu li ħraxet.", "Eżempju ta' dan li jqabdek id- daħk - mhux biex nippolitiċizza l-problema jien imma biex nuri kemm kienu taċ-ċajt u kemm kienu vojta t-tentattivi ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż- żmien li jippolitiċizzaw il-problema tad-droga - huwa meta ftit ġimgħat wara l-elezzjoni kienu daħlu xi barranin Malta u l-Iskwadra kontra d-droga qabdet kwantita' konsiderevoli ta' droga.", "Dan kien fis-17 ta' Novembru meta l-ministri u l-Prim Ministru attwali bilkemm kienu għadhom ħadu posthom, imma minkejja dan f\"it-Torċa\" kien hemm rrapportat hekk:", "\"Il-ġlieda kontra d-droga li ddikjara l-Prim Ministru Alfred Sant mill-ewwel jum tal-ħatra tiegħu qed tħalli l-frott li jidher sew mis- suċċessi li qed tikseb l-Iskwadra kontra d-droga.\".", "Issa dan kollu intqal meta s-Supretendent li kien hemm li kien ġie maħtur mill-Gvern Nazzjonalista baqa' l-istess, il-Kummissarju tal-Pulizija baqa' l-istess u l-membri li jikkomponu l-iskwadra kontra d-droga baqgħu l-istess ukoll.", "Imma għaliex dan inzerta ġara wara l-elezzjoni - dawn li nqabdu kienu barranin u allura ma setgħux jinqabdu qabel ma jiġu Malta - allura ħabbrulna li 17-il ġurnata wara li l-Partit Laburista tela' fil-gvern diġa' qed tiġi mwettqa l-wegħda li kien għamel għax inqabdu dawn in-nies.", "Imbagħad li huwa iktar interessanti - qed inkompli nikkwota minn \"it-Torċa\" tas-17 ta' Novembru, 1996 - huwa li dan ir-rapport ikompli jgħid:", "\"Iżda kelliemi għall-Pulizija qal il-bieraħ li dan is-suċċess jista' joħolqilhom problemi kbar u qed jistennew xi każi ta' overdoses u anke żieda fis-serq.\".", "Jiġifieri s-suċċessi ta' l-Iskwadra kontra d-droġa huwa mertu mhux ta' min waqqaf l-iskwadra u saħħaħha imma huwa mertu tal-Partit Laburista, 17-il ġurnata biss wara l-elezzjoni!", "Pero' imbagħad kważi kważi qed jgħidulna li fil-każ ta' overdoses u affarijiet oħra, dak mhux tort tagħhom, anzi dak se jkun problema tas-suċċess tagħhom stess!", "Ara fi żmienna, s-suċċessi kienu suċċessi, pero' l-overdoses kienu tort tal-Gvern Nazzjonalista!", "Għalhekk jien nidħak meta nara din il-politiċizzazzjoni - u kważi nibki wkoll - għaliex dan il-mod ewforiku kważi ta' kif nittrattaw dawn l- affarijiet li issa kollox bis-suċċessi u qabel ma kien hemm ħadd li jinteressah minn din il-problema joħloq il-periklu li wieħed jaħbi problema li nafu li qiegħda hemm għax din is-sena s'issa kellna average ta' mewt waħda fix-xahar kaġun ta' overdose.", "Dawn huma affarijiet li jnikktu lil kulħadd u jien qed insemmihom mhux biex ngħid li dan il-Gvern m'hu qed jagħmel xejn f'dan il-qasam imma biex ngħid li hawn problema li għandna niġġildulha flimkien u ma noqogħdux nippolitiċizzawha iktar.", "Dan ifakkarni meta kienet saret dik il-qabda kbira fil-Freeport ta' container bil-cannabis li kien se jgħaddi minn Malta biex imur post ieħor, u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kien qal li dik saret biex taljena lin-nies mill-problemi li hawn fil-pajjiż.", "Dawn l-affarijiet huma dokumentati għaliex kienu ġew rrapportati fil-gazzetti.", "Aħna llum m'aħniex se ngħidu l-istess ħaġa għaliex l-iskwadra kontra d-droga qiegħda tagħmel is-suċċessi tagħha, imma qegħdin ngħidu: Prosit!", "Din hija xi ħaġa li kienet saret qabel u qed tkompli ssir u hemm bżonn tissaħħaħ ukoll.", "Dak inhar stess li konna waqqafna l-iskwadra kontra d-droga konna żidna l- membri tagħna minn 36 għal 51 pulizija.", "Illum jien stess nistaqsi jekk dawn il-51 pulizija humiex biżżejjed, meta kulħadd huwa inkwetat b'din il- problema f'pajjiżna, biex aħna jkollna ġlieda verament effikaċi kontra l- problema tad-droga.", "L-istess nistaqsi lin-nies li jaħdmu fl-ajruport u fil- Freeport.", "Aħna armati biżżejjed b'sistema ta' sigurta' tajba biex ħadd ma jabbuża mis-sistema?", "B'sens ta' kritika nista' ngħid li filwaqt li fl- ajruport hemm il-preżenza ta' l-Istat - għax kif tinżel mill-ajruplan u tidħol fl-airport issib ċerta preżenza ta' l-Istat bl-armata, bil-pulizija, bl-uffiċjali tad-dwana - din teżisti, per eżempju, fis-Sea Port?", "GĦax kull darba li ngħaddi minn hemmhekk nieħu impressjoni ta' ċerta konfużjoni u allura naħseb li verament irridu nsaħħu l-preżenza tagħna hemmhekk ukoll.", "Dan huwa l-mod kif nistgħu niġġieldu verament il-problema tad-droga u mhux billi ngħidu, kif kien qal il-ġurnal \"l-orizzont\" inqas minn xahar ilu fis- 27 ta' Jannar 1997, li forsi fi żmien il-Gvern preċedenti - qed jipprova jispjega għaliex kien hawn is-suċċessi riċenti ta' l-iskwadra kontra d- droga - \"kien hemm xi ħadd importanti jipproteġi lit-traffikanti tad-droga, li din il-protezzjoni spiċċat mal-bidla tal-gvern u li taħt il-Gvern Laburista, gvern dedikat għall-gwerra kontra d-droga, il-pulizija huma ħielsa li jwettqu dmirhom\".", "Jien nisfida lill-Prim Ministru sabiex jgħid jekk minn din in-naħa tal-Kamra - mhux qed ngħid għalija personali imma għal kull membru lil kien jifforma parti mill-Kabinett - qattx kien hemm xi ħadd li pprova jindaħal fil-qadi tad-dmir tal-pulizija, partikolarment ta' l-iskwadra kontra d-droga.", "Anzi min imexxi din l-iskwadra dejjem qal li qatt ma kien hemm l-iċken forma ta' ndħil, la f'min għandhom jaqbdu, la f'min għandhom itellgħu l-qorti u lanqas f'liema xhieda u d-dokumenti għandhom jittellgħu fil-qorti.", "Qatt ma kien hemm l-iċken indħil ħlief - taf x'kien l-uniku indħil? - li konna nixprunawhom biex dejjem jaqdu dmirhom, biex dejjem ikunu alert u biex dejjem ikun hemm dak l-entużjażmu fil-ġlieda kontra d-droga.", "Dik hi l-unika ħaġa li nista' niddikjara li jien ħati tagħha, li dejjem xprunajt lin-nies biex jiġġieldu kontra d-droga u qatt ma kien hemm l-iċken indħil dwar min għandu jew m'għandux jittella' l- qorti.", "Tliet wegħdiet li kien għamel il-Partit Laburista fil-qasam tal-pulizija u li nistgħu neħduhom mill-ktieb \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" kienu; li ntejbu l- mezzi li għandu l-Korp tal-Pulizija biex ikun ta' servizz liċ-ċittadin - dan kellu jsir billi l-pulizija jkollhom mezzi moderni għall-ħarsien tas- sigurta' u dawn il-mezzi kellhom jiżdiedu sostanzjalment; li t-taħriġ tal- Korp tal-Pulizija jsir b'mod regolari u li l-ħlasijiet tal-pulizija jkunu mfasslin b'mod li joħloq inċentiv veru.", "Fi kliem ieħor meta wieħed li jgħid li l-ħlasijiet tal-pulizija għandhom ikunu mfasslin b'mod li joħloq inċentiv ifisser li se jiżdiedu inċentivi fil-ħlasijiet tal-pulizija.", "Issa jien mhux qed nippretendi li dawn it-tliet wegħdiet għandhom jiġu mwettqa f'temp ta' tliet xhur, imma ppretendejt li f'dan il-budget għallinqas insib xi forma ta' inizjattiva f'din id-direzzjoni u minflok sibt affarijiet li sejrin fid-direzzjoni opposta.", "Ħalli nibdew bil-mezzi.", "Mela l-Partit Laburista wegħedna li lill-pulizija se jżidilhom il-mezzi għall-ġlieda kontra l-kriminalita', imbagħad insibu li filwaqt li fl-aħħar budget Nazzjonalista l-Vot Kapitali tal-Pulizija - għax minn hemmhekk trid tixtri mezzi ta' kommunikazzjoni u l-għodda biex tiġġieled kontra l- kriminalita' - kien jammonta għal Lm830,000, din is-sena dan naqas bi Lm300,000 għax minn Lm830,000 niżel għal Lm525,000.", "Jien naċċetta li fost dawk it-Lm830,000 kien hemm flus allokati għall-bini ta' parti mill- headquarters tal-Pulizija - jiġfieri kien se jinbena kumpless ġdid ħalli meta tidħol fl-uffiċċju tal-kap ta' l-iskwadra kontra d-droga tidħol f'uffiċċju suret in-nies għax il-fatt li l-pulizija jgħixu f'ambjent suret in-nies huwa mportanti wkoll fil-ġlieda kontra l-kriminalita' u minħabba li kien hemm xi problemi ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dak il-proġett ma laħaqx sar is-sena l-oħra - u allura wieħed jista' jgħid li s-sena li għaddiet is-somma kienet għolja ħafna minħabba li kienet tinkludi l-proġett ta' l-area tal-lock-up tas-CID.", "Mela issa la l-ispiża kapitali naqset għal Lm525,000 ifisser jew li dak il-proġett se jsir xorta waħda u l-flus għalih se jonqsu minn xi mkien ieħor, jew inkella li dak il-proġett mhux se jsir.", "Pero', anke kieku wieħed kellu jaċċetta li dak il-proġett mhux se jsir, il- Lm525,000 li se jivvota l-Gvern preżenti bħala spiża kapitali huwa b'Lm100,000 inqas mis-Lm600,000 li l-Korp tal-Pulizija attwalment nefaq is- sena li għaddiet.", "Mela s-sena li għaddiet il-Korp tal-Pulizija mingħajr ma għamel il-proġett tal-bini minn Lm800,000 nefaq Lm600,000, u taħt gvern li wiegħed li se jkollna l-mezzi moderni biex il-Pulizija tħarisna mill- kriminalitaż u li dawn il-mezzi moderni se jiżdiedu mhux bi ftit imma se jiżdiedu sostanzjalment, Allajbierek se jsir il-miraklu tal-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet u se nżidu dawn il-mezzi moderni sostanzjalment b'dan il-vot kapitali!", "Hawn l-Oppożizzjoni titlob spjegazzjoni dwar kif b'Lm525,000 se naslu biex insaħħu l-mezzi li l-Pulizija se jkollha fil-ġlieda kontra l- kriminalita'.", "Jien ma nindaħalx lill-Gvern fid-deċiżjonijiet li qed jieħu biex jekonomizza, imma allura l-ekonomija se nibdewha proprju mill-qasam li kien parti mill-pjattaforma elettorali tal-Partit Laburista?", "Huma kienu jpinġulna sitwazzjoni fil-pajjiż fejn ħadd ma jista' joħroġ minn daru għax ma jafx x'jista' jiġrilu, imbagħad jitla' gvern fuq din il-pjattaforma u l- ewwel ekonomija li qed jagħmel hija prorpju fl-ispiża kapitali li tikkonċerna lill-Pulizija.", "Ara fil-qasam tal-ħabs, l-ispiża kapitali żdiedet minn Lm800,000 għal Lm900,000 u għal dan ngħid prosit lill-Gvern għaliex dan ifisser li se jkompli fuq il-proġett li beda l-Gvern Nazzjonalista li qiegħed l-ewwel ġebla tal-ħabs il-ġdid fit-3 ta' Mejju ta' l-1996.", "Allura għall-proġett kapitali tal-ħabs se nivvotaw Lm100,000 iktar - u sewwa għamel il-Gvern - u għall-proġetti kapitali tal-Pulizija u għall- mezzi li se jużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalita' hemm ivvotati Lm100,000 inqas minn kemm il-Pulizija effettivament nefqet is-sena li għaddiet.", "U dan apparti l-fatt li s-somma hija Lm300,000 inqas minn kemm kien allokat lilhom fl-1996.", "It-tieni wegħda tal-Partit Laburista f'dan il-qasam kienet li mhux biss għandu jkollna Korp tal-Pulizija effiċjenti imma li biex dawn ikunu effiċjenti jridu jkunu mħarrġa tajjeb.", "Jien ħsibt li fil-Ministeru ta' l- Intern se jkollna żieda fl-ispiża għar-rigward it-training, iktar u iktar għaliex is-sena li għaddiet l-Oppożizzjoni fil-kritika tagħha tal-budget kienet ikkritikat lill-Gvern għaliex fil-qasam tat-training il-Vot kien ftit inqas mis-sena ta' qabel.", "L-Onor.", "Mangion, li dak iż-żmien kien spokesman ta' l-Oppożizzjoni dwar l-Intern, kien qal li għar-rigward it- taħriġ - u ddeskriva t-taħriġ bħala essenzjali - għall-1996 l-allokazzjoni ta' fondi naqset għal Lm19,000.", "Qed nirriferi għall-Vot 8 fl-ispiża rikorrenti, item 13.", "Għar-rigward ta' training, fl-1995 kien hemm ivvotata s-somma ta' Lm15,000, fl-1996 din telgħet għal Lm19,000 - l-Onor.", "Mangion dak iż-żmien kien ikkritikana li dawn kienu ftit - u din is-sena niżlet għal Lm13,800, li mhux biss hija inqas minn dik ivvotata fl-1996 imma hija inqas ukoll minn dak li kien hemm ivvotat fl-1995.", "L-istess nistgħu ngħidu fil-każ tat-training tal-pulizija li jsir fl-Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali fejn kellna kritika min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għaliex l- allokazzjoni ta' fondi fl-1996 kienet se tkun ta' Lm15,000 meta għal din is- sena ġew allokati biss Lm10,000.", "Jiġifieri l-istess nies li kienu jikkritikawna li ma konniex qegħdin nallokaw biżżejjed fondi għal training issa mhux talli ma żidux is-somma jew imqarr ħallewha fuq l-istess livell tas-sena li għaddiet, talli naqsuha b'mod sostanzjali!", "Mr Chairman, taħt l-ispiża rikorrenti tal-Ministeru ta' l-Intern hemm item dwar it-trasport.", "GĦas-sena li għaddiet l-allokazzjoni għat-trasport fil-Ministeru ta' l-Intern kienet ta' Lm34,000 u l-Onor.", "Mangion dak iż- żmien kien qalilna li għat-training biex permezz tiegħu ntejbu l-ġlieda kontra l-kriminalita' ma nsibux flus imma imbagħad tajna żieda biex inkattru l-jobs for the boys u biex jingħataw iktar kumditajiet u perks.", "Imbagħad b'sorpriża kbira niskopri li din is-sena l-ispiża għat-trasport minn Lm34,000 - qed nirriferi għal item 27 tal-Vot 8 - telgħet għal Lm37,500, jiġifieri mhux talli ma naqqsux il-Vot tat-trasport, kif kienu qalulna fil-kritika tal-budget preċedenti, talli addirittura kien hemm żieda fl-ispiża tat-trasport.", "It-tielet wegħda kienet li lill-pulizija se nħallsuhom aħjar u l-argument kien li dawn huma nies involuti f'sogru kbir u allura tajjeb li wieħed iħallashom aħjar.", "Din hija l-istess linja li mexa biha l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Jekk inħarsu lejn is-salarji tal-kuntistabbli u tas-surġenti nsibu li, per eżempju, sitt snin ilu kuntistabbli kien jaqla' Lm2,400 fis-sena u sas-sena li għaddiet dan is-salarju, bis-saħħa ta' ftehim li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista permezz ta' l-MPO, kien tela' għal Lm4,000 fis-sena.", "Surġent li fl-1990 kien jaqla' Lm2,600, is-sena li għaddiet beda jaqla' Lm4,300.", "U terġa' dawn iż-żidiet kienu ngħataw bl- arretrati retroattivi għall-1991.", "Jekk inħarsu lejn l-overtime insibu li bis-saħħa tal-ftehim li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista, waqt li qabel kien jingħata Lm68,000 għall-overtime - ma ninsewx li l-overtime ma jingħatax lill-ispetturi u lis-supretendenti imma jingħata lill- kuntistabbli u lis-surġenti - din iċ-ċifra telgħet għal Lm390,000 fl-1994, Lm398,000 fl-1995 u Lm384,000 fl-1996.", "Barra minn hekk il-pulizija bdew jitħallsu mill-ewwel għall-overtime mhux kif kien isir qabel u beda jitħallas wara ċertu ammont ta' sigħat.", "Hawn hu l-gvern li nkoraġġixxa lill-pulizija bi ħlasijiet ħalli verament ikunu effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalita'.", "U minkejja li l-propagandisti tal-Gvern Laburista jgħajruna giddibin għaliex qed ngħidu li l-ħlas għall-overtime illum naqas, jien nerġa' nagħmel l-istess akkuża u ngħid li, iva l-overtime naqas, naqas b'mod pulit, pass wara pass, imma naqas.", "Riċentement fuq ir-Radju Super 1 smajt akkużi tas-Sur Cuschieri kontrija u kontra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li aħna giddibin u li qed noħolqu inċertezza u sens ta' inkwiet li jista' jwassal ukoll biex xi ħadd iweġġa' f'xi inċident għax ma jkollux is-serħan tal-moħħ!", "Kważi kważi sirt responsabbli jien għall-inċidenti tat-traffiku u għal kull inċident li jsir fuq il-post tax-xogħol, u dan għaliex ikkritikajt lill-Gvern li qed inaqqas il-ħlasijiet ta' l-overtime!", "Imbagħad il-Bambin ried li jċempillu wieħed Laburist u qallu: \"X'jiġifieri ma naqasx?", "Ħija jaħdem surġent\" - u semmielu f'liema għassa biex żgur ikun jaf min hu - \"u qalli li naqqsulu l- overtime!\"", "Veru li l-overtime ma ġiex meqrud, imma li qed jagħmlu hu li minlok ma l-pulizija qed jaħdmu tmien sigħat at a stretch qed jaqsmuhielhom erba' sigħat filgħodu u erba' sigħat filgħaxija u dak il-ħin ta' fil- għaxija li kienu jagħmlu overtime issa qed isir parti mix-xogħol tagħhom.", "Jien nieħu gost li jgħajruni giddieb u j'Alla jibqgħu jgħajruni giddieb għax kulħadd jaf li din hija l-verita'.", "Aktar ma tgħajjar lil xi ħadd giddieb meta dak li jkun qed igħid ikun veru, min ikun qed jiġi affettwat aktar jindanna għaliex jgħid: \"X'jiġifieri mhux veru meta fiċ-ċekk li nirċievi kull xahar qed nara li l-overtime huwa bin-nieqes!\"", "Mela tliet xhur biss wara li tela' fil-gvern il-Partit Laburista l-ekonomija kellu jagħmilha proprju mal-membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Sur President, ħalli niġi issa għall-ħabs.", "X'ma smajniex meta kienu fl- Oppożizzjoni fuq il-ħabs!", "Smajna, per eżempju, li l-ħabs m'għandux direzzjoni, li m'għandux tmexxija, li hemm indħil politku.", "Saħansitra anke fil-programm elettorali qalu:", "\"Il-Gvern demokristjan Nazzjonalista ...\",", "- aħna onorati li aħna demokristjani u nazzjonalisti -", "\" ... lagħab il-logħba perikoluża ta' indħil politiku fil-ħabs.\".", "Jiena nisfidahom jgħiduli fejn qatt kien hemm indħil politiku fil-ħabs.", "Forsi fil-ħabs kienu jidħlu priġunieri laburisti biss jew priġunieri nazzjonalisti biss?", "Dan huwa l-indħil politiku?", "Forsi kien hemm xi ndħil politiku fir-regolamenti l-ġodda li għamilna?", "Kien hemm xi ndħil politiku fl-ispiża kapitali li dħalna għaliha f'dawn l-aħħar snin meta niftakru li fi żmien il-Gvern Laburista qatt ma ntnefaq sold għall-ħabs?", "Kien fl-1989 li ntnefqet l-ewwel somma f'ispiża kapitali fil-ħabs.", "Din kienet ta' ¥8,000 u fl-aħħar budget din tellajniha għal ¥800,000.", "Altru li kien taħt Gvern Nazzjonalista li bdejna naraw ċaqliq sotanzjali fl-ispiża kapitali fil-ħabs.", "Dan kien l-indħil politiku?", "Forsi kien indħil politku li għamilna is-sezzjoni taż-żgħażagħ, il-youth offenders unit rehabilitative service, li miexja bil-mod imma miexja tajjeb?", "Kien hemm indħil politiku għaliex għamilna d-division VII għar-rijabilitazzjoni tad-drogati li kienet suċċess?", "Din tant kienet suċċess li l-ħabsin stess segregati mill-bqija tal-ħabs - jiġifieri dawn li kellhom problema tad-droga u jmorru volontarjament f'din id-division - ħolqu u organizzaw attivitajiet soċjali.", "Jiena ngħid j'Alla tkompli u j'Alla n-nies li jmexxu d-division VII mhux naqtgħulhom qalbhom imma ninkorraġuhom.", "Jiena għalhekk kont għamilt dik il- kritika meta dawn għamlu attivita' soċjali fil-ħabs, stiednu ħames ministri u segretarju parlamentari u ma mar ħadd minnhom.", "Qed ngħid dan għaliex dawn ħadu għalihom għaliex ippretendew li meta hemm xi ħaġa li qiegħda tiffunzjona, xi ħaġa li qiegħda tħalli riżultati, u wkoll wara dak il-kliem kollu fuq ir-rijabilitazzjoni, minn ħamsa mqar imur wieħed.", "Jiena ma ppretendejtx li l-Prim Ministru, li jkollu ħafna x'jagħmel, jattendi għal din l-attivita' bħalma attenda l-Maġistrat li bagħat lil uħud minnhom il-ħabs pero' seta' bagħat lill-Ministru mingħajr Portafoll floku.", "Wara kollox ftit wara l-elezzjoni l-Onor.", "Joe Mizzi għamel żjara l-ħabs biex iwettaq wegħda elettorali li għamel lil omm wieħed mill-priġunieri.", "Jiġifieri għal dan sab ħin u ma ħassux li m'huwiex prudenti li jmur il-ħabs.", "Pero' l-Prim Ministru hekk qalli.", "Qalli li m'hijiex prudenza li l-ministri jattendu għal attivita' soċjali tad- division VII finanzjata mill-Gvern għar-rijabilitazzjoni.", "Il-Prim Ministru deherlu li jekk il-ministri jmorru l-ħabs u jitħalltu mal-ħabsin speċi \"jidħlu wisq fl-intern tal-Ministeru ta' l-Intern\", biex nuża l-espressjoni li uża huwa stess.", "Jiena ngħid li m'hemmx għalfejn tieħu t-television crew miegħek meta tmur il-ħabs u jiena qatt ma mort bit-television crew miegħi meta mort il-ħabs.", "Qed ngħid dan għaliex dan ma kienx se jsir għal skop ta' pubbliċita' imma bl-iskop li tinkorraġġixxi lin-nies meta jkunu qed jagħmlu xi ħaġa tajba.", "M'hijiex xi ħaġa faċli li tmexxi l-ħabs u ma rridux naqtgħu qalb in-nies li qegħdin imexxuh.", "Minn dawn in-nies, wara l-kritika kollha li saret fil- konfront tagħhom, ħadd ma tbiddel, kulħadd baqa' hemm.", "Erba' xhur wara l- elezzjoni dawn l-istess nies li suppost kienu qed imexxu l-ħabs ħażin, milli jidher issa qegħdin imexxuh tajjeb tant li għandi rapport li l- Ministru mingħajr Portafoll meta mar għal xi party tagħhom qalilhom: \"Ibqgħu sejrin hekk għaliex mexjin tajjeb.\".", "Dan ir-riżultat rajnih, u dan m'iniex qed ngħidu jien li kont responsabbli politikament għall-qasam tal- ħabs u forsi jkun hemm min jgħid li jiena bilfors se nitkellem favur, imma qallu l-board of visitors tal-ħabs.", "Fir-rapport li l-Prim Ministru ġentilment poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif kont għamilt jiena s-sena li għaddiet, dan il-bord faħħar ċerti inizjattivi li ttieħdu u anke kkritika ċerti affarijiet - Allaħares ma kienx hekk - bħal, per eżempju, is- sezzjoni taż-żgħażagħ, il-bini tal-ħabs il-ġdid, id-division VII għal dawk li għandhom il-problema tad-droga u anke l-miżuri li ttieħdu biex dejjem tonqos il-possibilita' ta' introduzzjoni tad-droga fil-ħabs.", "Dan huwa rapport oġġettiv ferm li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra li huwa ċertifikat ta' kemm l-affarijiet kienu qegħdin jitmexxew, fil-limiti tal-possibbli, b'mod tajjeb.", "Anke għal dik li hija dixxiplina; għal żmien twil il-famuża remission, li tingħata meta priġunier iġib ruħu tajjeb, kien qed jeħodha prattikament kulħadd u allura daħħalna sistema li biha tnaqqset ir-remission għall- priġunieri li l-iktar joħolqu l-problemi fil-ħabs - u ntilfu snin twal ta' remission fil-każ ta' dawk li ma ġabux ruħhom tajjeb - filwaqt li dawk li jġibu ruħhom tajjeb ingħataw inċentivi u privileġġi bħal per eżempju, li jaraw iktar lill-familji tagħhom u li joħorġu barra mill-ħabs b'leave speċjali introdott bir-regolamenti.", "Jien nittama li l-proġett li beda l- Gvern Nazzjonalista jkompli, l-indikazzjonijiet huma li se jkomplu - u nittama wkoll li n-nies li jmexxu l-ħabs jiġu nkoraġġiti u mhux skoraġġiti.", "Hemm diversi oqsma oħra fil-qasam ta' l-intern fosthom il-qasam tal- protezzjoni ċivili li l-Gvern Nazzjonalista saħħaħ fis-snin li għaddew, speċjalment f'dik li hija tifi tan-nar fuq l-art, bix-xiri ta' fire engines ġodda u bil-ftuħ ta' fire station fix-Xemxija.", "Bis-saħħa ta' ftehim li jien kont għamilt mas-Segretarju Parlamentari Taljan tal-Protezzjoni Ċivili, Francesco Barberi, din is-sena se jiġu allokati Lm900,000 għax- xiri ta' lanċa għat-tifi tan-nar għaliex filwaqt li f'pajjiżna issa qegħdin pjuttost b'saħħitna f'dak li għandu x'jaqsam ma' tifi tan-nar fuq l-art, sfortunatament għal dak li jirrigwarda tifi tan-nar fuq il-baħar għadna ftit dgħajfa.", "Rigward il-Pulizija xtaqt insemmi wkoll ir-rapport li riċentement tressaq mill-Prim Ministru - ma jidhirlix li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra - u li ġie ppubblikat fil-gazzetti.", "Nispera li aktar 'il quddiem ikollna ċans nikkummentaw dwaru; fil-fatt jien diġa' tajt il-kummenti tiegħi dwaru.", "Dan ir-rapport f'ċerti oqsma huwa tajjeb - qed ikompli fuq il-politika tal- Gvern ta' qabel li jnaqqas ċertu xogħol fuq il-pulizija - pero' naħseb li f'ċerti oqsma oħra wieħed irid joqgħod attent ferm biex ċertu xogħol delikat li jagħmlu l-pulizija, anke jekk huwa ta' natura amministrattiva, jibqa' f'idejn il-pulizija.", "Mr Chairman, xtaqt nibda nersaq għall-konklużjoni tad-diskors tiegħi billi nagħmel riferenza għal item partikolari li kien tqajjem kjass kbir fuqu fil-perijodu meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-attakki u l-propaganda li kienu jsiru għar-rigward l- anzjani.", "Dawn kienu jbeżżgħu lill-anzjani billi kienu jgħidu li dawn li ma jistgħux joqogħdu bi kwiethom f'darhom.", "Issa meta wieħed iħares lejn iċ- ċifri ta' kemm kienu jsiru reati fuq l-anzjani ma jsibx xi qabża notevoli, pero' il-Partit Laburista kien irnexxielu joħloq ċerta biża' fost dan is- settur tal-popolazzjoni billi kien jgħid li dawn m'għandhomx sigurta'.", "Issa ma ninsewx li kien Gvern Nazzjonalista li emenda l-liġi biex serq jew attakki fuq l-anzjani jiġu kkastigati iktar minn serq normali, b'mod li serq fuq anzjani ta' iktar minn 65 sena jiġi kkastigat b'żieda tal-kastig minn grad sa tnejn.", "Minkejja dan kollu xorta waħda kienu jqassmu dawn it- tip ta' fuljetti li juru anzjani msawta bħala parti mill-propaganda elettorali tagħhom.", "Dawn il-fuljetti bil-kulur - ma nafx jekk ġabux il- kunsens ta' dik il-mara biex jippubblikawlha wiċċha - kienu juru wiċċ ta' mara anzjana mbenġla u waqt li kont qed neżamina wieħed minn dawn il- fuljetti sibt din il-kwotazzjoni:", "\"Mary Douglas kienet mara li qatt ma kellha kwestjonijiet ma' ħadd.", "Kienet mara kwieta u tajba, anzjana li tgħix f'dar modesta f'Raħal Gdid.", "Nhar it-2 ta' Frar, 1989 instabet mejta f'darha.", "Fuq kommodina nstabet kartiera b'messaġġ politiku biex tivvota lill-Partit Nazzjonalista biex tkun tista' tgħix fl-għożża ta' darek bla biża'.", "Mary Douglas fl-aħħar elezzjoni vvotat lill-Partit Nazzjonlista u ġiet imqarrqa.", "Ħallset b'ħajjitha għaliex tal-Partit Nazzjonalista ma kenux kapaċi jagħmlu dak li wegħdu.\"", "Mr Chairman, jekk dan huwa minnu aħseb u ara kemm tqarrqu dawk l-anzjani li l-Gvern Laburista assigurahom li se jkun il-paladin tagħhom u li se jipproteġihom mill-kriminalita' meta fl-ewwel xahrejn ta' l- Amministrazzjoni tagħhom ingħatat amnestija - lil min? - lil dawk li serqu u qatlu lil Mary Douglas, anzjana ta' 86 sena, b'mod li dawn ħarġu mill- ħabs!", "Is-sabiħa hi li sakemm ma qajjimniex il-każ jien u l-Onor.", "Francis Agius, il-gvern kien ħa responsabbilta' sħiħa għal din l-amnestija.", "Fil- fatt se nikkwota mill-press release li kien ħareġ il-Gvern li tgħid:", "\"Il-bidla fil-gvern kienet avveniment tant importanti li ħaqqha li tiġi kommemorata b'amnestija.\"", "Din il-press release ħarġet mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fit-12 ta' Diċembru, l-1996 u kienu qalu li l-Gvern deherlu - issa jien għadni qatt ma fhimt għaliex meta jinbidel il-gvern għandna noħorġu lill-kriminali fit-toroq b'amnestija, imma insomma dik kienet id-deċiżjoni tal-Gvern - li għandu jiċċelebra billi jagħti amnestija għax il-Partit Laburista wara 10 snin fl-oppożizzjoni tela' fil-gvern .", "Il-pubbliku ġie assigurat li din l- amnestija m'hijiex se tingħata lil dawk li qatlu u lil dawk li serqu lill- anzjani.", "Mela jekk inti tisraq anzjana mingħajr ma tigrifha mhux suppost li tieħu amnestija u Alla jbierek l-ewwel amnestija ingħatat lil min qatel u lil min seraq!", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux għax dawk li qatlu biss ma ħadux l-amnestija imma dawk li qatlu u serqu, dawk iva, ingħataw l- amnestija minħabba li kien hemm żball tekniku.", "Qabel, meta kienet issir xi ħaġa simili konna ngħidu li hi xi ċajta, imma llum il-moda hija li ngħidu li sar \"żball tekniku\" għax issa qed ngħixu fi żminijiet maniġerjali, serji u moderni!", "Dan xi żball tekniku hu li dawk li joqtlu ma jeħdux l-amnestija u dawk li joqtlu u jisirqu jeħduha?", "U dan minkejja li għandna l-avukati u għandna avukat li jagħti parir lill-Prim Ministru, imbagħad l-istess avukat jitkaża bl-Avukat Ġenerali għaliex sar dan l-iżball hekk imsejjaħ \"żball tekniku\".", "L-iżball tekniku ma kienx isir kieku ma ngħatatx l-amnestija.", "Mela l-Gvern bil-wiċċ tal-qdusija pprova jgħid li se jagħti amnestija selettiva - jiġifieri ma jagħtihiex lil kulħadd - pero' ġara proprju l- kuntrarju.", "Il-Prim Ministru qalilna li dawn huma żewġ reati teknikament separati.", "Jekk huma teknikament separati, għaliex ma nkludewhomx it- tnejn?", "GĦandu dawk l-avukati kollha miegħu u hemm wieħed konsulent tiegħu!", "Jekk huma teknikament separti, kellu jinkludihom it-tnejn, kemm il-qtil u kemm is-serq u l-qtil.", "B'dan il-mod se niġġieldu l-kriminalita' tal-lum?", "Dan kważi huwa inċentiv lill-kriminali għax lill-kriminali qisna qed ngħidulhom: Jekk jogħġobkom, meta toqtlu isirqu wkoll għaliex hekk għandkom ċans aktar li tieħdu amnestija!", "Niġi issa għat-tieni domanda tiegħi li jiena ili nagħmilha fi stqarrijiet.", "S'issa l-Gvern spjegalna għaliex min seraq u qatel ħa l- amnestija pero' min qatel biss ma ħadhiex.", "Issa skond dak li kien intqal, min iwettaq attakk fuq l-anzjani, anke jekk jisirqulu l-portmoni mid-dar mingħajr ma jsawtuh, suppost li ma jeħux amnestija.", "Jista' allura l-Prim Ministru jispjegalna għaliex fuq din it-tieni count - għalkemm suppost ma ħaduhiex fuq żewġ counts, l-ewwel għaliex qatlu u t-tieni għaliex serqu anzjana - dawn gawdew minn din l-amnestija minkejja li l-pubbliku ġie assigurat li għal kwalunkwe reat - anke daqqa ta' ponn - fuq anzjan ma kenux se jingħataw amnestiji?", "Jiena naħseb li naf x'inhi l-ispjegazzjoni għal dan imma tant hija redikola li nixtieq li jispjegaha l-Gvern u mhux jien.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Chairman, jekk inħarsu lejn l-istorja moderna ta' pajjiżna, naraw kif bid-deċiżjonijiet u l-miżuri li ħa l-Partit Laburista, kemm mill-gvern u kemm mill-oppożizzjoni, fetaħ it-triq lejn l- ugwaljanza bejn ir-raġel u l-mara f'pajjiżna.", "Ma nistax ma nsemmix kif gvernijiet Laburisti dejjem urew l-impenn tagħhom sabiex in-nisa jkollhom l- istess drittijiet bħall-irġiel fis-soċjeta' tagħna.", "U nagħmel dan, Mr Chairman, għaliex minn ċerti diskorsi tan-naħa l-oħra tieħu l-impressjoni li x-xemx għan-nisa Maltin telgħet fl-1987, imma r-realta' m'hijiex hekk.", "Aħna qegħdin nisimgħu biss dak li sar għan-nisa f'dawn l-aħħar disa' snin.", "GĦaldaqstant naħseb li huwa tajjeb li nfakkru ftit minn dawk l-affarijiet li għamlu l-gvernijiet Laburisti.", "Sa mill-bidu nett kienu l-Laburisti li ssieltu biex il-mara jkollha d- dritt li tivvota lil min trid hi biex imexxiha u biex jieħdu d- deċiżjonijiet li se jaffetwaw lilha u lill-familja tagħha.", "Minn hemmhekk imbagħad il-mara Maltija bdiet il-mixja tagħha fl-oqsma kollha tal-ħajja bħalma huma dawk ta' l-edukazzjoni, ix-xogħol, is-saħħa u s-servizzi soċjali.", "Minn hemmhekk beda l-pedament, meta ftit kienu dawk li jazzardaw jiftħu ħalqhom dwar id-drittijiet tan-nisa, anzi kien hawn min ibeżża' li se ssir ħsara lis-soċjeta.", "Erbgħin sena ilu, Nerik Mizzi, kien esprima ruħu pubblikament kontra d-dritt li l-mara tingħata l-vot.", "L-għoti tal-vot fl-1946 fisser li għall-ewwel darba fl-istorja ġie rikonoxxut l-istatus tal- mara, bħala ċittadin, daqs dak tar-raġel bl-istess dritt tal-vot u tal- parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet għat-tmexxija tal-pajjiż.", "U dan fi żmien meta n-nisa kienu meqjusa minn ħafna, fosthom tal-Partit Nazzjonalista, li huma tajbin biss għall-kċina.", "Sur President, ma nistax ma nfakkarx lis-Sinjorina Agatha Barbara li proprju 50 sena ilu kienet daħlet f'dan il-Parlament bħala l-ewwel deputat mara u li kompliet il-mixja politika kollha sakemm saret President tar- Repubblika, kariga li għamlet ġieħ lilha u lin-nisa Maltin kollha.", "Din hija mara li ħadmet għall-poplu kollu minkejja li n-nisa dak iż-żmien kien għadhom daqstant lura.", "Il-Partit Laburista u l-Gvernijiet Laburisti dejjem għamlu enfasi fuq l- edukazzjoni u l-bini ta' skejjel ġodda għat-tfal tal-ħaddiema.", "Dan mhux biss għen lis-subien imma iżjed u iżjed lill-bniet li ħafna drabi dak iż- żmien kienu jinħarġu mill-iskola u ma kenux ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom.", "Huwa veru li fl-aħħar tas-snin sittin l-Amministrazzjoni Nazzjonalista ntroduċiet il-konċett ta' paga ndaqs għal xogħol indaqs imma dan sar biss fis-servizz pubbliku.", "Kellu jkun għal darb'oħra Gvern Laburista li ntroduċa liġi li kienet tat paga ndaqs għal xogħol indaqs għas-setturi kollha.", "Kellu jkun ukoll Gvern Laburista li fl-1974 permezz ta' l-introduzzjoni tal-paga minima, għen lin-nisa jqumu fuq saqajhom.", "Dak iż-żmien kien komuni li mara taħdem ta' seftura ġimgħa sħiħa għal Lm2 u kien il-fatt li l- Gvern Laburista ntroduċa l-paga minima li dan l-isfruttament ma baqax iseħħ.", "GĦaldaqstant naraw kemm Gvernijiet Laburisti dejjem għamlu affarijiet konkreti biex lill-mara jagħtuha d-drittijiet li jixirqilha.", "Insemmi wkoll li fis-snin sebgħin, permezz ta' l-industrijalizzazzjoni, inħolqu aktar opportunitajiet għal xogħol li tista' tagħmel il-mara.", "Kienu nfetħu ħafna fabbriki u kellna wkoll il-ftuħ tal-banek, ta' l-Air Malta u anke opportunitajiet fil-qasam tat-turiżmu.", "Fl-1980 mbagħad in-nisa li jaħdmu fis-settur pubbliku ma baqgħux jiġu mqiegħla jirriżenjaw meta jiżżewġu.", "Barra minn hekk fl-1981 il-Gvern Laburista ntroduċa l-leave għal waqt it-tqala ta' 13-il ġimgħa u dan sar għas-setturi kollha, filwaqt li permezz ta' liġi pproteġa d-dritt li n-nisa ma setgħux jitkeċċew minħabba t-tqala.", "B'riżultat ta' dan, fl-1983 in- numru ta' nisa miżżewġa jaħdmu żdied sostanzjalment.", "Mr Chairman, kien ukoll f'dan iż-żmien li nfetħu l-kindergartens.", "Dawn mhux biss taw opportunita' lit-tfal li jsaħħu l-formazzjoni tagħhom f'ambjent informali imma bla dubju wkoll għenu lill-ommijiet biex ikomplu fl-impjieg tagħhom.", "Insemmi wkoll il-ftuħ ta' l-Isptar Karen Grech, speċjalizzat fl-għoti ta' servizz mediku avvanzat li jagħti kura speċjalizzata lill-ommijiet u lit-trabi.", "Dan ukoll wera l-impenn tal-Gvern Laburista fejn tidħol is-saħħa tan-nisa Maltin.", "Kellna wkoll il-ftuħ tal- family planning clinics li kompla sostna dan l-impenn bis-servizzi u faċilitajiet offruti f'dan il-qasam.", "Waqt li kienet għaddejja wkoll il-ħidma biex tittejjeb il-kwalita' tal- ħajja tan-nisa Maltin il-Gvern Laburista dejjem kien konxju mill-bżonn li n- nisa Maltin, speċjalment dawk miżżewġin, ikollhom l-istess drittijiet daqs l-irġiel quddiem il-liġi.", "Wieħed mill-passi li ttieħdu kien li fl-1973 in- nisa miżżewġa ngħataw id-dritt, għalkemm mhux awtomatiku, li jamministraw il-proprjeta' parafernali tagħhom.", "Imbagħad kellna l-għarfien ta' żwiġijiet u sentenzi rigward separazzjonijiet u divorzji mogħtija barra minn Malta minn qrati kompetenti li għen ukoll biex jipproteġi lin-nisa Maltin milli jsibu ruħhom miżżewġin ma' rġiel diġa' miżżewġa f'pajjiżi barranin.", "Dawn huma biss ftit minn dak li sar għan-nisa, imma huwa tajjeb li nfakkruhom ftit għax, kif għidt fil-bidu, donnu li hawn min irid inessi dak li sar fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa minn Gvernijiet Laburisti.", "Issa niġu għall-Gvern Laburista li tela' fl-1996 li sa mill-ewwel ġranet tiegħu ta xiehda ta' kemm verament jemmen fl-impenn tiegħu sabiex f'pajjiżna jkunu jeżistu drittijiet ugwali u effettivi għan-nisa Maltin u GĦawdxin.", "Sa mill-bidu nett rajna li l-makkinarju nazzjonali li jaħdem favur id-drittijiet tan-nisa minn sempliċi dipartiment ittella' għal segretarjat parlamentari.", "Biex jagħtih l-importanza mistħoqqa dan il-Gvern għamlu parti ewlenija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, liema talba kienet saret mill-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara lill-Amministrazzjoni Nazzjonalista u li qatt ma ġiet milqugħa.", "Insemmi wkoll kariga oħra li turi l-impenn li dejjem kellhom u għad għandhom Gvernijiet Laburisti f'dan il-qasam u din hija l-kariga ta' Speaker, liema kariga għall-ewwel darba f'pajjiżna ġiet fdata f'idejn mara.", "Fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa l-Gvern qed jitfa' l-attenzjoni tiegħu fuq oqsma importanti, fosthom il-parteċipazzjoni fil-livell fejn jittieħdu deċiżjonijiet, il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-qasam tax-xogħol, il-ħajja privata u tal-familja u l-qasam edukattiv.", "Fuq ta' l-ewwel qegħdin naħdmu biex f'qasir żmien naslu għat-target tagħna li 30% tal-membri fuq bordijiet tal-gvern ikunu nisa.", "B'dan il-mod se jinqerdu l-inġustizzji li saru man- nisa fis-snin imgħoddija.", "Din il-miżura hija importanti għaliex meta għandek bord fejn qed jittieħdu deċiżjonijiet li se jeffettwaw il- grassroots u meta inti se ddaħħal il-perspettiva femminili, dawn id- deċiżjonijiet se jkunu qegħdin jagħtu kas ukoll il-bżonnijiet ta' dawn in- nisa.", "Din l-azzjoni pożittiva tpoġġi lin-nisa f'qagħda fejn jistgħu jinfluwenzaw minn fuq, ħalli s-soċjeta' minn waħda patrijarkali ssir waħda umana.", "GĦaldaqstant wara tant snin fejn dawn il-bordijiet kienu kważi dejjem magħmulin mill-irġiel kien hemm il-ħtieġa li tiġi ntrodotta din il- kwota, dan sakemm tinbidel il-kultura tagħna u l-preżenza ta' nisa kapaċi fuq dawn il-bordijiet issir ħaġa awtomatika.", "Dawn in-nisa fuq il-bordijiet se jservu wkoll ta' role models għal nisa oħra li huma mdorrijin li ħlief irġiel ma jarawx f'dawn il-pożizzjonijiet ta' tmexxija.", "Kellu jkun Gvern ġdid Laburista li hekk kif tela' fil-gvern għamilha waħda mill- prijoritajiet tiegħu u tahom spinta tant li l-persentaġġ f'dawn it-tliet xhur li ilna fil-gvern tela' għal 21.1%.", "Bħalissa qed naħdmu wkoll biex nintroduċu wegħda oħra elettorali, jiġifieri dik li 20% tal-ħatriet eżekuttivi fis-servizz pubbliku jsiru minn fost nisa kwalifikati, imma analisi fuq l-ewwel għaxar skali ta' l-impjegati tal-gvern turi li f'ħafna kategoriji fis-servizz pubbliku t-total ta' ħaddiema nisa għadu 'l bogħod ħafna minn dan it-target.", "Dan juri biċ-ċar li f'dawn l-aħħar disa' snin ftit li xejn sar sforz biex il-ħaddiema nisa jingħataw l-opportunitajiet meħtieġa ħalli jilħqu dawn l-iskali u jidher li l-Gvern Nazzjonalista kien aktar interessat li jpoġġi n-nisa f'xi postijiet strateġiċi milli joħloq strutturi biex jagħmel użu mill-esperjenzi tan-nisa f'kull qasam tal-ħajja ħalli dawn jissarrfu f'avvanz għall-karriera tagħhom.", "Issa ħalli niġu għal- liġijiet li nixtiequ nemendaw din is-sena.", "Mr Chairman, f'soċjeta' ċivilizzata d-dritt ta' opportunitajiet indaqs irrespettivament mis-sess huwa fundamentali daqs kwalunkwe dritt ieħor.", "Mingħajr dan id-dritt persuna tibqa' lura milli teżerċita t-talenti u l- kapaċitajiet tagħha mija fil-mija u bħala konsegwenza ta' dan is-soċjeta' kollha tkun qiegħda tbati sew kemm konxjament kif ukoll mingħajr ma tkun taf sforz in-nuqqas fl-iżvilupp tal-personalita' ta' kull wieħed u waħda minna.", "Fl-1991 ġiet emendata l-Kostituzzjoni ta' Malta bir-riżultat li issa ħadd ma jista' jiddiskrimina fuq bażi ta' sess u għalkemm kulħadd jaqbel ma' dan id-dritt fundamentali, fil-fatt x'ġara?", "Ġara li fil-ħajja ta' kuljum in-nisa Maltin għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni kontinwa u għalhekk għad għandna bżonn innaqqu dawk il-liġijiet li s'issa baqgħu jinjoraw il-prinċipju ta' l-ugwaljanza.", "Il-liġijiet tagħna jinħassu bħala ipokriti meta f'nifs wieħed ibierku l-prinċipju ta' l-ugwaljanza u fl- istess ħin jonqsu milli jħejju dak li huwa neċessarju biex dan il-prinċipju jitwettaq realment.", "'Il quddiem irridu naħdmu fuq liġi li titkellem speċifikament kontra kull diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel imma biex din tiġi implimentata trid tinħoloq struttura li jkollha l-makkinarju li tiżgura b'mod effettiv l- applikazzjoni tar-regolamentazzjoni għad-drittijiet effettivi, bħal per eżempju an equal opportunities commission.", "Il-liġi trid tkun strumentali biex fuq il-post tax-xogħol jinħoloq ambjent fejn l-irġiel u n-nisa jirrispettaw id-dinjita' umana ta' xulxin.", "Hemm bżonn ta' liġijiet b'enfasi speċjali fuq il-protezzjoni minn abbużi sesswali u trażżin ta' l-esplojtazzjoni fuq il-post tax-xogħol li jistabilixxu bilanċ bejn l-obbligu tax-xogħol u tal-familja u dan ma għandux isir biss għall-ħaddiema tas-settur pubbliku imma għall-ħaddiema kollha, anke dawk fis-settur privat.", "Fost il-bosta liġijiet domestiċi u konvenzjonijiet internazzjonali li beħsiebna naħdmu fuqhom din is-sena nista' nsemmi fost l-oħrajn iċ-CERA u l- konvenzjoni ta' l-ILO li jitkellmu dwar ħaddiema b'responsabbilta' tal- familja kif ukoll dwar diskriminazzjoni fl-impjiegi u fl-okkupazzjoni.", "Irridu nagħrfu kif l-impjiegi tan-nisa jikkonsistu f'xogħol ta' ftit sengħa bi ftit ħlas u għalhekk hemm bżonn li n-nisa jkollhom aċċess għall-impjiegi u għall-karriera f'oqsma ġodda għalihom.", "Hemm bżonn ukoll li t-tfajliet tagħna jitħarrġu fit-teknoloġija b'mod li jħossuhom komdi meta jaħdmu f'dan il-qasam għax l-integrazzjoni tagħhom f'setturi ġodda b'hekk biss tkun tista' ssir possibbli.", "Fir-realta' s-sitwazzjoni tan-nisa Maltin hija li minkejja kollox huma għadhom il-persuni li f'idejhom taqa' t-tmexxija tad-dar u l-kura ta' persuni dipendenti fuq l-familja, sew jekk huma wlied kif ukoll jekk huma anzjani jew ġenituri jew membri tal-familja li jkollhom ċerta diżabilita' jew li għal xi żmien ikun jenħtieġilhom kura d-dar.", "Hawnhekk tajjeb li niftakru li għalkemm meta nsemmu r-responsabbiltajiet tal-familja jiġu f'moħħna l-ommijiet bit-tfal, hawn ukoll ħafna nisa oħrajn li għandhom responsabbilitajiet familjarji, bħalma huma dawk ix-xebbiet li għalkemm għandhom ix-xogħol tagħhom barra mid-dar taqa' fuqhom ukoll ir- responsabbilta' li jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom anzjani u morda.", "Niġu issa għal-Liġi tal-Familja li kienet ġiet parzjalment emendata.", "Biex titħaddem tajjeb din il-liġi titlob it-twaqqif tal-qorti tal-familja.", "Dan kien ġie ddikjarat saħansitra bl-introduzzjoni ta' white paper fejn ġew ippreżentati l-ewwel emendi għal-Liġi tal-Familja.", "Madanakollu din baqgħet ma twaqqfitx u issa kellu jkun Gvern Laburista li ftit ġimgħat wara li tela' fil-gvern ħatar kummissjoni biex tagħti pariri dwar it-twaqqif ta' din il-qorti li minbarra li tgħin lill-koppji fil-problemi tagħhom, tgħin ukoll lill-ulied li jinqabdu intortament bejn il-ġlied tal-ġenituri.", "Mr Chairman, ta' min wieħed issa jitkellem ftit fuq ġerħa soċjali li ta' min jagħtiha l-importanza kollha li jixirqilha, u qed nirriferi hawnhekk għall-vjolenza fuq in-nisa.", "Minkejja li l-mara Maltija għamlet passi 'il quddiem f'ħafna oqsma fosthom, kif diġa' semmejt, dawk ta' l-edukazzjoni, ix-xogħol, is-saħħa u anke issa fit-tmexxija u qed issir viżibbli f'ħafna setturi, għandna setturi ta' nisa li għaddejjin minn ħafna tbatija.", "Għaldaqstant ma nistgħux ma nsemmux l-problemi soċjali li qegħdin jifnu lil ħafna minn dawn in-nisa Maltin.", "Huwa paradoss krudili li filwaqt li llum qiegħda tikber il-kuxjenza kontra l-moħqrija ta' l-annimali, għadhom jeżistu bnedmin li jippretendu li n-nisa jew t-tfal jagħmlu b'għajnejhom magħluqa dak li jridu huma u jekk ma jagħmlux hekk dawn jispiċċaw mgħajra, imsawta u mkeċċija minn ġewwa djarhom.", "Il-vjolenza fuq in-nisa hija manifestazzjoni ta' l-iżbilanċ fir-relazzjonijiet tal-poter, ir- relazzjonijiet li tradizzjonalment dejjem kien hemm bejn in-nisa u l- irġiel.", "Dan wassal għad-dominazzjoni fuq u d-diskriminazzjoni kontra n- nisa u żammhom lura milli jimxu 'l quddiem.", "GĦalkemm m'hemmx statistika uffiċjali fuq dawn in-nisa, jeżisti numru kbir minnhom.", "Dan nista' ngħidu mill-esperjenza tiegħi fl-elettorat u anke fil-ftit xhur li ili segretarja parlamentari.", "Dak li nafu bih s'issa huwa biss il-ponta ta' l-iceberg.", "Tajjeb li nsemmu lil dawk l-għaqdiet u individwi li b'dedikazzjoni liema bħalha jiftħu l-bibien tagħhom biex joffru l-kenn, refuġju temporanju, għal dawk li għandhom kriżi f'darhom.", "Insemmi hawnhekk li mill-1990 sal-lum Dar Merħba Bik kellha kważi 1,000 mara li marru jfittxu l-kenn fiha.", "Uħud isewwu l-problemi li ġegħluhom jieħdu l-pass iebes li jitilqu mid-dar u hawnhekk tajjeb insemmu wkoll li wieħed mill-iskopijiet tal-qorti tal- familja li beħsiebna nwaqqfu huwa proprju li jiffaċilita' din il- medjazzjoni.", "Insemmi wkoll it-taqsima tal-vjolenza domestika fi ħdan id-Dipartiment tal-Familja, li mill-bidu tat-twaqqif tagħha f'Novembru ta' l-1994 sal-lum kellhom 'il fuq minn 600 każ ta' vjolenza domestika.", "U dawn, nerġa' ngħid, huma biss dawk in-nisa li kellhom il-kuraġġ ifittxu l-għajnuna.", "Ħafna oħrajn qegħdin isofru fis-skiet.", "Aktar minn kollox, naħseb jiena, li aħna obbligati li nirranġaw is-sitwazzjoni ta' dawn in-nisa, l-ewwelnett għax nagħrfu li mijiet ta' nisa qed ibatu fis-skiet anke għaliex aħna obbligati, bil-mandat ta' dawn iċ-ċittadini, li nieħdu miżuri konkreti ħalli ntaffu l-problemi tagħhom.", "Jenħtieġ li l-liġijiet eżistenti jiġu emendati u tinħoloq kuxjenza u tingħata edukazzjoni dwar il-kawżi u konsegwenzi tal-vjolenza.", "Fil-każ ta' vjolenza fuq in-nisa l-liġi tagħmel distinzjoni biss bejn offiża ħafifa u offiża gravi fuq il-persuna.", "Jiġri li ħafna drabi swat serju, imma mhux biżżejjed biex jiġi deskritt bħala gravi, jibqa' għaddej bħala swat ħafif.", "Qed jiġri li nisa vittmi ta' vjolenza ma jħossux li qed issir ġustizzja magħhom.", "Il-liġi għandha tiddefinixxi anke dak li jikkostitwixxi swat moderat u tipprovdi għall-kastig mistħoqq f'dawn il-każijiet.", "Barra minn hekk il-liġijiet tagħna, fost l-oħrajn, għadhom iqisu l-istupru bħala delitt kontra l-paċi u l-unur tal-familja u kontra l-morali.", "Fiż-żmenijiet tal-lum din is-sitwazzjoni ma naħsibx li hija aċċettabbli; il-liġi għandna tiddikjara dawn il-forom ta' vjolenza bħala offiżi kontra l-persuna.", "Naħseb li l-Pulizija għandha tingħata l-poter li tipproteġi, bħal f'każ kriminali, mingħajr l-bżonn ta' kwerela min-naħa tal-vittma.", "Aspett ieħor marbut viċin ma' dak li għadni kif semmejt huwa l-vjolenza fil-familja.", "Fil-ftit żmien li ilu mwaqqaf is-Segretarjat għad-Drittijiet tan-Nisa diġa' tressqu bosta każi ta' vjolenza domestika.", "Huwa għajb għas- soċjeta' tagħna li sal-ġurnata tal-lum għadna neqsin minn protezzjoni speċifika għal min jisfa msawwat u mkasbar ġewwa daru.", "GĦadna naħsbu li bejn il-miżżewwġin m'għandnix nindaħlu, pero' dan m'għandux ikun hekk għaliex povri huma dawk in-nisa u t-tfal vittmi ta' abbużi vjolenti.", "GĦaldaqstant din is-sena beħsiebna nibdew naħdmu fuq studju biex titfassal liġi dwar vjolenza domestika.", "F'dan l-istudju għandhom jipparteċipaw dawk kollha kkonċernati, fosthom nies legali, agenzji mwaqqfa mill-gvern u oħrajn volontarji li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Fl-istess ħin u fuq l-istess binarju għandha titħejja policy edukattiva sabiex dak kollu li jkun qiegħed jitħejja isir magħruf fuq livell nazzjonali u mifrux ma' l-istrata kollha tas-soċjeta' Maltija.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar wegħda oħra li kien għamel il-Partit Laburista u li diġa' bdejna naħdmu fuqha.", "Jiena diġa' tkellimt fuq il- passi li bdew jittieħdu minn dan il-Gvern biex naraw aktar nisa f'pożizzjonijiet ta' tmexxija, aktar nisa jimpenjaw ruħhom fid-dinja tax- xogħol u għall-iżvilupp tagħhom personali.", "Dawn l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu jekk ma nkunux aħna li bil-politika tagħna ngħinuhom iġorru l-piż li ġġib magħha ħajja aktar attiva.", "Kemm-il darba nattendu seminars, fora u konferenzi internazzjonali tan-nisa u jidher li wara ħafna diskussjonijiet il-kwestjoni dejjem tispiċċa taqa' fuq in-nisa li jkollhom tfal żgħar u dwar x'se jagħmlu biex ikomplu jipparteċipaw fil-ħajja pubblika sakemm ikun għad għandhom tfal żgħar.", "Għaldaqstant aħna nemmnu li t-twaqqif ta' child care centres hija issue importanti, issue li tmexxina lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi u issue li minnha tibbenefika l-aktar il-mara.", "Irridu nagħmluha ċara li m'aħniex neskludu s-sehem li għandu l-missier fil-kura tal-familja, iżda nħossu li fir-realta' ċ-ċentri se jgħinu fil-mixja tal- mara lejn l-ugwaljanza, għax dawn jagħtu ċ-ċans lil mara li trid ma tinqatax mid-dinja tax-xogħol sabiex tibqa' tipparteċipa.", "Mr Chairman, realta' oħra li ma nistgħux nibqgħu nwarrbu fil-ġenb hija dik tal-familji b'ġenitur wieħed.", "Il-ħteġijiet ta' dawn il-familji huma aktar urġenti.", "Is-sagrifċċji li qed jagħmlu ħafna ommijiet u missierijiet qed jirrendu l-ħajja ta' dawn il-familji f'waħda aktar diffiċli u mimlija stress żejjed.", "Il-faċilitajiet ta' ċentri tat-tfal għandhom ikunu mezz importanti biex jagħtu nifs lil dawn il-familji b'ġenitur wieħed.", "Dawn iċ- ċentri jkunu jistgħu jservu wkoll ta' benefiċċji għat-tfal stess, dejjem sakemm ikun hemm kura ta' kwalita'.", "Nemmnu wkoll li din għandha tgħin lit- tfal fil-proċess ta' soċjalizzazzjoni primarja tagħhom.", "Dawn iċ-child care centres iservu wkoll ta' ġid għal min iħaddem u għaldaqstant l- industrijalisti għandhom jagħtu s-sehem tagħhom.", "Permezz ta' dawn iċ- ċentri l-labour market se jitkabbar, se jattira l-aħjar ħaddiema, it- turnover tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tonqos u b'hekk min iħaddem ikun jista' jagħmel użu aħjar mill-ħaddiema mħarrġa li jkollu.", "Bil-ħolqien ta' dawn l-istess ċentri l-ħaddiema jkunu wkoll b'moħħhom aktar mistrieħ fuq il-post tax-xogħol, ifallu anqas u allura jipproduċu iżjed.", "Dawn il- vantaġġi jistgħu jissarrfu f'iżjed profitti u jistgħu jagħmlu tajjeb għall- ispiża inizjali biex jiġi pprovdut dan is-servizz.", "Barra li jservu ta' ġid għal min iħaddem dawn iservu wkoll għall-iżvilupp tal-pajjiż peress li ż- żieda ta' nies jaħdmu fl-industrija, fl-isptar, fil-banek, fl-edukazzjoni, fis-servizzi tal-kommunita' u f'kull qasam tas-soċjeta' ifisser it-tħaddim aħjar ta' l-uniku riżors ta' pajjiżna, jiġifieri dak uman.", "Għalhekk, kif diġa' għidt, tajna bidu għal pjan biex jiġu nkoraġġiti u jittieħdu inizjattivi għat-twaqqif ta' dawn iċ-ċentri fejn jinżammu t-tfal żgħar u dan dejjem skond dak li konna wegħedna fil-programm elettorali tagħna.", "GĦandna kuntatti wkoll mal-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' sabiex minn eta' żgħira nintegraw lil dawn it-tfal bi bżonnijiet speċjali f'dawn iċ- ċentri.", "Nenfasizzaw il-ħtieġa ta' pjan wiesa' ta' azzjoni biex jitwaqqfu ċ- ċentri tal-kura tat-tfal, ċentri ta' kwalita' li jkunu regolati biex b'hekk il-ġenituri jkollhom moħħhom mistrieħ li wliedhom qegħdin f'idejn tajba u qed jingħataw l-aħjar attenzjoni possibbli.", "S'issa, l-isforzi li saru mill- Gvern l-ieħor kienu sporadiċi u x-xogħol li sar ma ħalla ebda riżultati konkreti.", "M'ilux smajna li ċentru minnhom kien wasal biex jinfetaħ.", "L- impressjoni kienet li kollox kien lest, kemm naqbdu u niftħuhom, imma fil- fatt kulma sibt hu li ftit xhur qabel l-elezzjoni sar ftehim mal- kunsill lokali biex jieħdu f'idejhom l-inkarigi għaċ-ċentri tat-tfal u kunsill lokali ieħor kien beda jaħdem biex isiru tibdiliet strutturali f'dar li ġiet identifikata.", "Meta kollox kien għadu fl-ajru qalu li dan id-day care centre kien lest jinfetaħ f'Settembru li għadda.", "Fil-fatt m'ilux wasal il- permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minħabba tibdil strutturali li kellhom isiru fil-pjanti mressqa lill-awtorita'.", "Dan kollu sar mingħajr ma kien hemm studju serju fuq kemm verament se tiġi tiswa l-ispiża kapitali ta' dan il-proġett, mingħajr ma kien hemm studju serju fuq kemm se tkun l- ispiża rikorrenti biex jitmexxa dan iċ-ċentru minn jum għal jum, u mingħajr ma kien hemm studju fuq kemm kellu jkun il-ħlas għal dan is-servizz u jekk kienx se jkun hemm xi parteċipazzjoni mis-settur privat jew inkella x'kien se jkun l-impenn tal-Gvern.", "Fuq kollox, lil liema ġenituri kienu se jaqdu meta l-bini ta' dan iċ-ċentru kien se jakkomoda biss 30 tifel u tifla?", "Min kienu se jkunu dawn in-nisa fortunati li jgawdu minn dan is-servizz?", "Xi proċeduri kienu se jintużaw biex jintgħażlu dawn l-ommijiet?", "Hemm ukoll l-anomalija għal dak li għandu x'jaqsam mal-kors tal-carers u din diġa' rrifera għaliha l-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Farrugia.", "Sur President, aħna nafu li għal dan il-kors applikaw iktar minn 200 persuna u minnhom intgħażlu 50 imma ma nafux kif u fuq liema kriterji ntgħażlu għax il-file fejn fih ikun hemm il-kwalifiki ta' dawn in-nies ma nstabx.", "Għaldaqstant kif qed taraw kulma sar kien eżerċizzju mgħaġġel li fuqu jrid isir ferm aktar xogħol biex naslu għal servizz tajjeb u professjonali.", "Aħna qed naħdmu fuq pjan fit-tul li jkun jista' jitħaddem pass pass biex l- affarijiet isiru sew mingħajr ħela ta' riżorsi u fl-istess ħin jagħti l- aħjar riżultati.", "F'dan il-pjan aħna qed nesploraw kull tip ta' inizjattiva biex il-poplu jkun moqdi bl-aħjar servizz.", "Għalhekk li ċ-ċentri tat-tfal jistgħu jitmexxew mill-kunsilli lokali hija biss idea waħda.", "Aħna rridu nagħtu kas inizjattivi privati u dawk ta' kooperativi biex nassiguraw li kulħadd ikollu l-aħjar u l-aktar għażla adattata għall-ħteġijiet personali tiegħu.", "Għalhekk il-pjan tagħna qed jitfassal bil-galbu biex ikollu effett fit- tul fuq id-drittijiet tal-ġenituri, partikolarment fuq dawk in-nisa li jaħdmu u li għandhom tfal żgħar.", "Dan ikollu effett anke fuq il-ġid nazzjonali għax b'hekk inkunu qed inkabbru l-labour supply kif ġie mfisser anke fir-Ramboll Report, u fuq it-tfal isibu min jieħu ħsiebhom f'ambjent xieraq.", "Bħalissa qed naħdmu fuq diversi linji ta' ippjanar u hu maħsub li dawn ikopru għadd ta' fażijiet.", "Għaldaqstant aħna għaqqadna steering committee li qed jaħdem fuq il-parti preliminarja tal-pjan u flimkien ma' nies intisi fit-twaqqif u fit-tmexxija tal-kooperativi qed naraw ukoll it- talbiet tal-kunsilli lokali li diġa' wrew interess li jaħdmu bi sħab mal- Gvern ċentrali.", "Aħna la rridu noħonqu l-inizjattivi ta' xi kunsill lokali u lanqas ta' xi industrija privata imma nixtiequ nimxu bis-serjeta' u għalhekk fl-ewwel fażi qed niġbru kemm jista' jkun data dwar nisa li jaħdmu u li għandhom tfal ta' eta' żgħira.", "Aħna qed nidentifikaw lokalita' fejn se niftħu child day care centre li se jservi bħala pilot project u qed isir ukoll xogħol fuq il-costings ta' l-ispejjeż kapitali u rikorrenti ta' dan il-proġett.", "Flimkien ma' partners soċjali oħra l-isteering committee se jkollu l-inkarigu li jissuġġerixxi skema għall-iffinanzjar taċ-ċentri li jinkludi l-politika soċjali dwar kif għandu jingħata dan is-servizz.", "Huwa xieraq li l-ftuħ tad-day care centres jinbena fuq pedamenti sodi li jassiguraw il-ftuħ ta' ċentri oħra f'Malta u Għawdex u għalhekk ix-xogħol irid isir bis-serjeta', b'budgeting u b'costings ċari li jindikaw eżattament il-bżonnijiet finanzjarji ta' proġett bħal dan.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Mr Chairman, ma nistgħux nimmaġinaw kif in-nisa jistgħu jieħdu l-post li demokratikament u ġustament jixirqilhom billi jintegraw ruħhom fis-sistema soċjali tagħna li ilha teżisti s-sekli, sistema li kienet imfassla, imħaddma u rregolata mill-irġiel u qajla tat kas tar-realta' li toħroġ mill- obbligi tradizzjonalment meqjusin bħala femminili.", "Għaldaqstant meta nkunu qed nitkellmu fuq id-drittijiet tan-nisa ma nistgħux ma nitkellmux ukoll fuq il-kultura għax tagħmel kemm tagħmel tibdil fil-liġijiet u fl- istruttura, il-kultura xorta tibqa' punt ewlieni li jeħtieġ jiġi indirizzat.", "Biex it-tħaddim ta' azzjoni pożittiva jkun effettiv dan għandu jkun marbut ma' mpenn għal bidla soċjali li permezz ta' l-edukazzjoni tal- kbar u taż-żgħar toħloq soċjeta' aktar solidali u umana.", "Matul din is-sena s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa, fuq pariri tal- Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara u bl-għajnuna tad-Dipartiment ta' l- Ugwaljanza tan-Nisa u korpi oħra, se jaħdem biex jitkompla l-għarfien tad- dritt ta' opportunitajiet ugwali għal nisa u rġiel fis-soċjeta' tagħna.", "Fil-fatt qed jinħadem pjan biex inkunu nistgħu nilħqu kull livell tas- sistema edukattiva fuq bażi long term bl-għan li l-mentalita' u l-kultura tagħna tersaq dejjem iżjed lejn għarfien ta' sħubija sħiħa bejn nisa u rġiel fl-oqsma kollha ta' ħajjitna.", "Meta nkunu qed nitkellmu fuq il-bżonn ta' parteċipazzjoni ma nkunux qed nirriferu biss fuq il-parteċipazzjoni fil- livelli għolja.", "Fil-fatt id-deċiżjonijiet li jolqtu mill-qrib jittieħdu l- iżjed fl-ambitu tal-familja.", "It-tfal tagħna jridu jagħrfu l-bżonn li ħadd ma jimponi fuq ħadd imma li fil-ħajja f'kull livell hemm bżonn ta' parteċipazzjoni tan-nisa u ta' l-irġiel biex flimkien jaslu għal qbil.", "Dan isir ukoll fuq il-postijiet tax-xogħol, fl-għaqdiet volontarji, politiċi, ambjentali u fil-kunsilli ta' l-iskejjel.", "Sur President, xogħol bħal dan ma jistax ma jkoprix il-kontenut tal- kurrikulu li huma l-kotba li jiġu introdotti fl-iskejjel u l-metodi tat- tagħlim.", "Bl-għajnuna tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u flimkien mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, se naraw kif nistgħu ngħaqqdu r-riżorsi biex nilħqu l-iskop tagħna.", "Fil-fatt diġa' għandna membru fil- Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara li se tifforma parti mill-istrategy building team li qed jaħdem fuq in-national minimum curriculum biex jiżgura perspettiva ta' ġeneru f'dawn il-pjanijiet.", "Qed isir ukoll xogħol fuq handbook li jikkonsisti f'gender awareness għall-użu mit-teachers tal- personal and social education.", "Qed naraw ukoll kif nistgħu inġibu programmi ta' gender awareness mill-Council of Europe.", "Nixtiequ wkoll li titqajjem aktar kuxjenza dwar gender issues fost l-għalliema; kemm fihom personali kif ukoll fil-metodi li jużaw u fir-relazzjonijiet li jkollhom ma' l-istudenti.", "Dan jista' jsir permezz ta' in-service training courses aktar intensivi u regolari fil-livelli kollha.", "Sur President, barra minn hekk wara diskussjonijiet li kellna mal-PBS inħoloq kumitat magħmul minn impjegati nisa fi grad eżekuttiv kif ukoll minn żewġ membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS u dan il-kumitat għandu l- inkarigu li jsegwi mill-qrib u jagħmel monitoring tal-ħidma tal-kumpannija kif ukoll tal-programmi fuq it-TV u fuq ir-radio biex jara li l-gender perspectives jiġu integrati f'kull qasam.", "Sur President, meta nitkellmu fuq issues li jirrigwardaw lin-nisa ma nistgħux ma nsemmux ukoll il-qasam tas-saħħa.", "Hawnhekk irrid ngħid li flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa qegħdin nagħtu attenzjoni lill-kampanji ta' l-edukazzjoni dwar il-prevenzjoni.", "Aħna nafu kemm huwa importanti, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, li nipprevjenu mard li nkunu nafu biżżejjed dwaru.", "GĦar-rigward tan-nisa hawnhekk qed nitkellmu fuq mard bħall-kanċer tas-sider u huwa f'dan il-qasam li rridu nagħtu u nħossu attenzjoni speċjali.", "Permezz tal-mezzi tax-xandir u permezz ta' pubblikazzjonijiet ta' leaflets u flimkien ma' għaqdiet tan-nisa qed jiġu ndirizzati l-problemi tas-saħħa, l-aktar dawk li jikkonċernaw lin-nisa.", "Diġa' qed isiru laqgħat ma' nies konċernati fuq dan is-suġġett u qed nitkellmu wkoll mal-Ministeru tas-Saħħa dwar it-twessiegħ ta' servizzi ta' screening u ta' prevenzjoni.", "Qegħdin ngħinu l-organizzazzjonijiet tan-nisa jniedu proġetti sabiex flimkien magħna jkomplu jaħdmu għall-avvanz tal- mara.", "Irrid insemmi wkoll li biex nagħmlu dan - ħafna minnu diġa' bdejna nagħmluh - ħassejna l-bżonn li noħolqu ċentru ta' riċerka u dokumentazzjoni fid-Dipartiment ta' l-Ugwaljanza tan-Nisa.", "Din ir-riċerka se tistabilixxi database ta' informazzjoni fuq nisa fis-soċjeta' Maltija u se taqsam l- istatistika preżenti ta' sorsi uffiċjali f'dak li jirrigwarda lin-nisa u dak li jirrigwarda lill-irġiel biex tintuża speċifikament mis-segretarjat parlamentari.", "Se tinġabar ukoll informazzjoni li għad m'għandniex u se ssir analisi preliminari biex joħorġu rapporti bbażati fuq din ir-riċerka.", "Mr Chairman, permezz ta' dan iċ-ċentru, il-proġetti li jkunu għaddejjin se jkunu appoġġjati mir-riċerka fejn se jkollna feedback dwar kemm ikunu effettivi ċerti inizjattivi li jittieħdu meta ssir l-evalwazzjoni tagħhom.", "Dan iċ-ċentru jipprovdi għajnuna lis-segretarjat fil-formolazzjoni ta' policies ġodda kif ukoll fix-xogħol tiegħu dwar l-effetti li liġijiet ġodda jista' jkollhom fuq in-nisa u l-bniet.", "Il-ġbir tad-data u l-analisi tagħna tkun tista' tipprovdi servizz mhux biss lis-segretarjat imma anke lill- ministeri l-oħra fejn jidħlu gender issues fuq social policy.", "Dan iċ- ċentru jistabilixxi wkoll joint projects ma' organizzazzjonijiet oħrajn biex jiżviluppa u jaqsam ir-riżorsi u l-informazzjoni fuq drittijiet tan- nisa, b'hekk tkun qed titqajjem kuxjenza fuq drittijiet tan-nisa f'dawn l- entitajiet.", "Kif qed naraw, f'dawn l-aħħar tliet xhur sar xogħol biex nagħtu bidu għal inizjattivi ġodda fil-qasam fejn jidħlu d-drittijiet tan- nisa, kif ukoll biex fejn kien hemm it-tajjeb inkomplu nibnu fuqu u fejn ma tantx kien tajjeb nipprovaw nirranġawh.", "Dak li qegħdin nagħmlu qed nagħmluh biex in-nisa Maltin kollha jkomplu jimxu 'il quddiem għall-ġid tagħhom, għall-ġid tal-familji tagħhom u wara kollox għall-ġid ta' pajjiżna.", "Ma nistgħux ma nagħtux każ ta' nofs il- popolazzjoni tal-pajjiż u għalhekk għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw żvilupp għall-avvanz tal-mara u jiggarantixxu t-tgawdija tad- drittijiet umani.", "Dan kollu li qegħdin nagħmlu huwa maħsub biex ikabbar ir- rwol tan-nisa fil-pajjiż u biex jiġu megħluba l-iżvantaġġi konkreti li n- nisa jġarrbu fil-ħajja ta' kuljum.", "Nittamaw li dan iwassal lejn bidla fil- mudell tradizzjonali ta' kif jinqasam is-sehem fil-ħajja nazzjonali bejn l- irġiel u n-nisa.", "L-ugwaljanza sħiħa, barra milli tagħti lin-nisa l- opportunita' li jgħixu ħajja aħjar, tippermetti żvilupp aqwa fil-pajjiż u dan minħabba li s-soċjeta' tkun qed tuża t-talenti taċ-ċittadini kollha tagħha.", "Għaldaqstant, l-ugwaljanza sħiħa bejn in-nisa u l-irġiel toħloq kondizzjonijiet għal żvilupp soċjali u ekonomiku ikbar għall-ġid ta' kulħadd.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Mr Chairman, għadni kif smajt b'attenzjoni d- diskors tas-Segretarju Parlamentari Dalli dwar dan is-suġġett u xtaqt li kieku kellha tkun hi li titkellem wara l-intervent tiegħi għaliex jiena wkoll se mmiss dan is-suġġett fid-diskors tiegħi.", "Pero' hemm ċerti inkonsistenzi li l-Onor.", "Dalli fid-diskors interessanti li għamlet ma tkellmitx fuqhom.", "Parti mid-diskors kien pjuttost preparazzjoni għaċ- ċelebrazzjoni ta' Jum il-Mara u ftit illuminana dwar dak li hemm tassew fil- budget dwar is-Segretarjat Parlamentari li għadu kif ġie mwaqqaf.", "Per eżempju, l-Onor.", "Dalli tkellmet fuq inizjattivi li kienu ttieħdu fi żmien il-Gvernijiet Laburisti u semmiet, fost affarijiet oħra, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-pagi, bħallikieku b'daqshekk sar avvanz kbir fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Meta mbagħad wieħed jara x'kienet qalet fid-diskors li għamlet fit-8 ta' Novembru fil-Fondazzjoni Ellul Mercer isib li kienet tkellmet fuq kemm is-sitwazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa għadha ma teżistix.", "Pero' dwar dan nitkellem iktar 'il quddiem.", "Mr Chairman, waħda mill-inkonsistenzi li ħarġu mid-diskors ta' l-Onor.", "Dalli hija li filwaqt li qalet li hawn min irid inessi x'għamel il-Partit Laburista favur id-drittijiet tan-nisa meta kien fil-gvern, deliberatament - għax jien nifhem li għamlet ir-riċerka tagħha u f'diskors ta' siegħa żgur li kellha l-ispazju kollu biex issemmih - insiet issemmi x'għamel il-Partit Laburista meta kien fil-gvern kontra d-drittijiet tan-nisa u nsiet issemmi wkoll x'għamel f'għaxar snin Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista favur in-nisa, ħlief - biex inkun fair - li semmiet it-tibdil li sar fil- Kostituzzjoni f'dak li jirrigwarda d-diskriminazzjoni bejn is-sessi.", "Nofs minn dawk l-inizjattivi - jew forsi iktar minn nofshom - li l-Onor.", "Dalli qalet li se jittieħdu huma tkomplija ta' inizjattivi li kienu diġa' bdew jittieħdu fil-kontest tad-drittijiet tan-nisa.", "Imma ħalli mmur dritt għall-budget li qed niddibattu u nħares lejn il- mission statement fejn il-\"frażi\" \"gender equality\" issemmiet xi tliet darbiet.", "Allura jiena nistaqsi: Ladarba llum qegħdin nitkellmu fuq gender equality xi bżonn kien hemm li jitwaqqaf is-Segretarjat Parlamentari għad- Drittijiet tan-Nisa?", "Dan sar suġġett anakronistiku.", "Jekk ridna li ssir xi ħaġa ġdida u nafu li d-diskors se jkun fuq gender equality ma setax jinstab titolu ieħor li jagħti viżjoni u prospettivi fuq is-suġġett skond il-progress li sar fis-soċjeta' Maltija f'dan il-qasam?", "Niġi issa għall-Voti li ġew allokati għal dan il-qasam fil-Budget u nosserva illi l-Vot Rikorrenti għas- Segretarjat Parlamentari għad- Drittijiet tan-Nisa jikkonsisti fi Lm43,000 għall-istaff privat u madwar Lm28,000 għall-istaff tal-Ministeru li jaqa' taħt l-Onor.", "Dalli.", "Jiena nistaqsi: X'se jiġri minnu dak l-istaff privat kollu?", "Għaliex kien hemm bżonn din iż-żieda kollha fil-Vot kapitali ta' l-istaff privat, speċjalment meta kkomparat ma' dak ta' l-istaff permanenti?", "Xtaqt kieku l-Onor.", "Dalli tatna ftit dawl dwar il-contractual services u l-programm ta' l-operation and maintenance expenses li għalih ġew ivvotati Lm15,000, imma f'dan ir- rigward ma ntqal xejn.", "Xtaqt inkun naf fuq liema kriterji se jintnefqu dawn il-Lm15,000, jekk hux għal pariri legali jew inkella għal xi servizzi oħrajn.", "L-Onor.", "Dalli tkellmet ukoll dwar iċ-child care u jien xtaqt li kieku lluminatna ftit ieħor dwar dan is-suġġett.", "Fil-mission statement dwar il- Ministry of Health, Care of the Elderly and Family Affairs intqal li:", "\"The department will be co-ordinating the furthering of services towards the increasing needs of the community.", "Child Day Care Centres shall be on the agenda for 1997.\".", "F'paġna 292 ta' l-estimi nsibu li l-Vot allokat għal child care huwa ta' Lm5,000.", "Insibu wkoll li s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan- Nisa għandu Vot kapitali ta' Lm15,000 u kif qalet l-Onor.", "Dalli, hi se tkun assenjata d-dmir tal-ftuħ u t-tmexxija ta' dawn iċ-ċentri.", "Din hija inkonsistenza għaliex waqt li s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa se jibda jmexxi dawn id-day centres, ġew inklużi mal-Ministry of Health, Care of the Elderly and Family Affairs li fl-opinjoni tiegħi huwa aktar adattat.", "Imma issa dawn it-tnejn se jagħmlu l-istess affarijiet?", "Min minnhom se jibda jaħdem tassew?", "Dawn huma mistoqsijiet li xtaqt nagħmel lill-Onor.", "Dalli ladarba ma tat l-ebda indikazzjoni dwarhom.", "Punti oħra li joħorġu mill-mission statement tas-Segretarjat għad- Drittijiet tan-Nisa huma rigward l-istrutturi u - kif semmejt fl-ewwel kumment tiegħi - l-inviżibbli.", "L-Onor.", "Dalli tkellmet fuq affarijiet li diġa' saru u li qed ikomplu jsiru fuq l-istess pattern li sabet.", "Fid- diskors li għamlet xahrejn ilu l-Onor.", "Dalli kienet qalet:", "\"Huma dawn il-barrieri esterni u interni, fl-opinjoni tiegħi, li qed iżommuna f'sitwazzjoni kważi inviżibbli fl-oqsma tal-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika.", "Inwiegħed impenn ħalli n-nisa tagħna jsiru aktar viżibbli u attivi fl-istituzzjonijiet tat-tmexxija.\".", "Aktar tard hi qalet:", "\"Il-fatt li qed nagħrfu kemm għadna nviżibbli f'dawn l- istituzzjonijiet ...\".", "Jien frankament naħseb li din l-insistenza dwar l-inviżibbilta', meta fil- fatt hi stess illum stqarret kemm sar progress f'dan il-kamp, hija pjuttost kwestjoni ta' nuqqas ta' viżjoni li għandu l-Gvern Laburista.", "GĦalhekk jien ma neħodhiex bi kbira li anke l-Onor.", "Dalli għandha viżjoni nieqsa dwar x'se jiġri eżattament fil-kamp tad-drittijiet tan-nisa u tal-gender equality għaliex dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "\"Inviżibbli\", ngħid jien, meta nafu kif kienet is-sitwazzjoni vera?!", "Hi qalet li hawn xi ħadd li qed jipprova jnessi, imma fl-opinjoni tagħna kienet hi li pprovat tnessi x'ġara fi żmien il-Gvern Soċjalista u r-record li kellu kontra n- nisa.", "Fl-1974 għaddiet liġi li kienet tgħid li post tax-xogħol imħolli vojt minn raġel ma setax jimtela minn mara.", "Din ma semmithiex, insietha.", "Fl-1984 Gvern Soċjalista vvota fil-Parlament kontra l-mozzjoni li ressaq l- Onor. Eddie Fenech Adami - dak iż-żmien kien Kap ta' l-Oppożizzjoni - għal tibdil fil-Kostituzzjoni sabiex titneħħa kull diskriminazzjoni minħabba s- sessi.", "Fl-ingaġġ ta' skrivani tal-banek il-kandidati nisa kien ikollhom jagħmlu eżami aktar mill-kandidati rġiel, dak tat-typing, li kien obbligatorju u li jekk kienu jeħlu minnu ma kenux jieħdu l-impieg.", "Diskriminazzjoni oħra kienet li 70 minn kull 100 skrivan li kien jimpjega Gvern Laburista riedu jkunu rġiel, anke jekk in-nisa kienu jġibu aktar marki.", "Din hi amnesija totali min-naħa ta' l-Onor.", "Dalli, jew inkella min taha l-parir biex tgħid dawn l-affarijiet.", "Amnesija akbar, naturalment, kienet dik li ma rrikonoxxietx x'ġara fl- aħħar għaxar snin ta' tmexxija minn Gvern Nazzjonalista.", "Ir-record ta' gvernijiet Nazzjonalisti f'dan il-qasam hu ferm itwal.", "Infakkru, per eżempju, li fl-istess Kostituzzjoni ta' l-1964, meta ħadna l-Indipendenza, għall-ewwel darba n-nisa impjegati mal-gvern jibdew jitħallsu daqs l-irġiel u sussegwentement Gvern Laburista estenda dan id-dritt anke għall-impjiegi privati.", "Huwa impossibbli li nsemmi kollox imma ma nistax ma nsemmix il- Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara li għadha taħdem sal-lum, kif ukoll id- Dipartiment għall-Ugwaljanza tan-Nisa.", "Saru tibdiliet fil-Kostituzzjoni u fil-liġijiet, saru regolamenti dwar il-passaporti, ġew emendati diversi liġijiet, fosthom dik il-liġi li tittratta l-ġurati, il-liġi dwar ix- xandir, il-liġi dwar l-edukazzjoni u l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul proprju sabiex in-nisa u l-irġiel ikollhom drittijiet legali ndaqs.", "Il-liġi dwar il-familja kienet il-milestone tal-Gvern Nazzjonalista għaliex permezz tagħha saret meħtieġa l-firma tal-mara ukoll meta tinbiegħ proprjeta' jew meta jiġi negozjat il-ġid tal-familja.", "Il-miżżewġin illum sar għandhom ukoll responsabbilta' ugwali għal uliedhom.", "Insemmi wkoll il-konvenzjonijiet internazzjonali li saru u l- introduzzjoni tar-rappreżentanza tan-nisa f'organi governattivi.", "Biżżejjed ngħidu li fl-1990 il-preżenza tan-nisa fil-bordijiet governattivi kienet ta' 6% waqt li sa Diċembru 1995 din telgħet għal 9.6%.", "Permezz tal- Kunsilli Lokali tajna opportunita' ġdida għall-parteċipazzjoni tan-nisa u dawn daħlu għall-isfida għaliex fl-ewwel elezzjonijiet li saru ġew eletti 56 mara.", "Record kbir ieħor huwa dak tan-nisa li jaħdmu wara li tajna aktar drittijiet lill-part-timers, li gawdew minnhom madwar 6,000 mara, u żidna wkoll il-maternity leave.", "Mr Chairman, wieħed mill-avvanzi kbar li saru kien fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Kif nafu, għaxar snin ilu l-perċentwali ta' studenti fl- Universita' kien 34% filwaqt li f'Ottubru li għadda dan tela' għal 52%.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn huma l-avvanzi fl-edukazzjoni!", "Huwa veru dak li qalet l-Onor.", "Dalli li mhux il-liġijiet biss huma importanti imma anke l-kultura u l-edukazzjoni, imma mbagħad ma nippretendix li jkun hemm totali fir-rigward ta' x'ġara fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Insejna li n-nisa llum jirrappreżentaw 52% tal-popolazzjoni studenteska fl- Universita'?", "Xi ngħidu għad-drittijiet li tajna fil-każ ta' nisa miżżewġin ma' rġiel barranin, u l-ameljoramenti li kien hemm fil-pensjonijiet?", "Insejniehom ukoll dawn?", "M'għandix ħin biex noqgħod nidħol fid-dettall imma qed insemmi li nisa romol bi tfal taħt is-16-il sena ngħataw id-dritt li jaħdmu filwaqt li jibqgħu jgawdu l-pensjoni tar-romol.", "L-Onor.", "Dalli fid- diskors tagħha semmiet is-servizzi tas-sigurta' soċjali u l-vjolenza fuq in- nisa imma ma ssemmietx li hemm il-unit of domestic violence u s-social welfare development programme.", "Dawn huma kollha inizjattivi li l-Onor.", "Dalli sabet imwaqqfa u naturalment nispera li jkomplu jissaħħu.", "Insemmi wkoll il-benefiċċji li tajna lill-unmarried mothers.", "Kif wieħed jista' jara l-lista hija twila biżżejjed biex wieħed jgħid: \"X'hemm inviżibbli fid-drittijiet tan-nisa?\".", "Mela dawn jew qegħdin jgħixu fis-sħab fejn mhux il-fatti huma inviżibbli imma l-istess nies li qed jitkellmu, jew inkella jridu jqarrqu.", "Jien ma naħsibx li hu hekk u nittama li dan huwa sempliċement logħob bil-kliem sabiex wieħed jipprova jieħu vantaġġ, imma dawn huma l-fatti.", "Mr Chairman, l-aħħar punt li rrid nagħmel fuq dan is-suġġett huwa dwar il- mission statement ta' dan is-Segretarjat għax hemm punt li qed jinkwetani.", "Fost id-duties li hemm fil-mission statement insibu \"to increase the presence of women on local councils\".", "Jien ma ngħidx li għandna nnaqqsu Lm1 mis-salarju bħala nuqqas ta' fiduċja imma ngħid li din il-klawsola trid tispiċċa mill-mission statement.", "Għaliex?", "Kif tista' tinkoraġġixxi l- preżenza tan-nisa fil-kunsilli lokali meta l-Prim Ministru, li taħtu jaqa' s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa, nieda kampanja qawwija f'isem il-partit tiegħu biex il-poplu jivvota biss lill-kandidati li se jikkontestaw bħala \"indipendenti\" u li fil-verita' huma Laburisti u mhux lil dawk li se jikkontestaw taħt il-listi tal-\"partiti politiċi\", jiġifieri tal-Partit Nazzjonalista?", "Meta qed jgħid hekk ma jkunx qed jiskoraġġixxi lin-nisa kandidati li joħorġu taħt il-listi tal-\"partiti politiċi\"?", "Allura jekk tkun Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan- Nisa ma tarax li din hi inkonsistenza min-naħa tal-Prim Ministru?", "Ma tarax li f'dawn il-ġranet f'Għawdex il-Prim Ministru xela pubblkament lil kandidat mara li se tikkontesta fil-lista tal-\"partiti politiċi\" u ammetta li din ingħatat transfer proprju minħabba f'hekk?", "Allura jien mhux bir- raġun ippretendejt li l-Onor.", "Dalli għandha tilluminana dwar x'pożizzjoni se tieħu fuq dawn iż-żewġ inkonsistenzi kbar?", "Għax allura dan il-paragrafu fil-mission statement jew jitneħħa jew inkella jiġi jgħid \"to increase the presence of women in local councils\" pero' dawk biss li jikkontestaw bħala \"indipendenti\".", "Jien nippretendi li l-Onor.", "Helena Dalli, li n-nisa Maltin kollha qegħdin iħarsu lejha bħala l-ewwel Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa, għandha tmur quddiem il-Prim Ministru u tgħidlu: Bir-rispett kollu - għaliex trid tagħtih rispett lill-Prim Ministru - Sur Prim Ministru, jien m'iniex vetrina; mhux l-ewwel tagħmilni Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa u mbagħad toħloq diskriminazzjoni kontra n-nisa.", "In-nisa Maltin din il-pożizzjoni qed jistennew mingħand l- Onor. Dalli u jekk illum m'għandhiex l-opportunita' li tirrispondi għad- domandi li għamiltilha, nittama li ssib okkażjoni mill-aktar fis sabiex tilluminana ħalli naraw jekk minflok inviżibbilta' hemmx nuqqas serju ta' viżjoni fil-prinċipji dwar dan is-suġġett.", "Irrid ngħid li qed nagħmel id-diskors tiegħi llum peress li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Helen D'Amato, tinsab assenti.", "Mr Chairman, fil-ftit ħin li fadal għad-dispożizzjoni tiegħi xtaqt nitkellem ftit dwar ix-xandir.", "Dan huwa suġġett interessanti ferm u ma rridx nitkellem fuq il-passat, mhux biss għaliex m'għandix ħin imma għaliex irridu nieħdu dan is-suġġett fir- realta' tiegħu tal-lum u bi prospettiva għall-quddiem.", "Il-Partit Nazzjonalista huwa kburi ferm b'dak li wettaq fil-qasam tax-xandir.", "Xtaqt nieħu spunt mid-diskors li kien għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, fil-5 ta' Mejju ta' l-1995 meta f'seminar dwar ix-xandir qal hekk:", "\"L-għażla dejjem kienet bejn pluraliżmu awtentiku fi ħdan struttura monopolistika ta' xandir pubbliku u bejn privatizzazzjoni tas-servizzi tax-xandir maġenb preżenza soda imma mhux monopolitistika ta' xandir pubbliku.", "Issa li tlaqna għal għonq it-triq b'servizzi privati tax- xandir, jien l-ewwel wieħed ma narax il-ħtieġa li noqogħdu nibdlu l- affarijiet.\".", "Hawnhekk allura ngħid: Ejja nħallu l-passat u naraw is-sitwazzjoni fejn se twassalna.", "Il-qagħda ġenerali tal-lum, kif għidna, hi dik li x-xandir pubbliku qed jikkompeti u jikkollabora - dan is-suġġett nitkellem fuqu iktar 'il quddiem meta nasal għall-konklużjoni - ma' l-istazzjonijiet privati u ma' pluraliżmu sħiħ.", "Minn Ottubru li għadda 'l hawn kellna Gvern immexxi mill-Partit Laburista u d-domanda li nixtieq nagħmel hi: X'ġara minn dak inhar 'l hawn?", "L-ewwel ma ġara kien li l-Prim Ministru fl-istruttura ġdida tal-Kabinett tiegħu ddeċieda li jkollu taħt ir-responsabbilta' ministerjali tiegħu l-PBS, ix- xandir pubbliku u naturalment, bħala Kap tal-Partit, it-tmexxija ta' Super 1 Television u Super 1 Radio.", "Hawnhekk inħoss li hemm daqsxejn ta' konflitt.", "Għaliex?", "Nerġa' nirriferi għad-diskors li għadni kif iċċitajt u hemmhekk insib li l-Onor.", "Alfred Sant kien qal:", "\"Min-naħa l-oħra għandu jkun hemm kollaborazzjoni mill-viċin bejn ix- xandir pubbliku u dak privat.\".", "Kważi tibda taħseb li \"mill-viċin\" tista' tfisser li prim ministru jew ministru jkollu taħt ir-responsabbilta' tiegħu s-settur kollu tax-xandir, imma dan m'huwiex il-każ; is-Super 1 Television u l-PBS biss ...", "Allura s- settur privat f'dan il-kamp huwa rrappreżentat biss min-naħa ta' l- istazzjon televiżiv li bħalissa nzerta hu ta' l-istess partit li hemm fil- gvern u għalhekk inħoss li dan huwa konflitt.", "Fuq dan hemm bżonn ta' iktar illuminazzjoni u iktar kjarezza għaliex inkella ma nistgħux ninterpretaw dan kollu ħlief li l-Prim Ministru għandu f'idejh sitwazzjoni fejn ix- xandir pubbliku u x-xandir privat huwa stazzjon wieħed partikolari immexxi minnu.", "Il-Gvern Nazzjonalista ma kienx jaħdem hekk.", "Hu ħatar ministru responsabbli mix-xandir imma ma kellux television tal-partit - fil-fatt għad m'hemmx sal-lum - u lanqas l-istazzjon rar-radio ma kien rappreżentat fl-attivita' ministerjali ta' min kellu r-responsabbilta' tax-xandir f'idejh.", "Allura nħoss li din hi inkonsistenza min-naħa tal-miżura strutturali li għamel il-Gvern preżenti fl-organizzazzjoni ministerjali tiegħu.", "X'għamel aktar il-Prim Ministru?", "Talab li jsir rapport li ġie msejjaħ ir- Rapport Grima dwar is-sitwazzjoni fil-PBS.", "Kif nafu, il-PBS kienet qed tirreġistra telf ta' Lm400,000 fis-sena u għall-ewwel darba minn kemm ilha mwaqqfa, f'dan ir-rapport irreġistrat qliegħ ta' Lm500,000 f'sena.", "L-istess rapport jgħid li min kien imexxi ma jistax jiġi kkritikat li mexxa ħażin jew li saru xi żbalji u żbilanċi fid-deċiżjonijiet tiegħu, imma l-istil ta' tmexxija tiegħu ma kienx jingħoġob minn kulħadd.", "Allura jien nixtieq nistaqsi: Għaliex tneħħa?", "Hemm raġuni politika?", "Ir-rapport isemmi ftehim kollettiv stravaganti - hekk intqal fir-rapport - li tefa' piż kbir fuq il- PBS fejn id-dħul kollu mir-riklami ma kienx iservi għall-ħlasijiet tal- ħaddiema.", "L-osservazzjoni li rrid nagħmel hawnhekk hi li hija irresponsabbilta' min-naħa tal-General Workers' Union li titlob kondizzjonijiet tant għolja minn impriża falluta għax dawn ħallew effett negattiv f'diversi oqsma oħra konnessi max-xandir pubbliku.", "Bħalissa qed jitħejja rapport dwar is-settur tax-xandir f'pajjiżna u nittama li meta jitlesta dan ir-rapport - ma nafux meta - jersaq f'din il-Kamra għall- iskrutunju pubbliku, ħalli ssir diskussjoni miftuħa fuq il-prospettiva li mbagħad għandha tittieħed dwar din il-qagħda.", "Minn dan ir-rapport ħareġ ukoll li l-PBS hija mgħobbija b'ħafna nies li m'humiex retrainable għall- apparat modern tal-lum.", "Jiena nistaqsi: Għandha ssir skema ta' early retirement kif issuġġerixxa r-rapport ta' Grima?", "Nixtieq li l-Prim Ministru jitkellem dwar dan.", "Ir-rapport ta' Grima għamel ukoll riferenza għal diskrepanzi fil-mod kif jinħadmu l-pagi tal-ħaddiema, u jidher li l-awdituri ġibdu l-attenzjoni tal- kumpannija li l-ħaddiema ilhom żmien jitħallsu madwar Lm100,000 żejda kull sena.", "Hawnhekk ukoll naħseb li għandna nitolbu lill-Prim Ministru jilluminana daqsxejn.", "Ir-rapport ta' Grima għandu ħafna iktar xi jgħid u jistgħu jsiru ħafna iktar affarijiet.", "Imma fuq dan il-punt nieqaf hawnhekk ħalli mmexxi.", "F'dan is-settur bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Labour Party hemm żbilanċ ċar.", "Tant hu veru li l-Partit Nazzjonalista talab il-liċenzja sabiex ikun jista' jxandar bit-television iżda s'issa għad m'hemmx reazzjoni min-naħa tal-Gvern.", "Irrid ngħid li din lili ftit tinkwetani għaliex fid-diskors li kien għamel l-Onor.", "Alfred Sant f'dik l-okkażjoni ta' l-1995 li semmejt qabel, kien qal:", "\"Qasam ieħor fejn wieħed jista' jaqbel ma' ċertu ammont ta' regolamentazzjoni jkun f'dak li għandu x'jaqsam ma' konċentrament ta' mezzi ta' kommunikazzjoni varji fl-istess id, imma l-mod kif ħaġa bħal din tiġi definita jrid ikun preċiż u mhux maħsub biex jaġevola ċertu tip ta' interess għas-skapitu ta' interessi oħrajn.\".", "Jekk dan il-konċett tajjeb jiġi applikat mill-Prim Ministru tal-lum, jidhirli li l-Partit Nazzjonalista m'għandux għalfejn jinkwieta aktar milli suppost għaliex il-liċenzja għandha tingħata anke biex jiġi rispettat dan il-prinċipju li l-Prim Minstru attwali jemmen fih.", "Jiena ma nistax nimmaġina li biex jirrispetta dan il-prinċipju u jerġa' jġib il-bilanċ bejn il-partiti, il-Prim Ministru jirrinunzja għall-istazzjon Super I TV tal- Partit Laburista.", "GĦalhekk ftit għandna għalfejn ninkwetaw ħlief li ninsistu li mill-aktar fis għandha tingħata risposta uffiċjali.", "Niġi issa għall-Broadcasting Authority, għar-rwol u l-istruttura tagħha.", "Dan ukoll huwa suġġett li ma nistgħux ma nitkellmux fuqu.", "Jien naħseb li l- Awtorita' għandha tirrifletti s-soċjeta' Maltija tal-lum, għandha tirrifletti l-pluraliżmu fiż-żminijiet tal-lum.", "Aħna ma nemmnux li l- istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju privati għandhom jiġu regolati mil-Liġi ta' l-Istampa imma din wieħed għallinqas irid jiddibattiha sewwa.", "Żgur li jrid ikun hemm korp li jkun jirregola, jagħti l-liċenzji u jara li dawn il-liċenzji jiġu rispettati fit-tħaddim tagħhom.", "Illum dan qed isir mill-Broadcasting Authroity pero' jidhirli li hawnhekk irid isir xi tibdil.", "Bażikament din għandha tibqa' forma ta' istituzzjoni li tirregola x-xandir ta' pajjiżna.", "Il-kompożizzjoni tagħha, li kif inhi llum għandha l-minimum ta' rappreżentanza, għandha tinfirex aktar, dejjem skond l-esiġenzi li għandu pajjiżna llum f'dan il-qasam, biex tkun aktar rappreżentattiva tas- soċjeta' Maltija.", "Niġi issa għall-isfidi fil-komunikazzjoni mondjali llum.", "L-isfidi multimedjali, is-sistema diġitali, l-Internet, ir-reklami, it-Teletext, iċ- ċinema, il-home video, il-pay tv u l-paper view, huma sfidi kbar li bħala pajjiż żgħir bilfors irridu naġġornaw ruħna magħhom, pero' min-naħa l-oħra aħna ftit nistgħu nikkontribwixxu biex filwaqt li din l-invażjoni kbira ta' informazzjoni li qiegħda tiċċirkola fil-komunikazzjoni mondjali tmiss lilna wkoll, u fl-istess ħin nibqgħu nagħtu l-kontribut lis-soċjeta' tagħna b'dak li hu tradizzjonali tagħna u f'dik li hija l-identita' tal-kultura ta' pajjiżna.", "Hawnhekk inħoss li hemm għallinqas żewġ ħteġijiet.", "L-ewwelnett hemm il-bidla fil-mentalita' kemm tas-semmiegħa u kif ukoll tax-xandara.", "Jiena ngħid li għandna nibdew minn dawn ta' l-aħħar.", "Ix-xandara llum huma ħafna minħabba l-opportunitajiet li ngħatawlhom bil-pluraliżmu.", "Hawnhekk nikkwota lill-ex-Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami, li fl-istess okkażjoni ta' dak is-seminar kien qalilna:", "\"Il-pluraliżmu fix-xandir qed ikun esperjenza ta' fejda kbira għall- ħajja demokratika ta' pajjiżna u suċċess kbir għax kontra dak li kienu jgħidu l-\"ġeremiji\", serva biex kienu ventilati l-opinjonijiet ta' kulħadd u kkontribwixxa għal djalogu aktar apert bejn persuni ta' opinjonijiet differenti.\".", "Din hija l-verita' pero' hu veru wkoll - kif kien enfasizza wkoll l-Onor.", "Fenech Adami fid-diskors tiegħu - li jenħtieġ li jkun hawn aktar kwalita' fil-programmi tagħna.", "Din il-ħtieġa hija indispensabbli għaliex jekk f'pajjiżna se jidħol id-digital television, fejn m'hemmx liċenzji u lanqas ħlasijiet, dawn il-magnates il-kbar se jikkompetu ma' xulxin għall-udjenza billi jkollhom livell mill-aktar għoli tal-programmi x'jittrasmettu.", "Jiġifieri dawn jiġbdu l-udjenza lejhom billi jgħollu l-kwalita' tal- programmi.", "Allura min għandu t-television tradizzjonali bħalna u bħalma hu x-xandir pubbliku tagħna fejn it-telespettatur irid iħallas fee, naturalment jippretendi li anke l-kwalita' ta' dawn titjieb.", "Għalhekk naraw li llum il-kwalita' saret il-kmandament numru wieħed ta' kulħadd.", "Il- liberta' ksibnieha imma issa rridu ngħaddu għal sforz kbir sabiex intejbu l- kwalita' tal-programmi.", "Billi wasal biex jiskadi l-ħin u ma nistax inkompli niżviluppa fuq dan is- suġġett, nikkonkludi billi ngħid li naqbel ma' l-Onor.", "Alfred Sant meta minn dan id-diskors, għalkemm ma qalhiex espressament, inkoraġġixxa li jkun hawn forma ta' corporate strategy.", "Din hija r-riflessjoni li rridu nagħmlu f'pajjiżna biex naffrontaw l-iżvilupp ġdid li qiegħda toħloq fina l-isfida tax-xandir, Mr Chairman.", "Huwa mportanti li din l-istrateġija ma tkunx tfisser li jkun hawn monopolji ġodda iżda li jkun hawn uniformita' sħiħa u li l-identita' għandha tibqa'.", "L-impatt fuq l-udjenza ta' kull stazzjon għandha tiġi mħarsa imma jrid ikun hawn strateġija li tikkollabora fl- istess ħin li tirrispetta d-distinzjoni u l-identita' ta' l-istazzjon.", "Dan huwa importanti ferm għal pajjiżna għaliex 'il quddiem fuq hekk irridu nitkellmu, u huwa importanti li dan isir b'consensus.", "Kemm l-Onor.", "Fenech Adami u kif ukoll l-Onor.", "Alfred Sant fid-diskors tagħhom kienu nsistew li għandu jkun hemm consensus.", "L-Onor.", "Fenech Adami kien spiċċa billi qal li \"rridu nersqu b'consensus wara li ngħarblu\", u l-Onor.", "Alfred Sant kien qal:", "\"Minkejja l-ilħna ta' Cassandra li sirna nisimgħu madwarna, jiena nipprevedi f'dan is-settur futur interessanti u sabiħ u nistgħu nagħmlu dan kollu waqt li nibqgħu bil-fasla istituzzjonali eżistenti.", "B'hekk nevitaw li noqogħdu nidħlu fil-ħafna diskussjonijiet twal li jinqalgħu bejn il-politiċi u li ma jwasslux għal consensus.\".", "Jiġifieri ż-żewġ mexxejja dak inhar awguraw li jkun hemm consensus anke fuq dan is-suġġett, u dan nawgurah jiena wkoll.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qabel nibda nittratta s-suġġetti li beħsiebni nitkellem fuqhom illum, Mr Chairman, nixtieq nagħmel xi rimarki għad-diskors li għamel il-kollega dwar id-drittijiet tan-nisa.", "L-ewwelnett ngħidlu li d-drittijiet ugwali u effettivi li fi żmien il- Gvern tiegħu tħallew f'beraħ u ħlief paroli fil-vojt ma kienx hemm, hemm bżonnhom.", "Ngħidlu wkoll li l-ħatra tas-segretarja privata ta' l-Onor.", "Helena Dalli hija konformi mar-regoli li segwiet l-Amministrazzjoni preċedenti.", "Jidher li l-Onor.", "Membru m'huwiex jifhem li hemm bżonn ta' mpenn dirett li jiġi implimentat bħala private project ta' interess dirett u ta' ugwaljanza.", "Bħalma jagħmel il-partit tiegħu meta jipprova jikkritika lill-Onor.", "Helena Dalli, huwa qed juri t-tokenism u mhux qiegħed jara l- ħtieġa li n-nisa jkollhom sehem sħiħ fid-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu.", "Mr Chairman, meta ftit xhur ilu kont fl-Oppożizzjoni kont nemmen li pajjiżna għandu bżonn Gvern modern, serju, trasparenti u taċ-ċittadin.", "Illum li qiegħed fuq in-naħa tal-Gvern nemmen li għandna Gvern modern, serju, trasparenti u taċ-ċittadin.", "Bħala wieħed mill-Gvern nemmen ukoll li kulħadd huwa bżonnjuż u li kulħadd għandu l-obbligi u r- responsabbiltajiet lejn pajjiżu.", "GĦalhekk nemmen li kulħadd għandu jingħata attenzjoni, u aħna hekk qed nagħmlu bħala partit fil-gvern.", "Illum se nitkellem fuq dipartimenti li għalkemm jidhru żgħar huma importanti u bżonnjużi għax filwaqt li għandhom responsabbiltajiet lejn dan il-pajjiż għandhom ukoll obbligu lejn iċ-ċittadin.", "Fil-fatt se nibda billi nsemmi uffiċċju li forsi wieħed ma tantx jagħti kasu, l-Uffiċċju tal-Passaporti.", "Sur President, ikolli ngħid li preżentement meta ċ-ċittadin imur fl- Uffiċċju tal-Passaporti ma jsibx ambjent li jilqgħu.", "Huwa veru li fi żmien il-Gvern preċedenti, eżattament fl-1995, kien inxtara post fejn kellu jiġi trasferit dan l-uffiċċju, imma ma nafx kif wara li għaddew is-snin il-Gvern Nazzjonalista, li tant kien jgħid li jagħti kas tal-poplu, ma lestiex dan il-post biex ikun jista' jfittex jittrasferixxi dan l-uffiċċju għal hemm.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel osservazzjoni dwar dan il-post li diġa' sewa ħafna flus.", "Għax aħna nemmnu li ċ-ċittadin għandu jiġi stmat, fl-Estimi qegħdin naħsbu għal fondi sabiex isiru l-affarijiet li għad baqagħlhom isiru.", "Ikun tajjeb jekk hawn wieħed jgħid ukoll li hemm provdut li jinxtara apparat elettroniku biex it-typing fuq in-naħa ta' wara tal- passaporti jsir b'mod modern u b'hekk l-uffiċjali ta' l-immigrazzjoni f'Ħal Luqa idaħħlu l-passaport taħt dan l-apparat elettroniku u f'kemm ili ngħidlek jingħataw l-informazzjoni meħtieġa u ċ-ċittadin ma jdumx fil-kju għax jinqeda iktar malajr.", "Fil-fatt it-tender għal dan il-mekkaniżmu wasal biex joħroġ u nispera li ma jiġrix bħas-soltu li jkun hemm ħafna ħela ta' żmien u nieħdu xi sentejn oħra biex dan l-apparat jiġi stallat.", "Jien nispera wkoll li min hu responsabbli għal dan jagħmel ħiltu kollha biex jekk jista' jkun dan il-proġett isir qabel l-aħħar ta' din is-sena.", "Sur President, uffiċċju ieħor li għalkemm jidher li huwa żgħir hu importanti wkoll huwa l-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza.", "Fil-fatt biżżejjed ngħid li minn Frar tas-sena l-oħra l'hawn - għax l-istatistika bdiet tinżamm minn dak iż-żmien - marru f'dan l-uffiċċju mad-9,000 ruħ.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed ifiehem fuq fuq għal xiex huwa responsabbli dan l- uffiċċju.", "L-ewwelnett l-obbligu ta' dan l-uffiċċju huwa li fost affarijiet oħra jħares l-aspetti taċ-ċittadinanza tal-poplu Malti u jara li dawk is- servizzi li huwa responsabbli għalihom u li se nsemmi ...", "Issa hawnhekk m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettal għax l-ewwelnett ma għandix ħin biżżejjed biex nagħmel dan u t-tieni nett jekk iċ-ċittadin irid ikun jaf iktar fuq dan l-uffiċċju għandu l-mezz u l-faċilita' li jasal wasla sa hemm.", "Imma issa ħalli ngħid fuq fuq x'servizzi joffri dan l-uffiċċju.", "Sur President, dan l-uffiċċju huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni ta' persuni bħala ċittadini ta' Malta, għall-persuni li għandhom ċittadinanza doppja, għall-freedom of movement, għall-exempt person status kif ukoll għall-work permits u għall-ħruġ ta' permessi ta' residenza taħt il- permanent residence scheme.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid x'hemm maħsub li jsir f'dan l-uffiċċju matul dan iż-żmien.", "Fil-fatt is-sena l-oħra nbeda programm dwar il-komputerizzazzjoni u dan meta suppost konna qed inħarsu 'l quddiem.", "Fl-opinjoni tiegħi dan beda tard wisq u għalhekk hemm bżonn li ngħaġġlu u ntejbu dan il-qasam.", "Ħaġa oħra importanti li dan l-uffiċċju qed jagħmel huwa li qed iħejji tibdiliet fil-liġijiet u fil-fatt tħejja abbozz ta' liġi - bħalissa dan qed jiġi rivedut - biex kemm jista' jkun jinqata' l-abbuż ta' barranin li jiżżewġu Maltin għall-konvenjenza, jiġifieri sempliċement biex igawdu b'mod qarrieqi d-drittijiet mogħtija mil-liġijiet tagħna, bħalma huma ċ-ċittadinanza u x- xogħol.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li aħna għandna r-responsabbilta' u d-dmir li dawn l-affarijiet isiru bis-serjeta' għax ma jistax ikun li jkun hemm min jabbuża billi jiżżewweġ persuna ta' nazzjonalita' Maltija biex jinqeda biż-żwieġ u wara li jieħu d-drittijiet jabbandunaha.", "Dan mhux ikun ta' ġid għal pajjiżna, anzi qed ikun ta' piż .", "Aħna ma nistgħux inħallu dawn l-affarijiet jibqgħu jsiru u qegħdin inħejju tibdiliet fil-liġi li jien persważ li kulħadd jaqbel magħhom.", "Sur President, qasam ieħor li jaqa' taħt ir-responsabbilta ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa l-istamperija tal-gvern.", "Sfortunatament hawn ikolli ngħid li f'din l-istamperija kien hemm nuqqas ta' investiment f'makkinarju.", "Fil-fatt nuqqas bħal dan ma tantx jawgura tajjeb għall-futur u għalhekk wieħed irid jara bis-serjeta' x'hemm bżonn isir f'dan il-qasam.", "Jien persważ li l-management qed jagħmel l-almu tiegħu biex ipatti għal dan in- nuqqas u fil-fatt jien ninsab informat li ntalbet saħansitra xi għajnuna finanzjarja mill-United Nations Investment Development Fund Project biex ikun jista' jinġieb espert ħalli dan iservi ta' għajnuna f'diversi oqsma.", "Hawn ta' min ifaħħar ukoll fl-inizjattiva tal-management li qed jipprova joħloq skola tal-printing, bil-kollaborazzjoni ta' l-ETC u tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Il-ħtieġa ta' din l-iskola tinħass għax fil-fatt meta kien hemm bżonn ta' xi apprentisti f'din l-istamperija u kienet ħarġet applikazzjoni biex jiġu ingaġġati ħames printing trainees kulma nstabu kienu tnejn.", "GĦalhekk kif diġa' għidt jidher ċar li din l-iskola hemm bżonnha u filwaqt li nirringrazzja lil min ħa din l-inizjattiva nispera li din tirnexxi.", "Ħaġa oħra li qed jistudja l-management - din ta' min ifaħħarha wkoll - għandha x'taqsam mal-Gazzetta tal-Gvern.", "Kif jaf kulħadd il-Gazzetta tal- Gvern tintbagħat f'-borża tal-plastic, bil-konsegwenza li matul is-sena qegħdin jintużaw nofs miljun borża tal-plastic u għalhekk bħalissa qed isir stħarriġ biex naraw huwiex possibbli li l-makna li tagħmel dawn il-boroż tagħmilhom b'karta riċiklata.", "Din hija konformi mal-policy tal-Gvern tagħna fejn jidħol l-ambjent u hija ħaġa li ta' min jinkoraġġiha.", "Issa nixtieq insemmi xi ħaġa oħra li hija utli ħafna għal pajjiżna, ħaġa li l-Gvern Laburista qed jagħtiha attenzjoni speċjali u qed jara li nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-qasam ta' l-information technology.", "Sur President, fil-programm elettorali tiegħu il-Partit Laburista kien wera biċ-ċar li għandu viżjoni għal Malta moderna u fil-fatt ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru żamm numru ta' laqgħat ma' dawk interessati fil-qasam ta' l-information technology.", "Minn hawnhekk ħarġet il-ħtieġa li bħala l- ewwel pass f'din id-direzzjoni għandu jitwaqqaf kumitat biex jirrivedi u jaġġorna l-istrateġija nazzjonali dwar l-information technology.", "F'dan il- kumitat, li twaqqaf fil-21 ta' Jannar li għadda, hemm ir-rappreżentanza ta' l-oqsma fis-settur privat, tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, ta' l- Universita' u ta' l-industrija u wieħed jistenna li fi ftit ġranet oħra jitressaq rapport finali li jirrikkmanda reviżjoni ta' l-NSIT ta' l-1994, jirrikkmanda proposti ġodda, jissuġġerixxi pjan ta' azzjoni mifrux fuq sena u jaħseb għal struttura organizzattiva biex tmexxi 'l quddiem l-istrateġija ta' l-informatika.", "B'hekk qed naraw li l-information technology hija fuq quddiem nett fl-aġenda nazzjonali.", "Jien persważ li kull min hu involut f'dan il-qasam qed jagħmel dan il- pass b'attenzjoni speċjali għax minkejja li fid-diskors li ntqal dalgħodu fuq it-Telemalta wieħed qisu jrid jagħti x'jifhem li aħna avvanzati ħafna fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, jiddispjaċini ngħid li dan m'hu veru xejn għax paragunati ma' ħaddieħor m'aħna avvanzati xejn.", "GĦalhekk huwa importanti li meta jkun hemm nuqqas inti dan tagħrfu għax b'hekk tkun taf fejn trid tirranġa jekk trid verament timxi 'l quddiem.", "GĦall-kuntrarju, in-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed tgħid li aħna konna avvanzati f'dan il-qasam u dan ifisser li din qed temmen li m'hemmx bżonn naraw bis-serjeta' x'irridu nagħmlu, qisna diġa' għandna kollox meta fil-fatt dan m'hu veru xejn għax għadna lura ħafna.", "Tant hu hekk li dan l-aħħar waqt diskussjonijiet preliminari li kelli tqajmet din il-kwestjoni u kien hemm saħansitra suġġerimenti li Malta tintuża bħala hub għat-tixrid ta' informazzjoni fost il-pajjiżi tal- Mediterran.", "GĦalkemm dan is-suġġeriment għadu fi stadju preliminari jien nista' ngħid li hemm ir-rieda li dan iseħħ u jien persważ li dan se jseħħ fl-interess ta' pajjiżna minn kwalunkwe lat.", "Permezz ta' l-information technology l-pajjiż jingħata dehra oħra, dehra ta' pajjiż verament modern u avvanzat u jien persważ li dan iseħħ.", "Peress li għandi ħin limitat biex nitkellem bilfors li l-punti li nixtieq nagħmel ikolli nagħmilhom fil-qosor għax kieku kelli l-ħin dawn kont nispjegahom iktar fid-dettal.", "Sur President, issa se nkompli billi naċċenna għal xi ħaġa li ma tantx issemmiet ħlief f'ċerti każi biex dak li jkun jieħu vantaġġ politiku minnha, imma l-Partit Laburista huwa partit serju u għalhekk ma jrid jieħu l-ebda vantaġġ politiku.", "Kieku l-Partit Laburista ried jieħu vantaġġ politiku mill-qasam tat-tfittxija taż-żejt kont inħallih għal meta tasal l- elezzjoni u nitkellem dak inhar u ngħid li se nsibu ż-żejt.", "U biex iktar nidħak bin-nies imbagħad kont ngħid li l-bir li se nħaffer se nsemmih \"Tama\" biex nagħti tama iktar lill-poplu għaliex tkun waslet l-elezzjoni.", "Le, aħna ma nagħmlux hekk għaliex aħna serji.", "Aħna nafu li din hija materja importanti u nafu li jrid isir xi ħaġa u għalhekk mill-bidu nett aħna dħalna fiha bir-responsabbilta' ħalli naraw x'qed isir f'dan il- qasam.", "Veru li s-sitwazzjoni hija waħda diffiċli, speċjalment meta hemm areas li sar tiftix għaż-żejt fihom u taw riżultat negattiv, imma b'daqshekk ma jfissirx li aħna noqogħdu bil-qiegħda nħarsu mbagħad meta tasal xi elezzjoni nipprovaw naraw kif nieħu xi gwadann politiku!", "Mr Chairman, tajjeb li nagħtu daqsxejn informazzjoni dwar il-blata kontinentali ta' Malta li għandha medda ta' madwar 73,000 kilometru kwadru.", "Meta wieħed iqis li madwar terz biss minnu ġie esplorat b'xi mod jew ieħor, wieħed jifhem li hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa.", "Għamilna ftit wisq f'dan il-qasam.", "Wara kollox, jekk isir, dan isir fl-interess u għall-ġid ta' pajjiżna.", "Bħalissa aħna qegħdin naraw kif nistgħu nsolvu l-problemi li hemm li kulħadd jaf bihom.", "Qed nipprovaw biex forsi b'mod ta' joint venture jew b'mod ieħor naslu biex isir it-tfittix għaż-żejt.", "Ara kemm għidtulna u għajjartuna bil-ħofor - veru li aħna għidnilkom li ħallejtu ħofra finanzjarja ...", "Jien kuntent li qed tgħidulna li se nagħmlu ħofra għaliex persważ li se nagħmlu ħofra u l-ħofra li se nagħmlu aħna se tkun biżżejjed biex inwittu l-ħofor finanzjarji li għamiltu intom u anke aktar.", "Il-ħofor li se nagħmlu aħna mhux finanzjarji se jkunu imma se jkunu ħofor li jistgħu jiġu utilizzati.", "Għalkemm jien naf li biex issib iż-żejt huwa diffiċli, nemmen li fejn hemm ir-rieda tasal.", "Jien persważ li se naslu għaliex għandna indikazzjonijiet u kulħadd, anke min kien responsabbli, jaf li hemm indikazzjonijiet li jekk infittxu f'din l-area nsibu żejt.", "Qabel nagħlaq fuq dan is-suġġett nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Armed Forces of Malta u lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin għas-sorveljanza li qed jagħmlu fejn għandu x'jaqsam dan il-qasam.", "Dipartiment ieħor li xtaqt li kelli ħin biex inkun nista' nitkellem fuqu huwa d-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy.", "Pero' xorta waħda se nitkellem fil-qosor dwaru u se nsemmi xi punti li nħoss li juru kemm hu serju u modern dan il-Gvern.", "U nibda billi nsemmi dak li kienu jsejħulu l- government communication centre.", "B'dan l-isem wieħed jaħseb li se jsib xi ċentru tat-telekomunikazzjoni meta fil-fatt kulma kien hemm kienu ħamsa min- nies, telex taħdem mhux ħażin u oħra bil-ħsara, fax taħdem mhux ħażin u tnejn oħra ma jaħdmux u żewġ linji tat-telefon li waħda taħdem mhux ħażin u l-oħra qegħda sew.", "Dan taħt Gvern li kien jgħid li jemmen fit- teknoloġija moderna, li hu modern u li jrid li l-pajjiżi ta' l-Ewropa ta' madwarna jħarsu lejna bħala xempju!", "Jien nista' ngħid li mort personalment inżur dan iċ-ċentru u kelli diskussjoni dwaru mal-Ministru għall-Affarijiet Barrinin - l-uniku xogħol li kien qed jagħmel dan iċ- ċentru kien li jibgħat xi fax jew telex għall-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, xogħol li jista' jagħmlu kulħadd mill-uffiċċju - u wasalna fi ftehim biex fl-aħħar ta' dan ix-xahar dan il-post li kienu jsejħulu \"ċentru\" se jagħlaq u b'hekk in-nies li nista' ngħid li kienu qegħdin hemmhekk proprju biex kultant jgħaddu xi fax jew telex jiġu utilizzati aħjar.", "Kien hemm ħaddiema minnhom li jagħmlu parti mill-customer service unit tat-Telemalta u issa li se jerġgħu jmorru hemmhekk dawn se jkunu jistgħu jagħtu servizz aħjar liċ-ċittadin.", "Imma ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-problema li writna mill-Gvern ta' qabilna fejn kulħadd kien jagħmel li jrid qisna qegħdin f'ġungla.", "Nies li huma responsabbli, bħalma huma r-radio amateurs, li biex ikollhom il- liċenzja jridu joqogħdu għal eżami u jridu juru li għandhom ċerta kapaċita' u ċertu knowhow għaliex wara kollox ikollhom taħt idejhom equipment ta' ċertu power, kienu niżlu hemm isfel qishom ma jeżistux.", "Min-naħa l-oħra huwa tajjeb li għas-CB kien sar eżami għaliex forsi mhux kulħadd huwa kapaċi li jasal biex jifhem ċerti affarijiet u dan jien kont qbilt miegħu u kont għamilt ukoll mistoqsija parlamentari biex lil dawn jingħatalhom id- dritt u fil-fatt ingħatalhom.", "Imbagħad hemm ukoll ir-radju tal-VHF li suppost ikun stallat fuq il-laneċ.", "Meta wieħed jara dawn it-tliet affarijiet isib li min-naħa l-amateurs qed jimxu b'mod serju, min-naħa tas-CB hemm min qed jabbuża u min-naħa li dawk li suppost għandhom il-VHF li qiegħed biss għall-opri tal-baħar qed jużawh bl-addoċċ.", "X'ġara fi żmien il-Gvern preċedenti?", "Jidher li kulħadd beda jdaħħal settijiet bl- addoċċ u bdew jidħlu mhux biss f'dawn il-bands imma bdew jidħlu wkoll f'bands oħrajn fosthom tal-Pulizija.", "U dwar dan il-Gvern ta' qabel m'għamel xejn; basta jgħid li hu serju!", "Issa ħalli naraw x''għamilna aħna.", "L-ewwel pass li għamilna kien li bdejna nedukaw lil dawk in-nies li għandhom dan it-tip ta' apparat dwar kif għandhom jużawh u għidnilhom ukoll li jekk jagħmlu użu ħażin minnu jistgħu jpoġġu l-ħajja tan-nies fil- periklu.", "Pero' wara li aħna għamilna l-almu tagħna kollu u bdejna nedukawhom, issa nagħmluha ċara li jekk se jkun hemm min ma jridx jeduka ruħu aħna se nkunu serji għaliex ma jistax ikun li nħallu l-ħajja tal- baħħara fil-periklu.", "Tkun irresponsabbilta' min-naħa tagħna jekk ma neħdux passi.", "Għalhekk jien qed nagħmilha ċara u l-iktar li qed nagħmilha ċara huwa għal dawk li permezz tagħhom qed jidħol dan l-apparat hawn Malta b'mod illegali.", "Għalhekk jien nitlob li kulħadd jirregola ruħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn l-affarijiet.", "Tant qed isiru abbużi li saħansitra fil- ministeru tiegħi wasal ilment li qed isiru wkoll timbri foloz biex ikun jista' jidħol equipment li mhux suppost jidħol hawn Malta.", "U dwar dan il-każ aħna għamilna rapport lill-Pulizija sabiex ikun jista' jiġi nvestigat.", "Se ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-Korporazzjoni Telemalta li għalkemm 'il quddiem meta jiġu ppreżentati l-estimi ta' din il- korporazzjoni jkolli ċans nitkellem aktar fuqha, xtaqt li fil-ħin li għandi llum nirrispondi għal ċertu diskors banali li ntqal hawnhekk.", "Mr Chairman, il-profitt tal-korporazzjoni - fuq l-andament finanzjarju se ngħid xi ħaġa fuq fuq għax ma għandix ħin - matul l-1996 kien ta' madwar Lm4.5 miljun u meta tqabbel dan il-profitt mal-Lm6.5 miljun profitt li kien hemm is-sena ta' qabel issib li hemm tnaqqis ta' Lm2 miljun u din is-sena t- Telemalta beħsiebha tinvesti Lm12.4 miljun filwaqt li s-sena li għaddiet din investiet Lm7.7 miljun.", "Mela min kien jakkużana li aħna se nwarrbu dan is-settur huwa żbaljat u llum qed nuruh biċ-ċar li aħna lil dan is-settur se nagħtuh l-attenzjoni li tixraqlu għax nemmnu u nafu li dan huwa l-pulmun tal-pajjiż u li l-pajjiż għandu bżonn dan il-qasam għax mingħajru ma jistax jimxi 'l quddiem.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed isemmi kemm hi prekarja din is-sitwazzjoni.", "Sur President, filwaqt li fit-30 ta' Settembru ta' l-1995 kellha Lm1.4 miljun u fit-30 ta' Settembru ta' l-1996 kellha Lm820,000 il-bank, tafu kemm huwa maħsub li jkollha flus il-bank fit-30 ta' Settembru ta' din is- sena?", "Lm100,000.", "Imbagħad filwaqt li fit-30 ta' Settembru ta' l-1995 kien hemm loan ta' Lm22.9 miljun u fit-30 ta' Settembru, 1996 kien hemm loan ta' Lm23.8 miljun, fit-30 ta' Settembru, 1997 kellu jkun hemm loan ta' Lm30.9 miljun.", "Min-naħa l-oħra fit-30 ta' Settembru, 1995 insibu li kien hemm overdraft ta' Lm1.5 miljun, fit-30 ta' Settembru, 1996 kien hemm overdraft ta' Lm5.2 miljun u huwa maħsub li fit-30 ta' Settembru ta' din is-sena dan l-overdraft ikun ta' Lm5.4 miljun.", "GĦalhekk jekk tieħu in vista dan kollu ssib li din is-sitwazzjoni m'hijiex sabiħa u allura t-Telemalta bilfors ikollha tieħu passi drastiċi bla ma twaqqaf l-iżvilupp f'dan il-qasam.", "Issa peress li għandi ftit ħin ikolli mmur mal-ewwel għal ċerti rimarki li għamel il-kollega tiegħi meta tkellem dwar dan il-qasam.", "Sur President, dan tkellem qishom huma kienu jafu fejn iridu jaslu u li kellhom viżjoni.", "Viżjoni kellna aħna għax ħafna mill-affarijiet illi għidnielkom biex tagħmluhom snin ilu ma kontux għamiltuhom qabel ma għadda ċertu żmien bil-konsegwenza li mbagħad tlifna ċerti benefiċċji minnhom.", "Intom ma kellkomx viżjoni meta nfaqtu l-miljuni f'apparat li għandu x'jaqsam ma' l-enquiries service u ma' affarijiet simili biex imbagħad kellkom tibdluh għax qalulkom li dan huwa outdated.", "GĦalkemm intom ftaħartu li se tagħmlu international exchange oħra għax kibret id-domanda għaliha, dan m'huwiex veru għax ir-raġuni li għaliha intom għamiltu international exchange oħra kienet li dik kienet outdated ukoll.", "Lill- poplu dawn l-affarijiet għidulu!", "Mela noqogħdu nidħku bin-nies u niġu ngħidu ħafna paroli fil-vojt hawnhekk!", "Sur President, imbagħad dan l-istess kollega semma l-ħinijiet tal- branches.", "U ejja, iddaħħakx nies!", "X'effett ikun hemm jekk wara ċertu ħin tagħlaq il-branch!", "In-nies x'imorru jċemplu jagħmlu ġewwa l-branch jekk wara l-bieb hemm cardphone!", "Allura m'hix ħmerija li tħalli dan il-branch miftuħ biex in-nies jidħlu jċemplu meta hemm cardphone ħdejn il-bieb!", "Dawn l-affarijiet lanqas jitwemmnu!", "Sur President, il-kollega tiegħi semma wkoll l-isponsorships u qal li qisu issa t-Telemalta ma tridx tagħti għajnuna.", "Jekk trid ngħidlek fuq l- isponsorships ejja privatament, nagħtik lista ta' l-isponsorships li kien ta ex-ministru u tara li dawn l-isponsorships kollha ngħataw fid-distrett tiegħu.", "Meta trid ngħidlek ħafna affarijiet fuq l-isponsorships.", "Anke l- isponsorships li ngħataw għall-isport - mhux qed ngħid li ma kienx ikun hemm li jingħataw bis-sewwa - ġieli ngħataw għax kien hemm xi ħadd li kellu interess li jingħata t-tali sponsorship.", "Ħalli jaslu l-estimi tat- Telemalta u nitkellmu.", "Ħalli ngħaddi biex nitkellem dwar il-customer charter issa.", "Jiena kont għidt li l-customer charter ma jistax ikun li jiġi attwat f'Jannar għax jekk jiġi attwat f'Jannar infallu lit-Telemalta.", "Hekk kont għidtlu jien imma huma baqgħu jsostnu li riedu jagħmluh f'Jannar.", "Imma fil-fatt ma sarx u Alla ħares sar.", "Ħalli ngħidilkom għaliex ma sarx dan.", "Li kieku sar f'Jannar s'issa t-Telemalta tilfet Lm62,000 f'multi.", "Aħna tant nemmnu illi veru għandu jkun hemm customer charter illi ħadna passi biex inkunu nistgħu naslu għalih.", "U aħna marbutin li sa l-1 ta' Ottubru, 1997 naslu biex nintroduċu l-customer charter.", "Imma b'li qed nagħmlu jiena persważ li ftit se jkunu dawk in-nies li se jkollhom jirrikorru biex jieħdu xi ħaġa lura għax aħna nemmnu li lill-poplu għandek tagħtih il-linja meta hemm bżonn u mhux tgħidlu ejja ħalli tieħu t-Lm3 lura għax ma tajnikx il-linja.", "Nippretendi li lill-poplu għandek tagħtih il-linja meta jkollu bżonnha.", "Hemm irridu naslu.", "Il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni qal ukoll li spiċċa dak iż-żmien li għax ikollok telefon qisu għandek xi privileġġ.", "U beda jsemmi l-passat.", "Dejjem isemmu l-passat!", "Jiena l-passat irrid nitgħallem minnu għax il-ħażin li sar ma rridx nagħmlu u t-tajjeb li sar jekk jista' jkun nużah.", "Imma fil- qasam tat-telekomunikazzjoni trid tara fejn qiegħed issa u tħares 'il quddiem.", "F'dan il-qasam, jekk ma tifhimx is-sitwazzjoni li fiha tinsab bħalissa u ma tħarisx 'il quddiem ma tistax timxi.", "Jiddispjaċini ngħid li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jidher li ħadd ma jaf kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa.", "Jekk forsi l-kelliem tan-naħa l-oħra ried jgħid li fi żmien l- Amministrazzjoni Laburista ta' qabel saru ċerti affarijiet li kellhomx isiru u fi żmien l-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista kollox kien miexi ħarir u la kien hemm diskriminazzjoni u lanqas indħil politiku, dan m'hu veru xejn u kollu gideb.", "U se ngħid għaliex.", "Ħalli issa nuri it- trasparenza tal-Partit Nazzjonalista li għadu kemm spiċċa mill-gvern!", "Meta t-Telemalta kien ikollha tieħu xi arrears minn xi persuna li tiegħu kienet tkun taf l-isem u l-identity card number, fejn taħsbu li kienet tmur biex titlob l-informazzjoni ħalli tkun taf l-indirizz tat-tali persuna?", "Kieku inti jkollok l-isem u l-identity card number ta' xi perusna fejn tmur biex tfittex l-indirizz ta' dik il-persuna?", "Naħseb li kieku tmur l- Uffiċċju ta' l-I.D. Cards, mhux hekk?", "Imma t-Telemalta mhux hekk kienet tagħmel qabel.", "Din kienet tikteb lil The Director, Independence Print, Triq Herbert Ganado, Pieta' u kienet tikteb hekk:", "\"Dear Sir, Could you kindly furnish this Corporation with the addresses of the persons indicated underneath.\"", "- u jagħmel lista bl-ismijiet u l-I.D. card number u jkompli hekk:", "\"Kindly address any charge incurred to the undersigned at the arrears section Melex House, Guardamangia.\"", "Anke t-tifel tiegħi kien kapaċi jsib reġistru elettorali u jsib l- indirizzi.", "Imma dawn kienu jibgħatuhom għand il-Partit Nazzjonalista biex taparsi jiċċekkjaw l-inidrizz.", "Imma r-raġuni vera li għaliha kienu jibgħatuhom għand il-Partit Nazzjonalista kienet biex jaraw min huma l- Laburisti u min huma n-Nazzjonalisti ħalli min għandu jagħti u jkun Laburist miskin hu u min għandu jagħti u jkun Nazzjonalist nirranġawlu.", "Mr Chairman, bil-permess tal-Kamra nixtieq inpoġġi l-ittra li għadni kemm ikkwotajat minnha.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Żewġ ittri mibgħuta mill-Accounts Section tal-Korporazzjoni Telemalta lid-Direttur ta' l-Istamperija Indipendenza.", "THE CHAIRMAN: Niġbidlek l-attenzjoni li baqagħlek minuta u nofs.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dawn kienu qalu wkoll li jekk xi ħadd jinqatagħlu s- servizz tat-telefon għax ikollu xi kont pendenti u dan jerġa' jitlob li jingħata s-servizz, biex isir dan jrid jagħmel down payment qabel ma jingħata l-linja.", "Imma jiena għandi evidenza li kien hemm wieħed Nazzjonalist li talab għal-linja u allavolja ma kienx għamel down payment kellhom instructions miċ-Chairman biex dan jingħata l-linja.", "Din, Mr Chairman, nixtieq ukoll li npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Ittra mibgħuta f'Awissu 1989 mill-Accounts Section tal-Korporazzjoni Telemalta lill-Każin tal-Partit Nazzjonalista tas-Siġġiewi dwar kont pendenti għas-servizz tat-telefon.", "Imma l-isbaħ waħda hija din.", "Dawn kienu jgħidu li l-affarijiet fil-qasam tat-telekomunikazzjoni kienu mexjin 'il quddiem u biex lil wieħed ineħħulu telephone set ilu jistenna mill-24 ta' Marzu, 1994.", "Ara x'effiċjenza!", "Hemm ieħor li biex jistallawlu t-telefon ilu mill-11 ta' Diċembru, 1995.", "Din hija l-Korporazzjoni Telemalta li l-pajjiżi żviluppati ta' l-Ewropa qed iħarsu lejha!", "Għidli daqsxejn kif pajjiżi bħal dawn se jħarsu lejna f'dak li jirrigwarda dan il-qasam!", "THE CHAIRMAN: Ikkonkludi, Onorevoli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nikkonkludi billi ngħid din.", "Dan l-aħħar, qabel l- elezzjoni, żewġ persuni ħarġu xi files mit-Telemalta u fosthom kien hemm wieħed li fih kien hemm indikat li weħħlu telephones f'Bormla, fl-uffiċċju ta' l-ex-Ministru tal-Finanzi, u dawn it-telephones kienu mnizzlin f'isem il-Ministeru tal-Finanzi biex l-ex-Ministru ma jħallasx hu.", "Dan il-file baqa' ma nstabx.", "Ma nstabx għat-Telemalta għax 'il quddiem jekk ikun hemm bżonn aħna lesti li noħorġu kopji.", "Imma din hija s-sitwazzjoni.", "Jiġu jitkellmu f'dan il-Parlament u mbagħad insibu li bejn il-paroli u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.", "Mr Chairman, biex nagħlaq irrid ntenni dak li għidt fil-bidu.", "Aħna Gvern serju, Gvern modern, Gvern trasparenti u dak li għidna li se nwettqu irridu nwettquh", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni li s'issa l- Oppożizzjoni ħadet 103 minuti u n-naħa tal-Gvern ħadet 72 minuta u ovvjament illejla nkomplu bid-diskussjoni fuq il-Voti ta' l-Uffiċċju tal- Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m., skond il-ftehim milħuq, id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam, Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 19 ta' Frar, 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997", "L-Erbatax-il Jum Stabbilit", "Voti ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Kontinwazzjoni)", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membri li l-agenda tas-seduta tal-lejla għadha kemm tqassmet u l-minuti jsibuhom quddiemhom qabel tibda s-seduta.", "Fin-12.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - ĦADDIEMA", "2672.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1021, billi jirriżulta li numru ta' kunsilli lokali m'għandhomx magħhom la scavengers u lanqas public convenience attendants, jista' l-Ministru jagħti tagħrif għaliex dawn il-kunsilli lokali m'għandhomx dawn il-ħaddiema magħhom?", "Kemm hi t-talba għal żieda ta' dawn it-tip ta' ħaddiema għall-kunsilli lokali differenti?", "Kemm ħaddiema huma meħtieġa għal kunsilli lokali kollha, kunsill b'kunsill?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress illi f'ċerti lokalitajiet m'hemmx public convenience m'hemmx il-bżonn ta' allokazzjoni ta' attendants mall-kunsill lokali.", "Peress li d-dipartiment m'għandux mustering room f'kull lokal li scavengers ta' xi lokalitajiet jirrapportaw f'post ieħor kif muri hawn taħt:-", "a. Swieqi u Pembroke jirrapportaw San Ġiljan b. Mġarr jirrapportaw il-Mosta c. Lija, Attard u Iklin jirrapportaw Ħal-Balzan d. Mdina, Dingli jirrapportaw ir-Rabat", "In-numru attwali ta' scavengers kunsill b'kunsill kienet mwieġba skond il- mistoqsija parlamentari numru 1021.", "Dan in-numru ta' ħaddiema jvarja minn kunsill għal ieħor wara li jsir studju mal-kunsill biex jiġu stabbiliti il- frekwenza ta' knis u ħtiġijiet oħra ta' kull lokal.", "KUNSILLI LOKALI - KUNTRATTI DWAR TINDIF", "2673.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 1021 mill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta'kuntratti tat-tindif għandhom dawk il-kunsilli lokali li m'għandhomx magħhom ħaddiema tal-Gvern responsabbli mit-tindif?", "Hawn kunsilli lokali li fil-fatt talbu li jingħataw ħaddiema tal-Gvern għal dan it-tindif, iżda fil-fatt ma setgħux jingħataw għax ma kienx hemm ħaddiema available?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Membru jaf tajjeb li biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet u r-responsabbilitajiet kollha delegati lilhom mill-Gvern Ċentrali kienu ngħataw kuntratti, iffirmati mid- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali f'isimhom kollha, mad-dipartimenti tal- Gvern li qabel kienu responsabbli għall-istess funzjonijiet.", "B'konsegwenza ta' dan l-arranġament id-dipartiment responsabbli bħala kuntrattur kien obbligat li jipprovdi lill-kunsilli rispettivi dawk ir- riżorsi kollha meħtieġa (riżorsi umani, mekkaniċi, impjant, eċċ) biex jassigura li l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw mill-kuntratt jitwettqu fil-fatt.", "B'dan ifisser illi l-assenjar tal-ħaddiema huwa rregolat u determinat mill-istess kuntratt u mhux ibbażat fuq it-talbiet għall-ħaddiema li jkun għamel xi kunsill.", "Hija r-responsabbilita' tad- dipartiment ikkonċernat li jara li jkun hemm ir-riżorsi kollha disponibbli.", "L-istess kuntratt kemm bħala dokument kif ukoll il-kondizzjonijiet kollha nkorporati fih inklużi dawk imsemmija hawn fuq, japplikaw kemm għad- dipartimenti kif ukoll għall-privat bħala kuntratturi.", "XEMXIJA - MAIN TA' L-ILMA", "2711.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi nhar il-Ġimgħa 31 ta' Jannar, 1997 fil-bajja tax- Xemxija saret ħsara fuq il-main ta' l-ilma, jista' l-Ministru jgħidli x'passi ttieħdu biex din il-ħsara ma tibqax tirrepeti ruħha iktar u iktar meta fl-istess post il-main inqasam diversi drabi?", "X'passi mistennija jittieħdu mill-Water Services Corporation biex din il-ħsara tieqaf?", "Meta mistenni li jiġi attwat ix-xogħol f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-korporazzjoni diġa' ppjanat biex fil-futur qarib jinbidel il-parti tal-main tas-sitt pulzieri li jinstab installat mal- kosta tax-Xemxija u parti oħra fil-bidu tat-triq lejn Għajn Tuffieħa.", "Dan il-main li ilu nstallat madwar 30 sena jinstab fi stat ta' deterjorazzjoni u ġarrab diversi ħsarat, partikolarment fil-parti ma' tul il-kosta kważi livell mal-baħar.", "It-tiswijiet dejjem twettqu fi żmien aċċettabbli.", "VALLETTA REHABILITATION COMMITTEE", "2797.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux l-intenzjoni tiegħu li jwaqqaf mill-ġdid il-Valletta Rehabilitation Committee u jekk iva, meta jaħseb li jkun f'pożizzjoni li jagħmel dan?", "Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-Kunsill Lokali tal-Belt ikun adegwatament rappreżentant fuq il-kumitat?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-Valletta Rehabilitation Committee sal-lum għadu imwaqqaf.", "Il-membri tiegħu huwa kif msemmija hawn taħt:-", "|Chairman: |Dr. Alex Torpiano | |Rapprezenta|Richard Cachia | |nti: |Caruana | | |Charles Delia, | | |Segretarjat | | |Permanenti | | |Perit Vince Cassar, | | |Direttur Generali | | |Denis Vella | |Membri: |Mrs. Miriam Cremona | | |Stephen Spiteri | | |Dr. Ray Zammit | |Osservaturi|Publio Agius, Sindku,| |: |Kunsill | | |Lokali Floriana | | |Paul Borg Olivier, | | |Kunsill | | |Lokali Valletta | |Segretarju:|Ray Bondin |", "Fil-guidelines il-ġodda tar-Rehabilitation Commitee l-kunsilli lokali fl- areas konċernati jkollhom repreżentanza diretta fir-Rehabilitation Committee relattiva.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - IMPJEGATI", "2798.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress illi f'risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 2399 il-Ministru rrikonoxxa n-nuqqas ta' staff speċjalizzat fil- mużewijiet, jista' għalhekk jieħu l-miżuri neċessarji biex ħaddiema tal- Gvern li fil-preżent huma biss seconded mad-dipartiment u qed jagħmlu xogħol speċjalizzat isiru tal-post?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2399, proprju fil-preżent wasal fl-istadji finali tiegħu l-proċess għall-impjieg ta' gradwati f'postijiet kuratorjali mad- Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Jekk meta jiġi konkluż dan il-proċess fil-ġejjieni qarib, ikun għad fadal xi individwu fil-pożizzjoni anomala li qed jirriferixxi għaliha l-Onor.", "Interpellant, jittieħdu l-passi meħtieġa biex din titranġa, dejjem skond ir- regolamenti u l-esiġenzi tas-servizz pubbliku.", "DJAR - SKEMI TA' SUSSIDJU", "2799.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Peress li b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 149, il-Ministru qal \"hemm il-possibbilta' li xogħol li preżentament qed isir mid-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali jibda jsir mill-Awtorita', jista' jgħid liema xogħol qed ikun ikkonsidrat?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-iżjed xogħol li jista' ikun trasferit lill- Awtorita' tad-Djar bl-inqas kumplikazzjonijiet huwa dak ta' l-Iskemi ta' Sussidju.", "Għalhekk l-ewwel sezzjoni fid-dipartiment li x-xogħol tagħha qed ikun kkonsidrat biex jibda jsir mill-awtorita' hi dik tas-sussidji.", "KABINETT - AMNESTIJA LILL-PRIĠUNIERI", "2801.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Dr George Abela kienx preżenti għal-laqgħa tal-Kabinett li ddeċidiet li tagħti amnestija lill-priġunieri?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jaqbilx jew le mad-dikjarazzjoni tal-konsulent tiegħu Dr Abela dwar l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2747.", "MALTA RACING CLUB - ĦATRIET", "2998.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħatriet tal-Malta Racing Club saru mis-segretarju parlamentari u mhux mill-ministeru skond ma jindika l-istess statut tal-club?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-ħatriet imsemmija saru mis- Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali li huwa responsabbli għall-iSport.", "Dan huwa konformi ma' l- istatut indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "MALTA RACING CLUB- ĦATRIET", "2999.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-segretarju parlamentari rrifera fil-ħatriet tal-Malta Racing Club bħala Marsa Racing Club u mhux Malta Racing Club?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-klabb li jorganizza t-tiġrijiet taż-żwiemel kien għal numru ta' snin magħruf bħala l-Marsa Racing Club.", "L-isem kien ġie mibdul wara deċiżjoni tal-kumitat ta' l-istess klabb.", "MALTA RACING CLUB - PRO", "3000.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Segretarju Parlamentari Joe Cilia ħatar PRO meta l-Gvern m'huwiex se jħallas hu għal din il-ħatra imma l-Malta Racing Club?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-istess bħalma l-Amministrazzjoni preċedenti ħatret osservatur fuq il-kumitat li kien jirċievi allowance mingħand il- Malta Racing Club, is-segretarju parlamentari, deherlu li l-pożizzjoni ta' PRO għandha tkun fost il-ħatriet ta' l-uffiċjali meta sar il-kumitat.", "MALTA RACING CLUB - KUMITAT", "3001.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġie maħtur viċi- chairman u segretarju u ma ħatarx ukoll teżorier fuq il-Kumitat tal-Malta Racing Club?", "ONOR EVARIST BARTOLO: Kuntrarju għal dak li qiegħed jingħad mill-Onor.", "Interpellant ma ġie maħtur l-ebda viċi chairman fuq il-kumitat il-ġdid tal- Malta Racing Club, minħabba r-riorganizzazzjoni ġdida fl-amministrazzjoni tal-Malta Racing Club, huwa l-kumitat stess li jrid jiddeċiedi jekk għandux jappunta persuna għall-kariga ta' teżorier.", "MALTA RACING CLUB - KUMITAT", "3002.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Segretarju Parlamentari Joe Cilia għamel dawn il-ħatriet meta l-istatut tal-Malta Racing Club jgħid proprju l-kontra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Kumitat tal-Malta Racing Club inħatar bl-istess mod kif ġie maħtur f'dawn l-aħħar snin, bid-differenza li kien hemm involut element żgħażugħ u anke wieħed femminili fuq il-bord il-ġdid bi trasparenza akbar.", "Inħatar chairman u sitt membri magħżula mill-Gvern flimkien ma' tliet membri rappreżentanti tas-sidien taż-żwiemel li ġew eletti minn fost l-istess sidien.", "MALTA RACING CLUB - PRO", "3003.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-PRO il-ġdida ħadet post persuna oħra li kienet maħtura mill-Kumitat tal-Malta Racing Club ta' qabel, u din issa jridu jiddikjarawha redundant?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - BINI TA' DEPARTMENT STORE", "3053.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemmx pendenti applikazzjonijiet biex fi Triq Ħal-Luqa, Raħal il-Ġdid titwaqqa' bungalow biex minfloka jittella' department store kbir u taħt jitħaffer car park?", "Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l- Ippjanar bdietx tikkonsidra l-applikazzjoni?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-jeddijiet tar-residenti vis-a-vis l-Awtorita' ta' l- Ippjanar quddiem applikazzjonijiet bħal dawn għax fl-aħħar mill-aħħar il- ħarsien ta' l-ambjent jiġi qabel il-bdil ta' oġġetti ta' konsum mal-flus?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil- preżent l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni Numru PA5909/96, sabiex titwaqqa' bungalow fi Triq Ħal Luqa, Raħal il-Ġdid, u minfloku jitilgħu sitt sulari għall-ħwienet u faċilitajiet oħra ta' negozju, b'parkeġġ taħt l-art.", "L-awtorita' diġa bdiet tipproċessa din l- applikazzjoni li dehret fil-Malta Independent fil-ħarġa ta' nhar l-1 ta' Diċembru, 1996.", "Ir-residenti meta jsiru jafu b'xi applikazzjoni ta' żvilupp li tista' taffwetwahom għandhom jedd li jmorru l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħalli jispezzjonaw il-pjanti proposti.", "Kull min irid iressaq xi oġġezzjoni dwar xi applikazzjoni jista' jagħmel dan fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal- pubblikazzjoni.", "Sottomissjonijiet jiġu milqugħa aktar tard jekk kemm-il darba l- applikazzjoni tkun għadha ma ġietx deċiża.", "Il-każ imsemmi huwa wieħed minnhom.", "Dan jiġri billi ħafna drabi l-awtorita' ikun jenħtieġilha tikkonsulta ma' dawk konċernati li min-naħa tagħhom ġieli jieħdu fit-tul biex jirrispondu u dan iwassal sabiex jittawwal il-proċess ta' l- applikazzjoni.", "Kull min joġġezzjona għandu d-dritt li jkun preżenti meta l-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp tiddiskuti l-każ.", "Jekk min joġġezzjona ma jkunx irid li jkun preżenti, xorta jista' jagħmel l-oġġezzjonijiet tiegħu billi jikteb ittra u jsemmi r-raġunijiet għalxiex ikun qiegħed joġġezzjona.", "Kull oġġezzjoni li tasal għand l-awtorita' tiġi ikkonsidrata meta l-applikazzjoni tkun qiegħda tiġi pproċessata.", "AUBERGE DE BAVIERE", "3073.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Auberge de Baviere hijiex se tiġi mgħoddija b'kuntratt/ftehim jew b'xi mod ieħor lill-Gvern tal- Ġermanja?", "Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid fejn se jinstabu uffiċċji ġodda flok dawk li hemm fl-Auberge de Baviere?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Le", "CRAFTS AND COTTAGE INDUSTRY", "3105.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Billi fis-seduta tal-31 ta' Jannar, 1997 (p.25 tad-Dibattiti tal-Kamra tad- Deputati) il-Ministru qal:", "\"Bit-tkattir tal-ġid fil-pajjiż igawdi kulħadd, igawdu l-ħaddiema, igawdu l-industrijalisti u barra minnhekk igawdi wkoll il-pajjiż innifsu u l-għan tal-Partit Laburista fil-Gvern huwa li jkabbar il-ġid tal-pajjiż.\"", "jista' l-Ministru jgħid x'qed isir dwar il-Crafts and Cottage Industry f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dan il-ministeru qiegħed jagħti attenzjoni speċjali għal crafts u cottage industry f'Malta u Għawdex.", "L-ewwel attenzjoni ngħatat lill-Crafts Village Ta' Qali li kien fi stat ta' ħerba.", "Tnaddaf, sar security fence u se jiġi nstallat substation għal aktar enerġija u dawl bil-lejl.", "Saru laqgħat mal-GRTU u mal-Planning Authority dwar l-Action Plan Ta' Qali u fl-20 ta' Frar se jitlaqqgħu l- entreprendituri li jaħdmu f'Ta' Qali.", "Wara li ttieħdet deċiżjoni fuq dan il- Crafts Village jibda l-proċess fuq il-Crafts Village f'Għawdex.", "Dwar il-cottage industries jingħad li hemm ħtieġa u intendiment li dawn jerġgħu jingħataw l-għarfien u għajnuna mixtieqa.", "IMPJIEGI", "3106.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Billi fis-seduta tat-3 ta' Frar fost id-dokumenti li l-Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hemm dokument (PL 294) li jsemmi numru ta' mpjiegi li nkixfu bil-VAT (2575), jista' l-Ministru jfisser fid-dettall kif wasal għal din il-figura?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għas-settur privat tas-servizzi.", "Skond l-istatistika uffiċjali, bejn l- 1987 u l-1994, kien hemm żieda ta` 9,914 impjieg f`dan is-settur, jiġifieri żieda medja ta` 1,416 impjieg fis-sena.", "Fl-1995, jiġifieri f`sena waħda biss u li inċidentalment kienet is-sena li fiha daħlet il-VAT, kien hemm żieda ta` 5,849 impjieg, jiġifieri żieda ta` 4,433 impjieg aktar mill-medja annwali tas-seba` snin ta` qabel.", "Issa jien fid-diskors tiegħi tat-3 ta` Frar, 1997, kont għidt ukoll li l- Bank of Valletta, il-Lombard Bank u l-Awtorita` tal-Ippjanar, bejn wieħed u ieħor fl-istess perjodu, bdew jitqiesu bħala entitajiet privati u ma baqgħux jitqiesu pubbliċi.", "Dawn bejniethom dak iż-żmien kienu jimpjegaw madwar 1,858 persuna.", "Jekk wieħed jassumi li fl-1995, kien hemm żieda medja normali ta` impjiegi daqskemm kien hemm fis-seba` snin ta` qabel, jiġifieri 1,416 impjieg, u magħhom jgħodd l-1,858 impjieg fis-settur pubbliku li għall-fini ta` l-istatistika bdew jitqiesu bħala privati, jasal għall-konklużjoni li kien hemm żieda irregolari ta` madwar 2,575 impjieg fis-settur privat tas- servizzi, li nkixfu bil-VAT.", "Bl-istess mod inkixfu madwar 1,520 impjieg ieħor fis-settur privat tal- produzzjoni biex b`kollox fis-settur privat inkixfu aktar minn 4,000 impjieg, li diġa` kienu jeżistu.", "KUNSILLI LOKALI - MDINA", "3107.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1066 u l- mistoqsijiet supplimentari fejn il-Ministru qal li sarulu protesti li \"kienu jikkonċernaw bażikament xi tnaqqis fl-allokazzjoni għas-sena 1997/1998\" mill-Kunsilli tax-Xgħajra, ta' San Lawrenz u ta' l-Imdina; jista' l-Ministru jgħid jekk mid-29 ta' Jannar 1997 meta huwa wieġeb għall- imsemmija mistoqsijiet, dawn il-kunsilli kitbux dwar \"xi talbiet\" u jekk iva, x'kienet it-tweġiba mogħtija?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mid-29 ta' Jannar, 1997 u minn fost dawk il-kunsilli lokali ndikati fil-mistoqsija tiegħu l-Kunsill ta' l-Imdina biss kiteb fejn ta' indikazzjonijiet ta' l- ispejjeż relatati mal-funzjonijiet tal-kunsill.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦOL - KUNTRATTI", "3108.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2739 dwar \"kuntratti\" u mhux \"kuntratti\" ma' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u t- tweġiba mogħtija fis-seduta tal-11 ta' Frar, 1997, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tax-Xogħol irċevix almenu xi korrispondenza mill- Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u jekk irċeva xi tweġibiet, ingħataw?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Id-Dipartiment tax-Xogħol ma rċieva ebda korrispondenza mill-ILO minn Novembru 1996 sal-lum.", "Madankollu ttieħdu passi permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin biex din l- Organizazzjoni tibda tindirizza il-korrispondenza tagħha lid-Direttur tax- Xogħol permezz tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali.", "KUMPANNIJI - STOCK EXCHANGE", "3161.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid liema korporazzjonijiet u kumpanniji kkontrallati mill-Gvern, direttament jew indirettament, għandhom ishma f'kumpanniji kwotati fuq l-istock exchange u għal kull korporazzjoni/kumpannija jindika l-mument ta' ishma, t-tip kemm u meta nxtraw?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Naħseb li l-Onor Sinjur jifhem li, kif ingħatajt il- parir, l-informazzjoni mitluba hi ta' natura li ma tingħatax b'dan il-mod.", "Barra minn hekk fejn il-listi tax-shareholders huma pubbliċi dawn jista' jarahom bil-mod propizju minn hu interessat.", "Dettalji oħra li talab l-Onor Interpellant ma jidhirlix li huma tat-tip li jingħataw b'dan il-mod.", "LOCAL COUNCILS CONTRACT UNIT", "3162.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jidhirlu l-Ministru li tkun ħaġa tajba li l-Local Councils Contract Unit jgħaddi taħt id-dikasteru tiegħu biex b'hekk il-kunsilli lokali jistgħu jirriferu għand dipartiment wieħed u mhux tnejn kif hemm illum?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma naqbilx li l-Local Councils Contract Unit għandu jgħaddi taħt id-dikasteru tiegħi.", "TAXXI INTERNI - TAXXI", "3191.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu mħallsa flus: (a) Boll ta' Atti - trasferimenti inter vivos f'Jannar, 1997; (b) Provisional Capital Gains Tax - f'Jannar 1997; (c) Bolli ta' Atti - Dikjarazzjonijiet b'Causa Mortis?", "Kif jikkompara dawn ma' l-istess perjodu (Jannar) 1996?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Matul Jannar 1996 l-ammont ta' flus li tħallsu f'Provisional Capital Gains kien ta' Lm488,494 filwaqt f'Jannar 1997 kien ta' Lm354,321.", "Taxxa fuq dokumenti (boll) miġbura fil-perjodi msemmija tammonta kif ġej:", "Perijodu Trasferimenti Trasferimenti inter vivos causa mortis", "Jannar 1996 Lm578,888 Lm45,848 Jannar 1997 Lm698,269 Lm54,113", "QRATI - NOTI TA' INSINWA", "3192.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm Noti ta' Insinwa matul Jannar 1997?", "Kemm minn dawn kienu ta:- (a) Trasferimenti b'Causa Mortis; (b) Trasferimenti ta' proprjeta' mill-Gvern/Awtorita' tad- Djar; (c) Testmenti?", "Kif jikkomparaw dawn ma' l-istess perjodu fil-1996?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Noti ta' Insinwa matul Jannar 1997 kien hemm 1363 filwaqt li fl-1996 kien hemm 2107.", "Minn dawn in-Noti ta' l-Insinwa f'Jannar 1997 106 kienu trasferimenti b'Causa Mortis mentri f'Jannar 1996 dawn kienu 109.", "Ma tinżamm ebda statistika kemm daħlu testmenti kull xahar peress illi din l- istatistika tingħata kull sena, filwaqt li ma tinżamm ebda statistika dwar trasferimenti ta' proprjeta' mill-Gvern/Awtorita' tad-Djar.", "GĦAJN QAJJED - XIRI TA' POSTIJIET", "3193.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fadal postijiet/flats f'Għajn Qajjed Government Flats/Housing Estate li ma ġewx mixtrija mill-persuni b'residenti fihom, u liema huma?", "Kemm titħallas kera fuq kull wieħed minn dawn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Peress li l-amministrazzjoni ta' proprjeta' tal- Gvern taqa' taħt id-Dipartiment ta' l-Artijiet, din il-mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Art.", "L-Awtorita' tad- Djar għandha records biss ta' dawk il-proprjetajiet li ġew trasferiti lill- inkwilini tagħhom taħt skemi varji biex tħajjar inkwilini f'proprjeta' tal- Gvern jsiru sid darhom.", "RABAT - POSTIJIET TAL-GVERN", "3194.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm fadal postijiet fl-Għerixiem Government Flats, Rabat Malta li għadhom b'kera u ma nxtrawx?", "Liema huma?", "Kemm titħallas kera fuq kull wieħed minn dawn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Peress li l-amministrazzjoni ta' proprjeta' tal- Gvern taqa' taħt id-Dipartiment ta' l-Artijiet, din il-mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Art.", "L-Awtorita' tad-Djar għandha records biss ta' dawk il-proprjetajiet li ġew trasferiti lill-inkwilini tagħhom taħt skemi varji biex tħajjar inkwilini f'proprjeta' tal-Gvern isiru sid darhom.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KOMPUTERIZZAZZJONI", "3195.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'tip ta' komputerizzazzjoni qegħda/se tintuża fil-Land Department?", "Meta hija maħsuba li se titlesta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Xi wħud mill-funzjonijiet tad-Dipartiment ta' l- Artijiet diġa huma komputerizzati.", "Dawn huma ir-Registry, is-sistema tal- ġbir tal-kera, Inventarju tal-Proprjeta tal-Gvern (eskluża dik tal-Att IV/1992) li barra li juri dettalji tal-proprjeta jagħti wkoll informazzjoni kif din il-proprjeta llum hi mogħtija.", "Bħal issa qed jitfassal programm biex jiġbor l-informazzjoni kollha relattiva għal akkwist ta' art.", "Dan il- programm għalkemm baqalu xi xogħol wasal fl-istadju li d-dipartiment issa jista' jibda' jiġbor l-informazzjoni relattiva biex din tiġi input u wara trial period żgħir jitkompla.", "Billi l-informazzjoni trid tinġabar mill- files relattivi u records oħra hu mistenni li d-data capture għandu jieħu żmien twil mhux ħażin.", "Hu wkoll ippjanat li fid-dipartiment tidħol GIS.", "Fil-fatt diġa nxtara parti mill-apparat relattiv bil-għan li din is-sistema tibda' tiġi użata.", "BEACH CLEANERS", "3196.", "L-ONOR.", "TONY ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm assenjati li jaħdmu fis-segwenti bajjiet: Għadira Bay; Xemxija Bay; Golden Sands Bay; Għajn Tuffieħa Bay (taħt ir-Riviera Hotel); Ġnejna Bay; Armier Bay; Little Armier Bay; Pretty Bay u x'inhuma l- ħinijiet ta' dawn u fejn jirrapportaw għax-xogħol?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: In-numru ta' beach cleaners assenjati fil-bajjiet li semma l-Onor Interpellant huwa kif ġej.", "|Għadira |9 | |Xemxija |4 | |Ġnejna/Għajn |9 | |Tuffieħa/Golden Bay| | |Armier u Little |9 | |Armier | | |Pretty Bay |10 |", "Dawn jirraportaw għax-xogħol fuq il-lant tax-xogħol tagħhom.", "Rigward il-ħinijiet tagħhom irrid ngħid li b'arranġamenti speċjali taħt l- Amministrazzjoni Nazzjonalista dawn qed jaħdmu b'sistema ta' mqieta.", "F'ċerti każi jibdew fis-7.00 a.m. u jieqfu x'ħin ikun lest ix-xogħol assenjat lilhom.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "3232.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti pazjenti mill-isptarijiet u kliniċi privati fl-iSptar San Luqa matul is-sena 1995 u 1996?", "Liema kienu l-kliniċi u l-isptarijiet?", "Liema kienu dawn il-kliniċi u sptarijiet privati?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni li talab l-Onor.", "Interpellant ma tiġix miġbura.", "VAT - REFUND TAL-VAT", "3233.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jippubblika addenda mal-White Paper for a Better Tax System dwar kif l-importaturi u r-retailers se jieħdu lura l-ammont ta' VAT li diġa' ħallsu għall-istocks li għandhom fil-pussess tagħhom meta s- sistema ġdida tidħol fis-seħħ?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sakemm tibqa' fis-seħħ il-Liġi tal-VAT il-ħlas u pagamenti lura jsiru kif hemm provdut fil-liġi.", "AWTORITA' SANITARJA - SKART", "3240.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3084 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe' l-Gvern għandu xi informazzjoni dwar jekk fil-pajjiż hawnx toxic waste maħżun minn xi manifatturi lokali?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi qegħdin jittieħdu dwar leakages u proper storage?", "Qiegħed isir xi survey mill-Occupational Health Inspectors f'azjendi f'Malta biex jaraw jekk hemmx minn dan l-industrial toxic waste u x'qegħdin jagħmlu bih?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-immaniġġjar ta' skart industrijali li parti minnu huwa tossiku huwa rregolat mill-Awtorita' Sanitarja permezz ta' Regolament 44 f'Att Legali 52 tal-1986.", "Minn stħarriġ li jsir minn żmien għal żmien mid-Dipartiment ta' l-Ambjent ma jirriżultax li hawn toxic waste maħżun minn xi manifatturi lokali għajr xi materjal li fihom PCB's u kwantita' ta' asbestos maħżun fil-Power Station antika ta' Kordin.", "Id-Dipartiment tal-Waste Management Implementation ukoll għandu kwantita' ta' mercury batteries li huma miġbura taħt l-iskema għall-ġbir ta' batteriji użati.", "Dawn il-materjali kollha huma maħżuna taħt kondizzjonijiet xierqa u fil- kura ta' nies responsabbli.", "TOROQ - TRASPORT TA' MERKANZIJA DOMESTIKA", "3241.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3086 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat- Trasport u Portijiet u li issa ġiet riferuta lilek ċioe' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-mezzi tat-trasport u merkanzija domestika ta' ġarr ta' materjal għal bini u affarijiet simili jiġi ndikat lilhom l-ammont ta' piz li jistgħu jġorru minħabba li ċertu toqol mhux rakkomandabbli għat-toroq tagħna?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Is-survey u r-rapport dwar l-axle loads u l- impatt li għandhom fuq il-wiċċ tat-triq tlesta.", "Id-Dipartiment tat-Toroq, il-Pulizija u l-Bord għal-Kontroll tat-Traffiku jridu jikkonsidraw l- informazzjoni miġbura sabiex ikunu jistgħu jitfasslu guidelines biex jiġi rregolarizzat dan l-aspett tat-trasport.", "PITKALIJA - ĦASIL TA' KAXXI", "3262.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid b'liema sistema qed isir il-ħasil tal-kaxxi fil- Pitkalija?", "Jekk il-każ hu li l-makna tal-ħasil tinsab bil-ħsara, jista' l- Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-istess ħsara, kemm ilha u meta se tiġi rranġata l-istess ħsara?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, matul dawn l-aħħar snin il-kaxxi l-kbar qatt ma kienu jinħaslu għax il-makna tal-ħasil li qabel kienet taħdem bil-gass u mbagħad inqalbet għall-elettriku qatt ma kienet armata biex taħsel il-kaxxi l-kbar.", "Sfortunatament qatt ma kienet tlaħħaq mad-domanda u dan b'detriment illi l-bdiewa kien ikollhom il-kaxxi l-kbar maħmuġin.", "Fil-preżent għaddejjin b'diskussjonijiet biex isir titjib fis-sistema tal- ħasil u tal-ħażna tal-kaxxi, bil-għan li l-bdiewa ikunu moqdija kif jixraq.", "SAJJIEDA", "3263.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li l-Ministru qal fil-Parlament li waħda mill-koperattivi tas- sajjieda \"iffaċċjat disfatta\" matul l-Amministrazzjoni Nazzjonalista (1987 - 1996), jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu id-disfatti li l-istess koperattiva kellha tiffaċċja?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Membru jiltaqa' mal-membri tal-koperattiva biex dawn ikunu jistgħu jinformawh huma stess bil-problemi li kienu qegħdin jiffaċċjaw sforz il-firda li kienet inħolqot fost is- sajjieda membri taż-żewġ koperattivi fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "TRASPORT U PORTIJIET - TRANSFERS", "3285.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil- korporazzjonijiet/awtoritajiet/kumpanniji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena informat li mis-17 ta' Jannar, 1997 sal- lum sar transfer wieħed fil-korporazzjonijiet, awtoritajiet, kumpaniji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħi.", "Tajjeb li wieħed jinnota li dan it-transfer sar fuq talba mill-individwu stess.", "MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET - TRASFERIMENTI", "3286.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil-korporazzjoni/korporazzjonijiet li jaqgħtu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mis-17 ta' Jannar 1997 seħħew dawn it-transfers ġewwa il-Korporazzjoni ta' l-ilma.", "Esterni : Transfer wieħed għall-Ministeru tat-Turiżmu.", "Interni : Transfer wieħed mis-Sezzjoni ta' l-Engineering għas-Sezzjoni tal-Produzzjoni.", "DJAR - TRASFERIMENTI", "3287.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fl-Awtorita' tad-Djar mis-17 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Ma sar l-ebda transfer mill-Awtorita' tad-Djar mis- 17 ta' Jannar 1997 sal-lum.", "DIPARTIMENT TA' L-EKONOMIJA U FINANZI - TRASFERIMENTI", "3288.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil- korporazzjonijiet/kumpanniji/aġenzji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - TRASFERIMENTI", "3289.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm seħħew transfers fil-korporazzjonijiet/aġenzji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mis-17 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19970513_065d_par.doc", "date": "1997-05-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 65 It-Tlieta, 13 ta' Mejju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 65", "It-Tlieta, 13 ta' Mejju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.18 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "65", "It-Tlieta, 13 ta' Mejju, 1997", "WERREJ MINUTI 249", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 249", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 253", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 254", "AĠĠORNAMENT 277", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 283", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 298", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 64 li saret fit-12 ta' Mejju, 1997, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITA' - EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "4892.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Giovanna Debono) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li ċerti eżamijiet tal-MATSEC fil-Livell Ordinarju li se jsiru issa se jaħbtu fl-istess ġurnata u fl-istess ħin ma' eżamijiet ta' universijiet barra minn Malta, jista' l-Ministru jikkonsidra l-każ li wieħed mill-eżamijiet li jaħbtu fl- istess ħin, isir immedjatament wara li jispiċċa l-ewwel eżami, b'arranġamenti apposta bejn l-Examination Branch tad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni u l-Universita' ta' Malta fuq talba ta' studenti nvoluti li jippreferu li jkollhom ħin twil ta' eżamijiet, wieħed wara l-ieħor, milli jitilfu ċ-ċans li jagħmlu ċerti eżamijiet?", "Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li għal sezzjonijiet oħra ta' eżamijiet 'il quddiem dan ma jerġax jiġri?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5417.", "MARSA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "4928.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex surġenti stazzjonati fl-għassa tal-Pulizija tal- Marsa m'humiex jorqdu fl-għassa tal-Marsa meta jkun imisshom jorqdu hemmhekk u minflok qed imorru jorqdu d-dar, bir-riżultat li meta jinqala' x- xogħol bil-lejl ikollhom jagħmluh surġenti mill-għassa tal-Ħamrun?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li s-surġenti stazzjonati fl-għassa tal-Pulizija tal-Marsa ilhom ma jorqdu f'din l-għassa għal dawn l-aħħar tliet snin, minn meta l-ewwel sular, li kien iservi ta' dormitorju, ġie mgħoddi lill-kunsill lokali.", "PULIZIJA - QBID TA' MUTURI", "4929.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minn erba' muturi li nqabdu minn pulizija fl-għassa tal-Ħamrun u li tpoġġew fil-garaxx ta' l-istess għassa?", "Ta' min huma dawn l-erba' muturi?", "Minn fejn inġabru mill-pulizija?", "Tressaq xi ħadd il-qorti b'konnessjoni magħhom?", "X'tip huma dawn l-erba' muturi, u għadhom fl-istess kondizzjoni ta' meta ġew miġbura ftit tal-ġimgħat ilu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li f'Jannar ta' din is-sena kienu ġew miġbura mill-pulizija tal-Ħamrun tliet muturi.", "Wieħed inġabar mingħand persuna, u t-tnejn l-oħra nstabu abbandunati l-Marsa.", "Minn investigazzjoni li għamlet il-Pulizija, irriżulta li l-ewwel wieħed kien misruq u persuna ġiet imressqa l-qorti.", "Għadu ma ġiex identifikat ta' min huma ż-żewġ muturi l-oħra peress li dawn kellhom diversi partijiet neqsin.", "Ninsab informat ukoll li dawn għadhom fl-istess kondizzjoni ta' meta nġabru mill-pulizija.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Tista' l-Pulizija tindaga jekk dawn il-parts kenux neqsin jew jekk insterqux mill-għassa stess?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk l-Onor.", "Membru għandu xi informazzjoni supplimentari li m'hijiex qiegħda għad-dispożizzjoni tiegħi nitolbu jgħaddihieli u jiena niċċekkja fuq il-punti li jqajjem.", "GĦASSA TAL-ĦAMRUN - SURĠENT", "4930.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi surġent fl-għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun li ngħata, jew qed jingħata xi permess, biex ma jilbisx l-uniformi tal- pulizija waqt il-qadi tad-doveri tiegħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li fl-għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun hemm surġent li mhux qed ikun bil-ġakketta ta' l-uniformi peress li dik mogħtija ġietu żgħira u l-kuntrattur kellu xi diffikulta' jissupplixxi oħra minħabba nuqqas ta' drapp.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nittamaw li bir-riforma fil-korp tal-Pulizija jaslu l- qisien neċessarji għal din il-ġakketta, pero' jidher li din hija sitwazzjoni li ilha għaddejja, jiġifieri ma naħsibx li din tista' tkun il- kawża mmedjata għaliex dan m'huwiex qiegħed jilbes l-uniformi.", "Jidher li din il-persuna - m'iniex se noqgħod insemmiha hawnhekk - ilha xhur sħaħ ma tilbes uniformi u jien naħseb li l-pulizija, ħlief fejn huwa meħtieġ minħabba raġunijiet ta' sigurta' u ta' operazzjoni, għandhom jilbsu l- uniformi ħalli wieħed jiddistingwi bejn min huwa pulizija u min m'huwiex f'din l-għassa.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li r-riforma fil- korp tal-Pulizija żgur li se tmur oltre mill-kwestjoni tad-drapp li jista' jkollhom bżonn il-pulizija.", "Jien ninsab impressjonat minn kemm l-Onor.", "Borg jaf tajjeb lil dan il-pulizija in kwestjoni.", "Ladarba semma xhur, forsi din hija riferibbli għal meta kien responsabbli mill-pulizija hu.", "Nista' nassigurah li jekk il-problema tista' tiġi solvuta, din tkun solvuta fl-iqsar żmien possibbli.", "GĦASSA TAL-ĦAMRUN - MEMBRI", "4933.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk membri fl-għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun ingħatawx xi permess speċjali biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn oġġetti maqbuda biex ikunu esibiti fil-qorti, fosthom sett tat-televiżjoni u microwave oven?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li l-oġġetti li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant diġa' ġew esibiti formalment fil-qorti.", "Il- każ ġie deċiż u jonqos biss li sidhom, li diġa' ġie avżat, imur jiġborhom.", "Ninsab informat ukoll li m'huwiex isir użu minn dawn l-oġġetti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed nifhem li dawn l-oġġetti għadhom fl-għassa tal- Pulizija tal-Ħamrun, u għalhekk nappella lill-Prim Ministru biex jerġa' jiċċekkja l-informazzjoni li ngħata għaliex jidher li dan il-microwave oven u s-sett tat-televiżjoni għadu qed isir użu minnhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Min-naħa tiegħi, Madam Speaker, nappella lill-Onor.", "Interpellant sabiex jekk għandu informazzjoni li m'hijiex għad- dispożizzjoni tiegħi, allura jgħaddihieli għaliex jekk noqogħdu nagħmlu battibekki fl-arju mingħajr ma jkollna l-informazzjoni li allegatament jew possibbilment tinsab għad-dispożizzjoni tiegħu, ikun ftit diffiċli biex wieħed jagħmel ir-riċerki meħtieġa.", "L-informazzjoni li tajt hija dik li ġiet mogħtija lili u sa dan il-mument m'għandix għalfejn niddubita minnha.", "ENEMALTA - GENERAL MANAGER", "4971.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fis-sejħa għall-general manager li qed issir mill-Enemalta m'hemmx imniżżel li l-applikanti għandhom għallinqas ikollhom first degree fil-Management jew fl-Inġinerija?", "Ma jidhirlux il- Ministru li minħabba l-importanza tal-post, il-Bord kellu jagħmel din il- kwalifika?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ): Il-Bord tal- Korporazzjoni deherlu li l-avviż għandu jidher kif fil-fatt ġie ppubblikat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu lejn il-Ministru, ma naħsibx li din hija risposta.", "Huwa ovvju li huwa l-avviż għaddih lill-bord tad-diretturi imma d-domanda tiegħi hija kif, meta qed nistaqsu għal general manager għall-Enemalta - jiġifieri l-ogħla post eżekuttiv fl-Enemalta u post li huwa bżonnjuż - l-advert għal din il-pożizzjoni lanqas ikun jitlob first degree fil-Management jew fl-Inġinerija.", "Ċertament li għal management post hekk għoli f'korporazzjoni li għandna 'l fuq minn 1,000 ħaddiem - post li ilu żmien vakanti, jekk qatt kien jeżisti - trid xi ħadd ta' abilita' kbira.", "Allura ma jarahiex stramba l-Ministru - kif naraha jiena - li għal post bħal dan ma nistaqsux għall-first degree fil-Management jew almenu fl- Inġinerija?", "Jiena prefibbilment naħseb li dan għandu jkollu first degree fil-Management iktar milli fl-Inġinerija.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: In-nuqqas li jkun hemm din l-ispecification li semma l-Onor.", "Interpellant ovvjament ma eskludiex li japplikaw nies b'degrees.", "Fil-fatt, bħalissa l-Enemalta qiegħda tikkonsidra 24 applikant li fosthom hemm nies kwalifikati.", "Il-Bord ta' l-Enemalta ħass li ma kellux jagħmel dan is-suġġeriment li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant għaliex ma riedx jagħmel kondizzjonijiet li permezz tagħhom jeskludi nies li jista' jkollhom ċertu executive management experience, iżjed u iżjed fid-dawl tad- diffikulta' li kienet sabet l-Amministrazzjoni preċedenti biex timla' l- post ta' general manager.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk qed nifhem tajjeb, skond l- informazzjoni supplimentari li għadu kif ta l-Ministru, hemm 24 applikant għal dan il-post.", "Jista' jgħid jekk dawn humiex kollha applikazzjonijiet minn ġewwa l-korporazzjoni jew inkella jekk humiex minn barra l- korporazzjoni?", "F'dan ir-rigward, xi proċedura beħsiebha ssegwi l-Enemalta, jiġifieri bejn applikazzjonijiet minn ġewwa u applikazzjonijiet minn barra?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-Enemalta se timxi on an equal footing ma' l- applikanti kollha.", "Jekk m'iniex sejjer żball - I stand to be corrected - hemm xi tnejn jew tliet applikanti minn ġewwa l-korporazzjoni u dawn se jiġu kkonsidrati bl-istess kejl.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru jeskludi bl-iktar mod assolut li din il- kwalifika tħalliet barra għar-raġuni li l-bord ried jivvantaġġa lil xi ħadd li huwa minn ġewwa sabiex almenu jkun jista' japplika?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, neskludih bir-responsabbilta' kollha personali.", "Meta l-bord għamel il-job description, iddiskutewha miegħi u jiena kont sodisfatt fiċ-ċirkostanzi.", "Lill-Onor.", "Interpellant nista' nassigurah bl- aktar mod kategoriku li m'hemm l-ebda ħsieb li jiġi vvantaġġjat xi ħadd, la minn ġewwa u lanqas minn barra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Madam Speaker, naħseb li l-Ministru ma fehemnix sewwa.", "Jien m'iniex qed ngħid li xi ħadd se jiġi vvantaġġjat fl-għażla.", "Jiena qed nistaqsi jekk fid-deċiżjoni li ma tiġix nkluża l-first degree kienx hemm il-ħsieb li b'dan il-mod xi ħadd li huwa diġa' mpjegat ikun jista' japplika.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le.", "KUMITAT GĦAR-RIABILITAZZJONI TAL-BELT VALLETTA", "4972.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar it- talba tal-Kunsill Lokali tal-Belt dwar id-delega tal-funzjonijiet tal- Kumitat għar- Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-funzjonijiet tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta se jibqgħu jiġu mħaddma mill-istess Kumitat.", "Nixtieq inżid li wara li nkitbet din ir-risposta, jiena kelli laqgħa mal- Kunsill Lokali tal-Belt u minħabba li ġew riveduti l-guidelines u issa l- kunsilli lokali għandhom ċerti funzjonijiet speċifiċi, qbilna li qabel ma jiġu ppubblikati dawn il-guidelines il-ġodda nikkonsulta ruħi mal-Kunsill Lokali tal-Belt u mal-kunsilli lokali l-oħrajn.", "Fil-fatt lil dawn għaddejtilhom kopja tad-draft guidelines.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Madam Speaker, peress li l-Belt Valletta hija l-belt ta' kulħadd u mhux tan-nies li joqogħdu fiha biss xtaqt nistaqsi fiex waslu l-pjanijiet dwar Triq ir-Repubblika.", "Jien jidhirli li kien hemm xi proġett tal-Valletta Rehabilitation Committee u anke tal-kunsill lokali sabiex il-paviment u anke t-triq innifisha li hija pedestrian area tiġi rranġata.", "X'ġara mill-proġett ta' Triq San Zakkarija?", "It-tabella hemm qiegħda, pero' jidher li x-xogħol għadu ma bediex.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fir-rigward ta' Triq San Zakkarija, fil-fatt ix- xogħol inbeda u nbeda sew.", "S'issa li sar f'din it-triq huwa li nbidlu s- surfaces kollha, jiġifieri saru surfaces ġodda tad-dawl u b'mod speċjali ta' l-ilma.", "Saret ukoll tħejjija sabiex l-ilma tax-xita jiġi drained minn dik it-triq.", "Ix-xogħol ta' pavimentar tat-triq ma setax jitkompla għal fatt illi issa deħlin fl-istaġun meta n-nies fil-Belt jiżdiedu u għaldaqstant is-sidien tal-ħwienet talbu - u aħna qbilna magħhom - li x- xogħol fuq il-paviment isir aktar tard matul is-sena.", "Aħna nisperaw li mill-esperjenza li nieħdu mill-proġett ta' Triq San Zakkarija nkunu nistgħu nimxu aħjar għar-rigward tax-xogħol li jrid isir fi Triq ir-Repubblika.", "Triq ir-Repubblika hija ftit iktar komplikata minn Triq San Zakkarija, għal fatt li x-xogħol li jrid isir fi Triq ir-Repubblika jrid ikun konformi mal- funzjonijiet li għandha din it-triq.", "Waħda mill-aktar affarijiet li wieħed irid jieħu ħsieb fuq Triq ir-Repubblika hija l-fatt li minn din it-triq tgħaddi l-parata tal-Karnival.", "Jekk isir ċertu tip ta' upgrading fi Triq ir-Repubblika li b'xi mod tista' taffettwa l-mixja tal-Karnival dan ikun ifisser li l-parata tal-Karnival ma titħalliex tgħaddi minn din it-triq.", "Qegħdin għaddejjin diskussjonijiet bejni, bejn il-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Cilia kif ukoll mal-Kumitat li jieħu ħsieb il-Karnival sabiex inħarsu lejn din il-problema.", "PHIL NOBLE", "4973.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-inkarigu li ngħata Phil Noble mill-elezzjoni 'l hawn u kemm tħallas għal kull biċċa xogħol?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-Sur Phil Noble ma ngħata ebda inkarigu mill-Gvern mill-Elezzjonijiet Ġenerali 'l hawn.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jgħid almenu x'kienet il- funzjoni tas-Sur Noble fil-kontest tal-Euro-Med Conference?", "MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-kontest tal-Euro-Med Conference b'riferenza u riferibbli għax-xogħol li kien għaddej mill-Kumitat li jmexxi l-Euro-Med Conference ma kien hemm l-ebda xogħol li kien qed jagħmel s-Sur Phil Noble.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Memorandum mibgħut lili mis-Segretarju Permanenti għall-Affarijiet Interni fil-21 ta' April 1997 dwar rakkmandazzjonijiet mill-Bord ta' Inkjesta dwar il-mewt ta' Carlos Chetcuti.", "Sinjura President, tiftakar li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra r- rapport tal-Bord ta' l-Inkjesta fuq il-mewt ta' Carlos Chetcuti, imbagħad kif għandu jsir, is-Segretarju Permanenti għall-Affarijiet Interni għamel rapport - li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra - dwar il-follow-up fuq ir- rakkmandazzjonijiet tal-Bord ta' l-Inkjesta.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar impjegati bi grad postali fid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5274.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar frott importat mill-1 ta' Novembru 1996 sal-15 ta' April 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5397; u", "Lista li turi n-numru ta' trademarks reġistrati bejn l-1989 u l-1995, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5412.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pjanta ta' l-area allokata għall-użu tal-Medserv f'Birżebbuġia, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5396.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet ġodda ta' bċejjeċ tal-baħar bejn l-1993 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5403.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pjanta approvata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, għal tibdil fid-daħla ta' Buġibba ħdejn Triq il-Pijunieri, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5264.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Mozzjonijiet.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Mejju, 1997.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona huwa in possession of the House.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, l-aħħar li kont qed nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi kont qiegħed niddelinja kif l- istatistiċi f'kull rapport li hawn - kemm tal-Bank Ċentrali, kemm dawk ta' l-Economic Survey u anke oħrajn - juru n-nuqqas fil-foreign direct investment f'Malta partikolarment fis-settur tal-manifattura matul dawn l- aħħar tliet snin.", "Għalhekk kont qed navvanza l-argument li wieħed irid jieħu with a pinch of salt il-ftaħir min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li dan l- abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llejla kien diġa' ppreparat minnhom u lest biex jiġi diskuss f'dan il-Parlament.", "Jekk kellhom dawn il-fatti u l- figuri mill-istatistika preżenti quddiemhom u kienu wkoll ippreparaw dan l- abbozz ta' liġi, allura għaliex ma kenux għamluh liġi?", "Mill-banda l-oħra, kif dawn jiġu hawnhekk u kważi jipprovokaw lin-naħa tal-Gvern bl-akkuża li huwa f'dawn l-aħħar sitt xhur li naqas l-investiment u li aħna qegħdin nagħmlu dawn l-inċentivi minħabba li naqas l-investiment f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "Hawnhekk hawn kontradizzjoni liema bħala li assolutament m'hijiex aċettabbli għaliex hija illoġika.", "L-Oppożizzjoni hija responsabbli għal dak li ġara f'dan il-qasam f'dawn l- aħħar tliet snin għaliex kienu jafu b'dawn il-fatti u l-figuri u mhux sewwa meta n-naħa ta' l-Oppożizzjoni tgħid li l-investiment fil-manifattura naqas f'dawn l-aħħar sitt xhur.", "Meta wieħed jara dawn il-fatti u figuri mill- ewwel jinduna għaliex il-Gvern Nazzjonalista ma kienx daħħal dawn l- inċentivi industrijali.", "Huwa veru li huma kienu abbozzaw ħafna minnhom imma meta tara il-kambjamenti li għamilna aħna, tinduna li huma ma kenux daħħluhom minħabba l-overriding goal li jdaħħlu lil Malta membru sħiħ fl- Unjoni Ewropea.", "Eżattament minħabba f'dan l-overriding and very costly goal għal Malta li ma daħħlux dawn l-inċentivi u li l-manifattura f'Malta naqset b'mod drastiku għall-Maltin kollha.", "Madam Speaker, irrid ngħid li kieku Malta daħlet membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea ma kenitx se żżid il-manifattura anzi kienet se tnaqqasha.", "Dan juri li l-għaġeb ta' enfasi li għaddej bħalissa li s-salvazzjoni ta' Malta hija s-sħubija fl-Unjoni Ewropea mhux minnu, anzi kienet tkun id-daqqa tal- mewt għas-settur tal-manifattura f'dan il-pajjiż, kif eżattament kienu wrew biċ-ċar il-kummissarji ta' l-Unjoni Ewropea fl-avis dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "F'dak l-avis - dan tajjeb li niftakruh - kienu innotaw li l-ikbar numru ta' manufaturers li hawn f'dan il-pajjiż huma dawk żgħar u dawn huma eżattament dawk l-industriji li fl-Unjoni Ewropea qed jipprovaw jagħtuhom iktar saħħa.", "Infatti dan huwa bil-maqlub ta' kif kien stabbilit fil-bidunett fit-Trattat ta' Ruma, meta kulma kienu daħlu kienu l-anti- trusts regulations prinċipalment ikkoppjati mill-Amerka, daħħlu is-section 86 u dawk ta' madwarha fuq il-monopolies u l-mergers u pprovaw jittekiljaw biss dawk l-għaqdiet u ażjendi kummerċjali li kienu se jikbru u jkomplu jikbru tant li kienu se jaħkmu lil kulħadd.", "Biss sa seba' snin ilu - ovvjament dan wara evoluzzjoni ta' kważi 25 sena - bdew jindunaw li b'din il-politika li jrażżnu l-mergers bejn id-ditti l-kbar nett u li jrażżnu l- monopolies b'ħafna aspetti differenti - fil-Qorti Ewropea hemm ġurisprudenza ricca ħafna u tista' tara kemm ipprovaw irazznu lill-kbar nett milli jsiru ikbar - ma kenitx suffiċjenti anke għall-Ewropa stess.", "Allura bdew policy oħra - u huwa interessanti għalina jekk irridu nħarsu lejn x'qiegħed jiġri fil-Kontinent ta' l-Ewropa - li jippromwovu l-ismall and medium sized enterprises.", "Mela hawnhekk naraw tip ta' strateġija totalament differenti; fil-bidu kienu kemm kemm kontra laisser-faire esaġerat, allura kienu kemm kemm kontra l-monopolies il-kbar nett kemm f'sensiela ta' prodotti, kemm f'zona ġeografika, kemm f'saħħa finanzjarja, kemm f'interlocking directorates u f'diversi aspetti ta' saħħa kbira industrijali/kummerċjali u kienu iddeċidew li jagħtu kas dan l-aspett progressista li kien ilu ġewwa l-Ewropa anke minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija u kienu ħasbulu eżattament fit-Trattat ta' Ruma iktar minn 30 sena ilu, imbagħad meta raw li din il-linja ma kenitx se tirrendilhom, bdew it- tieni linja ta' l-ismall and medium sized enterprises li waslet fil- fruition tagħha fl-1989/90.", "F'dak iż-żmien, Alla jbierek, hawn Malta konna għadna għaddejjin fil-linja li ningħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea, jiġri x'jiġri lill-manufacturers iż-żgħar.", "Il-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea nnotat li hawn Malta wkoll bħall- Unjoni Ewropea, il-profile, mutatis mutandis, huwa l-istess, għax rat li għandek numru żgħir ta' industriji kbar u numru kbir ta' industriji żgħar.", "Hawnhekk ta' min isemmi kemm kienu saru studji interni min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista, tant li kien jaf li mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea - kif fuq kollox indika l-avis - mill-inqas 4,500 li kienu jaħdmu fl- industrija ż-żgħira kien ikollhom jispiċċaw mix-xogħol tagħhom għaliex lanqas kienu jkunu salvagwardati bil-liġijiet ta' kontra l-monopolji u ta' kontra l-mergers.", "Dawn, bażikament, bl-impatt tad-dħul fl-Unjoni Ewropea ma kenux ikunu jistgħu jifilħu għall-kompetizzjoni Ewropea.", "Mela hawnhekk naraw kemm ma kenitx f'waqtha r-rankatura biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea mingħajr ebda kondizzjonijiet ta' xejn.", "Għallinqas wieħed kien jippretendi li nisimgħu xi ħaġa dwar xi kondizzjonijiet.", "F'paġna 52 tas-Central Bank Annual Report tas-sena li għaddiet hemm spjegazzjoni ta' kif in-numru ta' kumpanniji barranin f'Malta naqsu matul l- 1996 u fl-istess paġna jerġa' jikkonferma dak li tennejt id-darba l-oħra, jiġifieri li l-foreign direct investment fil-manufacturing sector kien naqas minħabba li t-total amount of capital injected naqas drastikament.", "Meta inħarsu lejn l-Economic Survey ta' l-istess sena nsibu li f'paġna 90 hemm li n-net investment f'Malta naqas bi 11%.", "Madam Speaker, jien naħseb li tnaqqis ta' 11% fin-net investment huwa ta' inkwiet gravi ħafna għal pajjiżna, għaliex dak huwa tip ta' mard kroniku, bħal meta wieħed ikollu marda fil-mudullun li jirriġenera l-life-blood tas-sistema vaskolari sħiħa tal-bniedem.", "Madam Speaker, insemmi wkoll, per eżempju, is-settur tat-turiżmu li wkoll mar ħażin għaliex ġew 50,000 turist inqas u l-esportazzjoni li wkoll qalgħet daqqa ta' ħarta għaliex kien hawn b'Lm20 miljun inqas f'esportazzjoni.", "Meta jonqos l-investiment ma tkunx ħadt daqqa waħda għax din hija strutturali daqslikieku wieħed ikollu cancer li minħabba fih ma jkunx qed jipproduċi dawk l-elementi li jrid ikollu s-saħħa fuqhom.", "Imbagħad, biex tkompli tagħqad, l-abbozz ta' liġi li kien ippreżenta l- Gvern Nazzjonalista - meta dawn diġa' kellhom il-fatti u l-figuri - li jirrigwarda inċentivi industrijali, lanqas biss kien ġie diskuss f'dan il- Parlament.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi li l-Onor.", "Sceberras Trigona jkompli bid-diskors tiegħu.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Ekonomija u Finanzi): Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Alex Sceberras Trigona jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Madam Speaker, minn dan kollu li għidt wieħed jara kemm hija iktar kriminali l-leblieba tal-Partit Nazzjonalista biex idaħħal lil Malta fl- Unjoni Ewropea at all costs u lanqas biss indenja ruħu jdaħħal dawn l- inċentivi industrijali allavolja kien qed jara li l-foreign direct investment fil-manufacturing sector kien qiegħed dejjem jonqos.", "Għal dawk li huma training grants ta' l-ETC wieħed jara wkoll li dawn kienu qegħdin jonqsu sena wara l-oħra u dan minħabba li kien hemm inqas investiment u minħabba li s-sur industrijali kien qiegħed jonqos fid-daqs.", "Minn dan wieħed jista' jara kemm din il-policy kienet sejra ħażin.", "Hawnhekk nistgħu naqilbu x-xenarju u ngħidu li faċilment setgħet kienet sena ħażina għall-foreign investment minħabba li fl-Ewropa ma kenux qegħdin jinvestu u allura Malta, bħala estensjoni kummerċajli, batiet ukoll estensjoni ta' investiment fid-decline tiegħu, pero' l-każ ma kienx hekk.", "Bħala policy, l-ETC fir-rapport tagħha dwar l-1996 ftaħret li kien hemm il- marked shift għal services sector minflok il-manufacturing sector.", "Allura meta tara li r-rapport tas-Central Bank qed jgħid li l-foreign direct investment qiegħed jonqos, l-Economic Survey qed jurik l-istess u l-ETC qiegħda tgħid li hemm marked shift għas-services sector, bilfors tgħid li dawn kienu qegħdin jieħdu gost jaraw l-investiment fis-settur tal- manifattura jonqos.", "Madam Speaker, ma nistax inżomm lura milli niftakar li meta kien fil- gvern il-Partit Laburista fit-tmeninijiet, l-Onor.", "Fenech Adami, dak iż- żmien Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qal - u dan kien ġie recorded bil- Ġermaniż ukoll - li kien qed jitkarrab mal-Ġermaniżi li l-investiment Ġermaniż f'Malta mhux qed jonqos biżżejjed.", "Imbagħad l-istess Onor. Fenech Adami kien għamel kawża dwar dan għaliex ma riedx jammetti li qal dak il- kliem u qagħdu joqogħdu jdaħħlu ħafna nuances biex jgħidu li huwa ma kienx qed jgħid li qed jieħu gost li l-fabbriki Ġermaniżi qed joħroġu minn Malta, anzi kienu jridu jġibuha li kien qed jikkomplejnja għaliex dawn kienu qegħdin joħorġu malajr minn Malta.", "Li ġara kien li dik ix-xewqa li ma seħħitx dak iż-żmien ġiet boomeranged fuq il-Gvern Nazzjonalista fil-bidu tas-snin disgħin, għax ġara li kien hemm decline fil-manufacturing sector u lanqas biss ġie korrett.", "Anke meta tħares lejn paġna 160 ta' l-Economic Survey tara li l-MDC soft loans bdew jonqsu wkoll u allura tibda tgħid li din is-sitwazzjoni hija deliberate minħabba ħafna fatturi; minħabba l-goal tal-membership fil-European Union u minħabba l-goal li kellu l-Partit Nazzjonalista li jgħin iktar lis-settur tas-servizzi a skapitu tas-settur tal-manifattura.", "M'hemm xejn ħażin li wieħed jgħin lis-settur tas-servizzi jikber imma mhux a skapitu tas-settur tal-manifattura.", "Huwa tajjeb għal pajjiżna li jsir dan?", "Jien sinċerament ma naħsibx, pero' għandna nħallu f'idejn iċ-ċittadin sabiex jiddibatti jekk hux aħjar job fis-settur tas- servizzi jew inkella job fis-settur tal-manifattura, imma mhux inti tmur oltre minn dan minħabba fissazzjoni ideoloġika fl-Ewropa li tgħin iktar lis- settur tas-servizzi u ma tgħinx lis-settur tal-manifattura u tnaqqas is- soft loans u t-training grants.", "Għalhekk jiena ma nistax ma naqbilx ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llejla għax wieħed jara li l-ETC training grants, fl-estimi ta' l- aħħar budget ġew miżjuda minn Lm650,000 għal Lm720,000.", "Anke l-aspett tas- soft loans se jkun ikbar din is-sena.", "Apparti minn hekk il-qofol ta' kollox huwa li għall-ewwel darba, fl-estimi għal din is-sena, ġiet ivvotata somma li tammonta għal Lm0.5 miljun biex minnha jibbenefikaw dawn is-small and medium sized enterprises.", "Allura meta wieħed jibda jara li dan l-abbozz ta' liġi għandu fih is-sugu finanzjarju li diġa' għadda fil-budget iktar kmieni din is-sena, wieħed ikun qiegħed jara li, l-ewwelnett qegħdin nieħdu stock tas-sitwazzjoni preżenti, it-tieni nett qegħdin nivvotaw il-flus għaliha u t-tielet nett qegħdin indaħħlu ċerti provvedimenti leġislattivi b'fine tuning tassew sofistikat u li jixraq lil Malta biex b'hekk ma naħlux dawk il-flus.", "Huwa tajjeb li t-training grants ikunu monitored sew mill-ETC stess ħalli ma jkollniex min ikun qiegħed jieħu holiday minn fuq it-training grants u forsi jkun hemm ditti oħra li jkollhom bżonn ta' training grants u ma jkunux qed jeħduhom.", "Tajjeb ukoll li s-soft loans li se jkun hemm available se jkunu soft loans b'interessi ta' 3% fis-sena allura hekk ikunu tassew soft loans għall-industrija li għandu jagħmilna kompetittivi ma' ħafna pajjiżi viċini madwarna fil-Mediterran u fil-Lvant ta' l-Ewropa li huma l-kompetitturi tagħna u li ma jagħtux soft loans ta' 3% kif qed nipproponu f'din il-liġi.", "Madam Speaker, it-tieni ħaġa li tolqotni f'dak li qed nipproponu f'din il- liġi huwa l-konċett ta' finance leasing u l-konċett tal-hire purchase għax b'dawn se nolqtu diversi problemi li qed jiffaċċja l-pajjiż għaliex meta inti se tagħti s-soft loans għall-finance leasing u għall-hire purchase ta' makkinarju, min-naħa waħda se tkun qed tassorbi makkinarju li jkun qiegħed idle fil-pajjiż u min-naħa l-oħra tkun qed tagħti l-possibbilita' lill- industrija Maltija, li forsi ma jkollhiex profil finanzjarju daqshekk b'saħħtu, li tixtrih mill-ewwel jew li tikrih fuq bażi ta' hire purchase, fejn allura kull kontribuzzjoni tal-kirja ta' dak il-makkinarju jibda jitqies bħala parti mill-prezz eventwali li se tħallas.", "Issa ħalliha li dak il-makkinarju se tħallsu fuq perijodu ta' seba' jew 10 snin, imma permezz ta' soft loan għall-hire purchase agreement li jkun estiż fuq bażi ta' seba' jew 10 snin, inti tkun qed tgħin sabiex kull makkinarju li forsi jkun hawn lying idle fil-pajjiż ikun jista' jinkera minn ditti li għandhom ix-xogħol pero' ma jkunux jistgħu jixtruh għaliex m'għandhomx flus u ma jistgħux imorru għand il-banek kummerċjali għax biex jissellfu bid-9% tiġihom għolja wisq.", "Jekk huwa jixtri fuq bażi ta' hire purchase u jħallas fuq perijodu stradat ta' 10 snin b'kuntratt leġittimu u approvat mill-MDC, inti tkun qed tgħinu biex dan ma jitlifx ix-xogħol li għandu.", "Jiġifieri b'din it-tip ta' soft loan tkun qiegħed toħroġ makkinarju minn ditti li m'għandhomx xogħol u in exchange tkun qed tagħtihom finanzi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jaqbdu jagħmlu xi xogħol ieħor jew huma stess jiġġeneraw xi makkinarju li jkun utli għalihom u lil min l-MDC tkun qed tagħti s-soft loan tkun qed toħorġu min-nixfa għaliex għalkemm ikollu x- xogħol u potenzjalment jista' jagħmlu ma jkunx jista' jissellef biżżejjed għaliex ma jkollux collateral biżżejjed jew għaliex ikun għoli wisq għalih is-self bid-9% mill-banek kummerċjali.", "Mela hawnhekk qegħdin naraw li b'dan il-profil tas-soft loans li qed jiġi propost f'din il-liġi, se jkun ta' vantaġġ kemm min-naħa ta' l-imgħax bit- 2.5% li hija taħt il-minimum Central Bank discount rate u li hija kompetittiva ħafna, kif ukoll bil-possibbilita' ta' flessibilita' għall- makkinarju għaliex il-makkinarju, by definition, m'huwiex flessibbli għaliex ikun diġa' laħaq ċertu valur.", "Ħafna mill-makkinarju modern huwa ta' valur għoli u ħafna ditti Maltin m'għandhomx dik il-flessibilita' finanzjarja li jaqilbu l-makkinarju kif iridu u meta jridu.", "Hawnhekk huwa importanti li ninnotaw li jekk dan il-pajjiż se jkollu t-teknoloġija tal- makkinarji tiegħu dejjem tiġi upgraded bilfors li se jkollna nagħtu l- għajnuna finanzjarja.", "Għalhekk bilfors ukoll li l-approval ta' l-MDC iżżomm bħala kriterju l-vintage tat-teknoloġija li se tkun qiegħda tiġi introdotta ġewwa l-pajjiż.", "Fi kliem ieħor ma jistax ikun li jkollok makkinarju ta' 30 sena ilu li jkun qed jiġi ssussidjat b'dawn l-ammonti kbar, għaliex inkella ma nkunux kompetittivi.", "Allura hawnhekk wieħed għandu jara r-responsabbilta' li għandha l-MDC meta tiġi biex tapprova jew ma tapprovax proġett industrijali f'dan il-pajjiż, anke f'aspett ta' proġetti industrijali li huma għaddejjin diġa'.", "Bl-emendi li qegħdin inressqu hawnhekk l-MDC tista' tapprova soft loan għal xiri ta' makkinarju second-hand, imma xorta waħda għandha r- responsabilita' li tiċċekkja x'inhuwa l-vintage tat-teknoloġija u li l- kontribut li jkun se jagħti dak il-makkinarju jkun utli.", "Imbagħad semmejna wkoll il-metodi ta' kuntratti legali li ftit li xejn jintużaw hawn Malta minħabba ċerta vertikalizzazzjoni u kompetizzjoni ta' kuntratturi u industrijalisti.", "Kellu bżonn ikun hemm naqra iktar orizzontalizzazzjoni ta' l-użu tal-makkinarju li permezz tal-kuntratti tal- hire purchase u permezz tal-kuntratti tal-finance leasing wieħed ikun jista' jkun iktar flessibbli kemm għall-użu ta' art għall-fabbriki kif ukoll għall użu ta' makkinarji li ma jkunux qegħdin kompletament utilizzati jew ikunu qegħdin under-employed.", "B'hekk il-likwidita' tal-flus tibbriġġja r-riġidita' tal-kapital tal-makkinarju u allura jagħmel aktar flessibbli dak li kien riġidu qabel u b'dan il-mod se jkun salutari ħafna għall- iżvilupp industrijali ġewwa pajjiżna.", "Madam Speaker, aspett ieħor tas-soft loans huwa l-energy saving devices - ħalli nsejħulhom hekk - li jistgħu jdaħħlu dawn l-industriji.", "Hawnhekk hawn ivvotati madwar Lm200,000 li jkunu jistgħu jgħinu s-soft loans għal dawk id-ditti li jdaħħlu water conservation jew inkella energy conservation measures fil-pajjiż.", "Illum tant hawn riċerka u teknoloġija ġdida kemm fil- konservazzjoni ta' l-ilma kif ukoll fl-utilizzazzjoni ta' l-enerġija solari, tar-riħ jew metodi oħra li dawn saru mezz ta' kif pajjiżna jippromwovi t-teknoloġija ġdida f'dan il-qasam tant importanti.", "F'dan ir- rigward qegħdin nibbriġġjaw anke ma' l-avvanzi akkademiċi u jien nappella lill-Universita' ta' Malta sabiex tgħin f'dan l-aspett għaliex hija qiegħda f'pożizzjoni li tagħmel dan.", "Diġa' kien hemm individwi li, b'ħafna resistenza li kienu jiffaċċjaw mill-awtoritajiet, ipprovaw jiżviluppaw energy saving measures li huma tajbin għal Malta kemm fl-elettriku kif ukoll għal water conservation u water desalination measures li jkunu utli għal pajjiżna, għaliex ikunu iktar ekonomiċi u allura nkunu nistgħu nżewwġu l-ideat brillanti ta' l-akkademiċi ma' l-utilita' tant imxennqa ta' l- industrijali eżattament permezz ta' dawn il-miżuri kkontemplati f'dawn l- emendi li għandna quddiemna llejla.", "Hawnhekk huwa fejn tassew il-Gvern joħroġ bħala rappreżentant, mhux biss tal-poplu in ġenerali - għaliex din issa saret cliche' - imma tal-ħteġijiet diversi tal-poplu għax jibda jżewweġ l-idejat tajbin għall-energy saving u water conservation flimkien ma' l-utilita' tagħhom min-naħa industrijali permezz ta' dawn il-Lm200,000 f'soft loans għall-energy saving measures.", "Madam Speaker, tajjeb li wieħed jgħid li dawn il-miżuri kollha u varji se jiġu miġbura ġewwa one-stop shop - biex ngħidulu hekk - li jagħmel ħafna sens meta wieħed jibda jmur għall-pariri.", "Se jitwaqqaf uffiċċju ġewwa l- Marsa - li huwa post ċentrali ħafna għall-industrjalizzazzjoni ta' Malta - biex b'hekk inkunu qed ngħinu iżjed lill-industrijalist iż-żgħir għaliex l- industrijalist il-kbir għandu kull faċilita' li kważi kważi jibgħat għall- kapijiet tad-dipartimenti ġewwa l-uffiċini tiegħu.", "Huma l-industrijalisti ż-żgħar li għandhom ħafna ġiri 'l hemm u 'l hawn biex ifittxu l-pariri u aħna se ngħinuhom billi nkunu nisgħu nagħtuhom il-pariri neċessarji f'dawn it-taqsimiet tant varji li hawn fl-industrija.", "Meta dawn imorru f'dan il- one-stop shop se jkunu jistgħu jiċċekkjaw x'tip ta' hire purchase contract jistgħu jagħmlu għal ċertu makkinarju, għal kemm-il soft loan se jkunu eliġibbli, għal kemm u x'tip ta' training grants il-ħaddiema li se jdaħħlu huma eliġibbli u għal liema tip ta' grants u soft loans fuq water conservation measures, energy generating u energy saving measures se jkunu eliġibbli.", "Dawn se jkunu jistgħu jieħdu dawn il-pariri kollha mingħajr ma jkollhom joqogħdu jiġru għand l-Enemalta, il-Water Services Corporation, il- banek kummerċjali, l-MDC u tant postijiet differenti oħra tant li jaqtgħu qalbhom u jirrassenjaw ruħhom u jkun hemm min jgħid: \"Mn'Alla deħlin fl- Ewropa għaliex minn hemmhekk se nieklu l-istilel ta' l-Ewropa u se jkolli nagħlaq l-ażjenda tiegħi li timpjega 19-il ruħ!\"", "Madam Speaker, minn hawnhekk naraw kemm għall-ewwel darba qegħdin nieħdu ħsieb tassew dawn l- azjendi ż-żgħar bil-vot il-ġdid ta' Lm0.5 miljun għall-ismall and medium sized enterprises.", "Dawn il-miżuri kollha qegħdin jissejħu inċentivi industrijali imma tajjeb li ninnotaw li dawn japplikaw ukoll għall-qasam tat-turiżmu.", "Meta wieħed iġonġi flimkien is-settur industrijali ma' dak turistiku, mill-ewwel jara x'firxa kbira ta' decline kien hawn fis-snin li għaddew taħt il-Gvern Nazzjonalista li dejjem jiftaħar li huwa dejjem ikollu l-golden era.", "Il- verita' hija li din ma kienet golden era xejn għaliex kien ram ħażin u kienet diġa' ħarġitlu l-ħdura.", "Il-firdirram beda jfeġġ sew fl-aħħar tas- sajf li għadda u llum wieħed jista' jara kemm aħna qegħdin inkunu iktar kliniċi u preċiżi dwar il-fatti f'dawn iż-żewġ oqsma tant importanti fl- ekonomija Maltija li ġew relattivament traskurati biex min-naħa jippumpjaw lit-terzjarju u min-naħa l-oħra jingħaqdu ma' l-Ewropa.", "Ġaladarba fis- settur turistiku u fis-settur tal-manifattura kien hawn dan id-decline qawwi, wieħed mill-ewwel ikollu jikkonkludi li huwa tajjeb li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna dwar il-promozzjoni ta' inċentivi industrijali jgħaddi kemm jista' jkun bl-appoġġ taż-żewġ naħat ħalli tassew inkunu nistgħu nibdew telgħin mill-qiegħ tas-cycle li ilna niffaċċjaw għal dawn l-aħħar tliet snin.", "Madam Speaker, hawn diversi stabbilimenti li jieħdu ħsieb kemm lit- turisti kif ukoll lill-Maltin li għandhom bżonn upgrading u li għandhom bżonn ta' refurbishing imma ħafna drabi l-cost tal-loans kif inhuma offruti preżentement mill-banek kummerċjali ma jwasslux biex dawn l-istabbilimenti jkunu jistgħu jagħmlu dak li huwa neċessarju fir-refurbishing u fl- upgrading biex ikunu tassew ta' livell għat-turiżmu li nkunu qegħdin inġibu u anke sabiex ngħollu l-livell.", "GĦalhekk hija ħaġa ta' l-iskantament għalija kif il-partit - bħall-Partit Konservattiv Ingliż - li s-soltu kien jieħu ħsieb lill-industrijalist u lill-entrepreneur fil-qasam turistiku, abbanduna lil dawn l-entrepreneurs.", "Hawn xi ħaġa li qiegħda sseħħ fil- pajjiż, xi terremont bil-kwiet fil-mod ta' kif qegħdin jitbiddlu s-social formations f'dan il-partit u l-kongruwenzi politiċi soċjali li hawn f'dan il-pajjiż fit-tmiem dan is-seklu.", "Ta' min wieħed jirrifletti ftit fuq dawn il-kongruwenzi - għaliex lanqas nista' ngħidilhom alignments la huma qegħdin fi stat ta' terremot bil-mod u kwiet - għaliex tibda tistagħġeb kif il-partit li suppost kien jaqbeż għall-entrepreneur fil-qasam industrijali ma jgħaddix abbozz ta' liġi bħal dan dwar il-promozzjoni ta' inċentivi industrijali.", "Wieħed jistagħġeb kif il-partit li kien jaqbeż għall- entrepreneur fil-qasam turistiku ma rranġax l-iktar zona turistika bħalma hi Buġibba u ħalliha tispiċċa f'dak l-istat.", "L-inqas ħaġa li seta' jagħmel il-Gvern sabiex jippromwovi s-settur turistiku kienet li jirranġa l-ambjent turistiku u jirranġa l-aspetti finanzjarji li qegħdin insemmu hawnhekk.", "Wieħed jistagħaġeb kif allura minħabba din il-leblieba biex nidħlu niġru fl-Unjoni Ewropea nħallu u ninsew l-ismall and medium sized enterprises li l-avis ta' l-Unjoni Ewropea stess innota kemm huwa kbir dan is-settur hawn Malta.", "Allura kif jista' jkun li f'pajjiżna ma jkollniex min jaqbeż għall- ismall and medium sized enterprises?", "Huwa tajjeb li nfakkru li meta, per eżempju, ridna li nagħmlu Malta repubblika, din kienet għaddiet minn dan il- Parlament b'mod bi partiġjan, meta kien hawn bżonn li ndaħħlu n- newtralita', din ukoll għaddiet b'mod bi partiġjan u l-istess ġara meta kien hawn bżonn li nibdew noffru s-servizzi u faċilitajiet finanzjarji f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk jien naħseb li jkun tajjeb għal pajjiżna li dawn l-inċentivi industrijali li qed nipproponu wkoll jidħlu b'mod bi partiġjan.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ammettiet li kellha mano in pasta biex tagħmel din il-liġi u ma kenitx għamlitha u allura jkollha tammetti li żbaljat li ma kenitx daħlet dan l-abbozz ta' liġi b'inċentivi industrijali għar-raġunijiet validi jew invalidi li kellhom.", "Pajjiżna bata minn dak id- delay għaliex iktar stabbilimenti industrijali u turistiċi ma komplewx jiżviluppaw u jikbru kif misshom għamlu u dan weġġa' lil ħafna nies; weġġa' lit-trainees, weġġa' lil min kellu makkinarju li waqa' idle, weġġa' lil min kellu azjenda turistika li ma setax iħaddimha u weġġa' lil min kien potenzjalment se jiftaħ fabbrika hawn Malta u, kif għidt fil-bidunett, Malta tilfitu għaliex mar band'oħra.", "Malta weġgħet minħabba l-iżball li għamel il-Gvern Nazzjonalista li ma daħħalx dawn l-inċentivi industrijali.", "Għal dan il-għan tajjeb li issa nkunu tassew sinċieri fil-bi partiġjaniżmu tagħna għaliex jekk hawnhekk nuru ċertu ammont ta' bi partiġjaniżmu nkunu anke nistgħu nressqu l-kont flimkien għal ċerta assistenza min-naħa ta' l- Unjoni Ewropea għal żvilupp industrijali.", "Qed ngħid dan għaliex jekk min- naħa tal-Partit Nazzjonalista - li xtaq full membership li tinkludi ċertu ammont ta' relazzjoni anke fis-settur industrijali - u minn din in-naħa - li qegħdin ngħidu li ma naħsbux li jaqbel lil Malta li tmur għall-full membership, għallinqas żgur li mhux għalissa - qed naqblu li għandna niżviluppaw l-industrija, allura ejja nieħdu dak li huwa komuni bejnietna, il-least common factor, u naraw kif nistgħu nagħmlu proprju dan.", "Hemm bżonn li naraw il-qafas kummerċjali ta' fejn nesportaw u la nesportaw tant lejn l-Ewropa naraw x'nistgħu niggwadanjaw ma' l-Ewropa settur wara settur.", "Meta jkollna l-mixed parliamentary delegation bejn Malta u l-Ewropa fl- aħħar ta' Mejju irridu naraw flimkien li l-aspetti tal-programmi ta' \"Leonardo\" u ta' \"Socrates\" inkunu nistgħu niggwadanjaw minnhom kif inhu kontemplat għal ċerti terzi pajjiżi.", "Irridu naraw ukoll li jkun hemm ċerta assistenza biex nagħmlu improvement fit-teknoloġija u anke għad-diversi programmi li hemm fuq energy saving measures li jikkontemplaw assistenza ma' pajjiżi assoċjati imma li m'humiex membri.", "Aħna naħsbu li jkun tajjeb li nagħmlu dan għaliex fir-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea kien żball li nitilqu niġru għal full membership mingħajr ma niżviluppaw settur wara settur.", "Hemm setturi li bdejna niżviluppaw fi żmenijiet differenti.", "Bdejna bl- association agreement fil-qasam tad-dwana, imbagħad fis-snin sebgħin beda s- settur anke finanzjarju.", "Niftakar li anke fis-snin tmenin konna bdejna nitkellmu ma' l-Unjoni Ewropea fuq għajnuna ta' task force industrijali lil Malta - bħala associate u mhux bħala member country - biex iżżid l- investiment min-naħa tagħha hawn Malta.", "Hemm imbagħad is-settur politiku li dejjem żammejnieh qawwi permezz ta' djalogu politiku kemm fil-livell parlamentari kif ukoll fil-livell eżekuttiv.", "Il-membership bracket se jkollna narawha bħala li nfetħet fl-1987, għalqet fl-1996 u issa se jkollna nkomplu bil-kooperazzjoni u bil-konċentrazzjoni fuq is-settur industrijali u neżaminaw - kif eżamina tajjeb ħafna dan l-abbozz ta' liġi billi studja l-inċentivi differenti - kull aspett li nistgħu niksbu assistenza għalih min-naħa tal-European Union jew anke minn member states tal-European Union li jgawdu l-kummerċ ma' dan il-pajjiż.", "Għalhekk tajjeb li wieħed jara l-qafas tan-network kummerċjali fil- kontest tal-politika kummerċjali barranija ta' dan il-pajjiż.", "Ovvjament jekk din l-industrija li qegħdin nitkellmu fuqha hija l-industrija tal- manifattura li hija geared għall-export, jekk it-turiżmu li qegħdin nitkellmu fuqu huwa turiżmu li ġej minn barra u mhux turiżmu intern u lokali, allura rridu nagħtu ħarsa lejn il-politika ta' kummerċ barrani ta' dan il-pajjiż.", "Madam Speaker, huwa tajjeb li naraw li hemm naħa oħra tal- kummerċ barrani; hemm dak li qed jiġi żviluppat fin-naħa tad-dinja Għarbija kif ukoll fin-naħa tal-Lvant ta' l-Ewropa.", "Jiena hawnhekk nixtieq nenfasizza kemm huwa importanti li ma ninjorawx il-fatt li fid-19 ta' Frar, 1997 ġewwa l-Lega Għarbija, l-Arabic Economic and Social Council għadda riżoluzzjoni li fil-fehma tiegħi hija storika, fejn kien hemm qbil unanimu li titwaqqaf Arab Free Trade Area.", "Jiena naħseb li għalina li qegħdin eżattament fin-nofs bejn il-European Union u l-wider free trade area tagħha - l-EFTA - huwa importanti li naraw li viċin tagħna qed tiġi żviluppata Arab Free Trade Area, ħaġa li dejjem kienu jistqarru diversi pajjiżi GĦarab singolarment, imma issa tajjeb li nieħdu nota tal-fatt li l-Lega Għarbija ħadet din id-deċiżjoni fid-19 ta' Frar, 1997 biex twaqqafha.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili nwaqqfek għaliex reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn il-Leave of House biex tkompli titkellem.", "Hawn Leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Nirringrazzja lill-Kamra talli għoġobha terġa' testendili l-ħin.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li jien naħseb li din l-Arab Free Trade Area (AFTA) li se titwaqqaf fil-pajjiżi GĦarab kollha u li se tinkludi wkoll dak li kien diġa' qed jiġi żviluppat ġewwa l-Gulf bħala l-Gulf Free Trade Area hija interessanti għalina għaliex diġa' hemm it-taħdidiet biex ngħid hekk - mhux over our heads - by our sides, bejn il-European Union u l- Gulf Co-operation Council biex jitwaqqaf free trade area bejniethom.", "Allura wieħed jibda jara x'tip ta' relazzjonijiet qegħdin jiġu żviluppati madwarna, x'tip ta' relazzjonijiet il-Euro-Med għadha kif ipproġettat għall- Mediterran - u reġgħet tenniet hawn Malta ix-xahar li għadda u terġa' tkompli ttenni fil-meetings li għandha - u l-progress li qegħdin jagħmlu anke l-pajjiżi Għarab tal-MAGREB bil-AFTA, bid-deċiżjoni li għadha kemm ittieħdet.", "Fuq din il-parti nikkonkludi billi ngħid li f'din ir- riżoluzzjoni ta' Frar li għadda fil-Lega Għarbija qed jgħidu li mill-1 ta' Jannar, 1998 iridu jibdew l-Arab Free Trade Area.", "Allura meta wieħed jara din it-tip ta' sitwazzjoni u jara wkoll l-offerta min-naħa tal-pajjiż ġar tagħna l-Libja li prodotti Maltin jkunu jistgħu jidħlu ġewwa l-Libja mingħajr ma jħallsu dwana u mingħajr insistenza fuq reċiproċita', jinduna li dawn huma opportunijiet ikbar għalina milli kemm kemm niffokaw fuq is- suq ta' l-Unjoni Ewropea.", "Madam Speaker, nieħu l-opportunita' nfakkar ukoll fl-agreement li kien sar ma' l-allura Unjoni Sovjetika fl-1981 li s-suċċessur tagħha hija l- Federazzjoni Russja.", "Konna għamilna trade agreement li artiklu 3 tiegħu jsemmi li l-provisions of article 2, jiġifieri tal-most favoured nation clause, m'hijiex se tkun applikabbli għall-vantaġġi f'article 3D, għall- vantaġġi li ngħataw u li jistgħu jingħataw fil-futur mir-Repubblika ta' Malta lil wieħed jew bosta pajjiżi GĦarab.", "Fl-1981 konna diġa' qegħdin nikkontemplaw li anke fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħna mhux biss ma' l- Unjoni Ewropea u mal-pajjiżi GĦarab, inklużi l-pajjiżi tal-Gulf, imma anke mal-pajjiżi tal-Lvant inkunu nistgħu niggwadanjaw minn most favoured nation treatment mingħajr ebda wieħed minnhom ma jkun jista' jlumna li nkunu qegħdin niddiskriminaw kontra tiegħu.", "Din in-nota ta' diskriminazzjoni ndaħħalha ovvjament għaliex issa bil-World Trade Organization li wirtet il- General Agreement on Tariffs and Trade hemm dawn ir-regolamenti dwar non- diskriminazzjoni u allura l-preferenzi li nkunu qegħdin nagħtu lil naħa ma nistgħux nagħtuhom lil naħa oħra.", "Madam Speaker, qed insemmi dawn it-tliet zoni għaliex l-inċentivi industrijali li qed jitressqu hawnhekk illejla jridu jittieħdu wkoll f'dan il-kontest ta' politika ta' kummerċ barrani.", "Ma naħsibx li jkun tajjeb għal pajjiżna jekk il-kummerċ barrani tagħna jibqa' ffissat biss fuq l- Unjoni Ewropea.", "Ovvjament hemm lok - għax l-Unjoni Ewropea kienet kbira u issa kibret iktar bid-dħul tal-pajjiżi l-ġodda sentejn ilu - li ta' kull prodott wieħed li aħna nesportaw lejn l-Unjoni Ewropea nesportaw tnejn lejn dawn il-pajjiżi l-oħra li semmejt.", "Waħda mill-iktar mistoqsijiet elementari hija: Jekk industrija \"X\" f'Malta li qed tgawdi dawn l-inċentivi u sejra tajjeb - għax fl-aħħar ta' kull sena qed tagħmel il-qligħ billi tbigħ prodott wieħed lil ċertu raħal, per eżempju, fi Franza - għaliex għandha prodott ta' kwalita' tajba, bi prezz tajjeb u kompetittiv, ma tkunx ħaġa tajba li din iżżid il-kapital u l-produzzjoni tagħha la diġa' għandha swieq li huma tagħha?", "Jien m'iniex qed ngħid li dawk għandhom jonqsu, anzi dawk is-swieq li diġa' għandna ġo l-Unjoni Ewropea għandna nkomplu nżiduhom, pero' huwa tajjeb ukoll li nibdew inħarsu 360 degrees u mhux 45 degrees kif konna qegħdin nagħmlu bil-Partit Nazzjonalista fil-gvern; konna qisna dejjem inħarsu lejn il-majjistral ta' Malta.", "Madam Speaker, dak li qiegħed ngħid huwa li Malta, ta' gżira li hi, biex toħroġ mill-iżolazzjoni ġeografika tagħha assolutament ma jkunx salutari li tħares biss 45 degrees lejn l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea imma trid tħares lejn l-Amerka u tikkoltiva l-general system of preferences li għandha ma' l- Amerka ħalli tkompli tippromwovi kif ironikament kien qed jiġi promoss f'dawn l-aħħar tliet snin, għax wieħed jinnota li l-esportazzjoni lejn l- Amerika daħlet sew u qiegħda tespandi, u qed jiġi ċertu investiment Amerikan lejn Malta u forsi anke jitħajjar jiġi aktar.", "Allura għaliex aħna m'għandniex inkabbru fuq dan minflok ma nħarsu biss lejn l-Unjoni Ewropea fejn imbagħad ikollna ntellgħu d-dazji, il-fortizzi u s-swar Ewropej kontra l-prodotti Amerikani li mbagħad ovvjament huma wkoll itellgħu s-swar tagħhom kontra l-prodotti Maltin li diġa' daħlu hemmhekk?", "Dawn il-prodotti konna bdejna nibagħtuhom fil-bidu tas-snin tmenin, għadhom hemmhekk illum u qegħdin ikomplu jiżdiedu.", "Imbagħad min-naħa l-oħra għaliex għandna nidħlu ġo din il-fortress Europe u ma nħarsux lejn il-possibbilta' li jkollna iktar kummerċ permezz ta' investiment ġdid fid-dinja Għarbija li ġeografikament tant hija viċin tagħna.", "L-istess nistgħu ngħidu għal-Lvant ta' l-Ewropa, għar-repubbliki l-antiki li kienu qegħdin fl-Unjoni Sovjetika.", "Dawn għaliex m'għandniex inħarsu lejhom bħala swieq potenzjonali tagħna?", "Jekk aħna kapaċi nesportaw prodotti tagħna bi kwalita' tajba u bi prezz tajjeb lejn l-Unjoni Ewropea, iktar u iktar għandna għalfejn niddiversifikaw is-swieq tagħna lejn dawk ir-repubbliki l- qodma ta' l-Unjoni Sovjetika li magħhom għandna dak it-trade agreement ta' l-1981 li qed insemmi hawnhekk li nistgħu nibbenefikaw tant minnu.", "Dawn l- inċentivi industrijali huma mportanti biex jiġbdu lejn Malta foreign direct investment, anke minħabba dan it-360 degree approach għall-kummerċ barrani li Malta toffri u li ma joffrux pajjiżi oħrajn li qegħdin jingħalqu fil- fortizzi doganali u kummerċjali tagħhom.", "Jiena lil dawn nawguralhom the best of luck imma aħna m'għandniex għalfejn - minħabba li ngawdu minn dan il-vantaġġ ġeografiku f'nofs il-Mediterran - naħdmu qisna xi Liechtenstein jew Luxembourg imdawrin b'artijiet oħra li huma membri f'għaqda doganali li jista' jkun li sa l-aħħar ta' dan is-seklu jkunu magħqudin f'unjoni monetarja u wkoll f'unjoni politika.", "Għalhekk dawn l-inċentivi industrijali huma magħmula bl-akbar responsabbilta' għaliex qegħdin ġo qafas ta' kummerċ barrani - partikolarment issa li hawn Partit Laburista fil-gvern - li m'huwiex daqstant ta' natura diskriminatorja bejn pajjiż u ieħor u fejn id-dinja ta' madwarna hija tassew kollha miftuħa 360 degrees għall-esportazzjoni minn Malta.", "Tajjeb li wieħed jara wkoll ir-reġim ta' trattati ta' double taxation exemption li wkoll jgħinu biex jiġbdu lejn Malta investiment industrijali dirett minn barra.", "Meta wieħed iħares lejn in-network ta' double taxation exemption agreements, wieħed jara kemm il-fatt li bnejna din in-network huwa ta' għajnuna enormi.", "Jiena nagħlaq billi ngħid li din l-informazzjoni kollha li hawn, hija iktar strutturata mill-hekk imsejjaħ djalogu strutturat ma' l-Ewropa li kien dejjem għaddej, kien dejjem pożittiv u kien dejjem storiku imma li wassal għad-decline fl-investiment industrijali tal- manifattura u dak ta' l-istabbilimenti turistiċi.", "Madam Speaker, naħseb li jkun tajjeb li min-naħa ta' l-MDC ikun hemm website fuq l-Internet fejn nuru x'qegħdin noffru bħala soft loans, tax holidays, accelerated depreciation, investment allowance - dejjem skond il- value added - allowance for research and development, energy saving fl- elettriku u fl-ilma, inċentivi għall-esportazzjoni u fuq kollox x'qegħdin noffru bil-firxa ta' kuntatti u trattati ta' kummerċ barrani li għandna mad- dawra kollha tagħna ġeografikament u anke d-double taxation exemption agreements li għandna mad-diversi pajjiżi.", "Illum diversi ditti barranin u diversi investituri potenzjali qegħdin jagħmlu dan it-tip ta' reklamar, liema reklamar jiġina ħafna u ħafna irħas minn kemm kemm nofs seminar li jsiru regolarment.", "Jien ma rridx inwaqqa' l-preġju ta' dawn ta' l-aħħar, imma bilfors trid tgħid li llum, bit-teknoloġija moderna ta' komunikazzjoni diġitali, jkun importanti ħafna li fuq l-internet inkunu qegħdin nitrasmettu x'qiegħda tirreklama Malta biex tħajjar investiment industrijali lejha.", "U allura huwa b'dan il-mod skjett li wieħed jelenka dawn it-tmien inċentivi ndustrijali, kemm fil-qasam tal-manifattura kif ukoll fil-qasam tas-settur turistiku, il-firxa ta' politika kummerċjali barranija kif ukoll id-double taxation exemption agreements u naħseb li l- fatt li dak il-messaġġ se jkun qiegħed hemm dejjem available huwa rħis a paragun ta' x'jista' jiġbed bħala nvestiment lejn Malta.", "Jekk naslu biex nivvotaw għal dawn l-inċentivi b'mod unanimu nkunu qegħdin nagħmlu reklam għal pajjiżna u nkunu tassew qegħdin naqdu dmirna sewwa lejn il-poplu tagħna li tellagħna.", "Il-poplu tellagħna mhux biex noqogħdu nimpikaw hawn ġew imma biex inġibu lejn dan il-pajjiż l-aqwa nvestiment li jista' jkattar l-aqwa tip ta' impjiegi bl-aqwa tip ta' makkinarju, teknoloġija u bl-aqwa tip ta' qligħ għal kulħadd f'Malta u Għawdex.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Farrugia.", "ONOR.", "JOE FARRUGIA: Madam Speaker, qiegħed nieħu gost li l-Gvern Laburista, permezz tal-Ministru ta' l-Ekonomija u ta' l-Industrija, mill- ewwel ħa passi biex tiġi emendata l-Liġi dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Ħadt gost ukoll li l-Oppożizzjoni mill-ewwel qablet ma' dawn l-emendi li qiegħed jipproponi l-Gvern preżenti.", "Jiena dejjem emmint li s-settur tal- manifattura huwa ta' importanza kbira għal kull pajjiż u jiddispjaċini li l- Gvern Nazzjonalista naqas li jattira ndustriji ġodda f'dawn l-aħħar snin, pero' issa, li hemm Gvern Laburista, irridu naraw u nistudjaw għalfejn ġara dan u nagħmlu l-almu tagħna biex nieħdu l-passi neċessarji kollha bis- serjeta' u fl-iqsar żmien possibbli.", "Huwa hawnhekk fejn tidħol l-MDC u fejn din il-korporazzjoni għandha parti ferm importanti x'tilgħab.", "Madam Speaker, hemm bżonn - kif dejjem għidt f'diskorsi li għamilt qabel - li din il-korporazzjoni jkollha nies imħarrġa sewwa u li s-servizz li tagħti meta xi ħadd jiġi Malta biex jinvesti jkun wieħed mill-aqwa.", "Trid tinqata' s-sistema li meta xi barrani jiġi Malta biex jinvesti jkun qisu xi ballun tal-ping-pong u jispiċċa jiltaqa' ma nafx ma' kemm-il rappreżentant tal-korporazzjoni.", "Ma nistgħux nibqgħu nitrattaw lil dawn l-investituri b'dan il-mod u hemm bżonn li jsir xi ħaġa.", "Hemm bżonn li l-investitur prospettiv jispiċċa jittratta ma' persuna waħda biss, liema persuna tieħu ħsieb il-bżonnijiet kollha tiegħu.", "Irridu naraw li l-MDC tkun f'pożizzjoni finanzjarja tajba biżżejjed biex twettaq dan ix-xogħol u rridu nassiguraw li kull min imiss magħha - bħall-Korporazzjoni Enemalta, il-Korporazzjoni Telemalta u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - jagħtuha l-importanza meħtieġa.", "Ma jistax ikun li industrijalist, wara li jingħata fabbrika jispiċċa jaħli xhur sħaħ jiġri minn dipartiment għal ieħor biex forsi din il-fabbrika titlesta minn kollox.", "Żgur li jekk barrani ma jkunx jaf kif inhi l- mentalita' f'dawn id-dipartimenti tal-gvern jispiċċa biex jippakkja u jerġa' jmur lura minn fejn ikun ġie.", "Anke fejn jidħlu l-industrijalisti Maltin, jien ma naqbel xejn mal-policy tal-Gvern preċedenti li kienet tgħid li għandhom jingħataw biss fabbriki għal Maltin jekk dawn jibdew jesportaw mill-ewwel, għaliex naħseb li kienet din li qatlet l-inizjattiva.", "Minħabba l-fatt li s-suq lokali huwa żgħir, l-ammont ta' nies li forsi riedu jibdew jimmanifatturaw xi prodott għas-suq lokali u wara espandew għas-suq internazzjonali, kważi sar insinifikanti.", "Dan minħabba l-fatt li qatt ma ngħataw iċ-ċans li tiġi mikrija lilhom xi fabbrika żgħira u għalhekk jien nitlob li din il-policy tinbidel.", "Madam Speaker, hemm bżonn li jsir studju biex naraw liema industriji rridu nattiraw u jekk diġa' nafu allura rridu naraw x'kien dak li attirahom lejn pajjiżi oħra.", "Wieħed irid jara x'inhuma l-bżonnijiet ta' dawn l- industriji partikolari u x'jippretendu mingħandna u rridu naraw ukoll li dawn il-bżonnijiet nilħquhom.", "L-idea tat-Technopark kienet tajba u jekk hemm bżonn li jsir dan it-tip ta' żvilupp, irridu naraw li nagħmluh.", "Hawnhekk wieħed irid jiftakar li l-kompetizzjoni għall-investiment barrani żdiedet u llum il-pajjiżi kollha qed joffru bosta inċentivi.", "Ikun tajjeb li kieku l-Ministru konċernat iqabbel l-inċentivi li qed noffru aħna ma' dawk li qed joffru pajjiżi oħra, speċjalment dawk ta' madwarna u ta' l- Ewropa tal-Lvant.", "Jekk wieħed isib li dak li qed noffru aħna huwa simili għal dak li qed joffri ħaddieħor, allura għalkemm b'dawn l-emendi jkun sar progress, l-għan tagħna ma jkunx qiegħed jintlaħaq.", "Jiena nitlob lill- Ministru sabiex is-suġġerimenti li se nagħmel jiġu studjati.", "Għalkemm huwa tajjeb li bl-emendi li qed nipproponu qed tiġi nkluża wkoll l-industrija tat-turiżmu - ħaġa verament tajba - naħseb li ħallejna barra - hawnhekk nixtieq li l-Ministru jikkonsidra dan - l-industrija tas-software.", "Jekk din diġa' hija nkluża fil-liġi, allura għandha tiġi ċċarata.", "Dan għandu jsir jekk irridu nattiraw l-industrija tat-teknoloġija għolja għaliex bosta drabi din timxi id f'id ma' dawk li jipproduċu s-software.", "Jien inħoss li bil-livell ta' edukazzjoni li jeżisti f'Malta din l- industrija - li għandha wkoll a high value added - hemm bżonn li nagħtuha importanza kbira.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li nixtieq nissuġġerixxi hija li jsiru grants għal research and development marketing u għal ristrutturazzjoni jew għajnuna fil-management ta' l-azjendi, speċjalment dawk iż-żgħar.", "Jien naf li din hija kwestjoni ta' kemm il-Gvern lest li jalloka flus f'dan il- qasam, pero' jekk irridu ngħinu lill-industriji ż-żgħar, irridu ngħinuhom b'mod dirett.", "Ħafna minn dawn l-azjendi ż-żgħar, ma jkunux f'pożizzjoni finanzjarja, speċjalment fil-bidu, biex iħallsu lin-nies professjonali biex iqiegħdu fuq sisien sodi lill-industrija tagħhom.", "Illum bla management tajjeb ma tistax timxi, kif ma tistax timxi jekk ma tiżviluppax kontinwament prodotti ġodda u jkollok ukoll marketing plans tajbin.", "Naf ukoll li ssib nies li jipprovaw jabbużaw minn skemi bħal dawn, pero' jekk l-MDC tkun organizzata tajjeb u kull talba tiġi nvestigata b'mod serju u anke jsir follow-up, ikun aktar diffiċli biex wieħed jabbuża.", "Min jinqabad jabbuża - din għandha tkun parti mil-liġi - għandu jiġi mġiegħel iħallas lura dak li jkun ħa billi jagħti garanzija personali qabel ma jieħu xi grant.", "Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għal subartiklu 18(6) ġdid kif propost f'dan l-abbozz ta' liġi li jgħid:", "\"Il-korporazzjoni tista' tikseb ukoll għall-kumpannija kwalifikanti bini u strutturi industrijali b'titolu ta' enfitewsi temporanja u art fi stat mhux żviluppat b'titolu ta' kera taħt dawk it-termini u kundizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti mill-Ministru minn żmien għal żmien.\".", "Fuq proprjeta' bħal din, individwu jkun jista' jissellef minn banek lokali?", "Per eżempju, jekk industrijalist ikun ħa fabbrika fuq enfitewsi temporanja, u biex jirranġa l-fabbrika jsib li minħabba l-kondizzjonijiet ta' l-enfitewsi ma' jkunx jista' jissellef, allura se jiltaqa' mill-ewwel ma' problema u l-iskop ta' l-MDC li tagħti t-tgawdija tal-post lis-sid, jintilef.", "Din il-problema tikber jekk l-industrijalist jingħata biċċa art għaliex f'dak il-każ żgur li jkollu jissellef.", "Nixtieq ukoll li forsi l-Ministru jikkonsidra inċentiv ieħor, li fejn xi ħadd jissellef mill-banek lokali biex jirranġa jew jiżviluppa bini, strutturi jew art industrijali jkollu xi mod ta' għajnuna preferenzjali mill-banek lokali.", "Jien qed ngħid dan kollu għaliex inħoss li meta niġu biex noffru dawn it-tip ta' inċentivi hemm bżonn li nkunu qabel pajjiżi oħra u hemm bżonn ukoll li nużaw aħjar l-iskills tagħna u nkunu aktar immaġinattivi.", "Fil-fatt, jien niltaqa' ma' ħafna nies Maltin li huma kapaċissimi f'dan il-qasam, pero' l-problema tagħhom tkun li ma jsibux għajnuna biex jiżviluppaw l-idea tagħhom.", "U hawn jidħol il-famuż venture capital.", "Madam Speaker, jien naf li l-banek lokali, flimkien mal-Lohombus Bank, kienu waqqfu fund għal dan l-iskop li ġie wżat ftit li xejn.", "Għalhekk jien nitlob lill-Ministru sabiex jara kif jista' jdawwar l-iskop ta' dan il-fund biex jgħin lill-industrija lokali jew inkella għal investiment ġdid.", "Hemm bżonn li l-banek jibdew jisilfu l-flus anke lil dawk li jkollhom ideat ġodda u serji u mhux biss lil min għandu x'jagħmel tajjeb ħalli b'hekk forsi fl-aħħar dan il-venture capital jieħu żvolta 'il fuq.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li ta' min jikkonsidra hija li tiġi offruta ċ- ċittadinanza Maltija u passaport Malti li min verament ikun irid jinvesti b'mod sostanzjali f'Malta wara li jipprova, permezz ta' means test, li finanzjarjament u ekonomikament huwa b'saħħtu.", "Per eżempju, fil-Kanada jekk wieħed jinvesti $100,000, ikun jista' jkollu passaport Kanadiż.", "Aħna m'aħniex fil-pożizzjoni tal-Kanada għaliex għandna popolazzjoni żgħira, pero' nistgħu forsi nżidu t-threshold għal Lm3 miljun u nkunu nistgħu noffru l-istess inċentiv.", "Min jaf kieku din offrejnieha lill- industrijalisti jew lill-investituri f'Hong Kong kemm konna nkunu kapaċi nattiraw investiment ġdid!", "Illum kull pajjiż jagħmel minn kollox biex jattira investiment barrani u li jgħodd huwa dak li kapaċi nagħmlu qabel ħaddieħor għax jekk nagħmlu bħal ħaddieħor żgur li ma nkunux qed nilħqu l- għan tagħna.", "Peress li aħna ngħixu f'pajjiż żgħir ma nistgħux noffru s-suq tagħna u għalhekk irridu nikkompensaw b'affarijiet oħra imma b'daqshekk ma għandniex nibżgħu li se naqgħu għar-redikolu, basta naħdmu b'mod serju.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett irrid ngħid li nixtieq li l-Gvern Laburista jagħmel sforz, kif kien għamel il-Gvern Nazzjonalista, sabiex l-industrial estates jiġu miżmuma ndaf u ssir maintenance kontinwa fuqhom għaliex aħna ma nistgħux nattiraw investiment barrani jekk l-ambjent t'hemmhekk ma jinżammx nadif.", "Meta jsir xogħol ta' kostruzzjoni ta' fabbrika hemm bżonn li nilħqu standards għolja ħalli min jeħodhom ma jkunx baqagħlu ħafna xogħol x'jagħmel ġo fihom.", "Jien persważ li jekk nagħmlu sforz nistgħu nattiraw industriji ġodda lejn Malta, pero' hemm bżonn li nkunu ferm professjonali fil-ħidma tagħna.", "B'hekk biss nistgħu nirbħu din il-ġlieda kontinwa - biex insejħulha hekk - li nattiraw investiment barrani u fl- istess ħin ngħinu lill-industrija lokali tkompli tissaħħaħ.", "Il-fatt li l- pagi tal-ħaddiema tagħna saru ogħla minn dawk ta' pajjiżi oħra jirrikjedi iktar ħidma u sforz kollettiv ikbar.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER(L-Onor.", "Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, ħafna mid-diskussjonijiet li kien hawn fuq dan l-abbozz ta' liġi ma kenux jirrigwardaw biss il-klawsoli partikolari u dan fih innifsu huwa ġust għaliex fil-fatt, dan l-abbozz ta' liġi, qed jagħti lil dan il-Parlament il-possibbilta' li jiddiskuti wkoll il-qasam ta' l-industrija, il-ħteġijiet li għandu dan il-qasam kif ukoll kif dawn il-ħteġijiet qed jiġu indirizzati f'dan il-Parlament.", "Jien naħseb li huwa d-dmir ta' l-Oppożizzjoni li titkellem dwar affarijiet bħal dawn ukoll u fil-fatt billi l-Onor.", "Spiteri tkellem anke fuq ir-rwol ta' l-Oppożizzjoni fid-demokrazija ...", "Din hija xi ħaġa li qisha saret in voga bħalissa u fil-fatt illum anke l-media qed tistaqsi x'inhi l-funzjoni ta' l-Oppożizzjoni f'demokrazija u d-demokrazija fl- Oppożizzjoni.", "Dawn huma affarijiet tajbin u wieħed jiskanta kif dan is- suġġett qam issa fuq il-mezzi tax-xandir, pero' ma jimpurtax, in-nies għandhom moħħ biex jaħsbu.", "Fil-fatt fil-bidu tad-diskors qasir li se nagħmel nixtieq ngħid xi ħaġa fuq dan il-punt jiena wkoll.", "Mr Speaker, l-Oppożizzjoni hija fid-dmir li tagħmel il-kritika tagħha u naħseb li huwa ċar li f'dan il-Parlament il-kritika tagħha qiegħda tagħmilha b'mod responsabbli u b'mod li tipprova tgħin it-tmexxija tal- pajjiż u mhux b'mod li tipprova tfixklu.", "Aħna qegħdin ngħixu f'pajjiż fejn il-Gvern ġie elett demokratikament f'elezzjoni ħielsa u fejn l-Oppożizzjoni għandha appoġġ kbir mill-pubbliku u għalhekk għandha d-dover lejn min ivvotalha biex tgħid x'inhuma l-veduti u l-vizjonijiet tagħha.", "U dan huwa li sar minn din in-naħa f'dawn id-diskorsi li saru.", "Saru ħafna suġġerimenti li juru li din hija Oppożizzjoni kostruttiva li qiegħda tpoġġi l-każ tagħha quddiem il-poplu Malti, imma din hija wkoll Oppożizzjoni li tagħti l-kontribut tagħha speċifikament għal items jew issues li jkollha quddiemha sabiex dawn jiġu mtejbin.", "GĦalhekk, id-dikorsi fejn jidħlu dinosawri u affarijiet bħal dawn, naħseb li aħjar inħalluhom għal Jurassic Park u mhux għal din il-Kamra.", "Jiena naħseb li kulħadd jifhem li l- ispirtu li mxiet bih l-Oppożizzjoni m'huwiex spirtu ta' filibustering imma huwa spirtu ta' oppożizzjoni li trid tagħti l-kontribut tagħha fid- diskussjonijiet fuq suġġett bħal dan.", "Irridu nifhmu li fil-Parlament, partikolarment fl-istadju tat-Tieni Qari, id-diskussjoni ma ssirx biss fuq item wieħed imma ssir biex toħloq dibattitu fuq dak li jkun qed jiġi mressaq u fuq is-settur innifsu.", "Is- settur li għandna quddiemna llum huwa settur importanti ferm u qiegħed jiġi ndirizzat billi jsiru improvements fl-Industrial Development Act.", "Din hija xi ħaġa li kien ħadem fuqha l-Gvern ta' qabel u huwa tajjeb li dan il-Gvern ikompli miexi f'din id-direzzjoni.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq settur li huwa kruċjali għall-impjiegi f'pajjiżna u huwa fl-interess ta' kulħadd li mpjiegi bħal dawn mhux biss jiġu preservati imma jiġu wkoll imkattra u li f'pajjiżna jkollna espansjoni f'dan is-settur.", "Issa kif nistgħu nħarsu lejn espansjoni f'dan is-settur?", "Waħda mill- affarijiet li l-Oppożizzjoni dejjem tpoġġi quddiem il-poplu Malti - u se tkompli tpoġġi - hija l-alternattiva politika li għandu pajjiżna anke għal dan il-qasam bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Kien hemm min qajjem din il-kwestjoni tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea biex jipprova jpoġġi l-istampa li kieku aħna sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea, allura dawn l-affarijiet li qegħdin isiru llum ma kenux jistgħu jsiru.", "Jiena naħseb li din hija waħda min dawk il-ħrejjef li wieħed jista' jaqra lit- tfal qabel ma jorqdu.", "Dawn it-tip ta' stejjer żgur li t-tfal ma jemmnuhomx u tkun ħasra kbira jekk jemminhom min ikun qed jaqrahom.", "Jekk irridu li lill-poplu Malti nħalluh fil-livell tal-ħrejjef u fil-livell ta' statements li ma jistgħux jiġu sostanzjati u li m'humiex sostenibbli, allura la nkunu qegħdin nagħmlu ġid lill-poplu Malti u lanqas inkunu qed naqdu l-funzjoni tagħna f'dan il-Parlament.", "Il-Prim Ministru ġie rrapportat li qal li aktar ma nitbiegħdu mill-Ewropa u issa anke li m'għadniex on the doorstep ta' l-Ewropa, nistgħu nattiraw aktar investiment, imma r-realta' hija ħafna u ħafna aktar differenti.", "Jekk wieħed jara x'qed jiġri llum fir-Renju Unit, partikolarment fl- Iskozja, isib li hemmhekk qed isir investiment ġdid minn pajjiżi mill-Far East, fosthom it-Taiwan u l-Japan.", "Dawn żgur li ma daħlux biex jinvestu f'partijiet mir-Renju Unit għaliex għoġobhom il-kilt jew it-te' ta' l- Iskozja imma għamlu dan għaliex għoġbuhom l-inċentivi li għandhom biex ikunu jistgħu jagħmlu l-bażi ta' produzzjoni tagħhom hemmhekk u għaliex għoġobhom il-fatt li għandhom aċċess assigurat u sħiħ għas-suq kollu ta' l- Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici - li naħseb li din anke missha b'idejh u kellu esperjenza diretta tagħha - żgur li meta kumpanniji kienu jiġu biex jinvestu hawnhekk, dawn kienu qed jorbtu mal- fatt li Malta kienet se tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn il- kumpanniji kienu jorbtu ma' dan għaliex din id-direzzjoni l-ewwelnett kienet tgħin sabiex pajjiżna jkompli jtejjeb il-kondizzjonijiet tiegħu u jiġi dejjem aktar qrib dawk il-kondizzjonijiet li jkollna nammettu li f'ħafna setturi huma aktar sofistikati fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena naħseb li huwa inutli li nipprovaw nagħmluha ta' nazzjonalisti ż-żejjed f'ċerti affarijiet.", "Irridu nammettu li rridu nilħqu ċerti standards u ċerti livelli li f'pajjiżi oħrajn huma aktar għoljin minn tagħna, u din m'hijiex xi ħaġa li għandna nistħu ngħiduha.", "Il-poplu Malti huwa poplu li bil-ħila tiegħu, minn pajjiż li għandu biss il-ġebel u l-blat bħala riżorsi minerali, irnexxielu joħloq ekonomija li qiegħda tgħajjex 360,000 ruħ b'mod mirakoluż.", "Il-poplu ta' dan il-pajjiż li m'għandu l-ebda riżorsi minerali u naturali u li prattikament huwa blata, bl-industrija tiegħu u bil-bżulija tiegħu, irnexxielu jibni ekonomija li sostniet lil dan il-pajjiż għal dawn is-snin kollha u dejjem tejjeb il-livell ta' għajxien ta' dan il-pajjiż, u din hija xi ħaġa li tagħmlilna ġieħ.", "Pero' rridu nkunu realistiċi u nifhmu li aħna, anke biex nattiraw l-investiment industrijali u biex inżommu l-investiment industrijali li diġa' għandna, qegħdin ngħixu kontinwament f'kompetizzjoni.", "Aħna qegħdin f'kompetizzjoni ma' blokk sħiħ ta' pajjiżi li qegħdin jagħmlu politika industrijali biex l-investiment minn barra l-Unjoni Ewropea jipprovaw jattirawh hemmhekk u mhux f'pajjiżi oħrajn li m'humiex membri tagħha.", "Dawn huma pajjiżi li flimkien qegħdin jagħmlu sforzi kontinwi biex ikunu jistgħu jattiraw investiment lejn it-territorju li jifforma parti mill-Unjoni Ewropea u jeħduh minn partijiet oħra tad-dinja.", "Pero' aħna għażilna li ma nidħlux f'din it-triq; sforz li qegħdin insibuh kontirna.", "Fl-Unjoni Ewropea hemm diversi programmi li jgħinuha biex l-industrija tkun tista' tiżviluppa, fost dawn insibu programmi ta' joint ventures, programmi ta' training u programmi ta' riċerka u ta' żvilupp.", "Hemm imbagħad programmi li jgħinu sabiex wieħed jagħmel investiment f'partijiet mill-Ewropa li huma inqas żviluppati u b'hekk ikunu jistgħu jkabbru l- intrapriża f'dak it-territorju.", "GĦalhekk jiena naħseb li jkun żbaljat li l- poplu Malti jiġi ffaċċjat bil-fantażma li l-Unjoni Ewropea hija magħmula minn xi ditti enormi li lesti jibilgħu lil kulħadd u li m'hemm l-ebda ditti żgħar.", "Din hija xi ħaġa li smajniha f'dan il-Parlament u anke fost il- poplu, imma r-realta' hija li l-industriji żgħar u medji huma l-qalba tas- suq.", "Jekk inħarsu ftit lejn kif inhi mqassma l-industirja fl-Unjoni Ewropea insibu li 80% tad-ditti jimpjegaw inqas minn 250 ruħ u li mbagħad 90% minnhom stess jimpjegaw inqas minn 10 persuni.", "Żgur li r-realta' ta' l-industriji żgħar f'pajjiżina hija l-istess realta' ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-aktar pajjiżi li kellhom suċċess fl- Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, huma l-industriji ż-żgħar li kellhom l-aktar suċċess.", "Jekk wieħed iħares lejn kif żviluppa d-dħul tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, isib storja konsistenti - partikolarment fil-każ ta' Spanja u fil- każ tal-Portugall - ta' investiment li ġie kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll minn barra l-Unjoni Ewropea għaliex kien hemm aċċess sħiħ għal dak is- suq ukoll.", "U dan ġara għaliex dawn iż-żewġ pajjiżi kellhom it-timbru ta' membri ta' dan il-club, għaliex jekk irridu nkunu realistiċi rridu nagħrfu li din l-unjoni m'hi xejn iżjed ħlief club.", "Huwa tajjeb li dawn l-affarijiet inkomplu ngħiduhom għaliex huwa d-dover tagħha bħala Oppożizzjoni li nagħtu din l-informazzjoni anke għaliex qegħdin nippreżentaw il-viżjonijiet tagħna għal dan il-pajjiż.", "U dawn il- viżjonijiet ikomplu jkissru dan il-fantażma li dak li qed nagħmlu llum ma kienx jista' jsir kieku konna membri fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna nafu li hemm ħafna pajjiżi li huma kklassifikati bħala pajjiżi li għandhom dritt għal għajnuna mid-diversi fondi - fosthom il-fondi strutturali, il-fondi ta' koeżjoni u fondi oħrajn - għaliex huma pajjiżi li f'ċerti regions ma jilħqux mal-livell average li għandhom il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma pajjiżi li mhux biss jieħu għajnuna diretta mill-Unjoni Ewropea biex primarjament jagħmlu żvilupp industrijali u infrastrutturali imma jgawdu wkoll minn reġim partikolari ta' taxxa jew ta' grants li jkunu jistgħu jagħtu lill-industrija tagħhom.", "Żgur li aħna għandna bżonn kbir li nkomplu nkabbru dan il-pakkett ta' grants u ta' rati ta' taxxa partikolari biex inkunu nistgħu nattiraw l- investiment f'pajjiżna.", "Anzi, wieħed irid jifhem li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea mhux talli ma tfixklekx milli tagħmel pakkett bħal dan, talli tgħinek biex tagħmel pakketti aħjar mill-pakketti li għandna prosposti f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Eżempju ta' dan hija l-Irlanda.", "Dan il-pajjiż mhux biss huwa eżempju ta' kif tista' tagħti għajnuna industrijali imma huwa wkoll eżempju ta' kif tista' tiżviluppa l-infrastruttura tiegħek.", "L-Irlanda huwa pajjiż li għandu politika ta' newtralita' militari u baqa' jirrispetta din il-politika anke bħala membru fl-Unjoni Ewropea.", "Allura dan huwa fatt ieħor li jkisser fantażma oħra, dik li l-Gvern jgħid li ma tistax tkun pajjiż newtrali u tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Anke l-Isvezja u l- Awstrija huma pajjiżi li juru li inti tista' tkun fl-Unjoni Ewropea u tibqa' fl-istess ħin tirrispetta l-għażliet li tkun ħadt bħala pajjiż.", "L- Irlanda, li bniet l-istruttura tagħha permezz ta' ħafna għajnuna mill- Unjoni Ewropea, foshom in-network ta' toroq u servizzi oħrajn, għandha skema li biha min imur biex jagħmel investimenti hemmhekk, ikun jista' jħallas taxxa ta' 15% pero' jkollu grant ta' 60%.", "Dan huwa pakkett ieħor li jeżisti fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Hemm ħafna aktar pakketti minn dawn li jistgħu jintużaw fi ħdan ir- realta' ta' l-Unjoni Ewropea, u allura huwa kruċjali li lill-poplu Malti nagħtuh stampa bilanċjata u mhux nagħtuh stampa li tpoġġi lill-Unjoni Ewropea bħala xi fantażma li tbeżża' l-investiment minn pajjiżna.", "Lill- poplu rridu nagħtuh l-istampa bbażata fuq il-fatti u mhux fuq l- impressjonijiet u l-propaganda.", "U l-verita' tal-fatti l-ewwelnett turik li l-industrija ta' l-Unjoni Ewropea hija simili għal tagħna għaliex mhux biss għandna industriji kbar imma anke industriji medji u żgħar - fil-fatt, il- qalba ta' l-industrija tagħha hija magħmula minn industriji żgħar - u t- tieni nett, l-Unjoni Ewropea tippermetti li f'ċerti territorji tagħha - Malta żgur li tista' tikkwalifika f'dan is-sens - ikun hemm inċentivi biex isir investiment f'pajjiżi li fi ħdan l-Unjoni Ewropea għad iridu jilħqu l-livelli li laħqu pajjiżi oħrajn.", "Barra minn hekk l-Unjoni Ewropea tagħti possibbilta' mhux biss li nżommu dawn il-pakketti li għandna, imma permezz ta' diversi programmi li għandha hi u li qed toħloq kontinwament biex tipprova tattira l-investiment lejha, tagħtina l-possibbilta' li jkollna pakketti aħjar minn dak li għandna hawnhekk.", "Huwa tajjeb ukoll li ngħidu li l-Unjoni Ewropea tagħtina l-possibbilta' li jkollna suq enormi garantit.", "Din tagħti l- possibilta' lill-industrija Maltija li tidħol f'dawk is-swieq mingħajr ħafna hassle ta' negozjati li jkollna nagħmlu kull darba li niddiskutu kwestjonijiet dwar l-agreement ta' l-assoċjazzjoni li ilu hemm għal ħafna snin.", "Mr Speaker, dawn kollha huma possibbiltajiet li jagħtu ċ-ċans li jkun hemm prodotti industrijali - u anke agrikoli - Maltin li jidħlu fis-suq Ewropew.", "Bħala pajjiż aħna għandna ħafna fatturi li joħolqu diffikultajiet enormi sabiex nattiraw l-investiment; għandna l-fatt li m'għandniex suq intern kbir, il-fatt li aħna gżira mdawwrin bil-baħar, il-fatt li m'għandniex suq intern li jattira minnu nnifsu investiment minn pajjiżi oħrajn u anke l-fatt li għandna spiża sabiex inġibu l-materja prima hawnhekk.", "Pajjiżna m'għandux materja prima u għandu ftit nies u allura minħabba f'hekk għandu wkoll limitazzjonijiet fil-work force u fl- availability tal-work force li għandu.", "Pero' rridu ngħidu li minkejja dawn l-iżvantaġġi kollha rnexxielna, gvern wara ieħor - ma rridx inkun partiġġjan f'affarijiet bħal dawn - nattiraw investiment lejn pajjiżna.", "Pero' madankollu m'għandniex inżidu l-iżvantaġġi ma' dawk li għandna imma għandna nipprovaw insibu l-mezz kif ikollna edge kompetittiva u nużaw is- sitwazzjoni tagħna għall-vantaġġ tagħna.", "U llum għandna realtajiet fejn għandna pajjiżi Ewropej li jistgħu jmorru jinvestu fil-pajjiżi tal-Lvant Ċentrali u tal-Lvant ta' l-Ewropa u peress li m'hemmx baħar jaqsam bejniethom, dawn m'għandhomx l-ispejjeż tat-trasport li għandna aħna.", "Barra minn hekk dawn huma pajjiżi li huma kompetittivi anke għar-rigward tal-cost of labour tagħhom u llum qed isir ħafna investiment fihom.", "Aħna minflok ma nipprovaw nikkompetu ma' pajjiżi bħal dawn billi nuru li aħna mexjin fl-istess triq li mexjin pajjiżi bħal dawk - anzi aħna konna fuq quddiem nett ta' dik it-triq, u huma kienu qegħdin isegwuna - ...", "Madam Speaker, ftit xhur ilu jien kelli l-okkażjoni li nakkumpanja lill- Prim Ministru ta' dak iż-żmien fiż-żjara li għamel fis-Slovenja.", "Waħda mill- aktar affarijiet li tatni sodisfazzjon bħala politiku f'dan il-pajjiż kienu d-diskussjonijiet li kellna ma' l-awtoritajiet tas-Slovenja.", "Dawn fost affarijiet oħrajn, bl-iktar mod ċar kienu qalulna li huma tefgħu għajnejhom fuq il-mudell li Malta kienet qed tagħmel għall-pajjiżi ż-żgħar fl-Ewropa.", "Is-Slovenja huwa pajjiż li għandu popolazzjoni ta' madwar żewġ miljun ruħ - fil-fatt huwa wieħed mill-pajjiżi ż-żgħar ta' l-Ewropa - u li kien qed jgħaddi minn ristrutturazzjoni dwar it-telekommunikazzjonijiet, ristrutturazzjoni li aħna għaddejna minnha wara l-1987.", "Minflok ma jenfasizzaw fuq l-industrija t-tqila bdew jenfasizzaw fuq il-light industry u fuq is-setturi tas-servizzi u bdew jagħmlu l-bidliet kollha ekonomiċi li pajjiżna għażel li jagħmel fl-1987 wara li tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "U huwa nteressanti ħafna u anke ta' sodisfazzjon - naħseb għal kulħadd u mhux biss għal min kien fil-gvern dak iż-żmien - li tara pajjiż bħal dan, li għandu t-triq ċara li jidħol integrat parti mis-suq Ewropew, li kien qed isegwi t-triq li qabad pajjiżna.", "U jien inħoss ċertu diżappunt meta ftit ilu fuq is-CNN rajt lill-Prim Ministru tas-Slovenja jitkellem fuq kif pajjiżu jrid ikun wieħed mill- pajjiżi li jidħlu fl-Unjoni Ewropea meta Malta kellha dan il-vantaġġ fuq dawk il-pajjiżi u rmietu.", "U għax irmiet dan il-vantaġġ se toħloq diffikultajiet lilha nnifisha biex f'dan il-pajjiż ikun hawn iktar investiment fl-industrija.", "Wieħed jiskanta u jinkwieta ruħu meta jara statements - kif ġie rrapportat f'wieħed mill-ġurnali lokali - li għal ċerti industriji f'pajjiżna l-fatt li Malta m'għadhiex fit-triq li tidħol fl-Unjoni Ewropea huwa ta' preokkupazzjoni.", "Jiġifieri mhux talli m'huwiex xi ħaġa li tagħmel deni lil Malta li tidħol fl-Unjoni Ewropea, mhux talli nkunu nistgħu nattiraw aktar investiment, talli l-industrija li qiegħda hawnhekk qed tħares b'mod preokkupat li Malta tidher li telqet din it-triq.", "Jien għandi kull rispett lejn il-Ministru li qed iressaq din il-liġi hawnhekk, li naturalment għandu d-diffikulta li jrid jaħdem fil-parametri tal-politika tal-partit tiegħu - wieħed irid jirrispetta dan ukoll - imma dawn huma konsiderazzjonijiet li aħna, bħala Oppożizzjoni rridu li npoġġu lilu u lill-poplu Malti.", "Imma ħalli nagħmel ukoll suġġeriment, mhux fi ħdan il-viżjoni Nazzjonalista għal Malta, imma fi ħdan il-politika preżenti li l-Gvern għandu għal dan il-pajjiż.", "Fl-MDC jeżistu ċerti fondi available għall-feasibility studies.", "Dawn huma fondi li wieħed jista' jutilizzahom u jien naħseb li f'dan il-pajjiż għandna bżonn nagħmlu iktar biex ngħallmu lin-nies jutilizzawhom.", "Naħseb li f'dan il-każ anke l-MDC għandha taħdem biex tagħmel minn kollox biex kemm jista' jkun tgħin anke lill-entrepreneur Malti, forsi anke in conjunction ma' assoċjazzjonijiet, mas-settur privat u jien ngħid anke ma' professjonijiet.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn kif kiber is-settur tax-ship registration f'pajjiżna - fil-fatt dan huwa settur li ġie żviluppat mill-Gvern Nazzjonalista u l-ex-Ministru Fenech kien għamel bidliet importanti enormament fil-qasam marittimu li jridu jiġu rikonoxxuti f'dan il-pajjiż bħala żviluppi li bidlu kompletament dak is-settur u taw revenue kbir lil pajjiżna - jiskopri li dan kiber ukoll permezz ta' konsulenti, professjonisti u individwi li ħarġu biex jipprovaw iġibu dak it-tip ta' investiment ta' ship registration - mhux investiment fl- industrija - lejn pajjiżna.", "Forsi hija l-okkażjoni - għax din hija xi ħaġa li aħna nixtiequ naraw bħala Oppożizzjoni, li pajjiżna jimxi 'l quddiem - li anke l-MDC tipprova torbot ma' dan is-settur biex ikun hemm anke nies li joħorġu barra mill-pajjiż u jipprovaw jattiraw kemm jista' jkun investiment lejn pajjiżna.", "Naturalment ikun hemm bżonn li tinżamm aġġornata l-informazzjoni kollha li għandna f'diversi lingwi sabiex dan ukoll ikun jista' jgħin dan it-tip ta' investiment lejn pajjiżna.", "Madam Speaker, naħseb li din il-liġi tatna l-okkażjoni biex nitfgħu għajnejna mhux biss fuq it-titjib li qed jiġi ppreżentat hawnhekk - il- kollegi ta' qabli tkellmu fid-dettall fuqu u ma nħossx li jien għandi nirrepeti l-istess ħaġa - imma tatna wkoll il-possibbilta' sabiex naraw kif se nħarsu lejn politika li tkabbar is-settur industrijali f'pajjiżna u tattira l-investiment.", "Naħseb li l-iktar punt fejn hemm kuntrast nett bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni huwa eżattament fl-għażliet li l-Gvern u l- Oppożizzjoni qed jagħmlu fil-politika Ewropea.", "Jien ikolli ngħid li nistmerr bil-qawwa kollha l-argument - mhux il-persuna - li ġab l-Onor.", "Lino Spiteri meta ta l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista meta kien fil- gvern - anke issa li qiegħed fl-oppożizzjoni - għamel l-għażla għall-Ewropa u ma ħalla l-ebda options miftuħin.", "Huwa għamel argument fejn ipprova jpoġġi x-xenarju li filwaqt li l-Gvern tal-lum huwa prammatiku u għandu ħafna options quddiemu, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ġie magħluq qisu f'handlock li ma jistax jiċċaqlaq minnha għaliex għamel l-għażla għall- Ewropa.", "Madam Speaker, jien nirreżisti dan l-argument bil-qilla kollha għaliex inħoss li huwa argument sofista li żgur ma jistax ireġi għaliex m'huwiex veru.", "L-ewwelnett m'huwiex veru li l-Partit Nazzjonalista qabad u daħal għal din l-għażla ta' l-Ewropa mingħajr ma kkonsidra xejn; dan huwa travestiment tar-realta' u tal-verita'.", "Il-Partit Nazzjonalista ra l- options kollha wkoll bħal kull partit ieħor u għamel l-għażla kważi 20 sena ilu.", "U kien għamel din l-għażla għaliex ra li l-options l-oħra li kellna kienu jew \"to go it alone\", li jidher li tista' tkun l-option li qed jieħu dan il-Gvern jew inkella l-option li nagħmlu bħalma għamlu pajjiżi oħrajn, u ningħaqdu ma' gruppi oħrajn.", "Per eżempju, f'mument minnhom kien hemm anke min issuġġerixxa li ningħaqdu mal-MAGREB; option li forsi m'għadhiex tiġi kkonsidrata.", "Meta l-Partit Nazzjonalista ra kif kienu mexjin pajjiżi oħrajn, kif kienu se jkunu r-realtajiet ta' pajjiżna u diversi raġunijiet oħra li m'iniex se nidħol fihom issa, ħaseb li sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet option tajba.", "Il-Partit Nazzjonalista qal ukoll bl-iktar mod ċar li hu ried li pajjiżna jsir membru taħt kondizzjonijiet ġusti u fil-fatt dak kollu li konna għamilna meta konna fil-gvern kien dirett lejn il-pass li nsiru membri taħt kondizzjonijiet ġusti.", "Meta pajjiżna beda d-djalogu strutturat, beda bl-iktar mod sistematiku jersaq aktar viċin ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ma sarx b'passi ta' ġgant imma sar b'passi żgħar li kienu konsistenti fid- djalogu strutturat.", "Konna diġa' bdejna npoġġu l-qafas u l-pedament għan- negozjati li kien baqgħalhom isiru.", "Hija xi ħaġa li ma titwemminx li jkun hemm min ikollu l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien se jidħol fl-Ewropa u jagħti carte blanche lill-Unjoni Ewropea mingħajr ma jagħmel ebda negozjati u jgħid \"iva\" għal kollox!", "Din hija ħaġa tad-daħk u m'hijiex sostnuta mill-programm sħiħ li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Il-Partit Nazzjonalista kien kontinwament - naħseb li l-Onor.", "Joe Borg jaf eżattament id-dettal ta' dan li qed ngħid għaliex kien involut direttament f'dan il-proċess - qed janalizza s-sitwazzjoni Maltija.", "Kien qed janalizza kull settur, wieħed wieħed, sabiex jara kif dawn is-setturi kollha jistgħu jiġu effettwati, biex jara kif nistgħu nagħmlu l-bażi għall- pedamenti għad-diskussjonijiet tagħna.", "Ridna naraw kif nistgħu npoġġu l- argumenti tagħna, ridna naraw fejn kien l-iktar essenzjali li ma nċedux u ridna naraw li fl-aħħar mill-aħħar ikollna somma li kienet tkun favur pajjiżna.", "Aħna dan kollu konna qegħdin nagħmluh għaliex nemmnu li huwa favur tagħna li Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea, mhux għax irridu nkunu bin-nemex u mhux biex xi ħadd jgħidilna li aħna Ewropej u b'xi mod narmu l-oriġini u l-kultura tagħna li hija wkoll semitika, imma għaliex jinteressana li nagħmlu dak li huwa ta' ġid veru għal pajjiżna.", "U dak li konna qegħdin nagħmlu kien indirizzat lejn dan ukoll.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum huwa wieħed importanti u li tajjeb li niddiskutuh, imma kieku Malta baqgħet għaddejja fit-triq għall- Unjoni Ewropea kien ikun wieħed li malajr kien jiġi ssuperat għaliex kien ikun possibbli li nagħmlu pakketti finanzjarji u anke pakketti ta' inċentivi aħjar minn dawk li għandna llum.", "U dawn huma r-realtajiet li rridu nqabblu.", "Ma nistgħux nagħtu l-impressjoni lill-pubbliku u ngħidulu li kieku dħalna fl-Unjoni Ewropea konna nitilfu dak li għandna.", "Il-fatt li ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea tlifna l-possibbilta' li jkollna pakketti aħjar minn dawk li nistgħu nagħtu aħna għaliex il-limitazzjonijiet tagħna anke finanzjarji huma dawk li huma.", "L-Unjoni Ewropea tagħtina l- possibiltajiet li noħorġu minn dan il-qafas ta' pajjiż ta' 19-il kilometru b'9 kilometri kwadri u b'popolazzjoni ta' 360,000 ruħ.", "Pajjiżna ma jistax jingħalaq fih innifsu u jibni s-swar madwaru imma jrid ikollu l-kuraġġ li jmur fil-beraħ u jikkompeti.", "Qed ngħid dan mhux għaliex din hija għażla imma għaliex din hija l-unika triq li għandna sabiex nibqgħu neżistu bħala pajjiż u sabiex nibqgħu rilevanti għas-settur u għall-area li ngħixu fiha.", "Aktar ma nitbiegħdu mill-Ewropa - kuntrarju għal dak li qal il-Prim Ministru - aktar insiru irrilevanti fl-istorja u aktar insiru rrilevanti għar-rigward ta' l-investiment u l-opportunitajiet kbar, liema opportunijiet huma konxji minnhom pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea u li għalhekk qegħdin jiġġieldu ma' xulxin biex jidħlu huma l- ewwel sabiex ikollhom dawk l-opportunitajiet miftuħin għalihom, fosthom l- opportunitajiet għas-settur industrijali.", "Dawn l-opportunitajiet ifissru li l-industrija lokali tagħna tkun at par ma' l-industrija barranija u jkollha l-possibbiltajiet u l-kondizzjonijiet li għandhom il-kompetituri tagħna fl-Ewropa.", "Dawn l-industriji fl-Ewropa li aħna nikkompetu magħhom huma vvantaġġjati aktar minna għaliex għandhom l-appoġġ li tagħtihom l- Unjoni Ewropea permezz tal-programmi tagħha.", "L-Unjoni Ewropea tagħti fondi u grants lil dawn l-industriji li magħhom iridu jikkompetu l-industriji tagħna.", "Dawn huma affarijiet li tajjeb li ngħiduhom lill-poplu Malti u anke nirrepetuhom u nissostanzjawhom għaliex din hija r-realta', realta' li sfortunatament forsi ħafna nies ma kkonċentrawx biżżejjed fuqha, realta' kruċjali għall-ħajja ta' dan il-pajjiż.", "Madam Speaker, filwaqt li nawguraw li dan l-abbozz ta' liġi li qed jippreżenta l-Ministru f'din il-Kamra jkollu suċċess anke għar-rigward tal- miżuri sabiex jgħinu lill-pajjiż jimxi 'l quddiem, naħseb li m'huwiex ġust - naħseb li huma argumenti li għandhom jiġu ribattuti bil-qawwa kollha - li kien hawn min qal illi kieku dħalna fl-Unjoni Ewropea dan ma kienx ikun possibbli.", "Jien ngħid li meta aħna nidħlu fl-Unjoni Ewropea - qed ngħid hekk għax naħseb li jiġri x'jiġri fil-pajjiż din hija mixja inevitabbli - dan il-pakkett jista' jkun ħafna aħjar u l-industriji tagħna jkunu jistgħu jgawdu ħafna iktar vantaġġi minn dan.", "Wieħed għandu jirrifletti wkoll fuq id-diffikultajiet jekk jagħmel l-għażla li ma jidħolx.", "Illum għandna quddiemna tentattiv ġust mill-Gvern Malti biex jgħin lill- industrija Maltija imma għandna wkoll eżempju ċar ta' x'inhu the cost of non-membership.", "Dan huwa eżempju ċar ta' xi jfisser li ma tkunx membru ta' l-Unjoni Ewropea u allura ma tistax tagħti ċerti inċentivi li l-Unjoni Ewropea tagħti lill-industrija tagħha.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, bl-iktar mod leali u bl-iktar mod li huwa bbażat biss fuq l-argument li aħna partit li nenfasizzaw fuq il-ħtieġa li nibnu l-pajjiż u mhux li nkissru lin-nies jew lill-personaġġi u li rridu naħdmu biex lil dan il-pajjiż nagħmluh dejjem aħjar, qed inpoġġu dawn l-ideat għall-konsiderazzjoni ta' din il- Kamra u tal-pubbliku Malti biex filwaqt li wieħed jara x-xogħol li qed isir - wieħed jawgura li dan ix-xogħol li qed isir ikollu s-suċċess li tixtieq din il-Kamra kollha - iżomm ukoll quddiem għajnejh il-viżjoni Nazzjonalista għal dan il-pajjiż, viżjoni li hija ħafna itjeb minn dik li qed joffri l-Gvern preżenti.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru sabiex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, jien naħseb li kull min kellu l- paċenzja li jsegwi dan id-dibattitu ntebaħ li dwar din il-liġi bħala liġi m'hemm xejn li wieħed jista' jgħidlu kontenzjuż, anzi jien nista' ngħid li ħadt pjaċir ħafna nisma' l-kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex għal dak li jirrigwarda l-liġi nnifisha kien hemm ħafna rimarki validi u ħafna suġġerimenti pożittivi.", "Id-dibattitu daħal f'ċerti aspettattivi oħrajn u għalkemm jien m'iniex se nkun kontenzjuż, min-naħa l-oħra bilfors irrid nippreċiża x'inhi l-opinjoni tal-Gvern dwar ċerti oqsma li huma laterali u li ġew imqajma f'dan id- dibattitu.", "L-ewwel punt kien dwar l-istat ta' l-ekonomija Maltija u bħala l-Ministru responsabbli għat-tali naħseb li jkun nuqqas min-naħa tiegħi li ma nirrispondix fil-qosor għall-punti li tqajmu.", "Il-punti li tqajmu minn xi kelliema - mhux mill-kelliema kollha - kienu li minn mindu tela' fil- gvern il-Partit Laburista l-pajjiż mar lura f'ċerti oqsma.", "Jien naħseb li din ir-rimarka ma kenitx waħda leali u għalkemm niddejjaq insemmi figuri, bilfors irrid nagħti ċerta indikazzjoni biex nuri kemm dan m'huwiex veru.", "Jekk nieħdu, per eżempju, is-settur tal-manifattura nsibu li fl-1995 dan ipproduċa b'madwar Lm906 miljun worth of goods.", "Fl-1996 dan l-ammont niżel għal Lm862 miljun.", "Jekk naraw dan kif inhu maqsum insibu li l-mod li bih beda jonqos il-manufacturing output kien konsistenti qabel ma tela' fil- gvern il-Partit Laburista.", "Fil-qasam tat-turiżmu naraw li fl-1995 il- figura kienet ta' Lm232 miljun filwaqt li fl-1996 din niżlet għal Lm228 miljun.", "L-importazzjoni ta' supplies industrijali fl-1996 naqset bi Lm23 miljun u niżlet għall-figura ta' Lm598 miljun.", "Fl-istess sena d-dħul ordinarju tal-Gvern naqas b'14% għal Lm446 miljun u l-ispiża - din m'hijiex ħaġa pożittiva - kellha tiżdied b'5%.", "Jekk imbagħad naraw id-debitu nazzjonali insibu li fl-1987 dan tela' għal 48.6% u jekk tgħodd id-debiti tal-korporazzjonijiet issib li dawn jammontaw għal madwar Lm1 biljun, jiġifieri daqs il-GDP.", "Jien ma neħux pjaċir nagħti dawn il-figuri u nippreferi li kieku l- affarijiet kienu l-oppost imma għamilt dan għaliex ma naħsibx li huwa leali li wieħed jipprova jagħti stampa li qisu l-affarijiet bdew sejrin lura minn mindu tela' fil-gvern il-Partit Laburista.", "Jekk inħarsu lejn dak li jissejjaħ l-economic growth - wieħed hawnhekk irid jagħmel distinzjoni importanti bejn dak li hu l-kwalita' u l-kwantita' ta' l-economic growth - naraw li f'figuri reali f'ħames snin il-growth kien average ta' 4.7%.", "Fl- 1995 in real terms kien ta' 6.2% u naħsbu li 2% minnhom kienu kaġun ta' l- introduzzjoni tal-VAT minħabba l-ekonomija li ma kenitx qed tiġi mkejla.", "Dan ifisser li fl-1995 l-economic growth - jekk inneħħu dawk it-2% - kien ta' 4.2%.", "Jekk imbagħad wieħed inħares lejn kif kien l-economic growth in real terms fl-1996, iżjed jibda jinkwieta għaliex insibu li f'termini reali dan kien ta' 3.1% u jekk inħarsu lejn il-kwalita' minflok lejn il- kwantita', aktar ninkwetaw għaliex l-input tal-growth kien dovut għal infiq iktar min-naħa tal-konsumatur u infiq akbar min-naħa tal-Gvern, probabbli minħabba li kienet riesqa l-elezzjoni.", "Mr Speaker, meta wieħed iħares lejn dawn il-figuri għandu jiżen id- diskors ta' l-Oppożizzjoni meta tgħid li kif tela' Gvern Laburista kien hemm rigress.", "Dan m'hu veru xejn u l-Oppożizzjoni għandha taċċetta li l- poplu Malti tella' Gvern ġdid u ma toqgħodx tipprova tissostanzja ċerti kwestjonijiet li m'humiex minnhom; għandha taċċetta s-sitwazzjoni kif inhi.", "Lill-Oppożizzjoni ngħidilha li l-aktar mod li bih tkabbar l- inċertezza - li tant jitkellmu dwarha - u l-islowdown fl-ekonomija huwa billi titkellem dwarha u tirrepetiha.", "Jien naħseb li l-Oppożizzjoni għandha tkun responsabbli u tevalwa l-fatti fil-perspettiva vera tagħhom.", "Jien, kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, ma rridx inkun kontenzjuż u kelli nagħmel din ir-rimarka u nagħti dawn il-figuri għaliex kien hemm kelliema li għamlu riferenza għall-istat ta' l-ekonomija fil-pajjiż.", "Mr Speaker, it-tieni punt li xtaqt nitkellem dwaru u li tqajjem minn diversi kelliema kien dwar l-istrateġija tal-Gvern u jekk jeżistix pjan industrijali.", "L-ewwel ħaġa, waħda mir-rimarki li wieħed jisma' kostantement mill-korpi kostitwiti kif ukoll mill-esperti li jifformaw ir- Ramboll team huwa li l-Gvern preċedenti ma kellux pjan jew strateġija industrijali.", "L-industrija kienet qed taħdem f'vacuum f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istrateġija industrijali.", "Ħalli issa naraw x'inhi l- istrateġija li qed inressqu 'l quddiem aħna.", "L-ewwelnett huwa importanti li jkollok ekonomija bilanċjata u l-bilanċ irid ikun bejn l-oqsma differenti u importanti ta' l-ekonomija.", "Irid ikun hemm bilanċ bejn dik li tissejjaħ produzzjoni diretta, bejn is-servizzi tas- suq u s-servizzi li m'humiex tas-suq b'mod li dan il-bilanċ ikun lest li jilqa' għall-vulnerabilita', li tista' tiġi minn forzi esterni li wara kollox m'humiex fil-kontroll ta' l-awtoritajiet nazzjonali.", "X'għandu jkun dan il-bilanċ jiddefinih min ikun qed imexxi, fis-sens li l-Gvern irid jara x'bilanċ jaħseb li għandu jinżamm.", "Għalhekk jien għidt li huwa importanti li gvern ikollu strateġija industrijali - dak li qabel kien jissejjaħ pjan industrijali - għaliex il-bilanċ irid jinstab skond din id-direzzjoni.", "Rigward is-settur tal-manifattura, dan għandu jkun kapaċi jżomm il- kontribuzzjoni li kien qed jagħti bħala persentaġġ tal-kontribuzzjoni diretta għall-ekonomija in ġenerali.", "Kif qed inħarsu aħna lejn il- produzzjoni diretta?", "Aħna qed inħarsu lejn il-produzzjoni diretta fuq erba' binarji prinċipali; l-ewwelnett aħna nemmnu li m'għandux ikun hemm riduzzjoni fil-kontribuzzjoni tal-kumpanniji barranin eżistenti f'Malta fl- ekonomija tal-pajjiż - jiġifieri l-kumpanniji preżenti għandhom mhux biss iżommu r-ritmu bħala input jew persentaġġ fl-ekonomija nazzjonali ta' pajjiżna imma għandhom jaraw kif ikomplu jikbru miegħu - it-tieni nett għandu jkun hemm żieda fil-livell ta' investiment ġdid f'pajjiżna f'setturi differenti - kif wieħed jista' japprezza, dan il-qasam huwa wieħed importanti u minkejja diffikultajiet li 'l quddiem niġi għalihom, wieħed għandu japprezza li għandu jsir sforz sħiħ biex il-livell ta' l-investiment dirett barrani jiżdied - it-tielet li s-settur tal-manifattura lokali jkun kapaċi jgħix fid-dinja tas-suq ħieles billi jkun kapaċi hu stess jirristruttura ruħu u r-raba' li jiżdied in-numru ta' intrapriżi ġodda fil-manifattura fl-ambitu lokali.", "Dawn l-erba' punti huma l-bażi, il-qalb ta' dak li qed jiġi propost fl- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Meta aħna niġu biex niddiskutu qasam qasam, wieħed irid japprezza li dan l-abbozz ta' liġi ġie proprju tailor made biex dawn l-erba' oqsma individwali iżda li huma relatati wkoll ma' xulxin, ikollhom il-qafas legali għall-iżvilupp neċessarju.", "L-abbozz ta' liġi stess jagħmilha ċara li l-fabbriki eżistenti u dawk li se jibdew jaħdmu għandhom jingħataw l-għajnuniet skond dawk kontemplati fl-IDA, iżda meta dawk l-għajnuniet fiskali kontemplati jieqfu m'għandux jieqaf l- investiment.", "In-naħa l-oħra qalet li sakemm spiċċat mill-Gvern ma kenitx ippreparat l-abbozz ta' liġi dwar l-għajnuna legali fil-qasam tat-taxxa għax ħasset li ma kienx għad hemm bżonnu u kellhom jippreparawh għaliex l- iskema kellha tiskadi fis-sena 2000.", "Jien naħseb li dan l-argument ma tantx hu serju għaliex kumpanniji li huma ta' ċerta entita' jibdew jippjanaw investiment ġdid minn żmien qabel.", "Jekk wieħed jaħseb li kumpannija tagħmel l-istrateġija industrijali tagħha mil-lum għal għada, jiżbalja.", "Fil-fatt, kif jaf kulħadd, sakemm jiskadu diversi opportunitajiet li kienet tagħti l-IDA kien baqa', bejn wieħed u ieħor, minn tlieta sa erba' snin u kumpanniji li jkunu fil-qagħda li jerġgħu jibdew jikkontemplaw investiment ġdid, speċjalment meta l-investiment ikun qawwi kif qegħdin nantiċipaw f'ċerti fabbriki, dan irid jiġi maħsub minn żmien qabel.", "Meta l-Oppożizzjoni titkellem fuq nuqqas ta' fiduċja jien ngħidilha li jkun tajjeb li jitkellmu direttament ma' l-industrijalisti - apparentement qabel ma tantx kien isir djalogu ma' l-industrijalisti - biex jaraw x'inhi verament il-pożizzjoni ta' dawk l-industriji li huma b'saħħithom.", "Jien ngħid illi li kieku l-industrijalisti ma kellhomx fiduċja f'pajjiżna, kif qed jipprovaw ipinġu tan-naħa l-Oppożizzjoni, kieku ma kenux iħeġġuna huma stess sabiex ngħaddu din il-liġi kemm jista' jkun malajr biex ikunu jistgħu jieħdu ċerti deċiżjonijiet strateġiċi dwar fejn se jkabbru l- investiment tagħhom.", "Jien għandi l-pjaċir ngħid hawnhekk li l-SGS Thomson, kumpannija ewlenija li għandna f'pajjiżna, mhux talli marret mill-fażi ta' Kirkop 1 għal Kirkop 2 imma aktarx se timxi għall-fażi ta' Kirkop 3.", "Wieħed japprezza l-fiduċja li din il-kumpannija għandha f'pajjiżna u t-tip ta' investiment li se tagħmel, li se jkun wieħed li jtejjeb it-teknoloġija f'dak li għandu x'jaqsam mal-microchips - għax huma jispeċjalizzaw f'dan il- qasam - se jgħin biex ikun hemm investiment teknoloġiku qawwi kif kien hemm fl-imgħoddi.", "Eżempju ieħor huwa dak tal-kumpannija Brandstaetter.", "Kieku ma kienx hawn fiduċja fil-pajjiż, kieku din il-kumpannija ma kenitx tiddeċiedi li toħroġ parti mill-Lm5 miljun li hemm bżonn biex jinbena qasam ta' fabbriki ġdid ġo Ħal Far.", "Kieku m'hawnx ċerta fiduċja f'pajjiżna kieku kumpannija li għadha kemm nefqet Lm3 miljun f'fabbrika li għandha x'taqsam ma' l-ipproċessar ta' l-ikel ma kenitx titħajjar biex terġa' tiżviluppa fabbrika oħra ta' l- istess daqs bl-istess investiment.", "Meta nisma' lil min jgħid li l- industrijalisti jħossuhom inċerti u qegħdin jinkwetaw jien ngħid li dan il- ħsieb huwa biss f'min qiegħed jgħidu għax l-industrijalisti li niltaqgħu magħhom aħna - u ltqajna ma' biżibilju minn mindu tlajna fil-gvern - ma wrewx il-preokkupazzjoni li qed turi l-Oppożizzjoni.", "Jien nista' ngħid ukoll - u dan huwa termometru ta' dak li jeżisti bħala ħsieb f'pajjiżna - li jekk wieħed iħares lejn dawk il-proġetti li kienu on-line - jiġifieri li kienet qed issir il-ħmira dwarhom - qabel l-elezzjonijiet ġenerali sabiex jara jekk dawn irtirawx jew le, isib li dawn mhux biss ma rtirawx talli baqgħu għaddejjin bl-istess ritmu.", "Per eżempju, fit-Technopark din is-sena ġew approvati ħames proġetti ġodda li nisperaw li jibdew joperaw fil-ġejjieni.", "Jiġifieri meta wieħed jisma' dan il-kliem dwar nuqqas ta' fiduċja u inċertezza wieħed jibda jissuspetta li dawn qegħdin jiġu ripetuti għal skopijiet ta' partiġġjaniżmu li m'għandux ikun fejn għandha x'taqsam il-politika industrijali tal-pajjiż.", "Jien xtaqt nitkellem ukoll fuq il-kritika - għax hija relatata magħha - li saret il-ħin kollu dwar il-politika ta' dan il-Gvern fil-konfront tal- European Union.", "Aħna m'aħniex Ewropej jew Mediterranji - għaliex xi ħadd għoġbu jsejħilna hekk - inferjuri għaliex m'aħniex fil-Euopean Union.", "L- ispostament ta' l-argument ta' l-Oppożizzjoni li għaliex Malta m'hijiex se tidħol fil-European Union qisha m'hijiex pajjiż Ewropew huwa wieħed żbaljat għal kollox.", "Jekk hemm qasam fejn dan l-argument ma jistax jintuża huwa proprju fejn tidħol il-politika industrijali għaliex f'dan il-qasam fejn il- Gvern qed jipproponi li l-pożizzjoni ma tkunx inferjuri għal sħubija sħiħa u li għandu jkun hemm zona industrijali ħielsa.", "Allura jien ngħid lill- Oppożizzjoni - li apparentement ma tistax taċċetta l-fatt li l-politika barranija ta' dan il-Gvern fil-konfront ta' l-Unjoni Ewropea hija waħda ta' relazzjoni mill-qrib f'ċerti oqsma mingħajr sħubija sħiħa - li fil-qasam industrijali mhux talli wieħed m'għandux jipprova juża dan id-dibattitu biex jallarma billi jgħid li l-pożizzjoni ta' Malta se tiġi aggravata fin- nuqqas ta' sħubija ma' l-Unjoni Ewropea, talli jekk hemm qasam li veru mhux se jkun inferjuri huwa proprju fejn tidħol il-politika industrijali.", "Meta aħna nitkellmu mar-rappreżentanti tal-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-politika tagħna fil-qasam industrijali aħna qed nagħmluha ċara li l-intendiment ta' dan il-Gvern huwa proprju biex jasal għal industrial free zone.", "Il-kelma \"industrijali\" qiegħda magħżula u meqjusa apposta għax hekk inħossu li jaqbel għall-pajjiż.", "Kieku nħossu li għall- pajjiż jaqbel politika differenti kieku ma ninsistux fuq din il-politika, imma aħna nħossu li għal Malta dan li qed nipproponu aħna huwa aħjar u aqwa minn sħubija sħiħa.", "Qed ngħidu hekk għaliex illum Malta m'hijiex membru tal-European Union u allura meta n-Nazzjonalisti joqogħdu jitkellmu fuq l- investiment li ġabu matul iż-żmien li kienu fil-gvern bl-intiża ta' proġetti - fost dawn il-proġetti ssemma wieħed li għandu x'jaqsam ma' Hugo Boss - li kellhom l-intenzjoni li jiġu hawn u jagħmlu t-tikketta \"Made in the European Union\" fuq il-prodotti tagħhom, jien ngħidilhom li huma ma kenux daħlu fil-European Union, anzi ma kenux jafu meta se jidħlu.", "Skond l- argument tagħhom stess, il-fatt li ma kenux daħlu ma kienx neħħa l- opportunita' ta' l-investiment, għaliex pajjiż ma jkunx Ewropew għaliex ikun fil-European Union.", "Meta inti tara l-possibbiltajiet li qed joffri l- Gvern fil-politika industrijali m'għandekx tkompli tħambaq fuq is-sħubija sħiħa fil-European Union għaliex f'dan il-qasam aħna proprju m'aħniex qed nippreżentaw politika inferjuri għal sħubija sħiħa.", "Aħna qed ngħidu li fejn għandha x'taqsam l-industrija u l-manifattura, aħna nipproponu li għandna jkollna ftehim li ma jkunx inferjuri.", "Jekk fil-qasam industrijali naslu għal dan wieħed jara li hemm vantaġġi oħrajn li verament kienu jintilfu kieku aħna konna nkunu membri sħaħ.", "Ħalli nieħu xi żewġ eżempji.", "Kieku aħna konna membri sħaħ, wieħed seta' jikkontempla li tiġi rinovata l-konċessjoni - verament kull sena tiġi rinovata - li għandna għall- esportazzjoni ta' prodotti li ħafna minnhom imorru lejn l-Istati Uniti?", "Li kieku Malta kienet membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, ma kenitx tkun tista' tibbenefika mill-qasam ta' investiment - il-fondi li l-Oppożizzjoni ssejħilhom strutturali - li huwa sostanzjali li se jagħmlu l-pajjiżi ta' l- Ewropa għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċess imsejjaħ MEDA.", "Malta se tibbenefika minn dan il-proċess għaliex m'hijiex membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "In-naħa l-oħra ma tkellmitx dwar dan imma tkellmet biss fuq x'seta' jakkwista l-pajjiż.", "Fl-istess nifs imbagħad l-Oppożizzjoni titkellem kontinwament fuq il-problema tal-qgħad f'pajjiżna.", "Jien nixtieq li ngħid xi ħaġa fil-qosor dwar il-politika tal-Gvern fejn għandu x'jaqsam il-labour market.", "Mr Speaker, l-ewwelnett jien qbadt l-argument li l-Oppożizzjoni titkellem fuq il-qasam ta' l-impjiegi u tagħti l-impressjoni li s-settur tal- manifattura kienet tagħtih importanza daqs is-settur tas-servizzi.", "Meta wieħed iħares lejn kif żdiedu l-impjiegi matul is-snin 1991-1996, jara li dan mhux minnu għaliex fis-settur tal-manifattura, fl-1991 kien hemm 29,674 impjegat filwaqt li fl-aħħar ta' l-1996 kien hemm 29,691 impjegat.", "Dan ifisser li għalkemm l-impjiegi fil-pajjiż żdiedu matul medda ta' ħames snin, fil-manifattura dawn baqgħu kważi kostanti.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn il-qasam tas-servizzi nsibu li l-impjiegi żdiedu minn madwar 36,000 għal madwar 47,000, żieda ta' 11,000 impjieg.", "Dan ifisser li waqt li l- impjiegi in ġenerali żdiedu, l-impiegi fil-qasam tal-manifattura ma żdidux bl-istess rata.", "Wieħed irid jgħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar hemm inter-dipendenza bejn iż-żewġ oqsma.", "Jiena ma rridx ngħid u ma rridx niġi interpretat li qed ngħid li għandu jkun hemm żbilanċ bejn dawn iż-żewġ oqsma - aktar ma jkun hemm inter-dipendenza bejniethom, aktar ikun aħjar - pero' huwa fatt li ma jista' jirrifjutah ħadd li fil-qasam tas-servizzi l- affarijiet żviluppaw b'ritmu differenti milli żviluppaw fil-qasam tal- manifattura.", "Mr Speaker, wieħed irid japprezza wkoll li fil-qasam tal-manifattura l- pajjiż kellu, u għad għandu, sfidi kbar.", "Ta' xejn wieħed joqgħod jgħid li ġraw ċerti ħwejjeġ fil-qasam industrijali, meta ma jkunx realistiku għall- politika internazzjonali industrijali li hawn madwarna.", "Aħna smajna kif tkellmu ċerti membri taż-żewġ naħat tal-Kamra dwar problemi li tiffaċċja l- industrija tal-lum; għandna l-problema li m'għandniex suq domestiku u għandna wkoll il-problema li għandna pajjiżi fil-Lvant ta' l-Ewropa u anke fl-Afrika ta' Fuq li huma kompetituri tagħna.", "Nafu wkoll li bit-tibdil sħiħ tal-mentalita' dwar is-suq, hemm pajjiżi oħra li wkoll jinsabu fit-triq ta' l-iżvilupp.", "M'iniex qed nirriferi għaċ-Ċina fejn hemm suq domestiku enormi, imma qed nirriferi għal pajjiżi bħal Vietnam li wkoll qed jikkompeti għaliex jipproduċi mano d'opera li hija rħisa.", "Meta naraw dawn l-isfidi kollha, aħna għandna nirrikkonoxxu l- possibbiltajiet tal-pajjiżi l-oħra biex nibnu l-fiduċja fuq dak li hu b'saħħtu.", "U pajjiżna x'għandu b'saħħtu?", "L-ewwel ħaġa li għandna nirrikonoxxu hija li għalkemm pajjiżna huwa żgħir, għandu ħafna x'joffri.", "M'għandniex nimmaġinaw li għandna xi ġgant ċkejken industrijali, bħal forsi pajjiżi li huma ċkejknin u għandhom ekonomija żviluppata ħafna, pero' xorta waħda għandna ħafna x'noffru.", "Il-pożizzjoni ta' pajjiżna hija waħda ideali u għalkemm ma' l-Ewropa m'aħniex - kif qal wieħed mill-kelliema - fuq il- mainland, min-naħa l-oħra qegħdin ħafna iktar viċin suq kbir ta' tliet miljun ruħ fin-naħa ta' fuq ta' l-Afrika.", "Dan is-suq żgur li għadu ma ġiex żviluppat kif imissu jiġi żviluppat.", "Aħna nafu li 75% ta' dak li għandu x'jaqsam ma' esportazzjoni, importazzjoni u anke turiżmu hija ma' l-Unjoni Ewropea u jekk taqta' dak li jmur lejn l-Amerka tinduna li hemm suq sħiħ li għadu ma ġiex żviluppat.", "Mr Speaker, suq ieħor li ma ġiex żviluppat huwa proprju l-Lvant ta' l- Ewropa.", "Aħna nitkellmu fuq il-Lvant ta' l-Ewropa billi ngħidu li dawn qed jipprovaw jissieħbu ma' l-Unjoni Ewropea ħalli jkunu hemm qabilna, u allura minflok narawh bħala suq, qed narawh biss bħala kompetitur.", "Kieku l-Gvern preċedenti uża aktar moħħu u għaraf il-fatt li ħafna minn dawn il-pajjiżi li qegħdin fil-Lvant ta' l-Ewropa għandhom ftehim ta' assoċjazzjoni ma' l- EFTA, kien jara li din il-parti ta' l-Ewropa m'għandniex inqisuha biss bħala kompetitur tagħna imma għandna nqisuha wkoll bħala li tista' tkun suq.", "Pero' minħabba traskuraġni u forsi, biex ngħid hekk, għaliex ma kienx hemm dik il-ħajra li jkomplu d-diskussjonijiet mar-rappreżentanti ta' l- EFTA, din il-possibbilta' intilfet.", "It-triq tal-Gvern Nazzjonalista kienet biss lejn l-Ewropa u għalkemm kellu r-raġunijiet tiegħu - raġunijiet li aħna ma naqblux magħhom - jien naħseb li kien żball li ttraskura toroq oħrajn.", "Madam Speaker, qabel ma nikkonkludi xtaqt nirriferi għad-diskors li ntqal rigward il-fatt li dan l-abbozz ta' liġi huwa mibni fuq abbozz preċedenti li tressaq mill-ex-Ministru Josef Bonniċi.", "Dan huwa veru u jekk kien hemm xi ħaġa li jien dejjem sħaqt fuqha minn mindu nħtart bħala Ministru hija l- ħtieġa tal-kontinwita' fil-qasam ta' l-industrija u f'oqsma oħrajn li huma ta' importanza nazzjonali, bħalma huwa s-settur tat-turiżmu.", "M'hemmx dubju li meta jiena bdejt naġixxi bħala Ministru, dan ma kienx biss bil-kliem imma anke bil-fatti, għaliex kif ħadt ċerti deċiżjonijiet deher ċar li t- triq li għażilt kienet waħda ta' kontinwita' billi bnejt u saħħaħt fuq dak li sibt li deherli li kien tajjeb u dak li deherli li ma kienx adattat għall-politika tagħna ttrimjajtu biex jiġi adattat.", "Imma meta jkun hawn min jgħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa mibni kollu kemm hu fuq abbozz ta' liġi preċedenti, ma jkunx qed jgħid il-verita'.", "Qed ngħid dan għaliex jekk nagħmlu bħat-tfal iż-żgħar u noqogħdu ngħoddu l-paġni, insibu li l-abbozz ta' liġi li kien tressaq taħt l-Amministrazzjoni preċedenti kellu ħames paġni u dan għandu d-doppju.", "Jiġifieri barra li aħna bnejna fuq dak li deherilna li kien fl-interess ta' l-industrija u fl-interess tal-politika industrijali tal-pajjiż, għamilna daqstant ħwejjeġ ġodda li dehrilna li kellna bżonnhom biex insaħħu dak li sibna bħala l-Liġi li Tirregola l-Qasam Industrijali.", "Madam Speaker, jien nikkonkludi billi ngħid li fl-istadju tal-Kumitat se jiġu proposti ċerti emendi ġodda - li se ngħaddi lill-kollegi tiegħi tan- naħa ta' l-Oppożizzjoni - sabiex inkunu nistgħu niddiskutuhom u b'hekk nagħmlu liġi li verament tagħti fiduċja u kunfidenza lill-industrija Maltija.", "Nirringrazzjak.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija.", "ONOR.", "ATTARD MONTALTO: Nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi li għadna kemm għaddejna mill-istadju tat-Tieni Qari jkun trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nixtieq ninforma lill-Kamra li fuq il- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur biex jikkonsidra l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali fl-istadju ta' Kumitat, min-naħa tal-Gvern qed jiġu appuntati l-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija, is-Segretarju Parlamentari għas-Self-Employed u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Kamra li l-membri għan-naħa ta' l- Oppożizzjoni appuntati fuq l-istess kumitat huma l-Onor.", "Josef Bonnici, l- Onor. Michael Frendo u jiena stess.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa,14 ta' Mejju, 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Eurocontrol - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola Condominia - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa - it-Tieni Qari; u", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-VAT - Kontinwazzjoni.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Madam Speaker, matul dawn l-aħħar ġimgħat, l- Oppożizzjoni Nazzjonalista imbarkat fuq kampanja ta' ħmieġ, gideb, nofs veritajiet u spekulazzjonijiet dwar il-qagħda ekonomika tal-pajjiż, b'mod partikolari dwar il-qagħda fl-impjiegi.", "L-Oppożizzjoni pprovat tagħti l-impressjoni li hawn xi inċertezza fil- pajjiż, maħluqa mill-politika tal-Gvern Laburista, u li qiegħda twassal għat-telf ta' direzzjoni tal-pajjiż u għal inkwiet ekonomiku kbir.", "Bil-mod kif tkellmet l-Oppożizzjoni uriet mhux biss l-irresponsabbilta' tagħha, iżda wkoll l-ipokresija li tħaddan fit-tmexxija tagħha.", "Proprju l-irresponsabbilta' u l-ipokresija ta' l-Oppożizzjoni ħarġu aktar fil-beraħ il-ġimgħa li għaddiet meta ħarġet l-istatistika uffiċjali dwar l- impjiegi għax-xhur ta' bejn Diċembru 1996 u Marzu 1997 u ċ-ċifri tal-qgħad għal April li għadda.", "L-istatistika uffiċjali dwar l-impjiegi tikkonferma kemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-fergħat u l-mezzi ta' komunikazzjoni tagħha, kienu qegħdin jigdbu sfaċċatament meta kienu qed jgħidu li l-qgħad mill-elezzjoni 'l hawn żdied b'aktar minn 1,000 ruħ.", "Fl-istess ħin din tikkonferma kemm kienet irresponsabbli l-Oppożizzjoni meta din ipprovat tagħti l-impressjoni li fil-pajjiż kollox sejjer ħażin, li hawn inċertezza kbira u li dan l- għawġ inġieb bil-politika tal-Gvern Laburista ġdid.", "Madam Speaker, il-verita' hija li l-affarijiet assolutament m'humiex kif qegħdin ipinġuhom ta' l-Oppożizzjoni.", "Id-diffikultajiet li hawn fil- preżent huma dawk li kien hawn qabel Novembru li għadda u dawn inġiebu mill- Gvern Nazzjonalista nnifsu, b'mod partikolari bid-dħul tal-VAT.", "Għal dawk li huma mpjiegi u qgħad, l-istatistika uffiċjali toħroġ dan fil-beraħ b'mod kemm jista' jkun ċar.", "L-istatistika turi b'mod ċar li kien bejn Mejju u Novembru ta' l-1996, jiġifieri fl-aħħar sitt xhur ta' Gvern Nazzjonalista, li l-qgħad żdied b'aktar minn 1,000 ruħ, eżattament b'1,071.", "Għalkemm Novembru 1996 kien l- ewwel xahar tal-Gvern preżenti, iż-żieda fil-qgħad f'dan ix-xahar kienet ikkawżata minn telf ta' aktar minn 500 impjieg fis-settur privat f'Ottubru, l-aħħar xahar tal-Gvern ta' qabel.", "L-istatistika turi li minn Novembru 1996 sa April 1997, il-qgħad żdied biss b'259 ruħ.", "Dan ifisser li fl-aħħar xhur ta' Gvern Nazzjonalista, il- qgħad żdied b'erba' darbiet aktar milli żdied fl-ewwel xhur ta' Gvern Laburista.", "L-istampa globali turi li bejn Mejju 1996 u April 1997, il- qgħad żdied b'1,330.", "Minn dawn, 1,071 jew aktar minn 80%, żdiedu fl-aħħar xhur tal-Gvern Nazzjonalista.", "Jiena għalhekk jiddispjaċini meta s-Sur Tony Muscat - Viċi President ta' l-Assoċjazzjoni Solidarjeta' Ħaddiema Partit Nazzjonalista u wkoll direttur fl-ETC - fuq programm ta' Radio 101 li xxandar fit-13 t'April, 1997, stqarr ħafna affarijiet inkorretti.", "Anke li kieku wieħed kellu, għas-saħħa ta' l-argument, jgħodd iż-żieda fil-qgħad li kien hemm f'Novembru 1996 bħala li seħħet taħt Gvern Laburista, isib li l-qgħad żdied b'689, ħafna anqas minn dak li ilha tallega l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "L-istatistika turi wkoll li r- rankatura 'l fuq li kien qabad il-qgħad taħt il-Gvern Nazzjonalista, issa waqfet.", "Dan jien kont diġa' semmejtu.", "Fil-fatt, f'April ta' din is-sena - l-ewwel darba li l-qgħad niżel minn Mejju ta' l-1996 'l hawn - il-qgħad niżel b'192.", "Madam Speaker, l-istatistika tikkonferma dak li ilu jsostni l-Gvern, fi kliem ieħor, li s-settur ekonomiku fl-aħħar amministrazzjoni kien ilu xhur sħaħ inaqqas mir-ritmu tiegħu bil-konsegwenza li bdew jiżdiedu s-sensji u beda jiżdied il-qgħad.", "Dan huwa pprovat minn graphs li 'l quddiem beħsiebni npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn il-graphs juru b'mod ċar kemm il-qgħad ma bediex tiela' minn Novembru li għadda, u hawnhekk nagħmel riferenza speċjalment għal dak li qalet \"The Times\" fis-6 ta' Mejju, 1997, meta kienu għadhom kemm ħarġu l- figuri li riedet l-Oppożizzjoni.", "Din ma flietx dawn il-figuri u lill-poplu ma qaltlux il-verita'.", "Fil-fatt fit-title ġabet:", "\"Unemployment up every month since October and dips in April.\"", "Jiġifieri din ħalliet nofs l-istorja barra u nixtieq li għada jew pitgħada din toħroġ tgħid il-verita' għaliex lill-poplu għandna ngħidulu l-verita'.", "Ma jimpurtax li jkun hemm kritika fejn ikun hemm bżonn, u aħna neħduha l- kritika, imma m'għandux ikun hemm gideb.", "Jiena għalhekk illejla beħsiebni npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-graphs, sabiex nispjega lill-poplu x'ġara u x'ma ġarax rigward il-qgħad fl-aħħar xhur.", "Dawn il- graphs juru b'mod ċar kemm il-qgħad ma bediex tiela minn Novembru li għadda, jiġifieri mindu tela' l-Partit Laburista fil-gvern, imma beda tiela minn Mejju ta' l-1996, jiġifieri taħt il-Gvern Nazzjonalista.", "Madam Speaker, matul is-sena l-oħra, il-qgħad żdied f'Ġunju, reġa' żdied f'Lulju, reġa' żdied f'Awissu, reġa' żdied f'Settembru, reġa' żdied f'Ottubru u reġa' żdied f'Novembru minħabba li f'Ottubru, kif għidt diġa', intilfu aktar minn 500 impjieg fis-settur privat.", "Għalhekk nakkuża lill- Oppożizzjoni b'ipokresija għaliex id-deni li kkawżaw huma bil-politika tagħhom, issa bil-wiċċ tost kollu, qed jipprovaw jitfgħuh fuqna.", "Barra minn hekk, il-qgħad illum jinsab fl-istess livell li kien fl-ewwel tliet xhur ta' l-1994, u mhux hekk biss, għaliex f'dik is-sena in-numru ta' nies jaħdmu bi qliegħ kien ħafna anqas mil-lum.", "Mela fil-verita' r-rata tal-qgħad fl-1994 kienet ogħla mil-lum.", "Allura dak iż-żmien fejn kienu n- Nazzjonalisti?", "Ma ħarġux jgħajtu bil-kriżi u l-inċertezza?", "Fejn kienet l- Assoċjazzjoni Solidarjeta' Ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista?", "Fejn kien is- Sur Gafa', il-President ta' din l-assoċċjazzjoni u fejn kien is-Sur Tony Muscat?", "Din hija ipokresija fl-agħar xorta tagħha.", "Hija wkoll irresponsabbilta' fl-agħar xorta tagħha għaliex in-Nazzjonalisti bil-mod kif qed jitkellmu qed jipprovaw joħolqu l-inkwiet fil-pajjiż.", "Hawnhekk irrid nerġa' nsemmi d- dibattitu li kien hemm fuq programm ta' Radio 101, fejn is-Sur Muscat qal dawn il-kelmiet:", "\"Bħala moviment aħna ngħidu li issa bilfors irridu nimmobilizzaw lill- poplu.\".", "Madam Speaker, mela fuq ir-radju qegħdin jgħidu li hemm bżonn jimmobilizzaw lill-poplu meta il-qgħad beda tiela' minn żmien meta huma kienu fil-gvern!", "Imma l-ħaddiema li tilfu ħobżhom matul din l-aħħar sena jafu biżżejjed għalfejn tilfu l-impjieg tagħhom; jafu biżżejjed meta beda l-inkwiet li wassal biex tilfu l-impjieg tagħhom.", "Ħadd ma jista' jemmen lin- Nazzjonalisti meta dawn jitkellmu dwar għeluq ta' fabbriki u sensji li ġraw f'dawn l-aħħar xhur għaliex jekk kien hawn xi fabbriki li għalqu issa, dawn ma bdewx jiffaċċjaw il-problemi f'daqqa waħda mindu tela' l-Gvern Laburista.", "Ma jridx ikollok xi għerf kbir biex tirrealizza li meta fabbrika tasal biex tagħlaq jew tnaqqas l-impjegati tagħha, trid ikun ilha għal żmien twil mhux ħażin tiffaċċja problemi biex tieħu azzjoni daqshekk drastika.", "Għalhekk huwa evidenti li s-sensji li qed jingħataw issa huma frott il- politika żbaljata u staġnata li kien qabad il-Gvern Nazzjonalista bid-dħul tal-VAT u bl-ossessjoni tagħhom li jdaħħluna fl-Unjoni Ewropea.", "Madam Speaker, id-direzzjoni lill-pajjiż qed jagħtihielu l-Gvern preżenti bil-politka serja tagħna ta' Svizzera fil-Mediterran, pajjiż ħabib ma' kulħadd; ma' l-Ewropej, mal-pajjiżi Mediterranji u ma' l-GĦarab.", "Aħna qed nagħtu fiduċja ġdida lil dan il-pajjiż, u qed inkabbru l-istima li pajjiżi barranin għandhom għalina.", "B'dan il-mod jista' jinġieb l-investiment lejn pajjiżna u mhux bil-paroli vojt dwar l-Unjoni Ewropea.", "Madam Speaker, biex inkompli fuq is-suġġett tas-sensji u l-qgħad irrid ngħid li l-verita' hi li l-fabbriki bdew jagħlqu, is-sensji bdew jiżdiedu u l-qgħad beda jiżdied taħt il-Gvern Nazzjonalista.", "Irrid insemmi wkoll li s- Solidarjeta' Ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista ma qalux, per eżempju, li bejn Jannar u Ottubru ta' l-1996, kien hemm kważi 1,200 persuna li ġew issensjati mix-xogħol.", "Dan huwa l-ogħla numru ta' nies li tilfu l-impjieg tagħhom f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Ma qalux lanqas li bejn Jannar u Ottubru ta' l-1996, kien hemm aktar minn 3,900 persuna li rreġistraw għax- xogħol għall-ewwel darba.", "Dan huwa wkoll l-ogħla numru ta' nies li rreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar sitt snin.", "U lanqas qalu li bejn Ottubru 1995 u Settembru 1996, l-opportunitajiet ta' xogħol li kienet infurmata bihom l-ETC naqsu b'1,200 fuq is-sena ta' qabel.", "Dawn l-affarijiet imissha tgħid l-Assoċjazzjoni Solidarjeta' Ħaddiema tal- Partit Nazzjonalista u mhux il-gideb li qalet tul il-ġimgħat ta' qabel il- festa ta' l-Ewwel ta' Mejju.", "Dawn l-affarijiet, għalkemm ma jiġux ippubblikati, xorta jidher l-effett tagħhom fl-istatistka li ġiet ippubblikata l-ġimgħa l-oħra.", "Barra minn hekk, il-Gvern Nazzjonalista kien ilu s-snin jaf li fl- istatistika uffiċjali hemm diskrepanzi kbar li juru li hemm eluf ta' nies jaħdmu aktar milli fil-fatt hemm.", "Issa aħna niftakru li l-ETC taħt il- Gvern l-ieħor kienet tiftaħar kemm għandha data bank mill-aħjar.", "Minħabba f'hekk, l-ETC bdiet eżerċizzju ta' reviżjoni biex il-figuri uffiċjali jiġu korretti imma minkejja li dan l-eżerċizzju kien ilu għaddej għal snin sħaħ, il-Gvern Nazzjonalista baqa' ma qal xejn u ma ddeċieda xejn dwar x'se jagħmel.", "Kien minħabba dan l-eżerċizzju li dan l-aħħar kien hemm dewmien fil-pubblikazzjoni ta' l-istatistika.", "Minkejja li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet taf b'dan kollu, xorta waħda għażlet li tipprova tagħmel kapital politiku mis-sitwazzjoni.", "Madam Speaker, il-Gvern Laburista jinsab impenjat biex mingħajr daqq ta' trombi, jagħti nifs ġdid lill-ekonomija biex jinħoloq ix-xogħol.", "F'dan il- kontest, wieħed jista' jsemmi t-tneħħija tal-VAT - li sa xahar ieħor tkun tneħħiet - l-inċentivi ġodda li se tingħata l-industrija lokali bbażati fuq ir-rapport Ramboll, l-għajnuna professjonali, teknika u finanzjarja li diġa' bdiet tingħata lill-azjendi żgħar biex ikomplu jkabbru l-attivita' tagħhom, u t-tisħiħ ta' l-industrija turistika.", "U dan minbarra proġetti infrastrutturali li hemm ippjanati għax-xhur li ġejjin.", "Qabel nagħlaq, Madam Speaker, nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed xi dokumenti li semmejt aktar kmieni fid-diskors tiegħi fuq il- Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni li turi s-sitwazzjoni tal-qgħad bejn Mejju 1996 u April 1997.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Segretarju Parlamentari għas-Self-Employed): Madam Speaker, jiena tpaxxejt nisma' lill-Onor.", "Edwin Grech jitkellem dwar il- qagħda fis-settur ta' l-impjiegi taħt l-Amministrazzjoni preċedenti, u dan għas-sempliċi raġuni li f'dan l-Aġġornament beħsiebni nagħmel l-istess kummenti fuq settur li għandu x'jaqsam ma' l-impjiegi, is-settur tas-self- employment.", "Madam Speaker, jien nixtieq li niċċara ċ-ċpar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda tipprova twaqqa' fuq is-settur tas-self-employed.", "Issa t-tattika distruttiva u l-istrateġija ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-konfront ta' l-impjiegi f'pajjiżna, fil-konfront tas-self-employment, fil-konfront ta' l-ekonomija u fil-konfront tan-negozju in ġenerali f'pajjiżna, drajniha.", "Fil-ftit ħin li għandi m'iniex se noqgħod nikkumenta fuq dan l-aġir, pero' meta l-Oppożizzjoni tuża l-mezzi tax-xandir u l- ġurnaliżmu tagħha biex tqarraq bl-istatistiċi biex mingħaliha tieħu vantaġġ politiku on a short term, bilfors li jkun jenħtieġ li dan jiġi ratifikat immedjatament għall-benefiċċju tal-pubbliku in ġenerali u anke sabiex il- verita' tirbaħ fuq il-gideb.", "Madam Speaker, il-Ħadd li għadda ġiet ippubblikata intervista ta' l- ispokesman tal-Partit Nazzjonalista dwar il-qagħda tas-self-employed fil- ġurnal \"il-mument\".", "Il-frustrazzjoni ta' l-Oppożizzjoni għall-fatt li twaqqaf Segretarjat Parlamentari għas-Self-Employed dehret ċara, u spikkat ukoll il-politika ta' l-għira għall-fatt li skond il-Partit Nazzjonalista stess - jiġifieri dan qegħdin jammettuh - dan is-settur abbanduna lill- Partit Nazzjonalista u ingħaqad mal-Partit Laburista għal ħafna raġunijiet.", "Jiena m'iniex se noqgħod nikkummenta fuq l-opinjonijiet li ngħataw - naturalment l-Oppożizzjoni għandha d-dritt tagħmel il-kritika tagħha - pero' inħalli f'idejn il-poplu sabiex jara x'qegħdin nagħmlu aħna għas-self- employed u x'qiegħda tgħid l-Oppożizzjoni.", "Madam Speaker, jien ħadt dan l-Aġġornament proprju sabiex nindirizza dik l-istatistika li m'hijiex qiegħda ddoqq tajjeb u nixtieq nenfasizza li kif għadu kif qal l-Onor.", "Edwin Grech, bħas-soltu, mill-intervista li għadni kif semmejt ħareġ li f'daqqa waħda ħarġu jiżfnu l-anġli ta' l-Apokalissi u ġraw id-diżastri kollha li wieħed jista' jimmaġina anke għas-settur tas- self-employed.", "Dawn qalu li minn Ottubru 'l hawn - dak iż-żmien konna għadna taħt Gvern Nazzjonalista - in-numru tas-self-employed niżel b'500 ruħ.", "Issa din il-figura, tonda tonda, prima facie tqabbdek is-suspetti, pero' meta komplejt nixtarr din l-intervista skoprejt li din il-figura ma qalhiex l-abbli kollega tiegħi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni l-Onor.", "George Hzyler imma qalha min kien qiegħed jintervistah li jekk m'iniex sejjer żball kien ġurnalista ta' Radio 101.", "Dan staqsa lill-Onor.", "Hyzler x'jidhirlu mit-tnaqqis ta' 500 ruħ fis-settur tas-self-employed u jien hawnhekk nistaqsi: Minn fejn ġabuha din l-istatistika?", "Minn fejn jirriżulta li n-numru tas-self-employed naqas b'500 ruħ tondi tondi?", "Dan huwa fatt kurjuż għaliex se mai, ċifri bħal dawn ma joħroġhomx ġurnalista imma joħroġhom ix-shadow minister ta' dan id-dekasteru.", "Naturalment, l- ispokesman dwar is-self-employed la kkonferma u lanqas innega għaliex din iċ-ċifra ġiet appiċċikata lilu.", "GĦalhekk jiena nistieden - mhux lill-Onor.", "George Hyzler u lanqas lill-ġurnalista ta' Radio 101 - lill-Partit Nazzjonalista sabiex jgħidilna minn fejn ġabu din l-istatistika.", "Peress li l-ħin qiegħed jagħfas, Madam Speaker - sabiex niġu uniformi u konformi ma' dak li qal l-abbli kollega tiegħi l-Onor.", "Edwin Grech dwar is- settur tas-self-employment - tajjeb li wieħed jiċċita l-istatistika li l- Onor. Edwin Grech ġentilment għaddieli bl-għajnuna ta' l-ETC.", "F'din l- istatistika nsibu li minn Ottubru ta' l-1995 sa Ottubru ta' l-1996, is- settur tas-self-employment naqas b'525 ruħ, u dan fi żmien l- Amministrazzjoni Nazzjonalista u fi żmien meta l-VAT, li kellha trebbaħhom l-elezzjoni, kienet qiegħda taħdem at full blast.", "Fil-fatt, f'Settembru ta' l-1995 iċ-ċifra kienet taqra 16,407, f'Ottubru kienet taqra 16,365, f'Novembru 16,333, f'Diċembru 6,329, fi Frar 16,303, f'Marzu 16,220 u f'April kienet taqra 16,136.", "S'hawnhekk kienu ntilfu xi 300 impjieg.", "Ta' min jgħid li llum meta xi ħadd jagħti s-sensja lil xi ħaddiema, insibuha headlines fil-gazzetti tagħhom imma meta dan kien jiġri fi żmienhom, peress li kienu qegħdin jaddottaw politika ta' ħabi, dawn l-istatistiċi qatt ma dehru.", "Madam Speaker, dan it-tnaqqis huwa konsistenti u jekk nibqgħu għaddejjin insibu li fi żmien sena is-settur tas-self-employed naqas b'525 ruħ, u kif diġa' għidt, dawn il-figuri huma konfermati mill-ETC.", "Jiena ngħid li jekk illum l-Oppożizzjoni Nazzjonalista din qiegħda ġġibha tant bi kbira - anke jekk għall-grazzja ta' l-argument dan is-settur vera tnaqqas b'500, li m'huwiex il-każ, u għalhekk nistednuhom jgħidulna minn fejn ġabu din l-istatistikia - u jekk għandhom għalfejn igorru għal dan il-perijodu, għalfejn ma garrewx fi żmienhom meta dan is-settur kien qiegħed ibati tant u kien għaddej minn din l-agunija kollha?", "Madam Speaker, jiena nagħlaq hawnhekk billi ngħid li l-mod kif qiegħda taġixxi l-Oppożizzjoni anke permezz tal-media tagħha hija indikazzjoni li ma tbiddlitx u huwa l-każ li ma tistax tafdaha.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, barra l-problema kbira fl-impjiegi li writna mingħand il-Gvern Nazzjonalista, writna wkoll problema kbira fil- qasam tal-housing.", "Nixtieq nagħmel żewġ punti qosra b'riferenza għad-diskors li għamel l- Onor. Jean Pierre Farrugia.", "Fil-ħarġa tal-ġurnal \"l-orizzont\" tal-Ħamis, 8 ta' Mejju, 1997, ġie rrapportat diskors li d-deputat Nazzjonalista, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, kien għamel fil-Parlament fil-ħin ta' l-Aġġornament fis-seduta ta' nhar it-Tlieta, 6 ta' Mejju, 1997.", "L-ewwel punt li nixtieq nagħmel huwa li l-heading li deher f'\"l-orizzont\", u ċioe' \"Terran fil- Belt jingħata lil għarajjes\", huwa żbaljat għaliex fil-fatt mhux veru li dan il-post terran ingħata lil għarajjes.", "Infatti l-post ingħata lil xebba omm bi tlett itfal li kienet homeless.", "Niġi issa għat-tieni punt.", "Skond id-debate, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia ma qalx li dan il-post ingħata lil għarajjes iżda qal li ngħata lil familja żagħżugħa minflok ma ngħata lil min għandu xi 60 sena u joqgħod f'post b'ħafna taraġ u anke forsi jkun marid.", "Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari, jiena kont għidt li fejn huwa possibbli, pjan terran u postijiet bla taraġ jingħataw lil min ikollu bżonn jew f'każ li jkun hemm xi mard u għamiltha ċara li dan isir fejn huwa possibbli għaliex dan mhux dejjem ikun possibbli.", "Infatti f'dan il-każ ma kienx possibbli; anzi, f'dan il-każ, dan sar fl-interess ta' l-istess anzjani morda.", "Peress li l- Onor. Farrugia talabni nindaga, jiena ħadt passi minnufih u tlabt lid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jara l-każ u billi l-Onor.", "Farrugia la semma min hija l-familja u lanqas liema post ingħatat, jiena tlabt lid-direttur tad-dipartiment jikkuntatjah.", "Min-naħa tiegħu d- direttur informani li lill-Onor.", "Farrugia kellmu u l-informazzjoni li għandi mingħandu hija li l-Onor.", "Farrugia aċċetta l-ispjega, jiġifieri li dan sar fl-interess ta' l-istess anzjani morda.", "Dan ifisser li d- dipartiment ma mexiex ħażin, u dan il-post imtela' wara li ġie f'idejn id- dipartiment permezz ta' żgumbrament ġustifikat.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 14 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - SISTEMA TA' CLAMPING", "4974.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jiddelega lill-kunsilli lokali l- clamping tal-vetturi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-Gvern talab ir- reazzjoni tal-pubbliku dwar il-proposta biex tiġi addottata s-sistema ta' Clamping f'Malta.", "Sad-data ta' l-għeluq li ngħatat fl-istqarrija pubblika rċevejna 28 suġġeriment mill-pubbliku.", "Il-Gvern issa se jara dawn is- suġġerimenti kollha qabel ma jasal f'deċiżjoni finali dwar is-sistema li trid tiġi adottata.", "PULIZIJA - CIRO DEL NEGRO", "4975.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Pulizija talbietx estradizzjoni ta' Ciro del Negro jew, jekk din m'hijiex possibbli, talbitx l-għajnuna tal-Pulizija Taljana u/jew l-Interpol biex dan jinġieb Malta bħala xhud biex jixhed f'xi kawżi li l-Pulizija jidhrilha li jista' jgħin fihom?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari hija fin-negattiv.", "QRATI - IMĦALLFIN/MAĠISTRATI", "5017.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 24 tas-Seduta Nru. 5?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l- amministrazzjoni Nazzjonalista, ħlief għal tlett Imħallfin u tlett Maġistrati, l-membri kollha tal-ġudikatura marru barra bi flus il-Gvern.", "Dawn iż-żjajjar saru għal raġunijiet diversi, iżda primarjament biex jattendu laqgħat u seminars konnessi ma' xogħol ġudizzjarju.", "Dawn ma jintbagħtu fuq l-ebda kriterju iżda kull talba tiġi kkonsidrata fuq il-mertu tagħha.", "KALKARA - VILLA PORTELLI", "5025.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-MSU hijiex se tibqa' tuża Villa Portelli, fil-Kalkara u jekk le, meta hu ppjanat li jitilqu u għal xiex se tintuża?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Numru ta' mpjegati ta' l-MSU li qabel kienu bbażati ġewwa Villa Portelli fil-Kalkara diġa' ġew trasferiti għal Gattard House fil-Blata l-Bajda u dawk li għadhom Villa Portelli għandhom jiġu ttrasferiti bl-istess mod fi ftit ġimgħat oħra meta jitlesta xi xogħol ta' ristrutturazzjoni li bħalissa qed jitwettaq f'Gattard House.", "Meta jseħħ dan it-trasferiment, ġewwa Villa Portelli jkun baqa' l-impjegati tal-Management Efficiency Unit tal-Management and Personnel Office fl- uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Dawn l-impjegati qabel kienu jiffurmaw il- Consultancy Group tal-MSU.", "Hija l-intenzjoni li anke dan il-unit eventwalment jiġi ttrasferit ġewwa uffiċini fil-Belt.", "Villa Portelli se tintuża għal użu ieħor tal-Gvern.", "POSTA - POSTA MILL-AWSTRALJA GĦAL MALTA", "5073.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħmel rappreżentazzjonijiet mal-Gvern Awstraljan peress li l-posta ndirizzata mill-Awstralja għal Malta qed tispiċċa l-Malawi, il-Mali u anke l-Portugal?", "Jaf il-Ministru li anke l- Maltese Herald - il-gazzetta tal-Maltin fl-Awstralja - fil-ħarġa ta' l-14 ta' Jannar ikummentat dwar dan?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li Posta Ltd. tinsab f'kuntatt regolari ma' l-awtoritajiet postali fl-Awstralja rigward il-problema t'ittri mill-Awstralja għal Malta li jispiċċaw f'destinazzjonijiet oħra bħal Mali, Malawi, Manila u l-Maldives.", "L-Australia Post taw assigurazzjoni li qed jagħmlu minn kollox biex tinsab soluzzjoni għal din il-problema.", "Ftit tal-gimgħat ilu, Posta Ltd. issottomiet rapport dettaljat rigward posta mill-Awstralja għal Malta li ntilfet jew għadha ma twasslitx.", "Posta Ltd. qed tistenna tweġiba mill-Australia Post dwar dan.", "Il-kwestjoni issa qed tiġi trattata f'livell ta' amministrazzjonijiet postali.", "Hu magħruf li din il-kwestjoni t'ittri mill-Awstralja li jispiċċaw band'oħra kemm-il darba ssemmiet fil-ġurnali u fuq il-mezzi tax-xandir, kemm bħala artikli, kif ukoll bħala lmenti tal-qarrejja.", "Il-kwestjoni ssemmiet ukoll fuq stazzjonijiet etniċi tar-radju fl-Awstralja .", "Posta Ltd. invarjabbilment tagħti l-fehmiet tagħha u twieġeb ukoll meta jsiru lmenti dwar din il-kwestjoni.", "PULIZIJA - MEMBRI", "5083.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista biex l-ex Pulizija li spiċċaw biex kellhom jitilqu mill-Korp minħabba xi nġustizzji li sofrew fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti jerġgħu jidħlu fil-Korp biex jagħtu servizz lill-poplu u lir-Repubblika mill-ġdid?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-Tribunal ta' Inġustizzji hu abilitat bil-liġi biex jistħarreġ allegazzjonijiet ta' inġustizzji bejn l-1987 u d-data tal-ħatra ta' l-Ombudsman.", "Ir-reinstatements fil-pulizija jiġu mistħarrġa każ b'każ, fid-dawl ukoll ta' l-esiġenzi tas-servizz.", "DROGA - NEGOZJAR TA' DROGA", "5121.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 698 u 3870 li oriġinarjament kienu saru lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali u l- Prim Ministru rispettivament u li issa ġiet riferuta lilek ċioe' jista' l- Ministru jgħid jekk għandux ikun hemm reserved burden of proof li permezz tagħha kulma jipposjedi l-individwu maqbud fin-negozjar ta' droga, bħal dar jew assi, ikun awtomatikament meqjus li huwa dħul mid-droga, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju?", "Jekk iva, meta beħsiebu jkun hemm emendi meħtieġa fil-liġijiet viġenti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-liġi diġa' hi kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - MISSION STATEMENT", "5189.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-ministeru tiegħu biex ipoġġi fil-prattika l-mission statement li hemm fl-estimi ta' din is-sena u li jiddikjara li se jitneħħew l-inegwaljanzi soċjali li skond il-mission statement, qegħdin ifixklu liż-żgħażagħ milli jassumu r- responsabbilitajiet tagħhom lejn soċjeta' moderna?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti qegħdin kontinwament f'kull ma' jagħmlu jaraw li din il- mission statement tkun osservata fil-prattika.", "SKEJJEL - BIRKIRKARA", "5190.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema neqsin fl- iskejjel sekondarji ta' Triq Brared u Ta' Paris f'Birkirkara?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid (i) ta' liema suġġetti huma; (ii) kemm ilhom neqsin; (iii) xi pjani hemm biex il-problema tingħeleb?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'hemm l-ebda nuqqas ta' teachers fl-iskejjel V. Borg Brared (B.S.S.) u P. Guże' Delia (G.S.S.)", "Ta' Paris B'Kara.", "SKEJJEL - BIRKIRKARA", "5191.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xogħol ta' upgrading fil-btieħi taż-żewġ skejjel primarji ta' Birkirkara?", "Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm talba mill-Kunsill Skolastiku biex isir l-upgrading tal-wiċċ tal-btieħi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hemm il-ħsieb li jsir xogħol ta' upgrading fil- btieħi taż-żewġ skejjel ta' Birkirkara.", "BIBLJOTEKA NAZZJONALI", "5192.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni attwali dwar is-sistema ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-Bibljoteka Nazzjonali?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ix-xogħol meħtieġ biex isiru d-disinji u speċifikazzjonijiet dettaljati biex jinħareġ tender għal sistema ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-Bibljoteka, huwa avvanzat ħafna.", "Mill-21 sa l-24 ta' April kien hawn espert Taljan mill-Istituto Centrale per la Patologia del Libro li ddiskuta aspetti tekniċi tal-proġett mal-konsulenti tad-Dipartiment, il-Mediterranean Technical Services Ltd.", "Id- dokumentazzjoni kollha għall-ħruġ ta' tender mistennija tkun lesta qabel l- aħħar ta' Mejju.", "RAĦAL ĠDID - IPOĠEW", "5193.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jiftaħ għall- pubbliku l-Ipoġew ta' Raħal Ġdid?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif weġibt għall-mistoqsija parlamentari numru 571, ix-xogħlijiet rilevanti għall-proġett ta' l-Ipoġew preistoriku f'Raħal Ġdid issa qegħdin fl-aħħar fażi tagħhom.", "Id-Dipartiment tal-Mużewijiet qed jagħmel dak kollu possibbli biex dawn ix- xogħlijiet jitħaffu, u huwa ttamat li dan is-sit jerġa' jinfetaħ għall- pubbliku sa l-aħħar tas-sajf li ġej.", "GĦAWDEX - KUNSILL REĠJONALI", "5194.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tinħareġ il-white paper li l-Gvern diġa' ħabbar dwar it-twaqqif tal-Kunsill Reġjonali għal Għawdex?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din il-white paper se tinħareġ fi żmien opportun din is-sena.", "GĦAWDEX/MALTA - TRASPORT TA' PRODOTTI", "5214.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien il-ħlas tas-sussidji li ħallas il- Gvern għat-trasport ta' prodotti bejn Għawdex u Malta matul l-1994, l-1995 u l-1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s- sussidju li tħallas mill-Gvern għat-trasport ta' prodotti bejn Għawdex u Malta matul l-1994, l-1995 u l-1996 kien jammonta għal Lm133,017.91 u hu maqsum kif imniżżel hawn taħt:", "|Sen|Ammont |Ammont|Ammont |Total | |a |ta' |ta' |ta' | | | |sussidju|Sussid|sussidj| | | |fuq |ju fuq|u fuq | | | |it-Trasp|it-Tra|it-tras| | | |ort ta' |sport |port | | | |Prodotti|ta' |ta' | | | |Agrikoli|Gwież |makkina| | | | | |rju u | | | | | |prodott| | | | | |i taħt | | | | | |l-Att | | | | | |dwar | | | | | |l-Iżvil| | | | | |upp | | | | | |Industr| | | | | |ijali | | |199|19,576.6|4623.7|17,040 |41,240| |4 |0 |3 | |.33 | |199|18,994.1|4935.4|12,331 |36,260| |5 |0 |4 | |.54 | |199|22,408.6|4571.4|28,537 |55,517| |6 |0 |4 | |.04 |", "BORDIJIET GOVERNATTIVI - NISA", "5215.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru (jew is-Segretarja Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa) jagħti tagħrif dwar in-numru ta' nisa li huma membri f'kull bord governattiv, jew parastatali?", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba, safejn din għandha x'taqsam ma' l-Uffiċċju tiegħi, qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PTA - TRASPORT PUBBLIKU", "5216.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li r-rotot tal-karozzi tal-linja ta' l-Għadira, Ċirkewwa, Armier, Buġibba, Għajn Tuffieħa u bajjiet oħra popolari jkollhom is-servizz tal-karozzi tal-linja estiż fil-ħin iktar milli kien sal-lum?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed ikollha laqgħat fuq bażi regolari ma' l-Għaqda tas-Sidien tal- Karozzi tal-Linja bl-iskop li jitjieb is-servizz tal-karozzi tal-linja, inkluż dak għal bajjiet popolari.", "TURIŻMU - FURNISHED FLATS", "5262.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tat-Turiżmu dwar il-furnished flats għat-turisti fil-futur?", "Meta hu mistenni li terġa' tinfetaħ reġistrazzjoni ġdida għal dan it-tip ta' appartamenti għat- turisti?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Għalissa ma jinħassx il-bżonn li jinfetħu applikazzjonijiet għar-reġistrazzjonijiet ġodda ta' holiday furnished flats' għat-turisti.", "MĠARR/VALLETTA - TRASPORT PUBBLIKU", "5263.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jassigura li matul ix-xhur tas-sajf jiżdiedu l-karozzi tal-linja li jaħdmu fuq ir-rotta Mġarr Valletta u viċe-versa, biex jiġi assigurat li n-nies li joqogħdu l-Imġarr ma jibqgħux jistennew fuq l- istages għaliex tal-linja jkunu għaddejjin mimlija minn Għajn Tuffieħa?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-problema li qed isemmi l- Onor. Interpellant ma teżistix aktar u aktar issa li jeżistu servizzi diretti bejn Għajn Tuffieħa u Buġibba (Rotta 51) u bejn Għajn Tuffieħa u tas-Sliema via Buġibba u San Ġiljan (Rotta 652).", "BUĠIBBA - TIBDIL FID-DAĦLA", "5264.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jissottometti kopja tal-pjanta li ġiet approvata mill-Planning Authority għat-tibdil fid-daħla ta' Buġibba, ħdejn Triq il-Pijunieri?", "Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet sottomessa u approva din il-pjanta?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- pjanta li ġiet approvata mill-Planning Authority għat-tibdil fid-daħla ta' Buġibba, ħdejn Triq il-Pijunieri.", "Din il-pjanta ġiet sottomessa fis-26 ta' Frar, 1997 u ġiet approvata fl-14 ta' April, 1997.", "LIBRERIJA NAZZJONALI - SKRIVANA", "5273.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li taħdem bħala skrivana fil-Librerija Nazzjonali fil-Belt kenitx bil-leave nhar il-Ġimgħa 28 ta' Frar, 1997 peress li f'dak il-jum attendiet għall-Konferenza ta' l-Aħbarijiet mogħtija mill-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista dwar l-attivitajiet ta' Jum il-Mara għal din is-sena?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta din il- persuna talbet il-ġurnata off, kif ukoll jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni tal-leave li hija għamlet?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iskrivana ndikata mill-Onor.", "Membru ffirmat l- Attendenza u daħlet għax-xogħol nhar il-Ġimgħa 28 ta' Frar 1997.", "Dakinhar talbet lis-Superjur tagħha biex tibqa' taħdem waqt il-break biex imbagħad titlaq ftit kmieni fil-għaxija.", "Mill-bidu tas-sena din l-iskrivana talbet u ngħatat permess tibqa' taħdem waqt il-break xi erba' jew ħames darbiet.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "5274.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati bi grad postali fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu minkejja li l-Ministeru tiegħu mhux responsabbli mis-servizzi postali filwaqt li jgħid min huma u fejn kienu assenjati xogħol qabel is-26 ta' Ottubru ta' l-1996?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn għandhomx jaħdmu ħinijiet li jgħoddu għall-impjegati taċ-Ċivil peress li jidher li wħud minn dawn l-impjegati qegħdin jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol qabel il-ħin?", "Jaħseb il-Ministru li d-Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru tiegħu għandu jikteb ittra personali lil kull impjegat/a fi grad postali biex iwiddibhom dwar il-ħtieġa li dawn ma jitilqux minn fuq il-post tax- xogħol qabel il-ħin?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: In-numru ta' mpjegati bi grad postali fi ħdan id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni huwa 18.", "L-informazzjoni dwar dawn l-impjegati tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.", "Fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport fil-preżent hemm tlett impjegati bi grad postali.", "Dawn huma Simon Żammit - Post person, Charles Mallia - Senior Post person, u Victor Sammut - Postal Auxiliary.", "Qabel is-26 t'Ottubru 1996, is-Sur Żammit u s-Sur V. Sammut kienu assenjati xogħol fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Arti filwaqt li s-Sur Charles Mallia kien assenjat xogħol fil-Qorti.", "Dawn qegħdin jaħdmu ħinijiet regolari bħal kull impjegat ieħor fi ħdan id- Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti.", "Fl-1 ta' Ġunju 1995 kienu ntbagħtu tliet impjegati bi gradi postali fid- Dipartiment tal-Bibljoteki u Arkivji.", "Dawn huma:", "1.", "Godwin Borg Cauchi (Senior Postman) li ntbagħat jagħmel xogħol klerikali fil-Librerija Pubblika tal-Furjana.", "2.", "Godfrey Cassar (Postman) li kien jagħmel xogħol klerikali fil-Bibljoteka Nazzjonali, sakemm irriżenja mill-bidu ta' Jannar 1997.", "3.", "Alfred Farrugia (Postal Auxiliary) li ntbagħat jaħdem fl-Arkivju Nazzjonali, r-Rabat.", "It-tliet impjegati jaħdmu ħinijiet taċ-Ċivil, fil-każ ta' l-ewwel tnejn mit- 7.45a.m. sal-5.15p.m. u fil-każ tat-tielet wieħed mis-7.00a.m. sal-4.30p.m.", "Ma jirriżultax li dawn l-impjegati kienu jew għadhom jitilqu minn fuq il- post tax-xogħol qabel il-ħin.", "M'hemm ebda mpjegat bi grad postali fi ħdan id-Dipartimenti tal-Mużewijiet, ta' l-Eżamijiet, tas-Servizzi Korporattivi, il-Fondazzjoni għall-Istudju Internazzjonali jew mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.", "SPTAR ĠDID - OFFERTI", "5275.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kumpanniji/konsorzji li kienu ġew prekwalifikati biex jitfgħu l-offerta għall-bini ta' l-isptar ġdid flimkien mal-perċentaġġ li kull kumpannija/konsorzju ottjenew fil-proċess ta' evalwazzjoni mill-istess kumitat u kif ġew skond l-ordni ta' preferenza?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-lista tal-Kumpanniji/Konsorzji li kienu ġew prekwalifikati biex jitfgħu l-offerta għall-bini ta' l-Isptar il-Ġdid hi kif ġej:", "2 Skanska International Building A.B together with Blokrete Ltd.", "Devlands Ltd. and Cassar Grech and Partners.", "7 SAE International MBM Meregaglia Spa.", "10 Taylor Woodrow International Ltd.", "Gasan Technical Services Ltd.", "14 Impresa Castelli Spa Dragados S.A Finax Ltd.", "20 SMELT GIP Pionir GPG Gradbeno", "21 SCI Spa Aster Spa Ing Grossi & Speier Spa.", "24 Coop Muratori & Cementist CMC Inter Coop Gemmo Impianti Spa Guerrato Spa.", "25 Impresa Ing. Fortunato Federici Spa Del Favero Spa Ballut Blocks Ltd Hal Mann Ltd.", "Tarcisio Galea Cons.Ltd.", "Raniolo & Bencini.", "32 Cogefarimpresit Spa Novita Const.", "Co Ltd.", "Pantalesco Ltd.", "37 Dumez S.A.", "Ir-rapport tat-tender Prequalifications Assessment Committee ma jagħtix persentaġġi u anqas ordni ta' preferenza.", "SAĦĦA - WARD CLERICAL ASSISTANTS", "5276.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jikkanċella l-proċess ta' l-ingaġġ ta' ward clerks ta' l-1996 mad-Diviżjoni tas-Saħħa peress li 130 casual ward clerks kienu ġew impjegati qabel l- elezzjoni ta' l-1992 fuq insistenza ta' l-ex-Ministru Louis Galea, li esiġa mill-interviewing board għall-ingaġġ ta' ward clerks li l-intervisti tagħhom kienu baqgħu għaddejjin sa ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ta' l- 1996 li dawk il-casual ward clerks impjegati minnu kellhom jingħataw il- vantaġġ ta' 35 punt fuq mija talli ħadmu diġa' fis-swali b'detriment għal oħrajn li kienu applikaw u kienu kwalifikati aktar minnhom?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-mili ta' postijiet ta' Ward Clerical Assistants fis-Servizz Pubbliku bħal postijiet oħra kien proċessat mill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "FMSS - KAP EŻEKUTTIV", "5277.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kandidati li kienu applikaw għal post ta' Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi fl-1995 u li wasslet biex jinħatar is-Sur Emmanuel Attard bħala Kap Eżekuttiv b'salarju ta' Lm15,000 fis-sena u benefiċċji oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għal din il-mistoqsija hija ta' natura konfidenzjali.", "SAĦĦA MENTALI", "5278.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu u x'inhuma l-arranġamenti li jeżistu bejn il-Gvern Malti u l-Brothers of Charity tal-Belġju fir-rigward tas-Saħħa Mentali f'Malta?", "Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull kuntratt li jeżisti bejn il-Gvern Malti u l-Belġjani msemmija kif ukoll jgħid xi tħallsu sena b'sena u x'xogħol wettqu b'mod dettaljat fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar ta' l-1988 u l-aħħar ta' Frar, 1997?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ngħarraf l-Onor.", "Membru li l-ftehim bejn il- gvern Malti ul-Brothers of Charity kien ikopri sentejn biss jiġifieri 1994/1995 u 1995/1996.", "Kopja ta' dan il-ftehim se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta.", "Il-Brothers of Charity tħallsu is-somma ta' 1,000,000 Belgian Franc (Circa Lira Lm 11,000) fis-sena.", "Taħt il-ftehim, kien jiġi ġimgħa fix-xahar Change Manager (Sir Rik Ouvry), biex jgħin lil management ta' l-Isptar Monte Carmeli iwettaq ir-riforma f'dan is-settur.", "Taħt il-ftehim saru diversi action programmes bħal:", "1.", "Ċensiment dettaljat tal-pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli sabiex inkunu nafu x'servizzi hemm bżonn niżviluppaw sabiex nagħtu servizz aktar effiċjenti u effettiv.", "2.", "In service training għall-istaff dwar kura psikjatrika.", "Għal dawn il- courses ġew esperti minn barra taħt l-auspices tal-ftehim.", "3.", "Saret Master Plan ta' l-Isptar biex is-servizzi mediċi jinqasmu f'ħames Dipartimenti.", "4.", "Intbagħtu numru ta' paramediċi u tobba l-Belgium għal konferenzi speċjalizzati u hands on experience fil-kura psikjatrika moderna.", "5.", "Formulaw il-proġett biex tiġi modernizzata il-male Ward 2 f'mixed admission ward moderna fuq prinċipju ta' kura personaliżżata u effettiva.", "Il-Brothers of Charity għenu lid-Department of Health Policy and Planning biex tiġi formulata l-policy nazzjonali dwar is-servizzi psikjatriċi.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT", "5337.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li ġie deċiż li l- Kunsill Malti għall-Isport jiġi allokat post fil-Kumpless Sportiv ta' l- Universita'?", "Il-ħsieb li dan il-kunsill jiġi mogħti premises fil-kumpless tal-Marsa ġie skartat?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li l-Kunsill Malti għall-Isport ġie allokat uffiċċju amministrattiv fil-kumpless sportiv ta' l-Universita'.", "Minn mindu twaqqaf dan il-Kunsill, qatt ma' kellu sede permanenti u kien jiltaqa' f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Kumpless tal-Marsa u anke fil-Kumpless tal-Pixxina tal-Qroqq.", "Id-deċiżjoni li ma jibqgħux jiltaqgħu fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa kienet tal-Kunsill preċedenti.", "PULIZIJA - ĦLAS TA' SAHRA", "5343.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Pulizija li fl-elezzjoni li għaddiet ħadmu għadd ta' sigħat f'sahra humiex se jitħallsu f'termini ta' flus jew inkella f'time- off-in-lieu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Pulizija se jitħallsu.", "ĦABS ĊIVILI - KTIEB TA' REĠISTRAZZJONI", "5356.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-paġni tal-ktieb tar- reġistrazzjoni tal-viżitaturi tal-ħabs ta' Kordin għal dawn l-aħħar xahrejn?", "Nitob li għal raġunijiet ta' privatezza jħassar l-ismijiet tal- viżitaturi mill-kopji ta' dawn il-paġni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nħossx li hu ġustifikat li tingħata l- informazzjoni mitluba, l-iktar minħabba l-aspett ta' kunfidenzjalita' billi xorta jista' jkun hemm inferenza għal min kien/u l-viżitatur/i mid-dettalji tal-paġni tar-reġistru mingħajr ismijiet.", "MSU - BUSINESS PLAN", "5357.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4677, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ġiet skartata l-idea oriġinali li kellha l-MSU qabel Ottubru 1996 li l-alleanza għal Value Added Networks issir ma' kumpannija privata?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif diġa' għidt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4677 il-Value Added Networks sa Ottubru 1996 ma kenitx għajr ħolma fis-sħab, mingħajr xejn konkret fiha.", "MSU - BUSINESS PLAN", "5358.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4677, jikkonferma l-Prim Ministru li l-MSU fil-budgets submissions tagħha sa Ottubru 1996 kienet diġa' għamlet talba għal shareholding capital ta' Lm48,000 sabiex l-MSU tkun f'pożizzjoni żżid il-kapital tax-share holding tagħha fin-New Age Training?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-deċizjoni b'kemm ikun il-kapital hija f'idejn id- diretturi tan-New Age Training li huma liberi li jaġixxu kummerċjalment fl- aħjar interess tal-kumpannija.", "Infakkar lill-Onor.", "Membru li din hi kumpannija privata li fiha l-MSU għandha biss 20% ta' l-ishma.", "MSU - ANNUAL REPORT", "5359.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li se jkun lest l-MSU Annual Report ta' l- 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li bħalma jsir minn kumpanniji oħra l- Annual Report ta' l-MSU għas-sena 1996 se jkun ippubblikat meta x-xogħol ta' verifika ta' l-accounts ikun konkluż mill-Awdituri tal-Kumpannija.", "MSU - BUSINESS ANALYST", "5360.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal post ta' Business Analyst in Systems Development li l-MSU ħarġet b'mod intern aktar kmieni din is-sena?", "Fiex wasal il-proċess biex jimtela' dan il-post?", "Meta hu maħsub li jitħabbar ir-riżultat ta' din is-sejħa?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għal post ta' Business Analyst in Systems Development applikaw tmien persuni wara sejħa interna għall-applikazzjonijiet.", "Il- proċess ta' reklutaġġ waqaf wara deċiżjoni meħuda mill-Bord tad-Diretturi tal-Kumpannija.", "MSU - BUSINESS PLAN", "5361.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4676, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għad-dewmien fil-pubblikazzjoni tal- Business Plan tal-MSU għall-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Meta tqis li l-Parlament aġġorna fis-26 ta' Marzu u reġa' ltaqa' fil-21 ta' April, ma jidhirlix li kien hemm xi dewmien partikolari.", "LOTTERIJA NAZZJONALI - BILJETTI", "5364.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imqassma biljetti b'xejn tal-Lotterija Nazzjonali għat-tlugħ ta' Diċembru, 1996 u Frar, 1997 liema biljetti nstabu fil-logħba P9 ta' l-iScratch and Win u fil-parti ta' l-iscratch tal- Lotterija Nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' biljetti li nbiegħu mir-riċevituri tal-lottu u kemm minn bejjiegħa oħra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ebda biljett tal-Lotterija Nazzjonali ta' Diċembru 1996 u Frar 1997 ma tqassmu b'xejn bħala rebħ fil-logħba P9 ta' l-iScratch and Win Presto Instant Lottery billi din il-logħba bdiet tinbiegħ fil-5 ta' Marzu, 1997.", "Dwar biljetti tal-Lotterija Nazzjonali li tqassmu b'xejn wara li nstabu fl- iScratch ta' l-istess Lotterija Nazzjonali, ngħarraf lill-Onor.", "Membru li dak iż-żmien id-dipartiment kien juża sistema ta' Credit Notes li jissarrfu f'bejgħ ta' biljetti mill-istess dipartiment.", "Iżda, nista' ngħid li l-biljetti tal-Lotterija Nazzjonali b'xejn li nstabu f'dawn iż-żewġ lotteriji kienu:", "Lotterija Nazzjonali tlugh Dicembru 1996 2549 Biljett Lotterija Nazzjonali tlugh Frar 1997 2482 Biljett", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3976.", "SAĦĦA - UŻU TA' SUNBLOCKS", "5365.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 5079 - oriġinarjament kienet saret lill- Ministru tat-Turiżmu - ċioe' fid-dawl tal-fatt li hu pubblikament magħruf li r-raġġi tax-xemx iżidu r-riskju ta' kanċer tal-ġilda, u peress li pajjiżna hu partikolarment magħruf fil-qasam turistiku għax-xemx u l-baħar, x'inhu jagħmel il-Gvern sabiex fl-istess ħin jeduka lil min hu mħajjar isiefer lejn Malta għall-btala fis-sajf sabiex jintużaw is-sunblocks li joffru protezzjoni kontra mard?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa għadu kemm nieda kampanja imsejħa X'HEMM X'TAGĦMEL GĦAX-XEMX immirata sabiex tkattar l-informazzjoni dwar il-ħsara li jagħmlu r-raġġi tax-xemx jekk wieħed ma jipproteġix ruħu minnhom.", "Din il-kampanja saret bil-għan li tilħaq kemm lil Maltin kif ukoll lit- turisti li jżuru pajjiżna matul ix-xhur tas-sajf.", "Fil-fatt il-materjal informattiv li ġie mitbugħ, inkiteb bil-Malti kif ukoll bl-ingliż.", "L-Onor Interpellant jaf li s-sunblock m'humiex l-uniku mezz kif wieħed jista' jipproteġi ruħu mir-raġġi tax-xemx.", "Għalhekk id-dipartiment qiegħed jagħmel aċċenn mhux biss fuq il-ħtieġa tas-sunblock iżda anke fuq l-użu ta' kpiepel, t-shirts, nuċċalijiet kif ukoll il-ħtieġa li wieħed jevita għal kollox ix-xemx matul xi ħinijiet tal-ġurnata.", "SAĦĦA - UFFIĊJALI MEDIĊI", "5374.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-Gazzetta tal-Gvern ta' l-10 ta' April, 1997, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nuqqasijiet fid- Dipartiment tas-Saħħa ta' uffiċjali mediċi fil-qasam amministrattiv u consultant psychiatrists?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' vakanzi fil-postijiet ta' uffiċjali mediċi fil-Qasam Amministrattiv u Consultant Psychiatrist skond l- avviżi li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta' April, 1997 huwa tlieta u ħamsa rispettivament.", "MEDSERV", "5396.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Rigward it-trasferiment tal-Medserv għall-post f'Birżebbuġia, jista' l-Ministru:- (i) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan u pjanta dettaljata ta' l-area allokata għall-użu tal-Medserv f'Birżebbugia; (ii) jgħid jekk sarx EIA (Environment Impact Assessment) għal dan l-operat tal-Medserv f'Biżebbugia u jekk fl-affermattiv, ipoġġi kopja ta' l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kopja tal-pjanta site plan ta` l-area li dwarha hemm l-intendiment li tiġi allokata għall-użu tal-Medserv fil- Freeport tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Peress illi din l-area tagħmel parti mill-area allokata lill-Freeport ma` nħossx li hemm il-ħtieġa li jerġa' jsir Environment Impact Assessment ieħor.", "FROTT - IMPORTAZZJONI", "5397.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu minn 1.11.96 sa 15.4.97: (i) x'tip ta' frott ġie mportat; u (2) il-kwantita' ta' kull tip ta' frott importat?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SVPR - RIMI TA' SKART", "5398.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Rigward ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5238 dwar rimi ta' skart fl-iSptar San Vinċenz de Paule, jikkonferma l-Ministru li l-iskart ta' l-ikel (swill) kien, fis-snin preċedenti jinħaraq bil-għan li jiġi evitat kull tip ta' użu ta' l-istess swill?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il quotation irċieva d- dipartiment għall-ġbir ta' dan l-iskart ta' l-ikel (swill) u kemm kien il- valur tal-quotation li ġiet aċċettata?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fis-snin preċedenti kien hemm numru ta' skips fir-residenza ta' San Vincenz li fihom kien jitpoġġa l-iskart ta' l-ikel (swill).", "Dawn l-iskips kienu jitbattlu fl-iscammel ma' skart u materjal ieħor, u jintrema.", "Mhux fil-kompitu ta' l-amministrazzjoni ta' din ir-residenza li jaraw kif dan l-iskart jiġi distrutt.", "Id-dipartiment kellu żewġ kwotazzjonijiet għall-ġbir ta' l-iskart.", "L-ewwel offerta kienet :-", "Lm 249.00 - għal għoxrin (20) skip on- wheels u industrial skip, fix-xahar.", "It-tieni offerta kienet : -", "Lm 247.00 - għall-istess numru ta' skips li ġiet aċċettata.", "WSC - XIRI TA' KAROZZI", "5399.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Rigward xiri ta' karozzi fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1.11.96 sal-lum inxtrawx karozzi għall-użu mid-Diretturi jew Chairman tal-Board u jekk fl- affermattiv: 1) kemm kien in-numri ta' karozzi mixtrija; 2) il-valur ta' kull karozza; 3) jekk ix-xiri sarx b'tender/quotation?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILLI SKOLASTIĊI", "5402.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid ma' liema Kunsilli Skolastiċi ltaqa' kemm ilu fil-ħatra?", "Għandu talbiet pendenti minn Kunsilli Skolastiċi għal-laqgħa miegħu li għadhom ma ġewx iffissati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Niltaqa' regolarment ma' l-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Skolastiċi u ħtart rappreżentant tagħha f'kull Kumitat importanti dwar tfassil ta' xi aspett ta' politika edukattiva.", "Formalment iltqajt mal-Kunsilli Skolastiċi ta' Sir Adrian Dingli, Maria Reġina u Mrieħel Junior Lyceum.", "Iltqajt ma' ħafna membri tal-Kunsilli Skolastiċi ta' l-iskejjel li nżur kull ġimgħa.", "Jirriżultali li hemm talba pendenti biex jiltaqgħu miegħi l-Kunsilli Skolastiċi ta' l-iskola għal dawk neqsin mis-smiegħ, skola Ġiovanni Curmi u J.L. G. Despott, Verdala.", "BĊEJJEĊ TAL-BAĦAR - REĠISTRAZZJONIJIET", "5403.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5206 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda ta' bċejjeċ tal-baħar fis-snin 1993, 1994, 1995 u 1996?", "Tista' tingħata wkoll separatament in-numru b'\"ċċ\" ta' kull reġistrazzjoni?", "Kemm kienu f'isem Maltin u kemm f'persuni barranin?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nixtieq niġbed l-attenzjoni li r-reġistrazzjoni hija skond il-Horse Power (HP) u mhux skond ċ-ċilindraġġ.", "Linformazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "BILJETTI TA' L-AJRU - DĦUL TA' TAXXA", "5405.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5210 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' dħul mill-Gvern mit-taxxa li jħallas kull passiġġier mal-biljett ta' l-ajru għas-snin 1994, 1995 u 1996?", "Hemm xi arretrati dovuti mill-aġenziji ta' l-ivjaġġar relatat ma' din it- taxxa?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "ĦAMRUN - WIRE TA' L-ELETTRIKU", "5406.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-wire tal-high tension li jinsab fi Triq San Fedele, fil-Ħamrun ma jibqax mikxuf u li ma joħloqx ħsara u periklu, speċjalment fix-xita?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li naċċerta lill-Onor.", "Membru li l-high tension wire indikat minnu ma joħloq l-ebda ħsara jew periklu, ngħarrfu li l-Korporazzjoni Enemalta għandha pjan sabiex tbiddel dawn it-tip ta' linji ma' oħrajn ta' kwalita' aħjar.", "BANEK - MID-MED", "5411.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jindaga jekk hux minnu li sar impjieg fil-Branch tal- Mid-Med Bank f'Ħal Balzan ta' persuna li hija taħt l-eta' minima stabbilita mill-bank?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma sar l-ebda impjieg fil-fergħa ta' Ħal Balzan kif indikat minnu.", "TRADEMARKS", "5412.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar seba' snin, sena b'sena, kemm ġew irreġistrati trademarks u b'mod ġenerali, jistax jgħaddi din l-istatistika bi klassifikazzjoni li tindika b'ġeneru ta' trademark, xi kwalita' ta' prodott tirrigwardja?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Nixtieq niċċara li n-numru ta' applikazzjonijiet għal trademarks huwa akbar minn numru ta' trademarks irreġistrati.", "Din id-diskrepanza hija kawża ta' diversi raġunijiet li jirriżultaw mill-proċess innifsu, ngħidu aħna:", "applikazzjonijiet li jkunu irtirati; applikazzjonijiet li jkunu abbandunati; applikazzjonijiet li jkunu irrifjutati; applikazzjonijiet li jkunu opposti minn terzi persuni, u applikazzjonijiet li jispiċċaw il-Qorti.", "Id-dettalji dwar l-1996 ikunu magħrufa aktar tard din is-sena.", "MOSTA - MAINS TA' L-ILMA", "5413.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq Raddet ir-Roti, fil- Mosta, jistax isir xogħol ta' tibdil ta' mains ta' l-ilma li qed jikkawżaw problema kif tindika l-ittra li qed nibgħat separatament?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fi Triq Raddet ir-Roti, Mosta, il-provvista ta' l-ilma hija adekwata bi pressjoni ta' 3 bars.", "Bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda tagħmel eżerċizzju li bih qed tiġbor lista ta' kull fejn hemm kanen temporanji.", "Dan ix-xogħol se jservi bħala bażi biex jitħejja programm ta' xogħol sabiex jinbidlu l-kanen temporanji kollha fil-pajjiż.", "MOSTA - BDIL TA' CABLES", "5414.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jsiru t-tibdiliet meħtieġa tal-cables fi Triq Raddet ir-Roti, fil-Mosta biex tkun rimedjata s- sitwazzjoni li qegħda tinħass f'din it-triq kif inhu ndikat fl-ittra li qiegħed nibgħat separatament?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ix-xogħol meħtieġ fuq il-wires imsemmija se jitwettaq flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "MAJJAL - QATLA", "5418.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid- dawl tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5243, fejn jingħad li fil-preżent \"kull majjal li jinqatel iħallas 30c kitba u 8 mills kull kilo drittijiet tal-piżatur\", plus il-VAT fuq dawn il-ħlasijiet, jista' l-Ministru jgħid: 1) jekk dan l-ammont ta' VAT huwiex qed jitħallas lura lill-produttur tal-majjal; 2) kemm se jkun l-ammont imħallas mill-produttur skond il-liġi l-ġdida li se tidħol minflok il-VAT u jekk dan l-istess ammont huwiex se jkun refunded lura lill-produttur tal- majjal?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Skond il-ligi tal-VAT il-produttur tal-majjal għandu d-dritt li jitlob lura kull VAT imħallsa.", "Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija nkun f'pozizzjoni li nirrispondi meta l-liġi l-ġdida tkun għaddiet mill-Parlament.", "QMUGĦ TA' GĦALF - IMPORTAZZJONI", "5419.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju tal-Gvern, sena b'sena, bejn l-1992 u l-1996 fuq l-importazzjoni u provvista ta' qmugħ ta' għalf għall- bhejjem (bħal baqar, majjal, fniek u tjur, eċċ.)?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm huwa l-ammont ta' sussidju allokat għall-istess skop fis-sena rikorrenti (1997)?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-sussidju fuq l-importazzjoni u provvista ta' qmugħ ta' għalf għall-bhejjem beda jingħata fl-1994 biex jagħmel tajjeb għaż- żieda fil-prezz minn barra.", "L-ammont nett li tħalla kien kif ġej:", "| |Xgħir |Qamħirrun | | |(Barley) |(Maize) | | |Lm |Lm | |1994 | - |162,556 | |1995 | - |253,161 | |1996 |1,087,747 |1,077,588 |", "Hu stmat li matul l-1997 is-sussidju fuq dawn il-prodotti jkun Lm754,200 għax-xgħir u Lm938,308 għall-qamħirrun.", "VAPUR VISTAFIORD - PASSIĠĠIERI", "5426.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru (bħala responsabbli mill-Korp tal-Pulizija u mill-Immigrazzjoni) jinforma lill-Kamra bin-numru ta' passiġġieri u membri ta' l-ekwipaġġ li waslu Malta biex isalpaw fuq vjaġġ mal-Vistafiord, liema vjaġġ ma seħħx minħabba ħruq fuq l-istess vapur tal-passiġġieri?", "X'kienet in- nazzjonalita' tagħhom f'kull każ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li ma tinżammx statistika mill-Pulizija dwar dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Membru.", "VAPUR VISTAFIORD - PASSIĠĠIERI", "5427.", "L-ONOR.", "MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li f'dawn l-aħħar jiem il-passiġġieri u l-membri ta' l-ekwipaġġ tal-vapur Vistafiord ġew akkomodati f'lukandi għal aktar minn 24 siegħa u għalhekk flok transit u cruise passengers issa jingħaddu bħala turisti bona fide, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bin-numru ta' persuni nvoluti u n- nazzjonalita' tagħhom f'kull każ?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: In-numru ta' passiġġieri li qed jirriferi għalihon l-Onor.", "Interpellant kienu ta' madwar 540.", "Jidher ċar mill-mistoqsija li l- Oppożizzjoni għadha moħħa fin-numri.", "JUM DINJI TAL-KTIEB", "5432.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4923 u 5118 li t-tnejn kienu:", "\"Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-ħidma tal-Kumitat għall-Jum Dinji tal-Ktieb/Drittijiet ta' l-Awtur li twaqqaf fit-3 ta' April, 1997?\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SVPR - INFERMIERA", "5433.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta' nurses fl-iSptar San Vinċenz de Paule u jekk iva, kemm hu n- nuqqas?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ewwel parti tal-mistoqsuja hija fl- affermattiv.", "Mill-complement ideali ta' nurses li waslu għalih is-senior nursing staff tar-Residenza ta' San Vincenz de Paule , u li qabel miegħu id-Dipartiment, hemm nuqqas ta' 83 nurse f'din ir-residenza.", "DISTRETT NRU.", "1 - APPARTAMENTI", "5448.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rifjutati appartamenti fi Triq Dun Nerik Cordina Perez, Ħamrun u f'St. Venera mill-applikanti magħżula?", "F'liema kategorija/i kienu?", "Liema kategorija/i jmisshom jintgħażlu għal kull appartament konċernat u meta se jitqassmu?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Fil-lokalita' ta' Santa Venera l-appartamenti kollha ġew allokati, filwaqt li fil-lokalita' tal-Ħamrun, żewġ appartamenti kienu ġew rifjutati.", "Dawn iż-żewġ appartamenti li kienu għall-koppji miżżewġa reġgħu ġew allokati lil żewġ koppji miżżewġa.", "SANTA VENERA - BINI", "5449.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif ingħata permess għall-bini li qed idejjaq it-triq fi Triq Reġjonali, Santa Venera?", "Jista' jsir tibdil fil-pjanti sabiex din it- triq ma tidjieqx?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista l-Onor.", "Farrugia jispeċifika għal liema sit ħareġ il-permess li qed jirriferi?", "ĦAMRUN - XOGĦLIJIET", "5450.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jkun tlesta l-proġett fi Pjazza Kappillan Muscat, Ħamrun?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fi Pjazza Kapillan Muscat, Ħamrun għadu ma nbediex.", "L-uniku intervent s'issa kien il-qlugħ ta' numru ta' siġar li kien hemm fil-pjazza.", "FURJANA - XOGĦLIJIET", "5451.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol fejn Binja Vilhena fi Triq Preziosi, Floriana?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tal-Bini u Nġinerija fit-Taqsima tax-Xogħlijiet lesta l-pjanti u d-dokumenti tal-kuntratt relatati ma' ġnien pubbliku ġdid fejn Binja Vilhena, Floriana.", "Il-proposti jinkludu wkoll sistema ġdida ta' culverts biex ittaffi l-problema ta' l-ilma tax-xita fl- inħawi.", "Is-sejħa għall-offerti f'isem il-Ministeru tad-Djar waslet biex toħroġ fi żmien qasir.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "SANITA' - APPLIKAZZJONI NRU.", "6443/96", "W561.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W541 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-Bord tas-Sanita għadu ma twaqqafx biex in konnessjoni ta' l- applikazzjoni numru 6443/96 re: ħanut fil-Ħamrun, din l-applikazzjoni tista' tiġi pproċessata u approvata wara terturi bla bżonn?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika liema bord."]} {"filename": "19960710_563d_par.doc", "date": "1996-07-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 563 L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 1996 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 563", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 1996", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.05 p.m.", "Talba Seduta Nru. 563", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 1996", "WERREJ", "MINUTI 109", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 109", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 115", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR INDĦIL BARRANI (L-EWWEL QARI) 116", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "INCOME TAX (AMENDMENT) BILL (KUMITAT) 116", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 139", "AĠĠORNAMENT 141", "MISTOQSIJIET- IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 145", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 562 li saret fid-9 ta' Lulju, 1996 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "FMSS - EMANUEL FARRUGIA", "33994.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li bejn Lulju ta' l-1992 u Novembru ta' l-1993 l-Inġ.", "Emanuel Farrugia kellu karozza mikrija tal-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Informat li l- karozza li kien juża l-Inġ.", "Emanuel Farrugia fil-biċċa l-kbira ta' dak il- perijodu kienet proprjeta' tal-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "34026.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il- mediċina Nitomen jew Netroberzine f'forma ta' pilloli li prinċipalment tintuża għall-pazjenti fl-Isptar Mount Carmel mhijiex disponibbli fil- preżent?", "Il-Ministru jaf li din il-mediċina diġa' ilha nieqsa għal aktar minn gimgħatejn u minħabba f'hekk xi pazjenti sejrin lura fil-kura tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni li qed tkun ta' detriment għall-pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li għalkemm id-Diviżjoni tas-Saħħa kellha kuntratt għax-xiri tal-mediċina Tetrabenazine 25mg tad-ditta Roche- UK, ġara li meta ġiet ikkonfermata t-tieni konsenja d-ditta Roche-UK qalet li m'għadhomx jagħmlu din it-tip ta' mediċina u għalhekk il-kuntrattur xtaq li jabbanduna l-kuntratt.", "Wara sejħa oħra għal offerti d-Diviżjoni tas- Saħħa kkonfermat ordni ma' ditta barranija għall-prodott ta' Cambridge-UK, liema konsenja waslet fil-medical stores u se titqassam.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Meta d-Diviżjoni tas-Saħħa toħroġ l-offerti biex jinġiebu l-mediċini minn barra, din toqgħod tistenna li l-ewwel jispiċċa l- istock kollu li jkun available?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Segretarju Parlamentari): Bħalissa qed naqilbu minn sistema manwali ta' stock cards għal sistema komputerizzata.", "Wieħed kien qed jipprevedi li se jinħolqu ċerti diffikultajiet f'dak il-perijodu ta' transizzjoni minn sistema għall-oħra peress li tkun trid tagħmel stock- taking u ddaħħal fil-computer 'il fuq minn 4,000 item differenti.", "Fil-fatt li kien jiġri huwa li meta l-istock level ta' ċerti mediċini jibda jonqos kien jerġa' joħroġ tender ieħor.", "F'dan ir-rigward is-sistema qed tinbidel fis-sens li t-tenders qegħdin jingħataw għal iktar tul ta' żmien, jiġifieri għal perijodu ta' sentejn jew tlieta biex il-provvista tkun żgurata.", "Bis- sistema komputerizzata se jkollna l-vantaġġ li appena l-istock level jibda nieżel u jilħaq ċertu livell awtomatikament jibda l-proċess għall-ordni tat- tieni parti, jiġifieri l-aġent ikollu kuntratt għal tliet snin imma jkun marbut li jissupplixxi skond id-domanda li jkollna.", "Qabel konna noħorġu tender, per eżempju, għal provvista ta' sentejn sħaħ u kienet tinġieb il- konsenja kollha f'daqqa fil-medical stores.", "Ħafna drabi kien jiġri li f'dak il-perijodu ta' sentejn kien joħroġ prodott ġdid u wieħed kien jibda jippreskrivi l-mediċina l-ġdida u l-istock il-qadim kien jibqa' hemm fuq l- ixkaffa.", "Għalhekk fil-medical stores konna qed nispiċċaw naħlu ħafna spazju b'mediċini li spiss kienu jiskadu sempliċement għaliex il-mediċina ma tibqax tiġi preskritta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Ministru qed jgħid li dan jiġri għax it-tobba jduru għal mediċini iktar riċenti.", "Allura x'inhi r-raġuni li meta n-nies tmur l-isptar ma ssibx ċerti mediċini - qed nirriferi l-aktar għal dawk il-mediċini li huma għaljin - minkejja li d-dipartiment ikun jaf kemm għandu stocks?", "Qed ngħid dan għaliex il-Ministru għadu ma tanix tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li kont għamiltlu fejn kont semmejtlu każ ta' pensjonant li jieħu xorta ta' mediċina - lill-Ministru kont anke tajtu l- isem ta' din il-mediċina - li tikkonsisti f'pakkett ta' 20 pillola - dawn lanqas biss iservuh għal ġimgħa - liema mediċina tiswa madwar Lm5, li jfisser li f'xahar dan jonfoq aktar minn Lm20 għall-marda partikolari li għandu.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-fatt dan il-każ issemma kemm-il darba u se nerġa' nirrepeti l-proċedura biex forsi fl-aħħar tidħol fl-imħuħ.", "Il- mediċina partikolari li qed jirriferi għaliha l-kollega tiegħi mhijiex fil- formularju u hemm ċerta proċedura li wieħed irid isegwi għall-procurement tagħha u nista' ngħid li minn mindu tiġi preskritta sakemm tinxtara jgħaddu bejn sitta u tmien ġimgħat.", "Bħalissa qed tiġini f'rasi l-Proscara, mediċina ġdida li m'hijiex fil- formularju.", "Din l-ewwel tiġi preskritta mill-konsulent tal-pazjent, it- talba tal-konsulent imbagħad tgħaddi għand id-Drugs and Therapeutics Committee li jara jekk hux veru qed jintlaħqu dawk il-kriterji li jkun hemm stabiliti biex tiġi wżata dik il-mediċina partikolari u wara tibda l- proċedura biex tinxtara.", "Fil-fatt bħalissa hemm xi 21 pazjent li qegħdin jieħdu l-Proscara.", "Wieħed irid japprezza wkoll li dawn il-mediċini partikolari jinxtraw fi kwantitajiet żgħar.", "Dan ifisser li sakemm jgħaddu dawk is-sitta jew tmien ġimgħat inkunu qed nirċievu stock ta' mediċina għal pazjent wieħed biss u jekk din il-mediċina partikolari tkun preskritta għal żewġ pazjenti, jista' jiġri li l-ewwel pazjent jingħata biss nofs id-doza ta' xahar biex in-nofs l-ieħor jingħata lit-tieni pazjent, ħalli mbagħad meta jasal l-istock l- ieħor din terġa' tinqasam bejn l-istess żewġ pazjenti.", "Dan isir biex kemm jista' jkun jinqdew il-pazjenti kollha.", "Irrid ngħid li meta l-mediċina ma tkunx fuq il-formularju, bħal fil-każ li qed insemmi, allura bilfors ikun hemm ċertu dewmien biex din tiġi akkwistata u ġieli kien hemm każi fejn mediċina kellha tinġieb direttament minn barra.", "Meta mediċina bħal din ikun hemm talba ripetuta għaliha, din titressaq quddiem il-kumitat u mbagħad titniżżel fil-formularju, u ladarba titniżżel fil-formularju tibda tinxtara bis-sistema tat-tenders fejn il- provvista imbagħad tkun ċetament akbar mid-domanda.", "SPTAR SAN LUQA - KAFETTERIJA", "34027.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l- bitħa li tinsab fil-blokk prinċipali ta' l-Isptar San Luqa se tiġi konvertita f'kafetterija jew pizzerija?", "Jekk dan huwa l-każ ma jidhirlux il-Ministru li jkun aħjar li jitkompla x-xogħol tar-refurbishment milli jinbeda xi proġett ġdid li lanqas kien ippjanat bħala parti mill-proċess tar-refurbishment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-pjan oriġinali għar-refurbishment kien hemm anke impressjoni artistika ta' kif il-bitħa ċentrali tista' tiġi trasformata u għalhekk mhux minnu li f'dan il-pjan ma kienx hemm riferenza ċara għar-refurbishment tal-bitħa ċentrali .", "Jien ma naqbilx li s-servizz ta' kafetterija diċenti għall-istaff m'huwiex importanti meta wieħed jikkonsidra l-effett li dan għandu fuq il- moral ta' l-istaff ta' l-isptar.", "Nixtieq inżid li dan il-proġett bl-ebda mod ma jfixkel ix-xogħol tar-refurbishment.", "Dwar l-użu tal-bitħa ċentrali għal dan l-iskop nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 33548.", "SPTAR SAN LUQA - NEFQA", "34028.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa totali tax-xogħol kollu li għadu kif tlesta fuq l-ewwel fażi tal- proċess tar-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jgħid għal liema użu se jkunu t-tliet swali li tlestew u x'qed iżomm milli dawn it-tliet swali jibdew jintużaw?", "Il-Ministru jikkonferma li hemm il-ħsieb li dawn it-tliet swali se jinfetħu separatament fuq medda ta' xhur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-nefqa totali għar- refurbishment ta' l-ewwel tliet swali kienet ta' Lm566,528.", "Dawn it-tliet swali se jkunu għall-pazjenti ta' l-ortopedija u se tintuża sistema ta' graded care, jiġifieri sala minnhom se tkun għan-nisa u għall- irġiel imħallta għal każijiet ta' trawma akuta u immediate pre-op/post-op care ta' kirurġija elettiva u żewġ swali ġenerali, waħda għall-irġiel u l- oħra għan-nisa, fejn titkompla il-kura akuta.", "L-ewwel sala bdiet tintuża fid-9 ta' Ġunju 1996 u hu ppjanat li ż-żewġ swali l-oħra jkunu miftuħa sa l-aħħar ta' Lulju 1996.", "Dan qed isir sabiex jiġi ttestjat li kollox qed jaħdem kif suppost u biex jiġi assigurat li jkun hemm staffing adegwat ħalli l-istandards ta' kura u s-servizzi li jiġu mogħtija minn dawn is-swali l-ġodda jkunu ta' livell għoli.", "SPTAR SAN LUQA - REFURBISHMENT", "34029.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan finali li jkopri l-fażijiet kollha tal-proċess tar- refurbishment ta' l-Isptar San Luqa?", "Nixtieq inkun naf jekk hemmx pjanijiet separati għax-xogħlijiet ta' kull fażi, kif ukoll meta beħsiebu jinbeda u jitlesta x-xogħol fuq kull fażi u l-istima tan-nefqa għal kull fażi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju ma jidhirlix li għandi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-masterplan li kien miftiehem u li beda jiġi mplimentat fil-bidu ta' l-1994.", "It-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija hi fl-affermattiv, pero' ma nistax nagħti tweġiba preċiża dwar kull fażi peress li bħalissa qed issir reviżjoni ta' dan il-masterplan biex jinkludi xi ħtiġijiet u ideat ġodda.", "L- ispiża totali tar-refurbishment mistennija tlaħħaq Lm10 miljun.", "SPTAR SAN LUQA - REFURBISHMENT", "34030.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli tinħareġ it-tender għat-tieni fażi tal-proċess tar-refurbishment fl- Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li wara li tlesta x-xogħol preparatorju fuq it-tender tat-tieni fażi, bdew jiġu riveduti ċerti aspetti ta' l-ispeċifikazzjonijiet minħabba li effettivament bdiet tintuża waħda mis-swali l-ġodda u ġie deċiż ukoll li parti minn waħda mis-swali tat-tieni fażi tiġi żviluppata f'cardiac intensive care unit biex titnaqqas il- pressjoni fuq l-ITU prinċipali mill-cardiac surgery.", "B'hekk ikunu jistgħu jsiru aktar operazzjonijiet tal-qalb kif ukoll inkunu qed noħolqu back-up għall-ITU.", "PIXXINA NAZZJONALI", "34363.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti kien hemm fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq fil-perijodu Jannar 1996 sa Ġunju 1996 biex ikun hemm kontinwament persuna waħda, jew iktar, li tista' tagħti l-ewwel għajnuna f'każ ta' bżonn?", "X'apparat hemm fuq il-post biex tingħata l-ewwel għajnuna?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Il- pixxina nazzjonali tagħmel parti mill-kumpless ta' faċilitajiet sportivi ta' l-Universita' u allura ma taqax taħt ir-responsabbiltajiet ta' dan il- ministeru.", "Xorta waħda ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern, permezz tal-ministeru tiegħi, għandu ishma fil-kumpannija li tamministra dawn il-faċilitajiet u minn stħarriġ li sar jirriżultali li bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 p.m. minn nhar ta' Tnejn sa nhar ta' Ġimgħa dejjem ikun hemm persuna li tista' tagħti l-ewwel għajnuna f'każ ta' bżonn filwaqt li fis- Sibtijiet u l-Ħdud ikun hemm żewġ persuni.", "Informat ukoll li fuq il-post hemm tagħmir ta' salvataġġ u ta' first aid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern irranġax il- pixxina ta' Marsascala u x'ammont ta' flus nefaq?", "Nixtieq inkun naf jekk ix- xogħol tħallasx direttament mill-Gvern jew inkella l-Gvern hux se jirrifondi dawn l-ispejjeż lil min fil-fatt għamilhom?", "Hemm xi ħsieb li l- Gvern jgħaddi din il-pixxina f'idejn ħaddieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOE.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, f'dan il-Parlament spiss kienu jsiru domandi dwar l-istat li tinsab fih il-pixxina nazzjonali li kienet inbniet xi żmien ilu f'Marsascala.", "Nixtieq ngħid li sal-lum din il-pixxina għadha mikrija b'kuntratt lil Amateur Swimming Association iżda ġara li l- ASA m'għadhiex tuża dik il-faċilita', bil-konsegwenza li din tinsab mitluqa u qed tiġi vandalizzata.", "Il-ministeru kellu talba mill-Marsascala Waterpolo Club fejn qalu li kienu lesti li jagħmlu xogħol volontarju fuq din il-pixxina u fil-fatt il-partijiet waslu fi ftehim biex il-Gvern joħroġ Lm10,000, li jitħallsu fuq ir-riċevuti jew kontijiet li jiġu sottomessi mill-waterpolo club ta' Marsascala, filwaqt li l-club jagħmel ċertu xogħol volontarju.", "GĦalkemm ir-rabta li hemm bejn il-Gvern u l-waterpolo club ta' Marsascala hija rabta ċoff - għaliex ħadd ma jista' jalloka xi ħaġa waqt li din qiegħda għand ħaddieħor - il-ministeru ħass li dan kien arranġament tajjeb biex nippreservaw dak li kien qed jaqa' biċċiet.", "Meta l-ministeru kiteb lill-waterpolo club ta' Marsascala, qabel ma beda x-xogħol u qabel ma tħallsu l-flus, għamilha ċara li dan huwa arranġament temporanju u li ma kien hemm ebda rabta dwar min għandu juża kif ukoll dwar x'użu jsir minn din il-pixxina.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru qed jagħtina x'nifhmu li filwaqt li din il-pixxina għadha mikrija lill-ASA, dawn abbandunawha totalment u spiċċat biex ġiet ivvandalizzata u kienet qed taqa' biċċiet.", "Nixtieq nistaqsi jekk fil-kuntratt oriġinali ma' l-ASA kienx hemm xi dritt legali li bih il- Gvern seta' jieħu lura din il-pixxina wara dawk is-snin kollha ta' abbandun?", "Dan qed ngħidu għax peress li l-Gvern daħal f'\"rabta ċoff\" ma' Marsascala Waterpolo Club, bilfors li dawn ma jkollhomx kuraġġ li jagħmlu xogħol u spejjeż meta jafu li m'għandhom xejn fiż-żgur.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, jien ġejt ippreparat għad- domanda dwar il-pixxina nazzjonali li qiegħda fl-Imsida u weġibt lill-Onor.", "Mizzi dwar il-pixxina ta' Marsascala minn dak li niftakar.", "Il-kuntratt bejn l-ASA u l-Gvern ma sarx fi żmien dan il-Gvern imma fi żmenijiet oħra u ma nafx x'fihom dawn il-klawsoli u lanqas naf jekk hemmx l-obbligi li qed isemmi l-Onor.", "Vella.", "Għalhekk, fiċ-ċirkostanzi ma nixtieqx nippreġudika la naħa u lanqas oħra.", "GĦar-rigward l-istat attwali tal-pixxina naħseb li kull membru ta' din il- Kamra għandu japprezza li minkejja li fl-imgħoddi kien hemm xi nuqqas ta' xi ħadd il-Gvern preżenti u l-club ta' Marsascala ingħaqdu flimkien biex jirranġaw dik il-ħsara li kienet qed tikkaġuna ċertu lment.", "Pero' hawnhekk ma nistax ngħid li din il-pixxina se tingħata lil wieħed jew lil ieħor.", "Kulħadd jaf x'kienu l-pattijiet bejn il-ministeru u l-club ta' Marsascala dwar it-tiswija tal-pool u l-ministeru se jonora l-obbliġi tiegħu billi offra Lm10,000 għall-impjanti u għal xogħol ieħor, filwaqt li x-xogħol volontarju li kellu jsir sar.", "Fl-aħħar mill-aħħar ngħid li ma qgħadniex nistennew li xi ħadd forsi jagħmel tajjeb għad-danni u nistennew biex naraw jekk forsi hemmx xi tort ta' xi ħadd, imma qbadna u ħadna l- miżuri meħtieġa biex nirranġaw dan l-impjant", "ONOR.", "GOERGE VELLA: Mr Speaker, jien nammira l-mod kif il-Ministru jirnexxilu joħroġ minn din il-kwestjoni.", "Jien mhux qed ngħid li l- Ministru għandu jfittex lil min hu responsabbli u lanqas ma nippretendi li l-Ministru jkun jaf il-klawsoli kollha li fih il-kuntratt.", "Biss jien nippretendi - hawn naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi - li meta kien qed jara dak l-abbandun u dak l-istat ta' deterjorament tal-pixxina, naħseb li kien fl-interess tal-Ministru li jara x'jista' jagħmel biex għallinqas jissalvagwarda dawk il-miljuni ta' liri li kienu ntnefqu fuq dan il- proġett.", "Fil-fatt il-club ta' Wied il-Għajn ilu jitlob ħafna biex jieħu ħsieb din il-pixxina.", "Allura f'dan iż-żmien kollu l-Ministru ma kienx interessat iħares lejn il-kuntratt biex jara jekk kienx hemm xi mezz legali biex din il-pixxina ma tkompliex titkisser?", "Issa se jmur jarah il-kuntratt għaliex qed ngħidulu aħna jekk hemmx xi klawsola f'dan ir-rigward?", "Jien nippretendi li l-Ministru għandu jkun jaf b'din il-klawsola.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-ewwel ħaġa jien neskludi bl-iktar mod kategoriku li setgħu ntnefqu miljuni ta' liri fuq dik il-pixxina; u jekk verament intnefqu miljuni allura ngħid li kien sar serq fil-wiċċ.", "Nixtieq inżid li fil-fatt jien ħadt passi ftit wara li assumejt ir- responsabbilta' għall-isport u dan wara li rċevejt dawk l-ilmenti u dik it- talba li semmejt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, waqt li wieħed japprezza x-xogħol volontarju li qed jagħmlu l-membri tal-kumitat u volontiera oħra, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk kemm-il darba l-kumitat bediex jitħallas against dawk l-irċevuti li qed jippreżenta, għax skond l-informazzjoni li għandi mhuwiex jitħallas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, illum jien ġejt biex inwieġeb kwalunkwe ħaġa li għandha x'taqsam mas-sitwazzjoni ta' sigurta' fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq u ma naf xejn fir-rigward ta' jekk hux qed jitħallas il-club ta' Wied il-Għajn jew le.", "Kulma nista' ngħid huwa li l-impenn li hemm min-naħa tal-ministeru beħsiebna nonorawh sa l-aħħar ċenteżmu.", "Jien ma naħsibx li l-Ministru għandu hekk, su due piedi, jiġi mistoqsi dwar affarijiet li suppost jjieħu ħsiebhom il-finance officer fl-uffiċċju tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jivverifika dwar jekk il-kontijiet li ġew sottomessi s'issa fuq xogħol li sar fil-fatt tħallsux u f'każ li ma tħallsux jara kif jirrimedja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, jien qed nissorprendi ruħi li l- Oppożizzjoni qed tikkritikana għax forsi l-kontijiet m'humiex jitħallsu puntwalment wara li dħalna għal impenn bħal dak (Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "Jien ma nistenna grazzi mingħand ħadd għax kieku kelli ngħix bil-grazzi mmut bil-ġuħ, pero' dawn huma domandi li qed isiru biex jitfgħu dell ikrah.", "Il-punt li nixtieq nagħmel huwa li jien qiegħed hawn biex inwieġeb fuq affarijiet ta' policy u jekk niġi mitlub biex nirrispondi fuq fatti dettaljati nesiġi li jkolli mistoqsija bil-miktub.", "Illum jien weġibt fejn kont naf u fejn ma kontx naf għidt li ma nafx.", "Nista' ngħid pero' li fil-25 ta' Lulju l-club ta' Wied il-Għajn stedinni biex niftaħ din il-pixxina u dan ifisser li dawn huma kuntenti bl-arranġamenti li hemm.", "PORT ĦIELES - CRANES", "34364.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-cranes il-ġodda li għandha bżonn il-Korporazzjoni tal-Freeport humiex qed jinkrew jew humiex qed jinbnew mill-kumpannija l-ġdida ta' Ħal-Far li fiha hemm jaħdmu l-ħaddiema li kienu mal-Malta Shipbuilding?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Il-cranes il- ġodda għat-Terminal 2 tal-Freeport qed jinbnew mill-kumpanija l-ġdida ta` Hal-Far.", "DJAR SUBSTANDARD - STATISTIKA", "34365.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar dawk id-djar meqjusa bħala substandard?", "Jekk fl- affermattiv, tista' tagħti breakdown dwar kemm hemm, fejn jinstabu u x'passi se jittieħdu?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Jien informat li ma' tinżammx statistika ta' postijiet meqjusa bħala substandard.", "Madankollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jżomm statistika ta' applikanti li jiddikjaraw fl-applikazzjoni tagħhom li għandhom post substandard.", "Dawn l-applkanti huma maqsuma kif ġej fuq bażi ta' lokalita:", "|Attard |2 |Mġarr |1 | |Balzan |2 |Mosta |11 | |Vittorios|17 |Mqabba |5 | |a | | | | |B'Kara |50 |Msida |27 | |(Paris/Mr| | | | |ieħel | | | | | | |Naxxar |4 | |B'Bugia |8 |Pieta' |6 | |Cospicua |59 |Qormi |31 | |Dingli |/ |Qrendi |6 | |Fgura |5 |Rabat |18 | |Floriana |30 |Paola |26 | |Għargħur |1 |Safi |1 | |Għaxaq |4 |St |13 | | | |Julians | | |Gozo |8 |San |8 | | | |Ġwann | | |G'Mangia |2 |San Pawl|2 | |Gudja |/ |Siġġiewi|3 | |Gzira |25 |Sliema |25 | |Hamrun |30 |Sta. |1 | | | |Luċia | | |Senglea |31 |St |15 | | | |Venera | | |Kalafrana|/ |Tarxien |19 | |Kalkara |7 |Ta' |3 | | | |Xbiex | | |Kirkop |3 |Valletta|87 | |Lija |3 |M' Scala|5 | |Luqa |5 |Żabbar |23 | |Marsa |40 |Żebbuġ |6 | |M'Xlokk |2 |Żejtun |13 | |Mdina |1 |Żurrieq |7 | |Mellieħa |3 | | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dawn iċ-ċifri li għadu kemm qara jinkludux postijiet li qegħdin f'kerrejjiet, speċjalment fil-każ tal-Belt Valletta fejn hemm 87 post substandard?", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jew l-Awtorita' tad- Djar humiex qegħdin jaħdmu fuq statistika biex ikunu jafu n-numru ta' kerrejjiet, fejn qegħdin u kemm hemm nies jgħixu fihom?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, ir-risposta li tajt qiegħda ċara, fis-sens li dawn il-postijiet jiġu ddikjarati substandard mill-applikanti stess u kif jirriżulta mir-risposta li ħejjejt għad-domanda li jmiss, meta niġu biex ninvestigaw il-korrettezza ta' kull claim, spiss insibu li post la jkun substandard u lanqas ma jkun ta' periklu.", "Mr Speaker, għar-rigward ta' statistika fuq il-kerrejjiet nista' ngħid li f'dawn l-aħħar tmienja jew disa' snin l-Awtorita' tad-Djar - flimkien mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali - kienet kontinwament impenjata biex tiġbor tagħrif fuq l-applikanti li għandha reġistrati magħha.", "Minkejja li għad m'hemmx statistika li tgħid kemm hawn kerrejjiet illum l- Awtorita' tad-Djar għandha statistika ferm iktar aġġornata u reali dwar x'inhuma dawn il-problemi u fl-aħħar tliet snin dawn l-applikanti ġew magħrufa f'kategoriji differenti proprju biex ikun jista' jsir ix-xogħol li hemm bżonn kif ukoll jingħataw għajnuniet bl-iskop li jiġu ndirizzati problemi partikolari.", "Nixtieq ngħid li f'Lulju ta' l-1995 l-Awtorita' tad- Djar ħarġet skema li permezz tagħha l-persuni li kellhom applikazzjoni pendenti quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali setgħu jibbenefikaw minn għajnuna diretta ta' flus u dan kien possibbli proprju għaliex l-Awtorita' tad-Djar kienet taf fejn huma l-postijiet li għandhom bżonn it-tiswija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddi għal Tqegħid ta' Karti fuq il-Mejda.", "Il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 133 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 dwar il- Liċenzjar ta' Laboratorji Dijanjostiċi Mediċi Privati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 132 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 dwar Rati ta' Allowance għal Studenti tas-Sixth Form.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddi għal stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ONOR.", "GUIDO de MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq abbozz ta' liġi għall-ewwel qari mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR INDĦIL BARRANI", "FOREIGN INTERFERENCE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Indħil Barrani, Kap. 300\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1996 li jemenda l-Att dwar l-Indħil Barrani, Kap. 300\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "INCOME TAX (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mid-9 ta' Lulju, 1996", "Klawsola 15 - Tħassir ta' artikoli 53, 54 u 55 ta' l-Att prinċipali.", "(Kont.)", "Clause 15 - Repeal of sections 53, 54 and 55 of the principal Act.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Klawsola 15 qiegħda tneħħi l-personal deductions u r-rebates li kienu jingħataw sal-lum.", "Il-Ministru spjega li ladarba issa għolla daqstant it-threshold tad-dħul li mhux soġġett għat- taxxa, allura m'hemmx iktar skop għal personal deductions u għal dawk ir- rebates li kienu jkunu relatati maċ-ċirkostanzi tal-familja, bħal, per eżempju, jekk wieħed hux miżżewweġ u allura għandu mara xi jmantni, jekk għandux xi tfal, jekk għandux dependent relatives u ċirkostanzi oħra bħal dawn.", "GĦidna wkoll li għalkemm is-sistema li qed nintroduċu hija iktar sempliċi mis-sistema attwali, pero' din m'hijiex ġusta jew ekwa daqs is- sistema attwali.", "L-argument li l-Income Tax Act m'għandhiex tkun strument li tilħaq skopijiet soċjali relatati mad-daqs tal-familja - il-Ministru jsostni li għal dan il-għan għandu jkun hemm miżuri oħra leġislattivi - ma jreġix fin-nuqqas ta' eżistenza ta' dawn il-miżuri alternattivi biex jagħmlu tajjeb.", "Huwa minnu li sar tibdil fir-rati taċ-children's allowance, imma t-tibdil f'dawn ir-rati żgur li mhux se jagħmel tajjeb għat- tneħħija ta' dawn il-personal deductions u t-tax rebates.", "Jien ma nixtieqx intawwal fuq dan l-argument biss nixtieq nagħmilha ċara li l-Oppożizzjoni ma taqbilx ma' dan li qed isir għaliex m'hemm l-ebda raġuni għaliex taxpayer m'għandux ikollu d-dritt li jħallas inqas taxxa f'ċirkostanzi partikolari bħal meta jkollu dependent relative incapacitated minħabba l-eta' - u għalhekk ma jkollux dħul - jew għandu relative li hija housekeeper tiegħu, jew meta jkollu life insurance fuqu u fuq il-mara, jew f'każ meta jkun hemm spejjeż ta' hospitalisation, tobba u dentisti konstatati u approvati mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni, u fil-każ meta jsiru donazzjonijiet lill-għaqdiet filantropiċi approvati mill-Ministru stess.", "L-Oppożizzjoni topponi klawsola 15 li tabolixxi l-personal deductions u r-rebates li kienu jipprovdu għal trattament differenzjali skond id-daqs tal-familja u aħna nsostnu li din hija miżura inekwa u anti- soċjali u għalhekk ma nistgħux nivvotaw favur tagħha.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jien il-bieraħ spjegajt il-konċetti wara din il-bidla kbira li għamilna fis-sistema tat-taxxa.", "Minbarra li ssimplifikajna s-sistema b'mod drastiku, dan li għamilna se jħalli ħafna vantaġġi għall-ġbir tat-taxxa.", "L-ispin-off reali li se jkollna hija effiċjenza ferm ikbar li wieħed issa jistenna ladarba tneħħiet l-ħafna amministrazzjoni żejda u għalhekk id-Dipartiment tat-Taxxi Interni se jkun jista' jikkonċentra l-isforzi tiegħu biex min suppost iħallas it-taxxa jħallasha.", "Irrid infakkar li bis-sistema tal-VAT qegħdin nagħfsu fuq il-mod kif għandu jiġi ddikjarat business turnover biex b'dan u b' affarijiet oħra s- sistema tibda tingrana ħalli min għandu jħallas it-taxxa jibda jħallasha u b'hekk indaħħlu din it-tip ta' kultura f'dan il-pajjiż.", "Dan huwa l-ħsieb wara dawn l-affarijiet li qegħdin nagħmlu u mhux biex sempliċement ngħidu kemm għamilna sistema faċli.", "Jien għidt li t-teżi tagħna hi li ladarba għandna sitwazzjoni fejn il-gidma ta' l-income tax se tkun xejn jew ftit f'livelli ta' dħul li ma tista tgħidilhom baxxi - bniedem miżżewweġ li jaqla' Lm10,000 se jibda jħallas 15% fuq l-income totali tiegħu - aħna naħsbu li ma jaqbilx li nużaw l-għodda tal-liġi tat-taxxa tad-dħul biex inwettqu ċerti strateġiji pożittivi fil-kamp soċjali jew ekonomiku.", "Jiena qed ngħid li rridu nkomplu nirranġaw jew niżviluppaw għodod oħrajn li diġa' għandna fil-pajjiż.", "Fil-fatt diġa' rranġajna prattikament dak kollu li sostanzjalment kellu bżonn jiġi rranġat fil-liġi ta' l-income tax u għalkemm jista' jkun li hemm xi dettall li għad irid jiġi rranġat m'aħniex se nwaqqfu din ir-riforma kollha minħabba xi dettall li għad irid isir fil- futur.", "Meta nsemmu health schemes u affarijiet bħal dawn irridu noqogħdu daqsxejn attenti fuq xiex qed nitkellmu għax wara kollox il-gvern diġa' qed joffri b'xejn il-faċilitajiet tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni.", "Jiena nemmen li jekk il-gvern qed joffrilek dawn l-affarijiet b'xejn u inti tagħżel li tmur tħallas għalihom dik hija biċċa tiegħek u naħseb li l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici f'qalbu jemmen hekk ukoll.", "Ladarba l-gvern qed joffrilek dawn il-faċilitajiet ta' livell tajjeb u b'xejn ma narax għaliex il-gvern imbagħad għandu joqgħod jerġa' jagħtik inċentiv għax inti qed tagħżel li ma tużax is-servizzi li hu qed iħallas għalihom!", "Irridu ngħidu li meta għandek sptar, l-overheads hemm qegħdin.", "Is-sitwazzjoni ta' pajjiżna hi li l-gvern qed iħallas biex jagħtik is-servizz u qed iħallas ukoll l-overheads biex jekk inti jkollok bżonn tal-kura teħodha b'xejn fl-isptarijiet tiegħu.", "Jiena qed ngħid li meta nkunu oġġettivi u nħarsu lejn l-affarijiet b'din l- ottika, finalment naslu biex fil-futur ikollna sistema sustainable.", "Aħna għandna noqogħdu ngħidu li dawn is-servizzi qed noffruhom b'xejn u jekk dak li jkun jagħżel li jmur band'oħra jien għandi noqgħod nissussidjah u dan nagħmlu bilfors bil-liġi tat-taxxa!", "Jiena qed ngħid li jekk xi gvern jagħżel li jissussidja lil min irid imur fi sptarijiet privati b'xejn, għandu jagħmilha b'liġi ad hoc jew jagħmilha permezz tal-liġijiet l-oħra li għandna tas-servizzi soċjali.", "Anke jekk xi ħadd irid jissussidja lil min imur fl-iskejjel privati dan għandu jagħmlu b'mod ieħor u mhux bil-liġi tat- taxxa.", "Rigward kif wieħed jista' jaġevola lil min jieħu life insurances nixtieq ninforma lill-Onor.", "Mifsud Bonnici li din jien diġa' qed nistudjaha fil- liġi l-ġdida li se ngħaddu dwar l-insurances.", "Bniedem tista' taġevolah fir- receipts li jirċievi minn pensjonijiet, per eżempju, u kif inti tintaxxa l- mod kif they accrue lill-kumpannija ta' l-assikurazzjoni matul is-snin.", "Aħna mhux ma nemmnux fl-ideat sublimi ta' l-għajnuna - dażgur li nemmnu! - imma qed ngħidu li m'huwiex il-każ li nagħmluhom through the Income Tax Act imma għandna nagħmluhom ad hoc biex ikunu aktar iffokati preċiż lejn dak li rridu nagħmlu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ġejna f'sitwazzjoni fejn il-Partit Laburista qiegħed jassigura l-għażla kemm fil-kamp tas-saħħa kif ukoll fil- kamp ta' l-edukazzjoni permezz ta' strumenti fiskali u l-Partit Nazzjonalista fil-gvern - li jinsisti fuq l-għażla - qiegħed ineħħi l- possibbilta' li permezz ta' strumenti fiskali jkun hemm l-għażla reali.", "Għaliex?", "Għax il-Ministru għadu kif qal li ladarba l-gvern qed jipprovdi servizzi tas-saħħa b'xejn għal kulħadd, allura min jagħżel li ma jutiliżżax dawn is-servizzi u jutilzza servizzi privati bi ħlas m'għandux ikollu konsiderazzjoni fil-ħlas tat-taxxa billi jkollu deduzzjoni għall-ispejjeż li attwalment jagħmel u li jkunu ġew approvati mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni.", "Din hija bil-maqlub ta' l-evoluzzjoni tal-ħsieb tal-Partit Laburista.", "L-uniku mezz biex wieħed verament jassigura l-għażla effettiva hu li min jagħżel is-servizz privat irid bilfors ikollu konsiderazzjoni fuq l-ammont ta' taxxa u m'hemmx ġustifikazzjoni għaliex il-Gvern jgħid li l- overheads xorta se jitħallsu, għax b'dak l-argument il-gvern m'għandux jissussidja jew jagħti sovvenzjoni - illum il-ġurnata din telgħet għal Lm5.5 miljun fis-sena - lill-iskejjel tal-Knisja biex proprju jassigura l- għażla fit-tagħlim; proċess li bdih Gvern Laburista bi ftehim proviżorju li sar fl-1986 u li tkompla taħt Gvern Nazzjonalista.", "Pero' li issa nisimgħu lill-Ministru tal-Finanzi jgħid li m'għandniex nagħtu konsiderazzjoni għall- finijiet ta' income tax ta' dawn il-burdens finanzjarji tal-familji fl- oqsma tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni hija xi ħaġa tassew sorprendenti.", "Apparti l-kwestjoni ta' teorija u ideoloġija, ejja nieħdu l-każ kif qed tiġi prospettata s-sitwazzjoni mill-Gvern b'dawn l-emendi.", "Jekk nieħdu individwu li m'huwiex miżżewweġ u li jaqla' Lm9,000 fis-sena, dan se jħallas bit-35% fuq l-aħħar Lm1,000, jiġifieri ammont ta' Lm350 f'taxxa.", "Issa jekk dan l-individwu jkun sfortunat u f'dik is-sena jagħmel spiża ta' Lm1,000 fuq hospitalisation minbarra din is-somma se jkollu jħallas ukoll Lm350 f'taxxa lill-gvern, mentri kif inhi s-sistema llum, una volta dik l- Lm1,000 tiġi approvata mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni u wara wkoll l- approvazzjoni tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern, dik l-Lm1,000 jeħodha bħala personal deduction.", "Jidhirli li ċirkostanzi ta' hospitalisation żgur li m'għandhomx jaffetwaw is-sistema simplifikata li qed idaħħal il-Gvern fejn ġiet abolita s-sistema tar-rebate.", "Jiġifieri anke jekk ma taċċettax ir- rebates relatati għad-daqs tal-familja, ċerti personal deductions għandek tħallihom.", "Jiena semmejt Lm1,000 hospitalisation, pero' ħalli nieħdu lil Gasan, per eżempju, li jaqla' aktar minn Lm10,000 u allura jħallas bil-35%, jiġifieri Lm350 fuq kull Lm1,000.", "Jekk dan ifettillu jagħti donazzjoni ta' Lm300 fis-sena lill-OASI jew lill-Caritas, per eżempju, bis-sistema preżenti m'hu se jħallas xejn fuq dik is-somma, pero' kif ġejja issa fuq dawk it-Lm300 se jkollu jħallas ukoll 35%, jiġifieri Lm105.", "Kulħadd jifhem li tagħmel kemm tagħmel aġevolazzjoni, billi tgħolli t-threshold ta' l- ammont taxxabbli u anke billi tbaxxi r-rati tat-taxxa kif tbaxxew għal ċerti income brackets, xorta waħda m'hemm assolutament l-ebda ġustifikazzjoni li ċerti deductions għandhom jitneħħew.", "Fil-każ ta' l-edukazzjoni l-istess ħaġa għax jekk aħna verament irridu li 'l quddiem jkun hemm l-għażla għall-iskejjel privati u dawk tal-Knisja, irridu nużaw l-istrument fiskali biex din l-għażla tkun effettiva għax inkella l-familji li m'għandhomx il-mezzi ma jkollhomx il-benefiċċju ta' l- għażla.", "Jekk ma nagħtux din l-għażla dawn se jkollhom bilfors jaċċettaw is- servizzi li joffri l-Istat, fejn nittamaw li xi darba dawn s-servizzi verament ikunu jipparagunaw ma' dawk tal-Knisja u tal-privat għax sfortunatament illum l- istat ta' affarijiet mhux hekk.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-klawsola 15 għaddiet u ġiet ordnata li ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Emenda ta' l-artikolu 30 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 12 - Amendment of section 30 of the principal Act.", "(Posposta mid-9 ta' Lulju)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat biex emenda \"C\" li ġiet proposta fid-9 ta' Lulju 1996 tiġi rtirata.", "MR CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u emenda \"C\" ġiet irtirata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal klawsola 12 nipproponi emenda ġdida biex tieħu post emenda \"C\".", "\"F\" Klawsola 12 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(1) minnufih qabel il-paragrafu (a) tagħha għandu jidhol dan il- paragrafu ġdid:", "\"(a) fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) tiegħu, minflok il-kliem \"fis-subartikolu (7) ta' l-artikolu 53 ta' dan l-Att;\" għandhom jidħlu l-kliem \"fis-subartikolu (9) tiegħu;\"\";", "(2) minnufih wara l-paragrafu (b) tagħha għandu jidħol dan il- paragrafu ġdid:", "\"(c) fis-subartikolu (6) tiegħu, minflok il-kliem \"tas-subartikoli (4) u (5) ta' dan l-artikolu\" għandhom jidħlu l-kliem \"tas-subartikoli (4), (5) u (5A) ta' dan l-artikolu\"\";", "(3) il-paragrafi (a), (b) u (c) tagħha għandhom jiġu enumerati mill- ġdid bħala (b), (d) u (e) rispettivament;", "(4) fil-paragrafu (a) tagħha kif issa rinumerat (b), il-kelma \"Maltija\" għandha titħassar minn kull fejn tinsab; u", "(5) fil-paragrafu (c) tagħha kif issa rinumerat (e), minflok il-kliem \"fit-tletin ta' Settembru\" għandhom jidħlu l-kliem \"fil-wieħed u tletin ta' Diċembru\".", "\"F\" Clause 12 shall be amended as follows:", "(1) immediately before paragraph (a) thereof, there shall be inserted the following new paragraph:", "\"(a) in paragraph (d) of subsection (1) thereof, for the words \"in subsection (7) of section 53 of this Act;\" there shall be substituted the words \"in subsection (9) hereof;\"\";", "(2) immediately after paragraph (b) thereof there shall be inserted the following new paragraph:", "\"(c) in subsection (6) thereof, for the words \"subsections (4) and (5) of this section\" there shall be substituted the words \"subsections (4), (5) and (5A) of this section\"\";", "(3) paragraphs (a), (b) and (c) shall be renumbered (b), (d) and (e) respectively;", "(4) in paragraph (a) now renumbered (b) thereof, the word \"Maltese\" shall be deleted wherever it occurs; and", "(5) in paragraph (c) now renumbered (e) thereof, for the words \"the thirtieth day of September\" there shall be substituted the words \"the thirty first day of December\".", "Mr Chairman, waqt li konna qed niddiskutu din il-klawsola, li prattikament tinvolvi lill-membri ta' komunitajiet ekklesjastiċi u lill- komunita' ekklesjastika nnifisha, kont għidt li se nistudjaw il- possibbilta' li nagħmlu xi emendi u nixtieq ngħid li wara illi studjajna bir-reqqa l-implikazzjonijiet li fiha din il-klawsola, ħassejna li anke mil- lat tekniku bl-emenda li pproponejt issa qegħdin aħjar.", "Biex nispjega daqsxejn fil-qosor nibda biex ngħid li hawnhekk għandna l-mod kif jiġu ntaxxati l-komunitajiet ekklesjastiċi.", "Qegħdin ngħidu li komunita' ekklesjastika naturalment tiġi ntaxxata fuq l-income tagħha u dan jinkludi wkoll l-income tal-membri tagħha, jiġifieri l-membri tal-komunita' ekklesjastika jiddikjaraw l-income personali tagħhom bħala l-income tal- komunita'.", "Pero' hawnhekk għandna eċċezzjoni, fis-sens illi jekk l-income ta' membru jkun ta' aktar minn Lm1000 allura Lm1000 biss jiġi magħdud bħala income tal-komunita'.", "Dan għaliex?", "Għax fil-fatt il-komunita' se tingħata Lm1000 deduction għal kull membru li jagħmel parti minnha.", "Imbagħad il- membri tal-komunita' li jaqilgħu aktar minn Lm1000 - skond il-proviso li jeżisti fl-Att prinċipali - jiġu ntaxxati personalment fuq l-income kollu tagħhom.", "Jiġifieri kulma qed isir hawnhekk huwa setting off ta' deductions minn wieħed għall-ieħor biex nassiguraw li la jkun hemm double deduction u lanqas double taxation fuq l-income", "flowing kemm direttament lejn il-komunita' kif ukoll direttament lejn il- membru tal-komunita' jew inkella anke li qed jagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu lill-komunita'.", "GĦalkemm wieħed jammetti li l-mod kif qiegħda huwa daqsxejn komplikat, dan il-mekkaniżmu jaħdem biex jassigura li la jkun hemm riduzzjonijiet doppji u lanqas taxxa doppja fuq l-income.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Id-diffikulta' ma ġietx solvuta u se ngħid għaliex.", "Skond klawsola 12, paragrafu (a), għandna li fid-dħul tal- komunita' ekklesjastika jiġi inkluż id-dħul ta' l-individwu sa Lm1,000.", "GĦalhekk d-dħul ta' l-individwu m'huwiex ikkalkolat ħlief fuq dik l- Lm1,000.", "Issa f'paragrafu (b) qed tiġi ntrodotta subklawsola ġdida, il-5A li tgħid li:", "\"... community shall be entitled to a further deduction against its income ...\"", "ta' Lm1,000 oħra.", "Din il-further deduction hija xi ħaġa ġdida u għalhekk irid ikun hemm ġustifikazzjoni għaliex issa qed tiġi inserita.", "Naturalment din qed tiġi inserita ħalli tagħmel tajjeb għall-fatt li t-threshold ta' l- individwu tela' u għalhekk tal-komunita' qed ngħolluhom ukoll.", "GĦaliex issa qed tagħti a further deduction meta Lm1,000 diġa' hija kontemplata?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Li qed ngħidu huwa li qabel il-komunita' kienet tiġi ntaxxata fuq l-income kif ikun ikkalkolat - jiġifieri fuq l-income li tirċievi hi direttament bħala komunita' u fuq l-income tal-membri tagħha sa Lm1,000 - u mbagħad kienet tingħata rebate għal kull membru tal-komunita'.", "Issa dan ir-rebate se jispiċċa u għalhekk qed ngħidu li l-komunita' se tingħata tnaqqis dirett mill-income ta' Lm1,000 minflok ir-rebate li kienet tingħata mill-kont tat-taxxa, jiġifieri waħda qiegħda tissostitwixxi lill- oħra.", "Billi aħna qed ngħidu li l-komunita' se tingħata tnaqqis ta' Lm1,000 għal kull membru tal-komunita', dawk il-membri fil-komunita' li jaqilgħu iktar minn Lm1,000 aħna se neħduha li Lm1,000 minn dak li se jaqilgħu huwa income għall-komunita' u b'hekk inkunu nnewtralizzajna l-effett għal dawk il-membri tal-komunita' li qed jaqilgħu iktar minn Lm1,000.", "Dan għaliex imbagħad dawn l-istess membri li jaqilgħu aktar minn Lm1,000 se jiġu ntaxxati abbażi personali fuq l-income totali tagħhom, irrispettivament mill-Lm1,000.", "GĦal dawk li jaqilgħu iktar minn Lm1,000 dan l-eżerċizzju se jkollu a neutralising effect peress li qed tagħti Lm1,000 allowance lil kull membru tal-komunita'.", "Jekk m'iniex sejjer żball, fil-liġi eżistenti diġa' hemm li jekk il- komunita' qed tħallas hi stess lil xi membru tagħha, jiġifieri jekk il- komunita' tagħti rimunerazzjoni lil xi membru fil-komunita' nnifisha - għax jien ma nafx kemm hemm minn dawn il-każi għax jista' jkun li m'hemm xejn - li jiġri huwa li l-komunita' li tkun qed tagħmel il-pagament tkun qed tnaqqsu mill-income tagħha bħala spejjeż.", "GĦalhekk aħna qed ngħidu li ma tingħatax deduction ta' Lm1,000 għal dak il-membru għax dik l-Lm1,000 - jew tkun kemm tkun - tkun diġa' qed titnaqqas mill-income bħala spejjeż tal- komunita' biex ma jkunx hemm double deduction.", "Is-sistema qiegħda tipprova tħares lejn l-eventwalitajiet kollha u l-oġġettiv huwa li ma jkunx hemm double taxation fuq l-istess income, kif ukoll ma jkunx hemm double deductions fl-ebda eventwalita'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-pożizzjoni llum hija li l-komunita' qiegħda tingħata rebate ta' ¥155 għal kull membru - mhux biss għal dawk il- membri li għandhom dħul tagħhom - u jekk hemm komunita' li ħadd mill-membri tagħha m'għandu dħul, din xorta tingħata rebate ta' ¥155.", "Fil-fatt subartiklu 57 (16) ta' l-Att prinċipali jgħid:", "\"In case of an ecclesiastical community as defined in subsection (7) of section 53 of this Act, there shall be granted a tax rebate of one hundred and fifty-five liri in respect of every individual who was a member ......\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Biex inkunu preċiżi, il-¥155 huwa tax rebate, jiġifieri huwa tnaqqis mil-liability tat-taxxa.", "Hanwhekk mhux qed nitkellmu fuq tax rebate.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa qegħdin nagħtu deduction ta' l- income, jiġifieri tnaqqas ¥1,000 in respect of every member u mhux fil-każ biss ta' min għandu dħul.", "Imma mbagħad hemm il-proviso li jgħidlek li fil- każ ta' min huwa mħallas mill-komunita' stess, il-komunita' ma tingħatax din il-personal deduction.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-raġuni hija għaliex il-komunita' tkun diġa' qed tnaqqas mill-income tagħha dak il-ħlas li kienet tagħti lil dak il-membru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma qabel kienet tnaqqsu.", "Din l- esklużjoni kienet diġa' hemm u meta l-komunita' kienet tħallas lill-membru tagħha is-¥750 bħala personal deduction ma kenitx teħodhom imma xorta kienet tieħu rebate ta' ¥155 in respect of that member.", "Issa l-komunita' se tibqa' ma tnaqqasx l-¥1,000 u m'hijiex se tieħu l-further reduction li kienet tagħmel tajjeb għar-rebate.", "Allura jiena ngħid li din għandha tingħata allavolja jkun membru li huwa mħallas mill-istess komunita'.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt qabel ir-rebate ukoll ma kienx jingħata pero' fil-proviso għas-subartiklu 57 (16) hemm:", "\"Provided that no rebate shall be granted under this subsection in respect of an individual member who receives any remuneration or other income from the ecclesiastical community of which he is an individual member.\".", "Id-dipartiment prattikament kulma għamel huwa li ċaqlaq ir-regolamenti li kien hemm qabel b'konsegwenza tat-tibdil li għamilna pero' l-konċetti ma biddluhomx.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din ma tagħmilx sens għaliex ladarba m'intix qed tikkalkola d-dħul tal-membru trid tagħti deduction lill- komunita'.", "Jiena m'iniex f'komunita' ekklesjastika u ma tantx għandi aspirazzjonijiet li nidħol f'xi komunita' għax hawn biżżejjed membri ta' komunitajiet ekklesjastiċi fil-pajjiż!", "Jien il-punt tiegħi għamiltu u issa jsemmgħu leħinhom huma.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din kienet an anti-evasion clause biex l-income ma jinqasamx fuq ħafna individwi u b'hekk wieħed ikun jista' prattikament jevadi t-taxxa.", "Nerġa' ngħid din hija transpostion ta' kif kienet is-sistema.", "S'issa ma jidhirx li kien hemm problemi fit-tħaddim ta' din il-klawsola u ma jidhirlix li hemm lok għal tibdil.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Forsi tajjeb li ngħidu li qabel kienu jħallsu 20% fuq dan l-Lm1,000 u kienu jieħdu rebate ta' Lm155 mit-taxxa.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Se nżieduhom bħalma żiedna lil ħaddieħor.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Frankaw Lm200?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, frankaw id-differenza bejn Lm200 u Lm155, jiġifieri Lm45.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 12 kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda għal klawsola 12 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 12 kif emendata għaddiet u ġiet ordnata sabiex isir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Emenda ta' l-artiklu 56 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 16 - Amendment of section 56 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għall-klawsola 16 qed nipproponi din l- emenda:", "\"G\" Klawsola 16 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(1) fis-subparagrafu (c) tal-paragrafu (a) tagħha, minflok il-kliem \"Għal kull lira mill-bqija 35c\";\" għandhom jidħlu l-kliem \"Għal kull lira mill-bqija 35c\";", "(2) minnufih wara s-subparagrafu (c) tal-paragrafu (a) tagħha għandu jidhol dan is-subparagrafu ġdid (d):", "\"(d) fil-każ ta' kull persuna oħra -", "Għal kull lira fuq l-ewwel Lm 1000 15c Għal kull lira fuq l-Lm 1000 ta' wara 20c Għal kull lira fuq l-Lm 1000 ta' wara 25c Għal kull lira fuq l-Lm 1500 ta' wara 30c Għal kull lira fuq il-bqija 35c\";", "(3) fit-test Malti tal-paragrafu (b) tagħha, iż-żewġ tifsiriet li hemm fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (2) għandhom jiġu emendati kif ġej:-", "(a) fit-tifsira ta' \"individwu mwieled barra minn Malta\", minflok il- kliem \"ma kenux domiċiljati f'Malta jew ordinarjament residenti f'Malta\" għandhom jidħlu l-kliem \"ma kenux domiċiljati f'Malta jew ma kenux ordinarjament residenti f'Malta\"; u", "(b) fit-tifsira ta' \"riċevut f'Malta\", minflok il-kliem \"trasferita minn Malta\" għandhom jidħlu l-kliem \"trasferita barra minn Malta\"; u", "(4) Fil-paragrafu (d) tagħha, fit-tieni proviso li hemm għas- subparagrafu (i) tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (11), minflok il- kliem \"fis-subparagrafu (i) jew (ii) tas-subartikolu (2)\" għandhom jidħlu l-kliem \"fis-subparagrafu (i) jew (ii) tal-paragrafu (a) tas- subartikolu (2)\".", "\"G\" Clause 16 shall be amended as follows:", "(1) in subparagraph (c) of paragraph (a) thereof, for the words \"For every lira of the remainder 35c\";\" there shall be substituted the words \"For every lira of the remainder 35c\";", "(2) immediately after subparagraph (c) of paragraph (a) thereof there shall be inserted the following new subparagraph (d):", "\"(d) in the case of any other person -", "For every lira of the first Lm 1000 15c For every lira of the next Lm 1000 20c For every lira of the next Lm 1000 25c For every lira of the next Lm 1500 30c For every lira of the remainder 35c\";", "(3) in the Maltese text of paragraph (b) thereof, the two interpretations in paragraph (d) of subsection (2) shall be amended as follows:-", "(a) in the interpretation of \"individwu mwieled barra minn Malta\" for the words \"ma kenux domiċiljati f'Malta jew ordinarjament residenti f'Malta\" there shall be substituted the words \"ma kenux domiċiljati f'Malta jew ma kenux ordinarjament residenti f'Malta\"; and", "(b) in the interpretation of \"riċevut f'Malta\", for the words \"trasferita minn Malta\" there shall be substituted the words \"trasferita barra minn Malta\"; and", "(4) in paragraph (d) thereof, in the second proviso to subparagraph (i) of paragraph (a) of subsection (11), for the words \"in subparagraph (i) or (ii) of subsection (2)\" there shall be substituted the words \"in subparagraph (i) or (ii) of paragraph (a) of subsection (2)\".", "Mr Chairman, f'din il-klawsola qegħdin indaħħlu r-rati l-ġodda li se japplikaw minn issa 'l quddiem.", "Qegħdin nittrasportaw ukoll paragrafi li qabel kienu jagħmlu parti minn artikli 57 u 58 ta' l-Att prinċipali li issa se jitħassru.", "Qegħdin indaħħlu wkoll ħafna emendi li huma konsegwenzjali għal emendi oħrajn li diġa' għamilna bħal, per eżempju, it-tibdil li għamilna dwar l-ugwaljanza tas-sessi.", "Qegħdin naġġornaw ukoll is-sistema ta' taxxa li se tkun applikabbli għal dawk li huma returned migrants u li qegħdin jgħixu f'Malta bħala residenti permanenti biex din ninkorporawha mas-sistema l-ġdida.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Peress li l-artiklu li kien jikkontempla t- tax rebates huwa artiklu 57 u mhux 56, wieħed bilfors irid jagħmel riferenza għal dan l-artiklu meta jikkonsidra dawn l-emendi.", "Artiklu 56 li qed jiġi emendat kien jiddistingwi bejn dawk li huma intitolati għat-tax rebate under section 57 li kien jipprovdi għal rebate fil-każ tal-mara, fil-każ tat-tfal u f'ċirkostanzi oħra.", "Dan l-artiklu issa qed jitħassar kompletament u l-ewwel osservazzjoni li rrid nagħmel hija li nixtieq li wieħed jirrifletti illi s-sistema tat-tax rebate ġiet introdotta mill-Gvern Nazzjonalista ftit tas-snin ilu u ġiet ikkwalifikata bħala riforma.", "Issa dik is-sistema riformatriċi qed tiġi abolita u qed tiġi sostitwita bis- sistema li kienet teżisti qabel, jiġifieri dik bir-rata progressiva skond l- income, bid-differenza li r-rati u t-threshold huma totalment differenti minn qabel.", "Qabel kien hemm iċ-chargeable income u issa t-total income u ċ- chargeable income huma l-istess ħaġa għax m'hemmx iktar il-personal deductions taħt Part VI ta' l-Income Tax Act.", "Mela ftit taż-żmien ilu daħlet is-sistema tat-tax rebate li ġiet imsejħa bħala riforma u issa din qed tiġi kkonsidrata sistema superata u qed tiġi sostitwita bl-istess sistema li kien hemm qabel!", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar ir-rati u t-thresholds.", "Essenzjalment dawn huma li fuq l-ewwel Lm3,000 individwu ma jħallasx taxxa pero' jibda jħallas fuq kull Lm1 li jdaħħal 'l fuq mit-Lm3,000; u fil-każ ta' wieħed miżżewweġ ma jħallasx taxxa fuq l-ewwel Lm4,000 kemm-il darba l-income tal-mara jew tal-partner tiegħu ma jkunx qed jiġi intaxxat separatament minn tiegħu.", "Hawnhekk terġa' tidħol il-kwestjoni ta' prinċipju.", "F'każ ta' bniedem li jkun jaqa' taħt unit familjari fejn it-tnejn ikunu jaħdmu u l-income ta' wieħed ikun ġej minn sorsi li hemm f'paragrafi (a), (b) jew (d) ta' subsection 4 (1) ta' l-Att prinċipali - liema paragrafi jikkwalifikaw lil dak l-individwu biex ikollu income tax return separat - se jiġri li fuq it-Lm3,000 tar-responsible taxpayer m'hijiex se titħallas taxxa u fuq it-Lm3,000 ta' l-ispouse jew l-ieħor li għandu l-income assessed separat, ma titħallasx taxxa lanqas u għalhekk dan il-unit familjari mhux se jħallas taxxa fuq l-ewwel Lm6,000.", "Mill-banda l-oħra, fil-każ ta' bniedem li ma jistax jużufruwixxi mill-benefiċċju ta' income tax return separat jibda jħallas it-taxxa hekk kif jaqbeż Lm4,000 u mhux kif jaqbeż is-Lm6,000, nonostante d-daqs tal-familja u ċ-ċirkostanzi l-oħra kollha li jistgħu jaggravaw il-każ.", "Għalkemm amministrattivament dan jista' jkun konvenjenti ħafna, se nissagrifikaw il-ġustizzja soċjali għall- effiċjenza amministrattiva.", "Din il-ħaġa m'hijiex aċċettabbli għall-Oppożizzjoni peress li l-ġustizzja soċjali se tiġi sagrifikata għall-effiċjenza amministrattiva.", "L-effiċjenza amministrattiva rriduha u hemm bżonnha imma qabel kollox irridu nassiguraw il-ġustizzja soċjali.", "Mela għandna sitwazzjoni ta' bniedem li ma jistax jużufruwixxi mill-benefiċċju li ma jħallasx taxxa fuq l-ewwel Lm6,000 - kif jużufruwixxi ħaddieħor - imma jkollu jħallas it-taxxa malli jiskorri l- ewwel Lm4,000 u dan indipendentement mid-daqs tal-familja.", "Din is-sitwazzjoni m'hijiex aċċettabbli għax hija inekwita' soċjali u għalhekk l-Oppożizzjoni topponiha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nixtieq nitkellem fil-qosor fuq dan il- punt.", "Jien ma nistax nifhem fejn qed nissagrifikaw il-ġustizzja soċjali għax fil-fatt m'aħna nissagrifikaw xejn.", "Ftit ta' snin ilu tajna benefiċċju lin-nisa li jaħdmu - qabel ma kellhomx - biex ma jibqgħux iħallsu t-taxxa bl-ogħla rata mill-ewwel sitt ħabbiet li jaqilgħu.", "Jekk b'din qed nagħmlu x'inġustizzja soċjali ma' xi ħaddieħor, jien ma nifhimhiex u ma naċċettahiex.", "Jekk l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qed jaħseb hekk affarih, imma r-realta' hija li tista' tħares lejn ħaġa b'żewġ modi, bħalma tista' tħares lejn tazza u tgħid li nofsha mimlija jew li nofsha vojta.", "Aħna nħarsu lejn din il-miżura bħala aġevolazzjoni għan- nisa miżżewġa li jaħdmu.", "Qabel ma kienx hemm din l-aġevolazzjoni u kulħadd kien iħallas it-taxxa minn għonqu.", "Issa s-sitwazzjoni m'għadhiex hekk għax tajna aġevolazzjoni sostanzjali lin-nisa li jaħdmu.", "Biex din iddawwarha u tgħid li għax għamilna hekk, qed nagħmlu inġustizzja ma' ħaddieħor jien assolutament ma nifhimhiex.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta titratta lil xi ħadd b'mod preferenzjali fil-kamp tal-fisku u meta m'hemmx ġustifikazzjoni għal dak it- trattament tkun qed tagħmel inġustizzja ma' min ma titrattax bl-istess mod.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ġustifikazzjoni hemm għax aħna qegħdin ngħidu li l- pajjiż għandu bżonn nisa li jaħdmu u mhux tajjeb li wara li jagħmlu sagrifiċċju barra minn darhom isibu li l-biċċa l-kbira ta' l-income tagħhom huwa intaxxat.", "Dawn in-nisa kienu qed jaraw li l-biċċa l-kbira minn dak li kienu qed jaqilgħu għall-familja tagħhom kienu qed iħallsuh f'taxxa.", "Din hija l-ġustifikazzjoni u jekk din m'hijiex aċċettabbli għall-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici affarih.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Skużi!", "Meta l-pajjiż introduċa s-sistema fejn żewġ partners li qed jaħdmu setgħu jagħmlu income tax return separata, seta' ngħata l-istess trattament fil-każ ta' żewġ partners fejn wieħed minnhom ma jaħdimx, fis-sens li jew jagħmlu income tax return separata jew ikollhom aġevolazzjoni fiskali fuq l-ewwel income daqs l- income akkumulat tat-tnejn qabel ma tibda titħallas it-taxxa.", "Jien qed ngħid li l-istess benefiċċju għandu jingħata lil kulħadd u żgur li hemm argumenti għaliex dan għandu jingħata fejn hemm partner wieħed biss li qed jaqla' income għax dan ikun qed jissagrifika ruħu iktar.", "Fuq din il-ħaġa ma nistgħux naqblu għax din hija l-inekwita'.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda l-emendi kollha li qegħdin nagħmlu imma partikolarment dwar il-fatt li qegħdin inneħħu minn fuq il- ktieb tal-liġi l-provvediment li kien jeżisti sal-lum dwar kif jiġi ntaxxat id-dħul.", "Skond subklawsola 1(2) ta' dan l-abbozz, dan it-tibdil se jibda japplika għall-income minn ċertu year of assessment.", "Il-provvedimenti tal- lum se jitneħħew mil-liġi qishom qatt ma kienu, pero' d-dipartiment għadu jintaxxa income ta' snin l-imgħoddija u allura jekk il-provvedimenti tal- lum jitneħħew, dawn ma jistgħux jiġu applikati aktar għas-snin l- imgħoddija.", "Għaldaqstant irid ikun hemm jew klawsola li tħalli dawn il- provvedimenti fil-liġi jeżistu jew inkella jibqgħu jeżistu fil-liġi t- tnejn u tagħmel differenza li m'hemmx repeal imma li għal income minn ċertu year of assessment tibda tapplika din u għal income ta' snin ta' qabel, jibqa' japplika r-reġim l-antik.", "Jista' jsir ukoll provvediment ġenerali għal kollox, imma ma jistax jitħassar l-artiklu tal-liġi eżistenti għax inkella dan ma jkunx jista' jiġi applikat.", "X'imkien irid isir dik li ngħidulha \"saving clause\", to save the sections in respect of income tas- snin l-imgħoddija.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena qed niċċekja anke ma' l-Att prinċipali għax billi din il-liġi tinbidel prattikament kull sena - f'termini ta' rati u affarijiet oħra bħal dawn - kont qed nassumi illi hemm xi artiklu li awtomatikament jilqa' għal dawn it-tip ta' tibdiliet li jsiru minn sena għal sena.", "Jiġifieri peress li kważi kull sena jinbidlu r-rebates jew ir- rati tat-taxxa - anke qabel kienu jinbidlu - naturalment l-istess għandu japplika hawn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva japplika, imma jekk aħna nagħmlu repeal inti trid iżżid ma' li hemm u tgħid li din tidħol għall-income from year of assessment so and so u tħalli jeżistu dak li hemm għall-income tax minn ta' qabel.", "Hekk issalvaha, inkella trid tagħmel saving clause ġenerali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kollox sew.", "F'każ li m'hemmx lesti nagħmlu din is- saving clause.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fir-rigward ta' l-income ta' nies li jew kienu joqogħdu jew li twieldu barra minn Malta u li huma trattati b'mod differenti, is-sistema li se tiġi ntrodotta hija xi ftit differenti mis- sistema eżistenti.", "Ma nafx jekk din is-sistema hijiex se taġevolahom għax il-minimum li jridu jħallsu jidhirli li hu l-istess kullimkien.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hekk hu.", "Jiġifieri jekk hemm xi aġevolazzjoni din tkun waħda żgħira biex tirrifletti l-aġevolazzjoni li jingħata lil kulħadd.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma una volta li hija l-istess għaliex se tbidluhom?", "Naħseb li b'dan il-mod se tikkonfondu l-pożizzjoni tagħhom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan kellna nagħmluh għax ma stajniex inżommu sistema ta' taxxa ta' din il-kategorija ta' nies mas-sistema l-ġdida ta' taxxa għaċ- ċittadini l-oħra.", "Jekk aħna se nneħħu r-rebates, se nneħħu s-sistema ta' rebates għal kulħadd.", "Dawn ukoll kienu jaħdmu b'sistema ta' taxxa li kien fiha r-rebates, liema rebates kienu differenti minn tal-Maltin.", "Iż-żidiet li kienu jingħataw fil-budgets biex jagħmlu tajjeb għall-għoli tal-ħajja ma kienux jingħataw lil dawn in-nies u allura għalkemm bdew indaqs, id-distakk beda jikber u kien hemm ħafna minn dawn il-komplikazzjonijiet.", "Jiġifieri issa li s-sistema tar-rebates spiċċat qed ngħidu li din spiċċat anke għal dawn u huma wkoll se jiġu għas-sistema tal-gross income kif inhuma l- oħrajn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiena nifhem ir-raġuni imma naħseb li din se toħloq inkonvenjent kbir.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena naħseb li dawn fil-fatt se jifhmu aktar kemm se jħallsu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa subparagrafu (e) ta' paragrafu (b) ta' klawsola 16 jgħid hekk:", "\"The rates mentioned in paragraphs (a), (b) and (c) of this subsection shall apply only to any individual who is entitled to a further personal deduction of five hundred liri in any year of assessment up to the year of assessment 1972, and, in event of his demise, to his widow.\".", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar widow u widower, hux hekk?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, fil-fatt dik se tinbidel f'surviving spouse u naħseb li nkunu covered.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dik tapplika wkoll għas-subparagrafu (b) tal-paragrafu (d) tal-klawsola 16 li jgħid hekk:", "\"...", "The widow shall be entitled to elect to be charged to tax in the same manner and under the same conditions as her late husband and charged at the rates laid down ...\"", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, qed ngħidu li dawk jiġu \"the surviving spouse\".", "Fil-fatt f'paragrafu (f) imbagħad daħħalna wkoll il-konċett ta' konjugi responsabbli.", "Dawn ġew covered bl-emendi li għamilna qabel.", "Irridu nagħmlu dan li qed tissuġġerixxi inti biex minflok il-kelma \"widow\" jidhru l-kliem \"surviving spouse\" u qed nifhmu li dan irid isir ukoll f'paragrafu (b).", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa r-rimarka l-oħra li jmiss hija dwar paragrafu (e) ta' klawsola 16 li jgħid hekk:", "\"the proviso to subsection (17) thereof shall be deleted.\".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq id-dħul ta' ħaddiema Maltin li jaħdmu barra u l- mod kif jiġu ntaxxati.", "Il-proviso ta' paragrafu (d) ta' subartiklu 56(17) jgħid hekk:", "\"Provided that when any such reduction is effected, the amount of Social Security contributions by which the tax is so reduced shall not qualify as a deduction for the purposes of subparagraph (ii) of paragraph (b) of subsection (1) of section 53.\".", "X'inhi r-raġuni li din qed tinbidel?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan għaliex fis-sistema l-ġdida meta qed nitkellmu fuq gross, qed nitkellmu fuq gross mingħajr tnaqqis ta' social security fis- sistema kollha.", "Allura din issa tiġi ekwiparata bħal każi l-oħra", "Mr Chairman, forsi hawnhekk ikun aħjar jekk formalment nipproponi li klawsola 16 tiġi posposta.", "MR CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 17 - Tħassir ta' l-artikoli 57 u 58 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 17 - Repeal of sections 57 and 58 of the principal Act.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'din il-klawsola qed jiġu mħassra artikli 57 u 58 ta' l-Att prinċipali li jirrigwardaw it-tax rebates.", "Din ukoll hija konsegwenza tat-tibdil fis-sistema li qegħdin nagħmlu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qed nitkellmu fuq it-tax rebates.", "Apparti dak li diġa' għidna, jiġifieri li ma naqblux illi min għandu familja akbar jimmerita trattament differenti u għandu jkollu aġevolazzjoni aktar, hawnhekk qed neliminaw it-tax rebate ta' Lm20 fil-każ ta' min għandu aktar minn 65 sena, qed neliminaw", "it-tax rebate ta' Lm25 oħra f'każ ta' chronic illness u t-tax rebate oħra għad-dependent relative.", "Ma narax għalfejn wieħed li jkollu dawn il- piżijiet - ikollu l-eta' jew ikollu chronic illness - m'għandux jiġi aġevolat iktar.", "Jidhirli li dawn huma ħwejjeġ li m'għandhomx għalfejn jiġu eliminati u allura aħna bilfors nivvotaw kontra din l-emenda li qed issir permezz ta' klawsola 17.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 17 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Emenda ta' l-artikolu 77 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 18 - Amendment of section 77 of the principal Act.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 18 qed temenda artiklu 77 ta' l-Att prinċipali bħala konsegwenza tat-tneħħija tar-rebates.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Peress li din hija konsegwenzjali għall- klawsola ta' qabel aħna lanqas ma naqblu magħha.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 18 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 90A ta' l-Att prinċipali.", "Clause 19 - Substitution of section 90A of the principal Act.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"H\" Fil-proviso għas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 90A li hemm fil- klawsola 19, minflok il-kliem \"dak income\" għandhom jidħlu l-kliem \"dak l-income\".", "\"H\" In the Maltese text of the proviso to subsection (1) of section 90A in clause 19, for the words \"dak income\" there shall be substituted the words \"dak l-income\".", "Din il-klawsola qed tinkorpora l-provvedimenti ġodda għall-ħlas ta' taxxa fuq xogħol part-time.", "Fejn qabel din is-sistema kienet tapplika biss għal xogħol part-time li jsir minn xi ħadd li jkun impjegat full-time, issa qegħdin ngħidu li din se tapplika wkoll għal dawk li huma reġistrati bħala studenti u għal dawk li huma pensjonanti u jagħmlu part-time job.", "Fejn qabel konna ngħidu li ried ikun part-time f'impjieg, issa qegħdin ngħidu li jista' jkun part-time anke f'negozju jew fi professjoni.", "Biex f'dan il-każ nevitaw il-problemi qegħdin nillimitaw l-ammont ta' flus li wieħed jista' jaqla' mill-part-time għal Lm3,000.", "Fl-istadju tat-Tieni Qari tqajjem il-każ - u ma kellix ħin inwieġeb għalih - ta' studenti jew pensjonanti li għalkemm bejn id-dħul tagħhom minn stipendju jew pensjoni u l-part-time job ma kienx se jkollhom livell ta' income taxxabbli, xorta kien se jkollhom jibdew iħallsu t-taxxa bir-rata ta' 15% u mbagħad kien ikollhom joqogħdu jimlew il-formola tat-taxxa biex jiġu refunded it-taxxa li jkunu ħallsu.", "Fir-realta' f'subartiklu 90A(3) - kif qed jiġi propost - qed indaħħlu l-possibbilta' li wieħed li d-dħul totali tiegħu jkun ta' livell mhux taxxabbli se jkun jista' jimla' formola apposta, bl-awtorizzazzjoni tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni, li biha javża lill-prinċipal biex fuq dak ix-xogħol part-time li jkun qed jagħmel ma jnaqqaslu ebda taxxa biex b'hekk nevitaw din il-kumplikazzjoni u dan l- iskomdu.", "Irridu ngħidu wkoll li bħal m'għamilna fil-każ tal-final withholding tax fuq l-interessi, hawnhekk daħħalna safety valve fejn persuna li wara li tkun ġiet intaxxata b'din il-final withholding tax tirrealizza li tkun ħallset iżjed milli kieku ġew applikati r-rati normali, xorta waħda tista' timla' l-formola tat-taxxa u tiġi ntaxxata bil-mod normali u t-taxxa li tkun tnaqqsitilha bħala final withholding tax tiġi applikata bħala taxxa proviżorja fuq it-taxxa li tiġi kkalkolata fuq l-assessment tagħha.", "B'hekk nassiguraw li ma jkunx hemm il-possibbilta' li xi ħadd imur ħażin minħabba din il-final withholding tax.", "Jiġifieri hemm din il-possibbilta' li min jaħseb li kien se jiġi ntaxxat inqas kieku m'għażilx il-final withholding tax ikun jista' jikorreġi s-sitwazzjoni.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu wkoll fid-dettall ta' kif isir it-tnaqqis u fil-każ ta' impjegati t-tnaqqis irid isir mill-employer.", "Min-naħa tiegħu l- impjegat huwa responsabbli wkoll li jara li dan it-tnaqqis isir u jekk dan it-tnaqqis ma jkunx qed isir għandu jinforma lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Ħadd ma jista' jgħid li ma kienx jaf.", "L-affarijiet iridu jsiru u fir-realta' se jkun hemm dikjarazzjoni mill-employer lid-dipartiment fuq kull persuna li jimpjega part-time fejn igħid l-ammont ta' paga li tħallset u l-ammont ta' taxxa li nqatgħet mill-paga ħalli b'hekk id-dipartiment ikun jista' jżomm kontroll tas-sitwazzjoni.", "Qegħdin ngħidu wkoll li x-xogħol part-time irid ikun reġistrat ma' l- Employment Training Corporation.", "Għal dawk li huma fin-negozju, qegħdin ngħidu li din il-15% final withholding tax trid titħallas f'perijodi stabiliti, billi, jekk m'iniex sejjer żball, jagħmlu statement kull erba' xhur u hekk ikunu jistgħu jħallsu 15% lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Din il-klawsola qed tagħti l-flessibilita' ta' l-enforcement lill-Kummissarju dwar x'inhu u x'm'huwiex part-time work u jekk ikun hemm problemi f'dan ir-rigward il- Kummissarju qed jiġi awtorizzat li jieħu l-miżuri meħtieġa.", "Irrid nagħmilha ċara li xogħol part-time irid isir ma' kumpannija differenti mill-kumpannija li qed tagħtik il-full-time employment, jiġifieri l-kumpannija ma tistax taqsamlek il-paga u tgħidlek li qed tħallsek daqshekk paga għall-full-time u l-parti l-oħra għall-part-time work li tagħmel magħha stess.", "Dawk l-affarijiet m'aħniex qed nittollerawhom għax dawn jagħtu lok għal abbuż kbir.", "Ix-xogħol part-time irid ikun ma' kumpannija differenti għal kollox mill-kumpannija li magħha wieħed ikollu l-impjieg prinċipali tiegħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din l-emenda fiha ċerti punti li wieħed bilfors irid jitkellem fuqhom.", "L-ewwelnett sal-lum wieħed kien jiġi aġevolat mhux biss mid-dħul mill-part-time work imma anke mid-dħul mill- overtime.", "F'din l-emenda d-dħul mill-overtime ġie maqtugħ 'il barra u allura t-trattament preferenzjali fuq l-overtime li ġie ntrodott ftit żmien biss ilu - minkejja l-kritika li saret minni stess - se jitneħħa u għal dan irid ikun hemm raġuni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-raġuni hi li fil-mod kif ġew riveduti r-rati kollha, l-element ta' overtime ġie nkorporat f'din l-aġevolazzjoni.", "Rigward il-part-time work ridna nistabbilixxu l-metodoloġija ta' kif għandu jsir il-ħlas u fl-istess ħin ridna li kemm jista' jkun inneħħu l-bżonn ta' mili ta' formoli tat-taxxi minn ħafna nies.", "Kieku m'għamilniex il-final withholding tax kif inhi, ħafna nies li jaħdmu part-time kien ikollhom problema kbira għax kien ikollhom jibqgħu jimlew l-income tax return.", "Barra minn hekk aħna naħsbu li dan huwa mezz tajjeb kif wieħed jattakka l- evażjoni li jista' jkun hawn mhux biss fuq ix-xogħol part-time - peress li kien hawn ċerti pressjonijiet fis-sens li wieħed jagħmel part-time job basta ma jkunx reġistrat għall-finijiet tat-taxxa - imma wkoll fuq l- ispin-offs li jkun hemm minn din l-evażjoni, għax min iħallas il-pagi u ma jurihomx ikollu jara kif se jaħbi wkoll l-income ħalli ma jikxifx idejh.", "GĦalhekk aħna ħsibna biex nagħfsu fuq ix-xogħol part-time ħalli dan id-dħul jiġi ddikjarat u fl-istess waqt għamilna sistema li m'hijiex oneruża ż- żejjed.", "Irrid infakkar li bniedem miżżewweġ ma jħallas l-ebda taxxa fuq l-ewwel Lm4,000 u li fuq l-Lm1,500 li jaqla' iktar minn dawk l-Lm4,000 irid iħallas taxxa bir-rata ta' 15%, li hija l-istess rata applikata fuq ix- xogħol part-time.", "GĦalhekk meta nħarsu lejn dik il-kategorija ta' nies insibu li dawn qiegħdin l-istess.", "Meta nnaqqsu l-eventwalita' ta' evażjoni mit-taxxa - din tista' tnaqqasha imma ma tista' tneħħiha qatt - inkunu qed innaqqsu wkoll il-possibbilta' ta' tkabbir ta' din l-evażjoni mingħand min iħallas dan il-black money għal xogħol li ma jkunx qed jurih fil-profit and loss account tiegħu.", "Dak huwa t-thinking wara dawn il- miżuri li saru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ir-raġuni li ngħatat għaliex l- aġevolazzjoni fuq dħul mill-overtime kellha titneħħa kienet li meta għolew it-thresholds dawn għamlu tajjeb għall-possibbilta' ta' overtime.", "Dan huwa argument li assolutament ma jreġix.", "Per eżempju, jekk jien ġuvni li naqla' Lm3,000 mill-fulltime work ma nħallasx taxxa u jekk naqla' Lm2,000 mill- fulltime work u Lm1,000 mill-part-time work, se nibda nħallas it-taxxa fuq il-part-time work.", "Imbagħad jekk nara li ħallast iktar taxxa dawn ngħoddhom flimkien.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Onor. Mifsud Bonnici, għandek żball għax aħna qed ngħidu li jekk inti taf li se taqla' Lm2,000 minn fulltime work u Lm1,000 mill-part-time work inti għandek tmur għand il-Commissioner of Inland Revenue u tgħidlu li l- income tiegħek se jkun Lm3,000 u allura m'għandekx tħallas taxxa u permezz ta' formula apposta li jagħtik tkun tista' tinforma lill-employer tiegħek biex ma jnaqqaslek xejn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'naqqas fil-bidu u x'naqqas fl-aħħar huwa immaterjali għax kemm se tħallas taxxa huwa importanti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-istess se jiġri għax m'hu se jħallas xejn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kwestjoni hija li llum il-pożizzjoni hija li kemm mill-part-time work u kemm mill-overtime għandek relief ta' Lm250 jew \"17% of the sum declared by him to have been earned from overtime or part- time work\".", "Dik hija l-pożizzjoni tal-lum.", "Apparti l- possibbilta' li jekk jaqbillek stajt tgħodd flimkien id-dħul mill-part-time mad-dħul mill-full-time activity għax tħallas inqas taxxa, issa ġejna bis- sistema li fuq dħul mill-part-time se tibda tħallas 15c fuq kull lira.", "Dawn huma prinċipji sempliċi.", "L-arranġamenti tal-ħlas huma importantissimi imma ma jbidlux il-pożizzjoni finali.", "GĦalhekk l-ewwel punt huwa li l- overtime mhux se jiġi ttrattat bħal m'huwa ttrattat sal-lum.", "Inċidentalment għall-punt li għamilna qabel għas-saving clause, hawnhekk qiegħda", "\"19.", "For section 90A of the principal Act there shall be substituted the following:", "90A.(1) With effect from the 1st day of January 1996, where an individual is receiving full-time instruction ...\"", "Kieku dan qiegħed subartiklu 90B u subartiklu 90A jibqa', kieku allura l- income kollu, part-time u overtime, sa January 1996 ikompli jiġi trattat bil-provvediment eżistenti u l-income minn 1st day of January 1996 jiġi trattat bil-provvediment il-ġdid.", "Il-provvediment eżistenti se jitbiddel u jekk ma jkunx hemm is-saving clause se jiġi li l-part-time u overtime earned sa January 1996 mhux se jiġi trattat b'mod differenti.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar dak li ntqal li llum il-part- time work ta' l-istudenti u ta' l-apprentisti se jiġi ttrattat b'mod differenti minn kif inhu ttrattat illum.", "Jiddispjaċini imma dan mhux minnu għax bil-liġi eżistenti l-part-time work li jagħmlu kemm l-apprentisti kif ukoll l-istudenti huwa trattat differenti għax ġej minn sors kif provdut f'paragraph (b) of subsection (1) of section 4.", "ONOR.", "JOHN DALLI: X'jiġifieri?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-istudenti għandhom trattament speċjali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: GĦaliex?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Minħabba l-part-time work.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qabel biex kien jidħol taħt il-proviso ta' section 9 bilfors ried ikun impjegat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, ma jgħidx hekk.", "Hawnhekk jgħidlek where an individual resident and domiciled in Malta has income falling under paragraph (b) of subsection (1) of section 4 of this Act, being income derived from overtime or part time work ...\"", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma as his main income.", "L-istipendju ta' l- istudenti m'huwiex hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: \"any gains or profits from any employment or office\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma' dawk kellna r-regolamenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Regolament arbitrarju mod.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skużi, kien hemm ir-regolamenti pubblikati mhux arbitrarji.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa niġu għall-kwestjoni ta' nies ġodda li se jibbenefikaw mill-part-time work, li huma dawk li għandhom is-source of income tagħhom taħt paragraph (d) of subsection (1) of section 4 of this Act li huma l-pensjonanti, \"any pension charge, annuity or annual payment...\".", "Min għandu dak is-source of income u jagħmel part-time work, jista' jekk jaqbillu, jiġi ntaxxat 15c fil-lira.", "Fil-klawsola għandek ukoll li l-Kummissarju ma jittrattahx bħala part-time work, meta dak id- dħul huwa l-income mill-main activity tiegħek.", "Fil-każ ta' pensjonant li għandu dħul mill-pensjoni u qed jagħmel part-time work ukoll, allura l-main activity tiegħu tkun l-part-time work.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, f'dak il-każ il-pensjoni tkun l-main activity għaliex il-main income tkun mill-pensjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma hawn għandna skond il-principal activity tiegħu u mhux skond il-main income.", "Fil-fatt din insibuha f'subartiklu 90A (10) li hemm fi klawsola 19 li jgħid hekk:", "\"Where an individual declares that income is derived from part-time work and the Commissioner has reason to believe that such income was derived from an activity which is not on a part-time basis, or is the individual's normal activity ....\".", "Mela fil-każ ta' pensjonant in-normal activity tiġi l-part-time work tiegħu, jekk s'intendi ma tgħoddlux il-pensjoni bħala n-normal activity li allura tannulla l-iskop tagħha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jirriferi għall-avoidance clause li tidħol f'dawn it-tip ta' liġijiet.", "Meta l-Kummissarju jiġi ffaċċjat b'ċirkostanzi ta' persuna li jkollha job u part-time job ieħor ikun irid jiddetermina jekk dak il-part-time job fil-fatt huwiex il-part- time tagħha u li mhijiex qed tgħid hekk għaliex ikun jaqblilha tgħid hekk.", "Pero' dan ma jirriżultax f'każ ta' pensjonant għaliex pensjonant m'għandux a primary activity.", "Qegħdin ngħidu li min jirċievi pensjoni u min hu student jista' jagħmel part-time job.", "Fil-każ ta' pensjonant li qed jagħmel xi xogħol, dak ix-xogħol huwa dejjem kkonsidrat bħala part-time għaliex pensjonant mhux suppost ikollu full-time job u allura qatt mhi se tqum il-kwestjoni jekk il-part-time job huwiex il-job prinċipali tiegħu.", "Jiġifieri kull xogħol ieħor li se jagħmel se jkun bħala part-time u allura l-pensjonant qatt m'hu se jaqa' taħt din il-klawsola.", "ONOR.", "KARMEMU MIFSUD BONNICI: Illum il-pożizzjoni hija li jekk wieħed jaħdem biss part-time huwa ntitolat li jiġi aġevolat.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fl-opinjoni tiegħi, naħseb li nistgħu nippreċiżaw li x- xogħol ta' pensjonant qatt m'hu se jittieħed bħala his main income.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Apparti dak li qed tgħid, illum il- pożizzjoni qiegħda li min jaħdem part-time huwa trattat taħt l-artiklu 90A ta' l-Att prinċipali allavolja m'għandux xogħol ieħor normali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma inti qed tgħid għal min jaħdem part-time biss?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk wieħed irid jara wkoll ir-regolamenti li jgħidu li biex wieħed ikun intitolat taħt din il-klawsola jrid ikollu a full-time employment.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Pero' l-liġi ma tgħidx hekk.", "Artiklu 90A tal-liġi prinċipali jgħid:", "\"(1) Where an individual resident and domiciled in Malta has income falling under paragraph (b) of subsection (1) of section 4 of this Act, being income derived from overtime or part-time work ...\".", "Mela hawn qed jgħid \"income derived from part-time work\" u m'hemmx ir- rekwiżiti li jrid ikollok income ieħor.", "Kull min hu part-time worker jew kull min għandu biss part-time job għandu dritt jiġi aġevolat taħt artiklu 90A, ċioe' dak eżistenti.", "Dan qed naqrah mil-liġi prinċipali.", "Issa mhux se tibqa' hekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jista' xi ħadd li jkollu dħul minn pensjoni tas- servizz tal-pulizija", "jagħmel xogħol ieħor u l-income minn dak ix-xogħol jikkonsidrah bħala part- time?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, hekk naħseb jien.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien qed ngħid għal dak li jkollu pensjoni wara 25 sena servizz fil-pulizija.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dak xorta jibqa' pensjonant għax għall-finijiet tagħna pensjoni tas-servizz xorta hija pensjoni.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Allavolja jkun qed jagħmel xogħol ieħor, xorta jiġi kkonsidrat bħala pensjonant u l-income minn dak l-impjieg, hu x'inhu l- income, jiġi kkonsidrat bħala part-time?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Skużi imma dawn ir-rules għadhom ma ħarġux, hux hekk?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, dawn għadhom ma ħarġux għax se joħorġu ma' din il- liġi, pero' hemm rules taħt il-liġi eżistenti li wkoll kienu jagħmlu l- istess proviso.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNCI: Il-liġi prinċipali ma tgħidx hekk pero' issa se tiġi ċara li jrid ikollok normal work biex tikkwalifika għal dawn ir-rati tal-part-time work.", "X'inhija r-raġuni?", "Hawn min jagħmel xogħol normali u barra minn hekk jagħmel ukoll xogħol part-time.", "Imbagħad hawn min jagħmel xogħol part-time u barra minn hekk jagħmel ukoll xogħol ieħor part-time, jiġifieri jkollu żewġ part-time jobs.", "Issa il-Kummissarju se jikkonsidra wieħed minn dawn il-part-time jobs bħala the normal activity u l-part-time job l-ieħor se jintitolah għal trattament differenti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwel problema se tkun liema part-time job se tqis bħala normal work.", "Fil-każ li qed issemmi inti fejn wieħed ikun qed jaħdem żewġ part-time jobs u ma jkollu l-ebda full-time job, allura ma tistax tgħid li x-xogħol kollu tiegħu se jaqa' taħt din il-klawsola għaliex iż-żewġ jobs huma part-time.", "Aħna ma nistgħux niftħu għal dawk it-tip ta' eventwalitajiet għaliex inkella nkunu qed niftħu l-bibien għal abbużi u dan ma rridux nagħmluh.", "Jekk qed nagħtu aġevolazzjoni għal xogħol part- time qed nagħtuh proprju għal xogħol part-time u mhux biex kulħadd joqgħod jivvinta li x-xogħol kollu li jagħmel huwa part-time.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, naqbel ma' li qed tgħid.", "Imma it-tax- avoidance consultants jeżistu biex jagħtu pariri kif titnaqqas l-inċidenza tat-taxxa.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-banda l-oħra d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed hemm ukoll biex kull parir li jagħtu l-oħrajn, jekk jista' jkun jaqbdu u jipplaggjah.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Biex din nagħmluha ċara, jiġifieri wieħed li għandu full-time activity u għandu wkoll part-time work, għal dak il- part-time work jista' jħallas 15ċ fil-lira.", "Ieħor li jagħmel part-time work biss, jiġifieri ma jagħmilx full-time activity, ma jistax iħallas bil- 15ċ fil-lira.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dak mhu se jkun intitolat għal xejn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan ma jagħmilx sens.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dażgur li jagħmel sens għax inkella tkun qed tagħti lok għal abbużi kbar.", "Anzi jien ngħid li tagħmel ħafna sens.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli nieħdu t-tielet kontinġenza ta' bniedem li jagħmel żewġ part-time jobs.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'dak il-każ jieħu aġevolazzjoni fuq iż-żewġ part-time jobs, ladarba għandu wkoll full-time job.", "Jiġifieri bniedem li huwa reġistrat li għandu full-time work u barra minn hekk għandu wkoll żewġ part- time jobs, allura se jkollu din l-aġevolazzjoni fuq iż-żewġ part-time jobs u mhux fuq wieħed biss.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, kif jista' jkun!", "Fuq wieħed minnhom irid iħallas bir-rati normali għaliex dak ikun ġie kkonsidrat bħala n- normal activity tiegħu u l-ieħor ikun ikkonsidrat bħala part-time work.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, mhux hekk għax in-normal activity tiegħu hija l- full-time work.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ejja ngħidu li f'dan il-każ m'għandux full- time job imma għandu biss two part-time jobs.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk m'għandux full-time work m'hu se jkun intitolat għal xejn minn dan.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għaliex?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għax inkella jekk nagħmlu dik il-possibbilta' nkunu se niftħu l-bibien għal ħafna abbużi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jien ma nistax nifhimha din.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma jien nifhimha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura qed tagħmluha li min għandu a full- time job u jagħmel part-time work se tagħtuh din l-aġevolazzjoni; min jagħmel part-time job biss m'huwiex se jiġi aġevolat, u min jagħmel two part-time jobs mhuwiex se jiġi aġevolat lanqas.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hekk hu għax aħna qed ngħidu li wieħed irid ikollu a full-time job biex ikun aġevolat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini li din ma narahiex tagħmel sens.", "Il-proviso ta' subartiklu 90A (1) ta' klawsola 19 jgħid hekk:", "\"The provisions of this section shall apply with respect to that other income only up to such limit as may be prescribed\".", "Mela allura mhux l-ammont kollu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt diġa' tajt preavviż li fil-każ ta' xogħol minn negozju jew professjoni se jkun hemm capping ta' Lm3,000.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri fuq l-ewwel Lm3,000 titħallas taxxa bil-15% u fuq il-bqija titħallas rata normali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħalli nagħti eżempju ta' tabib li jaħdem mal-gvern u li għandu l-private practice.", "Aħna ma xtaqniex ngħidu li l-private practice kollu tiegħu jiġi ntaxxat bil-15% imma qed nagħmlu capping ta' Lm3,000 u naħseb li dawn l-affarijiet huma raġonevoli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri għall-private practice jista' jkun sa Lm3,000.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sa Lm3,000 bil-15%, pero' mhux qed ngħidu l-private practice kollu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna jidhrilna li l-arranġament li qed jiġi ntrodott illum huwa inqas ta' benefiċċju għax il-pożizzjoni eżistenti hija iktar favorevoli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma jekk teħodha waħedha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kif teħodha waħedha!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Trid teħodha fl-ambitu tar-riforma kollha li għamilna u mhux waħedha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux fuq il-part-time work qed nitkellmu!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma tieħux dik il-pożizzjoni waħedha, ħudha fl-ambitu kollu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela allura trid tikkonsidra minn kif inhu trattat id-dħul mill-part-time work illum.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma fil-fulltime work ta' l-individwu se jkollu aġevolazzjonijiet kbar.", "Ma tridx tieħu din il-klawsola waħedha u tgħid li hija aħjar jew agħar milli kien hemm qabel, imma trid tieħu t-total ta' dawn l-emendi kollha kif se jaħdmu flimkien u hemm issib li se jkun aġevolat kulħadd.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jistax ikun li kulħadd ikun aġevolat.", "ONOR.", "JOHN DALLI: B'xi eċċezzjonijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jistax ikun li se jiġi aġevolat jekk l- inċidenza tat-taxxa llum se tkun ikbar.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma qabel l-aġevolazzjoni kienet sa Lm1,500 u prattikament fuqhom kienet titħallas taxxa ta' 15%.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fi kliem ieħor, jekk bniedem għandu żewġ part- time jobs u m'għandux a main employment, ma jikkwalifika għall-ebda aġevolazzjoni.", "Allura x'jiġri fil-każ ta' individwu li qiegħed fuq żewġ boards?", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'dawk ir-regolamenti se ssib li l-onorarja tal- Parlament u l-onorarja mħallsa lill-membri tal-boards tal-gvern m'humiex ikkonsidrati bħala part-time work u dawn iridu jħallsu r-rati normali.", "Jiġifieri hawnhekk qed nagħmlu ċerti eċċezzjonijiet għal xi ħlasijiet li jsiru imma li m'humiex se jkunu kkonsidrati bħala part-time.", "Eżempju ieħor huwa l-ħlas ta' nies li jirtiraw bil-pensjoni u li jibqgħu konsulenti mal- gvern.", "Dawn ukoll mhux se jiġu meqjusa bħala part-time workers.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għalkemm kienu ftaħru ħafna bir-riformi li saru sentejn ilu issa l-overtime se jiġi ntaxxat normali għax qed jiġi meqjus bħala xi ħaġa ħażina.", "Kemm ikkritikawna għax konna kkritikajnihom!", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"H\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 19, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Emenda ta' l-artikolu 92 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 20 - Amendment of section 92 of the principal Act.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fi klawsola 20 qed issir korrezzjoni għal artiklu li kien hemm qabel, jiġifieri minflok il-kliem \"għandu jiġi allokat lill-kont ta' income barrani\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandu jiġi allokat lill- kont ta' income barrani kif provdut fil-paragrafu (b) ta' dan l-artikolu.\".", "Din bi żball ma kenitx saret fil-liġi oriġinali.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Emenda ta' l-artikolu 56 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 16 - Amendment of section 56 of the principal Act.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi din l- emenda:", "\"I\" Klawsola 16 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(1) fil-paragrafu (b) tagħha, fil-paragrafu (e) tas-subartikolu (2) li hemm fih minflok il-kliem \"japplikaw għall-armla tiegħu\" għandhom jidħlu l-kliem \"japplikaw għall-konjuġi li jibqa' ħaj\"; u", "(2) fil-paragrafu (d) tagħha, minflok il-paragrafu (b) tas- subartikolu (11) li hemm fih għandu jidħol dan li ġej:", "\"(b) Fil-każ tal-mewt ta' xi individwu li għalih japplika l-paragrafu (a) ta' dan is-subartikolu u li jkun intaxxat bir-rati mniżżlin fis- subparagrafu (i) tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (2) ta' dan l- artikolu, l-konjugi li jibqa' ħaj ikun intitolat li jagħżel li jiġi ntaxxat bl-istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-individwu li miet u intaxxat bir-rati mniżżlin fis-subparagrafu (ii) tal- paragrafu (a) tas-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu, u sakemm dik l- għażla ma tiġix rinunzjata, il-konjugi li jibqa' ħaj jiġi kkonsidrat li ssodisfa hu stess il-perjodu ta' assenza minn Malta li jikkwalifika kemm stipulat.\".", "\"I\" Clause 16 shall be amended as follows:", "(1) in paragraph (b) thereof, in paragraph (e) of subsection (2) therein for the words \"to his widow\" there shall be substituted the words \"to the surviving spouse\"; and", "(2) in paragraph (d) thereof, for paragraph (b) of subsection (11) therein there shall be substituted the following:", "\"(b) In the event of the demise of any individual to which paragraph (a) of this subsection applies and who is charged to tax at the rates laid down in subparagraph (i) of paragraph (a) of subsection (2) hereof, the surviving spouse shall be entitled to elect to be charged to tax in the same manner and under the same conditions as the deceased individual and charged at the rates laid down in subparagraph (ii) of paragraph (a) of subsection (2) hereof, and until such election is not remanded, the surviving spouse shall be considered to have satisfied in his own right the qualifying period of absence from Malta stipulated therein.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din l-emenda hija konsegwenza tar-rimarka li ma' \"widow\" indaħħlu \"widower\" ukoll u allura ġiet tradotta bħala konjuġi jew spouse, li jfissru it-tnejn, kemm armel kif ukoll armla.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"G\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"I\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-klawsola 16 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Emendi konsegwenzjali għall-Att ta' l-1994 dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Clause 21 - Consequential amendments to the Income Tax Management Act, 1994.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"J\" Klawsola 21 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(1) minflok is-subparagrafu (i) tal-paragrafu (a) tagħha, għandu jidħol dan li ġej:", "\"(i) minflok il-paragrafu (a) tas-subartikolu (4) għandu jidħol dan li ġej:-", "\"(a) fil-każ ta' kumpannija residenti f'Malta, il-balance sheet u l- kont ta' profitt u telf, li għandhom iħarsu f'kull dettall id- dispożizzjonijiet applikabbli ta' l-artikoli 167, 168 u 169 ta' l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji, (Att Nru. XXV ta' l-1995) u minkejja kull eżenzjoni magħmula b'dak l-Att jew b'xi liġi oħra, dik il-balance sheet u l-kont ta' profitt u telf għandu jkollhom magħhom rapport magħmul minn awditur pubbliku ċertifikat kif provdut bid- dispożizzjonijiet applikabbli ta' l-artikoli 179 u 181 ta' dak l- Att;\";\"u", "(2) fit-test Ingliż tal-paragrafu (f) tagħha, minflok il-kelma \"derived\" kull fejn tinsab għandha tidħol il-kelma \"derive\".", "\"J\" Clause 21 shall be amended as follows:-", "(1) for subparagraph (i) of paragraph (a) thereof, there shall be substituted the following:", "\"(i) for paragraph (a) of subsection (4) there shall be substituted the following:-", "\"(a) in the case of a company resident in Malta, the balance sheet and profit and loss account, which shall comply in every respect with the applicable provisions of sections 167, 168 and 169 of the Companies Act, 1995, (Act No. XXV of 1995) and notwithstanding any exemption made by that Act or by any other law, such balance sheet and profit and loss account shall be accompanied by a report made out by a certified public auditor as provided by the applicable provisions of sections 179 and 181 of that Act;\";\" and", "(2) in the English text of paragraph (f) thereof, for the word \"derived\" wherever it occurs there shall be substituted the word \"derive\".", "Din il-klawsola qed temenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u fiha punti li huma konsegwenzjali għall-emendi li għamilna fl-Income Tax Act.", "Fl-Income Tax Act emendajna l-prinċipji u r-rati ta' kif għandha tiġi maħduma t-taxxa u fl-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa inkorporajna l- emendi neċessarji rigward formolarju u dati ta' meta għandhom jiġu magħmula ċerti dikjarazzjonijiet u affarijiet oħra ta' din in-natura.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 21 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 21, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Dispożizzjoni transitorja.", "Clause 22 - Transitory provision.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 22 qed tipprovdi għal dispożizzjonijiet transitorji rigward id-dikjarazzjoni spontanja u rigward artiklu 90A ta' dan l-Att.", "Fil-każ li semmejna qabel dwar il-klawsola transitorja in ġenerali għall-emendi l-oħra li għamilna f'dan l-Att, il-parir li qed ningħata hu li billi fi klawsola 1 se nistipulaw id-data ta' meta dawn il- klawsoli partikolari se jidħlu fis-seħħ, dan ifisser - milli qed igħiduli dejjem hekk fisser - li għas-snin ta' qabel il-years of assessment li qed jiġu stipulati hawnhekk, jibqgħu viġenti l-provvedimenti ta' qabel.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini ngħid li subklawsola 22(2)(a) tinnega din id-dikjarazzjoni.", "Din tgħid hekk:", "\"The provisions of section 90A of the principal Act as in force before the coming into force of section 19 of this Act, shall continue to have effect with respect to income from part-time work in years of assessment prior to the year of assessment 1997;\".", "Issa fis-subklawsola l-oħra hemm li artiklu 19 jidħol fis-seħħ mill-year of assessment 1997.", "Jiġifieri jekk ma tagħmilx it-transitory provision ma jiswiex għax trid bilfors tagħmilha \"deemed to have continued\".", "Nixtieq nirrimarka wkoll li hawnhekk hawn żball għax il-kliem \"with respect to income from part-time work\" għandhom jiġu \"with respect to income from overtime or part-time work\".", "Dan għaliex illum artiklu 90A jikkontempla l-income from overtime ukoll u jekk se nagħmlu saving clause għall-income minn xogħol part-time biss se jiġri li l-income mill-overtime sa l-1996 se jibda jiġi trattat skond dan l-abbozz li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-parir li għandi huwa li fir-realta' subklawsola (2)(a) hija superfluwa għax, bħal fil-każ tal-klawsoli l-oħra, la se ngħidu s-sena minn mindu se jiġu in vigore dawn is-subklawsoli, aħna nkunu qed ngħidu li għal dawk is-snin ta' qabel jidħlu in vigore l-klawsoli jew il-kanċellazzjonijiet li għamilna, se jkunu s-snin li huma years of assessment covered mil-liġi kif kienet.", "Din hija l-prassi li dejjem intużat u fil-fatt din tagħmel sens għax jekk jien nagħmel assessment ta' income għal year of assessment 1989 nimxi fuq il-liġi kif kienet viġenti fl-1989.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien nifhem dan ir-raġunament pero' jiddispjaċini ngħid li ma naqbilx miegħu u naħseb li legalment mhux hekk hija l-pożizzjoni.", "Wieħed bilfors irid jagħmel saving għax once you repeal a section, dik ma tibqax teżisti aktar fil-ktieb tal-liġi.", "Jekk issir reprint ta' din il-liġi minn se joqgħod ifittex kif kienet il-liġi ta' qabel għar-rigward ta' income li jkun sar qabel!", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-avukati huma ċerti minn dak li qed igħidu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan huwa xogħol għall-avukati speċjalment issa li żiedu t-tariffa!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"K\" Il-paragrafu (a) tas-subklawsola (2) tal-klawsola 22 għandu jitħassar u l-paragrafu (b) għandu jitqies is-subklawsola kollha.", "\"K\" Paragraph (a) of subclause (2) of clause 22, shall be deleted and paragraph (b) shall constitute the whole subclause.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"K\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda:", "\"L\" Il-paragrafu (2) tal-klawsola 1 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(1) fis-subparagrafu (c) tiegħu, minflok il-kliem \"6 sa 18,\" għandhom jidħlu l-kliem \"6 sa 10, 12 sa 18,\";", "(2) fis-subparagrafu (e) tiegħu, minflok il-kliem \"fis-26 ta' Marzu, 1996.\" għandhom jidħlu l-kliem \"fis-26 ta' Marzu, 1996;\"; u", "(3) immedjatament wara s-subparagrafu (e) tiegħu għandu jidħol dan il- paragrafu ġdid:-", "\"(f) id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 11 għandhom jitqiesu li bdew iseħħu fit-23 ta' Settembru, 1994.\".", "\"L\" Paragraph (2) of clause 1 shall be amended as follows:", "(1) in subparagraph (c) thereof, for the words \"6 to 18,\" there shall be substituted the words \"6 to 10, 12 to 18,\";", "(2) in subparagraph (e) thereof, for the words \"26th March, 1996.\" there shall be substituted the words \"26th March, 1996;\"; and", "(3) immediately after subparagraph (e) thereof there shall be inserted the following new paragraph:-", "\"(f) the provisions of section 11 shall be deemed to have come into force on the 23rd September, 1994.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar barra li jagħmel ir-renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering neċessarju.", "Fit-8.45 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-3 ta' Lulju 1996.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-politika Laburista minn dejjem kienet mibnija fuq il-prinċipju ta' ġustizzja soċjali fejn parti mill-ġid tal-pajjiż titqassam fost iċ-ċittadini taħt is-sistema ta' servizzi soċjali.", "B'hekk biss jitwettaq il-prinċipju ta' solidarjeta' vera fost id- diversi oqsma tas-soċjeta' tagħna.", "F'diversi skedi l-Partit Laburista ggarantixxa dħul bażiku xieraq għall-familji kollha, protezzjoni għall- ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, pensjonijiet għall-anzjani u servizzi speċjali għaċ-ċittadini bi ħteġijiet speċjali.", "Il-politika ta' welfare state nbniet primarjament fuq dawn il-pilastri, jiġifieri s-sistema ta' benefiċċji soċjali flimkien ma' edukazzjoni u servizzi tas-saħħa b'xejn għal kulħadd f'dar diċenti għall-familji Maltin kif ukoll politika fil- qasam tax-xogħol.", "GĦalkemm dawn is-sistemi żgur li jistgħu jiġu mtejba, wieħed jista' jgħid li dawn il-policies kienu adattati ħafna meta wieħed iqis ir-riżorsi tal-pajjiż u ċ-ċirkostanzi ta' dak iż-żmien.", "Kien il- Partit Laburista li żera' t-twemmin tiegħu fost il-poplu dwar il-bżonn ta' riforma soċjali ġewwa pajjiżna u dan minkejja d-diversi ostakli li sab minn partiti opposti kif ukoll minn dawk li kellhom influwenza kbira fuq moħħ il- poplu.", "Minn din iż-żerriegħa nibtet siġra b'saħħitha li tul il-medda taż- żmien tat il-frott tagħha u kull gvern ra kif għamel biex itejjeb dan il- frott.", "Biss ħadd ma jista' jiċħad il-fatt li kien bis-saħħa tal-Partit Laburista li l-welfare state daħal f'pajjiżna għax kieku kien ikollu jgħaddi ferm aktar żmien qabel ma kienet tieħu din l-idea ta' welfare fil- firxa kif nafuha llum.", "Għalhekk minn hawn insellem lill-mexxejja tal- Partit Laburista li kienu l-pijunieri fil-qasam tas-sigurta' soċjali kif ukoll fil-kisbiet soċjali li l-partit irnexxielu jwettaq matul is-snin.", "Mr Speaker, nerġa' ntenni li llum nieħu pjaċir nisma' membri tal-Partit Nazzjonalista jgħidu li hawn consensus ġewwa pajjiżna għal dak li jirrigwarda l-ħarsien soċjali.", "Niftakru li l-antenati tal-Partit Nazzjonalista ma tantx kienu favur l-introduzzjoni tal-parti l-kbira tal- prinċipji li fuqhom huwa mibni l-welfare state tal-lum.", "Inkunu qed niżbaljaw jekk ma nagħtux kas ta' x'igħidu wħud mill-Membri Parlamentari mill-kamp oppost fl-attakki sfrenati li jagħmlu kontra l-għaqdiet tal- ħaddiema, b'mod partikolari l-unions, u b'dak li jgħidu dwar tnaqqir tas- servizzi soċjali taħt kull skuża immaġinabbli.", "Diġa' bdejna naraw forma ta' tnaqqir fiċ-children's allowance u t-tneħħija tal-parental allowance u tal-family bonus.", "Qed naraw wkoll kitba uffiċjali dwar il-ħsieb li f'pajjiżna tidħol forma ta' ħlas għas-servizzi f'isptarijiet ta' l-Istat u diskors ieħor - anke f'dan il-Parlament - li min għandu ċertu dħul għandu jibda jħallas għall-edukazzjoni fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Forsi dan huwa prinċipju li jrid idaħħal il-Partit Nazzjonalista meta jgħid li wasal iż- żmien li l-welfare state jispiċċa u minflok tidħol il-welfare society!", "Dawn is-slogans tal-welfare society kulma jmur qed jaqbdu l-art fost il- partiti tal-lemin, bl-iskuża li jnaqqsu l-benefiċċji soċjali kif diġa' qed jiġri fostna.", "Huwa l-bidu li ma nafux eżatt fejn se jwassal.", "Nerġa' nfakkar li f'ebda programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista qatt ma kien intqal li ċ-children's allowance kienet se titnaqqas għal sezzjoni tal-poplu u li addirittura se titneħħa għal ftit aktar minn 3,000 familja u skond l-aħħar informazzjoni li għandi n-numru ta' familji li se jintlaqtu b'mod hekk kiefer se jitla' għal 5,000.", "F'ebda programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista qatt ma sibna li kienet se titneħħa l- parental allowance.", "Addio l-konċett li tant kien jiftaħar bih il-Partit Nazzjonalista li l-mara tad-dar tingħata allowance.", "L-istess wieħed jista' jgħid fil-każ tat-tneħħija tal-family bonus u għall-fatt li l-allowance għat-tfal b'diżabilita' se tiġi b'mod li mingħandu dħul ta' Lm7,500 se jkollu tnaqqis minn din l-allowance u jekk il-ġenituri ta' dawn il-tfal jaqilgħu ċertu ammont, din l-allowance se tispiċċa għal kollox.", "Il-Gvern lanqas ta kas ta' l-anomaliji li ħoloq bl-istruttura l-ġdida fejn għaqqad flimkien it-tibdil li sar fl-income tax mat-tibdil li qed iseħħ fiċ- children's allowance.", "Dan l-aħħar il-Gvern ta sinjali li allarmaw lill-poplu dwar kemm fil-fatt is-soċjeta' tagħna se jkollha l-kapaċita' li tibqa' ssostni l-benefiċċji soċjali li għandna f'pajjiżna.", "Il-Partit Nazzjonalista donnu jrid lill- poplu jemmen li l-Istat għandu jfarfar mill-obbligu li jipprovdi servizzi u benefiċċji soċjali u dan bl-iskuża li dawn jistgħu jinkisbu bi ħlas mis- settur privat.", "Hawnhekk ta' min jagħmel ċerti mistoqsijiet.", "X'hemm moħmi wara l-ħsieb ta' bidla fis-sistema ta' pensjonijiet li semma xi xhur ilu l-istess Ministru li qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi?", "Xi żmien ilu konna smajna li l-eta' ta' l-irtirar mhux se tibqa' kif nafuha llum u se ssir obbligatorja sal-65 sena.", "Din kienet issemmiet xi tliet snin ilu imma mbagħad f'daqqa waħda dehret li tpoġġiet fuq l-ixkaffa għaliex jidher li ħafna kienu kontra tagħha u fiċ-ċirkostanzi hekk kien jaqbel għall- istrateġija elettorali.", "Wieħed allura jistaqsi: Imma fejn sejrin sewwa sew?", "Il-Malti jgħidlek li l-qasba ma ċċaqċaqx għal xejn u għalhekk wara li smajna dan il-ħafna għajdut fuq dan it-tibdil inħoss li ċ-ċittadini Maltin m'għandhomx jitħallew aktar fl-għama, aktar u aktar lejliet elezzjoni.", "Wieħed għandu jkun jaf f'liema direzzjoni sejjer il-Partit Nazzjonalista u jekk dan għadux isostni li l-irtirar mix-xogħol ikun ta' 65 sena jew inkella jibqa' kif inhu jew jekk hux se jsir xi tibdil ieħor f'dan ir- rigward.", "Bħalissa fil-Kunsill ta' l-Ewropa qegħdin nitkellmu fuq social policy ġdida għall-Ewropa u filwaqt li f'Malta qegħdin nikkonsidraw li l- eta' ta' l-irtirar għandha tiżdied, diversi membri parlamentari minn pajjiżi Ewropej qed jgħidu li l-eta' ta' l-irtirar għandha tiġi mnaqqsa.", "Jiena ngħid li jkun tajjeb jekk tinħoloq diskussjoni f'pajjiżna dwar jekk persuni li jkollhom ċerta esperjenza u jkunu kisbu ċerta professjonalita' fix-xogħol tagħhom għandniex noħolqulhom, fuq bażi volontarja, xi forma ta' kontinwazzjoni wara l-eta' normali ta' l-irtirar ħalli jkunu jistgħu jkomplu jagħtu l-kontribut tagħhom għall-ġid ta' pajjiżna.", "Meta din il- kwestjoni ta' l-irtirar mal-65 sena tqanqlet għall-ewwel darba, il-ħsieb kien differenti.", "Dak iż-żmien kien hemm kelliema minn din in-naħa tal- Kamra li esprimew l-idea li għandu jinstab mezz kif l-esperjenza li l- ħaddiema jkunu ġabru tul is-snin ma tintilifx u ma nagħmlux ħażin jekk noħolqu diskussjoni biex inkunu nafu fejn sejrin.", "Ma narax għalfejn għandna noqogħdu nħabblu moħħna fejn irid imur il-Partit Nazzjonalista għax dan dak li jwiegħed jew ma jagħmlux, jew saħansitra jagħmlu bil-maqlub.", "(Interruzzjonijiet)", "Kif nistgħu nagħtu kas ta' x'jingħad illum il-ġurnata f'dan il-Parlament mill-kelliema tal-Gvern, aktar u aktar issa li qegħdin lejliet l-elezzjoni fejn kultant il-ħtieġa li jakkwistaw il-vot twassalhom biex anke jwiegħdu l- ilma jiżfen!?", "(Interruzzjonijiet) Wara min jafu!", "Kieku fil-programm elettorali l-Partit Nazzjonalista jipproponi illi min ikun f'ċerta pożizzjoni ta' tmexxija u għax ma jimxix kif suppost jgħaddi minn proċess biex imbagħad b'xi forma ta' ħasil mirakoluż dan joħroġ nadif tazza, hemmhekk forsi nasal biex nemmen din il-wegħda.", "Il-maġġoranza tal-poplu ma tantx temmen fir-riżultati tad-deċiżjonijiet meħuda dan l-aħħar rigward ċerti ministri ewlenin u lanqas jien personalment ma nemminhom.", "Li jinteressani hu li aktar ma' l-Prim Ministru jiddefendi dawn ir-rapporti iktar inqawwi qalbi li l-Partit Laburista se jirbaħ l-elezzjoni li ġejja għax affarijiet bħal dawn jikkundannaw lill-Partit Nazzjonalista għal telfa elettorali.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Onor. Farrugia, se tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, Mr Speaker, se nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Lulju, 1996, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar Avviż Legali 70 ta' l-1996 imressqa mill-Ministru tal- Finanzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizz tas-Sigurta' - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar is-Sigrieti Uffiċjali - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bord ta' Standards ta' Malta - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Serq u l-Kustodja ta' Tfal - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku -it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) (Abbozz Nru 124) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) (Abbozz Nru 125) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - it-Tieni Qari;", "U xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nixtieq nieħu ftit mill-ħin tal- Kamra biex nitkellem mhux f'kontest diviżiv jew partiġjan jew għall- vantaġġ ta' parti jew ta' oħra imma f'kontest ta' partiġjaniżmu għal dan il- Parlament.", "Jien qed nirriferi għas-sitwazzjoni tal-Kumitati tal-Kamra li kemm int, Mr Speaker, u kemm aħna fuq iż-żewġ naħat ħdimna u irsistejna biex waqqafnihom.", "Meta ħloqna il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi forsi għall-mument xi ħadd seta' ħaseb li b'hekk se nneħħu l-preżenza u x-xogħol tal-Parlament, imma fir-realta' rnexxielna nżommu l-ħajja tal-Parlament attiva bl-iktar mod sħiħ u fl-istess ħin waqqafna dan il-kumitat li jeżamina l-liġijiet b'attenzjoni u nista' ngħid b'riżultati pożittivi.", "Ta' min jgħid li għandna wkoll il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, li naħseb qiegħed isib saqajh; għandna l-Kumitat Permanenti dwar l- Affarijiet Barranin, li jien xtaqt li jiffunzjona bil-preżenza sħiħa tal- membri taż-żewġ naħat tal-Kamra kif ukoll għandna il-Public Accounts Committee li jiltaqa' ma' ċerti diffikultajiet which we can only solve by trial and error.", "Meta jkollok kumitat diffiċli u li jikkrea problemi diffiċli, jista' jkun li n-nuqqas ta' esperjenza għar-rigward ta' kif jitħaddem jagħti lok għal ċertu nuqqas ta' qbil.", "Pero' jien inħoss li nista' ngħid bl-iktar mod korrett li l-PAC jiffunzjona tajjeb u dan għax hemm il-volonta' politika tal-membri tiegħu u għax iċ-chairman tiegħu, l- Onor. Lino Spiteri, aġixxa b'kapaċita' u b'interess.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-malintiż li nqala' forsi seta' anke ġie evitat kieku ħadna l-okkażjoni li niddiskutuh aktar.", "Mr Speaker, jien nista' ngħid li ċertament ma kien hemm l-ebda intenzjoni li l-eżekuttiv b'xi mod jew ieħor iwarrab lill-Parlament, kemm fil-forma ġenerali tiegħu kif ukoll fil-forma ta' kumitat bħalma huwa l-Public Accounts Committee.", "Pero', kif anke aċċenna l-Onor.", "Lino Spiteri meta tkellem fil-Kamra, inqalgħu ċerti sitwazzjonijiet fejn la hu u lanqas il- Gvern - li skond il-Kostituzzjoni għandu r-responsabbilta' tat-tmexxija tal- pajjiż - ma xtaqu li jinqalgħu.", "Dan seta' ġara billi għar-rigward ta' komunikazzjonijiet banda ma fehmitx lill-banda l-oħra tajjeb biżżejjed, jew bħalma jiġri fil-ħajja wieħed ikun ħares lejn xi ħaġa minn angolu u l-ieħor ikun ħares lejha minn angolu ieħor.", "Pero', Sur President, jekk tistaqsini x'naħseb fl-intimu tiegħi, jien ngħidlek li dan kien riżultat ta' malintiż li jista' jinqala' fl-aħjar familji u jien nemmen li l-familja tal- Parlament tagħna hija waħda mill-aħjar familji.", "L-għaqal jitlob li meta jkun hemm xi qtugħ fit-tessut tal-ħajja parlamentari, ix-xogħol tagħna m'għandux ikun dak li naċċentwaw id-differenzi jew li wieħed iwaħħal fl- ieħor imma naħseb li l-aħjar pass ikun li nagħrfu li dawn huma istituzzjonijiet li qed iservu lill-Parlament.", "Aħna u mexjin irridu nitgħallmu li għalkemm fit-triq ikollna xi ntoppi 'l hawn u 'l hemm huwa essenzjali li dawn il-kumitati - qed nirriferi għall-kumitati kollha - li huma parti mix-xogħol ta' din il-Kamra jiffunzjonaw bis-sħiħ.", "Biex waqqqafna dawn il-kumitati ma kenitx xi ħaġa faċli.", "Sur President, ippermettili nfakkrek meta flimkien miegħi u l-Onor.", "George Vella morna Londra biex naraw kif jiffunzjona l-PAC.", "Rajna u rrealizzajna l-problemi li jistgħu jinħolqu għal pajjiżna peress li aħna qegħdin f'fażi esperimentali fejn naturalment irridu nikbru u nitgħallmu.", "L-appell tiegħi fil-fatt hu li għandna nikbru u nitgħallmu.", "Dan għaliex fil-fehma tal-Gvern u anke tiegħi, issa bħala l-Leader of the House, il- primat tal-Parlament huwa fundamentali għall-ħajja nazzjonali.", "Imbagħad il- Gvern - anzi ngħid il-Kabinett - għandu responsabbilta' għat-tmexxija tal- pajjiż, liema responsabbilta' tagħtihielek il-Kostituzzjoni ta' Malta stess.", "Aħna m'aħniex Repubblika presidenzjali imma Repubblika fejn il-piż għat-tmexxija tal-pajjiż qiegħed fuq il-Kabinett.", "Il-Parlament huwa l- organu suprem tal-poplu Malti u għandu ċerti responsabbiltajiet u funzjonijiet mhux biss f'materja ta' leġislazzjoni imma wkoll billi jivvota l-flus.", "Ċertament dan il-Parlament għandu jgħix din ir-responsabbilta' u jien naħseb li l-Public Accounts Committee huwa wieħed minn dawn il- kumitati li jistgħu jgħinu biex nassolvu aħjar ix-xogħol ta' dan il- Parlament.", "Sur President, għamilna passi kbar li forsi lanqas qed nirrealizzaw kemm effettivament huma importanti dawn il-kumitati li waqqafna u pass kbir ieħor kien meta waqqafna l-Ombudsman bi ftehim mal-partijiet kollha ta' dan il-Parlament.", "Għal dawn il-passi u għal dawn l-iżviluppi kbar il-Gvern jista' jieħu ħafna mill-mertu għaliex kien hu li inizzjahom u li ġabhom 'il quddiem, pero' irrid ngħid li f'affarijiet bħal dawn, il-mertu mhux biss huwa tal-Gvern imma huwa tal-Parlament kollu li jikkonsisti fil-Gvern u fl- Oppożizzjoni.", "Fil-fatt illejla għalhekk ridt nitkellem għax ma nixtieqx nara dak li jien nikkonsidra bħala pass 'il quddiem fil-ħajja parlamentari jiġi mħassar minħabba xi disgwid li ġie kkaġunat in buona fede.", "Biex tibni trid ħafna ħin, trid sens ta' responsabbilta', trid spirtu ta' dedikazzjoni u trid ukoll miżura ta' kuraġġ politiku, pero' biex tħott mhuwiex daqshekk diffiċli.", "Jien konvint li mhux qiegħed nitkellem sempliċement għalija nnifsi imma qiegħed nagħti leħen ukoll lil dan il-Parlament, kollu kemm hu.", "Jien konvint li qiegħed nitkellem għall-kollegi tiegħi ta' din in-naħa tal-Kamra u sinċerament nemmen li qed inlissen ukoll il-ħsebijiet tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Lino Spiteri u tal-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Il- volonta' politika tagħna hija mhux li nagħmlu xi żball, għax dan jista' jsir kemm minn naħa u kemm minn oħra, imma li nagħrfu nissuperaw il- possibbilta' ta' l-iżball billi ngħinu lil xulxin u mhux billi nagħmlu għal xulxin.", "Naħseb li b'dan il-mod insaħħu kemm-il Parlament kif ukoll id- demokrazija f'pajjiżna.", "Il-poplu in ġenerali jirrispetta lill-partiti politiċi u m'għandniex noqogħdu fuq xi tgergir li jsir għax meta tobrox il- wiċċ wieħed jinduna li l-poplu Malti jemmen u għandu fiduċja fil-partiti politiċi tiegħu.", "Naħseb li aħna għandna nkunu inqas vitrijoliċi fil- kritika għal xulxin billi nżommu l-kritika fil-livelli ta' l-aċċettabilita' tad-diskussjoni ħajja f'demokrazija ħajja ħalli b'hekk insaħħu lill-pajjiż.", "Dan l-intervent qed nagħmlu mhux biex jien nieħu xi vantaġġ politiku jew tieħu xi vantaġġ politiku din in-naħa tal-Kamra jew in-naħa l-oħra tal- Kamra, imma biex nifhmu li jenħtieġ li noqogħdu attenti biex dak li bl- għaqal taż-żewġ naħat bnejna ma jitkissirx minħabba xi nuqqas ta' banda jew oħra jew, kif inhi l-fehma tiegħi, minħabba xi diżgwid li seta nqala'.", "Il- poplu Malti ma jkunx grat jekk aħna nipprovaw inkabbru l-problemi li jinqalgħu u l-għaqal jitlob li ma niddramatizzawx is-sitwazzjoni.", "F'dan il- kontest jien nixtieq nara li x-xogħol tal-kumitati kollha jitkompla u jien għandi fiduċja sħiħa fl-Onor.", "Lino Spiteri bħala President tal-Public Accounts Committee.", "Pero' jien naħseb li hemm affarijiet oħra li jittraxxendu lili Guido de Marco, lil Lino Spiteri, lil George Vella u lill- Membri kollha ta' din il-Kamra jiġifieri hemm affarijiet li għandhom valur iżjed minna.", "Aħna ma ħdimniex biex nagħmlu xi ħaġa ta' valur għalina imma ħdimna biex nagħmlu xi ħaġa li hi ta' valur għal Malta.", "Jien naħseb li dak huwa l-ikbar sodisfazzjon li l-parlamentari jista' jkollhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "Il-Ministru Tabone.", "ONOR.", "ANTON TABONE (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, fil-ħin li għad fadal nixtieq li nieħu l-opportunita' biex inwieġeb għad-diskors li sar minn Membru ta' l-Oppożizzjoni f'aġġornament tal-ġimgħa l-oħra.", "L- Onor. Membru semma żewġ suġġetti relatati ma' l-impjegati Għawdxin u fl- aħħar tad-diskors tiegħu qal li l-Ministeru għal Għawdex m'hux qed jiffunzjona u li l-Partit Laburista għandu proposta aħjar biex imexxi l- amministrazzjoni tal-pajjiż.", "Peress li l-Onor.", "Membru daħħalni xi ftit fil- kredu - I am willing to oblige - beħsiebni nirrispondi għal dak li ntqal.", "L-Onor.", "Membru tkellem fuq l-impjegati Għawdxin li hemm jaħdmu fid-dwana ta' Malta u fuq is-suldati Għawdxin fil-forzi armati.", "Il-Membru ta' l- Oppożizzjoni ta x'wieħed jifhem li d-dwana ta' Għawdex minn dejjem kienet miftuħa u li din dejjem kienet staffed b'impjegati Għawdxin.", "Għal min seta ħa x'impressjoni ħażina ta' kif inhuma l-affarijiet tajjeb li jkun jaf li l-fergħa tad-dwana ġewwa Għawdex, infetħet fl-1993, jiġifieri fi żmien dan il-Gvern.", "Hawnhekk irrid inżid li l-bżonn ta' fergħa tad-dwana nħass meta dan il-Gvern bena l-yacht marina ġewwa l-port ta' l-Imġarr, Għawdex.", "Dan juri l-ħidma kontinwa tal-Gvern preżenti biex joħloq servizzi ġodda fil-gżira ta' Għawdex biex b'hekk jagħti l-opportunita' lill- ħaddiema li jkollhom xogħol fil-gżira ta' Għawdex stess.", "Biex iħaddmu dan l-uffiċċju safejn kien possibbli nġabu dawk l-impjegati Għawdxin li jaħdmu fid-dwana ta' Malta u dan ġara fil-perijodu taż-żmien li ilha miftuha d- dwana f'Għawdex.", "Dawn il-ħaddiema jaħdmu b'roster ta' tliet ijiem fil- ġimgħa u jinbidlu wara tliet ijiem.", "Għalhekk mhux veru dak li qal l-Onor.", "Membru li qisu li d-dwana f'Għawdex kienet minn dejjem hemm u li qabel kien hemm l-Għawdxin impjegati f'din id-dwana u issa flokhom bdew ġejjin il- Maltin.", "Nirrepeti li l-verita' hi li l-gwardjani li jiġu jagħtu servizz fid-dwana ta' Għawdex huma mpjegati fid-dwana f'Malta u jiġu hawn fuq roster.", "Huwa veru li fil- kategorija ta' customs officer hemm żewġ Maltin li jaħdmu fid-dwana t'GĦawdex u dan jiġri għaliex m'hemmx GĦawdxin impjegati f'Malta li għandhom il-grad ta' customs officer.", "Huwa veru wkoll li hawn wieħed f'Malta li huwa residenti f'GĦawdex li għandu l-grad ta' inspector, jiġifieri ogħla minn customs officer.", "Jekk id-dipartiment jiddeċiedi li dan l-inspector jista' jingħaqad mal-fizzjali li jmorru GĦawdex jiena ma nara xejn ħażin għal dan l-arranġament.", "Irrid ngħid li ta' xejn hawn min jinsa jew jipprova jnessi x'inhi s- sitwazzjoni, għax id-dwana f'GĦawdex hija riżultat tal-yacht marina li saret b'riżultat tal-ħidma tal-Gvern u tal-Ministeru għal GĦawdex biex dejjem jinħolqu servizzi ġodda.", "Il-yacht marina kellha l-iskop kemm li tpoġġi lil GĦawdex fuq il-mappa tal-yacht marinas kif ukoll li tipproġetta lil GĦawdex bħala post ta' destinazzjoni turistika distinta.", "Id-dwana nfetħet ukoll biex toħloq dawk li jissejħu pratique facilities ħalli min jiġi minn barra bil-yacht ma jkollux għalfejn l-ewwel jidħol Malta, kif kien isir fl-imgħoddi, imma jista' jidħol f'GĦawdex u jitlaq minn GĦawdex direttament.", "Minn mindu twaqqfet il-yacht marina mhux biss hemm il-possibbilta' li l-ħaddiema tad-dwana minn GĦawdex fit-tliet xhur tas-sajf jaħdmu f'Għawdex stess, imma nħolqu postijiet tax-xogħol f'GĦawdex stess li qabel ma kenux jeżistu.", "Din hija l-politika tal-Gvern preżenti ta' kif jinħolqu l-opportunitajiet għal impiegi ġodda.", "Jekk jirriżulta li jkun hemm il-bżonn li d-dwana tibqa' miftuħa għal żmien itwal - u jiena nipprospetta li dan jista' jiġri - allura tikber il-possibbilta' li wieħed ikompli jaħdem aktar minn tliet xhur u nofs fil-gżira t'GĦawdex stess.", "Pero' dawn iċ-chances jikbru taħt dan il-Gvern u ma setgħu jikbru qatt taħt il-Gvern ta' qabel.", "Il-membru ta' l-Oppożizzjoni jappartjeni għall- partit li dam 16-il sena fil-gvern u li ma fetaħ l-ebda dwana.", "Anzi!", "Kieku dak iż-żmien kont tirraġuna b'dan il-mod, il-klima fil-pajjiż kienet tali li kont tkun qisek qed titkellem bla sens.", "Fil-każ ta' l-armata, il-membru ta' l-Oppożizzjoni ta l-impressjoni li qiegħda ssir x'inġustizzja peress li membri tal-forzi armati minn GĦawdex jiġu jagħmlu x-xogħol f'Malta.", "Irrid ngħid li seba' snin ilu, x-xogħol kien imqassam b'mod li għal erba' xhur kienu jaħdmu f'Malta u għal tmien xhur f'GĦawdex.", "Aktar ma għadda ż-żmien ix-xogħol tas-suldati f'GĦawdex twal għal sena filwaqt li x-xogħol f'Malta baqa' ta' erba' xhur.", "Illum in- numru ta' xhur li s-suldat GĦawdxi jagħmel f'GĦawdex twal għal 16-il xahar u dan huwa eżempju ieħor ta' kif jimxi l-Gvern fil-politika tiegħu għal GĦawdex.", "Kif jaf kulħadd, riċentement bnejna heliport li jikkompeti ma' heliports fuq il-kontinent.", "Barra li aħna għandna nkunu kburin u sodisfatti li għandna dan il-heliport, dan is-servizz ta' l-ajru ħoloq ukoll numru ta' postijiet tax-xogħol f'GĦawdex li jlaħħqu 'l fuq minn 30 post bejn dawk li fit-terminal u dawk fil-fire fighting section.", "Dan huwa l-mod kif aħna nwettqu l-politika tagħna għall-ħolqien ta' aktar opportunitajiet ta' xogħol għall-GĦawdxin f'GĦawdex stess.", "Kif stqarr l-istess Onor. Membru ta' l-Oppożizzjoni, hemm mal-15-il membru Għawdxi tal-forzi armati li issa ġew stazzjonati fuq bażi permanenti fil-fire fighting section tal-heliport t'GĦawdex.", "Jiena nista' nassigura lill-Onor.", "Membru li dan il-Gvern b'dan il-mod se jibqa' miexi.", "Jiena kemm-il darba għidt li f'dawn l-aħħar disa' snin f'GĦawdex inħolqu 3,500 post ta' xogħol, fejn numru minnhom kien fis- settur pubbliku u numru akbar fis-settur privat.", "Dawn l-impjiegi nħolqu għaliex hemm politika speċifika li qiegħda tagħti ċ-ċans li GĦawdex jidher bħala l-post ta' investiment u b'hekk jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol f'GĦawdex stess.", "Jiena m'għandix għalfejn noqgħod infakkar kif qabel kienet is-sitwazzjoni fil-forzi armati.", "Dawk li qabel kienu jinġabu Malta kienu jkunu membri tal-korpi li kienu jaħdmu taħt dixxiplina militari.", "Niftakru fil-famuż inċident ta' dak il- brigadier li kien mar fuq it-televiżjoni biex isejjaħ lin-nies.", "Dawn kienu jkunu mijiet meta fil-fatt illum is-suldati GĦawdxin li jkunu Malta naqas għal sitta.", "Niftakar ukoll li meta kienu joħorġu applikazzjonijiet biex iħajru lil min jidħol f'xi korp, fil-każ ta' l-GĦawdxin kien ikun hemm klawsola speċifika li kienet tgħid li min jingaġġa minn GĦawdex m'għandux ċans jaħdem la f'GĦawdex u lanqas f'Kemmuna.", "Din kienet kondizzjoni li kienet issir meta l-partit ta' l-Onor.", "Membru kien fil-gvern.", "Irrid nassigura lil min qiegħed jisma' u lil min diġa' sema dak li kellu x'jgħid l-Onor.", "Membru ta' l-Oppożizzjoni, li l-futur ta' GĦawdex huwa taħt dan il-Gvern għax il-politika tiegħu tagħti prova li anke f'din il-gżira żgħira bil-limitazzjonijiet li għandha, jistgħu jinħolqu opportunitajiet ta' żvilupp sostenut li ħafna nies ta' fidi żgħira ma kenux jemmnu li jistgħu jirnexxu.", "Il-Gvern preżenti qiegħed idaħħal il-kultura fil-pajjiż kollu kemm hu li wieħed għandu jħares iżjed lejn il-potenzjal li joffri GĦawdex milli lejn id-diffikultajiet li jippreżenta u din il-kultura ġdida ħajret investiment f'diversi oqsma f'GĦawdex.", "B'konsegwenza ta' dan l- investiment, l-opportunitajiet ta' xogħol żdiedu fl-oqsma kollha tal-ħajja ekonomika GĦawdxija, inkluż il-qasam tas-servizzi.", "B'ottimiżmu irrid ngħid lil dawn in-nies li qegħdin jistennew li jkollhom ix-xogħol fil-gżira t'Għawdex li llum l-opportunitajiet illum huma ħafna akbar minn qatt qabel bil-politika tagħna ta' ftuħ ta' yacht marina, heliport, customs office u servizzi oħrajn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 15 ta' Lulju, 1996, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET- IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATIVA", "34366.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm saru talbiet lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali dwar talbiet għal djar alternattivi minħabba (a) li d-djar li jgħixu fihom mhumiex meqjusa bħala mhux abitabbli; b) li d-djar ma kenux għadom tajbin għal familji li jgħixu fihom minħabba anzjanita' jew diżabilita' fiżika?", "Kemm hemm talbiet f'dawn iż-żewġ oqsma bħalissa akkumulati fuq għadd ta' snin?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-istatistika miġbura mid-Dipartiment tad-Djar tinżamm b'mod kemmxejn differenti minn kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Fil-fatt, id-Dipartiment iżomm statistika ta' applikazzjonijiet fejn min japplika jiddikjara li l-post li joqgħod fih hu sub-standard jew fil- periklu.", "Numru sostanzjali minn dawn l-applikanti meta jiġu verifikati mill-uffiċjali tad-Dipartiment tad-Djar jirriżultaw bħala mhux korretti.", "Madanakollu, matul is-sena li qegħdin fiha daħlu dawn l- applikazzjonijiet:", "a) 72 b) 75", "In-numru ta' applikanti pendenti fil-Kategoriji msemmija hu:", "a) 1301 b) 716", "UNIVERSITA' - KARTI TA' L-EŻAMIJIET", "34367.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' hux beħsiebha tniedi investigazzjoni dwar żbalji li saru f'diversi karti ta' l-eżamijiet organizzata mill-Universita' ta' Malta f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "Biex ma jerġgħux isiru ċerti żbalji bħal meta kien hemm mistoqsija fl- orali tat-Taljan meta ma kienx hemm possibbilta' ta' tweġiba għall- mistoqsija numru 4, jew żbalji fir-reliġjon jew fl-ortografija tal-Malti fost l-oħrajn, x'miżuri hemm il-ħsieb li se jittieħdu?", "Dawk li jikkoreġu l-karti ġew mogħtija informazzjoni dwar żbalji li setgħu affettwaw dak li għamlu l-istudenti?", "Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni huwa inkwetat dwar dawn l-iżbalji?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien assigurat mill-Universita' li l-Bord tal- MATSEC jieħu bis-serjeta', jistħarreġ u jikkunsidra kull ilment, kumment u suġġeriment dwar l-eżamijiet tal-MATSEC.", "Fejn kien il-każ, il-MATSEC ġibed l-attenzjoni tal-Bord ta' l-Eżaminaturi konċernati sabiex l-ebda kandidat ma jkun ippenalizzat fir-riżultat finali minħabba xi nuqqas li seta' kien hemm fil-karta.", "Ta' min jgħid iżda li, kontrarjament għall-impressjoni li donnu jrid jagħti l-Onorevoli Interpellant li l-karti ta' l-eżamijiet tal-MATSEC kienu miżgħuda bl-iżbalji, l-ilmenti li kien hemm kienu ftit ħafna meta wieħed jikkunsidra li l-eżamijiet li jorganizza l-MATSEC jikkomprendu 'l fuq minn mitejn karta differenti.", "Ħafna drabi anki dawn l-ilmenti ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala li kienu qed jirreferu għal żbalji fil-karti.", "B'danakollu, nikkonferma li l-Bord tal-MATSEC jinkwieta anke dwar żball wieħed u qed jagħmel li jista' biex jassigura li l-ebda karta ma jkun fiha żbalji.", "XEMXIJA - DRENAĠĠ", "34368.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għad hemm irwejjaħ tad-drenaġġ fil-Bajja tax-Xemxija u l-inħawi?", "Minkejja l-wegħda tal-Ministru li din il-problema se titneħħa, jista' jgħid x'ġara biex dan għadu ma sarx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-fażi finali tas-sistema tad-drenaġġ fix-Xemxija tlestiet matul ix-xahar ta' Diċembru 1995 u twassal id-drenaġġ ta' l-inħawi tal-Qawra, Buġibba, San Pawl u x-Xemxija fil-pumping station il-ġdida.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn ma kien hemm ebda ħsara jew fawran mis-sistema l-ġdida u mir-rapporti fuq il-kwalita' ta' l-ilma baħar għad ma kienx hemm sinjali ta' kontaminazzjoni li jwasslu għall-għeluq tal-bajja.", "Għaldaqstant l-irwejjaħ imsemmija ma jidhrux li huma kawża ta' drenaġġ qiegħed jew imfawwar.", "Rapporti riċenti fuq fawran fix-Xemxija kien kawża ta' stoppages normali f'service main li jwassal parti mid-drenaġġ fl-inħawi fis-sistema l-ġdida u mhux mis-sistema l-ġdida.", "ETC - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "34445.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi fl-1987 daħlu mijiet ta' nies \"disabled\" jaħdmu mal- Gvern u fil-maġġoranza tagħhom għadhom ma ħadu ebda promozzjoni u baqgħu bi grad ta' labourer, u billi wħud minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali u xogħol ta' messaġġier, tista' l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tagħmel studju fejn qed jaħdmu dawn in-nies u tagħmel rappreżentazzjonijiet mad- dipartimenti rispettivi tagħhom biex jingħataw inkoraġġiment u ma jibqgħux bi grad ta' Labourer?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dak li qed jissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant ma hux fil-kompetenza tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.", "WSC - DEPOŻITU", "34446.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed timponi lil dawk li jmorrulhom il-kanen ta' l-ilma biex jiddepożitaw Lm100 qabel jibda x-xogħol, l- Ministru japprezzax li hemm romol, nisa separati u anke nies li jgħixu fuq l-assistenza soċjali li qed ikollhom bżonn dan ix-xogħol u ma jkollhomx Lm100 biex jagħmlu d-depożitu?", "Tista' f'dawn il-każi l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tkun aktar sensittiva u ħanina u ma timponiex dan id- depożitu fuq dawn in-nies fil-bżonn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif ilu jsir snin twal, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma timxi b'tariffi fissi mingħajr ma tiddistingwi skond min ikun qed jingħata s-servizz.", "Naturalment, il-Gvern min-naħa tiegħu jagħti għajnuna lil min l-aktar jeħtieġha skond il-politika speċjali li jsegwi.", "WSC - DEPOŻITI", "34447.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew imġiegħla mill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma jagħmlu depożitu ta' Lm100 s'issa wara d-deċiżjoni li ttieħdet li min ikollu bżonn servizz ta' kanen li jkunu marrulu jrid jiddepożita Lm100 qabel jibda x-xogħol?", "Billi minkejja li għal dan id- depożitu hemm ħafna li għadhom jistennew lill-kuntrattur mqabbad mill- Korporazzjoni biex isirilhom ix-xogħol u għadhom mingħajr dan ix-xogħol, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ddepożitaw il-Lm100 nqdew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'Settembru ta' l-1995, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma stabbiliet id-depositu ta' Lm100 lil min japplika għal servizz ġdid jew lil dawk il-konsumaturi li fuq talba tagħhom stess jixtiequ jibdlu s-servizz, jiġifieri l-kanna li twassal il-provista ta' l- ilma mill-main tat-triq sal-meter fir-residenza tal-konsumatur.", "Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ma titlobx depositu meta tfeġġ ħsara fuq il-connection service u jisfa mingħajr ilma.", "F'dan il-każ il-konsumatur jintalab jiffirma l-applikazzjoni għax-xogħlijiet qabel isir is-servizz u wara jintbagħat il-kont.", "Xogħlijiet pendenti ma hemmx, ħlief għal propjetajiet li ma humiex abitati.", "Hawnhekk titħalla notifika sabiex min jokkupa din ir-residenza, jikkomunika ma' l-eqreb uffiċċju distrettwali sabiex jiffirma l- applikazzjoni u jingħata appuntament.", "Minn Settembru 1995 sa l-aħħar ta' Marzu 1996 kien hemm 1258 applikazzjoni ta' servizzi ġodda u twettqu 973.", "Applikazzjonijiet għal bdil ta' servizz kien hemm 2033 u twettqu 1907.", "DAR IL-KAPTAN - ĦLAS", "34448.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Billi l-Interpellant qed jiltaqa' ma numru ta' każi fejn familji tassew fil-bżonn li għandhom tfal inkapaċitati jew bi bżonnijiet speċjali li qed jingħataw x'jifhmu minn Dar il-Kaptan li jridu jħallsu flus biex uliedhom jinżammu hemm, ħalli l-ġenituri jistrieħu ftit, jista' f'każi ta' familji fil-bżonn b'ħafna tfal fuq l-għajuna soċjali, romol etc li għandhom tfal inkapaċitati ma jiġix imposta fuqhom dan il-ħlas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'Dar il-Kaptan diġa' teżisti proċedura li biha numru ta' familji jkunu eżenti mill-ħlas kollu (jew parti minnu) għas-servizzi lilhom mogħtija f'din id-Dar.", "Fost dawn hemm familji li jkunu fuq l-għajnuna soċjali, romol u anki familji b'ġenitur wieħed li jkunu bil-Paga Minima Nazzjonali jew finanzjarjament fil-bżonn.", "L-għajnuna li l-Fondazzjoni tingħata mingħand il-Gvern tgħin biex hija tkun tista' tilqa' t-talbiet li jsiru mis-'Social Workers' tagħha għall- eżenzjoni mill-ħlas.", "B'hekk l-ebda familja li ma tkunx tista' tħallas ma tiġi rrifjutat lilha s-servizz.", "Għaldaqstant jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każ jew każijiet partikolari li fihom din il-proċedura ma ġietx applikata, huwa mitlub illi javviċina lil 'NGO Liaison Unit' fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja, Santa Venera bid-dettalji kollha.", "SKEJJEL - TARXIEN", "34449.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru li min qed imexxi l-iskola tas-sorijiet tal-Karita' f'Ħal Tarxien dan l-aħħar laqqa' l-ġenituri tat-tfal u wara li ħabbrulhom li se jibnu sala kbira, kważi imponew li kull ġenitur irid iħallas donazzjoni ta' Lm15 kull term għal kull tifel u tifla biex tinbena din is-sala?", "Għalkemm intalbet donazzjoni u mhux għotja bilfors, jaf il- Ministru li l-ġenituri ħassew li din qed tiġi imposta fuqhom għax jidher li dawk il-ġenituri li mhux se jikkoperaw se jbatu uliedhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Skond il-ftehim tal-Gvern mal-Vatikan, il-Knisja hi ntitolata li tirċievi donazzjonijiet mingħand il-ġenituri tat-tfal.", "Skond informazzjoni li għandha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, l-iskola partikolari li saret referenza għaliha fil-mistoqsija, id-donazzjonijiet jingħataw b'inizjattiva ta' Steering Committee li hu kompost mir- rappreżentanti tal-Parent Teacher Associations taż-żewġ skejjel (St Joan Antide u Immaculate Conception) u l-Awtoritajiet tal-Kommunita' li flimkien jiddeċiedu l-mod kif jingħataw u jinġabru d-donazzjonijiet.", "Id-Diviżjoni hija nfurmata wkoll li t-tfal individwalment imorru jagħtu d- donazzjoni lill Kap ta' l-iskola fl-uffiċċju tagħha u ħadd għajr hi ma jkun jaf min ta u min ma tax id-donazzjoni.", "Għalhekk ma jidhirx li hemm għaliex wieħed jitħasseb li għandhom ibagħtu xi tfal.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA B'DIŻABILITA'", "34450.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies \"disabled\" jaħdmu mal-Gvern?", "Jista' jagħti n- numru ta' \"disabled\" li hemm jaħdmu f'kull Dipartiment tal-Gvern, wieħed wieħed?", "Meta daħlu jaħdmu mal-Gvern dawn id-\"disabled\"?", "Hemm xi \"policy\" mit-taqsima taċ-Ċivil biex dawn in-nies jiġu inkoraġġiti li jieħdu korsijiet ħalli jtejbu l-livell tagħhom u biex anke jiġu promossi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tweġiba dwar l-ewwel tliet partijiet ta' din il-Mistoqsija ghandha tingħata mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani għall-Mistoqsija numru 34577.", "Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-għadd ta' ħaddiema mal-Gvern li għandhom diżabilita' huwa ta' 846 (ċirca).", "Peress li fil-maġġoranza tagħhom dawn il-ħaddiema huma fil-gradi ta' Labourer u Watchperson, il-possibbiltajiet ta' promozzjoni huma inevitabbilment, limitati.", "Irrid ngħid ukoll li bis-saħħa tal-Ftehim dwar il-Klassi Ndustrijali li kien intlaħaq mal-Unions, impjegati b'diżabilita' fiż-żewġ gradi msemmija aktar il-fuq, għandhom l-opportunita' li jiġu promossi għall-grad ta' General Hand fi Grupp II dment li jiffirmaw id-dikjarazzjoni meħtieġa li lesti li jagħmlu x-xogħol ta' dak il-grad u sakemm dak ix-xogħol ma jitqiesx li jkun detrimentali għal saħħithom.", "SPTAR SAN LUQA - PRO", "34469.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min hu/hi l-PRO fl-Isptar San Luqa?", "X'inhu preċiżament xogħol il-PRO?", "X'inhu s-salarju tal-PRO ta' l-isptar?", "Xi kwalifiki jrid ikollu wieħed biex jikkwalifika bħala PRO?", "Meta ġie ingaġġat bħala PRO u qiegħed fuq kuntratt definit?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' l-infiq tal-PRO ta' l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-grad ta' PRO fl-iSptar San Luqa ma jeżistix.", "Jeżisti 'Customer Care Service' immexxi mit-Tabiba Maria Sciberras li għandha Grad ta' 'Principal Medical Officer' fid-Diviżjoni tas- Saħħa.", "KUMPANNIJA REĠISTRATI", "34483.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 34275 li kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek, tista' tgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji reġistrati f'Malta?", "Kemm minnhom għandhom fihom shares ta' nies barranin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' kumpaniji reġistrati f'Malta hu ta' 21236.", "Id-Dipartiment ma jżommx statistika ta'kemm kumpaniji għandhom \"shareholding\" barrani.", "Pero bħal issa d-Dipartiment tal-Kumpaniji għaddej fuq xogħol ta' ġbir ta' informazzjoni biex tinbena sistema għal kompjuter.", "Waħda mill-informazzjoni li qed tinġabar, hi eżattament kemm ikun hemm kumpaniji b'interessi barranin.", "BIRGU - TAL-ĦAWLI", "34499.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 34237 li kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' peress li f'Tal-Ħawli, il-Birgu, bejn il-blokki ta' l-appartamenti hemm simenta li tinsab fi stat ħażin, jista' l-Ministru jara li tingħata kisja siment sabiex ma tibqax ta' periklu, speċjalment għat-tfal u l-anzjani?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-manutenzjoni tat-toroq f'Tal Ħawli, il-Birgu hija r-responsabbilta` tal-Kunsill Lokali.", "TARZNA TA' MALTA - RISTRUTTURAZZJONI TA' PAGI", "34500.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 34235 u ċioe' jista' l-Ministru jgħidli kemm-il ristrutturazzjoni ta' pagi kien hemm fit- Tarzna ta' Malta mill-1980 sal-lum?", "X'inhuma r-raġunijiet li jwasslu għal dawn l-eżerċizzji?", "Hemm każi fejn ħaddiema marru ħażin minħabba dan it- tibdil fil-pagi?", "Min ikun fil-massimu ta' l-iskala antika jiġi fil-massimu ta' l-iskala ġdida wara l-istrutturazzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien ninsab infumrat li mill-1980- kien hemm struttura ġdida ta' pagi fit-Tarzna ta' Malta kif imniżżel hawn :- 1980 - 1988 - 1993.", "Ir-raġuni prinċipali li titressaq talba għall-istruttura ta' paga mill- General Workers Union tkun minħabba ksur ta' relattivita' ma' korpi u ażjendi oħra fil-pajjiż.", "Ħadd mill-ħaddiema ma mar ħażin fl-istrutturi li saru, fis-sens li kulħadd ħa żieda.", "Fl-istrutturi ta'l-1980 u dik ta'l-1988, kienet imħaddma s-sistema' ta' \"next higher up\" filwaqt li fl-istruttura ta'l-1993 ġiet applikata l- \"corresponding point system\" .", "Dan ifisser li bl-aħħar sistema min kien massimu l-iskala antika ġie massimu fl-iskala l-ġdida.", "KALKARA - TRIQ SAN ROKKU", "34501.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 34238 li kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, tista' tara li Triq San Rokku, il-Kalkara li tinsab fi stat ħażin u qed issirilha iktar ħsara minħabba l-fatt li fil-viċin hemm scrapyard li juża parti mit-triq sabiex jinqeda s-sid, tiġi rranġata?", "Jista' l-Ministru jara li din it-triq tissewwa sabiex ma tibqax iktar ta' periklu kemm għar-residenti kif ukoll għas-sewwieqa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li Triq San Rokku fil-Kalkara hija asfaltata u għandha bżonn \"resurfacing\".", "F'dan il-każ din hija r- responsabbilta` tal-Kunsill Lokali li jitlob fondi għal dan ix-xogħol lill- kumitat dwar fondi speċjali fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "SEA MALTA - ĦADDIEMA SEKONDATI MA' TAL-GASS", "34502.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 34231 li kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek, tista' tgħidli kemm ħaddiema tas-Sea Malta qegħdin sekondati ma' tal-Gass?", "Liema huma r-raġunijiet u l-kondizzjonijiet ta' dan l-arranġament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din l-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "SEA MALTA - ĦADDIEMA", "34503.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 34232 li kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek, tista' tgħid jekk hemmx xi ħaddiema ta' Sea Malta li ressqu l-ilment tagħhom quddiem xi Tribunal?", "Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, tista' tgħidli kemm hu n-numru ta' ħaddiema; id-data meta tressaq kull każ; meta t- Tribunal beda jisma' kull każ u jekk hemmx xi deċiżjoni f'xi wieħed mill- każi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din l-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - DIRETTUR", "34554.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 34086 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Għawdex u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe' jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefgħu applikazzjonijiet għall- mili tal-post ta' Direttur vakat mis-Sur Salv Camilleri?", "Xi kwalifiki għandhom dawn u fuq liema kriterji se jiġu assessjati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa' għidt fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru 34104 kien hemm tmien (8) applikazzjonijiet għal post ta' Direttur (Projects and Development) fil-Ministeru għal Għawdex.", "Ma nħossx li għandi nagħti f'dan l-istadju tagħrif dwar il-kwalifiki ta' l- applikanti.", "Kif diġa għidt ukoll fir-risposta għal mistoqsijiet simili, is-\"Senior Appointments Advisory Committee\" fl-Uffiċċju tiegħi jevalwa l-meriti tal- kandidati u mbagħad jagħtini l-parir dwar min fil-fehma tal-Kumitat huwa l- aħjar biex jimla l-post vakanti.", "ĦAMRUN - PARKEĠĠ", "34556.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-Ħamruniżi jkollhom parking place adegwat għalihom bħala residenti esklussivament b'mod li n-nies tal-kummerċ ma jeħdux il-post kollu huma biss?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din il-materja taqa' taħt il-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "LIĠI DWAR DRITTIJIET TAT-TFAL", "34576.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li ssir b'liġi d-difiża tad-drittijiet tat-tfal u meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 34404.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "34577.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni b'diżabilita' li qed jaħdmu mal-Gvern?", "Kemm hu n-numru ta' dawk li jaħdmu fis-settur privat?", "Kemm hu n-numru ta' persuni b'diżabilita' (i) nisa; (ii) irġiel fl-impjieg mal-Gvern?", "Kemm minnhom daħlu fl-impjieg mill- 1987 - 1996?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN - DRENAĠĠ", "34585.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għad-diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi dwar l-extension tad-drainage fi New Street u Triq il-Qrempuċ, Wied il-Għajn, jista' d- Dipartiment tad-Drenaġġ jgħid għaliex dan ix-xogħol għadu ma bedix?", "Min hu l-kuntrattur li kellu jagħmel dan ix-xogħol u meta ħarġet il-\"letter of acceptance\"?", "Meta hu maħsub li jibda dan ix-xogħol u kemm hu ppjanat li jdum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Letter of Acceptance għal dawn ix- xogħlijiet ħarġet fil-11 ta' Ġunju 1996 u bħalissa l-kuntrattur qed ilesti l-permessi meħtieġa.", "Il-kuntrattur għandu 30 ġurnata biex ilesti dawn ix- xogħlijiet mill-\"order to start work\" li tibda fit-18 ta' Lulju.", "PULIZIJA - BEJJIEGĦA FIT-TOROQ", "34588.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pulizija ġieli jwaqqfu lill-hawkers milli jbigħu meta dawn ikollhom il-permessi meħtieġa - inkluż dak tal- kiosks & mobile canteens tal-NTOM?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk ikun hemm ksur ta' kundizzjonijiet tal-liċenzja, jew isir użu ħażin tal-liċenzja, il-pulizija tieħu l-passi meħtieġa.", "PULIZIJA - KAROZZINI BLA PERMESS", "34589.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinvestiga rapporti li f'diversi postijiet, inkluż il-Belt qed ikun hemm sewwieqa tal-karozzini bla permessi meħtieġa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan l-ilment qed jiġi mistħarreġ.", "SAN ĠWANN - TRIQ B'KARA - SPRAYER BLA PERMESS", "34590.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinvestiga ilmenti ta' sprayer bla permess f'B'Kara Rd, San Ġwann?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Pulizija spezzjonat l-area ndikata u ma' ntraċċatx il-\"garage\" imsemmi.", "Lanqas qatt ma' rċeviet ilmenti ta' din ix-xorta fuq l-imsemmija lokalita'.", "Nitlob l-Onorevoli Membru biex jekk għandu aktar informazzjoni jgħaddieli.", "SAN ĠWANN - NAXXAR RD - BUS STOP", "34591.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jilqa' t-talba tar- residenti ta' Misraħ Lewża, San Ġwann biex il-bus stop ta' Naxxar Rd, li tmiss mal-ġardina tagħhom tiġi mċaqilqa minħabba l-fumes tad-diesel li jbatu minnhom?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku diġa' kellha diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann biex jitlesta \"bus bay\" alternattiv u jiċċaqlaq il-\"bus stop\" imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "SAN ĠWANN - PLOT UŻATA BĦALA RUBBISH DUMP", "34592.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' d-Dipartiment tas-Sanita' flimkien mal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann, jinvestiga l-perikli għall-iġene li plot enormi ta' xi erbat itmiem f'B'Kara Rd, San Ġwann kantuniera ma' Gallina Street, qed tikkawża minħabba li ddawret f'rubbish dump?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li minn spezzjoni li saret mill- Ispettur tas-Saħħa tal-lokal fl-4 ta' Lulju, 1996 ma jirriżultax li fil- 'plot' indikata kien hemm akkumulu sinjifikanti ta' skart.", "Peress li nstabu xi xkejjer tal-karti mimlijin bi fdalijiet ta' materjal tal-bini qed ikomplu jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex tiġi aċċertata l- identita' tal-proprjetarju ta' din il-'plot' u tkun tista' tittieħed azzjoni biex jitneħħew.", "SAN ĠWANN - TRIQ BIRKIRKARA - TROBBIJA TA' ANNIMALI", "34593.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess it-trobbija ta' diversi annimali f'114, B'Kara Rd, San Ġwann?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li saret spezzjoni fil-post indikat fis-27 ta' Ġunju, 1996.", "Nikkonferma li nstabu diversi annimali f'dak il- post fil-ġurnata msemmija.", "Informat pero', li n-numru ta' animali u l- ispeċji tagħhom ma kienux jirrikjedu xi permess mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex jiġu miżmuma fil-lokalita` msemmija.", "Ma nstabx l-anqas xi akkumulu ta' demel dak in-nhar ta' l-ispezzjoni.", "Fl-4 ta' Lulju, 1996 dan il-post instab magħluq u għaldaqstant ma kienx possibbli li ssir spezzjoni oħra dak in-nhar.", "Spezzjonijiet oħra jsiru fil- ġranet li ġejjin.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-QALIET - SID TA' LUKANDA", "34599.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Possibbli d-Dipartiment ta' l-Artijiet jinvestiga jekk sid ta' lukanda (l- isem tal-lukanda qed ngħaddih under separate cover) fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn kellux dritt jokkupa passaġġ li minn Triq il-Qaliet kien jagħti għal Triq is-Salini - jiġifieri għax-xatt tal-baħar?", "Għandu dritt dan is- sid li jżomm il-pubbliku milli jgħaddi (bil-mixi) minn dan l-isqaq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ħarġet Avviż biex Tieqaf u ta' Twettieq kontra s-sid tal-lukanda indikata talli imblokka sqaq li kien jagħti għal Triq is-Salini f'Wied il- Għajn.", "Sussegwentement ġie sottomess appell minn dan l-avviż, liema avviż għandu jinstema quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-Awtorita' nhar is-16 ta' Lulju 1996.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun f'pożizzjoni li tiddeċiedi aħjar dwar dan il-każ meta l-Bord ta' l-Appell ikun ħa d-deċiżjoni finali.", "WIED IL-GĦAJN - TISWIJA TA' TOROQ", "34600.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Għalkemm nifhem u napprezza li t-toroq isiru b'konsultazzjoni u b'kordinazzjoni assoluta mal-kunsilli lokali tal- lokal, hemm il-ħsieb li jsiru Triq il-Menhir u Triq Winstin Born f'Wied il- Għajn li huma new roads u li jinsabu fi stat ħażin ħafna minkejja li huma kollha mibnija u abitati?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 34394 fis-seduta nru 558 fl-1 ta' Lulju 1996.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ L-IMRIEKEB", "34601.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Wara li fl-aħħar twaqqgħet farhouse li kienet f'nofs Triq l-Imriekeb, Wied il-Għajn, ir-Roads Department ma jaħsibx li għandha ssir din it-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 34394 fis-seduta nru 558 fl-1 ta' Lulju 1996.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-KAVETTI", "34626.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Possibbli d-Dipartiment tat-Toroq jintervjeni biex tiġi rranġata Triq il-Kavetti, f'Wied il-Għajn li minkejja li hi ferm abitata, tinsab fi stat ħażin ħafna?", "Billi f'din it-triq naf b'familji bi tfal żgħar ħafna li jbatu bl-Asthma u billi l-ammont ta' trabijiet li hemm fit-triq (minħabba l-istat ta' l- istess triq) jista' jkun \"a contributing factor\" għall-kondizzjoni ta' l- Asthma, jista' d-Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq jintervjeni personalment biex dawn ir-raġunijiet umanitarji din it-triq tiġi rranġata?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru 34394 fis-seduta nru 558 fl-1 ta' Lulju 1996."]} {"filename": "19980622_231d_par.doc", "date": "1998-06-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 231 It-Tnejn, 22 ta' Ġunju, 1998 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 231", "It-Tnejn, 22 ta' Ġunju, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "231", "It-Tnejn, 22 ta' Ġunju, 1998", "WERREJ MINUTI 636", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 636", "TQEGĦID TA' KARTI 641", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT", "TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED 641", "AĠĠORNAMENT 661", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 666", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 230 li saret fl-20 ta' Ġunju, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BIEDJA U SAJD - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "14100.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1997 u l-31 ta' Marzu, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal- media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji, barra dik tal-gvern, li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Fil-perijodu msemmi l- Ministeru tal-Biedja u Sajd ma uża l-ebda aġenzija tar-reklamar jew ta' l- iscanning.", "Fl-istess perijodu, l-uniku xogħol ta' stampar li sar kien sabiex jiġi ppubblikat il-ġurnal \"Biedja u Sajd\" fl-istamperija Nole Ltd. tal-Qasam Industrijali ta' Kordin, li tistampa 2,000 kopja ta' dan il-ġurnal bi spiża ta' ¥200 fix-xahar.", "Id-ditta Nole Ltd. intgħażlet wara l-ħruġ ta' sejħa għall-offerti.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kien hemm xi raġuni partikolari għaliex ma ssemmietx id-ditta?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, id-ditta ma ssemmietx bi żvista.", "Din hija Nole Ltd. u għalkemm tixbaħ lil ismi, m'għandix x'naqsam magħha.", "DJAR U KUNSILLI LOKALI - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "14101.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru 1997, u l-31 ta' Marzu 1998, u għad-dekasteru li għalih il-ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill- mezzi tal-media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji, barra dik tal- gvern, li ġew użati; indikazzjoni ta x'ġie stampat u kwantita' ta' l- istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali): Fil- perijodu msemmi ma ntużaw l-ebda aġenziji tar-reklamar jew ta' l-iscanning mid-dikasteru li għalih jien responsabbli.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "14102.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru 1997, u l-31 ta' Marzu 1998, u għad-dikasteru li għalih il-ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal- kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji, barra dik tal-gvern, li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "TURIŻMU U SELF-EMPLOYED - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "14103.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u Self- Employed: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru 1997, u l-31 ta' Marzu 1998, u għad-dikasteru li għalih il-ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; lista ta' l-istamperiji, barra dik tal- gvern, li ġew użati; indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l- istampar; kemm intnefaq ma' kull stamperija; lista ta' kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu u Self-Employed): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ĠUSTIZZJA - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "14104.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru 1997, u l-31 ta' Marzu 1998, u għad-dikasteru li għalih il-ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati, indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; kemm intnefaq ma' kull aġenzija, kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal- media li hawn Malta, lista ta' l-istamperiji, barra dik tal-gvern, li ġew użati, indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar, kemm intnefaq ma' kull stamperija, lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "GAVIN GULIA (Ministru tal-Ġustizzja): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ftit ilu f'din il-Kamra kellna diskussjoni dwar il- bżonn li fil-qrati tagħna naqtgħu l-konġestjoni li qed ikun hemm minħabba s- seduti tat-traffiku.", "II-ministru kien ta direzzjoni biex dawn il-kawżi jiġu deċiżi amministrattivament.", "Sfortunatament proprju llum kien hemm seduta tat-traffiku quddiem il-Maġistrat Carol Peralta u jiena kelli nistenna xi nofs siegħa sakemm waslet il-kawża tiegħi.", "Dawn kienu kollha ċitazzjonijiet li saru bejn l-1994 u l-1995 u tliet kwarti minnhom ġew preskritti.", "GĦalhekk nappella biex min għandu jieħu deċiżjoni dwar dawn il- kawżi, jeħodha bis-serjeta' u ma joqgħodx jaħli l-ħin tan-nies, tal- pulizija li jitilgħu jixhdu u tal-qorti li tissolleva l-eċċezzjoni tal- preskrizzjoni.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jidhirli li jien stess kont qajjimt il-punt dwar il- ħtieġa li ċ-ċitazzjonijiet li jkunu preskritti jiġu dispensati amministrattivament mill-pulizija.", "Qed isiru diskussjonijiet dwar dan is- suġġett biex fil-futur qarib ma jerġgħux jersqu quddiem il-qorti avviżi li jkunu preskritti.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Ladarba l-ministru qed jieħu ħsieb din il-problema ta' preskrizzjoni, nixtieq inkun naf jekk iddiskutihiex ma' xi ħadd biex ma joqgħodx jintilef ħin ta' xejn.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Naturalment id-direttur ġenerali tal-qorti se jieħu ħsieb li jkellem lill-awtorita' kompetenti sabiex dawn l-affarijiet jitranġaw.", "L-Onor.", "Interpellant irid jifhem li l-komparixxi ma toħroġhomx l-amministrazzjoni tal-qorti imma joħroġhom dipartiment ieħor.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Xtaqt nerġa' niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li dak l-uffiċċju żgħir li qiegħed fuq ix-xellug malli tidħol il-qorti ilu magħluq għal madwar xahar u nofs.", "Qabel kien ikun hemm persuna addetta mill-qorti biex tiggwida lin-nies fejn ikunu se jinstemgħu l-kawżi.", "Huwa importanti li din il-persuna tibqa' tagħmel dan ix-xogħol għax illum il-ġurnata m'hemmx awli fissi ta' maġistrati u mħallfin.", "Jiena diġa' kellimt lill- ministru dwar dan u qalli li kellu jitwaħħal bord bħal dak li jkun hemm fl- airport biex jindika fejn qegħdin l-awli, pero' dan il-bord s'issa għadu ma twaħħalx.", "Illum kellna każ fejn it-tribunal industrijali ma żammx is-seduta tiegħu fl-awla fejn iżommha s-soltu imma uża l-awla li normalment juża l-Imħallef Arrigo għax inzerta spiċċa l-kawżi tiegħu pjuttost kmieni.", "Dan ħoloq ħafna taħwid għax ħadd ma kien jaf fejn qiegħed dan it-tribunal industrijali.", "Jiena ma naħsibx li minn xahar 'l hawn iċ-ċirkostanzi tbiddlu u allura nerġa' nappella lill-ministru biex sakemm isir dan il-bord jagħmel pressure mad-direttur u jekk hemm bżonn jordnalu biex dan l-uffiċċju jinfetaħ regolarment.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Safejn naf jien, din il-problema kienet ġiet solvuta ġimgħat ilu u suppost li qed ikun hemm persuna nkarigata biex tindika lin- nies fejn huma l-awli.", "Ladarba l-Onor.", "Austin Gatt qed jiġbidli l- attenzjoni li din il-persuna m'hijiex qiegħda tkun hemmhekk, inwiegħdu li se nivverifika dan mad-direttur ġenerali.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Problema oħra li teżisti hija li n-nies ma jiġux informati mill-ewwel meta ċerti kawżi ma jkunux se jsiru.", "Jiena jidhirli li jekk ma jiġux informati fid-djar tagħhom, almenu għandhom jiġu informati meta jmorru l-qorti u mhux joqogħdu jistennew sigħat sħaħ għalxejn.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Fil-fatt din il-problema dejjem kienet teżisti.", "Meta xi aġġudikant ikun indispost u l-amministrazzjoni tal-qorti tkun avżata minn qabel, din tieħu ħsieb li toħroġ avviż fuq il-gazzetti li l-kawża ġiet differita.", "Naturalment jekk l-aġġudikant ikun indispost dik il-ġurnata stess jew l-amministrazzjoni tal-qorti tiġi informata tard, din ma tkunx f'pożizzjoni li tavża kmieni ħlief qabel il-bidu tas-seduta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nixtieq nassigura lill-Ministru li filwaqt li sa xahar ilu r-regola kienet li dan l-uffiċċju jkun miftuħ u l-eċċezzjoni kienet li jkun magħluq, issa f'daqqa waħda r-regola saret l-eċċezzjoni u fil-fatt aktar qed ikun magħluq.", "Dan jista' jixhdu kull avukat li bħali jkun il-qorti regolarment.", "GĦalhekk nerġa' nenfasizza l-punt li semma l- Onor. Cassar, u ċioe' li qabel meta kont tidħol hemmhekk kont tingħata l- informazzjoni dwar is-seduta partikolari imma llum in-notice li titwaħħal barra l-awla ħafna drabi ma toħroġx qabel id-9.30 a.m. jew l-9.45 a.m. Jiena ma nagħti tort lil ħadd għal dan għax ħafna drabi jkun jiddependi miċ- ċirkostanzi pero' għandha ssir enfasi, għall-bżonn tal-pubbliku u anke ta' l-avukati li ħafna drabi ma jkunux jafu liema huma l-awli li qed jintużaw u fejn qegħdin il-maġistrati, li dak l-uffiċċju għandu jinżamm miftuħ regolarment.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Qed nieħu pjaċir li l-Onor.", "Gatt fil-bidu qal li m'hemmx persuna li qed tieħu ħsieb dan l-uffiċċju u issa qed jgħid li din il-persuna ma tkunx hemmhekk regolarment.", "Safejn naf jien, ir-regola ġenerali hi li l-persuna tkun qiegħda hemmhekk, pero' jekk qed issir xi eċċezzjoni rridu narawha.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu, jiena ma ridtx inkun kontroversjali.", "Anzi lill-Ministru faħħartu għall-idea li jagħmel bord u għedtlu li l-insistenza tiegħu ħadmet fil-bidu, pero' issa m'hijiex qed taħdem.", "Jekk irrid inkun kontroversjali nibda ngħodd kull darba li din il- persuna ma tkunx qiegħda hemmhekk u ngħidlu li jmissu jistħi.", "Li qed nipprova ngħid huwa li dan is-servizz kien tajjeb għall-pubbliku, għall- avukati u għal kulħadd u allura għandu jibqa' jingħata.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: M'għandi xejn aktar x'inżid, Madam Speaker.", "FINANZI U KUMMERĊ - AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "14105.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru 1997, sal-31 ta' Marzu 1998, u għad-dikasteru li għalih il-ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati, indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija, kemm intnefaq f'kull waħda mill- mezzi tal-media li hawn Malta, jagħti lista ta' l-istamperiji, barra dik tal-gvern, li ġew użati, jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar, jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija, jagħti lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): It-tagħrif mitlub qiegħed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "VETTURI - TEST TAL-VRT", "15077.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk waqt il-VRT huwiex se jiġi ttestjat l-alignment tar-roti, is-setting tal-beams tad-dawl, il-pressa fit-tyres tal-karozzi, l-emissjonijiet tal-vettura u r- rabta tal-brejkijiet b'mod elettroniku?", "Jekk iva, dan ma jfissirx illi qabel ma karozza tgħaddi mit-test kull sid tal-karozza jrid jeħodha għal diversi testijiet f'garaxxijiet attrezzati apposta?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jien informat li waqt il-VRT se jiġi ttestjat b'mod elettroniku l-logħob fil- vojt ta' l-isteering u s-suspension u mhux l-alignment tar-roti, is-setting tal-beams tad-dawl, ħafna affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tyres imma mhux il-pressa, l-emissjonijiet tal-vettura, petrol jew diesel u kif jorbtu l-brejkijiet.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li kull sid ta' vettura għandu l-obbligu li jara li l-vettura tiegħu dejjem tkun roadworthy u mhux biss meta tkun waslet għat-test.", "Jien informat ukoll li jekk il- vettura tiġi serviced regolarment u ma jkollhiex xi inċident tat-traffiku, suppost li l-livell ta' manutenzjoni jkun aktar għoli milli kif se jiġi mitlub fil-VRT.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Madam Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk ġietx iffissata data meta se jidħlu fis-seħħ dawn it-testijiet, kemm garaxxijiet se jkunu liċenzjati biex jagħmlu dawn it-testijiet u jekk hux se jkun hemm testijiet ta' axle loading fuq vetturi kbar?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Skond il-liġi li ressaqna, il-VRT se jidħol fis- seħħ fl-1 ta' Awissu għall-vetturi kummerċjali kollha u fl-aħħar ta' Settembru għall-karozzi kollha.", "Għalissa għadna ma nafux kemm garaxxijiet se jiġu liċenzjati għax l-applikazzjonijiet għadhom miftuħin.", "S'issa applikaw xi ħamsa min-nies u għad iridu jsiru t-testijiet neċessarji.", "Il- mechanics u l-persuni l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-VRT iridu jattendu kors imħejji mil-Licensing Department.", "Rigward it-test ta' l-axle dan se nagħmluh ukoll aktar 'il quddiem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Madam Speaker, jista' l-Ministru jieħu passi biex l- Għawdxin ma jkollhomx għalfejn jiġu Malta biex jimlew l-applikazzjonijiet tal-VRT?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Is-suġġeriment li qed jagħmel sieħbi l-Onor.", "Interpellant se nieħdu in konsiderazzjoni u nara x'jista' jsir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk meta se jsir il-VRT huwiex se jintalab xi ħlas.", "Qed nistaqsi dan għaliex jekk xi karozzi jinstabu li m'humiex aktar tajbin għat-triq u jiġu scrapped, tista' tinħoloq problema ambjentali.", "Ġie kkonsidrat fejn se jintefgħu dawn il- karozzi?", "Il-Ministru qiegħed jikkonsidra x'soluzzjoni tista' tinstab għal din il-problema?", "X'se jiġri fil-każ ta' vintage cars?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Naturalment se jkun hemm ħlas u diġa' ntqal kemm se jkun dan il-ħlas.", "Rigward il-vintage cars, il-ministru responsabbli mill-mużewijiet u mill-edukazzjoni diġa' ħareġ il-liċenzja għall-mużew fejn dawn se jinżammu.", "Fil-fatt bdew għaddejjin it-taħdidiet mal-Malta Touring Club u bil-liġi li saret mill-amministrazzjoni preċedenti dawn il-karozzi se jkollhom ċerti eżenzjonijiet, fosthom mill-obbligu ta' l-użu tas-seat belt.", "Dan għaliex ħafna minn dawn il-karozzi tant għandhom il-pilastru qiegħed lura li jekk tagħmel seat belt jista' jiġi m'għonqok u jifgak.", "Dwar il-karozzi li jiġu scrapped qegħdin isiru taħditiet mal-ministeru responsabbli mill-ambjent ħalli naraw x'jista' jsir pero' dan ma jfissirx li l-karozzi l-antiki huma kollha ħżiena għax jiddependi wkoll minn kemm tieħu ħsiebhom.", "Nixtieq ngħid li hawn ċerti garaxxijiet li diġa' applikaw biex iġibu makkinarju li jgħattan il-karozzi pero' għadna qed nistudjaw is-sistema.", "(Interruzzjonijiet) Nafu li hi urġenti imma dan il-makkinarju jqum ħafna flus u jrid ċerti amenities u l-Gvern għadu qed jagħmel studju dwar din il- ħaġa.", "Ma jfissirx li kull karozza li titla' t-test se tiġi scrapped.", "Ħafna minn dawn il-karozzi jkunu jridu jbiddlu jew jirranġaw ċerti affarijiet pero' sfortunatament hawn Malta għandna nuqqas ta' spare parts.", "Din il-problema rridu narawha għax il-konsumatur mhux qed ikun moqdi kif jixraq.", "Fil-fatt għaddejjin diskussjonijiet ma' l-azjendi dwar l-ispare parts għax mhux sewwa li l-konsumatur jixtri karozza li tkun tqum l-eluf ta' liri - jew anke white goods - u mbagħad ma jsibx after sale service.", "Hawn karozzi li ilhom garaged għal tmienja jew disa' xhur għar-raġuni li ma hawnx spare parts għalihom u l-unika soluzzjoni tkun li tikteb lid-ditta barra minn Malta.", "Mhux sew li wara li tkun infaqt xi ¥16,000 f'karozza tispiċċa ma tużahiex għal tul ta' żmien għax ma ssibx spare parts għaliha.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 158 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar il- Kontroll ta' Kontenituri għal xorb mhux alkoħoliku.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 159 ta' l-1998 - Direttiva mill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' ¥10,000,000 6.8% Stock tal-Gvern ta' Malta 2004 (IT-TIENI ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 160 ta' l-1998 - Direttiva mill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' ¥10,000,000 7.2% Stock tal-Gvern ta' Malta 2008 (IT-TIENI ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 161 ta' l-1998 - Direttiva mill-Ministru tal- Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' ¥10,000,000 7.8% Stock tal-Gvern ta' Malta 2018 (L-EWWEL ĦRUĠ); u", "Kopja tal-ftehim kollettiv iffirmat mal-Bank Ċentrali, l-MOBC, u l- Korporazzjoni Enemalta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15082.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' MOLLIJIET, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU U L-ISLA LIL PORT COTTONERA LIMITED", "Ikompli mill-20 ta' Ġunju, 1998.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi huwa in possession pero' għandu bżonn extension biex ikompli jinstema'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Madam Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Joe Mizzi jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Joe Mizzi jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, naħseb li kulħadd jirrikonoxxi li l- Kottonera għandha storja li tmur lura ħafna snin.", "Jiena twelidt ftit wara l-gwerra u s'intendi għext fil-Kottonera.", "Dak iż-żmien l-iktar ħaġa importanti kienet li l-familji jkollhom min iġibilhom l-għajxien u li jkollhom fejn jgħixu.", "Fis-snin ta' matul il-gwerra, ħafna bini kien iġġarraf u kien importanti li jitilgħu djar oħrajn biex in-nies ta' dawk l- akwati, li l-maġġoranza kbira tagħhom kienu ħaddiema, ikollhom fejn joqogħdu.", "Gvern Laburista rrikonoxxa din il-problema u tella' ħafna bini f'San Ġwann t'Għuxa, fil-Mandraġġ tal-Birgu, f'Tal-Ħawli, fil-Kalkara, fl- Isla u anke fl-akwati tal-viċin, jiġifieri l-housing estates ta' Ħaż-Żabbar u l-Fgura.", "GĦal dak iż-żmien dan il-bini kien komdu u ta nifs lil ħafna familji li kienu komdi joqogħdu f'żewġt ikmamar.", "Pero' llum ma nistgħux ngħidu l-istess ħaġa.", "Kien hemm ukoll il-fattur l-ieħor li n-nies riedu jaraw minn fejn se jkunu jistgħu jmantnu lill-familji tagħhom.", "Dak iż-żmien waħda mill-iktar industriji importanti f'pajjiżna kienet it-Tarzna li kienet tgħajjex bosta familji Maltin u Għawdxin iżda n-nies ma tantx kienu konxji ta' l-ambjent u kien hemm il-bżonn li jiġu edukati.", "Għalihom l-importanti kien li jkollhom biex jgħixu u jkollhom fejn joqogħdu.", "Gvern Laburista rrikonoxxa wkoll il- fatt li hemm bżonn jinbnew xi skejjel sabiex it-tfal ikollhom ċans jitgħallmu u jimxu 'l quddiem.", "Fi żmien il-gwerra ġara wkoll li ħafna nies telqu mill-Kottonera u ma reġgħux lura.", "Imbagħad, forsi minħabba li l-kiri ta' dawn id-djar kien baxx, bdew jiġu ċerti familji fosthom familji bi problemi soċjali.", "Dawn il- problemi baqgħu jikbru u aktar ma għadda ż-żmien aktar beda jkun hemm problemi soċjali.", "F'dawk l-inħawi il-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien irrikonoxxa dan il-fatt u beda jieħu l-passi neċessarji biex il-Kottonera terġa' tingħata l-ħajja, u kif diġa' semmejt, inbnew housing estates, toroq ġodda u skejjel biex it-tfal tal-Kottonera jkunu jistgħu jiġu edukati.", "GĦalkemm saru ħafna affarijiet, in-nies tal-Kottonera bdew iħossu li kienu għadhom lura wisq komparati man-nies tan-naħa ta' fuq ta' Malta, speċjalment meta l-Gvern Nazzjonalista kien fil-gvern u kien jidher ċar li filwaqt li n-naħa ta' fuq ta' Malta kienet qed tingħata attenzjoni speċjali, in-naħa t'isfel ma kenitx qed tingħata daqshekk attenzjoni.", "Ma kienx sewwa li ssir din l-inġustizzja ma' lokal bħall-Kottonera li ta tant lil pajjiżna.", "Jidher li ma kienx biżżejjed li d-deputati jagħmlu pressjoni fi żmien l-għaxar snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Kien hemm bżonn li n-nies tal-Kottonera jimbottaw lill-gvern biex jipprova jagħmel xi ħaġa fil- Kottonera.", "Pero' bil-paroli biss ma stajna naslu mkien u allura wieħed ried jara kif lin-nies iġibhom konxji tal-problemi li kienu jeżistu fil- Kottonera u saħansitra tajna statistika ta' ċerti problemi li kien hemm.", "Għall-bidu dawn ma ntlaqgħux tajjeb għax in-nies tal-Kottonera bdew jaħsbu li aħna stess qed insawtu lilna nfusna billi ngħidu ċerti affarijiet li ma tantx kienu sbieħ fuq in-nies tal-Kottonera.", "Pero', ovvjament, aktar tard il-poplu nduna li dak li konna qed ngħidu ma konniex qed ngħiduh biex nikkalpestaw lilna nfusna imma biex inqumu fuq saqajna, nirrealizzaw li verament jeżistu l-problemi u naraw kif se nsolvuhom.", "Nista' ngħid li bis- sehem ta' kulħadd il-poplu tal-Kottonera mbagħad ħareġ bi ħġaru biex huwa stess ikun front u mhux iħalli lil ħaddieħor jitkellem għalih.", "Minn dak iż- żmien in-nies tal-Kottonera bdew joħorġu fil-beraħ u jitkellmu dwar il- problemi u x'hemm bżonn isir.", "Bdiet issir pressjoni fuq il-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien imma minkejja li dan qal li kien se jagħti attenzjoni speċjali lin-naħa ta' isfel ta' Malta, baqa' ma sar xejn.", "Tant ma kien sar xejn, li fl-1992, meta reġgħet waslet l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista għamilha aktar ċara li lill-Kottonera kien se jagħtiha attenzjoni speċjali u aktar nifs.", "Imma minkejja din il-gimmick xorta ma sar xejn.", "(Interruzzjonijiet) X'sar fl-aħħar ħames snin ta' Gvern Nazzjonalista?", "Madam Speaker, aħna min-naħa tagħna bqajna nimbottaw, bqajna nagħmlu mistoqsijiet parlamentari u bqajna nagħmlu interventi parlamentari.", "Nista' ngħid li saru interventi fil-Parlament minn deputati miż-żewġ naħat tal- Kamra li kienu ġejjin mill-Kottonera.", "Anke deputati li dak iż-żmien kienu fil-gvern kienu jikkritikaw lill-amministrazzjoni gvern għax kienu jemmnu li ma kien veru xejn li l-gvern ried li l-Kottonera tingħata d-dinjita' li tixirqilha.", "Minkejja li dan id-deputat li qed nirriferi għalih kien jaf li l-partit tiegħu fil-gvern kien qed jgħaddi biż-żmien lilu nnifsu kif ukoll lin-nies tal-Kottonera, xorta kien jagħmel l-almu tiegħu u jistaqsi domandi, pero' mit-tweġibiet li kien jingħata jidher ċar li ma kienx jingħata widen.", "Nista' ngħid li minn din in-naħa sar l-istess għax taħt l- amministrazzjoni preċedenti 65% tal-mistoqsijiet li kienu jsiru minni kienu kollha dwar il-Kottonera.", "Bdejna nagħmlu l-interventi, in-nies taw sehemhom billi bdew jitkellmu fuq il-mezzi tax-xandir u bdiet issir pressure fuq il-gvern.", "Pero' minkejja dan kollu, minflok li l-gvern beda jagħti widen, beda jsir logħob minn taħt biex jipprovaw jimminaw lil dawk li kienu qed jitkellmu għad-drittijiet tal-Kottonera.", "Nista' ngħid, per eżempju, li meta kien hemm kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-grit blasting fid-Drydocks, minflok li żammew ma' din in-naħa għax bdejna niġġieldu għan-nies, speċjalment għar-residenti ta' l-Isla, qalu li lill- istess residenti ta' l-Isla konna qed ngħadduhom biż-żmien u anke li xewwixna kontra.", "Jien niftakar minn liema battalja għaddejt meta tkellimt fuq il-grit blasting!", "Kienu saħansitra ħarġu all out kontra tiegħi personalment.", "(Interruzzjonijiet) Jiena jiddispjaċini meta tiġbidli l- attenzjoni għax ngħid il-kelma \"tiegħi\".", "Jien irrid nuri kemm verament intom preġudikati kontra n-naħa t'isfel ta' Malta.", "Intom issejħuli \"tal- Kottonera\" u dan ma tagħmluhx biex tfaħħruni iżda biex tipprovaw tmaqdruni anke sempliċement għall-mod kif nitkellem.", "M'għandix dritt nitkellem?", "(Interruzzjonijiet) Billi ngħid \"tiegħi\" m'hijiex xi ħaġa li tikkuljunani!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Austin Gatt hekk qed jipprova jagħmel, imma dan jipprova jikkuljuna lil kulħadd!", "Biex taraw kemm il-Partit Nazzjonalista jħobbhom lin-nies tal-Kottonera!", "Madam Speker, tajjeb ngħid ukoll li meta jien kont intervenejt fuq ix- xibka li kien hemm fuq il-ħajt tal-baċir numru 1 - kienet saret xibka li kienet qed tkerrah dik l-area kollha u tlabt biex jittieħdu passi dwarha mill-pulizija - kont ġejt ikkuljunat.", "Dak iż-żmien ma tteħdux passi mill- pulizija u niftakar li tad-Dockyard kienu bagħtu għalija, iddiskutejna l- kwestjoni flimkien u dik ix-xibka tneħħiet.", "Pero' jekk tikkompara dakinhar mal-lum, x'issib?", "Ftit ġranet ilu meta kien qed isir xogħol ta' preparazzjoni biex jaqa' l-ħajt tal-baċir numru 1, kien hemm xi ħadd li bagħat lill-pulizija biex iwaqqfu x-xogħol.", "Ara kif isiru l-affarijiet!", "Meta jiena tlabt biex jittieħdu passi u kien hemm raġuni għaliex dan isir, ma ttieħdu l-ebda passi.", "Illum li m'hemmx raġuni għaliex jittieħdu xi passi - għax kulma kien qed isir kienu preparamenti biex aktar 'il quddiem iċ-ċint ikun jista' jaqa' u biex jitneħħa l-cable - bagħtu lill-pulizija, lil ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-Labour Office biex iwaqqfu x- xogħol!", "Dan qed ngħidu biex taraw l-ipokrezija!", "(Interruzzjonijiet) Il- punt hu li qabel ma waqqfu xejn u llum waqqfu kollox!", "(Interruzzjonijiet) Jiena mhux qed inwaħħal fil-Planning Authority, anzi nirringrazzjaha li ħadet passi daqshekk malajr, tant li sa l-aħħar ta' dan ix-xahar għandu joħroġ il-permess biex il-ħajt ikun jista' jaqa'.", "Imma jien qed ngħid kif kienet timxi l-oppożizzjoni meta kienet fil-gvern.", "Madam Speaker, f'Jannar ta' l-1996 kont staqsejt jekk kenux saru diskussjonijiet dwar il-baċir numru 1 u l-ex-Ministru Dalli kien qalli li d- diskussjonijiet kienu għadhom se jibdew.", "Mela kif tista' tiġi hawn b'wiċċek minn quddiem u tgħid li kont diġa' rranġajt biex il-baċir numru 1 jitneħħa minn hemm?!", "Dawn l-affarijiet lanqas jitwemmnu!", "Aktar minn hekk, imbagħad, meta waslet l-elezzjoni għamlu l-pjanti imma d- diskussjonijiet kienu għadhom lanqas bdew!", "Iżda l-isbaħ waħda kienet meta f'Ġunju ta' l-1995 il-Planning Authority għamlet seminar dwar il-Grand Harbour local plan li għalih kienu mistednin il-kunsilli lokali u d- deputati ta' dawk l-akwati.", "F'dan is-seminar kienu saru diversi workshops fuq għadd ta' topics, fosthom housing and community facilities, tourism and recreation, urban conservation and listed buildings, transportation and industry and the port.", "Niftakar li konna nqsamna fi gruppi u jien spiċċajt mal-grupp tat- transportation and industry and the port għax fis-sezzjonijiet l-oħrajn kien hemm nies biżżejjed.", "Kien hemm kemm membri parlamentari kif ukoll membri tal-kunsilli u peress li kienu jafu li jien inħobb ħafna l-baħar - kont naħdem bħala fizzjal, ngħix ħdejn il-baħar u għandi l-uffiċċju tiegħi ħdejn il-baħar - ħassew li stajt nagħti aktar kontribut f'dan il-qasam.", "F'dan il-kumitat kien hemm żewġ persuni mill-Planning Authority, is- segretarju tal-kunsill lokali ta' Bormla, wieħed mill-kunsilliera tax- Xgħajra, jiena, u aktar tard kien daħal l-Onor.", "Cilia.", "Konna tkellimna proprju fuq l-area tal-Birgu u għedna li m'huwiex sewwa illi n-naħa tal- Belt hija intiża li tiġi żviluppata għat-turiżmu filwaqt li n-naħa tal- Kottonera qed tiġi żviluppata għall-industrija kummerċjali u għalhekk ridna naraw x'nagħmlu biex nattiraw it-turiżmu u nagħtu ħajja ġdida lill- Kottonera.", "Minn hemmhekk ħarġet l-idea ta' jekk għandniex niżviluppaw yacht marina.", "Meta għadda ftit taż-żmien bdiet issir boat show li għaliha attendejna jiena, l-Onor.", "Debono Grech, is-sindku tal-Birgu u l-Prim Ministru.", "Fil- fehma tal-Partit Laburista kien ħareġ ċar li f'dik l-area kellha ssir yacht marina.", "Qed insemmi l-boat show għax f'dan il-Parlament kienet saret riferenza għaliha u ntqal li bdejnieha aħna u mbagħad spiċċat fix-xejn.", "GĦalhekk tajjeb li ngħid x'ġiegħel li din il-boat show tispiċċa.", "Niftakar li waqt li kienet qed issir il-boat show kien hemm xi ħadd illi kellu ż- żwiemel in-naħa ta' Sant' Anġlu.", "Tant kienu jixtiequ jagħtu dehra sabiħa lil dik in-naħa li ħallew lin-nies jidħlu u jrabbu ż-żwiemel hemmhekk!", "Din hi l-ipokrezija!", "Waqt din il-boat show sid iż-żwiemel kien ikun irid joħroġ u peress li kien ħabib ta' xi ħadd tal-qalba, ta' xi ex-ministru li m'hemmx għalfejn insemmih, kellu l-power li jidħol bil-vann u jagħmel li jrid.", "Ġieli kien anke jċempel lill-Prim Ministru biex juri kemm kellu saħħa u kien joqgħod jhedded lil tal-boat show.", "Għalhekk din spiċċat biex ma saritx aktar.", "Mhux talli hekk, talli l-istess ministru li dan l-individwu kien jagħmel l- arja bih, kien jaf illi dan il-bniedem ma kellu l-ebda titlu fuq dak il- bini u allura wiegħdu li kien se jġibulu.", "Fi kliem ieħor dan l-ex-ministru dendel karrotta quddiem dan l-individwu, ħallihielu sa l-elezzjoni li għaddiet u mbagħad spiċċa b'xejn.", "Jiġifieri dan l-ex-ministru anke lil ta' madwaru nganna, aħseb u ara lill-maġġoranza assoluta li hija Laburista!", "X'għamilna aħna f'dawn il-ftit xhur li ilna fil-gvern?", "Aħna rajna bis- serjeta' x'hemm bżonn isir, ridna li jiġi kkonsultat kulħadd, ridna li jidħlu nies speċjalizzati fuq ċerti affarijiet u ridna li jkun hemm nies kemm min-naħa tal-Kottonera kif ukoll minn inħawi oħrajn li jistgħu jaraw l- affarijiet b'mod differenti milli narawhom aħna.", "U x'ġara?", "Niftakar illi kien ġie maħluq planning council għan-naħa tas-south ta' Malta u naturalment il-Kottonera kienet parti minnu.", "L-ewwelnett tajjeb li ngħid li f'dan il-kunsill jiena kont qed nirrappreżenta lill-membri parlamentari tan-naħa t'isfel pero' kien hemm oħrajn li kellhom x'jaqsmu direttament ma' diversi xogħlijiet oħra, bħall-aspett soċjali u l-infrastruttura.", "Dan il- planning council beda jikkoordina billi qabbad nies speċjalizzati fuq diversi oqsma, iltaqa' mal-kunsilli lokali u ma' l-għaqdiet kollha li hemm fil-Kottonera, kemm politiċi kif ukoll reliġjużi, sema' x'kellhom xi jgħidu, staqsihom x'jixtiequ u xi żvilupp hemm bżonn li jsir u wara li flimkien daħlu fid-dettall magħhom, saru diversi studji u ħareġ rapport.", "F'dan ir-rapport li ħareġ m'ilux hemm il-pedament ta' kif jista' jsir ix- xogħol fil-Kottonera u fin-naħa tas-south ta' Malta, u x'inhuma l- prijoritajiet.", "Waħda minn dawn il-prijoritajiet hija l-yacht marina tal-Birgu.", "Dawn l- esperti rrikonoxxew li l-privat għandu jkun imdaħħal f'din il-yacht marina.", "Dan irrikonoxxieh ukoll il-Partit Nazzjonalista fil-gvern meta fl-1993 il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi ta' dak iż-żmien, f'risposta għal mistoqsija parlamentari li saritlu, kien qal li jaqbel li s-settur privat u mhux inqas ir-residenti tal-Kottonera, għandhom joħolqu l-ambjent u l- inizjattivi u għal investiment f'negozju fil-qasam tat-turiżmu.", "Hawnhekk jidher ċar illi anke huma kienu jemmnu li bilfors irid ikun imdaħħal il- privat biex ikun jista' jsir żvilupp hemmhekk.", "Pero' minkejja dan il-ħafna kliem ma sar xejn.", "Dawn kienu qed jitkellmu dwar ċerti żviluppi li kellhom isiru bħal, per eżempju, is-son et lumière fil-ground tal-football ta' l- Isla.", "Imma meta aħna ġejna biex niddiskutu din ir-riżoluzzjoni għax inqatgħet parti mill-art, rajna bis-serjeta' d-drittijiet u l-bżonnijiet tan-nies tal-Kottonera.", "(Interruzzjonijiet) Meta kontu intom fil-gvern ma missitkomx il-kuxjenza u din kontu se teħduha!", "Din hi l-ipokrezija!", "Kemm ftaħru fil-Parlament li ħadu ħsieb il-Kottonera u li għamlu kumitat għar- rijabilitazzjoni tagħha!", "Imma anke hawnhekk daħku bin-nies tal-Kottonera.", "Meta jiena għamilt mistoqsija parlamentari dwar kemm ġew ivvotati flus fl- 1995 u x'intnefaq għar-rijabilitazzjoni tal-Kottonera, ir-risposta li ngħatajt kienet:", "\"L-ispejjeż għall-amministrazzjoni ta' l-uffiċċju kienu ta' ¥7,344, l- ispejjeż ta' pjanti u survey fuq Pjazza Santa Margerita kienu ta' ¥122, l-ispejjeż ta' materjal u kiri ta' makkinarju fuq it-tindif tas- swar kienu ta' ¥1,238, il-pagi ta' staff tekniku u industrijali kienu ta' ¥60,838.\".", "Dawn suppost li ntnefqu mis-somma ta' ¥250,000.", "L-ipokrezija hija li anke f'din ir-risposta hemm il-gideb għax meta erġajt għamilt mistoqsija biex inkun naf eżatt x'kienu l-proġetti involuti ħalli naraw fiex intnefqu l- flus, ir-risposta li ngħatajt kienet:", "\".... pjan tajjeb għal Pjazza Santa Margerita f'Bormla li għalih intefqu ¥122, tindif ġenerali tas-swar tal-lokalitajiet kollha u bidu tat-tindif taċ-ċimiterju fit-Triq il-Missjoni Taljana fil-Kalkara.\".", "Dawn kienu l-affarijiet li saru!", "Mela ma kien veru xejn li sar tindif ġenerali tas-swar.", "Dawk il-flus kienu ntnefqu f'makkinarju li bih ħadmu illegalment fil-ġnien tal-Kalkara biex minħabba pika ta' xi ħadd jgħidu illi hemmhekk sar ċimiterju.", "Mela ħadmu illegalment, il-flus nefquhom fl- apparat li użaw u fir-risposta li taw ġabu skuża illi l-flus intnefqu għat- tindif tas-swar!", "B'dan il-mod ipprovaw jgħadduna biż-żmien lilna tal- Kottonera!", "Dawn ir-risposti tawhomlna huma stess u ħadd ma jista' jaħrab minnhom.", "Għalhekk, Madam Speaker, jiena nistaqsihom: Intom veru tridu li jsir dan il-proġett?", "(Interruzzjonijiet) Ma tarax!", "Mhux jien biss persważ li intom kontu se toħolqu xi skuża, imma anke l-Onor.", "Membru li kien magħkom ammetta li kien jaf illi se tagħmlu xi ħaġa għax mhux veru li tridu li jsir il-proġett tal-Kottonera.", "Ara aħna, wara li sar l-istudju li kellu jsir u wara li saru l-konsultazzjonijiet ma' kulħadd, għamilna pedament u għandna t-time-frames biex ix-xogħol jibda jsir.", "Din hija s-serjeta'!", "Mhux ma tafx minn fejn se tibda u ma tafx fejn se tispiċċa!", "U waqt li konna qegħdin nagħmlu l-pedamenti sibna biss oppożizzjoni xxewwex lin-nies u tgħidilhom li l-gvern tagħhom abbandunahom, qed jgħaddihom biż-żmien u m'hu qed jagħmel xejn.", "U minkejja li n-nies tal-Kottonera kienu jafu li qed isir dak l-istudju u qed isiru l-konsultazzjonijiet biex l-affarijiet isiru bis-serjeta', minħabba dik il-propaganda qarrieqa li għadhom jagħmlu, daħħlulhom f'moħħhom id-dubju dwar il-proġetti li kellu l-Gvern Laburista għall-Kottonera.", "U għaliex issa ġejna għar-realta' u dik il-propaganda qarrieqa se tibqa' f'wiċċhom, raw kif sabu skuża biex jimminaw l-ewwel proġett li verament se jagħti ħajja lill-Kottonera.", "Dawn huma r- realtajiet!", "X'ma għamilniex aħna?", "Ħalli nikkompara ż-żmien meta kienu huma fil-gvern ma' meta tlajna aħna.", "Veru li taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm klikek illi għax kellhom il-barka ta' xi ministri kienu daħlu fl-għases, qalbu l-bankijiet, sawtu u ferew lin-nies u ħadd ma kien jista' għalihom?", "Nistaqsi lin-nies tal-Kottonera: Veru jew le dan li qed ngħid?", "Dawn l-affarijiet qegħdin isiru llum?", "Il-Gvern Laburista qiegħed jagħti riħ lill-kriminali biex jagħmlu dawn l-affarijiet?", "Illum m'hu qed isir xejn minn dan.", "Din hi s- serjeta' ta' Gvern Laburista.", "Aħna verament irridu s-serjeta' f'pajjiżna u rridu li l-Kottonera tingħata l-ġieh illi jixirqilha.", "Aħna ma rridux li jkun hemm xi erba' bulijiet ta' xi ex-ministru jħarbtu kull festa li ssir fil-Kottonera għax jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu!", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek f'liema sitwazzjoni konna għax jekk hawn wieħed illi jista' jitkellem bil-provi huwa proprju jien.", "Jien niftakar li n-nies tal-Kottonera ma setgħux joqogħdu b'din il- klikka ta' nies li kienu drogati, jagħmlu li jridu fil-beraħ u ħadd ma kien jista' għalihom.", "Fil-fatt kemm-il darba kont kellimt lill-ministru konċernat dwarhom pero' qatt ma sar xejn.", "Imbagħad kien hemm ministru ieħor illi kien ħa ċerti passi imma bqajna fejn konna.", "L-isbaħ waħda mbagħad kienet meta darba f'dan il-Parlament kont informajt lill-ministru bit-traffikar tad-droga u logħob klandestin li kien qed isir f'ċertu każin u l-għada fil-għodu xi ħadd ġie jistaqsini jekk mortx nirrapporta lil xi ħadd.", "Mela fid-9.00 p.m. niġi nitkellem hawnhekk u l-għada fit-8.00 a.m. jiġu jgħiduli b'dawn l-affarijiet!", "Jien spiċċajt biex tlift il-fiduċja u ma kellix metodu ieħor x'nuża biex nipprova nnaqqas dan il-vizzju mill- Kottonera.", "GĦalhekk ġejt f'dan il-Parlament, semmejt l-ismijiet ta' dawn in-nies u għedt fejn ikunu u kollox.", "Kienu ġew ikellmuni anke l-kappillani u qaluli biex nagħmel id-dover tiegħi għall-benefiċċju tal-pajjiż, u jiena hekk għamilt.", "Imma xi ġrali?", "Niftakar li meta kont f'laqgħa tal-grupp parlamentari marru għall-għarrieda d-dar tiegħi u pprovaw jitfgħuli l-bieb il-ġewwa.", "Fosthom kien hemm id-driver ta' ex-ministru.", "Dak inhar il- Bambin ħabbni għax pulizija tat-traffic li kien qed iġibli l-aġenda tal- Parlament għarafhom u telqu.", "Imma jiena batejt u għal snin twal jiena u l- familja tiegħi għaddejna minn trawma għax it-tifla li kienet ta' eta' żgħira kienet se taqbeż minn fuq il-bejt, ma kienet titkellem ma' ħadd, ma setgħetx tmur skola u ma setgħet tagħmel xejn.", "Dak li ħadt jien!", "Dak li ħadu n-nies tal-Kottonera fi żmien Gvern Nazzjonalista!", "Pero' kien hemm aktar minn hekk u minkejja dan kollu bqajt għaddej.", "Baqgħu jhedduni u kelli niġi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u nressaq każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Għax tkellimt f'dan il-Parlament ġew isawtuni fil- festa u baqgħu jheddu lili u lill-familja tiegħi.", "F'din is-sitwazzjoni spiċċat il-familja tiegħi, u dan kien prima facie ksur ta' privileġġ.", "Imma l-partit fil-gvern li kien jemmen fis-serjeta' ħalla dan il-ksur ta' privileġġ jaqa' u ma ressqux minkejja li sar rapport u kien hemm anke evidenza u minkejja li f'dan il-Parlament ġie aċċettat illi dawn l- affarijiet verament saru.", "Din hi s-serjeta'!", "Minn dan kollu għaddejna fil- Kottonera!", "U dan mhux in-nies tal-Kottonera biss jixhduh imma nista' nixhdu jien ukoll!", "F'din is-sitwazzjoni wassluna.", "X'jibqa' fik imbagħad meta terġa' tisma' lill-Partit Nazzjonalista, illum fl-oppożizzjoni, jitkellem b'mod daqstant ipokrita f'dan il-Parlament!", "Jiena nsemmi bil-provi dak li kien qiegħed jiġri u nerġa' nistaqsi lin-nies tal-Kottonera: Veru jew le li ftit snin ilu, fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, kien hawn min kien imur fl-għassa ta' Bormla, jaqleb il- bankijiet, jhedded u jsawwat lin-nies ta' l-affari tagħhom għax ikunu qed jaqraw \"l-orizzont\"?", "X'differenza llum!", "Il-Partit Laburista fil-gvern m'huwiex qed iħalli dawn l-affarijiet jiġru u qed idaħħal is-serjeta' u d- dixxiplina fil-pajjiż kollu imma peress li din ma tantx tingħoġob qed ikun hemm reazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni li qiegħda xxewwex lill-poplu kontra l-gvern li qed jipprova jagħmel il-ġid lil pajjiżna.", "F'din is- sitwazzjoni qed jipprovaw jerġgħu jġibuna pero' naċċertahom illi mhux se jirnexxilhom.", "Ħalli nsemmi ipokrezija oħra.", "Fi żmienhom kellhom ċans juru li m'humiex ipokriti.", "Hawnhekk qed nirriferi għaż-żmien meta fis-Sedja kien hawn l- Onor.Gonzi.", "Se nitkellem dwar l-iscrapyard tal-Kalkara.", "Kienu qalu li lill- Kottonera jridu jagħtuha dehra sabiħa.", "Jiena nistaqsi: Għaliex wara li xbajt nagħmel diversi mistoqsijiet dwar l-iscrapyard tal-Kalkara u ġbidilnilkom l-attenzjoni li kontu se tagħmlu miżbla, fl-1992 ħriġtu l- permess?", "Ara kemm kontu iprokriti!", "Dan kellkom ċans iżżommuh imma intom ipokriti u l-permess ħriġtuh.Issa qegħdin tgħidu li dik l-iscrapyard kienet qed tkerrah!", "Issa qed tipprovaw titfgħuha fuq il-Gvern Laburista qisu għamilha hu!", "Dawn l-affarijiet ma jitwemmnux.", "THE DEPUTY SPEAKER (L-Onor.", "Michael Bonnici): Ippermettili, Onorevoli.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Joe Mizzi jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Kif diġa' għedt, minbarra x-xogħol li għamel il-planning council, il- ministri ħadu l-inizjattiva li jifformaw il-Cottonera community development biex flimkien jaraw kif jistgħu jikkoordinaw ħalli verament iseħħu ċerti affarijiet fil-Kottonera.", "Tajjeb illi ngħid illi wieħed mill-fatturi illi ħareġ dan l-aħħar kien il-ftehim bejn il-Maltacom u l-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali biex fl-iskejjel jiġi introdott l- Internet.", "Fil-fatt l-iskejjel kollha primarji u sekondarji fil-Kottonera se jkunu l-ewwel illi jgawdu minn dan is-servizz u dan juri impenn serju bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Madam Speaker, jidher ċar illi wasal iż-żmien li dawn il-proġetti jibdew iseħħu, biex il-Kottonera tingħata attenzjoni, biex l-edukazzjoni tingħata spinta, biex jidħlu d-dixxiplina u s-serjeta' u biex nuru li l-Kottonera hija kapaċi aktar minn areas oħrajn.", "L-unika problema hija li għandna qalbna tajba u allura ħaddieħor jista' jipprova jabbuża minna u jgħaddina biż-żmien.", "Ma jistax ikun li nibqgħu naċċettaw dawn l-affarijiet.", "Aħna nibqgħu qalbna tajba u ngħinu lil dak li jkun, imma lil min jipprova jagħtina bis-sieq ma nistgħux nibqgħu ngħidulu \"prosit\".", "In-nies tal- Kottonera diġa' bdew jisħtu lill-oppożizzjoni għax din minflok li rat kif għamlet biex lill-Kottonera tagħtiha dak li jixirqilha, bdiet tostakola biex ma tħallix ix-xogħol jibda.", "Hemm ħafna affarijiet oħra li nixtieq insemmi imma m'iniex f'pożizzjoni li nagħmel dan għaliex jiena, bħala wieħed li noqgħod il-Kottonera, batejt ħafna, b'mod speċjali fl-għaxar snin li l-Partit Nazzjonalista kien fil- gvern.", "Biżżejjed ngħid li meta dawn bnew appartamenti ġodda minflok li raw kif se jintegraw lil ċerti nies bi problemi ma' nies oħra bla problemi biex jipprovaw itejbu l-aspett soċjali, għamlu bil-kontra u ħolqu aktar problemi soċjali!", "(Interruzzjonijiet) Anke sidien tal-każini Nazzjonalisti tal- lokalitajiet ġew jiġġieldu magħkom għax minflok li kontu qegħdin tgħinuna, kontu se tkissruna soċjalment.", "Jien nista' naħlef illi l-kumitati tagħkom stess kienu jgħiduli biex insemmi dawn l-affarijiet fil-Parlament u ngħid kif se tkissru soċjalment il-lokalitajiet tal-Kottonera u li intom stess se toħolqu problemi soċjali.", "Jien niftakar lil sieħbi tan-naħa l-oħra jgħid li m'huwiex veru li l-Partit Nazzjonalista ried isolvi l-problemi li jeżistu fil-Kottonera imma ried ikissirha aktar.", "U hekk għamel.", "Minflok li ra kif jagħmel biex isolvi l-problemi li diġa' kienu jeżistu, ħoloq problemi soċjali oħra!", "U llum jiġi hawn f'dan il-Parlament u jipprova juri li hu d-difensur tagħna!", "Sur President, jiena ngħidilhom li jekk qed jaħsbu li n-nies tal- Kottonera huma mzazen, allura sejrin żbaljati.", "In-nies tal-Kottonera jafu li l-Partit Nazzjonalista kien dejjem kontrihom, għadu kontrihom u se jibqa' jagħmel minn kollox biex hemmhekk ma jsirx żvilupp.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, l-ewwelnett nixtieq ngħid illi ħadt pjaċir ħafna nisma' lill-Ministru Mizzi jitkellem fuq il-Kottonera għax tkellem minn qalbu.", "Għalkemm jiena m'iniex mill-Kottonera, għamilt erba' snin naħdem hemm u nista' ngħid li dawn in-nies ilhom ibatu minn problemi soċjali, minn problemi ta' infrastruttura u problemi oħrajn.", "U s-south ta' Malta, b'mod partikolari l-Kottonera, jixraqlu ħafna aħjar.", "Nibda biex niddikjara illi jiena minn qalbi se nivvota favur din ir- riżoluzzjoni għax minbarra li għandi fiduċja kbira f'dak illi se jsir fil- Kottonera u għandi fiduċja fil-Partit Laburista li qed imexxi l-gvern.", "Ngħid ukoll li l-Partit Laburista għandu l-fiduċja assoluta tal-poplu Malti li dehret bl-aktar mod sħiħ b'maġġoranza ta' 8,000 vot fl-aħħar elezzjoni.", "Jien inħossni kburi illi wara sena u tmien xhur ta' tmexxija ta' Gvern Laburista konna kapaċi ma nħallux il-P2 u l-mażuneriji jiġu jinvestu hawn Malta u jeħdulna flusna.", "Din hi l-għira ta' l-oppożizzjoni!", "Aħna wara snin twal ta' raqda taħt diversi gvernijiet ġibna nies serji Amerikani.", "Hawn qiegħda l-ipokrezija ta' l-Onor.", "Fenech Adami li l-bieraħ stess reġa' qal illi kif ikollu ċ-ċans - naċċertah illi għadu 'l bogħod biex jieħu dan iċ-ċans - jerġa' jkompli x-xogħol f'Chambrai.", "Imma kif ma jistħix?", "Sur President, meta wieħed janalizza l-kuntratt illi għandna quddiemna u jikkomparah mal-kuntratt ta' Chambrai, jara r-rights li żammejna aħna u l- ipokrezija tan-naħa l-oħra.", "Huna tkażaw kif tajna ċ-ċens għal 99 sena meta huma ħallew persuni jidħlu Chambrai mingħajr l-ebda dritt.", "Semmew ukoll l-aċċess.", "Xi ngħidu għall-aċċess għal Chambrai?", "Jekk tkun dilettant ta' l-istorja lanqas tista' tidħol tittawwal lis-swar għax dan id- dritt lill-poplu Malti neħħewhulu!", "Dik hi l-ipokrezija Nazzjonalista!", "Allura meta tħares lura bilfors tgħid: Imma għaliex din l-oppożizzjoni kollha?!", "GĦaliex filli qed jaqblu mal-proġett u filli m'humiex jaqblu mal- kontenut tal-kuntratt?", "X'impenn jista' jkollhom meta qabel l-elezzjoni lanqas indenjaw ruħhom jippreżentaw budget?", "Fl-aħħar snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista l-economic growth kien ta' 10%, iżda minkejja d-dejn kollu li sibna aħna kellna economic growth ħafna ikbar minn hekk.", "Din hi r-realta'.", "Niġi issa għall-ftaħir tan-Nazzjonalisti dwar kemm mexxew b'mod tajjeb.", "Anzi issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jistqarr illi saru xi żbalji, għalkemm m'huwiex jammetti l-ħniżrijiet illi saru.", "(Interruzzjonijiet) Għandhom raġun il-Laburisti jibżgħu joħolmu li xi darba jista' jkun hemm il- Partit Nazzjonalista fil-gvern għax ikun hawn tbatijiet, transfers vendikattivi u arroganza sħiħa ta' diversi politikanti - anke dawk li m'humiex ministri - li jidħlu fl-uffiċini, jheddu lil-Laburisti u jitfgħuhom fi kmamar iżolati.", "Jiena, li llum għandi pjaċir ngħid illi qiegħed hawn inwassal il-leħen ta' dawn il-Laburisti, ukoll kont vittma ta' ċerti azzjonijiet taħt Gvern Nazzjonalista.", "Għall-kuntrarju, f'sena u nofs ta' Gvern Laburista tajna l-ikbar xhieda ta' kemm aħna gvern serju.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli.", "Nitlob lill-usher biex dak l-individwu ma jitħalliex jaqsam il-Kamra darb'oħra.", "Kompli, Onorevoli Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: L-Onor.", "Alfred Sant u n-nies tiegħu mhux talli m'għamlux hekk, talli l-akbar pampaluni Nazzjonalisti u sħabhom li jmexxu d- dipartimenti għadhom hemm.", "U hekk għandu jkun jekk jagħmlu xogħlhom u ma jweġġgħux lin-nies tagħna.", "L-Onor.", "Fenech Adami u sħabu jmisshom jiddikjaraw pubblikament li meta jkunu fil-gvern ma jagħmlux vendikazzjonijiet u ma jagħmlux transfers!", "Aħna din għamilnieha, u għamilnieha bil-fatti!", "(Interruzzjonjiet) Lill-Onor.", "Vassallo ngħidlu li r-riżultat ta' l-azzjonijiet tan-Nazzjonalisti qed joħroġ mid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fil-qorti.", "Dawn tajjeb jaqrahom u issa dawn anke fil- gazzetti tagħhom qegħdin jidhru għax hemm min jemmen illi l-affarijiet hekk għandhom isiru.", "Dawn huma l-qżiżati u d-dardir li sar mill- amministrazzjoni Nazzjonalista fil-konfront ta' ħaddiema Laburisti, sentenzi li llum ħadd ma jista' jattakkahom.", "(Interruzzjonijiet) Ħallini nkompli, Onorevoli Borg.", "Iż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-ilma, u baqa' żejt x'jitla'!", "(Interruzzjonijiet) Issa qed tgħidu li intom ippreparati għax għandkom l-issue groups u qed tersqu lejn il-poplu.", "Issa ndunajtu li għandkom tkellmuh lill-poplu!", "Qabel lanqas tersqu lejh ma kontu.", "Ma tafux illi għadkom kemm ħriġtu minn sfiduċja assoluta tal-poplu Malti u Għawdxi?", "Il-poplu kien ċar fir-riżultat tiegħu, u dan qed jiġi rifless ukoll fil- Gvern Laburista li f'qasir żmien wasal biex jibda joħloq proġetti li se jagħtu nifs qawwi lill-poplu tal-Kottonera.", "Issa bl-investiment li hemm maħsub se jkun hemm impjieg dirett għan-nies tal-Kottonera għaliex filwaqt li taħt gvernijiet Nazzjonalisti mhux talli ma kenux jieħdu ħsiebhom ...", "Fil-Kottonera kien hemm il-problema tad-droga, tal-qgħad, tal-housing u kull tip ta' problema oħra!", "U issa li għandna dan iċ-ċans biex nirranġaw is-sitwazzjoni, l-arroganza Nazzjonalista fl-oppożizzjoni wkoll qed tkun fl- aqwa tagħha!", "Din hi r-realta', u tajjeb li l-poplu Malti jkun jaf x'inhu jsir f'dan il-Parlament.", "Aħna qegħdin ngħidu li, notwithstanding li l-qagħda finanzjarja hija diżastruża u li qed nagħmlu minn kollox biex nissetiljaw dawn id-djun kbar illi ħallew lill-kaxxa ta' Malta, ġibna investiment dirett Amerikan illi huwa kommess li fi żmien sentejn jippompja ¥6 miljun.", "Imma dawn qed jgħidu \"le\" għal dawn is-¥6 miljun għax m'humiex jaqblu maċ-ċens!", "L-ewwel ma kenux qed jaqblu ma' l-aċċess u issa m'humiex qed jaqblu maċ-ċens!", "Daqshekk taħraqhom qalbhom għan-nies tal-Kottonera u daqshekk iħobbuhom!", "Mela ħalli ngħid kif kienu jagħmlu l-kuntratti meta kienu fil-gvern huma.", "F'disa' snin u nofs dawn qatt ma ġabu investiment ieħor ħlief ta' Chambrai u l-uniku investiment barrani kien ta' Taljan li, wara, l-Onor.", "Fenech Adami nduna li kien membru tal-P2.", "Barra minn hekk, dawk li huma involuti f'Chambrai huma nies magħrufin bl-aktar mod qawwi għat-twemmin Nazzjonalista tagħhom u nafu wkoll illi wħud minnhom għandhom a very shady character, biex ma ngħidx affarijiet oħra.", "Għalhekk jiena għedt li ż-żejt għad ikompli jitla' f'wiċċ l-ilma.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli Edwin Vassallo, jekk jogħġbok tinterrompix.", "Kompli, Onorevoli Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, qed jgħidu li dan il-kuntratt huwa ħażin.", "Jien hawnhekk għandi kopja ta' diversi kuntratti li saru dwar postijiet oħra, fosthom kuntratt ta' Porto Cervo illi huwa viċin Sassari, fl-Italja.", "Meta f'Porto Cervo sar investiment għall-berthing, il-parti fejn kellu jkun hemm il-berthing kellha tingħata għal żmien twil bi private lease biex l-investiment finanzjarju jkun jista' jitwassal.", "Dan juri biċ- ċar li meta niġu biex nitkellmu fuq ċnus il-kwestjoni hija relatata ma' investiment finanzjarju.", "Jiena ċert li ħadd ma jieħu pjaċir jagħti art b'ċens ta' 50 sena jekk jista' jagħtiha b'20 sena.", "Din hija kwestjoni ta' finanzjament u proġetti bħal dawn jinvolvu miljuni kbar.", "F'dan il-każ Lm6 miljun fl-ewwel sentejn huma diġa' qawwija.", "Hawnhekk għandi wkoll il- kuntratt li sar għall-proġett f'Lerwick Harbour, Shetland, fi Scotland.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx kummenti.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Dawn f'għaxar snin investew £Stg 30 miljun u l- Gvern Laburista ġab ¥6 miljun biex jiġu investiti fil-Kottonera.", "Din hi l- verita'.", "Imbagħad l-oppożizzjoni tiġi titkaża meta dawn l-affarijiet ma sarux fil-kuntratt ta' Chambrai!", "Jien nixtieq li l-Onor.", "Fenech Adami jgħidli jekk jeżistux għax il-bieraħ tkellem ħafna dwaru f'Għawdex.", "Fil- kuntratt illi għandna quddiemna l-gvern qal illi l-kumpannija li se tieħu x- xogħol fil-Kottonera ma tistax tittrasferixxi, tagħmel subleasing jew b'xi mod tagħti l-enfitewsi ta' l-art li qed nitkellmu fuqha qabel ma tlesti l- proġett, u l-ebda individual shares li jappartjenu lill-grantee ma jistgħu jgħaddu qabel ma jsir il-proġett.", "Fejn qiegħda din fil-kuntratt ta' Chambrai?", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli Farrugia.", "Xi nies qed jitħallew jaqsmu l-Kamra.", "Dan ma nippermettihx hawn ġew.", "Dawn għandhom jgħaddu minn wara u mhux minn quddiem għax inkella nkunu qed inwaqqgħu għar- redikolu lill-Kamra tar-Rappreżentanti.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dwar il-kwestjoni tan-nies li jiġu f'din il-Kamra, irrid ngħid li f'dawn l-aħħar erba' seduti s-Sedja ma ħarġitx biljetti għall-iStrangers Gallery.", "Għalhekk nixtieq inkun naf liema huma dawk li hemm hemmhekk u li suppost huma ġurnalisti.", "Qed ngħid dan għax ħafna minnhom m'humiex ġurnalisti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ngħaddi dan il-messaġġ lil Madam Speaker aktar tard għax il-biljetti mhux jien noħroġhom.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Din il-kwestjoni ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba' jew ħames seduti.", "Ma jistax ikun li filwaqt li l-pubbliku in ġenerali ma jitħalliex jidħol fil-Parlament, f'daqqa waħda l-iStrangers Gallery u taħtha jimtela bin-nies!", "THE DEPUTY SPEAKER: Nerġa' nappella lill-ushers biex ma jħallux nies jaqsmu l-Kamra biex jidħlu fl-iStrangers Gallery.", "Kompli, Onorevoli Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, issemmew ħafna affarijiet dwar x'riedu jagħmlu fil-Birgu imma jekk tħares lejn dan it-tip ta' portijiet, huma fejn huma, issib li dawn la jsir sajd u lanqas għawm fihom.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli Farrugia.", "Ma rridx kummenti across the floor.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia għandu dritt jitkellem.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jidher li llum ma tantx qed jieħdu pjaċir jisimgħuni!", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, qatt ma kien hemm okkażjoni fejn kellha tinġabar petizzjoni biex isir proġett fil-Kottonera.", "Qatt ma ġiet fl-istorja ta' Malta li, notwithstanding li kellu l-approvazzjoni u kellu l-flus, il-poplu Malti ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili.", "Jekk se jibqgħu għaddejjin il- kummenti se nkun kostrett illi nkeċċi n-nies mill-Kamra.", "Kompli, Onorevoli Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Qatt ma kienet fl-istorja ta' Malta li kellhom jinġabru l-firem ta' eluf ta' nies fil-Kottonera; hemm minnhom ex-membri tagħkom ...", "(Interruzzjonijiet) Il-lista ta' dawn in-nies tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra u għandkom ħafna nies bravi biex jiċċekkjaw l-ismijiet.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi, aktar rimarki?.", "Il-Ministru Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Xtaqt nieħu l-opportunita' biex nirrispondi għal xi kummenti li kienu saru fid-dibattitu li kellna qabel dan meta ressaqt il-mozzjoni fil-Parlament.", "Tan-naħa l-oħra kienu ftaħru kemm wettqu xogħol fil-Kottonera matul id-disa' snin u nofs ta' amministrazzjoni.", "Ħalli niġi għall-kummenti li saru.", "L-ewwel ma tkellem kien l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Dan qal li f'disa' snin u nofs ta' gvern Nazzjonalista ngħata bidu għall-proġett tad- dar ta' l-anzjani ta' Bormla, għamlu jew taw bidu għal diversi proġetti ta' restawr u organizzaw ukoll il-Birgufest.", "Xi ħadd ieħor qal li għamlu wkoll il-mużew marittimu.", "Imma dan kulma għamlu fil-Kottonera f'disa' snin u nofs?!", "GĦalhekk meta nisma' dawn l-argumenti, li issa niġi għalihom wieħed wieħed, lil tan-naħa l-oħra ngħidilhom: Lil min tridu timpressjonaw bix- xogħol li qed tgħidu li għamiltu fil-Kottonera jekk kulma għamiltu huwa li tajtu bidu għad-dar ta' l-anzjani f'Bormla!", "Meta f'Ottubru ta' l-1996 inbidel il-gvern, konna sibna ħofra kbira f'Bormla, ħofra li kienet id-dar ta' l-anzjani.", "Fil-fatt sal-lum, 20 xahar wara, din id-dar għadha qed tinbena.", "Jiġifieri meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern kulma għamel kien li fl-aħħar xhur applika għall-permess u ħaffer ħofra kbira fost il-ħafna ħofor li sibna.", "Dak li għamel il-Partit Nazzjonalista f'Bormla!", "Din id-dar ta' l-anzjani dalwaqt tkun lesta u aħna se niftħuha u mhux ħaddieħor.", "Imbagħad qalulna li għamlu l-Cottonera Rehabilitation Committee li tgħidx kemm għamel xogħol ta' restawr!", "(Interruzzjonijiet) Jien niftakar li meta kont fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra f'kull dibattitu li kien ikollna dwar il-budget kont dejjem nistaqsi x'kien eżattament ix-xogħol ta' dan il- kumitat.", "Ħafna drabi r-risposta kienet tkun li dan qed jagħmel xi studju.", "Taf kemm għamilna studji fuq il-Kottonera!", "Imma fir-realta' x'xogħol sar?", "Forsi xi ħadd minn tan-naħa l-oħra jkun jista' jqum u jispjegalna x-xogħol li sar għax jiena ħarist madwari u ma rajt xejn restawrat fil-Birgu, f'Bormla u fl-Isla.", "Imbagħad qalulna li t-tielet ħaġa li għamlu kienet li organizzaw il- Birgufest li kien hemm bżonnu għax ħafna Maltin lanqas kienu jafu fejn jinsab il-Birgu.", "Jien ngħidilhom biex jitkellmu għalihom infushom għax aħna nafu fejn qiegħed il-Birgu.", "Jekk lanqas biss jafu fejn qiegħed, aħseb u ara kemm se jagħtu kasu!", "Din hi r-realta'.", "In-nies tal-Kottonera mhux festi jridu għax dawn jafu jorganizzahom.", "Fil-Kottonera hemm fost l- aktar parroċċi antiki li għandna f'Malta u m'għandhom bżonn l-ebda gvern biex jorganizzalhom il-festi.", "Imbagħad qalulna li biex ikunu jistgħu jagħmlu l-Birgufest irranġaw il- moll ta' Sant Anġlu imma li ma qalulniex hu kemm nefqu flus biex irranġawh.", "U xtaqt li jqum l-Onor.", "Francis Zammit Dimech jew xi ħadd ieħor u jirrispondini.", "Jiena naħseb li nefqu bejn il-¥100,000 jew ¥200,000 imma, fl-opinjoni tiegħi, l-aktar ħaġa importanti li kien imisshom għamlu m'għamluhiex.", "Qed nirriferi għall-main tad-drenaġġ taħt il-moll li ilu mkisser għal bosta snin.", "Qabdu u ksew kullimkien bil-madum, u dan il- famuż main baqgħu ma rranġawhx.", "(Interruzzjonijiet) Forsi l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, jgħidilna kemm nefqu flus.", "Li ma qalilniex huwa li waħda mir-raġunijiet għaliex hemmhekk ma tistax tgħum hija li hemm overflow ta' drenaġġ fil-baħar.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek fuq l-overflow, Onorevoli Mugliett.", "(Interruzzjonijiet) Forsi l- Onor. Mugliett ma jafx li jien mill-Birgu u nassigurah li fi 43 sena qatt ma rajt lil ħadd jgħum hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas f'Sant Anglu.", "Jekk trid tkun taf nista' ngħidlek li n-nies tal-Birgu f'toqba kienu jgħumu u mhux f'dik in-naħa tal-port!", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx iżjed interruzzjonijiet.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-fatt hu li huwa veru li nefqu l-eluf ta' liri biex dan il-moll ġie paved pero' għada pitgħada se jkollna nerġgħu naqilgħuh biex nirranġaw il-main tad-drenaġġ li hemm taħtu.", "(Interruzzjonijiet) B'dan tridu tiftaħru intom li l-moll tal-Birgu għamiltulu wiċċ ġdid u mbagħad ma ħadtux ħsieb il-main tad-drenaġġ li kontu tafu li ilu jillijkja għal bosta snin?", "Fid-diskussjonijiet li kellu l- gvern mal-consortium dwar il-Kottonera ntqal li kien hemm bżonn jitranġa l- overflow tad-drenaġġ ħiereġ minn taħt il-moll ta' Sant Anglu.", "Issa se jkollna nagħmluh aħna dak ix-xogħol li suppost għamiltu intom qabel ma rranġajtu l-moll.", "Dik hi l-istorja kollha!", "X'għamlu aktar fil-Kottonera?", "Biex inkun onest irrid ngħid li bdew jibnu wkoll xi ftit flats.", "Fit-2 ta' Ġunju l-Onor.", "Francis Zammit Dimech qal li meta l-Malta Labour Party kien fil-gvern m'għamel xejn għall- Kottonera u li dan kien ċertifikat ta' mistħija għall-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien, jiġifieri l-gvern tal-Perit Mintoff.", "Jiena jiddispjaċini nisma' lill-Onor.", "Zammit Dimech jitkellem b'dan il-mod, u qabel ma qal hekk kien imissu ċċekkja l-fatti għax kien proprju bejn l-1971 u l-1987 li sar l- aktar xogħol fil-Kottonera.", "Jien niftakar il-mandraġġ fil-Birgu.", "(Interruzzjonijiet) Anke fil-Belt kien hemm il-mandraġġ li kien jikkonsisti f'ħafna toroq dojoq u ġo xulxin.", "Kien proprju Gvern Laburista li waqqa' dawn is-slums u bena flats ġodda.", "Dawn huma fost l-isbaħ flats li nbnew għax huma overlooking il-Port.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Francis Zammit Dimech u jgħidilna li fil-Kottonera ma sar xejn!", "Daqskemm saru proġetti ta' housing fi żmien Gvern Laburista!", "Madam Speaker, aħna għamilna l-aktar ħaġa importanti għall-Kottonera.", "Kif diġa' għedt, jien kont noqgħod hemmhekk u niftakar li meta kont niġi biex nidħol f'Sant Anglu kien jilqagħni baħri Ingliż li kien jgħidli li ma nistax nidħol.", "Kien proprju fl-1979 li dawn l-affarijiet spiċċaw.", "Ara dak ma jsemmuhx!", "(Interruzzjonijiet) Manoel Island hija tagħkom, mhux tagħna.", "Kien proprju fl-1979 li parti kbira mill-Kottonera li kienet f'idejn il- barrani għaddiet f'idejn il-Maltin.", "Din hija r-realta'!", "Allura kif tgħidu li aħna m'għamilna xejn għall-Kottonera?!", "Jiena niftakar ukoll li l-ħajt tad-dockyard kien ħafna iktar viċin il-knisja ta' Santa Tereża milli huwa llum.", "It-triq tax-Xatt ta' Bormla twessgħet fi żmien il-Gvern tal-Labour u konna aħna li lin-nies tajniehom naqra nifs.", "Konna aħna wkoll li bnejna skejjel hemmhekk.", "Imbagħad jiġu tan-naħa l-oħra u jgħidulna li m'għamilna xejn!", "Fil-Kottonera għamilna ħafna u se nagħmlu aktar.", "Madam Speaker, aħna nafu li l-Port il-Kbir għandu potenzjal enormi u peress li ħafna min-negozju li kien isir fih spiċċa, b'mod partikolari minn meta beda jopera l-Freeport, rajna l-bżonn li dan jerġa' jingħata l-ħajja u jiġi vvalutat u wżat aħjar minn kif kien qed jintuża s'issa.", "Aħna ridna mmexxu 'l-pajjiż 'il quddiem u biex nagħmlu dan kien hemm bżonn li l- attivita' ekonomika tikber.", "Wieħed mill-proġetti li hemm bżonn huwa appuntu l-iżvilupp tal-Cottonera waterfront pero' hemm proġetti oħrajn li aħna qed naħdmu fuqhom.", "Fost dawn għandna l-proġett tas-sea passenger terminal.", "Nafu li f'dawn l-aħħar snin il-business tal-cruise-liners fil-Mediterran żdied u żdied sewwa, u jekk irridu nieħdu aktar minn dan in-negozju jeħtieġ li jinbena sea passenger terminal ġdid.", "(Interruzzjonijiet) Din m'hi idea ġdida xejn.", "Intom għidtu ħafna affarijiet, Onorevoli Frendo.", "Taf kemm għamiltu studju u taf kemm għedtu li se tagħmlu affarijiet, imma m'għamiltu xejn!", "Din hija l-problema.", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, aħna rajna li f'dik l-area hemm ċertu potenzjal u li apparti l-proġett tal-Cottonera waterfront irridu naraw kif niżviluppaw sea passenger terminal ħalli permezz tiegħu nkunu nistgħu nagħtu aktar ħajja ekonomika lill-Port il- Kbir.", "(Interruzzjonijiet) Sibna kollox lest?!", "Ħofor l-aktar li sibna lesti!", "Taf x'kull crater sibna!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Onorevoli Abela, jekk jogħġbok, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħalli ngħidlek x'għamiltu intom.", "F'disa' snin u nofs għedtu li nfaqtu ¥600 miljun fil-Public Works Department.", "Tista' tgħidli fiex infaqtuhom dawn il-flus?", "(Interruzzjonijiet) Madam Speaker, proġett ieħor li jrid isir fil-Port il-Kbir huwa l-proġett tal-baċir numru 1.", "Veru li d-diskussjonijiet fuq dan il-baċir bdew bosta snin ilu u għadhom għaddejjin sal-lum.", "Imma kemm se ndumu nparlaw, nagħmlu diskussjonijiet, pjanijiet u studji?", "(Interruzzjonijiet) L-aħħar darba ħadtu għalikom għax għamilna l-winding up tad-dibattitu malajr.", "Allura issa għalfejn qed tinkwetaw?", "Issa jkollkom ċans titkellmu.", "Mhux se niddejqu.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma rridx aktar interruzzjonijiet.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-proġett tal-baċir numru 1 huwa maħsub biex lil Bormla nagħtuha n-nifs li għandha bżonn ħalli tkun tista' tiżviluppa.", "Lil min kien staqsieni jekk għadnix noqgħod il-Birgu ngħidlu li jiena tlaqt minn hemm kif qed jagħmlu ħafna oħrajn bħali għax qed ifittxu ambjent aħjar.", "Din hi l-istorja kollha!", "Ftit ilu kelli l-opportunita' li nerġa' mmur fit-triq fejn kont noqgħod u rajt li minn 80 familja mhux żgur fadal tlieta.", "In-nies tal-Kottonera għandhom il-ħitan tad-dockyard fuq naħa u s- swar fuq in-naħa l-oħra u allura bir-raġun li jħossuhom bla nifs.", "Huwa importanti li l-potenzjal li għandha l-Kottonera nużawh tajjeb.", "Aħna rridu nneħħu l-ħajt tal-baċir tad-dockyard ħalli Bormla, il-Birgu u l-Isla jkunu jistgħu jiġu żviluppati b'mod li kull min imur jgħix hemm ikun kuntent.", "Ir- realta' hi li aħna qegħdin nipprovaw nagħmlu dan imma tan-naħa l-oħra qegħdin ifixkluna.", "Din hi l-istorja kollha!", "Madam Speaker, imbagħad hemm il-proġett tal-Kalkara Creek fejn ġie identifikat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex issir yacht marina.", "Aħna għedna li l-Belt huwa peninsula fin-nofsm bil-Port ta' Marsamxett fuq naħa u l-Port il-Kbir fuq naħa oħra.", "GĦalhekk se nipprovaw nagħmlu xi ħaġa sabiex dawn iż-żewġ portijiet, li huma ġojjell naturali, nikkombinawhom flimkien.", "Il-portijiet tagħna minn dejjem kienu l-akbar assets ta' pajjiżna.", "Imbagħad ħareġ il-proġett l-ieħor hekk imsejjaħ \"connections\".", "Ġie propost li ssir speċi ta' mina minn taħt il-Belt biex tgħaqqad il-Port ta' Marsamxett mal-Port il-Kbir u b'hekk ikun hemm aċċess għaċ-ċentru tal-Belt permezz ta' sistema ta' lifts.", "Naturalment fuq naħa ta' Tas-Sliema hemm il- proġett ta' Manoel Island.", "Pero' jekk nieħdu l-area kollha tal-Kottonera nsibu li għandna pjan strateġiku ta' kif irridu niżviluppawha.", "Il-proġett tal-Kottonera kien ħolqa waħda f'dan il-pjan u hemm bżonn li dan l-iżvilupp isir.", "Jekk irridu li pajjiżna jimxi 'l quddiem, hemm bżonn li jsir l- investiment fih u jekk jista' jkun dan m'għandux isir biss minn sorsi lokali imma anke minn sorsi barranin.", "Għaliex qed ngħid hekk, Madam Speaker?", "Wieħed mill-akbar punti ta' kritika li saru meta konna se niżviluppaw il- marina tal-Birgu kienet li ma kellniex għalfejn nagħtuha lill-barranin biex tiġi żviluppata għax il-Malta Maritime Authority kienet taf tiżviluppaha hi.", "Dażgur, aħna m'għandna l-ebda dubju li l-Malta Maritime Authority taf tagħmel marinas ukoll.", "L-ewwelnett, aħna rridu li jkun hawn daqsxejn kompetizzjoni f'dan il-pajjiż u mhux monopolju ta' xi ħadd.", "Apparti minn hekk, ridna ndaħħlu lil xi ħadd li jġibilna marketing experience differenti milli għandha l-Malta Maritime Authority sabiex inkabbru n-negozju.", "Din hi l-istorja kollha.", "Aħna għalhekk biss irridu li jkun hawn investiment barrani fil-proġett għax ma jistax ikun li noqogħdu niddependu biss fuq il- Malta Maritime Authority.", "Jien ċert li l-Malta Martime Authority tkun kapaċi tbigħ il-berths, jekk inħallu f'idejha u tista' tiżviluppa marinas oħrajn u kif hemm il-ħsieb li jsiru f'lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex.", "Imma hemm bżonn ukoll li ndaħħlu l-interess privat ħalli jkun hemm għażla bejn min jista' jagħmel ix-xogħol.", "Ma nafx kif tan-naħa l-oħra f'daqqa waħda qed ikunu kontra li jkun hawn il-varjeta' u l-kompetizzjoni għax jidhirli li qatt qabel ma tkellmu b'dan il-mod.", "Il-verita' hi li jekk aħna nħallu f'idejn il-Malta Maritime Authority il-probabbilta' tkun li ħafna mill-berths tal-Birgu jispiċċaw jittieħdu mill-Maltin u ma jinġibux boats minn barra.", "Issa aħna għalfejn irridu li l-marina tal-Kottonera tkun marketed minn operatur barrani?", "Dan irriduh biex dan l-operatur iġib hawnhekk l-esperjenza li għandu u permezz tagħha jiġġenera aktar negozju.", "Aħna ma rridux li l-Malta Martime Authority toqgħod dejjem tiġri wara l- istess dgħajjes biex jorbtu f'din il-marina.", "Madam Speaker, qalulna li l-ammont ta' ħlas li se tieħu l-Malta Maritime Authority huwa żgħir wisq.", "Aħna qed ngħidu li dan se jkun ta' xi ¥25,000 li jiżdied b'10% kull għaxar snin.", "Qalulna wkoll li l-Malta Maritime Authority qed tagħmel turnover kbir mill-marina ta' Ta' Xbiex.", "Dażgur li qed tagħmel turnover kbir, imma anke l-investiment hi għamlitu!", "Ir- running costs tal-marina huma responsabbilta' ta' l-Awtorita' Marittima wkoll.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet li huma totalment differenti għax ma tistax tqabbel it-turnover li għandha l-Malta Maritime Authority mill-marinas li tmexxi f'Ta' Xbiex ma' dan il-proġett.", "GĦalhekk, fl-opinjoni tiegħi, dan huwa argument li ma tantx ireġi.", "Madam Speaker, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech staqsa fiex jikkonsisti dan il-proġett.", "Jien ngħidlu li d-development brief kien ċar u li kieku qrah kien ikun jaf fiex jikkonsisti.", "Jiddispjaċini ngħidlu li din id-darba m'għamilx il-homework tiegħu tajjeb għax is-soltu jkun informat ħafna.", "Kieku qara d-development brief ma kienx jistaqsina x'se jsir minn dawk il- white buildings.", "Aħna l-commitment tagħna lejn dan il-proġett diġa' bdejna nuruh għax dawk il-white buildings diġa' bdejna nwaqqgħuhom.", "Meta aħna ħriġna d-development brief ridna nimxu b'sistema fejn id-developers joħorġu l-proposti tagħhom dwar x'jistgħu jagħmlu, il-proġett tagħhom imur quddiem il-Planning Authority - ovvjament ikunu informati l-kunsilli lokali u kulħadd - u fuq dawk l-applikazzzjonijiet isiru s-sottomissjonijiet.", "Jiġifieri at that stage kulħadd kien se jkun jaf x'se jsir u kien se jkollu ċ-ċans jgħid tiegħu.", "Semmewlna l-palazzi storiċi li hemm fix-Xatt tal-Birgu u qed jeħduha bi kbira u qed jgħidu li m'huwiex sewwa li hemmhekk se ssir marina u li se jsir xogħol ta' restawr fil-bini.", "Jien nixtieq infakkarhom li meta huma ġew biex jagħmlu l-proġett ta' Manoel Island, fid-development brief kienu daħħlu wkoll Tigne' Point.", "Il-Gvern Laburista ta' qabel l-1987 kien ried jiżviluppa Manoel Island on its own u ma kienx daħħal Tgne' Point magħha.", "Allura dawn għalfejn daħħlu Tigne' Point ma' Manoel Island?", "Ħalli ngħidilkom għalfejn.", "Dawn għamlu hekk għax raw li biex jagħmlu proġett serju fuq Manoel Island riedu jirrestawraw il-bini storiku u jonfqu ħafna flus.", "Issa meta jkollok tonfoq dawk il-flus kollha fuq restawr, liema developer se jidħol għall-proġett jekk ma jkollux xi return?", "Huma raw li r- return li se jkollhom minn Manoel Island huwa żgħir u li ma kienu se jsibu lil ħadd li jidħol għall-proġett jekk ma jagħtuhx xi karrotta oħra.", "GĦalhekk daħħlu Tigne' Point u kkombinawhom flimkien.", "Din kienet il- karrotta għall-proġett ta' Manoel Island.", "Jien m'iniex qed nikkritika din id-deċiżjoni li ħa l-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern, anzi nifhem għalfejn ittieħdet.", "Dawn qalu lid-developers li hemm bżonn li jirrestawraw il-fortifications u l-bini storiku li hemm fuq Manoel Island u għax kienu jafu li dan se jinvolvilhom spejjeż kbar, kienu lesti li jagħtuhom Tigne' Point, f'Tas-Sliema, li huwa prime site biex ikunu jistgħu jiġġeneraw ċertu cashflow minn hemmhekk u l-proġett ikun vijabbli.", "Din kienet idea tajba u l-istess argument jgħodd ukoll għall-Birgu fejn hemm numru ta' palazzi li hemm bżonn li jiġu restawrati u wżati.", "Imma m'huwiex faċli li ssib użu adattat għal bini storiku b'mod li jkun ekonomikament vijabbli.", "Dan għaliex, kif qed ngħid, trid l-eluf kbar ta' liri biex tirrestawra dawn il- palazzi u ħadd m'hu se jidħol għal dan ix-xogħol jekk ma tagħtihx xi ħaġa li permezz tagħha l-proġett ikun ekonomikament vijabbli.", "GĦalhekk il- proġett huwa bilanċjat għax qed ngħidu li r-restawr tal-palazzi tal- waterfront tal-Birgu jrid isir mill-iżviluppatur u trid ssir ukoll il- marina.", "Il-marina hija l-parti li hija vijabbli; il-parti l-oħra tar- restawr niddubita kemm hija vijabbli.", "Jekk inħarsu lejn il-proġett ta' Chambrai, insibu li l-parti tar-restawr tal-fortifications ma ngħatatx lid-developer imma żammha l-gvern.", "Mela d- developer li ħa l-proġett ta' Chambrai m'huwiex se jagħmel ir-restawr tal- fortifications.", "Dan se jkollu jagħmlu l-gvern u allura filwaqt li f'sentejn se jdaħħal ¥5,000 jew ¥10,000, għar-restawr fuq il-fortifications irid joħroġ madwar ¥2 miljun.", "Mela dan ix-xogħol, għax jinvolvi somma kbira, se jagħmlu l-gvern!", "GĦalhekk aħna skedajna l-proġett tal-Cottonera waterfront b'dan il-mod biex ikun proġett li jsir bis-serjeta'.", "Issa ħalli ngħid kif kienu jintużaw il-palazzi, Madam Speaker.", "Dan l-aħħar nies mil-Lands Department marru biex jiżgumbraw lil ħafna squatters li jkun hemm f'dawn il-famużi palazzi li hemm fuq il-Cottonera waterfront u sabu li wieħed minn dawn il-palazzi kellu bieb kbir ta' remissa li meta pprovaw jftħuhu sabu li kien magħluq b'katnazz.", "Meta tefgħu l-bieb ġewwa, sabu karozza li kienet ilha hemm xi ħames snin jew sitta u li l-pulizija skoprew li kienet intużat f'hold-up.", "Hekk kienu jintużaw il-palazzi tal-Cottonera waterfront!", "Xi ħadd uża karozza biex jagħmel hold-up, tefagħha fil-premises, sakkarha u rema ċ-ċavetta!", "Jiena nistaqsi lill-oppożizzjoni: F'dan l-istat tridu tħalluhom dawn il-palazzi?", "Milli nista' nifhem hekk tridu, daqskemm qed tagħmlu oppożizzjoni għal dan il-proġett!", "Dawn il-palazzi kienu jintużaw ukoll - din semmieha anke l- kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Mizzi - sabiex jinżammu fihom xi żiemel jew għasfur.", "Għalhekk kienu jintużaw dawn il-palazzi!", "U aħna li lkoll kemm aħna nistqarru li l-wirt storiku u arkitettoniku ta' pajjiżna għandna bżonn nibżgħu għalih, ma nistgħux naffordjaw li nħallu dawn il-palazzi f'dak l- istat.", "Allura mhux nirrestawrawhom irridu?", "Imma jekk biex tirrestawrahom trid tonfoq il-miljuni ta' liri u l-gvern m'għandux dawn il-fondi, se nħalluhom jitmermru forsi xi darba jkun hemm xi gvern li jkollu l-fondi biex jirrestawrahom?", "Jew se naraw kif indaħħluhom fi proġett li jkun vijabbli u b'hekk inkunu nistgħu nħajru lill-iżviluppaturi jidħlu għax- xogħol li jinħtieġu?", "Madam Speaker, aħna dehrilna li bħala gvern serju kellna nikkonsidraw bis- serjeta' li l-palazzi li hemm fuq il-moll tal-Birgu jiġu restawrati u tajbin biżżejjed għall-użu kif jixraq fil-ġurnata tal-lum.", "Nagħmluha ċara li mhux faċli li ssib użu għal dawn il-palazzi imma bilfors trid tużahom għax jekk inti tirrestawra palazz u wara tagħlaqlu l-bibien u t-twieqi u titilqu qisu oġġett mejjet, żgur li wara ħames snin jerġa' jispiċċa kif kien qabel.", "Jekk ma tagħmilx użu minnu jerġgħu jidħlu l-isquatters u minkejja li tkun irrestawrajtu jispiċċa bħal qabel.", "Din hija xi ħaġa li rajnieha tiġri ħafna drabi mhux biss f'palazzi imma kullimkien.", "Meta telqu tad-Deutsche Welle minn Delimara, fil-post mill-ewwel daħlu nies irresponsabbli li sgassaw u serqu kulma sabu.", "Aħseb u ara x'jagħmlu f'dawk il-palazzi!", "Il-verita' hi li mhux nirrestawrawhom biss irridu imma nsibulhom użu adattat.", "Kritika oħra li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Francis Zammit Dimech kienet għall-mod, skond hu, mgħaġġel li bih saru l-affarijiet.", "Jien din ma nistax nifhimha għax jien kont wieħed mill-membri fuq il-cabinet committee u naf li dan il-proġett ilu jinħema aktar minn sena sakemm ġie ippreparat id-development brief, ħarġet il-call għad-developers, saret l-adjudication, sar short-listing u saret l-għażla.", "Mela kif jiġi jgħidilna li l- affarijiet qed nagħmluhom bl-għaġġla?!", "Jiena ngħidlu li m'huwiex informat sewwa dwar kif saru l-affarijiet.", "Meta saret il-press conference sabiex jiġi launched id-development brief f'Lulju tas-sena li għaddiet, kważi sena ilu, din saret fil-pubbliku u allura kulħadd jaf kemm ilna naħdmu fuq dan il-proġett.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membru jiġi hawn u jgħidilna li l-affarijiet għamilniehom bl-għaġġla.", "Issa jekk huma jqisu li perijodu ta' 14-il xahar biex tagħmel proġett bħal dan juri għaġġla, nista' nibda nifhem għalfejn qatt ma għamlu xejn fil-Kottenera!", "Jekk huma jħossu li 14-il xahar m'huwiex żmien biżżejjed, allura żgur li disa' snin u nofs ma kienx żmien biżżejjed!", "Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Jesmond Mugliett tkellem fuq il-kriterju ta' kif ġie kkalkolat iċ-ċens.", "Nista' ngħidlu li dan ġie kkalkolat billi saret evaluation tal-palazzi b'żieda ta' 5% fuq il-valur tal-proprjeta' ...", "Hekk inħadem iċ-ċens.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad qal - din semmieha wkoll l- Onor. Zammit Dimech - li l-profitti mill-marinas huma kbar u li r-riskju huwa minimu.", "L-ewwelnett, Madam Speaker, m'huwiex veru li r-riskju huwa minimu.", "Din ma nafx minn fejn ġabha.", "Fil-Mediterran kien hemm każijiet ta' marinas li ma marrux tajjeb jew fallew u allura dan in-negozju m'huwiex a sure way kif tagħmel il-flus; anzi, far from it.", "Il-proġett irid jitħaddem b'ċerta serjeta' biex jagħmel il-flus u wieħed irid jara li bil- flus li jiġu ġġenerati jiġu koperti l-costs.", "Bħalma għedt qabel, hemm ħafna costs li m'humiex recoverable, fosthom ir-restoration works.", "GĦalhekk ma naqbilx ma' l-Onor.", "Membru meta jgħid li l-proġett m'huwiex riskjuż.", "Jien ċert li l-iżviluppaturi li huma mħajrin jidħlu għall-proġett għamlu l-homework tagħhom tajjeb, pero' wieħed qatt m'għandu jgħid li proġett m'għandux riskju.", "Imbagħad intqal ukoll li l-investiment propost, li huwa ta' minimu ta' ¥6 miljun, huwa ftit.", "Jiena ma nafx kif qed jgħid hekk.", "Hawnhekk irrid nirrispondi wkoll għall-kritika li saret minn dawk li qalu li l-investiment l-ewwel kien ta' ¥12 miljun u mbagħad niżel għal ¥6 miljun.", "L-ammont ta' flus li se jintnefqu ġie scaled down għar-raġuni li meta ħareġ l-ewwel darba d-development brief il-footprint kien akbar.", "Meta mbagħad iċċekken, allura l-ammont ta' spejjeż tbaxxa wkoll.", "Apparti minn hekk, kien hemm affarijiet proposti ...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien għedt li huwa ftit għax meta wieħed iqabblu ma' żviluppi oħrajn - u bħala eżempju semmejt li b'¥6 miljun tagħmel hotel ta' 300 sodda - issib li dan l-iżvilupp huwa relattivament żgħir.", "Fil-fatt l-istima l-ewwel kienet ta' ¥12 miljun u f'daqqa waħda niżlet għal ¥11 miljun.", "Meta staqsejna għaliex ġara hekk ħadd ma weġibna.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Mugliett qal li b'¥6 miljun tagħmel hotel ta' xi 300 sodda.", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien, hemmhekk m'hi se tinbena l-ebda lukanda.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, f'dan l-istadju ħadd aktar m'għandu permess jitkellem ħlief il-Minstru.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, waħda mir-raġunijiet li għalihom naqset l-ispiża kienet - din diġa' spjegaha l-Ministru Vella - appuntu għaliex meta ġejna biex nagħmlu l-proposta oriġinali, l-iżviluppaturi kollha kemm huma kkonsidraw il-fatt li fit-tarf ta' Sant'Anġlu jsir breakwater u kif marru bil-proposta ta' dan il-famuż breakwater quddiem il- Planning Authority, din qaltilhom: Mela x'tagħmlu, ma tqabbdux breakwater ma' Sant'Anġlu!", "Din hi l-istorja kollha!", "Fil-fatt il-Planning Authority qaltilhom biex jużaw metodi oħrajn biex inaqqsu s-saħħa tal-mewġ li jidħol f'Dockyard Creek fejn se jsir il-proġett.", "GĦalhekk qed jiġi propost li jsiru żewġ spending beaches.", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli Buhagiar.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nipproponi li l-Onor.", "Buhagiar ikompli jinstema'.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar ikompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Madam Speaker, l-ispending beaches iqumu ħafna inqas minn breakwater.", "Għaliex?", "Għax inzerta li l-post fejn irid isir il- breakwater, fil-ponta ta' Sant'Anġlu, huwa wieħed mill-aktar postijiet fondi li għandna fil-port tagħna u kien se jqum ħafna flus, apparti kwestjonijiet oħra li ssemmew.", "Intqal ukoll li jista' jkun hemm xi affarijiet taħt il-ħama u allura jekk isir breakwater tinħoloq problema.", "GĦalhekk ridna nsibu sistema differenti li skond il-Planning Authority taħdem filwaqt li ma tqumx daqstant flus.", "Din hi l-istorja kollha!", "Imma mhux niġu hawnhekk u ngħidu li ¥6 miljun huma ftit għal proġett bħal dan!", "Meta ħaġa bħal din jgħidha l-Onor.", "Mugliett forsi nikkumpatih imma li jgħiduha ċerti kollegi ...", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jista' almenu l-Ministru jkollu d-diċenza li jinforma lill-Parlament kif dan li qed jgħid issa jirrelata ma' l- evaluation report li l-Ministru George Vella kien qiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra, fejn hemm indikat x'qed jipproponu li jonfqu d-diversi consortia?", "Fejn jidher mill-breakdown ta' l-ispejjeż li jekk teskludi l-breakwater tispiċċa b'¥6 miljun minflok ¥12-il miljun?", "Il-Ministru għandu jirrelata dak li qed jgħid mad-dokumenti li poġġa d-Deputat Prim Ministru u jara jekk jaqblux.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: M'għandi l-ebda diffikulta' nagħmel hekk.", "Jekk irid, wara s-seduta nispjegalu kif wasalna għall-ammont ta' ¥6 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Nista' nurik iċ-ċifri mir-rapport li għamilna.", "Madam Speaker, intqal li ¥6 miljun huma ftit u kont qed ngħid li jekk din jgħidha l-Onor.", "Mugliett ma tantx neħodha bi kbira għax ma tantx ilu hawnhekk, imma li jgħiduha nies li ilhom hawnhekk mhux ħażin, ma nifhimhiex.", "Dawn ma jiftakrux li meta ressaqna r-riżoluzzjoni ta' Chambrai lanqas biss intqal kemm kellu jkun l-investiment?!", "Tafu x'inhu l- investment li hemm speċifikat fil-kuntratt ta' Chambrai?", "Zero.", "(Interruzzjonijiet) Għandi l-kuntratt hawnhekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Madam Speaker, dan m'hu veru xejn!", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: X'jiġifieri m'hu veru xejn?", "Għandi l-kuntratt hawnhekk!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mela aqrah il-kuntratt, jekk taf taqra bl-Ingliż!", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Naf naqra bl-Ingliż tajjeb ħafna u m'għandix bżonn lilek biex tgħallimni!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-kuntratt hemm speċifikament commitment in black and white ta' ¥3 miljun għall-ewwel fażi minn tlieta.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Jesmond Mugliett qal li lukanda ta' 300 sodda tqum ¥6 miljun.", "Jekk tara l- kuntratti li taw huma għal-lukandi li nbnew fil-bajja ta' San Ġorġ, li ilhom li nbnew sentejn biss u allura wieħed jista' jikkompara, issib li l- minimum investment kien ta' ¥5 miljun!", "(Interruzzjonijiet) Imma ejja nħarsu lejn l-area.", "L-area tal-lukandi, inklużi l-concessions li hemm magħhom, huma ħafna ikbar mill-area ta' dak li qed jiġi propost fil- Cottonera waterfront.", "Jiġifieri jekk tagħmel paragun tal-cost per square metre, issib li anke l-minimum investment għandu jkun aċċettabbli.", "Għalhekk jiena ma nistax nifhem l-argumenti li tqajmu.", "Imbagħad l-Onor.", "Membru tkellem ukoll dwar diversi klawsoli li kien hemm fil-kuntratt u ġibed ċerti konklużjonijiet.", "Jiena ma nafx x'ried jgħid biha meta qal li dan il-kuntratt m'huwiex fl-interess tan-nies tal- Kottonera għax fuq kollox eluf kbar ta' nies iffirmaw il-petition favur dan l-iżvilupp.", "Allura dawn ma jafux x'iffirmaw!", "X'jiġifieri dan il-proġett m'huwiex fl-interess tal-Kottonera?", "In-nies huma għatxana biex il- potenzjal kbir tal-Kottonera jiġi żviluppat.", "Kif jiġi xi ħadd hawnhekk u jgħid li dan m'huwiex fl-interess tal-Kottonera!", "Morru għiduha lin-nies tal-Kottonera din ħalli jagħtukom ir-risposta huma u tkunu tafu jekk il- proġett huwiex fl-interess tagħhom!", "Imbagħad qalu wkoll li dan il-proġett se jagħmel ħsara lill-patrimonju tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Inti għidtu dan, Onorevoli Mugliett, għax jiena kont qed nieħu nota waqt li kont qed titkellem.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed jikkwotani ħażin, Madam Speaker.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inti għedt li l-proġett se jagħmel ħsara lill- patrimonju tal-Kottonera.", "Jekk trid sib id-debate ħalli tara x'għedt.", "Jiena lanqas dan l-argument ma nista' nifhem, Madam Speaker.", "Kif tista' tgħid li dan il-proġett se jagħmel il-ħsara meta taf li hemm maħsub li l- bini storiku li jinsab fil-Kottonera se jiġi restawrat?!", "Tagħmillu l-ħsara jekk iżżomm iż-żwiemel u l-għasafar fih mhux jekk tirrestawrah u ssiblu użu adattat!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ħalluh jitkellem.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, l-Onor.", "Jesmond Mugliett staqsa wkoll dwar il-kondizzjonijiet ta' l-iżvilupp tal-proġett tad-dockyard.", "Meta jiena ressaqt il-mozzjoni l-ewwel darba, għedt ċar li l-baċir numru 1 u l-area ta' madwaru qegħdin b'ċens għand il-Malta Drydocks u allura l- gvern ma jistax jimponi kondizzjonijiet fuqhom.", "Li jista' jiġri hu li jsir ftehim bejn il-Malta Drydocks u l-gvern sabiex isiru żewġ proġetti li jkunu kompatibbli ma' xulxin, u dan hu li qed isir.", "Qegħdin naċċertaw ruħna li dak li qed tipproponi d-dockyard għall-baċir numru 1 u l-area ta' madwar ikun kompattibli ma' dak li se jsir fuq il-front tal-Birgu.", "Aħna nixtiequ li dan isir bħala proġett wieħed għax jekk isir kif inhu maħsub li, jsir fil-Kottonera jinħoloq promenade ħafna akbar minn dak li hemm f'Tas-Sliema, f'Buġibba u f'postijiet oħrajn.", "Dan ikun jibda mill-ponta ta' l-Isla, fejn hemm il-ground tal-football, u jdur għal Bormla, il-Birgu u l-Kalkara.", "B'hekk nagħtuhom in-nifs lin-nies ta' dawn l-inħawi.", "B'hekk niżviluppawh il-potenzjal tal-proprjeta' li hemm fil-Kottonera, imma hemm bżonn li jsir ukoll il-proġett tal-baċir numru 1.", "Aħna nieħdu pjaċir ħafna naraw li qed isir progress fuq dan il-proġett u j'Alla jsir malajr.", "L-Onor.", "Mugliett tkellem ukoll fuq l-upgrading ta' l-utilities li saru fil-Kottonera u dwar l-approach road għall-Kottonera.", "Jiena nammetti li din it-triq m'hijiex tajba biżżejjed u hemm bżonn li tiġi upgraded għax biex tidħol fil-Kottonera trid jew tgħaddi minn ġol-mina ta' Għajn Dwieli jew inkella minn xi naħa oħra tal-Birgu.", "Pero' fl-istess ħin lanqas naqbel mal-proposta tal-Planning Authority li ssir bypass li tħokk mas-swar ta' Bormla.", "Jiena ma nafx kemm l-Onor.", "Mugliett kellu ċ-ċans jara l-Grand Harbour local plan kif propost u għalhekk nistiednu biex jarah ħalli jiġġudika hu stess.", "Filwaqt li naqbel li l-aċċess għall-Kottonera għandu jittejjeb, żgur li ma naqbilx mal-proposta tal-Planning Authority li ssir bypass.", "(Interruzzjonijiet) Qed jingħad li din il-bypass tibda mill- Benniena ta' Wied Blandun, taqsam għal fejn hemm il-parking tad-dockyard, titla' mas-sur u tibqa' ddur sa Santa Liena.", "Id-Dipartiment tat-Toroq u d- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi bħalissa qegħdin jaħdmu wkoll fuq il- proġett ta' heritage park.", "L-iskop hu li l-fortifications, is-swar maestużi u l-Cottonera lines, nipproteġuhom mill-intrusion ta' l-iżvilupp li qiegħed dejjem riesaq lejhom min-naħa tal-Fgura, Bormla u Ħaż-Żabbar.", "Se ssir diskussjoni dwar dak li qed ikun propost u fil-fatt ġew ikkonsultati anke l-kunsilli lokali sabiex inkunu nistgħu naċċertaw ruħna darba għal dejjem li s-swar tal-Kottonera jiġu protetti.", "Probabbilment dawn huma fost l-aktar affarijiet importanti u fejn hemm potenzjal ta' żvilupp enormi.", "Fil-proposta hemm alternattiva oħra dwar l-aċċess għall- Kottonera, pero' sakemm din issir m'aħniex se noqogħdu ma nagħmlu xejn.", "Fil-fatt il-ġimgħa li għaddiet il-Cottonera Rehabilitation Committee beda x- xogħol fuq il-mina ta' Għajn Dwieli li wieħed irid jgħaddi minnha biex imur il-Kottonera.", "Din maż-żmien tant tħammġet li min jgħaddi minnha żgur li ma jeħux idea tajba ta' dak li jkun se jsib fil-Kottonera.", "Din il-mina qed tiġi upgraded biex għallinqas l-approach għal Bormla, il-Birgu u l-Isla jkun aktar diċenti u l-ambjent ikun aħjar.", "Ta' min jgħid li dan ix-xogħol ta' tindif qed isir bil-lejl minħabba t-traffiku.", "Bil-finanzi li kellna f'idejna, minbarra li ħadna ħsieb din il-mina, ipprovajna nsolvu l-bottleneck kbir li kien jeżisti bejn il-Malta Shipbuilding u ċ-ċimiterju ta' l-Addolorata.", "Din il-junction ġiet upgraded u jidhirli li dan il-proġett qed jaħdem.", "Dan għamilnieh għax dehrilna li jekk irridu li n-naħa t'isfel tal-pajjiż tiġi upgraded, għallinqas trid tkun aċċessibbli u mhux ikun hemm traffic jam kontinwa.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq il-pjanijiet li għandu l-gvern għall-iżvilupp tal- Kottonera jew għall-iżvilupp ta' Marsamxett u tal-Port il-Kbir imma qed nitkellmu wkoll fuq l-iżvilupp tan-naħa t'isfel ta' pajjiżna.", "Hawnhekk irrid nirriferi għar-rimarka li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Chris Aguis meta semma x'għamel il-Gvern Nazzjonalista għas-south ta' Malta.", "Qal li kulma għamlu kien a solid waste treatment plant, li kien initten kullimkien, u power station.", "Dak li tawh lin-naħa t'isfel tal-pajjiż!", "Madam Speaker, aħna mhux power station qed nagħtuh lin-naħa t'isfel ta' Malta imma qed nagħmlu tliet proġetti f'wieħed, f'Marsascala, f'Marsaxlokk u f'Birżebbuġa.", "Jiġifieri x-xogħol li suppost għamlu n-Nazzjonalisti f'għaxar snin qed nagħmluh aħna issa.", "Nittama li anke huma jieħdu pjaċir jaraw l-affarijiet sejrin tajjeb għax jekk aħna lkoll inqisu lil pajjiżna bħala pajjiż wieħed, ma jistax ikun li l-investiment isir biss fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Ma jistax ikun li nagħmlu Ġnien Indipendenza f'Tas-Sliema u n-naħa t'isfel qisu ma jeżistix ħlief għal xi ħaġa bi skop industrijali!", "Nittama li permezz tax-xogħol ta' embellishment li qed isir fis-south ta' Malta, l-areas ta' Wied il-Għajn, ta' Marsaxlokk u ta' Birżebbuġa jiġu upgraded mhux biss għat-turisti li jżuruhom imma anke għall-Maltin stess.", "Madam Speaker, ħalli ngħid x'sibna meta morna nagħmlu xi xogħlijiet fil- Qajjenza, Birżebbuġa.", "F'dan il-post hemm komunita' li ilha toqgħod hemm għal madwar 15-il sena.", "(Interuzzjonijiet) Onorevoli Frendo, hemmhekk ma bnejna xejn għax l-area m'hijiex tal-gvern!", "Sa ftit tal-jiem ilu dawn ir- residenti lanqas toroq ma kellhom u kienu maqtugħin totalment minn Birżebbuġa.", "Kellu jkun Gvern Laburista biex dawn in-nies ma jħossuhomx abbandunati.", "Fil-fatt il-proġett li qed nagħmlu huwa maħsub sabiex ngħaqqdu flimkien il-Qajjenza u Birżebbuġa ħalli n-nies li jgħixu f'dawn l- inħawi ma jibqgħux iħossuhom iżolati.", "Sibna wkoll li l-ftit xogħol li kien sar mill-amministrazzjoni ta' qabel lanqas kien sar sewwa.", "(Interuzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jiena għamilt mistoqsija dwar ix-xogħol ta' infrastruttura li jrid isir għall-Kottonera, jiġifieri drenaġġ, ilma, dawl u car park, u fuq dawn l-affarijiet għadek m'għedt xejn.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Issa nirrispondik, imma ħalli qabel xejn ngħid x'sibna fil-Qajjenza.", "Meta ġejna biex nibdlu l-mains ta' l-ilma sibna li t- toroq kienu mibnijin fuq sular ħamrija u kellna naqilgħuhom.", "Imbagħad sibna li biex sar ix-xogħol tad-drenaġġ fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra, in-nies qabdu u għamlu l-friegħi li jagħtu għaċ-ċentru tat-triq imma l-main tad-drenaġġ donnu ma kienx jeżisti!", "Jiġifieri tħallas kuntrattur li suppost għamel main tad-drenaġġ biex in-nies iqabbdu miegħu u dan ix-xogħol ma sarx!", "Allura tista' timmaġina fejn sejjer id-drenaġġ ta' dawn in-nies!", "Dan hu li sibna fil-Qajjenza.", "Dan huwa t-tip ta' xogħol li kienu jagħmlu fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, u għalhekk illum qegħdin naraw x'inhuma n- nuqqasijiet li hemm f'Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa u qed nipprovaw insolvuhom.", "L-Onor.", "Mugliett tkellem fuq il-parkeġġ f'dawn l-inħawi.", "Nista' ngħidlu li l-proġett li qed isir ħa ħsieb din il-problema wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Issa niġi għall-Kottonera.", "Waħda mill-problemi enormi li hemm f'dawn it-tlett irħula hija li fis-sajf, meta jkun hemm ammont sostanzjali ta' nies, b'mod partikolari matul il-promenades, ikun hemm konfużjoni enormi ta' karozzi u nies.", "Naħseb li kull wieħed minna niżel xi darba Birżebbuġa jew Marsascala s-Sibt filgħaxija jew għadda minn Marsaxlokk il-Ħadd waqt il-ħin tal-monti u ra l-konfużjoni enormi li jkun hemm.", "Jiena niskanta kif għadu ma ġarax xi inċident kbir hemmhekk.", "Aħna qegħdin nieħdu ħsieb ukoll il-problema ta' parkeġġ, ta' access roads u tat- traffiku.", "Jiġifieri m'aħniex qed nagħmlu biss xogħol ta' embellishment, imma qed nieħdu ħsieb ukoll problemi oħra.", "Imbagħad l-Onor.", "Chris Aguis tkellem fuq il-problema ta' l-għargħar li jkun hemm f'Bormla.", "Nafu li b'konsegwenza ta' l-iżvilupp li sar ġewwa fil- Fgura, ammont kbir ta' ilma tax-xita qed jibqa' sejjer għal Pjazza Gavino Gulia, Bormla.", "Ilna s-snin nafu li f'din l-area hemm triq partikolari li tegħreq kull meta tagħmel ix-xita u konna proprju aħna li ħadna ħsieb din il-problema billi għamilna culverts biex nilqgħu l-ilma li jkun ġej mill- Fgura ħalli ma jibqax nieżel f'Bormla u jgħarreq lil dawk l-imsieken nies kif ilu jagħmel għal bosta snin.", "Quddiem il-bieb ta' Santa Liena f'Bormla hemm culvert li ilu mblukkat għal bosta snin u ma kien jgħaddi xejn minnu.", "Dan qiegħed f'forma ta' mina u tant hu kbir li biex naddafnieh kellna ndaħħlu gaffa ġo fih.", "L-ilma li jkun ġej mill-Fgura ddevjajnieh għal dan il-culvert biex imbagħad jispiċċa fil-baċir ġewwa d-dockyard u ma jikkawżax ħsarat kif kien jagħmel qabel.", "Din hija waħda mill-affarijiet li għamilna sabiex noħolqu ċertu livell ta' infrastruttura fil-Kottonera.", "L-Onor.", "Chris Agius semma wkoll diversi proġetti li qed isiru fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, fosthom ir-Rinella Park li fetaħ ftit ilu u l-Galleria Shopping Complex.", "Dawn il-proġetti jindikaw biċ-ċar il-fiduċja li għandhom l-investituri f'dan ir-reġjun ta' Malta.", "Hemm bżonn kbir li jsir l- investiment u aħna bħala gvern għandna nkunu l-facilitators sabiex inressqu l-investiment lejn dawk in-naħat.", "Ftit ilu l-Onor.", "Lawrence Gonzi qal li l- proġetti ġewwa l-Kottonera qegħdin isiru pezzi bukkuni.", "Jiena dan ma nistax nifhmu għax hawn mhux qed nitkellmu fuq xi ħaġa żgħira imma fuq proġetti kbar.", "Jekk il-proġett tal-Kottonera se taqsmu fi tnejn, jiġifieri se titkellem fuq Senglea waterfront u fuq il-baċir, ma naħsibx li b'daqshekk proġetti bħal dawn tista' ssejħilhom pezzi bukkuni.", "Tista' ssejħilhom żewġ proġetti imma żgur li m'humiex pezzi bukkuni.", "L-Onor.", "Gonzi staqsa għaliex dan il-kuntratt ma marx quddiem il-Public Accounts Committee, kif ippropona fl-emenda li ressaq.", "Imma x'hemm li jżommhom milli jeħduh quddiem il-Public Accounts Committee?", "Iċ-chairman tal-Public Accounts Committee huwa l-Onor.", "John Dalli u hu jiddeċiedi l-aġenda tal- kumitat.", "Meta jrid jista' jaqbdu - seta' għamel hekk u nistaqsih għaliex m'għamilx hekk - u jieħdu quddiem dan il-kumitat.", "(Interruzzjonijiet) Xorta seta' ħadu!", "Aħna ma nsibu l-ebda diffikulta' jekk iridu jagħmlu hekk.", "Madam Speaker, intefgħu wkoll ħafna dellijiet fuq il-mod kif ġiet mogħtija t-tender.", "Intqal li l-affarijiet ma sarux sewwa għax l-ewwel kien hemm grupp ta' investituri u mbagħad inbidel.", "(Interruzzjonijiet) Jiena dan l-argument ma nifhmux.", "Aħna għamilnieha ċara mill-bidunett li bdejna ninnegozjaw ma' consortium, il-Cottonera Front Group, magħhom ma wasalna mkien u għalhekk għat-tieni consortium.", "Lil dawn għednielhom ċar li jistgħu jbiddlu x-shareholding tagħhom sa ma jiffirmaw il-konvenju mal- gvern.", "Imma għednielhom ukoll li malli jiffirmaw il-konvenju, il-proġett irid isir mill-istess investituri u li mbagħad il-mix ta' l-investituri ma jistax jinbidel.", "U hekk sar.", "Inqtal ukoll li l-proġett huwa frott ta' l- għaġġla, imma dwar dan diġa' tkellimt.", "Imbagħad tkellem l-Onor.", "Louis Galea li qal li l-Gvern Laburista f'16-il sena m'għamel xejn għall-Kottonera u reġa semma l-kwestjoni ta' ¥6 miljun.", "Tkellem ukoll dwar il-bdil tax-shareholders u affarijiet bħal dawn.", "Il- membri tan-naħa l-oħra kollha rripetew ruħhom kemm-il darba.", "L-uniku punt differenti li għamel l-Onor.", "Louis Galea differenti minn sħabu kien meta semma l-Maċina u staqsa x'se jsir minnha għax il-kunsill lokali ta' l-Isla wkoll riedha.", "Dan huwa veru u għalhekk aħna neħħejna l-Maċina mill- footprint tal-proġett għax nafu li l-kunsill lokali ta' l-Isla jridha.", "Allura lill-iżviluppatur għednielu li l-Maċina se nneħħuha mill-footprint, li m'hijiex parti mill-proġett u li ma tifformax parti mill-bini li se nagħtuh.", "Din hi l-istorja kollha.", "Imbagħad tkellem il-kollega tiegħi l-Onor.", "Tony Abela li semma diversi loopholes li, skond hu, hemm fil-kuntratt, għalkemm ma jidhirlix li spjega b'mod ċar x'inhuma dawn il-loopholes.", "Tkellem ukoll fuq il-problema ta' l- aċċess u rripeta l-istess storja li ilna nisimgħu għal dawn l-aħħar jiem, li aħna se nnaqqsu l-aċċess tan-nies tal-Kottonera għall-waterfront.", "Apparti li din il-kwestjoni ta' l-aċċess ġiet irranġata u apparti li ma nistax nifhem għalfejn qegħdin hawn illum għax jidhirli li meta konna ġejna għall-vot l-ewwel darba ...", "MADAM SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli Buhagiar.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, jiena smajt kważi d-dibattitu kollu.", "Kulħadd jaf kemm fil-pajjiż hawn ansjeta' u kriżi politika bid-dikjarazzjonijiet ripetuti diversi drabi tal-Prim Ministru li jekk din il-mozzjoni ma tgħaddix se jsejjaħ elezzjoni.", "F'dan il-kontest m'huwiex fl-interess tal-pajjiż li d-dibattitu jitwal u jiena nfakkar illi proprju nhar is-Sibt il-grupp parlamentari Nazzjonalista ltaqa' u ħareġ dikjarazzjoni fejn qal li hu jidhirlu li d-dibattitu fuq l- għoti tal-mollijiet u l-art fil-Kottonera m'għandux jitwal bla bżonn.", "Il-Ministru Buhagiar seta' rrisponda għall-kritika li għamilna fid- dibattitu l-ieħor fejn diġa' ħadna d-deċiżjoni u l-Kamra vvotat kontra.", "M'huwiex aċċettabbli li niġu hawn u noqgħodu naħlu l-ħin meta l-pajjiż kollu qed jistenna soluzzjoni għall-kriżi politika li ninsabu fiha u għalhekk qed noġġezzjonaw li l-Ministru jkompli jinstema'.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, kif taf, fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal- Kamra għedt li hemm mhux inqas minn sitt kelliema x'jitkellmu.", "Din kienet iddikjarata u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jmissu jafhom dawn l-affarijiet.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ilna sitt sigħat u nofs nisimgħu attakki feroċi fuq il-Prim Ministru għax hawn min m'għandux fiduċja fih.", "GĦalhekk jiena qed noġġezzjona li jingħata leave of House lill-Onor.", "Charles Buhagiar biex ikompli jitkellem.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO (Segretarju Parlamentari): Madam Speaker, il-ġrajjiet ta' l-aħħar jiem urew kemm l-oppożizzjoni hija għatxana għall-poter.", "(Interruzzjonijet) L-oppożizzjoni uriet kemm ma tridx li fil-pajjiż ikun hawn verament żvilupp imma trid il-poter li kellha fl-aħħar żewġ leġislaturi għax għaliha l-poter huwa kollox.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat) L-istorja ta' Chambrai ilha tinħema mill-1966 meta tan-naħa l- oħra, bil-korruzzjoni, riedu jagħtu Chambrai lil żewġ Taljani u mhux minn meta għaddiet il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MADAM SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti minħabba diżordni.", "Fit-8.56 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.00 p.m.", "MADAM SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Mizzi jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "Id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ġunju 1998, fis-6.00 pm b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar enfitewsi temporanja ta' mollijiet, bini u dritt ta' rmiġġ fil-Birgu u l-Isla lill-Port Cottonera Limited – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) – it-Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni. ---------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Madam Speaker, nixtieq nitkellem ftit fuq l-istat eknomiku ta' pajjiżna u dwar kemm dan il-pajjiż qiegħed verament miexi lejn sitwazzjoni fejn numru ta' studenti li għadhom kif spiċċaw mill-iskejjel kif ukoll dawk li se jmorru jirreġistraw għall-ewwel darba, se jsibuha diffiċli li jsibu xogħol.", "Madam Speaker, nafu li f'dawn il-ġranet numru ta' studenti ta' madwar 16 jew 17-il sena jispiċċaw mill-iskejjel u jmorru jfittxu x-xogħol sabiex jgħaddu għal fażi oħra ta' ħajjithom.", "Imma, tħares lejn liema settur tax- xogħol tħares, sfortunatament issib li dawn kważi kollha huma dgħajfa jew kwieti ħafna.", "Minn Jannar 'l hawn ix-xogħol ta' trasferiment ta' proprjeta' mhux biss naqas, imma naqas b'ammont sostanzjali aktar milli naqas fl-1996, u n-numru ta' reġistrazzjoniijiet ta' kuntratti fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta naqas ukoll.", "Barra minn hekk proprjeta' li f'ċerti areas qabel kienet iġġib ċertu prezz, illum qed iġġib inqas.", "Ta' min jgħid li f'areas fejn is-soltu jkun hemm ammont sostanzjali ta' kummerċ, bħal Buġibba, San Pawl il-Baħar u Marsascala, dan kważi naqas bin-nofs.", "Dan jindika biċ-ċar illi ftit huma dawk in-nies li bħal qabel qed jixtru proprjeta' biex jgħaddu l-vaganzi tas-sajf ħdejn il-baħar.", "Ħafna minn dawn lanqas id-dar tagħhom ma jistgħu jixtru!", "Madam Speaker, kif qal l-Onor.", "Mintoff il-ġimgħa l-oħra, jidher li l- Onor. Portelli waqa' lura ħafna mhux biss fil-proġetti iżda anke fl-ideat dwar kif joħloq akkommodazzjoni għan-nies fil-bżonn.", "Dan kollu qed ipoġġi piż ikbar fuq dawk in-nies li kienu għatxana għal postijiet issussidjati mill-gvern u dawk li b'xi ¥17,000 jew ¥18,000 setgħu jixtru post bi tlett ikmamar tas-sodda u garaxx.", "Dan ikompli juri li l-gvern tal-ġurnata anke f'dan is-settur tilef dik li ngħidulha l-kuxjenza soċjali, jiġifieri li tipprova tħenn għall-batut.", "Ladarba qed insemmu lill-batut irridu nsemmu wkoll il-mod kif dan qed jiġi trattat mill-gvern tramite l-Water Services Corporation.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-famużi kontijiet tad-dawl u l- ilma li aħna, bħala partit, tant tkellimna fuqhom.", "Issa m'għadhomx jgħidu li qed niżvijaw lill-poplu jew li mhux qed ngħidulu l-verita' u jiġġustifikaw ruħhom billi jgħidu li l-kont m'huwiex tliet darbiet aktar minn dak li kien qabel imma darbtejn biss!", "Kieku l-gvern għallinqas kellu d-diċenza li jżid il-pagi biex ipatti mod ieħor, kieku l-affarijiet kienu jkunu ħafna aħjar dan kien ikun biżżejjed biex ma jkagħbarx liċ-ċittadin, speċjalment lil dak li l-iżjed għandu introjtu baxx.", "Il-ġimgħa l-oħra ġiet tkellimni persuna u qaltli li rċeviet żewġ affarijiet mingħand il-gvern, jiġifieri l-kont tad-dawl u l-ilma u ċ-cheque tal-pensjoni li jammonta għal ¥128.", "Pero', fejn qabel il-kont tad-dawl u l-ilma kien ikun bejn ¥67 u ¥70 għal-perijodu ta' 120 ġurnata, issa huwa ta' ¥134 għall-perjodu ta' 105 ġranet.", "Mela din il-pensjonanta trid tara minn fejn se tipprovdi ¥6 oħra biex tħallas dan il-kont!", "Tistħi tgħid li terz ta' l-introjtu ta' tliet xhur imur għall-ħlas tad-dawl u l-ilma!", "Oħrajn li forsi joqogħdu aktar attenti xorta waslilhom kont ta' ¥56 meta qabel kien ikun in-nofs.", "Hawnhekk qed nirriferi biss għas-settur domestiku, jiġifieri għal dawk in-nies li jużaw id-dawl u l-ilma fid-djar tagħhom.", "Imma l-fatt li ċ-ċittadin qiegħed jonfoq kważi 17% tad-dħul tiegħu biex iħallas il-kont tad-dawl u l-ilma, juri kemm il-gvern nesa, ma tax kas u ġie jaqa' u jqum mill-effett soċjali li kellha ż-żieda fil- prezzijiet.", "Madam Speaker, kieku l-gvern ried verament idaħħal l-¥14-il miljun li qed jgħid li se jdaħħal mingħajr ma jweġġa' lil ħadd, kien imissu rranġa l- politika barranija tiegħu ħalla l-bibien kollha miftuħin fl-interess tal- poplu Malti.", "Kien imissu attenda għal-laqgħat li qed isiru u studja bis- serjeta' jekk Malta għandhiex tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Il-gvern għandu jżomm ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi li llum qed jarawna barra mill-familja tagħhom sabiex kumpanniji minn dawn l-istess pajjiżi jkunu jistgħu jiġu jinvestu Malta.", "Kemm kumpanniji barranin ġew jinvestu f'pajjiżna f'dawn l- aħħar 20 xahar?", "Kemm kumpanniji barranin ġew jiftħu fabbriki kbar f'pajjiżna?", "Hemm bżonn li kumpanniji barranin jiġu jinvestu flushom hawn Malta u m'iniex qed nirriferi għal dawk li jimpjegaw xi 10 jew 12-il ruħ b'kollox.", "Hemm bżonn li dawn iħossuhom komdi ekonomikament, ma jsibux barrieri, ma jħallsux taxxi li ma jaqblux ma' dawk ta' pajjiżhom u ma jsibux sitwazzjoni ekonomika perversa li tista' toħonqilhom kull investiment li jistgħu jagħmlu f'pajjiżna.", "Jidher, Madam Speaker, li llum qegħdin inħarsu b'mod differenti lejn il- pajjiż.", "Fil-fatt f'gazzetta oħra Maltija llum erġajna qrajna li ħaddieħor naqqsilna r-ranking ta' l-economic safety tagħna.", "GĦaliex qed insemmi dawn l-affarijiet?", "GĦaliex min jistudja dawn l-affarijiet ma jarax jekk il- paga sservix għal dan ix-xahar biss imma jħares aktar 'il bogħod.", "Dan jara jekk il-poplu huwiex se jkun komdu, jekk il-pajjiż huwiex qed jirrendi biżżejjed u huwiex qed iġib lejh stabilita' u kummerċ biżżejjed sabiex il- poplu jkompli jżid l-istandard of living tiegħu.", "Imma f'dawn l-aħħar 20 xahar, bil-mod kif ġiet ridotta l-ħajja tal-Maltin, is-sitwazzjoni kompliet taggrava ruħha, kulħadd wieqaf, kulħadd jistenna u kulħadd jippretendi li se jiġri xi ħaġa.", "Imma x'se jiġri?", "Donnu l-gvern qed jipprova jġebbed mil- lum għal għada għax forsi din id-darba anke l-polls fi ħdan id-dar ċentrali tiegħu qegħdin jgħiduli li qiegħed fuq in-naħa t-telliefa, li m'għandux il- maġġoranza u li l-partit tiegħu m'huwiex magħqud!", "Il-gvern qiegħed ifarrak biċċa biċċa kull sens ekonomiku li kien hawn f'dan il-pajjiż, qed ikisser kull mira li kellu kull Malti li għada jkun iżjed komdu, u qed ikisser ukoll kull fiduċja li seta' kellu l-poplu Malti fih.", "Din hija s- sitwazzjoni llum u l-poplu għadu qed jistenna.", "Jiġifieri din la hija kwestjoni ta' vot ta' fiduċja u lanqas hija kwestjoni ta' qbil dwar il- Kottonera.", "Il-poplu qed jgħid lill-gvern: Inti żeblaħtna, għaddejtna biż- żmien, dħakt bina u waqqajtna għaċ-ċajt.", "GĦalhekk aħna ma baqgħalniex fiduċja fik u rridu nibdlu r-rotta.", "Issa r-rotta tista' tinbidel biss jekk il-gvern jirrispetta lill-poplu Malti, jagħtih dak li ħaqqu u ma jisraqlux minn butu.", "U jekk il-gvern m'huwiex kapaċi jmexxi u ma baqagħlux sens soċjali fil-programm tiegħu, għandu jwarrab għax hemm ħaddieħor li lest li jagħmel dan kollu minfloku.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, tista' tgħid li l-Parlament qatta' dawn it-tliet ġimgħat jiddiskuti l-proġett tal-Kottonera.", "Il- ministru ftit ilu kkwotani li jiena għedt li n-nefqa ta' ¥6 miljun fuq dan il-proġett m'hijiex xi ħaġa kbira.", "Jiena nerġa' ntenni li dan m'huwiex xi investiment kbir u fil-fatt nixtieq nitkellem fuq proġett akbar.", "Qed nirriferi għall-proġett ta' l-Isptar San Raffaele jew aħjar, kif qed ngħidulu llum, l-Isptar f'Tal-Qroqq.", "Għalkemm qed jintefqu ħafna flus u qed nisselfu l-miljuni kbar, sfortunatament dan il-proġett ma tantx qed jissemma fil-Parlament u d- diversi mistoqsijiet li għamilt dwaru ma ngħatawx risposti sodisfaċenti.", "Kieku tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern dan l-isptar kien ikun inawgurat f'dawn il-ġranet imma madwar sena ilu l-Gvern Laburista ddeċieda li jirdoppja d-daqs ta' dan l-isptar u allura x-xogħol fuqu dam sena wieqaf.", "Meta reġa' nbeda x-xogħol, reġgħu raw il-pjanti u biex iżommu mal- ħsieb tal-Gvern Laburista, jiġifieri li jirdoppjaw id-daqs ta' l-isptar, kellhom jitolbu l-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jibnu żewġ sulari.", "L-applikazzjoni għall-permess saret b'mod mgħaġġel u kienet aġġudikata fi żmien record.", "Meta wieħed jara l-pjanti kif sottomessi minn dan il-gvern isib li m'hemm l-ebda indikazzjoni dwar l-użu tas-swali l- ġodda.", "Dawn il-pjanti huma vagi u saru bl-għaġġla.", "Sur President, meta ntefgħet l-applikazzjoni l-ewwel darba sar public hearing u l-Awtorita' ta l-Ippjanar aċċettat il-bini ta' sular wieħed biss.", "Imma filwaqt li l-kostruzzjoni fuq is-sular propost bdiet u kważi spiċċat, il-gvern għadu ma jafx jekk huwiex se jtella' sular ieħor jew jieqaf hemmhekk!", "Fil-fatt ix-xogħol tħalla b'mod li l-options jinżammu miftuħin, il-ħadid tal-kolonni tħalla ħiereġ minn ġos-saqaf, ix-xogħol fuq l-opramorta għadu lanqas inbeda u l-ħitan kellhom jiġu protetti biex ma jidħolx l-ilma fil-cavity tagħhom.", "Jiġifieri proġett daqstant importanti li se jqum ¥100 miljun għadna ma nafux kif se jitkompla!", "U dan beda mingħajr ma sar audit tal-medical brief, qabel ma ntgħażlu l-medical planners u qabel ma ntgħażlu l-periti!", "Dan m'huwiex ippjanar serju.", "U għalfejn għandna bżonn medical brief?", "Dan hemm bżonnu għax in-natura ta' dan il-proġett inbidlet.", "Dan il-gvern ta direct order, qabbad lil Anshen Dyer bħala medical planners u dawn bdew jiktbulu medical brief.", "Dan il- proġett kien ġie diskuss lejn l-aħħar tas-sena l-oħra fis-Social Affairs Committee fejn kelliema Nazzjonalisti qajmu diversi mistoqsijiet.", "Membri tan-naħa l-oħra wkoll esprimew id-dubji tagħhom u bdew jistaqsu minn fejn ħareġ il-bżonn li pajjiżna jkollu sptar ta' 800 jew 1,000 sodda.", "Pero' dawn baqgħu ma ngħatawx risposta għax il-medical brief ma kienx lest għalkemm il-ministru dejjem kien jgħid li dan kien se jkun lest sa Diċembru.", "Sal-lum dan il-medical brief għadu ma sarx pubbliku.", "Kif nafu, f'dawn il-każijiet l-ewwel trid issir il-medical brief, imbagħad trid tintgħażel xi kumpannija li tispeċjalizza fil-health planning biex jiġu ċċekkjati l-assumptions li jkunu ttieħdu waqt il-medical brief u mbagħad toħroġ it-tender.", "Meta ħarġet din it-tender kien hemm diversi sottomissjonijiet u tlieta minnhom żgur li ssodisfaw il-kriterji tat- tender, waqt li kien hemm oħrajn li tefgħu t-tender tagħhom tard.", "Fil-fatt kien hemm indikazzjonijiet li l-gvern kellu l-intenzjoni li din it-tender tiġi awarded proprju lil xi ħadd li tefa' s-sottomissjoni tiegħu tard.", "Pero' ġara li min tefa' t-tender tiegħu fi żmien propizju għamel protesta u rebaħha.", "Fil-fatt dan għamel appell formali u qalulu li dak li kien se jagħżel il-gvern lanqas kellu r-rekwiżiti li suppost ikollu, jiġifieri ma kellux għaxar snin esperjenza f'dak il-qasam.", "Iżda mbagħad x'ġara?", "Din it- tender ma ġietx awarded u f'daqqa waħda ngħatat direct order lit-tenderer li kien tefa' s-sottomissjoni tiegħu tard.", "Jien ukoll staqsejt lill- ministru għalfejn sar hekk u fuq liema kriterji għażel lil dan it-tenderer, pero' ma ngħatajtx risposta.", "Lil dak it-tenderer li ħassu aggravat għax ma ntgħażilx spjegawlu li t-tender tiegħu x'aktarx li ma ntgħażlitx għax l- aħħar parti tagħha kien issottomettiha fuq time basis.", "Din il-parti kienet tittratta l-formulation of a health policy u peress li ma jkunx definit kemm teħodlok żmien, tefa' s-sottomissjonijiet tiegħu għal din il-parti tat-tender b'rata għal kull siegħa.", "GĦalhekk il-gvern qallu li din it- tender ma kienetx kompluta.", "Fil-fatt teżisti l-proċedura li tista' tiġi awarded parti minn tender u jiena staqsejt lill-ministru għaliex f'dan il-każ ma ġietx awarded dik il- parti tat-tender li kienet kompluta, imma hu baqa' ma weġibnix.", "F'dan il- proġett kien hemm aspetti oħra li qajmu ħafna mistoqsijiet.", "Waħda minnhom kienet it-tender għad-designers.", "Kulħadd jaf li fi żmien Gvern Nazzjonalista kien hemm disinjaturi Taljani b'rappreżentanza Maltija.", "Pero' l-Gvern Laburista għażel li ma jżommx dan il-kuntratt u allura kien meħtieġ li jinstabu periti Maltin.", "Ħarġet it-tender u kien hemm sitt applikazzjonijiet.", "L-ewwel sottomissjoni għal dan it-tender kienet ta' ¥2 miljun u t-tieni kienet ta' kważi ¥4 miljun.", "Il-Gvern Laburista għażel it- tieni sottomissjoni u dan qajjem kontroversja kbira u saru ħafna mistoqsijiet.", "Intqal li t-tender ma ngħatatx lill-ewwel wieħed għax peress li huwa Taljan jista' jkollu problemi bil-lingwa u bil-kultura.", "Imma kulħadd jaf li din hija risposta pjuttost fjakka.", "Hawn nixtieq infakkar fil-kontroversja li kien qajjem l-Onor.", "Alfred Sant qabel l-elezzjoni wara li l-Gvern Nazzjonalista kien għażel li jaċċetta t- tieni tender għax-xogħol fuq l-isptar.", "Il-valur ta' din it-tender kien ta' ¥32 miljun u d-differenza bejn l-ewwel u t-tieni tender kienet ta' ¥2 miljun.", "Dak iż-żmien din il-kontroversja kienet damet sejra għal xhur sħaħ u issa fil-każ ta' din it-tender kien hemm varjazzjoni ta' ¥2 miljun!", "Filwaqt li hawn daqstant taħwid fuq dawn it-tenders, hemm affarijiet oħrajn li jġegħluk tinkwieta.", "Dawn huma l-completion costs, il-variations u s-suspension claims.", "Kulħadd jaf li meta proġett ikun wieqaf il- kuntrattur jista' jagħmel suspension claims.", "F'dan il-każ il-kuntrattur huwa Svediż u għandu n-nies tekniċi tiegħu, il-periti u l-inġiniera li nġiebu Malta biex jaħdmu fuq dan il-proġett.", "Għandu wkoll l-impjant tiegħu, it-tower cranes, it-trakkijiet u l-bulldozers li kollha jinsabu wieqfa.", "Allura x'qed jiġri?", "Għax Gvern Soċjalista ħalla l-proġett tiegħu wieqaf għal sena sħiħa, peress li dam biex jagħżel il-medical planners li issa suppost qed jagħmlu x-xogħol tal-medical brief u warajhom suppost li jidħlu l-periti u d-designers li jibdew jiddisinjaw is-servizzi - minħabba li d-daqs ta' l-isptar se jkun id-doppju, is-servizzi jridu jiġu ddisinjati mill-ġdid - se jkun hemm dewmien enormi.", "Jiena kważi nantiċipa li għandna mill-inqas tmien xhur oħra bix-xogħol wieqaf.", "Allura wieħed jistaqsi: Kemm se jikbru s-suspension claims fuq dan l-isptar?", "Ta' min ifakkar li f'Settembru li għadda l-Prim Ministru kien qal li sa dak inhar, meta l- valur tal-kuntratt kien għadu biss ta' xi ¥32 miljun, is-suspension claims kienu jammontaw għal ¥4.5 miljun.", "Ara meta għandna dan iż-żmien kollu bix- xogħol wieqaf kemm se jikbru s-suspension claims!", "Hemm ukoll il-variations li jistgħu jiżdiedu.", "Il-ministru daħħal ċifra ta' 12% dwar il-proġett imkabbar.", "Imma hawnhekk daħlu l-varjazzjonijiet kollha?", "Per eżempju, affarijiet li kien hemm bżonn li jsiru, bħal tiswija ta' soqfa, lift shafts u stairways, qegħdin jidħlu bħala parti mill-variation claims?", "Il-lifts u l-ispecifications ġodda tagħhom daħlu fil-variations?", "Il-preokkupazzjoni tiegħi hi li l-valur ta' dan l-isptar meta jkun komplut se jeċċedi l-¥100 miljun li kien antiċipat mill-ministru.", "Qed ngħid dan għaliex imbagħad hemm l-allowance għall-medical equipment li kienet stmata bejn ¥11-il miljun u ¥14-il miljun meta fuq sptar żgħir, bħal Capua Palace, in-nefqa fuq medical equipment kienet ta' xi ¥7 miljun.", "Jiġifieri l-istima għall-medical equipment ta' dan l-isptar li se jkun l- uniku sptar għal Malta, hija waħda miżera u żgur li mhux se taqdi l- ħtiġijiet kollha ta' sptar bħal dan.", "Nixtieq insemmi wkoll spejjeż oħra imma peress li qed jiġbduli l-attenzjoni li sar il-ħin nixtieq nagħlaq b'din il-konklużjoni.", "Dan huwa l-ikbar proġett ta' welfare li għandu dan il-pajjiż.", "Hija ħasra li sptar bħal dan, li suppost iservina għallinqas nofs seklu, qed ikun mismanaged b'dan il-mod u fil-frattemp m'huwiex qed isir investiment ieħor fil-qasam tas-saħħa.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa 24, ta' Ġunju, 1998, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIETGĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - DISKOTEKI F'GĦAWDEX", "15078.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi ġewwa diversi discos ġo Għawdex il-mużika tant tkun qawwija li tinstema' sew mill- irħula tal-viċin u billi dawn l-abbużi jseħħu kull meta dawn id-discos ikunu miftuħa, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija fil- passat u x'passi se tieħu fil-futur biex dan l-abbuż ma jirripetix ruħu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi kull meta rriżulta li kien hemm dan l-abbuż, il-Pulizija ħadet passi bil-Qorti kif se tibqa tagħmel.", "PULIZIJA - ABBUŻI FUQ IT-TFAL", "15079.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex il-pulizija ma kenitx iżżomm records ta' persuni akkużati fuq abbużi fuq it-tfal qabel Awissu ta' l-1997?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi mhux il-każ li l-Pulizija ma kenitx iżżomm records ta` dawn ir-reati qabel Awissu 1997.", "Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13482 jien għidt li kont informat li l-Pulizija ma kenitx iżżomm statistika u mhux records qabel din id-data.", "Ninsab informat li ż-żamma ta` statistika dwar dawn ir-reati saret possibbli bl-introduzzjoni tas-sistema ġdida tal-Police Incident Reporting System f`Awissu 1997.", "QRATI - IMPEDIMENT TA' PARTENZA", "15080.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni llum li għandhom impediment ta' partenza li ma jistgħux isiefru?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-mandat ta` impediment ta` partenza ta` persuna kien tħassar permezz ta` l-Att Numru XXIV ta` l-1995.", "Għalhekk, dan il-mandat ta` impediment ta` partenza m`għadux aktar fis- seħħ.", "FORZI ARMATI - ĦADDIEMA BOARDED OUT", "15081.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk persuni li jkunu ġew boarded out mill-forza regolari tal-Forzi Armati fil-passat minħabba depression humiex qed jiġu kkonsidrati bħala tajbin biex jissieħbu ma' forza tal-voluntieri tar- riżerva kemm-il darba dawn fiequ?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk xi wħud mill-persuni li fil-passat ġew boarded out mill-armata b'depression reġgħux iddaħlu fl-Armata wara li fiequ?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien informat li persuni li l-ingaġġ tahom jiġi tterminat mill-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta minħabba depression ma jiġux ikkonsidrati tajbin biex jissieħbu ma' forza ta' Voluntiera tar-Riżerva anke kemm-il darba dawn ifiequ.", "Ma jirriżultax li kien hemm persuni li fil-passat ġew boarded out mill-Armata b'depression u reġgħu ddaħħlu fl-Armata.", "FTEHIM KOLLETTIV", "15082.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14498, jista' l- Ministru jpoġġi kopji tal-ftehim kollettiv fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi fid-dikasteru tiegħi kien iffirmat ftehim kolletiv fil-Bank Ċentrali ta' Malta, fl-MOBC u fil-Korporazzjoni Enemalta.", "Kopja ta kull ftehim tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BORMLA - TNEĦĦIJA TA' SIĠAR", "15203.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbilta' li tintlaqa' t-talba tal- Każin tal-Banda San Ġorġ ta' Bormla, kif ukoll ta' l-istess Kunsill Lokali ta' Bormla, sabiex żewġ sigriet kbar, li hemm fil-fetħa ta' quddiem l- istess każin, ikunu jistgħu jitneħħew?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għandu ma rċevix talba uffiċjali għat-tneħħija ta' dawn is-siġar, biss peress li dawn jiffurmaw parti minn żewġ linji ta' siġar li huma fuq iż-żewġ naħat ta' dan il-lokal, id-dipartiment mhux tal-parir li dawn l-imsemmija siġar jitneħħew.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "15247.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'rifernza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 15168, u b'mod partikolari, b'riferenza għall-aħħar parti tar-risposta, jista' l-Ministru jikkonferma li fil-fatt il-kuntratt imsemmi jitkellem fuq kuntratt għall- bejgħ (esportazzjoni) ta' 5000 tunnellata u fil-fatt l-elf tunnellata l- oħra huma mfissra bħala surplus?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif għaliex fid-dawl ta' l-informazzjoni għall-1997 u 1998 ma kienx hemm insistenza, u fil-fatt lanqas talba, biex l- 5000 tunnellata tal-kuntratt jiżdiedu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-kuntratt jitkellem fuq total ta' 6,000 tunnellata.", "L-offerta kienet għal 5,000 tunnellata, iżda fuq l-insistenza tal- ministeru il-kwantita' żdiedet għal 6,000 tunnellata.", "Għaldaqstant jidher li mhux biss kien hemm talba iżda l-ministeru innegozja b'suċċess żieda ta' 1,000 tunnellata bi prezz minimu garantit."]} {"filename": "19970617_079d_par.doc", "date": "1997-06-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 79 It-Tlieta, 17 ta' Ġunju, 1997 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 79", "It-Tlieta, 17 ta' Ġunju, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.20 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "79", "It-Tlieta, 17 ta' Ġunju, 1997", "WERREJ MINUTI 1269", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1269", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1271", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EŻERĊIZZJU TAL-FUNZJONIJIET TAL-KORPORAZZJONI", "FL-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (EXERCISE OF CORPORATION'S FUNCTIONS) BILL", "(TIENI QARI U KUMITAT) 1272", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI 1275", "AĠĠORNAMENT 1294", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 1299", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1309", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 78 li saret fis-16 ta' Ġunju, 1997 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - EMBLEMA", "6040.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru W373 dwar l-emblema tas-Segretarjat taż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, min kien l-artist li ddisinja l-emblema rebbieħa?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): L-artista li ddisinjat l-emblema rebbieħa hija s-Sinjorina Joanne Schembri.", "AJRUPLANI - ORIĠINI MILITARI", "6131.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar l-oriġini militari ta' l-ajruplani li niżlu Malta fl-ewwel xhur ta' din is-sena?", "Kemm damu Malta dawn l-ajruplani?", "Għal liema raġuni ngħataw permess li jinżlu?", "ONOR.", "GEORGE VELLA (Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): In-numru ta' ajruplani li niżlu Malta bejn Jannar u April ta' din is-sena kienu 33 u l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - SAFAR", "6166.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Joe Cassar) staqsa lill- Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5157, jista' l-Ministru jgħid x'ġie diskuss fil-laqgħat li attenda għalihom id-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien Soċjali fi Strasbourg dwar is-social charter?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tal-Ħarsien Soċjali): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fiż-żewġ rapporti li tagħhom qiegħed inpoġġi kopja fotostatika fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn iż-żewġ rapporti jikkonċernaw, dak kollu li ġie diskuss fit-82 u t- 83 laqgħa tal-kumitat tas-social charter li saru bejn it-28 u l-31 ta' Jannar, 1997 u t-18 u l-21 ta' Marzu, 1997 rispettivament.", "It-tieni rapport imsemmi għadu fi stadju ta' abbozz.", "AWTORITA' TAD-DJAR - BEJGĦ TA' APPARTAMENTI", "5686.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jgħid x'sar minnha t-talba ta' persuna biex tbigħ numru ta' appartamenti lill-Awtorita' tad-Djar, liema talba kienet saret taħt skema li kienet saret mill-amministrazzjoni preċedenti u li għaliha rrifera l- Ministru f'risposta supplimentari għall-mistoqsija parlamentari numru 725?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): L-Awtorita' tad-Djar qiegħda f'negozjati mas-sid biex tara jekk ikunx jaqblilha li tinxtara din il- proprjeta' taħt l-iskema relattiva.", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor.", "Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li d-domanda mingħand il-persuna li għandha din il-proprjeta' issa ilha ħafna pendenti, kif qiegħed iħares il-Gvern, speċjalment fil-long term, lejn l-eżistenza ta' din l-iskema?", "Jidhirlu l- Ministru li jekk proċeduri bħal dawn jibqgħu jitwalu jkunu ta' diżinċentiv għas-sidien li jersqu biex ibigħu appartamenti lill-gvern meta fl-opinjoni tiegħu il-gvern jaqbillu jixtri appartamenti lesti - ovvjament il-prezz dejjem irid jittieħed in konsiderazzjoni - milli jkompli jtella' appartamenti ġodda?", "Nafu li hawn numru sostanzjali ta' appartamenti li huma vojta u li naħseb li jistgħu jkunu adattabbli għad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, primarjament din l-iskema tikkonsisti f'avviż li jgħid li min għandu xi proprjeta' privata li jrid ibigħha lill-Awtorita' tad-Djar dan jista' jagħmlu.", "Jiena personalment ma nafx li din il-persuna kienet diġa' għamlet xi talba fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti u wieħed jifhem li meta l-Awtorita' tad-Djar tiġi biex tinnegozja blokk bini ta' ammont sostanzjali ta' units mhux dejjem tkun tista' tgħaġġel.", "Fuq kollox dan huwa negozju u għalhekk l- awtorita' trid tagħmel l-affarijiet bil-għaqal u għalhekk ukoll trid iż- żmien.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, min-naħa tal-ministeru tad-djar qegħdin nagħmlu ħilitna fejn tidħol proprjeta' battala, fis-sens li l-għan prinċipali tagħna huwa li kemm jista' jkun din il-proprjeta' tingħata għal skopijiet residenzjali.", "Kien għalhekk li fis-6 ta' Ġunju li għadda għamilna laqgħa mas-sidien privati ta' postijiet battala fil-Furjana, fejn l-iskop primarju tagħna kien li naraw li dawn il-postijiet jiġu wżati.", "Lil dawn is-sidien tajnihom iċ-ċans li jesprimu dak li jħossu bil-liberta' kollha u huma taw il-veduti tagħhom u ressqu wkoll xi proposti.", "Kif qed ngħid, dan qed nagħmluh bl-iskop li naraw li fl-irħula tagħna, fosthom fil- Furjana, ma jibqax ikollna numru kbir ta' postijiet battala.", "GĦalhekk l-Awtorita' tad-Djar tikkonsidra kull talba li jkollha pero', kif diġa' għidt, hija trid tara wkoll li l-affarijiet isiru sewwa u li l- bini jkun adattat għall-iskop li għalihom tkun tridu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħid kemm attendew bejn wieħed u ieħor sidien ta' postijiet battala fil-Furjana għal din il-laqgħa?", "Kien ammont żgħir jew ammont konsiderevoli?", "Xtaqt inkun naf ukoll ġiex ikkonsidrat il-fatt li forsi aktar huwa faċli li wieħed jagħmel slum clearance ta' postijiet battala fejn xulxin aktar milli ta' dawk il-postijiet battala li huma mifruxin.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant jiena poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport preliminari dwar il-vacant premises fil-Furjana.", "Barra minn hekk jidhirli li konna ppreżentajna pjanta fejn immarkajna kull post li sibna battal.", "Bejn wieħed u ieħor dawn kienu jammontaw għal madwar 153 post. Fuq il-pjanta mmarkajnihom bi tliet kuluri apposta u qassamnihom f'dawk li huma tajbin, dawk li jinħtieġu t- tiswija u dawk li huma dilapidati ħafna.", "Aħna mmarkajnihom biex wieħed jinduna fejn qegħdin, post b'post. Per eżempju, in-naħa ta' Balzunetta hemm 20 ħdejn xulxin, allura wieħed iżjed jista' jistabilixxi x'inhu l- aħjar li jsir f'dak ir-rigward, pero' aħna ridna li jidħlu wkoll is-sidien.", "Jidhirli li din qatt ma saret li l-gvern isejjaħ lis-sidien ta' postijiet battala.", "Hawnhekk ma rridx ninsa nirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Furjana, speċjalment lis-Sindku, li ħadem ħafna sabiex il-laqgħa tirnexxi wkoll.", "Min-naħa tagħna ktibna lil dawk is-sidien li konna nafu bihom u ġibna l- avviżi fil-ġurnali dwar il-laqgħa biex niġbdu l-attenzjoni ta' dawk is- sidien li ma konniex nafu bihom.", "Kien hemm ammont sabiħ ta' sidien u kien hemm minnhom li kellhom tmien postijiet jew għaxra.", "Aħna ħadna nota ta' dak li qalu s-sidien u nixtiequ li flimkien magħhom insibu l-aħjar soluzzjoni.", "Min-naħa l-oħra, peress li hemm id-Dipartiment ta' l-Artijiet li wkoll qed jara liema huma dawn il-postijiet battala, allura 'l quddiem wieħed ikun jista' isir jaf b'aktar sidien.", "Barra milli għamilna l-laqgħa u bgħatna għal numru ta' sidien, issa qegħdin nibagħtu għal sidien oħrajn li jidhrilna li jkun aktar ta' ġid li nitkellmu magħhom.", "Dan dejjem qed isir fid-dawl li jinstab rimedju għal dawn il-ħafna postijiet battala li hawn.", "Imbagħad nistudjaw il-proposti tas-sidien u naraw l-aħjar li jista' jsir fl- interess nazzjonali.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-policy paper dwar l-assenjar ta' ħaddiema tal-Gvern mal- kunsilli lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5689;", "f'isem il-Ministru tat-Turiżmu inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' l-appartamenti liċenzjati bħala holiday flats f'Tas-Sliema u San Ġiljan, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6359; u", "f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont ta' majjal maqtul mill-1 ta' April 1997 sal- lum, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6319.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bejn Jannar u Mejju 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6317.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EŻERĊIZZJU TAL-FUNZJONIJIET TAL-KORPORAZZJONI FL-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (EXERCISE OF CORPORATION'S FUNCTIONS) BILL", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO (Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija): Madam Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, ir-raġuni li qed nipproponu dan l-abbozz ta' liġi hija għaliex fl-Att Nru. XI li jemenda l-Att dwar l- Iżvilupp Industrijali hemm artiklu li jgħid li l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp tkun tista' tagħti parti mill-poteri jew funzjonijiet tagħha lil persuni oħrajn.", "Waqt li konna qed niddiskutu din il-parti tal-liġi fl- istadju ta' Kumitat iż-żewġ naħat konna qbilna li din għandha tfisser li jingħata poter lill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp li tiddelega l- funzjonijiet u l-poteri tagħha lil persuni oħra u konna qbilna wkoll li deċiżjonijiet meħuda minn dawk il-persuni kellhom jiġu approvati mill- istess korporazzjoni qabel ma jsiru effettivi.", "Il-liġi kif inhi llum sal- lum hija sibillika u tista' tiġi interpretata li d-deċiżjoni dwar id-delega tmur għall-approvazzjoni tal- Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp u mhux id-deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-persuna hekk delegata.", "Wara li kellmuni l-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra dwar l-ambigwita' li jista' jkollha din il-parti tal-liġi, ftehimna li jien nerġa' nressaq emenda ma' l- ewwel opportunita' biex jitneħħa kull ekwivoku dwarha.", "Daqshekk għandi xi ngħid dwar din l-emenda Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Madam Speaker, jiena nikkonferma dak li għadu kemm qal il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija.", "Fil-fatt fl- istadju tal-Kumitat konna tkellimna eżattament dwar klawsola ġdida li kien ressaq il-Ministru Attard Montalto li bis-saħħa tagħha l-MDC tkun tista' tiddelega l-poteri tagħha lil aġenziji oħrajn.", "Ovvjament dan il- provvediment għad jista' jintuża pero' jkun ftit riskjuż jekk din id- delega ma tiġix b'xi mod jew ieħor limitata.", "Allura fid-diskussjoni konna qbilna li ssir emenda li tgħid li l-aħħar kelma tkun ta' l-MDC.", "Jiġifieri minkejja d-delega, kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed minn din l-aġenzija li tkun ġiet delegata b'xi poter mingħand l-MDC tkun trid tiġi riferuta lill- MDC biex l-aħħar deċiżjoni tittieħed mill-istess MDC.", "Meta saret din l- emenda li qbilna fuqha fil-Kumitat, bi żvista ma ġietx inkorporata fil-liġi eżattament kif konna għidna.", "Fil-fatt, kif inhi bħalissa, tista' tinftiehem b'mod differenti u allura erġajna kellimna lill-Ministru u qbilna li terġa' tiġi sottomessa emenda u dan hu li qed isir bis-saħħa ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "GĦalhekk dan l-abbozz huwa essenzjali sabiex l-MDC iżżomm l-aħħar kelma hi fi kwalunkwe delega ta' poter li tista' tagħti lil aġenziji oħrajn.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Ministru sabiex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, naħseb li ftit għandi xi nżid ma' dak li qal il-kollega tiegħi ħlief li nesprimi pubblikament l- apprezzament tiegħi għaliex l-emendi li għamilna u li qed nagħmlu għall-IDA għandhom il-backing taż-żewġ naħat tal-Kamra u jidher li hawn qbil dwar il- politika industrijali li wieħed qiegħed jipprova jsegwi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal-Korporazzjoni fl-Att dwar l- Iżvilupp Industrijali, Kap 325\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MADAM SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq mill-Kamra issa ngħaddu sabiex niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi fl-istadju ta' Kumitat.", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 21 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 21 of the principal Act.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, kif diġa' għidt, qed inressqu din l-emenda sabiex jitneħħa kull ekwivoku.", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li l-MDC tista' tiddelega xi poteri u funzjonijiet tagħha imma kull deċiżjoni minn dik il-persuna hekk delegata trid tmur lura l-MDC għal deċiżjoni definittiva.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "ONOR.", "JOE BORG: It-test Malti ta' din il-klawsola jgħid li dan \"l-Att jista' jissejjaħ l-Att ta' l-1997 dwar l-Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal- Korporazzjoni fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali\".", "Jiena naħseb li hawnhekk il-kelma \"fl-Att\" hija żejda.", "Fil-fatt it-test Ingliż ta' l- istess klawsola jgħid: \"This Act may be cited as the Industrial Development (Exercise of Corporation's Funtions) Act,1997\".", "GĦalhekk għal klawsola 1 nipproponi emenda verbali li tgħid hekk:", "\"Fit-test Malti tal-klawsola 1 minflok il-kliem \"Att ta' l-1997 dwar l- Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal-Korporazzjoni fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali\" għandhom jidħlu l-kliem \"Att ta' l-1997 dwar l-Iżvilupp Industrijali (Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal-Korporazzjoni)\".", "In the Maltese text for the words \"Att ta' l-1997 dwar l-Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal-Korporazzjoni fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali\" there shall be substituted the words \"Att ta' l-1997 dwar l-Iżvilupp Industrijali (Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal- Korporazzjoni)\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Borg.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Titolu Title", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, għat-titlu nipproponi din l- emenda: \"A\" Minflok it-Titolu fit-test Malti ta' l-Att għandu jidħol dan it- Titolu ġdid li ġej: \"Att dwar l-Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal-Korporazzjoni fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325\".", "\"A\" For the Title in the Maltese text of the Act there shall be substituted the following new Title: \"Att dwar l-Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal-Korporazzjoni fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325\".", "Ressaqt din l-emenda fuq parir ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika li ħass li t-titlu jkun aktar adattat li jinqara b'dan il-mod.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija t-Titolu kif emendat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "It-Titolu, kif emendat, għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal- Kamra jkun awtorizzat jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn, jekk inhu l-każ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l- Industrija rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MADAM SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq ngħaddu issa għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Madam Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal-Korporazzjoni fl- Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Eżerċizzju tal-Funzjonijiet tal-Korporazzjoni fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Kap. 325)\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI", "Ikompli mis-16 ta' Ġunju, 1997.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Richard Muscat huwa in possession.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Madam Speaker, il-bieraħ filgħaxija kont qiegħed nipprova nressaq xi suġġerimenti dwar dak li wieħed jista' jindirizza f'dan il-mument fejn qegħdin nirriflettu fuq il-mod kif inħarsu 'l quddiem lejn il-curricula jew is-suġġetti li għandhom jiġu meqjusin parti mill- preparazzjoni u t-tħejjija tat-tfal tagħna fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji għall-futur.", "Fl-għeluq tad-diskors tiegħi kont qiegħed insemmi l-konċett li s-soċjeta' li mistennija tiffaċċja s-seklu l-ġdid tħares b'ċerta manjiera - anke b'mod differenti minn kif ħarisna s'issa - lejn id-dritt tax-xogħol u lejn l-importanza dejjem aktar tikber minn qatt qabel ta' l-edukazzjoni interattiva fejn ħadd ma jkun emarġinat u anzi t- taħlita tkun kemm jista' jkun bit-tfal jikbru flimkien u bl-istess opportunitajiet, jiġu minn fejn jiġu u huma kif inhuma.", "Semmejt ukoll l- impatt kbir tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni.", "F'dan is-suġġett irridu nħarsu 'l quddiem lejn x'jista' jkun il-kontenut ta' programmi edukattivi għat-tfal tagħna f'dawn l-iskejjel.", "Fl-ewwel diskors tiegħu l-Ministru Bartolo tkellem ukoll dwar ir-rwol importanti ta' l-industrija privata u kif din tista' tkun influwenti anke fuq it-tħejjija edukattiva, akkademika u ta' taħriġ sa mill-ewwel snin ta' l-edukazzjoni tat-tfal.", "Huwa ġust li dan inkomplu nagħfsu fuqu għaliex is- soċjeta' li se tiffaċċja l-millenju l-ġdid qed tara bidla fir-rwoli tas- settur pubbliku u dak privat.", "Infatti qegħdin nassistu għal ċertu tibdil, fis-sens li s-soċjeta' qiegħda tħares dejjem inqas lejn il-gvern bħala dak li jipprovdi s-soluzzjonijiet u li għandu piż qawwi fis-soċjeta' b'mod tradizzjonali u minflok is-settur privat qed ikun aktar imfittex mis- soċjeta' nnifisha bħala l-protagonist ġdid li jwettaq id-diversi ideali ta' l-istess soċjeta'.", "GĦalhekk filwaqt li l-gvern f'soċjeta' u f'ekonomija moderna qed jimxi lejn rwol ta' dak li jipprovdi biss u jkun responsabbli ta' ħteġijiet bażiċi bħalma huma s-saħħa, l-edukazzjoni, id-difiża, l- ekonomija u l-infrastruttura fiżika, speċjalment iż-żamma tal-liġi u responsabbiltajiet essenzjali oħrajn, fl-istess ħin qed naraw ukoll li s- settur privat, kemm dak kummerċjali kif ukoll dak li hu meqjus bħala non- profit making, mistenni jkabbar u jifrex ir-rwol tiegħu.", "Kultant dan ir- rwol il-privat jagħmlu waħdu u drabi oħra jagħmlu f'partnership ma' istituzzjonijiet governattivi.", "Madam Speaker, din il-bidla tfisser bidla kulturali aktar milli bidla fiżika u f'dan il-kontest tagħmel ħafna sens u fiha tifsira sinifikattiva l-parteċipazzjoni ta' l-intrapriża li qed tiġi msejħa Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni.", "Issemma wkoll, biex ngħid hekk, l-inkwiet u l-biża' li minħabba l-mod kif qed tiġi mwaqqfa din il-kummissjoni jista' jkollha distakk u ma jkollhiex relazzjoni operattiva u interattivita' ma' dawk li huma l-istrutturi diġa' stabiliti tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li diġa' kienu qegħdin jaħdmu u għadhom għaddejjin bir-ritmu tagħhom, għaliex ir-responsabbilta' tagħhom hija proprju dik li jwettqu dan it-tip ta' xogħol.", "Jien għadni ma nistax nifhem kif m'hemmx xi awtorita' mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni preżenti f'din il-kummissjoni sabiex ma jkunx hemm lok għall-biża' li din il- kummissjoni taqta' għal rasha jew li jsir xogħol duplikat, kif ukoll biex ikun hemm proattivita' fl-input li jingħata mill-istess kummissjoni u jsir użu tajjeb mill-istrutturi li diġa' jeżistu fi ħdan id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni.", "Qed nifhem, per eżempju, li xi direttur ġenerali ta' l- edukazzjoni jista' jagħmilha ta' liaison biex b'hekk għallinqas il- kordinazzjoni tkun tista' tiġi msaħħa u organizzata b'mod effikaċi u effettiv.", "Hawnhekk jien nasal għall-konklużjoni u bħala l-aħħar riflessjonijiet tiegħi nerġa' nisħaq mill-ġdid fuq l-insistenza ta' l-etika tat-teknoloġija u ta' l-arti fil-mod kif inħarsu lejn il-ħteġijiet edukattivi tat-tfal tagħna minn issa.", "Nisħaq fuq l-importanza tal-lingwa Maltija, kif mitkellma u miktuba.", "Sfortunatament nistgħu ngħidu li ġurnata wara l-oħra qed nassistu għal ħolqien ta' vokabularju fil-lingwa tagħna, kemm mill- kmamar ta' l-aħbarijiet ta' l-istazzjonijiet tar-radju jew tat-television, kif ukoll minn dawk l-imsejħa ġurnalisti sportivi, għalkemm mhux dejjem ikunu hekk.", "Dawn ġieli jużaw ċerti kliem - ma nafx minn fejn iġibuh - bil- konsegwenza li mbagħad ħafna mis-semmiegħa u mit-telespettaturi li jkunu qed isegwuhom jibdew jużaw dan il-vokabularju u dawn il-frażijiet waqt li jkunu qed jitkellmu, partikolarment it-tfal li jixorbu kollox.", "Huwa tajjeb li fid-diskors tiegħu l-Ministru Bartolo saħaq ħafna kemm fuq l-importanza tal-lingwa Maltija kif ukoll fuq dik Ingliża u fil-fatt m'iniex se noqgħod nirripeti dak li diġa' qal hu għax jidhirli li d-diskors tiegħu kien ċar biżżejjed.", "Madam Speaker, huwa importanti ħafna li ssir iktar enfasi fuq l- edukazzjoni ċivika u l-preparazzjoni edukattiva tat-tfal tagħna għandha tisħaq ħafna fuq dan is-suġġett, jiġifieri fuq il-ħtieġa li kull ċittadin iħoss ruħu responsabbli mill-ambjent - qed nirriferi għal kull tip ta' ambjent, jiġifieri dak uman u kulturali - u rridu nisħqu iktar fuq id- drittijiet tal-bniedem, bħalma hija t-tolleranza, għax mill-ewwel snin tagħhom it-tfal tagħna għandhom ikunu konxji li jeżistu dawn id-drittijiet ħalli jsiru parti mill-prattika ta' ħajjithom.", "Aħna rridu naraw ukoll li l- professjoni tat-tagħlim tkun mixtieqa kemm minn dak li hu kapaċi joffriha kif ukoll kulturalment u soċjalment għax din il-professjoni għandha rwol delikat u hija aktar minn sempliċi job.", "GĦalhekk għandna nagħtu dejjem iktar importanza lill-edukaturi tagħna u għandna naraw li wliedna ma joħorġux mill-iskola qabel ma jsiru jafu dwar l-importanza ta' ċertu tip ta' kultura għax din iż-żerriegħa rridu niżirgħuha miċ-ċokon.", "Aħna għandna naraw ukoll li ċ-ċittadin tas-seklu l-ġdid ikollu viżjoni u jkun l-iskultur tal-futur ta' pajjiżna.", "In-nies għandhom jagħtu prijorita' lill-iżvilupp sostenibbli uman u jitgħallmu jirrispettaw lill-bniedem ħalli jkunu jistgħu jgħixu f'kultura ta' djalogu u ta' paċi.", "Dan id-diskors għandu jibda jinstema' mill-istudenti fl-ewwel snin ta' l-iskola tagħhom.", "L-objettiv tagħna fil-kamp ta' l-edukazzjoni ta' wliedna għandu jkun dak li ninkoraġġixxu dawk l-ideali u l-valuri li għandhom jispiraw il-ħidma ta' l- edukaturi u jimmarkaw id-destin għall-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Madam Speaker, jien nittama li meta jispiċċa d-dibattitu fuq din il- mozzjoni mressqa mill-Ministru ma jkunx ifisser li spiċċa l-eżerċizzju ta' dan il-Parlament, iżda għall-kuntrarju dan għandu jkun il-punt ta' paġna ġdida fit-tkomplija tal-proċess lejn futur ġdid fil-kamp ta' l-edukazzjoni.", "Sfortunatament ħafna drabi aħna tgħallimna ma narawx x'inhu jiġri madwarna u għalhekk irridu nibnu soċjeta' li fiha ċ-ċittadin ikun konxju li huwa iktar minn sempliċi spettatur.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Madam Speaker, nixtieq nibda d-diskors billi minnufih inressaq emenda għal din il-Mozzjoni li tgħid hekk:", "\"Fil-paragrafu li jibda bil-kliem \"Il-Kummissjoni għandha tkun magħmula minn Chairman\" minflok il-kliem \"ma jkunx iżjed minn sittax- il membru\" għandhom jidħlu l-kliem \"ma jkunx iżjed minn sbatax-il membru\".\"", "Peress li llum daħlet id-drawwa li meta jinħatar xi kunsill jew kummissjoni li tirrigwarda lill-qasam ta' l-edukazzjoni wieħed mill-membri jkun maħtur mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed nipproponi din l-emenda sabiex is-17-il membru jiġi propost mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Kemm il-bieraħ kif ukoll illum il-kollega tiegħi l-Onor.", "Richard Muscat staqsa lil min jirrappreżentaw dawn il-membri tal-kummissjoni u jien nixtieq li nirriferi għal Artiklu 46 ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni, li proprjament jitkellem fuq il-membri li jiġu maħtura mill-Ministru.", "Dan l- artiklu jgħid li l-membri għandhom jiġu", "\"... maħtura mill-Ministru u li fil-fehma tal-Ministru jirrappreżentaw lill-pubbliku in ġenerali mhux xort'oħra rappreżentat ...\".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq għażla ta' membri li jirrappreżentaw l-oqsma kollha tal-pubbliku, jiġifieri kemm nies li ġejjin mill-qasam ta' skejjel governattivi u privati kif ukoll nies li qegħdin fil-qasam trejdjunjonistiku.", "Għal min forsi seta' ħa l-impressjoni li l-Ministru seta' jaħtar lil min irid, irrid ngħid li fil-fatt il-Ministru huwa marbut li jaħtar nies li jirrispekkjaw l-oqsma kollha tas-soċjeta', kif inhu rifless fin-nies li jifformaw parti minn din il-kummissjoni.", "U mill-ewwel; niġi għall-ħafna riferenzi li qed isiru għaċ-chairman għaliex forsi t- twemmin politiku tiegħu ixaqleb lejn il-partit fil-gvern.", "Kien hemm żmien fejn kellna anke rettur ta' l-Universita' - il-post fejn kulħadd irid imur biex jiggradwa u kulħadd irid joqgħod għal dak li jgħid ir-rettur - li kien protagonista fit-tfassil ta' ħafna policies tal-Partit Nazzjonalista, pero' kellu t-tajjeb tiegħu u jien ċert li fil-kapaċitajiet ta' rettur, bid-difetti kollha tiegħu, għamel xogħlu tajjeb.", "Allura issa għax għandna chairman li għandu l-istess twemmin tal-partit tagħna qed ngħidu li mhux se jagħmel xogħlu sew!", "Kulħadd jaf kemm laħqu professuri fl- Universita' u kulħadd jaf ukoll li kien hemm min laħaq professur mingħajr ma kellu l-kwalifiki f'dawk li huma pubblikazzjonijiet eċċ., imma meta kien hemm in-Nazzjonalisti fil-gvern Dr Dominic Fenech inzerta qatt m'għadda t- test biex jilħaq imqar associate professor!", "Jien ma nħobbx insemmi ismijiet hawnhekk, imma dan bilfors kelli nsemmih għax donnu li l-attakk fin kien dirett lejh.", "Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn il-lista tal-membri ta' din il- kummissjoni jsib li fiha hemm nies li kulħadd jaf li għandhom twemmin Nazzjonalista, imma aħna jidhrilna li l-Ministru sewwa għamel li nkludihom f'din il-kummissjoni għaliex l-ewwel ħaġa li għandha ssir hija li naraw verament x'inhu tajjeb għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Ma nistgħux noqogħdu nilagħbu ma' l-ismijiet u forsi ma' formoli edukattivi li kultant ma jagħmlux sens.", "Huwa tajjeb li wieħed jara x'inhuma l-aħjar teoriji edukattivi u għalhekk din il-kummissjoni għandha tagħmel ċerti riċerki u tippreżenta l-qafas tar-riżultat ta' l-istudji tagħha.", "M'hemm xejn ħażin li wieħed jagħmel riferenzi għal ċerti teoriji u jagħti konsiderazzjoni lil ċerti ħsebijiet liberali.", "Għalhekk hija tajba t- taħlita tal-kummissjoni għax wieħed ikun jista' jara kemm is-sistema tagħna, li tradizzjonalment kienet dejjem imfassla fuq ċerti teoriji, illum verament hija ta' ġid għal pajjiżna.", "Meta wieħed iħares lejn l-għanijiet tal-kummissjoni bilfors irid jagħmel riferenza mhux biss għall-mod kif imexxu l-edukaturi u anke kif jinħatru - li huwa importanti - imma jrid jara wkoll li l-ħsebijiet li joħorġu mir-riċerki li jsiru jkunu jagħmlu sens proprju għall-problemi tal-lum fil-pajjiż.", "Jekk nieħdu s-sistema Amerikana wieħed jara li llum fil-konċett ta' l- edukazzjoni qegħdin idaħħlu sistemi ...", "Ovvjament il-problemi fl-Amerka huma ħafna ikbar minn ta' pajjiżna u m'iniex qed nirriferi għal problemi edukattivi biss imma anke għal problemi ta' kriminalita'.", "Illum is-sistema edukattiva trid tipprepara l-ġenerazzjonijiet li telgħin fis-soċjeta' tagħna għal dawn il-problemi.", "Qed ngħid dan għaliex dawn is-suġġetti ma ssibhomx fil-curriculum, ħlief kultant fil-livell sekondarju fejn jitkellmu fuq droga u crime awareness.", "Ġeneralment dawn ikunu diskussjonijiet li l- istess għalliem jieħu interess li jqajjem f'xi lezzjoni tal-physical education jew studji soċjali.", "Illum meta qegħdin f'hi-tech era u fl- iskejjel tagħna għandna aċċessibilita' enormi għal computers u għandna studenti li jagħmlu avventuri bil-computers, irid ikun hemm ċerti guidelines fis-sistema edukattiva sabiex it-tfal tagħna jkollhom l-aħjar edukazzjoni bl-użu tal-computers.", "Jien naħseb ukoll li wieħed irid jagħti individual attention lil ċerti studenti għaliex fil-klassi jkun hemm kull tip ta' studenti.", "Jien ċert li l-kummissjoni se tesplora u tagħmel upgrading tat-traditional practices għax ma tistax tibqa' daqshekk tradizzjonali.", "Għandhom jiġu studjati l- capabilities li jista' jilħaq student pero' dejjem fil-parametri ta' dawn il-guidelines għaliex inkella jista' jkollok il-problemi u l-problemi li jidħlu fihom l-istudenti f'ċerta eta' mhux dejjem joħorġu minnhom.", "Student jista' jkollu l-aħjar sistema ta' edukazzjoni imma appena jidħol fir-riskju ta' l-avventura jkollu l-problemi.", "Allura jien nemmen li din il- kummissjoni għandha tagħmel riċerka bis-serjeta' sabiex tindirizza dawn il- problemi.", "Meta dan l-aħħar il-Prim Ministru kien qiegħed Malmoe fil-laqgħa tas- Soċjalisti Ewropej, tqajmet il-problema ta' kif se jħarsu lejn is-sistema edukattiva li wieħed irid jara tiżviluppa maż-żmenijiet.", "Illum nafu li rridu nagħtu importanza kbira lill-iskejjel fil-livell primarju u sekondarju u għal dak li jirrigwarda skejjel primarji naħseb li ma nistgħux inħallu curriculum spjetat.", "Jien nistaqsi: Huwa daqshekk meħtieġ li fil-livell primarju t-tfal ikollhom curriculum li jinkludi studji soċjali, liema sillabu jerġgħu jirripetuh meta jidħlu fis-sekondarja?", "Imbagħad awtomatikament jinħoloq il-pressure minħabba l-eżamijiet, speċjalment meta jaslu f'year 6.", "Huwa daqshekk meħtieġ dan il-curriculum vast fil-primarji jew għandna nisħqu fuq is-suġġetti li verament għandhom bżonn biex jimxu sal-livell sekondarju, livell li għandna l-obbligu li nwasslu lill-istudenti għalih?", "Rigward is-suġġett tar-reliġjon jiena nistaqsi: Hemm verament bżonn li l-istudenti jistudjaw dawk id-domandi li jkun hemm fl-aħħar tal-ktieb bl- amment?", "Hemm bżonn li l-istudenti tagħna jistudjaw madwar 80 domanda bħall- pappagalli?", "Aħna rridu ngħallmu lill-istudent kif jaħseb b'moħħu u kif joħroġ bir-risposti bil-mod kif jaħseb hu u mhux bil-mod kif jagħtihomlu l- awtur jew l-għalliem.", "Jiena qed insemmi dan is-suġġett speċifikament għaliex l-edukaturi li kellimt kollha huma tal-fehma li dan ma jistax jibqa' jsir.", "Nemmen ukoll li la l-Arċisqof u lanqas kull min huwa mdaħħal fit-tagħlim tal-knisja ma jrid li t-tfal tagħna jitgħallmu dan is-suġġett tant importanti bħall-pappagalli.", "L-istudent irid jiżviluppa l-ħsebijiet tiegħu u għalhekk irridu nħallulu l-ispazju sabiex joħroġ b'argumenti b'saħħithom u mhux ikun monotonu u orjentat sa lejlet l-eżami bl-aktar mod negattiv.", "Huwa importanti wkoll li fil-primarji l-enfasi tkun fuq l-ewwel klassijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi, irridu nieħdu aktar bis-serjeta' l-year 1 u l-year 2 u naraw li l-istudent jibda t-triq ta' l-edukazzjoni b'saħħitha mill-bidunett għaliex jekk ikollok pedament sod allura tkun tista' tkompli fuqu.", "Dan qed ngħidu għaliex il-livell primarju huwa importanti ħafna fis- sistema edukattiva ta' pajjiżna u huwa għalhekk li trid tingħata ħafna attenzjoni f'dan il-livell.", "Jiena naħseb li d-drama, per eżempju, hija importanti anke f'dan il-livell għaliex it-tfal ta' din l-eta' jieħdu pjaċir jesprimu ruħhom fil-preżenza ta' sħabhom u ta' l-udjenza, u dan joħroġ anke minn studji li saru barra minn Malta u li dwarhom hemm teżijiet fuqhom.", "Qed nagħmel riferenza għal dan ukoll għaliex nemmen li din il- kummissjoni tista' tagħmel ħafna fir-rigward ta' l-iskejjel primarji.", "Aħna nafu li l-kotba jgħinuk biex tipproġetta l-ħsebijiet tiegħek aktar 'il fuq imma l-kotba ma jagħtukx is-soluzzjoni għal kollox.", "GĦalhekk irridu naraw li l-edukazzjoni li noffru lill-istudenti tagħna tkun a lifelong education system u mhux meta jispiċċaw mill-primarja, mis-sekondarja jew mill- univerista' tkun waqfet l-edukazzjoni għalihom.", "Hawnhekk nista' nsemmi id- drama, suġġett li jwasslek biex tiftah il-ħsebijiet tiegħek, biex tistudja aħjar anke meta tiġi biex taqra, meta tiġi biex tesprimi ruħek u meta tiġi biex tipprova tanalizza problema li mhux dejjem tkun qrajtha fil-kotba.", "Niġu issa għal-livell sekondarju.", "Huwa veru li f'dan il-livell saru tibdiliet tajbin u huwa tajjeb li dan niftaħru bih pero' ma rridux ninsew li dan l-istress enormi ta' l-eżamijiet fuq l-istudenti huwa kruċjata ta' kull sena.", "GĦalkemm l-importanza ta' l- eżamijiet trid tibqa' hemm għaliex bid-difetti kollha tagħha din hija sistema tajba ta' kif tista' tiġġudika kemm persuna hija tajba f'numru ta' suġġetti, imma min-naħa l-oħra jridu jsiru assessments regolari fuq ix- xogħol li jagħmel l-istudent matul is-sena u assessments oħra li jingħataw importanza akkademika.", "Tajjeb ukoll li dawn l-assessments, li diġa' qegħdin isiru, jiżdiedu u tajjeb ukoll li jkun hemm il-kontinwita'.", "Qed ngħid dan għaliex fil-perijodu ta' l-eżamijiet jista' jkollok xi problemi.", "Nieħdu, per eżempju, il-heatwave li għandna bħalissa f'Malta.", "L-istudent ma jkunx jaf li fis-17 ta' Ġunju, per eżempju, irid jagħmel eżami f'temperatura ta' madwar 40°C. Allura student li jkun għamel sena xogħol mill-iktar brillanti u jkun iddedika ruħu għall-istudju se tiġġudikah f'din il-ġurnata ta' sħana hekk kbira?", "Dawn huma wħud mill-problemi li għandna fl-iskejjel sekondarji.", "Jiena ma tantx għallimt fis-sekondarji pero' meta kont nitkellem ma' l-istudenti dawn il-problemi kienu jsemmuhomli.", "Jiena ngħid ukoll li jrid ikun hemm iktar integration ta' ċerti suġġetti bħal, per eżempju, is-suġġetti tal-physical education u s-social studies pero' mbagħad ma jridx ikun hemm ripetizzjoni mill-għalliema.", "GĦalhekk irid ikun hemm iktar kordinazzjoni u sistemi li jitħaddmu aħjar.", "Per eżempju fl-Amerka waqt is-sessions tas-social studies jgħallmu l-basics tal-criminal justice ethics, jiġifieri l-istess suġġett jiftħuh biex jagħtu l-esperjenzi ta' l-inmates.", "Ħaġa oħra li għandha tiġi mgħallma lill- istudenti hija kif għandhom jaġixxu meta jaraw persuna mhux normali.", "Huwa mportanti li nedukaw lill-istudenti dwar fatti li jiltaqgħu magħhom fil- ħajja ta' kuljum.", "Dawn huma affarijiet li jaqgħu taħt humane studies u għandhom jiġu ntrodotti fl-iskejjel ħalli l-curriculum jinfetaħ, pero' biex dawn is-suġġetti jiġu mgħallma sew irid ikun hemm id-dedikazzjoni tat- teachers.", "Jien għandi rispett kbir lejn it-teachers li huma dedikati, speċjalment dawk fis-sekondarja, għaliex is-sekondarja hija l-livell fejn it-tfal jiġu mgħejjuna biex meta jmorru l-Universita' jkunu kapaċi jimxu waħedhom.", "Aħna konna l-Universita' u nafu li hemmhekk kollox inti trid tagħmel għax ħadd m'hu se joqgħod jgħidlek x'għandek tagħmel; trid tara kif tiżviluppa l- ħsibijiet tiegħek u kif tagħmel ix-xogħol u r-riċerka tiegħek.", "GĦalhekk importanti d-dedikazzjoni tat-teachers, għalkemm ġieli jkollna teachers li jabbużaw mis-sistema.", "Jien ma nħobbx insemmi ismijiet imma naf teacher li waqt is-sick leave tagħha kienet torganizza t-tours.", "Ara x'dedikazjoni u x'serjeta' għandhom ċerti teachers fix-xogħol tagħhom!", "Dan m'għandux isir u appena jkun hawn każijiet bħal dawn l-awtoritajiet għandhom jidħlu mill- ewwel u jaraw li min jabbuża jiġi ddixxiplinat minnufih, anke dawk li jidhrilhom li jistgħu jiċċekkjaw lil sħabhom għax fl-imgħoddi forsi m'għamlux bħalhom.", "Kellna ħafna galoppini fiż-żmenijiet meta kien ikun hawn xi strike f'pajjiżna - bniedem għandu kull dritt li jistrajkja imma daqshekk ieħor għandu kull dritt li ma jistrajkjax - u għax kien hemm xi teacher li forsi ma strajkjax sħabu rawh ikrah u qalulu li se jpattuhielu u fil-fatt pattewhielu!", "Bħala kollegi kollha nitilgħu t-taraġ imma hemm min jitilgħu jiġri għax iċ-ċirkostanzi jgħinuh biex jitla' jiġri.", "Nafu b'nies li telgħu jiġru fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, bħal per eżempju, bniedem li ġurnata jew tnejn qabel ma sar direttur ta' l- edukazzjoni tpoġġa f'bord biex jiddeċiedi jekk bniedem ieħor li kien jaħdem miegħu għandux jieħu appointment ta' assistent direttur ta' l-edukazzjoni.", "Dawn huma affarijiet li għandhom jiġu korretti mill-iktar fis.", "Is-sistema edukattiva ta' pajjiżna ma tistax titħalla bl-iċken dubju ta' ombra ta' dan it-tip.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-edukazzjoni u ma jistax ikollok edukaturi, iktar u iktar at the upper level, li xi darba matul il-karriera tagħhom qalu li jridu jpattuha lil xi għalliem ta' xi azzjoni li kien għamel.", "Wieħed jifhem li żbalji jsiru imma hija xi ħaġa kerha li wieħed jgħid li jrid ipattiha.", "Id-dedikazzjoni ta' l-edukaturi trid tkun all round fil-komportament tagħhom.", "Madam Speaker, illum il-ġurnata huwa importanti li wieħed iżomm ruħu abreast ma' kif qed tiżviluppa s-sistema.", "U hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi jekk hemmx impenn biżżejjed mit-teachers biex jaġġornaw ruħhom mas-sistema moderna u mar-riċerka jew jekk aħniex qed inħallu lill- istudent waħdu fil-livell sekondarju f'ċerti suġġetti.", "Per eżempju l- Iżraeliti - ovvjament ma tistax taqbel magħhom f'kollox - tant huma open fis-sistema edukattiva tagħhom li fil-curriculum tagħhom jinkludu anke workshops flimkien ma' l-għalliema li jagħtu spazju għal ħafna riċerka.", "Per eżempju, l-edukazzjoni fil-qasam ta' l-agrikoltura tant hija b'saħħitha f'Iżrael li dak li qegħdin jagħmlu llum pajjiżi Ewropej u anke pajjiżi tal- Mediterran, inkluż Malta, f'Iżrael għamluh 25 sena ilu u anke qabel.", "Jien qed ngħid dan bħala eżempju, għax hemm aspetti oħrajn, li jinkludu l- importanza tal-motivazzjoni.", "Il-motivazzjoni ma tiġix waħedha imma trid tibniha bil-mod u fl-istess ħin dejjem tkattarha.", "Veru ħadna ħsieb li naraw li meta nagħmlu xi ħaġa ma' pajjiż ieħor nimxu ma' l- obbligazzjonijiet?", "Ħalli nagħti eżempju u nsemmi l-Franco-Maltese Centre jew kif inhu magħruf aħjar il-French Resource Centre li hemm fl-Imsida, proġett li sar bejn Malta u Franza u huwa riżultat ta' bilateral agreement kulturali u edukattiv.", "Dan il-proġett kien tajjeb u għadu tajjeb u l-iskopijiet tiegħu huma brillanti għax nafu x'importanza għandha l-lingwa Franċiża meta niġu għall- qrati Ewropej.", "Pero' x'ġara?", "F'Lulju tas-sena l-oħra, bl-iffirmar tal- protokoll kulturali, erġajna ġeddidna l-obbligazzjonijiet tagħna bħalma l- Franċiżi ġeddew l-obbligazzjonijiet tagħhom lejna.", "Allura biex inpattu obbligazzjoni ma konniex kapaċi noħorġu salarju għal segretarja - għax is- salarju taħt dan l-agreement kellu joħroġ mill-Gvern Malti - biex dan l- agreement ikompli għaddej smooth u ma jkunx hemm problemi?", "Jien m'għandi xejn kontra min imexxi dan iċ-ċentru għaliex lill-kanonku nafu bħala bniedem intelliġentissimu u rispettabbli ħafna, imma hawnhekk qed nitkellmu fuq pajjiż li parti kbira mill-exports tagħna tmur lejh u għandna turiżmu qawwi ġej minn hemm.", "Imbagħad ħallejna persuna li hija one-third part-time supply teacher tagħmel xogħol ta' segretarja meta ħafna drabi din tkun bis-sick leave.", "Naħseb li f'każijiet fejn l-edukazzjoni hija mħarrġa biex tiżviluppa relazzjonijiet ma' pajjiżi oħra l-kummissjoni għandha tara li dawn l-affarijiet jibqgħu mexjin kif għandhom jimxu skond l- obbligazzjonijiet li nidħlu għalihom.", "Ir-relazzjonijiet tagħna ma' Franza żgur huma importantissimi, speċjalment issa li l-Prim Ministru Jospin qed iħares b'aktar attenzjoni lejn il-Mediterran.", "Jien nemmen li l-politika estera Franċiża, kif inhi issa orjentata, żgur li se tkun ta' benefiċċju għal pajjiżna u dan inkompli nikkonfermah mill-ħsebijiet li ħarġu mill-Euro- Med Conference li saret b'tant suċċess f'Malta.", "Forsi hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li fi Franza hemm iktar minn 80,000 persuna b'kunjom Malti u aħna għandna nkunu kburin li kien hemm personaġġi kbar Maltin li għamlu suċċess fi Franza, bħal per eżempju, Edgar Pisani li kien ministru fi żmien De Gaulle, il-famuż kittieb u poeta Laurent Ropa u l-imħallef Fernand Gregh.", "Imma ħalli nkompli nitkellem fuq is-sistema.", "Madam Speaker, wieħed irid jara li jsiru r-rakkmandazzjonijiet għal dawn il-bidliet u l-kummissjoni għandha xogħol importanti x'tagħmel.", "Pero' irridu naraw li ma niefqux billi ngħidu li għamilna ħafna xogħol u mbagħad ma nippubblikawx l-istudju u huwa għalhekk li l-kummissjoni hija marbuta li kull sena tressaq il-ħidma tagħha fil-Parlament.", "Rigward l-eżamijiet tal- Matsec irridu naraw li dawn jiġu rikonoxxuti mill-foreign examination boards u naħseb li din għandha tingħata prijorita' fl-agenda ta' l- Universita' li fuq kollox hija responsabbli minn dawn il-boards.", "Huwa tajjeb li l-pubbliku jiġi nformat dwar kif qed jinħatru l-bordijiet tal- Matsec u rridu naraw li ma jsirux żbalji meta jiġi ssettjati l-karti ta' l- eżamijiet.", "Ma nippretendix li wieħed għandu joqgħod ifettaq għax titħalla comma barra, imma ċerti żbalji fil-mod kif tiġi ppreżentata d-domanda jew kif isiru ċerti kwotazzjonijiet ...", "MADAM SPEAKER: Onorevoli ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nissekonda.", "MADAM SPEAKER: Hawn talba sabiex l-Onor.", "Farrugia jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Madam Speaker, kont qed ngħid li wieħed irid jara li fejn tidħol karta ta' l-eżami jkun hemm serjeta' mill-bidu sa l-aħħar.", "L-ewwelnett irridu naraw il-mod kif il-membri jsibu ruħhom fuq il-bordijiet tal-Matsec għaliex huwa mportanti li wieħed ikun ċert li hemm ċerta serjeta'.", "Il-pubbliku għandu dritt ikun jaf anke min huma l-markers.", "M'huwiex sewwa li wara li jkun għadda ċertu żmien tiskopri li jkun hemm każi fejn min kien ikkoreġġ l-karti jkun ta xi privatijiet jew inkella kien b'xi mod ieħor konness ma' xi ħadd li jagħti l-privatijiet.", "Affarijiet bħal dawn qatt ma jistgħu jiġu ġustifikati u qed nagħmel din l-osservazzjoni għaliex m'huwiex sewwa li jkun hemm min jieħu vantaġġ minn min jinvesti fit-tfal tiegħu sabiex ikollu riżultati aħjar.", "GĦalhekk huwa importanti li lill-pubbliku nuruh bl-iktar mod ċar li fejn isiru ħatriet sensittivi jrid ikun hemm responsabbilta' u accountability kbira.", "La qed nitkellem fuq it-trasparenza bilfors ikolli nagħmel riferenza għas- symposium ta' l-1992 għax minn hemm wieħed jara t-trasparenza u l- importanza ta' kif tiżviluppa l-lingwa fil-kultura Ewropea u fil-qafas Ewropew u dan huwa importanti bħala valutazzjoni għall-istess performance tal-lingwa għaliex ma tistax tistudja lingwa in a vacuum.", "Għaliex lingwa importanti bħal-Latin waqgħet?", "Għax biex tiżviluppa ċerti riferenzi u biex taqra ċerti classics bil-Latin jew biex tagħmel studju legali peress li ħafna prinċipji legali huma mibnija fuq il-Latin kollox sew, imma meta tiġi biex tagħmel il-performance tiegħek fil-lingwa - allura hawnhekk fejn tidħol is-serjeta' u l-importanza tal-lingwa - trid tħares lejha mhux bħala studju tal-lingwa per se imma, kif ħareġ mis-symposium ta' l-1992, trid tagħmel riferenza għall-istess performance biex ikollok l-aħjar harmonisation of standards u jkollok the best expectations b'dik il-lingwa fil-portfolio tal-common language.", "GĦalhekk jiena ċert li l-kummissjoni, kif ipproponejt fl-emenda li ressaqt, għandu jkollha 17-il membru u mhux 16-il membru biex ikun hemm taħlita aktar b'saħħitha u b'hekk dawn il-ħsebijiet joħorġu aħjar.", "Jiena ċert li b'dan il-mod se nagħtu ġieħ u nagħtu ħsebijiet tajbin għall-ġid ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Grazzi.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Madam Speaker, irrid nibda billi ngħid li ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Anġlu Farruġia jagħmel referenza għal Franza, anke għaliex inzerta li ommi hija wild omm Franċiża.", "Nagħmel ukoll parentesi żgħira u ngħid li nies li speċjalizzaw fi Franza, fosthom ħija stess, ftit li xejn sabu strutturi f'pajjiżna li jirrikonoxxu gradwati minn dan il-pajjiż li tant faħħar l-Onor.", "Farruġia.", "Imma forsi ħadt pjaċir aktar nisimgħu ifaħħar kemm nies li ħadmu fl-amministrazzjoni ta' qabel bħall-ex-rettur, il-Prof.", "Peter Serracino Inglott, kemm prinċipji bħalma hu l-prinċipju tal-lifelong education - hawnhekk ta' min wieħed isemmi l- universita' tat-tielet eta' li kienet twaqqfet mis-Segretarjat għall- Anzjani fi żmien l-mministrzzjoni Nazzjonalista - u anke t-tagħmir teknoloġiku li beda jintuża fl-iskejjel tal-gvern għall-ewwel darba fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Dwar il-mozzjoni li għandna quddiemna rrid ngħid li filwaqt li l-Ministru qiegħed jipproponi kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni, il-bieraħ fuq il-Mejda tal-Kamra kien hemm dokument li jgħid li l-ministeru ta' l- edukazzjoni u kultura nazzjonali għandu 43 bord, kumitat jew kummissjoni fi ħdanu.", "Għalhekk jien niskanta kif kien hemm bżonn proprju ta' kummissjoni nazzjonali oħra u nistaqsi jekk kenitx meħtieġa meta hawn dawn il-kumitati kollha mwaqqfa.", "Madam Speaker, il-mozzjoni tgħid li hemm rabta bejn l-edukazzjoni u l- ekonomija u fil-fatt jirriżulta li bejn Settembru tas-sena l-oħra u Marzu ta' din is-sena, sitt xhur li fihom ma tantx jista' jkollok school leavers, in-numru ta' żgħażagħ taħt it-30 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol żdied b'xejn anqas minn 436, numru pjuttost qawwi meta tqabblu mas-snin imgħoddija.", "Jekk wieħed imbagħad iħares lejn l-2,654 żagħżugħ taħt it-30 sena li f'Marzu ta' din is-sena kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol, isib li 72% minnhom qegħdin jirreġistraw għal xogħol li għalih hija meħtieġa sengħa jew skola.", "GĦalhekk minn dan joħroġ li 72% taż-żgħażagħ huma ppreparati għad-dinja tax-xogħol u ovvjament il-mertu ta' dan imur lejn is-sistema edukattiva u lejn il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "Madam Speaker, hawnhekk irrid ngħid ukoll li filwaqt li għandu jkun hemm rabta bejn il-qasam edukattiv u dak ekonomiku huwa importanti li l-Gvern Laburista jifhem l-iżbalji tal-passat billi ma jipprovax jerġa' jagħmel sistema utilitarja biss mis-sistema edukattiva.", "Fil-fatt jien ħadt pjaċir naqra li nhar il-Ħamis il-Prim Ministru meta tkellem f'jum il-gradwazzjoni ta' l-istudenti tal-Kulleġġ ta' Verdala semma kemm huwa importanti li wieħed jieħu ħsieb anke l-personalita' ta' l-istudent.", "Per eżempju, fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-Universita' kellna xejn inqas minn 66 kors universitarju ġdid u bħala riżultat ta' dan kellna żieda ta' 4,500 student fl-Universita'.", "Madam Speaker, ħaġa oħra li laqtitni f'din il-mozzjoni hi li ma jidhirx li saret wisq konsultazzjoni.", "Per eżempju, jien naf li l-Ministru ma kkonsultax mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minkejja li dan il-kunsill jirrappreżenta xejn inqas minn 49 għaqda nazzjonali taż-żgħażagħ.", "Naf ukoll li ma kkonsultax mal-Kunsill Studenti Universitarji jew ma' xi għaqda studenteska nazzjonali oħra.", "Jien jiddispjaċini li dan ma sarx għaliex meta fi Frar li għadda l-Ministru wieġeb mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-kurrikulu nazzjonali kien ta x'jifhem li din il- konsultazzjoni kienet qed issir.", "Allura jekk saret konsultazzjoni rigward il-kurrikulu nazzjonali, għaliex ma saritx konsultazzjoni meta twaqqfet din il-kummissjoni?", "Madam Speaker, mit-\"Third International Maths and Science Study\" li kkwota \"The Economist\" fl-aħħar ħarġa ta' Marzu ta' din is-sena, jirriżulta li pajjiżi Asjatiċi b'inqas tradizzjonijiet skolastiċi, kif ukoll pajjiżi fil-Lvant ta' l-Ewropa li jonfqu ħafna inqas flus għas-sistema edukattiva, kellhom riżultati aħjar minn pajjiżi ferm iktar żviluppati minnhom, saħansitra anke mill-Istati Uniti.", "Fil-fatt skond \"The Economist\" il- President ta' l-Istati Uniti stess qal li jenħtieġ li jsiru frameworks nazzjonali, bħall-kurrikulu nazzjonali.", "Imma meta wieħed jallaċċja dak li qal il-Prim Ministru f'jum il-gradwazzjoni ta' l-istudenti li jattendu l- Kulleġġ ta' Verdala, ċioe' li t-tmexxija awtonoma li hemm fl-iskejjel statali ta' l-Amerka hija sistema li pajjiżna għandu jimxi fuqha ...", "Fil- verita' meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern ħaddem u saħħaħ id- diċentralizzazzjoni fl-iskejjel ta' l-Istat u dan kompla wiegħdu fil- programm elettorali tiegħu.", "Allura jirriżulta li filwaqt li pajjiżna qed iħares pożittivament lejn is-sistema Amerikana, l-Amerikani qed jipproponu curriculum nazzjonali bħalma hawn, fost l-oħrajn, f'pajjiżna.", "Jien jiddispjaċini li pajjiżna ma ħax sehem fl-istudju internazzjonali li kkwota \"The Economist\".", "(Interruzzjonijiet) Awtokritika naf nagħmilha Onor. Bartolo.", "Jien qed ngħid li f'dan l-istudju internazzjonali li fih ipparteċipaw xejn inqas minn 41 pajjiż, Malta ma tissemmiex.", "Jien nittama li Malta tibda tipparteċipa f'surveys li jagħmlu l-pajjiżi ta' l-OECD u b'dan il-mod pajjiżna jkun jista' l-ewwelnett iqabbel ruħu ma' pajjiżi oħrajn u anke jkollu l-mezz kif jieħu ideat mingħand pajjiżi oħra u anke jagħti l-ideat tiegħu kif spjegajt aktar qabel.", "Madam Speaker, kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista jemmnu li kien hemm bżonn ta' reviżjoni jew titjib tal-kurrikulu minimu nazzjonali li tfassal aktar minn ħames snin ilu.", "Din ir-reviżjoni fil-fatt bdiet isseħħ diversi xhur ilu u f'dak l-istadju verament seħħet il- konsultazzjoni.", "Irrid ngħid li anke minn kliem l-istess Ministru nsibu li r-reviżjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali kellu jinkludi wkoll reviżjoni tal-metodu ta' eżaminazzjoni u assessjar ta' l-istudenti.", "Fil-fatt dwar dan tkellem ukoll il-Prim Ministru fl-istess okkażjoni li semmejt dwar l- effett negattiv ta' l-eżamijiet fuq it-tagħlim u stqarr il-bżonn ta' iktar ħin għall-iżvilupp tal-personalita', tal-kreattivita' u tas- soċjalizzazzjoni ta' l-istudenti.", "Il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jsemmi wkoll l- introduzzjoni tas-sistema ta' assessment kontinwu ta' l-istudenti bl-għan li tonqos l-ansjeta' ta' l-eżamijiet.", "Jien nemmen li t-taħriġ fiżiku u sportiv fl-iskejjel huwa mportanti ħafna u rrid ngħid li anke hawnhekk jirriżultali li ma jidhirx li kien hemm konsultazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Isports qabel ma ġiet imwaqqfa din il-kummissjoni u ntgħażlu n-nies.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt f'Diċembru li għadda jirriżulta li filwaqt li sal-Form II hemm żewġ lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika fil- ġimgħa, minn Form III 'il fuq hemm biss waħda ta' tliet kwarti u dan minn ġimgħa ta' 27 siegħa u nofs.", "Bla dubju ta' xejn it-twaqqif ta' l- iSkolasport kien importanti u llum inisbu li f'din l-iskola hemm aktar minn 1,200 tifel u tifla li filwaqt li jsegwu curriculum ta' skola sekondarja qegħdin jiġi mħarrġa fi 18-il dixxiplina sportiva differenti.", "L- iSkolasport, li twaqqfet fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, tat riżultati tajbin imma m'hemmx dubju li rridu ntejbu u nżidu l-ħin ta' l- edukazzjoni fiżika fl-iskejjel.", "Madam Speaker, dan l-aħħar fi programm li ġie mtella' fuq TVM kien hemm mistiedna l-atleta Carol Galea - fil-fatt nixtieq nieħu din l-okkażjoni billi f'isem l-Oppożizzjoni nifirħilha għas-suċċess tagħha fil-Logħob tal- Mediterran, logħob li hu ferm iktar kompetittiv mill-Logħob għall-Pajjiżi ż- Żgħar fejn ġabet żewġ midalji għal pajjiżna - u din qalet li meta kienet l- iskola ħadd qatt ma kien innota t-talenti tagħha.", "Dan ifisser li fl- iskejjel tagħna qatt ma sar enfasi biżżejjed fuq l-isports, la fil-passat u lanqas fil-preżent.", "Jien naħseb li huwa mportanti ħafna li t-tfal kollha jipparteċipaw fl-isports għax fl-aħħar mill-aħħar dan huwa mezz li bih wieħed ikun jista' jtejjeb kemm is-saħħa mentali kif ukoll is-saħħa fiżika tiegħu, filwaqt li għandu jkun hemm iktar okkażjonijiet fejn it-talenti tat- tfal jiġu nnotati.", "Hawn irrid ngħid li proprju riċentement iltqajt ma' każ fil-professjoni tiegħi bħala tabib fejn omm ta' tifla ta' 11-il sena kienet inkwetata ħafna għax it-tifla tagħha, li qatt ma pparteċipat fl-isports, trid tibda tmur Paceville.", "Minn dan naraw li kulma jmur aktar qed jinħass il-bżonn li nagħmlu xi ħaġa sabiex l-isports iservi ta' forma ta' rikreazzjoni għaż- żgħażagħ, speċjalment għal dawk iż-żgħażagħ li għadhom jattendu fl-iskejjel sekondarji, għax inkella se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn tfal ta' taħt is- 16-il sena jkollhom l-istess tip ta' divertiment ta' dawk li għandhom eta' ikbar.", "Nixtieq ngħid ukoll li trid tingħata importanza kbira lill-iskejjel dwar id-doping, anke fl-isports.", "Biżżejjed ngħid li f'dan l-aħħar xahar iltqajt ma' żewġ każijiet li kienu jikkonċernaw l-isteroids.", "Fil-fatt dawn kienu żewġ żgħażagħ u wieħed minnhom talabni nagħtih steroids biex jgħinuh fil-weightlifting, imma ovvjament jien mhux biss irrifjutajt li nagħtihomlu talli saħansitra ddedikajt il-ħin tiegħi biex nipprova nikkonvinċih ma jeħodhomx billi fehimtu li jekk jeħodhom ikun qed jieħu vantaġġ illeċitu fuq l-oħrajn u iktar minn hekk li dawn jagħmlu ħafna ħsara lil saħħtu u fil- fatt naħseb li kkonvinċejtu.", "Il-każ l-ieħor kien jikkonċerna żagħżugħ ta' xi 19-il sena li kien diġa' ħa l-isteroids għaliex kienu offrewhomlu xi ħbieb miċ-ċentru sportiv li jattendi.", "Meta ġie għandi dan iż-żagħżugħ kien diġa' qed jiġi kkurat għal barxa fl-istonku, apparti mill-fatt li kellu wkoll dipressjoni pjuttost serja.", "Għalhekk jien ngħid li bla dubju kien importanti ħafna li l- amministrazzjoni Nazzjonalista ffirmat il-konvenzjoni internazzjonali kontra l-abbuż tad-droga fl-isports.", "Fil-fatt il-Gvern preċedenti ma waqafx hemm imma rabat lill-għaqdiet nazzjonali ta' l-isports ma' organizzazzjoni ta' strutturi sabiex l-atleti li jipparteċipaw fil- kompetizzjonijiet li jorganizzaw ikollhom jissottomettu ruħhom għal testijiet ta' l-urina ħalli b'hekk wieħed ikun ċert li ma jkunux ġew użati sustanzi li jistimulaw lill-atleti.", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li minn mistoqsija parlamentari oħra li għamilt irriżulta li f'pajjiżna għad għandna ħafna skejjel li ma għandhomx il-playground space li hu stipulat fl-Att dwar l-Edukazzjoni.", "Fil-fatt jirriżulta li l-playground space ta' 63 skola statali, ta' sitt skejjel tal-knisja u ta' tmien skejjel privati huwa iżgħar mill-minimum għal kull student, kif rikjest skond l-istess Att u hawn ta' min jgħid li jien diġa' rrimarkajt lill-Ministru dwar dan.", "Ta' min jgħid ukoll li fejn m'hemmx outdoor playground space l-Att dwar l-Edukazzjoni jipprovdi għal indoor playground space.", "GĦalhekk jien ma nafx x'inhu jistenna l-Gvern sabiex jara fejn jista' jorganizza indoor playground space fejn m'hemmx outdoor playground space għax fl-aħħar mill-aħħar ma naħsibx li hemm bżonn ta' kummissjoni oħra mat-43 li diġa' għandna biex nirranġaw dawn it-tip ta' problemi.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Madam Speaker, ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Farrugia jitkellem dwar il-qasam sportiv għaliex dan huwa qasam għal qalbi ħafna, partikolarment dak li għandu x'jaqsam ma' l-istrutturi edukattivi.", "Pero' jien niskanta kif illum l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni qed jitkellmu b'dan il-mod fuq l-istruttura sportiva ta' l-edukazzjoni meta nistgħu ngħidu li wara disa' snin ta' tmexxija ħallew baħħ kbir f'dan il-qasam.", "Fil-fatt jien jaqbadni d-daħk meta nisma' lill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni jitkellmu fuq strutturi sportivi għax nista' ngħid sinċerament li fil- pajjiż huma ħallew vojt kbir f'dan il-qasam.", "Tant hu hekk li pajjiżna la għad għandu strutturi finanzjarji - jiġifieri kif għandhom jitqassmu l- finanzi u minn fejn għandu jidħol l-introjtu - u wisq inqas għad għandu strutturi fis-sistema edukattiva.", "Madankollu jien naqbel ma' ħafna punti li semma l-Onor.", "Farrugia, fosthom li jekk wieħed iħares lejn it-timetable ta' wliedna, kemm dawk li jattendu skejjel statali kif ukoll dawk li jattendu skejjel privati u tal-knisja - għalkemm forsi s-sistema ta' l- iskejjel privati hija l-aħjar waħda - isib li għad għandna diversi problemi f'dan is-sens.", "Il-mentalita' li teżisti fil-pajjiż għar-rigward ta' l- isports tenħtieġ imbottatura kbira mhux biss mill-awtoritajiet, imma anke mill-gvern tal-ġurnata u mill-oppożizzjoni.", "Huwa importanti li jkun hemm l- appoġġ f'dak li għandna nagħmlu fil-ġejjieni u jien persważ li hemm ħafna x'nagħmlu f'dan il-qasam sabiex ftit ftit nimxu t-triq li għandna quddiemna.", "Issemma wkoll il-Kunsill Malti għall-Isport u ntqal li ma jsirux konsultazzjonijiet miegħu.", "Naħseb li jekk hawn persuna li tista' titkellem dwar dan huwa jien għax minn meta twaqqaf jien kont rappreżentant għall-Oppożizzjoni fuq dan il-kunsill u naf x'kien isir u naf x'ma kienx isir.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, bil-permess ta' l-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' l-Onor Cilia jgħidilna jekk hu jew il- Ministru kkonsultawx mal-Kunsill Malti għall-Isport qabel ma twaqqfet din il-kummissjoni?", "ONOR.", "JOE CILIA: Iva, nista' ngħid li tkellimna mal-persuni konċernati u apparti minn hekk nista' ngħid li niltaqgħu regolarment ġimgħa wara l-oħra biex niddiskutu.", "Mhux hekk biss talli għamilna żmien twil niddiskutu mal- Kunsill Malti għall-Isport u qegħdin nesiġu li dan jgħaddi għall-azzjoni.", "Qegħdin f'konformita' fuq din l-idea - dan mhux qed ngħidu jien imma qed jgħidu wkoll il-Kunsill Malti għall-Isport - li rridu r-responsabbilta' u ma rridux nibqgħu naġixxu qisna waqqafna xi ħaġa għall-unur.", "Din trid tkun xi ħaġa effettiva u qegħdin naħdmu magħhom biex jekk il-Bambin irid naraw kif din tkun struttura tassew rappreżentattiva fil-pajjiż fil-qasam ta' l- isports.", "Huwa mportanti wkoll li tkun effettiva ħalli tkun tista' tibda taġixxi u tressaq rakkmandazzjonijiet effettivi.", "Apparti dan, irrid ngħid ukoll li nhar is-Sibt li ġej se jkun hemm laqgħa fejn il-Kunsill Malti għall-Isport se jgħid x'għamel kemm ilu mwaqqaf, ħaġa li ma kenitx issir qabel.", "Jiddispjaċini ngħid li dawn qabel ma kenux imorru quddiem il-poplu regolarment u jgħidulu x'inhuma jagħmlu.", "Aħna qed nesiġu li l-ħidma tagħhom ikunu jafu biha mhux l-isportivi biss imma l-poplu Malti kollu ħalli kulħadd jagħti rendikont ta' dak li jagħmel.", "Dan hu l- mod li rridu naħdmu bih fis-sistema sportiva u mhux b'impożizzjoni għaliex f'settur tant delikat u qasam kulturali bħalma hu l-isport irridu noqogħdu attenti li f'dak li nagħmlu nirrispettaw lil min irid jimplimentah.", "Huwa importanti li jkun hemm ir-rieda li nimxu fl-istess direzzjoni u nista' ngħid frankament li sal-lum il-ġurnata qegħdin fl-istess linji.", "Diversi punti li semma l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia qegħdin jiġu diskussi f'dan il- Kunsill Malti għall-Isport, speċjalment id-doping.", "Meta kont fuq in-naħa l- oħra tal-Kamra kemm-il darba kont nesiġi li jittieħdu passi f'din id- direzzjoni u llum il-ġurnata qed nesiġi li ċerti affarijiet jibdew jitwettqu fil-prattika.", "L-isport fis-sistema edukattiva huwa wkoll kwestjoni ta' mentalita'.", "Huwa tajjeb li ngħidu li hemm bżonn inżidu l-faċilitajiet sportivi u anke l- element kulturali u ma nibqgħux marbutin purament ma' dak li huwa akkademiku fl-istruttura edukattiva, pero' rridu noqogħdu attenti għaliex meta se żżid xi ħaġa se jkollok riperkussjonijiet f'affarijiet oħra.", "Apparti minn dan, dawn il-bidliet iridu jsiru b'tali mod li jkollok koperazzjoni akbar anke mill-ġenituri.", "Jiena jiddispjaċini ngħid li għadna sal-lum niltaqgħu ma' ġenituri li javviċinawk mhux għaliex hemm ftit attivitajiet sportivi fl-iskejjel imma għaliex ikunu jridu li minflok l- isport it-tfal jagħmlu l-matematika, l-Ingliż jew xi suġġett ieħor.", "Lil dawn il-ġenituri rridu nfehmuhom li l-isport u l-oqsma kulturali huma mportanti daqs kwalunkwe suġġett ieħor għall-karattru tal-bniedem u għall- formazzjoni tal-personalita'.", "GĦalhekk din il-kummissjoni mhux biss se tara dak li hemm bżonn għal-lum imma se tippjana bil-għaqal għall-futur.", "Ċertament li hemm ħafna xogħol xi jsir kemm mill-ministeru ta' l- edukazzjoni u kemm min-naħa tas-segretarjat sabiex nipprovaw nikkordinaw din il-ħidma u naraw li tkun waħda effikaċi u li 'l quddiem tagħti l-frott.", "Ħalli niġi issa għal din il-mozzjoni li għandna quddiemna.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-mozzjoni hija another milestone, hija landmark fl-istorja ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna u hija wkoll a feather in the cap tal-Gvern Laburista li biha lill-Maltin u lill-GĦawdxin se ngħinuhom jaqsmu l-pont bejn il-moħħ magħluq u l-edukazzjoni, il-persuna edukata u l- karattru fformat u edukat b'mod sħiħ.", "Għax jekk inħarsu lejn l-istorja ta' l-edukazzjoni, ma rridux inkunu għorrief wisq biex nintebħu li l-Gvern Laburista dejjem kien impenjat biex jgħolli l-livell ta' l-edukazzjoni u biex jifrex l-edukazzjoni fost il-poplu tagħna.", "Fil-konferenza ġenerali straordinarja li għamilna qabel l-elezzjoni fejn semmejna żewġ prijoritajiet, il-prijorita' fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-prijorita' fil- qasam tas-saħħa, aħna mhux biss konna qegħdin nitkellmu mad-delegati tal- partit imma konna qegħdin nitkellmu anke mal-poplu.", "U llum qegħdin nuru li dak li ppriedkajna ma kienx ippriedkar fil-vojt imma wegħda solenni mal- poplu li qegħdin naraw li nsarrfuha b'mod konkret.", "Il-poplu huwa ħerqan li jara l-progress fil-qasam edukattiv u għaliex din hija kwestjoni 'l fuq minn kwalunkwe politika partiġjana, jien naħseb li għandha ssib l-appoġġ ta' kulħadd fil-pajjiż għaliex finalment huma uliedna li se jibbenefikw mill-miżuri intiżi għat-titjib fis-sistema edukattiva.", "Jiena ngħid li l- ewwel don ta' kull għalliem veru - bħalma huwa l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u ma ngħidx ex-għalliem għaliex fl-opinjoni tiegħi għalliem huwa dejjem għalliem - huwa li jispira, li jqabbad il-fjamma u jnissel il-kurżita' fl- istudenti tiegħu.", "Allura wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' din il-mozzjoni li għandna quddiemna llum li qiegħda tikkostitwixxi kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni.", "Il-Gvern Laburista mhux talli qed jikkostitwixxi din il-kummissjoni talli qiegħed jagħtiha strutturi, faċilitajiet u dak kollu li hemm bżonn biex tkun tista' taqdi dmirha b'mod sħiħ.", "Kif diġa' għidt, aħna ma nemmnux li għandhom jitwaqqfu organi jew strutturi għad-diskussjoni biss imma għandna nipprovaw nagħtu lil dawn l-istess strutturi l-għodda kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-affarijiet li jemmnu fihom.", "Hawnhekk il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali mhux qed jgħidilna biex nagħmlu xi debating society fejn kulħadd jgħid tiegħu u nieqfu hemm, anzi qed jipproponi kummissjoni intiża għal setgħat wiesgħa u għal mezzi li bihom tkun tista' tagħmel riċerka - din hija neċessarja f'dan il-qasam - u rakkmandazzjonijiet biex ikun jista' jsir it-tibdil kollu li hemm bżonn.", "Kull sena ż-żewġ naħat tal-Kamra se jkollna l-opportunita' - sal-lum kien għad ma kellniex din l-opportunita' - li nistudjaw u niddibattu r- rapporti ta' din il-kummissjoni filwaqt li nidħlu fil-fond tal-proċess edukattiv kollu.", "Jien naħseb li l-mod li bih din il-mozzjoni qed taħseb biex il-kummissjoni tidentifika l-ħteġijiet li hemm f'kull qasam ta' l- edukazzjoni, inkluż fil-qasam sportiv, diġa' huwa garanzija tas-serjeta' u ta' l-impenn ta' l-istess kummissjoni.", "Meta konna fl-oppożizzjoni kemm-il darba konna nitolbu lill-ex-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex f'din il-Kamra niddiskutu l-qasam ta' l-edukazzjoni b'tali mod li ma nillimitawx ruħna għal siegħa biss waqt li nkunu qed niddiskutu l-estimi ġenerali, imma qatt ma ngħatajna din l-opportunita' bl-iskuża li dibattitu bħal dan kien jagħti lok li noqogħdu nsemmu l-ismijiet tan-nies bla bżonn.", "Pero' llum dan qed nagħmluh realta' għax inħossu li għandna nitkellmu quddiem il-poplu tagħna.", "Jekk l-għanijiet tagħna huma ġenwini, kif persważ li huma, allura ma għandniex għalfejn nibżgħu nagħmlu dibattitu fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni f'din il-Kamra.", "Madam Speaker, jekk wieħed iħares lejn it-terms of reference tal- kummissjoni jsib li hemm miktub ċar u tond li qabel ma tilħaq il- konklużjonijiet tagħha din trid tiddjaloga ma' kulħadd, jiġifieri ma' l- edukaturi, mas-social workers, ma' l-amministraturi, mal-ġenituri, man- negozjanti, ma' l-industrijalisti, kif ukoll ma' l-istudenti.", "Meta wieħed jgħid li ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jew ma' kunsilli oħra u ma jħarisx lejn it-terms of reference ta' din il- kummissjoni li qed jgħidu li għandhom isiru diskussjonijiet saħansitra ma' l-istudenti nfushom ...", "Jien naħseb li ma nistgħux inkunu iktar serji milli nagħtu leħen dirett lill-istudenti biex dawn ikunu jistgħu jwasslu l- messaġġ tagħhom.", "Fil-manifest elettorali tagħna aħna għidna ċar u tond li nemmnu li ż-żgħażagħ għandhom ikollhom a finger in the pie u jenħtieġ li dawn jiġu kkonsultati bis-serjeta' u fil-fatt dan hu li qed jiġi propost f'din il-mozzjoni.", "Madam Speaker, aħna qed ngħidu wkoll li l-membri li se jkun hemm fuq din il-kummissjoni għandhom ifittxu l-pariri ta' l-istudenti.", "Il-mozzjoni li ressaq il-Ministru Bartolo qed tipproponi li s-soċjeta' Maltija tkun involuta fil-qasam edukattiv.", "Fil-fatt it-terms of reference ta' din il- kummissjoni qegħdin jaħsbu biex għall-ewwel darba tinbena sistema edukativa li tipprepara lil uliedna għas-snin li ġejjin.", "Sal-lum it-tendenza ġenerali kienet li nħarsu lejn l-imgħoddi u nfasslu pjanijiet biex nippreparaw liż-żgħar għal sitwazzjonijiet li għaddejna minnhom aħna.", "Din il-mozzjoni qed tħalli warajha din is-sistema li hija pprattikata mhux biss hawn Malta imma anke fl-Istati Uniti - f'dan id-dibattitu saru riferenzi għas-sistema edukattiva ta' l-Istati Uniti imma naħseb li ma ssemmewx b'mod korrett - u hija sistema endemika fil-bqija ta' l-Oċċident.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-membri ġodda żgur li qed jipproġġettaw kif jaħsbu li se jkunu l- ħteġijiet f'dan il-qasam, mhux illum imma 10 snin, 15-il sena jew 20 sena oħra.", "Is-serjeta' ssir mhux biss billi nippjanaw fuq dak li għaddejna minnu fil-passat imma billi nħarsu lejn l-istess persuni nvoluti fl- istruttura edukattiva u naraw x'inhuma l-ħteġijiet għall-ġejjieni biex inkunu nistgħu nilqgħulhom minn issa.", "Dan hu li qed tipproponi b'mod serju ħafna li tagħmel din il-kummissjoni u naħseb li l-membri tagħha huma konxji wkoll mill-perikli fatali li kull forma ta' edukazzjoni hija ċċirkondata bihom.", "X'qed nipprova ngħid?", "Madam Speaker, il-mania li nkissru moħħ iż-żgħar bir-reġimentazzjoni u r- ripetizzjoni, li noħonqu kull għamla ta' kreattivita' u nippreparawhom biex jaraw biss dak li hu strettament meħtieġ ħalli jgħaddu mill-eżamaijiet jimbotta kollox lejn ċerta mentalita'.", "Fil-pajjiż qed inħarsu lejn ċerta mentalita' u m'aħniex qed inħarsu biss lejn kotba u b'din il-mozzjoni qed ngħidu li fis-sistema edukattiva ma nistgħux naraw biss dak li hu strettament neċessarju, dak li hu tradizzjonali akkademikament, imma aħna marbutin li nipproġettaw il-formazzjoni ta' karattru u ta' personalita' fl- individwu u hemmhekk jiġu introdotti ħafna minn dawk l-elementi li ssemmew min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u din il-kummissjoni qed tagħmilha possibbli biex suġġerimenti bħal dawn jitwettqu fir-realta'.", "Ma nistgħux nibqgħu bil- mentalita' li nagħmlu biss dak li hu strettament meħtieġ biex niksbu ċ- ċertifikati u wara ftit ninsew kollox.", "Dan kollu ma jħallix lill-istudenti tagħna jiżviluppaw personalita' sħiħa u ma jagħtihomx ċans jieħdu dik li nsejħulha full education.", "Meta jiġri hekk ikollna, kif fil-fatt għandna - u nista' ngħid li għandhom ukoll ħafna mill-pajjiżi tal-Punent - ġenerazzjonijiet li jafu jiktbu u jaqraw, li huma mħarrġa f'ilsna barranin, professjonisti f'kull qasam tat-teknoloġija u anke tekniċi tajbin, iżda ma nkunux nistgħu ngħidu li għandna nies kolti li huma kapaċi jikkomunikaw ma' nies kolti oħrajn.", "Madam Speaker, ma rridx inkun melodramatiku pero' jekk tippermettuli nista' forsi nikkompara l-injoranza mal-mewt għax sistema edukattiva li tifforma biss robots insejħilha mewt.", "Is-sistema tagħna hija \"ħajja fil-mewt\".", "Samuel Taylor Coleridge, f' \"The Rime of the Ancient Mariner\", jagħtina stampa ta' ċorma nies fuq bastiment li kienu f'agonija u f'mument minnhom tfaċċaw żewġ figuri fuq l-oriżżont; waħda kienet il-mewt, kif nafuha tradizzjonalment b'wiċċ mgħaddam, b'mantar iswed eċċ, u l-oħra kienet mara sabiħa iżda fl-istess ħin tal-waħx.", "Coleridge kiteb hekk:", "\"Her lips were red, her looks were free, Her locks were yellow as gold.", "Her skin was as white as leprosy, The Night-mare Life-in-Death was she, Who thicks man's blood with cold.\".", "Il-poeta kompla jara li fl-aħħar mill-aħħar kienet il-mara sabiħa iżda waħxija li rebħet il-logħba tad-dadi għar-ruħ iċ-ċorma nies fuq il- bastiment.", "Skużawni li kkwotajt dawn il-versi ftit fit-tul imma nħoss li s- sistema edukattiva preżenti għandha ftit minn dik il-mara ta' Coleridge.", "Minkejja li l-Universita' tagħna qiegħda tfur bl-istudenti, minkejja li l- iskejjel sekondarji pubbliċi u privati huma mballati, minkejja li l- illiteriżmu kważi qed joqrob biex jispiċċa u minkejja li għandna nies imħarrġin fis-sengħa u f'ħafna professjonijiet, nistgħu ngħidu li għandna nies edukati li ruħhom hija tassew ħajja u li kapaċi jikkomunikaw fuq wavelength kulturali?", "Jien ċert li l-kummissjoni se żżomm f'moħħha dawn il- pitfalls u n-nases għal forma ta' edukazzjoni sħiħa.", "Jien moħħi mistrieħ mill-ħidma ta' din il-kummissjoni li għandha kull mezz u faċilita' biex tippjana ħalli ssib it-triq it-tajba fl-edukazzjoni, triq li ma twassalniex għal tgħannieqa sfissanti tal-Life-in-Death li għadni kif spjegajt.", "Kull sena l-Kamra se jkollha ċans tagħrbel u tiddibatti r-rakkmandazzjonijiet tagħha.", "Dan ifisser li se jitqanqal dibattitu nazzjonali f'dan il- Parlament li jinfirex f'kull rokna tal-pajjiż bħal fil-media u f'istituzzjonijiet.", "Jiena nixtieq nagħlaq billi nitkellem ftit fuq dik li nħoss li hija l- ferita ta' l-edukazzjoni fi żmenijietna li ilha tifni l-ġisem ta' l- edukazzjoni oċċidentali sa minn mindu l-pajjiżi ntroduċew l-compulsory education.", "Dan l-aħħar kont qed naqra diskors li kienet għamlet il- headmistress ta' St. Paul's Girls School f'Hammersmith Londra fis-17 ta' Ġunju, 1933 waqt konferenza tal-British Association of Headmistresses ġewwa Liverpool.", "F'dan id-diskors hemm passaġġ li minkejja li għadda dan iż-żmien kollu baqa' jgħodd għall-ġurnata tal-lum.", "Niskuża ruħi li se jkolli nikkwota ftit pero' naħseb li dan huwa rilevanti għal dak li qed niddiskutu.", "Il-paragrafu jgħid hekk:", "\"Over against the ever more amazing inventions of science, we see a kind of childishness creeping over our thoughts, our modes of expression, our art, our music, our morals.", "We talk in words from a very limited vocabulary; we produce pictures and statues of more than ungainly neo-primitiveness; we croon African songs while we push one another round a room in dances that need no brain, no zest, and no vitality for their successful performance.", "Many of our buildings have as their chief merits the fact that they can be rushed up quickly and finished within a few weeks.", "We tear off the earth's surface along roads of grid box straightness past roads of houses of brick blocks exactitude and hideousness in order to get somewhere - it does not much matter where - in record time.", "Finally the novels we read, apparently with pleasure for there are many of them, show men and women as ill conducted children whose one concern is that which they share with the animal world.", "There is to me something grim and horrible in an essentially mature civilisation playing at savage immaturity when it knows better.", "We cannot go back to the beginning of things any more than a mature mind can change into that of a child.\".", "Madam Speaker, nerġa' niskuża ruħi miegħek u mal-kollegi tiegħi, u niskuża ruħi doppjament, l-ewwelnett għaliex ikkwotajt daqshekk fit-tul u t-tieni nett għaliex forsi kont prużuntuż iż-żejjed f'dan il-qasam.", "Iżda kemm bħala ċittadin, kemm bħala rappreżentant tal-poplu, kemm bħala segretarju parlamentari responsabbli għaż-żgħażagħ u fuq kollox bħala missier u allura l-ewwel edukatur ta' wliedi, jiena ħassejt li kelli nikxef dak li nħoss bħala l-akbar ferita ta' kull sistema edukattiva moderna.", "Illum, eżattament 64 sena wara li nqara dan il-passaġġ, l-ilment ta' din il- headmistress għandu jdamdam lis-soċjeta' tagħna.", "Bit-twaqqif ta' din il-kummissjoni l-Ministru ta' l-Edukazzjoni qiegħed juri lill-poplu li huwa konxju tal-problemi edukattivi ta' żmienijietna u proprju għalhekk qegħdin noħolqu kummissjoni hekk innovattiva li għandha kull faċilita' li tidħol fil-fond.", "Iċ-chairman u l-membri kollha ta' din il-kummissjoni għandhom quddiemhom task li taqta' qalb dawk ta' fidi żgħira, iżda jiena ċert li l-kummissjoni għandha fidi kbira u rieda li jirnexxielha ddaħħal f'port kenni l-bastiment edukattiv ta' pajjiżna, fidi u rieda mnisslin mill-Ministru niffsu li huwa tant impenjat biex Malta jkollha ġenerazzjonijet ġodda li jkunu ppreparati sewwa għat-tielet millennju.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Madam Speaker, kienu ħafna dawk f'Malta u f'GĦawdex li taw kontribut siewi u li taw sehemhom fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Kellna ministri, politiċi, nies fiċ-ċivil, nies mis-settur privat, volontiera, professjonisti u oħrajn li lkoll ipprovaw jagħtu sehemhom fil-kamp edukattiv.", "Jiena nemmen li lkoll kemm huma - għalkemm forsi r-riżultat mhux dejjem kien dak mixtieq - kellhom skop ġenwin u tajjeb wara l-kontribut tagħhom, jiġifieri dak li jaraw l-edukazzjoni f'Malta miexja 'l quddiem, dak li jaraw li l-edukazzjoni f'Malta titjieb għall-ġid ta' uliedna u għall-ġid tan-nazzjon in ġenerali.", "Jien nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex lil dawn kollha nirringrazzjahom minn qalbi għall- kontribut li taw.", "Hawnhekk ma rridx inħalli barra lill-għalliema u lill- kapijiet ta' l-iskejjel għax jien, bħala ex-għalliema, naf x'jiġifieri li tkun responsabbli minn grupp ta' studenti li għada pitgħada se jkunu ċ- ċittadini u l-mexxejja tal-pajjiż.", "Fil-fatt kultant din il-ħidma hija moħbija għax jien naf ħafna għalliema u kapijiet li l-ġurnata ta' l-iskola tagħhom ma tispiċċax fis-2.30 p.m. imma jibqgħu għaddejjin bix-xogħol tagħhom anke wara l-ħin ta' l-iskola.", "Nixtieq nirringrazzja anke lill- ġenituri tal-koperazzjoni tagħhom ma' l-istess għalliema.", "Bħall-kelliem ta' qabli, jien ukoll ġenitur u nipprova nżomm dak il-kuntatt ma' l- għalliema tagħna għaliex persważa li meta jkun hemm kordinament bejn id-dar u l-iskola l-ħajja ta' wliedna tkun tista' timxi aħjar.", "Madam Speaker, illejla nixtieq nieħu l-opportunita' biex nifraħ lil Louisette Pace, il-headmistress ta' l-Iskola Primarja tal-Belt li ngħatat il-Premju \"Ħaddiem tas-Sena\".", "Jien lil din il-persuna ma nafhiex personalment pero' milli qrajt u smajt dwarha, mhux biss mill-ġurnali imma anke minn min jaħdem magħha, sirt naf li din hija a creditable model ta' headmistress u ta' kull min huwa involut fil-qasam edukattiv.", "Ftit ilu jien għidt li wara l-ħidma ta' kull min ta kontribut fil-qasam edukattiv hemm skop ġenwin u jien nemmen, li anke meta l-Ministru ħa l-inizjattiva li jippreżenta din il-mozzjoni għat-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni, warajha kellu skop ġenwin.", "Fil-fatt jien naqbel ma' ħafna mid- diskors twil u interessanti li huwa għamel f'din il-Kamra, pero' sintendi għandi ċerti riservi bħalma qal anke x-shadow minister ta' l-edukazzjoni, l- Onor. Louis Galea.", "Jien m'iniex se nirrepeti dak li qal l-Onor.", "Galea pero' nixtieq li llejla jien ukoll inqajjem xi punti u nagħmel xi suġġerimenti sabiex din il-kummissjoni tkun tista' tikkonsidrahom fil-ħidma tagħha matul is-snin li ġejjin.", "Madam Speaker, l-ewwelnett nixtieq nifraħ lill-Ministru talli fost il- membri tal-kummissjoni ħatar lis-Sur Joe Zerafa - dan ġej mill-gżira ta' GĦawdex - għaliex għalkemm qed ngħixu f'nazzjon wieħed li f'kumitat ikollok bniedem li jirrappreżenta lil GĦawdex - f'dan il-każ irrid ngħid li forsi GĦawdex jenħtieġ ċerta attenzjoni iktar minn areas oħra f'Malta u dan l- istess paragun jista' jingħad ukoll fir-rigward ta' ministru għal Għawdex - hija xi ħaġa tajba għax il-ħteġijiet partikolari ta' din il-gżira jkun jista' jifhimhom aħjar rappreżentant minn GĦawdex stess u b'hekk il-qasam ta' l-edukazzjoni f'din il-gżira jkun qed jingħata l-importanza li tixraqlu.", "Jien nixtieq nissuġġerixxi li l-kummissjoni tifrex il-viżjoni tagħha fuq kull livell ta' l-edukazzjoni.", "Kull sena hija importanti fil-ħajja edukattiva, ibda mill-kindergarten u spiċċa sa l-Universita', pero' m'iniex ċerta - forsi l-Ministru jkun jista' jispjega dan iktar 'il quddiem meta jiġi biex jagħmel il-winding-up - jekk din il-kummissjoni hijiex se tkun preċiżament viżjoni wiesgħa fuq kull sena ta' l-edukazzjoni.", "Il-qasam ta' l-edukazzjoni jien inxebbħu ma' binja fejn l-ewwel ikollok il-pedamenti imbagħad ikollok saff fuq ieħor u kollha huma importanti, jiġifieri ma nistgħux ngħidu li l-livell primarju huwa iktar importanti mill- kindergarten jew li l-livell universitarju huwa iktar importanti mil-livell sekondarju għax kull sena hija importanti.", "Il-futur jiddependi mill- formazzjoni u mill-informazzjoni li nkunu qed nagħtu lill-istudenti tagħna.", "Ċertament nixtieq li l-kummissjoni tħares 'il bogħod u tagħmel il-ħidma tagħha fuq bażi long term, jiġifieri ma tħarisx sa mneħirha, pero' għalkemm din tkun trid tibni biex tilqa' għall-isfidi tal-futur fl-istess waqt din il-kummissjoni għandha tilqa' wkoll għall-ħteġijiet preżenti l-iktar urġenti, liema ħteġijiet jien persważa li l-Ministru Bartolo huwa konxju minnhom.", "Per eżempju, il-Ministru semma li hemm bżonn li nwarrbu għal kollox il- ftit diskriminazzjoni li għad fadal f'ċerti suġġetti għall-istudenti bniet.", "Jien naqbel miegħu fuq dan ir-rigward u jkun tajjeb jekk il-kummissjoni tieħu konsiderazzjoni ta' dan ukoll u taħdem sabiex ma jkun hemm l-ebda differenza bejn il-bniet u s-subien ħalli kull suġġett li jiġi mgħallem fl- iskejjel tagħna jkun jista' jiġi magħżul b'liberta' assoluta minn subien u bniet.", "Jien m'iniex qed ngħid li preżentement hemm xi impożizzjoni fuq l- għażla tas-suġġetti, pero' jekk per eżempju tifel ikun imħajjar jagħżel il- home economics isib ħafna oppożizzjoni għaliex jibdew jgħidulu li 'l quddiem dan jista' jiġi ttimbrat.", "GĦalhekk aħna għandna naħdmu sabiex nibdlu din il-mentalita' minn fost il-poplu tagħna pero' xi kultant ikun iktar diffiċli li tibdel il-mentalita' milli li tibdel il-liġi nnifisha.", "Fil-fatt dan ġara kemm-il darba fil-kwestjoni tad-diskriminazzjoni kontra n- nisa għaliex għalkemm illum wasalna f'sitwazzjoni fejn in-nisa ma għandhom xejn xi jżommhom lura, sfortunatament il-mentalita' baqgħet timbru li jżomm lin-nisa lura.", "Madam Speaker, jien nixtieq li din il-kummissjoni tara wkoll li f'Malta jkollna edukazzjoni li mhux biss twassal għall-aħjar informazzjoni imma twassal ukoll biex mill-iskejjel u mill-Universita' tagħna joħorġu studenti li jkunu ppreparati sew f'kull aspett għall-ħajja tax-xogħol u tal-familja.", "Qed ngħid dan għax aħna lkoll nafu kemm illum iktar minn qatt qabel huwa importanti li ċ-ċittadini jkunu kapaċi joħolqu bilanċ bejn il-ħajja tal- familja u l-ħajja tax-xogħol minħabba li ħafna nisa qed joħorġu jaħdmu, anke meta dawn ikollhom tfal żgħar.", "Pero' bħalma ngħid f'kull diskors li nagħmel jiena nemmen li, biex mara tiddeċiedi li toħroġ taħdem waqt li qiegħda trabbi u għandha r-responsabbilta' tal-familja, huwa importanti li tkun kapaċi ma tnaqqasx mill-importanza u mir-responsabbilta' li għandha lejn il-familja ħalli ma tkunx qed tibni artal biex iżżarma ieħor.", "GĦalhekk huwa importanti li jkun hemm bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l- ħajja tal-familja u rridu nkunu aħna li naħsbu sabiex lill-istudenti tagħna nippreparawhom għaliha.", "Nixtieq ukoll li l-kummissjoni tkompli tibni fuq dak li nbeda f'amministrazzjonijiet oħra u li huwa tajjeb bħal, per eżempju, il- kwestjoni ta' l-awtonomija fl-iskejjel.", "Jiena persważa li kien pass għaqli tal-Gvern Nazzjonalista li beda l-proċess ta' diċentralizzazzjoni billi ta fondi lill-iskejjel kemm għall-manutenzjoni kif ukoll għall-materials u supplies in ġenerali u fl-aħħar anke għan-nefqa kapitali, u għandna l-provi li din is-sistema tat riżultati pożittivi.", "GĦalkemm qed nenfasizza l- fatt li għandna nkomplu mexjin bil-proċess ta' diċentralizzazzjoni, nixtieq li f'dan il-kontest nagħmel appell.", "Qed ngħid dan għaliex sabiex dan il- proċess ikollu suċċess, il-kapijiet ta' l-iskejjel irid ikollhom għajnuna adegwata, u din ngħidha b'mod qawwi.", "Qed ngħid hekk biex dawn ma joqogħdux jinħlew biss fl-amministrazzjoni tal-fondi u kultant jeħlu ħafna enerġija f'fund raising, coffee mornings eċċ. ,għalkemm dawn ukoll huma importanti.", "Pero' huwa importanti wkoll li l-kapijiet ta' l-iskejjel ma jinsewx li għandhom ħidma edukattiva x'jaqdu fir-rwol tagħhom.", "Ladarba qed insemmi n-nefqa kapitali nixtieq nagħmel riferenza għall- kwestjoni ta' GĦawdex.", "Wieħed irid jaċċenna għall-fatt li din is-sena l- iskejjel f'GĦawdex marru ħażin għaliex filwaqt li matul is-sena finanzjarja 1996 is-somma vvotata għal tagħmir għall-iskejjel kienet ta' madwar Lm24,000, din is-sena din is-somma tlaħħaq biss Lm6,000.", "Jiena persważa li l-iskejjel f'GĦawdex m'għandhomx ikunu trattati b'dan il-mod u persważa wkoll li x'imkien xi ħadd ħa żball oħxon.", "(Interruzzjonijiet) Qed nieħu pjaċir li l-Ministru Bartolo qed jidher li qed jaqbel miegħi għaliex dan huwa sinjal li 'l quddiem dan l-iżball m'huwiex se jerġa' jiġi ripetut.", "Jekk wieħed jifli l-pjanijiet li ġew mitluba jagħmlu l-iskejjel f'GĦawdex, żgur li jirrealizza li s-somma vvotata ta' Lm6,000 hija waħda minima u li m'humiex se jlaħħqu b'dan l-ammont.", "Hemm ħaġa oħra li nixtieq nitkellem dwarha u li tikkonċerna lil GĦawdex.", "Bħalissa f'GĦawdex għandna nuqqas kbir ta' dawk li nsejħulhom peripatetic teachers fil-mużika, fl-arti u fil-physical education.", "Aħna m'għandniex ngħidu li dawn m'humiex suġġetti importanti għaliex dan m'huwiex il-każ u jien persważa li lkoll naqbu ma' dan.", "Allura huwa importanti li l- kummissjoni flimkien mad-dipartiment, mal-Ministru u ma' kull min huwa kkonċernat, tieħu ħsieb li dawn il-vakanzi tal-peripatetic teachers fejn tidħol il-mużika, l-arti u l-physical education ġewwa GĦawdex f'Settembru li ġej jimtlew jekk irridu li l-iskejjel primarji jkollhom support staff adegwat.", "Madam Speaker, ta' min jgħid ukoll li bħalissa f'GĦawdex għandna xi vakanzi ta' assistenti kapijiet u ta' kapijiet.", "Fil-fatt f'Ninu Cremona Boys' Secondary/Junior Lyceum, f'Agius de Soldanis Girls' Secondary/Junior Lyceum u f'Sir Mikiel Ang.", "Refalo Post-Secondary School jeżistu tliet vakanzi ta' assistent kap li lkoll huma importanti li jimtlew, pero' nixtieq nagħmel enfasi speċjali għall-Agius de Soldanis Girls Lyceum.", "Fortunatament jew sfortunatament din hija l-unika skola sekondarja li għandna għall-bniet f'GĦawdex għax la hemm private schools u lanqas hemm skejjel tal-knisja.", "GĦalhekk il-bniet GĦawdxin kollha jridu jgħaddu dawn il-ħames snin delikati ta' ħajjithom ġo din l-iskola.", "Dawn il-ħames snin huma importanti ħafna fil-formazzjoni tal-karattru ta' dawn it-tfal u għalhekk huwa importanti ħafna li din l-iskola ma tkun nieqsa minn xejn, b'mod partikolari fit-tmexxija, pero' qed ikollna ħafna lmenti fuq dan ir- rigward.", "GĦalkemm il-headmistress preżenti u l-assistant heads ta' din l- iskola qed jagħmlu ħilithom kollha - fil-fatt nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nifirħilhom għall-impenn tagħhom - biex lil din l-iskola jmexxuha 'l quddiem, dawn ma jistgħux ilaħħqu ma' l-ammont ta' xogħol li tirrikjedi skola bħal din.", "Wieħed ma jridx jinjora l-fatt li din hija skola kbira fejn fiha tiltaqa' ma' kull tip ta' karattru u jien persważa li jekk timtela l-vacancy li hemm ta' assistant head dan jgħin ħafna biex din l- iskola jkollha tmexxija aħjar u għalhekk tkun tista' teduka lill-istudenti iktar aħjar.", "Fil-fatt nista' ngħid li meta riċentement żdiedet assistant head oħra f'din l-iskola dan għamel differenza kbira.", "Jien m'iniex qed ngħid dan minħabba li għandi kuntatti ma' diversi nies li għandhom x'jaqsmu ma' din l-iskola imma minħabba li ħafna ġenituri qed jgħidulna li għalkemm huma kuntenti b'din l-iskola jħossu li hemm iktar x'isir.", "Kull GĦawdxi li għandu għal qalbu l-edukazzjoni ta' wliedu jemmen li jekk aħna nimlew dawn il-vakanzi żgur li se jkollna riżultati aħjar.", "Kif għidt qabel, preżentement jeżistu wkoll vacancies għal heads fil-Qala u fix-Xagħra Primary Schools.", "Huwa importanti wkoll li f'Settembru jkollna l-full complement fil-postijiet amministrattivi ta' dawn l-iskejjel.", "Madam Speaker, għalkemm skond ftehim milħuq ma' l-MUT u mal-Gvern dwar il- gradi ta' l-għalliema kellhom jiġu appuntati health and safety teachers, s'issa għadna ma rajna xejn minn dan kollu minkejja li dan il-ftehim ilu ħafna li ġie ffirmat.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk wieħed jinnota li dan il- ftehim skada fil-31 ta' Diċembru ta' l-1995 u suppost jibda jiġi nnegozjat ftehim ġdid.", "GĦalhekk bħalissa l-għalliema bid-dritt qed jitolbu, kif fil- fatt għamlu fil-Konferenza Ġenerali ta' l-MUT, li għandhom jibdew negozjati minnufih għal ftehim ġdid.", "Rigward il-health and safety teachers nixtieq nifraħ lill-MUT ta' l-inizjattiva li ħadet għal dan is-sajf.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar l-inclusive education.", "Din hi problema serja u wieħed irid isib kriterju dwar liema huma dawk it-tfal b'diżabilita' li jistgħu jkunu integrati fi klassijiet normali imma l- proċeduri preżenti ma tantx jidhru li qed jagħtu riżultati tajbin għax m'hemmx kordinament tajjeb bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u s-CDAU.", "Barra minn hekk irrid insemmi wkoll il-fatt li preżentement hemm żewġ educational psychologists biss u dawn ma jistgħux ilaħħqu mal-volum ta' xogħol li jeżisti.", "La qed insemmi lill-educational psychologists nixtieq nenfasizza kemm hu importanti li tkompli l-kampanja sabiex iktar studenti jitħajru jmorru għall-courses tal-caring professions.", "Minkejja li n-numru ta' social workers u ta' psychologists qed jiżdied żgur li dan m'huwiex biżżejjed għad- domanda li hawn f'pajjiżna llum.", "Hawn ta' min jgħid li f'GĦawdex bħalissa għandna social worker wieħed biss imma bi pjaċir irrid ngħid li permezz tal- Gozo University dalwaqt ikollna 11-il social worker ieħor, għalkemm żgur li dawn m'humiex biżżejjed.", "Hawnhekk ikun tajjeb ukoll li nistaqsi x'support se jingħata lit-tfal b'diżabilita' li jkollhom jibdew jattendu skejjel sekondarji.", "Fil-fatt jidher li anke fl-iskola sekondarja tal-bniet ta' GĦawdex se jibdew jattendu tfal b'diżabilita' u għalhekk huwa meħtieġ li naħsbu minn issa sabiex ikun hemm il-faċilitajiet meħtieġa għal dawn it-tfal għax din għalihom se tkun l-ewwel esperjenza.", "GĦandna naħsbu wkoll għal iktar kindergarten assistants ħalli dawn ikunu jistgħu jservu ta' għajnuna għaliex jekk ma naħsbux għal dan minn issa, f'Settembru se niġu ffaċċjati b'diversi problemi.", "Forsi f'GĦawdex id-dixxiplina fl-iskejjel ma tinsabx f'qagħda allarmanti kif inhi f'ċerti postijiet f'Malta, pero' xorta hemm lok għal improvement u jien nixtieq li nagħmlu ħilitna sabiex ikollna kodiċi ta' dixxiplina li jkun jorbot kemm lill-għalliema, kemm lill- istudenti kif ukoll lill-ġenituri.", "Madam Speaker, nixtieq issa nagħmel punt ieħor dwar l-għalliema fl- iskejjel primarji.", "Kif jaf kulħadd ftit huma dawk li qed jiggradwaw u li qed imorru jgħallmu fl-iskejjel primarji minħabba l-istress li qed ikun hemm fuq l-għalliema f'dan is-settur u għalhekk jenħtieġ li wieħed jistudja l-qagħda fl-iskejjel primarji ħalli din il-problema tiġi solvuta.", "Nixtieq ukoll li l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-mid-week li qed jingħad li se jibda jsir fl-iskejjel primarji minn Settembru li ġej u jgħidilna wkoll kif se taħdem din is-sistema, kif din se teffettwa lill-għalliema u lil liema skejjel se tolqot.", "Jien ħassejt li kelli nqajjem dawn il-punti għall-attenzjoni tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u tal-Kummissjoni Nazzjonali għall- Edukazzjoni ħalli kulħadd ikun konxju ta' dawn il-ħteġijiet għaliex jien inħoss li għandha titwettaq il-ħidma meħtieġa f'dan ir-rigward sabiex id- diffikultajiet li għadni kif semmejt jiġu rimedjati.", "Jiena persważa li tista' tinstab soluzzjoni għal kollox u għalhekk huwa importanti ħafna li nimpenjaw ruħna f'kull kamp edukattiv għaliex nafu li l-edukazzjoni hija l- qofol ta' kollox, hija l-passaport tagħna lkoll u jekk aħna jkollna sistema edukattiva tajba l-iskejjel tagħna jkollhom atmosfera aħjar li tirrifletti ruħha fi studenti iktar kuntenti, liema studenti se jkunu l-missirijiet u l- ommijiet ta' għada, il-mexxejja u ċ-ċittadini li minnhom jiddependi ħafna l- futur ta' pajjiżna.", "Jekk aħna nieħdu ħsieb l-istudenti tagħna nkunu qed nagħmlu ġid lin-nazzjon Malti u GĦawdxi kollu.", "Grazzi, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Madam Speaker, il-Partit Laburista se jkun qed iwettaq wegħda oħra li għamel fl-aħħar elezzjoni ġenerali, jiġifieri dik li jpoġġi l-qasam ta' l-edukazzjoni bħala l-pedament tas-soċjeta' Maltija, jagħtiha iktar importanza u jagħmel l-iskejjel tal-gvern l-aħjar fil- pajjiż.", "Jekk wieħed jara x'inhuma l-għanijiet tal-kummissjoni jsib li dawn huma li tiġbor informazzjoni dwar l-edukazzjoni f'Malta, li tidentifika l- ħteġijiet ta' Malta f'kull qasam ta' l-edukazzjoni fl-isfond ta' żvilupp ekonomiku, li tagħmel rakkmandazzjonijiet għall-bidliet li jkun hemm bżonn isiru u li tippubblika rapporti dwar ir-riċerka.", "Dan kollu jorbot tajjeb ma' dak li wiegħed il-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni meta wiegħed li se jtejjeb l-ambjent fl-iskejjel billi jiżgura li jkun hemm l-indafa, li jkun hemm servizz professjonali ta' psikologi u social workers, li jieħu l- passi meħtieġa billi jkun hemm kuntatt bejn l-iskola u d-dar, li jkun hemm kordinament bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, id-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, li jkun hemm l-ugwaljanza fit-tagħlim bejn il-bniet u s-subien ħalli nibdew inrawmu l-prinċipju ta' l-ugwaljanza miċ-ċokon, li ntejbu t-trasport ta' l-iskejjel, li jkun hemm monitoring ta' l-istudenti mill-bidu u li lil dawk l-istudenti li jkunu qatgħu qalbhom mis- sistema preżenti nagħtuhom ċans ieħor.", "Fil-fatt dawn l-istudenti qed isibu ma' wiċċhom diversi diffikultajiet peress li l-kurrikulu ma jaħsibx għalihom u għalhekk hemm bżonn li lil dawn l-istudenti nagħtuhom ċans u ninkoraġġuhom jifformaw parti mis-soċjeta' tagħna.", "Il-Partit Laburista wiegħed ukoll impenn favur l-edukaturi u fil-fatt irridu niddiskutu bis-serjeta' mal-unions il-problema tan-nuqqas ta' għalliema, il-ħtieġa għal titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l- għalliema kif ukoll il-ħtieġa għal sistema aħjar ta' kif jingħataw il- promozzjonijiet.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-esperjenza personali tiegħi ta' student.", "Jien għadni f'eta' li nista' ngħid li għadni ħiereġ minn fuq il-bankijiet ta' l-iskola u l-esperjenza tiegħi fl-iskola primarja ma tantx kienet waħda sabiħa u ma tantx nixtieq nerġa' lura għal dawk iż-żmenijiet.", "Jien kont tifel mistħi ħafna u kont insibha diffiċli biex nadatta ruħi għas-sistema ta' dak iż-żmien.", "Kien diffiċli ħafna għalija li naqbad ma' sħabi u kelli bżonn ta' ħafna inkoraġġiment li xi kultant ma sibtux, la min-naħa tal-familja u lanqas min-naħa ta' l-iskola, għaliex tal-familja kienu jikkomparawni ma' studenti oħra li huma ħafna aħjar minni u fl-iskola ma kontx insib dik l-attenzjoni li kelli bżonn.", "Issa hawnhekk ma rridx niġġeneralizza u ngħid li l-għalliema tiegħi kollha qatt ma tawni attenzjoni partikolari, pero' jien ma nħossx li s-sistema kienet tagħti importanza biżżejjed lill-bżonnijiet tiegħi u ta' studenti bħali.", "Nixtieq ngħid ukoll li jekk aħna nqisu lill-qasam ta' l-edukazzjoni bħala s-sies tal-pajjiż li jħejji lit-tfal isiru ċ-ċittadini ta' għada hemm bżonn li dan iħejjihom fil-mod ta' kif jgħixu ħajjithom għax jiddispjaċini ngħid li xi kultant lit-tfal ngħallmuhom ħafna somom u lingwi biex imbagħad ħafna mill-affarijiet bażiċi tal-ħajja l-istudenti tagħna mhux qed jeħduhom.", "Qed ngħid dan għaliex illum qed niffaċċjaw problemi serji ta' kif it-tfal jagħmlu management tal-flus, ta' kif jiffaċċjaw ċerti problemi fil-ħajja u ta' kif jikkomunikaw mal-ġenituri u għalhekk l-iskola għandha tkun il- pedament li jħejji lil uliedna jiffaċċjaw dawn iċ-ċirkostanzi.", "Ikun importanti jekk insemmi wkoll il-mod li bih għandhom jitmexxew l-iskejjel.", "L-ewwelnett l-ambjent ta' l-iskola huwa importanti ħafna.", "Fil-fatt minn riċerki li saru rriżulta li l-istudenti, speċjalment dawk żgħar, għandhom bżonn ta' ambjent stimulanti fl-iskola għax dan huwa wieħed mill-iktar fatturi importanti fi skola.", "Wieħed mix-xogħlijiet li se tkun qed twettaq il-kummissjoni huwa dwar il- kurrikulu u hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi kemm qed nippreparaw lill- istudenti japprezzaw l-affarijiet ta' madwarhom, bħall-arti, il-kultura u l-ambjent.", "Xi kultant nisma' lil min jgħid li ż-żgħażagħ għandhom apatija kbira u ma japprezzawx ħafna affarijiet, pero' s-sistema edukattiva tagħna kemm qed tħejjihom biex japprezzaw dawn l-affarijiet?", "L-istess nistgħu ngħidu għal meta ngergru li fil-ġurnali u fil-mezzi tal-media l-ilsien Malti jiġi mitkellem jew spellut ħażin.", "Fil-fatt kemm qed tingħata importanza lill-ilsien Malti fl-iskejjel?", "Hawn ta' min jgħid li jirriżulta li l-ilsien Malti qed jingħata inqas importanza minn lingwi barranin oħra.", "Il-lingwi barranin huma importanti wkoll imma jien inħoss li l-lingwa nazzjonali tagħna għandha tingħata l-importanza li tixirqilha u għandna għalfejn inkunu kburin li għandna l-lingwa tagħna.", "Madam Speaker, qabel ma ġejt biex nagħmel dan id-diskors mort inżur skola primarja u waqt li kont qed nitkellem mas-surmast dan urieni kotba ta' suġġetti prinċipali, fosthom tal-Malti u tal-matematika, u mill-ewwel indunajt li dawn il-kotba għadhom l-istess li kelli jien meta kont għadni mmur l-iskola.", "GĦalhekk naħseb li għandna naġġornaw ruħna mal-materjal li fuqu jistudjaw l-istudenti tagħna.", "MADAM SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Iva, nibqa' in possession.", "MADAM SPEAKER: Nitlob lil-Ministru Mizzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa 18 ta' Ġunju, 1997, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar Dazju tas- Sisa.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni biex titwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari; ---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "MADAM SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Alex Sceberras Trigona.", "ONOR.", "ALEX SCEBERRAS TRIGONA: Madam Speaker, illejla qomt biex nitkellem fl-Aġġornament sabiex niġbed l-attenzjoni għal kapitlu sħiħ li għandna fil- Kostituzzjoni ta' Malta.", "Qed nirriferi għall-Kap 2 li jitkellem dwar id- dikjarazzjoni ta' prinċipji u li naħseb li wasal iż-żmien li jiġi rivedut.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Dan il-kapitlu jitkellem b'mod vag u ġenerali ħafna, per eżempju, fuq id- dritt tax-xogħol, it-tmexxija 'l quddiem tal-kultura u s-salvagwardar tal- paesaġġ, l-edukazzjoni primarja, l-interessi edukattivi, il-protezzjoni tax- xogħol, il-ħinijiet ta' xogħol, drittijiet ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, is-salvagwardar tax-xogħol ta' minuri, l-għajnuna soċjali u sigurta', inkoraġġiment ta' intrapriża ekonomika privata, protezzjoni ta' snajja' artiġjani, inkoraġġiment ta' koperattivi, eċċ. Mela hawn kapitlu sħiħ tal- Kostituzzjoni, l-ogħla liġi Maltija, li jitkellem fuq x'inhuma d- direzzjonijiet ta' l-Istat u filwaqt li qiegħed jgħid li jkun min ikun il- gvern ta' Malta - aħmar, blu, isfar jew aħdar - dawn id-direzzjonijiet ġenerali jridu jiġu osservati minnu, fl-istess ħin wieħed mill-iktar punti ta' djufija f'dan il-kapitlu huwa l-aħħar artiklu, jiġifieri aritklu 21, liema Artiklu jgħid hekk:", "\"Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jkunux esegwibbli f'xi qorti, iżda l-prinċipji li hemm fihom huma b'dan kollu fondamentali għall-iggvernar tal-pajjiż u jkun l-iskop ta' l-Istat li japplika dawn il-prinċipji fl-egħmil ta' liġijiet.\".", "Mela hawnhekk hawn dikjarat li dan il-kapitlu m'huwiex esegwibbli f'qorti u allura għandna daqsxejn ta' lakuna għaliex għandna listi ta' prinċipji pjuttost retoriċi, listi ta' prinċipji li jista' faċilment jidħol fihom charter tad-drittijiet taċ-ċittadin - li m'għandu x'jaqsam xejn mal- fundamental human rights - li konna semmejna fil-programm elettorali tagħna.", "Dawn huma drittijiet taċ-ċittadin li jittrattaw mhux biss ma' l- amministrazzjoni governattiva imma anke fis-sens li ċittadin jittratta ma' kumpannijia lokali u ta' barra u jkollna anke citizens charter miżjuda ma' dawn il-prinċipji biex ma nkunux daqshekk kontra l-passat li nneħħu dan il- kapitlu kollu kemm hu.", "Apparti milli s-citizens charter jidħol fil-Kostituzzjoni ta' Malta għandu jkun hemm ukoll il-metodi ta' empowerment; għax is-citizens charter mhux bilfors għandu jkun esegwibbli f'qorti.", "Ovvjament ikun ħafna aħjar jekk ikun esegwibbli f'qorti imma ħafna mid-drittijiet taċ-ċittadin m'għandhomx x'jaqsmu direttament mad-definizzjoni ta' dritt.", "Qed ngħid dan fis-sens li mhux se tmur quddiem imħallef biex tgħid li Section 19 (b) tal-Kostituzzjoni tagħtik ċertu dritt u t-tali amministrazzjoni rifsitulek u allura tixtieq kumpens mill-qorti.", "Is-citizens rights jirrigwardaw iktar dwar kemm qed jiġu moqdija ċ-ċittadini mid-dipartimenti, istituzzjonijiet u kumpanniji tal-gvern u anke kumpanniji fejn il-gvern għandu influwenza u majority shareholding.", "Dawn jirrigwardaw ukoll iċ-ċittadin vis-a-vis l-employers, il-businessmen u d-drittijiet ta' pajsaġġ, liema drittijiet huma kkomtemplati hawn, għalkemm għadna pjuttost fil-bidu għax għadhom m'humiex artikolati kif qegħdin jiġu artikolati matul dawn l-aħħar sitt snin fl-Ingilterra u fl- Amerka bis-citizens group, is-citizens rights u s-citizens charter li ġew eleborati sewwa minn Tony Blair u Bill Clinton f'dawn il-pajjiżi Anglo- Sassoni.", "Issa ħalli niġi għall-parti operattiva u ma nibqax biss fuq il- lista tad-drittijiet għal saħħa, shelter, social services, edukazzjoni u training li għandha tkun ħafna iktar artikolata u mfassla skond il- ħteġijiet ta' dawk iċ-ċittadini u allura tieħu in konjizzjoni anke d- difetti forsi ta' dawn iċ-ċittadini u l-optimal points li għandhom u li jistgħu jiġu amplifikati u manifikati.", "F'dan il-pajjiż hawn bżonn li jkollna iktar ċentri - forsi l-uffiċini tal- kunsilli lokali jistgħu jservu għal dan - li jservu ta' citizens advice bureau u jekk dawn ikunu l-mezz tat-twettiq tas-citizens rights allura fil- Kostituzzjoni ta' Malta fid-declaration of principles ma nkunux qegħdin nitkellmu biss fuq l-Istat imma anke fuq iċ-ċittadin.", "Naħseb li jekk f'dan il-kapitlu qegħdin nitkellmu fuq stat u mhux fuq gvernijiet huwa tajjeb li nitkellmu wkoll fuq iċ-ċittadin biex gvernijiet, amministrazzjonijiet, dipartimenti amministrattivi u uffiċjali amministrattivi josservaw dan il-kapitlu li qed nissuġġerixxi li għandu jiġi rriformat.", "Permezz tas-citizens advice bureau jew tas-citizens advisors fil-kunsilli lokali jista' jkollna post ta' riferiment fejn iċ- ċittadini tagħna lill-kunsilli lokali ma jarawhomx li f'ċertu sens qegħdin jiffissaw iż-żejjed fuq roundabouts u bankini ta' kull kulur u shape u l- interessi taċ-ċittadin, li suppost qegħdin jieħdu ħsiebhom fil-livel lokali, ftit li xejn qed jagħtu kashom.", "Jekk il-lista tal-Kap 2 tad- Dikjarazzjoni ta' Prinċipji jkollha magħha elenku tad-drittijiet taċ- ċittadini, is-citizens' charters kif saru barra, u nieħdu dan il-mudell ta' progress, ta' evoluzzjoni ta' demokrazija tad-drittijiet taċ-ċittadin kontra l-entijiet il-kbar li jrid jiffaċċja l-ħin kollu, allura naraw il- metodi ta' empowerment kif qed jgħid il-Viċi President Amerikan Al Gore, li huwa forsi wieħed mill-iktar nies fil-politika li qed jitkellem il-ħin kollu fuqhom u l-ħin kollu jara x'jista' jagħmel biex f'kull komunita' jsaħħaħ il-poter taċ-ċittadin kontra dawn l-entijiet il-kbar.", "With a reduced citizens advice bureaux, jkun jista' jibda jiġi kkoltivat minn ġol-kunsillli lokali - biex ma jkunx hawn spiża żejda u biex ma jkunx hawn dak it-training esaġerat li mbagħad jibda jsir joy-ride fih innifsu - l-ewwel se nkunu qegħdin ngħollu l-livell ta' l-istima taċ-ċittadini tagħna għall-kunsilli lokali, u ġol-kunsilli lokali jibda jkollna dak li se jagħti pariri u jwassal liċ-ċittadin f'ħafna affarijiet li ċ-ċittadin is-soltu jew ikollu jmur għand xi avukat għalihom - imma ma jmurx għax ma jħossx li għandu każ ta' kawża u allura hemm dak il-bridge li mhux se jkun jista' jasal għalih - jew lanqas biss ikollu biżżejjed informazzjoni biex jittekilja lill-amministrazzjoni u allura la m'għandux l-informazzjoni lanqas ikun jaf li qed jiġi miċħud xi dritt.", "Allura s-citizens advisor ġo kull kunsill lokali jkun jista' jisma' lil dak iċ-ċittadin, jgħinu, iwasslu fid-dipartiment ikkonċernat u awtorevolment jitkellem fuq il-każ ta' dak iċ-ċittadin u b'hekk ikun jista' jiggwidah ħafna aħjar.", "Aħna d-deputati taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra kemm-il darba nsibu li ħafna miċ-ċittadini tagħna jeħlu fil-każijiet tagħhom għax ma jkollhomx min jiggwidahom biżżejjed.", "Naħseb li meta twaqqfu l-kunsilli lokali l-mira kienet li d-deputat ikun jista' jikkonċentra iktar fuq affarijiet ta' policy ġewwa dan il-Parlament u ġewwa l-kumitati li llum qegħdin jadornaw dan il-Parlament, u mill-banda l-oħra d-deputat ma jkollux joqgħod jiċċekkja jekk saritx sew il-bozza jew il-bankina.", "Imma l-kunsill lokali mhux biss irid jieħu ħsieb il-bankina jew il-bozza imma jrid jara kif se jiggwida - fil-qafas tal-framework leġislattiv li dan il-Parlament ikun qiegħed jagħmel u jagħmel updating minn żmien għal żmien - liċ-ċittadin bl- informazzjoni dwar dak li jistħoqqlu.", "Jeżistu ħafna każijiet fejn iċ-ċittadin jaqa' lura għax ma jkollux biżżejjed informazzjoni dwar jekk għandux dritt f'ċerti każijiet, u allura ħafna ċittadini iżommu lura, ma jaqbdux imorru jdejqu lil dak u lill-ieħor u minħabba f'hekk huma jitilfu u kultant jaqgħu f'ċerti traps anke ta' poverta'.", "M'huwiex sew li jiġri dan illum li deħlin fis-seklu 21 u għalhekk qiegħed nagħmel din is-sejħa bl-akbar serjeta'.", "Din is-sena jien ħadt gost ħafna nara li fil-budget taħt il-Vot tal-Prim Ministru hemm ivvotati Lm20,000 sabiex jiġu mwaqqfa citizens advice bureaux f'dan il- pajjiż u naħseb li dik iċ-ċifra ta' Lm20,000 hija biss token li bih ikun jista' jiftaħ biex jinħoloq il-vot rikorrenti biex imbagħad kull sena nkunu nistgħu ngħinu liċ-ċittadin b'iktar u iktar empowerment.", "B'dan l- empowerment inkunu nistgħu nġibu 'l quddiem liċ-ċittadini, kif qegħdin jipprovaw jagħmlu diġa' fl-Amerka u anke fl-Ingilterra.", "Liċ-ċittadini tagħna għandna mhux biss nagħtuhom id-drittijiet fundamentali tal-bniedem imma anke drittijiet ta' empowerment kontra amministrazzjonijiet kbar, kontra entijiet ekonomiċi u anke kulturali kbar u nwasslulhom dik l- informazzjoni tant bażika biex ikunu jistgħu jgħixu definittivament ħajja aħjar.", "Madam Speaker, jien nagħlaq billi ngħid li jekk aħna ndaħħlu ġewwa Kap 2 tal-Kostituzzjoni l-lista tad-drittijiet taċ-ċittadini li diġa' qiegħda tiġi diskussa attivament f'pajjiżi oħra - is-citizens charter - u jekk liċ- ċittadin ngħinuh mill-bidu permezz ta' citizens advice bureau, anke jekk il- każ tiegħu ma jkunx esegwibbli f'qorti, nkunu verament qed nagħmlu pass 'il quddiem sabiex il-Kostituzzjoni tagħna tkun tixraq aħjar liċ-ċittadini ta' Malta u Għawdex għas-seklu l-ġdid.", "MADAM SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sinjura President, il-kumment li għalaq bih l-Onor.", "Sceberras Trigona għandu jkun il-kumment li nibda bih jien għaliex il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna titkellem fuq żewġ settijiet ta' drittijiet, li huma t-tnejn fundamentali.", "F'kap 4 tal-Kostituzzjoni nsibu d-drittijiet fundamentali li jitkellmu dwar is-civil and political freedoms, filwaqt li f'Kap 2 insibu s-social and economic cultural rights.", "Allura dak li għandna f'Kap 4 kif distint, imma jiena ngħid komplimentari wkoll ma' dak li għandna f'Kap 2, jġiegħlna nistaqsu x'kienet l-intenzjoni tal-leġislatur meta jitkellem fuq id-dritt ta' l-Istat li jirrikonoxxi x-xogħol bħala bażiku meta l-leġislatur ried li anke l-minimun hours of work wieħed iħares lejhom bħala dikjarazzjoni ta' prinċipju.", "Qed nuża l-kelma \"dikjarazzjoni ta' prinċipju\" għaliex kif espona l-ħabib tiegħi, dak li nsibu fid- dikjarazzjonijiet ta' prinċipji huma mudell ta' drittijiet li jiġu translated f'doveri għall-gvern.", "Artiklu 22 tal-Kostituzzjoni jgħid lill- gvern, qua gvern, li dawn id-drittijiet li hemm imsemmijin huma fundamentali biex tiggverna pajjiż, pero' wieħed ma jistax ifittex lill- gvern fil-qorti.", "L-abbli professur li kien jgħallimna dwar id-dritt kostituzzjonali kien jgħidilna li ubi iuste ibi rimedium - kien isemmiha kważi f'kull lecture - meta għandek dritt fejn lanqas għandek rimedju.", "Dawn huma drittijiet li aktar jolqtu fil-baxx - mhux fis-sens tal-piramida soċjali imma jolqtu aktar fil-fond - il-problema ta' kif wieħed għandu jaħdem biex verament iċ-ċittadin ikun l-ewwel.", "Allura, kif qal l-Onor.", "Sceberras Trigona, naħseb li huwa utli li jkollna charter tad-drittijiet tal-bniedem, citizens advice bureau jew dan it-tip ta' makkinarju.", "Pero' jekk nemmnu li dawn huma drittijiet fundamentali, kif fil-fatt huma - dawn huma differenti jew komplimentari għad-drittijiet li nsibu f'Kap 4 fejn tant huma fundamentali d-drittijiet li anke if you are likely li jkollok wieħed mid-drittijiet tiegħek miksurin għandek rimedju - hawn ir-rimedju x'se jkun għaċ-ċittadin?", "Wara li għidna u ppriedkajna tant - u għamilna sew għax nemmnu b'konvinzjoni u mhux b'konvenjenza li ċ-ċittadin jiġi l- ewwel - meta Kap 2 tal-Kostituzzjoni jitkellem fuq educational interest huwa exhaustive?", "Jien ma ngħidx li għandu jkun exhaustive, forsi è ma non è il dev'essere, x'għandu jkun.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien ukoll li nibdew nitkellmu fuq id-dritt għal housing adegwat, li jiġi anke enunzjat hawnhekk f'Kap 2.", "Forsi wieħed jistaqsi jekk għandniex indaħħluh f'Kap 2 dan id-dritt li m'huwiex fundamentali għall-iggvernar tal-pajjiż.", "Fil-fatt huwa fundamentali pero' m'huwiex a justiciable right.", "Għandek iddaħħlu hawn biex allura b'dan il- mod int tekwiparah ma' drittijiet jew doveri ta' gvern li kważi kważi ċ- ċittadin quddiemhom m'għandux rimedju, la għandu latio popolaris u lanqas għandu latio personalis?", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li, għallinqas bħala bidu, ngħidu lill-ministru tal-djar, ikun min ikun, li l-housing hawnhekk huwa dikjarat bħala an economic and a social right taċ-ċittadin.", "Dan joħroġ ċar mill-International Bill of Rights fejn jitkellem dwar universal declaration of human rights, dwar international covenant on economic, social and cultural rights u dwar il-housing jingħad li individwu għandu d- dritt li jgħix, pero' m'għandux enunzjat id-dritt għal akkomodazzjoni xierqa.", "Allura jien ngħid li l-bniedem jitwieled mhux biex jeżisti imma l- bniedem jitwieled biex jgħix f'soċjeta' fejn hemm relazzjonijiet inter- soġġettivi, jgħix f'soċjeta' ta' bnedmin li jirrelataw, fejn hemm id- drittijiet fundamentali, id-dritt tal-ħajja, id-dritt tal-protezzjoni u għal-libertajiet fundamentali ta' l-individwu, pero' ċ-ċittadin ukoll għandu jkollu d-drittijiet tiegħu mħarsa anke fejn jidħol l-aspett tal- housing.", "Forsi mhux soltu li s-suġġett tal-housing jikkostitwixxi issue ta' jedd uman u qed nuża l-kelma \"jedd uman\" fil-kontest ta' kif jużaha l-Kap 4 tal- Kostituzzjoni biex nenforza kemm bl-inklużjoni tiegħu f'Kap 2 qed inħares lejh bħala xi ħaġa li jagħti dritt ikbar liċ-ċittadin.", "Għax fil-verita' jekk inħarsu mill-qrib lejn il-liġijiet internazzjonali u nazzjonali u anke lejn is-sinifikat tal-fatt li wieħed għandu jkollu post diċenti biex jgħix b'dinjita' umana, ergo id-dinjita' umana li hemm riferenza għaliha f'Kap 4 tikkonsisti kemm fis-saħħa fiżika u mentali, kif ukoll fl-istil ta' ħajja b'mod aktar wiesgħa.", "Hawnhekk wieħed jibda jinduna kemm hemm implikazzjonijiet tad-drittijiet umani fil-qasam tal-housing.", "B'riħet ta' hekk, l-akkomodazzjoni xierqa hija mħarsa f'kull parti tal-globu bħala waħda mill-aktar bżonnijiet bażiċi u umani.", "B'danakollu daqskemm huwa ta' fejda għal kulħadd li jkollu housing xieraq daqstant ieħor irridu nagħrfu illi madwar id-dinja - u mhux f'Malta biss - hawn biljuni ta' nies li jgħixu f'housing inadegwat u madwar 100 miljun persuna li jgħixu f'kondizzjonijiet li l-Ġnus Magħquda ssejħilhom human settlements jew homeless.", "Alla jbierek meta aħna konna nistaqsu lill- Gvern Nazzjonalista jekk teżistix statistika dwar homelessness f'pajjiżna, kienu jgħidulna li statistika dwar homelessness ma teżistix.", "Allura wieħed irid jgħid kemm verament aħna qegħdin nagħtu attenzjoni lejn din il- problema bħala pajjiż.", "Il-housing huwa importanti u rridu nħarsu lejh minn diversi lati għax hemm id-drittijiet tal-housing fil-kontest tad- diskriminazzjoni li m'għandux ikun hemm, hemm id-drittijiet tal-housing fejn jidħlu n-nisa msawtin u n-nisa separati u hemm d-drittijiet tal- housing għat-tfal.", "Naturalment hawn mhux qed ngħid li tifel għandu jingħata post u nagħmlu ħażin meta nifhmu li l-housing ifisser li inti tagħti post biss.", "Aktar qabel semmejt id-drittijiet tat-tfal fil-qasam tal-housing.", "Jien mhux qed ngħid li t-tfal għandhom jingħataw dar imma li għandu jkollhom l-iprem fost l-aqwa protezzjoni.", "It-tfal għandhom id-dritt għal standard of living tajjeb u wieħed għandu jipprovdi assistenza materjali u support programmes rigward nutrition, clothing u housing.", "Aħna rridu noqogħdu attenti li l- kelma \"housing\" nipprovaw indaħħluha fil-programm politiku tagħna konformament ma' dak li qed jiġri fid-dinja.", "Id-drittijiet tal-housing qegħdin għal kulħadd.", "Il-fatt li inti tagħti recognition jew li ħdejn id-dar tiegħek, li tkun diċenti, jkun hemm post dilapidat għandek housing problem.", "Għalhekk għandna nbiddlu l-mentalita' tagħna għax il-housing m'huwiex dak li tradizzjonalment naħsbu li hu.", "Dan il-qasam ma jpoġġix obbligu komplet fuq il-gvern biex jipprovdi l-housing imma huwa l-obbligu ta' kull gvern illi jara li jkun hemm housing policy u li jara li jintegra l-bżonnijiet ta' min qiegħed fil-bżonn.", "Il-proġett pilota fil-Furjana huwa tajjeb pero' għandu jiġi esegwit b'mod li jsir ukoll f'areas oħra.", "Pajjiżi oħra ħasbu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema fil-qasam tal-housing.", "Per eżempju, n-nies kienu marru jgħixu f'Bormla għaliex kienu qrib it- Tarzna u hemmhekk allura kellek combination ta' problema ta' housing u problema ta' refuġjati.", "Aħna irratifikajna konvenzjonijiet u għamilna riservazzjonijiet f'konvenzjonijiet internazzjonali fuq ir-refuġjati pero' aħna qegħdin ngħidu - mhux qed ngħid li għandu jsir hekk biex ħadd ma jifhimni u jirrapportani ħażin - li l-housing rights of refugees jeżistu f'pajjiżi oħra u dan juri kemm il-housing huwa suġġett importanti.", "Trid tkun akkademiku biex tittekilja dan il-qasam!", "Ma tistax tħares lejn dan il- qasam b'mod li tara kemm se tqassam djar u kemm tajt djar.", "Per eżempju, fil-11 ta' Frar, 1997 f'risposta għal mistoqsija parlamentari il-Ministru Portelli kien qalli li kien hemm 4,600 talba għal akkomodazzjoni.", "Iżda sar studju biex naraw kemm minnhom huma veri u reali?", "Iklassifikajna n- numru ta' nies?", "Per eżempju, kif se jkun jaf il-gvern li wħud minn dawn l- applikanti setgħu mietu?", "Forsi għaliex xi ħadd imur jitlob recognition għax tefa' l-identity card hemm?", "Kif se nkunu nafu li applikant m'għadux interessat?", "Kif se jkun jaf il-housing department meta jmut bniedem", "Il-problema prinċipali hija li m'aħniex naraw liema huma l-postijiet vojta u jien nixtieq nieqaf fuq din.", "Jien niġi minn distrett fejn hemm ħafna postijiet vojta u huwa importanti li dawn il-postijiet jiġu wżati.", "Veru hemm problemi ta' qrati, ta' suċċessjoni ta' diversi persuni li jkollhom co-ownership, pero' rridu naħdmu ħafna, jekk hemm bżonn nitilgħu l- qamar!", "Qed ninterpreta s-sentimenti tal-Beltin, tal-Furjaniżi, tal- Ħamruniżi, huma min huma, li qegħdin jgħidu li l-qasam tal-housing - kif qal tajjeb l-Onor.", "Sceberras Trigona - is another economic and social right li għandu jkun fil-Kostituzzjoni, fundamentali għall-iggvernar tal- pajjiż u forsi mhux għalissa non-justiciable.", "Pero' ejja nikkonsidraw x'qal l-Onor.", "Scberras Trigona li nagħtu charter lid-drittijiet tal-bniedem għax il-bniedem huwa l-ewwel.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 18 ta' Ġunju, 1997 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Fid-9.30. p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - MANUNTENZJONI TA' L-ISKEJJEL", "5687.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun is-sehem tal-kunsilli lokali fil-programm ta' manuntenzjoni ta' l-iskejjel u kif se titħaddem is- sistema?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5583.", "PULIZIJA - GĦASSA MAR-REFUĠJAT HARARI", "5688.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Minsitru jgħid jekk hux minnu li żewġ uffiċjali li kienu security mar- refuġjat Harari inqabdu li kienu fis-sakra s-Sibt 10 ta' Mejju u li ftit qabel kienu nvoluti f'inċident tat-traffiku barra l-Ħabs ta' Kordin?", "Jekk dan hu minnu, jista' jgħid x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba li jien tajt ghall-mstoqsija parlamentari numru 6153.", "KUNSILLI LOKALI - ĦADDIEMA", "5689.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy dwar l-assenjar tal-ħaddiema mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kopja tal-policy paper mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmiei f'din is-Seduta.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI - INVENTARJU", "5690.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Peress li l-Ministru ġie rrapportat li qal f'The Times tal- 15/5/97) li se jsir inventarju tal-faċilitajiet sportivi, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li kien diġa' sar inventarju dettaljat, inkluż min kien l- amministratur ta' kull faċilita' mill-Amministrazzjoni preċedenti u x'sar minn dan l-inventarju?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li naf li sar inventarju tal-faċilitajiet sportivi lokali u nazzjonali.", "Ir-rapport, li minnu jagħmel parti dan l-inventarju, qed jiġi rivedut.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "5691.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tal-Gvern li faċilitajiet sportivi lokali jgħaddu f'idejn il-kunsill lokali?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.Interpellant li hija l-policy ta' dan il-Gvern li l-Kunsilli Lokali jingħataw kull opportunita' biex jagħtu s-sehem tagħhom fit-tmexxija ta' dawk il-faċilitajiet kollha msemmija fl-artikolu 33 (1) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali.", "Dawn jinkludu l-faċilitajiet sportivi.", "SKOLASPORT - SERVIZZ TA' COACHES", "6053.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm coaches li jagħtu kontribut fl-Iskolasport u f'liema dixxiplini joperaw?", "Jista' jgħid kemm jitħallsu komplessivament fil-ġimgħa dawn il-coaches?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT - LAQGĦAT", "6054.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema dati saru l-laqgħat kollha tal-Kunsill Malti għall-Isport minn meta twaqqaf?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-attendenza ta' kull membru?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4679 mogħtija f'seduta 68.", "SERVIZZ PUBBLIKU - SENIOR PRINCIPALS", "6055.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4498 dwar l-eżami għal Senior Principals, li fiha l-Prim Ministru stqarr li \"il-Gvern jemmen li, bil-mod kif kien sar l-eżami ta' qabel, kienet twettqet inġustizzja kemm ma' dawk l-uffiċjali li ma għaddewx mill-eżami kif ukoll ma' dawk li setgħu, imma li ħassew li ma għandhomx joqogħdu għal dak l-eżami, jista' l- Prim Ministru jgħid b'mod konkret taħt liema forma jew forom saret dik li l- Gvern isejjaħ \"inġustizzja\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Niskanta kif l-Onor.", "Membru, li donnu pprova jsegwi dan is-suġġett mill-qrib, ma jifhimx li twettqet inġustizzja meta uffiċjali fis-Servizz Pubbliku, ta' ċertu maturita u bi snin twal ta' esperjenza, kienu kostretti li joqogħdu għal eżami bil-miktub, qishom għadhom ħerġin mill-iskola, ma uffiċjali ta' eta` ħafna iżgħar.", "Niskanta wkoll kif l-Onor.", "Membru ma japprezzax li s-suġġett li ntagħżel għall-eżami bil-miktub seta` kien ta' vantaġġ għal xi kandidati partikolari u li, għalhekk, din l-għażla kienet waħda nġusta.", "U. E.. - PROGRAMMI", "6056.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4826 li fiha l-Ministru qal li l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programmi \"Leonardo\", \"Socrates\" u \"Youth for Europe\" se tiddependi mill-eżitu tat-taħdidiet li l-Gvern qed ikollu ma' l-Unjoni Ewropea, għandi nifhem li l-Ministru m'hux f'qagħda li jagħti l- assigurazzjoni tiegħu biex dawn il-programmi jkomplu mexjin qabel ma' l- Gvern jikkonkludi t-taħdidiet ma' l-U.E.?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għalissa m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija li qed jirreferi.", "KUMITAT GĦALL-MONUMENTI U PLAKEK", "6057.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 4855 dwar il-Kumitat għall-Monumenti u Plakek, jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex f'qagħda issa li jwieġeb il-mistoqsija?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4855 f'seduta 69.", "COMMONWEALTH YOUTH PROGRAMME", "6058.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 5173, jista' l-Ministru issa jagħti l-informazzjoni mitluba dwar il-Commonwealth Youth Programme?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 5173 f'seduta 68.", "SKEJJEL - SKOLA TA' L-ARTI U ARTIĠJANAT", "6241.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwassal is-suġġeriment biex l- Iskola ta' l-Arti u Artiġjanat f'Tarġa Gap, fil-Mosta tipprovdi ċertifikati lill-istudenti li jixirqu aktar li din l-iskola minflok ċertifikati suwed u bojod, fotokopjati li m'għandhom l-ebda dehra ta' kreattivita', arti u amor proprju kif jixhdu dawk li ngħataw f'Mejju ta' din is-sena għas-sena 1995/1996?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-suġġeriment ġie mgħoddi lill-iskola.", "BDIEWA - SUSSIDJU", "6242.", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu llum n-numru ta' bdiewa li qed jibbenefikaw mis-sussidju fuq il-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali?", "Kemm kien in-numru ta' l-iskema sal-lum?", "Kemm kienu l-ammonti maħruġa mill- Gvern għall-istess skop u għall-istess snin?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: In-numru ta' bdiewa (inkluż raħħala u sajjieda) li qed jibbenefikaw mis-sussidju fuq il-ħlas tal-kontribuzzjoni tas- sigurta' nazzjonali huwa madwar 1,150.", "L-ammonti maħruġa mill-Gvern għall-istess skop kienu:", "1993 Lm 70,008 1994 Lm183,081.02 1995 Lm202,331.29 1996 Lm217,120.88", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "6317.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' applikanti għall- akkomodazzjoni alternattiva fl-aħħar ta' kull xahar ta' din is-sena, lokal, lokal?", "Kemm kien in-numru ta' persuni lokal lokal li ġew allokati post kull xahar ta' din is-sena?", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: L-informazzjoni mitluba tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra. aktar kmieni f'din is-seduta", "SIĠAR: TAĊ-ĊIPRESS/TAL-FICUS", "6318.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' siġar maturi taċ- Ċipress u tal-Ficus li nqatgħu f'Malta u f'Għawdex kull xahar f'kull lokal ta' Malta u Għawdex mill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?", "X'kienet ir-raġuni li għaliha nqatgħu dawn is-siġar?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma tinżammx statistika ta' kemm inqalgħu siġar taċ- Ċipress u tal-Ficus.", "MAJJAL - QATLA", "6319.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal kull ġimgħa mill-1/4/97 sal-lum?", "Kemm minn din il-qatla (f'piż) ittieħdet mid-distributuri u kemm minnha ttieħdet mill-processors?", "Meta hu mistenni li jkun hemm żieda f'din il- qatla?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-infomazzjoni mitluba tqiegħdet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "AJRUPORT - ŻAMMA TA' PERSUNI", "6320.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li nżammu milli jidħlu f'Malta, fl-ajruport u fil-port, kull xahar minn Novembru, 1996 sal-lum?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu dawn il- persuni?", "Lejn liema pajjiż intbagħtu wara li ma tħallewx jidħlu f'Malta?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Interpellant għandu jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "QRATI: SEPARAZZJONIJIET", "6321.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mit-talbiet għas- separazzjoni li ġew sottomessi kull sena mill-1992 sal-lum kienu talbiet għal separazzjoni ta' żwieġ bejn Maltin u barranin?", "Ta' liema nazzjonalita', kull sena, kienu dawk li talbu s-separazzjoni u li ma kenux Maltin?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx statistika dwar in-nazzjonalita' tal-partijiet.", "PULIZIJA - MEMBRI", "6322.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' pulizija ngaġġati fil-Korp tal-Pulizija?", "X'vacancies hemm fil-preżent fil-korp?", "Meta hu mistenni li jimtlew dawn il-vacancies?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba li jien tajt ghall-mistoqsija parlamentari numru 2220.", "KUNSILLI LOKALI - RAPPREŻENTANZA", "6338.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti ħjiel tal-leġislazzjoni dwar rappreżentanza tal-kunsilli lokali fuq il-korporazzjonijiet il-kbar, li hu semma fil-forum Controversial Conservation Issues?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet dwar kif għandha ssir il-ħatra tar-rappreżentanti tal- Kunsilli fuq ċerti korporazzjonijiet/entitajiet.", "MINISTRU TAD-DJAR - LAQGĦA MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "6339.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5928 u t-tweġiba mogħtija fis- Seduta tat-2 ta' Ġunju, 1997, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx \"il-follow- up meeting\" bejn uffiċjali tal-Ministeru tad-Djar u s-Segretarjat taż- Żgħażagħ biex jiġi stabbilit l-aħjar mod kif għandu jinħoloq mekkaniżmu konsultattiv fuq bażi permanenti bejn iż-żewġ ministeri?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-follow up meeting bejn uffiċċjali tal- Ministeru għad-Djar u s-Segretarjat taż-Żgħażagħ biex jiġi stabbilit l- aħjar mod kif għandu jinħoloq mekkaniżmu konsultattiv fuq bażi permanenti bejn iż-żewġ Ministeri sar.", "HOSPITAL LINEN SERVICE - ĦADDIEMA", "6340.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema studju waslu t-taħdidiet/laqgħat/proċeduri biex il-ħaddiema tal-Hospital Linen Service jiffurmaw koperattiva?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif ġa nfurmajt lill-Onor Membru, it-twaqqif tal- kooperattiva fil-Hospital Linen Services għadu fi stadju preliminari.", "Hu maħsub li f'Lulju jibdew il-laqgħat mal-Unions dwar din l-inizjattiva.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "6341.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5985 u t- tweġiba mogħtija fis-Seduta tat-3 ta' Ġunju, 1997, il-Ministru huwa nformat li minħabba nuqqas ta' riżorsi umani d-Dipartiment tal-Mużewijiet m'għandux jibgħat ħaddiema f'dipartimenti oħra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, li d- Dipartiment tal-Mużewijiet ma bagħat ebda ħaddiema f'dipartimenti oħra.", "Kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 5985 (Seduta 75), xi żmien ilu saret sejħa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku biex jimtlew numru ta' postijiet ta' 'Technician I' fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Din is-sejħa kienet miftuħa għall-impjegati mal-Gvern, u fost l-applikanti li ntagħżlu mis-'Selection Board' għal dawn il-postijiet kien hemm 'Senior Tradesman' impjegat mad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem għalhekk, li dan l-individwu ma ġiex sempliċiment mibgħut f'dipartiment ieħor mid-Dipartiment tal-Mużewijiet; iżda ġie maħtur, wara eżami kompetittiv, b'kariga ġdida ta' 'Technician I' fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant, li qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji biex, ikun jista' jimtela l-post ta' 'Senior Tradesman' li tbattal fid-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "UFFIĊĊJU ĊENTRALI TA' L-ISTATISTIKA", "6342.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għad-dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-3 ta' Frar, 1997 mill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, jista' l-Ministru jgħid minn meta l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika se jibda jqies l-impjegati tal- Malta Stock Exchange, Malta External Trade Corporation, Management Systems Unit, Sptar Zammit Clapp u kunsilli lokali bħala ħaddiema fis-settur pubbliku?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minħabba li t-tagħrif li l-Onor.", "Membru qed jitlob jinġabar mill-Employment and Training Corporation, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "JUM DINJI TAL-KTIEB/DRITTIJIET TA' L-AWTUR - KUMITAT", "6343.", "L-ONOR.", "JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-Kumitat għall-Jum Dinji tal-Ktieb/Drittijiet ta' l- Awtur issa ilu li twaqqaf għal aktar minn xahrejn, jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4923, 5118, 5432 u 5585, dejjem jekk dan il-kumitat s'issa ltaqa' jew wettaq xi ħidma?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4923 motgħtija f'seduta nru .78", "SIGURTA' SOĊJALI - DEPUTAT PARLAMENTARI FUQ PANEL MEDIKU", "6356.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex etikament korrett li Deputat Parlamentari, li huwa tabib, jkun fuq il-Panel Mediku tad-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jipprekludinix li naħtar fuq il-Panel Mediku tabib li jkun fl-istess waqt Membru Parlamentari.", "Ġara li fil-lista tal-Persuni Mediċi li għandhom il-warrant biex jeżerċitaw il-professjoni medika, bi żvista ġie nkluż Membru Parlamentari.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li biex inkunu konformi man- norma, dan it-tabib qatt ma ġie msejjaħ biex jattendi fuq il-Panel Mediku.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6357.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li kienu qed jirreġistraw għall-:- 1) messaġġier jew 2) driver f'Ottubru, 1996?", "Kemm kien ilu jirreġistra għal dan ix-xogħol kull persuna?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhix il-prattika tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ illi tippubblika listi ta' persuni li jkunu qed jirreġistraw.", "Għalhekk, l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tistax tingħata.", "P.A. - PERITI/KONSULENTI", "6358.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm periti u konsulenti (Maltin u barranin) ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għandhom permess biex jagħmlu xogħol privat minbarra dak ma' l-istess awtorita'?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi ħadd mill-periti u konsulenti li huma mpjegati full time ma għandu permess illi jagħmel xogħol privat minbarra dak ma' l-istess Awtorita'.", "DISTRETT NRU.", "10 - HOLIDAY FLATS", "6359.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-appartamenti liċenzjati bħala holiday flats f'Tas-Sliema u San Ġiljan?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TARZNA TA' MALTA - ĦLAS LILL-ĦADDIEMA", "6360.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li ħallset it-Tarzna bħala:- 1) pagi ordinarji; u 2) overtime lill-ħaddiema fil-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju, 1997?", "X'kien l-ammont ta' flus li ħallset it- Tarzna bħala:- 1) pagi ordinarji; u 2) overtime lill-ħaddiema tagħha fil- perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju, 1996?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-ħlasijiet ta' pagi u sahra kienu hekk:", "A.1) Pagi Ordinarji - 01/01/97 sa 16/05/97* - Lm5,243,319 2) Sahra - 01/01/97 sa 16/05/97* - Lm 684,031 B. 1) Pagi Ordinarji - 01/01/96 - 14/06/96** - Lm6,213,934 2) Sahra - 01/01/96 - 14/06/96** - Lm1,786,455", "* Il-pagi għall-perjodu li jgħalaq fit-13/06/97 għadhom ma nħadmux.", "Il-pagi jitħallsu kull ħmistax b'lura u s-salarji jitħallsu kull erba ġimgħat b'lura.", "Il-pagi u s-salarji (flimkien) issa jmiss li jitħallsu fis-27/06/97, għalhekk għadhom ma nħadmux.", "** Id-data mgħotija hawnhekk hija meta tħallsu l-pagi u s-salarji flimkien, l-eqreb lejn il-31/05/96.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - SAFAR", "6361.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Min kienu l-persuni li siefru minn fondi diretti jew indiretti tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija mill-1 ta' Jannar, 1997 'il hawn?", "Kemm swiet kull żjara?", "X'kien l-iskop taż-żjara u d-dati tat-tluq u l-wasla ta' kull persuna li siefret?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "OMMIJIET XEBBIET - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "6368.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' unmarried mothers li qegħdin jieħdu r-relief llum?", "Jista' jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus f'benefiċċji soċjali li ngħataw lill-unmarried mothers is-sena l-oħra?", "Kemm minn dawn l-unmarried mothers li jieħdu r-relief illum għandhom 16-il sena jew anqas?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li qegħdin jirċievu l-Għajnuna Soċjali illum huwa ta' 435.", "Matul is-sena 1996 tħallas l-ammont ta' Lm559,435 f'Għajnuna Soċjali lil 443 omm mhux miżżewġa.", "Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm jitħallsu dawn l-ommijiet mhux miżżewġa, f'benefiċċji soċjali oħra li fl-għoti tagħhom il-liġi ma tiddistingwix dwar l-istat ċivili.", "Minn dawn hemm seba' ommijiet li għandhom sittax-il sena jew anqas.", "SKEJJEL - STUDENTI", "6369.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali llum ta' tfal li jattendu:- a) l-iskejjel tal-Gvern; b) l-iskejjel tal- Knisja; u c) l-iskejjel privati?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "6370.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' studenti li qegħdin jattendu l-Universita' jew xi fondazzjoni mmexxija mill-Universita' llum?", "Kemm hemm barranin u x'korsijiet jattendu?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "VETTURI - IMPORTAZZJONI", "6371.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li jirrikjedu liċenzja tas-sewqan, li kienu mportati s-sena l-oħra?", "Kemm kien in-numru din is-sena?", "Kemm huwa l-valur ta' dawn il-vetturi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Id-Dipartiment ta' l-Istatistika mhux f'pożizzjoni li jagħti n-numru ta' vetturi li għandhom bżonn liċenzja tas-sewqan.", "Iżda matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew importati l-vetturi kif muri fit-tabella ta' hawn taħt:", "|Tip |1996 |1996 |1997 |1997 | | |Kwanti|Valur |Kwanti|Valur | | |ta' |(Lm) |ta' |(Lm) | |Road |248 |613,821 |207 |203,409| |Tracto| | | | | |rs | | | | | |Public|62 |509,317 |28 |429,379| |Trans.| | | | | |Vehicl| | | | | |es | | | | | |Pass. |12,115|37,755,0|2,925 |9,033,2| |Cars | |80 | |66 | |Comm. |3,767 |9,614,47|1,281 |2,804,8| |Vehicl| |9 | |68 | |es | | | | | |Specia|144 |1,471,11|12 |98,602 | |l | |8 | | | |Purpos| | | | | |e | | | | | |Vehicl| | | | | |es | | | | |", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI SOĊJALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "6372.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qegħdin jieħdu għajnuna fi flus jew benefiċċju ieħor, mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali mill-bidu ta' din is-sena s'issa kif ġej fuq:- 1) pensjoni mhux kontributorja; 2) relief; 3) għajnuna għall-mard (SKA); 4) għajnuna finanzjarja għax huma ħandikappati; 5) familji li jieħdu ċ-children's allowance; u 6) karta roża għall-mediċini b'xejn?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: In-numru ta' persuni li qegħdin jirċievu għajnuna fi flus jew benefiċċji oħra mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mill-bidu tas- sena s'issa huwa kif ġej:-", "1) Pensjoni mhux kontributorja 4,151 2) Għajnuna Soċjali 8,624 3) Għajnuna għall-Mard (SKA) 13,588 4) Għajnuna Finanzjarja għal persuni b'diżabilita' 1,904 5) Familji li jieħdu ċ-Children's Allowance 47,730", "Matul l-1996, intlaqgħu 4,710 talba għall-għoti ta' mediċini b'xejn (karta r-roża) minn individwi jew familji.", "Din tista' tiġġedded minn żmien għal żmien.", "Minn Jannar 'l hawn ġew aċċettati 2,005 talbiet ġodda.", "IMPJIEGI - PERSUNI JAĦDMU BLA PERMESS", "6373.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tat-tfal taħt is-16-il sena li nqabdu jaħdmu bla permess is-sena l-oħra?", "Kemm kien in-numru mill-bidu ta' din is-sena s'issa?", "Kemm kien in-numru totali ta' persuni li nqabdu jaħdmu bla permess is-sena l-oħra?", "Kemm minn dawn kienu nies ta' nazzjonalita' barranija?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Is-sena l-oħra nqabdu 119 tfal taħt is-16-il sena jaħdmu bla permess.", "F'dawn l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena nqabdu 25.", "Is-sena l-oħra, l-ispetturi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qabdu jaħdmu bla permess 117 barrani, 651 li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, 1633 ma kienux irreġistrati li qed jaħdmu (mingħajr ktieb tax-xogħol) u 735 persuna oħra li ma kellhomx il-part-time irreġistrat mal-Korporazzjoni.", "U.E. - POLITIKA TA' SIGUREZZA", "6410.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tal-fatt li r- riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-formulazzjoni ta' perspettivi għall-politika ta' sigurezza komuni tal-Unjoni Ewropea li ttieħdet f'Mejju ta' din is-sena, tipprovdi fl-aħħar paragrafu tagħha (paragrafu 39) li din ir-riżoluzzjoni għandha tintbagħat lill-pajjiżi li applikaw għas-sħubija, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk intbagħtitx din ir-riżoluzzjoni lill-Parlament Malti?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l- Ambjent ma jidhirx li rċieva r-riżoluzzjoni msemmija.", "Normalment il- Parlament Ewropew jikkomunika dirett ma' Parlamenti nazzjonali, għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi d-domanda tiegħu lill-Clerk of the House jew l-ispeaker tal-Kamra.", "MDC - PROMOZZJONIJIET", "6412.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm ingħataw promotions fix-xhur li għaddew minn Novembru 1996 sal-lum fl-MDC?", "In-nies li ngħataw promotions f'liema grad kienu u f'liema grad ġew issa?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp, kif imħabbar fil-Mission Statement ippubblikat fuq paġni 231 u 232 ta` l-Estimi tal-Gvern għall-1997, qed timplimenta pjan ta` ristrutturazzjoni bil-għan li tittrasforma ruħha f`organizzazzjonijiet aktar effiċjenti.", "Għal dan il-għan inħarġu sensiela ta` internal calls li wasslu għal dawn il-ħatriet.", "Isem Liema grad kienu Grad li gew issa", "Borg Anthony Messenger Senior Messenger Briffa Saviour Messenger Senior Messenger D`Amato Francis Messenger Senior Messenger", "Camilleri Kevin Clerical Officer Administrative Assistant De Vries Mallia Orietta Clerical Officer Administrative Assistant Falzon Robert Clerical Officer Administrative Assistant Scicluna Annabelle Clerical Officer Administrative Assistant Torpiano Marthese Clerical Officer Admistrative Assistant Muscat Antoinette Clerical Officer Adminsitrative Assistant", "Mifsud Sean Executive Assistant Manager Zammit Joseph Senior Executive Assistant Manager Galea Mario Asssitant Manager Manager I Tonna Marika Assitant Manager Manager I Mazzitelli Emmanuel Manager I Manager II Dr. Mintoff Lawrence Manager II Manager III", "BIĊĊERIJA - PROĠETTI", "6422.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li issa għaddew seba' xhur u nofs mill-aħħar elezzjoni u peress li ntqal diversi drabi mill-Ministeru li l-Amministrazzjoni Nazzjonalista \"kienet ħalliet sitwazzjoni diżastruża\", jista' allura issa l-Ministru jgħid x'passi ħa u xi proġetti wettaq f'dan il-perijodu biex jirrimedja s- sitwazzjoni fil-Biċċerija?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni dwar ix-xogħlijiet kollha li saru qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "SAJJIEDA", "6423.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3263, il-Ministru qal li l-membri ta' waħda mill-koperattivi tas-sajjieda \"kienu qegħdin jiffaċċjaw problemi sforz il-firda li kienet inħolqot fost is-sajjieda\", u peress li dan l-istatement jista' jitfa' dell ikrah fuq is-sajjieda kollha, jista' allura l-Ministru jiċċara u jispeċifika eżattament fiex kienu jikkonsistu l-\"problemi li kienu qegħdin jiffaċċjaw\" kif ukoll x'passi ħa l- Ministru biex isolvi l-istess problemi, kemm-il darba kienu jeżistu problemi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nerġa' intenni s-suġġeriment tiegħi lill-Onor.", "Membru biex jiltaqa' mal-membri tal-Koperattiva biex dawn ikunu jistgħu jinformawh huma stess bil-problemi li kienu qegħdin jiffaċċjaw sforz il- firda li kienet inħolqot fost is-sajjieda membri taż-żewġ koperattivi.", "PITKALIJA - ĦASIL TAL-KAXXI", "6424.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward il-ħasil ta' kaxxi kbar fil-Pitkalija, peress li l-Ministru stqarr li l-\"makna qatt ma kienet armata biex taħsel il-kaxxi l-kbar\", jista' l- Ministru issa jgħid x'azzjoni konkreta ħa biex dan it-tip ta' ħasil ta' kaxxi jista' jsir kif ukoll x'vot hemm allokat fil-budget 1997 sabiex jiġi installat u commissioned makkinarju adegwat?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Wara li l-Pitkali Crates Ltd. naqsu li jagħmlu huma l-arranġamenti sabiex tinxtara makna tal-ħasil tal-Crates ġdida, id- Dipartiment ta' l-Agrikoltura ddeċieda li jixtri hu minn flusu din il-maġna ġdida.", "Infatti d-Dipartiment diġa' beda l-proċess sabiex tinħareġ tender pubblika għax-xiri ta' din il-makna.", "Il-ħlas għal din il-makna jista' jsir mill-vot Kapitali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "6425.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'vot għandu allokat għall- asphalting/concreting ta' toroq rurali għas-sena rikorrenti 1997 kif ukoll f'liema toroq rurali tas-segwenti rħula se jsir xogħol ta' dan it-tip sa l- aħħar ta' 1997:", "Rħula: B'Buġia, Għaxaq, Gudja, Marsaxlokk, Safi, Kirkop, Żurrieq, Qrendi, Mqabbad, Siġġiewi, Żebbuġ, Dingli, Rabat, Mġarr (plus l-akwati ta' madwarhom)?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi d- domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "GĦASEL - PRODUZZJONI", "6426.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna tinżammx statistika tal-produzzjoni ta' l-għasel (min-naħal) u jekk fl-affermattiv, kemm kienet l-istess produzzjoni fis-snin 1981 sa 1986 sena b'sena?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "LONDRA:HIGH COMMISSIONER TA' MALTA", "6427.", "L-ONOR.", "JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru: (a) jikkonferma li l-High Commissioner ta' Malta f'Londra kellux xi clashes ma' diversi membri ta' l-istaff ta' l-ambaxxata; (b) jikkonferma li l-istess High Commissioner kellu wkoll xi inċident f'ristorant; (ċ) jgħid jekk hux veru li xi diplomatiċi Maltin li jaħdmu fl-istess High Commission ingħataw charges mill-High Commissioner; u (d) jgħid jekk meta jiskadi t-terminu li għalih ġie appuntat il-High Commissioner f'Londra hux se jiġġeddidlu t- terminu jew inkella jitteħdux passi oħra?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma l-Onor Interpellant li għall-mistoqsija tiegħu (a) u (ċ) dawn huma affarijiet amministrattivi u m'huwiex ta' interess għall-pubbliku.", "Rigward il-mistoqsija (b) din hija dwar materja privata.", "Rigward il-parti (d) għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W688.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu: 1) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; 2) indikazzjoni tal- kampanji afdati lilhom; 3) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; 4) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; 5) lista ta' l- istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġew użati; 6) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; 7) kemm intnefaq ma' kull stamperija; 8) lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u 9) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "1, 2, 3", "|D J Burgess| | | | |David Moore| | | | |Holdings | | | | |Ltd. | | | | |Visual |METCO|9,000 | | |Trends | |newsle| | | | |tters | | |51,000 |981.0| | | |Promotional|0 | | | |Leaflets | | | | |2,626.00 | | | | |1,586.00 | | | | | | | | | |Design |OFC |introd|166.7| |Group Ltd. | |uzzjon|5 | | | |i | | | | |tal-Fr| | | | |eephon| | | | |e | | | | | | | |JPA |MFSC |Vacanc|1,595| |Advertising| |ies, |.66 | |Ltd | |Public| | | | |Notice| | | | |s, | | | | |Genera| | | | |l | | | | |Promot| | | | |ion of| | | | |the | | | | |Centre| | | | | | | |Angel |MFSC |Vacanc|1,540| |Business | |ies, |.66 | |Comm.", "Ltd. | |Public| | |(U.K.) | |Notice| | | | |s, | | | | |Genera| | | | |l | | | | |Promot| | | | |ion of| | | | |the | | | | |Centre| | | | | | | |BPC Int. |MFCS | | | |Ltd. | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |C.B. |Vacan| | | | |cies,| | | | |Publi| | | | |c | | | | |Notic| | | | |es, | | | | |Gener| | | | |al | | | | |Promo| | | | |tion | | | | |of | | | | |the | | | | |Centr| | | | |e | | | |Stqarrijiet| | | | |għall-Istam| | | | |pa | | | | | | | | | | | | | | |401.12 | | | | | | | | | |11,157.78 | | | | | | | | | |Perfecta |C.B. | | | |Adv.", "Ltd. | | | | |MSE | | | | |Lotto |Rekla| | | | |mi | | | |Various | | | | |Printing | | | | |adv. | | | | |Reklami |533.6| | | | |0 | | | |6,315.00 | | | | |70,541.00 | | | | | | | | | |PBS Ltd. - |COS |Ċensim|172.5| |MTV | |ent |0 | | | |tas-sa| | | | |jd | | | | | | | |Rainbow |COS |Ċensim|402.5| |Productions| |ent |0 | | | |tas-sa| | | | |jd | | | | | | | |MPS |VAT |Avviżi|5,816| |Marketing | |ġenera|.20 | |Comm.", "Ltd. | |li | |", "4", "|Allied |EM |820.76 | |Newspape| | | |rs | | | | |Cons.", "Aff. |63.48 | | |Econ.", "Plann |47.61 | | | | | |RTK |VAT |180.00 | |Radio | | | | |Lotto |908.00 | | |Fair Comp |23.00 | | | | | |Radio |VAT |102.00 | |101 | | | | |Lotto |1,988.00 | | |Fair Comp. |15.82 | | | | | |Radio |VAT |78.00 | |Calypso | | | | |Lotto |474.00 | | | | | |Radio |VAT |440.50 | |Malta | | | | |Lotto |2,791.00 | | |Fair Comp. |28.75 | | | | | |Super 1 |VAT |270.00 | |Radio | | | | |Lotto |2,180.00 | | |Fair Comp. |40.25 | | | | | |Super 1 |VAT |750.00 | |T.V. | | | | |Lotto |5,484.00 | | |Fair Comp. |287.50 | | | | | |T.V.M. |VAT |1,300.00 | | |Lotto |12,663.00| | |Fair Comp. |414.00 | | | | | |The |VAT |345.00 | |Times | | | | |Lotto |8,369.00 | | |Fair Comp. |39.68 | | |METCO |766.80 | | | | | |Alternat|VAT |90.00 | |tiva | | | | |Lotto |420.00 | | | | | |Bay |VAT |100.56 | |Radio | | | | |Lotto |812.00 | | | | | |In-Nazzj|VAT |345.00 | |on | | | |tagħna | | | | |Lotto |8,413.00 | | |Fair Comp |39.68 | | |METCO |36.80 |", "| | | | |L-Orizzont |VAT |345.00 | | |Lotto |8414.00 | | |Fair |39.68 | | |Comp. | | | |METCO |359.95 | | | | | |Life FM |VAT |108.00 | | |Lotto |516.00 | | | | | |Radio 99 |Lotto |87.00 | | | | | |University |Lotto |104.00 | |Radio | | | | | | | |Smash Radio |Lotto |890.00 | | |Fair Comp|28.75 | | | | | |Malta |METCO |170.85 | |Business | | | |Weekly | | | | | | | |Island Sound|Lotto |1,317.00| |Radio | | | | | | | |Radio Mass |Lotto |58.00 | | | | | |Mument |Lotto |1,039.00| | | | | |It-Torċa |Lotto |787.00 | | | | | |Sunday Times|Lotto |1,039.00| | | | | |Malta |Lotto |979.00 | |Independent | | | | | | | |Kullħadd |Lotto |789.00 | | | | | |Il-Ġens |Lotto |413.00 | | | | | |Multicomm |Econ. |47.61 | |Ltd. |Plann | | | |E/M |777.29 | | |Cons. |119.03 | | |Affr. | | | | | | |Alt. |E/M |50.03 | |Services | | | | | | | |Ark |E/M |69.00 | |Publishing | | | |Ltd. | | | | | | | |Crest |E/M |172.27 | |Publishing | | | |Ltd. | | | | |Cons. |132.48 | | |Affr. | | | | | | |Sound Vision|E/M |235.99 | |Print | | | | | | | |Standard |E/M |316.84 | |Publications| | | | | | | |Union Press |E/M |835.94 |", "5, 6, 7", "|MPS |MFSC|500 Kopji |2,990.00| |Ltd. | |tal-Annual| | | | |Report | | | | |1996 | | | | | | | |PEG |Cust|2400 kopja|654.00 | |Ltd. |. |tal-Custom| | | | |s Journal | | | | | | | |O.V. |Cust|200 |60.00 | |Print |. |Stickers | | |Ltd. | |għall-karo| | | | |zzi | | | | | | | |ABC |E/M |59500 |798.45 | |Station|C/B |various |45.00 | |ers & | |printing |747.00 | |Printer| |50 F/E | | |s Ltd. | |trans. & | | | | |tickets | | | | |46,000 | | | | |Internal | | | | |Forms | | | | | | | |Veritas|E/M |2,000 |2,500.00| |Press | |Overtime | | | | |Books | | | | | | | |Union |E/M |2,500 |585.00 | |Print | |stampar | | | |C/B |ta' kotba |335.80 | | | |tal-Frehim| | | | |Kollettiv |11.50 | | | |800 |776.25 | | | |'Putting |421.92 | | | |You in the| | | | |Picture | | | | |Magazine | | | | |2,200 | | | | |Errata | | | | |Corrige | | | | |Strips | | | | |800 | | | | |'Il-Gardjo| | | | |la | | | | |Magzine' | | | | |500 Prev. | | | | |of Money | | | | |Laund. | | | | | | | |Bonnici|C/A |10,000 |124.58 | |Press | |leaflet re| | | | |complaints| | | |C/B |100 Bank |66.00 | | | |transfer |23.00 | | | |200 Pledge| | | | |of Life | | | | |Policy | | | | | | | |Beck |C/B |250 |70.00 | |Graphic| |Calendars | | |s | | | | | | | | | |Beta |C/B |42,170 |463.02 | |Printer| |Various | | |s | |Printing | | | | | | | |Charvin|C/B |2,700 |48.13 | |Press | |Wrappers | | | | | | | |Tudor |C/B |2,000 |5152.00 | |Press | |Deposit | | | | |Slips | | | | | | | |Printex|C/B |490,600 |5625.38 | | |MSE |Various |1,425.00| | |VAT |Printing |1,587.00| | | |130,000 | | | | |Various | | | | |Printing | | | | |25,000 Tax| | | | |Returns | | | | | | | |Perfect|C/B |2689 |1,185.65| |a Advt.| |Various | | | | |Printing | | | | | | | |Eden |C/B |Christmas |1,080.00| |Foundat| |Cards | | |ion | | | | | | | | | |Guttenb|C/B |100 Mdina |281.00 | |erg | |Book Prog.| | |Press | |10% |2,664.40| | | |Retention | | | | |Money re | | | | |Mdina | | | | |Publicatio| | | | |n | | | | | | | |Pal |C/B |45 Excess |92.70 | |Print | |Stationary| | | | |Pads | | | | | | | |Interpr|C/B |4,200 |3,589.14| |int | |Quarterly | | |Ltd. | |Reviews | | | | | | | |Salesia|C/B |1,300 |87.40 | |n Press| |Business | | | | |Cards | | | | | | | |Bonavia|Stat|1,000 |1,265.00| |Offset |. |(quarterly| | |Printer| |) Econ. | | |s | |Indicators| | |Indicat| | | | |ors | | | | | | | | | |Galaxy |VAT |25,000 |90 | |Ltd. | |Ledger | | | | |statements| | | | |and 30,000| | | | |Envelopes | | | | | | | |Opax |Lott|National |59,995.0| |Ltd. |o |Lottery |0 | |(UK) | |tickets | | | | | | | |J.P.S. |Lott|Presto |27,486.0| |Hansel |o |Lottery |0 | |(German| |tickets | | |y) | | | |", "8, 9", "|Scancraft |Economic |294.98 | |Studios (M)|Planning | |", "AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "W692.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu: 1) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; 2) indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; 3) kemm intnefaq ma' kull aġenzija; 4) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi ta' media li hawn Malta; 5) lista ta' l- istamperiji (barra dik tal-Gvern) li ġw użati; 6) indikazzjoni ta' x'ġie stampat u kwantita' ta' l-istampar; 7) kemm intnefaq ma' kull stamperija; 8) lista ta' kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati; u 9) kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 hi:", "Uffiċċju Konġunt", "(1) AZ Publicity Co. Ltd.", "(2) Skema \"Ixtri Darek\" (3) Lm1610 (4) Pagamenti li kienu dovuti lill-mezzi tal-media tħallsu minn AZ Publicity Co. Ltd.", "(5) Gutenberg Press (6) 9000 Ktejjeb \"Ixtri Darek\" (7) Il-ħlas sar minn AZ Publicity Co. Ltd.", "(8) Mhux applikabbli (9) Mhux applikabbli", "Dawn tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol mill-Gvern preċedenti.", "Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali", "Sar biss xi reklamar normali dwar de-rekwiżizzjonijiet ta' djar li fuqu tħallas:", "Lm103.22 lill-Independence Press Lm 79.35 lill-Allied Newspaper Ltd.", "Lm 76.71 lill-Union Press", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "W702.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu: 1) jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u 2) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "LEO BRINCAT:", "|Autorenta|MOBC |600 | |ls |Consumer |667 | | |Affairs | | | | |1267 | | | | | |ACE Car |Fair |1597.19 | |Hire |Competition|1,669 | | |Trade | | | | |3266.19 | | | | | |Wembley |Mid Med |118 | |Motors |Ministry |691 | | |for |1,106 | | |Commerce | | | |Parl.", "Sec. | | | |for | | | |Self-Employ| | | |ed | | | | |1,915 | | | | | |Mini-Bus |Customs |484 | |Service | | | | | | | |Leo's |CBM |259 | |Garage | | | |Paramount|Statistics |437 | | | |696 | | | | | |Super Car|MSE |970 | |Hire | | | | | | | |Alpine |MFSC |1552.50 | |Rent-A-Ca| | | |r Ltd. | | | | | | | |Silver |Statistics |1,020.60 | |Star | | | |Garage | | | | | | | |Mexico |Customs |109.25 | |Garage |EneMalta |14,694.43 | |Rent-A-Ca| | | |r | | | | | |14,803.68 | | | | | |Caja Car |Fair |108.68 | |Hire |Competition| |", "|John's Garage|Finance|452.00 | | |Statist|293.25 | | |ics |187.48 | | |CIR |397.00 | | |Mid-Med|794.00 | | |Ministr| | | |y for | | | |Commerc| | | |e | | | | |2123.73 | | | | | |Unscheduled |Customs|19.50 | |Bus Service | | | | | | | |Marshall's |C.B.M. |1,392.73 | |Car Rental | | | |and Lease | | | | | | | |Meridian Ent.|MFSC |4776.14 | |Co. Ltd. | | | | | | | |Percius Car |Audit |425 | |Hire |Mid-Med|1985.63 | | | |2410.63 | | | | | |Avis Car Hire|Mid-Med|49 |", "AĠENZIJI TAL-KIRI TA' KAROZZI", "W706.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Riferibilment għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997, u għad- dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jekk jogħġbu: 1) jagħti lista ta' aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati; u 2) jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba għall-perjodu 1 ta' Novembru 1996 sal-31 ta' Marzu, 1997 hi:", "|Ministeru |Butterfly |Lm1692.| | |Garage Co. |81 | | |Ltd. | | |Dipartiment|Buvell Car |Lm738.0| |għall-Akkom|Hire |0 | |odazzjoni |Butterfly |Lm270.9| |Soċjali |Garage Co. |4 | | |Ltd. | | |Dipartiment|Butterfly |Lm17,76| |tal-Bini u |Garage Co. |2.00 | |Tiswija ta'|Ltd. | | |Djar | | | |Uffiċċju |R. Bezzina |Lm1,765| |Konġunt |Car Hire |.00 | |Awtorita' |Xejn | | |tad-Djar | | |", "Il-kiri tal-karozzi sar skond kuntratt li sar taħt Gvern preċedenti.", "Minn ftit ġimgħat 'il hawn dan ġie sostitwit minn kuntratt ieħor li għandu rati aħjar."]} {"filename": "19971112_141d_par.doc", "date": "1997-11-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 141 L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 1997 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IT-TMIEN PARLAMENT Seduta Nru. 141", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 1997", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "141", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 1997", "WERREJ MINUTI 1", "KUNSENS GĦAL ATTI 1", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 6 ORDNIJIET TAL-ĠURNATA MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL- KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1998 (L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI) 7", "AĠĠORNAMENT 29", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 30", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 34", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 140 li saret fit-12 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXV ta' l-1997 - Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PBS - NEWSCASTERS", "9169.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-PBS se tnaqqas ir-rimunerazzjoni tan-newscasters u, jekk iva, b'kemm?", "Kemm mistennija tiffranka?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma wkoll li hi l-intenzjoni tal-PBS li ddaħħal newscasters ġodda?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Prim Ministru): In-newscasting fil-PBS isir fuq bażi part-time u bl-ebda mod m'hu parti mid-dmirijiet ta' l-impjieg proprju.", "Filwaqt li ma jirriżultax li l-PBS se tnaqqas ir-rimunerazzjoni tan- newscasters, ir-reviżjoni ta' rimunerazzjoni għal nies li jkunu qegħdin jikkontribwixxu fuq bażi part-time hija prerogattiva tal-management.", "Minn dejjem kienet il-politika li jekk ikun hemm persuni tajbin għall-qari ta' l- aħbarijiet, dawn jingħataw din l-opportunita.", "F'Ottubru stess daħlet taqra newscaster ġdida li hija membru taċ-ċentru ta' l-aħbarijiet.", "WSC - SECURITY OFFICER", "9230.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif jiġġustifika l-impjieg bħala security officer mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ta' persuna li meta kienet fil-Korp tal-Pulizija nstabet ħatja mill-qorti ta' reati kriminali serji?", "ONOR.", "JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijeit Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ma ġie mpjegat l-ebda security officer mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-Sur Picco ġie mpjegat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nerġa' ntenni li r-risposta għall- mistoqsija li għamel l-Onor.", "Interpellant hi li ma ġie mpjegat l-ebda security officer mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' l-Onor.", "Interpellant jikkonferma li l-każ ta' din il-persuna għadu sub judice?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Safejn naf jien id-domandi jirrispondihom il- ministru u mhux jien!", "MADAM SPEAKER: Onor. Farrugia, huma l-ministri li jirrispondu d- domandi.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-individwu li għadu kif issemma għad għandu l-każ tiegħu pendenti u allura għandu kull dritt li jeżerċita d-drittijiet li tagħtih il-Kostituzzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din id- domanda lill-ministru konċernat.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-Ministru qed jgħid min huma s-security officers, jista' jikkonfermalna li s-Sur Picco huwa mpjegat mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħala security officer meta dan m'huwiex ix-xogħol tiegħu?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Interpellant huwa żbaljat għax jien m'iniex qed ngħid min huma s-security officers imma qed ngħid biss li ma ġie mpjegat l- ebda security officer mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jista' l-Ministru, li qed jirrispondi għall-Ministru Buhagiar - ma nafx għaliex il-Ministru Buhagiar m'huwiex preżenti - jikkonferma li dan il-bniedem ma daħalx mal-korporazzjoni bħala security officer imma per eżempju, bħala skrivan u minkejja dan illum huwa in-charge mis-security ta' din il-korporazzjoni?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwel ġejt mistoqsi jekk hemmx xi każ għaddej fuq din il-persuna u għidt lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu bil-miktub.", "Iva, naf li l-każ huwa sub judice u għalhekk ma naħsibx li jkun sewwa li wieħed jitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tagħmlux iktar mistoqsijiet fuq dan il- każ ġaladarba huwa sub judice.", "L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-Ministru qed jgħid li l-każ ta' dan l- individwu jinsab sub judice, jidher li jaf perfettament għal min qed nirriferu u għalhekk nixtieq nistaqsih x'impjieg għandu dan l-individwu fil- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel l-istess domanda bil- miktub ikun jista' jingħata tweġiba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien naħseb li hawnhekk qed ngħixu f'dinja oħra għax safejn naf jien meta jkun għaddej xi każ fuq impjegat tal-gvern jew ta' xi korporazzjoni quddiem il-qorti jitkeċċa u jieħu nofs paga.", "Allura ġaladarba hemm każ kriminali għaddej, kif lil dan l-individwu deffsuh jaħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, l-Onor.", "Interpellant qiegħed out of order pero' jekk irid ikun jaf xi ħaġa fuq dan l-individwu għandu jagħmel mistoqsija parlamentari bil-miktub u jingħata risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Veru li l-Onor.", "Mizzi m'huwiex il-ministru responsabbli pero' ġaladarba l-ministru responsabbli m'huwiex preżenti għandu jirrispondina minfloku.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Membru qiegħed out of order għax jien għandi dritt nagħti tweġibiet f'isem ministru ieħor u dan qed nagħmlu skond l- iStanding Orders.", "L-Onor.", "Zammit m'għandu l-ebda dritt jagħmel rimarki bħal dawn.", "Jekk irid ikun jaf xi informazzjoni oħra, għandu jagħmel mistoqsija bil-miktub u jingħata risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-individwu konċernat tkeċċa minn mal-gvern permezz tal-PSC u ngħata sentenza - dan il- każ huwa sub judice minħabba li qiegħed fl-appell - li dan l-individwu huwa ħati ta' trattament inuman u ta' swat?", "Allura kif seta' dan l-individwu jiġi mpjegat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "Din serjeta'!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Mangion, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Madam Speaker, l-Onor.", "Gatt qal li l-każ huwa sub judice għax qiegħed fl-appell.", "Safejn naf jien huwa elimentari li ġaladarba każ ikun qiegħed fl-appell ikun għadu sub judice u għalhekk jien naħseb li f'din il-Kamra għandna nirrispettaw din il-konswetudini.", "WSC - ĦADDIEMA", "9231.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li fil- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma saret inkjesta dwar impjieg ta' ħaddiema li sar kontra r-regolamenti ta' kif għandhom isiru l-impjiegi f'korporazzjonijiet pubbliċi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid min mexxa l-inkjesta u, jekk ġiet konkluża, x'irriżulta.", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll mil-liema bliet u rħula kienu l-impjegati?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni) Ma saret l-ebda inkjesta dwar impjieg ta' ħaddiema kontra r- regolamenti ta' kif għandhom isiru l-impjiegi f'korporazzjonijiet pubbliċi.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ġaladarba hawn qed nitkellmu fuq l-ingaġġ ta' nies mal-WSC, jista' l-Ministru jgħidilna għal liema tip ta' xogħol daħlu l- impjegati li ġew ingaġġati dan l-aħħar?", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll min kienu l-persuni li fformaw l-interviewing board u jekk in-nies li għamlu dawn l-interviews ġewx mitluba l-kondotta tagħhom?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din id-domanda bil-miktub ħalli meta tinġabar l-informazzjoni jkun jista' jingħata tweġiba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Madam Speaker, iktar kmieni l-Ministru qal li skond l-iStanding Orders huwa għandu dritt jirrispondi f'isem il-kollegi tiegħu.", "Allura l-Ministru ma jħossx li huwa d-dover tiegħu li jiġi ppreparat ħalli jkun jista' jirrispondi d-domandi supplimentari wkoll?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, ma nħossx.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' xi nħoss u ma nħossx.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Issa nispera li din il-mistoqsija li se nagħmillek tħossha!", "Jista' l-Ministru jikkonferma li meta dan l-aħħar iddaħħlu nies mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma ġewx osservati r-regoli tal- gvern dwar l-ingaġġ ta' nies?", "Jista' jikkonferma li nġibdet l-attenzjoni taċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li dawn in-nies daħlu b'mod irregolari?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nikkonfermax.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien se nagħmel domanda sempliċi u għaliha nixtieq risposta dritta.", "GĦal liema mpjiegi ġew ingaġġati n-nies li daħlu dan l- aħħar mal-korporazzjoni?", "Min kienu l-persuni li fformaw l-interviewing board?", "Il-persuni li qagħdu għal dawn l-interviews kollha ġew mitluba biex jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-kondotta, kif wara kollox għandu jkun?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Onor. Mizzi, bir-rispett kollu lejk ...", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok agħmel il-mistoqsija.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Madam Speaker, allura x'ġie jagħmel il-Ministru!", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM SPEAKER: Għamel il-mistoqsija, jekk jogħġbok, Onor. Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ġaladarba l-Ministru Mizzi ġie hawnhekk bħala delegat tal-Ministru Buhagiar, u peress li jien b'delegat nifhem li l-Ministru għandu jiġi ppreparat biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu - għax inkella seta' qalilna mill-ewwel li l-Ministru Buhagiar m'hux qiegħed hawn u hu mhux se jirrispondi l-mistoqsijiet li jkunu ġew indirizzati lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni - qed nistaqsi lill- Ministru Mizzi għal liema job ġew ingaġġati dawn in-nies, min kienu l- persuni li fformaw l-interviewing board u jekk l-applikanti ġewx mitluba juru l-kondotta tagħhom.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub jingħata risposta.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru mingħajr Portafoll, bir-responsabbilta' tiegħu ta' ministru, jiċħad li fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma daħlu nies fil-WSC mingħajr ma ġew osservati r-regoli ta' l-impjieg u nġibdet l-attenzjoni taċ-chairman għal dan?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru mingħajr Portafoll jiċħad!", "WSC - XIRI TA' KAROZZA ĠDIDA", "9232.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma xtrat karozza ġdida għall-użu taċ-chairman?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Din it-tweġiba diġa' ngħatat f'żewġ mistoqsijiet parlamentari oħra bin-numri 5399 u 8928.", "WSC - XUFIER TAĊ-CHAIRMAN", "9233.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xufier taċ-Chairman tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhux impjegat mal-korporazzjoni iżda ddaħħal minn barra?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma kienx possibbli li tinstab persuna mill-korporazzjoni stess?", "Il- Ministru kif jiġġustifika l-infiq żejjed li sar u qed isir biex tiġi mpjegata persuna minn barra l-korporazzjoni?", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Ix-xufier taċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma kien ġie ttrasferit mid-dipartiment tax-xogħlijiet għal mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "ETC - PERSUNI LI M'GĦADHOMX JIRREĠISTRAW", "9277.", "L-ONOR.", "AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Peress li f'dawn l-aħħar xhur qed ikollna mijiet ta' persuni li kull xahar minn jeddhom jiddeċiedu li ma jkomplux jirreġistraw, u peress li l-istess Ministru fil-Parlament qal li jidhirlu li dan hu numru għoli, jista' l- Ministru jgħid jekk l-ETC għamlitx xi studju f'dan ir-rigward u, jekk iva, jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EDWIN GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istudju msemmi qed isir.", "Kif ikollna r-riżultat meħtieġ, jiġi mgħoddi lill-Onor.", "Membru.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru għandu target date dwar meta se jkun lest dan l-istudju?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Le, m'għandix.", "Diġa' għidt li meta jkun lest se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan l-istudju hux qed jagħmluh l-istess nies li għamlu rapport dwar il-ħidma ta' l-ETC, liema rapport kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Mejju, 1997?", "X'inhu l-istudju li bejn wieħed u ieħor qed jagħmlu dawn in-nies?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub ħalli jkun jista' jingħata tweġiba.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm ilu li nbeda dan l- istudju bejn wieħed u ieħor?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fil-fatt dan l-istudju nbeda ftit wara li jien kont innotajt dan il-fenomenu f'din il-Kamra u kont beħsiebni nordna studju fuqu.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l-figura tan-nies li waqfu jirreġistraw minn jeddhom matul ix-xahar ta' Ottubru?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: M'għandix din l-informazzjoni hawnhekk.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk niftakar sew, meta l-Ministru kien irrimarka li se jinbeda dan l-istudju kien qabel is-sajf, eżattament għall-ħabta ta' April, Mejju jew Ġunju, jiġifieri jekk jien korrett dan l-istudju issa kważi ilu għaddej ħames xhur.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: M'intix korrett.", "MADAM SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nafx għaliex m'iniex korrett.", "Jekk niftakar tajjeb, bejn wieħed u ieħor kien Mejju.", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jiena jidhirli li m'intix korrett.", "Jekk tagħmel domanda bil-miktub inkun nista' ngħidlek eżatt.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sinjura President inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-lokalitajiet ta' residenza ta' dawk li tteħdulhom snieter mill-Pulizija bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Ottubru 1997 u l-lokalitajiet minn fejn inqabdu dawn is-snieter, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9505.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' applikanti li applikaw għall-Commonwealth Award Scholarship għas-sena 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9683.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Madam Speaker inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-lokalitajiet fejn ingħataw permessi biex barranin jixtru proprjeta' f'Malta u Għawdex matul l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9502.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-istaff complement fid-diversi sptarijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9534.", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1998", "(L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI)", "Ikompli mill-5 ta' Novembru 1997", "MADAM SPEAKER: Qabel nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services ħalli jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett fuq it- televiżjoni d-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u dan bis-saħħa tal- ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ta' l-4 ta' Novembru, 1997 nixtieq inwissi lil dawk li hemm fl-istrangers' gallery biex iżommu l-kwiet u m'hemmx mossi u kummenti għaliex inkella niżgombra l- gallarija.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu dmirijiethom.", "Skond il-Mozzjoni Nru 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 id-diskors kollu tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi.", "Il- ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fit-8.30 p.m.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jekk jogħġbu, jibda d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Madam Speaker, se nibdew id-diskussjoni fuq il-mozzjoni biex immorru f'Kumitat ta' Provvista.", "Kif taf is-Sinjorija Tiegħek, il-bieraħ ġiet approvata riżoluzzjoni li tirregola d-dibattitu tal-lejla.", "F'dik il-mozzjoni sar dibattitu twil u ġiet espressa l-opinjoni li għandu jkun hemm l-opportunita' li jitkellmu membri oħrajn li wrew ix-xewqa biex jitkellmu.", "Hawnhekk qed nirriferi speċjalment għall-Onor.", "Dom.", "Mintoff, pero' kif nafu l-mozzjoni għaddiet fil-forma li kienet.", "Fil-fatt, jiena għidt li nixtieq li l-Onor.", "Mintoff ikollu l-opportunita' li jitkellem u dalgħodu kellimtu u għidtlu li lest li nieqaf nofs siegħa qabel biex l-aħħar nofs siegħa jkun jista' jitkellem hu.", "Qed ninforma lill-Kamra b'dan biex inkun konformi mal-mozzjoni approvata.", "Madam Speaker, qegħdin hawnhekk biex niddiskutu t-tieni budget li ppreżenta l-Gvern il-ġdid, gvern li diġa' ilu sena fil-poter u nistqarr li qiegħed inħossni xi ftit fil-pożizzjoni bħal meta tkellimt 11-il sena ilu, jiġifieri f'Diċembru ta' l-1986 fejn f'daqqa waħda ċ-ċirkostanzi kienu saru ċirkostanzi politiċi ta' importanza kbira.", "Dak inhar jiena kont għidt li ma kontx se nitkellem fuq il-budget għax il-budget kien sar irrilevanti u d- diskors li għamilt kien kollu riferibbli għas-sitwazzjoni politika ta' dak iż-żmien.", "F'dak id-dibattitu kien intervjena l-Onor.", "Mintoff, kien tkellem biex tinstab xi soluzzjoni għad-diffikultajiet politiċi, partikolarment dawk kostituzzjonali, u effettivament fil-bidu tas-sena ta' wara, fl-1987, kienet instabet soluzzjoni.", "Din id-darba m'iniex se ngħid li l-budget huwa irrilevanti.", "Anzi dan huwa rilevanti ħafna għas-sitwazzjoni politika tal- lum li żgur qiegħda fuq fomm il-poplu kollu.", "Minn mindu f'dan il-Parlament smajna d-diskors tal-Ministru tal-Finanzi, tista' tgħid b'vuċi waħda Malta qiegħda ssemmi l-problemi li se joħloq dan il-budget.", "Effettivament jiena naħseb li dan huwa budget ta' gvern fi kriżi.", "Dan il-Gvern jinsab fi kriżi politika għaliex għandna kap tal- gvern, l-Onor.", "Alfred Sant, li qabel l-elezzjoni ppreżenta ruħu bħala s- saħħâr, il-bniedem li kellu s-soluzzjoni għall-problemi kollha li kienu jqajmu n-nies.", "L-Onor.", "Sant kien jipprovdi risposta għal kull ma kien idejjaq lin-nies.", "Jekk in-nies kienu ddejqu bil-VAT hu wiegħed li se jneħħi l-VAT.", "Jekk tal-kaċċa riedu xi ħaġa huwa qalilhom li meta jitla' fil-gvern jirranġaw l-affarijiet.", "Imma issa l-Onor.", "Alfred Sant m'għadux il-kap ta' l-oppożizzjoni imma huwa l-Prim Ministru u naħseb li l-libsa tas-saħħâr li kien liebes dak inhar m'għadhiex toffri aktar is-soluzzjoni għall-problemi għaliex issa mhux il-kliem jgħodd imma l-fatti.", "Jiena naħseb li l-Gvern ġralu bħall-istorja ta' dak ir-re li kien liebes libsa sabiħa u kulħadd jgħidlu kemm hu liebes sabiħ u mbagħad kien hemm tifel żgħir u qallu: Skużi, inti għarwien!.", "Fil-fatt, dan huwa gvern għarwien mill-ideat, huwa gvern għarwien mill-prinċipji, huwa gvern għarwien mill- kuxjenza soċjali, huwa gvern li meta fassal dan il-budget ma żammx quddiem għajnejh il-problemi soċjali u kif dan il-budget se jolqot soċjalment lil dawk li l-iktar għandhom bżonn l-attenzjoni fil-pajjiż, lil dawk li l-inqas li jinstemgħu, lil dawk li l-inqas għandhom lobby fil-pajjiż, lil dawk li jkollhom jissokkombu għad-deċiżjonijiet tiegħu.", "Il-bieraħ smajt - kif sema' kulħadd - lill-Onor.", "Mintoff jgħidilna li huwa dejjem ħaseb li jibda miż-żgħir.", "U l-kuxjenza soċjali hekk tgħidlek, li bħala gvern l-ewwel li għandek taħseb huwa li ħadd ma jibqa' lura u li ż- żgħir ma jkunx magħfus.", "Imma llum il-poplu kollu qed jgħid li dan il- budget se jagħfas proprju lil dawk li l-inqas jifilħu, u naħseb li hija l- ewwel darba f'pajjiżna li hawn kor sħiħ unanimu - għax kulħadd jaqbel, m'hawn l-ebda vuċi li ma taqbilx - li qed jgħid li dan huwa budget li se jolqot lil dawk li l-inqas jifilħu.", "Din hi s-sitwazzjoni li hawn fil- pajjiż; u tajjeb li nifhmu daqsxejn x'qiegħed jiġri u għaliex dan il-Gvern qiegħed f'din is-sitwazzjonni ta' kriżi.", "Tajjeb li nispjega wkoll x'inhi din il-kriżi politika.", "Madam Speaker, jien naħseb li rridu naraw ukoll x'qed jiġri fid-dinja.", "Ftit ilu, qrajt ktieb ta' Francis Fukuyama li jismu \"The End of History and the Last Man\" Dan jgħid li wara dak li ġara fl-1989, jiġifieri l-waqa' tal- komuniżmu kullimkien, donnu ħarġet teorija ġdida, it-teorija ta' l-istorja universali.", "Skond din it-teorija wasalna fi stat ta' progress tas- soċjetajiet kollha kullimkien fejn id-demokrazija liberali kif imdorrijin inħaddmuha aħna rebħet, u fejn l-ekonomija liberali, is-suq ħieles, ukoll sar parti essenzjali mir-rivoluzzjoni kważi ta' bilfors tas-soċjeta'.", "Allura wasalna fi stat ta' progress, u l-bniedem, irid jew ma jridx, irid jaċċetta din is-sitwazzjoni ta' suq ħieles f'demokrazija liberali.", "Fukuyama jgħid ukoll li forsi din hija spjegazzjoni ta' l-evoluzzjoni soċjali u li ftit kien hawn teoriji li kienu hekk encompassing il-ġeneru uman kollu, ħlief naturalment dik kristjana, li tgħid li l-isforzi individwali tagħna m'huma xejn pero' mbagħad hemm xi ħaġa li hija l- individwalita', dak li jagħmel lill-bniedem dak li hu, li veru għandha spjegazzjoni fl-istorja kollha.", "Dik hija l-interpretazzjoni storika universali li tapplika biex tispjega l-istorja tad-dinja.", "Pero' x'ġara?", "Ġara li ħafna gvernijiet f'ħafna pajjiżi nħakmu minn din l-idea li issa qegħdin fi żmien fejn is-suq ħieles għandu jiddomina kollox u nsibu gvernijiet japplikaw dawn il-prinċipji.", "Sa ftit ilu ma kontx jiena biss li nikkritika dawn it-teoriji.", "Jiena dejjem emmint li s-suq ħieles huwa element reali li ma tistax tinjorah u anzi għandu valur etiku għax għandu fih innifsu l-objettiv - li veru tista' tilħqu - li tagħmel l-aħjar użu tar- riżorsi kollha umani w oħrajn ta' l-univers bl-aħjar mod.", "Pero' fir- realta' jekk ma twiżinx lil dawk li għandhom bżonn u ddaħħal il-politika soċjali, is-suq ħieles waħdu m'huwiex se jġib dak l-iżvilupp tal-bniedem li bil-kliem kulħadd jixtieq.", "Pero' jien ngħid li l-Prim Ministru tal-lum ukoll waqa' vittma ta' dawn it-teoriji għax l-Onor.", "Alfred Sant bil-budget li ppreżentalna warrab għal kollox kull riferenza għal dik li hija politika soċjali.", "Bil-miżuri li ħa, imkien ma jidher li ta xi attenzjoni ċkejkna lejn kif dan il-budget se jolqot lil dawk li l-aktar għandhom bżonn li nwiżnuhom f'pajjiżna pero' żgur li qabel l-elezzjoni kellu strateġija.", "GĦandi quddiemi l-ktejjeb \"Gvern Laburista Ġdid\" ippubblikat immedjatament wara l-elezzjoni.", "Fid-daħla tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, is-Sur Jimmy Magro, qed jgħid:", "\"Il-pjan strateġiku kien imħejji madwar sentejn qabel u komplejna naġġornawh skond l-iżviluppi li għaddejna minnhom.\".", "Mela veru kellhom pjan strateġiku imma dan ma kienx pjan strateġiku ta' x'se jagħmlu ladarba jkunu fil-gvern imma pjan strateġiku ta' kif jirbħu l- elezzjoni.", "U l-pjan ħadem u l-elezzjoni rebħuha, imma dan il-pjan bl-ebda mod ma ppreparahom għall-fatt li jistgħu jkun fil-gvern u jiggvernaw kif mistenni u kif wegħdu huma stess.", "U r-riżultat ta' dan x'inhu?", "Ir- riżultat huwa li għandna gvern inkompetenti, għandna gvern li ma jafx x'se jaqbad jagħmel bħala gvern.", "Għandna gvern, biex nuża espressjoni li ġiet ripetuta hawnhekk, li kultant jidher li qata' qalbu li kapaċi jiggverna.", "Dan il-budget, fil-fehma tiegħi, huwa proprju riżultat ta' gvern li kien impenjat fi pjan strateġiku biex jirbaħ l-elezzjoni - allura wiegħed is- sema fl-art - imma ma kienx ippreparat biex jiggverna u allura llum sab ruħu f'konfużjoni kbira.", "Dan il-Gvern ippreżentalna budget li juri l-kriżi li jinsab fiha u budget li qiegħed ikabbar il-kriżi tal-gvern f'pajjiżna.", "Madam Speaker, li hawn kriżi - u għalissa m'iniex qed nitkellem fuq il- kriżi ekonomika - naħseb li jidher b'mod ċar.", "Jien naħseb li l-poplu Malti sema' b'interess u b'inkwiet lill-Prim Ministru l-bieraħ u f'dawn il-ġranet meta kellem lin-nisa Laburisti, per eżempju, u qalilhom: Jien m'iniex se niggverna jekk ma jkollix maġġoranza fil-Parlament u jekk ma jkollix maġġoranza fil-Parlament jiena mill-ewwel nibda naħdem biex ikolli maġġoranza ikbar fil-poplu.", "Irrid ngħid li jiena m'għandi l-ebda indikazzjoni li m'huwiex se jkollu maġġoranza f'dan il- Parlament pero' nifhem għaliex il-Prim Ministru qiegħed jinkwieta li jista' ma jkollux il-maġġoranza f'dan il-Parlament għaliex huwa jaf li fuq in-naħa tal-gvern hemm deputati li ma jaqblux mal-politika li hu miexi biha.", "Hemm deputati li ma jaqblux mal-politika li ġiet ippreżentata lilna biex napprovawha fil-proposti tal-budget għas-sena li ġejja, u l-Prim Ministru nnifsu qal li hemm iktar minn wieħed li għandu d-dubji tiegħu dwar il- politika tal-Gvern.", "Din hija l-kriżi politika li għandu l-Gvern, li qed iħoss li qed jadotta politika għall-pajjiż li d-deputati tiegħu stess qed isibuha diffiċli li jaqblu magħha.", "U hawnhekk irridu nistaqsu: X'wassal lill-partit fil-gvern li sewwa sew wara sena u inqas minn xahar isib ruħu f'dawn id-diffikultajiet?", "X'qiegħed iġiegħel lill-Prim Ministru li jassigura lis-segwaċi tiegħu, kif sejjer jagħmel għada wkoll, biex ma jaqtgħux qalbhom għaliex jekk ma jkollhomx il-maġġoranza fil-Parlament ikabbru l-maġġoranza fost il-poplu?", "Jiena lill-Onor.", "Alfred Sant inserraħlu moħħu għaliex dawn kollha fantasiji u ngħidlu li maġġoranza fil- Parlament għandu u se jibqa' jkollu għax il-poplu tagħna tah maġġoranza ta' siġġu wieħed minn 69 li inċidentalment tirrappreżenta l-maġġoranza li tistħoqqlu għax ġab 50.3% tal-voti validi li jagħtuh 35 deputat.", "Dik hija s-sitwazzjoni.", "Pero' x'qed jiġri f'dan il-pajjiż, Madam Speaker?", "In-nies jafu li l-pajjiż mexa 'l quddiem fl-għaxar snin li għaddew u jafu li tabilħaqq ħadd ma baqa' lura.", "Fl-għaxar snin li għaddew kulħadd mar 'il quddiem.", "Fl-għaxar snin li għaddew is-setturi kollha tas-soċjeta' Maltija, minn dawk li huma l-iktar 'l isfel - u allura għandhom bżonn min jerfagħhom - u wkoll dawk li huma iktar 'il fuq, marru tajjeb għaliex irnexxielna nkattru l-ġid u b'politika għaqlija u b'kuxjenza soċjali l-ħin kollu mhux biss qgħadna attenti li ma ngħabbux lil min ma jiflaħx imma qgħadna attenti li nwieżnu lil dawk li qegħdin l-iktar 'l isfel.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U l-veru suċċess ta' gvern huwa dan.", "Il-poplu kif ħassu fl-għaxar snin li għaddew?", "Il-poplu kif għex fl-għaxar snin li għaddew?", "L-għaxar snin li għaddew għaddihom tajjeb jew għaddihom fl- akkarija?", "Għaddihom mimli bil-kuraġġ, bil-fiduċja?", "Kif ħares lejn uliedu fl-għaxar snin li għaddew?", "Tahom l-edukazzjoni li kellhom bżonn, li xtaqu u li riedu?", "Kellhom opportunitajiet?", "U r-risposta għal dawn il- mistoqsijet kollha hi universali u mhux għax ġejja min-naħa ta' partit jew ta' partit ieħor imma għaliex il-Maltin kollha jafu li pajjiżna fl-għaxar snin li għaddew mar tajjeb.", "U issa qegħdin jgħidulna li morna tajjeb wisq.", "Issa qegħdin jgħidulna li f'dan il-pajjiż kulħadd kien qiegħed komdu, anzi kien komdu iktar milli wieħed għandu jkun fiċ-ċirkostanzi normali u konna qegħdin nieklu minn ġewwa.", "Qegħdin jgħidulna li we were living beyond our means.", "U hawn fejn inbidlet l-istrateġija tal-Partit Laburista.", "L-istrateġija tal-Partit Laburista biex jirbaħ l-elezzjoni kienet strateġija ta' qerq, strateġija li tgħid lil kulħadd: Tikkonfondi xejn, m'għandekx problemi!", "Gvern Nazzjonalista lil tat-Tarzna kien għenhom, għamel ftehim magħhom għal għaxar snin u tahom il-miljuni pero' meta għidnielhom biex ikunu aktar serji fit-tmexxija u jkollna management aħjar milli għandna, hemmhekk qamu l-irwiefen kollha għax ma tistax tmiss is- sistema.", "Imbagħad imur l-Onor.", "Alfred Sant lejliet l-elezzjoni, allura kien għadu Kap ta' l-Oppożizzjoni, u jgħidilhom: Ħallu f'idejja!", "Inwegħedkom li l-Kunsill tat-Tarzna ħadd m'hu se jmissulkom u t-tmexxija tat-Tarzna tibqa' f'idejkom.", "Dik kienet l-istrateġija tal-qerq ta' qabel l-elezzjoni.", "Naturalment id-diskorsi tal-Kap tal-Partit Laburista kienu miżgħuda b'wegħdiet bħal dawn u mhux biss fil-każ tat-Tarzna.", "Per eżempju, dwar l-għoli tal-ħajja kien jgħid: Il-mara ma tistax tlaħħaq ma' l-għoli tal-ħajja u qed ikollha tmur taħdem.", "X'għarukaża!", "U l- Onor. Alfred Sant, is-saħħâr, kien jgħidilhom: Għandi jien is-soluzzjoni, mela le!", "Nagħtu paga lil kulħadd biex il-mara ma jkollhiex bżonn tmur taħdem u r-raġel jaqla' l-flus għalih, għall-familja u għat-tfal u m'hemmx problemi!", "Il-paga li se jirċievi min jaħdem se tkun biżżejjed u m'hemmx għalfejn toqgħod taħdem l-overtime, m'hemmx għalfejn ikollok a second job.", "U xi ngħidu dwar l-istudenti, Madam Speaker?", "Aħna konna widdibnihom u għidnielhom: Oqogħdu attenti għaliex jekk jitla' l-Partit Laburista se jmissilkom l-istipendju.", "U malajr malajr ix-shadow minister dak iż-żmien, l-Onor.", "Evarist Bartolo - illum il-ministru ta' l- edukazzjoni - ħareġ dikjarazzjoni fejn qal li n-Nazzjonalisti giddibin u li m'humiex se jmissu l-istipendju.", "U biex jagħmel doubly sure, l-Onor.", "Alfred Sant qabad ittra minn dawk personalizzati, taparsi qed jikteb xi nota personali lilek, u wieħed wieħed lill-istudenti qalilhom: Għeżież studenti, tikkonfondux, aħna mhux bħan-Nazzjonalisti.", "Aħna nafu li l- istipendji hemm bżonnhom għax irridu li n-numru ta' studenti fl-Universita' jkompli jikber.", "Dawn il-kwalita' ta' wegħdiet li kien hemm.", "Imma mhux dan biss, Madam Speaker.", "Il-GWU kienet tgħid: Ara ma jfettlilkomx tmissu xi korporazzjoni bħat- Telemalta, il-Malta International Airport jew il-Posta!", "U l-Partit Laburista kien pront u fil-programm elettorali, paġna 34, qal:", "\"Il-Politika ġdida Laburista ...\"", "- għax dan kollox ġdid fjamant għandu! -", "\".... tassigura li l-provvista tas-servizzi pubbliċi essenzjali bħad- dawl elettriku, l-ilma u t-telefon jibqgħu f'idejn l-Istat.", "Dawn is- servizzi għandhom ikunu provduti liċ-ċittadin bi prezz raġonevoli u jkunu ta' kwalita' tajba.\".", "Dan kien lejliet l-elezzjoni.", "L-Onor.", "Alfred Sant kien assigura li ma kienet se ssir l-ebda privatizzazzjoni u ma kienu se jinbiegħu l-ebda assi tal-gvern.", "Dwar l-ilma, f'paġna 31 tal-ktejjeb \"Gvern Laburista Ġdid\", taħt it- titolu \"Nifs Ġdid lis-Self Employed u lill-Ażjendi ż-Żgħar\", hu u jwieġeb mistoqsija li saritlu minn mara li kienet fil-miġimgħa, l-Onor.", "Sant qal dan il-kliem - naħseb illum jiddispaċih li qalu dan il-kliem:", "\"Il-Gvern tiegħi se jħares sew lejn il-Gvern ta' Fenech Adami, kif il- Gvern ta' Fenech Adami wasal biex stabilixxa t-tariffi tat-telefon, ta' l-ilma u ta' l-elettriku, biex jara dawn it-tariffi humiex ġustifikati jew le, u jekk jinstab li dawn it-tariffi m'humiex ġustifikati, Gvern Laburista ġdid ikun lest li jraħħashom.\".", "Mela l-Onor.", "Sant kien se jraħħas l-ilma!", "U għandu l-wiċċ jippreżentalna dan il-budget mingħajr ebda apoloġija.", "Issa ngħid ukoll kif ippreżentawhulna għax stħaw jgħidu.", "Meta l-Ministru Leo Brincat ġie biex jgħidilna li se jgħolli l-ilma, ma qalilniex: Ara, ħalli ngħidilkom kif ġej l-ilma: Min bħalissa għandu kont ta' Lm2.65 għal erba' xhur, taf kemm se jitlagħlu?", "Lm19.68.", "Din ma qalhiex.", "X'qalilna fil-budget?", "Qalilna li se jkun hemm reviżjoni tat- tariffi skond skeda li talab li l-Kamra teħodha bħala moqrija.", "Aħna qrajniha malajr u kien hawn l-Onor.", "Ninu Zammit, li għandu esperjenza ta' disa' snin, u aħna u ħerġin qalli: Inti taf x'għamel dan?", "GĦidtlu: X'għamel?", "Qalli: Ħalli ngħidlek.", "U wrieni din it-tariffa.", "Jien għidtlu: Naħseb li għandek xi żball għax ma jistax ikun li minn Lm2.65 il-kont jitla' għal Lm19.68.", "Imma hekk hu.", "U mhux l-ilma biss imma anke l- eletriku, l-gass u l-pitrolju li se nitkellem fuqhom iktar tard.", "Hawn qed ngħid għall-istrateġija ta' qerq li wżaw qabel l-elezzjoni.", "Semmejt it-Tarzna, semmejt l-għoli tal-ħajja, semmejt il-paga u l-mara tad-dar, semmejt l-istudenti, semmejt l-ilma, semmejt il-bejgħ tat- Telemalta, affarijiet li l-Onor.", "Alfred Sant wiegħed li mhux se jmisshom.", "Issa wasal il-budget u kollox sar bil-maqlub.", "Hekk sewwa!", "Huwa sew li jkollok strateġija ta' qerq biex tirbaħ l-elezzjoni u tirbaħha, imbagħad tiġi hawn quddiem il-poplu Malti fil-Parlament u tippreżenta l-budget qisu m'hu xejn u taqleb dak kollu li tkun wegħidt?", "GĦalhekk f'dawn il-ġranet ħlief diskors fuq il-budget m'hawnx.", "Ara aħna konna drajna.", "Jiġi l- budget u jgħaddi, ikun hemm ftit garr ġeneralment li ma tajniex żieda biżżejjed għall-għoli tal-ħajja u kulħadd jinsa kollox.", "Din id-darba mhux hekk.", "Din id-darba ħafna nies se jinqarsu fil-laħam il-ħaj.", "Mela dan hu x'kien qal qabel l-elezzjoni, imbagħad ġiet l-elezzjoni u rebħu.", "Hekk hi d- demokrazija, rebħu u nbidel il-gvern.", "Pero' malli rebħu twerwru, inħasdu għax indunaw li dawn l-affarijiet kienu maqtugħin mir-realta'.", "Kien ilhom ma nafx kemm-il ġimgħa jduru biċ-ċittadin mobil u raw lill- poplu kollu daħkan u ferħan għax m'għandux problemi kbar - xi ftit problemi kullimkien kien hemm - hekk kien il-poplu u dawn qalu: Issa li rbaħna l- elezzjoni x'se nagħmlu?", "Hemm il-problemi biex tiggverna dan il-pajjiż.", "Dan mar tajjeb fl-għaxar snin li għaddew, kif se nagħmlu biex dan il-pajjiż imur tajjeb?", "U tfixklu u tħawdu.", "Bdew jgħidulna li dan il-pajjiż ma jistax jimxi 'l quddiem għax mimli ħofor.", "U bdejna bl-eżerċizju qarrieqi wkoll tal-ħofor.", "Erġajna ġejna għal strateġija ġdida.", "Il-Gvern preżenti meta kien fl-Oppożizzjoni wiegħed is-sema fl-art, il-Partit Laburista mill- oppożizzjoni sab ruħu fil-gvern u issa mhux is-sema fl-art se jwiegħed imma għaks.", "Mhux għax qegħdin bil-ġuħ tafux, imma għaks fis-sens li nissikaw iċ- ċintorin kif konna ngħidu dari u nerfgħu l-piżijiet.", "Mhux jerfagħhom min jiflaħ, jerfagħhom kulħadd imma l-iktar dawk li jifilħu l-inqas.", "U kif seta' jispjega din il-metamorfosi, din il-bidla kollha?", "Bi strateġija oħra ta' qerq.", "Tort tal-Gvern ta' qabel li kien bassar li s-sena 1996 kienet se tispiċċa bi żbilanċ ta' Lm40 miljun u l-ewwel qalulna li se tispiċċa bi żbilanċ ta' Lm90 miljun u issa spiċċat bi żbilanċ ta' Lm107 miljun, jekk m'iniex sejjer żball.", "Veru, jekk fis-sena 1996 jew din is-sena kien hemm żbilanċ ta' Lm107 miljun, dak l-iżbilanċ, hu x'inhu, m'huwiex sostenibbli.", "Iva, naqblu li m'huwiex sostenibbli, bħalma m'huwiex sostenibbli l-iżbilanċ li qed jgħidulna li se jkollna s-sena d-dieħla fejn qed jgħidulna li se jkollna żbilanċ ta' Lm135 miljun.", "Mhux sostenibbli, imma rridu naraw għaliex.", "X'ġara?", "GĦaliex f'għaxar snin sħaħ dan il-pajjiż mexxa 'l quddiem?", "GĦaliex f'daqqa waħda fl-1996 bdejna bi problemi kbar?", "GĦaliex għal dan il- Gvern, issa wara sena fil-gvern, il-problemi minflok ma naqsu żdiedu?", "GĦaliex is-sena d-dieħla l-problemi minflok ma jonqsu se jiżdiedu?", "Irridu nibdew naraw.", "Jien naħseb li llum il-poplu Malti jaħseb, jifhem u jistaqsi.", "GĦalhekk naħseb li huwa diffiċli li nibqgħu naħsbu li nistgħu nbellgħulu kollox.", "L-ewwel beda billi għamel eżerċizzju.", "Rapporti ta' dak u l-ieħor u qalulna li t-Tarzna hija falluta.", "Ma kenux jafu li hija falluta, kien hemm bżonn jagħmlu rapport biex jgħidu li t-tarzna hija falluta!", "It-Telemalta ma nafx kemm sabu difetti fiha u qalu li m'hijiex miexja tajjeb.", "Issa qalulna li t-Telemalta tant hi tajba li din is-sena se jbiegħu x-shares tat-Telemalta u bejn it-Telemalta u l-Malta International Airport se jiġbru Lm25 miljun billi jbiegħu - qed jgħidu - 40% ta' kemm jiswew.", "Issa f'daqqa waħda m'għadux kollox miexi ħażin, imma domna xhur nisimgħu li t-Tarzna hija falluta, li t-Telemalta miexja ħażin u li l-Posta hija falluta, imma issa l-Mid-Med Bank se jixtriha.", "Qalulna li kien hemm żball li swielha miljuni ta' liri.", "Veru, kien hemm żball li swielha ma nafx kemm-il miljun lira.", "Imma jekk hija falluta x'se jagħmel il-Mid-Med Bank jew min se jixtriha?", "Kemm ikkritikawh il-Malta International Airport u semmew difetti fil- kuntratt u ma nafx kemm riedu jagħmlu inkjesti.", "Minn dan kollu ma rriżulta xejn, imma issa jiswa l-flus.", "Il-Malta International Airport, li huwa kumpannija u li l-Gvern immexxi minni apposta għamlu kumpannija, mill-ewwel beda miexi bl-iktar mod efffiċjenti u huwa eżempju ta' kif tmexxi international airport.", "Ma smajt l-ebda kritika reali fuq it-tmexxija ta' l- International Airport tagħna imma fil-bidu tgħidx kemm saret kritika dwaru.", "Issa dan sar jiswa l-flus u se jsoddu l-ħofra li għandhom għas-sena d- dieħla billi jbiegħu ma nafx jekk hux 40% wkoll għax għad iridu jgħidulna kif se jagħmlu dan il-bejgħ.", "Mela għaliex kien hemm dawn l-iżbilanċi kull sena?", "U fl-1996 toħroġ l-istampa ċara.", "Jien diġa' tkellimt f'Jannar li għadda fuq il-budget ta' din is-sena u għidt li l-ikbar toqba li kien hemm fil-budget ta' l-1996 kienet ġejja mill- fatt li l-Gvern ġabar Lm31 miljun inqas milli suppost ġabar mill-VAT.", "Huwa veru li f'nofs is-sena jien ġejt informat li d-deficit se jkun ikbar milli bassarna.", "Dażgur li veru!", "Mela aħna konna daqshekk irresponsabbli li nħallu li jasal Diċembru biex ngħidu li għandna d-deficit?", "Iva, jien ġejt informat biex nieħu deċiżjoni fuq il-VAT primarjament u d-deċiżjoni li ħadt kienet li jiġri x'jiġri u nitlef kemm nitlef voti, il-VAT ninforzawha għax minn hemm iridu jiġu l-flus.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dik kienet id- deċiżjoni u tlifna l-elezzjoni.", "Ma ġara xejn.", "Jien imxejt fl-interess ta' pajjiżi imma dan il-Gvern jaf kemm tellef meta kien fl-oppożizzjoni u jekk ma daħlux Lm31 miljun mill-VAT huwa tort tal-fatt - ejja ma ngħidx it-tort kollu - li Onor. Alfred Sant dar Mata u GĦawdex kollu u b'ħanxra waħda lill-poplu tagħna beda jgħidlu: Isma, jien se neħħi l-VAT fi żmien tliet xhur jew fi żmien sitt xhur.", "Hekk qallu lill-poplu u għamilha - issa naraw x'effetti kien hemm - u dik hija l-verita'.", "Issa hawn huwa tajjeb li ngħid x'inhi l-VAT.", "Il-VAT hija sistema ta' tassazzjoni moderna li tiġbor il-flus mingħand min jiflaħ jonfoq l-iktar u iktar ma tonfoq iktar tħallas taxxi.", "Il- pajjiżi moderni kollha hekk għamlu bla eċċezzjoni, għaliex inti taf li min jonfoq sinjal li jiflaħ jonfoq u allura tintaxxah billi teħodlu parti minn dak li jonfoq jew fuq dak li jonfoq.", "Aħna konna għaqlin u għidna li m'hemmx VAT fuq l-affarijiet essenzjali, m'hemmx VAT fuq l-edukazzjoni, m'hemmx VAT fuq is-saħħa u allura konna żguri li ma jkunx hemm VAT fuq l- ikel.", "Aħna għidna li min jonfoq għal dak li huwa neċċessarju, u allura jrid jonfqu bilfors, m'hemmx VAT imma fuq il-kumplament hemm il-VAT.", "Jekk jien niekol id-dar m'iniex se nħallas VAT imma jekk jogħġobni mmur niekol f'restaurant kuljum inħallas il-VAT.", "Imma din is-sistema m'għoġbithomx għaliex kienet laqtet lil ħafna nies u l-istrateġija ta' Onor. Alfred Sant ma kenitx ta' x'jaqbel lil Malta imma kif se jġib il-voti.", "U ġabhom il- voti!", "Pero' malli telgħu fil-gvern u bdew din il-kampanja kollha tal-ħofor u li f'dan il-pajjiż kollox fallut, kellhom jippreżentaw il-budget.", "Kellna l-ewwel budget u l-Ministru, dak iż-żmien l-Onor.", "Lino Spiteri, ġab taxxi ġodda u kien għolla l-petrol, is-sigarretti u s-soltu affarijiet, imbagħad qalilna li kif wiegħdu se jagħmlulna liġi ġdida ta' dwana u sisa minflok il-VAT.", "Qalulna li din malajr se tkun lesta għax l- Onor. Alfred Sant kien jaf kollox bl-amment minn qabel.", "Jiġiferi tliet xhur diskussjoni, tliet xhur biex jipprepara l-liġi u tibda taħdem.", "Imma x'rajna?", "Rajna l-ewwelnett lill-Onor.", "Lino Spiteri jitlaq it-tmun minn idejh.", "Qal: Jien ma' din m'għandix naqsam.", "GĦaliex induna li din is- sistema ta' tassazzjoni ma kenux jafu kif se taħdem, kif se jħaddmuha u kif se tkun.", "Kellna ħafna kummiedji fuq it-television - fl-ewwel parti kien ikun preżenti l-Onor.", "Lino Spiteri wkoll - u kienu jiltaqgħu 'l hawn u 'l hemm u jagħmlulhom id-domandi, dak idur fuq l-espert, l-ieħor jirrispondi, l-ieħor jgħidlu issa naraw u għaddejjin.", "Kummiedja li l-prim attur tagħha kien il-Prim Ministru li ġie jgħidilna li l-liġi l-ġdida suppost kellha tkun lesta fi żmien tliet xhur, imbagħad dam tmien xhur u f'dawn it-tmien xhur ta' konsultazzjoni qalulna li ma kien hemm ħadd li qabel mal-liġi kif saret.", "L-ebda organizzazzjoni ma tatha l-barka kollha.", "Fis-settur tat- turiżmu kien hemm min qal: U iva, għandna xi ħaġa aħjar!", "U l-oħrajn qalu: Aħna ma naqblux.", "Imma xi trid tagħmel!", "Dan hu l-Gvern li hemm, mela nitkellmu biex innaqqsu l-ħsara.", "U minflok ma kienet liġi li tiżgura li minn sena għall-oħra l-introjtu tal-gvern jidħol iktar ma tikber l- ekonomija u iktar ma jonfqu n-nies, daħħlu din is-sistema ta' tassazzjoni.", "Aħna lill-Onor.", "Sant mill-ewwel għidnilu: Oqgħod attent x'se tagħmel għaliex din se ġġibek fil-għali, l-ewwelnett għaliex se tneħħilek ir- riżorsi tal-flus li għandek bżonn u kif ukoll għax se toħloqlok problemi ta' natura internazzjonali.", "Se toħloqlok problemi minħabba r-relazzjonijiet li Malta għandha ma' l-Unjoni Ewropea u kif ukoll commitments oħra internazzjonali.", "Nerġa' ngħid li aħna lill-Gvern ftaħnilu għajnejh, imma x'għamel?", "Baqa' għaddej u fl-1 ta' Mejju mar jagħmel mass meeting u b'vuċi qawwija, kważi ewforika, qalilhom: Niggarantilkom li fl-1 ta' Lulju l-VAT tkun spiċċat.", "Jien naħseb li hawn ta' min jara daqsxejn jekk il-politika li miexi biha l-Gvern hijiex ta' sinċerita' jew inkella hijiex politika li ta' qerq ukoll.", "U hawn naħseb li nista' nikkwota mill-ġurnal \"l-orizzont\" tat-30 ta' Novembru, 1995 fejn l-Onor.", "Alfred Sant kien qiegħed fuq din in-naħa tal-Kamra jirrispondi għall-budget speech u qal hekk:", "\"Dr. Sant reġa' rriafferma l-politika tal-Partit Laburista li jneħħi t- taxxa tal-VAT wara l-elezzjoni li jmiss.", "Minflokha, l-Partit Laburista se jdaħħal struttura ta' taxxi u dazji ekwivalenti ...", "Qed jingħad li b'dan il-mod se jkun hemm tnaqqis fid-dħul tal-gvern mit-taxxi ... imma hu preċiżament dak li għandu bżonn il-pajjiż, li nnaqqsulu l-piż tat-taxxi li dejjem qed jiżdied.", "It-tnaqqis se jkun jista' jiġi kkumpensat b'kontrolli serji fuq l- ispiża fit-tmexxija tal-gvern u bit-tneħħija tal-ħela tal-gvern li dejjem għaddejja ...", "Il-pjan Laburista se jfisser piż inqas ta' taxxa fuq il-poplu ...\".", "X'wiċċ għandu l-Onor.", "Alfred Sant illum jidher quddiem il-poplu u jimponi t- taxxi fuq dawk il-familji li l-iktar għandhom bżonn, sabiex iġorru l- madmad tal-piż tat-taxxi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Neħħa t-taxxa tal-VAT imma mhux minn fuq in-nies li ma jifilħux iħallsu.", "Neħħa t-taxxa tal-VAT minn fuq min jiflaħ iħallas għax kien jonfoq.", "Neħħa t-taxxa tal-VAT minn fuq in-negozji.", "Neħħa t-taxxa tal-VAT meta kienet titħallas minn min jiflaħ iħallasha u llum jiġi hawn bil-wiċċ tost kollu u jgħidilna: Iva, issa se nimponi taxxi.", "Tafu fuq min?", "Fuq min jixrob l- ilma, fuq min juża d-drenaġġ, fuq min juża l-elettriku, fuq min juża l- pitrolju!", "U dawn min huma?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn huma dawk li qed tgħid hawnhekk meta qed tgħid \"imma hu preċiżament dak li għandu bżonn il-pajjiż, li nnaqqsulu l-piż tat-taxxi\"?", "Tnaqqas il-piż tat-taxxi minn fuq min jiflaħ iħallas it-taxxi biex tgħabbi, kif qed tgħabbi issa u kif għabbejt diġa' f'Jannar li għadda imma issa b'mod ħafna iktar qawwi, lill-poplu tagħna b'dawn il-piżijiet?", "U allura nerġa' ngħid li aħna widdibnieh lill-Gvern u għidnilu: Diġa' għandek l-istorja ta' l-1996 bil- problemi li ħloqt int u bil-Gvern li ma ġabarx it-taxxi li kienu dovuti, allura issa se tagħmel taxxa li se ġġibna fi problemi akbar?", "U mhux dan biss għidnilu imma għidnilu wkoll li dak li qed jipproponi se joħloq inċertezza kbira fil-pajjiż.", "L-ewwel qalilna: Għax dak fl-ewwel sitt xhur taf, imbagħad wara Lulju kollox imur sew!", "U aħna għidnilu: Mhux biss inċertezza se ġġib imma wkoll staġnar.", "L-ekonomija ta' Malta se tistaġna u l-istaġnar ifisser li se jiżdied il-qgħad.", "Aħna għidnilu wkoll, kif diġa' semmejt, li b'din il-liġi se jkollu l-inkwiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "Issa għaddiet l-ewwel sena u l-Gvern ġie jippreżenta dan it-tieni budget.", "X'ġara bil-politika tal-Gvern, bil-qerq ta' qabel l-elezzjoni u ta' wara l- elezzjoni?", "Jien naħseb li m'għandix bżonn insemmi ħafna ċifri.", "L-idea tiegħi proprju llum kienet li nevita kemm jista' jkun iċ-ċifri, imma bilfors irrid insemmi xi ċifri biex ngħid kif mar dan il-pajjiż fis-sena li għaddiet.", "Jekk naqbad l-economic survey f'paġna 45 insib paragun ta' kif żdied il- prodott gross domestiku fis-snin li għaddew f'Malta pparagunat mal-15-il pajjiż li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "U x'insib?", "Fl-1995 l-aħjar li marret kienet l-Irlanda - mhux b'kumbinazzjoni; dan huwa wieħed mill- iżgħar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea - li kellha tkabbir ta' 10.7% tal-prodott gross domestiku.", "Warajha tafu min l-iktar li kellu żieda kbira?", "Malta b'7.3%.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fl-1996 - is-sena tal-ħofra skond huma! - l-aktar li marret tajjeb kienet l-Irlanda b'8.4% u fit-tieni post Malta b'4.2%.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imbagħad niġu għal din is-sena tal-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant - is-saħħar li wiegħed li se jwettaq tant affarijiet - u nsibu li l-Irlanda reġgħet marret l-aħjar b' 7.2% u Malta ġiet fl-għaxar post. Mit-tieni post inżilna għall-għaxar post b'2.8%.", "Dan huwa r-riżultat ta' l-ekonomija fil-pajjiż fl-ewwel sena ta' Gvern Laburista.", "Hemm ċifri oħrajn li ta' min isemmihom, Aħna mdorrijin dejjem nitkellmu f'terminu ta' cake.", "Il-gross domestic product huwa l-cake li aħna nsajru bil-ħidma tagħna lkoll.", "Xi ġralhom dawk li għandhom il-pagi?", "(Interruzzjonijiet) Le, ma nixtieqx li tinterrompini issa.", "Se nagħtik iż- żmien wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok Onor. Mintoff, m'hemmx interruzzjonijiet fuq din il-ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mintoff jekk jogħġbok, hu paċenza.", "Għandek raġun, imma ma tistax tinterrompi f'dan l- istadju.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-employment income, bħala perċentwali tal- prodott gross domestiku fl-1996, kien kważi 53% u f'din is-sena li waslet biex tispiċċa niżel għal 52%.", "Mela l-employment income bħala wieħed mill- elementi ta' dak li jikkostitwixxi l-ġid kollu li ġġenerajna naqas.", "B'konsegwenza ta' dan, id-dħul tal-pagi fil-ġimgħa fl-1996 żdied b'4% fuq is-sena ta' qabel u din is-sena tafu kemm żdied?", "Żdied b'0.4%, lanqas b'1%.", "Dawn il-figuri kollha qegħdin fl-economic survey.", "Il-qgħad reġa' tela' u llum qiegħed iktar minn 7,000, jiġifieri 4.7% ta' dawk li huma kapaċi jaħdmu llum huma bla xogħol.", "Pero' l-importanti m'humiex biss dawn il-fatturi li semmejt u li huma indikattivi ħafna ta' jekk il-poplu tagħna baqax itejjeb l-għajxien tiegħu kif kien imdorri jagħmel fl-għaxar snin ta' qabel.", "Hu importanti ħafna li l-qgħad qed jikber fil-pajjiż imma rridu nħarsu wkoll lejn il-qagħda fiskali, lejn il- finanzi tal-gvern.", "Naraw li fl-1996 il-Gvern fl-aħħar qalilna li ċ-ċifra ta' l-iżbilanċ kienet ta' Lm107 miljun u ma ninsewx li kellna l-budget ta' l-Onor.", "Lino Spiteri li qalilna li se jibda jimla' l-ħofor.", "Il-budget kellu jkun il-mod kif dan il-pajjiż jibda ħiereġ mill-problemi li qalulna li sabu.", "U x'jirriżulta?", "Ir-riżultat hu li se nispiċċaw is-sena 1997 b'Lm121 miljun żbilanċ.", "Minflok ma morna 'l quddiem, minflok ma bdejna nnaqqsu l- iżbilanċ minkejja t-taxxi ġodda li għamel, morna lura.", "Allura l-poplu tagħna qed jistaqsi: Għaliex l-Onor.", "Lino Spiteri wegħedna li se nibdew nimlew din it-toqba li għandna, imbagħad telaq, ħalla f'idejn ħaddieħor u issa qed jgħidulna li din il-ħofra kibret?", "U jekk tfittex issib u malajr tinduna.", "Jekk taqbad id-diskors tal-budget, fl-aħħar tiegħu jkun hemm paragun ta' x'suppost daħħal il-gvern matul is-sena u x'daħħal issa.", "Mid-dwana u s- sisa nsibu li hemm Lm600,000 inqas milli kien smat; minn liċenzji, taxxi u multi hemm Lm7.4 miljun inqas; mill-income tax hemm Lm9 miljun inqas milli bassar; filwaqt li mit-taxxa tad-dwana, sisa u VAT hemm Lm10 miljun inqas milli kien bassar.", "Il-ħlas lura mid-dipartimenti wkoll naqas.", "Jekk nieħdu l-local councils - forsi dan m'huwiex tant importanti għalkemm hu mportanti wkoll għax il-local councils ma kellhomx flus biżżejjed biex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom - insibu li dawn ħallsu Lm1.4 miljun inqas milli kellhom iħallsu.", "Imbagħad mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali - jew aħjar mill-bolla - il-gvern daħħal Lm3.4 miljun inqas milli kien stmat.", "Dażgur li d-deficit kiber!", "Jekk dawn li semmejtilkom jammontaw għal Lm32 miljun!", "Dawn huma dawk il-flus li l-Gvern qal li kien se jdaħħal din is-sena u ma rnexxielux jagħmel dan.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi: GĦaliex ma rnexxielux jagħmel dan?", "X'ġara biex il-gvern ma daħħalx it-Lm32 miljun li hu stess kien qal li se jdaħħal?", "Biss biss kien qal li Lm10 miljun minnhom se jidħlu mit-taxxa l-ġdida u fil-fatt ma daħlux.", "Din it-taxxa li daħħal se tfaqqar lill-pajjiż.", "Jekk din it-taxxa tibqa' hemm dan il-pajjiż veru se jfalli u mhux se jkollu flus biżżejjed biex iħallas il-pensjonijiet!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U t-tort ta' dan kollu huwa ta' l-Onor.", "Alfred Sant li rebaħ l-elezzjoni bl-għajta tal- qerq li se jneħħi l-VAT biex inaqqas it-taxxi u issa se jipprova jgħabbi lill-poplu - proprjament \"se jgħabbi lill-poplu\" u mhux \"se jipprova jgħabbi lill-poplu\" għax, kif għidt diġa', jien naħseb li l-Gvern għandu l- maġġoranza u nhar it-Tnejn, meta se nivvotaw għall-budget il-membri tiegħu, jiġifieri l-35 Membru, kollha se jivvotaw favuru - bil-madmad ta' taxxi ġodda minħabba kapriċċ - dan veru hu kapriċċ! - ta' l-Onor.", "Alfred Sant li kien kuntent ineħħi l-VAT u jpaxxi lin-nies li jifilħu jħallsu filwaqt li jgħabbi t-taxxi fuq min l-iktar għandu bżonn li jiġi mwieżen.", "Madam Speaker, ta' min jinnota wkoll li filwaqt li din is-sena l-Gvern daħħal Lm10 miljun inqas milli qal li se jdaħħal minn din it-taxxa, għas- sena d-dieħla qed ibassar li se jdaħħal inqas minn din is-sena għax qed ibassar li se jdaħħal Lm75 miljun biss.", "Kieku f'pajjiżna baqgħet teżisti s- sistema tal-VAT u l-ekonomija baqgħet miexja b'ritmu tajjeb, fl-1996 il- gvern kien idaħħal Lm110 miljun u din is-sena kien idaħħal xi Lm120 miljun jew Lm130 miljun.", "Per eżempju, għaliex taħsbu li l-gvern daħħal inqas mis- sigurta' soċjali?", "Ir-risposta hija faċli.", "Għax illum hemm inqas nies jaħdmu u għalhekk hemm inqas nies li jħallsu l-bolla.", "Għaliex taħsbu li l- gvern daħħal inqas mill-income tax?", "Għax illum in-nies qed jaqilgħu inqas, kif għidt diġa'.", "Ġaladarba l-average weekly wage naqset u sehem il- ħaddiema mill-gross domestic product naqas ukoll, bilfors li l-gvern qed idaħħal inqas income tax.", "Madam Speaker, aħna konna għidna li l-ekonomija trid tkompli tqajjimha u tmexxiha 'l quddiem.", "Il-konklużjoni loġika tas-sitwazzjoni ta' llum tgħidlek li l-Gvern ma messux ġie hawn jgħidilna li għamel budget tajjeb għax żied it-taxxi imma li għamel budget li permezz tiegħu ġie żgurat li l- ekonomija se tqum fuq saqajha u li dan il-pajjiż se jkattar il-ġid.", "Ġaladarba l-pajjiż jibda jkattar il-ġid, awtomatikament il-gvern jibda jiġbor iktar taxxi.", "GĦalhekk il-Gvern m'għandux jipprova jsolvi s- sitwazzjoni preżenti billi jimponi t-taxxi fuq servizzi essenzjali, bħall- ilma, l-elettriku u d-drenaġġ imma billi jara li l-qligħ jiżdied.", "Imbagħad ħalli jintaxxa lil min jirċievi dak il-qligħ!", "Iva, hemmhekk għandu jintaxxa, mela le!", "Din hi l-politika li hemm bżonn titħaddem għal pajjiżna.", "Madanakollu minflok ma l-Gvern għażel li jintaxxa lil min jiflaħ jonfoq b'dan il-budget għażel li jintaxxa lil min ma jiflaħx jonfoq.", "GĦalkemm il-VAT kienet iddejjaq lin-nies, kellha ħafna merti u hawn irridu niftakru li l-Gvern Nazzjonalista ma daħħalx il-VAT biss imma għamel ħafna riformi fiskali.", "Biżżejjed wieħed jgħid li l-Gvern preċedenti niżżel l- income tax minn 65% għal 35% u daħħal il-final withholding tax ta' 15% u matul dan iż-żmien id-dħul mill-income tax mhux talli ma naqasx imma talli rdoppja.", "Il-Gvern preċedenti ħoloq ukoll il-final settlement system, li issa bdiet taħdem, biex id-dipartiment tat-taxxi interni ma jibqax jiġi mgħobbi bil-burokrazija ta' l-assessments u b'qabda karti biex jimla sempliċement formola.", "GĦalkemm biex timla din il-formola ma nafx kemm kien ikun hemm kolonni u numri, realment forsi kien ikollha żewġ items biss.", "Permezz ta' din is-sistema x-xogħol ta' l-iskrivani jkun jista' jinqata' u b'hekk id-dipartiment tat-taxxi interni jkun iktar effiċjenti u jkun jista' jikkontrolla l-evażjoni tat-taxxa aħjar.", "Madam Speaker, imma dan il-Gvern x'inhu jagħmel?", "Se jerġa' jdaħħal il-capital assets return u qal li se jagħmel dan biex jikkontrolla.", "Imma aħna ma nafux li l-capital assets return kienet ilha hemm is-snin u mhux veru serviet biex il-gvern ikun jista' jikkontrolla iktar!", "Dari jien kont naħdem ħafna fl-income tax bħala avukat u bħalma għidt diversi drabi meta kont qed nitkellem f'dan il-Parlament bil-capital assets return kien jiġri li filwaqt li jekk jiskopru li wieħed li jkun iddikjara li għandu mġemma Lm1,000 meta fir-realta' jkollu mġemma Lm3,000 jinvestigawh u jagħmlulu capital accretion.", "Jekk jiskopru li wieħed għandu Lm0.5 miljun jew Lm1 miljun kienu jgħidu li dan il-każ m'għandux għalfejn jiġi investigat għax dak jagħmel flus ma' flus.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li f'artiklu li kiteb il-ħabib tagħna, l-Onor.", "Lino Spiteri staqsa x'inhi din is-sistema u malajr malajr il-Ministru ta' l-Ekonomija u Finanzi kkoreġa ruħu billi qal li - jien ma nafx min kitbu dan il-budget għax id- double speak li fih huwa tal-meravilja - se terġa' tiddaħħal il-capital assets return.", "Imma mbagħad qamu l-irwiefen għax qalulu: X'inti tgħid?", "Ma tafx li l-Gvern ta' qablek għamel il-final withholding tax fuq il- kapital fejn ġew ħafna flus minn barra hawn Malta?", "Jekk ma taqbadx u tgħid li mhux se tbiddel il-sitwazzjoni dawn se jerġgħu jaħarbu.", "Inti ma tafx li b'dik is-sistema qbadna ħafna fix-xibka tat-taxxa li qabel kienu jaħarbuha?", "Hemmhekk il-Ministru nduna li ħa żball u qal li f'dan il-każ id-depożiti tal-banek m'humiex inklużi fil-capital assets return.", "L-Onor.", "Spiteri qallu tajjeb meta staqsieh: Allura x'se tikkontrolla bil-capital assets return?", "Il-kuntratti?", "Għall-kuntratti hemm ir-Reġistru Pubbliku!", "Allura x'se jiġi kkontrollat bil-capital assets return?", "Għalfejn se tiddaħħal?", "Dan juri li l-Gvern huwa mifxul, jinsab fi kriżi vera u ma nafx huwiex kapaċi jiggverna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hi l-verita, Madam Speaker!", "Jien ma nafx min kitbu dan il-budget għax dawn l-affarijiet issibhom ħafna drabi, pero' mbagħad jikkoreġuhom għax jindunaw li dawn l- affarijiet se joħolqu ...", "Gvern li huwa verament responsabbli u li jaf x'qed jagħmel, x'ifittex?", "Li jkabbar l-ekonomija u jiġbor it-taxxi minn min jiflaħ jonfoq u jħallas.", "Madam Speaker, madanakollu dan il-Gvern se jiġbor il-flus mingħand min ma jiflaħx iħallas jew mingħand jiflaħ l-inqas għax għolla l-affarijiet essenzjali, bħad- dawl, l-ilma, il-gass, il-mediċini, il-pitrolju u l- insurance.", "Aħna b'hekk irridu niġbru l-flus?", "Dalgħodu l-Onor.", "Buhagiar qalilna li s-subsidy li jagħti l-gvern lill-Water Services Corporation se tonqos bi Lm8 miljun.", "Min se jħallashom it-Lm8 miljun?", "Se jħallsuhom dawk li jaħlu l-ilma?", "Se jħallashom il-konsumatur.", "Per eżempju, kien hemm bżonn li ndaħħlu taxxa ta' 50ċ fuq kull riċetta ta' mediċina?", "Il-gvern qalilna li se jdaħħal Lm1,300,000 minn fuq ir- riċetti tal-mediċina, jiġifieri jekk hemm 35,000 persuna li għandhom ir- riċetta l-gvern se jintaxxahom Lm37 kull wieħed!", "Issa hemm min jieħu aktar riċetti mill-average.", "Kien hemm bżonn niġbru Lm37 mingħand il-morda ta' dan il-pajjiż?", "Hekk waqajna issa?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għandna bżonn niġbru Lm37 minn ras għal ras mingħand il-morda?", "Issa jekk aħna f'dan il-pajjiż għandna inqas minn 35,000 persuna marida - għax jien ma nafx kemm hawn morda eżattament - dawn se jiġu ċċarġjati iktar minn Lm37.", "Kien hemm bżonn li nagħmlu din it-taxxa?", "Dan il-Gvern m'għandux ideat.", "Fejn huma l-ideat li dan il-Gvern suppost akkwista fl-għaxar snin li dam fl- oppożizzjoni?", "Jiġifieri dan ma tgħallem xejn kemm dam fl-oppożizzjoni?", "Ara aħna, meta żiedna t-tariffa ta' l-ilma għamilna dan b'attenzjoni kbira - jekk irid il-Ministru jista' jfittex il-memorandum li għandu fil- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma - biex wieħed iħallas iktar meta jaħli ħafna ilma bla bżonn, imma dak li wieħed għandu bżonn - aħna konna kkalkolajna li wieħed għandu bżonn 20 gallun kuljum - issussidjajnieh.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "L-ingann hu li dalgħodu l-Onor.", "Buhagiar ġie jgħidilna li s-sussidju baqa' xorta għax baqa' ta' 90% fuq l-inqas rata u li tbiddel kien li wara eżerċizzju li sar instab li l-ilma jiswa iktar milli kien qed jgħid il- Gvern preċedenti.", "GĦalhekk jekk, per eżempju, d-90% kien jiswa Lm1 issa sar jiswa Lm2.", "Meta wieħed jara li fil-budget speech stess hemm miktub li r-rata ta' sussidju fuq l-ilma baqgħet xorta, żgur li jirrealizza li l- Gvern qed jipprova jidħak bil-poplu għax filwaqt li 90% ta' Lm1 jammontaw għal 10ċ, 90% ta' Lm2 jammontaw għal 20ċ, jiġifieri d-doppju.", "Allura x'ġara?", "Effettivament ir-rati ta' l-ilma u l-affarijiet kollha li semmejt se jogħlew b'mod ta' l-għaġeb.", "U min se jispiċċa jħallas?", "Ħalli nagħti xi ftit eżempji.", "Madam Speaker, jien ikkalkolajt li single parent li għandu żewġt itfal, m'għandux karozza, ma jsifirx, m'għandu l-ebda insurance, ipejjep u jirċievi kont tad-dawl u ta' l-ilma ta' madwar Lm45 kull erba' xhur tafu kemm se jiġi ċċarġjat iktar bit-taxxi l-ġodda?", "Lm3.40 fil-ġimgħa.", "Armla li toqgħod weħidha, li ma tixrobx, li ma tpejjipx, li ma ssifirx, li tieħu l-mediċini b'xejn, li tuża l-heater tal-pitrolju u li tirċievi kont tad- dawl u ta' l-ilma li jammonta għal Lm30 kull erba' xhur tafu kemm se tiġi ċċarġjata iktar bit-taxxi l-ġodda?", "Lm2.40 fil-ġimgħa.", "Ħalli nkompli nġib xi eżempji oħra.", "Koppja pensjonanti li għandhom karozza, li jsiefru darba fis-sena - forsi jmorru sa Katanja - li ma jpejpux, li għandhom insurance tad-dar, li forsi jixorbu xi ftit inbid, li għandhom erba' riċetti tal- mediċina bejniethom u li kull erba' xhur jirċievu kont tad-dawl u ta' l- ilma li jammonta għal Lm45 kull erba' xhur tafu kemm se jiġu ċċarġjati iktar bit-taxxi l-ġodda?", "Lm5.17c fil-ġimgħa.", "Dan huwa Gvern li m'għandux kuxjenza soċjali.", "(Interruzzjonijiet) Jien niddubita kemm il-Membri tal- Gvern huma konxji mit-taxxi li qed jagħmlu.", "Jien naħseb li l-Membri tal- Gvern ma rawhomx dawn it-taxxi, għax inkella ma nafx kif qed jaħdem dan il- Kabinett.", "Imma ħalli nkompli nġib iktar eżempji.", "Jien ikkalkolajt li familja bi tlett itfal ta' bejn l-10 u l-20 sena se jkollha tonfoq Lm8.84c fil-ġimgħa iktar; u jekk wild minnhom jattendi t- tieni sena ta' l-Universita', bit-tnaqqis ta' l-istipendju b'kollox - li jiġi xi Lm9 - din il-familja se ddaħħal Lm18 inqas fil-ġimgħa.", "Dan huwa l- budget li suppost se jqajjem l-ekonomija.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Madam Speaker, dawn it-tabelli li jagħtu indikazzjoni ta' żieda fl-ispejjeż ta' kull ġimgħa għal diversi kategoriji ta' nies b'dan il- budget, qed inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Biex tkompli tgħaxxaqha issa filwaqt li min hu komdu li jħallas il-kont ta' l-ilma malajr il-gvern se jkun ġeneruż miegħu għax se jagħtih discount ta' 3%, min-naħa l-oħra min ikun irid jistenna xi ħmistax oħra ħalli jilħaq jiġih iċ-cheque taċ-children's allowance, tal-pensjoni jew tar-romol, il- gvern se jżommlu 6% over charge.", "Jien nistieden lill-Prim Ministru biex fl- aħħar tax-xahar, jiġifieri meta n-nies jirċievu ċ-ċekkijiet, imur ħdejn xi fergħa ta' bank u jara n-nies fil-kju ħalli jfittxu jsarrfuh.", "Dan il-Gvern verament m'għandux kuxjenza soċjali.", "Jien ma nistax niskuża lill-Gvern għal dak li qed jagħmel imma nista' ngħid li dan ma jafx x'qed jagħmel.", "Dan il-Gvern huwa mħawwad, jinsab fi kriżi u m'huwiex kapaċi jiggverna.", "Mela jekk gvern kapaċi jiggverna verament biex inaqqas id-deficit se jasal biex jagħmel budget li jgħabbi n-nies b'dawn it-taxxi u mbagħad jgħidilna li d-deficit mhux talli se jonqos imma talli s-sena d-dieħla se jiżdied għal Lm135 miljun?", "Pero' issa se nbigħu l-korporazzjonijiet, għax dawn ma jiswewx flus, u se ndaħħlu Lm45 miljun minnhom!", "Imma dan xi gvern hu!", "Possibbli li dan il-Gvern qed jara kif qed jintlaqtu l-familji tagħna!", "Madam Speaker, kif għidt diġa' dan il-Gvern kellu jimxi b'mod li jkattar l-ekonomija.", "Imma f'dan il-budget hawn xi ħaġa fejn wieħed jista' jgħid li permezz tiegħu dan il-Gvern għamel xi ħaġa tajba verament?", "Hawn xi teftifa 'l hawn u 'l hemm li hija tajba, imma possibbli li xi ħadd qed jaħseb li l- ekonomija tal-pajjiż se tikber permezz ta' dan il-budget?", "Fil-fatt jien qed naħseb bil-maqlub għax hawn miżuri li iktar se jfixklu u diġa' ġabu ċerta inċertezza fil-pajjiż.", "Hawn se nerġa' nirriferi għall-kwestjoni tal- capital assets return.", "Din għalfejn se terġa' tiddaħħal?", "Din se tiddaħħal għal xejn.", "Pero' mid-dehra xi ħadd ġietu din l-idea issa - forsi tahielhom xi civil servant, l-Onor.", "Leo Brincat jew inkella l-Prim Ministru - u se terġa' tiddaħħal.", "Imma dan għalfejn se jsir?", "GĦax qalulna li issa ndunaw li d-depożiti m'humiex qed jidħlu.", "Fil-fatt diġa' ħloqna ċaqliqa kbira - ma ngħidx terrimot - għax in-nies reġgħu qed jibżgħu li se jerġgħu jiġu mistoqsija mnejn ġabu l-flus u allura qed jerġgħu jibgħatuhom barra.", "Dan mhux kollox għax issa daħħlu wkoll taxxa - din qalu li se jagħmluha għal darba - ta' 15%.", "Anke hawn, lanqas bil-Malti jew bl-Ingliż m'aħna qed niftehmu?", "Qed ngħid dan għax l-ewwel fil-budget qalu li hemm 15% fuq il- qligħ gross tal-banek, u mbagħad qalu li huma mhux qed jirriferu għan-net before tax imma għall-gross.", "Wara ftit id-DOI qal li l-15% mhux se jkunu on gross profits imma on net profits.", "Imma hawn wieħed jistaqsi: X'inhi din il-15%?", "Din hija taxxa jew titħallas qabel it-taxxa?", "Ma nafx, imma naturalment issa jispjegawlna.", "Affarijiet bħal dawn joħolqu inċertezzi kbar.", "Madam Speaker, pero' l-ikbar waħda hija li jekk inti tipprivatizza, tbigħ l-ishma tal-banek u l-bank imur tajjeb, inti ma tistax tgħid lill-bank li talli mar tajjeb u talli qala' l-flus se tintaxxah iktar.", "Issa jien ma nafx jekk meta jkunu se jinbigħu x-shares tat-Telemalta, din tgħidx lill- Prim Ministru: Skużi, jekk is-sena d-dieħla mmorru tajjeb se tagħmlilna taxxa ta' 15%?", "GĦax fil-każ nagħtuk prezz inqas.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hi xi ħaġa loġika.", "L-istess nistgħu ngħidu għal meta jkunu se jinbiegħu s-shares tal-Malta International Airport għax din tista' tgħidlu: It-taxxa se tibqa' kif inhi jew se tiżdied jekk immorru tajjeb?", "GĦax fil- każ nagħtuk prezz inqas.", "Imbagħad xi ngħidu għall-privatizzazzjoni?", "Madam Speaker, jien m'iniex kontra l-privatizzazzjoni pero' rrid inkun naf kif din se ssir.", "Nixtieq inkun naf jekk hijiex ġejja xi kumpannija mill-Italja, mill-Amerka, mill-Ġermanja jew xi waħda b'xi aġent Malti u jgħidulna: Tafu kemm sibna kumpannija tajba għat-Telemalta!", "Bil-fjokki!", "Nidħlu sħab magħha, inbigħulha x-shares - forsi dan ikun pass tajjeb ukoll ....", "Imma xi tfisser verament il-kelma \"privatizzazzjoni\"?", "Aħna x'se nagħmlu bit-Telemalta?", "Se nagħmluha kumpannija - fil-fatt intqal li din se jagħmluha kumpannija - imbagħad nistmawha, noħorġuha fuq l-istock exchange u tkun available għal kulħadd jew inkella aħna diġa' għandna l-kuntatti lesti u nafu min se jixtri?", "Jien m'iniex qed ngħid li dan huwa ħażin pero' qabel ma niġi f'dan il-Parlament u ngħid \"iva\" nixtieq nifhem kif qed isiru l-affarijiet.", "F'dan il-budget m'hawn xejn li jmexxi l-ekonomija 'l quddiem, pero' f'paġna 70 hawn sentenza tajba li ta' min jaqraha:", "\"Qed isir studju għall-Iżvilupp ta' Pembroke bil-għan li dawk l-inħawi jsiru mudell ta' żvilupp urban modern.\".", "- naturalment meta jsir mudell il-prezzijiet ma jkunux ħżiena! -", "\"L-għanijiet ta' dan il-pjan huma biex ikun assigurat b'mod aktar realistiku l-prezz ta' l-art, jistimula l-ekonomija, jagħti lok għal investiment bi sħab ma-settur privat, ...\".", "Mela hawn skoprejna li \"l-għanijiet ta' dan il-pjan huma biex ikun assigurat b'mod aktar realistiku l-prezz ta' l-art ...\"", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Issa aħna nafu - u għamilna kawżi wkoll - li fl-1995 il-Partit Laburista għamel konvenju biex ibigħ ir-Raffles għas-somma ta' Lm410,000; għamel konvenju biex ibigħ l-Australia Hall bi Lm0.25 miljun; u mbagħad kellu l- wiċċ jiġi quddiem dan il-Parlament u jitlobna biex ninsew il-Lm0.25 miljun għax il-Gvern jista' jgħaddi l-flus lill-Malta Shipbuilding - il-Malta Shipbuilding m'hijiex tal-Gvern stess, hux! - il-Malta Shipbuilding terġa' tgħaddihom lill-Gvern u kulħadd joħroġ scot-free.", "Billi l-Partit Laburista jbigħ l-art!", "Dan huwa l-uniku punt li hemm fil-budget li se jsaħħaħ l- ekonomija.", "Bil-miżuri tal-budget il-Partit Laburista ħaseb ftit fih innifsu, hux!", "L-Onor.", "Alfred Sant ma ttraskurax lilu nnifsu f'dan il- budget.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Altru li l-Gvern Laburista jrid ikollu wiċċu jaqilgħu biex wara d-dibattitu li kellna ftit ġranet ilu fuq dan ir- rigward jiġina b'budget u bi proposti bħal dawn fuq art li huwa għandu interess dirett fiha!", "Imma l-Partit Laburista mhux talli m'għandux kuxjenza soċjali imma talli ma jafx jistħi.", "Madam Speaker, x'miżuri soċjali hemm f'dan il-budget?", "Hemm Lm1.50 żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Issa spiċċaw l-għajjat u d-dimostrazzjonijiet fuq l- għoli tal-ħajja.", "Lm1.50 għall-għoli tal-ħajja.", "Affarijiet li ma jitwemmnux!", "Il-Gvern Laburista qed jgħidilna li l-ewwel kien jgħid ħaġa - għax dik hi l-politika tal-qerq - u issa qed jagħmel oħra.", "Madam Speaker, f'paġna 17 tal-programm elettorali tal-Partit Laburista \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" insibu li:", "\"Id-deċiżjoni li jinbena sptar pubbliku kbir ġdid ittieħdet kontra l- parir ta' l-aktar professjonisti esperti fis-sistema tal-kura tas- saħħa.\".", "Qabel ma tela' l-Partit Laburista fil-gvern kellu oġġezzjoni li jinbena \"sptar pubbliku kbir ġdid\", pero' issa l-Prim Ministru ġie jgħidilna li se jonfoq id-doppju tal-flus u jkabbru!", "Jiġifieri qabel għax l-isptar kien se jkun kbir kien ħażin u issa għax se jkun ikbar se jkun tajjeb!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Trid tkun veru ipokrita biex tirreaġixxi b'dan il-mod u jekk din ma ssejħilhiex diżonesta' politika, ma nafx x'tista' ssejħilha!", "Kif qabel l-elezzjoni kont tgħid mod, u issa, għax f'daqqa waħda sibt ruħek fil-gvern, forsi b'kumbinazzjoni u ma stennejthiex, tgħid mod ieħor?", "Għalhekk jien ngħid li l-Gvern Laburista għandu kriżi politika.", "Fil-fatt jien persważ li wħud mill-Membri li jinsabu quddiemi - uħud nafhom u wħud le - m'humiex qed jaqblu mal-politika tal-Gvern għax iħossu li hija żbaljata u li tmur kontra l-prinċipji tal-Partit Laburista, imma madanakollu ħadd minnhom m'hu se jivvota kontra.", "Dan il-Gvern m'huwiex dak tal-Partit Laburista li nafuh bid-difetti kollha tiegħu.", "Jien għidt diversi drabi li l-gvernijiet Laburisti għamlu l-ġid fil-qasam soċjali għax jien it-tajjeb nirrikonoxxih - tgħidx kemm damu jsemmuha din! - pero' ara issa, qed ngħid bil-maqlub, jiġifieri li l-Gvern Laburista mmexxi mill- Onor. Alfred Sant mhux talli mhux qed jagħmel ġid soċjali imma talli qed jagħmel deni soċjali.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien għalhekk għidt li dan il-Gvern jinsab fi kriżi.", "Issa jekk dan il-Gvern jinsab fi kriżi, aħna x'se nagħmlu?", "Noqogħdu b'idejna marbuta nċiċċu?", "Hemm bżonn nirreaġixxu ħalli noħorġu lil pajjiżna minn din il-kriżi.", "Madam Speaker, jien nemmen ħafna li l-ġid li kattarna fl-għaxar snin li għaddew kien parti sostanzjali dovut minħabba li Malta kienet taf fejn sejra u kellha destinazzjoni.", "Malta kienet taf li teżisti xi ħaġa li jgħidulha Ewropa Unita li l-ewwel kienet ifformata minn sitta, minn disa', minn għaxra, minn 12 u iktar tard minn 15-il pajjiż u issa għandha 11-il pajjiż ieħor iħabbtu fuq il-bieb biex jidħlu.", "Din l-Ewropa Unita mhux biss għandha ċerti kriterji fuq l-istima ta' l-individwu u tad-demokrazija imma hija suq kbir li għandha kemm politika biex tmexxi kif ukoll politika soċjali.", "Fil-fatt issa għadha kemm inkludiet kapitlu bit-Trattat ta' Amsterdam fuq il-politika soċjali għar-rigward tax-xogħol.", "Din hija xi ħaġa reali u wieħed ma jistax jinjoraha.", "Issa jew qiegħed barra u tinsab influwenzat minnha jew inkella qiegħed ġewwa u għalkemm inti influwenzat minnha, almenu qiegħed ġewwa.", "Il-Gvern preċedenti mmexxi minni mexa b'direzzjoni ċara u dan il-pass kien tajjeb għax permezz tiegħu ħafna nies ipprovaw jikkompetu u fil-fatt kienet saret ristrutturazzjoni kbira kemm fl- ekonomija ta' pajjiżna, kemm fl-industrija tagħna, kif ukoll fil-qasam tal- biedja.", "Veru li kien għad jonqos x'isir - dażgur li kien għad jonqos! - imma aħna għalhekk konna għaqlin u għidna li bil-mod il-mod għad irridu naslu biex insiru membri sħaħ ħalli jkollna protezzjoni għal ċertu żmien.", "Meta niġu biex ninnegozjaw aħna ninnegozjaw sew u bil-għaqal biex ikollna ż- żmien li għandna bżonn ħalli r-ristrutturazzjoni tkun tista' tkun waħda kompleta għall-oqsma kollha ta' l-ekonomija ta' Malta.", "Hekk qed jagħmlu, u mhux biss dawk il-15-il pajjiż li diġa' huma membri imma hemm 11 oħra, u t- Turkija magħhom, li diġa' applikaw biex jidħlu.", "Imbagħad għandna l-Isvizzera li applikat - l-Isvizzera vera, dik t'hemm fuq - pero' bil-problemi tas-sistema tar-referendum ma rnexxilhiex tirbaħ ir-referendum neċessarju.", "Għandna n-Norveġja li applikat darbtejn biex tidħol u kien hemm problema li m'għaddietx mir-referendum għal raġunijiet speċifiċi, cioe' li n-Norveġja għandha l-problema li tipproduċi kwantita' kbira ta' żejt u ma jaqblilhiex tidħol, almenu hekk ħasbu n-nies, għalkemm il-gvern tagħhom jaħseb li jaqblilhom jidħlu in the long term.", "Imbagħad x'jibqa'?", "Imbagħad jibqa' l-Islanda u l-Liechtenstein li qegħdin fl-EFTA - ma' Norway u l-Isvizzera - u issa qed jgħidulna kontinwament, kif marru jgħidu fi Brussels ftit ġranet ilu, li l-Gvern Malti hu nteressat jiddiskuti sħubija fl-EFTA.", "Iva, fl-EFTA biex nagħmlu n-negozju ma' Liechtenstein u ma' Iceland?", "Għax jekk nieħdu l-Isvizzera u Norway, nafu li dawn għadhom fuq l-għatba jistennew il-mument li jaqbżu 'l ġewwa mill- għatba.", "U issa aħna taf kemm aħna kbar u favur l-Ewropa, li qed nikkonsidraw li nidħlu fl-EFTA!", "B'dawn l-affarijiet qegħdin iddaħħku n- nies bikom, kif mortu ddaħħku n-nies bikom ftit ġranet ilu meta mortu tinnegozjaw.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Iddaħħku n-nies bikom qegħdin.", "Mortu tgħidu: Eh, it-taxxi!", "U bgħattu bniedem kapaċi ħafna, u nsellimlu, is-Sur Edgar Mizzi li jaf il-liġijiet u dan mar jargumenta li t- taxxa l-ġdida tad-dazju u sisa ma tiksirx il-ftehim ta' l-1970, ftehim ta' 27 sena ilu, għax hemm erġajna morna.", "Qallhom: Le, ma tiksrux.", "Imbagħad ġab xi argumenti legali u dawn irrispondewh.", "Qalulu: Ħabib, aħna marbutin bħalkom.", "Aħna għandna ftehim mal-World Trade Organisation u dawn diġa' qalulna li ma nistgħu nċaqalqu xejn għax jaqbżu fuqna u jekk nagħtu konċessjonijiet lilkom ma nafux xi jkollna nagħmlu ma' ħaddieħor, allura ma nistgħux naqblu.", "U n-negozjati fallew.", "Jien nixtieq li nhar it-Tnejn il- Prim Ministru jgħidli x'kien ir-riżultat tan-negozjati, mhux fuq dan biss imma anke fuq l-affarijiet l-oħra.", "Dawn qalulhom li jridu jikkoperaw u fuq is-second pillar u fuq it-third pillar.", "Qalulhom: Imma skużi, intom tafu min intom issa?", "Intom pajjiż Ewropew fil-Mediterran li m'intomx an applicant country, mela intom tissejjħu a third country.", "Jien minn Lulju 'l hawn kelli l-esperjenza li mmur tliet konferenzi li kienu miftuħa għall-partiti msieħba fil-moviment tal-partiti popolari Ewropej li ġejjin mill-pajjiżi applikanti.", "Jiġifieri kien hemm minn kollox.", "Lili qaluli: Grazzi talli ġejt.", "Għidtilhom: Jien minn Malta.", "Tafuni għax Malta hija applikanti.", "Qaluli: Le, intom m'għadkomx applikanti.", "Għidtilhom: X'inhu!", "Il-Gvern tagħna ffriżaha biss l-applikazzjoni.", "Qaluli: Aħna taf x'għandna miktub?", "Kitbilna l-foreign minister u qalilna li: Malta is no longer interested in pursuing its application to join the European Union.", "Mela intom, minbarra li m'intomx an applicant country, għalina intom a third country.", "U l-Prim Ministru issa se jinnegozja ftehim bil-fjokki fl-eqreb possibbli!", "U din \"l-eqreb possibbli\" tafu x'inhi?", "Il-ġurnalisti staqsew lil Juncker, il-Prim Ministru ta' Luxembourg u qalulu: X'inhi din ir-reazzjoni speċjali?", "Qallhom: Ma nafx, ma teżistix.", "Hekk jgħidulek.", "Kien hawn Emma Bonino, li kellimtha wkoll u għidtilha: Din x'inhi la terza via, għax qatt ma smajt biha jien \"terza via\"?", "Din marret fuq l-ambaxxatur u qaltlu: Jew barra jew ġewwa.", "Jekk tridu toqogħdu barra oqgħodu barra u hemm l-association agreement u ibnu fuqu.", "Mela le!", "Sebgħa u għorxrin sena ilu għamilna association agreement u fih ħafna affarijiet.", "Fih li suppost immorru għall-customs union.", "U proprju fil- laqgħa li kien hemm, fejn kien hemm rappreżentant tal-Gvern Malti mill- Ambaxxata tagħna fi Brussels meta xi tlett ijiem ilu ltaqgħu mal-joint parliamentary committee, il-Partit tal-Parlament Ewropew, mar jispjegalhom kif marru n-negozjati u dawn staqsewh: Intom se tgħaddu għall-customs union?", "Qallhom: Ma neskludux.", "Aħna pass, wara pass, wara pass!", "Issa se nipprovaw l-ewwel pass ta' l-EFTA, imbagħad il-customs union, imbagħad se naslu għall-free trade area - kultant jgħidulha industrial free trade area.", "Aħjar jiddeċiedu għax ma nafx kif se jmorru jinnegozjaw jekk ma jafux xi jridu dawn.", "Imma anke f'dan il-każ, realistikament x'inhu jiġri?", "Xejn.", "Dan il-pajjiż bla direzzjoni.", "Dan il-Gvern bla ideat.", "Dan il-Gvern ma jafx fejn sejjer, dan il-Gvern iteftef fid-dlam u jipprova ma jaħbatx 'l hawn u 'l hemm.", "Hekk qegħdin mexjin f'dan il-pajjiż.", "Mentri aħna ngħidulu: Jekk inti trid li veru l-ekonomija ta' pajjiżna tirpilja, tieħu r-ruħ, erġa' aqbad it-triq ta' l-Unjoni Ewropea għax illum f'Malta hawn kor ta' nies li qed jgħidu l-istess ħaġa.", "L-aħħar li qaluha kienu l-Forum Żgħażagħ Laburisti.", "Il-Forum Żgħażagħ Laburisti se jressqu mozzjoni biex jgħidu li l-Unjoni Ewropa hija xi ħaġa tajba, u tajba ħafna, u tista' tkun ta' ġid għal Malta.", "Mhux issa taf, għax aħna għadna lura wisq!", "Aħna għadna lura taf, hawn Malta!", "Mela aħna se mmorru nikkompetu mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Ewropa?", "Istħu għall-mod kif qegħdin tittrattaw lil pajjiżna.", "Qed tavveluna meta tgħidu li m'aħniex kapaċi.", "Aħna għandna ċ-ċertifikat li aħna kapaċi.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Is-summit ta' Cannes fl-1995 qal: Iva, Malta hija lesta biex tibda n-negozjati.", "Qalulna: Magħkom se nibdewhom fis-sena 1998, kif jaqleb ix-xahar id-dieħel.", "Hekk qalulna, imbagħad tiġu intom, tmorru tinnegozjaw u tgħidulna: Xi darba iva, nikkonsidraw, imma pass wara pass.", "L-ewwel l-EFTA, imbagħad customs union, imbagħad il-free trade area ...", "Madam Speaker, naħseb li dan il-pajjiż għandu bżonn ikun serju.", "Il- pajjiż hu serju, il-Prim Ministru m'huwiex.", "Imma l-Prim Ministru għandu bżonn ikun serju.", "Jien nassigurah li meta qed imorru jitkellmu b'dan il- mod u jgħidulhom: Iva, issa niltaqgħu, għax se nagħmlu l-council of association.", "Ara kemm qed jittrattawna tajjeb!", "Se jiltaqa' l-council of association f'April taħt il-presidenza Ingliża.", "Il-council of association huwa mwaqqaf bl-artiklu 13 ta' l-agreement ta' l-association ma' l-Ewropa fl-1970.", "U l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jiġi hawn jifraħ li ltaqa' ma' Robin Cook u dan assigurah li f'April se jsir il-council of association.", "Se ġġibuna f'pożizzjoni tal-mistħija, pożizzjoni ta' umiljazzjoni.", "Dan hu pajjiż kapaċi u aħna ma nibżgħux mill-Ewropa, anzi għandna x'nikkontribwixxu għall-Ewropa.", "U waħda mill-affarijiet li għandna x'nikkontribwixxu hija minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħna.", "L-Onor. de Marco nhar is-Sibt tkellem fil-Euro-Arab Parliamentary Dialogue li kien hawn u qal x'kien qal Meguid, is-Segretarju Ġenerali tal- Lega Għarbija.", "Dan qal: Iva, aħjar li Malta tkun fl-Unjoni Ewropea għall- pajjiżi Għarab.", "Iva, ikun hemm vuċi oħra Mediterranja.", "Iva għandna funzjoni x'nagħmlu.", "Iva hemm hu postna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa dan l-aħħar erġajna bdejna nisimgħu: Taf għaliex in-Nazzjonalisti qed jgħidu li jridu jidħlu fl-Unjoni Ewropea?", "Għax se nirċievu Lm60 miljun, Lm80 miljun jew Lm100 miljun fis-sena.", "GĦalhekk ukoll, ma nafx hux Lm60 miljun jew Lm80 miljun għax qatt m'għamilt il-kalkoli, imma huwa veru li meta tipparaguna l-GDP tagħna per capita ma' dak ta' l-Ewropa aħna ntitolati għal ħafna għajnuna mhux biex nagħmlu tajjeb għad-deficit imma biex nagħmlu l-iżvilupp li għandna bżonn.", "Għandna bżonn id-drenaġġ, bżonn it-toroq, għandna bżonn vapuri għal Għawdex, għandna bżonn l-upgrading ta' tant affarijiet u l-ristrutturazzjoni ta' l-industrija.", "Il-flus għalhekk, iva, bid-dritt neħduhom u min jgħid li huma Lm80 miljun, ngħidlu li ma jinteressanix kemm huma imma hemm qegħdin u bħala membri neħduhom.", "Semmejt id-drenaġġ u hawn l-iskuża għaliex għola l-ilma hi li l-Gvern Nazzjonalista ssellef mill-European Investment Bank u l-EIB qalulu: Isma', trid tara minn fejn tiġborhom dawn il-flus.", "Dażgur, aħna hekk nimxu.", "Mela x'inhu!", "Iva imma niġbruhom mingħand min jiflaħ.", "Ara meta għamilna l- power station u nfaqna mhux daqskemm se tonfqu fuq id-drenaġġ, imma ma nafx kemm-il miljun aktar, ma żidniex it-tariffi ta' l-elettriku!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U nfaqna l-miljuni.", "U ssellifna mingħand l-EIB imma ma żidniex it-tariffi għax għidna li m'huwiex tajjeb li ngħabbu lill-konsumatur fid- djar tagħna bit-tariffi.", "M'huwiex tajjeb li ngħabbu lill-industrija bit- tariffi għoljin u nnaqqsulha l-kompetittivita'.", "Allura hemm bżonn li dan il- pajjiż jagħraf fejn irid jimxi u jekk l-ekonomija tirpilja allura ngħidulu: Għandu jkollok il-kuraġġ.", "Iva, għamel it-taxxi, imma fuq min jiflaħ iħallas għax jiflaħ jonfoq.", "Dik hi s-sistema tat-taxxi li jrid jasal għaliha, kif qalulu meta mar jinnegozja.", "Meta marru jinnegozjaw qalulhom: Għax aħna issa minn hawn u ftit żmien ieħor is-CET se niċċarġjawha fuq il- prodotti Maltin.", "Taf x'qalulu?", "Qalulu: Mela intom erġajtu sejrin lura għall-VAT!", "Dażgur.", "Mhux hekk tiġi?", "Jekk se terġa' tagħmilha hekk, se terġa' tiġi għall-VAT.", "Allura dħaktu bin-nies u l-Prim Ministru għandu jkun kuraġġuż u jgħid: Issa tgħallimt.", "Qabel ma kontx naf imma issa tgħallimt li ma jistax ikun li dan il-pajjiż ma jkollux sistema ta' tassazzjoni li tkun tajba biex jinġabru l-flus meħtieġa.", "Dan hu li għandu bżonn il-pajjiż.", "Li jkun jaf fejn sejjer, li jkollu ekonomija tajba u li l- Gvern jiġbor il-flus mingħand min jiflaħ.", "Huwa skandlu għal dan il-pajjiż li dan il-Gvern Laburista ressqilna budget li l-piż tiegħu se jġorru l- poplu Malti u se jġorru l-iktar minn ma jiflaħx iġorru.", "Madam Speaker, jiddispjaċini li pajjiżna ġie f'din is-sitwazzjoni għaliex il-poplu tagħna ħaqqu aħjar milli jkollu gvern li jidħak bih.", "U hawn hi l- problema tal-Prim Ministru, li llum jaf li fost sħabu m'għandux l-appoġġ fuq dan il-budget.", "Veru, meta jivvotaw jgħidulu \"Yes\" - joqgħodu attenti li xi ħadd minnhom ma jgħidx \"No\" imma nsomma, issa nibdew nisimgħu bil- loud speakers ħalli nkunu nafu preċiż jgħidux \"yes!\" - u l-budget jgħaddi.", "Pero' mhux dan li hemm bżonn.", "Hemm bżonn li dan il-pajjiż jitmexxa minn xi ħadd - jista' jkun il-Prim Ministru stess - anzi jien dejjem ngħid li l- elezzjoni hi għal ħames snin u nawguralu li jibqa' hemm għal ħames snin.", "Allaħares niġu kif konna bejn l-1950 u l-1953 meta għamilna tliet elezzjonijiet fi tliet snin.", "Allaħares!", "Jibqgħu hemm għall-ħames snin li telgħu biex jiggvernaw imma jiggvernaw fl-interess tal-poplu tagħna.", "U rridu nsibu kif.", "U jien minn hawn inwiegħed għan-nom tiegħi u ta' sħabi l- appoġġ kollu li jkollu bżonn il-Gvern jekk jieħu żewġ deċiżjonijiet tajbin - fuq l-affarijiet l-oħra ħalli nibqgħu niġġieldu u ma naqblux imma dawn iż- żewġ affarijiet huma essenzjali - li jkollna politika għall-Ewropa li għandha bżonn Malta, jiġifieri li twassalna biex insiru membri sħaħ kemm jista' jkun malajr, u li jkollna sistema ta' tassazzjoni li għandu bżonn il- pajjiż.", "Fuq dawn ma nagħmilx bħalu jien, inxewwex lin-nies.", "Fuq dawn iż- żewġ punti jiena nagħtih l-appoġġ kollu lill-Onor.", "Alfred Sant bħala Prim Ministru jew inkella lil xi ħadd ieħor għax wara kollox ....", "Imma possibbli li f'dan il-Parlament ma nistgħux inpoġġu l-kliem \"Malta l-ewwel u qabel kollox\" mhux fuq fommna biss imma bil-fatti?", "Ma nistgħux naħdmu b'idejna biex inpoġġu lil Malta l-ewwel u qabel kollox?", "(Onor. Membri: Hear, hear.)", "Dan hu l-appell tiegħi llum, Madam Speaker.", "Fil-kriżi li għandu l-Onor.", "Alfred Sant quddiemu, kriżi politika, problemi ekonomiċi, għandu jsib il-kuraġġ li mhux bil-kliem biss jgħid li qed ipoġġi lil Malta l-ewwel u qabel kollox imma bil-fatti.", "Jekk ipoġġi lil Malta l-ewwel u qabel kollox bil-fatti, l-ewwel li jsib warajh huwa lili.", "Iva, nibqa' Kap ta' l-Oppożizzjoni, imma dan ukoll huwa xogħol skond il-Kostituzzjoni tagħna, u huwa xogħol li jrid isir.", "Jiena għamilt għaxar snin u nofs prim ministru u l-partit tiegħi għamel għaxar snin fl- oppożizzjoni imma jerġa' jkun fil-gvern, mela le!", "Ma fiha xejn li qegħdin fl-oppożizzjoni imma jien irrid nikkontribwixxi għall-ġid tal-pajjiż u jiddispjaċini nara lil pajjiżi sejjer lura.", "Jiddispjaċini nara lil dawk li l-inqas jifilħu f'pajjiżna jitgħabbew bit-tip ta' taxxi li qed jimponilhom l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dan m'huwiex ġust u jekk l-Onor.", "Alfred Sant m'huwiex kapaċi jmexxi lill-pajjiż biex ikattar il-ġid allura s-soluzzjoni għandu jagħraf hu x'inhi.", "Għandu jiżgura li dan il-pajjiż jitmexxa minn min hu kapaċi jmexxih 'il quddiem.", "(Onor. Membri: Hear, hear.)", "MADAM SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jiddispjaċini li se jkolli naħli ftit mill-ħin li għandi biex nikkorreġi l-impressjoni li ħoloq il-Prim Ministru qalb il-partitarji li dak li qed nagħmel jien qed nagħmlu kontra l- interessi tal-partit u biex inwaqqa' l-Gvern.", "Dan m'hu veru xejn.", "X'għamilt s'issa jien?", "L-ewwelnett jiena ħriġt għall-elezzjoni b'ċerti kondizzjonijiet.", "Waħda minnhom kienet li jiena ma naqbilx mal-policies li huma kienu ħarġu fil-programm.", "It-tieni kondizzjoni kienet li jiena jkolli l-liberta' li nitkellem kif inħoss fuq dawn l-affarijiet u jkolli l- liberta' li nagħmel il-meetings fid-distrett tiegħi.", "It-tielet kondizzjoni kienet xi ħaġa li m'għandha x'taqsam xejn ma' dawn l-affarijiet - ma kenitx xi kondizzjoni li jiena ridt xi post jew xi favur mingħand il- Gvern - imma għandha x'taqsam internament mal-partit.", "Mela jiena ħriġt b'dawn il-kondizzjonijiet, kienu jafu li jiena m'iniex qed niffunzjona kompletament kif kont fl-antik għax nofsni marid - ma nistax ngħid li kollni marid għaliex kieku bħalissa qiegħed fis-sodda - u kienu jafu li ma nistax naħdem kif kont naħdem qabel.", "Tant hu hekk li fi żmien l-elezzjoni, fit-tliet ġimgħat jew erba' ġimgħat li kien għad fadalli biex niddeċiedi li noħroġ, nofs ta' nhar biss kont naħdem.", "Dawn kienu jafu li qabel l-elezzjoni jien ma kontx immur fil-parliamentary group għax ma kellix saħħa noqgħod għal dawk il-laqgħat kollha.", "Kienu jafu illi kellna arranġament illi l-Whip jgħidli x'qed jiġri u jiena ngħidlu x'qed naħseb jien.", "Dawn kienu jafu b'dawn il-kondizzjonijiet kollha u jiena fid- distrett tiegħi kkritikajt lill-Gvern ta' qabilna, lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Fenech Adami li hu berbaq ir-riżorsi kollha tal- pajjiż u mela' lill-pajjiż bid-dejn.", "Kull settur, kien x'kien, spiċċawlu r- riżervi u r-riżorsi kollha.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni xtaqt nagħmillu osservazzjoni żgħira hu u jagħmel l-intervent tiegħu imma ma ngħatajtx permess.", "Jiena kont se nistaqsih x'inhu dan il-GDP.", "Ħalli naraw x'inhu dan il-GDP.", "Kieku familja tonfoq ¥500 fis-sena, allura b'kollox il-GDP tagħha jkun ¥500.", "Imma jekk dik il-familja biex nefqet ¥500 issellfet ¥400 u ma daħħlet xejn, dik allura tibqa' bid-dejn ta' ¥100 imma l-GDP jibqa' jidher Lm500.", "Qed ngħid dan biex ma nidħkux bin-nies.", "Inti qed tidħak bin-nies u inti l-aktar li żvijajt meta kontu fil-gvern.", "MADAM SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mintoff, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jiena għal min kien qed jidħak kont qed ngħid.", "Madam Speaker, qed ngħid biex ma nidħkux bin-nies.", "Il-GDP ma jurix kemm inti sinjur imma kemm infaqt.", "Issa jekk infaqt ta' ħaddieħor għax sraqtu, allura m'intix sinjur imma ħalliel.", "Jekk inti infaqt għax iddejjint u m'għandekx biex tħallas dak id-dejn lura, allura inti ħalliel għax dak id- dejn m'għandekx biex tħallsu.", "Dan hu l-GDP.", "Jiena dan id-diskors kont ngħidu fl-elezzjoni u kont ngħidu wkoll lil sħabi u huma kienu jgħiduli: Le, m'għandniex nagħmlu hekk, għax jekk nagħmlu hekk lill-poplu se nbeżżgħuh u min-naħa l-oħra jibdew jgħidu li lill-poplu se naħqruh.", "Jiena ma nafx min kellu raġun, jekk hux jien jew huma, imma hemm differenza.", "Jiena fid-distrett tiegħi dejjem tkellimt b'dan il-mod u d-distrett tagħna ġab voti aktar milli ġab fl-elezzjoni ta' qabel, fejn kien l-aħjar distrett għall-Partit Laburista f'Malta.", "Jiġifieri lin-nies ma beżżajthomx billi tkellimt b'dan il-mod.", "Tant ma beżżajthomx li niftakar li, waqt press conferences, ġurnalisti tal-Partit Nazzjonalista kienu jistaqsu lill- Prim Ministru tal-lum, l-Onor.", "Alfred Sant, kif huwa qed jitkellem mod u jiena qed nitkellem mod ieħor.", "Il-Prim Ministru kien jgħidilhom li jiena rrid nasal għall-istess ħaġa bħalma ried jasal hu, jiena fi triq u hu fi triq oħra, imma fl-objective naqblu.", "Hekk kien qalilhom.", "Dik kienet is- sitwazzjoni.", "Biex jekk il-Prim Ministru qed jgħid li aħna tqarraqna b'xi ħadd, allura kemm tqarraq huwa - qed ngħidulu issa dan qabel ma ngħidlu affarijiet oħrajn - li kien jaf b'dawn l-affarijiet kollha, jaf x'inhu l- GDP, u dejjem jibqa' jgħid għax GDP, u kemm infaqna ....", "Jekk aħna konna qed nieklu mir-riżervi u konna qed niddejnu u issa ma nifilħux niddejnu aktar għax ma nifilħux inħallsu l-imgħax ....", "Ma nifilħux inħallsu l-imgħax tad-dejn.", "Dan hu li ġralna issa.", "Ma tridx tkun xi filosofu jew xi ekonomista kbir biex tifhem dawn l-affarijiet.", "Aħna ma nifilħux inħallsu dan id-dejn.", "Din hi l-kriżi li għandna.", "U jekk din mhux se nammettuha, allura żgur mhu se naslu mkien!", "Inkella għalfejn qed ngħidu li għandna kriżi u li rridu nġibu l-fondi minn x'imkien!", "U dawn la se ġġibhom bil-VAT u lanqas mhux bil-VAT.", "Dawn jekk jista' jkun iġġibhom minn barra billi tħabbel rasek.", "Jekk ma ġġibhomx minn barra ġġibhom minn ġewwa, jew inkella ġġibhom minn barra u minn ġewwa.", "Imma bilfors irridu nġibu dawn il-flus biex inħallsu d-dejn.", "Mela ħalli naqblu issa u ma naħsbux li aħna tant ekonomisti kbar li lanqas il-common sense ma nistgħu nkomplu bih!", "Tan-naħa l-oħra jistgħu jgħidulna: Isma', intom kontu tafu x'qed jiġri!", "Imma aħna ngħidulhom: Daqskemm kontu tafu intom ħadd ma kien jaf għax intom kellkom mano in pasta!", "Imma x'għamiltu?", "Bqajtu għaddejjin u ġiet l-elezzjoni imma lin-nies m'għidtulhomx li għandna din il-problema.", "Din żgur li ma ġietx f'daqqa.", "Dawn il-mijiet ta' miljuni ta' dejn ma sarux mill-Gvern tal-lum.", "U ma jistgħux jigdbu daqstant min-naħa l-oħra u jgħidu dan.", "Ma tistax tkun giddieb daqshekk!", "Imma x'ġara wara l-elezzjoni?", "Kien hemm okkażjonijiet fejn jiena ma qbiltx mal-Prim Ministru.", "Per eżempju, meta l-Prim Ministru qal li se jagħti s-sovranita' lill-Gran Mastru tal-Kavallieri tal-Birgu, mort ngħidlu li jekk jagħmel hekk jiena nivvota kontra tiegħu.", "Kien hemm okkażjonijiet oħra fejn bgħatt ngħidlu dan u safejn naf jien ir-rotta nbidlet.", "Warajja mbagħad kitbu n- Nazzjonalisti u jiena ddispjaċini li kien hemm għalfejn jiktbu huma wkoll għax żgur li l-partit tagħna din qatt ma fehemha u żgur li kien bi żvista u bi żball li ħarġet ħaġa bħal din.", "Jiena qatt ma kelli spjegazzjoni tagħha mingħand ħadd fuqha din.", "U dan qed ngħidu għax kienu dejjem jistrieħu li jiena se niġi u nivvota dejjem iva mal-Gvern.", "Jiena diġa' għidt fil-Parlament li waqt id-dmirijiet tiegħi ta' l-IPU jiena ridt - din se nagħmilha ċara - illi l-iSpeaker tgħid lill-Foreign Minister li aħna tan-naħa tal-Gvern lanqas nistgħu niltaqgħu mar- rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni qabel ma nkunu nafu mingħandu jekk dak li għandna f'rasna għandux il-kunsens tan-naħa tal-Gvern.", "Jiena għidtilhom: Jiena m'iniex qed nitlob li jsir hekk imma naħseb li huwa d-dover tal- Ministru illi jgħidilna b'dawn l-affarijiet.", "U din suppost li waslitlu mhux biss tramite l-iSpeaker imma anke tramite l-impjegat li bagħat għal- laqgħa.", "U jiena naf li waslitlu din, u dan anke kkonfermatu l-iSpeaker.", "Imma dan la qatt ġie biex jagħmel briefing lin-nies tal-Gvern u lanqas qatt ġie biex jagħmel briefing lill-kumitat kollu.", "U ngħid ukoll - u qed ngħid dan fuq il-kuxjenza tiegħi - li kemm ilna li tlajna fil-gvern, la qatt kellimni l-Viċi Prim Ministru u lanqas qatt kellimni l-Prim Ministru.", "Naturalment din lanqas qatt m'għidtielhom ħlief f'din l-okkażjoni li qed inħossni ssikkat li nkun naf kif se jsiru l-affarijiet qabel ma nkun nista' niċċaqlaq.", "Issa ġiet ir-riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l- Unjoni Ewropea u wara li smajna dan il-kliem kollu min-naħa tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni fuq l-Ewropa, jiena ħassejt - u għadni nħoss s'issa - li d- differenza bejn naħa u oħra f'dik li hija prattika hija ftit.", "Għaliex?", "Għaliex jiena diġa' kelli l-esperjenza li naħdem mal-Ministru tal-Foreign Affairs tal-Gvern preċedenti fuq l-IPU, fejn l-aċċent kollu kien fuq il- Mediterran mingħajr ma għidna xejn kontra l-Ewropa.", "U jiena qgħadt attent li ma nagħtix b'xi mod l-idea li huma ma ridux jidħlu fl-Ewropa u min-naħa tiegħu hu ma jagħtix l-idea li aħna rridu nidħlu fl-Ewropa.", "Imma milli jidher l-affarijiet qegħdin jikkonverġu fl-istess triq.", "U x'inhi din it- triq?", "Ħalli naraw il-pożizzjoni vera kif inhi fuq l-Ewropa għax qed ngħidu ħafna kliem hawnhekk mingħajr ma niżnuh.", "Ħadd minna hawnhekk m'għandu xejn kontra l-Ewropa.", "Kulħadd jixtieq li l-isforzi li qegħdin isiru fl-Ewropa biex forsi jingħaqdu - nerġa' ngħid forsi - u jkollhom foreign policy waħda u jkollhom Stat wieħed, għalkemm dan ċertament li għadu 'l bogħod ...", "Mhux billi ssir membru!", "Għax billi ssir membru u m'intix magħqud, fejn taf fejn sejjer!", "Meta l-aħħar darba l-Kamra kellha quddiemha l-mozzjoni mressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar l-Unjoni Ewropea, qam jitkellem ir-rappreżentant Nazzjonalista li kien foreign minister u għamel xi nofs siegħa jitkellem fuq il-qasam tal-foreign affairs - semma' anke l-konċett tan-newtralita' - iżda ma qalx li fejn jidħlu foreign affairs l-Ewropej ma jiġbdux ħabel wieħed.", "Ara kemm għandha kummissjonijiet l-Unjoni Ewropea, fuq foreign affairs ma teżistix kummissjoni għax il-foreign affairs qegħdin f'idejn kull nazzjon.", "Franza, per eżempju, għandha foreign policy għaliha u m'għandhiex x'taqsam mal-foreign policy li għandha l-Ġermanja.", "Tant jadottaw politika differenti li l-Ġermanja tista' tkun qegħda ħabiba ħafna ma' l-Amerka u Franza tkun qiegħda at loggerheads ma' l-Amerka.", "Viċeversa l-Ġermanja tista' tkun qiegħda f'pożizzjoni ta' nuqqas ta' ftehim ma' l-Amerka u Franza titpaxxa minn fuqha għax forsi tkun trid tagħmel ħabiba hi ma' l-Amerka.", "Dan żgur li mhux Stat wieħed u biex aħna naslu biex ngħidu: Ejja ngħaġġlu għax jekk ma ngħaġġlux se nitilfu ...", "M'aħna se nitilfu xejn billi ngħaġġlu imma lanqas se nirbħu billi ngħaġġlu.", "Inkunu qegħdin nikkommettu ruħna biss jekk ngħaġġlu mingħajr ma nkunu nafu fuq x'aħna kommessi.", "Għadu kemm tkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u qal li huwa fl-interess tal-pajjiżi Għarab - kien qed jikkwota lil Abdul Meguib - li Malta tagħmel xi ħaġa biex tgħin lill-Mediterran fuq l-Ewropa.", "Imma x'inhi din il-ħaġa?", "Ħalli naraw.", "Ejjew inkunu rġiel u jkollna l-common sense.", "Jekk se tidħol sħab ma' xi ħadd mhux se tidħol biex tirkeb.", "Dak mhux sħab.", "Sħab meta jkunu id f'id u jgħinu lil xulxin.", "Meta tidħol sħab lanqas trid tidħol biex l-ieħor jirkbek għax dak imbagħad tiġi lsir mhux sħab.", "Mela tidħol sħab għax l-ieħor iħoss li għandu bżonnek u inti tħoss li qed tikontribwixxi xi ħaġa.", "Issa fl-imgħoddi jiena għidt - u qed nerġa' ngħidha - li għada tista' tiżviluppa Ewropa ta' Abel u għada tista' tiżviluppa Ewropa ta' Kajjin.", "Ma tafx liema Ewropa se tiżviluppa.", "Għaliex?", "Għax dawn il-pajjiżi tista tgħaqqadhom kuxjenza waħda sabiħa u morali għal paċi, imma tista' tgħaqqadhom ukoll kuxjenza waħda fejn jgħidu: Isma' aħna m'għandniex morali bħala Stat u nagħmlu dak li jaqbel għal dan l-Istat.", "Jekk tkun it-tieni waħda żgur li m'hijiex tajba għalina għax nispiċċaw biex jew inkunu bażi, bħalma konna qabel, jew inkunu agħar minn bażi għax jispiċċa kollox għalina għax jista' jkollhom band'oħra fejn jagħmlu bażi.", "Jew waħda jew l-oħra.", "X'inhu l-kontribut li nistgħu nagħtu għal din l-imbierka Ewropa?", "Ħalli naraw.", "Darba kellna l-kuraġġ f'dan il-pajjiż li ngħidu lil kulħadd - qed ngħid għal meta ltqajna ġewwa Helsinki mhux ma' l-Ewropej biss imma anke mal-big powers - Lilna, Malta, għalfejn ġibtuna hawnhekk biex intom jinteressakom biss li jkun hemm il-paċi fuq in-naħa ta' fuq ta' l-Ewropa?", "Għalfejn?", "Kellna dan il-kuraġġ li nagħmluh allavolja konna waħedna.", "Jien nista' ngħid - u dan nistqarru - li dik min-naħa tiegħi forsi kienet l-ikbar ġennata li għamilt f'għomri għax qatt ma kont fil-periklu daqskemm kont dak inhar ġewwa Helsinki.", "Kulħadd kien kontra tiegħi, speċjalment dawk li kien ilhom jaħdmu s-snin biex jaraw li l-paċi sseħħ in-naħa ta' fuq u ma kienx jimpurtahom mill-Mediterran - 'il quddiem ikolli ċ-ċans nikteb forsi xi darba minn xiex għaddejt dak inhar - imma għaddejna minn dak u ħriġna ta' rġiel.", "Mhux għal kollox ħriġna ta' rġiel imma ħriġna ta' rġiel fis-sens li kulħadd imbagħad qabel magħna li ma jistax ikollok Ewropa serja fejn wieħed jgħin lill-ieħor u fl-istess ħin ikollok gwerrer għaddejjin fil-Mediterran.", "Il-Mediterran huwa parti mill-Ewropa, anzi l- Mediterran huwa omm l-Ewropa.", "Għal min ma jafx l-istorja qed ngħidhielu jiena.", "Il-Mediterran ma tgħallem xejn mill-Ewropa, l-Ewropa tgħallmet mill- Mediterran - issa ejja ma noqogħdux ngħidu min hu bravu u min hu ħmar; forsi llum tgħallmu iktar mill-Mediterran dawn u aħna tgħallimna inqas - imma aħna mhux dan li jinteressana.", "Aħna, bħala poplu, li jinteressana hu: X'inhi l-iktar ħaġa importanti biex neżistu?", "X'inhi l-iktar ħaġa importanti, li aħna taparsi se nkunu parti mill-Ewropa jew li l-poplu tagħna jgħix fil-paċi?", "X'inhi l-iktar ħaġa importanti?", "Jew se jiġrilna bħall-imgħoddi, niġġieldu l-gwerer ta' ħaddieħor, naqblu jew ma naqblux?", "Dan li rridu aħna?", "U meta ġġeliedna l-gwerer, naqblu jew ma naqblux, kellna l-prosperita' ekonomika?", "Ma kellna xejn, qatt.", "Aħna bdejna nieħdu r-ruħ meta nqtajna minn magħhom, kellna l-kuraġġ li ninqatgħu, u lill- Ingliżi għidnielhom: Ma jimpurtaniex x'se jiġrilna u ma jiġrilniex, dik affari tagħna.", "Intom issa ħalluna niżviluppaw fil-kwiet.", "Magħkom qabel konna ħbieb għax bilfors.", "Issa jekk se nkunu ħbieb għax veru lesti li nkunu ħbieb.", "Imma hekk issa l-ħajja tagħna se tkun.", "U mxejna.", "Kif imxejna?", "Ejja naraw.", "Tajjeb u ħażin mxejna għax kellna ftehim mal-partijiet ta' l-Ewropa ta' Fuq, tal-Mediterran ta' Fuq, l-Ewropa t'Isfel u ftehim man-naħa tal- Mediterran t'Isfel, ta' l-Afrika ta' Fuq.", "Dawk kienu jibbilanċjaw u għadhom hekk u m'għandna xejn iktar illum.", "F'dawn id-disa' snin jew għaxar snin li għamel il-Gvern Nazzjonalista, ma' l-oħrajn m'għandna xejn li lilna tista' tagħtina xi sigurta'.", "Dan meta l-interessi għadhom l-istess u għadhom ma nbidlux.", "L-Italja tridna nidħlu fl-Ewropa - u għandha raġun - biex tkun moħħha mistrieħ li aħna mhux se nżommu man-naħa tal-Libja jew man-naħa ta' l-Għarab jew ma' xi ħaddieħor.", "Dan ix-xi ħaddieħor jista' anke jkun l-Amerka, biex niftehemu.", "It-Taljani qatt ma kienu ferħanin li hawnhekk ikun hawn in-NATO u għalhekk bil-ġirja qablu li jkun għandhom għax minn għandhom għandhom tikka biss u minn għandna n-NATO kienu jiddominawna f'kollox.", "Kellhom l-interessi tagħhom u għalhekk it-Taljani fl-aħħar indunaw li aħna konna serji u għenuna biex neħilsu mill-Ingliżi, mhux l- Ingliżi bħala poplu imma qed ngħid għall-bażi Ingliża.", "Dan sar fl- imgħoddi u għamilnih bil-kuraġġ kollu u fuq dan bnejna s'issa u dawn huma s-sisien tal-paċi tagħna.", "Naturalment hemm il-United Nations imma naħseb li m'hawn ħadd illum li għadu joħlom li din l-organizzazzjoni għandha xi forza kbira li tista' tiggarantilek dawn l-affarijiet.", "Il-United Nations għandha ċerta forza imma mhux se tagħmel trattat magħha biex tiggarantilek in-newtralita'.", "Ħalli naraw x'nistgħu nagħmlu llum ta' ġid.", "Kif se nikkontribwixxu għall-Ewropa?", "Aħna l-uniku pajjiż li nistgħu nduru fuq l-Iżrael u nduru fuq l-Għarab u ngħidulhom: Aħna m'għandna xejn kontra tagħkom it-tnejn imma intom tridu taslu biex tiftehemu ħalli kulħadd jgħix fil-paċi fil-Mediterran.", "Lil-Lhud u lill-Għarba ħadd ma jista' jgħidilhom hekk b'wiċċu minn quddiem ħlief aħna għax m'għandniex x'nirbħu ħlief il-paċi f'dawn l-affarijiet.", "M'għandna xejn x'nirbħu.", "M'għandniex investimenti hemmhekk, bħalma għandhom l-Amerikani, investimenti strateġiċi, tant strateġiċi li Iżrael tieħu għajnuna mill-Amerka daqs il-pajjiżi l-oħrajn kollha tad-dinja.", "Aħna m'għandniex dawk l-interessi u allura ma jistgħux jgħidu li qed nitkellmu għax għandna xi interess.", "Aħna qed nitkellmu għax għandna interess wieħed, bħalma fuq kollox għandhom huma, li għada pitgħada to survive dawn bilfors irid ikollhom il-paċi.", "Dik l-ikbar kontribuzzjoni li nistgħu nagħtu u diġa' taħt il-Gvern l-ieħor tlifna ċ-ċans li kellna u ħadet il-kredtu Norway meta ġabithom flimkien.", "Il-kredtu morali ħaduh in- Norveġiżi imma dak xogħolna kien imissu kien għax aħna lil kulħadd għandna ngħidu b'wiċċna minn quddiem li meta qed nagħmlu politika Mediterranja qed nagħmlu politika Ewropea, imma politika Ewropea ta' Abel u mhux ta' Kajjin.", "Jekk l-Ewropa se tkun ta' Kajjin, aħna addio, spiċċa.", "Jekk se tkun ta' Abel allura aħna se nkunu alright u għandna nikkontribwixxu biex tkun ta' Abel u biex tkun ta' Abel l-Ewropa trid tagħmel l-isforzi tagħha kollha biex ikun hawn il-paċi fil-Mediterran.", "L-Ewropa hi trid tieħu l- inizjattiva mhux tħalli f'idejn l-Amerikani.", "Kulħadd jaf li l-Amerikani m'għandhomx interess bħalma għandna aħna u bħal m'għandhom l-Italja li jkun hemm il-paċi fl-Iżrael u fil-Palestina.", "Kulħadd jaf u allura jridu jisfurzaw bil-kbir biex jipprovaw jikkuntentaw lit-tnejn meta għandhom iktar irbit ma' naħa waħda.", "Allura l-isforz min-naħa ta' l-Amerikani qatt ma jista' jkun ġenwin u qatt m'huma se jaslu.", "Għalhekk kien hemm bżonn f'ċerti mumenti li Norway tagħmel xi ħaġa u tikser dan l-impasse.", "Jien mhux se noqgħod ngħallimkom il-politika barranija fin-nofs siegħa li għandi llum.", "Li qed ngħidilkom huwa li kieku konna f'sensina, aħna rridu ngħidu: Isma', ejja wara disa' snin li ilna nipprovaw biex idaħħluna membri, u daħku bina ...", "GĦaliex xi ħadd daħak bina, xi ħadd daħak bil- poplu Malti.", "Jiena jiddispjaċini ngħidlu lill-ex-Prim Ministru li fid- disa' snin li ilni nisimgħu jitkellem fuq l-Ewropa, kull sitt xhur kien jgħid li konna wasalna biex nidħlu.", "Allura bilfors li xi ħadd daħak bina, u mhux ta' b'xejn li daħku bina għaliex m'hemm l-ebda għaġġla u jafu li lanqas jistgħu jikkommettu ruħhom jekk aħna nibqgħux newtrali jew le.", "Jekk l-affarijiet barranin tal-Kummissjoni - u dawn m'humiex affarijiet barranin fis-sens politiku imma fis-sens kif jolqtu ċerti setturi - qegħdin fuq erba' min-nies, li ħadd minnhom m'huwa ministru ta' l-affarijiet barranin, allura kif jista' jiġi hawnhekk l-Onor. de Marco u bis-serjeta' kollha jaċċerta lill-Kamra li jekk se nidħlu hemmhekk se nkunu newtrali!", "Anzi, jiena ngħid li jekk nitilqu din il-policy tan-newtralita' ma nkunux f'pożizzjoni li ngħinu biex ngħaqqdu lill-Ewropa.", "Jekk nitilqu din il- policy tan-newtralita', il-credentials li għandna ma' l-Ewropa biex inkunu utli għaliha jispiċċaw, u din irridu nifhmuha.", "Dan qed ngħidu bis-serjeta' kollha u fl-interess ta' kulħadd.", "B'danakollu ma jfissirx li għada - nisperaw li jkun għada - jekk ikun hemm ftehim tajjeb mal-pajjiżi tal- Mediterran, ma nistgħux ma ngħidux: Isma, wasal iż-żmien li n-newtralita' tagħna tispiċċa u nkunu aktar utli għall-Ewropa f'xi ħaġa oħra.", "Issa nafu li tista' tidħol membru hemmhekk, u nafu l-kondizzjonijiet sewwa għaliex din l-Ewropa għandha foreign policy tagħha imma qabel ma tagħmel ħilitha ħalli jkun hawn paċi fil-Mediterran ......", "Jiena ngħid li lanqas f'Helsinki ma wasalna ħafna għaliex jekk toqgħod tara x'għamilna f'Helsinki ssib li għamlu protokoll \"daqshekk\" fuq il-Mediterran imma l-fatti u x- xogħol trid tarahom bil-lenti.", "U dan bil-protokoll b'kollox!", "U dan qed ngħidu bis-serjeta' kollha.", "Jiena għandi 82 sena u m'għandix għalfejn nimpika.", "Biex Malta mxiet 'il quddiem, jiena bdilt il-policy tal-partit min-naħa għall-oħra, dejjem nittestja x'inhu l-aħjar u kif tagħżel l-aħjar.", "Jiena kont ħieles minn kollox, ma kont committed ma' ħadd u stajt naqleb il-politika tal-partit minn politika ta' integration għal politika ta' indipendenza totali.", "Issa hawnx żewġ affarijiet aktar opposti minn dawn?", "Imma jiena qlibtha u nerfa' r-responsabbilta' kollha li għamilt hekk.", "U jekk dan kien ġenn, mela jiena kont miġnun!", "Imma dan għamilnih u għamilnih mingħajr ma qgħadna nimpikaw u mingħajr ma qgħadna ngħidu: Imma aħna hekk għidna!", "Jekk verament irridu nagħmlu sforz nazzjonali u ngħidu li rridu nagħmlu sforz fl-affarijiet barranin, irridu naqblu fuq din.", "Ħalli mbagħad ma naqblux fuq l-affarijiet interni imma jekk mhux se nagħmlu dan allura se jkun hemm l-interess ta' ħaddieħor li jindaħal fin-nofs u lanqas l-affarijiet interni ma nkunu nistgħu nagħmlu.", "U la jkun jikkmanda l-Onor.", "Fenech Adami, la jkun jikkmanda l-Onor.", "Alfred Sant u lanqas ħadd minna hawn, u la t-tfal tagħna u lanqas it-tfal tat-tfal tagħna.", "U għaliex dan?", "Fuq pika!", "GĦaliex din hija pika u għalhekk dawn l-affarijiet irridu naqtgħuhom.", "Min-naħa tagħna rridu ngħidu li sar sforz ġenwin - ma nistax ngħid li ma kienx ġenwin - li dam sejjer disa' snin imma li ma wassalna mkien għaliex la qdejna l- missjoni tagħna ta' paċi u ma qdejna xejn.", "U għaliex qed ngħid dan?", "GĦaliex issa għandna Gvern li jibża' jgħid dan li qed ngħid jiena imma min- naħa l-oħra jgħidu li aħna min-naħa tagħna ma rridux nidħlu fl-Ewopra.", "Imma dan m'għandu x'jaqsam xejn.", "Aħna rridu nagħmlu dak li hu prattiku u għall-aħjar għal pajjiżna u għall-Ewropa.", "Issa tidħolx għaliex inti membru u tidħolx għaliex l-Ewropa għandna bżonn min ikun bħalna, u allura tagħtina każ speċjali, bħalma għamlet ....", "Fl-aħħar wieħed li għamilna fl-1972 jew l-1974, meta ltaqa' l-council of ministers, għamlu affarijiet magħna li qatt m'għamlu ma' ħadd, allavolja jiena kull darba kont nipposponi ħames snin ħames snin u ma naċċettax li nneħħu d-dazji tad-dwana.", "MADAM SPEAKER: Onor. Mintoff, niġbidlek l-attenzjoni li baqagħlek żewġ minuti.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Madam Speaker, jiena għadni qed nitkellem fuq foreign affairs pero' qabel ma nispiċċa nixtieq nitkellem ftit fuq dan il-budget.", "Jiena jiddispjaċini jekk se nibqa' fit-triq tan-nofs u se jkolli nivvota fuq budget mingħajr ma kelli ċ-ċans - imkien - li nagħmel is-suġġerimenti tiegħi kif naħseb jien li nistgħu nagħmlu l-ewwel pass serju biex infiqu minn din il-marda tad-dejn.", "Jiena ma nafx għaliex il-Prim Ministru għadu jinsisti li meta jiġi biex jagħlaq nhar it-Tnejn minflok nagħmlu seduta li ddum sagħtejn, nagħmlu seduta li ddum sagħtejn u nofs u jiena jkolli dik in- nofs siegħa biex nitkellem fuq is-suġġett l-ieħor ukoll.", "Imma nagħlaq hawnhekk u ngħid li wasal il-mument li fuq affarijet barranin iż-żewġ naħat tal-Kamra jiltaqgħu u jagħmlu politika serja u li tkun taqbel għal Malta fiċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Illum hemm Gvern li jemmen fin-newtralita'.", "Min-naħa l-oħra jemmnu fin-newtralita' wkoll u jemmnu fil-Mediterran.", "U jekk se joqogħdu jimpikaw li ma jridux jikkoperaw mal- Gvern għaliex iridu li aħna nikkommettu ruħna ma' l-Ewropa llum għaliex jaħsbu - jaħsbu! - li għaliex inkunu minn ta' ġewwa nagħmlu aktar effett, jiena ngħidilhom li dan m'huwiex veru.", "Minn barra tagħmel effett aktar.", "Intom qegħdin tarawni hawnhekk.", "Billi qiegħed daqsxejn 'il barra, billi qiegħed daqsxejn 'il bogħod, aktar qed nagħmel effett milli kieku kont fuq ġewwa.", "Aħseb u ara fl-Ewropa!", "Aħna rridu nkunu serji u ma noqogħdux ngħajru lil xulxin.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-Ewropa; aħna rridu nisfruttaw in-newtralita' ta' Malta, imma rridu nisfruttawha maż-żewġ naħat, għall-paċi maż-żewġ naħat.", "U talli nagħmlu dak ix-xogħol ikollna ritorn.", "Aħna ma ġibniex dawk il-miljuni minn barra għaliex jiena mort nagħmel il-bużullotti hemmhekk.", "Ma ġibnihomx għaliex jiena mort nagħmel il- kutrumbajsi imma ġibnihom għaliex ikkonvinċejnihom li Malta biex taħdem għall-paċi trid tkun ħielsa mid-dominazzjoni barranija.", "Imma biex tkun ħielsa hemm bżonn l-għajnuna, u l-istess irridu nagħmlu jekk se nġibu xi ħaġa minn barra.", "Pero' din ma rridux inġibuha billi ngħidulhom jagħtuna grants, jiġifieri bil-metodi ta' qabel, iżda b'metodi oħrajn li nista' nispjegahom darba oħra.", "Aħna rridu nkunu id f'id fuq din u ma rridux infixklu lil xulxin għaliex l-exercise huwa biżżejjed diffiċli.", "Ejja ma nagħmlux bħalma għamilna meta ġejna biex neħilsu mill-forzi armati Ingliżi li, jiddispjaċini ngħid, kellna nagħmluha waħedna u bir- reżistenza tan-naħa l-oħra.", "Ejja ma nerġgħux nagħmlu hekk.", "Imma meta se nitgħallmu!", "Dan huwa l-appell li rrid nagħmel lill-Oppożizzjoni u mbagħad jekk ikolli ċans nitkellem aktar fuq affarijet interni.", "Jekk ma jkollix ċans, jiddispjaċini ngħid li ma naqbilx mal-miżuri kif inhuma waħedhom u ma nistax nagħti l-assent tiegħi lill-Gvern biex nagħmlu hekk.", "Jekk jisimgħuni u jeħduni bis-serjeta', u jkun hemm il-wegħda li dak li qed ngħid se jeżaminawh bis-serjeta' bħalma jeżaminaw ta' kulħadd, allura l- pożizzjoni tiegħi tkun aktar faċli.", "Daqshekk li għandi x'ngħid, Madam Speaker.", "MADAM SPEAKER: Nirringrazzja lill-kelliema għad-diskors tagħhom.", "Nirringrazzja wkoll lill-impjegati tat-televiżjoni u l-mezzi tax-xandir u nitlobhom jirtiraw mill-Kamra.", "L-impjegati tal-Public Broadcasting Services irtiraw mill-Kamra.", "Id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 17 ta' Novembru, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjoni sabiex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 1998 - It-Tieni Jum.", "Fit-8.31 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-Mozzjoni Nru 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PROPRJETAJIET - XIRI", "9502.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar kemm kien in-numru ta' barranin li xtraw proprjeta' f'Malta fil-perijodu 1/11/96 - 31/10/97?", "F'liema lokalitajiet jinstabu l-proprjetajiet li nbiegħu lill-barranin?", "X'tibdil hu mistenni li jseħħ fil-kondizzjonijiet ta' xiri ta' proprjeta' minn barranin?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għal-lista ppubblikata fil- Gazzetta tal-Gvern taħt l-Avviż Nru. 92 tal-21 ta` Jannar, 1997 dwar, permessi mogħtija lill-barranin biex jixtru proprjeta` f`Malta u Għawdex għall-perijodu mill-1 ta` Settembru sa l-aħħar ta' Diċembru, 1996.", "Mir- records eżistenti mhux possibbli li wieħed jissepara x-xhur ta' Novembru u Diċembru kif mitlub.", "Matul l-ewwel għaxar xhur ta` din is-sena, jiġifieri mill-1 ta` Jannar sa l-aħħar ta' Ottubru, 1997, ingħataw 126 permess.", "Kopja tal-lokalitajiet differenti fejn ingħataw dawn il-permessi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Għalissa mhux previst l-ebda tibdil fil-kondizzjonijiet ta` xiri ta` proprjeta` minn barranin.", "PORT ĦIELES - ĦADDIEMA", "9503.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm żdied/naqas in-numru ta' ħaddiema jaħdmu fil-Freeport fil-perijodu 1/11/96 - 31/10/97?", "X'tip ta' xogħol daħlu jagħmlu l-ħaddiema ġodda?", "Kemm hu fil-preżent, il-complement totali tal-ħaddiema f'dan il-post?", "Meta hu mistenni li jidħlu jaħdmu aktar persuni f'dan il-lokal?", "X'tip ta' vacancies hu mistenni li jimtlew fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: In-numru ta` ħaddiema li jaħdmu fil-Freeport fil-31 ta` Ottubru, 1997 huwa ta` 526.", "Matul il-perijodu 1 ta` Novembru, 1996 sal-31 ta' Ottubru, 1997 kien hemm 526 persuna.", "Fl-istess perijodu n- numru ta` ħaddiema li spiċċaw kien 19 u n-numru li ġew ingaġġati kien 17.", "Il-gradi li fihom ġew impjegati huma:", "4 amministrattivi 13 industrijali", "Wara l-perijodu imsemmi n-numru u dettal ta' l-engagement ma jistax jiġi preċiżat f`dan l-istadju għaliex dan jiddependi minn diversi fatturi, fosthom riorganizzazzjoni li waslet biex tiġi mwettqa.", "Fil-futur qarib inkun f`pożizzjoni li nwieġeb din il-parti tad-domanda", "MIA - INVESTIMENT KAPITALI", "9504.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' investiment kapitali mistennija twettaq l-MIA fl-inħawi ta' l-Airport?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?", "Meta saru l-applikazzjonijiet għall-permess tal-bini?", "Meta ħarġu u ġew awarded it-tenders għal dan ix-xogħol?", "Meta mistenni li jitlesta x-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-MIA għandha l-ħsieb li tiżviluppa l-artijiet li jinsabu madwar il-car park għal skopijiet kummerċjali.", "Għal dan il-għan, il-kumpannija kellha taħdidiet ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, u aktar kmieni din is-sena ffinalizzat master plan ta' l-inħawi kollha madwar it-terminal.", "Jiena nformat ukoll li fil-master plan hemm maħsub li jsiru diversi tipi ta' żvilupp, fosthom garden centre, ħwienet kummerċjali, airport hotel u stabilimenti ta' divertiment.", "Il-kumpannija tħoss li qabel ma jsir studju dettaljat (feasibility study) fuq il-proġett kollu, jkun kmieni wisq li wieħed jiddeċiedi liema tip ta' żvilupp għandu jinbeda u meta.", "Il-kumpannija applikat għal xi wħud mill-permessi meħtieġa, u l-uniku tender li ħareg s'issa kienet sejħa għal offerti minn dawk interessati biex imexxu garden centre.", "Dan hu proġett ta' ċerta entita' u jieħu ż-żmien biex jitlesta.", "PULIZIJA - SNIETER", "9505.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' snieter li ħadu l- pulizija mingħand il-kaċċaturi fil-perijodu 1/11/96 - 31/10/97?", "Mil-liema lokalita' kienu dawk li tteħdilhom is-senter?", "F'liema nħawi tal-gżira ttieħdu dawn is-snieter?", "Kemm snieter ingħataw lura lil sidhom fl-istess perijodu, mingħajr ordni tal-Qrati?", "ONOR.", "ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP", "9506.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent il-complement tal-pulizija fid-diversi taqsimiet tagħha?", "Kemm hu n-numru ta' kadetti fil-preżent?", "Kemm hu n-numru ta' vacancies li għandu l-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-complement preżenti tal-Korp tal-Pulizija huwa ta' 1,804.", "Informat ukoll li fil-preżent m'hemmx kadetti.", "Skond l-aħħar complement approvat jidher li hemm 47 vakanza.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - MAKKINARJU", "9507.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet li jieħu makkinarju tiegħu lill-privat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex policy li dan id-dipartiment iwettaq xogħol, permezz ta' makkinarju tiegħu, fil-privat imbagħad jitħallas tiegħu?", "F'kull wieħed minn dawn il-każi, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużat din il-policy?", "F'liema lokalita' ġiet użata?", "X'kien il-ħlas li daħħal id-dipartiment?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'kull każ għal perijodu 1/11/96 - 31/10/97?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Minn xi ftit tas-snin 'il hawn inkera kemm makkinarju kif ukoll saru xogħlijiet lill-privat.", "Matul il-perijodu, mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-31 t'Ottubru, 1997 inkera darbtejn bulldozer u fiż-żewġ każi min krieh kienu ħaddiema ta' dan id-dipartiment.", "Darba nkera bulldozer għal ħames t'ijiem u ġie misjuq mill-istess ħaddiem u l-ħlas kien ta' Lm119.25c u darb'oħra inkera għal ġurnata u ġie misjuq mill-istess ħaddiem li krieh, u l-ħlas kien ta' Lm16.25c.", "F'dawn iż-żewġ każi x-xogħol sar fil-Magħtab u f'Ħal Far rispettivament.", "Inkrew ukoll road roller, wheel shovel u trakk lil Adventure Campers Association għal ħlas ta' Lm349.89c u x-xogħol sar l-Għadira.", "DJAR TA' L-ANZJANI - SECURITY GUARDS", "9533.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9022 il-Ministru rrisponda li \"security guards iduru fuq bażi ta' roster kull perijodu ta' żmien\", jista' l-Ministru jispeċifika, jelabora u jiċċara aħjar x'inhu dan ir-roster u kemm hu l-perijodu ta' żmien imsemmi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Kif diġa' ġie spjegat, ir-roster tas-security guards huwa D N R O (Day, night, rest, off) bil-ħinijiet kif diġa' ġew mogħtija.", "Sal-lum qed jinżamm il-perijodu ta' tliet xhur bħala bażi ta' tibdil b'rutina.", "SPTARIJIET - STAFF FIS-SWALI", "9534.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9024?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant dwar ir-records li jirrigwardjaw l-istaff complement f'kull sala fl-iSptar San Luqa u San Vincenz de Paule għas-sena 1987 tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta u nformat li dawn m'humiex available.", "SAĦĦA - KSUR TAL-KODIĊI TAĊ-ĊIVIL", "9535.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l- Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9033?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ĦARSIEN TA' L-AMBJENT - A.L. NRU.", "183", "9679.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ressaqx lil xi persuni l-Qorti dwar ksur ta' l-Avviż Legali Nru. 183 ta' l-1994 sal-lum?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jagħmel tibdil f'dan l-Avviż Legali Nru. 183 ta' l-1994?", "Jekk iva, jista' jispjega x'tip ta' tibdil qiegħed jikkontempla dan il-gvern?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĦARSIEN TA' L-AMBJENT - FLIEXKEN TAL-PLASTIC", "9680.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern u tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent dwar l-użu ta' fliexken tal-plastic għal-luminata?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IMPJEGAT", "9681.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-persuna li ismu qed jintbagħat separatament fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Arti Nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna għandhiex kuntratt kif ukoll jgħid x'inhi r-remunerazzjoni, benefiċċji jew allowances li għandha l-istess persuna?", "F'każ li għandu kuntratt, jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - COMPUTERS", "9682.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jipprovdi lill- iskejjel primarji bil-computers li suppost ingħataw lill-istess skejjel fil- bidu tas-sena skolastika f'Ottubru, 1997?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9329 mogħtija f'Seduta Nru. 135.", "EDUKAZZJONI - SCHOLARSHIPS TAL-COMMONWEALTH", "9683.", "L-ONOR.", "GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għaż-żewġ ħarġiet ta' applikazzjonijiet għal scholarships tal-Commonwealth li ġew ippubblikati dan l-aħħar?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni separata għal kull applikazzjoni?", "Kemm kien hemm applikanti nisa u kemm irġiel?", "Kemm kien hemm Għawdxin f'kull sejħa ta' applikazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid għal-liema speċjalizzazzjoni ta' tagħlim applikaw kull wieħed u waħda mill-applikanti?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO:", "1.", "Saru żewġ ħarġiet ta' applikazzjonijiet għal awards tal-Commonwealth, tar-Renju Unit u tal-Kanada.", "Għall-Kanada kien hemm 14-il applikazzjoni.", "Għar-Renju Unit kien hemm 36, u applikazzjoni waħda li daħlet tard u ma ġietx aċċettata.", "2.", "Kien hemm tmien applikanti nisa u sitt irġiel għall-Kanada u 11-il mara u 25 raġel għar-Renju Unit.", "3.", "La għar-Renju Unit u lanqas għall-Kanada ma' kien hemm ebda applikazzjoni minn Għawdex kif jirriżulta mill-indirizzi mogħtija fuq l- applikazzjonijiet.", "4.", "L-applikanti applikaw għal speċjalizzazzjonijiet kif jidher fuq Dok.", "A u B li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is- seduta.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - DIRECT ORDERS", "W1,043.", "L-ONOR.", "NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fir- rigward ta' ħruġ ta' direct orders mill-Ministeru (inklużi d-dipartimenti, l-korporazzjonijiet u l-awtoritajiet konċernati), jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu bejn 01.11.96 sa 31.10.97 kemm-il direct order inħareġ; għal-liema xogħol/servizzi/xiri nħareġ kull direct order; il-valur ta' kull direct order; u lil min ġie awarded kull direct order?", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Għandi nifhem illi l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dawk l-ordnijiet ta' xiri jew xogħol li jsiru bla ma ssir tender, wara l-approvazzjonijiet meħtieġa min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi.", "Minn dawn it-tipi ta' ordnijiet saret waħda biss fil-perijodu msemmi mill- Onor. Interpellant.", "Din ġiet mogħtija mid-Dipartiment tax-Xogħol għan-nom tal-Kummissjoni għall-Promozzjoni ta' Saħħa u Sigurta' fuq ix-Xogħol u ngħatat lill-R.G.B. TV Productions għall-produzzjoni ta' materjal awdjo viżiv edukattiv dwar saħħa u sigurta' fuq ix-xogħol, għall-valur ta' Lm3,220."]} {"filename": "19990512_096d_par.doc", "date": "1999-05-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 96 L-Erbgħa, 12 ta' Mejju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 96", "L-Erbgħa, 12 ta' Mejju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.15 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "96", "L-Erbgħa, 12 ta' Mejju, 1999", "WERREJ MINUTI 695", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 695", "TQEGĦID TA' KARTI 698", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU", "GĦAL MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL (SECOND READING) 699", "AĠĠORNAMENT 715", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 719", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hemm korrezzjonijiet għall-minuti?", "L- Onor. Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li l- bieraħ l-Onor.", "Joseph Sammut kien preżenti għas-seduta ta' filgħaxija.", "MR SPEAKER: Nieħdu nota ta' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Membru.", "Il- Minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 95 li saret it-Tlieta, 11 ta' Mejju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "PA - ENFORCEMENT NOTICES", "4958.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice ħarġet mill-awtorità ta' l-ippjanar u ma ġietx imwettqa minn mindu ilha mwaqqfa l-istess awtorità?", "Jista' l-Ministru jindika l-post ukoll ta' fejn ħareġ l-enforcement?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li minn mindu twaqqfet l-awtorità ta' l-ippjanar sa l-aħħar ta' Frar ta' l-1999 inħarġu 7,672 enforcement notice u/jew stop and enforcement notice.", "L-ammont ta' 2,532 jew 33% minn dawn l-avviżi ġew osservati u/jew ittieħdu passi mill- awtorita` u l-illegalita` illum tneħħiet jew ġiet sanzjonata.", "Il- kumplament, u ċioé 5,140, għadhom pendenti.", "Minn dawn l-avviżi, 1,047 huma suġġetti għal applikazzjonijiet pendenti quddiem l-awtorita`, liema applikazzjonijiet qegħdin jitolbu li l-ksur jiġi ssanat; 316 avviż qegħdin quddiem il-bord ta' l-appell.", "Għalhekk, skond il-liġi, l-azzjoni fuq dawn il-1,363 avviż hija sospiża sakemm ikun hemm xi forma ta' deċiżjoni.", "Il-kumplament, u ċioe` 3,777 avviż huma pendenti b'azzjoni li għad trid tittieħed mill-awtorita`.", "L-enforcement notices inħarġu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cushieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li fuq 3,700 każ ta' enforcement notice m'hemmx appell pendenti imma suppost ittieħdet azzjoni iżda baqgħet ma tteħditx, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir min-naħa tal-ministeru biex jagħti iktar saħħa lill-awtorità ta' l-ippjanar biex tkun tista' tieħu l- passi u tieħu azzjoni immedjata?", "Apparti minn hekk, nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari oħra.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ta' l-intern huwiex jikkonsidra li jgħin aktar lill-kunsilli lokali billi l-applikazzjonijiet tagħhom li jkun hemm quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar fejn jidħlu proġetti kapitali li jkunu ta' interess pubbliku jingħataw prijorita'?", "Xi kultant jiġri li proġetti kapitali min-naħa tal-kunsilli lokali - dan il-każ ġara f'San Ġiljan - idumu s-snin jistennew għall-approvazzjoni.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru huwiex jikkonsidra li jagħti aktar saħħa lill- awtorità ta' l-ippjanar biex il-kunsilli lokali jingħataw prijorità fejn jidħlu proġetti kapitali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, wieħed irid jgħid li mit-twaqqif ta' l- awtorità ta' l-ippjanar daħlet ċerta dixxiplina x'wieħed jista' jagħmel u ma jistax jagħmel f'dik li hija kostruzzjoni ta' bini.", "Tant huwa veru li l- kritika prinċipali m'hijiex li ma jsirx l-enforcement imma li jsir wisq enforcement, jiġifieri t-tgergir prinċipali huwa li qed jaqbdu ma' wisq nies u jista' jkun li b'ċerti azzjonijiet l-awtorità qed ixxekkel wisq l- iżvilupp.", "(Interruzzjonijiet) M'iniex qed ngħid li naqbel ma' din il- kritika imma rrid ngħidlek x'inhi l-kritika bħala stat ta' fatt. Iva, nemmen li lkoll naqblu li wara t-twaqqif ta' l-awtorità, man mano daħlet iktar dixxiplina f'dan il-qasam.", "Issa ħafna minn dawn l-avviżi li semmejt ikunu anke infrazzjonijiet żgħar ħafna, uħud minnhom anke anteċedenti għat-twaqqif ta' l-awtorità ta' l- ippjanar, fis-sens li xi ħadd jagħmel applikazzjoni għax irid jibni, ngħidu aħna, it-tieni sular u meta l-awtorità ta' l-ippjanar tmur tagħmel site inspection issib li s-sular ta' isfel, li jkun inbena qabel it-twaqqif ta' l-awtorità, jkollu filati iktar milli suppost fil-garaxx.", "Bħalissa wkoll l-MEU għadha kif lestiet rapport dwar riorganizzazzjoni interna fl-awtorità ta' l-ippjanar għaliex apparti li se nibdlu l-policies u l-liġi, se nagħmlu din ir-riorganizzazzjoni interna.", "Dan ir-rapport huwa lest u se jiġi ppreżentat lili fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.", "Jien informat minn min ħejja dan ir-rapport li dwar l-enforcement section hemm pjanijiet biex din tissaħħaħ bħala organizzazzjoni.", "Nista' ngħid li se nieħdu passi biex tiġi msaħħa l-enforcement section.", "Dwar il-punt validu li qajjem l-Onor.", "Interpellant fuq il-proġetti tal- kunsilli lokali, nista' nikkonferma li l-ministeru kemm-il darba jkun f'kuntatt ma' l-awtorità ta' l-ippjanar dwar dawn il-proġetti, mhux għaliex il-ministeru jista' jordna lill-awtorità ta' l-ippjanar kif tiddeċiedi, imma ġieli jkollna kuntatti mad-direttorat biex ċerti proġetti - mhux kull proġett jew kull ħolma li jkollu kull kunsill lokali - li jkunu jidhru li ġew sanzjonati wkoll mid-dipartiment tal-kunsill lokali, jingħataw prijorità.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cushieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSHIERI: Dwar l-aħħar punt li għadu kif semma l-Ministru li proġetti kapitali fdati f 'idejn il-gvern ċentrali jingħataw prijorita', ma jistax isir l-istess ħaġa u l-proġetti kapitali f'dati f'idejn il- kunsilli lokali jingħataw prijorità wkoll?", "Jiġifieri l-Ministru jikkonsidra li nimxu fuq l-istess binarju biex il-kunsilli lokali jingħataw l-prijorità f'proġetti kapitali bħalma jingħata l-gvern ċentrali?", "Il-Ministru semma ħafna applikazzjonijiet ta' min irid jibni t-tieni sular li għadhom pendenti minħabba l-fatt li l-istruttura ta' l-ewwel sular tkun inbniet ħażin.", "F'dan ir-rapport li se jiġi ppreżentat, il-ministeru qiegħed jikkonsidra li dawk li għandhom każijiet bħal dawn jiġu rregolarizzati għaliex inkella se jibqgħu pendenti u qatt m'hu se jkunu solvuti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-risposta fuq it-tieni parti tal-mistoqsija tiddependi minn x'tip ta' infrazzjoni tkun.", "Ċertament li hemm ċerti infrazzjonijiet li ma tistax tissanahom għaliex jekk tissanahom tkun qed tippremja jew tagħti amnestija lil min ikun kiser il-liġi u tagħti vantaġġ lil min ikun kiser il-liġi a żvantaġġ ta' min ikun mexa mal-liġi.", "Pero' mbagħad hemm infrazzjonijiet oħrajn - insemmi din tal-filati tal- garaxxijiet - li naħseb li wasal iż-żmien li jiġu riveduti.", "Fil-fatt għaddejjin laqgħat mal-Kamra tal-Periti u twaqqaf core group, li l-kompożizzjoni tiegħu diġa' għidna x'inhi, fejn qed jiddiskutu proprju tibdiliet għall-policies u mhux għal-liġi biss.", "Fosthom hemm din li semmejt jien u li semma l-Onor.", "Interpellant anke għaliex ħafna drabi jiġri li min ikun bena illegalment - ngħidu aħna, bena l-garaxx b'iktar filati - jbigħ l-arja u mbagħad dak li jixtri l-arja jmur biex jibni d-dar fejn joqgħod u ma jagħtuhx permess peress li taħtu - mhux tort tiegħu - ikun inbena llegalment, imma l-venditur ikun bena illegalment.", "Jiena naħseb li mexjin għal soluzzjoni ta' dawn it-tip ta' problemi.", "Dwar prijorità li jingħataw l-proġetti tal-gvern, probabbli sħabi l- ministri ma jaqblux ma' l-Onor.", "Interpellant.", "Insemmi biss il-każ fuq it- tieni fażi tal-proġett ta' Buġibba, fejn taħt l-amministrazzjoni l-oħra kien beda x-xogħol mingħajr permess pero' l-awtorità ta' l-ippjanar ma waqqfitux iżda kif imbagħad inbidel il-gvern - jista' jkun li m'għandha x'taqsam xejn mal-bdil tal-gvern imma b'kumbinazzjoni hekk ġraw l- affarijiet - malli kien se jkompli l-proġett fuq in-naħa tal-boathouses tal- Qawra ħarġu l-enforcement orders.", "Jiġifieri naħseb li l-awtorità anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti tal-gvern eżerċitat ċerta dixxiplina.", "Jien niftakar li meta kont membru ta' l-awtorità ta' l-ippjanar ma ġiex approvat proġett turistiku ġewwa barriera f'Għawdex, minkejja li ġiet imbuttata mill-environment section tal-ministeru tax-xogħlijiet, minħabba li dehrilhom li m'hijiex skond il-policies ta' l-awtorità.", "Jiġifieri ma nagħtux l-impressjoni li l-proġetti tal-gvern ċentrali qed jiġu mbuttati u tal-kunsilli lokali le.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment jiddependi xi proġett hu għax meta perit jagħmel pjanta ta' proġett ma jfissirx li bilfors għandha tiġi approvata.", "Pero' nixtieq ngħid li fir-rapport ta' l-MEU hemm propost li s-sezzjoni għal local councils fl-awtorità ta' l-ippjanar tiġi msaħħha ħalli jkun hemm komunikazzjoni aħjar mal-kunsilli lokali.", "Wieħed japprezza li hemm 67 kunsill lokali u jkun uġigħ ta' ras għall-awtorità ta' l-ippjanar kieku kulħadd kellu joħroġ bil-proġett tiegħu.", "L-awtorità ta' l-ippjanar trid tagħmel prijoritajiet anke bejn dawn il-proġetti, liema ma jkunx hemm oġġezzjoni għalihom u jistgħu jiġu approvati malajr u oħrajn li jkunu jirrikjedu iżjed żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, fil-każ ta' applikazzjoni biex wieħed jirranġa gallarija u jerġa' jagħmilha ta' l-injam - u lill-Ministru nista' ngħidlu li lil applikanti bħal dawn l-awtorita' ta' l-ippjanar qed tgħaddihom minn martirju - jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li jinbidlu ċerti regolamenti, ħalli dawn in-nies jibdew jinqdew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-kwestjoni tal-gallariji hija problema imma mill-banda l-oħra rridu nikkonservaw il-qalba ta' l-irħula.", "Li qed nipprovaw nagħmlu f'dan il-qasam huwa li flok jiġu pprojbiti kull forma ta' gallariji ħlief dawk tal-ġebel u dawk ta' l-injam, hawn ċertu materjal li jista' jintuża li għalkemm la huwa ġebel u lanqas huwa injam, huwa imitazzjoni tajba ħafna ta' l-injam.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaqbel miegħi li għandhom jiġu kkontrollati dawk il-galleriji ta' l-aluminium li huma kulur il-fidda jew inkella kulur id-deheb.", "Naturalment, l-awtorità ta' l-ippjanar m'hijiex qiegħda hemmhekk biex tħassar l-iżbalji kollha li saru f'dawn l-aħħar ħamsin sena imma għallinqas trid tara li ma jsirux żbalji ġodda u tikkontrolla li għall-futur ma jingħatawx permessi ta' dan it-tip.", "Naħseb li l-Onor.", "Membri jaqblu miegħi li din hija xi ħaġa tajba.", "Veru li nħoloq ċertu hardship għal ċerti nies li għandhom gallarija ta' l- injam taqa' biċċiet - għax illum biex tagħmel gallarija ta' l-injam ġdida trid iktar minn Lm1,000 u l-awtorita' ta' l-ippjanar għadha m'hijiex f'pożizzjoni li tissussidja lil kulmin għandu bżonn jagħmel gallarija ġdida ta' l-injam - imma l-idea hija li, ħlief fil-qalba nett ta' l-irħula, jibdew jingħataw permessi sabiex dan il-materjal li semmejt ikun jista' jintuża fil-gallariji.", "(Interruzzjonijiet) Jeħtieġ isir bdil ta' policies u dawn id-diskussjonijiet fil-core group waslu fi stadju avvanzat ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni li talbu l-għajnuna taċ-ċentru tad-detox bejn Settembru 1998 u Frar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6580.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-11 ta' Mejju, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-bieraħ wara li għamilt sensiela ta' mistoqsijiet lill-ministru għat-turiżmu, kont bdejt nitkellem fuq il-ħidma tal-gvern preċedenti Laburista sabiex isaħħaħ l-attività turistika.", "Għedt li kienu nbdew diskussjonijiet sabiex niftħu mużew ta' l-agrikoltura u sħaqt fuq l-importanza tal-kalendarju agro-turistiku.", "Jien nemmen li l- għaqdiet tal-biedja u sajd għandhom jaħdmu qrib il-kunsilli lokali biex iżommu iktar attivita' b'mod regolari, bil-għan li jiġu mħarsa dawk it- tradizzjonijiet u karatteristiċi li huma parti mill-patrimonju Malti.", "Il- gvern preċedenti dejjem emmen li ċ-ċittadin jiġi l-ewwel fis-soċjetà u għaldaqstant jaġixxi fl-interess tal-ġid komuni.", "Kif għidt fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi, kien għalhekk li aħna m'għamilniex U-turn bħalma għamel il-Partit Nazzjonalista meta kien fl-oppożizzjoni u tressqet għall-ewwel darba din il-liġi fil-parlament.", "Fi żmien Gvern Laburista kien qed jiġi pproġettat li f'ċerti żoni niżviluppaw ġonna ta' karatteristika rurali li jkunu popolari mat-tfal, bħalma għamilna fil-Baħrija, fejn għamilna ġnien u semmejnieh \"Barnuża l- Ħamra\".", "L-iskop kien li żoni bħal dawn ma jispiċċawx dumping site għal xi persuni irresponsabbli li jitfgħu l-iskart fil-kampanja.", "Bil-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa konna qed inwettqu politika li tabilħaqq tirrispetta l-flora u l-fawna, il-ġeoloġija u l-ekoloġija u nippreservaw aktar il-karatteristika tal-widien.", "Dan il-proġett kien mezz importanti biex ngħinu lill-kunsilli lokali.", "Kien hemm ħidmiet oħra pproġettati.", "Biżżejjed insemmi l-ħidma li kienet qed tiġi kkordinata mad- dipartiment ta' l-ambjent biex jitneħħew it-tankijiet u flokhom jinbnew ħitan tas-sejjieħ, u jitneħħew ċerti gates li ħafna minnhom kienu tustieri tas-sodod jew bibien ta' karozzi, sabiex wieħed jirranġa dawk iż-żoni partikolari li huma ffrekwentati mit-turisti, speċjalment fl-inħawi tal- Buskett u nħawi oħra tal-kampanja.", "MR SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "RITA LAW: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Noel Farrugia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Membri tal-Kamra.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li d-dipartimenti kollha kienu qed jikkordinaw il-ħidma tagħhom ħalli s-settur tat-turiżmu jkompli jiżviluppa u nitlob lill-ministru biex fil-winding-up tiegħu jgħid x'kordinament qed ikun hemm illum.", "Il-bieraħ tkellimt ukoll dwar il-ħidma li kienet qed issir mill-gvern preċedenti ma' diversi gvernijiet oħra sabiex ikollna għajnuna ħalli nsebbħu l-pajsaġġ.", "Matul l-amministrazzjoni preċedenti il-Gvern Indjan kien bagħat esperti tal-landscaping f'pajjiżna sabiex flimkien mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u xi kunsilli lokali, nanalizzaw il-klima ħalli nkunu nistgħu nsebbħu l-post bi pjanti Indjani.", "L-idea kienet li mhux biss nagħmlu l-landscaping u nagħmlu l-ġonna imma nagħmlu wkoll upgrading ta' ċerti żoni mitluqa ħalli n-nies tal-lokal u t-turisti ikollhom biex jitpaxxew.", "L-idea tagħna kienet li f'toroq ġodda - għax naturalment aħna ma kienx fl-interess tagħna li ngħarrqu l-karatteristiċi tat-toroq tradizzjonali Maltin - inxettlu pjanti u siġar u nesibixxu xogħol artistiku, bħal ngħidu aħna statwi, li jkunu jirrappreżentaw karatteristiċi u kultura ta' xi pajjiż barrani partikolari.", "Waqt l-amministrazzjoni preċedenti il-poplu Libjan kien ukoll bagħat 10,000 siġra tal-frott u anke dekorattivi.", "Wieħed jista' jimmaġina li wħud minn dawn is-siġar mietu imma dik ukoll kienet attività oħra tal-gvern preċedenti sabiex iħaddar lil Malta.", "Kif għedt qabel, kien twaqqaf ukoll kumitat ta' l-urban and rural landscaping, bl-għan li jkun jista' jiddiskuti u joħloq inizjattivi huwa stess.", "Għalhekk nistieden lill- ministru biex jgħidilna x'policy għandu dan il-gvern f'dan ir-rigward u jagħtina timeframe ukoll.", "Ma nistgħux noqogħdu ngħidu x'nixtiequ nagħmlu u neħlu hemm u riżultat ta' xejn, għax jiddispjaċini ngħid li riżultati m'iniex qed nara.", "Biżżejjed insemmi li f'dawn iż-żmenijiet tas-sena normalment numru ta' tour operators, permezz ta' video li hemm f'kamra attrezzata apposta f'Wied il-Qlejgħa, kienu juru lit-turisti x-xogħlijiet li qed isiru hemmhekk.", "It-tour operators jgħiduli li ftit li xejn qed isibu għajnuna u barra minn hekk m'għandhomx qalb li jmorru għaliex il- proġett diġà ħa dehra degradanti.", "Jiena naħseb li din il-Kamra jistħoqqilha spjegazzjoni ħalli naraw għaliex qed jiġru dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, wara li ntroduċejna l-programm tal-hands-on farming u l-hands- on fishing, numru ta' kumpanniji privati barranin kienu ikkontribwixxew billi taw numru ta' annimali eżotiċi.", "Kien hemm diskussjonijiet ma' l- ambaxxatur ta' l-Eġittu sabiex ikollna razza ta' iġmla ħalli jkunu esebiti ma' l-annimali eżotiċi bħala parti mill-programm tal-hands-on farming.", "Dawn huma kollha inizjattivi maħsuba mhux biss għall-istudenti li jattendu l-iskejjel kemm privati u governattivi imma wkoll għat-turisti li jiġu flimkien ma' wliedhom biex ikollhom attività iktar mifruxa u mżewqa.", "II-ministeru tat-turiżmu, flimkien mad-dipartiment ta' l-agrikoltura, kien beda sensiela ta' laqgħat ma' dawk li jieħdu ħsieb il-kċejjen fil- lukandi sabiex naraw x'jixtiequ f'dak li huwa livell fil-kwalità tal- prodotti ta' l-ikel.", "L-idea kienet ħalli meta d-dipartiment ta' l- agrikoltura jitkellem mal-koperattivi tal-produtturi taċ-ċanga u l- produtturi tal-ħalib frisk, ġobon frisk, majjal u tiġieġ frisk, ikun jista' jiggwidahom biex jirranġaw ċerti affarijiet ħalli ovvjament l-industrija tat-turiżmu tagħmel aktar użu mill-produzzjoni lokali u mhux noqogħdu nħabbtu wiċċna ma' kriżijiet ta' importazzjoni, li l-istess produtturi lokali ma jkollhomx ċans jikkumbattu.", "Biżżejjed tiftaħ it-televiżjoni u tisma' r-radio stations u ssib kwantità ta' prodotti barranin reklamati.", "Infakkar li l-punto di partenza tal-Gvern Laburista preċedenti kien li ċ- ċittadini kollha jassumu l-impenn tagħhom u jkollhom spazju biex jipparteċipaw fil-ġid komuni.", "Mr Speaker, nafu li matul it-22 xahar ta' gvern preċedenti, l-industrija tal-majjal żiedet il-produzzjoni u żiedet il- bejgħ b'aktar minn Lm3 miljun.", "Meta nitkellmu rigward l-aspett agro-turistiku rrid infakkar lill-Kamra fid-diskors ta' l-ex-President tar-Repubblika, l-Eċċellenza Tiegħu Dr. Ugo Mifsud Bonnici, fil-ftuħ ta' din il-leġislatura, u se nikkwota:-", "''Fost il-ħwejjeġ importanti għat-turiżmu hemm l-ambjent naturali.", "L- Unjoni Ewropea għandha skema ta' għajnuna speċjali biex l-iżvilupp tal- biedja jgħin fil-ħarsien ta' l-ambejnt rurali - li jinkludi l-irħula - u jwassal għall-iżvilupp ta' għamla ta' turiżmu, li ġiet imsejħa agro- turiżmu.", "Pajjiżna għad jista' jieħu ħafna ġid minnu.", "Barra minn hekk li jkollna prodotti ġenwini tal-biedja u tas-sajd Malti hija kondizzjoni oħra għall-izvilupp f'pajjiżna ta' turiżmu ta' kwalita'.\"", "Jiġifieri x-xogħol li għamlet l-amministrazzjoni Laburista preċedenti huwa konformi ma' l-aġenda li għandu l-gvern preżenti, li vvota għaliha l-poplu Malti u Għawdxi.", "Nemmen li jkun ta' ġid kbir għat-turiżmu f'pajjiżna jekk l-iżviluppi tal-biedja jgħinu fil-ħarsien ta' l-ambjent rurali.", "U jeżistu numru ta' opportunitajiet li jridu jkunu kollha kkordinati flimkien.", "Meta l-gvern preċedenti beda l-proġett ta' Wied il-Qlejgħa konna niġu kkritikati li dan ma kienx se jkun ta' benefiċċju għall-bdiewa.", "Jien ma ngħidx li dan kien il-każ għaliex jekk aħna nippreservaw l-ilma ġieri, il-bdiewa stess ikollhom aċċess għalih għaliex minflok li jispiċċa fit-toroq, l-ilma jispiċċa fil-widien, fejn jippenetra fil-blat, ħalli mbagħad l-ilma ġieri jerġa' jittella' u jintuża għat-tisqija fis-sajf.", "Il-gvern preċedenti kien ukoll beda proġett ta' serer speċjali biex inkunu nistgħu nipprattikaw u nsaħħu l-attività fiċ-ċentru tal-micro- propagation.", "Din id-darba ma konniex se nagħmlu xi seedbank biex idum xi 25 sena biex jagħti r-riżultat u jkollna bank tal-pjanti endemiċi Maltin imma effettivament bdejna proġett li bis-saħħa ta' l-istitut agronomiku ta' Bari, bħalissa għaddejja ħidma li ilha tiġi kkordinata matul dawn l-aħħar 20 xahar sabiex nipproduċu siġar tal-frott u dwieli virus-free.", "B'hekk il- bdiewa mhux biss ikollhom iktar dħul mill-produzzjoni ta' frott għaliex ma tkunx tinvolvi ħafna spejjeż ta' bexx, li sfortunatament huma parti mill- pjaga li għandhom, imma dawn huma ideali wkoll sabiex ikollna produzzjoni ta' kwalità, staġuni tal-frott itwal u naturalment ikollna aktar landscaping ta' żoni rurali.", "Naturalment dan ikompli jgħin biex it-turist isib il-prodott tradizzjonali, il-prodott frisk Malti.", "Ovvjament dan huwa impenn kbir u nixtieq nistaqsi hemmx kordinament mill-amministrazzjoni tal- lum sabiex proġetti bħal dawn ikunu aktar on target.", "Hija ħasra li dawn il- proġetti qegħdin jiġu skartati u abbandunati sempliċement għall-fatt li għamilhom gvern preċedenti, imma dawn huma ta' utilità kbira għall-ġdid komuni.", "Insemmi wkoll l-inizjattiva biex ikollna kotba dwar il-widien permezz ta' proġett li kien beda jiġi kkordinat bejn ħaddiem uffiċjal tad-dipartiment - qed nirriferi għas-Sur Borg u hawnhekk irrid nifraħlu - u l-istitut agronomiku ta' Bari.", "Riċentement ippubblikaw u taw lill-Prim Ministru ktieb dwar l-istorja tal-widien.", "Kienu qegħdin jiġu ppreparati mapep u kotba apposta dwar il-country walks sabiex it-tour operators jieħdu lit- turisti fil-kampanja Maltija.", "Mr Speaker, xtaqt nagħlaq bil-punt ta' l-isports tourism.", "Jien niftakar li meta l-Onor.", "Refalo kien segretarju parlamentari responsabbli mill- isport kont għarraftu li kien hemm kumpanniji Skandinavi u Ingliżi li kienu interessati li jiżviluppaw l-off-road tal-karozzi u tal-muturi f'pajjiżna.", "Jien nifhem li kien hemm problema peress li dan it-taħriġ kien se jingħata lil tfal ta' taħt it-18-il sena u allura dawn il-kumpanniji naturalment ma setgħux ikomplu jaraw kif jiżviluppaw din it-tip ta' attività.", "Jiena naf li dan it-tip ta' sport huwa organizzat fil-pajjiżi kollha membri ta' l- Unjoni Ewropea għax huwa sport popolari ħafna.", "Dan it-tip ta' sport jista' jiżviluppa tip ta' turiżmu ieħor, li jkompli jgħin biex isaħħaħ din l- industrija.", "Issa li għaddew dawn is-snin kollha, x'qed jagħmel il-ministru biex ikun realistiku quddiem din is-sitwazzjoni?", "Il-limitazzjoni tad-daqs ta' pajjiżna kultant tissarraf f'vantaġġ għaliex ċerti attivitajiet partikolari filwaqt li ma jkunux jiġbdu numru kbir ta' turisti, ikunu ideali sabiex kull komunità tiżviluppa xi tip ta' attività ekonomika vijabbli li tipprovdi impjiegi ħalli kulħadd ikollu għejxien ġust b'xogħol li jagħtih dinjità, li kemm bħala Oppożizzjoni u kemm bħala gvern dejjem sħaqna fuqha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, illum qed niddiskutu t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta, li huwa kważi l-istess abbozz li kien tressaq is-sena l-oħra quddiem dan il- parlament pero' għal raġunijiet li ħadd ma jafhom, għalkemm id-deputati Nazzjonalisti, dak iż-żmien fl-oppożizzjoni, kienu qalu li jaqblu mal- klawsoli kollha, meta ġejna għall-votazzjoni vvotaw kontra.", "Li kieku jiena deputat Nazzjonalista għandi għalfejn nistħi għaliex dawn l-affarijiet ma jsirux minn min hu fdat bir-responsabbilta' biex ikattar il-ġid tal- pajjiż.", "Il-membri tal-Partit Nazzjonalista kienu qablu fil-prinċipju ma' dan l-abbozz, anzi l-Onor.", "Refalo kien issekonda lill-ministru ta' dak iż- żmien, l-Onor.", "Karmenu Vella, meta ppropona t-Tieni Qari.", "Il-membri tal- Partit Nazzjonalista kienu qablu li din il-liġi hija liġi importanti biex is-settur tat-turiżmu jimxi 'l quddiem imma xorta waħda meta ġejna għall- istadju tal-votazzjoni vvotaw kontra.", "Imma llum li qegħdin fil-gvern qed jaraw dan l-abbozz ta' liġi b'lenti differenti u minn ikrah issa sar sabiħ!", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra, fl-introduzzjoni tad-diskussjoni dwar dan l- abbozz ta' liġi, il-ministru qal li għandu jkun hawn consensus fuq liġi li tittratta dwar settur daqshekk importanti għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Dawn l-affarijiet ikomplu jikkonfermaw kemm fil-parlament l- affarijiet jeħtieġ li jsiru aktar bis-serjetà.", "Għalkemm is-sena l-oħra jiena ma kontx deputata hawnhekk, kont insegwi d- dibattiti minn fuq ir-radju.", "Niftakarni nisma' lill-Onor.", "Karmenu Vella jispjega fit-tul dan l-abbozz u jgħid kif se taħdem l-awtorità meta kien qam iwieġeb għall-mistoqsijiet ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "M'hemmx l-iċken dubju li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum huwa frott tal-ħidma metikoluża ta' Gvern Laburista, wara diskussjonjiet estensivi mas-setturi kollha konċernati.", "Kienu saru ħafna diskussjonijiet mal- ministru li dak iż-żmien kien responsabbli mit-trasport, l-Onor.", "Joe Debono Grech, biex jixtarru l-problemi f'dak is-settur.", "Għaliex biex liġi bħal din tirnexxi, l-ewwel trid tara l-problemi li hemm fid-diversi setturi u tipprova tasal għal ftehim.", "Mr Speaker, dan sar fuq pjan fit-tul għaliex jekk ma tipprovax l-ewwel issolvi dawn it-tip ta' problemi, kif jgħaddi ċertu żmien terġa' ssibhom ma' wiċċek.", "Per eżempju, waħda mill-problemi li kienet qed iddejjaqna kienet il-kwestjoni tat-taxis għax uħud mis-siden kienu qegħdin jabbużaw u jżommu prezzijiet esaġerati lit-turisti.", "Allura l- Gvern Laburista għamel kiosk fl-airport ħalli t-turisti jixtru l-biljetti tat-taxis minn hemm u wara jagħtuhom lil tat-taxi biex jiżgura li dawn ma jiġux misruqa.", "Malli rebaħ l-elezzjoni ta' l-1996 il-Gvern Laburista beda jaħdem mill- ewwel ġranet biex titneħħa t-taxxa tal-VAT għax kulħadd jaf li din taffettwa ħażin lit-turist - żieda ta' 15% fuq kulma jixtri u kull servizz li jingħata t-turist matul il-vaganza tiegħu f'Malta m'hijiex ċajta - u b'konsegwenza ta' hekk it-turist jispiċċa jonfoq inqas.", "Pero' dan il- gvern issa reġa' daħħal din it-taxxa, għaliex forsi hekk qalulu ta' Brussels, u m'huwiex qiegħed jikkonsidra l-problemi li qed joħloq fir-ritmu tat-turiżmu fil-pajjiż.", "Fi żmien qasir il-Partit Laburista kien għamel pjan bil-għaqal biex jirranġa diversi postijiet u toroq fejn l-aktar li jmorru t-turisti.", "Naħseb li kulħadd mar f'Buġibba u ra d-differenza fl-ambjent wara l- embellishment project li wettaqna hemmhekk.", "Meta inti ssiefer x'imkien fejn issib ambjent sabiħ iħajrek terġa' żżuru.", "U aħna ma rridux niġbdu lit- turist biex jiġi darba Malta imma rridu nakkomodawh tajjeb u nipprovdulu ambjent sabiħ kemm jista' jkun biex jerġa' jagħżel lil pajjiżna għall- vaganza tiegħu.", "Illum wieħed jista' jara d-differenza li għamilna f'Buġibbab u anke f'Marsaskala, fejn hemm spiaġġa kollha rranġata u attrezzata biex tiġbed lit-turisti.", "F'Marsaxlokk ukoll saru xi xogħlijiet għax dan il-post ħadd qatt ma ta kasu għaliex huwa post tas-sajjieda u donnu ma kienx hemm għalfejn li wieħed jara l-bżonnijiet tiegħu.", "F'Pembroke u anke fil-Belt Valletta sar tibdil f'qasir żmien u stajna naraw immedjatament l-effett tas-sbuħija tagħhom.", "Irrid insemmi wkoll it- triq prinċipali ta' Zabbar Road, li kulħadd kien iħossu jiddardar meta jgħaddi minnha, pero' l-Partit Laburista ttekkiljaha bis-serjetà.", "Il-Gvern Laburista kellu wkoll pjanijiet kbar għall-area tal-Kottonera u kien ressaq il-proġett tal-yacht marina għad-diskussjoni quddiem dan il- parlament is-sena l-oħra, imma kienet inqalgħet il-ħama kollha biex dan il- proġett ma jseħħx.", "U llum Alla jbierek issa nqalbet is-sitwazzjoni għax sal-bieraħ stess, waqt il-laqgħa tal-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi, fejn qed jiġi diskuss proprju dan il-proġett, smajt lin-naħa tal-gvern isostnu kemm huwa tajjeb dan il-proġett għall-iżvilupp tal-Kottonera u għall-ġid ta' l-ekonomija Maltija.", "Mela x'ġara mis-sena l-oħra 'l hawn li biddel l-atteġġjament tal-Partit Nazzjonalista kemm fuq dan l-abbozz ta' liġi u kemm fuq il-proġett tal-Kottonera?", "Dawn kienu ħżiena u issa saru tajbin għaliex hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern?", "Mr Speaker, ħaġa oħra li rrid niġbed l-attenzjoni dwarha hija l-mod kif qed jiġu diskussi dawn il-proġetti.", "Jien niftakar li meta kien qed jiġi diskuss il-proġett tal-Kottonera, kull informazzjoni u kull dokument li kien jitlob il-Partit Nazzjonalista seta' jeħodhom.", "Filwaqt li llum, kemm fil-każ tal-konvenju tal-bejgħ ta' l-ishma lill-HSBC u kemm fil-każ tal- proġett tal-Kottonera, meta aħna, bħala oppożizzjoni, tlabna aktar informazzjoni jew inkella xtaqna li jidhru nies quddiem il-PAC li kienu fuq in-negotiating team, il-gvern Nazzjonalista qed jgħid li mhux fl-interess tal-poplu li tinstema x-xhieda.", "Alla jbierek, mhux fl-interess tal-poplu!", "Mr Speaker, dawn huma affarijiet serjissimi.", "Aħna m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq il-bebbux, imma qegħdin nitkellmu fuq kemm se jħallas taxxi l- poplu Malti biex ikunu jistgħu jsiru dawn l-affarijiet, u qed nitkellmu fuq il-futur taż-żgħażagħ tagħna.", "Mr Speaker, aħna rridu nkunu nafu x'qiegħed jiġri u ma jistax ikun li jsiru affarijiet minn wara dahar il-poplu b'dan il-mod, bl-id tal-ħadid.", "Ħalli nkompli ngħid kif il-Gvern Laburista ħadem biex verament jgħolli l- istandard tal-hotels, guesthouses u restaurants u s-servizzi turistiċi kollha ħalli niżguraw li t-turisti jieħdu r-return tal-flus li jkunu ħallsu.", "Il-Partit Laburista kellu diskussjonijiet ma' Oxford Brookes University u kien sar xi arranġament ma' l-ITS.", "Il-Gvern Laburista f'dak iż-żmien qasir li kellu kien introduċa diversi courses ġodda għat-tourism studies, fosthom food preparation and production, food and beverages services bis-saħħa tal-mudell credit system.", "Imbagħad kienet inbdiet ukoll l-extended skill training scheme fuq il-hospitality trades.", "Qegħdin naraw kemm il-Partit Laburista jagħmel l-affarijiet bis-serjetà u b'mod li mhux biss tkun qed ittejjeb dak li jeżisti diġà, imma tkun qed tibni pedament sod li 'l quddiem jagħtik il-frott għax aħna ma konniex qegħdin naħsbu mill- lum għal-lum, imma konna qegħdin naħsbu mill-lum għal ħafna u ħafna snin wara.", "Issa nixtieq nagħmel ftit osservazzjonijiet fuq dan l-abbozz innifsu.", "Paragrafu (b) ta' subklawsola (5) ta' klawsola 3 jgħid hekk:", "\"persuna li tkun inħatret mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni ta' xi persuna oħra għandha ttemm milli tibqa' f'dik il-kariga meta l-persuna li tkun għamlitilha r-rakkomandazzjoni tiddikjara lill-Minstru li tkun qiegħda tirtira r-rakkomandazzjoni tagħha dwar dik il-persuna.\".", "Jien inħoss li dan il-paragrafu jagħti lok għal abbuż mill-persuna li tkun innominat il-membru fuq l-awtorità għaliex malli dan ma jaqbilx ma' xi deċiżjoni tiegħu jista' jirtira n-nomina.", "Jien nixtieq li fl-aħħar ta' dan id-dibattitu l-ministru jipprova jfiehem lill-Kamra xi jrid jgħid eżattament b'din il-klawsola.", "Għandi kumment ukoll fuq paragrafu (ċ) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 19 li jgħid:", "\"L-użu tal-post bħala lukanda, guest house, hostel u postijiet għall- btala, stabbiliment li jipprovdi ikel jew dar li tintuża biex jiġi provdut alloġġ lit-turisti jkun użu meħtieġ skond il-politika tal- Gvern fiż-żmien tal-konsiderazzjoni ta' l-applikazzjoni biex tingħata l-liċenza.\".", "Dawn il-membri li se jinħatru mill-gvern se jkollhom jieħdu d-deċiżjoni jekk l-użu jkunx tajjeb jew le.", "Nispera li d-deċiżjoni tagħhom issa ma tkunx waħda partiġġjana, li tiddependi jekk dan is-sid ta' lukanda jew sid ta' guest house ikunx ta' xi kulur politiku ieħor!", "Imbagħad subklawsola (2) ta' l-istess klawsola tgħid:", "\"Lukanda, guest house, hostel, postijiet għall-btala, stabbiliment li jipprovdi ikel jew dar li tintuża biex jiġi provdut alloġġ tat-turisti ma għandhiex tuża isem li fil-fehma ta' l-Awtorita' jkun wieħed mhux mixtieq, mhux xieraq jew qarrieqi.\"", "Jien nerġa' nistaqsi lill-ministru jekk qattx kien hemm f'Malta hostel jew inkella dar fejn wieħed iżomm it-turisti li ma kellhiex isem xieraq.", "Pero' l-iktar li jinkwetani, Mr Speaker, huwa l-fatt li l-Gvern Nazzjonalista m'huwiex miexi bi pjan u qiegħed jagħmel liġijiet li qegħdin jidħlu fuq liġijiet oħra tajbin.", "Meta għandna liġijiet tajbin li kienu ppjanati biex nimxu bħala pajjiż newtrali, għandna liġijiet aġġornati ma' l- iżvilupp tal-pajjiż, issa qed naraw lill-Partit Nazzjonalista jagħmel pressjoni biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, u dan se jfisser li jkollna nbiddlu ċerti liġijiet biex pajjiżna jkun konformi mar-regoli u liġijiet tal-pajjiżi Ewropej.", "Bħala eżempju nsemmi din il-liġi li qed niddiskutu issa, li hija l-istess li kien ressaq il-Partit Laburista għalkemm b'xi ftit irtokki.", "Issa x'se jiġri?", "Jien nixtieq inkun naf kif se jiġu affettwati l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mas-settur tat-turiżmu meta nibdew inbiddlu l-liġijiet biex ikunu konformi ma' ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ġaladarba l-gvern miexi f'din it-triq ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, nixtieq inkun naf ukoll xi studju għamel fuq l-impatt li se jkollna fuq il- kultura Maltija u wkoll fuq it-turiżmu f'Malta.", "Xi ħaġa li saret riċentement, baxx baxx, bħalma jsiru s-soltu l-affarijiet li ma jkunux imsemmija fil-programm elettorali u mbagħad jiġu bħal sajjetta fil-bnazzi, hija ż-żieda ta' 25% fir-rati tat-telefonati li jsiru għal barra bit- telecard.", "Taħseb inti li dawn l-affarijiet se jagħmlu kuraġġ lit-turist li jiġi hawn Malta?", "Dan huwa parti żgħira mit-tibdil li qed jipprova jdaħħal bil-moħbi.", "Il-Gvern Nazzjonalista huwa mħawwad u bla direzzjoni għax qed iressaq liġijiet li kienu ppreparati tant tajjeb mill-Gvern Laburista meta jaf li aktarx se jkollu jbiddilhom 'il quddiem.", "Fuq l-aġenda tal-parlament għandna lista twila ta' abbozzi ta' liġi li ilhom preparati minn meta aħna konna fil-gvern u qed ikomplihom il-Partit Nazzjonalista.", "Sabuhom lesti fuq platt tal-fidda!", "Jien qed jiddispjaċini mhux għax qed ikomplihom il- partit l-ieħor - j'Alla jsir il-ġid fil-pajjiż għax aħna b'hekk nieħdu pjaċir - imma għaliex il-pajjiż se jkollu jagħmel tibdil drastiku fil- liġijiet biex aħna nkunu konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzjakom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, qed nitkellmu dwar abbozz li jikkonċerna t-twaqqif ta' l-awtorità tat- turiżmu u naħseb li jekk hemm ministeru, apparti l-ministeru għat-turiżmu, li għandu kuntatt dirett mas-settur tat-turiżmu, dan huwa l-ministeru għat- trasport u komunikazzjoni li jien responsabbli minnu.", "Dan il-ministeru jiġi f'kuntatt dirett mat-turiżmu prattikament f'kull settur tiegħu, min- naħa tat-trasport permezz tal-coaches, tal-karozzi tal-linja, tal- minibuses, tal-karozzi tal-kiri u tat-taxis, u min-naħa tal-komunikazzjoni permezz tas-servizzi tat-telephone.", "Irrid niċċara mill-bidu nett il-punt li għadha kif qajmet l-Onor.", "Law dwar iż-żieda ta' 25% fuq ir-rati ta' telefonati għal barra minn Malta bil- phonecard.", "Diġà ħarġet stqarrija uffiċjali li tgħid b'mod ċar li ż-żieda ta' 25% fuq telefonati għal barra mill-cardphones ma kenitx deċiżjoni amministrattiva tal-lum imma xi ħaġa li ġiet approvata fis-6 ta' Awissu li għadda, meta fil-gvern kien għad hemm il-partit li llum qiegħed fl- oppożizzjoni.", "Fil-fatt jien irrid nistaqsi għaliex fl-istqarrija li ħarġet intqal li mill-1 ta' Mejju l-Maltacom se tgħolli bi 25% t-telefonati bil- phonecard għal barra minn Malta bl-approvazzjoni tar-regolatur u żiedu \"kif hija l-prassi fl-Ewropa\".", "M'għandix dubju li min ħareġ din l-istqarrija b'dak il-wording kien qed jipprova jimputa li din id-deċiżjoni ġiet approvata mill-gvern tal-lum u li b'xi mod hija marbuta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid nagħmilha ċara li dawn iż-żidiet ġew approvati mir- regolatur fis-6 ta' Awissu ta' l-1998 u hemm il-firma tal-ministru li kien responsabbli minn dan is-settur taħt il-gvern preċedenti.", "Irrid ngħid li l- Maltacom fl-ebda mument ma reġgħet talbet biex dak li kien approvat mill- gvern preċedenti ma jiġix sottoskritt mill-gvern tal-gurnata.", "Attwalment il-Maltacom bdiet tiċċarġja l-prezzijiet kif miżjuda mill-1 ta' Mejju pero' l-ironija hi li din iż-żieda ġiet approvata minn partit li jgħid li m'huwiex favur id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Allura wieħed jifhem għaliex saret festa fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni tal-Partit Laburista, fejn qalu li dan il-gvern għolla t-telefonati għal barra mill-cardphones.", "Nerġa' ngħid li din id-deċiżjoni kienet ittieħdet mill-gvern preċedenti.", "Madanakollu ma rridx intawwal fuq dan is-suġġett.", "Mr Speaker, kif diġà għidt, hemm diversi setturi fil-ministeru għat- trasport li ħafna drabi fuqhom jiddependi s-suċċess jew le tat-turiżmu għax mis-servizzi li jagħtu huma tiddependi x'impressjoni jieħdu l-barranin meta jiġu hawn Malta.", "Waħda mill-iktar affarijiet li żgur jiġi bżonn kull turist meta jiġi hawn Malta huwa s-servizz tat-trasport għax jew jikri taxi, jew jikri karozza, jew jaqbad tal-linja jew idur dawra bil-coach.", "Wieħed irid jara kif l-iżviluppi li seħħew fis-snin li għaddew f'dawn l- oqsma partikolari jistgħu jinfluwenzaw it-turiżmu b'mod pożittiv jew negattiv.", "Kull wieħed minna jawgura li l-bidliet neċessarji fis-setturi differenti jitwettqu l-ewwelnett biex jaqdu lill-Maltin pero' wkoll biex jaqdu b'mod effiċjenti lill-barranin li jiġu f'pajjiżna, ħalli jitilqu b'impressjoni tajba tas-servizz tat-trasport u tal-persuni li jaħdmu fih.", "L-ewwelnett wieħed irid jagħmel distinzjoni pjuttost kbira bejn il- kondizzjonijiet li hemm fis-setturi differenti li semmejt.", "Iktar kmieni dalgħodu saret riferenza għal sitwazzjoni li nqalgħet fis-settur tat-taxis.", "Il-gvern preċedenti kien għamel booth fl-airport ħalli t-turist ikun jista' jinqeda minn ġo l-airport stess u mhux joħroġ barra u wieħed jgħajjat 'l hawn u l-ieħor jgħajjat 'l hemm.", "B'hekk ġiet evitata wkoll il- problema li t-turisti jiġu charged iktar milli suppost tal-vjaġġ għax ikun hemm kontroll tal-prezzijiet mill-airport.", "Dan kien pass fid-direzzjoni t- tajba pero' l-isfortuna kienet li f'arranġament bħal dan li huwa pożittiv, bħalma ġara f'diversi affarijiet oħrajn, ma kienx hemm stabilit b'mod ċar bil-kitba li seta' jibqa' jintuża dan l-arranġament.", "Attwalment wara l- elezzjoni li għaddiet, għall-ħabta ta' Ottubru, Novembru tqajmet il- kwestjoni dwar min se jħallas għal dan il-booth, jekk hux il-ministeru għat- turiżmu, il-ministeru għat-trasport jew is-sidien tat-taxis.", "Ġimgħat sħaħ ta' diskussjonijiet finalment wasslu għad-deċiżjoni li l-booth ġewwa l- airport jibqa' miftuħ u r-responsabbiltà tibda tinqasam.", "Wieħed jista' jgħid li b'mod ġenerali dan il-booth qed jaħdem tajjeb għaliex hemm kontroll aħjar u hemm ukoll kollaborazzjoni aħjar minn numru sostanzjali ta' persuni li jagħtu servizz bit-taxi imma jkolli nammetti wkoll li mhux kulħadd qiegħed jikkopera biżżejjed pero' l-parti l-kbira tat-taxi-drivers qegħdin jikkoperaw.", "Madanakollu rridu niftakru li apparti t-taxi booth fl-airport u t-taxi booth l-oħra li hemm fil-cruise liner terminal, fejn hemm ukoll arranġament simili għal dak ta' l-airport, it-taxi-drivers jagħmlu ammont sostanzjali ta' vjaġġi li m'humiex kontrollati permezz ta' dan it-tip ta' booth.", "Allura għad fadal ħafna xogħol xi jsir biex is-servizz li jingħata minn postijiet turisitiċi oħra jkun kontrollat wkoll.", "Kultant il-ministeru għat- trasport jirċievi ilmenti ta' abbuż anke mill-arranġament li hemm ta' dawn il-booths, madanakollu l-parti l-kbira mexjin tajjeb.", "Pero' fil-qasam tat- trasport bit-taxi minn inħawi li mhumiex kontrollati għad fadlilna ħafna diffikultajiet x'niffaċċjaw.", "Irrid ngħid li l-kumitat tal-white taxis amalgamated b'mod ġenerali jifhem u huwa ppreparat ukoll li jbiddel fejn hemm bżonn, pero' dawk il-190 persuna l-oħra li għandhom taxi u m'humiex fil-kumitat iridu jifhmu wkoll kemm huwa importanti li bis-servizz li jagħtu lit-turisti kontinwament jipprovaw jagħtu impressjoni tajba ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, 'il quddiem nitkellem dwar il-ħtieġa li jkun hemm ferm iktar attenzjoni meta tinħareġ liċenzja lil dawn it-tip ta' xuffiera għaliex kull xufier irid jirrispetta l-uniformi tiegħu billi jagħti servizz b'mod organizzat ukoll.", "Mr Speaker, kultant qed ikun hemm ukoll ilmenti dwar persuni li jirriklamaw li jagħtu servizz ta' taxis meta m'humiex awtorizzati għal hekk.", "Bħala white taxis għandna 200 f'Malta u hemm xi 50 ġewwa Għawdex li huma uffiċjalment awtorizzati li jaħdmu bħala taxi.", "L-oħrajn li jagħtu tip ta' servizz li huwa differenti mit-taxi jafu l-mod kif jistgħu jaħdmu f'dan is-settur.", "Fl-aħħar mill-aħħar fil-każ tas-servizz tal-karozzi tal-kiri, li huwa settur liberalizzat, m'hemmx għalfejn jinqdew bil-kelma \"taxi\".", "Jekk iridu jagħtu dan it-tip ta' servizz ikomplu jipprovduh pero' mhux taħt l-isem ta' taxi service.", "Mr Speaker, m'għandix dubju li s-settur tal-coaches huwa l-iktar settur li avvanza matul iż-żmien.", "Il-coaches li jiġu wżati għat-turisti huma fost l-aħjar coaches li hemm fil-qasam tat-trasport turistiku, mhux biss f'Malta imma wkoll f'diversi pajjiżi li huma żviluppati daqsna jew inkella aktar minna.", "M'għandi ebda dubju li attwalment is-sidien tal-coaches qegħdin jagħmlu ħilithom kollha biex is-servizz li jagħtu jkomplu jtejbuh.", "B'mod ġenerali s-sidien tal-coaches jagħtu servizz mill-iktar eżemplari u dinjituż.", "Imma rridu naraw li f'dan is-settur li issa għandu daqshekk coaches prattikament ġodda, ma jkunx hemm min ifixkel għaliex mhux oraganizzat taħt kappa waħda u għandu investiment f'settur ieħor tat- trasport.", "Jekk ikun hemm piki bla bżonn, dawn jistgħu jwasslu biex settur organizzat li huwa fost l-aħjar mezzi tat-trasport li għandna, minflok ikompli javvanza jibda jitfixkel.", "Mr Speaker, wieħed japprezza wkoll l-investiment tajjeb li sar fis-settur tal-karozzi tal-kiri, li għandna eluf minnhom mqassmin taħt diversi sidien ta' garaxxijiet.", "Illum spiċċa ż-żmien li l-karozzi tal-kiri jkunu karozzi li jkunu ilhom jiġru fit-triq u xi ħadd ikun iddeċieda li jagħmilhom għall- kiri.", "Illum is-sidien tal-garaxxijiet tal-karozzi tal-kiri huma kburin bl- investiment li għamlu u huma kburin li jagħtu servizz tajjeb fil-qasam tat- turiżmu u kontinwament jaraw li jagħmlu upgrading tal-flotta tagħhom.", "Matul ix-xhur li għaddew mhux darba jew tnejn kelli l-okkażjoni niltaqa' mal-membri tar-rent-a-car association.", "Nista' ngħid li l-iktar ħaġa li huma akkaniti dwarha huwa l-fatt li jkomplu jinvestu f'karozzi ġodda li ħafna drabi huma wkoll air-conditioned.", "Ċertament jemmnu li llum ma tistax tibqa' iktar tlaqqat minn hawn u tlaqqat minn hemm biex tagħti dan it-tip ta' servizz.", "Jien kuntent li dawn is-sidien qegħdin jagħmlu investiment tajjeb li jrendilhom bis-serjetà u jagħti wkoll dinjità lis- settur li jaħdmu fih.", "Naturalment bħal kull settur ieħor ikun hemm id- diffikultajiet, fosthom il-mod kif jiġu lliċenzjati l-garaxxijiet għal dan is-servizz.", "Hemm kwestjonijiet pendenti dwar in-numru ta' vetturi li suppost ikun hemm f'garaxx.", "Jien ngħid li għandu jkun hemm liċenzji iktar min-numru ta' vetturi li jesa' l-garaxx sakemm dan ikun kontrollat b'mod organizzat.", "Madanakollu min qed jinvesti f'din l-assoċjazzjoni llum fehem li ma jistax joqgħod jara kif se jiffranka xi ħaġa u ma jagħtix is-servizz mixtieq u li jitlob is-settur tat-turiżmu.", "Mr Speaker, issa li qegħdin fil- bidu ta' sajf li skond il-projections f'dan is-settur se jkollna iktar turisti, nispera li ma jkollniex żieda ta' karozzi tal-kiri mhux liċenzjati imma jekk ikun hemm bżonn żieda ta' vetturi awtorizzati.", "Mr Speaker, waqt dan id-dibattitu diversi kelliema għamlu riferenza għas- servizz tal-karozzi tal-linja.", "Dan huwa settur li huwa importanti ferm mhux biss għall-Maltin imma wkoll għat-turisti.", "Biżżejjed wieħed jara n- numru kbir ta' turisti li jużaw ir-rotot diretti bħal dawk minn Buġibba għal Tas-Sliema, minn Buġibba għal Marsaxlokk, rotot li jgħaddu minn raħal għal ieħor mingħajr ma jkun hemm bżonn li toqgħod tbiddel il-karozza tal- linja.", "Fl-opinjoni tiegħi għandna nkomplu nestendu dawn it-tip ta' rotot diretti.", "Qed ngħid dan għaliex meta fl-1988 kien se jiġi ntrodott l-ewwel servizz dirett minn Buġibba għal Tas-Sliema kien hemm reżistenza kbira għalih, prinċipalment min-naħa tas-sidien tal-karozzi tal-linja.", "Pero' llum, għaxar snin wara, jidher ċar li din hija waħda mill-iktar rotot li tirrendi għax tintuża ħafna peress li hija rotta diretta.", "Fid-dibattitu l-karozzi tal-linja issemmew b'mod li donnu t-turisti jagħmlu complaint wara l-ieħor dwar dan is-servizz.", "Mr Speaker, minn dak li qed jirriżulta lill-public transport authority, is-sitwazzjoni f'dan is- settur hija forsi ftit ironika għaliex filwaqt li mingħand il-Maltin ikollna lment wara ilment, forsi ġustifikati wkoll, mis-settur tat-turiżmu iktar milli problemi iktar ikun hemm talbiet lill-ministeru għat-trasport biex kemm jista' jkun ma nneħħux il-karozzi tal-linja li huma antiki u naraw kif nippriservawhom u biex dawn jibqgħu jagħtu servizz.", "Allura tajjeb li wieħed jifhem kemm hi differenti r-realtà minn dak li attwalment jingħad minn diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Mr Speaker, ċertament irridu naraw li ntejbu l-qasam tal-karozzi tal- linja.", "Bħalma għidt kemm-il darba, il-maġġoranza tax-xufiera li jsuqu l- 508 karozza tal-linja li għandna f'Malta u t-78 karozza tal-linja li għandna f'Għawdex huma nies li jagħtu s-servizz tagħhom b'dinjita`, pero` sfortunatament hemm numru żgħir ta' xufiera li spiss jiġu rrapportati minħabba l-mod kif jaġixxu mal-passiġġieri, u jien jiddispjaċini li dawn jispiċċaw jagħtu isem ħażin lis-settur kollu.", "Bla ebda dubju wasal iż- żmien li dawk ix-xufiera li jiksru r-regolamenti tat-trasport ripetutament titteħdilhom il-liċenzja - fil-fatt din il-pożizzjoni qed tiġi aċċettata anke min-naħa ta' l-assoċjazzjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja - ħalli fl-aħħar naslu f'sitwazzjoni fejn dan is-servizz mhux biss jiggarantixxi għajxien denju lil min ikun qed jagħti s-servizz imma wkoll li l-madwar 32 miljun passiġġier li jinqdew bil-karozzi tal-linja jingħataw servizz xieraq u effiċjenti.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira rigward il- passiġġieri.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li bħalma x-xufiera m'humiex kollha ta' l-affari tagħhom ikun hemm ukoll każijiet fejn ikunu l- passiġġieri li jaqilgħu l-kwestjonijiet u forsi l-awtorita` dwar it- trasport pubbliku tirċievi iktar ilmenti min-naħa tal-passiġġieri milli min- naħa tax-xufiera peress li n-numru ta' passiġġieri huwa ikbar min-numru ta' xufiera li jipprovdu dan is-servizz.", "Settur ieħor li jaqa' taħt il-qasam tat-trasport u li huwa marbut direttament mat-turiżmu huwa dak tal-karozzini, li huwa kkonċentrat l-iktar f'dawk il-postijiet li huma ffrekwentati mit-turisti, fosthom Tas-Sliema, il-Belt u l-Imdina.", "Wieħed jista' jgħid illi l-maġġoranza assoluta tal- persuni li jagħtu dan it-tip ta' servizz jikkuraw liż-żiemel tajjeb, pero` għad hemm numru żgħir minnhom li ma jeħdux ħsieb iż-żiemel u l-karozzin kif suppost.", "Fil-fatt riċentement kelli rapporti, liema rapporti qed jiġu investigati, li hemm xi persuni li armaw karozzin u bdew jipprovdu dan is- servizz meta m'humiex liċenzjati biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Jekk teżisti l-ħtieġa li jiżdiedu n-numru ta' persuni li jagħtu dan it-tip ta' servizz, għandha ssir xi ħaġa sabiex jingħataw iktar liċenzji ta' karozzini pero` ċertament wieħed m'għandux jabbuża u jipprovdi servizz mingħajr ma jkollu l- liċenzja biex jagħmel dan.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il- minibuses.", "Mr Speaker, fil-fatt nistgħu nitkellmu dwar żewġ tipi differenti ta' minibuses għax minbarra l-minibuses il-ħomor, li jaqgħu taħt assoċjazzjoni għalihom, f'dawn l-aħħar xhur ġew awtorizzati wkoll il-minibuses il-bojod.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-minibuses il-ħomor, li jipprovdu servizz lit-turisti u lill-ħaddiema tal-fabbriki, jista' jsir ħafna titjib.", "L- assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-minibuses il-ħomor għandha diversi talbiet pendenti quddiemha, fosthom dik illi s-servizz li jiġi pprovdut permezz ta' dawn il-minibuses jiġi eżentat mit-taxxa, pero` qabel ma wieħed jieħu deċiżjoni bħal din irid jagħmel diskussjonijiet fit-tul u jaċċerta ruħu li dan is-servizz ikun ta' livell tajjeb.", "Mill-banda l-oħra, is- servizz li jipprovdu l-minibuses il-bojod huwa iktar sodisfaċenti.", "L- ewwelnett dawn it-tip ta' minibuses għandhom restrizzjoni ikbar mill- minibuses il-ħomor rigward in-numru ta' passiġġieri li jistgħu jġorru u filwaqt li huma kollha air-conditioned, għandhom seat-belt għal kull passiġġier.", "Wieħed jittama li matul is-snin li ġejjin, bil-kollaborazzjoni tal-gvern u ta' l-assoċjazzjoni tal-minibuses, il-minibuses kollha jilħqu l- istess standard, kemm f'dik li hija kumdita` kif ukoll f'dik li hija sigurta`.", "Mr Speaker, ma nistax nagħmel diskors dwar il-qasam tat-turiżmu mingħajr ma nagħmel aċċenn għall-areas turistiċi li għandna, partikolarment il- Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Wieħed jista' jinnota b'sodisfazzjon li qed ikun hemm ħafna lokalitajiet li qed jipprovaw joħolqu attrazzjoni turistika.", "Per eżempju, bħalissa f'kamra oħra minn dan il-parlament għaddejja laqgħa tal-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi, fejn qed jiġu diskussi l-attrazzjonijiet turistiċi li se jinħolqu ġewwa l- Kottonera.", "Jien, meta noħroġ mill-bieb tad-dar filgħodu u meta nerġa` nidħol lura filgħaxija iktar għandi ċans li niltaqa' ma' xi barrani milli ma' xi Malti, u dan għaliex noqgħod f'post li huwa mfittex ħafna mit- turisti, tant li d-dar tiegħi hija mdawra b'numru ta' garaxxijiet ta' karozzi self-drive u b'diversi servizzi differenti, immirati prinċipalment għat-turist.", "Mr Speaker, wieħed bilfors ikollu jammetti li l-lukandi għamlu qabża kbira ħafna minn xi 15-il sena ilu 'l hawn, tant li llum qed jikkompetu ma' lukandi ta' destinazzjonijiet turistiċi oħra, u hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għal-lukandi 4-Star u 5-Sstar imma wkoll għal-lukandi 3-Star jew inqas.", "Illum il-kwalita` tal-lukandi li għandu pajjiżna tant tjiebet illi ġustament s-sidien mhux biss qed jippretendu li jkollhom dħul xieraq għall-investiment li għamlu imma wkoll li jerġgħu jagħmlu ri-investiment b'parti sostanzjali mill-qligħ li jkollhom kull sena.", "Fil-fatt il- ministeru għat-turiżmu qed jinnota b'sodisfazzjon kbir illi f'dan il-qasam qed isir upgrading kontinwu u għalkemm minn żmien għall-ieħor baqa' jirċievi xi ilmenti, iktar ma jgħaddi ż-żmien in-numru ta' lmenti li qed ikun hemm iktar qed jonqos.", "Bla ebda dubju, dan huwa riżultat ta' dawk il- persuni li fehmu li meta wieħed jagħmel investiment fil-qasam tat-turiżmu ma jkunx qed jagħmel dan biex jikkompeti mal-lukanda ta' ħdejh imma biex jipprova jiġbed lejh l-istess turisti li jkunu qed jimmiraw għalihom destinazzjonijiet turistiċi oħra qrib tagħna.", "Sur President, fil-ġimgħat li għaddew f'pajjiżna qamet kontroversja sħiħa dwar jekk il-ħwienet li jinsabu f'lokalitajiet turistiċi għandhomx jiftħu wkoll fil-Ħdud u l-festi.", "Jien kellimt lil diversi lukandiera u operaturi biex nara x'inhi l-fehma tagħhom f'dan ir-rigward u dawn kollha qablu li peress li t-turisti jiġu Malta anke fil-Ħdud u l-festi, għandhom isibu minn fejn jixtru l-ħteġijiet li jkollhom kif jaslu f'pajjiżna.", "Għalhekk hemm bżonn li jintlaħaq ftehim kemm jista' jkun malajr għax huwa importanti ħafna li t-turisti jkunu moqdija bl-aħjar mod.", "Ma rridux ninsew li ħafna drabi r-ristoranti, il-ħwienet u l-lukandi ta' pajjiżna huma mdawrin b'żoni residenzjali u għalhekk filwaqt li huwa tajjeb illi s-sidien ta' dawn l-attrazzjonijiet turistiċi jipprovdu diversi attrazzjonijiet lit-turist, fosthom anke live entertainment, biex jippromwovu s-settur turistiku dejjem iktar, min-naħa l-oħra għandhom juru sens ta' rispett lil dawk ir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi u ma jdejquhomx bl-istorbju billi jiftakru li dawn m'humiex qegħdin vaganza imma l-għada filgħodu jridu jerġgħu jqumu għax-xogħol.", "Fil-fatt nista' ngħid li mhux darba jew tnejn ġew għandi residenti kif ukoll assoċjazzjonijiet ta' residenti jilmentaw miegħi dwar il-mod ta' kif uħud mis-sidien tal-lukandi - li rrid ngħid huwa numru żgħir ħafna - ma jirrispettawx lir-residenti li jgħixu fl-inħawi billi jibqgħu għaddejjin b'mużika għolja sas-sigħat bikrin ta' filgħodu.", "Minn hawn jien nixtieq nieħu l-okkażjoni li nappella lis- sidien tal-lukandi u tar-ristoranti biex jaraw li ma jiksrux il-liġijiet ta' pajjiżna f'dan ir-rigward u jekk idoqqu l-mużika ġewwa, għandhom isibu mezzi soundproof biex ma tinħoloq l-ebda inkonvenjenza lir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi, filwaqt li jekk idoqqu l-mużika fuq barra għandhom iwaqqfu l-mużika skond il-ħinijiet li huma permessi fil-liċenzja tagħhom, iktar u iktar issa li ġej is-sajf u se jibdew il-famużi iljieli Maltin li prattikament kull lukanda tiċċelebra f'xi jum jew ieħor tal-ġimgħa.", "Sur President, punt ieħor li wieħed irid isemmi meta jkun qed jitkellem fuq il-qasam tat-turiżmu jittratta dwar l-istat li jinsabu fih it-toroq tagħna u fil-fatt waqt dan id-dibattitu diġa` saret riferenza għal dan.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Galea, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Nipproponi li l-Onor.", "Galea ikompli jinstema'.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Galea jkompli jinstema' Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Sur President, kont qed ngħid li meta nkunu qed nitkellmu fuq it-turiżmu ma nistgħux ma nitkellmux fuq l-istat li jinsabu fih it-toroq u proprjament dalgħodu saret riferenza għal dan.", "Li rrid ngħid jien dwar dan il-qasam huwa li jekk m'aħniex se nifhmu li biex intejbu l-istat tat-toroq jeħtieġ li nagħmlu programm fuq numru ta' snin, wisq nibża' li se nibqgħu fis- sitwazzjoni tal-lum, fis-sens li din il-ġimgħa nagħmlu triq u l-ġimgħa d- dieħla nerġgħu nkissruha biex nagħmlu xi xogħlijiet fiha.", "Jien, bħala l- ministru responsabbli minn dan is-settur, inħoss li nkun irresponsabbli jekk kemm-il darba ma narax li jitfasslu pjanijiet għat-tul.", "Fil-fatt matul ix-xhur li għaddew ħdimna ħafna sabiex meta ssir triq, din ma tibqax issir għal staġun wieħed biss imma għal numru ta' snin.", "Li t-triq li minn San Pawl il-Baħar tagħti għar-Rabat hija mkkisra nafu jien u jafu kull Malti li jgħaddi minn dik it-triq; li t-triq li minn Ħaż-Żebbuġ tagħti għal Ħal Qormi nafu jien u jafu kull Malti li jgħaddi minn dik it-triq; li ġewwa Għawdex hemm numru sostanzjali ta' toroq imkissrin jafuh l-Għawdxin kif ukoll ħafna mill-Maltin, li Triq Psaila f'Birkirkara hija mkissra nafu jien u jafu kull min jgħaddi minn dik it-triq; u li t-toroq ta' Ħal Far huma mkissrin jafuh ukoll ħafna nies.", "Pero` sfortunatament li ma jafux ħafna nies huwa li biex dawn it-toroq jiġu rranġati m'huwiex biżżejjed illi tiksi l-wiċċ bit-tarmak.", "Huwa kollu għalxejn illi wieħed jikteb fuq il-gazzetti jew iċempel waqt xi programm tar-radju biex jilmenta dwar l-istat li tinsab fih xi triq partikolari.", "Nista' ngħid li matul ix-xhur li għaddew, għall-ewwel darba, id-dipartiment tat-toroq impenja ruħu bis-sħiħ biex ifassal programm fuq medda ta' żmien ħalli b'hekk forsi fl-aħħar it-toroq jibqgħu jservu għal numru ta' snin.", "Irridu nifhmu li l-iktar ħaġa importanti m'hijiex li nagħtu żewġ pulzieri tarmak u ngħidu li t-triq hija lesta imma li naraw illi jkunu mgħoddija s-servizzi kollha taħt il-wiċċ tat-triq biex ma jkollhiex għalfejn terġa` tinqala' mill-ġdid.", "Jekk wieħed ikollu jara x'ikun hemm taħt wiċċ it-triq isib eluf kbar ta' linji tat-telephones, numru ta' vultaġġi ta' l-elettriku u ta' pajpijiet illi jipprovduna bis- servizz ta' ilma, kif ukoll numru kbir ta' pajpijiet oħrajn li jarmu lura l-ilma li nużaw fil-ħajja tagħna ta' kuljum miżjud ma' xi materjal ieħor.", "Madanakollu sal-lum ftit huma dawk li qed jifhmu li l-marda kbira tat-toroq tagħna m'hijiex il-wiċċ tat-triq imma qiegħda fejn ma tidhirx.", "Matul ix-xhur li għaddew mhux darba jew tnejn kelli l-okkażjoni li nkun preżenti biex nara x'tip ta' servizzi qed jiġu mgħoddija u ddispjaċik ħafna tara li wħud mill-korporazzjonijiet għadhom ma fehmux il-bżonn illi jkunu jafu preċiżament minn fejn ikunu għaddejjin is-servizzi.", "Per eżempju, jumejn ilu meta kienu qed isiru xi xogħlijiet f'San Pawl il-Baħar, filwaqt li l-high tension cable ma nafx kemm il-pied ried ikun 'l isfel, f'daqqa waħda nstab illi qiegħed fit-tliet pulzieri tat-tarmak.", "Miskin hu dak il- ħaddiem li kien qed isuq il-makkinarju fuq il-wiċċ tat-triq għax setgħet faċilment ġietu ħażina.", "Ċertament trid issir ħidma kollettiva anke biex meta jkun hemm bżonn illi jinqalgħu jew jiġu mibdula ċerti servizzi ma tinqalax it-triq imma tinqala' biss parti mill-bankina.", "B'hekk biss jista' xi darba jkollna toroq li jixirqu lil pajjiżna.", "Sur President, f'dan id-dibattitu saret riferenza għall-fatt illi Għawdex huwa destinazzjoni turistika separata u għalkemm il-ministeru għat-turiżmu m'huwiex il-ministeru responsabbli mill-Gozo Channel Company Ltd., madanakollu jirregola kemm is-servizzi li jiġu pprovduti bil-vapur kif ukoll is-servizzi li jiġu pprovduti bil-helicopter.", "Huwa importanti ħafna li l-kumpanniji li jipprovdu dawn is-servizzi ma jħarsux biss lejn il-qligħ illi jagħmlu imma wkoll lejn is-servizzi li jkunu qed jipprovdu billi jaċċertaw ruħhom li qed jintlaħqu l-istandards internazzjonali li hemm stabiliti għal dan il-qasam.", "Il-parti l-kbira tat-turisti li jżuru Għawdex jittieħdu mal-vapur tad- 9.00 a.m. jew ta' l-10.00 a.m. u jerġgħu jinġabu Malta mal-vapur tal-5.00 p.m. jew tas-6.00 p.m. Jien naħseb illi l-ewwel domanda li rridu nagħmlu f'dan ir-rigward hija din: Illum għadu jagħmel sens li t-tours li jiġu organizzati għal Għawdex isiru kollha fl-istess ħinijiet?", "Ma naħsbux illi wasal iż-żmien li nibdew norganizzaw xi night tours ukoll u mhux day tours biss?", "Ħafna drabi meta dawn il-mistoqsijiet isiru lil-lukandiera, dawn jgħidulek li dan ma jistax isir għax it-turisti jkollhom il-lejl ibbukjat f'xi lukanda ġewwa Malta u għalhekk jekk dawn jgħaddu xi lejl jew żewġt iljieli f'lukanda ġewwa Għawdex, il-lukanda ta' Malta jkollha tibqa' bil- kmamar vojta.", "Jien naħseb illi wasal iż-żmien li jkun hemm iktar kordinament bejn il-lukandiera Maltin u Għawdxin, b'mod li t-turisti li jiġu f'pajjiżna jkunu jistgħu jgawdu ż-żewġ gżejjer.", "Veru li madwar 60% jew 70% tat-turisti li jiġu f'pajjiżna jżuru lil Għawdex, pero` huma ftit ħafna dawk it-turisti li jkollhom ċans japprezzaw din il-gżira kif jixraq.", "Sur President, waqt dan id-dibattitu ssemma wkoll li l-art agrikola tista' tintuża għal skopijiet ta' turiżmu pero` sal-lum dan is-settur għadu ma ġiex sfruttat.", "Biżżejjed ngħid li l-bdiewa minflok m'hu qed ikollhom reazzjoni pożittiva għan-numru żgħir ta' jeep safaris illi jgħaddu mill- kampanja tagħna, qed ikollhom reazzjoni negattiva.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Noel Farrugia iktar kmieni, jien naħseb illi wasal iż-żmien li nibdew nagħmlu użu aħjar mill-kampanja tagħna u hawnhekk nixtieq nagħmel appell żgħir lill-awtorita` ta' l-ippjanar.", "M'iniex se noqgħod nagħmel appelli lil din l-awtorita` dwar il-kontroversji li jeżistu dwar l-użu tal-bini turistiku li għandna mferrex mal-bliet u l-irħula tagħna imma naħseb illi l- awtorita` ta' l-ippjanar trid tifhem li jekk irridu niżviluppaw il-qasam agro-turistiku verament, ma nistgħux nibqgħu bil-mentalita` li, per eżempju, razzett għandu jkollu skop agrikolu biss.", "Fl-opinjoni tiegħi, wasal iż-żmien li jekk kemm-il darba l-awtorita` ta' l-ippjanar ikollha quddiemha applikazzjonijiet biex l-irziezet fil-kampanja jiġu wżati għal skop turistiku, għandha toħroġ il-permessi neċessarji għal dan għax ma jistax ikun nibqgħu nargumentaw li ġaladarba dan il-bini ttella' għal skop agrikolu, allura ma jista' jiġi wżat għall-ebda skop ieħor.", "Jien nemmen illi meta jinbidlu l-policies ta' din l-awtorita` permezz ta' pjan ta' struttura riveduti, dawn il-policies li qed insemmi għandhom jinbidlu wkoll.", "U ġaladarba qed insemmi l-pjan ta' struttura, nixtieq nagħmel parentesi żgħira dwaru.", "Dalgħodu ntqal illi l-pjan ta' struttura sar minn Gvern Laburista meta fil-verita` l-ewwel pjan ta' struttura għal Malta sar fl-1992 minn Gvern Nazzjonalista, u dan wara l-ħafna kontroversji u diffikultajiet illi nqalgħu.", "Jien naħseb li billi noqogħdu ngħidu li l-ħażin sar kollu minn din in-naħa u t-tajjeb sar kollu min-naħa l-oħra ma nkunu qed nagħmlu l- ebda ġid.", "Huwa fatt illi ma jista' jinnegah ħadd li l-ewwel pjan ta' struttura - u hawn ta' min jgħid li dan ma kienx jirrigwarda l-qasam tat- turiżmu biss imma kull qasam - sar minn Gvern Nazzjonalista pero` maż-żmien kompla jiġi żviluppat.", "Issa qegħdin ngħidu li wasal iż-żmien illi jiġi updated għax il-ħteġijiet tal-bniedem jirrikjedu li ċerti pjanijiet fit-tul ikunu mibdula minn żmien għall-ieħor.", "Għalhekk meta niġu biex nemendaw dan il-pjan ta' struttura irridu naraw x'bidliet saru matul dawn l-aħħar tmienja jew disa' snin ħalli t-tibdil li nagħmlu llum ikun jirrispekkja l- iżvilupp li sar fil-qasam tat-turiżmu f'dawn l-aħħar snin.", "Biżżejjed wieħed isemmi ż-żieda li kien hemm fin-numru ta' turisti li jżuru pajjiżna kull sena bejn l-1992 u llum, u ovvjament imbagħad wieħed ikun irid jikkalkola wkoll kemm hu envisaged li jkun in-numru ta' turisti anke matul is-snin li ġejjin qabel ma jsiru t-tibdiliet neċessarji f'dan il-pjan ta' struttura.", "Sur President, issemmiet ukoll il-possibbilta` li jkollna turiżmu marbut ma' l-isports.", "Riċentement kelli l-okkażjoni niftaħ ġimgħa ta' kompetizzjoni sportiva internazzjonali tal-model boats, li bis-saħħa tagħha ġew Malta 150 persuna barranija minn diversi pajjiżi, fosthom minn New Zealand u mill-Amerka.", "Ta' min jgħid illi dawn il-kompetituri barranin kollha qaluli li aħna għandna l-possibbilta` li niżviluppaw dawn it-tip ta' kompetizzjoniiet ferm iktar u indikawli numru ta' attivitajiet li jistgħu jsiru permezz tal-model boats.", "Forsi l-iktar settur sportiv li ġie żviluppat fil-qasam turistiku matul is-snin li għaddew huwa s-settur tad- diving.", "Fil-fatt hemm numru sostanzjali ta' barranin li jiġu f'pajjiżna proprjament biex jipprattikaw l-underwater diving u minħabba f'hekk diversi Maltin qed jinvestu f'dan il-qasam, li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jiffjorixxi.", "Pajjiżna qed isir popolari wkoll għall-iskydiving.", "Bħalissa għaddejja kontroversja dwar fejn hu l-aħjar post li fih għandu jiġi pprattikat dan l- isport u l-assoċjazzjoni li hija responsabbli mill-iskydiving qed tagħmel kuntatti internazzjonali biex tara li dan l-isport ma jiġix ipprattikat f'pajjiżna xi darba fis-sena jew sentejn imma regolarment.", "Fil-passat inqalgħu diversi diffikultajiet, fosthom fejn jista' jinżel skydiver, pero` jien konvint illi jekk l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet volontarji konċernati jaħdmu flimkien biex jegħlbu dawn id-diffikultajiet, pajjiżna jkun jista' jgawdi minn numru ħafna ikbar ta' turisti li jiġu hawnhekk proprju biex jipprattikaw dan l-isport, li ma jagħmel l-ebda forma ta' ħsara lill-ambjent.", "Sur President, nispera li matul is-snin li ġejjin inkunu nistgħu nġibu f'pajjiżna turisti permezz tal-yachts sabiex ma jibqax jogħla biss in-numru ta' turisti imma jibda jogħla wkoll il-livell ta' turisti li jiġu jżuruna, forsi jkolli qligħ iktar minn dan is-settur.", "Huwa importanti li l-futur tal-qasam tat-turiżmu ma jbeżżagħniex u fl-aħħar mill-aħħar jien konvint li hekk kif żviluppajna dan il-qasam permezz ta' diversi attrazzjonijiet li ħloqna għat-turist, hekk ukoll se jirnexxielna nagħmlu fir-rigward ta' l- iskydiving u l-yachting sabiex dan il-qasam ikompli jiżviluppa.", "Qasam ieħor li żviluppa ħafna matul dawn l-aħħar għaxar snin huwa dak tal- cruise liners.", "Fil-fatt sa ftit tas-snin ilu meta kienet tissemma l- possibbilta` li jiġu f'pajjiżna turisti permezz tal-cruise liners għal ġurnata jew għal ftit sigħat, ħafna kienu xettiċi dwar il-possibbilta` li dan is-settur ikun jista' jiżviluppa.", "Madanakollu dan is-settur baqa' jiżviluppa minn sena għall-oħra u huwa mistenni li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar ikompli jiżviluppa, kemm fin-numru ta' passiġġieri kif ukoll fin- numru ta' cruise liners.", "Hemm bżonn illi issa nibdew indaħħlu l-mentalita` li l-cruise liners m'hemmx għalfejn jidħlu bilfors fil-Port il-Kbir, u fil- fatt matul is-snin li għaddew kellna żewġ esperjenzi fejn minflok ma cruise liner daħal fil-port ta' l-Imġarr ġewwa Għawdex, jew ankra barra l-port.", "Per eżempju, tkun idea tajba jekk il-cruise liners jibdew jankraw f'inħawi oħra tal-gżira, bħall-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Għawdex u mbagħad ikun hemm laneċ apposta li jieħdu lit-turisti fejn jixtiequ.", "B'hekk inkunu qed inkomplu niżviluppaw dan is-settur u nkunu qed inkomplu nirrendu iktar flus lejn pajjiżna.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq id-diversi monumenti storiċi li għandna madwarna.", "Jiena mhux se nitkellem fuq il-monumenti li kulħadd jitkellem fuqhom, jiġifieri fuq l-Imnajdra, fuq Ħaġar Qim jew fuq it-tempji ta' Ħal Tarxien, imma se nagħmel riferenza għal monumenti storiċi oħrajn li huma importanti ħafna għall-istorja kulturali ta' pajjiżna imma sfortunatament la huma kkurati u lanqas huma użati biżżejjed.", "Jiena se nillimita ruħi għal erba' jew ħames tempji partikolari li jinsabu fl-inħawi tal-kostitwenza tiegħi, fejn insibu t-tempji ta' Skorba ġewwa l-Imġarr, ir- Roman Baths fit-triq ta' Għajn Tuffieħa u diversi siti arkeoloġiċi oħrajn li huma żgħar pero' għandhom valur storiku u kulturali kbir.", "Issa fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u tal-Mellieħa jiġu eluf ta' turisti u bla dubju ta' xejn ikun hemm minnhom li jkunu interessati f'dawn it-tempji.", "Jiena konvint li minn 600,000 turist li jiġu f'dawk l-inħawi, ikun hemm 50,000 li jekk tindikalhom li hemm numru ta' tempji u siti arkeoloġiċi importanti dawn ikunu jridu jarawhom.", "Dawn huma siti arkeoloġiċi li forsi ħafna minnhom insejnihom; forsi wkoll li noqogħdu ftit metri 'l bogħod minnhom pero' lanqas biss nafu li jeżistu.", "Għalhekk wasal iż-żmien li mhux biss nikkurawhom imma naraw ukoll li magħhom ikollhom għassa kontinwa għax waħda mill-ikbar sfortuni li għandna f'pajjiżna hi li donnu xi nies, jekk ma japprezzawx iridu jkissru u xjġorru biċċa 'l hawn u biċċa 'l hemm.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Parnis semma' meta mar iċempel u sab it-telephone imqaċċat.", "Dik hija diżgrazzja li b'Lm20 nistgħu nirranġawha imma jekk tmur f'tempju u taqlagħlu xi sitt pulzieri kwadri ta' mosaic, dawk l-ebda ministru, l-ebda gvern u l-ebda pajjiż mhu se jkun f'pożizzjoni li jista' jerġa' jirritornahom.", "Din hija diżgrazzja li rridu nikkumbattuha b'kull mod biex ma nħallux li dan ikompli jiġri.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onor. Galea, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli bl-intervent tiegħek.", "Nistaqsi jekk hawnx permess li biex l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, kont qed ngħid dwar il-bżonn li mhux biss għandna nippreservaw u nieħdu ħsieb dawn il-postijiet storiċi imma rridu naraw li kemm jista' jkun ma ssirilhomx aktar ħsara, u ngħidha kif inhi, nixtieq li min jinqabad jagħmel il-ħsara jħallas talli jkun għamel.", "Mr. Speaker, waqt id-dibattitu saret riferenza għall-iżvilupp turistiku li kellna matul is-sentejn li għaddew u ssemmiet ukoll il-ħtieġa li nkomplu niżviluppaw ċerti nħawi.", "Forsi iktar 'il quddiem nagħmel riferenza għal xi kontroversji li kellna pero' rridu nifhmu li kull post turistiku jrid ikun żviluppat b'mod li minbarra li jagħti servizz tajjeb lit-turisti ikun hemm ukoll il-possibilita' li kemm l-art u kemm il-baħar ikunu użati b'mod tajjeb.", "Hawnhekk saret riferenza għall-investiment ta' madwar Lm3 miljun li għamel il-gvern preċedenti f'Buġibba u naħseb li ma din iċ-ċifra wieħed irid iżid l-ammont ta' pagi li l-gvern kellu joħroġ għan-nies li ħadmu fuq dak il-proġett.", "Il-bieraħ saret ukoll kritika mill-Onor.", "Parnis fejn qal li wasal is-sajf u sfortunatament ir-railings u l-arbli tad-dawl li twaħħlu f'Buġibba huma msaddin u wħud minnhom saħansitra żarmati.", "Dan huwa eżempju ta' kif u kemm - kif għedt iktar kmieni fuq it-toroq - ma tistax tiżviluppa u tagħmel affarijiet bil-għaġġla.", "Ix-xogħol li sar tajjeb sar fl- interess tal-lokalita' iżda ħafna mix-xogħol sar bil-għaġġla u wieħed seta' jagħmlu ferm aħjar.", "Nibda propju mill-kwestjoni tar-railings.", "Il-verita' hi li sena u nofs wara li għamlu r-railings kollox qed jissaddad, hemm ħafna ħadid maqlugħ u l-uċuħ ta' l-anġli li hemm mal-lamp- posts qegħdin jitmermru.", "Ma ninsewx li l-Gvern Laburista ried li dawk l- inħawi li jiġu embellished jaqgħu taħt il-kontroll tal-gvern ċentrali.", "Fl- opinjoni tiegħi din kienet deċiżjoni żbaljata għax ir-responsabbilta' kellha tkun tal-kunsill lokali partikolari u ta' ħadd aktar.", "Il-gvern ċentrali imissu għadda l-flus neċessarji għall-maintenance ta' dawn l- inħawi lill-kunsill lokali biex dan ikun jista' jżomm il-post fi stat tajjeb.", "Nafu li din il-kwestjoni ma żvilluppatx f'Buġibba u fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar biss imma żviluppat ukoll f'Birżebbuġa, f'Marsaxlokk u f'Wied il-Għajn.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'inix ngħid li l-gvern ċentrali m'għandux jidħol hu biex jiżviluppa f'areas turistiċi jew residenzjali pero' immedjatament malli jsir ix-xogħol, ir-responsabbilta' tal- maintenance għandha tgħaddi f'idejn il-kunsilli u dawn għandhom jingħataw il-flus neċessarji għal dan l-iskop.", "Saret ukoll riferenza għall-ħtieġa li jkun hemm rabta akbar bejn l- attivita' ta' l-art u l-attivita' tal-baħar.", "Għandna numru ta' kunsilli lokali li għandhom taħt ir-responsabbilta' tagħhom bajjiet imdaqqsa u ta' ċerta rilevanza għat-turiżmu.", "Matul dan id-dibattitu ssemmew numru ta' bajjiet - ħafna minnhom ma ssemmewx b'isimhom għax min kien qed jitkellem dwarhom xtaq li naraw dawn il-bajjiet aħjar milli huma - u tqajmu xi lmenti dwarhom.", "Issemmew il-bajja ta' Għajn Tuffieħa, il-bajja ta' l-Għadira u ssemmew bajjiet oħrajn.", "Dawn huma fost l-akbar bajjiet li għandna u huma bajjiet importanti għall-qasam tat-turiżmu.", "Il-kunsill lokali li huwa responsabbli minnhom - f'dan il-każ il-kunsill lokali tal-Mellieħa - għandu diffikultajiet biex jara li dawn jinżammu f'livell deċenti pero' hemm min għandu investiment f'dawn il-bajjiet u dawn ukoll qegħdin jonfqu l-flus biex iżommuhom kemm jista' jkun tajjeb.", "Jiena ma nippretendix - almenu sakemm ma jkunx hemm kondizzjoniiet speċifiċi - li min għandu attivita' kummerċjali fil-bajja għandu jkollu r-responsabbilita' li jżomm il-bajja f'postha pero' nippretendi li min jopera negozju fil-bajja għandu jkollu sehem mir-responsabilita' biex ikollna l-bajja mnaddfa bl-għajnuna ta' impjegati tal-gvern jew ta' nies li jkunu b'kuntratt mal-kunsill involut.", "Jiena nifhem li fix-xitwa tkun qed tagħżaq fl-ilma jekk tnaddaf bajja mill- alga imma dan ix-xogħol jista' jsir meta joqrob is-sajf.", "Barra l-operatur tan-negozju u l-persuni responsabbli mit-tindif hemm element ieħor li jista' jgħin biex bajja tinżamm f'kondizzjoni tajba.", "Dan l- element huwa kull wieħed u waħda minna li mmorru nqattgħu xi ġurnata jew nofs ta' nhar f'dawn il-bajjiet.", "Kull wieħed minna għandu jħossu responsabbli li jara li ma jħallix il-bajja maħmuġa iktar milli kienet bl- iskart tiegħu.", "Kull wieħed minna għandu jara li bis-serjeta' jqiegħed l- iskart li jifdallu fid-diversi bins li hemm available apposta.", "Aħna għandna r-responsabilita' li nħallu l-bajja nadifa għal min l-għada filgħodu jew filgħaxija jiġi biex jagħmel attivita' oħra f'dak il-post, biex imbagħad hu wkoll iħoss ir-responsabilita' li dik il-bajja jerġa' jħalliha nadifa.", "Marbut ma' dan hemm il-konċett ta' żoni ħielsa għall-għawm.", "Dawn ġew introdotti numru ta' snin ilu mill-Malta maritme authority, li rat li numru ta' bajjiet ikunu wżati eskussivament għal skop ta' għawm.", "F'diskussjonijiet mal-kunsilli lokali u ma' diversi assoċjazjoniiet oħrajn li riedu jużaw il-bajjiet għal attivita' oħra, l-MMA rat li jkun hemm bajjiet meħlusa mill-attivita' tad-dgħajjes, mill-attivita' ta' l- ispeedboats u mill-ativita' ta' sport ieħor konness mal-baħar.", "Dan kien importanti għax sfortunatament u diżgrazzjatament fis-snin l-imgħoddija numru ta' persuni kienu involuti f'inċidenti - kultant dawn l-inċidenti rriżultaw f'imwiet - qrib wisq tal-kosta.", "Dawn iż-żoni esklussivi għall- għawm saru proprju biex jiġu evitati dawn it-tip ta' inċidenti u jista' jagħti l-każ li tinħass il-ħtieġa li iktar u iktar żoni jiġu ddikjarati hekk.", "Huwa importanti li dawn iż-żoni jibqgħu għall-għawm biss u huwa importanti li min imur bid-dgħajsa jew bl-ispeedboat u min jagħmel attivita' kummerċjali madwar dawn l-inħawi jifhem li hu wkoll irid josserva r-regolamenti.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li jiena napprezza l-attivita' li qegħdin jipprovaw jagħmlu numru ta' persuni li huma involuti direttament fin- negozju ta' speedboating u jetskiing, fejn dawn qegħdin jitolbu li jkun hemm regolamenti ċari kemm min-naħa tal-ministeru għat-trasport kif ukoll min-naħa tal-ministeru ta' l-intern.", "Min-naħa ta' min jopera dan it-tip ta' negozju qed tinħass il-ħtieġa ta' regolamenti ċari dwar insurances u dwar liċenzjar adegwat ta' dawn il-mezzi.", "Ladarba l-operaturi nfushom qegħdin jifhmu li hemm bżonn li jkun hemm dan it-tip ta' kontroll, jiena nemmen li għamilna pass tajjeb 'il quddiem biex inkunu nistgħu nassiguraw li l- bajjiet ikunu iktar mħarsa u aktar protetti.", "Hemm ukoll organizzazjonijiet oħrajn li qegħdin jitolbu permess biex jorganizzaw attivitajiet sportivi marbutin ma' l-attivita' ta' jetskis u attivitajiet oħra sportivi konnessi mal-baħar.", "L-MMA, li hija responsabbli mill-għoti ta' permessi f'dan ir-rigward, għamlitha ċara li hi mhijiex kontra l-ħruġ ta' permessi imma qegħda tinsisti li din l-attivita' ssir f'ċerta distanza, f'ċerti ħinijiet u taħt kondizzjonijiet li jridu jiġu maqbula bejn iż-żewġ naħat.", "Dan qed isir biex filwaqt li jkollna attrazzjoni oħra għas-settur tat-turiżmu, ikollna wkoll regoli stretti li jiggarantixxu l-ħarsien kemm ta' l-operatur innifsu kif ukoll ta' min ikun qed jipparteċipa f'dik it-tip ta' kompetizzjoni.", "Mr Speaker, fattur importanti f'dan is-settur huwa dak ta' l-edukazzjoni; mhux qed ngħid fis-sens li wieħed jitgħallem xi ħaġa bl-Ingliż u xi ħaġa oħra bit-Taljan imma qed nitkellem fuq il-bżonn ta' edukazzjoni ġenerali.", "Iva, nemmen li fost l-iktar setturi li għandhom bżonn ta' tagħlim hemm is- setturi li jipprovdu t-trasport.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid għal courses li jridu jsiru b'kollaborazzjoni bejn il-public transport authority u l-ITS, li jistgħu jkunu għal żmien qasir, u li permezz tagħhom wieħed ikun jaf l-iktar affarijiet importanti fil-pajjiż.", "Naħseb li huwa importanti li jekk xi ħadd ikun qed iwassal turist mill-airport ma jgħidlux li hemmhekk l-Imdina meta jkun qed jara l-Belt!", "Il-public transport authority għandha tniedi courses f'dan ir-rigward u nispera li fis-snin li ġejjin isir xi ħaġa.", "Veru li llum hemm course li permezz tiegħu wieħed jingħata l-liċenzja biex jagħmel ċerti servizzi imma rridu naraw li dawk il- courses ikomplu jiġu upgraded, b'mod li min qed jagħti servizz ikun jista' jagħti iktar informazzjoni lil min jitlobha.", "F'dawn il-courses għandha tiġi nkluża wkoll l-imġiba fil-konfront tat- turist.", "Veru li huwa tajjeb li nkunu nafu nitkellmu lingwi differenti u nkunu nafu dwar il-monumenti imma aktar importanti huwa l-mod ta' kif kull wieħed minna jġib ruħu mal-barrani li jiġi jżurna.", "L-impressjoni li jġorru magħhom it-turisti hija l-impressjoni li nħallulhom aħna.", "Il-poplu Malti huwa magħruf għall-ospitalita' tiegħu u dan l-isem għandna nużawh biex inkomplu ntejbu s-settur tat-turiżmu.", "Jiena nispera li din l-ospitalita' magħruf għaliha l-poplu Malti tkompli tikber u tkompli twassal il-messaġġ ta' x'inhi Malta, il-messaġġ ta' x'inhi l-kultura tagħna u l-messaġġ ta' x'aħna aħna l-Maltin.", "Nemmen li dan huwa settur li kull Malti u Maltija, bis-sehem dirett jew indirett tiegħu, qed jgħin biex itejjeb.", "Ma nemminx li t-turiżmu qed jgħin biss lil dawk it-8,000 jew 9,000 ħaddiem li jaħdmu full-time u lil dawk l- eluf l-oħra li jaħdmu part-time fis-settur.", "Lanqas ma nemmen li qed jgħin lil-lukandiera u lil dawk li għandhom restaurant biss imma nemmen li t- turiżmu qed jgħin lil kull wieħed u waħda minna.", "Nemmen ukoll li kull Malti u Maltija għandna l-obbligu li ntejbu l-livell tat-turiżmu billi nagħmlu dak kollu possibbli biex lit-turist nagħtuh impressjoni tajba.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed niggarantixxu li t-turiżmu jkompli jiffjorixxi għal ġid tagħna u ta' pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Grazzi, Mr. Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru ta' l-Intern jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 12 ta' Mejju fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, fl-aħħar aġġornament li ħadt tkellimt dwar l-update ta' l-Unjoni Ewropea u fost oħrajn semmejt il- kwestjoni ta' saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol u kif dan l-update għandu jgħin sabiex inkomplu nsaħħu l-liġijiet tagħna minn dan il-lat.", "F'dawn l-aħħar żmenijiet jiena attendejt seminar organizzat mill- kummissjoni għall-promozzjoni ta' occupational health and safety u mid- department of labour.", "Fost l-oħrajn tkellem Dr Noel Vella, li semma' kif l- inċidenti jiġu kkawżati primarjament minn falls from heights, jiġifieri wieħed jaqa' mill-għoli, minn kuntatt ma' equipment, fejn ġeneralment dak li jkun ikorri f'idejh, u anke minn electrocutions.", "Għal dak li jirrigwardja mard jirriżulta li l-iktar mard frekwenti li wieħed jista' jiddobba fuq il-post tax-xogħol huma dermatitis, jiġifieri infjammazzjoni tal-ġilda, u occupational asthma, jiġifieri jkollok il-bronki li jidjiequ minħabba li wieħed ikun espost għal ċerti causative agents u għal ċerti kimiċi.", "Fil-verita' jekk wieħed iħares lejn in-numru ta' każijiet notifikati bejn l-1990 u l-1996, isib li n-numru ta' każijiet huwa baxx ħafna.", "Dan ifisser li jkollna ħafna każijiet li ma jiġux notifikati.", "Fl- 1990 kien hemm disa' każijiet, fl-1991 tliet każijiet, fl-1992 tliet każijiet, fl-1993 seba' każijiet, fl-1994 kien hemm 29 każ, fl-1995 kien hemm tliet każijiet u fl-1996 kien hemm tliet każijiet notifikati.", "F'dan is-seminar tkellem ukoll Dr Joseph Zammit McKeon, li huwa l- president tal-kummissjoni għall-promozzjoni ta' occupational health and safety.", "Dan għamel il-punt li Compulsory Insurance Act ta' l-1974 kienet a non-starter għax qatt ma daħlet fis-seħħ.", "Dr Zammit McKeon ġustament insista li għandha titressaq leġislazzjoni li tara li jiġu ntrodotti programmi ta' insurance cover sabiex ikun hemm risk assessment programmes, kif ukoll sabiex ikollna sistema adegwata ta' kumpens għall-vittmi ta' inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol.", "Dan bla dubju għandu jgħin bħala stimolu għall-prevenzjoni ta' dan it-tip ta' inċidenti u dan it-tip ta' mard.", "Kelliem ieħor f'dan is-seminar kien is-Sur Joseph P. Sammut.", "Dan għamel enfasi fuq il-ħtieġa ta' manutenzjoni ta' l-equipment fuq il-post tax- xogħol u qal li human error wieħed, anke b'makni mantenuti tajjeb, jista' jkun biżżejjed biex ikollok inċident serju jew anke fatali u allura huwa importanti ħafna li jkollok il-ħaddiema mħarrġa sew, speċjalment il- maintenance personnel u l-inġiniera.", "Jekk wieħed iħares lejn id-dmirijiet ta' min iħaddem, wieħed isib li fl- aħħar mill-aħħar l-employer għandu dmir li jkun hemm sistemi ta' sigurta' kontra inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol, għandu dmir li jinforma lill-ħaddiema u li l-ħaddiema jkunu mħarġa kif diġa' semmejt u li jkun hemm istruzzjonijiet ċari għalihom fuq il-post tax-xogħol.", "Għandu dmir ukoll li jkun hemm provduti mezzi ta' personal protection għall-ħaddiema kif ukoll għandu dmir - u diġa' għamilt riferenza għal dan - li jiġu rapportati l- inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Mill-banda l-oħra l-impjegati għandhom id-dmirijiet tagħhom ukoll.", "Għandhom id-dmirijiet li jsegwu l-istruzzjonijiet dwar health and safety u li jużaw protective clothing u equipment li jiġi provdut lilhom, anke jekk dan ikun ta' ċertu skumdita'.", "Għandhom dmir ukoll li jieħdu ħsieb il- manutenzjoni ta' l-equipment li jużaw u li jirrapportaw hazards li jiltaqgħu magħhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar, il-ħaddiema għandhom id-dmir li jirrapportaw xi inċident li seta' ġralhom, anke jekk ikun żgħir, u għandhom jirrapportaw xi mard li jista' jkun b'xi mod relatat mal-post tax-xogħol.", "Meta nitkellmu dwar mard li jkun relatat mal-post tax-xogħol wieħed jista' faċilment isib problemi fil-ġilda kkawżati minn diversi chemical agents.", "Fost l-oħrajn wieħed jista' jsemmi l-asfalt, is-cement, il-fibreglass u anke d-dqiq.", "Hemm ukoll mechanical agents li jistgħu jikkawżaw problemi fil-ġilda, bħal per eżempju, il-friction, il-pressure u l-vibration.", "Hemm ukoll aġenti fiżiċi bħal, per eżempju, sħana li tista' tikawża ħruq, kesħa li tista' tikawża frostbite u anke radiation li mhux biss tikkawża infjammazzjoni tal-ġilda imma anke kanċer tal-ġilda.", "Imbagħad hemm ukoll biological agents, bħal pjanti, u anke mikrobi, bħal viruses, bacteria u oħrajn.", "Jekk wieħed jitkellem fuq occupationhal asthma, li hija komuni ħafna, wieħed isib storja ta' exposure għal diversi affarijiet, fost l-oħrajn dyes, pharmaceuticals, metalli fil-każ ta' welders u oħrajn li jaħdmu fuq hard metal u anke plant-derived material bħal, per eżempju, kafe', soya beans, grain u tobacco.", "Anke l-mastrudaxxi jistgħu jkunu esposti għal trab fl-arja li jista' jikawża problemi fil-bronki.", "Hemm ukoll animal-derived u farming materials li jistgħu jikawżaw dawn il-problemi.", "Fost dawn insibu l- fungicides u l-pesticides, li huma forom ta' organic dusts.", "Hemm ukoll dawk li jaħdmu fil-qasam tad-detergents u tal-kimiċi, li barra li huma esposti għal problemi fil-ġilda huma wkoll esposti għal problemi fil- bronki.", "Il-hairdressers ukoll huma esposti bl-istess mod.", "Mr Speaker, irrid ngħid li f'pajjiżna għadu ma daħalx il-konċett ta' occupational screening biex wieħed jippreveni l-problemi.", "Hemm dawk li jissejħu primary measures, fejn wieħed jipprevjeni milli tinqala' l- problema qabel ma tibda.", "Hemm secondary level occupational screening meta jkollok ftit sintomi ta' problemi, bħalma semmejt fil-ġilda u fil-bronki, u wieħed mill-ewwel jieħu l-prekawzjonijiet biex il-marda ma tilħaqx tidħol fil-fond.", "Hemm imbagħad it-tertiary level of prevention, li għandu l-iskop li jikkura l-marda meta tkun diġa' daħlet.", "Huwa interessanti li wieħed jgħid - u hawn qed nikkwota minn studju ta' Dr Noel Vella u Dr Mark Gauci, ta' l-occupational health and safety unit f'pajjiżna - li fl-Istati Uniti, 34% tal-workforce ikollhom periodical health examinations.", "Fl-Unjoni Ewropea minn studju li sar fl-1991 jirriżulta li hemm pajjiżi bħal, per eżempju, Franza u l-Portugal, fejn ikollhom ta' bilfors jagħmlu dawn il- health examinations filwaqt li hemm oħrajn li jinsistu li jsiru dawn l- eżamijiet u testijiet f'każ ta' ħaddiema li jkunu esposti għal ċerti sustanzi biss.", "Hawnhekk qed nirriferi għad-Danimarka u l-Olanda.", "Imbagħad għandek pajjiżi in between, jiġifieri fejn la tkun compulsory għal kulħadd u lanqas mhi ristretta biss għal dawk in-nies li jkunu esposti għal ċerti kimiċi biss.", "Huwa interessanti wkoll li f'dan l-istess seminar li ġie organizzat proprju fl-okkażjoni ta' 1 ta' Mejju - u tajjeb li wieħed jagħmel il-punt li ma rridux nistennew l-1 ta' Mejju biex niċċaqalqu fuq dan il-qasam u l- update ta' l-Unjoni Ewropea se jġiegħelna nibqgħu mexjin dwar dan il-qasam - is-Sur Frank Laferla, li kien wieħed mill-kelliema f'dan is-seminar, semma' council directive ta' l-Unjoni Ewropea implimentata f'Ġunju ta' l- 1992, li tittratta minimum safety and health requirements at temporary and mobile construction sites.", "Kif kont qed ngħid fil-bidu, fil-fatt jirriżulta anke f'pajjiżna li l-inċidenti l-iktar komuni jiġu kkawżati minn waqgħiet mill-għoli, u dawn huma marbutin ma' l-industrija tal-bini.", "Għaldaqstant din id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea se tgħin lil Malta wkoll meta din tiġi implimentata f'pajjiżna.", "Huwa importanti ħafna li għal dak li jirrigwarda occupational screening, ma nkomplux nikkuntentaw bil-ftit li qed isir.", "At best, qabel ma jkun se jibda x-xogħol tiegħu, l-applikant għandu jiġi mitlub jipprovdi ċertifikat mediku mit-tabib tiegħu.", "It-tabib fl-aħħar mill-aħħar ma jkollu l-ebda idea dwar l-ambjent tal-post tax-xogħol u r-riskji għas-saħħa tal-persuna meta dan ikun se jiġi impjegat u ma jistax ikun li f'pajjiżna nibqgħu għaddejjin b'din is-sistema.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Mr Speaker, huwa fatt li l-progress f'kull qasam tal-ħajja li mixja sfrenata li diffiċli titwaqqaf; mixja kontinwa li f'dawn l-aħħar snin, aktar minn qatt qabel, evolviet f'ġirja bla waqfien, li kważi taqta' nifs kulħadd.", "Dak li jiġri llum diġa' sar avveniment storiku, miżmum biss għal riferenza futura.", "Illum il-ħajja hi tellieqa f'kull fergħa tax- xjenza u f'kull qasam tal-ħajja soċjali, fl-informatika, fis-saħħa, fil- kumditajiet personali u fit-teknoloġija.", "Ninsab ċert li anke Malta qiegħda tilgħab parti minn din il-logħba u aħna nistgħu niftaħru bla tlaqliq li Malta pproduċiet u għadha tipproduċi nies kapaċi fl-oqsma soċjali kollha u nies ta' ħila li bl-istudju u r-riċerka tagħhom taw u għadhom jagħtu kontribut imprezzabbli fl-evoluzzjoni soċjali ta' l-oqsma xjentifiċi.", "F'dan ir-rigward hu dmir ta' kull membru f'dan il- parlament li jagħmel analisi, jiddiskuti proġetti u jressaq proposti quddiem din il-Kamra u għaldaqstant jikkontribwixxi pożittivament għall- aħjar żvilupp u għal aktar ġid fil-pajjiż.", "B'dan l-atteġjament aħna, bħala membri parlamentari, nistgħu ngħinu biex noħolqu dibattitu kostruttiv, biex anke ċ-ċittadin jieħu sehem f'dan l-iżvilupp sħiħ.", "Sempliċi kelma tista' tqanqal baħar ta' ideat innovattivi biex jinħoloq żvilupp f'qasam partikolari tal-ħajja, li bih il-pajiż jista' jinġieb f'qagħda aħjar.", "Dawn l-aħħar snin il-pajjiż kien u għadu għaddej minn taqlib sħiħ fl- oqsma kollha tiegħu.", "Saret trasformazzjoni fil-qasam tal-politika, fl- ekonomija, fl-edukazzjoni, fl-intrapriża, fit-telekomunikazzjoni u fit- teknoloġija ta' l-informatika.", "Saru wkoll bidliet soċjali oħra li dan il- parlament jafhom sew għax kien hu li għarbel u wiżen il-piżijiet, ir- responsabbiltajiet u l-konsegwenzi ta' l-effett tagħhom fuq in-nazzjon u l- ħajja tal-poplu tagħna.", "Kien dan il-parlament li qanqal dibattitu u aġixxa fl-aħjar interess u fl-ogħla għerf biex l-effett fuq il-pajjiż ikun wieħed kostruttiv u soċjalment pożittiv.", "Dan il-parlament hu mogħni sewwa b'nies li mingħajr dubju ta' xejn dejjem xtaqu u ħadmu bis-sħiħ għall-ġid tan- nazzjon.", "Mr Speaker, illum mhux se nitkellem fuq l-ebda waħda minn dawn il-bidliet imma għażilt li nitkellem fuq it-trasformazzjoni fil-qasam soċjali ta' pajjiżna.", "Se nitkellem dwar il-bidliet tajbin u pożittivi u se nitkellem ukoll dwar l-effett u l-konsegwenzi negattivi li jkun tajjeb jekk dan il- parlament jirrifletti fuqhom bi ftit aktar intensita' għax wara kollox, l- iżvilupp fil-qasam soċjali jirrifletti dejjem fil-ħajja tal-poplu.", "Forsi fil-passat, fil-parlament ħafna drabi l-membri ttrattaw xogħolhom aktarx bħala azzjoni politika lejn il-poplu aktar milli bħala servizz soċjali għaċ-ċittadin.", "Forsi mingħajr ma qatt kienet l-intenzjoni konxja tagħhom dawn fittxew li jserrħu moħħ l-oħrajn.", "Forsi għamilna wkoll bħall- ostrich u ħsibna li qegħdin nagħmlu pjaċir liċ-ċittadini l-oħra, bħallikieku aħna mhux ukoll nagħmlu parti minn dan il-poplu jew bħallikieku aħna mhux ukoll għandna familja u trabbejna ġo familja.", "Il-parti l-kbira tagħna ninsabu responsabbli tal-familja tagħna, bit-tfal u żgħażagħ jimlewna b'sodisfazzjon ta' ferħ, sakemm ma jkunux qed jinkwetawna bil- problemi partikolari tagħhom.", "Dan ifisser li t-trasformazzjoni soċjali tolqot lilna personali mill-qrib daqskemm tolqot lil kull ċittadin ieħor u għalhekk hu tajjeb li xi ħadd jitkellem dwar ir-responsabilita' tagħna mhux bħala parlamentari iżda fuq kollox bħala persuni umani li wara ġurnata xogħol twila u impenjata sa tard bil-lejl, immorru d-dar fejn insibu familja li tilqagħna.", "Jekk inħarsu madwarna u nirriflettu fuq il-kambjamenti li ġraw madwarna f'dawn l-aħħar snin, wieħed ma jistax ma jinnotax ċerti pjagi soċjali li tfaċċaw b'konsegwenza tal-bidla kbira li għadda minnha pajjiżna.", "Uħud minn dawn il-problemi li ta' min wieħed isemmi huma l-problema tad-droga, dik ta' l-alkoħoliżmu, tal-logħob bla rażan, ta' l-infiq f'kapriċċi żejda, tal- kriminalita' organizzata u hold-ups, ta' immoralita' fiskali u l-problema tal-frustrazzjoni ta' żgħażagħ mingħajr xogħol forsi wara snin twal ta' studju u taħriġ.", "Huwa dmir u responsabbilta' personali tagħna li nirriflettu fuq il-fatt li kull deċiżjoni li nieħdu jkollha effett fuq ir- realtajiet soċjali, li wara kollox huma realtajiet tagħna u tal-familji tagħna.", "Ilkoll naqblu li l-problemi tad-droga u dik ta' l-alkoħol huma problemi serji, li l-qgħad huwa theddida għall-istabilta' ta' wliedna u li l-libertinaġġ bla rażan fil-qasam tad-divertiment qed iħassar lit-tfal tagħna fis-saħħa emozzjonali u mentali tagħhom.", "Illum nixtieq nagħmel mistoqsija retorika.", "Kemm aħna konxji bħala parlamentari li dawn il- problemi huma tant reali u ta' theddida vera għal ġid kollu li akkwistajna s'issa għall-poplu Malti u Għawdxi?", "Kemm aġġixejna bħala poplu serju u poplu magħqud biex verament naħdmu ħalli, jekk mhux possibbli li nevitaw għal kollox dawn il-weġgħat personali u l-problemi soċjali marbutin magħhom, għall-inqas ninvestu biex intaffu l-uġiegħ u fejn hu possibbli nsalvaw dak li hu salvabbli?", "Mr Speaker, jenħtieġ li lkoll kemm aħna bħala poplu magħqud immiddu għonqna u nikkontribwixxu b'kull mod.", "Jeħtieġ naħdmu id f'id biex dan il- parlament ikun ta' eżempju għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Jeħtieġ li dan il-parlament ikun rifless ta' l-umanita' tal-poplu tagħna u li dan il- parlament iwieġeb verament għall-weġgħat, l-aspettativi u l-għajtiet tal- poplu tagħna għal djar deċenti li jkunu aċċessibbli għal koppji żgħażagħ, għal għatx lejn l-edukazzjoni li tibni persuni maturi u mhux robots programmati, għax-xogħol, opportunitajiet u espressjonijiet aktar wiesa fl- Ewropa u għal divertiment san u alternattiv.", "Fuq kollox jeħtieġ insiru aktar konxji ta' l-inizjattivi soċjali eżistenti u nsaħħuhom.", "Fejn hu meħtieġ għandna noħolqu oħrajn li jistgħu jtaffu d-disfatta tad-droga, ta' l-alkoħoliżmu, ta' dipressjoni minħabba stress, diskriminazzoni minħabba xi diżabilita', ta' trawma minħabba xi vjolenza psikoloġika, fiżika, morali jew sesswali.", "Personalment għandi ammirazzjoni kbira lejn dawk l-aġenziji governattivi - partikolarment l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat - li tant jaħdmu bla heda u fis-skiet taċ-ċentri tagħhom biex itaffu l-weġgħat ta' dawn ir-realtajiet soċjali mimlija qrusa konsegwenza tal-bidliet drastiċi li bilfors kellu jgħaddi minnhom dan il-pajjiż.", "Hawnhekk irrid nagħmel riferenza għat-TSG, the sense group, organizzazzjoni li twaqqfet f'Malta madwar sena u nofs ilu.", "L-iskop ewlieni ta' din l-organizzazzjoni hu li tippromwovi konsum ta' alkoħol b'moderazzoni u b'responsabbilta'.", "Interessanti huwa l-fatt li dan il-grupp ġie mwaqqaf u huwa ffinanzjat mill-produtturi ewlenin tax-xorb alkoħoliku f'Malta.", "Din l-organizzazzjoni temmen li l-awtodixxiplina fil-konsum tax- xorb alkoħoliku hi ferm iżjed effettiva mir-regolamenti statutorji dwar prevenzjoni ta' l-abbuż ta' l-alkoħol.", "Per eżempju, fir-Renju Unit l-l- inċidenti fatali tat-toroq naqsu b'66% bejn l-1980 u l-1997 grazzi għal kampanja intensiva kontra s-sewqan taħt l-influenza tax-xorb.", "Ftit taż- żmien ilu dan il-grupp ħareġ video u fuljett biex jgħin lill-ġenituri jwaqqfu lit-tfal taħt l-eta' milli jabbużaw mix-xorb alkoħoliku.", "Dan il- video huwa mniedi minn the sense group bħala parti mill-impenn tiegħu biex jiskoraġġixi l-abbuż ta' xorb alkoħoliku minn tfal u żgħażagħ taħt is-16-il sena.", "Dan il-materjal informattiv intbagħat lill-għaqdiet kollha interessati u lill-kunsilli lokali.", "Bla dubju, wieħed irid jirrikonoxxi inizjattivi ta' din ix-xorta u jiena nħeġġeġ kemm lil dan il-parlament kif ukoll lill-poplu kollu biex ma jieqaf qatt milli jkun rikonoxxenti lejn dawn il-gruppi tal-volontarjat.", "Inħeġġeġ ukoll biex dawn ikomplu jingħataw l-appoġġ morali u finanzjarju għax wara kollox dawn jinvestu riżorsi ta' ħin, enerġija, rieda tajba u riżorsi finanzjari miġbura bi tbatija kbira biex jerfgħu r-responsabilita' tagħhom ħalli jaraw li l-bidla soċjali ta' pajjiżna tkun mhux biss waħda ta' ġid u progress iżda wkoll waħda kemm jista' jkun umanament ta' wens u mogħdrija.", "Mr Speaker, nagħlaq billi bħala Għawdxi nuri rikonoxximent għall-ħidma fejjieda ta' organizzazzjonijiet bħal fondazzjoni Oasi, lill-għaqda Għawdxija persuni b'diżabilita', is-soċjeta' għall-morda u l-anzjani, lill- għaqda Għawdxija għal persuni neqsin mis-smigħ, lis-social welfare development programme fergħa ta' Għawdex, id-diversi djar ta' l-anzjani, iċ- ċentri soċjali ta' l-istat u l-istitut u ċentri li tant jaħdmu fost iż- żgħażagħ Għawdxin.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa, 12 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMPJIEGI - ĦLAS TA' SAHRA", "5448.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex il- persuna anzjana, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx l-overtime li kienet għamlet mill-1 sat-30 ta' Settembru, 1997 fil-Ġnien tax-Xlejli, il-Gudja, bħala watchman tal-PWD?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħlas għal xi overtime li jkun sar minn impjegati fis-Servizz Pubbliku normalment isir mid-dipartiment fejn jaħdem jew kien jaħdem l-impjegat.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SAĦĦA - KAŻ TA' EN CASUAL", "5449.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara għaliex il-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, itterminawlha xogħol bħala EN casual wara li rċeviet ittra fejn qalulha li fil-21 ta' Jannar, 1999 ġie terminat ix- xogħol tagħha?", "Peress li persuna oħra bl-istess grad ukoll irċeviet din l- ittra imma issa reġgħu bagħtu għaliha biex terġa' lura x-xogħol, jista' l- Ministru jgħid għaliex din il-persuna ma bagħtux għaliha?", "Hemm il-ħsieb li d-dipartiment juża s-servizz tagħha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma' jirriżultax li mill-impjegati part-time li kien intemmilhom l-impjieg tagħhom għaliex kienu għalqu l-65 sena kien hemm xi ħadd li reġa' ġie mpjegat.", "M'hemm l-ebda ħsieb li d-diviżjoni terġa' tuża s-servizz ta' mpjegati li jkunu għalqu l-65 sena.", "MENINGITIS - SKEJJEL", "5526.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hawnx epidemija ta' Meningitis type C f'Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fl-iskejjel jingħataw tip ta' injection biex nilqgħu għal din l-epidemija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi m'hemmx epidemija ta' Meninġite tip C f'Malta.", "M'hemmx raġuni medika sal-lum għaliex il-vaċċin tal-Meninġite tip C tingħata fl-iskejjel.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POST", "5527.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l- individwu, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, hux se jieħu l-post li kellu f'No 36, Sqaq 2, Brittaniku Street, Tarxien fejn kien tiegħu personali?", "Jekk le, x'tip ta' kumpens se jieħu tal-proprjeta' li kellu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hix il-policy meta jinħarġu nies minn djarhom għal proġetti ta' slum clearance, li jerġgħu jiġu allokati fil-post il-ġdid li jkun inbena flok tagħhom.", "Dwar kumpens, il-persuna ndikata għandha tkellem lid-Dipartiment ta' l-Art u tiġi mgħarrfa kemm se jkun, jekk għadha ma rċievitx in-notice to treat fejn ikun hemm indikat il-prezz li se titħallas.", "PORT ĦIELES - EQUIPMENT OPERATORS", "5528.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-Freeport Terminal qatt ħarġet vakanza għal equipment operators għax-xahar ta' Marzu 1999?", "Jekk iva, għaliex individwi rċevew karta li issa dan ir-reklutaġġ ġie mwaqqaf wara li bagħtu għalihom għall-interview?", "Hemm ħsieb li jerġa' jinfetah?", "Jekk iva, se jibgħatu għal dawk il-persuni li bgħatu għalihom għall-interviews ma' l- ETC?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 5411 mogħtija fis-seduta numru 75.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma li hija l-proċedura stabbilita f'azjendi parastatali, inkluż il-Port Ħieles, li biex isir reklutaġġ, l-ewwel issir talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION", "5533.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta fil- Petroleum Division ġewwa Ras Ħanżir ingħatawx overtime għal Jannar u Frar?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid kemm ammonta ras għal ras?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul Jannar u Frar 1999 il-Korporazzjoni Enemalta ħallset is-somma totali ta' Lm8786.26c f'sahra lill-ħaddiema fit-Taqsima tal-Petroelum ġewwa Ras Ħanżir.", "Ras għal ras kull ħaddiem irċieva s-somma ta' Lm 418.39c f'xahrejn.", "QORMI - TRIQ SAN ĠWAKKIN - ILMA", "5848.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta s-servizz ta' l-ilma tar- residenti fi Triq San Ġwakkin, Ħal Qormi se jiġi mibdul mill-Korporazzjoni għas-Servizz ta' l-Ilma minħabba ħsarat regolari?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l- ilma fit-triq imsemmija hija sodisfaċenti.", "Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhix qed tipproġetta li tibdel il-mejnijiet f'din it-triq.", "Xi sospensjonijiet tas-servizz ta' l-ilma li seta' kien hemm fl-imsemmija triq kienu dovuti għal ħsarat fl-inħawi li għandhom l-istess sistema ta' distribuzzjoni.", "Il-bdil ta' house connections isiru biss meta dawn ikollhom xi ħsarat.", "Meta jiġri dan, fi żmien qasir, jinbidlu l-pajpijiet b'oħrajn tal-plastic (poythylene).", "PULIZIJA - PERSUNI TAĦT L-EFFETT TA' L-ALKOĦOL", "5849.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3052, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni li ta f'din it-tweġiba sa nofs Marzu 1999, u l- informazzjoni tkun maqsuma skond l-eta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul il-perijodu bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-15 ta' Marzu, 1999, kien hemm 90 persuna li nqabdu jsuqu taħt l-effett ta' l-alkoħol.", "L-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn it- 18 u 62 sena kif jidher f'din it-Tabella .", "Eta' Numru ta' Persuni ---- -----------------", "Bejn it-18 u t-22 sena 20 Bejn it-23 u t-27 sena 13 Bejn it-28 u t-32 sena 9 Bejn it-33 u t-37 sena 11 Bejn it-38 u t-42 sena 13 Bejn it-43 u s-47 sena 12 Bejn it-48 u t-52 sena 10 Bejn it-53 u s-57 sena 1 Bejn it-58 u t-62 sena 1", "QORMI - TRIQ SAN ĠORG - LAMPA", "5850.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq San Ġorġ, Ħal Qormi se tiġi mdawwla permezz ta' lampa li hija tant meħtieġa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li ma jirriżultax li t-triq imsemmija jinħtieġilha dawl addizzjonali.", "SKEJJEL - SAN BASTJAN", "5851.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex tfal ta' l-iskola (6/7 snin) ta' l-iskola primarja, San Bastjan, Ħal Qormi jkunu qed jistennew barra l-iskola sakemm jiġu l-vannijiet biex jeħduhom id-dar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li t-trasport fl-iskola ta' San Bastjan 'A' Ħal-Qormi m'hux provdut mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni iżda huwa organizzat mill-ġenituri.", "Il-kap ta' l-iskola ssuġġeriet li l-ġenituri joħolqu roster biex jindukraw lit-tfal fuq il-vannijiet, iżda ma kienx hemm voluntiera.", "Wieħed mill-vannijiet jagħmel aktar minn trip wieħed.", "Ix-xufier ta' dan il-vann ikollu l-mara tiegħu miegħu li tissorvelja lit-tfal sakemm jistennew it-tieni vjaġġ.", "Meta tkun ix-xita din il-mara, flimkien mat-tfal jistennew it-trasport fl-iskola.", "QORMI - TELEPHONE BOOTH", "5852.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-dawl fit-telephone booth li sar xhur ilu fi Triq Santa Katerina, Ħal Qormi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li diġa' ttieħdu l-passi meħtieġ, kemm mill-Maltacom kif ukoll mill-Korporazzjoni Enemalta, biex ix-xogħol ta' stallazzjoni ta' dawl fit-telephone booth imsemmija jsir kemm jista' jkun malajr fil-ġimgħat li ġejjin.", "LUQA - PELICAN LIGHTS", "5853.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema parti ta' Qormi Road, Luqa se jitwaħħlu l-pelican lights li ġew approvati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-Traffic Control Board qabel li jsiru żewġ pelican lights fi Triq Ħal Qormi, Luqa, waħda fil-viċinanzi ta' l-istitut ta' l-agrikoltura u l-oħra ħdejn l-ufficji tal-Korporazzjoni ta' l-ilma.", "Bħalissa qed jiġu kkonsidrati l-lokalitajiet eżatti fejn dawn il-pelican lights għandhom fiżikament isiru.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "5948.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-ministeru tiegħu u mil- liema entita' ġejjin?", "Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li ebda persuna m'hi seconded mal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "5949.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin?", "Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda persuna seconded mal-Ministeru tas-Saħħa.", "Nirreferi wkoll lill-Onor.", "Membru għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 139.", "MINISTERU TA' L-INTERN - IMPJEGATI", "5950.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u mil- liema entita' ġejjin?", "Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu?", "Jista' l-Minsitru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-Ministeru ta' l-Intern m'hemm l-ebda persuna li hija seconded.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "5951.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-ministeru tiegħu u mil- liema entita' ġejjin?", "Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Għandi nifhem li l-Onor Membru qed jirreferi għall-persuni li qegħdin fis-Segretarjat Privat tiegħi.", "Skond id-direttivi maħruġa fid-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li kopja tiegħu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998, m'hemm ebda persuna li hi seconded minn xi entita' parastatali fis-Segretarjat Privat tiegħi.", "Dejjem skond l-istess dokument, ħadd mill-persuni fis-Segretarjat Privat tiegħi ma hu maħtur fuq xi bord jew kumitat minn fejn qed jitħallas xi forma ta' rimunerazzjoni.", "Nagħmel ukoll riferenza għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 3455 fejn hemm elenkat l-ismijiet tal- persuni kollha li sal-lum jagħmlu parti mis-Segretarjat Privat tiegħi.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - IMPJEGATI", "5952.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid minn huma n-nies seconded mal-ministeru tagħha u mil-liema entita' ġejjin?", "Tista' l-Ministru tgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu?", "Tista' l-Ministru tgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment?", "Tista' l-Ministru tgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda persuna li hija sekondata mal-Ministeru għal Għawdex.", "PERSUNI LIBJANI - WORK PERMIT", "5983.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalista' Libjana li għandhom residence permit u work permit illum?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bħalissa hawn tliet persuni ta' nazzjonalita' Libjana li qegħdin hawn Malta permezz ta' residence permit.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li persuni li qed jgħixu hawn bis-saħħa ta' residence permit ma jistgħux jaħdmu f'Malta.", "Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' persuni Libjani li għandhom liċenzja ta' mpjieg biex jaħdmu Malta huwa 113.", "Dawn jagħmlu diversi xogħlijiet bħalma huma diretturi ta' kumpaniji, managers, għalliema, konsulenti u sportsmen fost oħrajn kif jidher mill-lista ta' nies barranin li għandhom liċenzja ta' mpjieg li tiġi publikata kull xahar mid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni.", "PROTOKOLL - REAZZJONI TAL-MAĠISTRATI", "6564.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-ministeru dwar ir- reazzjoni tal-maġistrati li ma jaċċettawx il-preċedenza allokata lilhom fil- proposta ġdida dwar il-protokoll?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kwestjoni tal-preċendenza ma' taqax taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru tal-Ġustizzja.", "UE - RABA' PROTOKOL FINANZJARJU", "6579.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5513 u cioe' jista' jgħid x'użu se jsir mill-fondi li fadal għar-Raba' Protokol Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea?", "Kif qed jipproponi li jużahom il-gvern preżenti?", "Fuq liema proġetti u f'kull każ, x'inhuma l-fondi li qed jipproponi li jonfoq fuq kull proġett?", "ONOR.", "JOE BORG: Id-diskussjonijiet fuq ir-Raba' Protokol Finanzjarju jinsabu f`fażi finali rigward il-proġetti li l-gvern se jiftiehem dwarhom ma' l-Unjoni Ewropea.", "Id-dettalji mitluba ikunu jistgħu jingħataw meta dawn id-diskussjonijiet jitlestew.", "ĊENTRU DETOX - GĦAJNUNA", "6580.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 5321 u cioe' minn Settembru, 1998 sal-15 ta' Frar, 1999 kemm-il persuna talbet l-għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox minħabba abbuż ta' droga?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar għal Malta u Għawdex separatament?", "Kull xahar kemm-il persuna marret l-ewwel darba għall-kura?", "Kull xahar kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena li talbu l-kura?", "Kemm kull xahar kienu qed jabbużaw mill-eroina, kokaina, eċċ.?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "JUNIOR COLLEGE - EŻAMIJIET", "6585.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex b'xi mod jew ieħor jiġi rimedjat l-iżball li se jbatu minnu l-istudenti tal-Junior College li se jagħmlu l-Matsec fil-mużika f'livell avvanzat, peress li proprju ftit jiem qabel l-eżami saru jafu li s-sillabu li ġew ippreparati għalih mhux l- istess wieħed li se jiġu eżaminati fuqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed nistħarreġ l-ilment imqanqal fil-mistoqsija.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - GRADWATI TAL-B.ED", "6586.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkollha bżonn id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni tirrikluta gradwati B.Educ għas-sena skolastika li jmiss: (1) fil-qasam sekondarju (i) f'Malta; (ii) f'Għawdex; (2) fil-qasam primarju (i) f'Malta; (ii) f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-eżerċizzju meħtieġ għad irid jiġi kompilat u għaldaqstant għadni m'iniex f'pożizzjoni nagħti t-tweġiba mitluba.", "EU - SCREENING PROCESS", "6587.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min fl-oqsma li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu qed jieħdu sehem fl-iscreening process ta' l-Unjoni Ewropea?", "X'taħriġ u formazzjoni ngħataw dawn il-persuni biex ikunu nformati sew bid-deċiżjonijiet, direttivi, riżoluzzjonijiet u rakmandazzjonzijiet tal-Kunsill tal-Ministru Ewropej u dan fir-rigward ta' l-oqsma differenti li jaqgħu taħtu li jkollhom jinbidlu u jadottaw irwieħhom minħabba l-applikazzjoni għas-sħubija fl-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dr N Bonanno - assistent kap fil-Ministeru tiegħi pparteċipa fl-iscreening process (multilateral) tal-politika reġjonali (l- fond Ewropej tal-Agrikoltura).", "Is-Segretarju Permanenti, d-Direttur tal- Agrikoltura u d-Direttur tas-Servizzi Veterinarji pparteċipaw fl-iscreening process (Agrikoltura).", "Id-Direttur tal-Agrikoltura ntbagħat l-Ingilterra fuq kors ta' taħriġ dwar 'negotiating skills' mal-Unjoni Ewropea offrut mill-Gvern Ingliż.", "Dr N Bonanno fil-passat mar Spanja u l-Portugall dwar il-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandha x'taqsam l-Agrikoltura.", "UE - VOTI", "6636.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5923 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' peress li qed jiġi propost li jkun hemm tnaqqis ta' 30% tal-voti attwali ta' l-Unjoni Ewropea għas-settur tal- biedja tal-pajjiżi membri, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif dan it- tnaqqis se jaffettwa lill-pajjiżna u ċioe' s-settur tal-biedja lokali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minn informazzjoni ppublikata jidher ċar li l-Berlin European Council li sar fl-24 u 25 ta' Marzu, 1999 żied l-allokazzjoni għall-Agrikoltura (Heading 1) minn 40,920 miljun Euro fl-2000 għal 43,900 milljun Euro għall-2002.", "Dawn il-figuri huma kkalkolati bil-prezzijiet tal- 1999 jiġifieri mistennija jiżdiedu skond l-inflazzjoni.", "Barra minn hekk huwa maħsub li bir-riforma fil-Politika Agrikola Komuni ta' l-Unjoni Ewropea jintnefqu anqas flus sabiex jiddisponu miż-żejjed u aktar flus f'għajnuna diretta lill-bdiewa u raħħala.", "Din ir-riforma tkun ta' benefiċju għall-bdiewa Maltin", "AVIS II - LEVIES", "6637.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5921 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' peress li l-Avis II jgħid li l-levies kollha ta' protezzjoni jridu jitneħħew, jista' jgħid kif dan mhux se jkollu impatt negattiv fuq is-setturi lokali tal-biedja u sajd?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant japprezza li din il-materja hija suġġetta għal negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "Bla dubju l-Gvern Malti determinat li jinnegozja pakkett sħiħ li jkun sostenibbli għall-Agrikoltura u Sajd f'Malta, li joffri opportunitajiet ta' żvilupp f'dawn l-oqsma sakemm dan ikun għas-sodisfazzjon tal-bdiewa, raħħala u sajjieda.", "Dawk b'kuntrast mal-Free Trade Zone li ried jagħmel il-Gvern li kien jagħmel parti minnu l-Onor.", "Interpellant li kien ifisser it-tneħħija ta' kull forma ta' protezzjoni għas-setturi tal-biedja u sajd f'pajjiżna.", "TIĠIEĠ - IMPORTAZZJONI", "6638.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-intervent tal-Ministru dwar l-eżenzjoni ta' dazju fuq tiġieġ impurtati għas-suq lokali, jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra meta kkonsulta mal-koperattivi u rappreżentanti tal-processors ta' din l-industrija lokali?", "Meta ġew informati bil-miżura li ħa l-Ministeru dwar l-eżenzjoni tal-levy fuq dan il-prodott u kemm kienet il-kwantita' li ġiet eżentata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Billi l-ammont ta' tiġieġ li fuqhom ġiet eżentata l- ħlas tal-levy kienet waħda limitata ħafna, minnħabba ċirkostanzi partikolari u speċjali, (ħames tunnellati paragunata ma konsum ta' 6,600 tunnellata), ma nħassitx il-ħtieġa li ssir konsultazzjoni.", "Ta' min ifakkar li l-Onor.", "Interpellant, meta kien Ministru, kien irrikmanda eżenzjoni mill-ħlas tal-levy fuq (10.75) tunnellata tiġieġ importati fit-2 ta' Frar 1998, bla ma saret ebda konsultazzjoni ma koperattivi u proċessuri oħra.", "Din l-eżenzjoni kienet fil-fatt ħarġet.", "PA - PERMESSI TAL-BINI", "6639.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet għall-permessi tal-bini, change of use, eċċ li jinsabu fil-proċess ta' appelli quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li ġew diġa' rifjutati mill-istess awtorita'?", "X'inhi fil-fatt l-ispiża globali li tħallset sabiex saru u setgħu jersqu dawn l- appelli quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nixtieq l-ewwel nippreċiża li appelli minn deċiżjonijiet ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ma jinstemgħux mill-awtorita` iżda minn Bord ta' Appell dwar l-Ippjanar li huwa awtonomu mill-awtorita` nnifisha.", "Ninsab informat li bħalissa hemm 1,089 applikazzjoni b'talba għall-appell minn deċiżjoni ta' l-awtorita'.", "Ninsab informat ukoll li l-ammont ta' Lm87,120 ġie mħallas biex jiġu sottomessi dawn it-talbiet għall-appell.", "PULIZIJA - RABAT - TRAFFIKU", "6640.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux jintbgħat pulizija sabiex jidderiġi temporanjament it-traffiku waqt il-funerali li jsiru fil-lokal tar-Rabat, Malta?", "Jista' l-Ministru jara li jirrimedja għal dan in-nuqqas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi waqt funzjonijiet reliġjużi fit- toroq, il-Pulizija tieħu dawk il-miżuri għall-kontroll tat-traffiku skond kif dik il-funzjoni partikolari tkun tenħtieġ.", "BDIEWA - TQASSIM TA' ĦAMRIJA", "6641.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa maħsub/ikkalkolat li matul ix-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju u Awissu titqassam ħamrija lill-bdiewa?", "Minn fejn se tinġieb din il-ħamrija u x'policy se jaddotta d-dipartiment għat-tqassim ta' din il-ħamrija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-proċess tat-tqassim tal-ħamrija jiddependi mill- volum ta' ħamrija li jkollu f'idejħ id-dipartiment u mhux fin-numru ta' talbiet tal-bdiewa."]} {"filename": "20030225_875d_par.doc", "date": "2003-02-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 875 It-Tlieta, 25 ta' Frar, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 875 It-Tlieta, 25 ta' Frar, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "875", "It-Tlieta, 25 ta' Frar, 2003", "WERREJ", "MINUTI 541", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 541", "TQEGĦID TA' KARTI 545", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDIĊINI (IT-TIELET QARI)", "MEDICINES BILL (THIRD READING) 546", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR VERIFIKA INTERNA U INVESTIGAZZJONIJIET (IT-TIENI QARI)", "INTERNAL AUDIT AND FINANCIAL INVESTIGATIONS BILL (SECOND READING) 547", "AĠĠORNAMENT 569", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 573", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 874 li saret fl-24 ta' Frar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "DAZJU FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' CORNED BEEF", "38387.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 38156, jista' il-Ministru jgħid kemm kien id- dazju tal-prodotti inkwestjoni bejn l-1997 u l-2003, u kif jispjega din id- differenza?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici)(f'isem il-Ministru tal-Finanzi): M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 38156.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiddispjaċini imma jkolli niġbidlek l- attenzjoni li jien għadni mingħajr l-informazzjoni li tlabt.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Int staqsejt fuq id-dazju tal-corned beef u r- risposta ħadtha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nerġa' ngħid li fir-risposta tiegħu, il-Ministru ma qalilniex kemm tħallas dazju fuq il-corned beef u prodotti simili.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fir-risposta hemm il-persentaġġ ta' dazju li ġie ċċarġjat fis-snin imsemmija.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma meta nafu li se nkunu obbligati nħallsu d- dazji fuq ċerti prodotti ta' l-ikel ...", "Nieħdu l-Medigrain, li storikament timporta l-materja prima minn non-EU countries.", "Din il-kumpannija se jkollha tħallas dazju ta' Lm60 fuq kull valur ta' Lm100.", "Issa d-domanda tiegħi hija din, Sur President.", "Il-Medigrain se jkollha terfa' il-piż kollu hi jew se jħallas xi parti l-gvern u l-parti l-oħra l-Unjoni Ewropea?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għedniha miljun darba li dak il-prodott li joriġina minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, jista' ikollu fuqu tariffa li tkun komuni għall-pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Pero' jirriżulta li meta Malta tissieħeb fl-Unjoni, il-prezz ta' ċerti prodotti bħall-qmuħ u oħrajn se jkollu jitbaxxa biex jagħmel tajjeb għal din it-tariffa.", "Dan joħroġ minn komunikazzjoni li kellna ma' diversi esportaturi fl-Amerika u l- Kanada, li naturalment iridu jżommu x-share tas-suq tagħhom.", "Għal dan il- għan, il-Gvern Amerikan għandu sistema li biha jgħin lill-esportaturi ħalli jagħmel tajjeb għat-tariffi li l-Unjoni tkun qed tapplika.", "Għalhekk mhux la kemm taqbad u tgħid kif se tkun is-sitwazzjoni għax jista' jirriżulta li d-differenza fil-prezz tkun żgħira ħafna, Sur President.", "Pero' anke f'każ li jkun hemm xi differenza, jirriżulta wkoll illi bil- ftehim li aħna għamilna ma' l-Unjoni Ewropea, żammejna d-dritt li nissussidjaw għal ċertu perijodu ta' żmien, sakemm il-prezzijiet internazzjonali jiġu viċin dawk ta' l-Unjoni Ewropea, fejn nofs minn dan is-sussidju se jitħallas mill-Unjoni Ewropea u n-nofs l-ieħor jitħallas mill-Gvern Malti.", "Jiġifieri mhux biss għandna l-garanzija li l-gvern se jżomm il-prezz stabbli imma għandna wkoll is-sitwazzjoni li semmejt, fejn esportaturi Amerikani u oħrajn m'għandhomx triq oħra ħlief li jagħmlu tajjeb għaż-żieda li jista' ikun hemm fuq il-prodott tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGA: Sur President, jekk qed nifhem sew, il-Ministru qed jgħid li ladarba nidħlu fl-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti ta' l-Amerika se tissussidjana għall-parti mid-dazju li aħna se nkunu obbligati nħallsu.", "Jiġifieri jekk kemm-il darba jirriżulta li l-Medigrain se jkollha tħallas tariffa ta' Lm60 fuq kull Lm100 hard wheat li timporta mill-Amerika, parti minn din it-tariffa se titħallas mill-Amerika, parti mill-Gvern Malti u parti mill-Unjoni Ewropea.", "Issa peress li l-Gvern Malti iddikjara li s- sussidju fuq l-importazzjoni annwali se jkun ta' madwar euro 1 miljun taħt it-temporary state aid, min se jħallas id-differenza kemm-il darba din tkun aktar minn daqshekk?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, l-ewwelnett il-Gvern Amerikan m'huwiex se jissussidja direttament lil Malta imma se jkollu jinnegozja mal- produtturi tiegħu għax dan m'huwiex sussidju formali.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Interpellant jaf daqsi li fid-WTO għaddej dibattitu dwar kif l- Ewropa tista' tgħin lill-bdiewa tagħha u kif l-Amerika tista' tgħin lill- bdiewa tagħha.", "L-Ewropa tgħin lill-bdiewa tagħha billi jew tissapportja l- prezz jew, kif qed tagħmel preżentament, timxi għal sistema li tgħin aktar direttament il-livell ta' l-għajxien tal-bdiewa.", "L-Amerika għandha t- tendenza li tgħin lill-bdiewa tagħha billi anke tħallashom biex ma jiżirgħux u din ukoll hija tip ta' assistenza.", "Hemm ukoll sistema ta' export credits, li naturalment ukoll tinfluwenza l-cost ta' min ikun qed jesporta.", "Jiġifieri m'hemmx dubju li din hija sitwazzjoni komplessa, Sur President.", "Biss wieħed irid jifhem li l-oġġettiv tagħna hu li l-prezz tagħna ma jiġix affettwat meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk innegozjajna biex jekk il-prezz jiġi aktar, aħna nissussidjaw dak il-prodott ħalli dan l-oġġettiv nilħquh.", "F'sitwazzjonijiet preċedenti – per eżempju fl-1996, meta jien kont responsabbli mis-settur tal-qmuħ - il-prezz minn barra tant kien żdied b'mod goff, li kellna nżidu s-sussidju b'xi Lm3 miljun jew Lm4 miljun f'sena biex inżommu l-prezz tagħna stabbli.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li wieħed jittekiljahom skond iċ-ċirkostanzi li jkollu quddiemu, imma l- oġġettiv finali jibqa' li ma jkollniex żieda fil-prezzijiet bħala effett dirett talli nissieħbu fl-Unjoni.", "Naturalment minn żmien għal żmien, il-prezz fid-dinja jvarja u allura jkollna nikkumbattu ma' din il-varjazzjoni li taf taffetwana wkoll b'mod mhux favorevoli.", "Pero' din hija s-sitwazzjoni u nerġa' ngħid li l- oġġettiv tal-gvern hu li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ma jiġux affetwati l-prezzijiet b'mod negattiv.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jekk kemm-il darba lill-imprendituri Maltin jirriżultalhom li l-prezz ta' ċerti prodotti fis-swieq internazzjonali jkun orħos – għax, kif qal il-Ministru stess, ċerti pajjiżi jissussidjaw il- biedja tagħhom biex ikunu kompetittivi – dawn xorta waħda se jkunu marbuta bil-katina li fuqhom iridu jitħallsu l-integrated tariffs of the European communities.", "Jiġifieri s-supply measures li tant ftaħar bihom il-gvern m'huma xejn ħlief bużżieqa li nfaqgħet f'wiċċu għax xorta se jkun marbut li jħallas dawn it-tariffi.", "Allura fi kliem sempliċi, kemm-il darba l- imprenditur isib prezzijiet orħos, il-gvern qed jintrabat li jħallas it- TARIC kollha hu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiddispjaċini imma hawnhekk għandna konfużjoni sħiħa għax, bir-rispett kollu, l-Onor.", "Interpellant kull darba qiegħed jitfixkel il-kwoti mat-tariffi.", "Il-verita' hi li se jsiru arranġamenti biex dak li nimportaw, xorta waħda ma jiġix affettwat bil-kwoti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din għedtha kemm-il darba u allura ma nistax nifhem għalfejn din il- konfużjoni kollha min-naħa ta' l-Onor.", "Membru, Sur President.", "Issa jekk importatur isib jixtri prodott li minn New Zealand ikun irħas mill-prezz ta' l-Awstralja, naturalment iġibu minn New Zealand, u jekk fuq dak il-prodott għandu tariffa, dik it-tariffa irid iħallasha.", "Issa din se tinqasam bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u l-prezz fis-suq lokali m'huwiex se jiġi affetwat bid-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni.", "Mhux billi noqogħdu ngħidu ħafna affarijiet u nsemmu l-bżieżaq!", "Donnu li l-Onor.", "Interpellant ma jridx jemmen li l-prezz tagħna m'huwiex se jiġi affettwat negattivament bid- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Sur President.", "Parti mit-tariffa se jkun qed jagħmel tajjeb għaliha l-Gvern Malti, parti oħra l-Unjoni Ewropea u f'ċerti każi, speċjalment fil-qmuħ, l-esportatur se jiffissa l-prezz tal-prodott tiegħu skond is-suq ta' fejn jibgħat l- affarijiet.", "U fis-suq ta' l-Ewropa jkun qed jibgħat bi prezz differenti milli kieku jibagħtu fis-suq ta' Malta, jiġifieri bi prezz irħas, għax l- Ewropa għandha tariffa li permezz tagħha tipproteġi l-prodott tagħha.", "Wieħed irid jifhem li aħna ħdimna fuq il-worst case scenario biex niżguraw li l-bidla ma tkunx qiegħda tinfluwenza l-prezzijiet lokali.", "Pero' fil- verita', is-sitwazzjoni tista' tkun ferm u ferm inqas impenjattiva għalina u inqas ta' diffikulta' għax ikun hemm din il-bidla fil-prezz ta' ċerti prodotti.", "Nafu li fil-każ tal-qmuħ hekk se jiġri għax din qaluhielna l- esportaturi stess.", "Għalhekk wieħed jibda jinduna kemm pajjiż jingħata aktar saħħa jekk jissieħeb fi grupp ta' pajjiżi oħra minflok jibqa' waħdu, Sur President.", "Min qatt kien jobsor li għax m'aħniex fl-Unjoni Ewropea, l-esportaturi Amerikani se jagħmlulna prezz aktar għoli u min-naħa l-oħra, jekk inkunu fl- Unjoni Ewropea, se jagħmlulna prezz aktar baxx!", "Imma din hi r-realta', xi ħaġa li wieħed irid japprezza s-sinifikat tagħha.", "Dan kollu jfisser li waħdek għandek very limited ability to influence and very limited ability to negotiate, mentri jekk inti tkun parti minn blokk ta' pajjiżi għandek protezzjoni ferm akbar.", "Aħna ferm fiduċjużi li minn din l-assoċjazzjoni, ikollna sitwazzjoni fejn lill-bdiewa nkunu qed nagħtuhom l-għajnuna li jistħoqqilhom waqt li noħolqu swieq ġodda u, fl-istess ħin, il-punt dwar l- importazzjoni, li l-Onor.", "Membru ilu jsostni dwaru, idub fix-xejn bħal silġa, Sur President.", "Fil-fatt dan l-aħħar qrajt artiklu ta' Lino Spiteri dwar din l-istess tema tal-mistoqsijiet li kontinwament qed jagħmel l-Onor.", "Farrugia, fejn ukoll qal li din id-differenza se tispiċċa fix-xejn.", "Għax fid-dinja internazzjonali hemm dan il-moviment biex il-prezzijiet internazzjonali u l- prezzijiet ta' l-Unjoni Ewropea jersqu lejn xulxin.", "Allura l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra qegħdin jargumentaw fuq xi ħaġa li qiegħda ddub f'idejhom meta joġġezzjonaw għas-sħubija fl-Unjoni.", "Hawn li nixtieq li l-poplu Malti jirrealizza x-short sightedness ta' l-oppożizzjoni li m'humiex jirrealizzaw li din id-differenza se tispiċċa fix-xejn u ttir mar-riħ fi żmien qasir, kif qal is-Sur Lino Spiteri stess.", "Fil-fatt aħna nnegozajna b'mod li għal perijodu ta' żmien raġonevoli, sakemm naslu biex il-prezzijiet ikunu viċin xulxin – jista' jkun sitta jew seba' snin, punt li qam ukoll fin-negozjati u għalhekk innegozjajna kif innegozjana, għax qalulna li kif aħna ninnewtralizzaw it-tariffi, din se tispiċċa fix-xejn – inkunu f'pożizzjoni li din is-sistema ma tagħmlilniex differenza, u aħna għal dan l-iskop innegozjajna.", "Imma sfortunatament tan- naħa l-oħra għandhom għamad quddiemhom u b'din l-attitudni qed itellfu lil pajjiżna l-opportunita' li meta nkunu fl-Unjoni Ewropea, ċerti prodotti nkunu nistgħu nixtruhom bi prezz ferm inqas milli kieku nibqgħu barra.", "Dan huwa dovut għall-fatt li pajjiżna huwa żgħir.", "L-Ewropa hija kbira, għandha s-saħħa u timponi t-tariffi, filwaqt li pajjiżi barra l-Unjoni, inkluż l- Amerika, jiffissaw prezzijiet irħas biex jakkomodaw it-tariffi ta' l- Ewropa.", "Nixtieq li dan il-punt jiftiehem sewwa għax ħafna mill- mistoqsijiet li qed ikollna jittrattaw proprju dan is-suġġett, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena ma nafx kif daħal Lino Spiteri, pero' ladarba l-Ministru għoġbu jirriferi għalih, nixtieq nagħmel domanda oħra għax il- ħabib tagħna huwa wkoll konsulent ta' numru ta' lukandi.", "Id-dokument ta' l-Unjoni Ewropea taż-17 tax-xahar – u bil-permess, Sur President, nixtieq inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra - jikkonferma li fuq laħam taċ-ċanga li jkun ġej mill-Awstralja, se jkollna nħallsu 95c per kilo barra 12.8% ad valorem.", "Jiġifieri dan se jitħallas kollu mill-Gvern Malti jew nofsu se jkollha tħallsu l-Unjoni Ewropea?", "Lin- nies tad-distrett tiegħi, li ħafna minnhom għandhom lukandi, ristoranti u ħwienet tal-laħam, nista' ngħidilhom li jekk kemm-il darba jġibu ċanga mill- Awstralja, il-gvern se jkun qed iħallas id-differenza hu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex dan id-dokument li rrifera għalih l-Onor.", "Farrugia jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sur President, xi 15-il ġurnata ilu kont bdejt nispjega dwar l-importazzjoni tal-laħam.", "Naturalment iċ-ċanga tista' tixtriha bis-60c-il kilo u tista' tixtriha bit- Lm12-il kilo, imma ejja nieħdu ċ-ċanga ta' Lm2-il kilo, dik it-tip ta' ċanga li ħafna mill-Maltin jixtru.", "Issa jekk minn dan l-ammont tnaqqas 20% tar-retailer, tnaqqas 10% ta' l-importatur, tnaqqas 5c transport costs u tnaqqas 10c tal-levy, jiġi li dan il-prodott jasal Malta madwar Lm1.36 C.I.F.", "Issa jekk tagħmel dan l-eżerċizzju bil-kontra u ma' dan il-prezz iżżid 5c transport costs, iżżid 10% ta' l-importatur u żżid l-20% tal-butcher shop, tara li l-prezz taċ-ċanga fis-sena 2004 mhux talli m'huwiex se jogħla talli se jinżel bi 13c.", "U fis-sena 2005 il-prezz taċ-ċanga jkun għadu 11c inqas milli huwa llum, filwaqt li fis-sena 2006 se jkun xi 7c inqas.", "U jekk tieħu l-perijodu ta' l-ewwel erba' snin u tat-tieni erba' snin, issib li fl-ewwel erba' snin għandek roħs fuq il-prezz eżistenti, waqt li fit- tieni erba' snin - meta tqabbel il-prezz kif se jkun bejn is-snin 2008 sa 2011 ma' kif inhuwa llum - se jkun hemm żieda żgħira.", "Pero' jekk inti tnaqqas dak li se tiffranka minn dak li se żżid, issib li bil-prezzijiet tal-lum, iċ-ċanga se togħla on average b'inqas minn 2c-il kilo fis-sena u mhux b'95c kif qed jgħid l-Onor.", "Farrugia.", "Nerġa' ngħid li inti tista' tixtri ċ-ċanga importata minn barra bis-60c-il kilo jekk trid pero' tista' tixtriha bi Lm12-il kilo wkoll.", "Għax jekk tara l-HS code – hawnhekk qed nitkellem mill-memorja – issib li meta tidħol fl-Ewropa għandek roughly taxxa ta' 20% across the board.", "Aħna ftehemna ma' l-Unjoni Ewropea li fuq perjodu ta' seba' snin, dik iż-żieda fil-prezz tiġi ssussidjata.", "Jiġifieri jekk se jkun hemm għoli ta' 2c jew ta' 4c kull kilo, dik tiġi ssussidjata mas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni.", "Hekk se jaħdem dan is-settur, Sur President.", "Il-ġimgħa l-oħra kont lest li npoġġi l-calculations fuq il-Mejda tal-Kamra biex nuri li fl-ewwel erba' snin - u malli jkolli ċ-ċans inpoġġihom - fuq ċanga ta' Lm2-il kilo, se jkun hemm roħs li jibda minn 13c u jibqa' nieżel 'l isfel għal zero, imbagħad fit-tieni erba' snin ikun hemm żieda żgħira fil-prezz minn kif nafuh illum.", "Jekk tieħu l-medja ssib li fuq medda ta' tmien snin, iċ-ċanga se tiżdied b'average ta' inqas minn 2c, anzi biex inkun eżatt se tiżdied b'1.75c.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' studenti li applikaw għall-eżamijiet tas-SEC tas-sessjoni tas-sajf 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38810;", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt tas-Sur Michael Mercieca, chairman tal-management committee tal-Malta embellishment and landscape project, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38715;", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar ħlas ta' overtime lill-impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru ta' l-intern u l-ambjent, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38707;", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar persuni mpjegati b'kuntratt mad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38708; u", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet li ngħataw mill-gwardjani lokali matul l- 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38728; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar vapuri tal-gwerra li daħlu fil-portijiet ta' Malta matul l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38692.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta l-Abbozz ta' Liġi dwar il- Mediċini - Abbozz Nru. 101 - mgħoddi mill-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi b'emendi u nippreżenta l-Minuti konfermati tal-laqgħat minn numru 180 sa 183 li saru bejn is-17 ta' Diċembru 2002 u d-19 ta' Frar 2003 u l-minuti mhux konfermati tal-laqgħa numru 184 ta' l-24 ta' Frar 2003.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru): Sur President, nitlob il- permess sabiex il-Kamra tgħaddi għat-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini.", "Dalgħodu diġa` tkellimt mal-whip ta' l-oppożizzjoni dwar dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDIĊINI", "MEDICINES BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, f'isem il-Ministru tas-Saħħa nipproponi t-Tielet Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-manifattura, il-preparazzjoni u l- assemblaġġ, id-distribuzzjoni bl-ingrossa, il-ħżin, il-qirda, it-tneħħija, ir-reklamar u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti mediċinali u ta' kull attivita` li għandha x'taqsam ma' dan u r-regolament tal-bejgħ ta' prodotti mediċinali, spiżeriji u attivitajiet farmaċewtiċi relatati u dwar ħwejjeġ oħra anċillari għal dawn jew li għandhom x'jaqsmu magħhom.\"", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-manifattura, il- preparazzjoni u l-assemblaġġ, id-distribuzzjoni bl-ingrossa, il-ħżin, il- qirda, it-tneħħija, ir-reklamar u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti mediċinali u ta' kull attivita` li għandha x'taqsam ma' dan u r-regolament tal-bejgħ ta' prodotti mediċinali, spiżeriji u attivitajiet farmaċewtiċi relatati u dwar ħwejjeġ oħra anċillari għal dawn jew li għandhom x'jaqsmu magħhom\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR VERIFIKA INTERNA U INVESTIGAZZJONIJIET", "INTERNAL AUDIT AND FINANCIAL INVESTIGATIONS BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-24 ta' Frar, 2003", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat huwa in possession of the House.", "S'issa ħa 26 minuta.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, il-bieraħ spjegajt kif minkejja li kellu ċans jagħmel dan fuq it-television waqt il-konferenza stampa li ta nhar il-Ġimgħa, il-Ministru tal-Finanzi jew il-ministeru tiegħu għadhom ma tawx spjegazzjoni xierqa dwar l-akkuża li saret ripetutament min-naħa tagħna, kemm ġewwa kif ukoll barra dan il-Parlament, li ġimgħat ilu l-MITTS ingħataw struzzjonijiet bil-miktub mill-ministeru tal-finanzi biex iħassru mill-kotba tal-gvern ċerti entries li kienu diġa` ġew ipproċessati fix- xahar ta' Diċembru ħalli b'hekk iċekknu d-deficit tal-gvern għas-sena l- oħra.", "Għedt ukoll li għal din il-laqgħa, li kienet ippreseduta mis-Sur Vincent Grech, direttur ġenerali fi ħdan il-ministeru tal-finanzi, kien hemm preżenti wkoll uffiċjali tat-teżor.", "Żidt ngħid li tal-MITTS tant ħassewhom skomdi b'din il-proposta li talbu struzzjonijiet bil-miktub, li eventwalment ingħatawlhom.", "Qed insemmi dan kollu għax fil-fehma tagħna, dan huwa każ skandaluż, iktar u iktar għax hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar posponiment ta' pagamenti, liema posponimenti għamluhom diversi gvernijiet, iżda dwar tħassir mill-kotba tal-gvern ta' pagamenti li diġa` saru.", "Fuq it-television il-Ministru tal-Finanzi ġab l-argument li dan jorbot mal-variable budgeting system li daħħal huwa stess, pero` fil- verita` dan l-argument ma jorbot xejn għax nerġa` ngħid, iċ-ċirkolari tal- variable budgeting system ħarġet fl-24 ta' Jannar ta' din is-sena filwaqt li din it-tbażwira saret ferm qabel, u għalhekk jien ngħid li dan għandu jkun task ewlieni, kemm għall-internal auditor tal-gvern kif ukoll għall- external auditor, jiġifieri għall-awditur ġenerali.", "Jekk irridu konferma oħra tat-tqanċiċ li qed jaħdem bih dan il-gvern fil- qasam tal-finanzi se nsemmi xi ħaġa oħra li tikkonċerna lill-MITTS.", "Is- sena l-oħra tal-MITTS għamlu xogħol għal diversi ministeri u dipartimenti fuq dak li jissejjaħ \"differed payment basis\", jiġifieri filwaqt li x- xogħol isir illum, il-ħlas isir iktar tard, u r-raġuni kienet li dan l- aħħar il-ministeri u d-dipartimenti ma kellhomx flus biżżejjed biex iħallsu għall-assignments jew għall-proġetti li tawhom.", "Issa ġara li b'konsegwenza ta' dan kollu, il-flus ta' ċerti ministeri budgeted għas-sena 2003 fuq xogħol tal-MITTS se jmur biex iħallsu d-dejn tal-MITTS tas-sena l-oħra minflok biex iħallsu għal proġetti ġodda.", "B'konsegwenza ta' dan, il-MITTS qed tirriskja li ma tkunx tista' tniedi proġetti ġodda għal din is-sena, u dan għas-sempliċi raġuni li ħafna ministeri diġa` kielu l-IT budgets tagħhom għal din is-sena li qegħdin fiha.", "Jekk irridu konferma ta' dan, kulma rridu nagħmlu huwa li nħarsu lejn il-business plan tal-MITTS, li jimplika dan kollu, speċjalment meta qed jintqal - u hawn se nikkwota - li:", "\"This may result in future cash flow problems for MITTS and in the long term may be unsustainable for both the company and the client.\"", "Anzi biex inkun fair ma' kulħadd, ħalli nikkwota l-paragrafu kollu biex ħadd ma jiġi jakkużani li slitt xi ħaġa barra mill-kontest tagħha.", "Il- paragrafu sħiħ, li qed nikkwotah mill-business plan tal-MITTS, jgħid hekk:", "\"Until the funds available were enough to cover the operating costs of the company, the IT funding formula of government did not pose a problem for MITTS Ltd's sustainability, even though the public service operates on a cash-accounting basis and the MITTS Ltd., being a limited liability company, operates on an accruals accounting basis.", "However, every year the mismatch in the accounting methods and the non- incremental funds allocation to ministries got worse for MITTS Ltd., whereby the company has no other option in ministries which do not have the required funds to sustain their programme of works but to agree on differed payment terms which run into the budgets of the following year.", "This may result in future cash flow problems for MITTS Ltd. and in the long term may be unsustainable for both the company and the client.\".", "Illum l-informazzjoni li għandi min-naħa tal-MITTS hija li l-MITTS qiegħda fis-sitwazzjoni li jew taċċetta li tagħmel xogħol imma Alla biss jaf meta titħallas - tista' tgħaddi sena sħiħa finanzjarja qabel ma titħallas - jew inkella li ma taċċetta l-ebda xogħol ġaladarba taf li m'hijiex se titħallas minnufih mid-dipartimenti, li kif għedt, diġa` kielu l-budgets tagħhom biex iħallsu n-nefqa tas-sena li għaddiet.", "Fil-fehma tiegħi, dawn huma kollha affarijiet li l-internal auditor tal-gvern għandu jidħol fihom minn day one, u dan qed ngħidu għax wisq nibża' - u jkun tajjeb jekk niċċara hawnhekk li jien qed ngħid dan bl-ebda riflessjoni fuq l-internal auditor, jiġifieri mhux qed nitfa' xi dell fuq il-kompetenza jew l-integrita` tiegħu, biex ħadd ma jikkwotani ħażin - li dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq quddiem dan il-parlament iktar bħala formalita`, sempliċement biex l-Unjoni Ewropea jkollha moħħha mistrieħ li għandha lil xi ħadd li qiegħed hemmhekk biex jissalvagwardja l-interessi finanzjarji tagħha, speċjalment fejn jidħlu proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea nnifisha.", "Il-bieraħ jien urejt b'mod ċar kif dan il-gvern qed jagħmel dak kollu li qed jitlob minnu Brussels, u llum se nagħti eżempju ieħor dwar dan, li jikkonċerna lill-Enemalta.", "Ma ġibtx dan l-eżempju biex inkun prudenti għax kont naf li kienet għaddejja tilwima industrijali, u naħseb li kienet tkun irresponsabbilta` min-naħa tiegħi li nsemmi xi ħaġa fuq l-Enemalta meta kien hemm tilwima bejn il-gvern u trade union.", "L-aħħar ħaġa li ridt nagħmel kienet li nagħmel xi ħaġa li biha nkun nista' niġi akkużat li nkun qed nitfa' l-ħatab fuq in-nar, u għalhekk naħseb li għamilt sew li se nsemmi l-Enemalta llum, wara li t-tilwima ġiet riżolta.", "Illum qiegħed f'pożizzjoni li nikkonferma li minħabba l-obbligi ta' l-Enemalta lejn l-Unjoni Ewropea li żżomm provvista ta' fuel għal 90 ġurnata, l-Enemalta, li m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tagħmel dan, qed ikollha tinnegozja self ta' USD $20 miljun fis-swieq finanzjarji internazzjonali, u dan ovvjament se jkun piż żejjed għall-korporazzjoni, li diġa` għandha diffikultajiet finanzjarji, iktar u iktar billi l-korporazzjoni se jkollha ġġorr ukoll il-piż ta' l- imgħax ta' dan is-self.", "Ikun tajjeb jekk ngħid għall-benefiċċju ta' min qed jismagħni li meta nsemmu ċ-ċifra ta' USD $20 miljun nkunu qed nitkellmu fuq medja ta' madwar Lm8 miljun.", "Sur President, meta l-bieraħ kont qed nitkellem fuq l-internal audit spjegajt li jista' jkun li dak li mbotta lill-Unjoni Ewropea 'l quddiem biex tagħmel dan il-pass u twassal għal dan is-set-up fil-pajjiżi kandidati - ħaġa li m'għamilx meta kienu daħħlu lill-pajjiżi l-oħra applikanti ġodda fl-enlargement preċedenti - kien il-fatt li jekk naqtgħu lil Malta u lil Ċipru 'l barra, din id-darba l-biċċa l-kbira ta' l-applikanti ġodda li qegħdin ifittxu sħubija fl-Unjoni Ewropea huma ġejjin mill-Ewropa tal-Lvant u minn dik ċentrali, u mingħajr ma nitfa' dell ikrah fuqhom irrid ngħid li kif kulħadd jaf, sa għaxar snin ilu dawn lanqas biss kienu jafu x'inhu l- konċett ta' internal audit minħabba s-sistema ċentralizzata komunista li kellhom.", "Wieħed jittama li ġaladarba issa se jkun hemm internal audit control fil-public budget spending authorities, ikun hemm kontroll qawwi anke fuq il-minsteri lokali ħalli ma jerġax ikollna każijiet bħal dak li semmejt jien stess fil-kontest tal-Ministeru tal-Finanzi.", "L-iktar ħaġa interessanti hija li filwaqt li f'Malta l-funzjoni ta' internal auditor qed tgħaddi lill-cabinet office, dan m'huwiex il-każ fil-pajjiżi kollha, anzi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi applikanti r-responsabbilta` qed taqa' fuq il- ministeru tal-finanzi jew fuq it-teżor.", "Każ tipiku huwa dak ta' l- Ingilterra.", "X'wassal lill-gvern illi jieħu dan il-pass ġenwinament jien ma nafx.", "Sal-lum ir-record tal-Ministeru tal-Finanzi fit-tħaddim ta' l- internal audit system żgur li ma kienx jawgura tajjeb biex jibqgħu jżommu r- responsabbilta` huma stess.", "Wieħed irid joqgħod attent li ma nkunux qed noħolqu xi monstru ġdid li jkun slow, li jkun unwieldy, li jkun diffiċli biex timmaniġja u li jkun fi bżonn immedjat ta' riforma.", "Jien m'iniex qed ngħid dan kollu għax jien kontra li jiġi stabilit internal audit.", "Fil- prinċipju l-partit Laburista jaqbel ma' dan, u kif għedt diġa` l-uniku oġġezzjoni li għandna huwa li dan se jispiċċa qisu l-bidillu ta' Brussels.", "Dan qed ngħidu għax pajjiżi moderni oħrajn mhux kollha għamlu l-istruttura li se jkollna hawnhekk, anzi f'uħud minn dawn il-pajjiżi qed issir iktar enfasi fuq id-dipartimenti li jassumu responsabbilta` ikbar huma stess fl- immaniġġjar tal-budgets tagħhom, u dan billi jidentifikaw dawk l-areas li jkunu fil-bżonn ta' titjib.", "Madanakollu jien xorta waħda ngħid li naħseb illi in the long run, id-deċiżjoni li jkun hemm internal auditor ċentrali m'hijiex idea ħażina.", "Biss jien nemmen li fl-aħħar mill-aħħar huwa biss b'għemilna li se nkunu kapaċi nuru li nemmnu li l-internal auditing huwa biċċa xogħol maniġerjali ta' utilita` kbira.", "Sur President, jien personalment nemmen li biex dawn is-sistemi jaħdmu, l- ewwelnett hemm bżonn ta' bidla fil-mentalita` u fil-kultura.", "Dan m'iniex qed ngħidu biex nikkritika lill-gvern tal-lum imma qed ngħidu biex nikkritika l-istrutturi tal-public sector innifsu, irrispettivament min hemm fil-gvern.", "Wieħed irid jara, per eżempju, li r-rimunerazzjoni tkun waħda li tattira l-aqwa nies u mhux tispiċċa titlifhom billi l-ewwel tħarriġhom u mbagħad twittilhom it-triq biex imorru mal-privat.", "Jekk din l- għodda titħaddem tajjeb, inkunu qegħdin inżidu l-valur liċ-ċivil u anke lis- settur pubbliku nnifsu.", "Hemm min jargumenta - għalkemm wieħed mhux bilfors irid jaqbel miegħu - li l-internal audit dejjem jiffjorixxi meta jkun hemm kriżijiet nazzjonali u internazzjonali.", "Jekk inhu hekk, j'Alla li l- esperjenzi ta' dak li qrajna u smajna dan l-aħħar li ġara f'pajjiżi oħrajn jwassal għal dan l-aġġornament anke f'pajjiżna.", "Jien nemmen ħafna fil-konċett ta' l-internal audit għax meta jitħaddem tajjeb, dan ilaqqa' flimkien dak li jissejjaħ \"corporate governance\" u anke dak li huwa management finanzjarju.", "Per eżempju, f'pajjiżi bħall-Ġermanja l-internal audit mhux biss huwa mandatorju fis-sistema bankarja u fost il- kumpanniji li jkunu listed fuq il-Borża tal-pajjiż imma huwa meħtieġ anke biex jiżgura good governance, kemm fil-livell ta' kumpanniji privati kif ukoll fis-settur pubbliku nnifsu.", "Aspett li nixtieq nisħaq dwaru jirrigwarda l-importanza tal-functional independence ta' l-internal audit office.", "Huwa veru li fl-Ingilterra huwa kompitu` tat-Teżor li jara li jkun hemm internal audit office, imma primarjament il-kompitu` tat-Teżor huwa li jiżgura li l-internal audit standards jibqgħu in line ma' l-international auditing standards Ingliżi u anke ma' dawk internazzjonali tant li t-Teżor Ingliż għandu saħansitra dak li jissejjaħ \"audit policy and advice team\", li jagħti pariri dwar l-interpretazzjoni ta' dawn l-istandards abbażi tal- prinċipji involuti biex jiżgura l-iżvilupp ta' l-ogħla kwalita` ta' l- internal audit.", "Huwa importanti wkoll li l-livell ta' relazzjoni li jinżamm ma' l-external audit, fil-każ tagħna n-national audit office, ikun wieħed tajjeb, wieħed ongoing u wieħed organiku.", "Imbagħad hemm l-aspett l-ieħor, il-quality assurance.", "Naħseb li l-quality assurance trid tiġi ittrattata b'ċerta prijorita` u importanza.", "L- Ingilterra għandhom approach - u naħseb li ma nagħmlux ħażin jekk inħarsu lejh - li t-Teżor joħroġ rapport annwali fuq dak li jissejjaħ \"internal fraud\" f'dak li huwa amminsitrazzjoni tal-gvern ċentrali ...", "U meta ngħidu \"internal fraud\", dan mhux bilfors irid ikun xi skandlu kbir.", "Anke jekk issib irregolarita` f'dipartiment, dment li hemm element frodulenti fih, dak ukoll jikkwalifika bħala parti mis-central government internal fraud.", "Dan ir-rapport li joħroġ it-Teżor Ingliż fuq l-internal fraud fis-central government jiġi ċċirkolat fi ħdan il-gvern ċentrali kollu, jiġi mqiegħed fil-librerija tal-House of Commons tal-parlament Ingliż, jiġi maħruġ mill- membri tal-pubbliku on request u r-rapport sħiħ jitqiegħed saħansitra fuq il-website tat-Teżor.", "Jien naħseb li dan huwa l-ikbar awgurju biex ikun hemm trasparenza sħiħa għax għalkemm illum f'Malta hemm awareness ħafna iktar qawwija għar-rapport annwali ta' l-awditur, sfortunatament li kieku ma jkunx hemm id-diskussjoni dwaru fil-public accounts committee, fejn inħoss li ż-żewġ naħat tal-Kamra jagħtu kontribut validu ħafna, kieku dan ir-rapport jagħmel jumejn jew tlieta fil-headlines tal-gazzetti lokali u jintnesa u jindifen minnufih, kif kien jiġri fl-imgħoddi qabel ma twaqqaf il-public accounts committee.", "Jekk niġu issa għall-obbligi ta' Malta vis-à-vis l-Unjoni Ewropea, irrid ngħid li t-trattat li wassal għall-ħolqien tal-European community jispeċifika li l-istati membri huma obbligati li jiġġieldu l-frodi diretti kontra l-interessi ekonomiċi ta' l-Unjoni Ewropea bl-istess mod u bl-istess impenn li tiġi miġġielda l-ġlieda kontra l-frodi fuq bażi nazzjonali.", "Imbagħad hemm ċerti aspetti li jolqtu l-internal audit in ġenerali li naħseb illi jkun tajjeb li wieħed iħares lejhom u jistenna li jarahom fl- attwazzjoni u fil-ħidma ta' dan l-internal audit li qed nipprovdu għalih f'din il-leġislazzjoni.", "L-ewwelnett huwa importanti li jkun hemm livell ta' staff u manpower tajjeb u jkun hemm strutturi adegwati.", "Huwa importanti wkoll li jkun hemm dak li jissejjaħ \"a programme of review\", li tkun xi ħaġa ongoing, u li meta jkun hemm bżonn li tittieħed azzjoni, l-azzjoni tittieħed b'mod immedjat u b'mod effettiv.", "Huwa importanti wkoll li jiġu identifikati u evalwati sistemi ta' kontrolli ħalli l-internal auditor ikun jista' jilħaq l-għanijiet ewlenin tiegħu bl-iktar mod ekonomiku u effiċjenti.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm ċerta reliability fil-kontrolli li jkunu qed jiġu mħaddma.", "F'ħafna pajjiżi l-internal auditor ikollu pjan strateġiku li jkun ibbażat kemm fuq dawk li huma assessments tal-ħtiġijiet tiegħu, jiġifieri fuq l-audit needs assessments, kif ukoll fuq dak li huwa risk assessment, li jelenka d-dmirijiet, il-ħidmiet u l-inizjattivi li jkun hemm bżonn biex jintlaħqu ċerti għanijiet.", "Pero` jien naħseb li l-iktar importanti m'humiex l-istrutturi għax l-istrutturi jistgħu jvarjaw imma li jkun hemm dak li jissejjaħ \"international best practice\" fejn dan l-uffiċċju jitħaddem fuq l-iktar linji aġġornati, moderni u tekniċi possibbli.", "F'ħafna każi jesiġu li biex tkun parti ta' l-internal audit team ta' gvern inti trid tkun membru ta' l-international professional institute of internal auditors.", "Dan m'iniex qed ngħidu biex niskwalifika ċerti nies milli jkunu hemmhekk - jista' jkun li l-gvern diġa` għandu nies bħal dawn, u jien persważ li fiċ-ċivil hemm nies kwalifikati, ta' ċerta fibra u ċertu kalibru - imma dan qed ngħidu biex nawgura li jkun hemm ċerti internal audit standards elenkati mhux biss bħala prinċipji imma enshrined b'mod anke statutorju fl-istruttura ta' l-audit innifisha.", "Dan qed ngħidu għax ġenwinament nemmen fl-internal audit u nemmen li l- approach lejn l-audit għandu jkun wieħed sistematiku u dixxiplinat jekk irridu veramnet nevalwaw u ntejbu l-effettivita` tar-risk management, tal- kontroll u anke tal-proċessu ta' governance.", "Wara kollox x'inhu l-għan tagħna( L-għan tagħna mhuwiex li jkollna struttura sempliċement biex ikollna struttura, imma li jkollna għodda tajba li tkun tista' tħares ir- riżorsi tal-gvern b'mod ekonomiku, b'mod effiċjenti u b'mod effettiv.", "Dan huwa xogħol li jirrikjedi knowledge speċjalizzat u anke ċertu element ta' esperjenza speċjalment jekk inti se tinvestiga mhux biss il-frodi eżistenti imma anke dak li jissejjaħ potential fraud and irregularity.", "Għax jista' jkollok mhux biss sitwazzjoni fejn jirriżulta li hemm frodi imma sitwazzjoni li tista' twassal biex ikollok il-frodi fl-operat tal- gvern tal-ġurnata.", "Meta qed nitkellmu dwar il-kontrolli nagħmlu ħażin jekk naħsbu li l- kontrolli jridu jkunu strettament finanzjarji.", "Naħseb li l-kontrolli jridu jkunu fuq l-attivitajiet kollha ta' l-organizzazzjoni.", "Din hija l-approach li jieħdu diversi kumpanniji privati u naħseb li l-gvern għandu jieħu l- istess approach għax tkun one dimensional wisq jekk hu jħares lejn il- kontrolli strettament fil-kontest ta' financial accounting u financial reporting biss.", "Mhux għax dan m'huwiex importanti, imma m'għandux ikun l- uniku element ta' dan kollu.", "Naħseb l-iktar ħaġa importanti hija li filwaqt li l-areas kollha għandhom jingħataw attenzjoni, għandu jkun hemm konċentrament ta' l-isforzi ta' l- internal audit l-iktar f'dawk li jissejħu l-high risk areas.", "Il-bieraħ diġa` aċċennajt għall-high risk areas u identifikajt bħala wieħed minnhom proprju l-qasam tal-computer audit.", "Importanti wkoll - u naħseb li it stands to reason - li min imexxi din il-unit jew din is-set-up irid imexxi bla biża' u bla favuri.", "Jeħtieġ ukoll li jkollu s-support tal-management officials taċ-Ċivil ħalli jkun jista' jirbaħ il-kooperazzjoni tagħhom u jkun jista' jagħmel ix-xogħol tiegħu b'diliġenza, mingħajr indħil min-naħa ta' ħadd.", "Għaldaqstant importanti wkoll li jkun hemm terms of reference speċifiċi u jkunu miktubin.", "Bla dubju ta' xejn ħaġa li trid tiġi eliminata hija l-possibbilta` li jkun hemm potential jew actual conflict of interest.", "Il-conflict of interest qatt m'hu tajjeb fl-ebda qasam u żgur ma jistax ikollok konflitt ta' interessi f'xi ħaġa delikata bħal din ta' l-internal audit.", "Per eżempju, jien ma nistax nimmaġina li jkollok internal auditor who undertakes ċerti audits ta' sistemi li jkun ħadem fihom inqas minn sena ilu, għax xorta jkun għad għandu ċerta rabta u jista' jkun qed jgħatti ċerti nuqqasijiet li jkun involut fihom huwa stess.", "Ma nistgħux naċċettaw is-sistema li kellna qabel meta kellna l-internal auditors fid-dipartimenti tal-gvern, fejn wieħed ikun qed jagħmel xogħol ta' internal auditor u fl-istess ħin qed jagħmel xogħol li m'huwiex fuq auditing.", "Jew ikun internal auditor full-time jew xejn.", "Daqstant ieħor m'għandux jassumi funzjonijiet eżekuttivi li jmorru lil hinn mill- funzjonijiet tad-dipartiment jew tal-unit tiegħu.", "Naħseb li l-liġi trid tkun waħda rigoruża u trid twassal mhux biss biex tipprovdi għal ħatriet tal-heads ta' l-internal audit imma, jekk ikun hemm bżonn, anke għad-dismissal tagħhom jekk jirriżulta li dawn ma jkunux qegħdin imexxu b'mod diliġenti.", "Dan qed ngħidu b'ebda diżrispett lejn ħadd.", "Meta ħtarna awdituri ġenerali dejjem taw il-massimu tagħhom u persważ li min se jkun qed imexxi l-internal audit se jagħmel l-istess.", "Dan qed ngħidu fuq punt ta' prinċipju u mhux biex nagħmel target fuq xi ħadd partikolari.", "Importanti wkoll li jekk se jkun hemm pjani ta' audit iridu jkunu pjani achievable, jiġifieri jistgħu jintlaħqu.", "Inutli nagħmlulu pjani sbieħ ħafna li ma jistgħux jintlaħqu bir-riżorsi u bil-mezzi li għandu għad- dispożizzjoni tiegħu.", "Għalhekk huwa importanti li mhux biss ikun hemm pjan strateġiku, imma jkollok l-ewwelnett a short term plan li mbagħad jiżviluppa hu fi pjan strateġiku.", "B'hekk wieħed ikun jista' jistabbilixxi target dates, jadotta dak li jissejjaħ a systems approach u jkun jista' jassessja u anke jwassal biex itejjeb diversi aspetti tal-public sector kemm għal dak li huwa risk management, kemm għal dak li huwa kontroll, u kemm għal dawk li huma proċessi ta' governance.", "Fl-aħħar mill-aħħar ix- xogħol tiegħu se jkun li jiġbor, janalizza u jgħarbel ħafna dokumenti u ħafna informazzjoni li hija aċċessibbli għall-gvern.", "Importanti wkoll li l l-policies u l-proċeduri li jiggwidaw lill-istaff ta' l-audit jkunu ċari u jkunu neqsin minn ekwivoċi ħalli ma jkun hemm lok għall-ebda miżinterpretazzjoni u għall-ebda nuqqasijiet fit-tħaddim tagħhom.", "Naħseb li hija essenzjali ħafna wkoll is-superviżjoni f'dan id- dipartiment u importanti li jkun hemm konformita` u konsistenza f'dawk li huma audit standards u anke f'dawk li huma proċeduri lokali li jkunu qed jiġu adottati.", "Jien persważ li l-gvern se jipprova jipprova jfittex dak li huwa best practice għal dawk li huma audit techniques u li se jkun hemm reviews perijodiċi ta' l-arranġamenti li jsiru biex jiġu evalwati l-operazzjonijiet u l-ħidmiet proprju ta' l-internal audit.", "Fl-aħħarnett naħseb li jeħtieġ li jkun hemm kodiċi ta' kondotta u kodiċi ta' etika li jkun jorbot lil kulħadd u fl-istess ħin importanti li n-nies involuti jkollhom understanding tajjeb fuq livell prattiku kemm ta' dawk li huma prinċipji ta' management kif ukoll ta' proċeduri amminstrattivi.", "Jekk il-gven irid kontinwita` f'dan il-qasam, importanti li jkollu sistema on-going ta' taħriġ.", "Ma jistax ikollok taħriġ bis-sulluzzu jew taħriġ ta' taparsi.", "Jekk trid li jkollok kontinwita`, speċjalment bil-mobilita` li teżisti llum fil-kamp tax-xogħol fid-dinja kollha, importanti li jkollok on- going training programmes ħalli l-proċes ta' l-audit ikun proċess garantit, proċess ipjanat u proċess kontinwu.", "Għalhekk hemm bżonn li f'dan il-qasam ikun hemm koordinazzjoni professjonali tal-ħteġijiet ta' training għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-audit.", "Mr Speaker, importanti wkoll li min qed jaqdi l-funzjoni ta' internal auditor ma jħarisx lejn il-job tiegħu b'mod statiku, imma jżomm ruħu kontinwament aġġornat dwar l-iżviluppi li jkunu qed iseħħu mhux biss fis- settur pubbliku li jopera fih imma anke lil hinn minnu.", "Naħseb li waħda mill-ewwel areas li għandu jindirizza l-internal auditor - apparti mill-elementi ta' frodi potenzjali li semmejt iktar kmieni - huma l- ineffiċjenzi u l-waste li hemm fil-gvern.", "Ħafna drabi tissemma d- diffikulta` li ssib amministrazzjoni, hi liema hi, biex taqta' l-ispiża pubblika.", "Jien dejjem ngħid li jekk is-settur pubbliku kapaċi japplika kwart ta' l-intensita`, tas-serjeta` u tar-rigorożita` li japplika s-settur privat biex jikkontrolla l-ħela u l-ineffiċjenza, naħseb li nkunu diġa` qegħdin nindirizzaw b'mod sostanzjali l-problema tal-public expenditure eċċessiva li għandna fil-pajjiż.", "Naħseb ħadd minna, mill-ebda naħa tal-Kamra, m'hu qed jippretendi li biex innaqqsu n-nefqa pubblika għandna naqtgħu s-salarji ta' l-impjegati tal- gvern u persważ li ħadd m'hu se jagħmilha.", "Imma għalhekk huwa importnati li l-focus fuq l-ineffiċjenza u l-waste tkun intensa u on-goining il-ħin kollu, u mhux xi waħda li taħdem bl-iskossi skond il-burdati.", "Pajjiżi oħrajn, għalkemm ikollhom internal audit li taqa' taħt ir- responsabbilta` ta' xi ministeru jew dipartiment kif se jkollna aħna, ġieli jkollhom ċirkostanzi, meta jkollhom xogħol speċjalizzat, li jagħmlu outsourcing lil dawk li huma third party providers.", "Ma nafx il-gvern għandux il-ħsieb li jagħmel dan fuq livell prattiku meta jiġi għat-tħaddim tiegħu.", "Il-bieraħ il-ministru semma li l-internal auditors se jkunu qegħdin ikopru l-areas kollha li għandhom x'jaqsmu ma' finanzjament pubbliku, inklużi l- parastatali u anke korporazzjonijiet oħrajn.", "Naqbel perfettament miegħu, u naħseb li għandu jinkorpora wkoll il-local governments.", "F'ħafna pajjiżi l- internal audit jestendi ruħu anke għall-gvernijiet lokali li għandhom f'dawn il-pajjiżi.", "Fil-ħidma ta' l-internal audit irridu nirrifelttu fuq tliet affairjiet.", "L- ewwelnett l-azzjonijiet ta' ħafna bodies u awtoritajiet regolatorji.", "Anke dawn għandhom jiġu mgħarbla u ħadd m'għandu jippretendi li dawn għandhom ikunu 'l fuq mil-liġi għax huma awtoritajiet regolatorji.", "Għandu jkun hemm dik li llum il-ġurnata tissejjaħ greater stakeholder awareness u għandu jkun hemm aġġornament dwar l-avvanzi kontinwi li qed isiru fit- teknoloġija.", "Jekk jiġu mwarrba dawn it-tliet ingredjenti importanti naħseb li, minkejja l-buona volonta` kollha li jista' jkollu l-internal auditor, ma jinkisibx ir-riżultat mixtieq.", "Kif għedt fil-bidu, biex jinkseb dan ir-riżultat importanti mhux biss li jkun hemm focus li jkun risk based, imma jeħtieġ li jkun hemm sharing ta' best practices u jkun hemm anke benchmarks li wieħed jista' jorbot u jidentifika magħhom.", "Il-bieraħ jien kont kritiku lejn il-gvern - kont kritiku mhux għal din il- liġi għax il-liġi, minbarra l-parti li għandha x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea, ma tantx hemm x'wieħed imaqdar fiha - minħabba l-impotenza tiegħu tul dawn l-aħħar snin, minn kemm ilu li twaqqaf il-konċett ta' l-internal auditor fl-1994 sal-lum.", "Li kieku l-gvern ried jaġixxi bis-serjeta` kien jieħu azzjoni immedjata biex isaħħaħ l-internal audit b'seħħ minn Jannar tas-sena 2000.", "Għaliex qed ngħid Jannar tas-sena 2000( GĦax kien proprju dakinhar li ħareġ ir-rapport ta' l-awditur ġenerali dwar l-internal audit.", "U m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni għalfejn kellhom jgħaddu tliet snin biex tersaq liġi importanti bħal din f'dan il-parlament.", "Nerġa' ngħid li jekk dan l-uffiċċju se jitwaqqaf biss biex jissodisfa lill- Unjoni Eworpea allura aħjar ma jitwaqqaf xejn.", "Dan qed ngħidu għax f'dan l- imbierek pajjiż m'aħniex neqsin minn liġijiet sbieħ.", "Il-problema li għandna qiegħda fl-inforzar tal-liġijiet tal-pajjiż.", "L-ikbar ostakolu li għandna quddiemna bħala pajjiż illum, speċjalment bil-patafjun ta' liġijiet li għaddejna f'dawn l-aħħar xhur, m'hijiex biss il-leġislazzjoni imma t- tħaddim tagħha.", "U dan qed ngħidu irrispettivament mid-dibattitu li għaddej bħalissa fuq l-Unjoni Ewropea.", "Jekk mhux se jkollna internal audit office u national audit office li jkunu iktar proattivi u li jinvestigaw minn rajhom kull tarf li jkollhom u mhux joqogħdu jistennew li ċerti affarijiet jinġiebu għall-attenzjoni tagħhom, naħseb li jkollna iktar impenn u iktar riżultat xieraq fil-pajjiż.", "Sfortunatament naħseb li għad hemm dik l-istennija ta' l-imbuttatura biex dawn jiċċaqalqu.", "Jista' jkun li forsi hemm limitazzjonijiet ta' riżorsi umani, biex inkunu għedna kollox, imma wieħed jippretendi jew jistenna ċerta proattivita` iktar evidenti.", "Dan qed ngħidu mhux bi kritika imma qed ngħidu iktar bħala xewqa, kif nixtieq li l-internal audit office u anke n- national audit office jitmexxa fil-ġejjieni qarib.", "L-iktar akkuża serja li għamilt il-bieraħ nittama li tkun xi ħaġa li l- internal audit jevitaha kompletament, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern.", "Jiġifieri m'iniex qed ngħidha għall-gvern tal-lum biss.", "X'kienet l-iktar akkuża serja li għamilt il-bieraħ( Ma kenitx li l-internal audit ma tteħidx bis-serjeta`, ma kenitx li l-internal audit ma kellux ir-riżorsi neċessarji biex jagħmel xogħlu, imma kienet li ċerti affarijiet setgħu baqgħu mistura minħabba s-sensittivita` politika tagħhom.", "U dan mhux kliem tagħna, bħala oppożizzjoni, imma huwa kliem li uża l-awditur ġenerali fir- rapport ta' Jannar tas-sena 2000.", "Dan qed ngħidu għax għanda biżżejjed paraventi f'dan l-imbierek pajjiż, li għandna bżonn hija iktar trasparenza.", "F'Jannar tas-sena 2000 l-awditur kien qal: \"The function of the internal auditor needs to quickly overcome its current constraints\".", "Nerġa' ngħid: Allura għalfejn kellna nistenew tliet snin biex issir xi ħaġa u biex tersaq din il-liġi( Huwa ħażin li niċċaqalqu biss għax obbligati nagħmlu dan skond in-national plan for the adoption of the acquis.", "Illum in-national audit office qed jaħdem ferm aħjar mill-imgħoddi għax għandu level of management aħjar milli kellu qabel.", "Għalhekk importanti li l-istaffing levels fl-internal audit office ikunu adegwati ħalli ma jkollniex l-istess problemi li kellna fl-imgħoddi meta kellna l-internal auditors sparpaljati fid-diversi ministeri individwali.", "Personalment m'għandi l-ebda riżerva li l-internal audit office se jaqa' taħt il-Cabinet office, biex ma niġix miżinterpretat.", "L-internal audit office jiffunzjona kemm irid bħala parti jew bħala appendiċi tal-Cabinet office, imma importanti li jaħdem b'mod kompletament awtonomu mill-Cabinet office innifsu.", "Il-ġudizzju finali nkunu nistgħu ngħadduh mhux illum, meta l-liġi tgħaddi mill-istadji kollha, għax bl-intenzjonijiet tajbin kulħadd jagħmel dikjarazzjonijiet sbieħ f'dan il-parlament, iżda jekk u meta nibdew naraw ir-riżultati li dan il-unit se jkollu.", "Ipprovajt nistudja ftit u nara s-set-ups li għandhom id-diversi pajjiżi fuq l-internal audit u laqatni ħafna, per eżempju, is-set-up ta' post iċken minna, mhux ta' post ikbar minna għax inutli nħarsu lejn l-istruturi li għandhom fil-Ġermanja, fi Franza u f'postijiet li huma ħafna ikbar u għandhom riżorsi ferm iktar minna.", "Qed nitkellem fuq l-Isle of Man.", "Qed ngħid hekk għax filwaqt li hemmhekk l- internal auditor jopera bħala diviżjoni tat-teżor, jaħdem b'mod 100% indipendenti.", "GĦandu l-isfida li jissettja audit plans strateġiċi u operazzjonali, għandu dmir li jdaħħal u jħaddem risk assessment techniques moderni, għandu l-kompitu li jkollu aċċess kontinwu għar-records, għad- dokumenti, għall-files u l-korrispondenza kollha tal-gvern.", "GĦandu l- obbligu li jagħmel follow-up audits fejn meħtieġ, mhux biss li jagħmel audit ta' darba u jieqaf hemmhekk.", "Irid jopera fi ħdan corporate plan tat- teżor innifsu, irid jaħdem id f'id mad-data protection arm tal-pajjiż.", "U dan huwa importanti, iżjed u iżjed meta lleġislajna f'dan il-pajjiż fuq id- data protection.", "Importanti li jassisti fis-systems development u project management support għall-gvern u li, apparti milli jħaddem il-prinċipju tal- control risk self assessment u risk management, jiżgura li jinkseb il-value for money.", "Għalfejn irridu dawn il-kontrolli, biex noħolqu burokrazija ġdida( Il- gvern, kwalunkwe gvern, irid dawn l-affarijiet għal raġuni waħda biss; sempliċement biex jiżgura li jikseb value for money f'dak li jkun qed jagħmel.", "Importanti wkoll li jkun hemm compliance stretta.", "Illum il- compliance saret xi ħaġa prijoritarja għall-banek, għall-kumpanniji u nemmen li għandha tkun prijoritarja anke għall-gvern tal-ġurnata.", "Importanti wkoll li kull każ ta' irregolaritajiet finanzjarji ta' accounting jaslu għall-attenzjoni ta' l-internal audit office, anke fejn ikun hemm biss suspetti.", "Hawnhekk jien indaħħal punt ieħor; l-element tal-whistle blowing.", "Fl-Isle of Man, minkejja li hija gżira ċkejkna imma gżira importanti għax hija ċentru finanzjarju importanti daqs Jersey, għandhom provvediment anke għall- whistle blowing fejn jidħol l-internal audit.", "Hemmhekk joffru l- protezzjoni meħtieġa ħalli jinkoraġġixxu li jiġi espost kull ħjiel li wieħed jista' jkollu ta' aġir negliġenti jew irresponsabbli fl-operat tal- gvern tal-ġurnata, hemm min hemm il-gvern, u fl-isess ħin dak li jkun ikollu l-protezzjoni li ħadd m'hu se jwaħħalulek, kif ngħidu bil-Malti, sempliċement għax tkun kxift xi irregolarita` fl-operat tal-gvern.", "Nerġa' ngħid li din qed ngħidha b'mod ġenerali u nittama li tkun tapplika għal kwalunkwe amminsitrazzjoni li jista' jkollu dan l-imbierek pajjiż.", "Fl-aħħar mill-aħħar, biex nikkonkludi, importanti li l-internal audit ikun għodda effettiva ta' management intern li twassal għal tliet affarijeit; għal għassa stretta, għal skrutinju serju u għal viġilanza qawwija fuq l- operat tal-gvern u ta' l-ażjendi privati tiegħu.", "Bħala kejl nistennew li dan kollu għandu jiġi vventilat f'rapport annwali, kif semmejt iktar kmieni, bħal dak ta' l-awditur ġenerali.", "Illum li jeżistu l-websites - għaliex le? - għandu jitpoġġa r-rapport anke fuq il-website kif jagħmlu diversi pajjiżi oħrajn.", "Nerġa' ngħid li jekk se nivvotaw kontra fuq din il-liġi se nagħmlu hekk biss minħabba l-element li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea, imma xorta nawgura li l-internal audit bħala internal audit jirnexxi.", "Nittama li meta dan il-parlamnt jerġa' jiġi biex jiddiskuti l-internal audit ikun jista' jitkellem, jgħarbel u jifli b'mod oġġettiv l-operat tiegħu u j'Alla jkollu t-take-off li jixraqlu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki( L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, f'dan il-parlament qed niddiskutu miżura oħra li finalment ma tinteressax daqstant lil pajjiżna, imma pjuttost qed tittieħed biex tissodisfa r-regoli ta' sħubija sħiħa jew ta' l- ossessjoni ta' dan il-gvern li qed jgħid li l-unika alternattiva biex pajjiżna jsostni dak li llum qed jitqies bħala l-ogħla ġid komuni, irid bilfors jitgħabba mhux bil-piż tal-gvern tiegħu, li diġà huwa kbir, imma bil-piż ta' amministrazzjoni ta' gvernijiet oħra.", "F'ċirkostanzi fejn din id-daqsxejn ta' gżira trid bilfors timporta dak kollu li teħtieġ sabiex issostni l-attivita` ekonomika tagħha b'mod li mhux biss trendi, imma tkun kompetittiva u mfassla biex iġġib l-investiment u toħloq opportunitajiet għall-poplu tagħna, kull darba qegħdin niġu ffaċjati b'abbozzi ta' liġi li qed ipoġġu piż fuq pajjiżna li m'għandux għalfejn jerfa'.", "Bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea il-bord ta' verifika interna u investigazzjoni se jkollu ċerti obbligi ġodda.", "B'kumbinazzjoni fil-ħin tal- mistoqsijiet illum kont qed ngħid li jeħtieġ nivverifikaw x'se jfissru għal pajjiżna ċerti mekkaniżmi, fosthom l-integrated tariffs of the European Union communities ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan l-aħħar fil-ġurnal \"The Times\" il-kummissarju għat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea Verheugen qal li l-fondi ta' l-Unjoni Ewropea huma għall-member states u mhux għal non-member states.", "Jien ngħid lill-Kummissarju Verheugen li bir-raġun li l-integrated tariffs of the European Union Communities huma għall-member states u mhux għal non-member states.", "Fil-każ ta' pajjiżna bilfors irridu niddependu mill-importazzjoni biex insostnu d-domanda għall-provvista ta' l-ikel li ġġib magħha l-attivita` turistika ta' miljun turist fis-sena u l-poplolazzjoni Maltija u Għawdxija.", "U bi sħubija fl-Unjoni Ewropea se jkollna nintrabtu li nagħmlu ċerti verifiki amministrattivi li bihom se noħolqu iktar burokrazija u se nżidu l- ispiża ta' l-importazzjoni.", "Kif jaf kulħadd matul dawn l-aħħar snin gvernijiet Nazzjonalisti kabbru d- deficit tal-gvern u minkejja li wiegħdu lill-poplu li mhux se jintaxxawh, mhux talli ntaxxawh talli issa, qabel ma tidħol it-taxxa tal-VAT fuq prodotti ta' l-ikel, se jdaħħlu ruxmata ta' spejjeż oħra.", "Kif nistgħu nassiguraw li f'pajjiżna jinħolqu opportunitajiet ta' investiment ġdid u żvilupp sostenibbli, u nikkreaw opportunitajiet ta' impjiegi biex insostnu l-progress soċjo-ekonomiku ta' pajiżna, meta qed nitgħabbew b'regoli li mhux talli se jżidu n-nefqa tal-gvern, talli se jżidu n-nefqa tal- konsumatur?!", "B'dan il-mod se nkabbru l-problema finanzjarja tal-gvern u se noħolqu tbatija għall-ħaddiema u l-pensjonanti għax se ngħabbuhom b'costs artifiċjali fuq sorsi li minnhom tiddependi daqstant l-attivita` ekonomika fil-gżejjer tagħna.", "U dan kollu sabiex namministraw il-politika ta' l- Unjoni Ewropea, irrispettivament jekk irridux jew le!", "Li qed ngħid huwa li, apparti li ċ-ċittadini, kemm jekk huma lukandiera kif ukoll familji, se jkollhom nefqa addizzjonali fuq il-food costs minħabba t- taxxi indiretti imposti mill-Unjoni Ewropea fuq prodotti ta' l-ikel li nimportaw mill-pajjiżi li mhumiex membri, se jkollna l-ispiża addizzjonali biex nibdew nagħmlu verifiki ta' importazzjoni ta' prodotti li għal pajjiżna ma tagħmilx differenza minn fejn jimportahom għaliex ma nipproduċuhmx lokalment.", "Iżda jekk insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Eworpea jkollna nżommu l-verifiki kollha minħabba li nkunu rridu niġbru t-taxxi ħalli nkunu nistgħu nikkumpensaw lura lill-Unjoni Ewropea, skond minn liema pajjiż inkunu importajna dawn il-prodotti.", "Hawnhekk nerġa' nfakkar li l-kummissarju ta' l-enlargement ta' l-Unjoni Eworpea Verheugen qed jgħid li s-sussidji jingħataw lil member states u mhux lil dawk li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura l-external prices u l-intergrated tariffs of the European communities huma applikati għal non-member states.", "GĦalhekk, jekk pajjiżna jibqa' fis-sitwazzjoni kif inhu llum u anke jekk jadotta l-politika ta' partnerhsip, la jkollu joqgħod jagħmel verifiki u lanqas ikollu jiġbor taxxi addizzjonali fuq il-prodotti essenzjali għall- ħajja ta' kuljum tal-Maltin u tal-miljun turist li jżuruna.", "Dawn ikun jista' jimportahom bil-flessibbilta` kollha, minn fejn irid mingħajr ma joqgħod jagħti rendikont lill-ebda istituzzjoni.", "Imma bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Eworpea bilfors se jkollna ndaħħlu dawn il-provvedimenti fl- amministrazzjoni tal-gvern tagħna.", "Mill-għada tas-sħubija, apparti mill-VAT fuq il-prodotti ta' l-ikel li nimportaw mill-pajjiżi li mhumiex membri u apparti li se jiżdiedu forom ta' taxxi indiretti fuq il-gvern Malti - u jien nemmen li anke fuq il- konsumatur għada pitgħada - se nitilfu wkoll il-kompetittività proprju għaliex se jkollna nimponu dawn it-taxxi indiretti fuq is-settur tat- turiżmu u fuq imprendituri oħra.", "Kif għedt fil-ħin tal-mistoqsijiet se npoġġi d-dokumenti uffiċjali ta' l- Unjoni Ewropea dwar it-TARIC li juru li jekk kemm-il darba pajjiżna jimporta ċ-ċanga mill-Awstralja, mill-għada tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se jkollu jħallas 95c iktar fuq kull kilo plus 12.8% fuq il-valur ta' dak il-laħam.", "Jista' jinqala' l-bżonn li għal raġunijiet ta' kompetittivita`- u nafu li jinqala' għax meta tkun fis-suq trid tkun kompetittiv - jew għal raġunijiet veterinarji jkun jaqbel għal pajjiżna li jimporta mill-Awstralja.", "U nispera li ħadd ma jiddubita mill-istandards ta' l-Awstralja.", "Se npoġġi wkoll id-dokument maħruġ mill-Unjoni Ewropea dwar it-taxation and customs union li juri ċ-ċifri li jridu jitħallsu fuq diversi prodotti li jiġu mill-Awstralja.", "Dan jikkonferma li rridu nħallsu tariffa ta' 71c fuq kull kilo cheddar, medja ta' 59c fuq kull kilo trab tal-ħalib xkumat, 8c fuq kull kilo dqiq, u 77c fuq kull kilo butir.", "Jiġifieri filwaqt li l- kummissarju ta' l-enlargement qed jgħid lill-Maltin u l-Għawdxin li l-fondi ta' l-Unjoni Ewropea huma għall-member states, dawn id-dokumenti juru biċ- ċar li t-TARIC igawdu minnhom in-non-EU countries, bħal fil-każ ta' Malta li ma tibbenefikax minn 90% ta' nofs l-ikbar nefqa fl-Unjoni Ewropea, skond il-politika komuni tal-biedja, għax m'għandhiex art biżżejjed biex tipproduċi dawn il-prodotti.", "GĦalhekk, aħna ngħidu lil Verheugen, lill-MIC, lill-Unjoni Ewropea u lin- naħa l-oħra li peress li Malta tiddependi dejjem mill-importazzjoni tas- swieq internazzjonali, bilfors li bil-politika ta' partnership se nġibu pakkett aħjar milli ġabu huma fin-negozjati għax se niffrankaw il-piżijiet tat-TARIC fuq dawn il-prodotti li, kif ġie ddikjarat, il-gvern Malti ma nnegozjax fuqhom fis-supply measure, imma se jkollu joħroġhom mit-taxxa tiegħu.", "Għalhekk jien nisfida lill-gvern: Kun responsabbli u poġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezzijiet ta' ġewwa u ta' barra ħalli nkunu nafu l-kalkoli uffiċjali tal-piżijiet li se ġġibu fuq l-industrija tat-turiżmu!", "Imbagħad inkunu nistgħu nkellmu lill-kamra tal-kummerċ, inkunu nistgħu nkellmu lill- UĦM, inkunu nistgħu nkellmu lill-GRTU u lill-Federazzjoni ta' l-Industrija.", "Tkomplux tkunu cowards, ejjew ifhmu l-punt ħalli niddikjaraw l- informazzjoni korretta.", "Apparti li permezz tal-politika ta' partnership niffrankaw dawn it-taxxi indiretti fuq prodotti ta' l-ikel li nimportaw mill-pajjiżi li mhumiex membri nkunu qed niffrankaw li niġu allineati mal-prezzijiet interni ta' l- Unjoni Ewropea.", "Meta l-Unjoni Ewropea tiġi biex tbigħ il-prodotti tagħha fis-swieq internazzjonali l-ewwelnett tbigħhom orħos minn dawk ta' ġewwa għax m'għandhiex ċerti obbligi, ma tridx toqgħod tirriċikla dak il-prodott, ma tridx toqgħod tiġbor l-iskart tiegħu, fost ċerti proċeduri oħra.", "Jiġifieri ladarba l-Unjoni Ewropea se tbigħu barra mit-territorju tagħha m'għandhiex dawk il-hazards tal-waste management, allura bilfors trid tagħmlu irħis fil-prezz.", "Imbagħad trid tara li dak il-prezz fis-suq internazzjonali ikun irħas jew kompetittiv mal-bqija tal-pajjiżi tad-dinja, jiġifieri mal-prezz ta' l-Awstralja, tal-Kanada, tal-Brażil, ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, ta' New Zealand u ta' ħafna pajjiżi kbar li jipproduċu s-sorsi varji li qed nitkellmu fuqhom.", "Mr Speaker, allura apparti li bħala non-EU country aħna se niffrankaw it- TARIC li timponi l-EU fuq il-membri stati, se niffrankaw dan il-flaġell ta' prezzijiet ta' ġewwa u ta' barra.", "U d-differenza ta' bejn il-prezzijiet ta' ġewwa u ta' barra qed nitkellmu fuq Lm25 miljun fis-sena fuq importazzjoni annwali.", "Meta qed ngħidu li l-gvern għamel arranġamenti ma' l-Unjoni Ewropea biex jissussidja d-differenza fil-prezz taz-zokkor fuq 35,000 tunnellata, jiġifieri Lm35 miljun, dan ifisser li qed nitkellmu fuq Lm7??? ladarba qed nikkonfermaw li d-differenza bejn il-prezz ta' ġewwa u dak ta' barra fil- preżent hija ta' 20c", "L-istess fil-każ tal-laħam bħal sirloin, cuberoll u cuts oħra li jintużaw kemm mill-familji, kif ukoll mill-caterers tagħna, jiġifieri dawk li jaħdmu t-tiġijiet, dawk li jbigħu l-laħam fit-take-aways, fir-ristoranti u fil- lukandi, qed niffrankaw Lm1 fil-kilo.", "Allura meta pajjiżna jkollu jimporta 6 miljun kilo biex jissodisfa din id-domanda peress li m'għandux merħla kbira biżżejjed minħabba n-nuqqas ta' art, qed nitkellmu fuq Lm6 miljun oħra.", "L-argument tagħna huwa li llum qed niffrankaw dawn l-ispejjeż minn fuq l- ekonomija tagħna, u allura nistgħu nsostnu l-kompetittitivita` għax il- catering tagħna mhux mgħobbi b'taxxa artifiċjali li fuqha ma neħdux sussidju.", "Kif kont qed nispjega 90% tas-sussidji tal-politika komuni tal- biedja ma japplikawx għalina għax ma nipproduċux dawk il-prodotti.", "Issa, minbarra li se nidħlu għal dawn il-piżijiet kollha li se jxekklu l- kompetittivita` tagħna, se nispiċċaw biex ikollna nagħmlu verifika u namministraw dan il-ġenn kollu, dan il-burdell kollu!", "Jien nixtieq li qabel ir-referundum xi ħadd, mhux min-naħa tal-gvern, mhux min-naħa tal-MIC, imma xi ħadd mill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, jgħid lil dan il-poplu x'inhi d-differenza bejn il-prezz ta' ġewwa u l-prezz ta' barra ta' ċerti prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima ta' l-ikel.", "Qed nitlob dan ħalli jekk jien żbaljat meta ngħid li d-differenza hija ta' Lm25 miljun fis-sena, allura jikkoreġuni.", "Imma jien konvint li dan li qed ngħid hu minnu imma qed jaħbuh, u qed jaħbuh intenzjonalment biex idaħħlu f'moħħ il-Maltin u l-Għawdxin li fin-negozjati ta' full membership ġibna Lm81 miljun, imma bin-negozjati ta' partnership ma nistgħux inġibu aktar, kif ġie jgħidilna Romano Prodi.", "Iżda dan jaf li bil-politika ta' partnership, apparti li mhux se nintrabtu bil-mekkaniżmu ta' verifiki li qed isostni dan l-abbozz ta' liġi, lanqas se nintrabtu bil-piżijiet sew tal-prezzijiet interni u sew tat-TARIC li trid titħallas bħala spiża addizzjonali meta pajjiżna jkun ġie in line mal-prezzijiet interni.", "U dan qed ngħidu mhux biex inbeżża, kif niġu interpretati, imma għaliex, kif jien fid-dmir li nagħmel bħala kelliemi ta' l-oppożizzjoni responsabbli mis-settur tal-biedja, dejjem spjegajt li l-biedja mhijiex il-basal u l- ġdur, il-biedja mhijiex il-ftit bdiewa, sajjieda u raħħala, imma hija l- ikel.", "Tinqered jew ma tinqeridx il-biedja aħna xorta rridu nimportaw is- sorsi ta' l-ikel li nirrikjedu biex inżommu t-turiżmu kompetittiv u biex insostnu l-pagi u l-pensjonijiet.", "Dan qed ngħidu għax anke l-World Trade Organisation tippermetti li f'ċirkostanzi ta' pajjiżi bħal Malta, fejn aħna net importers, fejn jiġri x'jiġri rridu nibqgħu nimportaw kollox, aħna nkunu marbuta ma' skedi li japplikaw għalina, mhux li japplikaw għall-Unjoni Ewropea jew li japplikaw għall-Istati Uniti ta' l-Amerika, jew li japplikaw għal pajjiżi li tant għandhom territorju kbir u economy of scales kbar.", "Meta wasalna biex nieħdu deċiżjoni tant importanti, il-gvern malizzjożament qed jaħbi dawn l-argumenti kollha u issa qed ikompli jgħabbi lill-pajjiż b'din il-leġislazzjoni fejn irridu nagħmlu dawn il-verifiki fuq l- importazzjoni li se jkomplu jnaqqsulna l-kompetittivita`.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li għandhom jiġu analizzati bis-serjeta`.", "Jien niltaqa' ma' ħafna ekonomisti, esperti, nies li jmexxu banek ewlenin f'pajjiżna, nies li għandi rispett kbir lejhom u li jgħallmuni.", "Inħobb niltaqa' magħhom biex niċċara l-punt tiegħi li meta qed nitkellmu fuq l- agrikoltura rridu nżommu quddiem għajnejna li l-agrikoltura mhijiex il- bidwi, ir-raħħal u l-għalqa li jieħu ħsieb jikkultiva minn sena għal oħra, imma huma l-ikel, ix-xorb u t-tabakk.", "Il-banek tagħna lil min idejnu?", "Il-banek tagħna jagħtu loans, jagħtu overdrafts lil-lukandi, lill-kafeteriji, lit-take-aways, lill-bars, lir- restuarants u lil stabbilimenti oħra li jipprovdu l-ikel f'Malta u f'Għawdex.", "Għaliex?", "Għax l-agrikoltura mhijiex il-bidwi, is-sajjied u r- raħħal, l-agrikoltura hija l-provvista ta' l-ikel li għal kull pajjiż fid- dinja hija 60% tal-kummerċ.", "U fil-każ ta' pajjiżna, fejn irridu nimportaw kollox minn barra, hija iktar.", "Allura l-punt tiegħi huwa dan: Għaliex se nitgħabbew biex nagħmlu verifiki meta nafu li waħda mir-raġunijiet li se nkunu border inspection point għall-Unjoni Ewropea hija proprju biex noħorġu l-informazzjoni kollha?", "Dan se jsir ħalli jkun hemm kontroll ta' dak li jkun qed jiġi importat mill-pajjiżi li mhumiex membri ħalli wara jsiru l-verifiki u jitħallsu t-taxxi dovuti.", "Mr Speaker, ħalli nirrikapitola dak li qed ngħid.", "Din il-liġi qiegħda issir biex għada pitgħada nagħmlu verifiki ta' auditing ta' amministrazzjoni li fuqha se terfa' l-piż tar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, piżijiet li se jżidu l-ispiża ta' l-ikel li minnu tiddependi mhux biss il- provvista ta' l-ikel għall-Maltin u l-Għawdxin imma għall-miljun turist li jżuruna.", "Se nitgħabbew b'taxxi, Ii m'aħniex se nibbenefikaw minnhom, li se nħallsuhom lill-Unjoni Ewropea bi dritt!", "Hemm raġuni għalfejn l-Unjoni Ewropea tagħmel il-levy fuq il-butir, fuq iċ-cheddar u fuq il-laħam taċ- ċanga fil-każ ta' Franza, il-Ġermanja u l-Irlanda peress li dawn jipproduċuhom, imma dawn se jieħdu s-sussidji.", "Fil-każ tagħna, huwa ddikjarat li ma nistgħux nieħdu 90% ta' dawn is-sussidji.", "Allura filwaqt li ma neħdux 90% ta' dawk is-sussidji aħna se nitgħabbew bl- integrated tariffs of the European communities daqs dawk il-pajjiżi li jieħdu dawk is-sussidji.", "Apparti li dan huwa karnival, dan hu li jnawwar il-kompetittivita`.", "X'għamlu pajjiżi oħra bħar-Renju Unit meta kienu qed jinnegozjaw?", "Dawn, għax iħobbu lil art twelidhom, m'għamlux kif għamel is- Sur Richard Cachia Caruana, ma qabdux u ddeċidew għall-poplu Malti.", "Dakinhar ir-Renju Unit - mhux illum, taf dakinhar - qalet: Jien ma nibbenefikax minn persentaġġ ta' politika komuni tal-biedja, allura rrid refund.", "U r-Renju Unit, biex pajjiżu ma jitgħabbiex bil-piżijiet - mhux tal-verifika biss imma ta' taxxi indiretti li wkoll trid tqishom separatament mill-VAT - kien talab li mhux biss ma jdaħħalx il-VAT fuq l- ikel, imma kien talab li jieħu r-refund tal-common agricultural policy minħabba li ma jikkwalifikax għal ċertu sussidju.", "Sur President, sal-lum l-Ingilterra għadha tieħu bejn Stg90 miljun u Stg80 miljun fis-sena għax ma tibbenefikax minn persentaġġ tal-common agricultural policy.", "Aħna le!", "Ma nafx x'wiċċ għandna li nfaħħru lin- negozjatur ewlieni!", "Aħna mhux talli ma nibbenefikawx minn 90% tas- sussidji, mhux talli ma tlabniex biex nieħdu refund fuq dawn l-affarijiet, talli dak li llum ma nħallsux taxxa fuqu għax ma nipproduċuhx lokalment, talli dak li llum m'għandniex levy fuqu għax ma nipproduċuhx lokalment, u llum qed nixtruh bl-irħis anke mill-Unjoni Ewropea stess għax nixtruh bi prezz ta' barra u mhux ta' ġewwa, intrabatna li nħallsu t-taxxa fuqu u nħallsu anke d-differenza bejn il-prezz ta' ġewwa u ta' barra.", "Jien qed ngħid dawn l-affarijiet mhux biex niċċara d-dikjarazzjonijiet foloz li qed isiru lill-poplu, u dikjarazzjonijiet foloz fis-sens ġenwin tagħhom.", "Ġie l-kummissarju tal-kummerċ Pascal Lamy u qal lil pajjiżna: Għalfejn qed tagħmlu storbju kbir fuq l-agrikoltura?", "Hija 3%.", "Ejjew ngħidu li veru noqtlu l-agrikultura u l-bdiewa tagħna jispiċċaw għassiesa ta' l-ambjent,u r-raħħala u is-sajjieda joqogħdu jdawru t-turisti.", "Ejjew ngħidu li dak huwa minnu, imma aħna xorta rridu nimportaw il-prodotti ta' l- ikel tagħna, Sur Pascal Lamy!", "Sur Kummissarju tal-kummerċ fejn hu moħħok?", "Xorta rridu nimportaw!", "U ladarba xorta rridu nimportaw, kif tgħidilna nneħħu l-levies bejna u bejn l-Unjoni Ewropea, pero` mbagħad nagħmluhom kontra l-prodotti li ġejjin mill-Awstralja u mill-Amerika?", "Imbagħad insibu li l-Amerika s-sena l-oħra mhux biss żiedet il-levy biex tipproteġi l- industrija ta' l-azzar tagħha, imma żiedet in-nefqa ta' l-agrikoltura tagħha b'żewġ terzi ħalli fil-prezzijiet tas-swieq internazzjonali minn fejn Malta trid dejjem tixtri jkun hemm il-prezzijiet kompetittivi.", "Allura jien ngħid: Inti GRTU, inti kamra tal-kummerċ li qed tgħid li ma tafx x'inhu partnership, fejn qiegħda meta inti taf li l-levies se jiżdidulek fuq l-iktar swieq li minnhom tiddependi l-kompetittivita` ta' l- azjenda tiegħek?", "U jien nappella b'mod sinċier lil dawn in-nies biex jaraw x'qed tgħid l-oppożizzjoni, jaraw x'qed tgħid il-politika ta' partnership.", "Il-membri tal-gvern moħħhom biex ikunu kompetittivi u biex ineħħu l-levies imma l-levies se jżiduhom u mhux se jnaqqsuhom.", "Malta tipproduċi 20% ta' dak li jikkonsma l-poplu u l-industrija tat-turiżmu u allura għandha levies fuq 20%.", "L-Unjoni Ewropea tipproduċi 100% tad-domanda ta' l-ikel tal- Maltin u l-Għawdxin u ta' l-industrija tat-turiżmu bi prezzijiet għoljin aktar minn ta' kontinenti u pajjiżi oħrajn.", "Dan ifisser li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea se nitgħabbew b'dawk il-levies ̧ tariffi, kwoti u dazji ta' dawk il-prodotti kollha li llum m'għandhomx protezzjoni fuqhom.", "Kif ngħidu xemx u xita Alla jaf meta jiġifieri ma tistax toqgħod toħlom li d- WTO jew xi ħaddieħor se jżomm xi prezz stabbli.", "Il-prezz stabbli jiddependi mit-temp, mill-klima u mill-ilma u allura hija ħmerija li xi ħadd igħid li l-prezzijiet se jibqgħu xorta.", "L-elementi tan-natura m'għandu kontroll fuqhom ħadd, la l-Amerika, la l-Unjoni Ewropea u lanqas il-World Trade Organisation.", "Per eżempju, meta nkunu żgħar fid-dutrina nitgħallmu li l-popli la huma tal-Laburisti, la huma tan-Nazzjonalisti u lanqas huma tar-reliġjużi imma huma ta' Alla u għalhekk jiddependu minnu.", "Għalhekk ejjew inkunu responsabbli u kredibbli u nifhmu li huwa inutli li ndgħajfu l-argument tal-partnership u nippromwovu sħubija sħiħa li se ġġib piżijiet kbar fuq it-taxxi ̧ fuq il-gvernijiet tagħna, fuq il-ħaddiema, fuq il-pensjonanti u fuq ċerti prodotti li nimportaw fosthom il-fuel, il- mediċini ̧ it-tabakk, ix-xorb u l-ikel.", "Pero' mil-lum 'il quddiem fuq dawn l-affarijiet irridu nagħmlu l-auditing sabiex naraw kemm irridu nagħtu lill- Unjoni Ewropea fuq it-tali prodotti u kemm irridu nvarjaw il-prezzijiet skond id-domanda tas-suq.", "Aħna x'nambuh dan il-karnival meta nidħlu fl- Unjoni Ewropea jew ma nidħlux aħna se nibqgħu niddependu mill- importazzjoni?!", "Sur President, dan l-aħħar smajna lill-GRTU tgħid li r-ristoranti m'għandhomx attivita` kummerċjali biżżejjed u issa smajna lill-Onor.", "Leo Brincat igħid li l-gvern naqqas 10% min-nefqa tal-budget li approva s-sena l-oħra.", "Dan kollu jfisser li l-ewwel daqqa se jeħduha l-ħaddiema minħabba l-overtime u mbagħad jerġgħu jżidu aktar taxxi biex kemm-il darba jkun hawn xi imprenditur li jsib l-essential commodities tal-ħajja ta' kuljum minn swieq oħrajn irħas ̧ xorta jkollu jħallas it-taxxa fuqhom.", "Dan ma jagħmilx sens u lill-membri tan-naħa l-oħra li qed jakkużaw lilna li qed inbeżżgħu lin-nies bil-babaw u li qed jiddikjaraw li l-partnership ma teżistix jerfgħu r-responsabbilta` ta' dan kollu.", "Aħna nafu li dawn malizzjożament mhux qed jagħmlu ċerti dikjarazzjonijiet uffiċjali u sat-8 ta' Marzu għandhom jaraw li ċerti affarijiet jiċċarawhom.", "Per eżempju, jien ma nemminx li l-ministru responsabbli mill-biedja qed ikun onest meta qed jippreżenta dokument ta' l-Unjoni Ewropea li jgħid li l-laħam taċ-ċanga, il- fillet, is-sirloin eċċ. li jiġi mill-Awstralja jrid jogħla b'4ċ biss meta dan irid jogħla b'aktar minn Lm1 fuq kull kilo.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li jekk m'aħniex cowards u jekk verament nirrispettaw lill-poplu tagħna għandna nkunu trasparenti f'dak li ngħidu.", "Per eżempju, ta' min igħid li bil-politika ta' partnership il-pajjiż jiffranka mill-inqas Lm25 miljun fis-sena fuq il-prodotti ta' l-ikel li jimporta mill-Unjoni Ewropea.", "Għalkemm il-Lm100 miljun imwiegħda ma ġewx, għalkemm it-Lm80 miljun imwiegħda ma ġewx u għalkemm il-Lm50 miljun imwiegħda ma ġewx ̧ matul dawn l- aħħar erba' snin pajjiżna, għax baqa' barra mill-Unjoni Ewropea, mill- importazzjoni ta' l-ikel importat kull sena mill-Unjoni Ewropea iffranka Lm25 miljun.", "Fost il-prodotti nista' nsemmi l-ġobnijiet, id-dairy products, il-qmuħ, iċ-ċereali, il-laħam ̧ l-għalf u ħafna prodotti oħra li huma magħmulin mill-kompożizzjoni ta' dawn il-prodotti.", "Dan ifisser li awtomatikament il-Lm100 miljun ġew u se jkomplu jiġu bil-politika ta' partnership.", "Bil-ħafna lobbying li qed jagħmel il-gvern u bil-ħafna dikjarazzjonijiet artifiċjali, is-sewwa jirbaħ dejjem.", "Ma jagħmilx sens li tneħħi 10ċ levy fuq il-laħam u mbagħad tagħmel Lm1 minflokha.", "Lanqas ma jagħmel sens li tissussidja lill-bidwi tiegħek b'1ċ u b'5ċ fil-kilo fuq ħaxix u frott u mbagħad tissussidja lill-bidwi ta' l-Unjoni Ewropea b'20ċ fil-kilo għaliex jipproduċi z-zokkor jew inkella tagħti 2ċ sussidju fuq kull litru ħalib lill-produtturi tiegħek u mbagħad lill-produtturi ta' l- Unjoni Ewropea li jipproduċu l-ġobon ̧ il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat tagħtihom medja ta' 65ċ sussidju.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President ̧ wara li aħna l-membri ta' l- oppożizzjoni studjajna u analizzajna sew dan l-abbozz ta' liġi ddeċidejna li nivvotaw kontra tiegħu għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel waħda toħroġ mill-prinċipji li jħaddan il-partit Laburista u li ilu jitkellem fuqhom madwar dawn l-aħħar erba' snin u t-tieni, kif naraha jien ̧ hija minħabba s-sustanza ta' ċerti aspetti ta' din il-leġislazzjoni.", "Issa ħalli nibdew fuq il-kwestjoni tal-prinċipji.", "Issa ħalli ngħid għaliex l-oppożizzjoni ma tistax tivvota favur din il- liġi.", "Waħda mit-tifsiriet li nsibu f'dan l-abbozz ta' liġi tgħid hekk:", "\" \"flejjes pubbliċi\" tinkludi wkoll flejjes li l-Gvern jirċievi, jħallas, jew ikun meħtieġ li jamministra taħt l-obbligi internazzjonali ta' Malta jew taħt xi liġi;\".", "Bażikament hawnhekk qed jingħad li l-iskop ta' din il-liġi huwa li jkun hemm makkinarju li jservi ta' aġenzija għall-Unjoni Ewropea u li jamministra l-fondi li l-Unjoni Ewropea se tavvanza lil pajjiżna.", "Kif jaf kulħadd, skond il-pakkett finanzjarju li rnexxielu jġib il-gvern, hemm ammont ċkejken ta' flus li l-gvern ta' Malta se jkun jista' jiddisponi minnhom kif irid u hemm ammont ieħor li huwa l-maġġoranza tal-flus – hawnhekk qed nirriferi għal madwar 80% tal-Lm81 miljun – li l-Unjoni Ewropea se tallokahom lil pajjiżna biex isiru ċerti proġetti.", "Naturalment l-Unjoni Ewropea ma taqbadx u talloka l-flejjes bl-addoċċ u trid tassigura ruħha li l-flejjes li tkun qed tħalli għad-dispożizzjoni tal- pajjiż verament jintużaw għall-proġett li jkun ġie propost.", "Mhux bilfors li kull proġett li jipproponi l-gvern Malti jiġi approvat għax inkella jista' jkollok pajjiż li jkollu bżonn likwidità li jipproponi xi proġetti u allura jżid in-nefqiet rikjesti biex b'mod indirett jieħu l-flus li jkollha bżonn l-ekonomija ta' dak il-pajjiż partikolari.", "Għalhekk qabel ma pajjiż isir membru ta' l-Unjoni Ewropea jrid jgħaddi liġi bħal din.", "Dan huwa obbligu fuq il-gvern Malti u din il-liġi li suppost għaddiha diġà qed ngħadduha fl-aħħar jum qabel ma l-parlament jaġġorna għal wara r-referendum għax naħseb li din hija l-aħħar seduta qabel ir-referendum.", "Bażikament mingħajr din il-liġi l-gvern ma jkunx jista' jużufruwixxi ruħu minn dawn il- fondi.", "Sur President, aħna ridna nanalizzaw ftit x'fih il-pakkett finanzjarju u sibna li dan huwa maqsum f'żewġ binarji; għandek l-injection diretta fil- pajjiż li l-gvern Malti jista' jiddisponi minnha kif irid u għandek ammont allokat disponibbli sabiex il-gvern Malti jippreżenta ċerti proġetti, dawn jiġu approvati mill-Kummissjoni Ewropea, - fil-fatt hemm kummissarju speċjali inkarigat minn dawn il-proġetti - imbagħad meta jibdew isiru dawn il-proġetti, jibdew ġejjin il-fondi.", "Issa aħna konna kkritikajna lill- gvern u għedna li fil-verita` huwa veru li se jdaħħlu daqshekk flus imma dawn għandhom igħidu wkoll li l-flus l-oħrajn huma disponibbli.", "Għaliex qed ngħidu hekk?", "Qed ngħidu hekk għaliex fil-prattika pajjiżi oħra li kienu fl-istess pożizzjoni ta' Malta rnexxielhom jużufruwixxu 40%, 50% jew 60% tal-flus allokati.", "Fil-fatt dan l-aħħar l-Onor.", "Leo Brincat semma xi studju dwar dan.", "Dan ma jiġrix għaliex il-gvern ikun traskurat jew ma jkunx ippreveda qabel għal ċerti proġetti imma jiġri għaliex il-burokrazija innifisha ta' kif isiru l-kuntratti ta' dawn il-proġetti tieħu l-ħin.", "Allura fil-prattika huwa diffiċli ħafna li inti tużufruwixxi ruħek to the full għall-flus li jkunu allokati lil pajjiżek.", "Din kienet il-kritika tagħna jiġifieri aħna mhux qed ngħidu li hija xi ħaġa ħażina li jkollok flus allokati għall-pajjiż.", "Aħna kulma qed ngħidu huwa li wieħed għandu dritt igħid li rnexxielu jġib arranġament finanzjarju pero` wieħed irid jitkellem b'mod onest.", "Wieħed għandu jgħid, per eżempju ̧ li dan il-pakkett forsi huwa ftit aħjar milli kien qed jippreżupponi f'Settembru u f'Ottubru u huwa ferm agħar minn dak li kien wiegħed waqt il-kampanja elettorali pero' issa dan huwa l-pakkett u se jsir dak kollu possibbli biex nipprovaw nużufruwixxu ruħna kemm jista' jkun mill-pakkett.", "Pero' l-gvern ma tkellimx hekk u li tiġi hawnhekk u tgħid li qisna se nġibu Lm81 miljun cash u tonfoqshom kif irid, hija ħrafa.", "Tant hu hekk li l-Unjoni Ewropea trid li l-pajjiż li jkun se jirċievi dawk il-flejjes irid jikkrea strutturi fil- pajjiż - aħna dawn qed insejħulhom strutturi dwar verifika interna u investigazzjonijiet - biex l-Unjoni Ewropea tkun tista' tassigura li l-flus li tkun qed tagħti jintużaw għal dak li l-gvern ikun ippropona u l-Unjoni Ewropea tkun aċċettat.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea għandha dritt u imponiet fuq il-gvern Malti biex jilleġisla fis-sens li jekk ikun jidhrilha li għandha tibgħat uffiċjali tagħha biex jaħdmu flimkien ma' l-awtoritajiet lokali ̧ din tkun tista' tagħmel dan.", "Mela se jkollok sitwazzjoni fejn se jkollok dan il-makkinarju b'poteri kbar – jien se nitkellem fuq dawn il- poteri għaliex hemmhekk għandi t-tieni riżerva tiegħi – li llum lanqas l- awditur ġenerali u l-kummissarju tat-taxxi interni ma jgawdu.", "Dan id- direttorat se jingħata poteri kbar u skjaċċanti li jeżistu f'pajjiżi oħrajn imma mhux f'Malta.", "Għalhekk peress li aħna m'aħniex imdorrijin b'dawn il-poteri ̧ dawn jista' ikollhom effett trawmatiku.", "Sur President ̧ ma' l-ewwel daqqa ta' għajn taħseb li din il-liġi li hija waħda qasira hija tajba għax permezz tagħha se jkollna aktar serjeta` u trasparenza pero' meta tagħsarha tinduna b'ċerti konsiderazzjonijiet.", "Kif għidt ̧ din il-liġi se tikkrea aġenzija b'ċerti poteri straordinarji fejn l-Unjoni Ewropea - il-liġi qed titkellem b'mod indirett fuq l-Unjoni Ewropea - ikollha d-dritt timponi u tibgħat l-uffiċjali tagħha biex jiċċekkjaw u jasserixxu li l-affarijiet ikunu sejrin kif għandhom imorru u jekk dawn jidhrilhom li l-affarijiet ma jkunux sejrin kif għandhom imorru jkollna problemi serji.", "Dan ifisser li se jkollna indħil dirett fl- amministrazzjoni tal-fondi tagħna minn organizzazzjoni internazzjonali barranija li hija l-Unjoni Ewropea.", "Din hija xi ħaġa li fil-prinċipju l- partit Laburista ma jistax jaċċettaha.", "Il-partit Laburista qatt ma jista' jaċċetta li f'pajjiżna jkollok makkinarju aktar b'saħħtu mill- istituzzjonijiet finanzjarji li diġà għandna li jkun jista' jindaħal fit- treġija ta' dan il-makkinarju li se jitwaqqaf.", "Dik hija l-ewwel oġġezzjoni tagħna.", "It-tieni oġġezzjoni li nixtieq inqajjem hija s-set-up ta' kif se jiffunzjona dan il-makkinarju.", "Fil-fatt dan il-makkinarju se jkun maqsum fi tnejn.", "L-ewwelnett għandek id-direttorat li se jkun ippresedut minn direttur li se jimmaniġġja l-verifiki u l-investigazzjonijiet.", "Issa ta' min igħid li hemm differenza bejn verifika interna u investigazzjonijet.", "Il-funzjoni ta' verifika interna tikkonċerna biss dipartimenti jew entitajiet li b'xi mod jaqgħu taħt il-kontroll ta' segretarju permanenti u minbarra l-kontroll jidħol ukoll il-proċess konsultattiv biex l-affarijiet ikunu aktar trasparenti, biex l-effiċjenza tiġi stimulata u forsi biex jingħataw pariri kif jistgħu jiġu ffrankati l-flus.", "F'dan ir-rigward aħna m'għandniex riservi.", "Imbagħad għandek il-parti l-oħra li tikkonċerna l- investigazzjonijiet ta' abbużi ̧ frodi u affarijiet simili u hawnhekk jien għandi r-riżervi personali tiegħi.", "Mela d-direttur se jkollu d-dritt li jinvestiga dawn l-entitajiet, dawn id-dipartimenti u dawn l-aġenziji governattivi pero' se jkollu d-dritt ukoll li jinvestiga lis-settur privat.", "Imbagħad biex taparsi jkollna ċertu kontroll – min ippilota din il-liġi rrealizza x'poteri fiha – ġie kkreat bord ad hoc li bażikament se jkun chaired mill-permanent secretary fil-ministeru tal-finanzi u fih se jkun hemm ukoll id-direttur tal-verifika u persuna li jkollha esperjenza fil- kontabilità u l-finanzi.", "Għalhekk dan se jkun bord li jissorvelja li ma jkunx hemm abbużi.", "Mela l-ewwel għandna naraw x'inhuma l-poteri ta' dan id-direttorat.", "Huwa tajjeb li jkollok makkinarju li jara Ii ma jsirux abbużi u li ebda kuntrattur ma jiċċarġja ż-żejjed jew joħroġ vouchers li mhux suppost joħroġhom.", "Dan l-iskrutinju huwa mportanti u hawnhekk il-partit Laburista mhuwiex kontra ̧ biex nagħmilha ċara.", "Pero' ħalli naraw x'inhuma l- poteri tad-direttur.", "Jekk direttur iħoss ̧ ikollu xamma jew jiddeċiedi b'mod arbitru li jkunu qed isiru xi abbużi, kemm għal dak li jikkonċerna entita` governattiva li b'xi mod taqa` taħt ir-responsabbilta` tal- permanent secretary f'xi ministeru ̧ kemm għal dak li jikkonċerna xi entita` privata li jkollha xi obbligi ma' dipartiment jew aġenzija tal- gvern kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam ma' kuntratturi u businessmen eċċ. b'mod ġenerali – hawnhekk qed nirriferi wkoll għal dawk il-kumpanniji li ma jkollhomx x'jaqsmu mat-tenders ta' l-Unjoni Ewropea imma jkunu kumpanniji li jkollhom jagħtu xi income tax jew VAT – dan għandu jara li dawn ikunu soġġetti għall-investigazzjoni ta' dan id-direttorat.", "Kif għidt fil-bidu l-iskop ta' din il-liġi huwa li nikkontrollaw kif se jintnefqu l-flejjes li se jiġu mill-Unjoni Ewropea pero' l-liġi hija wiesgħa ħafna u qed tinkorpora wkoll kull entita` li jkollha xi obbligi lejn il-gvern.", "Allura x'inhuma l-poteri ta' dan id-direttur?", "Il-poteri tad-direttur huma li jista' jaqbad u jordna li jsiru searches fi djar, f'dipartimenti, f'uffiċini ta' professjonisti, f'uffiċini ta' negozjanti u f'uffiċini ta' appaltaturi biex jinvestigaw, jeżaminaw il-kotba, jaraw jekk l-affarijiet ikunux sejrin kif suppost u jelevaw l-affarijiet.", "Dawn m'għandhom kontrolli ta' xejn.", "Lanqas il-kummissarju tat-taxxi interni u min imexxi d-dipartiment tal-VAT m'għandu dawn il-poteri u jista' ̧ b'mod skjaċċanti ̧ jidħol fl-uffiċini, jinvestiga ̧ iġorr il-computers u l-files u jissoġġetta lil dak Ii jkun għal investigazzjoni bħal din.", "Dawn huma poteri kbar wisq u bla kontroll.", "Pero' tan-naħa l-oħra qed igħidu li hemm bord li jkun qed jissorvelja dawn l-affarijiet li se jiġi appuntat mill- Prim Ministru għal kemm irid hu jiġifieri dan għandu d-dritt to hire and fire.", "Allura huwa tajjeb li inti tikkrea istituzzjoni fil-persuna tad- direttur ta' dan id-direttorat dwar il-verifika b'dawn il-poteri skjaċċanti u l-unika kontabilita` li għandu huwa lejn bord appuntat mill-gvern li m'għandu l-ebda awtonomija jew indipendenza?", "Jien naħseb li ladarba l- poteri huma wiesgħa wisq hemm bżonn sistema ta' checks and balances kif hemm f'affarijiet oħra.", "Per eżempju, meta għaddejna l-liġi dwar il-money laundering u abbużi simili fis-settur finanzjarju u kkreajna għall-ewwel darba attachment order jew investigation order f'każ li jkun hemm xi xamma mill-attorney general li jkunu qed jitwettqu xi abbużi in konnessjoni ma' dan il-ġeneru ta' attivita` kriminali, ridna li jsir rikors quddiem il-qorti kriminali u l- applikazzjoni tiġi vetted biex il-qorti jkollha moħħha mistrieħ li dik l- investigazzjoni ma tkunx vessatorja.", "Barra minn Malta biex issir search ġo dar ...", "U kien hemm min tkellem favur li għandu jsir hekk, fosthom l-Onor.", "Tonio Borg, li mhux l-ewwel darba li semmieha.", "Anke biex issir search ġo dar, hija xi ħaġa antipatika li min jagħmel din is-search ikollu biss warrant minn spettur, u biex issir is-search irid ikun hemm suspett raġunevoli li sar ir-reat.", "Issa f'dan il-każ li qed nitkellmu fuqu ma sarx reat imma kien hemm xi mismanagement jew xi amministrazzjoni ħażina fil- fondi, jiġifieri as such hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq reat imma fuq negliġenza.", "Hawnhekk qed ngħidu li d-direttur għandu d-dritt jaqbad u jordna li ssir investigazzjoni, liema investigazzjoni tista' ssir fuq il- kuntratturi, fuq l-aġenziji u fuq id-dipartimenti.", "Imma l-iktar ħaġa inkwetanti hija li min se jagħmel dawn l-investigazzjonijiet mhux se jkun Malti.", "Fil-fatt dawn se jkunu uffiċjali barranin appuntati mill-Unjoni Ewropea, li allura min jaf xi pressure, x'poteri u x'influwenza se jkollhom fi ħdan dan id-direttorat!", "Biżżejjed ngħid li dawn se jkunu jistgħu jiġu fl-uffiċini tiegħek jew tiegħi, jelevawlna l-computers u jagħmlulna investigazzjoni li forsi l-poplu Malti u Għawdxi qatt ma esperjenza waħda bħalha, u dawn huma se jkunu jistgħu jagħmluh mingħajr kontrolli ta' xejn; at the whim tad-direttur responsabbli mill-verifika u mill- investigazzjonijiet.", "Jien nemmen li dan huwa ħażin għax b'dan il-mod ma jkollokx istituzzjoni x'tikkontrolla.", "Issa ħalli ngħaddi għat-tieni punt.", "Sur President, li kieku l-bord verament se jkollu l-poter li jissalvagwardja lill-individwi, lin-negozjanti privati u lil azjendi privati minn abbużi, wieħed kien jgħid li almenu għandu forum fejn wieħed jista' jressaq l-ilment tiegħu, pero` l-verita` hi li min se jkun soġġett għal tali investigazzjoni m'hu se jkollu l-ebda forum fejn jista' jissottometti l-ilment tiegħu.", "Mela jekk wara li lili jeħduli l-computers ta' l-uffiċċju tiegħi, jagħlquli l-uffiċċju għal ċertu perijodu biex jinvestigawni u jeħduli l-files u d-dokumenti, jirriżulta li dan ikun sar b'mod abbużiv jew b'mod vessatorju, jien m'għandi l-ebda forum jew istituzzjoni fejn nista' mmur inħabbat biex ngħidilha li qed niġi sottomess għal investigazzjoni vessatorja, għax ma jkollix aċċess għall-bord.", "Bażikament il-bord, li jiġi appuntat mill-prim ministru, se jkun qiegħed hemmhekk biss biex jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet lill-prim ministru u biex jissorvelja x'qiegħed isir imma fil-fatt m'huwa awtonomu assolutament xejn.", "Għalhekk aħna, bħala oppożizzjoni, qed nissuġġerixxu li d-direttur jew id- direttorat li se jkollu dawn il-poteri jrid ikun accountable, u jrid ikun accountable billi qabel ma jordna dawn it-tip ta' investigazzjonijiet mhux biss ikollu xamma ...", "Ma rridux ninsew li dawn in-nies se jkunu appuntati mill-gvern tal-ġurnata.", "Jien m'iniex qed ngħid li se jiġri hekk illum, li se jiġri hekk għada jew li fil-passat ġara hekk, pero` l-gvern tal-ġurnata jista' jkun irid ikun inkrepattiv ma' xi ħadd.", "Il-gvern tal-ġurnata jista' jkollu xi kuntrattur jew xi negozjant qed idejqu u jkun jrid ikun inkrepattiv miegħu.", "X'kontrolli hemm biex kulħadd ikun soġġett għal tali investigazzjoni u mhux jien biss?", "Għax taħt dan l-abbozz ta' liġi, jien nista' niġi magħżul biex issir din it-tip ta' riċerka eżawrjenti fil- konfront tiegħi sempliċement għax inkun qed indejjaq lill-gvern tal- ġurnata, u dan huwa ħażin.", "Sal-lum kien għad m'hawnx poteri biex dak li jkun jagħmel dawn it-tip ta' investigazzjonijiet.", "Hemm bżonn li jkun hawn xi tip ta' istituzzjoni li mhux biss tkun awtonoma imma li l-awtonomija tagħha tkun garantita biex ma jsirux dawn it-tip t'abbużi li qed insemmi.", "Imbagħad hemm ħaġa oħra li wieħed irid jikkonsidra.", "L-ewwelnett irridu noqogħdu attenti ħafna nitkellmu dwar investigazzjonijiet.", "Meta konna qed niddiskutu l-money laundering, qabel ma neħħejna l-professional secrecy f'ċerti areas qgħadna attenti ħafna u dak li għamilna, għamilnieh wara li ddibattejnieh f'seduta wara l-oħra u fi stadju ta' kumitat.", "Aħna konna cautious ħafna meta dħalna fil-kwestjoni tal-professional secrecy għax għarafna li jekk ma noqogħdux attenti f'dan il-qasam, nistgħu nitilfu l- fiduċja li dak li jkun għandu fil-professional secrecy.", "Għalhekk jien nappella biex wieħed jerġa` jirrifletti ftit qabel ma ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi u għandu jara jekk dan l-abbozz ta' liġi huwiex qed jirrifletti dak li ġie kkreat għalih.", "Jekk, per eżempju, jien inkun qed niġi investigat u jeħduli l-computers u l-files mill-uffiċċju tiegħi, jien kif se niġi garantit li l-affarijiet konfidenzjali li jkolli f'dawn il- computers u l-files ma jispiċċawx għand in-nies?!", "Kif se niġi garantit li l-professional secrecy, li tathieli leġislazzjoni oħra, tkun koperta?!", "Hemm raġuni oħra għaliex aħna kontra l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, li hija l-kwestjoni ta' l-ispejjeż żejda li se jkollu jagħmel il- pajjiż.", "Waħda mill-kritika li qed nagħmlu rigward id-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea hija li Malta qed ikollha tonfoq ħafna flus biex tiġi in line ma' l-acquis communautaire u mad-direttivi ta' Brussels, u huwa inutli li wieħed jiġi jiftaħar hawnhekk li se jġib Lm81 miljuni għax wieħed jista' jagħmel plus u minus.", "Huwa fatt li kważi kull abbozz ta' liġi li għadda minn dan il-parlament matul dawn l-aħħar sentejn jew tlieta ġie inforzat mill-Unjoni Ewropea, u dan ifisser spejjeż żejda għal pajjiżna.", "Jekk wieħed iħares lejn l-estimi fil-budget kważi f'kull dekasteru jsib klawsola ta' allotment speċifiku għal alignment ma' l-acquis communautaire.", "Fil- fatt l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa abbozz ta' liġi ieħor li m'hux qed jiġi introdott f'dan il-pajjiż għaliex f'dan l-istadju l-pajjiż għandu bżonnha.", "Il-pajjiż diġa` għandu biex jikkontrolla l-finanzi tiegħu; għas-settur privat għandu lill-kontrollur tat-taxxi interni, li kull tant żmien nagħmlu upgrading tal-poteri tiegħu u nbiddlu l-liġi, u għal dak li huwa nfiq pubbliku, xi ftit snin ilu f'dan il-parlament għaddejna liġi fejn neħħejna d-director of audit u kkreajna awditur ġenerali b'poteri ferm iktar wiesa' milli kellu d-director of audit proprju biex nikkontrollaw l- infiq u l-abbużi pubbliċi.", "Fil-fatt aħna ftaħarna ħafna meta kkreajna lill- awditur ġenerali, li huwa appuntat minn dan il-parlament.", "Fortunatament ħafna drabi qed ikun hemm qbil ukoll bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra dwar min għandu jiġi appuntat bħala awditur ġenerali u bħala deputy general auditor, u xogħol dawn iż-żewġ uffiċjali huwa proprju li jikkontrollaw l-abbużi fil- finanzi pubbliċi.", "Għas-settur privat għandna wkoll dik il-famuża istituzzjoni li tant jiftaħar biha l-Onor.", "John Dalli; il-compliance unit, li qiegħda fi ħdan il-ministeru tal-finanzi u li qiegħda hemm biex tara li kulħadd iħallas it-taxxi li għandu jħallas, jiġifieri teżisti sistema ta' checks and balances.", "M'iniex qed ngħid li ma jistax ikun hemm istituzzjoni jew xi tip ta' entita` jew aġenzija oħra li tkompli ssaħħaħ dawn l- affarijiet, pero` l-final analysis ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li wieħed jaderixxi ruħu mad-direttivi jew mad-dettami ta' l- Unjoni Ewropea, Naturalment dan se jikkrea spejjeż żejda lill-pajjiż, kif qed jikkreaw spejjeż żejda lill-pajjiż l-entitajiet u l-aġenziji kollha li qed jitwieldu, u dan minħabba li qed inkissru kull ministeru u kull dipartiment u qed nikkreaw entitajiet ġodda, liema entitajiet qed jidduplikaw il-funzjonijiet tal-ministeru.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li matul dawn l-aħħar erba' snin is-sistema ta' ggvernar tal-pajjiż biddilnieha radikalment minħabba d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, u m'għandniex xi ngħidu li dan ikkrea ħafna iktar spejjeż.", "Anke l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, minkejja li f'dan il-mument ma kellniex daqstant bżonnu, dan sar bil-għaġġla u sar tailor cut biex jilqa' ċerti sfidi li forsi pajjiżna ma kellux bżonnhom għalissa, u naturalment dan l-abbozz ta' liġi se jkompli jżid l-ispiża pubblika.", "Ta' min jgħid ukoll illi li hemm stramb fil-compliance unit huwa li għalkemm bażikament dan huwa unit governattiv bħall-oħrajn u huwa parti miċ-ċivil, minflok ma l-verifiki interni ta' dan il-unit se jsiru kif isiru fi kwalunkwe dipartiment, ministeru u aġenzija oħra, se jsiru minn awdituri privati.", "Mela l- compliance unit twaqqaf biex jiċċekkja l-auditing tal-gvern u mbagħad hu, minflok m'hu se jiġi ssorveljat mill-awditur ġenerali ...", "U hawnhekk irridu ngħidu wkoll li dan il-unit ma jaqax taħt l-awditur ġenerali.", "Dan il-unit huwa daqsxejn stramb u m'huwiex naturali għall-qafas legali tagħna.", "L-iċċekkjar ta' l-aspetti finanzjarji ta' dan il-unit se jsir minn auditing firms privati.", "Issa hawnhekk la qed ngħid li dan il-unit huwa xi ħaġa tajba u lanqas li huwa xi ħaġa ħaġa ħażina imma qed ngħid biss li huwa stramb.", "Sur President, biex nikkonkludi dan id-diskors nappella biex issa aħna, il- membri ta' l-oppożizzjoni, ma niġux miżinterpretati, u qed nagħmel dan l- appell għax kull meta aħna, bħala oppożizzjoni, jidhrilna li għandna nagħmlu xi statement jew li għandna nopponu għal xi leġislazzjoni, il- membri tan-naħa l-oħra jieħdu għalihom.", "Donnhom dawn ma jafux li xogħol l- oppożizzjoni huwa appuntu li topponi u tikkritika imma jippretendu li niġu hawn u ngħidulhom \"prosit\", inċapċpulhom u nivvotaw favur kull abbozz ta' liġi li jgħaddu l-ħbieb tagħna!", "Issa jekk wieħed ikollu janalizza l-volum ta' leġislazzjonijiet li għaddew minn dan il-parlament matul dawn l-aħħar erba` snin u nofs żgur jinnota li l-oppożizzjoni dejjem ivvotat bis-sens u bi prinċipju.", "Illum x'aktarx li dan il-parlament se jaġġorna għal ftit ġimgħat oħra, u għalhekk hawn ta' min isemmi li kull meta tressaq quddiem dan il-parlament abbozz ta' liġi li huwa verament ta' ġid għall-pajjiżna u li jippromwovi l-interessi tal-Maltin b'mod dirett, aħna l-Membri ta' l- oppożizzjoni dejjem qomna bil-wieqfa, tkellimna favur dak l-abbozz ta' liġi, tajna r-rakkmandazzjonijiet tagħna, iltqajna fil-kumitat, biddilna fejn kellna nbiddlu u vvotajna favuru.", "Ara kull meta dehrilna li l-abbozz ta' liġi li tressaq quddiem dan il-parlament, fis-sustanza jew fil- prinċipju ma kienx fl-interess ġenerali tal-pajjiż, aħna ivvotajna kontra.", "Ħafna nies jaħsbu li aħna, għax qegħdin fl-oppożizzjoni, dejjem nivvotaw le, pero` jekk wieħed kellu janalizza l-volum ta' leġislazzjonijiet li saru matul dawn l-aħħar erba` snin u nofs isib li l-maġġoranza tal-liġijiet li għaddew minn dan il-parlament għaddew b'mod unanimu, jiġifieri miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Madanakollu l-partit Laburista ma jistax jivvota favur l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum, u dan mhux għax ma jemminx fis- serjeta`, mhux għax ma jemminx li għandna nkunu iktar serji, mhux għax ma jemminx fit-trasparenza imma għax dan l-abbozz ta' liġi huwa fost ħafna abbozzi ta' liġi oħra li tressqu quddiem dan il-parlament għall-unika raġuni li ta' l-Unjoni Ewropea hekk riedu.", "Ara aħna, bħala prinċipju ngħidu li għandna nilleġislaw biss dak li hu fl-aħjar interess ta' pajjiżna u mhux dak li jiddettalna ħaddieħor.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Mela nitlob lill-Onor.", "Gatt biex, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Sur President, smajt l-interventi ta' l-oppożizzjoni b'ċerti attenzjoni, u sinċerament filwaqt li fhimt li l-oppożizzjoni se tivvota kontra l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, ma fhimtx preċiżament il-motivazzjonijiet li għalihom se tivvota kontra għax fir-realta` t-tliet Membri ta' l- oppożizzjoni li tkellmu matul dan id-dibattitu kellhom tliet reazzjonijiet differenti.", "L-Onor.", "Brincat, li huwa l-ispokesman ta' l-oppożizzjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi għamel eloġju sħiħ fuq kemm huwa importanti għall-good governance ta' pajjiżna li jkollna dipartiment għall-internal audit, għamel elenku sħiħ tal-preġji li għalihom il-gvern għandu jkollu internal audit department - li f'dan il-każ huwa direttorat - semma wkoll kif diversi pajjiżi strutturawh u għaliex strutturawh b'dak il-mod, semma l-poteri li għandhom il-pajjiżi differenti, semma wkoll li pajjiżi differenti ħadu linji differenti ta' kif jistrutturaw l-organizzazzjoni tagħhom, u in the bottom line qal li iva, pajjiżna għandu bżonn direttorat għal internal audit.", "Huwa qal ukoll li fir-realta` l-internal auditors tad-dipartimenti tal-gvern ilhom jiffunzjonaw sa mill-1994, għalkemm ħafna drabi ma ffunzjonawx kif mixtieq, u t-trust tad-diskors tiegħu mhux biss kien kemm huwa tajjeb li jkollna direttorat għall-internal audit imma kemm hemm bżonn li dan ikun professjonali, kemm hemm bżonn li jkun viġilanti u kemm hemm bżonn jaħdem internament fid-dipartimenti, fl-awtoritajiet u fl-entitajiet pubbliċi jew parastatali biex jiżgura serjeta` fil-funzjonament ta' l- għanijiet li għandu dan l-abbozz ta' liġi.", "Kulma qal negattiv l-Onor.", "Brincat kien li l-partit Laburista joġġezzjona għal dan l-abbozz ta' liġi minħabba li d-direttorat se jkollu wkoll il-funzjoni li jagħmel internal audit u financial investigations konnessi ma' flus li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, u dan peress li naturalment il-partit Laburista huwa kontra sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa tiegħu, l-Onor.", "Farrugia tkellem fuq il-qasam ta' l-agrikoltura u fuq l-importazzjoni ta' l-ikel, u mbagħad, biex b'xi mod jorbot ma' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, qal li aħna se jkollna l-funzjoni li nagħmlu auditing ta' dak kollu li jkun dieħel Malta, pero` din żgur li m'hijiex il-funzjoni ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Għalhekk jien nieħu d-diskors ta' l-Onor.", "Farrugia għal dak li hu; okkażjoni sabiex dan l-Onor.", "Membru jitkellem fil-parlament dwar suġġett li ċertament hu jifhem fih, għalkemm il-konklużjonijiet li jiġbed minnu m'humiex supported bil-fatti għal kollox.", "L-Onor.", "Ninu Zammit diġa` irrisponda għal uħud mill- punti li qajjem l-Onor.", "Farrugia, u għalhekk ċertament m'iniex se noqgħod nidħol fihom jien.", "It-tielet kelliem li tkellem dwar l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna kien l-Onor.", "Herrera, li għadu kemm ikkonkluda d-diskors tiegħu u li l- bottom line tiegħu kien li l-oppożizzjoni qed topponi għal dan l-abbozz ta' liġi fuq bażi ta' prinċipju.", "Issa meta jkun hemm tliet kelliema ta' l- oppożizzjoni li ma jaqblux bejniethom dwar ir-raġunijiet li għalihom huma qed jopponu għal dan l-abbozz ta' liġi, sinċerament jien, li qed nippilota dan l-abbozz ta' liġi, m'iniex qed nifhem x'inhi l-vera oppożizzjoni għal abbozz ta' liġi bħal dan.", "Sur President, ir-raġuni għaliex aħna ippreżentajna dan l-abbozz ta' liġi huwa fatt sempliċi li ma jistax jiġi diskuss.", "Issa dan il-gvern ilu għal mill-inqas tmien snin jimxi b'pass wara l-ieħor biex f'pajjiżna jkollna direttorat għall-internal audit, liema direttorat, kif spjegajt fl- introduzzjoni tiegħi għal dan l-abbozz ta' liġi, huwa intiż sabiex jikkumplimenta x-xogħol li jagħmel l-awditur ġenerali u jiżgura li l- auditing tal-funzjonament tal-gvern ma jsirx biss ex post facto, kif jagħmel l-awditur ġenerali, jiġifieri wara li tispiċċa s-sena finanzjarja, imma jkun eżerċizzju ongoing biex il-gvern ikollu struttura li tkun qed teżamina l-makkinarju tal-gvern, tiżgura kemm jista' jkun effiċjenza u tagħmel investigazzjonijiet fuq każijiet li fihom jista' jkun sar xi frodi jew irregolaritajiet oħra.", "B'hekk l-ineffiċjenza u l-każijiet ta' frodi jkunu jistgħu jinqabdu kmieni kemm jista' jkun.", "Huwa għal dawn ir- raġunijiet li jitwaqqaf l-internal audit department.", "Kif spjegajt fl- introduzzjoni tiegħi, l-internal audit department m'huwiex xi invenzjoni riċenti u bħalma qal tajjeb l-Onor.", "Brincat, din hija xi ħaġa li hija pprattikata kostantament fl-industrija privata.", "Fil-fatt l-industrija privata tagħti importanza kbira lil dan id-dipartiment u kull pajjiż modern għandu jkollu tali struttura, indipendentement minn jekk huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea jew le.", "Jien nistaqsi: Jekk l-Onor.", "Brincat stess qal li din l-istruttura hija xi ħaġa pożittiva, allura għaliex qed ikun hemm oġġezzjoni għax dan id-direttorat se jassumi wkoll il-funzjoni ta' internal audit u ta' investigazzjoni finanzjarja, anke fir-rigward ta' fondi li ġejjin minn obbligazzjoni internazzjonali li jassumi pajjiżna?", "Issa hawnhekk inħoss li għandi nirrimarka wkoll dwar punt li qajjem l-Onor.", "Herrera.", "F'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna l-Unjoni Ewropea m'hijiex qed tissemma bħala Unjoni Ewropea minħabba li aħna dehrilna li l- liġi għandha tkun iktar wiesa` minn hekk.", "Huwa veru li parti mill-obbligi li se nassumu aħna, bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea, hija li jkollna sistema funzjonanti ta' internal audit fir-rigward tal-miljuni kbar ta' flus li se jkunu ġejjin lejn Malta, u stajna wkoll illimitajna dan l-abbozz ta' liġi sempliċiment għall-Unjoni Ewropea, imma aħna, bħala gvern serju, dehrilna li jekk se jitwaqqaf direttorat għall-internal audit, m'għandniex nillimitaw ruħna għall-Unjoni Ewropea imma għandna nestendu l-funzjoni ta' l-internal audit għall-fondi kollha li jistgħu jiġu lejn Malta minn obbligazzjonijiet internazzjonali li għandu pajjiżna.", "Kieku f'dan l-abbozz ta' liġi semmejna lill-Unjoni Ewropea b'isimha, konna neskludu, per eżempju, l-internal audit fuq il-flus li ġejjin mill-protokoll Taljan u konna wkoll neskludu l-investigazzjonijiet finanzjarji ta' flus li jkunu ġejjin minn xi agreement jew minn xi benefiċċju ieħor li jista' jkollna, bħal per eżempju, min-Nazzjonijiet Uniti u minn ħafna mill-istituti li jeżistu f'Malta u li jibbenefikaw minn fondi li jagħtuhom in-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Li kieku semmejna lill-Unjoni Ewropea b'isimha f'dan l-abbozz ta' liġi, id-direttorat ta' l-internal auditing kien ikun jista' jagħmel biss auditing tal-flus li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, pero` ma kienx ikun jista' jagħmel auditing tal-flus li joħorġu mill-protokoll li għandna mar-repubblika Taljana għaliex ovvjament dawn il- fondi m'humiex ġejjin mill-Unjoni Ewropea imma minn stat partikolari.", "Ir- raġuni għaliex aħna semmejna l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta' Malta u mhux it-terminu \"Unjoni Ewropea\" hija proprju għax aħna rridu nwessgħu l- iskop ta' l-audit.", "Pero`, Sur President, jien nistagħġeb kif xi ħadd, bħall-Onor.", "Brincat, jista' jgħid li jaqbel li twaqqaf dan id-direttorat, anzi wasal biex saħansitra awgura li dan id-direttorat jaħdem ħafna aħjar milli ħadem matul dawn l-aħħar tmien snin, li jkollu iktar snien u li jkun iktar effettiv, u mbagħad jgħid li filwaqt li dan huwa tajjeb biex jagħmel l-auditing tal- budget intern, m'għandux jiġi applikat għall-flus li Malta tirċievi minn istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom l-Unjoni Ewropea.", "Għalija dan l- argument ma jsegwi assolutament xejn għax il-konċett li l-gvern ikollu direttorat għall-internal audit jew huwa tajjeb fih innifsu jew inkella huwa ħażin fih innifsu.", "Jekk huwa tajjeb li l-gvern ikollu direttorat ta' l-internal auditing, kif qal l-Onor.", "Brincat stess, allura l-loġika tiegħi tgħidli li għandu jsir auditing ta' kollox.", "Allura lill-awditur ġenerali issa se ngħidulu biex ma jagħmilx auditing tal-programmi li jaqgħu taħt l- Unjoni Ewropea?", "Ejjew nieħdu l-programm \"Socrates\".", "Minkejja li llum aħna għadna m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea, ibbenefikajna mill-programm \"Socrates\", u allura l-awditur ġenerali għandu obbligu kostituzzjonali li jagħmel auditing ta' dawk il-fondi.", "Allura jekk l-awditur ġenerali għandu l-obbligu li jagħmel auditing ta' dawk il-fondi ġaladarba dawn daħlu fil- Kaxxa ta' Malta u Malta bbenefikat minnhom, l-awditur intern mhux se jkollu dan l-obbligu?!", "Jien ngħid li l-oġġezzjoni ta' l-oppożizzjoni iktar hija oġġezzjoni ta' kumdita`.", "Il-verita` hija li għax hawnhekk hawn involuti fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u l-partit Laburista ma jaqbilx ma' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, allura huwa kontra dan l- abbozz ta' liġi.", "Jien ma naħsibx li dan huwa r-raġunament korrett.", "Ir- raġunament korrett kellu jkun li indipendentement minn jekk insiru jew ma nsirux kif se nsiru membri ta' l-UE, kif qal tajjeb ħafna l-Onor.", "Brincat, pajjiżna għandu bżonn direttorat għall-internal audit, u la għandu bżonn direttorat ta' l-internal audit, dan għandu jagħmel auditing tas-sistemi, tal-mekkaniżmi u tal-proċessi kollha li bihom jitħaddmu l-flus mill-gvern, indipendentement minn fejn ġejjin.", "Anke fir-rigward ta' l- investigazzjonijiet finanzjarji, dawn mhux biss iridu jsiru fuq il-flus li jiġu ġġenerati mill-gvern Malti stess imma fir-rigward tal-flus kollha li jirċievi l-gvern Malti, ġejjin minn fejn ġejjin.", "Allura li kieku kelli nneħħi dik il-klawsola li titkellem fuq l-international obligations tal- gvern, in-naħa l-oħra tivvota favur dan l-abbozz ta' liġi minħabba li mbagħad l-awditur intern ma jkollu l-ebda poteri li, per eżempju, jagħmel auditing ta' l-għotjiet li jsiru mill-gvern Amerikan?", "Dan hu li qed ngħidu?!", "Huwa ħażin li l-internal auditor, li fil-prinċipju l-partit Laburista jaqbel miegħu, ikollu l-poter li jagħmel auditing ta' l-għotjiet li nirċievu mill-gvern Amerikan, mill-gvern Awstraljan jew mill-gvern Kanadiż?", "Jien ma naħsibx li dan huwa ħażin.", "Jekk wieħed ma jaqbilx mal- prinċipju ta' l-internal audit, hija ħaġa loġika li jgħid li huwa ħażin pero' jekk jaqbel miegħu, ma jistax ma jaqbilx li dan il-poter jestendi wkoll għall-għotjien li jkunu ġejjin mil-liema gvern ikunu ġejjin jew mil- liema organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu ġejjin.", "Ir-realta' hi li l-oġġezzjoni qiegħda tkun biss għax qed norbtu l- oġġezzjoni tal-partit Laburista li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u qed nieħdu l-okkażjoni biex din il-liġi nużawha għal dan l-iskop.", "Fil-fatt qegħdin nieħdu 40 minuta biex flok nagħmlu diskorsi li għandhom x'jaqsmu ma' din il- liġi, qegħdin nitkellmu kontra l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea, bħallikieku dan l-aħħar m'aħniex qed nagħmlu diskorsi biżżejjed dwar dan is-suġġett!", "Mr Speaker, smajna wkoll diversi oġġezzjonijiet tekniċi fuq il-liġi u ngħid sempliċement li jkun aħjar jekk wieħed jaqraha aktar akkuratament u jara l- poteri li għandu d-direttur, kif għandu jeżerċithom u taħt liema kontroll għandu jeċerċithom.", "Naħseb li din qabżet għal kollox lill-kelliema ta' dan il-parlament – qed nirriferi għall-Onor.", "Herrera - li biex wieħed jidħol ġo dar ta' xi ħadd, irid warrant mingħand il-maġistrat.", "Fil-fatt din għadha ma daħlietx in vigore lanqas fil-liġi kriminali.", "Naħseb li l-Onor.", "Herrera ma attendiex il-kontrolli l-oħra li diġa' jeżistu u li huma simili għal kollox, bħal fil-każ tas-CIR, tal-financial intelligence unit, tal-VAT, eċċ. Jien mhux se noqgħod naħli l-ħin tiegħi biex nagħti dawn it-dettalji rilevanti pero' ngħid biss li d-dispożizzjonijiet li hemm hemmhekk huma kkuppjati mil-liġi ta' l-awditur ġenerali li għandu l-istess poteri li għandu d-direttur ta' l-internal audit u minn diversi liġijiet oħra.", "Jiġifieri hawnhekk assolutament m'aħniex qed indaħlu poteri ġodda.", "L-istess ħaġa ngħid għall-klawsola l-oħra fejn tgħid li d-direttur ta' l- internal audit jista' fix-xogħol tiegħu jdaħħal persuni minn organizzazzjonijiet barranin f'dak li għandu x'jaqsam ma' international obbligations.", "Din hija kkuppjata mil-liġi dwar il-financial intelligence u hija simili għal dak kollu li hemm fiha.", "Irrid ngħid li l-Onor.", "Herrera ma tantx fehem il-kunċett ta' x'inhu internal audit.", "Għalkemm jissejjaħ internal audit huwa għal kollox differenti mill-funzjoni li għandu investigatur bħal xi ħadd fil-pulizija jew xi ħadd fil-financial intelligence unit.", "Mr Speaker, fl-aħħar mill-aħħar qegħdin nagħmlu liġi li hija importanti għall-futur ta' pajjiżna pero' hija importanti wkoll fil-kuntest tar- realta' li Malta sejra ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kif qal sew is- Sur Gallimore l-bieraħ, il-kliem \"sħubija sħiħa\" ma jagħmlux sens għax jew inti sħab jew m'intix.", "Il-problema ta' sħubija sħiħa hija terminoloġija tan- naħa l-oħra għax sfortunatament għalihom it-translation ta' partnership hija sħubija u allura kellhom jinvvintaw il-kliem \"sħubija sħiħa\" biex jiddistingwuha minn sħubija vera.", "Din hija l-problema semantika li kellhom tan-naħa l-oħra għax you are either a member or a non-member.", "Jew jien membru tal-każin La Vallette jew ta' l-Istilla, jew m'iniex u ma nistax inkun partial member.", "Pero' din hija problema li tiltaqa' magħha tan-naħa l-oħra meta tipprova tivvinta l-catch phrases.", "Ħalli nsemmi problema oħra li qed jiskontra l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Farrugia minkejja d-diskors li għamel fil-kunċett ta' partnership.", "Ħadd m'hu qed jifhem x'inhu dan il-partnership u kulħadd jidher imbeċilli dwaru mhux biss din in-naħa imma anke diversi organizzazzjonijiet oħra Maltin.", "Nerġa' ngħid li s-Sur Gallimore l-bieraħ qal li għalihom din il-partnership ma teżistix.", "Qal ukoll li l-uniku partnership li hu jaf bih huma l-free trade agreements li jeżistu mal-Marokk, ma' l-Alġerija, mal-Libja, ma' l-Eġittu u issa għaddejjin ukoll negozjati mas-Sirja.", "Dawn jikkomprendu kull tip ta' agrikoltura kif definita mill-Onor.", "Farrugia, kemm dik tal-bdiewa li għandhom il-baqar u l-ħnieżer kif ukoll ta' l-importazzjoni ta' l-ikel.", "Mr Speaker, naħseb li dwar dan tkellimna biżżejjed u fir-realta' il-problema hija sempliċi.", "Il-vantaġġi ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea mhux biss għarafhom il-partit Nazzjonalista imma għarfuhom ukoll l-organizzazzjonijiet kollha Maltin, li jistgħu jkunu koperattivi, unions jew assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem.", "L- iżvantaġġi jekk nibqgħu barra għarafhom ukoll kulħadd ħlief il-partit Laburista.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li fit-8 ta' Marzu, dan id-diskors se jiskrizzalizza fil-vot meta l-poplu jikkonferma li t-triq għall-futur tagħna, ta' wliedna u ta' pajjiżna, hi s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir-regolament tal-funzjoni ta' investigazzjoni finanzjarja, inkluża s-setgħa li jsiru verifiki interni u investigazzjoni finanzjarji indipendenti u effettivi, biex jipprovdi dwar is-salvagwardji meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-ħarsien ta' l-interessi finanjarji tal-Gvern inklużi l-fondi li jista' jirċievi jew ikun meħtieġ li jamministra taħt l-obbligi internazzjonali ta' Malta\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Din id-division se tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fit-8.55 p.m. intalbet votazzjoni, is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir-regolament tal-funzjoni ta' investigazzjoni finanzjarja, inkluża s-setgħa li jsiru verifiki interni u investigazzjoni finanzjarji indipendenti u effettivi, biex jipprovdi dwar is-salvagwardji meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-ħarsien ta' l-interessi finanjarji tal-Gvern inklużi l-fondi li jista' jirċievi jew ikun meħtieġ li jamministra taħt l-obbligi internazzjonali ta' Malta\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jingħalqu l-bibien.", "Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex jekk jogħġbu jaqra l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri.", "VOTAZZJONI NRU.", "397 FAVUR : 32", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 18", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Mizzi Joe | |Cilia Joe |Parnis Silvio | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Farrugia Angelo |Vella George |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ nqara t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bil-permess tal-Kamra nitlob li l-Liġi tgħaddi taħt il-Kumitat tal-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi taħt il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, bil-permezz tal-Kamra nipproponi li ntawlu l- Aġġornament minflok intawlu s-seduta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor.Membri: Iva) Jekk jogħġbu l- Viċi Prim Ministru jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 10 ta' Marzu 2003, fis-6.00 p.m. b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, illum aġġorna l-parlament sabiex bħal nhar is-Sibt tmient ijiem aħna mmorru nivvotaw u għalina, għal uliedna u għal pajjiżnam, aħna niddeċiedu l-futur ta' pajjiżna, futur li qegħdin nitolbu lin-nies sabiex jiddeċiedu wara li jiżnu dak li qiegħed jintqal kemm mid-diversi NGOs, kemm mid-diversi għaqdiet, kemm mid-diversi soċjetajiet politiċi kif ukoll mit-tliet partiti politiċi li qegħdin jieħdu sehem u jmexxu l-kampanja tagħhom f'dan is-settur.", "Min-naħa tal-gvern Nazzjonalista, għandna moviment ta' nies li flimkien ukoll ma' diversi nies ta' fehma politika differenti, diversi nies li ma jaqblux magħna politikament qegħdin jirrealizzaw li l-aħjar futur għall- pajjiżna, huwa futur fi ħdan il-familja Ewropea għaliex nafu li kull settur f'pajjiżna għandu bżonn is-sħubija ta' Malta fl-UE biex jimxi 'l quddiem.", "Sur President, qegħdin naħdmu ħafna sabiex pajjiżna jidħol fl-UE billi lin- nies qegħdin nispjegawlhom fil-fatt x'hemm bżonn li jsir u x'hemm ipproġettat għal pajjiżna.", "Aħna mhux qegħdin noffru kaxxa magħluqa pero` qed noffru programm li diġa` nafu x'inhu u nafu fejn se jwassal għax dan il- programm wasal biex pajjiżi oħra fil-passat jagħmlu progress kbir u jimxu 'il quddiem u illum ifaħħru l-mument meta daħlu f'din l-Unjoni.", "Dan hu l-futur li l-partit Nazzjonalista, li l-Alternattiva Demokratika, li l-GRTU, li l-MUT, li diversi unions tal-ħaddiema u li l-MHRA fost oħrajn iridu għall-Malta.", "Prattikament kull għaqda li teżisti fil-pajjiż ma ġietx influenzata mill-biża' li beda jxerreq il-MLP imma kollha ħarsu b'kuraġġ lejn l-isfidi u l-opportunitajiet li l-futur sejjer joffri.", "Min-naħa l-oħra, insibu l-partit Laburista mmexxi mill-kap tiegħu, Dr Alfred Sant, li mhux biss mhux qed jgħid lin-nies xi jfisser li ma tidħolx fl-UE imma qed jilgħab logħob ta' l-azzard bil-futur tagħna, ta' uliedna u ta' pajjiżna.", "Minkejja li għaddejna ħafna liġijiet f'dan il-pajjiż kontra l- logħob ta' l-azzard, illum insibu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa l-iktar bniedem li jilgħab għoli fuq il-logħob ta' l-azzard għax qiegħed jirriskja l-pajjiż kollu.", "Meta bniedem, bħal Alfred Sant, jipprova jinvesti fid-dlam u jikkonvinċi lin-nies biex jivvotawlu fuq programm vojt - bħal ma vojta baqgħet dik il-paġna li l-Onor.", "Dalli ta lill-Onor Brincat biex jikteb fiha xi tfisser partnership - dan ikun qed jilgħab bl-azzard.", "Il-partit Laburista tant waqa' fil-baxx li qed jattakaw kull min huwa ta' fehma politika differenti minn dik nazzjonalista u xorta mhux lest li jappoġġa l-politika ta' Alfred Sant.", "Dawn qed jgħajjarhom nies mixtrija u milgħuba.", "Il-partit Laburista qed jipprovaw iweħħlu fina xi ħaġa li hi tagħhom għax jiena konvint li hu l-partit Laburista li qed jipprova jixtri lin-nies biex jivvotaw b'mod differenti u għalhekk, jien nappella lin-nies biex jaraw x'qed jiġri madwarhom.", "Sur President, min-naħa l-oħra għandna stejjer, illużjonijiet, gideb u forsi anke mard mentali ta' nies li qed jimmaġinaw affarijiet ta' barra min hawn u qed jipprovaw jgħaddu din il-biża' lin-nies ħalli dawn jibżgħu u jibqgħu fejn huma.", "Min-naħa l-oħra, għandna fatti, programm konkret u aħna taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru qed nistiednu lin-nies biex jagħmlu l- kuraġġ sabiex iqumu u jilqgħu l-isfida ta' għada sabiex nimxu 'l quddiem għax aħna nafu li kapaċi nimxu l-quddiem.", "Il-partit Laburista jirrapreżenta l-biża` b'Kap ta' l-Oppożizzjoni li trid tgħidlu tassew miskin, miskin fil-mentalita` tiegħu, fl-għan tiegħu li jerġa' jġib il-biża fost il-Maltin bħal meta konna nisimgħu lill-Karmenu Mifsud Bonnici jgħid li l-aqwa li l-Malti jingħata l-paga minima ħalli jkollu biex jgħix.", "Dik hi l-biża' ta' min ma għandux viżjoni, ta' min mhux kapaċi iqum u jilqa' l-isfidi tal-futur.", "Il-partit Nazzjonalista min-naħa l-oħra, jirrapreżenta l-kuraġġ, il-viżjoni u l-progress.", "Jekk nidħlu fl-UE, aħna sejrin inserrħu moħħna mit-tkomplija ta' l-ekonomija Maltija, ħa nserrħu moħħna mit-tkomplija ta' l-esportazzjoni tal-prodott Malti, ħa nserrħu moħħna mill-impjiegi tan-nies tagħna fil-fabbriki, ħa nserrħu moħħna minn dawk l-impjegati kollha tal-banek u ta' postijiet oħrajn li l- Kap ta' l-Oppożizzjoni dehrlu li għandu jivvinta li dawn se jispiċċaw mix- xogħol jekk l-\"Iva\" jirbaħ r-referendum.", "Jien naħseb li l-unika wieħed li se jispiċċa bla xogħol hu proprju l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jekk l-\"Iva\" jirbħu r-referendum!", "Sur President, x'ipprova jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Prova jgħid li biex jgħaddi r-referendum, dan irid iġib is-60% tal-voti u mhux il-50% u wieħed.", "Jiena kont nimmagina li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf jgħodd pero` ċertament hawnhekk ma uriniex hekk!", "Kien jaf jgħodd il-flus meta sawwat lill-poplu Malti bit-taxxi fuq l-ilma u d-dawl li ried jagħmel.", "Kien jaf jgħodd meta ma kienx iħalli lit-tfal tiegħek u tiegħi jmorru l-Universita` jistudjaw biex ikollhom futur aħjar għaliex dawk iż-żminijiet ried ikollok il-parrinu u l-isponsor b'mod li huma, b'interview, jiddeċiedu kollox.", "Kien jaf jgħodd meta il-Metalfond, fi żmien il-presidenza tiegħu, marret mit- tajjeb għall-ħażin u spiċċat falliet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf jgħodd b'tali mod li jiġbed kollox lejh.", "Kieku lil Alfred Sant għamilnih chairman tat-traffic control board, dan kien jagħmel it-toroq kollha one way sabiex kollha jwasslu sa Dingli Cliffs u once hemm, il-karozzi jaqbżu għal isfel.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li għandna llum tistħi tgħid li qed jippretendi li minn hawn u ftit xhur oħra, se jkun mexxej ta' dan il-pajjiż, Kap ta' l- Oppożizzjoni li jħobb jissejjaħ \"Mr Cool\" u ħafna buzzwords oħra li xejn ma jagħtuh ġieh f'għajnejn min għandu mentalita` serja.", "Min-naħa l-oħra, illum għandna Prim Ministru li hu meqjus bħala missier in-nazzjon Malti.", "Il-Prim Ministru kien kapaċi jitbiegħed sa ċertu punt mill-politika u jipprova jwassal messaġġ ta' għaqda nazzjonali favur deċiżjoni nazzjonali li se tittieħed f'inqas minn ġimgħatejn oħra u deċiżjoni li minnha se jgawdi kulħadd, nazzjonalisti, laburisti, ta' l-Alternattiva u anke nies li m'għandhomx partiti.", "Il-partit Laburista wasal fi stat tant kritiku li qed ibeżża' lix-xjuħ u jgħidilhom li ġejjin ix-xjuħ Ġermaniżi jeħdulhom is-sodod tagħhom jekk aħna nidħlu fl-UE.", "Il-partit Laburista wasal fi stat fejn qed juża kull tip ta' biżgħa possibbli sabiex iwassal lin-nies biex jew ma jivvutawx jew jivvutaw \"LE\".", "Ħalli nerġa mmur lura u nitkellem fuq l-iskills matematiċi tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Mela aħna nafu li intensa kemm tkun intensa elezzjoni f'Malta, 5% tan-nies li jkunu mniżżlin fir-reġistru elettorali ma jivvotawx.", "Pero` għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni, dawn sejrin jaqblu mal- politika tiegħu meta ma jivvotawx għal xi raġuni jew oħra.", "Jekk għall- argument imutu 1,500 ruħ fi żmien sitt xhur, dan se jippretendi li anke dawk ivvotaw għall-politika tiegħu.", "Bħal ma diġa` għedt, 5% tan-nies għal raġuni jew oħra ma jivvotawx mela dak diġa` jnaqqas il-perċentaġġ minn 100% għal 95%", "Imbagħad min dawn il-95%, ikollna numru ta' nies li regolarment, għal raġuni jew oħra, jinvalidaw il-vot pero` l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, biex forsi jkollu ċans li jġib dik li għalih hi maġġoranza - u jien ngħidilha injoranza grassa - qed ikompli jinsisti li anke dawk li jħassru l-vot huma voti tiegħu.", "Pero` dan tant hu intelliġenti li fl-ispażmi ta' l-għerf li jkunu ħerġin minn moħħu, qed jipprova jalludi li allura dawk in-nies li f'elezzjoni jħassru l-vot jew iħalluh vojt, qed jaqblu mal-politika ta' partnership.", "Sur President, meta aħna jkollna elezzjoni ġenerali u niġu biex naraw skond il-Kostituzzjoni tagħna, min għandu jigverna f'dan il-pajjiż, ngħidlu li għandu jigverna dak il-partit li jkollu 50% u wieħed, mill-voti validi li jkun hemm f'elezzjoni ġenerali.", "Pero` issa, skond il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, il-voti invalidi u dawk li ma jivvotawx huma tajbin ukoll.", "Din sieħeb tal-voti li rajna f'dan il-parlament f'dawn l-aħħar tliet xhur.", "Jien ma nafx x'qed jiġrilhom ta' l-Oppożizzjoni pero` hemm xi ħaġa ħażina.", "Qisna sirna qed immorru għall-cricket course, dejjem ngħadduhom bi ħmistax.", "Illejla stess kellna 32 \"favur\" u 18 \"kontra\", mhux is-60% għaddejna!.", "Konna nibdlu l-kostituzzjoni darbtejn illejla bl-ammont ta' voti li ġibna.", "Biss, biss, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma deherx illum, nispera ma marx jigdeb lin-nies kif dara jagħmel.", "Sfortunatament, il-partit Laburista dejjem żamm lill-Maltin milli jitgħallmu.", "Taħsbu li ma kienx hemm skop ulterjuri għall-fatt li l-partit Laburista ma riedx ħafna nies fl-Universita`?", "Fl-Universita`, bniedem barra li jitgħallem kif għandu jagħmel il-professjoni tiegħu, jitgħallem ukoll jaħseb.", "L-edukazzjoni inklussiva li ried idaħħal f'dan il-pajjiż il- gvern Nazzjonalista u li xeba' jippriedka fuqha l-Ministru Louis Galea hija edukazzjoni li tgħallem lill-poplu jaħseb.", "U dan li ma jridx il-partit Soċjalista għax bniedem li kapaċi jaħseb ma jaqax u ma jiblax dak kollu li jgħid il-partit Laburista, il-partit li suppost jiġġieled għal ġid tal- ħaddiema.", "Jien naħseb li forsi l-iktar żewġ affarijiet li jqabbduh ħass ħażin lill- partit Laburista huma l-MCAST u l-10,000 ruħ li jmorru jistudjaw fl- Universita`.", "Il-partit Laburista jibża' mill-fatt li anke ftaħna l-bibien għan-nies ta' terza eta` biex jistudjaw, mill-fatt li daħħalna l-computers fl-iskejjel u allura tiekolhom rashom għall-fatt li bniedem kapaċi jidħol fil-mezzi tal-komunikazzjoni tal-lum u jsib iżjed informazzjoni li ma kienx isib qabel!", "Ma hemmx ċensura issa.", "Iva, qegħdin ngħallmu lin-nies b'xejn fuq kif tuża l-internet, tuża l-e-mail, tikkomunika, tidħol fid-diversi websites fejn inti tkun taf x'hemm u x'ma hemmx.", "Il-partit Laburista ma jridx dan kollu.", "Min jaf kellux raġun Mintoff meta għajjar lin-nies ġdur għaliex forsi ġdur rieduna dawn in-nies, ġdur li ma naħsbux, ġdur li ma nafux fejn sejrin.", "Ara l-partit Laburista ma jippruvax inessi lill-poplu li huma kienu fil-gvern.", "Dawn kienu nies li ppruvaw jagħmlu new labour li għamel Blair pero` mhux new labour kellna imma nies li jabbużaw mil-fiduċja li tahom il-poplu Malti, abbużaw mil-fatt li l-poplu Malti bl-illużjonijiet ta' management modern ivvotaw għall-partit Laburista fl-1996, iva abbużaw u aċċettaw il- pandora's box li offra Alfred Sant dakinhar, u għoxrin xahar wara spiċċaw b'4 deputati mgħajra pubblikament u ex-prim ministru jiġi mgħajjat traditur ta' dan il-pajjiż.", "Issa l-MLP spiċċaw jattakkaw lil dawk in-nies ta' ideoloġija soċjalista li forsi għandhom fehma differenti fuq xi issues differenti.", "Dawk ukoll saru tradituri.", "Dawn huma affarijiet li jiġru f'pajjiżi totalitarji u mhux fejn hemm id-demokrazija.", "U jien nemmen li f'dan il-pajjiż, meta Alfred Sant ikun Prim Ministru, dittatorjat irid ikun hawn għaliex dan mhux kapaċi jikkumbatti b'mod demokratiku l-isfidi li jiġu.", "Il-ħajja mimlija tlajja u nżul u daqqa tiġi tajba u daqqa le pero` kulħadd jgħaddi min żminijiet diffiċli pero` nerġa' ngħid li Alfred Sant, soluzzjoni waħda biss għandu biex itaffi l-problemi.", "Meta kien Prim Ministru ried ikabbar l-isptar id-doppju biex forsi t-tobba jfejqu lin-nies li kien se jmarrad hu għaliex minn 450 sodda ried bilfors jagħmlu b'1,000.", "Ma rridux ninsew li dik l-unika soluzzjoni li rnexxilu jsib, soluzzjoni fejn qabad u sawwat lil min hu batut.", "Kif jista' dan il- bniedem jippretendi li l-poplu Malti jerġa' jafdah.", "Jien tassew jiddispjaċini għal Malta u għal Maltin jekk dawn jerġgħu jafdaw il-partit Laburista fil-gvern taħt tmexxija ta' Alfred Sant.", "Ma nixtieqx li ngħajjar nies b'mod personali u mhux se nagħmel hekk għax dak għandu l- fehma tiegħu u j'Alla jżommha għalih għax il-pajjiż kuraġġ għandu bżonn mhux biża'.", "Jiena ma neħodhiex bi kbira li nhar it-Tnejn, 10 ta' Marzu, x'ħin jitħabbar ir-riżultat tar-referendum, ir-riżultat tal-voti validi mitfuha fil-kaxxa, jiġifieri l-voti \"Iva\" jew \"Le\", ikun hemm min ikollu problemi biex iwassal sa nofsinhar!", "Jaf ikollna sitwazzjoni ta' taqliba sħiħa mhux biss fil- politika, bħalma ssuġġerew kandidati ta' l-istess partit għaliex hemm nies ta' fehma soċjalista li qegħdin juru fehmiet differenti min dik tal-Kap tagħhom u hawn insemmi rappreżentant tal-partit Laburista fil-kunsill lokali tal-Mosta li għaliex qabel li nidħlu fl-UE, dawn keċċewh.", "Aħna mhux se nkeċċu lin-Nazzjonalisti mill-partit tagħna jew minn xi kumitat għaliex ikollhom opinjoni differenti għax dan hu dritt tagħhom.", "Wieħed jista' jipprova jfehmhom imma fl-aħħar mill-aħħar, x'ħin in-nies jidħlu jivvotaw, tista' tkun għedtilhom li trid, tista' tkun għajjat kemm trid għax lil min irridu u għal xiex iridu huma se jivvotaw.", "Pero` aħna nagħtu ċans lin-nies li jivvotaw u ma nheddux jew nigdbu bħal ma jagħmel Tony Zarb li għandu kollezzjoni ta' reports u qed iżommhom ġo safe għax ma jridx juri lin-nies x'hemm u x'ma hemmx miktub!", "Ara kemm qegħdin tajjeb, Sur President.", "Tony Zarb iżomm ir-reports mistura u Leo Brincat lanqas karta waħda ma rnexxilu jimla biex jispjega l-partnership.", "Jiena naħseb li Tony Zarb qed jinkwieta li jekk ineħħi dawk ir-rapporti li għandu merfugħin u jipprova jġib oħrajn favur il-partnership, jispiċċa b'xi riżma karti kollha vojta.", "Dan ma jixraqlux li qiegħed fil-post li qiegħed f'din l- imġieba partiggana.", "Jien nemmen li l-ħaddiem Malti għandu jikkonsulta ma min iħaddem biex jiddeċiedi x'jaqbillu u x'ma jaqbillux u mhux iħalli min jgħidlu li kollox hu ħażin fl-UE.", "Kien ikun iżjed ġust u għad baqa' żmien biex il-GWU tati ċans lill-membri tagħha biex jiddeċiedu.", "Il-GRTU min-naħa l-oħra, għamlet seminar fejn fehmet lin-nies tagħha x'inhuma ċ-ċirkostanzi, waqt l-istess seminar intqalu affarijiet li qabel ma ntqalux u d-deċiżjoni ttieħdet.", "Sur President, jeħtieġ li l-poplu tagħna jieqaf u jaħseb.", "Il-poplu għandu jagħraf li l-gvern Nazzjonalista mexxa 'il quddiem dan il-pajjiż u ħadem biex il-poplu jkun jista' jaqra u jkollu aċċess għal mezzi ta' informazzjoni differenti.", "Dan sar għax aħna nemmnu li l-poplu kapaċi jisma' lil kulħadd u jiddeċiedi lil min għandu jivvota.", "Jeħtieġ li f'dan il- mument, il-poplu jivvota b'moħħu u mhux b'qalbu.", "Hawnhekk jiena nagħmel appell il-kaċċaturi.", "Il-kaċċaturi jafu fejn qegħdin magħna għax id-delizzju tagħhom qed jiġi protett u garantit u ġibna kundizzjonijiet aħjar minn pajjiżi oħra, ħafna akbar minna.", "Għamilna ftehim qabel ma dħalna fl-UE biex ħadd ma jheddidna li jibdilulna wara.", "Jiena nappella lil kaċċaturi biex ma jħallux deputati tan-naħa l-oħra ibeżżawhom li se jibgħatu l-pulizija biex jeħdulhom is-snieter jew affarijiet oħra għax dawn għandhom fehma politika differenti.", "Hemm bżonn li l-gvern jara li l-pulizija ta' l-ALE tkun pulizija fair għaliex xbajna naraw pulizija li jkunu unfair biex jippruvaw jagħtu daqqiet ta' sieq lill-gvern minn taħt.", "Xbajt ukoll nisma, Sur President, li f'għassa minnhom hawn ir-Rabat, qed jgħidu lin-nies għand liema avukati jridu jmorru u meta mmorru jiġbru l- vot, qed jitolbuhom liema wieħed iridu.", "Jien ngħid lill-Kummissarju biex jieħu ħsieb dawn l-affarijiet għax il-pulizija hi fid-dover li tagħti iż- żewġ voti lil min imur għall-vot u mhux toqgħod issaqsih jekk hux tar- referendum jew tal-kunsilli lokali.", "Iva, qed nagħmel akkuża hawn, Sur President, għax qed isir abbuż minn dawk il-pulizija li qed jgħidu dawn l- affarijiet.", "Jiena nappella lill-poplu biex jaħsbu sew u jħarsu lejn il-futur ta' uliedhom.", "Il-poplu Malti hu poplu kapaċi jirbaħ l-isfidi u għalhekk tajjeb li nkunu qegħdin madwar il-mejda Ewropeja biex niddiskutu milli nkunu taħta, niġbru l-loqom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 10 ta' Marzu, 2003 fis-6.00 p.m. bl-aġenda li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MFSA - CHIEF EXECUTIVE OFFICER", "38389.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm hu s-salarju taċ-chief executive officer ta' l-MFSA?", "Veru li dan l-individwu huwa direttur ta' kumpannija privata fil-qasam tas- servizzi finanzjarji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl-MFSA m'għadx hemm il-grad ta' chief executive officer.", "UE - IMPORTAZZJONI TA' IKEL PROĊESSAT", "38395.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38162, jista' il- Ministru jinformani liema huma dawk il-pajjiżi li Malta se tkun tista' timporta mingħandhom il-prodotti inkwestjoni mingħajr tariffa?", "X'tariffa hemm meta nimportaw dawn il-prodotti mill-USA, mill-Awstralja, mill- Arġentina, mill-Brażil, mill-Kanada, miċ-Ċina u minn New Zealand?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Interpellant jaf li l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma' 'il fuq minn 100 pajjiż, uħud minnhom fuq bażi reċiproka u oħrajn le.", "B'riżultat ta' dan wieħed jista' jimporta minn dawn il-pajjiżi mingħajr tariffa jew b'tariffa ridotta.", "Lista ta' dawn il- pajjiżi diġa' ingħatat meta weġibt il-mistoqsija 38236, għalkemm id- definizzjoni ta' \"other processed foods\" hija wiesgħa wisq biex wieħed jagħti dettalji ulterjuri.", "Barra minn hekk, it-tariffi applikati mill-Unjoni Ewropea fuq importazzjoni mill-pajjiżi kollha li qed issir riferenza għalihom huma kkumpilati bħala parti minn skeda - magħrufa bħala t-TARIC - li hija aċċessibbli mill- website uffiċjali ta' l-Unjoni.", "UE – IMPORTAZZJONI TA' ZOKKOR", "38399.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 38123 – fejn il-Ministru qed jgħid li bis-somma ta' euro 31.3 miljun ivvotata taħt l-istate aid, iz- zokkor fl-ewwel tliet snin ta' wara s-sħubija se jiġi nofs il-prezz - dawn il-flus se jitħallsu mill-Gvern Malti jew dan huwa s-sussidju kollu, bl- ispiża tinqasam bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Waqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant jerġa' jiċċekkja ċ-ċifra msemmija, irrid ngħarrfu li l-finanzjament ta' l-istate aid isir kif hemm imniżżel fit-tieni paragrafu tat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 38123.", "UE - KWOTA TA' IMPORTAZZJONI", "38405.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 38123, jista' il-Ministru jinformani jekk il-kwota li qed jirriferi għaliha hijiex se tkun salvagwardata għal pajjiżna biss?", "Jista' ikun li se tkun aċċessibbli għall- Istati kollha ta' l-Unjoni u allura Malta trid tapplika permezz ta' tender speċifiku?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kuntrarjament għal dak li qed jgħid, ma jeżisti l-ebda tender specifiku fl-allokazzjoni ta' xi kwota ta' importazzjoni għall-pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Irrid inserraħ ras l-Onor.", "Interpellant li wara s-sħubija, Malta se jkollha kull opportunita' biex tibbenefika minn arrangamenti preferenzjali taħt il- kwoti ta' importazzjoni.", "UE – IMPATT TAS-SĦUBIJA FUQ L-INDUSTRIJA TAT-TURIŻMU", "38441.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 38174 u cioe', peress li wara s-sħubija Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special safeguards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' ikel minn dawk il-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il- kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tat-turiżmu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: M'għandi xejn xi nżid ma' dak li qal il-ministru għas-servizzi ekonomiċi b'risposta għall-mistoqsija parlamentari 38172.", "KANZUNETTA GĦALL-EWROPA", "38636.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas id-direttur televiżiv għall-festival Kanzunetta għall-Ewropa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38630.", "KANZUNETTA GĦALL-EWROPA", "38637.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas iċ-chairman tal-ġurija għall-festival Kanzunetta għall-Ewropa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38630.", "KANZUNETTA GĦALL-EWROPA", "38638.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-festival Kanzunetta għall-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawl?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38630.", "KANZUNETTA GĦALL-EWROPA", "38639.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-festival Kanzunetta għall-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam ma' audio?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38630.", "KANZUNETTA GĦALL-EWROPA", "38640.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-festival Kanzunetta għall-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam ma' projection?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38630.", "KANZUNETTA GĦALL-EWROPA", "38641.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-festival Kanzunetta għall-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam ma' disinn tas-sett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38630.", "ESPORTAZZJONI LEJN L-ITALJA", "38689.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu l-Lm205 miljun f'esportazzjoni lejn l-Italja fl-1995?", "X'ġara biex din l-esportazzjoni niżlet għal Lm30.3 miljun fis-sena 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-trade statistics ippubblikat mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika - fejn jidħol il-kummerċ internazzjonali ta' Malta u għall-kapitlu dwar il- kummerċ fl-economic survey.", "AWTORITA' MARITTIMA – BASTIMENTI FIL-PORT", "38690.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx infurzar sabiex ma jkunx hemm ħsejjes żejda minn vapuri u bastimenti fil-port?", "Kemm saru taħrikiet f'dan is-sens is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Konxja mill-inkonvenjent li jistgħu joħolqu ħsejjes żejda, l-awtorita' marittima qiegħda taħdem mill-qrib ma' l-aġenti u mal- kaptana tal-vapuri u l-bastimenti sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun dan l- inkonvenjent.", "Matul is-sena li għaddiet ma saret l-ebda taħrika f'dan is-sens.", "UNIVERSITA' - STUDENTI TAL-MEDIĊINA", "38691.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk studenti tal-mediċina fl-ewwel sena jingħatawx l-opportunita' li jagħmlu xogħol fil-vaganzi tas-sajf?", "Jista' dan isir f'xi sptar jew f'xi klinika tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VAPURI TAL-GWERRA", "38692.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra f'Malta s- sena li għaddiet?", "X'tip kienu u ta' liema nazzjonalita'?", "ONOR.", "JOE BORG: In-numru ta' vapuri tal-gwerra li ngħataw permess biex jidħlu Malta għal żjarat qosra tul is-sena 2002 kien ta' 80, kif spjegat fid-dokument imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "AFM - SULDATI LI JAGĦMLU XOGĦOL PART-TIME", "38693.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi fl-armata tal-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea ma jistax isir xogħol part-time, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din ir-regola hijiex se tiddaħħal ukoll f'pajjiżna ġaladarba nissieħbu fl-Unjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jidhirlix li hemm xi direttiva jew regolament ta' l-Unjoni Ewropea li jimpedixxi suldati milli jagħmlu xogħol part-time u li tmur kontra l-policy preżenti tal-forzi armati.", "TURRETTA TAL-PALAZZ - SULDATI", "38694.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex fit-turretta tal-Palazz qed ikun hemm shifts b'anqas suldati milli suppost u x'qed tagħmel l-armata biex tirranġa s- sitwazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mill-informazzjoni li għandi ma jirriżultax li fit-turretta tal-Palazz hemm xi problemi minħabba n-numru ta' suldati fuq kull shift.", "SPTAR MATER DEI - BASEMENT", "38701.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk hux minnu li l-pilastri tal-basement ta' blokk D ta' l- isptar Mater Dei huma bil-ħsara u dalwaqt iċedu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li mhux minnu li xi pilastru ta' block D fl- isptar Mater Dei se jċedi jew għandu xi forma ta' ħsara.", "SERVIZZ ĊIVILI - SKRIVANI", "38705.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa ta' skrivani maċ-ċivil?", "Minn liema lokalita' huma?", "Kemm għaddew mir-written?", "Minn liema lokalita' huma dawk li għaddew?", "Meta se jsiru l-interviews?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dipartiment responsabbli għall-ingaġġ ta' uffiċjali pubbliċi huwa l-MPO, uffiċċju li jaqa' taħt il-prim ministru.", "BORMLA : TRIQ SANTA TEREZA - PARKING BAY", "38706.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li ssir xi parking bay riservata għal persuni b'diżabilita' fi Triq Santa Tereża, Bormla, ħdejn il-knisja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li mir-riċerka li saret mid-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku, ma nstabet l-ebda rikjesta mill-kunsill lokali għal parking bay riservata għal persuni b'diżabilita fi Triq Santa Tereża, Bormla, ħdejn il-knisja.", "Sadanittant id-direttorat se jara tistax issir.", "INTERN U AMBJENT - OVERTIME", "38707.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu matul is-sena 2002 f'kull dipartiment li jaqa taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' il- Ministru jgħid x'allowances ingħataw matul is-sena 2002 f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu u għal xiex ingħataw tali allowances?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI – IMPJEGATI", "38708.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk ingaġġati b'xi forma ta' kuntratt mad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "X'salarju u remunerazzjoni oħra għandhom?", "Kemm hu l-perjodu li għalih ġew ingaġġati dawn l-impjegati?", "Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk hemmx min għandu iktar minn 60 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SIGURTA' SOĊJALI – INFORMATION MANAGEMENT UNIT", "38710.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38518, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l- flus u jekk mis-somma msemmija sarx xi overtime?", "Jekk sar xi overtime, jista' jgħidilna kemm kienet is-somma li ntnefqet għal dan l-overtime?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "Ħ'ATTARD: TRIQ V. VASSALLO – PROVVISTA TA' L-ILMA", "38713.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għas-sospensjoni tal- provvista ta' l-ilma fl-area ta' madwar Triq Victor Vassallo, Ħ'Attard?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-inħawi li qed issir riferenza għalihom fil-ġimgħat li għaddew kienu qed isofru minn nuqqas ta' pressa ta' l-ilma minħabba ħsarat fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Dawn il-ħsarat issa ssewwew u l-provvista reġgħet lura għan-normal.", "EMBELLISHMENT AND LANDSCAPING PROJECT", "38715.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-Sur Michael Mercieca li ġie ngaġġat mill-gvern bħala chairman tal-monitoring board ta' l-embellishment and landscaping project?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kopja tal-kuntratt tas-Sur Michael Mercieca qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA – ĦADDIEMA", "38724.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li suppost jagħmlu l-ħaddiema li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?", "Fejn ħadmu f'dawn l-aħħar erba' snin u min hi l-persuna responsabbli li tagħtihom ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENVIRONMENTAL LANDSCAPING CONSORTIUM LTD", "38725.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xiri ta' pjanti u siġar mill- environmental landscaping consortium ltd minn mindu beda jopera?", "X'tip ta' proċedura qiegħda tintuża sabiex isir dan it-tip ta' procurement?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 37692.", "PULIZIJA - REĠISTRAZZJONI TA' IMNASAB", "38726.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex in-nassaba qed jiġu mitluba jirreġistraw l-imnasab?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reġistrazzjoni ta' l-imnasab tagħmel parti minn ftehim li sar fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea – apparti li din mhi xejn ħlief sempliċi indikazzjoni fuq il-carnet de chasse ta` fejn jinsabu l- imnasab li jintużaw min-nassaba – liema statistika tagħmilha possibbli li l-kumitat Ornis ikun jista` jikkonkludi rapporti dwar is-sostennibilita` ta` l-insib għall-għasafar ta` l-għana, delizzju li għandu jitkompla u mhux bħalma qed jiġi rrapportat f`ċerta sezzjoni tal-media.", "PULIZIJA - KAŻI TA' HIT-AND-RUN", "38727.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' hit-and- run?", "Kemm ġew solvuti każi u kemm weġġgħu nies?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena 2002 ġew irrapportati lill-pulizija 16-il każ fejn persuni ntlaqtu minn vettura li baqgħet sejra, li minnhom disgħa ġew solvuti.", "F`dawn l-inċidenti sfaw midruba 18-il persuna.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "38728.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill- gwardjani lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li qed nehmeż lista li turi għal liema kontravenzjoni ngħataw iċ-ċitazzjonijiet, nista' ngħid li n-numru totali ta` taħrikiet mill-gwardjani lokali tul is-sena 2002 kien ta' 149,843. .", "SKEJJEL - EŻAMIJIET TAS-SEC", "38810.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li applikaw għas-suġġetti tal- Malti, Ingliż, matematika, xjenza u studju tal-computer fl-eżamijiet tal- livell SEC tas-sessjoni li se ssir din is-sena mill-area secondary schools, mill-junior lyceums, mill-iskejjel tal-Knisja u mill-iskejjel privati?", "Jista' il-Ministru jagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet għal Malta u GĦawdex separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba rigward applikazzjonijiet għal suġġetti partikolari għas-SEC 2003 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - SCHOOL LEAVERS", "38811.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom din is-sena fl-area secondary schools, fil-junior lyceums, fl-iskejjel tal-Knisja u fl-iskejjel privati?", "Jista' il-Ministru jagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet għal Malta u GĦawdex separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif għall-iskejjel tal-Knisja u dawk privati għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INFIQ PUBBLIKU", "38812.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li fiċ-ċirkolari ta' l-24 ta' Jannar, 2003 qed issir riferenza għall-każi fejn inġibdet l-attenzjoni li setgħet saret nefqa pubblika kif mhux suppost, jista' il-Ministru jgħid x'każi kienu dawn u x'passi ttieħdu dwarhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-każi illi semmejt fiċ-ċirkolari huma b'riferenza għad-delega ta' awtorita' biex jiġu approvati virements mill-ministeri stess, sa limiti stabiliti mingħajr il- bżonn ta' awtorizzazzjoni min-naħa tal-ministeru tal-finanzi.", "Dawn in- nuqqasijiet amministrattivi jikkonsistu per eżempju f'każi fejn:-", "wara li jsir il-virement, l-allokazzjoni taħt l-expenditure item minn fejn ikunu ġew trasferiti l-fondi jkollha terġa' tiġi ssupplimentata minn xi expenditure item ieħor fl-istess vot aktar tard fis-sena; u", "ma ssirx kordinazzjoni bejn il-cost centres biex jekk jista' ikun, il-fondi jiġu identifikati fl-istess expenditure item taħt xi cost centre ieħor fl- istess vot, minflok isir il-virement minn xi expenditure item ieħor.", "Fejn ikun hemm bżonn, tinġibed l-attenzjoni tal-ministeru jew dipartiment involut biex isir ippjanar finanzjarju illi jkun iħares aktar fit-tul, u b'hekk il-virements jiġu kkonsidrati fil-qafas tal-pożizzjoni kif stmata sa l-aħħar tas-sena.", "GATS – SERVIZZI EDUKATTIVI", "38813.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'pożizzjoni qed jieħu l-gvern fin- negozjati dwar il-qasam tas-servizzi edukattivi tal-general agreement on trade-in services tad-WTO?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li fuq linja ġenerali, il-gvern jirrikonoxxi li għal pajjiż b'ekonomija miftuħa bħalma hi dik tagħna fejn niddependu daqstant mill-kummerċ internazzjonali, il-liberalizzazzjoni toffri l-aħjar prospetti għal pajjiżna.", "Madankollu fil-prattika meta wieħed jiġi għad-diskussjoni fid-dettal fi ħdan l-organizzazzjoni tal-kummerċ dinji dwar oqsma speċifiċi, anke minħabba s-sistema li taħdem biha d-WTO, pajjiż żgħir bħal Malta ftit li xejn jista' jinfluwenza dawn in-negozjati.", "Għaldaqstant kif dejjem kien il-każ, Malta issegwi mill-qrib dak li jkunu qed jipproponu pajjiżi jew blokki ewlenin.", "Ta' min jinnota li din is-sitwazzjoni tista' tinbidel biss bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għax bi sħubija, Malta jkollha pożizzjoni ġdida fejn ikollna sehem fid-deċiżjonijiet li tieħu l-Unjoni.", "B'hekk pajjiżna jkun f'qagħda li jinfluwenza l-pożizzjoni ta' l-Unjoni fin-negozjati fi ħdan id-WTO.", "DAY CENTRES GĦALL-ANZJANI", "38817.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet hemm miftuħa ċentri għal matul il-jum għall-anzjani?", "F'liema ġranet u ħinijiet ikunu miftuħa?", "Kemm jattendu anzjani f'kull ċentru?", "Hemm xi ftehim dwar dawn iċ-ċentri ma' kunsilli lokali?", "Jekk fl- affermattiv, jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-ftehim?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Illum id-dipartiment għall-anzjani u servizzi fil- komunita' qed jopera 13-il ċentru ta' matul il-jum.", "Dawn jinsabu iż- Żejtun, il-Ħamrun, Ħal Qormi, Ħad-Dingli, Tas-Sliema, iż-Żurrieq, Bormla, Ħal Luqa, l-Imtarfa, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, Birżebbuga u l-Mosta.", "Kull wieħed minn dawn iċ-ċentri jiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 a.m. u l-4.00 p.m., bl-eċċezzjoni taċ-ċentru li hemm f'Tas-Sliema li jibqa' miftuħ sas-7.00 p.m. L-attendenza f'kull ċentru tvarja, pero' hemm total ta' 1,121 membru li jattendu b'mod regolari f'dawn iċ-ċentri.", "Filwaqt li d-dipartiment ħa l-inizjattiva waħdu fil-ftuħ taċ-ċentri tal- bidu, illum qed ikun hemm diskussjoni u kordinament mal-kunsill lokali.", "Pero' l-ispejjeż għat-tmexxija ta' kuljum jibqgħu responsabilita' tad- dipartiment f'kull każ.", "UE - KAŻI TA' FRODI", "38818.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi l- Unjoni Ewropea għadha kif ħabbret li qed tinvestiga 156 każ ta' frodi fil- pajjiżi kandidati għal sħubija fl-Unjoni, jista' il-Ministru jgħid jekk fosthom hemmx każi li jikkonċernaw lil pajjiżna?", "Jekk iva, taħt liema kategorija jaqgħu l-EU customs cases, cigarette smuggling cases, etc?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-direttorat ta' l- awditjar intern u investigazzjonijiet li hu l-interlokutur tad-direttorat ġenerali kontra l-frodi, ma jaf bl-ebda każ ta' investigazzjoni li qed issir mid-DG, OLAF dwar pre-accession funds ta' l-Unjoni Ewropea b'konnessjoni ma' Malta.", "SERVIZZ DIPLOMATIKU - POST TA' SECOND SECRETARY", "38819.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Kemm hemm applikanti għal postijiet vakanti fis-servizz diplomatiku?", "Kemm hemm postijiet x'jimtlew?", "Fiex wasal il-proċess ta' reklutaġġ?", "ONOR.", "JOE BORG: Jien informat illi l-ministeru rċieva 123 applikazzjoni għall-mili ta' postijiet ta' second secretary fis-servizz diplomatiku.", "Minn dawn, 84 attendew għall-ewwel stadju ta' l-intervista estiża, skond avviż maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta' Settembru, 2002.", "In-numru ta' vakanzi li jridu jimtlew f'din il-kariga qed jiġi stabilit abbażi tal- ħteġijiet tal-ministeru, anke fid-dawl ta' l-għeluq b'suċċess tan-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Jien informat illi l-bord ta' l-għażla kkonkluda r-rapport tiegħu nhar il- Ġimgħa li għaddiet u issa dan ir-rapport se jitressaq għall-attenzjoni tal- kummissjoni għas-servizz pubbliku skond il-proċedura uffiċjali.", "ŻEJTUN : TRIQ IL-WIED – PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "38820.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru ġentilment jgħid għaliex fil-każ tal-komunita' li toqgħod fi Triq il-Wied, iż-Żejtun, m'aċċettawlhomx l-applikazzjoni għas- servizz ta' l-elettriku?", "Possibbli l-Enemalta tgħid meta se twassal is- servizz lil dawn il-familji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u, jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni relattiva."]} {"filename": "19991201_195d_par.doc", "date": "1999-12-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 195 L-Erbgħa, 1 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 195", "L-Erbgħa, 1 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "195", "L-Erbgħa, 1 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 643", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 643", "TQEGĦID TA' KARTI 649", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2000 649", "AĠĠORNAMENT 670", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 671", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 194 li saret fl-1 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "LABOUR OFFICE - IMPJEGATI ĠODDA", "9591.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Labour Office mis-27 ta' April sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Matul il-perijodu 27 ta' April sal-15 ta' Settembru, 1999 l-ebda ħaddiem ġdid ma ġie mpjegat mal-Labour Office, li issa jissejjaħ dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l-impieg.", "CSAs - IMPJEGATI ĠODDA", "9592.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda bħala CSAs mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikaw li għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mis-27 ta' April sal-15 ta' Settembru, 1999 ġew impjegati 39 CSAs ġodda.", "F'dan il-perijodu l-applikazzjonijiet dejjem kienu miftuħin.", "Fil-każ tas-CSAs wieħed irid jirrimarka li biex xi ħadd jiġi mpjegat irid ikun hemm applikazzjoni.", "CSAs - TRASFERIMENTI", "9593.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April sal-15 ta' Settembru, 1999 lis-CSAs?", "Jista' jagħti r-raġuni għala saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mis-27 ta' April sal-15 ta' Settembru, 1999 ġew trasferiti ħdax-il CSA.", "Seba' iċċaqalqu fuq talba tagħhom stess u erba' ġew trasferiti skond l-esiġenzi tas-servizz.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-CSAs ma jibqgħux każwali iżda jsiru tal-post?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Li qed jiġi analizzat huwa kif il-kondizzjonijiet tax-xogħol tas-CSAs ikunu jistgħu jitjiebu b'mod illi kull darba li jkun hemm żieda fin-national insurance - u mhux hekk biss - din iż-żieda ma tnaqqarx mill-kondizzjonijiet li s-CSAs igawdu minnhom.", "Il-parti tal-bolla kienet ġiet indirizzata bil-liġi li kienet għaddiet f'dan il-parlament is- sena li għaddiet, pero' naturalment hemm aspetti oħrajn relatati mal- kondizzjonijet tax-xogħol tas-CSAs.", "MALTA WIN CARGO - IMPJEGATI", "9783.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema tal-Malta Win Cargo li qegħdin assenjati mal-Malta Shipbuilding?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Is-secondment tal-ħaddiema tal-Malta Win Cargo mal-Malta Shipbuilding ġie estiż sal-31 ta' Marzu, 2000.", "GĦAQDIET FILANTROPIĊI - GĦOTI", "9784.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet jew organizzazzjonijiet kulturali, mużikali u filantropiċi li jirċievu sehem finanzjarju mill-qligħ tal-banka tal-lottu?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm dawn ingħataw f'sehem finanzjarju matul l-1995, 1996, 1997 u l-1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra lista ta' l-informazzjoni mitluba.", "SAN ĠILJAN - CRASH BARRIER", "9785.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u immedjati biex titwaħħal crash barrier fuq il-bankina minn quddiem bieb numru 16 sa bieb numru 25 fi Triq Birkirkara, San Ġiljan, peress li jeżisti perikolu tat-traffiku kontinwu għar-residenti, speċjalment għat-tfal li joqogħdu fil-post imsemmi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-lokalita ġiet spezzjonata u jidher li hemm lok li jitwaħħal xi railing biex jidderieġi l-pedestrians fil-post.", "Peress li dan ix-xogħol normalment isir mill-kunsilli lokali, id- dipartiment qed jgħaddi s-suġġeriment lill-kunsill lokali biex jieħu l- passi li hemm bżonn.", "SAJD - SCREENING", "11480.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r- raġunijiet li uffiċjali tad-dipartiment tas-sajd Maltin u uffiċjali ta' l- Unjoni Ewropea, li flimkien għamlu l-iscreening tas-sajd fil-gżejjer tagħna, ma ltaqgħux mal-koperattivi nazzjonali li jirrappreżentaw lis- sajjieda Maltin u Għawdxin?", "Kemm il-laqgħa saret bejn l-uffiċjali Maltin tas-sajd u ta' l-Unjoni Ewropea sabiex isir dan l-iscreening?", "Jekk saru xi konsultazzjonijiet, ma' min saru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda parlamentari nru.10901.", "UE - BDIEWA - GĦAJNUNA", "11481.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li huwa previst li l-ministeru tal-biedja u sajd se jieħu għajnuna ta' madwar Lm600,000 mill-Unjoni Ewropea sabiex id-dipartmenti tas-sajd u ta' l-agrikoltura, il-bdiewa, ir- raħħala, il-produtturi, is-sajjieda u l-agro-industrija jaġġornaw ruħhom mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u CFP, jista' l-Ministru jgħid kif dawn il-flejjes se jitqassmu qasam b'qasam u dipartment b'dipartiment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għall-ewwel darba l-Onor.", "Interpellant qed jammetti u jikkonferma li l-Unjoni Ewropea tgħin b'mod finanzjarju biex jiġu msaħħa l- oqsma tal-biedja u s-sajd, anke fil-perijodu sakemm insiru membri sħaħ.", "Iżda bħas-soltu ċ-ċifra li qed jikkwota l-Onor.", "Interpellant m'hijiex waħda uffiċjali.", "Tkun xi tkun is-somma, din titqassam skond prijoritajiet li jiġu determinati skond il-ħtieġa.", "UE - COMMON AGRICULTURAL POLICY", "11482.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-preparamenti li jridu jsiru sabiex pajjiżna jkun konformi mal-liġijiet, regoli u direttivi tal- CAP u CFP, jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata n-nefqa li l-Gvern Malti jrid jiffinanzja sabiex jimplimenta dawn il-bidliet qabel is-sħubija?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-istess kalkoli tan-nefqa għall-Gvern Malti wara s-sħubija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din l-informazzjoni tkun tista' tiġi kkwantifikata wara li jitlesta l-bilateral screening u wara li jiġu miftehma l-miżuri u l- bidliet kollha li jkunu meħtieġa għall-ġid tal-biedja u s-sajd, liema tibdiliet huma meħtieġa kemm jekk nidħlu kif ukoll jekk ma nidħlux fl- Unjoni Ewropea.", "UE - LABORATORJU AGRIKOLU", "11483.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata n-nefqa li d-dipartiment ta' l-agrikoltura jenħtieġ sabiex jiżviluppa l-laboratorji tiegħu ħalli ssir l-analisi tal-ħamrija, ilma, eċċ u l-MRLs fuq il-ħxejjex u l-frott frisk li jipproduċu l-bdiewa Maltin u Għawdxin?", "Meta fil-fatt se jiġi żviluppat dan ix-xogħol fid-dipartment u fejn se jsir dan l-iżvilupp?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ikolli nistqarr illi l-laboratorju li ħalla warajh l- Onor. Interpellant huwa suffiċjenti!", "UE - COMMON AGRICULTURAL POLICY", "11484.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan- nefqa li l-Gvern Malti jrid jiffinanzja sabiex kull sezzjoni fid- dipartimenti tal-biedja u s-sajd tkun konformi mal-liġijiet, mar-regoli u mad-direttivi tal-CAP u CFP li ġew pproġettati mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din l-informazzjoni tkun tista' tiġi kkwantifikata wara li jitlesta l-bilateral screening u wara li jiġu miftehma l-miżuri u l- bidliet kollha li jkunu meħtieġa għall-ġid tal-biedja u s-sajd, liema tibdiliet huma meħtieġa kemm jekk nidħlu kif ukoll jekk ma nidħlux fl- Unjoni Ewropea.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru qed jgħid li kemm jekk nidħlu kif ukoll jekk ma nidħlux membri fl-Unjoni Ewropea jridu jsiru t-tibdiliet.", "Issa ġaladarba qed jammetti dan, għala qed jistenna l-bilateral screening biex ikun jaf x'irridu nagħmlu?", "Allura jekk ma nkunux se nidħlu, ma jistax jikkalkola x'se nagħmlu minn issa sa sena oħra?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jiena rrid ngħid illi kemm jekk nidħlu u kemm jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea hemm bżonn li l-oqsma tal-biedja u s-sajd jiġu ristrutturati, li l-effiċjenza ta' l-oqsma kollha tiġi msaħħa u li l-produzzjoni tiżdied biex insiru kompetittivi daqs il-produtturi fil- pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Issa jekk nidħlu fl-Unjoni hemm iċ-ċans li nieħdu l- għajnuna finanzjarja biex inkunu nistgħu nagħmlu dawn l-affarijiet kollha u jekk kemm-il darba ma nidħlux irridu noħorġu dan l-investiment minn bwietna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jista' l-Ministru jgħidilna kemm ilu fil-gvern xi programmi ta' ristrutturazzjoni u ta' taħriġ nieda u x'inhuma l-inizjattivi li ħa biex dan il-paroli li rridu nipproduċu aktar u nkunu kompetittivi aktar - dan issa ilna nisimgħuh minn mindu telgħu fil-gvern - jiġi fil-fatt attwat?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, ikolli ngħid li tul dawn l-aħħar 14-il xahar id-dipartiment tal-biedja ħa l-passi neċessarji biex fejn tidħol l- esportazzjoni nsiru aktar effiċjenti billi nagħmlu grading tajjeb tal- prodott, nagħmlu preżentazzjoni aħjar tiegħu u nwassluh fil-post fejn irridu nesportawh bl-akbar effiċjenza u fl-iqsar żmien possibbli.", "Biex nuri kemm dan ix-xogħol irnexxa u mexa' kif kien ippjanat insemmi l- esportazzjoni tal-patata.", "Sar tisħiħ fl-operat kif il-patata tiġi graded u fl-iqsar żmien possibbli tiġi esportata u mwassla fis-supermarkets ta' l-Olanda.", "Fil-fatt għat-tip ta' patata Sante' din is-sena l-bdiewa tħallsu 40% iżjed milli tħallsu s- sena l-oħra għat-tip ta' patata Alpha, u ċioe' Lm14.20 għal kull qantar, meta s-sena l-oħra tħallsu biss Lm10 ta' kull qantar.", "Dan huwa eżempju ta' fergħa waħda fejn fil-ministeru qed isir tisħiħ kemm fl-effiċjenza kif ukoll fl-operat sabiex b'hekk inżidu d-dħul finanzjarju għall-benefiċċju ta' l-operaturi ta' dawn l-oqsma.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, lill-Ministru nirringrazzjah għalkemm huwa qed jitkellem fuq prodott wieħed li huwa tradizzjonali u li ilu jintbagħat lejn l-Ewropa u allura wieħed japprofitta ruħu mill-kalendarju u mill-fatt li aħna nesportaw għax naslu qabel ħaddieħor.", "Aħna dejjem nitkellmu dwar il-bżonn li nsibu niche markets għal prodotti ġodda, tip ta' koltivazzjoni ġdida, teknoloġija ġdida, kif ngħallmu lill-bdiewa kif għandhom ikunu aktar effiċjenti, x'makkinarju għandhom jużaw u dwar skoperti ġodda, kif wieħed ikabbar malajr u b'mod organiku.", "Jista' l- Ministru jgħidilna xi programmi għamel jew beħsiebu jagħmel ħalli l-bdiewa tagħna jkunu aktar kompetittivi fil-veru sens tal-kelma u mhux biss fuq il- patata?", "Nafu li l-patata tinbiegħ skond kif ikun is-suq - għax la biddilna t-teknoloġija kif inkabbruha u lanqas il-mod; naturalment jiġi staġun tajjeb u jiġi prezz tajjeb għax ikun hemm suq ħażin fl-Ewropa, nidħlu u ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea - imma jista' l-Ministru jgħidli x'sar f'sena u xahrejn biex lill-bdiewa tagħna nkabbrulhom l-opportunitajiet, ngħallmuhom jikkompetu f'oqsma differenti u jfittxu prodotti li jistgħu jisfruttaw?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, mela ejja nħallu l-patata li din id- darba ġabet 40% iżjed milli ġabet is-sena l-oħra - għalkemm din xorta m'hijiex ċikka, għax sar kuntratt over and above fuq il-kuntratt li kontu għamiltu intom is-sena l-oħra - u nieħdu qasam ieħor, dak tal-basal.", "Aħna nafu illi l-basal kien ilu żmien ma jiġi esportat.", "(Interruzzjonijiet) Qed insemmilek l-affarijiet li qegħdin nagħmlu, issa stenna u isma'!", "Il- basal ma kienx qed jiġi esportat mhux għax ma kienx hawn prodott biżżejjed fil-pajjiż imma għax ma kienx hawn varjeta' aċċettabbli għall-konsumatur Ewropew.", "Sur President, il-ministeru beda b'esperimentazzjoni ta' żerriegħa ta' varjeta' ġdida ta' basal biex tispiċċa l-proċedura li kienet tintuża qabel.", "Din m'hijiex xi skoperta li waqgħet mis-sema għax kulħadd jaf li meta f'pajjiżna l-bdiewa jħawlu l-basal, jagħmluh f'roqgħa żgħira u meta dan jikber u jitwal xi sitt pulzieri jerġgħu jaqilgħuh u jħawluh fir-raba'.", "Din il-proċedura kienet ittellef milli l-basal jikber u jkun jista' jinqala' għall-konsum b'madwar xahar.", "Għaldaqstant il-ministeru ħa l-passi biex jara li tiġi introdotta varjeta' ġdida ta' basal kif mixtieqa fil- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, liema prodott jibda jiġi mkabbar b'mod li ma nitilfux xahar fil-produzzjoni u jkun jista' jiġi mwassal fuq l-ixkaffa tas- supermarkets f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fil-ħin propizju.", "Nista' ngħid ukoll li l-ministeru qiegħed għaddej bit-training tal- ħaddiema, qed jagħmel restructuring ta' diversi sezzjonijiet tal-ministeru u qed jagħmel ukoll diversi proġetti - bħall-geographic information system - biex inkunu nafu eżatt kull roqgħa art x'tista' tipproduċi.", "Qegħdin niċċekkjaw kull biċċa raba' ħalli nkunu nafu fejn hu bikri u fejn m'huwiex u qegħdin niċċekjaw ukoll il-conductivity tal-ħamrija ħalli naraw x'inhu l- aħjar prodott li jkun jista' jitkabbar fuq l-istess biċċa art.", "Punt ieħor li nista' ngħid li l-ministeru miexi fuqu huwa l-iċċekkjar ta' l-art kollha available biex inkabbru l-produzzjoni ta' l-għeneb sabiex jintuża għall-inbid u jiġi esportat.", "Dawn huma uħud mill-proġetti li l- ministeru miexi fuqhom biex inkomplu mmexxu 'l quddiem l-oqsma tal-biedja u sajd f'pajjiżna, Sur President.", "UE - COMMON AGRICULTURAL POLICY", "11485.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal- kalkoli tan-nefqa li ġiet proġettata mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn li l-agro-industrija fil-gżejjer tagħna tirrikjedi sabiex tiffinanzja l- investiment meħtieġ sabiex tkun konformi mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u ta' l-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din l-informazzjoni tkun tista' tiġi kkwantifikata wara li jitlesta l-bilateral screening u wara li jiġu miftehma l-miżuri u l- bidliet kollha li jkunu meħtieġa għall-ġid tal-biedja u s-sajd, liema tibdiliet huma meħtieġa kemm jekk nidħlu kif ukoll jekk ma nidħlux fl- Unjoni Ewropea.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jiena nifhem li l-Ministru qed jgħid li jistenna li jsir bilateral screening, pero' nifhem ukoll illi l-ewwel konna mwegħdin illi sa l-aħħar ta' din is-sena se jkun hemm diġa' l-action plan for the adoption of the acquis, jiġifieri l-pjan nazzjonali tal-gvern biex nimplimentaw ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea u issa ntqal illi dan se jsir xahrejn oħra.", "Huwa possibbli li l-Ministru lejliet li se jippubblika pjan kif se japplika l-liġijiet ta' l-acquis - ovvjament ħafna minnhom anke għandhom x'jaqsmu mal-kwestjoni tas-single market u anke mal- kwestjoni ta' l-agrikoltura - għadu ma jafx kif se tiġi milquta l- agrikoltura Maltija u jrid jistenna l-iscreening?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ċara dwar l-agrikoltura, l-aktar settur li se jkun fuq ta' quddiem u li se jintlaqat bi sħubija fl-Unjoni Ewropea biex nevitaw li jsiru mistoqsijiet bla bżonn?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, in-national plan for the adoption of the acquis huwa rapport ħaj.", "Irridu nfakkru li l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea kienet ġiet iffriżata wara l-1996.", "(Interruzzjonijiet) U inti ilek żmien iddaħħaq nies, issa oqgħod kwiet!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tgħaddux rimarki lil xulxin!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-national plan for the adoption of the acquis huwa rapport ħaj u jista' jiġi miżjud miegħu minn żmien għal żmien.", "Huwa veru li l-bilateral screening ta' l-agrikoltura ser isir fit-tielet ġimgħa ta' Jannar, imma fil-frattemp il-ministeru qed ifassal il-pjan tal-qafas tan- national plan for the adoption of the acquis min-naħa tal-biedja u s-sajd.", "Ladarba dan isir, l-istess parti tal-pjan li tirriferi għall-oqsma tal- biedja u s-sajd tkun tista' tiġi updated.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, fil-kontest ta' dan il-pjan li qed jipprepara l-Ministru, jista' jgħidilna għala f'din l-aħħar sena naqsu n-nies li jaħdmu fil-biedja u sajd?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, ċerti mistoqsijiet lanqas tippretendihom hawnhekk!", "Fil-qasam tal-biedja ilna għal dawn l-aħħar 50 sena, mhux f'Malta biss imma fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, nassistu għal tnaqqas fin-numru ta' nies li jaħdmu f'dan is-settur.", "(Interruzzjonijiet) Għax kien hawn l-għaks, mela x'inhu!", "Fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni n-numru tal-bdiewa naqas pero' l-produzzjoni xorta żdiedet sena fuq oħra.", "U jekk wieħed jara ċ-ċifri għall-pajjiżi kollha ...", "(Interruzzjonijiet) Nista' ngħidlek li fil-pajjiżi ta' l-Unjoni, inkluż Malta, in-numru ta' bdiewa u raħħala tul dawn l-aħħar 50 sena mill-inqas dejjem naqas sena fuq sena, pero' irridu ngħidu illi l-effiċjenza fl-istess oqsma żdiedet sena fuq sena.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: La l-Ministru qed jitkellem b'dan il-mod, jaf li fis- sena ta' qabel din l-aħħar sena żdiedu n-nies li jaħdmu fil-biedja u s- sajd?", "Ladarba qed jikkwalifika l-biedja u sajd bħala x-xogħol li jagħmlu min ikun fl-għaks, qiegħed jikkonferma allura li għaż-żmien li ġej parti minn dan il-pjan li qed jitkellem dwaru huwa maħsub biex ikompli jnaqqas in- nies li jaħdmu fil-biedja u s-sajd?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk titkellem mal-bdiewa jgħidulek li r-raba' dejjem ir-raba' jiġi għax huwa veru xogħol ta' l-għaks u tal-kastig.", "Pero' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li fis-sena meta hu kien prim ministru żdied in-numru ta' ħaddiema f'dan il-qasam.", "Jimporta jgħidli kemm żdied in-numru ta' ħaddiema fil-qasam agrikolu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Fil-qosor, Ministru, għax sar il-ħin.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Prosit, allura biex jagħmel supplementary question hemm ħin biżżejjed u biex nirrispondih m'hemmx!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħidilna li fi żmienu tant kien hawn nuqqas ta' xogħol illi l-ħaddiema kellhom jirrikorru biex jaħdmu fir-raba'.", "Iva, tant hu hekk illi fi żminna diġa' naqas dan in-numru.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif u korrispondenza dwar l-akkwist mill-ministeru ta' l- edukazzjoni tas-servizzi ta' periti b'konnessjoni ma' xogħlijiet fuq l- iskola Umberto Calosso, Santa Venera, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11588.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2000", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal- public broadcasting services biex jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu s- seduta dirett fuq it-televiżjoni.", "Fis-6.30 p.m. l-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Illum għandna quddiemna l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'kumitat ta' provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-estimi ġenerali ta' spiża għas-sena 2000.", "Skond il-ftehim milħuq is-seduta tal-lum għandha tintemm fit-8.30 p.m., bid-diskors ikun eżenti mil-limiti tal-ħin għad-diskorsi.", "Għalhekk issa nitlob lill-Prim Ministru biex jibda d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Grazzi, Sur President.", "Id- data meta jitħabbar il-budget u d-debate li jsir wara hija waħda mid-dati fil-kalendarju politiku u ekonomiku ta' pajjiżna illi żgur kulħadd jagħtiha ċerta importanza.", "U rrid ngħid li b'kumbinazzjoni d-diskors li se nagħmel illum jaqsam il-bilanċ preċiż tad-diskorsi li għamilt f'din il-Kamra fl- okkażjoni tal-budget fl-aħħar 22 sena; għamilt 11-il diskors nirrispondi min-naħa ta' l-oppożizzjoni u llum il-11-il darba li se nirrispondi bħala prim ministru għan-nom tal-gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U dawn it- 22 sena esperjenza urewni li għalkemm il-budget ta' kull sena huwa, kif għedt, data importanti fil-kalendarju, kull budget għandu t-timbru tiegħu, kull budget huwa ssenjat miċ-ċirkostanzi ekonomiċi, politiċi u soċjali li l- pajjiż ikun għaddej minnhom f'dak il-mument.", "Jiena niftakar li meta qomt l-ewwel darba bħala kap ta' l-oppożizzjoni biex nitkellem fuq diskors tal-budget kien il-budget għas-sena 1978/79 - dak iż-żmien il-budget ma kienx isir skond is-sena kalendarja imma kienet l- aħħar darba li sar mill-1 ta' April sal-31 ta' Marzu - kien il-budget li kien jikkoinċidi ma' data oħra importanti ħafna għal pajjiżna u qed ngħid għall-31 ta' Marzu, 1979.", "Ma niftakarx x'għedt dakinhar ħlief li għandi idea li enfasizzajt l-importanza ta' dak il-budget għax kien l-aħħar budget li fih il-poplu Malti kien se jirċievi grant ta' flus skond il-ftehim li kien hemm mal-Gvern Ingliż - il-31 ta' Marzu kienet id-data fejn kien se jispiċċa l-ftehim mar-Renju Unit għall-preżenza tas-servizzi militari f'pajjiżna - u minn dik is-sena konna nafu illi rridu naqdfu 'l quddiem u naqtgħu bi sninna.", "Niftakar li kont ikkwotajt il-frażi li kien jispiċċa biha s-seven year plan in vigore dak iż-żmien, li kien jgħid \"The future beckons!\"", "X'kien se jiġri wara l-31 ta' Marzu, 1979?", "Kien hawn ħafna uccelli di malaugurio li kienu jgħidu li se mmutu bil-ġuħ, li m'huwiex possibbli li l-ekonomija timxi mingħajr il-preżenza tal-forzi Ingliżi u mingħajr l-għajnuna finanzjarja ta' l-Ingliżi.", "Dak iż-żmien konna ftakarna li kienet l-istess atmosfera ekonomika li kien hemm żmien qabel, 15-il sena qabel, fl-1964, meta wkoll pajjiżna kien se jieħu the big leap u jirrinfaċċja d-dinja bħala pajjiż indipendenti.", "U kien hemm ħafna li dak iż-żmien kienu jgħidulna: Isma', we can't make it alone, ma jistax ikun li dan il-pajjiż żgħir jimxi 'l quddiem.", "Qed ngħid dan, Sur President, biex ngħid li kull budget għandu t-timbru tiegħu, budget li kultant inkunu f'atmosfera politika kalma, kif aħna naħseb ilkoll naqblu din is-sena, pero' kultant ikunu ċirkostanzi politiċi movimentati.", "Jiena kelli l- okkażjoni li nipparteċipa wkoll f'budgets meta s-sitwazzjoni politika kienet eċċitata u niftakar, per eżempju, il-budget għas-sena 1987.", "Mhux se noqgħod infakkar dawk iż-żmenijiet pero' dak kien budget fejn prattikament injorajna l-kontenut tal-budget u ffokajna f'dak li aħna mill- bankijiet ta' l-oppożizzjoni konna nsejħulu \"the democratic deficit\" li kellu l-pajjiż għax il-pajjiż ma kellux demokrazija sħiħa.", "Kien naturalment żmien ukoll ta' transizzjoni, meta konna nħarsu lejn il-budget u konna ngħidu: Imma issa s-sena d-dieħla, fl-1987, x'se jiġri minnu dan il-pajjiż?", "U nafu x'ġara' minnu.", "Jiena naf x'ġara' minnu għax irbaħt l- elezzjoni.", "Għadda ż-żmien u naħseb illi għaxar snin wara, jiġifieri sena u ftit xhur ilu, ukoll kellna budget movimentat ħafna, politikament movimentat, għax nafu illi meta l-gvern tal-predeċessur tiegħi fl-aħħar tas- sena 1997 ippreżenta l-budget għall-1998 kien jidher illi kellu problemi politiċi interni kbar.", "Qed ngħid dan għaliex irrid nagħmel enfasi li kull budget għandu t-timbru tiegħu.", "U x'inhu t-timbru ta' dan il-budget li għandna llum, Sur President?", "Jiena naħseb illi ftit kien hawn snin fil-ħajja politika ta' pajjiżna meta fuq il-budget kien hemm stennija ewlenija illi l-opinjoni pubblika ta' kull kulur, of every shade and colour, ta' kull opinjoni, kienet qed tistenna budget illi jaffronta l-problema ewlenija tal-pajjiż, illi kienet u għadha kif se nitrattaw l-iżbilanċ fil-finanzi tal-gvern.", "Naħseb illi sakemm il-ministru tal-finanzi ppreżenta l-budget għajnejn kulħadd kienu ffukati fuq ir-riżultat li rnexxielna jew ma rnexxilniex niksbu din is-sena u kif dan il-gvern se jittratta din il-problema ewlenija fis-sena tal- millennium.", "Għaliex din l-attenzjoni kollha u din il-prijorita' kollha?", "Għaliex kulħadd fehem illi l-finanzi tal-gvern kienu qegħdin f'sitwazzjoni mwiegħra ħafna u din is-sitwazzjoni mwiegħra żviluppat mill-1996 sal-lum u laħqet il-quċċata tagħha fl-1998.", "Kulħadd qed jgħid illi jekk il-pajjiż jibqa' għaddej bl-iżbilanċi li rreġistra fit-tliet snin illi għaddew, allura din is-sitwazzjoni m'hijiex se tkun aktar sostenibbli.", "U x'jiġifieri m'hijiex aktar sostenibbli?", "Jiġifieri li l-pajjiż ma jiflaħx li jkollu żbilanċ kif kellu f'dawn l-aħħar snin, u meta ngħidu li l-pajjiż ma jiflaħx mhux il-gvern ma jiflaħx imma l-pajjiż ma jiflaħx.", "Din tfisser illi l-pajjiż ma jistax ikompli jonora l-obbligi lejh innifsu, lejn il- poplu tagħna, f'dak li għandu x'jaqsam mal-welfare, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni, f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa, f'dak li għandu x'jaqsam mal-progress fil-pajjiż, jekk din il-problema ta' l- iżbilanċ ma nittrattawhiex b'suċċess.", "Hawn in giuoco, hawn in play, hawn tiżfen fin-nofs il-kredibilita' tal- pajjiż, mhux tal-gvern immexxi minni jew tal-gvern li kien immexxi qabel mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biss, dak ukoll, imma l-kredibilita' ta' pajjiżna.", "Fiċ-ċirkostanzi u fiż-żmenijiet tal-lum - qed ngħid tal-lum għax hemm differenza kif qed jiġu ġestiti l-ekonomiji llum u kif kienu jiġu ġestiti ftit ta' żmien ilu meta kellna pajjiżi li l-ekonomiji tagħhom kienu dawk li jissejħu command economies, fejn is-sistema ma kenitx is-sistema tas-suq imma kienet is-sistema soċjalista, komunista, fejn kienu jgħidulna li hemm full employment, pero' nafu x'kien ifisser dak il-full employment; kien ifisser li l-livell ta' l-għejxien ma kienx dak mistħoqq u mixtieq minn kull bniedem - il-problema tal-ġestjoni tal-finanzi tal-gvern saret problema ewlenija kemm għal pajjiżna kif ukoll għal pajjiżi oħra.", "Nafu riċentement imniex għaddew ħafna pajjiżi ta' l-istess Unjoni Ewropea, fejn l-Unjoni qaltilhom li jridu bilfors jikkontrollaw id-deficit u li jekk ma jikkontrollawx id-deficit lanqas jidħlu fis-sistema tal-euro.", "Jekk ma tikkontrollax id-deficit ifisser li m'għandekx ekonomija kredibbli u allura, anke għal pajjiżna, jekk ma nkunux kapaċi nikkontrollaw l-iżbilanċ fil-finanzi tal-gvern, pajjiżna ma jkunx pajjiż kredibbli.", "U diġa' rajna dan x'ifisser.", "Diġa' kellna organizzazzjonijiet internazzjonali li jagħtu credit rating u pajjiżna kellu ċertu livell ta' credit rating u ftit ta' żmien ilu dak il-credit rating tniżżel għax beda jinbet id-dubju jekk pajjiżna huwiex pajjiż serju, huwiex pajjiż modern, huwiex pajjiż li kapaċi jikkontrolla l- finanzi tal-gvern b'mod li l-ekonomija tkun kredibbli.", "U jekk ma jkollokx ekonomija kredibbli allura jfisser li l-investiment jitnaffar, kemm dak lokali kif ukoll dak barrani.", "Ifisser illi jekk ma tikkontrollax l- iżbilanċ ikollok inflazzjoni li faċilment taħrablek minn idejk u tgħolli l- prezzijiet b'mod fenomenali u r-riżultat ta' dan kollu jkun illi l- opportunitajiet ta' xogħol fil-pajjiż jonqsu.", "Għalhekk it-test ta' dan il- gvern fl-ewwel sena ta' ħidma tiegħu fis-snin li ġejjin kien u huwa li jkun kapaċi jrażżan l-iżbilanċ li għandu l-pajjiż, u għalhekk ġejna b'wiċċna minn quddiem u għedna li dawwarna r-rotta.", "Filwaqt li fit-tliet snin li għaddew l-iżbilanċ kien mhux aktar taħt il-kontroll tal-gvern, illum qegħdin ngħidu li rnexxielna nbiddlu r-rotta, naqqasna l-iżbilanċ għas-sena 1999 u se nkomplu nnaqqsu l-iżbilanċ għas-sena 2000.", "Jiena naħseb illi sa nhar it-Tnejn tal-ġimgħa l-oħra, wara li l-ministru qara l-budget speech tiegħu u ta ħafna ċifri, kif ikun kull budget, kulħadd kien konvint illi veru kien irnexxielna, u meta ngħid irnexxielna mhux qed ngħid għalina l-ministri imma għall-pajjiż.", "Irnexxielna bil-ħidma tagħna lkoll, bil-miżuri li ħadna s-sena l-oħra, bl-attivita' ekonomika li kellna din is-sena irnexxielna nnaqqsu d-deficit li fl-1998 kien ta' Lm139 miljun u din is-sena rnexxielna nnaqsuh għal Lm123 miljun.", "Dan kulħadd kien qed jirrikonoxxih li huwa ammont sostanzjali, illi wera li l-pajjiż kapaċi jikkontrolla dan l-iżbilanċ illi kellu.", "Pero' x'ġara?", "Ġara illi jumejn ilu rrisponda l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u qal li mhux veru dak li qed jgħid il-gvern fuq id-deficit.", "Dr Sant qed jgħid illi d-deficit realment din is- sena kiber u fil-fatt qal li ċ-ċifri li jien semmejt qabel m'humiex preċiżi.", "Iċ-ċifri li semma' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huma li filwaqt li s- sena l-oħra d-deficit kien ta' Lm123 miljun, skond kif ħadmu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni din is-sena d-deficit żdied għal Lm139 miljun.", "Jiena ngħid illi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed imeri s-sewwa magħruf, Sur President.", "Għandna ċ-ċifri li ta l-gvern li bihom jirriżulta li naqqasna d-deficit - u hawn nikkoreġi ruħi fuq li għedt qabel - minn Lm150 miljun għal Lm124 miljun din is-sena, ċifri reali, ċifri ta' kif jinħadmu l-kontijiet tal- gvern, ċifri trasparenti, ċifri li jirriflettu r-realta'.", "U wieħed mill- ewwel jistaqsi: Għaliex dak li kien paċifiku fil-pajjiż qed jiġi kkontestat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Jiena nifhimha r-raġuni politika.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jinsab dahru mal-ħajt.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien rebaħ l-elezzjoni f'Ottubru ta' l-1996 u malli sab ruħu fil-gvern qabdu paniku għax malajr fehem - u ta' madwar fehmu aktar minnu, u wrew li fehmu aktar minnu - illi bil-programm li tela' bih, partikolarment billi jbiddel ir-rotta lejn l-Unjoni Ewropea u billi jbiddel is-sistema fiskali, jiġifieri jneħħi l-VAT u jdaħħal sistema li kien qed jipproviżaha, joħloqha, waqt li kien għaddej iż-żmien, dawk kienu r-riċetti għar-rovina finanzjarja tal-pajjiż.", "U l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħoloq il-kelma figurattiva - u għal dan kapaċi ħafna - illi kulħadd jagħmel l-immaġini tagħha u qal: Ara xi ġrali, sibt ruħi fil-gvern u sibt ħofra!", "U daħħal fil-vokabularju politiku Malti l-kelma ġdida \"ħofra\".", "U l-kelma ġdida \"ħofra\" fil-politika tfisser żbilanċ fil-finanzi tal-gvern.", "Naħseb li l- Maltin llum meta tgħidilhom \"ħofra\" ma jgħidux il-ħofor tat-toroq - sfortunatament għad għandna minnhom! - imma aktar jifhmu mill-ewwel li qed nitkellmu fuq il-ħofra finanzjarja li qalilna li sabil-Kap ta' l- Oppożizzjoni u wiegħed illi dik il-ħofra kien sejjer jimliha.", "Pero' kellu sentejn ta' ħidma, sentejn illi bħal-lum l-iskop primarju, ewlieni, tal- ħidma tal-gvern, kien konċentrat fuq jekk il-gvern hux se jirnexxielu jimla' dik il-ħofra, biex nuża t-terminoloġija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Kien qed jgħid: Jien kapaċi nimliha dik il-ħofra, kapaċi nneħħi l- iżbilanċ, innaqqsu sakemm inneħħiħ, pero' nafu x'ġara.", "Il-ħidma tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-gvern wasslitu biex għalkemm kien rebaħ maġġoranza assoluta tal-poplu Malti fl-elezzjoni malajr dik il- maġġoranza rnexxielu jkissirha, ikissirha fil-parlament fost id-deputati tiegħu stess u jkissirha fil-pajjiż, għax nafu li fl-aħħar elezzjoni l- Partit Laburista niżel għal bejn wieħed u ieħor 46% tal-voti.", "U għandu distanza f'voti popolari ta' kważi 5% bejn iż-żewġ partiti u ħames deputati differenza f'dan il-parlament.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dak li kien wiegħed fil-gvern, u dak eżattament li ma rnexxilux jagħmel.", "Meta smajt b'attenzjoni dak illi kellu xi jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar it- Tnejn deherli illi ma ta ebda risposta għall-budget.", "Sab ruħu maqbud f'sitwazzjoni illi jrid jgħid: Isma', jien kelli mandat biex niggverna u nneħħi d-deficit iżda ma rnexxilix!", "Issa xogħlu donnu hu li jiġġustifika jew jipprova jiġġustifika dak li għamel fis-sentejn li dam prim ministru, sentejn li kienu mimlijin bi żbalji, żbalji li soffrihom hu u l-partit tiegħu, għax reġa' qiegħed fl-oppożizzjoni, imma aktar importanti minn hekk żbalji li soffrihom u għadu jsofrihom il-pajjiż.", "Malli ħa l-gvern f'idejh il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien ikkonċentra, nerġa' ngħid, fuq din il-ħofra kbira li qal li kien sab.", "U naħseb li tajjeb mingħajr ma ntawwal u mingħajr ma nagħmlu drama ngħidu x'kienet is-sitwazzjoni fl-1996.", "Skond ir-rapport ta' l-awditur għas-sena 1996 ġara li dik is-sena d-dejn li kellu jagħmel il-gvern minħabba l-iżbilanċ kien żdied b'Lm105 miljun, u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni naturalment bħala prim ministru qal: Dik hi s- sitwazzjoni li sibt.", "Issa n-numri li jirriżultaw huma dawk pubblikati u mhux se nikkontesta n-numri imma se nagħti spjegazzjoni li ilna nagħtu - tajtha jien stess f'dan il-parlament f'Jannar tas-sena l-oħra u fil-budget ta' qabel - dwar x'ġara fl-1996.", "Issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni reġa' poġġielna fuq il-Mejda tal-Kamra memorandum illi kien bagħat il-ministeru tal-finanzi għas-sena 1996, f'nofs is-sena bejn wieħed u ieħor - anzi draft memorandum li kien bagħat il-ministru tal-finanzi - biex jattira l- attenzjoni tiegħi b'mod partikolari illi l-finanzi tal-gvern dik is-sena ma kenux sejrin tajjeb.", "U dan il-memo kien jgħid eżattament hekk:", "''As the year progresses it is becoming evident that income targets under certain revenue sources will not be reached.''", "Imbagħad ikompli:", "''The overall position is expected to register a net decrease of Lm25 million mainly as a result of a hefty downturn in VAT receipts.", "Jiġifieri f'nofs is-sena ta' l-1996 il-ministru tal-finanzi - li l-obbligu tiegħu kien li jsegwi l-finanzi tal-gvern kif sejrin - attira l-attenzjoni tal-gvern li l-VAT ma kenitx qiegħda trendi daqs kemm suppost.", "Kien hemm affarijiet oħra li żiedu l-ispejjeż, ossia li naqqsu r-revenue imma din kienet l-ikbar item.", "Issa aħna mill-ewwel għedna x'ġara fil-pajjiż, Sur President.", "Il-VAT kienet daħlet is-sena ta' qabel u l-gvern kien daħħal Lm79 miljun fl-1995 - konna għamilna kalkolu fuq Lm79 miljun, li kienu bejn wieħed u ieħor għal perijodu ta' disa' xhur - u għedna: Mela f'sena sħiħa għandna nżidu almenu b'terz ta' dan u b'effiċjenza akbar u meta s-sistema tidħol aktar, id-dħul mill-VAT għandu jkun ta' Lm110 miljun, l-ebda misteru!", "U meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-public accounts committee staqsa lill- pemanent secretary tal-lum min għamel dak il-forecast - dak iż-żmien fl- 1996 kien allura d-direttur tal-VAT - dan qallu li dak il-finanzi kienu għamluh.", "U l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bena argument.", "Naturalment il-ministeru tal-finanzi ma joqgħodx fuq ir-returns li jgħidulu d-dipartimenti mingħajr ma jikkwestjonahom, u l-argument kien li jekk fl-ewwel sena ta' operazzjoni mill-VAT daħlu LM79 miljun, għaliex f'sena ta' operazzjoni sħiħa m'għandux jidħol ammont ekwivalenti?", "Dawn il- flus ma daħlux u rriżulta li kien hemm shortfall ta' LM31 miljun għax minflok Lm110 miljun reġgħu daħlu eżatt LM79 miljun bħas-sena ta' qabel.", "Evidenti li f'dik is-sena l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien għamel kampanja qawwija u kredibbli għax rebaħ l-elezzjoni.", "Il-poplu emmnu li l-VAT kienet ħaġa ħażina, li kienet se twaqqa' l-livell ta' l-għixien u tirvina n- negozju.", "Hu kien għamel il-wegħda li l-VAT se jbiddilha, li se jneħħi l- cash registers, biex ma jkunx hemm kontrolli fuq l-income tax tal-qligħ li jagħmlu n-negozjanti u n-nies li huma suġġetti għall-VAT.", "Għamel dik il- wegħda u post factum jiena ngħid li dażgur nifhem għaliex dik is-sena kien hemm shortfall daqshekk qawwi fir-revenue tal-VAT.", "Ġraw affarijiet oħra wkoll, Sur President.", "Nerġa' naqbad ir-rapport ta' l-awditur għas-sena 1996 li fih paragrafu interessanti ħafna.", "F'paġna 117 jgħid hekk:", "\"Revenue collected during 1996 was also affected to some extent by a change in procedure.", "In previous years a special advance was made and a below-the-line account was opened for the reimbursement of revenue in the proper financial year.", "In December all revenue due for that current year but not received in time was passed to revenue by debiting the below-the-line account.", "When the actual revenue was received this was used to repay the special loan account etc. At the end of the financial year 1996 this procedure was not followed and revenue due in 1996 but received after 31 st December, 1996 was credited to revenue in 1997.\"", "Fuq is-sena 1996 l-awditur ġenerali ħass il-bżonn li jgħid li l-gvern li kien hemm fis-sena 1997 u fl-aħħar xhur ta' 1996 ħa flus li suppost daħlu fl-accounts tas-sena 1996 u poġġihom mal-flus ta l-1997.", "L-awditur jagħti eżempju:", "\"During 1995 LM11.5 million had been transferred from 1996.\"", "Dan ifisser li fl-1995 kien hemm Lm11 miljun li effettivament daħlu fl-1996 imma, kif inhuma l-proceduri korretti, kienu ġew murija li qegħdin fl- accounts ta' 1995.", "Ma ġarax hekk fl-1996.", "Ma nafx jekk kenux Lm11 miljun jew aktar jew anqas - għax l-awditur ma semmiex kemm - iżda tajjeb li ngħidu li huwa veru li d-deficit ta' 1996 ma kienx sostenibbli.", "Kien ħafna aktar milli kien ipprogramma l-gvern u xi ħaġa marret ħażin.", "Kellna nfittxu, u dak hu li missu għamel Dr Sant.", "L-ewwel ħaġa li missu induna biha kien li bil-kliem li ntqal fuq is- sistema tal-VAT, il-flus li kellhom jidħlu mill-VAT ma daħlux.", "Meta nsemmi Lm30 miljun tgħiduli li qed nesaġera.", "M'inix qed nesaġera u llum għandna kważi konferma ta' dan għax meta nipparagunaw x'daħal mill-VAT din is-sena - wara li nħallu barra r-refunds li saru, minn barra ir-refunds skond il- VAT li m'għandhomx x'jaqsmu - se nkunu daħħalna LM97 miljun, mentri mis- sistema tas-CET, is-sistema li daħħal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex mingħalih inaqqas l-iżbilanċ, is-sena l-oħra daħlu Lm30 miljun inqas.", "Fil- fatt is-sena l-oħra daħlu Lm67 miljun.", "Dan ifisser li s-sistema tal-VAT, meta taħdem, hija effiċjenti iktar mis-sistema tas-CET.", "Ilum għandna l- prova.", "Meta nsemmu li d-deficit veru beda u kiber ħafna fl-1996, bħala fatt dan huwa minnu u wieħed kien jistenna li l-gvern li tela' fl-1996 l- ewwel inkarigu li kellu jagħti lilu nnifsu, kif suppost għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, kien li jittratta dan id-deficit biex jara kif se jnaqqsu.", "Dan żgur li ma ġarax.", "Jekk inħarsu lejn x'ġara fl-1997 u fl-1998 insibu li bir-riżultat tal- politika żbaljata tal-gvern immexxi mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni tal-lum, id- dejn li kellu jagħmel il-Gvern ta' Malta fl-1997 kien ta' LM514 miljun waqt li s-sena ta' wara l-gvern kellu jiddejjen Lm761 miljun, jiġifieri qabża ta' Lm247 miljun f'sentejn.", "Dan naturalment kien record assolut li qatt ma kien hawn bħalu f'pajjiżna.", "Naturalment xogħol dan il-gvern kien li dak l-iżbilanċ inaqqsu.", "F'sentejn tal-gvern tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni żidna d-dejn nazzjonali bi ftit inqas minn Lm250 miljun, li jfisser ma nafx kemm-il sena ta' dejn ta' qabel.", "Meta wasalna biex nispiċċaw is-sena 1999 is-sitwazzjoni llum hi li se nnaqqsu l-bżonn li għandu l-gvern biex jissellef għal Lm56 miljun, waqt li l-bżonn li jissellef għas-sena 2000 se jkun ta' Lm41 miljun.", "Dawn huma l-fatti li jirriżultaw minn ċifri pubblikati.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu dritt jagħmel kritika lill- gvern b'mod kostruttiv.", "Ċertament li nirrikonoxxu l-miżuri li ħadna s-sena l-oħra u l-miżuri li qed nieħdu din is-sena u l-piżijiet li dawn qed iġibu magħhom, imma almenu għandu jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li mxejna 'l quddiem.", "Iżda minflok ma jgħid hekk imeri l-fatti u jgħid li għalih l- iżbilanċ din is-sena żdied u mhux naqas.", "Fil-fatt wieħed bilfors jagħmel riferenza għad-dokument li poġġa fuq il- Mejda tal-Kamra, li fih il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li d-deficit strutturali għal 1998 kien ta' Lm123 miljun, id-deficit strutturali għas- sena 1999 huwa ta' Lm139 miljun u dak għas-sena d-dieħla se jkun ta' Lm123 miljun.", "Iżda hawnhekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jogħġbu jinjora item għar-rigward ta' l-1999 u l-1998, li hija dik tas-sinking funds u l- converted loans.", "Dawn iċ-ċifri li joħorġu tant ċari mid-dokumenti tal- budget, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma naqqashomx mill-iżbilanċ li qed jgħid hu stess.", "Jekk wieħed jaqbad u jnaqqashom mill-iżbilanċ jiġu ċ-ċifri preċiżi li ta l-ministru tal-finanzi.", "Fil-fatt jekk wieħed inaqqas għas- sena li ġejja minn Lm123 miljun is-somma ta' Lm14.5 miljun, li hija loan repayment tas-sinking funds, l-iżbilanċ jiġi ta' Lm109 miljun, kif hemm imniżżel fil-budget.", "Għas-sena li qegħdin fiha, jekk minn Lm139 miljun wieħed inaqqas Lm15.1 miljun tas-sinking funds, allura jiġu Lm124.5 miljun.", "Wieħed jistaqsi għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jipprova jfixkel u jagħti impressjoni ta' affarijiet li ma jaqblux mal-verita'.", "Issa għar- rigward ta' l-1998 hemm komplikazzjoni oħra.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux biss ma niżżilx il-flus tas-sinking funds, li huma Lm12.2 miljun, imma għoġbu jgħid, bhas-sena l-oħra, li hemm żewġ items, wieħed ta' Lm19.9 miljun u ieħor ta' Lm17 miljun, li flimkien jagħmlu Lm37 miljun, li m'għandhomx jidħlu fil-kontijiet ta' 1998.", "Il- ministru tal-finanzi diġa' spjega s-sena l-oħra li dan mhux minnu.", "Jien persważ li jkollu okkażjoni li jerga' jispjega kif il-kontijiet li qed jippreżenta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huma mod mingħalih kif jiskuża ruħu u jgħid li mhux veru li hu mar ħażin fis-sentejn li dam fil-gvern, u fl- istess waqt jgħid li dan il-gvern qed imur agħar.", "Iżda l-fatti huma eżattament bil-maqlub.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa nkwetat u jiena nifhmu.", "Hu kien rebaħ elezzjoni ta' Ottubru 1996 u f'inqas minn sentejn mar għall- elezzjoni u tilifha u llum qed jipprova jattakka l-kredibilita' ta' dan il- gvern.", "Jiena m'għandix dubju li wara li l-ministru tal-finanzi ppreżenta l- budget, wara li ta rapport ta' kif morna din is-sena, il-kredibilita' tal- gvern kibret u se tkompli tikber.", "Meta ngħid tal-gvern, nerġa' ngħid li mhux il-gvern tal-ministru tal-finanzi, tal-prim ministru, ta' sħabi l- ministri jew id-deputati ta' din in-naħa.", "Meta ngħid il-kredibilita' tal- gvern inkun qed nirriferi għall-kredibilita' ta' pajjiżna.", "Min iħares lejn pajjiżna bis-serjeta' qiegħed jifhem li hawn gvern serju, li mhux bil- paroli jgħid kemm għandna ħofor u se nirranġawhom imbagħad ma jagħmel xejn.", "Għandna gvern li jirrikonoxxi li hawn problema u qiegħed isib soluzzjoni għall-problema.", "Żgur li l-kredibilita' tal-gvern u tal-pajjiż qiegħda tikber.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kompla tista' tgħid id-diskors tiegħu kollu fuq l-istess tema.", "Mhux biss qal li l-gvern mhux kredibbli dwar il- performance tal-finanzi iżda qal ukoll li indikaturi ewlenin tal-ekonomija ma jagħmlulekx kuraġġ.", "Skond hu l-ekonomija mhijiex miexja 'l quddiem u beda jsemmi diversi affarijiet.", "Jiena naqbel li naraw l-indikaturi ewlenin x'jgħidulna.", "Il-prodott gross domestiku żdied b'6.3% fuq is-sena l-oħra fl- ewwel disa' xhur ta' din is-sena.", "Illum kulħadd isegwi l-ekonomiji ta' pajjiżi oħra kif sejrin.", "Naħseb li meta wieħed jara kif sejrin il-Ġermanja, l-Italja u l-Ingilterra jinduna li meta aħna rnexxielna nirreġistraw żieda fil-GDP ta' 6.3% - jew 4.4% f'termini reali - irridu ngħidu li morna tajjeb.", "Kien hemm snin fejn morna aħjar meta ekonomiji oħra ta' madwarna kienu sejrin tajbin daqsna u iktar minna, imma meta r-rate of growth ta' l- ekonomiji ta' madwarna hija ferm inqas mir-rata li qed nirreġistraw aħna allura naħseb li dan huwa indikatur li jurina bil-fatti li din is-sena l- ekonomija tagħna mxiet 'il quddiem.", "Insemmi punt ieħor importanti għal pajjiżna, ċioe' l-inflazzjoni, jew kemm qed jiżdiedu l-prezzijiet, kemm se nibqgħu kompetittivi jew le.", "Kien hemm żmien fl-istorja ekonomika reċenti fejn l-inflazzjoni kienet għolja tista' tgħid fil-pajjiżi kollha u għal din ir-raġuni wieħed ftit kien jagħti kas imma llum bil-maqlub.", "Kulħadd qed jagħmel ħiltu kollha għax illum hawn dik li tissejjaħ il-globaliżżazzjoni, hawn il- kompetizzjoni.", "F'pajjiżna llum mhux qed jikompetu aktar il-fabbriki bejnithom jew ma fabbriki f'pajjiżi ġirien tagħna; illum mhux qegħdin nikkompetu biex nagħtu servizzi aħna hawn Malta imma qed nikkompetu biex nagħtu servizzi mad-dinja.", "Għandi f'rasi, per eżempju, ir-rivoluzzjoni li ġabet l-informatika, li biha ċertu xogħol jista' jsir kullimkien fid- dinja.", "Litteralment tista' tagħti servizz minn Malta għal kumplament tad- dinja, dak li qed jissejjaħ back-office work, li għall-grazzja t'Alla beda ġej hawn Malta, u hemm lok li jiġi ħafna iktar għax dan huwa l-growth sector f'kull ekonomija.", "Mela l-inflazzjoni hija importanti.", "Taħt il-gvern tal-predeċessur tiegħi spiċċajna bl-inflazzjoni tiela' flok nieżla.", "Spiċċajna li s-sena l-oħra jew l-aħħar sena tal-gvern l-ieħor kellna inflazzjoni 'l fuq minn 3%.", "Din is-sena l-inflazzjoni f'pajjiżna niżlet għal 1.7%, suċċess għall-ekonomija tagħna, li allura jfisser li l-ekonomija tagħna qiegħda tikkompeti.", "Minkejja li qed ngħixu deċentement tajjeb, irnexxielna nrażżnu r-rata ta' l-inflazzjoni.", "Ngħid irnexxielna oġġettivament għax hija 1.7%.", "Hija rata baxxa iżda jekk tagħmel il-paraguni mal-gvern ta' Dr Alfred Sant, dażgur li rnexxielna ħafna iktar milli rnexxielu hu.", "Anzi hu ma rnexxilux fil-verita', skond kif jgħidilna hu stess!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma n-numru ta' l-unemployed.", "Veru li dan n- numru tela' pero' rridu naraw x'inhu jiġri fil-pajjiż.", "Jekk wieħed jaqbad l-economic survey u jara x'inhuma ċ-ċifri tal-labour supply - jiġifieri kemm hawn mill-popolazzjoni tagħna hawn Malta fl-eta' tax-xogħol li qegħdin jaħdmu u jixtiequ jaħdmu - isib li din is-sena l-labour supply kien jirreġistra 146,525 sa Settembru.", "Meta wieħed jagħmel paragun ma' Settembru tas-sena l-oħra jsib li n-numru din is-sena żdied b'1,865; u ta' min jinnota li ż-żieda s-sena l-oħra kienet ħafna inqas minn hekk għax kienet biss xi 800.", "Tajjeb li wieħed jara wkoll fejn qed jiżdied dan il- labour supply u interessanti li rġiel hemm 600 u nisa hemm 1200, li jfisser li peress li l-ekonomija qed terġa' tirpilja numru akbar ta' nisa qegħdin ifittxu x-xogħol.", "Nerġa' ngħid li kellna żieda ta' 1,865 fil-labour supply.", "Ma rnexxilniex insibulhom xogħol ilkoll pero' n-numru ta' nies jaħdmu minn Settembru għal Settembru żdied b'1,038.", "Din interessanti għax jekk in-numru fil-labour supply żdied b'1,800 u n-numru ta' nies jaħdmu żdied b'1,038, dan ifisser li 865 żieda mil-labour supply ma sabux xogħol.", "Meta tqabbel n-numru ta' nies li ma sabux xogħol maż-żieda ta' nies li jirreġistraw għax-xogħol issib li n-numru huwa kważi identiku.", "M'għandniex nifirħu b'dan, anzi għandna nistaqsu x'se nagħmlu.", "Irridu nżidu l-postijiet tax-xogħol, pero' jirriżulta li n-numru ta' l-unemployed ġej mhux għax naqas in-numru ta' nies li jaħdmu.", "Dak in-numru żdied b'iktar minn 1,000 imma dan ma kienx biżżejjed biex ilaħħaq maż-żieda fil-labour supply.", "(Interruzzjonijiet) Kważi preċiż, għax in-numru ta' nies li qegħdin ifittxu x-xogħol żdied bi 826, waqt li d-differenza fil-labour supply, meta tieħu ż-żieda f'dawk li sabu xogħol, hija ta' 830.", "Dan ifisser li għandna bżonn ndawru iżjed ir-rota ta' l-ekonomija biex noħolqu aktar impjiegi milli ħloqna din is-sena bil-għan li jekk jerġa' jkollna żieda fil-labour supply din ma żżidx in-numru ta' unemployed imma jiżdied n-numru ta' dawk li jaħdmu.", "Dwar dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiena nistaqsi jekk din hijiex xi ħaġa pożittiva jew negattiva.", "Jiena ngħid li hija ħaġa pożittiva, mhux daqskemm nixtiequ lkoll pero' turi li l-ekonomija qiegħda miexja 'l quddiem.", "Dwar in-numru ta' l-unemployed diġa' semmejt li kien hemm żieda ta' 826 sa Settembru.", "Ċertament li s-settur privat huwa importanti ħafna, Sur President.", "Naħseb li l-Kap tal-Oppożizzjoni bħali u bħal kulħadd jieħu pjaċir jara li kien hemm żieda ta' 2,805 fin-numru ta' nies jaħdmu fis-settur privat.", "Biex ma ntellgħux rasna 'l fuq wisq, 1,700 minnhom huma trasferimenti mill-Med- Med għall-HSBC - u allura m'għadhomx jidhru fis-settur pubbliku - pero' xorta tibqa' żieda fis-settur privat ta' 1,100.", "Interessanti wkoll li jekk wieħed jara kif qed jipparaguna s-settur privat ma dak pubbliku jsib li s- settur privat jimpjega 62.2% ta' dawk kolha li jaħdmu u s-settur pubbliku jimpjega 34.4%.", "Dan ukoll huwa pass 'il quddiem, pass li jirriversja bi ftit dak li kien ġara fl-1998 meta s-settur pubbliku kien tela' marġinalment minn 36.1% għal 36.2%.", "B'dawn iċ-ċifri kollha f'idejh kont nippretendi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni se jikritika l-miżuri li hemm fil- budget; għandu dritt u dmir li jijikritika fejn jidhirlu li hu ġust imma dak li hu tajjeb naħseb li huwa żball li ma jirrikonoxxihx.", "Mhux biss imma meta qed nitkellmu fuq l-ekonomija u l-impjiegi rridu naraw x'qed jiġri f'pajjiżna.", "Per eżempju, importanti ħafna li naraw x'inhu l-added value tax-xogħol li qed nagħmlu aħna l-Maltin.", "Għandna analisi f'paġna 100 ta' l- economic survey li tgħidlek eżattament li l-average value added per employee at constant prices tela' minn Lm10,300 għal Lm10,700 din is-sena, żieda ta' 3.1%.", "Allura għandna ngħidu li pajjiżna ma qatax lura, anzi mexa 'l quddiem f'din id-dinja ta' kompetizzjoni kbira.", "Il-ħaddiema tagħna rnexxielhom jagħtu iktar valur miżjud fix-xogħol tagħhom u din bla dubju ta' xejn hija xi ħaġa pożittiva li lkoll kemm aħna għandna nirrikonoxxu bħala pass ieħor 'l quddiem.", "Issa niġi għaIl-kwestjoni ta' l-investiment.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabad mas-soft loans li jagħtu l-MDC u għoġbu jkejjel l-investiment b'hekk.", "Dan il-mod kif tkejjel l-investiment huwa unorthodox.", "Kieku m'hawnx statistika ngħid forsi wieħed jipprova jaqta' xi ħaġa imma statistika teżisti.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaqbad l- economic survey, paġna 115, isib li n-net investment fl-industrija tal- manifattura fl-1996 kien Lm32 miljun u fl-1997 niżel kważi bin-nofs għal Lm17 miljun.", "Fl-1998 reġa' niżel għal Lm16 miljun u din is-sena fl-ewwel disa' xhur tela' għal Lm23 miljun.", "Allura mhux veru li l-investiment m'għamilx pass 'il quddiem.", "Ilkoll ngħidu li nixtiequ li kien id-doppju jew it-tripplu jew kwadripplu imma rridu nirrikonoxxu li r-rota qiegħda ddur, li r-rotta biddilniha, imbagħad tara x'inhu l-effett ta' dan.", "L-effett ta' dan, per eżempju, huwa fl-average weekly sales għax filwaqt li s-sena l- oħra fl-ewwel disa' xhur kull ħaddiem ipproduċa f'bejgħ LM785 fil-ġimgħa, din is-sena pproduċa Lm819.", "Din l-istess turi li l-produttivita' tal- ħaddiema tagħna miexja 'l quddiem.", "Dan jirrifletti ruħu naturalment fl- earnings tal-ħaddiema tagħna u hawn insibu li l-average weekly earnings per employee fl-1998 kienu Lm95 u din is-sena żdiedu b'Lm6 għal Lm101.", "L-istess għall-esportazzjoni fejn l-average per employee kien LM587 fl- 1998, LM512 fl-1997 u LM635 fl-1999.", "Mela l-pajjiż miexi 'l quddiem u tista' tmur iktar lura għax issib li fl-1996, per eżempju, il-produzzjoni għall-esportazzjoni ta' kull impjegat kienet LM532, imbagħad niżlet fl-1997 għal Lm512 - dejjem konferma tal-fatt li l-ekonomija kienet staġnata - fl- 1998 telgħet għal Lm587 u din is-sena telgħet għal Lm635.", "Allura għandna raġun ngħidu li r-rota ta' l-ekonomija qiegħda ddur.", "Naturalment nerġa' ngħid li ma rridux norbtu jdejna fuq żaqqna u ngħidu kemm aħna bravi u noqogħdu hemm imma nirrikonoxxu li l-affarijiet mexjin.", "Sur President, hemm item fl-ekonomiji kollha li tissejjaħ market services.", "Jiena skantajt daqsxejn bir-rimarka li għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Huwa naqqas l-importanza tal-market services, kważi ma rridx ngħid b'ton iżda ejja ngħid sempliċement ma tahomx l-importanza li jistħoqqilhom.", "Effettivament il-market services huwa l-growth sector ta' kull ekonomija moderna.", "Wieħed jara li fil-qasam tal-market services aħna kellna wkoll espansjoni qawwija ħafna f'kull sens.", "Nerġa' ntenni l- importanza kbira li aħna nagħtu lill-market servvices.", "Qiegħed nipprova nfittex iċ-ċifra preċiża pero' m'għandix hawn quddiemi f'dan il-mument.", "Per eżempju, fit-turiżimu, li huwa parti mill-market services, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni allarmana u qalilna biex noqogħdu attenti għax għalkemm it- turiżmu żdied, tlifna mis-suq Ingliż.", "Veru li tlifna mis-suq Ingliż għax m'aħniex kompetittivi ma' oħrajn - u ma ninsewx li s-suq Ingliż huwa suq issussidjat b'biljuni ta' liri fis-sena; ċertament li rriduh jikber u m'għandniex il-ħsieb li naqtgħu s-sussidju, almenu minn kif inhu issa - iżda l-overall performance hija tajba.", "Jekk naraw iċ-ċifri f'paġna 124 ta' l-economic survey insibu li din is- sena sa' Settembru ġew Malta 973,000 turist filwaqt li s-sena l-oħra ġew 941,000.", "Jekk nagħmel il-kalkoli sew hemm żieda ta' iktar minn 32,000 turist fl-ewwel xhur tas-sena.", "Mhux biss in-numru żdied iżda il-gross foreign exchange earnings telgħu minn Lm193 miljun għal Lm207 miljun u b'konsegwenza ta' dan nieħdu pjaċir li lkoll naraw li n-numru ta' nies jaħdmu full-time f'dan is-settur żdied minn 9,400 għal 9,700.", "Allura m'għandniex ngħidu: Keep it up!", "Għandna ngħidu li t-turiżmu sejjer tajjeb, li rridu nikkurawh u li hemm bżonn li jmur aħjar, jew inkella nwissu biex noqogħdu attenti għal hekk u hekk u naqtgħu qalb kulħadd, qisu l-affarijiet kollha sejrin żmerċ?", "Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu bżonn urġenti li joħroġ minn dan il-frame of mind u dawk li huma fatti ma jibqax imerihom.", "L-impjieg fil-market services ipparagunat ma'dak tas-sena l-oħra juri żieda ta' 1,877.", "Meta qed nitkellmu fuq it-turiżmu nsemmu wkoll il-cruise liners, Sur President.", "Kien diġa' beda l-gvern l-ieħor jagħti importanza lil dan is- suq tal-cruise liners u anke dan il-gvern preżenti hekk qed jagħmel.", "Kulħadd jaf li qed nibnu cruise liner terminal hawn Malta u nieħu pjaċir nirreġistra ż-żieda li kien hawn kemm bħala passiġġieri kif ukoll fin-numru ta' cruise liners.", "Din is-sena fl-ewwel disa' xhur ġew 193 -il cruise liner mentri s-sena l-oħra kienu ġew 155; u n-numru ta' passiġieri tela' din is-sena minn 109,000 għal 144,000.", "Hawnhekk tara wkoll li dan huwa settur li qed jespandi mad-dinja kollha għax il-holidays bil-cruise liners saru l-moda ma' kullimkien u aħna rridu naħtfu is-sehem tagħna minn dan in- negozju, li jgħodd għalina wkoll.", "Insemmi l-qligħ f'pagi bħala l-aħħar indikatur li jidhirli li huwa importanti ħafna għall-ekonomija.", "Ma ninsewx li f'pajjiżna għandna tabilħaqq il-collective bargaining.", "Għandna unions li huma liberi, li jaħdmu bil-ħila tagħhom kollha, social partners li qegħdin jifhmu iktar lil xulxin u dan japplika mhux biss għall-gvern imma across the board fil- pajjiż kollu.", "Ta' min jgħid li dwar iż-żidiet reġistrati fil-pagi tal- ħaddiema din is-sena lkoll għandna nikkummentaw pożittivament li l-ħaddiem qed igawdi mill-ġid li qed jinħoloq.", "Per eżempju, il-paga medja ta' labourer telgħet minn Lm63.75 għal Lm66.75 fil-ġimgħa.", "Skilled labourer minn Lm79 tela' għal Lm83 fil-ġimgħa; clerical executive tela' minn Lm82 għal Lm84; managerial minn Lm78 għal Lm81.", "Jekk tieħu l-weighted average taż-żidiet li kien hawn fid-diversi kategoriji ta' pagi ta' ħaddiema ssib li dawn telgħu minn Lm68 għal Lm71, jiġifieri għandek żieda medja ta' Lm3 fil-ġimgħa.", "Naħseb li dawn l-indikaturi ekonomiċi kollha li semmejt huma konferma li r-rota ekonomika fil-pajjiż qiegħda ddur u qiegħda ddur bil- provi.", "Naturalment il-Kap ta'l-Oppożizzjoni, kif kien mistenni, ikkritika l- miżuri li qed jieħu l-gvern - effettivament qagħad jagħmlilna l-paraguni bejn dan il-budget u t-tieni u l-aħħar budget li kien għamel hu - iżda ma hu xejn straordinarju li jagħmel il-kritika għax huwa naturali li kull kap ta' l-oppożizzjoni jagħmel il-kritika.", "Imma naħseb li din il-Kamra kollha nnotat li filwaqt li l-Onor.", "Sant għamel il-kritika, ma għamel ebda proposta alternattiva.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li dak li qed nagħmlu huwa ħażin iżda ma qalilniex kif nistgħu nieħdu miżuri alternattivi biex l- iżbilanċ jonqos, ħaġa li jixtieqha kulħadd kemm f'din il-Kamra u barra minn din il-Kamra.", "Ma tantx tiswa kritika bħal din għax kulħadd jaqbel li jekk tagħmel miżura u żżid taxxa, min se jħallas it-taxxa jgħidlek li aħjar kieku m'għamilthiex.", "Jien ukoll ngħid aħjar li kieku stajna ma nagħmlux taxxi għax kulħadd jaqbel, imma jekk il-gvern ħass li għandu bżonn li jagħmel dawn it-taxxi, huwa dmir ta' l-oppożizzjoni li tgħid l- alternattiva x'inhi biex 'il quddiem ħadd ma jakkużaha u jistaqsiha x'kienet tagħmel bħala oppożizzjoni.", "Diġa' jien għedt li għamilt 11-il sena fuq il-bankijiet tal-oppożizzjoni nagħmel il-kritika għall-budget, u jekk nieħu dawn is-sentejn li għaddew - meta l-gvern preċedenti kien ġie, per eżempju, bil-proposta li jneħħi l- VAT u jdaħħal it-taxxa tas-CET, aħna mhux biss ikkritikajna t-taxxa tas-CET iżda għamilna riżoluzzjoni fil-parlament biex ngħidulu kif jikkorreġiha.", "Konna għednilu li għalkemm se jbiddel il-VAT se jżomm ċerti prinċipji u allura pproponejnilu li nagħmluha flimkien biex it-taxxa tkun aħjar.", "Għamilnielu suġġeriment u niftakar lill-Onor.", "John Dalli madwar dik il- mejda, fl-istadju tal-kumitat, u lill-Onor.", "Alfred Sant, dak iż-żmien prim ministru, fuq din in-naħa...", "Kont mingħalija li l-Onor.", "John Dalli kien mar mal-mejda wkoll....", "Insomma, l-Onor.", "Sant dak iż-żmien kien ma' dik il- mejda u l-Onor.", "John Dalli qallu: \" Ara x'inti tagħmel għax se titlef bejn Lm30 miljun u Lm50 miljun b'dik it-taxxa li qed tagħmel\", iżda ma riedx jaf.", "Għidnilu : \"Ejja nbiddlu artiklu dak u dak\".", "Jiena ppreżentajt riżoluzzjoni fil-parlament u għedt li jekk il-gvern irid ineħħi l-VAT affari tiegħu, imma jien nista' ngħid li ħeġġejtu wkoll biex nagħmlu liġi li tagħmel sens.", "Ipprovajna b'ħilitna kollha, b'seduti sħaħ fil-kumitati, imma l-Onor.", "Sant ma riedx jisma' u r-riżultat ħadu għax tilef l-elezzjoni.", "X'qalilna l-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Ma tana l-ebda proposta alternattiva jew sostituttiva imma qalilna li l-budget huwa wieħed anti- soċjali.", "Issa naturalment hawn ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed isemmi budget anti-soċjali għax hu għadu smarting għall-akkuża li saritlu f'dan il- parlament.", "Din l-akkuża ma saritx min-naħa ta' l-oppożizzjoni biss, fejn kont jien dakinhar, imma f'dan il-parlament kellu akkuża li kienet iebsa pero' reali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien akkużat li tilef il-boxla soċjali.", "Għaliex kienet saret dik l-akkuża?", "Kien jidher ċar li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, dak iż-żmien fil-gvern, kien ippropona budget mingħajr ma ta kas kif se jintlaqtu n-nies, mingħajr ma kkonsidra serjament kif se tintlaqat l-ekonomija u b'konsegwenza l-postijiet tax-xogħol.", "Kien qabad u għaffeġ.", "Qal li għandu bżonn idaħħal tant miljuni u allura għamel taxxa ta' Lm24 fuq id-drenaġġ, taxxa ta' Lm24 fuq il-meter ta' l-elettriku u għolla d- dawl u l-ilma b'mod esaġerat, basta jidħlu l-flus.", "Dakinhar qam riefnu u għalhekk jiena għedt li fl-esperjenza tiegħi niftakar budgets imqanqlin u li dan kien wieħed minnhom.", "Ilkoll niftakru hawnhekk f'Novembru u Diċembru ta' l-1997.", "Niftakarni niltaqgħu wara nofsinhar u jkun hawn press conference minn deputat tal-gvern immexxi minn Dr Sant.", "Imbagħad jidħol il- ministru responsabbli u jgħid : \"Skużi, hekk hemm miktub fil-budget u lill- pensjonanti u lil dawk li għandhom is-social security se neżentawhom''.", "Imma mhux hekk kien hemm miktub fil-budget!", "Niftakru wkoll meta għednilu : \"Ma tarax, kif jista' jkun li tagħmel dawk il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma!\"", "Nerġa' ngħid li mhux aħna biss għednilu hekk.", "Il-parlament qallu hekk pero' ma riedx jisma' u meta kellimnieh qalilna li issa se nirranġaw.", "Qal li kellu raġun jgħolli t- tariffi tad-dawl u l-ilma imma qal ukoll li peress li ż-żejt roħos, se jkunu f'pożizzjoni li jistgħu jraħħsu t-tariffi l-ġodda.", "Mur ġibu issa li ż-żejt tela' kważi għal 30 dollaru l-barmil - kien 28 dollaru xi jumejn ilu, jekk m'inix sejjer żball - kieku issa jgħidilna li se jerġgħu jirduppjaw jew kważi jirduppjaw it-tariffi tad-dawl u l-ilma b'dak ir- raġunament tiegħu!", "Ma ninsewx li hekk kien qal.", "Huwa qal: \"Issa qiegħed f'pożizzjoni li ngħid lill-Enemalta, għax se tagħmel ħafna profitti peress li ż-żejt raħas, biex tnaqqas it-tariffi tad-dawl u l-ilma\".", "Din x'politika soċjali hi?", "Aħna għednilu : \"Raħas jew għola l-prezz tal-fuel, int bilfors trid tara kif se tolqot lill-bnedmin, bil-familji tagħhom, fuq il post tax-xogħol tagħhom u kif se tolqot lill-industrija\".", "Dan kollu qed ngħidu għax ta' min ifakkar dawn l-affarijiet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni llum faċli jirreaġixxi u jgħid li lilu akkużawh li kellu budget anti-soċjali.", "Issa qiegħed fl-oppożizzjoni u qiegħed jitfa' l-akkuża lil dan il-gvern, pero' nfakkru li kien hu li għamel it-taxxa, kif diġa' semmejt, ta' Lm24 fuq id-drenaġġ, kien hu li għamel rati esaġerati tad-dawl u l-ilma u kien hu li għamel it-taxxa ta' Lm24 fuq il-meter tad-dawl.", "Kien hu li għamel it-taxxa fuq il-mediċini tal- gvern, għolla b'mod esaġerat in-noll tal-vapur t'Għawdex, għamel taxxa fuq iċ-ċertifikati tal-mard, għamel għoli esaġerat fuq il-pitrolju, li tista' tgħid jużawh biss familji bi dħul baxx, għamel it-taxxa tas-sisa 21% jew tista' titla' sa 29% fuq prodotti importati, għamel il-kontijiet astronomiċi li semmejt tad-dawl u l-ilma anke għan-negozju, u kien hu li għamel il-kontijiet astronomiċi għall-għejjun ta' l-ilma tal-bdiewa.", "Allaħares il-bdiewa ġew mitluba jħallsu r-rati għall-konsum ta' l-ilma kif kien ħabbar il-gvern tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni sentejn ilu!", "Aħna konna wegħidna li dawk l-affarijiet kollha nikkorreġuhom u kkorreġejnihom.", "Ikkorreġejnihom mhux għax il-gvern m'għandux bżonn idaħħal il-flus imma għax ma ridniex nieħdu passi li manifestament kienu anti-soċjali, ta' gvern li tilef il-boxxla soċjali.", "Irrid infakkar li aħna għamilna l-kritika pero' kienet kritika, nerġa' ngħid, kostruttiva u l-gvern kellu jirreaġixxi u nerġa' nsemmi t-taxxa fuq il-mediċini.", "Meta konna qrajna d-diskors tal-budget, kulħadd kien fehem li t-taxxa ta' 50c kienet għal kull mediċina li tieħu b'xejn.", "Pero' aħna staqsejnieh: ''Kif jista' jkun?''", "Imbagħad bidilha u qal li mhux għal kull mediċina imma għal kull riċetta.", "Għednilu: \"X'jiġifieri, għal kull riċetta?", "Jekk tmur b'riċetta waħda tħallas 50c u jekk tmur bi tnejn tħallas Lm1?", "Dawn xi ħsebijiet huma!\"", "Insomma, din taħwida li m'hemmx għalfejn noqgħod nidħol fiha, iżda meta aħna għamilna l-attakk ta' budget anti-soċjali konna qegħdin nitkellmu fuq il-fatti.", "Issa nerġa' ngħid li aħna reġġajna lura dawk l-affarijiet li dehrilna kienu anti-soċjali fil-miżuri li kienu ttieħdu.", "Aħna veru qegħdin nieħdu miżuri issa pero' nistqarr li meta ġejna biex niddiskutu x'miżuri sejrin nieħdu, konna għedna li rridu nieħdu miżuri li bihom irridu nolqtu nies illi jidhrilna li jifilħu jġorru l-piż li se nagħtuhom.", "Ma ridniex nimxu indiskriminatament u ngħidu: \"Hekk għal kulħadd!\"", "Għedna li se nagħmlu piżijiet, pero' l-piż se nkejluh daqskemm kull wieħed jiflaħ iġorr.", "Dik hija l-miżura tal-kuxjenza soċjali li aħna għamilna - jien ngħid bil-ħila tagħna u b'suċċess - f'dan il-budget.", "Aħna għedna li d-deficit irridu nrażżnuh bħala obbligu, mhux biex nidhru sbieħ imma għaliex dak ukoll huwa miżura soċjali.", "Pajjiżna għaddej minn sitwazzjoni fejn bilfors irridu naħsbu mhux għall- benefiċċji soċjali tal-lum - dik b'xi mod se nħallsuha - imma għall- benefiċċji soċjali, inklużi l-pensjonijiet t'għada u pitgħada, ta' ħames snin, għaxar snin, ħmistax-il sena oħra.", "Għalhekk is-sena l-oħra l-ministru ħabbar li waqqafna kummissjoni biex tidħol f'dawn l-oqsma.", "Aħna m'aħniex l- uniċi fid-dinja għax kullimkien, kull pajjiż, kull gvern serju qed jagħmel dan l-eżerċizzju biex jara kif jiġu riformati l-benefiċċji soċjali biex jibqgħu tajbin kif inhuma.", "Kuljum nisimgħu x'qed jiġri fl-Italja.", "Kultant il-Prim Ministru Dalema - dak li qabel kien tal-partit komunista - u sħabu d-demokristjani jgħidu li hemm bżonn jiċċaqilqu, u hemmhekk iqumu l- irwiefen għax ikunu diġa' qablu fuq x'tip ta' riforma jridu jdaħħlu.", "Huma qegħdin jgħidu li qabel l-2001 ma jdaħħlux dik ir-riforma tal-pensjonijiet, u għax Dalema qal nofs ta' kelma biex jgħaġġlu l-arloġġ u jippruvaw jagħmluha ftit qabel, qalulu: \"Mhux għalissa, le!", "Hekk miftehmin u hekk trid tagħmel!\"", "U donnu hekk se jagħmel, pero' qegħdin jitkellmu u jeżaminaw.", "F'Malta saru wkoll konferenzi, anke mis-settur privat - waħda mid-ditti kbar ta' l-awdituri f'Malta organizzat konferenza fuq il-welfare konferenza interessanti ħafna, papers interessanti ħafna, fejn titgħallem x'qed jagħmlu pajjiżi oħra - u meta aħna għedna li rridu nieħdu ċerti miżuri biex innaqqsu l-iżbilanċ kellna dan f'moħħna.", "Dan għandna nagħmluh b'wiċċna minn quddiem.", "Iva, qed inżidu piżijiet.", "Żidnihom kemm jista' jkun b'mod li kulħadd jista' jerfagħhom, pero' il-pajjiż għandu bżonnu dan.", "Għandu bżonn li ngħidu: Isma', irridu naraw x'se jiġri.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni skandalizza ruħu għaliex il-ministru fid- diskors tal-budget, qal: Isma', per eżempju, fil-każ ta' l-isptarijiet nistgħu nibqgħu sejrin bis-sistemi li għandna?", "Fil-każ tal-mediċini b'xejn, nistgħu nibqgħu sejrin bis-sistemi li għandna?", "Il-ministru tal-finanzi ma qalx li se nneħħuhom, assolutament le!", "Iżda rridu naraw kif nistgħu nagħmlu l-ekonomija, kif nistgħu naqdu dejjem aktar lil min verament għandu bżonn.", "Aħna kellna l-kuraġġ li fl-1996 nistaqsu jekk min jaqla' aktar minn Lm10,000 kellux bżonn jibqa' jieħu ċ-children allowance.", "Għedna: Le, min jaqla' aktar minn Lm10,000 ma jeħodhiex.", "Pero', min-naħa l-oħra, lil min m'għandux paga ma nafx kemm żidnihielu, u rridu nibdew naħsbu b'dan il-mod.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni skandalizza ruħu għax qal li operazzjoni tal- qalb tqum Lm3,000.", "Jiena ma kontx naf imma l-operazzjoni għamiltha u qaluli li dawk li jissejħu disposables, jiġifieri l-oġġetti li wara kull operazzjoni jintremew, lill-gvern iqumulu Lm3,000.", "M'għandniex almenu naħsbu xi tfisser din u naħsbu anke kif l-isptarijiet tagħna u l-isptar il- ġdid tagħna se jaħdmu, kif se nagħtu l-aktar metodi moderni, teknoloġija medika moderna - jekk tista' ssejħilha teknoloġija - lil min verament għandu bżonn mingħajr ma nkissru l-finanzi pubbliċi?", "Ħadd m'huwa jgħid li maħniex se nagħtu lil min għandu bżonn anzi, imma dawn m'għandniex niddiskutuhom?", "Jiena jiddispjaċini li fil-pajjiż kulħadd - jew forsi kulmin ġie mistieden - qed jipparteċipa fil-kummissjoni ħlief il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "L-oppożizzjoni f'dan il-parlament ma jinteressahiex kif se tkun il-welfare system ta' pajjiżna ħames snin, għaxar snin oħra.", "Jiena naħseb li xi darba, ħames snin jew għaxar snin oħra, il-Partit Laburista jerġa' jkun fil-gvern, forsi jsir anke issa!", "(Interruzzjonijiet) Meta tridu, meta jkollkom il-maġġoranza, jekk Alla jrid terġgħu tkunu fil-gvern, u jkollkom.", "Allura kellu għalfejn jiskandalizza ruħu b'dan il-Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nigħdlu: Ejja nkunu serji!", "Din problema mhux ta' Malta biss iżda ta' kull pajjiż modern u aħna nkunu boloħ jekk nagħlqu għajnejna.", "Għalija s-sodisfazzjon hu li l-players fid-diversi oqsma soċjali qegħdin jipparteċipaw.", "L-ewwel naraw biex joħorġu, ir-rapport x'ikun, imbagħad niġu quddiem din il-Kamra.", "Fl-interess nazzjonali kont nieħu pjaċir ħafna iktar kieku l-oppożizzjoni tipparteċipa u tagħti l- kontribut tagħha wkoll.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li veru aħna ħadna miżuri u fuqhom qed niġu kkritikati mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - mhux hu biss fil-każ - imma aħna ppruvajna li veru nolqtu l-inqas li nistgħu b'dawn il-miżuri.", "Waħda mill-miżuri hija l-bolla.", "Din m'għadnihiex issa imma ħabbarniha s- sena l-oħra li din id-darba l-bolla se terga' tiżdied b'1%.", "Għandna niġu kkritikati biha din li qed nagħmlu xi ħaġa anti-soċjali?", "Qed nisma' ħafna mill-oppożizzjoni jgħidu: \"Ma tarax!\", Pero' jien għandi dokument f'idejja li huwa tal-gvern l-ieħor, ta' Alfred Sant, illi f'paġna 14 hawn miktub, u dan huwa parir li ngħata lill-gvern fuq il-qagħda finanzjarja 1996/2000,:", "\"L-ippareġġjar tal-kontribuzzjonijiet għas-sigurta' soċjali għall- impjegati għal-livell ta' dak imħallas minn min iħaddem tista' trendi dħul ta' Lm8 miljun\".", "Din hija waħda mill-miżuri li kienet on the cards - biex nuża espressjoni bl-Ingliż - fil-programm finanzjarju tal-gvern għall-perijodu 1996/2000, iżda min kien fil-gvern dak iż-żmien ma setax jattwaha din għax illum qiegħed fl-oppożizzjoni.", "Inkunu serji!", "Din miżura anti-soċjali, jew waħda li qed taħseb kif se nkunu f'pożizzjoni li l-benefiċċji soċjali jibqgħu tajbin kif inhuma?", "Veru li b'din il-miżura ser ikun hemm żieda ta' 1% imma ma ninsewx, per eżempju, li lill-impjegati tal-gvern, aktar minn 30,000 ruħ, tajnihom collective agreement ċertament aktar minn aċċettabbli.", "Hawn ukoll miktub li l-gvern l-ieħor kellu l-ħsieb li forsi jiffriża dan il-ftehim.", "M'għamilhiex din?", "Iffriża għal sentejn għax f'dawk is-sentejn ma tahom xejn, u mhux l-ewwel darba li l-Partit Laburista fil-gvern ffriża l- pagi.", "Kien iffriżahom għal għaxar snin!", "Aħna ma ffriżajniex.", "Għamilna collective agreement illi fl-ewwel tliet snin kull impjegat, hu x'inhu x- xogħol tiegħu, ħa somma ta' Lm78 kull sena.", "Għal sentejn, is-sena li qegħdin fiha u s-sena d-dieħla, se jieħu Lm156 fis-sena, jiġifieri Lm3 fil- ġimgħa żieda, u allura ngħidu: Iva, is-salarji żdiedu.", "Kien ikun aħjar kieku m'għollejniex il-bolla, pero' tgħidlix illi għax issa żidna l-bolla b'1% aħna qed nieħdu miżura anti-soċjali!", "Jien dan li qed nikkontesta fil- kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni seta' qalli: \"Iżżidx il-1% fuq il-bolla\" - għalkemm il-miżura ġiet imħabbra s-sena l- oħra - ''U minflok il-1% ma nafx x'tagħmel, għamel xi ħaġa oħra!\"", "Dan ma qalux.", "Hu jrid li nagħmel bħalu, ngħid li se nattakka l-iżbilanċ, ma nagħmel xejn u nħallih jikber!", "Hekk kien ġara taħt il-gvern immexxi mill- Onor Alfred Sant, illum Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Taħt dan il-gvern ma ġarax hekk din is-sena u mhux se jiġri hekk is-sena d-dieħla.", "Issa niġi għat- tieni punt, Sur President.", "Veru li żidna r-rati ta' l-income tax u hawn ikkwotani l-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Ġab miegħu intervista li għamluli ta'\"The Times\" u għad- domanda li staqsewni: \"Isma', fil-budget x'se jiġri?", "Se żżidu l-income tax u se żżidu l-VAT?\", ir-risposta tiegħi kienet kelma waħda: \"No\".", "Naturalment tista' tagħmel patafjun meta tirrispondi imma jiena għażilt li ngħid \"No\" u ngħid għaliex.", "Meta kelli dik id-domanda ġie f'rasi x'kien qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabel l-elezzjoni ta' l-1998, illi jekk jitilgħu n-Nazzjonalisti l-VAT se titla' għal 25% u se jżidu r-rata ta' l- income tax għal aktar minn 35%, u jiena dak il-ħin għal domanda spontanja r-risposta daqstant spontanja kienet: Le, ir-rata ta' l-income tax mhijiex se togħla aktar minn 35%, u r-rata tal-VAT mhijiex se togħla aktar minn 15%, u dak li kien qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabel l-elezzjoni mhux se javvera ruħu.", "Jiena nirrikonoxxi li l-kelma \"no\" setgħet tiġi interpretata li m'hu se jkun hemm l-ebda tibdil fl-income tax.", "Dan veru iżda il-miżura konkreta li ħadna qgħadna attenti kif nagħmluha, altru li qgħadna attenti.", "Aħna għedna: Isma', koppja li jaqilgħu Lm5,000 fis-sena ma żidnilhomx ċenteżmu taxxa, xejn!", "U dawk il-karti li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fihom l-iżbalji, anke fejn tidħol l- income tax.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li se nżidu l-income tax fuq familja li mhux veru se nżidu l-income tax fuqha.", "Ir-raġunament il għamilna kien sempliċi.", "Aħna għedna li min bejn wieħed u ieħor jaqla' Lm100 fil-ġimgħa ma nqisuhx li la hu sinjur pero' lanqas hu batut - almenu issa jekk id-dinja saret li trid taqla' Lm7,000, Lm8,000, Lm9,000, Lm10,000 u Lm20,000 biex jgħidulek li m'intix komdu, ma nafx! - u għedna li lil min jaqla' sa Lm5,500, jiġifieri aktar minn Lm100 fil-ġimgħa, lil dak ma nżidulu xejn.", "Allura kif tgħidli li din hija miżura anti-soċjali?", "Għax jien żidt it-taxxa b'Lm250 għal min jaqla' Lm10,000, kif tgħiduli li dan se jfalli għax se jħallas Lm250 f'ċirkostanzi meta l-pajjiż għandu bżonn inaqqas l-iżbilanċ tiegħu?", "M'inix qed ngħid illi dawk li jaqilgħu Lm10,000 u se nintaxxawhom Lm250 extra se jogħrku jdejhom u jgħidulna: Prosit!", "Ngħidulhom b'wiċċna minn quddiem li l-gvern irid idaħħal il-flus biex inaqqas l-iżbilanċ.", "Xi ħadd qed jistaqsi għaliex ma ntaxxajniex dawk li jaqilgħu iżjed.", "Ir- risposta hi: \"Kemm kien idaħħal il-gvern kieku għamilha hekk?''", "U nista' ngħidilkom li għamilnih dan l-eżerċizzju u rajna l-gvern x'jista' jdaħħal.", "(Interruzzjonijiet) Għandna bżonn affarijiet u niġi għalihom aktar 'il quddiem.", "Ma jistax ikun li jkun hawn numru ta' ftit mijiet li jgħidulna li jaqilgħu Lm10,000, ma jistax ikun u ż-żmien se jasal.", "Issa niġi għaliha wkoll, pero' issa qed nitkellem fuq l-akkuża tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li dan il-gvern ħa miżuri anti-soċjali.", "Nerġa' ngħid li jekk aħna ma żidniex it-taxxa fuq min jaqla' Lm5,500, kif jista' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li ħadna miżura anti-soċjali?", "Veru li lqatna lin-nies, dażgur li veru!", "It- taxxi kollha jolqtu lin-nies, imma aħna lqatna l-faxxa li jsejħulha l- batuta jekk qagħdna attenti ħafna u ħafna li kemm jista' jkun il-piż nagħmluh skond kemm tiflaħ?", "Jekk taqla' Lm5,500 jidhrilna li iva, nistgħu nżidulek it-taxxa b'Lm25 fis-sena, u żidnihielek, u lil min jaqla' Lm10,000 għednilu: Iva, inti tiflaħ tħallas Lm250 oħra fis-sena, u żidnihielu.", "Din hija anti-soċjali?", "Naturalment il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu f'rasu affarijiet oħra politiċi għax qalilna li issa mhux il-faxxa t'isfel - u juża l-kelma \"faxxa\" meta ħadd m'hu nfaxxat! - imma l-faxxa l-kbira tan-nofs.", "Hu jrid jilgħab naturalment għall-faxxa tan-nofs, u fil-fatt diġa' għamilha darb'oħra din il-logħba.", "Darba naħseb li rnexxietlu pero' malajr fallietlu għax meta ġejna għas-si u n-no ma rajniehx aktar jitkellem!", "Bil-kliem tgħid li trid imma bil-fatti...!", "Jiena bdejt biex għedt li din it-22 darba li qed nitkellem f'dan il-parlament fil-budget u nassigurakom li huwa ħafna iktar faċli li titkellem mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni għax hemmhekk tagħmel il-kritika kif jidhirlek, daqqa esaġerata, daqqa m'hijiex, imma kritika tagħmel mentri hawn iġġorr fuq spalltek.", "Hawn iġġorr il-piż tal- pajjiż, anke ta' l-oppożizzjoni!", "Iġġorr il-piż tagħhom ukoll u allura hija naturalment pożizzjoni ftit aktar responsabbli.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkritikana fuq il-petrol u d-diesel u qal: X'għarukaża li daħħalna l-VAT fuq il-petrol u d-diesel!", "Issa kulħadd jaf li għall-grazzja t'Alla kull familja għandha karozza - anzi bdejna naslu biex kull familja jkollha tnejn jekk mhux tlieta, ir-raġel, il-mara u t-tfal, u malli dawn ta' l-aħħar jagħlqu t-18-il sena, erħilhom kulħadd għaddej bil-karozza! - u dehrilna li wasal iż-żmien li t-taxxa tal-VAT titħallas ukoll fuq il-fuel.", "Din xi miżura anti-soċjali?", "Din xi miżura li aħna qed naħqru lill-fqar biha?", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jidhirlu hekk, affari tiegħu imma jiena fil-kuxjenza tiegħi ma nħossx li din hija miżura anti-soċjali.", "Naturalment idaħħlulek: Għax issa, taf x'ġara?", "Is- sinjuri li għandhom il-kumpanniji, dawk jitfgħuhom fuq il-kumpannija!", "U jiena ngħid: Ddaħquniex!", "Min jaf kif qed tiġi nforzata s-sistema tal-VAT jaf li dawn l-abbużi m'għadhomx isiru għax qed jiġu kkontrollati.", "M'inix ngħid li ma jiżloqlokx xi wieħed għax għadna Għadna m'aħniex perfetti imma mhux veru li din hija miżura li biha se nivvantaġġaw faxxa flok oħra.", "Din miżura biex il-gvern jiġbor il-flus li għandu bżonn mingħajr ma, nerġa' ngħid, ngħabbu piżijiet żejda fuq min ma jiflaħx.", "Imbagħad l-istess bit- telephone.", "Daħħalna l-VAT pero' għedna mill-ewwel illi l-piż fuq il- konsumatur se jkun ta' 5% (Interruzzjonijiet).", "Maurice Zarb Adami għandu d- doveri tiegħu u qdihom sew u mhux se nidħol fil-kontroversja - din hija deċiżjoni tal-gvern u mhux tal-Maltacom, li l-piż li se jġorr il-konsumatur huwa ta' 5% - iżda tikkonfondu xejn għax il-mechanics ta' din il-miżura jinħaddmu u se juru li t-taxxa tat-telephones privati fuq il-konsumatur se tkun ta' 5%, dak l-importanti!", "Imbagħad ġejna għal miżura oħra illi proprjament m'hijiex miżura biex il- gvern jiġbor il-flus - qed nirriferi għas-sussidju fuq il-ħobż.", "Aħna dehrilna li wasal iż-żmien għal dan, bħal tant affarijiet oħra li qabel kienu ssussidjati.", "Niftakar fil-budgets meta kienu tneħħew is-sussidji fuq iż-żejt, ir-ration, il-kupuni u ma nafx kemm affarijiet oħra, u kulħadd għamel id-dover tiegħu, skond iċ-ċirkostanzi ta' dakinhar.", "Fiċ-ċirkostanzi tal- lum qegħdin nistaqsu X'inhu jiġri fil-pajjiż?", "M'hemmx dubju li s- sussidju ta' madwar Lm2 miljun fuq id-dqiq li jingħata għall-ħobż Malti mhux veru li qed imur għall-ħobż Malti, għall-familja Maltija, għax parti kbira minnu l-furnara stess qed jużawh biex jagħmlu fancy bread u affarijiet oħra, u din trid tinqata'.", "Mhux hekk biss għax il-konsum tal- ħobża Maltija - dari verament il-Maltin kienu jikkonsmaw! - illum imur fir-restaurants kollha, fil-lukandi kollha u jsib lit-turisti, li minnhom ikollna 1.2 miljun fis-sena.", "Iva, saru jħobbu jagħrfu li l-ħobża Maltija hija ħobża tajba.", "Għalhekk ukoll dehrilna li l-gvern għandu jneħħi dan is- sussidju, naturalment bil-konsegwenza li se jogħla l-prezz tal-ħobż.", "Allura kif jista' hawn ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħidilna li din hija miżura anti-soċjali?", "Aħna nifhmu li għad hawn min jikkonsma l-ħobż u allura se nagħtu Lm10 għal kull persuna, mhux għal kull familja.", "Dan ifisser li fix-xahar ta' Jannar il-gvern se joħroġ u jqassam Lm4 miljun f'għajnuna lil-Maltin li se togħlilhom il-ħobża Maltija.", "Din hija xi ħaġa kontra l-kuxjenza soċjali, anti-soċjali, jew bil-maqlub?", "Aħna qed ngħidu li din hija miżura soċjali għax huwa dmir tal-gvern illi ma jisparpaljax il-flus, li fejn irid jagħti għajnuna jagħtiha tabilħaqq lil min għandu bżonnha.", "Nerġa' ngħid li din m'hijiex miżura biex il-gvern idaħħal il-flus, anzi hija miżura li għal din is-sena lill-gvern se ġġiegħlu joħroġ aktar flus.", "Naqqasna bejn wieħed u ieħor Lm2 miljun u se noħorġu Lm4 miljun imma, fil-fehma tiegħi, bla dubju ta' xejn din hija miżura illi hemm bżonnha.", "Mr Speaker, id-differenza bejn iż-żewġ gvernijiet, il-gvern tiegħi u tal- predeċessur tiegħi, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni llum, naħseb li toħroġ ċara.", "Aħna għandna gvern illi rnexxielu fl-ewwel sena tiegħu jnaqqas l-iżbilanċ.", "Fis-sentejn li għamel il-gvern ta' l-Onor.", "Sant l-iżbilanċ minflok naqqsu żiedu u żied id-dejn nazzjonali b'Lm250 miljun.", "Ma ninsewx li l- imgħaxijiet fuq id-dejn nazzjonali s-sena d-dieħla se jlaħħqu Lm53 miljun.", "Kull ġimgħa l-gvern se joħroġ Lm1 miljun biex iħallas l-imgħaxijiet fuq is- self li sar u Lm250 miljun minn dan is-self sar fis-sentejn tal-gvern immexxi mill-attwali Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Aħna għedna li rridu nieħdu miżuri u ħadna miżuri, pero' ridna miżuri li min irid iġorrhom jiflaħ għalihom u għadni kif spjegajt illi, fil-fehma ta' min irid ikun ġust u ta' min irid jgħid l-affarijiet kif inhuma, jidhirli li iva, żidna l-piżijiet għax il-poplu kollu jaqbel li għandna nagħmlu sforz biex innaqqsu l- iżbilanċ, pero' qgħadna attenti li l-piż nifirxuħ bil-mod u fid-daqs li wieħed jiflaħ.", "Għall-kuntrarju l-gvern ta' qabli nafu x'għamel.", "Nerġa' ngħid li m'hemmx għalfejn noqgħod nagħmel riferenza għax-xeni li kellna f'dan il-parlament.", "Kulħadd jiftakar kif l-għajta tal-poplu Malti kienet illi l-gvern immexxi minn Dr. Sant kien gvern li kien tilef il-boxla soċjali.", "Punt ieħor ta' importanza kbira hu li aħna qgħadna attenti li ma neħdux miżuri li b'xi mod ixekklu l-ħolqien tax-xogħol.", "Aħna konna widdibna lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni meta hu kien fil-gvern.", "Għednilu li l-politika tiegħu se twassal biex l-ekonomija tistaġna u biex il-qgħad jiżdied.", "Kemm dam hu fil-gvern il-qgħad kważi rdoppja.", "Veru li din is-sena żdied ukoll bi 800 pero' diġa' spjegajt x'inhi verament is-sitwazzjoni biż-żieda fil- labour supply.", "Aħna qegħdin attenti f'dan il-budget, kif konna fil-budget tas-sena li qed tispiċċa, li ma nagħmlux piżijiet li jxekklu l-ħolqien tax- xogħol.", "Bil-miżuri li ħadna aħna ma għabbejna l-ebda piż fuq l-industrija, mhux biex nagħmlu pjaċir lill-industrijalisti jew lill-investituri imma biex nagħmlu pjaċir lill-Maltin, lill-ekonomija Maltija li rriduha tkompli tikber u tipprovdi x-xogħol.", "Naħseb li kulħadd jifhem li din hija distinzjoni oħra li tifred il-gvern ta' qabli mill-gvern li qiegħed immexxi jien.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħass illi għandu jagħmel attakk qawwi, anzi nistgħu ngħidu li beda bih, b'akkuża ta' ingann, u qal li jien irbaħt l- elezzjoni bl-għajta ta' ġid, fiduċja u direzzjoni, iżda qal li l-ġid mhux qiegħed jinħoloq, il-fiduċja ma teżistix, id-direzzjoni hija żbaljata u allura dak kien kollu ngann.", "Jekk noqgħod fuq dawn it-tliet kelmiet ngħidlu li l-ewwel ħaġa għandu jkollu l-paċenzja jistenna għax qegħdin fl- ewwel sena tal-gvern.", "Diġa' spjegajt li fl-ewwel sena ta' dan il-gvern li l- indikaturi ekonomiċi m'humiex brillanti imma huma tajbin u l-pajjiż miexi 'l quddiem.", "Jekk niġu għall-fiduċja naħseb illi jekk tmur fit-toroq u tistaqsi lil kulħadd u tagħmel paragun bejn il-pajjiż illum ...", "Forsi llum tixxarrab, kif qiegħed jgħid il-ħabib tiegħi Debono Grech, pero' tista' tkun xita ta' ġid ukoll u forsi sinjal tajjeb din ix-xita!", "Kont qed ngħid li veru l-fiduċja f'dan il-pajjiż teżisti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li hawn inċertezza kbira.", "Jiena ma nistax nifhem kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaħseb li l-poplu Malti - u mhux biss il-poplu Malti - se jemmnu meta jgħid li hawn inċertezza kbira.", "Fejn hi din l-inċertezza?", "L-inċertezza ġiet meta hu neħħa t-taxxa, tal-VAT u daħħal oħra li lanqas hu stess ma kien jaf x'inhi.", "L-ikbar farsa naħseb li kienet din.", "Fl-ewwel seba' xhur ta' gvern il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien imur fuq it-television, bil-konsulenti tiegħu, l-ewwel bil-ministru tal- finanzi, imbagħad inbidel bil-ministru l-ieħor, u n-nies jistaqsiha hu jgħidilhom: \"Issa naraw, issa nistudjawha din, issa naraw kif se nagħmluha din it-taxxa l-ġdida\".", "Imbagħad kien mar f'mass meeting il-Belt u qalilhom li sa' l-1 ta' Lulju l-VAT tkun spiċċat, u daħlet is-CET, u nafu r- riżultat x'kien!", "Allura fejn hi l-inċertezza?", "Inċertezza meta qbadna t- triq ta' l-Unjoni Ewropea?", "U nitkellem aktar 'il quddiem fuqha.", "Illum nafu ċ-ċertezza, anzi żidna maċ-ċertezza għax illum kull fejn tmur - u dan jafuh anke d-deputati ta' l-oppożizzjoni għax huma wkoll isiefru u jiltaqgħu ma' politiċi barranin - kulħadd jgħidlek li Malta hi meqjusa bħala wieħed mill- aktar pajjiżi preparati fost it-12-il pajjiż li hemm kandidati biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Iżda nitkellem fuq dan forsi xi ftit aktar 'il quddiem.", "Nerġgħu lura għall-akkuża ta' ingann.", "Ġieni b'ittra hawn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jiena bgħatt fit-28 ta' Awissu, 1998 u qralna minn din l-ittra.", "Qal li f'din l-ittra jiena kont għedt li t-taxxi għandhom isiru fuq min l-aktar jiflaħ iħallashom.", "Iva, aħna qegħdin nagħmlu t-taxxi miżurati, mhux kulħadd xorta, mhux nagħmlu d- drenaġġ u l-ilma u l-elettriku fuq kulħadd.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Aħna t-taxxi, kif għedt fl-ittra, qed nagħmluhom fuq min jiflaħ iħallashom.", "Jidhrilna li t-taxxi li għamilna huma piż, m'inix ninnega dan, pero' piż li jiena nifhem li kif għamilnih wieħed jista' jifilħu.", "Mhux pjaċir, nerġa' ngħid, la għal min se jħallas dak il-piż u lanqas għall-gvern li għamlu, imma ma tistax takkużana li dak il-piż huwa daqstant kbir li ma tistax tifilħu.", "Imbagħad fl-ittra kont komplejt:", "\"Qatt m'għandu l-gvern bil-flus li jeħodlok hu stess iġibek ma tistax tlaħħaq mal-ħajja\".", "Anke hawn, jiena nista' nara fil-pajjiż x'inhu jiġri.", "Semmejt lill- impjegati tal-gvern li ħadu żieda, u żieda, u żieda, u fl-2001 se jieħdu żidiet skond il-ftehim li hemm, il-collective agreements li saru u qed isiru.", "M'hemmx għalfejn noqgħod nispeċifika għax diġa' qlajna fuq rasna u naħseb se nkomplu naqilgħu, imma issa trid tagħżel għax ma tistax tgħid li qed tagħmel affarijiet u affarijiet kontra fl-istess ħin!", "Aħna kejjilna li l-piżijiet li qegħdin nagħmlu wieħed ikun jiflaħ għalihom u huma gradwati.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma qarax paragrafu ieħor li jgħid:", "\"L-aktar ħaġa importanti hi li ma jkunx hemm inċertezza, kemm dik ekonomika u wisq inqas politika.", "Illum għandna mit-tnejn\".", "Hekk ktibt f'Awissu ta' l-1998.", "Hawn xi ħadd fil-pajjiż li jinnega - naturalment ħlief il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu forsi, ma nafx hux kollha - illi f'Awissu ta' l-1998 kien hawn inċertezza, kemm ekonomika u kemm politika?", "F'Awissu kont qed nigdeb, kont qed ninganna?", "Ma nafx, imma nistaqsi lill-Onor.", "Anġlu Farrugia u lill-oħrajn kollha li qegħdin hawn.", "Nistaqsihom wieħed wieħed: Ma taqblux li f'Awissu 1998 kien hawn inċertezza politika?", "Dażgur li kien hawn inċertezza politika, u kif, u dażgur li kien hawn inċertezza ekonomika!", "Allura għalfejn ġabha din l- ittra hawnhekk?", "Jiena ngħidlu: Iva, jien ktibt dik l-ittra.", "Ma jiddispjaċinix li ktibtha dik l-ittra.", "Mhux ingannajt, anzi żammejt kelmti ma' min irċieva dik l-ittra.", "Imbagħad qalilna fuq l-Unjoni Ewropea, li issa hija diska, li aħna mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni konna ngħidu illi qed nitilfu il-mijiet ta' miljuni ta' liri.", "Jiena tkellimt f'dan il-parlament, per eżempju - f'dibattitu b'seduta waħda, l-uniku wieħed ta' darba li kien hawn fuq l-Unjoni Ewropea sa' l- 1997 - u kont għedt: Isma', araw x'aħna nitilfu!", "X'inhuma jirċievu dawk li huma membri fl-Unjoni Ewropea?", "Kelli dan il-ktieb f'idejja, li erġajt ġibtu miegħi llum, u fih hemm \"structural funds allocations for objective one\", l-għajnuna li tagħti l-Unjoni Ewropea lil dawk il-pajjiżi jew reġjuni li jikkwalifikaw għall-għajnuna għax għandhom GDP per capita inqas minn ċertu ammont.", "L-Irlanda, il-pajjiż kollu jiġifieri, kienet tikkwalifika sas-sena 1998 bħala region għall-għajnuna.", "L-Irlanda rċeviet għajnuna ta' ECU260 fis-sena għal kull persuna fil-pajjiż.", "Jien dakinhar - għad għandi miktub bil-linka hawn - meta qlibthom għal liri Maltin, fuq 400,000 persuna ġibthom Lm47 miljun.", "Jiena dik l-unika ċifra li semmejt.", "Issa mbagħad veru, f'mument minnhom waqt il-kampanja elettorali kien tħabbar illi ma nafx liema fund għall-pajjiżi ta' Central and Eastern Europe kien ġie rrduppjat.", "Kien hemm aħbar oħra illi l-ammont ta' EIB loans lil Ċipru kienu rduppjawhomlhom, u dan kollu veru.", "Issa jien hawn nixtieq, Sur President, illi dan il-parlament din il-kwestjoni jittrattha bis-serjeta'.", "Ejja naqblu fuq din almenu, ma noqgħodux ngħidu jekk għandniex nidħlu jew m'għandniex nidħlu.", "Huwa fatt li kieku aħna konna membri sal-lum - u ppermettuli nagħmel daqsxejn ħarsa lura - u kieku fl-1998 dan il-pajjiż irrifletta d-deċiżjoni tal-poplu li l-Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern, kieku llum qegħdin fl- Ewropa, u kieku lħaqna l-għajnuniet kollha li qed jieħdu l-pajjiżi membri ta' l-Ewropa llum.", "Hija materja ta' urġenza li nidħlu fl-Ewropa għaliex iktar ma jikber in-numru ta' kandidati li jsiru membri ta' l-Unjoni, iktar hemm ċans li l-għajnuniet li jkunu available jonqsu u dan għal diversi raġunijiet.", "Waħda għax nittama aħna stess li nibqgħu mexjin 'il quddiem u allura mhux impossibbli li aħna naqbżu l-kriterji fejn ikun jistħoqqilna xi għajnuna.", "It-tieni, għaliex meta se jidħlu pajjiżi oħra, partikolarment pajjiżi kbar bħall-Polonja u r-Rumanija, l-average tant se jonqos li faċilment aħna naqbżuh!", "Allura qed nilagħbu hawn biż-żmien ukoll kontra tagħna.", "Fdan il-mument huwa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li dejjem ifajjar din fin- nofs: Ara issa ilkom sena fil-gvern u l-flus mill-Ewropa ma ġewx!", "Jiena ħaġa waħda naf fuq l-Ewropa, li kellna financial protocol u meta tela' Dr. Sant fil-gvern qalulu: ''Dak il-financial protocol kien maħsub biex jgħin lil Malta ssir membru.", "Issa se nwaqqfuhulek għaliex inti ma tridx tkompli lejn is-sħubija.''", "Dak huwa fatt u l-verita' hi li hemm ċans li nitilfu parti minn dawk il-flus.", "Qed nagħmlu ħilitna kollha biex nirkupraw kemm jista' jkun minnhom, imma dawk is-sentejn veru illi tefgħu lill-pajjiż lura.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dak iż-żmien kien ħareġ bil-famuża żona ta' kummerċ ħieles, jew qabel ma niġi għal dak inkompli fuq li kont qed ngħid, il-kritika ta' l-ingann.", "Diġa' semmejt l-intervista li tajt lil \"The Times\" - tani kopja hawn biex niftakruha lkoll - fejn għedtilhom \"no\" għad-domanda jekk aħniex se nżidu t-taxxa ta' l-income u tal-VAT.", "Jiena ngħid il-verita' x'inhi.", "Fil-verita' l-ingann sar mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma' xi darbtejn, ma nafx kif, l-analoġija bejn Malta u Nixon.", "Issa jien għextu dak iż-żmien ta' Nixon u niftakru sew.", "Nixon kien president ta' l-Amerika li kellu jirriżenja.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma rriżenjax, kellu jmur għall-elezzjoni u tilifha, imma xorta ma kompliex il-ħames snin, bħal Nixon li ma kompliex il-ħames snin.", "Issa qal li qabad ma' Nixon għax Nixon kellu jirriżenja għax inganna.", "Ngħidlu: Hekk ġralek int, oqgħod attent!", "Kellek tirriżenja mill-gvern għaliex fil- gvern il-poplu u sħabek indunaw li ngannajt.", "Fiex ingannajt?", "Ingannajt l- ewwelnett meta għedt li se tneħħi l-VAT biex iddaħħal sistema aħjar, li aktar tgħin lin-negozju u l-finanzi tal-gvern, il-liġi tas-CET, li lanqas kont taf x'inhi - għax din il-kbira għax li kieku għedt li tneħħi l-VAT u kont taf x'taxxa se ddaħħal flokha ngħid paċenzja, ma rnexxietx, imma ma kontx taf - u l-poplu Malti kien xiehda ta' dan fuq it-television, li inti ma kontx taf x'se tagħmel.", "Allura dak mhux ingann kien?", "L-ingann meta kont tgħid lin-nies bil-cash registers għax kulħadd fehmek li se tneħħi l- cash registers.", "Ma stajtx, u għamilt sew li ma neħħejthomx.", "Għadhom hemm u se jibqgħu hemm, imma dak kien ingann.", "Imbagħad għedtilhom li l-Unjoni Ewropea hija ħażina għal Malta.", "Għedtilhom li għall-Unjoni Ewropea rridu nsibu t-terza via għalina, xi ħaġa ġdida.", "Għedtilhom li aħna rridu li jkollna żona ta' kummerċ ħieles u ftehim partikolari speċjali għal Malta u meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mar Brussels jiddiskuti qalulu li dik ma teżistix.", "Qalulu: \"Inti ridt zona ta' kummerċ ħieles, mela le!", "Kulma għandek tagħmel hu li taqra t-trattat ta' assoċjazzjoni li kien iffirmat fl-1970, u meta taqrah għandek tinduna li dak it-trattat jgħid li suppost Malta marret għat-tieni fażi li twassal għall-unjoni doganali.", "Mela issa l-ewwel mur għall-customs union, għall- unjoni doganali, u mbagħad nagħmlu xi agreement u naraw nistgħux nagħtuk xi ħaġa 'l hawn u 'l hemm.\"", "Iżda' qalulu wkoll: \"Isma', toqgħodx tippretendi affarijiet ta, għax żona ta' kummerċ ħieles taf xi tfisser?\"", "Qalulu: \"Aħna marbutin għax aħna membri tal-world trade organisation u rridu nżommu mar-regoli tal-world trade organisation u ma nistgħux noħorġu minnu.", "Mela allura neħħiha minn rasek, per eżempju, li l-agrikoltura mhux se tkun minsusa għax mhux veru.", "Hemm ir-regoli tal-WTO, ma nistgħux nagħtuhielek dik\".", "Meta qalulu fuq il-levies qalulu li jrid jispiċċahom għax ma tistax bir- regoli, mhux biss ta' l-Unjoni Ewropea imma r-regoli li hawn dan iż-żmien, ikollok dawk il-levies.", "Hu baqa' jgħid li kien se jneħħi l-levies f'ħames snin, u jien ngħidlu li ħames snin mhux fl-2003 kienu jispiċċaw?", "Inti tlajt bil-politika ta' żona ta' kummerċ ħieles u suppost mill-1997, 1998, 1999 u 2000, 2001, 2002 u 2003 ... dawk anzi seba' snin jiġu!", "Allura aħna mhux hekk qed nagħmlu?", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nesa' li fil- programm elettorali kien wiegħed fl-1996 u qal: \"Isma', dawn taxxi fuq il- poplu li jgħollu l-ħajja!''", "U jien ngħidlu li veru dan għax dawn huma taxxi li jgħollu l-ħajja.", "Imma allura għalfejn issa din il-kampanja kollha kontra t-tneħħija tal-levies?", "Il-levies se jitneħħew u l-prodotti se jorħsu u jiena kont nippretendi li jżid xi ħaġa wkoll meta għamel il- kalkoli ta' kif se jmorru l-familji, u jgħid: \"Isma', ċerti prodotti essenzjali se jorħsu, u xi ħaġa almenu, forsi ċenteżmi, forsi lira ma nafx kemm jien, imma xi ħaġa se torħos żgur!\"", "Imma dak għall-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma jeżistix.", "Mr Speaker, jiena naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jistax jagħti lezzjonijiet fuq l-ingann politiku u naħseb li jekk jerġa' jagħtini l- eżempju ta' Nixon, inħalluh miskin lil dak, Alla jaħfirlu.", "Pero' Nixon inganna fil-politika u għalhekk kellu jħallas u ħallas qares.", "Għaliex?", "Għax nafu bil-każ ta' Watergate, kif kien imdaħħal u gideb, u qal li mhux veru li hu kien imdaħħal.", "Nafu kif ipprova jilgħab maħmuġ fil-politika u hemm bżonn li fil-politika ma nilagħbux maħmuġ, ma ningannawx.", "Hemm bżonn li fil-politika nirrispettaw il-verita' wkoll.", "Il-verita' hija valur anke fil-politika.", "Mr Speaker, jiena naħseb illi nista' ngħid illi dan il- budget se jkompli jmexxi l-pajjiż fid-direzzjoni t-tajba.", "Dan il-budget se jrażżan l-iżbilanċ, mhux b'kapriċċ jew biex ngħidu \"Kemm aħna bravi\", imma biex il-pajjiż ikun f'pożizzjoni illi jsostni l-welfare system illi għandna.", "Huwa essenzjali li l-iżbilanċ nikkontrollawh biex inkunu kapaċi li lil min għandu bżonn tabilħaqq ngħinuh fil-mediċina, ngħinuh fl- iskejjel, ngħiduh fil-benefiċċji soċjali kollha.", "Se nkomplu bir-riforma li qed issir fiċ-ċivil.", "Kultant nisimgħu lil min jgħid: \"Kemm hemm nies żejda maċ-ċivil!\"", "Jiena ngħid li iva, f'ċertu livell hemm xi nies żejda.", "Nistgħu nużawhom aħjar jiġifieri.", "Min jgħid li s-soluzzjoni għandha tkun li nkeċċu lin-nies ngħidulu biex itella' gvern ieħor għax dan il-gvern mhux se jkeċċi nies, imma li nużawhom aħjar iva, u l-proċess miexi.", "Jien kont nippretendi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf x'sar.", "Anke hu pprova jkompli bir-riformi u mexjin dawn ir-riformi.", "Allura veru rridu naraw illi l-ispejjeż li għamel il-gvern ikunu cost-effective.", "Irridu nieħdu l-aħjar riżultat minnhom.", "Hekk se nkomplu nagħmlu u hekk jgħid il-budget, b'mod partikolari l-għajta illi hemm bżonn illi niġbru t- taxxi dovuti.", "Mr Speaker, jien nixtieq li kulħadd jerġa' jaqra dak li kiteb il-ministru tal-finanzi f'paġna 70 tal-budget speech fuq it-tax compliance unit.", "Mhux xi ħaġa bħal tas-soltu din, xi kummissjoni għal moralita' fiskali!", "Dan huwa dipartiment ġdid, aġenzija ġdida.", "Jekk tqallbu l-budget issibu li qed nivvotaw jekk m'iniex sejjer żball fuq il-Lm1 miljun għas-sena d-dieħla.", "Jiġifieri se jkollna istituzzjoni, organizzazzjoni sħiħa, biex tieħu ħsieb illi t-taxxi jitħallsu.", "Jekk wieħed jaqra' biss il-paragrafu li jgħid li l- policy, l-istrateġija ta' din il-unit se tkun fdata f'idejn bord li se jkun immexxi mis-segretarju permanenti fil-ministeru tal-finanzi u se jinkludi d- diretturi ġenerali tad-dipartiment tat-taxxi interni, tal-VAT, tad-dwana u tas-servizzi soċjali, wieħed malajr jifhem li dan se jkunu concerted effort bejn id-dipartimenti li jiġbru t-taxxi - u anke jonfqu t-taxxi li niġbru - biex jiżguraw li t-taxxi jinġabru u jintefqu mingħajr sparpaljar u li t- taxxi jispiċċaw fil-bwiet tan-nies illi għandhom bżonn l-għajnuna mingħand il-gvern.", "M'hijiex ċajta, lanqas huwa kliem vojt u kliem fieragħ kif forsi kull gvern għamel fl-imgħoddi.", "Din id-darba qed nivvutaw Lm1 miljun biex ikollna nies tajbin, recruited jekk hemm bżonn apposta, taħt id-direzzjoni tat-diretturi li semmejt, biex niżguraw illi t-taxxi jitħallsu.", "Il-wegħda tal-gvern hi li fis-sena u fis-snin li ġejjin inkunu f'pożizzjoni li anke permezz tat-taxxi eżistenti nnaqqsu d-deficit.", "Mr Speaker, fil-ftit minuti li baqagħli nitkellem malajr fuq il- privatizzazzjoni.", "Din hija kelma komuni llum, aċċettaha kulħadd, u bilfors ngħid jien.", "Għaliex?", "Għax li tipprivatizza huwa l-element essenzjali biex toħloq l-ikbar possibbilta' ta' kompetittivita'.", "Illum qegħdin ngħixu f'sistema ta' globaliżżazzjoni.", "Ftit ilu l-kelma globaliżżazzjoni kienet kelma tqila, ma jifhimha ħadd.", "Illum hija kelma li jrid jifhimha kulħadd għax m'hijiex għażla li għamel xi pajjiż jew ieħor.", "Jiena għadni ġej minn konferenza tal-commonwealth, fejn kien hemm 52 kap ta' gvern, uħud ġganti wħud żgħar, iżgħar minna, imma kollha jitkellmu dwar kif se tolqothom il- globaliżżazzjoni.", "It-tema tal-commonwealth kienet li il-globaliżżazzjoni hija neċessita' llum.", "Hija realta' li ma tistax taħrabha, pero' irridu noqogħdu attenti illi ma ġġibx gwaj għal min ma jiflaħx.", "Biex dan ma jiġrilekx, trid tkun int li tieħu l-inizjattiva u issa qed ngħid għalina l- Maltin.", "M'għandniex nibżgħu mill-globaliżżazzjoni għaliex din hija realta'.", "Hemm bżonn nippreparaw ruħna, li nkunu kompetittivi fl-oqsma kollha f'din id-dinja fejn qed ngħixu rivoluzzjoni ta' l-informatika, din id-dinja moderna li tagħtina opportunitajiet ġodda li se naħtfuhom, u s- sena d-dieħla jekk Alla jrid noħolqu mijiet ta' mpjiegi, nittama, f'dan il- qasam ġdid tas-servizzi ta' l-elettronika.", "Din hi d-dinja tal-lum u allura meta ngħidu li rridu nipprivatizzaw u li għamilna white paper, mhux għax jiddispjaċina b'li għamilna.", "Meta biegħejna l-Mid-Med Bank lill-HSBC ħadt ir-responsabbilta' sħiħa u għedt li dan huwa pass tajjeb, mhux biss għall-flus li daħħalna imma għax poġġejna lil Malta fuq il-mappa.", "Hu fatt dan, fatt li diġa' għandu riżultati tajbin f'pajjiżna.", "Allura iva, issa qegħdin ngħidu li peress li l-proċess ta' privatizzazzjoni huwa xi ħaġa li kulħadd qed japprezza l- valur tiegħu f'dan il-mument - nerġa' ngħid mhux minħabba biss l-iżbilanċ finanzjarju imma minħabba d-dinja globaliżżata kif inhi - ejjew nagħmlu white paper li jekk jista' jkun ikollna l-aktar kunsens wiesa' ta' kif se nagħmluhom l-affarijiet.", "Hemm affarijiet li diġa' bdihom il-gvern ta' qabel u aħna se nkompluhom.", "Hemm affarijiet oħra li ma laħaqx bdihom pero' ried jibdihom u dawn aħna se nagħmluhom.", "Aħna rridu l-kontribut ta' l-oppożizzjoni u l-kontribut ta' kulħadd, tal-partijiet soċjali kollha.", "Waqt li qed nitkellem fuq il-partijiet soċjali nitkellem fuq l-unions kbar u żgħar, il-GWU, il-UHM, is-CMTU, huma kemm huma.", "Jiena dejjem esprimejt ruħi fuq il-valur pożittiv tal-unions f'pajjiżna, unions responsabbli.", "Jien jiddispjaċini nisma' l-kalunji li jingħadu li dan il- gvern huwa anti-demokratiku u ma nafx ma min iżjed ipparagunawna.", "(Interruzzjonijiet) M'hawn ħadd fuq il-liġi u dak li qiegħed jitkellem min- naħa l-oħra li qabel kien membru tal-korp tal-pulizija jmissu jaf li meta tinkiser il-liġi hemm l-obbligu li jittieħdu l-passi u li ħadd m'hu fuq il- liġi.", "(Interruzzjonijjiet) J'Alla jirriżulta li ħadd m'għamel xejn u kulħadd jiġi lliberat, u kulħadd ikun kuntent.", "Imma min għamel affarijiet li ma kellux jagħmilhom le, ħadd m'hu fuq il-liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, għad fadal ftit tal-ħin.", "Inżommu l- ordni bħalma żammejna.", "Ikompli l-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nieħu din l-opportunita' biex ngħid li dan il-gvern jemmen li f'soċjeta' demokratika għandu jkun hemm unions ħielsa, unions b'saħħithom.", "Dan il-gvern jistmahom lill-unions u jistmahom bil-fatti, għax il-ftehim li għamilna għamilnih mal-unions u ma ħadd iżjed.", "Il-fatti jitkellmu weħidhom.", "Fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea, Mr. Speaker, iva, fost affarijiet oħra tajna lil pajjiż direzzjoni.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija bħala prim ministru ta' dan il-pajjiż li ngħid li f'din is-sena kellna okkażjoni li mmorru Brussels.", "Mhux għalija qed ngħid imma qed ngħid għall-ministri, għan-nies tad-dipartimenti, għan-nies imdaħħla fis-soċjeta kollha ta' pajjiżna.", "Dawn kollha marru jitkellmu fi Brussels u għamlu unur lil pajjiżna.", "F'dan li qed jissejjaħ screening process mhux talli m'għandniex biex nistħu imma talli għandna biex niftaħru.", "Niftaħru b'dak li diġa' lħaqna f'pajjiżna, niftaħru bin-nies li għandna f'pajjiżna, niftaħru li għandna nies li jmorru jirrappreżentaw lil pajjiżna u joħorġu bl-unuri kollha.", "Mr Speaker, il-kwestjoni ta' l-Unjoni hi kwestjoni urġenti għax, kif diġa' spjegajt, iktar ma ndumu biex nidħlu inqas inkunu nistgħu ngawdu l-benefiċċji ta' l-Unjoni.", "Iż-żmien reġa' ġie favur tagħna.", "Tlifna sentejn, sentejn tal-gvern tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, pero' rnexxielna li f'din is-sena nerġgħu naqbdu rittmu tajjeb.", "Jekk wieħed isegwi sew x'qed jiġri nafu li f'Helsinki se tittieħed id-deċiżjoni li jibdew in-negozjati ma' Malta, mal-ħames pajjiżi l-oħra wkoll.", "Se jibdew in-negozjati li aħna rridu li jkunu mgħaġġla kemm jista' jkun.", "Qed ngħid fil-plural mhux biss għall-Malta imma għall-pajjiżi l-oħra wkoll, għaliex it-tkabbir ta' l- Unjoni huwa proċess li se jkun ta' ġid għall-Unjoni u se jkun ta' ġid għall- membri u għall-kandidati wkoll.", "Mr Speaker, jien ħadt pjaċir nisma' lil Kap ta' l-Oppożizzjoni bil-fomm ilissen kliem sabiħ fuq l-Unjoni Ewropea.", "Qal li din għandha funzjoni importanti għall-paċi fl-Ewropa, kif ukoll qal li għandha funzjoni importanti għall-politika soċjali fl-Ewropa.", "Iżda mbagħad l-Onor.", "Sant jgħid li l-Unjoni mhux għalina l-Maltin għax aħna żgħar, m'aħniex kapaċi nikkompetu u li l-Unjoni hija għall-pajjiżi l-kbar.", "Il-verita' hija 'l bogħod minn hekk.", "In-nuqqas ta' fiduċja qiegħed fil-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-Onor Sant irid jifhem li l-politika ta' Malta ma jagħmilhiex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni imma l-politika ta' Malta jagħmilha l-poplu Malti.", "Dr Sant u l-partit tiegħu rebaħ darba meta wiegħed li ma jkomplix fit-triq ta' l- Unjoni u l-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjonijiet kollha mill-1981 'l hawn fuq il-platform li Malta tidħol fl-Unjoni.", "Għandna l-maġġoranza tal- poplu warajna, se mmorru b'referendum quddiem il-poplu u jien nitlob lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni biex ma jkunx irresponsabbli u ma jkomplix jgħid li jekk ir-referendum jiġi approvat lest li ma jagħtix kasu.", "Li kieku kellu jagħmel hekk ikun l-ikbar disprezz lejn l-elettorat Malti, l-ikbar disprezz lejn il-poplu Malti.", "Jiena żgur li sħabu stess ma jittollerawhx li jagħmel hekk.", "Pero' ngħidlu li minkejja l-oppożizzjoni tiegħu, minkejja t-tfixkil tiegħu, se nimxu 'l quddiem.", "Ngħidlu wkoll li jekk hu responsabbli, jekk irid veru jgħin lil dan il-pajjiż, għandu wkoll jagħti s-sehem tiegħu biex infittxu t-triq it-tajba għal pajjiżna.", "Mr Speaker, qed nitkellmu llum meta beda x-xahar ta' Diċembru, li jfakkarna f'avvenimenti oħra.", "Bħal daż-żmien għaxar snin ilu fl-1989 kellna l-laqgħa ta' Gorbachev u Bush hawn Malta, laqgħa li tniżżlet fl- annali ta' l-istorja għax biddlet l-istorja tad-dinja.", "Mhux aħna biddilniha imma huwa fatt li dak l-inkontru sar hawn Malta u min dak iż- żmien rajna bidla kbira fid-dinja.", "Jien kelli l-esperjenza riċenti, kif kellu wkoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni s-sena l-oħra jew is-sena ta' qabel, li mmur għal-laqgħa ta' l-OSCE.", "Hemm tara 54 pajjiż li għaxar snin ilu ħafna minnhom kienu parti mill-Unjoni Sovjetika.", "Parti kbira kienu dominati mill-Unjoni Sovjetika fil-pajjiżi komunisti ta' l-Ewropa u llum kulħadd qiegħed madwar mejda jitkellem fuq il-paċi, fejn hemm il-problemi, kif nistgħu nintervjenu b'xi mod biex inżommu l-paċi jew inġibu lura l-paċi.", "Mr Speaker, qegħdin fl-aħħar ta' dan il-millennju u jien jiddispjaċini li fid-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma rajt ebda viżjoni 'l quddiem għal pajjiżna għall-millennju l-ġdid.", "Jien nemmen f'dan il-pajjiż.", "Ngħid li dan il-pajjiż se jidħol fil-millennju l-ġdid b'kuraġġ kbir, mhux għax hawn dan il-gvern imma għaliex il-poplu tagħna għandu fiduċja fih innifsu, dan il- poplu tagħna li tant kellu problemi tul l-istorja millennarja tiegħu u iktar ma kellu problemi kbar, għaraf jirbaħ dawn il-problemi u jimxi 'l quddiem.", "Hekk se nagħmlu issa wkoll, Mr Speaker, u lill-poplu Malti ngħidulu: Kuraġġ!.", "Ejjew nidħlu f'dan il-millennju ġdid, it-tielet millennju ta' l-era kristjana, kburin bil-valuri tagħna, kburin bina nfusna, fiduċjużi f'pajjiżna, fiduċjużi li aħna kapaċi mmexxu lil dan il- pajjiż biex il-ġid jitkattar fih u dak il-ġid jitqassam bejn kulħadd b'ekwita'.", "Grazzi", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzja lill-Prim Ministru għad-diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lit-television crew tal-PBS u nitlobhom jirtiraw mill-Kamra.", "Fit-8.30 p.m. il-crew tat-televiżjoni tal-PBS irtiraw mill-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-mozzjoni mressqa mill-Ministru tal-Finanzi fis-seduta tat-22 ta' Novembru, 1999.", "Il- mistoqsija hi li l-Kamra tmur f'kumitat ta' provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-estimi ġenerali ta' spiża għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 111 tas-17 ta' Novembru, 1999 din il-votazzjoni tittieħed min hawn u ħames minuti oħra.", "Fit-8.31 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se nerġa' npoġġi il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tmur f'kumitat ta' provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-estimi ġenerali ta' spiża għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "191 .", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "| | | |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis 2, ta' Diċembru, 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2000", "L-Ewwel Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Finanzi", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 2 ta' Diċembru, 1999 fid-9.00 a.m bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - PROJECT OFFICE", "11587.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 9003, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' Dr. Joseph A. Cannataci u tal-Perit Claude Busuttil li fl-istess tweġiba kien intqal li s- salarju u l-benefiċċji l-oħra tagħhom kienu għadhom qegħdin jiġu negozjati?", "Jista' l-Ministru f'kull każ jgħid jekk tali kuntratti għadhom ma ġewx konklużi jgħid x'inhu s-salarju u l-benefiċċji li dawn l-individwi qegħdin jistennew li jgawdu minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kuntratti ta' Dr Joseph A. Cannataci u l-Perit Claude Busuttil għadhom ma ġewx konklużi u għalhekk ma jistgħux jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PERITI PRIVATI", "11588.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Ġunju, 1999, rigward il-ħtieġa ta' servizzi ta' periti privati jew soċjetajiet ta' periti, kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi għad-disinn u superviżjoni, jgħid min kienu l-individwi jew soċjetajiet li sal-lum tqabbdu mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jagħtu tali servizzi billi jqiegħed kopja tal-kuntratti relattivi ma' dawn l-individwi jew soċjetajiet fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll jgħid f'kull każ intalabx il-permess tal- Ministeru tal-Finanzi biex tali servizzi jingħataw?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tali approvazzjonijiet kif ukoll tat-tali talbiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra f'xi Seduta oħra.", "PERITI PRIVATI", "11589.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Ġunju, 1999 mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni rigward servizzi ta' periti privati jew soċjetajiet ta' periti, kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi għad- disinn u superviżjoni, igħid jekk il-ministeru tiegħu ntalabx li jiġu ngaġġati tali individwi jew soċjetajiet kif ukoll igħid x'qegħdin jitħallsu għat-tali servizzi kif ukoll kemm hu previst li sejjer ikun l-investiment totali tal-gvern fuq il-proġetti rispettivi li dawn qegħdin jaħdmu fuqhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s`issa ma saritx riferenza lill-Ministeru tal-Finanzi fuq is-suġġett tal-mistoqsija tiegħu.", "Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat għal xi tagħrif ieħor.", "EDUKAZZJONI - ASSISTANT TECHNICAL OFFICER", "11590.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Minsitru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru l-intervisti għas- sejħa għall-applikazzjoni li kienet ġiet ippubblikata fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti għal post ta' assistant technical officer (draughtsmanship) fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif hu magħruf publikament, inkluż bid-diskors tal- budget għas-sena 2000, fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni twaqqaf Office of Review biex jiffaċilita proċess ta' bidla fl-istrutturi li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru.", "Waħda mill-funzjonijiet ta' dan l-Uffiċċju għandha x'taqsam ma' tibdil fl-istruttura responsabbli għall-proġetti kapitali u proġett ta' refurbishment u maintenance.", "Sakemm dan it-tibdil jiġi definit inħass li ma jkunx għaqli li f'dan l-istadju jiġu appuntati uffiċċjali pubbliċi f'xi gradi jew pożizzjonijiet f'dan il-qasam differentament minn dak li jeżisti llum.", "SERVIZZ PUBBLIKU/MPO - ASSISTANT TECHNICAL OFFICERS", "11591.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru bħala ministru responsabbli mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u l-Management and Personnel Office jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru l-intervisti għas-sejħa għall-applikazzjoni li kienet ġiet ippubblikata fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għall-post ta' assistant technical officer (draughtsmanship) fi ħdan id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li wara li twaqqaf Office of Review fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jiffaċilita l-proċess ta' bidla fl-istrutturi li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru, inħass il-bżonn li sakemm isir dak it-tibdil li jkun meħtieġ, ma jsirux ħatriet għal dawk il-gradi li għandhom x'jaqsmu ma proġetti kapitali u proġetti ta' refurbishment u maintenance.", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI TAL-KOPERATTIVI - IMPJEGATI", "11592.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' impjegati li jirċievu s-salarju tagħhom mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi ta' l- istess ministeru filwaqt li jgħid x'salarju, benefiċċji u allowances oħra dawn jitħallsu fix-xahar kif ukoll xi transferiment ta' fondi jagħmel l- istess dipartiment u għal-liema individwi, lil entitajiet oħra bħal flus f'salarji jew allowances f'każ fejn individwi huma on secondment, on loan, jew inkella t-trasferiment uffiċjali tagħhom ikun għadu ma sarx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Uffiċċjali Pubbliċi li jaħdmu f'dan id- Dipartiment jitħallsu l-iskali ta' salarju, allowances u benefiċċji kif stabbilit fil-Ftehim Kollettiv bejn il-Unions u l-Gvern.", "Informat ukoll li minbarra dan, id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi jagħmel ukoll dawn il-pagamenti:", "a) Lm305 kull xahar lill-Professur Victor Griffiths bħala onorarju lill- Ombudsman ta' l-Universita` u Lm 375 kull tlett xhur lill-Fondazzjoni dwar Studji Internazzjonali bħala parti mis-salarju ta' Ms Simone Vella għal assistenza segretarjali lill-Ombudsman ta' l-Universita`.", "b) Lm1380 kull xahar lis-Sur George Papagiorcopulo, Lm500 kull xahar lis- Sur Eric Muscat u Lm862.5 kull xahar lis-Sur Peter Buġeja.", "Dawn it-tliet persuni jaħdmu fuq il-proġett Challenge 2000.", "c) Lm575 onorarju lil Professur John Rizzo Naudi, Kanċillier ta' l- Universita` u Lm 166.67 fix-xahar allowances segretarjali lis-Sur Paul Vella, Segretarju tal-Kanċillier."]} {"filename": "20010110_463d_par.doc", "date": "2001-01-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 463 L-Erbgħa, 10 ta' Jannar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 463", "L-Erbgħa, 10 ta' Jannar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "463", "L-Erbgħa, 10 ta' Jannar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 67", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 67", "TQEGĦID TA' KARTI 71", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI (IT-TIENI QARI)", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 72", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI (KUMITAT)", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 90", "AĠĠORNAMENT 96", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 100", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 462 li saret fid-9 ta' Jannar, 2001 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet rapport mħejji mill-Awditur Ġenerali dwar \"The General Practitioners' Functions within the Health Centres\", liema rapport qed inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TURIŻMU - TENDERS", "21876.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' tenders li ħarġu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul din is-sena?", "Kemm minnhom ġew aċċettati jew approvati?", "Kemm għadhom pendenti u kemm ġew irtirati?", "Fil- każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet?", "Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "X'inhu l-ammont ta' pagamenti mħallsa u pendenti separatament?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li matul din is-sena ħarġu 15-il tender mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru kif jidher hawn taħt:", "|Nru ta' |Aċċettat|Penden|Irti| |Tenders |i/ |ti |rati| | |Approvat| | | | |i | | | |Dipart. | - | | -| |tat-Turiżmu | |1 | | |M.T.A. | 5 | | -| | | |4 | | |I.T.S. | 1 | | -| | | |3 | | |H.C.E.B. | N/A | N/A|N/A |", "Fil-każ ta' l-MTA, il-prezz totali tat-tenders huwa ta' Lm55,020, li minnhom tħallsu Lm8,298 u għad baqa' Lm46,692 x'jitħallsu.", "Għad irid jinħareġ il-kont għal wieħed minn dawn it-tenders, filwaqt li ieħor qed jitħallas.", "Fil-każ ta' l-ITS, dan it-tender inħareġ biex tintagħżel ditta minn fejn jistgħu jinxtraw id-drappijiet għall-uniformijiet ta' l-istudenti.", "Il-ħlas isir mill-istudenti direttament lid-ditta.", "SIGURTA' SOĊJALI", "22100.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fid-dawl tal- mistoqsija parlamentari nru.", "21738, huwiex possibbli li l-ETC jew xi dipartiment ieħor tal-ministeru jagħti l-informazzjoni dwar in-numru ta' ħaddiema involuti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġa' għedt fit- tweġiba nru.", "21738, l-informazzjoni mitluba tista' tingħata mid-dipartiment tat-taxxi interni u għalhekk din id-domanda għandha tiġi magħmula lill- ministru kkonċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, din id-domanda tittratta dwar kwestjoni ta' housing.", "Numru ta' familji qed jintalbu jħallsu l-ammont li jridu jħallsu biex jifdu ċ-ċnus tagħhom, pero' qed jirriżulta li wara ċertu numru ta' snin - ġieli wara 15 jew 20 sena - l-art ikun għadu ma sarx it- trasferiment tagħha.", "Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni f'dan il-każ?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li parti minn din it-tweġiba nista' nagħtiha jien filwaqt li l-parti l-ora jagħtiha l-ministru ta' l-intern li huwa responsabbli mill-artijiet.", "Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l- inkwilini jkunu għamlu konvenju mal-housing authority - jew fdew iċ-ċens, jew saħansitra ħadu plot u fuqha bnew id-dar tagħhom - u peress li dak iż- żmien il-gvern kien għadu m'huwiex is-sid ta' dik l-art, allura sal-lum id- dritt fuq l-art għadu ma jistax jgħaddi mingħand l-awtorita' tad-djar għal għand il-persuna konċernata.", "Hemm sitwazzjonijiet fejn l-artijiet huma mogħtijin b'ċens - fil-konvenju jkun hemm kondizzjoni li dak iċ-ċens ikun jista' jinfeda' - pero l-fidi uffiċjali ta' dak iċ-ċens ma jistax isir qabel it-titolu jgħaddi f'idejn il-gvern.", "Biex l-awtorita' tad-djar tipprova ttaffi ftit is-sitwazzjoni - sakemm il- proċess kollu jitlesta u t-titolu jgħaddi għand il-gvern - u biex ma tinħoloqx inġustizzja fil-konfront ta' dawk l-inkwilini li l-art tagħhom kienet b'ċens, u fejn allura hemm iċ-ċans li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar il-valur ta' fidi ta' dak iċ-ċens jista' jogħla, tathom il- possibbilta' li jħallsu ammont ekwivalenti għall-fidi taċ-ċens illum, allavolja l-kuntratt ta' fidi ma jkunx qed isir, biex b'hekk dak il-valur jiġi ffriżat sakemm ikun jista' jsir il-kuntratt uffiċjali ta' trasferiment.", "Mr Speaker, issa nħalli f'idejn il-Ministru Tonio Borg biex iwieġeb għall- parti l-oħra tal-mistoqsija li għandha x'taqsam ma' artijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, huwa veru li ħafna housing estates huma mibnijin fuq art li għalkemm hija amministrata mill- gvern għadha m'hijiex tiegħu.", "Jista' jkun li dan jiġri għax is-sidien ma jkunux aċċettaw il-kumpens li jkun ġie offrut lilhom għaliha.", "Xi 12-il sena ilu kienet saret liġi biex il-gvern ikun jista' jpoġġi l- flus il-qorti pero' din il-liġi għandha difett, fis-sens li biex tagħmel hekk trid toffri l-kumpens u biex toffri l-kumpens trid tkun taf min huma s-sidien ta' dik l-art - dan m'huwiex dejjem faċli - u tinnotifikahom.", "Allura d-dipartiment ingħata l-inkarigu li jikkonsidra l-possibbilta', flimkien ma' xi emendi oħrajn, li malli ssir l-expropriation il-flus jiġu ddepożitati mall-ewwel, irrispettivament minn min hu s-sid, il-gvern jakkwista l-proprjeta' esproprjata - naturalment mingħajr preġudizzju li dak li jkun jiġġieled għal kumpens iktar - u nispera li fl-ewwel nofs ta' din is-sena dan l-abbozz jiġi ppubblikat.", "B'hekk ikun aktar faċli għall- gvern li jakkwista dik il-proprjeta'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: F'każ li l-proprjeta' tkun tal-knisja, is- sitwazzjoni tkun l-istess jew differenti?", "Jiġifieri jekk hemm art li kienet tal-privat u art oħra li kienet tal-knisja, is-sitwazzjoni tkun differenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fi Frar ta' l-1993, art li kienet tal-knisja u mhux użata għal skop pastorali għaddiet għal għand il-gvern, jiġifieri dik ma baqgħetx tal-knisja.", "Naħseb li Onor. Farrugia qed jirriferi għal art tal- knisja li ttieħdet mill-gvern qabel sar il-ftehim mas-Santa Sede, jiġifieri ġiet esproprjata.", "F'dak il-każ il-ftehim jgħid li għandu jinħatar arbitru biex skond il-liġijiet viġenti jiġi deċiż il-kumpens li għandha dritt għaliha l-knisja.", "Fil-fatt dan l-arbitru se jinħatar ħalli niffaċilitaw l- expropriations ta' art tal-knisja pre-1993, għax post-1993 il-gvern ma kienx hemm għalfejn jesproprja l-art tal-knisja, għax dik li ma kenitx użata għal skop pastorali saret tiegħu.", "ĊNUS - REVIŻJONI", "22101.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani jekk id-dipartiment ta' l-agrikoltura oġġezzjonax għall-ħlas ta' Lm 125 it-tomna kif mitlub mid-dipartiment ta' l- artijiet lill-bdiewa li għandhom ir-raba' tagħhom f'Tal Qammiegħ, il- Mellieħa?", "Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l- ittra?", "Jekk le, jista' jagħti r-raġuni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ir-reviżjoni taċ- ċens annwali saret mit-taqsima proprjeta' tal-gvern skond il-kondizzjoni numru 3 tal-kuntratti li saru fl-1967.", "Id-dipartiment ta' l-agrikoltura ma ġiex ikkonsultat fuq din ir-reviżjoni minħabba li legalment hija r- responsabilita' tad-dipartiment ta' l-artijiet li jiddeċiedi l-valur rivedut ta' ċens skond kuntratt li sar bejn il-gvern u l-bdiewa.", "Ninsab informat li dan il-każ qed jiġi ttrattat fil-qorti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jista' l-Ministru jgħid għaliex ma oġġezzjonax għal din it-talba tal-lands meta 33 sena ilu dawn il-bdiewa kienu jħallsu biss Lm1 għal kull tomna raba' li għandhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' ngħid li l-kwestjoni qed tiġi trattata mit-taqsima proprjeta' tal-gvern u d-dipartiment ta' l-agrikoltura ma ġiex ikkonsultat dwar din ir-reviżjoni.", "Pero' hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq qbiela u fuq ċens perpetwu iżda fuq ċens li jagħlaq, rivedibbli kull 33 sena.", "Jien tkellimt dwar dan il-każ f'okkażjonijiet oħra u għedt ukoll li min minn dawn il-bdiewa jidhirlu li m'għandux jagħmel reviżjoni taċ-ċens, jista' jaqa' fuq is-sistema l-oħra li jħallas il-qbiela minflok ċens.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, peress li d-domanda tolqot aktar id- dipartiment tiegħi, ħa nagħti background malajr malajr.", "Fl-1966 il-bdiewa ffirmaw kuntratt ta' ċens għal 99 sena - m'għandu x'jaqsam xejn ma' qbiela - li jista' jintiret, jistgħu jinnegozjawh, jistgħu jaqilgħu l-flus minnu billi jbiegħu ċ-ċens u jistgħu jagħmlu li jridu bih basta jużawh biss għal skop agrikolu.", "Dan il-kuntratt kien jistipula li fit-33 sena u fis-66 sena ċ-ċens jogħla u hemm spjegat kif jista' jogħla.", "Dan ma jogħliex billi taqbad il-Lm1 ċens, tara kemm għoliet il-ħajja u jekk għoliet b'għaxar darbiet dak iċ-ċens isir Lm10, imma jgħid li trid tara fi 33 sena kemm kien jingħata kieku bħala ċens, irrispettivament minn jekk tajtux Lm1, Lm5 jew Lm10, u jogħla għal dak il-livell.", "Fil-fatt fir- risposta tiegħi kkwotajt il-kondizzjoni.", "Issa jekk dik il-kondizzjoni hijiex ġusta jew le ħadd ma jista' jibdilha, lanqas il-ministru.", "Jekk hemm xi ħadd li m'huwiex qed jaqbel ma' din il-kondizzjoni kif qed tiġi interpretata min-naħa tal-lands - lili assigurawni li qed jinterpretawha tajjeb u wrewni kif qed jaħdmuha - jista' jmur il-qorti.", "Imbagħad naturalment il-qorti tista' tagħmilha anqas u tista' tagħmilha aktar ukoll.", "Wara li kkonsultajna mal-ministru tal-biedja u sajd u anke kkonsultajna ma' nies oħrajn, il-gvern qiegħed joffri soluzzjoni lil min jidhirlu li ma jiflaħx iħallas dak iċ-ċens.", "Qed ngħidha uffiċjalment u issa se noħorġu stqarrija wkoll biex kulħadd ikun jaf biha, li min qiegħed f'din is- sitwazzjoni u jrid jaqleb għall-qbiela se ndaħħluh fl-iskema li ħriġna - jiġifieri ta' Lm4-il tomna biss - u jiġi kkonsidrat bħala xi ħadd li għandu t-titlu, jiġifieri għall-istrutturi ma jħallas xejn.", "Jiġifieri jekk hemm xi ħadd minn dawn il-bdiewa - jidhirli li hemm xi 70 jew 80 bidwi, l-aktar fil-Mellieħa - li jidhirlu li m'huwiex qed jaqbel jew inkella ma jridx jieħu r-riskju li jidħol il-qorti, jew inkella ma jiflaħx iċ-ċens li ffirma hu stess jew l-awturi tiegħu, il-gvern se joffrilu li jħassar il-kuntratt ta' ċens, jingħatalu l-istess raba' li qed jaħdem illum bi qbiela b'Lm4-il tomna u ma jħallasx ta' l-istrutturi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li għall-applikazzjonijiet li qed jirriferi għalihom diġa' hemm qabża minn Lm2 għal Lm4, għaliex ma jirrikonoxxix il- gvern li l-ħlas ta' dak iċ-ċens għandu jkun rivedut bl-Lm4-il tomna flok bil-Lm125, abbażi li l-gvern diġa' għandu policy u diġa' qed jirrikonoxxi li raba' bi qbiela u raba' li kien jitħallas b'ċens u għalaq huwa l-istess?", "At the end of the day il-bidwi għandu l-obbligu li jaħdem dik ir-raba' u huwa sewwa li jiġi sostnut b'dan il-tip ta' understanding.", "Lili qed jasluli rapporti li hemm xi ħadd li jrid jiżviluppa golf-course fl-inħawi - ma nafx kemm hu minnu jew le dan - u allura jista' jagħti l-każ li filwaqt li dawn in-nies għandhom iċ-ċans li jħarsu 66 sena 'l quddiem biċ-ċens li għandhom illum, jekk kemm-il darba jirrikonoxxu l-iskema li qed jgħid il-Ministru jkun ifisser li jekk xi ħadd fil-15-il sena li ġejjin ikun irid jixtri - jew il-gvern ikun irid ibigħ jew joħroġ għal bejgħ dik l- art - huma allura jitilfu ċ-ċans u jibqgħalhom biss id-dritt tar-right of first refusal.", "Jiġifieri jekk flok dak li jkun ħallas Lm2,000 jew tefa' t- tender Lm2,500-il tomna, kif jikklassifika l-gvern il-prezz ta' l- esproprjazzjoni, imbagħad tkun per eżempju Lm30,000-il tomna, f'dak il-każ il-bdiewa ma jkunux jistgħu joffordjawha imma l-investitur privat ikun jista'.", "Jiena f'dan is-sens li qed nagħmel din l-osservazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Neskludi bl-iktar mod assolut li dan l-inċident li nqala' dwar ir-reviżjoni għandu x'jaqsam, anke bl-aktar mod remot, ma' xi proġett li qatt ma smajt bih fuq dawk l-inħawi.", "Din neskludiha bl-aktar mod assolut b'kelma ta' ministru, ta' parlamentari u ta' kollox.", "Barra minn hekk iċ-ċens għalaq u qed noffru lil dawk li ċ-ċens għalqilhom - u allura huma bla titlu - li jidħlu fi skema ta' qbiela bl-Lm4-il tomna u l-oħra ċ- ċens għadu għaddej.", "Dan ifisser li min huwa ċ-ċenswalist għandu l-vantaġġ li jbiegħ mingħajr ma jitlob il-permess tal-gvern, idaħħal kwalunkwe somma li jrid hu u għandu dritt jagħti ċ-ċens lil min irid hu, mentri fil-każ tal-qbiela ma tistax tinnegozjah u tista' tagħtih biss lit-tfal tiegħek u lil mara, lanqas lin- neputi, u meta tiġi nieqes jistgħu jirtuk il-mara jew id-dixxendenti jew l- axxendenti tiegħek, jiġifieri lanqas in-neputijiet jew il-kuġini.", "Mela tagħmel sens li fil-każ ta' dawk li għalqilhom iċ-ċens u se jieħdu l-qbiela jkun b'Lm4-il tomna.", "Fil-każ ta' dawk li għandhom iċ-ċens - din m'għandha x'taqsam xejn ma l-iskema - hemm il-kondizzjoni tal-kuntratt.", "Hawn min qiegħed b'ċens pero' m'għandux dik il-kondizzjoni, jiġifieri anke mil-lat tekniku ta' kif jiġu amministrati l-finanzi tal-pajjiż, pero' xorta waħda min irid jikkontestaha, jista' jikkontestaha.", "Jiena ġejt assigurat aktar minn darba, anke b'pariri ta' l-avukat ġenerali, li dik il-klawsola kif ġiet drafted 33 sena ilu qiegħda tiġi interpretata tajjeb.", "Issa jista' jkun li l-qorti tgħid li qed tiġi interpretata ħażin, fis-sens li jmissna nagħmluha aktar, jew inkella qiegħda tiġi interpretata ħażin kontra l-bdiewa u trid tiġi inqas, għalkemm ma nistax nimmaġina li tiġi Lm4 lanqas!", "Pero' aħna qed noffru soluzzjoni li min irid jaqleb minn ċens għal qbiela jsir Lm4-il tomna bħal ħaddieħor, għax allura tkun inġustizzja li kieku nagħmluha iktar minn Lm4- il-tomna għax ħaddieħor li m'għandux titolu l-gvern qed jagħtihielu b'Lm4- il tomna.", "Dawn l-istess qed noffrulhom li jħassru l-kuntratt taċ-ċens, jieħdu b'kuntratt ta' kera, ta' qbiela, jingħataw bl-Lm4-il tomna u nikkonsidrawhom fl-iskema bħala dawk li għandhom titolu, jiġifieri ta' l- istrutturi ma jħallsu assolutament xejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, fil-qosor jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiena xorta nibqa' nsostni li Lm125-il tomna għall-bidwi huma esaġerati u ma jaffordjahomx.", "Jistax allura l- Ministru jikkonsidra li qabel ma joħroġ l-aħħar stqarrija, titwaqqaf kummissjoni bejn id-dipartiment ta' l-artijiet, id-dipartiment ta' l- agrikoltura u l-federazzjoni tal-bdiewa bil-għan li forsi jinstab xi rimedju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: La l-federazzjoni tal-bdiewa u lanqas il-gvern ma jistgħu jbiddlu l-kuntratt!", "Hemm din il-kondizzjoni tal-kuntratt li wieħed irid jimxi magħha - u nerġa' ngħid li għandna pariri legali li din qed tiġi interpretata tajjeb - u min jidhirlu li m'hijiex qed tiġi interpretata tajjeb imur il-qorti u l-qorti tiddeċiedi hi.", "Sadanittant biex in-nies ma jidħlux l-qorti qed noffrulhom din is- soluzzjoni, li għal min hu ġenwin u m'għandux l-interess li jinnegozja l- art, hija soluzzjoni tajba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' kumpanniji li bbenefikaw minn training grants matul l-1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22182.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mid-9 ta' Jannar 2001", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kulħadd jaqbel li biex titjieb il-kwalità tal- ħajja hemm bżonn li nagħmlu dak kollu possibbli biex insaħħu n-negozju u biex inżidu l-inċentivi biex ikun hawn żvilupp ekonomiku tajjeb.", "It-tiġdid ta' l-ekonomija huwa importanti ħafna jekk irridu li fis-seklu 21 pajjiżna u l-Maltin u l-Għawdxin jimxu 'l quddiem.", "U m'hemmx dubju li fis-seklu 21 l-ekonomija tagħna, il-gżejjer tagħna se jkunu qegħdin jiffaċċjaw sfidi ġodda ta' opportunitajiet biex itejbu l-ħajja tagħhom.", "M'hemmx dubju wkoll li fis-seklu 21 il-poplu tagħna se jkollu jitgħallem affarijiet ġodda, se jkollu jitgħallem b'mod ġdid, se jkollu jaħseb b'mod ġdid, se jkollu jġib ruħu b'mod ġdid, għax iż-żmenijiet inbiddlu u jitolbu mod ġdid kif naffrontaw l-isfidi li ġejjin.", "Fiż-żmenijiet tal-lum, meta l-fruntieri tal-pajjiżi qed jinfetħu għal xulxin u sar aktar faċli biex il-kummerċ isir minn pajjiż għall-ieħor, biex il-prodotti u s-servizzi jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor, saru kruċjali aktar minn qatt qabel il-ħiliet tan-nies li jkollu pajjiż.", "Illum aktar minn qatt qabel, xi ħaġa li gvern ta' pajjiż jista' jinfluwenza biex jipprovdi ambjent fejn l-ekonomija tista' tikber u tissaħħaħ, iġib miegħu passi li jrid jieħu f'diversi oqsma.", "S'intendi l-pakkett ta' inċentivi li joffri pajjiż huwa wieħed mill-fatturi importanti ħafna biex tiġbed l- investiment lejn pajjiżek.", "Meta wieħed jiġi biex jinvesti flusu, iqabbel x'hemm f'pajjiż ma' x'hemm f'pajjiż ieħor u jagħmel sensiela ta' konsiderazzjonijiet.", "Waħda minn dawn il-konsiderazzjonijiet tkun jekk jeżistux inċentivi ta' taxxi u ta' kondizzjonijiet oħrajn biex jinvesti f'dak it-tali pajjiż.", "Hemm fatturi oħra importanti li wieħed irid jagħti kashom, u l-aktar ħaġa importanti, li għandna nżommu f'rasna f'dan il-mument ukoll, hija l- importanza li pajjiż iżomm il-kontroll tad-deċiżjonijiet ewlenin li jrid jieħu hu kemm jista' jkun f'idejh.", "Personalment waħda mill-problemi serji li nara - u għalhekk ma naqbilx mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea - hi li nkunu qed inċedu l-poter li niddeċiedu aħna x'għandu jsir f'pajjiżna u naħseb li dik hija ħażina.", "Fis-sekli li għaddew pajjiżna qatt ma kien maqtugħ mill-bqija tad-dinja - lanqas meta kienu jgħixu biss 20,000 ruħ pajjiżna ma seta' jkun maqtugħ mill-bqija tad-dinja għaliex lanqas kien ikabbar biżżejjed ikel għalih innifsu - u anke 500 sena ilu kien diġà jikkummerċja ma' pajjiżi oħra.", "Għalhekk illum inqas u inqas jista' jkun maqtugħ u m'għandux ikun maqtugħ mill-bqija tad-dinja.", "Imma hemm rabtiet differenti li pajjiż jista' jibni mal-bqija tad-dinja.", "Hemm rabtiet li jwassluk biex int iċċedi u tittrasferixxi l-poter deċiżjonali li għandek f'idejk u tgħaddih lil xi ħaddieħor.", "Dik għalija hija l-akbar theddida tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea għal Malta, għaliex inkunu qegħdin inċedu l-poter deċiżjonali tagħna f'idejn organizzazzjoni imfassla skond il-bżonnijiet, skond kompromessi bejn pajjiżi differenti.", "Imbagħad fl-aħħar mill-aħħar, it-timbru aħħari hu ta' dawk l-iktar b'saħħithom u żgur li r-regoli u l-liġijiet u n-normi ta' l-Unjoni Ewropea ma ġewx imfassla skond il-bżonnijiet ta' pajjiż żgħir bħal tagħna.", "L- ewwelnett għax pajjiżna ma kienx hemm meta kienu qed jitfasslu dawn ir- regoli u anke għax jekk ikun hemm biex ifassal dawn ir-regoli, leħnu huwa żgħir, is-saħħa tiegħu hija żgħira u żgur li mhux se jkun f'pożizzjoni li jinfluwenza dawk ir-regoli daqslikieku qed ifassallhom hu stess f'pajjiżu.", "Allura wieħed jista' jibni rabta ma' l-Unjoni Ewropea li tkun ta' ġid għaż- żewġ naħat, imma fl-aħħar mill-aħħar jibqgħalna l-poter deċiżjonali anke fil-qasam ta' xi inċentivi, x'noffru lill-industriji biex inkunu nistgħu niżviluppaw lil pajjiżna.", "Bid-difetti kollha tagħna bħala poplu, pajjiżna dejjem mexa 'l quddiem meta kellu l-poter deċiżjonali f'idejh.", "Jekk naraw seklu wara seklu, mexxiena min mexxiena, pajjiżna b'ħafna difetti u ħafna żbalji mexa 'l quddiem meta kellna l-poter deċiżjonali f'idejna.", "Issa dan il-poter deċiżjonali f'idejna fil-qasam ta' l-iżvilupp industrijali u ekonomiku rridu nużawh biex noffru dawk il-pakketti ta' inċentivi li jidhrilna li nistgħu noffru u li bihom inkunu qegħdin nikkompetu ma' pajjiżi oħra.", "Issa waħda mill-problemi ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea hi li kull min ikun fl-Unjoni Ewropea jrid bilfors jadotta r-regoli u l-liġijiet kollha l- istess, huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi.", "Allura hemmhekk Malta titlef il- flessibbiltà, titlef iċ-ċans li toffri pakkett ta' inċentivi differenti biex tiġbed investiment lejha.", "L-inċentivi li noffru f'pajjiżna bilfors iridu jkunu differenti minn dawk tal-kontinent Ewropew, għaliex biex investitur barrani jiġi f'pajjiżna jaf li fost affarijiet oħra għandu problema kbira tad-distanza li se żżidlu l-ispejjeż, jiġifieri l-problema tal-ġarr.", "Allura meta jagħmel il-kalkoli tiegħu jekk jaqbillux jinvesti jew le f'pajjiżna, se jkollu jagħti kas il-fatt ta' l-ispejjeż li jġib miegħu t-trasport.", "U għalhekk ir-regoli li jgħoddu għal pajjiżi li huma ġirien ta' xulxin, li jistgħu jivjaġġaw lejn xulxin bi trakkijiet u containers fuq it-triq jew fuq il-ferrovija, ikunu differenti minn dawk li gżira bħal tagħna trid toffri biex tegħleb l-iżvantaġġ li għandna biex nagħmlu kuntatt mas-swieq tagħna, il-baħar jew l-ajru.", "Poter deċiżjonali ieħor li importanti li jintuża llum hu t-tisħiħ tas- snajja', tar-riżorsi umani tal-pajjiż.", "Kulħadd jgħid li l-akbar ġid ta' pajjiżna huma l-ħiliet tan-nies u kemm hu importanti li niżviluppaw il- ħiliet tan-nies.", "U llum żgur li wieħed mill-fatturi importanti ta' xi jwassal biex investitur imur f'pajjiż u mhux f'ieħor, huwa li f'dak il- pajjiż se jsib nies imħarrġa sew, u t-taħriġ jissemma f'dan l-abbozz ta' liġi.", "M'hemmx dubju li jekk irid ikompli jiżviluppa pajjiżna jrid ikompli jtejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, irid isaħħaħ l-investiment li nagħmlu fit-tfal u fiż-żgħażagħ tagħna u fit-taħriġ tan-nies tagħna.", "Illum it-tiġdid ekonomiku huwa neċessarju għax is-snajja' li kienu jgħoddu qabel m'għadhomx jgħoddu għal-lum, imma hemm bżonn ta' snajja' ġodda.", "Jiġifieri t-taħriġ huwa importanti mhux biss għal min għad irid jidħol fid-dinja tax- xogħol, imma min diġà qiegħed fid-dinja tax-xogħol u jrid isir aktar effiċjenti, jrid jaħdem b'mod ġdid minħabba li t-teknoloġija nbidlet.", "Allura l-kwestjoni tat-taħriġ permanenti, ta' edukazzjoni llum huwa kruċjali.", "Spiċċa ż-żmien li fil-bidu tal-ħajja tiegħek teduka ruħek, tiġbor biżejjed snajja' fil-formazzjoni tiegħek li mbagħad jibqgħu miegħek għal ħajtek kollha.", "Nafu li dak li tgħallimt il-bieraħ trid taġġornah għaliex illum, u aktar u aktar għada, mhux se jkun jgħodd.", "Għalhekk it-taħriġ huwa kruċjali.", "Il-pajjiżi li mxew 'il quddiem fis-seklu li għadda u li se jimxu 'l quddiem f'dan is-seklu għandhom bżonn ta' investiment u tiġdid qawwi anke fl-edukazzjoni u l-formazzjoni ġenerali tan-nies tagħhom.", "Huwa importanti li nħarsu ftit lejn x'qed jiġri fl-iskejjel primarji u sekondarji tagħna, imbagħad wieħed jagħti ħarsa lejn il-post-sekondarju u t-terzjarju, għaliex is-suċċess jew il-falliment ta' pajjiżna jiddependi min x'qed jiġri llum fil-kindergarten, fil-primarji u fis-sekondarji.", "Dawn huma n-nies li se jkunu qed jgħixu matul dan is-seklu wara li aħna nkunu ilna li tlaqna mix- xena, allura l-ħiliet li qed jiġu żviluppati llum fil-kindergarten, fil- primarji u fis-sekondarji se jagħtuna x'ħiliet se jiksbu biex ikunu jistgħu jaħdmu fl-ekonomija tas-seklu 21.", "Iż-żgħażagħ tagħna li jqattgħu mill-inqas 16-il sena fl-edukazzjoni, għalkemm il-biċċa l-kbira jqattgħu 13-il sena għax s'issa l-edukazzjoni hija bilfors bejn l-età ta' 5 u 16-il sena u pajjiżi oħra resqin biex jgħolluha għal 18.", "Irridu naħdmu biex inżidu l-ammont ta' żgħażagħ li jkomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn kemm spiċċaw żgħażagħ mis-sekondarja f'Ġunju li għadda u mbagħad f'Ottubru li għadda kemm bdew fil-post-sekondarju, insibu li xi 74%, inqas minn tliet kwarti taż-żgħażagħ tagħna qed ikomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena.", "Ċertament dik hija figura li għoliet maż-żmien u wieħed jieħu gost li għoliet maż-żmien, iżda żgur li trid togħla iżjed.", "F'Ġunju spiċċaw 6,733 fis-sekondarja u fil-post-sekondarja f'Ottubru bdew 5,034, jiġifieri 26%, aktar minn kwart taż-żgħażagħ tagħna li spiċċaw l- edukazzjoni sekondarja tagħhom, ma komplewx l-edukazzjoni tagħhom post- sekondarja.", "Hemmhekk m'għandniex l-opportunitajiet biżejjed edukattivi għaż-żgħażagħ tagħna, speċjalement fl-oqsma li qed niddiskutu hawnhekk.", "L-aktar opportunitajiet nieqsa fis-sistema edukattiva Maltija huma proprju fil-qasam vokazzjonali.", "Għandna aktar żgħażagħ li jixtiequ jkomplu jistudjaw fl-oqsma turistiċi, fl-oqsma tat-teknoloġija ta' l-informatika u ta' teknoloġija oħra, għandhom il-kwalifiki biex ikomplu jistudjaw, imma m'hemmx l-istituzzjonijiet meħtieġa li joffrulhom dan it-taħriġ.", "Qed japplikaw iżjed milli dawn l-istituzzjonijiet qed jaċċettaw.", "Allura wieħed jawgura li x-xogħol li nbeda biex jiftaħ il-kulleġġ vokazzjonali u jiftaħ bis-serjetà jissaħħaħ għaliex għandna bżonn li noħolqu opportunitajiet iżjed milli għandhom żgħażagħ diġà biex ikomplu jitħarrġu.", "Fl-istess ħin ta' min jagħti daqqa t'għajn b'liema formazzjoni kulturali qed joħorġu ż-żgħażagħ tagħna ta' 16-il sena.", "Jiena naħseb li hemmhekk għandna wkoll naħdmu biex ikollna iżjed tfal u żgħażagħ li jirnexxu fis- sistema edukattiva tagħna.", "Din is-sena hija s-sena Ewropea ta' l-ilsna fejn nassumi li f'pajjiżna se jsiru xi attivitajiet biex nuru kemm hi importanti l-edukazzjoni ta' l-ilsna.", "Għal pajjiż li jgħix mit-turiżmu, li għandu qasam tas-servizzi finanzjarji, li għandu u jista' joffri xogħol fil- qasam tal-komunikazzjoni, l-edukazzjoni ta' l-ilsna rridu nagħtuha iktar importanza.", "U jekk wieħed jagħti ħarsa lejn b'liema kompetenzi lingwistiċi qed joħorġu ż-żgħażagħ tagħna mill-iskejjel, għandna żgur nikkonkludu li rridu naħdmu iżjed.", "F'Ġunju li għadda, minn 6,700 li spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja - issa qed nieħu biss l-edukazzjoni sekondarja akkademika f'din l-istatistika li se nsemmi - kellna biss 2,371 li ġabu l-\"O\" level fil-Malti, minn grade 1 sa grade 5, jiġifieri 2,371 biss spiċċaw biċ-ċertifikat ta' l-eżami tal- Malti.", "Fl-Ingliż kellna 1,734 minn 6,700.", "Issa aħna nafu li l-Malti huwa importanti għaliex huwa li jagħmilna dak li aħna.", "Jekk ma jkollok kompetenza fl-ilsien tiegħek ma jistax ikollok kompetenza fl-ilsna l-oħra, u hemm bżonn nagħmlu ħafna iżjed biex jissaħħaħ it-tagħlim tal-Malti fl- iskejjel tagħna.", "Irridu nagħmlu ħafna wkoll biex jissaħħaħ it-tagħlim ta' l-Ingliż.", "Sa l-aħħar ta' din is-sena, l-ilsien Ingliż se jkun l-ilsien dinji li bih l-aktar jikkomunikaw u jikkumerċjaw ma' xulxin il-popli tad- dinja.", "Ċertament li wara li jkunu għamlu 13-il sena ġo l-iskola nippretendu iktar mill-1,700 student jgħaddu mill-Ingliż.", "Issa ħafna minnhom dawn għaddew żbrixx, bi grades 4 u 5, m'iniex qed insemmi l- importanza li jgħaddu bi grade 1, 2 u 3.", "Il-problema ta' l-Ingliż teżisti f'kull livell edukattiv u jiena nappella lil dawk li dan l-aħħar ħaduha kontra l-università għaliex iċċirkolat direttiva biex il-lecturing isir bl- Ingliż, mingħajr ma nnaqqas bl-ebda mod l-importanza tal-Malti, li ma jistax ikun li l-lecturing fl-università ma jsirx bl-Ingliż, meta pajjiżi oħra fid-dinja bħall-Ġermanja - li naħseb ukoll hija ġeluża għall-identità nazzjonali tagħha – jużaw l-Ingliż bħala l-ilsien internazzjonali.", "Tajjeb li ż-żgħażagħ tagħna jkunu mkissrin tajjeb fl-Ingliż, ikunu jafu jaħdmu bl- Ingliż tajjeb għax inkella se jkollhom problemi serji 'l quddiem u pajjiżna kollu jkollu problemi serji 'l quddiem.", "Apparti mill-fatt li għandna, jekk m'iniex sejjer żball, xi 600 student barrani li jrid jikkomunika bl-Ingliż.", "Meta qed nitkellem dwar il-preżenza ta' l-istudenti barranin fostna nixtieq nagħmel parentesi li naħseb li dan l-abbozz ta' liġi jindirizza biss indirettament.", "Aħna settur żgħir, imma importanti u jista' jikber jekk nieħdu ħsieb insaħħu l-kompetenza lingwistika f'pajjiżna u tat-tagħlim ta' l-Ingliż.", "Indirettament nistgħu ngħidu li dawn l-inċentivi jistgħu jgħoddu għal kumpannija barranija li tiġi biex twaqqaf skola li tgħallem l-Ingliż lill-barranin.", "Mhux bilfors kumpannija barranija, tista' tkun kumpannija Maltija.", "Però m'hijiex imsemmija speċifikament.", "Naħseb tidħol fil-parti fejn tgħid kif jista' jiġi preskritt l-imprendiment ta' xi proġett li jkun ta' benefiċċju għall-industrija tat-turiżmu.", "Jien naħseb li ta' min jikkonsidra bis-serjetà, li inizjattiva imprenditorjali li twaqqaf skola biex tgħallem l-Ingliż lill-barranin, għandna ngħidu ċar u tond li din tista' tibbenefika minn inċentivi bħal dawn għaliex dak huwa servizz li nistgħu nsaħħu f'pajjiżna.", "Fost is- servizzi li l-ekonomija l-ġdida ta' pajjiżna matul is-seklu 21 tista' tipprovdi huwa wkoll it-tagħlim ta' l-ilsna lil pajjiżi u nies oħra.", "Per eżempju, huwa nuqqas li fl-akkademja tad-diplomatiċi tagħna m'għandniex akkademja li tgħallem lingwi differenti lid-diplomatiċi differenti, bħalma hemm Ġinevra.", "Qed jirnexxilna nġibu ċertu istituzzjonijiet lejn Malta fil- qasam tal-liġi marittima, fil-qasam tad-diplomazzija u f'oqsma oħrajn, allura magħhom għandu jkun hemm inizjattivi fejn ngħallmu ilsna differenti, mhux biss l-Ingliż, imma anke l-Għarbi, l-Ispanjol, ilsna li għandhom reach dinjija, u eventwalment anke ilsna bħaċ-Ċiniż.", "Jien informat li matul din is-sena ċ-Ċina se tiftaħ ċentru kulturali f'Malta.", "Iċ-Ċina qed tara ċ-ċentru kulturali mhux għal Malta biss, imma dan se jkun l-uniku wieħed li se jkollha fir-reach ta' l-Ewropa.", "Inkunu ħmir jekk ma neħdux opportunità bħal din, fejn matul dan is-seklu żgur li l- importanza taċ-Ċina se tikber, u żgur li ċ-Ċiniż se jkun importanti, u ma narawx kif nistgħu nieħdu opportunità bħal din biex jiġu mgħallma ilsna differenti.", "Nerġa' ngħid, f'Ġinevra hemm akkademja li tgħallem l-ilsna lin- nies tal-business u lin-nies tad-diplomazija, u jiena naħseb li pajjiżna jista' jaħdem f'dak il-qasam.", "Nagħmel parentesi oħra qrib din li semmejt.", "Jien nara li qed inħallu barra xi ħaġa li nistenniha tiġri aktar matul dan is-seklu; l-investiment fil-qasam tal-heritage f'pajjiżna, affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' leisure parks, reaction parks, theme parks.", "Veru wieħed jista' jgħid li dik taqa' taħt l-imprendiment ta' xi proġett li jkun ta' benefiċċju għall- industrija tat-turiżmu, imma għaliex ma nkunux aktar ċari?", "U jien ngħid li mhux biss għandna ninkludu t-theme parks u leisure parks, imma anke proġetti fejn nafu xi bżonnijiet kbar għandna biex nirrijabilitaw u nippreżentaw aħjar il-wirt storiku u naturali tagħna.", "Allura għaliex dawn l-inċentivi m'għandhomx jgħoddu wkoll għal inizjattivi bħal dawn?", "Dawn ridt insemmihom bħala parentesi imma naħseb li huma importanti.", "Inkompli fuq il-parti tal-ħtieġa ta' kompetenza lingwistika li kont qed insemmi u kemm naħseb li rridu naħdmu ħafna iżjed meta naraw kif qed joħorġu ż-żgħażagħ tagħna, wara 13-il sena fis-sistema edukattiva, f'dak li għandu x'jaqsam ma' Malti u Ingliż.", "Irridu naħdmu ħafna iżjed anke fuq ilsna oħra.", "Veru li ilsna oħra forsi jkunu tgħallmuhom għal etrba' snin, ħames snin l-iżjed, imma xorta naħseb li rridu naħdmu iżjed.", "Mis-6,700 student li ħarġu f'Ġunju li għadda, 1,600 għaddew mit-Taljan u mill-Franċiż għaddew 1,200, imbagħad jaqgħu drammatikament, għax mill-Ġermaniż għaddew 199 biss.", "U minħabba l-importanza ekonomika tal-Ġermanja għalina, kemm fil- qasam turiżmu u kemm fil-qasam ta' investiment ieħor, u kemm għax hi waħda mill-akbar pajjiżi fir-reġjun tagħna, naħseb jimmerita li jkun hemm aktar minn 199 student li joħorġu b'kompetenza fil-Ġermaniż.", "Imbagħad l- Ispanjol, li qiegħed isir it-tieni lingwa dinjija wara l-Ingliż li qed tinxtered, minħabba d-deċiżjoni li ħadet l-Istati Uniti erba' snin ilu li l- Ispanjol isir it-tieni lingwa li jiġi mgħallem fl-iskejjel Amerikani, naħseb li rridu naħdmu iżjed u nimbuttaw iżjed anke biex jinfetħu eventwalment kuntatti kummerċjali ma' l-Amerka Latina.", "L-Ispanjol huwa importanti ħafna mhux biss minħabba l-kuntatti ma' Spanja, imma aktar u aktar minħabba l-Istati Uniti nnifisha, fejn hemm stati li l-Ispanjol huwa predominanti u anke minħabba l-kuntatti kummerċjali ma' l-Amerka Latina.", "Li jgħaddu biss 1%, 55 fl-Ispanjol naħseb li hija xi ħaġa li rridu naħdmu ħafna u ħafna iżjed fuqha.", "Nafu li minbarra l-kompetenza lingwistika għandna bżonn iżjed żgħażagħ li joħorġu b'kompetenza fil-matematika u anke fl-IT.", "S'issa, mill-edukazzjoni sekondarja qed joħorġulna xi 12%, 15% biss computer literate, b'ċertifikati ta' l-eżami tas-SEC fil-computer studies.", "Jien ngħid li probabbli għandna aktar min hu skilled fil-computer u m'għandux dak iċ-ċertifikat, imma naħseb li fl-iskejjel tagħna, kemm primarji u kemm sekondarji, irridu nsaħħu l-edukazzjoni fil-computer fil-livelli kollha aktar bis-serjetà, għax matul is-seklu 21 pajjiżna żgur ma jkunx jista' jiġbed lejh investiment, joħloq attività ekonomika ġdida jekk ma jkollniex aktar żgħażagħ imħarrġa u kompetenti fl-informatika.", "L-istess fix-xjenza.", "Il-kultura xjentifika teknoloġika f'pajjiżna għadha ħafna iktar baxxa milli wieħed jixtieqha.", "Ftit huma dawk l-istudenti tagħna li qed ikomplu l-istudju tax-xjenza u rridu nittekiljawha mill- primarja biex niġbdu aktar żgħażagħ biex jitħarrġu fis-suġġetti xjentifiċi għaliex huma kruċjali.", "Għall-bini ta' ekonomija ġdidafis-seklu 21 dawn il- kompetenzi, din it-tip ta' kultura xjentifika teknoloġika ġenerali se tkun kruċjali.", "Żagħżugħ li titfgħu ġo fabbrika ta' l-elettronika ġdida mingħajr l-Ingliż, ix-xjenza u l-computer ikollu problema għax ikun illitterat, mhux biss lingwistikament, imma illitterat anke teknoloġikalment, illitterat funzjonalment.", "Fil-fehma tiegħi m'aħniex nikkonċentraw biżżejjed fuq dan.", "Għandna studenti li qed inġennuhom bl-għadd ta' suġġetti li qed jagħmlu u jien - u it's time to be corrected - ma naf bl-ebda sistema edukattiva fid- dinja, la ta' pajjiżi qrib u lanqas ta' pajjiżi imbiegħda, fejn iridu jagħmlu 12, 13-il suġġett fl-edukazzjoni sekondarja tagħhom.", "Qed nifirxuhom, inħawduhom lill-istudenti tagħna u m'aħniex niffokaw biżżejjed fuq l-aktar affarijiet kruċjali li jridu joħorġu bihom bħala survival kit għas-seklu 21, jiġifieri kompetenza lingwistika, kompetenza teknoloġika xjentifika, kompetenza fil-matematika, u formazzjoni etika ta' kif jgħixu fis-soċjetà b'mod demokratiku u miftuħin, u jaħdmu ma' ħaddieħor.", "Waħda mill-iktar affarijiet li kienet ixxukkjatni, fil-ftit żmien li għamilt bħala ministru ta' l-edukazzjoni, kienet li kellna uffiċjali għolja ta' l-edukazzjoni li qatt ma rifsu fl-ST Microelectronics, per eżempju.", "Qatt ma rifsu f'postijiet tax-xogħol u qatt ma staqsew lil dawn in-nies kif qed isibu liż-żgħażagħ ta' 16, 17-il sena jmorru għandhom għal interview biex jimpjegawhom.", "Min-naħa ta' l-edukaturi nisimgħu ħafna defensive attitudes bħal: \"Dawn x'jippretendu, dawn jaħsbu li rridu nippreparawhomlhom!\"", "Mhux veru, hemm min jippretendi hekk imma żgur mhux l- ST Microeletronics.", "Trid li jkollhom bażi tajba teknoloġika u xjentifika, u attitudni għax-xogħol, xi ħaġa li tinkwetani ħafna fost iż-żgħażagħ tagħna.", "Qegħdin nagħtu biżżejjed formazzjoni ta' l-etika tax-xogħol, fis- sens li ngħallmuhom li l-affarijiet ma jaqgħux mis-sema, iridu jaħdmu għalihom, irid ikun hemm ċerta dixxiplina, irid ikun hemm mod kif taħdem ma' l-oħrajn, mod kif issolvi l-problemi, u mod kif tkun imprenditorjali.", "Aħna ma nistgħux niżvillupaw l-ekonomija tagħna matul is-seklu 21 jekk ma nkabbrux fost it-tfal tagħna l-oriġinalità u l-imprenditorjalità.", "U ma nistgħux nippretendu li ż-żgħażagħ tagħna se joħorġu bi spirtu imprenditorjali, kuraġġuż, li jissograw, jekk ikunu ħadu formazzjoni edukattiva li tippremjalhom il-konformiżmu, it-tagħlim bl-amment, l- ubbidjenza stupida u s-skiet.", "Dik mhijiex it-tip ta' kultura edukattiva li jrid ikollna, jekk aħna rridu li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom is-snajja' u l- attitudni meħtieġa miftuħa għas-seklu 21.", "Huwa importanti mhux biss x'kompetenzi u x'ċertifikati jġibu fl-eżamijiet - dawn importanti għax huma dawk li jissarrfu fis-suq tax-xogħol - imma aktar minn hekk imbagħad ir- rabta li għandu jkun hemm bejn l-edukazzjoni u l-ħajja barra mill-iskola.", "Irridu nsaħħu iżjed ir-relazzjoni bejn dak li jiġri ġo l-iskola u dak li jiġri barra mill-iskola għaliex f'ħafna mill-affarijiet illum l- istituzzjonijiet edukattivi qed jissograw li jkunu l-aktar istituzzjonijiet obsolete għax qed jippreparaw liż-żgħażagħ għall-bieraħ flok għal għada.", "Dawn suppost li jkunu forward looking institutions u jiena ngħid li aħjar nagħmlu inqas u dak li nagħmlu nagħmluh aħjar, b'mod ikkonċentrat, milli nitilqu b'xi aġenda ma tispiċċa qatt ta' bidliet kbar li rridu nagħmlu, u nispiċċaw li ma nkunux qed insaħħu dak li l-aktar għandna bżonn.", "Niftakru li waħda mill-akbar limitazzjonijiet li għandu pajjiżna hija li aktar minn 95% tal-kumpanniji jew azjendi li għandna f'pajjiżna iħaddmu inqas minn għaxra, probabbli jħaddmu inqas minn ħamsa.", "F'kull pajjiż dawk it-tip ta' micro-companies isibuha diffiċli li jorganizzaw it-taħriġ huma, li jorganizzaw jew jisponsorjaw studenti u li jkollhom pjan biex iħarrġu n- nies tagħhom.", "Għalhekk naħseb - u forsi wieħed jikkonsidraha f'dan l- abbozz ta' liġi - li għandu jkun hemm inċentiv għal dawk il-kumpanniji li jifformaw clusters bejniethom, biex dak li huma ma jkunux jistgħu joffru fl- azjenda tagħhom, ikunu jistgħu jagħmluh jekk jifformaw clusters ma' kumpanniji oħra, li għandhom problemi simili għax huma kumpanniji żgħar.", "B'hekk ikunu jistgħu jħarrġu l-ħaddiema tagħhom u jisponsorjaw ħaddiema bħala aprentisti.", "Qasam li żgur irridu nħarsu lejh huwa t-tiġdid tas- sistema ta' l-aprentistat f'pajjiżna, għaliex hemm fejn sejrin tajjeb, m'hemmx dubju, u hemm fejn iridu jinbidlu.", "Iż-żminijiet u ċ-ċirkostanzi tal-lum tbiddlu u l-iskemi ta' apprentistat ukoll iridu jaġġornaw.", "F'dan il-mument nixtieq nagħmel appell lill-ministru tas-servizzi ekonomiċi li jaħseb bis-serjetà biex nerġgħu nagħtu ħajja lill-apprendistat fit-tarzna.", "Jekk nemmnu fil-futur tat-tarzna, ma nistgħux ma nerġgħux nagħtu ħajja lill-apprendistat fit-tarzna.", "Il-ministru jaf tajjeb li hemmhekk l-età medja hija ta' 47 sena u ma nistgħux inħarrġu nies ġodda jekk ma jkollniex apprentisti fit-tarzna.", "Din il-pool ta' nies skilled fit- tarzna jservu mhux biss għat-tarzna nnifisha - din lip-service li ngħiduha spiss ukoll - imma nsibuhom anke fil-bqija ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "Ma jfissirx li wieħed irid jirxoxta affarijiet li kien hemm qabel, imma jrid jagħmel skemi aġġornati u li jagħmlu sens għad-dinja tal-lum.", "Jien naħseb li dan huwa essenzjali.", "Jekk irridu li jiġu hawn Malta l-investituri u jsibu nies imħarrġa rridu nagħtu prijorità lil dak li qed jiġri fl-iskejjel sekondarji tagħna.", "Jien diġà tajt ċifri li juru li żgur għandna bżonn li iżjed tfal u żgħażagħ jirnexxu mis-sistema edukattiva.", "Jekk wieħed janalizza l-istatistika tal- qgħad f'pajjiżna jsib li fost l-aktar faxxa ta' nies li jsibuha diffiċli jaħdmu - mhux biss għax huma unemployed, imma agħar minn hekk huma unemployable - huma dawk bejn l-età ta' 16 u 19-il sena.", "Dawn huma friski, għadhom kemm ħarġu mill-iskola u suppost huma l-inqas nies li jkollhom problemi.", "Jekk wieħed janalizza faxxa faxxa, per eżempju, bejn is-16 u 19- il sena, imbagħad bejn 19 u 24 sena, l-aktar faxxa li jsibuha diffiċli li jaħdmu huma dawk bejn is-16 u 24 sena.", "Waħda hija xi 14.4% u l-oħra hija xi 14.9%, għaliex huma żgħażagħ li, minkejja li għamlu 13-il sena l-iskola, ħarġu mingħajr m'għandhom x'juru.", "Dawn la għandhom ċertifikat fil-livell ordinarju, la għandhom xi City and Guilds certificate u lanqas xi ċertifikat fl-edukazzjoni vokazzjonali.", "Is-sena li għaddiet ħarġu xi 1,200 żagħżugħ mill-area secondary government schools u xi 700 żagħżugħ mill-iskejjel tas-snajja'.", "Ħafna minn dawn ħaġru mingħajr l-ebda ċertifikat li jissarraf fis-suq tax-xogħol, allura jien inħoss li f'dawn l-erba', ħames snin li ġejjin għandha tingħata prijorità kbira lil dawk l-adoloxxenti għaliex dawn huma forza li tiġbed lill-pajjiż lura.", "Nafu li jekk ma ninvestux aktar f'dak il-qasam se jkollna ninvestu aktar fil-ġlieda kontra d-drogi u l-kriminalità, għaliex jiġu esklużi mis-soċjetà u mill-ekonomija u nafu l-problemi kbar li jinħolqu f'sitwazzjoni bħal din.", "Għalhekk naħseb għandha tingħata iżjed prijorità milli qed tingħata issa lil dawn l-iskejjel.", "Sur President, għandna x'nitgħallmu minn esperjenzi ta' pajjiżi bħal Iżrael, l-Istati Uniti u bħad-Danimarka fejn jagħmlu dawk li jissejħu s- second chance schools għal adoloxxenti li fallew fl-edukazzjoni tagħhom għal xi raġuni jew oħra.", "Dawn toħolqilhom ambjent differenti minn dak ta' l-edukazzjoni formali - li ħafna drabi ddejjaq lit-teachers, aħseb u ara kemm iddejjaq lit-tfal u lill-adoloxxenti - li jkun aktar marbut ma' x'qed jiġri barra mill-iskola.", "Pajjiżi oħra raw li dawn it-tip ta' skejjel għandhom jeżistu għal dawk li għalqu s-16-il sena.", "Jien naħseb - anke fid- direzzjoni ta' x'qed jagħmlu ċerti pajjiżi oħra - li wieħed irid jikkonsidra li skejjel bħal dawk għandhom jgħoddu għal dawk li jagħlqu l-14- il sena, għax ħafna mill-adoloxxenti jintilfu bejn l-età ta' 14 u 16-il sena.", "Ta' 16-il sena jkun tard wisq biex terġa' tħajjarhom jaqbdu t-taħriġ u jaqbdu l-edukazzjoni jew xi tħejjija importanti għalihom.", "Żgur li m'iniex waħdi li niltaqa' ma' żgħażagħ li telqu mill-iskola jisħtu l-fatt li ma kenux motivati biex jedukaw ruħhom.", "Imbagħad pajjiżna huwa pajjiż li ma tantx jerġa' jagħti t-tieni opportunità liż-żgħażagħ tagħna.", "Jekk tlift il-karozza tliftha darba għal dejjem.", "Sfortunatament ħafna mill-opportunitajiet edukattivi tagħna huma one-time only u jekk titilfu darba ma terġax tirkupra.", "Għalhekk importanti li naħsbu f'dawn it- tip ta' inizjattivi edukattivi u ta' taħriġ jekk irridu nsaħħu l-bażi ta' formazzjoni tan-nies tagħna.", "Naħseb li tista' tissaħħaħ iżjed anke l-inizjattiva tan-night college li konna ħdimna fuqha.", "Huma importanti ħafna l-istituzzjonijiet ta' filgħaxija li jgħinu lil min jixtieq iħarreġ lilu nnifsu għaliex hemmhekk irridu nġeddu s-snajja', nagħtu opportunitajiet ġodda lil min diġà qiegħed fix-xogħol u jħoss li jrid iġedded is-snajja' li għandu.", "F'dan il-qasam naħseb li jrid isir ħafna xogħol fost it-tfajliet, għaliex jekk wieħed jara kemm għandna tfajliet li jinġibdu għall-edukazzjoni teknoloġika, għall- edukazzjoni vokazzjonali, isib li għadna soċjetà tradizzjonalista ħafna.", "Ftit huma dawk it-tfajliet li jissograw jidħlu f'dominji li s'issa għadhom meqjusa wisq ta' l-irġiel.", "M'hemm l-ebda raġuni għaliex għandhom jibqgħu jitqiesu hekk, imma jrid isir xogħol maż-żgħażagħ tagħna minn età żgħira.", "Wieħed irid jaħseb ukoll fir-rabtiet il-ġodda li għandu jkun hemm bejn id- dinja ta' l-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol.", "Irridu naħsbu kif dik ir- rabta ssir aktar ħajja għax naħseb li s-sistemi tal-counselling u guidance li hemm m'humiex sensittivi biżżejjed għall-bidliet li qed iseħħu fid-dinja tax-xogħol.", "Wieħed irid jara kif ir-rabta li għandu jkun hemm bejn id- dinja ta' l-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol tingħata ħajja ġdida f'kull livell tas-sistema edukattiva, primarju, sekondarju, post-sekondarju u terzjarju.", "Huwa kruċjali għaliex wara kollox l-edukazzjoni qiegħda hemm biex inħarrġu u nifformaw lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna, biex nagħtuhom ċans jiżviluppaw il-personalità tagħhom fi żmien meta t-tweġibiet ta' l- imgħoddi m'gaħdhomx jgħoddu.", "Allura l-attitudnijiet li għandhom bżonn illum, il-ħila li jsolvu l-problemi, li jaħdmu ma' persuni oħra, li jkunu imprenditorjali, li jissograw, li jittrattaw u jiffaċċjaw b'kuraġġ il- problemi li jiltaqgħu magħhom, hija xi ħaġa li rridu nagħtu fis-sistema edukattiva tagħna, li llum kulħadd jirrikonoxxi li trid tkun edukazzjoni u informazzjoni tul il-ħajja kollha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, din hija liġi li, kif qalu l-membri kollha li tkellmu fuqha f'din il-Kamra, turi li l-parlament in ġenerali qiegħed jaqbel li qed jiġu proposti miżuri ta' appoġġ, sew f'forma strutturali, sew oħrajn li jingħataw f'forom ta' konsulenzi, appoġġi li għandhom ukoll portata finanzjarja, bl-iskop li ntejbu dejjem iktar l-ambjent li fih jista' jseħħ l-iżvilupp industrijali, bil-ħolqien ta' l-impjiegi u bit-titjib tal-kompetittività tagħna.", "Sur President, din il-liġi ġibdet mill-esperjenza tat-titjib kbir li kien sar taħt amministrazzjoni Nazzjonalista aktar kmieni fis-snin disgħin, fejn kienet saret ukoll qabża importanti ta' kwalità fl-iżvilupp industrijali.", "U llum, frott ta' l-esperjenza ta' dawk iż-żmenijiet, anke ta' l- amministrazzjoni Laburista preċedenti u ta' dak li stajna nanalizzaw f'dawn l-aħħar sentejn, qed jiġi propost pakkett li, fil-fehma tagħna, huwa importanti ħafna u li għandu jħalli ċerti riżultati fuq l-iżvilupp industrijali.", "Tajjeb wieħed jenfasizza li qegħdin inwessgħu t-tifsira ta' żvilupp, uqegħdin nersqu iktar biex inħaddmnu oqsma oħra, mhux strettament fil-kamp industrijali, imma li qed jibdew joqorbu lejn is-settur terzjarju u lejn is-settur tas-servizzi.", "Il-liġi wkoll issaħħaħ u żżid l-appoġġ li qiegħed jingħata għall-qasam tat-taħriġ, ta' l-edukazzjoni tar-riżors uman li għandna bżonn biex il- pajjiż jaffaċċja l-isfidi li għandu quddiemu.", "Dan huwa tajjeb u jkun tajjeb illi l-gvern jirrifletti fuq suġġerimenti li saru miż-żewġ naħat tal- Kamra, bl-iskop li nkomplu nirfinaw dan il-pakkett li qed noffru.", "Però kulħadd jaqbel li l-ewwel ċavetta għall-iżvilupp industrijali u ekonomiku hija l-iżvilupp tar-riżors uman.", "Allura trid tingħata importanza lill- edukazzjoni ta' wliedna u lill-edukazzjoni taċ-ċittadini tagħna kollha kemm huma.", "F'dan ir-rigward huwa tajjeb li wieħed jagħmel ukoll riflessjoni fuq il-prijorità kbira li l-gvern jagħti lis-settur ta' l-edukazzjoni.", "Matul is-snin li għaddew, jekk nieħdu mill-indipendenza 'l hawn, insibu li dan il-pajjiż mexa 'l quddiem f'kull qasam, il-qasam politiku, ekonomiku, soċjali u kulturali, u ma mexiex 'il quddiem b'kumbinazzjoni, sempliċement għax għadda ż-żmien.", "Iż-żmien għadda minn fuq kulħadd, u hawn pajjiżi li mxew 'il quddiem, hawn pajjiżi li ma tantx imxew 'il quddiem, u hawn pajjiżi li marru lura.", "U wieħed irid jistaqsi għaliex is-soċjetà Maltija, dan il-poplu ċkejken fid-daqs fuq firxa ta' 50 sena, mill-gwerra 'l hawn, irnexxielu jiżviluppa biex isir wieħed mill-pajjiżi żviluppati b'soċjetà li hija konxja x'inhuma l-valuri għoljin tal-kwalità tal-ħajja, u li fl-ekonomija tiegħu rnexxielu jibdel pajjiż li ma kellu xejn, ħlief bażi militari, u jittrasformah f'pajjiż li għandu ekonomija li kapaċi tigganċja ma' l-ekonomija ta-suq ħieles tar-reġjun Ewro-Mediterranju li aħna ngħixu fih.", "Dan il-pajjiż issa qed jaspira u jaħdem għax iħossu fiduċjuż li jista' jipparteċipa bl-iktar mod attiv fis-suq ħieles bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, għax għandu l-fiduċja li hemmhekk hemm opportunitajiet li sal-lum qegħdin nitilfuhom u li jeħtieġ li nibdew neħduhom.", "Għaliex dan il-poplu għandu din il-fiduċja?", "Għaliex dan il-poplu għamel dan is-suċċess kollu; li għamel lilu nnfisu nazzjon, li għamel lilu nnfisu poplu demokratiku, li għandu l-ordni tal-liġi fil-pajjiż, li għandu l-istituzzjonijiet tiegħu, minn parlament sa qrati kostituzzjonali, u ħwejjeġ oħra li huma importanti għall-iżvilupp ta' pajjiż.", "Ir-raġuni hija li dejjem kellna poplu li ta valur kbir lill-edukazzjoni, valur lit-tagħlim għax nafu li l-ikbar riżors li għandna hija l-intelliġenza ta' kull wieħed u waħda minna.", "Meta nħarsu lejn l-oqsma ta' l-ekonomija tagħna narawhom mimlijin b'imprendituri kbar u żgħar, li meta titkellem magħhom kollha kemm huma jgħidulek li l-poplu tagħna huwa poplu li jaf jaħdem, li huwa intelliġenti, li kapaċi jiżviluppa l-ħiliet tiegħu.", "Dan naħseb li huwa mertu ħafna tas- sistema edukattiva li, bid-difetti kollha tagħha, sal-lum irnexxielha tagħti ċerti riżultati.", "Allura meta nitkellmu fuq l-appoġġ lill-iżvilupp industrijali rridu nifhmu wkoll x'appoġġ kbir qed jagħti l-gvern meta qed jippompja investiment ta' miljuni kbar ta' liri, iktar minn Lm80 miljun fis- sena fil-livelli kollha tal-qasam ta' l-edukazzjoni, mill-iċken sa l-ogħla livell.", "Meta l-gvern qed jinvesti daqstant f'qasam li huwa marbut ma' l- iżvilupp industrijali, huwa tajjeb li nirrelataw dak li qed jiġri fl- edukazzjoni mal-miżuri l-oħrajn li qed jingħataw.", "Għandna liġi li minn naħa qed tipproponi ċertu appoġġ finanzjarju għat-taħriġ u l-edukazzjoni tar-riżors uman, qiegħda tinċentiva lill-imprendituri biex jinkulkaw din il- kultura li t-taħriġ kontinwu, it-taħriġ mill-ġdid, l-edukazzjoni tul il- ħajja hija parti mill-investiment li għandu jsir għas-suċċess ta' l- impriża, għas-suċċess ta' l-ekonomija, u min-naħa l-oħra għandek il- politika ġenerali tal-gvern li, bi prijorità assoluta, jagħti investiment qawwi wkoll fil-kamp ta' l-edukazzjoni.", "L-edukazzjoni tal-lum għaddejja minn perijodu ta' evoluzzjoni, minn perijodu ta' aġġustament għax l-edukazzjoni ta' pajjiżna hija sensittiva għall-iżviluppi soċjo-ekonomiċi li d-dinja tinsab għaddejja minnhom.", "Kien għalhekk li fl-aħħar snin saret ħidma qawwija biex l-edukaturi ta' pajjiżna jkollhom ċar quddiem għajnejhom x'tip ta' sistema edukattiva rridu nevolvu fil-pajjiż.", "Qed nuża l-kelma \"evoluzzjoni\" għax l-edukazzjoni tagħtik il- frott fuq firxa ta' snin, ma tagħtikx il-frott mil-lum għal għada.", "Illum inħossu ċerti nuqqasijiet li wħud minnhom huma difetti li nibtu fis-sistema edukattiva, uħud huma nuqqasijiet sforz ta' żbalji li għamilna fis-sistema edukattiva, u oħrajn huma frott tal-pass iktar mgħaġġel milli kien mistenni fid-dinja kollha.", "Però dawn in-nuqqasijiet li qed inħossu llum, li każ tipiku huwa n-nuqqas li qed inħossu fin-nies li huma mħarrġa biżżejjed fil- kamp tat-teknoloġija ta' l-informatika, fil-qasam tal-ħiliet tal- komunikazzjoni u tal-computer, mhux se nsolvuhom mil-lum għal għada, imma rridu naħsbu għalihom, kif għamilna f'dawn l-aħħar snin, u rridu nintensifikaw il-ħidma tagħna.", "Għalhekk, meta nitkellmu fuq l-edukazzjoni bilfors irridu naħdmu kemm fuq firxa b'mod ġenerali, kif ukoll billi nattakkaw il-problemi immedjati.", "Fl- edukazzjoni trid tiffoka fuq kollox.", "Meta wieħed jitkellem fuq l-Unjoni Ewropea ngħidu l-enlargement u li wieħed jikkonsolida iktar l-enlargement.", "Fl-edukazzjoni ma tistax tgħamel jew waħda jew l-oħra.", "Nemmen li fl- edukazzjoni wieħed irid jaħdem fuq il-fronti kollha tagħha, mill-iċken sa l- ogħla livell, fis-suġġetti u fid-dixxiplini kollha u fl-istess ħin irid jiffoka u jrid jinżel kemm jista' jkun fil-fond biex itejjibha.", "Kien għalhekk li aħna ħdimna f'dawn l-aħħar snin, l-edukatturi kolha, il-policy makers kollha biex nagħtu lill-pajjiż kurrikulu nazzjonali.", "Sur President, naħseb li dak li qed jiġri fid-dinja u li qed jiġri f'pajjiżna b'rabta ma' l-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp industrijali, jirrifletti ruħu tajjeb ħafna fil-kurrikulu nazzjonali li m'għadux iktar jenfasizza li l-edukazzjoni ssir billi sempliċement tagħti lit-tfal pakkett ta' informazzjoni, imma jenfasizza l-iżvilupp tal-ħiliet intelliġenti u kreattivi tat-tfal biex huma nfushom ikunu kapaċi japprezzaw l- informazzjoni u l-bidliet ta' kujum.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-kurrikulu nazzjonali - kif qal li jeħtieġ li jsir l-Onor.", "Bartoilo - jitkellem fuq bidla mill-bażi, jibda mill-kindergarten, il-livell primarju, u l-livell sekondarju, dawk is-snin ta' edukazzjoni obbligatorja.", "Hemm qed naraw b'liema rabta l-edukazzjoni qiegħda tiġi orjentata biex tassigura li ċ- ċittadini Maltin se jkunu tassew preparati għad-dinja tax-xogħol, preparati għall-ekonomija.", "Qegħdin nitkellmu fuq l-iżvilupp sħiħ tal-persuna, mhux sempliċement l-iżvilupp edukattiv, li wieħed ikun jaf in-numri u jkun jaf jaqra.", "Fil-kurrikulu nazzjonali qed nagħtu importanza lill-konċett ta' l- edukazzjoni tul il-ħajja, jiġifieri li meta l-istudenti jispiċċaw mill- edukazzjoni obbligatorja tagħhom, ikollhom dawk il-ħiliet li jgħinuhom ikomplu jitgħallmu u jgħixu b'mod effettiv u produttiv f'dinja li, għalkemm fiha ħafna opportunitajiet, imma rridu nkunu preparati wkoll kfi ngħixu u nattakkaw l-inċertezza.", "Huwa kurrikulu li qed jipprepara lill-istudenti tagħna biex iħarsu lejn l-affarijiet mhux minn sempliċi perspettiva nazzjonali, imma minn perspettiva globali.", "Sur President, qegħdin ngħidu wkoll li l-edukazzjoni trid tirrispondi għall- bżonnijiet tad-dinja tax-xogħol daqskemm tirrispondi għall- bżonnijiet tal-bnedmin li jridu jgħixu d-demokrazija, li jridu jgħixu l- ħajja ta' kwalità.", "Allura nemmnu li l-edukazzjoni f'uliedna hija l-aqwa garanzija għall-futur ekonomiku ta' pajjiżna.", "Però kif qegħdin nippreparaw?", "X'inhuma l-karatteristiċi li s-sistema edukattiva trid tħejji fl-istudenti tagħna għall-ekonomija globali?", "Qegħdin ngħidu li importanti li l-mudell ta' l-edukazzjoni tagħna jħeġġeġ d-diversità fl-ideal u mhux il- konformità.", "Sal-lum kellna sistema edukattiva li timbotta iktar il- konformità milli d-diversità, imma llum irridu sistema edukattiva li taħdem id f'id mad-dinja konkreta tax-xogħol, li tħejji lill-istudenti biex ikunu kapaċi jużaw l-enerġija intellettwati tagħhom biex isolvu l-problemi, li jkunu kreattivi u flessibbli, ħaġa li għadha nieqsa fil-forza tax-xogħol fil-ħaddiema in ġenerali ta' kull livell u f'kull settur.", "Fil-kurrikulu nazzjonali nsibu miri li huma ħafna iktar speċifiċi għax nemmnu li, jekk irridu żvilupp industrijali li kapaċi jkun kompetittiv, aħna rridu ħaddiema li għandhom sistema ta' valuri etiċi u morali, li huma kapaċi jiżviluppaw il-kreattività tagħhom, li huma konsumaturi edukati, u li jifhmu x'jiġifieri tkun produttiv u effettiv fid-dinja tax-xogħol.", "Jeħtieġ li l-ħaddiema jkunu jafu jħarsu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax- xogħol, u jafu x'jiġifieri l-kompetenza komunikattiva u x'jiġifieri li jkollok ateġġjament li huwa proprju l-kultura ta' tħejjija għall-bidla kontinwa li għaddejjin minnha.", "Dan huwa dokument li ġie ppubblikat bħal-lum sena u m'huwiex dokument li se jibqa' fil-librerija.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn steering committee, li kien presedut minn Prof. Kenneth Wain flimkien ma' firxa wiesgħa ta' edukaturi minn oqsma differenti, ħadem pjan ta' implimentazzjoni biex issa dawk l-objettivi diversi tal-kurrikulu nazzjonali, li jridu jagħtuna dawn it-tip ta' ċittadini, inkunu nistgħu nwettquhom fil-prattika.", "Ftit ġranet ilu tawni kopja ta' dan il-pjan ta' implimentazzjoni li bħalissa qed nevalwah għax irridu li dan il-kurrikulu nazzjonali, li daħal fis-seħħ f'Settembru li għadda, u li issa għandna dawn il-proposti għall- implimentazzjoni tiegħu fuq firxa ta' ħames snin, inkunu nistgħu nassiguraw li nibdew din il-mixja b'ritmu konsistenti, b'ritmu mgħaġġel daqskemm aħna kapaċi nassorbu dawn il-bidliet li jpoġġi quddiemna dan il-kurrikulu.", "Nittama li fil-ġimgħat li ġejjin inkunu nistgħu nirrapportaw progress fuq diversi oqsma u jkollna wkoll l-opportunità ta' diskussjonijiet importanti f'dan ir-rigward.", "Irridu naħdmu ħafna iktar għax fl-edukazzjoni qatt ma tista' tgħid li wasalna biżżejjed.", "Però nemmen li jekk ilkoll kemm aħna nagħrfu l-importanza ta' l-evoluzzjoni li bħalissa għaddejja minnha s- sistema edukattiva, u nħaddnuha b'mod ġenwin u bis-serjetà, allura jien konvint li jgħaddu ftit ta' snin u nibdew inbierku lil dawk kollha li fl- aħħar snin ħadmu biex poġġew sisien ġodda għas-sistema edukattiva tagħna.", "Sur President, hemm diversi appoġġi oħra.", "Aħna naqblu li ma nistgħux nibqgħu b'sistema edukattiva li ma tilħaqx numru kbir kemm jista' jkun tat- tfal tagħna.", "Ma nistgħux nibqgħu b'sistema edukattiva li ma tiggarantixxix li l-poplu tagħna jkun litterat, mhux biss fit-tifsira tradizzjonali ta' poplu li jaf jikteb u jaqra tajjeb bil-Malti u bl-Ingliż, imma llum il- ġurnata, per neċessità, wieħed irid ikun litterat ukoll fil-qasam tat- teknoloġija ta' l-informatika.", "Għal dan l-iskop hemm diversi inizjattivi maħsuba biex jgħinu ħalli jkollna għodda ġdida ta' tagħlim.", "Hemm il- literacy unit, il-let me learn unit, u hemm l-għodda l-oħra ta' appoġġi biex ngħinu lit-ttfal li għandhom bżonnijiet speċjali.", "Għodda oħra ġdida li qed tibda huwa l-institute for child and parent learning support li hu maħsub li jibda jattakka r-riskju ta' falliment fl-iskola mill-bidu nett.", "Dan jista' jkun għal raġunijiet diversi, imma ħafna drabi jkunu raġunijiet ta' natura soċjali.", "Għalhekk huwa importnati li l-edukaturi jifhmu d- dimensjoni soċjali ta' problemi li jiltaqgħu magħhom it-tfal, id-dimesjoni psiko-soċjali tad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.", "Nittamaw li bil-mod il-mod, bil-programmi apposta li jitħaddmu wara l-ħin ta' l-iskola, inkunu nistgħu ngħinu lit-tfal li b'termini ġenerali, imma m'humiex termini preċiżi, insejħulhom it-tfal batuti.", "Aħan ġieli mmorru l- parents' day u t-teacher jgħidilna li t-tifel batut f'suġġett partikolari.", "Aħna rridu nilħqu lil dawn it-tfal batuti għax nemmnu li nistgħu ngħinuhom.", "Fil-livell tal-kindergarten, tal-primarja, u tas-sekondarja qed nistennew evoluzzjoni li se ġġib magħha titjib fil-kwalità.", "Dan huwa wkoll apoġġjat minn strutturi oħrajn.", "Fil-budget għadna kemm għedna kif il-gvern se joħloq organizzazzjoni ġdida li tkun tista' tassigura t-titjib ta' l-ambjent ta' l-iskejjel ta' l- istat kollha kemm huma.", "Dan se jsir mhux biss billi nibnu l-iskejjel li għandna bżonn, imma nibnu mill-ġdid dawk l-iskejjel li m'humiex denji li jkunu skejjel, u billi nagħmlu refurbishment tajjeb fl-iskejjel kollha tagħna biex il-faċilitajiet ta' l-iskejjel ikunu skond il-viżjoni li qed ipoġġi quddiemna l-kurrikulu nazzjonali.", "Imbagħad se nassiguraw li jkun hemm sistema ta' maintenance fuq bażi regolari biex dak li nkunu rranġajna nżommuh tajjeb.", "Sur President, żvilupp ieħor li huwa intimament marbut ma' l-iżvilupp industrijali huwa r-riforma ta' l-iskejjel tas-snajja'.", "Illum is-sistema ta' l-iskejjel tas-snajja' taħdem b'mod li jidħlu fihom tfal li jkollhom xi 13-il sena jew 14-il sena u suppost jibqgħu sakemm ikollhom 16-il sena jew inkella jidħlu fi skemi ta' apprentistat.", "Mhux se nidħol fir-raġunijiet għax m'huwiex il-waqt, imma aħna ħadna d-deċiżjoni importanti li l- ewwelnett ngħidu li l-edukazzjoni tat-teknoloġija ta' l-informatika għandha tkun suġġett offrut lit-tfal kollha tagħna, subien u bniet fl-iskejjel kollha ta' l-istat, privati u tal-knisja sa mill-primarja.", "Naturalment dan huwa proċess twil, li għamilna pass ċkejken minnu.", "Però dan il-pass li sar f'għaxar skejjel sekondarji tas-subien, li bdejnieh f'Settembru/Ottubru li għadda, diġà qed juri xejriet pożittivi.", "Kemm it- tfal ta' dawk l-iskejjel u kemm l-għalliema li jħarrġu f'dan il-kamp qed juru interess ġdid fil-qasam ta' l-edukazzjoni teknoloġika u integraw ruħhom tajjeb ħafna fl-iskejjel sekondarji għax qed jagħru li dan huwa proċess ta' fejda.", "Nittamaw li f'Ottubru li ġej dan il-proċess mhux biss inkompluh, imma nkunu nistgħu nestenduh għal skejjel oħra, bħalma huma l- junior lyceums u skejjel sekondarji oħrajn.", "Qed issir ħidma biex naslu fi stat li kulħadd ikollu l-bażi ta' l- edukazzjoni teknoloġika.", "Irridu naslu biex fuq firxa ta' snin dan ikun suġġett bażiku daqs il-Malti, l-Ingliż, il-matematika, u daqs suġġetti oħrajn.", "Dan huwa neċessarju għax id-dinja li qed ngħixu fiha tirrikjedi t- taħriġ sa mill-bidu nett tal-ħiliet tagħna biex nanalizzaw il-problemi u nsibu soluzzjonijiet differenti li jkunu addattati għaċ-ċirkostanzi, biex nifhmu x'inhu l-użu ta' materjali differenti, biex inkunu nistgħu nwettqu b'idejna għax hawn ħafna element ta' learning by doing f'dan il-kamp.", "Marbuta ma' dan hemm ukoll it-twaqqif tal-kulleġġ ta' l-arti, xjenza u teknoloġija, il-kulleġġ vokazzjonali, miżura li bdejnieha s-sena li għaddiet, u t-twaqqif tal-kunsill nazzjonali għall-kwalifiki vokazzjonali, inizjattiva bejn il-ministeru għall-politika soċjali, il-ministeru ta' l- edukazzjoni, bejn l-ETC u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni flimkien mas-social partners, ma' l-employers ta' oqsma differenti u anke mat-trade unions.", "Dawn iż-żewġ inizjattivi, il-kuleġġ ta' l-arti, xjenza u teknoloġija u l- kunsill nazzjonali għall-kwalifiki vokazzjonali, se jġibu bidliet ta' strateġija importanti.", "Dawn se jisforzaw analiżi u riflessjoni fuq l- iskemi ta' l-apprentistati tagħna għax ma jistax ikun li tagħmel ir-riforma tat-trade schools u tintroduċi dawn l-istituzzjonijiet u magħhom ma ġġibx ukoll ir-riforma ta' l-apprentistati.", "Jiġifieri qed naraw li mexjin.", "Jien nixtieq li kieku l-pass huwa iktar mgħaġġel u li r-riżultati jinkisbu iktar malajr, imma d-diffikultajiet reali f'dan il-kamp - jekk wieħed irid jagħmel l-affarijiet b'mod tajjeb - mhux dejjem tista' tegħlibhom kif tixtieq, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija ta' l- informatika.", "F'dan il-kamp hemm diffikultajiet kbar, li mhux qed inħossuhom aħna hawn Malta biss, biex tiġbed l-għalliema li tista' tafdahom u tagħtihom mandat biex iwaqqfu l-istituti meħtieġa, iwaqqfu l-korsijiet meħtieġa u jħarrġu lin-nies.", "F'dawn l-aħħar erba' xhur n-nies tagħna ġrew f'diversi partijiet ta' l- Ewropa u f'partijiet oħrajn u kulħadd karba waħda; x'diffikultà hawn biex issib nies li lesti li jiddedikaw ruħhom għall-organizzazjoni ta' l- istrutturi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ fil-kamp tat-teknoloġija ta' l- informatika u fil-kamp tal-computers.", "Aħna intervistajna diversi persuni kompetenti f'dan il-kamp, però qegħdin f'diffikultà biex insibu min lest li jaċċetta.", "L-esperjenza kontinwa hija li tasal biex dak li jkun tinteressah b'mod attiv billi tagħmillu proposti kompetittivi f'dan is-suq partikolari, imma l-offerti illimitati li hawn fis-suq għal dawn in-nies kompetenti tant huma kbar li fi ftit sigħat dak li jkun ibiddel fehemtu.", "Din hija s-sena tal-lingwi u naqbel mija fil-mija mal-kollega tiegħi l- Onor. Bartolo dwar l-importanza li rridu nagħtu f'dan il-kamp.", "Irridu ntejbu l-istrutturi ta' l-edukazzjoni li għandna fil-kamp tal-lingwi.", "L- ewwel u qabel kollox irridu nsaħħu t-tagħlim ta' l-ilsien ta' art twelidna u tal-lingwa l-oħra uffiċjali ta' pajjiżna, l-Ingliż.", "Aħna poplu li l- ikbar passaport li għandna niftaħru bih huwa l-passaport tal-bilingwiżmu, li aħna poplu li suppost inkunu kapaċi nitkellmu b'faċilità ugwali l-Malti u l-Ingliż.", "L-Ingliż, it-tieni lingwa li għandna, inzerta l-lingwa franka internazzjonali, u hemmhekk irridu nagħmlu sforzi importanti biex inkunu nistgħu ntejbuh.", "Nemmen li l-miżuri li semmejt fil-kurrikulu nazzjonali għandhom isaħħu dan l-isforz kollettiv li rridu nagħmlu.", "Matul din is-sena rridu nirriflettu b'mod organizzat, irridu naslu għal deċiżjonijiet importanti biex dawn iż-żewġ lingwi tagħna nsaħħuhom u nifirxu wkoll l-attenzjoni tagħna fuq lingwi oħra.", "Ikolli laqgħat pjuttost regolari mar-rappreżentanti ta' pajjiżi oħrajn, l-ambaxxaturi ta' Franza, ta' l-Italja, tal-Ġermanja, ir-rappreżentant ta' Spanja, li kollha kemm huma jixtiequ jaraw it-tagħlim tal-lingwi tagħhom jikber f'pajjiżna u jixtiequ jikkollaboraw magħna biex dan it-tagħlim jikber.", "Aħna rridu nassiguraw li nżidu n-numru ta' studenti li jistudjaw dawn il-lingwi u ntejbu l-kwalità.", "Waħda mill-inizjattivi li qed naħdem fuqha man-nies tagħna hija li barra l-istituti li semejna, noħolqu istitut għat-tagħlim tal-lingwi bi speċjalizzazzjoni ta' ċerti lingwi.", "Il-lingwi nitgħallmuhom fl-iskola primarja, fl-iskola sekondarja, fil-post-sekondarja u fl-università, però għandna bżonn nitgħallmu kif niktbu u kif nitkellmu l-lingwi għar- raġunijiet ta' l-ekonomija, għar-raġunijiet ta' l-industrija, għar- raġunijiet tas-setturi terzjarji jew finanzjarji għax hemm it- terminoloġija, il-mod ta' kif tesprimi ruħek.", "Altru qed titkellem bl- Ingliż ma' barrani fit-tarzna, fejn trid tuża ċertu tip ta' Ingliż, altru qed titkellem bl-Ingliż ma' bankier fejn trid tuża ċertu tip ta' Ingliż, ma tużax l-Ingliż li tuża fit-toroq.", "Aħna nittmaw li nkunu nistgħu ntejbu l- kapaċità tagħna tat-tagħlim ta' dawn il-lingwi anke bl-għajnuna ta' pajjiżi oħrajn.", "Jien qed nitlob li dan l-istitut jagħmel enfasi kbira fuq il-lingwi normali, b'enfasi fuq il-parti applikata tagħhom, jiġifieri biex ikunu lingwi li wieħed jista' jużahom fl-ekonomija, imma nixtieq li dan l-istitut jagħmel enfasi wkoll fuq it-tagħlim ta' l-Għarbi, it-tagħlim taċ-Ċiniż, it- tagħlim tar-Russu u t-tagħlim anke tal-Ġappuniż.", "Veru nistgħu ngħidu li dawn huma lingwi wisq 'il bogħod minna, imma anke f'kontest ta' ekonomija globalizzata, fejn l-Ingliż se jkun il-lingwa li tiddomina, xorta aħna bħala pajjiż għandna jkollna l-kapaċità strateġika ta' almenu nukleu ta' Maltin li jippossjedu b'mod tajjeb ħafna dawn il-lingwi ta' popli kbar.", "Nieħu gost nara li d-diskors li bdejna ftit taż-żmien ilu ma' l-ambaxxata tar-Repubblika taċ-Ċina dwar it-twaqqif ta' istitut kulturali, issa kompla javvanza bil-kontribut tal-ministru għall-affarijiet barranin, u nittama li l-ħidma biex dan l-istitut kulturali Ċiniż jinfetaħ f'Malta tkun tista' tagħti l-frott tagħha fi żmien mhux imbiegħed.", "Nagħlaq billi ngħid li meta wieħed jiġbor dan kollu naraw li f'pajjiżna għandna sistema edukattiva li hija dinamika, m'hijiex statika, imma qiegħda tħares 'il quddiem ħafna.", "Il-ħsebijiet tal-gvern fil-kamp ta' l- edukazzjoni huma progressivi ħafna u nixtiequ li jkollna l-aħjar strutturi biex inwettqu dawn il-ħsibijiet li huma essenzjali għal kull wieħed u waħda mit-tfal tagħna.", "Aħna rridu nagħmlu sforz kollettiv biex nassiguraw li dawn il-miri importanti nkunu nistgħu nersqu lejhom, mhux nilħquhom għax qatt ma tista' tgħid li wasalt fil-milja tagħhom.", "Dejjem hemm x'tagħmel, dejjem jifdal ħafna iktar xogħol li jrid isir, imma almenu nkunu nistgħu nirreġistraw progress lejhom, anke biex inkunu preparati biex naħsdu l- frott ta' din il-politika tagħna ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, isiru ħafna mistoqsisjiet dwar il-poter deċiżjonali għal meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea, jekk aħna nistgħux nibqgħu niddeċiedu ċerti affarijiet għalina.", "Aħna se nibqgħu niddeċiedu dak kollu li huwa ta' ġid għall-poplu tagħna, se nibqgħu nagħtu l-kontribut tagħna biex noħolqu l- aqwa kondizzjonijiet biex kull wieħed u waħda minna ikun jista' jistagħna u jgawdi kwalità ta' ħajja dejjem aħjar.", "U dan ma nistgħux nagħmluh jekk aħna nibqgħu maqtugħin għalina għax naħsbu li jekk nibqgħu waħedna niddeċiedu iktar.", "Niddeċiedu iktar jekk qed niddeċiedu flimkien, jekk qed niddeċiedu fir-reġjun fejn lilna l-iktar jinteresana.", "Hija idea żbaljata li wieħed jaħseb li jekk pajjiż jibqa' waħdu għandu spazju deċiżjonali iktar wiesa' milli jekk jipparteċipa fid-deċiżjonijiet ma' ħaddieħor.", "Jien nipparteċipa fid-deċiżjonijiet ta' ħaddieħor u ħaddieħor jipparteċipa fid-deċiżjonijeit tiegħi.", "Illum id-dinja li mexjin fiha hija dinja ta' dan it-tip u aħna ma rridux inħarsu biss lejn dak li naħsbu li hu limitazzjoni meta huwa parteċipazzjoni.", "Aħna rridu naħsbu wkoll fit-tneħħija ta' dawk il-barrieri li llum qegħdin iżommuna barra mil- ikbar suq li hawn fid-dinja.", "Min jaħseb li aħna għandna nibqgħu waħedna qed jgħidilna li aħna poplu li biex tidħlu biex nidħlu fl-ikbar suq tad- dinja rridu noqogħdu nħabbtu l-ħin kollu, kull darba għal kull ħaġa, u ż- żgħażagħ tagħna ma jistgħux jistennew!", "Jekk nieħu n-nies li llum tgħallmu l-computers u t-teknoloġija ta' l- informatika, dawn qed jistennew il-gvern tagħna jagħmel il-ftehim ma' l- Unjoni Ewropea biex nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea?", "Dażgur li le!", "Dawn qed jinħatfulna għax m'hawnx biżżejjed spazju li għandu jkun miftuħ għalina!", "U għalhekk naħseb li l-miżuri li qed jiġu adottati b'din il-liġi huma importanti.", "Naħseb li l-poplu tagħna jinnota li fuq din id-direzzjoni hawn sinjali pożittivi miż-żewġ naħat tal-Kamra u nemmen li jekk naħdmu tajjeb għar-riżultati, dawn għandhom iġibu ħafna ġid u fejda fost il- komunità tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, kellna dibattitu interessanti dwar dan l-abbozz ta' liġi, kemm mill- kelliema tan-naħa ta' l-oppożizzjoni kif ukoll mill-kelliema tan-naħa tal- gvern.", "Huwa ta' sodisfazzjon li għat-tieni darba f'dan il-parlament se ngħaddu emendi biex indaħħlu inċentivi industrijali b'consensus taż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Qed ngħid għat-tieni darba għax fl-1997 aħna konna qbilna meta l- amministrazzjoni preċedenti kienet ipproponiet xi bidliet fl-Industrial Development Act, li meta kont ministru responsabbli mill-inudstrija fl-1996 kont bdejt nimmotivahom ukoll.", "L-emendi għaddew mingħajr ma l-pubbliku lanqas kważi nduna għax meta jkun hemm consensus dwar ħaġa, din inqas tagħmel ħoss.", "Fil-fatt l-emendi għall-Industrial Development Act fl-1997 għaddew anke b'suġġerimenti min-naħa tagħna li l-gvern ta' dak iż-żmien kien aċċetta.", "Dan huwa sinjal tajjeb u huwa ta' sodisfazzjon kbir li issa, meta għandna emendi sinifikanti ħafna wkoll, qegħdin jiġu ttrattata b'mod tassew matur miż-żewġ naħat b'mod li qed iwassal għal consensus.", "Naħseb li dan huwa awgurju tajjeb għas-sena l-ġdida għax il-pajjiż qed jagħti messaġġ lill- investituri barranin li hemm qbil b'mod ġenerali bejn iż-żewġ naħat dwar dawn l-inċentivi li qed nitkellmu fuqhom.", "Jista' jkun hemm xi dettalji fejn ma naqblux, li nitkellem dwahom iktar tard, però l-fatt li hemm qbil dwar id-direzzjoni li wieħed għandu jieħu f'settur ieħor fil-qasam finanzjarju, huwa awgurju tajjeb ħafna f'dan il-pajjiż li huwa mdorri b'daqshekk diviżjoni u b'daqshekk argumenti.", "Nirringrazzja lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni u tal-gvern li pparteċipaw f'dan id-dibattitu li kompla jibni fuq dak li ġie ppreżentat.", "L-inċentivi li qed nitkellmu fuqhom huma sinifikanti ħafna u tajjeb li nirrispondi għal xi ftit issues li qamu.", "L-Onor.", "Attard Montalto tkellem mill-esperjenza tiegħu bħala ex-ministru ta' l-industrija b'mod tassew informattiv u wera li qed jara l-benefiċċju li nkomplu nbiddlu l-istruttua ta' l-inċentivi, speċjalment li nneħħu l-kondizzjoni ta' l-esportazzjoni u li nagħmlu inċentivi bbażati fuq il-konċett tal-valur miżjud, li huwa wieħed mill-iktar kriterji importanti biex wieħed jiġbed investiment lejn pajjiżna.", "Però huwa għamel din il-mistoqsija: Jekk aħna kellna sitwazzjoni ta' tax holidays, jiġifieri zero tax, għal perijodu ta' snin għal setturi li kienu primarjament jesportaw, u issa se ndaħħlu sistema li għal kumpanniji ġodda għandha minimu ta' taxxa ta' 5%, din kif jista' jkollha effett pożittiv?", "Il-mistoqsija hija interessanti ħafna.", "L-ewwelnett għalkemm qed indaħħlu tassazzjoni ta' 5% fejn qabel ma kienx hemm, li wara seba' snin titla' għal 10% u wara sitt snin oħra titla' għal 15%, però qegħdin indaħħlu wkoll mutur qawwi, il-mutur ta' investment tax credits.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu li jekk il-kumpanniji jinvestu f'ħafna makkinarju, anke dik il-5% taxxa tista' tiġi maħfura.", "Wieħed jista' jgħid li din hija karrotta, jiġifieri aħna qegħdin nagħtu messaġġ li hawn Malta rridu kumpanniji li għandhom l-iktar livell għoli ta' investiment possibbli.", "Aħna nafu li meta taqbad ħaddiem Malti u tpoġġih fuq makna avvanzata, dan jista' jagħtik l-istess produttività daqs ħaddiem Ġermaniż, Amerikan, jew Ġappuniż, allura b'dan l-inċentiv qed ngħidu bl-iktar mod qawwi li dawk il-kumpanniji li veru se jinvestu ammont sinifikanti se jkollhom benefiċċju iktar minn dawk il-kumpanniji li forsi ma jinvestux daqshekk.", "L-investment tax credit ta' 50% huwa strument qawwi għax dan ifisser li minn kull Lm100,000 investiment tieħu tnaqqis fit-tassazzjoni ta' Lm50,000, jew minn kull Lm1miljun investiment tieħu tnaqqis fit-tassazzjoni ta' Lm0.5 miljun.", "Dan huwa mutur qawwi biex jinkoraġġixxi l-investiment u biex jindika d-direzzjoni bl-iktar mod ċar.", "Meta wieħed iqabbel l-inċentiv b'xi ammont baxx ta' taxxa ma' l-inċentiv tat-tax holiday, wieħed jistaqsi kif tista' tegħleb il-benefiċċju ta' zero tax?", "Naturalment m'hemm xejn aqwa minn zero tax, fis-sens li ma jistax ikollok ammont ta' taxxa inqas minn zero.", "Però jirriżulta li kultant zero tax hija wkoll ta' diżinċentiv, fis-sens li tbeżża' ċerti investituri li jekk jidħlu fis-sistema fejn it-taxxa hija zero, u tagħmel x'tagħmel m'hijiex kondizzjonata bħalma qed nagħmlu aħna issa, din taf twassal għal suspetti li tax authorities oħra jħarsu lejn dik is-sistema bħala aggressiva wisq.", "F'dan il-qasam ta' tassazzjoni, jekk inċentiv ikun aggressiv wisq, dan jista' jkollu some negative repercussions.", "Hemm ukoll l-element tad-double taxation treaties, li wħud minnhom jippermettu taxxa ridotta però mhux sa 0%.", "Per eżempju, issib kumpanniji reġistrati l-Ġermanja jew l-Olanda li d-double taxation treaty jippermetti li t-taxxa tkun sa 15%, jiġifieri jkun hemm riduzzjoni fuq it-taxxa li tkun qed titħallas fuq dik l-attività.", "Naturalment is-sistema tagħna qiegħda maħsuba f'dan l-isfond u għalhekk se nagħmluha li għal kumpanniji ġodda nibdew minn 5% u l-kumpanniji eżistenti minn 10% li mbagħad tista' twassal għal 15%.", "Qed ngħidu li jekk kumpannija tispiċċa tħallas 15% wara numru ta' snin, din hija t-taxxa permessa minn ħafna double taxation treaties, u minflok ma tħallashom il-Ġermanja dawk il-15%, tħallashom hawn Malta.", "Allura dik il-kumpannija ma tkunx qed iżżid il-burden, iżda tkun qed iżżid id-dħul tal-gvern.", "Però rrid ngħid li dak jasal wara numru ta' snin u l-intenzjoni ta' din il-liġi hija li toħloq pont bejn is-sistema l-antika li kellna s'issa taħt l-IDA, li ilha taħdem mill-1988, u s-sistema l-ġdida li qed nipproponu għall-quddiem.", "Dan il-pont huwa forsi l-iktar strument importanti f'din il- liġi għax għandna diversi kumpanniji li ġbidna lejn pajjiżna f'dawn l-aħħar 20 sena, 30 sena, f'ċirkostanzi internazzjonali differenti.", "Meta kien għad hemm il-ħajt tal-Berlin, ħafna kumpanniji Ġermaniżi ma kenux imorru f'pajjiżi ex-komunisti għax ma ridux jinvestu hemmhekk, allura ġew ħafna kumpanniji tajbin hawn Malta u għadhom hawn.", "Għaldaqstant il-liġi qed toffri inċentiv lil dawn il-kumpanniji li, minkejja li diġà kienu ggwadanjaw mis-sistema ta' tax benefits li kellna, issa minflok ma se jiġu ntaxxati bil-35% jew bil-15% skond id-double taxation treaty, dawn se jiġu ntaxxati bl-10%.", "Dan qed nagħmluh biex inġiegħlu lil ħafna kumpanniji li għandna f'Malta biex ikomplu jsaħħu l-investiment tagħhom.", "U qegħdin nagħtu benefiċċju iktar qawwi għal dawk il-kumpanniji li jkomplu jinvestu għax is-sistema ta' l-investment tax credit taf tnaqqas l-ammont ta' tassazzjoni b'mod qawwi.", "Jien iltqajt ma' kumpanniji li għandhom per eżempju, 15-il kumpannija sussidjarja madwar id-dinja, li qaluli straight and plain li din il- proposta għoġbithom.", "Huma kellhom il-ħsieb li jespandu kumpannija ssussidjarja oħra fil-Portugal jew fl-Ungerija, u issa dan it-tip ta' pakkett qed jinteressahom biżżejjed biex jikkonsidraw li jespandu l- operazzjoni tagħhom f'Malta minflok f'pajjiż ieħor.", "Ir-raġuni għal dan hija li issa hemm benefiċċju beyond it-ten year tax holiday li kellhom qabel.", "Ma nistgħux ma nagħtux importanza lil dan il- pont li bnejna u ma kienx faċli biex naslu għal din l-istruttura.", "Meta wieħed iħares lejn il-pakkett ta' inċentivi, l-affarijiet forsi jidhru ovvji, però biex wasalna għal dan il-pakkett ma kenitx ħaġa faċli.", "Għamilna ħafna diskussjonijiet biex insibu alternativi minħabba li kellna nieħdu into consideration anke constraints finanzjarji.", "Permezz ta' dan il- pakkett ta' inċentivi qed nipproteġu l-legitimate expectations ta' dawk li jaqgħu taħt il-liġi l-qadima u qegħdin noffru inċentivi differenti u qawwija ħafna lill-industriji l-ġodda u lil dawk li diġà qegħdin joperaw.", "Aħna konvinti li dan se jkollu effett radikali li jippromwovi l-investiment f'pajjiżna.", "Kien hemm xi ftit kummentii mill-membri ta' l-oppożizzjoni li nixtieq nagħti r-reazzjoni tiegħi għalihom.", "Kien hemm min qal li l-investiment nixef f'pajjiżna, l-investiment mhux ġej u li mhux qed jitkattru impjiegi biżżejjed fis-settur tal-manifattura.", "Huwa importanti li wieħed jifli daqsxejn x'ġara matul l-aħħar sena, fejn jirriżulta li l-impjiegi żdiedu b'655 fis-settur tal-manifattura.", "Naħseb li żgur kienet sena record imqabbla ma' l-aħħar ħames snin, meta s-settur tal-manifattura mhux żied imma naqqas l-impjiegi.", "Naturalment kien hemm industriji li qegħdin jirristrutturaw jew qegħdin inaqqsu għaliex m'għadhomx daqshekk kompetittivi u kien hemm industriji oħra li bdew jespandu, speċjalment fl- elettronika, u dan ma ġarax f'kumpannija waħda biss.", "Kull darba naqgħu għat-tentazzjoni li ngħidu li l-progress li qed isir fil-manifattura qed isir minn kumpannija waħda biss.", "L-ewwelnett aħna kburin b'din il-kumpannija li qed tagħmlilna reklam tajjeb ħafna.", "Din il-kumpannija għandha madwar għaxar sussidjarji madwar id-dinja, inkluż f'areas viċin tagħna, fi Sqallija u fil-Marokk, imma din sabitha worthwhile li tkompli tespandi f'pajjiżna.", "U mhux Lm1miljun jew Lm2 miljun qed tinvesti, imma s-sena li għaddiet investiet madwar $150 miljun.", "Meta pajjiż ċkejken bħal Malta jiġbed dan it-tip ta' investiment, għaliex għandu jkun hemm min jirrimarka li kumpannija waħda qed tagħmel dan il-progress?", "Kemm-il kumpannija ta' dak id-daqs jista' jkollna aħna!", "Aħna naffordjaw li jkollna tnejn jew tliet kumpanniji ta' dak id-daqs?", "Naħseb li lanqas insibu ħaddiema biżżejjed biex jaħdmu f'dan is-settur jekk ikollna żewġ kumpanniji oħra li kull waħda timpjega 2,500 ruħ.", "Il-qgħad tagħna qiegħed madwar 6,000 u m'huwiex possibbli għall-ebda pajjiż li jniżżel il-qgħad għal zero.", "Irridu noqogħdu attenti kif nitkellmu għax kultant aħna forsi l-ikbar esperti ta' self-criticism .", "Għandna kumpannija tajba għaddejja u rridu ninkoraġġixxu kumpanniji oħra, għalkemm forsi mhux ta' l-istess daqs, però kumpanniji li jikkumplimentawha, biex jiġu jinvestu hawnhekk.", "U hekk qed nagħmlu.", "Kien hemm xi kelliema minn tan-naħa l-oħra li qalu kemm hu importanti li meta jsiru s-seminars ta' l-MDC ma jmurx biss il-ministru jew iċ-chairman ta' l-MDC għalihom - ngħid għalija għandi biżżejjed xogħol - iżda jmorru wkoll il-kumpanniji jakkumpanjaw id-delegazzjoni.", "Fil-fatt hekk qed isir għax f'dawn l-aħħar sentejn f'kull delegazzjoni kellna nies mill-ST Microelectronics.", "Dawn sal-Ġappun ġew magħna u morna għand suppliers ta' l- ST Microelectronics li qed jikkonsidraw li jiftħu uffiċċju f'Malta - inizjalment biex jissupplixxu lill-ST Microelectronics però eventwalment jistgħu jespandu - jekk aħna nkunu f'pożizzjoni aħjar vis-a-vis l-Unjoni Ewropea għaliex għall-Ġappuniżi dan huwa kruċjali ħafna.", "Kien hemm il-kumpannija Brandt, il-kumpannija WET Automotive systems Limited, il-kumpannija Prominent, u diversi kumpanniji oħra li akkumpanjaw id-delegazzjonijiet li minnhom ħareġ ċertu suċċess.", "Irrid ngħid li s-sena li għaddiet ġiet id-Deluge, li tagħmel solar powered motors, pompi ta' l- ilma li huma driven bis-solar panels, li qed tippjana li timpjega 'l fuq minn 400 ruħ.", "Fetħu kumpanniji Ġermaniżi oħra, fosthom il-Lazorcom u s- Signal li tagħmel electronic liquid displays u diversi kumpanniji oħra.", "Naturalment dawn il-kumpanniji jibdew normalment b'10, 15-il ruħ jew anke inqas xi kultant, u bil-mod il-mod iżidu għal 30, 50 ruħ u kultant iktar ukoll.", "Jiġifieri s-settur ta' l-elettronika qed jespandi permezz ta' l-ST Microelectronics u kumpanniji oħra għaliex b'kollox hemm 6,000 impjieg f'dan is-settur, u bil-mod il-mod qiegħed jieħu over mis-settur tat-tessuti li f'xi żmien kellna anke 10,000 u 12,000 impjegati fih.", "Fuq medda ta' 15- il sena dan in-numru niżel għal 3,000.", "Jiġifieri għandna diversi kumpanniji li għaddejjin minn bidla.", "Dan huwa tajjeb ħafna għaliex biex inżommu l-istandard of living f'pajjiżna rridu mmorru għall-produzzjoni ta' valur iktar għoli, li tirrikjedi aktar produttività mill-ħaddiema, li allura tkun tista' tikkmanda paga aħjar għal dak ix-xogħol.", "Dan hu l- uniku mod kif nistgħu nżidu l-attività ekonomika.", "Kif diġà għedt, kellna żieda ta' 655 impjieg fil-manifattura, però rridu nifhmu wkoll li hemm ħafna impjiegi li ma jidhrux taħt il-manifattura, imma jidhru bħala servizzi.", "Per eżempju, illum fil-manifattura ftit li xejn issib min jimpjega cleaners għaliex is-sistema li ssib illum madwar id- dinja hija li jkun hemm kumpanniji speċjalizzati f'dan il-qasam, allura l- cleaners ma jkunux impjegati direttament tal-kumpannija tal-manifattura, imma jidhru taħt kumpannija oħra.", "B'hekk jidher li qed iżżid l-impjiegi fis-servizzi.", "Fil-fatt l-impjiegi fis-servizzi tat-turiżmu biss żdiedu b'715, però s-servizzi in ġenerali żdiedu b'ammont ferm ikbar.", "Il-private market services żdiedu b'1,900, u fis-settur tal-kostruzzjoni kien hemm żieda ta' madwar 448.", "Din l-aħħar sena fis-settur privat b'kollox kellna żieda ta' 3,400 impjieg.", "Dan huwa indikatur interessanti għax kważi kważi huwa record jekk tħares lura sa l-1995.", "Kellna sena b'żieda qawwija fl- impjiegi, li parti sinifikanti minnha ġejja mill-manifattura direttament u parti ġejja indirettament.", "Bħalma jiġri fis-settur tat-turiżmu, parti mill- impjiegi jkunu direttament fil-hotels and catering establishments u parti jkunu jipprovdu servizzi oħra, bħal trasport, cleaning u diversi servizzi oħra li jingħataw fis-settur tat-turiżmu.", "Jiġifieri l-istampa li għandna quddiemna mhijiex negattiva u m'aħniex qed inbiddlu l-pakkett ta' inċentivi għaliex għandna kriżi.", "Anzi qed nibdlu l- pakkett ta' inċentivi għaliex irridu noffru sistemi iktar effiċjenti, iktar adatt għaż-żmenijiet tal-lum, u rridu noffru pakkett li joħloq dak il- bridge li kien tant nieqes għal dawk il-kumpanniji li se jispiċċalhom l- inċentiv u allura ma kellhom xejn bħala inċentiv għall-futur.", "Kif diġà għedt, dan il-bridge huwa importanti ħafna u se jwassal biex ikollna iktar investiment.", "Mr Speaker, kien hemm żewġ suġġerimenti li jien innotajt b'mod partikolari, wieħed minnhom kien ta' l-Onor.", "Leo Brincat.", "Hemm sezzjoni fil-liġi fejn għall-ewwel darba qed ngħidu li jista' jkun possibbli li l- MDC tagħti grants.", "Hemm żewġ raġunijiet għaliex qed nagħmlu dan.", "L- ewwelnett għaliex kien hemm ċirkostanzi fejn konna qed nikkompetu ma' pajjiżi oħra bħall-Portugal, l-Irlanda, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka, li biex jiġbdu lejhom kumpanniji ta' ċertu isem kultant joffrulhom grant biex jiffinanzjaw parti mill-investiment.", "Is-sistema ta' inċentivi tagħna qiegħda billi tnaqqas mit-taxxa li kieku kien ikollhom iħallsu dawn il- kumpanniji.", "Dan l-inċentiv huwa sensibbli ħafna għaliex dak li jkun irid jibda jopera u jrid jagħmel il-profitti biex ikun jista' jibbenefika minn dan l-inċentiv, allura l-possibbiltà ta' abbuż ikun iktar limitat.", "Però l- verità hi li l-kompetituri tagħna mhux dan l-inċentiv biss jużaw, imma jużaw anke s-sistema ta' grants.", "Kif kienet is-sitwazzjoni taħt l-Industrial Development Act ma kienx possibbli li wieħed jagħti grant, anke jekk ikun każ partikolari.", "Għalhekk fl-introduzzjoni ta' dan l-abbozz semmejt li se ndaħħlu l-faċilità fil-liġi li jingħataw grants, però m'għandniex a specific budget item biex nagħtu l- grants, trid tkun xi ħaġa eċċezzjonali peress li għandna limitazzjonijiet finanzjarji.", "Il-verità hi li ħafna pajjiżi madwarna, speċjalment dawk li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea, jieħdu l-grants mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea stess.", "Allura jien irrid nipprepara t-triq ukoll biex ladarba nkunu membri nkunu diġà bdejna noperaw sistema li biha jkun possibbli li nagħtu dawn il-grants li jużaw b'mod tant effettiv il-Portugal u l-Irlanda b'mod partikolari, u anke r-reġjuni ta' Scotland u Wales.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Brincat kien li l-grant kif qiegħda worded fil- liġi qisha qiegħda għad-diskrezzjoni tal-ministru.", "Naturalment l-idea hija li joħorġu ċerti regoli dwar l-għoti tal-grants, u fl-istadju tal- kumitat se nipproponi emenda fis-sens li l-ministru japprova l-grant fuq il- parir tal-bord ta' l-MDC.", "Imbagħad il-ministru jara jekk jirnexxilux iġib finanzjament għal dak il-grant għaliex finalment dik tħoll u torbot minħabba r-restrizzjonijiet finanzjarji li għandna llum.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo għamel suġġeriment ieħor meta kien qed jitkellem dwar l-importanza tal-lingwi f'pajjiżna.", "Huwa qal li wieħed għandu jagħmel inċentiv iktar dirett għal-language schools.", "Aħna għandna l-intenzjoni li ninċentivaw iktar dawn l-iskejjel mhux biss għaliex huma attività importanti fihom infushom, kemm għat-turiżmu u kemm għall-manifattura, iżda hija xi ħaġa li nistgħu noffru b'mod iktar effettiv f'pajjiżna, fejn l- Ingliż huwa mitkellem ferm iktar milli huwa fi kwalunkwe pajjiż ieħor fil- Mediterran.", "Għalhekk għandna l-intenzjoni li meta toħroġ il-legal notice li għandha x'taqsam mat-turiżmu wieħed jara kif jinkorpora dan l-element.", "Kien hemm xi kummenti wkoll dwar il-white paper li tlestiet sena ilu u kienet il-punto di partenza għal dawn il-bidliet.", "Xi ħadd staqsieni x'reazzjonijiet kelli għall-white paper.", "Jien kelli reazzjonijiet mill- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u mill-constituted bodies, imma xtaqt iktar reazzjonijiet min-naħa ta' l-oppożizzjoni għax ma tantx kien hemm.", "L-iktar li saru kummenti fuq il-white paper kien proprju waqt din id- diskussjoni.", "Jien ħadt nota ta' dawk il-punti li tqajmu u l-white paper eventwalment se tiġi mibdula f'policy document li naturalment tieħu into consideration anke l-bidliet li qed nipproponu.", "Jiġifieri aħna ma qgħadniex ngħidu li ladarba ġiet ippubblikata l-white paper, qegħdin f'pożizzjoni li niżviluppawha f'policy document l-ewwel u mbagħad nemendaw il-liġi.", "Ma ridniex nistennew daqshekk!", "Qed nemendaw il-liġi u mbagħad il- policy document se jieħu into account dak li qed nagħmlu issa għaliex naħseb li huwa iktar importanti li jkollna l-makkinarju biex nagħtu l- inċentivi milli sempliċement ikollok update tal-white paper b'iktar dettall.", "Waħda mir-reazzjonijiet għall-white paper li kellna min-naħa ta' l-FOI kienet li għandna nkunu iktar speċifiċi dwar is-setturi li rridu nippromwovu.", "U fil-fatt hekk għamilna fl-iskema li għandna; is-setturi li għandhom potenzjal ikbar għal pajjiżna qed nagħtuhom ċerti kondizzjonijiet u setturi oħra, li forsi għandhom ċerti problemi differenti, qed nagħtuhom inċentivi differenti.", "Dan kien wieħed mill-iktar aspetti importanti.", "Issemmiet ukoll l-issue tat-training grants li llum stess irrispondejt mistoqsija parlamentari dwarha.", "Bis-sistema preżenti s-sena li għaddiet kien hemm 73 kumpannija li bbenefikaw mit-training grants li b'kollox ammontaw għal kważi Lm0.5 miljun.", "Fil-passat, sentejn jew tlieta ilu, kienu jintnefqu madwar Lm0.25 miljun, filwaqt li llum qed nonfqu d-doppju.", "It-training grants kif inhuma llum huma element importanti, però dawn il- flus għandhom jiġu amministrati aħjar anke mill-ETC ħalli ma jispiċċawx qishom sussidju - għalkemm aħna rridu ngħinu lill-industrija - però jintużaw verament għat-taħriġ ħalli l-individwu jiggwadanja minn dan it-tip ta' training.", "Il-legal notice li poġġejt kopja tagħha fuq il-Mejda tal- Kamra - biex imbagħad isiru xi emendi oħra għaliex il-feedback għadu dieħel - tidħol fis-seħħ wara li tgħaddi l-liġi u tkun tista' tispeċifika aħjar dwar it-training grants.", "Mr Speaker, ipprovajt nitkellem dwar ftit mill-punti li tqajmu f'diskussjoni li kienet informattiva u pożittiva ħafna li twassal biex ikollna consensus ukoll dwar il-policy industrijali u l-miżuri li qed nieħdu biex inżidu inċentivi għall-industrija, b'mod partikolari tal- manifattura, u anke għal setturi oħrajn permezz ta' legal notices iktar 'il quddiem.", "Dawn se jkopru setturi oħra bħall-agrikoltura, l-industrija tal- films, it-turiżmu u diversi setturi oħra.", "Naturalment se jinħatru awtoritajiet kompetenti biex jippromwovu l-inċentivi f'diversi oqsma ta' l- ekonomija tagħna.", "Naħseb li dan huwa pass sinifikanti ħafna għall-iżvilupp ta' pajjiżna irrispettivament mill-issue ta' l-Unjoni Ewropea, għaliex finalment l-IDA kien ikollna nbiddluha anke kieku kellna nimxu fuq politika ta' free trade area.", "Jien ma tantx tkellimt fuq l-Unjoni Ewropea għalkemm ovvjament ħsibna wkoll fis-sistemi li qed jużaw l-Ewropa u pprovajna nieħdu l-aħjar, u dak li huwa l-iktar adattat għalina fiċ-ċirkostanti tagħna, mis-sistemi wżati fl-Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, għandi ngħarrfek li tkellimt ma' sħabna ta' l-oppożizzjoni u wasalna għal arranġament biex flok ma ngħaddu għall-item li jmiss kif jidher fuq l-order paper, ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat fuq dan l-istess abbozz ta' liġi li għadna kemm għaddejna mit- Tieni Qari.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn il-permess biex nimxu b'dan l-arranġament?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 – Emenda tat-titolu t-twil ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of the long title to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Klawsola 2 li tittratta dwar it-titolu hija self- explanatory.", "Minflok il-kliem \"ta' industriji ġodda\" qed indaħħlu l-kliem \"ta' negozji ġodda\".", "Din l-emenda b'mod partikolari tirrifletti t- twessiegħ ta' l-Att għaliex m'aħniex qegħdin nitkellmu sempliċement fuq industriji, li ħafna drabi wieħed jifhem il-manifattura, però qed ninkludu wkoll in-negozji in ġenerali, allura qed inwessgħu l-iskop ta' dan l-Att kif ġie spjegat fis-Second Reading.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 1 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Substitution of section 1 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Klawsola 3 qed tipproponi li tbiddel l-isem ta' l- Att dwar l-Iżvilupp Industrijali għall-\"Att dwar il-Promozzjoni ta' Negozji\".", "Qegħdin nagħmlu dan għal żewġ raġunijiet; l-ewwelnett għaliex l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa aktar wiesa' u jkopri n-negozji in ġenerali, speċjalment meta joħorġu l-legal notices li se jittrattaw is- setturi speċifiċi, u t-tieni nett minħabba d-double taxation treaties.", "Peress li dawn it-treaties isemmu l-IDA bin-numru tal-kapitlu li għandu, il- parir legali li kellna kien li nżommu l-istess numru tal-kapitlu u inżommu l-istess format, għalkemm qegħdin nibdlu b'mod radikali, ħalli ma jkunx hemm diffikultajiet fid-double taxation treaties.", "Il-parir kien li jekk nimxu b'dan il-format aħna nkunu f'pożizzjoni li dak li ġie negozjat taħt id-double taxation treaties, ikun jista' jiġi preservat ukoll għal dan l-Att.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of section 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 4 li tgħid:", "\"A\" Fi klawsola 4 tat-test Malti, subklawsola (d) għandha taqra subklawsola (b).", "\"A\" In clause 4 of the Maltese text, for subclause (d) there shall be substituted subclause (b).", "Klawsola 4 tittratta dwar diversi aspetti ġodda fil-liġi, u għalhekk qed indaħħlu ċerti definitions li għandhom x'jaqsmu magħhom.", "Per eżempju, se ndaħħlu l-bord ta' sorveljanza fuq l-għajnuna mogħtija mill-Istat.", "Dan il- bord, li hemm section dwaru iktar tard, qiegħed intenzjonat biex iżomm record ta' l-istate aid li tkun qed tingħata u tiġi kwantifikata wkoll.", "Dan għaliex waħda mid-diffikultajiet li kellna kienet li, filwaqt li nagħtu għajnuna taħt l-IDA permezz ta' riduzzjoni fit-tassazzjoni, ħadd m'għandu record ta' kemm tammonta din ir-riduzzjoni f'tassazzjoni u ħafna għajnuniet oħra li jingħataw.", "Aħna rridu nkunu iktar trasparenti, allura se jkun hemm mezz kif wieħed iżomm record ta' l-għajnuna li qed tingħata permezz ta' dawn l-inċentivi, u jara wkoll li l-kriterji li bihom qed tingħata, huma skond il-liġi.", "It-tieni definizzjoni li għandna hawnhekk, u ta' min isemmi, hija l-kelma \"intrapriża\" li tfisser individwu jew korp ta' persuni li jmexxu jew jeżerċitaw kummerċ, negozju, professjoni jew vokazzjoni.", "Id-definizzjoni tal-kelma \"intrapriża\" hija waħda mill-ewwel aspetti li jwessgħu l-iskop ta' dan l-Att, għaliex bit-tifsira li ngħatat se jkun possibbli li noħorġu inċentivi, permezz ta' legal notices, li jkunu applikabbli għal ċerti intrapriżi li jmexxu attività kummerċjali.", "F'subparagrafu (ii) il-kelma \"korporazzjoni\" tirriferi għal dik il- korporazzjoni kompetenti li tkun hekk assenjata, filwaqt li fl-IDA kienet tirriferi għall-Malta development corporation.", "Jiġifieri hawnhekk qed niftħu l-possibbiltà li għal ċerti inċentivi jkun hemm assenjati korporazzjonijiet differenti.", "Dan huwa wkoll fl-istess spirtu li nwessgħu l-iskop ta' dan l-Att.", "B'dan il-mod jekk ikollok inċentivi li għandhom x'jaqsmu ma' trade fairs barra minn Malta, b'mod partikolari, ikunu assenjati lill-METCO; l-inċentivi li għandhom x'jaqsmu iktar ma' l-SMEs ikunu assenjati lill-IPSE; l-inċentivi li għandhom x'jaqsmu ma' training grants ikunu assenjati lill-ETC; l-inċentivi li għandhom x'jaqsmu mat- turiżmu, ikunu assenjati lill-Malta tourism authority.", "U nista' nkompli fuq setturi oħra bħall-agrikoltura li jkunu assenjati lil xi awtorità kompetenti li jista' jkun hemm anke fil-futur, f'diversi oqsma.", "Dawk huma l-main issues li hemm f'din il-klawsola u mbagħad hemm xi tibdil ieħor li huwa konsegwenzjali għat-twessiegħ ta' l-iskop li qed nagħmlu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kif spjega l-Ministru, it-tibdiliet li għandna huma konsegwenza tal-kunċetti li qed jidħlu permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Għaldaqstant ir-rimarka ta' din in-naħa tal-Kamra hija li bilfors kellhom jitbiddlu għaliex inkella ma kenux jirriflettu l-kontenut ta' l-Att.", "Ma jidhirlix li hemm diżgwid dwar dan.", "Forsi dwar il-bord ta' sorveljanza nitkellmu meta naslu għal klawsola 57.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda għal klawsola 4, kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 4, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 5 - Amendment of section 3 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Klawsola 5 tittratta sezzjoni mil-liġi ta' l-IDA dwar l-attivitajiet ta' qualifying companies.", "Issa li qed nagħmlu hawnhekk huwa li qed nirfinaw ċerti inċentivi għal uħud mill-attivitajiet u qed nespandu l-inċentivi għal attivitajiet oħrajn.", "Qegħdin inżidu s-sajd, l- agrikoltura, it-turiżmu, il-hotels and catering establishments, l-audio visual activities u anke l-attivitajiet tal-freeport li issa qegħdin indaħħluhom taħt il-kappa tal-Business Promotion Act.", "Fil-liġi preċedenti diġà kien hemm xi inċentivi għas-sajd u akwakultura, però f'din il-liġi qegħdin inkunu iktar speċifiċi.", "L-issue ta' hotels and catering establishments qed tiġi ttrattata b'mod speċifiku u qed ngħidu li dawn l-attivitajiet huma regolati mill-Att dwar servizzi ta' l-ivjaġġjar u t-turiżmu għal Malta, u se jkun hemm inċentivi għalihom permezz ta' legal notices ukoll.", "Hemm ukoll klawsola ġdida dwar proġetti li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-industrija tat-turiżmu kif jista' jiġi preskritt.", "Fil- fatt hemm żewġ klawsoli li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu.", "Kif għedna, dawn se jiġu rregolati permezz ta' legal notices li l-ministeru konċernat naturalment ikun żviluppa u ġab il-finanzjament għalihom.", "Qed jiġi drafted ukoll legal notice li tippromwovi l-audio visual industry.", "Kif nafu, is- sena li għaddiet kellna żewġ main features ta' importanza kbira internazzjonalment, il-U571 u l-Gladiator.", "Huwa importanti ħafna li jkollna dawn it-tip ta' main features, però wieħed jista' jiżviluppa policies li jagħmlu dan is-settur iktar sostenibbli u mhux sempliċement kultant ikollok film blockbuster li jimpjega ħafna nies u jħalli ħafna benefiċċju, però ma jkunx qed iħalli mpjiegi u snajja' kontinwament utilizzati f'dak il-qasam.", "Qegħdin ninkludu wkoll il-freeport li s'issa kien ikkontrollat bil- Freeport Act.", "Qgħadna attenti li dan ninkluduh bħala coverage hawnhekk anke minħabba li fid-dinja tal-lum wieħed ma jridx jagħti inċentivi daqshekk open-ended, kif konna qed nagħtuhom fil-passat, imma jridu jkunu magħmula b'ċerti termini.", "Ħalli mbagħad wieħed jestendihom, jekk ikun il- każ, imma mhux ikunu indefinite.", "Jidhrilna li, wara l-konsultazzjoni li kellna mal-freeport, dan is-settur qed jiġi ttrattat b'mod adegwat f'din il- liġi.", "Kif issuġġerixxa dalgħodu l-Onor.", "Evarist Bartolo, 'il quddiem taħt is- settur tat-turiżmu wieħed jista' jikkonsidra skemi partikolari dwar il- language schools.", "Aħna napprezzaw li l-language schools għandhom effett mhux fuq it-turiżmu biss, però b'mod partikolari fuq it-turiżmu, u għalhekk il-klawsola li ġiet introdotta hemmhekk qiegħda bl-iktar mod ġenerali.", "Imbagħad hemm xi emendi oħra li huma pjuttost konsegwenzjali li tippermetti li joħorġu l-legal notices, per eżempju.", "Allura din twassal biex l-inċentivi jkunu aktar flessibbli għaliex ikunu jistgħu jiġu updated skond il-ħtieġa u mhux jirrikjedu bilfors il-ħin parlamentari, għalkemm jistgħu jiġu ttrattati fil-parlament, għax kull legal notice trid tiġi ppreżentata fil-parlament u għandha terminu ta' żmien meta tista' tiġi challenged, biex ngħid hekk, u tiġi dibattuta quddiem il-Kamra, kif ġieli ġara fil-passat.", "Il-bidliet li hemm fis-subklawsola l-oħra huma konsegwenzali għal dawn il- bidliet ġenerali li qegħdin nissuġġerixxu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-oppożizzjoni hija favur li jkun hemm twessigħ fl-għajnuna peress li bħala prinċipju aħna naqblu mal-kunċett ta' pakkett Malta u mhux ma' kunċetti ta' ħafna oqsma maqsuma f'oqsma ċkejknin.", "L-artiklu qed jiġi emendat b'mod li jipprova jkopri kull attività jew kważi kull attività ekonomika li tista' tħalli qligħ għall-pajjiż.", "Infakkar biss li huwa fl-istess spirtu li aħna konna emendajna l-liġi.", "Konna bdejna ndaħħlu affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu meta pproponejna li jista' jkun hemm benefiċċju għal min idaħħal affarijiet f'lukandi li għandhom x'jaqsmu jew ma' l-enerġija jew ma' l-ilma, allura wieħed qed jara t-twessigħ ta' din il-liġi.", "Interessanti ħafna huwa s-settur ta' l-industrija tal-films li f'Malta daqqa jkollna perjodu fejn ikollna żewġ films f'daqqa - kien ikun aħjar għalina kieku ġew wieħed wara l-ieħor - u daqqa jkollok perijodu fejn ikollok affarijiet ċkejknin bħalma huma dokumentarji jew avviżi.", "Riċentement kien hemm qisu kontroversja għaliex saret applikazzjoni biex wieħed miż-żewġ tankijiet jiġi wżat għal intrapriża industrijali oħra.", "Għandna nżommu moħħna miftuħ ħafna fuq dawn l-affarijiet, għaliex wieħed għandu japprezza li kull intrapriża jista' jkollha d-diffikultajiet finanzjarji u jekk dan huwa l-mod kif wieħed isalva lil dik lill- Mediterranean Film Studios Ltd, billi wieħed miż-żewġ tankijiet jintuża industrijalment għall-akwakultura, wieħed għandu jikkonsidrah.", "Jekk hemm bżonn li dan it-tank, li għal pajjiżna sewa ħafna ħafna flus, jintuża biex wieħed ikollu entrojtu ħalli jżomm l-aġenda prinċipali għaddejja, ikun aħjar milli tħalli kapital mejjet.", "Apparti minn dan il-punt li semmejt, interessanti ħafna l-kunċett li nkabbru l-prospetti tal-films f'pajjiżna.", "Għandna lokazzjonijiet sbieħ ħafna li jagħtu edge lil Malta fuq pajjiżi oħrajn, għaliex huma tant differenti u tant viċin xulxin, bħalma huma fortizzi u postijiet bħall- Imdina, bħalma hija l-kosta, postijiet moderni bħalma hi Tas-Sliema, u postijiet ta' divertiment bħal Paceville.", "Jiġifieri f'lokalità żgħira nsibu tant diversità.", "Ma nistgħux nikkomparaw ruħna ma' postijiet bħal Los Angeles, fejn f'ġurnata waħda jkunu qed jittieħdu iżjed minn 100 jew 200 attività li għandha x'taqsam mal-films, imma bla dubbju għandna ninvestu f'dawn l-attivitajiet għaliex nara futur fihom.", "Forsi għandna naħsbu biex nagħmlu anke skola għall-acting.", "Importanti ħafna li jsir sound studio li huwa essenzjali.", "Veru li dan iqum ħafna flus, imma l-fatt li ma jkollokx sound studio jitfgħek lura meta għandek kompetituri f'Ruma li għandhom dawn il-faċilitajiet.", "Malta hija pajjiż fejn iħobbu jiġu biex jiġbdu ċerti films għax għandha l- karatteristiċi sbieħ tagħha, u iżjed ma nagħtu kas ta' l-ambjent, iżjed ikollna opportunità li nattiraw din l-industrija.", "Wara kollox din hija industrija sabiħa ħafna għax hija industrija nadifa li tħalli qligħ kbir, u industrija li wieħed għandu jippromwovi.", "Aħna konna għamilna kumpannija tal-films, il-Falcon, bejn diversi istituzzjonijiet għaliex kien hemm l-idea li nipproduċu films fuq skala żgħira, mhux fis-sens li jkunu blockbusters, imma films li mbagħad jiġġeneraw huma stess introjtu biex dejjem tiffinanzja film ieħor.", "Għamilna dan biex nieħdu vantaġġ minn ċerti inċentivi li joffru pajjiżi fejn hemm l-immigranti ta' pajjiżna.", "Per eżempju, il-Kanada joffru inċentivi li huma ta' interess kbir.", "Imma wieħed għandu jżomm f'moħħu li hemm kompetizzjoni kbira, per eżempju, anke mill-Isle of White.", "Hemm kompetizzjoni minn diversi pajjiżi fejn litteralment jagħtu grants biex wieħed imur jiġbed il-films hemmhekk minħabba l-ispin-offs kbar li jħalli crew ta' film.", "Dawn jagħmlu użu minn lukandi, karozzi tal-kiri, kostumi, hair stylists, eċċ. Il-lista hija endless, jiġifieri l-qligħ għall-pajjiż huwa mifrux.", "Għalhekk tajjeb li din l-inizjattiva se tiddaħħal b'mod speċifiku taħt dan l-Att.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt dak li semma l-Onor.", "Attard Montalto hija proprju d-direzzjoni li qed nimxu fuqha.", "Is-sena li għaddiet flimkien ma' l-Onor.", "George Hyzler, li qed isegwi dan il-qasam iktar mill-viċin, kellna diversi laqgħat ma' film companies, bħal Paramount u Disney, fejn ipprovajna naraw xi jkun l-iktar adattat għall-ħteġijiet tagħhom, mhux għal films kbar biss, imma għal television series li joffru budget iktar limitat, però xogħol iktar kontinwu.", "Jien nistieden lill-oppożizzjoni tagħti l-veduti tagħha qabel ma jiġu ppreżentati f'legal notice dawn l- inċentivi li qed naħsbu fuqhom, biex jekk wieħed jista' jinkorpora ċerti bidliet, jinkorporahom għas-sodisfazzjon taż-żewġ naħat.", "Jien nemmen li iktar ma jkollna appoġġ wiesa' għal dawn l-inċentivi, iktar il-messaġġ joħroġ b'mod qawwi.", "L-inċentivi li qed naħsbu fuqhom - mhux se noqgħod nidħol fid-dettall - huma intenzjonati li jpoġġuna fuq il-livell tat-tip ta' skemi li għandhom il-Kanada, l-Isle of Man, eċċ. Qed jiġu kkonsidrati anke mill-film commission li twaqqfet is-sena li għaddiet li qed tagħmel xogħol siewi ħafna.", "Per eżempju, wieħed mill-pariri li ngħatajna kien li meta jkollok film companies li qed jikkonsidraw location fejn se jagħmlu ċertu filming, irid ikollok xi ħadd indipendenti li jista' jagħti pariri lil dik il-film company, għax jistgħu jinqalgħu ċerti problemi, anke minħabba li jkunu jridu jagħmlu filming f'postijiet storiċi eċċ. Allura din il-persuna sservi bħala medium biex wieħed ikun jista' jintroduċi element ta' għajnuna li ma tkunx marbuta ma' interess kummerċjali.", "Għaliex il-film companies jiddejqu li jsibu ruħhom being taken for a ride għax ikun hemm min ikollu ċerta mentalità li jrid jisloħ għaliex jiġi film ta' darba u jipprova jisloħ b'mod li jagħmel ħsara kbira kemm mill-aspett tat-turiżmu u kemm lill-aspett ta' reklamar għal pajjiżna.", "F'ħafna pajjiżi bħall-Kanada għandek a film commission li hija awtonoma, li tista' sservi biex tagħti daqsxejn aktar gwida fuq ċerti affarijiet.", "Aħna jidhrilna li dan huwa settur importanti ħafna, li jista' joffri potenzjal għal pajjiżna, però għad għandna ċerti nuqqasijiet, bħal sound studio li m'għandniex post adattat biżżejjed għalih.", "Jekk ikun hemm xi tip ta' proġett li jirrendi direttament lill-gvern, wieħed ikun jista' joffri sistemi ta' training għall-artisti.", "Aħna konna qegħdin naħsbu li jkun hemm ċertu shareholding żgħir kontra l-benefiċċju li jkun qed jingħata, u jekk dak ix-shareholding ikun suċċess jirrendi, u jekk jirrendi jerġa' jġib ploughed back into the industry.", "Din xi ħaġa innovattiva li taf tpoġġina fuq livell internazzjonali in terms of incentives.", "Pajjiżna huwa magħruf tajjeb fil-qasam tal-films għax jekk tmur Hollywood u tiltaqa' mal-film producers, kif għamilt is-sena li għaddiet, issib li kulħadd jaf b'Malta.", "Jiġifieri fil-film industry kulħadd jaf li teżisti Malta bħala location għall-films, speċjalment minħabba t-tanks ta' Rikasli.", "Sfortunatament jien għandi informazzjoni li f'Los Angeles issa nfetaħ tank li qiegħed jiġbed ċertu xogħol u forsi se jwassal għal tnaqqis tax-xogħol li kien qed ikollna hawn Malta f'dan il-qasam.", "Allura huwa iktar importanti li l-inċentivi nibnuhom b'mod serju.", "Mr Chairman, għadhom kif għaddewli emenda żgħira għal klawsola 5 li nixtieq nipproponi:", "\"B\" Fi klawsola 5(a), fit-test Ingliż, minnufih wara l-kliem \"obtained by any enterprise which carries\" għandha tiżdied il-kelma \"on\".", "\"B\" In clause 5(a), in the English text immediately after the words \"obtained by any enterprise which carries\" there shall be added the word \"on\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jien kont qed insegwi xi ftit lill-kollega tiegħi u lill-ministru waqt li kienu qed jitkellmu fuq il-klawsola li tirrigwarda t- turiżmu u anke l-industrija tal-films u nixtieq nirrepeti fil-qosor dak li għedt il-bieraħ.", "Aħna naqblu li l-għan ta' din il-liġi huwa pożittiv ħafna, li l-inċentivi li japplikaw għall-industrija tal-manifattura nestenduhom għal setturi oħra ta' l-ekonomija tagħna, u qed inħarsu lejn l- ekonomija tagħna b'mod iktar wiesa'.", "Però forsi li mhux qed nagħmlu tajjeb daqstant huwa l-fatt li qed naqbdu kważi l-istess inċentivi li għandna għas- settur tal-manifattura u nestenduhom għal setturi oħrajn totalment differenti mill-manifattura, għas-settur tas-servizzi, tat-turiżmu, ta' l- industrija tal-films eċċ.", "Filwaqt li l-inċentivi għall-industrija kienu mmirati l-iktar biex jattiraw l-investiment lejn Malta, l-inċentivi li rridu nagħtu lis-servizzi għall-investiment li diġà qiegħed hawn Malta, huwa biex dawn joperaw b'mod kompetittiv ...", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk jippermettili l-Onor.", "Vella, għaliex iċċekkjajt ma' l-esperti biex inkun ċert.", "Nifhem il-punt li qed iqajjem l- Onor. Vella li t-turiżmu għandu strutturi differenti u fil-fatt m'aħniex nestendu għalih l-istess inċentivi tal-manifattura.", "Qed nagħmlu provision fil-liġi biex joħorġu inċentivi oħra separati li għad iridu jinħadmu mill- ministru tat-turiżmu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: La ġiet spjegata b'dan il-mod, iktar u iktar wieħed jista' jara l-lat pożittiv ta' din il-liġi.", "Mela 'l quddiem nistenna li joħorġu pakkett ta' inċentivi, per eżempju, għas-settur tat-turiżmu, u pakkett ta' inċentivi ieħor għas-settur tal-films li huwa importanti wkoll.", "L-Onor.", "Attard Montalto u jien konna ħdimna ħafna fuqu, konna għamilna laqgħat u tlabna rapporti kif l-industrija tal-films f'Malta tista' tissaħħaħ.", "Per eżempju, wieħed mill-inċentivi li nistgħu nagħtu lill-industrija tal- films, iktar minn inċentivi fiskali, huwa li naqtgħu ħafna burokrazija li sfortunatament inġemgħet through the years hawn Malta.", "L-inċentivi li għandna llum, fosthom it-tax holiday jew il-low corporate tax, mhux se jeffettwaw lill-kumpanniji tal-films li jiġu jaħdmu hawn Malta għax dawn kollha kumpanniji reġistrati barra, allura l-profitt tagħhom jirreġistrawh barra.", "L-istess fl-industrija tal-manifattura, jekk tagħti l-inċentiv ta' accelerated depreciation jew exemption minn duty fuq il-plant and machinery ma teffettwahom xejn.", "Kważi kważi l-ikbar inċentivi li tista' tagħtihom huma li tagħtihom is-support u taqtgħalhom il-burokrazija.", "U fir-rigward ta' l-industrija tal-films, jien niftakar li konna qegħdin naħdmu biex titwaqqaf kummissjoni li sservi ta' one-stop shop.", "Fil-fatt il-gvern preżenti baqa' miexi fuq dik l-idea, imma sfortunatament kulma sar kien li nħatar il-kummissarju.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwel inħatar il-kummissarju u mbagħad inħatar il- bord.", "Però naqbel li hemm ħafna x'jista' jagħmel iktar.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: F'dan ir-rigward, jekk m'iniex sejjer żball, kien sar xi rapport u kienu ġew anke ppreżentati proposti għal dan il-għan.", "Jien kont se ngħid proprju dak li għadu kif qal il-ministru issa, li meta niġu biex nittrattaw servizzi oħrajn, li m'humiex fil-manifattura, m'għandniex inħarsu lejhom bl-istess lenti u bl-istess inċentivi li konna qed inħarsu lejn is-settur tal-manifattura.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien qed nimpenja ruħi li qabel noħorġu l-legal notices ngħadduhom lin-naħa ta' l-oppożizzjoni biex inkunu nistgħu nieħdu l- veduti tagħhom, ħalli jekk jista' jkun wieħed itejjibhom.", "Rigward is-settur tal-films, bħalissa qed naħsbu li l-inċentiv għandu jkun fis-sens li tingħata xi forma ta' għajnuna meta l-film ikun qed jikkonsidra jekk jiġix hawn jew le.", "Jiġifieri wieħed jara x'tassazzjoni jkun se jiġbor, u minflok joqgħod jaħfer it-tassazzjoni jagħtiha up-front b'ċerti kondizzjonijiet marbuta.", "Però forsi iktar 'il quddiem ikollna opportunità nitkellmu fuq dan.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-ministru għal klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l- Erbgħa, 10 ta' Jannar 2001, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Kumitat (Kont);", "Abozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------- Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, segwejt b'interess l-aġġornament tal- kollega u ħabib tiegħi l-Onor.", "Gavin Gulia u mingħajr ma nirrepeti ruħi xtaqt nespandi daqsxejn fuq din il-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni llegali.", "Se nagħmel hekk għax fl-opinjoni tiegħi din il-kwestjoni mhux talli saret materja ta' natura urġenti f'dan il-pajjiż talli wasalna għal sitwazzjoni allarmanti.", "Wara l-każ tal-vapur \"Carthage\", naħseb li nistgħu ngħidu li din il-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni illegali timmerita dibattitu b'urgenza għax hija kwestjoni li tolqot is-sigurta' ta' pajjiżna u tista' wkoll b'mod indirett timmina s-sovranita' ta' pajjiżna wkoll.", "Għamel sew il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Gavin Gulia bħala kelliem għall-intern li qajjem dak is- suġġett quddiem dan il-parlament biex juri li hija kwestjoni preokkupanti anke għal din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Mr. Speaker, jiena xtaqt inżid ftit fuq dak li qal forsi minn aspett ieħor.", "Dan l-aħħar jiena kelli okkażjoni nintavola diversi domandi lejn il- Ministru ta' l-Intern fuq il-kwestjoni tal-ħabs.", "Irriżulta li għandek kważi 40% tal-priġunieri f'Malta li huma barranin u li l-maġġoranza assoluta tagħhom, jekk mhux addirittura kollha, kienu hawnhekk bħala illegal emigrants.", "Mela għandek sitwazzjoni fejn din il-problema ta' immigrazzjoni illegali bdiet tinħass b'mod dirett għax il-kriminalita' f'pajjiżna qed tiġi effettwata avversament minħabba dan l-influx qawwi u tremend ta' immigranti illegali f'pajjiżna, tant li għandek 40% tal-ħabsin li huma minn dan it-tip.", "Xtaqt f'dan l-aġġornament nitlob lill-ministru responsabbli biex jagħtina tagħrif dwar dawk it-trattati li għandna ma' ċerti pajjiżi għal dak li jikkonċerna kambjament ta' priġunieri.", "Jeżistu ċerti trattati fejn bniedem ikkundannat ħabs f'Malta jkun jista' jiskonta dik il-piena ta' ħabs f'pajjiżu, dejjem bl-assigurazzjoni mill-pajjiż l-ieħor li se jiskonta l- piena, għax inkella jintilef l-effett ta' deterrent.", "Jiena naħseb li m'hijiex ħaġa ħażina li jkun hemm dawn it-tip ta' trattati.", "Biss biss dan in-numru ta' priġunieri - u ħafna minnhom għal perjodu sostanzjali - huwa ta' piż ekonomiku u finanzjarju kbir fuq pajjiżna.", "Din ukoll hija konsiderazzjoni li l-istat ta' Malta għandu jżomm f'moħħu.", "Mela hemm dawn it-trattati pero' mhux qed jiġu skattati.", "It-tieni konsiderazzjoni li xtaqt ngħid fuq il-materja tirrigwarda l- kwestjoni tal-vapur \"Carthage\", li kif għedt tkellmu ħafna nies fuqu.", "Ikolli ngħid li dan l-inċident huwa wieħed kurjuż.", "Għaliex?", "Mhux l-ewwel darba illi dan il-vapur ġie f'pajjiżna.", "Fil-fatt ġie xi tliet darbiet oħra u kull meta ġie nħolqu dawn it-tip ta' problemi.", "Mela l-ewwelnett għandha tiġi kkonsidrata l-pożizzjoni ta' l-awtoritajiet Maltin dwar jekk għandux jibqa' jiitħalla jidħol dan il-vapur qabel ma jkun hemm ċertu żviluppi u t- tieni, inħoss illi kellu jkun hemm forsi reazzjoni aktar idonea daparti tal- gvern fis-sens illi jesiġi, tramite channels diplomatiċi, mal-gvern konċernat li ssir investigazzjoni tajba fuq il-materja.", "Għaliex?", "Għax m'hemmx dubju li dawn il-mijiet ta' nies ħarġu minn pajjiżhom mingħajr id- dokumentazzjoni meħtieġa.", "Issa kulħadd jaf li dawn mhux faċli għalihom li jaqbdu u joħorġu hekk.", "Mela dawn il-mijiet ta' nies mingħajr id- dokumentazzjoni relattiva, jitħallew jirkbu vapur u qisu ma ġara xejn.", "Jiena nippretendi li l-foreign office ta' Malta permezz tal-ministru responsabbli għall-affarijiet barranin jesiġi mill-pajjiż konċernanti li ssir investigazzjoni serja u trasparenti fuq dan is-suġġett.", "Aħna rridu nkunu sodisfatti li l-affarijiet ikunu saru kif suppost, mhux qisu xejn m'hu xejn.", "Jiġifieri din hija l-kritika diretta li qed nagħmel lejn il- gvern għall-manjiera ta' kif huwa ttratta dan il-kas.", "Mr Speaker, jiena nzertajt nagħmilha ħafna ma' l-uffiċjali tal-pulizija għax naħdem il-qorti u fil-kamp kriminali, naturalment naf mill-qrib ħafna mill-membri tad-dipartiment tal-pulizija li huwa kkonċernat mal-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni u immigranti illegali.", "Jidher ċar li dan id- dipartiment m'huwiex attrezzat kif imiss.", "Id-dipartiment ta' l- immigrazzjoni fi ħdan il-korp tal-pulizija għandu skwadra ta' ftit membri li weħidha żgur ma tistax tikkontrolla s-sitwazzjoni li għandna f'pajjiżna.", "U ta' min jgħid li jiena kont għamilt domanda parlamentari relattiva lill- gvern fejn kont tlabtu jgħid jekk għandux xi tip ta' statistika - m'hemmx għalfejn tkun ċara daqskemm wieħed jixtieq - ta' kemm attwalment hawn Malta nies li qegħdin hawnhekk illegalment.", "U ħadd ma jaf.", "Il-ministru qal li din it-tip ta' statistika ma nżommuhiex.", "U din hija wkoll ħaġa allarmanti għax hemm min jgħid illi hawn 2000, hemm min jgħid li hawn 4000 u hemm min addirittura qed jgħid li hawn kważi 8000 ruħ illegali qed jgħixu hawn Malta.", "U m'huwiex diffiċli li wieħed jinduna li huwa hekk.", "Jekk wieħed idur ir- restaurants Maltin, jekk wieħed jara l-kuntratturi u wħud min nies li qed jaħdmu magħhom wieħed jinduna li hawn preżenza ta' nies lil qed jaħdmu u wieħed għandu s-suspetti ta' kif dawn qed jaħdmu.", "Hemm kwantita' konsiderevoli ta' dawn it-tip ta' nies.", "Apparti li dawn qed jieħdu x- xogħol tal-Maltin, għaliex hawn mijiet minnhom, biex ma ngħidx li hawn aktar, dawn qegħdin hawn fi stat illegali wkoll.", "Issa biex jikkombattu din il-problema aħna għandna skwadra ta' nies li tgħoddhom fuq subajk, u dan ifisser li m'aħniex attrezzati biex nirribattu din il-problema li żviluppat f'dawn l-aħħar ftit snin u li ma kenitx teżisti qabel.", "Jekk Allaħares qatt bil-lejl jidħol vapur b'xi 1,300 ruħ, u forsi wħud minnhom ikunu kriminali jew ikollhom fil-pussess tagħhom ċertu armi aħna m'għandniex biex nikkontrollawhom.", "Jekk jiġri hekk se jkollna jiġru ma saqajna mijiet ta' nies perikolużi, ħafna minnhom bla flus, bla dokumentazzjoni, jiġġerrew mat- toroq u jkollna nitolbu xi forza militari jew polizjeska barranija biex nikkontrollaw is-sitwazzjoni.", "Hekk wasalna.", "Għalhekk qed ngħid li din is- sitwazzjoni hija allarmanti għax jista' jkollok inċident drammatiku.", "Mr. Speaker, din hija sfida indiretta lejn l-integrita' tas-sovranita' ta' pajjiżna.", "Ftit snin ilu fl-Italja kien hemm influx ta' ammont sostanzjali minn dawn in-nies u kien hemm l-armata Taljana biex tikkontrollahom.", "Jekk jiġri hekk Malta, m'għandniex il-mezzi biex nikkontrollaw kriżi bħal din.", "Anzi fl-aħħar inċident imn'Alla nzerta kien hemm dak il-vapur Amerikan fejn kellek preżenza ta' pulizija konsiderevoli.", "Kieku ma kienx hekk, dawk il-mijiet kienu jinżlu l-art u l-konsegwenzi kienu jkunu verament traġiċi.", "Mr. Speaker, għalfejn qed inqajjem dan id-diskors?", "Ħassejt li huwa fid- dover tiegħi li nqajjem dan id-diskors f'dan l-istadju biex nissottilinea l- urġenza tal-materja u biex nistieden, fid-dawl ta' dan kollu, lill-gvern jieħu b'aktar serjeta' din il-problema.", "Il-gvern m'għandux jaħbi dan kollu taħt it-tapit, imma għandu jieħu din il-problema b'aktar serjeta'.", "In-nies jinsistu li jsir dan.", "U għandu jieħu din il-problema b'aktar serjeta' prinċipalment billi jsaħħaħ u jinvesti aktar flus fid-dipartiment relattiv u jżid in-numru.", "Hekk trid tagħmilha din bl-aktar mod prattiku!", "U hemm ħaġa oħra wkoll li xtaqt nissuġġerixxi.", "Il-qrati tagħna, minħabba din il-kwestjoni ta' immigrazzjoni illegali, spiċċaw inondati b'mijiet u mijiet ta' kawżi ta' deportazzjoni.", "Dawn it-tip ta' kawżi jaħlu ħafna flus u ħafna ħin lis-sistema ġudizzjarja tagħna.", "Is-sena l-oħra, apparti dawn ta' issa, kien hemm xi 700 każ ta' deportation minn Malta.", "Mela n-nies jitressqu l-qorti, għandhom dritt jitqabbdilhom avukat u ħafna drabi jitqabbdu avukati ta' l-għajnuna legali li jridu jitħallsu.", "Barra dawn l- ispejjeż imbagħad hemm il-ħela tal-ħin tal-qorti.", "Jiena semmejt dawn is-700 li qegħdin il-qorti pero' apparti dawn naturalment hemm dawk l-eluf li jżommuhom fl-airport.", "700 persuna fis-sena jitressqu l-qorti, għax jekk ikunu leħqu daħlu, il-gvern ma jistax jaqbad u jkeċċihom imma jrid iressaqhom il-qorti.", "Mr. Speaker, jiena naħseb li għal ċertu żmien din is-sistema kienet tajba pero' llum m'għadhiex għax qed tikkrea konġestjoni fil-qrati u taħli ħafna ħin lill-pulizija u lill-qrati.", "Allura x'qed nipproponi jien?", "Illi jkollna sistema bħal dik li hemm f'ħafna pajjiżi Ewropej bħall-Ingilterra fejn il- pulizija eżekuttiva jkollha dritt tiddeporta taħt ċertu kriterju lil persuna li tinsab f'pajjiżha u li ma jkollhiex id-dokumentazzjoni relattiva.", "Dak li jkun ikollu biss id-dritt jirreġistra claim biex jikkontesta dik id-deportation fil-qorti u jekk ikollu raġun jitħalla jidħol.", "Jiena nista' nassigura lis-Sedja li minn 700 ma jkunx hemm aktar minn 1% li se jikkontestawha għax 99.9% ikunu bla passaport jew b'viża skaduta.", "Din hija sistema tajba għax ma tgħabbix lill-qorti bi proċess ġudizzjarju, imma mbagħad naturalment tagħti lil dak li jkun id-dritt ta' reviżjoni ġudizzjarja.", "Din is-sistema li pproponejt tiffrankalna spiża żejda, konġestjoni tal-qrati u ineffiċjenza għaliex il-pulzija minflok ma qed jagħmlu x-xogħol tagħhom qed jaħlu l-ħin jipproċessaw dak li huwa ovvju.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nibda dan l-intervent billi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra artiklu illi deher f'\"The Sunday Times\" ta' Londra tas-7 ta' Jannar.", "Jiena mhux se noqgħod nidħol f'kontroversja dwar dan l-artiklu pero' se npoġġih bil-għan illi l-membri ta' din il-Kamra, speċjalment tan-naħa tal-gvern, jirriflettu fuqu.", "Filwaqt li f'pajjiżna għaddejja propaganda dwar kemm se tkun produttiva l-industrija tal-biedja f'pajjiżna bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, dan l-artiklu jikkonferma illi bidwi Ingliż li għandu 3,600 acre ma setax ikompli jkun produttiv minħabba r-regoli ta' l-istess politika komuni tal-biedja ta' l- Unjoni Ewropea u allura kellu jħalli din ir-roqgħa kbira ta' raba' minħabba li ma kenitx biżżejjed biex isostni l-għejxien tiegħu u tal-familja tiegħu.", "Qed inpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra wkoll għax dawn huma fatti ċari u konkreti li jissostanzjaw il-politika li tħaddan l-oppożizzjoni ta' Malta, Svizzera fil-Mediterran.", "Fil-ġurnali llum, speċjalment f'\"The Times\" deher ir-rapport ta' dak li jiena għedt hawnhekk fir-rigward tal-beef importat f'pajjiżna mill-Unjoni Ewropea.", "Naturalment jien kont semmejt il-prezzijiet ukoll, Sur President, u għedt li ebda sussidju m'hu se jkun biżżejjed biex inkabbru l-agrikoltura tagħna u dan minħabba d-daqs ġeografiku ta' pajjiżna u anke minħabba d- densita' tal-popolazzjoni ta' pajjiżna.", "L-ebda sussidju m'hu se jkabbar id- daqs territorjali ta' pajjiżna u minħabba kontrolli u dazji li timponi l- Unjoni Ewropea l-industrja tagħna se tbati serjament meta timporta l- materja prima jew dawn il-prodotti minn pajjiżi li ma jkunux membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "Fil-Kamra għedt ukoll - u dan ma ġiex irrapportat fil- ġurnali - li l-importazzjoni tal-beef li ġejja mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea bħal fil-każ ta' New Zealand trid togħla.", "Dan għaliex bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-importatur ikun suġġett għal kontrolli, kwoti u dazji u minn $9,000 t-tunnellata metrika se jibda jeħel $17,000 t-tunnellata metrika.", "Jiena mhux se noqgħod nindaħal fil-mod ta' kif jiġu rrapportati ċerti diskorsi pero' nħoss li ċerti dettalji ċari għandhom jiġu rapportati fedelment skond kif jintqalu f'din il-Kamra.", "Mr. Speaker, jiena nista' niddikjara li fl-Unjoni Ewropea teżisti forma ta' kwota fuq l-importazzjoni ta' New Zealand lamb.", "Issa dan it-tip ta' laħam min-New Zealand m'huwiex magħruf u mfittex biss mill-konsumaturi Maltin u Għawdxin imma anke mat-turisti, għaliex huwa prodott magħruf ma' l- erba' rjiħat tad-dinja.", "Issa l-Unjoni Ewropea timponi kwota fuq kemm għandu jkun importat minn dan il-laħam b'eżenzjoni ta' dawn id-dazji u jidhirli li din il-kwota hija ta' 260,000 tunnellata.", "Filwaqt li llum importatur Malti meta jimporta dan it-tip ta' laħam qed iħallas medja ta' $3,000 għal tunnellata metrika, kemm-il darba pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea u allura jibda jintlaqat minn dawn il-kontrolli, għal dan il-laħam se jibdew jitħallsu $15,000 t-tunnellata metrika.", "U dawn huma sitwazzjonijiet prattiċi li juru kemm din in-naħa għandna raġun insostnu u nappoġġjaw it- triq alternattiva għal sħubija li hi dik ta' Malta, Svizzera fil- Mediterran.", "B'din it-triq tgawdi l-industrija li f'pajjiżna tiġġenera l- attivita' ekonomika u x-xogħol għax biha jinħolqu l-kompetittivita' u l- viabilita' li jeħtieġu l-industriji f'pajjiżna.", "Hawnhekk wieħed bilfors irid jistaqsi lill-Gvern għaliex ma jikkonsidrax huwa wkoll it-triq ta' Malta, Svizzera fil-Mediterran.", "Din hija triq illi tabilħaqq tagħmel lil pajjiżna aktar kompetittiv.", "Hija wkoll triq li tippermetti li l-poplu Malti jwettaq ċerti bidliet sabiex ikollu livell ta' ħajja aħjar.", "Mr. Speaker, niġi biex ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kontaminazzjoni ta' l- ilma illi qed tirriżulta fl-inħawi Tal-Qammiegħ fil-Mellieħa.", "Il-bdiewa ta' hemmhekk ilhom Għal numru ta' snin jitolbu lid-dipartimenti tad-drenaġġ u tas-saħħa biex jingħataw l-appoġġ ħalli jsiru ċerti xogħlijiet immedjati biex dawn ma jibqax ikollhom ilma kkontaminat mid-drenaġġ biex isaqqu l- uċuh tagħhom.", "Il-bdiewa qed jidħlu fi spejjeż kbar biex ma jsaqqux l-uċuh tagħhom b'dan l-ilma u għandha ssir investigazzjoni serja u pjan immedjat biex dawn il-bdiewa jiġu mgħejjuna.", "Jiena ma rrid nikkundanna lil ħadd imma rrid nitlob lill-ministri kollha konċernati sabiex jingħaqdu flimkien u jaraw immedjatament x'jista' jsir.", "Għandhom jaraw jekk hemmx xi forma ta' assistenza li tista' tingħata lil dawn il-bdiewa għaliex dawn huma bdiewa serji li għandhom għal qalbhom mhux biss l-uċuh tar-raba' imma anke l- prodott li jwasslu fil-pitkalija sabiex imbagħad jingħata lill-konsumatur.", "Dawn qed jidħlu f'ħafna spejjeż biex iġibu bowsers ta' l-ilma ħalli jassiguraw illi l-prodott ikun imsoqqi b'ilma ta' kwalita' tajba u mhux b'ilma ikkontaminat.", "Irrid ukoll nagħmel referenza għal petizzjoni li ġiet preżentata minni wkoll nhar it-Tnejn fl-ewwel seduta tas-sena 2001 u li kienet iffirmata mir- residenti fil-qasam tad-djar ta' Imliet, il-Mosta.", "Ir-residenti li jgħixu f'dawn l-inħawi ilhom li ħallsu r-road contribution lid-dipartimenti governattivi għal aktar minn għaxar snin u minkejja dan għad għandhom it- triq tagħhom bil-ħamrija.", "Mhux biss, imma fl-imgħoddi għamlu ħafna sforzi biex jirranġaw dawn it-toroq u ġew miżmuma mill-pulizija.", "Issa ta' min igħid li dawn kienu sforzi ġenwini biex ma jkomplux ikissru l-karozzi tagħhom u ma jkomplux iħallu żgumbrament ta' triqlli ħafna drabi anke ipperikolat saħħithom minħabba illi mhux l-ewwel darba li kien hemm inċidenti fejn iċ-ċittadini lwew saqajhom.", "Mela dawn iċ-ċittadini ilhom aktar minn għaxar snin li ħallsu r-road contribution u t-toroq għadhom ma sarux.", "Għal seba' snin sħaħ ukoll il-kunsill lokali m'għamel xogħlijiet xejn biex itejjeb l-ambjent f'dawn l-inħawi u dan minkejja li għandu djun kbar għal xogħlijiet li saru matul dawn is-seba' snin.", "Jiena nappella biex din il-petizzjoni mressqa minn dawn ir-residenti tingħata widen għaliex dawn qed jitolbu li tirranġa sitwazzjoni li kienet ta' żvantaġġ u ta' inġustizzja għalihom.", "B'rispett lejn dawn in-nies id- dipartiment tal-housing, id-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, id- dipartiment ta' l-ambjent, id-dipartiment tat-toroq pubbliċi u d- dipartiment tal-housing għandhom jaraw kif flimkien jistgħu jikkordinaw programm ta' xogħol ħalli effettivament tinqata' x-xewqa tar-residenti Ta' Mlit, il-Mosta.", "Biex ma jkomplux jiġu abbandunati l-inħawi residenzjali tagħhom dawn it-talbiet għandhom jiġu milqugħa bla aktar telf ta' żmien.", "Grazzi, Mr. Speaker.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Farrugia jqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra l-artiklu li rrifera għalih?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fil-gazzetta \"The Sunday Times\" ta' l- Ingilterra tas-7 ta' Jannar 2001, intitolat \"Farmer earns millions by going back to nature\"", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Erbgħa, 10 ta' Jannar, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QAMMIEĦ - REVISJONI TAĊ-ĊENS", "22102.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk iħossx li rata' ta' Lm 125 it-tomna bħala riżultat tar- revisjoni taċ-ċens tal-bdiewa li għandhom ir-raba' fl-inħawi tal-Qammieħ m'hijiex ġusta?", "Jista' jara li tiġi riveduta din it-taxxa ndiretta mill-bdiewa sabiex dawn il-bdiewa almenu jħallsu Lm 4 it-tomna flok Lm 125?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reviżjoni taċ-ċens tar-raba' fil-Qammieh saret abbażi tal-kundizzjonijet fil-klawsola numru 3 tal-kuntratt ta' ċens bejn il-Gvern u ċ-ċenswalisti.", "Din il-klawsola tipprovdi li:", "\"L-imsemmi ċens (kanone) għandu jiġi rivedut mill-Gvern meta jagħlqu tlieta u tletin sena u wkoll meta jgħaddu sitta u sittin sena minn din il- konċessjoni u għandu jinġieb għal livell tal-valur ta' din l-art mogħtija b'ċens kif ikun f'dawk iż-żminijiet rispettivament mingħajr, madankollu, ma jitqiesu l-benefikati permanenti li jkunu saru mill-enfitewta\".", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li l-kera ta' Lm4.00 it- tomna hija applikabbli fejn art agrikola tingħata b'kera u mhux b'ċens.", "Qed tiġi konsidrata l-possibilita` li min irid jaqleb minn ċens għal kera taħt l-Iskema tar-Raba` bil-Lm4 it-tomna bħala qbiela.", "ĊENS FUQ RABA'", "22103.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk iħossx li l-policy tal-Gvern fejn f'ċerti każi u ċirkostanzi jgħolli l-ħlas taċ-ċens tar-raba tal-bdiewa, bħal fil-każ ta' l-inħawi tal-Qammieħ, l-Mellieħa, minn Lm 1.00 t-tomna għal Lm 125 t-tomna hija inġusta?Jista' jara li dan il-ħlas li qed jintalab mill-bdiewa ta' l-inħawi tal-Mellieħa jiġi rivedut?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "POLICY TAL-GVERN - ĊNUS", "22104.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk ma jħossxli l-miżuri tal-Gvern li ċerti ċnus li qed jintalbu jħallsu l-bdiewa għar-raba' li jikkultivaw fejn minn Lm 1 it-tomna għolew għal Lm125.00 t-tomna, huwiex inaċċettabbli u se jikkawżaw sitwazzjoni fejn ħafna bdiewa part-time se jkollhom jabbandunaw ir-raba' b'detriment li jiġi abbandunat l-ambjent rurali tal-gżejjer tagħna?", "Jista' l-Ministru jikkunsidra li jintervjeni mad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura u ta' l-Artijiet sabiex almenu dawn il-bdiewa jibdew iħallsu pagamenti ta' Lm 4 tomna, kif ġew stabiliti mill-istess awtoritajiet ċnus li għalqu f'partijiet oħra tal-Mellieħa stess?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "KUNSILLI LOKALI - KONTIJIET PENDENTI", "22106.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali tal-11 u 12 id-distrett Elettorali li għandhom kontijiet pendenti mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fuq xogħlijiet li d-Dipartiment wettaq f'dawn il- lokalitajiet rispettivament?", "Għal kemm żmien/snin ilhom pendenti dawn il-kontijiet lokal, lokal u kemm huma l-ammonti f'ċifra ta' flus li kull lokal separatament irid iħallas skond dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hemm kont pendenti, li hu tal-Kunsill Lokali tal-Mosta li jammonta għal:", "Lm 20,034.06 għas-sena 1997 Lm 3,636.22 għas-sena 1998 Lm 5,454.33 għas-sena 1999 Lm 5,454.33 għas-sena 2000*", "Ma dawn iridu jiżdiedu il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar li miegħu hemm kont pendenti ta' xogħol li sar fl-1998 għall-ammont ta' Lm1559, u l- Kunsill Lokali tar-Rabat* li miegħu hemm kont pendenti ta' xogħol għall- ammont ta' Lm903.32.", "* l-ewwel disgħa (9) xhur", "BUDGET 2001 - SKEJJEL PRIVATI", "22181.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22109, kemm huwa l-ammont ta' studenti li mistennija jgawdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ammont ta' studenti li jattendu skejjel privati bi ħlas ta' miżati hu ta' 8347..", "FONDI TAT-TAĦRIĠ", "22182.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22105, jista' l- Ministru jagħti t-tagħrif mitlub dwar il-vot tat-Training Grants amministrat mill-MDC u l-ETC?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul l-1999 kien hemm 73 kumpanija li ibbenefikaw minn \"Training Grants\" li kienu jammontaw għal Lm455,149.", "L-ammont li rċeviet kull kumpanija jvarja skond in-numru ta' impjeġati li hadu t-tahriġ u skond it-tul u n-natura ta' l-istess tahriġ.", "In-numru ta' persuni li ħadu taħriġ permezz ta' dawn il-fondi kien jammonta għal 2,479.", "Dan it-taħriġ ingħata fis-setturi kollha tal-manifattura.", "L-ammont li ħadet kull kumpanija kif ukoll in-numru ta'impjegati mħarrġa jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.", "SKEJJEL - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "22190.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'għalliema nieqsa hemm fl-iskejjel Għawdxin?", "F'liema suġġetti?", "Meta se jintbagħtu l-għalliema nieqsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel Għawdxin ma jirriżultax nuqqas ta' għalliema.", "SKEJJEL - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "22191.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'għalliema nieqsa hemm fl-iskejjel Għawdxin?", "F'liema suġġetti?", "Meta se jintbagħtu l-għalliema nieqsa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li fl­ebda suġġett u fl­ebda skola ma hemm għalliema nieqsa f'Għawdex.", "ST EDWARD'S - CANTEEN", "22192.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm spezzjonijiet tal-uffiċjali tal-VAT matul is-sena 2000 fil-canteen tal-iskola St Edward's dwar ħruġ ta' riċevuti fiskali mill-operator tal-canteen?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2000 fil-canteen ta' l-iskola St.Edwards saru żewġ spezzjonijiet minn Inspectors tal-VAT dwar ħruġ ta' riċevuti fiskali.", "SWIEQI - BINI ABBANDUNAT", "22193.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22066 u t-tweġiba għaliha, meta kien li l-pulizija avżat lis-sid dwar il-bini abbandunat fil-periklu?", "X'għamlet s'issa l-pulizija biex is-sid jieħu l-passi biex ineħħi l-periklu li hemm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi nhar it-28 ta` Novembru 2000 sid il-post kien ġie verbalment infurmat mill-Pulizija sabiex ineħħi l-periklu.", "Imbagħad, nhar il-15 ta` Diċembru 2000, sid il-post kien ġie intimat formalment skond l-artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Pulizija.", "Il-Pulizija ħadet ukoll passi kriminali, liema każ jinsab appuntat għas-smiegħ fl-24 ta` Jannar 2001.", "THE ECONOMIST INTELLIGENCE UNIT", "22338.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-kummenti tal-Gvern għal dak li deher f'The Economist Intelligence Unit li l-ispiża tal-Gvern biex iġib il- leġiżlazzjoni ta' pajjiżna konformi ma' dik tal-Acquis kienet ġiet underestimated mill-Gvern innifsu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull min segwa l-Economist Intelligence Unit jaf li din il-pubbilkazzjoni illi l- kontributur tagħħa huwa annonimu, pero' li nafu illi xi żmien ilu dan kien il-kap ta' l-oppożizzjoni, għanda storja ta' pronostika negattiva b'bias qawwi favur dak illi jaqbel miegħu l-partit laburista u li ma avverawx ruħhom.", "Għalhekk il-kummenti ta' din il-pubblikazzjoni m'għandhomx kredibilita' magħna.", "F'dan il-każ il-kontributur ma qalx kif wasal għal l- estimi tiegħu u dan issaħħaħ aktar il-fehma li dan mu xejn ħlief biss politikant.", "RISERVI TA' PAJJIŻNA - IMPORT COVERAGE", "22339.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti xahar xahar kif naqsu/żdiedu r-riservi ta' pajjiżna minn Jannar 2000 il quddiem?", "Jista' jgħid l-import coverage tagħhom kif varja tul dan il-perijodu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri li qed jitlob jistgħu jinħadmu faċilment mill-istatistika dwar ir-riservi u l- importazzjoni li jippublikaw ta' kull xahar il-Bank Ċentrali u l-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika rispettivament."]} {"filename": "20000201_232d_par.doc", "date": "2000-02-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 232 It-Tlieta, 1 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 232", "It-Tlieta, 1 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "232", "It-Tlieta, 1 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 503", "KUNSENS GĦAL ATTI 503", "PETIZZJONI 503", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 503", "TQEGĦID TA' KARTI 507", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIFUĠJATI (IT-TIENI QARI)", "REFUGEES BILL (SECOND READING) 508", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "(EMENDA NRU.", "2) (IT-TIENI QARI)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL(SECOND READING) 516", "AĠĠORNAMENT 532", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 537", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 231 li saret fl-1 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President tar-Repubblika għoġbu jagħti l-Kunsens tiegħu għal:", "Att Nru III ta' l-2000 – Att ta' l-2000 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta; u", "Att Nru IV ta' l-2000 – Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar iċ- Ċittadinanza Maltija.", "L-Onor.", "Rita Law.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, f'isem is-sindku Saviour Camilleri u f'isem il-kunsill lokali tal-Fgura qed nippreżentalek petizzjoni li nġabret minn fost ir-residenti tal-Fgura li qed jilmentaw dwar il-fatt li qed ikollhom ħafna trab iswed nieżel kontinwament f'dik il-lokalita`.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fil-fatt il-kunsill lokali tal-Fgura nkariga lill-Onor.", "Rita Law u lili sabiex nippreżentaw din il-petizzjoni quddiem din il-Kamra.", "Is-sustanza ta' din il-petizzjoni tirrigwarda, kif diġa` ntqal, dak it-trab iswed li qed joħnoq il-lokalita` tal-Fgura.", "It- talba bażika tar-residenti hija li jkun hemm sforz qawwi biex naraw minn fejn ġej it-trab iswed, u jien ċert li b'din il-petizzjoni qed niġbdu l- attenzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati sabiex dawn l-affarijiet jiġu investigati f'iktar dettall.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - Y2K", "12443.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K millennium bug?", "Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li qed nitkellmu fuq apparat elettroniku fl-Isptar San Luqa, jista' l-Ministru jgħid jekk l-apparat li jagħmel testijiet tossikoloġiċi fl-isptar huwiex bil-ħsara u kemm ilu bil-ħsara?", "Matul iż-żmien li ilu bil-ħsara, kien hemm okkażjonijiet fejn testijiet li kellhom isiru ma sarux, naturalment bi spiża addizzjonali għall-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant qed jippretendi li se nagħtih risposta su due piedi.", "Ovvjament biex ikollu l- informazzjoni korretta nitolbu jagħmilli d-domanda bil-miktub u nkun nista' niċċekkjalu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi fl-isptar hemm postijiet sensittivi li fihom hemm life-support machines - ngħidu aħna fl-ITU, l-SCBU u t-theatres - fejn prattikament ikollok pazjenti miżmuma ħajjin permezz tal-makni, x'prekawzjonijiet ittieħdu minħabba l-Y2K?", "Jikkonferma l-Ministru li fil- fatt it-testijiet fuq l-apparat kollu kienu jsiru kull siegħa u kien jintbagħat rapport kull ċertu ħin biex jiġi assigurat li malli taqleb is- sena ma jkunx hemm faults fis-sistemi li, kif għedt, fuqhom tiddependi ħajjet il-pazjent.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li huwa importanti li wieħed jgħid li l- preparamenti għall-eventwalita` li jistgħu jinqalgħu xi problemi bil-Y2K bdew fil-fatt jiġu tackled sentejn qabel is-sena 2000.", "Kien hemm ħafna livelli li wieħed ried jiċċekkja, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' prijoritajiet, u fil-fatt meta qlibna s-sena ma kien hemm l-ebda ħsara kkaġunata mill-Y2K - fil-fatt dan diġa' għedtu - ħlief li kien hemm xi tnejn jew tliet computers li d-data tagħhom riedet tiġi reset manwalment.", "Naħseb li l-eżerċizzju kien iżjed intensifikat f'dawk il-postijiet li semma l-kollega tiegħi fejn jintużaw life-support machines, fejn mhux biss saru l-preparamenti qabel imma peress li ħafna minn dan l-apparat ukoll jiddependi fuq servizzi anċillari li huma pprovduti barra mid-dipartiment, ħsibna wkoll għall-eventwalita` ta' power failure jew communications failure min-naħa ta' dawk li jipprovdulna s-servizzi.", "Fil-fatt kellna sistema ta' komunikazzjoni għalina kif ukoll assigurajna li l-units li huma life-supporting - bħall-ITU, is-CCU, l-SCBU - jiġu ċċekkjati ripetutament u dawn anke ġew tested għal ċertu żmien bis-sistema tal-generator li jipprovdi l-isptar.", "Nikkonferma wkoll li matul il-ħin kritiku tal-bidu tas-sena d-direttivi kienu sabiex l-apparat kollu - pero` ovvjament b'attenzjoni partikolari għall-apparat f'areas sensittivi - jiġi ċċekkjat repetutament, u kien anke qed jintbagħat rapport kull siegħa mill-ITU dwar l-andament kollu .", "Naħseb li dan huwa ċertifikat għad-dedikazzjoni li wrew u għall-impenn li ħadu dawk kollha involuti f'dan l-eżerċizzju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nieħu gost nisma' li l-millennium bug m'għamlet xejn ħażin fis-sistema pero` jidher li hemm bugs oħra li qegħdin jheddu s-sistema tas-saħħa!", "Kulħadd jaf li bħalissa hawn għajta kważi popolari dwar in-nuqqas ta' iġene u l-ħmieġ li hemm fl-isptar.", "Ma neħux pjaċir ngħid dawn l-affarijiet pero` xtaqt kieku l-Ministru jispjegalna eżatt x'inhi s-sitwazzjoni bħalissa u x'inhuma x-short term u l-long term measures li qed jieħu ħalli din is-sitwazzjoni titneħħa.", "Żgur li m'hijiex xi ħaġa sabiħa li malli lil xi ħadd tgħidlu li għandu bżonn imur l-isptar, ir-risposta mal-ewwel tkun li ma jridx imur minħabba l-ħmieġ.", "Il-Ministru jaf li m'iniex qed ngħid dan bħala kritika imma qiegħed nistaqsi sabiex il- poplu jkun jaf x'qed jiġri.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, naħseb li hemm xi ħaġa stramba fin- nofs għax ġimgħatejn u nofs ilu, fuq il-programm \"Xarabank\" , sar speċi ta' survey fejn it-telespettaturi ntalbu jagħtu r-reazzjoni tagħhom dwar nuqqas ta' ndafa o memo fl-isptar, u l-feedback ma kenitx negattiva, anzi 53% ta' dawk li ċemplu qalu li kienu sodisfatti mis-servizzi tas-saħħa.", "Pero` ħalli ngħid x'għamilna, Sur President.", "Fil-fatt qabel ma aħna nidejna din ir-riforma kellna diskussjonijiet estensivi maż-żewġ unions konċernati u dawn qablu dwar il-bżonn ta' din ir- riforma, għaliex irrealizzaw li bħar-riforma li kienet saret qabilha - qed nirriferi għar-riforma li kienet saret mil-laundry - stajna naslu biex lill- poplu Malti nagħtuh servizz aħjar, il-ħaddiema jkunu iktar motivati, il-job satisfaction u l-performance u l-output tagħhom jitla, il-poplu Malti jiffranka l-flus filwaqt li l-introjtu tal-ħaddiema jikber b'rata sostanzjali jekk dawn jifformaw koperattiva għalihom.", "Dawn kienu l- affarijiet li ħeġġewna nagħmlu din ir-riforma, u hekk għamilna.", "Ovvjament kull riforma titlob bidla fil-mentalita` u sfortunatament din il- bidla għad hemm min jirreżistiha.", "Biżżejjed ngħid li minn complement ta' 172 li kien miftiehem bejn id- diviżjoni u l-unions dwar kif għandu jsir il-cleaning ta' kuljum, kienu qegħdin jirrapportaw 'il fuq minn 30 bis-sick leave u kien ovvju li anke meta bgħatna t-tobba biex jinvistaw lil min kien qed jirrapporta bis-sick - u t-tobba min-naħa tagħhom iċċertifikaw li dawn kienu tajbin għax-xogħol - il-ħaddiema kienu jerġgħu jidħlu lura għax-xogħol iżda l-għada jerġgħu joħorġu bis-sick leave.", "Ħabat ukoll li meta nidejna din ir-riforma kienet waslet l-aħħar tas-sena, kien hemm numru ta' nies li kellhom il-leave ippjanat u allura ovvjament kellna xi ftit tad-diffikulta'.", "Nista' ngħid ukoll li minkejja l-ftehim li għamilna, hemm numru ta' ħaddiema li għadhom sal-lum jirrifjutaw li jidħlu għax-xogħol u minħabba f'hekk u minħabba wkoll li kien hemm ħaddiema minn dipartimenti oħra li wrew ix-xewqa li jiġu jagħmlu xogħol ta' tindif fl-isptarijiet, inħarġet ċirkolari interna fost id-dipartimenti li titlob li min irid jaqleb għal din is-sistema l-ġdida jista' japplika biex jagħmel dan.", "Fil-fatt l- applikazzjonijiet se jiftħu għal ftit sigħat biss is-Sibt li ġej.", "Dan qed nagħmluh sabiex niżguraw li fuq il-karta jkollna mhux biss il-172 ħaddiema li hemm miftehma mal-unions imma jkollna 200 ruħ, ovvjament bit-30 ruħ żejda jagħmlu tajjeb għal dak is-sick leave u l-vacation leave li jittieħed.", "Ittieħdu wkoll miżuri oħra, fosthom li nxtara apparat li waqt li jiffaċilita x-xogħol tal-ħaddiema fl-istess ħin jagħti prodott aħjar u jnaqqas it-tbatija.", "Fil-fatt hawnhekk għall-ewwel ġara l-istess għax fl- ewwel jiem li ġibna l-apparat kulħadd irrifjuta li jibda jħaddmu biex imbagħad l-għada sibna li kulħadd qiegħed jiġġieled biex jużah, għaliex meta raw ir-riżultati kulħadd ried jaħdem bih.", "Miżuri oħra li qegħdin jittieħdu huma li fi ftit taż-żmien ieħor - jew aħjar fi żmien ġimgħatejn oħra - min qed joffri materjal għall-cleaning se jġib expertise minn barra biex jibda jagħti training lin-nies tagħna b'metodi ta' cleaning ġodda.", "Ma nistgħux nibqgħu marbutin mal-cleaning kif kien għaddej għal dawn l-aħħar 50 sena - illum il-metodu kif tnaddaf sptar inbidel radikalment - u biżżejjed wieħed jgħid li qabel konna nużaw diżinfettanti l-ħin kollu u llum nafu li l-użu eċċessiv tad-diżinfettanti huwa kaġun - mhux waħdu - tal-mikrobi ġodda li huma reżistenti għall- antibijotiċi.", "Dan kollu nbidel u llum l-indafa ġewwa l-isptarijiet ħadet livell professjonali u dik hija l-mira li rridu nilħqu.", "Kif għedt, ħafna jiddependi fuq il-koperazzjoni ta' min ikun qiegħed iħaddan dawn ir-riformi u hawnhekk għal darb'oħra rrid nirringrazzja lill- unions, kemm il-GWU kif ukoll il-UĦM, talli meta kien hemm xi ħaddiema li pprovaw ixewxu lil ħaddiema sħabhom milli jidħlu jagħmlu x-xogħol, kienu huma stess li mill-ewwel bagħtu lir-rappreżentanti tagħhom biex ifiehmu lill-ħaddiema li dak li qiegħed isir huwa kollu għall-ġid tagħhom stess u għat-titjib tas-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Peress li llum infetħet il-poliklinika ta' Bormla u ġejna murija diversi apparat modern u sofistikat, jista' l- Ministru jagħti spjegazzjoni ta' l-apparat u jgħidilna jekk huwiex Y2K compliant?", "Jista' l-Ministru jgħidina wkoll kemm ġie jiswa l-apparat ta' l- għajnejn, tad-dentistrija u tas-servizzi l-oħrajn kollha li l-poliklinika ta' Bormla se tibda tagħti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-fatt il-proġett tar-refurbishment tal-health centre ta' Bormla nbeda fl-1994 - wara diskussjonijiet li kienu saru bejn il-ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Louis Galea, u s-sindku ta' Bormla - iżda huwa fatt ukoll li l-health centre ta' Bormla hija waħda minn dawk il- health centres li sfortuntament kienu bdew bħala miżura ta' emerġenza - u allura l-post qatt ma kien adegwat li joffri dan it-tip ta' servizz - u ovvjament minħabba f'hekk kien hemm bżonn ta' tibdil kemm strutturali kif ukoll operattivi.", "Irrid ngħid li wara li jitlesta r-refurbishment, in- nefqa kapitali se tkun tlaħħaq għal madwar Lm0.25 miljun.", "Sfortunatament minħabba ċirkostanzi li m'għandniex kontroll fuqhom, fosthom in-nuqqas ta' tobba f'livell ta' kura primarja, ma stajniex noffru s-servizzi kollha li għandha l-potenzjal li toffri din il-health centre.", "Pero` minkejja dan kollu u minkejja li ftaħniha fuq sigħat ridotti qegħdin diġa` noffru numru ta' servizzi li qabel ma kenux jeżistu.", "Qabel fil-fatt kulma kien hemm kienu visiting room tat-tabib, treatment room u well-baby clinic.", "Illum, ovvjament minkejja li ftaħna b'servizzi ridotti, qegħdin noffru servizzi ta' gynaecology, podoloġija, fiżjoterapija, speech therapy u minn hawn u ftit ta' żmien ieħor se niftħu wkoll is-servizzi tad- dentistrija.", "Huwa ttamat li malli jiggradwaw l-ispiżjara l-ġodda nkunu f'pożizzjoni wkoll li niftħu l-ispiżerija.", "Ċertament li d-dewmien fil-ftuħ ta' din l-ispiżerija mhux ġej min-nuqqas ta' impenn min-naħa tal-gvern - għax saħansitra konna ħriġna l- applikazzjonijiet biex jiġu recruited spiżjara mill-privat iżda sfortunatament ħadd ma applika - imma jidher li din il-problema tar- recruitment, minkejja li hija kronika u minkejja li ttieħdu ċerti miżuri biex tiġi indirizzata, sal-lum għadha magħna.", "Rigward l-apparat nista' ngħid li kollox inxtara brand new.", "M'għandix iċ- ċifra ta' kemm qam l-apparat innifsu pero`, kif għedt qabel, ir- refurbishment kollu tal-health centre ta' Bormla sewa madwar Lm0.25 miljun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li ssemma li nxtara apparat għall-poliklinika ta' Bormla, jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li se jkun hemm min iħaddem dan l-apparat?", "Irrid ngħid ukoll li fi żmien li l-poliklinika kienet tagħlaq fit-8.00 p.m., l-anzjani tal-Kottonera li kienu jiġu bżonn dan is-servizz kienu jiġu mitluba jmorru Raħal Ġdid u minħabba n-nuqqas ta' trasport kien ikollhom jistennew sa l-għada filgħodu.", "Ma jidhirlux li huwa ta' għajb li din il-poliklinika għadha m'hijiex qed tagħti servizz bil- lejl, minkejja dan l-apparat kollu?", "Ma jidhirlux li kien ikun aħjar kieku ħarreġ lin-nies ħalli l-poliklinika tinfetaħ b'nies addestrati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, aħna b'mod responsabbli dehrilna li aħjar niftħu l-health centre b'servizzi limitati milli nħalluha wieqfa u ma taħdimx.", "(Interruzzjonijiet) Qed nifhem sew li l-Onor.", "Interpellant qed jimplika li kien żball li ftaħniha b'servizzi limitati?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħid li peress li għandkom ħafna flus x'tonfqu f'affarijiet oħra, misskom ħarriġtu lin-nies ħalli din il- poliklinika tkun tista' tiftaħ għal 24 siegħa!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dan huwa argument li ma tantx inħobb nidħol fih, fis-sens li ma neħux gost meta d-diskussjoni fuq is-saħħa tmur fuq livell politiku, imma donnu li l-Onor.", "Membru hekk jixtieqni nagħmel.", "Naħseb li n-nuqqas ta' tobba la ġara f'dawn l-aħħar sentejn u lanqas ġara fl-aħħar erba' jew ħames snin - in-nuqqas ta' tobba fil-kura primarja hija xi ħaġa kronika li gvern wara ieħor ipprova jindirizza mingħajr suċċess - u tant kienet problema anke fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra, li l-ministru ta' dak iż-żmien kien talab rapport dwar il-possibbilta` li l-health centres jibdew jagħlqu bil-lejl.", "F'dak ir-rapport kien ġie ssuġġerit li minħabba n- nuqqas ta' tobba, jibqgħu miftuħin biss erba' health centres - f'dak l- istudju kien ukoll identifikat diġa` li l-health centre ta' Bormla tagħlaq bil-lejl - fosthom dik ta' Raħal Ġdid pero` l-ministru ta' dak iż-żmien ma mexiex fuq dawk il-pariri.", "Irrid ngħid hawnhekk li jekk wieħed iħares lejn in-numru ta' nies li jattendu l-health centres matul il-lejl - m'iniex qed nirriferi għal ta' Bormla biss imma għall-health centres l-oħrajn kollha - isib li on average il-pazjenti li jagħmlu użu mill-health centres matul is-sigħat ta' bil-lejl huma biss erbgħa jew ħamsa f'kull health centre, u dawk li verament ikollhom bżonn is-servizz tat-tabib huma l-eċċezzjoni aktar mir-regola.", "Minkejja dan aħna xorta waħda mpenjati li malli jkollna manpower biżżejjed biex inħaddmu l-health centres anke dik ta' Bormla, m'aħniex se nonqsu milli nagħmlu hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: B'riferenza għall-allegat każ ta' infermier fl- Isptar San Luqa li ħa flus biex jirranġa transfer, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet għamel il-ministeru u jekk ħax stqarrijiet mingħand individwi?", "M'iniex qed nirriferi għal investigazzjonijiet mill-pulizija imma mill-ministeru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nista' ngħid li dawn l-allegazzjonijiet kienu ilhom isiru mill-persuna involuta billi kienet tavviċina nies fis-segretarjat, pero` jien kont insistejt magħhom li jekk ma jkollniex dawn l- insinwazzjonijiet bil-miktub ma kontx lest nieħu passi.", "Fil-fatt wara ħafna tentattivi, il-persuna li kienet qed tagħmel l-allegazzjonijiet bagħtet ittra reġistrata lid-dipartiment u għaxar minuti wara li waslet l- ittra jien ċempilt lill-permanent secretary u dan kien qalli li se jgħaddiha lill-pulizija biex jibdew l-investigazzjonijiet.", "Min-naħa tad- diviżjoni ma naħsibx li huwa lok li wieħed jagħmel investigazzjonijiet, iktar u iktar meta jinvestigaw din il-kawża hemm il-pulizija u l-persuna li allegatament għamlet dan il-ksur ġiet imtella' l-qorti.", "Jiġifieri l-każ kollu bħalissa qiegħed f'idejn il-pulizija.", "L-unika ħaġa li rrid inżid hi li malli l-persuna tressqet il-qorti, kif jiġri f'kull każ bħal dan, ġiet sospiża mix-xogħol sakemm ikollna l-eżitu tal-kawża.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar benefiċċji tas-sigurta` soċjali mħallsa mill-gvern matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13219.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIFUĠJATI", "REFUGEES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-1 ta' Frar 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg huwa in possession bil-winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Sur President, dalgħodu kont qed nispjega għaliex inħasset il-ħtieġa li ssir liġi dwar ir-rifuġjati u għedt li għalkemm huwa veru li l-gvern Malti rratifika l-konvenzjoni ta' Ġinevra fl-1971, dak iż-żmien ma kienx faċli bħal-lum li ssiefer u terġa' ir-riżervi li konna għamilna tant kienu jnaqqsu l-effett tal-konvenzjoni li ma kienx hemm għalfejn, jew għallinqas ma nħassitx il-ħtieġa li jkun hemm liġi lokali li tinkorpora l-konvenzjoni.", "Illum, bl-esperjenza taż-żmien, u wara li bdejna naċċettaw rifuġjati oltre l-obbligi internazzjonali tagħna, inħasset l-ħtieġa li ssir liġi, anke għaliex bl-ispostament u l-movimenti tan-nies u biż-żieda ta' rifuġjati mhux f'pajjiżna biss imma f'kull pajjiż fil-Mediterran, lanqas jagħmel sens li l-gvern Malti jibqa' jiddependi fuq organizzazzjoni 'l barra minnu biex tiddeċiedi min hu rifuġjat f'Malta.", "Sal-lum rifuġjat huwa biss dak li huwa rikonoxxut mill-United Nations HigfHigHigh Commissioner for Refugees (UNHCR) kif rappreżentat f'Malta bħala operational partner mill-kummissjoni ta' l-emigranti u fl-aħħar mill- aħħar b'deċiżjoni li ssir mill-aġenzija tal-UNHCR f'Ruma għaliex Malta tagħmel ma' Ruma f'dik li hija ġurisdizzjoni.", "Issa jien jidhirli li din is- sitwazzjoni m'hijiex aktar tollerabbli; jekk inħarsu lejn pajjiżi oħrajn naraw li ftit għadhom dawk li jiddependu esklussivament għar-rikonoxximent lokali tad-drittijiet tar-rifuġjati minn organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Dalgħodu għedt ukoll li din il-liġi qiegħda ssir għaliex hija tajba - tant hija tajba li fil-fatt iż-żewġ partiti qabblu magħha - u jekk tgħina għad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea allura hija tajba doppjament, pero` m'hijiex tajba biss għaliex għandna bżonnha biex nidħlu fl-Unjoni, imma hija tajba fiha nnifisha.", "Jekk wieħed jirraġuna bil-mod li beda jargumenta bih l-Onor.", "Gulia, allura nispiċċaw ngħidu li l-pajjiżi li m'humiex fl- Unjoni ma jħarsux id-drittijiet tar-rifuġjati jew inkella m'għandhomx liġijiet li jħarsu d-drittijiet tar-rifuġjati.", "Bħalissa kulmin jara l-aħbarijiet sema' bit-tifel Cuban li salva mill- għarqa waqt li kien qed jaħrab minn Cuba lejn l-Amerika pero` ommu mietet.", "Il-kwestjoni li qamet hija jekk skond il-liġijiet ta' l-Amerika dan it- tifel għandux jitqies bħala rifuġjat, għaliex jista' jiġi ppersegwitat jekk imur lura f'pajjiżu, jew inkella jekk għandhiex tirbaħ il-patria potestas tal-missier naturali li għandu dritt jieħu ħsieb lil ibnu.", "Jiġifieri jeżistu f'pajjiżi oħrajn liġijiet fejn jiġi rikonoxxut rifuġjat mingħajr il- bżonn ta' intervent ta' l-UNHCR u l-maġġoranza kbira ta' dawn il-pajjiżi m'humiex fl-Unjoni.", "Naturalment fil-policies ta' l-Unjoni hemm stand komuni għar-rigward tar-rifuġjati, fis-sens li kull min jidħol fl-Unjoni jrid jiggarantixxi ċerti drittijiet għar-rifuġjati.", "Imma x'hemm ħażin fiha din?", "Jiena diġa` spjegajt għaliex din il-liġi dwar ir-rifuġjati ma saritx qabel u għedt li r-raġuni kienet li minn mindu kellna r-ratifika tal-konvenzjoni l-problema ma bdietx tinħass, filwaqt li llum iċ-ċirkostanzi jimmilitaw favur liġi lokali b'istituzzjonijiet u organi lokali li jirrikonoxxu l- istat tar-rifuġjat.", "Fl-introduzzjoni tiegħi għal din il-liġi kont għedt li huwa veru li jista' jkun il-każ li dawk li se jiġu rikonoxxuti bħala rifuġjati se jiġu rikonoxxuti malajr u dan jista' iġib miegħu żieda fin-numru ta' rifuġjati, imma bl-istess argument wieħed għandu jgħid ukoll li issa li se jkollna l- organi lokali jiddeċiedu dwar l-istatus ta' rifuġjat, dawk li m'humiex rifuġjati u dawk li qegħdin jabbużaw mis-sistema u japplikaw għal status ta' refuġjat, il-każ frivolu u vessatorju tagħhom ukoll se jiġi deċiż aktar malajr.", "Jiġifieri din hija xabla b'żewġt ixfafar għax dawk il-każi ġenwini se jiġu rikonoxxuti aktar malajr u l-każi mhux daqshekk ġenwini wkoll se jiġu rifjutati aktar malajr u dawk il-persuni li ma jirnexxilhomx jippruvaw li huma rifuġjati, sakemm ma jgawdux minn xi drittijiet oħra taħt din il-liġi ta' ħarsien temporanju, jitkeċċew minn pajjiżna.", "Sur President, l-Onor.", "Jose` Herrera fid-diskors tiegħu issuġġerixxa li min japplika għall-istatus ta' rifuġjat u ma jirnexxielux jirbħu, allura jitqies li jkun wettaq reat kriminali.", "Jien naħseb li din hija miżura drakonjana li tista' tagħmel aktar ħsara milli ġid u tista' wkoll tiskorraġixxi nies ġenwini milli japplikaw għaliex dan qisek qed tagħmel liġi li tgħid li min imur il-qorti u jitlef il-kawża allura jkun ikkommetta reat kriminali.", "Imbagħad wara kollox fid-dinja x'inhu daqshekk ċar li tgħid \"dan\" żgur huwa frivolu u vessatorju u \"dak\" m'huwiex?", "Għalhekk aħna deherilna li l-piena ta' min japplika u ma jirnexxielux għandha tkun li jitkeċċa minn Malta mhux li nibagħtuh il-ħabs.", "F'dak li \"The Malta Independent\" iddeskriviet bħala \"a hard hitting speech\", l-Onor.", "Herrera, għalkemm qal li se jivvota favur tagħha, ikkritika bl-aħrax din il-liġi u fost affarijiet oħra issuġġerixxa li għandhom jiġu kkonsidrati bħala kriminali dawk ir-rifuġjati li ma jirnexxielhomx jippruvaw l-istatus tagħhom ta' rifuġjat.", "Jiena ppruvajt infittex biex nara jekk din teżistix fil-konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1951 pero` ma sibtha mkien u ma skantajtx li ma sibtha mkien, bħalma ma skantajtx lanqas li fil-konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1951 ma sibt imkien id-dritt suġġerit minn xi membri ta' l-oppożizzjoni - mhux minn kulħadd - li nissospendu din il-liġi f'każi ta' emerġenza.", "Dawn il- kelliema ssuġġerew li jekk ikun hemm xi kriżi f'xi pajjiż ġar tagħna li minħabba fiha jkun hemm moviment kbir ta' nies - per eżempju jsir kolp ta' stat f'pajjiż viċin tagħna fejn minn demokrazija ssir dittatura jew minn dittatura ssir dittatura oħra u jaħarbu n-nies minn dak il-pajjiż u b'xi mod isibu ruħhom f'pajjiżna - allura nissospendu l-liġi tar-rifuġjati.", "Jien naħseb li this is begging the question, għaliex din il-liġi tar- rifuġjati u d-drittijiet tagħhom jinħassu l-aktar meta jkollok proprju dan l-ispostament ta' nies, jiġifieri aħna ma nistgħux nagħmlu l-liġi tperper fil-bnazzi mbagħad fil-maltemp inniżluha.", "Terġa' u tgħid, imkien fil- konvenzjoni ta' l-1951 ta' Ġinevra ma hemm id-dritt li xi pajjiż firmatarju ta' din il-konvenzjoni jissospendi l-effetti tal-liġi tiegħu għalkemm xi ħadd mill-kelliema qal li l-Italja għandhom xi ħaġa simili.", "Jiena ċċekjajt kemm ma' l-attorney general kif ukoll ma' l-ambaxxata tagħna fl-Italja, pero` ma rriżultali li hemm l-ebda liġi fl-Italja li tagħti dritt lill- Gvern Taljan li jissospendi l-liġi dwar ir-rifuġjati.", "Issa hawnhekk ta' min wieħed jgħid li aħna forsi għandna problema żgħira ta' rifuġjati imma t-Taljani għandhom problema ħafna akbar.", "U meta ngħid \"ħafna ikbar\" m'iniex qed nirriferi biss għall-imigrazzjoni llegali minħabba l-konfigurazzjoni ta' pajjiżhom u minħabba li hemm ħafna pajjiżi viċin tagħhom fejn hemm inkwiet, partikolarment ir-repubblika kif kienet qabel tal-Jugoslavja, imma qed nirriferi wkoll għall-problema tar- rifuġjati.", "Jiġifieri l-konvenzjoni mhux biss ma tgħidx li tista' tissospendi l-liġi dwar ir-rifuġjati, talli tgħid li jkunu jistgħu jinħolqu ċentri ta' emerġenza fejn ikunu jistgħu jinżammu r-rifuġjati sakemm jiġu proċessati l-applikazzjonijiet tagħhom.", "Nerġa' ngħid li dawk li se jidħlu Malta illegalment se jkunu taħt il-kustodja tal-pulizija, japplikaw jew ma japplikawx għall-istatus ta' rifuġjat.", "Il-fatt li tapplika għall-istatus ta' rifuġjat ma jfissirx li se tingħatalek il-liberta` jekk inti tkun ksirt il-liġijiet ta' l-emigrazzjoni u qiegħed taħt kustodja; id-dritt awtomatiku ta' rilaxx jingħata fil-mument li tiġi rikonoxxut bħala rifuġjat.", "Issa din il-liġi għaddiet minn għarbiel fuq għarbiel fuq għarbiel - kif diġa` għedt fl-introduzzjoni - jiġifieri ma saritx l-ewwel draft u għaddejniha imma għaddiet mill-għarbiel ta' organizzazzjonijiet volontarji f'Malta u għaddiet ukoll mill-għarbiet ta' l-UNHCR.", "U għalkemm ma nistax ngħid li qbilna fuq kollox, fuq il-maġġoranza tal-punti mqajma kien hemm qbil u kien hemm bdil allura fl-abbozz kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet ta' rifuġjati kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsma ma' salvagwardji għal pajjiżna biex noħolqu l-bilanċ.", "U jiena naħseb li din hija liġi li toħloq bilanċ bejn id-drittijiet tar-rifuġjati u d-drittijiet tal-komunita` u dan kien kkonfermat ukoll f'artiklu tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li dwar din il-liġi l-Ħadd li għadda, f'\"It-Torċa\" kiteb hekk:", "\"Naħseb li l-linji li qed jiġu ppreżentati bħalissa fl-abbozz iżommu l- bilanċ mixtieq skond l-esperjenza li pajjiżna kiseb f'dan il-qasam sal- lum.\".", "Jiġifieri anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jirrikonoxxi li din il-liġi dejjem għandha tiġi applikata b'ċertu għaqal u b'ċerta prudenza imma xorta waħda rnexxielha ssib dan il-bilanċ bejn id-drittijiet li nħarsu lil pajjiżna minn ċerti abbużi u li nonoraw l-obbligi internazzjonali tagħna.", "Sur President, ngħid għalija skantajt meta l-Onor.", "Herrera - u nikkwotah mill-ġurnal \"l-orizzont\" għaliex it-transcript uffiċjali kien għadu m'huwiex lest - qal li:", "\"Waqt li qed infittxu li nagħtu d-drittijiet kollha lill-barranin li jaħsbu biex isibu kenn f'pajiżna, donnu li qed nibżgħu nagħmlu restrizzjonijiet bħala prevenzjoni u d-deterrenti li qed nagħmlu huma redikoli.\".", "Mela minn naħa waħda għandna l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li qed jgħid li rnexxielna nsibu dan il-bilanċ, u mill-banda l-oħra għandna lill-Onor.", "Herrera jgħidilna li donnu qed nibżgħu nagħmlu restrizzjonijiet bħala prevenzjoni u li d-deterrenti li qed nagħmlu huma redikoli.\"", "L-Onor.", "Membru fisser il-liġi bħala li qisna qed nibżgħu nagħmlu l-kontrolli minħabba l-Ewropa.", "Dejjem l-Ewropa teħel - anke jekk ma tagħmilx xita probabbli tort ta' l-Ewropa, u jekk tagħmel ix-xita tort ta' l-Ewropa wkoll - għax issa wkoll weħlet l-Ewropa.", "Din bħal tal-planning authority u allura nistgħu ngħid li għal xi nies meta xi ħaġa ma tmurx tajjeb fil- pajjiż tort tal-planning authority u tort ta' l-Ewropa!", "Jiġifieri issa għandna sitwazzjoni fejn dwar l-istess liġi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li ħolqot dan il-bilanċ, l-Onor.", "Herrera qed jgħidilna li qisna qed nibżgħu nikkontrollaw minħabba l-Ewropa.", "Ċertament li l-Onor.", "Herrera m'huwiex in tune mal-kap tiegħu.", "L-Onor.", "Membru qalilna wkoll li minħabba l-liġi tar-rifuġjati, fost affarijiet oħra, se niġu inondati b'immigranti llegali.", "Jiena nerġa' nirripeti li din il-liġi tar-rifuġjati m'hi se ddgħajjef xejn mill-ġlieda kontra l-immigrazzjoni legali u se mai, il-mixja lejn l-Unjoni Ewropea se ġġegħelna - anke jekk ma rridux - insaħħu l-fruntieri tagħna kontra l- immigrazzjoni llegali għaliex is-sistema ta' Schengen, apparti milli tintroduċi visas fuq l-hekk imsejħa common list - li fil-maġġoranza kbira tagħhom aħna diġa` ninsabu allineati magħhom bħala visas - minħabba li tagħti d-dritt li min jidħol f'Schengen country jista' jiċċirkola mhux f'pajjiż wieħed imma f'kull pajjiż tas-sistema Schengen, allura jkollna bilfors ninvestu sabiex ikollna sistema ta' informazzjoni abbażi ta' Schengen sabiex insaħħu l-fruntieri tagħna kontra l-immigrazzjoni llegali.", "Għaliex jekk inkunu fis-sistema ta' Schengen, għal min jirnexxilu jinfed iċ- ċintorin li jdawwar il-pajjiżi tax-Schengen imbagħad tkun aktar faċli għalih biex minn Malta jmur Sqallija, minn Sqallija jmur l-Italja u mill- Italja jmur il-Ġermanja.", "Jiġifieri l-mixja tagħna lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea se mai issaħħaħ mhux iddgħajjef il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni llegali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ministru, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of House.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-Kamra kollha għall-indulġenza li qed turi miegħi.", "Sur President, kont qed ngħid li aħna xorta waħda rridu nsaħħu l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni llegali u minkejja l-isforzi kollha li jsiru mill- pulizija s-sistema għadha m'hijiex perfetta għax xorta waħda għad hemm min qed jgħaddi mix-xibka.", "U aħna ma rridux l-immigrazzjoni llegali għal żewġ affarijiet, la rridu li noħolqu problemi lilna nfusna u lanqas irridu noħolqu problemi lil ħaddieħor, partikolarment lil pajjiżi oħrajn li huma ġirien u ħbieb tagħna u li wħud minnhom kienu ġenerużi ferm fil-konfront tagħna.", "L-Onor.", "Herrera kkritika wkoll id-dritt għax-xogħol tar-rifuġjati.", "L- ewwelnett nerġa' nirripeti li f'Malta hawn 166 rifuġjat rikonoxxut mill- UNHCR li minnhom madwar 40 huma tfal.", "Jiġifieri meta ngħidu \"dritt għax- xogħol\" qed nirriferu għad-dritt għax-xogħol limitatament għal dawk il- persuni li għandhom minn 16-il sena 'l fuq - għaliex f'Malta ma tistax taħdem jekk ma jkollokx 16-il sena - u li huma rikonoxxuti bħala rifuġjati.", "Terġa' u tgħid din il-liġi m'hijiex se tagħtihom id-dritt għall-work permit għaliex minkejja pressjoni li saret minn diversi bnadi biex nintroduċu dan id-dritt għax-xogħol jiena għedt li għadu ma wasalx iż-żmien li din tidħol fil-liġi.", "Li se nagħmlu hu li nbiddlu l-policy dwar l-għoti tal-work permits taħt l-Immigration Act ta' l-1970 u taħt dik il-liġi bil- bidla tal-policy amministrattivament se nagħtu d-dritt għax-xogħol.", "B'dan il-mod, jekk xi darba l-gvern - hu min hu - f'xi mument jidhirlu li għandu jiġi rtirat dan il-privileġġ tax-xogħol, kulma jrid jagħmel huwa li ma joħroġx aktar work permits u ma jkollu bżonn jemenda l-ebda liġi.", "U dan fil-fatt qabel miegħu ukoll l-Onor.", "Gulia u qal li sewwa qed jagħmel il- gvern li qed jagħmel hekk.", "U allura hawnhekk jiena tħawwadt ftit għaliex filli ġejna kkritikati li se b'din il-liġi se jidħlu ħafna nies u jistgħu joħolqu paniku u li d-deterrents huma redikoli, u filli jkun hemm ħaddieħor li jistaqsi jekk aħniex se nagħtu legal aid lir-rifuġjati, Jiġifieri filli qed ngħidu li jekk jista' jkun inżommuhom biex ma jersqux 'l hawn u li m'hemmx biżżejjed deterrents biex ma jersqux 'l hawn, imbagħad fl-istess nifs qegħdin nistaqsu jekk il-kondizzjonijiet f'ta' Kandja humiex tajbin u jekk aħniex se nagħtuhom legal aid.", "Sur President, min jaqra l-liġi malajr jinduna li mhux se tingħata assistenza legali b'xejn lir-rifuġjati fl-ewwel stanza għax fl-ewwel stanza se jidhru quddiem kummissarju għar-rifuġjati li amministrattivament - u mhux b'deċiżjoni ġudizzjarja - jiddeċiedi jekk persuna hijiex rifuġjata jew le.", "F'dak l-istadju mhux se jkun hemm assistenza legali b'xejn, se jkun hemm id-dritt li rappreżentant tal-UNHCR ikun preżenti waqt il-kollokju li jsir bejn il-kummissarju u r-rifuġjat.", "Jekk imbagħad ir-rifuġjat jitlef il- każ quddiem il-kummissarju għar-rifuġjati, allura hemmhekk se jkun hemm dritt ta' appell, kemm lir-rifuġjat kif ukoll lill-ministru jekk dan ma jaqbilx ma' deċiżjoni tal-kummissarju, u jidher quddiem bord indipendenti magħmul minn tlieta min-nies.", "F'dak l-istadju, peress li ma tkunx kwestjoni ta' deċiżjoni amministrattiva imma se jkun hemm sentenza dwar litigazzjoni, allura nagħtu l-għajnuna legali bl-istess mod bħalma nagħtuha lill-Maltin.", "Jiġifieri jekk rifuġjat jipprova li l-mezzi tiegħu li kieku kien Malti kienu jintitolawh għal assistenza legali b'xejn, allura jingħata assistenza legali b'xejn fit-tieni stanza, jiġifieri meta jappella.", "L-istess jista' jingħad rigward ix-xogħol għaliex ġejt mistoqsi jekk rifuġjat ikollux id-dritt li jirreġistra.", "Il-fatt li rifuġjat li jkun jaħdem igawdi mill-istess privileġġi ta' kull min jaħdem mhux neċessarjament ifisser li jkun igawdi l-istess privileġġi tal-Maltin.", "Jekk persuna barranija li nagħtuha work permit u tispiċċa bla xogħol għandha dritt tirreġistra, rifuġjat li nagħtuh work permit u jispiċċa bla xogħol ikollu l-istess dritt li jirreġistra.", "Jekk il-barrani m'għandux id-dritt li jirreġistra, allura lanqas ir-rifuġjat m'għandu dritt li jirreġistra.", "Jiġifieri b'dan m'aħna nagħmlu xejn speċjali; qed inpoġġuhom fuq l-istess livell bħal barranin oħrajn li tajnihom il-work permit.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia qal li f'każ li rifuġjat li ġie rikonoxxut lokalment imur lura fil-pajjiż ta' l-oriġini tiegħu, għandu jiġi kanċellat l-istatus tiegħu ta' rifuġjat.", "Jiena naqbel miegħu u hekk qiegħda l-liġi; l-unika differenza hija li f'każ bħal dan mhux jiġi kanċellat l-istatus ta' rifuġjat imma l-istatus tiegħu ta' rifuġjat jispiċċa awtomatikament.", "U hawnhekk nikkwota minn klawsola 15 ta' l-abbozz li tgħid: \"Persuna ttemm milli jibqa' jkollha status ta' rifuġjat jekk: - ...\"", "Jiġifieri l-istatus lanqas jikkanċellah il-ministru imma awtomatikament jintemm jekk għaliex riedet, il-persuna reġgħet inqdiet bil-protezzjoni tal- pajjiż tan-nazzjonalita` tagħha.", "Jiġifieri jekk hi tmur lura fil-pajjiż li suppost qed jippersegwitaha u ma jiġrilha xejn, allura f'dak il-każ l- istatus ta' rifuġjat tagħha jintemm u jekk terġa' tiġi Malta, trid terġa' tapplika mill-ġdid għall-istatus ta' rifuġjat.", "Naturalment l-argument sod kontra din il-persuna jkun li ma tistax tgħid li qed jippersegwitawha jekk hi tkun marret lura f'pajjiżha u ma ġralha assolutament xejn.", "Jiġifieri l- problema li kien qajjem l-Onor.", "Farrugia hija diġa` prevvista fil-klawsola tal-liġi li semmejt.", "L-Onor.", "Herrera qal ukoll li rridu noqogħdu attenti għaliex jistgħu jiġu nies li jkollhom record kriminali b'delitti serji u allura se nimtlew mhux biss b'barranin li ma rridux imma anke bi kriminali li ma rridux.", "Il-liġi tipprovdi għal dan u tagħti d-dritt lill-kummissarju li ma jirrikonoxxix lil xi ħadd bħala rifuġjat jekk dik il-persuna - u nikkwota minn klawsola 2 ta' l-abbozz:", "\"... ikun għamel reat gravi mhux ta' xorta politika barra minn Malta qabel ma jkun daħal Malta;\".", "Jiġifieri jekk il-kummissarju jirriżultalu li persuna kkommettiet xi reat serju barra minn Malta, allura meta jasal Malta u jitlob l-istatus ta' rifuġjat, jista' jiġi rifjutat lilu dak l-istatus.", "U allura d-domanda li tqum hawnhekk hija dwar x'jiġri jekk il-persuna konċernata tikkommetti reat serju wara li tkun ġiet Malta u ġiet rikonoxxuta bħala rifuġjat.", "F'dak il- każ ma tistax tirtiralha l-istatus ta' rifuġjat għaliex jew hija rifuġjat jew m'hijiex, pero` tkun tista' tkeċċiha minn pajjiżek.", "Dan huwa regolat minn klawsola 17 ta' l-abbozz li tgħid li:", "\"Il-Ministru jista' jordna t-tkeċċija minn Malta ta' rifuġjat minħabba fis-sigurezza nazzjonali jew l-ordni pubbliku, u sakemm issir dik it- tkeċċija dik il-persuna għandha tinżamm taħt kustodja.\".", "Din il-klawsola tgħid ukoll li dan naturalment ikollu d-dritt li jappella minn dik id-deċiżjoni ta' tkeċċija u tgħid ukoll li:", "\"Rifuġjat li għalih japplika dan l-artikolu għandu jingħata perjodu ta' żmien raġjonevoli li matulu jkun jista' jfittex li jitħalla jidħol legalment f'xi pajjiż ieħor.\".", "U dan jirrispondi wkoll għal dak li qal l-Onor.", "Michael Bonnici, li wieħed jassigura li ma jkunx hemm konnessjoni ma' delitti serji.", "Rigward il-ħtieġa li jkun hemm kondizzjonijiet aħjar fejn jinżammu immigranti llegali, li fosthom jista' jkun hemm min hu rifuġjat, il-gvern din is-sena vvota Lm60,000 sabiex ikun jista' jtejjeb dawn il- kondizzjonijiet.", "Jiena niftakar li fl-antik dawn kienu jinżammu jew il- ħabs jew id-depot, pero` maż-żmien kibret l-idea li dawn m'humiex kriminali għaliex ma kkommettew ebda reat; dawn il-persuni se mai daħlu f'pajjiżna illegalment imma m'humiex kriminali.", "Allaħares kull min jikser il-liġi huwa kriminal!", "Jekk inti tikser il-liġi tat-traffiku, veru li tkun għamilt xi ħaġa żbaljata, imma b'daqshekk ma jfissirx li inti kriminal.", "Il-kelma \"kriminal\" ġeneralment nirriżervawha għal dawk il-persuni li jkunu rabbew ċerta attitudni - biex ma nużax kelma oħra - fil-ksur tagħhom tal-liġi jew li jkunu kkommettew xi ħaġa serja ħafna.", "Għalhekk maż-żmien ġie deċiż, minn gvernijiet differenti, li dawn in-nies li jiksru l-immigration laws ma jiġux imqiegħda ġo ħabs imma jitpoġġew ġo detention centre għalihom.", "U din is-sena qed nippruvaw intejbu dawk il-kondizzjonijiet billi vvotajna Lm60,000 għal dan il-għan.", "L-Onor.", "Rita Law għamlet diskors - fl-opinjoni tiegħi pożittiv ħafna - dwar il-ħtieġa li nagħrfu d-differenza ta' rifuġjat u meta jkun hemm każ ġenwin ta' rifuġjat nassiguraw li nħarsu d-drittijiet tiegħu; diskors ferm differenti minn diskorsi oħrajn ta' xi membri ta' l-oppożizzjoni.", "Pero` mbagħad fl-aħħar qajjmet il-punt li ġie rrapportat hekk fl-\"orizzont\":", "\"Irriferiet għall-punt li l-liġi ma tispeċifikax jekk wara li jgħaddu ħames snin mill-ħruġ ta' l-istatus ta' rifuġjat huwiex se jingħata iċ- ċittadinanza Maltija.\".", "Irrid ngħid li m'hi se tingħata l-ebda preferenza speċjali lir-rifuġjati biex jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija aktar milli għandhom persuni barranin oħrajn f'Malta.", "Aħna nafu x'inhuma r-regoli; ir-regoli huma li jekk qatt ma kont Malti jew inkella tifel ta' ċittadin Malti jew inkella miżżewweġ lil xi ċittadina Maltija, ġeneralment ma tingħatax iċ- ċittadinanza anke jekk tkun għamilt ħames snin f'Malta.", "U huma ftit ħafna l-każijiet f'dawn l-aħħar 15-il sena fejn ingħataw ċittadinanzi lil persuni sempliċement għaliex għamlu ħames snin f'Malta.", "Din ħafna jħawduha u għalhekk tajjeb li nikkjarifikaha.", "Il-liġi taċ-ċittadinanza tippermetti lil kwalunkwe persuna li wara li tkun għamlet ħames snin f'Malta tapplika biex issir ċittadina Maltija, imma l-fatt li tapplika ma jfissirx li ċ-ċittadinanza se tingħata.", "Jiġifieri qabel il-ħames snin lanqas tapplika ma tista', imbagħad wara l-ħames snin tista' tapplika, u tista' tingħata u tista' ma tingħatax.", "U f'ħafna każijiet ma tingħatax iċ-ċittadinanza ħlief jekk tkun għamilt ċertu perijodu twil f'Malta - u anke hemmhekk huwa diffiċli ħafna - jew inkella jkun hemm xi ċirkostanza eċċezzjonali ħafna li tiġġustifika li wieħed jagħti ċ-ċittadinanza Maltija, pero` nista' nassigura l-Kamra li dawn huma ftit.", "U allura b'risposta għad-domanda li għamlet l-Onor.", "Law, ngħid li le, m'humiex se jingħataw awtomatikament drittijiet ta' ċittadinanza lil refuġjati wara ħames snin imma jitqiesu bħal ħaddieħor, li huma eliġibbli li japplikaw bħal barrani ieħor li għamel ħames snin f'Malta.", "Imma l- probabbilta` hija li anke wara ħames snin ma jingħatawx dawn id-drittijiet għaċ-ċittadinanza ħlief f'każijiet eċċezzjonali ħafna.", "U dan għax irridu nħarsu n-nazzjonalita` tagħna, aktar u aktar issa li l-emendi tad-dual citizenship jintitolaw lil diversi nies ta' nisel Malti li jikkwalifikaw sabiex jieħdu l-passaport Malti wkoll.", "Issemma wkoll fid-diskussjoni s-suġġeriment li in prima istanza l- kummissarju tar-rifuġjati ma jkunx persuna waħda imma jkun grupp ta' persuni.", "Nista' ngħid li meta konna qed infasslu l-abbozz din ġiet diskussa u d-deċiżjoni li kienet ittieħdet kienet li biex ma nagħtux xi impressjoni li d-deċiżjoni in prima istanza hija waħda ġudizzjarja - dak il- ħin hija biss amminstrattiva - tajjeb li din tiġi limitata għal persuna waħda għaliex jekk tagħmel tlieta aktar jieħu xejra ta' tribunal kif hemm fit-tieni stadju meta r-rifuġjat jew il-ministru jidhru quddiem tlieta min- nies biex jiġi deċiż jekk persuna għandux ikollha l-istatus ta' rifuġjat jew le.", "Jiġifieri din kienet l-idea għaliex sar kummissarju għar-rifuġjati wieħed.", "Pero` l-liġi - għaliex jien nifhem id-diffikulta' li jista' jkun hemm ħafna applikazzjonijiet u x-xogħol jaqa' fuq persuna waħda - meta tagħti definizzjoni ta' x'inhu kummissarju tgħid hekk:", "\"\"Il-Kummissarju\" tfisser il-Kummissarju għar-Rifuġjati, u tinkludi skond il-limitu u l-awtorita` mogħtija, lil kull persuna oħra temporanjament awtorizzata f'dik il-kapaċita` mill-Ministru.\".", "L-idea hija li jinħoloq team.", "Huwa veru li dan it-team ġej bil-ponta, jiġifieri li fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm persuna waħda li tiddeċiedi, u għalhekk fi klawsola 4 daħħalna wkoll li:", "\"Il-Prim Ministru jista' jassenja uffiċjali pubbliċi biex ikunu membri tal-persunal tal-Kummissarju hekk kif jista' jqis li jkun meħtieġ sabiex jgħinu lill-Kummissarju fit-twettiq ta' dmirijietu.\".", "(Interruzzjonijiet) Iva, dawk personnel.", "L-idea hija li dan jaħdem kif jaħdem per eżempju l-uffiċċju ta' l-ombudsman.", "L-ombudsman huwa persuna waħda pero` naħseb li ħadd ma jgħaddilu minn moħħu li x-xhieda u l-karti kollha jgħaddu minn idejh; li jsir huwa li għandu team li jipproċessa l-applikazzjonijiet kollha, jagħmlu rapport li jmur quddiem l-ombudsman li fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedi.", "Issa jien lest li forsi nemendaw ftit id-definizzjoni ta' \"kummissarju\" biex tkun tinkludi kull persuna li jista' jawtorizza hu wkoll li jagħmel xi xogħol li s-soltu forsi din il-liġi tista' tinterpretah li esklussivament jappartjeni lilu, pero` fl-aħħar mill-aħħar il-kummissarju xorta waħda jkollu jiffirma u jagħmel rakkmandazzjoni tiegħu lill-ministru - għaliex il-ministru huwa marbut b'dik ir-rakkmandazzjoni - dwar jekk persuna hijiex rifuġjat jew le.", "Jiġifieri din il-problema li tqajmet mill-Onor.", "Gulia u mill-Onor.", "Law nistgħu forsi nsibu xi forma ta' kompromess fil-wording tad-definizzjoni ta' \"kummissarju\" biex nagħmluha ċara li jista' jiddelega ċerti drittijiet li għandu taħt din il-liġi biex wieħed jiffaċilita iktar l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet purche` li l-aħħar il-firma tkun dejjem tiegħu.", "Tqajmet ukoll il-kwestjoni ta' jekk għandux ikun hemm time limit li fih il-kummissarju jrid jiddeċiedi l-każi.", "Issa dan it-time limit insibuh f'diversi liġijiet.", "Il-kollega tiegħi jaf li fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili hemm artiklu li jgħid li kawża suppost għandha tinqata' f'ġurnata u li jekk ma tinqatax f'dik il-ġurnata l-imħallef irid jikteb fil- minuti tas-seduta għaliex mhux qed jagħti s-sentenza dakinhar stess.", "U din - biex ma tmorrux taħsbu li hija problema tal-lum - ġiet introdotta fl- 1911, jiġifieri l-problema tmur lura żgur sa l-1911 u probabbilment tmur lura wkoll għal żmien Shakespeare li fil-monologu ta' Hamlet semma \"the law's delays\".", "Jiġifieri jien dejjem ftit xettiku dwar li tagħmel time limit, mhux għaliex ma nemminx fih imma għaliex jekk se tagħmel time limit trid tgħid x'jiġri f'każ li dan jinqabeż.", "Issa billi ngħid lill- kummissarju għar-rifuġjati li għandu xahar biex jiddeċiedi, mbagħad ma tgħix x'jiġri wara dak ix-xahar, xi tkun għamilt?", "X'jiġri jekk jgħaddi xahar u l-kummissarju jibqa' ma jaqtax is-sentenza?", "Jiġi rifjutat każ ġenwin?", "Jew jiġi aċċettat bħala rifuġjat xi ħadd li m'huwiex ġenwin?", "Hemm ċerti każi fejn din tista' tagħmilha and I am open to all suggestions kif tista' ssir.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nispiċċa nagħmel dan l-argument imbagħad tista' titkellem.", "Hemm ċerti każi fejn din tista' tagħmilha.", "Per eżempju, meta issa għamilna l-liġi dwar it-trasferiment ta' l-artijiet tal- gvern għedna li tmur quddiem il-kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika, dan għandu xahar żmien biex jiddiskuti l-każ, jekk f'dak ix-xahar ma jiddeċiediex allura l-ministru jista' xorta waħda jġib ir- riżoluzzjoni quddiem il-Kamra.", "Jiġifieri f'dak il-każ hemm soluzzjoni dwar x'tista' tagħmel f'każ li t-time limit ma jiġix osservat, imma f'dan il-każ x'tista' tagħmel jekk it-time limit ma jiġix osservat?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Gavin Gulia, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, qed nifhem tajjeb dak li qed jgħid il-Ministru pero` l-preokkupazzjoni tiegħi toħroġ mill-fatt li persuna li tfittex l-asil, skond il-liġi għandha ċerti drittijiet, fosthom li tirċievi edukazzjoni u trattament mediku statali.", "Li m'għandhiex dritt huwa li tfittex ix-xogħol sakemm il-ministru ma jagħtihiex permess.", "Issa jekk il- proċeduri se jitwalu abbundantement, aktar se jkun hemm min jistaqsi - u bir-raġun - x'inhi tagħmel fil-frattemp dik il-persuna hawn Malta.", "U awtomatikament jibdew deħlin konsiderazzjonijiet li dan kapaċi jkun qed jaħdem hawnhekk mingħajr ktieb tax-xogħol, eċċ. Jien naħseb li waħda mir- raġunijiet għalfejn il-ministru qiegħed iressaq din il-liġi u jagħti l- possibbilta` ta' work permit huwa biex proprju nibdew nevitaw din il- problema li nafu li diġa` teżisti.", "Allura huwa ovvju li aktar ma jkunu effiċjenti d-deċiżjonijiet tal-kummissarju, anqas jinqalgħu suspetti bħal dawn, mentri aktar ma l-proċeduri jitwalu - anke għaliex persuna ma tistax tgħix mingħajr ma jkollha xi forma ta' qligħ - aktar jista' jkun hemm din il-possibbilta`.", "Il-Ministru staqsa x'jista' jsir f'każ li l-kummissarju ma jilħaqx it-time limit.", "Dejjem tista' testendilu ż-żmien u titolbu jagħti raġuni valida għalfejn ma wasalx biex jagħti deċiżjoni.", "Per eżempju, aħna nafu li jistgħu jinqalgħu problemi bħal li jkun hemm min lanqas biss tkun ġiet stabilita n-nazzjonalita` tiegħu għaliex ikun qiegħed bla dokumenti, jew ikunu qed isiru tentattivi ma' barra minn Malta biex tiġi stabbilita n-nazzjonalita`.", "Dawn kollha huma raġunijiet validi, almenu fil-fehma tiegħi.", "Pero` dik il-ħaġa li qed tagħtih perijodu ta' żmien indefinit li fih kummissarju jista' jiddeċiedi naħseb li tista' tagħti lok ukoll sabiex ikun hemm ċerta leġġerezza.", "Allura jekk inti tagħmel time limit li jkun jista' jiġi estiż mill-ministru stess tkun qiegħed toħloq speċi ta' deterrent sabiex l-affarijiet jimxu malajr kemm jista' jkun.", "B'daqshekk ma jfissirx li għaliex il-kummissarju ma jkunx wasal biex jagħti deċiżjoni f'terminu raġonevoli ta' żmien, l-applikant jitlef id-dritt ta' l-applikazzjoni - ċertament dak mhux l-animu tal- proposta li kont qiegħed nagħmel - pero` naħseb li għandu jkun hemm xi forma ta' coercion li permess tiegħu l-kummissarju jgħid li huwa għandu l- limiti tiegħu, se jipprova jasal sa dawk il-limiti u jekk ma jilħaqx jasal jitlob lill-ministru jestendilu ż-żmien.", "Forsi hawnhekk il-ministru jistaqsini: Imma allura dan jista' jibqa' sejjer hekk indefinitely?", "Jiena nemmen li l-kummissarju se jkun persuna responsabbli u mhux se joqgħod itawwal indefinitely.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm xi forma ta' capping għas-sempliċi raġuni li persuna li tkun qed tfittex asil m'għandhiex dritt għax-xogħol u jekk mhux se jkollha work permit li jingħatalha b'diskrezzjoni tal-ministru allura l-mistoqsija li tqum waħedha tkun: X'kien qed jagħmel hawn Malta dak iż-żmien kollu u b'liema mezzi kien qiegħed jgħix?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, jien l-argument fhimtu u naħseb li hemm lok li wieħed jintroduċi emenda pero` xorta waħda m'aħniex se nsolvu l- problema billi tagħmel coercion iktar fuq il-kummissarju.", "Fil-liġi m'hemm xejn li jgħidlek li asylum seeker ikun liberu, jiġifieri jekk dan kiser il- liġi ta' l-immigrazzjoni jista' jintbagħat fil-postijiet fejn jinżammu n- nies li jkunu kissru l-liġijiet ta' l-immigrazzjoni u allura f'dak il-każ huwa kontrih li l-każ idum għaliex iktar ma jdum aktar se jibqa' fi stat ta' detenzjoni.", "Mill-banda l-oħra lanqas huwa ġust li dawn il-każijiet jinqatgħu malajr wisq; l-ewwelnett għaliex lil dak li jkun trid tagħtih iċ- ċans li jagħmel il-każ tiegħu quddiem il-kummissarju - u hawnhekk qed ngħidu li l-ewwel dehra trid issir fi żmien ġimgħa - u t-tieni nett għalix wieħed ikun irid iġib il-provi li huwa ppersegwetat u allura trid tagħtih dak iċ-ċertu nifs biex iġib dawk il-provi, bħalma trid tagħti nifs ukoll lill-pulizija biex jaraw li dan mhux xi persuna li jagħmel xi reat gravi barra minn Malta wkoll għaliex dik hija waħda mir-raġunijiet għalfejn ma jingħatax status ta' rifuġjat", "Sur President, fi stadju ta' kumitat inkunu nistgħu nisimgħu l- opinjonijiet miż-żewġ naħat tal-Kamra - mhux fuq din il-kwestjoni biss imma anke fuq kwestjonijiet oħrajn - u nkun nista' naċċetta kwalunkwe emenda li ma tfixkilx mill-ispirtu ta' din il-liġi li kif għedt jien, u kif ikkonfermaha wkoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, toħloq bilanċ mixtieq skond l- esperjenza li pajjiżna kiseb f'dan il-qasam sal-lum.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jagħmel provvedimenti dwar u jistabbilixxi proċeduri għar- rigward ta' rifuġjati u persuni li jfittxu asil\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jkun trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.", "2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "GUIDO de MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "4 ta' Jannar 2000", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att Dwar Dazju Tas-Sisa (Emenda Nru. 2).", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, dwar dan l-abbozz ta' liġi fir-realta` ftit li xejn hemm xi tgħid fis-sens li dan huwa abbozz li jġib in vigore l- miżura li ħadna fil-budget rigward iż-żieda fis-sisa tas-sigaretti u t- tabakk.", "Jiġifieri dan huwa kulma qed jgħid dan l-abbozz.", "It-taxxa fuq is- sigaretti hija xi ħaġa li minn żmien għal żmien kull ministru tal-finanzi jirrikorri għaliha fil-budget.", "Per eżempju, fl-aħħar erba' budgets, kemm iż-żewġ budgets ta' gvern Soċjalista fl-1997 u l-1998 ippreżentati mill- Onor. Lino Spiteri u l-Onor.", "Leo Brincat rispettivament, kif ukoll iż-żewġ budgets li ppreżentajt jien f'din il-leġislatura, kollha kellhom żidiet fit- taxxa tas-sigaretti ta' kważi l-istess ammont, jiġifieri 10c fuq kull pakkett.", "Li għamilna fiż-żewġ budgets tagħna kien li emendajna s-sisa fuq it-tabakk tas-sigaretti tal-brim biex dawk li għandhom id-drawwa li jobormu s-sigaretti tagħhom, ikunu ntaxxati wkoll għalkemm mhux bl-istess rata tas- sigaretti maħduma.", "Mr Speaker, il-fatt li wieħed jintaxxa s-sigaretti hija xi ħaġa li llum hija aċċettata, fis-sens li ħafna jikkonsidrawha li tista' tħajjar lil xi wħud biex jieqfu milli jpejpu.", "Hawn ukoll l-idea - li ta' min nerġgħu nsemmuha għalkemm semmejniha drabi oħrajn - li l-gvern jaqbillu li n-nies ipejpu biex jiġbor it-taxxi minn fuqhom.", "Fir-realta` mill-istudji li saru u li għadhom qed isiru, minħabba l-ħsara li jagħmlu s-sigaretti għas-saħħa, il-gvern - u meta qed ngħid il-gvern qed nirriferi għall-poplu - xorta waħda ma jaqbillux għaliex l-ispejjeż li jiżdiedu għall-kura medika ta' dawk in-nies li jimirdu minħabba t-tipjip ikunu ħafna aktar minn dak li l- gvern idaħħal matul is-snin mit-taxxa li jista' jagħmel fuq it-tipjip.", "Għalhekk kull deterrent kontra t-tipjip huwa ħaġa pożittiva.", "Sur President, id-deterrent għat-tipjip m'għandux jiġi biss mit-taxxi imma anke minn posters - kif qed ninnota li qed isir dan iż-żmien fejn qed naraw jittellgħu ma' Malta kollha - u minn kampanja propagandistika u minn kampanja ta' edukazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa importanti li wieħed jipperswadi lil dak li jkun li finalment saħħtu għandu jindukraha u ġismu m'għandux jabbużah permezz tat-tipjip.", "It-tipjip huwa xi ħaġa li ladarba taqbdu ssir ivvizjat għalih u jkun hemm bżonn ta' sforz qawwi biex tinqata' minnu.", "Jiena wkoll kont inpejjep pero` qtajthom 12-il sena ilu u nirringrazzja lill-Bambin, sal-lum ma erġajtx tħajjart nerġa' nibda npejjep.", "Għalkemm hawnhekk qed nagħmlu taxxa fuq is-sigaretti, kieku kelli nagħżel kont ngħid li aħjar ma ndaħħlu xejn minn din it-taxxa u ma jkollniex nies li jimirdu jew idgħajfu saħħithom minħabba t-tipjip.", "Sur President, jiena għalissa se nieqaf hawnhekk.", "Dan huwa bażikament li qed nagħmlu hawnhekk; liġi li se ddaħħal fis-seħħ din il-miżura partikolari tal-budget.", "Se jkollna liġi oħra - li nispera li tiġi ppubblikata din il- ġimgħa u tiġi diskussa fil-parlament fil-ġimgħat li ġejjin - fuq il-miżuri l-oħra li ħabbarna fil-budget u imbagħad hemmhekk inkunu nistgħu niftħu fuqhom ukoll.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, naħseb li nkun ipokrita min-naħa tiegħi jekk ma nammettix li x-xorb alkoħoliku u anke s-sigaretti huma wħud mill-affarijiet li kull ministru tal-finanzi jaqgħu għajnejh fuqhom meta jkun qed iħejji budget.", "Daqshekk ieħor naħseb li jkun iprokita min jgħid li liġi bħal din qed issir biex tissalvagwardja s-saħħa taċ-ċittadini u mhux minħabba revenue-gathering, jiġifieri biex il-gvern iżid id-dħul mal- kaxxa tal-pajjiż.", "Għahekk jiena ngħid li miżura bħal din trid tħares lejha essenzjalment bħala miżura fiskali għaliex milqut jew le, il-konsum tas- sigarett huwa xi ħaġa li effettivament se jibqa'.", "L-argument naħseb li jibda jqum meta wieħed jistaqsi lilu nnifsu jekk dan huwiex konsum essenzjali jew le u anke meta jinkwadrah fil-pakkett sħiħ tal-miżuri fiskali li jkun ħa l-gvern tal-ġurnata fil-budget li jkun għadu kif ġie ppreżentat fil-Parlament.", "Sur President, hawnhekk qed nitkellmu dwar item fejn hawn awareness li l- konsum tagħhom għandu jiġi diżinċentivat u mhux inċentivat.", "Bħala industrija, l-industrija tas-sigaretti - għallinqas f'pajjiżna - hija waħda relattivament żgħira u statika anke f'dak li jirrigwarda kontribuzzjoni fl-attivita` ekonomika tal-pajjiż u anke għal dak li huwa tħaddim ta' nies fis-settur.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares, per eżempju, lejn kemm kien iħaddem nies dan is-settur fl-1996 isib li kien iħaddem 163 persuna, filwaqt li jekk wieħed iħares lejn il-figura għall-1999 isib li din kienet ta' 161 persuna.", "Jiġifieri f'temp ta' tlieta jew erba' snin iċ- ċaqliqa fil-labour force kienet biss ta' tnejn minn nies, jiġifieri wieħed jista' jgħid li huwa livell pjuttost iffriżat meta mqabbel ma' setturi oħrajn bħall-footwear u l-clothing fejn kellna ċaqliq sostanzjali għaliex minn 'il fuq minn 4,000 illum niżel għal 3,525 jiġifieri niżla 'l isfel ta' kważi 17%.", "La qegħdin nitkellmu dwar l-industrija tas-sigaretti naħseb li nista' niddevja għal żewġ minuti u nsellem persuna li kien assoċjata għal diversi snin ma' din l-industrija, qed nirriferi għas-Sur Victor Scicluna li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien il-kap tas-Central Cigarettes Company.", "Għal bosta snin is-Sur Scicluna mexxa din il-kumpannija b'mod eżemplari ħafna, apparti mill-ħidma li huwa wettaq anke fi ħdan il-Malta Employers Association tul is-snin.", "Qed insemmi lis-Sur Scicluna għaliex apparti mill- fatt li huwa bniedem b'esperjenza kbira, kien bniedem - ma nixtieqx fuqu nitkellem fil-passat qisni qed nitkellem fuq xi ħadd li miet, pero` naf li rtira mill-attivita` tiegħu fis-Central Cigarettes Company xi ftit tal- ġimgħat ilu ....", "Apprezzajt ħafna meta rajt fil-gazzetta li meta spiċċa mill-ħatra tiegħu, ma kenux biss il-ħaddiema li tawh rigal imma saħansitra ppreżentawlu rigal id-diriġenti tal-General Workers Union.", "Ħalli nispjega xi rrid infisser b'dan li qed ngħid?", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi dan kien sinjal ċar tal-mod bilanċjat li bih huwa mexxa l-intrapriża tiegħu u anke l-mod bilanċjat li hu rnexxielu jistabbilixxi relazzjonijiet industrijali bejn il-union u l- management tal-kumpannija li kien responsabbli għaliha.", "Jien ngħid li l- eżempju tas-Sur Scicluna wieħed jixtieq jarah jitkattar fis-settur privat Malti għaliex sfortunatament għad hawn ċerti intraprendituri Maltin - u m'iniex qed nitkellem b'mod politiku issa - li għadhom jirreżistu ħafna kull attentat li jsir mill-ħaddiema tagħhom sabiex dawn jiġu unionised u jingħaqdu aktar flimkien.", "U għalhekk jiena ngħid - u nagħlaq din il- parentesi fuq is-Sur Scicluna - li jkun tajjeb li minflok nipprovaw nagħmlu blacklisting ta' ħaddiema għaliex ikunu daħlu jew ikunu qed jipprovaw jidħlu f'xi union, nieħdu l-eżempju tas-Sur Scicluna u nipprovaw inkattru mill-aħjar li nistgħu r-relazzjonijiet bejn min iħaddem u min jaħdem f'azjenda, hi x'inhi, kemm jekk hija azjenda geared għall- esportazzjoni kif ukoll jekk hija azjenda geared għas-suq domestiku.", "Sur President, is-settur tat-tabakk flimkien ma' dak tal-food and beverages illum jirrappreżenta 15.64% tat-total ta' l-impjiegi fil-qasam tal-manifattura.", "Fejn nibda ninkwieta jiena huwa meta niftakar li mhux il- politiċi kollha jirreaxxu bl-istess mod għal dawn iż-żidiet fis-sigaretti.", "Qed ngħid hekk għaliex filwaqt li meta konna fil-gvern aħna, l-allura kelliemi ta' l-oppożizzjoni John Dalli kien ammetta li s-sigaretti u l- ispirti huma żewġ prodotti li kważi kull ministru tal-finanzi jħares lejhom meta jiġi biex jipproponi ċerti taxxi indiretti f'budget, meta konna qed nitkellmu fuq liġi simili f'Marzu ta' l-1997 li kienet tipprovdi wkoll għal żidiet fil-petrol u fid-diesel, kelliem ieħor ta' l-oppożizzjoni, illum ministru responsabbli għas-servizzi ekonomiċi, kien qal li ma jaqbilx ma' żidiet bħal dawn għaliex skond hu ma tistax issolvi l-problema finanzjarja billi tgħolli l-prezz tas-sigaretti, tal-petrol u tad-diesel.", "U allura mingħajr ma rrid ikolli nistaqsi - u f'dan il-kumment ma nistax ma nkunx politiku - fejn kien l-Onor.", "Josef Bonnici meta ġie biex jitfassal dan il- budget li qegħdin niddiskutu llum.", "L-argument ta' l-Onor.", "Bonnici dakinhar kien li wieħed ma jistax isolvi l- problema finanzjarja billi jagħti imbuttatura 'l fuq lill-cost ta' l- ekomomija tagħna, l-iżjed meta l-ekonomija tkun qed tidher li naqset mhux ħażin u meta l-qagħad ikun beda jiżdied.", "U jien ngħid li jekk dak li kien qed jgħid dakinhar l-Onor.", "Bonnici kien japplika għal dawk iż-żmenijiet, naħseb li japplika b'mod iktar notevoli għaż-żmenijiet li qegħdin fihom bħalissa.", "Dakinhar l-Onor.", "Bonnici kien ikkritika ż-żidiet fil-prezz tas- sigaretti, tal-petrol u tad-diesel għaliex qal li dawn mhux biss inaqqsu l- kompetittivita` iżda jżidu wkoll il-cost of living fil-pajjiż.", "Huwa kien qal ukoll li żidiet bħal dawn iżidu l-ispiża tal-ħaddiem fejn iweġġgħu l- iżjed.", "Speċifikament fuq is-sigaretti l-Onor.", "Bonnici kien qal li għalkemm wieħed jista' jġib l-argument li s-sigaretti jagħmlu ħażin għas-saħħa, pero` huwa fatt ukoll li t-tendenza li jpejpu l-aktar hija fost l-aktar li jaqilgħu l-inqas u allura wieħed ma jistax jinjora l-impatt li dawk iż- żidiet ikunu qed iħallu fuq dik il-kategorija ta' nies, jiġifieri n-nies b'low income.", "Għalhekk jekk se nużaw il-kejl tal-Ministru Bonnici għal dan il-budget insibu li dan il-gvern qed jerġa' jżid it-taxxa fuq is-sigaretti għal sentejn konsekuttivi għalkemm aħna nemmnu, kif qal il-Ministru Dalli ftit ilu, li anke l-gvern Laburista kemm fi żmien il-Ministru Spiteri u anke fi żmieni, kien żied il-prezz tas-sigaretti.", "Sur President, li huwa ħażin hu li l-gvern ma jidhiex li qed jieħu ebda miżuri komplimentari biex irażżan il-konsum tas-sigaretti permezz ta' skemi mediċi jew terapewtiċi biex verament jinqata' l-vizzju tat-tipjip.", "Veru li kif qal il-ministru hawn ċerta media u education campaigns, pero` inħoss li dawn jistgħu jsiru b'mod aktar organiku, konċertat u effettiv.", "Meta darba kien qam dibattitu fil-parlament, niftakar li l-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Fenech Adami, kien qal li t-taxxa fuq is-sigaretti jħallasha min irid għaliex għandek l-għażla ta' jekk tpejjipx.", "Jiena rrid ngħid hawnhekk li bħall-Ministru Dalli ma npejjipx, kont inpejjep u qtajthom, pero` naħseb li ma nistgħux nkunu nsensittivi u kategoriċi fil- mod li għadni kif semmejt għaliex kif qal tajjeb il-ministru dan huwa vizzju li mhux kulħadd jirnexxielu jegħleb daqstant faċilment.", "Il-fatt huwa li min jiflaħ se jkun kapaċi jassorbi ż-żieda faċilment, filwaqt li ħaddiem kwalunkwe se jkompli jitgħaffeġ u jissallab, aktar u aktar meta wieħed iqis il-lista sħiħa ta' miżuri li ġew fis-seħħ riżultat ta' dan il- budget.", "Biex żgur ma nkunx partiġġjan minflok nikkwota l-politiċi nixtieq indaħħal f'dan id-dibattitu wħud mill-konklużjonijiet li qrajt dan l-aħħar dwar studju li għamel riċentement il-fond monetarju dwar it-taxxi fuq is- sigaretti u li kien iġib l-isem ta' death and taxes.", "L-ewwelnett minn dan l-istudju ġie kkalkolat li l-ammont ta' nies li jpejpu madwar id-dinja huwa ta' 1.1 biljun, u bix-xejriet preżenti huwa mistenni li sas-sena 2005 it- total ta' smokers fid-dinja jkun tela' għal 1.6 biljun.", "U l-inkwiet dwar dawn il-figuri huwa li l-mard relatat mat-tipjip huwa responsabbli għal wieħed minn kull għaxar imwiet ta' adulti madwar id-dinja, u sas-sena 2030 huwa mistenni li dan ir-ratio ikun niżel - jew tela', jiddependi minn kif tħares lejh - għal wieħed minn kull sitta ta' dawn l-imwiet.", "Jekk wieħed isarraf dan f'termini numeriċi tiġi li se jkun hemm madwar għaxar miljun imwiet fis-sena madwar id-dinja.", "Jiġifieri dan juri li t-tipjip huwa waħda mill-akbar kawżi ta' mwiet li għandna fid-dinja bħalissa u din ix-xejra mistennijja li tiżdied fis-snin li ġejjin.", "L-argument li ta' min wieħed jindirizza - mhux neċessarjament mill-aspett politiku biss imma anke mill-aspett akkademiku u filosofiku - naħseb li huwa dak jekk iż-żidiet fit-taxxi fuq is-sigaretti u t-tabakk iwasslux għal tnaqqis fil-government revenues u għal żieda fil-kuntrabandu tas-sigaretti.", "L-ewwelnett hemm ħafna evidenza li ħafna smokers f'dawk il-pajjiżi li huma ta' dħul medju jew baxx m'humiex konxji mir-riskji għoljin ta' mard u mwiet primaturi li għażla bħal din favur it-tipjip tista' ġġib magħha.", "Min-naħa l-oħra ħafna nies li jibdew ipejpu għall-ewwel darba, ħafna drabi jispiċċaw biex jagħmlu underestimation tal-future costs tat-tipjip, jiġifieri l- ispejjeż li jkunu għad iridu jġarrbu 'l quddiem hekk kif huma jiżviluppaw f'nies li jpejpju fuq bażi regolari.", "U dan m'iniex qed ngħidu biss f'termini finanzjarji imma qed ngħidu anke f'termini li jolqtu lis-saħħa tal-bniedem.", "Minn dan l-istudju ħareġ ukoll li f'high income countries, healthcare li huwa relatat mat-tipjip huwa ekwivalenti għal bejn 6% u 15% tan-nefqa totali ta' diversi pajjiżi fuq dak li huwa l-annual healthcare bill tagħhom.", "Rigward l-argument ta' jekk taxxi ogħla fuq is-sigaretti jbaxxux id-dħul tal-gvern, l-IMF sabet li dan m'huwiex il-każ għaliex il- konklużjoni tagħha kienet li t-tnaqqis proporzjonali fid-domanda ma jaqbilx maż-żieda proporzjonali fit-taxxa.", "Ir-raġuni hija waħda sempliċi; min huwa an addicted consumer jirrispondi relattivament bil-mod għal ċerti żidiet li jkun hemm fil-prezzijiet tas-sigaretti.", "F'dan l-istudju saret anke analisi ekonometriku fejn sabu li jekk ikun hemm 10% żieda f'dawk li huma excise taxes minħabba s-sigaretti madwar id-dinja, iż-żieda fit-tax revenues ġejjin mit-tabakk hija kkalkolata li tlaħħaq għal madwar 7%.", "Jiġifieri m'hemmx dik il-corelation stretta imma hija persentaġġ aktar baxx minn dak il-persentaġġ li semmejt fil-bidu bħala taxxa innifisha.", "Fl- istess waqt huwa importanti wkoll li tiġi nforzata l-ġlieda kontra l- kuntrabandu.", "Dan qed ngħidu b'mod partikolari b'riferenza għal pajjiżna u m'iniex qed ngħidu b'mod partiġġjan għaliex kont ngħid dan anke meta kont il-ministru responsabbli mid-dwana.", "Sur President, qed ngħixu fi żmenijiet fejn hemm bżonn l-akbar kordinament bejn id-dwana, il-pulizija, u l-armata għaliex il-kuntrabandu hija pjaga li kienet hemm, għadha hemmhekk u tidher li se tibqa' magħna għal ċertu ammont ta' żmien.", "Pero` aktar importanti minn hekk, dakinhar kont għedt - nerġa' ngħid li dan il-kliem għedtu meta kont ministru jiġifieri ħadd ma jista' jgħid li qed inkun partiġġjan fid-diskors tiegħi - li għalkemm fid-dwana u anke fit-tmexxija tad-dwana hemm ħafna nies serji u ta' l-affari tagħhom, xorta jibqa' ċertu element ta' ħaddiema f'diversi safef tad-dwana nnifsha li għandhom ċerta lifestyle li ma tantx tikkorrispondi mad-dħul uffiċjali li dawn għandhom mill-impjieg tagħhom.", "U mingħajr ma nitfa' dell fuq ħadd jiena ngħid li każijiet bħal dawn għandhom jiġu nvestigati mill-gvern tal-ġurnata, hu min hu, u jagħmel ħażin kwalunkwe gvern jekk fiċ-ċaqliq ta' nies fid-dwana - liema ċaqliq naf li jsir - jimxi bi kriterji politiċi minflok jimxi strettament skond konsiderazzjonijiet relatati ma' l-impjieg ta' dak li jkun.", "Sur President, ta' min wieħed jgħid hawnhekk li fl-Ingilterra tant jieħdu bis-serjeta` din l-issue - b'daqshekk m'iniex qed ngħid li l-Ingilterra m'hemmx kuntrabandu għaliex l-ismuggling hija problema kbira ħafna u m'hijiex kwestjoni tas-sigaretti biss - li saħansitra l-gvern ta' Blair għamel a tobacco anti-smuggling czar sabiex ikun l-overall co-ordinator għall-kampanja min-naħa tad-dipartiment tad-dwana Ingliża fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti.", "Dwar dak li kont qed ngħid rigward l-impatt fuq iż-żidiet għall- konsumaturi, il-fond monetarju xorta jemmen li żidiet fil-prezzijiet ikollhom impatt sproporzjonat fuq dawk in-nies bi dħul baxx.", "Jemmnu wkoll li l-konsumaturi \"foqra\" huma aktar responsive għal żidiet fil-prezzijiet minn konsumaturi ta' dħul akbar.", "Fir-realta` iż-żidiet fit-taxxi huma l- aktar mezz effettiv kif tgerrex lit-tfal milli jaqbdu l-vizzju tat-tipjip u milli tinkoraġġixxi lil min ipejjep biex inaqqas il-konsum tiegħu.", "Li xtaqt li jkun hawn f'dibattitu bħal dan huwa xi ħadd li jittratta dan is- suġġett mill-aspett tas-saħħa pubblika bħalma qed nagħmel jien.", "Ix-xejra hija li f'pajjiżi bi dħul għoli t-taxxi fuq is-sigaretti jilħqu medja ta' żewġ terzi tar-retail price ta' pakkett sigaretti.", "Din hija t-trend li mexjin lejha diversi pajjiżi industrijalizzati.", "U li nixtieq nara jien min- naħa tal-gvern, u dan qed tirrikmandah ukoll l-IMF, huwa dawk li jissejħu non price regulatory and informational measures biex inaqqsu d-domanda.", "Fost dawn insibu dak li semma anke l-ministru stess, jiġifieri mass media counter advertising, restrizzjonijiet fuq it-tipjip - naħseb li hemm bżonn li jkollna restrizzjonijiet fuq it-tipjip f'għadd akbar u aktar mifrux tal- postijiet pubbliċi u postijiet tax-xogħol - kif ukoll żieda fl-aċċess għal dik li tissejjaħ nicotine replacement therapy flimkien ma' rimedji oħra għal min jixtieq jaqta' l-vizzju tas-sigaretti.", "L-issikar kontra l-kuntrabandu huwa importanti għaliex dan huwa mezz effettiv kif jissaħħaħ id-dħul tal-gvern minn dan is-sors.", "Għalhekk jiena nappella biex ikun hemm aġenda ta' azzjoni komprensiva li tifrex dawn il- miżuri fuq diversi binarji.", "Minn studji li saru ħareġ daqsxejn ta' konflitt dwar jekk żidiet fit-taxxi fuq is-sigaretti jolqtux it-tipjip fost il-minuri jew le.", "Dan qed ngħidu għaliex ninnota li t-tipjip fost il- minuri f'Malta qed issir problema li dejjem qiegħda tikber u għalhekk tajjeb - mhux neċessarjament fl-ambitu ta' din il-liġi - li dan l-aspett jiġi mitfugħ taħt spotlight mill-awtoritajiet tal-ġurnata.", "Hemm min jargumenta li żidiet fit-taxxi fuq is-sigaretti jolqtu t-tipjip fost il- minuri għaliex dan huwa faxx tas-soċjeta` Maltija li għandu disposable income limitat u għalhekk ikollu inqas x'jonfoq, imbagħad hemm min jargumenta li t-tipjip fost dan il-faxx xorta jibqa' jiżdied minkejja kull żieda li jista' jkun hemm f'budget fuq il-prezz tas-sigaretti.", "Jekk inħarsu lejn pajjiżi oħra nsibu li bejn l-1984 u l-1993 fil-Kanada kienu rduppjaw it-taxxa fuq is-sigaretti, pero` mbagħad sabu li filwaqt li t-tipjip fost dawk ta' taħt l-eta` kompla jiżdided, madwar 40% tas- sigaretti Kanadiżi kienu qed jinbiegħu bil-black market l-akbar fuq il- fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Kanada.", "Fil-fatt wara li l-uffiċjali responsabbli Kandiżi attribwew it-tkabbir fil-black market għal din iż- żieda fit-taxxa, il-gvern federali Kanadiż kien saħansitra baxxa t-taxxa fuq is-sigaretti.", "U l-istess ġara f'California.", "Hemmhekk kemm ilu li rduppjat it-taxxa fuq is-sigaretti sabu li l-black market kiber għal madwar 23% tas-sigaretti mibjugħa b'ħafna minnhom ħerġin mill-Messiku.", "Minn studju li sar min-national centre for policy analysis Amerikan dwar l- impatt tat-taxxi fuq is-sigaretti ħareġ li filwaqt li l-bejgħ legali għandu tendenza li jonqos, in-numru ta' nies li jpejpju ma tantx jiġi effettwat.", "Riċerkaturi f'universita` sabu li meta jkun hemm żidiet fil-prezz tas- sigaretti, it-teenangers - kuntrarju għal dak li kont qed ngħid iktar kmieni - ma jkunux imħassbin daqs l-adulti dwarhom.", "Sur President, għaldaqstant jiena naħseb li b'mod kumplimentari maż- żidiet tal-budget il-gvern għandu jniedi studji serji dwar l-effett ta' din il-miżura anke fuq iċ-ċittadini nfushom u jekk il-gvern se jagħmel studju għandu jagħmel studju xjentifiku - m'iniex qed nippretendi li jagħmlu l-ministru tal-finanzi imma qed ngħid il-gvern bħala gvern - u jħares lejn il-faxex speċifiċi ta' l-awtoritajiet ikkonċernati, dawk li jgħidulhom l-age specific responses għal dawn it-tip ta' żidiet għaliex ikun importanti ħafna jekk aħna nkunu nistgħu naslu għal sitwazzjoni fejn nindirizzaw din il-problema tat-tipjip fost iż-żgħażagħ għaliex, nerġa' ngħid li jekk wieħed irid jindirizza b'mod effettiv - ninsew għalissa l- element fiskali - il-kontroll fuq it-tipjip naħseb li l-ewwel li għandu jiġi targeted b'mod verament speċifiku huwa l-bżonn ta' tnaqqis fost it- tipjip mit-teenagers.", "L-ewwelnett tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu - u naħseb li ħafna jafuha din - li min ipejjep normalment meta jiġi għal dawk li huma life policies jispiċċa jħallas premiums ogħla minn ta' oħrajn.", "F'ċerti stati fl-Amerka tant jeħduha bis-serjeta` din l-issue tat-tipjip li min iħaddem jeżerċita dak li jħoss li huwa d-dritt legali li jingaġġa miegħu b'mod preferenzjali jew esklussiv nies li ma jpejpjux.", "Dan japplika l-aktar għal min qed jipprovdi ċerti servizzi ta' emergenza.", "Li nista' ngħid jien mill- esperjenza personali tiegħi hu li fl-għaxar snin li għamilt naħdem fl- industrija privata sibt li t-tendenza tat-tipjip fost in-nies ingaġġati fuq il-produzzjoni, b'mod partikolari n-nisa, hija għolja ħafna u naħseb li hija issue li għandha tiġi b'xi mod jew ieħor indirizzata.", "Aspett ieħor li jorbot ma' dak li għedt iktar kmieni fuq il-kuntrabandu huwa li għandna nindirizzaw l-issue ta' jekk hemmx pulizija u customs and excise officials biżżejjed biex jikkumbattu l-kuntrabandu tas-sigaretti.", "Dan huwa fenomenu li nħoss li għandu jiġi ndirizzat billi forsi titwaqqaf task force żgħira fost il-forzi ta' l-ordni nklużi dawk tad-dwana.", "Sur President, minkejja li għadu kemm għadda xahar biss minn din is-sena l-ġdida, naħseb li llum kulħadd jirrikonoxxi l-fatt li diversi ċittadini Maltin diġa` qed iħossu b'mod effettiv l-għafsa ta' dan il-budget.", "Il-ġimgħa li għaddiet kellna ħafna nies li bdew jaraw iċ-cheques tal-pagi tagħhom imnaqqsin għall-ewwel darba.", "Fost dan kien hemm nies li meta aħna għamilna l-kritika inizjali ta' dan il-budget ħaduna b'ċerta indifferenza u ċiniżmu imma meta mbagħad spiċċaw biex irċevew iċ-cheque tal-paga b'ammont imnaqqas raw b'għajnejhom stess kif dan il-gvern irnexxilu jagħmel l-iktar miżura anti-soċjali li wieħed jista' jippretendi minn gvern.", "Irrid ngħid hawnhekk li anke fi żmienna kemm-il darba kellna suġġerimenti sabiex inżidu l-kontribuzzjoni tal-bolla, imma aħna konna ħadna deċiżjoni politika - minkejja diversi miżuri ebsin li stajna ntroduċejna - fejn għedna \"le għal żieda fil-bolla, le għal żieda fir-rati ta' l-income tax u le għal tnaqqir fis-servizzi soċjali\", liema tnaqqir jien ċert li se jsir taħt dan il- gvern, jekk mhux issa fil-ġejjieni qarib.", "Sur President, f'dan il-budget rajna wkoll tiżdied u tinfirex fuq oqsma essenzjali tal-ħajja l-VAT, u dan minkejja li fl-imgħoddi dawn in-nies kienu wiegħdu li l-VAT ma kenitx se tmiss oqsma essenzjali tal-ħajja.", "U jiena nistaqsi: Allura x'inhuma t-telephone, id-diesel u l-petrol jekk m'humiex oqsma essenzjali tal-ħajja ta' kull familja Maltija u Għawdxija?", "Kieku wieħed kellu janalizza l-figuri tal-gvern isib li t-taxxi li se nkunu qegħdin inħallsu din is-sena jirrappreżentaw persentaġġ ferm ogħla mill-GDP milli kienu jirrappreżentaw fl-1998 u fl-1999.", "Għal dak li huwa GDP jiena mxejt fuq il-figuri li kien ħadem il-ministru s-sena l-oħra meta ħejja l- consolidated accounts structure, table 6, page 2 of 2, u meta ġejt għat-tax collected imxejt ma' l-estimi għas-sena 2000 paġna 7.", "Jekk se nħarsu lejha f'termini ta' persentaġġ insibu li filwaqt li fl-1998 it-taxxi kienu jirrappreżentaw 31.08% tal-GDP, fl-1999 dan tela' għal 33.03% u fis-sena 2000, dejjem skond l-estimi tal-gvern, it-taxxi huma mistennija jitilgħu għal 33.5% bħala persentaġġ tal-GDP innifsu.", "Din hija l-konferma, skond kalkoli tal-gvern innifsu, li l-poplu qatt ma kien intaxxat daqs kemm qed jiġi ntaxxat illum.", "Sur President, jiena hawnhekk jiddispjaċini għall-unions għaliex filwaqt li meta konna fil-gvern aħna, minkejja li ħadna miżuri ebsin, mill-għada stess għamilniha ċara li konna lesti li nieħdu miżuri korrettivi u konna lesti li nniedu ċerti diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati - kif effettivament għamilna - dan il-gvern jekk mhux mill-għada, mill-ġurnata ta' wara jew ta' wara, kemm pemezz tal-Ministru Dalli kif ukoll permezz tal- Prim Ministru nnifsu għamluha ċara li l-pakkett tal-budget ma kienx wieħed negozjabbli.", "Għalhekk jiena filwaqt li nawgura li l-unions ikomplu jagħmlu l-pressjoni neċessarja u nawgura li jirnexxielhom iġibuha żewġ, min-naħa l- oħra nara li din hija xi ħaġa diffiċli ħafna meta l-gvern diġa` niżżel ix- shutters u qed jagħmilha ċara - permezz ta' statements pubbliċi b'mod partikolari tal-ministru - li l-pakkett tal-budget m'huwiex wieħed negozjabbli.", "Meta wieħed iħares lejn dawn l-affarijiet irid iħares lejhom minn diversi angoli; ma jridx iħares biss lejn dak li fih il-budget jew lejn dawk il-miżuri li bla dubju ta' xejn kienu ispirati mid-diktat ta' Brussels, bħat-tneħħija tas-sussidji kemm fl-immedjat fuq dak li huwa ħobż u anke dak għal ġejjieni fuq it-tarznari, imma jrid iħares anke lejn ċerti żiedet li ġew fis-seħħ qabel il-budget innifsu bħalma kienu ż-żidiet fit- trasport pubbliku, liema żidiet jolqtu b'mod partikolari l-faxx il-baxx jew dak medju tas-soċjeta` Maltija.", "F'interventi li kont għamilt kont għedt li wieħed mill-iżbalji li qed jagħmel dan il-gvern huwa li qed jimxi b'mod wieħed mal-ħaddiem iż-żgħir, tad-dħul medju u n-negozjant iż-żgħir, u b'mod ieħor mal-promoturi ta' proġetti mdaqqsin jew ta' mega projects.", "Aħna m'għandna xejn kontra l- proġetti l-kbar, fil-fatt sal-ġimgħa li għaddiet stess ivvotajna favur il- proġett ta' Manoel Island biex żgur nuru li m'aħniex se nivvutaw biex inwaqqfu xi proġett ta' ċerta portata ta' ħtieġa għall-ekonomija tal- pajjiż, pero` kemm dakinhar u anke llum nibqgħu noġġezzjonaw għall-fatt li filwaqt li l-ħaddiem iż-żgħir u l-ħaddiem tad-dħul medju qed jiġi ntaxxat fil-fehma tagħna b'mod sproporzjonat, meta l-gvern kellu l-okkażjoni li jiġbor ċertu ammont ta' flus min dak li huwa l-boll fuq dawn il-proġetti - ammonti li żgur ma kenux se jħossuhom b'xi mod notevoli meta wieħed iqis il- capital outlay sostanzjali tal-proġetti li qed nirriferi għalihom - il- gvern naqas li jagħmel dan.", "Sur President, jiena tkellimt anke ma' nies ta' tendenza Nazzjonalista li wkoll tkażaw b'dawn it-two weights and two measures għaliex jippretendu li f'ċirkostanzi bħal tal-lum, meta l-gvern qed jipprova jwassal messaġġ ta' awsterita` u meta l-Prim Ministru nnifsu qed jgħid li hemm ċerti weġgħat li kulħadd għandu jġorr b'xi mod jew b'ieħor jew li kulħadd għandu jsofri, il- gvern innifsu missu ta l-eżempju billi jindirizza anke, nerġa' ngħid, lil min huwa mdaħħal fi proġetti kbar u mhux jimxi b'kejl mod ma' min huwa żgħir u b'mod ieħor ma' min huwa kbir fid-daqs u fil-mezzi finanzjarji.", "Niftakar li wieħed mill-kummenti li kont għamilt jien meta konna qegħdin niddiskutu fuq it-television dakinhar stess tal-budget il-Ministru Dalli u jiena fil-lobby tal-parlament biex nagħtu l-ewwel reazzjoni tagħna tal- budget, kien li anke jekk wieħed jinsa d-diversi miżuri tal-budget u jiffokka biss fuq ir-rata tal-bolla u ċ-ċaqliq tal-bands tat-taxxa tad- dħul, wieħed kien jara li l-paga kienet diġa` sejra tonqos sostanzjalment minkejja ż-żieda ta' Lm1 fil-ġimgħa.", "Dakinhar kien hemm min ħaseb li konna qegħdin nesaġeraw, pero` mal-mogħdija tal-ġimgħat, mhux taż-żmien, naħseb li l-oppożizzjoni Laburista ngħatat raġun u llum ħadd ma jista' jgħid li qed inkunu xewwiexa jew allarmisti fil-kritika li qegħdin nagħmlu.", "Għalhekk jiena ngħid li huwa ironiku li min lilna akkużana b'budget anti- soċjali, illum qed jieħu miżuri li huma verament anti-soċjali fil-prattika, b'mod partikolari meta miss il-paga tal-ħaddiem Malti u Għawdxi.", "Sur President, aħna konna għamilniha ċara mill-bidu nett li għalkemm il- problema tad-deficit hija waħda li trid tiġi ndirizzata, anke hawnhekk il- gvern kien qed jilgħab bil-figuri biex ibagħbas ċertu ċaqliq fil-figuri tad- deficit.", "U dan m'għednihx aħna biss imma qalitu l-Economist intellegence unit - ħadd ma jista' jgħid li dan responsabbli għalih aħna wkoll għaliex l-Economist intellegence unit ikun fih diversi aspetti ta' kritika anke għal Partit Laburista, jiġifieri m'hijiex xi ħaġa lopsided favur in-naħa tal-gvern biss - fejn il-punt ta' kritika li għamlu huma kien dak li għamilna aħna minn dawn il-bankijiet fiż-żmien tal-budget meta għedna li l- gvern għamel il-figuri tad-deficit ta' l-1998 b'żewġ għanijiet f'moħħu; l- ewwelnett biex ikun jista' jpinġi b'mod ikrah l-amministrazzjoni Laburista u t-tieni nett ħalli meta jiġi biex jippreżenta l-budget għas-sena 2000 ikun jista' jippreżenta deficit ridott kif effettivament ipprova jagħmel il- Ministru Dalli fil-budget li ressaq.", "Il-konsegwenza ta' dan kollu huwa li l-gvern ħa għadd ta' miżuri li l-akbar impatt li kellhom, apparti minn fuq iċ-ċittadini nfushom, kien fuq l-ekonomija tal-pajjiż.", "U jien ngħid li jekk wieħed jinsa d-diversi weġgħat li fih il-budget għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, l-iktar punt li hemm x'wieħed jikkritika fil-budget innifsu huwa l-istrateġija ekonomika tiegħu għaliex l-effett li dan il-budget qed ikollu fuq l-ekonomija tal-pajjiż hija waħda negattiva għall-aħħar.", "U dan m'iniex qed ngħidu biex inkun negattiv imma huwa rifless b'mod ċar anke fl- aħħar quarterly review li ħareġ il-bank ċentrali fejn ċertu ottimiżmu li kien qed jintwera fil-ġimgħat u fix-xhur ta' qabel issa f'daqqa waħda qaleb għal nota qawwija ta' pessimiżmu fir-rigward ta' diversi setturi li l-bank ċentrali tefa' l-ispotlight tiegħu fuqhom.", "Jien ngħid li l-iżball ta' dan kollu huwa tort ta' l-istrateġija żbaljata li mexa biha dan l-istess gvern meta ttekilja d-deficit innifsu.", "U qed ngħid hekk għaliex fl-1996 dawn in-nies kienu jgħidu li d-deficit m'huwiex problema, fl-1997 kienu qalu li l-ħofra li konna qed nitkellmu dwarha hija ħrafa, fl-1998 bdew jammettu li teżisti l-problema tad-deficit, u fl-1999 ħassew li kellhom jibdew jieħdu xi passi f'din id-direzzjoni.", "Issa minn fuq jiġi l-Prim Ministru u jgħidilna li qed jieħdu ċerti miżuri sforz il- ħofra kbira li ħaffer il-gvern Laburista.", "Dan juri linja kbira ta' inkonsistenza fil-linja ta' kritika min-naħa tal-Partit Nazzjonalista mill- mod kif bih elaboraw u artikolaw l-argumenti tagħhom dwar l-issue kemm tad- deficit nazzjonali kif ukoll tad-dejn nazzjonali.", "Sur President, jekk wieħed jara l-budget innifsu u anke l-figuri li ġew ippubblikati mis-central office of statistics jara li anke l-prioritajiet ta' dan il-gvern huma żbaljati.", "Qed ngħid hekk għaliex filwaqt li l-gvern ma jidhirx li qed juri dak l-impenn kollu li wieħed jixtieq meta jiġi għal dik li hija nefqa rikorrenti, qed iġewwes għal dik li hija nefaq kapitali.", "Biex nuri dan se nipparaguna n-nefqa kapitali kif kienet fis-sena 1997 u n- nefqa kapitali kif kienet fis-sena 1999, is-sena finanzjarja li għadha kif intemmet.", "Per eżempju, fl-1997 wieħed isib li l-gvern Laburista għal dik li hija nefqa kapitali, jiġifieri infrastruttura, proġetti, dak kollu li jżomm il-momentum għaddej fil-pajjiż, kien nefaq Lm93.5 miljun.", "Fl-1999 in- nefqa kapitali minflok telgħet niżlet għal Lm82.6 miljun.", "Jekk inħarsu, per eżempju, lejn l-investiment produttiv naraw li minn Lm49 miljun fl-1997 dan niżel għal Lm44.5 miljun fl-1999.", "Jekk inħarsu mbagħad lejn in-nefqa għal dik li huwa investiment infrastrutturali naraw li dan ukoll naqas minn Lm25.4 miljun għal Lm19.9 miljun.", "Jiena li jinkwetani huwa li meta wieħed imbagħad jara n-net effect ta' dan kollu fuq is-setturi ekonomiċi jsib li s- setturi ekonomiċi milquta huma kollha.", "Kieku tgħid għandek sitwazzjoni fejn forsi l-manifattura sejra tajjeb imma l-kostruzzjoni sejra daqsxejn batuta, jew għandek il-biedja sejra tajjeb imma għandek it-transport and communications sejjer daqsxejn inqas tajjeb, nifhimha, imma din m'hijiex is- sitwazzjoni.", "Jekk wieħed jifli l-figuri ppubblikati min-naħa ta' l-uffiċċju ċentrali ta' istatistika - u rrid nerġa' nenfasizza li dawn huma figuri tal-gvern mhux figuri ħlieqa ta' l-oppożizzjoni - isib li s-setturi kollha qegħdin għan-niżla, kemm għal dawk li huma profitti, kemm dak li huwa qligħ, kif ukoll għal dak li huwa kontribuzzjoni tagħhom għall-GDP.", "Dan qed ngħidu kemm għal dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-biedja u s-sajd, kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' kostruzzjoni u quarrying - u jiena sinċerament nawgura li jibdew dawn l-imberkin proġetti forsi tinbidel xi ftit is- sitwazzjoni - kemm għal dak li għandu x'jaqsam mal-manifattura, jekk niżganċjaw minnha l-kontribut li tagħti l-ST Microelectronics, kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam mat-trasport u l-komunikazzjoni u oqsma oħrajn bħal wholesale/retail, insurance banking u l-qasam tar-real estate.", "Hemm imbagħad l-impatt tat-tneħħija tal-levies.", "Jipprova kemm jipprova dan il- gvern biex iċekken l-impatt tat-tneħħija tal-levies xorta waħda jibqa l- fatt li dan qed jolqot bil-kbir lill-industrija lokali u naħseb li qed jagħmel ħażin il-gvern li qed jgħaddas rasu fir-ramel u jipprova jagħti l- impressjoni li kollox miexi fuq ir-rubini f'dan is-settur billi jirreaġixxi b'mod insensittiv għal dak li verament għaddej f'dan is-settur milqut direttament mill-miżuri tal-gvern.", "Sur President, inkwetani wkoll dak li hemm fir-rapport tal-bank ċentrali fejn qed jantiċipa li t-tkabbir ekonomiku li jkun ġej mill-esportazzjoni, bħala persentaġġ, mistenni jonqos fiż-żmien li ġej.", "U dan naħseb li huwa nkwetanti meta aħna nemmnu li l-qasam tal-manifattura huwa importanti daqs dak tas-servizzi, biex ħadd ma jaħseb li jien qed ngħid li għandna nitkellmu fuq il-manifattura a skapitu tas-servizzi.", "Imma dan juri ċar li skond il-bank ċentrali l-qasam tal-manifattura għandu sinjali xejn pożittivi jekk qed nitkellmu dwar il-qasam tal-manifattura lokali u dik geared għall-esportazzjoni.", "U jgħidu kemm jgħidu n-naħa tal-gvern li l- kummerċ beda jirranka, il-bank ċentrali mhux hekk qed jirraġuna għax il- bank ċentrali qed jgħid li \"there are few signs of revival of domestic demand,\" u aktar tard ikompli jgħid \"that the prospects of revival of domestic demand are very unlikely.\"", "Jiġifieri l-bank ċentrali fl-aħħar rapport li ħareġ tlieta jew erba' ġimgħat ilu għamilha ċara li fil-fehma tiegħu fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin il-prospetti li tikber id-domanda tal-konsum fil-pajjiż huma pjuttost baxxi.", "Sur President, hemm imbagħad l-aspett tal-qagħad.", "Fil-fehma tiegħi dan il-gvern qed juża strateġija żbaljata għaliex minflok qed jiġġieled il- qagħad, qed jipprova jiġġieled il-figura tal-qagħad.", "Imma anke hawnhekk il- gvern mhux qed jirnexxilu għaliex hemm ċertu element strutturali li l-gvern mhux qed jirnexxilu jgħelbu u anke hawnhekk skond il-bank ċentrali - jiena nħobb nikkwota lill-bank ċentrali u l-uffiċċju ta' l-istatistika ħalli ħadd ma jgħid li dawn huma cooked up figures ivvintati min-naħa ta' l- oppożizzjoni - fis-sena 2000 dan mistenni jkompli jikber.", "Għalhekk jiena ngħid li l-poplu meta huwa ffaċċjat b'taxxi diretti u indiretti, meta huwa ffaċċjat bi tnaqqis fis-sussidji lill-konsumatur u meta jidher li l- inflazzjoni mportata tista' tibda tippikkja xi ftit - m'iniex qed ngħid li se tkun xi problema daqstant kbira - jiena nħoss li s-soluzzjoni li qed japplika l-gvern hija ħażina għaliex il-problema prinċipali fil-pajjiż huwa l-gvern innifsu.", "U qed ngħid li huwa l-gvern innifsu minħabba l- istrateġija żbaljata li miexi biha mhux biss fil-qasam fiskali u monetarju, imma anke b'mod partikolari fil-qasam ekonomiku.", "Sur President, naħseb li jkun tajjeb li f'dan l-istadju nitlob lill-gvern sabiex jagħti ftit tad-dawl fuq l-issue tal-privatisation.", "Qed ngħid hekk għaliex il-gvern b'timing li kien ħabat mal-budget kien ippubblika white paper interessanti li wkoll fiha l-merti tagħha u li titfa' ċertu dell fuq ċerti miżuri jew passi żbaljati li seta' mexa bihom il-gvern fi privatizzazzjonijiet preċedenti.", "U jkun tajjeb li llum li ninsabu fl-1 ta' Frar il-gvern jagħtina ftit tal-ħjiel dwar x'inhuma f'termini konkreti l- pjani tal-privatizzazzjoni tiegħu għal din is-sena.", "Veru li fil-white paper ġew identifikati erba' jew ħames azjendi li suppost kellhom jingħataw prijorita`, imma fiex inhuma l-pjanti tal-gvern f'din id-direzzjoni?", "X'se jiġri mill-white paper innifsha?", "Qed ngħid hekk għaliex ftit ilu, f'domanda parlamentari jien tlabt lill-ministru jgħidilna x'reazzjoni kien hemm sakemm għalaq iż-żmien tas-submissions min-naħa tal-korpi kostitwiti u ta' interesed parties għall-white paper tal-gvern.", "Ma nafx jekk is- sitwazzjoni nbiddlitx - jien nawgura li nbiddlet - imma meta għamilt il- parliamentary question u kienu diġa` għalqu d-dati tas-submissions il- ministru dakinhar kien qalli li kien għadu ma rċeva l-ebda submission minn ebda korp kostitwit għall-white paper li kellna.", "Forsi fil-winding-up tiegħu l-ministru jkun jista' jaġġornana f'dan ir-rigward.", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll li nkunu nafu x'sar minnu l-kumitat tal- privatizzazzjoni.", "Naf li l-gvern kien waqqaf task force b'nies li għalkemm m'għandna xejn kontra tagħhom fuq bażi individwali dehrilna li ma kenux the right people biex ikunu f'task force tal-privatisation għaliex seta' kellhom ċertu konflitt ta' interess u tajjeb li l-gvern jgħidilna f'dan l- istadju x'sar minnu dan il-kumitat u jekk għadux kostitwit kif kien, jekk ġiex rikostitwit, jekk għadux jiffunzjona u jekk qed jiffunzjona, kemm qed jiffunzjona, kemm qed jiltaqa' u x'inhuwa r-riżultat tal-ħidma tiegħu anke f'din is-sena.", "Jiena nemmen li fil-fehma tagħna l-Partit Nazzjonalista qabad triq żbaljata u aħna ġenwinament inħeġġu lill-gvern sabiex jikkoreġġi din it-triq li qabad u dan qed ngħidu mhux b'sens ta' kritika min-naħa tagħna biex inkunu kritiċi imma qed ngħiduh b'sens ta' konsistenza mal- manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Jekk wieħed jifli l-manifest elettorali li bih dan il-gvern rebaħ l-elezzjoni ta' l-1998, ma jsib rifless fl-ebda mod il-miżuri iebsa, drastiċi u anti-soċjali li l-gvern kellu jirrikorri għalihom f'dawn iż-żewġ budgets b'mod partikolari fl-aħħar budget, jiġifieri l-budget tas-sena 2000.", "Għalhekk jiena ngħid li dan il- gvern mhux biss qed jagħfas lill-konsumatur Malti u Għawdxi imma qed imur ukoll kontra l-mandat elettorali li tagħtu l-maġġoranza tal-Maltin meta saret l-elezzjoni ġenerali f'Settembru ta' l-1998.", "Il-budget li għandna quddiemna huwa budget li tħares lejh mil-liema aspett tħares lejh tara li ħalla impatt negattiv fuq is-soċjeta` Maltija u Għawdxija.", "U dan għal mill-inqas ħames raġunijiet.", "L-ewwelnett minħabba l- istrateġija ekonomika żbaljata tiegħu, it-tieni nett minħabba li baxxa l- livell ta' l-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin, it-tielet għaliex effettivament wassal għal dak li bassarna aħna biex inaqqas il-pagi tal- ħaddiema Maltin u Għawdxin, wassal ukoll biex nixfu l-flus fl-idejn u wassal ukoll biex kompla staġna l-kummerċ fil-pajjiż.", "Il-ministru għamel ħafna pronostki b'mod partikolari mhux din is-sena imma anke is-sena ta' qabel meta kien ħabbar il-consolidated accounts structure u qal kif se jiżviluppaw l-affarijiet sas-sena 2004, imma jien infakkar li bir-rispett kollu lejn il-ministru huwa diġa` kien għamel tip ta' pronostiku simili meta kien ippreżenta l-ewwel budget tiegħu u kulħadd jaf kemm kien mar żmerċ dak il-pronostiku tiegħu meta kien ressaq dak il-budget fl-1993 jew 1994.", "Fil-fatt dakinhar kien ħabbar li se jieħu passi effettivi kontra l- welfare gap u ma kien sar xejn.", "Kien ħabbar li se tiġi ndirizzata l- problema ta' l-għoli tal-ħajja u fil-fatt minn dak iż-żmien 'il hawn din kompliet tirranka minflok naqset, kien qal li kien se jindirizza l-problema tal-qagħad u l-qagħad effettivament kien tela', u kien qal ukoll li kien se jindirizza l-problema tad-deficit strutturali u fil-fatt id-deficit minn dakinhar kien kiber minflok ċkien.", "Għalhekk jien ngħid li ftit huma dawk li jistgħu jeħdu b'ċerta serjeta` u kredibilita`l-kalkoli li għamel il- gvern meta ressaq l-estimi tiegħu u l-consolidated accounts structure.", "Sur President, l-appell finali tiegħi huwa sabiex il-gvern ibiddel ir- rotta tiegħu għaliex il-gvern qed jittradixxi l-manifest elettorali tiegħu, il-mandat elettorali tiegħu u lill-poplu Malti in ġenerali li fdah bit- tmexxija tal-pajjiż wara l-elezzjoni ta' Settembru, 1998.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jien kelli speech preparat għal- lejla imma naħseb li jekk l-ewwel nagħmel xi ftit tar-riflessjonijiet fuq dak li qal l-Onor.", "Leo Brincat ma nkunx qed nagħmel ħażin.", "U ma nagħmilx ħażin għaliex jien nistgħaġeb kif il-qanpiena ddoqq.", "Ftit ilu daqqew il- qniepen għaliex ħareġ id-digriet li jgħid li kellhom jibdew il-proċeduri biex Dun Ġorġ Preca jsir beatu - dakinhar smajna ħafna qniepen idoqqu - pero` llum smajna qanpiena waħda ddoqq, dik li b'xi mod l-Onor.", "Brincat ikonċepixxa f'moħħu, li mhux veru li fil-budget li għadda jew fil-kampanja elettorali Nazzjonalista ta' qabel l-1998 il-Partit Nazzjonalista kien qal li jrid jiffaċċja u jieħu l-miżuri meħtieġa biex nikkumbattu darba għal dejjem id-deficit strutturali u biex lill-pajjiż ma nħalluhx ikompli jinfena.", "Sur President, jien niddubita min kien ilestilu l-ispeeches lill-Onor.", "Membru dak iż-żmien biex jingħataw hawn ġew għaliex x'ħin tidħol hawn ġew kont tibda taħseb li jeżistu żewġ partijiet f'Malta, il-parti li kienet tgerger għad-deficit ta' gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 u l-parti l- oħra fejn kellek gvern li kien qed jgħid kemm sejjer tajjeb u li kien qed jibgħat lin-nies jieħdu divertita fis-sajf, waqt li fl-istess ħin kien jaf li kien wasal f'xifer il-preċipizju u kien wasal biex jieħu l-qabża 'l isfel, kif kien jgħidilhom il-Perit Mintoff, li dak iż-żmien kien hawn.", "U fil-fatt hekk ġara pero` nafu li qabel ħa dik il-qabża 'l isfel, gvern Soċjalista, bil-mod kif kien inġenwament fi żmienu mexxa l-ekonomija tal- pajjiż, irnexxielu jżid id-deficit b'aktar minn Lm0.25 biljun.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li fi żmienna ma kienx hawn deficit pero` kien hemm raġuni għalih.", "Dan bħal meta jiltaqgħu tnejn min-nies u wieħed minnhom joqgħod jgħid kemm għandu dejn it-tali bniedem, imbagħad jaqbeż l-ieħor u jgħidlu li għalkemm dik il-persuna għandha d-dejn pero` għandha ħafna x'jagħmel tajjeb għalih!", "Veru li fi żmien gvern Nazzjonalista l-poplu ssellef pero` sellef għal diversi skopijiet.", "Fost affarijiet oħra l-gvern kien issellef sabiex ikollna sistema tajba ta' telephones biex minflok tgħolli t-telephone u tisma' nofs ir-raħal jitkellem, tkun tista' titkellem biss mal-persuna li tkun dawwart in-numri tagħha u sabiex ikollna airport li llum niftaħru li jgħaddu madwar 2.5 miljun passiġieri fis-sena minnu, airport li żgur ma kienx kapriċċ u li ssostitwixxa airport żgħir ħafna li għalkemm kien tana servizz tajjeb ħafna kien wasal iż-żmien li naslu fi stadju li nuru lill-poplu Malti li konna kbirna, imxejna 'l quddiem u konna wasalna biex minn stadju amateurish ngħaddu għall-professjonaliżmu.", "Dan il-gvern kien anke ssellef biex ikollna power station suret in-nies, u anke dik kienet ġiet bil-qniepen.", "Kulmin kien hawn dakinhar jiftakar li għaliex dak iż-żmien konna ġejna hawnhekk biex nipproponu li nagħmlu power station fil-post fejn fil-fatt hija mibnija llum, tan-naħa l-oħra kienu għamlu seduta sħiħa jdoqqu l- qniepen.", "Hawn min jgħid li dawk kienu l-qniepen biex iħamrulna wiċċna, pero` naħseb li llum, il-poplu kollu jirrealizza li dawk kienu qniepen ta' vittorja, ta' glorja u ta' radd il-ħajr biex jiċċelebraw il-fatt li f'Malta konna wasalna biex nieħdu dak il-pass.", "(Interruzzjonijiet) Iva, tad-daħk Onor. Farrugia pero` setgħet kienet tal-biki għal min kien ipparteċipa fiha.", "Konna ssellifna wkoll biex nagħmlu sptar, liema sptar l-ewwel kienu qalulna li kienet ħolma jew whim tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, imbagħad meta l-Onor.", "Sant kien prim ministru ddeċieda li jagħmlu d-doppju tad-daqs li kien ipproġettat taħt gvern Nazzjonalista.", "Issa aħna qegħdin inkomplu dan l-isptar ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, wasal iż-żmien li nieħdu stock ta' dak li nfaqna u nieħdu l-passi biex nibdew nirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħna vis-a-vis id-dejn li kien hemm.", "Il-gvern Soċjalista tela' bl-għajta tad-dejn u tal-VAT fl-1996, imbagħad filwaqt li beda jgħajjat bil-famuża ħofra - liema ħofra mbagħad saret barriera - fl-istess ħin ma neħħiex it-taxxi li għamilna aħna; neħħa l-15% VAT u daħħal is- sistema tas-CET, li l-effett tagħha kien li l-konsumatur beda jiġi ntaxxat bil-21%.", "(Interruzzjonijiet) Veru li l-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali għoliet minn 9% għal 10% fuq id-dikjarazzjoni li saret fil-budget tas-sena l-oħra imma huwa fatt ukoll li din il-kontribuzzjoni togħla skond kemm wieħed jaqla'.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ikun tela' minn grad għal ieħor, jiżdied id-dħul u ovvjament tiżdied wkoll il-kontribuzzjoni tas- sigurta` soċjali.", "Sur President, qegħdin nitkellmu fuq liġi li tressqet bħala riżultat ta' miżura li ttieħdet fil-budget u titkellem speċifikament fuq żieda ta' 10c fuq kull pakkett tas-sigaretti u ammont ekwivalenti fit-tabakk l-ieħor.", "Il- miżura li hawn imħabbra f'din il-liġi tant kienet mistennija peress li kienet imħabbra minn qabel, li ħadd ma ħa qatgħa meta ġrat.", "U ħadd ma ħa qatgħa għaliex kulħadd jaqbel li hemm żewġ skopijiet għaliex kellha ssir liġi bħal din; wieħed biex il-gvern idaħħal xi ftit mit-taxxi u l-ieħor sabiex inkomplu nħajru lin-nies ipejpu inqas.", "Għalkemm din hija l-miżura msemmija f'din il-liġi, peress li din hija liġi fiskali hemm it-tendenza li nitkellmu fuq taxxi oħrajn li tħabbru fil-budget, taxxi li skond il-Partit Soċjalista huma l-uniku mezz kif gvern Nazzjonalista jista' jwassal biex jirranġa s-sitwazzjoni finanzjarja li hawn.", "L-Onor.", "Brincat, fl-ispeech tiegħu kellu miktub li waħda mill-mezzi li se jieħu dan il-gvern fiċ-ċirkostanzi tal-lum kienet il-privatizzazzjoni u ssemmew ukoll żewġ għejjun li jistgħu jkunu l-ewwel żewġ passi lejn privatizzazzjoni li hemm bżonn fil-pajjiż tagħna.", "Imma jekk nipprovaw naraw x'ġara s-sena l-oħra nsibu li kien hemm bank li apparti mill-fatt li poġġiena fuq sfera globali f'dak li huwa kummerċ bankarju, illum ipprova lilu nnifsu u ħareġ f'tiġrija ma' banek oħrajn lokali li fiha ggwadanjaw fost l-oħrajn dawk li qed jissellfu għal djarhom.", "Għaliex irridu nammettu li b'riżultat li l-banek ma baqgħux cartel tal-gvern, illum għandna żewġ banek li qegħdin isellfu u jagħtu rati aħjar lil dawk li jridu jixtru d- djar tagħhom, lil dawk li għandhom overdraft u lil dawk li jissellfu minħabba raġuni ta' business.", "U għalkemm l-ammont ta' self baqa' jiżdied, baqa' jiżdied ukoll l-ammont ta' flus li l-Maltin qed ipoġġu fil-banek, u dan minkejja t-taxxi, minkejja li qed jgħidu li qed jixxuttaw il-bwiet tal- Maltin kollha u minkejja l-iżbalji li tan-naħa l-oħra qegħdin jgħidu li qed nagħmlu.", "Tan-naħa l-oħra qalu li tneħħa s-sussidju fuq id-dqiq.", "Jafu dawn li nofs il-flus li kienu jitħallsu f'sussidji fuq id-dqiq kienu jmorru għand nies li lanqas għadhom bil-forn?", "Forsi fi żmienhom qatt ma kienu jiċċekkjaw pero` dan l-aħħar iċċekkjaw u sabu li hemm min wella l-forn u ċ-ċekk tas- sussidju xorta baqa' jirċevih hu filwaqt li l-forn qed iħaddmu ħaddieħor.", "Jafu li kien hemm confectioneries li minkejja li bidlu l-ġeneru tan-negozju tagħhom - fiż-żmien kienu fran - baqgħu jieħdu s-sussidju fuq id-dqiq biex jagħmlu l-pasti u affarjiet oħra simili?", "Imbagħad werwru lin-nies għaliex qalulhom li l-ħobż tant kien se jogħla minħabba t-tneħħija ta' dan is- sussidju li l-mara tad-dar m'hijiex se jkollha biex tixtri l-ħobża ta' kuljum.", "Pero` issa nafu li din is-sena kull persuna se tingħata Lm10 - dan ifisser li jekk hemm familja ta' ħamsa din se tieħu Lm50 u biex ikun għolhielha b'Lm50 trid tkun tiekol 25 ħobża fil-ġimgħa! - biex tagħmel tajjeb għal din iż-żieda fil-prezz tal-ħobż.", "U dan għal din is-sena għaliex is-sena d-dieħla din iż-żieda tidħol fil-kalkolu li jsir dwar iż- żidiet fl-għoli tal-ħajja.", "Mela minkejja li l-gvern neħħa s-sussidju, għal din is-sena ta l-kumpens f'forma ta' ċekk u 'l quddiem din iż-żieda se tiġi integrata fiż-żieda li tingħata għall-għoli tal-ħajja li jista' jkun hemm.", "Ħalli issa ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar l-inflazzjoni.", "Fl-ispeech miktub tiegħu, l-Onor.", "Brincat qalilna li l-inflazzjoni tista' tiżdied.", "Possibbli li hawn xi ħadd li jaħseb li fit-22 xahar li kien hemm fil-gvern il-Partit Soċjalista ma kienx hawn inflazzjoni?", "Li rridu ngħidu huwa li hemm mod u mod ieħor kif gvern jittekilja l- inflazzjoni.", "Ikun hemm gvern li jipprova jżomm l-inflazzjoni 'l isfel kemm jista' jkun u jkun hemm gvern ieħor li l-inflazzjoni jdaħħalha hu stess billi jagħmel taxxi fuq affarijiet neċessarji bħall-ilma, id-drenaġġ u d- dawl.", "Imbagħad l-Onor.", "Brincat qalilna li kienu qalu li lesti li jerġgħu jikkonsidraw is-sitwazzjoni wara l-budget.", "Imma dan ma jsirx bil-paroli biss għaliex b'ilsienek tgħid ħafna affarijiet.", "Kellna anke ministru li kien bil-qiegħda eżattament fuq is-siġġu ta' ħdejja li kien qal li kien hawn 62,000 ruħ li kienu se jibbenefikaw mis-sussidji fuq id-dawl u l-ilma li kienu se jingħataw, imbagħad fl-istess ġurnata intqal li dak li kien ingħad ma kienx veru.", "Imma l-Onor.", "Brincat donnu li nesihom dawn l- affarijiet!", "Dak iż-żmien dawn kienu qalu li forsi jerġgħu jikkonsidraw l- miżuri li ħabbru fil-budget.", "Sur President, dawn kellhom deputati magħhom li fi ħdan il-GWU u flimkien ma' nies partiġġjana sew bħal Dr. George Abela u oħrajn kienu għamlu studju, pero` allavolja dawn kienu qalulhom li l-ħajja kienet għoliet b'aktar minn Lm6 fil-ġimgħa, xejn ma tnaqqas minn dak li kien ġie mħabbar fil-budget and steady she went.", "U tant marret steady li f'Settembru kienet sabet iceberg, ħabtet magħha u niżlet!", "U dak li mexxa lil Malta għal żmien pjuttost twil - u li tant ftaħru li mn'Alla kien hu li salvahom fis-snin '70 u '80, u kienu jagħmlu priedki fuq priedki u litaniji, saħansitra f'ċerti tabelli li kienu jagħmlu kienu jsejħulu s- salvatur ta' Malta wara San Pawl! - kien qed jgħidilhom li ma kenux jafu jmexxu u li dak ma kienx il-mod li tmexxi bih, li tgħakkes lill-poplu.", "Mintoff kien qalilhom li ma kellhomx jgħakksu lill-poplu li tant ftaħru li bħala Partit Soċjalista jħaddnuh magħhom.", "Pero` dawn ma tawx kas u baqgħu jwebbsu rashom.", "U llum dawn qed jikkritikaw lill-gvern li kien kapaċi jgħid li l-pajjiż ma jiflaħx u hemm bżonn li jieħu l-mediċina.", "Il-mediċina kienet tfisser li jittieħdu l-miżuri li ttieħdu u ngħidu x'ngħidu, jibqa' fatt li mis-sena l-oħra għall-bidu ta' din is-sena dawn il-miżuri ħallew ir-riżultati tagħhom u naqqsu l-ammont ta' ħsara li kien hemm.", "Tafu x'ħadna fis-sentejn ta' gvern Soċjalista, Sur President?", "Ħadna blokka silġ taħt il-forma ta' friża li filwaqt li aħna bħal gvern konna wasalna biex napplikaw ħalli nipparteċipaw bħala membri sħaħ fl-ekonomija Ewropea li kienet tħalli, u li nisperaw għad trid tħalli, riżultati tajbin għal pajjiżna konna qisna ġejna qażba tixxejjer mar-riħ; la ma' naħa u lanqas ma' oħra.", "Dawn rieduna nidħlu f'dak il-grupp ta' erba' pajjiżi emarġinati fil-ġenb nett u ma reduniex insiru full members ta' l-Ewropa.", "Dawn ma jriduniex li nsiru full members - flimkien ma' dawk il-pajjiżi li l-iktar jagħmlu kummerċ magħna, ma jriduniex insiru membri ta' familja li għal Malta bilfors tfisser xogħol u kummerċ, qawmien ta' ekonomija, tiġdid tal-kultura politika u serħan tal-moħħ f'dak li jirrigwarda difiża.", "Sur President, m'hemmx għalfejn noqogħdu naraw kemm se nibbenefikaw minn kull ħaġa eżattament; għalija jekk nibbenefikaw fl-edukazzjoni bil-mod li konna qed nibbenefikaw qabel ma nżammejna u kif qed nerġgħu nibbenefikaw issa, diġa` huwa biżżejjed għaliex jagħti triq ġdida għal uliedna kollha.", "Aħna li għandna 'l fuq minn 40 u 50 sena wasalna fejn kellna naslu, pero` irridu nipprovaw inħallu pajjiżna f'qagħda aħjar milli sibnih aħna.", "U jekk biex naslu għal dan ir-riżultat hemm bżonn li nieħdu ċerti passi, m'aħniex se niddejqu neħduhom.", "Jekk biex innaqqsu d-deficit hemm bżonn li jittieħdu ċerti miżuri fiskali - kif effettivament ittieħdu - iridu jittieħdu u jrid iġorrhom kulħadd.", "Kieku kulmin għandu jħallas il-VAT iħallasha u kulmin għandu x'jiddikjara jiddikjarah, niggarantilkom li ftit li xejn ikollna deficit f'dan il-pajjiż.", "Pero` il-Malti hu dak li hu; trid toqgħod għassa miegħu għaliex jekk jista' jevita, jevita.", "U l-poplu hemm bżonn li jirrealizza li kull darba li jaċċetta li ma jingħatax irċevuta tal-VAT ikun qed iwaqqa' l-ġebla fuq saqajh u li għada pitgħada jkollu jħallas għalih mod ieħor huwa stess.", "Jien la naf lil ħadd li raħħas prezzijiet għaliex ma jiddikjarax il-VAT u lanqas naf lil ħadd li ma ċċarġjax il-prezzijiet li jiċċarġja s-soltu għaliex irnexxilu jevita mit-taxxa.", "Jiġifieri finalment il-konsumatur jaqbillu jara li min ikun qed jipprovdilu s-servizz jew jinnegozja miegħu ikun fil-fatt qiegħed isegwi l-liġijiet tal-pajjiż.", "Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq liġi fiskali bi strateġija, mhux strateġija li tagħti daqqa ta' ponn u lil dak li jkun twaqqgħu ma' l- art ħames darbiet f'affari ta' ftit minuti - bħalma ta Tyson nhar is-Sibt - imma strateġija li qed titolbok xi ħaġa żgħir għaliex nafu li l-ftit tal- ħafna xorta waħda jammonta għal ħafna.", "Dan huwa proċess ekonomiku li minkejja li saru dawn il-miżuri fiskali, bl-ebda mod ma kissru l-ekonomija tal-pajjiż.", "Din hija liġi li għalkemm fiha nnifisha fiha ftit sinifikat, hija ta' eżempju ċar ta' kif għandhom jittieħdu l-miżuri bil-mod biex finalment tasal għal dak li hemm bżonn, għaliex b'hekk tkun qed tagħti ċans lill-poplu jirkupra u jlaħħaq magħhom.", "Sur President, nitkellmu ħafna dwar x'se nieħdu mill-Ewropa u ninsew x'kien se jieħu l-gvern Soċjalista lil kull bniedem li kellu fabbrika jew razzett bil-mod kif għolla r-rati tad-dawl u l-ilma.", "Dak ma jaqblilhomx jiftakruh pero` aħna nafu li kont ta' Lm90 kien se jitla' għal Lm900; nafu li l-fabbriki u l-irziezet li kellhom is-servizz ta' l-elettriku kien se jkollhom iħallsu madwar tmienja jew għaxar darbiet aktar milli kienu jħallsu qabel.", "Dik kienet l-intelliġenza tal-programm ekonomiku ta' gvern Soċjalista ta' dak iż-żmien.", "Nafu wkoll li l-istess miżuri kienu bdew joħonqu setturi oħrajn li nafu li kienu ġew kważi at a standstill minħabba s-sikkatura żejda li kienet qed tingħad.", "U nirriferi għall-kunsilli lokali.", "Illum jien ħadt pjaċir naqra fil-gazzetta li l-Onor.", "Mangion qal li s- sistema tal-kunsilli saret biex tibqa' u għandha tissaħħa u tkun aħjar, pero` jiena ma nistax nifhem jien kif dawn setgħu jagħmlu iżjed b'inqas flus.", "Dik kienet l-ekonomija tal-gvern dakinhar, fis-sens li l-ewwel jeħdulhom 10% jew 15% imbagħad wieħed jara.", "Veru li l-kunsilli jagħmlu żbalji - anke l-pajjiż li ilu li ħa l-indipendenza 35 sena għadu jagħmel ċerti żbalji għaliex għadna ma kbirniex biżżejjed u jien u kull wieħed hawn ġew għad irridu nitgħallmu ħafna, forsi jien l-iktar wieħed li għandi bżonn nitgħallem - pero` l-fatt huwa li almenu qegħdin jagħmlu xi ħaġa.", "Sur President, jidher li waqt li kien qed jitkellem l-Onor.", "Brincat nesa l-miljuni - m'iniex ċert jekk humiex Lm108 jew Lm109 miljun - li se jintnefqu għall-infrastruttura u sabiex tkompli tikber l-ekonomija tal- pajjiż.", "Nesa l-Onor.", "Membru jfakkar fil-flus li ngħataw lill-ikbar settur ta' l-ekonomija tal-pajjiż, dak tat-turiżmu, sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu r-reklami b'hekk ikabbru din l-industrija?", "Nesa l-ammonti li ngħataw lill-MDC?", "Nesa l-ammonti li ntnefqu fuq IT?", "Aħna stajna ma nfaqna xejn fl-informatika u stajna morna lura għal dak iż-żmien meta kont ridt tiffirma karta biex tgħid li ma kontx se twaqqaf bniedem jaħdem qabel ma ddaħħal computer.", "Fejn qatt setgħu jirrealizzaw dak iż-żmien li d-dinja tal-lum dak li tirrikjedi!", "Illum you are a button away from anything għax għandek makna quddiemek li jekk int kapaċi tużaha, minn injorant jekk ma ssirx għaref - għax l-għerf jirrikjedi mhux biex li tara u taqra imma li tirraġuna b'moħħok - almenu ssir istruwit.", "Sur President, xi kultant donnu li ninsew għalxiex nagħmluhom it-taxxi.", "It-taxxi ma jsirux biss biex inneħħu d-deficit imma jsiru sabiex permezz tagħhom intejbu dak li jkun diġa` nbeda.", "Insemmi, per eżempju, l-ammonti ta' flus li joħorġu għall-edukazzjoni.", "Alla ħares nerġgħu niġu f'sitwazzjoni fejn noqogħdu attenti kemm indaħħlu studenti l-universita`.", "Mur għidilhom illum lil dawk it-8,000 student li se tagħlqilhom il-bieb għall-universita`!", "Mur għidilhom li fi żmien mhux 'il bogħod kien hemm biss 800 student!", "Sur President, id-differenza bejn il-gvern tagħna u l- gvern tal-Labour hija li filwaqt li huma għollew ir-rati tad-dawl u l-ilma b'għaxar darbiet, aħna żidna l-ammont ta' studenti li jmorru l- universita` b'għaxar darbiet!", "Veru li jista' jkollna problema dwar fejn se jaħdmu dawn in-nies, pero` jekk wieħed ikun istruwit u ppreparat sewwa għall-ħajja, b'mod jew ieħor ir-rota jdawwarha.", "Bniedem jista' jiggradwa f'ħaġa u jkun istruwit biżżejjed biex, per eżempju, jiftaħ negozju minflok.", "Pero` filwaqt li nħajru lin-nies tagħna jistudjaw, irridu wkoll noħolqulhom is-swieq sabiex jipparteċipaw fihom.", "U forsi din hija raġuni oħra għaliex il-foreign policy tagħna hija dik li hi u għaliex miexja fid- direzzjoni li miexja.", "Sur President, dawn jistaqsuna għaliex għamilna t-taxxi u għollejna l- bolla.", "Imma possibbli ma jafux li sabiex nagħtu l-pensjonijiet lill- anzjani, nagħtuhom l-għajnuna medika li għandhom bżonn, nipprovdulhom fejn joqogħdu jekk ikun hemm bżonn u nagħtuhom il-ħteġijiet li għandhom bżonn f'kull settur tal-ħajja għandna bżonn - kif kellhom bżonn huma u sabu wkoll problemi - aktar minn Lm100 miljun?", "U nafu li din il-problema fis-snin li ġejjin trid tikber għaliex bejn l-1940 u l-1955 kien hawn baby boom fejn kienu jitwieldu 'il fuq minn 10,000 tarbija fis-sena u, għalkemm xi ftit emigraw, il-massa tagħhom illum qiegħda tqarreb is-60 sena u lil dawn in- nies il-gvern irid jibda jipprovdilhom is-servizzi kollha li jingħataw lill- pensjonanti l-oħrajn kollha.", "Sur President, tan-naħa l-oħra minn banda ma jriduniex li nieħdu l-passi sabiex id-deficit jonqos u sabiex l-ispiża rikorrenti tal-pajjiż tkun waħda kkontrollata, u min-naħa l-oħra jgħidulna li jkun ħażin għalina jekk ma naslux li nħallsu jew jekk innaqqsu xi sold lil xi ħadd.", "Aħna lin-nies qatt ma għednilhom li s-sitwazzjoni tagħhom għada se tkun agħar minn dik tal- lum.", "Kulma rridu aħna hu li bil-passi li nieħdu, inġiegħlu lin-nies jirrealizzaw li jekk jirsistu jsibu mpjieg u jkunu jistgħu jaqilgħu lira.", "Jiġu għandi nies li jkunu qed ifittxu x-xogħol, pero` ikun hemm min ma jkunx irid jagħmel ċertu xogħol għax kulħadd irid jidħol jew machine operator ġo fabbrika, jew kif qed jgħid il-kollega, l-Onor.", "Cilia, bil- qiegħda mal-gvern u jekk jista' jkun jew driver, jew security guard jew watchman ma' xi bieb.", "Jiena ma nafx kif xi ħadd jista' jgħaddilu minn moħħu li ta' 18-il sena jieqaf milli jaħseb u jmur watchman.", "Jew forsi jkun irid dak ix-xogħol ħalli dak ikun il-ħin tal-mistrieħ imbagħad imur jagħmel xogħol ieħor wara biex il-paga jagħtiha lill-mara u li jaqla' wara jżommu għall-kapriċċi!", "U jekk jista' jkun dak li jaqla' wara ma jkunx jidher, tant l-aħjar!", "Din hija l-verita` pero` ħadd m'hu lest li jgħidha.", "Imbagħad xi ngħidu għal dawk li jmorru jirreġistraw - u li l-gvern ukoll ikollu jħallashom mit-taxxi li jinġabru - u li tliet kwarti minnhom ikunu kollha trab!", "Ftit huma dawk li jmorru jirreġistraw bil-mixi għax il- maġġoranza kollha jmorru b'xi karozza mċekċka sew.", "Dik hija s-sitwazzjoni vera ta' dan il-pajjiż, sitwazzjoni fejn minkejja li hemm dawk l-10% li forsi m'humiex qed ilaħħqu mal-ħajja, id-90% l-oħra sejrin tajjeb u tajjeb ħafna.", "Aħna rridu nieħdu ħsieb dawk l-10% pero` rridu wkoll inkunu fattwali u nieħdu dawk il-miżuri li hemm bżonn nieħdu sabiex f'pajjiżna nġibu s- serjeta`.", "Dawn il-miżuri jinkorporaw fihom li min verament ħaqqu jirreġistra, jirreġistra u min ma ħaqqux ma jirreġistrax u b'hekk niffrankaw miljuni ta' flus u jonqos id-dejn.", "Pero` minn dan ma semma xejn l-Onor.", "Brincat.", "U għaliex ma semma xejn?", "Imbagħad xi ngħidu għal dawk in-nies li għalkemm jaħdmu mal-privat iridu jobs oħra għaliex jgħidulek li mal-privat joqogħdu jiċċekkjaw fuqhom biex jaraw jekk humiex ilaħħqu mal-kwota?", "Dawn kuntenti jmorru jaħdmu x'imkien ieħor b'inqas paga, basta mal-gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nipproponi li l-Onor.", "Abela jkompli bid-diskors tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Abela jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Kont qed ngħid, Sur President, li wasalna fi stadju fejn we have to call a spade a spade u naċċettaw dak li hemm bżonn isir.", "U min minn dawk in- nies li jpejpu ma jiflaħx iħallas 10c aktar għal pakkett sigaretti?", "Jekk tieħu ħsieb saħħtek ma tħallashomx u tiffranka d-90c l-oħra wkoll għaliex ma tpejjep xejn!", "Jekk hawn min veru jieħu ħsieb saħħtu din il-liġi m'hijiex se taffettwah għaliex ma jpejjipx, pero` mhux niġu hawnhekk u nitkellmu b'mod li nġibu d-dinja fit-tarf qisu bil-miżuri li ħadna fil- budget li għadda sallabna lill-poplu.", "Il-verita` hi li aktar minn 25% ta' l-ispiża tal-gvern hija diretta għal investiment futur tal-pajjiż u ta' wliedna.", "Sur President, jiena nemmen li din hija liġi li mhux veru għandha dawk ir- riżultati li tant qed ibeżżgħuna bihom id-deputati tan-naħa l-oħra.", "Din hija liġi meħtieġa u għalkemm toqros, taffettwak sakemm trid inti biss.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, almenu fl-aħħar tad-diskors tiegħu l- Onor. Abela għamel aċċenn għall-abbozz li għandna quddiemna li jittratta speċifikament iż-żieda fil-prezz tat-tabakk!", "Jien naħseb li din il-liġi wieħed irid iħares lejha bħala miżura speċifika fil-budget u jistaqsi jekk hijiex fil-fatt bżonjuża u pożittiva, fis-sens jekk hijiex immirata lejn is- saħħa tan-nies.", "Jibdew iqumu wkoll mistoqsijiet bħal jekk din il-miżura għandhiex tittieħed waħedha jew jekk għandhiex tittieħed fil-konfront tal- miżuri kollha li ttieħdu fil-budget.", "Jien personalment naħseb li ma rridux niżolaw din il-miżura għaliha waħedha u fil-fatt minn banda ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Abela jiftaħ fuq diversi affarijiet li qed jiġru fl- ekonomija tagħna u anke fuq diversi miżuri li ttieħdu fil-passat u li qed jittieħdu fil-preżent.", "Sur President, naħseb li huwa tajjeb ukoll li apparti l-effetti fuq is- saħħa ta' l-individwu, wieħed jara l-impatt soċjali ta' miżuri bħal dawn.", "Għaliex filwaqt li huwa tajjeb li nħarsu s-saħħa tal-poplu, huwa importanti wkoll li naraw kif miżuri bħal dawn se jolqtu l-livell ta' l-għajxien ta' l- individwu partikolari.", "Jien naħseb li nitkellmu kemm nitkellmu fuq l- aspetti soċjali u ekonomiċi, għall-bniedem fit-triq l-ekonomija u l-impatt soċjali kollu li jeżisti huwa dak li jħoss meta jħaddal idejh fil-but, jekk ikunx f'qagħda li jikkonfronta l-miżuri li jkunu qed jittieħdu.", "Jien naħseb li r-risposta għad-domanda li għamel l-Onor.", "Abela, jiġifieri jekk jiflaħx bniedem iħallas 10c aktar għal pakkett ta' sigaretti, hija waħda rettorika.", "Imma wieħed imbagħad irid ikompli jistaqsi jekk din il-miżura hijiex l-unika miżura b'impatt soċjali negattiv li tressqet minn dan il- gvern fil-budget li għadda jew jekk hijiex parti żgħira minn sensila ta' miżuri.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE CILIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob issa lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 2 ta' Frar 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.). ---------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, f'dan l-aġġornament xtaqt nittratta diversi punti li qajjem l-Onor.", "Louis Buhagiar f'aġġornament li għamel il- ġimgħa li għaddiet.", "Fl-opinjoni tiegħi, bl-intervent li għamel l-Onor.", "Membru wera kemm mhuwiex informat tajjeb.", "Kien aġġornament li tassew ixxukkjani bl-akkużi li ntefgħu bl-addoċċ mill-Onor.", "Membru, li anke rnexxielu jaqleb kollox ta' taħt fuq.", "Barra minn hekk xtaqt nieħu din l- opportunita', Sur President, biex nikkundanna wkoll lill-gvern preċedenti li f'diversi okkażjonijiet mexxa proċess ta' promozzjonijiet b'mod xejn rett u b'mod li ħoloq ħafna inġustizzji.", "Jiena kemm-il darba tkellimt dwar dan u proprju madwar ġimgħatejn ilu poġġejt rapport ieħor li juri sitwazzjoni inkredibbli - rapport li ġie ppreparat mill-bord ta' appell tal-Maltacom - fejn kien hemm madwar mitt applikant li ma kenux eleġibbli u xorta waħda numru minnhom ingħataw il- promozzjoni.", "Ir-riżultat ta' dan kollu huwa li spiċċajna biex twettqet inġustizzja ma' min mexa korrettement u ma applikax għaliex ma kienx eleġibbli.", "Issa jien ma nafx għaliex l-Onor.", "Buhagiar għoġbu jinjora kompletament dan ir-rapport - kultant nibda naħseb li lanqas biss jaf l- Onor. Buhagiar li jien poġġejt dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra, bħalma poġġejt ukoll ir-rapport ta' l-Imħallef Victor Caruana Colombo - u bil-wiċċ tost kollu għamel allegazzjonijiet li huma out of this world.", "Mr Speaker, jien ngħid li ma jistax ikun li jkollna membru parlamentari li jaqleb il-verita' ta' taħt fuq u jagħmel allegazzjonijiet li assolutament kulmin għandu naqra sens jinduna li huma infondati u bla bażi.", "Ħalli nagħti ftit eżempji.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li jien ipprovajt nieħu l-boċċa ħdejn il-likk u pprovajt naqdi lil dawk il-ħaddiema Nazzjonalisti li ma kenux ingħataw promozzjoni.", "Imma x'ġara eżattament?", "Li ġara kien li ħames ġimgħat qabel l- elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998 il-gvern preċedenti ddeċieda li ma jkomplix fuq il-prattika tal-gvern Nazzjonalista ta' qabel, li qabel l- elezzjoni jinżamm lura kwalunkwe proċess ta' promozzjonijiet.", "F'diversi postijiet u mhux fil-Maltacom biss saru proċessi ta' promozzjonijiet li ħafna drabi rriżultaw li kienu proċessi mgħaġġla, li anke wasslu għal inġustizzji kemm ma' Nazzjonalisti kif ukoll ma' Laburisti.", "Minflok qal hekk, l-Onor.", "Buhagiar qal li b'xi mod jien ipprovajt naġevola lil ċerti nies.", "Assolutament dan m'huwiex il-każ, anzi bil-provi aħna qegħdin nagħmlu ġustizzja irrispettivament mit-twemmin politiku ta' kull individwu.", "Min jaf l-affarijiet sew u jaf min huma dawk li ħadu promozzjoni - u dan wara li ħareġ ir-rapport tal-bord ta' appell - żgur li ma jistax jgħid li dawn huma kollha Nazzjonalisti.", "Jiena nista' ngħid li l-maġġoranza ta' dawk li saret inġustizzja magħhom huma nies ta' twemmin Laburista .", "Allura b'liema dritt jiġi hawnhekk l-Onor.", "Buhagiar u jakkuża lili b'dan il-mod, meta huwa lanqas biss jaf x'ġara u x'ma ġarax?", "Mr Speaker, illum jien ma rridx nitkellem biss fuq il-Maltacom u nista' ngħid ukoll li dan ma kienx l-uniku proċess ta' promozzjonijiet.", "Jien hawnhekk għandi internal call for applications li ħarġet mill-MDC fit-12 ta' Awissu, 1998 u li l-closing date tagħha kienet it-18 ta' Awissu, 1998.", "Issa dawn ma kenux xi applikazzjonijiet għal postijiet li huma konnessi ma marketing imma kienu għal senior messenger, driver, front office receptionist, auxiliary person li jagħmilha wkoll ta' senior messenger driver, xogħol ta' maintenance, xogħol ta' house-keeping, registry and archives personnel, administrative assistant u oħrajn.", "Dawn kollha ħarġu fit-12 ta' Awissu; imbagħad kien hemm sejħa oħra għal adminstrative supervisor li ħarġet fl-14 ta' Awissu, li kienet tagħlaq fl- 20 ta' Awissu, u oħra għal office auxiliaries, li ħarġet fit-12 ta' Awissu u kienet tagħlaq fit-18 ta' Awissu.", "Dawn huma kollha applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-MDC u fil-fatt il-promozzjonijiet ingħataw proprju f'dak il-perijodu meta l-għaqal jtindika li m'għandhomx jingħataw, kif fil- fatt kienet il-prassi fi żmienna.", "Mr Speaker, fil-Mid-Med ukoll kellna sitwazzjoni simili fejn ħarġu letters of appointment fl-istess data ta' l-elezzjoni.", "F'dan il-każ ukoll kellna grievances board immexxi minn maġistrat, u dan il-bord spiċċa biex irrakkmanda li jingħataw 32 promotions biex nagħmlu tajjeb għall- inġustizzji li saru fi żmien gvern Laburista.", "Din kienet is-sitwazzjoni, pero' l-iktar każ klassiku żgur li huwa dak tal-Maltacom għaliex f'dan il- każ għandna erba' rapporti, wieħed wara l-ieħor, li fihom mhux qed nitkellmu fuq ħaddiem jew tnejn imma qed nitkellmu fuq numru kbir ta' ħaddiema.", "Meta jiena għamilt l-istqarrija tiegħi f'Lulju tas-sena li għaddiet ikkwotajt proprju mill-ewwel rapport li ħareġ li jgħid:", "\"The undue haste with which the process was carried out, the unprofessional way in which it was handled, the inadequate time allowed for a proper assessment of applicants as well as the criteria adopted was very much below the norm of a serious procedure.", "It created a great deal of dissatisfaction among employees, resulting in a record number of appeals.\"", "Insibu wkoll li kien hemm żbalji fejn ħallew ċertifikati li m'għaddewhomx u żbalji fil-mod kif allokaw il-gradi.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li dan il-bord ta' appell ma ħtartux jien kif ipprova jindika l-Onor.", "Buhagiar.", "Dan il-bord twaqqaf skond il- collective agreement u fih hemm persuna appuntata mill-GWU, bħala l-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema, persuna li tirrappreżenta lill-management u persuna oħra bħala chairman maqbula bejn iż-żewġ naħat, li fil-fatt ilha snin twal isservi f'din il-kariga.", "Huwa wkoll rapport unanimu li kkundanna l-proċess li bih saru l-promozzjonijiet.", "Konsegwentement saru aktar rapporti u l-aħħar rapport - dan diġa' poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra - ħareġ proprju fl-4 ta' Jannar.", "Dan jgħid li kien hemm madwar mitt persuna li ma kenux eliġibbli biex japplikaw pero' dawn xorta saritilhom intervista u fosthom kien hemm min ingħata promotion.", "Din il-ħaġa kkreat sitwazzjoni li assolutament wieħed ma kienx jaf kif se jsolviha.", "Infatti l-bord ta' appell qal li :", "\"The board of appeal cannot accept the validity of appointments given to ineligible applicants or their placement on the maximum of scale 15.", "This should be withdrawn.\"", "Dan hu li qed jirrakkmanda l-bord ta' appell fir-rapport unanimu li ħareġ.", "Allura b'liema mod jiġi hawnhekk l-Onor.", "Buhagiar u jgħid li dan il-bord b'xi mod għamiltu jien!", "Assolutament din hija gidba prima klassi.", "Barra minn hekk, kif spjegajt ukoll id-darba l-oħra, f'dan ir-rapport kien hemm problema kbira fil-mod kif ingħataw il-marki għall-kwalifiki u din wkoll wasslet għal sitwazzjoni fejn kien hemm diversi nies li ma ngħatawx promotion.", "Naturalment qed isiru aġġustamenti biex wieħed jipprova jsewwi l-ħsara li saret imma dan mhux dejjem possibbli li jsir.", "Minfuq l- Onor. Buhagiar tkellem fuq ir-rimedju - għaliex donnu li sa dan ir-rapport biss wasal - biex dawk it-18-il ħaddiem li ma kenux magħżula mill-bord ta' l-għażla taħt gvern Laburista, jingħataw il-promozzjoni u qal li jien responsabbli li daħħalt il-kumpannija fi spiża żejda.", "Jien diġa' rrispondejt lill-Onor.", "Mizzi fuq dan, li min-naħa tiegħu reġa' rrispondieni u qalli biex nirrepeti dan barra l-parlament u fil-fatt dan jien għedtu barra l-parlament meta tkellimt fuq diversi stazzjonijiet tar-radju pero' xorta ma ġara xejn.", "Tan-naħa l-oħra jħobbu l-bluff pero' jkun aħjar jekk jaċċettaw il-verita'.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li ninsab imħasseb ħafna fuq il-mod kif ir- rapport ta' l-Imħallef Caruana Colombo qed jiġi wżat.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li konklużjoni oħra tar-rapport ta' l-Imħallef hija li l-promozzjonijiet oriġinarjament ingħataw lil min verament kien ħaqqu.", "Dan m'hu veru xejn.", "It-terms of reference li ngħata l-Imħallef Caruana Colombo ma kenux biex hu jidħol fil-kwestjoni ta' min kien ħaqqu jew ma kienx ħaqqu imma biex jistabilixxi min kien responsabbli għall-promozzjonijiet - fejn jirriżulta li kienu responsabbli l-general manager u ċ-chairman - u jekk dawn ġewx imġiegħla jgħaġġlu biex jispiċċawhom sat-30 ta' Awissu 1998, u hawnhekk jirriżulta wkoll li ċ-chairman tal-promotions board hekk għamel.", "Ir- rapport igħid ukoll li l-kriterji għamilhom il-bord tal-promotions wara li ħadu parir mingħand is-Sur Tommy Roberts.", "Issa jien meta smajt lill-Onor.", "Buhagiar jagħmel l-intervent tiegħu staqsejt lili nnifsi jekk il-Partit Laburista għandux xi mekkaniżmu quddiem min jista' jinġieb l-Onor.", "Membru għall-affarijiet qarrieqa li qed jgħid.", "Jien naf li għandhom il-bord tal- viġilanza u bejni u bejn ruħi għedt li lill-Onor.", "Membru imisshom iressquh quddiem dan il-bord, pero' issa jirriżulta li s-Sur Tommy Roberts sar chairman tal-bord tal-viġilanza, jiġifieri anke dik ir-rotta donnha li hija magħluqa.", "Mr Speaker, dan huwa riżultat li jħammar wiċċ il-gvern Laburista preċedenti li bl-iktar mod ċar ma mexiex kif suppost għax ħalla jsiru ħafna inġustizzji u ħalla sitwazzjoni infeliċi.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li xogħol il-ministru suppost huwa li jara li l- affarijiet jimxu b'mod effiċjenti u bl-iktar mod korrett.", "Staqsa wkoll jekk dan il-pajjiż jistax iħalli ministru jimxi b'dan il-mod diżonest u diżonorabbli u jibqa' jokkupa l-kariga ta' ministru.", "Skużi, jien dawn il- mistoqsijiet nerġa' nitfagħhom lura f'ħoġor l-Onor.", "Buhagiar.", "Din mhux lingwa li tintuża f'dan il-parlament, speċjalment meta dak li qed jgħid huwa skorrett kompletament.", "Jien m'għandix għalfejn noqgħod nattakka lill- Onor. Membru b'dan il-mod ħlief li qed nirrispondi għall-attakk li jagħmel hu, pero' rrid ngħid li din mhux l-ewwel darba li l-Onor.", "Membru ġie f'din il-Kamra u ppreżenta verżjoni differenti tal-verita' tal-fatti.", "Proprju ġimgħatejn qabel il-budget għamel aġġornament, ġab kont tad-dawl u l-ilma, bl-isem u bl-account number imħassar, u qal li dan il-kont thuwa tliet darbiet aktar minn dak li kien jirċievi l-individwu qabel.", "L-Onor.", "Buhagiar attakka lil dan il-gvern u lili u qal li mhux veru li raħħasna l- prezzijiet.", "Naturalment jien naħseb li l-Onor.", "Membru, li huwa professur, jaf jagħmel paragun ta' like with like, imma minflok għamel hekk dan għamilha diffiċli biex wieħed ikun jista' jagħmel din il-comparison.", "Iżda għall-grazzja t'Alla bis-sistema tal-computers irnexxielna nsiru nafu ta' min kien dak il-kont u sibna li l-kont kien it-tripplu għax il-konsum kien it-tripplu.", "Fil-fatt kont ġejt fil-parlament u għedt il-fatti kif kienu pero' min naħa ta' l-Onor.", "Buhagiar kellna silenzju assolut.", "Allura min qed jipprova jimmislidja lill-Kamra?", "Min jiġi hawnhekk b'kont b'isem u b'account number imħassar, u jimplika affarijiet li m'humiex veri u lanqas biss jistaqsi jekk żdiedx il-konsum?", "L-Onor.", "Buhagiar baqa' ħalqu magħluq u allura jiena bilfors irrid nieħu pożizzjoni fil-konfront ta' l-Onor.", "Membru u ngħidlu biex iwaqqaf dan l-aġir.", "Ma jistax ikun jibqa' jgħid affarijiet mhux veritieri f'dan il-parlament.", "Dan huwa attentat bl-iktar mod ċar to mislead the House u lill-poplu Malti.", "Mr Speaker, possibbli n-naħa ta' l-oppożizzjoni għandhom bżonn dawn it- tip ta' argumenti?", "Ma nafx jien, għaliex jekk wieħed jara l-konferenza ġenerali li għadu kif ikkonkluda l-Partit Laburista jsib li għaddew mozzjoni li tgħid li jridu jsewwu l-inġustizzji li saru ma' nies ta' twemmin Laburista u rabtu lill-partit biex jagħmel hekk.", "Skużi, bil-board of appeal li qed nagħmlu aħna qed nirranġaw inġustizzji li saru kemm mal- Laburisti kif ukoll man-Nazzjonalisti, għaliex l-inġustizzji li wettaq gvern preċedenti saru ma' kulħadd.", "Issa minflok jammettu li żbaljaw u jwiegħdu li mhux se jagħmlu l-istess żbalji, il-Partit Laburista qed jintrabat b'mozzjoni fejn qisu qed jagħti messaġġ li se jimxi bl-istess mod u forsi agħar minn kif mexa qabel l-aħħar elezzjoni.", "Mela għandek partit li jaspira li jkun fil-gvern li joħroġ b'din il-pożizzjoni, u dan meta bord ta' appell maħtur b'mod indipendenti ġabar evidenza ċara li kien hemm inġustizzji maż-żewġ naħat ta' l-ispettru politiku, u issa, nerġa' ngħid, għandna din il-mozzjoni li timplika li we're going to have more of the same if not worse.", "Dan huwa l-partit li jaspira li jkun fil-gvern u li qed jitlob il-fiduċja tal-poplu Malti.", "Il-ħaddiema tal-Maltacom involuti jafu x'jiġifieri jkun hemm inġustizzja ta' din il-kwalita'.", "Mr Speaker, jien tassew qed nagħmel dan l-intervent b'ċerta dieqa għaliex niddejjaq niġi hawnhekk u nirrispondi dan il-ħafna gideb u din il-falsita' kollha.", "Lanqas ma nistenna li d-dibattitu f'din il-Kamra għandu jinżel għal dan il-livell.", "Fuq kollox, ħadd ma jista' jgħid li jien ma ppreżentajtx il-fatti kif inhuma għax jiena tkellimt fuqhom dawn l- affarijiet, pero' l-Onor.", "Buhagiar donnu ma ndunax bir-risposta ta' l-Onor.", "Mizzi.", "Barra minn hekk l-Onor.", "Membru injora l-aħħar rapport li sar u qed jallega li b'xi mod jien għamilt xi pressjoni fuq min għamel ir-rapport u li b'xi mod kelli x'naqsam fit-twaqqif tal-bord.", "Dan m'hu veru xejn.", "Issa rrid ngħid ukoll li r-rapport ta' l-Imħallef Caruana Colombo ma jidħolx fil- mertu imma jidħol biss biex jistabilixxi l-fatti u biex jistabilixxi min kien responsabbli.", "Mhux veru li b'xi mod dak ir-rapport iwaqqa' xi ħaġa li għedt jien jew li qed jgħid il-board of appeal, anzi dan isostni diversi punti bħal meta l-bord jgħid li kien hemm struzzjonijiet biex ir-rapport tal-promozzjonijiet jitlesta qabel.", "Mr Speaker, jiena assolutament ma nħossx li dawn it-tip ta' interventi jagħmlu ġieħ lil din il-Kamra.", "Tan-naħa l-oħra għandhom jirrikonoxxu li saru l-iżbalji.", "Barra minn hekk hemm ir-responsabbilta' politika ta' l-ex- prim ministru Alfred Sant li ma waqqafx il-proċess tal-promotions, kif kienet il-prattika; hemm ukoll ir-responsabbilta' ta' l-ex-minsitru Joe Mizzi u hemm ir-responsabbilta' kollettiva ta' l-oppożizzjoni li kienu fil- gvern, li allura jmisshom imxew b'iktar għaqal.", "Illum flok jirrikonoxxu fejn saru l-iżbalji, dawn jibqgħu jgħidu li l-iswed huwa abjad u li l- abjad huwa iswed.", "Kif jista' jkun li f'dan il-pajjiż nibqgħu għaddejjin b'din is-sistema!", "Dan it-tip ta' atteġġjament m'huwiex sinjal tajjeb għall-proċess demokratiku ta' pajjiżna.", "M'huwiex sinjal tajjeb għall- proċess ta' ġustizzja u għall-verita', u ċertament m'huwiex sinjal tajjeb li l-oppożizzjoni taf bl-iżbalji li għamlet iżda mhijiex lesta li tiddikjara li dawn il-ħneżrijiet ma jerġgħux isiru.", "Is-sitwazzjoni hija tassew tal-biki.", "U dan mhux biss fil-Maltacom ġraw dawn l-affarijiet imma, kif għedt, ġraw anke fl-MDC, u hawnhekk għandi kopja ta' wħud mill-letters of appointment li ħarġu proprju fl-eqqel ta' l-elezzjoni għall-messaġġiera u għad-drivers.", "X'sens jagħmel li toħroġ call for applications għal promotions fit-12 jew fl-14 ta' Awissu preċiżament qabel l-elezzjoni, u tagħlaq ġimgħa wara, f'nofs is-sajf?", "U jekk min ikun irid japplika jkun qiegħed barra on holiday?", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li ngħataw u ħolqu diffikultajiet kbar!", "L-istess ħaġa fil-Mid-Med.", "F'dan il-każ ħarġu l- letters of appointment fil-ġurnata proprja ta' l-elezzjoni biex imbagħad kellu jsir eżerċizzju korrettorju u tajna madwar 32 promotion oħra biex nagħmlu tajjeb għall-ħsara li saret.", "Imma possibbli!", "U għandi każi oħra li nista' noħroġ bihom, Mr Speaker, pero' ma rridx inkabbar l-affarijiet iktar milli diġa' huma.", "Xejn m'huma sbieħ dawn l-affarijiet, imma min naħa l-oħra ma jistax ikun jiġi l-Onor.", "Membru jitkellem b'dan it-ton u jgħid affarijiet li m'humiex veri u jaqleb l-affarijiet ta' taħt fuq.", "Dan qal ċertu diskors li m'huwiex ta' ġieħ għal din il-Kamra u li tassew ixxukkjani.", "Lill-Onor.", "Buhagiar nistiednu jaqra r-rapporti u jerġa' janalizza s- sitwazzjoni biex imbagħad ma jippruvax jikkritika lili b'dan il-mod meta jien kulma qed nagħmel huwa li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r- rapporti tal-board of appeal tal-Maltacom.", "Dan qal li b'xi mod jien qed ninfluwenza.", "Imma dan x'diskors hu meta kulħadd jaf li dan huwa bord indipendenti u bord li huwa mwaqqaf skond il-collective agreement u d- deċiżjonijiet tiegħu huma deċiżjonijiet li jiġu attwati?", "(Interrzzjonijiet) Dażgur li hemm problemi!", "Issa l-bord tal-Maltacom għandu wkoll ir-responsabbilta' li jsolvi dawn l-inġustizzji li wirithom mingħand il-gvern preċedenti.", "Imma l-verita' hija li saru ħafna affarijiet li ma misshomx saru u setgħu ġew evitati għax min ma kienx eliġibbli biex japplika ma jmessu qatt ġie aċċettat.", "Dawn kien hemm xi mija minnhom u wħud minnhom ingħataw promotion.", "Issa dawk li ma kenux eliġibbli u korrettement ma applikawx, x'se jiġri minnhom?", "Din hija sitwazzjoni serjissima u nappella lin-naħa l-oħra biex jirrikonoxxu li saru l-iżbalji u ma joqogħdux jipprovaw idawru dawn l-iżbalji b'mod li jippruvaw jimmislidjaw mhux lil din il-Kamra biss imma lill-poplu Malti.", "Mr Speaker, jien inħoss li l-Onor.", "Buhagiar ċertament ma kienx ġust fil-mod kif mexa u jien nippretendi li għandu jitlob skuża għall-mod kif mexa, għad-diskors li għamel, għall-mod infondat kif attakka u għall-mod kif uża r-rapport ta' l- Imħallef Caruana Colombo.", "Għandu jitlob skuża tal-ħafna statements li għamel kontrija li ċertament ma kenux ġustifikati.", "Mr Speaker, nappella lin-naħa l-oħra li jkunu iktar serji fid-diskussjoni tagħhom u biex jaraw ir-raġunijiet veri għaliex il-poplu sfiduċjahom.", "Dan l- aħħar qed jipprovaw iwaħħlu fiċ-ċivil u lill-kapijiet taċ-ċivil qegħdin jgħidulhom li jridu jwarrbu jekk jitilgħu huma fil-gvern.", "Issa l-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jgħid li l-prattika li ċ-chairmen jirriżenjaw meta jinbidel il-gvern hija prattika tajba.", "Imma skużi, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien ħareġ jikkritikani meta jien pubblikament tlabt liċ- chairman tal-Maltacom biex jimxi mal-prassi u jitfa' r-riżenzja tiegħu.", "Iżda Tony Meilaq kien baqa' jċiċċi hemm għaliex kellu kuntratt li jagħtih kumpens sostanzjali u ma kellniex il-flessibbilta' li nesiġu mingħandu li jitfa' r-riżenja tiegħu.", "Ma tefagħhiex ir-riżenja pero' issa l-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jgħidilna li anke l-kapijiet taċ-ċivil iridu jagħmlu hekk!", "Mela jrid jippolitiċizza kollox?", "Jien konvint li s-sistema li aħna qed nadottaw, fejn għandna bordijiet immexxija minn membri li anke kienu maħtura mill-gvern preċedenti, hija sistema tajba għax aħna qed nużaw l-aħjar nies għall-aħjar postijiet għall- ġid tal-pajjiż.", "Dan qed nagħmluh minflok ma nippruvaw nippolitiċizzaw l- affarijiet biex insibu scapegoat għal diversi shortcomings li l-gvern preċedenti kellu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 2 ta' Frar 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - Y2K", "12444.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill- ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)?", "Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li la l-Ministeru u l-anqas id- dipartiment u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi ma nefqu flus fuq il-'Y2K' minħabba li x-xogħol ta' verifika sar kollu mill-'M.I.T.T.S.' u mis-'Senior Manager (Information Technology)' ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - Y2K", "12445.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill- ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)?", "Tista' tgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta' Lm10,399.78,0 b'kollox sabiex jieħu l-miżuri neċessarji biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K.", "Minn dan l-ammont is-somma ta' Lm7,702 kienet minfuqa mid-Dipartiment għas- Servizzi Korporattivi sabiex il-kompjuters ikunu 'Y2K Compliant' u din is- somma kienet tikkonsisti fi spiża ta' Lm3,746 f'hardware u f'dik ta' Lm3,956 f'xogħol.", "Il-MITTS Ltd kienet inkarigata li tagħmel dan ix-xogħol a bażi tal-kuntratt iffirmat bejn il-MITTS Ltd u d-Dipartiment għas- Servizzi Korporattivi.", "Barra minn dan, id-Dipartiment tal-Customer Services nefaq is-somma ta' Lm1,680.58,0 sabiex tiġi stallata sistema ta' 'emergency light points' f'kull sala ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema ta' l-Isptar stess.", "Id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp nefaq is-somma ta' Lm1,017.20,0 sabiex jikri 'stand by vacuum bowsers' mingħand id-ditti Ganpet Ltd u G.E.S. Ltd wara li ħareġ sejħa għall-offerti.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - TRASFERIMENTI", "12446.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mis-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 ingħataw erbgħa (4) trasferimenti fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Tnejn ġew trasferiti fuq talba tal-MPO, oħra kienet fuq talba tal-impjegata nnifisha u ieħor skond l-eżiġenza tas-Servizz.", "Jistgħu jsiru xi trasferimenti oħra fil-futur qarib, dejjem skond l- eżiġenza tas-Servizz.", "DIPARTIMENT TAD-DWANA - TRASFERIMENTI", "12447.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dwana?", "Jista' jagħti r- raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar traferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000 saru 23 trasferimenti interni li fosthom 19 kienu fil-Branka tal-Customs Class waqt li 4 kienu fost tal-General Service.", "Kien hemm żewġ trasferimenti barra d-Dwana fuq talba tagħhom u żewġ transfers għad- dipartiment, wieħed ġie mill-Posta u l-ieħor mid-Dipartiment of Civil Aviation.", "Ir-raġunijiet għal trasferimenti li saru u li jibqgħu jsiru perjodikament fid-Dipartiment ingħataw lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija tiegħu numru 2673 fis-Seduta 38.", "UFFIĊĊJU TAL-VAT - TRASFERIMENTI", "12448.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-VAT?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-traferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax- xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 kien hemm ħames (5) impjegati Għawdxin li fil-11 t`Ottubru 1999 ġew trasferiti mid-Dipartiment tal-VAT biex jaħdmu Għawdex.", "Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.", "RABAT - TAL-VIRTU' - DAWL", "12705.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jikkawża l-qtugħ tal-provvista tad-dawl u l-ilma fl-inħawi tal-Virtu, Rabat, Malta?", "Jista' jara li ssir il-manutenzjoni li hemm bżonn sabiex ir-residenti ma jiffaċċjawx aktar inkonvenjent?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-qtugh fil-provvista ta` l- elettriku fl-inhawi msemmija kien ikkagunat minn hsarat differenti u mhux relatati ma` xulxin.", "Dawn kienu fit-3 ta` dan ix-xahar minhabba hsara fuq cable tal-11kV, fit-8 tax-xahar minhabba hsara fuq Low Voltage feeder u fl- 14 tax-xahar minhabba hsara fuq is-sistema tat-33kV.", "F`kull kaz ix-xoghol mehtieg sar fl-iqsar zmien possibbli biex il-provvista ta` l-elettriku regghet ghan-normal.", "RABAT - VJAL IL-ĦADDIEM - SPRALLI TA'L-ILMA", "12706.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, hemm spralli ta' l-ilma tax-xita li sfrondaw u li qed jisfrondaw, jista' l-Ministru jara li ssir il- manutenzjoni meħtieġa?", "Peress li dawn ir-rapporti ta' ħsarat ilhom isiru x- xhur, jista' l-Ministru jirrimedja bil-manutenzjoni neċessarji immedjatament sabiex is-sistema ta' traffiku tiġi għan-normal u jispiċċa l- inkonvenjent għar-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.", "PATATA ALPHA", "12707.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz għall-ewwel tunnellata Alpha skond il-kuntratt li kien ikopri s-snin 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prezz minimu garantit miftiehem skond il-kuntratt għall-ewwel tunnellata patata Alpha li ġiet imsiefra minn Malta lejn l- Olanda bejn l-1996 u l-1998 kien ta' NLG26.25 kull xkora ta' 25Kgs 'C & F free out European Port - Antwerp/Hamburg range' għal 5,000 tunnellata.", "ETC - BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA", "12708.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda reġistrati ma' l-ETC fuq bażi ta' fulltime u part-time matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena sa l-1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda reġistrati ma' l-ETC fuq bażi ta' full time u part time matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej: BDIEWA, RAĦĦALA/PRODUTTURI U SAJJIEDA", "Xahar Mpjieg Full Time Mpjieg Part Time ----- ---------------- ----------------", "Diċembru 1995 2,444 674 Diċembru 1996 2,363 687 Diċembru 1997 2,252 469 Diċembru 1998 2,170 705 Diċembru 1999 2,122 755", "AGRO INDUSTRIJA - ĦADDIEMA", "12709.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' ħaddiema li jaħdmu fl-agro industrija matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena sa l-1999 fuq bażi ta' fulltime u/jew part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fl-agro industrija matul dawn l-aħħar ħames snin fuq bażi full time u part time kien kif ġej:", "AGRO INDUSTRIJALI", "Xahar Mpjieg Full Time Mpjieg Part Time ----- ---------------- ----------------", "Diċembru 1995 1,861 L-informazzjoni ma kienitx tinżamm Diċembru 1996 1,818 104 Diċembru 1997 1,814 118 Diċembru 1998 1,802 135 Diċembru 1999 2,351 292", "DWEJRA - TRIQ PRINĊIPALI", "12712.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li saru għar- rigward ta' l-ittra mibgħuta mill-Kunsill Lokali tar-Rabat fl-14 ta' April, 1999 dwar it-Triq Prinċipali tad-Dwejra?", "Jista' l-Ministru jgħid meta jsiru x-xogħlijiet peress li residenti u l- bdiewa li jiffrekwentaw l-inħawi ma jaffordjawx jagħmlu aktar spejjeż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Kunsill Lokali huwa pjuttost estensiv u bilfors irid jimxi skond prijoritajiet ġenerali li jeżistu fid-Dipartiment.", "Id-Dipartiment tat-Toroq beħsiebu jassessja sew il-mod kif din it-triq hi mibnija, u t-tiswijiet meħtieġa biex ikun jista` jiġi ppjanat l-aħjar mod li tissewwa.", "DJAR - PERSUNI HOMELESS", "12806.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għal xi żmien kienu homeless matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi matul is-sena li għaddiet d- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali irċieva 5 applikazzjonijiet minn persuni li għal xi żmien iddikjaraw li kienu 'homeless'.", "BAJJIET - IRWEJJAH", "12807.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux rapporti ta'rwejjaħ insapportabbli fil-Marsa, ħdejn il-Maltacom, fil-bajja tal-Pieta' u fl- Imsida?", "Jekk iva, x'qed jagħmel id-diparitment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent irċieva numru ta' rapporti ta' rwejjaħ fil-Marsa.", "Dawn ġew investigati u ttieħdu l-passi neċessarji biex il-problema tonqos, jekk mhux eliminata.", "Id-Dipartiment ma rċeviex rapporti simili minn tal-Pieta' u mill-Imsida.", "TARZNARA - VAPURI", "12808.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vapuri li daħlu jissewwew fit-Tarzna matul is-sena 1999?", "X'kien il-gross tonnage tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li t-tunellagg globali tal-vapuri li ssewwew fit-Tarzna ta` Malta matul l-1999 kien ta`1,793,649 tunnellata.", "Peress li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hija ta` natura kummercjali, ma nhossx li din ghandha tinghata.", "TARZNARI - FTEHIM", "12809.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Għar-rigward il-ftehim li sar bejn it-Tarzna ta' Malta u n- navy Amerikana, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' vapuri navali jikkwalifikaw bħala \"support ships\"?", "Jista' jgħid jekk fuq dawn il-vapuri jistax ikun hemm materjal splussiv u/jew armi nukleari?", "Jekk iva, in-navy Amerikana ġiet marbuta li tavża lill-awtoritajiet Maltin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ghalkemm il-ftehim li gie ffirmat bejn it-Tarzna ta` Malta u n-Navy AMerikana ma jispecifikax id-definizzjoni ta` `vapur awziljari`, madanakollu ghal dan it-tip ta` vapur wiehed jifhem vapur li m`ghandux `propulsive attack systems`.", "It-Tarzna ta` Malta ghandha d-dritt li ma titfax offerti ghal xi vapur li, matul iz-zmien li jkun f`Malta, ikollu fuqu splussivi jew armamenti nukleari, waqt li n-Navy Amerikana trid tiddikjara jekk dawn ikunux abbord.", "PULIZIJA - ARMI", "12810.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati armi ġodda mal-pulizija fl- 1999?", "X'tip ta' armi kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul l-1999, ġew irreġistrati mall-Pulizija 1,591 arma.", "Dawn kienu jikkonsistu f`diversi tipi ta` air guns, air rifles, pistols, revolvers, muskets, machine guns, shot guns u rifles, li minnhom 1001 huma snieter (shotguns), 142 (air rifles), u 137 (air pistols).", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL KAĊĊA U NSIB", "12811.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi ġodda għall-kaċċa u nsib matul is-sena 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul l-1999 inħarġu mill- Pulizija 412 liċenzji ġodda għall-kaċċa u 65 liċenzja ġdida għall-insib.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - KAROZZI IMPRESSED", "12975.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s- sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li mad-Dipartiment tat-Turiżmu hemm tliet karozzi 'impressed': tnejn mas-Sezzjoni tal-'Beach Cleaning' u l-oħra għall-użu tad-Dipartiment.", "Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferiha lill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - KAROZZI IMPRESSED", "12976.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s- sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li mal-Ministeru għall- Ambjent jew id-dipartimenti li jaqgħu taħtu hemm 81 karozza Impressed.", "Rigward it-tieni parti, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - KAROZZI IMPRESSED", "12977.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l- gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l- elezzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta` karozzi `Impressed` mal-Ministeru hu wieħed.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill- Onor. Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għal Politika Soċjali.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KAROZZI IMPRESSED", "12978.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista'jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi hemm zewg karozzi impressed mad-Dipartiment ta` l-Industrija u wahda mad-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jigbor l-informazzjoni minghand il-Ministru tal-Politika Socjali.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - KAROZZI IMPRESSED", "12979.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista'jgħid x'inhi s- sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gveru qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari Nru 12979, mill-Onorevoli Interpellant, għandi ngħid li n-numru totali ta` karozzi Impressed fil-Ministeru huwa 21.", "Minn dawn wieħed qiegħed jagħmel xogħol mal-Ministeru.", "Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi t-tieni parti tal- Mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI SOĊJALI - KAROZZI IMPRESSED", "12980.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l- elezzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hemmx karozzi \"impressed\" mas-Segretarjat tal- Ministru tal-Politika Soċjali.", "Hemm 21 karozza \"impressed\" mad- Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru.", "Department of Social Security 7 Department of Industrial and Employment Relations 3 Department of Family Welfare 3 Department of Social Housing 3 Department of Housing Authority 1 Department of Housing Construction and Maintenance 4", "L-impjegati \"impressed\" huma fuq kuntratt għas-servizz tax-xogħol li jiġġedded kull tlett xhur.", "Il-Gvern qed jesplora attivament l-aħjar metodu biex ikun jista' jwettaq il-proposta fil-programm elettorali tiegħu dwar l- impjegati \"impressed\".", "MAGĦTAB - TJUN", "13202.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi kollha neċessarji ħalli jispiċċa darba għal dejjem it-tjun fit-toroq tal-Magħtab li jwasslu saħansitra sat-Telgħa ta' Alla u Ommu u Naxxar, mit-trakkijiet u inġenji li jkunu ħerġin mill-miżbla tal-Magħtab?", "Jista' jara li jittieħdu dawn il- passi b'mod urġenti għax meta jinxef dan it-tajn, kullimkien qed jispiċċa taħt sħaba kbira ta' trab, ikkontaminat b'konsegwenza gravi għas-saħħa tar- residenti tal-Magħtab u ta' madwar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk fil-pjan għall-immaniġjar ta' l-iskart jiġi deċiż li l-miżbla tal-Magħtab għandha tibqa' tintuża, hemm disinji ppreparati biex tiġi żviluppata l-entratura ta' din il-miżbla fejn it- trakkijiet ikollhom ir-roti maħsula qabel joħorġu fit-toroq pubbliċi.", "Bħala miżura temporanja d-Dipartiment għandu numru ta' ħaddiema, li permezz ta' gaffa u għodda oħra, inaddfu kontinwament din l-entratura biex itaffu din il-problema.", "Ta' min jinnota li din is-sena kellna xita kontinwa li ma tagħtx ċans biex is-sitwazzjoni f'dan is-sit tiġi għan-normal.", "Il-Ministeru ta struzzjonijiet ħalli jintbagħtu aktar ħaddiema biex inaddfu dawn it-toroq.", "MDP - ILMA TAL-BAĦAR", "13203.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk jintużax ilma baħar f'xi produzzjoni ta' xi prodotti tal-Malta Dairy Products?", "Jekk fl-affermattiv, mil-liema inħawi tal-kosta jinġieb dan l-ilma baħar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iva, l-ilma baħar jintuża għall-produzzjoni ta'l- irkotta.", "Dan l-ilma jinġieb minn fuq il-moll ta` Marsalforn, minn sit approvat mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Jittieħdu kampjuni mill-ilma li jkun inġabar u jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-Malta Dairy Products qabel ma` dan jintuża għall-produzzjoni.", "SKEJJEL - GUARDIAN ANGEL", "13217.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hux qed jiġi ppjanat xi tibdil fir- rigward ta' Guardian Angel School?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li huwa ppjanat li dawk l-iskejjel hekk imsejħa speċjali li matul is-snin taw il-kontribut xieraq tagħhom, sabiex studenti b'diżabilita`, jiġu edukati, issa jibdew jagħtu kontribut iktar wiesgħa fl-isfond tal-policy preżenti ta' edukazzjoni inklussiva.", "Qed jibdew għalhekk diskussjonijiet ma' dawk kollha kkonċernati, sew staff kif ukoll ġenituri u għaqdiet volontarji fil-qasam tad-diżabilita`, sabiex jiġi spjegat lilhom x'tibdil, mifrux f'medda ta' snin ser ikun meħtieġ.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - ALLOWANCE TA' LTIM", "13218.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala allowance ta' ltim matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.", "PENSJONI GĦAL INVALIDITA'", "13219.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-Gvern bħala pensjoni għal invalidita' matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi fiha nformazzjoni dwar in-numru ta' benefiċċjarji/talbiet u l-ispiża għal benefiċċji li tħallsu taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) matul l999.", "Tajjeb li ngħid li l-figuri dwar l-ispiża huma figuri proviżorji, 'l għaliex il-kontijiet tas-sena 1999 għadhom mhumiex magħluqa minn naħa tat- Teżor.", "F'din it-tabella l-Onor.", "Interpellant għandu jsib l-informazzjoni dwar il- benefiċċju ndikat minnha.", "PENSJONI GĦAL INVALIDITA' MINIMA NAZZJONALI", "13220.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni għal invalidita' minima nazzjonali matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.", "PENSJONI MIŻJUDA GĦAL INVALIDITA'", "13221.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-Gvern bħala pensjoni miżjuda għal invalidita' matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in- numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.", "ROMOL - ALLOWANCE SPEĊJALI", "13222.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċji mħallas mill-gvern bħala allowance speċjali tar-romol matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.", "VAT - SKEJJEL", "13240.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tmexxi tuck shop hijiex obbligata li tagħti rċevuta fiskali lill-istudenti li jkunu xtraw ikel u xorb?", "Kemm saru żjajjar minn spetturi tal-VAT fl-iskejjel matul din is-sena skolastika li bdiet f'Settembru 1999?", "F'liema skejjel marru?", "Sabu x'irregolarita' fil-ħruġ ta' rċevuti fiskali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Avviż Legali Numru 201 ta` l-1999 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta` Novembru 1999, persuna li tagħmel provvista ta`ikel u xorb minn canteen li jkun jinsab f`area tax-xogħol jew studju tista` tapplika bil-miktub għand id-Dipartiment tal-VAT għal awtorizzazzjoni biex tkun tista` toħroġ irċevuta fiskali waħda f`kull jum, imsejħa rċevuta ta` kuljum, li tkun tkopri l-provvista kollha magħmulin f`kull jum.", "Sadattant, id-Dipartiment qed jieħu ħsieb biex isiru żjajjar fit-tuck shops ta` l-iskejjel biex ikun aċċertat li dawn ir-regolamenti l-ġodda qed jiġu osservati.", "UFFIĊJALI TAS-SAĦĦA - SPEZZJONIJIET FI SKEJJEL", "13241.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tas-saħħa fi skejjel matul din is-sena skolastika biex jiġi nvestigat x'ikel u xorb qed jinbiegħ lill-istudenti?", "F'liema skejjel saru?", "L-iskejjel privati u dawk tal-Knisja huma eżenti minn dawn iż-żjajjar?", "Matul dawn l- investigazzjonijiet kien hemm xi każi fejn instab li kien hemm xi ikel/xorb li ma kienx adattat għat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-kwalita` u t-tip ta` ikel li jinbiegħ ġewwa l-iskejjel jaqa` taħt ir-responsabbilta` tal-Ministeru ta` l- Edukazzjoni nitlob lill-Onorevoli Interpellantjagħmel il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "13242.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid għaliex xi studenti fl-ewwel sena tal-Junior College (Sixth Form) ingħataw il-marka zero fl-aħħar assessment fil-lingwa Ingliża meta dawn lanqas biss kellhom għalliem regolari fit-term li għadda u saru biss bejn tnejn u tlett lezzjonijiet?", "X'inhi s-sitwazzjoni bħalissa f'dan is-suġġett fil-Junior College f'dak li hu nuqqas ta' għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minħabba ċ-ċirkostanzi spjegati fit- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlametnari Numru 12400, kien hemm numru ta' studenti li ma ħadux il-lezzjonijiet kollha fl-Ingliż Intermediate bejn Ottubru u Diċembru.", "Hija prassi normali illi l-assessment jiġi bbażat fuq l-attendenza, tests u progress matul il-kors.", "Bħala miżura ta' urġenza biex dawn l-istudenti jiġu assessjati, ġie deċiż li jingħata kompitu li l-korrezzjoni tiegħu saret volontarjament minn membri kollha tad-dipartiment ta' l-Ingliż.", "Jidher li bi svista ma kienetx irreġistrata l-marka ta' madwar għoxrin student.", "Appena l-awtoritajiet tal-Kulleġġ indunaw b'din is-sitwazzjoni ittieħdu passi sabiex dan l-iżball ikun rimedjat.", "L-istudenti li għamlu dan il-kompitu regolarment jistgħu jserrħu moħħhom li l-marka li suppost ħadu fl-ewwel assessment sejra tidher flimkien mal-marka tat-tieni assessment li toħroġ f'April li ġej.", "Informat ukoll li dawn l-istudenti jistgħu jaraw il-marka tagħhom fuq in- Notice Board tad-Dipartiment ta' l-Ingliż.", "Fl-aħħarnett informat li issa li l-lecturers kollha rritornaw għax-xogħol, l-istudenti qegħdin jirċievu s-siegħat kollha kif stipulat.", "SKEJJEL - SKOLA ĠUŻEPPI DESPOTT", "13243.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dwar il-bini mill-ġdid ta' l-iskola Ġużeppi Despott (Verdala)?", "Jista' jindika f'liema stadju waslu l-preparamenti biex ix-xogħol jibda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sejra timxi mad-Development Brief li sar mill-Periti Joseph Falzon u Joseph Spiteri.", "Għal dan il-għan fis-sottomissjonijiet li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għamlet għal infieq kapitali fl-iskejjel lill-Ministeru tal-Finanzi, l- iżvilupp tal-Liċeo Ġużeppi Despott ġie inkluż u skond l-allokazzjoni finanzjarja li d-Diviżjoni sejjer ikollha, ikun jista' jinbeda x-xogħol.", "PIXXINA NAZZJONALI - SWIMMING PROMOTION UNIT", "13244.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-twaqqif tas-swimming promotion unit fil-pixxina nazzjonali?", "Kif se titmexxa?", "Xi ħlasijiet se jsiru minn studenti li jużaw il-unit?", "Kemm hemm għalliema f'dan il-unit?", "X'pubbliċita' saret fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat biex jitħajjru jibagħtu l-istudenti jitħarrġu fl-għawm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-Swimming Promotions Unit reġgħet bdiet topera f'Novembru 1999.", "Bħalissa qed titmexxa minn kumitat maħtur mill- Gvern b'rappreżentanza tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, ta' l-ASA, tal- Pixxina, u persuni oħra involuti fl-għawm.", "It-taħriġ propju fil-preżent qed isir mill-coach nazzjonali ta' l-għawm u għalliema ta' l-Edukazzjoni (li tagħmel xogħol ukoll ta' kordinatur) maħtura mid-Dipariment ta' l- Edukazzjoni.", "Il-ħlas mill-istudenti baqa' dak ta' 30c li titħallas lill- Pixxina.", "Informat ukoll li saret kampanja pubbliċitarja fl-iskejjel kollha ta' l- istat, tal-knisja, u dawk privati permezz ta' ċirkulari.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "13245.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul l-1999 kemm saru ħarbiet mill-: (1) ħabs; (2) minn persuni li jkunu l-ħabs (ikkundannati jew le) u jkunu nħarġu mill- ħabs biex imorru l-qorti jew għal xi kura; u (3) minn post ieħor - bħal rikoverati l-isptar - iżda għadhom taħt il-kontroll tad-direttur tal-ħabs?", "Kemm inqabdu?", "Meta saret kull ħarba?", "Min kienu l-persuni?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu?", "Fuq liema akkuża kienu l-ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-unika ħarba ta` priġunieri li seħħet fl-1999 kienet ta` priġunier wieħed li ħarab meta nħareġ mill-ħabs għal kura fid-9 ta` Awissu u li s`issa għadu ma nstabx.", "Dan il-priġunier hu Yousef Hisham Azzabi ta` nazzjonalita` Libjana u kien taħt arrest u akkużat illi importa u kellu fil-pussess tiegħu r-raża tal- Cannabis.", "ORKESTRA NAZZJONALI - FESTI TAL-MILLENJU", "13413.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fiċ-ċelebrazzjonijiet tal- Millenium l-orkestra nazzjonali ma ġietx involuta fl-ebda attivita', minkejja li hi orkestra full-time, imħallsa mill-gvern u aktar minn hekk hija orkestra ta' livell għoli li kull fejn marret iddoqq għamlet suċċessi kbar u ġiet imfaħħra minn kulħadd, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm ebda raġuni partikulari għal dan.", "Dawn l-affarijiet dejjem jiġru meta jkun qed jitfassal programm artistiku.", "Żgur li ħadd ma jiċħad il-kapaċita` professjonali ta' l- Orkestra u prova ta' dan huma l-kunċerti l-oħra li d-Dipartiment tal- Kultura jqabbad lill-Orkestra Nazzjonali sabiex tesegwixxi.", "Informat ukoll li l-Orkestra Nazzjonali għadha qatt ma tat \"performance\" barra minn Malta.", "ORKESTRA NAZZJONALI", "13414.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir ftehim ġdid ma' l-union li tirrappreżenta l-mużiċisti ta' l-orkestra nazzjonali biex dak li tteħdilhom qabel jerġa' jingħatalhom lura u ssir ġustizzja anke ma' dawn il-ħaddiema professjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kuntratt li l-mużiċisti kienu ffirmaw f'Ottubru 1997 ġie mġedded f'Ottubru ta' l-1999 għall-perjodu ta' sentejn oħra, \"tale quale\".", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-QALIET - NUMRI TAL-BIBIEN", "13415.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li jien informat li s'issa Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn għadha s'issa bla numri tal-bibien ta' barra, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għal dan?", "Billi din hi triq twila, ferm abitata b'diversi familji bl-istess kunjom u bl-ismijiet tar-residenzi tagħhom l-istess, jista' d-dipartiment konċernat jieħu passi immedjati biex anki din it-triq ikollha n-numri mar- residenzi kollha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "CARE TAKERS", "13416.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13008 imwieġba fi Seduta Nru. 225 fl- 24/01/2000 billi fit-tweġiba intqal li: \"Il-fatt li l-politiċi ma jistgħux jagħmluha ta' referees tidher li hija politika tal-Public Service Commission u l-Management and Personnel Office ...\" - (f'dan il-każ skond il-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 7 ta' Jannar, 2000 f'paġna 74, fejn intqal li: \"Politikanti ... ma jistgħux jagħmluha bħala referees\" għal postijiet ta' care workers fid-Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Anzjani), jaħseb il-Prim Ministru li l-fatt innifsu li l-politiċi, inkluż membri parlamentari, ma jistgħux jagħmlulha ta' referees, timplika nuqqas ta' fiduċja fil-klassi politika Maltija u/jew li m'humiex responsabbli biżżejjed biex jagħmluha ta' referees, meta l-istess membri parlamentari jistgħu jagħmluha ta' referees f'diversi applikazzjonijiet oħra ta' xogħol u jistgħu jiffirmaw ukoll ritratti ta' applikanti biex jikkonfermaw li dak ikun ritratt awtentiku tal-persuna konċernata?", "Ladarba l-membri parlamentari jistgħu jiffirmaw applikazzjonijiet uffiċjali bħal dawk tal-passaport, għaliex f'dan il-każ inħasset il-ħtieġa li fil-Gazzetta uffiċjali tal-Gvern jingħad li l-politikanti ma jistgħux jagħmlu ta' referees?", "Il-Prim Ministru jaħseb li l-Public Service Commission u l-Management and Personnel Office għandhom juru aktar rispett lejn ir-rappreżentanti tal- poplu Malti u Għawdxi u billi klawsoli bħal dawn jiġu evitati fil-futur?", "Possibbli li l-PSC u l-MPO jinnotaw ukoll dak li ntqal ukoll fil- mistoqsija parlamentari numru 13008 li l-kelma adatta hi: \"Politiċi\" u mhux \"Politikanti\"?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li risposta tingħata wara konsultazzjonijiet li qed isiru bejn l-Management and Personnel Office u l-Public Service Commission."]} {"filename": "20010919_601d_par.doc", "date": "2001-09-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 601 L-Erbgħa, 19 ta' Settembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 601", "L-Erbgħa, 19 ta' Settembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "601", "L-Erbgħa, 19 ta' Settembru, 2001", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 7", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA` FL-IKEL (IT-TIENI QARI)", "FOOD SAFETY BILL (SECOND READING) 7", "AĠĠORNAMENT 24", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 30", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 600 li saret fid-19 ta' Settembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PUBLIC OFFICERS - ALLOWANCES", "26728.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 'il fuq kif wkoll konsulenti mal-gvern li mill-1 ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali?", "Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance il-ġdida għal kull uffiċjal?", "X'inhi r- raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill- Onor. Interpellant li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm ħames diretturi fi skala 4 li ħadu żieda ta' Lm250 kull wieħed; persuna waħda fil-pożizzjoni ta' segretarju permanenti fi skala 2 b'żieda ta` Lm400; persuna waħda fil-pozizzjoni ta' direttur ġenerali fi skala 3 b'żieda ta' Lm300; u persuna waħda fil-kariga ta' attorney general fi skala I b'żieda ta' Lm500.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti raġuni għal dawn iż-żidiet u ma' xiex kienu marbutin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għalkemm m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk, nifhem li dawn iż-żidiet kollha huma konsegwenza tal-ftehim li kien hemm mal-unions fuq il-collective agreement biex isir ir-regrading ta' l-iskali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żidiet li ħadu dawn il- persuni għolja fis-servizz pubbliku humiex marbutin mal-collective agreement jew mal-kumpens tat-taxxa fuq il-fringe benefits?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-file li għandi hawnhekk ma jirriżultalix li dawn għandhom x'jaqsmu b'xi mod mal-fringe benefits.", "Id-domanda oriġinali kienet dwar ir-revision ta' l-allowances kollha li saru skond il-gradi, u għalhekk għandi nifhem li ż-żiedet għandhom x'jaqsmu mal-collective agreement li kien sar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi policy dwar l-allowances li jieħdu persuni għolja fis-servizz pubbliku?", "Jew forsi din hi xi ħaġa marbuta direttament mal-ftehim kollettiv li kien ġie diskuss bejn il-gvern u l-unions?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li jkun aħjar jekk l-Onor.", "Abela jagħmel din id-domanda lill-Prim Ministru, peress li huwa responsabbli għal dan il- qasam partikolari.", "QRATI - MOĦQRIJA TA' ANNIMALI", "27900.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l- qorti fuq moħqrija ta' annimali?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas- snin 1999 u 2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li matul l-ewwel sitt xhur ta` dawn l-aħħar tliet snin ittellgħu 13-il persuna l-qorti fuq moħqrija ta` annimali, u cioe' tnejn fl-1999, sebgħa fis-sena 2000, u erbgħa fis-sena 2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jgħidilna f'liema lokalita' seħħew dawn l-atti ta' moħqrija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini pero` m'għandix din l-informazzjoni fil- file.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid meta ġew maqtugħa dawn il- każi?", "Jew forsi għadhom pendenti quddiem il-qorti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-file hawn nota li tgħid li dawn l-każi seħħew bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Mejju 2001 u li l-proċeduri dwarhom fil- qorti ġew eżawriti.", "Dawk li ġew misjuba ħatja weħlu piena li tvarja minn sentenza sospiża jew twissija jew ċanfira għal multa.", "ĊANGA FRISKA - ĦLASIJIET", "27901.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi s-somma li trid titħallas lir-raħħala u l-bejjiegħa taċ-ċanga friska?", "Liema xhur ikopru dan il-pagament u meta se jitħallas?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor Interpellant li s-somma dovuta lill-bejjiegħa tal-laħam u r-raħħala għall-ħlasijiet minn Jannar ta' din is-sena sa' l-aħħar ta' Awissu tammonta għal Lm453,779.", "Qed isiru diskussjonijiet dwar din il-materja mal-partijiet konċernati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Wara d-daqqa ta' ħarta li ħadet l-industrija taċ- ċanga minħabba l-marda tal-BSE, jista' l-Ministru jgħidilna f'liema sitwazzjoni tinsab din l-industrija bħalissa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, kulħadd jaf li l-marda tal-BSE tat daqqa ta' ħarta kbira lill-industrija taċ-ċanga madwar id-dinja kollha.", "Għall- grazzja t'Alla din il-marda ma daħlitx f'pajjiżna, pero` għall-bidu meta kien hemm dik ix-xniegħa falza li kien daħal xi container bil-laħam minn Franza - fejn il-baqar kienu affettwati minn din il-marda - l-industrija tal-laħam, b'mod partikolari taċ-ċanga, ħadet daqqa kbira 'l isfel.", "Ovvjament ittieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni, sa anke bdew isiru testijiet fuq iċ-ċanga u bdejna nagħmlu restrizzjonijiet u ħadna miżuri aktar milli ħadu pajjiżi oħra.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li f'pajjiżi oħra bdiet tidħol ċanga minn baqar li ma kellhomx aktar minn 24 xahar, aħna ħadna prekawzjoni extra u din l-eta` niżżilniha għal 18-il xahar.", "Konna wkoll wieħed mill-ewwel pajjiżi li bdejna nittestjaw iċ-ċanga kollha li tidħol fil-biċċerija.", "Ma stajniex nibdew mill-għada li faqqgħet din il- marda għax it-test tal-kits in kwestjoni kienu għadhom ma ġewx żviluppati.", "Kien hemm xi tlieta jew erba' varjetajiet u ġie magħżul l-aktar kit li kien adatt biex isiru dawn it-testijiet u ma' l-ewwel okkażjoni li kellna importajnihom u bdew isiru t-testijiet.", "Irrid infakkar li l-prezz taċ-ċanga kien mar il-baħar, l-aktar fil-pajjiżi ta' l-Ewropa, u mhux lanqas f'pajjiżna.", "Anke l-qatla fil-biċċerija kienet naqset, pero' nista' ngħid li llum is-sitwazzjoni kważi reġgħet ġiet għan- normal.", "Anke l-prezz tal-laħam li jmur għall-ipproċessar, jiġifieri għall- produzzjoni taz-zalzett u tal-burgers, għall-bidu kien niżel għal madwar 40c per kilo, pero` għandi l-pjaċir ngħid li dan illum qiegħed madwar 80c.", "Jiġifieri bil-mod il-mod, bil-miżuri kollha li ttieħdu, is-sitwazzjoni fil- qasam ta' l-industrija taċ-ċanga reġgħet qed tiġi kważi għan-normal.", "Irrid ngħid ukoll li pajjiżna għadu kkonsidrat li huwa low risk fejn jidħol il-qasam taċ-ċanga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-Ministru qal li aħna low risk.", "Forsi dan ifisser li t-testijiet m'għadhomx isiru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Xejn minn dan, anzi nikkonferma li t-testijiet għadhom qed isiru.", "Il-ħsieb hu li t-testijiet jibqgħu jsiru sakemm din l- epidemija qerrieda tkun spiċċat fil-maġġor parti tal-postijiet fejn feġġet.", "Xtaqt ukoll niċċara l-punt li t-testijiet ma jsirux fuq ċanga importata - għax dik ikollha s-certification fuqha, li tindika li dik tkun ġiet ittestjata u li ma fihiex traċċi tal-BSE – imma t-testijiet li nagħmlu aħna jsiru fuq ċanga li tinqatel fil-biċċerija tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li qed isiru diskussjonijiet dwar din il-materja mal-partijiet konċernati.", "Jista' jagħti ħjiel dwar x'diskussjonijiet qed isiru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dawn id-diskussjonijiet isiru mar-raħħala, jiġifieri ma' min jipproduċi ċ-ċanga, għaliex irridu ngħidu li ċ-ċanga hija by- product ta' l-industrija tal-produzzjoni tal-ħalib.", "Kulħadd jaf li biex il- baqar jaħilbu jridu jkunu mgħammra u meta dawn ikunu se jwelldu, ma tistax tiddetermina minn qabel jekk ikunx se jkollhom baqar jew għoġġiela.", "Allura għandek il-by-product taċ-ċanga għaliex kultant ikollok baqra u kultant ikollok għoġol.", "Irrid ngħid li qegħdin isiru diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati, jiġifieri mal-produtturi u r-raħħala li jkabbru l-għoġġiela u l- baqar, mal-KPH, ma' l-MDP, mal-biċċiera u mal-proċessuri.", "Il-ħsieb hu li ma nibqgħux bis-sistema tal-beef intervention scheme, fejn baqra li tkun ilha tipproduċi l-ħalib għal xi tlieta jew erba' snin tittieħed il- biċċerija, tinqatel u l-maġġor parti tal-laħam tagħha jmur għall- intervention scheme.", "Din hija sistema ta' produzzjoni ineffiċjenti.", "F'pajjiżna għad għandna aspetti li m'humiex up to standard u allura rridu sistema li taħdem b'tali mod li l-marketing kollu tal-laħam li jispiċċa għall-intervention isir mir-raħħala jew mill-koperattiva tagħhom stess.", "Sal-lum għad għandna s-sistema fejn malli l-baqra tkun ilha tintuża għal erba' jew ħames snin, tittieħed għall-qatla u l-laħam tagħha jgħaddi għand il-gvern.", "Imbagħad il-poplu, jiġifieri t-taxpayers, jissussidja dak il- laħam billi lir-raħħal iħallsu ċ-ċifra ta' madwar 80c kull kilo.", "Allura s- sistema trid tinbidel f'waħda li tkun relatata ma' l-effiċjenza ta' l- istess industrija, u fid-diskussjonijiet li saru kemm mar-raħħala kif ukoll mal-koperattiva tagħhom, kemm ma' l-MDP kif ukoll ma' wħud mill-proċessuri, the way forward hija li tiddaħħal slaughtering premium, jiġifieri li meta raħħal idaħħal baqra jew għoġol għall-qatla jitħallas tant għal kull ras li tiġi maqtula, il-marketing jgħaddi f'idejn aġenzija jew f'idejn ir-raħħala jew f'idejn il-biċċiera jew l-MDP jew b'unjoni bejniethom – għad irid isir dan il-ftehim - imbagħad wara li jinbiegħ il-prodott tiddaħħal xi forma ta' intervention.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, inkun qed nifhem tajjeb li parti minn dawn id-diskussjonijiet huwa wkoll dwar kif se jitħallsu l-Lm453,000 dovuti minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, dawn l-Lm453,000 ċertament huma dovuti u m'għandhom xejn x'jaqsmu mas-sistema l-ġdida.", "Dawn huma dovuti bħala ħlas fuq is-sistema l-antika li għadha taħdem sal-lum.", "Is-sistema l-ġdida trid taħdem b'tali mod li titħallas slaughtering premium għal kull ras li tinqatel, sew jekk ikun għoġol u sew jekk tkun baqra, imbagħad jiddaħħal il- marketing - kif naraha jiena dan għandu jkun immexxi mill-għaqda li tinvolvi lir-raħħala, il-koperattiva, il-biċċiera u l-proċessuri flimkien, għaliex jekk imexxu huma jkun ta' ġid għal kulħadd – imbagħad ikun hemm il- bejgħ, jaraw kemm ikun għad baqa' żbilanċ u hemmhekk tiddaħħal l- intervention.", "Il-fatt huwa li din is-sistema trid issir b'mod iżjed trasparenti għax jiena nemmen – u huma bosta ta' din il-fehma – li ladarba l-marketing isir kif suppost u kif jixraq, ir-raħħala jdaħħlu iżjed flus tal-prodott li huma jbigħu, u għaldaqstant jonqos il-piż fuq it-taxpayer li ta' kull sena jissussidja din l-industrija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru għandu indikazzjoni dwar meta hemm il- ħsieb li jitħallsu l-flus dovuti lill-bejjiegħa tal-laħam u r-raħħala?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalissa għaddejjin talbiet min-naħa għall-oħra biex l-ammonti dovuti jitħallsu, għalkemm irrid ngħid ukoll li dawn normalment jitħallsu ftit ftit u ma jitħallsux kollha f'daqqa.", "TNEĦĦIJA TA' LEVIES", "27902.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani kif wasal għall-konklużjoni li jiena maqtugħ mill-bdiewa, kif allega fir-risposta tiegħu għal mistoqsija parlamentari tiegħi nru.", "27637?", "Fil-frattemp jista' jinformani kemm-il darba ltaqa' ma' l-għaqdiet tal- bdiewa, raħħala u produtturi, agri-industrija , industrija ta' l- ipproċessar u ta' l-ikel matul l-1999, l-2000 u din is-sena, biex jinformahom li se jibda jneħħilhom il-levy mis-sena d-dieħla u dan fid-dawl li l-ministeru għall-affarijiet barranin kien jaf li l-gvern għandu pjan tant li ġie kkonfermat fil-laqgħat tal-MEUSAC?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, dwar l-ewwel parti tad-domanda ngħid li m'għandi xejn xi nżid mar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "27637.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda ngħid li saru diversi laqgħat ma' dawk kollha kkonċernati u jibqgħu jsiru fil-ġejjieni u skond l-ħtieġa tal- mument.", "Sfortunatament l-oppożizzjoni għażlet li ma tkunx rappreżentata fil-laqgħat tal-MEUSAC u għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant m'huwiex informat tajjeb.", "Assolutament mhux minnu li l-levies se jitneħħew mis-sena d-dieħla, iżda qed jitħejja pjan sabiex l-istess levies jitnaqqsu gradwalment u b'hekk il- produttur jiġi kkumpensat b'mod adegwat bla ma l-għajxien tiegħu jiġi mittiefes.", "L-Onor.", "Interpellant ikun jista' jakkwista aktar dettalji meta l- oppożizzjoni tibda taħdem għall-ġid ta' Malta u tinnomina r-rappreżentanti tagħha f'istituzzjonijiet ta' importanza nazzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-Ministru jikkonferma li l-ogħla istituzzjoni f'dan il-pajjiż huwa l-parlament?", "Allura jista' l-Ministru jispjega kif iħoss li għandu dritt li jċaħħad l-informazzjoni lill-membri parlamentari li qegħdin fl-ogħla istituzzjoni, u dan għaliex din in-naħa ma tpoġġix fil-kumitat tal-pulċinelli li waqqaf il-gvern, il-MEUSAC?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, apparti ċerti aġġettivi bħal pulċinelli u bravi li ma nħobbx nuża, jien qed ngħid li meta inti għandek dan il-waqt fl-istorja fejn pajjiżna qed jipprova jaqbad direzzjoni li se twasslu għal sħubija, bħala bniedem komuni nara li kemm il-gvern kif ukoll l- oppożizzjoni għandhom jingħaqdu flimkien biex jassiguraw li jġibu l-aħjar kondizzjonijiet għal pajjiżna.", "Jien jidhirli li f'dan il-mument storiku għandna niġbdu ħabel wieħed u ngħinu lil xulxin biex nassiguraw li nġibu l-aħjar kondizzjonijiet.", "Bħala Malti - kif wara kollox huwa sieħbi, l-Onor.", "George Vella – jien jidhirli li f'dan il-mument fl-istorja ta' pajjiżna għandna naħdmu flimkien – bħalma ġie ssuġġerit minn nies oħra f'dan il-parlament u m'iniex se noqgħod insemmi x'inqala' hawn ġew fil-passat – ħalli naraw x'inhuma l-aħjar kondizzjonijiet li nistgħu nakkwistaw flimkien bħala poplu wieħed għal pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien m'iniex se nagħmel kummenti fuq min għandu jagħti l-aħjar lezzjonijiet biex jgħallem lil xi ħadd biex jiġbed ħabel wieħed għaliex l-istorja ta' pajjiżna nafuha aħjar.", "Pero` jekk il- Ministru qiegħed tant jaqbeż u jiddefendi u jagħmel eloġji għal dan il- MEUSAC, jikkonferma jew ma jikkonfermax li kien hemm rapporti minn għaqdiet importanti tal-bdiewa li qalu li n-negozjati huma sempliċement daħka għaliex dawn qed imorru hemmhekk biex japprovaw rapporti li jkunu ġew għandhom ġurnata jew tnejn qabel u li dak li jgħidu huma jgħaddi minn widna u jibqa' ħiereġ mill-oħra?", "Allura min qed jigdeb, l-għaqdiet tal-bdiewa jew dan li qed jgħid il-Ministru?", "Jekk inhu veru dak li qed jgħidu l- bdiewa, allura jikkonferma jew ma jikkonfermax li l-MEUSAC huwa kumitat tal- pulċinelli, kif għedt jien fil-bidu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-MEUSAC huwa kumitat immexxi minn nies ta' l-affari tagħhom li qegħdin jaħdmu għall-ġid tal-pajjiż.", "Naf li kien hemm xi ħadd li jirrappreżenta lill-bdiewa li ġie rrapportat minn xi gazzetta li qal li dan il-kumitat huwa daħka.", "Naturalment kulħadd jista' jgħid li jrid, pero' l-Onor.", "Vella jrid jitkellem ma' nies oħra għax mhux persuna waħda biss hawn f'Malta!", "Meta ngħidu għaqdiet tal-bdiewa hemm il- bdiewa nfushom u hemm min jgħid li huwa r-rappreżentant tagħhom.", "Il- koperattiva ċentrali hija mmexxija minn nies li f'din il-mina li se twassalna għal sħubija fl-Unjoni, diġa` qed jaraw id-dawl.", "Jista' jkollok xi ħadd li forsi għax kien hemm każ fejn il-karti ma tqassmux biżżejjed qabel, ħareġ jilmenta.", "Irrid ngħid ukoll li fl-aħħar MEUSAC meeting li kien hemm il-partijiet qablu fil-prinċipju li l-pożizzjoni kif kienet ippreparata sa dakinhar tibqa' miexja bl-understanding li jsiru d-diskussjonijiet.", "Tajjeb li hawnhekk ngħid li t-tekniċi li għandna fil-ministeru issa qegħdin jippreparaw punti oħra fuqhiex għandna ninnegozjaw u se nagħmlu meetings oħra ma' dawn in-nies fejn fihom kulħadd se jkollu ċans jifli iżjed il- pożizzjoni tiegħu.", "Dawn il-meetings se jkunu dwar punti li għandhom x'jaqsmu mat-tneħħija tal- levies u jiena persważ li b'diskussjoni, bi qbil dwar il-prinċipju, billi naraw fejn qegħdin u fejn irridu naslu, billi naraw il-problemi x'inhuma u naħdmu b'tali mod li niġbdu ħabel wieħed, dawn il-problemi negħlbuhom.", "Xi kultant aħna nisimgħu ċerti affarijiet u nibdew naħsbu li hu diffiċli biex nagħmlu ċerti affarijiet.", "Meta jkollok dawn il-problemi quddiemek għall- bidu tarahom diffiċli, imma jridu jkunu ir-rieda, is-sinsla, l-impenn u l- ħerqa tiegħek li taħdem biex issolvihom.", "Per eżempju, meta għamilna l-aħħar kuntratt fuq l-esportazzjoni tal-patata fl-1998 konna nafu x'kellu f'moħħu l-aġent Olandiż li kien qed jagħmel il- kuntratt magħna.", "Huwa ovvju li ħadd m'hu se jiġi hawnhekk joffrilek rati ta' ħlas u jassigurak Lm14 kull qantar.", "Meta għamilna l-kuntratt konna konxji tal-fatt li meta tagħmel kuntratt biex il-patata twassalha l-Olanda fit-12-il ġimgħa, fit-13-il ġimgħa u fl-14-il ġimgħa tas-sena inti tkun trid tkun diġa` ppreparat li se torganizza l-produzzjoni tiegħek b'tali mod li tassigura li l-patata twassalha sa dak iż-żmien.", "Meta bdejna nħarsu lejn is-sistema tal-produzzjoni bdejna naqtgħu qalbna li se nlaħħquha, imma minkejja d-diffikultajiet kollha, il-bdiewa flimkien mad-diriġenti tagħhom, ħasbu biex jagħmlu pjan li jibda minn meta tkun trid il-patata fuq l- ixkaffa u timxi b'lura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fl-aħħar parti tat-tweġiba tiegħu l- Ministru għoġbu jgħid li:", "\"L-Onor.", "Interpellant ikun jista' jakkwista aktar dettalji meta l- oppożizzjoni tibda taħdem għall-ġid ta' Malta u tinnomina r- rappreżentanti tagħha f'istituzzjonijiet ta' importanza nazzjonali\".", "Din hija inaċċettabbli u l-Ministru m'għandu l-ebda dritt li jagħmel akkuża bħal din u jgħid li l-oppożizzjoni għandha tibda taħdem għall-ġid ta' Malta.", "Mr Speaker, nitlob ruling mingħandek dwar jekk il-Ministru jistax jagħmel akkuża bħal din.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, għedt dak li għedt għaliex inħoss li huwa fl-interess tal-pajjiż li f'dan il-mument storiku ningħaqdu flimkien biex inġibu l-aħjar kondizzjonijiet għal Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, aħna hawnhekk nisimgħu ħafna diskors dwar kemm huwa importanti li naħdmu flimkien għall-ġid nazzjonali.", "Għalija huwa insult lejn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż li l-Ministru jgħidilna dan il-kliem u għalhekk qed nitlob ruling mingħand is-Sedja dwar jekk il- Ministru għandux dritt jagħmel din it-tip ta' allegazzjoni u jagħmel akkuża serja fil-konfront ta' l-oppożizzjoni li wara kollox qed tagħti sehemha kollu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Membru jaf li fit-tweġiba li jagħti l-ministru, dan ta' l-aħħar ikun qiegħed jagħti l-veduti tiegħu, fuq ir-responsabbilta' tiegħu, ħaġa li għandu l-obbligu u d-dritt li jagħmel.", "Imma ejja ma niftħux dibattitu fuq dan il-punt.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, din l-akkuża hija inaċċettabbli.", "Aħna nħossu li m'aħniex qegħdin niġu difiżi mis-Sedja u għalhekk qed insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum u s-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.34 p.m. is-seduta ġiet sopiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli u ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Group financial statements tal-Malta Freeport Corporation Ltd għas- sena 2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA` FL-IKEL", "FOOD SAFETY BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Settembru, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, fil-punt li kont wasalt għalih dalgħodu kont qiegħed ngħid fuq ix-xogħol li jrid isir anke mal-postijiet li se jiġu rreġistrati bħala li jista' jiġi mħejji l-ikel fihom.", "Fil-fatt klawsola 11 ta' dan l-abbozz ta' liġi titkellem dwar dan.", "Jien naħseb li matul id-dibattitu fuq dan l-abbozz ta' liġi s'issa l-aktar li smajna kien dwar l-effett ta' l-ikel fuq is-saħħa tal-bniedem li ċertament huwa aspett importanti ħafna, pero` nittama li f'xi mument ikun hawn xi ħadd li jitkellem fuq l-impatt ekonomiku ta' dan l-abbozz ta' liġi għaliex bl-obbligi u l-kondizzjonijiet ġodda li qed idaħħal, dan l-abbozz se jkollu impatt ekonomiku qawwi fuq is-settur tal-manifattura lokali speċjalment fuq kumpanniji kummerċjali lokali li jipproduċu l-ikel.", "F'xi ħin dalgħodu jien għedt li l-gvern żgur se jkollu jgħid f'liema tip ta' bini tista' ssir il-preparazzjoni u l-produzzjoni ta' l-ikel li għandu x'jaqsam ma' dan l-abbozz, u awtomatikament wieħed jistenna li il-linji gwida se jfassalhom fuq id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena semmejt dan il-punt għax hemm nies li jaħdmu f'dan il-qasam li jaħdmu f'post fejn jgħixu l-familji u jkunu addattawh bħala post fejn jippreparaw l-ikel.", "Ħafna drabi dawn il-postijiet ma jkunux addattati u dawn in-nies jafu li jekk jidħlu fis-seħħ direttivi ġodda jkollhom ibiddlu l-post minn fejn joperaw u dan ikun ifisser konsegwenzi finanzjarji u ekonomiċi kbar għalihom.", "Semmejt ukoll kif uħud minn dawn l-operaturi talbu lill-IPSE mhux biss biex tagħtihom għajnuna finanzjarja u teknika, iżda biex tipprovdilhom ukoll faċilitajiet bħal bini ta' fabbriki minn fejn ikunu jistgħu joperaw b'mod aħjar.", "Imma min-naħa tagħhom, l-IPSE qalulhom li ma jistgħux jipprovdulhom dawn il-faċilitajiet minħabba li l-gvern innifsu għadu ma fassalx il-politika ċara tiegħu.", "Jista' jkun li fassalha u għadu ma nfurmax lill-IPSE, pero' ta' min jgħid li hemm minnhom li applikaw għal fabbrika anke mal-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp u qalulhom li ma jikkwalifikawx biex jingħataw fabbrika minn fejn jistgħu joperaw.", "Is- suspett hu li hemm diskriminazzjoni anke f'dan il-qasam għax filwaqt li hemm min qalulu li ma jikkwalifikax, hemm min tawh bini minn fejn jopera fil-qasam ta' l-ipproċessar ta' l-ikel.", "Nafu wkoll li f'ċerti fabbriki, anke tal-korporazzjoni għall-iżvilupp, suppost issir il-produzzjoni mentri fil-fatt dawn jispiċċaw jintużaw għal kollox minbarra għall-produzzjoni.", "Sadanittant il-korporazzjoni għall-iżvilupp tibqa' tgħid li m'għandhiex biżżejjed bini ta' fabbriki meta diġa` għandha fabbriki u ma jintużawx għall-produzzjoni ta' l-ikel.", "Jiena qed ngħid dan għax importanti li jkollna konsiderazzjoni ta' x'inhu l-effett ekonomiku u finanzjarju fuq l- operaturi f'dan il-qasam b'abbozz ta' liġi bħal dan.", "Dawn se jkollhom bżonn miljuni ta' liri.", "L-IPSE nnifisha tgħid li se jkollha bżonn madwar Lm20 miljun biex tkun tista' tgħin lil dawn l- operaturi.", "Dan huwa qasam importanti ħafna u ta' min wieħed jagħtih daqqa t'għajn.", "M'inix qed nitkellem fuq is-setturi kollha li jintlaqtu minn dan l- abbozz ta' liġi għax hemm ukoll setturi bħal dawk ta' l-istabbilimenti ta' l-ikel bħal ristoranti, lukandi, kċejjen u ħwienet li jbiegħu l-ikel li se jintlaqtu wkoll.", "Qed nitkellem biss fuq kumpanniji kummerċjali li huma fil- qasam tal-manifattura ta' l-ikel.", "Skond l-aħħar statistika uffiċjali hu kkalkolat li għandna madwar 453 minn dawn l-istabilimenti li b'xi mod jew ieħor se jintlaqtu minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Bejniethom jipproduċu b'aktar minn Lm108 mijlun fis-sena.", "Barra minn hekk f'dan il-qasam għandna jaħdmu aktar minn 4,300 ruħ li jaqilgħu madwar Lm16-il miljun f'salarji fis- sena.", "Ta' min isemmi li l-parti l-kbira ta' dawn l-453 stabiliment li jaħdmu f'dan il-qasam jimpjegaw inqas minn 19-il ruħ.", "Fil-fatt 79%, proprju 358 stabiliment, jimpjegaw bejn persuna waħda u ħames persuni.", "Imbagħad hemm 39 oħra, jiġifieri 8%, li jimpjegaw bejn sitta u għaxra, u 18, jiġifieri 4%, jimpjegaw bejn 11 u 19.", "Qed nitkellmu fuq stabilimenti żgħar fejn fihom jaħdmu ftit nies imma li huma importanti.", "Dan l-abbozz ta' liġi u anke r- regolamenti li se joħorġu minnu se jdaħħlilhom obbligi, per eżempju, li jaraw li jkollhom il-bini imfassal b'ċertu mod, ikollhom ċerti standards u ċerti regoli ta' iġjene.", "Dawn huma kollha affarijiet li rridu nagħtu kashom, u għalhekk nittama li f'xi mument anke f'dan id-dibattitu nidħlu f'dan il-qasam.", "Ċertament mhux se jkun faċli għal dawn l-istabilimenti kollha jsibu postijiet alternattivi li jkunu adattati u xierqa minn fejn ikunu jistgħu jaħdmu skond dawn ir-regolamenti.", "Ħafna minnhom diġa` għaddejjin minn diffikultajiet ekonomiċi kbar peress li l-kontijiet u t- taxxi ma jonqsux, u wieħed irid jagħti konsiderazzjoni dwar kif se jkomplu jiġu affettwati jekk ikollhom jiffaċċjaw spejjeż ġodda biex jadegwaw irwieħhom mar-regolamenti l-ġodda u ma' l-abbozz ta' liġi li qed ngħaddu.", "Dawn in-nies jistaqsu x'għajnuna se jingħataw biex ikunu jistgħu jġeddu u jbiddlu l-kundizzjonijiet li jaħdmu fihom.", "Se jkun hemm piż finanzjarju kbir biex jidħlu għal dawn il-bidliet.", "Il-mistoqsija tiegħi hi: Fit-tfassil ta' dan l-abbozz ta' liġi, l-operaturi kummerjċali li jaħdmu fil-qasam tal- produzzjoni ta' l-ikel kemm ġew ikkonsultati?", "Ġew mismugħa?", "Jafu x'inhuma l- problemi tagħhom?", "Ingħataw kopja ta' dan l-abbozz ta' liġi?", "L-operaturi individwali kif ukoll dawk li jirrappreżentawhom ġew ikkonsultati?", "X'kienet ir-reazzjoni?", "Dan qed nistaqsih għax hemm il-fehma ġenerali li qed jgħaddu liġijiet u regolamenti ġodda malajr li jolqtu u jħallu effett kbir fuq is- setturi mingħajr ma dawn is-setturi jkunu ġew konsultati.", "Hija importanti ħafna l-informazzjoni li tawna s'issa l-ministru tas-saħħa kif ukoll il-kelliem ewlieni għall-oppożizzjoni, l-Onor Michael Farrugia, fuq kemm hu importanti li nirregolaw dan is-settur u nagħtu kas l-aspetti ta' saħħa f'dan il-qasam.", "Pero` jien qed nistenna li f'dan il-parlament ikun hawn ukoll diskussjoni fuq x'inhu l-impatt ekonomiku li jidħlu liġijiet u regolamenti bħal dawn.", "Huwa importantissimu li nagħtu kas l- aspett ta' l-effett fuq is-saħħa imma huwa importanti li nagħtu kas ukoll ta' l-effett fuq is-saħħa ekonomika tal-kumpanniji li joperaw dawn ir- regolamenti u liġijiet.", "Jekk sempliċement ngħaddu regolamenti biex inkunu għaddejnihom mingħajr ma nagħtu każ l-effett reali li se jħallu fuq min jopera f'dan il-qasam importanti ħafna, allura ma tkunx intlaħqet ix-xewqa li ntejbu dan il-qasam.", "Dan il-qasam huwa importanti wkoll għal kwalita` ta' ħajja li ngħixu.", "Ma tistax tifirdu minn oqsma oħra bħall-aspett ambjentali u l-aspett tas-saħħa.", "Fil-qasam tas-servizzi veterinarji konna qed nitkellmu dwar is-sorvelja importanti li għandha ssir fuq l-għalf u l-mediċina tal-bhejjem.", "Il-prodott li jirriżulta minn dawn il-bhejjem iħalli effett kbir anke fuq l-iskop ta' din il-liġi.", "Dan għaliex jista' jkollok ir-regolamenti kollha kif suppost iżda mbagħad ikollok il-problemi dwar il-materja prima li qed taħdem biha.", "Tista' tintuża mediċina, hormones, antibiotics jew ċertu tilqim aktar milli suppost mingħajr il-pariri professsjonali meħtieġa, u dawn joħolqu problema għax il-prodott li fuqu jintużaw dawn il-kimiċi żejda, jidħol fil- food chain u jaffettwa dan il-qasam.", "Hemm ukoll l-aspett ambjentali, u ta' min minn issa jibda jagħti iktar kas l-irziezet tal-ħut.", "F'pajjiżi oħra ilu li qam dibattitu fuq il-kwalita` ta' laħam li qed jitkabbar fl-irziezet fuq l-art u fuq il-mediċinali u l-għalf li jingħataw il-ħut fil-fish farms.", "Tajjeb li nagħtu kas ukoll x'qed jiġri f'dak il-qasam kemm tal-ħut innifsu kif ukoll ta' l-impatt ambjentali li qed iħallu l-irziezet tal-ħut, speċjalment meta issa għandna anke l-gaġeġ tat-tonn madwar il-kosta tagħna.", "Jiena nifhmu l-argument ekonomiku ta' kemm iż-żamma tat-tonn fil-gaġeġ tqalla' flus, pero' naħseb li mbagħad m'aħniex nagħtu kas biżżejjed ta' l-impatt ambjentali.", "Jekk jgħaddu l- applikazzjonijiet kollha li hemm quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar biex isiru dawn il-gaġeġ tal-ħut fil-livell li għandna bħalissa, jiġifieri li kull operatur ikollu madwar tmien gaġeġ, nispiċċaw b'xi 50 gaġġa tat-tonn.", "Saru kalkoli min-nies li studjaw f'dan il-qasam li kull gaġġa tat-tonn qisek għandek raħal ta' 7,000 persuna li d-drenaġġ tagħha nieżel mhux imsoffi fil-baħar.", "Jekk il-pajjiż mhux se jagħti kas dawn l-affarijiet, se jkun qed jagħmel ironija redikola meta jidħol fi spejjeż kbar ta' miljuni ta' liri biex isaffi d-drenaġġ tal-bnedmin li jinżel fil-baħar u fl-istess ħin madwar il-kosta tagħna se jkollna biżżejjed gaġeġ tat-tonn li jipproduċu d-drenaġġ bla tisfija fil-kwantita` ta' 280,000 persuna.", "Se nkunu ħadna passi biex insaffu d-drenaġġ li nieżel minn fuq l-art, u sadanittant se nkunu qed nimlew il-baħar bid-drenaġġ! llum aktar minn qatt qabel qed nifhmu li l-ħajja hija sistema fejn il-fatturi kollha jintrabtu flimkien u ma tistax ittejjeb fattur wieħed jekk ma tagħtix każ fattur ieħor.", "Huwa importanti ħafna wkoll li nagħmlu sorvelja aktar serja ta' dak li qed jiġri fil-Magħtab.", "Mhux l-ewwel darba li jiena għedt li ġieli kien possibbli li saru abbużi serji.", "Minkejja li suppost hemm post uffiċjali wieħed biss minn fejn tidħol għal Magħtab, kien hemm ukoll dħul mhux uffiċjali u mhux l-ewwel darba li trakkijiet u vannijiet li jaslu l-Magħtab biex jarmu ikel u xorb skadut, jidħlu min-naħa biex jarmuh għax l-ordni tkun hekk minħabba s-saħħa tal-bniedem, u min-naħa l-oħra jgħabbuh biex jerġa' joħroġ fis-suq.", "Importanti li naraw kif il-ħarsien u l-ispezzjonar isir f'kull settur.", "Dawn l-affarijiet m'humiex aċċettabbli imma xorta saru u għadhom isiru.", "Kelli esperjenza personali meta xi ħadd, b'kuxjezna u b'sogru anke għalih, kien jaħdem f'fabbrika żgħira li tagħmel iz-zalzett u l-hamburgers, u qalli li xtaq jgħidli ċerti affarijiet imma kien beżgħan għax kien jaħdem proprju fi stabiliment tal-familja.", "Dan qalli li kienu jiġbru affarijiet mormija, saħansitra annimali mejta, anke mill-Magħtab, biex imbagħad jipproċessawhom f'zalzett u hamburgers.", "Dawn huma affarijiet tal-waħx li kont ktibt dwarhom ukoll.", "Niftakar li wieħed li kellu x'jaqsam mat-tmexxija ta' dan l-istabiliment kien ġie jfittixni biex jaħbat għalija u kien anke armat imma fortunatament ma sabnix.", "Qed insemmieh bħala eżempju biex nuri kemm hu importanti li nagħtu kas tal-produzzjoni ta' l-ikel għax abbużi serji kien hemm u għad hemm u huwa importanti li nirregolaw dan il-qasam.", "Filwaqt li naħdmu biex nirregolaw dan il-qasam bis-serjeta` meħtieġa, hemm bżonn ukoll edukazzjoni minn eta` żgħira ta' x'ikel għandna nieklu.", "Għamilt appell biex meta ndaħħlu dawn il-liġijiet u r-regolamenti, nagħtu kas ukoll l-effett finanzjarju u ekonomiku li jħallu fuq l-operaturi f'dan il-qasam.", "Biex il-liġijiet jitwettqu u jitħaddmu trid il-flus, u l- operaturi f'dan il-qasam diġa` huma mgħobbija b'ħafna spejjeż.", "Kulħadd jaf is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli li għaddejjin minnha.", "Aktar ma l- operaturi żgħar bħal dawn li semmejt mill-istatistika li tajt jiġu mgħobbija bi spejjeż, aktar se jidħlu f'diffikultajiet.", "Biex intejbu dan il-qasam hemm bżonn li nagħtu kas l-aspetti kollha ta' dak li tkellimt dwaru meta tajt ir-reazzjoni tiegħi għal dan l-abbozz ta' liġi.Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar Rimarki?", "L-Onor Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, illum qegħdin niddiskutu suġġett importantissimu li jiddependi ħafna mill-intake tal-bniedem, cioe' l-ikel u kull sustanza oħra li tidħol ġol-ġisem kemm bħala nutrient kif ukoll bħala xi ħaġ'oħra li xorta trid tkun nadifa, biex ma ngħidx sterilizzata, biex dak li jidħol ġo fina jkun ta' l-aqwa kwalita'.", "Jien niskanta kif qatt ma kellna xi epidemija u ngħidha bla tlaqliq li kultant nitwerwer mill- prodotti ta' l-ikel li jiġu offruti fil-kiosks jew fl-open markets.", "Niftakar li madwar sena ilu kien issemma li kien hemm xi kontaminazzjoni fl-ikel waqt xi riċeviment li ħalla ħafna mistednin isofru konsegwenzi koroh u fil-fatt dawn damu ħafna biex jirkupraw.", "Assolutament ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Evarist Bartolo dwar l- effett ekonomiku li jista' jkollhom ċerti stabilimenti ta' l-ikel meta dawn jiġu biex jagħmlu upgrading tal-post.", "Huwa veru li dawn iridu jirranġaw il-kċejjen u l-post tagħhom, imma akkost ta' kollox dawn iridu jaraw li jkun hemm l-indafa.", "Per eżempju ̧ jien għadni kemm sifirt - bħal ħafna minna li jmorru jistrieħu xi ftit - u fost il-postijiet li mort inżur żort ukoll il-kċina tal-post fejn konna alloġġjati.", "Nista' ngħid li f'din il- kċina kien hemm indafa kbira u r-reċipjenti kienu kollha ta' l-istainless steel.", "Barra minn hekk, urewna l-affarijiet li kienu ppakkjati fil-friża biex juruna li l-prodott li kienu qed joffrulna kien nadif u kif suppost.", "Wieħed jista' jitkellem fuq diversi affarijiet li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi imma ovvjament ma tistax titkellem fuq kollox.", "Jien nispera li min fi stadju ta' Kumitat ikun qed jgħarbel il-klawsoli, jidħol fid-dettall u jara li s-sigurta' fl-ikel tkun garantita għall-poplu kollu.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-infurzar tal-liġijiet.", "In-naħa ta' l- oppożizzjoni u n-naħa tal-gvern kemm-il darba tkellmu fuq din il-ħaġa, imma jien inkompli ninsisti li inutli nagħmlu l-liġijiet jekk ma jkollniex nies li jispezzjonaw l-affarijiet kull ħin u kull mument.", "Hemm bżonn li f'dan is-settur ta' l-ikel ikollna reġimenti sħaħ ta' nies li jaraw li l- affarijiet ikunu kif suppost.", "Per eżempju ̧ jien nissuġġerixxi li din il- liġi tinkiteb b'mod faċli ħalli meta tgħaddi minn dan il-parlament, dawk li jaħdmu fil-qasam ta' ipproċessar u manifattura ta' l-ikel ikollhom kopja tagħha u b'hekk ikunu jafu r-responsabbiltajiet tagħhom.", "Id-definizzjoni ta' \"kontroll fuq l-ikel\" li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi tgħid hekk:", "\"\"kontroll fuq l-ikel\" tinkludi l-għadd kollu ta' attivitajiet regolatorji ̧ ta' liċenzjar ̧ ta' infurzar u ta' prevenzjoni u attivitajiet oħra li huma mwettqa għall-għanijiet tas-saħħa, sigurta' ta' l-ikel u iġjene ̧ il-valuri kompożizzjonali jew nutrittivi ̧ jew xort' oħra ̧ għal dak li għandu x'jaqsam mal-preparazzjoni ̧ produzzjoni, proċessar, bejgħ u provvediment ta' ikel jew sorsi ta' ikel f'Malta ...\"", "F'dan l-abbozz ta' liġi għandna wkoll id-definizzjoni ta' \"irradjat\" li tgħid hekk:", "\"\"irradjat\" tfisser trattat f'sorsi ta' radjazzjoni jonizzanti, inklużi X-rays ̧ raġġi elettroniċi jew raġġi gamma\".", "Illum il-ġurnata f'pajjiżna u fid-dinja kollha l-aktar ħaġa li forsi jista' jimrad biha l-bniedem hija kkaġunata minn latent disease fejn inti tibla' ħafna radjazzjoni ġo fik u l-effett joħroġ wara ċertu żmien.", "Fil-fatt fid- definizzjoni li għadni kif semmejt jissemmew l-X-rays, ir-raġġi elettroniċi u r-raġġi gamma li huma perikolużi ħafna speċjalment fejn ikun qed jinħadem l-ikel għax dan jista' jkun espost għal dawn ir-radjazzjonijiet.", "Nixtieq nagħmel enfasi wkoll fuq l-arja.", "Kif nafu llum, minkejja t-testijiet kbar li jsiru ̧ l-arja hija kontimata ħafna.", "Issa meta l-arja tkun kontaminata biċ-ċomb, din tista' tikkontamina wkoll l-ikel li nikkonsmaw u dan huwa ħażin ħafna.", "Mr Speaker, issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-bejgħ ta' l- ikel.", "Xi tlieta jew erba' snin ilu jien kont għamilt appell biex nagħtu attenzjoni kbira lill-baby foods, fosthom milk products jew processed foods, għax dan it-tip ta' ikel m'għandu qatt jitħalla jinbiegħ bl-aktar mod kummerċjali mis-supermarkets.", "Jien nixtieq nappella biex ikun hemm nies speċjalizzati li jagħtu pariri kif jittieħed ċertu ikel għat-trabi għax ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Ma jistax ikun li ċerti prodotti ta' l-ikel tat-tfal jew ħalib tat-tfal li jkunu jridu jitħalltu mal-misħun jew ma' xi dairy products jiġu rakkmandati minn supermarkets jew minn ħwienet oħra tal-merċa.", "Ċerti nies li mhumiex professjonali m'għandhomx jibqgħu jbigħu ċertu tip ta' ikel.", "Issa dan mhux qed ngħidu minħabba n-negozju tiegħi jew ta' ħafna oħrajn li jaħdmu fis-settur tiegħi, pero' dawn għandhom jinsistu li wieħed għandu jieħu l-pariri ta' min studja fuq dawn l-affarijiet.", "Per eżempju ̧ ma jfissirx li għax tarbija tkun taħt il-piż normali, għandhom joqgħodu jagħtuha t-tali prodott jew it-tali prodott.", "Jien nappella lill-ministru biex dan is-suġġeriment li qed nagħmel ikun parti mil-liġi.", "Is-safety ta' l-ikel, speċjalment għat-tfal, hija importanti ħafna u l-expirty date mhijiex biżżejjed.", "Hemm bżonn li ċertu tip ta' ikel jieħdu min verament għandu bżonnu u min verament jeħtieġu, u lit-trabi m'għandhomx joqgħodu jbellgħulhom ħafna affarijiet biex jikbru.", "Dawn l-affarijiet mhumiex veri għax il-bniedem għandu r-ritmu tiegħu kif jikber.", "Dan jistgħu jgħiduh it- tobba li hawn, fosthom l-Onor.", "George Vella, li naħseb li fuq din il- materja jaqbel miegħi.", "Mr Speaker, issa se ngħid xi ħaġa fuq dawk il- prodotti ta' l-ikel li jsiru fid-djar.", "Wisq nibża' li hawn Malta għadna nipproduċu ikel minn ġewwa d-djar għall- konsum ta' ħaddieħor.", "Per eżempju, hawn min jagħmel il-ġbejniet u jbigħhom.", "Jien m'għandix dubju li dawn jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji, imma ġieli rajt affarijiet fuq il-bjut tan-nies u allura wieħed irid joqgħod attent minn dawn il-prodotti li qed jinbiegħu mingħajr l-ebda superviżjoni.", "Per eżempju ̧ ħafna nies għadhom jagħmlu l-basal tal- pikles li qed jinbiegħ ukoll fis-supermarkets, pero' ma nafux jekk il- proċess huwiex wieħed iġeniku.", "Nixtieq insemmi wkoll il-produzzjoni ta' l-inbid li ssir fid-djar, liema nbid ġieli wkoll jispiċċa fil-bars.", "Ħafna jgħidu li ladarba dan l-inbid ikun sar fid-djar, allura għandek isserraħ moħħok.", "(Interruzzjonijiet) Imma skond kif ikun magħmul!", "Altru jkollok saqajk nodfa biex tagħsar l- għeneb u altru jkollok saqajk maħmuġin!", "Dan biex ma nsemmix ukoll jekk l- għeneb ikunx inħasel jew ikunx għadu bit-trab.", "Per eżempju, ċertu inbid iqabbdek uġigħ ta' ras u dak ifisser li l-proċess u l-manifattura tiegħu ma tkunx waħda tajba.", "Jien wieħed minn dawk li nibża' ħafna minn dawn l- affarijiet.", "Għalhekk irridu noqgħodu attenti u hawnhekk naf x'qed ngħid.", "Għandha ssir enfasi kbira wkoll fuq il-kiosks ta' l-ikel li naraw fil-festi u fl-open markets.", "Ġieli tara ċerti ħlewwiet li jkunu ilhom fix-xemx minn filgħodu sa filgħaxija u dawn ma jkunux f'refrigerator.", "Mela l-ispetturi tas-sanita' jmorru jispezzjonaw fil-ħwienet tal-merċa u fis-supermarkets biex jaraw li ċerti affarijiet ikunu f'refrigerator u biex jaraw li l- affarijiet qegħdin kif suppost, u fil-każ jieħdu l-passi kollha u jekk ikun hemm bżonn ma jġeddux il-liċenzji jew jagħlqu l-ħwienet – dawn sewwa qed jagħmlu – imma mbagħad għandhom jagħmlu spezzjonijiet ukoll f'dawn il- kiosks u fl-open markets.", "Mhux l-ewwel darba li tara ċerti insetti fuq l- affarijiet ta' l-ikel.", "Għalhekk huwa tajjeb li jkun hemm il-health inspectors iduru f'dawn il-postijiet.", "Imma dawn iridu jkunu kuljum hemmhekk għax dawn l-affarijiet jiġru kuljum.", "Ma rridux ninsew lanqas li f'pajjiżna tagħmel xemx qawwija ħafna u dan jista' jaffettwa ħażin ħafna prodotti ta' l-ikel.", "Issa nixtieq insemmi tliet affarijiet importanti ħafna.", "L-ewwel waħda hija s-sigurta' ta' l-ikel u hawnhekk nixtieq nikkwota subklawsola (1) ta' klawsola 12 li tgħid hekk:", "\"Kull persuna li ̧ fil-waqt li topera xi negozju ta' l-ikel ̧xjentement iġġiegħel li ikel, maħsub biex jinbiegħ għall-konsum mill-bniedem, isir ta' ħsara għas-saħħa b'kull mezz, ikun x'ikun, tkun ħatja ta' reat kontra dan l-artiklu.\".", "Bħalma tabib huwa responsabbli għal dak li jippreskrivi u bħalma avukat huwa responsabbli għal dak li jgħid fil-qorti, hekk ukoll min jipproduċi l- ikel għandu jkun responsabbli għall-iġjene u għal dak li jintuża fl-ikel.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 13 tgħid li:", "\"Kull persuna li taħdem f'xi negozju ta' l-ikel għandha tissorvelja fuq is- saħħa ta' l-ikel kollu li jkun taħt il-kontroll tagħha, u meta tkun taf jew għandha raġuni valida li tissuspetta li xi ikel, sors ta' ikel jew materjal li jiġi f'kuntatt ta' ikel jista' jikkawża ħsara għas-saħħa.\".", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: Min se jkun responsabbli għall-ikel ħażin jew ikel kontaminat li jista' jkun hemm?", "Fil-liġi dwar is-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol hemm li għalkemm dik il-persuna li tkun qed taħdem ikollha ċerta responsabilita', huwa l-prinċipal li huwa responsabbli quddiem il-qorti u quddiem il-liġi.", "Qed ngħid dan għax f'dan l-abbozz ta' liġi m'hawn xejn speċifikat dwar dan.", "Naħseb li dan huwa punt importanti ħafna u allura nitlob lill-avukati biex din il-ħaġa jifluha sew.", "Imbagħad għandna klawsola 16, li hija interessanti ħafna ̧ dwar il- protezzjoni tal-konsumatur.", "Din tgħid hekk:", "\"Ebda persuna ma għandha tipprepara jew tbiegħ, tippakkja, taħżen ̧toffri, tesponi ̧iżżomm jew tagħmel reklam għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem, xi oġġetti ta' l-ikel ̧li jaqblu ma' jew jixbħu fl-għamla tagħhom lil xi oġġett ieħor ta' użu komuni illi wieħed bi żball jista' jitfixkilhom miegħu ̧b'mod li tikkawża jew tista' tikkawża riskju ta' ħsara għas-saħħa.\".", "Dan l-abbozz ta' liġi jesiġi li għandu jkun hemm il-protezzjoni tal- konsumatur.", "Waħda mill-aktar affarijiet importanti hija li min ikun qed jaħdem fil-manifattura u fl-ipproċessar ta' l-ikel ma jridx ikun marid, pero' din ir-responsabbilta' fuq min se taqa'?", "Ma jistax ikun li meta", "tkun qed taħdem u tipprepara l-ikel, ikollok nies morda jew b' xi difett mediku li qegħdin ibatu bih.", "Pero` l-liġi ma tgħidx li għandhom jiġu spezzjonati u jkollhom eżami mediku biex kull tant żmien min jaħdem fl-ikel jiġi ttestjat.", "Ma nafx jekk l-Onor Michael Farrugia tkellimx fuq din il- ħaġa.", "Isemmi biss tifojde, paratifojde u infezzjonijiet oħra.", "Kultant żmien kull min jaħdem f'dan il-qasam għandu jkollu test mediku.", "Importanti ħafna anke minħabba li fix-xitwa wieħed malajr taqbdu l-influenza jew is-sogħla.", "Forsi ħafna minn dawn in-nies jaħdmu mingħajr il-maskra li jkun hemm bżonn waqt il-preparamenti ta' l-ikel.", "Għalhekk għandna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha u nagħmel enfasi kbira biex jiżdied artiklu li jgħid li min jipproċessa l-ikel għandu jiġi eżaminat medikament darba kull sitt xhur jew kull sena.", "Artiklu 25 jitkellem ukoll fuq is-suġġett ta' l-ispezzjonijiet li għandhom isiru.", "Nerġa' nagħmel enfasi li kull min qed jipprepara l-ikel għandu jkollu kopja ta' din il-liġi li hi miktuba b'mod sempliċi.", "Hemm affarijiet li jistgħu jkunu soġġett għal spezzjoni minn uffiċjal awtorizzat fl- infurzar u fl-eżekuzzjoni ta' dan l-Att, u fost oħrajn hemm oġġetti nofshom lesti.", "Ħafna nies li jaħdmu fir-ristoranti u l-lukandi jippreparaw l-ikel għal ċertu ammont ta' żmien biex ikollhom moħħhom mistrieħ.", "Per eżempju jagħmlu l-għaġina minn qabel biex tkun lesta u mbagħad jaħmuha iktar tard – tkun preservata fil-fridge per eżempju mit-Tnejn biex imbagħad tiġi kkonsmata l-Ħamis jew il-Ġimgħa – imma kemm jagħtu kas li tkun ppreservata tajjeb?", "Nistgħu nsemmu wkoll il-ħasil ta' l-utensils tal- kċina u l-ixxuttar tal-platti, għax l-indafa tiddependi wkoll skond kif tixxuttahom għax jista' jkun hemm kontaminazzjoni qawwija wkoll.", "Dan qed ngħidu għax mhux l-ipproċessar ta' l-ikel u l-post biss għandhom ikunu ndaf imma kull ħaġa li għandha x'taqsam jew tmiss ma' l-ikel.", "Nagħmel enfasi wkoll fuq l-ittikkettjar u l-preżentazzjoni ta' l-affarijiet ta' l-ikel.", "Illum il-ġurnata jiġu ħafna prodotti ppreparati minn ċerti stabbilimenti u ġieli ma ssibilhomx l-expiry date.", "Dan l-aħħar kien hemm ukoll rapport fuq il-bajd.", "Dan ma jistax jinbiegħ jew jiġi kkonsmat jekk ikollu iktar minn 21 ġurnata.", "Kien hemm ukoll xi ittra fil-gazzetti u nistaqsi kemm hawn min qed jagħti kasha din il-ħaġa.", "Barra minn Malta anke fuq l-iċken bajda jkun hemm l-expiry date.", "Alla jbierek hawn Malta m'għandna xejn minn dan u l-bajd huwa wieħed mill-prodotti li jista' jġib l- infezzjoni tas-salmonella, li tista' tkun fatali.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li l-prodotti ta' l-ikel ikollhom l-expiry date.", "Mr Speaker hemm ħafna aktar affarijiet x'tista' tgħid fuq din il-liġi, pero` l-importanti huwa li wieħed ikun responsabbli ta' dak li jagħmel.", "L- infurzar irid ikun sod u qawwi.", "Klawsola 29 tirriferi għal tiftix u qbid.", "Jiġifieri kull spettur sanitarju jista' jidħol fil-post fejn jiġi pproċessat l-ikel hu x'inhu l-ħin u jispezzjonah, partikolarment il- fridges.", "Mhux kull tant żmien biss irridu nispezzjonaw it-temperatura tal- fridge imma għandna nagħmlu dan kuljum.", "Il-liġi qed taċċenna biex kemm jista' jkun it-temperaturi li jistgħu jħassru jew jikkontaminaw l-ikel ikollhom is-salvagwardi neċerssarji.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hi dwar il-vetturi li jintużaw.", "Kemm il-darba nara caterers għaddejjin bil-vannijiet li nispera li barra li jkunu sbieħ ikunu refrigerated ukoll.", "M'għandhomx jgħabbu l-ikel fit-3.00 p.m. f'vannijiet mhux refrigerated biex imbagħad iservuh lin-nies f'xi tieġ filgħaxija.", "Għandu jkun enfasizzat li l-vann ikun refrigerated u li jinżamm fi stat tajjeb.", "Għandu jkun ukoll spezzjonat kull tliet xhur jew sitt xhur u mhux kull sena jew sentejn.", "Jeħtieġ li nagħmlu din l-enfasi biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni ta' l-ikel li jista' jkun perikoluż.", "Mr. Speaker, qegħdin nagħmlu liġi oħra importanti ħafna li mhux qed issir kapriċċosament imma biex tissalvagwarda s-saħħa tal-bniedem.", "Nittama li mhux li tgħaddi u jkollha qbil miż-żewġ naħat ta' din il-Kamra biss, imma wara li tgħaddi jkun hemm superviżjoni u sorveljanza stretta.", "Ma ninsewx li dak li nikkonsmaw jista' jkun ta' saħħa jew ta' deni għalina.", "Jekk nieklu ikel bnin il-poplu Malti jkun b'saħħtu, imma jekk nieklu ikel ħażin jista' jkollna poplu marid.", "Għalhekk nappella anke lix-xerrejja biex joqogħdu attenti x'jieklu u biex jikkonsmaw affarijiet friski u li ma jiġux kontaminati mill-ebda materjal.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Karl Chircop.", "ONOR KARL CHIRCOP: Mr Speaker, qegħdin niddiskutu din il-liġi li tittratta suġġett verament bażiku pero`, fl-istess ħin ta' importanza notevoli.", "L-ikel huwa bażiku mhux biss għall-eżistenza tal-bniedem imma għall-ħlejjaq kollha.", "Ilha tinħass il-ħtieġa biex tiġi mgħoddija liġi bħal din u ta' min jgħid li anke gvernijiet preċedenti kienu qegħdin jaħdmu fuqha.", "L-FAO ukoll għinet ħafna lill-gvern biex ikun jista' jipprepara liġi speċjalizzata u estensiva bħal din li tolqot ħafna aspetti li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta` ta' l-ikel.", "Essenzjalment il-liġi taħseb għat-twaqqif ta' organu biex ikun jista' jagħmel vetting tas-sigurta` ta' l-ikel.", "Din qed tiġi msejħa bħala kummissjoni għas-sigurta` ta' l-ikel u se jkollha ħafna nies fiha li jispeċċjalizzaw f'diversi sferi.", "Il-maġġor parti ta' dawn in-nies se jkunu ġejjin mill-qasam mediku, mill-qasam veterinarju kif ukoll mill-qasam agrikolu.", "Tajjeb li ngħidu mill-ewwel li fi klawsola 2 hemm imniżżel li fost l-uffiċjali pubbliċi li jridu jkunu jifformaw parti minn din il- kummissjoni irid ikun hemm l-uffiċjal pubbliku anzjan responsabbli għall- operazzjonijiet tas-servizzi veterinarji.", "Inħoss li dan huwa pass importanti, iżda wieħed ma jistax sempliċement ipoġġi biss lil dawn in-nies fuq il-kummissjoni u jieqaf hemm.", "Naturalment importanti wkoll il-funzjoni tagħhom u r-riżorsi umani u finanzjarji li se nipprovdulhom.", "Importanti li ninkludu s-servizzi veterinarji għax jista' jkollok outbreaks minn żmien għal żmien, bħalma kellna ftit xhur ilu tal-foot and mouth disease li laqtet il-kontintent Ewropew u kellhom jittieħdu miżuri biex il- marda ma tidħolx ġewwa pajjiżna.", "Il-miżuri li ttieħdu kienu ta' natura mhux daqshekk sodisfaċenti, iżda għall-grazzja t'Alla ma kellna l-ebda każ irrapportat ġewwa gżiritna.", "Fost l-ilmenti li kont smajt dak iż-żmien kien hemm dak tal-ħafna ħaddiema li jaħdmu fl-ajruport, kemm ma' l-Airmalta u kemm ma' l-MIA, li ħafna mill-mats li kienu soaked bl-antiseptic kontra l- marda biex it-turisti jgħaddu minn fuqhom huma u jiżbarkaw minn fuq l- ajruplan, tpoġġew ġewwa d-dwana.", "Kien ikun iktar aħjar kieku l-mats tpoġġew eżattament kif it-turist imiss saqajh ma' l-art fejn jinżel l- ajruplan.", "Bil-mod kif saret il-ħaġa kien hemm riskju mill-qiegħan taż- żraben tat-turisti li setgħu infettaw mijiet ta' ħaddiema li jaħdmu fil- post fejn jinżel l-ajruplan.", "Hemmhekk ikun hemm ukoll vetturi ta' l-MIA deħlin u ħerġin li allura jkabbru r-riskju tal-marda.", "Dan qed ngħidu għax minkejja li fortunatament il-marda ma nxterditx, pero` kien ikun aħjar kieku l-prevenzjoni ttieħdet aktar bis-serjeta`.", "F'subklawsola 5(2) tal-liġi hemm miktub li l-ministru jista' jaħtar fuq il- kummissjoni mhux iktar minn tliet membri oħra minn fost persuni li m'għandhom l-ebda interess, la dirett u lanqas indirett, f'xi negozju ta' l- ikel.", "Jiena ma dan inżid ukoll li jkun tajjeb jekk wieħed jispeċifika min se jkunu l-uffiċjali pubbliċi, anzjani u m'humiex, inkluż iċ-chairperson li se jkunu jagħmlu parti mill-kummissjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi din is- subklawsola hija miftuħa wisq u jkun tajjeb li wieħed jindika x'tip ta' nies jista' jaħtar il-ministru fuq din il-kummissjoni, jekk humiex nies appuntati direttament mis-segretarjat tiegħu jew nies li għandhom imqar xi degree partikolari fil-materja tas-sigurta` ta' l-ikel.", "Tajjeb li wieħed jinnota li għalkemm hemm lista estensiva ta' uffiċjali pubbliċi anzjani li jistgħu jagħmlu parti minn din il-kummissjoni, pero' tħalliet barra persuna importanti li huwa espert fid-djetetika.", "Huwa ovvju li dawn imorru id f'id għax meta niddiskutu s-sigurta` ta' l-ikel, ikun tajjeb li b'xi mod jew ieħor indaħħlu dietician fuq din il-kummissjoni.", "Kulħadd jaqbel li jekk għandna nagħżlu marda nazzjonali hawn Malta din hija d-diabete.", "Hawn ħafna nies li jbatu b'din il-marda kronika.", "Naraw ħafna komplikazzjonijiet minħabba injoranza jew għebusija ta' ras għax pazjenti ma jkunux iridu jifhmu li xi kultant the best way is the hard way, li apparti dieta għandhom josservaw lifestyle iktar healthy li tirrikjedi ċerti sagrifiċċji, ngħidu aħna żżid l-eżerċizzju, u għalhekk importanti li fil-kummissjoni għandu jingħata spazju għal dietician li jkun jista' jagħti l-input tiegħu f'din il-materja.", "Mr Speaker, subklawsola 7(1)(d) tgħid li l-kummisjoni għandha tagħmel dawk l-affarijiet kollha li jkunu neċessarji biex tiżgura li jiġu mħarsa l- obbligi internazzjonali li jidħol għalihom il-gvern dwar il-ħwejjeġ kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel.", "Din hija xi ħaġa pożittiva, pero` nagħti parir biex apparti li nagħmlu aċċenn fuq xiex għandhom ikunu l-obbligi internazzjonali, tajjeb li wieħed josserva xi dmirijiet għandhom ikollhom pajjiżi barranin li wara kollox qegħdin jipproduċu prodotti ta' l-ikel li aħna nimportaw ġewwa pajjiżna.", "Mhux darba jew tnejn li jkollok prodotti ġejjin minn barra li jkunu difettużi u hawn mhux neċessarjament qed nirreferi għal mediċini imma għal prodotti ta' l-ikel.", "Jekk ma niżbaljax xi sena ilu kellna l-prodotti tan-Nan li kellhom jitneħħew minn fuq l-ixkafef għax kien hemm suspett ta' kontaminazzjoni jew xi ħaġa ħażina dwarhom.", "Dan qed ngħidu għax aħna m'għandniex nitfgħu l-onus kollu fuq l-industrija lokali konċernata imma rridu noqogħdu attenti għall-kwalita` ta' l-ikel li nimportaw.", "Naħseb li l-liġi tagħmel tajjeb li taċċenna dan.", "Meta wieħed ikun qiegħed jiddiskuti x'funzjonijiet għandu jkollha l- kummissjoni, subklawsola 1(g) ta' l-istess klawsola tgħid li l-kummissjoni għandha tagħmel l-istudji, riċerka jew investigazzjonijiet dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam ma' dan il-qasam.", "Hawnhekk x'se tagħmel il- kummissjoni?", "Se jkollha nies tekniċi li jkunu impjegati magħha, anke fuq bażi part-time, jew inkella biex isiru ċerti testijiet ta' verifika, il- kummissjoni se tuża r-riżorsi li diġà huma xi ftit jew wisq ristretti ta' l- isptarijiet tal-gvern?", "Jiġifieri l-kummissjoni se tappunta patologi u se jkollha laboratorji tagħha, jew inkella se taħdem id f'id mal-patologi u bil-laboratorji ta' l-isptar tal-gvern?", "Naturalment bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja kollox għandu t-tajjeb u l-ħażin.", "Naħseb li jkun tajjeb li kieku nistgħu naffordjaw li l-kummissjoni nappuntawlha laboratorju speċjalizzat għaliha, imma ma nafx kemm il-finanzi tal-gvern jippermettu dan.", "Min-naħa l-oħra jekk ikollok taqa' għax-xelta l- oħra, li ċerti testijiet jiġu mgħoddija għal-laboratorji ta' St Luke's, jistgħu jinħolqu ċerti question marks fuq dak li għandu x'jaqsam mal- konfidenzjalità.", "(Interruzzjonijiet) Mhux bilfors, u qed nagħmel enfasi li ma rrid nitfa' ebda dell ikrah fuq l-individwi li jaħdmu hemm.", "Imma ma ninsewx li Malta pajjiż żgħir u kulħadd jaf lil xulxin, u allura jista' jkollok nuqqas ta' konfidenzjalità.", "Dawn huma xi ħsebijiet li forsi l- ministru jkun jista' jagħmel riferenza għalihom fil-winding up.", "Mr Speaker, waqt li nkunu qegħdin niddiskutu x'inhuma l-funzjonijiet tal- kummissjoni, importanti li nispeċifikaw id-drittijiet tal-konsumatur, għaliex jien qrajt il-liġi sewwa u ma sibt ebda riferenza speċifika għal dan.", "Xi drittijiet partikolari se jkollu l-konsumatur?", "Meta l-konsumatur ikollu problema fuq prodott ta' l-ikel li jkun xtara jew ikkonsma, kif se jasal biex jikkuntattja lil din il-kummissjoni?", "Għax inutli nappuntaw kummissjoni bħala organu amministrattiv jekk din mhix se tkun disposta, anke on a 24-hour basis, biex taqdi lill-konsumatur.", "Fl-opinjoni tiegħi tkun a wise move kieku fi ħdan l-istess kummissjoni kellu jkun hemm xi forma ta' customer care office li jkun jista' jipprovdi biex tittieħed azzjoni mhux biss adegwata imma fil-pront.", "Għaliex aħna nafu li meta jkollok każi ta' food poisoning it's a matter of minutes jew l-aktar a few hours fejn jista' jkollok outbreak.", "Nafu li hemm il-health inspectors, kif qed jgħid il-ministru, imma jien inħoss li ġaladarba se nieħdu dan l- inkarigu li nwaqqfu kummissjoni - u Alla jaf kemm il-gvern se jitgħabba bi spejjeż addizzjonali - jkun għaqli li b'xi mod jew ieħor inwaqqfu xi forma ta' freephone fejn il-konsumatur Malti jkun jista' jirrikorri b'mod dirett, mingħajr ma joqgħod iċempel l-exchange tad-dipartiment - kulħadd jaf kemm hu diffiċli biex taqbad - ħalli jkun jista' jinqeda aktar malajr u fil-pront.", "Mr Speaker, biex inkun brief and to the point, inħoss li l-kummissjoni għandu jkollha erba' funzjonijiet speċifiċi.", "Naturalment għandu jkollha l- amministrazzjoni tagħha stess, ħalli tkun tista' tidderieġi l-policies tagħha għal dak kollu li jista' jinqala' minn żmien għal żmien.", "Għandu jkun hemm enfasizzat ukoll liaison importanti ħafna mad-diversi dipartimenti, u b'sodisfazzjon nara li din teżisti fil-maġġor parti tad- dixxiplini differenti fil-qasam ta' l-ikel.", "Din qiegħda riflessa diġà fil- kompożizzjoni tal-kummissjoni, għalkemm kultant wieħed iħoss li ċerti sferi setgħu ngħataw iktar importanza.", "Dalgħodu smajt lill-Onor.", "Evarist Bartolo jissuġġerixxi li għandu jkun hemm rappreżentanza mill-kamp edukattiv fuq il- kummissjoni.", "Min-naħa tiegħi nista' ngħid li nħoss il-bżonn li jkun hemm anke rappreżentanza diretta mill-qasan ġerjatriku għax, kif jaf kulħadd, anke l-anzjani tagħna għandhom bżonn dieti partikolari tagħhom, b'mod speċjali meta f'dik l-eta' ħafna jkunu qed ibatu minn xi marda kronika li tirrikjedi dieti partikolari.", "Tista' ma tieqaf qatt!", "Mr Speaker, kif għedt, il-funzjonijiet tal-kummissjoni għandhom ikunu l- amministrazzjoni tagħha stess, in liaison ma' diversi dipartimenti, u mbagħad hemm il-kwestjoni tas-setgħat għax il-policies tal-kummissjoni jridu jiġu attwati mhux biss fejn jidħlu intrapriżi li jimmanifatturaw u jipproduċu l-ikel, imma anke aġenziji importaturi ta' ikel.", "Naturalment l- aħħar u żgur mhux l-inqas hemm il-qasam tal-public relations li aċċennajt għalih diġa'.", "Il-kummissjoni għandha tkun aktar miftuħa, aktar reachable biex tintlaħaq mill-customers.", "Ma ninsewx li l-istess customers ma jkunux biss il-konsumaturi imma hemm aspett importanti ieħor, it-tobba infushom.", "Jiġifieri l-popolazzjoni medika ta' Malta għandu jkollha free access għall- kummissjoni biex tkun tista' tirrapporta xi suspett li jista' jkun hemm dwar xi konsum ta' ikel infettat.", "Mr Speaker, dan iġibni proprju għal suġġett li ilu jinkwetani minn mindu lħaqt tabib għax għal min ma jafx, it-tobba tal-familja għandhom sistema antika kif jirrapportaw ċertu mard infettiv meta jiltaqgħu miegħu fid-djar tal-pazjenti tagħhom.", "Naturalment din hija ordni li ħarġet mill-Medical and Kindred Professions Ordinance ta' snin ilu.", "Imma llum il-ġurnata, bit- teknoloġija kollha avvanzata li għandna, fosthom l-internet, mobile phones, freephones, jekk verament aħna nemmnu li jrid ikollna statistika medika korretta ta' ċertu mard infettiv, niskanta kif l-ebda gvern – qed nagħmel suġġeriment prattiku u ma jien qed inwaħħal f'ħadd - għadu ma ħa l-inkarigu li jaġevola lit-tobba tal-familja.", "Alla jaf kemm dawn ikunu busy u kull sekonda tgħodd biex ilaħħqu max-xogħol li jkollhom!", "Mr Speaker, kif jista' jkun li tabib joqgħod iġorr il-formoli biex joqgħod jimla l-informazzjoni u mbagħad jimposta l-formola mimlija lid-dipartiment tas-saħħa!", "Din hija xi ħaġa possibbli imma tirrikjedi ħafna ħin.", "Irridu nkunu onesti magħna nfusna imma ħafna tobba ma jaslux biex jagħmluha, inkluż jien l-ewwel wieħed.", "M'iniex qed nipponta subgħajja lejn ħaddieħor biss imma huwa umanament impossibbli li tagħmel hekk.", "Naħseb li wasal iż- żmien li d-dipartiment tas-saħħa in ġenerali, b'mod speċjali l-kummissjoni, twaqqaf xi sistema ta' freephone fejn it-tabib ikun jista' jċempel dak il- ħin stess, anke minn fuq il-mobile phone tiegħu, jagħti l-medical registration number tiegħu - li huwa numru konfidenzjali, ħalli s- segretarja tal-kummissjoni tivverifika permezz tal-computer li verament ikun qed iċempel it-tali tabib - u b'hekk jgħaddi l-informazzjoni kollha, b'din is-sistema ta' konfidenzjalita' reċiproka.", "Naħseb li dan għandu jiffaċilita s-sistema ormai skaduta ta' kif nirrapportaw il-mard infettiv, sistema li assolutament mhix qiegħda taħdem.", "Jien niftakar li fl-1995 kellna outbreak tal-bruċellosi ġewwa pajjiżna, fejn kellna mijiet ta' każi, imma jekk wieħed ikollu jara r-records ta' kemm ġew irrapportati każi ta' bruċellosi żgur li n-numru uffiċjali huwa ferm u ferm inqas minn dak li fil-fatt kellna fil-komunita'.", "Jien l-ewwel wieħed fl-area ta' Raħal Ġdid u l-Kottonera, fejn naħdem jien, kont nara każi ta' bruċellosi kuljum sakemm din l-outbreak ġiet contained.", "Naturalment ma kienx ikolli ċ-ċans li nirrapporta kull każ minħabba s- sistema antikwata ta' kif tirrapporta l-mard, u persważ li ħafna tobba kienu jagħmlu bħali.", "Kważi kważi mingħajr ma tinvestiga - għax ikollok sintomi li jirripetu ruħhom – taqbad u tittratta l-pazjent mill-ewwel u tara kif jgħaddilu meta tagħtih l-antibiotics indikati għad-deni rqiq.", "Il- ministru qiegħed jitbissem imma naħseb li dak iż-żmien hu għadda mill- istess esperjenza.", "Apparti li huwa tajjeb li niffaċilitaw din is-sistema, huwa importanti wkoll li jkollna miġbura medical data xjentifikament korretta kemm jista' jkun.", "Nerġa' mmur lura għall-passa tad-deni rqiq li kellna fid- disgħinijiet, għaliex dak iż-żmien jien kont niltaqa' ma' ħafna pazjenti li kienu jaħilfuli li ma missewx ġbejna ma' ħalqhom.", "Kienu jgħidulek: Dawk ma nħaresx lejhom jien!", "U s-suspetti tiegħi u ta' ħafna tobba oħra – min jaf kemm konna nitkellmu flimkien - kienu li s-sors tal-brucellosis dak iż-żmien ma kienx ġej mill-ġbejniet imma seta' kien hemm xi proċess ta' pasturizzazzjoni difettuż fl-istess Malta Dairy Products.", "Din qed ngħidha mhux biex inqajjem kjass imma biex illum, wara sitt snin minn dan l- episodju, nitgħallmu minn dik l-esperjenza, ħalli jekk għada pitgħada nkunu sfortunati li niltaqgħu ma' każ simili - nafu kemm id-deni rqiq huwa endemiku fil-Mediterran kollu - nkunu nistgħu naġixxu fil-pront.", "Allura tajjeb li dan is-suġġeriment jittieħed into consideration.", "L-Onor.", "Michael Bonnici ftit ilu beda jesprimi t-tħassib tiegħu - u għandu raġun - dwar prodotti ta' l-ikel intenzjonati għat-trabi li jinbiegħu minn supermarkets fejn ma jkunx hemm personnel li huwa adegwatament imħarreġ biex jagħti parir lill-konsumatur.", "Fuq l-istess linja, nista' ngħid li lili jinkwetani l-bejgħ ta' vitamini u sustanzi li jużaw l-atleti u dawk kollha li jipprattikaw xi sport, bħal sustanzi para-anaboliċi, li ġieli qed jinbiegħu anke minn ċerti gymnasia.", "Jien inħoss li mhijiex etika li dawn l- istabilimenti jbigħu dawn it-tip ta' vitamini, b'nies li żgur m'humiex kwalifikati li jagħtu parir professjonali.", "Jista' jkollhom esperjenza personali għax forsi jkunu wżawhom huma stess, imma min-naħa l-oħra mbagħad jistgħu jidħlu anke interessi finanzjarji li jdaħħlulek ċerti suspetti ta' gwadann qarrieq.", "Jien nemmen sinċerament li l-konsumatur għandu jiġi protett minn dan permezz ta' din il-liġi.", "Għalhekk irridu bilfors niġbdu l- attenzjoni għal ċertu tip ta' ikel li jinbiegħ over the counter, mhux minn spiżeriji biss - u anke hawnhekk wieħed irid jagħmel sideline 'il quddiem, kif sfortunament f'pajjiżna ċerti mediċini, inklużi antibiotics, jinbiegħu over the counter - imma anke minn gymnasia, fejn żgur ma jkunx hemm qualified personnel li jagħtu pariri fuq ċerti tipi ta' vitamini li jkunu qed jiġu abbużati.", "Għalkemm din hija liġi tajba u estensiva, inħoss li sfortunatament ma tiżvolġix biżżejjed l-aspett edukattiv għaliex ma jiswa xejn li jkollok kummissjoni organizzata u amministrattivament korretta, jekk meta tiġi biex taħdem fuq il-binarju preventiv ma jirnexxilhiex minħabba li l-poplu ma jkunx edukat dwar dan.", "U l-edukazzjoni ma tiġix minn hawn ġew, għax mur ara kemm hemm nies qed jisimgħuna llejla!", "L-edukazzjoni ma tiġix billi ngħaddu liġi tajba u sabiħa minn din il-Kamra, imma tiġi billi l- kummissjoni li se nwaqqfu permezz ta' din il-liġi proprju tasal fejn għandha tasal.", "Anke għaliha nnifisha, biex tħaffef ix-xogħol tagħha, il- kummissjoni għandha tkun armata biżżejjed, bl-istess liġi, biex teduka lill- poplu tagħna fuq aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-konsum ta' ikel, mas- isigurtà ta' l-ikel, fuq l-iġjene tal-postijiet fejn jiġi ppreparat l-ikel, fuq l-iġjene tal-food handlers, inkluż il-koki u l-istaff li jkun hemm fir- restaurants.", "Xi ftit jew wisq dan huwa lacking f'din il-liġi.", "Naħseb li huwa importanti li nagħmlu enfasi aktar fuq dan.", "Meta ngħaddu għall-parti tal-liġi li titkellem dwar l-inforzar, insibu li klawsola 22 tgħid li wieħed irid joqgħod attent biex jevita li jiġu mpjegati nies li huma carriers ta' ċertu mard fi stabilimenti bħalma huma restaurants u fabbriki ta' l-ipproċessar ta' l-ikel.", "Pero' l-iktar marda komuni - u l-prevalenza tagħha hija komuni iktar milli wieħed jimmaġina, anke iktar milli jista' jiġi pprovat b'testijiet patoloġiċi fil-laboratorju - hija proprju l-infezzjoni staphylococcus.", "Din hija infezzjoni batterjoloġika li eluf ta' nies ibatu minnha, u din il-bacteria tgħix b'mod permanenti fil-mucosa tal-bniedem, b'mod speċjali fl-imnifsejn.", "Allura huwa faċli li min ikun food handler, min ikun qed jaħdem fl-industrija ta' l-ikel jgħaddi din il-marda lil ħaddieħor.", "Għalkemm il-liġi tispeċifika li hemm din il-marda, ma tissuġġerix kif nistgħu niprevjenu ħalli lil dawn in- nies nkunu nistgħu nilqgħulhom minn qabel u ma nħalluhomx jaħdmu fl- indusrtrija ta' l-ikel.", "Illum nafu li jekk jittieħed ftit mill-mucus ta' l- imnieħer u jiġi ttestjat fil-laboratorju, wieħed ikun jaf jekk fir- restaurant għandux xi kok li huwa carrier ta' l-istaphylococcus li allura jista' jiġi trasmess lill-klijenti li jmorru jieklu f'tali restaurant.", "Jiena nemmen li meta din il-liġi ġiet drafted ma ġietx mgħoddija lil dawk in-nies li verament se tolqothom fil-laħam il-ħaj, u din tinkwetani.", "Minn dak li smajt, dawk in-nies li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq l- industrija ta' l-ikel ftit li xejn ġew ikkonsultati.", "Kien hemm min ġie jistaqsini fuqha għax sema' through the grapevine li jista' jkun hemm xi restrizzjonijiet fuq ċerti prattiċi tal-passat.", "Tajjeb li ngħidu li hawn Malta forsi għandna l-impressjoni li l-kċina gastronomika m'għandhiex dak il-platt tradizzjonali, pero' jiena nħoss li l-gastronomija Maltija għandha affarijiet speċjali fid-dieta tagħna.", "Jekk mhux forsi l-platt tal-fenek, wieħed jista' jmur oltre minn hekk u jara l-ammont ta' delicacies li jiġu kkonsmati - fost dawn insibu l-ġbejniet, tadam imqadded, bigalla, żebbuġ mimli, pasti, ħelu, pastizzi, imqaret u ħafna oħrajn – u dawn huma kollha affarijiet li huma partikolarissimi għal pajjiżna.", "U jiena qed nara li se jkollna problema teknika.", "Għax kif se ninformaw lil dawn il-produtturi kollha sabiex jikkonformaw ruħhom mal-liġi meta, safejn naf jien, dawn lanqas biss ġew informati?", "X'forma ta' proċessar iridu forsi jadottaw fil- proċess tal-produzzjoni tagħhom li ilhom imdorrijin bih għal tant snin?", "Iridu jagħmlu xi alterazzjonijiet?", "Ġie jsibni produttur tal-ġbejniet friski għax jinsab inkwetat ħafna għax qed jgħid li wara din il-liġi, se jittieħdu passi biex il-ġbejniet jiġu ppakkjati f'containers tal-ġablow li fuqhom irid jitniżżel minn fejn tkun ġiet prodotta dik il-ġbejna, id-data tal-produzzjoni u d-data ta' skadenza.", "Mhux għax din fiha nnifisha hija xi ħaġa ħażina, anzi hija xi ħaġa pożittiva.", "Li hu ħażin hu li lill-poplu tagħna ma ppreparajniehx minn qabel għal dawn l-affarijiet.", "Meta aħna nkunu qegħdin infasslu liġi bħal din, jekk verament nixtiequ li l-poplu jeħodha bis-serjeta' u jimxi skond ir-regoli tat-tali liġi, huwa importanti li nipprepawh minn qabel billi nedukawh mill-aħjar li nistgħu.", "Mr Speaker, xi ħaġa oħra li tinkwetani – u jien qed nitkellem b'mod prattiku – hija proprju t-tabella li jkun hemm ma' kull prodott ta' l- ikel.", "Meta wieħed ipoġġi lilu nnifsu fi stampa prattika ta' kuljum jinduna għal xiex qed ngħid hekk.", "Per eżempju, fil-każ ta' anzjan li jkun ibati bid- dijabete, anzjan li allura jkun irid joqgħod attent kemm kaloriji jrid jikkonsma kuljum, dawn it-tabelli ma tantx jgħinuh għax għalkemm id- dettajli li jkun hemm fuq it-tabelli jkunu teknikament korretti, meta mbagħad jiġi biex jikkonvertihom b'mod prattiku tinħoloqlu problema.", "Ikollok dijabetiċi li mingħalihom qegħdin jagħmlu xi ħaġa tajba u fil-fatt ikunu qegħdin jikkonsmaw aktar milli jmisshom.", "Jekk lil dak l-anzjan tgħidlu li jista' jieħu mgħarfa jew tnejn ċereali, ikun jista' jikkalkalu b'mod aktar prattiku kemm jista' jikkonsma.", "Allura naħseb li jkun tajjeb li din il-liġi, anke permezz tal-kummissjoni li se titwaqqaf, tagħmel enfasi biex dawn it-tabelli jkunu intiżi li jagħmlu l-prodott ta' l-ikel iktar user-friendly, b'mod speċjali għal dawk in-nies li jkunu jbatu minn xi marda kronika.", "Huwa importanti wkoll li wieħed jiddefinixxi sew x'inhuma \"additivi\".", "Fil- bidu tal-liġi hemm riferenza għal dan, imma importanti li ngħidu li \"additivi\" jistgħu jkunu colouring agents, jiġifieri prodotti li jagħtu kulur lill-prodott ta' l-ikel, preservattivi li jgħinu biex itawlu s-shelf- life tal-prodott ta' l-ikel, vitamini, emulsifiers eċċ. Huwa iktar importanti li niddefinixxu l-additiv li jkun hemm fil-prodott milli sempliċement npoġġu numru jew xi ittri fuq it-tabella tal-kontenut ta' dak il-prodott.", "Diġa' għedt li hemm diversi tipi ta' additivi u huwa importanti anke għad-drittijiet tal-konsumatur li nagħmlu hekk.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid ngħid xi ħaġa dwar dawk li jbatu mill- marda tas-coeliac disease.", "Din hija marda li m'hijiex daqstant rari u sfortunatament hawn pazjenti li għandhom problemi kbar għax ħafna mill-ikel li jmorru jixtru mis-supermarkets ma jkunx immarkat jekk hux gluten-free jew le.", "Allura huwa importanti li din il-liġi tispeċifika anke l-interessi tas-coeliac society li fil-fatt ta' kuljum jiltaqgħu ma' dawn il-problemi.", "Irrid ngħid ukoll li minn dak li nisma' jien jidher li xi kultant il- prodotti ta' l-ikel li jkunu jridu jiġu pprovduti mill-isptar San Luqa ma jkunux ta' kwalita' tajba.", "Qed ngħid dan biex niġbed l-attenzjoni ta' l- istaff kollu konċernat biex jiżgura li l-prodotti ta' l-ikel li jipprovdu jkunu ta' kwalita' tajba.", "Ta' min jgħid ukoll li ċerti pazjenti qegħdin jittieħdu fi kliniċi privati biex jagħmlu test bil-computer li jipprova jew le jekk dawk il-pazjenti ibatux bil-marda tas-coeliac disease.", "Dan huwa test li mhuwiex xjentifikament approvat u allura nistgħu ngħidu li dan huwa abbuz min-naħa ta' dawn il-kliniċi privati li qed iwassal għal ħafna ineżattezzi anke fl- interpretazzjoni ta' kif nittrattaw mal-pazjenti.", "MR SPEAKER: Onor. Chircop, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema.", "Min jipproponi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Chircop ikompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Chircop ikompli jinstema?", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No ) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, peress li l-Onor.", "Chircop ma ngħatax extension qiegħed nitlob għal quorum.", "Fit-8.12 p.m. is-seduta kienet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu jaħseb sabiex titwaqqaf kummissjoni għas- sigurta' fl-ikel bil-ħsieb prinċipali li jkollna sorveljanza stretta f'dak li jirrigwarda l-produzzjoni ta' l-ikel.", "B'dan l-abbozz, li qiegħed jirrevoka l-Att dwar Ħwejjeġ ta' l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb, qegħdin inħarsu 'l quddiem u naraw kif se norganizzaw aħjar dik il-ħidma esekuttiva li jwettqu l-uffiċjali tas-sanita'.", "Il-verita' hi l-liġi li għadna nimplimentaw sal-ġurnata tal-lum, għal mod kif żviluppa s-suq, hija xi ftit antikwata.", "Bil-liġi kif inhi bħalissa qiegħed ikun hemm żewġ ministeri li qed jidħlu fuq xulxin.", "Qiegħed nirriferi għall-ministeru tas-saħħa u l-ministeru għall-agrikoltura u sajd, għax meta titkellem fuq l-ikel tkun qed titkellem fuq dimensjoni ferm wiesgħa.", "Infatti f'dan l-istess dibattitu l-Onor.", "Evarist Bartolo spiċċa jitkellem fuq il-fishfarms tat-tonn.", "Veru li t-tonn huwa ikel, pero' din il- liġi li titkellem dwar is-sigurta' fl-ikel bl-ebda mod ma tittratta l- fishfarms.", "Pero' meta inti qed titkellem dwar l-ikel, fl-immaġinazzjoni tiegħek tmur minn ġol-fishfarm għar-restaurant, jew inkella mir-razzett għall-biċċerija jew għall-ħanut minn fejn ikun qed jinbiegħ il-prodott.", "Maż- żmien, fis-suq, bdejna naraw dan it-taħwid f'ċerti mħuħ bħalma ġara hawnhekk stess ftit ilu.", "Xorta waħda jien ngħid li min iqum jitkellem irid ikun jaf sewwa kif il- liġijiet qegħdin jorganizzaw aħjar is-sorveljanza fis-suq.", "Din il-liġi kważi tikkomplimenta dak kollu li għedt il-bieraħ meta kont qed nagħmel il- winding-up għal-liġi tal-ħruġ tal-liċenzji.", "Dan l-abbozz ta' liġi, dak tal- ħruġ tal-linċenzji u dak li jirregola l-ħidma tal-veterinarji huma tliet abbozzi li jikkomplimentaw lil xulxin.", "Għalhekk wieħed għandu jinduna kemm qed issir simplifikazzjoni ta' kif se norganizzaw is-suq u kif il-gvern qiegħed jara li jorganizza lid-dipartimenti tiegħu b'tali mod li s-servizz tagħhom jkun effiċjenti, ta' kwalita' u fuq l-istess prinċipji ta' pajjiżi ċċivilizzati.", "B'dawn il-liġijiet se nkunu nistgħu nikkordinaw aħjar is- servizz governattiv mas-settur kummerċjali.", "Filwaqt li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jittratta dwar kif għandna nissorveljaw is-settur kummerċjali, l-iskop tiegħu hu li tiġi mħarsa s-sigurta` tal-konsumatur, u hawn hu l-qofol kollu li ħafna drabi jkun qed jinqabeż meta nkunu qed niddiskutu abbozz ta' liġi bħal dan għax naqbdu nitkellmu fuq abbozz ta' liġi waħdu, bħallikieku dan l-abbozz ta' liġi jkun qiegħed fil-limbu, fil-baħħ.", "Dan l-abbozz ta' liġi se joħloq sorveljanza b'sinerġija ma' ħafna eżerċizzji li se jkunu qed isiru minn diversi dipartimenti, ministeri u awtoritajiet.", "Spiss nisimgħu lill-membri tan-naħa l-oħra jilmentaw li matul dawn it-tliet snin il-gvern Nazzjonalista m'għamel xejn – naturalment hekk jaqblilhom jgħidu - pero` l- ħidma tal-gvern preżenti qed issir tajjeb u żgur li se tħalli impatt pożittiv.", "Il-gvern spiss jiġi akkużat ukoll li qiegħed jgħaġġel biex jgħaddi l- abbozzi ta' liġi li għandu fuq l-aġenda tiegħu, pero' l-verta' hi li qegħdin nagħmlu hekk minħabba li għandna programm ta' ħidma li rridu nwettqu, liema programm ta' ħidma jrid iwassal biex is-settur kummerċjali jiġi organizzat aħjar.", "Is-settur kummerċjali ta' pajjiżi oħra għaddej minn diversi bidliet u għalhekk il-gvern irid joqgħod attent li ma jaqax lura.", "Qabel l-elezzjoni ġenerali aħna wegħidna li se naħdmu biex noħolqu iktar impjiegi, u l-impjiegi m'humiex se jinħolqu sempliċement billi negozjant barrani jiġi hawnhekk u jiftaħ xi azjendi, imma billi niżviluppaw l- abbilta` tas-settur kummerċjali ħalli naraw l-ekonomija ta' pajjiżna tkompli tikber.", "Naturalment biex l-ekonomija tkompli tikber ma tridx issib tfixkil imma għall-kuntrarju trid issib lil min hu kapaċi jgħinha, u biex aħna nkunu kapaċi ngħinuha hemm bżonn li jkollna leġislazzjoni bħal din li għandna quddiemna.", "Spiss nisimgħu l-kritika li l-ministeri qed jingħataw ħafna setgħat u donnhom huma kollox, u għalhekk dan l-abbozz ta' liġi qed joħloq kummissjoni għas-sigurta` fl-ikel proprju bil-ħsieb li f'dan il-pajjiż, minbarra l-ministeru, ikollna min hu kapaċi jagħmel audit biex iħares u jissorvelja l-obbligi li għandha l-awtorita` tas-saħħa.", "Issa hawn irrid nagħmilha ċara li f'dan l-abbozz ta' liġi \"awtorita` tas-saħħa\" tfisser:", "\"... l-uffiċjal pubbliku li jkun responsabbli għas-saħħa pubblika skond l-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa jew kull liġi oħra li tissostitwiha;\".", "Ara ma jmurx ikun hawn min jaħseb li se noħolqu xi awtorita` ġdida bħalma hi l-awtorita` ta' l-ippjanar, kif kien hawn min fehem meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar it-trading licences.", "Jien ngħid li permezz ta' dawn il-liġijiet qegħdin nimplimentaw rivoluzzjoni siekta tant li hawn min m'huwiex qed jinduna b'dak li qed isir verament.", "Jien inħobb nikkwota lill-Onor.", "Herrera meta darba waħda f'dan il-parlament qal li l- gvern preżenti qed ibiddel radikalment il-mod ta' kif jitmexxa l-pajjiż.", "Fil-fatt dan kien kumment pożittiv ħafna għaliex huwa proprju dan li qed isir.", "Sur President, tajjeb li l-abbozz ta' liġi dwar is-servizzi veterinarji u l- abbozz ta' liġi dwar is-sigurta` fl-ikel tressqu fl-istess żmien għax fejn se jħalli l-abbozz ta' liġi dwar is-servizzi veterinarji, se jkomplih l- abbozz ta' liġi dwar is-sigurta` fl-ikel permezz tal-kummissjoni għas- sigurta` fl-ikel.", "Per eżempju, filwaqt li l-proċess tal-biċċerija se jaqa' taħt l-abbozz ta' liġi dwar is-servizzi veterinarji, meta mbagħad niġu għal dik li hi iġjene fil-biċċerija, dan se jkun jaqa' taħt l-abbozz ta' liġi dwar is-sigurta` fl-ikel.", "Meta mbagħad l-annimali li jkunu nqatlu fil- biċċerija jitpoġġew fis-suq, sakemm isir il-bejgħ tagħhom u l-prodott jasal għand il-konsumatur se jkun id-dipartiment tas-sanita` li jissorvelja l- proċess ta' l-iġjene.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll l-abbozz ta' liġi li kont ippilotajt jien – qed ngħid għall-General Product Safety Act - liema liġi tressqet quddiem dan il-parlament biex id-dipartiment tal-konsumatur ikollu s-setgħa li jneħħi mis-suq kull prodott li jista' jkun ta' periklu għas-saħħa tal-konsumatur, sakemm dan il-prodott ma jkunx ta' l-ikel.", "Meta konna qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi jien niftakar li kont spjegajt li għall-fini tal-prodotti ta' l-ikel, kien se jitressaq abbozz ta' liġi dwar is-sigurta` fl-ikel u għall-fini ta' l-ilma kien se jitressaq abbozz ta' liġi ieħor li jħares is-sigurta` fl-ilma.", "Illum il-ġurnata quddiem dan il-parlament qed jitressqu diversi enabling laws għax dawn ma jorbtux idejn il-gvern, ikun min ikun, u b'hekk il-gvern ikun jista' jkun iktar prattiku.", "Għaliex?", "Għax illum il-ġurnata l- iżvilupp tat-teknoloġija tant qed iseħħ b'ritmu mgħaġġel, li ma nistgħux nippermettu li jkollna liġijiet daqstant vasti u estensivi li jiġbrulek flimkien il-provvedimenti kollha u ma jħallulek l-ebda mod kif inti tkun tista' toħroġ xi avviżi legali biex tkun tista' taġġorna l-amministrazzjoni tiegħek skond il-ħteġijiet tal-ġurnata.", "L-enabling laws jgħinuna biex indaħħlu f'pajjiżna prinċipji moderni filwaqt li ngħollu l-livell tal-ħidma burokratika tad-dipartiment tas-sanita`.", "Matul dan id-dibattitu kien hawn min semma l-ħtieġa ta' iktar edukazzjoni fis-suq.", "Fil-fatt aħna qed nipprovaw inrawmu ċerta edukazzjoni f'dan il- qasam.", "Per eżempju, aħna m'aħniex noqogħdu lura milli ngħallmu lil min qiegħed fis-suq x'inhuma l-obbligi tiegħu.", "Illum dawk li qegħdin fis-suq mhux biss qed jikkompetu ma' swieq barranin imma qed jikkompetu wkoll bejniethom fis-suq lokali, u biex wieħed jirbaħ din il-kompetizzjoni kbira li teżisti jeħtieġ li jkollu ċertu knowledge.", "Illum is-soċjeta` tagħna ma tistax tirnexxi jekk kemm-il darba ma tkunx a knowledge-based society.", "Min- naħa tiegħu, id-dipartiment ta' l-edukazzjoni m'huwiex joqgħod lura milli jeduka lanqas, u dan qed jagħmlu bil-għan li l-poplu tagħna jagħraf itejjeb l-abbiltajiet tiegħu u b'hekk ikun jista' jikkompeti.", "Pero` fih innifsu dan l-abbozz ta' liġi qed jgħin biex, per eżempju, jien bħala imprenditur, li allura nkun soġġett għall-inforzar tad-dipartiment tas-sanita`, inkun naf eżattament x'inhuma l-prinċipji li fuqhom se niġi eżaminat.", "Kif spjega tajjeb il-Ministru Deguara meta kien qed jintroduċi dan l-abbozz ta' liġi, din il-liġi se tħaffef ix-xogħol ta' inforzar li jrid jagħmel l- uffiċjal tas-sanita`, u dan għaliex se tagħti gwidi preċiżi dwar x'inhuma l- obbligi tiegħu.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jispjega b'mod ċar ukoll x'inhuma l-obbligi tad-dipartiment tal-konsumatur; cioe` li jħares is- sigurta` u jneħħi mis-suq kull ħaġa li tista' tkun ta' periklu għas-saħħa tal-konsumatur.", "Irrid ngħid ukoll li wħud mill-provvedimenti li hemm fl- abbozz ta' liġi dwar is-servizzi veterinarji u fl-abbozz ta' liġi dwar is- sigurta` fl-ikel huma ta' l-istess natura tal-provvedimenti li jeżistu fil- General Product Safety Act.", "Meta nressqu dawn l-abbozzi ta' liġi għad- dibattitu nkunu qed nagħtu prova ta' kemm il-ħidma tal-gvern qiegħda tkun effettiva għall-ħteġijiet immedjati li hawn fis-suq.", "Kif għedt diġa', f'dan il-pajjiż ma nistgħux nitilfu l-competitive edge għax inkella ma nkunux kapaċi nikkompetu.", "Sur President, meta tkellimt inti fuq dan l-abbozz ta' liġi, tkellimt ta' spiżjar li int!", "Ara jien m'iniex qed nitkellem bħala spiżjar, imma qed nitkellem bħala segretarju parlamentari responsabbli mis-settur kummerċjali, u ma naħsibx li hemm imprendituri li jridu jagħmlu l-qligħ a skapitu tas-saħħa tal-konsumatur, pero` sfortunatament dawn l-affarijiet jiġru wkoll.", "Għalhekk nispera li issa ma jkunx hawn min jitkellem negattivament fuq dan l-abbozz ta' liġi li qed jaqblu fuqu ż-żewġ naħat tal- Kamra, u dan għas-sempliċi raġuni li jkun qed jibża' mill-inforzar ta' dan l-abbozz ta' liġi minħabba li jkun qed iwettaq ċerti abbużi.", "Dan l-abbozz ta' liġi jista' jidher negattiv f'għajnejn dawk li jwettqu ċerti abbużi f'dan il-qasam għax fil-każ ta' min jaħdem f'dan il-qasam b'mod serju u kuxjenzjuż, l-ispettur tas-sanita` mhux se jdejqu.", "Min irid jikkompeti verament u jirbaħ fil-kompetizzjoni li teżisti f'dan il-qasam mhux se jara dan l-abbozz ta' liġi bħala xkiel.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira billi ngħid li għad baqa' supermarkets - u se jkomplu jiftħu supermarkets - u dawn sejrin tajjeb ħafna.", "Qed ngħid dan għax kien hawn min ikkummenta: \"Jekk baqa' supermarkets!\".", "Illum il-kompetizzjoni li teżisti tant hija kbira, anke fil-qasam tas-supermarkets, li qed jirbaħ min hu armat, qed jirbaħ min m'huwiex qed jistenna lill-ispetturi tas-sanita` jiġru warajh biex iżomm nadif jew inkella biex iżomm il-vann li fih jittrasporta l-prodotti ta' l- ikel f'temperatura tajba.", "Min irid jikkompeti verament, fil-freezer ma jżommx it-tiġieġ u l-ġelati flimkien imma jippriserva l-ikel bl-aħjar mod sakemm ibigħhom.", "Fi ftit kliem, min irid jikkompeti jrid verament ikun organizzat.", "Sur President, aħna min-naħa tagħna, permezz tal-commerce division u ta' l- ismall business unit - liema unit jagħti support lis-settur kummerċjali - se nagħmlu kulma nistgħu biex ngħarrfu lil kulmin hu konċernat dwar il- provvedimenti li jeżistu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien inħares lejn dan l- abbozz ta' liġi b'mod pożittiv għaliex dan qiegħed jispjega eżattament x'inhuma l-obbligi u r-responsabbiltajiet ta' l-imprenditur, u fil-fatt aħna ħloqna l-commerce division proprju bil-għan li din issawwar kuxjenza iktar favorevoli lejn il-politika imprenditorjali u fl-istess ħin tipprepara lis-settur kummerċjali għar-responsabbiltajiet u għall-obbligi li għandu.", "Issa rridu nkomplu naħdmu biex meta dan l-abbozz ta' liġi jsir liġi u jkun qed jiġi implimentat, ikun business-friendly kemm jista' jkun, għalkemm bħalissa diġa' huwa business-friendly.", "Kif għedt diġa', dan l-abbozz ta' liġi se jkun negattiv biss għal min għadu jaħseb li f'dan il-qasam jista' jagħmel li jrid, u jien ngħid: J'Alla dan l-abbozz ta' liġi jkun negattiv u ta' dwejjaq għal min għadu jaħseb li f'dan il-qasam jista' jagħmel li jrid u għal min m'għandux kuxjenza dwar is- saħħa tal-konsumatur.", "Pero` bla ebda dubju, dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex se jkun negattiv u ta' dwejjaq għal min jaħdem b'mod serju u kuxjenzjuż f'dan il-qasam.", "Aħna se nagħmlu l-almu kollu tagħna biex ngħinu lill- imprendituri, speċjalment lill-imprendituri ż-żgħar, li għandhom bżonn l- iktar għajnuna.", "Aħna lill-imprendituri ż-żgħar irridu nħaffulhom il-piż li għandhom fuq spallejhom, pero` min-naħa l-oħra m'aħniex se noqogħdu lura milli nispjegawlhom ukoll x'inhu jistenna minnhom is-suq.", "Sur President, iddispjaċini ħafna meta smajt lil min jikkummenta min-naħa l- oħra tal-Kamra li dan l-abbozz ta' liġi se jservi ta' spiża żejda fuq is- settur kummerċjali.", "Kull wieħed u waħda minna hawn ġew huwa konsumatur, u għalhekk ma nistax nifhem kif wieħed jista' jiddeskrivi abbozz ta' liġi li jkun qed iħares id-drittijiet tal-konsumatur bħala li jservi ta' spiża żejda.", "Fil-fatt il-verita` hi li dan l-abbozz ta' liġi mhux talli m'huwiex se jservi ta' spiża żejda imma talli se jgħin biex fin-negozji tagħna jkollna l-investiment kapitali li huwa meħtieġ.", "Uħud mill-kelliema li tkellmu matul dan id-dibattitu staqsew għaliex fil- kummissjoni m'huwiex se jkun hemm rappreżentant tas-settur kummerċjali, pero` f'dan l-abbozz ta' liġi se jkun hemm rappreżentant għall-konsumatur, u r-rappreżentant għall-konsumatur se jiġbor proprju l-iktar interessi wesgħin tas-soċjeta` tagħna għax illum il-ġurnata l-konsumatur huwa l-ikbar regolatur tas-suq.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn paragrafu (ċ) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 8, li titkellem dwar is-setgħa li jiġu ppubblikati twissijiet u informazzjoni, insibu li dan il-paragrafu jgħid hekk:", "\"il-prattiċi, li jintużaw rigward xi negozju ta' l-ikel, li huma ta' detriment għall-interessi tal-konsumaturi u, jew il-persuni li huma mqabbdin bi prattiċi bħal dawk;\".", "Ovvjament maż-żmien wieħed ikun irid jerġa' jittawlilha din il-liġi, pero` għandna tluq tajjeb ta' kif se naraw li f'dan il-pajjiż inwasslu biex inżommu għoljin kemm jista' jkun l-istandards tal-manifattura, l- iproċessar, il-bejgħ u l-preżervazzjoni ta' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-ikel.", "Ma rridux ninsew li fuq kollox din hija liġi regolatorja.", "Huwa faċli li jkollok min ikun egoist biżżejjed li jgħidlek li jista' jgħaddi aħjar mingħajr liġi - u jien nifhem min jipprova jkun egoist biżżejjed u jgħid hekk - pero` jien ngħid li ma nistgħux naħsbu li jista' jkun hemm xi ħadd li jassumi li għandu xi jedd li jagħżel it-tajjeb jew il- ħażin fuq dak li suppost isir.", "Qegħdin nitkellmu fuq proċess ta' sorveljanza u infurzar importanti fis-suq u rridu naraw li nimplimentaw din il-liġi biex inħarsu kemm jista' jkun is-sigurta` u s-saħħa tal-konsumatur rigward l-ikel.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, f'isem l-oppożizzjoni u anke f'isemi personalment ngħid li din m'hijiex liġi ħażina, pero` hemm aspetti li m'humiex ċari – u meta nkompli darb'oħra jkolli ċans ngħid liema huma dawn l-aspetti, speċjalment għal dak li huwa enforcement u proċeduri kriminali fil-qorti – u hemm aspetti oħra li forsi aktar milli wieħed jopponi għalihom, jagħti suġġerimenti u jikkritika b'mod li forsi l-liġi nagħmluha aħjar minn kif inhi proposta mill-kollega tagħna tan-naħa l-oħra.", "L-ewwelnett irrid nagħmilha ċara mill-bidu nett li ħafna mir-reati li hawn hawnhekk u ħafna mil-leġislazzjoni diġa` teżisti b'xi mod jew ieħor taħt l- Att li qed jiġi mħassar, jiġifieri taħt il-Food, Drugs and Drinking Water Act.", "Issa kif jaf kulħadd – almenu min jaħdem il-qorti żgur li jaf – hemm mijiet, jekk mhux eluf, ta' kawżi kriminali li ngħidulhom tas-sanita`.", "Allura d-domanda tiegħi hija din: X'se jsir minn dawk il-kawżi kollha li hemm pendenti l-qorti?", "L-abbli kollega tiegħi jgħid li dawk huma akkużati taħt il-liġi l-qadima u jibqgħu jiġu pproċessati taħtha, pero` jien ngħid li dan legalment m'huwiex korrett għaliex kien hemm sentenzi, anke konfermati mill-Qorti ta' l-Appell, li jgħidu li jekk xi ħadd ikun akkużat taħt liġi u dik il-liġi tiġi abbrogata, ma jistax aktar jinstab ħati fuqha minħabba l-prinċipju sagrosant ta' nullum crimen sine legis.", "Allura issa se jiġri li hemm ħafna nies li huma akkużati b'reati in konnessjoni mas-sanita` – minn dawn hemm ħafna każi u fil-fatt hemm il- Maġistrat Padovani Grima li parti mix-xogħol tagħha huwa appuntu dawn il- kawżi numerużi li hemm – li jekk inħallu l-liġi kif inhi u ma nagħmlux xi tip ta' saving clause, malli l-President ta' Malta jiffirma u jiskattaw il- provvedimenti tal-liġi – ħalliha li dawn il-provvedimenti mhux kollha jidħlu fis-seħħ f'daqqa – se jkun hawn mijiet ta' nies li se jieħdu nifs twil għaliex kellhom kawża fejn setgħu weħlu multa jew setgħet tiġi sospiża l-liċenzja tal-ħanut tagħhom u ħarġu lliberati.", "Din hija aqwa mill- proklama tal-President għaliex kollha se jiġu lliberati!", "Jien qed ngħid li jekk aħna rridu li we start from scratch, allura ngħidu hekk.", "Imma jekk irridu li l-proċedimenti kriminali li hemm jibqgħu għaddejjin u min kiser xi liġi jew kontravenzjoni jibqa' akkużat - għaliex ftit minnhom huma kontravenzjonijiet u ftit minnhom huma kkonsidrati bħala reati allura rridu nżidu xi klawsola jew nagħmlu xi emenda partikolari għal dan l-abbozz ta' liġi, fejn ngħidu li nonostante x'qalu l-qrati dwar x'inhi l-pożizzjoni fil-ġurisprudenza tagħna, se tibqa' in vigore l-liġi l- antika għal dak li jikkonċerna nies li diġa` huma akkużati b'dawk ir-reati.", "Jekk ma nagħmlux hekk, allura kif qed ngħid jien se jkun hemm dawn in- nies li se jispiċċaw liberati jew mingħajr każ.", "Dik hija l-ewwel osservazzjoni tiegħi.", "It-tieni osservazzjoni tiegħi hija – mhux se jkolli ċans nidħol fid-dettall illum għaliex jidher li ftit baqagħli ħin, pero` nkompli fuq dan il-punt darb'oħra – li f'din il-liġi hemm bl-iktar mod dettaljat u preċiż x'tip ta' difiżi wieħed jista' jagħti fis-sens li wieħed jista' jagħti \"dik\" id- difiża pero` ma jistax jagħti d-difiża l-\"oħra\".", "L-ewwelnett din jiena ma nifhimhiex għaliex dawn huma reati kriminali u hemm il-prinċipji kriminali normali li japplikaw b'mod ġenerali.", "Ma nistax nifhem għaliex f'din il- liġi partikolari hemm daqshekk dettalji ta' x'tip ta' difiża tista' tagħti u x'tip ta' difiża ma tistax tagħti.", "Assolutament għalija ma tantx tagħmel sens.", "Li tgħid li f'ċertu każ partikolari d-difiża trid tipprova \"dan\" l- element biex ikollha ċertu tip ta' difiża, jew li tgħid li f'ċertu tip ta' akkuża ċerta tip ta' difiża ma tapplikax nifhimha, pero` li taqbad u tilleġisla u tgħid liema huma d-difiżi aċċettati u li ma tistax tagħmel difiżi oħra, għalija ma tagħmilx sens.", "Pero` għalija l-iktar ħaġa stupida li hawn f'din il-liġi hija fejn jingħad li jekk persuna tista' tikkonvinċi lill-qorti li ma kenitx taf bl-eżistenza tal-liġi jew xi tfisser il-liġi, allura din tista' toħroġ liberata.", "Kif jista' jkun ikollok din it-tip ta' difiża meta l-prinċipju kardinali fid- dritt kriminali hija ignorantia legis non excusa!", "Allaħares niġu f'pożizzjoni fejn wieħed jista' joħroġ bid-difiża fejn jgħid li ma kienx jaf xi tgħid il-liġi u jiġi skolpat!", "Din hija bażikament u intrinsikament kontra l-iktar prinċipju fundamentali u kardinali tad-dritt kriminali.", "Pero` dwar dan nelabora darb'oħra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Herrera se jibqa' in possession.", "Nitlob lill-Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Settembru, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar it-Tneħħija ta' Mħallef - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jumejn ilu l-prim ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali għas-sena 2000 tal-kumitat tas- sigurta` skond artiklu 14 (4) ta' l-Att ta' l-1996 dwar is-Servizz tas- Sigurta`, u xieraq li f'dan il-kuntest, min-naħa tiegħi, nagħmel numru ta' rimarki riferibbli għal dak kollu li għandu x'jaqsam mal-qasam tas-servizzi sigrieti u l-qasam tas-sigurta` f'pajjiżna.", "Ir-rapport huwa l-ewwel rapport li sar taħt l-Att ta' l-1996 dwar is-Servizz tas-Sigurta`, jiġifieri dak li huwa popolarment magħruf bħala servizz sigriet.", "Huwa punt ċar li fl-aħħar xhur kien qed jiżviluppa ċertu tħassib fost il- poplu in ġenerali dwar kif qed jitmexxew is-servizzi tas-sigurta`.", "Ċerti allegazzjonijiet u ċerti suspetti li kienu qed jinfirxu kienu u għadhom li qed ikun hemm użu estensiv ta' makkinarju, ta' apparat, ta' faċilitajiet maħsuba biex bihom jaħdmu s-servizzi sigrieti, li kienu qed jaqbżu ċertu limitu ta' kif wieħed jistenna f'soċjeta` ċivili u demokratika li ċ- ċittadini jkunu sorveljati jew mhux sorveljati fl-aġir privat tagħhom.", "Għalhekk importanti li wieħed jifli ftit dan ir-rapport li ġie ppreżentat jumejn ilu biex jara eżattament x'xiehda jagħti jew ma jagħtix ta' dan l- operat li qed isir mis-servizzi sigrieti.", "Ikolli ngħid li r-reazzjoni tiegħi hija fuq żewġ binarji.", "L-ewwelnett huwa rapport anodyne, rapport li fih ma joħroġx tabilħaqq is-sentiment, is-sugu ta' x'inhu għaddej fil-qasam tas-servizz sigriet.", "It-tieni nett, dan ir-rapport m'huwiex se jgħin biex jikkwieta t-tħassib li hawn b'mod ġenerali dwar kif qed jitmexxew is- servizzi sigrieti.", "Jien infakkar li l-Partit Laburista kien ivvota kontra l-liġi li biha twaqqaf is-servizz tas-sigurta`.", "Għamel dan, fost l-oħrajn, għal tliet raġunijiet ewlenin.", "L-ewwelnett ir-raġuni ta' organizzazzjoni maniġerjali, li f'pajjiż ċkejken bħal tagħna għandna l-istruttura tal-pulizija, u li żżid magħha strutturi oħrajn bħas-servizz sigriet biex jaħdem in parallel magħha imma b'mod awtonomu minna, kienet xi ħaġa li żżid wisq il-mod kif isiru l-affarijiet u żgur li m'hijiex se tgħin għat-trasparenza fit- tmexxija, għall-effettivita` fit-tmexxija u għal tabilħaqq il-ħarsien tas- sigurta` f'pajjiżna.", "It-tieni raġuni kienet li l-liġi kif ġiet ippreżentata u kif fil-fatt għaddiet, ibbażata fuq mudell hekk imsejjaħ Ingliż, hija liġi illiberali u anke riflessiva fil-mod kif tagħti ċerti poteri u tifrex dawk il-poteri.", "Mhux lanqas, per eżempju, fil-poter li tagħti lis-servizz sigriet li jidħol f'oqsma li jitqiesu bħala sovversivi fil-qasam politiku, industrijali u trejdunjonistiku, ħaġa li mhux biss hija antikwata fil-konċepiment tagħha imma hija rigressiva u ripressiva.", "It-tielet nett l-istess liġi ma tipprovdix biżżejjed safeguards kontra abbużi potenzjali mill-apparat ta' l-Istat jew minn dawk li jmexxuh, safeguards li jkunu tabilħaqq maħsuba b'mod li jkun hemm xi ħadd awtonomu jew indipendenti li jista' jiġġudika, għalkemm dejjem fis-sigriet, li d- deċiżjonijiet li qed jittieħdu m'humiex qed ikunu deċiżjonijiet abbużivi, dejjem imbagħad fir-rispett tal-ħtieġa li s-servizzi sigrieti, is-servizz tas-sigurta` f'pajjiżna - ikunux taħt il-pulizija jew indipendenti hija immaterjali - ikunu effettivi fix-xogħol li jagħmlu.", "Għal dawn it-tliet raġunijiet fost l-oħrajn konna vvotajna kontra s-servizz tas-sigurta` u konna anke wegħidna li se jiġi mneħħi u l-funzjonijiet tas-servizzi sigrieti jitmexxew permezz ta' struttura fi ħdan il-korp tal-pulizija li tkun regolata b'mod statutorju.", "Meta konna fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 konna tlaqna biex inħejju riforma tal-korp tal-pulizija u tal-korpi tas-sigurta`.", "Effettivament dik ir-riforma kienet ġiet abbozzata f'ċertu dettall - ma kellniex ċans immexxuha 'l quddiem - b'mertu għax-xogħol li kien għamel Dr Joe Brincat dak iż-żmien.", "Konna qed naħdmu fuq mudell, kif diġa' għedt, li bih is- servizzi sigrieti jiġu nkwadrati fil-qafas tal-korp tal-pulizija taħt regolamentazzjoni statutorja li tagħti wkoll salvagwardji serji lid- drittijiet taċ-ċittadini u li ma jkunx hemm triq miftuħa beraħ għal abbużi jew possibbilta` t'abbużi.", "Fl-istess ħin, sakemm stajna ndaħħlu dawn ir- riformi, konna żammejna għaddejja l-liġi ta' l-1996 dwar is-servizz tas- sigurta` li kienet daħlet in vigore f'Settembru ta' l-1996, u żammejnieha viġenti b'operat minimalista filwaqt li bħala kap tas-servizz sigrieti żammejna lill-kummissarju tal-pulizija.", "Jiġifieri l-kummissarju tal- pulizija kien kummissarju li jmexxi l-korp tal-pulizija u kien ukoll il-kap tas-servizz sigriet taħt il-liġi tas-servizzi sigrieti.", "Matul iż-żmien - issa għaddew tliet snin mill-aħħar elezzjoni - qiegħed jirriżulta kemm il-kritika li konna nagħmlu lejn is-servizzi sigrieti kif ġiet kostitwita taħt dan l-Att, kienet kritika ġustifikata, importanti u korretta.", "Dan il-gvern żamm lill-kummissarju tal-pulizija bħala kap tas- servizzi sigrieti - kelli l-okkażjoni li nikkritikaha din il-ħaġa – u xi sena u nofs jew sentejn ilu beda jħallsu allowance extra tax-xogħol li qiegħed jagħmel hekk imsejjaħ bħala kap tas-servizzi sigrieti.", "Imma l- kontradizzjoni f'dan li qed isir huwa li jekk qed ngħidu li hemm bżonn ta' servizz sigriet awtonomu mill-pulizija u mmexxi b'mod differenti mill- pulizija, kif allura l-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami f'dawn l-aħħar tliet snin żamm l-istess kap għaż-żewġ servizzi, għas-servizz tal-pulizija u għas-servizz sigriet?", "Hemm kontradizzjoni ċarissima fil-mod kif ipproċeda dan il-gvern li tmur fis-sens li għedna aħna mill-bidunett, jiġifieri li f'pajjiż żgħir bħal tagħna jkollok dawn iż-żewġ entijiet għaddejjin taparsi b'mod awtonomu fil-prattika ma taħdimx.", "Effettivament ir-rapport li ġie ppubblikat jumejn ilu jindika li kulma hemm fis-servizz sigriet huma nies mill-korp tal-pulizija imma attached mas-servizz sigriet fuq arranġamenti li jien nimmaġina li huma temporanji, ħaġa li hija kontra sens, ħaġa li amministrattivament m'hijiex koerenti.", "Lil hinn minn hemm imbagħad jinħass ċar li dak li konna ngħidu aħna dwar is- safeguards kontra l-abbużi, m'huwiex qiegħed jiġi operat u m'għandux biex jiġi operat.", "L-esiġenza hija esiġenza hekk imsejħa amministrattiva għax jiddeċiedi l-kap amministrattiv - f'dan il-każ il-kummissarju - ipoġġi l- esiġenza tiegħu quddiem il-kap politiku, il-kap politiku jiffirma l-go- ahead u l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Jekk ikunx hemm operazzjonijiet sigrieti li lanqas il-ministru forsi ma jkun jaf, frankament ħadd ma jista' jkollu l-ebda salvagwarda fuq din il-ħaġa.", "Jirriżulta ċar minn dan ir- rapport superfiċjali li għandu quddiemu l-parlament li f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizz sigriet kif qed jitmexxa, il-kontroll demokratiku, il- kontroll trasparenti, il-kontroll politiku - jekk qed isir - ma jirriżultax minn dan ir-rapport li qed isir b'mod effettiv.", "Imbagħad il-punt l-ieħor huwa dan, li l-evidenza li għandu l-poplu u li għandna aħna bħala oppożizzjoni, hija li bih jew mingħajru, bl-operat ta' dan is-servizz sigriet ma jirriżultax li hemm xi titjib fl-effettivita` tas- sigurta` ta' pajjiżna.", "Ħalli ma noqgħodx ngħid li l-affarijiet sejrin għall- agħar, imma l-affarijiet m'humiex sejrin għall-aħjar.", "Jien naħseb li huwa importanti li meta niġu biex niflu operat ta' servizz sigriet bħal dan ikollna xi forma ta' indikazzjoni ta' kemm tabilħaqq l-affarijiet fil-qasam tas-sigurta` qegħdin jitjiebu.", "Jien nirritjeni li m'humiex qegħdin jitjiebu, anzi nikkritika anke l-effettivita` tas-sistema li għaddejja bħalissa fuq diversi punti.", "Tajjeb li ngħid, Sur President, illi r-rapport li ġie ppreżentat mill-prim ministru taħt il-liġi viġenti huwa tal-kumitat tas-sigurta`, li kif jgħid ir-rapport taħt il-liġi, huwa magħmul mill-prim ministru, mill-ministru responsabbli għas-servizz sigriet, mill-ministru responsabbli mill- affarijiet barranin u mill-kap ta' l-oppożizzjoni.", "L-ewwelnett dan ir- rapport suppost isir kull sena.", "Il-liġi ilha hemm mill-1996.", "Fis-sena u nofs li għamilna fil-gvern aħna żammejnieha topera fuq bażi minimalista u allura ma tħallietx għat-twaqqif ta' dan il-kumitat.", "Għaddew tliet snin mill-aħħar elezzjoni u kien għal darbtejn biss din is-sena, f'April u f'Ġunju, li dan il-kumitat issejjaħ għal-laqgħat.", "Dan jindika diġa' li l- liġi bħala liġi, taħt gvern li jemmen fiha, qiegħda titmexxa kompletament b'mod żlugat.", "Allura għaddew numru ta' snin, anke taħt gvern li jemmen f'din il-liġi, fejn il-makkinarju tal-liġi nnifisha ma tħaddimx.", "Jien ġejt mistieden nattendi għall-ewwel laqgħa li saret f'April u għat- tieni laqgħa li saret f'Ġunju iżda ma attendejtx.", "M'attendejtx għal żewġ raġunijiet - hemm raġuni oħra li m'iniex se nsemmieha.", "L-ewwelnett ma naqbilx li għandi naċċetta li nidħol f'forum bħal dan, fejn anke bil-mod kif huwa definit, il-poteri tal-kumitat tas-sigurta m'għandux grip, u ma jistax ikollu grip, kontroll fuq dak li hu għaddej.", "Biżżejjed li wieħed jirriferi lejn il-liġi u jara li dan fil-fatt huwa kumitat, ngħidlu jien finta, li taparsi jingħata informazzjoni fuq affarijiet minn fuq imma mbagħad direttament fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-operat tas- servizz sigriet ma jistax jieħu konjizzjoni serja imma jirriduċi ruħu, kif juri tajjeb dan ir-rapport, fil-preżentazzjoni t'affarijiet vagi li bl-ebda mod fuqhom ma wieħed jista' jagħti sens ta' kontabilita` u sens ta' trasparenza, anke fil-livell tal-kumitat li qed insemmi.", "Imbagħad ċertament min jattendi u jkun preżenti għal dan il-kumitat isib ruħu marbut bil-kunċett ta' segretezza professjonali li anke timpedilu li jagħmel kritika - u żgur li m'iniex se naċċetta din il-kwalita` ta' impediment - li jagħmel ċerti punti, li jagħmel ċerti evalwazzjonijiet u li jagħmel ċerti hekk imsejħa investigazzjonijiet għax ikun implikat hu f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija taħt l-istatut ta' dan is-servizz.", "Din kienet raġuni importantissima għaliex m'attendejtx u li m'iniex se nattendi għal dawn il-laqgħat.", "It-tieni raġuni hija wkoll diferibbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' min jattendi għal dawn il-laqgħat.", "Il-laqgħat tal-kumitat tas-sigurta` għandhom bħala segretarju persuna li bl-ebda mod ma jien nista' naċċetta li jkolli fiduċja fl-integrita` amministrattiva tagħha.", "Dan qed ngħidu mill- esperjenza personali u ċertament m'iniex se nattendi laqgħat uffiċjali fejn ikun hemm din il-persuna li qiegħda tassumi rwol - f'dan il-każ ta' segretarju tal-kumitat - ta' l-ikbar delikatezza li fihom suppost li se jintqalu affarijiet delikati li jiddependu fuq l-integrita` amministrattiva tal-parteċipanti kollha.", "Naħseb li tajjeb li nerġa' nisħaq fuq il-kuntest kollu ta' dak li qed inħarsu lejh u nerġgħu ngħidu li hemm bżonn ta' riflessjoni ħafna iktar wiesgħa u ħafna iktar qawwija fuq kif qed jitmexxew is-servizzi hekk imsejħa sigrieti tal-pajjiż, anke fil-kuntest tal-liġi msejħa tas-sigurta` ta' l-1996.", "U f'dan il-kuntest ukoll ma nkunx qiegħed ċar u trasparenti jekk ma nqajjimx il-pożizzjoni tal-kummissarju tal- pulizija nnifsu fid-dawl ta' l-iżviluppi u l-allegazzjonijiet riċenti li qed isiru dwaru.", "Issa ħalli nagħmilha ċara, Sur President, li f'dan il-qasam, li huwa qasam li jirrifletti bil-kbir fuq is-sigurta` tal-pajjiż, m'iniex interessat jien l-ewwel wieħed u lanqas sħabi, li naqilgħu jew nidħlu fl-aspetti personali ta' ħajjiet personali u privati.", "Jien l-ewwel wieħed m'iniex se nagħmel hekk għax f'dawn l-aħħar snin, kemm ili kap ta' l-oppożizzjoni, kien hemm diversi attentati li saru biex jattakkawni fuq bażi privata u personali.", "Jiġifieri lili dak assolutament ma jinteressanix.", "Imma fejn imbagħad l-imġiba personali ta' ċittadin li għandu rwol pubbliku importanti tinċidi fuq dimensjoni kriminali, anke allegatament, u allura jista' jkollha inċidenza fuq ir-rwol pubbliku tiegħu, hemmhekk f'dak l- aspett biss hija ċara li jrid ikun hemm min-naħa tal-politiċi, min-naħa tas- soċjeta` tagħna, analisi ta' dak li jkun għaddej u kulħadd irid jieħu r- responsabbiltajiet tiegħu.", "Issa meta qed nitkellmu dwar il-kummissarju tal- pulizija qegħdin nitkellmu dwar persuna wkoll, u jien naħseb li tajjeb anke nispjega, għaliex jistaqsuni, x'kienet il-pożizzjoni tal-gvern Laburista vis-a-vis l-kummissarju tal-pulizija, li aħna żammejnieh fil-kariga tiegħu mill-1996 sa l-1998.", "Waħda mir-raġunijiet kienet il-ħtieġa - ma tantx hawn nies li jagħtu kasha dan iż-żmien – li jkun hemm kontinwita` fl-amministrazzjoni għolja tal- pajjiż.", "Dik kienet waħda mill-affarijiet li dejjem qist bħala importanti jien personalment.", "Ġejt imsejjaħ kemm-il darba biex nispjega għaliex żammejnieh bħala kummissarju fil-kuntest tal-fatt li qabel l-1996, fl- elezzjoni ta' dik is-sena, jien l-ewwel wieħed kont għedt li ma kellix fiduċja fil-mod kif kien qed imexxi ċerta investigazzjoni li kienet qed issir fil-każ ta' l-iskandlu tal-bus ticketing, tal-biljetti awtomatiċi tal- karozzi tal-linja.", "Ħafna nies kienu assumew li għax ma kellix fiduċja fil- mod kif kienet tmexxiet dik l-inkjesta min-naħa tal-pulizija taħt il- kummissarju ma kienx hemm fiduċja across the board, u veru li kien hemm dak il-malintiż.", "Għalija dak iż-żmien kienet fuq dak il-każ biss li ma kienx hemm fiduċja fil-kummissarju.", "Kien hemm ukoll mistoqsija kbira f'moħħi żgur u naħseb li anke f'moħħ sħabi dwar kif kienu qed isiru l-affarijiet fil-każ ta' l-Imdina, ta' l-attentat ta' qtil fuq l-assistent personali ta' l-Onor.", "Fenech Adami, is-Sur Cachia Caruana.", "Imma hawnhekk peress li l-proċeduri kienu waslu sal-qrati, meta konna fil-gvern aħna, jien l-ewwel wieħed u sħabi wkoll, qgħadna attenti mill-iktar li ma nindaħlux bl-ebda mod, u allura hemmhekk il-mistoqsija baqgħet in suspense jekk kenux tmexxew tajjeb jew le l-investigazzjonijiet għax konna qed nistennew li l-qrati jiġġudikaw.", "Dan qed nitkellem għal bejn l-1996 u Settembru ta' l-1998.", "Ikolli ngħid ukoll - għax jien inħobb ngħid kollox, Sur President - illi fix-xhur li konna fil-gvern minkejja li kien hemm diversi punti li dwarhom ma qbiltx mat-tmexxija tal-Kummissarju Grech - u wara rriżultawli oħrajn li kieku kont naf bihom ma kontx naqbel magħhom - f'ħafna mill-każi fejn kelli x'naqsam miegħu huwa mexa b'mod korrett, fl-opinjoni tiegħi, iktar minn uħud mill-mexxejja oħra amministrattivi li l-gvern Laburista kellu x'jaqsam magħhom.", "Dan biex inkun qed ngħid kollox.", "Imbagħad ngħid ukoll li fl- aħħar tliet snin, mhux lanqas bħala riżultat ta' kif żviluppaw fil-qorti l- proċeduri dwar il-każ ta' l-Imdina, l-assessment tiegħi żgur, u naħseb li ta' sħabi iktar minn tiegħi, dwar il-performance tal-Kummissarju Grech saru iktar negattivi, xi kultant negattivi ħafna.", "Imma dan biex ikollna patti chiari, biex dak li se ngħid issa ħadd ma jaħseb li hemm xi - arriere penser jgħidulha l-Franċiżi - ħsebijiet ulterjuri.", "Kollox fuq il-mejda!", "Issa fl-istess ħin, anke waqt li għaddejna dawn il-kriterji, bl-ebda mod fir-rigward ta' l-allegazzjonijiet li qed isiru lejn il-Kummissarju Grech aħna ma pprovajna nagħfsu jdejna b'xi mod jew ieħor.", "Anzi l-oppożizzjoni Laburista kienet u se tibqa' mill-iktar prudenti.", "Infakkar li f'żewġ stqarrijiet li għamel sieħbi l-Onor.", "Gavin Gulia, li huwa l-kelliem ewlieni tagħna fuq l-intern dwar din il-ħaġa, afferma l-prinċipju li xi ħadd li qegħdin jiġu allegati l-affarijiet kontra tiegħu, huwa innoċenti sakemm dawk l-affarijiet jiġu pprovati.", "Meta ssir allegazzjoni ma jfissirx li huwa ħati.", "U l-punt l-ieħor ukoll li affermajna aħna - affermah l-Onor.", "Gulia fl-istqarrija li għamel – huwa d-dritt ta' kulmin qed jiġi akkużat li jkollu ċans jiddefendi ruħu b'mod trasparenti u b'ħieles.", "Jiġifieri minn dak il-lat il-prudenza timplika li dawn il-prinċipji jibqgħu jiġu ssalvagwardati, u aħna se nibqgħu niddefenduhom dawn il-prinċipji.", "Min- naħa l-oħra, Sur President, l-aħħar żviluppi fuq il-każ kollu bilfors joħonqu u se jkomplu jkabbru tħassib kbir, u fuq tliet dimensjonijiet ngħid jien.", "L-ewwel dimensjoni tittratta il-pożizzjoni tal-prim ministru nnifsu.", "L- informazzjoni li għandna hi - u hekk hi għax issa ġiet ikkonfermata anke verbalment mill-prim ministru - li huwa ġie informat b'ċerti allegazzjonijiet f'Diċembru li għadda u investigahom u żammhom in petto, żammhom għalih.", "Jekk qed nifhmu tajjeb, lanqas il-ministru ta' l-intern ma ġie nformat bihom - il-ministru ta' l-intern huwa l-persuna li taħt l- amministrazzjoni preżenti huwa responsabbli mill-kummissarju tal-pulizija u mill-pulizija - u nemmen jien li meta ssir allegazzjoni ta' natura bħal din, li tinċidi fuq il-kriminali, hija serja.", "Hija serja mil-lat amministrattiv li wieħed irid jassumi responsabbilta` politika biex imexxiha 'l quddiem jew biex ma jmexxihiex 'il quddiem b'mod trasparenti.", "Mhux qisna kardinali magħluqin fil-Kappella Sistina nagħmlu l-affarijiet bejnietna a quattro occhi u nippretendu li qisu ma ġara xejn!", "Effettivament ara x'jiġri.", "Meta mbagħad tiskala l-istorja, ma jkunx hemm xi abbilta` li l-affarijiet tabilħaqq qed isiru b'mod trasparenti.", "Ma jistax ikun lanqas li fl-ogħla livell tal-gvern nibqgħu għaddejjin kull darba bil- prinċipju ta' l-omerta` - ikunx Żeppi l-ħafi jew ikunx xi ħaddieħor - li għax aħna ħbieb tal-ħbieb, allura nagħlqu jdejna u nibqgħu għaddejjin b'rasna baxxuta, qisna deħlin għall-quddies!", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Hemm bżonn li l-prim ministru jispjega ftit eżattament iċ-ċirkostanzi li wassluh biex jieħu l-passi amministrattivi u politiċi li ħa, għax allura se nispiċċaw li hemm ċerti nies li jistgħu jkunu kkonsidrati bħala li m'hemmx regoli għalihom u oħrajn, il-biċċa l-kbira tan-nies, hemm regoli għalihom, iktar u iktar meta nerġa' ngħid ħaġa bħal din qed tinċidi fuq il-qasam tas- sigurta`, sigurta` dwar kif l-affarijiet jiġu protetti u ta' kif iċ- ċittadini jiġu protetti.", "Nerġa' ngħid li dak li sar jaf il-prim ministru, dak li investiga l-prim ministru u kif investiga, dak li ddeċieda l-prim ministru u r-rwol li kellu f'dan kollu l-ministru ta' l-intern għandhom ikunu soġġetti għal xi forma ta' spjega trasparenti min-naħa tal-gvern ħalli nkunu nafu kif mexa l-każ.", "Dik hija l-ewwel dimensjoni.", "It-tieni dimensjoni issa, aktar riċenti, cioe' r-rikuża li għamel il- kummissarju tal-pulizija lill-maġistrat li qed tinvestiga l- allegazzjonijiet li saru.", "Din hija xi ħaġa bla preċedent li kummissarju tal-pulizija li għadu fil-funzjoni joħroġ bi stqarrijiet illi jammontaw għal attakk dirett fuq membru tal-ġudikatura u fuq l-integrita` ta' membru tal-ġudikatura.", "Attakk dirett!", "U kif sar dan l-attakk dirett?", "Fost affarijiet oħra bil-preżentazzjoni ta' informazzjoni li prima facie, jien ngħid, setgħet tinġabar biss mis-servizz sigriet.", "Issa jistgħu jgħidu li mhu veru xejn li nġabret mis-servizz sigriet.", "Prima facie, għal xi ħadd bħali, innoċenti f'dawn l-affarijiet, inġabret biss bis-saħħa tas-servizz sigriet.", "Mela tajba issa!", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn biex jiddefendi l- pożizzjoni tiegħu, il-kummissarju tal-pulizija in vigore - għadu hemm – jagħmel attakk frontali fuq membru tal-ġudikatura u dan l-attakk frontali jiġi backed b'informazzjoni li nġabret minn servizz sigriet li ċertament m'huwiex qiegħed hemm biex jagħti spalla lill-problemi bħal dawn, li wieħed jista' jikklassifika li huma problemi ta' mġiba personali.", "Mela naħseb m'hemmx għalfejn naħseb ngħidha li l-użu jew il-fatt li qed jidher li ntuża b'dan il-mod is-servizz sigriet m'huwiex ċertament aċċettabli.", "Naħseb li hawnhekk il-gvern għandu responsabbilta` li jispjega x'inhi l-pożizzjoni tiegħu f'din il-ħaġa.", "Ninsabu fis-sitwazzjoni issa straordinarja fejn kummissarju tal-pulizija qiegħed head-on mal-ġudikatura.", "Ma nistgħux nibqgħu nippretendu li m'hu qed jiġri xejn.", "Nerġa' ngħid li assolutament m'iniex qed immiss - u lanqas jinteressani - fuq il-mertu ta' l- allegazzjonijiet li saru.", "Dak mhux affari tagħna imma affari tal-qrati, tal-proċeduri li għandu dan il-pajjiż suppost.", "Imma naħseb li qed joħroġ konflitt kbir ta' interess f'din il-ħaġa u riferibbli wkoll ma' l-operat tas-servizz sigrieti fil-pajjiż.", "Kull bniedem, kull ċittadin jista' jagħraf u jifhem.", "Ma nistgħux nippretendu li qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Imbagħad it-tielet dimensjoni, Sur President, li hija riċenti ħafna wkoll, u riferibbli wkoll għar-rikuża, ngħidlu jien l-attakk, li għamel il- kummissarju tal-pulizija fuq il-maġistrat konċernata, fejn fost ix-xiehda tiegħu daħħal persuna, biex tixhed naħseb jien favur il-kummissarju, li hija direttur ta' kumpannija jisimha Attrans.", "X'hemm ħażin fiha din il- ħaġa?", "Hemm xi ħaġa li tqanqal tħassib għax din il-kumpannija Attrans għandha l-istess indirizz ta' kumpannija li tista' tgħidilha front organisation ta' l-Attrans stess, bl-isem ta' Prime Movers, li hija jew kienet involuta f'każ kbir ta' kuntrabandu ta' sigaretti.", "Din il- kumpannija, Prime Movers, hija responsabbli - issa jekk kienx b'mod kriminali jew le, il-każ seħħ – għar-reshipment lejn Malta ta' kunsinna ta' kuntrabandu ta' sigaretti enormi.", "U d-direttur ta' l-Attrans jitressaq mill-kummissarju tal-pulizija biex jixhed favur tiegħu.", "Issa jien ma rridx noqgħod inġebbed iċ-chewing gum 'l hemm u 'l hawn imma skużi, dħalna f'qasam fejn ma nistgħux nibqgħu nagħlqu għajnejna għal dak li qed jiġri, aktar u aktar meta niftakar kif ftit tax-xhur ilu kien hemm każ ieħor ta' kuntrabandu.", "Dakinhar kien kuntrabandu ta' alkoħol, u kien involut fih l-istess persuna li hija mdaħħla fil-każ ta' l-Imdina - Żeppi l-ħafi.", "U damu x-xhur biex l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "M'iniex qed nagħmel link waħda ma' l-oħra imma bir-rispett kollu, qed nitkellmu f'ċirkostanzi fejn mal-pajjiż qed jinfirex tħassib dwar is-servizzi sigrieti ...", "U jien kont prudenti dejjem fuq din il-ħaġa.", "Ilhom jiġru nies warajja biex nagħti kummenti - ġurnalisti u ħaddieħor - imma issa wasalna fi stadju fejn il-gvern hemm bżonn jieħu r-responsabbiltajiet tiegħu.", "Ma nistgħux nibqgħu f'sitwazzjoni fejn il-prim ministru sieket, qisu ma ġara xejn, il-kummissarju all out issa biex jiddefendi lilu nnifsu - sewwa jagħmel għax għandu dritt jiddefendi lilu nnifsu - u joħroġ b'attakk sħiħ fuq membru tal-ġudikatura u b'informazzjoni li prima facie, ngħid jien, li s-servizz sigriet biss seta' tahielu, u mbagħad on top of that, linkage ma' xi ħadd li qed jixhed għall-kummissarju li dan l-aħħar kien marbut, irid jew ma jridx, ma' każ kbir ta' kuntrabandu....", "Something has got to give x'imkien.", "Ma nistgħux qisu ma ġara xejn kull darba, iktar u iktar, nerġa' ngħid, fil-qasam tas-sigurta`, Sur President.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li l-gvern jagħmel stqarrija sħiħa dwar kull ħaġa li semmejt jien u affarijiet oħra li jmissu magħha u li għallinqas għalissa l-kummissarju tal-pulizija ssir mistoqsija dwaru.", "Kemm jista' jibqa' dan – ħalli ma ngħidx kummissarju tal-pulizija - fil-pożizzjoni ta' kap tas-servizz sigriet tal-pajjiż?", "U naħseb li anke l-iċken bidu ta' ħsieb dwar kif għandhom isiru l-affarijiet b'mod rispettabbli f'dan il- pajjiż għandha tikkonkludi li dawn it-tip ta' riflessjonijiet huma importanti u serji.", "U mela noqogħdu nippoppaw sidirna b'rapport dwar is-sigurta` li ma fih xejn, li huwa anodyne, meta quddiemna każ kbir u qawwi bħal dan, qed jiġi injorat!", "U biex nagħlaq, Sur President, nerġa' ntenni li naħseb li l-poplu Malti jistenna, f'ġieh id-diċenza politika, li l-gvern jagħmel stqarrija serja fuq dawn l-affarijiet u li l-mistoqsija għallinqas tiġi mpoġġija f'dan il- livell: Kemm nistgħu naċċettaw li fiċ-ċirkostanzi attwali l-kummissarju tal- pulizija - ħa nibda minn hemm biex ma noqgħodx neskalahom l-affarijiet - jista' jibqa' kap tas-servizz sigriet, biex ma ngħidx affarijiet oħra?", "Dawn huma mistoqsijiet importanti, Sur President, u jekk irridu nitkellmu fuq is-sigurta` ta' pajjiżna bis-serjeta` għandna neħduhom bis-serjeta`.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Settembru, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TAQSIMA LAND AND WATER", "27903.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti li qed tissokta bihom it-taqsima tal-land and water u li se jitlestew qabel tibda x-xitwa?", "Kemm hija n-nefqa għal dawn il-proġetti/xogħlijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat illi l-uniku proġett, fost in-numru ta' progetti li qed tissokta bihom it-Taqsima tar-Raba' u ta' l-Ilma, li huwa progettat li jitlesta sa' qabel tibda x-xitwa, huwa t-tkomplija ta' hajt ta' l-ilqugh bis-sistema tal-gabjuni f'Tas-Slampa, limiti tar-Rabat.", "L- istima ta' dan ix-xoghol hija kkalkulata li tkun ta' Lm 9,000.", "ENEMALTA", "27904.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibli li tiġi milqugħa mill-aktar fis possibli t-talba li qed nibgħat separatament peress li dawn jinsabu fil-pik tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba għal servizz ġdid ta' l-elettriku qiegħda tiġi pproċessata skond il-proċeduri normali.", "POULTRY PROCESSORS ASSOCIATION", "27905.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-ministeru dwar l- aħħar statement tal-Poultry Processors Association (PPA) fejn fl-24 ta' Lulju l-PPA iddikjaraw uffiċjalment li huma mhux se jaċċettaw l-istrateġija proposta mill-Gvern dwar is-settur tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Poultry Processors Association (PPA) taw opinjoni meta kienu għaddejin diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni bil-għan li l-istess settur jibqa' sostenibbli.", "Il-pożizzjoni tal-Ministeru hi li jkompli jiddiskuti ma' kull min hu konċernat."]} {"filename": "20000626_325d_par.doc", "date": "2000-06-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 325 It-Tnejn, 26 ta' Ġunju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 325", "It-Tnejn, 26 ta' Ġunju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "325", "It-Tnejn, 26 ta' Ġunju, 2000", "WERREJ MINUTI 160", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 160", "TQEGĦID TA' KARTI 163", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL- KOMUNIKAZZJONI (KUMITAT) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 164", "AĠĠORNAMENT 185", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 189", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 324 li saret fit-23 ta' Ġunju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MTARFA BYPASS - DAWL", "16987.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx talba biex tiddawwal Mtarfa Bypass?", "X'inhija l-pożizzjoni ta' l-Enemalta dwar dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Saret talba biex tiddawwal il-bypass ta' l-Imtarfa u din qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' numru ta' talbiet oħra.", "Jien informat li l-ispiża sabiex tiddawwal din il- bypass tammonta għal madwar Lm 43,000.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformana dwar in-numru ta' fabbriki li nhar il-Ġimgħa kellhom jissospendu l-operat tagħhom minħabba qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mhux faċli tgħid su due piedi kemm kien in-numru ta' dawn il-fabbriki.", "Li nista' ngħid hu li meta għal ħabta ta' nofsinhar mort il-power station tal-Marsa u dħalt fil-control room ta' l-Enemalta, dak il-ħin kien qed jingħata l-elettriku lill-industrial estate ta' Hal Far, lill-industrial estate ta' Bulebel, lill-Freeport, lill-partijiet kważi kollha tal-Marsa u lil diversi lokalitajiet oħra.", "Dan ifisser li numru kbir ta' fabbriki, inkluż l-ST Microelectronics, m'għamlux aktar minn sagħtejn bla dawl.", "Naturalment dak telf ukoll u importanti li wieħed jara għaliex ġara u jipprova jimminimizza kemm jista' jkun possibbli dan it-tip ta' telf, madanakollu rridu nkunu realistiċi u filwaqt li nifhmu kemm hija importanti l-enerġija, irridu nammettu li teżisti l-possibbilta' li l- apparat tista' tiġrilu l-ħsara.", "Għalkemm il-ġenerazzjoni tad-dawl neħduha for granted u nippretendu li jekk nixegħlu switch irid bilfors ikollna d- dawl, jibqa' l-fatt li għandek sitwazzjoni komplessa ta' ċertu periklu, anke għall-ħaddiema nfushom, filwaqt li wieħed irid jipprova jippjana għall- esiġenzi kollha, ma jistax jiggarantihom 100%.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur Presidnet, nifhem li f'dan ir-rigward għaddejja inkjesta u allura huwa prematur li min-naħa tiegħi nagħmel ċerti mistoqsijiet, imma huwa fatt li numru ta' fabbriki li ma kellhomx provvista ta' elettriku kellhom jagħlqu u jibagħtu l-ħaddiema d-dar.", "X'jista' jsir biex f'ċirkostanzi simili, li kultant ma jkollokx kontroll fuqhom, kif qal il-Ministru, il-qtugħ ta' l-elettriku jkollu l-inqas impatt possibbli fuq l-industrija tagħna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien miniex f'pożizzjoni li ngħid kemm kien in- numru ta' fabbriki li ma kellhomx provvista ta' l-elettriku, pero' diġa' semmejt li l-industrial estate ta' Bulebel, l-industrial estate tal-Marsa u l-industrial estate ta' Hal Far, setgħu jintlaħqu fi żmien siegħa jew sagħtejn permezz tal-power station ta' Delimara.", "Imma mbagħad kien hemm industrial estates oħra, bħall-industrial estate ta' San Gwann, li parti minnu jiġi supplied mill-power station tal-Marsa u jista' jkun li dik il- parti kellha l-ħsara u allura kellu jsir ix-xogħol tekniku biex jingħata s- supply ta' elettriku fil-ħin.", "Irridu niftakru li l-accident sar fl-10.30 a.m, in-nar dam għal aktar minn siegħa biex jintefa' u għadda ħafna żmien sakemm it-turbini reġgħu bdew jiffunzjonaw speċjalment dawk li jaħdmu bl- isteam.", "Dan minħabba l-fatt li t-turbini kollha jintfew bi proċess awtomatiku li qiegħed intiż biex jipproteġi lill-istess turbini minn ħsara oħra li tista' ddum mhux biss sigħat imma anke ġimgħat biex tissewwa.", "Li nista' ngħid hu li min-naħa ta' l-Enemalta sar l-effort massimu biex isir ix-xogħol meħtieġ.", "Naturalment fejn seta' jingħata s-supply dan ingħata, għax wieħed irid jifhem ukoll li ħafna drabi, minħabba raġunijiet tekniċi, tista' tagħti l- provvista ta' l-elettriku lil ċerti postiijet biss.", "Ir-raġuni hi li l-grid huwa xi ħaġa kkomplikata u ftit napprezzaw li wara l-1987 Gvern Nazzjonalista beda jiżviluppa grid forma ta' ċirku, li nofsu jkun supplied minn sistema u nofsu jkun supplied minn sistema oħra biex meta jkollok il- ħsara tista' tilħaq min-naħa għal oħra u tagħmel bypass tal-ħsara li jkun hemm.", "Din it-tip ta' sistema ppermettiet li kultant tista' ddur mal- ħsara b'mod li tista' tagħti provvista ta' l-elettriku f'post li jkun aktar viċin tal-power station minn post ieħor.", "L-akbar ilment - dan lili ssorprendieni - ma sarx għax inqatgħet il-provvista ta' l-elettriku imma għax f'ċerti postijiet id-dawl ingħata qabel postijiet oħrajn.", "F'ċirkostanzi bħal dawn wieħed jagħmel dak li jkun possibbli biex tingħata l-provvista mill-aktar fis possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Peress li l-power station ta' Delimara hija relattivament ġdida, wieħed kien jistenna li malli żviluppat il-ħsara fil- Marsa, il-load kollha tgħaddi kompletament fuq Delimara.", "Ma jaħsibx il- Ministru li kieku fil-power station tal-Marsa kien hemm mekkaniżmu tajjeb biex meta jiġri xi ħaġa, kif fil-fatt ġara, u l-load tgħaddi fuq il-power station ta' Delimara b'mod awtomatiku, ma kienx jiġri dak li ġara u ma kenux ibatu dawk il-ħafna restaurants, negozji u fabbriki, fosthom l-ST Microelectronics, kumpannija importanti ħafna għall-pajjiż?", "Barra minn hekk iċ-chief executive ta' l-ST Microelectronics ikkummenta li minbarra li kien hemm dan il-qtugħ, li ħalla effett ħażin ħafna fuq il- production, fl-istess ġimgħa l-provvista ta' l-elettriku kienet maqtugħa għal xi 24 siegħa b'kollox.", "Iċ-chief executive qal li l-kumpannija tiegħu qed tiffaċċja kompetizzjoni kbira minn pajjiżi barranin u allura m'huwiex tajjeb għall-kredibbilta' tagħna li dawn l-affarijiet jiġru biss f'pajjiżna.", "X'qed jagħmel il-Ministru biex affarijiet bħal dawn, li kif qal hu stess għandhom konsegwenzi serji, ma jerġgħux jiġru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Skond l-informazzjoni li għandi l-ħsara saret f'circuit breaker u din minflok qatgħet, kif suppost għamlet - għax din qisha salvavita li nużaw fid-djar tagħna - jidher li ġibdet aktar dawl fuqha, bil-konsegwenza li meta l-automatic system tat-turbini tal-Marsa ħasset load esaġerata, bdiet tiġbed il-power kollu li kien qed joħroġ mit- turbini u naturalment, biex ma ssirx ħsara fuqhom, inqata' l-iswitch awtomatiku li għandhom apposta.", "Meta ngħidu li din is-circuit breaker suppost qatgħet u ma qatgħetx ifisser li kien hemm positive u negative li ġew fused together u għalhekk kien hemm splużjoni u ħa n-nar.", "Issa peress li għandna grid wieħed - u d-distribuzzjoni tal-Marsa hija importanti ħafna għal dan ix-xogħol - beda jiġri l-istess ħaġa u bdiet tiġbed l-enerġija li kienet ġejja min-naħa ta' Delimara.", "Allura kien hemm il-periklu li ssir il-ħsara fuq in-naħa ta' Delimara wkoll.", "Jiġifieri l- qtugħ sar proprju għax kien hemm major fault minħabba li dan is-switch ma ffunzjonax.", "Issa għaliex ġara hekk għad irid jiġi stabilit.", "Jista' jkun kien hemm difett fil-prodott, jista' jkun difett fil-connection u jistgħu jkunu ħafna affarijiet.", "Niftakru li qed nitkellmu fuq 33,000 volt u jekk ikollok żewġ wires b'dan il-vultaġġ li m'humiex insulati b'distanza ta' pied bejniethom ikollok dan it-tip ta' short.", "Jiġifieri l-insulation trid tkun tali li lanqas tidħol arja, kif sfortunatament ġara.", "Issa s-sistemi ta' distribuzzjoni għadhom ma ġewx żviluppati biżżejjed ukoll minħabba l-fatt li sar żvilupp fil-Mosta distribution centre billi sar tunnel biex hemmhekk jiġi servut aħjar - fil-fatt il-Mosta hija waħda mill-aktar lokalitajiet li sofriet għax baqgħet sa l-aħħar bla dawl proprju għax għad irridu ninvestu fl-apparat il-ġdid - pero' aktar importanti minn dan, biex is-sistema tad-distribuzzjoni tkun aktar b'saħħitha u tkun tista' tlaħħaq ma' ċirkostanzi bħal dawn - li hija pity li għandna s-supply f'Delimara u ma nistgħux noħorġuha kollha, għalkemm ħareġ il-massimu li jikkonsisti f'170 MW - is-supply trid tkun akbar.", "Irrid infakkar li bejn Delimara u l-Marsa kien għaddej proċess biex isir tunnel - it-tender għalih kienet ingħatat fl-1996 - iżda sfortunatament taħt il-gvern preċedenti l-affarijiet waqgħu lura, iżda issa x-xogħol fuq dan it-tunnel se jerġa' jibda.", "Din it-tunnel hija importanti ħafna biex ikollna sistema ta' distribuzzjoni ferm aktar soda u b'saħħitha li tista' tilqa' għal dawn it-tip ta' problemi.", "Sakemm din it-tunnel tkun lesta rnexxielna npoġġu aktar generating capacity f'Delimara, pero' l-massimu ma nistgħux nużawh għax m'għandniex linji b'saħħithom biżżejjed.", "Dwar it-tieni mistoqsija, wieħed irrid japprezza li llum l-ST Microelectronics tikkonsma dawl daqs erba' tarznara f'daqqa - jien bqajt mistagħġeb meta tawni din iċ-ċifra - u qed jitpoġġew linji ġodda.", "Il- ġimgħa ta' qabel kien hemm ħsara fis-sistema tal-high tension u damu kważi ġurnata biex isibu preċiżament fejn kien il-fault.", "Fil-fatt sar high tension cable ġdid biex jissupplixxi lill-ST Microelectronics b'aktar dawl u biex tilħaq għad-domanda ġdida peress li din il-fabbrika qiegħda tespandi.", "Qed issir spiża kbira fl-infrastruttura biex din il-fabbrika, li aħna lkoll kburin biha, jkollha l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex tkompli tavvanza u tkun il-leader fl-industrija tal-manifattura.", "Fil-fatt anke l- MDC qed tgħinha biex tkompli tespandi bl-iktar mod faċli possibbli.", "Hawn irrid ngħid li ħsarat fis-sistemi tad-dawl ma jsirux f'Malta biss imma jsiru wkoll f'partijiet oħra tad-dinja.", "Naħseb wieħed irid ikun daqsxejn waħda żlugat biex jikkonkludi li ħsarat bħal dawn ma jsirux f'pajjiżi oħra.", "Dawn il-ħsarat isiru wkoll f'pajjiżi oħra u ġieli jieħdu l- jiem biex jissewwew.", "Naturalment dan m'huwiex tajjeb u ma rridux nużawh bħala standard, pero' wieħed ma jistax jippretendi li qatt ma jkollna ħsara għax id-dinja m'hijiex daqshekk faċli.", "Li għandna differenti minn pajjiżi oħra hu li aħna qegħdin in an isolated network peress li pajjiżna huwa żgħir u allura l-kapaċita' li niġġeneraw id-dawl tiddependi fuq spallejna biss u ma nistgħux nissellfu dawl mingħand ħaddieħor f'każ li jkun hemm ħsara.", "Huwa veru li barra minn Malta sabu li biex tiggarantixxi aħjar s-supply ta' l-elettriku mhux biss għandu jkollok spare capacity bħal tagħna u jkollok sistema ta' distribuzzjoni tajba ħafna - u tagħna qegħdin intejbuha - imma jrid ikollok ukoll il-faċilita' li tista' tiġbed kurrent mill-pajjiżi ġirien tiegħek kif ukoll minn pajjiżi mbiegħda peress li inti tkun qiegħed f'network wieħed tad-dawl.", "Huwa fatt li meta tkun f'isolated network il-possibbilta' li jkollok din it-tip ta' problema tkun akbar.", "Allura wieħed irid jaħseb fit-tul kif jista' jintegra n-network ta' Malta u Għawdex ma' dak tal-ġirien tagħna, speċjalment tal-pajjiżi Ewropej, għax dawn għandhom sistema ta' dawl mill-aktar żviluppata.", "Dawn jissapportjaw lil xulxin u għandhom tip ta' sistemi li huma interlinked - per eżempju minn Sqallija tieħu għaċ-ċentru ta' l-Italja, titla' l-Awstrija u tibqa' sejjer Franza - iżda dan l-interlinkage s'issa għadu mhux available għalina.", "Għalhekk irridu nesploraw, naraw x'inhu l-investiment meħtieġ, naraw x'għajnuna tista' tingħata biex isir dan l-investiment u naraw ukoll kif Malta tkun servuta aħjar billi jkollha din it-tip ta' sistema.", "Pero' l-punt xorta waħda jibqa' li l-possibbilta' li jkollok xi ħsarat, minħabba maltemp jew minħabba xi ħaġa li ma tkunx qed tiffunzjona, f'kull pajjiż teżisti.", "Irridu nnaqsuha din il-possibbilta', speċjalment wara l- automatic shutdown tas-sistema kollha meta apparat li huwa relattivament inexpensive ma ffunzjonax kif kellu jiffunzjona.", "Din is-sitwazzjoni qed tiġi investigata u forsi wieħed jista' jiddetermina aktar teknikament x'ġara f'dan l-apparat u x'seta' wassal biex dan l-apparat ma jiffunzjonax sewwa, ħalli nkunu f'pożizzjoni li nippovdu sistema alternattiva li twassal biex il-qtugħ fil-provvista tad-dawl ikun ta' l-inqas durata possibbli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u l-lokalita' ta' persuni li qegħdin jistennew biex jidħlu fir-residenza San Vincenz de Paule, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17220; u", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet lill-awtorita' tad-djar bejn Ottubru 1999 u Ġunju 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17287.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Minstru.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont ta' taxxa tal-boll u capital gains tax li nġabar f'Għawdex bejn Settembru 1998 u Ġunju 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17372.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Dettalji dwar priġunieri li ħarbu mill-ħabs bejn Settembru 1998 u Ġunju 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17332; u", "Dettalji dwar persuni li ħarbu minn postijiet ta' kustodja li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-pulizija bejn Ottubru 1996 u Lulju 1998, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17340.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL- KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-23 ta' Ġunju, 2000)", "Klawsola 32 u t-Tieni Skeda - Revoka u riservi.", "(Kont.)", "Clause 32 and Second Schedule - Revocation and savings.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Qabel ma ngħaddu għal paragrafu (6), ta' partita 10, naħseb li l-Ministru aħjar jikkonsidra daqsxejn jagħmilx emenda għal paragrafu (3), peress li m'hemmx li section 18 tal-liġi prinċipali trid issir section 23.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Buhagiar, fl-aħħar tal-kumitat nawtorizzaw lill-Clerk of the House biex jieħu ħsieb li jsir ir- renumbering.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'paragrafu (6) ta' partita 10 insibu li:", "\"In determining an appeal under this section the board may dismiss the appeal or annul the decision .....\"", "Dan ifisser li lill-bord ta' appell dawk iż-żewġ options biss qed nagħtuh?", "Allura jekk ikun hemm appell li jkollu tliet claims, il-bord jilqa' claim wieħed u t-tnejn l-oħra ma jilqagħhomx?", "Din jista' jagħmilha?", "Dan jew se jiċħad l-appell in toto jew se jaċċettah in toto jew inkella se jannullah in toto.", "X'inhi r-raġuni li dan qed jitpoġġa b'dan il-mod?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt min-naħa ta' l-attorney general qed jgħiduli li mhux normali li jkun hemm appell b'diversi claims, pero' jekk ikun hemm xi ħadd li f'appell wieħed ikollu diversi claims, allura fuq kull claim ikun hemm deċiżjoni li ma tolqotx l-appell globali imma tolqot l-appell tal- punti individwali.", "Per eżempju, punt minnhom jista' jiġi miċħud u punt ieħor jista' jiġi annullat.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu għal dak li jgħidu l-avukati dan il-paragrafu mhux hekk qed jgħid.", "Hawnhekk m'hawn l-ebda ambigwità jew lok ta' interpretazzjoni.", "Hawnhekk hawn appell li jinkludi tliet claims relattivi ma' l-istess suġġett, u jew tiċħad jew tannulla.", "Kieku kien hemm xi forma ta' ambigwità nifhem, imma lanqas biss hemm il-possibbiltà li l-bord ibiddel id-deċiżjoni ta' l-awtorità.", "Per eżempju, il-bord ma jistax inaqqas multa ta' Lm50,000 imma jrid jew jaċċettaha jew jiċħadha.", "Għalhekk din ma narahiex tagħmel sens u ma naħsibx li għandha tkun hekk.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien nissuġġerixxi lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex ikompli jaqra l-paragrafu (b) li jgħid hekk:", "''... and where the board annuls the decision it may refer the matter to the authority or the Minister, with a direction to reconsider and reach a decision in accordance with the findings of the board.''.", "Attwalment il-bord innifsu ma jistax jimplimenta deċiżjoni.", "Trid tkun l- awtorità jew il-ministru, skond il-każ li jkun, li mbagħad jimplimentaw dik id-deċiżjoni partikolari.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan il-paragrafu qrajtu imma xorta ma jirrispondix il-punt li jien qed nagħmel għax kulma se jagħmlu l-awtorità u l-ministru huwa li jerġgħu jikkonsidraw il-guidelines li jagħtihom il-bord.", "Ejja nieħdu każ ftit redikolu li japplika hawnhekk.", "Ejja ngħidu li there was a material procedural error dwar multa li minflok Lm50,000 kellha tiġi Lm30,000.", "Il-bord għaliex m'għandux jgħid li din il-multa għandha tkun Lm30,000 u tidħol minnufih in vigore?", "Dan għaliex għandu jħalli lill- awtorità tbiddilha u xi ħadd ikun irrabja li jkun ġara dak li ġara u jagħmilha Lm35,000 jew Lm40,000?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed nifhem il-punt tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u naqbel perfettament ma' l-eżempju li ġab fil-każ tal-multa.", "Li rrid ngħid jien huwa li f'ċerti affarijiet il-funzjoni tal-bord mhijiex deċiżjonali, fis-sens li jekk ikollok appell fuq rifjut ta' liċenzja l-bord ma jistax jissostitwixxi ruħu għall-awtorità u jgħid li għandha toħroġ liċenzja.", "Hemmhekk irid jgħid li d-deċiżjoni hija ħażina u allura trid terġa' tittieħed lura għall-konsiderazzjoni ta' l-awtorità.", "Dan ifisser li f'ċerti affarijiet il-bord ma jistax jissostitwixxi d-diskrezzjoni li għandha l-awtorità u naħseb li hekk għandu jkun.", "Min-naħa l-oħra, l- eżempju li ġab il-Kap ta' l-Oppożizzjoni naqbel miegħu għax ma jagħmilx sens li tannulla u tgħid x'se jerġgħu jagħmlu.", "Naħseb li xi via di mezzo kif wieħed jaħdimha tista' tkun utli.", "Għalhekk aħjar nistennew lil xi ħadd mill-uffiċċju ta' l-AG forsi jkun jista' jgħidilna kif nistgħu nagħmluha u b'hekk tiġi ffrankata ħafna burokrazija żejda li jista' jkun hemm bejn il-bord u l-awtorità.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk qed nifhem tajjeb jista' jkun hemm xi forma ta' emenda għad-diskussjoni aktar 'il quddiem, pero' nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-paragrafu:", "'' ... and where the board annuls the decision it may refer the matter to the authority or the Minister, with a direction to reconsider and reach a decision in accordance with the findings of the board.''.", "X'inhuma l-għodod li qed naħdmu bihom?", "Fil-każ ta' l-awtorità kulma għandna hija direttiva li mid-dehra hija terminoloġija legali.", "Il-mod kif qed jiġu strutturati ċerti awtoritajiet juri li qed ikollhom għodod speċi bħal opinions, decision, guidelines u issa spuntat id-diċitura \"direction\".", "Issa hawnhekk il-kelma \"direction\" qed tiġi translated f'\"deċiżjoni\".", "Eżattament x'qed nifhmu bil-kelma \"direction\" fit-test Ingliż?", "Jien ma nafx jekk dak huwiex żball u din tridx tiġi \"decision\", imma in a way jagħmel sens li tgħid ''direction'' minflok ''decision'' għalkemm bil-Malti qegħda ''deċiżjoni''.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li fil-fatt il-kelma ''direction'' fil- verżjoni Ingliża hija translated flimkien mal-kelma ''ordni'' aktar milli b'\"deċiżjoni\".", "Fil-fatt it-test Ingliż igħid li:", "''.... and where the board annuls the decision it may refer the matter to the authority or the Minister, with a direction to reconsider it ...\".", "U bit-test Malti din qegħda hekk:", "''... u meta l-bord jannulla d-deċiżjoni dan jista' jirriferi l- kwestjoni lill-awtorità jew lill-Ministru flimkien ma' ordni biex din tiġi kkonsidrata mill-ġdid ...''.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk il-Ministru għandu raġun pero' \"ordni\" tfisser \"direction\"?", "U x'inhuma d-differenzi legali f'xi ħaġa bħal din?", "Matul id-diskussjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi kemm-il darba tkellimna dwar x'inhuma l-għodod li bihom tikkommunika d-deċiżjoni tagħha l-awtorità jew il-korpi l-oħra, u issa f'daqqa waħda qed nitkellmu dwar \"direction\".", "X'inhu l-ħsieb warajha din?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dan il-paragrafu qed jgħid li meta, per eżempju, il- bord jiddeċiedi li t-tariffi jorħsu jew jogħlew u l-awtorità jew il- ministru jkunu ddeċidew mod ieħor, il-bord ta' appell jgħidilhom li dawn iridu jkunu f'pożizzjoni li jimplimentaw id-deċiżjoni tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ftit ilu ntqal li l-poter li tagħti liċenzja jinsab f'idejn il-ministru jew awtorità.", "Allura issa qed ngħidu li dak il-poter jista' jiġi ordnat mill-bord?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Aħjar nirriflettu aktar fuq dan il-punt li qed iqajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jekk hemm bżonn anke nissosspendu għal ftit minuti.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien naqbel li nissosspendu, pero' qabel inkomplu nixtieq nistaqsi għalfejn inħass il-bżonn li tiddaħħal din l-emenda meta din hija żieda ma' dak li hemm.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, din il-klawsola se tibda tidher f'liġijiet oħra simili għal din u rrid ngħid li f'Malta d-dritt amministrattiv tagħna huwa pjuttost antik.", "Fil-fatt għadna qed naħdmu b'regoli u b'kunċetti tad-dritt amministrattiv ta' żmien il-gwerra u ma żviluppajnie il-kunċett sħiħ tad-dritt amministrattiv bħalma ġara fil- kontinent.", "Peress li issa d-dritt amministrattiv u d-dritt internazzjonali privat qed jikbru, huwa importanti ħafna li l-lakuni li għandna f'dawn iż-żewġ oqsma jibdew jingħalqu bil-mod il-mod.", "Għalhekk hemm bżonn li jsir eżerċizzju vast li jieħu ħafna żmien biex wieħed jara xi żviluppi ġraw barra minn Malta, speċjalment fuq international conventions, u jipprova jbiddel il-liġijiet tagħna jew inkella jieħu l-linja li fejn għandu liġijiet maġġuri ġodda almenu jibda jdaħħal kunċetti bażiċi.", "Parti mill-kunċett bażiku fid-dritt amministrattiv huwa li inti tistabilixxi b'mod ċar il-poteri tas-saffi differenti li jkollok fl-amministrazzjoni.", "Hawnhekk għandek is-saff ta' l-awtorità x'poteri għandu jkollu u s-saff tal- bord ta' appell x'poteri għandu jkollu; u mbagħad għandek il-qorti ta' appell fejn jidħlu l-points of law, eċċ. Skond l-awtorità l-affarijiet jitbiddlu imma hawnhekk il-kunċett bażiku huwa li meta jkollok bord ta' appell amministrattiv, tistabilixxi preċiż fejn jista' jvarja u fejn għandu jkollu awtonomija u fejn għandu jkollu poteri oriġinali.", "Din hija l-idea wara li tistabilixxi x'inhuma l-prinċipji tal-bord ta' appell fejn tidħol awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, f'paragrafu (8) qed nitkellmu fuq artiklu 37 kif enumerat mill-ġdid u qed ngħidu li għandhom jidħlu l-kliem ''kif magħmula skond is-subartikolu (6) ta' l-artikolu 41 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili''.", "Paragrafu (9) imbagħad jgħid li artiklu 38 għandu jiġi enumerat mill- ġdid u hawn diversi emendi li jitkellmu dwar sezzjonijiet differenti ta' dan is-settur partikolari.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sub-paragrafu (a) ta' paragrafu (9) jgħid li:", "''In subsection (1) the words ''provisions of this Act and in particular'' shall be substituted by the words ''provisions of this Act or to the proper implementation of the principles of fair competition and open network provisions in the field of telecommunications and in particular.''.", "Xi tfisser din?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fil-fatt il-kliem li qed jiżdied huwa:", "\" ... lid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att jew għall-implementazzjoni adattata tal-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta u ta' provvedimenti ta' open network fil-kamp tat-telekomunikazzjonijiet u b'mod partikolari.\".", "Hawnhekk jidħol il-prinċipju ta' fair competition u l-prinċipju ta' open network li tkellimna fuqhom matul id-dibattitu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, artikolu 33 tal-liġi prinċipali jgħid hekk:", "''The Minister may, either on the recommendation of the regulator or on his own initiative, make regulations to give better effect to any of ....''.", "Jien nifhem li meta ddaħħlet din fil-liġi oriġinali fl-1997 ma kienx hemm il-kompetizzjoni jew l-operaturi li se jiżdiedu fin-numru bħalma naħsbu li se jkun hemm issa.", "Allura meta l-ministru jaġixxi fuq inizjattiva personali tiegħu, kif irridu li din id-deċiżjoni tkun trasparenti u għallinqas tkun pubblikata?", "Għalhekk naħseb li għandna ndaħħlu xi wording biex norbtu lill-ministru jieħu inizjattivi trasparenti u pubbliċi, speċjalment meta jkun hemm diversi operaturi nvoluti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, bil-bidla li qegħdin nagħmlu naħseb li qatt ma kien hemm trasparenza aktar milli kien hemm sal-lum.", "Wieħed jifhem ukoll il-kummenti li għadda l-Onor.", "Buhagiar vis-a-vis l-liġi prinċipali, pero' se mai l-prinċipju issa qed jitwessa aktar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien hawnhekk ma rajt l-ebda klawsola li qed torbot lill-ministru biex l-inizjattiva personali jagħmilha pubblika u trasparenti.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ir-regulations huma kollha pubbliċi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien ma nistax nifhem il-bżonn ta' din iż-żieda li se nagħmlu għax, kif għedna kemm-il darba, ''fair competition'' u ''open network provisions'' huma parti integrali mill-prinċipji ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Mingħalija ftehemna wkoll li se jkun hemm klawsola ġdida li se telenka b'xi mod jew ieħor il-parametri jew il-prinċipji li fuqhom se tkun qed taħdem ir-regolamentazzjoni tat-telecommunications.", "Għalhekk fl- opinjoni tiegħi ma jagħmilx sens li ngħidu \"the provisions of this Act or to the proper implementation of the principles\" la dawk huma parti - nittama li se jkunu parti - mill-prinċipji ta' l-Att.", "Ma nafx jekk hux qed nispjega ruħi tajjeb.", "Jekk aħna ftehemna li se nagħmlu klawsola ta' prinċipji li se jkunu elenkati b'mod kif għandu jkun, fl-opinjoni tiegħi, għaliex issa qed nagħżlu dawn it-tnejn minnhom u naqbdu u ndaħħluhom.", "Qabel forsi kienet tagħmel sens għax konna għaddejjin bix-shopping basket approach u daqqa konna nużaw żewġ prinċipji 'l hinn u daqqa żewġ prinċipji 'l hawn!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien naħseb li l-punt ta' trasparenza ġie tackled għax ir-regulations isiru wkoll by legal notice, jiġifieri dejjem se jkun hemm iċ-ċans li wieħed ikun jaf x'inhuma eżatt.", "Naħseb li l-punt tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa validu għaliex hawnhekk kulma qed jiġri qed jiġi speċifikat aktar, pero' ma nħossx li jekk wieħed iħalli dan il-wording se jagħmel xi dannu.", "Dawk iż-żewġ prinċipji huma l-aktar żewġ prinċipji bażiċi u fundamentali, jekk tkun qed tħares lejn sitwazzjoni ta' kompetizzjoni.", "Għalhekk dawn mhumiex sempliċement żewġ prinċipji oħrajn imma huma żewġ prinċipji fundamentali.", "Dak huwa l-punt li xtaqt nagħmel.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma kif inhi d-diċitura l-implikazzjoni qegħda li dawn iż-żewġ prinċipji li qed jissemmew jinstabu barra mill-provisions of this Act.", "Fl-abbozz ta' liġi għandna li ''the provisions of this Act or to the proper implementation of the principles\" eċċ. Meta inti tagħmel \"or\" l-implikazzjoni hi li mhumiex qegħdin hemm dawn il-prinċipji.", "(Interruzzjonijiet) Pero' qabel kien hemm il-punt li se jkun hemm elenku tal-general principles.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-punt li qed iqajjem il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għandu l-valur tiegħu u nista' ngħid li se jkun hemm artiklu apposta li jitkellem fuq il-prinċipji.", "Għalhekk m'hemmx diffikultà biex din il-parti tinqala' minn hawnhekk u tkun parti mill-prinċipji.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk irid jelenka dawk iż-żewġ prinċipji jista' jagħmel \"with special reference to the implementation\" eċċ.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Aħna naqblu ma' dan u m'hemmx problema.", "THE CHAIRMAN: Se nbiddlu xi ħaġa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, se jkun hemm bidla żgħira f'dan ir-rigward u se nagħmlu \"b'riferenza partikolari għal\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa nixtieq nitkellem fuq subparagrafu (9)(b), fejn hemm riferenza għal \"European standardisation bodies\" eċċ. S'issa fil-liġi kulma hemm hija l-international telecommunications union u f'daqqa waħda daħħalna elenku sħiħ ta' organizazzjonijiet internazzjonali.", "X'inhu l-ħsieb warajha din iż-żieda?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Huwa importanti li wieħed jgħid li l-istandards ma joħorġux biss mill-ITU.", "Per eżempju, jekk m'inix sejjer żball il- European technical standards institute jiżviluppa standards bħalma huma l- GSM u l-UMTS, li allura bilfors trid tagħmel riferenza għalihom.", "Hemm ħafna standardisation bodies oħra barra l-ITU.", "Issa jekk tħallihiex vaga jew toqgħodx issemmihom wieħed wieħed is another issue - jistgħu jitwieldu oħrajn, apparti li ħafna minnhom huma kważi voluntary associations - għalkemm fit-test għandek il-kelma ''including'', naturlament minħabba d- dinamika tas-suq.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk għalfejn għandna \"European standardisation bodies\"?", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk aħna aħniex membri ta' dawn il-korpi msemmija jew għandniex relazzjoni kuntrattwali magħhom.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, ta' min jgħid li aħna membri biss ta' l- ETSI.", "Dwar organizzazzjonijiet oħrajn nista' ngħid li mhux bilfors tkun membru tagħhom biex issegwi ċerti standards.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fir-realta' f'ċerti areas l-Ewropej tant huma avvanzati aktar mill-Amerikani li kważi hija ħaġa naturali li toħroġlok \"European standardisation bodies\", pero' jista' jkun hemm standardisation bodies oħrajn u f'dan il-każ m'hemmx problema.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwel mistoqsija kienet: Għalfejn European?", "It-tieni mistoqsija: Jekk aħna m'aħniex membri tagħhom, kif se ndaħħluhom fil-liġi tagħna?", "Ladarba qegħdin nitkellmu li se nimxu fuq international standards, għaliex qed insemmu organizzazzjonijiet li lanqas aħna membri tagħhom u li allura ma jistax ikun hemm xi forma ta' reċiproċita' jew xi forma ta' international recognition?", "It-tieni mistoqsija: Dawn huma organizzazzjonijiet governattivi, organizzazzjonijiet tekniċi, organizzazzjonijiet privati jew organizzazzjonijiet akkademiċi?", "Jekk dawn qegħdin indaħħluhom fil-liġi tagħna u nsemmu dawn l-organizzazzjonijiet b'dan il-mod, naħseb li rridu nkunu ċari għaliex qed insemmuhom.", "Biex nikkonformaw ma' technical standards internazzjonali jrid ikun hemm xi forma ta' rabta u ta' intenzjoni, għax inkella nistgħu ndaħħlu xi forma ta' wording li tinkludi l-west coast science fiction telecommunications writers ta' l-Amerika biex it-terminoloġija tagħhom tkun ma' tagħna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, għall-ewwel mistoqsija tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni nista' ngħid li jekk wieħed iħares lejn il-klawsola jsib li minbarra standards Ewropej hemm ukoll standards u rakkmandazzjonijiet internazzjonali adottati mill-ITU, mill-ISO u mill-IEC, kollha organizzazzjonijiet li jindirizzaw id-diffikultajiet partikolari li jirrigwardaw l-istandards f'dan is-settur.", "Issa filwaqt li fil-liġi l- qadima konna qegħdin insegwu partikolarment dawk l-organizzazzjonijiet stabiliti mill-ITU, hawnhekk qegħdin ngħidu li minbarra l-ITU hemm ukoll dawn l-organizzazzjonijiet l-oħra li m'hemmx għalfejn tkun membru tagħhom biex issegwi l-istandards ssettjati minnhom.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aħna membri biss ta' l-ETSI u ta' l-ITU.", "Ta' l-ISO m'aħniex membri.", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma organizzazzjonijiet governattivi jew privati?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Safejn naf jien l-ETSI hija organizzazzjoni privata pero' hija rikonoxxuta mil-livelli kollha.", "Qabel din kienet timxi fuq il-livelli tal-BT jiġifieri kulma konna nagħmlu fit-telecommunications konna nkunu skond l-istandards Ingliżi.", "Essenzjalment illum hemm body Ewropea li tagħti l-istandardisation hija stess u din isegwiha prattikament kulħadd.", "Ċertament li fl-Unjoni Ewropea din kulħadd isegwiha, biex inpoġġiha hekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura din qed nagħmluha minħabba l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Le, mhux qed nagħmluha minħabba l-Unjoni Ewropea imma prattikament isegwiha kulħadd, anke min mhuwiex membru ta' l-Unjoni.", "Per eżempju, parti minn LN 219 ta' l-1998 tgħid hekk:", "''All telecommunications apparatus offered for sale, provided, installed or used by any person shall conform to the standards applicable to such apparatus issued from time to time by the European telecomunications standards institute (ETSI).''.", "Illum mhux bilfors tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea biex taċċetta dan l- istandard.", "Dan huwa standard differenti minn dak Ingliż u jien ma narahiex xi ħaġa ta' barra minn hawn li nirrikonoxxu dawn l-European standardisation bodies.", "Ovvjament hija għażla tagħna bħala pajjiż liema standards nirrikonoxxu u dejjem tibqa' għażla tagħna.", "It's a question of standardisation ta' l-equipment u affarijiet oħrajn ta' telecommunications li tkun qed tagħmel.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-European committee for standardisation x'inhu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma nafx!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien ma naqbilx li fil-liġi ndaħħlu affarijiet li jaqgħu mis-sema!.", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet inkunu nafu x'inhuma.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawnhekk mhux qed nitkellmu biss fuq l-ETSI jew fuq is-CEN imma qed nitkellmu wkoll fuq l-organizzazzjonijiet prinċipali li għandhom say f'dak li huwa setting of standards f'dan is-settur.", "L-ETSI, l-ITU u l-ISO huma istituti u organizzazzjonijiet rikonoxxuti u bażikament jifformaw bejniethom il-bażi tar-regolamentazzjoni li hemm f'dan is-settur, irrispettivament min jekk tkunx membru tagħhom jew le.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT Kollox sew, imma la qed tiġi proposta din il-bidla nħass li t-test eżistenti mhuwiex tajjeb biżżejjed.", "Dan jgħid li:", "''The measures to be taken to ensure compliance with international and other standards or equipment used in the telecommunications industry, in particular those established by the ITU ...''", "Issa li se nagħmlu hawnhekk huwa li naqbdu ''in particular'' u ndaħħlu li l- ministru jista' jagħmel ''compliance with international and other standards or equipment used in the telecommunications industry''.", "Fil-fatt hawnhekk jingħad li:", "\" ... in particular those established by the European standardisation bodies including the European Technical Standards and the European Committee for Standardisation/ European Committee for Electrotechnical Standardisation(CEN/Cenelec) and with international standards and recommendations adopted by the International Telecommunications Union (ITU), the International Organisation for Standardisation (ISO) or the International Electrotechnical Committee (IEC).''.", "I would claim li kif inhi d-diċitura tkopri dan kollu.", "Jekk hawnhekk hawn ''to ensure compliance with international or other standards or equipment used in the telecommunications industry'', jidher ċar li dawn il-bodies kollha huma parti mill-international standards u li la qed jiddaħħal dan kollu hemm xi intenzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ħalli nitkellem fuq l-ETSI, li aħna membri tagħha.", "Fit-3 ta' Settembru ta' l-1998 ħarġet legal notice - għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Michael Frendo - li tgħid li Malta se timxi fuq il-kriterji ta' din l-organizzazzjoni.", "Għalhekk kulma qed nagħmlu hawnhekk huwa li ndaħħlu fil-leġislazzjoni tagħna dak li hawn miktub fil-legal notice.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Ir-regolamenti ta' l-ITU jkopru r-regolamenti ta' l-organizzazzjonijiet l-oħrajn?", "Jekk mhux qed inkopruhom bl-emenda li qed nagħmlu, se nkunu qed nikkomplikaw iżjed il-liġi mingħajr ma nieħdu vantaġġi minnha.", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-ITU ma tkoprix ir-regolamenti kollha li jistgħu jiġu koperti bl-organizzazzjonijiet l-oħrajn.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jispjega lil din in-naħa tal- Kamra liema huma dawn il-kriterji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, dawn huma l-istess kriterji li kellna sal-lum.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jkun li ssir legal notice biex dawn il- kriterji nikkondizzjonawhom fuq il-konsumatur, per eżempju?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Taħt il-liġi eżistenti dawn l-organizzazzjonijiet li għandna msemmijin fl-abbozz ta' liġi u organizzazzjonijiet oħra li jistgħu jkunu rilevanti għar-regolamentazzjoni internazzjonali tat- telekomunikazzjoni jistabilixxu dawn l-istandards, bħal, per eżempju, xi standard għandu jkollu mobile phone.", "Jekk illum l-ST Microelectronics tagħmillek chip ġo mobile phone, biex dik iċ-chip tkun aċċettabbli mad- dinja kollha trid tkun konformi ma' dawn l-istandards.", "Issa bil-liġi kif inhi llum diġà hemm previst kif din tista' ssir - permezz ta' legal notice illum il-Ministru jista' jgħid li se nikkonformaw ma' l-istandards ta' l- ETSI - u issa d-drafters minflok qed iħalluha b'legal notice qed idaħħluha fil-liġi propjru.", "Din hija l-unika bidla li hawn u l-poter mhux qed jitbiddel.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dak huwa preċiżament il-punt, Sur President.", "La qabel ma kenitx hemm u seta' jagħmilha, għalfejn inħass il-bżonn li ndaħħlu din il-lista ta' organizzazzjonijiet?", "Allura limitattiva ġejja l-istorja!", "L-interpretazzjoni hi li dawk huma l-bodies li se jorbtu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien ma nistax naqbel ma' dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax il-wording tal-liġi l-qadima jitkellem fuq dawk l- istandards li huma stabiliti mill-ITU.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-liġi mhux hekk tgħid.", "Il-liġi tgħid:", "\"... international and other standards or equipment used in the telecommunications industry, in particular those established by the ITU ...\".", "Issa hawnhekk kulma qed iżidu hija l-lista ta' organizzazzjonijiet għax kif inhi miktuba tista' tużaha l-ETSI.", "Allura billi ssemmiha x'se tieħu aktar?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, meta qabel konna nitkellmu b'mod partikolari fuq l-ITU ma kienx il-każ li konna nillimitaw għall-ITU.", "Hawnhekk għandna l-kelma \"inkluż\", jiġifieri mhux qegħdin nillimitaw.", "Fejn qabel konna qed nitkellmu biss fuq l-ITU, issa qed nitkellmu fuq l-ITU u ħames organizzazzjonijiet oħrajn li huma inklużi u xejn m'hu eskluż.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien għandi nifhem li l-ITU tagħmel regolamentazzjoni aġġornata.", "Wara kollox din hija organizzazzjoni moderna ħafna u żżomm ruħha aġġornata ma' l-iżviluppi kollha li jsiru f'dan il- qasam.", "Issa jekk kif qal il-Ministru, ir-regolamentazzjoni ta' dawk il- korpi li semma hija xi ħaġa iżjed mill-ITU, jkun tajjeb li jgħidilna x'inhuma għax jekk aħna se norbtu lil dawn l-operaturi li se japplikaw għal- liċenzji b'dawn ir-regolamenti rridu naraw kif se norbtuhom, speċjalment issa li bil-liġi dawn iridu jikkonformaw ma' l-ITU u ma' dawk l- organizzazzjonijiet l-oħrajn.", "Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun ifisser dan il-paragrafu għal min japplika għal dawn il-liċenzji?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Rigward dak li qal l-Onor.", "Buhagiar nixtieq nagħmel kumment.", "L-ewwelnett naħseb li nistgħu ngħidu b'kunfidenza li f'dan il-pajjiż kulmin jopera fit-telekomunikazzjonijiet diġà qiegħed in line ma' dak li jitlob l-ETSI u ħafna minn dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali għax inkella ma jistgħux joperaw.", "It-tieni nett biex nagħtih eżempju wieħed ta' x'inhi d-differenza bejn l- ITU u l-ETSI jew il-European bodies li jieħdu ħsieb l-istandardisation insemmilu l-GSM.", "L-ITU titkellem fuq il-mobile telephony mingħajr ma neċessarjament tagħmel ċerti livelli ta' regolamentazzjoni għax l-Amerikani jużaw standard, l-Ewropej jużaw standard ieħor u l-Ġappuniżi jużaw standard ieħor, jiġifieri dawn qegħdin f'kompetizzjoni ma' xulxin biex jaraw liema standard se jirbaħ.", "Dan bħal meta nsiefru u nixtru travellers plug ħalli nkunu nistgħu nużawh f'dak il-pajjiż partikolari.", "Per eżempju, llum jekk tixtri mobile phone tixtrih dual band jew tri-band biex tkun tista' tużah ukoll fl-Istati Uniti għax l-istandards huma differenti.", "Għalhekk li nużaw l-istandards Ewropej hija l-aktar ħaġa loġika fil-fehma tiegħi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, tajjeb jew ħażin sal-lum aħna qed inkunu konformi ma' dak li tistabilixxi l-ITU.", "Issa biex aktar ikollna standards għoljin qed ngħidu li se nkunu konformi ma' numru ta' standards ta' ċerti organizzazzjonijiet oħrajn, jiġifieri minn micro se mmorru għal macro, u l-gvern qed jgħid li minn żmien għal ieħor se jkollu bżonn jagħmel ċerti legal notices biex idaħħal ċerti standards li forsi 'l quddiem inkunu obbligati ndaħħluhom minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Issa hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru: Jista' jkun li xi waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-abbozz ta' liġi tispiċċa jew tingħaqad ma' organizzazzjonijiet oħrajn?", "X'jiġri jekk dan iseħħ?", "Allura x'hemm ħażin li ma noqogħdux insemmu dawn l-organizzazzjonijiet ladarba nistgħu ndaħħlu standards addizzjonali xorta waħda, kif qed tgħid l-oppożizzjoni?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, naħseb li mhux qed nifhmu x'qed jingħad.", "F'dan l-abbozz ta' liġi għandna:", "''... international and other standards or equipment used in telecommunications industry, in particular those established by the ITU.''.", "Issa meta saret din il-liġi oriġinarjament l-ITU kien l-uniku body importanti li kien jeżisti pero' llum ġew stabiliti diversi bodies differenti.", "Dik hija d-differenza.", "Illum l-ITU m'għadhiex l-unika player pero' meta saret din il-liġi kienet l-unika player u semmejniha.", "Barra minn dawn il-bodies jista' jkun hemm bodies oħrajn li huma players ukoll u l-gvern qed jgħid li għandna ninkluduhom hawnhekk.", "Hawnhekk qed ngħidu ITU plus the others, jiġifieri mhux qed ngħidu li se nintrabtu imma in particular irridu noqogħdu attenti għad-direttivi, għall- organizzazzjonijiet u għall-metodi ta' ħidma li qed jieħdu dawn in-nies because today they are the major players.", "L-ITU hija the major player on the international scene u dawn huma the major players on the European scene of which we are part, independently jekk aħniex parti mill-Unjoni Ewropea jew le.", "Anke llum irridu noqogħdu attenti għall-istandards li qed jagħmlu dawn l-organizzazzjonijiet u ma nistgħux naħirbu minnhom għax dawn qed jissettjaw is-suq kullimkien.", "Aħna mhux qed ngħidu li se nintrabtu jew li dawn bilfors irridu nagħtu kashom imma qed ngħidu ''measures to be taken to ensure compliance with international and other standards or equipment\".", "Dawn huma strutturi li qed jagħmlu the international standards u ma jistax ikun li jkollna sistema li ma tkunx konformi magħhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, jekk tliet snin oħra dawn l-istituti jwaqqfu xi ħaġa li jkunu qed jikkordinaw flimkien biex ikunu aktar sostenibbli quddiem l-iżviluppi teknoloġiċi li jkunu qed iseħħu, aħna se jkollna noqogħdu niġu hawnhekk nemendaw il-liġi biex inneħħu ċerti organizzazzjonijiet u npoġġu oħrajn?", "Nixtieq nistaqsi wkoll liema huma dawk l-istandards li mhux bilfors napplikawhom fuq il-konsumatur minħabba xi nuqqasijiet fil-pajjiż.", "Jekk il-gvern ma jridx jagħti spjegazzjoni dwar dan, l-oppożizzjoni bilfors ikollha tgħid li l-abbozz ta' liġi għandna nħalluh vag u mhux noqogħdu nsemmu l-organizzazzjonijiet li jkollhom rikonoxximent għal ċerti standards meta xorta nistgħu napplikaw is-sistemi tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jien niskanta bil-pożizzjoni ta' ċerti Onor. Membri ta' l-oppożizzjoni!", "F'dan l-abbozz ta' liġi qed nitkellmu fuq ''measures to be taken to ensure compliance with international and other standards or equipment used in the telecommunications industry''.", "Fejn qabel kellna artiklu vag li kien jitkellem b'mod mill-aktar wiesa' fuq kollox, illum qed ninkludu wkoll dawk l-organizzazzjonijiet li huma magħrufa madwar id-dinja kollha li jissettjaw l-istandards ta' l- affarijiet li jintużaw fil-qasam tat-telecommunications.", "Issa jekk għada tfaqqas organizzazzjoni oħra, li jista' jkun li nsegwuha u jista' jkun li ma nsegwuhiex, ma jkollniex għalfejn niġu hawnhekk biex nemendaw il-liġi biex ninkluduha wkoll għax kif inhi qiegħda qed tinkludi organizzazzjonijiet differenti, la iżjed u lanqas inqas.", "Hawnhekk qed nitkellmu b'mod mill-aktar trasparenti dwar liema organizzazzjonijiet se nsegwu f'dak li għandu x'jaqsam ma' standards.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, din m'hijiex kwestjoni ta' trasparenza imma hija kwestjoni li tħalli l-options tiegħek open.", "X'jiġri jekk, per eżempju, ikun hemm apparat li jkun ġej mill-Istati Uniti jew ikun fuq specifications Ġappuniżi u l-operaturi jiddeċiedu li dak l-apparat jew dak it-tip ta' servizz jew sistema tkun taqbel għas-sistema lokali imma ma tkunx konformi ma' standards Ewropej?", "Bil-liġi kif inhhi proposta dak it- tip ta' apparat ma jkunx jista' jiġi utilizzat f'dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri m'għandux x'jaqsam!", "Hekk qed tgħid u l- options qed tillimitahom.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bir-rispett kollu, qegħdin naqilbu l-affarijiet ta' taħt fuq.", "Mur ara kieku f'pajjiż żgħir bħal tagħna jkollna xi sistema ta' l- elettriku jew sistema tat-telekomunikazzjoni li tkun tagħna biss u ma tkun konformi ma' ta' ħadd!", "Ma jimpurtax li nqajmu diffikultajiet imma hawnhekk la qed neskludu lil xi ħadd u lanqas qed inkunu ristrettivi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, meta l-Ministru jirrabja jibda jgħid ħafna affarijiet li ma jfissru xejn u jgħid ukoll affarijet kontradittorji!", "Nixtieq infakkru li l-artikolu tal-liġi prinċipali jgħid li l-ministru jista' jagħmel regolamentazzjoni ''regarding the measures to be taken to ensure compliance with international and other standards''.", "Mela fil-bidu ngħidu li rridu nagħmlu miżuri li jkunu konformi ma' standards internazzjonali, imbagħad iżjed 'il quddiem nagħmlu emenda biex nillimitaw l-options tagħna għal dawk Ewropej.", "Hekk qed jgħid il-Ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'hu veru xejn dan li qed jgħid l-Onor.", "Buhagiar.", "Hawn qed ngħidu li:", "''Minflok il-kliem ''bl-International Telecommunications Union (ITU)\" għandhom jidħlu l-kliem ''minn korpi ta' għemil ta' standards Ewropej inkluż l-Istitut Ewropew għal Standards Tekniċi (ETSI), il-Kumitat Ewropew għall-Għemil ta' Standards, Kumitat Ewropew għall-Għemil ta' Standards fl-Elettroteknika (CEN, CENELEC) u bi standards u rakkomandazzjonijiet internazzjonali adottati mill-Union Internazzjonali għat-Telekomunikazzjonijiet (ITU), mill- Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Għemil ta' Standards (ISO) jew mill-Kumitat Internazzjonali Elettrotekniku (IEC).''.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq il-kumitat ta' l-Unjoni Ewropea għax it- terminu \"Ewropew\" huwa ferm iktar wiesa' mit-terminu ta' l-Unjoni Ewropea għal min forsi għadu ma ndunax!", "Mela hawnhekk mhux qegħdin nillimitaw għal standards Ewropej imma qegħdin insemmu b'isimhom organizzazzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, il-loġika tagħna tgħid li llum hemm dawn l-organizzazzjonijiet u għada jista' jkun hemm oħrajn u allura ma jkunx sew li dawn ma jkunux imniżżla fil-liġi wkoll.", "Jista' jkun ukoll li dawn l-organizzazzjonijiet jagħmlu consortium bejniethom u jkollhom terms of reference aktar wiesgħa.", "Apparti minn hekk, jista' jkollok standardisation bodies taħt l-ITU li jkun jinteressahom mill-ġid komuni, pero' jista' jkollok bodies simili oħrajn li jkunu hemmhekk biex jagħmlu ċertu market ta' ċertu prodott partikolari.", "Dawn l-affarijiet jiġru f'oqsma differenti u nafu x'jiġri, per eżempju, fl-evalwazzjoni li tagħmel l-OECD jew id-WTO fuq aspetti oħra tal-ħajja ta' kuljum.", "Għalhekk quddiem dan kollu aħna nemmnu li din il-parti għandha tkun limitattiva.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, naħseb li issa qed niftehmu li mhux qed naqblu.", "Il-gvern għamel il-pożizzjoni ċara għax jidhirlu li fid-dinja tal- lum, bl-iżvilupp qawwi li qed tagħmel l-Ewropa fil-qasam tat- telecommunications, żvilupp li huwa differenti minn dak li qed iseħħ fl- Amerika, huwa importanti għalina bħala pajjiż fil-Mediterran li nirrikonoxxu l-international standards tagħna.", "Hawnhekk irrid intenni l-punt li semma sieħbi l-Ministru li meta ssemmi dawn l-organizzazzjonijiet ma tkunx qed tallaċċja bilfors ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma bodies li jikkomprendu l-Ewropa u aktar jixxiebħu mal- Council of Europe milli ma' l-Unjoni Ewropea, peress li jirregolaw pajjiżi li m'għadhomx x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Illum l-iżvilupp Ewropew huwa differenti mill-iżvilupp li sar fl-Amerika.", "L-Onor.", "Farrugia qal li l-ITU għandha interess fil-konsumatur u l-organizzazzjonijiet l-oħrajn m'għandhomx!", "Jien nixtieq inkun naf minn fejn ġabha din, pero' mhux dan hu l-punt.", "Dawn huma bodies li mhumiex Ewropej biss.", "Fil-fatt l-ISO mhijiex Ewropea u tagħmel regolamentazzjoni differenti minn dik ta' l-ITU fit- telecommunications.", "Hemm ukoll l-IEC, li minkejja li hija body internazzjonali għandha x'taqsam mat-telecommunications industry ta' l-Ewropa.", "Għalhekk il-gvern qed jgħid li on a policy basis huwa importanti li dawn l- organizzazzjonijiet insemmuhom hawnhekk għax illum m'għadux biss l-ITU l- player u ma rridux inħalluha fuq regolamentazzjoni li jista' jfettlilna nagħmlu jew ma nagħmlux.", "Illum qed ngħidu li bħala stat ta' rikonoxximent huwa stat ta' fatt li dawn huma major players fit-telecommunications industry globali u, kif issemmiet qabel l-ITU, jidhrilna li għandna nsemmu l-organizzazzjonijiet l-oħrajn.", "Issa tan-naħa l-oħra qed jgħidu li din għandna nħalluha vaga, pero' aħna jidhrilna li din m'għandhiex tkun vaga għaliex min irid jiġi Malta biex jinvesti jrid ikun jaf li aħna se nirrikonoxxu l-istandards internazzjonali.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li dawn għandna nagħmluhom b'regolamenti u aħna qed ninsistu li għandna nagħmluhom fil-liġi biex inkunu ċari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, aħna m'aħniex nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea imma qed nitkellmu fuq standards Ewropej.", "Issa l-kwestjoni hija jekk irridux liġi ċara ħalli ma jkunx hemm kwestjonijiet jew litigazzjonijiet li aħna stess inkunu qed inqajmu minħabba klawsoli li qed indaħħlu bla bżonn.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'jiġri jekk, per eżempju, ikun hemm xi operatur li japplika għal xi liċenzja b'apparat li jkun konformi ma' l-ispecifications ta' ITU imma ma jkunx konformi mal- korpi li qed jissemmew f'dan l-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Onor.", "Buhagiar qed jinsa minn fejn qed nitilqu.", "Din hija emenda għal klawsola li tagħti poter lill-ministru li joħroġ ċertu tip ta' regolamenti u qed ngħidu li r-regolamenti li joħroġ iridu jkunu intiżi biex jiżguraw li l-istandards Maltin jkunu kompatibbli ma' l-istandards internazzjonali ispirati mill-ITU, mill-ETSI, mis-CEN, mill-ISO u mill-IEC.", "Dan li qed ngħidu u mhux li xi ħadd ikollu apparat konformi ma' l-ITU.", "Min irid iġib l-apparat f'Malta jrid iġibu konformi mar-regolamentazzjoni Maltija biss.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, hawnhekk qed inżidu tmien funzjonijiet oħra li fuqhom il-ministru jista' jagħmel direttivi jew joħroġ regolamenti.", "Meta nkitbet din il-klawsola bażikament konna f'sitwazzjoni ta' monopolju fis-setturi kollha u dan kien l-ewwel pass ta' regolamentazzjoni.", "Issa qed ngħidu li se mmorru għal sitwazzjoni ta' open market provisions jew kompetizzjoni kemm jista' jkun trasparenti.", "Hawnhekk għandna:", "''The Minister may, either on the recommendation of the regulator...''", "- f'dan il-każ ''the authority'' -", "''or on his own initiative....\"", "Issa jien nirritjeni li hemmhekk hemm bżonn ta' bidla għax il-punti kollha li qegħdin jitqajmu taħt din il-klawsola jirrigwardaw l-ispectrum kollu ta' dak li suppost qed tagħmel l-awtorita' biex tirregola.", "Naħseb li rridu nikkonsidrawha din għax qed inwaqqfu regolatur jew awtorita' u min-naħa l- oħra qed nagħtu lill-ministru kanal sħiħ biex jagħmel kollox hu.", "Issa jista' jqum xi ħadd u jgħidli li ministru serju mhux hekk jaħdem.", "Mhux dak il-punt.", "Il-punt huwa li issa qed niftħu tieqa sħiħa biex right across the board il-ministru jkollu poteri biex idur ma' kwalunkwe ħaġa li tagħmel l- awtorita'.", "Nerġa' ngħid li issa ftaħna b'mod li kull aspett tal-ħidma li tista' tkun ta' interess għar-regolatur taqa' taħt il-ministru ''on his own initiative''.", "Għalhekk din il-frażi jew għandha titneħħa jew trid tiġi kwalifikata f'dan l-istadju.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, hawnhekk għandna li:", "''The Minister may, either on the recommendation of the regulator or on his own initiative, make regulations to give better effect to any of the provisons of this Act and in particular, but without prejudice to the generality of the above...''", "Mela hawnhekk qed ngħidu li dawn ir-regolamenti jridu jkunu pubbliċi u jridu jagħtu \"a better effect to any of the provisions above.\"", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din mhijiex kwestjoni fejn direttiva tkunx pubblika jew le - suppost din se tkun pubblika, għalkemm il-Ministru qal li ċerti direttivi lill-awtorita' mhux bilfors ikunu pubbliċi - imma jekk tħares lejn x'inhuma l-punti mqajma ssib:", "''.... any matter concerning or related to number portability, numbering plans, allocation of numbers, competition rules in the field of telecommunications, billing procedures ...''.", "Imbagħad għandna:", "''the regulation of telecommunications systems for the transmission or reception of satellite signals; the obligations of an authorised provider having significant market power; the obligations of systemless service providers;''.", "Skużi, hawnhekk qegħdin inkopru l-qasam kollu li suppost qed tagħmel l- awtorita'.", "Nerġa' ntenni li ''on his own initiative'' tfisser li l-ministru m'għandux għalfejn jikkonsulta - mhux qed ngħidlek li mhux se jagħmel hekk - u jkollu l-opinjoni la ta' l-advisory committees li għandha l-awtorita' u lanqas ta' l-awtorita' nnifisha.", "Allura għalfejn qed nagħmlu din l- istruttura kollha?", "Seta' kien il-ministru li jmexxi.", "U l-fatt li għandek miktub ''to give better effect to any provisions of this Act'' tista' tfisser kollox u tista' ma tfisser xejn.", "Din tista' tfisser li deċiżjonijiet fundamentali ta' regolamentazzjoni u implimentazzjoni jeħodhom il-ministru on his own intiative, pero' ma naħsibx li din hija l- intenzjoni ta' dan kollu li għamilna s'issa.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dwar il-frażi ''on his own initiative'' il-parir li qed ningħata huwa li jekk niġu f'pożizzjoni fejn l-awtorita' ma tkunx qiegħda tiffunzjona għal xi raġuni jew oħra, il-ministru jkun jista' jieħu l-inizjattiva hu.", "Dan huwa poter li diġa' jeżisti llum u mhu qed jinbidel xejn.", "Per eżempju, l-awtorita' tista' tirriżenja wara bidla fil- gvern u f'dak il-każ il-ministru jrid jassumi r-responsabbiltajiet hu.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu din mhijiex risposta serja.", "L- ewwelnett jien għedt straight li bħalissa d-diċitura qegħda:", "''The Minister may, either on the recommendation of the regulator or on his own initiative ...,''", "u għedt ukoll li ġraw żewġ affarijiet; waħda li l-profil tat- telecommunications sector, kif kien meta ħarġet il-liġi attwali, se jinbidel u minn sitwazzjoni ta' monopolju de facto se jkollna sitwazzjoni ta' duopoly u sitwazzjoni ta' kompetizzjoni; u t-tieni ħaġa hija li qed inżidu mal-poteri.", "Fil-fatt jekk tħares lejn il-poteri tal-ministru ssib li dan se jkopri l-ispectrum kollu ta' x'tagħmel l-awtorita'.", "Issa l- Ministru qed jgħid li jekk l-awtorita' u d-direttorati tagħha jirriżenjaw għax jinbidel il-gvern ikun hemm sitwazzjoni ta' vacuum.", "Din mhix serjeta' għax f'dan il-każ jista' jagħmel klawsola jew sotto-klawsola partikolari li tgħid li meta l-awtorita' ma tkunx qed tiffunzjona għal qualsiasi raġuni, il-ministru jassumi r-responsabbiltajiet kollha tagħha.", "Mhux ovvja jekk dik hija l-problema!", "Imma mhux dan hu l-punt.", "Il-punt huwa li matul iż-żmien kollu li fih tkun qed taħdem l-awtorita', il- ministru jista' jdaħħal il-miżuri kollha hu \"on his own initiative\" u m'għandux obbligu li jirriferi lill-awtorita'.", "M'hemm l-ebda kjarezza fiha din il-ħaġa u ma nafx għalfejn qed tinżamm.", "L-affarijiet irridu nbiddluhom bis-serjeta'.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din aktar hija diffikulta' ta' prinċipju li tiltaqa' magħha f'awtorita' u naħseb li problema klassika hija dik tal-planning authority.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kemm il-gvern għandu jiżvesti ruħu totalment mill-poter li jirregola.", "Issa meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qam jitkellem fuq din il-klawsola qal li se ngħidulu li l-ministri ma jaħdmux hekk u staqsa x'jiġri jekk ikun hemm xi ministru li jkun irid jaħdem hekk.", "Jien nifhem il-preokupazzjoni tiegħu imma ma naħsibx li għandna nassumu li se jkollna l-agħar ministri possibbli - nippreferi nassumi li se jkollna l-aħjar ministri possibbli! - pero' f'dan il-kuntest, fejn għandek awtorita' li tirregola, il-gvern għandu jiżvesti ruħu minn kull possibilita' on a policy basis li jkun jista' jintervjeni?", "Jien ngħid li l-gvern għandu jiżvesti ruħu mill-poteri ta' interventi b'mod dettaljat, pero' għandu jżomm poteri direzzjonali u poteri ta' policy għax ma naħsibx li aħna rridu nsiru pajjiż li jitmexxa minn awtoritajiet appuntati u mhux eletti li jitpoġġew f'pożizzjoni li jiddeterminaw il-futur u l-policy tal- pajjiż.", "Jien naħseb li rridu nsibu a way in between.", "Issa jekk dan li hawn propost huwiex aċċettabbli forsi wieħed għad irid jiddiskuti, pero' li l-gvern jispiċċa prattikament ma jista' jagħmel xejn naħseb li m'huwiex il- mudell ottimu li għandna nħarsu lejh.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien m'inix qed niddefendi l-istrutturi ta' l- awtoritajiet, anzi nikkritikahom qiegħed għax naħseb li ħadu over b'mod li mhuwiex aċċettabbli - fil-fatt aktar kmieni f'dan id-dibattitu ikkritikajt struttura ta' awtorita' li tmexxi hi r-regolamentazzjoni - imma mbagħad jekk inti se toħloq struttura ta' awtorita' li tirregola, irridu nifhmu li s-settur li tkun qed tirregola jrid ikun qed jaħdem f'kuntest ta' trasparenza.", "Ma tistax min-naħa tgħid li se jkollok din l-awtorita' li qed tmexxi u tirregola hi u min-naħa l-oħra jkun hemm binarju li meta jkun hemm bżonn imur direttament lejn il-ministru, għax hemmhekk tkun qed iddaħħal element ta' arbitrarjeta'.", "Hawnhekk irrid infakkar li dak li għandu x'jaqsam ma' kontroll politiku diġa' jeżisti, fis-sens li l-ministru jagħti direttivi lill-awtorita' kif għandha tmexxi u ma tmexxix.", "Imma dan imur oltre minn hekk.", "Hawnhekk qed ngħidu li apparti mid-direttivi li jagħti lill-awtorita' biex timplimenta d-direttivi tiegħu hi, il-ministru qed joħroġ direttivi direttament hu.", "Issa jien naqbel li hemm bżonn ta' kontroll politiku għax il-mod kif qed jinħolqu dawn l-awtoritajiet qed joħloq diżgwid totali; m'hemmx dubju dwar dan.", "Imma jekk qed tgħid li se taħdem b'din is-sistema trid tkun koerenti magħha.", "U f'dan il-każ definittivament inħoss li jekk se nħalluha kif inhi, mingħajr għallinqas ma nagħmlu xi forma ta' rider, l- element ta' arbitrarjeta' se jkun totali.", "Wieħed jista' jissuġġerixxi, per eżempju, xi formolazzjoni li tgħid li l-ministru ''on his own initiative but after having consulted the authority ...'' eċċ.", "To be fair, din it-tip ta' diċitura lanqas togħġobni imma għallinqas tkun qed iddaħħal ċertu ammont ta' trasparenza u ta' ħsieb li r- regolamentazzjoni mhux tiddependi jew minn awtorita' li tirċievi d- direttivi tagħha mingħand il-ministru jew inkella f'daqqa waħda l-ministru qisu Zeus iwaddbilhom it-thunderbolts lil dawk li qed jaħdmu fis-settur tat- telekomunikazzjoni!", "Ma naħsibx li dak huwa l-mod ideali kif jimxu l- affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien għadni kemm tkellimt ma' l-advisors u qaluli li nistgħu ndaħħlu xi ħaġa f'dan is-sens u aktar 'il quddiem se nipproponu emenda.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien nixtieq kjarifika dwar subparagrafu (9) (c) ta' partita 10, fejn qed inżidu l-kliem ''and quality of service targets''.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-kwalita' tas-servizz li jingħata minn xi organizzazzjoni partikolari.", "Possibbilment l-operatur irid jagħti din il-kwalita' ta' servizz mill-bidu nett u jekk għal xi raġuni jew oħra jkun għadu mhux qed jagħtik dik il-kwalita' ta' servizz irid ikollu target.", "Issa dan it-target ma jridx ikun biss on paper, fis- sens li xi darba jasal, imma l-operatur irid jieħu miżuri biex dan it- target jintlaħaq sat-tali żmien.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, nixtieq nirrimarka wkoll li f'paragrafu (k), minflok ''significant market power'' irridu ndaħħlu ''dominant market position'', biex inkunu konformi ma' dak li għedna qabel.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed jgħiduli li din hija waħda mill-emendi li hemm proposti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, f'paragrafu (h) għandna li:", "'''any matter related to the interconnection of telecommunications systems, or to collocation of facilities between and facility sharing between authorised providers,''.", "Jista' l-Ministru jispjegalna eżatt xi tfisser ''to collocation of facilities''?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: It-tifsira li qed ningħata hija li jekk, per eżempju, ikun hemm ħames organizzazzjonijiet u kull waħda minnhom ikollha bżonn arblu, tagħmel arblu wieħed li fuqu joqogħdu l-faċilitajiet ta' l- operaturi kollha.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Pero' jien xorta għadni mħawwad fuqha din.", "Fl-Oxford it-tifsira ta' ''collocation'' hija juxtaposition ta' affarijiet differenti minn xulxin.", "Imbagħad it-traduzzjoni ''kollokament'' bil-Malti ma nafx minn fejn inġiebet għax meta ċċekkjajt mad-dizzjunarju ta' Serracino Inglott mhux ''kollokament'' iġib imma ''kollokazzjoni'', li tfisser ''irzittatura, nasba, tqegħida fil-post, sejba ta' post adattat, għotja ta' xogħol''.", "Imbagħad jekk tħares lejn ''kollokat'' issib li din tfisser ''irzittat, mogħti postu, mdaħħal fi skola''.", "Għalhekk il-vokabolarju ta' l- advisors ma nafx minn fejn ġej!", "Issa dan wieħed mill-aħjar dizzjunarji li qatt rajt u għadu kemm ħareġ il-ġimgħa li għaddiet.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien quddiemi għandi dizzjunarju u ''collocate'' tfisser ''place together, arrange, set in particular place'', jiġifieri l- verżjoni Ingliża naħseb li tfisser dak li qed ngħidu.", "Rigward il-punt li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar it-traduzzjoni ta' din il-kelma għal Malti nista' ngħid li rridu nsibu kelma eqreb lejn it-tifsira Ingliża u fil-każ nagħmlu emenda.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-dizzjunarju ta' Serracino Inglott m'għandux il- kelma ''kollokament'' imma l-kelma ''kollokazzjoni'' u din ma tfissirx dak li qed jingħad hawnhekk.", "Issa nixtieq li l-Ministru jispjega ftit dak li qed jiżdied f'paragrafu (g).", "Fil-fatt din hija riferibbli għal klawsola 33 li hemm fil-liġi eżistenti li tgħid:", "''Regulations made under this section may also prescribe measures to be taken by authorised providers for the purpose of ensuring the inviolability of the telecommunications transmitted and their confidentiality and the protection of privacy in relation to any telecommunications service ...''", "Issa hawnhekk qed jiġi propost li din tiżdied b'tali mod li:", "''... including data protection measures and matters related to the use of information obtainable in the telecommunications sector for the purpose of direct marketing.''.", "Għalxiex qed tirriferi din?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, li qed ngħidu hawnhekk huwa li jridu jiġu stabiliti regolamenti dwar il-mod ta' kif l-informazzjoni li tkun inġabret minn dan it-tip ta' provider tkun tista' tintuża.", "Hawnhekk nixtieq insemmi xi ħaġa bħala eżempju biss u mhux bħala xi ħaġa definita.", "Minħabba n-natura tas-servizz tiegħu, provider partikolari jkollu l- informazzjoni kollha dwar l-avukati, periti u tobba li b'xi mod jużaw is- servizz tiegħu.", "Li qed ngħidu hawnhekk huwa li rridu nistabilixxu regolamenti dwar il-mod ta' kif xi ħadd li jrid ibigħ il-karti jkun jista' juża dik l-informazzjoni.", "Wieħed li jbigħ il-karti ma jistax imur għand provider ta' servizz u jgħidlu biex jagħtih il-lista ta' l-avukati jew tal- periti kollha biex jasal f'kuntatt magħhom b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura din tapplika fil-każ ta' l-internet ukoll?", "Qed nistaqsi dan għax jeżistu sistemi li bihom tista' taqbad il-hits li jkollhom ċerti sites u tidentifika minnhom il-mailshots politiċi, per eżempju.", "Fis-sistema Amerikana diġa' qed issir din u l-kandidati qed jużawha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan il-punt li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni bħalissa huwa dibattut internazzjonalment.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jirriferi għal sistemi ta' l-internet imsejħin ''cookies'', fejn kull darba li tidħol f'xi site tiġi tracked minn folder partikolari.", "L-ISP jista' janalizza l-''cookies'' ta' dawk li jkun qed jipprovdilhom servizz u joħroġ profiling basically ta' kull persuna liema sites jinteressawha, imbagħad tbigħ dik l-informazzjoni u jekk tkun trid tagħmel political mailshot tgħidlu li trid tkun taf liema users ta' l-internet f'Malta qed jidħlu fis- sites politiċi, u speċi jkollok profile li dan b'xi mod tinteressah il- politika.", "Hemm diskussjoni kbira kemm huma legali jew illegali dawn il- \"cookies\".", "S'issa m'hemmx regolamentazzjoni pero' jekk wieħed juża l-internet spiss isib li ħafna website providers illum qegħdin javżaw lil persuna li tkun qed tuża l-internet jekk tkunx trid tidħol fil-\"cookie\" jew le.", "Għalhekk hemm diskussjoni sħiħa jekk l-użu tal-\"cookies\" għandux jiġi rregolat taħt il-kappa ta' data protection, li b'mod ġenerali ma tippermettix li isem ta' xi ħadd li juża xi servizz elettroniku jintuża f'xi database mingħajr il- kunsens dirett tiegħu.", "Safejn naf jien s'issa fuq l-internet m'hemm l-ebda regolamentazzjoni fuq l-użu jew le tal-\"cookies\", pero' kif qed nara l- leġislazzjoni barranija miexja naħseb li din se tkun illegali wkoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dawn it-tip ta' scans jintużaw ukoll mis-security forces biex jiċċekkjaw child pornography websites u affarijiet bħal dawn.", "Imma aħna se nirregolamentawha din?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-intenzjoni hija li jistgħu jsiru regolamenti biex inti tgħid x'inhu legali jew le b'mod ġenerali fuq data protection.", "Għalhekk dan il-paragrafu jrid jiġi nkwadrat fil-kuntest tal-white paper u ta' x'qed ngħidu li għandu jkun computer use and computer misuse u data protection.", "Ir-riferenza speċifika għal direct marketing nifhimha kif fehemha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jiġifieri l-intenzjoni tal-liġi hi li tista' tinħareġ regolamentazzjoni dwar x'inhu legali u x'mhuwiex.", "Ovvjament mhux qed ngħidu li regolamentazzjoni se tkun teskludi bilfors imma tista' tagħmel regolamentazzjoni, per eżempju, kif diġa' hemm propost fil-white paper fejn inti tgħid li ismek ma jistax jidħol f'database jekk ma tagħtix speċifikatament il-kunsens tiegħek.", "Dan ifisser li din trid tittieħed fl- ispirtu sħiħ tad-data protection legislation li qed tiġi proposta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien nixtieq kjarifika dwar il-frażi ''systemless service provider' li hemm f'paragrafu (l) u l-frażi ''the introduction of must carry rules'' li hemm f'paragrafu (m).", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-punt tal-''must carry rules'' ifisser li operatur se jkollu l-obbligu li jgħaddi ċerti servizzi mis-sistema tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien ma nistax nifhem għaliex f'paragrafu (h) daħlet \"commitment taken or intended to be taken.", "Jekk hemm ''intended to be taken'' tista' tidħol bħala matter of policy u m'hemmx għalfejn tgħidha minn qabel.", "Jekk il-gvern jiddeċiedi li jrid jimplimenta xi ħaġa għax ikun se jaderixxi ma' xi international convention, bħala an act of internal policy jista' jagħmilha.", "Jekk il-mobbli li se jwasslek għaliha hija l- accession għal dak it-trattat għandek dak it-trigger imma ''intended to be taken'' hija superfluwa fl-opinjoni tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din mhijiex għal kollox superfluwa, fis-sens li jekk m'għandekx l-obbligu legali l-gvern jista' jibqa' fommu sieket sakemm jasal biex almenu jagħmel l-ewwel pass u jiffirma t-trattat.", "L-idea hawnhekk hija li jekk il-gvern jieħu policy decision u jgħid li s-sena d-dieħla se jiffirma trattat, allura jrid ikun open-ended mill-ewwel u din il-ħaġa ma jistax iżommha għalih.", "B'hekk l-investitur ikun jaf li the policy direction for next year is going to be towards that.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk qed nifhem tajjeb, ir-regolament ikun maħsub biex idaħħal in vigore dik l-internal policy decision konformi mat- trattat li tkun se tiffirma.", "Ladarba inti se timplimentaha by regulation, l-unika ġustifikazzjoni hi li this is an act of internal policy which is going to harmonise mat-trattat li se tiffirma.", "Jekk inti se tbiddel l-internal policy mal-mument li qed tiffirma t-trattat forsi hemm xi utilita' fiha, imma li l-intenzjoni tiegħek hi li tiffirma t-trattat u tibda timplimentah minn issa it is an act of internal policy, jiġifieri m'għandekx għalfejn toqgħod tgħid li għandek l-intenzjoni li se tiffirma t-trattat.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-differenza hi li ċerti trattati - ma rridx ngħid li huma fil-maġġoranza - kważi jinvolvu tibdil fil-leġislazzjoni tagħna.", "Ħalli nġib eżempju li m'għandu x'jaqsam xejn mal-qasam tat- telekomunikazzjoni.", "Waħda mill-affarijiet li aħna żgur irridu nbiddlu mil- lat legali hija l-amministrazzjoni tal-legal aid.", "Issa biex naderixxu għall-konvenzjoni li saret fl-1966 fuq legal aid tal-Kunsill ta' l-Ewropa rridu nbiddlu l-leġislazzjoni tagħna.", "Illum qegħdin fil-pożizzjoni fejn nafu li se nbiddluha pero' għadha ma ġietx pubblikata.", "Allura jekk jien nannunzja li s-sena d-dieħla Malta se ssir membru ta' din il-konvenzjoni, min jaħdem f'dak il-kamp ikun jaf liema triq se naqbad pero' llum jien m'inix f'pożizzjoni li nippubblika l-emendi għal-liġi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma hawnhekk qed nitkellmu dwar regolamenti li se joħorġu mhux dwar guidelines għall-futur.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din mhix kwestjoni ta' regolamenti.", "Hawnhekk trid tagħmel emenda fil-liġi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma hawnhekk qed nitkellmu dwar regolamenti li se joħorġu mill-ministru ''on his initiative'' jew mill-awtorita'.", "Mela lil dawn qed ngħidulhom li jistgħu joħorġu regolamenti mil-lum.", "Hawnhekk qed jintqal ukoll li dawk ir-regolamenti mhux biss jinħarġu as a result ta' adezjoni ma' xi international treaty imma as a result ta' intenzjoni li taderixxi.", "Imma r-regolamenti jkunu in vigore malli toħroġhom mhux bħal fil-każ tal-legal aid fejn tgħidilhom biex jirregolaw irwieħhom għax is- sena d-dieħla jew sentejn oħra se tinbidel is-sitwazzjoni.", "Taħt dan kollu li qed niddiskutu hawnhekk tista' tgħidilhom minn issa li r-regolament jiġi japplika, immaterjali minn x'inhi l-intenzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hawnhekk qed naqblu għax la tkun ħriġt ir-regolamenti jkunu applikabbli.", "L-idea hawnhekk hi li speċi għandek il-kappa għaliex ikunu ħarġu taħt dawk ir-regolamenti.", "Nistgħu ngħidu li l-policy decision hija li se nirratifikaw dak it-trattat is-sena ta' wara, pero' permezz ta' regolamenti se nġibuha qabel.", "Legalment m'għandekx bżonn tagħmilha, pero' b'dan il-mod tkun qed tespandi aktar, biex ngħid hekk.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jispjega ftit kif ġew iffissati l-administrative fines li qed jissemmew f'paragrafu (j).", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Biex inkompli ma' dak li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, hawn jidher li hawn kontradizzjoni.", "Fil-fatt l-ewwel proviso tal-(j) jgħid:", "''Provided that any administrative fines provided for by regulations made under this section shall not exceed ...'',", "imbagħad fil-paragrafu ta' taħt qed jingħad li:", "''Provided further that the administrative fines stipulated in this paragraph may be increased by regulation ....''.", "Fil-fatt l-ewwel paragrafu qed igħid li ma tistax teċċedi l-Lm10,000 u l- Lm1,000 kuljum, waqt li l-paragrafu ta' wara qed jgħid li tista' teċċedihom u ttellagħhom għal Lm50,000 u Lm5,000 kuljum.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Prattikament dik trid tinqara li sakemm m'hemmx regolamenti l-fines massimi huma Lm10,000 u Lm1,000, pero' jekk il-ministru joħroġ regolamenti, il-parlament jagħtih id-diskrezzjoni li dak is-ceiling itellgħu għal Lm50,000 u Lm5,000.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien diġa' staqsejt kif ġew iffissati l-multi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Li nista' ngħid huwa li bħal kull ammont ieħor ġie stabilit Lm10,000 bħala punt ta' tluq.", "Per eżempju, fil-każ ta' l- operaturi tal-VRT hemm multi ta' Lm5,000 għall-ewwel kontravenzjoni u mbagħad dan l-ammont jiżdied.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'paragrafu (l) għandna hekk:", "''Regulations made under this section may also grant the authority the power to issue regulations ...''", "Issa hawnhekk mhux għadna għaddejjin b'dik il-parti li tlaqna minnha li tgħid ''The Minister may, either on the recommendation of the regulator or on his own initiative''?", "Dan ifisser li l-ministru b'regolament jagħti l- fakulta' lill-awtorita' li tagħmel regolament?", "Hawnhekk donnu hawn regolament tal-ministru u regolament ta' l-awtorita' delegat mill-ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt inħasset il-ħtieġa li tidħol din il- klawsola għax jistgħu joħorġu regolamenti li jawtorizzaw lill-awtorita' biex tidħol f'aktar dettall.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk għandna li l-ministru jista' joħroġ direttivi lill-awtorita' dwar kif għandha tagħmel fuq bażi ta' policy u ta' general character li wħud jistgħu jiġu ppubblikati u wħud jistgħu ma jiġux; u għandna wkoll li l-ministru jista' joħroġ regolamenti kemm fuq l- inizjattiva tiegħu kif ukoll fuq il-proposta ta' l-awtorita'.", "Imbagħad għandna wkoll li l-awtorita' tista' toħroġ direttivi, deċiżjonijiet u regolamenti.", "Issa dawn ir-regolamenti u direttivi differenti għandhom kollha l-istess tifsira?", "Direttiva ta' l-awtorita' u direttiva tal- ministru għandhom l-istess standing?", "Jista' jkun hemm overlap bejn regolamenti li jkun ħareġ il-ministru u regolamenti li tkun ħarġet l- awtorita'?", "X'inhi l-field of application ta' direttiva maħruġa mill- ministru u ta' direttiva maħruġa mill-awtorita'?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chariman, jien nifhem id-diffikulta' li qed iqajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u nista' ngħid li ladarba regolament ikun ġie pubblikat ikun japplika, oriġina minn fejn oriġina.", "Pero' jista' jkun hemm regolament li jgħid li għandu jkun hemm a universal service fund u ġieli lanqas dan ma jkun biżżejjed.", "Imbagħad ikun hemm bżonn b'mod aktar dettaljat kif dan il-fond se jintuża u li qed ngħidu hawnhekk huwa li f'ċirkostanzi ta' dan it-tip ikun hemm il-possibbilia' li toħroġ subdelegated legislation.", "Dawn huma punti li diffiċli tispjegahom b'dan il- mod għax dawn ikunu konsegwenzjali għar-regolamenti li jkunu ħarġu diġa' u allura biex ir-regolamenti tkun tista' tapplikahom ikun hemm il-ħtieġa ta' further and more detailed regulation.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nifhem l-ispjega li ta l-Ministru imma bir- rispett kollu dak li qal ma joħroġx minn dak li għandna quddiemna.", "Dan qed jagħti interpretazzjoni li tista' tkun reasonable għal dak li qed jintqal u għal dak li qed jiġi miktub, imma kif inhi miktuba tista' tfisser ħafna affarijiet aktar minn hekk.", "Li jkun hemm xi forma ta' delegated authority biex l-awtorita' toħroġ subdelegated legislation jew subsidiary regulations nifhimha imma mhux hekk qed ngħidu hawn.", "Hawnhekk qed nerġgħu noħolqu konfużjoni sħiħa u għalhekk jien dejjem insistejt li hemm bżonn li l- għodod li nistgħu naħdmu bihom niddefinuhom ukoll b'din it-tip ta' leġislazzjoni.", "Per eżempju, fl-Unjoni Ewropea għandek il-livell tal- kunsill tal-ministri u l-livell tal-kummissjoni.", "Il-livell tal-kunsill jaħdem permezz ta' decision, resolution u directive u l-livell tal- kummissjoni jaħdem permezz ta' direttiva u decision u taf kull waħda għal liema field of application se tkun.", "Issa kif inhi miktuba hawnhekk il- ministru u l-awtorita' jistgħu joħorġu regulations fuq l-istess ħaġa, mhux bħala subsidiary imma bħala main, u anke qed nużaw l-istess kliem li huma regulation u directive.", "Naħseb li rridu nkunu aktar trasparenti għax dak li qal il-Ministru fhimtu, imma kif inhuma miktubin l-affarijiet hawnhekk jinkludu ħafna aktar minn hekk.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk ir-regulations li joħorġu mill-awtorita' jitpoġġewx fuq il-Mejda tal-Kamra.", "U minn fejn toħroġ li jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif għedna diġa', ladarba dawn huma regulations dawn huma legal notices u allura jkunu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aħjar inkunu ċari fuq din.", "Dawn ir-regulations li se toħroġ l-awtorita' jien qed neħodhom li huma sui generis, jiġifieri mhux se joħroġhom il-ministru imma se toħroġhom l-awtorita'.", "Per eżempju, id- deċiżjonijiet tal-bord ta' l-MDC ma joħorġux bħala regulations imma joħorġu bħala deċiżjoni amministrattiva.", "Effettivament il-Ministru għadu kemm qal hawnhekk li din hija sussidjarja.", "Allura minn fejn toħroġ li dawn bilfors ikunu published fil-gazzetta tal-gvern jew b'legal notice?", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq l-istess regulation imma għandna r- regulations tal-ministru u għandna r-regulations ta' l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, l-Interpretation Act hija applikabbli għal-liġijiet kollha kull fejn tintuża l-kelma ''regulations''.", "Il- liġijiet tagħna kollha huma regulations made by legal notice to be laid on the Table of the House subject to the procedure ta' 20 days, eċċ. Għalhekk kull fejn qed tintuża l-kelma \"regulations\" m'għandekx bżonn tgħid ''by legal notice'' għax bl-Interpretation Act inti kopert.", "Li forsi nista' nissuġġerixxi wara li tkellimt ma' l-advisors huwa li nbiddlu ftit dan il-kunċett:", "\"When the Minister issues regulations under this Act he may grant the authority the power to issue further detailed regulations in accordance with the principles established by the regulations issued by the Minister.\"", "Mela hawnhekk għandna delega mill-parlament lill-ministru imbagħad għandek is-sotto-delega mill-ministru għall-awtorita'.", "B'dan il-mod inkunu qed nagħmlu aktar ċar il-vires kif ġej u l-fatt li qed nitkellmu fuq ir- regulations nerġgħu norbtu l-obbligu ta' l-awtorita' li ġġibhom hawnhekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kull regulation li toħroġ hija taħt id il-ministru, hux hekk?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-regulations li joħorġu direttament taħt l- awtorita' tad-djar, per eżempju, jiffirmahom il-ministru għax inkella ma jiġux hawnhekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk qed ngħidu li se tingħata poter lill-awtorita' biex toħroġ regulations hi u mbagħad dawn jgħaddu għand il-ministru biex jiffirmahom, l-awtorita' mhu qed toħroġ xejn għax ir-regolamenti jkun qed joħroġhom il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Formalment il-ministru jkun qed jippubblikahom mhux joħroġhom.", "Sfortunatament dawn huma splitting hairs imma jekk l-awtorita' għandha l-poter li toħroġ ċertu tip ta' regoli mingħajr ma tikkonsulta l- ministru, l-ministru ma jistax jirrifjuta li jiffirmahom.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-awtorita' taqbad u tippubblikahom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, teknikament ma nafx kif issir imma safejn naf jien l-awtorita' tibgħatlu l-file u lill-ministru tgħidlu liema regolamenti ddeċidiet fuqhom.", "Imbagħad tgħidlu biex jippubblikahom u jpoġġihom fuq il- Mejda tal-Kamra.", "At that stage jekk il-poter huwa awtonomu, il-ministru ma jistax jirrifjuta.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu dan mhuwiex awtonomu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, hawnhekk qed nitkellem b'mod ġenerali fuq affarijiet oħra.", "Issa hawnhekk il-ministru jista' joħroġ regolamenti li mhumiex dettaljati, pero' mbagħad jgħid lill-awtorita' biex tagħmilhom fid- dettall hi.", "Issa dan huwa subject to review mill-ministru għaliex il- vires qiegħed għandu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Per eżempju, l-MDC għandha d-deċiżjoni tal-bord u deċiżjonijiet under delegated authority u kull deċiżjoni li tittieħed tmur quddiem il-ministru biex jiffirmaha.", "M'hemm l-ebda awtonomija fis-sens li toħroġ u tgħid liema direttiva hija ta' l-MDC u liema direttiva hija ta' l-awtorita'.", "Anke jekk il-ministru jgħid lill-awtorita' toħroġlu detailed regulation, fl-aħħar mill-aħħar ir-regulation se tibqa' tal-ministru la se jiffirmaha hu.", "Allura hemm bżonnha din?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'dan il-każ iva.", "Il-formalita' finali tkun il-firma tal-ministru li mbagħad bħala konsegwenza tiġi ppubblikata fil-gazzetta tal- gvern u titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa jekk hemmx bżonnha din.", "Fir-realta' wieħed irid jiftakar li jekk għal xi raġuni jew oħra l-ministru jibqa' jkaxkar saqajh u ma jwassalx għall-pubblikazzjoni ta' dawk ir-regolamenti b'mod evidenti, se jkun hemm il-poter tad-dibattitu pubbliku li jitkellem dwar li l-ministru qed jirrifjuta li jagħmel dak li formalment ġie fformalizzat mill-awtorita'.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dak jiġri fi kwalunkwe każ.", "Jekk l-MDC ddeċidiet xi ħaġa on a policy basis u bagħtitha għand il-ministru li jibqa' ma jiffirmahiex, f'dak il-każ mhux dejjem tinqala' din il-biċċa xogħol?", "Il- punt mhuwiex dak.", "Il-punt huwa li jekk in-natura tar-regulations once drafted mill-awtorita' hijiex differenti mir-regolamenti li joħroġ il- ministru ipso facto li huwa ministru.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nieqfu hawn għax sar il-ħin.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Ġunju, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il- Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr. Speaker, jekk wieħed jagħti ħarsa lejn l-aktar statistika li ħarġet dwar impjiegi għandu jinnota b'sodisfazzjon li żdied b'ammont konsiderevoli kemm in-numru tal-gainfully occupied kif ukoll dak tas-self-employed.", "Dan in-numru żdied kemm jekk wieħed iqabblu maċ-ċifri li ħarġu f'April tas-sena li għaddiet kif ukoll jekk wieħed iqabblu ma dawk li ħarġu f'Marzu li għadda.", "Dan huwa suċċess għall-politika tal-gvern.", "Din iż-żieda kemm fil-gainfully occupied kif ukoll fis-self-employed tirriżulta għax in-nies qed iħossu li jistgħu jaħdmu għaliex qed isibu lilhom infushom imħarsin permezz ta' politika li kapaċi ssostnihom..", "Barra minn hekk ħafna mill-gainfully occupied qed jaħdmu għaliex b'mod jew ieħor seta' kien hemm espansjoni kummerċjali.", "Forsi din l-istatistika turi wkoll li iżjed individwi qed jiddeċiedu li jaħdmu għal rashom għaliex iħossuhom forsi komdi u lesti li jilqgħu l- isfida li huma jidħlu għal din id-dinja tan-negozju.", "Minn dawn iċ-ċifri wieħed issa jrid jagħraf x'inhuma l-isfidi tagħna bħala gvern biex dawn in- numri nkunu nistgħu nsostnuhom u nħarsuhom.", "Għalhekk tajjeb li naraw x'viżjoni għandu l-gvern biex l-inizjattiva ta' dawn in-nies tiġi sostnuta.", "Mr Speaker, f'dan il-pajjiż għandna d-data ta' meta niċċelebraw l- indipendenza, għandna d-data ta' meta niċċelebraw il-ġurnata meta sirna repubblika pero' donnu li qatt ma ħadna deċiżjoni - bħala poplu u mhux biss bħala gvern - li ma nibqgħux naġixxu, naħdmu u nieħdu deċiżjonijiet b'moħħ kolonjali u b'moħħ li juri li aħna donnu li għadna naħsbu kif kienu jaħsbu ta' qabilna.", "Minkejja li l-ġenerazzjonijiet jinbidlu, f'ħafna okkażjonijiet mingħajr ma nkunu nafu donnu li għadna qed naħsbu ta' pajjiż kolonjali u donnu li nħossuna komdi nitolbu dak li neħtieġu minn xi ħadd ikbar minna.", "Wasal il-waqt li anke s-settur tan-negozju ma jibqax jitlob iżjed mingħand il-gvern.", "Ma jistax jibqa' jiddependi biss mill-viżjoni tal-gvern.", "Il-gvern għandu viżjoni - u se nitkellem fuqha - pero' min-naħa l-oħra ma jistax ikun li jibqa' jkollna nies fis-settur tan-negozju li għadhom iħarsu lejn il-gvern bħala l-istituzzjoni li dejjem iridu jitkarrbu mingħandha.", "Għad hawn min jaħseb ukoll li l-gvern irid ikun preżenti biex ikun l-istepney għal meta ma jasalx hu.", "Donnu li fil-pajjiż wieħed dejjem jara kif ir- riskju jaħbih jew jinsih għal xi ftit.", "Donnu għad hawn il-mentalita' li wieħed irid jara kif jevadi milli jieħu d-deċiżjoni tar-riskju u din hija marda soċjali li għandna f'dan il-pajjiż.", "X'ħin niġu biex nieħdu riskju m'aħniex nuru li kapaċi nerfgħu r-riskju.", "M'aħniex poplu li kapaċi nidħlu f'mentalita' ġdida u nitilqu minn din il-mentalita' kolonjali ta' protezzjoniżmu.", "Anke l-istess fdalijiet li għandna f'dan il-pajjiż u li huma attrazzjonijiet turistiċi juru u jixhdu kemm f'dan il-pajjiż għandna storja ta' protezzjoni.", "U għad għandna din il-mentalita' fejn anke s-settur tan-negozju jrid jinħeba u jara kif jipproteġi lilu nnifsu taħt id-djul ta' min ikun qiegħed imexxi.", "Jien ngħid li wasalna għaż-żmien u fiċ- ċirkostanzi fejn ikollna nitilqu minn din il-mentalita'.", "Irridu naraw kif nibdew nersqu lejn mentalita' oħra fejn is-settur governattiv, fejn il- burokrazija ma tkunx hi l-mutur tad-deċiżjonijiet ekonomiċi jew inkella ma jkunx il-gvern il-mutur tad-deċiżjonijiet ta' negozju li jeħtieġ li jittieħdu f'dan il-pajjiż.", "Il-gvern għandu jkun biss il-facilitator u jkun hu li jara li s-settur tan-negozju jkun kapaċi jaġixxi u jiżviluppa lilu nnifsu bl-aħjar mod possibbli.", "Mr Speaker, nitkellem b'dan il-mod għaliex proprju qegħdin fiż-żmien fejn il-kunċett ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-pajjiż sar realta'.", "Ikun min ikun il-partit li se jkun qed imexxi dan il-pajjiż, aħna qatt m'aħna se nitilqu minn taħt id-dell ta' l-Unjoni Ewropea.", "Id-differenza bejn iż-żewġ partiti hija l-metodu ta' kif se naslu f'din id-direzzjoni, pero' huwa ċar li hawn qbil politiku li d-direzzjoni hija li aħna nkunu qrib kemm jista' jkun ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan jemmnuh iż-żewġ partiti fejn il-Partit Nazzjonalista jemmen li bi sħubija sħiħa hemm l-akbar vantaġġi u l-Partit Laburista donnu jrid jgħid li ma jridx jissieħeb għalissa.", "(Interruzzjonijiet) Pero' mhux qed jgħid le imma qed jgħid biss li ma jridx li pajjiżna jissieħeb għalissa.", "Dan ifisser li aħna se nkunu direttament parti min-numru ta' pajjiżi li jaqblu bejniethom fuq ċerti prinċipji fundamentali u dan il-fatt ma nistgħux naħirbu minnu.", "Aħna rridu nagħmlu parti minn dan il-baskett ta' inizjattivi għax qed naraw li wieħed jaqbillu jżarma l-fruntieri li jifirdu pajjiż minn ieħor biex il-kummerċ ikun jista' jsir aħjar.", "Mr. Speaker, aħna tal-fehma li dan il-pajjiż ikollu żvilupp iktar sostnut ta' attivita' kummerċjali kemm-il darba nkunu nagħmlu parti minn dan il- pakkett ta' inizjattivi li jissejjaħ Unjoni Ewropea.", "Illum huwa ta' sodisfazzjon li n-negozjaturi ta' dan il-pajjiż qed jgħidu li f'diversi setturi aħna diġa' qegħdin in line ma' l-acquis communautaire.", "Hawnhekk irrid ngħid li jien naħseb li issa fadal sfida oħra daqshekk ieħor importanti.", "Irridu nkunu in line ma' l-Unjoni mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' dokumentazzjoni u liġijiet imma rridu nkunu in line ma' l- Unjoni Ewropea wkoll f'dik li hija l-mentalita', u dan mhux għaliex qed jgħid hekk il-Partit Nazzjonalista imma għaliex hekk jaqblilna kemm-il darba rridu nsostnu l-attivita' kummerċjali f'dan il-pajjiż.", "Illum il- ġurnata rridu nifhmu li mhux biss il-burokrazija li qed tieħu ħsieb id- dokumentazzjoni u l-liġijiet trid tkun in line ma' l-Unjoni imma anke l- entitajiet li qegħdin joffru s-servizz tagħhom lis-settur kummerċjali jrid ikollhom il-mentalita' ta' l-Unjoni.", "Din hi mentalita' ta' effiċjenza u ta' kif wieħed jasal li jkun kapaċi li jerfa' r-responsabbilta' u jieħu r- riskju.", "Ma nistgħux nibqgħu pajjiż b'idea kolonjali fejn naħsbu li dejjem nistgħu naħarbu mir-responsabbilta' għaliex hemm xi ħaddieħor li se jerfagħha hu.", "Li pajjiżna jidħol u jieħu sehem fl-inizjattivi, fid-djalogu u fil-proċess ta' tmexxija ma' pajjiżi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea ma jfissirx li qegħdin nistaħbew wara ħaddieħor.", "Lanqas ma jfisser li se nitilfu l-identita' tagħna.", "Ifisser li b'responsabbilta' nerfgħu il- pożizzjoni tagħna u nieħu d-deċiżjonijiet tagħna.", "Mr. Speaker, ir-realta' ta' Brussels m'hijiex realta' ġeografika jew ta' ħakma bħalma kienu l-ħakma Ingliża, il-ħadma Franċiża u dik tal-Kavallieri.", "Hija realta ta' impenn.", "Aħna impenjati nerfgħu b'responsabbilta' d-deċiżjonijiet li nieħdu quddiem ħaddieħor u li nerfgħu ta' ħaddieħor għax ngħarfu li jkun jaqblilna.", "Qed ngħid hekk, Mr Speaker, għaliex ftit tal-ġranet ilu kien hawn ukoll il-ġimgħa ddedikata għas-servizz pubbliku.", "Is-servizz pubbliku jagħmel ħafna differenza f'pajjiżna.", "L-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' dan il- poplu jiddependi ħafna mill-effiċjenza ta ́dan is-servizz.", "Is-servizz pubbliku irid jasal li jifhem li hu għandu jara li jkun in line proprju ma' min irid li jkollna inqas burokrazija.", "Irid ikollna l-inizjattivi kollha meħtieġa biex naraw li min hu self-employed jew fis-settur tan-negozju ma jkunx imxekkel.", "Jekk hemm ix-xkiel aħna mpenjati li nnaqqsuh.", "Għalkemm bejn id-diskors u l-fatti ħafna drabi wieħed isib li hemm differenza, l- isfida tagħna hi li nnaqqsu dan ix-xkiel.", "Huwa faċli niġu hawnhekk u nitkellmu u forsi anke npinġu sitwazzjoni kerha bħala sabiħa jew bil- maqlub, iżda x'ħin niġu għal fatti irridu naraw li d-diskors tagħna verament jixhed impenn.", "Mr Speaker, irrid permezz ta' dan l-aġġornament nitlob li ma nibqgħux nattwaw il-mentalita' tal-preservazzjoni. ll-preservazzjoni fil-wirt kulturali tagħmel sens u l-preservazzjoni ta' dak kollu li writna mingħand missirijietna bħala valur storiku ukoll jagħmel sens, pero' l-politika u l- mentalita' ta' preservazzjoni li kulħadd jixtieq jibqa' jżomm - u din iwritniha minn żmien Napuljun f'dawk li huma liġijiet u sistemi ta' raġunar u ta' kif ngħaddu r-responsabbilta' lil xulxin - m'għadhiex tagħmel sens.", "Il-preservazzjoni ta' kif nirraġunaw fil-kummerċ, per eżempju, m'għadhiex tagħmel sens.", "Irridu nkunu riskjużi biżżejjed li ma nibqgħux nippreservaw dak li għadda żmienu.", "Irridu nkunu kuraġjużi wkoll biex dak li nagħmlu llum, inkunu nafu sa meta jrid iwassal u mhux iservi sa min jaf meta u nerġgħu ngħabbu l-ġdid fuq l-antik.", "Jekk nieħu l-eżempju tat-timbri, li qed nagħmlu hu li ndaħħlu l-ġodda u nżommu l-antiki.", "It-timbru l-antik ma jitneħħa qatt.", "Dejjem inżidu t-timbru l-ġdid.", "Dan li qed ngħid tistgħu tarawh fid-dwana.", "Il-burokrazija donnha qatt ma tnaddaf proċeduri antiki imma tgħabbi l-proċeduri ġodda magħhom u għaldaqstant nitlob biex ma jkollniex politika ta' preservazzjoni u containment .", "Anke fl-istudju tal- kummerċ fl-Universita ta' Malta tidher din il-mentalita.", "Li jiġri hu li aktar naċċennaw għal risk avoidance milli fuq kif niffaċċjaw riskju.", "Hawnhekk nagħti raġun lill-Ministru Louis Galea meta kien qiegħed jitkellem waqt seminar u qal li osserva li l-ispirtu ta' entrapreneurship mhux qed jidher fil-gradwati ta' llum għaliex proprju għandna mentalita' ta' containment.", "Hija l-idea li nżommu kollox stabbli li żżommna milli nieħdu riskji.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għall-viżjoni politika tal-gvern.", "Din trid tkun kapaċi ssostni lil dawk li ħadu deċiżjonijiet li jidħlu fis- suq bħala self-employed jew bħala negozji żgħar.", "Ftit ilu tħabbar u anke tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra position paper dwar fejn ninsabu vis-a-vis l-applikazzjoni tagħna għal sħubija fl-Unjoni, b'riferenza partikolari għal dak li għandu x'jaqsam ma' chapter 16, li jittratta n-negozji ż-żgħar u l- ftehim li sar ma' l-Unjoni Ewropea.", "Il-ħsieb hu li lil dan is-settur nagħtuh l-għodda meħtieġa biex ikun jista' jsostni l-inizjattivi li qegħdin jittieħdu, anke bid-direzzjoni li toffri l-Unjoni stess.", "L-Unjoni m'hijiex ħakma iżda realta' u tirrifletti diversi ideat ta' diversi pajjiżi.", "Dawn huma l-istess ideat li jixtiequ jaraw is-setturi kummerċjali f'pajjiżna.", "Per eżempju, illum il-ġurnata rridu nibdew naħsbu kif se naraw li jkollna min inaqqas il-burokrazija u kif nistgħu nnaqqsu r-red tape.", "Huwa tajjeb li, per eżempju, nibdew naraw inizjattivi bħal dawn li ġejjin:", "\"To simplify and improve community legislation, increase transparency and spread the best practices on simplifying and improving the administrative machinery, improve the framework of transition operations of SMEs, improve access to loan financing, intensify efforts to reduce late payment problems, facilitate the development of specific financial instruments, stimulate the development of capital markets for the fast growing SMEs. develop information services, improve the promotion of SME policy actions, and promote co-operation through business research networks.'", "Din hija l-mentalita' tal-pajjiżi li jifformaw l-Unjoni Ewropea.", "Hi mentalita ta' kif iridu jtejbu ċ-ċirkostanzi tagħhom fejn is-settur tan- negozju jixtieq imur il-quddiem.", "Huwa dan il-qbil li mal-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Dak li konna diġa' qed naħsbu għalih, proprju sa meta kont kważi ngħatajt ir-responsabbilta' ta' dan l-uffiċċju.", "Konna qed naħsbu li jkollna unit għan-negozji ż-żgħar.", "Din illum qegħda ssir realta' u din ir- realta' qed naraw kif tikkonforma ma' dawn id-direttivi.", "Huma direttivi ta' kif wieħed jasal biex jgħin in-negozju tas-settur iż-żgħir.", "U proprju għalhekk min hawn u ftit tal-ġranet oħra se nkunu qegħdin inniedu dan l- uffiċċju li se jkun qed jissejjaħ small business efficiency unit.", "Dan il- unit hemm il-qbil dwaru u huwa mniżżel fil-position paper.", "Għandu jkun ukoll il-co-ordinating focus u għandu jkun ukoll il-metodu ta' kif jara kif isiru l-affarijiet - qed nikkwota mill-position paper:", "\"A small business efficiency unit has been established within the ministry of economic affairs to focus on the needs of small businesses and the self-employed.", "It is to act as a one-stop shop for the small businesses.", "It stimulates entrepreneurship and combats excessive bureaucracy.\"", "Irridu naraw kif innaqqsu din il-burokrazija u ngħinu lis-settur tan- negozji ż-żgħar.", "Dan jidher fil-mod kif qed inwaqqfu l-kunsill Malti għall- artiġġjanat.", "Mr Speaker, ftit tal-ġranet ilu beda d-dibattitu fuq it- Tieni Qari ta' din il-leġislazzjoni.", "Qegħdin naqblu wkoll ma' l-Unjoni Ewropea li naraw li nippubblikaw policy paper fuq l-entrapreneurship development f'dan il-pajjiż.", "Din hija l-viżjoni tagħna; hu programm li naraw kif naslu li jkollna leġislazzjoni biex tiffaċilita inizjattivi u skemi ta' finanzjar għan-negozji u setturi kummerċjali.", "Dan qed isir f'dik li għandha tissejjaħ Business Promotion Act.", "Tkellimt fuq it-tneħħija ta' burokrazija żejda biex ngħinu lill- imprendituri ż-żgħar.", "Pero' ngħid li jkun inutli li jkollna uffiċċju li jaħseb.", "Se jkun inutli li jkollna t-terms of reference biex naraw li l- burokrazija titneħħa.", "Inutli jekk jibqa' miktub fuq il-karta u ma jkunx imsarraf f'impenn mill-gvern.", "Ma nistgħux inkunu in line biss ma' dik li hija dokumentazzjoni u leġislazzjoni imma wkoll ma' l-l-ispirtu, ma' dik li hija viżjoni.", "Din il-viżjoni hija viżjoni ta' għajnuna għal min irid jidħol fin-negozju.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tnejn, 26 ta' Ġunju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MTARFA - XOGĦLIJIET FIL-BYPASS", "16988.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformana meta se jitkomplew ix- xogħlijiet fuq l-Imtarfa bypass?", "Kemm se tkun in-nefqa għal dawn ix- xogħlijiet u meta se jiġu finalizzati x-xogħlijiet pendenti u t-triq tkun kompluta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-dipartiment tat-toroq issottomentta l-pjanti mitluba mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għat-tieni fażi tax-xogħlijiet fuq l- Imtarfa bypass peress illi t-triq trid titwessa' f'xi partijiet tagħha biex il-linja tiġi kkoreġuta.", "Is-sejħiet għall-offerti jkunu jistgħu jiġu ppubblikati hekk kif ikun hemm l-indikazzjonijiet neċessarji li l-awtorita' se tapprova il-pjan tad-dipartiment.", "Dwar ix-xogħlijiet ta' l-ewwel fażi id-dipartiment issottometta wkoll għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar applikazzjoni biex jiġi modifikat il-ħajt li nbena biex iżomm it-tafal u meta l-permess jinħareġ, dan ix-xogħol ikun jista' jsir bied din il-fażi tax-xogħol titlesta.", "TOROQ ARTERJARI - TARMAK", "16989.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta li talbu lill-Ministeru sabiex jagħti t-tarmak fit-toroq arterjali li jappartjenu l-konfini tagħhom?", "Kemm hija kkalkulata n-nefqa globali li l-gvern jirrikjedi biex iwettaq dawn it-talbiet tal-kunsilli lokali sabiex jingħata t-tarmak f'ċerti toroq proposti fil-lokalitajiet tagħhom?", "X'inhija l-pożizzjoni tal-gvern u cioe' kemm hija n-nefqa li se tintnefaq, bejn Ġunju u Diċembru li ġej, sabiex jitwettqu dawn it-talbiet tal-kunsilli lokali f'Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-rapporti dwar toroq arterjali li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "BIEDJA U SAJD - LAQGĦAT", "16990.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat bejn id-dipartiment ta' l-edukazzjoni, l-istitut ta' l-agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta u d-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd, bil-għan li l-oqsma tal-biedja u sajd ikunu integrati fil-programm edukattiv ta' l-iskola sajf?", "Meta saru min kien preżenti u xi programm tfassal sabiex jgħin lit-tfal Maltin u Għawdxin li se jattendu l-iskola sajf ikollhom aktar għarfien u edukazzjoni dwar dawn l-oqsma li minnhom tant tiddependi l-provvista ta' l- ikel tal-poplu tagħna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għanijiet ewlenin wara l-programm edukattiv ta' Skola Sajf huma:-", "1.", "L-istudenti tal-B.Ed ikollhom esperjenza diretta ta' tagħlim li tgħinhom fil-karriera futura tagħhom.", "2.", "It-tfal li jattendu Skola Sajf ikollhom ċans jesprimu l-kreattivita` tagħhom li x'aktarx ma tkunx possibbli tul is-sena skolastika.", "Informat ukoll li l-iSchool Co-Ordinators li jmexxu l-proġetti ta' Skola Sajf huma liberi li jagħmlu dawk il-kuntatti li jidhrilhom li jkunu fl- interess ta' l-istudenti tal-B.Ed u tat-tfal li jattendu.", "Dawn jista' jkun li jkunu jinkludu fost l-oħrajn l-oqsma tal-biedja, agrikoltura u sajd.", "STUDENTI - INĊIDENTI", "16991.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-livell primarju u sekondarju tal-gvern li kellhom xi inċidenti waqt it-trip ta' l-iskola?", "X'ikkawża dawn l-inċidenti u x'passi ttieħdu?", "X'servizzi joffri d- dipartiment lill-iskejjel f'ċirkostanzi bħal dawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "RABAT - BARRIERA", "17042.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li r-residenti ta' Għar Barka, Rabat, partikolarment dawk residenti \"phase two\" kif ukoll ir-residenti tal-lunzjata, ilhom is-snin jilmentaw mill- inkonvenjent kbir li qed tikkawżalhom il-barriera li hemm qrib l-inħawi residenzjali, tant li jinsabu f'sitwazzjoni li ma jifilħux jirreżistu aktar theżżiż ta' l-isplussivi li jħossu fil-bini tagħhom wara l-isparaturi regolari li jsiru fil-barriera msemmija, jista' l-Ministru jinvestiga din is-sitwazzjoni urġenti ħalli jittaffew il-problemi kbar ta' dawn il- familji?", "Jista' l-Ministru jara li ssir sistema ta' permessi differenti għall-kwantita' ta' splussivi li qed jiġu sparati peress li r-residenti in kwistjoni jinsabu taħt pressjoni kbira kawża tal-15-il sena li ilhom jissaportu dan it-theżżiż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tagħmel monitoring regolari meta jintuża splussiv fil-barrieri.", "L-Awtorita` għandha strumenti li jkejlu s-saħħa tat-theżżiża u permezz ta` monitoring regolari l-Awtorita` taċċerta li ma jsirx theżżiż eċċessiv.", "Fejn jinstab li l-qtugħ ta` blat minn dawn il-barrieri jagħmel theżżiż iżjed milli hu aċċettabli, l-ammont ta` splussiv li huma jkollhom permess jużaw jiġi mnaqqas.", "Fil-każ tal-barriera in kwestjoni, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar diġa` naqqset l-ammont ta` splussiv li jista` jintuża f`din il-barriera.", "Fil- fatt, f`din il-barriera jintuża inqas minn nofs l-isplussiv li jintuża normalment f`barrieri oħra.", "Minn records li għandha l-awtorita`, il- livelli ta` theżżiż f`din il-barriera dejjem kienu f`livell li mhux mistenni li jagħmel ħsara fuq il-proprjeta` fil-viċin.", "DJAR - APPARTAMENTI", "17125.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-132 Condition Reports fuq garaxxijiet u appartamenti/maisonettes ġodda tal-gvern imniedi mill-Awtorita' tad-Djar?", "Jista' jgħid in segwitu għas-site plans u spezzjonijiet li saru, kemm kien hemm proprjeta', li fuqha l-Awtorita' tad-Djar kienet se tagħmel żvilupp, li kienet okkupata?", "Jista' l-Ministru jgħid, f'każi simili, x'passi ttieħdu u fejn irriżultaw dawk il-każi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-kazijiet fejn irrizulta li kien hemm xogħol mhux skond is-sengsa jew ssarat, dawn ġew riferuti lid- dipartiment konpernat jew lill-perit inkarigat mill-promett biex isir ix- xogħol mestiem.", "Dan ix-xogħol jimi segwit mill-Awtorita' tad-Djar biex jimi assigurat li jsir gsas-sodisfazzjon tal-partijiet interessati Ninsab informat ukoll li kien hemm proprjetaż f'Ħaz-Zebbuġ li nstabet li kienet okkupata u li passi legali qed jittieħdu f'dan il-każ.", "DJAR - SKEMA \"U\"", "17126.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l- membri formanti tal-panel imwaqqaf mill-bord ta' l-Awtorita' tad-Djar sabiex jistudja l-offerti magħmula taħt Skema \"U\"?", "Jista' jgħid kemm kien hemm ċittadini li bejn l-1 ta' Ottubru 1999 u Ġunju 2000 offrew li jbiegħu proprjeta' lill-Awtorita' taħt l-istess skema?", "Jista' jgħid x'irriżulta in segwitu għall-ispezzjonar, layout plans u anke rakkmandazzjonijiet fuq il- proprjeta' offruta?", "Jista' jindika fejn kienet lokata din l-istess proprjeta'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-lokalitajiet li fihom tinsab il-proprjeta' offruta lill-Awtorita' tad-Djar huma f'Malta - B'Kara, Bormla, Fgura,.", "Gsaxaq, Gzira, Luqa, Marsa, Naxxar, Rabat, San Miljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Tarxien, Valletta, Xgħajra, Zejtun, Zurrieq u f'Gsawdex - Għarb u Rabat Dwar il-partijiet l-osra tal-mistoqaija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17,067.", "NAXXAR - DRENAĠĠ", "17129.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Filwaqt li nagħmel riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "2666, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet fi Triq Andrea Debono fin-Naxxar?", "Sa meta x-xogħol ta' drenaġġ u surfacing se jitlesta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li għal din it-triq infetah tender.", "Dan jinkludi gravity main, rising main u bini ta' pumping station.", "Għadna qed nistennew l-easement approval mil-lands u l-approvazzjoni tal- bini tal-pumping station mill-awtorita' ta' l-ippjanar, u qabel dawn l- approvazzjonijiet ma jistax jiġi pubblikat dan it-tender.", "BIRRA - TAXXI", "17216.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm jitħallsu dazji/levies/taxxi fuq birra importata?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-rati ta` dazji\\levies\\taxxi fuq birra importata huma hekk;", "| | | | | |IMPORT |EXCISE |LEVY |VAT | |DUTY |DUTY | | | | | | | | |24% |Nil |Lm0.25|15% | | | |per | | | | |litre | |", "M`hemmx import duty fuq birra ta` origini Ewropea.", "OPRI TAL-BAĦAR - LIĊENZJI", "17217.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallsu f'liċenzji fuq opri tal-baħar matul is-sena 1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "MALTA SHIPBUILDING - XOGĦOL", "17218.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex il-Malta Shipbuilding ikollhom aktar xogħol la jitlesta x-xogħol li hemm għaddej bħalissa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "16714 li kienet tittratta l-istess materja waqt seduta nru.", "312 tat-Tlieta 13 ta` Ġunju, 2000.", "ISLA - IRMIĠĠ", "17219.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk is-sidien ta' l-opri tal-baħar li għandhom l-irmiġġ tagħhom quddiem il-gabbani fix-xatt ta' l- Isla humiex se jibqgħu jgawdu dan l-irmiġġ meta jsir il-proġett tal-marina?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li biex iseħħ il-proġett tal-Kottonera, l-awtorita' maritima tgħat id-dritt lill-Cottonera Waterfront Group biex tibni, topera, tiżviluppa u tikkontrolla l-yacht marina.", "Il-baħar quddiem il-gabbani fix-xatt ta' l-Isla jaqa' taħt din il-konċessjoni.", "Il-Cottonera Waterfront Group huma, skond il-kuntratt, obbligati li jipprovdu faċilitajiet għal 150 frejgatina fl-istess marina.", "SVPR - WAITING LIST", "17220.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, tal-persuni li qegħdin jistennew biex jidħlu f'St.Vincent De Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "17221.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema skejjel statali ser isirilhom xogħol ta' manutenzjoni fis-sajf li ġej?", "Jista', f'kull każ, jgħid x'tip ta' xogħol ser isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AMBJENT - DIRETTUR", "17239.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direttur inħatar fid-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħtu minn Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' jgħid: (1) min huma dawn id-diretturi; (2) x'kundizzjonijiet igawdu; (3) kemm minnhom u min minnhom huma ntitolati li jkollhom karozza; (4) kemm minnhom u min minnhom huma ntitolati għal mobile phone?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li minn Settembru, 1998 'l hawn inħatru żewġ diretturi fil-ministeru għall-ambjent: (1) Dawn huma Anthony Abela A&CE u Joseph Spiteri Bailey.", "(2) Dawn għandhom salary scale 4, free telephone facilities u annual bonus skond il-performance tagħhom.", "(3) It-tnejn huma ntitolati li jkollhom karozza.", "(4) Il-mobile phone jingħata skond l-esiġenzi tax-xogħol tagħhom.", "MPFA", "17251.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa mill-ministeru ma' l-għaqda ta' l-MPFA biex jingħataw bini bl-istess kriterji ta' għaqdiet sportivi oħra f'Ta' Xbiex biex minn hemm imexxu l-ħidma tagħhom għall-ġid tat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li uffiċjali tal-Malta playing fields association kienu ltaqgħu mas-segretarju parlamentari fil-Ministeru ta' l- Edukazzjoni.", "Matul din il-laqgħa kienet ġiet diskussa l-possibbilta` li l- art f'Ta' Xbiex li qiegħda tokkupa l-MPFA tiġi mgħoddija lilhom permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari.", "Il-każ kien ġie riferut lill-Kunsill Malti għall-isport biex jinbdew il-proċeduri meħtieġa.", "Wara laqgħat li saru maċ- chairman tal-Kunsill Malti għall-isport, beda l-proċess amministrattiv fuq it-talba ta' l-MPFA.", "Bħalissa qed nistennew li jkun hemm clearance mid- dipartimenti konċernati.", "STUDJI - MOBILE PHONE ANTENNAE", "17252.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol għamel s'issa l-bord li nħatar biex jistudja l- impatt tal-mobile phone mast antennae fuq is-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-bord li nħatar biex jifformula kodiċi ta' prattika bbażat fuq studji xjentifiċi u rakkmandazzjonijiet minn istituzzjonijiet internazzjonali wasal fil-fażi li jifformula l-ewwel draft ta' dan il-kodiċi.", "SKEJJEL - SIR ADRIAN DINGLI", "17253.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li bħalissa x-xogħol fuq il-bini tal-junior lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke jinsab wieqaf, jirriżultalu l-Ministru li fuq il-lant tax-xogħol hemm perikli għat-tfal u l-istaff?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TA' QALI - CRAFTS VILLAGE", "17260.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "14967?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-pjanijiet dwar il-villaġġ tas-snajja f`Ta` Qali għadu ma ġiex finalizzat, ma naħsibx li jkun opportun li wieħed jagħti dettalji f`dan l-istadju.", "LUQA - NEGOZJI ŻGĦAR", "17261.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "14969?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab għadha ma waslitx f`dan il-ministeru, it-tweġiba tingħata appena tali informazzjoni tkun disponibbli.", "TARXIEN - TRIQ DUN KARM SANT", "17262.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "16068, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jistax jikkonferma li residenti fi Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien qegħdin ibatu minn dawl baxx jew nieqes fit-triq?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jipprova jirrimedja din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "BIRŻEBBUGIA - SPARATURA", "17266.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma saritx inkjesta maġisterjali wara rapport li sar l-għassa ta' Birżebbuga nhar il-Ħadd 2 ta' April, 2000 meta xi ħadd spara fid-direzzjoni ta' ħames persuni waqt li dawn kienu f'razzett f'Bengħisa?", "Għaliex il-persuna ndikata bħala suspettata li kkommettiet dan ir-reat gravi ma ġietx arrestata u saru fuqha eżamijiet forensiċi dwar gunshot residue?", "Għaliex ma ġewx elevati l-armi tan-nar tas-suspettat u l-familja tiegħu?", "Għaliex ma tteħdux passi kontra min, għal perjodu kontinwu ta' aktar minn tlett xhur sħaħ, sakkar b'katnazz kontra r-rieda tagħha, anzjana ta' 77 sena li hija wkoll persuna bi bżonnijiet speċjali, liema persuna kienet waħda minn dawn il-ħames persuni li sar l-imsemmi attentat fuq ħajjithom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li ma jirriżultax li fid-data msemmija mill-Onor.", "Interpellant, il-pulizija kellha xi rapport hekk kif imsemmi fil-mistoqsija.", "Ir-rapport li wasal għand il-pulizija kien fis-sens li nstema` tir fil-viċin u li kien waqa` xi ċomb fil-bitħa u li kien instema` ħoss mal-bieb tal-ħadid.", "Ir-rapport kien jgħid ukoll li l-mara u iben it- tifel ta` sid ir-razzett kienu ħarġu ftit tal-ħin qabel u għalhekk kienu qed jissuspettaw fihom.", "Skond il-kodiċi kriminali tali rapport ma jinkwadrax taħt ir-rekwiżit ta` inkjesta mill-maġistrat ta' l-għassa, u għaldaqstant ma kienx hemm lok li jkun infurmat il-maġistrat ta` l-għassa.", "Dawn l-istess ċirkostanzi ma kenux biżżejjed sabiex il-proċdura li qiegħed isemmi l-Onor.", "Interpellant tkun segwita.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħtini aktar dettalji ta` din il-persuna sabiex inkun f`pożizzjoni li nikseb it-tagħrif mitlub.", "MMA - DIRETTURI", "17270.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min hu ċ-chairman u l-membri tal- bord tad-diretturi ta' l-awtorita' marittima ta' Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor Interpellant għall-ħarġa tal- Gazzetta tal-Gvern Nru 16932 tas-7 ta' April, 2000.", "DINGLI - ASFALTAR", "17271.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi problema ħalli Triq Dun Karm Frendo (parti) Dingli, tiġi mogħtija wiċċ peress li din ilha fi stat ta' abbandun għal ħafna snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fil-lokal fejn il-livelli tal- junction bejn Triq Dun Karm Frendo u t-triq ta' taħtha ma tantx jaqblu u għalhekk l-awtorita' ta' l-ippjanar intalbet tagħmel li hemm bżonn biex jiġu definiti sew il-livelli għal dawn it-toroq, ħalli dan ix-xogħol jitlesta u jiġi maqbul.", "Id-dipartiment tat-toroq ikun jista' jieħu l- eżekuzzjoni tax-xogħol.", "ENEMALTA - TNEĦĦIJA TA' ARBLU TAD-DAWL", "17272.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga x'sar mit-talba li għamel il- persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament sabiex jitneħħa l- arblu tad-dawl żejjed li hemm proprju quddiem il-bieb tal-garage tad-dar tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni li jkun hemm bżonn.", "WSC - KONTIJIET", "17273.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont tad-dawl u l-ilma li ntbagħat lill-inkwilin fl-indirizz li qed jintbagħat separatament, (Ref.", "100000 1608) peress li l-ammont mitlub jidher aċċessiv?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif kelli okkażjoni ngħid meta weġibt mistoqsijiet simili preċedenti, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma għandha taqsima msejjħa - customer care - proprju biex tilqa` l-ilmenti taċ- ċittadini, fosthom dawk dwar kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma.", "Għaldaqstant ikun apprezzat jekk il-persuna konċernata tirriferi l-ilment tagħha lit- taqsima msemmija.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "17274.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li skond l-indiċi tal-prezzijiet pubblikat fit-13 ta' Ġunju, 2000 l-ispejjeż ta' l-edukazzjoni għolew minn 126.46 f'Marzu, 2000 għal 132.7 f'April, 2000, jista' l-Ministru jgħid x'kien sewwa sew dak li kkaġuna din iż-żieda ta' 6.3?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iż-żidiet fl-indiċi msemmi ġew kaġunati miż-żidiet fil-ħlas mitlub mill-iskejjel privati, miż-żidiet fil-ħlas għall- elezzjonijiet privati, kif ukoll miż-żidiet fil-miżati għat-trasport tat- tfal ta` l-iskola.", "SPTAR TAL-QROQQ - OPEN DAY", "17275.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "17033?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari nru.", "17184.", "SPTAR TAL-QROQQ - OPEN DAY", "17276.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "16737?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari nru.", "17184.", "SKEJJEL - STUDENTI", "17279.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fis-sitt klassi tal-primarja ta' l- iskejjel governattivi ta' Malta u Għawdex tul din is-sena skolastika?", "Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tal-junior lyceum?", "Kemm għaddew minnhom: (a) f'ħames suġġetti; (b) f'erba' suġġetti; (ċ) fi tliet suġġetti; (d) f'żewġ suġġetti; u (e) f'suġġett wieħed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DJAR - SKEMI", "17287.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-In KAS ta' l-awtorita' tad-djar derivanti minn applikazzjonijiet intavolati ma' l-istess awtorita' għar-rigward tal-varji skemi u servizzi offruti għal perijodu 1/10/99 u Ġunju, 2000?", "Jista' jindika dan item item u settur settur?", "Jista' jgħid kemm minn dawk li applikaw ibbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI:-L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - LIĊENZJI", "17288.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jindika għalfejn meta sid ta' fond li jkun ħa l-pussess ta' l-istess fond permezz ta' sentenza tal-qorti, fil-każ ta' ħanut, il- pulizija qiegħda tesiġi li s-sid jintavola rikors sabiex l-inkwilin ta' qabel jiddikjara għandux interess fil-liċenzja?", "Jista' l-Ministru jindaga dan it-tip ta' rekwiżit?", "Għalfejn il-pulizija qiegħda taġixxi b'dan il-mod u minn meta bdiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar tagħrif dwar il-każ li qed jirriferi għalih sabiex inkun nista` nikseb it-tagħrif mitlub.", "KUNSILLI LOKALI - TRIBUNALI LOKALI", "17289.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra x'inhi r- raġuni għalfejn fil-każi tat-tribunal lokali hemm prosekutur imqabbad mill- kunsilli iżda effettivament il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-ispetturi fid-distretti konċernati?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa duplikazzjoni ta' xogħol?", "Fid-dawl illi l-ispetturi qed imexxu s-seduti, jista' jispjega x'inhu r-rwol tal-prosekuturi tal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għat-taħrikiet li ħarġu f`isem il-kummissarju tal- pulizija, il-prosekuzzjoni ssir minn rappreżentant tal-kummissarju, filwaqt li taħrikiet li jsiru f`isem il-kunsill lokali ssir prosekuzzjoni mis- segretarju eżekuttiv jew d-delegat tiegħu.", "FINANZI - ECONOMIC IMPACT ASSESSMENT", "17294.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-ministeru kkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, x'terms of reference kellhom?", "Minn min saru?", "X'kienu s-suġġetti ttrattati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-ministru għas-servizzi ekonomiċi.", "TURIŻMU - ECONOMIC IMPACT ASSESSMENT", "17295.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-ministeru kkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, x'terms of reference kellhom?", "Minn min saru?", "X'kienu s-suġġetti trattati?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru tiegħi ressaq talba biex mill-fondi tar-Raba' Protokol bejn Malta u l- Unjoni Ewropea jsir studju dwar l-impatt ta' l-acquis fuq ċerti aspetti li jistgħu jolqtu s-settur turistiku b'mod negattiv.", "Peress li bla ebda dubju l-impatt ekonomiku ser ikun pożittiv ma deherlix li l-flus allokati mill- Unjoni Ewropea għall-stħarriġ għandhom jiġu utilizzati f'dan il-kamp.", "AGRIKOLTURA U SAJD - ECONOMIC IMPACT ASSESSMENT", "17296.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru kkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, x'terms of reference kellhom?", "Minn min saru?", "X'kienu s-suġġetti trattati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru, sa issa, ikkummissjona sitt economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif jidhru hawn taħt:", "1) l-impatt tal-proċess tal-liberalizazzjoni tal-kummerċ fuq prodotti agrikoli.", "Dan l-istudju għandu janalizza dak l-impatt fuq il-produzzjoni diretta tal- biedja u l-ipproċessar lokali bit-tneħħija tal-levies.", "Dan qed isir mis- Centre for advanced Mediterranean agronomic studies ta' l-Istituto agronomico Mediterraneo f'Bari.", "2) Il-miżuri speċifiċi għal Malta - magħrufa aħjar bħala supply and support measures.", "Dan l-istudju għandu jikkunsidra u jiġġustifika l-miżuri speċifiċi għal Malta għall-prodotti agrikoli u jirrikkmanda ambitu tar-realtajiet ta' Malta u Għawdex.", "Dan qed isir mis-Centre for advanced Mediterranean agronomic studies ta' l- Istituto agronomico Mediterraneo f'Bari.", "3) Rapport analitiku fuq l-industrija tal-majjal u taċ-ċanga.", "Dan l-istudju għandu jeżamina dawn is-setturi f'kull parti ta' l-operat tagħhom kif ukoll l-impatt tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L- istudju għandu wkoll jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet biex jitħarsu l- kompetittivita' u l-viabilita' ta' dawn is-setturi.", "Dan qed isir mill- Economic and management consultancy services Ltd\".", "4) Studju fuq The Maltese continous zone; fisheries management and control\" għandu jindirizza l-importanza ta' zona tas-sajd ħielsa, dik ta' 25 mil għas-sajjieda Maltin.", "Dan l-istudju qed isir minn konsulent indipendenti (Mr John Caddy).", "5) Studju fuq il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fuq il-ħut u prodotti tal- ħut.", "Dan l-istudju għandu janalizza l-impatt ta' l-adozzjoni tat-tariffa esterna komuni u t-tneħħija tas-sistema ta' protezzjoni preżenti.", "Dan l-istudju qed isir mill-Economic and management consultancy services Ltd.", "6) Studju għall-upgrading tal-pixkerija f'Malta.", "Dan hu studju ta' Economic impact assessment\" u feasibility study fuq il- bini ta' pixkerija ġdida f'Malta u fl-istess ħin abbozz tar-regolamenti biex jitmexxa dan is-suq.", "Dan l-istudju qed isir minn Dr. Marco Sibani, Dr. Alfredo Ferretti, Dr. Dario Caccamisi u Dr. Gabriele Squintani.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - ECONOMIC IMPACT ASSESSMENT", "17297.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru kkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, x'terms of reference kellhom?", "Minn min saru?", "X'kienu s-suġġetti trattati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministeru tiegħi ma kkummissjona ebda studju msemmi.", "INTERN - ECONOMIC IMPACT ASSESSMENT", "17298.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-ministeru kkummissjonax xi economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, x'terms of referenece kellhom?", "Minn min saru?", "X'kienu s-suġġetti ttrattati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-Ministeru ma kkummissjonax economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta` Malta fl-Unjoni Ewropea.", "PALAZZ - TURISTI", "17299.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi ħafna turisti ta' kuljum qed iżuru l-Palazz biex jiġu mbagħad mwaqqfa mis- suldati għassa fil-bieb peress li dawn ma jistgħux jidħlu minħabba illi l- Parlament ikun għaddej, jista' l-Prim Ministru jara illi xi forma ta' tabella b'diversi lingwi titpoġġa ħdejn il-bieb bi spjegazzjoni pulita li żgur tagħmel l-affarijiet eħfef, kemm għas-suldati għassa kif ukoll għat- turisti illi ta' kull darba jidħlu mbagħad jispiċċaw biex jitkeċċew, ħafna drabi b'sinjali għax ma jkunux jafu jitkellmu bil-lingwa barranija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li s-suġġeriment magħmul mill- Onor. Interpellant qed ikun ikkunsidrat mill-awtoritajiet kompetenti.", "AMBJENT - KONSULENTI", "17301.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is- servizz minn Jannar 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intażlet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra", "AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "17303.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBJENT - KONSULENTI", "17305.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministu jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, adozzjoni, kompatibbilta' etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is- servizz minn Jannar, 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intagħżlet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Avukat Kevin Aquilina LL.M., LL.D. Ph.D. ġie nkarigat biex jipprepara abbozzi ta' liġi minn direttivi u regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-ambjent.", "Sal-lum għadu ma sar l-ebda ħlas iżda dan mistenni jkun fuq l-istess bażi għal xogħol simili li qed isir f'ministeri oħra.", "L-Avukat Aquilina ntgħażel minn fost dawk li rreġistraw ruħhom mad- direttorat ta' l-Unjoni Ewropea biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza in konnessjoni mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-għażla saret mis- segretarju permanenti a bażi tal-kompetenza kbira li għandu l-Avukat Kevin Aquilina fil-qasam tal-liġijiet ambjentali.", "PROTOKOL TALJAN - SCHOLARSHIPS", "17306.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru fit-trattattivi li qed isiru bħalissa mal- Gvern Taljan dwar protokol ġdid jara li ssir enfasi fuq scholarships għal korsijiet akkademiċi fl-universitajiet Taljani għal studenti Maltin fejn l- Universita' ta' Malta ma tipprovdix dawn it-tip ta' korsijiet?", "Partikolarment tista' ssir enfasi fuq il-kors ta' veterinarji?", "ONOR.", "JOE BORG: L-ischolarships li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għalihom jaqgħu iktar milli taħt il-protocol ġdid Taljan, taħt il-ftehim kulturali li diġa' jezisti bejn Malta u l-Italja.", "Il-Ministeru ta' l- Edukazzjoni bħalissa qed ifassal l-abbozz tal- proposti l-ġodda li ser jiġu diskussi mill-kummissjoni mħallta bejn iż-żewġ pajjiżi iktar tard din is- sena.", "Barra minn hekk, ta' min isemmi li proġett dwar scholarships ġie sottomess lill-awtoritajiet Taljani għal finanzjament taħt il-Ħames Protocol finanzjarju.", "Wieħed irid jgħid ukoll illi dawn il-korsijiet mhumiex ristretti għall-qasam specifiku, iżda huma miftuħa għal dawk l- oqsma ta' studju li mhumiex offruti mill-Universita ta' Malta, u li huma identifikati mill-istudenti nnifishom, bħal per ezempju, korsijiet fil- medicina veterinarja.", "OPM - KONSULENTI", "17307.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is- servizz minn Jannar, 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażel?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "17308.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, adozzjoni, kompatibbilta' etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjoni ntgħażlet?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "AFM - ĦABS ĊIVILI", "17309.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "17021 fejn staqsejt għal-liema raġunijiet is-suldati armati madwar il-ħabs jistgħu jużaw l-armi, jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri applikati fuq livell internazzjonali mill-militar madwar id-dinja u fuq liema proċedura u ta' liema pajjiż jiġu mħarrġa s-suldati Maltin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-proċeduri li rriferejt għalihom f'mistoqsija parlamentari nru.", "17201 huma magħrufa bħala Rules of Engagement.", "Il-proċeduri applikati fil-preżent mill-membri tal-Forzi Armati fejn jidħol l-użu ta' armi huma bbażati fuq il-kodiċi ta' kondotta skond il-Konvenzjonijiet ta' Ginevra ta' l-1949 u protokolli addizzjonali.", "Barra minn hekk ir-Rules of Engagement applikati fil-Forzi Armati jinkludu wkoll il-prinċipji mħabbra fil-Code of conduct on the use of fire arms by the police corps li kienu jiffurmaw parti mir-rapport tal-bord ta' inkjesta maħtur mill-gvern skond l-Inquiries Act 1977 f'Novembru, 1995.", "Is-suldati li bħalissa qed jagħmlu għassa mad-dawra ta' barra tal-ħabs huma mħarrġa fl-applikazzjoni ta' dawn il-proċeduri u huma obbligati li jġorru fuqhom kopja tal-proċeduri flimkien ma' kopja tan-normal safety precautions applikabbli għall-arma li tkun qed tinġarr.", "Mhux rakkmandabbli li dawn il-proċeduri jkunu pubbliċi.", "OPM - KONSULENTI", "17310.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabbilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea, u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - LIĊENZJI", "17315.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jsuqu karozzi mingħajr liċenzja valida tal-veikoli u mingħajr insurance?", "Din is-sena, kemm minn dawn il- vetturi ma kellhomx il-liċenzja mġedda għax weħlu mill-VRT?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta` din is- sena nqabdu 463 sewwieq isuqu vettura bil-liċenzja mhux imġedda u 90 sewwieq isuqu vettura mingħajr ma kienet koperta b`polza tas-sigurta` dwar ir-riskju tat-terzi persuni.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferiha lill-ministru konċernat.", "SAĦĦA - ABORT", "17316.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi tabiba Olandiża bl-isem ta' Rebecca Gomperts trid li 'l quddiem tiġi Malta biex tagħmel counselling favur l-abort u mbagħad tieħu lil dawk li jridu jagħmluh barra l-ibħra territorjali Maltin, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-counselling huwiex permess bil-liġi?", "Persuna li tagħmel dan illum jew 'il quddiem tkun qed tikser il-liġi?", "Qed nistaqsi dan għaliex illum persuna barranija trid warrant biex teżerċita l-professjoni medika, u għalhekk tista' tinżamm, liema warrant isir awtomatikament, għal ċittadini mill-pajjiżi membri ta' l-UE, meta Malta tidħol membru hi wkoll.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "WSC - METER TA' L-ILMA", "17331.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex meter żejjed ta' l-ilma ta' persuna - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - jitneħħa peress li, apparti li mhux qed isir użu minnu, ilha li saret applikazzjoni f'dan is-sens tliet snin ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il- każ jittieħdu l-passi meħtieġa.", "CCF - PRIĠUNIERI", "17332.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 17154 il- perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni huwa minn Settembru, 1998 sal-lum.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta` priġunieri li ħarbu minn Settembru ta` l-1998 sas-16 ta` Ġunju tas-sena 2000 kien ta` 8.", "Tnejn minnhom ħarbu darbtejn.", "Dwar it-tieni, it-tielet u r-raba` parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Fir-rigward ta` passi kriminali, ninsab infurmat li dawk li nqabdu kollha tressqu l-qorti u ġew mixlija b`diversi akkużi, ħlief dawk li għamlu l- aħħar ħarba li għadhom ma tressqux il-qorti.", "Dwar il-passi dixxiplinari meħuda mill-awtoritajiet tal-ħabs ninsab infurmat kif ġej:", "Ħarba tas-7 ta` Frar, 2000: Minbarra li tilfu l-privileġġi, tilfu wkoll 360 ġurnata remission kull wieħed", "Ħarba tad-29 ta` Marzu 2000: Minbarra li tilfu l-privileġġi, tilfu wkoll 1,810 ġranet ta` remission kull wieħed", "Ħarba tas-7 ta` Ġunju, 2000: Għadhom ma ġewx imressqa quddiem il-bord tad- dixxiplina.", "STOCK EXCHANGE", "17333.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti ta' l-istock exchange f'Malta, kuntrarjament għal dak li jsir barra minn Malta, jippermettux li meta jsir xi share issue ix-shareholder eżistenti tal-kumpannija privata jingħatawx iċ-ċans li jbiegħu mix-shares tagħhom stess?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skond il-liġijiet f`dan il-qasam kif aċċettati internazzjonalment, ir-regolamenti tal-Borża ta` Malta, il-bye-laws, jeħtieġu fost affarijiet oħra li kumpannija li qiegħda tfittex kwotazzjoni tat-titoli tagħha fuq il-Borża, għandha tkun kumpannija pubblika u fuq kollox li t-titoli tagħha għandhom ikunu liberament trasferibbli.", "Il-ħtieġa li dawn it-titoli jkunu liberament trasferibbli f`dan il-kuntest, tapplika kemm għal titoli li jkunu se joħorġu għall-ewwel darba, kif ukoll għal titoli diġa`maħruġa.", "BORD TAT-TRAFFIKU - MEMBRU", "17334.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tat-traffiku?", "Min kienu l-membri tal-bordijiet minn Settembru, 1998 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-bord li rriferiet għalih l-Onor.", "Interpellanti ma jaqax taħt ir-responsabbilta` tad-dekasteru ta` l-Intern u għalhekk nitlobha biex tirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "KNDP - MEMBRI", "17335.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma n- nies li jiffurmaw parti mill-kumitat eżekuttiv tal-KNDP?", "Kemm hi r- remunerazzjoni ta' kull membru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: a) L-eżekuttiv tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' hu kompost hekk: Is-Sur Joe Camilleri - chairman tal-KNPD u ta' l-eżekuttiv", "Is-Sur Fred Bezzina - direttur eżekuttiv tal-KNPD u segretarju ta' l- eżekuttiv", "Is-Sur Edgar Galea Curmi - rappreżentant tal-ministeru għall-politika soċjali", "Is-Sur Paul Attard - rappreżentant tal-ministeru ta' l-edukazzjoni", "Dr Anthony Charles - rappreżentant tal-federazzjoni għall- organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilita'", "Is-Sur Paul Mifsud - rappreżentant tal-federezzjoni għall- organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilita'", "Fr Charles Abela - rappreżentant tal-Knisja Issa li għadda Att Nru. 1 ta' l-2000, il-Liġi Oppurtunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita'), il-ministeru tiegħi jinsab f'diskussjonijiet biex il-kummissjoni u l-eżekuttiv ta' din l- organizzazzjoni jerġgħu jiġu ri-kostitwiti kif indikat fl-istess limi (Taqsima V Artiklu 21).", "b) L-ebda wieħed minn dawn il-membri ma għandu rinemurazzjoni biss iċ- chairman u d-direttur Eżekuttiv huma membri full-time tas-segretarjat tal- kummissjoni.", "NGOS - SERVIZZI PROFESSJONALI", "17336.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru huwiex qed jiċċekkja d-dħul tas-servizzi professjonali ta' dawk il-professjonisti/konsulenti li jaħdmu taħt il-kappa ta' l-NGOs?", "L-NGOs huma obbligati li jissottomettu rendikont tal- pagi/salarji u consultancy fees li jiċċarġjaw lill-klijenti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kulmin jimpjega xi persuna (full-time jew part-time) huwa obbligat skond ir-regoli tal- final settelment system li jagħti lid-dipartiment tat-taxxi interni kull informazzjoni dwar ħlas u remunerazzjoni li jkun ħallas skond ir-regoli.", "NGO`s li jħallsu pagi jew salarji m`humiex eżentati minn dawn ir-regoli u huma marbuta bl-obbligi kollha bħal kull employer ieħor.", "Din l- informazzjoni tkun verifikata mad-dħul dikjarat mill-individwi nvoluti.", "Għalkemm xi NGO`s jistgħu jkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa, dawn xorta waħda huma obbligati li jibgħatu l-prospett annwali tat-taxxa flimkien mal- financial statements tagħhom.", "EUR 1 CERTIFICATE - DAZJU", "17337.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "16998, jista' l-Ministru jgħid jekk hux meħtieġ li jkun hemm xi persentaġġ li jrid ikun magħmul barra l-Unjoni Ewropea sabiex dak jew dawk il-prodotti jeħlu d-dazju, minkejja li jkun hemm EUR 1 certificate?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif diġa' ntqal fir-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "16999, kull prodott jew kategorija ta` prodotti għandhom il-kriterji tagħhom biex jieħdu l-oriġini tagħhom u b`hekk jikkwalifikaw għal priferenza skond il-provvedimenti ta` l- EEC\\Malta Agreement.", "Dawn il-kriterji jinsabu fl-iskeda ta` l-agreement.", "PIXXINA NAZZJONALI - PREMISES", "17338.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet, clubs, jew organizzazzjonijiet li għandhom premises fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali?", "Fuq liema kriterji ngħataw u kemm hu l-ħlas dovut f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA:Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "17339.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm issejħu strikes u ngħataw direttivi għal azzjonijiet industrijali oħra fil- perijodu Ottubru 1996 - Lulju 1998, b'indikazzjoni ta' liema unions sejħu l- istrikes u taw id-direttivi għall-azzjonijiet industrijali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - ĦARBIET", "17340.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' ħarbiet ta' persuni minn postijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-pulizija fil-perijodu ta' bejn Ottubru, 1996 u Lulju, 1998 u jgħid ukoll minn liema taqsimiet saru dawn il-ħarbiet, fosthom mid-depot tal-pulizija, mill-kampus ta' l-SAG u mil- lock up tal-pulizija fl-ajruport ta' Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul il-perijodu speċifikat mill- Onor. Interpellanti minn riċerka manwali ta` records tal-pulizija jirriżulta li kien hemm 12-il persuna li ħarbu minn postijiet ta` kustodja li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-pulizija.", "Dawn kienu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PRIĠUNIERI - ALLEGAZZJONIJIET", "17365.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma rapporti li għandi li priġunieri għamlu allegazzjonijiet fil-konfront ta' dak li kien l-assistant manager tal-ħabs Aron Haroun dwar il-ħarba tal-Libjan Azzabi?", "Jekk iva, saret investigazzjoni?", "X'irriżulta mill-investigazzjoni?", "Jekk irriżulta li dawn kienu infondati, x'passi ttieħdu kontra min għamilhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li kull informazzjoni, tiġi minn fejn tiġi u dik li waslet għand l-awtoritajiet tal-ħabs dwar il-ħarba ta` Azzabi, ġiet mgħoddija lill-pulizija biex tiġi nvestigata.", "BEREĠ - ĦINIJIET", "17367.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti jistgħux jiġu rifjutati li tabib jarahom minħabba li jkun sar il-ħin, minkejja li dawn il-pazjenti jkunu fil-berġa qabel il-ħin ta' l-għeluq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - RIŻULTATI", "17368.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet meta pazjent jingħata r-riżultati tad- demm li jkun ħa f'ċentri tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - ĦINIJIET", "17369.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hix proċedura li pazjenti li jkunu f'ċentru tas-saħħa siegħa qabel l-għeluq ta' dak iċ-ċentru tas-saħħa jiġu rifjutati li jarahom it-tabib minħabba li jkun sar il-ħin u jkun għad hemm numru ta' pazjenti fil-waiting room?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "MOBILE BLOOD DONOR UNIT - UŻU", "17370.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużat il-mobile blood donor unit mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?", "Kemm kien hemm ġranet li l-mobile blood donor unit ma ntużatx?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "TAXXA - REFUNDS", "17371.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kif il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - fl-1995 kellha tieħu Lm618 refund fuq taxxa mħallsa waqt li issa ġiet infurmata li għandha tieħu ferm inqas?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir- raġuni ta' dan in-nuqqas?", "Jekk kien hemm xi ħlas li ried jitħallas, kif il- persuna ma ġietx avżata?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown mill-1990 'l hawn biex il-persuna tkun taf x'kienet ir-raġuni tat-tnaqqis mir-refunds?", "Meta se jieħu dak li hu dovut lilu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni kunfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "GĦAWDEX - TAXXI", "17372.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-boll u capital gains taxes f'Għawdex xahar b'xahar minn Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "TURIŻMU - COMPUTERS", "17373.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "17146, jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija fejn jirrigwardja l-informazzjoni dwar il- manutenzjoni u tiswijiet?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - PA 929/00", "17374.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala, minkejja li nħarġet enforcement notice fuq xogħlijiet li m'humiex qegħdin isiru skond il- permess (PA 929/00), dawn l-istess xogħlijiet tħallew jitkomplew u ma ġewx imwaqqfa mill-awtorita' ta' l-ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien infurmat mill-awtorita` ta` l-ippjanar illi kien għadu ma nħareġ l-ebda avviż biex tieqaf u tat-twettiq dwar dan l-iżvilupp.", "Dan peress illi meta l-enforcement officer kien informa lil kummissjoni tal-kontrol dwar l-iżvilupp (DCC) dwar xi nuqqasijiet minimi waqt il- kostruzzjoni, id-DCC imponiet multa fuq l-iżvilluppatur mingħajr il-bżonn li jinħareġ l-avviż tat-twettieq (PA 6857/98).", "Din tħallset fiż-żmien qasir meta 'mbagħad inħareġ il-permess relattiv'.", "Fil-frattemp inbidlu s-sidien fejn riċentament ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida għal tibdil strutturali intern kif ukoll modifikazzjoni fis-side curtilage (PA 929/00) liema applikazzjoni sal-lum għada fi stadju ta` proċess.", "Ġie nnotat ukoll li l-perit inkarigat issottometta żewġ notifiki bil-GDO sabiex jipprova jissanzjona t-tibdiliet.", "Fiż-żewġ każi r- risposta kienet negattiva min-naħa tad-direttorat peress li x-xogħol indikat ma kienx jikkwalifika taħt dan l-avviż Legali (LN 137/97).", "Jirriżulta wkoll illi riċentament inbdew xi xogħlijiet fis-side curtilage meta l-applikazzjoni PA 929/00 għadha qed tiġi pproċessata.", "Għaldaqstant ġie mwaqqaf ix-xogħol verbalment fuq is-sit sa ma jsiru l- investigazzjonijiet neċessarji u fil-preżent qed jinħareġ vviż skond kif titlob il-liġi (ECF 692/00).", "Is-sezzjoni ta` l-infurzar ser tassigura illi x-xogħol jibqa` wieqaf sakemm ikun hemm deċiżjoni finali dwar l- applikazzjoni PA 929/00."]} {"filename": "19930616_151d_par.doc", "date": "1993-06-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 151 L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 151", "L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "151", "L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "729", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "729", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "735", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (EMENDA NRU.", "2)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "It-Tieni Qari ......................................", "735", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "768", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "776", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 150 li saret fil-15 ta' Ġunju 1993, ġew konfermati", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦARSIEN TAS-SAĦĦA TAL-ĦADDIEM", "7282.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'apparat jew għodda li tintuża waqt il-post tax-xogħol għandna naraw li ma jkunx ta' periklu għall- ħaddiema u x'assigurazzjoni jista' jagħti l-Gvern li regolarment issir il- manutenzjoni meħtieġa fuq dan l-apparat jew għodda?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Hija r- responsabilita' skond il-liġi ta' min iħaddem li jara li l- għodda li jipprovdi lill- ħaddiema tiegħu ma tkunx perikoluża.", "Mhux responsabilita' tal-Gvern li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' din l- għodda.", "Madankollu hemm ir- regolamenti eżistenti maħruġin taħt l-Ordinanza dwar il- fabbriki li jipprovdu għal eżami regolari minn persuna kompetenti ta' makkinarju bħalma huma lifts, cranes, u boilers.", "Fejn din il- manutenzjoni ma ssirx, jittieħdu passi kontra min iħaddem.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Ilna ħafna xhur nistennew li titressaq il-liġi li tirrigwarda l-protezzjoni tal- ħaddiema fuq il-post tax- xogħol.", "Meta l- Ministru għandu ħsieb li jressaq fil-Parlament din il-liġi hekk mistennija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli tani ċ-ċans li ngħid li proprju qabel ma ġejt hawn proprju kont qiegħed nirrevedi l-aħħar draft ta' dan l-Abbozz.", "S'issa saret konsultazzjoni ma' numru kbir ta' nies, l-Onor.", "Joe Cassar ta daqqa t'għajn ukoll lil din il- liġi u issa tinsab għandi biex nerga' nirrevediha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, f'dan il-Parlament ilmentajna ħafna drabi dwar il- fatt li fil-preżent qiegħed ikun hawn tfal taħt l-eta' jaħdmu wara l-ħin, f'kondizzjonijiet mill-agħar u fuq inġenji li huma perikolużi ħafna.", "Jien naraha bħala xi ħaġa redikola li meta nistaqsu dwar dan, iweġbuna u li nqabad xi każ l'hemm jew l'hawn.", "Jista' l- Ministru jgħidilna jekk din il- kwestjoni tistax tittieħed b'aktar bis-serjeta'?", "Ħafna minn nies li qegħdin jaħdmu bil-lejl u f'kondizzjonijiet ferm diffiċli, qed isibu diffikulta' biex jagħmlu xogħolhom b'attenzjoni matul il-ġurnata tax- xogħol.", "Peress li lil dawn m'aħniex nagħtuhom protezzjoni, kważi aħna stess qegħdin inkunu l-mezz biex lil dawn iż-żgħażagħ inġegħluhom jaqgħu fil-vizzju tad-droga.", "Għaliex jekk dawn ma jkunux f'kondizzjoni tajba biżżejjed biex jaħdmu matul il-ġurnata u l-lejl, naturalment xi ħaġa jridu jagħmlu.", "F'dan il-każ il-Ministru x'inhu jagħmel bis- serjeta' ħalli dawn l- affarijiet ma jibqgħux jiġru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ir-repetizzjoni tal-kelma \"bis- serjeta\" b'xi mod jew ieħor donnha trid titfa' dubju dwar kemm qed nimxu bis-serjeta' f'din il-materja.", "Jien nista' nassigura lill-Onor.", "Inter- pellant li aħna nieħdu dawn l- affarijiet b'ċerta serjeta' għar-raġuni li din tista' tirrifletti fuq it-tfal li jmorru fl-iskejjel ukoll.", "L- ewwel ħaġa li rridu noqogħdu attenti għaliha hija li t-tfal ma jaħdmux u li ma nagħtux permessi għal xogħol qabel il- waqt.", "Fil-każ ta' permessi temporanji, kemm jien u kemm id-Direttur konna stabbilejna ċerti regoli.", "Ġieli xi ħadd kien jitlobna permess temporanju ħalli fis-sajf ikun jista' jħaddem lil tfal taħt l-eta' ta' 16-il sena, u konna nagħtuhulhom.", "Mis-sena l-oħra 'l hawn ma bqajniex nagħtu permessi biex tfal taħt l-eta' ta' 15 il-sena jkunu jistgħu jaħdmu, la b'mod temporanju u lanqas tal-fiss.", "Minn din is- sena bdejna naraw ukoll xi kwalita' ta' xogħol qed jingħataw dawk it-tfal li jkunu għalqu 15-il sena u jkollhom permess temporanju biex jaħdmu.", "Għar-rigward tas-serjeta' fil-mod kif isiru l- ispezzjonijiet ngħid li nixtieq li jsiru aktar minn dawn u nixtieq li l-ispettorat ikun imsaħħaħ aktar.", "L-ispetturi tal-Labour Office u tal-ETC għandhom instuctions biex meta jmorru jispezzjonaw dwar affarijiet oħra u fuq il-kamp tax-xogħol jaraw xi tfal li jkun jidhrilhom li għadhom m'għalqux 16-il sena, dawn l- ispetturi għandhom jagħmlu investigazzjoni jew ir-rapport meħtieġ.", "Nista' ngħid li kien hemm diversi rapporti f'dan is- sens.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, il-fatt li l-Ministru jagħti jew ma jagħtix dawn il- permessi, jien ma narahx relevanti wisq u nqis bħar- regoli u s-sinjali tat-traffiku li għalkemm f'Malta għandna ħafna minnhom donnu xorta waħda kulħadd jagħmel li jrid.", "Għalkemm il-Ministru qiegħed jgħid li hemm ċerti kriterji dwar kif jingħataw dawn il- permess, xorta jibqa' l-fatt li f'Malta hawn ħafna tfal taħt l- eta' li qegħdin jaħdmu.", "Ġieli ntqal pubblikament li diversi drabi l-uffiċjali li jkunu qegħdin jagħmlu inspections fuq postijiet tax-xogħol jiġu miżmuma fiżikament mis- sidien stess milli jagħmlu dawn l- inspections.", "Għalhekk staqsejt lill- Ministru x'jista' jsir bis-serjeta' biex lit-tfal inħalluhom ikomplu l- iskola u nevitaw li jaqgħu għall-vizzju tad-droga.", "Naħseb li b'dawn l- affarijiet biss nistgħu nipproteġuhom bis-serjeta' għax meta mbagħad dawn jaqgħu fil- vizzju tad-droga naħseb li jkun spiċċa kollox.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, għalkemm jiena nemmen li l- Ministru għandu ħafna obbligi, naf ukoll x'inhuma l-limiti tal-poteri li għandu, u fost il-limiti tal- poteri hemm il-fatt li l- Ministru ma jkunx omnipreżenti l-ħin kollu.", "Rigward il- kwestjoni tad-drogi ngħid li huwa tajjeb li l-edukaturi tagħna jgħallmu lit-tfal tagħna, huwa tajjeb li minn meta tfal ikunu għadhom żgħar wieħed jgħallimhom ħalli jitilgħu konxji mit-theddida tad-droga u allura joqogħdu 'l bogħod minnhom.", "Imma jekk kemm-il darba xi ħadd jimmaġina lil Ministru b'xi mod jew ieħor jista' jżomm lilkulħadd milli jieħu d-droga ngħid li din hija illużjoni.", "Għar-rigward tat-tfal fuq il- postijiet tax-xogħol irrid ngħid li għalkemm ma niffrekwentax ħafna postijiet tax-xogħol, meta mmur fuq dawn il- postijiet għall-għarrieda ma narax din il-prevalenza ta' tfal li jaħdmu fil- fabbriki jew fuq postijiet oħra tax-xogħol.", "Jista' jkun li hawn xi tfal li qegħdin jaħdmu mingħajr ma nkunu nafu bihom.", "F'Malta hawn bżonn kbir ta' ħaddiema u minħabba f'hekk qegħdin jinħolqu abbużi li trid toqgħod attent għalihom, u fost dawn nista' nsemmi l-impieg ta' nies barranin.", "Abbuż ieħor li trid toqgħod attent għalih minn huwa li jimpjegaw tfal li għadhom taħt l-eta'.", "Dan kollu huwa veru, pero b'mod ġenerali ngħid li f'pajjiżna diġa' hemm in- built dik il-kuxjenza li tfal taħt l-eta' m'għandhomx jiġu mħaddma.", "ĦARSIEN TAS-SAĦĦA TAL-ĦADDIEM", "7283.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'tip ta' attrezzaturi xierqa u meħtieġa huma rikjesti biex il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol jiġu protetti minn kull periklu waqt ix-xogħol?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Is-saħħa u s-sigurta' tal- ħaddiema fuq ix- xogħol tiddependi fuq diversi fatturi li wieħed minnhom huwa t- tagħmir li jiġi provdut lilu.", "Hija r-responsabilita' tal- prinċipal li jara li t- tagħmir li jipprovdi jkun tajjeb.", "Hija wkoll ir-responsabbilta' ta' l- impjegat li jinqeda tajjeb bit- tagħmir li jiġi provdut lilu.", "Ir- regolamenti eżistenti maħruġin taħt l-Ordinanza dwar il-fabbriki jagħmlu diversi provvedimenti, fosthom dak li jirrekjedi li lifts u boilers jiġu regolarment ittestjati minn persuni kompetenti.", "ĦARSIEN TAS-SAĦĦA TAL-ĦADDIEM", "7284.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jidhirlu l-Ministru li għandha ssir riċerka meħtieġa f'kull post tax-xogħol biex isir magħruf minn qabel x'perikli jistgħu jeżistu għas-saħħa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It-tweġiba hija fl-affermattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Fid-dawl tat-tweġiba li għadek kif tajt, x'passi ħadt biex ir-riċerka ssir kif inhu xieraq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Dan qiegħed isir billi nkarigajt lil min jagħmel ir-riċerka.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Tista' tagħti aktar dettalji dwar dan?", "Qiegħed ngħid dan għar-raġuni li naf b'każijiet speċifiċi u allura fid- dawl ta' dak li qiegħed tgħid nkun nista' nistaqsik aktar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Inkarigajt persuni, li f'din il-materja għandhom expert knowledge, biex jagħmlu riċerka u jissottomettuli rapport.", "Dawn qaluli li r-rapport dalwaqt ikun lest.", "Nispera li malli jkun lest inkun nista' ngħaddih lill-Onor.", "Interpellant.", "IMPIEGI - DRITT GĦAX-XOGĦOL", "7285.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kif b'mod reali l-prinċipju non-enforceable fil-Kostituzzjoni li \"L-Istat jirrikonoxxi d-dritt taċ-ċittadini kollha għal xogħol u għandu jġib 'il quddiem dawk il-kondizzjonijiet li jagħmel dan id-dritt effettiv\" (Kap. 2), jista' jkun tassew imwettaq fil-prattika?", "X'rimedji hemm għall-poplu kontra l-Gvern jekk l-Istat jonqos?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Id-dritt tax-xogħol ma jfissirx dritt għax- xogħol mal-Gvern, jew mingħand il-Gvern, iżda sforz mill-Gvern biex ikun hawn ix-xogħol kif għamel s'issa l- Gvern preżenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Peress li f'Kap. 2 tal- Kostituzzjoni ta' Malta hemm dan l-artiklu li jgħid li l- Istat jirrikonoxxi d-dritt taċ- ċittadini għax-xogħol, u dan mhuwiex an enforceable right, il-Gvern kif qiegħed jassigura li dan id-dritt għandu jiġi rispettat?", "Huwa veru li ma tippretendix li n-nies għandhom ifittxu lill-Gvern f'kull każ, imma għalinqas dan inqisu bħala dritt li huwa a declaration of principles u nimmaġina li l- Gvern għandu jieħu ċerti azzjonijiet.", "Issa jekk il- Gvern ħa xi azzjonijiet, jista' l-Ministru jgħidilna dawn x'kienu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- ewwelnett irrid ngħid li l- Gvern ħoloq fil- pajjiż ċertu klima li fiha żviluppa l-istess pajjiż.", "Tant hu hekk li llum hawn kwantita' kbira ta' xogħol li ġġenera iżvilupp ekonomiku qawwi.", "Aħna għandna waħda mill-aktar rati baxxi ta' unemployment mhux biss fl- Ewropa, imma kważi fid-dinja kollha.", "Fid-dinja hawn pajjiżi li għandhom full employment aktar minn ħaddieħor, pero' dawn il-pajjiżi huma ftit.", "Pajjiżna huwa wieħed mill-aktar fih xogħol.", "Ma jfissirx li aħna kuntenti b'din is- sitwazzjoni u se nieqfu hawn, anzi komplejna naraw kif nagħmlu biex kull min m'għandux xogħol ikollu l-opportunita' li jaħdem.", "Fil-fatt l-ETC qegħda timxi bil-politika li mhux biss tirreġistra lil min huwa bla mpieg, imma tfittex li ġġib a konjizzjoni tiegħu l- informazzjoni kollha possibbli biex tgħin lill-ħaddiem isb xogħol adattat.", "Tant hu hekk li ftaħna Job Centre fil-Belt fejn in-nies imorru jistaqsu dwar x'opportunitajiet hawn fil- pajjiż, għax ħafna drabi jekk in-nies ma jkunux jafu fejn jistgħu jaħdmu, jistgħu mċaħħda mix-xogħol.", "Irrid ngħid li qabel fil-pajjiż kien hawn diversi metodi kif wieħed ifittex ix-xogħol; wieħed seta' jmur idur il- fabbriki waħda, waħda, seta' jmur għand id-deputati ...", "(Interruzzjonijiet) L-idea żbaljata li jmorru għand id-deputati jew għand il-Ministri, inħoss li kemm jista' jkun għandha tinqered u biex tinqered fil- pajjiż irid ikun hawn chances biżżejjed ta' xogħol ħalli bniedem ikun jista' jfittxu waħdu.", "Dan hu li qegħda tipprova tagħmel l-ETC.", "Jien naħseb li l-Gvern għamel żewġ ħwejjeġ li huma importanti ħafna.", "Dawn huma li ħoloq ix- xogħol u li ħoloq klima li fiha jista' jkun hawn żvilupp li jagħti x-xogħol.", "Dan il-Gvern ħoloq ukoll makkinarju biex min irid jaħdem isib ix-xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil- kontest tal-claim li għadu kif għamel il- Ministru dwar ir-rata ta' l-unemployment li hawn fil- pajjiż jirrikonoxxi li l- participation rate tal- popolazzjoni fil-popolazzjoni tax-xogħol hija fost l-aktar baxxa fl-Ewropa u allura l- unemployment rate tagħna ma tistax tqabbilha ma' l- unemployment rate ta' pajjiżi oħra bil-mod skjett kif għamel hu?", "Barra hekk, minn dak li għadu kemm qal il-Ministru wieħed jista' jikkonkludi li għalissa u għal li ġej il-Gvern m'għandu l-ebda pjanijiet biex b'xi mod jew ieħor jibdel, jirriforma jew itejjeb il- liġijiet li jipproteġu lill- ħaddiema fuq il-post tax-xogħol aktar u aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tad- drittijiet tal-ħaddiema għall- impieg tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Għar-rigward ta' l-ewwel mistoqsija rrid ngħid li jekk tieħu l-participation rate biċċa biċċa u tipparagunaha ma' dik ta' l-Ewropa, issib li mhijiex baxxa ħlief fil-każ tan-nisa.", "Il- participation rate tan-nisa tagħna għadha baxxa f'rata ta' 30%.", "Pero' meta tieħu l-participation rate ta' l-irġiel weħidhom fl-age components kollha - jiġifieri minn 16-il sena sa 61 sena - issib li r-rati tal- parteċipazzjoni tagħna mhux biss huma paragunabbli imma huma tajbin ħafna.", "Jekk tieħu l- irġiel u n-nisa f'daqqa, ir- rata tibqa' paragunabbli pero' m'aħniex qegħdin fl-aħjar rata.", "Għar-rigward tal-protezzjoni fuq il-post tax-xogħol, naħseb li l-liġijiet tagħna, speċjalment il-Conditions of Employment Regulation Act ta' l-1952 li kienet saret mill- Gvern Nazzjonalista b'koalizzjoni mal-Partit tal- mibki Dr Boffa, u kif ġiet emendata meta reġa' kien hemm Gvern Nazzjonalista fiż-żmien meta l- President tar-Repubblika tal- lum kien Ministru tax- Xogħol ...", "Dak iż-żmien kienet ingħatat il-giusta causa kif ukoll id-dritt li wieħed jersaq quddiem it-Tribunal Industrijali.", "Jien ma rridx ngħid li l- liġi hija perfetta għax fil- fatt hemm proposti li qed jiġu diskussi internament biex din nirfinawha.", "Pero' rrid ngħid li meta wieħed jipparaguna l- liġijiet tagħna ma' dawk ta' pajjiżi oħrajn fl-Ewropa u fid- dinja kollha, isib li l-liġi tagħna tissalvagwarda mhux ħażin id- dritt tal-ħaddiem li ma jiġix imkeċċi arbitrarjament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jista' l-Ministru jispjegali kif jiġu ngaġġati d-disabled persons fil-kontest tal- mistoqsija li għamilt u x'inhi l-policy u l-proċedura li qed tintuża?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Meta Dr Ċensu Tabone kien Ministru tax-Xogħol u jien kont Membru fuq in-naħa tal-Gvern, fl-1967 kienet saret liġi li tagħti d-dritt lid-disabled li jaħdmu u fil-fatt jien kont ivvotajt għaliha.", "Din il-liġi kienet tgħid li f'ċerti postijiet ried ikun hemm perċentwali ta' ħaddiema disabled.", "Illum li għandi r- responsabilita' għal din il- ħaġa qed nara li dan isir.", "Per eżempju, proprju llum ġiet quddiemi talba mill-Freeport biex jimpjegaw bħala telephone operator wieħed għama li jkun jaf il-Braille u li jkun jista' jopera ċertu makkinarju.", "Qed nagħmlu wkoll enfasi biex lil ċerti persuni nagħtuhom anke casual labour, jiġifieri mhux xogħol permanenti, għax ħsibna illi ħafna mpiegi privati jkunu magħluqin għad-disabled għax jibżgħu minnhom.", "Aħna naħsbu illi jekk kemm-il darba tagħti chances ta' casual labour kemm mal-Gvern, kemm mal- korporazzjonijiet parastatali, kif ukoll ma' l-industrija privata, b'kondizzjonijiet speċjali, wieħed jifhem kemm dawn in-nies ħafna drabi bid-dedikazzjoni tagħhom ipattu għal dak li għandhom nieqes fil-kapaċita' tax-xogħol normali.", "Għalhekk naħseb li hu għaqli li wieħed jimpjega lil dawn in-nies.", "Jiena nista' nwiegħed lil din il-Kamra - u naħseb li s- Sinjorija Tiegħek tieħu pjaċir tisma' dan - li kemm jiena u kemm sieħbi l- Onor. Cassar nagħmlu enfasi kbira biex id- disabled kemm jista' jkun isib post fejn jaħdem.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Informazzjoni dwar għalliema fl-iskejjel tal- Gvern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari Nru 10937.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 77 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir- Regolamenti fuq il- Provvista tal-Kurrent Elettriku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport Komunikazzjoni): F'isem il- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Dokument ta' l-isport approvat fil-laqgħa tal- Ministri ta' l-Isport li saret f'Malta waqt il- Logħob tal-Pajjiżi ż- Żgħar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari Nru 10866.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (EMENDA NRU.", "2)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Ġunju, 1993.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici huwa in possession of the House.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, il-bieraħ il-qofol tad-diskors li għamilt kien dwar l-għaqda, fejn għidt li din ma tfissirx biss l-għajxien flimkien tal-partijiet fiż- żwieġ iżda wkoll il-qsim tar- responsabilitajiet bejn il- miżżewġin.", "B'dan ridt infisser li mhux biżżejjed li wieħed ikun miżżewweġ, jiġifieri li jkun sempliċement magħqud fiż- żwieġ kemm ċivilment kif ukoll b'xi mod ieħor, imma l-koppja trid taċċetta ċerti responsabilitajiet.", "Bħalma qal tajjeb il-Ministru, hawn min iħobb jgħid li r-raġel allavolja jiżżewweġ jibqa' bandiera bajda.", "Dan m'għandux ikun.", "Din hija idea żbaljata għaliex fiż-żwieġ hemm ir- responsabbilta' kemm tar-raġel, kif ukoll tal-mara u dan se nkomplu nsaħħuħ b'dak li qegħdin nilleġislaw.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-edukazzjoni ta' l-ulied.", "Hawn Malta għandna t-tendenza li naħsbu li hija proprju l-omm li l-iktar li tieħu ħsieb l- edukazzjoni ta' l-ulied u r- raġel peress li jkun impenjat ħafna bix-xogħol tiegħu jew bil-professjoni tiegħu matul il-ġurnata, jista' jabbanduna lill-ulied u jitfa' din ir- responsabilita' kbira f'idejn l-omm.", "Għalija din hija xi ħaġa ħażina u minn hawnhekk nagħmel appell lill- ġenituri kollha biex jaqsmu wkoll din ir-reponsabilita' għaliex ma jistax ikun li ħafna nisa jkomplu jitgħabbew b'dan il- piż.", "Illum il-ġurnata biex titgħallem mhux biss trid tkun matur minnek inniffsek, imma jrid ikollok ukoll l- imbottatura mingħand l-omm u mingħand il-missier flimkien.", "Għalhekk huwa importanti li l- ġenituri m'għandhomx joqogħdu jmeru lil xulxin f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- edukazzjoni ta' l-ulied.", "Nerġa' ngħid, il-missier għandu jieħu l-akbar interess fl- edukazzjoni ta' uliedu.", "B'dan jien mhux qed ngħid li l-ebda missier ma jieħu ħsieb l- edukazzjoni ta' wliedu għaliex hawn numru sabiħ ta' missirijiet li jagħtu kas ta' l- edukazzjoni ta' wliedhom.", "F'wieħed mid-diskorsi li kienu saru fil-konferenza Ewropea dwar \"Integrating Social and Family Policies for the 1990's\" li kienet ġiet organizzata mill-Ministeru tal- Politika Soċjali, kif kien jissejjaħ qabel, li kien responsabbli għalih l-Onor.", "Louis Galea, insibu li d- Direttur Ġenerali ta' l- Uffiċċju tal-Ġnus Magħquda fi Vjenna, Margaret Ansty, qalet:", "\"The issue of advancement of women is intimately related to that of the family.", "There is no contradiction between advancement of women and integrity of the family.", "By tradition, by practice and by choice it is women who have sustained the institution through history and it is the advancement of women which is the family's surest defence as an institution.\".", "Jien ma nafx min hi din il- mara, pero' naħseb li hi xi omm li rabbiet familja biex qed tgħid hekk.", "Fi kliem ieħor din il-mara qed tgħid li hija l- mara li żżomm b'saħħitha l- istituzzjoni tal-familja.", "Mela llum qegħdin insostnu konċett importantissimu għaliex b'dak li qegħdin nagħmlu qed nirrikonoxxu aktar is-servizz, it-tbatija u ż-żmien li l-mara tiddedika għall-familja tagħha.", "Għalkemm b'din il-liġi lill- mara qed nagħtuha dak li jistħoqqilha, meta għada pitgħada jitressqu emendi oħra quddiem dan il- Parlament biex din il-liġi tkun kompleta u tersaq lejn il-perfezzjoni - naturalment nisperaw li dan isir f'din il-Leġislatura - allura wieħed ikun jista' jikkonferma kemm hu veru dak li kien wiegħed il-Gvern Nazzjonalista fil-programm elettorali ta' l-1987 fejn qal:", "\"Għalhekk l-interess veru ta' l-istat ma jista' qatt ikun li jdgħajjef lill- familja, imma għall- kuntrarju, li jsaħħaħha u jgħinha fejn ma tistax tlaħħaq waħedha mal- ħteġijiet tagħha.\".", "Hawnhekk qegħdin nirreferu għas-servizzi soċjali imma l- Gvern huwa determinat, persważ u kommess mal-poplu li jagħti s-saħħa lill-familja b'kull mod.", "Mr Speaker, xtaqt nagħmel ukoll kumment rigward rapport li joħroġ mill-Ġnus Magħquda li jgħid li skond estimi li jeżistu, 35% of the world's households are headed by women.", "Mr Speaker, din hija figura għolja ħafna.", "Dawn jikkalkolaw li madwar id-dinja kollha hemm 35% tal-households li qed jiġu managed proprju min-nisa, u din hija responsabilita' kbira ħafna li wieħed irid jirrikonoxxiha.", "Mr Speaker, din is-sitwazzjoni tista' tkun allarmanti għaliex juri li l- omm waħedha qegħda terfa' responsabilita' kbira.", "Dan jindika l-potenzjalita' kbira tal-mara, is- sensitivita' tal- kontribut li qed tagħti kemm lil uliedha kif ukoll lis- soċjeta', u jirrifletti wkoll kemm l-ugwaljanza bejn ir-raġel u l-mara hija aċċettata kemm nazzjonalment kif ukoll internazzjonalment.", "Mr Speaker, b'dan irrid infisser li l-mara waħedha diġa' qed terfa' piż kbir madwar id- dinja kollha.", "Għalhekk kien tajjeb li dan l- Abbozz ta' Liġi ssemma \"Sħab Indaqs fiż-Żwieġ\" għax ir- responsabilita' m'għandhiex tkun biss tal-mara imma għandha tkun ukoll tar-raġel.", "Ir-rwol veru tal-mara huwa li tieħu ħsieb l-ulied u d-dar, pero' tista' tmur għax-xogħol ukoll.", "Barra minn hekk, għandha wkoll ir-responsabilita' tal-familja, tal- manteniment, u tat-tisjir, eċċ. Hawnhekk wieħed jinduna li għandna nagħtu l-kontribut sħiħ tagħna u napprezzaw ix-xogħol tal-mara, b'mod speċjali x- xogħol ta' l-omm.", "L-omm taħdem minn fil-għodu sa fil- għaxija bla serħan u wisq nibża' li ma tantx għandha ħin liberu għax hija dedikata ħafna għall- familja.", "Għalhekk naħseb li b'din il-liġi qed nagħmlu pass tajjeb ħafna u għax mhux qed inżidu r-responsabilitajiet lill- omm imma l-iskop huwa li l-mara tiġi ugwali għar-raġel.", "Problema oħra - għalkemm il- Gvern ħaseb għaliha wkoll - hija li ċerti familji, minbarra r-responsabilita' tal-familja tagħhom, għandhom ir- responsabilita' ta' l-anzjani wkoll.", "Ħafna drabi dawn ikunu l-omm jew il- missier tal- ġenituri stess li jkunu jridu jsibu post fejn jirtiraw għax ma jkunux kapaċi jgħixu waħedhom.", "Hawnhekk tidħol ir- responsabilita' taż- żewġ kapijiet tal-familja - għax illum ir-raġel m'għadux il-kap tal-familja imma r- responsabilita' taqa' kemm fuq ir-raġel kif ukoll fuq il-mara - li għandhom jaħdmu biex iwettqu l-konċett li aħna qed ninkoraġġixxu jiġifieri li l- anzjani tagħna kemm jista' jkun għandhom jinżammu fil-familja ma' wliedhom.", "Jekk ikun hemm ħafna aħwa, il-ħin jista' jinqasam u dak li jkun jista' joqgħod daqqa għand xi ħadd minn uliedu u daqqa għand xi ħaddieħor.", "Għalhekk din ir- responsabilita' ma taqax biss fuq il-mara imma taqa' fuq it- tnejn.", "L-unita' tal-familja għandha tiġi protetta iżda mhux a skapitu ta' membri individwali.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-għaqda tal-familja ma tfissirx għaqda għal xi persuna partikolari, imma tfisser li dawk li fil- familja jkunu minn taħt għandhom ukoll jingħataw inċentivi biżżejjed biex jiġu ugwali għall-membri l-oħra tal-familja.", "Per eżempju, mhux sewwa li l- omm li tkun qed taħdem għall-familja tkun qisha l-iżvinturata, imma għall- kuntrarju, ir-responsab- ilitajiet tal-familja għandhom jinqasmu bejn kulħadd biex il- mara li tkun qed taħdem ma tispiċċax il-vittma tal- familja.", "Mr Speaker, il-familja, mhux biss f'Malta, imma madwar id- dinja kollha teħtieġ a healthy environment.", "B'dan ma rridx infisser sempliċement li l- familja għandu jkollha l- kumdita' u l-lussu fid-dar.", "A healthy environment ifisser is- solidarjeta' li għandu jkun hemm bejn il-ġirien, in- nies tat-triq, il-popolazzjoni tar- raħal jew belt u s-solidarjeta' bejn il- poplu tan-nazzjon kollu.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid nagħmel enfasi speċjali fuq il-fatt li s-solidarjeta' fil-familja hija importanti ħafna.", "Il-Gvern qed juri solidarjeta' u jagħti għajnuna lill-familji Maltin b'diversi modi, bħalma huma children's allowances, parental allowan- ces, maternity allowances u diversi benefiċċji oħrajn.", "Il- Gvern qed juri wkoll solidarjeta' ma' dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani.", "Illum il- ġurnata, għandna prospetti sbieħ għal pajjiżna u nittamaw li pajjiżna jiffjorixxi mhux biss fl-ambjent ta' ndafa imma wkoll fl-ambjent soċjali tiegħu, jiġifieri fl-ambjent fejn wieħed jirrikrea ruħu, jeduka ruħu u jipprofessjonalizza ruħu anke meta jkun kiber fl-eta'.", "Din ukoll hija tip ta' solidarjeta' li l-Istat qed juri mal-familji li forsi fil- passat ma jkunux ħadu edukazzjoni biżżejjed.", "Mr Speaker, l-aħħar punt li xtaqt nitkellem fuqu huwa dwar is- separazzjoni tal-ġid.", "Dan huwa aspett interessanti ħafna u jirrikjedi li wieħed jikkonsidrah fit-tul.", "Dan diġa' huwa rikonoxxut fis- sistema ta' l- income tax billi min irid jista' jagħżel li l- qliegħ tal-mara u tar-raġel jiġu assessed separatament u dan huwa aspett tajjeb li ntroduċieh dan il- Gvern biex il-familja tiffranka l-income tax.", "Il-Gvern għandu proġett dwar is-separazzjoni tal-ġid li diġa' ġie awtentifikat fis- sistema ta' l-income tax u issa qed jiġi mdaħħal f'din il-liġi.", "Dan huwa aspett tajjeb ħafna għax huwa modern u miftuħ u wieħed jirrealizza kemm il- Gvern Malti mhux miexi b'moħħ magħluq imma b'moħħ miftuħ anke vis-a-vis l-ġenerazzjonijiet futuri ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħix xi ħaġa dwar id-dar tal- familja.", "J'Alla l-familja Maltija ma tgħixx in a house imma tgħix in a home u tibqa' magħquda.", "Aħna rridu li tkun hekk mad-dinja kollha u din qed ngħidha minn qalbi.", "J'Alla l- għaqda fil-familja tibqa' u j'Alla d-dar tibqa' dar fejn il-familja tgħix fil-kwiet u fil-paċi, fejn ma jkunx hemm inkwiet u diverġenzi politiċi jew oħrajn.", "J'Alla dawk in- nies li llum il-ġurnata huma mifrudin minħabba xi problemi li jinqalgħu fil-ħajja, jirrikonċiljaw ruħhom f'familja ġdida billi jerġgħu jirrikostitwixxu l-familja u b'hekk pajjiżna jimxi aħjar.", "Ma ninsewx li l-familja hija l- bażi tas-soċjeta' u jekk din tkun magħquda tgawdi s-soċjeta' kollha kemm hi.", "Jien nawgura li dan il-pass li qegħdin nagħmlu llum ikun il-bidu ta' passi oħra biex aħna nżommu l- familja b'saħħitha u kif jixtieqha l-pajjiż kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, wara l-ispjega tajba ħafna li saret minn din in- naħa, kemm mill-Onor.", "Moran kif ukoll mill-Onor.", "Farrugia, dwar x'inhi l-pożizzjoni tagħna fuq dan l-Abbozz ta' Liġi, jekk tippermettili nixtieq noqgħod pass lura mhux biex, bħal fil- każ tal-liġi dwar il-kunsilli lokali, inħalli spazju biex iċ- ċittadini jipparteċipaw, imma biex nirrifletti ftit fuq dak li qed nipprovaw nagħmlu.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk dan nagħmluh b'mod strateġiku u organiku indirizzat lejn il- ġejjieni għax it-tentazzjoni li naqgħu f'dak li għadna kemm smajna issa hija kbira wisq.", "Lill-Onor.", "Michael Bonnici nirrispettah u m'għandix dubju li kien ġenwin fid-diskors tiegħu, imma t-tip ta' esortazzjoni li tana fl-aħħar, fl-opinjoni tiegħi, hija assolutament barra mill-kontest ta' dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu u billi noqogħdu nippriedkaw li j'Alla d- djar jibqgħu djar, nispiċċaw biex lanqas inkunu nafu x'qed ngħidu.", "Apparti minn din it- tip ta' priedka, li fl-opinjoni tiegħi hija irrelevanti għal dak li qegħdin nagħmlu, naħseb li huwa importanti li naraw ftit x'inhu jiġri meta qed nitkellmu dwar il-konċett tal- familja.", "Sieħbi, l-Onor.", "Michael Bonnici, u xi nies oħra forsi jaħsbu li l-konċett tal-familja huwa xi ħaġa definita b'mod assolut, li qatt ma jinbidel u allura m'hemmx għalfejn tirrifletti fuq il-mod kif jista' jinbidel, fuq kif fil- fatt qiegħed jinbidel quddiem għajnejna u kif se jkompli jinbidel 'il quddiem.", "Din it- tip ta' perspettiva assolutament mhijiex adegwata u ma tikkorrispondix mar-realtajiet soċjali li nġemgħu matul l- aħħar snin, li qed jinġemgħu madwarna bħalissa u li se jibqgħu jinġemgħu fis-snin li ġejjin.", "Naħseb li l-familja ta' Żmien il-Ħaġar, per eżempju, kienet differenti mill-familja ta' żmien il-Medju Evu jew minn dik ta' 100 sena ilu, fi żmien ir-Reġina Vittorja, u żgur li kienet struttura ta' familja differenti minn dik li għandna llum, u minn dik li se naraw 100 sena oħra jew anke 20 sena oħra.", "Il-unit familjari huwa unit li jinbidel skond iż- żmien u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali, kulturali u teknoloġiċi, u allaħares nibqgħu marbutin ma' ċerti konċetti ta' l-imgħoddi dwar kif għandhom ikunu l- affarijiet, għax minflok li nkunu qed nagħmlu l-ġid inkunu qed nagħmlu deni u nkunu qed nankraw il-bidliet tagħna ma' l- imgħoddi b'mod li minflok jgħin lin-nies, ikompli jikkrea uġiegħ u diżgwid fost il- popolazzjoni.", "Din hija ħaġa li żgur ma rriduhiex.", "Fl-istess ħin lanqas hemm dubju li l- konċett tal-familja huwa konċett li kien, għadu u se jibqa' fis-soċjeta' tal-bniedem u naħseb li hawn consensus dwar il-fatt li lill-konċett tal- familja għandna nagħtuh l-ikbar importanza, prijorita' u tisħiħ u allura bil-miżuri li nieħdu u bir-riformi li nagħmlu għandna nkomplu nsostnu t- twemmin tagħna dwar dan il- konċett.", "Meta ngħidu hekk ma jfissirx li l-konċett tal- familja li nemmnu fih għandu jkun il-konċett li darna tibqa' darna jew li dak li kien jiġri 100 sena ilu għandu jibqa' jiġri llum u 100 sena oħra, jew inkella li hemm ċerti konċetti fil-familja li bilfors se jibqgħu hemmhekk.", "Il- familja hija prodott tas- soċjeta' tal- bniedem, tal-ħajja tal-bniedem u tal-mod kif jaġixxu l-bnedmin.", "Issa l- bnedmin jinbidlu għax iċ- ċirkostanzi jinbidlu u naħseb li leġislatur li jkun denju ta' dik il-kelma jrid jirrifletti fuq dawn l-affarijiet u jirriflettihom f'dak li jagħmel.", "Allura jien kont nistenna li jkun hemm aktar riflessjoni dwar x'tip ta' familja qegħdin nitkellmu dwarha.", "Il-familja tal-lum m'għadhiex il-familja ta' 100 sena ilu, il-familja tradizzjonali li konna nitkellmu dwarha 200 sena ilu, jew kif konna naqraw dwarha fil-Katekiżmu tal- Knisja, jew inkella t-tip ta' familja li jitkellmu dwarha ċerti nies tradizzjonali.", "Irridu nirriflettu dwar kif il- familja qed tinbidel fiċ- ċirkostanzi moderni, u m'hemmx dubju li qed tinbidel.", "Fil- fatt inbidlet u għadha qed tinbidel b'metodi li huma radikalment ġodda u dan l-aktar li jinħass huwa fil-mod kif ġiet preżentata din il-liġi.", "Din il-liġi ġiet preżentata bħala liġi li hija mmirata lejn il-promozzjoni ta' l- ugwaljanza tal-mara.", "Veru li qed tingħata prijorita' lil dan l-aspett u l-maġġoranza tal- miżuri li qed jiġu suġġeriti f'din il-liġi jmorru f'dik id- direzzjoni, jiġifieri li fil- kontest ta' kif inhi organizzata l-familja u ta' kif inhuma organizzati r- relazzjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel, quddiem il-liġi jingħata aktar għarfien lill- fatt li n-nisa għandhom l- istess drittijiet u l-istess obbligi bħar-raġel.", "Imma jiena kont nargumenta li fil-fatt waħda mir- raġunijiet ewlenin għaliex irrid nagħmel din it- tip ta' preżentazzjoni toħroġ ukoll mill-fatt illi s-soċjeta' tagħna u l-familja qed tinbidel b'mod illi neċessarjament ir- relazzjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel qegħdin jinbidlu u allura l-liġi bilfors trid tirrifletti dawn il-bidliet u trid tirriflettihom b'mod li tirrikonoxxi illi daqskemm għandu drittijiet ir-raġel għandu jkollha drittijiet il- mara, u daqskemm għandu obbligi r- raġel għandu jkollha obbligi l-mara.", "Jien assolutament ma naqbilx ma' l- argument li ġieli jitqanqal, li bijoloġikament iż-żewġ sessi huma tant differenti li quddiem il-liġi ma jistgħux jiġu trattati b'mod ugwali.", "Veru li hemm differ- enzi bijoloġiċi importanti u emozzjonijiet differenti, imma naħseb illi l-liġi għandha toħloq spazju legali, soċjali u kulturali li fih in-nisa u l- irġiel għandu jkollhom aċċess għall-istess drittijiet daqs- kemm ikollhom impenn fuq l- istess obbligi.", "Forsi f'dan is-sens wieħed jista' jgħid li l-Abbozz li għandna quddiemna qed jimxi b'din il-loġika, imma fl- opinjoni tiegħi qed inkunu ta' corta vista wisq meta nitkellmu biss f'dan is-sens u f'dan il- kontest dwar l- affarijiet li qed nitkellmu dwarhom u ma ninkwadrawhomx fil-bidliet aktar wiesgħa li qed jiġru u li se jibqgħu jiġru fl-istruttura tal-familja, ngħidu x'ngħidu u rridu x'irridu.", "Fejn qabel, per eżempju, il-familja kienet tiddependi min-nanniet, buż- nanniet u zijiet, kienet tiltaqa' regolarment u kien jeżisti network sħiħ bejniethom, illum dan it-tip ta' network familjari qiegħed jispiċċa.", "Illum wasalna fi stadju fejn l- istruttura tal- familja hija aktar u aktar nukleari fis-soċjeta' tagħna u resqin ukoll lejn tip ta' familja li mhux talli hija nukleari, talli qegħda tinqasam f'dak in-nucleus stess u allura qed ikollok dikompożizzjoni tan- nuklei familjari li qed jergġħu jirrikostitwixxu ruħhom bħala nuklei differenti jew bħala networks differenti fuq bażi ta' kif raġel u mara jispostaw ruħhom fil-ħajja taghhom.", "U dawn huma affarijiet li qegħdin jiġru, Sur President, u huwa inutli li nagħlqu għajnejna quddiemhom.", "Għandna s-single parent families u l-familji li jerġgħu jiġu rikostitwiti wara l-ewwel żwieġ jew it-tieni żwieġ, u jekk ma nirriflettux dwar dawn l- affarijiet u nibqgħu ngħidu li darna hija darna u tibqa' darna u noqogħdu nagħmlu appelli ta' qdusija biex nirrikonċiljaw l-affarijiet li ma jfissru assolutament xejn, inkunu qegħdin nibqgħu pass lura milli nħarsu lejn ir- realta' kif inhi.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar dawn l- affarijiet qegħdin ikunu fenomeni li ta' min jirrifletti fuqhom u jiddiskutihom.", "Anzi jien kont nistenna illi l-mod kif ġiet ippreżentata ta' din il-liġi jitpoġġa verament fil- kwadru ta' kif is-soċjeta' tagħna u l-istruttura soċjali tagħna qed tinbidel, aktar u aktar għax niftakar li f'Novembru 1989, il-Ministru li qed jippilota din il-liġi kien organizza jew għen fl- organizzazzjoni tal-Konferenza Ewropea li saret hawn Malta u li ddiskutiet is-suġġett \"Integrating Social and Family Policy for the 90's\".", "Din kienet organizzata mill-Kunsill ta' l-Ewropa li mingħalija kellha x'taqsam miegħu ...", "Għall-okkażjoni ta' din il-liġi erġajt ħadt l-inkarigu li naqra ftit il-papers li kienu tressqu, speċjalment dik li kienet tressqet mill- Ministru Malti konċernat.", "Mill-ġdid ngħid li jiddispjaċini li l- paper li kienet tressqet dak iż-żmien kienet baqgħet kompletament lura milli tipprova twassal għal xi forma ta' analiżi tar-realtajiet soċjali li qed jinbidlu f'pajjiżna dwar il-familja.", "Dak inhar kienet saret sensiela ta' statements propagandistiċi dwar x'se jagħmel u x'mhux se jagħmel il- Gvern fil-qasam tas-saħħa u tal-politika soċjali, li ħafna minnhom baqgħu fuq l- ixkaffa.", "Apparti minn hekk, ma kien hemm l-ebda ħsieb jew thrust biex il- Gvern, f'dan il-każ f'isem il-poplu jew is-soċjeta' tagħna, jasal għal mudell ta' kif qegħda tinbidel u se tinbidel il-familja Maltija ħalli mbagħad inkunu nistgħu nistaqsu x'għandhom ikunu l- istrutturi li se jinbidlu, x'għandha tkun il-liġi li se tinbidel u allura x'għandhom ikunu b'mod integrat, il-miżuri ta' politika soċjali li jintrabtu mal-bidliet li hemm bżonn fil-liġi u b'hekk imbagħad flimkien nersqu lejn xi ħaġa li tgħodd aktar għar- realta' soċjali li qed tinbidel.", "Minn dan kollu ma kien hemm xejn dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kontest Malti.", "Nista' ngħid li kien hemm paper tajba ppreparata minn Pierre Paolo Donati li tkellem tajjeb ħafna dwar kif il-politika soċjali għandha tintegra ruħha skond kif iċ- ċittadini li jsibu ruħhom fl- istruttura soċjali - mhux dik li wieħed jittama li għandu jsib ruħu fiha imma fl- istruttura soċjali reali - qegħdin jiffaċċjaw il-problemi ta' struttura familjari li qed tinbidel.", "Jien inħoss li għalkemm ħafna mill-miżuri ta' din il-liġi wieħed għandu japprovahom - u issa nitkellem ukoll fuq dan il-punt - hemm nuqqas kbir għax waqt li qed nitkellmu dwar ċaqliqa fl-istruttura legali, li ta' min jappoġġjaha, fl- istess nifs, fl-opinjoni tiegħi, wieħed irid jitkellem ukoll dwar x'inhuma l- istituzzjonijiet ta' appoġġ soċjali li jridu jinħolqu u jiġu promossi ħalli dak li qed jiġi leġislat ikollu tabilħaqq effett prattiku fil-ħajja ta' kuljum tan-nisa u ta' l-irġiel li qed nilleġislaw għalihom.", "Fil-fatt bqajt skantat kif dan l-aspett li, fl- opinjoni tiegħi, huwa primordjali f'dak li qed nagħmlu, assolutament ma ssemmiex.", "Jien kont nistenna li minn Novembru ta' l-1989 'l hawn, wara l- ħafna miżavventuri li kellu l-Ministru konċernat fit-taparsi riformi li ried idaħħal fil-qasam soċjali, għallinqas kien ikollu ċerti ideat u proposti realistiċi dwar x'jista' jagħmel ħalli dak li qiegħed jipproponi fuq bażi legali, taħtu jew miegħu jkollu l-underpinnings ta' politika soċjali li żżommu għaddej.", "Għaliex huwa inutli li nitkellmu dwar kif nistgħu nagħtu drittijiet ugwali lil \"X\" u lil \"Y\", lill-mara u lir- raġel, jekk imbagħad fir- realta' se jibqa' jkun hemm ċerti affarijiet problematiċi fil-mod kif il-familja hija organizzata jew kif il-familja fl- organizzazzjoni tagħha se ssib is-support tagħha fil- ħajja ta' kuljum.", "Jiena hawnhekk qed nitkellem fuq affarijiet li jinħassu regolarment.", "Per eżempju, hemm il-problema tan-nisa li għandhom ix-xogħol tagħhom matul il- ġurnata u l-problema ta' l-ugwaljanza li toħroġ - minkejja dak li tgħid il- liġi - dwar kif ir-raġel u l-mara jżommu dak il-piż, jiġifieri l- piż tax- xogħol ta' kuljum.", "Għalija hija xi ħaġa ironika li minn naħa qegħdin nitkellmu dwar liġi li qed tibdel l- istruttura legali, u fl-istess nifs għandna Gvern li filwaqt li ilu jiftaħar li l-politika soċjali raha bħala xi ħaġa integrata - u organizza din il- konferenza fuq il-familja preċiżament f'Novembru ta' l- 1989 - f'daqqa waħda ħaġa bħal din qisu nsieha u baqa' miexi biss lill-istruttura legali.", "Dan il-Gvern, l- affarijiet li huma kruċjali biex l-istruttura legali jagħtuha ħajja, sens jew nifs qisu nsiehom għax dawn jew ma ssemmew assolutament xejn, jew kważi xejn.", "Apparti minn hekk, il-Gvern ippropona ċerti carenzi li tant kienu ovvji u ċari li meta ddiskutejnihom fil-Grupp Parlamentari Laburista bqajna ftit mistagħġba.", "Per eżempju, hemm carenza kbira fejn il- Gvern ippropona li l- ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil- kontest taż-żwieġ jibda jseħħ għal żweġijiet li jseħħu minn meta tidħol fis-seħħ din il- liġi u li żweġijiet li saru qabel id-dħul fis-seħħ ta' din il-liġi jistgħu jidħlu biss fil- kwadru tal-liġi jekk il- mara tagħmel l-applikazzjoni tagħha biex iż-żwieġ tagħha mar-raġel tagħha jitqies taħt il-provvediment ta' din il- liġi.", "Kwalunkwe bniedem normali jħoss u jifhem li malli ssir din it-tip ta' talba, se tiżbilanċja ż-żwieġ eżistenti psikoloġikament, sesswalment, kulturalment u soċjalment.", "U l-mistoqsija li qamet kienet: Għaliex kellu jkun hemm carenza bħal dik?", "Fil-fatt il- mistoqsija tant hija ċara li malli l-Grupp Parlamentari Laburista ddikjara li se ninsistu - u din għamilniha ċara - li ż-żweġijiet kollha jaqgħu taħt il-provvedimenti ta' din il-liġi, il-Ministru minnufih qalilna hawnhekk li l- Gvern se jaċċetta din il- pożizzjoni u se jibdel l-Abbozz tiegħu biex jagħmel li ż- żweġijiet kollha jaqgħu taħt il-provvedimenti ta' din il- liġi, kemm dawk passati kif ukoll dawk li se jsiru.", "Imma jien immur aktar 'il bogħod minn hekk, Sur President, u nistaqsi: Carenza bħal din li tidher ċara u li jmissha kienet magħrufa minnufih min- naħa tal-Gvern - u naf fiż-żgur li l-avukati tal- Gvern u anke ċertu Ministru għamlu x-xhur jitkellmu dwarha - għaliex baqgħet hemm tant li tressqet quddiemna fl-Abbozz ta' Liġi?", "Jiena naħseb li din il-carenza ħarġet u żviluppat b'dan il-mod għaliex ma kienx hemm biżżejjed integrazzjoni tal-ħsieb legali mal-ħsieb soċjali.", "Minkejja li għandna Ministru li ilu jiftaħar li l- politika soċjali jaraha bħala xibka integrata, bħala għadd ta' miżuri li jersqu kollha flimkien f'infrastruttura soċjali li trid tiżviluppa - konċett li fuq il-karta huwa ta' min jammirah - meta niġu għall-prattika nsibu li f'din il-ħaġa bqajna kompletament lura.", "U naħseb li dan huwa wieħed mill-punti fundamentali ta' kritika li għandna nagħmlu fuq l-operat ta' dak li qed isir bħalissa.", "Legalment qegħdin nitkellmu fuq bidla fl- istruttura legali li għandha x'taqsam mal-familja u li minnha nnifisha twassal għal aktar ugwaljanza legali bejn l- irġiel u n-nisa.", "Dan qed ngħidu għaliex jiena nsostni li effettivament il-prinċipju ta' l-\"ugwaljanza\" - favur in-nisa, huwa fil- fatt ukoll favur l- irġiel għaliex, fl-opinjoni tiegħi, jekk ikun hemm aktar miżuri li jwasslu għall-ugwaljanza bejn ir-raġel u l- mara, ir-raġel se jiggwadanja daqs il-mara.", "Hawnhekk mhux qed ngħid li jiggwadanja fis- sens li parti mill-obbligi tiegħu u parti mid-dmirijiet tiegħu se jiġu shared mal-mara.", "Apparti minn dan il-punt hemm ukoll il-punt li jekk qed tgħix f'soċjeta' fejn hemm aktar individwi li għandhom l- istess drittijiet u l-istess dmirijiet bħalek, il-ħajja tiegħek tkun aktar mimlija u mseddqa u allura huwa fl- interess ta' l-irġiel, daqskemm huwa fl- interess tan-nisa, li jkollhom l-istess drittijiet u obbligi.", "Jiġifieri f'dan is- sens l-argument legali huwa mirbuħ u huwa n-nuqqas fuq il- bażi soċjali li huwa ta' min jikkritika.", "Hemm xi ħaġa oħra wkoll li dejqitni matul dan id-dibattitu u, bir-rispett kollu, l-aktar li dejqitni fuqu kienet seħbitna l-Onor.", "Giovanna Debono fejn mill-ġdid daħħlet l-element konfessjonali, element li dejjem jiddaħħal f'dan il-Parlament min-naħa demokristjana Nazzjonalista.", "Jien ma nistax nifhem għaliex qegħdin nibqgħu ninsistu li ndaħħlu element konfessjonali f'dak li qed nagħmlu.", "Dan m'hemmx postu għaliex aħna għandna nieħdu l-pożizzjoni ta' nies li qed jilleġislaw għal kulħadd b'kuxjenza moderna ta' pajjiż modern li qed jemmen f'valuri moderni ta' ġustizzja u ugwaljanza li ma jiddiskriminaw kontra l-ebda reliġjon, l-ebda individwu u l-ebda tip ta' twemmin, u li qegħdin nagħmluh skond valuri li huma mħaddna fis-soċjetajiet moderni kollha.", "U allura dan it-tip ta' affjatament, li noqogħdu nipprovaw nraqqgħu minn hawn u nraqqgħu minn hemm biex ngħidu li qegħdin nimxu biss fuq prinċipji Kristjani - żball li jiddispjaċini ngħid li anke l-konferenza organizzata fl-1989 waqgħet fih, m'hemmx dubju minħabba l-organizzatur tagħha, Rev. Charles Vella - mhuwiex affjatament modern, fis-sens li wieħed, jista' jkun reverendu u jista' ma jkunx, irid jagħmel pass lura fis-sens li jaċċetta li qed naħdmu fuq binarji ta' stat lajk u sekulari għax aktar ma jgħaddi żmien, il-familja aktar qed tkun organizzata fuq bażi lajka u sekulari.", "Jekk nitkellmu dwar il-pluraliżmu - kif tagħmel il-ħin kollu n-naħa tal-Gvern - dan il-konċett jimplika li hemm spazju għal kull twemmin u għal kull approach, sakemm l-affarijiet li jkollhom x'jaqsmu mat- tmexxija ċivili tal-pajjiż ikunu rispettati.", "Għalhekk ma naħsibx li għandna npoġġu dan li qed nagħmlu taħt kwalunkwe bandalora reliġjuża, imma għandna ngħidu li dan qed nagħmluh għax nemmnu li jmur fis-sens ta' l-aqwa valuri umani li jista' jaqbel fuqhom kulħadd, hu min hu u jemmen x'jemmen.", "Meta ngħidu hekk, aktar u aktar toħroġ l- importanza tal-kritika li tibdil legali bħal dan mhuwiex qiegħed jiġi ppreżentat u mmexxi 'l quddiem fuq bażi ta' ħsieb integrat soċjalment u li, permezz ta' miżuri konkreti, iwassal biex fil-ħajja ta' kuljum tal-familja, l- ugwaljanza tiġi prattikata.", "Fl- opinjoni tiegħi qed nagħmlu xi ħaġa li hija tajba imma żgur mhijiex tajba biżżejjed anke bl-emendi li qed tressaq l- Oppożizzjoni, li ħafna minnhom jidher li ġew aċċettati mill- Gvern.", "Jien nistagħġeb kif il- Gvern ma ħasibx minn qabel u daħħal dawn l-emendi hu, għax din il-ħaġa ilna niddiskutuha.", "Waqt li qed ngħid dan kollu, ninsisti wkoll li huwa importanti li nżommu ċertu sens ta' bilanċ u ma rridux inkunu qisna qed nagħmlu kollox bir- riga u qisna qed immexxu kollox bil-matematika.", "Irridu noqogħdu dejjem attenti għall-valuri tradizzjonali ta' pajjiżna li jħaddnu ċerti nies u għall- bżonnijiet tradizzjonali li għadhom jeżistu f'pajjiżna, anke jekk dawn ikunu qed imutu mewta naturali.", "Dan iwassalni biex nispjega għaliex din in- naħa qed tipproponi li dak li għandu x'jaqsam ma' l- istituzzjoni tad-dota, m'għan- dux jispiċċa kompletament, kif qiegħed jipproponi l- Gvern.", "Hawnhekk xi ħadd jista' jgħidli li minn-naħa qed ngħid kemm inbidlu l-affarijiet u kemm qed tinbidel il-familja u min-naħa l-oħra l-Partit Laburista qiegħed jipproponi li d-dota tibqa'.", "Din il-pożizzjoni mhijiex kontradittorja daqskemm tidher għaliex wieħed irid iħares lejn il-proċessi li jkunu qed jiġru u kif ikunu qed iseħħu.", "Filwaqt li qed jinbidlu l- affarijiet ikun għad hemm fdalijiet ta' l-imgħoddi daqskemm hemm affarijiet ġodda.", "Għalhekk wieħed li jilleġisla għal persuni, għal individwi u għaċ- ċittadini, irid jirris- petta wkoll il-bżonnijiet ta' dawk li għadhom marbuta ma' l- imgħoddi.", "Aħna qed nissuġġer- ixxu li m'għandniex inwaddbu d- dota barra mit-tieqa.", "Aħna naqblu li d-dota qed tmut mewta naturali u qed taffettwa persentaġġ dejjem iżgħar tal- popolazzjoni tagħna.", "Aħna qed ngħidu li f'dawn iċ-ċirkostanzi m'għandniex għalfejn inwaddbu l-konċett tad- dota barra mit- tieqa.", "Għaliex m'għandniex inħallu l-proċessi naturali ta' l-iżvilupp uman jibqgħu għaddejjin u d-dota tmut mewta naturali?", "Din hija l-proposta tagħna.", "Naħseb li fi kwalunkwe proposta ta' leġislazzjoni li nagħmlu dwar il-familja, li hija l-aktar unit kruċjali fl- organizzazzjoni tas-soċjeta' umana, mhux biss irridu nħarsu 'l quddiem, imma rridu wkoll nammettu li għandu jkun hemm spazju għall-fdalijiet u l- proċessi tradizzjonali li għadhom ħajja f'pajjiżna, anke jekk bil-mod il-mod dawn qed jispiċċaw.", "B'dan is-sens umanitarju għandna nħarsu lejn dawn l- affarijiet.", "B'sens umanitarju ma nifhmux fis-sens ta' filantropija imma s- sens ta' għarfien tal-fatt li qed titkellem dwar proċessi umani fejn huma involuti l- emozzjonijiet, l-uġiegħ, l- aspirazzjoni u l-istrateġija ta' ħajja ta' sħabna ċ- ċittadini, kemm nisa kif ukoll irġiel.", "F'dan is-sens irridu nevalwaw xi ħaġa li hi daqshekk qrib il-mod intimu kif in-nies ifissru lilhom infushom u jgħixu ħajjithom, u dan hu li jwassal għall- ġejjieni.", "Mr Speaker, qed tinħass ironija kbira miż-żewġ naħat tal-Kamra f'dawn id- diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa.", "Għandna quddiemna proposta għal- liġi li tibdel b'mod tajjeb - għalkemm forsi mhux tajjeb biżżejjed - il-mod kif il-familja tingħata rikonoxximent legali f'pajjiżna.", "Dawn huma proposti dwar kif għandu jinbidel il-bilanċ legali bejn mara u raġel fi ħdan il- familja.", "Fl-opinjoni tiegħi - u naħseb li din hija wkoll l- opinjoni tal-leġislatur - dawn il-bidliet għadhom ma jirriflettux biżżejjed il- bidliet li għaddejjin fl- istruttura tal-familja f'pajjiżna.", "Il- familja tal-lum m'għadhiex dik ta' mitt sena ilu u lanqas dik ta' għaxar snin ilu.", "Dawn huma strutturi li qed jinbidlu u jersqu lejn struttura soċjali li teżisti f'pajjiżi avvanzati Ewropej kif ukoll fl-Istati Uniti.", "Aħna resqin lejn dik it-tip ta' struttura, jekk mhux diġa' ninsabu fiha.", "Jidher ċar li qed nirrikonoxxu li għad baqgħalna triq x'nimxu għax kif qal il-Ministru stess, din hija l-ewwel fażi tal-bidliet.", "Jekk fhimt tajjeb, it-tieni fażi tirrigwarda l-proposti dwar il- qorti tal-familja, u t-tielet fażi tirrigwarda proposti dwar illegitimacy, suċċessjoni u extra marital cohabitation.", "Jien irrid inkun sinċier; anke min-naħa tagħna għidna li jinħass li l-affarijiet se jmorru fid-direzzjoni t-tajba b'dawn it-tip ta' riformi.", "Allura qed inżommu lura milli nagħmlu ċerti kummenti fuq dawn l- aspetti għax qed nistennew il-proposti tan-naħa tal-Gvern fuq it-tieni u t- tielet fażi tal-bidliet li jridu jseħħu.", "Fil-fatt rigward dan kellmuni xi nies u jien kont diġa' rrimarkajt dwar dan.", "L-ironija ta' dan kollu hija li hemm fattur kbir li baqa' ma ssemmiex.", "Jekk hemm xi ħaġa li meta titkellem fuq liġi tal- familja f'soċjetajiet moderni dejjem titqanqal - u fil-fatt mhux talli titqanqal, talli f'ħafna soċjetajiet diġa' teżisti, imma ż-żewġ naħat tal-Kamra bqajna pass lura milli nitkellmu dwarha - hija preċiżament wieħed mill-aspetti importanti tal-liġi taż-żwieġ, cioe' d- divorzju.", "Safejn naf jien, la l-bieraħ, la l-bieraħt lura u lanqas illum ma ssemma xejn dwar dan l-aspett kruċjali.", "Qegħdin nipprospettaw li eventwalment ikollna xi tibdil fil-liġi dwar extra marital cohabitation.", "Jien b'din nifhem li fil-liġi se jkollna provvedimenti li jirregolaw koppji mhux miżżewġa li jkunu qegħdin jgħixu flimkien mhux b'mod legali - u la qed jissuġġeruli li ngħid il-kelma Maltija, se ngħidha - jiġifieri jkunu poġġuti.", "Qiegħed jiġi suġġerit li 'l quddiem ikollna leġislazzjoni li tirregola lil min ikun poġġut ma' xi ħadd, imma d- divorzju qegħdin inwarrbuh kompletament.", "Jiena nistaqsi: Din il-pożizzjoni hija sana?", "Forsi qed nargumenta kontra tiegħi stess ukoll.", "Is-sena li għaddiet, per eżempju, kienu intervistawni xi ġurnalisti u għal darbtejn jew tlieta staqsewni fuq din il- kwestjoni.", "Jien kont għidtilhom li l-kwestjoni tad- divorzju mhijiex fuq l-agenda politika tal- pajjiż, u kelli raġun ngħid hekk għax l-agenda politika tal-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġijiet li jgħaddu hija determinata mil- lembut ta' dan il-Parlament.", "Issa l-lembut ta' dan il- Parlament huwa kontrollat min- naħa tal-Gvern, u min-naħa tal- Gvern kellna biżżejjed dikjarazzjonijiet dwar dan is- suġġett.", "Fil-fatt kellna żewġ atturi prinċipali, il-Prim Ministru u l-Onor.", "Louis Galea, li skjettament qalu li dan mhuwiex suġġett li għandu jitqajjem għad-diskussjoni għax ma jaqblux miegħu.", "Ħalliha li mbagħad għandi informazzjoni - li ġibtha mingħand il- ġurnalista Daphne Caruana Galizia - li l-maġġoranza tad- deputati tan-naħa tal-Gvern jaqblu mad-divorzju ...", "(Interruzzjonijiet) Mill- informazzjoni li tatni din il- ġurnalista jidher illi dan l- aħħar ġie organizzat forum fuq id-divorzju li n-naħa tal-Gvern kienet mistiedna għalih, imma dawn ma sabux deputati li xtaqu jmorru jitkellmu dwar dan is- suġġett għax ma kenux jaqblu mal- pożizzjoni tal-Gvern.", "Jiġifieri f'dan il-qasam jidher ċar li hawn dilemma nazzjonali.", "Jien nibqa' nsostni li d- divorzju mhuwiex fuq l-agenda politika tal-pajjiż għax il- Gvern jikkontrolla l-lembut tal-Parlament u jekk xi ħaġa ma titressaqx hawnhekk allura ma tkunx fuq l-agenda politika.", "Imma jien nistaqsi: Dan is- suġġett qiegħed fuq l-agenda tal-pajjiż?", "U din hija waħda mir-raġunijiet għaliex jien inħoss illi m'aħniex qed inkunu trasparenti biżżejjed f'dak li qed nagħmlu.", "Dak li qed nagħmlu, kemm jirrifletti l- kunsens tal-pajjiż mija fil- mija?", "Naħseb li jien l-ewwel wieħed - għalkemm forsi għandi żball - li qed insemmi l-kelma \"divorzju\" hawn ġew waqt dan id-dibattitu, meta din kellha tkun - u naħseb li għandha tkun - kwestjoni kruċjali għal dak li qegħdin nipproponu issa u fil-futur, ladarba qegħdin ngħidu li eventwalment se nirregolaw il-kuntratt bejn min ikun poġġut.", "U jien nistaqsi jekk din hijiex pożizzjoni sana.", "Jien fuq id- divorzju għandi l-opinjoni personali tiegħi u nammetti li min-naħa tal- Partit Laburista għad m'għandniex pożizzjoni dwar din l-issue għax id- diskussjonijiet daqqa jkunu favur u daqqa kontra.", "Per eżempju, fl-1984 konna wasalna biex naddottaw pożizzjoni favur id-divorzju bħala politika tagħna, imma dak iż-żmien qgħadna pass lura minħabba li kien tiela' ċertu sħab fir-relazzjoni tagħna mal- Knisja u allura m'hemmx dubju li dawk il- komplikazzjonijiet kienu parti mill-kalkoli li saru.", "Pero' minn dak iż- żmien 'l hawn din il-problema għadha magħna u m'hemmx dubju li hija problema li qegħda fuq l-agenda tal-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li qegħda tikber.", "Allura bħala Parlament għandna ndawru daharna lejn din il- problema?", "U hawn qed nirreferi għaż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Veru li hemm ċerta ħtieġa li wieħed jiddiskuti din il- problema fil-kontest ta' dak li qed niddiskutu bħalissa jew inkella f'kontest ieħor?", "Mr Speaker, hemm min qed jipproponi referendum mal- pajjiż kollu dwar il-kwestjoni, imma jien personalment ma naqbilx li għandu jsir referendum fuq ħaġa bħal din.", "Għaliex?", "Għax qed nitkellmu fuq il-valuri li jorbtu l-ħajja ta' ħafna minna, anzi ta' kulħadd, valuri dwar kif immexxu ħajjitna.", "Issa l- valuri tiegħi jistgħu ma jkunux il-valuri tiegħek, u l-valuri tiegħi jistgħu jkunu bħal tal- maġġoranza l-kbira tan-nies fil-pajjiż.", "Imma għaliex il- maġġoranza tal-poplu għandha timponi l-valuri tagħha fuq il- valuri tiegħek, sakemm il- valuri tiegħek ma jkunux qegħdin jikkontradixxu l- prinċipji tat-tmexxija ċivili tal-pajjiż, jiġifieri tal-mod kif inġibu ruħna bejnietna?", "Għalhekk ma naħsibx li ħaġa bħal din għandha tiġi soġġetta għal referendum.", "Kieku konna qed nitkellmu fuq referendum dwar bidla ta' policy, per eżempju, dwar jekk nidħlux fil- Komunita' Ewropea, jew jekk insuqux fuq il-lemin jew fuq ix-xellug fit-toroq tagħna, kont naqbel li għandu jsir referendum għax dawk huma kwestjonijiet ta' policy li m'hi qed tmiss il-valuri essenzjali ta' ħadd minna.", "F'affarijiet bħal dawn wieħed jista' jagħmel referendum biex jara xi trid il-maġġoranza tal- pajjiż u mbagħad nimxu fuq dak li jirriżulta.", "Imma meta qed nitkellmu fuq il-valuri li jmexxu l-imġieba intima ta' kull wieħed u waħda minna, fl- opinjoni tiegħi, f'demokrazija moderna li tgħid li hija demokrazija pluralistika, mhuwiex aċċettabbli li l- maġġoranza tal-poplu timponi l- valuri tagħha fuq il-minoranza, huma x'inhuma l-maġġoranza u l- minoranza.", "Allura naħseb li hawnhekk irridu nagħmluha ċara; jien qed ngħid illi dawn l- affarijiet ma nsolvuhomx b'referendum.", "Fl-opinjoni tiegħi, min jgħid hekk ikun qed jiżgarra bis-sħiħ.", "Dawn l- affarijiet iridu jiġu solvuti fil- lembut ta' dan il-Parlament u jekk dan il-Parlament verament irid jiddiskuti l- units tal-familja, il-mod kif in-nisa u l-irġiel jgħixu flimkien, kif se jgħixu flimkien 'il quddiem u kif irabbu t-tfal tagħhom, allura jrid jiddiskuti dawn l- affarijiet b'mod trasparenti u b'mod ċar.", "Sur President, naħseb li hawnhekk se jkun l- akbar nuqqas f'dak li qed nagħmlu.", "Qed nitkellmu dwar affarijiet li huma tajbin u ta' avvanz, imma fl-istess ħin qisna qegħdin nagħmlu bħall- ostrich, indaħħlu rasna fir- ramel.", "Għax dak li qed ngħidu - skond il-Ministru - se jwassalna għal ċertu proċess, imma mbagħad m'aħniex niddiskutu u niffaċċjaw l- iskoll prinċipali ta' kif ir- relazzjoni bejn il-mara u r- raġel fiż-żwieġ nistgħu nagħmluha konformi ma' kif huma organizzati soċjetajiet moderni.", "Jiena nammetti li malli tqajjem diskussjoni bħal din, minnufih - u naħseb li ż- żewġ partiti għandhom dawn it- tendenzi - jgħidulek biex toqgħod attent li ma tmurx titlef il-voti minn hemm jew ma tirbaħx il-voti minn hemm, jew inkella l-Knisja ddur kontra tiegħek min-naħa jew favur tiegħek min-naħa l- oħra.", "Sur President, jiena nħoss li wasal iż-żmien li fuq suġġett bħal dan id- diskussjoni tagħna tkun aktar trasparenti u tirrifletti aktar l- aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna.", "Naqbel li se jkun hemm min irid jiġbed lejn naħa u min irid jiġbed lejn naħa oħra.", "Imma dan għandu jżommna f'ħaġa bħal din, jekk tabilħaqq qed nitkellmu fuq il-familja moderna, fuq il- familja li qed tiżviluppa skond ċirkostanzi li qegħdin jinbidlu fil-pajjiż?", "Jien m'inix se noqgħod nistaqsi għall-istatistika dwar kemm hemm separazzjonijiet, kemm hemm nies poġġuti, u kemm hemm annullamenti għax naħseb li n-numru qed jiżdied, u anke jekk ħafna minnhom mhumiex dikjarati, xorta waħda qegħdin hemm.", "Imma anke kieku kien hemm biss ftit każijiet, l- argument iqum u jsostni ruħu.", "Sur President, naħseb li meta nkomplu b'dawn id-diskuss- jonijiet, waqt li nirrealizzaw x'qed nagħmlu u naqblu li nistgħu nagħmlu xi ħaġa aħjar milli qed nagħmlu, għandna nirriflettu wkoll fuq l-ironija tad-diskussjoni f'dan il- Parlament fejn qed ngħidu li qed nitkellmu dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ u qed ngħidu wkoll \"ħalli darna tibqa' darna\", kif qal l-Onor.", "Bonnici, nipprovaw naħsbu li l-familja tal-lum hija l-istess bħall-familja ta' żmien il-Medju Evu jew Żmien il-Ħaġar, u nibqgħu bl-idea li għandna xi ġawhra li dejjem tibqa' l- istess, iebsa, solida, bl-istess forma, bl-istess relazzjonijiet u bl- istess rabta, meta fil-fatt qed tinbidel - u bilfors trid tinbidel - għax hija ħolqien uman.", "Irridu nirrealizzaw li din l-istruttura qegħda tinbidel u qed toħloq uġie+għ u skuntentizza fost il-poplu, u fil-fatt hemm talba u pressjoni minn nies li jinsabu mdejqa u muġugħa bis-sitwazzjoni kif inhi fil-ħajja intima tagħhom, u qed jagħmlu ċerti mistoq- sijiet u talbiet rigward ċerti drittijiet ċivili.", "Jien mhux qed nikkommetti ruħi one way or another imma qed nagħmilha ċara li fl-opinjoni tiegħi dan il- Parlament għandu jkollu l- kuraġġ li jgħid li hawnhekk hawn problema.", "Bħala parlamen- tari din m'hijiex problema tagħna imma tal-poplu, lanqas ma hi issue politika għax il- lembut jikkontrollah il-Gvern u l-Gvern diġa' qal li din ma jridx jikkonsidraha.", "Din hija problema personali u umana tal- poplu tagħna u għandna nikkonsidrawha.", "Għandna nisi- mgħu d-dwejjaq tal-poplu dwar dawn l-affarijiet u naraw nistgħux naslu għal consensus fil-pajjiż biex il-problema li qed niffaċċjaw fuq din l-issue tiġi tackled b'mod matur, modern u li tabilħaqq imur fid- direzzjoni tal-liġi li għandna quddiemna.", "Din il-liġi qed tgħid li trid iġġib l-ugwaljanza bejn il-mara u r-raġel bħala parti mill- proċess li bih il-liġi li tirregola l-familja tkun tabilħaqq tirrifletti l- ħteġijiet moderni.", "Ma tistax tkun liġi li tabilħaqq tirrifletti l-ħteġijiet moderni jekk tinjora l-aspirazzjonijiet u d-dwejjaq li qed jinqalgħu minn sezzjoni li, għalkemm mhix maġġoritarja fil- pajjiż, ta' min jismagħha għax hija sezzjoni muġugħa.", "Mr Speaker, naħseb li huwa importanti li fid-diskussjonijiet li qed nagħmlu nibqgħu lura milli nagħmlu biss esortazzjonijiet u priedki, imma għandna nipprovaw naħsbu ftit fir-realta' tal-ħajja, fil-ħajja konkreta tar- raġel u tal-mara kif ukoll tat-tfal.", "Jekk dak li qed nipproponu aħna ma jasalx 'il bogħod biżżejjed, il-fatt li ma jasalx 'il bogħod biżżejjed jista' jkompli jżid id-dwejjaq ta' nies li bħalissa huma mdejqa iżjed.", "Naħseb li aħna għandna d-dmir li xi drabi ninsew il-lembut tal-kontroll politiku u naħsbu bis-serjeta' fil-ħteġijiet, l-aspirazzjoni- jiet, il- biża', il-problemi u t-tama ta' sezzjonijiet differenti tal-poplu tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naħseb li xi ftit mill-kummenti tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni bilfors joħolqu ċertu provokazzjoni pożittiva u forsi wieħed ikollu jiddevja xi ftit minn dak li pprepara fuq dan is-suġġett u jirrispondi għal ċerti punti li tqajmu.", "L-ewwelnett hemm it-tendenza li meta xi ħadd isemmi valuri nsara, Knisja jew demokrazija Kristjana, dan jiġi akkużat fl-opinjoni tiegħi b'mod inġust li jħaddan opinjoni konfessjonali.", "Fl-1919, fl-Ewwel Kungress tal- Partit Popolari Taljan f'Bologna, Don Luigi Sturzo - fundatur tal-partit - proprju kien qal li l-partit huwa diviżjoni u r-reliġjon hija xi ħaġa universali.", "Il-kelma \"Kattoliċiżmu\" fiha nnifisha tfisser li hija universali għax ma jistax ikun hawn partit tal- Kattoliċi għall-Kattoliċi biss għaliex ikun kontro-sens.", "Pero' dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm partit li jgħid li jispira ruħu mill- ħsebijiet u mill-valuri nsara, mhux għaliex irid jimponi dawn il-valuri fuq ħaddieħor imma għaliex jemmen li dawn il- valuri huma bażi tajba biex jimxi fil-linja politika tiegħu.", "Il-Kap ta' l-Opożizzjoni semma l-kwestjoni tad-divorzju u jien li ktibt u tkellimt kontra d-divorzju għaliex nemmen li jġib aktar ħsara milli ġid, dejjem nevita l- argument \"għaliex il-Knisja tgħid hekk\".", "Dan huwa l- iżball li jagħmlu kemm dawk li jitkellmu favur id-divorzju kif ukoll dawk li jitkellmu kontra tiegħu.", "Jiena kont qrajt x'imkien li fl-Italja wieħed min-nies li kien tkellem kontra d-divorzju kien Giuseppe Mazzini.", "Forsi tgħiduli li qed insemmi xi ħadd tas-seklu l- ieħor imma żgur li dan ma kienx xi ħadd li kien klerikali jew inkella li kien jifforma parti mill- Knisja Kattolika, anzi jekk kien hawn xempju ta' l- anti-klerikaliżmu, kien hu.", "Jiġifieri d-divorzju huwa ħażin mhux għaliex il-Knisja tikkundannah imma l-Knisja tikkundannah għaliex huwa ħażin fih innifsu, ċioe' l- effetti soċjali tiegħu kieku kellu jiġi introdott, jagħmlu aktar ħsara.", "Huwa minn dan il-lat li aħna ngħidu li bħala partit demokratiku nisrani ma nistgħu qatt nintroduċu d-divorzju, imma mhux għaliex irridu nimponu dawn il-valuri fuq ħaddieħor.", "Din hija l-istess bħall-kwestjoni ta' l-abort.", "Il-maġġoranza tal-pajjiżi fl- Ewropa daħħlu l-abort u l- maġġoranza tal- pajjiżi fl- Ewropa daħħlu d-divorzju, imma jekk se noqogħdu naraw x'jgħidu jew x'jifhmu l- maġġoranza ...", "Jiġifieri jekk xi ħadd - tista' tkun l-Onor.", "Giovanna Debono, jew l-Onor.", "Michael Bonniċi - isemmi l- valuri insara dan mhux għaliex b'xi mod dan huwa partit konfessjonali.", "Dan huwa partit lajk daqskemm hu partit lajk il-Partit Soċjalista, pero' dan il-partit jara l-affarijiet minn ċertu lenti.", "Jekk nieħdu d-drittijiet tal-bniedem, jista' xi ħadd jlumna li bħala partit demokratiku Kristjan ngħidu li l-punto di partenza tagħna fuq id-drittijiet tal- bniedem huwa li l-bniedem huwa maħluq xbiha t'Alla, li għandu ċerti drittijiet għaliex huwa bniedem u għalhekk għandu dritt fundamentali għal ċerti affarijiet meħtieġa sabiex jiżviluppa l-personalita' tiegħu mingħajr xkiel u mingħajr diskriminazzjoni?", "Imma dan ma jfissirx li għaliex inti ma temminx f'Alla allura ma temminx fil-konċett tad- drittijiet tal-bniedem.", "Allaħares ikun hekk!", "Imma xi ħadd jista' jlumna jekk ngħidu li l-punto di partenza tagħna huwa l-konċett nisrani tad- drittijiet tal-bniedem?", "L-Abbozz li qegħdin niddis- kutu llum għandu bħala skop li nallineaw il- liġi tagħna ma' l- iżviluppi fil-familja, kif semma wkoll il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Imma wasalna biżżejjed jew nistgħu naslu aktar?", "Dan nistgħu niddiskutuh.", "Il-Ministru stess qal li din hija l-ewwel tappa fil- mixja biex il-liġi dwar il- familja nagħmluha aktar moderna.", "F'ċerti aspetti, kulma qed tagħmel il-liġi huwa li qed tirrifletti r-realta' soċjali tal-lum.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum huwa wkoll konsegwenza diretta ta' emenda kostituzzjonali li dan il- Parlament kien approva - u jien jidhirli li dan sar b'unanimita' - fl-1991 li permezz tagħha sar tibdil fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna sabiex id- diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess ma tkunx aktar permessa f'pajjiżna.", "Wieħed għandu jgħid li fil- Kostituzzjoni tagħna, minkejja li saru diversi emendi, qatt ma kienet saret emenda dwar din il- kwestjoni anzi wieħed jgħid li fl-introduzzjoni għad- drittijiet tal-bniedem hemm garantita protezzjoni għal diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.", "Pero' meta wieħed jara l-artikli ta' sustanza proprja - jiġifieri dawk li jistgħu jiġu nforzati f'qorti - l-kelma \"sess\" rigward il- projbizzjoni ma tissemma mkien.", "Dan kien ifisser li kwalunkwe gvern seta' jagħmel kwalunkwe liġi li tiddiskrimina abbażi ta' sess, għax il- Kostituzzjoni tagħna kienet tipprojbixxi diversi diskrim- inazzjonijiet pero' mhux dik id-diksriminazzjoni bbażata fuq is-sess.", "L-emenda li ġiet introdotta fl-1991 se tidħol fis-seħħ fl-aħħar ta' dan ix- xahar, jiġifieri fit-30 ta' Ġunju ta' din is-sena.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa wkoll il-frott ta' wegħda elettorali li għamel il-Partit Nazzjonalista fl-1987 u fl- elezzjonijiet ta' wara li kull diskriminazzjoni abbażi ta' sess fil-fergħat kollha tal- liġi għandha tispiċċa.", "Jien diġa' għamilt referenza għall- punto di partenza tagħna bħala l-konċett nisrani tad- drittijiet tal-bniedem, u kien proprju għalhekk li l-ewwel liġi li għadda dan il-Gvern f'Awissu ta' l-1987 kien Att XIV li bih, għall-ewwel darba, il-Konvenzjoni Ewropea tad- Drittijiet tal-Bniedem ġiet inkorporata fil-liġijiet tagħna.", "Fit-30 ta' April ta' l- 1987 konna rratifikajna artiklu 35 biex iċ-ċittadin Malti seta' jfittex lill-Gvern dwar ksur ta' drittijiet tal- bniedem li joħorġu mill- Konvenzjoni Ewropea, pero' fid- 19 ta' Awissu ta' l-1987, din il- Konvenzjoni ġiet inkorporata fil-liġi tagħna.", "Kuntrarjament għall- Kostituzzjoni tagħna, artiklu 14 ta' dik il- Konvenzjoni jipprojbixxi mhux biss diskriminazzjoni fuq dawk il-ħames raġunijiet li ssemmi l- Kostituzzjoni tagħna, imma anke diskriminazzjoni fuq bażi ta' tinkludi wkoll is-sess u kull opinjoni oħra.", "(Interruzzjonijiet) Naf x'se tgħid, imma mhux kif qed tinterpretaha inti.", "U dawk li jissemmew f'artiklu 14 tal- Konvenzjoni huma biss eżempji u mhux lista tassattiva.", "Skond il- Konvenzjoni Ewropea kull forma ta' diskriminazzjoni li ma jkollhiex raġuni hija projbita, pero' artiklu 14 jgħid ukoll li dik id- diskriminazzjoni hija projbita fit-tgawdija tad-drittijiet u l-libertajiet imsemmija fil- Konvenzjoni.", "Din il-frażi ġiet interpretata mill-Qorti Ewropea li biex jiena nirbaħ kawża ta' diskriminazzjoni abbażi ta' sess, mhux bilfors irrid nipprova vjolazzjoni ta' xi dritt ieħor, imma biżżejjed ikun hemm xi konnessjoni bejn id-diskriminazzjoni li wieħed ikun qed jallega u xi dritt imsemmi fil-Konvenzjoni, biex dik id- diskriminazzjoni tkun konsid- rata li tmur kontra l- Konvenzjoni Ewropea.", "Allura wieħed irid jgħid li bl- introduzzjoni ta' Att XIV, ġiet introdotta forma limitata ta' projbizzjoni tad- diskriminazzjoni fuq is- sess.", "F'Marzu ta' l-1991 il-Gvern iffirma l-Konvenzjoni tan- Nazzjonijiet Uniti dwar it- Tneħħija ta' Kull Għamla ta' Diskriminazzjoni kontra n- Nisa, u f'Lulju ta' l-istess sena ġiet emendata l-Kostituzzjoni sabiex b'effett mill-aħħar ta' dan ix-xahar - nisperaw li din il-liġi tgħaddi sa l- aħħar ta' dan ix-xahar - id- diskriminazzjoni abbażi ta' sess ma tkunx iktar permessa.", "Ta' min jgħid li meta dan il- Parlament emenda artiklu 45 tal-Kostituzjoni għar-rigward tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, għamel emenda oħra fis-sens li ċerti eċċezzjoni- jiet għall- protezzjoni mid- disrkriminazzjoni, li kienu jinkludu l-liġijiet tal-fam- ilja u taż-żwieġ, m'humiex se japplikaw bħala eċċezzjoni għad- diskriminazzjoni.", "F'din l-emenda kien hemm dan il- provvediment li jagħti avviż li jekk il-liġi tal-familja tkun tikkozza mal- Kostituzzjoni, li b'effett mill-aħħar ta' dan ix-xahar tipprojbixxi d- diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, tkun il-Kostituzzjoni li tipprevali u mhux il-liġi tal-familja, iktar u iktar meta fl-istess nifs dan il- Parlament neżża' lill-Kodiċi Ċivili mill- immunita' li kien igawdi mill- provvedimenti dwar il-human rights li hemm fil- Kostituzzjoni.", "Din hija xi ħaġa li kull gvern dejjem żamm għax donnha kienet konvenjenti, jiġifieri li l- iktar Kodiċijiet importanti tal-liġijiet ta' pajjiżna jipprevalu fuq il-Kostituzzjoni.", "Mr Speaker, għalhekk kull liġi trid tiġi konsidrata mhux f'vacuum iżda fil-kontest soċjali tagħha.", "Qed jiġu introdotti riformi ta' ċerta sustanza, imma b'daqshekk ma jfissirx li s-sistema ta' l- imgħoddi kienet neċessarjament inġusta.", "Jiena rajt id-debates tal-Parlament ta' Ġunju 1986, meta ġie introdott l-Abbozz ta' Liġi tal-Familja, ibbażat fuq il- White Paper ta' l-1985, u rajt li proprju waqt id- dibattitu tat-Tieni Qari dwar dan l-Abbozz - li baqa' m'għaddiex mill-istadji kollha biex isir liġi, imma f'ċerti aspetti ispira l-Abbozz li għandna quddiemna - il- Ministru tal-Ġustizzja ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Ġuże' Cassar kien beda d-diskors tiegħu billi qal li l-Kodiċi Ċivili tagħna f'dak li għandu x'jaqsam mal- beni taż-żwieġ, huwa bbażat ħafna fuq il-Code Napoleon, kodiċi legali li għalkemm sar fis-seklu l-ieħor kien ispira diversi sistemi legali f'pajjiżi ta' l-Ewropa.", "Pero' kif qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, bl-iżviluppi li saru f'dan is-seklu, l-aktar fis-snin reċenti, fejn iktar nisa ħarġu jaħdmu, żdiedet l- edukazzjoni u l-industrijalizzazzjoni, u mxejna 'l bogħod minn soċjeta' agrikola, forsi saret iktar pertinenti l- osservazzjoni espressa f'sentenza ta' Qorti Amerikana li tgħid hekk:", "\"The rule has worked out in reality to mean that though the husband and wife are one, the one is the husband.\".", "F'dan l-Abbozz l-ugwaljanza bejn is-sessi hija riflessa f'diversi provvedimenti.", "L- ikbar mertu ta' dan l-Abbozz huwa li hu proprju Abbozz komprensiv.", "(Interruzzjonijiet) Jidhirli li kien fil-bidu tas-seklu, għax nimmaġina li dak iż-żmien kienu ġew aġġornati l-liġijiet tagħna.", "Pero' huwa veru li ħafna drabi tiġi xi klijenta u tistaqsi kif ir-raġel tagħha seta' jbigħ xi proprjeta' mingħajr il-kunsens tagħha, ladarba l-proprjeta' hija taż-żewġ partijiet fiż- żwieġ.", "Din hija kontro-sens, imma niġi għaliha meta nitkellem dwar l-amminstrazzjoni tal-beni matrimonjali.", "Pero' dan l-Abbozz ħa bħala binajru l-kwestjoni ta' l- ugwaljanza bejn is-sessi, bħala kriterju ħa l-eliminazzjoni tas-sessi u, dejjem b'dik ir- riga bħala kriterju, qed jeħles mill-għanqbut li seta' trabba maż-żmien, kemm dak li jihder kif ukoll dak li forsi ma' l- ewwel daqqa t'għajn ma jidhirx.", "Naħseb li l-ikbar riforma li se tiġi introdotta b'dan l- Abbozz hija dik li għandha x'taqsam ma' l-amministrazzjoni tal-komunjoni ta' l-akkwisti li tirregola 90%, jekk mhux iktar, taż-żweġijiet f'Malta, għaliex skond il- liġijiet tagħna din tapplika awtomatikament bħala regola malli jsir kull żwieġ, sakemm ma tagħmilx skrittura taż-żwieġ biex teskludi l- komunjoni ta' l-akkwisti.", "Naħseb li l-għarajjes f'dak il- mument sabiħ ikollhom wisq problemi u aspirazzjonijiet sbieħ biex joqogħdu jagħmlu dawn il- kitbiet taż-żwieġ.", "S'issa l-amministrazzjoni tal- komunjoni ta' l- akkwisti, bħala regola kważi assoluta, kienet dejjem f'idejn ir-raġel.", "Kif qal anke l-Ministru, diversi gvernijiet ipprovaw itaffu l- effett ta' dan il-provvediment tal-liġi, u fil-fatt fl-1973 diġa' kienu saru emendi għall- Kodiċi Ċivili biex itejbu l- pożizzjoni tal-mara, fejn din l- amministrazzjoni esklussiva tar-raġel ġiet limitata għal trasferimenti ta' beni b'titolu oneruż.", "Fl-1983 kienet saret emenda oħra importanti fejn ingħata d-dritt lill-mara li meta jinqala' xi nkwiet fiż- żwieġ, din tkun tista' b'ordni tal-Qorti twaqqaf kull trasferiment ta' dritt reali fuq proprjeta' immobbiljari tal-komunjoni ta' l-akkwisti jew ħolqien ta' djun fuq l- istess beni.", "Din ir-riforma tal-lum hija aktar radikali, fis-sens li se ssolvi l- problema ta' diversi nies.", "Ħafna drabi jiġri li l- mara tmur tara x'hemm fil- komunjoni u ma ssib xejn għax issib li r-raġel biegħ kollox mingħajr ma kkonsultaha.", "Allura din tistaqsi xi drittijiet għandha, ladarba l- komunjoni ta' l-akkwisti tfisser li l-beni jkunu tat- tnejn.", "Ir-risposta fjakka ta' kulħadd kienet tkun li fl-aħħar mill-aħħar il-mara għandha dritt għal nofs dak il-ġid, imma dan japplika għal dak li jifdal fil-komunjoni li tispiċċa bil-mewt ta' wieħed mill-konjuġi, jew bix- xoljiment jew annullament taż- żwieġ jew inkella b'separazzjoni.", "U għalhekk meta ma jkun hemm xejn, in-nofs tax-xejn skond il-matematika huwa xejn.", "Din is- sitwazzjoni, għall- grazzja t'Alla, nisperaw li se tispiċċa għax meta niġu għall- amministrazzjoni straordinarja tal-beni tal-komunjoni ta' l- akkwisti, din l-amministrazzjoni straordinarja se tkun bejn iż-żewġ konjuġi.", "U fl-Abbozz hemm lista ta' dak li jammonta għal amministrazzjoni straor- dinarja, u dawn l-attivitajiet jinkludu bejgħ ta' proprjeta' tal- komunjoni, għoti b'ċens, kostituzzjoni tad-drittijiet reali jew anke personali ta' tgawdija fuq il-post, jiġifieri mhux biss li wieħed jagħti użufrutt jew jagħti b'ċens jew jikkostitwixxi bi dritt reali li jimxi mal- proprjeta', imma anke l-għoti tad-dritt personali bħalma hu d-dritt ta' l- għoti b'kera ta' post li jifforma parti mill-beni ta' komunjoni.", "Għal dan kollu jkun hemm bżonn ukoll il-kunsens tal-mara.", "Il-kostituzzjoni ta' djun, diviżjonijiet, kwalunkwe self ta' flus - anke jekk ma jkunx garantit b'xi ipoteka jew b'xi dritt reali fuq il-beni tal-komunjoni - garanzija għal djun ta' ħaddieħor u trasferiment ta' azjendi u ishma f'kumpanniji, qed jitqiesu mill-Abbozz bħala amministrazzjoni straordinarja u għalhekk jirrikjedu wkoll il- kunsens tal-mara.", "Mr Speaker, skond l-Abbozz dejjem se tibqa' d-diskrezzjoni tal-qorti - u nifhem li hija l-qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja - li f'każ li xi parti fiż-żwieġ tkun qed iżżomm il-kunsens tagħha mingħajr raġuni, allura tkun tista' tintervjeni l-qorti.", "Dan il- provvediment ukoll kien ġie kkritikat minn xi wħud, fis- sens li qed tiddaħħal il-qorti fi kwestjonijiet tal-miżżewġin u forsi mhuwiex għaqli li meta dawn jaslu f'impass, tidħol il-qorti.", "Pero' l-verita' hi li din il-liġi f'dan l- aspett qegħda mhux għal meta jkun kollox bnazzi u meta fiż-żwieġ ikun hemm l-armonija, imma biex jiġu evitati ċerti abbużi li jistgħu jsiru jew meta jinqala' l-inkwiet jew almenu ftit qabel.", "Ħafna drabi peress li r- raġel kien ikun jaf li hemm dan l-inkwiet u jista' jiġi miżmum mill-qorti milli jittrasferixxi beni ta' komunjoni, kien jaħseb kmieni u kien jew ibigħ jew taparsi jbigħ dik il-proprjeta' biex iċaħħad lill-mara mid- drittijiet tagħha fuq il-beni.", "Pero' huwa tajjeb ukoll li tevita l-abbuż l- ieħor li xi ħadd għal xejn b'xejn, b'sens ta' pika, ma jkunx irid jagħti l-kunsens tiegħu għal xi waħda mill-affarijiet li semmejt li jikkostitwixxu amministrazzjoni straordinarja tal-komunjoni ta' l-akkwisti u jkun fl- interess tal-familja li jsir dak il-bejgħ jew li dik l-art tingħata b'ċens.", "Riforma oħra li hija msemmija f'dan l-Abbozz hija l-ħolqien awtomatiku ta' dritt ta' abitazzjoni fid-dar konjugali favur il-konjuġi li jibqa' ħaj.", "Ħafna drabi l-problema ma tinqalax għax isir testment, pero' hemm diversi nies li ma jagħmlux testment u hemm min imut mingħajr ma jkun laħaq għamel it-testment.", "Allura ħafna drabi jiġri li sehem in- nofs indiviż tad- dar konjugali ta' dik il-parti li tkun mietet ma jirithiex ir-raġel jew il- mara, imma tintiret mill- ulied u dawn, skond il-liġi, ikunu jistgħu jitolbu li jieħdu sehemhom fi flus jew inkella jġibu dik il-proprjeta' fis- subbasta u jekk ma jixtrihiex is-surviving spouse jkollu t- theddida ta' żgumbrament mid- dar konjugali tiegħu.", "Huwa tajjeb li qed tiġi introdotta din fl-Abbozz għax din hija riforma soċjali importanti li kienet teżisti wkoll fl-Abbozz ta' l-1986.", "Jien nissuġġerixxi li din il-parti tal-liġi m'għandhiex tkun biss prospettiva, imma wieħed għandu jistudjaha ftit u jara jekk għandhiex tapplika wkoll retroattivament, jekk huwa possibbli.", "Fil-kamp tal-liġi dwar il- persuni qed isir ukoll ċertu tibdil ta' sustanza.", "L- awtorita' paternali fuq it-tfal se tinbidel u tingħata f'idejn iż-żewġ ġenituri, bil- konsegwenza li l-liġi se tirrikonoxxi ugwaljanza fl- awtorita' fuq it-tfal.", "Din hija proposta tajba mhux biss għal meta jinqala' l-inkwiet imma anke meta ma jkunx hemm inkwiet.", "Jiena qrajt ħafna ittri ta' nisa li ħafna drabi jmorru jiġbru l-passaport ta' uliedhom u jgħidulhom li ma jistgħux jiġbruh huma għax bilfors irid imur ir- raġel.", "Il-Ministru diġa' qal li se jsiru emendi konsegwenzjali fil-liġi li tirrigwarda l- passaporti sabiex ma jkunx hemm il-ħtieġa tal-preżenza tar- raġel biex jiġi rtirat il- passaport tat-tfal.", "Dan apparti li f'ċerti sentenzi tal-Qrati Ċivili tagħna kienet tingħata wisq importanza lill- awtorita' tal-missier meta dik l-awtorita' ħafna drabi tkun diġa' spiċċat fix-xejn għax ma jkunx jieħu ħsieb uliedu, eċċ. Pero' xorta waħda bqajna mkaħħlin ma' din ir-regola għax il-missier huwa l-kap tal- familja.", "F'każ ta' addozzjonijiet ta' tfal hekk imsejħa illeġittimi, waqt li llum bħala regola jrid ikun hemm il-kunsens ta' l-omm u m'hemmx bżonn il- kunsens tal- missier naturali, b'dan l- Abbozz kif qed jiġi propost se jkun hemm bżonn il-kunsens kemm ta' l-omm kif ukoll tal- missier.", "Naturalment il-Qorti tista' tiddispensa minn dawn il-kunsensi tal-ġenituri naturali meta jirrikorri xi wieħed mill-każijiet imsemmija fil-Kodiċi Ċivili.", "Hekk ukoll f'każ ta' kawżi ta' denegata paternita', se jkun possibbli li l-qorti tieħu in konsiderazzjoni r-rifjut tal-missier li jissottometti ruħu għall-eżami tad-demm.", "Illum nafu li ġie żviluppat id- DNA test li, kważi b'ċertezza, mhux jeskludi min hu l-missier imma jista' jistabbilixxi min hu l-missier tat-tarbija.", "F'dan l-Abbozz qed jiġi propost illi jekk il- missier naturali mingħajr raġuni jirrifjuta li jissottometti ruħu għal dan it- test, allura dan jista' jiġi kkonsidrat mill-ġudikant, flimkien ma' provi oħra, biex jasal għall-konklużjoni dwar il-paternita'.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li dan l-Abbozz ma jobbligax lill- missier li jissottometti ruħu għal dan it-test u fuq dan il- punt kien hemm ukoll kritika min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Irrid nibda biex ngħid li hemm sentenzi tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem li jgħidu li liġi li tawtorizza li jittieħed kampjun tad-demm kontra l-volonta' ta' dak li jkun għal skopijiet ta' riċerka tal-paternita', ma tmurx kontra l- Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem.", "Fil-fatt nagħmel referenza għall-każ ta' 'X' kontra l-Awstrija li kien deċiż fl-1980 - in-numru ta' l- applikazzjoni kien 8278/78 - fejn intqal illi liġi simili hija aċċettabbli, jiġifieri liġi li tesiġi li wieħed jista' jitteħidlu d-demm anke kontra l-volonta' tiegħu biex tiġi stabbilita l-paternita' ta' tarbija, l iġi bħal din hija aċċettabbli bħala eċċezzjoni għal artiklu 8 tal-Konvenzjoni li jirrispetta d-dritt għall- ħajja privata ta' dak li jkun għax skond is-sentenza tal- Kummissjoni Ewropea għad- Drittijiet tal- Bniedem, liġi bħal dik qegħda \"for the protection of the rights of others\".", "(Interruzzjonijiet) Kif għidt, fl-Awstrija kien hemm xi ħadd li pprova jattakka l-liġi li tirrigwarda l- paternita' bħala li tmur kontra artiklu 8 tal-Konvenzjoni li tipproteġi r-rispett tal-ħajja privata tiegħu, imma l- Kummissjoni ma tatux raġun għaliex qalet li dik hija interference li hija aċċettata mill-Konvenzjoni nnifisha għax qegħda for the protection of the rights of others.", "Billi ma tmurx kontra l-Konvenzjoni Ewropea, ma jfissirx ...", "(Interruzzjonijiet) Le, una volta ma tgħaddix mill- Konvenzjoni Ewropea ma tmurx quddiem il-Qorti Ewropea u allura ma jkunx hemm sentenza tal-Qorti Ewropea, ikun hemm biss deċiżjoni tal-Kummissjoni, kummissjoni li tkun a sifting organ tal-kawżi tad-drittijiet tal-Bniedem taħt il- Convention.", "Pero' billi liġi simili ma tmurx kontra l-Konvenzjoni, ma jfissirx li għandna nagħmluha.", "Jien naħseb li dan l-Abbozz qiegħed ikun għaqli għaliex qed jagħżel it-triq tan-nofs; mhux se jisforza lin-nies biex jissottomettu ruħhom għal dan l-eżami tad-demm tagħhom, iżda r-rifjut jista' jittieħed in konsiderazzjoni, flimkien ma' provi f'ċirkostanzi oħra, sabiex tiġi stabbilita l- paternita'.", "Pero' għandi l- impressjoni - ma nafx hijiex żbaljata - li din il-kwestjoni tat-testijiet tad-demm tissemma biss fi klawsola 36 ta' l- Abbozz li jemenda artiklu 70 tal-Kodiċi Ċivili, u allura japplika biss għal kawżi ta' denegata paternita'.", "L- impressjoni li ħadt hija li dak il-provvediment tal-Liġi, in kwantu jemenda artiklu 70 tal- Kodiċi Ċivili, japplika biss għal meta l-missier jagħmel kawża fejn isostni li t-tarbija ma tkunx tiegħu.", "Jien nemmen li dan għandu jiġi estiż ukoll għal kull kawża ta' riċerka ta' paternita' anke meta xi ħadd ikun qed jagħmel kawża biex jiġi stabbilit min hu l-missier tat-tarbija.", "Naħseb li dan huwa lapsus fl-Abbozz għax għalkemm fittixt bir-reqqa, safejn naf jien jidher li din il-kwestjoni tat-test tad-demm tapplika biss f'kawżi ta' denegata paternita' u mhux għal kull kawża.", "Issa jidhirli li jekk dan il-konċett se nintroduċuh għall-kawżi fejn wieħed ikun irid jipprova li hu mhux il-missier ta' dik it- tarbija, hekk ukoll għandu japplika għal dawk il-kawżi fejn l-omm, għan-nom tat- tarbija, tkun qed tfittex lill- missier naturali ta' dik it- tarbija.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq riċerka ta' paternita' u tfal hekk imsejħa illeġittimi, irrid ngħid li ħadt gost nisma' lill- Ministru jgħid li diġa' beda x- xogħol fuq it-tieni fażi tar- riforma tal-liġijiet dwar il- persuna fejn il-pożizzjoni tat- tfal illeġittimi hija inkluża bħala prijorita'.", "Pero' nixtieq ngħid illi din ir- riforma li semma l-Ministru jidhirli li għandha tingħata prijorita' assoluta, għaliex naħseb li fl-1993 hija ta' mistħija għal kulħadd li għad hemm ċerti provvedimenti fil- liġi li jirrestrinġu d- drittijiet ta' tfal hekk imsejħa illeġittimi, anke f'materji ta' suċċessjoni, fejn ħafna drabi għandhom dritt għall-massimu ta' terz tal- leġittima li kienu jieħdu kieku kienu leġittimi.", "Naħseb li din ir-riforma hija long overdue, għaliex apparti minn hekk hemm ukoll sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem fejn liġijiet simili li jiddiskriminaw kontra t-tfal illeġittimi - u hemm diversi oqsma tal-liġi li jiddiskriminaw, imma b'mod partikolari nista' nsemmi l-Liġi tas- Suċċessjoni - ġew dikjarati li jmorru kontra artiklu 8 tal- Konvenzjoni Ewropea.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel referenza partikolari għall-każ ta' Johnston and Others kontra l- Irlanda li ġie deċiż fit-18 ta' Diċembru, 1986.", "F'dan il-każ Johnston ipprova jattakka żewġ affarijiet fl-Irlanda.", "L- ewwelnett qal li l-fatt li m'hemmx liġi tad-divorzju jfisser li hu m'għandux dritt jerġa' jiżżewweġ u peress li l- Konvenzjoni tagħti d-dritt li wieħed jiżżewweġ, allura pprova jgħid li qed jiġi mċaħħad minn dak id- dritt.", "Pero' l-Qorti Ewropea qalet li għalkemm huwa dritt fundamentali li tiżżewweġ, mhuwiex dritt fundamentali li tieħu d- divorzju.", "It-tieni parti tal- kawża kienet tattakka l-fatt li l-liġijiet tas-suċċessjoni fl- Irlanda kienu jiddiskriminaw bejn tfal leġittimi u tfal illeġittimi, u hawn rebaħha u permezz ta' din is-sentenza, dik il-liġi fl-Irlanda - u kien hemm liġi wkoll fil-Belgium f'dan is-sens - ġiet dikjarata li tmur kontra l- Konvenzjoni Ewropea, partikolarment l- artiklu 8.", "Mr Speaker, jidher li għallinqas hemm qbil ġenerali dwar l-iskopijiet ta' dan l- Abbozz ta' Liġi.", "Il-bieraħ l- Onor. Michael Farrugia akkuża lill-Gvern li l-elementi konservattivi fil-Gvern żammew lura riformi iktar radikali.", "Dan mhux minnu għaliex għalkemm dawn ir-riformi huma radikali, iżda għalissa huma mfassla fuq binarju wieħed, cioe' l- eliminazzjoni ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.", "Dwar din il-materja l-proposti ta' l- Abbozz ta' Liġi ġew studjati, huma komprensivi, jagħmlu sens u fuq kollox huma mmirati għal dan l-iskop.", "Dan huwa l-ewwel saff u l-ewwel pedament importanti.", "Kif qal il- Ministru, sakemm il-prinċipji ġenerali tal-liġi ma jiġux mittiefsa, nistgħu niddiskutu emendi, jiġu minn liema naħa jiġu, biex din il-liġi, anke fid-dettall, tikseb kunsens minn kulħadd.", "Naħseb li dan il-Parlament għandu jkun kburi li hu ppreparat li jvara din ir- riforma li m'għandha teħel ma' l-ebda sikka u lanqas tiġi mgħarrqa jew nawfragata f'diversi argumenti dwar dettalji li dwarhom jista' jkun hemm mitt opinjoni, iżda flimkien għandna naħdmu biex ngħaddu dan l-Abbozz ta' Liġi li għalih għandha tieħu l-mertu mhux naħa waħda jew oħra iżda l-Kamra tad-Deputati kollha kemm hi sabiex ta' warajna jberkuna li flimkien konna kapaċi nikkonservaw dak li huwa tajjeb mill-passat u nbiddlu dak li kien hemm bżonn jinbidel għall-futur.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, ilna tliet seduti nisimgħu kummenti miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar Abbozz ta' Liġi li se jolqot ċellula importanti fis-soċjeta' Maltija, cioe' l-familja.", "Jien smajt b'attenzjoni dak li qal il-Ministru Galea u l-iktar punt li xtaqt nirreaġixxi immedjatament għalih huwa l- fatt li l-Ministru pprova jagħti ad intendere li dan il- jum huwa jum ta' importanza kbira għall-mara bħallikieku huwa l- uniku jum li fih il-mara se tingħata rikonoxximent u ġieħ.", "Safejn naf jien kien il- Partit Laburista li ta d-dritt tal-vot lill-mara u qal li l- mara għandha jkollha sehem parteċipattiv f'qafas demokra- tiku.", "Lin-nisa aħna tajniehom għadd ta' benefiċċji soċjali bħala rikonoxximent lejhom li bdew jirċevuhom huma stess, għollejnihom u tajnihom moħħ, ruħ, qalb u vuċi biex jinstemgħu.", "Allura meta l- Ministru Louis Galea jipprova jagħtina ad intendere li din il-liġi hija xi milestone daqslikieku qabel ma sarux tentattivi biex dan il- Parlament, taħt it-tmexxija ta' l-Onor.", "Dom Mintoff ...", "Jien jidhirli li fl-1973 qajjimna l- kwestjoni ta' l-illeġittimita' u l-kwestjoni ta' aktar poteri lill-mara.", "Aħna nemmnu li meta l-mara tingħata rikonoxximent akbar fi proċess dinamiku, dak ikun jum ta' importanza.", "Ħadt gost nisma' lill-Ministru Louis Galea jammetti - kuntrarju għall-Kap tiegħu - li l-familja Maltija - dik il-familja li l- Partit Nazzjonalista dejjem kien jgħid li jridha magħquda u li jkollha t- tisħiħ tal-valuri morali - tinsab fi kriżi u hija mhedda minn forzi barranin għaliex ma tistax tgħix u ma tistax tgħajjex lilha nnifisha biżżejjed.", "Għalhekk aktar jagħmel sens dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, li rridu nħarsu lejn din iċ-ċellula tas- soċjeta' tagħna, ngħidu li din qed tkun verament mhedda u allura rridu nħarsu lejha b'lenti tassew moderna.", "Jien ma rridx nagħti l-impressjoni li din hija liġi tal- mara biss imma hija liġi li tolqot lill- familja u lis-soċjeta' tagħna.", "Kull soċjeta' jrid ikollha l- liġi; ma jistax ikun hemm soċjeta' li ma jkollhiex id- dritt li jirregola l-attivita' ta' dik il-familja li l- oriġini tagħha huwa ż-żwieġ.", "Wieħed jista' jħares lejn iż-żwieġ bħala għaqda ta' tnejn min-nies liberi u ta' sess differenti li jingħaqdu flimkien biex jottjenu skopijiet ġeneriċi jew speċifiċi.", "Mela ż-żwieġ huwa sors ta' relazzjonijiet legali u familjari iżda minkejja dan, il-leġislatur tagħna għadu ma ħariġx bl-idea, bħalma ħarġu pajjiżi oħrajn, li jkollna l- kodiċi tal-familja.", "Il- Marriage Act ta' l-1975, kif sussegwentement emendat fl-1981 - u jidhirli li in parti ġiet emendata anke dan l-aħħar - imissna nikkombinawh flimkien mal-personal effects u l- patrimonial effects of marriage f'kodiċi wieħed.", "Jekk aħna qegħdin nitkellmu fuq qorti tal-familja, għandna nitkellmu wkoll fuq kodiċi tal-familja.", "Huwa importanti li bħala leġislaturi nirrealizzaw li dak kollu li għandu x'jaqsam maż- żwieġ għandu jiġi mgħaqqad fi ktieb wieħed li jkun il- kodiċi tal-familja.", "Pero' din hija xi ħaġa li anke min-naħa ta' dan il- Gvern jidher li hija sadly lacking.", "Jien naħseb li huwa importanti li nħarsu lejn dak li qed jipproponi l- Gvern fid- dawl ta' dak li għidna aħna.", "Aħna m'aħniex kontra li l-mara tingħata aktar drittijiet imma jekk se nagħmlu xi innovazzjonijiet irridu naraw li ma nagħmlux patching 'l hawn u 'l hemm u l-Kodiċi Ċivili jiġi kollu bit-tilqit.", "Għalhekk qiegħed nagħmel enfasi fuq l- ewwel argument tiegħi, jiġifieri li għandna ninsistu dwar il-kodiċi tal-familja.", "Dak li għandna llum huwa a very pale reflection ta' dak li hemm fid-Dritt Ruman.", "Per eżempju, fis-sistema tal-patria potestas, l-missier kellu l- poter li jista' anke joqtol lit-tfal tiegħu għaliex kienu oġġett ta' dritt qegħdin ngħidu li dan il-poter irridu nipprovaw nirrilaxxawh mill- idejn esklussivi tal-missier u nagħtuh lill-mara u lir-raġel flimkien.", "Imma rridu noqogħdu attenti għaliex filwaqt li qed jingħata dan id-dritt, ma jistax ikun li l- Gvern ma jeħux konjizzjoni tal-fatti li jistgħu jimmilitaw kontra dan l- istess dritt li l-Gvern qiegħed jagħti.", "Per eżempju, nistgħu nħarsu lejn dak li ġara fil-Ġermanja, fi Franza u fl- Italja fejn il-leġislaturi dejjem qagħdu attenti li waqt li jkunu qed jagħmlu l- esperiment bħal dak li qed jipprova jagħmel il-Gvern hawn Malta, ma jaġġgħlux imma u jagħmlu kollox pass pass.", "Pero' dan ma jfissirx li għalissa għandna nħallu fuq l- ixkaffa l-kwestjoni ta' l- illeġittimita', kif qed jagħmel il-Gvern - għaliex qed jgħid li se jressaqha darb'oħra - u ninsew il- kwestjoni ta' dawk in-nies li jgħixu flimkien barra miż- żwieġ.", "Huwa importanti li jekk se ndaħħlu konċetti ġodda, lil dawn in-nies nifhmuhom.", "Irrid ngħid li saru attentati b'mod tajjeb u b'mod meqjus mill-Partit Laburista biex nipprovaw indaħħlu konċetti ġodda u fl-1973 kienet saret emenda għall-Kodiċi Ċivili li naqqset il-poter assolut tar- raġel fuq il- mara u kienu saru wkoll emendi dwar l-awtorita' maritali.", "Iżda madankollu r- raġel xorta baqa' l-kap tal- familja.", "Fil-Ġermanja din l- idea patrijarkali tat lok għal ideat ta' ugwaljanza u ugwaljanza vera u sħiħa.", "Dan il-proċess għaddejjin minnu wkoll fl-Italja, biss nifhem u naċċetta li f'dawn l-affarijiet ma rridux ngħaġġlu iktar milli jmissna ħalli kemm jista' jkun infittxu li verament ikun hemm consensus dwar dawn l-ideat.", "S'issa l-għażla tad-dar għadha f'idejn ir-raġel.", "Imma f'każ li jagħżlu d- dar it-tnejn flimkien u ma jaqblux, x'se jkun ir-rimedju?", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jipprova jirrimedja għal dan, imma rridu naraw li ma noħolqux iktar problemi iktar milli aħna kapaċi nsolvu.", "Għalkemm aħna m'aħniex kontra li l-mara żżomm il-kunjom ta' xbubitha, qed ngħidu li din il- kwestjoni tista' toħloq prob- lemi amministrattivi.", "Forsi jkun aħjar jekk il-Ministru jgħidilna jekk aħniex lesti li nilqgħu għal dawn il-problemi amministrattivi għaliex s'issa ftit li xejn smajna dwarhom.", "Ma tantx tagħmilli differenza jekk din il-kwestjoni tal- kunjom toħloqx problemi għall- Gvern demokristjan Nazzjonalista għaliex stedinha hu stess b'idejh, pero' din il-kwestjoni se toħloq problemi għan-nisa tagħna, problemi li ma jiġux solvuti immedjatament.", "F'pajjiżi oħra t-tfal mhux bilfors iġibu kunjom il- missier.", "Fil-fatt fi Franza d- dritt tal-mara li tuża kunjom xbubitha ma jiqafx maż-żwieġ, u anke fl-Italja dawn l-ideat jippersistu.", "Naħseb li l- opinjoni Laburista dwar dan ħarġet ċara mill-kelliema li tkellmu s'issa.", "Jiena naħseb li minn sistema paternali rridu nersqu aktar lejn sistema parentali, fejn ir-respon- sabilita' tkun f'idejn il- ġenituri flimkien.", "Jekk anke f'dak li għandu x'jaqsam mal- komunjoni ta' l-akkwisti, iż- żewġ partijiet se jkollhom share fl-amministrazzjoni - u din tagħmel sens legalment - min jiddeċiedi jekk ikun hemm xi diverġenza ta' opinjoni?", "Jien naħseb li b'hekk se noħolqu iktar problemi milli nsolvu u għalhekk irridu naraw liema sistema hija l-aħjar biex wieħed jirrimedja għal dawn is- sitwazzjonijiet, u mhux l- ewwel infattru l-affarijiet imbagħad insibu l-problemi ma' wiċċna.", "S'issa l-Gvern għadu ma tkellimx ċar u tond dwar il- pożizzjoni - qed jgħid li se jipprovdi għalihom 'il quddiem u nemmen li hekk se jagħmel - ta' tfal illeġittimi u l-modus vivendi ta' tnejn li jgħixu flimkien ta' miżżewġin meta fil-fatt ma jkunux.", "X'inhuma d-drittijiet tas-superstiti fil-każ tas- suċċessjoni?", "Dwar is-suċċessjoni l-Gvern qed jgħid li se jirriforma l- liġijiet iktar 'il quddiem, imma jekk aħna verament qed ngħidu li rridu nagħmlu - u jiena nemmen fiha u naf li hemm anke Membri min-naħa tal-Gvern li jemmnu fiha - kodiċi tal- familja, imissu tressaq Abbozz ta' Liġi li jittratta l-emendi kollha en bloc.", "Rigward il-kwestjoni tad- denegata paternita', irrid ngħid li jien favur l- introduzzjoni ta' testijiet u provi ġenetiċi biex tiġi pprovata jew eskluża l- paternita', għax naħseb li dan jista' jgħin biex jissolvew ċerti problemi.", "Huwa żball li l-Gvern jipprova jagħti l- impressjoni li din il- liġi hija l-uniku milestone li sar f'dan il-qasam, qisu l-Partit Laburista qatt m'għamel xejn.", "Jiena rajt diversi programmi elettorali tal-Moviment Laburista u ħadt gost nara li dan il-Partit kien dejjem kommess favur il- familja, jekk mhux b'mod legali, għallinqas billi jara li l-livell ta' l- għajxien tal-familja Maltija jitjieb.", "U rridu niftakru li l-Partit Laburista dejjem ħadem fi żmenijiet meta kien verament diffiċli biex jimplimenta dawn il-miżuri.", "Jien naħseb li għandna nagħtu rikonoxximent lil-Labour Party li għamel dan kollu tul il-medda taż-żmien, għax kieku llum addio l- familji.", "Dwar il-familji, il- Partit Nazzjonalista fil- programm elettorali qal li se jara kif jirrikonoxxi x-xogħol tal-mara fid- dar.", "Imma dan sar?", "Fil-corner meetings kienu jgħajtu li se jirrikonoxxu x-xogħol tal-mara tad-dar billi jagħtuha għajnuna finanzjarja, imma dan baqgħu m'għamluhx.", "U tajjeb li nesponu dawn il-fatti.", "Kienu qalu li l- Gvern Mintoffjan mexa man-nisa bl-inkonsistenza tipika tiegħu, biddel xi liġijiet li kellhom jinbidlu imma ma niżilx fil-fond.", "U jien ngħid li filwaqt li għandna dawn il-problemi kollha, kif spjegaw l-Onor.", "Moran u l- Onor. Farrugia, se jkollna dan il-lapsus kollu fil-liġi u l-Ministru jibqa' jgħid li se jinżlu fil-fond tal-problemi.", "Kien intqal li Gvern demokristjan Nazzjonalista jagħraf il-jedd tal-mara miżżewġa li jekk trid, mingħajr qatt ma tkun imġiegħla - issa ħalliha li l-forzi ekonomiċi jistgħu jġiegħluk toħroġ taħdem - jkollha impieg barra mid-dar.", "Hekk kienu jħarsu lejn il- pożizzjoni tal-mara u tal- familja.", "Kienu jgħidu wkoll li Gvern Nazzjonalista jagħti l- mezzi lill-mara li tirtira mill-impieg meta t-tfal ikunu żgħar u tkun tista' tirritorna fl-istess impieg meta t-tfal ikunu kibru.", "Illum meta taqra l-wegħdi kollha li kien għamel il-Partit Nazzjonalista u tara kemm kien attakka lill-Gvern Laburista li dawn l- affarijiet m'għamilhomx, jaqbdek id-daħk għax f'dan l-Abbozz li għandna quddiemna, li l-Gvern qed jgħid li hija liġi ta' importanza u hija milestone, dawn l- affarijiet li kien wiegħed li se jagħmel ma ġewx inklużi.", "Fil-programm elettorali kienu qalu wkoll li Gvern Nazzjonalista jagħraf il-jedd tal-mara miżżewġa li tagħżel li taħdem id-dar flok tieħu impieg barra.", "Tajjeb li l-Ministru jgħidli kemm minn dawn in-nisa għażlu li jaħdmu d-dar flok joħorġu jaħdmu barra u x'kienet in- remunerazzjoni tagħhom.", "X'kienu l-miżuri xierqa li fil- fatt ħa wara li kkonsulta ma' l- għaqdiet li mill-esperjenzi tagħhom jafu l-ħteġijiet veri ta' dawn in-nisa?", "Ma' liema għaqdiet ikkonsulta biex attwa dan?", "Ma kkonsulta ma' ħadd, u fil-fatt l-ebda wieħed minn dawn il-prinċipji ma ġie implimentat.", "Mr Speaker, intqal li dan huwa jum ta' importanza.", "Jien ngħid li dan huwa jum li fih se jitkompla dak li fil-fatt bdejna tul il-mixja taż-żmien u li qed naraw li mal-milja taż- żmien irid ikompli jissaħħaħ.", "Fl- introduzzjoni tiegħu l-Onor.", "Galea semma x'qal Socrates fuq iż-żgħażagħ.", "Aħna nħarsu lejn iż-żgħażagħ bħala forza ta' enerġija, forza ta' progress, għajn ta' bidliet radikali u parti importanti f'familja li llum qed tiżviluppa u li trid taffronta lilha nnifisha għas- sitwazzjonijiet tal- lum.", "Il-Gvern Nazzjonalista tkel- lem ħafna fuq dan l-Abbozz ta' Liġi tal- familja imma dak li qed jipproponi llum huwa differenti minn dak li qal fil- White Paper.", "Fl-ewwel kumment tagħna konna għidna li kostituzzjonalment dawn l- emendi jistgħu jkunu fid- direzzjoni t-tajba u fejn wieħed jista' ma jaqbilx huwa dwar il-mezzi kif jistgħu jiġu implimentati ċerti provvedimenti.", "Tajjeb li ngħidu li kien il-Partit Laburista li ħadem biex attwa ċerti prinċipji, imma llum il-Partit Nazzjonalista qiegħed jiġi hawn u qed jagħti ad intendere li kien huwa l- protagonista ta' dawn il-prinċipji.", "Jien nemmen li jekk irridu nsaħħu dak li qed jgħid il-Gvern Nazzjonalista, jiġifieri li nirrikonoxxu d- drittijiet tal-mara - u aħna konna minn ta' l-ewwel li għidna dan - rridu ndaħħlu kultura ta' edukazzjoni biex ma noħolqux aktar problemi milli nittantaw insolvu.", "Jista' jiġri li din il-liġi qed tħares b'mod avangardistiku lejn l- affarijiet, u qed tipprova tilqa' għal dak li n- nisa qed jgħidu li hemm bżonn biex il- familja tkun aħjar.", "Pero' rridu noqogħdu attenti li lil din il-familja moderna li aħna rridu li taffronta d- dinja ta' għada nagħtuha ċ-ċans li toħloq fiha nnifisha kultura ta' kuxjenza ta' dawn il- bidliet, kultura ta' edukazzjoni dwar dak li qed isir, kultura li permezz tagħha tkun tista' verament tagħraf x'inhuma d- drittijiet u d-dmirijiet tagħha u tkun tista' tgħid li hija parti minn familja li verament trid li timxi 'l quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, l-ewwel ċaqliq fil- liġi dwar il- familja l-antika, li saret madwar 150 sena ilu, seħħ mill-Gvern Laburista fl- 1973 meta emenda l-Liġi Kriminali għax qabel, jekk kien ikun hemm provi li mara kienet għamlet adulterju - jiġifieri tkun marret ma' raġel u kellha x'taqsam miegħu - setgħet tintbagħat il-ħabs - mentri raġel seta' jmur ma' kemm-il mara jrid sakemm ma kenitx tkun l-istess konkubina u ma kienx jintbagħat il-ħabs.", "Għalhekk il-Gvern Laburista neħħa din id- diskriminazzjoni bejn il- mara u r-raġel rigward l- adulterju.", "Qed ngħid dan biex wieħed jara kemm il-Gvern Laburista ma riedx li l-mara ssofri diskriminazzjoni.", "Illum l-adulterju spiċċa minn att kriminali u għadu biss waħda mir-raġunijiet għala raġel u mara jisseparaw.", "Infatti art- ikli 38 u 39 tal-Kodiċi Ċivili jgħid ċar li l-mara tista' tfittex lir-raġel għall- firda minħabba adulterju u r-raġel jista' jfittex lill-mara għall- firda minħabba adulterju.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "Jien nistaqsi lill- Ministru Louis Galea kif qed jgħid li dan l-Abbozz ta' Liġi se jemenda l-liġi tal-familja meta fil-fatt m'hawnx liġi tal- familja.", "Dan ma jiftiehemx Fil- liġi hemm artikli li jirreferu għad-drittijiet tar-raġel u tal-mara u xi drittijiet għandhom fuq it-tfal imma fir- realta' aħna m'għandniex kif għandhom f'pajjiżi kbar oħra, bħall-Ġermanja, kodiċi tal- familja li jirregola l-liġi tal-familja mill-mument li mara u raġel jiżżewġu sal-mewt.", "Jien rajt x'kien intqal fil- Verdala f'Novembru ta' l- 1991 meta l-Ministru Galea kien ġie mistoqsi jekk jistax jgħid għaliex m'hemmx definition ta' familja mill-Gvern kif hemm f'kodiċi ta' pajjiżi oħra.", "Il-Ministru kien qal li jħoss li dik id-definition għandu jsibha l-poplu stess.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi: Il-poplu għandu jkollu definition ta' x'inhi familja?", "Il-Gvern għandu jagħmel ħiltu biex bi djalogar ma' l- istess poplu jsib id-definition ta' familja?", "Punt ieħor li nixtieq nitkellem dwaru huwa dak li qal il-Ministru fil- Parlament meta mid-diskors tiegħu ħareġ ċar li l-Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn ġdid u li dawn ir-riformi se jagħmilhom f'diversi fażijiet.", "L-ewwel fażi li qed naraw hija l- kristallizzazzjoni tas- sitwazzjoni attwali, jiġifieri donnu f'ċerti affarijiet il- Ministru ma jafx x'inhu jiġri.", "Dwar it-tieni u t-tielet fażi, il-Ministru għoġbu jgħidilna li mhux se jippermetti lil xi ħadd jidħol f'dak li jrid jagħmel.", "Pero' ma nafux meta se jsiru dawn l-affarijiet, nafu biss x'se jagħmel.", "Il-Ministru kulma qed jagħmel permezz ta' dan l-Abbozz huwa li jikkristallizza l-pożizzjoni kif inhi biex jidher li lill- mara qed ipoġġiha fuq pedestall f'dik li hija ugwaljanza.", "Dak li qed jagħmel kien diġa' għamlu Gvern Laburista bl- emendi għall-Kodiċi Ċivili f'Ġunju u Lulju ta' l-1986, meta l-Abbozz ta' Liġi tal- Familja kien wasal sa l-istadju ta' Kumitat f'din il-Kamra.", "Li hu importanti u li l-Onor.", "Galea ħarab minnu huwa kif m'għamel assolutament xejn biex fid-dawl tal-pressjoni pubblika kbira li hemm minn koppji miżżewġa li jsibu lilhom infushom f'inkwiet matrimonjali, lil dawn itejbilhom is- sitwazzjoni.", "Għalhekk hemm il- ħtieġa ta' twaqqif immedjat ta' qorti tal-familja biex tirregola lill-koppji li jkunu involuti f'inkwiet matrimonjali, u b'hekk ma jħossux li għax għandhom l-inkwiet, qishom membri skartati tas-soċjeta'.", "Per eżempju, koppja li ssib ruħha f'inkwiet matrimonjali għandha ssib istituzzjoni fejn il-każ tagħha jiġi mistħarreġ biex jekk jista' jkun tinstabilhom soluzzjoni minflok ma joqogħdu jidħlu l-qorti.", "Għal dawn il-każijiet għandu jkollna organizzazzjoni meħtieġa kif hemm barra minn Malta, bħall-Ġermanja, l- Italja u Sweden li huma l-iktar pajjiżi avvanzati, biex koppji li jkollhom ċertu nkwiet ikunu jistgħu jaslu għal separazzjoni bla proċeduri twal fil-qorti, bla spejjeż u bla kumplikazzjonijiet maħluqa minn ċerti avukati li jwasslu lill-koppji f'sitwazzjoni fejn lanqas biss ikunu jafu x'qed jiġri madwarhom.", "Minħabba d-dewmien u proċeduri twal fil-qrati, ġieli koppja tiddejjaq tistenna d-deċiżjoni u kemm ir-raġel u kemm il-mara jispiċċaw jagħmlu li jridu.", "Din is-sistema fil- fatt qed taħdem kontra l- istat Malti, għax minħabba l- proċeduri li għandna, ħafna rġiel qegħdin jiġu kostretti li jagħżlu li jitilqu mix-xogħol, allavolja jkollhom ċerti talenti, u din hija ħasra speċjalment meta jkunu jagħmlu xogħol produttiv.", "Dan kollu qed jiġri minħabba l-mod kif tiġi interpretata l-liġi fil- qrati tagħna peress li għad m'għandniex il-qorti tal- familja.", "Jiġifieri pajjiż qiegħed fi żvantaġġ kbir minħabba li m'għandniex din ix- xorta ta' qorti.", "Mr Speaker, niftakar ukoll li meta l-Ministru Galea kien tkellem fuq ir- radio kien qal li hemm ħtieġa ta' emendi radikali fil-Liġi, imma llum jidher li dawn l-emendi li qegħdin niddiskutu qed isiru sempliċement għall- għajn, speċjalment fejn jidħlu d- drittijiet tan-nisa.", "Il-Gvern qed jagħmel hekk biex jipprova jieħu vantaġġ bħallikieku hu biss qiegħed jagħmel xi ħaġa għan-nisa, meta fil-fatt dan m'hu minnu xejn.", "Kien il- Gvern Laburista li neħħa d- diskriminazzjoni kontra l-mara fi kwestjonijiet ta' adulterju.", "Fl-1981 il-Gvern Laburista kien għamel ukoll emendi fil- Kodiċi Ċivili, fis-sens li meta mara miżżewġa meta tiġi għal każ ta' manteniment, flok ikollha toqgħod tiftaħ kawża separata, tkun tista' tieħu l- manteniment qabel tmur quddiem is-Sekond Awla.", "Kien hemm il- kwestjoni li l-mara tiġi protetta awtomatikament biex jekk ma teħux il-manteniment mis-Sekond Awla, hi tkun tista' tieħdu mid-Dipartiment tas- Servizzi Soċjali.", "Din il- miżura għamilha Gvern Laburista favur il-mara.", "Kien il- Partit Laburista li ħareġ lill-mara minn soċjeta' primittiva u taha protezzjoni biex ma tmutx bil- ġuħ u ma jkollhiex għalfejn tbigħ ruħha biex tiekol u tgħajjex lit-tfal.", "Jiġifieri Gvern Laburista għamel ħafna f'dan ir-rigward, bħalma għamel fil-każ tar-romol.", "Din il-liġi hija mezz ta' propaganda għax wara li l-Gvern Nazzjonalista dam is-snin ġej biha, qiegħed jidher li permezz tagħha qed jivvantaġġja lill-mara, mentri għadu ma solva xejn mill- problemi kbar li għandu l- pajjiż f'dan il-qasam, tant illi l- Ministru qed jammetti li din kienet biċċa xogħol iebsa.", "Aħna nafu li l- Partit Nazzjonalista hu magħmul b'mod li fejn jidħol xogħol iebes jaħsel idu minnu, kif ġara meta ma tressqux l-emendi kollha meħtieġa biex aħna verament ikollna liġi tal-familja.", "Minn kalkolu li wieħed jista' jagħmel jidher li biex ikun hemm it-tieni u t-tielet fażi tar-riformi fil-liġijiet li qed isemmi l-Ministru, iridu jgħaddu xi żewġ leġislaturi oħra.", "Nispera u nixtieq li ma jkunx hekk u li l-affarijiet ma jdumux ma jsiru, dejjem bi skop uniku, li hu l-ġid tal-familja Maltija.", "Infatti m'hu qed jingħad xejn rigward il- konkubini u ma nistax nifhem għaliex il-Ministru qed jgħidilna li dwar dan se jitkellem aktar 'il quddiem, meta ġie ċans tad-deheb permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi biex wieħed ikun jista' jressaq emendi f'dan is- sens ukoll.", "Hemm eluf li qed jgħixu f'din il-ħajja u jinsabu mingħajr il- protezzjoni tal-liġi.", "Aħna bħala leġislaturi konna qed nistennew li jsiru emendi li huma meħtieġa f'dan ir- rigward, sabiex is-soċjeta' ssib irkabtu ta' dawn it-tip ta' familji.", "Illum għandna ħafna single parents u għalhekk wieħed jiddispjaċih li ma tinżammx statistika ta' din ix- xorta ta' familja.", "Fl- Ingilterra hemm il-common law husband and wife, u naħseb li l-Ministeru għandu jara x'jista' jadatta għal pajjiżna f'dan ir-rigward.", "Dan dejjem bl-iskop li jsib metodi aħjar ta' kif tista' tinstab soluzzjoni għal min hu fl- inkwiet, għaliex dawn il- problemi ma jeżistux fil- familja fejn jirrenjaw il-paċi, l-imħabba u l-għaqda.", "Għalkemm aħna bħala leġislaturi nixtiequ li l-ebda familja ma tgħaddi minn dan l-inkwiet, ir-realta' tal-ħajja ma tlaqqagħniex biss ma' dawk il-familji li jbierku ż- żwieġ tagħhom u l-fatt li kellhom l-ulied u nzertaw fost l-aħjar tas- soċjeta', iżda tlaqqagħna wkoll ma' każijiet fejn iż-żwieġ ma jkunx irnexxa u aħna bħala leġislaturi rridu nsibu metodu biex dawn in-nies ma jsofrux, speċjalment meta jkun hemm it-tfal.", "Fil-fatt fil-liġi nsibu li l-Gvern Nazzjonalista ħalla l-kwestjoni tat-tfal imdendla u anke kif se jiġu affettwati f'dan l- ambjent.", "Mr Speaker, ir-riżultat ta' din il-liġi hu biss - u se nipprova ma nirrepetix dak li ntqal - bżar fl-għajnejn biex il-Gvern Nazzjonalista jimpressjona, iżda meta tiġi għas-sugu, kif diġa' għidt, issib li dan ma solva xejn mill-ħafna problemi li l- familja Maltija hija mdawra bihom.", "Il- Gvern Laburista kien għamel il-liġi, il-bażi u l- pedamenti ta' dak li qed isir illum, pero' wieħed għandu jiftakar li dak iż-żmien, meta tressqet il- liġi fil-Parlament, kien diffiċli biex tgħid lill- poplu li se tagħmel liġi tal- familja.", "Illum il-poplu Malti qed jinduna kemm kien avvanzat il-Gvern Laburista meta ressaq l-emendi fl-1986.", "Jiena bħala leġislatur li kont f'dik il- leġislazzjoni jidispjaċini li dik il-liġi ma laħqetx għaddiet mill-istadju sħiħ tal-Kumitat u mit-Third Reading, iżda dan ġara għax inzertat kienet ġejja l-elezzjoni.", "Ta' min jgħid li saru diversi affarijiet tajbin li għandhom x'jaqsmu ma' riformi fil-liġijiet f'dan il- qasam.", "Per eżempju, huwa tajjeb li wieħed iressaq Abbozz ta' Liġi u huwa tajjeb ukoll li ħarġu l-White Papers.", "Fi żmien il-Gvern Laburista kienet ħarġet White Paper u mbagħad ħarġet White Paper oħra fi żmien Gvern Nazzjonalista, f'Ottubru ta' l-1991, li kien jisimha \"Sħab indaqs fiż- Żwieġ\".", "Huwa tajjeb ukoll li f'Marzu ta' l-1993 il-Ministeru ta' l-Intern ħareġ il-ktieb \"Il-Liġi tal-Familja\" li jfisser fil-qosor l-Abbozz li jemenda l-Kodiċi Ċivili, għaliex wieħed għandu jingħata l-opportunita' li jkollu materjal x'jgħarbel biex ikun jista' jara x'inhi tgħid kull naħa tas-soċjeta' tagħna u mbagħad jiddeċiedi hu.", "Il- Partit Laburista wkoll ħareġ stqarrijiet dwar dan is- suġġett, u wieħed għandu jagħti piż anke lil dak li qalu diversi soċjetajiet fuq il- familja tagħna.", "Ħalli naraw minn fejn tlaqna sakemm wasalna għal dak li qed nagħmlu llum.", "Qabel l-idea kienet li r-raġel ikun il-kmand tal-familja u l-mara tkun tiddependi minn kemm ir-raġel għandu impieg tajjeb u mis-salarju tiegħu.", "Jiġifieri qabel il-mara kienet tiddependi wisq mill-ġid tar-raġel.", "Saħansitra ġieli kien hemm żmien fejn iż- żwieġ sar qisu xi biċċa negozju.", "Pero' jiddispjaċik li ċerti affarijiet għadhom jiġru ġewwa pajjiżna speċjal- ment meta barrani jiżżewweġ Maltija għall-konvenjenza, biex ikun jista' jaħrab minn ċerti affarijiet.", "Hawnhekk hija l- mara li għandha tara li ma tinqabadx f'dawn il-affarijiet u għandha tkun onesta biżżejjed li ma tħallix min jinqeda biha għal dawn l-affarijiet.", "Qabel il-mara kienet tqis li għandha ġġib ruħha mar-raġel qisu xi alla tal-familja, ħaġa li jien sinċerament qatt ma qbilt magħha.", "Il-fehma personali tiegħi dejjem kienet li fid- dar il-mara u r-raġel għandhom ikunu indaqs, u la r-raġel m'għandu jagħmel xejn minn wara dahar il-mara u lanqas il-mara m'għandha tagħmel xejn minn wara dahar ir-raġel, u li għandu jkun hemm il-ħin sabiex il-mara u r-raġel jiddjalogaw fuq l-affarijiet personali tagħhom u tal-familja tagħhom, fuq l-affarijiet tad-dar, il- ġid tagħhom, eċċ. Fejn ma jiġrix hekk jibda l-inkwiet u t-taħwid u din hija r-realta' tal-ħajja fil-familja proprja.", "Jiġifieri huwa meħtieġ li koppja tkun imħejjija sew għall-ħajja taż-żwieġ għaliex jekk jiżżewġu mingħajr ma jippreparaw ruħhom għal dik il- ħajja, malajr jista' jibda l- gwaj, u meta jibda l-gwaj ikun qed jiżdied il-piż anke fuq is-soċjeta'.", "Għaliex jekk koppja filli tkun miexja sewwa u filli, għal xi raġuni jew oħra, jinqala' nkwiet kbir u jitħarbtu, il-pajjiż, per eżempju, irid jara kif se jipprovdi akkommodazzjoni għall- mara jekk din tkun trid tgħix ġo dar u r-raġel jgħix ġo dar oħra.", "Jiġifieri dan joħloq problema oħra għall- pajjiż fil-qasam tad-djar.", "Għalhekk qed ikollna problemi ġodda fil-qasam tad-djar, għax qed ikollna ħafna single parents u familji mifrudin li ħafna minnhom ma jkunux tat- tajjeb u għalhekk ma jkunux jistgħu jikru jew jixtru x'imkien biex jgħixu waħedhom u l-Gvern ikollu jara x'jagħmel f'dan il-qasam biex jipprovdilhom fejn joqogħdu.", "Barra minn hekk, tista' tinħoloq problema wkoll rigward it- tfal.", "Meta l- ulied jaraw lill-ġenituri tagħhom għaddejjin minn dan l- inkwiet, ħafna minnhom lanqas jibdew jagħtu kas tagħhom infushom, speċjalment fejn tidħol l-iskola.", "Mhux l-ewwel darba li jiġu xi ġuvni jew tfajla quddiemna li jkun għad għandhom 14-il sena, ikunu kważi waslu fi stadju li jagħtu l-\"O\" levels, u jgħidulek li ommhom u missierhom ma tarahomx id-dar.", "Hemm każi oħrajn fejn it-tfal jgħidulek li missierhom il- ħin kollu jaħdem biex iġib il-flus id-dar.", "Kultant meta tmur tkellem lil xi teacher u tistaqsiha fuq it-tfal tal- klassi tagħha, tgħidlek li nofs it- tfal imorru l-iskola mingħajr il-homework għar- raġuni li l-ġenituri tagħhom, peress li jaħdmu jmorru d-dar għajjenin u ma jagħtux kas ta' wliedhom.", "Illum il-ġurnata donna qed insiru wisq moħħna f'affarijiet materjali u huwa tajjeb li l-Gvern joqgħod attent sabiex ma jkissirx l- istandard of living tal-familja tal-ħaddiema.", "Mhijiex ħaġa sabiħa illi llum biex ikollok saħħa ta' paga waħda jridu jaħdmu kemm l-omm kif ukoll il- missier.", "U jekk jaħdmu t-tnejn xorta ma jkollhomx biex ifaddlu imma sempliċement biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ħajja li għaxra jew għoxrin sena ilu kienu jlaħħqu magħha b'paga waħda.", "U din hija pjaga ġdida għas- soċjeta' tagħna.", "Qed ikollna tfal li minn ċkunithom qed jabbandunaw l- istudju tagħhom u jmorru l-iskola mingħajr homework għax l-omm kważi lanqas ikollha kont ta' wliedha wara ġurnata xogħol.", "Jiddispjaċini ngħid li hawn diversi familji f'din is- sitwazzjoni.", "Jien infaħħar lil dawk in-nisa bil- għaqal li jagħmlu kull sagrifiċċju għall- familja u għal uliedhom, kif ukoll lil dawk l-irġiel li jagħmlu ħilithom kollha biex iżommu lill-familja magħquda u kuntenta.", "Pero' min-naħa l- oħra jiddispjaċini li hawn ċerti ġenituri li biex jgħixu ħajja ta' livell mhux ħażin qed ikunu kostretti li joħorġu jaħdmu t-tnejn, kultant bil- konsegwenza li jkollhom sfrattu fil- familja.", "Kultant missier ikollu jaħdem xi xogħol barrani biex ikun jista' jħallas għal- lezzjonijiet tal-privat ta' wliedu, u meta dan imur lura d- dar isib li wliedu jkunu diġa' raqdu u allura ma jkollux iċ-ċans li jitkellem magħhom.", "Din hija waħda mill-affarijiet li qegħda tweġġa' ħafna lill- ulied.", "Hemm każijiet ta' nisa romol li jkollhom joħorġu jaħdmu minħabba l-bżonnijiet tat-tfal tagħhom, bħalma huma privat, xiri ta' kotba, ilbies, eċċ., u minħabba f'hekk jistgħu jiltaqgħu ma' żewġ problemi.", "Dawn ikollhom iħallu lit-tfal waħedhom peress li jkunu jridu joħorġu għax-xogħol bilfors.", "Li qed jiġri hu li dawn l- ulied, b'qalb maqsuma - speċjalment meta jkunu għadhom żgħar - qed jistaqsu lil ommhom għaliex mhumiex bħat- tfal l- oħra tal-klassi li meta jmorru d-dar isibu lil ommhom li tkun tista' tgħinhom meta jkollhom diffikulta' fl-istudju jew fil- homework tagħhom.", "Għalhekk it- tfal qegħdin jitilgħu b'ċerta tensjoni illi ma tawgurax tajjeb għall-familja.", "Jiġifieri llum qegħdin naraw fenomeni ġodda.", "Għalkemm qed ikun hemm skop tajjeb meta r-raġel u l- mara joħorġu jaħdmu t- tnejn u meta l-armla toħroġ taħdem biex ikollha aktar saħħa finanzjarja, min-naħa l-oħra f'ċertu żmien għad naraw l- effetti ta' dan għaliex l- ulied tant ikunu draw mingħajr ġenituri li meta jiġu biex jieħdu l-istat tagħhom ta' omm jew ta' missier, dawn se jimxu b'sistema ferm differenti minn dik li qegħdin nimxu biha llum, b'hekk pajjiżna se jkollu aktar problemi.", "Illum, Mr Speaker, meta koppja għarajjes jiġu biex jibnu darhom ma jsibux problema biex jissellfu mill-banek għax ikunu qed jaħdmu t-tnejn, imma peress li dawn jidraw b'żewġ pagi, wara li jiżżewġu l-mara ssibha diffiċli biex titlaq l- impieg tagħha biex ikunu jistgħu jħallsu d-dejn.", "Allura qed jiġri li dawn qed iwarrbu l-konċett li l-familja jkollha t-tfal.", "Jiġifieri hawnhekk għandna problema oħra fejn ċerti familji qed iwarrbu l- konċett tat-tfal jew inkella qed ikollhom it-tfal meta jkunu kbar ħafna fl-eta'.", "Dan qed jiġri għaliex ċerti nisa qed jidraw jibqgħu jaħdmu u wħud minnhom ma jgħaddux jekk ma jmorrux għax-xogħol.", "Din id- diffikulta' tinħass l- aktar jekk biex bniet darha l-koppja tkun issellfet il-flus.", "Dawn ikunu jridu jgħixu bħala familja mingħajr tfal biex ikunu jistgħu jkomplu d-dar u jħallsu d-dejn, għax diżgrazzjatament in-nies qed isiru aktar materjalisti.", "Minħabba f'hekk uħud min-nisa qed isibuha diffiċli biex jitilqu mill-post tax-xogħol u għalhekk naħseb li għandu jkun hawn standard of living tajjeb biżżejjed għall-poplu biex l- omm u l-missier ma jkollhomx għalfejn jieħdu ċerti miżuri drastiċi.", "Barra minn hekk f'ċerti każijiet il-mara qed tiltaqa' ma' ċerti ċirkostanzi fuq il-post tax-xogħol li ġieli jwasslu għal separazzjonijiet.", "Jiddispjaċik meta tara li ċerti rġiel ma jistgħux jaraw mara quddiemhom fuq il-post tax- xogħol, meta dik il-mara tkun għamlet sagrifiċċju biex ħarġet taħdem għax jien ma nafx min imur ix-xogħol għax jieħu pjaċir jaħdem.", "Veru li allaħares bniedem ikun imdejjaq bix- xogħol tiegħu, imma min- naħa l-oħra mhux in-nisa kollha qed imorru jaħdmu għaliex huwa gost tagħhom.", "Għalkemm kultant tisma' xi nisa jgħidu li jaħdmu għax iħobbu l-karriera - u dik hija affari tagħhom - tisma' kwantita' ta' nisa oħrajn li jgħidu li qed ikunu kostretti li joħorġu jaħdmu għaliex l- income tar-raġel mhuwiex biżżejjed biex iżomm lill- familja bla ma tkun nieqsa minn ċerti bżonnijiet.", "Rajna li saru seminars dwar in-nisa fuq il-post tax-xogħol u qrajna wkoll xi rapporti.", "Jien ngħid li t-trade unions Maltin għamlu tajjeb li organizzaw dawn is- seminars.", "Per eżempju, irriżulta li l-oriġini ta' ċerti każi ta' separazzjonijiet qed tkun l-isfrattu minn fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk hemm bżonn li wieħed jara x'jagħmel biex jipproteġi iżjed lill-mara fuq il- post tax- xogħol sabiex nevitaw li din il-problema tkompli tinfirex.", "Aħna rridu noqogħdu attenti biex kemm jista' jkun inbiegħdu lill-familja milli taqa' f'dawn il-kriżijiet.L-ewwel femministi tas-seklu l-ieħor kif ukoll dawk tas-snin sebgħin għamlu sewwa li ħaduha qatta' bla ħabel kontra l- istituzzjoni tal-familja fil-pajjiżi industrijalizzati għax fiha kienu jaraw l-akbar oppressjoni tan-nisa.", "Għalihom il-familja kienet bħala ostaklu kbir li qabel ma jingħeleb in-nisa ma kenux se jiksbu l-ħelsien sħiħ u d-dinjita' tagħhom bħala individwi.", "Dawn il-femministi riedu li l- familja kif kienu jafuha tispiċċa u minflokha tinħoloq xi ħaġa ġdida li tiġbor flimkien f'armonija sħiħa lill-mara, lill-familja u x-xogħol.", "Hawnhekk ta' min ifaħħar lil dawk il-femministi li taw il-kontribut tagħhom sabiex huma jkunu jistgħu jagħmlu bidla meħtieġa u minn istituzzjoni ta' oppressjoni ssir waħda ta' ugwaljanza.", "Jiena ma ngħidx li r-raġel huwa l- kmand jew li l-mara hija l- kmand, bħallikieku huma xi dittaturi.", "Hija ħaġa sabiħa li l-mara u r-raġel ikunu ndaqs u ugwali u hija ħaġa sabiħa li d- deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fil-familja jittieħdu mit-tnejn sabiex inqas ikun hemm lok għal diżgwid.", "Bħalma tgħidilna l-istorja, fl- antik meta r-raġel u l-mara jkunu sejrin id-dar, ir-raġel kien joqgħod għassa tal-mara biex ikun hu li jitfa' siequ l-ewwel fuq l-għatba tad-dar matrimonjali għaliex kienet meqjusa bħal disgrace għalih jekk il-mara tidħol qablu d- dar, kienu jgħadduh bħala li se jkun id-dublett tal-mara u kienu jidħku bih.", "Jiġifieri l- mentalita' kerha u kiefra li kien hawn kontra l-mara kienet iebsa ħafna.", "Għalhekk dawk il- femministi għamlu sewwa li għamlu ħilithom sabiex ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onorevoli, skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Alfred Portelli jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra li għoġobha testendili l-ħin.", "Jiena issa xtaqt nagħti statistika dwar familji li mhumiex magħmula minn omm, missier u l-ulied, għaliex jidher li dawn il-familji fejn ikun hemm ġenitur wieħed li jrid jieħu ħsieb it-trobbija ta' l-ulied qegħdin jiżdiedu wkoll hawn Malta.", "Dawn il- familji x'aktarx li jitmexxew mill-omm waħedha, għaliex tkun armla, separata, divorzjata jew inkella xebba.", "Jiena stennejt li din l- istatistika jagħtihielna l-Ministru imma min-naħa tal-Ministru ma smajna xejn dwar dan, u l-istatistika hija meħtieġa sabiex wieħed jara l-ħtieġa ta' dak li jkun qed jagħmel.", "Insibu li sa l- aħħar ta' l-1990 f'Malta kien hawn madwar 2,000 familja b'ġenitur wieħed bi 3,681 tifel u tifla taħt is-16-il sena.", "Insibu wkoll li mill-1980 'il hawn il-kawżi ta' separazzjoni baqgħu dejjem jiżdiedu u filwaqt li bejn l-1975 u l-1980 fil- Qorti kienu jiġu deċiżi madwar tmien separazzjonijiet fis-sena, mill-1980 'il hawn, il-kawżi żdiedu għal minimu ta' 50 fis-sena.", "Dan ifisser li saret qabża kbira fil-każi ta' separazzjonijiet, u ta' min wieħed jeżamina x'inhuma r- raġunijiet li qed iwasslu għal dawn is-separazzjonijiet.", "Inutli li jkollok il- leġislazzjoni, jekk kemm-il darba ma jkollokx edukazzjoni tajba biex lill-familja żżommha magħquda.", "Barra minn hekk, qed jiżdiedu t-talbiet għall- annullamenti taż-żwieġ kemm fis-Sekond'Awla tal- Qorti kif ukoll quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku Malti.", "Bejn 1- 1989 u l- 1990 tressqu 104 talba għall-annullament taż-żwieġ quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku u mill-1990 'il quddiem kemm il-każijiet ta' annulla- menti kif ukoll ta' separazz- jonijiet baqgħu jiżdiedu.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru. 2) - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l- Income - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Emenda fil-Liġijiet dwar Bordijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal- Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jħassar l-Att dwar it-Taxxa tal- Mewt u tad-Donazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni - it- Tieni Qari; u", "Xi agenda oħra li tista' tiġi kommunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, għadhom kemm tqassmu r-rapporti li ħarġu d-diversi Ministeri fit-tieni Leġislatura tal-Gvern Nazzjonalista.", "Din hija s-sitt darba li dawn ir- rapporti ġew pubblikati; l- ewwel ġew pubblikati għal ħames snin sħaħ fl-ewwel Leġislatura u issa għall-ewwel darba f'din il-Leġislatura.", "Wara l-elezz- joni ta' l-1987 - jiġifieri l- ewwel leġislatura mmexxija mill-Partit Nazzjonalista - fil-pajjiż kien hawn bżonn ta' restructuring fis-sistema li kien miexi biha qabel il-pajjiż u kien hawn qawmien ġdid, sebħ u arja ġdida.", "Meta Gvern idum ħafna fil- poter jibdew jixxottaw l-ideat.", "Fil-ħames snin ta' qabel kien jinħass li l- pajjiż kellu bżonn ta' Gvern ġdid.", "Fil-fatt għalkemm il- poplu kien iddeċieda hekk, ix- xewqa tiegħu ma kenitx milħuqa.", "Mill-1987 'il hawn spiċċat darba għal dejjem il-vjolenza, l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u ċ-ċaħda tad- demokrazija.", "Dan il-passat mhux se jerġa' jiġi f'pajjiżna.", "Il-Gvern ġdid ta' l-1987 kien xammar il-kmiem sabiex jagħti bidu għal ħidma ġdida.", "Għalhekk kien tħejja programm leġislattiv kbir għal ħames snin sħaħ sabiex isaħħaħ prinċipalment l-istituzzjonijiet fil-pajjiż.", "Per eżempju, inħatru l-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji u l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, il-Human Rights Convention saret parti mil-liġijiet ta' Malta u saru liġijiet oħra - li huma monumenti għall-Partit Nazzjonalista fil-gvern - li taw bidu għal era ġdida f'pajjiżna.", "Jien ma naqbilx ma' min igħid li x-xemx telgħet f'Mejju ta' l- 1987 imma minn dak iż-żmien 'il hawn kien hemm bżonn ta' sebħ ġdid għal pajjiżna.", "Il-programm tal- Gvern kien proprju li jagħti era ġdida, ħajja ġdida u arja ġdida lil pajjiżna, u fil-fatt hekk sar.", "Fil-leġislatura l- oħra - u jien mhux qed ngħid dan biex nagħmel propaganda imma biex niġi għas-suġġett li se nitkellem dwaru llum - saru diversi proġetti.", "Per eżempju, minkejja l-oppożizzjoni u d- diffikultajiet li kien hemm kontra l- Power Station, din saret xorta u beda jitgawda il- frott tagħha.", "Għad fadal xi xogħol xi jsir, il-programm ta' ħidma fuqha għadu sejjer u nittamaw li fi żmien qasir din tkun taħdem in full swing.", "Għamilna wkoll air terminal ġdid li ta eżempju ta' kemm il- ħaddiema Maltin huma kapaċi jaħdmu xogħol ta' struttura ta' livell internazzjonali.", "Fost il-proġett li saru f'pajjiżna rajna l-bini ta' diversi lukandi, saru ħafna ġonna pubbliċi, investimenti turis- tiċi, programm ta' konservazzjoni u preservazzjoni tal-Belt Valletta, l-irmiġġ il-ġdid tal-Yacht Marina, il- Park Nazzjonali ta' Ta' Qali, kif ukoll il-Freeport li huwa ta' importanza speċjali għas-sisien ta' l-ekonomija.", "Dan mhux veru li sar fi żmien Gvern Soċjalista, bħalma tgħid l- Oppożizzjoni.", "Veru li kien inbeda dak iż-żmien imma meta tela' Gvern Nazzjonalista tant sab ħsara u xogħol ħażin fih li bilfors kellha ssir taqliba sħiħa, u llum il-ġurnata l- Freeport qed iħalli ħafna ġid u flus għall-ekonomija b'saħħitha ta' pajjiżna.", "Sar ukoll il- port taċ-Ċirkewwa u t-toroq li jagħtu għalih.", "Rajna l-proġett tal-mini ta' Santa Venera fejn għaqqadna parti min-North ma' parti tas-South u llum din hija waħda mill-aħjar links li hawn f'Malta.", "Ix-xogħlijiet li saru fl- ewwel Leġislatura ta' din l- Amministrazzjoni kienu jikkon- sistu biss f'restructuring, u dawn kienu l-aktar bżonnijiet urġenti li kien jinħtieġ il- pajjiż.", "F'din il-Leġislatura x- xogħol huwa differenti għax huwa xogħol ta' riorganizzazzjoni, u jeħtieġ li jkun hemm riorganizzazzjoni fil-pajjiż.", "L-ewwelnett bqajna għaddejjin bir-ritmu ta' xogħol li kien għaġġeb lil kulħadd, saħansitra anke lill-Oppożizzjoni.", "Illum il-ġurnata l-Kap ta' l- Oppożizzjoni stess stqarr fil- Parlament u anke barra li jekk ikunu fil-gvern huma, mhumiex se jmorru lil hinn mill- programm li wettaq Gvern Nazzjonalista u li ta ħafna frott fil-qasam tax- xogħol.", "Il-qgħad fil-pajjiżi kollha tad-dinja qiegħed dejjem jikber imma hawn Malta din il-problema mhijiex daqshekk kbira.", "Pero' rridu nibqgħu b'saqajna ma' l- art; irridu nkomplu naħdmu u nuru fiduċja fil-poplu, u f'din il-Leġislatura ta' riorganizzazzjoni jeħtieġ li kulħadd jagħti s- sehem tiegħu.", "Forsi jkun hawn xi ftit tgergir mill- poplu għax ix-xogħol miexi bil- mod.", "Dan mhuwiex veru.", "Ir- ritmu tax-xogħol f'pajjiżna baqa' għaddej u l-poplu lanqas biss jaf bil-ġid li qed igawdi.", "Il-poplu qieghed b'geddumu fix-xgħir, bħalma jgħid il-qawl Malti, u f'pajjiżna hawn ix- xogħol.", "Veru li kultant issib diffikultajiet u tiltaqa' ma' problemi, imma jien nassigura lil kulħadd li r-ritmu tax- xogħol f'pajjiżna baqa' l- istess kif kien fil-Leġis- latura l-oħra, frott ta' l- għaqal tal-Gvern Nazzjonalista.", "Din id-darba l-programm huwa ta' organizzazzjoni, u l- organizzazzjoni qegħda ssir b'diversi modi, b'mod speċjali fid-dipartimenti tal-Gvern.", "Ftit taż-żmien ilu rajna l- ħatra tal-Permanent Secretaries b'kuntratt għal tliet snin.", "Dan l-eżerċizzju serva biex il- Gvern nissel aktar fiduċja fil- ħaddiema tiegħu.", "Dawn il- postijiet il-Gvern ħoloqhom f'kull Ministeru biex ikun hemm min imexxi u f'każ ta' bidla fil-gvern ikun hemm kontinwazzjoni tax-xogħol li jkun diġa' nbeda.", "Infatti anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li x-xogħol se jkompli għaddej bir-ritmu li għaddej u xejn m'hu se jitfixkel minn dak li huwa tajjeb jekk jinbidel il-gvern.", "Illum il-ġurnata l-Oppożizzjoni stess tifhem li l-programm tal- Gvern miexi tajjeb.", "Mr Speaker, għandna wkoll il- Management Systems Unit li qed tipprogramma x-xogħol tad- dipartimenti tal-Gvern u dalwaqt naraw ir-riżultati pożittivi li se joħorġu minnha.", "Il-bierah fil-gazzetti rajna li ġew maħtura Directors General fid-dipartimenti tal- Gvern.", "Dawn ukoll se jagħtu sehemhom biex isseħħ l- organizzazzjoni li hemm bżonn fid-dipartimenti u jkunu jistgħu jwettqu l-proġetti li jkollu f'moħħu l-Gvern.", "Fid- dipartimenti tal-Gvern għad jonqos ħafna x'isir.", "Għadna naraw dipartimenti tal-Gvern fejn il-ħaddiema ma jridux jaħdmu jew ma jridux jagħmlu x- xogħol sewwa.", "Hija r- reponsabilita' tal-Management Systems Unit li tara li n-nies li tirrakkommanda għal ċerti postijiet ikunu accountable għal dak ix-xogħol li jkun qed isir.", "Mr Speaker, imissna nistħu meta naraw lil ċerti ħaddiema tal-Gvern - mhux qed nirreferi għal dawk biss li huma fil- għajn bħal tal-public works, imma anke għal dawk li jaħdmu fl-uffiċċji - jiskartaw minn fuq il-postijiet tax- xogħol, u huwa d-dover tal- Permanent Secretaries, tad- Directors General, tal- prinċipali u tal-foremen li jaraw li dan ma jibqax isir imma li kulħadd jagħti l- ġurnata tax-xogħol tiegħu.", "Mr Speaker, l-informatika wkoll hija parti mill- organizzazzjoni li qed jieħu ħsieb il-Gvern f'din il- Leġislatura.", "Mir-Rapport ta' Sena ta' Ħidma tas-setturi li jaqgħu taħt il-Prim Ministru, li ġie ppublikat dan l-aħħar, rajna kemm huwa vast il- programm tal-Management Systems Unit.", "Rajna l- interlinks li hemm fl-informatika tal- computer li permezz tiegħu, per eżempju, jingħaqad id- dipartiment ewlieni tas- Sigurta' Soċjali ma' l-area offices li hemm f'diversi rħula u bliet ta' Malta.", "Nafu li b'għafsa ta' buttuna tkun tista' tikseb aċċess għar- records li hemm fid-dipartiment u tieħu l-informazzjoni meħtieġa dak il-ħin stess.", "Hekk għad iridu jiġu d- dipartimenti kollha, Mr Speaker.", "Jiena nittama li din is-sistema tħalli l- frott tagħha, aktar u aktar 'il quddiem meta l-ħaġa tiġi istituzzjonalizzata b'tali mod li l-konnessjoni li se jkun hemm bejn dipartiment u ieħor tkun at the tips of one's fingers.", "Rajna wkoll il-ħatra ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għalkemm l- Awtorita' ta' l- Ippjanar għadha għaddejja mit-teething troubles tagħha, qegħdin naraw riżultat pożittiv.", "Ikun hemm min igerger u jkun hemm min forsi jgħid kemm idumu biex joħorġu ċerti permessi imma nafu li x- xogħol qiegħed jitħaffef.", "Meta jiġu eliminati dawn it-teething troubles li semmejt, l- Awtorita' ta' l-Ippjanar tibda tagħti servizz tajjeb ħafna.", "Mr Speaker, minn mindu twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għamlet ċerti regolamenti, ħadd m'għadu jazzarda jibni mingħajr il-permess tagħha.", "L- Awtorita' stabbiliet ċerti multi għal dawk in-nies li jazzardaw jibnu mingħajr permess.", "Dan huwa pass pożittiv ħafna u nittama li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkompli bil-ħidma tagħha, tħaffef ix-xogħol tagħha u wara li jgħaddu d-diffikultajiet kollha, tipprogramma x-xogħol li bih jista' jsir żvilupp kbir ġewwa pajjiżna.", "Mr Speaker, għaliex qed insemmi l-iżvilupp ġewwa pajjiżna?", "Din id-darba l- iżvilupp se jkun ikbar għax għandna s-settur privat li wkoll qed jiġi mħajjar u inkoraġġit biex jagħti s-sehem tiegħu f'dan is-servizz.", "Per eżempju, għall-proġett ta' Manoel Island kien hemm tliet consortia li tefgħu l-offerti tagħhom biex jinstab l-aħjar mod kif jista' jiġi żviluppat dan il-lokal.", "Jiena nittama li għada pitgħada l-proġett ta' Manoel Island iħaddem eluf ta' nies - bħalma ntqal dan l-aħħar fil-gazzetti - u jħalli frott u xogħol kbir għal kull sezzjoni ta' l-industrija f'Malta, kemm ta' l- injam, tal-ġebel, tal- concrete, tal-madum u affarijiet oħra ta' lussu.", "Mr Speaker, rajna l-ftuħ mill-ġdid tal-Phoenicia Hotel u tal-Corinthia Hotel li t-tnejn huma five-star u għandhom standard għoli ħafna.", "Dan l- iżvilupp mhux f'Malta biss qed isir imma anke f'Għawdex fejn se naraw ukoll l-iżvilupp ta' Forti Chambray.", "Aħna qed nipprovaw inġibu aktar turisti ta' prima klassi ġewwa pajjiżna għax dawn iħallu aktar qliegħ.", "Mr Speaker, il- fabbriki mhux se jonqsu lanqas, għax fabbriki ta' teknoloġija moderna se jiġu nkoraġġiti biex jiftħu f'pajjiżna.", "Hemm diversi fabbriki li qegħdin in the pipeline biex jiftħu u dawn se jkunu jistgħu jagħtu xogħol lill- ħaddiema Maltin.", "Mr Speaker, bħalma diġa' għidt, fl-ewwel Leġislatura sar xogħol ta' restructuring u fit-tieni Leġislatura qed isir xogħol ta' organizzazzjoni u tkomplija ta' ħidma fuq dak li diġa' sar.", "Jien nittama li l-Gvern ikompli miexi f'din il-ħidma tiegħu biex il-poplu jibqa' fiduċjuż fil-Gvern Nazzjonalista u għada pitgħada jgawdi l-frott ta' dak kollu li qiegħed isir.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nixtieq nitkellem fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mad-distrett li niġi elett minnu.", "Madankollu qabel nibda rrid nitkellem fuq xi ħaġa li, bħal ħafna problemi oħrajn, tinvolvi prattikament lil Malta kollha, u qed nirreferi għall- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "M'għandix dubju - u dan għidtu kemm meta konna qegħdin niddiskutu l-Liġi proprja li waqqfet din l-Awtorita', kif ukoll fl-aħħar debate li kellna dwar l-Estimi ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar - li l- iskopijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma tajbin għax permezz tagħha rridu nikkon-trollaw l-iżvilupp f'dan il- pajjiż u maż-żmien nibdew naraw effett pożittiv.", "Imma fl- opinjoni tiegħi, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għandha tagħmel ċerti affarijiet qabel ma tagħmel affarijiet oħrajn.", "B'mod partikolari, jien naħseb li wasal iż-żmien li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar taħseb bis-serjeta' dwar il-pjanijiet lokali li kienu intenzjonati mill-bidu nett.", "Fil-fatt anke meta konna qegħdin niddiskutu l-iskemi temporanji ta' l- iżvilupp f'dan il-pajjiż konna semmejna l-bżonn ta' pjanijiet lokali, li fil-passat - biex forsi n-nies jifhmuna aħjar - kienu jissejħu l-ischemes ta' kull lokal.", "Naħseb li għadda biżżejjed żmien biex l- Awtorita' tiddedika aktar ħin għall-pjanijiet lokali milli għal affarijiet li għalkemm huma ta' importanza, forsi mhumiex daqshekk urġenti.", "Naħseb li wasal iż-żmien li dawn il-pjanijiet jiġu definiti kemm jista' jkun malajr biex inkunu nafu xi pjanijiet hemm għal kull lokal għal ċertu perjodu ta' żmien.", "L- intenzjoni kienet li dawn il- pjanijiet ikunu temporanji u fil-fatt kellhom jiġu riveduti s-sena li għaddiet jew ta' qabilha.", "Għalhekk wasal iż- żmien li din il-problema tiġi tackled bis- serjeta'.", "Jien kultant ninkwieta meta nara li f'intervisti li jsiru ma' uffiċjali ta' l-Awtorita' ma ssirx referenza għall-pjanijiet lokali, għax naħseb li parti mill-funzjoni fundamentali ta' din l-Awtorita' hi li titkellem u taġixxi fuq il-pjanijiet lokali.", "Mr Speaker, issa nixtieq nitkellem dwar problemi u bżonnijiet li għadhom jeżistu fid-distrett li niġi elett minnu jien minkejja d-diversi xogħlijiet li saru fis-snin li għaddew.", "Nibda billi nitkellem dwar l-ex belt kapitali ta' pajjiżna, l-Imdina, fejn minkejja x-xogħol kollu li sar - anke fil- preżent għaddejjin numru ta' xogħlijiet ta' restawr f'din il-Belt - naħseb li għandna naraw x'nistgħu nagħmlu biex nikkuraw din l- iktar belt qadima f'Malta u waħda mill-iktar bliet antiki fil-Mediterran, wara li issa sar ċertu żvilupp f'inħawi oħra tal-pajjiż.", "Nixtieq nagħmel appell minn hawnhekk lill- kumpannija Melita Cable Television - għaliex għandi informazzjoni li s-servizz tal- cable television se jitwassal ukoll fl- Imdina - biex din wkoll tagħti s-sehem tagħha għall-ġid storiku ta' pajjiżna u ta' din il-belt billi tgħaddi l-cables tagħha minn trinek taħt l- art ħalli ma jkunx hemm żieda fil-cables li hemm imdendlin mal-bini antik ta' l- Imdina.", "B'hekk filwaqt li tkun qed twassal dan is-servizz fl- Imdina, tkun qed tgħin ukoll biex jitneħħew dawk il-ħafna wires żejda tad- dawl u tat- telephone.", "Nixtieq nitkellem ukoll rigward bżonn li dejjem jitkellmu dwaru r- residenti ta' Ħad Dingli li n-numru tagħhom qiegħed kontinwament jiżdied.", "F'Ħad Dingli minbarra d-diversi problemi li jolqtu lil kull raħal fil- pajjiż, hemm żewġ problemi partikolari li jolqtu lin-nies li joqogħdu hemm.", "Hawnhekk qed nirreferi għall- fatt li sal-lum Ħad-Dinġli huwa servut minn bank nofs ta' nhar biss fil-ġimgħa u meta llum f'dan ir-raħal hemm aktar minn 2,000 resident naħseb li wasal iż-żmien li dan il-bank li għandu l- fergħa tiegħu f'dan ir-raħal jew xi bank ieħor li għandna fil-pajjiż, jaraw li jiftħu fergħa li tkun miftuħa jew il-ġimgħa kollha jew almenu ħafna aktar spiss milli hija miftuħa sal-lum.", "Illum ir- residenti ta' Ħad- Dingli biex jinqdew iridu jmorru r-Rabat u dan jikkawża ħafna problemi u diffikultajiet biex joqogħdu jivvjaġġaw, l-aktar meta nikkonsidraw li dan ir-raħal ibati wkoll minn problema tat- trasport pubbliku.", "Jiena nemmen li anke s-servizz tat- trasport pubbliku għal dan ir- raħal għandu jkun ħafna aktar effiċjenti milli hu sal-lum għaliex il-karozzi tal-linja mhumiex daqstant spissi u n- nies ma tantx qed ikunu moqdijin.", "Naħseb li wasal iż- żmien ukoll li l-karozza tal- linja ma tibqax tieqaf fejn tieqaf illum, imma tidħol aktar 'il ġewwa biex tilħaq aħjar il- housing estate - area li kibret b'mod sostanzjali - u r- residenti ta' hemmhekk jinqdew aħjar minn dan is-servizz.", "L-Imġarr ukoll għandu problema tat-trasport pubbliku u minkejja t-titjib li sar fis- snin li għaddew, naħseb li wasal iż-żmien li s-servizz jiżdied u jitjieb, b'mod partikolari fix-xhur tas-sajf.", "Infakkar ukoll li darba kont tkellimt dwar il-possibilita' li mill-Imġarr stess ikun hemm xi tip ta' servizz, ngħidu aħna ta' minibus li jwassal lin-nies sal-Ġnejna, waħda mill-bajjiet popolari li għandna fl-inħawi tat-tramuntana ta' Malta.", "Fl-Imġarr hemm ukoll il- problema ta' l-applikazzjonijiet pendenti għat- telephones.", "Wieħed jista' jgħid li l-figura ta' 100 applikazzjoni għat- telephone hija figura baxxa, pero' meta tqis li fl-Imġarr hemm biss madwar 700 household, tara li dan ifisser li familja minn kull sebgħa m'għandhiex is-servizz tat-telephone.", "Jien naħseb li minkejja l-fatt li Telemalta kienet qegħda timxi bil-policy li tgħaddi l- cables taħt l-art - u dan forsi huwa b'kontradizzjoni għal dak li għidt qabel fir-rigward ta' l- Imdina - peress li biex inwasslu l-cable minn San Pawl il-Baħar għall- Imġarr minn taħt l-art, jiġifieri rridu nħaffru trinka ġdida, irridu nonfqu eluf ta' liri, naħseb li wasal iż-żmien li ntellgħu overhead cable ta' 'l fuq minn 200 linja ħalli nkunu nistgħu naqdu lil dawk l-applikanti li għad m'għandhomx is-servizz tat- telephone.", "B'dan il-mod ħadd ma jkollu għalfejn joqgħod igerger li jrid jistenna tul ta' żmien biex ikollu s- servizz.", "Barra minn hekk, teżisti problema tat-telephones f'Santa Marija Estate fil-Mellieħa għaliex hemm applikanti li ilhom jistennew is-snin biex ikollhom dan is-servizz u għalhekk irridu naraw x'se nagħmlu biex naqdu lil aktar minn 100 applikant.", "Irrid nagħmel referenza għal artiklu li deher fil-ġurnal \"Il-Mellieħa\" li jiġi ċirkolat fil-Mellieħa stess fejn issemmiet id-dar ta' l-anzjani.", "Min kiteb dan l-artiklu qal li kien hemm nuqqas ta' ħidma mid- Deputati tad- distrett li qegħdin fuq iż-żewġ naħat tal- Kamra għaliex donnu li din id- dar ta' l-anzjani kienet intesiet u issa xi ħadd qisu qed jerġa' jqajjimha.", "Wieħed irid jgħid li d-dar ta' l- anzjani fil-Mellieħa ssemmiet għall- ewwel darba fl-1989, minn dak inhar sal-lum baqgħet tissemma fil-Budget u nisperaw li fil-futur qarib inkunu nistgħu nibdew ix-xogħlijiet fuq din id- dar.", "Fil-fatt dan l-aħħar intqal li kif jitlesta x-xogħol fid-dar ta' l- anzjani fiż-Żejtun, wieħed ikun jista' jibda x-xogħol f'dawn l-inħawi.", "Ħaġa oħra li dwarha saru diversi appelli f'din il-Kamra tirrigwarda r- restawr tas- Santwarju tal-Mellieħa.", "M'għandix dubju li fil-ħames snin li għaddew sar xogħol siewi f'dawn l-inħawi, pero' għal darba oħra rrid nappella biex is-Santwarju tal-Mellieħa jiġi restawrat qabel ma ssirlu iktar ħsara u jinqalgħu problemi ikbar li jistgħu jtellfuna parti mill- patrimonju tagħna għal dejjem.", "Wasal iż-żmien ukoll li l-Bieb tal- Mistra li wasal biex jaqa', jiġi restawrat.", "Kien intqal li dan se jiġi restawrat mill- għaqda Din l-Art Ħelwa, pero' għal xi raġuni jew oħra kollox baqa' kif kien.", "Problema oħra li nixtieq insemmi tirrigwarda s-servizz tat-telephone fix- Xemxija fejn hemm numru ta' applikanti li ilhom żmien twil jistennew dan is- servizz.", "Nispera li fl-iqsar żmien possibbli, l-applikanti kollha jingħataw is-servizzi li qed jitolbu u li fl-aħħar mill- aħħar għandhom dritt għalihom għax għandhom bżonnhom.", "Rigward San Pawl il-Baħar irrid nagħmel referenza żgħira għal dak li kiteb il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Evarist Bartolo f'\"The Times\" tal-bieraħ.", "Dan ipprova jagħti l-impressjoni li mn'Alla kien hu biex xi ħadd jitkellem fuq San Pawl il- Baħar, u semma xi erba' mistoqsijiet parlamentari li għamel matul is-sena li għaddiet.", "L-ewwelnett jidhirli li l-istess mistoqsijiet parlamentari li saret referenza għalihom diġa' kienu saru fis-snin li għaddew pero' x- xogħlijiet kollha f'San Pawl il-Baħar li saret referenza għalihom il-bieraħ, għadhom ma tlestewx.", "Hawnhekk irrid ngħid li fil-fatt inbeda xi xogħol.", "Per eżempju, għalkemm ix-xogħol fuq il- bus terminus ta' Bugibba nbeda - u permezz tiegħu n- nies li jkunu qed jistennew ix- char-a-banc kif ukoll ix- xufiera u l-inspectors li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tal-karozzi tal-linja kien se jkollhom post fejn jistrieħu, u dan kien kontribut għall- iżvilupp ta' dawk l-inħawi - minħabba diversi rapporti li kienu intenzjonati biex iwaqqfu x-xogħol aktar milli biex ix- xogħol ikun jista' jsir, min kien interessat li jagħmel dan ix-xogħol, fl-aħħar qata' qalbu li jkomplih.", "Il-pajjiż kien se jiffranka l- flus fuq dan ix- xogħol għaliex kien se jagħmlu xi individwu li għandu xi stabbilimenti f'dawk l-inħawi.", "Għalhekk wasal iż-żmien li l- Gvern jerġa' jieħu f'idejh l- inizjattiva u jara li dan il- bus terminus jitkompla u jitlesta qabel l-eqqel tas-sajf ħalli l-eluf ta' residenti u turisti li jkun hemm f'Buġibba jkollhom servizz aħjar.", "Dawn huma wħud mill- bżonnijiet ta' dawk l-inħawi - għax il-bżonnijiet dejjem jibqgħu u rridu nibqgħu naħdmu fuqhom - li ridt nitkellem fuqhom illejla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Allura l-Onor.", "Galea jrid jgħid li jekk ikun hawn min jagħmel mistoqsija parlamentari sena ilu u ma jkun sar xejn, Membru Parlamentari ieħor m'għandux jerġa' jagħmel l-istess mistoqsija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien kulma ridt ngħid huwa li x-xemx ma telgħetx fl- 1992.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il- ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Impiegi,Kondizzjonijiet tax-xoghol schs,Impiegi,Kondizzjonijiet tax-xoghol mifu,Impiegi,Kondizzjonijiet tax-xoghol IMPIEGI - KONDIZZJONIJIET TAX- XOGĦOL", "7286.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Gvern jassigura li sakemm jippermettu ċ- ċirkostanzi tal-pajjiż, filwaqt li jkun hemm żieda fil- produttivita', din iż-żieda għandha tissarraf f'kondizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin fuq il-post tax-xogħol, l-aktar f'pagi u f'ħinijiet tax-xogħol aħjar?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fid-dinamika tad-dinja tax- xogħol inkun nazzarda jekk nassikura li dan isir.", "Naturalment hekk nixtieq u naħdem għal dan.", "Impiegi,Kondizzjonijiet tax-xoghol schs,Impiegi,Kondizzjonijiet tax-xoghol mifu,Impiegi,Kondizzjonijiet tax-xoghol IMPIEGI - KONDIZZJONIJIET TAX- XOGĦOL", "7287.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kif jidhirlu l-Ministru li għandu jaħdem biex il- ħinijiet tax-xogħol tal-ħaddiema jirrispettaw aktar il-ħteġijiet personali, familjarji u soċjali tal-ħaddiema, sakemm dan ma jkunx ta' tfixkil għall- post tax-xogħol?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Din il-materja tistħoqq rivalutazzjoni sħiħa ta' l- organizzazzjoni tax-xogħol, iżda kif naħseb li l-Onor. ħabib tiegħi japprezza li l-ħin flessibbli jiġi ntrodott bi ftehim ma' min iħaddem u mhux b'digriet tal-Ministru.", "Forzi Armati,Aerial riggers calr,Forzi Armati,Aerial riggers zamf,Forzi Armati,Aerial riggers RIGGERS - SPECIAL ALLOWANCE", "10778.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Billi xi xhur ilu kont weġibtni li kienu qed isiru diskussjonijiet biex ir-riggers li huma taqsima ta' l-Army attached ma' l- Ajruport jieħdu special allowance, jista' l-Ministru jgħidli fiex waslu dawn id- diskussjonijiet?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk dawn in- nies li jagħmlu xogħol perikoluż ħafna bdewx jieħdu allowance meta hemm taqsimiet oħra taħt l-Army li huma attached ma' l-Ajruport li jieħdu special allowance?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor.", "Membru jista' jindikali f'liema risposta ghall-mistoqsija parlamentari jiena wegibtu fis-sens tad- domanda li qieghed jaghmel nista' nkun f'pozizzjoni ahjar li nwiegbu.", "Nahseb li l-Onor.", "Membru japprezza li l-kondizzjonijiet tax-xoghol tan- nies fid-diversi sezzjonijiet ta' l-Armata ma jaqghux taht il-Ministeru tieghi.", "Nirreferi wkoll lill- Onor. Membru ghat-twegiba li tajt fis-seduta 100 ghal- mistoqsija numru 7607 u ghat- twegibiet li ta l-Prim Ministru fuq l-istess suggett fis-seduta 98 ghall-mistoqsija numru 7534, fis-seduta 100 ghal mistoqsija numru 7606, fis-seduta 112 ghall-mistoqsija numru 8535 u fis-seduta 131 ghall-mistoqsija numru 9915.", "Bord ghall-Kontroll tat- traffiku calr,Bord ghall-Kontroll tat-traffiku gall,Bord ghall-Kontroll tat-traffiku BORD GĦALL-KONTROLL TAT- TRAFFIKU", "10779.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Veru li t-Traffic Control Board se jispiċċa?", "Jekk iva, se tinħatar xi struttura oħra u x'se tkun?", "Bħalissa hemm traffic control board jew le?", "Jekk le, kemm ilu li ġie xolt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nigbed l-attenzjoni ta' l- Onorevoli Interpellant ghall- G.N. 552 tal-21 ta' Awissu, 1992 dwar il-kompozizzjoni u t- terminu tal-Bord dwar il- Kontroll tat-Traffiku, infakkar lill-Onor.", "Membru li f'din il- Kamra sew il-Ministru tat- Trasport u Kommunikazzjoni kif ukoll jien fissirna r-riforma mill-qiegh li tfasslet f'dan il-qasam fejn se jinholqu strutturi godda ghall-ahjar organizazzjoni u kontroll tat- traffiku fi hdan il-Ministeru tat-Trasport u Kommunikazzjoni.", "Traffiku,Traffic lights calr,Traffiku,Traffic lights falm,Traffiku,Traffic lights TRAFFIKU - TRAFFIC LIGHTS", "10780.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Il- Pulizija tat- traffiku ġew konsultati fejn se jitwaħħlu t-traffic lights ġodda?", "Jekk le għaliex meta tant huwa importanti li dawn il-Pulizija jkunu konsultati f'affarijiet bħal dawn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- traffic lights qed jitwaħħlu f'lokalitajiet miftehma ma' l- Awtoritajiet koncernati.", "Safety belts calr,Safety belts gall,Safety belts SAFETY BELTS", "10781.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi l-Interpellant innota reklami effettivi ħafna fuq stazzjoni wieħed tar-radju, fejn is-sewwieqa jiġu mħeġġa jilbsu s-safety belts meta jsuqu, jista' l-Ministru jiltaqa' mal-Kapijiet tar-radju stations ħalli jħeġġiġhom jagħmlu l-istess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nsib l-ebda diffikulta' li nilqa' s- suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru.", "AIDS calr,AIDS gall,AIDS AIDS", "10782.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Issa li ġej is-sajf u t-turiżmu jibda jiżdied ġmielu u għalhekk it-taħliet bejn il-Maltin u l- barranin jibda jiżdied ukoll, ma jaħsibx li għandu jintensifika l-kampanja edukattiva fuq l-AIDS?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bħalma ġara f'dawn l-aħħar snin, il-kampanja edukattiva kontra l-HIV se tiġi intensifikata fix-xhur tas- sajf.", "Festival tal-Kanzunetta ta' l-Ewropa calr,Festival tal-Kanzunetta ta' l-Ewropa zamf,Festival tal-Kanzunetta ta' l-Ewropa FESTIVAL TAL-KANZUNETTA TA' L- EWROPA", "10783.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara meta l-organizzaturi tal- Festival tal-Kanzunetta ta' l- Ewropa bdew jgħidu lid-dinja kollha li ma jistgħux jaqbdu mal-ġurija Maltija minħabba l- kommunikazzjonijiet ħżiena?", "Jidhirlu l-Ministru li dan ma għamilx unur lil Malta?", "Jaħseb li ħaġa bħal din li nstemgħet minn 300 miljun ruħ ma' l- Ewropa xejn ma nkorraġit lil min irid jitħajjar jiġi jinvesti Malta meta sar jaf li kien impossibbli li mill- Irlanda jagħmlu kuntatt ma' Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant ghat- twegibiet li tajt fis-seduta 141 ghall- mistoqsijiet numru 10606, fis- seduta 142 ghall-mistoqsija numru 10496 u fis-seduta 148 ghall-mistoqsija numru 10955.", "Manikata,Ingombru fi Triq il-Biedja bare,Manikata,Ingombru fi Triq il-Biedja gall,Manikata,Ingombru fi Triq il-Biedja MANIKATA: TRIQ IL-BIEDJA - TRAKKIJIET", "10936.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li fi Triq il-Biedja, fil-Manikata hemm garaxx ta' mechanic li matul il-lejl qed iħalli trakkijiet u inġenji oħra li kważi jimblukkaw din it-triq mudlama, jista' l- Ministru jara li l-Pulizija ma tħallix li dan ikompli jsir u li ma jitħallix dak il-ħmieġ li hemm fl- istess post?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li sakemm saret din l- interpellanza l-Pulizija ma kellha l-ebda ilment dwar ingombru fit-Triq imsemmija.", "Issa se jsiru patrols u fejn jirrizulta li hemm ingombru jitnehha.", "Skejjel,Ghalliema bil-warrant bare,Skejjel,Ghalliema bil-warrant mifu,Skejjel,Ghalliema bil-warrant SKEJJEL - GĦALLIEMA BIL-WARRANT", "10937.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 9718 dwar għalliema bil- warrant?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-Seduta.", "Loghob tal-Pajjizi z-Zghar,Ghawwiema Maltin cilj,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar,Ghawwiema Maltin frem,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar,Ghawwiema Maltin LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - GĦAWWIEMA MALTIN", "10941.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: X'inhi r- raġuni li l-għawwiema tal- kontingent Malti libsu l-malji ta' l- għawm tagħhom personali minflok waħda uniformi għall- parteċipanti Maltin kollha, kif kellhom il-parteċipanti tal- pajjiżi l-oħrajn li ħadu sehem fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar?", "Veru li nxtraw malji għall- għawwiema tagħna li ma ntużawx?", "Għalfejn ma ntużawx?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L- Onor. Interpellant huwa mitlub li jirreferi din il-mistoqsija dwar materja trivjali lill- Kumitat Olimpiku Malti li kien responsabbli mill-atleti Maltin li ħadu parti fil-logħob.", "Sptarijiet,Operazzjoni biex tibdel is-sess cilj,Sptarijiet,Operazzjoni biex tibdel is-sess gall,Sptarijiet,Operazzjoni biex tibdel is-sess SPTARIJIET - OPERAZZJONI BIEX TIBDEL IS-SESS", "10942.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhi r-raġuni li ma tingħata l-ebda għajnuna mill-Gvern Malti lil dawk l-individwi Maltin/Għawdxin li jixtiequ jagħmlu operazzjoni ta' change of sex li ma ssirx Malta u ssir barra minn Malta biss?", "Ma jaħsibx li din il-problema għandha bżonn studju serju u dawn l- individwi timmerithom xi forma ta' komprensjoni?", "Kemm saru talbiet simili lill-Gvern mill-1987 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li m'ghandi l-ebda informazzjoni li tindika li kien hemm xi talba simili mill-1987 'l hawn rigward 'change of sex operation', nixtieq infakkar li hemm aspetti ta' natura etika u bioetika ta' importanza fondamentali li jridu jittiehdu in konsiderazzjoni.", "B'mod generali kull kaz li t- trattament tieghu ma jistax isir hawn Malta jista' jigi mressaq mill-konsulent koncernat biex jigi ikkonsidrat mill- Bord li jiddeciedi fuq it- trattament ta' pazjenti barra.", "Skejjel,Kazi ta' tehid ta' drogi bare,Skejjel,Kazi ta' tehid ta' drogi mifu,Skejjel,Kazi ta' tehid ta' drogi SKEJJEL - DROGI", "10974.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid:", "1) kemm ġew irrapportati każi ta' teħid ta' drogi fl-iskejjel ta' l- Istat matul din is-sena skolastika?", "2) f'liema skejjel kienu per eżempju, sekondarji, ecc?", "3) isir xi taħriġ partikolari lill-ufficjali tat- Taqsima tal- Counselling dwar kif għandhom jaġixxu ma' studenti li jkun hemm suspett li jkunu ħadu d-drogi?", "4) kemm fil-fatt hemm nies fit-Taqsima tal-Counselling?", "5) kemm-il darba jżuru l- iskejjel partikolari?", "Jeżisti xi programm dwar kif u meta jsiru dawn iż-żjajjar?", "6) x'koperazzjoni jkun hemm mill-ġenituri ma' din it- taqsima?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ma kien hemm l-ebda rapport ta' tehid ta' drogi fl-iskejjel ta' l-Istat matul is-sena skolastika 1992-93.", "It-taħriġ lill-ufficjali tat- taqsima fil-Qasam tad-Drogi (bħal ħafna oqsma oħra) hu ongoing.", "Kull counsellor u guidance teacher kellu korsijiet bażici organizzati kemm minn esperti Maltin, kif ukoll minn esperti Ingliżi u Taljani.", "Barra minn hekk, bħalissa fl-Istati Uniti ta' l- Amerika hemm guidance teacher li qed jispiċċa kors ta' sena proprju fuq prevention strategies ta' l-abbuż tad- droga.", "Hu maħsub ukoll li fix- xhur li ġejjin erba' counsellors imorru l-Amerika għall-Korsijiet simili, għalkemm ta' perjodu iqsar.", "Fit-taqsima tal-Counselling and Guidance hemm dawn il- personnel: (a) żewġ Education Officers", "(b) sitt Counsellors", "(c) 93 Guidance Teachers", "L-Education Officers u l- Counsellors iżuru l-iskejjel regolarment.", "L- Education Officers jikkordinaw ix-xogħol kollu li jsir fuq bażi nazzjonali, waqt li kull counsellor għandu numru żgħir ta' skejjel (circa sitta- sebgħa) li jieħu ħsiebhom.", "Nieħu pjacir ħafna ngħid li l-koperazzjoni bejn il-ġenituri u t-taqsima tal-Guidance and Counselling hi tajba ħafna.", "Minn din il-koperazzjoni jibbenefikaw ħafna l-istudenti.", "Dip ta' l-Edukazzjoni,PE Masters bare,Dip ta' l-Edukazzjoni,PE Masters mifu,Dip ta' l-Edukazzjoni,PE Masters DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - PE MASTERS", "10975.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'inhu n-numru ta' PE Masters mad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni?", "Kemm minnhom huma assenjati għall-iskola waħda?", "Kemm iridu jattendu żewġ skejjel, tlieta, ecc?", "Kemm hemm PE Masters kwalifikati li mhumiex jagħmlu xogħol ta' edukazzjoni fiżika u huma assenjati għal xogħol ieħor?", "Kemm minn dawn qed jaħdmu fil-Ministeru u fid- Dipartiment?", "X'inhu n-numru ta' għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika li huma nisa?", "Kemm hemm nies li qed jagħmlu il-kors tal-PE fl-Universita'?", "Il-Ministru huwa sodisfatt bin-numru ta' studenti li qed jagħmlu il-PE bis-serjeta'?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Skejjel,Privati,Mizati bare,Skejjel,Privati,Mizati mifu,Skejjel,Privati,Mizati SKEJJEL PRIVATI - MIŻATI", "10976.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Bħalissa l-Ministru kemm għandu talbiet biex skejjel privati jgħollu l-miżati għas-sena skolastika li jmiss?", "Liema huma l-iskejjel li talbu li jżidu l-miżati?", "Kemm hi l-miżata din is-sena u kemm hemm il-ħsieb li ssir?", "Dawn kollha ġew approvati?", "X'raġunijiet ingħataw biex il-ġenituri jitolbuhom aktar għall-edukazzjoni ta' uliedhom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Skejjel,Ftuh ta' Kindergartens bare,Skejjel,Ftuh ta' Kindergartens mifu,Skejjel,Ftuh ta' Kindergartens FTUĦ TA' KINDERGARTENS", "10977.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet li għandu d- dipartiment għall-ftuħ ta' Kindergartens u skejjel għas-sena skolastika li jmiss?", "Minn min saret kull applikazzjoni?", "F'liema lokalita' hemm il- ħsieb li jinfetħu?", "X'inhi l-miżata li qed jitolbu li jżommu?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Grounds tal-Football cilj,Grounds tal-Football frem,Grounds tal-Football GROUNDS TAL-FOOTBALL", "11010.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jgħid fejn jinstabu l- 54 ground tal-football f'Malta barra ta' Ta' Qali li rrefera għalihom fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 7025?", "Dawn kollha huma ta' daqs konformi mar-regoli stabbiliti mill-FIFA?", "Kemm minn dawn għandhom stands għall-pubbliku jew changing rooms?", "Liema huma li mhumiex fornuti b'tali stands u changing rooms?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-54 ground tal-football f'Malta, dejjem skond l- aħħar stħarriġ li kien sar xi snin ilu, huma dawn skond il-lista li qed tidher hawn taħt imqassma f'żewġ partijiet, dawk li għandhom stands għall- pubbliku jew changing rooms u dawk li mhumiex fornuti b'tali stands u changing rooms.", "Mhux il-grounds kollha konformi mar-regoli stabbiliti mill-FIFA.GROUNDS MINGĦAJR STANDS JEW CHANGING ROOMS", "FLORIANA 2 FGURA 1 KALKARA 1 SENGLEA 1 SAFI 1 ATTARD 1 PIETA' 1 ST.", "JULIAN'S 1 ST.", "ANDREWS 1 ST.", "GEORGE'S 1 LIJA FC 1 MTARFA 1 FGURA 1 PAOLA 1 QORMI 2", "GROUNDS BI STANDS JEW CHANGING ROOMS", "VALLETTA 1 MQABBA 1 FLORIANA 1 ŻURRIEQ 1 ĦAMRUN 1 GĦAXAQ 1 FGURA 1 GUDJA 1 VITTORIOSA 1 QORMI 1 XGĦAJRA 1 LUQA 1 MARSAXLOKK 1 SANTA LUCIA 2 MQABBA 1 LIJA/BALZAN 1 PAOLA 1 SIĠĠIEWI 1 TARXIEN 1 ŻEBBUĠ 1 MARSA 1 BIRKIRKARA 2 MDINA/RABAT 1 GHARGHUR 1 MGARR 1 NAXXAR 1 SAN GWANN 1 MOSTA 1 TA' XBIEX/GŻIRA 2 MELLIEĦA 1 SLIEMA 1 SIRENS 1 ST.", "JULIAN'S 1 DINGLI 1", "Impiegi,Barranin jahdmu bla permess cilj,Impiegi,Barranin jahdmu bla permess gall,Impiegi,Barranin jahdmu bla permess BARRANIN JAĦDMU BLA PERMESS", "11011.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm ittieħdu passi kontra barranin li ħadmu f'Malta llegalment matul l-1992 u matul din is-sena s'issa?", "F'liema tip ta' xogħol instabu jaħdmu dawn il- barranin?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu dawn il-barranin?", "F'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex instabu dawn il-barranin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li matul l-1992 u l-10 ta' Gunju 1993 tressqu quddiem il-Qorti 126 persuna talli hadmu Malta minghajr permess.", "Dawn il-barranin kienu jahdmu fil-'catering' u xoghol ta' kostruzzjoni.", "Dawn il-barranin kienu gejjin mill-pajjizi kif jidher hawn taht:", "Algerija, Bangladesh, Gran Brittanja, Bulgarija, Egittu, Gambja, Germanja, Iraq, Italja, Marokk, Nigerja, Sudan, Svezja, Tunez, Yugoslavja u s-Sirja,", "Dawn il-persuni barranin instabu jahdmu f'dawn il- lokalitajiet: Paceville, Bugibba, Mqabba, Qrendi, Marsa, Sliema, Hal Safi u l-Imriehel.", "Loghob tal-Pajjizi z-Zghar cilj,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar frem,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "11012.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: X'inhi r- raġuni li t-tapit li nxtara għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar biex jiksi l-ground ta' l- Istadium Nazzjonali għall- Opening u l-Closure ceremonies u li nxtara b'eluf kbar ta' liri ntuża biss fl-Opening Ceremony u mhux fil-Closing Ceremony ukoll?", "Dan ma jaħsibx il-Ministru li seta' wassal biex issir il- ħsara lit-turf ta' l-Istadium Nazzjonali minn dawk il-mijiet ta' parteċipanti eċċ., li ħadu sehem fl-istess ċerimonja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It- tapit imsemmi nxtara mill- Kumitat Olimpiku Malti u għalhekk l-ewwel parti tal- mistoqsija għandha ssir lil dak il- kumitat.", "Dwar it-tieni parti tal- mistoqsija nista' ngħid li ma sarli l-ebda lment dwar dan minn min hu responsabbli.", "Iż-żewġ ceremonji kienu suċċess kbir li mpressjonaw ħafna lil kull min kien preżenti inklużi r- rappreżentanti barranin.", "Banek,Lombard Bank (Malta) Ltd cilj,Banek,Lombard Bank (Malta) Ltd bong,Banek,Lombard Bank (Malta) Ltd LOMBARD BANK (MALTA) LTD", "11092.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: X'kienu r-raġunijiet għalilex il- Lombard Bank (Malta) Ltd għalaq il- fergħat tiegħu f'Paramatta l-Awtralja u Bulebel meta dawn infetħu m'ilhomx mill-istess bank?", "Jaħseb il-Ministru li dan juri nuqqas ta' ppjanar serju min-naħa ta' l- istess bank li jidher li m'għamilx l-istudju ta' marketing sew qabel m'għażel li jiftaħ dawn il- fergħat?", "Dawn ma laħqux l-għanijiet li għalihom infetħu?", "Kemm tilef il-Lombard Bank (Malta) Ltd minn dan il- mismanagement?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ghalkemm l-Onor Membru jifhem li l- informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali, se nirrispondi biex nuri li ma kien hemm l-ebda mismanagement u lanqas telf ta' flus minn naha tal- Lombard Bank.", "Il-Lombard Bank wara li studja l-htegijiet tal-Maltin fl-area ta' Paramatta u l- opportunitajiet li dawn joffru iddecieda li jiftah fergha f'dan il-post is-sena l-ohra.", "Din il-fergha kienet sejra tajjeb imma billi nhasset il- htiega li s-servizz jigi estiz, Bank zghir bhal Lombard ma setghax isostni.", "Fl-istess zmien Mid-Med Bank iddecieda li hu wkoll ghandu jespandi billi jiftah ferghat fl-Awstralja.", "Ghalhekk saru negozjati bejn iz-zewg banek u gie deciz li l- fergha u x-xoghol li kellu Lombard Bank jigi mibjugh lil Mid-Med Bank li fl-istess hin kompla bix-xoghol ta' espansjoni.", "Fil-fatt dan in-negozju bejn iz-zewg banek sar totalment f'atmosfera kummercjali tant li l-istaff li kellu Lombard gie sekondat lil-Mid-Med sakemm dan jakkwista l-esperjenza mehtiega.", "Fil-kwestjoni ta' Bulebel din ma kenitx fergha imma semplicement agenzija bhala estensjoni tal-Branch ewlieni ta' dan il- Bank.", "Fil-fatt saru negozjati mal-Bank of Valletta sabiex din l-agenzija tinfetah minn dan il- Bank billi ghandu numru konsiderevoli ta' klijenti f'Bulebel.", "Xemxija,Natasha's Restaurant buhc,Xemxija,Natasha's Restaurant falm,Xemxija,Natasha's Restaurant XEMXIJA - NATASHA'S RESTAURANT", "11149.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk intalabx permess għat-tibjid tal-faccata ta' l- istabbiliment Natasha's, Xemxija Hill, Xemxija, bil- kuluri li ntużaw?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ma ntalabx permess biex terga' titbajjad il- faccata tan-Natasha's Restaurant.", "Il-kulur li ntuza fuq in-naha t'isfel hu l-kulur originali li kien hemm qabel.", "Il- propjetarju gie avzat biex juza dan il-kulur mal-faccata kollha.", "Sptarijiet,San Raffaele buhc,Sptarijiet,San Raffaele falm,Sptarijiet,San Raffaele SPTAR SAN RAFFAELE", "11150.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx il-permess għall-bini ta' l-isptar San Raffaele, ġewwa l-Imsida?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ghalkemm nifhmu li saru diskussjonijiet ma' ufficjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-progett s'issa ma nhareg ebda permess formali.", "Maghtab,Hatt ta' zibel fil-mizbla buhc,Maghtab,Hatt ta' zibel fil-mizbla falm,Maghtab,Hatt ta' zibel fil-mizbla MAGĦTAB - ĦATT TA' ŻIBEL FIL- MIŻBLA", "11151.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix pjan ta' kif għandu jsir l-irdim u l- ħatt ta' żibel fil-miżbla tal- Magħtab?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fi Frar ta' din is-sena, is- Segretarjat Ambjent ippubblika rapport imhejji minn konsulenti internazzjonali, bl-isem ta' 'Strategija dwar l-Iskart (Solidu)'.", "Dan ir-rapport jindika l- bzonn ta' titjib immedjat fit- tmexxija tal- mizbla tal- Maghtab.", "Fost affarijiet ohra dan ir-rapport jitlob kompattazzjoni ahjar ta' l- iskart u kontroll iktar strett fuq id-dhul fil- mizbla.", "Il-Ministeru jinsab determinat li jimxi fuq is- suggeriment tal- konsulenti.", "Bhalissa qed tinbena kamra (gatehouse) fid-dahla tal- mizbla.", "Kif din titlesta se tigi ntroddota sistema ta' kontroll sabiex kull vettura li tidhol fil-mizbla tbattal it- tghabija taghha fejn ikun lilha indikat.", "Dan huwa essenzjali biex jithaddem pjan aktar fit- tul minn dak prezenti, dwar fejn u kif ghandu jsir il-hatt u l-irdim ta' zibel u terrapien fil- mizbla tal-Maghtab.", "Fl-istess waqt inhatar ufficjal, bil-grad ta' Works Manager, biex jiehu hsieb specifikament tal-mizbliet.", "Ghall-ahhar ta' Gunju, dan l- ufficjal sejjer barra ghall- kors ta' gimghatejn fuq is- sugget.", "Attard,Tal-Fuklar,Tindif buhc,Attard,Tal-Fuklar,Tindif falm,Attard,Tal-Fuklar,Tindif ATTARD: TAL-FUKLAR - TINDIF", "11152.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li mill-aktar fis possibbli tingħata tindifa ġenerali lill-area madwar il- flats tal-gvern ġodda f'Tal- Fuklar, Ħ'Attard u jitneħħa dak il-ħafna ħmieġ u terrapien li qiegħed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti ta' dawn l- inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sfortunatament ħafna mit- terrapien intefa' minn uħud mir-residenti stess ta' l- inħawi.", "Tlabt lid-dipartiment koncernat jara x'jista' jsir dwar dan l-ilment.", "Power Station,Marsa buhc,Power Station,Marsa falm,Power Station,Marsa POWER STATION - MARSA", "11153.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu saru spejjeż sabiex il-boilers tal-Power Station tal-Marsa bdew jitħaddmu bil-faħam flok biż- żejt?", "Kemm hu maħsub li tlaħħaq l- ispiża sabiex dawn il-boilers jibdew jitħaddmu biż-żejt?", "Kemm hu kkalkolat li jkun il- konsum ta' żejt għal din il- Power Station?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- boilers numri 7 u 8 gew iddisinjati biex jahdmu bil- faham u qatt ma kien hemm hsieb li jithaddmu biz-zejt.", "L-offerti ghal qlib tal- boilers biex jahdmu biz-zejt ghadhom qed jigu kkonsidrati.", "L-offerti jvarjaw bejn Lm719,524 u Lm2,963,064.", "Il-konsum ta' zejt fil- boilers numri 7 u 8 hu kkalkolat li jkun ta' madwar 150,000 tunellata fis-sena.", "Enemalta,Serq ta' ilma buhc,Enemalta,Serq ta' ilma gall,Enemalta,Serq ta' ilma ENEMALTA - SERQ TA' ILMA", "11154.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni l-pulizija ressqet il- Qorti fuq serq ta' ilma f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'dawn l-ahhar hames snin kien hemm zewg kazi fejn persuni tressqu l-Qorti fuq serq ta' ilma.", "Dawn sehhew wiehed fl-1989 u iehor din is- sena.", "Kontribuzzjoni tas-Sigurta' Nazzjonali farn,Kontribuzzjoni tas-Sigurta' Nazzjonali hyzg,Kontribuzzjoni tas-Sigurta' Nazzjonali ĦLAS TAL-KONTRIBUZZJONI TAS- SIGURTA' NAZZJONALI", "11178.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Kemm huwa kkalkolat l-ammont ta' flus li tħallsu fl-ewwel sitt xhur tas- sena mill-ħaddiema impjegati u dawk self-employed għar-rigward tal-ħlas tal- kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Nazzjonali (il- Bolla)?", "Kemm huwa kkalkolat li għad iridu jitħallsu minn kumpanniji u self- employed għal dawn l-ewwel sitt xhur biex ikunu regolati l-ħlasijiet imsemmija?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sa l- aħħar ta' Mejju ta' din is-sena tħallsu Lm18,504,283 bħala kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Socjali mill-impjegati u l- principali tagħhom u Lm2,031,216 bħala kontribuzzjonijiet mis-self- employed.", "Dawn l-ammonti ma jinkludux is-somma ta' Lm10,267,747.50 li titħallas mill-Fond Konsolidat.", "S'issa qatt ma kien possibbli għad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali li jkun jaf l- informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija.", "Canga friska farn,Canga friska gatl,Canga friska PREZZ TAL-PRODUZZJONI TAĊ-ĊANGA FRISKA", "11179.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li l- prezz tal-produzzjoni taċ-ċanga friska minn Lm95 l-qantar niżel għal Lm65 u Lm70-il qantar?", "X'kienet ir-raġuni ta' dan?", "Għaliex filwaqt li r-raħħal qed jitħallas anqas, il- konsumatur baqa' jħallas l- istess prezz?", "Jikkonferma l-Ministru li tul dawn l-aħħar sitt snin 20% tal- produzzjoni taċ-ċanga friska li kienet tiġi kkunsmata lokalment niżlet għal agħar livelli tagħha ċioe' medja ta' 10 u 15%?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-medja tal-prezz tac- canga friska qieghed Lm120 - Lm125 il-qantar ghall-ghogiela u Lm80 - Lm85 ghall-baqar u mhux kif indika l-istess Interpellant.", "Is-suq tac-canga huwa liberu u l-prezz jiddependi hafna mid- domanda kemm mill-biccerija kif ukoll mill-hwienet.", "Ma nistax nifhem l-argument ta' l- interpellant fl-ahhar paragrafu tal-mistoqsija.", "Il-konsum tac- canga friska zdied filwaqt li fl-1986 nqatlu 5,545 rjus (1,451,564 Kgs) fl-1992 nqatlu 6,122 rjus (1,603,793 kgs).", "Sptarijiet,Infermiera gree,Sptarijiet,Infermiera gall,Sptarijiet,Infermiera SPTARIJIET - INFERMIERA", "11189.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' infermiera li huma vakanti fil-preżent kemm fl-isptarijiet u istituzzjonijiet oħra ta' l- Istat?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown fejn dawn il- postijiet vakanti jeżistu u ta' liema grad?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Sptarijiet,San Raffaele,Infermiera gree,Sptarijiet,San Raffaele,Infermiera gall,Sptarijiet,San Raffaele,Infermiera SPTAR SAN RAFFAELE - INFERMIERA", "11190.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur meta l- isptar San Raffaele f'Malta u l-isptar privat, il- Gvern beħsiebu jħalli l- ingaġġar ta' infermiera barranin partikolarment infermiera Filippini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Membru ghat-twegiba ghall-Mistoqsija numru 11185, l-intenzjoni hi li l-izvilupp tas-Servizzi tas- Sahha fil-qasam ta' l- isptarijiet ikun jista' jigi kopert kemm jista' jkun b'infermiera Maltin.", "Il-Gvern ghamel investimenti kbar kemm fit-tahrig ta' l- infermiera kif ukoll fil- kondizzjonijiet tax-xoghol ta' l-infermiera sabiex jirrekluta u jzomm fl-impieg dawn il- haddiema fil-qasam tas-Sahha.", "Birgu,Tnehhija ta' hajt tal-gebel pora,Birgu,Tnehhija ta' hajt tal-gebel falm,Birgu,Tnehhija ta' hajt tal-gebel BIRGU - TNEĦĦIJA TA' ĦAJT TAL- ĠEBEL", "11207.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat ikompli jneħħi l-ħajt tal-ġebel tul it-triq kollha li hemm qudddiem id-djar fi Triq San Lawrenz, fil-Birgu, li parti minnu neħħieh dan il- Gvern u floku għamel ċint baxx bil-ballavostri għal okkażjoni tal-ftuħ tal-\"Boat Show\" fil- Birgu biex isir żvog għal dawn ir- residenti u titfaċċa l- veduta tal-baħar, peress li n- nies ilmentaw miegħi meta żort djar fis-6 ta' dan ix-xahar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet innotata.", "Birgu,Tiswija ta' toroq pora,Birgu,Tiswija ta' toroq falm,Birgu,Tiswija ta' toroq BIRGU - TISWIJA TA' TOROQ", "11208.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat jieħu ħsieb jirrimedja dwar il-ħafna ħofor li saru max-xatt fejn saret il- \"Boat Show\" fil-Birgu għax huma perikolużi għal pedestrians?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol imsemmi se jsir mid- Dipartiment tad- Distretti tat-Taqsima tax- Xogħlijiet fi żmien qasir.", "Birgu,Paviment tax-Xatt pora,Birgu,Paviment tax-Xatt falm,Birgu,Paviment tax-Xatt BIRGU - PAVIMENT TAX-XATT", "11209.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Kemm sewa l-madum u ċ-ċanġaturi, ċioe' x-xogħol kollu ta' paviment fix-Xatt, fl- Birgu fejn saret il-\"Boat Show\"?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Membru għar- risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 10554 (Seduta 142).", "Bormla,Pjazza Gavino Gulia,Uzu ta' posti pora,Bormla,Pjazza Gavino Gulia,Uzu ta' posti falm,Bormla,Pjazza Gavino Gulia,Uzu ta' posti BORMLA: PJAZZA GAVINO GULIA - POSTI", "11210.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Peress li l-bini fil- kantuniera fi Pjazza Guvino Gulia, Bormla ma' Bormla Wharf kien jintuża bil-posti bħal tal-Belt Valletta, għandu xi ħsieb il-Gvern li jerġa' jiftħu bil-posti?", "Xi pjan għandu l-Gvern dwar dan il-post?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif forsi jaf l-Onor.", "Interpellant ghalkemm dawn il- posti kienu mibnija bhala Suq, ilu madwar ghoxrin sena li s-Suq ma jintramax f'dawn l-inhawi u l- posti qeghdin jintuzaw ghal skop ta' hazna.", "Ma jidhirx li hemm xi talba minn nies tal-lokal biex dan jerga' jsir Suq.", "Bormla,Hwienet maghluqa pora,Bormla,Hwienet maghluqa falm,Bormla,Hwienet maghluqa BORMLA - ĦWIENET MAGĦLUQA", "11211.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: F'San Gwann t'Għuxa, f'Bormla faċċata ta' Blk 7 hemm xi disat iħwienet, x'inhi r- raġuni li huma magħluqin?", "Qatt ma ħarġu offerti?", "X'kien ipproġettat bihom?", "Taf illum x'użu qed isir minnhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Billi din il-proprjeta' taghmel parti mis-swar u ghalhekk l-uzu taghha hu wiehed xi ftit sensittiv, qed jigi studjat l- ahjar uzu li ghandu jsir minnha.", "Birgu,Tiswija ta' toroq pora,Birgu,Tiswija ta' toroq falm,Birgu,Tiswija ta' toroq BIRGU - TISWIJA TA' TOROQ", "11212.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħidli hijiex se titkompla t- triq max-xatt li mill-Birgu tieħu għal Kalkara u għal Rinella?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma hemmx il-hsieb li x-xoghol imsemmi isir ghalissa.", "Madankollu t-talba ta' l-Onor.", "Membru giet innotata.", "Rabat,Kerrejjiet farn,Rabat,Kerrejjiet hyzg,Rabat,Kerrejjiet RABAT - SLUM CLEARANCE", "11220.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Billi fir- rapport ta' l-Onor.", "Segretarju Parlamentari ma kien hemm xejn indikat dwar is-slum clearance fir-Rabat, jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra x'pjanijiet għandu l-Gvern għal dawn is- slums fir-Rabat?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nirreferik għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8676 (Seduta 119).", "Mtarfa,Gibjuni farn,Mtarfa,Gibjuni hyzg,Mtarfa,Gibjuni MTARFA - ĠIBJUNI", "11221.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid lill-Kamra kemm- il darba saret manutenzjoni lir- reservatur ta' l-ilma ta' l-Imtarfa matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm intnefqu spejjeż għal dawn il-manutenzjonijiet u x'kienet in-natura ta' manutenzjoni li saret?", "Kemm huma dawk il-ġibjuni eżistenti illum fl-Imtarfa u kemm minnhom huma tajba biex jintużaw għax-xorb mir- residenti?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il- ġibjuni ta' l-ilma li hemm l- Imtarfa qed jiġu wżati mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Mtarfa,Tiswija ta' toroq farn,Mtarfa,Tiswija ta' toroq hyzg,Mtarfa,Tiswija ta' toroq MTARFA - TISWIJA TA' TOROQ", "11222.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Billi kull meta ninterpella lill-Ministru għall-Ambjent, jirreferini għall- Ministeru tiegħek, jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra meta se jiġu asfaltati u mogħtija t-tarmac it-toroq ta' l-Imtarfa?", "Kemm huwa il-vot ta' l- Awtorita' għal dawn ix- xogħlijiet?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L- Awtorita' tad-Djar qegħdha fil- proċess li toħroġ it-tenders għar-Road Formation.", "Aktar 'il quddiem joħorġu t-tenders għall- isfaltar u kisi bit- tarmac.", "Mtarfa,Progett tal-Belt Gdida farn,Mtarfa,Progett tal-Belt Gdida hyzg,Mtarfa,Progett tal-Belt Gdida MTARFA - PROĠETT TAL-BELT ĠDIDA", "11223.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid lill-Kamra kemm sewa flus s'issa l-proġett ta' Belt Ġdida fl-Imtarfa minn mindu bdiet tinbena din il- Belt?", "Jista' l-Ministru jgħid kif intnefqu dawn il-flus sena sena?", "Kemm huwa kkalkolat li jrid ikompli jonfoq il-Gvern biex jiżviluppa din il-Belt?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sa l- aħħar ta' Mejju 1993, intnefqu Lm1,177,148 fuq il-proġett tal- Belt il-Ġdida ta' l-Imtarfa.", "Dawn intnefqu hekk sena b'sena:", "1989 Lm 13,000 1990 Lm162,018 1991 Lm546,075 1992 Lm326,973 1993 (Mejju) Lm139,082 Lm1,177,148", "Hu stmat li Lm4 miljuni oħra se jintnefqu biex ikompli l- iżvilupp fl- Imtarfa.", "Fil-preżent inbeda xogħol li l-valur jlaħħaq Lm750,000.", "Tenders oħra mistennija joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin.", "Gzira,Ilma ħażin bril,Gzira,Ilma ħażin falm,Gzira,Ilma ħażin GZIRA - ILMA ĦAŻIN", "11237.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10918 dwar Gzira Housing Estate?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta' l- ilma li titqassam fil-bini tal- Gvern, il-Gzira hija kimikament tajba.", "Kultant meta tigi sospiza l- provvista, l-ilma jiehu ftit taz-zmien sakemm l-ilma jerga' jkun ghan-normal fit-toghma.", "Banek,Bank Centrali,Gvernatur bril,Banek,Bank Centrali,Gvernatur fene,Banek,Bank Centrali,Gvernatur BANK ĊENTRALI - GVERNATUR", "11239.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Il- Kabinett ħatar gvernatur ġdid tal-Bank Ċentrali?", "Jekk iva, min hu u meta nħatar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ovvjament meta jiġi nominat Gvernatur tal-Bank Ċentrali, in-nomina ssir pubblika."]} {"filename": "20010221_501d_par.doc", "date": "2001-02-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 501 L-Erbgħa, 21 ta' Frar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 501", "L-Erbgħa, 21 ta' Frar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "501", "L-Erbgħa, 21 ta' Frar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 5", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP (It-Tieni Qari)", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL(Second Reading) ........................6", "AĠĠORNAMENT 27", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 32", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 500 li saret fl-20 ta' Frar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -", "TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZZJONI - SENIORITY", "23632.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-MPO jagħti r-ruling li ntalab jagħti mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar il- każ ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex jiġi stabilit ir-ranking tagħha fis-seniority?", "Fuq liema kriterji se tkun stabbilita l-anzjanita' tagħha?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat illi għadha għaddejja korrispondenza bejn il-ministeru ta' l-edukazzjoni, il- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku u l-management & personnel office dwar il-ħatra tal-persuna msemmija u kif għandha tidher fis-seniority list.", "Huwa ttamat li tintlaħaq deċiżjoni fi żmien qasir.", "SKOLA MARITTIMA - EŻAMIJIET", "23633.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li l-istudenti qed jintlaqtu ħażin minħabba li l-eżamijiet fil-metrology, maths u physics fl-iskola marittima qegħdin isiru bejn Marzu u April, jista' l-Ministru jgħid għala dawn ma jsirux fi Frar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ġejt informat li l- awtorita' marittima se tagħmel l-aħjar li tista' sabiex l-ezamijiet fil- metrology, maths u physics isiru fl-iqsar zmien possibbli.", "TAX COMPLIANCE UNIT", "23634.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm ġew reklutati persuni mat-tax compliance unit minn fost l-impjegati tas-servizz pubbliku u minn barra s-servizz pubbliku?", "Kemm jonqos li jiġu reklutati nies?", "Kif se jiġu reklutati?", "Meta se jibda jaħdem dan il-unit?", "X'xogħol qegħdin jagħmlu dawk li ġew reklutati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' staff reklutat mat-tax compliance unit s'issa huwa kif jidher hawn taħt:", "Pożizzjoni Numru Rep. ta' Impjieg Kap tat-TCU 1 Mis-Servizz Pubbliku Accountants 10 Kuntratt ta' tliet snin renovabbli Trainee Accountants 4 Kuntratt ta' tliet snin renovabbli Segretarja 1 Kuntratt ta' tliet snin renovabbli Skrivan 1 Mis-servizz pubbliku Driver/General hand 1 Mis-servizz pubbliku", "Jonqos li jiġu reklutati xi 18-il impjegat ieħor, fil-maggoranza professional officers.", "Ir-reklutaġġ se jsir minn sejħa għal applikazzjonijiet taħt ir-regolamenti tal-PSC.", "Bħalissa t-tax compliance unit qed tagħmel xogħol ta' benchmarking fuq setturi ekonomiċi.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għandu informazzjoni addizjonali dwar is-sejħiet li ħarġu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jiddispjaċini imma ma nafx x'tip ta' informazzjoni addizjonali jixtieq l-Onor.", "Membru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, intqal li hemm postijiet vakanti li se jimtlew permezz ta' sejħiet u jien lill-Ministru qed nitolbu jgħidli jekk dawn is-sejħiet ħarġux u fil-każ meta se joħorġu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, milli nista' nifhem is-sejħa għadha ma saritx u fil-file m'għandix aktar informazzjoni.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "23637.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir arranġament biex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - din tinsab f'siġġu tar-roti u tgħix biss fuq il- benefiċċji soċjali - tħallas il-kera lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali f'pagamenti ta' mhux iżjed minn Lm5 fix-xahar għax żgur li din ma tiflaħx tħallas iżjed minn hekk?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Jien informat illi d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali diġa' għamel l-arranġamenti meħtieġa biex l-ammont li għandha tagħti l- persuna minnu ndikata jitħallas bin-nifs.", "GĦAWDEX - SKOLA AGIUS DE SOLDANIS", "23638.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-iskola Agius de Soldanis f'Għawdex instabetx għalliema oħra biex tgħallem il-matematika peress li dik li kien hemm ħarġet bil-maternity leave?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-vakanza mtliet minn għalliema oħra nhar il-5 ta' Frar ta' l-2001.", "SLIEMA - TISWIJA TA' SAQAF", "23639.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-anzjani li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, humiex intitolati għal sussidju biex isewwu saqaf perikoluż tad-dar ċkejkna tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-familja indikata mill-Onor.", "Interpellant tista' tibbenefika mill-iskema li tipprovdi għal għajnuna biex isir xogħol ta' tiswija fid-dar, kemm jekk din hi proprjeta' tagħha, kemm jekk hi mikrija mill-privat jew mill-gvern u kemm-il darba tissodisfa dawn il-kriterji prinċipali, cioe' jekk id-dħul annwali skond in-numru tal-membri tal- familja ma jeċċedix il-Lm5,000, u/jew jekk m'għandhiex assi li jeċċedu s- somma ta' Lm12,000, u/jew jekk m'għandhiex fil-pussess tagħha fond ieħor ta' residenza adekwata għaliha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li l-Viċi Prim Ministru jippermettili nistaqsih kemm huwa minnu li meta pensjonant japplika għal għajnuna supplimentari jista' jkun li dan il-benefiċċju jintilef, peress li għadu m'huwiex stabilit jekk iż-żieda għall-għoli tal-ħajja hijiex qed tgħolli s-ceiling.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, is-ceiling huwa stabilit bil-liġi.", "Pero' jekk m'iniex sejjer żball il-ġimgħa li għaddiet poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra l-avviż legali li jimplimenta r-rati kollha b'riżultat tal-miżuri tal- budget u l-aġġustamenti li jkun hemm bżonn isiru skond il-liġi dwar is- sigurta' soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma allura għaliex ma nirrikonoxxux li s-ceiling awtomatikament jogħla maż-żieda li tingħata għall-għoli tal-ħajja?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, is-ceiling huwa stabilit u ma jiċċaqlaqx.", "Jekk mill-banda oħra l-Onor.", "Membru qed jirriferi għad-diversi benefiċċji li jvarjaw u li huma stabiliti taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, dawn jiġu aġġustati skond id-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu permezz ta' avviżi legali li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fil-fatt xi ftit aktar minn sentejn ilu konna emendajna l-liġi u għedna li b'effett tal-miżuri li jkunu ġew imħabbra fil-budget, ir-rati kollha jiġu aġġustati billi jiġi ppubblikat avviż legali f'dan is-sens.", "Nista' nikkonferma li hekk sar il-ġimgħa li għaddiet.", "IMPORTAZZJONI TA' CORNED BEEF", "23656.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "23389 - oriġinarjament kienet saret lill-ministru għall-agrikoltura u sajd – u cioe': Kemm kienet l- importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-UE fix- xahar ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn Diċembru 2000 u Jannar 2001 ġew importati 83,217 kilos ta' corned beef minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "NIKOLA SAURA - PARKING", "23658.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Fid-dawl tal-parking li tneħħa minn quddiem id-dar ta' l- anzjani Nikola Saura fir-Rabat, jista' xi ħadd jinformani bil-proġress li sar?", "Jista' l-Ministru jara li tiġi rrimedjata l-kwestjoni mill-aktar fis possibbli, anke fid-dawl tal-wegħda li kienet saret li jinstab parking space ieħor flok dak li tneħħa.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi għar-risposta tad-domanda parlamentari nru.", "22305 u għall-fatt li dik il-parti tat-triq li tmiss mad-dar ta' l-anzjani hija dejqa ħafna.", "Tant m'huwiex possibbli li jsir reserved parking fiha, li l-pulizija ddeċidiet li din il-parti hekk sensittiva tiġi ddikjarata bħala tow zone.", "L-uniku post fejn jista' jsir reserved parking għall-użu tad-dar ta' l- anzjani Nikola Saura huwa fejn Triq Nikola Saura tiltaqa' ma' Triq San Frangisk.", "Peress li hemm distanza ta' xi 150 metru, il-bord qed jikkonsulta mal-kunsill lokali tar-Rabat biex jara jekk dan il-post hux aċċettabli għad-dar ta' l-anzjani!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-verita' hi li quddiem dan il- post, fejn sa ftit ilu kien hemm dan il-parkeġġ għall-bżonnijiet ta' l- anzjani u l-familji tagħhom, regolarment qed ikun hemm żgombru maħluq mill- karozzi tal-linja li jieqfu fuq il-bus stop li hemm fil-viċin.", "Jista' l- Ministru jikkonsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ħadu l-awtoritajiet peress li l-problema kompliet tikber?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jiena konxju tad-diffikulta' li qed iqanqal l-Onor.", "Interpellant.", "Veru li qrib l-istess dar ta' l-anzjani hemm bus stop u huwa diffiċli ferm li dan jiġi riallokat ftit aktar 'il bogħod għax imbagħad id-distanza għall-area tas-Saqqajja titwal konsiderevolment, pero' hemm il-ħsieb - fil-fatt qed isiru diskussjonijiet mal-kunsill lokali tar-Rabat - li dan ir-reserved parking isir fejn hemm indikat bejn Triq San Franġisk u Triq Nikola Saura.", "UE - BSE", "23692.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti ġodda li l-UE se tintroduċi għall-ħarsien ta' saħħet il-ħaddiema tal- biċċeriji tal-pajjiżi membri, kawża tal-marda tal-BSE?", "Jista' jara li dawn ir-regolamenti jiġu onorati wkoll f'pajjiżna għall-ġid tal-ħaddiema lokali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li rigward is-saħħa tal-ħaddiema fil-biċċerija jiġi segwit protokol ta' protezzjoni skond ir- riskji li jista' jkun hemm.", "Fit-23 ta' Frar għandha ssir laqgħa fi Brussels rigward l-azzjonijiet kollha li qegħdin jittieħdu fir-rigward tal- marda tal-BSE u Malta se tiġi rappreżentata.", "EU - VAT", "23693.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinformani jekk Malta tkunx suġġetta għat-taxxa tal-VAT fuq l- importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li tkun ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?", "Jikkonferma li Malta fil-preżent hija eżenti mill-ħlas tal-VAT fuq l-istess importazzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li preżentement Malta ma għandha ebda eżenzjoni fuq il-ħlas tal-VAT.", "Il-pożizzjoni tal-gvern hi kif spjegata fid-diskors tal-budget għal din is-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, mir-rapporti li qegħdin isiru fil- proċess ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, jirriżulta li meta kumpannija jew aġenżija minn fost il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni tibgħat xi ħaġa lil pajjiż li m'huwiex membru, ma tkunx soġġetta għall- ħlas tal-VAT.", "Iżda għall-kuntrarju meta din l-istess kumpannija jew aġenzija tagħmel kummerċ ma' pajjiż ieħor membru ta' l-Unjoni tkun soġġetta għall-ħlas tal-VAT, u dan anke fejn jidħlu prodotti ta' l-ikel.", "Jista' l- Ministru jgħidli x'inhi l-pożizzjoni attwali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, ma nafx jekk l-Onor.", "Interpellant hux qed jitkellem dwar esportazzjoni jew importazzjoni!", "(Interruzzjonijiet) Żgur li llum m'hemmx VAT fuq l-esportazzjoni bejn il-pajjiżi membri.", "Jiġifieri jekk Malta tesporta xi ħaġa, tkun xi tkun, u lejn liema pajjiż ikun, assolutament m'hemmx VAT fuqha.", "U meta nidħlu fl-Unjoni hekk se tibqa' s-sitwazzjoni, bid-differenza li jekk meta nidħlu jkunu qed joperaw r-regoli tas-single market, allura tidħol in vigore l-prattika li l-VAT titħallas fil-post mnejn ikunu qed jiġu esportati l-affarijiet.", "Jekk membru fl-Unjoni Ewropea llum jesporta lil xi ħadd fl-Ewropa, il-VAT finalment titħallas minn min jirċievi l-affarijiet.", "Il-mod kif se tiġi żviluppata s-sistema, li se tħalli lil kulħadd fejn hu u mhux se jkollna tibdil fi spejjeż u affarijiet bħal dawn, hija li jikkonsidraw lill-membri ta' l-Ewropa bħala suq wieħed u allura l-VAT titħallas qisek qed tbiegħ lil xi ħadd f'pajjiżek stess.", "Jiġifieri jiġbor il-VAT min qiegħed jesporta, u mbagħad isir l-accounting normali bejn il-pajjiżi.", "Pero' din is-sistema għadha m'hijiex qed topera għax għadha qed tiġi studjata sabiex naraw kif taħdem amministrattivament.", "Illum il-pożizzjoni fl-Ewropa hi li min jesporta minn pajjiżu, allavolja fl-Ewropa, ma jħallasx VAT.", "UE - BSE", "23694.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern Malti għamilx talba lill-UE għall-kumpens, fid-dawl tal-problemi li ġabet il-kwestjoni tal-marda tal-BSE fuq ir-raħħala, importaturi u bejjiegħa tal-laħam lokali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranina): Apparti li l-marda ma laqtietx lil pajjiżna, żgur li l-Gvern Malti ma jistax jagħmel talba ta' din ix-xorta lill-Unjoni Ewropea peress li Malta għadha m'hijiex imsieħba fl-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għal Ambjent): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' impjegati fid-dar ta' l-anzjani fl-Imtarfa bejn l-1999 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23705.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "DEVELOPMENT PLANNING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-20 ta' Frar, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi huwa in possession.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fl-intervent tal-bieraħ spjegajt kif f'konferenza nazzjonali dwar l-ippjanar li saret fit-12 ta' Ġunju 1999, fejn kont kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni, kont tajt il-pożizzjoni tagħna dwar it-tibdil li kellu jsir dwar l-awtorità ta' l-ippjanar, li ħafna minnu se jitwettaq b'dawn l-emendi li tressqu mill-gvern.", "Però għedt ukoll li minkejja li se jsiru dawn it-tibdiliet, ma jfissirx li l-problema prinċipali li hemm fl-awtorità ta' l-ippjanar se tiġi solvuta.", "F'diskors li għamel nhar il-Ħadd, il-prim ministru qal li l-awtorità ta' l-ippjanar qiegħda tipproteġi l-ambjent u li llum, għax hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, hemm it-trasparenza kollha u m'hemmx abbużi kif kien ikun hemm qabel.", "Jien bdejt nispjega kif dak li qal il-prim ministru m'hu minnu xejn għax anke bit-tidbil li se jsir fil-liġi, għalkemm se ntejbu l-operat ta' l-awtorità ta' l-ippjanar, mhux se naslu għal dak li jixtieq il-poplu.", "Fil-fatt bdejt insemmi każi li juru biċ-ċar li l- awtorità ta' l-ippjanar iktar tħares mill-aspett ta' ippjanar milli tieħu ħsieb l-aspett ambjentali.", "Irriferejt ukoll għall-kummenti li għamlu l-kamra tal-periti li minnhom jidher biċ-ċar li hemm l-abbużi fil-ħruġ tal-permessi għaliex applikant jiġi ttrattat mod u applikant ieħor fuq l-istess tip ta' applikazzjoni jiġi ttrattat mod ieħor.", "Allura jidher biċ-ċar li m'hu veru xejn li dawn l- affarijiet spiċċaw għax hemm l-awtorità ta' l-ippjanar.", "Veru li hemm bżonn li jkun hemm xi ħaġa li tirregola u tikkontrolla biex issib il-bilanċ bejn l-aspett ambjentali u l-iżvilupp.", "Dak pass 'il quddiem u tajjeb li wieħed itejjeb l-operat ta' l-awtorità ta' l-ippjanar, però għadna 'l bogħod ħafna mill-problemi prinċipali li hemm f'din l-awtorità.", "Il-bieraħ irriferejt għall-indħil politiku meta semmejt il-każ tal-barriera.", "Hawnhekk irrid ngħid li anke ċ-chairman ta' l-awtorità ta' l-ippjanar huwa ppreokkupat bl-iżvilupp tal-barrieri.", "F'risposta għal mistoqsija parlamentari, il-ministru qal li kien jistenna li sa Ottubru t-testijiet li kellhom isiru jkunu lesti u li dan il-każ li mar għal reconsideration kellu jiġi deċiż għaliex kien hemm żmien biżżejjed.", "Fil-fatt ma sar xejn mill- awtorità ta' l-ippjanar.", "Apparti minn hekk, insibu wkoll li kien hemm kunsill lokali li ġab dan il-każ għall-konsiderazzjoni tal-membri tiegħu - biex jara jekk humiex favur jew kontra dan l-iżvilupp – u rriżulta li l- membri tal-kunsill li jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista astjenew u l-membri tal-kunsill li jirrappreżentaw lill-Partit Laburista kienu kontra li jsir dan l-iżvilupp.", "Kien hemm kunsill ieħor fl-istess area li għamel studju billi qabbad espert li minnu rriżulta li hemm aspetti negattivi ambjentali li l- uffiċjali ta' l-awtorità ta' l-ippjanar ma ġibdux l-attenzjoni tal-bord għalihom.", "Anzi meta ġiet għar-reconsideration, reġgħu rrikkmandaw biex jingħata l-permess u mhux kif qal il-ministru li hemm rakkmandazzjoni biex ma jingħatax il-permess.", "Ir-rakkmandazzjoni qiegħda biex jingħata l- permess.", "Veru li l-aħħar darba li tressqet quddiem il-bord ta' l-awtorità ta' l-ippjanar kien hemm rifjut, imma r-rakkmandazzjoni li hemm issa hija biex jingħata l-permess.", "Però hemm pressjoni politika biex dak id-dokument li juri li hemm aspetti negattivi ambjentali ma joħroġx qabel l-elezzjoni tal-kunsill lokali tas-Swieqi.", "Irrid nagħmilha ċara li l-pressjoni politika mhux qed issir mis-segretarju parlamentari jew mill-ministru.", "Jidher li hemm lobbying min-naħa tal-Partit Nazzjonalista biex din il- barriera tingħata l-permess, forsi għaliex hemm xi rabta bejn min għandu l- barriera u l-Partit Nazzjonalista.", "Issa se nkompli fejn ħallejt il-bieraħ u nsemmi fatti li ma tantx jawguraw tajjeb għal dak li qal il-prim ministru għaliex qed isiru ċerti abbużi li jaffettwaw l-aspett ambjentali.", "Dawn qed isiru bl-approvazzjoni, tista' tgħid, indiretta tal-gvern għaliex la jkun jaf bihom u jħallihom għaddejjin, allura bl-approvazzjoni indiretta tiegħu.", "U jekk kemm-il darba ġejna f'dan il-parlament inqajmu kwestjoni, wieħed għandu jistħarriġha.", "Il- bieraħ kont wasalt biex nirriferi għall-każ ta' Verdala, fejn f'mistoqsija supplimentari kont staqsejt kif mat-350 ħaddiem u uffiċjali oħra fl- awtorità ta' l-ippjanar li suppost jipproteġu l-ambjent, ma jindunawx li kien hemm enforcement fuq applikazzjoni u minkejja li kien hemm l- enforcement, inħareġ il-permess meta huwa kontra l-liġi li jinħareġ permess fejn ikun hemm enforcement u mbagħad ma titħallasx il-multa u jeħel penali.", "U jekk ma titħallasx il-penali ma jistax joħroġ il-permess.", "Imma minkejja dan kollu, fil-każ tal-Verdala ħareġ il-permess bla ma twaħħlet multa lill- iżviluppatur meta kien hemm enforcement.", "Jien qajjimt din il-kwestjoni f'dan il-parlament u ma ġara xejn, anzi kelli nerġa' nintervjeni biex l- awtorità ta' l-ippjanar tinvestiga dan il-każ.", "Il-verita' hi li fl-awtorità ta' l-ippjanar insibu li hemm ħafna burokrazija u ħafna gambetti biex wieħed ma jħallix li jittieħdu ċerti passi.", "Per eżempju, proprju fl-1 ta' Frar kont qajjimt il-każ quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar u fil-minuti jidher ċar li jien tlabt biex isir rapport li għandu jingħata lill-bord qabel il-laqgħa li jkun imiss.", "Minkejja dan kollu, fil-laqgħa li kien imiss kien għadu ma sarx dan ir-rapport.", "Jidher biċ-ċar li hemm pressjoni politika.", "Insemmi wkoll il-kwestjoni tas-Seabank Hotel li minkejja li kienu imorru l-enforcement officers fuq il-post - għaliex xi ħadd ikun ġibed l- attenzjoni li hemm enforcement - ix-xogħol kien jibqa' għaddej.", "Dan ifisser li l-enforcement officers xogħolhom għamluh, iżda xi ħadd fl- awtorità ta' l-ippjanar kien iħalli x-xogħol għaddej u fil-fatt is-sidien tas-Seabank Hotel bnew wing sħiħa illegalment.", "Wara li ġbidt l-attenzjoni ta' l-awtorità ta' l-ippjanar fil-laqgħa ta' l-1 ta' Frar, kien ġie deċiż li kellu jsir rapport li kellu jinkludi ritratti ta' meta ħareġ l-ewwel enforcement tal-bini li kien hemm dak iż-żmien u x'sar s'issa.", "Waslet il- laqgħa ta' wara, tat-8 ta' Frar, u dan ir-rapport baqa' ma sarx.", "Hekk sejrin fl-awtorità ta' l-ippjanar għaliex jidher biċ-ċar li hemm pressjoni politika.", "Kien hemm ukoll il-każ li seħħ ġox-Xagħra, fejn kien ħareġ il-permess PA 5979 ta' l-1998 biex isir paviment fejn il-knisja, li f'partijiet minnu kellu jkun hemm xi ħaġa taċ-ċeramika.", "Ġara iżda li s-Sindku tax-Xagħra minflok mexa mal-permess, qabad u għamel it-triq kollha biċ-ċeramika, xi ħaġa li tmur kontra l-policy ta' l-awtorità ta' l-ippjanar u kontra l- istructure plan, u allura dan qatt ma kellu jseħħ.", "Iżda peress li kieku waslu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali - u l-prim ministru kien tiela' u nieżel Għawdex - kien hemm indħil politiku biex jinħareġ permess ħalli dak ix-xogħol ma jitneħħiex, anzi jkompli jagħmel il-ftit ċeramika li kien fadal.", "Hawn qed insemmu area fejn ma jmurx dak it-tip ta' paviment, apparti li xogħol bħal dan imur kontra l-istructure plan u kontra l-policy ta' l-istess awtorità ta' l-ippjanar.", "Minkejja dan kollu l-enforcement ġie rranġat u bl-iskuża ta' minor alterations, fi żmien jumejn tlieta ħareġ il- permess biex ikun jista' jsir dak ix-xogħol taċ-ċeramika.", "Hekk ried is- Sindku tax-Xagħra, li on paper tant jemmen li għandu jimxi mar-regolamenti u li ħadd m'għandu jabbuża, skond it-twemmin li hu jemmen tant fih!", "Spiċċaw biex irranġawlu u ħarġulu l-permess!", "Effettivament dan il-każ reġa' qam quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar fejn ġie kkonfermat li dak li sar imur kontra l-Att dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp, għax il-każ ma kienx jaqa' taħt \"minor amendments\".", "Allura huwa illegali l-mod kif ħareġ dak il-permess.", "Hawn l-awtorità ta' l-ippjanar ma kellhiex triq oħra ħlief li tiddeċiedi li tirtira dak il-permess, u nispera li llum qabel għada jitneħħa dak l-iskandlu li hemm hemmhekk, fejn sar paviment taċ-ċeramika ħdejn il-knisja.", "Ma nistax nifhem kif illum wasalna biex nagħmlu paviment taċ-ċeramika fejn hemm bini ta' ċertu heritage.", "Issa nisperaw li din iċ-ċeramika tinqala' mill-iktar fis possibbli.", "Każ ieħor fejn hemm riħa ta' ndħil politiku huwa l-każ tal-billboard tal- GWU f'Marsa Road.", "Dan tneħħa minn hemm bla ma avżaw lill-union u jien ngħid bir-responsabbiltà kollha li dan tneħħa illegalment, u tneħħa minħabba pressjoni politika mill-persuna responsabbli li toħroġ il-permessi għall-billboards.", "U issa nispjega x'permessi joħorġu għall-billboards.", "Dan li qed ngħid jidher biċ-ċar minn rapport li jien tlabt lill-board biex jagħmel.", "Fil-fatt fuq pressjoni kontinwa li għamilt jien, aktar tard wasal ir-rapport għalkemm ma kien rapport xejn imma lista ta' fejn jistgħu jeħlu l-billboards.", "Però ma kien hemm xejn dwar it-tip ta' billboard li waħħlet il-GWU għax it-tip ta' billboard li waħħlet il-GWU m'hemmx bżonn permess għalih.", "Mela mhux veru li kien hemm pressjoni minn xi ħadd li kien bżonn permess għal dawn il-billboards.", "Arthur Abela kien jafu dan - u nsemmih b'ismu bħala l-uffiċjal responsabbli - imma xorta baqa' jinsisti li għandu jitneħħa minn hemm dak il-billboard.", "Meta jien rajt il-lista ta' fejn jistgħu jeħlu l-billboards, staqsejt kif iddeċedew li hemmhekk m'għandux ikun hemm il-billboards meta diġà kien hemm billboards ta' stazzjon televiżiv u stazzjon radjofoniku tal-Partit Nazzjonalista - għaliex niftakar li rajtu hemmhekk - u ma tteħdux passi dakinhar.", "Imbagħad ħarġu bit-teorija li kienet saret laqgħa fejn kien ġie deċiż liema huma t-toroq li jkunu ta' periklu għat-traffiku jekk jitwaħħlu l- billboards fihom u fosthom kien hemm din it-triq.", "Però meta ċċekkjajt irriżultali li dan ma kienx veru.", "Tant hu hekk li tlabthom iżda ma tawnix il-minuti ta' dik il-laqgħa li fiha ġie deċiż li fost toroq oħra,Triq il- Marsa fejn twaħħal il-billboard tal-GWU m'għandhomx jitwaħħlu billboards.", "Ilni xhur sħaħ immur quddiem il-bord nitlob din l-informazzjoni u sal-lum għadha ma ġietx mgħoddija lili.", "Għaliex?", "Għax m'hu veru xejn, ma kien hemm l-ebda deċiżjoni bħal din; u dan l-individwu qabad u ddeċieda hu arbitrarjament kontra l-GWU li jneħħi l-billboard minn hemm.", "Jirriżulta biċ-ċar li dan kien mottiv politiku biex lill-GWU joħolqulha l-problemi.", "Imma s'issa għadna nistennew u naraw kif se tiżvolġi din il-kwestjoni għaliex il-minuti għadhom ma waslulix u mhux se jasluli għaliex m'hemm l- ebda minuti.", "U issa naraw jekk l-awtorità ta' l-ippjanar hix se tieħu passi kontra dan l-individwu.", "Jien nemmen li m'huma se jittieħdu ebda passi għax għandi esperjenza biżżejjed li kull meta ġibt provi li kien hemm abbużi - tista' tgħidilhom abbużi - dejjem jispiċċaw jgħiduli li sar żball.", "Skond min ikun, għaliex jekk ikun xi ħadd ta' ġewwa jgħidulek li sar żball imma jekk ikun xi ħadd li jkunu jridu jeħilsu minnu jew itajruh jakkużawh, kif se nuri iktar 'il quddiem, li mar kontra r-regolamenti ta' l-awtorità ta' l-ippjanar jew abbuża mill-pożizzjoni tiegħu bħala ħaddiem fl-awtorità .....", "Din hija s- sitwazzjoni li hemm fl-awtorità ta' l-ippjanar.", "Dan li qed insemmi qed ngħidu bil-provi u min irid jista' jmur jiċċekkja.", "L-akbar pressjoni politika li ssir fejn jidħol l-aspett ta' l-ippjanar ġejja minn Għawdex fejn hemm diżastru kbir anke fejn jidħol l-aspett ambjentali.", "Dan kulħadd jafu, imma nitkellmu biss u ma jsir xejn.", "Saru ħafna affarijiet f'Għawdex, imma fosthom insemmi triq li saret fil-wied f'San Blas.", "Din saret b'mod illegali bil-kollaborazzjoni tal-familjari tal-ministru għal Għawdex u xi bażużli oħra.", "Din it-triq ġewwa San Blas qasmet l- għelieqi fil-wied u ma ttieħdu l-ebda passi.", "Niskanta kif jien biss nara dawn l-abbużi u jkolli nġibhom quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar biex tinvestiga din l-irregolarità li qed issir ġewwa Għawdex!", "Imbagħad noqogħdu nilagħbuha tal-qaddisin!", "Allaħares ikolli noqgħod insemmi l-każi kollha ta' bini illegali li hemm, kulħadd jagħmel li jrid għax ikun hemm xi ħadd jiddefendih.", "Issa nistennew u naraw ħalli l-poplu jkun jaf għaliex ma tteħdux passi kontra dak li għadni kif semmejt.", "Każ ieħor li juri li hemm abbużi mill-uffiċjali ta' l-awtorità ta' l- ippjanar huwa wieħed li kont qajjimtu f'dan il-parlament dwar permess ta' ħanut tal-pastizzi.", "Kien jidher ċar u tond li ma kellux joħroġ il-permess għal dan il-ħanut, l-ewwelnett għaliex dan kien niżżel fl-applikazzjoni għall-permess li kien already licensed imma ma kien veru xejn għax kien bagħbas fl-irċevuta tal-liċenzja.", "Wara li ħareġ il-permess, bi frodi, bħala already licensed, il-perit ta' dan l-individwu, li kien perit membru tad-DCC, kiteb biex il-permess joħroġ mhux already licensed.", "Ara x'viltà!", "L-ewwel applika għaIl-permess bħala already licensed, għax iffalsifika l- irċevuta ħalli jieħu l-permess, u wara li ħarġulu l-permess bħala already licensed kien hemm membru tad-DCC li ried li l-permess joħroġ mhux already licensed, peress li kienu qed jittieħdu passi mill-pulizija.", "Dawn huma abbużi ċari u, jekk irid, għandi kopja hawnhekk tal-korrispondenza ta' dan il-perit li huwa tad-DCC biex wieħed ikun jaf x'inhu jiġri fl-awtorità ta' l-ippjanar.", "L-istess jiġri fejn jidħol il-heritage advisory committee.", "Fil-każ ta' PA 2538 tas-sena l-oħra - development at Ħas-Sajjied f'Birkaraka - l-HAC qal li dan għamel skandlu kbir u għandhom jittieħdu passi kontra tiegħu, meta l-awtorità ta' l-ippjanar tgħid li kieku dan applika normali, ma kellux għalfejn japplika taħt \"to sanction\" għaliex kien joħroġlu l-permess xorta peress li m'hemm xejn speċjali.", "Mela dan il-heritage advisory committee qed jagħmel rakkmandazzjonijiet biex jittieħdu passi kontr dan fuq affarijiet żgħar u mbagħad fuq l-abbużi kbar li qed isiru fiċ-ċentru tar-restawr ta' Bighi u fil-bini ta' Sant'Anġlu, ma tirrikkmandax biex jittieħdu passi kontra min abbuża!", "Kif iridu li jkollna fiduċja fl-HAC meta fil-proġett ta' San Ġakbu fil-Belt, membru tiegħu stess kien imdaħħali f'ċerti intriċċi!", "Għalkemm darba minnhom veru kien iddikjara interess, ipprova jinfluwenza billi kiteb fil-gazzetti favur xi ħaġa li qatt ma missha saret, xi ħaġa li żgur tmur kontra l-prinċipju li jitwaqqgħu ċerti ħitan f'dak il-bini storiku.", "Imma peress li kien hemm dan l-individwu dawn l-affarijiet setgħu jsiru.", "Meta jien kellimt dwar ir-riforma fis-seminar li kien sar, kont semmejt ukoll li l-uffiċjali ta' l-awtorità ta' l-ippjanar ma jibqgħux għal dejjem hemmhekk.", "Din hija kwestjoni importanti li ġiet imwarrba.", "Kif diġà għedt, il-gvern elett għandu jkollu poter ibiddel ċerti karigi fl-awtorità wara li dawn ikunu ilhom għal ċertu żmien.", "Dawn għandhom jinbidlu fl-interess ta' kulħadd, bħalma jinbidel il-gvern matul iż-żmien, u b'hekk tkun riflessa r- rieda tal-poplu li jkun eleġġa lill-gvern.", "Jiddispjaċini li llum għandna sitwazzjoni fejn ħadd ma jagħti kas il-konflitti ta' interessi li għandha l- awtorità, ħadd ma jagħti kas id-diskriminazzjoni fl-għoti ta' permessi jew l-interessi fil-pjani lokali.", "Min qed jiċċekkja dawn l-abbużi?", "Forsi issa se tgħidli li se jkun hemm xi ħadd biex jiċċekkja l-affarijiet wara li kont għamilt proposta jien f'dan is-sens.", "Imma xorta ngħid li l-mod kif qed isiru l-affarijiet mhux se jkun hemm checking biżżejjed.", "Allura tajjeb li nies f'ċerti karigi fl-awtorità ta' l-ippjanar jagħmlu dikjarazzjoni ta' l-assi u tal-beni kollha li għandhom, inkluż il-membri ta' kull bord fl-awtorità - u anke dawk li qegħdin f'ċerta pożizzjoni fl- awtorità ta' l-ippjanar – għaliex ma jistax ikun li ċerti nies li jiddikjaraw li l-qligħ tagħhom huwa biss mill-awtorità ta' l-ippjanar, imbagħad issib li kemm ilhom jaħdmu fl-awtorità ta' l-ippjanar saru proprjetarji ta' artijiet u ta' bini li jqum ħafna flus!", "Mr Speaker, biex inkompli nuri kemm veru hemm pressjoni politika, apparti l-abbużi li qed isiru mill-klikek biex ċerti nies jinqdew malajr u ċerti nies nostakolawhom, se nirriferi għal meta kont stedint lis-segretarji parlamentari li hawn f'dan il-parlament biex jagħmlu dikjarazzjoni ġuramentata li ma jieħdu l-ebda sehem mill-uffiċċju tiegħu jew li hu personali ma kellem lil ħadd mill-awtorità ta' l-ippjanar.", "U jien kont għedt li wara nerġgħu nitkellmu.", "Naħseb li minn dak iż-żmien għadda żmien biżżejjed, u minkejja li ntqal ħafna paroli, ma sarx ġurament, però llum se nkun iktar dirett.", "Fil-fatt fil-gazzetta dehru d-diskorsi li għamlu fil- parlament l-Onor.", "George Pullicino u l-Onor.", "Jesmond Mugliett, b'ta' l- aħħar saħansitra jisfidani ngħid dak li naf u llum ngħidlu li wasal il- mument biex ngħid dak li naf.", "Infakkar li dakinhar l-Onor.", "Mugliett minn jeddu, bla ma jien semmejt xejn, qal hekk, u se nikkwotah eżatt:", "\"Nispera li l-Onor.", "Mizzi mhux qed jirriferi għal xi każ partikolari, każ fejn hemm uffiċjal għoli ta' l-awtorità involut fl-applikazzjoni tal-GRTU li applika biex jissanzjona xi xogħlijiet li forsi assoċjajt ftit miegħu jien.", "M'hemm l-ebda każ ta' qligħ ta' flus.\".", "Mela hawnhekk l-Onor.", "Mugliett semma każ speċifiku, semma li huwa assoċjat miegħu però qal li ma kienx hemm qligħ ta' flus.", "Dak huwa proprju l-każ u se nibda nispjega l-affarijiet.", "Però tajjeb li l-ewwel ngħid li meta jien kont għedt li hemm indħil u staqsejt, l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet pronta u ħarġet stqarrija fejn qalet li kategorikament tiċħad li hemm xi segretarju parlamentari li huwa perit li qed jagħmel xi pressjoni jew jindaħal fix-xogħol ta' l-istess awtorità ta' l-ippjanar fuq applikazzjonijiet li jsiru mill-uffiċċju privat tiegħu.", "Dikinhar l- awtorità ta' l-ippjanar kienet fast, imma jiddispjaċini ninnota li l- awtorita' ta' l-ippjanar qatt ma toħroġ stqarrija dwar l-abbużi li jseħħu minkejja li tkun taf li jkunu veru.", "Qatt ma ħarġet stqarrija dwar il-każ tal-Verdala, dwar il-każ tal-paviment f'Għawdex jew dwar ir-rimi ta' materjal ġol-baħar mill-proġett taċ-ċentru ta' l-isport ġewwa l-Kottonera.", "Imma hawnhekk ġibdulha l-ispaga u allura kellha toħroġ stqarrija!", "Ħalli nibda nispjega u ngħid dak li għandi ngħid dwar dan il-każ.", "Din il-persuna kienet talbet biex joħroġ enforcement għaliex kienu qed isiru xogħlijiet irregolari.", "Fil-fatt wara t-talba li kienet saret mill- enforcement officer - mhux bħala uffiċjal fl-awtorità ta' l-ippjanar imma bħala individwu, kif kulħadd għandu dritt jagħmel - mar l-enforcement officer u sab li veru kellu jinħareġ enforcement notice għaliex kienu qed isiru affarijiet irregolari u mhux skond il-permess.", "Kulħadd jaf li meta wieħed japplika għall-permess, jitwaħħal notice mal-bini li jgħid xi jkun dak ix-xogħol.", "Fil-fatt f'dan il-każ twaħħal dak in-notice li fih kien hemm indikat x'inhu x-xogħol li suppost isir, però iktar tard, wara li qamet din il-kwestjoni ta' l-enforcement, irriżulta li xi ħadd kien bagħbas fil-pjanti biex dawk l-affarijiet li kienu irregolari jsiru regolari.", "U ma kien ħadd ħlief l-uffiċċju tal-Perit Jesmond Mugliett.", "Dawn ma kenux minor amendments għaliex kienet se toħorġ l-iskuża li dawn kienu minor amendments biex joħroġ il-permess fi żmien ftit ġranet.", "Meta l-individwu involut induna x'kien se jiġri, ħa passi legali bil-qorti biex jieqaf kollox u l-qorti laqgħet it-talba tiegħu.", "Jien għandi dokumenti li juru li mhux minor amendments kien hemm, u jekk jisfidawni lest nuri e-mails li juru biċ-ċar li dawn mhux minor amendments kienu.", "S'hemmhekk kienet għadha ma bdietx dieħla l-pressjoni politika, imma wara li kien hemm din il-korrispondenza li turi li ma kenux minor amendments daħlet il-pressjoni politika.", "U naf x'jien ngħid għaliex kien hemm enforcement officer - ma nistax nikxef min hu - li kien iċempillu personalment u jgħidlu biex iżomm lura.", "X'ġara?", "Spiċċajna biex naraw insibux triq oħra biex naqdu lil dan il-bażużlu.", "Dan il-każ mar quddiem id- DCC taħt minor amendment - minkejja li qabel kien diġà ġie ddikjarat li mhux każ ta' minor amendment - u d-DCC approvah biex joħroġ il-permess għal minor amendment meta d-DCC ma jidħolx f'minor amendments.", "Dik hija s- sabiħa!", "Hija kontradizzjoni oħra li d-DCC kienet approvat li joħroġ permess għal minor amendments meta d-DCC ma jidħolx fil-minor amendments.", "Ħaddieħor suppost jidħol fil-minor amendments, dak l-individwu li semmejt iktar 'il quddiem meta tkellimt dwar il-kwestjoni tal-billboards.", "Imbagħad spiċċajna biex l-individwu reġa' daħal il-qorti, il-qorti reġgħet tatu raġun u l-permess ġie miżmum għalissa.", "Minn dakinhar 'l hawn bdiet ħierġa ħafna evidenza u informazzjoni fil-qorti li turi biċ-ċar li kien hemm xi ħadd minn fuq li kien qed jagħmel il-pressure.", "Imma minn dakinhar beda jinħadem frame-up kontra dan l-individwu ġo l-awtorità ta' l- ippjanar.", "Għaliex qed ngħid frame-up?", "Għaliex id-dokumenti u l-evidenza li għandi jien dwar il-kwestjonijiet li qajjimt fil-bord ma jaqblux ma' dak li kien qed jgħidli min hu responsabbli fil-bord.", "In the meantime l-individwu reġa' kien qed jidher li qed jagħmel xi xogħol.", "U dan l-uffiċjal fl-awtorità ta' l-ippjanar, li għandu interess bħala persuna, ġibed l-attenzjoni ta' l-awtorità ta' l-ippjanar biex imur jispezzjona.", "U hekk għamel.", "Mar jispezzjona u sab li veru kienu qed isiru affarijiet irregolari u kellu jkun hemm enforcement, għalkemm ġabu skuża li dawn kienu qed idaħħlu dan il-materjal biex iżommuh hemmhekk.", "Imbagħad meta jien qajjimt il-kwestjoni quddiem il-bord ta' l-awtorità ta' l- ippjanar, l-uffiċjali bdew jgħidu li dan ta informazzjoni falza, iffrejmjawh!", "Akkużawh bla ma tawh ċans jiddefendi lilu nnifsu u tawh warning meta ma kien veru xejn.", "Dan sar kontra l-ftehim kollettiv.", "Imbagħad inqalbet il-verżjoni għax sabu li huma ma kellhomx raġun u li dan abbuża mill-pożizzjoni tiegħu fl-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Issa llum għadna għaddejjin b'din il-kantaliena.", "Għalhekk jien bħala membru tal- bord, f'ġieħ it-trasparenza u s-sewwa, tlabt li d-dokumenti kollha konnessi ma' din il-kwestjoni jitqassmu lil-membri kollha tal-bord biex l- affarijiet jifluhom huma.", "Pero' jidher li s'issa għadu ma tpoġġa xejn.", "Iva, l-Onor.", "Jesmond Mugliett talabni ngħid dak li għandi ngħid u dan jien għamiltu u issa nitolbu biex hu jgħid tiegħu u nkomplu minn hemm.", "Hawnhekk nitlob lill-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni – għalkemm m'għandix fiduċja fiha għax din dejjem tat support lill-gvern, dejjem ġabet skuża biex ikun hemm xi ħadd tal-gvern u jekk ikun hemm xi ħadd ħati ddawwarha li mhuwiex ħati - biex tinvestiga dan il-każ mill- bidu sa l-aħħar u tinvestiga wkoll il-frame-ups li pprovaw isiru kontra individwu li qed jiġġieled għad-drittijiet tiegħu.", "Hekk sejrin fl-awtorita' ta' l-ippjanar jekk ma tkunx tal-qalba nett u ma tkunx \"yes sir\" għal tal- Partit Nazzjonalista!", "Għalhekk nerġa' ntenni li l-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni taqbad il-file u tinvestiga billi tistaqsi l- enforcement officers kollha, lill-individwu u lill-uffiċjali kollha ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar ħalli tkun taf l-affarijiet.", "Wara li lill-Onor.", "Mugliett kont għedtlu li hemm min qed jabbuża dan beda jagħti l-impressjoni li jien qed immur nara l-files tal-proġett tal- Kottonera u xi files oħra biex nipprova nostakola.", "Jien immur nara l- files tal-proġett tal-Kottonera għax l-affarijiet irridhom isiru bis- serjeta' u għax irrid li ma jkunx hemm abbużi.", "Qed ngħid dan għax minn konklużjoni tal-preliminary report li kienet ħarġet l-awtorita' ta' l- ippjanar – dan ħarġitu għax ma kellhiex triq oħra x'tagħmel wara li kellha pressjoni minn uffiċjali li kienu nkarigati li jagħmlu r-rapporti - jidher ċar li saru ċerti abbużi mill-iżviluppaturi.", "Ovvjament l-uffiċjali ma kellhomx triq oħra ħlief li jiġbdu l-attenzjoni ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar bil-miktub u l-awtorita' ma kellhiex triq oħra ħlief li toħroġha fil-beraħ u tgħid lill-membri tal-bord x'inhi s-sitwazzjoni.", "Fis-summary conclusion ta' dan ir-rapport li ħarġet l-awtorita' ta' l- ippjanar jidher ċar li se jkun hemm bini aktar milli suppost għax l- interess ta' l-iżviluppaturi huwa li jiżviluppaw kull biċċa art li hemm.", "Jidher ċar ukoll li l-heritage u l-arkitettura mhux qed jagħtu kashom għax għalihom l-importanti huwa li jdaħħlu l-flus.", "Insibu, per eżempju, li meta l-permessi marru quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, ir-rapport soċjo- ekonomiku tan-naħa ta' isfel ta' Malta nsewh u għalkemm il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li se jimxi fuqu, dan warrbu.", "Intnesa wkoll il- Grand Harbour local plan u ntnesa l-istructure plan.", "Il-gvern waqa' għall-pressjoni ta' l-ispekulaturi u tahom dak li riedu.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax waħda mir-raġunijiet li l-permessi damu jiġu diskussi quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet li kien hemm xi affarijiet li l-awtorita' ma setgħetx taċċettahom.", "Per eżempju ̧ minkejja li kellu jsir traffic impact assessment dan baqa' ma sarx u l-gvern aċċetta li jidħol responsabbli biex jagħmlu hu u l-obbligazzjonijiet jidħol għalihom hu wkoll.", "Allura jekk jinstab – huwa żgur li se jinstab - li l- affarijiet li hemm bżonn isiru ma jistgħux isiru, se nibqgħu għaddejjin u ma jinteressaniex mill-problemi soċjali u problemi oħra li se joħolqu lin- nies ta' dawk l-akkwati?", "Mr Speaker, jidher li ċerti NGOs bħal Din l-Art Ħelwa, l-HAC u dawk responsabbli mill-mużewijiet ma ħadux l-affarijiet bis-serjeta' għax irriżultalna li l-akkwata ta' Sant'Anġlu se tispiċċalha l-identita' tagħha.", "Per eżempju, ħafna mill-affarijiet li kont inqajjem jien fl-awtorita' ta' l-ippjanar issa l-gvern qed jaċċettahom wara li jiddiskutihom ma' Din l-Art Ħelwa.", "Jiġifieri jien bħala rappreżentant ta' l-oppożizzjoni kelli raġun u ma kontx qed nostakola.", "Eżempju tipiku huwa li wara li kien approvat li se jsir bridge illum qed jitolbu biex dan ma jsirx.", "Jien naqbel li ma jsirx dan il-bridge għax kienet se ssir ħneżrija u nispera li l-flus li mhux se jintnefqu, jintnefqu fir-restawr.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-bini li se jaffettwa Triq il-Ħabs l-Antik fil-Birgu għax minkejja li kienu qalu li dan il-bini se jogħla sal-livell tat-triq, fil-fatt dan spiċċa għola aktar mil-livell tat-triq u se jgħatti lir-residenti ta' hemmhekk.", "Għalhekk illum dawn taw raġun dak li kont qed ngħid jien.", "Mr Speaker, xi ngħidu mbagħad għall-bini bil-ħadid u l-ħġieġ li ma jmur xejn ma' l-arkitettura ta' dik l-area?", "Illum qed jgħidu li dan se jagħmluh bil-ġebel biex jaqbel aktar mal-bini jiġifieri l-argument li kienet qajmet l-awtorita' ta' l-ippjanar li dak għandu jkun modern biex jagħmel kuntrast ma' l-affarijiet storiċi l-oħra, issa waqa'.", "Dawn x'kummiedji huma għax jew temmen f'dak l-argument jew le!", "Din hija sitwazzjoni ta' ħokkli dahri u nħokklok dahrek, u hekk imxew l-affarijiet fil-proġett ta' Sant'Anġlu u fil-proġett tal-Kottonera.", "Mr Speaker, minkejja li l-HAC kellu jitkellem dwar is-silos, dan baqa' ma semma xejn dwarhom.", "Issa ħadd ma jista' jgħid li dawn kienu dilapidati għax dawn qegħdin fil-blat, pero' dawn tħallew jitkissru u jitfarrku.", "U biex il-gvern jagħti palata, ipprova jikkuljuna lill-oppożizzjoni għax titkellem u tiġġieled dwar l-istraġi li qed isir f'bini storiku li qatt ma kellu jitwaqqa' - hawnhekk qed nirriferi għal dawk l-istores li qabel kienu tal-Maltacom imbagħad għaddew għand id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili - u qal li aħna ma kellniex għalfejn nitkażaw għax il-permess biex jitwaqqa' dan il-bini kien ħareġ fi żmien gvern Laburista.", "Hekk kienu ħarġu jgħidu pubblikament.", "Fil-fatt wara mistoqsija parlamentari li kien għamel l-Onor.", "Michael Bonnici, kienu ħarġu stqarrija u bdew jgħaddu ħafna kummenti fil- media tal-Partit Nazzjonalista fejn bdew jgħidu li l-Partit Laburista kien ħareġ il-permess biex jitwaqqgħu dawn l-imħażen.", "Jien ħallejthom iparlaw fil-vojt u wara għedtilhom li dan kien kollu gideb għax aħna konna ħriġna permess biex inwaqqgħu latrina.", "Issa l-Partit Nazzjonalista li tant jemmen fit-trasparenza u fid-demokrazija, lanqas biss indenja ruħu jitkellem fuq dak li kont għidt jien, meta jien kont ġibt il-provi li dan kien kollu gideb faħxi.", "Illum is-sitwazzjoni hi li l-Partit Nazzjonalista mhux biss jaf li qed issir spekulazzjoni fuq il-proġett tal-Kottonera imma qed jagħti l-għajnuna biex issir din l-ispekulazzjoni u minn fuq joqgħod jiftaħar kemm qed jagħmel għall-Kottonera!", "Pero' l-verita' hi li dan mhux qed jagħti kas l- aspett soċjali imma intrabat ma' l-ispekulaturi u jrid jagħmel dak li jgħidulu huma.", "Per eżempju, minkejja li waħda mill-kondizzjonijiet kienet li l-biċċa art li hemm ħdejn l-istores tas-cement ma tistax jintuża għan-negozju, issa jidher ċar li hemm xi ħadd b'saħħtu li se jagħmel supermarket biex jeqred lil dawk il-ħwienet iż-żgħar li hemm fil- Kottonera, b'mod speċjali f'Bormla, u joħloq problemi soċjali.", "Dik hija r- realta' u allura m'hu veru xejn li l-gvern qed jagħti kas l-aspett soċjali.", "Nerġa' ntenni li fuq il-proġett tal-Kottonera l-affarijiet tant ma sarux bis-serjeta' li issa spiċċajna nibdlu l-affarijiet li għamilna.", "Per eżempju, din il-ġimgħa se niddiskutu xi tliet applikazzjonijiet konnessi mal-proġett tal-Kottonera għax il-gvern intrabat li akkost ta' kollox jaċċetta kulma jintalab jagħmel.", "L-aqwa li ningannaw lill-poplu u nuruh xi ħaġa tleqq li tkun mod ieħor.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira fuq it-tariffi, Mr Speaker.", "Kif diġa' għedt f'dan il-parlament, fil-budget ma semmejna xejn li se nżidu t-tariffi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, u mbagħad meta nibdew is- sena l-ġdida nibdew noħorġu t-tariffi u ngħidu li dan qed nagħmluh biex inżidu l-effiċjenza.", "Min jaħseb li jekk tgħolli t-tariffi se żżid l- effiċjenza huwa żbaljat għax l-effiċjenza żżidha bl-accountability u billi l-affarijiet isiru kif suppost u billi ma jkunx hemm pressjoni politika.", "Mela spiċċajna f'sitwazzjoni fejn ħaddiem bil-minimum wage li jkollu bżonn permess żgħir irid iħallas Lm5 biex jagħmlulu kopja tiegħu!", "Qabel nagħlaq nixtieq insemmi t-tbażwira li hemm dwar il-waste management subject plan for the Maltese islands, Mr Speaker.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar għandha waste management plan u anke l-gvern għandu waste management plan, iżda l-istess gvern ħareġ tender għal waste management plan ieħor - safejn naf jien lanqas pajjiż li huwa akbar minn Malta xi 20,000 darba m'għandu dawn it-tliet affarijiet f'daqqa fejn wieħed jiġbed 'il hawn, l-ieħor jiġbed 'il hinn u ieħor jiġbed mod ieħor! – imma f'pajjiżna kollox possibbli għar-raġuni li l-gvern ma jafx fejn qiegħed fir-realta' u allura qed iħalli l-awtorita' ta' l-ippjanar timxi għaliha, il-gvern jimxi għalih u l-privat jimxi għalih.", "Naħseb se naslu f'sitwazzjoni fejn il-gvern jgħid lill-privat biex jagħmel xi ħaġa hu u jibda jintaxxa l-poplu hu!", "Sadanittant pajjiżna jwarrad bil-ħmieġ u jitla' bini li jħassar l-ambjent, li ħafna minnu jkun bla permess u bini ieħor ikun ġie approvat għax ikun hemm il-pressure.", "Din hija s-sitwazzjoni tal-lum.", "Veru li b'dawn l-emendi li se nressqu llum se ntjebu l-operat ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar imma l-problemi mhux se nsolvuhom.", "Se nibqgħu mingħajr accountability u se jkun hemm id-diskriminazzjoni, il-korruzzjoni u l-pressure politika, bħalma hemm diġa'.", "Għalhekk jekk mhux se naraw li jkun hemm l-accountability u t-trasparenza, fejn aħna se nibqgħu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' l- għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed jagħtu rwol akbar lill-gvern fit-tfassil ta' pjanijiet u policies filwaqt li se jagħti awtonomija sħiħa lill-awtorita' ta' l-ippjanar fid-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal permessi għall-iżvilupp.", "Għan ieħor ta' dan l- abbozz ta' liġi huwa li jsiru bidliet biex ikun hemm aktar rimedji għall- ilmenti u aktar ħeffa fl-ipproċessar u fit-teħid ta' deċiżjonijiet.", "Apparti minn hekk se tissaħħaħ il-parteċipazzjoni pubblika fil-proċess ta' l-ippjanar u se jissaħħu l-poteri ta' l-awtorita' li tinforza l-liġi meta jkun hemm żviluppi illegali.", "Min ma jaqbilx ma' emendi bħal dawn?", "Dan huwa kollu kliem sabiħ u huma kollha affarijiet li jekk jaħdmu, ikunu qed jaħdmu fid-direzzjoni t-tajba pero' fl-aħħar mill-aħħar iċ-ċittadini jiġġudikaw dak li qed nagħmlu f'dan il-parlament mhux biss bil-kliem imma b'dak li jkunu qed jaraw fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "M'hemmx dubju li ħafna mill-ġudizzju li jagħmlu n-nies fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar ikun ibbażat fuq dak li jġarrbu fil-ħajja tagħhom ta' kuljum u fuq dak li jaraw b'għajnejhom u mhux fuq ir-rapporti li toħroġ hi jew fuq dak li jintqal mill-gvern jew mill-oppożizzjoni.", "M'hemmx dubju li bħala pajjiż li għandu territorju ċkejken u bħala pajjiż li jrid joqgħod attent li ma jispiċċax qisu skoll mibni ffullat u l-ftit spazji li jibqa' jkun għat-toroq mimlijin karozzi, irridu nagħtu kas iżjed u aħjar kif nirregolaw l-użu tat-territorju tagħna.", "Diġa' għandna problema kbira li territorju daqshekk ċkejken irid jissodisfa ħafna bżonnijiet li jikkompetu għal dak l-ispazju.", "Aħna għandna ħafna bżonnijiet differenti li huma kontradittorji u bil-maqlub ta' xulxin fejn waħda tħassar lill- oħra.", "Fit-territorju ċkejken tagħna irid ikollna spazju fejn ngħixu, fejn naħdmu, fejn nirrikkreaw irwieħna u fejn ikollna faċilitajiet sportivi u faċilitajiet oħrajn li nassoċjawhom mal-ħajja ta' kuljum.", "Ħafna drabi minħabba ċ-ċokon tat-territorju tagħna jkun hemm pressjoni kbira fuq l- istess biċċa art għax min ikun irid joqgħod fuqha, min ikun irid jagħmel fuqha pompa tal-petrol fuqha, min irid jagħmel fuqha faċilita' sportiva eċċ. u allura m'hemmx dubju li kemm-il gvern innifsu, kemm min ikun qed jieħu d-deċiżjonijiet kif ukoll l-awtorita' ta' l-ippjanar li trid tkun ir- referee f'dawn il-pressjonijiet differenti, m'għandhomx ħajja faċli.", "Minbarra din il-pressjoni fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar li toħroġ mid- daqs tat-territorju tagħna, hemm il-pressjoni umana.", "Il-pressjoni umana hi li f'komunitajiet żgħar ħafna drabi jkollok problemi li jkunu ġejjin minn kuntatti u rabtiet personali, fejn nies jilbsu kpiepel differenti.", "M'hemmx dubju li wieħed jista' jaqra studji sħaħ kif il-konflitti ta' interess u r-rabtiet personali fis-soċjetajiet ċkejknin ħafna drabi jkunu akbar minn dawk ta' pajjiżi kbar.", "Hemm min wasal għall-konklużjoni xejn feliċi li f'pajjiżi żgħar bħal tagħna, aktar b'saħħithom mil-liġijiet u mir- regolamenti hemm il-kuntatti personali li fl-aħħar mill-aħħar dak li jkun jipprova jieħu dak li jkollu bżonn mingħajr ma joqgħod jagħti kas x'jgħidu l-liġijiet u r-regolamenti, ikun x'ikun l-effett ta' dan li qed ngħid.", "Għalhekk fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar hemm ukoll din it-tip ta' pressjoni li joħroġ mid-daqs tas-soċjeta' tagħna.", "Hemm ukoll fenomenu ieħor li bilfors jolqot lill-awtorita' ta' l- ippjanar, kif jolqot kull qasam ieħor ta' ħajjitna.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-fatt li l-istess persuna tilbes kpiepel differenti.", "Per eżempju, issib min ikollu l-professjoni tiegħu u mbagħad ikollu xi kariga f'xi struttura pubblika, ikollu xi interessi privati u jkollu wkoll roles differenti li jaħbtu ma' xulxin.", "Dan ikompli jżid il-pressjoni għall-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet f'pajjiż bħal tagħna.", "Waħda mill-problemi ta' parlament żgħir bħal tagħna li m'għandux ir-riżorsi hija li l-membri parlamentari mhux biss jiġu jitkellmu fuq x'iħossu u x'jaħsbu imma jkollhom min ikun għen biex ikun analizza l-qasam li jkunu qed jitkellmu dwaru.", "Per eżempju, m'hemmx dubju li l-kwalita' tad-dibattitu bħal dan tkun ogħla kieku aħna, minbarra li nkunu flejna x'jgħid dan l-abbozz ta' liġi, inkunu analizzajna bis-serjeta' kif ħadmet l-awtorita' ta' l-ippjanar u naraw fejn ħadmet tajjeb, fejn ħadmet ħażin u x'nistgħu nagħmlu biex nirranġaw.", "Pero' aħna m'għandniex dawn ir-riżorsi u fil-fehma tiegħi għadha ma saritx analisi serja ta' l-aspetti differenti tal-ħajja ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar minn kemm ilha teżisti biex imbagħad inkunu nistgħu nagħmlu passi 'l quddiem.", "Waħda mill-akbar problemi li nħoss li għandha l-awtorita' ta' l-ippjanar hija l-problema tal-konflitti ta' interess.", "Miċ-chairman 'l isfel, fil- livelli differenti ta' l-istruttura, it-tentazzjoni għal min qiegħed f'pożizzjoni daqshekk importanti, fejn id-deċiżjonjiet li jieħu tant iħallu effett fuq kif wieħed jagħmel il-flus jew fuq kif wieħed jitlef il-flus ...", "Ma nistax ma nsemmix ̧ per eżempju, l-isforz li jsir biex dak li jkun - u se nitkellem bl-aktar mod goff - jixtri referee ħalli fejn jista' dan jagħlaq għajnejh biex iġibha żewġ.", "Hemm modi differenti kif tixtri referee.", "Per eżempju, waħda mill-mistoqsijiet li nixtieq nagħmel dalgħodu biex nirriflettu dwarha hija meta, per eżempju, ikollok chairman ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar li jkun konsulent f'diversi proġetti li jkunu qed iseħħu, bħal proġetti ta' lukandi f'inħawi differenti tal-pajjiż.", "Huwa aċċettabbli li chairman ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ikun ukoll konsulent ta' proġetti turistiċi li l-forma li jieħdu, il-mod kif isiru, kemm jitħaffef il-proċess biex l-applikazzjoni tagħhom tiġi mgħoddija u kif joħorġu l-permessi, jkun jiddependi mill-awtoirta' ta' l-ippjanar?", "Għandna nkunu sodisfatti billi ċ-chairman jgħid illi x'ħin jiġu biex jieħdu deċiżjoni dwar applikazzjoni li hu jkun konsulent tagħha, dan jitlaq 'il barra fil-mument tad-deċiżjoni?", "Ma naħsibx li din hija risposta serja u jien ngħid li jekk irridu li l-awtorita' ta' l-ippjanar timxi fid- direzzjoni li qed isemmi dan l-abbozz ta' liġi, naħseb li l-gvern għandu r- responsabilita' politika - b'dan l-abbozz ta' liġi r-responsabilita' politika tal-gvern se tiġi aktar fid-deher - li jiġbed l-attenzjoni taċ- chairman ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li mhuwiex aċċettabbli li dan ikun konsulent ta' proġetti li d-destin tagħhom, fl-istadji differenti tagħhom, jiddependi mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Mhuwiex aċċettabbli li tgħid li titlaq 'il barra meta jiġu biex jieħdu deċiżjoni.", "Nafu li l-influwenza ma ssirx biss fil-mument formali ta' x'ħin tiġi biex tieħu deċiżjoni.", "L- influenza hija l-ħin kollu bl-effett li tħalli l-ħin kollu.", "Issa dak li għedt għaċ-chairman jgħodd ukoll għal nies oħrajn li qegħdin fl-istruttura ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar fil-livelli differenti.", "Hawnhekk qed nirriferi għal dawk li għandhom professjoni ta' perit, għal dawk li għandhom professjoni ta' surveyor u għal dawk li għandhom professjonijiet oħrajn għax dawn jistgħu jkunu jkunu f'pożizzjoni li jinfluwenzaw kif joħroġ permess u l-iżvilupp li jsir.", "Waħda mill-akbar problemi li għandna f'Malta - min qiegħed fil-politika din jgħixha ta' spiss - hija li minkejja li wieħed isir jaf b'xi abbużi, dan ma jitkellem xejn għax meta jagħmel il-kalkoli tiegħu jsib li ma jaqbillux jagħmel hekk.", "Hawn min igħid li jekk jikxef dak li jkun għaddej ipattuhielu meta jkollu xi applikazzjoni hu għax dan ikun irid iħabbat wiċċu ma' dawn l-istess nies.", "Din hija tip ta' omerta' li sserraħ ras dak li jkun li l-abbużi mhux se jinkixfu għax dak li jkun jagħmel il-kalkoli tiegħu.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq sitwazzjoni fejn wieħed jibqa' lura milli jitkellem għax 'il quddiem jista' jintlaqat ħażin.", "Din hija xi ħaġa li niltaqgħu magħha għax hawn nies li jafu li jekk imorru għand nies fl- awtorita' ta' l-ippjanar jistgħu jinqdew pero' ma jkunux lesti li jikxfu dawn l-affarijiet għax ma jkunux jaqblilhom.", "Kull darba li jkollna diskussjoni fuq struttura pubblika ta' dan it-tip dejjem nagħmel appell - din s'issa għadna ma mexxejniex dwarha u lanqas nemmen li se tkun xi buttuna maġika biex issolvi l-problema li għadni kemm semmejt ta' l-omerta' – dwar kif nistgħu nkissru din il-kultura mafjuża ta' omerta' li għanda f'pajjiżna fejn l-abbużi jistgħu jitkattru u jiffjorixxu aktar.", "Jien inħoss li biex nibdew nibdlu din il-kultura ta' omerta', biex tidħol aktar l-idea ta' trasparenza u biex kulħadd jibda jagħti rendikont ta' għemilu, hemm bżonn tidħol xi ħaġa bħall-Whistle Blower Act li tipproteġi lil min jikxef informazzjoni fl-interess pubbliku.", "Billi ddaħħal liġi bħal dik ma jfissirx li mil-lum għal għada se taqleb id-deċiżjoni u l-kultura imma bil-mod il-mod tibdel din il-kultura.", "Jien nitkellem ma' nies li jaħdmu u li kienu jaħdmu fl-awtorita' ta' l-ippjanar – il-fatt li ma jkunux għadhom jaħdmu hemm jilliberahom minn ċerta biża' - li jgħidulek li jkun hemm prattiċi għaddejjin bejn nies tal-flus u nies ta' influwenza li japplikaw għal uffiċjali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Dawn il- prattiċi m'humiex aċċettabbli għax imorru kontra dak li hemm f'dawn l- emendi għax dawn l-affarijiet la jżidu t-trasparenza, la jżidu l- accountability, la jżidu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku u lanqas iżidu l- ħeffa li biha l-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu d-deċiżjonijiet tagħha.", "Għalhekk nerġa' nappella li jekk irridu li strutturi pubbliċi bħall- awtorita' ta' l-ippjanar u strutturi oħrajn ma jkomplux jitħassru u ma jkomplux jiġu korrotti mil-kultura soċajli ta' omerta' li għandna f'pajjiżna hemm bżonn li nibdew indaħħlu miżuri ta' Whistle Blower Act li jipproteġu lil dawk l-impjegati u lil dawk l-uffiċjali li jkunu lesti jagħtu tagħrif li jikxef ċerti abbużi li jkunu għaddejjin.", "Naħseb li huwa importanti ħafna li nimxu f'dik id-direzzjoni għax ċertament hemm affarijiet li m'humiex sejrin tajjeb fl-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Mhux l-ewwel darba li ħadt l-okkażjoni li nsemmi eżempji ċari u diretti u li wħud minnhom se nerġa' nsemmihom illum.", "Hemm każijiet fejn l-awtorita' ta' l-ippjanar tkun iddeċidiet li jkunu nkisru r-regolamenti jew il-liġi u jkollha tieħu dik li tissejjaħ azzjoni diretta dwarhom biex tneħħi dak l- abbuż.", "Jien mhux l-ewwel darba li staqsejt, anke permezz ta' mistoqsijiet parlamentari formali, dwar il-lista ta' l-azzjoni diretta.", "Jien nistaqsi: L-awtorita' ta' l-ippjanar kif tifforma dik il-lista li biha tibda tneħħi dawn l-abbużi?", "B'din tibda u kif tiddeċiedi li fuq ċerti każi tieħu azzoni u fuq każi oħra tħalli x-xhur u s-snin għaddejjin?", "Per eżempju, hawnhekk nixtieq insemmi każ ta' xi ħadd minn Għajnsielem li qed jopera f'garaxx bħala mastrudaxxa kontra l-liġi.", "Jien dan semmejtu fil-mistoqsijiet parlamentari tiegħi u indikajt l-indirizz preċiż pero' minkejja li kull darba ̧ l-awtorita' ta' l-ippjanar, permezz tal-ministru ta' l-intern tweġibni li hemmhekk qed tinkiser il-liġi u se tittieħed azzjoni diretta, s'issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni diretta għax dan qed ikompli jopera illegalment.", "Allura wieħed jibda jistaqsi: Għaliex ma jitteħdux passi?", "Min ikun qed jipproteġi abbuż bħal dan?", "Min ikun influwenza lill-awtorita' ta' l-ippjanar biex tagħlaq għajnejha f'abbuż bħal dan?", "Min ikun xtara r-referee biex dan il-foul ma jarahx?", "Dan huwa biss każ wieħed u miegħu żgur hemm każi oħra li wieħed jista' jsemmi għax in-nies imbagħad jagħmlu l-paraguni.", "In-nies jaraw fejn b'ħafna daqq tat-trombi, per eżempju, jmorru jitneħħew ċerti canopies fin-Naxxar li jkunu kisru l-liġi meta saru u ċerti canopies oħrajn fl-istess inħawi ma jitneħħewx.", "Hawnhekk wieħed bilfors jistaqsi għalfejn fit-tali post ittieħdet azzjoni u f'post ieħor ma tteħditx.", "Għalfejn, per eżempju, wieħed li jagħmel canopy mal-faċċata tad-dar u jikser il-liġi, l-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu passi imbagħad xi ħadd li jkun qed jopera illegalment bħala mastrudaxxa f'Għajnsielem ma tittieħed ebda azzjoni diretta kontra tiegħu?", "Jien inħoss li f'pajjiżna l- affarijiet saru agħar bil-mod kif il-prim ministru qassam ir- responsabilitajiet ministerjali mill-1998 'l hawn għax issa għandna one- stop shop formidabbl.", "Taħt l-istess ministeru għandek l-awtorita' ta' l- ippjanar, id-dipartiment ta' l-artijiet u l-korp tal-pulizija.", "Jekk ikollok one-stop shop komdu u inti tabbuża u tikser il-liġi u titkellem ma' ċerti nies tkun tista' ġġibha mhux żewġ imma t-tripplu f'dan il-każ.", "Għalhekk dan aktar jagħti lok għall-abbużi għax waħda mill-affarijiet suppost sbieħ ta' sistema demokratika hija s-sistema ta' checks and balances fejn jekk ikollok parti minn struttura mħassra, tista' sserraħ rasek għax jekk l-awtorita' ta' l-ippjanar tkun għalqet għajnejha għallinqas ikun hemm il-pulizija li jieħu passi hu.", "Jekk ikun hemm affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dritt ta' art ikun hemm id-dipartiment ta' l-artijiet li jieħu passi wkoll.", "Huwa perikoluż li jkollok konċentrament ta' tliet poteri bħal dawn f'territorju ċkejken bħal Malta u bil-kultura soċjali li għandna Malta u naħseb li jkun fl-interess anke ta' l-iżvilupp demokratiku f'Malta li affarijiet bħal dawn ma jitħallewx ikunu konċentrati taħt l-istess responsabilita' ministerjali u politika.", "Naħseb li dan il-one-stop shop m'huwiex tajjeb u naħseb li jkun fl-interess ta' kulħadd li s-sistema ta' checks and balances taħdem f'qasam bħal dan biex ma jkollokx aktar il-periklu ta' kompliċita' u l-periklu ta' min ikun qed jgħin lil min qiegħed jabbuża.", "Il-ġimgħa li għaddiet kelli okkażjoni nsemmi l-każ ta' dak li qabel kien il-Pescatore.", "Illum mhux se noqgħod nidħol fid-dettall għax dwar dan tkellimt il-ġimgħa li għaddiet imma l-ġirien tas-sid ta' Pushka Palace – donnu jagħmel li jrid dan - mhux se joqgħodu jgħidu kemm huma tajbin dawn l-emendi li qed ngħaddu imma se jiġġudikaw lilna l-politiċi, il- ministri, il-pulizija u l-awtorita' ta' l-ippjanar b'dak li jiġri fil- ħajja ta' kuljum.", "Għalhekk it-test veru ta' kemm l-awtorita' ta' l- ippjanar tkun trid tinforza l-liġi imbagħad toħroġ minn dak li tagħmel fil- ħajja ta' kuljum u mhux minn dak li jkun hemm miktub fil-liġijiet, fir- regolamenti u fir-rapporti uffiċjali.", "In-nies jiġġudikaw bejn il-verżjoni uffiċjali tar-realta' u l-esperjenza reali tagħhom fil-ħajja ta' kuljum.", "Għalhekk kif għamilt nhar il-Ġimgħa se nerġa' nistaqsi għalfejn qed titħalla ssir illegalita' bħal dik.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, l-Onor.", "Evarist Bartolo jmissu jaf li fil-każ tal-Pushka ttieħdet azzjoni tant illi s-sid stess neħħa ħġieġ li kien hemm u partitions li kien hemm.", "Għar-rigward tal-parti l-oħra illi hija bla permess, l-awtorita' ta' l-ippjanar ma tistax taġixxi minħabba li qed tistenna deċiżjoni fuq applikazzjoni sanatorja li l-istess applikant għamel.", "L-Onor.", "Membru dawn il-fatti jafhom u nitolbu jkun korrett mal- fatti.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissuġġerixxi lis-segretarju parlamentari jaġġorna ruħu sewwa għax anke dan l-aħħar il-Pushka għaddej bi żvilupp ġdid bla permess.", "In-nies iċemplu l-awtorita' ta' l-ippjanar, jiġu l-uffiċjali ta' l-awtorita' u malli jwarrbu l-iżvilupp jerġa' jkompli!", "(Interruzzjonijiet) Żgur li ma tneħħewx l-istrutturi kollha, la l-qodma u lanqas dawn il- ġodda li qed isiru issa.", "Apparti l-fatt li sid il-Pushka qed jisfida lill- awtorita' ta' l-ippjanar, qed jisfida wkoll lill-pulizija għax qed jopera disco illegalment kull nhar ta' Sibt mill-11.00 p.m. sas-1.30 a.m. jew sas-2.00 a.m., bi problemi kbar għall-ġirien.", "U nerġa' ngħid illi n-nies li jgħixu dawn l-affarijiet – naturalment dawn jisimgħu l-kliem ta' l-Onor.", "Pullicino u jisimgħu l-kliem tiegħi - fl-aħħar mill-aħħar jiġġudikaw mhux fuq dak li ngħidu aħna, imma fuq dak li jiġri u fuq dak li jġarrbu fil- ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Irrid ngħaddi għal każ ieħor li naħseb li huwa importanti, Sur President.", "Irrid ngħid li anke fil-każ tal-mastrudaxxa ta' Għajnsielem ix-xogħol għadu għaddej.", "(Interruzzjonijiet) Mhux billi s-segretarju parlamentari jgħid li ttieħdu l-passi.", "Jiena naf li ttieħdu passi - kultant jibagħtu xi pulizija jew xi uffiċjali mill-awtorita' ta' l-ippjanar f'dan il-garaxx fejn jopera illegalment bħala mastrudaxxa - u għadhom jieħdu l-passi meħtieġa għax meta jmorru l-pulizija jkunu diġa' avżawh minn qabel ħalli l- makni jkun laħaq tfihom u jkunu laħqu birdu sakemm jaslu l-pulizija, ħalli żgur ma jsibu l-ebda sinjali li x-xogħol għadu għaddej!", "Ejja ma noqogħdux issa ninħbew wara l-formalita' ta' l-azzjoni.", "Jien qed nitkellem fuq azzjoni diretta, azzjoni effettiva li twaqqaf l-abbuż u mhux azzjoni ċerimonjali, dik li wieħed ibill subgħajh fil-fonti ta' l-ilma mbierek biex in-nies jarawh u jgħidu kemm hu qaddis!", "Hemm bżonn ta' azzjoni diretta u effettiva li twaqqaf l-abbuż.", "In-nies dak li jridu, mhux formalitajiet li jkunu qed jittieħdu biex taparsi qed nagħmlu xi ħaġa.", "U n- nies fuq hemm jiġġudikaw.", "Imma rrid nitkellem ukoll fuq żewġ każi oħra li qed jinkwetaw faxex sħaħ ta' nies u li dwarhom l-awtorita' ta' l-ippjanar għad trid tieħu deċiżjoni, Sur President.", "Insemmi, per eżempju, l-inkwiet li għandhom ir-residenti li jgħixu n- naħa tas-Swieqi, oħrajn li jgħixu San Ġwann u San Ġiljan, fuq il-barriera ta' Wied Għomor - ismu ma tantx joqgħodlu llum għax wied li tawh l-għomor sfortunatament qegħdin joqtluh, wied sabiħ, wied li din il-barriera qed tkompli thedded.", "Din il-barriera mhux biss iddejjaq u tiddisturba lil ġirien residenti imma anke tistona mas-sbuħija naturali ta' dan il-wied.", "(Interruzzjonijiet) Ma nsib l-ebda diffikulta' li nfaħħar lill-kunsilli lokali tat-tliet lokalitajiet li ħadmu flimkien fuq dik il-parti ta' qrib it-triq, fejn mis-Swieqi taqsam għal San Ġwann.", "Bla dubju ta' xejn għamlu xogħol sabiħ ta' kif reġgħu bnew il-ħitan tas-sejjieħ hemmhekk u ta' kif naddfu l-inħawi.", "Iva, ngħidilhom grazzi u prosit ta' dak ix-xogħol, u jekk dak ix-xogħol ħa sehem fih il-gvern ċentrali, ngħidlu prosit u grazzi wkoll.", "Fejn l-affarijiet isiru tajbin m'hemmx għalfejn wieħed iżomm lura millli jgħid grazzi u prosit, kif m'għandux iżomm lura meta jara li qed isir abbuż u jattakkah bil-qawwa kollha.", "Iva, dik il-parti sbieħet u tranġat, biss issa importanti li ma nħallux il-barriera tkompli tigdem iktar minn Wied Għomor u tkompli tkerrħu u teqirdu.", "Fuq l-istess linja, nitkellem fuq deċiżjoni li hija mistennija tieħu l- awtorita' ta' l-ippjanar dwar applikazzjoni li hemm għal pompa tal-petrol fil-Mellieħa.", "L-ispazju li hemm wara l-ground tal-football li hemm fil- Mellieħa, spazju li għandna bżonnu biex il-faċilitajiet sportivi jiżdiedu - nitkellmu ħafna fuq kemm hu importanti għat-tfal u għaż-żgħażagħ li niżviluppawlhom dawn il-faċilitajiet, speċjalment wara studju li għamlet Dr. Christine Ballucci, studju li għandu għax jinkwetana ħafna, li fl- eta' ta' għaxar snin ġa għandna terz mit-tfal li għandhom piż żejjed minħabba l-ikel ħażin li jieklu u minħabba nuqqas ta' eżerċizzju, li bi ħsara kbira għal saħħithom jqattgħu sigħat sħaħ quddiem il-playstation, quddiem it-television, quddiem il-computer, tfal li mbagħad ikomplu jikbru f'persuni bi stil ta' ħajja li mhux tajjeb għalihom, bil-mard tal- qalb u l-mard taz-zokkor u mard ieħor dejjem jiffjorixxi – spazju li jkun ħażin jekk jiġi żviluppat billi jingħata għall-pompa tal-petrol.", "Naħseb li l-awtorita' ta' l-ippjanar m'għandhiex tintuża bħala paraventu għal deċiżjoni bħal din.", "Is-sid ta' parti minn dik l-art huwa l-gvern u l-gvern jista' jieħu deċiżjoni politika - kif fuq kollox għamel il-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 - li ma jħallix pompa tal-petrol tinbena fuq art pubblika jekk jidhirlu li dik l-art m'għandhiex tingħata għall-pompa tal-petrol.", "Żgur li l-gvern isib l-appoġġ ta' ħafna minn nies għal deċiżjoni bħal dik, kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti.", "M'hemm xejn ħażin li ssir pompa tal- petrol oħra fil-Mellieħa, u s-sid jafu dan.", "Min qed jipprotesta kontra li ssir pompa tal-petrol wara l-ground tal-football tal-Mellieħa mhux qed jgħid lis-sid biex ma jagħmilx pompa tal-petrol, imma biex ma jagħmilx pompa tal-petrol hemmhekk.", "U l-gvern ċentrali, bħala sid in parti ta' dik il-proprjeta' pubblika, jista' bla ma joqgħod jinħeba wara l-awtorita' l- ippjanar jgħid li f'dak il-post mhux se jagħti permess biex dik il-pompa tal-petrol issir.", "Inħeġġeġ lill-gvern biex jieħu deċiżjoni f'dan is-sens ħalli l-pompa tal-petrol issir post ieħor, fl-interess kemm tat-tfal u taż- żgħażagħ li jużaw il-ground tal-football u faċilitajiet oħra li hemm bżonn li jiġu żviluppati, fl-interess tar-residenti li jgħixu f'dawk l-inħawi, fl- interess ta' min jixtieq li l-affarijiet jiġu żvillupati b'mod li jintlaħaq bilanċ - mill-bidu għedt kemm hu diffiċli dan il-bilanċ li nilħquh għax għall-istess spazju kulħadd għandu l-aġenda tiegħu, u żgur mhuwiex faċli tiddeċċiedi fuq dawn l-aġendi u fuq dawn l-interessi konfliġġenti u kompetittivi ma' xulxin – bilanċ li minnu għandha tiggwadanja aktar il- komunita', bilanċ li jxaqleb favur il-komunita' mingħajr ma wieħed iħassar l-opportunita' li dik il-pompa tal-petrol tiġi żviluppata x'imkien ieħor.", "Nagħmilha ċara li din mhux x'idea ta' min huwa kontra akkost ta' kollox li ssir pompa tal-petrol fil-Mellieħa, imma l-idea tagħna hi li l-pompa ma ssirx hemmhekk u li dak l-ispazju żgur ma għandux jittieħed minn pompa tal- petrol.", "Aspett ieħor li fih irridu naraw progress – u malajr – hu fejn jidħol il- proċess burokratiku sabiex l-awtorita' ta' l-ippjanar toħroġ il-permessi.", "Hemm bżonn li l-awtorita' ta' l-ippjanar tħaffef fid-deċiżjonijiet li tieħu, u suppost li bl-emendi li qed ngħidu dan il-proċess għandu jitħaffef.", "Naf persuni b'diżabilita' li ilhom xhur, ilhom snin jistennew il-ħruġ ta' permess għall-istallazzjoni ta' lift fil-blokk ta' appartamenti fejn jgħixu.", "Naf individwu li tliet snin u nofs ilu waqa' fil-post fejn kien jaħdem u llum spiċċa priġunier f'daru ġo siġġu tar- roti.", "Hemm persuni oħra b'diżabilita' u naf anke żgħażagħ li għadhom jattendu l-iskola li kull filgħodu jgħadduhom minn martirju biex joħorġuhom mid-dar, iniżżluhom it-turġien f'siġġu tar-roti għaliex m'hemmx lift fil- blokki ta' l-appartamenti.", "S'intendi wieħed jista' jikkritika – u bir-raġun - in-nuqqas ta' min ippjana u min bena dawn il-blokki ta' flats li ma ħasibx għal faċilitajiet bħal dawn.", "Veru dak huwa d-dnub oriġinali li sar, imma issa ma nistgħux inħarsu biss u ngħidu tort ta' min ippjana dawn l- affarijiet fis-sebgħinijiet!", "Irridu naraw kif f'dawn il-blokki ta' appartamenti jsiru l-faċilitajiet meħtieġa, kemm għal persuni b'diżabilita' biex dawn ikunu jistgħu joħorġu minn fejn jgħixu, u anke għax f'ħafna minn dawn l-appartamenti hemm anzjani bi problemi biex jiċċaqalqu u joħorġu mid-dar.", "Jiena nappella lill-awtorita' ta' l-ippjanar biex tħaffef dawn l-applikazzjonijiet u anke meta tiġi biex tieħu deċiżjoni ma tħallix l-affarijiet ikarkru.", "Jien persuna li nħobb l-arti u l-kultura, imma li nisma' perit ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar jitkellem ma' persuna b'diżabilita' u jsemmilu li mill-aspett estetiku jkun diffiċli għall-awtorita' ta' l-ippjanar li toħroġ permess għall-istallazzjoni ta' lift fi blokk appartamenti ....", "Jien kieku ngħidlu f'widnejh x'jista' jagħmel bih l-aspett estetiku!", "Żgur li l-aspett estetiku biex isir lift m'għandux jingħata priorita' jekk irridu li bniedem b'diżabilita' jkun jista' jgħix ħajja aktar sħiħa.", "Allura żgur li f'sitwazzjoni bħal din l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tagħti l-permess u għandha tħaffef dan il-proċess.", "U l-istess dwar il-proġett tal-Kottonera.", "Diġa' l-Onor.", "Mizzi appella lill-awtorita' ta' l-ippjanar biex ma tippermettix ir-rovina tal-wirt storiku ġol-Kottonera - u hemm diskors x'wieħed jagħmel fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali, aktar u aktar jekk il-gvern iġib il-liġi li qal li se jġib dwar il-protezzjoni tal-wirt storiku u kulturali - għax l-ebda proġett m'għandu jitħalla jħassar il-wirt storiku ta' dak il-post.", "Hemm strutturi tal-ħġieġ u tal-metal li ser jinbnew li se jħassru s-swar u se jħassru l-ambjent.", "Iva, hemm diffikultajiet kbar għall-awtorita' ta' l- ippjanar minħabba l-pressjoni tat-territorju u minħabba l-pressjoni soċjali li ssir li tidher bħala referee ġust, li tidher bħala referee tajjeb, meta tiġi biex taqta' d-deċiżjonijiet dwar fejn isiru l-affarijiet u kif isiru u meta jsiru.", "Iżda fl-aħħar mill-aħħar dawn l-emendi li qed inressqu, li huma tajbin u li għandhom imexxu l-awtorita' ta' l-ippjanar fid-direzzjoni t-tajba, se jiġu ġġudikati miċ-ċittadini ta' pajjiżna mhux fuq il-kliem sabiħ li fihom, iżda fuq kemm fil-fatt se jgħinu biex l- awtorita' ta' l-ippjanar issir awtorita' trasparenti, awtorita' effiċjenti u awtorita' li tieħu deċiżjonijiet ġusti ma' kulħadd u fl-interess tal- pajjiż.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jekk nieħdu l-planning authority in isolation u ma neħduhiex fil-kuntest tal-qasam ambjentali kollu, ma nkunux nistgħu nagħmlu la kritika oġġettiva u lanqas nagħmlu suġġerimenti illi jrendu, u nkunu qegħdin inħarsu lejn il-problema jew lejn il-kwestjoni b'mod għal kollox distakkat u maqtugħ mir-realtajiet ekonomiċi u soċjali ta' pajjiżna.", "Il-qasam ambjentali mhux biss jaffetwa l-iżvilupp infrastrutturali iżda huwa qasam illi jħalli impatt ukoll fuq il-kwalita' tal-ħajja li ngħixu, fuq it-tessut soċjali u kulturali li kull wieħed u waħda minna jirnexxielna ninsġu fuq dak li jissejjaħ il-benessere, irrispettivament mill-mezzi li għandhom iċ-ċittadini, jekk humiex għonja jew batuti, jekk humiex sidien ta' proprjeta' jew residenti f'postijiet bil-kera.", "Tajjeb illi għandna l-planning authority taħt il-lenti - u se nkun ftit kritiku – għaliex filwaqt li ħadd ma għadu jipproponi li għandna mmorru lura għaż-żmenijiet tal-PAPB, xorta waħda ħafna huma tal-fehma illi l- planning authority kibret tul is-snin f'mostru inkontrollabbli li ħoloq stat fi stat, b'allat żgħar u anke ġodda fi ħdanha, li ċerti drabi jkollhom l-agenda tagħhom - mhux qed ngħid dejjem u mhux qed inkun ġeneriku, għax naf li hemm ħafna nies kunxenzjużi fil-planning authority, imma qed nirriferi għal xi wħud - kemm jekk hija aġenda personali, kemm jekk hija aġenda professjonali, kif ukoll jekk hija aġenda li kultant tista' tkun ta' natura politika.", "Għalhekk jiena ngħid illi jekk irridu t- trasparenza f'din l-istituzzjoni, importanti li jkun hemm accountability sħiħa, b'kulħadd jerfa' l-piż tad-deċiżjonijiet li jieħu u kulħadd jirrispondi għal għemilu, Sur President.", "Fl-aħħar manifest elettorali aħna tal-Malta Labour Party tkellimna ċar fuq il-planning authority.", "Aħna wrejna li rridu niddemokratizzaw din l- istituzzjoni b'tali mod illi nrenduha aktar customer-friendly.", "Għax jekk se jkollok istituzzjoni, bini sabiħ, impjegati tajbin, impjegati mħarrġin tajjeb imma fl-istess ħin ikollok istituzzjoni mtaqqla mill-istess proċeduri tagħha għad-detriment taċ-ċittadin komuni, allura dik l- istituzzjoni ma tkunx qed tilħaq l-għanijiet fundamentali tagħha.", "Illum ħafna jgħidulek - jien m'inix perit imma niltaqa' ma' ħafna kostitwenti li jkollhom x'jaqsmu mal-planning authority - illi ma jagħmilx sens li jkollok istituzzjoni illi żżid il-burokrazija u r-red tape.", "Nittama u nawgura illi kemm taħt il-gvern tal-lum u kemm taħt gvernijiet li għad iridu jiġu 'il quddiem, il-planning authority tara kif telimina l-burokrazija u r-red tape.", "Illum jekk naraw x'inhija waħda mill-pjagi li qed ittaqqal mhux biss istituzzjoni bħalma hi l-planning authority imma anke lil diversi gvernijiet barra minn Malta wkoll, insibu li hija proprju l-burokrazija u r- red tape.", "Fl-Ingilterra saħansitra għamlu czar illi l-għan ewlieni tiegħu huwa proprju illi jaqta' l-burokrazija u r-red tape fl-aġenziji governattivi u fis-settur pubbliku, għaliex qed isibu illi dawn l- organizzazzjonijiet qed ikunu mhux biss ta' xkiel imma ta' detriment u anke ta' cost finanzjarju għal ħafna users, mhux biss ċittadini komuni imma anke nies li għandhom in-negozji tagħhom u li għalihom time is money.", "Jiena ma rridx nimplika li l-planning authority għandha tmur fl-estrem l-ieħor li tibda tgħaddi kollox bl-addoċċ, u lanqas qed ngħid li għandha tiġi żarmata imma qed ngħid biss x'inhuma l-ilmenti li jkolli mill-kostitwenti tiegħi, u fl-istess ħin b'mod kostruttiv qed ngħid x'naħseb li hemm bżonn biex il-planning authority tkompli tissaħħaħ bħala istituzzjoni.", "Ma nistax, Sur President, ma nagħmilx riferenza għan-naħat li jien l- iktar familjari magħhom, u se nitkellem fuq il-lokalitajiet tal-Gżira u s- Swieqi mhux biss għax inzerta li se jkollna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fil-ġranet li ġejjin, imma għaliex naħseb li t-tnejn li huma, is- Swieqi u l-Gżira, għandhom ċerti problemi li nħoss li għandhom jiġu indirizzati min-naħa tal-planning authority.", "Jiena kont qed ngħid illi l- planning authority għandha tkun ta' għajnuna u mhux ta' xkiel għal- lokalitajiet kollha, tan-north, tas-south u taċ-ċentru ta' Malta, u għandha tiżgura li r-regoli tagħha jiġu rrispettati - u meta ma jiġux tara għax ma jiġux rispettati - u tara wkoll li ma jinħolqux ċirkostanzi illi jippermettu li għax ikun hemm min hu b'saħħtu u għax ikun hemm min għandu the right connections, jipprova jdur mar-regoli ta' l-istess awtorita' ta' l-ippjanar biex jasal fejn irid jasal.", "Jien diġa' għedt, biex ħadd ma jifhimni ħażin, li meta nikkritika lill-planning authority żgur ma nkunx qed nawspika li mmorru lura għaż-żmenijiet tal-PAPB.", "Imma wisq nibża' li l- mentalita' li kienet taħkem fi żmien il-PAPB għadha taħkem lil ċerti uffiċjali - u nerġa' ngħid \"ċerti\" għax hemm ħafna uffiċjali kunxjenzjużi fi-planning authority - għalkemm suppost on paper l- istruttura kif inhi llum tipprovdi għal aktar checks and balances milli kienet tipprovdi fl-imgħoddi.", "Dan qed ngħidu għax ħafna drabi meta tara ċerti każi li kienu mietu jerġgħu jinbtu, u jara dak li jkun donnu jerġa' jagħmel kuraġġ biex jerġa' jipprova, anke jekk il-proġett tiegħu jkun ta' ħsara ambjentali, bilfors tibda tistaqsi lilek innifsek: X'qed jiġri effettivament?", "Hemm xi ħadd f'postijiet ta' influwenza?", "Hemm xi ħadd fl-amministrazzjoni tal-lum, tal- bieraħ, ta' għada illi qed jagħmel minn kollox biex ikun jista' jaqdi lit- tali jew lit-talija?", "Dawn huma mistoqsijiet li meta tara ċerti irregolaritajiet u ċerti affarijiet li jkemmxu x-xuftejn tibda tistaqsihom waħdek, mhux kwestjoni għax tkun paranoid jew għax ikollok ħafna conspiracy theories f'moħħok, imma sempliċement għax iċ-ċirkostanzi kif jiżvolġu jibdew iqanqlu ċerti dubji u ċerti suspetti li la jagħmlu ġieh lill-qasam ta' l-ippjanar in ġenerali u wisq anqas jagħmlu ġieħ għall-image illi importanti li tipproġetta l-planning authority.", "Darba meta kont l-Amerika kien hemm xi ħadd li qalli li l-perception kultant fil-ħajja hija reali iktar mir-realta'!", "Ma jfissirx illi x-xnigħat għandhom jiġu meħuda bħala realta' imma kultant ikun hemm ċerti dubji, ċerti suspetti illi nerġa' ngħid tappnu xi ftit il-perception tal-pubbliku fil-konfront tal-planning authority.", "Jien nixtieq illi bl-għajnuna taż- żewġ naħat tal-Kamra, bl-għajnuna tat-tmexxija professjonali tal-planning authority nnifisha, l-awtorita' ta' l-ippjanar tasal biex tevolvi fi stadju ieħor u tasal illi xxidd minn fuqha din l-image li tista' tittejjeb, biex ma ngħidilhiex image ħażina, Sur President.", "Issa qabel ngħaddi biex nitkellem b'mod iktar ġeneriku, irrid nerġa' nagħmel riferenza għal każ li tqajjem anke fil-question time hawnhekk, il-kwestjoni tal-barriera ta' Wied Għomor.", "Din il-barriera hija qrib Victoria Gardens u niddikjara li għandi interess għax proprju noqgħod f'dawk l-inħawi.", "Fil-fatt iffirmajt kif għamlu mijiet ta' residenti oħra l-petizzjoni li saret, petizzjoni li ġiet iffirmata minn nies ta' kull kulur politiku, kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti, għalkemm din hija area li wara kollox hija area predominantly Nazzjonalista.", "Fost dawn in-nies hemm min iħoss illi l- promutur ta' dan il-proġett għandu lil min jista' jipprova jwieżnu - mhux qed ngħid iwieżnu biex ma niġix ikkwotat ħażin - fi ħdan l-awtorita' nnifisha.", "J'Alla li mhux hekk u j'Alla l-proċess....", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma xorta l-każ għadu għaddej.", "L-istess kien ġara, Sur President, meta l-planning authority kienet għall-ewwel imxiet b'pass ta' nemla biex trażżan, sakemm fl-aħħar waslet biex ħadet id-deċiżjoni t-tajba li ħadet meta għalqet premises li kienu qed jintużaw minn xi Russi għal skopijiet kummerċjali proprju f'Victoria Gardens mingħajr ma dawn kellhom il-permess ta' ħadd.", "Il-kwestjoni tal-barriera ta' Wied Għomor ġabet flimkien fit-tħassib tagħhom ir-residenti ta' Victoria Gardens, ir-residenti tas-Swieqi, ir- residenti ta' ċerti partijiet ta' Ta' l-Ibraġġ u anke r-residenti ta' San Ġwann innifsu minħabba l-mod kif inhija located din il-quarry ġewwa Wied Għomor.", "Dak li qed jintalab huwa intiż fil-fehma tagħna - jien mhux qed ngħid li ġie aċċettat, jiġifieri lill-Ministru Tonio borg nista' nassigurah li mhux każ li saret irregolarita' min-naħa ta' l-awtorita', imma qed ngħid x'pitfalls jista' jkun hemm u x'inhuma l-implikazzjonijiet jekk it-talbiet ta' dan l-individwu jew ta' din id-ditta jiġu aċċettati - biex jissanzjona xogħlijiet illegali li saru fl-imgħoddi, kif ukoll biex jestendi din il-barriera eqreb lejn żoni residenzjali, billi jagħtu lill- applikant il-permess illi jniedi ħidma u operazzjonijiet illi jekk jiġu approvati jispiċċaw jagħmlu ħafna affarijiet fil-fehma tiegħi ta' nkwiet.", "Għax jekk tgħaddi ta' min qed japplika nispiċċaw biex niddistruġġu għal kollox il-karattru kwiet ta' din iż-żona residenzjali, nispiċċaw ngħarrqu l- landscape tal-wied innifsu, nispiċċaw niddegredaw il-kwalita' tal-ħajja tan-nies li joqogħdu fl-akwati, innaqqsu l-valur tal-proprjeta' fl-inħawi u fiżikament nipperikolaw din l-istess proprjeta' permezz ta' erosion ta' wiċċ il-barriera nnifisha.", "Tajjeb li wieħed ifakkar for the record, Sur President, li l-istess pjan ta' struttura jagħmilha ċara li ħidmiet simili ta' barrieri kummerċjali la għadhom jagħmlu sens u lanqas huma kompatibbli ma' żoni residenzjali qrib extensions li huma maħsuba li jingħataw - jew mitluba, ħalli nkun preċiż – fil-każ ta' din il-barriera.", "Suppost, skond in-north harbour local plan, din kif qed tiġi proposta, kellha tiġi estiża biex tiddawwar f'country park u mhux f'mostru ikbar milli diġa' kienet fis-snin imgħoddija, fis-snin disgħin u anke fis-snin ta' qabel.", "Importanti u tajjeb li wieħed juri x'inhuma l-implikazzjonijiet jekk il-planning authority tieħu ċerta deċiżjoni - u dan mhux qed ngħidu biex ninfluwenza lill-planning authority għax lill-planning authority, kif qal il-ministru, ħadd mhu suppost li jindaħlilha - għaliex jekk il-planning authority tasal biex tilqa' din l- applikazzjoni, se tkun qed tagħmel farsa mil-land use planning policies ta' l-istess gvern tal-ġurnata.", "Se tkun qed tisfida l-pjan ta' struttura, kif ukoll id-draft north harbour land plan illi għadni kif semmejt.", "Aħna nħossu, Sur President, illi din it-talba mhux biss għandha tiġi rrifjutata, iżda l-applikant għandu jiġi mitlub jagħmel tajjeb għall-ħsara ambjentali illi diġa' kkważa bil-ħidmiet illegali tal-barriera tiegħu hemmhekk tul ħafna snin.", "U dan iżjed u iżjed jekk hemm il-feeling - nerġa' ngħid din mhux qed ngħidha b'xi disrispett lejn il-ministru - illi dan hu bniedem li għandu ħafna kuntatti u hu b'saħħtu biżżejjed biex jirranġa.", "Għalhekk jien ngħid li fin-nofs m'hemmx sempliċi wied iżda hemm l- integrita', hemm it-trasparenza, hemm l-indipendenza tal-planning authority li jeħtieġ li tkompli tiġi rrispettata billi tgawdi l-fiduċja tal-poplu mingħajr ma ċċedi għal xi pressjonijiet esterni u interni, kemm politiċi kif ukoll oħrajn li b'xi mod jew ieħor isirulha tul ix-xhur li ġejjin.", "Sur President, issa jekk tippermettili xtaqt nitkellem dwar xi problemi relatati mal-Gżira u 'l quddiem nerġa' niġi għas-Swieqi.", "Fil-Gżira għandek sitwazzjoni fejn għandek kunsill illi wasal biex jispiċċa t-term tiegħu.", "Mingħajr ma nkun polemiku fil-fehma ta' ħafna dan il-kunsill ma żammx wegħdiet sempliċi li kien għamel, u se jagħmel l-iżball li diġa' għamlu oħrajn li jiffirma kuntratt ta' xiri ta' proprjeta' proprju lejliet l-elezzjoni tal-kunsill lokali.", "Hemm bżonn li l-kunsill il-ġdid - jiena nawgura li jkun wieħed b'maġġoranza Laburista - flimkien ma' l- awtoritijiet konċernati, inkluża l-planning authority, jagħmel studju serju dwar il-bini fil-Gżira.", "Hemm ħafna djar li għandhom bżonn manutenzjoni imma min jokkupahom m'huwiex f'pożizzjoni li jagħmel dan.", "Għalhekk jiena ngħid li hemm bżonn li flimkien mal-planning authority, jiġu ppjanati skemi ta' għajnuna għal dawn in-nies, b'mod partikolari anzjani u persuni b'diżabilita'.", "Per eżempju, għandu jkun hemm affjatament aħjar bejn il-kunsill lokali u l-planning authority biex il-bankini l-ġodda li se jsiru, speċjalment dawk tax-xatt tal-Gżira, ikunu iktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilta'.", "Daqstant ieħor hemm bżonn li jkun hemm dar tax-xjuħ adegwata biex tilqa' għall-ħteġijiet dejjem jikbru ta' dan il-lokal.", "Kulħadd jaf bil-problemi li għandha d-dar ta' l-anzjani tal-Gżira imma għalkemm dawn jistgħu jiġu riżolti, dik id-dar xorta m'hijiex kbira biżżejjed biex tilqa' għad-domanda li qiegħda dejjem tikber.", "Sur President, jien naħseb li l-istat ambjentali tal-Gżira għandu bżonn li jkun f'qagħda ferm aħjar milli huwa llum.", "M'hijiex kwestjoni biss ta' toroq iktar nodfa u kwestjoni ta' iktar bozoz u siġar, imma bl-iskuża ta' żvilupp ta' toroq u bini m'għandhomx jiġu meqruda ċerti affarijiet li diġa' jeżistu, bħas-siġar fl-inħawi ta' Manoel Island u postijiet oħra fil-qrib.", "Hemm bżonn li l-Gżira jsir post ta' rikreazzjoni għar-residenti t'hemmhekk u l-irħula tal-madwar.", "Dan jista' jseħħ biss billi x-xatt tal-Gżira jsir aktar attraenti.", "Wieħed irid jiżgura li l-proġett ta' Manoel Island u t- toroq li se jsiru b'konsegwenza ta' dan għandhom iservu ta' vantaġġ u mhux ta' żvantaġġ għar-residenti tal-Gżira u l-irħula tal-madwar.", "Jiena nawgura li jitla' min jitla' fil-kunsill il-ġdid tal-Gżira, ikun l-għassies ta' dan kollu.", "Qabel xejn għandu jiżgura li l-proġett ta' Manoel Island ma jeħux ix- xejra ta' real estate project, jiġifieri proġett fejn l-enfasi tkun primarjament fuq il-bini ta' appartamenti lussużi.", "M'iniex qed ngħid li dawn l-appartamenti m'għandhomx jinbnew, imma jkun aħjar kieku dan il- proġett jittieħed fil-kuntest ħolistiku tiegħu mingħajr ma ssir enfasi esaġerata fuq il-bini ta' appartamenti lussużi.", "Jien nawgura li meta dan il-proġett jinbeda, l-iżviluppaturi jżommu f'moħħhom il-ħtieġa ta' faċilitajiet li jkunu jistgħu jgawdu minnhom ir-residenti tal-Gżira.", "Jien naħseb li peress li biex jitlesta dan il-proġett se jieħu numru ta' snin, huwa importanti li jkun sorveljat mill-awtoritajiet.", "Meta qed ngħid sorveljanza m'iniex qed nirriferi għall-promoturi imma għal kollox, anke għall-abbużi li jsiru fl-inħawi ta' Manoel Island u li wisq nibża' li sakemm jitlestew l-ewwel fażijiet tal-proġett se jibqgħu jsiru.", "Il-Partit Laburista ħejja manifesti għall-lokalitajiet kollha fejn se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, manifesti prattiċi b'suġġerimenti konkreti, mingħajr tlellix.", "Wieħed mis-suġġerimenti li qed jagħmel il-Partit Laburista għall-Gżira huwa li l-kunsill lokali l-ġdid, flimkien mal-planning authority, ma' l-awtoritajiet konċernati u ovvjament mal-gvern ċentrali, jikkonsidraw il-vijabilita' ta' pont bejn il-Gżira u l- Belt Valletta biex inaqqas xi ftit mill-eluf ta' karozzi li jgħaddu kontinwament mill-Gżira.", "Ma' dan jien inżid il-bżonn li tiġi intensifikata l-ħidma biex fil-Gżira jkollna ċentru soċjali, kulturali u sportiv għaż- żgħażagħ jew fl-inħawi ta' Manoel Island jew f'xi post ieħor adattat.", "Dwar is-Swieqi li rrid ngħid hu li l-bżonn ta' ċentru ċiviku huwa wieħed urġenti.", "Għalkem dan kien ġie mwiegħed mill-kunsill lokali, ma jidhirli li sar l-ebda progress partikolari la dwaru u lanqas dwar id-day-care centre għall-anzjani u għat-tfal ta' dawk li jaħdmu.", "Jien naħseb li fir-rigward tas-Swieqi u Ta' l-Ibraġġ irid jiġi żgurat li fejn qed isir bini ġdid, il- post jinżamm nadif u malli jitlesta l-proġett jitneħħa kull skart ta' bini.", "Il-kunsill lokali għandu jara wkoll li tiġi nfurzata l-liġi sabiex jinbena ħajt mal-plots li għadhom mhux żviluppati biex jiġi żgurat li dawn ma jsirux miżbla.", "Hemm bżonn ukoll li jiġu identifikati postijiet fejn jistgħu jitkabbru siġar u pjanti għax importanti li l-embellishment tal- lokal jingħata ċerta priorita'.", "Naħseb ukoll li t-tindif tal-widien li jmissu mas-Swieqi għandu jibda jsir b'mod aktar regolari u anke jiġu żviluppati ċerti walk paths f'dawn il-widien.", "Sur President, għalkemm diġa' tkellimt fil-bidu, ħassejt li għandi nerġa' nitkellem biex ħadd ma jaħseb li meta kkritikajt lill-planning authority kont qed nimplika li għandna naqilbu għal xi sistema antika u nneħħu l- awtorita' li għandna llum.", "Dan żgur m'huwiex it-thinking tal-Partit Laburista.", "Aħna rridu nsaħħu l-planning authority biex tkun iktar proattiva u effiċjenti fil-ħidma tagħha.", "Irridu niżguraw li fl-aħħar mill- aħħar il-planning authority tkun ta' servizz għall-komunita' inġenerali.", "Dan huwa importanti għall-pajjiż innifsu għax jekk ikollna planning authority effiċjenti, din tkun qed tgħin biex iċċaqlaq l-iżvilupp filwaqt li tiżgura li dan ikun qed isir b'mod sostenibbli.", "Jien ngħid li dan hemm bżonn li jsir għal żewġ raġunijiet, l-ewwelnett għalina ċ-ċittadini li nħallsu t-taxxi għat-turisti li jżuruna fuq bażi regolari.", "Illum m'għadniex nisimgħu lmenti dwar l-accommodation stock - għax dan tjieb b'mod sostanzjali u għandna lukandi ta' ċertu livell – imma b'daqshekk biss m'aħniex se nindirizzaw il-problemi tat-turiżmu.", "Jien naħseb li iktar ma ngħollu l-aspettattiva tan-nies billi nipprovdu accommodation ta' ċertu livell, iktar se jkun kbir id-diżappunt tat-turist meta joħroġ mill-lukanda u ma' wiċċu jsib ċertu żdingar, ħmieġ u traskuraġni.", "Veru li t-tort m'huwiex tal-planning authority, imma din għandha tkun katalista biex l-iżvilupp sostenibbli jimxi 'l quddiem mingħajr ebda skossi.", "Huwa għalhekk li jien qed nagħmel din l-enfasi kollha biex minbarra li naħsbu fit-taxpayers Maltin, nibdew naħsbu wkoll f'dak li noffru lit-turisti li jżuruna.", "Sur President, kultant niltaqa' ma' ċerti nies li irrispettivament mill- fehmiet politiċi tagħhom u mill-mod ta' kif jaħsbuha dwar l-Unjoni Ewropea, għad għandhom l-idea li nenħtieġu nissieħbu fl-Unjoni biex nirranġaw l- ambjent.", "Bir-rispett kollu ma naqbilx ma' dan, mhux għax għandi xi preġudizzju kontra l-Unjoni Ewropea imma għax konvint li min jargumenta li aħna għandna bżonn l-Ewropej biex nirranġaw l-ambjent evidentement għandu kumpless ta' inferjorita', għadu vittma ta' mentalita' kolonjali u la għandu r-rieda politika u lanqas il-kuraġġ politiku li jirranġa l- affarijiet minn rajh.", "Kieku qed nirranġaw l-ambjent biex niġu in line ma' ċerti standards ta' l-Unjoni Ewropea l-argument jinbidel, imma lanqas hekk m'hu qed isir għax filwaqt li għandna pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l- acquis li hu estensiv u jesiġi ħafna affarijiet mis-setturi kollha tas- soċjeta' Maltija - u għalhekk jien ngħid li l-NPAA għandu impatt mhux biss ekonomiku u finanzjarju imma anke soċjali u kulturali, għax jolqot l- istrata kollha u jolqot saħansitra l-way of life tas-soċjeta' Maltija – dan il-gvern li huwa kommess għal sħubija akkost ta' kollox fl-Unjoni, filwaqt li qed jipprova jċaqlaq l-affarijiet f'xi setturi biex jiġi in line kemm jista' jkun ma' l-istandards Ewropej, fir-rigward ta' l-ambjent qed jagħmel il-kuntrarju.", "Ftit ilu erġajt qrajt ir-rapport dwar Malta li kienet għamlet il- Kummissjoni Ewropea f' Novembru li għadda.", "Fittixt mill-ġdid il-qasam ambjentali biex meta nikkwota nkun preċiż u ħadd ma jgħid li qed inkun negattiv jew distruttiv fil-kritika tiegħi.", "Dan ir-rapport igħid ċar u tond li fil-qasam ambjentali mhux talli m'aħniex mexjin tajjeb talli qed naqgħu lura u se nsemmi d-diversi eżempji li ġew elenkati mill-Kummissjoni Ewropea bit-tama li niftħu għajnejna, irrispettivament jekk hux se nkomplu fit-triq ta' sħubija sħiħa jew nagħżlu l-alternattiva li qed jipproponi l- Partit Laburista.", "Il-Kummissjoni Ewropea ma semmietx xi shortcoming waħda jew tnejn imma semmiet kważi għaxar affarijiet differenti.", "Dan ir-rapport jgħid li ma kien hemm l-ebda progress leġislattiv dwar dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tan-natura, l-air quality, il-waste, l-industrial pollution control, il-ħsejjes li jagħmlu l-vetturi u l-makkinarji li jintużaw fuq il-postijiet tax-xogħol, il-kimiċi li nużaw u l-genetically modified organisms.", "Nistaqsi jien: Xi gvern huwa dan li jagħmel minn kollox biex jakkomoda lill-Unjoni Ewropea u biex ikun in line man-normi tagħha sa ċerta data, imbagħad insibu li l-livell eżistenti ta' allinjament ma' dak li jitlob l- acquis fil-qasam ambjentali hu wieħed baxx ħafna?", "Jien nerġa' nistaqsi: Possibbli li biex isiru dawn l-affarijiet għandna bżonn lill-Unjoni Ewropea?", "Fejn hija r-rieda tal-politiċi biex jimbuttaw 'il quddiem din l- aġenda?", "Fejn hi l-awtorita' ta' l-ippjanar biex f'dak li jaqa' taħt ir- responsabbilta' tagħha, nerġa' ngħid tkun katalista biex jiġi żgurat l- iżvilupp sostenibbli ta' pajjiżna?", "F'sitwazzjoni bħal din, mhux l-Unjoni Ewropea għandna bżonn imma rieda politika biex inkunu kapaċi nfasslu strateġija koerenti, strateġija mfassla skond il-mezzi finanzjarji ta' pajjiżna, strateġija li timxi 'l quddiem b'sens ta' direzzjoni.", "Nerġa' ngħid li l-planning authority bilfors irridu nevalwawha fil-kuntest ta' dak kollu li semmejt.", "Ma nistgħux nittrattaw il-planning authority b'mod iżolat, għax inkella nkunu qed nitilfu s-sens ta' żvilupp bilanċjat li tant hemm bżonn f'dan il-qasam.", "Nagħlaq billi ngħid li l-Partit Laburista qed jagħti importanza kbira ħafna lill-qasam ambjentali, mhux biss permezz tal-kelliema tiegħu imma anke fit-tfassil tal-politika tiegħu.", "Ftit ilu fassalna u approvajna fuq livell ta' konferenza ġenerali dokument mirqum tajjeb ħafna dwar politika soċjali.", "Minkejja li l-enfasi kienet iktar fuq l-aspetti soċjali, xorta waħda sibna l-okkażjoni biex anke f'dan id-dokument soċjali nagħmlu riflessjoni dwar l-impatt tad-dimensjoni ambjentali fuq il-qasam soċjali ta' pajjiżna.", "L-istess qed nagħmlu bħalissa fil-konsultazzjonijiet li qed isiru ma' diversi esperti biex naġġornaw il-politika tagħna fil-qasam ekonomiku finanzjarju.", "Nista' ngħid li l-istess kif fil-qasam soċjali kellna provvedimenti għal affarijiet ta' natura ambjentali, daqstant ieħor beħsiebna li fid-dokument li qed inħejju dwar il-politika finanzjarja u ekonomika ta' pajjiżna, inħarsu lejn policy guidelines f'dan is-settur.", "Meta kien ħareġ id- dokument dwar il-politika soċjali kien hemm min qal li dan ma kien fih xejn.", "Pero' jien ngħid skond x'wieħed ifittex.", "Miżuri speċifiċi u konkreti ma ssibhomx f'policy guidelines imma ssibhom f'manifest elettorali, u aħna bħalissa mhux manifest elettorali qed nagħmlu.", "Dan isir fiż-żmien opportun meta ċ-ċirkostanzi jkunu jirrikjeduh.", "U fid-dokument li qed inħejju dwar l- ekonomija u l-finanzi qed nagħmlu l-istess.", "F'dan id-dokument m'aħniex qed nagħmlu manifest elettorali, imma minkejja li għadna f'nofs din il-leġislatura aħna xorta qed nagħtu importanza lill- qasam ambjentali, anke fil-kuntest ekonomiku u finanzjarju, għax wieħed ma jistax jippjana l-iżvilupp ta' l-ekonomija tal-pajjiż billi jikkonċentra biss fuq l-aspett finanzjarju u ma jeħux in konsiderazzjoni l-qasam ambjentali.", "Dan qed ngħidu għax fl-aħħar mill-aħħar dawn l-affarijiet ma nistgħux nitrattawhom biss bħala statistika u bħala ċifri.", "Aħna m'aħniex is-central office of statistics, imma bħala rappreżentanti tal-poplu aħna fid-dmir li nartikolaw il-bżonnijiet u l-ħteġijiet tas-soċjeta' Maltija u Għawdxija.", "Jien nittama li bl-impenn qawwi li jeżisti fi ħdan il-Partit Laburista, dan nagħmluh kemm b'din il-ħidma li qed insemmi kif ukoll fuq bil-ħidma li se jkun qed iwettaq u bl-impenn li se juri l-Partit Laburista fl-10 ta' Marzu, meta se jsir sforz impenjattiv fit-tellieqa tal-kunsilli lokali ħalli fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin ikollna verament amministrazzjoni lokali li toffri xi ħaġa alternattiva għal dak li konna mdorrijin bih sal- lum.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, qabel nibda l-intervent proprju tiegħi xtaqt nagħmel żewġ osservazzjonijiet fid-dawl ta' dak li qal l-Onor.", "George Pullicino, li l-enforcement fuq postijiet li nbnew illegalment qabel l-1992 għalissa se jkun iffriżat.", "Sfortunatament is-segretarju parlamentari ma tax indikazzjoni ta' x'se jsir fil-konfront ta' dawk il-familji li għandhom proprjeta' soġġetta għal din il-friża.", "X'se jiġri jekk kemm-il darba dawn imorru japplikaw għas-servizz tad-dawl u l-ilma?", "Jien nixtieq li din il-pożizzjoni tiġi ċċarata għaliex huwa ovvju li l-familji konċernati se jistaqsuna dwar dan.", "Xtaqt ukoll li l-Onor.", "Pullicino jispjega aħjar dwar is-setgħat jew il- funzjonijiet li se jkollu l-audit officer fi ħdan l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Ma ntqal xejn dwar jekk dan hux se jkollu l-poter li jinvestiga fuq membri tal-bord jew fuq il-ħaddiema.", "Dan l-audit officer se jkun minn barra jew se jkun wieħed mill-impjegati ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Qed ngħid dan għax aħna nirrikonoxxu l-bżonn ta' awtorita' effettiva, awtorita' kredibbli u msawra bi strutturi li jkunu jistgħu jagħtuha linji ċari ta' gwida dwar kif jinġiebu 'l quddiem ċerti sitwazzjonijiet li jippermettulha tittekilja nuqqasijiet li jirriżultaw f'pajjiżna, fosthom il- fatt li matul dawn l-aħħar snin il-poplu ħares lejn l-awtorita' ta' l- ippjanar bħala awtorita' li tuża id iebsa maż-żgħir iżda laxka mal-kbir.", "Hemm bżonn li nkunu ċari dwar dan u ma noqogħdux nilagħbu noli!", "Ilment ieħor li xtaqt nagħmel riferenza għalih huwa dwar ċerti sitwazzjonijiet li jiġu rrapportati lill-kunsilli lokali - u forsi anke lill-awtorita' ta' l-ippjanar - u li ftit ikun hemm informazzjoni dwarhom.", "Qed nirriferi għal sitwazzjonijiet li jikkonċernaw siti storiċi li jagħmlu parti mill-patrimonju tagħna.", "Per eżempju, riċentement ħafna nies osservaw li l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li kien hemm f'niċċa fi Triq il- Kungress Ewkaristiku fil-Mosta ġiet imċaqilqa - forsi għax kien se jsir xi restawr ta' xi bini - u ħadd ma jaf x'sar minnha din l-istatwa.", "Ħadd ma jaf jekk insterqitx, jekk inbiegħetx, jekk ingħatatx b'donazzjoni jew jekk tpoġġietx x'imkien ieħor.", "Dan qed ngħidu għax hemm bżonn niftakru li l- enforcement irid isir anke fuq dawn it-tip ta' rapporti li jidħlu u l- awtoritajiet huma fid-dmir li dawn it-tip ta' rapporti jinvestigwhom ukoll.", "Mhux sew li minħabba l-laxkezza u n-nuqqas ta' attenzjoni, niċeċ ta' din ix-xorta jispiċċaw jinqerdu.", "Dawn in-niċeċ ukoll jagħmlu parti mill- patrimonju tagħna u lanqas mhu sew li dawn jispiċċaw f'xi vilel jew f'xi ġonna, bħalma nimmaġina li spiċċaw ħafna mill-plieri li fi żmien il- Kavallieri kienu jfissru d-distanza għan-nies ta' dak iż-żmien.", "Sur President, irrid ukoll nistaqsi lill-ministru x'inhu l-pożittiv tal- fatt li hemm inċentivi ogħla fi ħdan l-awtorita' ta' l-ippjanar għal uffiċjali li jirrifjutaw applikazzjoni.", "Aħna ma rridux li l-inċentiv ta' refusal ikun iktar għoli mill-inċentiv ta' approval, b'dan l-istrument jispiċċa jintuża abbużivament, basta jservi ta' bonus addizzjonali għall- uffiċjali ta' l-awtorita'.", "Jien irrid nemmen li biex il-ministeru ta' l- intern approva din is-sistema bilfors li l-ewwel sar xi forma ta'studju.", "Nistgħu nkunu nafu x'ħareġ minn dan l-istudju?", "Jien naħseb li sistema bħal din tqanqal ħafna mistoqsijiet u nasal biex ngħid li forsi hawnhekk ukoll għandna naqra ta' ħjiel għala ċerti applikazzjonijiet jiġu ttrattati b'mod diskriminatorju.", "Barra minn hekk irrid nirrimarka dwar il-fatt li matul l-1999 u s-sena 2000, il-gvern Nazzjonalista kien laxk fir-rigward taz-zoni rurali, avolja hawn ġew spiss nisimgħu dwar il-fatt li l-Unjoni Ewropea tinċentiva l- iżvilupp rurali biex ikun hemm ħarsien ta' l-ambjent.", "Quddiem il-fatt li d-densita' tal-popolazzjoni fil-gżejjer tagħna hija ta' 1,300 persuna għal kull kilometru kwadru – kontra l-qagħda fl-Unjoni Ewropea ta' 300 ruħ għal kull kilometru kwadru - aħna nippretendu li jekk il-gvern irid jinftiehem sew irid jagħmel dan b'mod ħaj, b'mod tanġibbli, b'mod realistiku, b'mod li r-rieda u l-abbilta' jkunu jinħassu għax jiddispjaċini ngħid li f'dan ir- rigward l-amministrazzjoni preżenti falliet bil-kbir.", "Biex nagħti eżempju nista' nirriferi għall-ħajt mostru tal-konkos li ttella' fil-bypass ta' l-Imtarfa.", "Hemmhekk sar xogħol fuq l-irdum ta' l- Imtarfa, irdum dikjarat bħala tafal sensittiv, meta bi ftit aktar attenzjoni seta' sar xogħol b'impatt inqas negattiv fuq il-ġeoloġija, l- idroloġija u l-ekoloġija ta' dawk l-inħawi.", "Dan jikkonferma n-nuqqas ta' attenzjoni, in-nuqqas ta' rieda, in-nuqqas ta' ħeġġa u n-nuqqas ta' grinta fil-mod ta' kif l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-gvern imxew fir-rigward ta' linji ta' gwida fejn jidħol żvilupp rurali.", "Dan għalija jikkonferma ċertu faqar, fis-sens li wieħed bilfors jistaqsi kemm kien f'waqtu li nirriattivaw l-applikazzjoni ta' pajjiżna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea – xbajna nisimgħu lil min jgħidilna li hemm bżonn nidħlu fl-Unjoni jekk irridu li f'pajjiżna jkollna ambjent aħjar, għax donnu li waħedna m'aħniex kapaċi nirranġaw l-affarijiet interni – meta qegħdin naraw falliment sħiħ f'affarijiet tant żgħar min-naħa tal-gvern Nazzjonalista u min-naħa tal- planning authority.", "Qed ngħid hekk għax huwa fatt illi żvilupp rurali barra mill-iskeda joħloq problemi kbar u jagħti lok għal diversi lmenti li l-gvern huwa fid- dover li jieħu nota tagħhom.", "Jiena niftakar li taħt l-amministrazzjoni preċedenti Laburista konna issottomettejna rapport bħala ministeru għal diskussjoni ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar l-impatt ta' l-iżvilupp rurali fuq l-ambjent, u nista' nikkonferma li konna ħejjejna bażi soda għal diskussjoni serja u djalogu kontinwu bejn uffiċjali tad-dipartiment ta' l- agrikoltura u uffiċjali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, bil-għan li jitwaqqaf forum illi jkun jista' jindirizza l-problemi l-kbar li jolqtu lill-bdiewa u lill-familji tal-kampanja.", "Konna ressaqna dan ir-rapport mhux biss biex ikun hemm diskussjoni ħajja u attiva li tindirizza l- problemi partikolari li qed ngħid, fosthom il-problema tad-dimensjoni tad- densita' tal-popolazzjoni, imma anke biex nittrattaw ċerti diffikultajiet kbar illi kienu qed jiffaċċjaw dak iż-żmien ċerti raħħala u li m'hemmx dubju li għadhom jiffaċjawhom illum u li ser ikomplu jiffaċċjaw fil- ġejjieni.", "Per eżempju, sal-lum għad għandna deċiżjonijiet tal-qorti illi fl-aħħar mill-aħħar se jirriżultaw fit-tkeċċija tar-raħħala.", "Lil dawn il-qorti weħħlithom multa biex iġġiegħelhom jieqfu milli jkomplu jwettqu l-ħidma tagħhom, u llum għandna familji sħaħ li qed jispiċċaw waħedhom mingħajr l- għajnuna ta' ħadd – għajr l-għajnuna formali tad-dipartiment ta' l- agrikoltura – qisu lil dawn mhu qed jagħti kashom ħadd.", "Naturalment l- iskop kien dan ukoll li jkun hemm diskussjoni ħajja li tistimula dan it- tip ta' awareness sabiex strutturi governattivi u mhumiex, ikollhom għarfien ta' dawn il-problemi u ta' dawn in-nuqqasijiet li għalihom l- awtoritajiet ħafna drabi ma jkollhomx rimedju x'joffru għax lanqas biss ikunu jafu x'qed jiġri.", "Per eżempju, dan l-aħħar smajna lill-Ministru Ninu Zammit jgħid dwar l- iżviluppi li se jwettaq id-dipartiment ta' l-agrikoltura f'dak li huwa l- agrituriżmu.", "Kif nistgħu aħna niżviluppaw il-kunċett agrituristiku jekk f'pajjiżna m'għandniex linji ta' gwidi u lanqas għandna liġijiet kif għandhom pajjiżi oħra, speċjalment dawk fil-Mediterran illi diġa' sfruttaw dan it-tip ta' żvilupp fil-gżejjer tagħhom, fil-pajjiżi tagħhom, li jinċentivaw l-iżvilupp sostenibbli ta' karatteristiċi rurali għall-ġid tal- poplu kollu.", "Bla tlaqliq ngħid illi dak li ntqal mill-ministru ma jagħmilx sens jekk l-awtorita' ta' l-ippjanar ma ġietx mitluba tindirizza dan it-tip ta' żvilupp.", "X'sens jagħmel li l-kabinett tal-gvern japprova inizjattiva li dwarha ma jkunx sar biżżejjed xogħol u ma tkunx saret biżżejjed diskussjoni fuqha għax ma jkunux għadhom twaqqfu dawk l-istrutturi illi gradatament jintegraw dawn il-kunċetti differenti, li m'hemmx dubju fil- futur se jkunu parti mix-xogħol u mill-ħidma li l-parlament irid iwettaq mil-lat leġislattiv?", "Huwa ovvju illi fid-dawl ta' dak li kont qed ngħid, jiġifieri fid-dawl tad-densita' tal-popolazzjoni tal-gżejjer tagħna, dan il-kunċett joħloq iktar diffikultajiet u joħloq allura rabta aktar soda dwar kemm għandna nippruvaw napprossimaw mhux biss l-ideat taż-żewġ naħat imma dwar kemm għandna naqsmu wkoll l-esperjenza tagħna, fil-kuntest tal-gżejjer tagħna u fil-kuntest ta' dawk li jistgħu jkunu l-linji ta' gwida , jistgħu jkunu l- marġni ta' żvilupp li rridu nwettqu u rridu nilħqu minn dan il-lat.", "Jien jiddispjaċini ngħid li hawnhekk inħoss li l-gvern u l-awtoritajiet għaddejjin b'mod dilettantesk u nixtieq li fil-winding-up il-ministru jgħidilna għal liema raġuni il-gvern ma ħassx li kellu jibqa' miexi fuq il- programm li aħna konna ħejjejna.", "Nerġa' ngħid li ma jagħmilx sens li l-ministru joħroġ jiffanfra li se jsiru proġetti fil-Buskett u f'Wied Incita bħala parti mill-iżvilupp agrituristiku, mingħajr linji ċari ta' gwida kemm għaċ-ċittadin komuni u aktar u aktar għal dawk l-istrutturi illi jinteresshom dan it-tip ta' żvilupp.", "Ma nistgħux naffordjaw li mingħajr ma rridu nkunu qed nagħmlu pass mhux daqstant konkret, mhux daqstant effettiv biex tabilħaqq jisfrutta dan it-tip ta' żvilupp sostenibbli, żvilupp li m'hemmx dubju jirrikjedi ħafna attenzjoni minħabba l-problema tad-densita' tal- popolazzjoni tagħna.", "Irridu niftakru li aħna ngħixu fi gżira żgħira, gżira limitata immes fid-daqs, u kulħadd irid jara kif jiżviluppa l-aħjar li jifhem hu biex isostni l-għajxien tiegħu, biex isostni d-dħul tiegħu u biex isostni l-impjieg tiegħu .", "Għaldaqstant dawn l-affarijiet irridu nkunu ċari dwarhom u iktar milli nkunu lesti li nikkritikaw lil xulxin, hemm bżonn li npoġġu bilqiegħda u flimkien noħorġu bi pjan u b'ideat serji.", "Nispjega, per eżempju, il-problemi kbar illi sal-lum għad għandna fuq dak illi jirrigwarda l-applikazzjonijiet tal-golf courses.", "Dan ukoll huwa tip ta' żvilupp li jista' jitqies fil-keffa ta' żvilupp rurali.", "Nafu kemm hawn kontroversji - u anke nafu kemm tħammġu nies u kemm ġew insulentati nies - imma wieħed irid jifhem illi f'dan il-każ hemm din il-pressjoni illi għandha tkun ikkonsidrata, pressjoni fuq nies li jgħixu fil-kampanja, bdiewa li jokkupaw din il-proprjeta' u li ilhom jaħdmu din ir-raba' minkejja l-problemi kbar li dejjem sabu ma' wiċċhom – min jaf kemm-il darba dawn l-istess nies staqsew jekk jistgħux jinnegozjaw huma dik l-art u jgħidulhom li ma jistgħux għaliex mhijiex fl-iskeda ta' l-iżvilupp – u allura rridu nirriflettu iżjed fuq dawn is-sofferenzi u dawn id- diffikultajiet.", "Allura rridu naraw kif b'din il-liġi nagħtu iktar saħħa lill-bidwi li jkollu iktar dritt jiddefendi l-uċuh tiegħu quddiem talbiet eżistenti u talbiet oħra li jridu jsiru fix-xhur li ġejjin.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, 21 ta' Frar, fis-6.00 p.m. b'din l-Aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari; - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr. Speaker irrid nieħu l-opportunita' biex nikkummenta dwar il-mod kif dan l-aħħar qed isiru ċerti stqarrijiet li qed joriġinaw minn dik in-naħa li ma tridx tara lil pajjiżna membru fl-Unjoni Ewropea u qed jgħidulna li una volta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea – jekk Alla irid hekk ser ikun - il-prezz taċ-ċanga importata f'pajjiżna mill- inqas jirdoppja u anke ntqal li l-prezz jista' jitla' b'ħames darbiet.", "Jekk inħarsu lejn dak li ġie kkwotat fil-gazzetta \"l-orizzont\" tas-16 ta' Frar insibu li:", "\"Il-prezz taċ-ċanga importata f'pajjiżna kemm-il darba Malta tidħol fl- Unjoni Ewropea, jogħla minn 9,000 dollaru Amerikan kull tunnellata metrika għal 17,000 dollaru Amerikan għall-istess piż.\"", "Jiġifieri hawnhekk qed jgħidulna – u l-gazzetta qed tirrapporta dak li qal il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Noel Farrugia - li l-prezz taċ-ċanga kemm-il darba aħna nidħlu fl-Unjoni jogħla minn $US9,000 kull tunnellata metrika għal $US17,000 piż.", "Fi staqrrijiet oħra nsibu – u hawn għandi quote minn \"l-orizzont\" tas-7 ta' Frar – li l-prezz taċ-ċanga importata minn $US3000 kull tunnellata metrika – mela issa mhux aktar $US7000 – jitla' għal $US15000 kemm-il darba aħna nissieħbu fl-Unjoni.", "Fil-fatt il-gazzetta qalet li l-Onor.", "Membru ta' faċċata tiegħi spjega kif:", "\"Rigward iċ-ċanga ta' New Zealand, li hija magħrufa għall-benna tagħha, fuqha l-gvern ta' New Zealand jimponi kwota għall- esportazzjoni ta' 260,000 tunnellata fis-sena, li trid tinqasam bejn il-pajjiżi membri kollha.", "Farrugia nnota li jekk Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz li jitħallas għaċ-ċanga ta' New Zealand jogħla minn 3,000 dollaru it-tunnellata metrika għal 15,000 dollaru kull tunnellata.\"", "Jiġifieri hawnhekk qed jgħidulna li l-prezz taċ-ċanga se jogħla b'ħames darbiet, b'500%.", "U hawnhekk jien qed nikkwota minn \"l-orizzont\" tas-7 ta' Frar.", "(Interruzzjonijiet) ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dak li qed jaqra minnu l-Ministru huma siltiet kif irrapportati fil-gazzetta u mhux l-istqarrija uffiċjali li jien ħriġt bħala kelliemi ta' l-oppożizzjoni.", "Jien din lest inpoġġiha fuq il- Mejda tal-Kamra jekk għadu ma rahiex.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiġifieri inti tinnega li ħriġt tgħid li ċ-ċanga titla' minn $US9000 għal $US17000 jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien nisfidak biex tikkwota l-istqarrija uffiċjali li ħriġt jien bħala kelliemi ta' l-oppożizzjoni fuq l-agrikoltura.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr. Speaker, la qed jgħid hekk, lill-Onor.", "Farrugia nista' nikkwotalu minn ittra li hu bagħat lill-kostitwenti tiegħu.", "Qallhom hekk, isimgħuha din!", "\"L-importazzjoni f'Malta taċ-ċanga (beef) minn New Zealand, pajjiż ħieles għal kollox mill-marda tal-BSE, bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ....\".", "(Interruzzjonijet)", "MR.", "SPEAKER: Onor. Farrugia, il-Ministru huwa in possession u m'hemmx kummenti jekk jogħġbok.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hawn għandek l-istess ħaġa, waħda kienet irrapportata fil-gazzetta u l-oħra fl-ittra li inbgħatt lill-kostitwenti tiegħek.", "Hawn għandek iswed fuq l-abjad li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il- prezz ta' dan il-prodott importat f'pajjiżna jogħla minn $US9,000 kull tunnellata għal $US17,000.", "(Interruzzjonijiet) M'għandekx minn fejn toħroġ minnha din u mhux se jirnexxilek!", "Dan għedtu int u \"l-orizzont\" irrapportatek sew għax hekk ilek issostni int li l-laħam taċ-ċanga minn New Zealand minn $US9000 kull tunnellata jitla' għal $US17000.", "Din hija l- kitba li bagħat l-Onor.", "Farrugia lill-kostitwenti tiegħu, allavolja daqqa jgħidilna li minn $US3000 se jitla' għal $US15000, u daqqa jgħidilna li minn $US9,000 jitla' għal $US17,000 kull tunnellata metrika!", "Mr Speaker, ippermettili nelabora naqra fuq din il-kwestjoni ta' l-importazzjoni taċ- ċanga minn New Zealand u x'jiġri f'dan in-negozju kollu, għax mhux imbilli niġu hawn ġew u nitfgħu ċ-ċifri bl-addoċċ mingħajr ma nissostanzjaw l- affarijiet.", "Ejja naraw daqxejn l-affarijiet kif isiru, kif isir dan in- negozju, fiex jikkonsisti dan ir-reġim tan-negozju taċ-ċanga u kif iċ-ċanga tidħol fl-Ewropa.", "L-ewwelnett biex infehmu ftit, peress li l-Ewropa għandha biżżejjed ċanga - ovvjament bħal kull pajjiż ieħor, bħalma tagħmel l-Amerka, bħalma tagħmel l-Awstralja u bħalma jagħmel kulħadd – l-Ewropa tipproteġi ukoll il- produzzjoni taċ-ċanga tagħha.", "U tant hu hekk li l-Ewropa hija self- sufficient, anzi hija over minn self-sufficient fiċ-ċanga ....", "Ovvajment irrid ngħid li bħalissa fl-Ewropa u f'diversi pajjiżi oħra hemm il-problema tal-BSE u m'aħniex qegħdin fi stat normali.", "Imma meta nkunu f'ċirkostanzi normali ta' disease-free, l-Unjoni Ewropea biex tipproteġi s-suq tagħha taċ- ċanga, tħalli li jiġi importat minn barra l-Unjoni 53,000 tunnellata ta' frozen beef.", "Mela l-Unjoni Ewropea timporta 53,000 tunnellata ta' ċanga u dan suġġett għal tariffa, cioe' minn jimporta l-ewwel 53,000 tunnellata ċanga biex tidħol fis-suq Ewropew, li kif diġa' għedt huwa fgat, irid iħallas taxxa ta' 20% ad valorem, jiġifieri 20c fuq kull Lm1.", "Issa li rridu ngħidu ukoll, Mr. Speaker, huwa li minn dan it-total ta' 53,000 tunnellata, minn dan l-ewwel bracket, New Zealand tesporta lejn l-Ewropa madwar 9,000 tunnellata metrika biss.", "Mr Speaker, issa ħa niġi għall-prezz taċ-ċanga.", "Issa skond l-istqarrijiet li għamel il-ħabib tagħna l-prezz ivarja minn $US3,000 għal $US9,000, imma min se joqgħod fuq dak li qed jgħidilna l- Onor. Farrugia?", "Jien nista' nikkonferma li l-prezz kif ikkwotat minn New Zealand fl-10 ta' Jannar ta' din is-sena, kull tunnellata metrika ta' beef knuckles kienet stmata $US2,700 Jekk nieħdu stima ta' l-istess prodott minn New Zealand fl-aħħar ta' Jannar, naraw li dan kien jitla' għal $US2,650 kull tunnellata.", "Jekk nieħdu stima oħra tad-9 ta' Jannar ta' din is-sena nsibu li l-prezz taċ-ċanga imwassal sal-Mediterran, ngħidu aħna barra l-port ta' Marsaxlokk, kien ta' $US2,770.", "Jiġifieri hawnhekk qed naraw li ċ-ċifri li semma l-Onor.", "Farrugia huma ħafna 'l bogħod mill- attwalita'.", "(Interruzzjonijiet) Jekk trid we can round up the figures u flok ngħidu $US2,700 jew $US2,800 kull tunnellata ngħidu $US3000.", "Imma allura ma tammettix li kont qed tqarraq meta semmejt $US7000 u $US9000 kull tunnellata, meta qed nurik li l-prezz taċ-ċanga minn New Zealand imwassal CIF fil-Mediterran huwa ta' madwar $US2,700 kull tunnellata, u forsi jitla' sa $US3,000 kull tunnellata?", "Imma issa ħa niġu biex naraw kif taħdem l- importazzjoni fl-Ewropa.", "Bħalma diġa' għedt, fuq l-ewwel 53,000 tunnellata ċanga importata minn barra l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni timponi tariffa ta' 20% fuq il-valur tal- prodott.", "U aħna nafu kemm ċanga New Zealand tibgħata lejn l-Ewropa, għax minn dan it-total ta' 53,000 tunnellata New Zealand tesporta 9,000 tunnellata.", "Issa aħna f'pajjiżna nimportaw - jekk nieħdu s-sena 1999 - total ta' 300 tunnellata ċanga u ħaruf (lamb) minn New Zealand, li jiġu madwar 2% tat-total kollu taċ-ċanga li nimportaw fis-sena.", "Fis-sena 2000 bħala beef u lamb, aħna importajna madwar 200 tunnellata metrika.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq bejn 1% jew 2% tat-total li aħna nimportaw.", "Mr. Speaker, issa x'jiġri kemm-il darba aħna nkunu - u jekk Alla jrid hekk se nkunu - membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "Qabel xejn aħna waqt in-negozjati li se nagħmlu ma' l-Unjoni Ewropea, lill-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea se ninformawhom b'dawn l-ammonti li aħna nimportaw minn New Zealand, u allura l-Unjoni Ewropea taf li aħna kull sena nimportaw minn New Zealand bejn beef u ħaruf - għandi l-istatistika għas-sena 1999 – b'madwar 300 tunnellata.", "U allura l-Unjoni Ewropea meta tiġi biex tagħmel in-negozju tagħha ma' New Zealand - peress li New Zealand hija a third country u ma tista qatt tkun imsieħba fl-Unjoni Ewropea għax ġeografikament qiegħda n-naħa l-oħra tad-dinja - waqt it-taħdidiet tal- world trade organisation, tavża li peress li Malta se tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, dak l-ammont ta' 53,000 tunnellata metrika li l-Unjoni Ewropea tħalli li jiġi importat kull sena minn pajjiżi oħra barra l-Unjoni biex tipproteġi s-suq tagħha – minn pajjiżi bħan-North America, is-South America, l-Awstralja - allura dawn it-53,000 tunnellata jridu jiżdiedu ladarba aħna se nsiru membri, minħabba fina biss, b'madwar 300 tunnellata oħra.", "U allura ċ-ċifra minflok ma tibqa' 53,000 titla' għal 53,300 tunnellata metrika.", "U allura aħna nkunu nistgħu nkomplu nixtru dak l-ammont li kien inxtara fl-1999, li kien ta' madwar 300 tunnellata, nixtruh through l-Unjoni Ewropea, u biex jidħol f'Malta trid tkun titħallas l-20% taxxa fuq il-valur taċ-ċanga importata.", "Hekk isir ix-xogħol.", "U bħalma jsir f'dan ir- rigward, li l-kwota tagħna tiġi miżjuda ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea kif inhi fil-preżent, anke fil-qasam tal-ħaruf hemm l-istess sistema.", "U Mr. Speaker, hawnhekk għandi dokumenti li jien nista' ngħaddihom u lill-ħabib tiegħi Noel u anke nista' npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Imma issa ejja naraw kif jinħadmu l-affarijiet fejn tidħol l-importazzjoni tal-ħaruf.", "Jekk niġu għall-ħaruf, biex is-suq ta' l-Unjoni Ewropea ma jkunx fgat u biex il-konsumatur Ewropew ikun moqdi, l-Unjoni Ewropea tħalli li jiġi importat f'dan il-każ mhux 53,000 tunnellata imma 234,000 tunnellata ħaruf.", "Fuq din l-ewwel portion - għax irridu ngħidu li din hija l-ewwel portion ta' l-ewwel block - min jimporta dawn il-234,000 tunnellata jħallas taxxa ta' 10% ad valorem.", "Jiġifieri jekk kilo ħaruf ikun jiswa' Lm1, biex iddaħħlu fis-suq Ewropew trid tħallaslu 10c u allura jiġi jiswa' Lm1.10.", "Mela hawnhekk qegħdin ngħidu li fil-każ taċ-ċanga hemm 20% ħlas ta' dazju, u fejn jidħol il-ħaruf hemm dazju ta' 10%.", "Dan kif jaffettwana?", "Aħna ladarba nkunu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea - u nerġa' ngħid li hekk se nkunu - ma' dawn il-kwoti li għadni kif semmejt jiżdied l-ammont li aħna nikkonsmaw, dejjem skond ċifri uffiċjali – storikament aħna nimportaw madwar 300 tunnellata ta' ċanga u ħaruf minn New Zealand – u dak id- daqsxejn, dik in-nitfa tiżdied ma' dawn l-ammonti li għadni kif semmejt, cioe' 53,000 tunnellata fil-każ taċ-ċanga u 234,000 tunnellata fil-każ tal- ħaruf.", "Mr. Speaker issa ejja nieħdu l-każ taċ-ċanga importata minn New Zealand.", "Fil-preżent x'jiġri?", "(Interruzzjonijiet) Meta qed titkellem fuq iċ-ċanga għandek biċċiet differenti u għal kull biċċa int għandek prezz differenti, skond liema parti taċ-ċanga tkun u trid tħallas il-prezz tagħha.", "Jien qed neħodha in ġenerali, ħalli ma noqogħdux nagħtu diversi ċifri u ma nħawdux l- imħuħ.", "M'għandekx għalfejn toqgħod tgħidli għal liema parti!", "Jekk trid li nimpressjonaw nistgħu noqogħdu ngħidu li għandek il-cuts tal-friża, in- knuckles, għandek tal-koxxa, it-topside, għandek dik li tissejjaħ it- taħrika, għandek il-lucerto ....", "Pero' jien ħadt ċifra li hija ta' $US3,000 kull tunnellata biex niġi kemm kemm ma' waħda miċ-ċifri li semmejt int, Mr Speaker.", "Infakkar li l-Onor.", "Membru semmilna varjazzjoni li tibda minn $US3,000 li titla' sa $US9000.", "Issa jien se nieħu n-normal, cioe' 3,000 dollaru kull tunnellata metrika.", "Mela hawn qegħdin ngħidu li ċ-ċanga minn New Zealand imwassla CIF fil-port ta' Marsaxlokk tiġi madwar $US3,000 dollaru jew Lm1.35 kull kilo.", "Biex din iċ-ċanga tidħol f'pajjiżna trid titħallas levy ta' 10c u jekk tikkalkula t-transport costs mix-xatt sa għand l-importatur għandek 5c oħra.", "Mela l-cost totali fil-preżent taċ-ċanga minn New Zealand lill- importatur tiġih mal-Lm1.50 kull kilo.", "Jekk imbagħad lill-importatur nagħtuh profit margin ta' 10%, fuq Lm1.50 dan jiġi 15c; u allura r-retail price taċ-ċanga f'Malta kif ibiegħu l-importatur lil tal-ħanut jitla' minn Lm1.50 għal Lm1.65c kull kilo.", "Mela hawnhekk qegħdin nieħdu ċ-ċanga li tiġi importata f'Malta fil-preżent.", "Nerġa' ngħid li qed nieħu stima ta' valur taċ-ċanga li hija ta' $US3,000 kull tunnellata metrika, li tiġi $US3 kull kilo, ekwivalenti għal Lm1.35 kull kilo; u jekk inżidu magħha 10c għal-levy u 5c għall-ispejjeż tat-trasport mix-xatt għal għand l-importatur, dan jjiġi total ta' Lm1.50.", "Ma' dawn inżidu 10% li huwa l-profitt li nassumu li jagħmel l-imporatur u allura r-retail price, kif l-importatur ibiegħu lil tal-laħam, jitla' għal madwar Lm1.65 kull kilo fil-preżent, li għadna m'aħniex membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.", "Issa nieħdu l-każ li kieku aħna diġa qegħdin membri fl-Unjoni Ewropea.", "Mela l-prezz taċ-ċanga mwassal fil-Mediterran jibqa' l-istess għax Marsaxlokk u l-isfel minn Sqallija l-istess.", "Mela $US3,000 kull tunnellata metrika għedna jiġi Lm1.35 kull kilo, u issa dan biex jidħol fl-Ewropa hemm taxxa fuqu ta' 20% u allura rridu nżidu 27c.", "Nassumu li l-transport costs minn ġewwa port fi Sqallija għal ġo l-imħażen huwa 5c ukoll u allura dan l- istess laħam imwassal għand l-importatur f'pajjiż fil-Mediterran - ngħidu aħna Sqallija, li tagħmel parti mill-Italja, li huwa pajjiż membru ta' l- Unjoni Ewropea; nistgħu ngħidu Franza u Spanja ukoll - jiġi Lm1.67 kull kilo.", "Nerġgħu ngħidu li l-importatur ta' barra li jgħix fi Sqallija jagħmel l-istess profitt bħalma jagħmel l-importatur Malti, jiġifieri nżidulu 10%, jiġifieri fuq Lm1.67 nżidu 10% li jiġi 16c7.", "Allura r-retail price fl- Unjoni Ewropea jitla' għal Lm1.83 kull kilo.", "Mela f'Malta r-retail price tela' għal Lm1.65 u kieku aħna qegħdin fl-Unjoni Ewropea dan jitla' għal Lm1.83.", "Mela jekk wieħed jara d-dfferenza li hemm ma jsibx dak li semma' l-Onor.", "Farrugia, a 500% increase, għax l-Onor.", "Membru qalilna li minn $US3000 il-prezz jitla' għal $US15,000.", "Jekk tagħmel sempliċi division u tiddividi Lm1.83c b'Lm1.65c issib li hemm differenza ta' 11% biss; jiġifieri l-prodott se jogħla bi 11% biss.", "Nerġa' ngħid li r-retail price fil-preżent taċ-ċanga importata f'Malta huwa Lm1.65 u r-retail price ta' l- istess ċanga fil-preżent importata fl-Ewropa jiġi Lm1.83, differenza ta' 11%.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad ħu aġġornament u wieġeb!", "Fuq il-kwota diġa' għedtlek li dak li aħna qegħdin nimportaw fil-preżent, ladarba aħna nkunu membri fl-Unjoni Ewropea se jiġi miżjud mal-kwota li ddaħħal l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid li jekk illum fl-Unjoni Ewropea hemm kwota ta' 53,000 tunnellata li tidħol għall-Ewropa kollha b'din it-taxxa ta' 20%, u llum f'pajjiżna għandna importazzjoni ta' 300 tunnellata, ladarba aħna nkunu membri fl-Unjoni, il-kwota kollha permessibbli li tidħol fl-Unjoni Ewropea inkluż Malta tkun ta' 53,300 tunnellata għax tagħna tiżdied ma' ta' l-Ewropa.", "Dan huwa fir-rigward taċ-ċanga.", "Mr Speaker, issa ngħaddi biex nitkellem fuq il-kwota l-oħra tal-ħaruf, u hawnhekk għandna l- istess ħaġa.", "Jekk tara s-suq fejn jidħol il-ħaruf – u ma rridux naraw is-suq issa meta hawn din il-marda tal-BSE, li ċaqalqet il-pedament kollu tas-suq, imma trid tara meta għandek ix-xogħol normali - il-prezz tal-ħaruf minn New Zealand normalment jkun ogħla mill-prezz taċ-ċanga b'madwar $US300 kull tunnellata.", "Mela jekk iċ-ċanga tiswa 3,000 dollaru kull tunnellata, kull tunnellata ħaruf tiswa' madwar $US3,300.", "Jekk nerġgħu nagħmlu l-conversion bħalma għamilna qabel fil-każ taċ-ċanga, allura wieħed mill-ewwel jinduna li dan jiġi jiswa Lm1.48 kull kilo, ħaruf li jitwassal fil-port tagħna CIF.", "Biex il-ħaruf jidħol f'Malta ma titħallasx levy iżda rridu nżidu t- transport costs mix-xatt għall-imħażen ta' l-importaturi, li nerġgħu neħduh bħala 5c kull kilo, u dan allura jġib total ta' Lm1.53 kull kilo.", "Nerġgħu nżidu 10% bħala profit margin għall-importatur u allura f'dan il- każ ir-retail price jiġi Lm1.68 għal kull kilo ħaruf li jiġi importat f'pajjiżna.", "Mela l-importatur ikun jista' jbiegħ dan il-ħaruf importat minn New Zealand bi prezz ta' Lm1.68 kull kilo lil tal-ħanut biex dan ibiegħu lill-mara tad-dar.", "Issa nieħdu l-każ li kieku aħna qegħdin membri fl-Unjoni Ewropea, x'jiġri?", "Mela il-valur tal-ħaruf imwassal f'port fil-Mediterran - fl- Italja, fi Spanja, fi Franza - ikun xorta bħalma jkun fil-port ta' pajjiżna, jiġifieri Lm1.48 kull kilo.", "Issa biex jidħol fl-Ewropa hemm import tariff ta' 10%, li allura jiġi 14.8c kull kilo.", "Jekk nerġgħu nżidu 5c għat-transport costs minn port fi Sqallija sa l-istores ta' importatur, allura l-ispiża kollha għall-importatur tiġi Lm1.67 kull kilo.", "Jekk hawnhekk nerġgħu nżidu l-profitt ta' 10% fuq Lm1.67, ir-retail price fl- Ewropa jitla' għal Lm1.84.", "Mela hawnhekk għandna żewġ affarijiet; għandna r- retail price f'Malta fil-preżent huwa ta' Lm1.67 kull kilo, u kieku aħna qegħdin fl-Ewropa dak il-prezz jitla' għal Lm1.84 kull kilo.", "Jekk naraw id- differenza f'termini perċentwali nsibu li d-differenza hija ta' 10%.", "(Interruzzjonijiet) U hemm qabża kbira bejn 10% u 500%, kif qalilna l- Onor. Noel Farrugia, qabża kbira daqs bejn il-lejl u n-nhar!", "MR.", "SPEAKER: Ministru ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia semma' wkoll l-export refunds.", "Irrid ngħid li dawn l-export refunds bil-mod il-mod qegħdin jispiċċaw.", "Bil-world trade orginasation dawn it-tariffi u dawn il-levies kollha se jispiċċaw, u dan jafu kulħadd.", "Kemm konna nisimgħu hawn ġew bl- export refund tal-majjal!", "L-export refund tal-majjal għal Malta spiċċa f'Lulju tas-sena l-oħra.", "U bħalma spiċċa l-export refund tal-majjal, bil- world trade orginasation dawn it-tariffi u dawn il-levies kollha se jispiċċaw f'perjodu qasir.", "Nirringrazzjak.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li hemm xi dokumenti biex jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "Sar il-ħin u l-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa 21 ta' Frar 2001 fis-6.00 pm bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MTARFA - DAR TA' L-ANZJANI", "23705.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23532 dwar dar ta' l-anzjani ta' l-Mtarfa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-anzjani fl- Imtarfa Home huma kkurati u jiġu maħsula regolarment skond il-ħtieġa ndividwali ta' dak li jkun, u dan jiddependi mill-livell ta' dipendenza tal- pazjent.", "Ninsab informat li l-iskip li suppost hu għall-użu tar-residenti tal- Home, qiegħed jintuża wkoll minn nies oħra u f'dan ir-rigward qiegħdin isiru taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta' l-Imtarfa.", "Ninsab infurmat ukoll li l-amministrazzjoni tal-Home ma tagħti ebda ġurnal lir-residenti, la lokali u lanqas barrani.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi breakdown ta' l- impjegati ta' l-Imtarfa Home għas-snin 1999 u 2000 u l-lum.", "IMPJIEGI - MANIFATTURA TA' L-GĦAMARA", "23730.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura ta' l-għamara għax- xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SKRIVANI MAĊ-ĊIVIL", "23731.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw sabiex jagħmlu l-eżami ta' skrivana maċ-ċivil?", "Jista' jaqsumhom skond is-sessi?", "Jista' jgħid wkoll kemm ser ikunu ngaġġati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li kien hemm 503 applikanti biex joqogħdu għall-eżami fil-grad ta' \"Clerk\" fis-Servizz Pubbliku.", "Minn dawn 152 kienu rġiel u 351 kienu nisa.", "In-numru ta' dawk li ser ikunu ngaġġati jiddependi mill-esiġenzi tas- servizz sakemm tiskadi l-validità ta' l-eżami li hi ta' sena minn meta jiġu ppublikati r-riżultati.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - IMPJEGATI", "23732.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati totali maqsuma skond id-dipartimenti u aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "BORMLA - DRENAĠĠ", "23733.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata s-sitwazzjoni ta' leakages ta' drenaġġ minn mat-taraġ li minn Triq W Rosato jagħti għal Sqaq S. Liena, Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li parti mis-sistema tad- drenaġġ fi Triq Santa Liena għaddejja minn main intern ta' ħamest'idjar li wara jgħaddu minn taħt propjeta' oħra li qiegħda fi Triq il-Kunċizzjoni għat-taraġ li jagħti għal Triq W Rosato.", "Fuq dan il-main peress li l-ħsara fi propjeta' privata, l-manutenzjoni trid issir mill-istess terzi persuni u mhux mid-Dipartiment tad-Drenaġġ.", "BORMLA - TOROQ", "23734.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li matul din is-sena ser isir xi xogħol fuqhom f'Bormla u l-ispiża tintrefa' mill- Gvern Ċentrali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fil-preżent ma jirriżultax li hemm toroq ġodda biex jiġu asfaltati f'dan il-lokal.", "REORGANISATION - PENSJONI", "23735.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna indikata separatament min din il-mistoqsija hux ser tibbenefika b'xi żieda fil-pensjoni tagħha u dan permezz tal-reorganisation li saret fiċ-ċivil?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22849 f'Seduta 473 u partikolarment għall-aħħar parti ta' dik it-Tweġiba."]} {"filename": "20020130_688d_par.doc", "date": "2002-01-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 688 L-Erbgħa, 30 ta' Jannar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 688", "L-Erbgħa, 30 ta' Jannar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.00 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "688", "L-Erbgħa, 30 ta' Jannar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 270", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 270", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI (KUMITAT)", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL (COMMITTEE STAGE) 275", "AĠĠORNAMENT 290", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 294", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 687 li saret fid-29 ta' Jannar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "30683.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-possibbilta` li jiġi rimedjat il-każ H/17278, peress li l-familja tenħtieġ akkomodazzjoni alternattiva urġentement?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Jien informat li l-każ qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' oħrajn simili.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qegħdin jiġu nvestigati l-aħħar ilmenti li tqajjmu mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbilita` u għaqdiet oħra dwar etika rispettabbli li għandha tintuża fil-konfront ta' dawn il-persuni meta jsir ġbir għalihom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta l-gvern waqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbilta` permezz ta' l-Att Nru. 1 ta' l-2000, l-iskop kien li din il-kummissjoni ssegwi l-iżviluppi fis-soċjeta` Maltija f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-persuni b'diżabbilta` u tkun proattiva f'dak li għandu x'jaqsam mal-messaġġ li joħroġ minn inizjattivi differenti.", "Dan għandu jkun messaġġ pożittiv u jenfasizza l-abbilta` aktar milli d- diżabbilta` u dan huwa preċiżament dak li qed tagħmel il-kummissjoni.", "SUSSIDJU - DAWL U ILMA", "30686.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus f'sussidju fuq il- konsum tad-dawl u l-ilma li se jitneħħa u jispiċċa matul din is-sena?", "Kemm huwa n-numru ta' familji li se jiġu effettwati b'din il-miżura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Tajjeb jingħad li mhux il-każ li se jitneħħa xi sussidju fuq il-konsum ta' l-ilma.", "Dan se jibqa' kif jidher fuq il-kontijiet li toħroġ il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Minn din is-sena skadew ir-rebates li kienu tħabbru fl-aħħar ta' l-1998 – infakkar li dawn minn tliet snin ġew imġedda għal erbgħa snin - flimkien mat-tariffa eżistenti għall-konsum domestiku ta' l-elettriku u l- ilma.", "Ir-rebates li kienu japplikaw għall-konsum ta' l-elettriku u l-ilma matul is-sena 2001 u li issa mhux se jibqgħu hekk, huma kif ġej:", "Elettriku – 62 ċenteżmu kull persuna kull erba' xhur", "Ilma – 60 ċenteżmu kull persuna aktar minn erbgħa fl-istess residenza kull erba' xhur.", "Rigward l-elettriku, dan ir-roħs kien fuq il-kontijiet kollha tal-konsum domestiku, filwaqt li għar-rigward ta' l-ilma, in-numru ta' residenzi b'aktar minn erba' persuni li se jiġu effettwati hu ta' 18,664.", "Waħda mir-raġunijiet prinċipali li kellha din is-sistema ta' rebates fuq tliet snin – imbagħad ġew imġedda għal erba' snin – hi li t-tariffi li kien introduċa l-gvern preċedenti permezz ta' dan il-Parlament kienu 80% u aktar minn dawk tal-lum u wkoll kienu fuq medda ta' tliet snin.", "Aħna żammejna d- distakk minn dawn it-tariffi kostanti kemm jista' jkun.", "Tagħna għolew ukoll fuq tliet snin u minħabba xi negozjati li kien hemm is-sena li għaddiet, b'mod partikolari mal-UĦM, dawn ġew estiżi b'sena aktar.", "Jiġifieri m'huwiex ġust li wieħed jipprova jagħti informazzjoni li m'hijiex korretta rigward din il-materja għax dan kollu ġie ċċarat tliet snin ilu meta ġew ippubblikati t-tariffi u r-raġunijiet għax huma strutturati kif inhuma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nixtieq nagħmel riferenza għall-impjiegi tal- ħaddiema u tas-self-employed fl-industrija lokali tax-xorb u l-ikel li tinvolvi wkoll is-sors ta' l-ilma.", "Jirriżulta li l-prezzijiet ta' materja prima li jużaw fl-Unjoni Ewropea pparagunati ma' dawk lokali huma ferm ogħla u jirriżulta wkoll li s-supply measures li l-gvern qed jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea sabiex ikun fil-liberta` u bla kontrolli li jimporta dawn is-sorsi ta' materja prima minn fejn irid, se jkunu jkopru biss il-kalkolu li dawn l-istess industriji tax-xorb u ta' l-ikel użaw fl-aħħar tliet snin.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif dawn se jmorru aħjar bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Kif se jkun possibbli li dawn jikkompetu f'dawn is-swieq peress li hemm indikazzjoni ċara - anke fid-dawl ta' dak li ntqal min-negozjatur ewlieni tal-gvern fl-aħħar jiem - li pajjiżna se jibda jibbenefika minn sussidji sħaħ relatati taħt il-politika komuni tal-biedja għal dawn l-industriji wara għaxar snin li jkun ilu membru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, forsi tajjeb li nfakkar lill-Onor.", "Interpellant kemm kienu se jintlaqtu ħażin l-industriji tax-xorb u ta' l- ikel minħabba t-tariffi li gvern preċedenti kien għadda minn dan il- Parlament peress li dawn kienu se jimponu kontijiet anke għaxar darbiet aktar.", "Hawnhekk qed nirriferi għal proċessuri tat-tadam, għal dawk l- industriji kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel u għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-beverages.", "Dan ifisser li jekk ċerta kumpannija kienet tħallas Lm5,000, skond ir-rati l-ġodda ta' l-ilma din kienet se tibda tħallas Lm50,000.", "U meta l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra jistaqsi x'se jiġri dwar iz-zokkor ngħidlu li dawn il-kondizzjonijiet kienu tali li kienu se jagħmlu ħerba sħiħa mill-cost structure ta' l-industriji tagħna, speċjalment dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-ipproċessar ta' l-ikel, tal- beverages u oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' materja prima.", "Niġu għal dan l-interess li qed juru l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra fil- cost structure ta' l-industrija għax filwaqt li dak iż-żmien donnu ma kienx hemm sensittivita` għall-cost structure, issa hemm din is-sensittivita` kollha u qegħdin jgħidu li jekk aħna nsiru membri jista' jkollna żieda fil- prezz ta' xi materja prima bħaz-zokkor.", "L-ewwelnett irrid infakkar li llum m'huwiex faċli li aħna nesportaw lejn l-Ewropa ċerti prodotti bħal galettini, soft drinks u prodotti oħra li għandhom ċertu ammont ta' zokkor.", "Madanakollu bħala parti min-negozjati qegħdin nitolbu wkoll li ċerta kwantita` ta' zokkor li l-industrija tagħna tuża - qed nieħdu bħala medja l- average plus an extra percentage ta' l-aħħar tliet snin - xorta waħda nkunu nistgħu nimportawha bil-prezz tas-suq internazzjonali li fil-preżent huwa irħas u 'l quddiem jibda jqarreb ukoll lejn il-prezz li tuża l-Unjoni Ewropea għax il-politika tagħha hija li tbiddel u tirriforma din il-policy li taffettwa l-prezz taz-zokkor.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, din hija materja li qegħdin ninnegozjaw fuqha u jekk jirnexxielna jkollna suċċess fiha, ikollna aktar flessibbilta` milli għandna llum.", "Allura wieħed irid jistenna biex jara l-eżitu tan-negozjati, pero` nista' ngħid li wieħed qiegħed jipprova jagħmel dak kollu li jista' biex l-industrija tal-beverages u l-industrija ta' l-ipproċessar li tuża z- zokkor, ma tiġix effettwata b'mod negattiv, anzi l-possibbilta` hi li tiġi effettwata b'mod pożittiv minħabba li se jkollha aktar flessibbilta` li tkun tista' topera fis-suq ta' l-Ewropa.", "Għax illum biex nesportaw prodotti li għandhom iz-zokkor fihom għandna restrizzjonijiet kbar u allura wieħed irid jistenna l-eżitu tan-negozjati biex jekk il-Bambin irid ikollna sitwazzjoni li tippromwovi l-industrija 'l quddiem, kif jien żgur li l- membri tan-naħa l-oħra jridu jagħmlu wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-gvern qed jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea special supply measures 'il hinn mill-ammont li pajjiżna uża bħala materja prima?", "Jien m'iniex qed nirriferi għaz-zokkor biss imma anke għaċ- ċereali, għall-qmuħ u għall-għalf ta' l-industrija tat-tjur u l-bhejjem li kif irriżulta fil-processed price comparison li għamel id-dipartiment tas- servizz veterinarju, huma ħafna orħos meta pparagunati mal-prezzijiet ta' l- Unjoni Ewropea.", "Allura l-Ministru qed jindika li qed jitlob supply measure mhux biss marbuta mal-kondizzjonijiet u l-parametri ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri li tiggarantixxi din is-supply measure għall-ammont ta' produzzjoni li aħna mportajna bħala materja prima matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Il-Ministru qed jispjega li pajjiżna għandu kontrolli biex jesporta lejn l- Unjoni Ewropea pero` imbagħad qal ukoll li dawn il-kontrolli se jispiċċaw.", "Jista' jispjega ftit dwar dan ħalli wieħed ikun jista' jkompli dan id- dibattitu b'interess?", "Għax irid japprezza li din in-naħa tal-Kamra għandha interess tara li l-impjiegi tal-ħaddiema, inkluż ta' eluf ta' self- employed, ikunu assigurati u ma jkunux f'inċertezza kif sfortunatament jinsabu llum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett nieħu pjaċir nisma' li l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra huma nteressati li jkollhom dan id-dettall biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal dan it-tip ta' dibattitu, pero` żgur li dan kien isir aħjar kieku ipparteċipaw fil-MEUSAC, bħalma għamlu l- organizzazzjonijiet kollha li jistgħu jkunu effettwati fid-diskussjonijiet.", "Għax naturalment huwa ferm aktar propizzju li wieħed jagħti kontribut fl- istadju tad-diskussjoni tal-pożizzjoni tal-gvern milli fi stadju ta' questions and answers fil-Parlament.", "Imma la l-Onor.", "Membri sfortunatament iddeċidew li ma jipparteċipawx, jibqa' l-mezz tal-Parlament fejn allura jkollna nidħlu f'ċerti rqaqat u dettalji li ħafna nies isibuhom daqsxejn tedjanti.", "Ħalli niġi għat-tieni argument li qajjem l-Onor.", "Membru u cioe` li llum għandna ċertu xkiel u restrizzjonijiet biex nesportaw prodotti li għandhom ċertu kontenut ta' zokkor lejn l-Unjoni Ewropea.", "Dawn it-tip ta' restrizzjonijiet se jispiċċaw.", "Aħna qegħdin nitolbu għal ammont ta' special supply measures biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm bidliet radikali f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn il-prodotti.", "Din ġiet iffissata fuq historical data, plus xi persentaġġ li qiegħed hemmhekk biex jagħti ċertu safeguard.", "Naturalment dan huwa l-mod kif isiru l-argumenti serji meta wieħed qed jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea.", "Iċ-ċifri ma tistax taqbad u you pull them out of a hat imma trid tibbażhom fuq ċerti records.", "Aħna qegħdin nibbażaw fuq dak li konna qegħdin nimportaw f'dawn l-aħħar tliet snin plus ċertu persentaġġ ta' allowance biex inkunu żguri li qed inkopru biżżejjed.", "Fil-preżent ma nistax ngħid aktar minn hekk għax wieħed irid jistenna l-eżitu ta' dawn id- diskussjonijiet biex ikun jista' jippronunzja eżattament kif is-sitwazzjoni se tiżviluppa wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura x'hemm ħażin fil-prinċipju li Malta jkollha politika li mingħajr ma tkun ikkontrollata dwar kemm tista' timporta sorsi ta' materja prima – m'iniex qed nirriferi biss għaz-zokkor imma anke għaċ- ċereali, il-qmuħ, l-għalf u dak kollu li wieħed jinkorpora fl-industriji tal-beverages u ta' l-ikel - meta tispiċċa 'l hekk imsejħa protezzjoni quddiem l-isfidi tal-gobalizzazzjoni, Malta tibqa' tgawdi d-dritt li għandha llum, u cioe` li timporta kemm trid għall-isfidi tal-futur biex tesporta mhux biss lejn l-Unjoni Ewropea imma anke lejn il-bqija tad-dinja?", "X'inhi d-differenza fil-prinċipju li dan il-gvern jaqbel li d-dritt li għandha Malta llum li timporta kemm trid, fi x'ħin trid u minn fejn trid, jiġi limitat biss għall-isfidi ta' globalizzazzjoni?", "Il-gvern qed jgħid li l-protezzjoni se tispiċċa u aħna min-naħa tagħna qegħdin ngħidu li dan huwa ħażin.", "Jien nemmen li dan huwa tekniku u importanti għall-iżvilupp soċjo- ekonomiku tal-poplu tagħna.", "Fejn hu allura l-vantaġġ li pajjiżna se jkollu meta quddiem dawn l-isfidi se jillimita ruħu biss b'kundizzjoni ma' l- Unjoni Ewropea li jimporta s-sorsi ta' materja prima kemm ta' l-ikel kif ukoll ta' l-industrija tax-xorb fuq dak li aħna mportajna matul l-aħħar tliet snin meta nafu li l-isfidi tagħna huma li nikbru fi swieq internazzjonali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-għan tal-gvern huwa proprju li nikbru fis-swieq internazzjonali.", "S'issa qed nitkellmu fuq dak il-materjal li huwa wżat primarjament għas-suq lokali - għalkemm hemm parti li hija esportata wkoll – pero` s-suq globali huwa maqsum fi tnejn.", "Għandek is-suq li huwa barra l-Unjoni Ewropea u allura hemmhekk m'għandekx diffikulta` għax l-Unjoni Ewropea għandha sistema ta' li tikkompensa lill- pajjiżi membri meta huma jkunu qed jesportaw barra mill-Unjoni Ewropea - din hija s-sistema ta' l-Unjoni Ewropea li tagħti protezzjoni u assistenza lill-bdiewa tagħha – u t-tieni, meta inti qed tesporta għall-Unjoni Ewropea, din tara li kemm jista' jkun ikollok a level playing field.", "Ejja nieħdu l-eżempju ta' l-Irlanda.", "Meta dawn jagħmlu l-galettini, jużaw zokkor ta' ċertu prezz u biex aħna nikkompetu magħhom irridu nużaw zokkor li huwa bbażat fuq l-istess prinċipju.", "Dik tiggarantixxi a level playing field fis-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero` din m'hijiex se tibqa' hekk għal dejjem għax l-Unjoni Ewropea rrealizzat – fil-fatt din is-sistema qed tiġi riformata kemm fil-każ taz-zokkor kif ukoll f'każijiet oħra - li trid timxi aktar lejn prezzijiet internazzjonali.", "Allura jidher li sa għaxar snin oħra dawn it-tip ta' distortions li hemm bejn is-suq ta' l-Ewropa - għax ħafna drabi qed tipproteġi proċessuri jew interessi tagħha u allura tippermetti sistema li jkollha prezzijiet ogħla – u s-sistema fejn għandek a world price, se jikkonċiedu aktar u aktar viċin xulxin.", "Din hjia xi ħaġa li f'ċerti oqsma miexja bil-mod il-mod, f'oħrajn aktar mgħaġġla u allura meta wieħed iħares lejn horizon li huwa aktar 'il bogħod mill-ftit snin li ġejjin, jara li din il-problema se tkun solvuta minn dan l-aspett billi jkun hemm prezz dinji għal kulħadd.", "Naħseb li din hija sitwazzjoni raġjonevoli għall-konsumaturi u l-produtturi ta' kullimkien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru ma jħossx li l-fatt li pajjiżna se jkun intitolat għal ftit sussidji li hu applikabbli għalihom permezz tal- politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea, wara għaxar snin li pajjiżna jkun ilu membru, se jiżvantaġġa dan li qed jgħid u allura se joħloq inċertezza mhux biss fuq l-industrija ta' l-ikel imma anke fuq dawk l-industriji li jipproduċu l-minerali, il-juices, il-galettini u forom oħra ta' prodotti li huma kompetittivi llum fis-suq lokali u anke fis-swieq ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea u anke barra l-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, dan huwa punt interessanti wkoll għax sa ftit ġimgħat ilu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien jargumenta li l-aktar raġuni fundamentali għaliex il-Partit Laburista ma jaqbilx mas-sħubija hi li l-common agricultural policy u l-benefiċċji minnha ma tistax tapplikahom bl-istess mod u bl-istess intensita` għal Malta.", "Ir-raġuni li jġib hi li għaliex aħna ma nkabbrux qamħ daqs pajjiżi oħra, ma nkabbrux daqshekk baqar u ma nkabbrux daqshekk prodotti li hemm ħafna sussidji fuqhom, allura mhux se jmissna daqshekk.", "L-ewwelnett il-common agricultural policy qiegħda dejjem tiġi modifikata u wieħed irid jara liema parti nistgħu nutilizzaw minnha għall-ħteġijiet tagħna bl-aktar mod tajjeb, pero` barra minn hekk, taħt l-assistenza li tagħti l-Unjoni Ewropea hemm dak li nsejħulu r-rural development, jiġifieri biex wieħed ikun jista' jtejjeb is-sitwazzjoni tal-bdiewa mill-mod kif jaħdmu l-għelieqi, mill-art li qed tinħadem għall-ħitan tas-sejjieħ, għall-mod kif wieħed jissapportja l-infrastruttura ta' l-agrikoltura u naħsbu li huwa qasam li se jkun aktar applikabbli għalina għax huwa aktar konsistenti mal-bżonnijiet tas-settur agrikolu tagħna.", "Jiġifieri li wieħed jgħid li jekk fil-common agricultural policy se jkun hemm xi limitazzjonijiet għall-membri kollha ġodda, din se tagħti xi żvantaġġ, naħseb li jkun qed ipoġġi the cart before the horse għax wieħed irid jara sewwa sew kif is-sistema se tiżviluppa u ma jippruvax jiġġudika l- issues li hemm.", "L-iżball li qed tagħmel l-oppożizizjoni hu li qed tipprova tiġġudika kif se tkun Malta mit-teorija u nispiċċaw b'eżerċizzju akkademiku.", "Sfortunatament, meta l-Membri ta' l-Oppożizzjoni kellhom l- opportunita` li jipparteċipaw fil-MEUSAC u jkunu jafu aktar id-dettalji u l- argumenti ma' l-uffiċjali konċernati u jiddiskutu l-issues involved u kif wieħed iħares lejn il-futur, iddeċidew li ma jipparteċipawx.", "U allura jispiċċaw joqogħdu fuq informazzjoi bbażata fuq dak li jitniżżel mill- websites u li jinqara fil-kotba.", "Imma r-realta` m'hijiex hekk.", "Huwa fatt li l-aktar persuni li jiggwadanjaw mill-Unjoni Ewropea huma proprju l-bdiewa - min għax qed ikabbar ħafna, min għax għandu problemi rurali u min għax għandu problemi oħra ta' support – u b'mod predominanti dan is-settur jieħu madwar 60% tal-budget ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq biljuni kbar ta' flus.", "U allura wieħed irid jifhem li aħna rridu nkunu għaqlin biżżejjed biex naraw kif nutilizzaw ir-riżorsi li l-Unjoni Ewropea tagħti lill-membri tagħha biss biex aħna wkoll inkunu nistgħu nieħdu vantaġġ.", "Issa l-problemi tagħna huma ta' daqs pjuttost frammentat - kemm minħabba d- daqs ta' pajjiżna kif ukoll minħabba l-klima tagħna - u allura jidhrilna li nistgħu nsibu sistemi u miżuri li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-bdiewa tagħna.", "L-argumenti li nisimgħu fuq dan is-settur, li se jibbenfika bil- kbir, huma sfortunatament ta' doom and gloom, teoretiċi u ma jissarrfux fir- realta`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qed isemmi l-miljuni u l-biljuni ta' liri f'sussidju.", "Kif jispjega l-fatt li la l-Lm100 miljun għadhom ma ġew mill-Unjoni Ewropea u barra minn hekk se noħorġu Lm8 miljuni mill-kaxxa ta' Malta biex taparsi nirristrutturaw lill-biedja?", "Għax dawn la huma mniżżlin fil-website u lanqas ma jidħlu fit-teoriji imma joħorġu mill-fatti li esperjenzaw il-Maltin u l-Għawdin f'dawn l-aħħar tliet snin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, din hija l-mistoqsija li jirrepetu kontinwament tan-naħa l-oħra u għalhekk irridu nifhmu eżattament x'ġara.", "Fl-1997, meta l-Unjoni Ewropea kienet qiegħda tagħmel programm għall- pajjiżi applikanti u l-Onor.", "Alfred Sant għoġbu jiffriża l-applikazzjoni tagħna, kien hemm pajjiżi li ras għal ras dak iż-żmien kien qed jiġi kkalkolat li qegħdin jieħdu ċertu ammont.", "Kieku aħna konna qegħdin ninnegozjaw dak iż-żmien, kien imissna wkoll ammont simili.", "Il-verita` hi li dawn il-pajjiżi rnexxielhom jieħdu assistenza massiċċa, speċjalment l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant, u aħna bqajna nsaffru u bqajna barra nħossu l-bard.", "Meta mbagħad irnexxielna nerġgħu nirrijattivaw l-applikazzjoni, we had missed the bus, tort tal-labour party.", "Tan-naħa l- oħra dejjem jippruvaw jitfgħu l-iżbalji tagħhom fuqna imma l-verita` hi li minħabba r-ras iebsa li għandhom, b'mod partikolari tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li għoġbu jiffriża l-applikazzjoni għas-sħubija, tellfu ħafna u ħafna riżorsi lil pajjiżna!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 – Tifsir", "Clause 2 – Interpretation", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, nagħtu bidu ta' l-eżami fid-dettal ta' abbozz ta' liġi li l-ħsieb tiegħu hu li tinħoloq struttura differenti minn dik li għandna llum biex inkunu f'qagħda – nittama jien - iktar attiva u pro-attiva biex nippromwovu l- arti, l-kultura u l-apprezzament tagħha fil-fergħat kollha.", "Qed nippromwovu l-ħidma kulturali u li jkollna struttura li permezz tagħha l-gvern tal- ġurnata jkun jista' jagħti l-għajnuna u l-appoġġ biex l-artisti tagħna f' kull settur iħossuhom appoġġjati, stmati w rikonoxxuti.", "Permezz ta' din l- istruttura rridu naslu wkoll biex ikollna apprezzament iktar wiesa', mxettel u radikat fil-programmi soċjali kollha tagħna.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-kultura tagħna bħala poplu u nistaqsi x'inhi l-identita`u l- kreattivita` tagħna.", "F'dan il-kamp ma rridux inkunu pajjiż li jingħalaq fih innifsu imma li jkun miftuħ għal kultura w arti ta' popli oħrajn.", "Kemm jista' jkun irridu nagħarfu dawn il-kulturi differenti u anke niskambjawhom.", "Fl-istadju tat- tieni qari ta' l-abbozz ta' liġi kellna ċertu nuqqas ta' qbil dwar liema linja naddottaw biex inġibu 'l quddiem dan is-settur.", "Jien nirrispetta bl- iktar mod sħiħ l-opinjoni ta' sħabi f'din il-Kamra li jistgħu jaraw triq differenti ta' kif il-gvern għandu jieħu sehem f'dan il-proċess kulturali u ta' arti fil-pajjiż.", "Minkejja dan naħseb li darba dak l-abbozz ta' liġi ġie approvat minn din il-Kamra fl-istadju tat-tieni qari jkun utli jekk wieħed iħares lejn din il-liġi b'mod kostruttiv u objettiv biex naraw li almenu fid-dettal tagħha u fejn hemm bżonn li nirfinawha, isiru l-arranġamenti meħtieġa.", "Jien inħossni miftuħ għal tibdil li ma jbiddilx il-fondament tagħha, fis-sens li ma nispiċċawx niktbu xi liġi ġdida għal kollox.", "Nemmen li għandna nżommu l-qafas tagħha u nittama li jkollna diskussjoni dettaljata li tkun tista' ttejjeb dan l-abbozz ta' liġi.", "Sur President, din il-liġi għandha l-importanza tagħha għalkemm m'għandhiex il-kumplikazzjoni u r-ramifikazzjonijiet li għandha l-liġi l-oħra li tittratta l-patrimonju kulturali.", "Nittama allura li għalkemm hija liġi li tixbaħha rridu nirrepetu ċerti kunċetti għaliex huma fil-forma legali tagħha u ta' x'qed nipprovaw noħolqu hawn.", "Għandna affarijiet li jixxieħbu ħafna pero` m'hemmx il-kumplikazzjonijiet li jġib miegħu l-patrimonju kulturali u nittama li jkollna inqas kumplikazzjonijiet milli kellna meta konna qed nagħmlu l-liġi l-oħra.", "Biex nibda nidħol fi ftit dettall, Sur President, il-klawsola li titkellem dwar it-tifsir qed tagħti definizzjonijiet mhux sostantivi.", "F'ċertu sens m'aħniex qed ngħidu x'definizzjoni se nagħtu għall-kultura.", "Ma dħalniex fid- dettal ta' xi jfisser il-kliem \"kultura\" u \"arti\" fil-kuntest ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Ma dħalniex f'dan id-dettal għaliex ma naħsibx li hu l- każ li niddelineaw b'mod dejjaq id-definizzjonijiet ta' dawn iż-żewġ kelmiet.", "Dan hu kliem li għandu jitħalla jkollu l-iktar interpretazzjoni wiesa' possibbli.", "Il-liġi dwar il-patrimonju kulturali timponi obbligi u tagħti drittijiet reali kemm lill-istat kif ukoll lill-individwi u istituzzjonijiet f'Malta.", "Hi liġi li taħseb ukoll għad-dimensjoni penali tagħha fis-sens li l-ksur tagħha jimporta penalitajiet taħt il-liġi kriminali.", "Hemmhekk bilfors ridna li s-suġġett ta' l-azzjoni legali li tipproponi dik il-liġi jiġi definit għax hu ma' din id-definizjoni li jintrabtu s-sanzjonijiet tagħha.", "Dan l- abbożż, f'dan il-kuntest hu differenti.", "M'huwiex il-ħsieb tagħna li fil- qasam ta' l-arti u l-kultura l-istat jidħol biex ikun protagonist li jissanzjona.", "L-iskop tagħha hu l-promozzjoni mhux l-impożizzjoni.", "Hawnhekk l-istat ma jiddettax u l-gvern m'huwiex il-protagonist ewlieni.", "L-iskop tal-liġi hu li l-gvern ikun wieħed mill-protagonisti li hawn fil-pajjiż u li jkun patrun li l-iskop tiegħu hu li jimbotta, jippromwovi w jinkoraġġixxi mhux li jissanzjona.", "Minħabba f'hekk it-tip ta' frażijiet li qed niddefinixxu f'din it-tip ta' liġi għandhom ir-rabta tagħhom mal- provedimenti li hawn fil-liġi stess.", "Ir-rabta tagħhom hi marbuta ma' l- istruttura.", "Klawsola 2 tgħid x'qed nifhmu bil-frażi \"direttur eżekuttiv\".", "Fil-kors tal- liġi se nsibu diversi drabi fejn nirreferu għal din il-frażi li tfisser persuna li hi maħtura taħt klawsola 5(1).", "Illum għandna kap ta' dipartiment u ġieli jirreferu għalih bl-ingliż bħala chief executive.", "Hawnhekk qed nużaw executive director bħala dak l-uffiċċjal li jinħatar taħt klawsola 5.", "Se tkun persuna fuq bażi full time, ingaġġata mill-kunsill.", "Dan biex tkun tista' tmexxi dan il-kunsill Malti u nkunu nistgħu nankraw madwarha n-nisġa ta' servizzi biex jintlaħqu l-iskopijiet tiegħu.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq \"impjegat\" il-liġi mhux qed tirreferi għal impjegat tal-gvern jew ta' xi ħaddieħor.", "Din il-kelma tirreferi għal persuna li hi mpjegata mill-kunsill.", "Meta nsemmu l-kelma \"kunsill\" f'dan l-abbozz inkunu qed nirreferu għall- kunsill malti għall-kultura u l-arti.", "Hawnhekk nixtieq nippreżenta emenda biex jinbidel l-isem minn kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti għal kunsill Malti għal kultura u l-arti.", "Dan qed nagħmlu wara kummenti u riflessjonijiet li kelli.", "Hi bidla li tgħinna biex nidentifikaw lil dan il- kunsill meta nkunu barra l-pajjiż.", "Meta wieħed jara l-letterheads ta' dan il-kunsill mill-ewwel ikun jista' jidentifika ta' liema pajjiż hu.", "Iktar tard nissuġġerixxi emenda li l-isem jinbidel biex jinkludi dan is-sens.", "Qed nagħtu wkoll tifsira lill-kelma \"kuntrattur\" li hi msemmija fi klawsola 5.", "Il-ministru li se jkun responsabbli minn din il-liġi hu dak li fid- dekasteru tiegħu jkollu l-qasam tal-kultura.", "Nafu li l-kultura kienet tagħmel mal-ministru tas-servizzi soċjali u ġieli kienet mal-ministru tal- ġustizzja jew mal-ministru ta' l-edukazzjoni.", "Dan ivarja minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi li l-prim minsitru tal-ġurnata jkun qed jiffaċċja meta jkun qed jifforma l-kabinett.", "Il-kelma \"president\" ma tirreferix għall- president ta' Malta iżda għall-president tal-kunsill.", "Hawn riferenza speċifika għal viċi president jew dik il-persuna li għal mument ikollha r- responsabbilta` li taġixxi ta' president.", "Qegħdin niddefenixxu wkoll il-kelma \"preskritt\".", "F'diversi provvedimenti ta' dan l-abbozz niltaqgħu magħha fil-kuntest ta' \"kif ikun preskritt mill- ministru\".", "Preskrizzjoni ma ssirx bil-fomm, b'sempliċiment ittra jew memorandum.", "Din issir permezz ta' regolamenti magħmulin apposta taħt id- dispożizzjonijiet ta' dan l-att.", "Is-sena finanzjarja għall-attivita` ta' din il-liġi hi sena finanzjarja ta' 12-il xahar li tintemm fit-30 ta' Settembru.", "F'ċertu sens aħna għandna żewġ snin finanzjarji u t-tnejn huma ta' 12-il xahar - waħda hi s-sena finanzjarja nazzjonali kalendarja li tibda f'Jannar u tagħlaq fil-31 ta' Diċembru.", "Il-budget tal-pajjiż hu marbut mas-sena finanzjarja kalendarja pero` għandna diversi korporazzjonijiet, awtoritajiet u istituzzjonijiet oħra li s-sena finanzjarja tagħhom tibda fl-1 ta' Ottubru u tagħlaq fit-30 ta' Settembru.", "Minħabba diversi riferenzi li jkun hawn għas-sena finanzjarja qed jiġi speċifikat li s-sena finanzjarja tagħlaq fit-30 ta' Settembru.", "Naturalment l-ewwel sena finanzjarja tal-kunsill tibda meta jidħol fis-seħħ dan l-Att, u tintemm fit-30 ta' Settembru tas-sena' li tiġi minnufih wara.", "Jekk din il- liġi tgħaddi mill-parlament sa nofs is-sena u nkunu waqqafna dan il-kunsill malti f'Ġunju, s-sena' finanzjarja tiegħu ma tispiċċax f'Settembru ta' din is-sena iżda tas-sena ta' wara.", "Jiġri hekk biex fil-fażi ta' tranżizzjoni jkun hawn sena finanzjarja itwal minn 12-il xahar u għalhekk jibda r-ritmu regolari ta' sena ta' 12-il xahar li tagħlaq fit-30 ta' Settembru.", "L-aħħar tifsira li għandna f'din il-klawsola hi dik ta' \"uffiċjal pubbliku\".", "Hi tifsira li nsibu fil-biċċa l-kbira ta' liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- attivita` pubblika.", "Din hi t-tifsira kif mogħtija f'Artiklu 124 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq dak li popolarment ngħidulu l-impjegat tal-gvern - dik il-persuna li tkun ġiet ingaġġata bil-proċeduri li tipprovdi l- Kostituzzjoni tagħna permezz tal-kumissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Naħseb li f'dan l-istadju dan hu li għandi xi ngħid fuq din il-klawsola u allura nistgħu nibdew id-diskussjoni akkurata tagħha.", "Sur President, nipproponi din l-emenda għal klawsola 2:", "\"A\" Minflok dak li hemm mill-kelmiet \"\"kunsill tfisser\" sa \"bl- artikolu 3 ta' dan l-Att;\" għandu jidħol dan li ġej:-", "\"\"kunsill\" tfisser il-kunsill malti għall-kultura u l-arti mwaqqaf bl- artikolu 3 ta' dan l-Att;\".", "\"A\" For the words from \"\"Council means\" to \"by article 3 of this Act\" there shall be substituted the following:-", "\"\"Council\" means the Malta council for culture and the arts established by article 3 of this Act;\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membru: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Twaqqif, Funzjonijiet u Tmexxija ta' l-Affarijiet tal-Kunsill.", "Clause 3 - Establishment and composition of the National Council for culture and the Arts.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din il-klawsola fiha tmien paragrafi u tiftah it-tieni taqsima ta' din il-liġi.", "Hi l-klawsola li toħloq u twaqqaf il-kunsill.", "Hawnhekk qed nipproponu li jkun hawn kunsill li jkollu personalita` ġuridika u li jkollha funzjonijiet kif se nispjegaw anke fir- raba' klawsola li niġu għaliha iktar tard.", "Naturalment issa se nibdew nirriferu għalih bħala l-kunsill Malti għall-kultura u l-arti u xtaqt nistaqsi, Sur President, jekk huwiex possibbli li kull fejn ikun hemm kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti fit-test nawtorizzaw lill- iskrivan tal-Kamra biex jadotta l-isem kif propost fi klawsola 2 fid- definizzjoni.", "Dan minflok ma noqgħod irressaq l-emenda kull darba.", "Ma nafx jekk il-Kamra taqbilx.", "THE CHAIRMAN: Bis-saħħa ta' din l-emenda approvata konsegwentement kull fejn ikun hemm \"kunsill nazzjonali\" jiġi emendat awtomatikament.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Grazzi, Sur President, u grazzi lill-Membri tal-Kamra.", "Hawnhekk il-klawsola qed tgħidilna li dan il-kunsill se jkun korp fil- personalita` legali tiegħu u li se jkun magħmul mill-president u mhux inqas minn erba' u mhux iżjed minn tmien membri oħra.", "Wieħed mill-membri jkun maħtur mill-ministru responsabbli għal Għawdex.", "Il-membri tal-kunsill kif jiġri fil-proċedura normali ta' dawn l-istrutturi li joħloq il-gvern ikunu maħtura mill-ministru.", "Qed ngħidu li dawn ikunu maħtura għal tliet snin pero` meta jiskadi t- terminu l-membri li jkunu qegħdin iservu fuq dak il-kunsill jistgħu jerġgħu jiġu maħtura mill-ministru.", "Il-perijodu ta' tliet snin inħossu li hu wieħed tajjeb għax jispeċifika t-term of office u jagħti ċerta stabilita` lil min ikun qed iservi f'dan il-kunsill.", "Naħsbu li tliet snin hu perijodu tajjeb biex kunsill ikun jista' jfassal pjan, jibda jwettqu u jara l-frott tiegħu.", "B'hekk nittamaw li ma nħallux instabbilita' billi daqqa ninnominaw għal sena, daqqa għal sentejn u daqqa għal tliet snin.", "Meta jinħatar dan il-kunsill il-ministru jrid mhux biss jindika min hu l- president imma wkoll persuna oħra li tkun viċi president biex ikollu l- funzjonijiet kollha ta' president meta l-president ma jkunx jista' jattendi jew ikun inkapaċi jaġixxi ta' president.", "Barra minn hekk tista' tinħatar persuna oħra f'każ li kemm-il president kif ukoll il-viċi president ikunu assenti jew ma jkunux jistgħu jaqdu l-funzjoni tagħhom.", "Din il-klawsola mhux dejjem tinkiteb daqshekk fid-dettal pero` hawnhekk qed nipprovdu biex il-kunsill dejjem ikollu persuna li tmexxih.", "Qed ngħidu wkoll min huma l-persuni li naħsbu li m'għandhomx ikunu nominati bħala membri ta' dan il-kunsill.", "Ħassejna li jkun għaqli li wieħed jipproponi li membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti, ministri, segretarji parlamentari, imħallfin u maġistrati ma jkunux eliġibbli biex iservu fuq dan il-kunsill.", "Huma esklużi wkoll persuni - u dan hu espliċitu fil-liġi - li jista' jkollhom xi interess finanzjarju jew xi interess ieħor f'xi intrapriża jew f'xi attivita` li tista' taffettwa l-qadi tad-dmirijiet bħala membri tal-kunsill.", "Naturalment fil-pajjiż għandna diversi persuni li huma kompetenti li diġa` jkunu attivi fil-kamp u li jkollhom interessi finanzjarji jew interess ieħor f'xi intrapriża li jagħtu servizzi f'dan il-kuntest u l-liġi taħseb mill-bidu nett biex kemm jista' jkun tnaqqas il-possibbilta` li jkun hemm membri li jiżvilupaw minħabba l-attivita` personali jew kummerċjali tagħhom.", "Hawnhekk ikun hemm kunflitt ta' nteress li jista' joħloq diżgwid u diffikultajiet lill-kunsill.", "Dan ma jfissirx li persuna li jista' jkollha xi nteress hi eskluża b'mod assolut kif inhuma esklużi b'mod assolut il- kategoriji li semmejna qabel.", "Persuna tista' sservi fil-kunsill jekk tiddikjara minn qabel li jkollha dak l-interess u wara li l-istess interess ikun ġie ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern jista' jkun hemm persuna li l- interess ġenerali jitlob li tiġi nominata biex isservi f'dan il-kunsill.", "Min-naħa l-oħra din jista' jkollha xi interess finanzjarju w jekk il-gvern tal-ġurnata jħoss li meta jitfa' kollox fil-miżien, ixaqleb iktar favur il- persuna tiġi aċċettata bħala membru tal-kunsill.", "Jista' jkun hemm persuna li għalkemm għandha nteress finanzjarju jew xi interess ieħor, l-integrita` tagħha tkun indubbja u l-kompetenza tagħha valida.", "Jekk ikun ta' ġid li din tkun membru tal-kunsill wieħed m'għandux jiskarta lil dik il-persuna minħabba dak l-interess finanzjarju jew interess ieħor sakemm dan ikun ġie ddikjarat u ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern biex jekk ikun hemm xi informazzjoni nieqsa, l-pubbliku jkun jista' joġġezzjona jew jagħti dik l- informazzjoni.", "Paragrafu 5 tal-klawsola jitkellem dwar meta l-kunsill ikun ġie ffurmat u l- membri nominati w maħtura.", "Dan jitkellem fuq x'jiġri kif issir vakanti kariga ta' membru.", "Il-liġi tipprefiġġi li min jiġi maħtur jagħmel hekk mill- ġurnata tal-ħatra sakemm jispiċċa t-terminu.", "Persuna tista' tiġi nominata bħala membru fil-kunsill u wara sena' jew sentejn tikkontesta l-elezzjoni u ssir membru ta' din il-Kamra jew imħallef jew maġistrat.", "Dawn huma affarijiet li jiġru u f'dan il-każ il-membru jiddekadi mis-sħubija tiegħu fil-kunsill għax il-liġi tgħid li jekk ikun hemm ċirkostanzi li huma simili għal dawk ta' meta persuna ma tkunx membru irid jiddekadi ruħu.", "Il-paragrafu 6 jitkellem dwar x'jiġri jekk membru ma jkunx idonew li jibqa' jew ma jkunx baqa' kapaċi li jaqdi dmirijietu kif imissu.", "Dawn huma frażijiet wiesa' u li jiġu nterpretati mill-ministru responsabbli tal- ġurnata.", "Wieħed bilfors irid ikollu l-fiduċja li l-ministru mhux se jaġixxi kapriċċjożament jew b'mod diskriminatorju.", "Il-ministru mhux se jaġixxi abużivament imma se jkun fil-pożizzjoni li jiġġustifika d-deċiżjoni li jneħħi membru mill-kunsill għal raġunijiet mill-iktar fondati u mill-iktar serji.", "Dawn ikunu raġunijiet li jittrattaw l-idoneita` u l-kapaċita` biex wieħed ikompli jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala membru.", "Paragrafu 7 jitkellem dwar x'jiġri meta jirriżenja membru u tinħoloq vakanza fil-kunsill.", "F'dan il-każ il-ministru jista' jaħtar persuna oħra temporanjament sakemm tinstab persuna oħra jew il-membru li kien temporanjament inkapaċi jirritorna lura.", "Hawnhekk qegħdin noffru din il- manjiera ta' kif wieħed jista' jimla din il-vakanza.", "Paragrafu 8 jerġa' jitkellem dwar kunflitt ta' nteress tal-membru u x'jiġri jekk membru tal-kunsill ma jiddikjarax dan l-interess minn qabel.", "Il- klawsola tgħid li membru tal-kunsill li jkollu xi nteress dirett jew indirett f'xi kuntratt magħmul jew propost mill-kunsill, irid jiddikjara l- interess u jekk ma jagħmilx hekk jiġi skwalifikat milli jibqa' membru.", "Jista' jkun interess li jiżviluppa wara li dik il-persuna tkun saret membru tal-kunsill jew jiżviluppa ad hoc minħabba ċirkostanza partikolari.", "Jekk dan il-membru jkollu dan l-interess ikun obbligat jiżvelah fl-ewwel seduta tal-kunsill wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti.", "Dak il-kxif għandu jiġi reġistrat fil-minuti tal-kunsill u l-membru li jkollu l-interess irid jirtira minn kull seduta li fiha jiġi diskuss dak il-kuntratt.", "Il-liġi tgħid ukoll li meta jkun hemm dan it-tip ta' dikjarazzjonijiet fil-kunsill, il-ministru għandu jiġi nformat mingħajr dewmien u meta l-interess tal- membru jkun tali li jiskwalifikah milli jibqa' membru, il-fatti għandhom jiġu jiġu rapportati lill-ministru u l-membru huwa obbligat li jirriżenzja mill-kunsill.", "S'issa tkellimna fuq il-klawsola li twaqqaf il-kunsill u titkellem dwar il-kompożizzjoni tiegħu.", "Naturalment hawn klawsoli oħrajn li jidħlu f'ċertu dettal tal-funzjonijiet u jitkellmu dwar kif jitmexxew l- affarijiet ta' dan il-kunsill.", "Dawn nistgħu nidħlu fihom iktar tard.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Chairman, issa bdejna nidħlu fil-qalba ta' dan l-abbozz ta' liġi u nixtieq infakkar ftit fl-oġġezzjoni ewlenija li sibna aħna meta l-ministru ressaq dan l-abbozz.", "Dwar din diġa' tkellimna fl- istadju tat-tieni qari.", "L-oġġezzjoni prinċipali tagħna għal dan l-abbozz - u nitkellem f'isem l-oppożizzjoni laburista - m'hijiex fuq l-għanijiet.", "M'hemmx dubju li l-Partit Laburista sa mit-twaqqif tiegħu iktar minn 80 sena ilu kien protagonist ewlieni fl-iżvilupp kulturali ta' pajjiżna u fost l-esponenti ewlenin tiegħu dejjem kellu nies mill-qasam tal-kitba, tat- teatru u ta' l-arti li taw sehem kbir għall-iżvilupp kulturali ta' dan il- pajjiż.", "Fl-istadju tat-tieni qari kelli ċ-ċans ngħid li fil-każ ta' pajjiż bħal tagħna r-ruħ u l-ispirtu kulturali huma importanti ħafna iżjed minn ta' pajjiżi ikbar minna għax pajjiżna m'għandux is-saħħa ekonomika u militari.", "Pajjiżna m'għandux il-preżenza fix-xena internazzjonali li ġejja mis-saħħa tad-daqs u tar-riżorsi tiegħu u għalhekk hija kruċjali ħafna l- integrita` w l-identita` kulturali tiegħu.", "Meta pajjiż ċkejken jitlef anke din ikun tilef kollox għax ħafna drabi huwa propju l-iżvilupp tar-ruħ kulturali tiegħu li jsalvah.", "Fid-dinja tal-globalizzazzjoni tallum fejn il-pajjiżi jinfetħu għal xulxin jista' jkun hemm perikli kbar ukoll.", "Dawn il-perikli qegħdin taħt il-kelma sabiħa ta' globalizzazzjoni.", "Allaħares id-dinja ssir gżira waħda b'kulur wieħed fejn dawk b'saħħithom jimponu fuq dawk inqas b'saħħithom.", "Wieħed mill-perikli ta' kif sejrin l-affarijiet hi li l-globaliżżazzjoni m'hijiex tlaqqa' d-diversita' iżda li t-traffiku jsir aktar one way u li l-pajjiżi l- kbar jiddominaw lill-pajjiżi iżgħar minnhom u jiddettawlhom kif jagħmlu l- affarijiet.", "Illum biex tiddetta m'hemmx għalfejn tibgħat armi, jew invażjonijiet, ajruplani w vapuri.", "Illum tista' tagħmel din it-tip ta' omoġenizzazzjoni tal-kultura propju permezz tal-moda w tax-xejriet fil- qasam kulturali.", "M'hijiex kumbinazzjoni li d-dominju u reġemonija kulturali qegħda għand il- pajjiżi iktar b'saħħithom u allura pajjiż żgħir bħal tagħna jieħu dawk il- passi li jidhirlu xierqa biex jiżviluppa l-personalita` tiegħu b'kuraġġ fih innifsu u bi ftuħ lejn il-bqija tad-dinja.", "Dan jagħmlu mhux f'sens difensiv, iżolista, jew insulari imma biex juri li għandu personalita' u identita.", "Minħabba dan naqbel mal-passi li qed nieħdu.", "Meta jkolli ċans nagħmel il-kumment li l-kuxjenza nazzjonali f'pajjiżi kbar tista' tkun ta' theddida għall- pajjiżi l-oħra għax huma kbar.", "Dawn jistgħu jimponu l- kuxjenza nazzjonali fuq pajjiżi żgħar.", "Fil-każ ta' pajjiżi bħal Malta l- kuxjenza nazzjonali qegħda għas-salvazzjoni għax bl-ebda mod ma tista' timmaġina li n-nazzjonaliżmu malti jista' jhedded lil xi pajjiżi oħra.", "In- nazzjonaliżmu Malti jfisser identita' u personalita'.", "Fl-ebda każ m'hu se jkollna żvilupp ta' nazzjonaliżmu Malti li jgħaffeġ lil pajjiżi oħrajn kif qed jiġri.", "Hawnhekk mhux se nsemmi pajjiżi.", "In-nazzjonalizmu Malti huwa nazzjonalizmu ta' salvazzjoni u mhux nazzjonaliżmu xovinista u magħluq fih innifsu.", "M'huwiex nazzjonaliżmu kontra d-diversita` kulturali jew kontra l- kuntatt ħaj ma' pajjiżi oħra.", "L-oġġezzjoni prinċipali tagħna għal dan l-abbozz ta' liġi hija mistoqsija.", "Irrid nistaqsi jekk biex niżviluppaw il-qasam kulturali tagħna hemmx bżonn inwaqqfu din l-istruttura amministrattiva ġdida jew nistgħux inġeddu u nsaħħu dak li għandna.", "Il-problema f'pajjiżna m'hijiex biex insibu l- ismijiet li nagħtu lill-istrutturi li nwaqqfu iżda jekk l-istrutturi li qegħdin inwaqqfu jaħdmux jew le.", "Għedtha kemm-il darba - u nerġa' nirrepetiha hawnhekk – li suppost li fl- aħħar 14-il sena min jaf kemm ir-riforma taċ-ċivil ġiet imħabbra.", "Min jaf kemm-il rapport taċ-ċivil ħareġ u kemm saru press conferences u ġew organizzati photo opportunities biex inħabbru l-qabżiet tal-kwalita` fil- makkinarju tal-gvern u taċ-ċivil.", "Saru ħafna ċelebrazzjonijiet u ċerimonji biex inħabbru bidliet kbar.", "Bil-mod il-mod id-diska bdiet tinbidel u beda ħiereġ l-argument li l-makkinarju tal-gvern u d-dipartimenti tal-gvern huma ineffiċjenti, bihom ma tasalx, ir-regolamenti jxekkluk u li għandna bżonn nagħmlu sensiela ta' operazzjonijiet tal-bypass biex niżblukkaw is- sitwazzjoni u nwaqqfu strutturi li jkunu effiċjenti.", "Wara mewġa ta' ħafna riformi kbar li kienu qed isiru fiċ-ċivil bdew jaslu mewġiet differenti ta' twaqqif t'awtoritajiet, fondazzjonijiet, kunsilli u kummissjonijiet għax għedna li d-dipartimenti tal-gvern u l-istrutturi tiegħu ma jaħdmux u ma ħadmux.", "Minkejja li ftit taż-żmien ilu l-ministru tal-finanzi nnifsu ammetta li twaqqfu ħafna minn dawn l-istrutturi, dawn kellhom isolvu l-problemi amministrattivi tad-dipartimenti u ħafna drabi dawn il-kunsilli, fondazzjonijiet, kummissjonijiet u awtoritajiet spiċċaw taw lilhom infushom kondizzjonijiet ħafna aħjar mill-uffiċjali tad- dipartimenti tal-gvern.", "Naħseb li għandna d-dritt nistaqsu jekk ir- riżultati kinux aħjar.", "Din kienet l-oġġezzjoni tagħna.", "Aħna naqblu ma' l- għanijiet ta' dan l-abbozz iżda nemmnu li hemm għanijiet oħra.", "Wieħed jista' jirfina l-għanijiet li hawn u l-oġġezzjoni prinċipali tagħna kienet ta' natura organizzativa w amministrattiva.", "Ix-xejra li qed jieħu l-gvern bħalissa hija nkwetanti ħafna għax irid jara kif se jnaqqas id-deficit u d- dejn nazzjonali.", "Il-gvern qed jara kif se joħroġ il-flus għall-edukazzjoni, s-saħħa w il- politika soċjali w qed joħroġ iktar minn Lm70 miljun fis-sena biex iħallas l-imgħaxijiet.", "Dan huwa piż kbir fuq pajjiżna w fuq iċ-ċittadini tagħna li jaħdmu ta' kuljum u li jagħmlu sagrifiċċji biex qed jaraw parti ikbar mill- pagi u mis-salarji tagħhom imorru f'taxxi biex jagħmlu tajjeb għan-nefqa tal-gvern.", "Parti minn dik in-nefqa qed tmur biex inħallsu lura l- imgħaxijiet tad-dejn li sar għax il-flus ma ġewx amministrati tajjeb.", "Parti minn dawn it-taxxi qed imorru fuq dawn it-tip ta' strutturi li qed niddiskutu hawnhekk u għalhekk aħna nħossu li għandna r-responsabilta` li nqajjmu l-oġġezzjoni tagħna u naraw kemm jagħmel sens li nwaqqfu saffi amministrattivi ġodda li se jiswew il-flus.", "M'hemmx dubju li dawn se jiswew il-flus u m'hu qed ngħid xejn ġdid u ta' barra minn hawn.", "Jidher li minkejja li nisimgħu fuq l-importanza tal-value for money, il-flus li l- gvern jiġbor minn fuq iċ-ċittadini hemm bżonn jintefqu sew lira b'lira.", "Minkejja li ngħidu li fiż-żmenijiet issikati tal-llum irridu noqogħdu attenti li ma jkunx hawn ħela, ma jidhirx li l-gvern qed jagħmel dan.", "Din qed ngħidha mhux għax jien ġej mill-oppożizzjoni.", "Qed ngħid dan kollu lil hinn minn kull perspettiva partiġġjana.", "Jinkwetana l-fatt li qed jintefqu miljuni ta' liri f'dawn l-istrutturi għax dan ifisser li l-flus se jonqsu mill-qasam innifsu.", "Il-budget tal-kultura f'pajjiżna diġa` huwa limitat u limitat ħafna minħabba l-limitazzjonijet tagħna bħala pajjiż.", "Iktar kemm minn dak il- budget imur fl-istonku amministrattiv inqas se jkollok flus x'tonfoq direttament fil-qasam innifsu u din qed tkun ix-xejra ġenerali ta' kif qed jintefqu l-flus f'dan il-pajjiż.", "Diġa` għandna problema kbira strutturali meta naraw in-nefqa tal-gvern.", "Ħafna u ħafna minnha tmur fuq il-pagi u fuq is-salarji tal-ħaddiema tal-gvern.", "Wara li tnaqqas il-pagi tibda tistaqsi kemm jibqa' flus biex naħdmu fil-qasam partikolari.", "Dan qed ngħidu għax sinċerament min-naħa tal-gvern m'hemm l-ebda sensitivita` lejn din il- problema.", "Fl-abbozz ta' liġi għedna li wieħed mill-membri li se jinħatar għal dan il- kunsill se jkun mill-ministeru responsabbli għal Għawdex.", "Tajjeb li jkollna lill-Għawdex rappreżentat fl-istrutturi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Minkejja dan stagħġibt meta smajt it-tweġiba li tat il-ministru għal Għawdex għall-mistoqsija 31030 li kien għamel l-Onor Leo Brincat.", "Kelli naqraha darbtejn biex nibda nemmen.", "Ir-risposta kienet li hemm 14-il konsulent li kollha jaħdmu mad-dipartiment tal-customer services u s- salarju bażiku tagħhom huwa ta' Lm9,621 fis-sena.", "Nistaqsi jekk hux possibbli hemm bżonn li nonfqu Lm144,000 fis-sena' fuq 14-il konsulent.", "Żgur li l-vot tal-kultura għal Għawdex ma jitlax Lm144,000 u magħhom inżid konsulent ieħor fl-istess dipartiment li s-salarju tiegħu jgħolli dik iċ- ċifra għal iktar minn Lm152,000.", "Fuq l-iskejjel żgur li ma nonfqux daqshekk f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp, u xogħol li jrid isir.", "Huwa veru li mhux qed nieħu s-salarji, imma meta nara dawn it-tip ta' flejjes li qed imorru fuq spejjeż amministrattivi tibda tistaqsi x'riżultati qed joħorġu minn dawn l-istrutturi.", "Minkejja piżijiet finanzjarji kbar u minkejja t-taxxi li jinġabru minn fuq iċ-ċittadini minflok nippruvaw naraw kif bil-limitazzjonijiet li għandna nieħdu l-aħjar riżultat qed noħolqu dawn l-istrutturi.", "Faċli wieħed iwaqqa' l-argument u jgħid li allura nibqgħu kif aħna.", "Jien ma rridx li jiġri hekk iżda r-riformi ma jfissrux li timmoltiplika w tfaqqas l-istrutturi bħal faqqiegħ u tonfoq ħafna flejjes fuqhom biex tispiċċa bla riżorsi w flus biżżejjed għall-qasam innifsu.", "L-oġġezzjoni prinċipali tagħna kienet u għada li filwaqt li aħna naqblu perfettament ma' l-għan prinċipali ta' dan il-kunsill biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-kultura f'perspettiva wiesa' ta' attivita` soċjo-ekonomika, ma naħsbux li dan huwa l-mod kif dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu.", "Mhux l- ewwel darba li nitkellem ma' nies mill-qasam ta' l-iskultura, ta' l-arti, tal-letteratura w mużika u ma' żgħażagħ li għandhom ħafna talent u ħafna xewqa biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.", "Biex dawn in-nies juru t-talent tagħhom ikunu jixtiequ l-għajnuna u ma jsibuhiex għax ma jinftehmux.", "Jien nemmen li bdiet dieħla mentalita` ġdida li l-għajnuna li jistennew ma tinftihemx sempliċement f'perspettiva assistenzjalista billi ma jagħmlu xejn u jmorru jħabbtu l-bieb tal-ministru u jgħidulu biex jagħtihom xi ħaġa.", "Jien nemmen li għad hemm min hu hekk imma llum tiltaqa' ma' nies li għandhom ix-xewqa u r-rieda li jfittxu r-riżorsi biex mhux sempliċement ikunu tallaba għall-fondi pubbliċi biex joħorġu CD iżda biex ikollhom iż- żerriegħa biex ikabbru l-pjanta tat-talent.", "Il-mistoqsija tagħna kienet jekk il-ftit flejjes li għandna hux aħjar immorru direttament fil-qasam partikolari u f'dan il-każ qed nitkellmu fuq il-kultura.", "Nemmnu li aħjar ikollna linear structures u strutturi amministrattivi iktar ħfief, b'inqas nies fihom biex ir-riżorsi nitfugħhom proprju fil-qasam fejn irid isir ix- xogħol.", "Se nispiċċaw f'sitwazzjoni kif diġa' ġara f'ċerti dipartimenti fejn ikollna l-flus għall-pagi imma sa Frar lanqas ikollhom biex jixtru l- materjal biex jaħdmu x-xogħol li jitħallsu għalih.", "Dawn joqogħdu jħarsu u jgħidu li m'għandhomx materjal biex jaħdmu.", "Sakemm f'pajjiżna mhux se nfejqu din is-sitwazzjoni - u mhux faċli li tfejjaqha - aħna nħossu li bit-twaqqif u bit-tfaqqis ta' iktar u iktar strutturi s-sitwazzjoni qed nagħmluha agħar u xi darba jew oħra se jkollna niffaċċjaw il-konsegwenzi ta' dak li qed nagħmlu.", "Aħna nafu li huwa iktar faċli li titkellem dwarha u tikkritikaha milli li tagħmel xi ħaġa fuqha.", "Xtaqt nagħmel din l-ispjegazzjoni biex waqt li nerġa' nafferma li aħna naqblu ma' l-għanijiet u ma' l-oġġettivi ta' dan il-kunsill, l-oġġezzjoni tagħna hija fid-dawl ta' dak li spjegajt.", "Mill-bqija l-punti l-oħra li hawn hawnhekk huma x'wieħed jistenna meta jwaqqaf struttura bħal din.", "Ovvjament wara nkompli d-diskussjoni anke fuq l-aspetti l-oħra ta' din l- abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dawn huma kummenti rilevanti u naħseb li għamel tajjeb l-Onor.", "Bartolo li reġa' fakkarhomlna mill-espożizzjoni li saret min-naħa ta' l-oppożizzjoni fl-istadju tat-tieni qari għaliex tajjeb li ngħaddu ftit ħin ningaġġaw f'din il-kwalita` ta' diskors li jirrigwarda r-ristrutturazzjoni tas-servizz pubbliku.", "Jien naħseb li kieku l-oppożizzjoni tal-lum kellha ddum aktar fil-gvern dan it-tip ta' diskors kien ikun differenti.", "Ir-raġunijiet kienu jkunu ħafna iktar spjegati.", "Il-mistoqsija tal-oppożizzjoni hija għaliex qed nagħmlu strutturi ġodda meta għandna dipartimenti li jistgħu jagħmlu x-xogħol u jiġu ammeljorati.", "L-oppożizzjoni kellha tħassib ukoll fuq l-infieq fuq dawn l-istrutturi meta qed nippruvaw naraw kif innaqsu l-ispiża pubblika.", "Il- kelliem staqsa wkoll kif hu possibbli li fi 15-il sena ma rnexxilniex nagħmlu din ir-riforma fis-servizz pubbliku.", "Sur President, jien naħseb li hawn ċertu misconceptions fuq il-mod kif għandna nħarsu lejn l-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku u naħseb li hawn ukoll misconception dwar x'inhuma l-istrateġiji tal-gvern biex iwettaq ir-riforma għaliex l-oppożizzjoni tgħid li ladarba l-gvern qed joħloq dawn l-istrutturi ġodda hemm ammissjoni min-naħa tal-gvern li qata' qalbu li se jagħmel riforma fis-servizz pubbliku w fid-dipartimenti tal- gvern.", "Jien naħseb li l-oppożizzjoni m'hijiex qed tapprezza u tifhem il-kontenut tar-riforma tas-servizz pubbliku.", "Jekk wieħed jeżamina l-istorja ta' x'ġara f'dawn l-aħħar snin taħt l-amministrazzjonijiet tal-partit nazzjonalista, fil-qasam tar-riforma tas-servizz pubbliku jsib li sar tibdil sostanzjali w titjib f'diversi oqsma fejn is-servizz tjieb ukoll.", "Hemm funzjonijiet tal-gvern li huma regolatorji.", "Dawn huma funzjonijiet ta' dipartimenti tal-gvern li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll u ma' l- istabbiliment ta' standards li għandhom x'jaqsmu ma' ċerta sorveljanza fuq il-kwalita' tas-servizz.", "Dawn għandhom x'jaqsmu ma' l-inforzar tal-liġijiet għaliex iridu jirrispettaw lill-organu pubbliku kif inhu dipartiment tal- gvern kif definit taħt il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Min-naħa l-oħra hemm il-funzjonijiet fis-settur pubbliku li kellhom x'jaqsmu ma' l-għoti ta' servizz.", "Hawnhekk nirreferu għal meta wieħed jaqdi fi sptar, fi skola jew f'qasam finanzjarju.", "Hawnhekk qed ngħidu li s-servizz għandu jingħata minn entitajiet li huma differenti minn regolatur u għalhekk qed nagħmlu din id- distinzjoni.", "Sur President, sal-lum għandna ċirkostanzi fejn min jagħti s-servizz hu wkoll ir-regolatur.", "Dan iġibna fl-istess sitwazzjoni fejn wieħed ikun il- prosekutur, id-difensur u l-imħallef ta' l-istess sitwazzjoni.", "Id- dipartiment tal-edukazzjoni suppost jara li hawn it-tagħlim u l-edukazzjoni fil-pajjiż.", "Hu d-dipartiment responsabbli li jara li dan it-tagħlim u l- edukazzjoni jsiru skond ċerta kwalita' u standards u li suppost jilħqu ċerti miri u objettivi nazzjonali.", "Hu d-dipartiment li suppost qiegħed hemm biex jara li l-għalliema għandhom warrant biex ikollhom ċerta kompetenza u ċerti kwalifiki.", "Suppost qiegħed jara x'qed jiġri fl-iskejjel tagħna u li jara li kwestjonijiet ta' saħħa w sigurta' ikunu segwiti.", "L-iskejjel u l- għalliema huma tad-dipartiment u jagħżilhom id-dipartiment.", "Finalment x'jiġri ġo l-iskejjel u matul il-ġurnata teknikament qiegħed iwettqu fil- prattika d-dipartiment.", "Nafu li fil-qasam ta' l-edukazzjoni għandna defiċjenza u ċerta dgħufija għaliex m'għandniex dipartiment ta' l-edukazzjoni regolatur li hu kompetenti biżżejjed li għandu l-istruttura u l-ħin biex ikun jista' jassigura li dak li qed isir fl-iskejjel hu ta' kwalita' kommensurata għan- nefqa pubblika li qed nagħmlu, Sur President.", "Wieħed jistaqsi għax ma nsaħħux id-dipartiment innifsu.", "Naħseb li l- mistoqsija m'hijiex il-mistoqsija t-tajba meta nitkellmu fuq ir-riforma tas- servizz pubbliku.", "Id-direzzjoni ma nistgħux neħduha minn din il-mistoqsija għaliex irridu nidħlu iktar fl-għeruq tal-problema li tirrigwarda l-għoti tas-servizz pubbliku.", "Għandna dipartiment u diviżjoni tas-saħħa li hu l- proprjetarju ta' l-isptarijiet pubbliċi u hu l-operatur li jagħti servizzi mediċi, servizzi ta' l-ikel u servizzi ta' l-indafa fl-isptarijiet tagħna.", "Hu wkoll id-dipartiment li suppost jara li l-istandards u l-etika qed jiġu segwiti u li jara xi kwalita' ta' servizz qiegħed jingħata.", "Dan suppost huwa d-dipartiment li jikkontrolla l-iskejjel privati, l-isptarijiet privati u l-iskejjel tal-knisja fil-każ ta' l-edukazzjoni.", "Hu wkoll l- operatur li f'ċertu sens qiegħed f'kompetizzjoni ma' l-operaturi privati l- oħra.", "Dan id-diskors, Sur President irid isir għaliex meta noħolqu struttura ġdida li m'hijiex se tidduplika irridu nkunu konxji ta' ħafna affarijiet.", "Anke hawn kultant nagħtu l-impressjoni li se nidduplikaw.", "L-iskop mhux li niddupplikaw iżda li nevolvu, nissottistiwixxu w nużaw l-istess finanzi li llum qegħdin niddedikaw lid-dipartiment tal-kultura.", "Hemm tentattiv biex il- finanzi pubbliċi li l-parlament qed jivvota jiġu utilizzati b'mod ħafna iktar effettiv milli rnexxielna sal-lum u r-riżultati se jkunu aħjar minn dawk li qed nakkwistaw sal-lum.", "Jien ma naqbilx meta l-oppożizzjoni tgħid li l-gvern Nazzjonalista qata' qalbu mir-riforma tas-servizz pubbliku.", "Jien nemmen l-oppost.", "Dan hu l- gvern li qiegħed jixpruna dan it-tibdil u dawn ir-riformi.", "Wieħed jista' jgħid li fi ħmistax-il sena seta' kien hemm oqsma fejn stajna għamilna avvanzi iktar.", "Dan nikkonċedieh.", "Hemm liġijiet li ma jistgħux jinbidlu b'maġġoranza sempliċi għaliex biex tibdilhom trid il-kunsens jekk jista' jkun tal-Kamra kollha jew mhux inqas minn kunsens ta' żewġ terzi ta' din il-Kamra.", "Meta wieħed iħares lejn il-qafas kollu u jara s-servizz pubbliku u d-dipartimenti tal-gvern kif evolvew f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena jsib li t-triq hija twila.", "Madankollu jkun inġust min jgħid li s-servizz ċivili ma tejjibx is-servizz f'ċerti oqsma u li l-poplu ma jħossx il-kwalita' aħjar tas-servizz.", "Iktar m'għadda żmien iktar ħareġ il-kunċett ta' diviżjoni bejn ir-regolatur u l- operatur.", "L-ewwelnett l-idea li jinħolqu strutturi differenti minn dipartimenti tal-gvern ma bdihiex gvern nazzjonalista.", "Jekk immorru għas- snin 70 insibu li kienu nħolqu ċerti korporazzjonijiet u awtoritajiet.", "Kien il-gvern laburista li qatel xi dipartimenti tal-gvern u ħoloq korporazzjonijiet.", "Dak iż-żmien il-gvern Laburista m'għażilx it-triq li jagħti ċerti servizzi fi ħdan id-dipartimenti governativi.", "Hawnhekk irridu nispjegaw.", "(Interruzzjonijiet) Nitlob il-permess biex il-Kumitat jiġi sospiż għal ftit minuti", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil li l-Kumitat jiġi sospiż għal ftit minuti?", "(Onor. Membri: Iva)", "Fl-10.52 a.m. il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fil-11.02 a.m.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jekk jogħġbu jkompli bid- diskors tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, konna qegħdin nipprovaw infissru t-tip ta' direzzjoni li qiegħda tieħu r-riforma tas-servizz pubbliku.", "Naturalment anke fejn jidħol dan it-titlu m'aħniex nirrestrinġu għas-servizz ċivili biss.", "Mhux qed ngħidu li r-riforma hi strettament tas-servizz ċivili imma tas-servizz pubbliku wkoll.", "Waħda mill-karatteristiċi ta' din ir-riforma sa mill-bidunett kienet li noqorbu dejjem iktar lejn distinzjoni iktar ċara u iktar effettiva bejn servizzi pubbliċi li l-iskop tagħhom hu regolatorju u dawk is-servizzi li l-iskop tagħhom hu ta' operazzjoni.", "Naħseb li r-riforma tas-servizz publiku f'dan is-settur għamlet passi kbar ħafna 'l quddiem.", "Meta tqis il-kultura, l-mentalita`, l-liġijiet tagħna, il-prattika amministrattiva, iċ-ċokon ta' pajjiżna u r-riżorsi limitati li għandna issib li kien hawn kataliżżar ta' inizjattivi li qed joħolqu dawn l- istrutturi regolatorji li l-effett tagħhom se nħossuh żgur.", "M'aħniex se nħossuh immedjatament imma iktar ma dawn l-istrutturi jirristrutturaw is- servizz minn fejn qed joħorġu u jieħdu magħhom mill-uffiċċjali pubbliċi li jaħdmu f'dan il-kamp biex jużaw ir-riżorsi regolatorji aktar naħseb li l- poplu malti se jkollu sistema ħafna iktar b'saħħitha u li tagħtih garanzija aħjar ta' drittijiet salvagwardati u servizzi effiċjenti li jiġġustifikaw it-taxxi li jkun ħallas.", "Nerġa' ngħid li rrid nersaq lejn dak il-mument meta anke fil-qasam edukattiv naslu f'sitwazzjoni fejn ikollna kwalita' aħjar u aktar sigurta'.", "B'hekk id-dipartiment ikun ħafna iktar moħħu fuq l- istandards u fuq l-imġiba ta' l-istudenti, tal-ġenituri u ta' l-għalliema.", "Id-dipartiment ikun ħafna iktar moħħu biex ikejjel il-performance ta' kulmin hu nvolut f'dan il-kamp.", "Sal-lum id-dipartiment ta' l-edukazzjoni hu mgħobbi ħafna u jagħti ħafna ħin għal dik li hi operazzjoni.", "Jekk qed topera l-iskejjel trid tqassam l- għalliema, tara li qegħdin f'posthom, li qed jitħallsu u tagħmel tajjeb għall-bżonnijiet tagħhom.", "Fl-istess ħin ma tistax tagħmel din ir- regolamentazzjoni.", "Dan m'huwiex proċess li se jibda imma li beda snin ilu meta bil-mod il-mod bdejna t-transizzjoni minn skejjel operati ċentralment għal skejjel li qed iżidu fl-awtonomija tagħhom.", "Diġa` se jkunu għaddew madwar sitta jew seba' snin minn meta bdejniha u għadna ma wasalniex fejn nixtiequ jiġifieri li din ir-riforma tagħti lok biex id-dipartiment isib iktar ħin għall-ċerta verifika, kontroll u assigurazzjoni ta' kwalita`.", "Ngħid li l-mekkaniżmi għadhom dgħajfa u uħud mill-mekkaniżmi għad iridu jinħolqu.", "Għad iridu jinħolqu formuli w modi ta' kif teżamina l-affarijiet.", "Kull pass li tagħmel jirrikjedi sensila ta' diskussjonijiet u ftehim ma' dak u ma' l-ieħor u mhux faċli taqbad u tiġri bihom.", "Nerġa' ngħid li m'huwiex ġust il-kumment li l-gvern mhux qed jirnexxielu jagħmel ir-riforma fis-servizz pubbliku.", "Il-gvern qed jirnexxielu bil-mod iżda b'ċertu ritmu kostanti u nafu li hemm fatturi li għad hawn skuntentezza dwarhom.", "Hemm kwestjonijiet ta' dixxiplina u ta' kontroll fuq l-impjegati pubbliċi.", "Biex inwieġeb il-mistoqsija għaliex qed nagħmlu strutturi ġodda u mhux insaħħu li għandna rrid ngħid li fejn hemm bżonn id-dipartiment qed jissaħħaħ.", "Nafu li hemm bżonn insaħħu l-infurzar tal-liġi fid-dipartiment tal-edukazzjoni u nafu li rridu nagħtu spinta lill-funzjoni regolatorja tiegħu.", "Għaddej ukoll proċess ieħor fejn id-dipartimenti governattivi li jagħtu servizz ta' operazzjoni bħal skejjel, sptarijiet u servizzi kulturali qed inħarsu lejhom mil-lenti funzjonarja.", "Il-mistoqsija trid tkun jekk dipartiment governattiv huwiex l-iktar struttura idonea biex jagħti dak is- servizz.", "Infakkar li qabel l-1987 diġa` kellna sensiela t'esperjenzi fejn il-gvern Laburista kien iddeċieda li servizz aħjar jista' jingħata minn korporazzjoni jew minn entita` mwaqqfa apposta.", "Wara l-1987 komplejna nesploraw, Sur President.", "Irridu nħarsu lejn x'riżultati nkisbu u nqabbluhom man-nefqa li saret f'dak is-serttur.", "Hawnhekk, Sur President, naħseb li l-analiżi ma tridx tkun f'termini sempliċi.", "Il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ issostitwiet numru ta' funzjonijiet li kellu d-dipartiment tax-xogħol sa l-1989.", "L-analiżi ma tistax tkun li nistaqsu għaliex id-dipartiment tax-xogħol 15-il sena ilu kien jiswa terz ta' miljun lira u llum il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ qed tiswa miljun lira - tliet darbiet iktar.", "Jekk wieħed iħares lejha f'dawn it-termini sempliċi malajr jista' jgħid li huma affarijiet ta' barra minn hawn għax infaqna t-tripplu.", "Ir-riforma tas- servizz pubbliku ma tfissirx biss servizz li hu iktar effettiv, effiċjenti u ta' kwalita' aħjar.", "Il-ħsieb tar-riforma m'huwiex biss li tagħti greater value for money, imma wkoll li ttejjeb is-servizzi w tevolvihom.", "Jibqa' punt ta' dibattitu jekk l-ETC tistax tiswa inqas, tagħmilx l-affarijiet b'mod perfett jew tistax tkun iktar cost-effective.", "Ma naħsibx li għadu punt dibattitibbli jekk l-ETC ġabitx qabża ta' kwalita' u jekk permezz tagħha l-istat għandu strument tas-suq tax-xogħol li jista' jirregola u jagħti servizz aħjar lil dawk li qed ifittxu x-xogħol, Sur President.", "Hawn xi ħadd li jimmaġina li dak li tagħmel l-ETC illum seta' jagħmlu d- dipartiment tax-xogħol bir-regoli li kellu.", "Jien mhux qed inlum lid- dipartiment tax-xogħol jew lill-kapijiet tad-dipartiment tax-xogħol ta' dak iż-żmien jekk dawn kienu marbuta b'ċerti regolamenti tas-servizz pubbliku li ma kenux idonei għal għoti ta' servizz ta' dak it-tip.", "Il-gvern il-ħin kollu jagħmel sforzi biex jikkontjeni l-ispiża pubblika, Sur President.", "Kull min ikun qiegħed imexxi inkluż il-ministri kollha jafu r- restrizzjonijiet kbar li għandhom kif kellhom il-ministri ta' l- amministrazzjoni laburista preċedenti.", "Kulħadd jaf bir-restrizzjonijiet fil- manjiera ta' kif jiġu allokati l-fondi lill-ministeri tagħhom għall- inizjattivi li jkunu jridu jwettqu.", "Ħafna minnhom huma inizjattivi li l- gvern ikun impenjat favur tagħhom.", "Ma rridux nitkellmu biss fuq jekk hux qegħdin nonfqu inqas.", "Ma rridux inħalltu l-issue tan-nefqa ma' l-issue tas-sustanza.", "L-issue tan-nefqa fiċ- ċirkostanzi ta' pajjiżna llum hi issue kbira, Sur President.", "Il-konteniment tad-deficit u tad-dejn nazzjonali u li wieħed jagħmel l-akbar kontrolli possibbli biex ma nżidux in-nefqa huma mportanti.", "Li wieħed irid jipprijoritizza aħjar biex dak li hu inqas importanti nagħmluh meta nkunu nistgħu, hi issue kbira ta' dibattitu nazzjonali kbir bejn il-partijiet soċjali kollha.", "Madankollu rrid ngħid li dan hu differenti mis-servizzi li għalihom qed niddedikaw miljuni ta' liri.", "Hawnhekk insemmi l-isptarijiet u l-iskejjel pubbliċi.", "Fuq dawn qed naqblu u m'aħniex qegħdin niġu hawnhekk u ngħidu li rridu nżidu n-nefqa tas-servizz ta' l-isptarijiet pubbliċi jew ta' l- iskejjel pubbliċi tagħna.", "Naturalment in-nefqa tagħhom tiżdied minn sena għal oħra inkrementalment għax ikunu żdiedu l-prezzijiet, is-salarji u l- ispejjeż ta' operazzjonijiet oħrajn.", "Kultant jiżdiedu għaliex jidħlu programmi u inizjattivi li huma ġodda u li m'humiex b'xejn.", "L-importanti hawnhekk m'huwiex l-infieq iżjed jew inqas.", "M'aħniex ngħidu li fil-qasam tal-kultura se nonfqu miljun lira iżjed biex nagħmlu din l-istruttura.", "Meta wieħed jara l-estimi li għaddejna ftit ġimgħat ilu minn dan il-parlament u jħares lejn il-vot tad-dipartiment tal-kultura u l-arti jsib li hu Lm1.4 miljun.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li issa se nagħmlu din l-istruttura u allura għandna bżonn iktar flus għax kieku rridu niġġustifikaw għaliex qed nitolbu aktar.", "M'iniex qed nitlob iktar flus, Sur President.", "Aħna qegħdin ngħidu li hawn struttura li se tieħu post id-dipartiment tal-kultura li trid taħdem bl-istess ammont ta' flus u qed nippretendu li għax hi struttura mgħonija b'setgħat differenti u bi flessibilita' aħjar il-fondi jintefqu aħjar.", "L-issue ma rridux inħarsu lejha biss mill-angolu ta' x'qed tiswa.", "Meta l-affarijiet jiswew aktar inkunu rridu nagħmlu analiżi tas- servizz.", "Kieku l-ETC baqgħet tagħti l-istess kwalita' ta' servizz tad- dipartiment tax-xogħol kienet tkun altru ġustifikata l-kritika li għad- dipartiment tax-xogħol konna qed nonfqu Lm300,000 u issa qed nonfqu iktar minn Lm1 miljun.", "M'hawn ħadd li jiddubita li s-servizz ta' l-employment service ħa qabża kbira ta' kwalita' li llum jipparaguna ruħu ma' l-aħjar employment services li hawn ġo l-Ewropa.", "Nerġa' niġi għall-kwestjoni ta' l-isptarijiet.", "Ħalli nieħu Zammit Clapp Hospital biex nagħti eżempju.", "Jekk nistaqsu lis- supretendenti ta' l-isptarijiet pubbliċi u lis-supretendenti ta' l-isptar Zammit Clapp insibu li dawn it-tnejn huma finanzjati mill-fondi pubbliċi.", "Madankollu wieħed jgħidlek li għandu l-management tools li għandu bżonn u l- ieħor m'għandux.", "Fl-edukazzjoni, Sur President, illum għandna għandna skejjel pubbliċi u skejjel privati tal-knisja u t-tnejn huma finanzjati mill-fondi pubbliċi.", "Jekk wieħed imur ikellem kap ta' skola tal-gvern u kap ta' skola tal-knisja isib management tools differenti.", "Il-management tal-iskejjel tal-knisja għalkemm finanzjati mill-gvern, jingaġġaw in-nies, jagħmlu r-regoli tad- dixxiplina u affarijiet oħrajn awtonomi.", "Għandna numru ta' skejjel, Sur President, li għandhom bżonn purtinar part-time.", "Ilna x-xhur niddiskutu biex naraw kif se nġibu dawn il-purtinari part-time.", "Skola privata għandha l-budget approvat kull sena u taf li ma tistax teċċedih.", "Huwa budget li tahulha dan il-parlament distribwit mill-ministeru ta' l-edukazzjoni u mis- segretarjat għall-edukazzjoni kattolika.", "Ladarba għandha dak il-budget, tħaddmu u toperah hi.", "Mela f'dan il-każ huma għandhom dan il-budget u l- kap ta' l-iskola pubblika jrid toqgħod isaffar b'idejh fuq żaqqu jistenna l- awtorizzazzjonijiet ġejjin.", "Meta nitkellmu fuq din it-tip ta' riforma, dawn huma t-tip ta' diskussjoni li għandna nidħlu fihom.", "Jien naħseb li qatt ma ddibattejna bis-serjeta` din ir-riforma tas-servizz pubbliku kif għandha ssir.", "L-aħħar darba kien hawn l-Onor.", "Bartolo u l-kap ta' l-oppożizzjoni u tqanqal l-argument ta' kif timla' vakanza ta' kap ta' skola jew t'assistant direttur.", "L- awtoritajiet ikunu jafu li se tinħoloq din il-vakanza kultant anke minn sentejn qabel.", "Ġieli kellna każi fejn xi ħadd jimrad ħabta w sabta.", "Kellna wkoll imwiet.", "Madankollu fil-kors normali ta' l-affarijiet dawn jirtiraw ma' l-eta' ta' l-irtirar.", "Jien ngħid li anke jekk xi ħadd imut ħabta w sabta għandu jkolli l-mezzi biex nissostitwixxih aħseb u ara meta nkun naf li persuna se tirtira mis-servizz.", "Irrid ngħid xi jżomm li wieħed ikollu maħżuna proċessi mibdijin fil-ħin biex it-tranżizzjoni bejn kap u ieħor issir kif għandha ssir bla skossi u b'handover suriet in-nies.", "Huwa perijodu ta' addestrament fejn bniedem li se jieħu skola f'idu jagħmel żmien li fih ikun designate head.", "Sal-lum skola privata tista' tagħmel dawn l-affarijiet u skola pubblika ma tistax.", "Nispera li jiġi żmien fejn din tinbidel.", "Hawn m'aħniex qed ngħidu li se nagħmlu struttura privata għax din hi struttura pubblika.", "Hija struttura pubblika li minħabba li l-funzjoni tagħha mhix regolatorja imma tagħti servizz, se jkollha regoli li jirregolaw l-operazzjoni w l- amministrazzjoni tagħha b'mod differenti minn taċ-ċivil, Sur President.", "Wieħed jistaqsi nistgħux inġeddu d-dipartiment.", "Din hija għażla u mhux kwestjoni ta' bilfors.", "Din hija għażla li qiegħda ssir fid-dawl ta' l- esperjenza u ta' kif trid timxi r-riforma tas-servizz pubbliku.", "Din hi parti integra u essenzjali mir-riforma tas-servizz pubbliku mhux għaliex l- ingredjenti tar-riforma tas-servizz pubbliku fallew.", "Ir-riforma tas-servizz pubbliku mkien ma qalet li m'għandhomx jinħolqu dawn l-istrutturi w mill- bidu nett bdiet tgħid li hemm bżonn nersqu lejn sitwazzjoni fejn ikollna distinzjoni bejn strutturi li jirregolaw u strutturi li joperaw u li jagħtu s-servizz.", "Aħna qegħdin nagħmlu assessment frott t'esperjenza u f'ċertu sens frott t' analiżi tal-loġika ta' kif jaħdmu r-regolamenti, l-liġijiet u ta' kif taħdem il-kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Qed ngħidu li se nkomplu nonfqu Lm1.4 miljun fil-qasam tal-kultura u l-arti u nagħsru minnhom.", "Naħsbu li dan nagħmluh aħjar jekk minflok id-dipartiment, nagħmlu l-kunsill malti għall- arti u l-kultura.", "Tajjeb li nfakkar, Sur President li fil-programm elettorali ta' l-1996 anke l-Partit Laburista kien qiegħed jaħseb li hawn bżonn kunsill Malti ta' l- arti u l-kultura u pproponih fil-programm elettorali tiegħu.", "L-argument li jkun hawn kunsill malti ta' l-arti u kultura ilu jirrikorri fil-programm elettorali tal-Partiti Laburista sa mill-1971 kostantement.", "Ma naħsibx li sar programm elettorali wieħed li fih ma dehrx dan.", "Ma neskludix li l- partit laburista seta' qal li jien għandi nżomm id-dipartiment pero' se jiggwidah il-kunsill malti ta' l-arti u l-kultura.", "Irrid nerġa' nfakkar li meta nħolqu l-korporazzjonijiet u entitajiet oħrajn taħt gvernijiet Laburisti ma kellhomx eżattament l-istess kundizzjonijiet li kellhom l- impjegati tal-gvern.", "Kien hemm mumenti meta kien iktar vantaġġjuż li tingħaqad ma' dawn il-korporazzjonijiet milli tingaġġa ma' dipartiment tal- gvern.", "Nammetti li ħafna affarijiet fadlilhom lok ta' titjib.", "Hemm min fadallu ħafna u min fadallu ftit imma meta nqabbel is-servizzi li qed jingħataw u l-potenzjal ta' kif jistgħu jiżviluppaw ma' dak li kien qed isir bl-istruttura ta' qabel nara potenzjal ħafna ikbar.", "Il-kap ta' l- oppożizzjoni jħobb jgħidli li jien wieħed minn dawk li nfittex l-iżbokk f'dawn l-istrutturi.", "Nistqarr li huwa veru, imma dan mhux b'kapriċċ jew għaliex għandi xi fissazzjoni.", "Meta tkun qed tiffaċċja settur li qed jagħti ċerti servizzi trid tagħmel xi ħaġa.", "Fl-1992 jew ftit qabel il-pajjiż kien qed jiffaċċja sitwazzjoni kera fil-qasam ta' l-abbuż tad-droga fejn konna prattikament għarwenien.", "Kien hawn il-Caritas - il-Bambin jagħtihom kull saħħa - li bdew joħolqu kuxjenza.", "Il-gvern ġie wara li nħolqot din il-kuxjenza u bdejna nippruvaw ninqdew bid-dipartiment tas-saħħa u bid-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Konna waqqafna kummissjoni li fiha kien hemm anke rappreżentant tal-partit laburista u li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Silvio Meli.", "Din għamlet sensiela ta' proposti fosthom li tinħoloq aġenzija għas-servizzi tal-kura, riabilitazzjoni u prevenzjoni fil-kamp ta' l-abbuż tad-droga.", "Għedna li dawn m'għandhomx jingħataw minn dipartiment tal-gvern.", "Ir-rapport kien daħal biex jara jekk għandux ikun dipartiment tal-gvern.", "Dawn ikkonkludew li dawn is-servizzi jingħataw b'mod aħjar u iktar effettiv jekk titwaqqaf aġenzija u għalhekk twaqqfet is-sedqa.", "Nerġa' ngħid li jibqa' punt ta' diskussjoni jekk huwiex qed isir kollox kif suppost ma naħsibx li hawn xi ħadd li jiddubita li l-preżenza ta' l-aġenzija sedqa f'Malta ġabet titjib fl-għoti tas-servizz ta' kura tar-riabilitazzjoni w prevenzjoni fil- kamp ta' l-abbuż tad-droga.", "Hawnhekk konna żidna wkoll l-alkoħol.", "L-istess ngħid fl-għoti ta' ċerti servizzi ta' ħidma soċjali meta waqqafna l- programm tas-social welfare development programme li llum sar l-Appoġġ.", "Hawnhekk ma qtajniex qalbna mir-riforma tas-servizz pubbliku u ma tlaqniex ir-riedni tar-riforma.", "Aħna qed ngħidu li dan hu l-mod it-tajjeb jekk irridu nirriformaw is-servizz pubbliku.", "Mr Chairman, jien wieħed min dawk li nsostni li din it-triq qed insegwuha bil-mod wisq.", "L-esperjenza, bil-manjiera lenta li ntroduċejniha biha diġa` tat riżultati għaliex dawn l-istrutturi - miftuma mir-regolamenti tad- dipartiment governattiv - jistgħu japplikaw iktar il-kultura, il- mentalita`, r-regolamenti u l-prattika tal-privat.", "Hawnhekk nerġa' nsemmi l- ETC.", "Ma nafx hawnx xi ħadd jiddubita li l-ETC m'hijiex iktar effiċjenti w iktar effettiva fejn jidħol assenteiżmu, skartar u mġieba ta' impjegati meta mqabbla ma' x'jista' jagħmel dipartiment governattiv.", "Din bdiet mill- bidunett tuża' l-management tools tad-dixxiplina u d-dipartimenti tal- gvern issa qed jibdew ikollhom din il-management tool.", "Il-kapijiet tad- dipartimenti governativvi filli kienu jfarfru kollox - għax kollox kien imur quddiem il-public service commission - u issa jridu jkunu huma li jwettqu d-dixxiplina ta' kuljum bi dritt t'appell quddiem il-public service commission.", "Din il-mentalita' għadha ġdida w dieħla issa.", "Dan qed ngħidu biex insaħħaħ l-argument li struttura ġdida ma ssirx b'kapriċċ iżda hi għażla strateġika li nemmnu li tħalli l-frott u l-ġid dejjem jekk nikkonċepuha, insegwuha u nwettquha tajjeb.", "Wieħed diġa` jrid jistaqsi ftit affarijiet.", "Irid isir l-ikbar sforz biex in- nies li ningaġġaw jifhmu l-ħtieġa li jagħtu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom b'mod effettiv u tajjeb u li nġibu tmexxija iktar maniġerjalment tajba minn dik li konna qed nużaw sal-lum.", "Meta nanalizza l-approach ta' l- oppożizzjoni, filwaqt li mad-daqqa t'għajn nara validita, nikkonkludi u ngħid li l-argument mhux validu jekk wieħed jidħol iktar fil-fond.", "Nikkontesta l-argument li l-istruttura l-ġdida se tibla' l-fondi li se jitnaqqru mill-istonku tal-programm.", "Dan l-istatement m'huwiex veru u kieku kien, kont nibda nħokk rasi.", "M'huwiex veru għax nemmnu li l-programmi li għandna rridu nsostnuhom.", "Aħna m'aħniex se naqbdu l-fondi biex ninvestuhom ħalli jkollna dan il-kunsill.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq sitt membri.", "Illum hemm regoli stabiliti tar-renumerazzjoni li jieħdu l-membri għal kull laqgħa.", "Wieħed jipprova jsib internament chief executive tajjeb u ma naħsibx li s-somma għandha titla'.", "Jien ma rridx norbot il-kunsill li bilfors isibu minn ġewwa iżda j'Alla naqblu li jkun persuna idonea u tajba li tkun katalista u li jkollha ħeġġa mhux biss ta' management imma ta' kif tinseġ ir-rabtiet ma' l-artisti, man- nies tal-kultura, mal-poplu w ma' l-iskejjel biex l-attivita` kulturali w artistika fil-pajjiż tkompli tikber.", "Naħseb li hu hawnhekk fejn irridu nkomplu niddiskutu.", "Nerġa' ngħid li ma naħsibx li qatt iddiskutejna b'mod oġġettiv u kostruttiv u qatt ma poġġejna bil-qiegħda sew.", "Daqqa dan il- gvern jagħmel rapport ta' riforma tas-servizz pubbliku u daqqa jagħmlu l- gvern l-ieħor iżda qatt ma poġġejna verament ras imb' ras flimkien bin-nies li għandna miż-żewġ naħat u li għandhom esperjenza ta' kif jaħdem is- servizz pubbliku biex naraw x'qed iżomm lis-sistema tagħna biex tiċċaqlaq u li għall-flejjes kollha li jħallas il-poplu malti ntejbu s-servizz.", "Tibqa' leġittima l-kritika li jista' jkollna skejjel, sptarijiet, toroq u servizzi aħjar.", "Jiena ngħid li aħna qegħdin nagħmlu ħilitna kollha biex dan is-servizz ntejbuh u f'ħafna oqsma jidher li tjieb.", "Xorta waħda fadal ħafna x'nixtiequ.", "Ma nistgħux ninsew li f'din il-komplessita` kollha hemm dak li tgħid il-Kostituzzjoni ta' l-indipendenza u l-awtonomija tal-public service commission.", "Hemm il-kostituzzjoni tar-regolamenti tad-dixxiplina, tar- reklutaġġ, tal-kontrolli finanzjarji u tal-work practices li nbnew matul dawn l-aħħar 50 sena.", "Hemm ukoll il-preżenza u s-saħħa tat-trade unions u tal-mentalita` li akkumulat matul is-snin f'dan il-kamp li jkopri 30,000 impjegat tal-gvern u li minkejja l-isforzi u t-tentattivi kontinwi jibqa' elużiv.", "L-objettiv hu li naraw li wieħed jagħmel li jista'.", "Ma naqbilx lanqas ma' kelliema tan-naħa tagħna li kultant jgħidu li jmorru fl-10:00 a.m. u ma jsibu lil ħadd fid-dipartimenti.", "Naħseb li dik hi stqarrija kompletament ġeneraliżżata.", "Jekk tmur fl-10.00a.m. fl-iskejjel, sptarijiet u ħafna dipartimenti ssib lin-nies hemm.", "Ngħid li kieku wieħed kellu jagħmel roll-call fl-10:00 a.m. jista' jkun li jsibu lil xi ħadd mhux hemm imma li niġġeneraliżaw huwa żbaljat.", "Meta ngħidu li s-servizz tad- dipartimenti hu ħażin b'mod ġenerali, naħseb li nkunu qed niżbaljaw.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Wieħed jiffaċċja dawn il-mistoqsijiet u għandu jkun b'moħħ miftuħ.", "Wieħed jista' jħares lejn l-esperjenza u hawn nieħu żewġ karattri t'orjentament idealoġika differenti.", "Naħseb li dawn il- kwestjonijiet m'għandniex narawhom minn perspettiva ideoloġika.", "Jien nemmen li għandna nkunu result oriented.", "Is-siġra tingħaraf mill-frott tagħha u ma nistgħux noqogħdu niddibattu fuq iz-zkuk u fuq il-weraq u l-kulur tagħhom.", "Jien niftakar żewġ karattri storiċi kbar li bil-modi tagħhom taw kontribut kbir għal pajjiżhom.", "Nirreferi għal Giulio Andreotti li kien jgħid li meta l-mara x-xiħa jinqatalha d-dawl, meta jiġi l-kont ma toqgħodx tħares lejn min ipprovdihula.", "Il-mara ma tħarisx lejn jekk l-entita' li pprovditilha d- dawl kenitx privata jew pubblika iżda jekk sabitx dawl jew le u kemm tkun ħallset.", "Mao Tse Tung min-naħa tiegħu ukoll kien result oriented, għallinqas kif esprima ruħu f'ċerti affarijiet.", "Kien jgħid li l-importanti mhux il-kulur tal-qattusa iżda jekk il-qattusa taqbadx ġrieden jew le.", "Kien hemm dibattitu sħiħ jekk hijiex qattusa ħamra jew hijiex qattusa sewda.", "Jien naħseb li għandu jkollna dan it-tip ta' result oriented approach fl- istrutturi tagħna.", "Irridu nħarsu lejn ir-riżultati u naraw jekk hux qed jinkisbu.", "Fl-esperjenza limitata tiegħi ngħid li għandna bżonn ta' tip ta' public expenditure review li jsir biex jiġġustifika l-budget u l-infieq fl- istrutturi.", "Ċertament hemm fejn twaqqfu strutturi ġodda w ħadmu u jien nemmen li għandna naraw każ każ.", "Jien nemmen li hemm fejn hu ġustifikat li twaqqaf strutturi ġodda u hemm fejn mhux ġustifikat.", "Xorta ngħid li għandna sitwazzjoni fejn qed nagħfsu lin-nies biex iħallsu iżjed taxxi u oqsma fejn qed jintefqu wisq flus fuq strutturi u fuq salarji ta' konsulenti.", "Ngħid ukoll li m'aħniex nieħdu l-aħjar riżultati minnhom u naħseb li m'hemmx lokhom.", "Naqbel mal-Ministru li għandna nħarsu lejn ir-riżultati u lejn sistemi ta' kif nilħqu riżultati kif naqbel miegħu li l-iskejjel tal-gvern tagħna mhux se jieħdu r-ruħ jekk is-sistema ta' budgeting u ta' l-iffinanzjar tagħhom ma tasalx biex tkun bħall-iskejjel tal-knisja.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se tkun ċara u jien ngħid li wieħed jista' jużaha anke għal organizzazzjonijiet oħra.", "Illum ma jgħoddx min hu l-proprjetarju ta' l- organizzazzjoni u ma jgħoddx jekk ikunx sid pubbliku jew sid privat.", "Li tagħmel differenza hi l-klima tas-sistema li fiha tgħix dik l- organizzazzjoni kemm jekk hija privata u jekk pubblika jew imħallta.", "L- ingredjenti li jagħmlu differenza huma t-tmexxija, r-riżorsi umani u l- livell ta' ħiliet li għandhom, ir-relazzjonijiet li rnexxielhom joħolqu flimkien u kif jaħdmu flimkien bħala organizzazzjoni.", "Hemmhekk naraw ir- riżultati.", "Ċerti ineffiċjenzi, ħela, sparpaljar u diżorganizzazzjoni li nsibu fis- settur pubbliku insibuh ukoll fis-settur privat.", "Kif aħna bir-raġun hemm oqsma ta' l-amministrazzjoni pubblika li nilmentaw mill-insensittivita' tagħhom, nilmentaw dwar entitajiet privati.", "Din naħseb twassalna għal riflessjoni li rridu nagħmlu - li fl-aħħar mill-aħħar ċerti vizzji, mġieba li m'hijiex tajba, insensittivita' ta' kif naħdmu flimkien u ta' kif inħarsu lejn dawk in-nies li suppost naqdu tkun teżisti fil-pajjiż kollu kemm hu - kemm fis-sistema privata kif ukoll fis-sistema pubblika.", "Jien naħseb li veru għandu jkollna l-moħħ miftuħ biex x'ħin niġu biex inwaqqfu strutturi ma nitilqux minn xi pożizzjoni dommatika ideoloġika fejn ngħidu li hemm mod wieħed.", "Jien naħseb li għandu jkollna moħħ miftuħ biex ngħidu x'inhuma l-problemi li qed niffaċċjaw, kif se nippruvaw insolvuhom u x'għandna nagħmlu.", "Wieħed ovvjament irid jara l-implikazzjonijiet baġitarji w finanzjarji meta jkollu sitwazzjoni bħal din.", "Nistaqsi x'ikunu l- implikazzjonijiet kieku wieħed jagħmel eżerċizzju - bħal-guidelines li l- Ministru poġġa fuq il-mejda tal-Kamra – fejn jara kif jiġu finanzjati l- iskejjel tal-knisja u x'jiġri kieku tintuża l-istess teknika u l-istess budget għall-iskejjel tal-gvern, skola bi skola.", "Naħseb li għandu jkollna kuraġġ li nistaqsu dawn it-tip ta' mistoqsijiet u li nagħmlu dawn it-tip ta' eżerċizzji mhux biex inkunu għamilnihom iżda biex nanaliżżaw u nistaqsu bis-serjeta'.", "Irridu nistaqsu x'tip ta' qafas għandna bżonn mhux għall- accounting jew għall-fini ta' budget finanzjarju imma biex naraw x'inhuma l- ingredjenti u l-klima istituzzjonali biex dawn l-istrutturi jirnexxu.", "Nemmen li hawnhekk irridu nimxu każ każ.", "Ma jimpurtax jekk ma naqblux fuq ċerti punti.", "Irridu naraw jekk dan huwiex l-aħjar mod li nimxu bih fil- qasam tal-kultura.", "Il-Ministru bir-raġun semma diversi każi fejn anke l- Partit Laburista fil-programm elettorali tiegħu semma l-bżonn ta' twaqqif tal-kunsill ta' l-arti w il-kultura.", "Dan hu veru pero' ma naħsibx li konna qed naħsbu f'xi kunsill tal-kultura w l-arti li jkollu din it-tip ta' organizzazzjoni li qed jipproponi l-ministru li aħna kkritikajna u għedna li hi top heavy.", "Il-Ministru qed jgħid li din se taħdem fl-istess limitazzjoni finanzjarja tal-istess budget li qed iħaddem bħalissa d- dipartiment.", "F'ħafna każi l-esperjenza wriet li mhux hekk qed jiġri.", "Sintendi l-Ministru min-naħa tiegħu jista' jgħidli biex ma nippreġudikax minn issa s- sitwazzjoni.", "Ngħidlu biex jara l-esperjenza u jiġġudika wara li jagħmel hekk.", "Fil-manifest elettorali tal-1996 u fil-programmi elettorali ta' qabel semmejna l-kunsill tal-kultura u l-arti.", "Aħna ma konniex qed naħsbu fuq din it-tip ta' struttura imma fuq struttura li tagħti direzzjoni strateġika li tikkoordina u tfassal ċerta direzzjoni.", "Aħna ma konniex qed naħsbu li se jkollha dawn it-tip ta' uffiċjali u impjegati li semma' dan l-abbozz ta' liġi li s'intendi se jkollna ċans niddiskutu meta naslu għall-klawsoli relevanti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob il-Ministru ta' l-Edukazzjoni sabiex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr. Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Grazzi.", "Mr Speaker, f'dan l-aġġornament nixtieq naqsam ma' din il-Kamra esperjenza li għaddejna minna matul il-proċess ta' preparazzjoni li l-pajjiż għaddej minnu għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Is-suġġett tad-diskors mhux se jkun tant fuq l- Unjoni Ewropea iżda iżjed fuq l-isforzi li qegħdin isiru biex grazzi għal dan l-eżerċizzju ta' preparazzjoni nagħmlu ċerti bidliet u norganizzaw aħjar il-ħidma tagħna bħala gvern.", "Qed nitkellem anke fil-konfront tas- servizz lis-settur tan-negozji ż-żgħar u ma naħsibx li nkun żbaljat li ħafna drabi jkolli ngħid li ċertu progress li jkun qiegħed isir, anke fil- burokrazija interna tal-gvern, ikun grazzi għal din l-imbuttatura anke mill- istess Unjoni Ewropea.", "Fi kliem ieħor, nista' ngħid ukoll li diversi emendi li saru fis-sistema burokratika u fil-mod ta' kif inħarsu lejn ċerti prijoritajiet jistgħu ikunu r-riżultat ta' mentalita` ġdida kemm-il darba rridu naraw li l-liġijiet u l-proċeduri tagħna jkunu kompattibbli ma' dawk tal-pajjiżi diġa` msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Meta ġejt mogħti r-responsabbilta` ta' segretarju parlamentari kważi tliet snin ilu, meta bdejna biex norganizzaw aħjar il-qasam burokratiku biex ikun kapaċi joffri iktar servizz lil min hu self-employed u lil min hu żgħir fis- suq konna qegħdin niffaċċjaw ċertu diffikultajiet.", "Ħafna drabi f'dan il- qasam ikollna bżonn minn nies oħrajn bħal ma jafu s-segretarji u l-ministri ta' qabli.", "Minħabba f'hekk il-proposti jaqgħu lura u ma jsirux.", "Naħseb li maż-żmien kellna diversi talbiet li kienu qegħdin isiru minn diversi organizzazzjonijiet tan-negozju - fosthom il-GRTU, il-Kamra tal-Kummerċ u l- FOI - biex il-gvernijiet tal-passat jemendaw ċerti proċeduri u jaraw kif jistabilixxuhom ħalli n-negozjant Malti jkun mgħejjun biex jaħdem f'ċirkostanzi aħjar.", "Ma ngħidx li dawn it-tip ta' talbiet waqgħu fuq widnejn torox, pero` donnu qatt ma kien hemm klima tajba biżżejjed biex dik is-siġra tagħti l-frott.", "Niftakar li meta Malta, bħala pajjiż, irċeviet konferma li l-applikazzjoni tagħha għall-isħubija fl-Unjoni Ewropea kienet ġiet milqugħa, l-affarijiet donnhom bdewn jinbidlu u bdejna nirċievu informazzjoni ta' l-standards li l- proċeduri governattivi jridu jilħqu.", "Jiena nħobb nispjega li l-Unjoni Ewropea m'hijiex xi eżerċizzju ta' kolonjaliżmu fejn xi ħadd se jkun sovran fuq xi ħadd ieħor.", "Nista' nxebbaħ l-eżerċizzju ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea ma' dak li tagħmel fabbrika jew azjenda fil-manifattura.", "Hawnhekk irridu nistabilixxu l-kriterji ta' l-istandards tal-kwalita` u allura din l- azjenda tagħżel l-ISO - biex inkunu sempliċi - u tibda tikkomunika ma' din l-organizzazzjoni biex tagħmlilha audit biex tiċċekja x'inhu l-livell ta' kwalita`.", "Ladarba jintlaħaq iridu jaraw x'għandhom ikunu l-proċeduri biex dak il-livell ta' kwalita` fil-manifattura jibqa' jinżamm.", "Dan kien l- eżerċizzju li kellna ngħaddu minnu.", "L-eżerċizzju li bdejna naħdmu fuqu meta pajjiżna beda l-proċess ta' sħubija ġiegħlna nħarsu lejna nfusna u lejn dawk il-ħafna talbiet li l-gvern kien jirċievi maż-żmien.", "Dan l-eżerċizzju mhux qed isir m' azjendi w korpi kostitwiti biss iżda hu eżerċizzju li jrid jilħaq l-istandards tal-ewropa.", "Il-gvern Malti kellu wkoll jibda jisma' u jifhem li barra minn xtutna hemm element ta' effiċjenza u ta' kif nistgħu intejbu s-servizz burokratiku biex nilħqu ċertu standards ta' kwalita`.", "Jien ġieli tkellimt f'dan il-parlament u wżajt is-similitudni ta' vapur li filli kelli r-riħ jimbuttah 'l hemm jew 'l hawn u kultant ikun bla kontroll.", "Meta beda l-proċess ta' sħubija, ir- riħ impoppa għaliex il-vapur beda miexi u miexi sew lejn il-port u lejn dik is-sitwazzjoni li fl-aħħar mill-aħħar kulmin hu fin-negozju beda jixtieq li jkollu.", "Mr Speaker, bdiet din l-esperjenza fejn bdejna niġu megħjuna u nifhmu b'liema attenzjoni għandna nirrispondu u nneħħu l-preġudizzju li wieħed jista' jkollu kontra min hu żgħir fin-negozju biex inħarsu lejn il-ħtieġa ta' edukazzjoni għall-imprenditorija.", "Min qiegħed fin-negozju mhux qiegħed fin-negozju għaliex ma kienx kapaċi jagħmel ħaġa oħra, imma għaliex hemm ċertu sfidi li jrid jidħol għalihom u jeħtieġ jiġi mgħallem kif jilqa' għal dawk l-isfidi.", "Ridna nifhmu wkoll x'inhu l-bżonn li jkollna min iħaddem u kif jifhem li għandu jkollu kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol għall-impjegati tiegħu u għaliex kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol għall-impjegati hu patt ta' sħubija biex dik l-intrapriża timxi aħjar.", "Ridna nifhmu kemm hu importanti li nissimplifikaw il-proċeduri u ma nħallux il-burokrazija tagħmel il-ħajja ftit iktar diffiċli.", "Inqas ma negozjant jirċievi karti d-dar iktar aħjar.", "Ridna naraw kif nistgħu naraw li jkollna politika imprenditorjali li tkun qed toffri lil dak il-pajjiż u lil dak il-poplu dik it-tip ta' klima fejn min hu fil-kummerċ, żgħir kemm hu żgħir, iħossu komdu u jħoss li għandu gvern li qed jifhmu u li qed jaħdem għalih.", "Iżjed ma nagħmluha faċli u komda biex min hu żgħir fin-negozju jikber, iżjed se nkunu qegħdin ngħinu biex l-iżvilupp ekonomiku f'dan il-pajjiż ikompli jiġġenera x-xogħol u l- impjiegi.", "Hekk għedt f'diskors li għamilt il-ġimgħa li għaddiet f'konferenza organizzata mill-awtorita' tat-turiżmu u li kienet tajba fuq l-iġene ta' l- ikel u s-saħħa.", "Bħala burokrazija, f'min qiegħed fin-negozju rridu naraw sieħeb ewlieni mhux xi ħadd li hu kontra tagħna jew xi ħadd li m'għandniex fiduċja fih.", "Kulmin hu fin-negozju hu s-sieħeb ewlieni tal-gvern għaliex qed joħloq l-impjieg.", "Jekk hawn xi ħadd li rridu ngħinu f'dan il-pajjiż hu lil min qiegħed fin-negozju.", "Irridu ngħinu lil min qiegħed iħaddem wieħed għaliex kapaċi jħaddem ieħor.", "Dawk huma l-prijoritajiet fl-attenzjoni tal- burokrazija tagħna, u xi darba jrid jasal il-waqt li l-burokrazija governattiva tibda timxi id f'id ma' min qiegħed fin-negozju u nispiċċaw minn din l-era li konna fiha u li rridu noħorġu minnha, fejn bil-kuntrarju kulmin qiegħed fin-negozju jara fil-burokrazija xi ħadd li ma jistax jafda.", "Bdejna bl-eżerċizzju li kien qiegħed jissejjaħ CCBEST, li tfisser candidate countries business environment simplification taskforce.", "L-idea m'hijiex li xi ħadd ikollu monopolju tal-ministeru tiegħu jew tas-segretarjat tiegħi.", "Din trid tkun il-prijorita` ta' kull ministeru u kull dipartiment li b'mod jew ieħor qed jirregola l-ħidma tal-kummerċjat.", "Kull min jemmen fl-ewropa jemmen li aħna nissimplifikaw il-proċeduri li qed jirregolaw in-negozju.", "Qiegħed jgħid, \"Viva l-business environment simplification task\" - ħalli ma nsejħiliex taskforce.", "Dan l-impenn irid ikaxkar u ma jistax ikun impenn tan- negozjati jew tan-negozjaturi li nniżluh fuq il-karta u mbagħad fir-realta` ma jkunx hekk.", "Mr Speaker dan hu eżerċizzju li mill-uffiċċju tiegħi kellna l-kordinazzjoni tiegħu u konna qegħdin nieħdu sehem fih.", "Kellna din it-tip ta' taskforce, mal-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-unjoni ewropea.", "Dan l- eżerċizzju kien qiegħed isir biex kull pajjiż kandidat jitpoġġa bilqiegħda mal-pajjiżi diġa` membri u hemmhekk niġu mgħejjuna nifhmu iktar li jekk irridu nieħdu sehem f'dan l-eżerċizzju li jissejjaħ Unjoni Ewropea irridu ntejbu l-proċeduri burokratiċi tagħna b'tali mod li nagħmluhom sempliċi iktar ħalli noħolqu klima iktar komda fejn in-negozju ż-żgħir jista' jaħdem.", "Konna qegħdin niġu wkoll megħjuna biex intejbu mmedjatament il-proċeduri tagħna biex nuru li aħna mhux bid-diskors biss irridu nissieħbu imma bil- fatti.", "Kull pajjiż kien qiegħed jagħmel dan l-eżerċizzju li permezz tiegħu kien qiegħed itejjeb immedjatament il-burokrazija li kien qiegħed joħloq mill-ġdid ħalli jkun aħjar fil-konfront mas-settur imprenditorjali, u minn dan l-eżerċizju, ikkordinat mill-enterprise agency fl-enterprise directorate fl-organizzazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, beda jagħżel minn kull pajjiż x'kienu dawk l-eżerċizzji li kellhom jiġu magħrufa anke għal pajjiżi oħrajn u meqjusa bħala best practice.", "Dan il-business environment simplification task jaħdem fuq dawk il-prattiċi tajbin.", "Konna f'din it-tip ta' esperjenza - u ma ngħidilhiex kompetizzjoni - fejn kellu joħroġ rapport f'din il-kummissjoni ta' l-unjoni ewropea u ħarġet proprju l-commissions ta' working paper - report on the candidate countries' measures to promote enterpreneurship and competitiveness.", "Permezz ta' dan ir-rapport l-Unjoni tkellmet fuq kull pajjiż applikant fosthom il-Polonja, t-Turkija u oħrajn.", "Hawnhekk wieħed isib rapport fuq it-Turkija, Slovenja, Slovakja, Rumanija, Polonja, Malta, Litwanja, Latvia, Ungerija, Estonia, Republika Ċeka, Ċipru u l-Bulgarija.", "Ma dawn kollha li kienu qegħdin jieħdu sehem f'dan l- eżerċizzju ġew magħżula żewġ best practices li għandhom ikunu ta' eżempju għall-pajjiżi, kemm kandidati kif ukoll pajjiżi li diġa` huma membri.", "Għal pajjiżna, bil-pjaċir u s-sodisfazzjon kollu, ġew magħżula żewġ best practices.", "Ġie magħżul l-ismall business efficiency unit - dak id- dipartiment il-ġdid li aħna waqqafna bħala parti mid-diviżjoni għall- kummerċ.", "Ġie magħżul ukoll l-eżerċizzju li jagħmel l-MFSC meta jirreġistra kumpanija f'24 siegħa.", "Imkien fl-Unjoni Ewropea m'hawnx uffiċċju li jirreġistra kumpannija kummerċjali f'24 siegħa.", "Dan ittieħed bħala eżempju għal pajjiżi oħrajn.", "B'din il-working paper hemm proprju dan it-tip ta' best practices li kull pajjiż għandu u li għandhom ikunu l-mera u l-mira ta' pajjiżi oħra.", "Dan is-servizz burokratiku effiċjenti ġie magħżul bħala best practice minn din il-kummissjoni li kienet qed tmexxi s-CCBEST.", "Miegħu ukoll ġie magħżul dak id-dipartiment li waqqafna u li jġib l-isem ta' small business efficiency unit.", "Dik it-tip ta' proċedura għandha tkun ta' eżempju kemm għall-pajjiżi applikanti kif ukoll għall-pajjiżi membri.", "Xi ħadd għandu x'jitgħallem minna.", "Aħna għandna ħafna x'nitgħallmu minn ħaddieħor.", "Din hija l-esperjenza li xtaqt nitkellem fuqha u nixtieq li fil-ġranet li ġejjin nieħdu spunti ħalli nkomplu naqsmu mas-settur imprenditorjali dawn l- esperjenzi u nitgħallmu x'qegħdin joffru tajjeb pajjiżi oħrajn biex inkomplu ntejbu s-servizz burokratiku tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Dalgħodu l-Ministru għall- Ambjent, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, żar il-King George V playing fields fil-Furjana biex ikun xhud tax-xogħol sostanzjali ta' embellishment qawwi li qed isir f'dawn il-ġonna f'dawn l-aħħar xhur.", "Dawn il-ġonna huma responsabbilta` tal-kunsill lokali u x-xogħol ta' embellishment fi kliem il-ministru stess iwassal għal spiża ta' Lm100,000 li ma tinkludix salarji u pagi ta' ħaddiema tal-gvern stess li qed iwettqu dan ix-xogħol.", "Dan huwa xogħol sostanzjali ħafna li qiegħed ikompli jsebbaħ is-swar u l-madwar tan- naħa tal-Furjana fuq il-Port il-Kbir.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li diġa` kien sar titjib sostanzjali fl-istess inħawi l-iktar 'il fuq ħdejn il-flats fi Triq Sir Luigi Preziosi Furjana.", "Irrid ngħid, Mr Speaker, li huwa nteressanti li dan ix-xogħol sar mill- ħaddiema tal-gvern ta' l-uffiċċju ċentrali ta' distretti fi ħdan il- ministeru għall-ambjent, kif ukoll mid-dipartiment tal-manifattura u servizzi.", "Dan qed ikun responsabbli mit-tagħmir ġdid tal-logħob, bħal bandli, li se jitqiegħdu f'parti prominenti ta' dan il-ġnien li fil-fatt tqassam f'żewġ partijiet.", "Hemm parti minnu li hija iktar marbuta ma' attivita`, allura wieħed isib tennis courts, football pitch u l-area tal- bandli.", "Hemm il-parti l-oħra li hija iktar rikreattiva fejn hemm inqas storbju w anke fencing biex jissepara ż-żewġ naħat.", "Hemm ukoll il-faċilita` ta' kiosk li jkompli jagħti inċentiv lil min jaqla' l-għajxien tiegħu minn hemmhekk sabiex jieħu ħsieb il-madwar.", "Tajjeb li wieħed jgħid, Mr Speaker, li filwaqt li fis-snin li għaddew kien sar ftit xogħol fl-ewwel u t-tieni sena, kif kien proprju ppjanat, f'din is- sena x-xogħol jilħaq il-qofol tiegħu u jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta' Marzu.", "Proprju nhar il-Ħadd l-istess il-ministru ta' l-ambjent, flimkien mas- segretarju parlamentari għall-isport u l-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali li ħa interess kbir fil-proġett, kien hemm l-għoti ta' wiċċ ta' turf artifiċjali fis-Salinos il-Belt.", "Dan ikompli jikkonferma l-impenn ta' dan il-gvern f'dawn l-inħawi u li meta wieħed iqis anke r-responsabbilta` tal- kunsilli lokali, jibda jifhem kemm dawn il-kunsilli għamlu differenza.", "Huwa minnu li membri parlamentari minn din il-Kamra jagħmlu l-pressjoni tagħhom, pero` m'hemmx dubju li mill-ħolqien tal-kunsill lokali mill-1993 'l hawn, dawn il-proġetti ngħataw ħafna iktar importanza mill-kunsilli u ħafna drabi dan sar b'kollaborazzjoni mal-gvern ċentrali.", "Kif għedt diġa' fuq il-każ tal-bandli l-Furjana u fil-każ tas-Salinos football ground fil-Belt hemm mal-Lm100,000 li ħarġu mis-segretarjat parlamentari għall-isports, taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni u mas- Lm60,000 li ħarġu mill-Valletta rehabilitation project.", "Il-Valletta rehabilitation project ilu mwaqqaf mill-1987 'l hawn meta kien hemm amministrazzjoni ġdida nazzjonalista.", "Kont staqsejt mistoqsija 28167 dwar kif intnefqu l-flus tal-Valletta rehabilitation prjoect matul is-snin.", "Wieħed isib li fil-fatt kien hemm ħafna proġetti li saru u jekk wieħed iħares ftit lejn l-istatistika jsib li bejn l-1987 u s-sena 2000 intefqu ma' l-Lm4 miljuni fi żmien amministrazzjoni nazzjonalista.", "Bejn l-1987 u l- 1996 u fl-1999 u s-sena 2001 intefqu mat-Lm3.5 miljuni u minn dawn wieħed isib li kien hemm Lm1 miljun li ntefqu fuq wirt storiku.", "Kien hemm man- Lm0.5 miljun li ntefqu biss fuq il-konkatidral ta' San Ġwann fuq ir- riabilitazzjoni u r-restawr tal-konkatidral ta' San Ġwann.", "Kien hemm mal- Lm260,000 li ntefqu fuq knejjes oħra fil-Belt u fil-Furjana.", "Kien hemm ukoll mal-Lm200,000 li ntefqu fuq bini ieħor importanti, bħalma huwa dan l- istess bini li qegħdin fih bħalissa - proprju l-palazz tal-President, fejn hawn ukoll il-parlament.", "Tajjeb li wieħed jgħid li barra dawn il-Lm1 miljun li ntnefqu fuq wirt storiku kien hemm ukoll mal-Lm250,000 li ntefqu fuq embellishments ta' pjazzez u ġonna u hawn mhux qed ninkludi tqegħid ta' madum, pavimentar u affarijiet simili.", "L- embellishment ta' ġonna u pjazzez jammonta għal madwar Lm250,000.", "Fil-fatt meta wieħed jara kif ġew imdawwra s-swar ta' madwar il-Belt isib li swew mal-Lm230,000 tul is-snin - bejn l-1987 u s- sena 2000.", "Forsi wieħed jinnota anke minn dawn il-figuri li semmejt, li hemm mal-Lm1 miljun għar-restawr ta' wirt storiku.", "Hemm mal-Lm230,000 oħra għall-illuminazzjoni tas-swar u mal-Lm250,000 għal dak li jirrigwardja embellishment ta' pjazzez u ġonna.", "Nerġa' ngħid li mhux qed ninkludi dan l-ammont ta' flus għax din diffiċli torbotha ma' ħaġa partikolari għaliex pavimentar jista' jkun sew għal wirt storiku jew għal embellishment.", "Jista' jkun li l-figura titla' iktar, imma xorta l-ammont ta' flus li ntefqu għall-ġonna huwa pjuttost baxx.", "Dan jispjega għaliex l-ombudsman proprju fis-16 ta' Novembru tas-sena li għaddiet kien għamel \"report by the parliamentary ombudsman, about the main public gardens in Valletta.\"", "Hawnhekk fil-fatt kien sar rapport dwar il- ġonna tal-Barraka ta' Fuq u l-Barraka t'Isfel, kif ukoll dwar il-Ġnien ta' Hastings.", "L-ombudsman kien ikkonkluda li jeħtieġ li jkun hemm iktar kordinazzjoni bejn il-Valletta rehabilitation committee u l-kunsilli lokali rispettivi.", "Ta' min jgħid hawnhekk li anke fuq il-Ġonna ta' l-Argotti l- Furjana u l-Ġnien tal-Mall beda wkoll ċertu xogħol li huwa importanti.", "Meta wieħed jara r-rapport ta' l-ombudsman isib li hemm bżonn ta' iktar kordinazzjoni bejn il-Valletta rehabilitation committee, il-kunsilli lokali, u d-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Nista' ngħid li fil-Mall sar ħafna xogħol ta' trinek għall-irrigazzjoni mingħajr ma stennew biex ikunu jafu minn fejn se jgħaddu l-infrastruttura għall-floodlighting.", "Bla dubju f'dawn il-ġonna hemm bżonn iktar kordinazzjoni bejn il-VRC, il-kunsilli, d-departiment tal-agrikultura u tax- xogħolijiet.", "L-ombudsman kien anke rrakomanda li jkun hemm manager wieħed diżinjat bħala supretendent jew kuratur fuq dawn il-proġetti.", "Dan ovvjament ikun megħjun minn ħaddiema tal-gvern li jkunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Mr Speaker, biex nikkonkludi nasal biex ngħid li proprju għax fil- King George V grounds fil-Furjana kien hemm dipartiment wieħed li jagħmel ix- xogħol, kien hemm iktar kordinazzjoni u allura iktar effiċjenza fix-xogħol.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li primarjament dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-gvern, ħlief għall-pavimentar.", "Iktar minn hekk wieħed jista' jara kemm it-titjib tal-ġonna fl-inħawi tal-Belt u l-Furjana jista' jwassal biex ikollna ambjent ħafna isbaħ li fih nistgħu ngħixu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 30 ta' Jannar 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENEMALTA – DAWL FL-IMTARFA BY-PASS", "30687.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress tal-talba tiegħi cioe sabiex tiddawal aktar u aħjar il-By Pass ta' l-Imtarfa?", "Meta fil-fatt se jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tweġiba li tajt meta rrispondejt il-mistoqsija parlamentari nru.", "30796 waqt is-Seduta nru.", "676 tapplika għal din il- mistoqsija wkoll.", "PITKALIJA – BDIEWA FULL-TIME/PART-TIME", "30688.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa full-time u part-time li daħlu l-biegħa/prodott tagħhom fil-Pitkalija Ċentrali is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet il-kwantita' ta' ħxejjex u frott separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul is-sena 2001 daħlu fil-Pitkalija Ċentrali 28,651,667 kgs ħaxix u 1,852,476 kgs frott.", "L-istatistika rigward in-numru ta' bdiewa nvoluti qed tinġabar.", "PERMESSI ĠODDA – ĦOFOR TA' L-ILMA", "30689.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ġodda li ngħataw permessi għall-ħofor ta' l-ilma matul is-sena li għaddiet?", "F'liema lokalitajiet ta' Malta ingħataw?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma ħarġet ebda permessi biex jitħaffru boreholes.", "SEA MALTA - TUNELLAĠĠ", "30690.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunellaġġ li ġarret is-Sea Malta matul Ottubru, Novembru u Diċembru 2001?", "X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu fil-ħames snin li għaddew sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul l-aħħar tlitt xhur kull sena, għal dawn l-aħħar ħames snin, il-kumpanija Sea Malta ġarret it- tunnellaġġ kif indikat", "|SENA |TUNNELLATI | | |KUBI | |1997 |94,040 | |1998 |104,317 | |1999 |114,702 | |2000 |114,278 | |2001 |100,398 |", "MFSC - XIRI TA' ART", "31188.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm, meta u mingħand min inxtrat l-art li hemm qrib l-MFSC mċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji nnifsu?", "Kemm kienet tiswa din l-art meta l-MFSC oriġinarjament daħlu f'dan il-post?", "Kemm kienet inxtrat l-art li l-MFSC operat fuqha f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab regolarment rekordjata fir-Reġistru Pubbliku, kif trid il-liġi.", "APPLIKAZZJONIJIET - POSTIJIET TA' TRADESMEN/SENIOR TRADESMEN", "31189.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-postijiet vakanti ta' tradesmen u senior tradesmen mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li ġew irriklamati permess taċ-ċirkulari MPO/ 35/2001?", "Kemm kien hemm postijiet vakanti?", "Dawn il-karigi imtlew u jekk iva, meta?", "L-applikazzjonijiet kienu kollha eliġibbli għall-dawn il-postijiet?", "X'inhi ir-raġuni li ċerti applikanti lanqas biss ġew mgħarrfa il-postijiet imtlewx jew le?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Applikanti għall-kariga ta' Tradesman (Mason) u Senior Tradesman (Mason) fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li ġiet irriklamata permezz taċ-Ċirkulari MPO/35/2001 kienu sittax (16).", "Kien hemm vakanza waħda.", "Mir-rapport li ġie sottomess lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jirriżulta li ħadd mis-sittax-il applikant ma kien jissodisfa l- eliġibilita` mitluba f'paragrafu 5 tas-sejħa għal applikazzjonijiet.", "Għaldaqstant ħadd mill-applikanti ma ġie maħtur għal din il-kariga, li għalhekk baqgħet vakanti.", "Jien infurmat li l-kandidati ser jiġu nfurmati bir-raġuni li għaliha ma nstabux eliġibbli.", "HOUSING – XIRI TA' FOND", "31190.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Wara li l- familja li d-dettlaji dwarha qed jintbagħtu separatament xtraw il-fond ta' missier il-mara indikat under separate cover wkoll.", "Dawn jkunu eliġibbli biex jiġu ikkunsidrati għal garage tal-missier indikat under separte cover wkoll jekk jiġi nieqes?", "Huma interessati li jekk hemm bżonn jixtru dan il- garage?", "ONOR.", "TONIO BORG: Garaxx, bħal kull proprjeta` oħra ta` Gvern li m`hiex residenzjali, jista` jinbiegħ biss skond id-disposizzjonijiet ta` l-Att li jirregola it-Trasferiment ta` Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 268).", "M`hemm l-ebda regola fissa dwar il-bejgħ ta` garaxxijiet jew xi proprjeta` oħra, imma kull każ jiġi ikkunsidrat fuq il-merti tiegħu.", "F`każ ta` garaxx, il-policy approvata mill-Gvern preżenti tgħid li l-kirja tista` ddur fuq il-werrieta wara l-mewt ta` l-inkwilin.", "Dan b`żieda fil-kera ta` għaxra (10%) fil-mija għal kull għaxar snin (jew parti minnhom) minn meta ġiet stabbilita il-kirja oriġinali.", "MFSC - STAFF COMPLEMENT", "31191.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuwa l-istaff complement tal-MFSC bħalissa?", "Kemm ġew impjegati mill-Bank Ċentrali?", "F'liema gradi huma?", "Kemm għad baqa' postijiet vakanti x'jimtlew minħabba r-rwol il-ġdid li assuma ċ-ċentru?", "F'liema karigi huma?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' ħaddiema mpjegati ġewwa l-MFSC (fil-21 ta Jannar 2002) huwa ta' 93 li huma full time, waqt li 4 huma part time.", "Sbatax il-impjegat full time minnhom ġew mill-Bank Ċentrali reċentement wara r-rwol ġdid li assumiet l-MFSC mill-1 ta'Jannar 2002.", "Dawn l-impjegati jokkupaw gradi diversi skond ir-responsabbiltajiet mogħtija lilhom kif jokkupaw impjegati fil-Units Regolatorji oħrajn li għandha l-MFSC.", "Bħal ma tagħmel dejjem, ukoll issa li assumiet rwol ġdid, l-MFSC, minn żmien għal żmien tevalwa l-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta' postijiet vakanti li jista' jkun hemm.", "Jekk jinħass il-bżonn, dawn jimtlew skond il- provvedimenti stabbiliti mill-liġijiet relevanti u l-proċeduri relatati magħhom.", "Infatti, fil-preżent, iċ-Ċentru qiegħed fil-proċess li jkompli jsaħħah dan il-Unit ġdid permezz ta' sejħa għal numru ta' managers, kif jidher anke minn sejħa pubblika għal applikazzjoniniet li saret dan l-aħħar jiem fil- gazzetti lokali.", "PROGRAM XARABANK – SPONSORSHIP TA' L-AIR MALTA", "31192.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur ta' l-isponsorship tal-program Xarabank mill-Air Malta u minn ażjendi parastatali oħrajn?", "Dan it-tagħrif qed jintalab f'ġieh it-trasparenza ta' l-operat ta' dawn il-kumpaniji iffinanzjati minn fondi publiċi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat- tweġibiet li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 31004 waqt is-Seduta numru 682 u għall-mistoqsija parlamentari nru 31149 waqt is-Seduta nru 686.", "MALTA TOURISM AUTHORITY", "31193.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'arranġament kummerċjali hemm bejn il-Malta Tourism Authority u Where's Everybody?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li f'Jannar 2001 il-kumpanija Where's Everybody rebħet tender għall-produzzjoni ta' erba' slots publicitarji in konnessjoni mal-kampanja ta' għarfien li l-Awtorita' tagħmel fil-media lokali."]} {"filename": "19981213_033d_par.doc", "date": "1998-12-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 33 It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 33", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "33", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 709", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 709", "TQEGĦID TA' KARTI 715", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 1999 IS-SEBA' JUM STABBILIT MINISTERU TAS-SAĦĦA 716", "AĠĠORNAMENT 751", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 751", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 32 li saret fl-14 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "AGRIKOLTURA - ĦSARAT MILL-MALTEMP", "1770.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li rrapportaw lid-dipartiment ħsarat ikkawżati mill-maltempata li seħħet tul is-sigħat bikrija ta' nhar il-Ħamis 19 ta' Novembru?", "Kemm hija kkalkolata l-ħsara kkawżata f'danni għall-bdiewa?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li jingħata xi kumpens sabiex itaffi parti mill-ispejjeż li ġarrbu l-bdiewa, raħħala u sajjieda b'din il-maltempata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): In-numru ta' bdiewa li rrapportaw ħsarat mill-maltempata ta' nhar il-Ħamis, 19 ta' Novembru, 1998 kien jammonta għal 69.", "Din il-ħsara tikkonsisti l-aktar fi tkissir ta' serer, tqattigħ ta' plastic u telf ta' uċuħ tas-serer u tar- raba' u hija maħsuba li tilħaq madwar Lm200,000.", "Kumpens xieraq qed jiġi kkonsidrat.", "Barra minn hekk, infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern preċedenti - li tiegħu kien jifforma parti - ma kien ta l-ebda forma ta' għajnuna finanzjarja lill-operaturi ta' l-industrija tal-biedja li kienu affettwati mill-maltempata matul ix-xitwa li għaddiet.", "Infakkar ukoll li l-Onor.", "Interpellant kien approprja Lm8,000 mill-fondi li suppost kellhom jintużaw biex itaffu l-piż tal-ħsarat u fil-fatt kien dar għal dawn il-flus biex jipprova jaħbi l-fjask u l-falliment li kellu fl- esportazzjoni tal-ħaxix, suppost frisk lejn l-Ingilterra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-flus li qed isemmi l-Ministru kienu ngħataw bħala għajnuna għall-ħsarat mill-maltemp.", "Kif jaf hu, din is-sena fil-bidu tax-xitwa lanqas kellna biżżejjed prodotti biex nissodisfaw id- domanda lokali, tant li kellna nirrikorru għall-importazzjoni ta' ħxejjex minn barra.", "Pero' jekk il-Ministru jrid joqgħod jitkellem fuq dawn l- affarijiet, jien inħallilu l-ispazju ħalli jgħid dak li jħoss li għandu jgħid.", "Issa apparti dan, il-Ministru ma jħossx li kien f'waqtu li l-gvern preċedenti kien beda diskussjonijiet sabiex jistudja l-possibbilta' li f'pajjiżna jkun hawn assigurazzjoni għas-settur ta' l-agrikoltura, fis-sens li f'ċirkostanzi bħal dawn il-koperattivi u l-bdiewa jkunu koperti b'polza ta' l-assigurazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien nerġa' ngħid li kuntrarjament għal dak li qed jgħid sieħbi, dawn it-Lm8,000 ittieħdu minn dak il-fond u ntużaw biex jitgħatta l-falliment li kien hemm fl-esportazzjoni tal-ħxejjex lejn l- Ingilterra.", "Fir-rigward tal-possibbilta' ta' polza ta' l-assigurazzjoni, id- dipartiment qiegħed jikkonsidra l-aħjar miżuri li jistgħu jittieħdu biex fil-futur il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda jkollhom safeguard għal kontra ħsarat kaġunati mill-maltemp.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru qal li qed jikkonsidra jekk għandux jingħata kumpens imma ma qalx jekk il-kumpens huwiex se jingħata lil kull individwu skond l-applikazzjoni li jkun għamel.", "Jew forsi se jkun hemm kumpens għal kulħadd, skond kriterji stabiliti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Kamra li d-dipartiment qiegħed jifli kull applikazzjoni li daħlet u meta jkun lest dan l-eżerċizzju nkun f'pożizzjoni li nagħti risposta aħjar, bid-dettalji kollha, inkluż l- ismijiet ta' nies li se jikkwalifikaw għall-għajnuna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru qed jgħid li l-gvern qed jara xi proposti jista' jwettaq sabiex il-bdiewa jkunu assigurati permezz ta' polza ta' insurance.", "Jista' almenu l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema linji qed jiddiskuti mal-koperattivi u mal-partijiet konċernati, ħalli forsi xi darba naslu biex f'pajjiżna verament jidħol dan il-konċett hekk importanti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' ngħid li d-dipartiment qed jistudja l-options kollha available biex il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda jkunu koperti b'polza ta' assigurazzjoni bl-aħjar mod u bl-inqas spiża possibbli kontra ħsarat li jistgħu jiġu kkaġunati mill-maltemp.", "S'issa għadhom qed jiġu studjati diversi options sabiex tiġi fformolata l-aħjar policy possibbli.", "KOPERATTIVI TAL-BDIEWA - LAQGĦAT", "1772.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra ma' liema koperattivi u għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u sajjieda ltaqa' mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "X'kienet l-agenda f'kull laqgħa u x'kienu l-iżviluppi milħuqa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kelli laqgħat ma' diversi koperattivi u għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u sajjieda.", "Dawn kienu prinċipalment laqgħat ta' kortesija, għalkemm matulhom ġew imqanqla xi punti komuni bħal, per eżempju, it-tariffi tad-dawl u l-ilma għall-bdiewa u r-raħħala u l-effetti negattivi tas-sistema ta' tassazzjoni tas-CET.", "Ċerti żviluppi pożittivi seħħew, bħal fil-każ tar-reviżjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma, billi tneħħew ir-rati tal-mistħija u katastrofiċi li kienu ġew introdotti minn Gvern Laburista, kif ukoll l-impatt pożittiv li se jkollha fuq din l-industrija ir-ri-introduzzjoni tas-sistema tal-VAT.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nifhem sew li mkien ma ġiet diskussa l- pożizzjoni ta' Malta vis-a-vis t-talba għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u l- impatt li din is-sħubija jista' jkollha fuq dawn is-setturi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ma nafx kemm mistoqsijiet ta' din in- natura huma in order pero' jiena ma niddejjaqx inweġibhom.", "(Interruzzjonijiet)", "Ovvjament l-aktar kwestjoni li sa ftit ilu kienet tikkonċerna lill- bdiewa, b'mod partikolari lir-raħħala, kienet il-kwestjoni tat-tariffi ta' l-ilma, li l-gvern preċedenti kien għolla m'ogħla s-smewwiet.", "Kwestjoni oħra li dejjem kienet ta' interess għall-bdiewa, ir-raħħal u s- sajjieda hija bla dubju ta' xejn il-kwestjoni tas-sistema ta' tassazzjoni.", "Il-verita' hi li dawn in-nies sa ftit ilu kienu magħfusa b'żieda ta' madwar 5% fl-ispejjeż tagħhom minħabba t-taxxa tas-CET.", "Il-kwestjoni ta' l-adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea wkoll hija kwestjoni li tinteressa lill-bdiewa, lis-sajjieda u lir-raħħala.", "Kull meta niltaqa' ma' dawn in-nies jien dejjem ngħidilhom li sħubija sħiħa fl-Unjoni għandha tħalli l-ġid.", "Wieħed mis-setturi li għandu jmur tajjeb huwa s- settur tal-biedja u sajd, minħabba l-għajnuniet finanzjarji li l-Unjoni Ewropea tagħti lil pajjiżi membri.", "Kif għedt il-ġimgħa l-oħra stess, jien qatt ma ħbejt li bit-twaqqif ta' żona ta' kummerċ ħieles, kif kien qed jipproponi l-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant, il-protezzjoni fl-oqsma tal-produzzjoni tal-ħalib, tal-majjal, taċ-ċanga u anke ta' prodotti agrikoli kienet se tispiċċa għal kollox.", "Din fuq kollox ammettiha l-istess Alfred Sant f'intervista li ta, li kopja tagħha kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dwar l-aħħar punt li spiċċa bih il- Ministru rrid ngħid li ma nistax nifhem kif filwaqt li dejjem jgħid li b'zona ta' kummerċ ħieles is-setturi lokali ma kenux se jkunu protetti, fl- istess ħin kulħadd jaf bis-sitwazzjoni li teżisti llum taħt dan il-gvern, fejn tidħol il-levy fuq beefburgers importati.", "Barra minn hekk, jaf ukoll li l-provisions li kien hemm fl-estimi ta' din is-sena għall-beef intervention scheme ma żdidux, anzi baqgħu kif kien ipproġetta l-gvern preċedenti.", "Nixtieq li l-Ministru jgħidli kif beħsiebu jittekilja din is- sitwazzjoni.", "Min-naħa l-oħra, in vista tal-fatt li l-WTO qed issostni li sas-sena 2010 l-Unjoni Ewropea trid tnaqqas is-sussidju fuq is-settur tal-biedja u s- sajd - u fil-fatt il-ġimgħa li għaddiet intqal minn Fischer stess li se jkun hemm major cuts - u in vista tal-fatt li min-naħa tal-gvern dejjem nisimgħu li sħubija sħiħa se tkun ta' vantaġġ għas-settur lokali ...", "MR SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok ejja għall-mistoqsija tiegħek.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: .... jien nara li din il-kwestjoni għandha tkun diskussa mal-koperattivi kollha li jirrappreżentaw lis-settur tal-biedja u sajd.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jekk ma tridnix nagħmel mistoqsijiet għidli imma mhux twaqqafni fin-nofs!", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, is-Sedja dejjem tipprova tiġbed l- attenzjoni ta' kulmin jagħmel interpellanza li jillimita ruħu għal mistoqsija, bil-għan li mbagħad ir-risposta tkun relatata mal-mistoqsija li tkun saret.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, l-Onor.", "Membru semma x'qal Fischer dwar is-sussidju.", "Jien nista' ngħidlu li s-CAP, il-common agricultural policy, ilha tiġi riformata mill-1993 u se jibqa' jkun hemm żviluppi min dak il-lat.", "Rigward il-protezzjoni nerġa' ngħid dak li għedt il-ġimgħa l-oħra, meta poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra intervista li l-Kap ta' l -Oppożizzjoni kien ta lill-gazzetta \"The Times\", fejn kien qal li bit-twaqqif ta' zona ta' kummerċ ħieles kienet se tispiċċa darba għal dejjem il-protezzjoni fl-oqsma tal-produzzjoni taċ-ċanga, tal-majjal u ta' prodotti agrikoli.", "Rigward il-problema tal-levy fuq il-beefburgers, irrid ngħid li llum din hija problema li trid tiġi studjata flimkien ma' problema oħra relatata magħha.", "L-Onor.", "Membru jaf daqsi u iżjed minni li qed nirriferi għall- problema ta' l-ammont ta' ħalib li jiġi prodott u ovvjament in-numru u t- tip ta' baqar li għandu jkollna, il-feed ratio, jiġifieri l-għalf li tagħti lill-baqar, l-ammont ta' ħalib li tieħu eċċ, eċċ. Nista' ngħid li l- proċess kollu qed jiġi studjat sabiex naslu għal soluzzjoni li tkun tajba għall-partijiet kollha konċernati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, ġaladarba l-Ministru fit-tweġiba oriġinali tiegħu qal li fit-taħdidiet li kellu mal-bdiewa, raħħala u sajjieda ddiskutew l-effett ħażin tas-CET, dan ifisser li allura l-effett tal-VAT fuq dan is-settur se jkun wieħed pożittiv?", "Jista' allura l- Ministru jgħid kif il-VAT se taffettwa pożittivament lill-bdiewa, raħħala u sajjieda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nieħu gost li l-Onor.", "Membru ta' l-Oppożizzjoni qed jagħmel din il-mistoqsija.", "L-ewwelnett bil-VAT il-bdiewa, raħħala u sajjieda se jieħdu refund ta' l-ispejjeż, xi ħaġa li ma kenux jieħdu taħt is-CET.", "Infakkar ukoll li meta fil-parlament konna qed niddiskutu l-liġi tas-CET, imn'alla konna aħna li ġbidna l-attenzjoni tal-gvern li kif kienet proposta l-liġi tas-CET kulma kienu se jiġu eżentati mill-ħlas ta' l-ETI kienu biss il-muturi tal-ħart u l-fungiċidi, jiġifieri l-mediċina kontra l-fungus.", "Kif kienet proposta l-liġi oriġinarjament niftakar li kull oġġett li jiġi importat f'pajjiżna, b'konnessjoni ma' l-industrija tal-biedja, tas-sajd u tar-raħħala, kien se jkun suġġett għal taxxa ta' 15% ETI.", "Nerġa' ngħid, imn'alla kienet l-oppożizzjoni dakinhar li ġibdet l- attenzjoni li għandha tidħol emenda, kif fil-fatt daħlet, li bis-saħħa tagħha diversi prodotti oħra setgħu wkoll jiġu eżentati.", "Imma kif se jgawdu l-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala bil-liġi tal-VAT?", "Kif diġa' għedt, l-ewwel vantaġġ hu li se jkun hemm ir-refunds u allura dawn se jkollhom iktar flus fl-idejn biex jaħdmu bihom.", "Meta daħlet il-VAT għall-ewwel darba, il-bidwi, is-sajjied u r-raħħal kienu jieħdu refund tat- taxxa li jħallsu fuq is-servizzi ta' l-electrician, tal-plumber jew ta' nies oħra; waqt li bis-CET, il-bidwi, ir-raħħal u s-sajjied kienu jeħlu t- taxxa mposta fuq is-servizzi.", "Issa bil-liġi tal-VAT, nerġa' ngħid, dawn se jerġgħu jibdew jieħdu rifużjoni tat-taxxa li tkun tħallset.", "Barra minn hekk, bil-liġi tas-CET kienet daħlet ħafna burokrazija.", "Per eżempju, biex bidwi kien ikun jista' jimporta kien irid jidħol f'ħafna burokrazija biex jiġi eżentat mit-taxxa, tant li l-formola ta' l- applikazzjoni kienet tispiċċa għand il-ministru u l-ministru jkollu joqgħod jiffirma biex jagħtih l-eżenzjoni.", "Kien qed jiġri wkoll li kienet qed tikber l-evażjoni tat-taxxa, fis-sens li, per eżempju, bidwi li jkollu tmint itmiem raba' kien jimporta trakk sulfat.", "Ovvjament dan is-sulfat ma kienx jużah kollu u allura kien qed jiġri li wara li l-bidwi kien jieħu l- eżenzjoni mit-taxxa, imbagħad ikun f'qagħda li jagħmel unfair competition ma' l-aġent li jġib dan il-prodott u jbigħu b'irħas.", "B'dan il-mod kienet qed tidħol il-marda ta' l-evażjoni tat-taxxa.", "Għalhekk nerġa' nenfasizza li bil-liġi tal-VAT l-oqsma tal-biedja u s- sajd imorru aħjar.", "Fuq kollox nerġa' nfakkar li l-liġi tas-CET daħħlet spiża extra across the board ta' madwar 5%.", "Bil-liġi tal-VAT din il-5% tisparixxi.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BANKINI", "1777.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi fi Triq Piscopo Macedonia, San Pawl il-Baħar u Triq Raddet ir-Roti, Baħrija jonqos li jsiru bankini ma' naħa waħda tat-triq u li jsir tindif tal-ħaxix ħażin, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex dawn ix-xogħlijiet pendenti jsiru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 1758.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għalkemm quddiemi m'għandix ir-risposta li saret riferenza għaliha, probabbilment ir-risposta kienet tgħid li dawn ix- xogħlijiet jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jikkonferma li hekk hu.", "Jien napprezza t-tweġiba tal-Ministru pero' dawn huma ċirkostanzi fejn huwa assolutament impossibbli li l-kunsilli lokali jlaħħqu ma' l-ispejjeż li għandhom.", "Allura jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'kordinament qed isir biex fejn jirriżultaw ċirkostanzi simili, jiġifieri fejn la d-dipartiment u lanqas il-kunsill ma jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu xi tip ta' manutenzjoni, dawk ix-xogħlijiet ma jibgħux dejjem pendenti u ħadd ma jkun jaf x'qed jiġri minnhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien sal-lum iltqajt prattikament mal- kunsilli lokali kollha - forsi jonqos xi ftit li rrid niltaqa' magħhom f'Jannar - u nista' ngħid li mal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar diġa' ltqajt.", "Naturalment wieħed irid joffri l-kordinazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa pero' jkun żball jekk il-gvern ċentrali jkun stopgap kull fejn il- kunsill lokali ma jlaħħaqx.", "L-ewwelnett gvern ċentrali jkollu budget ukoll u l-kunsilli lokali għandhom funzjonijiet li ovvjament huma jridu jaqdu skond il-kalkoli u l-pjani li jagħmlu huma.", "Jekk il-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar jagħmel talba lill-gvern ċentrali għal xi għajnuna jew kordinazzjoni partikolari, din tkun konsidrata bl-iktar mod pożittiv u fl- istess spirtu ta' koperazzjoni assoluta li teżisti iktar minn qatt qabel bejn il-gvern ċentrali u l-gvern lokali.", "Pero' naħseb li għandna naqtgħuha din li fejn il-kunsill lokali ma jlaħħaqx ma' l-ispejjeż allura jidħol il-ministeru għall-ambjent biex jagħmel il-bankina hu, għaliex b'dak il-mod tkun qiegħed tnaqqas il- validita' tal-kunsilli lokali u mhux tkun qed tgħinhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, billi bħalissa wieħed mill-ilmenti tal- kunsilli lokali ta' spiss ikun dwar il-flooding ikkawżat mill-ilma tax- xita, jista' l-Ministru jgħid x'kordinazzjoni hemm bejn l-istorm water unit li jaqa' taħt il-ministeru għall-ambjent u l-kunsilli lokali?", "Jista' jgħid ukoll x'xogħol qed iwettaq l-istorm water unit?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-istorm water unit immexxi mis-Sur Joe Farrugia - u minn hawn nirringrazzjah għax-xogħol li jagħmel - jagħmel xogħol utli u siewi ħafna.", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-iktar units li jkunu f'kuntatt kontinwu mal-kunsilli lokali.", "Jekk illum hawn problema li sirna konxji minnha aktar minn qabel, din hija l-problema ta' l- għargħar.", "(Interruzzjonijiet) Meta qed ngħid illum qed ninkludi wkoll is- sentejn li għaddew imma naturalment nerfa' r-responsabbilta' minn tliet xhur 'l hawn.", "Żgur li l-istorm water unit irid jikkordina ħafna ma' ministeri oħrajn, b'mod partikolari mal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni u mad-dipartiment tat-toroq, speċjalment fejn jidħol ippjanar ta' toroq ġodda u x'interventi jridu jsiru biex ikun hemm sistema tajba ta' drain għall-ilma.", "Barra minn hekk, huwa importanti wkoll li jkun hemm kordinazzjoni bejn l- istorm water unit u l-providers tad-diversi utilities li jkunu għaddejjin minn triq partikolari, jiġifieri s-sistema tad-drenaġġ, il-cables tat- telefon u tat-television u s-sistema ta' l-ilma.", "Għalhekk huwa kruċjali li l-interventi li jsiru mill-istorm water unit isiru b'kordinazzjoni ma' min jipprovdi dawn l-utilities.", "Kif naħseb li jaf kulħadd, il-prioritajiet tad-diversi korporazzjonijiet li jipprovdu utilities ma jkunux dejjem jikkoinċidu.", "Jista' jkun li tat-telefon ikollhom bżonn jgħaddu linja malajr għax ikun hemm linji neqsin, pero' ta' l-ilma ma jkollhomx l-istess għaġġla għax is- servizz ikun adegwat u l-kanen ikunu tajbin.", "Ċertament li hemm bżonn, speċjalment fejn jidħlu toroq ġodda, li jinsab il-mod korrett kif issir din il-kordinazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, peress li Gvern Laburista kien qed jagħti priorita' lil toroq li qatt ma saru, jista' l-Ministru jikkonferma li dan il-gvern għadu miexi fuq l-istess programm li kien beda l-Gvern Laburista?", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nagħmel domanda oħra, Mr Speaker.", "Peress li fil-prattika l-fondi allokati lill-kunsilli lokali baqgħu fuq l-istess livell minħabba l-introduzzjoni tal-VAT - għax il-fondi li ngħataw żejda se jonqsu awtomatikament ġaladarba trid titħallas il-VAT - jista' l- Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-gvern li jagħmel proġetti kapitali, bħalma kien jagħmel Gvern Laburista, biex ikun qed jgħin lill-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment mistoqsijiet rigward it-toroq għandhom isiru lill-ministru konċernat u m'għandix dubju li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Censu Galea, ma jiddejjaq xejn iwieġeb għal din id-domanda.", "Rigward il-proġetti kapitali ta' embellishment diġa' tkellimna fit-tul waqt l-estimi u għedna li dawk huma proġetti kapitali marbuta ma' zoni turistiċi.", "Il-pjan tagħna huwa li nkomplu mexjin bihom.", "Jiġifieri rridu nkomplu dak li kien għad jonqos isir f'Buġibba u x-xogħlijiet mibdija f'Marsascala, Birzebbuga u Marsaxlokk is-sena d-dieħla rridu nagħtuhom spinta ikbar.", "Bħala zoni turistiċi kienu indikati l-inħawi ta' Tas- Sliema, San Ġiljan, Paceville u San Ġorġ u nista' ngħid li għal dawn l- inħawi hemm ippjanati embellishment projects oħra.", "Rigward titjib f'housing estates, peress li dawn jaqgħu taħt ministeru ieħor, ix-xogħol u t-titjib kollu li jrid isir fihom huwa kordinat minn dak il-ministeru.", "Pero' ċertament li l-impenn kapitali f'dan ir-rigward huwa inpenn li sejrin insostnuh.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, b'riferenza għad-domanda li għamel l-Onor.", "Cuschieri, naħseb li tajjeb li wieħed jagħmilha ċara li hija illużjoni li d-dipartiment tat-toroq b'xi mod għandu jew kellu xi pjan dwar kif ifassal u jibni t-toroq.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membru qed jgħid li jien żbaljat.", "Jien ili tliet xhur responsabbli mill-ministeru u assolutament minn imkien ma jirriżulta li hemm xi lista ta' prioritajiet ta' toroq li għandhom isiru u kif għandhom isiru.", "Fil-preżent qegħdin nipprovaw infasslu pjan li mbagħad inkunu nistgħu naħdmu fuqu fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, dan l-aħħar il-Ministru qal li t- toroq li jdawru l-housing estates se jiġu asfaltati, pero' milli nista' nifhem għad hemm konflitt dwar jekk dawn għandhomx isiru mid-dipartiment tat-toroq jew inkella mid-dipartiment għall-ambjent.", "Jien jidhirli li xi ħadd irid jieħu deċiżjoni dwar dan għax din hija kwestjoni li ilha għaddejja xi sentejn jew tlieta.", "Nixtieq li l-Ministru jara li tittieħed deċiżjoni ċara fuqha għax mhux sewwa li nibqgħu hekk.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, din hija waħda mill-problemi li ilha teżisti għal numru ta' snin.", "It-toroq madwar il-housing estates ukoll isiru mid-dipartiment tat-toroq imma jsiru mill-vot tal-housing and maintenance and construction, liema vot huwa taħt il-kontroll ta' ministeru ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Il-vot huwa taħt il-ministeru tal-housing pero' x-xogħol tat-toroq tal-housing estates isir mid-dipartiment tat- toroq.", "(Interruzzjonijiet) Jekk matul is-sentejn li għaddew kien qed jiġri hekk, jien nispera li matul il-ħames snin li ġejjin ix-xogħol fil- housing estates isir b'kordinazzjoni bejn il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni u l-ministeru responsabbli mill-housing.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Dan li qed jgħid il-Ministru jfisser li trid tinqata' dik il-burokrazija kollha għax wara kollox mhux qed nitkellmu fuq xogħlijiet kbar.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, li se nipprovaw nagħmlu huwa li naraw li jkun hemm aktar kordinazzjoni bejn il-ministeru responsabbli mit-toroq u l- ministeru responsabbli mill-housing.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Tqegħid ta' Kari.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar każijiet ta' sospensjoni u interdizzjoni quddiem il- Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku bejn l-1992 u l-1998, u każijiet ta' sospensjoni u interdizzjoni fuq akkużi kriminali fil-Qorti għall-istess perjodu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1854.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 259 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Imġieba waqt l-Eżamijiet;", "Avviż Legali Nru 260 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għad-Diploma in the Teaching of English as a Foreign Language - Dip.", "TEFL; u", "Avviż Legali Nru 261 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Postgraduate Diploma in the Education of the Hearing-Impaired.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar karozzi tal-kiri fid-dikasteru tal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2528; u", "Tagħrif dwar vetturi u nġenji tal-baħar reġistrati fid-dikasteru tal- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2529.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern ) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar vetturi u nġenji tal-baħar reġistrati fid-dikasteru tal- Ministru ta' l-Intern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2530;", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għall-bini ta' skejjel ġodda jew estensjonijiet ta' skejjel, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2546; u", "Tabella li tagħti l-għadd ta' reati fuq anzjani bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2581.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 257 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Sapuri li Jintużaw fi Ħwejjeġ ta' l-Ikel u Materjali Ewlenin għall- Produzzjoni Tagħhom; u", "Avviż Legali Nru 258 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Ikel Ipproċessat b'Bażi ta' Ċerejali u Ikel Ieħor għat-Trabi u għat-Tfal Żgħar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1999", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU TAS-SAĦĦA", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Mifsud Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru tas-Saħħa, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tal- ministeru tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nipproponi:", "VOT 54 - MINISTERU TAS-SAĦĦA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 51,308,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 54 - Ministeru tas-Saħħa, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT XIII - MINISTERU TAS-SAĦĦA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 12,191,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIII - Ministeru tas-Saħħa, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 54 - MINISTERU TAS-SAĦĦA", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,479\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 10,478\".", "Delete the figure \"Lm 10,479\" and substitute therefor the figure \"Lm10,478\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, nixtieq nieħu din l-opportunita' sabiex nagħmel xi kummenti dwar kwestjoni ta' ħajja u mewt.", "Qed nirriferi għall-mod kif se nittrattaw il-problema ta' l-inċidenza għolja ta' cancer tas-sider, il-kwestjoni tal-breast screening.", "Din il-materja ma tikkonċernax biss lin-nisa għax fil-fatt ikun hemm xi tliet każi fis-sena ta' kanċer tas-sider fl-irġiel, li huwa agħar minn dak fin-nisa għaliex minħabba li s-sider ikun żgħir il-kanċer jinvadi mill-ewwel.", "Sur President, fit-tliet xhur li ilu dan il-gvern imkien ma ssemmiet il- problema għajr f'mistoqsijiet parlamentari, li sfortunatament dan l-aħħar lanqas biss kienu qed jiġu mwieġba.", "Mhux talli hekk, talli dalgħodu stess ingħatajt risposta għal mistoqsija li jien kont għamilt lill-ministru u fit- tweġiba oriġinali tiegħu kien irrispondieni li l-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.", "Fil-fatt illum meta ftaħt il-booklet tar-risposti għal mistoqsijiet sibt ir-risposta.", "Jien ma nafx x'inhu l-iskop - forsi biex il-ministru jevita li jkollu mistoqsijiet supplimentari - u ma nafx minn xiex qed jiddejjaq il-ministru.", "(Interruzzjonijiet) X'għandu x'jaqsam li ma kontx hawn!", "Kien biss wara ħafna pressjoni, din id-darba minn barra l- parlament, li l-ġimgħa l-oħra l-ministru tkellem fuq dan is-suġġett u tkellem barra minn dan il-parlament.", "L-unika darba li tkellem fil- parlament kien wara pressjoni min-naħa tagħna u kien pprova jirridikolana għax qal li aħna n-nisa qed nitħawdu, anke wara dak li qara fil-British Medical Journal.", "Aħna lill-ministru ngħidulu biex ma jinkwetax għax m'aħniex se nitħawdu.", "Nitħawdu biss meta nisimgħu li Malta għandha l-ogħla rata tal-kanċer tas-sider.", "Ngħidulu wkoll li biex wara li qed jittratta din l-issue b'nofs qalb, ma joqgħodx jinsulenta l-intelliġenza tagħna għax naħseb li dan qed ikun wisq.", "Ara meta ta press conference fl-Isptar Boffa, il-ministru dawwar id- diska u r-rotta totalment pero' f'dan il-parlament qatt ma tana sodisfazzjon.", "Bdejna nagħmlu l-mistoqsijiet fuq dan is-suġġett xi xahrejn ilu u mbagħad il-pressjoni kompliet minn diversi setturi tas-soċjeta' Maltija.", "Per eżempju, kien hemm ir-rapport tal-kummissjoni għall-avvanz tal-mara u l-istess kummissjoni fi stqarrija li ħarġet qalet li d-direttur tal-policy and planning fid-dipartiment tas-saħħa qed jagħmel stqarrijiet żbaljati u qed joħloq ħafna konfużjoni.", "Kien hemm ukoll pressjoni mill- breast cancer support group u mill-ex-president tal-MAM.", "Hawnhekk kien li bdejna naraw li l-pożizzjoni min-naħa tal-gvern qiegħda tinbidel.", "Issa jien ngħid: Għalfejn din il-pika jew suppervja?", "Għaliex biex xi ħadd jagħmel xi ħaġa jrid jaġixxi qisu se jerġa' jivvinta r-rota?", "Jien sinċerament jiddispjaċini li problema bħal din qed tiġi ttrattata b'dan il- mod.", "Sur President, għamilt mistoqsija parlamentari dwar kemm hemm nies jittrejnjaw barra u r-risposta kienet li l-informazzjoni qed tinġabar.", "Ma naħsibx li hemm il-mijiet u ma naħsibx li hu daqstant diffiċli li jagħtini tweġiba.", "Imbagħad il-vilta' hi li l-għada filgħodu l-ministru jmur jagħti press conference u jgħid li hemm nies li qed jattendu courses speċjalizzati barra minn Malta.", "Daqshekk jistmawh lil dan il-parlament dawn in-nies.", "Jien kważi ma nafx għalfejn qegħdin hawnhekk biex lanqas nistgħu nagħmlu xogħolna kif nixtiequ u kif għandna nagħmluh.", "Kif għedt fil-bidu, il-ministru beda jeħodna bid-dgħajsa.", "L-ewwel beda jistaqsi kemm huwa validu li jkollna dan il-programm biex insalvaw ftit ħajjiet biss.", "Wara qal li hemm problemi tekniċi biex isir dan l-iscreening u issa qed jgħid li dan il-programm qed jagħti riżultati fqar.", "Allura pajjiżi oħra għalfejn ikomplu b'dawn il-programmi?", "Aħna kollox speċjali għandna!", "F'\"The Malta Independent\" qrajna li:", "\"Dr Deguara suggested also that other countries which introduced breast screening were doubting the efficiency and reliability of such tests.", "Politicians abroad are retaining cancer screening not to lose popularity and not because it is reliable.", "The Maltese Government will go ahead as planned with the breast screening policy.\"", "Lill-ministru ngħidlu: Get real!", "Allura int biex ma titlifx il- popolarita' se tintroduċiħ?", "Imma temmen jew ma temminx li verament għandna bżonnu?", "Il-ministru filli qed jgħid li pajjiżi oħra qed jikkanċellaw dawn il-programmi u filli jgħid li se jibdih.", "Jekk int ma temminx fih għaliex issa qed tgħid li se tagħmlu?", "Se tagħmlu biex tkun popolari?", "Il-ministru għandu jkun ċar fuq din għax hija issue serjissima u huwa importanti li nittekiljawha bis-serjeta'.", "Il-world health report ta' l-1998 jgħid ċar u tond li:", "\"To combat breast cancer mammography is now generally proposed for women over 50 in those countries where the disease has a high incidence.\"", "Sur President, dawn ma għandhomx bżonn voti u ma naħsibx li qed jgħidu hekk għall-popolarita', kif qal il-ministru, jew inkella biex ma jitilfux il-popolarita'.", "Hawnhekk qed nikkwota minn rapport ta' din is-sena u l- ministru jagħmel tajjeb jekk flok ma joqgħod jiġġeneralizza u jgħidilna \"politicians abroad\", jikkwota minn sorsi serji, bħalma hu dan li kkwotajt minnu jien, jiġifieri r-rapport tal-world health organisation.", "Mhux billi noqogħdu niġġeneralizzaw u ngħidu li \"politicians abroad\" mhux qed ineħħu dan l-iscreening programme \"not to lose popularity.\"", "Ejjew nitkellmu ftit bis-serjeta'.", "Issa f'daqqa waħda d-diskors dar u l-ministru qed jgħid li fi żmien tliet snin se jinbeda screening programme li għalih ikun hemm bżonn ta' seba' speċjalisti.", "Aħna staqsejna u nistgħu ngħidu li n-numru ta' speċjalisti li qed jissemma jidher bħala wieħed esaġerat komparat man-numru ta' nisa ta' l-eta' bejn il-50 u 69 sena, aktar u aktar meta anke nafu li mammogram issir kull sentejn jew tlieta, skond liema policy se tiġi adottata.", "Jien ngħid li l-ħafna kliem li l-mammography qed tagħti riżultati fqar xejn m'huwa awgurju tajjeb għal programm ta' screening professjonali u serju għan-nisa Maltin, meta nafu li f'Malta r- rata ta' kanċer tas-sider hija għolja ħafna.", "Jien anzi nistaqsi lill-ministru: Għalfejn se jdum tliet snin biex jibda dan il-programm meta fil-manpower plan li fih kienu involuti l-istess diretturi tas-saħħa li llum qed jagħtu l-pariri lill-ministru - ngħidulu manpower plan għax hekk kienu sejħulu u aħna ma lħaqniex biddilna l-isem għal human resource plan - jingħad speċifikament li sas-sena 2000 tibda l- ewwel fażi ta' l-screening, jiġifieri għal dawk in-nisa li huma high risk?", "Li jgħidu li d-direttur ma jaf b'xejn ma nafx minn fejn ġiet ivvintata.", "Sur President, aħna għalfejn qegħdin hawnhekk, biex naħdmu jew biex nimpikaw?", "Aħna għedna li għandu jidħol fis-sena 2000 u issa l-ministru qed jgħid li se jidħol tliet snin oħra.", "Ejjew inħalluh it-target tas-sena 2000 u naħdmu għalih.", "Wara kollox, kif għedt qabel, l-istess diretturi taw il- pariri liż-żewġ ministri differenti.", "Dik hi l-istorja u jien naħseb li jeħtieġ li nkomplu naħdmu bis-serjeta'.", "Mhux talli hekk, talli naħseb li barra dan il-programm ta' breast screening irridu naħdmu wkoll biex titwaqqaf breast unit, fejn in-nisa kollha li jkunu riferuti l-Isptar San Luqa b'din il-problema jiġu eżaminati minn żewġ surgeons speċjalizzati.", "Jekk jirnexxilna nagħmlu dan inkunu qed ngħollu l-livell ta' kura f'dan il-qasam.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa li tista' ssir mingħajr spiża kbira.", "Issa kif jaf il-ministru - għax huwa tabib - biex wieħed jikseb major expertise irid jara ħafna każi u mhux, per eżempju, 20 persuna jaraw 100 każ.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Jekk ikollok 100 pazjent li jarawhom żewġ speċjalisti, dejjem aħjar milli jarawhom għaxra għax inkella l-expertise tinqasam bejn għaxra.", "Jekk jarawhom tnejn, kull wieħed minnhom jara 50 pazjent.", "Din hi kwestjoni ta' critical mass.", "Għalhekk jekk nibdew dan il-unit wkoll inkunu għamilna pass ċkejken ieħor 'il quddiem.", "Naturalment dan il-unit irid ikun fih oncologists, consultants, patologu, surgeon, nurse-in-charge of mastectomy, counsellor u radiologist, ilkoll b'interess speċjali fil-mammografija.", "Għax biex radjologu jara jekk 2,000 jew 3,000 mammogram, jieħu ħafna iktar esperjenza milli jistgħu jieħdu għaxra min-nies li jkunu qegħdin iħarsu lejn l-istess numru ta' mammograms.", "Jien ngħid li mhux diffiċli li jitwaqqaf dan il-unit u jekk il-pazjenti riferuti l-Isptar San Luqa minħabba kanċer tas-sider jibdew jiġu riferuti direttament hemmhekk, dan ikun ta' għajnuna għall-unit stess għax ikun hemm aktar focus fuqu u jkun fl-interess ta' min qed imexxi dan il-unit li jara li dan ikun immexxi tajjeb.", "Għalhekk nerġa' nappella biex nibdew l-ewwel fażi tal-proġett li diġa' semmejt, imbagħad tul is-snin inkunu nistgħu nestendu l-programm.", "Fl-istess ħin jekk għad m'għandniex radjologi biżżejjed biex jagħmlu dan ix-xogħol, m'hemm xejn xi jżommna milli nniedu kampanja ġenerali fuq self- palpation u l-informazzjoni li jeħtieġ li tkun taf il-mara.", "M'hemm l-ebda raġuni għaliex m'għandux ikollna a massive propaganda campaign ta' informazzjoni u tagħlim.", "Għax jekk ma jkunx hemm informazzjoni u edukazzjoni, inutli li jkollok il-programm għax in-nisa xorta ma jattendux.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Per eżempju, kemm hemm nisa li jmorru għas- cervical smear test?", "Is-servizz jeżisti imma ftit huma dawk li jagħmlu użu minnu.", "Hawn nisa li jmutu għax ikollhom massa li tikber imbagħad ikun tard wisq biex titneħħa għal kollox.", "Għax ladarba l-growth tkun waslet saħansitra sa ċentimetru, il-problema tkun laħqet daħlet 'il ġewwa.", "Din il-kampanja ta' edukazzjoni m'hi se tiswilu xejn lill-gvern għax il-health information set-up li diġa' jeżisti jista' jagħmel kampanji massivi ta' edukazzjoni dwar il-breast cancer.", "Hawnhekk irrid nifraħ lill-Ministru Deguara li meta kien Copenhagen dan l-aħħar ġie ppreżentat bl-award għax- xogħol li għamilna aħna din is-sena bejn jum il-mara u l-world health day, meta konna għamilna kampanja edukattiva dwar is-saħħa tal-mara.", "Fil-fatt l- għaqda dinjija tas-saħħa rrikonoxxiet din il-ħidma, għalkemm ma tantx smajna biha fil-media.", "Pero' s-sodisfazzjon tagħna huwa li x-xogħol għamilnieh sewwa u ġie rrikonoxxut.", "Mr Chairman, għedt li jrid ikun hemm aktar konċentrazzjoni fuq l-aspett ta' l-edukazzjoni fil-gazzetti, fuq ir-radios, minn fuq it-televiżjoni u anke fil-health centres.", "Hemm bżonn li n-nies jindunaw b'dak li hemm bżonn isir u jkunu jafu anke x'sar f'pajjiżi oħra.", "Pero' din trid issir paripassu mat-twaqqif ta' dan il-unit li qed insemmi u fil-ħin propizju, ħalli mbagħad jibda l-iscreening programme.", "Meta tkun stabilejt dan tista' tibda twessa' s-servizz waqt li timxi fuq il-linji li mxew fuqhom pajjiżi oħra.", "Hemm bżonn li nedukaw lin-nisa Maltin dwar x'inhuma l- obbligazzjonijiet tagħhom lejhom infushom u x'għandu jagħmel l-Istat biex jgħinhom u jipprovdilhom dan is-servizz.", "Nagħlaq billi nagħmel l-aħħar appell tiegħi u nistenna li f'dan il- parlament ikollna s-support mhux tan-nisa biss imma ta' l-irġiel ikollha li hawn f'din il-Kamra.", "Ma nistgħux nibqgħu siekta quddiem din il-problema għax kif kien jgħid is-slogan ta' l-Unjoni Ewropea fil-ġimgħa Ewropea kontra l-kanċer: Is-skiet huwa l-aqwa ħabib tal-kanċer.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, qabel ngħaddu biex nitkellmu fuq il- voti tas-saħħa, forsi wieħed jista' jagħmel resume' ta' minn fejn bdejna, fejn qegħdin u anke fejn sejrin.", "Naħseb li tajjeb li wieħed jibda billi jara x'kienet is-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa f'Ottubru ta' l-1996.", "Kuntrarju għal dak li ħafna drabi jgħidu kelliema min-naħa tal-gvern - din kien bdieha l-Prim Ministru imma mbagħad donnu bdiet tiddakkar - fis- settur tas-saħħa kienet teżisti konfużjoni sħiħa minħabba li fl-istruttura tat-tmexxija tad-dipartimenti tal-gvern - hawn mhux qed nirriferi għad- dipartiment tas-saħħa biss imma kważi għad-dipartimenti kollha tal-gvern - ma kien hemm xejn li kien ordnat.", "Kellna sistemi li f'għexieren ta' snin ftit li xejn tbiddlu.", "Dan apparti diversi problemi, ngħidu aħna, ta' nuqqas ta' għadd ta' mediċini.", "Kellna l-konċett famuż ta' sptar akut maqsum fi tnejn, parti f'Tal-Qroqq u parti fl-Isptar San Luqa.", "Konna qed naraw li fl-aħħar snin kien tnaqqas ir-ritmu tax-xiri ta' equipment ġdid u li s-settur privat kien qed jiżviluppa b'pass mgħaġġel iktar minn dak governattiv.", "Bdejna naraw li proġetti diġa' mibdija taħt Gvern Laburista ta' qabel l-1987 kienu qed jitpoġġew fuq l-ixkaffa; eżempju ta' dan huwa d- day unit.", "Bejn l-1987 u l-1996 kellna staff demoralizzat u waħda mir-raġunijiet għal dan kienu l-għadd ta' transfers li ngħataw.", "Per eżempju, ħabib tiegħi, persuna magħrufa - qed nirriferi għal Ray Azzopardi - f'terminu qasir ta' żmien qala' 12, 13 jew 14-il transfer, tant li qata' qalbu jgħoddhom.", "Kien hemm anke numru ta' każijiet ta' promozzjonijiet partiġġjani.", "Saħansitra wara l-1987 kien hemm każijiet minnhom li għadhom sal-lum għaddejjin fil-qrati u għalhekk m'iniex beħsiebni nidħol aktar fid- dettall fuqhom.", "Meta tlajna fil-gvern sibna wkoll ħlasijiet b'lura li jammontaw għal mijiet ta' eluf ta' liri, biex ma ngħidx miljuni ta' liri.", "Kollox kien miexi għal riħu u din il-problema tal-finanzi tal-gvern ma kenitx biss fid-dipartiment tas-saħħa imma fid-dipartimenti kollha.", "Ħadd ma kien responsabbli għal xejn u accountability ftit li xejn kienet teżisti.", "Konna nisimgħu wkoll ħafna paroli fuq komputerizzazzjoni imma kienu jgħidulna li kollox jieħu ż-żmien tiegħu.", "Mr Chairman, f'Ottubru ta' l-1996 bdejna l-ħidma tagħna biex insolvu dawn id-diversi problemi.", "Ridna nipprovaw insaħħu l-finanzi u l-accountability fis-settur kollu tas-saħħa.", "Attakkajna l-problema tal-mediċini u l- problema kbira li sibna ma wiċċna ta' sptar akut maqsum fi tnejn.", "Bdejna mill-ewwel biex insaħħu u nirranġaw diversi affarijiet bħal, ngħidu aħna, fejn jiħdol ix-xiri ta' apparat, l-introduzzjoni ta' servizzi ġodda, it- tibdil fit-tmexxija tad-dipartimenti u l-organizzazzjoni ta' l-impjegati fl- isptarijiet kollha - dak li l-Onor.", "Helena Dalli sejħitlu l-manpower plan jew inkella l-human resource plan - inkluż San Vinċenz u d-djar ta' l- anzjani, kif ukoll id-dipartimenti kollha fis-settur tas-saħħa u anzjani, inkluż Għawdex.", "Fil-fatt, dan it-tip ta' manpower plan kien iwassal għal tqassim aħjar ta' impjegati u opportunitajiet aħjar għal promozzjonijiet u ngaġġ ta' mediċi u paramediċi.", "Mr Chairman, nibda biex ngħid xi ħaġa fuq finanzi u accountability fil- qasam tas-saħħa.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li konna mexjin fuq struttura fejn kien qiegħed isir awditjar u programm ta' human resources fl- Isptar Boffa, l-Isptar Monte Carmeli u l-Isptar San Luqa.", "Wieħed irid jiftakar li l-budget għas-settur kien jiżdied minn sena għal sena, u sena wara l-oħra d-dipartiment tas-saħħa joħloq strain fuq il-ministeru tal- finanzi.", "Fil-fatt l-ewwel analisi li saru wrew li kien hemm nuqqas ta' informazzjoni dettaljata fuq l-infiq ta' kull sptar individwali, kif ukoll fuq l-infiq fejn jidħlu medical supplies, kontrolli, records u tmexxija.", "Din l-informazzjoni kienet ineżistenti u dan tefa' lura l-implimentazzjoni ta' miżuri li setgħu jnaqqsu l-piż minn fuq il-finanzi tal-pajjiż.", "Bla dubju, qatt ma kienet l-intenzjoni tagħna li jitnaqqas is-servizz imma dejjem ridna li filwaqt li nespandu s-servizz, niskoraġġixxu u nikkontrollaw kemm nistgħu l-ħela, is-serq u l-abbuż fil-finanzi tal- gvern.", "Huwa dmir ta' kull gvern li jagħmel il-kontrolli kollha neċessarji f'dak li għandu x'jaqsam mal-fondi pubbliċi.", "Dan id-dmir Gvern Nazzjonalista ta' qabel - fil-fatt għal parti mil-leġislatura ma nistax nakkuża lill-Onor.", "Louis Deguara għax qabel l-elezzjoni ta' l-1996 dan kulma għamel f'din il-kariga kien xi sena u nofs - ma wettqux.", "Kien hemm viżjoni - għax viżjoni kien ikun hemm il-ħin kollu! - imma fil-prattika ma konna qed naraw xejn ta' sustanza.", "Din hija waħda mir-responsabbiltajiet politiċi li jrid jerfa' l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel Ottubru 1996.", "Mr Chairman, aħna bdejna bi proġett fl-Isptar Boffa, li huwa sptar żgħir.", "Hemmhekk l-awdituri għamlu brainstorming sessions ma' persuni fil- management fis-settur tas-saħħa biex jiġu identifikati mezzi kif il- kontroll jista' jiġi mtejjeb.", "Sar operational manual dwar ir- responsabbilta' ta' l-accountability u t-tip ta' xogħol assenjat lill- impjegati.", "Saret ukoll internal control system, sistema ta' kordinament għal bidla fil-proċess tal-management, permezz ta' proġett li jinħadem b'tali mod li ma jtellifx is-servizz.", "Fil-fatt kien intgħażel tip ta' programm li permezz tiegħu s-servizz seta' jibqa' jingħata imma l- affarijiet ikunu qed jinbidlu skond il-bżonn.", "Kien qed isir ġbir ta' tagħrif biex fuqu tinbena l-bażi ta' informazzjoni neċessarja għall- implimentazzjoni tas-sistema finanzjarja.", "Kellu jinxtara l-istationery neċessarju għall-programm li kien qiegħed jiddaħħal, li kien jirrikjedi anke training ta' personnel.", "Bdejna ndaħħlu wkoll il-konċett ta' management accounts li flimkien ma' reviżjoni analitika kienu jinkludu, fost affarijiet oħra, balance sheet fit-tmiem tal-perjodu, operating account għall-perjodu li wieħed ikun qiegħed janalizza u analisi ta' l- okkupazzjoni tas-swali u dipartimenti.", "Barra minn hekk, kien qed jiġi kkalkolat kemm iqum pazjent kull lejl f'isptar, skond kull sala u dipartiment.", "Kienu qegħdin jiġu analizzati wkoll il-pagi, salarji, l- allowances u l-overtime, kif ukoll il-variable and fixed costs ta' kull sala.", "Kienet qed issir ukoll rappreżentazzjoni grafika tal-performance indicators, inkluż indikaturi mediċi.", "Mr Chairman, din l-informazzjoni pprovdiet lill-management bl-għodda neċessarja biex ikun jista' jiġi kkontrollat u monitored il-prezz għat- tmexxija ta' sptar.", "Kien importanti li ssir analisi tar-relazzjoni bejn l- infiq u l-okkupazzjoni skond is-sala u d-dipartiment u preparazzjoni ta' budget li jagħmel sens, skond il-bażi ta' kif marru l-finanzi u l-infiq fil- passat.", "B'hekk kien jista' jsir tqabbil bejn l-ispiża attwali u dik budgeted, kif ukoll jiġi monitored l-infiq bejn perjodu u ieħor.", "Barra minn hekk kien possibbli wkoll li fil-każ ta' l-Isptar Monte Carmeli jsir ukoll tqassim aħjar tal-pazjenti u deployment aħjar ta' l-istaff.", "Fl- Isptar Boffa, bid-deployment ta' l-istaff u bil-kontrolli aħjar li saru, wieħed jista' jgħid li l-ispiża setgħet titnaqqas b'madwar Lm0.33 miljun mingħajr ebda tnaqqis fis-servizz.", "Biżżejjed wieħed jgħid li permezz ta' tqassim aħjar ta' l-impjegati u tax-xogħol, bi ftehim mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, instab li kien hemm numru ta' ħaddiema li kienu over and above the complement u allura setgħu jiġu utilizzati f'postijiet oħra fejn kien hemm nuqqas.", "Fejn jidħol l-Isptar Monte Carmeli, iċ-ċifra ta' savings tidher li hija konsiderevoli u jien persważ li meta jispiċċa l-proġett ta' l-Isptar San Luqa, mingħajr ma jitnaqqas is-servizz, se jkun hemm savings oħra li ovvjament mhux se nwarrbuhom imma se naraw kif nistgħu nutilizzawhom biex nespandu s-servizz.", "Mr Chairman, dan qed ngħidu għax meta tara x'ġie rrapportat li qal il- ministru lill-ġurnal \"The Times\" - f'invervista ma' Natalino Fenech bit- titlu \"Minister Speaks of Health Aims\" tad-9 ta' Novembru - tara li donnu ried jindika li fi żmienna ma kien hemm xejn strutturat.", "Qed ngħid dan kollu biex nuri li dik il-parti ta' l-intervista mal-ministru fiha statements li m'humiex eżatti u fil-fatt il-qarrejja jistgħu jiġu misled.", "Nispera li dan kien xi żball ġenwin min-naħa tal-ġurnalist li forsi ma fehemx tajjeb dak li kien qiegħed jingħad peress li dak li hawn miktub jista' jagħti x'wieħed jifhem li ma kenux qed isiru costings tas-swali.", "Huwa fatt li kien għadu ma tlestiex il-proġett kollu għax kien għad baqa' l-Isptar San Luqa.", "Ix-xogħol fuq l-Istar Boffa kien tlesta u fuq l-Isptar Monte Carmeli kien diġa' sar ħafna xogħol.", "Fil-fatt mill-Isptar Boffa lestejna waqt li fl-Isptar Monte Carmeli, għalkemm jidher li mxejna wkoll, għad hemm problema dwar kif se jitqassmu l-pazjenti.", "Konna għadna ma ftehemniex mar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar tqassim ta' l-istaff pero' dawn id-diskussjonijiet li kienu bdew fi żmieni għadhom għaddejja anke taħt il-ministru preżenti.", "Mr Chairman, kien proprju frott ta' din il-ħidma li din is-sena fil- budget kien possibbli li kull sptar ikollu budget għalih.", "Qabel il-vot tad-dipartiment tas-saħħa kien jinkludi l-isptarijiet kollha taħt \"director of institutional health.\"", "Pero' bix-xogħol li sar fl-Isptar Boffa u fl- Isptar Monte Carmeli kien possibbli li wara li identifikajna kemm huma l- ispejjeż f'dawn iż-żewġ sptarijiet, naslu għad-differenza li hija kollha spiża ta' l-Isptar San Luqa.", "Jiena nispera li dan il-proċess li sar għall- ewwel darba din is-sena jkompli miexi b'ritmu li għandu jwassal għal ċertu accountability, xi ħaġa li hija meħtieġa, nerġa' ngħid, mhux fid- dipartiment tas-saħħa biss imma fid-dipartimenti kollha.", "Il-konċett ta' l- accountability jista' jwassal biex mhux jelimina - għax jekk ngħid hekk altru li nkun prużuntuż - imma jnaqqas dejjem aktar is-serq u l-ħela, jikxef l-abbuż u jagħti l-possibbilta' li jittieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji fejn jirriżulta li fil-fatt hemm abbuż.", "Mr Chairman, ngħaddi biex nikkummenta fuq il-manpower plan li wera l- bżonn kbir li hemm fid-dipartiment tas-saħħa ta' titjib fil-middle management.", "Dan qed nassoċjah max-xogħol finanzjarju li qiegħed isir fl- isptarijiet.", "Il-manpower plan kien qed jaħseb li sas-sena 2,000 dan il- faxx ta' middle management hemm bżonn li jissaħħaħ għax b'hekk biss ikun jista' jiġi sorveljat l-accounting process kollu, ikun hemm kontroll fuq expenditure u jkun jista' jsir l-auditing neċessarju tax-xogħol li jkun għaddej, inkluż il-qasam tal-finanzi u aspetti oħra.", "Dan kollu huwa l-bidu li wassal għal awtonomija, konċett li għallinqas iż-żewġ partiti jaqblu fuqu.", "Wieħed imbagħad irid jara l-gvern x'jifhem b'awtonomija u sa liema stadju ta' awtonomija jrid jasal fejn jidħlu l-isptarijiet.", "Mr Chairman, fir-rigward tal-mediċini fl-1996 kien hemm il-problema li ħlasijiet li jammontaw għal miljuni ta' liri kienu waqgħu lura, problema li fil-fatt ħadd ma kien jaf eżatt l-estent tagħha.", "Meta tlajna fil-gvern f'Ottubru ta' l-1996 sibna konfużjoni sħiħa fil-medical stores, tant li kienu qed jipprovaw jaraw kif se jerġgħu jqajmu dan id-dipartiment fuq saqajh għax is-sistema komputerizzata kienet falliet u fl-istess ħin xi ħadd kien għoġbu jwaqqaf is-sistema manwali tal-bin cards.", "Barra minn hekk, il-management accounts kien wieqaf u allura kien hemm problema kbira fl-istruttura ta' kif kienu qed jitmexxew il-medical stores, bil- konsegwenza li l-ordni għal numru ta' mediċini kienet waqgħet lura, apparti li għadd ta' mediċini kienu neqsin.", "Fil-fatt fl-ewwel xhur kellna nixtru b'direct orders ħalli nkunu nistgħu nikkontrollaw il-kriżi li kienet teżisti f'dan ir-rigward.", "Għalhekk ipprovajna nsaħħu u ngħaġġlu s-sistema manwali u fil-fatt mill-ewwel bdew isiru għadd ta' ordnijiet ħalli nipprovaw nirranġaw is-sitwazzjoni.", "Kif jaf il-ministru, meta tagħmel ordnijiet għal mediċini, il-proċess kollu ma jiħux ġimgħa, ħmistax jew tliet ġimgħat imma s-sistema burokratika tas-settur governattiv tieħu sebgħa, tmienja u anke disa' xhur.", "Mr Chairman, bdjena naħdmu fuq is-sistema ta' komputerizzazzjoni ta' l- istores, biex permezz ta' struttura ġdida ndaħħlu aktar kontroll fit- tmexxija ta' l-istores.", "Ilħaqna lestejna l-istock module, is-sales order module, is-sales ledger module, il-payments ledger module, il-cash book module u n-nominal ledger module.", "Il-commitments module fil-fatt kien għadu ma tlestiex.", "Mr Chairman, jiddispjaċini li qed inkun daqsxejn tekniku imma nħoss li wieħed għandu jispjega x'inhuma dawn il-modules.", "L- istock module jagħti informazzjoni dwar il-valur u l-kwantita' ta' l- istock, l-items ta' stocks maqsuma skond il-kategoriji differenti, fejn qegħdin dawn l-items, x'items ikunu expired jew waslu biex jiskadu, f'liema livelli ta' stocks għandha ssir ordni mill-ġdid, items li jkunu f'dik il- parti magħrufa bħala kwarantina, irċevuti ta' l-istock, ħruġ ta' mediċini u min qiegħed jużahom, items skond il-batch number, kif ukoll il-mod kif jiġu kkonsmati l-mediċini.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li qabel Ottubru ta' l-1996, fis-sistema komputerizzata la kienet teżisti l-expiry date ta' l- items fis-sistema u lanqas il-batch number tagħhom, aħseb u ara dettalji oħra!", "Jiġifieri żgur li s-sistema li kien hemm qabel ma kenitx kompluta, apparti li għal aktar minn raġuni waħda kienet anke difettuża.", "Mr Chairman, is-sales order and invoicing jagħtu informazzjoni dwar ordnijiet li jkunu daħlu, ordnijiet li jkunu kompluti, ordnijiet pendenti, ordnijiet ripetuti, lista ta' bejgħ kuljum, invoices maħruġa u dak li jgħidulu accumulative sales report dwar min għandu jagħti u kemm ilu biex iħallas.", "Il-payment ledgers jagħtu t-total liability, jiġifieri x'għandna nagħtu lil kull supplier, kemm f'valur lokali kif ukoll f'valur barrani, invoicing sakemm jiġi approvat il-ħlas, ħlasijiet li jkunu qed jinġemgħu, ħlasijiet li jkunu saru lil kull supplier u rapport fuq il-kredituri.", "Fil- cash book ledger imbagħad insibu the budgeted recurrent expenditure and actual recurrent expenditure on cash basis, waqt li n-nominal ledger ikun fih l-accounts bid-dħul u l-ħruġ fuq bażi perjodika u key performance indicators.", "Sadanittant tħalliet il-ħin kollu s-sistema manwali ħalli ma jsirx l-iżball li kien sar qabel li jekk b'xi mod jew ieħor is-sistema tfalli, ma jkollniex fuq xiex naqgħu.", "Mr Chairman, fil-parti ta' l-introduzzjoni tal-budget li l-gvern ressaq għas-sena d-dieħla nsibu li bħala priorita' hemm il-konċett tal-pharmacy-of- your-own-choice jew, kif sejħilha l-gvern, il-community pharmacy scheme.", "Wieħed irid jgħid li din l-iskema, skond ftehim li kien hemm maċ-chamber of pharmacists, kif ukoll mal-GRTU, kellha tidħol fis-seħħ f'Ottubru ta' l- 1998 imma sal-lum għadna nisimgħu li ż-żmien qed jiġi estiż.", "Minn intervista li saret ftit tal-jiem ilu lill-ministru, joħroġ li għad hemm ċerti question marks dwar fejn jidħlu l-ħlasijiet.", "Mr Chairman, hawnhekk għandi executive summary, preżentata f'Settembru ta' l-1994, u minnha nistgħu naraw x'kien qiegħed jiġi rakkomandat lil-Gvern Nazzjonalista f'dan il-kontest.", "F'din l-executive summary intqal li:", "\"As far as government pharmacy services are concerned it is proposed that patients on chronic medication will be offered the option of obtaining their medication from community pharmacists against the payment of a service charge of 25c per item per month, and to maintain adequate records of consumption on a computer system.", "This will be regarded as a first phase towards the introduction of comprehensive recording of medicines supplied from public funds.", "A system of charges is also being proposed for patients requiring skimmed milk and gluten free preparations.\"", "Fil-qosor, il-gvern kien qiegħed jipproponi li biex wieħed iġib il-mediċini mill-ispiżerji privati, ikun irid iħallas 25c per item u għall-iskimmed milk wieħed ikollu jħallas kemm jiġi jiswa lill-gvern.", "Barra minn hekk, diġa' kien hemm ftehim mas-coeliac association biex dawk li jbatu bis- coeliac disease iħallsu għall-gluten free preparations daqskemm jiġu jiswew lill-gvern dawn l-istess prodotti.", "Nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi din il-parti ta' l-executive summary fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' memo lill-kabinett datat 6 ta' Settembru, 1994 dwar il- prattika tal-professjoni tal-farmaċija f'Malta.", "Mr Chairman, diġa' għedt li kellna l-problema li kien se jkollna sptar maqsum fi tnejn.", "Taħt Gvern Nazzjonalista l-Ortesa kienu ngħataw direct order għad- disinji, liema offerta kienet tammonta għal iktar minn Lm1 miljun.", "Issa biex jirranġaw id-difetti, id-disinjaturi Ortesa kienu l-ħin kollu qed jitolbu iktar ħlasijiet mingħand il-Gvern Nazzjonalista ta' qabel Ottubru ta' l-1996.", "Ta' min jgħid li kienu saru diversi diskussjonijiet ma' l-Isptar San Raffaele u għal diversi drabi kien qed jinbidel il-mod kif kien maħsub li jitmexxa dan l-isptar u kemm se jkun involut l-isptar barrani ta' San Raffaele, jekk kellux ikun kollu f'idejn San Raffaele jew jekk kellux jinbena mill-gvern u jitmexxa min San Raffaele.", "Jiġifieri kien hemm konfużjoni sħiħa.", "Il-Gvern Nazzjonalista ta' qabel Ottubru ta' l-1996 kien irnexxielu jġib fondi mis-social fund tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li jagħti fondi għal proġetti soċjali.", "Pero' malli tlajna aħna s-social fund tal-Kunsill ta' l- Ewropa rrealizza li l-pjanti li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu kienu differenti minn dak il-qafas li attwalment kien tiela'.", "Għax fl-1992/93 il-gvern kien biddel il-pjanti - il-pjanti li kellhom il-Kunsill ta' l- Ewropa f'idejhom kienu ta' sptar forma ta' \"S\", bi tmien sulari, meta l- isptar attwali kien strutturalment differenti għal kollox - u abbażi ta' hekk kienu ssospendew il-ftehim.", "Barra minn hekk, minħabba l-ittardjar fid-disinji nħolqu problemi mal-kuntratturi IRB, li kienu qed jibnu t-toroq li jwasslu għall-isptar f'Tal-Qroqq, problemi li sfortunatament għadhom jeżistu sal-lum.", "Minħabba dawn il-problemi f'Ottubru ta' l-1996 ix-xogħol fuq l-isptar kien disa' xhur lura.", "Fil-fatt ix-xogħol kien għadu fi stadju tat-tieni livell tal-basement u kien hemm konfużjoni fid-disinji li kienu l-ħin kollu qed jintalbu mingħand Ortesa.", "Min-naħa tagħhom id- disinjaturi kienu kull darba jitolbu iktar ħlasijiet biex jirranġaw id- disinji mill-ġdid.", "Aħna x'għamilna?", "Żgur li ma qgħadniex inħarsu lejn il- problema!", "Aħna mill-ewwel qbadna diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal- ħaddiema u minn dawn id-diskussjonijiet deher ċar li kollha kemm huma kienu kontra li l-isptar akut jinqasam fi tnejn u stajna nifhmu li kienu favur sptar wieħed ġenerali.", "Fl-ewwel ta' April 1997 ittieħdet id-deċiżjoni li jinbena sptar wieħed ġenerali akut.", "Jekk wieħed jara r-rapport ta' l-MEU jara li din kienet tagħmel parti mid-diskussjonijiet, u anke l-istudji li kienu qed isiru mal- MAM u ma' persuni oħra fid-dipartiment ħalli naslu għal deċiżjoni dwar jekk l-isptar ġenerali akut f'pajjiżna għandux ikun l-Isptar San Luqa jew inkella l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "L-istudju li sar wera li jkun iktar għaqli li nkomplu fuq l-istruttura diġa' mibdija għall-isptar f'Tal-Qroqq milli nagħmlu t-tibdil neċessarju fl-Isptar San Luqa.", "F'laqgħa li saret ftit ġimgħat wara ma' delegazzjoni ta' l-Isptar San Raffaele, kien deher ċar li ma konniex kuntenti bix-xogħol li kien qed isir u li l-preżenza tagħhom fit-tmexxija ta' l-isptar kienet qed toħloq problemi mar- rappreżentanti tal-ħaddiema, b'mod speċjali dwar min se jkollu t-tmexxija ta' l-isptar u kemm se jkun hemm indħil fuq il-professjonalita'.", "Kien f'dan il-mument li Don Verze' ħareġ ittra lesta minn ġol-bagalja u tahielna.", "Permezz ta' din l-ittra Don Verze' għarrafna li San Raffaele kienu rtiraw mill-proġett.", "Sadanittant tkompla l-bini fuq l-istess pjanti li kien hemm u żdied sular u żdiedet wing oħra fil-ward block.", "Għalhekk jien ma nafx kif qed jitkellmu fuq tkomplija ta' l-istess pjanti.", "Hawnhekk nerġa' nirriferi għall-istess intervista mal-ministru li dehret fil-ġurnal \"The Times\", fejn l-Onor.", "Deguara ġie rapportat li qal:", "\"The new hospital was being constructed in such a way to resemble St Luke's hospital.", "He said the Nationalist Government had originally intended that the hospital be terraced, so it would be naturally lit and offer views, but when the plans where changed by the Labour Government the view from the rooms consisted of walls, like the views from many of the rooms at St. Lukes.\"", "Pero' l-pjanti li fuqhom komplew jinbnew r-raba' sular u anke r-raba' wing ...", "Issa dawn attwalment għollew il-parti fejn hemm is-swali.", "Allura kif niġu ngħidu lill-ġurnalisti li dan l-isptar ġibnieh jixbaħ lill-Isptar San Luqa?", "U kieku stess ġie jixbħu, huma ta' l-Ortesa li ġabuh hekk għax huma għamlu d-disinji!", "Mr Chairman, id-dipartiment tas-saħħa kkummissjona medical brief - u minn hawnhekk nirringrazzja lill dawk kollha li ħadu sehem - u nista' ngħid li saru bejn 150 u 200 laqgħa mad-diretturi u diretturi kliniċi tas-setturi paramediċi.", "Nistgħu ngħidu li sar ħafna sogħol serju u kulħadd ħa sehem biex jinbena dan il-medical brief, xi ħaġa li kienet pjuttost innovattiva għad-dipartiment tas-saħħa.", "Il-laqgħat ma sarux wara li sar l-iddisinjar imma qabel ma sar ix-xogħol.", "L-ewwel iddiskutejna mal-ħaddiema mbagħad morna għad-disinji u mhux kif kien sar qabel minn-Ortesa.", "Wara diversi konsultazzjonijiet il-medical brief ġie auditied u tlesta r-rapport anke dwar l-użu ta' l-Isptar San Luqa.", "Norman and Dawburn, li rebħu t-tender bħala d-disinjaturi ta' l-isptar, intgħażlu strettament fuq bażi ta' professjonalita' u mingħajr indħil politiku.", "In-nies tad-dipartiment stess - jekk ma nsewx ukoll, għax għandhom ħabta jinsew! - jistgħu jgħidu x'reputazzjoni jgawdu barra minn Malta l-awdituri u d-disinjaturi li tqabbdu għal dan il-proġett.", "Mr Chairman, f'parti oħra mill-intervista li ta l-Ministru lil \"The Times\", jingħad li l-gvern ta' qabel donnu ma rrealizzax li se jkun hemm bżonn access road oħra minħabba l-estensjoni ta' l-isptar.", "Jien nitlob il- permess tal-Kamra sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi t- tibdil propost f'Birkirkara Bypass u t-toroq l-oħra fl-area ta' Tal-Qroqq, li jwasslu anke għall-parti li kellha tkun l-estensjoni, minħabba li kellu jkun hemm aċċess differenti għad-dipartiment ta' l-emerġenza.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Pjanta li turi tibdil fit-toroq għal aċċess ieħor għall-isptar minbarra dak preżenti.", "Jien ma nafx jekk din il-pjanta urewhielux lill-ministru pero' qed insemmiha għax din irrepetiha l-Prim Ministru stess, bħal meta rrepeta l- kwestjoni li kienu bellgħuh ta' sptar maqsum fi tnejn, xi ħaġa li ma kenitx uffiċjali imma sempliċement opinjoni ta' artikolist.", "Mr Chairman, waħda mill-problemi ta' l-Isptar San Luqa kienet li dan tħalla lura u ma kien qed isir xejn ġdid fih.", "Nafu li kienet tqabbdet persuna barranija li kienet qed titħallas eluf kbar ta' liri, meta attwalment għandna diretturi Maltin, bħalma daħħalna aħna fi żmienna, li wrew kapaċitajiet u immaġinazzjoni minkejja li forsi l-prioritajiet tagħhom ma kenux jaqblu direttament ma' dawk tal-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien.", "Wieħed ma jridx iħares lejn l-opinjoni politika ta' dawn in-nies, li forsi mhux dejjem tkun taqbel ma' dik tal-gvern tal-ġurnata, imma għandu jħares lejn il-ħila tagħhom u r-riżultati li jagħtu.", "Mr Chairman, ħidma oħra li konna bdejna u li fejn jidħol l-Isptar San Luqa ma konniex ilħaqna spiċċajna, hija dik biex naraw li ssir ġustizzja ma' diversi impjegati.", "Sfortunatament f'Ottubru ta' l-l996 sibna ħafna konflitti u diżgwid bejn l-impjegati.", "Fl-Isptar Monte Carmeli, per eżempju, konna għamilna ftehim verbali mar-rappreżentanti tal-ħaddiema li min jaħdem fi swali sensittivi bħal ward 10, jekk ikun possibbli ma jdumx hemm aktar minn tliet snin.", "Jekk ikun diġa' ħadem hemm qabel u għamel aktar minn tliet snin ma jerġax jintbagħat f'ward 10.", "Jiena nistaqsi jekk il-gvern preżenti hux se jibqa' jonora dak il-ftehim jew le.", "Minn informazzjoni li għandi jidher li b'ċertu ċaqliq li kien qed jiġi suġġerit li jsir, il-ftehim fil-fatt kien qiegħed jinkiser.", "Bil-ħsieb li l-isptarijiet jimxu aħjar aħna konna kkommissjonajna numru ta' rapporti interni ħalli diversi dipartimenti jitmexxew aħjar.", "Fost oħrajn nista' nsemmi r-rapport fuq l-out-patients department, fuq it-qassim aħjar ta' pazjenti f'Monte Carmeli u dwar kċina ċentralizzata li konna għadna ma dħalniex f'diskussjonijiet dwarha.", "Rigward l-out-patients department kien hemm qbil li għandna nibqgħu mexjin.", "Fil-fatt kienet twaqqfet task force biex tibda timplimenta t-tibdil, b'mod speċjali fejn jidħol is-surgical u l-medical out-patients, fejn konna qegħdin nipprovaw indaħħlu sistema ta' appuntamenti bil-ħin u mhux nibqgħu bis-sistema li grupp ikun imsejjaħ fit-8.00 a.m., grupp ieħor fid-9.00 a.m. u grupp ieħor fl-10.00 a.m. Għandu jkollna sistema simili għal dik ipprattikata fil-privat.", "Kif għidt, fl-Isptar Monte Carmeli, konna qed naħdmu biex tingħalaq Ward 10 u jkun hemm tqassim aħjar ta' pazjenti b'kondizzjoni akuta u pazjenti b'kondizzjoni kronika.", "Dawn sal-lum jinsabu fl-istess sala, xi ħaġa li ma tagħmilx sens, u allura hemm bżonn ta' struttura aħjar għat-tqassim tal- pazjenti.", "Fil-fatt konna wasalna għal ftehim f'dan ir-rigward imma, kif diġa' għedt, jekk ma jintlaħaqx qbil ukoll mar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar it-tqassim tal-ħaddiema, ovvjament wieħed ma jkunx jista' jimxi 'l quddiem bit-tibdil propost.", "Nispera li dan il-ftehim jintlaħaq ħalli ma ndumux ma naraw il-bidla li hemm bżonn issir fl-Isptar Monte Carmeli.", "Matul l-aħħar sentejn inbeda ħafna xogħol fl-isptarijiet.", "Per eżempju, fl-1986 kien diġa' beda x-xogħol biex titwaqqaf day surgery unit imma mbagħad kien waqaf kollox.", "Jidher li l-gvern preċedenti Nazzjonalista kien beda jitkellem fuq it-twaqqif ta' unit bħal din imma baqa' ma sar xejn.", "Wara li rbaħna l-elezzjoni fl-1996 komplejna bix-xogħol sakemm fl-aħħar mill-aħħar din l-imbierka day surgery unit fetħet u qed tagħti bidu għal bidla saħansitra fit-tmexxija ta' l-isptar stess.", "Nafu li barra minn Malta kważi nofs l-operazzjonijiet isiru fuq bażi ta' ġurnata, u aħna wkoll hemm bżonn li nimxu f'din id-direzzjoni ħalli jkun hemm inqas ħtieġa ta' utilizzazzjoni ta' ħin u sodod fis-swali tal-kirurġija.", "Mr Chairman, ta' min isemmi x-xogħol ta' modernizzar ta' diversi swali fl- Istpar San Luqa, il-kċina, l-istaff quarters tan-nurses, il-medical quarters u anke l-kappella.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lill-Fondazzjoni ta' l-Isptar San Luqa u lill-Maltacom talli flimkien ħadmu biex il-kappella tiġi rranġata.", "Xhur ilu ħarġet it-tender għall-ewwel fażi tas-sistema tad- drenaġġ fl-isptar imma s'issa għadni ma smajt xejn iktar fuq dan ix-xogħol.", "Issa jien naf li kulma kien jonqos kien li l-gvern jindika l-ġurnata meta jistgħu jibdew ix-xogħol, bil-kondizzjoni li x-xogħol għandu jsir dejjem fix-xitwa u mhux fil-perijodu tas-sajf.", "Sar ftehim mal-banek biex jiġu stallati l-ATMs fid-daħla ta' l-isptar, ħarġu t-tenders għall-coronary intensive care unit, li huwa l-ITU għall-operazzjonijiet tal-qalb, u sar ix- xogħol fuq il-fever unit.", "Dak il-unit illum qiegħed fl-Isptar Boffa imma kellna diversi pariri ta' konsulenti li l-fever unit għandu jkun fi sptar akut u għalhekk kien beda x-xogħol biex jinġieb fl-Isptar San Luqa, sakemm imbagħad ovvjament jittieħed fl-isptar Tal-Qroqq.", "Mr Chairman, dan huwa ftit mix-xogħol li sar fis-sentejn li għaddew.", "Problema oħra li konna mħasba fuqha kienet dik tal-management, għax tista' tgħid li hi l-ikbar problema li teżisti fl-isptarijiet, apparti dik ta' l-istrutturi finanzjarji.", "Għal darb'oħra wara waqfa ta' għaxar snin, il-perjodu ta' Gvern Nazzjonalista, tajna spinta lit-twaqqif mill-ġdid tal- hospital management committee.", "Jien m'iniex kuntent bil-mod kif huwa strutturat għax naħseb li jista' jkun hemm ħafna titjib u jista' jagħti aktar leħen liċ-ċittadin, pero' l-hospital management committee jista' jkun il-bażi għall-awtonomija ta' l-Isptar San Luqa, naturalment wara li jsir l-auditing kollu neċessarju.", "Fuq bażi temporanja, fl-Isptar Monte Carmeli twaqqaf il-hospital management team li, għalkemm huwa differenti mill-hospital management committee, huwa maħsub li jkun l-ewwel pass li jwassal għal dik id-direzzjoni.", "Ladarba qed insemmi l-Isptar Monte Carmeli, ta' min jgħid li hemmhekk sar upgrading ta' diversi swali, twaqqaf iċ-ċentru ta' riabilitazzjoni għall- anzjani, kif ukoll ġie rranġat u mmodernizzat is-social centre.", "Fl-Isptar Boffa għamilna post għall-pazjenti fl-ispinal unit, ċentru aħjar u iktar aċċessibbli għal fiżjoterapija.", "Sar xogħol ta' mmodernizzar fuq id-dining room għall-impjegati, saru preparamenti għall-makna tal-laser, li tneħħi t- tbajja' mill-wiċċ, u tħejja x-xogħol ħalli jiġi mmodernizzat l-out- patients tad-dipartiment tal-ġilda, li l-pjanti għalih kienu diġa' tlestew.", "Mr Chairman, hawnhekk irrid ngħid li kien hemm diskussjoni fuq żewġ binarji dwar x'għandu jsir wara t-trasferiment tal-fever unit għall-Isptar San Luqa, jiġifieri jekk il-hospice movement għandhiex minflok li tingħata biċċa kamra minn fejn taħdem tingħata dik l-area tal-fever unit, jew inkella l-fever unit jiġix estensjoni ta' l-out-patients tad-dipartiment ta' l-onkoloġija.", "Fir-rigward taċ-ċentri tas-saħħa konna ffaċċjati b'diversi problemi, kif għadu ffaċċjat anke dan il-gvern.", "Waħda mill-akbar problemi kienet dik ta' nuqqas ta' tobba li ttaffiet ftit meta laħqu tobba ġodda ftit xhur ilu u b'hekk numru ta' tobba setgħu jitilqu mill-isptar biex imorru jagħtu servizz fil-komunita'.", "Waqqafna kummissjoni ħalli tistudja kif iċ-ċentri tas-saħħa jistgħu jimxu aħjar.", "Hawnhekk wieħed jiftakar kemm sar tixwix meta d-dipartiment issuġġerixxa li wħud minn dawn iċ-ċentri għandhom jagħlqu bil-lejl.", "Il-pożizzjoni tiegħi fuq dan kienet ċara mill-ewwel.", "Iċ-ċentri tas-saħħa għandhom ikunu miftuħin il-ħin kollu fuq bażi ta' 24 siegħa.", "Jien ħassejt li kelli r-responsabbilta' politika li nara li dawn iċ-ċentri jkunu miftuħin 24 siegħa kuljum u mhux li nimxi fuq il-parir ta' xi tekniċi li, fost diversi suġġerimenti li għamlu, ipproponew li wħud miċ- ċentri tas-saħħa għandhom jagħlqu bil-lejl.", "Mr Chairman, kellu jinxtara apparat għal dawn iċ-ċentri tas-saħħa u sar anke ħafna xogħol fuqhom.", "Fost oħrajn, nista' nsemmi ċ-ċentru tas-saħħa ta' B'Kara, fejn kienet se ssir spiżerija biex tnaqqas il-load minn fuq l- ispiżerijia tal-Mosta, li wkoll ġiet irranġata.", "Bdiet bidla radikali fiċ- ċentru tas-saħħa ta' Bormla, fejn ukoll kellha ssir spiżerija bil-ħsieb li titnaqqas il-load minn fuq iċ-ċentru ta' Raħal Ġdid.", "Apparti minn hekk, kienu qed isiru arranġamenti biex matul l-1999 isiru għadd ta' tibdiliet meħtieġa fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid.", "Ilkoll nafu li sal-lum in- naħa t'isfel ta' Malta għad m'għandhiex ċentru tas-saħħa adegwat.", "Fejn tidħol l-informatika mxejna 'l quddiem.", "Fil-fatt bnejna ċentru ġdid ta' health information u bdew jiġu implimentati sistemi ta' patient indexing u tracking of files.", "Fl-istess ħin diversi ħaddiema ngħataw training fis-sistemi komputerizzati imma baqa' ħafna xi jsir.", "Hemm bżonn li titkompla r-riforma f'dan il-qasam u x-xogħol fuq in-network maċ-ċentri tas-saħħa biex bil-mod il-mod inkomplu nespandu dan is-servizz ta' aċċessibbilta' ta' informazzjoni fuq pazjenti, filwaqt li nżommu f'moħħna l- problema tal-konfidenzjalita' u l-protezzjoni ta' l-informazzjoni.", "U hawnhekk tidħol l-introduzzjoni tat-telemediċina f'pajjiżna.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa pubblika, tajjeb li wieħed ifakkar li kien sar ftehim dwar kif kellhom jiġu mqassma l-health inspectors madwar Malta.", "Illum jidher li bil-mod il-mod dan il-ftehim qiegħed jiġi żarmat.", "Matul is-sentejn li għaddew saħħaħna l-food safety branch, imma issa wkoll jidher li hemm ċertu caqliq ta' nies fin-naħa ta' din is-sezzjoni, b'mod li l-food safety branch diġa' bdiet titlef mis-saħħa tagħha.", "Komplejna b'ħidma viċin ma' l-FAO fuq liġi ġdida dwar il-food safety.", "Hemm bżonn li d-dipartiment tas-saħħa pubblika jibqa' jissaħħaħ, bħalma għandu jissaħħaħ il-qasam ta' l-ambjent, fost affarijiet oħra permezz ta' iktar liaison mad- dipartiment ta' l-ambjent.", "F'dan ir-rigward hemm diversi aspetti li wieħed irid jaħdem aktar fuqhom, ngħidu aħna billi jsiru aktar studji fuq it- tniġġis ta' l-arja, ħalli jkunu jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji sabiex għada pitgħada jkollna inqas problemi mediċi kkaġunati minn dan it-tniġġis.", "Mr Chairman, ma nistax ma nsemmix xogħol ġdid li nbeda matul is-sentejn li għaddew u li f'ċerti każi ħarġu anke tenders għalihom, għalkemm illum ma nafx f'liema stadju waslu.", "Imma forsi l-ministru jkollu ċans jirrispondini.", "Kien beda xogħol fuq l-introduzzjoni tat-test ta' urine dynamics, li hija teknika ġdida li tkejjel l-istress u l-flow ta' l-urina u b'hekk ma ssirx ħsara lill-kliewi u l-bużżieqa ta' l-urina, apparti li dawn it-testijiet huma importanti ħafna wara ċerti operazzjonijiet.", "Konna bdejna naħdmu ukoll fuq sleep laboratory, fejn jiġi investigat il-waqfien tan-nifs waqt l-irqad.", "X'sar fuq il-haemodialysis machines, il-kidney machines, li konna ordnajna numru minnhom?", "Il-coronary intensive care unit se jibqa' kif kien ippjanat jew inkella se jkun hemm xi tibdil fih?", "Għad hemm il-ħsieb li jinxtara laser biex jingħata kura għall-portwine stains, haemoanginas, tumuri tal-vini u arterji u affarijiet oħra?", "Fiex wasal il-proċess għax-xiri ta' sitt liftvans ġodda?", "Għadu għaddej il- programm għax il-liftvans li kien hemm kienu kollha mkissrin u setgħu anke jkunu ta' periklu għall-pazjenti?", "Diġa' semmejt il-manpower plan u anke tkellimt dwar ċerti punti li nsibu fih, bħalma huma t-tqassim ta' pazjenti u mpjegati u l-ħolqien ta' opportunitajiet.", "Ftit taż-żmien ilu jien tlabt apoloġija imma naħseb li għandha ssir apoloġija wkoll lil dawk li tħallew jistennew iktar minn tliet xhur sakemm ħarġu l-applikazzjonijiet fil-gazzetta tal-gvern.", "Pero' naħseb li minflok nagħmlu l-apoloġiji, ikun aħjar jekk nibdew naraw kif nistgħu nimplimentaw aħjar ir-riżorsi umani li għandna available.", "Nafu li f'ċerti setturi m'għandniex riżorsi umani biżżejjed u għalhekk irridu nkunu għaqlin fl-użu tagħhom, ħalli kemm jista' jkun ma jkollniex postijiet fejn għandna żżejjed u oħrajn bin-nieqes.", "Iktar kmieni waqt dan id-dibattitu l- Onor. Helena Dalli semmiet inizjattivi ġodda, bħalma huma l-programmi ta' mammography u breast screening.", "Dawn huma inizjattivi rakkmandati f'diversi rapporti u magazines maħruġa minn istituti magħrufin internazzjonalment, bħall-għaqda dinjija tas-saħħa.", "Per eżempju, il-world health report 1998 - \"Life in the 21st Century: A Vision for All\" - maħruġ mill-WHO jitkellem fuq is-cervical cancer, breast canser u prostate cancer u jgħid hekk:", "\"In terms of prevention, screening for cervical cancer has contributed to steep declines in this disease in many countries.\"", "Illum jidher li s-cervical smear u s-cervical screening iservu ta' ġid fejn tidħol il-prevenzjoni.", "L-artiklu jkompli li:", "\"To combat breast cancer, mammography is now generally proposed for women over 50 in those countries where the disease has a high incidence.\"", "- u f'Malta nzertajna għandna inċidenza għolja ta' kanċer tas-sider -", "\"Prostate cancer, most common in men over 70 years, also lends itself to to early detection although the value of screening is debatable.\".", "Jekk m'hemmx oġġezzjoni, Mr Chairman, nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra din il-parti ta' l-artiklu li għadni kemm ikkwotajt minnu, kif ukoll artiklu minn dokument ieħor dwar il-cancer.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex dawn l-extracts jitqiegħdu fuq il- Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt minn artiklu li deher f'The World Health Report 1998 dwar il- kanċer; u", "Estratt minn dokument \"Health for All for the 21st Century – Health Policy for Europe\".", "L-għaqda dinjija tas-saħħa, fi draft document li ħejjiet - \"Health for All for the 21st Century - Health Policy for Europe\" - tirriferi għal:", "\"Countrywide screening programmes for cervical cancer and breast cancer\",", "u tgħid ukoll li:", "\"Additional screening procedures for other conditions are likely to be added as new techniques become available\".", "L-għaqda dinjija tas-saħħa mkien ma titkellem kontra l-iscreening tan- nisa.", "Jirriżulta li fil-każ ta' nisa ta' bejn il-50 u 69 sena, bl-għajnuna tal-mammography u l-breast screening, kien hemm improvement fil-mortality rate ta' bejn 25% u 30%.", "Jiġifieri altru li flus minfuqa fuq dawn il- programmi m'humiex ħela ta' flus.", "Issa skond ċensiment li sar, jidher li f'Malta hawn 38,000 mara ta' bejn il-50 u 69 sena.", "Mela kieku kellna ngħidu li t-test isir kull sentejn, nieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li normalment mhux kulħadd jipparteċipa u, kif qal il-ministru, ngħidu li kull radjologu jara 6,000 każ fis-sena, allura mhux seba' radjologi jkollna bżonn imma tnejn, l-aktar tlieta.", "Mr Chairman, irrid nikkummenta fuq l-Isptar Zammit Clapp, li oriġinarjament kien twaqqaf għal skopijiet ta' riabilitazzjoni imma mbagħad taħt amministrazzjoni Nazzjonalista bdew jiddaħħlu pazjenti għal respite u anke pazjenti b'kondizzjoni akuta.", "Aħna erġajna rranġajna l-katina tas- servizzi u l-post reġa' beda jintuża għal pazjenti li jinħtieġu riabilitazzjoni.", "F'dak l-isptar għal sena wara oħra kienu jintefqu madwar Lm300,000 iktar minn dak li kien ikun budgeted for.", "Qabel Ottubru ta' l- 1996 il-permanent secretary kien ġibed l-attenzjoni tal-gvern li ma jistax ikun li sena wara l-oħra l-ispiża budgeted għall-Isptar Zammit Clapp tibqa' tinqabeż b'dawk l-ammonti.", "Matul is-sentejn li għaddew inbidel il- kumitat ta' tmexxija u kif dan beda miexi bis-serjeta', beda t-tixwix tal- ħaddiema.", "X'ma qalulhomx?", "Li se nkeċċuhom, li se nibagħtu lin-nies id- dar, li se nagħlqu parti jew oħra ta' l-isptar!", "Il-ħin kollu kien għaddej it-tixwix Kien għaddej tixwix il-ħin kollu.", "Imma aħna mhux talli m'għalaqniex partijiet mill-isptar, talli għamilna ftehim mal-UHM li l-pagi tal-ħaddiema ta' l-Isptar Zammit Clapp jiġu relatati ma' dawk ta' dipartiment tal-gvern, billi fejn jirriżulta li xi pagi kienu inqas dawn jogħlew u fejn kienu aktar - u mill-informazzjoni li kienu tawni jidher li ma kienx hemm każijiet bħal dawn - kellhom jiġu ekwiparati fuq terminu ta' żmien.", "Hawn ta' min jgħid li minkejja li fl-1998 il-vot għal dan l-isptar konna naqqasnieħ, fil-fatt l-overspending naqas drastikament u min Lm300,000 niżżilnieħ għal madwar Lm40,000.", "Mr Chairman, jaqbdek id-daħk meta tara li l-vot għall-1999 huwa l-istess bħal dak ta' l-1998.", "Mela allura l-vot li allokajna qabel kien wieħed pjuttost reali.", "Issa hawnhekk wieħed irid jinnota li llum il-ġurnata l- kumitat ta' tmexxija nbidel.", "U għaliex inbidel?", "Skond informazzjoni mogħtija mill-ministru f'din il-Kamra fit-28 ta' Ottubru, 1998 il-kumitat kellu jinbidel għax kien iddeċieda li jsejjaħ kumitat biex issir il-ħatra ta' matron.", "Għalhekk tneħħa l-kumitat ta' Zammit Clapp.", "Dan mhux jien għedtu imma ntqal mill-ministru.", "Illum qed naraw li fejn jidħol il- kumitat ta' tmexxija, bil-mod il-mod l-affarijiet qed jerġgħu lura għall- mod kif kienu jsiru qabel l-1996.", "Qed naraw ukoll li fl-Isptar Zammit Clapp, barra każijiet ta' riabilitazzjoni, qed jerġa' jkun hemm każijiet ta' respite u anke każijiet akuti li mhux għaqli li jiddaħħlu hemmhekk.", "Mr Chairman, illum il-ġurnata mill-ministeru tas-saħħa naqas id- dipartiment ta' l-anzjani u naqsitlu wkoll ir-responsabbilta' tar-residenza San Vinċenz, u dan ħoloq problemi loġistiċi.", "It-tobba li jaħdmu f'San Vinċenz jaqgħu taħt is-CGMO jew taħt xi direttur fis-settur ta' l-anzjani?", "U n-nurses li jaħdmu hemmhekk jaqgħu taħt id-direttriċi tan-nursing jew taħt xi direttur ieħor li jieħu ħsieb id-dipartiment ta' l-anzjani?", "Id- direttriċi tan-nursing lejn min hija responsabbli, lejn il-ministru tas- saħħa, lejn il-ministru għall-politika soċjali jew lejn it-tnejn?", "F'San Vinċenz de Paule hemm numru konsiderevoli ta' nurses bħalma hemm fi djar oħra ta' l-anzjani, fosthom ta' l-Imtarfa.", "Kultant tajjeb li nikkopjaw affarijiet li jsiru f'pajjiżi oħra imma rridu nkunu realistiċi.", "Naturalment il-problema li qed insemmi mhux l-Onor.", "Louis Deguara ħoloqha imma min qassam il-ministeri.", "Hawnhekk irrid insemmi l-ispiżeriji.", "Intqal li se tiddaħħal il-postal system li ilha teżisti żmien twil.", "Issemmiet il-community pharmacy scheme - din diġa' semmejtha - fejn iltqajna ma problema fejn jidħlu l-ispiżjara, pero' jkun tajjeb li l- community pharmacy scheme tibda taħdem ħalli bil- mod il-mod inkunu nistgħu nibdew nagħmlu użu aktar kliniku ta' l-ispiżerija fis-swali.", "Dak hu li kien qed jipproġetta l-manpower plan li kellna pero' dak iż-żmien kienu jgħidulna li għandna konfużjoni u li l-gvern ma kienx jaf x'qed jiġri u ma kienx jaf fejn hu sejjer.", "Illum ta' min jistaqsi fiex wasal il-formularju u jekk hux se nibqgħu mexjin fuq ir-rapport ta' l- Iżlandiż Dr. Magnusson dwar is-servizz farmaċewtiku f'Malta.", "Miżura li daħlet f'dan il-budget hija li l-prezz tal-petrol bla ċomb jiġi daqs dak biċ-ċomb.", "Jien mhux se noqgħod nagħmilha ta' difensur ta' l-ambjent imma meta wieħed iqis id-differenza konsiderevoli li kien hemm fil-prezz bejn il-petrol bla ċomb u l-petrol l-ieħor, u l-fatt li l-petrol bla ċomb għola bejn wieħed u ieħor b'25c-il gallun, wieħed tajjeb li jistaqsi kemm hija għaqlija d-deċiżjoni tal-gvern li jġibhom għall-istess prezz meta nafu li hawn Malta il-livell taċ-ċomb fid-demm huwa relattivament għoli, apparagun ta' dak ta' diversi pajjiżi oħrajn.", "Żgur li mil-lat ta' saħħa mhijiex deċiżjoni għaqlija min-naħa tal-gvern.", "Jien ngħid li jekk m'hemm xejn aktar x'tikkundanna f'dan il-budget, fuq din żgur li m'għandu jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni li ħa l- gvern.", "Fid-diskors tal-ftuħ tal-parlament intqal li l-gvern se jfittex li tinbeda l-koperazzjoni mas-settur privat.", "Imma din il-koperazzjoni kienet diġa' bdiet u li tista' tagħmel issa huwa li tkompli.", "Aħna ridna u bdejna din it-tip ta' koperazzjoni mas-settur privat.", "Ma konniex naqblu biss max- xiri ta' ċerti servizzi mingħand il-privat li ma joffrux garanzija ta' xogħol għat-tul.", "Mr Chairman, meta kont ministru jien kemm-il darba kienet issir il- mistoqsija u anke l-kritika dwar il-fatt li ma nħatarx is-CGMO.", "Għalhekk jien stennejt li issa kulħadd se jkun qed itellaq biex jaħtar lil dan l- imbierek CGMO.", "Il-fatt hu li sal-lum, wara tliet xhur, is-CGMO għadu ma ġiex appuntat.", "U jien għandi ftit mistoqsijiet dwar dan.", "Qiegħed jiġi targeted xi ħadd minn barra li forsi għandu għajnejh iktar blu, xi ħadd li forsi bħalissa għadu mhux komdu u allura għadna qed nistennew?", "Hemm xi ħadd li forsi għadu qed jistenna li toħroġ call for applications u japplika biex jidħol fis-settur tas-saħħa pubblika?", "Nistennew u naraw, iż-żmien jagħtina parir.", "F'dan il-budget jien stennejt li kieku jkun hemm xi ħaġa li kienet meqjusa bħala priorita'.", "Qed nirriferi għar-rebates tat-taxxa għal dawk li għandhom private health scheme.", "Fid-Diskors tal-President intqal li din hija priorita' u għalhekk kont nistenna li se narawha fl-ewwel budget li jitressaq.", "Fil-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa konna bdejna mexjin 'il quddiem u konna qed niżviluppaw id-dipartiment.", "Fil-fatt kien hemm iktar koperazzjoni ma' l-għaqda dinjija tas-saħħa, li kienet bdiet tagħtina anke fondi biex kemm jista' jkun nimxu 'l quddiem.", "Sfortunatament dawn il-fondi mill-għaqda dinjija tas-saħħa twaqqfu u x-xogħol li kien sar f'Mejju ntilef għax min kien qed jieħu ħsieb dan ix-xogħol tneħħa.", "Tant hu hekk li meta l-ministru preżenti kien Copenhagen, kellu jerġa' jibda kollox mill- ġdid għax ma ħax ħsieb li jkollu miegħu l-persuni li kienu diġa' għamlu l- kuntatti kollha neċessarji.", "Wieħed jinnota li l-vot għal health promotion is-sena d-dieħla se jkun Lm10,000 inqas u għalkemm il-vot għal health education and nutrition żdied b'Lm5,000, l-allokazzjoni ta' Lm17,000 għal improvements for family health services - il-parti l-kbira ta' dawn il-flus kienu jintużaw mid-department of health promotion - spiċċat ukoll.", "Diversi inizjattivi li kienu ttieħdu mill-Gvern Laburista u li kellhom isiru kull sena wkoll jidher li se jispiċċaw darba għal dejjem, fosthom \"festa saħħa\".", "Hawnhekk ta' min jgħid li għal \"festa saħħa\" ta' din is-sena, minħabba li kienet issejħet l- elezzjoni, kien hemm ċerti sponsors li rtiraw l-isponsorship u allura ma stajniex nutilizzaw il-fondi kif imwiegħda.", "Il-fattur ta' l-elezzjoni kellu effett anke fuq booklet bit-titlu \"Smoke-Free Area\", li kien ħareġ tard proprju għax l-isponsors, li kienu l-NTOM, kienu talbu li fil-fatt jinħareġ wara l-elezzjoni ħalli ma jidhrux li qed jgħinu f'xi kampanja elettorali.", "Inizjattivi oħra li ma nafux x'se jsir minnhom huma \"Health in Prisons\" u \"Healthy Cities\".", "Ikun tajjeb li wieħed jispjega x'inhuma l- pjanijiet veri għad-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa u jekk dan huwiex se jieqaf bl-iskuża tal-programm \"Youth Health\", li prattikament iddupplika x-xogħol tas-Sedqa u tal-health promotion department.", "Allura wieħed bilfors li jistaqsi jekk jistax ikun il-każ li hemm xi ħadd li jixtiequh li jiġi aġevolat.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid xi ħaġa dwar iż-żieda fil-voti kollha tal-gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' overtime u allowances.", "Sur President, l-ewwelnett ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li fil-vot ta' dan il-ministeru hemm żieda ta' Lm30,000 f'dawk li huma wages, Lm10,000 f'allowances u Lm6,800 f'overtime.", "Ikun xieraq jekk wieħed jispjegalna wkoll kif fil-personal emoluments tal-policy and planning department hemm żieda sostanzjali f'salary and wages, allowances u overtime - fil-fatt f'dak li hu overtime hemm żieda ta' Lm30,000 - u mbagħad hemm tnaqqis fil- pagi u żieda konsiderevoli f'overtime f'diversi direttorati minbarra f'dawk ta' l-isptarijiet.", "Ta' min jgħid li parti miż-żieda fis-salarji hija meħuda minħabba li l-ispiżjara ġew imneħħija mill-general public service u mdaħħlin taħt is-settur ta' l-isptarijiet u fil-fatt hemmhekk ukoll insibu żieda konsiderevoli ta' overtime and allowances.", "Ta' min isemmi wkoll li fis-settur tal-hospitality qed naraw żieda minn Lm3,000 għal Lm5,000.", "Sur President, sfortunatament il-ħin qed jagħfas pero' wieħed irid jgħid, per eżempju, li filwaqt li l-konferenza dwar id-diabete li kienet saret hawn Malta mill-għaqda dinjija tas-saħħa kienet tiswa Lm5,000, il-gvern preċedenti kulma ħareġ kien Lm1,000 għax l-Lm4,000 l-oħra ġew minn sponsors li żammew kelmthom.", "Ta' min jgħid ukoll li meta kienet saret safra sa Palermo, apparti l-biljetti ta' l-ajru, tafu kemm kien ħallas il-gvern tal- ġurnata?", "Lm1.25!", "Ara dawn l-affarijiet qatt ma jissemmew min-naħa tal- ministeru tas-saħħa.", "Hawnhekk jien irrid nistaqsi wkoll kif ħadd m'attenda għall-commonwealth meeting of ministers li kellu jsir f'Novembru ġewwa Barbados.", "Mela ta' l-Unjoni Ewropea ma tawx permess li nagħmlu dan?", "Jew għandna xi kwestjoni ma' l-Ingliżi wara l-kuntratt ta' Norman & Dawburn?", "Ma nafx!", "Issa ħalli niġu għall-ispejjeż kapitali.", "Sur President, għal dawk li huma spejjeż kapitali, jekk teskludi lill- Isptar San Luqa u l-isptar ta' Tal-Qroqq issib li minn vot kapitali ta' kważi Lm2 miljuni, il-vot naqas bi Lm330,000, jiġifieri għandna vot ta' 30% inqas f'dik li hi modernizzazzjoni ta' l-Isptar San Luqa, ta' l-Isptar Boffa, ta' l-Isptar Monte Carmeli u f'apparat ġdid li jinxtara.", "Ftit ilu jien semmejt il-waqfien tal-kuntratt ta' Norman and Dawburn.", "Hawnhekk jaqbadni d-daħk għax jien għadni ma nistax nifhem sal-lum kif letter of intent fuq \"L-Għarix\" tal-Perit Mintoff iqisuha bħala kuntratt, imbagħad jaslu biex iħassru kuntratt ma' ditta internazzjonali serja u rinomata.", "(Interruzzjonijiet).", "Waħda mill-affarijiet li ntqalet meta twaqqaf il- kuntratt kien li dan ma kienx ta' livell u li kien qed joħloq overcrowding.", "Interruzzjonijiet) Imma lili jiskantani kif kien hemm tliet ġurnali li rrapportaw l-istess ħaġa.", "Sinjal li kien hemm xi ħadd li tahom l- informazzjoni.", "Issa jekk kienx il-gvern, jekk kienx il-ministeru, jekk kenitx l-FMSS, jekk kienx Ċikku jew jekk kienx Peppu, il-fatt hu li xi ħadd temagħhom lil dawn it-tliet ġurnali.", "Ikun tajjeb jekk hawnhekk wieħed jgħid ukoll li fl-aħħar ġie kkonfermat li l-isptar ta' Tal-Qroqq se jsir kif ippjanajna aħna u mhux skond dak il-famuż rapport li kien ġie ppreżentat lill-Prim Ministru, dak iż-żmien kap ta' l-oppożizzjoni.", "Dan l-aħħar bdejna nisimgħu wkoll li l-proġett se jitlesta fl-2003 u dan meta qabel kien qed jingħad li se jitlesta fl-2001.", "Sur President, jien naħseb li hawnhekk ikun xieraq jekk nieħu l- opportunita' biex niċċara xi ħaġa li ntqalet dwari, jiġifieri li jien meta kont ministru kelli tliet mobile phones.", "Fil-fatt jien kelli mobile phone wieħed biss u li ġara kien li għal perijodu ta' żmien inbidilli n-numru.", "Jien sinċerament ma nafx minn fejn jivvintaw ċerti affarijiet u min irid jista' jikkonferma kemm dan li qed ngħid huwa minnu.", "Pero' xi kultant imbasta nirripetu bħall-pappagalli ċerti affarijiet li jkunu ntqalu waqt xi rassenja ta' l-aħbarijiet jew għax ikunu dehru f'xi gazzetta.", "Issa ħalli niġi biex nispjega kif se jsir il-kuntratt.", "Sur President, l-ewwelnett ta' min jgħid li x-xogħol se jispiċċa f'idejn il-kuntrattur u fil-fatt wieħed mill-punti li żgur m'huwiex aċċettabbli fid- dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bit-titlu \"Memorandum of Understanding for New Hospital Project\" huwa li l-kuntrattur se jitħallas qabel ma jibda x-xogħol fuq kalkolu li jsir.", "Imma dan x'tip ta' ftehim hu?", "Assolutament ma jagħmilx sens li tqabbad lil-kuntrattur jieħu ħsieb id- disinji hu, iqabbad id-disinjaturi hu u tħallih idawwar u jkewwes kemm irid.", "Fil-fatt xi sena u nofs ilu kienu saru diversi diskussjonijiet fuq jekk il-kuntrattur għandux jieħu ħsieb kollox hu u aħna dan m'aċċettajniehx għax ma ridniex nittradixxu lill-poplu Malti, pero' milli jidher lil dan il- gvern temmgħulu din il-kondizzjoni.", "Sur President, jien nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi naċċenna għal żewġ punti partikolari, l-ewwelnett fuq il-bżonn kbir li jsiru ċerti liġijiet, speċjalment dawk il-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dipartiment tas-saħħa; u t-tieni nett fuq it-transfers li qed isiru kontinwament b'mod sistematiku, l-iktar ta' persuni li ħadmu miegħi fis-segretarjat.", "Illum anke lil dawk il-persuni li kienu ilhom jaħdmu hemm għal 33 sena qed narawhom jiċċaqalqu bil-mod il-mod.", "Nassigura lil kulħadd li lil dawn il- persuni aħna m'aħniex se ninsewhom, daqskemm m'aħniex se ninsew - u minn hawn jien nieħu l-opportunita' biex nirringrazzjahom - lil dawk kollha li fl-aħħar sentejn ħadmu viċin il-Gvern Laburista, pero' li ma ħadmux għall- Gvern Laburista imma għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollha.", "Jien nispera li dawn il-persuni se jkomplu jaħdmu bl-istess ħeġġa u dedikazzjoni taħt dan il-gvern, għax dawn iridu jżommu dejjem quddiem għajnejhom li fejn tidħol is-saħħa m'hemmx gvernijiet imma hemm ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk filwaqt li nsellem u nirringrazzja lill- impjegati kollha tad-dipartiment tas-saħħa, nawgura li Alla jpoġġi jdejh fuqhom u jieħu ħsiebhom fix-xogħol li qegħdin jagħmlu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Intemm il-ħin disponibbli għall- oppożizzjoni u l-ħin li fadal huwa kollu għall-gvern.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, nibda biex ngħid li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 il-Partit Laburista kien wiegħed kollox lil kulħadd, prattikament kien ipprova joħloq issue fuq kull ħaġa u, bla ebda dubju, il- qasam tas-saħħa kien jippreżenta issue prinċipali f'dik l-elezzjoni.", "Mill- banda l-oħra, aħna konna qed ngħidu kontinwament li lill-Partit Laburista ma tistax tafdah u li kulma kien qed jagħmel kienet kaċċa għal voti.", "Ħaġa oħra li konna għidna aħna qabel l-elezzjoni kienet li dak li kien qed joffri l-Partit Laburista lill-poplu Malti u Gawdxi kienu pakketti ta' wegħdi sbieħ li meta tiftaħhom issibhom vojta, u dan għaliex huma ma kellhom l-ebda pjan u l-ebda viżjoni għall-qasam tas-saħħa.", "Il-poplu ried jara biex jemmen u wara s-26 ta' Ottubru 1996 il-poplu hekk għamel.", "Il- poplu ra u emmen u huwa proprju għalhekk li illum aħna qegħdin fuq il- bankijiet tal-gvern u l-ħbieb tiegħi tan-naħa l-oħra qegħdin fuq il- bankijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Michael Farrugia - u hawn irrid ngħid li l-Onor.", "Farrugia huwa ħabib tiegħi fil-veru sens ta' kelma għax ilna ħafna nafu lil xulxin u fil-fatt konna anke naħdmu fil- casualty flimkien; konna anke nilagħbu l-football flimkien; insomma ftit minn kollox, imma dak iż-żmien kien għadu ma laħaqx ministru ...!", "(Interruzzjonijiet)", "the deputy chairman: onor.", "Galea, jekk jogħġbok kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Kont qed ngħid li l-Onor.", "Farrugia semma l-isptar il- ġdid.", "Hawn irrid nirrimarka li deher ċar kemm il-Gvern Laburista ma kienx preparat li jkun fil-gvern għax għamel sena u nofs, addirittura sa lejliet l-elezzjoni ta' Settembru 1998, jesperimenta fit-tmexxija.", "L-isptar il- ġdid nistgħu naqsmuh f'żewġ kapitli: Before and After.", "Meta l-kap ta' l- oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, kif ukoll l-Onor.", "Farrugia kienu għadhom fl-oppożizzjoni kienu jgħidu li m'hemmx bżonn li jinbena l-isptar il-ġdid, li dak kien kapriċċ ta' l-Onor.", "Fenech Adami u li kien hemm bżonn biss kien li nżidu x-xogħol ta' refurbishment li l- Gvern Nazzjonalista kien beda fl-Isptar San Luqa.", "Dak iż-żmien kienu jgħidu wkoll - u forsi din hi l-isbaħ waħda - li aħna qed nibnu sptar biex minnu jistgħanew il-barunijiet.", "Għax hawnhekk ta' min ifakkar li dak iż- żmien kien l-era tal-barunijiet.", "Fil-fatt minn daqshekk il-kap ta' l- oppożizzjoni huwa ħelu u jgħid dak li jaħbat għal rasu.", "Daqqa jiffissa fuq il-barunijiet, u allura kulma jiġri jgħid li dan qed isir minħabba l- barunijiet; daqqa jitlef għaqlu wara xi falkun - jien naħseb li sal-lum kulħadd sema' bl-istorja tal-Forti Sant'Anġlu - u bħalissa weħel ma' rasu l- iSpeaker, imma nsomma din tgħaddi wkoll!", "Issa ħalli niġi għal kapitlu \"After\".", "Jien niftakar li hekk kif għaddiet l-elezzjoni t'Ottubru 1996 u tela' fil- gvern il-Partit Laburista, darba minnhom il-ħabib tiegħi, l-ex-Ministru Michael Farrugia, kien mar baxx baxx ħdejn l-isptar mingħajr ma ħa l-press miegħu - fil-fatt, ngħidilkom il-verita', jien ħsibt li kien mar hemm biex iħottu, peress li qabel kienu jgħidu li malli jitilgħu se jżarmawh ...", "Imma mbagħad kienu qabbdu perit, li kien kandidat tagħhom, u qalilhom li l- isptar m'hemmx bżonnu u li jistgħu jagħmluh estensjoni ta' l-universita'.", "Madanakollu f'April 1997, il-prim ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, fl-opinjoni tiegħi għamel l-ikbar gabrijola li qatt għamel f'ħajtu - milli jidher kien tħalla xi virus f'Kastilja u ħadu l-Onor.", "Sant - u f'daqqa waħda l-kapriċċ ta' l-Onor.", "Fenech Adami sar il-kapriċċ ta' l-Onor.", "Sant ukoll.", "Jien għadni niftakar li f'konferenza ta' l-aħbarijiet li għamel l-Onor.", "Sant fl-1 t'April - bir-raġun li kien hemm ħafna nies li ħasbu li dik kienet xi ċajta ta' l-1 t'April - kien qal - u hawn se nikkwota - li:", "\"Il-kostruzzjoni ta' l-isptar il-ġdid hija ġustifikata meta jiġu kkonsidrati l-bżonnijiet kollha fis-settur tas-saħħa.\"", "Dakinhar stess \"In-Nazzjon\" kienet talbet kumment mingħand il-ministru ta' dak iż-żmien u l-Onor.", "Michael Farrugia qal li m'hijiex kwestjoni ta' kapriċċ imma ta' x'hemm bżonn isir għaċ-ċittadini Maltin.", "Fil-fatt aħna hekk konna ngħidu qabel l-elezzjoni t'Ottubru 1996, li l-bini ta' l- isptar il-ġdid ma kien kapriċċ xejn imma kien bżonn għall-ħteġijiet tal- poplu Malti - anke aktar tard qalu li kien kapriċċ għax f'Awissu 1998, lejliet l-elezzjoni, l-Onor.", "Michael Farrugia reġa' qal li l-bini ta' l- isptar il-ġdid kien kapriċċ tan-Nazzjonalisti u ta' l-Onor.", "Fenech Adami - imma jiddispjaċini ngħid li mbagħad huma saru kapriċċużi ħafna iktar minna għax dak il-proġett huma mhux talli ma waqqfuhx u ma żarmawx, kif kienu qalu li se jagħmlu, imma talli f'daqqa waħda ddeċidew li jkabbruh biex minn 800 sodda jiġi jesa' 1,000 sodda.", "Allura hawn wieħed jistaqsi: Għaliex ħadu din id-deċiżjoni?", "Forsi biex il-barunijiet ikomplu jistgħanew?", "Ma naħsibx, allavolja huma hekk kienu jgħidu qabel l-elezzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Imma m'aħniex se ngħidu hekk għax aħna ftit iktar responsabbli minn tan-naħa l-oħra.", "Sur President, x'sar minnu r-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa?", "Sa qabel l-elezzjoni t'Ottubru ta' l-1996 huma kienu għadhom qed jgħidulna biex inkomplu r-refurbishment minħabba li, skond huma, ma kellniex bżonn sptar ġdid u kulma kellna bżonn nagħmlu kien li nkomplu r-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa.", "Fil-fatt dak iż-żmien, l-Onor.", "Edwin Grech, li kien il- ministru responsabbli mis-sigurta' soċjali fis-sentejn li għaddew, kien qalilna li kulma kien hemm bżonn kien li nibnu extension ta' l-Isptar San Luqa, allavolja ħadd ma kien għadu fehem fejn setgħet issir din l- extension.", "Madanakollu f'daqqa waħda r-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa waqaf.", "Jiġifieri filwaqt li dak li għalihom kien kapriċċ komplew ikabbruh u dak li wegħdu li se jagħmlu ma komplewhx.", "Fil-fatt meta ttieħdet id- deċiżjoni li għandu jitkompla l-isptar il-ġdid, bir-raġun kollu l-editorjal ta' \"The Sunday Times\" tas-6 t'april, 1997, li kien iġib it-titlu \"U-turn on San Raffaele\", qal hekk:", "\"This is where the gulf between criticism while in opposition and responsible decision taking when in government has to be confronted.", "It is easy to make sweeping statements and catastrophic sounding accusations while sitting pretty on the opposition benches.\"", "Issa, Sur President, se nġib eżempju ieħor biex nissostanzja dak li għidt l- ewwel, jiġifieri li meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern ma kellu l-ebda pjan.", "Ta' min jgħid li f'Jannar ta' l-1998 il-Gvern Laburista kien ressaq applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar biex malajr malajr, bla pjanti, bla studji u bla ebda rapporti, jiżdied sular ieħor fuq il-bini ta' San Raffaele.", "Waħda mir-raġunijiet li ġabu għal dan quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet li l-kuntrattur spiċċalu x-xogħol u kien se jkeċċi n- nies u allura biex il-kuntrattur ma jispiċċalux ix-xogħol u ma jkeċċix in- nies iddeċidew li s-soluzzjoni hija li jibnu sular ieħor ma' l-isptar il- ġdid, jiġifieri ma' dak li suppost kellhom iwaqqgħu.", "Dan jien qed ngħidu biex nikkonferma kemm ma kien hemm pjanijiet ta' xejn taħt l- amministrazzjoni Laburista.", "Lil dan l-isptar, li lanqas biss għad għandu isem, jien nistħajlu orfni għax meta konna se nsemmuh San Raffaele m'għoġobhomx, imbagħad taħt il-Gvern Laburista għamel ħabta kien jismu \"Sa Nwaqqfuh\", imbagħad \"Sa Nħottuh\", imbagħad \"Sa Nkompluh\", imbagħad \"Sa Nkabbruh\" u issa li hemm aħna fil-gvern għandu jismu \"Sa Nlestuh\"!", "L-Onor.", "Farrugia xeba' jagħmel mistoqsijiet fuq id-designers Norman and Dawburn biex ikun jaf għaliex waqqafniehom.", "Fil-fatt il-Prim Ministru diġa' qal fil-memorandum of agreement ta' l-4 ta' Diċembru li Skanska, li huma l-kuntratturi, qed jagħmlu d-designs ukoll għax, kif kulħadd jaf, qabel kull meta kienet tinqala' xi problema d-disinjaturi kienu jwaħħlu fil- kuntrattur u l-kuntrattur kien iwaħħal fid-disinjaturi.", "Hawnhekk ta' min jgħid li f'intervista li kellu fil-gazzetta \"il-mument\", il-ministru tas- saħħa, l-Onor.", "Louis Deguara, qal li t-tip ta' disinji li kienu qed isiru kienu se jagħmlu sptar mudlam, bit-twieqi jħarsu għal ġol-btieħi biss u ħlief ħitan faċċata tiegħek ma tarax.", "Jien naħseb li jagħmel sens li wieħed jagħmel xi ftit enfasi fuq id-disinji u fuq il-mod ta' kif se jkun jidher dan l-isptar għax hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu fuq wieħed mill- ikbar proġetti li għaddejjin bħalissa fl-Ewropa, liema proġett se jiġi jiswa bejn Lm80 miljun u Lm100 miljun, u aħna rridu li dan l-isptar jinbena kif suppost u mhux isir wieħed mill-ikbar mostri li qatt kien hawn.", "Din il- ħeġġa żejda dwar Norman and Dawburn lili tfakkarni f'ċajta li kien qalli ħabib tiegħi.", "Qalli li l-Kavallieri kienu se jagħtu falkun lill-Gvern Laburista minħabba li dan kien se jagħtihom Sant'Anġlu.", "Qalli Allura tgħid dawn id-disinjaturi kienu se jagħtu lill-Gvern Laburista l-baqra ta' San Luqa?", "Dik il-ħeġġa kollha, dawk il-mistoqsijiet kollha u dak id-dispjaċir kollu minħabba li l-gvern iddeċieda bl-iktar mod responsabbli li jbiddel lil min kien qed jagħmel id-disinji ta' l-isptar?", "Issa, Sur President, bħala nurse ma jistax jonqos li ngħid kelmtejn dwar dan il-qasam.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Point of order, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, fil-fatt jien għamilt dan il- point of order sabiex din il-Kamra ma tiġix misled għax il-pjanti li fuqhom kien qed jinbena l-isptar m'humiex ta' Norman and Dawburn imma ta' Ortesa.", "Dawn kienu l-istess pjanti li kellu l-Gvern Nazzjonalista.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ikompli l-Onor.", "Galea.", "onor. mario galea: Sur President, kont qed ngħid li kien gvern immexxi mil-Partit Nazzjonalista li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 għamel riforma sħiħa fil-qasam tan-nursing fejn, fost affarijiet oħra, waqqaf l-institute of health care, għolla l-grad tan-nursing għal grad universitarju u beda kuntatti ma' universitajiet ta' barra.", "Hawnhekk wieħed irid ifakkar ukoll fir-riforma li kienet saret għal dak li għandu x'jaqsam mal-kondizzjonijiet tan-nurses, fejn biżżejjed ngħid li permezz ta' din ir-riforma l-paga tan- nurses żdiedet b'68%.", "Kien gvern immexxi mil-Partit Nazzjonalista wkoll li introduċa s-supporting staff, bħal nursing aides, ward clerks u paramedic aides u li għamel struttura ta' nursing fejn minn grad ta' servjent, kif kienu jħarsu lejhom in-nies, lin-nurses tahom il-professional status.", "Ta' min jgħid ukoll li għall-ewwel darba nħatar direttur tan-nursing, twaqqaf il-grad ta' chief nurse u twaqqfet ukoll struttura ta' management li permezz tagħha d-deċiżjonijiet dwar nurses bdew jeħduhom in-nursing managers.", "Sur President, għall-kuntrarju fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti mhux biss ma sar xejn biex tittejjeb il-pożizzjoni tan-nursing ...", "Fil- fatt skantajt kif illum ġie l-Onor.", "Michael Farrugia u qagħad isemmi lid- direttriċi tan-nursing.", "Li ma qalx l-Onor.", "Farrugia huwa li għal sentejn sħaħ, meta hu kien ministru, id-direttriċi tan-nursing ġiet litteralment imwarrba u kien jidher ċar li ma riduhiex tkompli x-xogħol tagħha.", "Biżżejjed ngħid li lil din id-direttriċi, minbarra li lanqas biss tawha uffiċċju, ħallewha weħidha mingħajr segretarja jew supporting staff.", "Fil- fatt l-uniku uffiċċju li kienu offrewlha kien hangar ġewwa industrial estate f'Sta.", "Venera, fejn qabel kien hemm il-fabbrika Merit (Malta) Ltd., liema hangar lanqas biss tieqa ma fih u ħdejn dan il-post isir spray painting tad-dgħajjes.", "Meta din imbagħad qaltilhom li dak ma kienx post fejn jitwaqqaf id-direttorat tan-nursing, għamlulha kamra li għalquhielha b'partition fil-kuritur tad-dipartiment tas-sanita'.", "Fil-fatt ta' min jgħid li meta darba marret hemmhekk Dame Betty Kershaw, li hija l-president tar-Royal College of Nursing, litteralment skruplat x'ħin daħlet f'dik il- gabuba.", "Wieħed irid jirrimarka wkoll li d-direttur tan-nursing ma kienet tiġi involuta f'xejn, tant li lanqas biss kienet taf x'kien qed jiġri fil- bordijiet tan-nursing u d-deċiżjonijiet kienu jittieħdu minn fuq rasha.", "Sur President, biex inkun ġust mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Farrugia rrid ngħid li forsi d-dnub tiegħu kien li ħalla staff nurse ġewwa d-dipartiment tas-saħħa - u m'iniex se nsemmih b'ismu għax hija l-policy tiegħi li ma nikkritikax nies b'isimhom hawn ġew - li bħalissa jinsab akkużat quddiem il- qorti, li kien jagħmel liema transfers vendikattivi jrid.", "Dan tħalla għal xahar wara xahar jagħmel li jrid bil-konsegwenza li ħafna mill-affarijiet li llum qed ikollu jwieġeb għalihom l-Onor.", "Farrugia kienu kollha dnubiet ta' din il-persuna.", "Sur President, waqt dan id-dibattitu ssemmew ukoll it-transfers.", "Hawnhekk irrid ngħid li bejn Novembru ta' l-1996 u Awissu ta' l-1998 saru 244 transfer, li 81 minnhom saru f'ġurnata waħda.", "Ta' min isemmi wkoll li minkejja f'\"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\" - u hawn se nikkwota x'wegħdu qabel l- elezzjoni ta' l-1996 għax, kif jgħidu, bejn il-wegħdiet u l-fatti hemm baħar jikkumbatti - kien hemm li:", "\"Se titwaqqaf sistema ġdida ta' allokazzjoni ta' infermiera u paramediċi biex dawn ma jibqgħux jiddependu mill-ministru u mill-gvern tal-ġurnata u se jkun hemm sistema li se tieħu ħsieb il- konsiderazzjoni ta' kull dipartiment, kif ukoll ix-xewqat, l- esperjenzi u l-kwalifiċi tan-nurses li jkunu ttrasferiti.\"", "Dak iż-żmien minn min kienu jsiru t-transfers?", "Kienu jsiru minn dak l- individwu li kellu d-dritt jagħmel li jrid mingħajr ma d-direttriċi tan- nursing kienet tkun taf b'xejn għax kienu sempliċement iċemplulha u jordnawlha biex tinforza dawk it-transfers mingħajr ma jikkonsultawha u jistaqsuha xejn.", "Ta' min jgħid ukoll li hekk kif inbidlet l- amministrazzjoni u reġa' sar ministru tas-saħħa l-Onor.", "Louis Deguara, dan kien iddeċieda - u jien irrid nikkumplimentah minn hawnhekk fuq din id- deċiżjoni li ħa - li t-transfers u l-allokazzjoni tan-nurses għandhom isiru biss mid-direttur tan-nursing u mhux aktar mil-ministru jew mill-istaff tal- ministeru.", "Illum hemm id-direttur tan-nursing u din hija nvoluta f'kull deċiżjoni li tolqot lin-nurses filwaqt li qabel kienet tkun taf mill-media x'inhu jiġri - jien irrid insellmilha minn hawn għaliex sa tliet xhur ilu kienet id-direttur tiegħi - u darba fil-ġimgħa din ġustament qiegħda tiltaqa' man-nurses u tiddiskuti magħhom il-problemi li jinqalgħu.", "Għall-ewwel darba f'pajjiżna se jkollna l-ewwel nursing newsletter li se toħroġ proprju minn dan id-direttorat tan-nursing.", "F'dawn l-aħħar sentejn il-professjoni tan-nursing mhux biss kienet injorata mill-gvern imma lanqas biss konna nkunu rappreżentati f'konferenzi.", "Fil-fatt f'file tal-konferenzi internazzjonali taċ-chief nurses li hemm fid-dipartiment tas-saħħa hemm nota mill-aġent direttur ġenerali fejn tgħid: \"No one can attend.\".", "B'kuntrast ma' dan, is-sena d-dieħla se ssir konferenza hawn Malta tal- European association of nurses in AIDS care.", "Din hi d-differenza kbira bejn il-mod kif kien jiġi ttrattat id-direttorat tan-nursing fi żmien il- gvern preċedenti u kif qed jiġi ttrattat issa.", "Il-gvern preżenti huwa mpenjat bis-serjeta' biex jgħolli l-livell u l-istatus tan-nursing u l- gvern preċedenti kien jiġi jaqa' u jqum mill-professjoni tan-nurses.", "Nixtieq nieqaf fuq dan il-punt, Mr Chairman, biex nagħmel appell, iktar bħala nurse milli bħala membru parlamentari, lill-unions kollha u lin- nurses kollha kollegi tiegħi.", "Irridu nibdew naħdmu flimkien u nkunu aktar accountable.", "Kulħadd għandu jerfa' r-responsabbilta' tiegħu u aħna n- nurses għandna nkunu minn ta' quddiem li nassumu r-responsabbilta' li l- gvern lest jgħaddielna.", "Jien ħadt pjaċir meta l-ġimgħa l-oħra kont qed nitkellem mal-Ministru Deguara u qalli li x-xewqa tiegħu hi li n-nurses jibdew imexxu u jikkmandaw is-sodod li hemm fis-swali u mhux jikkmandawhom il-konsulenti.", "Jien nixtieq li n-nurses kollegi tiegħi jibdew jassumu din ir-responsabbilta' u għalhekk wieħed ma jistax jifhem il-plejtu li qed tagħmel bħalissa l-GWU fuq ċertu ċaqliq li jrid isir.", "Mr Chairman, f'Ward 10 ta' Mount Carmel hemm nies li ntbagħtu hemm mill- amministrazzjoni preċedenti għal raġuni waħda, għaliex huma Nazzjonalisti.", "Allura jiena ngħid li kull ġurnata li l-gvern preżenti qiegħed iħallihom hemmhekk, qiegħed ikompli jagħmel inġustizzja magħhom.", "U m'huwiex veru dak li qal l-Onor.", "Michael Farrugia li fiċ-ċaqliq li qiegħed jiġi ssuġġerit, nies li kienu hemmhekk se jerġgħu jintbagħtu hemmhekk għaliex il-gvern preżenti se jkompli miexi fuq is-suġġeriment tiegħu.", "Jien ma nafx jekk huwa dan is-suġġeriment kienx se jwettqu jew le għax il-Bambin ried li ma jagħmlux iktar minn sentejn fil-gvern.", "L-Onor.", "Farrugia qal li ma kenux se jħalluhom aktar minn tliet snin f'Ward 10.", "Iva, il-gvern preżenti se jagħmel iktar minn sentejn - jien naħseb li nagħmlu mill-inqas ħames snin! - u se jimxi fuq dak il-prinċipju, li ma nħallux lin-nurses aktar minn tliet snin f'Ward 10, minħabba li hija sala ta' stress.", "Biss wieħed irid jistaqsi: Fejn kienet il-GWU meta kienu qed isiru t-transfers fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti?", "Jien ngħid li n-nurses jagħmlu tajjeb li jinsistu għad-drittijiet tagħhom u l-unions jagħmlu sewwa li jiġġieldu għad- drittijiet tagħhom.", "Jiena dejjem tkellimt favur in-nurses, dejjem ipprovajt inkun porta vuċi tan-nurses f'dan il-parlament u hekk se nkompli nagħmel taħt l-amministrazzjoni preżenti.", "Imma tajjeb li niftakru wkoll li aħna n-nurses, flimkien mal-unions, mad-drittijiet għandna wkoll l-obbligi u rridu nerfgħu r-responsabbiltajiet tagħna biex apparti li nieħdu dak li bi dritt hu tagħna, nagħmlu l-almu kollu biex kemm jista' jkun fix-xogħol tagħna nkunu dejjem aktar professjonali.", "Jien skantajt kif l-Onor.", "Farrugia kellu l-wiċċ isemmi l-problema ta' l- infiq mid-dipartiment tas-saħħa.", "Il-Gvern Laburista, f'''festa saħħa'', meta kienu qalu li ma kienu se jonfqu xejn għax suppost l-ispejjeż kellhom ikunu covered mir-riklami u mill-isponsorships, nefaq ¥16,000.", "Għal dik li hija hospitality kellhom vot ta' ¥3,000 u nefqu ¥7,000 u f'mobile phones ħallsu - u din qed insemmiha għax kien hemm mistoqsija parlamentari ta' deputat min-naħa l-oħra - 'l fuq minn ¥6,000.", "Jiġifieri b'kollox f'''festa saħħa'' nefqu madwar ¥30,000, u dan ifisser li 60,000 persuna f'Malta u Għawdex ħallsu 50c fuq il-mediċini biex dawn intnefqu mid-dipartiment tas- saħħa f'dawn l-affarijiet!", "Mr Chairman, issemmiet ukoll persuna li kienet fil-ministeru u li kienet titħalla tagħmel li trid.", "Jiena llum sinċerament jiddispjaċini għall-Onor.", "Michael Farrugia għaliex kieku kkontrolla lil din il-persuna kieku llum m'huwiex qiegħed fis-sitwazzjoni li jkollu jwieġeb għal dak li m'għamilx hu imma xi ħadd li kien taħtu.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad ngħidlek min hi din il-persuna.", "Iva, illum l-allokazzjonijiet tan-nursing ma jindaħalx fihom il-ministru imma huma f'idejn id-direttorat tan-nursing, kif suppost, f'idejn id-direttriċi Nicolina Farrugia, dik li fi żmienek ridtu tagħtuha l- fabbrika tal-Merit, fejn jisprejjaw id-dgħajjes.", "(Interruzzjonijiet) Mr Chairman, jiena ma nterrompejtux fis-siegħa u kwart li għamel jitkellem.", "(Interruzzjonijiet) Kif diġa' għidt, illum huwa d-direttorat tan-nursing li jieħu ħsieb l-allokazzjonijiet tan-nursing imma trid issir ġustizzja.", "(Interruzzjonijiet) Intom tippretendu li dawk li tfajtu f'Ward 10 għax huma Nazzjonalisti għandna nħalluhom hemm?", "Din il-persuna li kellha kollox f'idejha fil-ministeru tas-saħħa kienet tieħu ¥1,000 fis-sena talli kienet fil-kumitat tat-tmexxija ta' l-Isptar Zammit Clapp u ¥250 oħra talli kienet registrar tan-nursing and midwifery board, minkejja l-ordni mill-uffiċċju tal-prim ministru f'Novembru ta' l-1997 li kienet tgħid li l-ebda membru ta' segretarjat li jkun f'bord jew f'kumitat m'għandu jirċievi ħlas.", "Mr Chairman, qabel nikkonkludi nixtieq nagħmel appell pjuttost pożittiv.", "Fl-ambjent li kont imdorri fih, kont prattikament qisni perżuta bejn żewġ tobba, imma kelli l-privileġġ li nkun ma' żewġ tobba li t-tnejn inqishom bħalha ħbieb tiegħi, minkejja li ma' wieħed ma naqbilx politikament.", "Imma f'dan il-pajjiż - l-Onor.", "Helena Dalli u jiena konna qed nitkellmu fuq hekk qabel bdejna - imdorrijin ninqasmu f'kollox prattikament, għax fuq il- festi niġġieldu, fuq il-baned niġġieldu, fuq il-football niġġieldu u niġġieldu anke fuq il-politika.", "Fil-kamp politiku qisna żewġ razez u mhux razza waħda ta' nies li ngħixu fuq din il-gżira żgħira.", "Għandna partit li huwa favur il-VAT u partit ieħor li huwa favur is-CET.", "Għandna partit li jrid ikun jagħmel parti mill-komunita' Ewropea u għandna partit ieħor li m'huwiex daqstant akkanit għall-Ewropa.", "Għalhekk wasal iż-żmien li nibdew infittxu dak li nistgħu naqblu fuqu u għalhekk għandu jsir sforz biex nipprovaw naslu għal politika ta' consensus, fejn jidħol il-qasam tas- saħħa.", "Mr Chairman, il-messaġġ pożittiv li rrid ngħaddi lill-poplu huwa li m'hemmx għalfejn niġġieldu jekk naqblu li l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hi li naraw li ma jibqax ikollna dipartiment tal-mard imma jkollna dipartiment tas-saħħa.", "Għalhekk forsi wasal iż-żmien li ssir konferenza nazzjonali dwar is-saħħa, bil-parteċipazzjoni tan-nurses, tat-tobba, tal-unions, tal- partiti politiċi, tal-pazjenti u tal-paramediċi biex ilkoll flimkien nissuġġerixxu, niddiskutu, infasslu u naqblu fuq politika komuni.", "Għaliex wara kollox iż-żewġ naħat nixtiequ li l-poplu tagħna jweġġa' inqas, jimrad inqas, ikun iktar b'saħħtu u jingħata l-aħjar kura possibbli.", "Dan huwa l- appell sinċier tiegħi, Mr Chairman, u qed nagħmlu bl-akbar onesta'.", "Naħseb li l-akbar proġett ta' fejda għall-millennju l-ġdid ikun li ż- żewġ naħat jirsistu ħalli l-qasam tas-saħħa ma jibqax kamp ieħor ta' battalja imma jsir kamp ta' koperazzjoni u sħubija.", "Wara kollox fil-mard m'hemmx Nazzjonalisti u Laburisti.", "Fil-mard hemm biss tbatija u għalhekk l- appell tiegħi għal politika komuni fil-qasam tas-saħħa ma naħsibx li jammonta għal ħolma fiergħa, ma naħsibx li qed nitkellem biss f'termini ta' possibbilta' imma nemmen li bl-impenn tagħna lkoll dak li qed naspira għalih għad jista jkun realta'.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN (L-Onor.", "Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Chairman, l-Onor.", "Michael Farrugia sab ruħu fil- pożizzjoni li kont sibt ruħi fiha jiena fejn kelli nikkritika gvern li kien għadu kemm laħaq - qed nirriferi għal meta f'Jannar ta' l-1997 ġie ppreżentat l-ewwel budget ta' Gvern Laburista u jiena kont ilni shadow spokesman fuq is-saħħa xahrejn biss - u kif għamel illum l-ex-ministru, dakinhar jien għamilt review tax-xogħol li konna għamilna aħna qabel Ottubru 1996.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li l-Onor.", "Farrugia llum qal ħafna affarijiet li m'humiex korretti għall-aħħar.", "Ried jagħti l- impressjoni li fis-sentejn ta' Gvern Laburista saru kambjamenti kbar fid- dipartiment tas-saħħa u pprova jieħu l-mertu għal ħafna inizjattivi li semma mingħajr ma attribwihom lil min bdihom.", "Imbagħad fuq inizjattivi ġodda li ttieħdu f'dawn is-sentejn ma qal xejn.", "L-Onor.", "Farrugia, per eżempju, qal li fi żmienu bdew studju dwar kif jitmexxa l-out-patients department.", "Imma l-verita' hi li studju bħal dan kien sar qabel l-1996 minn ċertu professur Belġjan.", "Qal ukoll li kien hu li fetaħ id-day surgery unit - u hekk hu - imma ġimgħatejn qabel l- elezzjoni ta' l-1996 dak il-unit kien lest u ma konniex ftaħnih għas- sempliċi raġuni li kelli l-parir tad-direttriċi - għax dak iż-żmien konna nisimgħu milli tgħidilna d-direttriċi! - li ma kellniex nurses bizzejjed x'nallokaw u ddeċidejna li ma niftħuhx.", "Tant huwa veru, li l-Onor.", "Farrugia sabu lest u fetħu xahar biss wara li nbidel il-gvern u wara li hu sar ministru.", "Dan jista' jiċċekkjah kulmin imur jara l-irħama li ġġib ismu.", "L-istess dwar il-health information centre.", "Din kienet lesta u ma nfetħitx għax kienu għad iridu jinxtraw fireproof desks għall-computers.", "Ma nafx lanqas kif l-ex-ministru jiġi jistaqsini x'sar mid-drenaġġ meta niftakar li fl-ewwel intervista li ta wara li laħaq ministru kien qal li din kienet l-ikbar priorita' li kellu, li kienu se jivvotaw flus għal dan ix-xogħol, imma għaddew sentejn u fid-drenaġġ ma sar assolutament xejn.", "Għalhekk ukoll din id-darba aħna qegħdin nerġgħu nivvotaw ¥150,000.", "L-Onor.", "Farrugia semma wkoll il-famuż sptar ġdid u minn dak li qal nissuspetta li l-pjanti jew id-disinji li ressqu Norman and Dawburn, hu lanqas qatt rahom għaliex qal li l-veduta kienet se tiġi aħjar b'sular ieħor.", "Li ma qalx huwa li s-servizzi ta' dak l-isptar kienu ddisinjati u mibnijin għal sptar ta' 450 sodda u allura bilfors kien ikollok tirduppjawhom, u kien ikollok tirduppjahom fuq wara u mhux fuq quddiem.", "Għalhekk qed ngħid li l-ex-ministru dawn il-famużi pjanti qatt ma rahom.", "Biss, Mr Chairman, l-Onor.", "Farrugia nesa' jsemmi żewġ affarijiet importanti, żewġ ċertifikati ta kif tmexxa d-dipartiment tas-saħħa tul l- aħħar sentejn.", "L-ewwelnett kien l-ex-Prim Ministru Alfred Sant stess li fi tliet okkażjonijiet differenti - u dawn ġew anke rrapportati fil-gazzetti - qal li ma kienx kuntent kif kien qiegħed jitmexxa d-dipartiment tas-saħħa.", "Pero' iktar importanti minn hekk, l-Onor.", "Farrugia ma semmiex li taħt l- amministrazzjoni Laburista kemm il-union tat-tobba kif ukoll il-union tan- nurses kemm-il darba ġibdu l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet - u l-awtorita' dak iż-żmien kien l-ex-Ministru Farrugia - li kienu nkwetati serjament bid- demotivazzjoni ta' l-istaff u kienu nkwetati ħafna u ħafna aktar minħabba li kien jidher ċar li l-livell ta' servizz li kien qiegħed jitwassal taħt l- amministrazzjoni Laburista kien mar lura.", "Imma issa ħalli nibda d-diskors tiegħi proprja.", "Mr Chairman, ftit tal-ġimgħat ilu l-Onor.", "Farrugia u jien konna mistednin nipparteċipaw f'diskussjoni fuq l-istazzjon tar-radju RTK.", "L-ex- ministru qal li għalihom is-saħħa toqgħod fuq tliet pilastri, l-ewwel l- edukazzjoni u l-promozzjoni favur is-saħħa u kif teduka lill-poplu juża s- servizzi aħjar u ma jabbużax minnhom.", "Jekk wieħed iħares lejn x'għidna aħna fil-programm elettorali jsib li aħna wkoll qegħdin ngħidu dan imma minflok pilastri sejjaħnielhom sulari.", "Aħna għidna li l-ewwel sular li għandu wkoll importanza ewlenija huwa s-servizz biex jilqa' kontra li wieħed jaqa' f'marda, jiġifieri l-prevenzjoni, u biex iġġib 'il quddiem is- sistema tas-saħħa, jiġifieri l-promozzjoni.", "L-ex-ministru mbagħad qal li t-tieni pilastru huwa l-kura primarja u aħna għidna li t-tieni sular huwa dak tal-kura primarja fil-komunita'.", "It- tielet pilastru taħt Gvern Soċjalista kienu l-isptarijiet, kif inhu t- tielet sular għalina.", "L-Onor.", "Farrugia qal ukoll li biex jissaħħaħ dan kollu hemm bżonn li l-istaff ikun motivat professjonalment u kuntent.", "Għalhekk dak li qegħdin inwegħdu fil-programm elettorali tagħna u dak li qal l-Onor.", "Farrugia huwa l-istess pero' hemm differenza kbira bejnietna, u din hija l-kwestjoni tas-serjeta' u tal-kredibilita'.", "Waqt li aħna konsistenti f'dak li nemmnu u nwettqu, huma mhux biss ma kenux konsistenti imma f'ħafna mill-każijiet - anke meta kienu jafu li dawn il-pilastri huma l-pilastri veri - wegħdu ħafna affarijiet u mhux biss ma għamluhomx imma għamlu kompletament il-kontra.", "Mr Chairman, aħna nemmnu li vapur mingħajr kaptan ma jistax jaqbad fir- rotta tajba.", "Għalhekk niskanta kif l-Onor.", "Farrugia jiġi hawn u jistaqsini kif għadna ma ħtarniex lis-CGMO.", "Huma damu sentejn u ma ħatruhx!", "Min-naħa l-oħra aħna fl-ewwel ġimgħa li tlajna kellna laqgħa ma' l-MPO, fejn għidnielhom ikomplu mexjin bil-proċess ta' l-applikazzjonijiet, jiġifieri jibdew jagħżlu l-persuna allavolja dan il-proċess kien diġa' tlesta fi żmienna.", "Barra minn hekk mhu veru xejn dak li pprova jallega l-ex-ministru li hemm xi blue-eyed boys ġejjin minn barra li huma interessati f'din il- ħatra.", "L-Onor.", "Farrugia jista' jserraħ rasu li l-applikazzjonijiet li se jiġu pproċessati huma dawk l-applikazzjonijiet ta' dawk l-individwi li applikaw għall-aħħar call for applications li ħarġu huma.", "Mr Chairman, aħna nemmnu wkoll li kaptan bla vapur ma jistax jimbarka fuq vjaġġ jekk ma jkollux makna effiċjenti, u dan ifisser li jrid ikollu dipartiment serju u motivat u dipartiment fejn kulħadd jiġi kkonsultat u fejn kulħadd iħoss li qiegħed jikkontribwixxi.", "U aħna fi żmienna żidna mutur ieħor, żidna l- mutur ta' l-FMSS, u konvinti li din tista' toffri soluzzjonijiet għal problemi li jistgħu jinqalgħu fid-dipartiment.", "Imma minħabba l-burokrazija ta' kif taħdem is-sistema taċ-ċivil ma stajniex inkompluha.", "Mr Chairman, aħna nemmnu wkoll li kaptan li jmexxi vapur, tajjeb kemm hu tajjeb u għandu kemm għandu makni tajbin, ma jista' jasal imkien jekk qabel ma jistudjax ir-rotta fejn irid imur u fejn irid jasal.", "Jekk nerġgħu niġu għall-pilastri jew sulari li tkellimt fuqhom, u nieħdu l-ewwel sular, niftakru li dawn kienu wegħdu li se tingħata spinta lit-tagħlim dwar l- iġjene u l-prevenzjoni tal-mard.", "Imma wasal l-ewwel budget ta' Gvern Laburista u rajna li l-vot ta' dan id-dipartiment tnaqqas b'50%.", "Rajna flus li kienu vvotati biex jippromwovu s-saħħa fil-ħabs jiġu sparpaljati fuq festi.", "Lanqas m'għamlu wieħed miż-żewġ principal health promotion officers, xi ħaġa kruċjali biex tkun tista' titmexxa din ir-riforma.", "Barra minn hekk, kif qal l-Onor.", "Mario Galea, ħlew ¥16,000 għal festa li suppost ma swiet xejn u kellha tippromwovi s-saħħa, biex imbagħad sirna nafu li waqt din il-festa n-nies setgħu jixtru biss pizez u pastizzi!", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, għal darb'oħra l-minstru qiegħed jimmislijdja lill-Kamra bl-istatement li għadu kif għamel.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Abbandunaw ukoll, Mr Chairman, il-health vision 2000, li kienet verament tippromwovi l-aspett preventiv u kienet tippromovih b'mod partikolari għaliex kienet qed timpenja mhux biss lid- dipartiment tas-saħħa biex jippromwovi l-kunċett favur saħħa u għajxien iktar b'saħħtu, iżda kienet tinvolvi wkoll ħidma inter-dipartimentali.", "Aħna ma nemmnux li s-saħħa għandha tkun xi predominju tad-dipartiment tas- saħħa iżda nemmnu li f'ħafna minn dawn l-issues, id-dipartiment ta' l- edukazzjoni, id-dipartiment ta' l-agrikoltura, id-dipartiment tat-trasport u d-dipartiment ta' l-ambjent huma kollha potenzjalment kontributuri serji għal għajxien u saħħa aħjar.", "U għaliex aħna nemmnu f'dawn il-kunċetti, minkejja r-restrizzjonijiet finanzjarji li għandna, ma' l-ewwel budget ħassejna li kien hemm il-bżonn li nsaħħu l-vot b'nefqa ta' ¥5,000 oħra.", "Bħala l-ewwel pilastru, il-ministru semma wkoll li kellhom jiddaħħlu kunċetti biex in-nies ma jabbużawx mis-saħħa.", "Żgur li ħadd ma basar li kienu se jdaħħlu t-taxxa ta' 50c għar-riċetti, minkejja li kellhom pariri anke minn ġewwa li din kienet anti-soċjali.", "Din hija xi ħaġa oħra li tmur kontra dak li kien qal l-Onor.", "Sant, fejn qabel l-elezzjoni kien wiegħed kemm-il darba li m'huma se jdaħħlu l-ebda miżura ta' ħlas fis-sistema tas- saħħa.", "Kienu wegħdu wkoll li qabel ma jdaħħlu miżuri anti-soċjali kellu jsir studju ta' l-impatt soċjali.", "Mela mhux biss ma sarux studji iżda daħlet taxxa fuq ir-riċetti li l-iktar li laqtet kienet lil dawk l-iktar fil-bżonn.", "Mr Chairman, skond ma kien hemm fil-budget din kellha tiġbor ¥1.3 miljun u fl-ewwel sena li tħaddmet ġabret anqas min ¥0.2 miljun.", "Kien hemm nies li ġenwinament raw raġuni wara din il-proposta u kienu qalu u kitbu fil- gazzetti li huwa tajjeb li l-gvern jintroduċi ċerti ħlasijiet.", "L-Onor.", "Farrugia qal li anke aħna kellna rapport biex nintroduċu ċerti ħlasijiet, imma l-Onor.", "Membru jmissu qal li aħna ma noqogħdux biss fuq ir-rapporti.", "Aħna gvern b'kuxjenza soċjali u verament naraw l-impatt soċjali u għalkemm veru li kienu qalulna biex indaħħlu riforma bħal dik jew xi forma ta' ħlas, aħna dik qatt ma konna se nagħmluha.", "Pero' anke dawk li kienu jemmnu li din kien hemm bżonnha, illum ma jistgħux jibqgħu konvinti bis-serjeta' ta' l-oppożizzjoni meta jaraw li f'''festa saħħa'' ntnefqu ¥6,600 f'telefonati.", "Barra minn hekk, kien hemm perijodu fejn l-Onor.", "Farrugia kellu tliet mobile phones.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għal darb'oħra, Mr Chairman, il-ministru qed jimmiżlijdja lill-Kamra għax qatt ma kelli tliet mobile phones.", "It-tliet numri li jidhru kienu tal-perjodu meta n-numru ta' wieħed mil-mobile phones inbidel u aktar tard reġa' nbidel.", "Fl-istess karti li poġġa l-ministru fuq il-Mejda tal-Kamra jista' jivverifika li tul il-perjodu meta nbidel in- numru, in numru l-ieħor kien ineżistenti.", "Għalhekk nerġa' nirripeti li l- ministru qed jimmiżlijdja lill-Kamra.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Chairman, naħseb li aħjar inkompli.", "Huwa żgur li fil-bidu ta' Settembru minkejja li l-Onor.", "Farrugia kellu GSM u kien ingħata, bħal kulmin għandu GSM, nofs siegħa talk time mingħajr ħlas, f'ħamest ijiem nefaq ¥124.", "Intnefqu wkoll ¥7,600 f'hospitality u diversi mpjegati tal-qalba ħadu somom kbar ta' overtime.", "Kien hemm każijiet oħrajn fejn nies li qatt ma kienu ntitolati li jieħdu flus tħallsu ¥1,000 talli poġġew fuq bordijiet.", "Illum kulħadd jista' jinduna li gvern li min-naħa jintroduċi taxxa anti-soċjali, li jridu jħallsuha dawk l-aktar fil-bżonn u min-naħa l-oħra jħalli din il-ħela kollha għaddejja, m'huwiex gvern konsisteni.", "Meta qed nitkellem fuq il-promozzjoni tas-saħħa, Mr Chairman, ma nistax ma nagħmilx riferenza għal dak li qalet l-Onor.", "Helena Dalli.", "Kieku l- Onor. Membru qrat \"The Times\" tal-bieraħ, fejn kien hemm artiklu eċċellenti miktub min Dr Cilia Vinċenti, kienet tinduna kemm il-gvern verament qed jieħu l-problema tal-breast screening bis-serjeta'.", "Tant hu hekk li wara xahrejn biss li ilna fil-gvern, id-dipartiment ħareġ breast screening policy.", "Jista' jkun pero' li l-Onor.", "Dalli ma kenitx hawnhekk meta jien kont ġejt mistoqsi domanda mill-Onor.", "Sant u rrispondejtu fit-tul u b'ċertu dettall.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Chairman, jien kulma għidt huwa li l-Onor.", "Deguara fil-parlament qatt ma kkonferma li se jagħmel dan il-breast screening programme.", "U meta jien għamilt set ta' mistoqsijiet u kien hawn ukoll l-intervent min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Deguara beda jgħaddina bid-dgħajsa u jgħid li n-nisa huma ''mħawdin''.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dwar il-validita' tal-breast screening, kif naħseb japprezza kulħadd, diversi esperti għandhom opinjonijiet kontrastanti.", "Hawnhekk għandi artiklu miktub mill-British Medical Journal tal-25 ta' April, 1998 - mhux dak li rriferjt għalih - fejn jgħid:", "\"Women who are screened annually for breast cancer over ten years run the risk of receiving false positive results up to 50% of the time according to a United States study.", "This high false positive rate leads to increased health care costs and unnecessary emotional distress.''", "Nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi dan id-dokument fuq il- Mejda tal-Kamra u nagħti wkoll kopja lill-Onor.", "Dalli, biex nuriha kemm aħna verament nieħdu l-affarijiet bis-serjeta'.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex l-Onor.", "Deguara jpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu intitolat \"High Risk of False Positive Results with Breast Screening\" ippubblikat fil-ħarġa tal-British Medical Journal tal-25 ta' April, 1998.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Ma naħsibx li l-ministru qiegħed jirriferi għar- rapport tal-WHO li kkwotajt minnu jien u li naħseb huwa iktar sinifikattiv.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Chairman, ħadt gost ħafna nisma' lill-ex- ministru jgħid li huwa interessat ħafna fl-accountability ġewwa d- dipartiment tas-saħħa.", "Fid-diskors li għamel xi sena ilu, l-Onor.", "Farrugia kien qal hekk:", "\"Nista' ngħid li hemm overtime żejjed għal uħud, filwaqt li oħrajn ma kenux jingħataw overtime.", "Dawn in-nuqqasijiet aħna qegħdin nindirizzawhom.\".", "Nikkwota wkoll mir-rapport ta' bord ta' nkjesta li tlesta fid-9 ta' Diċembru, 1998 u li juri eżatt kemm kienu jagħtu kas l-accountability u ma' min kienu jagħtu kasha.", "Ħalli nibda bil-customer care service.", "Qegħdin nitkellmu fuq żewġ persuni li bejn il-perijodu ta' Novembru 1996 u Settembru 1998 qalgħu bejniethom total ta' ¥40,436 f'salarji, allowances u overtime.", "U ngħataw l-allowances minkejja li dawn kienu marbutin ma' nursing duties biss u ħafna drabi dawn iż-żewġ ħaddiema kienu jiċċertifikaw l-overtime ta' xulxin.", "Pero' dawn iż-żewġ impjegati kif ġew jaħdmu fil- customer care service?", "Skond xiehda li ngħatat dawn kienu appuntati on ministerial instructions.", "Imma ħalli nikkwota partijiet ta' dan id- dokument:", "\"These two nurses had a particular system of reporting overtime.", "The first two returns were approved by the two employees themselves.", "The procedure was however never queried by anybody.\"", "Meta Dr Sciberras, li kienet in charge mill-customer care service, ġiet intervistata qalet li l-customer care service kien beda fl-1995 u li:", "\"... no overtime was ever paid.", "She stressed that no overtime was in fact required at her section as most of the complaints were created at out-patients departments and from the pharmacies, both of which do not operate on Sundays.\"", "Meta bagħtulha dawn in-nies fuq struzzjonijiet ta' l-ex-ministru, Dr Sciberras kienet staqsiet lis-Sur Mario Azzopardi, segretarju ta' l-ex- ministru, x'inhi l-funzjoni ta' dawn iż-żewġ persuni.", "Is-segretarju, li kkonferma li dawn in-nies intbagħtu fuq struzzjonijiet ta' l-ex-ministru, qal li dawn iż-żewġ nurses:", "\".... were to be considered as forming a new section to be known as \"customer II\" and that their work was to consist of organising parties and similar activities.\"", "Dawn tant kienu nies speċjali li ngħataw kamra għalihom.", "Dr Sciberras f'dan ir-rapport qalet:", "\".... that in her opinion and experience neither ... nor .... \"", "- biex ma nsemmix ismijiet -", "\".... were trained or qualified for the job of caring for customers.", "She felt that at the beginning more harm than good was done when these two persons started dealing with customers.\"", "Il-bord ikkonkluda:", "\"Overtime to run the customer unit during the period under review was not justified.", "Moreover it is felt that other personnel in the non- nursing grades could have carried out the duties at the customer care unit.\"", "Nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi dan id-dokument fuq il- Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport datat 9 ta' Diċembru, 1998 mill-bord ta' inkjesta maħtur biex jinvestiga l-għoti ta' overtime fl-Isptar San Luqa;", "Ħalli naraw issa x'ġara fil-medical records fejn ġew investigati tnejn min- nies oħra.", "Instab li:", "\"... the two employees, an enrolled nurse and a clerk, earned between them ¥13,400.", "Other members of the staff earned much less or nothing.\"", "Dan ir-rapport jibqa' sejjer u jgħid ukoll li waqt li kienu qed jingħataw dan l-overtime, kien hemm perjodi twal fejn:", "\" ... no overtime was being performed by the staff ....\",", "ħlief għal dawn it-tnejn.", "Wieħed waħdu:", "\"..... earned ¥5,839 in 1997.", "This was the highest amount of overtime paid to anyone person in 1997 at this hospital.\"", "Fin-national blood transfusion department insibu hekk:", "\" Two employees who earned the highest amount of overtime during the last two years were two staff nurses working at this department.", "In a period of 23 months these nurses earned a total of ¥42,000 in salaries, allowances and overtime.", "The board has remarked with regard to the nurses that were posted at customer care that ¥10,000 in overtime for two nurses was exorbitant.\"", "Fil-każ tan-national blood transfusion centre waħda min-nurses biss exceeded this amount.", "Kellna oħrajn li qalgħu somom fenomenali.", "Per eżempju, kellna l-unit tad-demm jitħaddem minn żewġ drivers il-Ħadd, it- tnejn fuq l-overtime, u t-tnejn suppost li qegħdin isuqu t-truck fl-istess ħin.", "Il-bord ikkonkluda - u naħseb li dan huwa l-aktar kumment importanti - li:", "\".... it was obvious that during the preceding two years hidden pressures were made so that certain persons could earn hefty amounts in overtime.\"", "Ħalli niġi issa għat-tieni pilastru u t-tieni sular, dak tar-riforma fil- komunita'.", "Wieħed irid jifhem li struttura importanti bħal din ma ssirx billi l- gvern jgħid li se jagħti priorita' lis-saħħa fil-komunita' u li se jkabbar iċ-ċentri tal-kura fil-lokalitajiet.", "Dan juri li għalkemm tkellmu u taw ċerta rilevanza lil dan is-settur, fil-fatt ma fehmu xejn.", "Imma mhux biss għaliex m'għamlu xejn lanqas u għalhekk tajjeb nistaqsi lill-ex-ministru: Kif trid tibni l-pilastri meta inti għandek il-pedamenti mhux sodi?", "Ara aħna, għaliex it-tieni sular nafu x'inhu u nafu kemm hu importanti, għadna fil-livell ta' riforma li hemm bżonn.", "L-ikbar problema hija li fiċ-ċentri tas-saħħa rari jkun l-istess tabib li jarak minn darba għall-oħra.", "B'hekk il-kura li tingħata tonqos mill-kontinwita' u tonqos ukoll it-tifsira personali u tal-familja li hija essenzjali għall-aħjar kura tal-mard.", "Bi ftehim ma' kulħadd aħna se nwettqu riforma li b'xi mod iżżewweġ is-servizz pubbliku u s-servizzi privati.", "Kura f'dan il-livell tfisser servizz immirat mhux biss biex jitratta l-mard imma aktar importanti biex jipprevenih.", "Biex tasal għal dan, Mr Chairman ̧ trid bilfors il-koperazzjoni tat-tobba.", "Aħna dan mhux biss wegħednih fil-programm elettorali imma ġimgħa biss wara l-bidla tal-gvern, id-direttur tal-kura primarja beda diskussjonijet intensivi kemm mal-MAM u kemm mal-college of family doctors biex din ir- riforma verament nibdew inwettquha.", "U rridu nwettquha għaliex irridu niżguraw kontinwita' ta' kura u għaliex dan huwa l-uniku mod kif nistgħu ngħollu l-livell.", "Li jissaħħaħ dan is-settur ifisser ukoll li nxerrdu l- informazzjoni u l-informatika mhux biss mas-servizz ta' l-isptar imma mas- servizzi kollha.", "Tfisser ukoll li aktar speċjalisti jingħataw xogħol fil- komunita', esperiment li konna bdejna aħna qabel l-1996 u li rnexxielu jnaqqas sostanzjalment in-numru ta' nies li jiġu riferuti lejn l-isptar.", "Illum nafu li jekk inti għandek il-kura primarja, il-kura fil-komunita' b'saħħitha, 'l fuq minn 80% tan-nies li preżentement qegħdin jiġu riferuti l-isptar jonqsu.", "Dan aktar u aktar meta nafu li madwar 30% ta' l-in- patients li għandna fl-isptarijiet huma nies li qegħdin hemmhekk biss għall- investigazzjoni.", "Li ssaħħaħ dan il-livell, Mr Chairman, ifisser ukoll li aktar nies li bħalissa jkunu miżmuma l-isptar jistgħu jmorru lejn darhom biex titkomplilhom il-kura hemmhekk.", "Tfisser ukoll aktar investigazzjoni fuq out-patients u ħruġ ta' servizzi barra, bħal tad-diabete u ta' l-oftalmija, li konna bdejna aħna.", "Naħseb li fuq dan il-kunċett irridu nifhmu li jekk m'aħniex se nagħmlu din ir-riforma f'dan il-livell, il-futur ta' l- isptarijiet ftit hemm ċans li jitbiddel.", "Riforma f'dan il-livell tfisser ukoll li tista' twettaq ir-riforma fil-kura tal-mard mentali.", "Kien għalhekk - forsi dan kien kunċett li kien promoss ukoll mill-health vision 2000 - li għamilna l-ewwel laqgħat bejn il-ministeru għall-politika soċjali, il-ministeru għal Għawdex u l-ministeru tiegħi biex naraw kif ħafna minn dawn is-servizzi nistgħu inwassluhom b'iktar effikaċja fil- komunita' tagħna.", "Nafu li r-riforma li konna nidejna ġewwa l-health centre ta' Ħal Qormi, per eżempju, ma tatx riżultati daqskemm kienu mistennija minħabba l-fatt li meta dħalna biex ningaġġaw support services dawn kienu għadhom neqsin.", "Jien nemmen li din ir-riforma verament trid titwettaq bejn iż-żewġ dipartimenti u nemmen ukoll li biex innaqqsu l-istigma tal- pazjenti afflitti bil-mard mentali, dawn iridu jinżammu fl-isptar għall- iqsar żmien possibbli u l-kura għandha titkompla barra mill-isptar.", "Gvern Laburista pero' lanqas uża l-affarijiet li konna wżajna aħna.", "Per eżempju, l-ex-ministru semma l-Birkirkara health centre u qal li ma fetħuhiex minħabba nuqqas ta' tobba.", "Aħna wkoll ma nistgħux niftħuha minħabba li għad m'għandniex tobba biżżejjed, minkejja l-isforzi li għamlu huma u l-isforzi li qed nagħmlu aħna.", "Pero' xorta waħda ma ħallejnihiex wieqfa.", "Huwa pjaċir tiegħi li nħabbar li fil-bidu tas-sena d-dieħla se tiftaħ l-ispiżerija u l-berġa se titneħħa mill-għassa tal-pulizija ta' Birkirkara u tittieħed hemmhekk biex nibdew nagħtu servizz aħjar.", "Naqbel ukoll dwar ir-riforma li riedet issir fil-bereġ kollha imma n-numru ta' talbiet għar-refurbishment li rċevejt mill-bereġ fl-ewwel 15-il ġurnata ta' dan il-gvern urieni biċ-ċar kemm dan is-settur ġie ttraskurat.", "Aħna komplejna wkoll b'diskussjonijiet maċ-chamber of family doctors u mal-GRTU biex finalment naslu għall-pharmacist-of-your-choice.", "Irrid ngħid li ma kienx fair dak li pprova jgħid l-ex-ministru - u lanqas dak li ġie rrapportat f'gazzetta - li aħna konna ħsibna li se jkun hemm xi ħlas jew xi taxxa.", "Meta wieħed jitkellem fuq taxxa, din tfisser flus li jmorru għand il-gvern u, jekk naslu biex nieħdu din id-deċiżjoni, aħna xorta waħda se noffru lill-pazjenti tagħna l-għażla li jistgħu jibqgħu jieħdu s-servizz komplet min-naħa ta' l-isptar.", "Imma għal dan is-settur importanti Gvern Laburista vvota biss ¥30,000 filwaqt li aħna, għaliex nemmnu verament fih u nemmnu li dan huwa l-veru pedament ta' riforma, minkejja r-restrizzjonijiet li semmejt diġa fl-ewwel budget, qed nivvotaw ħames darbiet aktar milli vvoutaw huma.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi lill- Onor. Farrugia jekk huma jemmnux f'din ir-riforma u jekk jemmnux li din ir- riforma verament trid twassal għal titjib sostanzjali fis-servizzi tas- saħħa.", "U jekk jemmnu f'din ir-riforma, allura l-appell tiegħi huwa sabiex nikkollaboraw u naħdmu flimkien.", "It-tielet sular jew pilastru huwa dak ta' l-isptarijiet u ovvjament hawnhekk ma nistax ma nsemmix l-isptar il-ġdid.", "Dan huwa sptar li sal-lum ħadd għadu ma ddeċieda l-isem tiegħu x'se jkun pero' jekk se nagħtuh isem li jixraqlu dan huwa \"l-isptar ''ta' l-aġġettivi\".", "Beda bħala kunċett fl- 1992 bħala sptar ta' riċerka, ta' tagħlim, ta' eċċellenza u ta' speċjalizzazzjoni.", "Dak iż-żmien anke x-shadow minister min-naħa tal-Malta Labour Party kien qabel dwar il-bżonn ta' sptar ġdid.", "Fil-fatt il-folja nbidlet meta tfaċċa fix-xena l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dan beda jsejjaħlu ''kapriċċ'', ''ħela'', ''kbir wisq'' u li kien hemm ''xamma wkoll ta' korruzzjoni'' madwaru.", "Kien konvint, bħalma kien konvint l-ex-ministru, li stajna nkomplu nkabbru u nirranġaw l-Isptar San Luqa.", "Pero' niftakar li fl- aħħar aġġornament ta' qabel l-elezzjoni, kien l-Onor.", "Sant li qal li minkejja li fil-bidu kienu kontrih illum jaċċettawh.", "Sena u nofs wara l- elezzjoni ta' l-1996 dan l-isptar sar priorita' nazzjonali u kiber għal sptar ġenerali akut, bil-faċilitajiet kollha, u sar proġett ġdid ta' gvern li qabel qatt ma riedu.", "Qabel l-aħħar elezzjoni ta' l-1998 iż-żewġ partiti kienu stqarru li kienu se jibnu, jitla' min jitla' fil-gvern, sptar ġenerali akut u ta' tagħlim.", "Wara l-elezzjoni dan l-isptar ingħata titlu ieħor u l-Onor.", "Farrugia għamel appell f'gazzetta lokali u sejjaħlu ''ġojjell'', kemm għaliex huwa xi ħaġa li jiswa l-flus u wkoll għaliex huwa xi ħaġa li trid tibża' għalih.", "Imma ħalli naraw kemm beżgħu għalih dan il- famuż ġojjell.", "Mal-bidla tal-gvern aħna bdejna naraw fejn kien wasal għax konna nkwetati b'dak li konna smajna mill-istess membri tal-gvern waqt laqgħa tal-kumitat tal-Kamra.", "Naħseb li kulħadd jiftakar ir-rimarki li kienu jagħmlu l-membri tal-gvern lill-istess ministru dwar jekk aħniex kapaċi nżommu n-nefqa rikorrenti ta' dak l-isptar.", "Kien hemm min staqsa: Kif jista' jkun li l- isptar jitmexxa b'bejn 800 u 1,000 sodda?", "Jew: Kif jista' jkun li nżidu n- numru ta' staff għal dan l-isptar?", "Dawn kienu domandi li l-membri tal- Gvern Laburista kienu qed jagħmlu lill-ex-ministru waqt li kien qiegħed imexxi hu.", "Waħda mill-affarijiet li għamilt jiena minħabba dan kollu kienet li fl-ewwel ġimgħa sejjaħt lid-diretturi kolla u ltqajt ma' l-FMSS u staqsejt kemm ġew ikkonsultati dwar kif dan il-ġojjell se jirrelata ma' l- iżvilupp tas-servizz tas-saħħa fuq skala nazzjonali.", "Jiddispjaċini ngħid pero' li ħadd - u din nenfasizzaha - ma kien għadu tkellem fuq dan l- aspett.", "Staqsejthom xi pjanijiet kien hemm għall-migration plan.", "Staqsejt dwar il-każ tas-social cases u kif se jiġi solvut.", "Staqsejt dwar ir- relazzjoni mas-servizzi fil-komunita'.", "Staqsejt ukoll dwar x'se jiġri mill- isptarijiet l-oħra u ovvjament tlabt rapport lill-persuni inkarigati.", "Se nikkwota issa ftit minn dan ir-rapport miktub minn persuna serjissima, persuna li kellha l-fiduċja ta' l-ex-ministru - u għandha wkoll il-fiduċja tiegħi - u li kienet tokkupa l-post ta' principal medical officer-in-charge of new hospital Tal-Qroqq.", "Ħalli naqra daqsxejn x'qalli.", "Staqsejtu:", "\"Il-bini ta' dan l-isptar kif jirrelata mal-kumplament ta' l-iżvilupp tas-sistema tas-saħħa f'pajjiżna?\"", "U dan kiteb hekk:", "\"Furthermore, in the absence of a clear national strategy and policy for the care of psychiatric patients and the elderly and for community services in Malta, it was difficult to identify with precision the future role of St Luke's Hospital and its relationship with other health facilities and services.\".", "Staqsejtu wkoll:", "\" X'direzzjoni kienu ngħataw fil-bini ta' dan l-isptar il-ġdid?\"", "Nerġa' nikkwota:", "\"As we progressed with the planning process, it became apparent that the plans for the new hospital would have either a direct or an indirect effect upon the rest of the public health service.\"", "U sa wara l-elezzjoni - għaliex dan ir-rapport ġie ppreżentat lili ġimgħa wara l-elezzjoni - qed jgħid li:", "\"However unfortunately, despite numerous representations by the undersigned, to date there exists no clear framework or structure to bring these issues to the attention of all concerned and to take the necessary decisions across the board.", "Therefore ...\"", "- din hija l-concluding remark -", "\"... consequently many of these issues have not yet been tackled or dealt with.\"", "Nixtieq nitlob issa l-permess tal-Kamra biex inpoġġi dan id-dokument fuq il- Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' briefing pack dwar medical and health facility planning fl- isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "Sur President, dan juri li ħadd - u nirripeti ħadd - ma kien ingħata l- iċken direzzjoni.", "Meta staqsejthom x'direzzjoni kienu ngħataw qaluli li l- unika direzzjoni li kienu ngħataw kienet li jridu jibnu sptar ta' bejn 800 u 1,000 sodda.", "Staqsejt, per eżempju, dwar l-implimentazzjoni ta' policies ġodda ta' management u sistemi ta' costings, li rrifera għalihom l-ex- ministru.", "U aħna mhux ġojjell sibna imma kobba mħabbla iktar milli qatt konna qegħdin nantiċipaw li se nsibu.", "Għalhekk ridna soluzzjoni malajr għaliex verament nemmnu li l-pajjiż għandu bżonn ta' sptar modern biex inġibu l-qabża fil-kwalita' li konna wegħedna lill-poplu tagħna u għaliex konna konvinti li l-professjoni medika, il-professjoni tan-nurses u tal- paramediċi u l-poplu tagħna mhux biss jixirqilhom dan l-isptar imma dan l- isptar kien se jkun l-għodda kif inkunu nistgħu nwasslu dan is-servizz b'mod iktar professjonali.", "Għalhekk esplorajna l-aħjar triq biex nimxu 'l quddiem b'pass mgħaġġel u għaqli.", "Ħallejna l-options tagħna miftuħin u evalwajna l-konsegwenzi ta' kull waħda minn dawk l-options.", "Sur President, l-Onor.", "Sant staqsiena jekk ikkonsultajniex mal-MAM, mad- diretturi kliniċi u ma' l-FMSS.", "Tajjjeb ngħid li meta konna qed nieħdu dawn id-deċiżjonijiet, il-kumitat tal-MAM kien baqagħlu biss ġimgħa ħajja pero' xorta waħda kkonsultajna miegħu.", "Kellimthom u żgurajthom li nagħmlu x'nagħmlu se nżommu l-isptar il-ġdid kif konna wegħedna u kif konna qbilna ż-żewġ partiti qabel l-elezzjoni, li kien se jkun sptar ġenerali, sptar akut bid-dixxiplini kollha, bi skola medika u skola għall-infermiera.", "Jiena naħseb illi dan kollu kien jinteressahom għaliex kull meta tkellmu u kull meta ħarġu stqarrijiet qalu li huma jridu l-aħjar sptar possibbli sakemm jippermettu l-finanzi tal-pajjiż; u l-finanzi tal-pajjiż ovvjament ma kenux jiddependu minnhom.", "Aħna fehemnihom dwar il-problemi u rrealizzaw kemm kellna raġun li minflok ma nkomplu għaddejjin kif kien għaddej il- gvern ta' qabilna, inpoġġu saqajna fl-art u nerġgħu nevalwaw is- sitwazzjoni.", "Iltqajt ukoll mad-diretturi kliniċi u mad-direttriċi ta' l- infermiera u stedinthom biex jibdew jipparteċipaw fil-proċess kollu.", "Il- ġimgħa li għaddiet iltqajt ukoll mal-kumitat il-ġdid tal-MAM, bl-istess intenzjoni, u bejn in-naħat kollha sar qbil li fuq bażi regolari ta' mhux iktar tard minn darba kull xahar nibdew niltaqgħu u nikkonsultaw biex niżguraw li bil-parteċipazzjoni ta' kulħadd verament inkunu nistgħu noffru ġojjell lill-poplu Malti.", "Sur President, aħna rajna wkoll x'jiġri f'pajjiżi oħra.", "Kulħadd qabel li l-aħjar mod li nimxu u l-iżjed mod mhux komplikat fiċ-ċirkostanzi huwa li mmorru għal turnkey project.", "Għamilna memorandum of agreement ma' Skanska - minkejja li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-bidu kien qal li meta ngħatat it-tender seta' jxomm riħa ta' korruzzjoni - l-istess ditta li meta l-Onor.", "Sant kien kap tal-gvern kien baqa' għaddej magħha b'kuntratt speċifiku, u jkolli ngħid illi kellu raġun.", "Skanska hija ditta serja u żgur li ħadd ma jiddubita mis-serjeta' tagħha.", "Hija wkoll ditta kbira, tant li l-budget li tonfoq kull sena huwa ikbar mill-budget ta' pajjiżna.", "Issa xtaqt nitlob il- permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra elenku ta' proġetti li għamlet Skanska biex insostni dan li qed ngħid.", "F'dan l-elenku nsibu li Skanska bniet mill-inqas 12-il sptar ġewwa l-Amerka u bniet sptarijiet oħra fl-Isvezja, fin-Norveġja, fil-Libja u fis-Saudi Arabia.", "Jiġifieri dwar il-professjonalita' ta' din il-kumpannija żgur li ħadd m'għandu jkollu dubji.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' kuntratti mogħtija lil Skanska għal xogħlijiet fi proġetti ewlenin ta' sptarijiet f'diversi pajjiżi.", "Sur President, aħna ftehemna magħhom kif għandna nimxu u llum stess bagħtu numru ta' konsulenti minn barra u kelli l-pjaċir nagħmel l-ewwel laqgħa magħhom fuq il-medical brief li kienet diġa' miftehma.", "Jien ċert li dan il- ftehim se jwassal għall-iffinalizzar ta' dak li verament se jkun il-proġett tal-millennju għalija bħala tabib u ministru tas-saħħa.", "Pero' qatt ma emminna li dan l-isptar se jsolvi jew jagħmel il-mirakli fis-sistema tas- saħħa.", "Aħna fhimna l-problemi eżistenti ġewwa l-Isptar San Luqa u fhimna li m'humiex biss dawk ta' spazju.", "Bdejna naħdmu kif se nsolvu, per eżempju, il-problema tas-social cases, b'kollaborazzjoni mal-ministeru għall- politika soċjali.", "Għalhekk hawnhekk nerġa' nirriferi, Sur President, għall- konċett ta' kollaborazzjoni bejn id-dipartimenti u l-ministeri, ħaġa li għall-oppożizzjoni sal-ġurnata mqaddsa tal-lum, minkejja li jippridkaw favur it-teamwork u l-kollaborazzjoni bejn il-ministeri, isibuha diffiċli.", "Għal dawn hija diffiċli jaraw żewġ ministeri jiftehmu biex jiffaċċjaw problema waħda.", "Għalhekk aħna ħtarna kumitat biex nimxu fuq pjan konkret u fit-tul fl-iqsar żmien possibbli.", "Komplejna nevolvu wkoll sistemi ta' kif nużaw aħjar is-sodod li għandna llum ġewwa l-Isptar San Luqa u li se jkollna 'l quddiem fl-isptar il-ġdid.", "Ta' dan diġa' tajna prova għaliex il- bed occupancy policy li ntroduċejna fl-orthopaedic wards - għalkemm l-ex- ministru qal li din kienet xi ħaġa li vvintawha huma, sabuha lesta u taħdem - għadha taħdem sal-lum u se tiġi żviluppata biex 'il quddiem tkun tkopri l- isptarijiet kollha.", "Sur President, rajna wkoll kif l-iżvilupp ta' l-isptar il-ġdid jista' jinfilsa ruħu fil-konċett u fl-integrita' ta' l-iżvilupp tas-settur kollu tas-saħħa, u rajna kif dan is-servizz u n-nuqqasijiet fis-servizzi fil- komunita' qegħdin jinfluwenzaw lis-servizzi ġewwa l-isptarijiet.", "Naħseb li l-kollega tiegħi jaf li ġewwa l-Isptar San Luqa llum għandna average ta' tliet swali - u probabbilment fix-xitwa jitilgħu għal erbgħa - illi huma okkupati b'nies li sempliċement qegħdin hemm għaliex is-sistema li tikkurahom barra mill-isptar m'hijiex evoluta biżżejjed.", "Kif għidt, aħna sejrin noffru soluzzjonijiet veri imma fil-bidu, kif diġa' stqarr il- Ministru għall-Politika Soċjali, bilfors se jkollna naqgħu fuq il- parteċipazzjoni mal-privat għax żgur li hemm bżonn urġenti li nsibu s- soluzzjonijiet.", "Fil-fatt se nintroduċu policies ġodda u huwa pjaċir għalija li nħabbar li minn Marzu li ġej se nwettqu riforma oħra fil- mediċina, riforma dwar kif jiġu ammessi u kif jitqassmu n-nies ġewwa l- isptarijiet tagħna.", "Sur President, għall-bidu ta' Marzu se nintroduċu acute admission ward illi se tippermetti li kull pazjent illi jiddaħħal ġewwa l-isptar jiġi investigat fl-iqsar żmien possibbli f'din is-sala qabel ma jipproċedi skond il-kondizzjoni li jkollu.", "Dan ifisser ukoll li 'l quddiem irridu niżviluppaw iktar is-sub-specialities, kif kienu ndikawlna u kif ovvjament titlob il-mediċina llum.", "Tkellimna ftit ukoll dwar l-Isptar Zammit Clapp.", "Dan l-isptar kien wieħed minn dawk l-isptarijiet illi kien mudell ta' kif għandu jitħaddem sptar modern ġewwa pajjiżna.", "Kien sptar li kien ingħata awtonomija li tat riżultati pożittivi tant li l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet qablet li dan huwa l-mudell ta' sptar li fuqu rridu nibnu u nipproġettaw l- isptarijiet tagħna fil-futur.", "Imma telgħu fil-gvern huma, indunaw li biex ikollok servizz tajjeb trid tonfoq il-flus u beda l-indħil politiku.", "Kemm- il darba aħna mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni tlabna lill-ministru jgħidilna x'kienu r-raġunijiet veri li ġiegħlu liċ-chief executive ta' dan l-isptar u lill-matron jitilqu minn posthom.", "Illum li qegħdin fil-gvern stajna naraw din il-korrispondenza u nista' ngħid li r-raġuni speċifika li għaliha kienet telqet il-matron ta' dak iż-żmien kienet minħabba nuqqas ta' komunikazzjoni bejn il-management committee u l-istaff stess.", "Issa llum, għaliex daħħalna parti mill-management fuq dan il-kumitat, l-Onor.", "Farrugia jiġi jgħajjarna li m'aħniex koerenti!.", "Nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-korrispondenza.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-ittra tar-riżenja mill-matron ta' l-Isptar Zammit Clapp mibgħuta lill-acting chairman tal-hospital management committee ta' l- istess sptar fit-23 ta' Lulju, 1998.", "Ridt nitkellem ftit ukoll fil-qosor fuq Mount Carmel u kif irridu mmexxuh 'il quddiem.", "Ir-riforma vera ġewwa Mount Carmel m'hijiex li tagħmel is- swali u li tagħmlilhom affarijiet ta' xenxil.", "Il-vera riforma ġewwa Mount Carmel trid issir u tista' ssir biss meta nkunu f'pożizzjoni li ħafna min- nies li hemm hemmhekk illum inkunu nistgħu nirrintegrawhom fis-soċjeta' u nerġa' nenfasizza li dan m'huwiex pass li jista' jagħmlu d-dipartiment waħdu imma jrid ikollu wkoll koperazzjoni u ħidma intensiva ma' dipartimenti oħra, fosthom dak tal-politika soċjali.", "Sur President, wegħdu wkoll li biex torbot it-tliet pilastri li kienu semmew huma - jew it-tliet sulari li qed insemmu aħna - trid bilfors ikollok professjoni li qed tħaddem dawn is-servizzi serja u motivata.", "Ħalli naraw x'wegħdu fil-programm elettorali.", "Kienu wegħdu li kien hemm bżonn li l-istaff mediku u paramediku jkun kuntent bil-kondizzjonijiet tax- xogħol.", "Kienu wegħdu li titwaqqaf sistema ġdida ta' allokazzjoni ta' infermiera u paramediċi biex dawn ma jibqgħux jiddependu mill-ministru u l- gvern tal-ġurnata.", "Wegħda oħra kienet li kellha tissaħħaħ id-dixxiplina fil-livelli kollha ta' l-impjegati.", "Tafu kif għamlu?", "Tafu kif żammewhom kuntenti lill-impjegati?", "Billi f'ġurnata waħda biss ingħataw 'il fuq minn 81 transfer.", "Kollega ta' l-Onor.", "Farrugia għamel domanda parlamentari lilna dwar in-numru ta' transfers li tajna aħna.", "Dan aħna weġibnih u għidnielu li l-maġġoranza ta' transfers li tajna tajnihom fuq talba tan- nurses stess.", "Oħrajn saru minħabba redeployment.", "(Interruzzjonijiet) Kontu għadkom ma sinnejtux snienkom biżżejjed għaliex f'ġurnata waħda tajtu iktar transfers - u dawn ma kenux transfers li talbuhom in-nurses, imma transfers li ġew imposti fuq in-nurses mingħajr l-awtorizzazzjoni tad- direttriċi li tant kienu jiftaħru biha - milli ngħataw transfers s'issa!", "B'hekk kienu jżommuhom kuntenti!", "(Interruzzjonijiet) Le, ma tajthomlhomx jiena.", "Tajthomlhom fuq parir tad-direttriċi, kif suppost isir.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx iżjed interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, dawn kienu jżommuhom kuntenti billi l-ex-ministru kien jibgħat nies mhux kwalifikati mis-segretarjat biex jinvestigaw lin-nurses, billi kienu jagħtu transfers li joħorġu direttament fuq struzzjonijiet ta' nies mis-segretarjat u dawk li verament kellhom jagħmlu deployment tan-nurses skond il-bżonnijiet tas-servizz saru biss rubber stamp.", "Nista' nsemmi, per eżempju, l-iskandlu tal-paramedics - għalkemm m'iniex se nidħol fid-dettall peress li l-każ qiegħed il-qorti - fejn kienet tpoġġiet persuna illi ovvjament kienet ta' fiduċja kbira ta' l- ex-ministru.", "Sur President, il-ministru ried ukoll jagħmel id-dixxiplina fuq kulħadd u jaqbeż għal kulħadd.", "Tant jaqbeż għal kulħadd li darba minnhom ħareġ stqarrija - għax dan dilettant ta' l-istqarrijiet - jiddefendi persuna illi ngħatat transfer meta din il-persuna, ukoll ta' fiduċja tiegħu, qabel il- ġurnata li ffirmat li kellha toħroġ mix-xogħol kienet qiegħda l-airport se taqbad ajruplan għall-Kanada!", "Diġa' semmejt l-inkjesti li għamilna fuq l- overtime u poġġejt il-karti fuq il-Mejda tal-Kamra, pero' huwa importanti li wieħed jevalwa din l-inkjesta li saret.", "Kellna wkoll numru ta' nurses li ma kenux qegħdin jagħmlu nursing duties u din kienet waħda mill- affarijiet li ġiegħlet lill-union tan-nurses u lill-union tat-tobba jgħidu li kienu nkwetati bit-tnaqqis fis-servizz.", "Pero' aħna għamilna mirakli għall-professjoni tan-nurses għax jekk wieħed jara biss biss kemm żdiedu l-pagi, jsib li taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista l-pagi żdiedu b'68%.", "Għamilna conversion courses, tajnihom struttura ta' awtonomija, iffirmajna l-aħjar collective agreement li qatt kellhom.", "Imma li timmotiva lin-nies ma jfissirx li timmotiva lin-nurses biss għax hemm ukoll it-tobba.", "Tajjeb ngħid hawnhekk li meta ħriġna l-call for applications għall-post of senior registrar kien l-ex-ministru illi ħareġ stqarrija u qal: Dawk jien għamilthom, tiftaħrux b'rixi!", "U qegħdin naraw dawn il-famużi calls for applications illi suppost kellhom jimmotivaw lit-tobba!", "Sibna li f'waħda minnhom għandek imniżżel li biex tapplika jrid ikollok kwalifika ogħla ta' wara l-gradwazzjoni fil-kirurġija ġenerali - jiġifieri ċertifikat ta' speċjalista tar-Renju Unit jew ċertifikat ekwivalenti rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea - u mill-anqas erba' snin esperjenza fi speċjalita', li minnhom mill-anqas tliet snin iridu jkunu f'livell ta' registrar, jiġifieri ta' wara l-FRCS fir-Renju Unit jew fi status ekwivalenti rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea.", "B'hekk iridu jimmotivaw it-tobba tagħna illi minflok marru barra biex jaqilgħu l-flus baqgħu Malta biex jagħtu servizz lill-poplu Malti?", "Dawn huma nies li minkejja li ma telqux barra minn Malta, kif għamlu sħabhom, biex joffru l-aħjar servizz lill-Maltin spiċċaw li mhux se jkollhom ċans jimxu 'l quddiem fil-karriera tagħhom.", "Irrid ngħidu ukoll kif kienu jiġu mmotivati n-nurses taħt l- amministrazzjoni Laburista u se nsemmi każ speċifiku.", "Kienu saru interviews to staff nurses interested to work in the renal unit u ġew magħżula sitta min-nies.", "L-ewwel wieħed kien ittieħed.", "Rigward it-tieni wieħed għandi ittra hawnhekk ta' waħda mill-kontestanti li tgħid:", "\"The person mentioned above is Mr. ....", "According to an official letter handed to me with the results of an interview held on the 4th of March, 1998 this person is not even listed.", "My name is second on the list, of which I am sending you a copy.\"", "Jekk irid l-ex-ministru din ukoll nista' npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn huma eżempji ċari ta' kif kienu jiġu ttrattati n-nurses u professjonijiet oħrajn taħt l-amministrazzjoni Laburista.", "Se ngħid xi ħaġa issa fuq il-budget.", "Dan kien budget li kkonferma li għall-Partit Nazzjonalista s-servizz tas-saħħa jitqies bħala servizz soċjali ta' importanza kbira, fejn kull miżura li tittieħed tpoġġi lill- persuna fiċ-ċentru tal-ħidma politika tagħha.", "Ridna nikkonfermaw ukoll il- fehmiet bażiċi tal-partit dwar is-saħħa, illi dan għandu jkun servizz ta' l- ogħla kwalita' mingħajr ħlas, aċċessibbli għal kulħadd, b'attenzjoni partikolari għal dawk l-inqas ixxurtjati, servizz illi waqt li joffri l- aħjar li jista' joffri l-gvern jippermetti wkoll għażla vera għall-privat.", "U naħseb li l-għażla vera għall-privat ma tagħmilhiex billi tpoġġi t-taxxi fuq dawk in-nies illi bi sforz ikunu għażlu illi jieħdu insurance privata.", "L-ex-ministru qalilna illi stennejna li se nneħħuha.", "Għandna ħames snin sħaħ biex inneħħuha!", "Jew inkella issa se nibdew nippretendu li kulma wegħedna fil-programm elettorali li rridu nwettquh f'ħames snin se nagħmluh fl-ewwel tliet xhur!", "B'dan il-budget ridna nagħtu direzzjoni ċara għal riforma globali fuq medda ta' żmien.", "Dan ifisser li f'kull pass li rridu nieħdu, sew jekk inhu bini ta' sptar ġdid, sew jekk inhu l-funzjoni ta' l- isptar San Luqa, sew jekk hu l-funzjoni ta' l-isptarijiet l-oħrajn, jekk wieħed ma jkollux pjan ċar kif irridu nintegraw dawn l-affarijiet kollha, jekk ma jkollu kunċett ċar ta' kif verament irridu nirriformaw il-kura fil- livell primarju, allura ovvjament ir-riżultati m'humiex se jiġu.", "Sur President, aħna enfasizzajna l-importanza tar-riforma bżonjuża fil- komunita' bħala l-pedament tar-riforma kollha u vvotajna, nerġa' ngħid, ħames darbiet aktar milli vvota l-Malta Labour Party.", "Aħna nemmnu bil- fatti u mhux bil-kliem, kif għidt fil-bidu.", "Aħna ma rridux nagħmlu l- iżball tagħhom li naħsbu li għax sejrin nonfqu u nibnu sptar ta' ¥100 miljun sejrin insolvu l-problemi.", "Hawnhekk irrid nagħmel appell.", "Qegħdin noffru stedina ċara lill-oppożizzjoni biex ladarba naqblu fuq il-bżonnijiet ta' pedament u ta' sulari, nikkollaboraw biex niżguraw servizz ta' l-ogħla kwalita' lill-poplu Malti kollu, aktar u aktar meta nafu li din ir-riforma trid tieħu fit-tul u m'għandha tkun ta' l-ebda partit politiku imma għandha tkun biss riforma tal-poplu Malti kollu.", "Nappellalhom ukoll biex inkunu serju ma jmorrux jgħidu, kif ipprovaw joħorġu fuq il-gazzetta, li naqqasna l-vot tas-saħħa meta llum dan il-vot qiegħed jifrux bejn tliet ministeri.", "Il-vot tas-saħħa fil-verita' żdied.", "(Interruzzjonijiet) Għalfejn qegħdin tipprovaw tingannaw meta tafu li l-vot ta' l-anzjani issa m'għadux taħt il-vot tas-saħħa?", "(Interruzzjonijiet)", "Mhux kemm tivvota fondi kapitali jgħodd imma kemm tonfoq minnhom.", "Ħalli ngħidlek intom kemm ivvotajtu fondi kapitali u kemm infaqtu.", "Intom ivvotajtu Lm30,000 għal equipment għal Mount Carmel Hospital imma taf kemm infaqtu?", "Infaqtu biss ¥127.", "Fil-health centres ivvotajtu ¥150,000 imma nfaqtu ¥97,000.", "Għas-sistema tad-drenaġġ fl-aħħar sena - għax imbagħad din ma baqgħetx priorita' -ivvotajtu ¥50,000 u ma nfaqtu xejn.", "Għall- modernizzazzjoni ta' l-Isptar San Luqa vvotajtu ¥600,000 u nfaqtu ¥264,000.", "Din is-sena għar-refurbishment ta' San Luqa vvotajna ¥600,000 u vvotajna daqshekk tort tal-kollega tiegħi l-ministru tal-finanzi pero' lanqas hu ma kellu tort għax tant kien ilu jisma' lilek tgħid li lestejt kollox illi allokalna ftit.", "Tant kien ilu jisimgħek tgħid li lestejt kollox u li ġibt kollox perfett, illi qal li m'huwiex se jibqa' jonfoq daqshekk.", "Pero' meta mbagħad bdejna naraw l-actual expenditure ndunajna li m'għamilt assolutament xejn.", "Jiġifieri tipprovawx tgħaddu n-nies bi żmien.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, aħna ridna nuru biċ-ċar li allavolja ilna biss tliet xhur fil-gvern u ħadd ma stenna mirakli, ma qgħadniex inħarsu.", "Aħna użajna dawn id-90 ġurnata li jissejħu l-honeymoon tal-gvern bil-għaqal.", "Poġġejna l-bażi u tajna direzzjoni ta' kif irridu nwettqu l-famuża viżjoni tagħna, xi ħaġa li sfortunatament dejjem kienet nieqsa min-naħa ta' l-oppożizzjoni, viżjoni li m'għandhiex tappartjeni biss lilna imma titlob u tesiġi l- kollaborazzjoni ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, jiena diġa' għamilt stedina lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Farrugia biex fuq ċerti boards jibda jinnomina nies ta' fiduċja jew aħjar membri parlamentari min-naħa tagħhom.", "Dan huwa l-ewwel pass li qatt sar biex verament, mhux bil-paroli biss, nuru lill-poplu illi fil-parlament għandna żewġ partiti serji.", "Għandna żewġ partiti illi għalkemm jiġġieldu u ma jaqblux fuq ċerti ideat, żgur li l- għan tagħhom huwa li jwasslu l-aħjar servizz lill-poplu tagħna, servizz li kif għidt qabel, irid jieħu t-tul biex jiżviluppa, servizz li mhux se jagħmlu kompletament la partit u lanqas partit ieħor, pero' servizz li għandu jkun il-mira taż-żewġ partit u l-għożża tal-poplu Malti.", "Sur President, biex nagħlaq irrid bilfors nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom u baqgħu jagħtu servizz tajjeb, lin-nurses, lit-tobba, lill- paramediċi, lill-fisjoterapisti, lill-handymen u speċjalment lill-NGOs li minkejja d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom u li għad jiltaqgħu magħhom taw l-aħjar kontribut li setgħu lill-pazjenti mil-lat uman.", "Jiena nemmen illi l-ebda pazjent m'għandu jingħata kulur politiku, nemmen li l-ebda pazjent u lanqas ħaddiem ġewwa l-isptar m'għandu jiġi diskriminat minħabba t-twemmin politiku tiegħu sakemm dik il-persuna taqdi s-servizz li jkun jintalab minnha.", "Kien bl-għajnuna ta' ħafna minn dawn il-professjonisti u bid-direzzjoni li taw il-gvernijiet illi llum xorta waħda għandna servizz li jikkompara favorevolment ma' pajjiżi oħra Ewropej ikbar minna.", "Jiena ċert pero' li bil-kollaborazzjoni ta' dawn il-professjonisti u paramediċi s- servizz għandu jmur 'il quddiem.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Michael Farrugia għal Vot 54 tal- ministeru tas-saħħa.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura din id-divison tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Michael Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "21 FAVUR: 30 L-Onor.", "| | | |Abela Carmelo|Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "KONTRA 35 L-Onor.", "|Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Mario | |Asciak |Galea Pace | |Michael |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen|Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "L-Emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN:.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-Vot 54 tal-ministeru tas-saħħa.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 54 - MINISTERU TAS-SAĦĦA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 51,308,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 54 - Ministeru tas-Saħħa, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess, dejjem skond l- istess mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "22", "FAVUR : 35 L-Onor.", "|Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Mario | |Asciak |Galea Pace | |Michael |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen|Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA : 30 L-Onor.", "| | | |Abela Carmelo|Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 54 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XIII - MINISTERU TAS-SAĦĦA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 12,191,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIII - Ministeru tas-Saħħa, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XIII għaddiet.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li l- Voti 54 u XIII kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 15 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1999", "It-Tmien Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd", "Fid-9.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "XEMXIJA - ASFALTAR TA' TOROQ", "1778.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinkludi fil-programm tax-xogħlijiet għas-sena d-dieħla, l-għoti ta' asfalt jew tarmac u x-xogħol fuq il-bankini ġodda ta' Triq l-Awwista u Triq il-Pwales, fix-Xemxija?", "Billi f'dawn l-aħħar sitt snin għamilt diversi talbiet għan-nom ta' dawn ir-residenti u qatt ma sar xejn, jista' l-Ministru jikkordina din it-talba sabiex ikun assigurat li s-sena d-dieħla x-xogħlijiet isiru verament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ JEAN DE LA VALETTE", "1779.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinkludi fl-estimi tal-Budget ta' l-1999 ix-xogħlijiet ta' bankini ġodda u asfaltar jew tarmac ta' Triq Jean De La Valette u l-madwar tagħha f'San Pawl il-Baħar?", "Billi t-talba ta' dawn ir-residenti ilha pendenti s-snin, jista' l- Ministru jassigura lill-Kamra li fil-fatt ix-xogħlijiet jsiru vera s-sena d- dieħla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ IT-TORRI - XOGĦLIJIET", "1780.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi r-residenti ta' Triq it-Torri San Pawl il-Baħar, ilhom jistennew is-snin biex tiġi rranġata t-triq residenzjali tagħhom, jista' l-Ministru jikkordina x-xogħlijiet mad-dipartimenti u l-kunsilli lokali konċernati?", "Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet pendenti jsiru s-sena d-dieħla, jiġifieri l-1999?", "Jekk iva, meta u jekk le għaliex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).", "QORTI - PRIĠUNIERI", "1816.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li meta l-pulizija tressaq u takkumpanja lil xi persuna/i fil- qorti ma daħħalhomx mill-bieb prinċipali tal-qorti qisha qed tagħmel xi show bihom?", "Dawn jistgħu jidħlu mill-bieb ta' wara li hemm fi Strait Street?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor Interpellant hu mitlub li jagħmel id- domanda lill-Ministru responsabbli għall-Intern.", "SEGRETARJATI TAL-MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - IMPJEGATI", "1817.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-persumni li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis- segretarjati tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jindika wkoll id-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom, id-dmirijiet li qegħdin jaqdu issa u x'allowance qegħdin jirċievu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija minni għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 81, 290 u 647.", "Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat Privat tiegħi u f'dak tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħi issa beda imma għadu ma ġiex konkluż.", "Għalhekk, risposta sħiħa għal din il-mistoqsija f'dak li jirrigwarda il-Ministeru tiegħi tingħata f'xi seduta oħra.", "Jekk l-Onor Interpellant jixtieq dettalji dwar staff f'Segretarjati Privati oħra, nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - ALE - TNEĦĦIJA TA' KAROZZI", "1818.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk is-sezzjoni tal-pulizija - l-Administrative Law Enforcement (ALE) - waqfitx milli tkompli tieħu passi biex tneħħi karozzi abbandunati fit-toroq?", "Jekk le, kemm ġabret karozzi, xahar b'xahar, minn Jannar 1998 sa Novembru 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi s-sezzjoni ta' l-A.L.E. tal- Pulizija, ma waqfitx milli tneħħi vetturi abbandunati.", "Fil-fatt matul din is-sena tneħħew dawn il-vetturi : Jannar 28 Frar 25 Marzu 17 April 23 Mejju 16 Gunju 11 Lulju 17 Awissu 4 Settembru 9 Ottubru 17 Novembru* 15 SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA", "1854.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew sospiżi ħaddiema fis-Servizz Ċivili, sena b'sena mill-1992 'il hawn?", "Kemm minn dawn ġie eventwalment terminat l-impjieg tagħhom?", "X'kienet ir-raġuni tas-sospensjoni f'kull każ?", "Kemm-il persuna sospiża eventwalment kompliet bix-xogħol tagħha fis-Servizz Ċivili?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi t-tip ta' każijiet li fihom impjegati tal-Gvern jistgħu jiġu sospiżi u eventwalment jiġu nterdetti huma:", "każijiet dwar reati serji ta' dixxiplina li jiġu nvestigati mill-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku; u", "każijiet kriminali fil-Qorti li fihom ikunu nvoluti uffiċjali pubbliċi.", "It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa miġbur fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - SPEJJEŻ", "1892.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti l-ispejjeż involuti għaż- żjarat li saru fl-14/11/98, fid-29/10/98, fil-05/11/98 u fil-11/11/98 li ma ngħatawx fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 982?", "Jista' l- Ministru jinkludi l-ispejjeż tal-biljetti ta' l-ajru fejn dawn ġew esklużi?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "MARSA RACING CLUB", "1893.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 898, jista' l-Ministru: (a) jagħti breakdown tad-dejn ta' Lm45,000 li jsemmi fit-tweġiba tiegħu u fiex kien jikkonsisti; (b) jgħid min kienu l-promoturi li għaddew self lill-club li jirriferi għalihom l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu; u (ċ) jgħid liema u kemm huma membri fil-kumitat tal-Marsa Racing Club li mhumiex horse owners?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dejn ta' Lm45,000 sar meta l-Gvern ried jibni korsa u talab lis-sidien biex jagħtu l-għajnuna finanzjarja tagħhom.", "Kienet saret Promoters Association biex setgħet tinġabar din is-somma.", "Ħafna minn dawk li offrew l-għajnuna kienu sidien u dilettanti.", "Il-flus kienu inġabru bejn l-1980 u l-1981 u kellhom jitħallsu lura fi żmien ħames snin.", "Sadanittant il-Club kien qed iħallas imgħax bir-rata ta' 6.5%.", "Id- dejn beda jitħallas lura fl-1993.", "Jidhirli li l-lista tal-promoturi li għaddew self lill-Club tista' f'dan l- istadju tintwera konfidenzjalment lill-Onor.", "Membru.", "Il-membri tal-kumitat tal-Marsa Racing Club li m'humiex sidien huma Paul Midolo, Alfred Cinagura, Piju Saliba u Mario Meli.", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SOĊJALI", "2478.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jirċievu l-għajnuna soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali huwa ta' 103.", "SAN VINCENZ DE PAULE - IMPJEGATI", "2479.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet uffiċjali tax-xogħol tal-plumbers u electricians li jaħdmu fl-Isptar San Vincenz de Paule?", "Kemm hemm ħaddiema li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol?", "X'inhi l-medja ta' sejħiet għall-maintenance ta' kuljum, kemm għall- plumbers kif ukoll għall-electricians?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-Maintenance Section tar-Residenza ta' San Vinċenz hemm sebgħa plumbers u tmin electricians.", "Dawn qed jaħdmu fuq shift ta' AOAO.", "Il-ħinijiet tax-xogħol huma mis-sebgħa ta' filgħodu sas-sebgħa ta' filgħaxija.", "Il-medja tax-xogħol hija ta' tmintax il-sejħa kuljum għall-Plumbers u tnejn u għoxrin għall-electricians.", "ETC - ŻJARAT MILL-ISPETTORAT", "2480.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jelenka kemm saru żjarat mill-ispettorat ta' l-ETC, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm minnhom għadhom sub judice?", "X'inhi l- preskrizzjoni ta' dawk il-każi li għadhom sub judice?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi każi li għadhom sub judice jiġu xolti qabel ma tgħaddi l-preskrizzjoni minn fuqhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SAN VINCENZ DE PAULE - NURSING AIDE", "2515.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Veru li n-nursing aide partikolari ngħata transfer minn San Vinċenz de Paule fejn ġie mibgħut jaħdem fil-laundry bħala supervisor?", "Veru li dan l-istess nursing aide għandu l-permess li minflok li juża l-punch clock bħal ħaddiema l-oħra fil-grad tiegħu, qed jitħalla jiffirma?", "Veru li n-nursing aide ieħor intbagħat jaħdem l-Isptar San Luqa bħala security guard, u jekk fl-affermattiv, taħt liema kriterji amministrattivi sar dan it-transfer?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux veru li Nursing Aide partikulari ngħata transfer għal ġol-Laundry.", "Li ġie transferred il-Laundry huwa Health Assistant li bħalu hemm diversi Health Assistants oħra li jaħdmu ġol- Laundry.", "Mhux veru wkoll li dan qed jitħalla jiffirma.", "Dan qed jippanċja u l-Punch Card No. tiegħu huwa l,202.", "Dak li ġie transferred għal mas-Security huwa Health Assistant u mhux Nursing Aide.", "SAN VINĊENZ DE PAULE - PAZJENTI", "2516.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti minn San Vinċenz de Paule mistednin għall-ikla ta' San Martin li għadha kif għaddiet ix-xahar l-ieħor?", "Kemm kien hemm membri ta' l-istaff preżenti għal din l-okkażjoni?", "Xi gradi kellhom dawn il-membri ta' l- istaff?", "X'inhuwa t-total ta' flus li ġew minfuqa fuq din l-attivita'?", "Kemm kien hemm privates privati mikrijin għall-istess attivita', u mil- liema garaxx kienu mikrijin?", "Kemm hemm patient transporters irreġistrati ma' l-istess Sptar San Vinċenz de Paule?", "Kemm dawk li huma proprjeta' tal- gvern u kemm dawk li huma mikrijin mingħand garaxxijiet privati?", "X'inhu l- ammont li suppost jonfoq l-entertainment section kull sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għall-Festa ta' San Martin li bħal snin oħra ġiet ċelebrata fil-ġonna tal-Buskett nhar il-11 ta' Novembru 1998, attendew b'kollox 210 anzjani li minnhom kien hemm 85 wheel chair cases.", "Biex jieħdu ħsieb u jgħinu lil dawn l-anzjani għal din l-okkażżjoni kienu nvoluti 26 staff.", "Tlitt coaches bil-lifter, bus u żewġ vannijiet kollha ta' din ir-Residenza, intużaw biex iġorru l-anzjani u l-ikel.", "Inkrew tlitt buses mingħand il-Paramount Garage u ġew imħallsa mill-Welfare Committee.", "L-ispiża għal din l-okkażżjoni kienet ta' Lm319.", "L-entertainment section m'għandiex vot speċifiku ta' kemm għandha tonfoq flus fis-sena.", "MINISTERU TAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KIRI TA' KAROZZI", "2528.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1660?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MINISTERU TAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - VETTURI", "2529.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1659?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tla-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MINISTERU TA' L-INTERN - REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "2530.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1657?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1657 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra.", "KUNSILLI LOKALI - POLICY BIEX MA JSIRX TIPJIP", "2531.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1531?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1531, ninsab infurmat li 24 Kunsill addottaw policy biex ma jsirx tipjip fl-uffiċini u s-swali tal-konferenzi tagħhom.", "Dawn huma:", "Żebbuġ (Malta), Żejtun, Birkirkara, Fgura, Floriana, Għajnsielem, Gharb, Għasri, Għaxaq, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Nadur, Naxxar, Paola, Pembroke, Qrendi, San Ġwann, Santa Luċija, Santa Venera, Ta' Xbiex, Tarxien, Xagħjra, Żurrieq.", "MALTACOM - TRASFERIMENTI", "2533.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 474?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi saru ħames trasferimenti fil-Maltacom.", "Dawn it-trasferimenti saru skond l-esiġenzi tax-xogħol.", "Għal dik li jirrigwarda trasferimenti futuri, dawn isiru meta u jekk ikun meħtieġ.", "MALTACOM - LINJI ĠODDA", "2534.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 439?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ġew installati 2105 linji ġodda tat-telephone f'Malta u f'Għawdex.", "Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, jiena nfurmat li l-Maltacom ma żżommx statistika.", "SKEJJEL - GROUNDS", "2545.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu jew se jittieħdu matul din is-sena skolastika biex mill-grounds ta' l-iskejjel jew qrib ħafna tagħhom jitneħħew dawk it-tipi ta' siġar li jikkaġunaw problemi għat-tfal li jbatu bl-asthma u b'mard ieħor respiratorjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex it- tagħrif mitlub jinkiseb, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "2546.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għal: (a) bini ta' skejjel ġodda; u (b) estensjoni ta' skejjel eżistenti?", "Liema huma dawn l-iskejjel?", "F'liema stadju waslu, f'kull każ, dawn l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - ŻIDIET FIL-MIŻATI", "2547.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kemm kien hemm talbiet għal żidiet fil- miżati minn skejjel privati?", "Liema skejjel għamlu dawn it-talbiet u x'kienu t-talbiet f'kull każ tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex it- tagħrif mitlub jinkiseb, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - TUCK SHOPS", "2548.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' ħelu u xorb huwa permess li jinbiegħ fit- tuck shops ta' l-iskejjel tal-gvern?", "Xi spezzjonijiet saru matul din is-sena skolastika biex isir magħruf il- kwalita' u l-prezz ta' dak li qed jinbiegħ fit-tuck shops?", "Min għamel dawn l-ispezzjonijiet?", "F'liema skejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fit-Tuck Shops jista jinbiegħ ilma minerali, xarbiet mingħajr zokkor u kemm jista jkun frott frisk magħsur.", "Ma jistax jinbiegħ xorb alkoħoliku u birer.", "Fir-rigward ta' ħelu, jista jinbiegħ varjeta ta' ful, ċiċri, karawett, ġewż, lewż, qastan eċċ. Ma jistax jinbiegħ 'chewing gum' u ħelu li jeħel mas-snien bħal qubbajt jew toffee.", "Id-Direttur tal-Kummerċ intalab biex jagħmel spezzjonijiet rigward il- kontroll tal-prezzijiet.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa intalab jagħmel spezzjonijiet biex ikunu żgurati l- iġjene fil-post u s-saħħa fil-prodotti għal-bejgħ mit-Tuck Shop.", "L-ispezzjonijiet isiru fit-Tuck Shops kollha.", "ENTITAJIET SPORTIVI - BORDIJIET", "2549.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet li twaqqfu biex imexxu entitajiet sportivi u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek li inti personalment iltqajt magħhom mindu dħalt fil-ħatra?", "Kemm hemm talbiet pendenti minn dawn l-għaqdiet biex jiltaqgħu miegħek u għadhom qed jistennew tweġiba?", "Liema minn dawn il-bordijiet iltaqgħu mas-segretarju parlamentari fl- istess żmien?", "Kemm hemm talbiet pendenti għal-laqgħat simili quddiem is-segretarju parlamentari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub dwar it-talbiet pendenti irid jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ORGANIZZAZZJONIJIET PARASTATALI - SPECIAL LEAVE", "2550.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn ma baqax jingħata special leave bħal qabel lil min ikun se jirrappreżenta lil Malta fl-isports barra l-pajjiż jew bħala player jew bħala referee?", "Jista' l-Ministru jara li din il-politika terġa' tiġi lura għalli kienet kemm fil-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll fl-organizzazzjonijiet parastatali oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-ispecial leave imsemmi għadu jingħata.", "Jiena nfurmat ukoll li kill talba li ssir f'dan ir-rigward tiġi kkunisidrata skond il-merti tagħha.", "QRATI - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "2578.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li ttellgħu l-qorti din is-sena u kien hemm divjett tal-publikazzjoni ta' l-isem?", "X'tip ta' reati kienu akkużati f'kull każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta` persuni li ttellgħu il-Qorti din is-sena.", "Dan peress li l- kawżi kriminali għadhom ma ġewx kompjuterizzati.", "Lanqas ma tinżamm statistika dwar id-divjett tal-pubblikazzjoni ta` l-isem u dwar it-tip ta` reati li kienu akkużati f'kull każ.", "ĦABS ĊIVILI - RELAPSE RATE", "2579.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa r-relapse rate ta' persuni li xi darba kienu diġa' skontaw sentenza l-ħabs?", "Kemm kien fil-każ ta' persuni li weħlu probation jew sentenza sospiża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fl-1997, li hi l-aħħar sena sħiħa li dwara nġabet statistika fir-rigward tas-suġġett tal-Mistoqsija, minn 246 sentenza ta' ħabs li ngħataw, 93 ingħataw lill-persuni li kienu ngħataw sentenza ta' ħabs qabel.", "Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi ma jżommx statistika dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija.", "ĦABS ĊIVILI", "2580.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni miżmuma fil-ħabs ta' Kordin li nstabu taħt l-effett tad-droga, xahar b'xahar din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad-droga, xahar b'xahar, minn Jannar 1998 sa Novembru 1998 kien kif ġej :", "|Jannar |9 | |Frar |xejn | |Marzu |xejn | |April |2 | |Mejju |xejn | |Ġunju |xejn | |Lulju |xejn | |Awissu |xejn | |Settembru |xejn | |Ottubru |xejn | |Novembru |1 |", "PULIZIJA - ANZJANI VITTMI TA' REATI", "2581.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittma ta' xi reat mill-5 ta' Settembru sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "PULIZIJA - KAŻI TA' HOLD-UPS", "2582.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold-ups mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u d- 9 ta' Diċembru, 1998, il-Pulizija kellha 15 -il-rapport ta' hold-up.", "Barra minn dan kien hemm wieħed li rriżulta li kien rapport falz.", "Minn dawn 5 ġew solvuti.", "Kien hemm rapport ieħor, mhux solvut, ta' tentattiv ta' hold-up li fih ma nsteraq xejn.", "FORZI ARMATI - IMPJEGATI", "2583.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni membri tal-Forzi Armati llum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Forzi Armati ta' Malta hija komposta minn 87 uffiċjal, 1535 suldat regolari, 215 ħaddiema pajżana tal-Gvern u 55 Riservisti Voluntiera, cioe total ta' 1892.", "Din kienet il-pożizzjoni fil- 11 ta' Diċembru 1998.", "PORT ĦIELES - ĦADDIEMA", "2597.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu l-Freeport mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - CASUAL NURSES", "2598.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm casual nurses bħalissa jaħdmu fid-Dipartiment tas- Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bhalissa hemm 52 Casual Nurses jahdmu fid-Divizjoni tas-Sahha.", "KALAXLOKK - ĦADDIEMA", "2599.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-futur tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk li bħalissa jinsabu bla xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2036.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "2600.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ mill-eta' ta' 16 sal-25 sena jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fix-xahar ta' Settembru 1998 kien hemm 2,094 zgħazagħ bejn is-16 u l-24 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "2601.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn bħalissa konsulenti jaħdmu mal-gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi sakemm ġiet miġbura din l- informazzjoni, kien hemm 3 konsulenti mpjegati mal-Gvern fuq kuntratt - tnejn full-time u wieħed part-time.", "Hemm ukoll 21 Adviser, 8 full-time u 13 part-time.", "Minn dawn l-24 konsulenti/advisers wieħed biss ġie mpjegat mill-5 ta Settembru 'l hawn.", "Dawn il-figuri ma jinkludux konsulenti oħra (per eżempju tobba fil- Ministeru tas-Saħħa) li jiġu mpjegati wara proċess differenti li jgħaddi mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA FUQ LONG SICK LEAVE", "2602.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa għalliema li qegħdin fuq long sick leave fid-Dipartment ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa hemm 33 għalliem fuq 'long sick leave'fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "VAT - PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR", "2610.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ġodda se joffri l-Gvern fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur in vista ta' abbużi li jistgħu jseħħu bl-introduzzjoni tal-VAT?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar abbużi li jistgħu jsiru mis-sistemi ta' tassazzjoni, kemm jekk sisa kif ukoll jekk VAT, nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.", "Kif taf, l-Onorevoli Interpellant, id-Dipartiment tal-Konsumatur u d- Dipartiment tal-Kummerċ jinvestigaw kull ilment li jaslilhom u jieħdu l- passi meħtieġa f'dan ir-rigward.", "SIGURTA' SOĊJALI - VOT GĦAL PROMOTION TA' HEALTH & SAFETY", "2611.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Peress li l-vot għal Promotion tal- Health and Safety tnaqqas bi Lm17,000, jista' l-Ministru jgħid kif id- dipartiment se jkun jista' jiffinanzja t-twaqqif ta' l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' tal-Ħaddiema meta din titwaqqaf, kif ġie mwiegħed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għal 1998 is-salarji tas-Safety Trainee Inspectors ittieħdu mill-Vot 19 (Item 4339 - Promotion for Health and Safety).", "Għas- sena 1999 din l-ispiża tas-salarji tas-Safety Trainee Inspectors (Lm17,000) ser jittieħed mill-Vot 19 (Item 12 - Staff Salaries and Wages).", "Għalhekk, effettivament ma naqsitx l-importanza finanzjarja mogħtija lill- Promotion for Health and Safety.", "SIGURTA' SOĊJALI - VOT GĦAL FAMILY THERAPY SUPPORT SERVICES", "2612.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Ma jidhirlux il-Ministru li l-vot ta' Lm1,000 għal Family Therapy Support Services huwa ftit wisq għal dan is- servizz tant importanti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - VOT TAL-FEJDA PROGRAMME", "2613.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il- vot tal-Fejda Programme ġie mnaqqas bi Lm22,000?", "X'parti mis-servizz se jonqos?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ammont ivvutat fl-Estimi ta' l-1999 għall- Programm Fejda jirrifletti l-ammont attwalment meħtieġ għat-tmexxija tal- Programm għal dik is-sena.", "Dan l-ammont kien ġie propost mill-istess management tal-Programm.", "SIGURTA' SOĊJALI - VOT GĦAS-SOCIAL ASSISTANCE", "2614.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Peress li l-vot għas-social assistance tnaqqas b'Lm444,000, jista' l-Ministru jidentifika liema assistenza soċjali se titnaqqas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minkejja li jidher li hemm xi tnaqqis fil-vot għall-Assistenza Soċjali, fir-realta' m'hemm tnaqqis xejn.", "Dan għaliex filwaqt li għas-sena 1998 kien approvat nefqa ta' Lm14,230,000 fuq Assistanza Soċjali, ir-'revised estimates' tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali juru li n-nefqa reali ser tkun ta' Lm13,508,000.", "Minn dan jidher ċar li għas-sena d-dieħla ġew approvati flus aktar milli fil-fatt intefqu din is-sena u nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda Għajnuna Soċjali ma hi ser tiġi mnaqqsa.", "SIGURTA' SOĊJALI - VOT TAL-BORD TAL-KOPERATTIVI", "2615.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Peress li l-vot tal-Bord tal- Koperattivi tnaqqas b'Lm10,000, jista' l-Ministru jgħid minn fejn se jsir dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:", "It-tnaqqis ta' Lm10,000 qiegħed isir fuq l-istima għall-1999 mressqa mill- Bord tal-Koperattivi stess.", "It-tnaqqis ewlieni huwa dovut għal dawn il-fatturi:", "(a) Tnaqqis fl-item 'emoluments of contractual employees' minħabba li kienu jkunu vvutati flus aktar milli hemm bżonn għall-personal ta' l- uffiċċju.", "(b) Tnaqqis fl-item 'promotion and development' minħabba kisba ta' 'sponsorship' marbut mal-proġett edukattiv Scoops: Esperjenzi Koperattivi.", "(c) Tnaqqis fl-item 'capital expenditure' la darba ntemm ix-xogħol prinċipali marbut mar-'refurbishment' ta' l-uffiċċju l-ġdid tal-Bord tal- Koperattivi fi Triq Melita, il-Belt.", "SAĦĦA - PERSUNI BIL-MARD TAD-DIJABETE", "2617.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk id-dijabetiċi jibbenefikawx biex jirċievu siringi u sticks mill-isptar?", "Konxju l-Ministru li f'pajjiżna għandna ħafna nies li huma dijabetiċi u għalhekk din tolqot ħafna familji?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tingabar.", "PTF - IRMIĠĠI", "2632.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif ingħataw l-irmiġġi tal-PTF (part-time fisherman) u ta' l-isport fil-Port ta' l-Imsida minn fejn jibda l-mall ħdejn l-iskall (faċċata tal-Lucky Bar) għal mad-dawra ta' quddiem il- Knisja ta' l-Imsida san-naħa l-oħra fejn hemm l-iskall l-ieħor ta' quddiem it-traffic lights?", "Taħt liema kondizzjonijiet jew b'liema priferenzi jingħataw dawn l-irmiġġi?", "Jista' s-sid ta' l-irmiġġ jislef l-irmiġġ tiegħu jew jippermetti lil xi ħaddieħor biex jorbot fuq l-irmiġġ tiegħu u jekk iva, għal kemm żmien skond il-liġi jista' jislef l-irmiġġ jew jagħti dan il- permess?", "Kemm ingħataw permessi għal irmiġġi jew kemm bidlu idejn irmiġġi fl-istess lokalita' (ċioe' Imsida Creek) minn Marzu ta' l-1997 sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li meta sar l-iżvillupp tal-Yacht Marina fl-Imsida fl-1989, dawk l-opri kollha li kienu jsorġu fin-nofs tad- Daħla jew mall-molijiet eżistenti, ġew mitluba japplikaw sabiex jingħataw irmiġġ fis-sezzjoni tas-sajjieda, jiġifieri, minn ħdejn l-iskall faċċata tal-Lucky Bar sa ħdejn l-iskall fejn hemm it-Traffic Lights, inkluż il- pontoon it-twil, li ħiereġ minn naħa tal-knisja ta` l-Imsida.", "L-applikanti li kienu full-time fishermen, part-time fishermen u sports ġew maqsuma f`kategoriji skond il-qies tal-qoxra tagħhom u wara allokati post bil-polza fis-sezzjonijiet rispettivi skond in-numru ta` postijiet li ġew ikkreati fuq il-pontoon u l-mollijiet.", "B`kollox hemm sitt kategoriji differenti ta` qisien ta` dgħajjes.", "Ħlas nominali ta` Lm5 fis-sena japplika għal kważi l-opri kollha sorġuti ġewwa l-Imsida taħt din l-iskema.", "Peress li l-irmiġġi kollha huma okkupati ma tantx hemm possibilita` li jingħataw irmiġġi ġodda, ħlief f`xi każ rari meta xi ħadd ibiegħ l-opra u din tmur tirmiġġja f`bajja oħra.", "L-Awtorita` Marittima ma ssib l-ebda oġġezzjoni li sid ta` irmiġġ iħalli persuna oħra tokkupa l-post tiegħu fuq bażi temporanja waqt li l-opra tas- sid tkun imtella l-art.", "Dan ma jfissirx li l-Awtorita` Marittima tippermetti lis-sid li jittrasferixxi l-irmiġġ b`mod permanenti.", "Ma hemm l- ebda indikazzjoni ta` żmien dwar l-okkupazzjoni temporanja ta` irmiġġ.", "Min Marzu ta` l-1997 sal-lum ġew trasferiti 37 dgħajsa minn sid għall- ieħor li magħhom ġie trasferit ukoll l-irmiġġ ta` l-istess dgħajsa għal fuq is-sid il-ġdid.", "SISTEMA TA' TASSAZZJONI", "2635.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm esperti ġew ingaġġati mal-Gvern biex jgħinuh ifassal u jdaħħal is-sistema ta' tassazzjoni tad-dazju u sisa fl-1997?", "Jista' jgħid kemm kien l-infiq għas-servizzi tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-esperti li ġew ingaġġati mal-Gvern biex jgħinuh ifassal u jdaħħal is-sistema ta` tassazzjoni tad-dazju u sisa fl-1997 kienu:", "Muscat Azzopardi, Spiteri & Associates Lm8,050 Prof. Edward Scicluna Lm4,128 Mr David Williams Lm4,706", "STOCKS - REFUNDS", "2636.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-estimate rigward ir-refunds fuq l-istocks għas- snin 1995 u 1996?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-estimi tar- refunds fuq il-ħażniet eżistenti fl-aħħar ta` Diċembru 1994 li tħallsu fis- snin 1995 u 1996 kien ta` madwar Lm18-il miljun lira.", "STOCKS - REFUNDS", "2637.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-Actual rigward ir-refunds fuq 45 stocks għas- snin 1995 u 1996?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Actual refunds fuq l-istocks għas-snin 1995 u 1996 huwa kifjidher hawn taħt:", "1995 - Lm 5,340,975 1996 - Lm10,094,690", "DIPARTIIMENT TAD-DAZJU U SISA - REĠISTRAZZJONI TA' KUMPANNIJI", "2638.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm persuni/kumpanniji ġew reġistrati, xahar b'xahar, mad- Dipartiment tad-Dazju u Sisa bejn l-1 ta' Lulju 1997 u t-30 ta' Novembru 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-VAT - REĠISTRAZZJONI TA' KUMPANNIJI", "2639.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm persuni/kumpanniji ġew reġistrati, xahar b'xahar, mad- Dipartiment tal-VAT bejn id-9 ta' Awissu, 1994 u t-30 ta' Ġunju, 1997?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra."]} {"filename": "19990714_135d_par.doc", "date": "1999-07-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 135 L-Erbgħa, 14 ta' Lulju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 135", "L-Erbgħa, 14 ta' Lulju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.04 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "135", "L-Erbgħa, 14 ta' Lulju, 1999", "WERREJ MINUTI 671", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 671", "TQEGĦID TA' KARTI 677", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI (IT- TIENI QARI)", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 678", "AĠĠORNAMENT 698", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 702", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 134 li saret fit-13 ta' Lulju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "\"GLADIATOR\" - ANNIMALI", "7993.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi spezzjonijiet fuq l-annimali wżati fil-film \"Gladiator\" rigward daqs ta' gaġeġ, iġjene, ħin li jinżammu fix-xemx moħqrija, eċċ.?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħadd mid-dipartiment ta' l-ambjent investigax il-fatt li tigra li qed tintuża fil-film welldet erbat ifriegħ mejta, kawża ta' tbatija żejda li din it-tigra setgħet batiet?", "Jekk ir-risposta hija fl- affermattiv, x'kien ir-riżultat ta' din l-investigazzjoni?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk isirux investigazzjonijiet mid-dipartiment ħalli jiġi żgurat li f'każ ta' xi annimali slavaġġ li jwelldu l-friegħ tagħhom Malta ma jsirx negozju illegali minnhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ir-responsabbilta' rigward żamma ta' annimali f'gaġeġ ta' daqs żgħir m'hijiex tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "Ir-responsabbilta' tad-dipartiment għall- ħarsien ta' l-ambjent rigward l-annimali mħarsa taħt il-konvenzjoni tas- CITES kienet li jara li dawn l-annimali jiġu importati skond l-obbligi tal- konvenzjoni u li jerġgħu jiġu esportati taħt l-istess obbligi.", "Id-dipartiment ta' l-ambjent huwa konxju li tigra kellha l-friegħ u mietu u fil-fatt għandu ċertifikat maħruġ mid-dipartiment għas-servizzi veterinarji li jikkonferma dan.", "L-ispetturi ta' l-ambjent kienu wkoll fuq il-post meta l-annimali protetti bis-CITES reġgħu ġew esportati biex jassiguraw li l-annimali kollha li daħlu reġgħu ħarġu.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jaħseb il-Ministru li għandu jkun hemm xi tip ta' regolamentazzjoni fuq l-upkeep ta' dawn l-annimali slavaġġ li minn żmien għal żmien jidħlu f'ċirkli f'Malta?", "Peress li l-Ministru tkellem diversi drabi fuq the state of the environment report, jista' jgħid fiex wasal u jelabora fil-qosor dwaru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, naturalment jien konxju ħafna mill-ħtieġa li jkun hemm ir-regolamenti fl-istrutturi kollha tal-gvern - issa jekk għandhomx ikunu taħt id-dikasteru ta' l-ambjent jew taħt xi dikasteru ieħor hija materja oħra - għall-ħarsien ta' l-annimali.", "Naħseb li dan huwa żvilupp internazzjonali pożittiv li fl-aħħar mill-aħħar juri li l-bniedem iħoss li l-annimali għandhom ikunu protetti; l-ewwelnett għaliex l-annimali normalment ma jistgħux jipproteġu lilhom infushom u t- tieni nett għaliex inħoss li jixraq li l-annimali jkollhom protezzjoni ta' xi tip jew regolamentazzjoni oħra.", "Għalhekk mingħajr ma nidħol fi problemi filosofiċi - li naħseb li huwa 'l bogħod mill-iskop tal- mistoqsija li saret u żgur 'il bogħod mill-iskop tat-tweġiba li qed nagħti - wieħed irid jara kif għandha ssir din it-tip ta' regolamentazzjoni, li fl- aħħar mill-aħħar fil-ġeneralita' tagħha tista' tissejjaħ regolamentazzjoni li tevita kull tip ta' moħqrija kontra l-annimali.", "Il-liġijiet ta' pajjiżna taħt il-kodiċi tal-pulizija jipprovdi din it-tip ta' regolamentazzjoni b'mod ġenerali pero' jista' jkun li iktar 'il quddiem wieħed ikun irid jirregola diversi oqsma b'mod iktar preċiż.", "Rigward ir-rapport dwar l-istat ta' l-ambjent f'pajjiżna nista' nikkonferma li dan ir-rapport - li huwa bbażat fuq l-opinjonijiet ta' diversi esperti u jittratta oqsma differenti bħalma huma l-istat ta' l- ajru fil-pajjiż, l-istat ta' l-ibħra kostali, issues marbuta mal-ħtieġa ta' management aħjar fiż-żona kostali tagħna, aspetti ta' bio-diversita', aspetti li huma marbuta ma' suġġetti varji li jvarjaw minn aspetti demografiċi tal-pajjiż u aspetti oħra li huma relevanti għal policy ambjentali - huwa lest.", "Kif ħabbart riċentement, il-gvern huwa mpenjat li dan id-dokument jagħmlu pubbliku b'mod assolut billi l-ewwelnett ipoġġi l- kontenut kollu tiegħu fuq il-website tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent, ħalli kulħadd ikun jista' jara kwalunkwe parti minnu u jagħmel downloading tiegħu.", "Barra minn hekk, il-gvern se jipproduċi summary ta' l- istess rapport peress li huwa voluminuż ħafna, li mhux biss se tkun pubblikata imma tkun ċirkolata b'mod wiesa'.", "Naturalment aħna naqblu ma' dan il-proċess kollu għaliex għalkemm meta l-esperti jikkonkludu rapport bħal dak, fl-aħħar mill-aħħar jkunu qed jesprimu l-opinjonijiet personali tagħhom, pero' fl-istess ħin ikunu qed jipprovdu lill-gvern, lid-decision- makers, lill-NGO's u lil kull min huwa interessat f'dan il-qasam b'għodda oġġettiva meħtieġa kif inkejlu l-elementi varji ta' l-ambjent.", "Għalhekk fi ftit ġranet oħra dan ir-rapport se jiġi ppubblikat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għadx hemm il-ħsieb li kien hemm oriġinarjament meta jien kont ministru responsabbli mill-ambjent li dan ir-rapport jiġi updated kull tant snin, per eżempju, kull sena jew kull sentejn?", "Il-commitment li telaq bih it-team li fil-fatt pprovda dan ir-rapport, li jibqa' impenjat li minn żmien għal żmien jagħmel update ta' dan ir-rapport, għadu jeżisti?", "Nispera li r-rapport li s'issa għadna ma rajnihx ma jkunx ta' darba u nixtieq li l-Ministru jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli jkun available għall-Onor.", "Membri tal-Kamra.", "Barra minn hekk, nixtieq inkun naf x'commitment għandu l-Ministru ma' dawn l-istess esperti li għamlu r-rapport li jibqgħu jimmonterjaw it- tibdil li jkun qiegħed isir ħalli jkunu f'pożizzjoni li kull sena jagħmlu update ta' dan ir-rapport, kif jagħmlu pajjiżi oħra.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nixtieq ngħid li jien ikkonfermajt ma' l-esperti li l-monitoring għandu jkun kostanti u flimkien għad irridu niddefenixxu jekk għandux isir kull sena jew kull sentejn - naħseb li t-terminu ta' sentejn huwa iktar perijodu realistiku - pero' xorta lest li niddiskuti ma' l- esperti x'inhu t-terminu ta' żmien adattat.", "Naturalment il-gvern ma jistax ma jirriservax id-dritt li jżid ma' l- esperti li diġa' taw il-kontribut tagħhom, jekk ikun hemm suġġetti u oqsma partikolari ġodda marbuta ma' issues ambjentali li fuqhom inkunu rridu niffokaw iktar, jew għaliex ikun irid jieħu opinjonijiet differenti.", "Dan il-kumment m'hu qed nagħmlu bl-ebda kritika lejn dawn l-esperti li huma kompetenti ħafna u ma nsib l-ebda diffikulta' li l-istess esperti b'linja ġenerali jkomplu jagħmlu dan ir-rapport anke fuq bażi regolari.", "Naturalment naqbel ukoll mas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant li kopja tar-rapport totali - u 'l quddiem meta jkun prodott anke summary tiegħu - jintqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jew anke titqassam b'mod dirett lill-Onor.", "Membri tal-Kamra ħalli huma jkollhom kopja tar-rapport u se nieħu ħsieb li dan isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal ir-rapport li kien ikkummissjona l-gvern ta' qabel dwar il- waste management policy.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk jien informat tajjeb, dan ir-rapport li huwa marbut ma' waste management sar fil-livell ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar u fil-parti l-kbira tiegħu huwa finalizzat.", "F'dan l-istadju qed jitqies bħala dokument intern għas-sempliċi raġuni li bħala ministeru għall- ambjent ridna li jkun hemm l-input wkoll tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent u tad-dipartiment għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija dwar l- ambjent.", "Fil-fatt riċentement, flimkien mal-kollega tiegħi, is-Segretarju Parlamentari George Pullicino kellna laqgħa ma' l-uffiċjali ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar, li kienu jinkludu lill-Perit Godwin Cassar u lill- Perit Adrian Mallia, li huwa l-manager ta' l-environment management unit, flimkien ma' l-acting director tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent, is-Sur Vince Gauci, mad-direttur ġenerali tat-taqsima xogħlijiet, is-Sur Vince Cassar u mad-direttur tad-dipartiment għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija dwar l-ambjent, is-Sur Vince Magri.", "L-inkarigu li flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "George Pullicino tajna lin-nies preżenti madwar dik il-mejda kien li sa l-aħħar tas-sena riedu jipproduċu waste management strategy plan komprensiv li miegħu jrid ikollu implementation plan għaliex ladarba nidentifikaw l-istrateġija tagħna rridu naraw kif se tiġi implimentata.", "U dan ikun ukoll bidu ta' proċess ta' konsultazzjoni fuq id-dokument lest ta' strateġija u ta' implimentazzjoni proposta.", "Pero' nemmnu li jagħmel iktar sens li jkollok rapport globali li jinkludi dan li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant minflok ikollok wieħed iżolat.", "Wara li jsir il-proċess ta' konsultazzjoni aħna beħsiebna nippubblikaw dan ir-rapport biex imbagħad ngħaddu għall-parti kruċjali li jkun il- proċess ta' l-implimentazzjoni biex nindirizzaw il-problemi ta' waste management li għandna f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA : Jekk niftakar tajjeb, fil-kuntratt li kien ingħata biex isir dak l-istudju kien hemm klawsola li kienet tgħid li fi żmien tliet xhur kellha tiġi ffinalizzata l-parti importanti għal dak li huwa s- solid waste management.", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-parti ma ġietx finalizzata jew inkella implimentata?", "Il-Ministru qed jgħid li se jagħti ċans sa l-aħħar tas-sena biex jiġu ppreżentati l-pjani, imbagħad ikun hemm il-konsultazzjoni u wara ssir l-implimentazzjoni u dan ifisser li se nieħdu ħafna żmien.", "X'inhi r-raġuni li dik il-klawsola li kienet qed tgħid li s-solid waste management bħala parti minn dak il-pjan kollu jiġi maħdum qabel u implimentat mill-iktar fis ma seħħitx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, ma naqbilx li kien hemm xi klawsola fil-kuntratt li ma seħħitx għaliex aħna mxejna mat-termini oriġinali pero' fuq dan il-kuntratt li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Pullicino, jixtieq jgħid xi ħaġa għaliex jinvolvi l-parti tal-planning li jirrikjedi wkoll studji oħra, bħalma huwa, per eżempju, studju xjentifiku dwar il-kwantitajiet u t-tipi ta' skart f'oqsma differenti.", "Ċertament li għandek bżonn ċerta data fuq solid waste (Interruzzjonijiet)", "Għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant, ir-rapporti mill- environment protection department u mill-waste management implementation department waslu u qed nikkordinaw wkoll ma' nies fid-dipartiment tas-saħħa għaliex hemm waste ta' natura klinika li wieħed irid jikkonstata wkoll u l- ħsieb tagħna huwa li jkollna rapport li jkun fih id-dettalji u s- suġġerimenti ta' fejn irridu naslu biex ikollna pjan konkret ta' implimentazzjoni.", "Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Interpellant li dak ir- rapport waħdu kien suffiċjenti għaliex dak ir-rapport kien jipprevedi li jiġġedded f'termini oħra.", "L-Onor.", "Interpellant donnu pprova jagħmel distinzjoni bejn solid waste u liquid waste, li hija s-sistema tad-drenaġġ, pero' hawnhekk qed nitkellmu fuq solid waste u fil-pjan totali kemm bħala strateġija u kif ukoll bħala implimentazzjoni m'aħniex se ndaħħlu l-aspett tal-liquid waste għaliex għal dak il-qasam diġa' jeżisti master plan li jiġi aġġornat diversi drabi.", "Għalkemm hemm rabta bejn iż-żewġ rapporti, pero' m'aħniex qed inħallu l-parti tas-solid waste tistenna b'xi mod rapporti oħra fuq liquid waste.", "Ir-rapport tas-solid waste irid jiġi elaborat aktar u rridu nindikaw it- toroq li rridu nagħżlu għal pajjiżna dwar kif l-iskart preferibbilment l- ewwel nirriduċuh, imbagħad naraw kif nistgħu nerġgħu nużawh għar-riċiklaġġ biex isiru diversi prodotti, bħalma huma l-flixken tal-minerali; u fl- aħħarnett naraw x'miżuri konkreti rridu nieħdu biex nindirizzaw il-problema tal-Magħtab.", "Imma naħseb li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Pullicino jixtieq iżżid xi ħaġa ma' dak li għidt jien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Irrid niċċara punt għaliex il-kuntratt li ngħata kien biex isir rapport preliminari u mhux rapport sħiħ.", "Fil-fatt għar-rigward tas-solid waste għad hemm daqsxejn ta' diffikulta' minħabba n-nuqqas ta' data.", "Irrid ngħid li matul l-aħħar xhur kien hemm titjib f'dan il-qasam għaliex l-environment protection department ħadem biex tibda tinġabar data li ma kenitx available.", "Irrid nassigura lill-Onor.", "Interpellant li ma teżisti l-ebda konfrontazzjoni jew antagoniżmu bejn l-environment protection department u l-awtorita' ta' l- ippjanar biex naslu fuq pjan wieħed nazzjonali fil-qasam tal-waste management.", "(Interruzzjonijiet) Għadna ma wasalniex totalment għaliex waħda mid-diffikultajiet li kellna kienet li f'dan il-pajjiż ftit li xejn kienet tinżamm data jew saħansitra ġieli ma nżammet l-ebda data fuq dan it-tip ta' materjal.", "Jien naħseb li diġa' mxejna ħafna u fil-fatt id- data ntbagħtet lil dawn il-konsulenti biex ikunu jistgħu jsaħħu r-rapport tagħhom.", "Kif spjega l-Ministru Zammit Dimech, bis-saħħa ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar flimkien mad-dipartiment għall-protezzjoni ta' l-ambjent irridu ngħaddu għal strateġija sħiħa biex sa l-aħħar tas-sena naslu għal pjan ta' implimentazzjoni għal dak li huwa solid waste.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista', jekk jogħġbu, il- Ministru għall-Ambjent jgħidilna jekk sarux xi żviluppi għal dak li għandu x'jaqsam mat-tħejjija ta' pjan ta' żvilupp soċju-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta li sa Settembru tas-sena li għadda kienu nvoluti fih ukoll il-kunsilli lokali u kien saret ukoll il-wegħda mill-Onor.", "Louis Galea dak iż-żmien li jipparteċipa?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk ix-xogħol ta' tħejjija ta' pjan ta' żvilupp għan-naħa t'isfel ta' Malta għadux wieħed mill-impenji tal-gvern preżenti?", "X'inhu effettivament l-involviment tal-ministeru għall-ambjent u tal-kunsilli lokali f'dan ix-xogħol?", "X'inhuma l-iskedi u t-targets biex it-tħejjija finali u l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta jimxi 'l quddiem id f'id mal-kunsilli lokali ta' dawk l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nista' nikkonferma li l-pjan soċju-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta se jibqa' prijorita' anke tal- gvern preżenti u għalkemm il-pjan kif kien imfassal fi żmien il-gvern preċedenti kien fih numru ta' proposti interessanti, f'oqsma differenti kien għadu fi stadju ta' natura ġenerika.", "Dak il-pjan diġa' jinkludi komponent qawwi li jirriferi wkoll għall-embellishment ta' areas u fil-fatt dik il-parti tal-pjan diġa' hija indirizzata.", "Naħseb li biex il-pjan ikun implimentat irid ikun rivedut flimkien mal- kunsilli lokali u kif diġa' kkonferma f'dan il-parlament il-Ministru Austin Gatt, il-kunsilli lokali se jibqgħu nvoluti fil-pjan, pero' l-ministeru għall-ambjent qed jingħata rwol li jikkordina dak il-pjan fit-totalita' tiegħu.", "F'dan is-sens jien se nipproponi lill-kollegi tiegħi li jitwaqqaf kumitat li jara jekk is-suġġerimenti li saru jirrikjedux xi updating jew le u biex jara li jkun hemm it-time-frames meħtieġa għall-komponenti differenti tal-pjan.", "Naturalment il-Kap ta' l-Oppożizzjoni japprezza li filwaqt li lkoll naqblu mal-konċett tal-pjan, rridu nidħlu f'dettalji oħra li jinkludu issues soċjali, bħall-housing u kif tiġġenera wkoll in-naħa t'isfel ta' Malta mil-lat ekonomiku.", "Dan kollu jirrikjedi li jsiru targets speċifiċi u ċari ta' programm sħiħ u mbagħad il-kumitat li se jieħu ħsieb l-update ta' dan il-pjan u jagħmel il-proċess ta' konsultazzjoni mal-kunsilli lokali, mar-residenti ta' l-inħawi u ma' kulmin irrid jagħti input fuq dan il-pjan, jagħmel il-proposti tiegħu f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li jien informat - forsi b'mod żbaljat - li ma saru l-ebda inizjattivi f'dan il-kontest f'dawn l-aħħar għaxar xhur, jista' l-Ministru jilluminana għaliex hemm bżonn li jsir update ta' dan il-pjan?", "Jista' jgħidilna kemm saru laqgħat speċifikament indirizzati fuq it-tħejjija, l-iffinalizzar u l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan mal- kunsilli lokali konċernati?", "Jista' jinformana wkoll kif qal li s'issa m'hemmx targets involuti meta l-pjan li kien tressaq quddiem l-assemblea tal-kunsilli lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta fis-sajf tas-sena li għaddiet kellu diġa' targets ssettjati?", "Jista', jekk jogħġbu, jgħidilna kif effettivament se nimxu għall-pass konkret li dan il-pjan jiġi implimentat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-laqgħat li saru fuq dan il-pjan fl-aħħar għaxar xhur kienu ta' natura interna biex jiġu evalwati l-proposti li hemm f'dak il-pjan.", "Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaqbel miegħi - wara kollox il-pjan huwa miktub u nistgħu nħarsu lejn il-kontenut preċiż tiegħu - li ħafna aspetti minn dak il-pjan jridu jkunu definiti b'mod iktar preċiż u se jsiru laqgħat fuq dak il-pjan mal-kunsilli lokali konċernati.", "F'dawn l-aħħar għaxar xhur il-ministeru għall-ambjent kellu ħafna laqgħat mal-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex dwar il-ħteġijiet partikolari tagħhom.", "Rigward il-pjan li qed jitkellem fuqu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, irridu naraw jekk hemmx il-ħtieġa li xi aspett jew ieħor tal-pjan iridx jiġi aġġornat fil-proċess tal-konsultazzjoni mal-kunsilli lokali, liema proċess se nibdewh billi jkun hemm il-kumitat li jħares lejn is-suġġerimenti li saru s'issa li diversi minnhom huma ta' natura ġenerika u allura hemm bżonn li jkunu definiti aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jaf il-Ministru li fil-laqgħa ġenerali li saret fis- sajf tas-sena l-oħra li għaliha kienu mistiedna l-kunsilli lokali, l- għaqdiet kollha konċernati u anke l-partiti politiċi, kien ġie deċiż li għandu jinħatar kumitat ta' azzjoni biex jibda jagħmel il-prijoritajiet u jfassal it-time-frames tal-proġetti li riedu jsiru?", "Jaf il-Ministru li l- Onor. Gonzi kien stqarr pubblikament ġewwa Bormla li jaqbel li dan il- pjan għandu jitwettaq?", "Għaliex wara li kien inħatar kumitat ta' azzjoni biex jagħti prijorita' lill-proġetti li kellhom isiru, malli l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern talab lil dan il-kumitat biex jirriżenja?", "Jaf il-Ministru li wara li dan il-kumitat bagħat ir-riżenja tiegħu, sal- lum għadu ma rċeviex risposta jekk din ir-riżenja ġietx aċċettata jew le?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex se jerġa' jagħmel diskussjonijiet mal-kunsilli lokali meta kienu l-kunsilli lokali stess li approvaw dan ir-rapport flimkien ma' għaqdiet oħra u anke l-istess partiti politiċi qablu li l-proġetti għandhom jingħataw prijorita'?", "Għaliex il- Ministru qed iġġib skuża li għandu jerġa' jirrevedi mal-kunsilli lokali meta anke l-istess Ministru kien qal li biex jibda dan il-proġett kien sempliċement qiegħed jistenna biex jara taħt liema ministeru se taqa' r- responsabbilta' ta' dan il-kumitat ta' azzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, mill-mistoqsija elaborata ta' l- Onor. Interpellant jirriżulta wkoll li dak il-pjan kien fih elementi konsiderevoli minnu miktuba pjuttost b'mod ġeneriku - biex ma ngħidx b'mod ovvju - għaliex jekk fil-pjan tagħmel paragrafu li jgħid li jeħtieġ isir titjib soċjali fl-inħawi tan-naħa t'Isfel ta' Malta tkun qed tgħid l-ovvju.", "Jien ngħid li huwa faċli li noqogħdu nagħmlu dikjarazzjonijiet bħal dawn imma l-importanti huwa li tgħid kif se tagħmel dak it-titjib soċjali u t- timing tal-preżentazzjoni ta' dak il-pjan sena ilu - ma kontx se nirriferi għal dak l-aspett imma l-Onor.", "Interpellant ġentilment qed ifakkar lil din il-Kamra huwa stess - naturalment kellu skop politiku preċiż.", "Mr Speaker, aħna rridu nagħmlu l-affarijiet b'mod iktar konkret u b'mod iktar serju billi naraw fejn hemm bżonn li l-pjan ikun definit aħjar u x'ifisser anke mil-lat ta' budgeting involut għat-twettiq tal-pjan u dan kollu se jsir wara proċess ta' konsultazzjoni u b'ħatra ta' kumitat ġdid biex inħarsu lejn l-inizjattivi kollha li jistgħu jkunu proposti.", "L-Onor.", "Miżżi japprezza li fi żmien sitt xhur mill-ħatra tiegħu l-gvern attwali ffinalizza d-dettalji kollha għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal- Kottonera, ressaqnih fil-parlament, iddiskutejnih fit-tul u l-proġett ta' riġenerazzjoni li sena ilu kien fl-arja mod ieħor għall-gvern preċedenti illum huwa realta' għaliex huwa ffirmat, konkluż u se jitwettaq fid- dettalji kollha tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "IMMIGRAZZJONI - DISC JOCKEYS BARRANIN", "7994.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-disc jockeys barranin li qed jiġu Malta biex idoqqu f'rave parties iridx ikollhom work permit?", "Kemm ġew disc jockeys jaħdmu hawn Malta din is-sena?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-work permits ta' dawk id-disc jockeys li ngħataw il-permess biex jaħdmu din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari numru 4224, ninsab informat li mill-bidu ta' din is-sena nħarġu 31 work permit sabiex disc jockeys barranin jipparteċipaw f'diskoteki lokali, 16 minnhom f'party f'Ta' Qali bejn is-6 u s-7 ta' Ġunju, 1999.", "Ma jidhirlix li huwa l-każ li npoġġi kopji ta' dawn il-work permits fuq il-Mejda tal-Kamra, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni dwar xi permess partikolari, lest li ngħaddilu din l- informazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru n-nefqa totali f'petrol u diesel għall-użu tal-karozzi fid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8193.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi n-nefqa totali f'petrol u diesel għall-użu tal-karozzi fid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8189.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 121 ta' l-1999 - Direttiva għall-bdil f'Lm16,500,000 5.6% stock tal-Gvern ta' Malta 2005; u", "Tabella li turi n-nefqa totali f'petrol u diesel għall-użu tal-karozzi fid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8191.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:- Tagħrif dwar mediċini li l-prezz tagħhom roħos, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8837.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għat-Turiżmu) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Rapport annwali u l-accounts ta' l-organizzazzjoni nazzjonali tat- turiżmu għas-sena 1998; u", "Statistika dwar it-turiżmu għas-sena 1998 maħruġa mill-organizzazzjoni nazzjonali tat-turiżmu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 122 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-kontroll ta' xogħlijiet tan-nar u esplossivi oħra;", "Tagħrif dwar trasferimenti fil-korp tal-pulizija li saru bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8602; u", "Lista li turi l-għadd ta' vetturi rapportati misruqa bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8605.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Infiq fuq ivvjaġġar barra minn Malta mill-ministeru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8828 tas-seduta Nru. 134 tat-13 ta' Lulju 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi n-nefqa totali f'petrol u diesel għall-użu tal-karozzi fid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8192.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-13 ta' Lulju, 1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, irrid nibda d-diskors tiegħi billi ngħid li minbarra li xi ġimgħat ilu kont sorpriż b'dan l-abbozz ta' liġi kif imressaq mill-gvern - u kont daqsxejn sorpriż ukoll il-bieraħt lura bil-mod kif il-ministru ta' l-Intern ipprova jiddefendi dan l-abbozz ta' liġi - il-bieraħ issorprendejt ruħi iktar speċjalment fl-aħħar nofs siegħa tas-seduta meta bdejt nisma' r-raġunijiet għaliex tressaq dan l-abbozz ta' liġi.", "L-ewwel ħaġa li ħarġet ċara l-bieraħ kienet li l-grupp parlamentari Nazzjonalista ma ddiskutiex dan l-abbozz ta' liġi għaliex meta backbencher tan-naħa l-oħra ġie sfidat diversi drabi biex jivverifika jekk ġietx diskussa jew le, ħalliena bla risposta u, kif jgħid il-Malti, \"is-skiet risposta\".", "Pero' l-iktar kumment li laqatni l-bieraħ kien meta l-Onor.", "Asciak qal li huma kienu jemmnu li l-liġi li kienet saret qabel kienet bla qalb.", "Issa safejn naf jien il-liġi kif emendata fl-1994 kienet tressqet mill-Gvern Nazzjonalista.", "Allura l-Onor.", "Asciak kien qiegħed jgħid li min ressaq l-liġi ħames snin ilu kien bla qalb?", "L-Onor.", "Asciak kompla jgħid li hu jaqbel ma' l-abbozz ta' liġi kif ippreżentat mill-Onor.", "Tonio Borg u jemmen li m'għandux jinbidel.", "U hawnhekk tibda tara ħsebijiet differenti, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Farrugia.", "Nitlob lill-Onor.", "Membri biex isibu posthom u jżommu ftit l-ordni, jekk jogħġobhom.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien nammetti li kulħadd għandu dritt għal opinjoni differenti imma ma nistgħux nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn in-naħa tal-gvern dejjem tipprova ssib x'qal dak u x'qal l-ieħor u mbagħad aħna ma ninnotawx x'ikun qed jingħad min-naħa tal-gvern.", "Mr Speaker, s'issa għandna tliet verżjonijiet differenti għaliex għandna backbencher min-naħa tal-gvern li qed jgħid li m'għandu jinbidel xejn minn dan l-abbozz ta' liġi; għandna l-ministru li qed jippilota din il-liġi li qiegħed jgħid li lest jikkonsidra kwalunkwe emenda, basta jkun hemm differenza ċara bejn importazzjoni ta' drogi għall-użu ta' traffikar u importazzjoni għall-użu personali; u mbagħad għandna t-tielet verżjoni tal-ministru għat-turiżmu, membru ta' l-eżekuttiv tal-gvern, li fil-5 ta' Jannar li għadda għamilha ċara f'intervista li kien ta lill-ġurnal \"The Times\" - bit-titlu \"Tourism Minister Defends Anti-Drugs Import Law\" - meta qalilha:", "\"I am very anti-drugs whatever the substance and whatever the amount\".", "Hawnhekk \"whatever the amount\" hija l-crux ta' kollox għaliex il-ministru qal ukoll li: \"That is our law and I will stand by it\".", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onorevoli, nitolbok tindirizza lis-Sejda u ma nixtieqx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li saret il- bieraħt lura kienet li pprovaw jagħmlu sentenza b'fill-in-the-blanks u l- bieraħ, il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Gavin Gulia kompla parti minnha u llum jien se nkompli l-parti l-oħra.", "Pero' għalissa se nkompli daqsxejn fuq dak li kien qal wkoll il-ministru għat-turiżmu li huwa membru ta' l-eżekuttiv.", "U se nikkwotah testwalment - biex ma nagħmilx xi żball għax darba minnhom kien hemm xi ħadd li kien qalilna li ma nafux nagħmlu translation - u allura rrid inkun fidil mat-test Ingliż, kif ikkwotat mill-gazzetta:", "\"Dr Refalo said that he had proposed in Parliament that visitors should be warned through brochures and other publicity material that carrying drugs even for personal use was a serious offence.", "He claimed that the National Tourism Organisation was however not on the same wavelength on the matter and hoped to convince the organisation that his argument was valid.\"", "Jien qed nassumi - u nispera li m'iniex qed nassumi ħażin - li għalkemm din il-liġi ma ġietx diskussa mill-grupp parlamentari Nazzjonalista għallinqas ġiet diskussa fil-Kabinett - u fil-fatt qed ikollna konferma min-naħa l-oħra li ġiet diskussa fil-Kabinett - pero' jidher li ma kienx hemm qbil fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Jien nista' nikkonferma li fi ħdan il-grupp parlamentari Laburista kien hemm diskussjoni interessanti fuq din il-liġi u l-qbil aħħari kien unanimu, minħabba li l-mod kif tressqet din il-liġi se jagħti l-leeway li persuna tingħata l-liberta' kondizzjonata jew inkella l-possibbilta' ta' probation.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nixtieq niċċara punt għaliex jista' jkun li m'aħniex qed niftiehmu u dan jista' jgħin biex ikollna consensus fuq din il-liġi.", "Jekk il-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni hija kif esprimiha issa l- Onor. Farrugia, cioe' li l-liġi għandha tiġi emendata biex jekk dak li jkun jinqabad b'ammont żgħir ta' droga li jindika li tkun għall-użu personali tiegħu ta' droga ma jintbagħatx bilfors il-ħabs, allura l- affarijiet l-oħrajn inkunu nistgħu niddiskutuhom, fosthom jekk għandniex neskludu l-probation jew il-liberta' kondizzjonata.", "Jien intendi li ma naqbilx ma' din il-pożizzjoni imma dan li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia huwa spostament minn dak li qal il-bieraħ l-Onor.", "Gulia - forsi jista' jkun li fhimtu ħażin - meta qal li m'għandhiex issir distinzjoni bejn pussess u traffikar fil-qasam ta' l-importazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Min-naħa ta' l-oppożizzjoni konna konsistenti l- ħin kollu u għidna li jekk se nħallu l-abbozz ta' liġi kif inhu, bil-ħafna difetti li fih, żgur li se nkomplu ndgħajfu l-ġlieda tagħna kontra d- droga.", "Għaliex?", "Waħda mill-affarijiet li rridu nikkonċentraw fuqha hija l-importazzjoni tad-droga ikun x'ikun l-ammont, sija jekk ikunu deħlin żewġ kilogrammi u nofs, sija jekk ikunu deħlin tliet kilogrammi u sija jekk tkun dieħla gramma u qabel ma nirrealizzaw li m'aħniex qed nitkellmu biss fuq traffikar jew pussess imma qed nitkellmu fuq importazzjoni ta' droga ma nistgħux nimxu.", "Partijiet oħra fil-liġi li m'humiex għad-diskussjoni quddiemna jikkontemplaw bħala aggravju l-fatt li persuna tkun qed tittraffika droga f'post iktar viċin ta' xi youth centre jew xi skola.", "Allura għaliex m'aħniex qegħdin inqisu bħala aggravju l-importazzjoni ta' droga, anke jekk tkun għall-użu personali?", "L-oppożizzjoni qed tagħmilha ċara li huwa aggravju li bniedem jimporta droga anke jekk tkun għall-użu personali tiegħu, għaliex il-fatt jibqa' li dan ikun qed idaħħal id-droga ġewwa pajjiżna u m'aħniex qed nitkellmu biss fuq pussess.", "Għalhekk tlabna lill-gvern biex din il-liġi tiġi diskussa fil-kumitat għall-affarijiet soċjali għaliex hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq pussess jew traffikar imma qed nitkellmu fuq importazzjoni u għalhekk irridu nagħmlu differenza bejn pussess, traffikar u importazzjoni, ikun kemm ikun l- ammont.", "Ovvjament wieħed irid jimxi b'mod differenti meta l-importazzjoni tad-droga tkun għall-użu personali u meta wieħed idaħħal xi tliet kilogrammi li żgur tkun se tintuża għal skop ta' bejgħ u għalhekk irridu noqogħdu attenti meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Xi ħaġa li lili weġġgħatni kienet li minkejja l-avviż li hemm fuq l- embarkation card u anke fl-ajruport - li min jinqabad anke b'ammonti żgħir ta' droga jittieħdu passi legali kontrih - il-ministru qalilna li skond rapport li għandu ħadd ma uża ċ-ċans li konna qegħdin nagħtuh.", "Mela issa l-liġi se ngħawġuha għaliex għandna barranin li ġew jaqgħu u jqumu mil- liġijiet tagħna!", "Għalkemm meta wieħed ikun fuq l-ajruplan jista' jikkonsidra ruħu li diġa' qiegħed fil-pajjiż partikolari li lilu jkun jappartjeni l-ajruplan, aħna tajna ċ-ċans li qabel jgħaddu mid-dwana jkollhom il-fakullta' kollha li they hand over id-droga li jkollhom għall- użu personali tagħhom.", "Ovvjament is-sitwazzjoni tkun kompletament differenti jekk dak li jkun jgħaddilek xi kilo droga qabel jidħol ġewwa pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx għaliex l-Onor.", "Asciak il-bierah qalilna li aħna m'għandniex kompassjoni u bilkemm ma riedx jgħid li aħna bla ruħ!", "Allura min jaħseb f'dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jispiċċaw vittmi ta' min qed ixaħħam butu?", "Għal dawk m'għandniex qalb?", "Għalhekk jien għedt li kull ammont ta' droga li tidħol f'pajjiżna hija importazzjoni u mhux pussess.", "Dan il-punt irid ikun ċar għaliex sfortunament l-esponenti tan-naħa tal-gvern il-kelma \"importazzjoni\" ħallewha barra mid-diskors tagħhom, bħallikieku ma jridux jafu biha għaliex tkellmu biss fuq pussess u traffikar.", "Din hija l-crux tal- problema kollha.", "L-oppożizzjoni qed tappella lin-naħa tal-gvern biex qabel ma jintervjeni l-kelliemi li jmiss, nipposponu d-diskussjoni u mmorru quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali biex inkunu nistgħu niflu u niddiskutu b'mod iktar miftuħ biex naraw fejn nistgħu naslu.", "Il-fatt li ġiet importata kwalunkwe ammont ta' droga huwa aggravju ieħor u jekk se ninsew il-kelma \"importazzjoni\", allura n-naħa tal-gvern ma tkunx qed taħdem għall-ġid tal-poplu Malti.", "Allura għal dawk iż-żgħażagħ li s'issa għadhom m'humiex imċappsin mad-droga, m'għandniex kompassjoni li xi ħadd jista' jipprova jdaħħalhom fil-vizzju?", "L-oppożizzjoni hija bla qalb għaliex trid ġustizzja, trid is-serjeta' u trid li l-ġlieda kontra d-droga ma tiġix imdgħajfa?", "Jew huwa bla qalb u m'għandux kompassjoni min - ma kellix il- ħsieb li nitkellem b'dan il-mod - se jivvota favur dan l-abbozz ta' liġi?", "Mr Speaker, irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed nirriferi għall-ministru, li min-naħa tiegħu għamilha ċara li lest jipproponi l-emendi kollha neċessarji li jkun hemm bżonn fuq pussess u traffikar, imma qed nirriferi għal min il-bieraħ qal li hu jaqbel assolutament ma' dan l-abbozz u lest li jivvota favur tiegħu basta ma jinbidel xejn minnu.", "Dan ifisser li għandna lil min qed jhedded lill-eżekuttiv tal-gvern li jekk jasal biex jiftiehem man-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq it-tibdil kollu li hemm bżonn se jivvota kontra?", "Lanqas il-ministru ma qal dan id-diskors!", "Niftakar li meta kont qed nippilota l-emenda għal-liġi dwar il-Medical and Kindred Professions madwar sena u nofs ilu, l-Onor.", "Tonio Borg u l- Onor. George Hyzler kienu ressqu xi ħaġa simili għal din l-emenda li għandna quddiemna llum u konna wasalna biex nagħmlu t-tibdiliet kollha neċessarji f'dik il-liġi u fil-fatt jien kont qbilt li għandna nagħtu fore- warning lil dawk li jkunu ġejjin hawn Malta ħalli jkun jafu li jekk dawn jidħlu f'pajjiżna anke b'oġġett għall-użu personali jittieħdu passi kontra tagħhom u naraw kif imorru b'dik il-bidla.", "Fil-fatt il-Gvern Nazzjonalista stess kien ammetta li l-liġi li kien ressaq ħames snin ilu ħolqot diversi problemi għaliex huma kienu marru għal xi ħaġa li kienet iddgħajjef l-liġi għal kollox u aħna ridna li nidħlu bl-ewwel pass billi nagħtu warning lil dawk li jkunu ġejjin Malta li aħna għandna liġijiet ebsin li permezz tagħhom jistgħu jittieħdu passi legali kontra tagħhom.", "Fil- fatt f'dan il-parlament dejjem ħdimna b'dan il-mod billi l-ewwel isiru l- liġijiet u mbagħad maż-żmien nipprovaw intejbuhom mill-esperjenza li nkunu qed niksbu.", "Gieli ressaqna liġijiet hawnhekk li wara li jkun sar it-Tieni Qari tagħhom u jgħaddu mill-istadju ta' Kumitat, isir recommital tagħhom - bħalma ġara dan l-aħħar fir-rigward tal-liġi dwar l-awtorita' tat-turiżmu - biex nibdlu xi klawsoli.", "Ma fiha xejn ħażin b'daqshekk!", "Imma żgur li m'hijiex etika parlamentari li jkollok lil xi ħadd li b'mod tassattiv jiġi jgħid li jaqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi mija fil-mija u li m'għandu jinbidel xejn minnu!", "Ma rridux ninsew li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq passi li jistgħu jittieħdu kontra persuni li jkunu għamlu reat.", "Allura għal dawk li s'issa m'humiex imċappsin bid-droga, imma li għandhom it-theddida l-ħin kollu fuqhom u għall-ġenituri li moħħhom il-ħin kollu jhewden jekk xi darba t- tfal tagħhom humiex se jiċċappsu bid-droga, m'għandniex kompassjoni?", "X'qegħdin nagħmlu fil-konkret biex inkunu nistgħu niddefendu lil dawn il- persuni minn min irid jagħmel ħsara lis-soċjeta'?", "Ma rridux ninsew li t- tfal u ż-żgħażagħ tal-lum huma s-soċjeta' ta' għada u allura titkexkex meta tisma' stejjer fuq tfal ta' 12 jew 13-il sena li diġa' huma mċappsin mad- droga.", "Ħafna minna hawn ġew għandhom ċertu eta', uħud qegħdin fil-mezza eta' u hawn oħrajn li għadhom żgħar.", "Possibbli m'aħniex nirrealizzaw li dawn it-tfal li għada pitgħada jridu jmexxu lis-soċjeta' Maltija huma taħt theddida l-ħin kollu?", "Mr Speaker, il-bieraħt lura sar ħafna ftaħir għaliex inqabdu żewġ kilos u nofs ta' taħlita ta' droga fosthom kokaina, eroina u cannabis.", "Imma nafu kemm-il għexieren ta' kilos ta' droga jibqgħu deħlin fis-suq Malti li jagħmlu tant ħsara liż-żgħażagħ tagħna, kemm fiżikament u kif ukoll mentalment?", "Nixtieq inkun naf kemm tinqabad droga minn fuq l-X-ray machine li hemm fl-ajruport biex tiċċekkja l-bagalji u l-affarijiet l-oħra li jkunu deħlin f'pajjiżna.", "Huwa veru li fl-ajruport tagħna għandna anke klieb ittrejnjati biex jaqbdu d-droga pero' sfortunatament dawn iktar qed jaqbdu xi għasfur milli droga għaliex għalkemm ġibnihom ittrejnjati m'humiex qed ikomplu jingħataw it-training neċessarju ħalli jaqbdu lil min ikun dieħel bid-droga.", "X'inhi r-raġuni li filgħodu fl-ajruport issib għadd ta' uffiċjali tad- dwana li xogħolhom huwa fuq id-droga u filgħaxija jkun hemm nuqqas ta' dawn l-uffiċjali meta nafu li m'hijiex l-ewwel darba li ħafna ajruplani jaslu f'daqqa f'dawn il-ħinijiet?", "Irridu naraw li ssir roster b'tali mod li jkun hemm uffiċjali tad-dwana l-ħin kollu li jkunu jistgħu jikkonċentraw iktar fuq il-qbid tad-droga.", "Barra minn hekk, irridu naraw li jkollhom l-għodda neċessarja għaliex inkella ma nkunux nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Nixtieq inkun naf kemm jiġu ċċekkjati yachts u speedboats li jidħlu fl-ibħra territorjali tagħna biex naraw jekk tkunx qed tinġarr xi droga fuqhom.", "Xi ngħidu mbagħad għall-istil ta' ħajja li jgħixu ċerti individwi u l-affarijiet mobbli u immobbli li jkollhom li żgur ikunu ġejjin minn x'imkien ieħor!", "Pero' donnu għall-gvern tal-ġurnata qisu m'hu qed jiġri xejn!", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem issa fuq il-mod kif qed jitressqu ċerti liġijiet f'pajjiżna.", "Għalkemm din id-darba din il-liġi ħasbet anke għal Kap 31, fejn jidħlu mediċini psikotropiċi, ħames snin ilu kienet tressqet liġi li kienet kompletament differenti mill-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, Kap 101, u fil-fatt kienet l-amministrazzjoni Laburista li kienet emendata biex ġabitha ekwivalenti għal Kap 101.", "L-unika ħaġa li saret tajba f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hija li b'din il- liġi qed nolqtu Kap 101 u Kap 31 u għallinqas m'aħniex se nerġgħu niġu f'dan il-parlament biex inbiddlu l-liġi li qed titressaq illum għaliex mill- bqija l-kontenut ma naqblux miegħu.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa li minkejja li qed indaħħlu l-multi u l-pieni fil-liġijiet tagħna għal dak li għandu x'jaqsam ma' traffikar ta' drogi, sfortunatament jiddependi min tkun il-persuna akkużata għaliex jekk ikun traffikant Malti joqogħdu jaraw minn liema familja ġej u x'kienu ċ- ċirkostanzi li setgħu wassluh biex jibda jittraffika d-droga u allura jiġi ttrattat mod; jekk ikun bniedem barrani li jkun ġej minn xi pajjiż nordiku jiġi ttrattat mod ieħor u jekk ikun xi barrani ġej mill-Afrika jiġi ttrattat b'mod differenti.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qed jgħid li l-liġi hija għal kulħadd l-istess.", "Jien naqbel mija fil-mija mal-ministru li l-liġi li tiġi fformulata f'dan il-parlament hija intenzjonata għal kulħadd l-istess, pero' l-liġi m'hijiex qed tiġi applikata tajjeb.", "Issa kulħadd jaf li l-liġijiet jiġu applikati mill-qrati tagħna u mhux mill- ministru!", "(Interruzzjonijiet) Għalkemm hawn Malta niftaħru li ma nbatux bir-razziżmu, il-fatti juru mod ieħor għaliex jekk ikun Malti nsibu kull skuża biex nuru kompassjoni miegħu imma jekk ikun bniedem min-naħa ta' l- Afrika ma nuru l-ebda ħniena miegħu.", "Inutli li noqogħdu ngħidu li m'aħniex razzisti jekk imbagħad fl-applikazzjoni tal-pieni qed ikun hemm daqshekk differenza.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, jekk il-ministru jrid ineħħi lill-imħallfin sta għall-gvern Nazzjonalista li jneħħihom.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-mod kif qed jiġu applikati r-reati juru ċertu sens ta' razziżmu.", "Jiena m'iniex avukat jew midħla tal-qrati, pero' bħal Ċikku l-poplu niġġudika minn dak li nara jiġri madwari.", "Fl-opinjoni tiegħi, qed issir diskriminazzjoni ċara bejn persuna u oħra, skond il-kulur tal-ġilda tagħha.", "Issa jekk dan m'huwiex razziżmu, ma nafx x'tista' ssejjaħlu!", "Ħafna drabi aħna niġu nitkellmu hawn ġew mhux fuq dak li jingħad fil-qrati tagħna imma dwar dak li jkunu qed jitkellmu fuqu ċ-ċittadini fit-toroq tagħna u bħala r-rappreżentanti tagħhom, għandna d-dover li nsemmgħu leħinhom.", "Issa jekk din m'hijiex il- verita' nitlob lin-naħa tal-gvern biex tipprovalna l-kontra.", "Fil-fatt anke jekk sempliċement taqbad taqra rapport f'gazzetta dwar xi ħadd li jkun intbagħat xi 18-il sena ħabs fuq drogi, mill-ewwel tinduna li tkun qed titkellem fuq xi ħadd li jkun ġej mill-Afrika, anke jekk tkun l-ewwel darba li jkun ikkommetta reat.", "Għalhekk irridu naraw li l-liġijiet li ngħaddu minn dan il-parlament jiġu applikati għal kulħadd l-istess u ma jsiru l-ebda preferenzi għaliex imbagħad il-poplu jkollu raġun li jibda jagħmel ċerti mistoqsijiet!", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li jekk il-liġi se tibqa' kif inhi - kif irid l-Onor.", "Membru min-naħa tal-gvern u nerġa' nirripeti li m'iniex qed ngħid għall-ministru li għamilha ċara li lest jikkonsidra kull emenda li jkun hemm bżonn - se nibqgħu nisimgħu bl-istejjer ġewwa pajjiżna għaliex se titfa' messaġġi ħżiena bħalma tefgħu messaġġi ħżiena l-istorja ta' Queiroz u stejjer oħrajn relatati mad-droga, fejn sar minn kollox biex dak li jkun jeħel mill-inqas u saħansitra ngħataw il-maħfriet presidenzjali fuq id-droga.", "B'dan il-mod irridu niġġieldu d-droga, billi xi ħadd jinqabad red-handed bid-droga u jingħata maħfra presidenzjali?", "Ta' min ifakkar li waħda mill-maħfriet presidenzjali ma ngħatax fuq xi gramma droga jew xi joint imma ngħatat lil persuna li allegatament inqabdet b'madwar kilo droga fuqha!", "Li wieħed jikkonsidra li tingħata maħfra presidenzjali lil xi ħadd li jkun inqabad b'pussess ta' droga f'ċertu ammont żgħir biex jikxiflek il-ħuta l-kbira - m'iniex se nidħol fil- merti jekk għandhiex tingħata jew le u m'iniex qed ngħid li naqbel magħha - forsi b'xi mod jew ieħor wieħed jifhimha imma li tagħti maħfra presidenzjali li min allegatament inqabad b'madwar kilo droga fuqu żgur ma nifhimhiex!", "L-esperjenza wriet li fl-aħħar mill-aħħar il-verita' toħroġ u, kif kien iħobb jgħid xi ħadd: Il-verita' titla' f'wiċċ l-ilma, Sur President.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna bażikament jistrieħ fuq trepied, fis-sens li fih tliet proposti prinċipali li la ssemmew mill-Onor.", "Gulia fid-diskors tiegħu l-bieraħ u lanqas mill-Onor.", "Farrugia fid-diskors li għadu kemm għamel.", "L-ewwel proposta hija li jekk jiġi pprovat li sar traffikar f'xi negozju b'konnoxxenza tan-negozjant innifsu - jew li huwa pparteċipa f'dak it- traffikar - tiġi sospiża l-liċenzja tan-negozju.", "It-tieni proposta hija li qegħdin nestendu l-konċett tal-controlled delivery fejn, jekk il-pulizija tkun taf li ġejja persuna minn barra minn Malta b'ammont ta' droga, minflok tarrestaha ssegwi l-passi tagħha biex tara lil min se twassal dik id-droga.", "Dawn iż-żewġ punti importanti s'issa ma ġewx mittiefsa ħlief mid-diskors introduttorju tal-Ministru Borg, pero' naħseb li l-pern ta' dan il-bill hija d-distinzjoni li rridu nintroduċu bejn l-importazzjoni qua importazzjoni u l-importazzjoni bħala traffikar u jekk waħda għandhiex tkun ekwivalenti għall-oħra u f'liema ċirkostanzi.", "Imma qabel xejn irridu nifhmu li l-liġi tagħna tgħid li hemm tliet tipi ta' reati tad- droga.", "Għandek il-pussess sempliċi fejn dak li jkun jinqabad b'ammont ta' droga, bħalma hi l-cannabis, LSD, ecstasy, eċċ., għall-użu personali tiegħu biss.", "F'każ li l-persuna tinstab ħatja, il-maġistrat jista' jagħti jew piena ta' ħabs jew iwaħħlu multa jew xi piena oħra skond il-każ.", "Imbagħad għandek ir-reat tal-possession with intent, fejn dak li jkun jinqabad b'ammont ta' droga fuqu li ċ-ċirkostanzi ma jkunux juru li kienet għall- użu esklussiv tiegħu u allura l-oneru jinqaleb fuq il-persuna akkużata u sta għaliha li tipprova li dik id-droga kienet għaliha.", "Jekk l-akkużat ma jipprovax l-każ tiegħu sal-grad tal-probabbli, l-onerju dejjem jinqaleb fuqu u jinstab ħati ta' possession with intent.", "F'dan il-każ il-piena ta' ħabs hija tassattiva u l-maġistrat huwa obbligat bil-liġi li mill-inqas irid jibagħtu sitt xhur ħabs.", "Fil-fatt il-piena għal dan ir-reat titla' sa għaxar snin u jekk imbagħad il-każ imur quddiem ġuri fil-qorti kriminali, il-piena tiżdied sewwa.", "Imbagħad għandek it-tielet reat li huwa t-traffikar pur tad-droga fejn isir id-dealing għall-bejgħ tad-droga u jekk persuna tinqabad tbigħ, tqassam, tipprovdi jew tipparteċipa f'dan il-proċess, tinstab ħatja ta' traffikar.", "F'dan il-każ il-piena ta' ħabs hija tassattiva wkoll u tibda minn sitt xhur sa massimu ta' għaxar snin.", "Pero' mbagħad għandek il- konċett ta' l-importazzjoni u l-konċett tal-koltivazzjoni, fejn il-piena tal-ħabs hija tassattiva wkoll.", "Fil-fatt il-liġi tobbliga liIl-maġistrat li jrid jibgħat lill-persuna akkużata bilfors il-ħabs.", "Iktar 'il quddiem se nsemmi każijiet fejn b'applikazzjoni tal-liġi kif inhi, maġistrat korrettement ta 15-il ġurnata ħabs lil xi ħadd li nstab ħati ta' koltivazzjoni tad-droga għaliex applika ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi u mis-sitt xhur li tiddeskrivi l-liġi niżel għal 15-il ġurnata.", "Sur President, sar ħafna tixrid tad-dmugħ tal-kukkudrilli għaliex intqal li l-qrati jagħmlu distinzjoni bejn bniedem li jkun ġej minn ċertu pajjiż u bniedem li jkun ġej minn pajjiż ieħor.", "Irridu noqogħdu ftit attenti li ma niżvijawx mill-oġġettiv tal-liġi għaliex il-liġi kif inhi u kif se tkun emendata ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn bniedem li jkun ġej min- north u ieħor li jkun ġej mis-south imma l-liġi hija ugwali għal kulħadd.", "U la qed insemmi dan il-punt, nixtieq nikkwota mill-mistoqsija parlamentari numru 8324 li jiena stess għamilt lill-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali fit-22 ta' Gunju ta' din is-sena dwar kemm kien in-numru ta' persuni mressqa l-qorti akkużati b'importazzjoni ta' droga u li ngħataw piena ta' ħabs.", "L-informazzjoni li ngħatajt kienet tgħid li fl-1995 kien hemm 24 Malti u 8 barranin; fl-1996 kien hemm 35 Malti u 10 barranin; fl- 1997 kien hemm 37 Malti u seba' barranin; fl-1998 kien hemm 36 Malti u 11- il barrani u sal-ġurnata tal-lum 15-il Malti ġew akkużati b'importazzjoni ta' droga u ngħataw il-piena ta' ħabs.", "Dan juri li l-liġi ma tagħmilx distinzjoni - u hekk għandu jkun - bejn minn liema pajjiż jew minn liema kultura jkun ġej l-akkużat.", "Għaliex sar dak id-diskors kollu emotiv miż- żweġ kelliema s'issa ta' l-oppożizzjoni?", "Għaliex noqogħdu ndaħħlu fl-imħuħ ta' dawk in-nies li m'humiex well versed mal-liġi d-dubju jew is-suspett li b'xi mod qed ikun hemm xi aġevolazzjoni meta bniedem jinqabad b'pussess ta' droga?", "Jien naħseb li ta' min ifakkar lil dan il-Parlament li kien ex-prim ministru ta' dan il-pajjiż, Dr Karmenu Mifsud Bonnici, li kien ippropona jekk għandniex nikkonsidraw li nillegalizzaw il-pussess tal-cannabis!", "Dik il-proposta la kienet ġiet minn xi deputat minn din in-naħa, la minn ministru tal-gvern iżda saret minn ex-prim ministru ta' Malta li dak iż- żmien kien ukoll il-Kap tal-Partit Laburista.", "Aħna naqblu li l-pussess tad- droga għandu jibqa' reat jew, jekk irridu nkunu aktar preċiżi, delitt punibbli bi priġunerija.", "Jien nemmen li l-konsistenza fil-politika hija importanti pero' li tibqa' tippersisti fl-iżball hija supervja u huwa ħażin li tagħlaq għajnejk quddiem l-inġustizzji li jiġu kommessi f'isem il-ġustizzja jew li tkun iebes mad-dgħajjef u dgħajjef mal-kbir.", "Sur President, irrid ngħid li kien il-gvern Nazzjonalista li kien żied il-pieni għal ċerti reati ta' droga u daħħal il-piena ta' għomor il-ħabs - li jfisser toħroġ mill-ħabs wara li tmut - f'każ li ġuri jsibek unanimament ħati b'disa' ġurati kontra ħadd f'każ ta' traffikar ta' droga.", "Qabel l-1994 il-massimu tal-piena kien ta' 20 sena mentri issa l-massimu huwa għomor il-ħabs u l-grad ta' wara jitlob piena ta' 30 sena.", "Kien ukoll il-gvern Nazzjonalista li ntroduċa bħala eċċezzjoni għar-regola d- dritt għall-appell lill-avukat ġenerali f'kawżi tad-droga.", "Pero' f'kawżi normali ta' serq, frodi u anke qtil, l-avukat ġenerali m'għandux id-dritt għall-appell u din hija xi ħaġa li jien qatt ma stajt nifhimha sa minn mindu kont fl-ewwel sena tal-kors tal-liġi u għadni ma nistax nifhimha sal- lum u ma naqbel xejn li l-avukat ġenerali m'għandux dritt għall-appell ħlief f'kawżi ta' droga.", "Fil-fatt l-avukat ġenerali jista' jappella biss minn sentenza tal-qorti tal-maġistrati fuq punt ta' liġi pero' ma jistax jappella minn ġuri.", "Issa ħalli nkunu ċari u onesti u ngħidu li avukat difensur jieħu ġost li l-avukat ġenerali m'għandux dritt għall-appell pero' jien hawnhekk m'iniex qed nitkellem bħala avukat imma qed nitkellem bl- ikbar umilta' bħala leġislatur u nemmen li l-parlament għandu d-dover li jnaqqas iċ-ċirkostanzi li jagħtu lok għall-abbuż u li jgħin biex issir aktar ġustizzja u jkun hawn aktar trasparenza.", "Naħseb li dan il-parlament għandu jikkonsidra li fil-futur qarib jiġi ntrodott id-dritt għall-appell lill-avukat ġenerali għal kawżi oħra barra dawk fuq id-droga.", "Sur President, intqal ukoll li kien hawn min ħa pożizzjoni differenti mill-partit rispettiv tiegħu rigward din il-liġi u fost l-oħrajn issemma l- Ministru Refalo, li fl-opinjoni tiegħi jew ġie kkwotat ħażin jew inkella biex nagħti l-benefiċċju tad-dubju miftiehem ħażin.", "Jien inħaddan prinċipju li safejn ikun possibbli dejjem nipprova nagħmel sforz biex qatt ma nattakka lil persuna imma nattakka l-argument u personalment ma jinteressanix jekk ix-shadow minister tal-lum kienx qal \"X\" u llum qed jgħid \"Y\".", "Pero' għall-fini ta' kompletezza - tajjeb li nfakkruh dan għaliex min jinsa ħafna drabi huwa kkundannat li jerġa' jgħix dak il-passat - se nikkwota minn \"The Times\" li kkwota minnha l-bieraħ l-Onor.", "Gulia - pero' m'għandix dubju li kien bi żball ġenwin li ma semmihiex - ta' l-4 ta' Jannar ta' din is-sena mir-rubrika \"No Minister\" ta' Dr Joe Brincat.", "Issa rrid nagħmilha ċara li jien nammira ħafna lil Dr Brincat bħala avukat għaliex huwa avukat kapaċissimu, intelliġenti ħafna u jaf il-liġi sewwa u għalkemm politikament ma naqblux, għandi stima kbira lejh.", "Pero' xtaqt li f'dan l-isfond nikkwota ftit minn dak li qal f'dan l-artiklu għaliex naħseb li ma setax ikun aktar ċar u onest minn hekk:", "\"It is a funny state of the law which grants discretionary powers to the minister whose role is essentially political, whilst refusing and excluding any discretion to an independent and impartial magistrate whose role is solely judicial.", "In simple terms it is as if the minister can be trusted to do justice in a particular case, while the magistrate is not trusted with a sense of fairness and proportionality of punishment to the offence committed.\".", "Jien ngħid li għandu jkun dan l-ispirtu li janima din id-diskussjoni f'dan il-parlament, irrispettivament jekk il-kumment jagħmlux id-Deputy Leader tal-Malta Labour Party jew xi ħaddieħor fi ħdan xi partit ieħor.", "Għalija dment li l-argument ikun motivat minn raġunijiet serji, mis- sinċerita' u mill-ġenwinita' nagħti kasu u ma noqgħodx nara min għamlu.", "Għaliex dak li qal Dr Brincat fl-4 ta' Jannar ta' din is-sena m'għadux japplika għall-pożizzjoni Laburista tal-lum?", "Jien m'għandi l-ebda dritt nindaħal fil-pożizzjoni li jieħu l-Partit Laburista, pero' nixtieq minn hawnhekk infakkar lin-nies x'kien il-bidu tal-proċess għal din l-emenda.", "L- Avukat Joe Brincat fl-artiklu tiegħu kompla jgħid hekk:", "\"Possession of even traces of a prohibited drug before one passes the green or red channel at the airport amounts to importation.", "The magistrate has no discretion whatsoever to apply a lighter punishment, such as a fine or a probation or a suspended sentence.\"", "Pero' għall-fini ta' kompletezza se nkompli ngħid x'qal Dr Brincat ħalli ħadd ma jgħid li qed nikkwota out of context.", "Hu qal li fil-każ ta' Dimitrjeff, rightly so il-ministru eżerċita diskrezzjoni li għandu bl-Immigration Act, pero' kompla jgħid li għandna nitilgħu tarġa oħra ħalli nkunu aktar trasparenti u aktar serji.", "Jiena m'għandix dubju mill-integrita' tal-ministru, pero' meta lill-maġistrat qed nafdalu f'idejh għaxar snin minn ħajja ta' bniedem jekk isibu ħati - għaliex tajjeb li ngħidu li llum il-kompetenza tal-maġistrat għal dak li jirrigwarda għoti ta' piena twassal sa għaxar snin meta oriġinarjament kienet tasal biss sa ftit xhur - għaliex f'każ ta' traffikar jew f'każ ta' pussess mhux għall-użu personali m'għandniex nafdawh biex jiddeċiedi hu jekk l-importazzjoni tad-droga kenitx għall-użu personali jew biex tiġi mgħoddija lil terzi persuni?", "Se nkompli nikkwota dak li qal Dr Joe Brincat:", "\"My assesment of public sentiment ...\"", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi u nirriferi għal dak li jħoss il-pubbliku għaliex il-bieraħ fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Gulia qal li l-opinjoni pubblika hija kontra dawn l-emendi.", "Jien ngħid li anke jekk għall-grazzja ta' l-argument ngħidu li l-poplu huwa kontra dawn l-emendi - għalkemm ma nemminx għax jekk il-poplu tfiehmu b'sempliċita' u b'sinċerita' jifhem - aħna rridu nħarsu mhux tant lejn kif jaħsibha l-poplu dwar din il-ħaġa imma lejn what is the right thing to do.", "Imma ħalli nkompli nikkwota x'qal Dr Joe Brincat:", "\"... is that the Minister can rely upon a very large majority who feel that there is disproportion between the offence and the punishment.\".", "Jien ngħid li Dr Brincat ħaqqu prosit għaliex ma jistax ikun iktar onest u sinċier minn hekk u nappella lill-ħbieb tiegħi tan-naħa l-oħra - għandi ħafna ħbieb min-naħa l-oħra li huma avukati bħali u nitkellem u niddiskuti magħhom għaliex naf li għandhom animu sinċier u jixtiequ jagħmlu l-ġid anke f'leġislazzjoni bħal din - biex jissorpassaw il-pass tal-politika partiġġjana.", "Irridu nkunu onesti u nifhmu li dak li qegħdin nagħmlu llum m'huwiex bħalma sar sentejn ilu fi żmien l-amministrazzjoni Laburista meta d- diskrezzjoni tħalliet f'idejn l-uffiċjali tad-dwana.", "L-emenda li kienet saret dak iż-żmien kienet tgħid li barrani jew Malti li jkun ġej minn barra huwa u dieħel Malta, at the earliest opportunity irid jarmi d-droga li jkollu fuqu.", "Issa hawnhekk tqum il-mistoqsija: What is the earliest opportunity and who is to decide what is the earliest opportunity?", "Huwa l- uffiċjal tad-dwana li se jiddeċiedi u min hu fuq l-uffiċjal tad-dwana?", "L- operat tiegħu jista' jiġi ssindakat permezz ta' qorti?", "Issa hemm konsegwenza oħra li tajjeb li nfiehmu.", "Jekk dak li jkun jiġi akkużat b'pussess ta' droga jista' jintalab il- pledge, pero' jekk jiġi akkużat b'pussess ta' droga mhux għall-użu esklussiv tiegħu, bi traffikar jew b'importazzjoni ta' ammont żgħir ta' droga li jkunu jlaħħqu l-ftit grammi u li jkunu juru li huma għall-użu personali, ma jistax jintalab il-pledge qabel ma jgħaddu 20 ġurnata mid- data li jitressaq il-qorti.", "Fil-fatt fil-korp leġislattiv tagħna din hija l-unika liġi li tagħmel differenza bejn meta jista' jintalab il-pledge.", "Pero' hawnhekk irrid infakkar f'sentenza li ngħatat mill-Prim'Awla tal- Qorti Ċivili fis-7 ta' Mejju ta' din is-sena dwar il-materja tad- drittijiet tal-bniedem fil-kawża Godfrey Ellul versus l-Avukat Ġenerali.", "Is-Sur Godfrey Ellul assistit abbilment minn Dr Joe Brincat, Deputy Leader tal-Partit Laburista, talab lill-qorti tiddikjara li dik il-liġi li tgħid li qabel 20 ġurnata ma tistax titlob il-pledge tmur kontra d-drittijiet tal- bniedem u l-qorti, permezz ta' l-Imħallef Giannino Caruana Demajo, tagħtu raġun u fis-sentenza tiegħu l-Imħallef qal li section 27 ta' Kap. 101 - l- Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - li tgħid li ma jistax jintalab il- pledge qabel ma jgħaddu 20 ġurnata mill-preżentata tikser artiklu 5 subinċiż (3) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Fil-fatt il-qorti bagħtet kopja ta' din is-sentenza lil dan il-Parlament biex mill- aktar fis - u nispera li jkun mill-aktar fis - jemenda l-liġi biex tiġi in line ma' dak li tgħid il-Konvenzjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li safejn naf jien din is-sentenza ġiet appellata mill- Avukat Ġenerali pero' għalkemm ma nafux x'se jkun l-appell, diġa' għandna indikazzjoni għaliex is-sentenza massiċċa ta' l-Imħallef Caruana Demajo li fiha kważi 22 faċċata tirriferi għal diversi sentenzi li ngħataw mill- Qorti Ewropea, jiġifieri l-Imħallef ma qabadx u qata' s-sentenza kif ġab u laħaq.", "Fil-fatt is-sentenza tirriferi għas-sentenza tal-Qorti Ewropea Aquilina kontra Malta ta' April ta' din is-sena li nqatgħet kontra l-Istat Malti, tirriferi għas-sentenza De Jong tal-Qorti Ewropea ta' l-1984, għal sentenzi oħra bħal Wemhoff kontra l-Awstrija u bħal Stogmuller kontra l- Awstrija, Kurt kontra t-Turkija fl-1998 u diversi sentenzi oħra li l-animu tagħhom huwa li l-poter tal-qorti li jara jekk l-arrest huwiex legali jew le qatt ma jista' jitneħħa.", "Il-liġi tagħna tgħid li jekk bniedem jitressaq il-qorti akkużat b'pussess ta' droga mhux għall-użu esklussiv tiegħu jew b'importazzjoni jew bi traffikar, il-qorti ma tistax lanqas biss tara jekk l-arrest huwiex legali jew le u l-ewwel 20 ġurnata jrid jgħaddihom ġewwa.", "Issa jista' jkun każ ġenwin u jista' jkun każ fejn dak li jkun ipprova jimporta mijiet ta' grammi jew xi kilo droga.", "Pero' din il-liġi m'hijiex qed tipprova tirriferi għall-importazzjoni ta' ammonti kbar ta' droga imma l-iskop tagħha huwa li tirriferi għal dawk il-każijiet ġenwini fejn dak li jkun jimporta ammont żgħir ta' droga li jkun evidenti li se jkun għall-użu personali.", "U hekk għandu jkun.", "Jien nistaqsi: Għaliex jekk jinstab fuqi roach tal-cannabis jew ftit droga fuqi f'Tas-Sliema jew f'post ieħor nista' nintbagħat probation pero' jekk ninqabad bl-istess ammont dieħel mill- airport jew mis-sea terminal fil-Marsa, irrid nintbagħat mill-inqas sitt xhur ħabs?", "Din x'ġustizzja hi!", "Il-ġustizzja minnha nnifisha tfisser li tkun konsistenti.", "Bl-ikbar rispett lejn l-Onor.", "Gulia, jien ma naqbel xejn ma' dak li qal il-bieraħ li l-ġustizzja hija valur relattiv.", "Anzi ngħid li hija oxxenita' li tgħid li l-ġustizzja hija valur relattiv għaliex il-ġustizzja hija valur assolut, minnha nnifisha hija valur inerenti u m'hemmx għalfejn tmur fl- ewwel sena tal-kors tal-liġi tistudja l-filosofija tad-dritt biex titgħallem li l-ġustizzja hija valur assolut u mhux relattiv.", "Il- ġustizzja qatt m'għandha tiġġebbed bħaċ-chewing gum imma dak li huwa tajjeb għalija għandu jkun tajjeb għalik ukoll.", "Dak huwa l-animu li għandu jispira lil dan il-parlament għaliex għalkemm il-ġustizzja trid issir skond il-liġi, pero' l-liġi trid tiġi applikata b'ġustizzja.", "Ħafna snin qabel ma bdejt nipprattika l-qorti, kien hemm żewġ imħallfin ta' statura kbira, l-Imħallef Caruana Curran li kien iħambaq li l-ġustizzja trid dejjem isir skond il-liġi, iebsa kemm tkun iebsa l-liġi, u l-Imħallef Flores li kien jgħid ukoll li l-ġustizzja trid issir skond dak li tgħid il- liġi u mhux dak li jrid hu.", "Fil-fatt dawn huma żewġ faċċati ta' l-istess munita għaliex il-liġi trid tiġi applikata b'ġustizzja.", "Kif darba konna tgħallimna lex injusta non est lex li tfisser liġi inġusta m'hijiex liġi u ma tistax tapplikaha.", "Dak hu li qed nipprovaw nfiehmu għaliex aħna m'aħniex ngħidu li fuq pussess ta' droga m'għandux ikun hemm il-piena tal- ħabs jew li l-maġistrat m'għandux dritt jibgħat il-ħabs lil bniedem li jkun inqabad għal darba, darbtejn, tlieta b'pussess ta' droga.", "Pero' jekk ikun każ ġenwin ta' darba, għalfejn bniedem għandu jintbagħat mill-inqas sitt xhur ħabs?", "Jekk nitkellmu f'termini ta' pounds, shillings and pence, ifisser li jekk persuna b'każ ġenwin tintbagħat il-ħabs din se tiswa lill- Istat Malti Lm22 kuljum għal sitt xhur - għax daqshekk iqum priġunier il- ħabs - biex tmantniha u żżommha.", "Dan l-ammont sostanzjali ta' flus jista' jiġi investit fil-ġlieda kontra d-droga u f'iktar programmi bħal tal- Caritas u tas-Sedqa u mhux jintnefqu biex immantnu xi barrani għal xi sitt xhur minflok nibagħtuh lura lejn pajjiżu.", "Irrid nagħmilha ċara li jien qed nitkellem fuq każijiet żgħar u ġenwini.", "Niftakar xi erba' snin ilu kien hemm każ quddiem maġistrat partikolari fejn żewġ tfajliet ġew akkużati b'importazzjoni ta' droga mill-Olanda meta kulma nstabilhom fuqhom kien ammont żgħir ta' cannabis huma u deħlin l- airport.", "Issa l-akkuża ta' importazzjoni ta' droga ġġib magħha l-piena ta' ħabs.", "Niftakar qisu l-bieraħ li waqt li l-maġistrat kien qed jaqra s- sentenza, kważi donnu ried jiskuża ruħu għaliex ma setax jagħmel mod ieħor ħlief li jibgħathom mill-inqas sitt xhur ħabs.", "Fil-fatt il-każ tant kien ġenwin u l-maġistrat tant ħass għal dawn iż-żewġ tfajliet ta' kondotta tajba li żgarraw l-ewwel darba mal-liġi - m'iniex qed ngħid li kellhom jiġu lliberati biex ħadd ma jifhimni ħażin imma mhux li jeħlu sitt xhur ħabs għaliex ma ħadna xejn billi tfajna tnejn min-nies il-ħabs mal-krema tal- kriminalita' għal sitt xhur sħaħ, apparti li tellifnilhom ix-xogħol u l- effett psikoloġiku li tħalla fuqhom - li għamel rakkomandazzjoni lid- direttur tal-ħabs - u hawn l-Onor.", "Herrera li jista' jikkonferma dak li qed ngħid - li jekk kien possibbli għal dawk is-sitt xhur ma jinżammux fil- ħabs proprju imma jinżammu - ma rridux ninsew li kienet rakkomandazzjoni u mhux ordni għax il-maġistrat ma jistax jordna fejn jinżammu l-arrestati wara li jagħti s-sentenza - f'ċentru ta' riabilitazzjoni biex għallinqas ma jkunux fl-ambjent tal-ħabs.", "Issa jekk għall-grazzja ta' l-argument dak iċ- ċentru nzerta full up, ma kienx hemm post ieħor ħlief li jibqgħu l-ħabs għal sitt xhur.", "Jien nemmen li l-ġustizzja minnha nnifisha trid tgħin lil dak li jkun jirriforma ruħu u mhux tkompli tagħksu.", "Niftakar każ ieħor li ġara madwar sena u nofs ilu fejn Malti siefer u ħareġ miegħu pillola waħda ta' l-ecstasy.", "Pero' ġara li nesa fejn kien refagħha u meta reġa' lura Malta, mat-tfittxija fl-ajruport sabulu din l- ecstasy.", "Fil-fatt għalkemm din il-persuna żaret iktar minn pajjiż wieħed, din il-pillola waħda baqgħet dejjem fl-istess post, cioe' fil-bott fejn kien iżomm ċerti pilloli għall-kondizzjoni medika tiegħu partikolari u dan kien għamilha magħhom u nesiha.", "Niftakar li anke l-ispetturi kienu nformaw lill-maġistrat li l-verżjoni tal-maġistrat kienet veritiera, pero' xorta waħda kien akkużat b'importazzjoni ta' droga li ġġib magħha piena ta' mill-inqas sitt xhur ħabs.", "Kieku dik il-pillola ta' l-ecstasy inqabdet fuqu f'Paceville jew f'Tas-Sliema, mhux bilfors kien jintbagħat sitt xhur ħabs imma seta' jintbagħat ġimgħa jew xahar ħabs.", "X'ġustizzja hi li tikkundanna bniedem ġenwin daqslikieku qed tikkundanna bniedem li deliberatament u intenzjonalment daħħal id-droga biex jittraffikaha?", "Il- ġustizzja minnha nnifisha titlob li ma tkunx iebes mad-dgħajjef, imma lanqas ma tkun dgħajjef ma' l-iebes.", "Jien nemmen li l-ġustizzja titlob li jekk bniedem jinstab ħati li importa kilo droga jeħel ta' kilo pero' jekk daħħal gramma droga jrid teħel ta' dik il-gramma.", "Huwa faċli li timpressjona bil-passjoni u bl-emozzjoni imma dan il-parlament irid ikun matur u dan l-abbozz ta' liġi jiżboq dawk it-thresholds ta' l-emozzjoni u tal-passjoni billi jilleġisla biex ikun hawn iktar ġustizzja.", "L-agħar ħaġa li tista' ssir hija li tiġi kommessa inġustizzja f'isem il-ġustizzja.", "Lili dejjem għallmuni li l-loġika u l-interpretazzjoni tal-liġi jridu jimxu id f'id u fil-mument li waħda minnhom does not tally ma' l-oħra, ifisser li hemm xi ħaġa ħażina.", "Jien nispera dejjem li jkun hemm xi ħaġa ħażina fl-interpretazzjoni tal-liġi u mhux fil-loġika għaliex il-liġi tista' tiġi rranġata.", "Jiena wieħed minn dawk li nsostni li l-qrati tagħna kemm fil-każ ta' Dimitrijeff u kif ukoll f'diversi każijiet oħra interpretaw il-liġi ħażin għaliex qatt ma tista' tittraffika miegħek innifsek.", "Dak huwa l-punto di partenza.", "Ħafna mill-avukati li jaħdmu fil- qasam tal-kriminal huma ta' l-opinjoni li l-qrati interpretaw ħażin is- section tal-liġi li tikkontempla d-definition tat-traffikar għaliex you can deal with others but you can never deal with yourself.", "Dik hija l- essenza tal-loġika.", "Issa dan il-parlament qed jgħid lill-qrati tagħna li ma jaqbel xejn mal-mod kif ġiet interpretata l-liġi pero' la l-qrati huma indipendenti minn dan il-parlament li m'għandu l-ebda dritt jindaħlilhom u in vista tal-fatt li f'dawn l-aħħar ħames snin ġew kommessi daqstant inġustizzji f'każijiet ġenwini, se jgħaddi din il-liġi biex nirranġaw is- sitwazzjoni.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Gulia kkritika l-fatt li llum aħna qed nipproponu li nbiddlu l-liġi li ntroduċejna aħna stess fl-1994.", "Jien ngħid li s-serjeta' titlob li jekk b'dik il-liġi, minkejja l-iskop ġenwin tal-parlament, intlaqat xi ħadd ġenwin - u kif qed jgħid il-Ministru dik il-liġi kienet korp ta' emendi u mhux emenda waħda biss - għandna nkunu maturi biżżejjed li nemendawha.", "Wara kollox aħna dejjem tgħallimna li tilleġisla skond iċ- ċirkostanzi tal-mument, għaliex dak li lleġislajt ħames snin ilu seta' kien tajjeb għal dak inhar pero' wara ħames snin jew 20 sena mhux bilfors jibqa' relevanti.", "Per eżempju, qabel l-1990 il-liġi tagħna ma kenitx tikontempla s-suspended sentence.", "Allura kienet ħażina?", "Fl-1990 dan il- parlament ħass il-bżonn li jintroduċi s-suspended sentence biex f'każijiet ġenwini minflok dak li jkun jintbagħat il-ħabs jingħata ċ-ċans b'dik is- sentenza ta' ħabs imdendla bħal xafra fuq rasu.", "M'ilux kien hemm każ il- qorti fejn bniedem jintbagħat sentejn ħabs mill-maġistrat fuq frodi ta' madwar Lm5,000.", "L-argument tiegħi bħala l-avukat tiegħu fil-kawża ta' l- appell kien li billi ntbagħat il-ħabs, is-soċjeta' m'hu se tieħu xejn u jekk il-vittma tiddeċiedi li tfittxu biċ-ċivil u ma ssiblu l-ebda assi jew proprjeta' x'teħodlu, m'hi se takkwista xejn.", "Fil-fatt il-qorti ta' l- appell tagħtu suspended sentence u qaltlu li jekk f'tant xhur ma jħallasx imur il-ħabs.", "Irridu nkunu onesti magħna nfusna u ngħidu li s-suspended sentence kienet suċċess.", "Kif kienu jgħidu r-Rumani, facta lex inventa fraus, jiġifieri appena ssir liġi, il-bniedem isib mod kif jiżgiċċa minnha u allura dejjem trid iżomm ruħek aġġornat ma' l-avvenimenti li jkunu qed jiġru fil-qasam kriminali tal-pajjiż u tilleġisla biex tipprova dejjem tkun a step ahead.", "Din il-liġi ma turix inkonsistenza min-naħa tagħna imma hija frott is-serjeta' fil-mod kif aħna nilleġislaw għaliex l- importanti għalina m'humiex il-voti imma x'inhi l-aħjar ħaġa li tista' ssir.", "Il-kelliema ta' l-oppożizzjoni kkwotaw dwar kif jaħsbuha ċerti għaqdiet dwar dawn l-emendi, pero' tajjeb li niftakru li kemm il-KADA, il- kummissjoni kontra l-abbuż tad-droga u l-alkoħol, u kif ukoll l-ICADAIT, inter-departmental commission against drug abuse and intoxication, preseduta mill-Imħallef David Scicluna, kienu favur li ssir distinzjoni.", "Il-bieraħ il-ministru spjega kif il-Caritas, li jkollha kuntatt ta' kuljum ma' dawn it-tip ta' każijiet, il-KADA u l-ICADAIT kienu favur l-emendi li kienu tressqu f'Awissu ta' l-1997, pero' kienu kontra l-proposta tal- gvern li jitnaqqsu l-pieni f'ċerti każijiet konnessi mad-droga.", "U fil- fatt għamel tajjeb il-gvern Laburista li ma naqqasx il-pieni li kien hemm il-ħsieb li jitnaqqsu għal ċerti reati konnessi mad-droga.", "Pero' rridu niftakru wkoll li li kien hemm żmien meta l-Partit Laburista ried jillegalizza l-cannabis, xi ħaġa li aħna ma rridux nagħmlu.", "Jien naqbel ma' dak li qal il-bieraħ l-Onor.", "Gulia li għandu jkun hemm klassifikazzjoni aħjar ta' priġunieri - u għalhekk għaddejjin il-proġetti fil-ħabs li nbdew qabel l-1996 - u li biex wieħed jirriabilita ruħu mill-problema tad-droga m'għandux jintbagħat il-ħabs fil-kumpannija ta' dawk il-priġunieri li ma jridux jirriabilitaw ruħhom.", "U hawnhekk nixtieq insemmi l-community service.", "Niftakar li fil-maiden speech tiegħi fis-26 ta' Ottubru tas-sena l-oħra kont ipproponejt li dan il-parlament jilleġisla dwar il-bżonn tal-community work, jiġifieri għal ċerti reati dment li bniedem ikun għadu ta' eta' pjuttost żgħira, ikollu kondotta tajba u nadifa u jkun ħabat difrejh mal- liġi għall-ewwel darba, minflok jingħata piena ta' ħabs mill-qorti mill- ewwel, jingħata sitt xhur xogħol għall-benefiċċju ta' xi komunita' bħal, per eżempju, f'xi dar ta' l-anzjani jew f'xi proġett ieħor ta' fejda.", "F'ċerti pajjiżi żviluppati bħall-Ingilterra u l-Iskandinavja, li huma avvanzati ħafna f'dan il-qasam, din is-sistema taħdem billi jekk dak li jkun ma jagħmilx ix-xogħol kif suppost u fiż-żmien li tagħtih il-qorti taħt supervision - għax dejjem ikun hemm is-supervision fuq dawn it-tip ta' offenders li ġeneralment ikunu żgħar - imur il-ħabs.", "B'dan il-mod l-Istat ikun qiegħed jiffranka l-flus biex imantni lil dak il-priġunier għal tant żmien u fl-istess ħin, is-soċjeta' jew il-vittma tkun qed tieħu xi ħaġa lura.", "Per eżempju, jekk xi ħadd jinstab ħati li tefa' ż-żebgħa mal-bieb ta' xi ħadd jew għamel ħsara mal-faċċata ta' xi ħadd, il-qorti tordnalu li jerġa' jirranġaha a spejjeż tiegħu u jekk ma jagħmilhiex tajjeb u fiż-żmien li jitolbu l-qorti, jintbagħat il-ħabs.", "Dan huwa l-community work.", "Sur President, il-bieraħ l-Onor.", "Gulia staqsa x'se tkun l-line of demarcation bejn il-pussess pur u sempliċi u t-traffikar jekk se ngħaddu din il-liġi kif inhi.", "Dan il-kriterju diġa' qiegħed fil-liġi u ilu hemm is-snin.", "Dan huwa r-reat ta' pussess ta' droga mhux għall-użu esklussiv u mingħajr ma l-liġi tispeċifika x'inhu l-ammont, qed tħalli f'idejn il- ġudikant - kif qal Dr Joe Brincat f'dak l-artiklu li kkwotajt - li jara l- kumpless taċ-ċirkostanzi li jkollu quddiemu billi jara l-fedina penali ta' l-akkużat - għaliex jekk, per eżempju, ikun ġie misjub ħati diversi drabi fuq reati konnessi ma' droga, ikun qed jipprova jiġbed saqajn il- ġudikant jekk jgħidlu li dik id-darba kienet għall-użu esklussiv tiegħu u mhux biex jittraffikaha - jikkonsidra wkoll il-post fejn ikun instab - għaliex hemm differenza bejn li tinstab droga fuq xi ħadd fiċ-ċentru ta' post kummerċjali jew f'xi post ieħor - jara fil-kumpannija ta' min kien - jekk, per eżempju, kienx fil-kumpanija ta' nies li huma ben noti mal- pulizija għall-passat kriminali tagħhom - jara x'kien l-ammont u mbagħad il-ġudikant jagħti s-sentenza tiegħu.", "Issa l-qorti f'kull sentenza li tagħti meta jkun hemm reat ta' pussess ta' droga mhux għall-użu esklussiv, dejjem tagħti r-raġunijiet għaliex ma tkunx sabet l-akkużat ħati ta' pussess iżda ta' pussess mhux għall-użu esklussiv.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli Azzopardi għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nipproponi li l-Onor.", "Azzopardi jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Azzopardi jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Sur President, se nerġa' nirriferi għall-każ ta' xi ħadd li ġie akkużat bil-kultivazzjoni tal- pjanta.", "Is-sentenza li ngħatat mill-qorti tal-maġistrati fis-26 ta' Ġunju ta' l-1997 fil-każ il-Pulizija kontra Philip Cricchiola li kien akkużat bil- kultivazzjoni tal-pjanta cannabis u bil-pussess tagħha - issa l-korp leġislattiv tagħna jippreskrivi piena ta' mhux inqas minn sitt xhur ħabs għal dan it-tip ta' reat - wara sottomissjonijiet mill-avukat difensur, il-qorti applikat ċerti artikli oħra tal-liġi inkluż artikli mill-Kodiċi Kriminali u weħlitu 15-il ġurnata ħabs biss.", "Din is-sentenza ngħatat wara li l-qorti għamlet riferenza għal diversi sentenzi oħra, bħal fil-każ tal- Pulizija kontra Leone Dimech tad-29 ta' Lulju, 1996, il-każ tal-Pulizija kontra Jason Mifsud u kontra Jeffrey Debattista deċiżi fis-27 ta' Marzu, 1995 u l-każ tal-Pulizija kontra Romolo Spiteri tat-22 ta' Frar, 1995.", "Sur President, irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed nikkritika lill- Maġistrat għaliex il-maġistrat għamel sewwa li applika l-liġi kif inhi wara sottomissjonijiet miż-żewġ naħat involuti.", "Il-fatt hu li bniedem li kkoltiva l-pjanta cannabis u li kellu jmur mill-inqas sitt xhur ħabs, minħabba ċerti artikli oħra fil-liġi tad-droga u fil-Kodiċi Kriminali u għaliex ikkollabora mal-pulizija, intbagħat 15-il ġurnata ħabs biss; waqt li min-naħa l-oħra, bniedem Malti jew barrani li jkun ġej minn barra minn Malta u jinqabad b'ammont żgħir ta' droga fil-pussess tiegħu jintbagħat bilfors sitt xhur ħabs.", "Din hija l-ġustizzja li rridu f'pajjiżna?", "Il- bieraħ l-Onor.", "Gulia qal li aħna qegħdin inrattbu l-liġi.", "Din m'hijiex kwestjoni fejn aħna qegħdin inrattbu l-liġi imma se nagħtu diskrezzjoni lill-maġistrat għaliex nafdawh li - issa jekk il-Partit Laburista ma jafdax il-qrati jew lill-ġudikanti hija kwestjoni oħra - f'kawżi ta' pussess ta' droga mhux għall-użu esklussiv jista' jibgħat lill-akkużat sa għaxar snin ħabs u f'kawżi ta' importazzjoni ta' droga li l-ammont tant ikun żgħir li jkun evidenti li m'huwiex se jiġi ttraffikat, jekk irid jista' ma jagħtix il-piena ta' mill-inqas sitt xhur ħabs.", "Sur President, Blackstone, criminal author Ingliż magħruf sewwa fil- qrati u li jiġi kkwotat diversi drabi, kien qal li aħjar disa' persuni ħatja jiġu liberati milli wieħed bniedem innoċenti jiġi misjub ħati u kkundannat il-ħabs.", "Li kien qed jipprova jgħid l-awtur huwa li jekk Allaħares qatt każijiet ġenwini jiġu ttrattati bl-istess yardstick ta' każijiet li jkunu verament ħżiena u ta' ħtija, tkun qed tiġi kommessa inġustizzja.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Gulia rrifera wkoll għal dak li qal il- Ministru Refalo f'\"The Times\" fil-5 ta' Jannar, 1999 - jien m'iniex l- avukat ta' l-Onor.", "Refalo u m'għandix għal xiex inkun pero' naħseb li bi żvista l-Onor.", "Gulia nesa jgħid dak li qal id-Deputy Leader tiegħu, Dr Brincat, fl-istess ħarġa - fejn qal: \"I'm anti-drugs, I'm in favour of drug importation being an offence.\"", "U jien nistaqsi: X'hemm ġdid f'dak li qal il-Ministru Refalo?", "Imma l-Onor.", "Gulia għoġbu jagħmel ħafna paniġierki u diskors emotivi ħalli mingħalih jimpressjona.", "L-Onor.", "Refalo huwa favur li l-importazzjoni tad-droga tibqa' an offence u fil-fatt aħna qegħdin ngħidu li l-importazzjoni tad-droga se tibqa' an offence.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li min jiġu akkużat b'importazzjoni ta' droga jrid jiġi lliberat imma lill-maġistrat qegħdin ngħidulu li jekk irid jista' jagħti piena ta' ħabs, jekk irid jista jagħti multa ħalli l-gvern idaħħal xi ħaġa jew jista' jagħti probation, pero' m'aħniex qed norbtulu idejh għaliex nafdawh.", "Din hija kwestjoni ta' fiduċja.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Gulia għaġġibni ftit meta qal xogħol l-avukat huwa jew li jillibera lill-akkużat jew li jitlob klemenza f'ismu.", "Jien ma naqbilx miegħu għaliex xogħol l-avukat bħala amicus curiae, jiġifieri bħala uffiċjal tal-qorti, huwa li jkun leali lejn il-qorti u mhux li jillibera lill-akkużat akkost ta' kollox u akkost li jiżvija lill-qorti.", "L-avukat huwa uffiċjal tal-qorti u huwa obbligat li jġib a konnexxena tal-qorti ċerti fatti li hi ma tkunx taf bihom, imbagħad sta għall-qorti li tiddeċiedi.", "Il-qorti tapprezza li l-avukat ikun onest u leali magħha u jġib quddiemha fatti li hi ma kenitx taf bihom, pero' rridu nagħmluha ċara li r- rwol ta' l-avukat m'huwiex li jitmellaħ jew jiddieħak bil-qorti imma li jgħinha tasal għall-verdett tagħha.", "Dik hija s-serjeta'.", "Kulħadd jaf x'kien qal Shakespeare fil-\"Merchant of Venice\" li jekk se tipprova tieħu l- pound of flesh ħudha pero' la tħallix lanqas qatra demm tinxtered.", "Issa jekk l-oppożizzjoni trid il-pound of flesh biex toqgħod timpressjona lin- nies li aħna rridu noqtlu liż-żgħażagħ bid-droga u nimlew is-suq bid-droga - li m'hu veru xejn - ma ġara xejn, pero' jekk jintmiss xi każ ġenwin li ma jkunx jista' jiġi rrimedjat imbagħad ma noqogħdux nibku jew niktbu fil- gazzetti.", "Qed isir ħafna diskors opportunist u partiġġjan fi kwestjoni fejn il-partiġġjaniżmu, is-sentimenti jew il-passjoni m'hemmx lok għalihom.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent tiegħi - ħalli ma neħux aktar ħin tal-Kamra għaliex kienet indulġenti biżżejjed miegħi li akkordatli kważi siegħa - billi ngħid li aħna ma rridux il-positivist thinking, fejn il- liġi tiġi interpretata kelma b'kelma imma rridu ninterpretaw l-ispirtu tal- liġi.", "L-ispirtu tal-liġi huwa li min ġej f'pajjiżna biex jittraffika d- droga u jistagħna minn fuq il-Malti għandu jintbagħat il-ħabs, pero' min ġej Malta u ġenwinament ma jkunx jaf li huwa reat - u fil-fatt se titħalla fuq l-embarkation card li dan huwa reat - għandna nħalluha f'idejn il-maġistrat li jiddeċiedi jekk l-ammont ta' droga li jkun qed jiġi importat kienx intiż għall-użu esklussiv jew le.", "U hawnhekk nixtieq nirriferi wkoll għas-sentenza mogħtija mill-Qorti ta' l-Appell fil-każ ta' l-Isvizzera Gisele Feuz, fejn il-qorti qalet hekk:", "\"She admits both in her statement to the police and in her evidence that cannabis is illegal even if tolerated in her country.", "Moreover as she admits in her evidence, she was prepared to share the cannabis with her travelling partner.''.", "Din it-tfajla ammettiet mal-pulizija li hi ġiet biex taqsamha mal-partner tagħha.", "Fil-fatt il-partner tagħha ġie lliberat mill-akkuża u hi weħlet sitt xhur ħabs għaliex il-qorti sabitha ħatja ta' importazzjoni għal skop ta' traffikar - huwa tajjeb li l-poplu jkun jafhom dawn l-affarijiet għaliex min m'huwiex avukat jew ma jafx il-liġi malajr jiġi impressjonat - għaliex hi ammettiet li riedet taqsamha mal-partner tagħha u fil-liġi tagħna x-sharing huwa ekwivalenti għat-traffikar, anke jekk taqsam nifs ma' ħaddieħor jew siringa ma' ħaddieħor.", "Aħna qegħdin ngħidu li m'għandniex nipprovaw nimpressjonaw lin-nies bil-każ ta' Gisele Feuz X'għandu x'jaqsam jekk it-turiżmu mill-Isvizzera żdiedx jew naqasx?", "Il-ġustizzja saret jew ma saritx?", "Jien ċert li kieku konna minflok din it-tfajla jew kien ikun hemm xi ħadd minn uliedna, ma konniex irridu li l-qrati jimxu magħna daqslikieku ġejna biex nittraffikaw.", "Dak huwa l-ispunt li qed nipprovaw ngħidu.", "Aħna ma rridux a play on emotions but we want the truth.", "Il- verita' hi li b'dan l-abbozz ta' liġi m'aħniex qegħdin inkopru każijiet bħal ta' Gisele Feuz għaliex dawk jibqgħu kkonsidrati bħala traffikar la kien hemm l-intenzjoni.", "Ma ninsewx li fil-kriminal biex tikkommetti reat m'hemmx għalfejn l-azzjoni biss imma jrid ikollok l-intenzjoni.", "Fil-fatt l-intenzjoni u l-azzjoni jridu jimxu id f'id inkella ma jkunx hemm reat u fil-każ tat-tfajla Svizzera hi ammettiet li kellha l-intenzjoni li taqsamha mal-partner tagħha.", "Jien nappella lil kull membru f'dan il-parlament biex ikun matur u jara fil-fond ta' qalbu jekk l-animu ta' dan l-abbozz ta' liġi huwiex li nolqtu l-każijiet kollha jew inkella li mmissu dawk il-każijiet ġenwini biex nimxu magħhom b'ġustizzja.", "Sur President, jien ngħid biss li l- ġustizzja trid issir pero' trid tidher li qed issir ukoll.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, illum ħadt pjaċir nisma' lill- kollega tiegħi l-Onor.", "Jason Azzopardi jitkellem għaliex wera ruħu ppreparat pero' ma xtaqtx inkun daqshekk tekniku u fil-fatt ġejt f'dilemma jekk għandix nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi mil-lat soċjali u politiku jew mil-lat legali u tekniku.", "Il-liġi hija liġi teknika u trid jew ma tridx biex tifhem dak li qed tgħid ma tistax tintefa' fuq il- passjoni imma trid tkun bilfors daqsxejn tekniku.", "Għalhekk se nibda billi ngħid x'naħseb personalment fuq l-emendi li għandna quddiemna.", "Sur President, jien ġejt ikkwotat pjuttost fit-tul mill-kollega tiegħi l- Onor. Tonio Borg meta kont ħadt parti f'wieħed mill-kumitati ta' din il- Kamra meta l-Partit Laburista kien fil-gvern u konna għaddejna emendi li kien qed jippilota l-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Farrugia, fejn bażikament konna għidna li ċerti drogi psikotropiċi li ma kenux qed jiġu stmati bħala drogi ordinarji kienu se jibdew jiġu kkonsidrati fuq l-istess livell tal-cannabis, kokaina u eroina għax ma kenitx tagħmel sens li, per eżempju, l-ecstasy ma kenitx stmata bħala droga serja.", "Fil-fatt qabel m'għamilna l-emenda li kien ippilota l-Onor.", "Farrugia, min kien ibigħ l- ecstasy ma kien qed jikkommetti l-ebda reat ta' traffikar ta' droga.", "Fl- opinjoni tiegħi, f'dak iż-żmien meta konna qed ngħaddu dawk l-emendi tajbin imma ebsin, għall-ewwel darba f'dan il-parlament ġie dibattut b'mod inqas formali milli f'din il-Kamra - għax, kif diġa' għedt, ġew dibattuti fil-kumitati tal-Kamra - jekk għandniex nagħmlu emenda wkoll għall- artiklu relattiv 22 tal-Kap 101 tal-Liġijiet ta' Malta, li hija l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, u għall-artiklu relattiv ta' Kap 31, li hija l- Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li Għandhom X'jaqsmu Magħha għal dak li jirrigwarda importazzjoni ta' droga.", "Fil-fatt dik kienet l-ewwel darba fil-parlament meta qamet il-kwestjoni ta' jekk għandniex ukoll nikkonsidraw emendi għal din il-liġi.", "Sur President, jien sinċerament nemmen li dan il-parlament m'għandux jippolarizza żżejjed il-kwestjoni tad-drogi u naqbel li meta nkunu qed nitkellmu fuq kwestjoni ta' traffikar ta' droga - u se nuża l-kelma użurpata mil-Partit Nazzjonalista - għandu jkun hawn ċertu element ta' consensus bejnietna għaliex jien m'għandix dubju li l-partit tiegħi huwa kompletament kuntrarju għal qualsiasi tip ta' droga - anzi din kienet waħda mill-issues prinċipali fiż-żewġ elezzjonijiet ġenerali li għaddew u naħseb li kienet waħda mill-major issues li lill-Partit Laburista rebbħietu l-elezzjoni ta' l-1996 - u nemmen li l-Partit Nazzjonalista huwa kontra d-droga wkoll, għalkemm nistgħu nikkritikawh fuq ċerti pożizzjonijiet li ħa għal dawk li jirrigwarda ċerti maħfriet li ngħataw pero' m'iniex se nidħol fihom ħafna għaliex ma rridx nippolarizza żżejjed.", "Għalhekk fuq ċerti issues sensittivi li l-ħsibijiet tagħna dwarhom m'humiex daqstant 'il bogħod minn xulxin m'għandniex inkunu daqstant kuntrarji.", "U fil-fatt jien se jkolli nikkritika lill-kollega tiegħi għall-pożizzjoni li ħa meta aħna għedna li ma naqblux mal-liġi kif inhi.", "Sur President, aħna ma naqblux mal-liġi mhux għaliex teknikament jew legalment l-emendi m'humiex tajbin.", "L-argumenti legali li ssolleva b'mod abbli l-Onor.", "Jason Azzopardi huma argumenti tajbin imma aħna qed ngħidu li ma naqblux ma' din il-liġi għaliex fiċ-ċirkostanzi tal-mument tista' tibgħat messaġġ ħażin u b'xi mod tkun qed iddgħajjef il-messaġġ kemm lokalment u kif ukoll internazzjonalment ta' kif pajjiżna jrid jittratta l- kwestjoni tat-traffikar ta' drogi.", "Naħseb li fuq in-naħa ta' l- oppożizzjoni din id-darba hawn avukati daqs in-naħa l-oħra jew iktar u allura ir-raġunamenti legali taħt liġi bħal din fhimnihom.", "Aħna m'aħniex qed nattakkaw it-teknikalita' tal-liġi imma l-messaġġ li qed tibgħat.", "M'aħniex qed ngħidu li l-liġi m'għandhiex tinbidel - anzi fil-bidu nett ipproponejna li dan l-abbozz ta' liġi jmur quddiem il-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali - u dan ifisser li aħna ma rridux nieħdu pożizzjoni daqstant riġida li ngħidu li l-liġi għandha bilfors tibqa' kif inhi.", "Aħna bħala partit li għandna kuxjenza politika dwar il-problema gravi tad-droga li hawn f'pajjiżna qed ngħidu l-liġi kif inhi qiegħda ħażina, qed isir b'għaġġla u rridu nibagħtuha quddiem il-kumitat għall- affarijiet soċjali mhux għaliex irridu nkunu konfrontazzjonali man-naħa l- oħra imma għaliex irridu niddiskutuha ħalli naslu fi ftehim bejnietna x'tip ta' emendi se mai hemm bżonn li jsiru biex nagħmlu l-liġi aħjar.", "Dik hija l-pożizzjoni li qed jieħu l-Partit Laburista.", "Ma nistax nifhem kif l- aspirazzjonijiet tal-partit tiegħi fuq din il-materja m'humiex qed jinftiehmu.", "Il-kollegi tiegħi, l-Onor.", "Tonio Borg u l-Onor.", "Jason Azzopardi, ħlew ħafna ħin jiċċitaw dak li għedt jien, dak li qal l-Onor.", "Gavin Gulia, dak li qal l-Onor.", "Charles Mangion u dak li qal Dr Joe Brincat biex speċi jipprovaw juru li hemm xi konflitt intern fi ħdan il-Partit Laburista.", "Li m'humiex qed jifhmu il-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra huwa li dawk il- kwotazzjonijiet jikkonċernaw it-teknikalita' tal-liġi għaliex ħadd ma jaqbel li l-liġi kif inhi qiegħda tajba u meta ġejna kkwotati ħadd ma qal li l-liġi għandha ssir kif qed tiġi proposta mill-Partit Nazzjonalista llum.", "Fil-fatt ħadd minna li ġejna kkwotati ad nauseam ma qal li jaqbel ma' l-emendi li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista u għidna li l-liġi kif inhi ma naqblux magħha u trid tiġi rranġata.", "U fil-fatt anke wara li sirna nafu kif qed tiġi proposta l-liġi u konna diġa' tkellimna u ktibna fil-gazzetti, aħna ma naqblux magħha.", "Jien tant ma naqbilx magħha li se nerġa' mmur lura għal dak li li qal l-Onor.", "Tonio Borg meta kkwota lili stess.", "Kif diġa' għedt, l-Onor.", "Membru kkwotani meta konna qed ngħaddu dawk l-emendi biex drogi psikotropiċi jiġu kkonsidrati bħala drogi normali u qal li meta huwa ppropona dak li qed jipproponi llum, jien għidtlu li wieħed irid joqgħod attent għaliex il-liġi kif inhi qiegħda ħażin.", "Jien nista' ngħid li ħafna minn dawk il-każi li semma l-Onor.", "Jason Azzopardi kienu klijenti tiegħi, fosthom ta' dawk iż-żewġ tfajliet li nqabdu b'ammont żgħir ta' droga u jien ukoll ma nemminx li kien ħaqqhom imorru l-ħabs.", "Dan l-aħħar kelli każ ieħor ta' wieħed Ingliż li nqabad Paceville b'nofs joint fil-but u meta waqt li kien qed jagħmel l-istatement staqsewh minn fejn ġab dak in-nofs joint, dan l-Ingliż għaliex ma jafx il- liġi tagħna ġenwinament qallhom li ġabha mill-Ingilterra u weħel sitt xhur ħabs.", "Kieku qal li xtrah minn Paceville kien jeħel Lm50 multa jew conditional discharge.", "Jien pubblikament għidt li nemmen li l-liġi trid tiġi emendata u m'iniex dak it-tip li dak li ngħid nerġa' nieħdu lura għax jiena konsistenti miegħi nnfisi, pero' qed nikkwota dak li jien għedt qabel ma ġiet proposta din il-liġi u anke dak iż-żmien meta konna qegħdin niddibattu l-emendi sentejn ilu, jien kont għidtlu li ma kontx naqbel mal- mod kif kien qed jipproponiha.", "Għalhekk jien qiegħed komdu mal-kuxjenza tiegħi u ma' dak li dejjem ngħid għax jien mill-bidunett għidt li ma naqbilx ma' dawn it-tip ta' ta' emendi.", "Jiġifieri l-fuss kollu li għamel il-Partit Nazzjonalista li b'xi mod aħna l-avukati parlamentari tal-Partit Laburista qed nikkontradixxu lilna nfusna ma jagħmilx sens.", "Almenu għal dak li jirrigwarda lili, jien dejjem għamilt il-pożizzjoni tiegħi ċara u dak li għidt sentejn ilu għadni nsostnih illum u fil-fatt dak iż-żmien kont ipproponejt x'jista' jsir - u issa ngħid x'ipproponejt -u naħseb li dak li pproponejt se nerġa' nipproponih illum.", "Il-liġi tad-droga fiha xi ħaġa ħażina għaliex hija magħmula bil-pezzi bokkuni.", "L-ewwelnett wieħed irid jara daqsxejn il-filosofija wara l-liġi tad-droga tagħna għaliex din hija liġi moderna ħafna, tant li fil-Kodiċi Kriminali tagħna wieħed ma jsib xejn fuq id-drogi, ħlief għal paragrafu żgħir li jirrigwarda difiżi legali li bniedem li jkun taħt l-effett ta' l-alkoħol jew ta' sustanzi tossiċi għandu x'jagħti fil-kamp kriminali.", "Fis-snin tletin kienet bdiet tinħass għall-ewwel darba l-problema soċjali tad-drug dependancy u saret l-ewwel liġi li ma kienet iebsa xejn għaliex il-pieni kienu deminimis ħafna.", "Pero' iktar ma beda jgħaddi ż-żmien is- sitwazzjoni bdiet taggrava u ċ-ċirkostanzi soċjali u reali tal-pajjiż kienu jirrikjedu miżuri radikali u ħorox minn dan il-parlament biex tiġi kkumbattuta din il-problema tad-droga u għalhekk ġie kkreat Kap 101 tal- Liġijiet ta' Malta, li kien intiż biex jagħti l-għodda lill-pulizija eżekuttiva biex tikkumbatti lit-traffikanti tad-droga u jagħti l-għodda neċessarja lill-qrati tagħna biex ikun hemm id-deterrent ħalli ma jsirux dawn it-tip ta' reati.", "Pero' fl-aħħar tas-snin tmenin u fil-bidu tas-snin disgħin il-problema tad-drogi dejjem baqgħet tiżdied sakemm splodiet.", "Għalhekk il-problema tal-liġi tagħna hija li bħala liġi m'hijiex daqstant konsistenti magħha nnifisha u se nispjega.", "Fil-Kodiċi Kriminali jispikka l-element ta' klassifikazzjoni għal kull reat fejn kollox huwa kklassifikat u ordnat.", "Illum il-liġi tad-droga tant hija komplikata u voluminuża li saret qisha kodiċi għaliex fiha saħansitra daħħalna r-reat ta' spaċċar ta' flus u money laundering.", "Pero' din hija liġi magħmula fil-passjoni tal-mument biex tilqa' għall-problema soċjali li jinqalgħu minn żmien għal żmien u m'hijiex xi ħaġa omoġenika li żviluppat matul ħafna snin u allura l-element ta' klassifikazzjoni f'din il-liġi hija magħmula daqsxejn ħażin u anke l-emenda ta' l-Onor.", "Tonio Borg tista' tagħti lok għal miżinterpretazzjoni.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-pajjiż irid jgħaddi messaġġ qawwi kontra l-koltivazzjoni tal-ħaxixa u l-importazzjoni tad-droga u peress li deħlin ħafna drogi fil-pajjiż u qed titkabbar ħafna ħaxixa 'l hawn u 'l hemm, il-leġislatur irid jaqta' dritt biex jagħti messaġġ f'forma ta' deterrent li kulmin ikabbar il-ħaxixa jew jimporta d- droga huwa ħati ta' traffikar mingħajr distinzjoni ta' xejn.", "L-Onor.", "Gulia fid-diskors tiegħu qal li n-Nazzjonalisti m'humiex qed juru konsistenza f'dak li qed jgħidu u jagħmlu pero' naħseb li l-Onor.", "Borg li saħan fuq l-argument ma fehmux tajjeb.", "L-Onor.", "Gulia tkellem bis- sens u qal li dak li qed jagħmlu qed jagħmluh minħabba l-barranin Ewropej, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-koltivazzjoni.", "Fil- fatt persuna li tkabbar pjanta għall-użu personali tagħha - u l-Onor.", "Jason Azzopardi semma l-każ klassiku ta' Cricchiola - trid bilfors tinstab ħatja ta' traffikar, anke jekk ikun jidher ċar li qed tkabbarha għaliha nnifisha u trid tiġi kkonfiskata l-proprjeta' tagħha wkoll.", "M'iniex qed ngħid li wasal il-mument li jsir ripensament fuq dawn l- affarijiet, għalkemm kważi fl-abbozz ta' liġi donnu li hekk se jsir.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed nieħu gost nisma' lill-Onor.", "Herrera li donnu huwa iktar viċin li jasal għall-consensus li jixtieq il-gvern fuq dawn l- affarijiet, kuntrarjament għal dak li qal il-bieraħ l-Onor.", "Gulia, kif ġie rapportat anke fil-gazzetti, li huwa bħala shadow minister ma jaċċettax li ssir distinzjoni bejn traffikar u pussess fl-importazzjoni.", "Issa l-Onor.", "Herrera qed jgħid li għandha ssir din id-distinzjoni pero' mhux kif inhu proposta hawnhekk imma billi, per eżempju, tingħata sentenza ta' ħabs li tkun sospiża.", "Niftakar li meta jien kont ipproponejt l-emenda, l-Onor.", "Herrera kien ippropona li tinħoloq it-tielet kategorija għall- importazzjoni għall-użu personali pero' ma jkunx hemm piena ta' ħabs bilfors.", "U fil-fatt fuq dan l-argument idur kollox, imma sal-bieraħ il- pożizzjoni bl-iktar mod speċifiku kienet li m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn pussess u traffikar fl-importazzjoni li, tfisser li fuq gramma ta' droga trid tmur il-ħabs bilfors.", "MR SPEAKER: Ikompli bid-diskors tiegħu l-Onor.", "Herrera.", "Jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, l-argument tiegħi huwa li jien dejjem kont konsistenti miegħi nnifsi u l-pożizzjoni li qed nieħu llum li ma naqbilx ma' dan l-abbozz ta' liġi ppreżentat quddiemi hija l-istess pożizzjoni li ħadt sentejn ilu meta għidt li ma kontx naqbel ma' l-emendi proposti mill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Tonio Borg.", "Jien qatt m'għedt li l-liġi hija perfetta, anzi qed qed inkun konsistenti miegħi nnifsi u qed ngħid li l-liġi kif inhi proposta m'hijiex tajba.", "Il-Partit Laburista wera maturita' meta nsista mal-gvern Nazzjonalista li dan l-abbozz ta' liġi għandu jmur quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali ħalli niddiskutu u naraw jekk nistgħux naslu.", "Fil-fatt il-Partit Laburista ma jridx jippolarizza din l-affari u kieku ried seta' ressaq emenda f'dawn iċ- ċirkostanzi u seta' qajjem kjass kbir billi qagħad jiċċita ċerti affarijiet pero' ma ħax dik il-pożizzjoni u kulma qal kien li qatt ma jista' jaqbel ma' din l-emenda għaliex biha se nkunu qegħdin nibagħtu messaġġ ħażin.", "Jien naħseb li l-Partit Laburista ma setax ikun iktar rikonċiljatorju minn hekk pero' l-gvern Nazzjonalista ma laqax it-talba tagħna għax irid li jsir dak li jrid hu.", "Jien nemmen li kulħadd huwa kontra d-droga u lest li jiġġeldilha għaliex kulħadd għandu t-tfal ...", "(Interuzzjonijiet) Meta l- Onor. Michael Farrugia ppropona dawk l-emendi għan-nom tal-gvern Laburista il-Partit Nazzjonalista qabel magħhom mill-ewwel bħala prinċipju għaliex bir-raġun kollu kontu taqblu li ċerti drogi li ma kenux konsidrati bħala drogi għandhom jibdew jiġu konsidrati bħala tali.", "(Interruzzjonijiet) Imma f'dan il-każ aħna ġejna rinfaċċjati b'abbozz ta' liġi li kif inhu redatt ma naqblux miegħu.", "Issa minflok ma qgħadna nikkritikaw kull klawsola kif proposta fl-abbozz ta' liġi u mbagħad ivvotajna kontra, ħadna pożizzjoni riġida li ngħidu mill-ewwel li ma naqblux ma' dawn l-emendi għaliex aħna ben konxji li l-materja tat-traffikar tad-drogi hija ta' interess ġenerali u la tappartjeni lill-Partit Nazzjonalista u lanqas lill- Partit Laburista.", "Jien nemmen bis-sħiħ li ħadd f'din il-Kamra m'huwa favur it-traffikanti u għalhekk ridna li din il-liġi tiġi diskussa fil- kumitat għall-affarijiet soċjali.", "X'kontu se titilfu?", "Konna naslu fi ftehim fuqha imma l-gvern Nazzjonalista ma riedx.", "Issa ħalli nerġa' nirrikapitola l-argument tiegħi biex niġġustifika dak li qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Gulia.", "Jien ngħid li dan l-abbozz ta' liġi seta' sar b'ċertu għaġġla u m'huwiex konsistenti mal-ħsieb tal-liġi prinċipali.", "Fl-1994 il-gvern Nazzjonalista kien ressaq xi emendi - u hawnhekk se nkun daqsxejn politiku - minħabba ċerti ċirkostanzi li kienu ġraw dak iż-żmien.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naf għal xiex qed talludi imma dawk iċ-ċirkostanzi ġraw wara li tressqet il-liġi.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Tajjeb jew ħażin ridtu taqtgħu problemi oħra għaliex il-problema tad-drogi bdiet tiżviluppa bl-iktar mod grossolan immaġinabbli u kien hemm ħafna għajdut ukoll.", "Nista' nsemmi l-inkjesti li saru u min kien arrestat imma ma rridx insemmi nies li ssemmew hawn qabel.", "Kien għaddej ċertu taqlib f'Malta, kien hawn problema tad-drogi u allura l-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ried jgħaddi - u għamel sewwa - messaġġ sever u qawwi lis-soċjeta' in ġenerali li ma kien se juru ħniena ma' ħadd.", "Il-punt huwa li l-gvern Nazzjonalista ried ineħħi - u inutli li tipprovaw tiġġustifikaw billi tgħidu li kien xi lapsus fil-liġi - id- diskrezzjoni tal-ġudikant għaliex f'dak il-mument il-gvern ma kienx qed jafda lill-ġudikatura.", "(Interruzzjonijiet) Ma kien hemm l-ebda lapsus għaliex dan kien il-ħsieb wara din il-liġi u min jiġi jgħid hawnhekk li meta saret il-liġi bi żvista niżżilniha hekk, jew inkella li l-maġistati ta' Malta kollha ċwieċ u interpretaw il-liġi kif inhi llum b'mod ħażin, ikun qed jiżbalja.", "Il-ħsieb tal-leġislatur dak iż-żmien kien li titneħħa d- diskrezzjoni kollha minn idejn il-ġudikant.", "(Interruzzjonijiet) Issa qed tafdawhom!", "(Interruzzjonijiet) Imma dak iż-żmien ma ridtux li ssir distinzjoni mill-ġudikant bejn persuna li tkabbar nofs pjanta cannabis biex tpejjipha hi u persuna li tiżra' nofs tomna raba' bil-pjanta cannabis biex tbigħha u timla nofs Malta.", "Il-gvern Nazzjonalista ried jorbot idejn il-ġudikatura u ġab lill-ġudikant f'pożizzjoni li anke jekk dak li jkun jinqabad bi pjanta waħda, irid iqisha bħala koltivazzjoni.", "L-Onor.", "Gulia fi sfond politiku qal li din il-liġi qed issir mill-gvern Nazzjonalista biex jilgħaq lill-barranin li jkunu ġejjin mill-Ewropa għaliex l-emenda qed issir biss għall-importazzjoni.", "U għalhekk aħna esiġejna li din il- liġi tmur quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali għaliex kien hemm ħafna affarijiet x'wieħed jiddiskuti.", "Irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed ngħid li wasal il-mument li tiġi sindakata il-pożizzjoni tal- koltivazzjoni, allavolja teknikament għandu jsir hekk, pero' soċjalment u politikament m'aħniex fil-klima adattata li nagħmlu dan għaliex inkunu qed ngħaddu messaġġ ħażin lis-soċjeta' li qed indgħajfu l-ġlieda tagħna kontra d-drogi.", "Issa rrid nidħol daqsxejn f'punt legali żgħir għaliex klawsola 2, kif proposta, tista' tagħti lok għal miżinterpretazzjoni u se nispjega għaliex.", "Din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Fis-subartikolu (1B) ta' l-artikolu 22 tal-liġi prinċipali minflok il- kliem \"l-koltivazzjoni, l-importazzjoni, il-manifattura,\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-koltivazzjoni, l-importazzjoni f'dawk iċ-ċirkostanzi li l-qorti tkun sodisfatta li dik l-importazzjoni ma kinetx għall-użu esklussiv tal-ħati, il-manifattura,\".", "Fl-opinjoni tiegħi, il-kelma \"koltivazzjoni\" trid tneħħiha minn hemm u tiġi qabel il-kelma \"manifattura\" għaliex kif tinqara issa ...", "(Interruzzjonijiet) Irrid inkun fair u nagħmilha ċara - għaliex jien ma nħobbx inkun żleali u l-ministru jaf biżżejjed li jien nitkellem ċar - li m'huwiex il-ħsieb tal-gvern jew tal-ministru li jdaħħal il-koltivazzjoni, pero' la l-koltivazzjoni u l-importazzjoni saru għalihom u wara daħlet il- kelma \"manifattura\", tista' tiġi interpretata b'dan il-mod.", "Allura trid tiġi rranġata billi ssir emenda għaliha għaliex jekk ma tiġix irranġata tista' faċilment tagħti lok għal din it-tip ta' interpretazzjoni li qed nagħti jiena.", "Issa ħalli nerġa' niġi għas-suġġett, Sur President.", "Fl-opinjoni tiegħi, Kap. 101 ma sarx bil-galbu għaliex tant saru emendi kbar li jirrigwardaw spaċċar ta' flus u ħasil ta' flus li l-liġi saret komplikata ħafna u meta tipprova tinterpreta l-artikli tagħha fil-kamp kriminali hija komplikata ħafna biex tifhimha, speċjalment meta tiġi għall- ordnijiet li jista' jagħti l-ġudikant, l-ordnijiet ta' sekwestru - issa daħħalna wkoll l-ordnijiet ta' sospensjoni tal-liċenzji - u kif taħdem is- sistema kollha.", "Il-liġi prinċipali taħt Kap 101 hija liġi mħanżra u komplikata.", "Jiena nipprattika ħafna fiha u nista' ngħid li m'hijiex faċli li tifhimha u allura qabel ma ssir xi emenda oħra wieħed għandu jikkontempla jekk għandhiex tmur quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali.", "M'iniex qed ngħid li għandna mmorru quddiem dan il-kumitat biex indgħajfu l-liġi imma hemm ħafna x'wieħed jgħid.", "Jiena dejjem tkellimt fuq l-importanza tal-klassifikazzjoni tar-reati għaliex ma tistax tgħid li pussess jew traffikar jikkontemplaw reat u tieqaf hemm.", "Dawn l-affarijiet diġa' għidthom sena u nofs ilu meta kont fil-kumitat pero' dak inhar ħadd ma seta' jifhimni.", "Ma tistax tistma r-reat ta' bniedem li ġej minn barra u jinqabad bi droga fuqu, anke jekk għall-użu personali tiegħu, jew reat ta' Malti li jġib sustanza ta' droga minn barra minn Malta bħala pussess biss għaliex dik xorta hija importazzjoni.", "Mr Speaker, f'Kap 101 insibu ħafna artikli u cross references pero' m'għandniex artiklu wieħed li jikkontempla r-reat ta' importazzjoni ta' droga u kulma għandna hija t-tifsira ta' traffikar.", "Ir-reati ta' importazzjoni jew kultivazzjoni ta' droga jeżistu f'liġijiet oħra pero' f'din il-liġi ma jeżistux.", "Għalhekk jien kont qed nikkontempla li l- importazzjoni ta' droga għandu jkun reat.", "Issa jista' jkollok importazzjoni ta' sustanza għall-użu personali li jiġi reat ta' pussess u jista' jkollok reat ta' importazzjoni għal skop ta' traffikar li huwa reat ferm iktar serju.", "Jien qed ngħid li teknikament u legalment in-naħa l- oħra għandha raġun tgħid li r-reat ta' importazzjoni m'għandux ikun ekwivalenti għal traffikar għaliex ma tistax tgħid li min jimporta għalih ikun qed jittraffika, imma lanqas tista' tgħidlu reat ta' pussess biss, qisu xejn m'hu xejn.", "Ir-reat ta' importazzjoni ta' mediċina illeċita għandu jkun reat serju pero' klassifikat u indipendenti mir-reat l-ieħor bil-pieni u bil-konsegwenzi kollha tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Jekk għandux ikun hemm piena ta' ħabs jew xi piena oħra, huma affarijiet li nistgħu niddiskutuhom.", "Dik kienet l-idea tiegħi.", "X'fiha ħażin kieku morna quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali?", "Taħseb li konna se noqogħdu naħlu l-ħin?", "Wara kollox aħna kellna ideat konkreti x'nipproponu.", "Il-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra esprimew ruħhom li rridu nuru ħniena kbira ma' min jimporta minn barra u nittrattawh bħala pussess normali.", "Pero' jafu li jekk ikun hemm student universitarju qiegħed f'party li jitħajjar jieħu joint u joffri l-joint lill-ħabib tiegħu teknikament jista' jmur għomru l-ħabs?", "M'iniex qed ngħid li wasal iż-żmien li jsir ripensament fuq dawn l-affarijiet imma l-messaġġ li qed ngħaddu huwa ħażin għaliex donnu li l-ministru għandu kuraġġ ta' iljun biex iċekken dawn l- affarjiet imma m'huwiex qed jieħu in konsiderazzjoni problemi oħra bħallikieku ma jafx x'inhu jiġri f'pajjiżna!", "(Interruzzjonijiet) Allura l- kollegi tiegħi minn din in-naħa kellhom raġun jgħidu li din il-liġi qed issir mhux għaliex verament għandkom kuxjenza soċjali u tridu turu ħniena ma' kulħadd - jew kif qal l-Onor.", "Azzopardi għaliex tridu li l-ġustizzja tkun kompleta - imma għaliex warajha hemm interessi politiċi u m'għandkomx guts tmorru oltre.", "Il-verita' hi li din il-liġi qed issir biss biex jiġu akkomodati l-Ewropej wara dawk l-inċidenti li ġraw.", "Dawn il-problemi li qed insemmi jiġru ta' kuljum il-qorti u huma problemi iktar gravanti, iktar serji u jikkreaw inġustizzji ferm akbar, pero' fuq dawn it-tip ta' problemi ma kkontemplajtu xejn u m'għandkomx guts issemmuhom.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li din il-liġi daqstant importanti tibda tiġi mgħallma fl-Universita' ta' Malta.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għandek raġun; It's a very good point.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Aktar u iktar meta 15% mill-kawżi kriminali llum huma konnessi mad-drogi.", "Din hija liġi li żviluppat minħabba l-esiġenzi u ċ- ċirkostanzi tal-mument.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onor. Herrera, imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li l-Onor.", "Herrera jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Herrera jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Il-punt hu li hemm min jieħu għalih meta titressaq liġi bħal din għaliex min ikun jipprattika l-qorti ta' kuljum ċerti problemi iħabbat wiċċu magħhom ta' kuljum.", "Kap 101 tant fih anomaliji u ineżattezzi li bniedem tista' tkissru.", "Per eżempju, jien kont għamilt kawża kostituzzjonali għaliex, bir-rispett kollu lejn l- avukat ġenerali, ma naqbilx li għandu jkun hu li jiddeċiedi jekk bniedem għandux jgħaddi ġuri u jista' jmur għomru l-ħabs jew inkella l-każ għandux imur quddiem maġistrat.", "Kelli każijiet fejn bniedem fuq każ ta' ftit droga ġie mgħoddi ġuri u każijiet oħra fejn l-akkużat inqabad b'kilos ta' droga ġie mgħoddi quddiem maġistrat.", "Fl-opinjoni tiegħi, din l-anomalija trid titneħħa u kieku din il-liġi ddiskutejniha fil-kumitat tal-Kamra kont ippreparat li nqajjem din il-kwestjoni.", "(Interruzzjonijiet) Huwa veru li l- kawża kostituzzjonali kont tliftha - u wkoll minħabba n-natura kważi ġudizzjarja ta' l-uffiċċju ta' avukat ġenerali - pero' nibqa' nsostni li għandu jkun il-maġistrat tal-kumpilazzjoni, wara li jisma' l-każ kollu prima facie, li jiddeċiedi hu għandux imur quddiem ġuri jew le; naturalment imbagħad ma jiġġudikax hu għaliex ikun diġa' wera opinjoni.", "Qed issir inġustizzja sfaċċata fejn nies fuq ħmerijiet jispiċċaw imorru xi tmien snin ħabs imbagħad nies fuq affarijiet serji jeħlu għaxar xhur ħabs!", "Imbagħad għalhekk in-nies jibdew jikkritikaw lill-qrati u jibdew jitilfu l-fiduċja fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja għax ma jafux li t- taħwid li hemm m'huwiex tort tal-mala fede tal-ġudikanti - bir-rispett kollu lejn min qalha f'din il-Kamra - imma huwa tort tas-sistema ħażina ta' proċedura li għandhom il-qrati tagħna.", "Il-liġi tad-droga tagħna għandha par snien kbar feroċi pero' mbagħad ngħaddu xi liġi li, fl-opinjoni tiegħi, tkun anti-kostituzzjonali, li tgħid li x-xhieda ta' persuna quddiem qorti oħra, per eżempju, f'kawża ''A'' meta l-akkużat u l-avukat ma jkunux preżenti għaliex l-avukat ikun qiegħed f'xi kawża oħra, tista' tittieħed quddiem kawża ''B'' u titqies bħala prova kompleta.", "Bir-rispett kollu, dawn huma liġijiet pwerili mgħoddija bl-għaġġla mingħajr ma wieħed qagħad jara l-konsegwenzi kostituzzjonali li jista' jkun hemm jew li bniedem innoċenti jista' jintbagħat il-ħabs.", "Jiġifieri wieħed irid jara overall lil-liġi kollha imma jħalliha iebsa ħafna.", "Per eżempju, jien nista' ngħid li waħda mill-aħjar emendi li qatt saru hija li meta dak li jkun jikxef, il-qorti tista' tinżel b'żewġ gradi fis-sentenza tagħha u fil- fatt 90% tat-traffikanti l-kbar jinqabdu minħabba din l-emenda li hemm fil-liġi.", "Kieku m'hemmx din l-emenda kieku ħadd ma jikxef lil ħadd.", "Pero' mbagħad il-liġi tant hi magħmula bl-addoċċ li ma jeżistu l-ebda safeguards biex ma jsirux abbużi u xi ħadd jista' jaqbad u jikxef lil ħaddieħor bl-addoċċ.", "Jien ġieli kelli każijiet fejn kelli suspetti qawwija għaliex ikollok bniedem arrestat li se jiġi pproċessat fuq traffikar ta' drogi u tant ikun iddisprat li se jibla' xkora ħabs li jaqbad u jgħid li d-droga xtraha mingħand it-tali għaliex f'kawżi ta' drogi min ibigħ u min jixtri huma kompliċi ma' xulxin u m'hemmx bżonn korraborazzjoni u allura bniedem f'ċirkostanza ddisprata jista' jaqbad u jsemmi isem bl-addoċċ.", "Fil-fatt hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq dawn l- affarijiet għaliex hemm it-tajjeb u l-ħażin.", "Mr Speaker, se nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li aħna m'aħniex qed inkunu riġidi, anzi qed inkunu oġġettivi ħafna.", "Irridu niftakru li rridu nilleġislaw fl-interess tas-soċjeta' tagħna.", "Fil-fatt aħna ma rridu nagħmlu l-ebda kapital politiku u għalhekk nerġa' nirrakkomanda lill-Onor.", "Tonio Borg biex din il-materja tittieħed quddiem kumitat idoneu tal-Kamra ħalli tiġi ttrattata b'mod iktar profond u b'mod iktar informali milli forsi tiġi trattata hawnhekk.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Lulju 1999, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija; u", "Mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern imressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt – it-Tieni Qari; u", "----------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - Kumitat Permanenti.", "U xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, illejla nixtieq nindirizza problema li ftit li xejn tingħata importanza f'dan il-pajjiż.", "Għalkemm ngħidu li pajjiżna qiegħed javvanza u miexi fit-triq tal-progress, ma tantx nagħmlu użu mill-avvanzi teknoloġiċi fil-kamp ta' l-informatika li pajjiżna għandu għad-dispożizzjoni tiegħu.", "U fil-fatt anke bħala gvern ma nutilizzawx biżżejjed l-iktar affarijiet effiċjenti li diġa' qegħdin għad- dispożizzjoni tad-dinja ċivilizzata.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq insemmi l- użu tas-sistema ta' ħlas bil-credit card jew aħjar bid-debit card.", "Hija ħaġa ta' l-iskantament kif f'pajjiżna l-gvern innifsu m'huwiex jimxi maż- żmenijiet tal-lum u jibbenefika mill-vantaġġi kbar li li sistema ta' pagament bil-credit card toffri.", "Minn mindu ġejt elett f'dan il-parlament għamilt diversi domandi parlamentari lil diversi setturi fi ħdan il-gvern dwar jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jiġi ntrodott l-użu tal-ħlas bil-credit card, pero' jirriżulta li kważi l-maġġoranza ta' l-istituzzjonijiet tal-gvern għad iridu jistudjaw din is-sistema biex jaraw l-implikazzjonijiet tagħha.", "Għalkemm il-ministri li jirrappreżentaw lill-gvern iduru fuq id- dipartiment li jaqgħu taħthom biex ikollhom risposta għad-domandi parlamentari li jsiru, naħseb li finalment huma responsabbli li jaraw jekk pajjiżna għandux jitlaq mill-binarji konservattivi u antikwati ta' kif isiru l-ħlasijiet lill-gvern, fosthom il-ħlasijiet ta' l-income tax, il- ħlasijiet tal-VAT, il-ħlasijiet lill-qrati u lill-water services corporation u tiġi ntrodotta fuq il-post tax-xogħol fejn ikun hemm il- kaxxier makna sempliċi li awtomatikament tieħu pagament bil-credit card.", "Din is-sistema hija ta' vantaġġ enormi għall-gvern għaliex l-ewwelnett il- ħlas isir direttament fil-kontijiet tiegħu - u jevita l-problema kbira ta' diversi ċekkijiet li jintbagħtu lill-gvern u ma jiġux onorati - u d- dipartiment tal-gvern ma jkollux għalfejn joqgħod jinħela biex idaħħal dawn il-pagamenti fil-kotba tiegħu għaliex is-sistema tal-credit card hija magħmula b'mod u manjiera li sija min ikun qed jirċievi l-pagament u sija min ikun qed jagħmel il-pagament jkollu record ta' dak li jkun qiegħed isir.", "Jien ma nistax nifhem il-mentalita' tal-poplu tagħna fl-aħħar ta' dan is- seklu li l-pagamenti jrid jagħmilhom in liquid cash.", "Fil-fatt ninnota li anke kumpanniji moderni bħall-PBS jesiġu li n-nies li jmorru fl-uffiċċji tagħhom iħallsu dejjem in cash.", "Kultant naħseb li dan huwa poplu li jieħu pjaċir joqgħod fil-kju biex iħallas il-kontijiet tad-dawl u ta' l- ilma, tat-telephone u saħansitra jieħu pjaċir joqgħod jistenna fil-kju f'xi bank biex isarraf iċ-ċekkijiet.", "Għalija dan huwa kollu ħela ta' ħin u huwa verament każ pjetuż għaliex bi ftit ħsieb jista' jkollna numru kbir ta' dawn il-makni sempliċi bħalma għandhom ħafna mir-ristoranti Maltin.", "Fil-fatt is-settur privat huwa armat biex jirċievi l-flus b'din is- sistema mentri l-gvern, li għandu iktar interess li jdaħħal il-flus, qed iħalli iktar flus jiġru fl-idejn bit-tentazzjoni għal dawk in-nies li jkunu jridu jagħmlu xi hold-up minn xi bank biex jakkwistaw kwantita' kbira ta' flus cash.", "Ħafna Maltin jagħmlu użu mill-credit card meta jsiefru barra minn Malta u lanqas ikollhom għalfejn issarrfu l-flus likwidi għaliex b'din il-biċċa tertuqa jkollhom il-kreditu u jevitaw kwalunkwe inkonvenjent għaliex ikunu jistgħu jagħmlu l-pagamenti tagħhom mingħajr ebda problema ta' xejn.", "Fl-opinjoni tiegħi, pajjiżna għandu bżonn jiċċaqlaq f'dan il-qasam.", "Illum ħadt pjaċir ninnota li f'risposta li tani l-Onor.", "Josef Bonnici għal domanda parlamentari li għamiltlu, fejn staqsejtu jekk kemm-il darba l-Maltacom tikkonsidrax li tirċievi ħlasijiet bil-credit card, huwa qalli li din is-sistema diġa' teżisti billi timtela l-parti t'isfel tal-kont fejn ikun hemm in-numru tal-credit card u l-kont ta' dak li jkun jiġi debitat.", "Jien nemmen li dawn l-affarijiet irridu nirreklamawhom iktar u nagħtuhom iktar importanza billi jkunu l-istess istituzzjonijiet finanzjarji li huma l-banek li jawtorizzaw iktar il-ħruġ tal-credit cards.", "Wieħed ma jridx joqgħod jaħseb li l-credit card se ġġib infiq żejjed fil- pajjiż għax il-poplu tagħna huwa għaqli u l-flus jaħdem għalihom u allura jikkalkola x'jista' jonfoq u ma jonfoqx.", "M'iniex qed ngħid li m'għandniex l-eċċezzjonijiet imma dawn l-eċċezzjonijiet m'għandhomx jiddominaw ir- regola.", "Bħala pajjiż għandna nagħtu iktar piż biex inħaffu iktar l- proċeduri u t-transazzjonijiet tal-ħlas u niffrankaw mill-ħafna ħin li n- nies iqattgħu fil-queues biex iħallsu l-kontijiet tagħhom.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi huwa importanti wkoll li ndaħħlu s- sistema tal-ħlas bil-credit card fil-qasam tal-kultura għaliex ħafna mit- turisti li jżuru pajjiżna huma mdorrijin li jagħmlu l-pagamenti tagħhom b'din is-sistema.", "U hawnhekk nixtieq insemmi t-tempju ta' Ħaġar Qim, world heritage mill-isbaħ u għalhekk irridu nagħmlu l-aħjar użu minnu għaliex dan il-post jista' jħalli ħafna flus lill-pajjiż.", "Kif tkellimt diversi drabi, huwa importanti li l-kultura tagħna nippreservawha pero' missirijietna ħallewlna siġra li minnha nistgħu nieħdu ħafna frott.", "It-tempju ta' Haġar Qim jista' jrendi iktar flus fil-kaxxa ta' Malta mhux biss mill-entraturi li jitħallsu biex wieħed iżur dan il-post imma billi jinbiegħ xogħol ta' letteratura varja bħalma huma kotba, kartolini, CD roms, eċċ. Jien nappella lill-gvern biex idaħħal is-sistema tal-ħlas bil-credit card fis- settur taċ-ċivil għaliex jekk se nibqgħu bil-mentalita' li l-pagamenti jridu jsiru bi flus likwidi iktar se jkollna niffaċċjaw problemi konnessi mal-kwantita' kbira ta' flus likwidi jiġru fl-idejn.", "Ma jagħmilx sens li deħlin fis-seklu 2000 u nibqgħu ma nagħmlux użu minn sistema teknoloġikament avvanzata u daqshekk sempliċi.", "Jien ninnota li huwa iktar faċli li tmur fuq l-internet u tordna ktieb billi tikteb in-numru tal- credit card tiegħek milli tmur tagħmel biċċa tranżazzjoni f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, nispera li b'dan l-intervent tiegħi nċaqlaq xi ftit l- ilmijiet biex forsi f'dan il-pajjiż xi ħadd jindenja ruħu u jgħid li s- sistema tal-credit card għandha tidħol bħala parti mis-sistema finanzjarja ta' kull dipartiment governattiv u ta' kull post fejn wieħed jirċievi il- ħlasijiet.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, bħal-lum ġimgħa, proprju f'dawn il-ħinijiet, sfortunatament fil-Belt Valletta, proprju fi Triq Santa Luċija kantuniera ma' Triq id-Dejqa, kien hemm parti mill-bini ta' l-Embassy complex li kien qiegħed jiġġarraf.", "Fil-fatt ftit ħin wara li l-ħaddiema kienu waqfu mix-xogħol tagħhom, parti sostanzjali minn dan il-bini beda jiġġarraf waħdu u kien veru miraklu li ma kellniex anke mwiet dak inhar.", "Huwa veru li ħafna drabi biex tibni mill-ġdid fl-ibliet tagħna jkollu jitwaqqa' bini eżistenti u dan ma jgħoddx biss għall-ibliet f'pajjiżna imma jgħodd ukoll għal bliet oħra bħal New York.", "Fil-fatt meta kont qiegħed nagħmel ftit riċerka fuq is-suġġett tad-demolition, sibt li sentejn ilu, f'Awissu ta' l-1997 proprju kien hemm proġett simili għal dak li qiegħed issir fl-Embassy Complex fil-Belt Valletta f'Times Square fi New York u kien deher artiklu f'\"The New York Times\" bit-titlu \"The Delicate Task of Demolition\".", "Irrid ngħid li r-residenti li joqogħdu biswit l-Embassy complex kienu ilhom jilmentaw mill-perikli u mill-inkonvenjenzi li nħolqulhom sa mill- bidu nett ta' dan il-proġett, iżda dak li kellhom ibatu dawn ir-residenti meta ġie mblokkat l-aċċess ta' dħul u ħruġ mid-djar tagħhom bil-bini li waqa' huwa l-limitu li jista' jissapporti l-bniedem li jkollok toħroġ minn tieqa fl-għoli, b'ta fuqek senduqek, u sa ġimgħa wara ma tistax terġa' tidħol lura f'darek fejn għandek ħwejġek kollha, bla dubju ta' xejn ma jagħmilx ġieħ lid-dinjita' tal-bniedem.", "Peress li ma saritx ħsara strutturali lid-djar fil-viċin, ir-residenti ma kellhomx għalfejn jiġu evicted banda oħra u fil-fatt il-kumpannija privata responsabbli mid- demolition ta' dan is-site u mill-kostruzzjoni tal-kumpless li se jinbena, tat kumpens lill-familji li ntlaqtu b'mod negattiv minn dan l-inċident.", "Barra minn hekk, is-sindku tal-Belt u anke l-kunsill lokali u saħansitra l- President tar-Repubblika - permezz tal-community chest fund - taw l- attenzjoni tagħhom lil dawn il-familji.", "Għalkemm bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali u allura l-każ huwa sub judice, wieħed għandu d-dmir jistaqsi jekk dan l-inċident setax ġie evitat.", "Huwa minnu li minħabba d- djuq ta' Triq id-Dejqa la ntużaw splussivi biex jitwaqqa' dan il-kumpless u lanqas intuża l-crane imma fil-parti l-kbira dan ix-xogħol kellu jsir bl- idejn bl-għajnuna ta' għodda, bħall-martell airpowered, ħadid u tractors żgħar.", "Dan il-metodu kien intuża wkoll f'Times Square sentejn ilu meta kellu jitwaqqa' bini biex jittella' kumpless ta' multi-screen movie theatres, restaurants u ħwienet, bid-differenza li fi New York ma ġarax dak li nqala' fil-Belt Valletta.", "Huwa importanti li wieħed jifhem li biex il-Belt Valletta tiġi riabilitata, bilfors iridu jsiru xogħlijiet ta' demolition, anke fi spazji ristretti, jekk irridu li jkollna kumplessi ta' entertainment li jiġbdu lin-nies lejn il-Belt Valletta filgħaxija wara li jagħlqu l-ħwienet fis- 7.00 p.m. Pero' hemm bżonn li jitwaqqa' bini antik ieħor biex jagħmel spazju għall-bini ta' appartamenti.", "Fil-fatt għas-snin li ġejjin l- awtorita' tad-djar għandha pjanijiet li tibni 40 appartament fil-Belt u fil- Furjana, iżda jirriżulta li f'dawn il-lokalitajiet hemm madwar 400 applikant għall-akkomodazzjoni alternattiva.", "Dan ifisser li l-awtorita' tad-djar se tkun tista' toffri biss post wieħed għal kull għaxra min-nies li għandhom problema ta' housing u li jirrikjedu akkomodazzjoni alternattiva.", "Bla dubju ta' xejn dan ifisser li fil-Belt u fil-Furjana hemm bżonn li jitwaqqa' bini antik u kerrejjiet sabiex jittella' bini ġdid u biex isir dan ix-xogħol, ħafna drabi jkollok tagħmel demolition fi spazji ristretti li jista' joħloq ċerti perikli.", "Ta' min ifakkar ukoll li qabel ma jitwaqqa' ċertu bini antik, wieħed irid jara jekk għandux xi valur storiku jew arkitettoniku biex f'każijiet bħal dawn wieħed jipprova jirrestawra l-bini u mhux neċessarjament iwaqqgħu.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa issa dwar il-problema tal-parking fil- Belt Valletta u fi bliet oħra u subborgi oħra.", "Jekk wieħed imur f'ċerti bliet fl-Ingilterra bħal Manchester, Birmingham, Swansea u Liverpool wieħed jinnota li l-car parks ikunu qalb il-bini fiċ-ċentru tal-belt.", "Sabiex ikollna din il-faċilita' f'pajjiżna ovvjament irid jitwaqqa' l-bini fi spazju ristrett biex minfloku jsiru dawn it-tip ta' car parks.", "Fil-ħarġa ta' \"The Times\" tat-13 ta' Lulju li għadda, Ray Bondin, il-kordinatur tal- Valletta rehabilitation project, fakkarna f'dak li kien ġara fi Triq San Nikola, kantuniera ma' Triq Sant Ursula fil-Belt, madwar sitt snin ilu, meta l-gvern permezz ta' kuntrattur privat ried iwaqqa' xi kerrejjiet biex minflokhom jitilgħu appartamenti ġodda.", "F'dak il-proġett kien iġġarraf ukoll il-bini u r-residenti li kienu joqogħdu fid-djar tal-viċin sofrew ħsarat konsiderevoli fid-djar tagħhom u kellhom jiġu evakwati minn djarhom.", "Fil-fatt dak iż-żmien il-gvern Nazzjonalista kien sab akkomodazzjoni alternattiva għal diversi familji li d-dar tagħhom kienet fi stat perikoluż.", "Barra minn hekk, kien hemm ukoll kappella tad-dimensjoni reliġjuża tal-Lhud li kellha preġju storiku li soffriet ħafna danni.", "Sfortunatament dan il-proġett li riedet tniedi l-awtorita' tad-djar baqa' wieqaf għal madwar ħames snin, bil-konsegwenza li spiċċa jservi ta' rubbish dump.", "Fil-fatt għal ħafna żmien kellna ħafna lmenti mir-residenti tal- lokal għaliex dan ir-rubbish dump kien ta' periklu għas-saħħa tagħhom minħabba li kien infestat bil-ġrieden.", "Irrid ngħid li llum, wara ħames snin, l-awtorita' tad-djar ħadet l-inizjattiva li tibni dawn l-appartamenti ġodda, li naf li se jitqassmu lill-familji li joqogħdu f'bini sub- standard u fi stat delipidat.", "Il-gvern beħsiebu jkompli jwaqqa' iktar kerrejjiet fl-arċipielgu l-Belt sabiex ikun jista' jitla' bini ġdid minfloku.", "Imma l-punt li għamel Ray Bondin f'\"The Times\" tat-13 ta' Lulju kien li minkejja li hu kien avża lill-kuntrattur bil-periklu li jista' jinqala', il-kuntratturi kienu aċċertawh li ma kienx hemm problemi.", "Fil- fatt anke l-istess sindku tal-Belt, Paul Borg Olivier, u r-residenti tal- viċin kienu avżaw lill-kuntratturi diversi drabi dwar il-possibbilta' tal- periklu u għalkemm dejjem serrħulhom rashom li ma kienx hemm periklu, ġara dak li ġara.", "Mr Speaker, qamet ukoll il-kwestjoni dwar x'se jsir bil-ġebel li waqa' u ntlaħaq ftehim mal-kumpannija li qed tieħu ħsieb dan il-proġett li l-ġebel jintuża għar-riabilitazzjoni tal-pitch tal-waterpolo tal-Belt f'Marsamxett, sakemm il-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għal dan il- proġett ma jdumux wisq ma joħorġu.", "Intqal li ħafna drabi waqt ix-xogħol ta' demolition li kien qiegħed isir fi Triq Santa Luċija kantuniera ma' Triq id-Dejqa, kien qed ikun hemm sħab ta' trabijiet fl-ajru.", "Min jaf kemm kien hemm ċomb, silicone u asbestos f'dawn it-trabijiet?", "Jien nistaqsi: Għaliex ir-residenti fl-inħawi ma ġewx evakwati?", "Ta' min ifakkar ukoll li f'dawk l-inħawi hemm diversi uffiċċini u ħwienet.", "Ittieħdu xi prekawżjonijiet minħabba xi air-conditioners li hemm fl-inħawi?", "U hawnhekk irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq is-sigurta' tal-ħaddiem fuq il-post tax- xogħol.", "Huwa fatt magħruf li f'pajjiżna s-settur tal-kostruzzjoni sfortunatament jħalli ħafna vittmi warajh.", "Peress li fis-snin li ġejjin pajjiżna se jkun miżgħud bi proġetti kbar ta' kostruzzjoni, hemm bżonn li r-regolamenti jiġu mħarsa minn min iħaddem u mill-istess ħaddiema u jkun hemm spetturi apposta li jaraw li r-regolamenti jiġu inforzati.", "Intqal ukoll li f'dan il-każ il-ħaddiema bdew jilbsu l-kpiepel tas-safety wara li ġġarraf il-bini pero' dawn l-affarijiet m'għandhomx ikunu aċċettabbli f'pajjiżna.", "Jien m'għandix dubju li l-update ta' l-Unjoni Ewropea se jorbotna wkoll li l- liġi dwar is-sigurta' u s-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol trid tiġi nforzata b'mod aħjar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Lulju, 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL RAVE PARTIES", "7995.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi għal rave parties jew parties f'postijiet mhux soltu liċenzjati għal dawn l-attivitajiet li huma pendenti llum u kemm saru din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma jeżistux permessi ad hoc għal rave parties.", "Jeżistu permessi għal parties li jsiru barra minn post liċenzjat.", "Ninsab infurmat li din is-sena l-Pulizija approvat tliet permessi għal parties ta' dan it-tip li diġa` saru, filwaqt li approvat żewġ permessi oħra għal parties li għad iridu jsiru.", "PULIZIJA - POSTERS GĦAL RAVE PARTIES", "7996.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-posters/riklami li hemm imwaħħla ma' Regional Road, minn St Andrews sal-Marsa, għal dawn il-parties humiex bil- permess jew le u jekk le, jista' l-Ministru jgħid liema parties qed jirriklamaw u jekk humiex se jitneħħew jew le mill-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4221 għadha tgħodd.", "Jekk jirriżulta li dawn twaħħlu kontra l-liġi jitneħħew.", "KAROZZI ĠODDA", "7997.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu karozzi ġodda fit- triq, xahar b'xahar minn Settembru 1998 'l hawn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta` vetturi li ħarġu ġodda fit-triq, xahar b`xahar minn Settembru 1998 `l hawn, huwa kif ġej:", "Settembru 926 Ottubru 1,231 Novembru 1,194 Diċembru 943 Jannar 887 Frar 992 Marzu 1,340 April 1,087 Mejju 1,504", "Dan jindika total ta` 10,104 meta mqabbel ma' total ta` 8,541 għax-xhur Settembru 1997 sa Mejju 1998, jew inkella żieda ta` 18.3%.", "ARMATA - IMPJEGATI", "7998.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu membri ta' l-Armata fuq ix-xogħol kawża ta' xi attakk li sar fuqhom minn persuni oħra waqt il-qadi ta' dmirijiethom is- sena li għaddiet u din is-sena li qegħdin fiha?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet u sal-15 ta' Ġunju ta' din is-sena kien hemm sitt membri ta' l-Armata li weġġgħu fuq ix-xogħol kawża ta' attakk li sar fuqhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "PREZZ TAT-TONN FRISK", "8131.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tat-tonn frisk (kull kilo) għas-sajjied matul dawn l-aħħar ħames snin, inkluż din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-average price tat-tonn frisk kull kilo għas-sajjied matul dawn l-aħħar ħames snin kien:", "1995 Lm1.61 1996 Lm1.79 1997 Lm1.96 1998 Lm1.59 1999 Lm1.59 (sa l-aħħar ta' Mejju)", "PA - TUNA PENNING", "8153.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet għal tuna penning f'Malta li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li hemm żewġ applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għal tuna penning.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - PETROL/DIESEL", "8189.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru 1998, sal-21 ta' Ġunju 1999, f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal- Ministeru tiegħu karozza b'karozza?", "Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba - Dok.", "A li turi n-nefqa totali f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru u diretturi u chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru - tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "L-informazzjoni mitluba - Dok.", "B li wkoll tagħmel paragun ma' infiq f'diesel u petrol fid-dekasteru ta' dan il-Ministeru f'perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel - tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU GĦAL POLITIKA SOĊJALI - PETROL/DIESEL", "8190.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tlaħħaq l- ispiża mill-5 ta' Settembru 1998, sal-21 ta' Ġunju 1999, f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu, karozza b'karozza?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u ċ-chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi deduta oħra.", "FINANZI - PETROL/DIESEL", "8191.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru 1998, sal-21 ta' Ġunju 1999, f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tal- Ministeru tiegħu karozza b'karozza?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għar-rigward ta` l-ewwel parti tal-mistoqsija, l- infromazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- Seduta.", "Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4258 rigward il-perjodu Settembru 1998/Jannar 1999.", "Tabella oħra dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma` infiq f`diesel u petrol ta` karozzi ta` diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta` dan il-Ministeru f`perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta` qabel tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - PETROL/DIESEL", "8192.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru 1998, sal-21 ta' Ġunju 1999, f'petrol jew diesel għal użu tal- karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?", "ONOR.", "JOE BORG: Tabella li turi n-nefqa totali f`petrol jew diesel għall- użu tal-karozzi tal-Ministeru għall-perjodu 5 ta` Settembru 1998, sal-21 ta` Ġunju 1999 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- Seduta.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - PETROL/DIESEL", "8193.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru 1998, sal-21 ta' Ġunju 1999, f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu, karozza b'karozza?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni li turi n-nefqa totali f'petrol jew diesel għall-użu tal- karozzi fil-Ministeru, għall-perjodu Frar/Ġunju 1999 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4264 rigward il- perjodu Settembru 1998/Jannar 1999.", "L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma' infiq f'diesel u petrol ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-Ministeru f'perjodu simili taħt l- amministrazzjoni ta' qabel, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAL-POLITIKA SOĊJALI - TINDIF", "8194.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min għamel ix- xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998, sal- 21 ta' Ġunju 1999?", "Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpanija; 4) jekk inħarġitx sejħa għal offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-Ministeru, bejn il-5 ta' Settembru 1998, u l-21 ta' Ġunju 1999, sar minn impjegati tal-gvern.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "8234.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7423, jista' l- Ministru jikkonferma jekk l-ammont ta' 8,822 xkora ta' 25 kg, għas-sena 1997, huwiex korrett u jagħti tweġiba preċiża?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nikkonferma t-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7423, jiġifieri fl-1997 kienet aċċettata medja ta' 8,823 xkora tal-25kg. patata ta' Malta għas-safar kulljum, matul il-perjodu li ġiet esportata l-patata.", "BIĊĊERIJA - XIRI TA' ĊANGA FRISKA", "8235.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħwienet tal-laħam li bejn Diċembru 1998 u Mejju 1999 ma baqgħux jixtru ċanga friska mill- Biċċerija?", "X'ikkawża dan in-nuqqas?", "Kemm tqassmu riċetti tat-tisjir dwar l-ikel magħmul biċ-ċanga friska?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma tistgħax tgħid kemm ħwienet ma baqgħux jixtru ċanga friska.", "Iċ-ċertifikati jingħataw lil min jitlobhom.", "Ħafna drabi, għallkemm tinxtara ċ-ċanga, tal-ħanut ma jiġix biex jieħu ċ-ċertifikat.", "Hemm min jixtri laħam u jbiegħu minn iżjed minn ħanut wieħed.", "Tqassmu numru sostanzjali ta' riċetti biċ-ċanga friska lill-pubbliku li żar il-padiljun tal-Ministeru fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta din is- sena.", "BEJGĦ TA' ĊANGA", "8236.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tnaqqis fil-piż tal-bejgħ taċ- ċanga friska bejn Diċembru 1998, u Mejju 1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun iktar ċar fil- mistoqsija tiegħu.", "BIĊĊERIJA - BEEF INTERVENTION SCHEME", "8237.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' ċanga friska tal- Beef Intervention Scheme inbiegħet mill-Biċċerija?", "Xi prezz ġabet u meta nbiegħet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 8092 li għamel hu stess, fejn staqsa u rrispondejtu dwar perjodu speċifiku.", "Niġbidlu l-attenzjoni li f'din il- mistoqsija parlamentari numru 8237 ma indika l-ebda perjodu.", "ITS - STUDENTI PART-TIME", "8351.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li l-Ministru qal li n-numru ta' studenti part-time fl-Istitut ta' l- Istudji Turistiċi niżel minn 448 għal 191, jista' l-Ministru jgħid: a) jekk in-numru ta' 448 li kkwota kienx in-numru ta' studenti jew in-numru ta' single modules; b) kemm kien in-numru attwali ta' studenti li kienu jattendu għal module wieħed jew aktar u kemm minnhom irriżenjaw; c) kemm kien in-numru ta' studenti li ma ħallsux għal modules u per konsegwenza telqu l-kors?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nikkonferma li l-għadd ta' 448 msemmi fit- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7527 huwa għadd ta' studenti part-time u mhux single modules.", "Dawn l-448 student kienu jattendu għall-module wieħed jew aktar.", "Nikkonferma wkoll li kien hemm 257 student part-time li rriżenjaw jew ma baqgħux jattendu għall-module/s għal raġunijiet diversi.", "Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda student li rriżenja minħabba l-ħlas għall-module/s.", "ITS - STUDENTI", "8352.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li applikaw għall- korsijiet fl-ITS fi Frar li għadda?", "Kemm minn dawn bdew il-kors u kemm irriżenjaw sal-31 ta' Mejju 1999, kors b'kors?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall-korsijiet fi Frar 1999, kien ta' 62.", "Dan in-numru jinkludi studenti li kienu qed jattendu l-entry level studies u ġabu kwalifiki biżżejjed biex jidħlu għal xi kors.", "L-għadd ta' studenti li bdew xi kors u li rriżenjaw hu kif jidher hawn taħt:", "KORS BDEW RIŻENJI", "Hospitality Studies 8 4 Food and Beverage Service 9 1 Food Preparation and Production 19 2 Accommodation Operations 13 1 Tourism Studies Sports 2 0 Tourism Studies Travel 1 0 Entry Level Studies 10 2", "HUMAN RESOURCES AUDIT", "8353.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ix-xogħol fuq il-human resources audit li kien kummissjonat mill-Gvern Laburista u li suppost tlesta x-xogħol fuqu fis-sajf tas-sena l-oħra?", "Jekk ix-xogħol għadu mhux lest, jista' jagħti indikazzjoni ta' meta se jitlesta dan ir-rapport?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li fl-1997 l-I.T.S. għamel stħarriġ mal- lukandi 5/4/3 stars u ristoranti sabiex jiġbor informazzjoni fuq l- ħtiġijiet ta' mpjieg fil-lukandi u ristoranti.", "Fl-1998 intbagħat questionnaire b'riżultat sodisfaċenti u saru wkoll għadd ta' żjarat fl-istabbilimenti sabiex l-I.T.S. jikseb aktar informazzjoni dwar id-domanda għall-impjegati għas-snin li ġejjin.", "Dan is-supply/demand'/'survey qed jiġi analizzat.", "Kif jitlesta l-I.T.S. ikun f'qagħda aħjar jippjana l-korsijiet li joffri biex jissodisfa d- domanda ta' l-industrija.", "Hu maħsub li l-audit jitlesta sa' l-aħħar ta' Settembru li ġej.", "ENEMALTA - LAMPI", "8354.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-isforzi biex ikun hemm ftehim bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-kunsilli lokali dwar il-bdil ta' lampi u t-twaħħil ta' lampi ġodda fit-toroq?", "Kif se jinħadem dan il- ftehim?", "X'responsabbiltajiet se jibqalha l-Korporzzjoni Enemalta u kif se jiġi ffinanzjat dan il-ftehim?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-ftehim li qed jiġi konkluż bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-kunsilli lokali huwa dwar bdil ta' lampi biss.", "Dan il-ftehim hu mistenni li jiġi ffirmat dalwaqt.", "Id-dettalji ta' kif ser jitħaddem dan il-ftehim jitħabbru aktar tard.", "L-Enemalta ser tibqa' responsabbli għall- bdil tal-lampi fil-lokalitajiet li mhux ser ikunu nklużi fil-ftehim kif ukoll tat-toroq arterjali.", "Il-ftehim ser jiġi ffinanzjat mill-fondi ta' l- Enemalta.", "GĦAQDIET SPORTIVI - UŻU TA' ART/FAĊILITAJIET", "8356.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tal-Kunsill Malti għall- Isports biex jittrasferixxi użu ta' art u faċilitajiet lill-għaqdiet sportivi tal-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex?", "Liema għaqdiet se jingħataw l-użu ta' l-art pubblika matul din is-sena?", "X'konsultazzjonijiet saru s'issa matul din is-sena dwar dan it-trasferiment: 1) mill-għaqdiet sportivi; 2) mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport qed jistenna li jirċeivi l-abbozz tal-kuntratti mingħand in-nutar tal-gvern sabiex ikunu jistgħu jibdew il-laqgħat ta' diskussjoni mal-kumitati ta' l-għaqdiet sportivi u clubs.", "Kemm-il darba ma jkunx hemm problemi amministrattivi min-naħa ta' l- għaqdiet ikkonċernati, il-kunsill qed jaħdem biex jittrasferixxi l-użu ta' l-art u faċilitajiet lil dawn l-għaqdiet:", "SPORT GĦAQDA SPORTIVA LOKALITA`", "BMX BMX Association Pembroke", "Boċċi B'Buġia Boċċi Club B'Buġia Lija Boċċi Club Lija Paola Schreiber Boċċi Club Raħal Ġdid Paola Tarxien Boċċi Club Tarxien Senglea Boċċi Club Isla Sta Venera Boċċi Club Sta Venera Xgħajra Boċċi Club Żabbar Żabbar Boċċi Club Żabbar Żebbuġ Boċċi Club Żebbuġ Żejtun Boċċi Club Żejtun Żurrieq Boċċi Club Żurrieq", "Ċikliżmu Mosta Cycling Club Mosta", "Football Marsa Football Club Marsa Mqabba Football Club Mqabba Melita Football Club Pembroke Pembroke Athleta SC Ground Pembroke Pembroke Athleta SC ClubHouse Pembroke Qormi Football Club Qormi Sannat Lions Football Club Sannat, Għawdex Żebbuġ Rangers Football Club Żebbuġ", "Hockey Malta Hockey Association Kordin", "Judo Malta Judo Association Pembroke*", "Sports Clubs Ħamrun Liberty Sports Club Ħamrun Paola Wolves Sports Club Raħal Ġdid", "Tennis Malta Tennis Federation Pembroke* Lija Tennis Club Lija Tennis Club Kordin Kordin Pembroke Rackets Tennis Club Pembroke Vittoriosa Lawn Tennis Club Kordin", "Waterpolo B'Bugia Aquatic Sports Club B'Bugia Valletta Waterpolo Club Valletta", "Diġa` saru numru ta' laqgħat ma' rappreżentanti ta' l-għaqdiet sportivi u clubs dwar it-trasferiment tal-faċilitajiet kif ukoll ma' uffiċjali ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar, tad-Dipartiment ta' l-Artijiet u ta' l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern dwar l-abbozz tal-kuntratti.", "Saru wkoll laqgħat ma' kunsilli lokali li talbu speċifikament biex isiru dawn il-laqgħat.", "L- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għandha wkoll rappreżentant fil-Kunsill Malti għall-Isport li jservi bħala link għal kull konsultazzjoni mal- kunsilli lokali.", "* Art biex tinbena l-faċilita` sportiva.", "PEMBROKE - PEMBROKE BATTERY", "8357.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jsir ir-restawr ta' Pembroke Battery li din is-sena tagħlaq 100 sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-taqsima tar-restawr qiegħda f'arranġament mal-Kunsill ta' Pembroke sabiex Pembroke Battery tiġi restawrata u l-art ta' madwarha tiġi mibdula fi ġnien.", "Qiegħed isir ix- xogħol sabiex dan ix-xogħol jitwettaq.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "8602.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trasferimenti fil-korp tal-pulizija, minn Settembru 1998, sal-lum xahar b'xahar, u jgħid f'liema kategorija kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "KORPI PARASTATALI - TRASFERIMENTI", "8603.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trasferimenti f'korpi parastatali minn Settembru, 1998 sal-lum xahar b'xahar, u f'liema kategoriji kienu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - TRASFERIMENTI", "8604.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers fiċ-Ċivil minn Settembru 1998 sal-lum xahar b'xahar, u f'liema kategoriji kienu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAROZZI MISRUQA", "8605.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu karozzi, minn Settembru 1998 sal-lum xahar b'xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - KAŻI TA' QTIL", "8606.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtil u kemm minnhom ġew solvuti, minn Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998, u Ġunju 1999, kien hemm erba` każi ta' qtil li minnhom tlieta ġew solvuti.", "Kien hemm każ ieħor li għadu mhux ċar jekk kienx omiċidju volontarju jew le.", "FABBRIKI/NEGOZJI", "8607.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru, 1998 sal-lum kemm għalqu fabbriki u kemm għalqu negozji, xahar b'xahar?", "Jista' jgħid x'kien l- investiment ġdid li sar minn Settembru 1998 sal-lum xahar b'xahar, u jgħid kemm minnu hu investiment barrani?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POSTA LIMITED - BORMLA", "8639.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba jikkonsidrax li fl-uffiċċji tal-posta kollha ta' Malta u Għawdex, speċjalment f'Bormla, ikun hemm ukoll is-servizz ta' makna tal-FAX u dan biex ikun hemm post ieħor barra l-Maltacom fejn dan jista' jiġi wżat b'aktar faċilita'?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Maltapost qed tikkunsidra l- possibbilta' li toffri lill-pubbliku s-servizz tal-makna tal-fax mill- fergħat tal-Posta.", "MALTACOM - BORMLA", "8640.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l- uffiċċju tal-Maltacom plc ġewwa Bormla għandux ukoll is-servizz ta' FAX għal użu ġenerali u jekk iva, jikkonsidrax li dawn jiżdiedu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li kull fergħa tal-Maltacom, inkluż dik ta' Bormla, toffri s-servizzi tal-fax lill-klijenti tagħha, kemm biex jirċievu kif ukoll biex jibagħtu.", "In-numru ta' faxes li jintbagħtu mill- fergħa ta' Bormla huwa żgħir ħafna u l-arranġamenti li hemm bħalissa huma biżżejjed.", "POSTA LIMITED - RAĦAL ĠDID", "8641.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm ħaddiema ġewwa l-uffiċċju tal-posta f'Raħal Ġdid u jistax dan l-ammont ikun akbar billi l-bżonnijiet attwali tar-residenti tal-Fgura li jkollhom imorru hemm qed jiżdiedu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fil-preżent hemm 30 ħaddiem fl- uffiċċju tal-Posta ta' Raħal Ġdid.", "Tajjeb jingħad li bħalissa l-kumpanija għaddejja minn ri-organizzazzjoni biex, fost affarijiet oħra, tiżdied l- effiċjenza fis-servizz postali.", "MALTACOM - FAX MACHINES", "8642.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jassigura li s-soċjeta' Maltacom plc tieħu ħsieb tinstalla s-servizz tal-FAX għal użu tal-pubbliku ġenerali fit-tip ta' strutturi magħrufa bħala coin boxes, speċjalment fl-Airport, fis- Seaport u postijiet strateġiċi oħra, billi dan qed ikun kaġun ta' problemi għal ċerti vjaġġaturi barranin li jiġu f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar il-possibbilta' li s-servizz li qed jissuġġerixxi l- Onor. Interpellant jiġi ntrodott fil-ġejjieni.", "Jekk jirriżulta li dan is- servizz huwa vijabbli jibda jingħata mill-fergħat ewlenin tal-kumpanija fejn ikun hemm id-domanda għalih.", "MALTACOM - TELEPHONE PUBBLIKU", "8643.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jassigura li s-soċjeta' Maltacom plc tieħu ħsieb li tinstalla apparat tat-telephone pubbliku li jista' jiġi operat bl- użu ta' credit cards internazzjonali billi dan in-nuqqas qed ikun kaġun ta' problemi għal ċerti vjaġġaturi barranin li jiġu f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTACOM - PAGAMENTI", "8644.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jassigura li s-soċjeta' Maltacom plc tieħu ħsieb tinstalla apparat neċessarju sabiex il-konsumatur ikun jista' jagħmel il-pagamenti neċessarji permezz ta' l-użu tal-credit cards u dan forsi jnaqqas is-serbut ta' nies li jkun hemm wara l-banek kull l-aħħar tax- xahar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li kull abbonat jista' jħallas il- kont bil-credit card (jew debit card) tiegħu billi juża l-parti ta' taħt tal-kont li jintbagħtlu billi jimla d-dettalji tal-card (in-numru, meta tiskadi u l-isem tal-bank li ħareġ il-card) u jibgħat ir-remittance slip lill-Maltacom fis-self addressed envelope li l-kumpanija tibgħat mal-kont u li għandu l-posta diġa' mħallsa.", "Barra minn hekk, abbonat jista' jħallas ukoll bil-credit card fl-uffiċċju ewlieni tal-kumpanija fi Spencer Hill, il-Marsa.", "Sadanittant qed isiru arranġamenti biex dan il-mod ta' ħlas ikun jista' jsir ukoll minn fergħat ewlenin tal-kumpanija.", "Minbarra fil-banek il-klijenti tal-Maltacom jistgħu jħallsu l-kontijiet fil-fergħat kollha tal-Maltacom, fil-fergħat tal-Posta, jew b'ċekk maħruġ fuq Maltacom plc u mibgħut permezz ta' l-envelope li l-kumpanija tibgħat mal-kont.", "AMBAXXATURI - HOSPITALITY", "8684.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Mininstru jgħid jekk bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, qattx ġie rimborzat għal entertainment jew hospitality expenses hawn Malta u f'kull każ jgħid: (a) id-data ta' l-okkażjoni; (b) ir-raġuni ta' l-okkażjoni; u (ċ) kemm ġiet tqum l-okkażjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "INTERNATIONAL FOUNDATION", "8685.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu huwiex qed iħallas direttament jew indirettament is-salarju jew ħlasijiet oħra tal- persuna, li isimha qed jingħata separatament, li taħdem bħala segretarja għal The International Foundation ta' 54, West Street, Valletta?", "ONOR.", "JOE BORG: Jien infurmat li ma jirriżultax li mill-5 ta` Settembru 1998 l`hawn sar xi ħlas lill-persuna indikata.", "OPRI TAL-PITTURI/SKULTURI MALTIN", "8686.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett biex issir exhibition ta' l-opri tal-pitturi u skulturi Maltin fl-ambaxxata ta' Malta f'Parigi u jekk iva: (a) liema istituzzjonijiet se jorganizzawha minn Malta u minn Pariġi; (b) kif se ssir u min se jħallas it-trasport bejn Malta u Pariġi; (ċ) minn se jagħżel l-opri; u (d) kif se jiżgura li l-prezz li jitħallas għal opri li jinbiegħu se jmur kollu kemm hu lil artisti konċernati?", "ONOR.", "JOE BORG: M'hemm l-ebda proġett biex issir esibizzjoni ta` opri ta` pitturi u skulturi Maltin fl-Ambaxxata ta` Malta f`Pariġi.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - ĦLAS TA' KONTIJIET", "8687.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu hux qiegħed iħallas direttament jew indirettament għal: kera; il-kont ta' l-elettriku; l-kont ta' l-ilma; il-kont tat-telephone u l-fax ta' The International Foundation ta' 54, West Street, Valletta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li s-sezzjoni ta' l-accounts tal- Ministeru tiegħi m'hi tagħmel ebda pagamenti ta' kontijiet relatati għall- fondazzjoni msemmija.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - ĦLASIJIET TA' TELECELL", "8688.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu hux qed iħallas direttament jew indirettament għal kont tat-telecell personali hawn Malta tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li jġib in- numru 09492383?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "THE INTERNATIONAL FOUNDATION", "8689.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux informat li dik li hi magħrufa bil-Franċiż u bl-Ingliż bħala Foundation Internationmal - The International Foundation - Malta, 54, West Street, Valletta VLT 10, tel u fax 237249 u 221473, twaqqfet fl-1997 jew 1998, jiġifieri ferm wara l-istituzzjoni l-oħra Foundation for International Studies, Old University Buildings, Triq San Pawl, Valletta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra jieħu passi legali, direttament jew permezz tal-Foundation for International Studies, kontra The International Foundation għal dak li jidher ċar li hu uzurpazzjoni ta' l-isem, kompetizzjoni żleali u attentat biex joħloq konfuzjoni bejn iż-żewġ fondazzjonijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-ministeru tiegħu minn Settembru 1998 'il hawn kellux xi relazzjonijiet uffiċjali ma' The International Foundation u jekk iva, liema, għal liema skop u b'liema riżultati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din il-fondazzjoni twaqqfet fl-10 ta' Jannar 1998, jiġifieri fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti li ma ħasset li ma kienx hemm raġuni għaliex tieħu l-passi suġġeriti.", "Jiena qed nieħu l- istess linja ta' l-amministrazzjoni preċedenti.", "Informat ukoll li r-risposta għad-domanda f'paragrafu 3 hija fin- negattiv.", "SEDQA - PROGRAMM GĦALL-KURA MID-DROGA", "8776.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega f'kemm partijiet huwa mqassam il-programm residenzjali għar-riabilitazzjoni mid- droga ta' l-aġenzija Sedqa?", "X'inhi d-durata ta' dan il-programm mill-bidu sat-tmiem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-programm residenzjali għar-riabilitazzjoni mid- droga ta' l-aġenzija Sedqa hu maqsum fi tliet fażijiet: Merħba, Formazzjoni u Ri-integrazzjoni (Sfida).", "It-tul tal-programm huwa bejn wieħed u ieħor ta' sentejn, maqsum f'fażi residenzjali ta' 13-il xahar, u semi- residenzjali, il-kumplament tal-programm.", "SKEJJEL - ISTITUT FELLENBERG - PROĠETTI", "8777.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega x'isir mill-proġetti ta' l-istudenti tal- Fellenberg Institute ta' l-aħħar sena wara li jitlestew?", "Xi kemm drabi dawn il-proġetti jiġu patented mill-istudenti sabiex jinbiegħu l- industrija?", "Ġieli ġara li l-industrija jew nies oħra interessati xtraw jew għamlu użu minn dawn il-proġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proġetti ta' l-aħħar sena tal-kors fiċ- Ċentru tat-Taħriġ Fellenberg fil-maġġoranza jkunu proprjeta` ta' l- istudenti nfushom.", "Madankollu meta l-industrija li tisponsorja l-istudent, tisponsorja l-proġett ukoll, allura l-proġett isir proprjeta` ta' dik l- industrija.", "Informat ukoll li d-deċiżjoni jekk proġett jiġix parented jew le hija strettament ta' l-istudent innifsu u għalhekk ma jinżammx record ta' dan.", "Pero` hu magħruf li kien hemm każi fejn l-industrija xtrat jew għamlet użu minn proġetti simili.", "CARITAS - PROGRAMM GĦALL-KURA MID-DROGA", "8778.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jinsabu jsegwu programm residenzjali", "tal-Caritas għall-kura mid-droga fl-hekk imsejjaħ annex tal-kumpless ta' San Blas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8775.", "Għall-istess raġuni, m'iniex f'pożizzjoni li nipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-Onor.", "Membru.", "DROGA - KURA MILL-VIZZJU TAD-DROGA", "8779.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega x'inhu r- rwol u l-funzjoni ta' Dar l-Impenn u ta' Gubbio Community Service fl-isfond tal-kura mill-vizzju tad-droga?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dar L-Impenn huwa l-post fejn iservi għal tliet tipi ta' persuni:", "1. ditossifikazzjoni mid-droga u li wara se jsegwu tip ta' programm ta' riabilitazzjoni;", "2. fejn jiġu ditossifikati alkoħoliċi li jkunu se jsegwu programm ta' riabilitazzjoni;", "3. li jilqa' fih nies li jbatu minn problema ta' dipendenza mid-droga u jinsabu f'xi kriżi akuta bħal, per eżempju, spiċċaw imkeċċija mid-dar jew xi klijenta mara li toħroġ tqila.", "F'Dar Gubbio hemm il-community services fejn jilqgħu fih nies, kemm klijenti u kemm ġenituri, li m'humiex jiġu trattati fis-servizzi tad-Detox ta' l-isptar iżda jiġu trattati fuq bażi komunitarja.", "Dan iċ-ċentru jservi wkoll ta' għajnuna primarja li tista' tingħata anke fid-djar tal-klijenti, dik li tissejaħ outreach.", "F'din id-dar jingħata wkoll servizz ta' counselling u terapija tal-familja.", "UE - TNEĦĦIJA TA' LEVIES", "8781.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Huwa korrett l-Interpellant adjern jekk jgħid li biż-zona ta' kummerċ ħieles li l-gvern preċedenti ried joħloq ma' l-Unjoni Ewropea, waħda mill-konsegwenzi naturali kellha tkun it-tneħħija tal-levies protettivi f'Malta?", "Kien hemm indikat xi data mill-gvern preċedenti entro il-quale kellhom jibdew jitneħħew dawn il-levies fuq prodotti importati lejn Malta?", "ONOR.", "JOE BORG: Naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li biz-zona ta' kummerċ ħieles li l-Gvern preċedenti ried joħloq ma' l-Unjoni Ewropea l-levies protettivi eżistenti f'Malta riedu jitneħħew.", "Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tat-28 ta' April 1998, il-Gvern preċedenti qabel li z-zona ta' kummerċ ħieles kellha tidħol fis- seħħ fi żmien tliet snin mill-iffirmar tal-protokoll għall-istess ftehim ta' assoċjazzjoni.", "ĦAĠAR QIM - FESTIVAL", "8782.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonsidra l-Ministru li jiġi organizzat festival jew attivita' simili ħdejn it-tempji ta' Ħaġar Qim bħalma sar fit-tempji tal-Ġgantija f'Għawdex sabiex il-Malti jitrawwem aktar fl-apprezzament tal-wirt pre-istoriku li għandna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-suġġeriment li wieħed jorganizza festival ħdejn jew fit-tempji ta' Ħaġar Qim jista' jkun wieħed interessanti iżda għandu jiġi meqjus fil-konfront tat-tiswijiet urġenti li għandhom isiru f'dan is- sit matul ix-xhur li ġejjin, liema tiswijiet jistgħu ma jippermettux li jsiru wirjiet ta' din ix-xorta fil-ġejjieni qrib.", "Aktar tard, wieħed jista' jikkunsidra din l-idea wara li jiġi mkejjel l-impatt fuq is-sit u l- aħjar mod kif wirja bħal din tista' tixħet l-attenzjoni fuq il-fdalijiet bl- aktar mod xieraq.", "KUNSILL LOKALI - MARSA", "8796.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata fondi l-Kunsill Lokali tal- Marsa għas-sena 1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din is-sena, jiġifieri għas-sena finanzjarja tal- kunsilli lokali li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 2000, il-Kunsill Lokali Marsa se jkun ingħata dawn il-fondi:", "Fondi Ordinarji: Lm78,038 Fondi Speċjali: Lm36,700", "SPTARIJIET - PERSUNI B'OVERDOSE", "8797.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fl-isptarijiet mil-lokalita' tal-Marsa għas-snin 1990 sa l-1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas- sistema tal-hospital activity analysis jirriżulta li minn Jannar 1994 s'issa ġew ammessi 16-il każ ta' overdose f'persuni mil-lokalita' tal-Marsa fl-isptar San Luqa.", "It-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji:", "Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-9 codes E850 - E858; ICD-10 codes X40 - X44)", "Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-9 code E950.0 - E950.4; ICD-10 codes X60-X64)", "Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD- 9 codes E980.1 - E980.5; ICD-10 codes Y10 - Y14)", "Sena Kategorija Numru", "1994 A 0 B 1 C 1 Total 1994 2", "1995 A 1 B 0 C 3 Total 1995 4", "1996 A 0 B 0 C 4 Total 1996 4", "1997 A 0 B 0 C 3 Total 1997 3", "1998 A 1 B 0 C 1 Total 1998 2", "1999 (sa Mejju) A 0 B 0 C 1 Total 1999 1", "L-informazzjoni mitluba ma kienetx tinġabar qabel l-1994.", "MARSA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "8798.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm attendew persuni fil-Berġa tal-Marsa għas-snin 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' persuni li attendew fil-Berġa tal- Marsa huwa kif ġej:", "SENA PERSUNI ------------------------ 1997 9224 1998 8271 1999 (sa Ġunju) 3517 ------------------------", "MARSA - TRIQ QORMI - PELICAN LIGHTS", "8799.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu pelican lights fiż-zebra crossing ta' Triq Qormi, il-Marsa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma jidhirx li hemm bżonn li ż- zebra crossing li hemm f`Qormi Road issir pelican lights.", "ĦAL FARRUĠ - DIPARTIMENT TAL-KMMERĊ", "8832.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kummerċ qattx ipprova jidħol fil-problema li jiffaċċjaw ir-residenti ta' Ħal Farruġ rigward li tal-gass u tal-luminata ma jidħlux san-naħat ta' ġewwa f'din l- area?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment dwar id-distribuzzjoni tal-gass ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta.", "Rigward it-tqassim tal-luminata, ta' min jgħid li din hija attivita' kummerċjali privata u għaldaqstant mhuwiex kompitu tal-gvern li jidħol f'din il-materja.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "8833.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi pubblikata edizzjoni riveduta ta' l- istaff list ta' l-impjegati tal-gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi m'hemmx ħsieb immedjat biex tiġi ppublikata edizzjoni riveduta ta' l-istaff list ta' l-impjegati tal-gvern.", "Ta' min jgħid li l-aħħar staff list ġiet ippubblikata fl-1997 u li din kienet turi l-pożizzjoni tas-Servizz Ċivili kif kienet fl-1 ta' Jannar, 1997.", "SERVIZZ PUBBLIKU - SEGRETARJI PERMANENTI", "8834.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'perċentwali ta' bonus ħadu s-segretarji permanenti skond l-aħħar awards li saru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-perċentwali ta' performance bonus li ħadu s-Segretarji Permanenti għas-sena 1998 kienu kif jidhru hawn taħt:", "15 - 13% 12 - 8% 7 - 1% 0% 5 12 - -", "BIRGU - ILMA", "8835.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7134, jista' l-Ministru jagħti tweġiba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għalkemm ma rċevietx rapporti dwar ħruġ ta' ilma fl- inħawi msemmija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bdiet twettaq eżerċizzju ta' tiftix għal xi leakages li jista' jkun hemm fis-sistema tad- distribuzzjoni u eventwalment issir it-tiswija meħtieġa.", "DJAR - POLICY REGOLATORJA", "8836.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7115 dwar meta se titressaq il-policy regolatorja tal- gvern li permezz tagħha jalloka l-postijiet, jista' l-Ministru jagħti tweġiba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nformat li l-kumitat li qiegħed jirrevedi s- sistema ta' l-għoti tal-punti għall-allokazzjoni ta' postijiet wasal fil- fażi finali tar-rapport tiegħu.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "8837.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7135 dwar il-lista tal-mediċini li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qed jieħu passi biex isir roħs fil-prezz, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kontinwament isegwi l-prezzijiet tal-mediċini fl-ispiżeriji.", "Mill-lista li kien qiegħed jinvestiga fil-bidu ta' Marzu 1999, tnaqqsu l-prezzijiet tal-mediċini li lista tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta."]} {"filename": "20010716_581d_par.doc", "date": "2001-07-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 581 It-Tnejn, 16 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 581", "It-Tnejn, 16 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "581", "It-Tnejn, 16 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 5", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI (IT-TIENI QARI)", "ANIMAL WELFARE BILL (SECOND READING) 6", "AĠĠORNAMENT 21", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 26", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 580 li saret fit-13 ta' Lulju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PREZZ TA' L-GĦALF TAL-MAJJAL", "27329.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex l- għalf li jintuża għat-trobbija tal-majjal fil-perjodu ta' bejn tliet xhur u seba' xhur, għola minn Lm140 għal Lm190 kull tunnellata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li minn investigazzjonijiet li saru, jirriżulta li l-prezz tal-prodott imsemmi huwa ta' Lm95.20 kull tunnellata.", "Dan il-prezz ilu hekk mill-1988.", "Naturalment il-prezz ta' l-għalf għall-majjali ż-żgħar huwa dejjem ogħla minn dak ta' majjali akbar u effettivament jidher li f'dan il-każ ġew ikkwotati prezzijiet ta' għalf li jintuża għat-trobbija ta' majjali ta' bejn erbgħa u t-tnax-il ġimgħa.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru kien qal li kien hemm xi żrieragħ kontaminati li spiċċaw biex intremew fil-baħar, jista' jivverifika jekk kienx ingħata permess mid-dipartiment ta' l-ambjent biex din l-operazzjoni tkun tista' issir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mill-investigazzjonijiet li saru jirriżulta li kien hemm il-permess tal-planning authority biex dan isir.", "(Interruzzjonijiet) Dan il-każ kien seħħ fi żmien meta chairman tal-Medigrain kien is-Sur Freddie Micallef.", "PREZZ TA' L-GĦALF TAL-MAJJAL", "27330.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex l- għalf li jintuża għat-trobbija tal-majjal bejn il-perjodu ta' erbgħa u tnax- il ġimgħa, għola minn Lm95 għal Lm123 kull tunnellata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li minn investigazzjonijiet li saru, jirriżulta li l-prezz tal-prodott imsemmi huwa Lm190 kull tunnellata.", "Dan il-prezz ilu hekk għal dawn l-aħħar ħames snin.", "Tajjeb jingħad li l-prezz ta' l-għalf għall-majjali ż-żgħar huwa dejjem ogħla minn dak għal majjali akbar, għalkemm jidher li f'dan il-każ ġew ikkwotati prezzijiet ta' għalf li jintuża għat-trobbija tal-majjali ta' bejn it-tliet xhur u s-seba' xhur.", "PREZZ TAS-SOYABEAN", "27331.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex is- soyabean għoliet minn Lm115 kull tunnellata għal Lm133 matul dawn l-aħħar xhur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li minn investigazzjonijiet li saru, jirriżulta li l-prezz internazzjonali tas-soyabean għola u dan il- prodott qed jinbiegħ Lm133 kull tunnellata lokalment.", "Tajjeb jingħad li r-raġuni għal din iż-żieda fil-prezz hija direttament relatata mal-konsegwenzi tal-BSE għax wara li feġġet din il-marda qerrieda, id-dinja kollha bdiet tuża s-soyabean waħdu.", "Soyabean bi preparamenti oħra bħall-bonemeal u affarijiet bħal dawn inqata' għax dan kien qed iwassal għal diżastru.", "Nistgħu ngħidu li llum d-domanda internazzjonali ntefgħet ħafna aktar fuq is-soyabean.", "Tajjeb li jingħad ukoll li peress li s-soyabean huwa prodott bażiku ta' materja prima u huwa wkoll is-sors prinċipali ta' proteina għall-għalf bilanċjat tal-majjal, il-prezz ivarja minn ġurnata għall-oħra.", "Ta' min jinnota ukoll li f'dawn l-aħħar 12-il xahar, id-dollaru ssaħħaħ fil- konfront tal-lira Maltija u dan kellu effett fuq il-prezz ta' l- importazzjoni ta' dan il-prodott.", "Dawn il-fatturi wasslu biex kien hemm żieda ta' madwar $US 41 f'kull tunnellata bħala riżultat tal-varjazzjoni fil-prezz internazzjonali u madwar Lm5 minħabba ċ-ċaqliq fil-kambju.", "TROBBIJA TAL-MAJJAL – SPEJJEŻ TAL-PRODUZZJONI", "27332.L-ONOR.JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinformana dwar kemm huwa kkalkolat għall-gvern li għolew l-ispejjeż tal-produtturi lokali tat- trobbija tal-majjal matul dawn l-aħħar xhur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Filwaqt li fuq linja ġenerali, il-ministeru għas- servizzi ekonomiċi għandu interess f'kull materja li għandha x'taqsam ma' l- iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, il-qasam agrikolu, inkluż it-trobbija tal- majjal, jaqa' taħt ir-responsabbilta' diretta tal-ministeru għall- agrikoltura u sajd.", "ALLOWANCE SUPPLIMENTARI", "27333.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li għall-budget li jmiss, jgħolli s-ceiling fuq l- allowance supplimentari għal Lm3,770 għall-miżżewġin u Lm2,770 għal min hu single?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Fil-fatt id-dħul massimu biex persuna tikkwalifika għall- allowance supplimentari hu ta' Lm3,770 għall-miżżewġin u Lm3,270 għal persuna waħidha, liema ammonti huma preżentement ikkonsidrati adegwati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Dan l-aħħar smajna bosta lmenti dwar dewmien fil- ħruġ tal-ħlasijiet taċ-children allowance.", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex ġara dan?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, fis-seduta ta' nhar il-Ġimgħa jien anzi għedt li għal din is-sena jirriżulta li l-proċess huwa ftit iżjed mgħaġġel minn normal.", "Fil-fatt skond l-aħħar informazzjoni li għandi, s'issa ħarġu 27,000 pagament individwali.", "GĦad fadal applikazzjonijiet oħra li għadhom qed jiġu eżaminati peress li fir-rigward ta' uħud minnhom ikun hemm xi diffikultajiet, fejn forsi anke jkun hemm bżonn ta' ċerti dokumenti.", "Il-pagament joħroġ appena dan il- proċess ikun iffinalizzat.", "Il-proċess huwa dan u ma naħsibx li hemm xi dewmien iktar mis-soltu, anzi lili jirriżultali bil-kontra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Ftit ta' żmien ilu kont ressaqt ilment dwar ħaddiema barranin jaħdmu f'postijiet tal-gvern u anke kont tlabt lill-Viċi Prim Ministru jinvestiga jekk dawn għandhomx permess jaħdmu jew le, mingħajr ma fl-ebda ħin allegajt li qegħdin jaħdmu bla permess.", "Wara dik l-okkażjoni erġajt irrapportajt każ ieħor fl-istess area u l-Viċi Prim Ministru qalli li kien għadu qed jistenna r-rapport.", "Jista' jekk jogħġbu jgħidli fiex waslu l-investigazzjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-fatt nista' ngħid li matul il-ġimgħa li għaddiet, l-Onor.", "Cuschieri avża persuna mis-segretarjat tiegħi b'każ ieħor ta' xogħlijiet fejn jidher li kien hemm xi persuni barranin jaħdmu.", "Immedjatament saret inspection, fejn din id-darba kellna l-vantaġġ li l- inspectors setgħu jmorru mingħajr ħadd ma jkun jaf bihom, għax sfortunatament fl-ewwel każ konna ġejna informati tard wisq u meta l- inspectors marru fuq il-post, ma sabu lil ħadd.", "Jien ingħatajt rapport dettaljat li jikkonferma li nstabu tnejn jew tliet ħaddiema barranin ta' nazzjonalita` Jugoslava.", "Lill-ispetturi qalulhom li kienu qegħdin jaħdmu bil-permess, pero' l-ispetturi xorta talbuhom id- dettalji biex jivverifikaw jekk kienx veru jew le li kellhom il-permess.", "Irriżulta wkoll li kien hemm xi ħaddiema oħra - pero' ta' nazzjonalita' differenti - li kienu qegħdin jaħdmu hemm, iżda dawn kienu koperti bil- permessi neċessarji.", "Jekk m'iniex sejjer żball, dan ir-rapport wasal għandi nhar il-Ġimgħa filgħaxija u minkejja li bħalissa m'huwiex qiegħed f'idejja, jekk l-Onor.", "Cuschieri jrid inkun nista' ngħaddihulu għada filgħodu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Dan l-aħħar inżammu ħafna cheques tal-pensjoni minħabba xi abbużi li setgħu saru u li dwarhom qegħdin isiru l- investigazzjonijiet.", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għad fadal każi pendenti?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma nafx x'pendenzi jrid ikun hemm jekk xi ħadd jinqabad jabbuża!", "Nittama li l-oppożizzjoni m'hijiex qed tipprova tgħidli li għandna nħallsu r-relief lil min ikollu l-eluf tal-liri fil-bank, bħalma donnu qalli l-kap ta' l-oppożizzjoni fid-diskors li għamel il- bieraħ.", "Il-messaġġ li fhimt, anke minn dak li qrajt fuq il-gazzetta - dejjem jekk Dr Sant kien irrapportat tajjeb - huwa li l-kap ta' l- oppożizzjoni jrid li nħallu l-abbużi għaddejjin.", "U mhux talli hekk, talli donnu qisu jrid jgħidilna li għamilna xi żball bl-eżerċizzju li sar biex naraw li benefiċċji soċjali li huma indirizzati għal dawk li huma l-iktar fil-bżonn, verament imorru għand dawn in-nies u ma nħallux li s-sistema tkun tippermetti li jingħata relief lil min ikollu eluf kbar ta' liri fil- bank, proprjeta' u assi oħra.", "Lill-Onor.", "Parnis ngħidlu li jekk jirriżulta li persuna qed tabbuża, il- benefiċċju li tkun qed tingħata għandu jitwaqqaf immedjatament u dan minbarra li ssir investigazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jien naħseb li tajjeb li nfiehmu lill-poplu li aħna bħala Partit Laburista ma' naqblux ma' l-abbuż.", "Imma fl-istess ħin aħna favur dawk li m'humiex qed jieħdu l-pensjoni jew ir-relief meta jkun ħaqqhom li jieħdu dak il-benefiċċju.", "Aħna favur li jkun hemm proċess uman u allura l-aħjar ħaġa li tista' issir hi li l-investigazzjonijiet jingħalqu kemm jista' ikun malajr.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassigura li l-proċess uman qiegħed hemm, pero' l- oppożizzjoni qiegħda tkun ambivalenti għax filwaqt li l-Onor.", "Parnis għadu kif qal li għandna nattakkaw l-abbużi, il-kap ta' l-oppożizzjoni ġie rrapportat li qal li donnu qiegħed jiddejjaq li għaddej eżerċizzju biex inkunu ċerti li l-benefiċċji soċjali qegħdin imorru għand min verament għandu bżonnhom.", "L-Onor.", "Parnis jaf li hemm każi li għadhom qegħdin jiġu investigati min-naħa tad-dipartiment u dan jien nista' nikkonfermah u nispjega għaliex ukoll.", "Qed jirriżultalna li persuni b'Lm10,000 jew Lm20,000 fil-bank qegħdin jieħdu r-relief u hekk kif jiġu nnotifikati, imorru fid-dipartiment jew fl- area offices u jgħidu li fil-perjodu tat-tliet xhur ta' qabel nefqu Lm20,000!", "Ħafna drabi, il-verżjoni li jagħtu tkun inkredibbli pero' ġieli jkun hemm verżjoni li tkun kredibbli.", "Ċertament il-benefiċjarju jrid jikkonvinċi u jrid iġib provi quddiem id-dipartiment li fi żmien ftit ġimgħat, b'kumbinazzjoni wara li d-dipartiment kien induna bl-abbuż, nefaq dak li kien ilu jżomm f'kontijiet bankarji għal snin twal.", "Pero' irrid nirreġistra l-fatt li f'dawk il-każi fejn il-benefiċjarji ġenwinament ippruvaw il-każ tagħhom, il-benefiċċju reġa' beda jingħatalhom skond il-liġi.", "Fi kliem ieħor, id-direttur tas-sigurta' soċjali ma jistax jagħti benefiċċju lil xi ħadd li skond it-test tal-mezzi ma jikkwalifikax għalih.", "Għax jekk ikun hemm applikant li jkun sinċier fil-pożizzjoni tiegħu u jirriżulta li jkollu assi li jaqbżu l-massimu stabilit bil-liġi, id-dipartiment mill-ewwel jgħidlu li l-applikazzjoni tiegħu ma tistax tiġi milqugħa għax ma jikkwalifikax għall-benefiċċju.", "B'ġustizzja ma' dawk in-nies li ġenwinament ikunu applikaw u jkunu qed jistennew risposta dwar jekk jikkwalifikawx jew le, naħseb li huwa ġust ukoll li min ikun ilu jirċievi l-benefiċċju mingħajr ma għandu dritt għalih, għandu jiġi mgħarraf li l-benefiċċju li qed jieħu qed jitwaqqaf għax ma jikkwalifikax għalih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Xtaqt nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jekk huwiex qed isir means test fir-rigward ta' persuna taħt is-16-il sena li tieħu disability allowance għax hija autistic?", "Qed nistaqsi dan għax għall-ewwel darba, il-familja ta' din il-persuna rċeviet ammont imnaqqas.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk qed nitkellmu dwar każ ta' persuna b'diżabilita' li għandha inqas minn 16-il sena, allura qegħdin nitkellmu fuq il-benefiċċju addizzjonali.", "Jiġifieri l-persuna tirċievi ċ-children allowance u tirċievi wkoll ammont ta' flus supplimentari.", "F'dak il-każ japplikaw ir-regoli partikolari li tistabilixxi l-liġi, imma jekk l-Onor.", "Bartolo jgħaddili d-dettalji nkun nista' nivverifika aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjegalna x'inhi din li l- bonus mhux qed jasal?", "Jista' ikun li hemm xi problema?", "Jista' jagħti wkoll spjegazzjoni dwar l-iskema li nħarġet mill-ETC għal dawk il-persuni 'l fuq minn 40 sena li ilhom jirreġistraw?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward id-dewmien fil-ħlas tal-bonus, nista' ngħid li dan l-ilment wasalli f'dawn il-ġranet.", "Jista' ikun li kien hemm xi dewmien ta' ftit ġranet minħabba diffikulta' li qamet bejn il-banek u d- dipartiment fejn, minħabba li jrid isir proċess komputerizzat, inħolqot xi problema teknika.", "Pero' bejn għada u pitgħada jkolli iktar informazzjoni f'idejja u allura nkun nista' nitkellem b'mod iktar preċiż.", "Rigward l-iskema li semma' l-Onor.", "Mizzi, fost l-inizjattivi li ħadet l-ETC hemm inizjattiva partikolari li hija ndirizzata għal dawk li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal iktar minn sena u għandhom 'il fuq minn 40 sena.", "Il-Kamra tiftakar li sas-sena ta' qabel kien hemm skema li bis- saħħa tagħha, l-ETC kienet talloka ħaddiema lill-kunsilli lokali għal xogħol fid-diversi lokalitajiet, u kienet l-ETC stess li tagħti kumpens lil dawn il-ħaddiema, u dan minbarra l-unemployment benefit jew is-social assistance.", "Din l-iskema kienet tinvolvi madwar 200 persuna, pero' mill-analisi li konna għamilna ħareġ li fil-fatt ma lħaqniex għal kollox l-iskopijiet ta' din l-iskema.", "Għax din kienet ġiet introdotta fl-1999 bil-ħsieb li dawk il- ħaddiema li jmorru jaħdmu mal-kunsilli lokali, finalment jispiċċaw isibu xogħol u mhux ikunu qed jingħataw benefiċċju ieħor over and above il-fatt li jkunu qed jirreġistraw.", "Fil-fatt ma rriżulta lanqas każ wieħed fejn permezz ta' din l-iskema, kien hemm min sab xogħol permanenti u allura seta' jinqata' mir-reġistru ta' l-unemployment.", "Din id-darba l-iskema li ġiet introdotta hija differenti u nittamaw li nkunu nistgħu nilħqu l-iskopijiet li għalihom qegħdin inwaqqfuha, u ċioe` li ħaddiema li huma fi żvantaġġ meta mqabbla ma' ħaddieħor, minħabba li l- eta' tagħhom taqbeż l-40 sena u anke għaliex ikun ilhom għal perjodu twil ta' żmien jirreġistraw għax-xogħol u allura jikkwalifikaw għal-long-term unemployment, jinstabilhom xogħol permanenti.", "Anke hawnhekk l-iskema qiegħda taħdem b'koperazzjoni mal-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Jekk persuna tinqata' għal xahrejn mir-reġistru għax tkun sabet job part-time u mbagħad terġa' tibda tirreġistra, il-perjodu li fih tkun ilha tirreġistra qabel ma tkun waqfet għal dawk ix-xahrejn jibqa' jgħodd?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk il-persuna tkun sabet xogħol li jkun jidher permanenti pero' imbagħad għal xi raġuni jew oħra dak ix-xogħol jintilef, naħseb li teknikament ma tkunx tikkwalifika għax il-perjodu ta' żmien li fih tkun qiegħda tirreġistra jkun ġie interrott.", "Pero' naħseb li f'każi bħalma qed isemmi l-Onor.", "Mizzi, jidhirli li l-ETC tista' tikkonsidra każi ġenwini meta jkun hemm break verament qasir u meta l-persuna konċernata ma tkunx tilfet ix-xogħol għal xi ħaġa li tkun għamlet.", "Iktar kmieni kont qed ngħid li l-iskema taħseb ukoll għal koperazzjoni biex titħaddem mal-kunsilli lokali, bid-differenza li din id-darba, il-persuni li se jintgħażlu se jispiċċaw impjegati on a full-time job - ma jistgħux ikunu iktar minn 100 at one go – u ovvjament jitħallsu ta' full-time job u allura ma jibqgħux jirreġistraw għax ikunu qegħdin fuq xogħol produttiv.", "It- tama tagħna hi li din l-iskema tagħtina riżultati ħafna aħjar milli tatna l- iskema l-antika.", "Kull persuna minn dawn il-100 li jinstabilha xogħol permanenti, tiġi aċċertata li x-xogħol li jkun instabilha jkun tajjeb għaliha u tiġi sostitiwita b'xi ħaddieħor biex in-numru fuq l-iskema jkun dejjem ta' 100 persuna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' offerti għas-servizz ta' warden, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27402.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI", "ANIMAL WELFARE BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-13 ta' Lulju 2001 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, illum qegħdin niddiskutu l-liġi dwar il-moħqrija ta' l-annimali.", "Pero` qabel ma wieħed jibda din id- diskussjoni, għandu jkun jaf sewwa x'inhu u x'kien is-sehem tal-bhejjem fid- dinja u r-relazzjoni tagħhom mal-bniedem.", "Jekk wieħed jirriferi għad- deskrizzjoni li hemm fil-Bibbja dwar il-ħolqien tad-dinja, isib li l- bniedem inħoloq wara li nħolqu l-ibħra, l-artijiet, il-ħxejjex u l- annimali.", "Dan seħħ mhux b'kumbinazzjoni iżda kif spjegat fil-Kotba Mqaddsa, għaliex il-bniedem huwa aqwa mill-affarijiet l-oħra.", "Il-bniedem jista' jinqeda bl-affarijiet l-oħra iżda mhux biex ikissirhom jew jaħqarhom.", "Il- fatt li l-bniedem qiegħed fuq l-annimali huwa kunċett importanti.", "Fl-imgħoddi l-bniedem bilfors kien ikollu jmur għall-kaċċa għall-għajxien tiegħu.", "Kien ikollu jiġri minn post għall-ieħor biex ilaqqat mill-ħxejjex ta' l-art u mill-annimali li kien isib f'inħawi oħra.", "Ma' l-iżvilupp tiegħu, il-bniedem induna li jkun aħjar li l-annimali u l-ħxejjex ikabbarhom qrib id-dar tiegħu stess biex ikollu moħħu mistrieħ mill-ikel tiegħu u ma jkollux għalfejn jitħabat u jiġri minn post għall-ieħor.", "B'hekk bdew il-farms, l-irziezet li għandna llum.", "Il-bniedem skopra wkoll li l- annimal jista' jgħinu ħafna fix-xogħol tiegħu.", "Sa madwar 50 sena ilu, l- antenati tagħna f'pajjiżna stess kienu jagħmlu użu mill-bhejjem kemm bħala sors ta' l-ikel u kif ukoll bħala għajnuna fix-xogħol tagħhom.", "L-iżvilupp minn dejjem kien f'moħħ il-bniedem.", "Flok il-bhejjem għax-xogħol, il-bniedem ħoloq il-makkinarju izda minkejja l-iżvilupp kollu li sar, il-bhima ma tilfet xejn mill-importanza tagħha.", "Dan għaliex fejn qabel il-bniedem kien jikkaċċja biex jiekol, illum li qiegħed isib l-ikel lest beda fost affarijiet oħra jikkaċċja bħala delizzju.", "Sfortunatament illum daħal in- negozju fil-kaċċa wkoll, Sur President.", "Jekk inħarsu lejn il-pajjiżi Asjatiċi, naraw li qegħdin isiru atroċitajiet kbar mhux mal-bnedmin imma ma' l-annimali.", "Qed nirriferi l-aktar għall- annimali li jgħixu fis-selvaġġ, bħal per eżempju l-iljunfanti.", "L- iljunfanti, sempliċement biex jeħdulhom it-tasks, qiegħdin joqtluhom u jħalluhom mormija fejn ikunu nqatlu, bil-konsegwenza li dawn waslu biex jiġu meqruda għal kollox.", "Barra dan l-annimal hemm annimali oħra li qegħdin jiġu kkaċċjati għall-istess skop u hawn qiegħed nirriferi għat- tigra.", "Veru li l-prodotti li jieħdu mit-tigra qegħdin jużawhom bħala mediċina, pero` il-mod ta' kif qegħdin jinqatlu wassal biex dawn ukoll jiġu estinti minn wiċċ id-dinja.", "Problema simili qegħdin jaffaċċjawha wkoll is-sriep li qed ifittxuhom minħabba l-ġilda tagħhom u għal mitt użu ieħor fil-ħajja konsumista tal-lum.", "Dwar il-moħrija fuq l-annimali, minn studju li sar fl-Ingilterra sabu li fl- aħħar sena kien hemm irrekordjata żieda fil-moħqrija ta' l-annimali ta' madwar 17.5% fuq il-każi tas-sena ta' qabel.", "Dan sar f'pajjiż magħruf għad- demokrazija tiegħu.", "Hemm diversi tipi ta' moħrija.", "Fost l-oħrajn insibu dik ikkawżata mis-sadiżmu, fejn il-bniedem għall-ebda raġuni jsawwat b'mod brutali lill-annimali u dawn jispiċċaw immankati għal għomorhom u oħrajn anke jinqatlu.", "Ma hemmx spjegazzjoni għajr mard mentali fil-każ ta' min jagħmel din it-tip ta' moħqrija ngħid jien.", "Din hija r-realta` u qegħdha tiġri fis-soċjetajiet kollha.", "Fl-Ingilterra rriżulta li pulizija li jifformaw parti mill-iskwadra tal-klieb instabu ħatja ta' diversi moħqrija lejn il-klieb tagħhom, sempliċement għaliex l-annimali ma jkunux obdew l- ordni ta' min ikun qed iħarriġhom.", "Kulħadd jaf li bħal bniedem, kull annimal għandu l-abilita` partikolari tiegħu.", "Min għandu l-abilita` li jitgħallem ħafna u min għandu l-abilita' li jitgħallem ftit, apparti l-burdata li jkun fiha.", "Il-bniedem mhux dejjem ikun fl-istess burdata.", "Ġieli jsib ruħu f'sitwazzjoni fejn ikollu jaġixxi b'mod anormali, imma b'daqshekk ma għandux jiġi msawwat.", "F'dan il-każ partikolari, minħabba nuqqas ta' komunikazzjoni mal-klieb tagħhom, il- pulizija qatgħu lill-klieb mill-art u qagħdu jdawruhom fl-arja mill-katina li kellhom marbuta m'għonqhom.", "Din kienet waħda mill-ħafna krudeltajiet li wettqu l-pulizija fuq il-klieb.", "Hemm ukoll każi ta' moħqrija fost dawk li jaħdmu fiċ-ċirklu, fost dawk li jgħixu minn tip ta' wirjiet li jagħtu l- annimali u nafu b'każi fejn dawn in-nies taċ-ċirklu nfexxu jsawtu lill- bhejjem b'mod brutali u nafu ukoll li ttieħdu passi bil-liġi.", "Hemm ukoll moħqrija li hija marbuta mal-kapriċċi tal-bniedem.", "Il-bniedem juża' l-annimali biex jiddeverti.", "Qed nirriferi hawn partikolarment għall- mod kif l-Ingliżi f'pajjiżhom jikkaċċjaw il-fox u wara li jaqbduh, jaqtgħulu denbu u jimmaltrattawh b'mezzi oħra.", "Fi Spanja nsibu t-toru fejn quddiem folla nies, il-matador juri l-kburija u l-għerf tiegħu billi jimmaltratta l-bhima li jkollu quddiemu.", "Din it-tip ta' moħqrija marbuta mal-logħob insibuha wkoll f'pajjiżna fil-ġlied tas-sriedak, xi ħaġa komunissima f'pajjiżi Asjatiċi.", "Min jieħu sehem u jħeġġeġ din it-tip ta' lotta jew ġlied għandhom jittieħdu passi kontrih mill-awtoritajiet.", "F'dan it-tip ta' ġlied, is-sriedak tant jispiċċaw imbiċċra li jmutu taħt il- ġrieħi li jkunu ġarrbu.", "F'pajjiżna wkoll insibu l-ġlied tal-klieb.", "Bħal fil-każ tas-sriedak, in-nies jilagħbu l-imħatri fuq liema kelb jew serduk se jirbaħ.", "Fil-każ tal-klieb, dawn jiġu maħqura wkoll qabel il- glieda billi jsawtuhom biex itellgħuhom tough.", "Lill-klieb, is-sidien ta' dawn il-klieb, jaqtgħulhom partijiet minn ġisimhom.", "Qiegħed nirriferi għall- widnejn u għad-denb, b'konsegwenza li lil imsemmi kelb taffettwah minn żewġt ibnadi.", "Fil-klieb tal-labrador, parti minn widintu qegħdha biex tgħattilu l-bokkatura tal-widna biex ittaffilu mill-ħsejjes li jisma'.", "Meta dawn ineħħulhom dik il-parti tal-widna, il-kelb ma jkunx jista' juża widintu bħala muffler biex inaqqas mill-ħsejjes ta' madwaru.", "Wieħed jista' jimmaġina l-konsegwenzi ta' xi ħadd li jkun espost għal għomru kollu għal ħsejjes li ma jkunx jista' jtaffihom.", "Barra dan meta jsiru dawn l-operazzjonijiet mhux minn nies kwalifikati, ħafna drabi jmissulhom in-nervituri ta' widnejhom għaliex ma jkunux jifhmu fl-anotomija tal-klieb.", "B'hekk dawn il-klieb jispiċċaw b'widna waħda u jibqgħu mmankati għal għomorhom.", "Dan għaliex in-nervitura tkun marritilhom u ma jkunux kapaċi jċaqalqu widnejhom iktar.", "Din it-tip ta' moħqrija tiġi mill-egoiżmu tal-bniedem li biex ikun jista' jakkwista sold minn dan it-tip ta' logħob, jispiċċa jimmanka l-annimal.", "Huma popolari wkoll it-tiġrijiet tal-bhejjem, Sur President.", "Dawn bdew bi skop tajjeb, pero` bħal f'kull delizzju ieħor u bħal f'kull sport ieħor, anke jekk tieħu l-football, il-finanzi saru l-qofol ta' kollox.", "L-ispirtu sportiv li kien jeżisti żmien ilu spiċċa għal kollox minħabba l-flejjes involuti.", "Lill-povru żiemel, apparti l-mediċinali u t- titqib li jbellgħulu sabiex jiġri aktar, xi wħud mill-ġerrejja jużaw fuqu metodi ta' swat kemm bil-frosta, permezz ta' kurrent elettriku u anke b'affarijiet li jniggżu.", "Dan sintendi biex is-sid jilħaq l-għan li jkollu f'moħħu, jiġifieri għall-flus.", "Din hija ftit mill-moħqrija li qed issir fuq il-bhejjem.", "Hemm ukoll moħqrija li hija assoċjata mal-wirjiet, moħrija li tiġi bejn minħabba n-nuqqas ta' kuxjenza ta' min ikun qiegħed jippreparahom u bejn minħabba l-egoiżmu tagħhom.", "F'pajjiżna dawn it-tip ta' wirjiet m'humiex daqshekk komuni pero` għandna minnhom ukoll.", "Fl-Ingilterra dawn it-tip ta' wirjiet huma komuni ħafna, anzi huma ħaġa ta' kuljum.", "Is-sistema tal-bejgħ ta' l-annimali li għandhom f'pajjiżhom hija differenti minn ta' pajjiżna.", "Dawn ir-raħħala biex ibiegħu l-annimali tagħhom, jeħduhom fil-market fejn għandhom swieq apposta biex kulmin ikun interessat ikun jista' jixtri l-annimali minn hemm.", "Min jixtri bhima biex irabbiha għal-laħam jew affarijiet oħra u min jixtriha biex din tmur għall- qatla.", "S'hemmhekk m'hemm xejn ħażin, pero` hemm fost oħrajn moħqrija marbuta mal-mod ta' kif isir il-ġarr ta' dawn l-annimali.", "L-iktar ħaġa ta' niket li wieħed jara hija li f'ħafna każi, dawn il-bhejjem iġorruhom b'mezzi li ma jkunux adattati jew iġorruhom fi kwantita' ferm iktar milli suppost.", "Dan bil-konsegwenza li ħafna minnhom iġarrbu ħsarat, korrimenti bħall-ksur tas-saqajn u korrimenti fejn bhejjem jgħaffġu fuq xulxin minħabba transport inadegwat.", "Apparti dan, ikun hemm bhejjem oħra li ma jkunux fi stat fiżiku biex jagħmlu dak il-vjaġġ u jispiċċaw biex ma jwasslux sad-destinazzjoni tagħhom.", "Tip ta' moħqrija oħra li hija marbuta ma' dawn il-wirjiet hija t-tensjoni.", "Meta lil dawn il-bhejjem neħduhom għall-wirjiet, ħafna drabi ma jkunux imdorrijin għal dak it-tip ta' geġwiġija ta' nies u jispiċċaw b'tensjoni kbira.", "Dan iseħħ ukoll fil- bnedmin meta tissuġġettahom għal dak it-tip ta' stress.", "Sabu li l-annimali, meta titfagħhom f'dak it-tip ta' ambjent, jispiċċaw jimtlew b'tensjoni u jagħtihom attakk tal-qalb u ma jvinċux.", "F'ħafna każi, minħabba din it-tip ta' tensjoni dawn il-bhejjem jibdew jaġixxu anormali.", "Dawn jispiċċaw jaħbtu ma' x'imkien u jweġġgħu jew ma jkunux iridu jobdu l- ordnijiet ta' sidhom.", "Dan minn naħa tiegħu meta jara li ma jridux jobdu u ma jkunx jista' jtellagħhom fuq il-vettura li jkun ġarrhom biha, jispiċċa juża' kull mezz ta' vjolenza biex jipprova jċaqlaq u jġiegħel lil dik il- povra bhima taġixxi kif ikun irid hu.", "Jintużaw mezzi differenti biex isawtu lill-bhejjem.", "Hemm min isawwat b'oġġetti iebsa, tingiż b'oġġetti bil- ponta, jintużaw ix-xokkijiet u elf ħaġa oħra.", "Minħabba dan is-swat, dawn il- povri bhejjem qegħdin jispiċċaw b'difetti permanenti jew ikollhom jintbagħtu għall-qatla.", "Ta' min isemmi wkoll, fir-rigward tal-fieri u l-wirjiet, il-post inadegwat li jitħallew fihom dawn l-annimali.", "Peress li l-bhejjem ikunu ħa jdumu nofs ta' nhar hemmhekk, jipprovdulhom spazji żgħar biex ma jkunux jistgħu jduru fil-kumdita`.", "Jipprovdulhom spazji żgħar fejn lanqas biss ikollhom protezzjoni kontra s-sħana tax-xemx jew ix-xita.", "Tbatija oħra marbuta ma' l- egoiżmu tal-bniedem hija l-ħin twil li bhejjem tal-ħalib - qed nirriferi għall-baqar, mogħoż u nagħaġ – jitħallew mingħajr ma jinħalbu.", "Lil dawn il- bhejjem filgħaxija ma jaħilbuhomx, jeħduhom għall-wirja, jagħmlu kważi ġurnata oħra bl-istess ħalib u dak kollu biex is-sid u r-raħħal ikun jista' jieħu l-premju li l-bhima tiegħu għandha figura aħjar minn ta' ħaddieħor.", "Ħafna drabi f'pajjiżna naraw każi fejn il-ħalib jibda ħiereġ litteralment waħdu minn sdrieh il-bhima.", "Dan huwa fatt inkwetanti fejn intortament il- bhima tkun qiegħdha tiġi soġġettata għall-moħqrija.", "Relatat ma' din it-tip ta' moħqrija fil-fieri, huwa n-nuqqas ta' ilma u ikel għall-bhejjem meta jkunu f'dawn it-tip ta' postijiet.", "L-ilma huwa neċessarju kemm għall-bniedem u kif ukoll għall-annimal.", "B'nuqqas ta' ikel, bhima kapaċi tgħix jiem sħaħ pero` mingħajr ilma ma tgħix iktar minn ġurnata.", "Dawn huma tipi ta' moħqrija marbuta mal-fieri li nsibuhom ukoll f'pajjiżna.", "Il-fatt hu li l-bnedmin qegħdin iżommu l-annimali f'postijiet inadegwati.", "Hemm żewġ raġunijiet għalfejn il-bniedem iżomm l-annimali, biex ikun jista' jiekol minnhom jew ibiegħhom għal skop ta' negozju u t-tieni biex iżommhom bħala pets.", "Il-moħqrija teżisti kemm ma' l-annimali bi skop ta' trobbija għall-produzzjoni u kif ukoll ma' l-annimali li jinżammu bħala pets.", "Kelli x-xorti li nżur diversi farms jew irziezet, sew tal-baqar, tal- majjali u anke tat-tiġieġ.", "Wieħed ta' min ifaħħar u jinkoraġġixxi l-indafa li hemm f'dawn l-irziezet.", "Fil-każ tat-tiġieġ, per eżempju, għandhom sistema fejn il-ħmieġ tagħhom jaqa' direttament fuq conveyor u dan jitneħħa mingħajr tbatija ta' xejn.", "GĦalhekk it-tiġieġ ikunu dejjem f'post nadif.", "Pero` wieħed irid isemmi l-mod ta' kif jitrabbew dawn it-tjur għax il-gaġeġ huma minnhom innifishom żgħar u għalhekk mhix ħaġa accettabbli li jkollok bejn wieħed u ieħor 15-il tiġieġa f'gaġġa waħda, bilkemm jistgħu jduru.", "Anke minħabba li jkunu jriduhom ibidu iktar, iħallulhom l-ikel kontinwament quddiemhom u jħallulhom id-dawl mixgħul bil-lejl biex minħabba l-mass production, ikomplu jieklu u jbidu mingħajr waqfien.", "Kif taffetwahom din il- ħaġa lil dawn it-tjur?", "Bħax-xtieli u l-pjanti meta bil-lejl tħallilhom il-halogen lamps biex jirrisplejsjaw id-dawl naturali u x-xitla tkompli tikber u tiffjorixxi ferm iktar minn pjanta li tikber minn dawl naturali biss, pero` bil-konsegwenza li fejn pjanta naturali għandha life span ta' ħames snin, għaxar snin, dawn it-tip ta' pjanti għandhom life span qasira, hekk ukoll jiġri fil-każ ta' dawn it-tiġieġ li l-ħajja tagħhom hija qasira ħafna fil-fatt iservu għal sentejn biss.", "Insibu wkoll li dawn it-tjur li jitrabbew f'dawn it-tip ta' gaġeġ, minħabba l-kundizzjoni li jitrabbew fiha u n-nuqqas ta' dawl tax- xemx, l-għadam tagħhom tant ikun fraġili li wieħed irid joqgħod b'seba' għajnejn kif jaqbadhom għaliex sempliċi għafsa tista' tiksrilhom ġwenħajhom.", "Mhux bħal fil-każ ta' tiġieġ u tjur oħra li jitkabbru fl- ambjent tagħhom.", "Nitkellmu issa fuq l-annimali li jitkabbru bħala pets.", "Ħafna nies jitħajru jrabbu pet mir-reklami li jaraw fuq it-televizjoni u dan mingħajr ma jkollhom l-iċken ħjiel fuq x'tikkonsisti t-trobbija ta' dak il-pet.", "Jaqbdu u jixtru wieħed mill-petshop jew jiddobbaw wieħed mingħand xi ħadd u jeħduh id-dar.", "La joqogħdu jaraw jekk għandhomx spazju adegwat fejn tista' trabbi pet - għaliex bħal f'kull ħaġa oħra jrid ikollok spazju adegwat għalih – u lanqas jaraw jekk ikollhomx ħin x'jiddedikaw lill-pet.", "Jixtru pet u jaħsbu li xtraw xi oġġett.", "Jaħsbu li la darba xtraw il-pet u tefgħuh hemm, dan se joqgħod waħdu u la jħammeġ u la ħaġa u lanqas oħra, bil-konsegwenza li dawn in-nies ma jħarsux saħħet il-pet.", "MR SPEAKER: Onor. Borg, niġbidlek l-attenzjoni li li għaddewlek l-40 minuta.", "Forsi tixtieq tikkonkludi?", "ONOR GEORGE VELLA: Mr Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Borg ikompli bid- diskors tiegħu għax evidentement baqagħlu xi jgħid.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR SILVIO PARNIS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Borg ikompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nerġa' ngħid li sieħbi għad fadallu xi jgħid u għaldaqstant qed ngħajjat quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum u se nissospendi s-seduta għal ħames minuti.", "Fis-7.13 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sivio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, inħoss li dan l-abbozz ta' liġi għandu jikkonsolida l-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' xogħol, sport, wens u ikel.", "Din jien naraha liġi pożittiva għaliex tisħaq fuq il-kura li għandna nagħtu lill-annimali u anke nħoss li fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, hawn kuxjenza dwar it-trobbija ta' l-annimali.", "F'dan il-pajjiż u f'dan il-parlament irid ikun hawn kuxjenza komuni biex bejnietna naħdmu u naqblu fuq ċerti priċipji li huma ta' ġid għal kullħadd.", "Hemm affarijiet fejn ma naqblux u b'hekk tinħoloq xi tip ta' kontroversja u dan għaliex hemm gvern u oppożizzjoni.", "L-importanti huwa li f'dan il- parlament ma nagħtux l-idea jew l-impressjoni lil min ikun qiegħed jismgħana u jsegwina permezz tal-media, li aħna żewġ partiti politiċi li f'kollox rridu nkunu negattivi.", "Kien hemm waqtiet f'dan il-parlament fejn qbilna u ddiskutejna flimkien għaliex kien hemm xi ħaġa li naqblu fuqha.", "Effettivament dan is-suġġett tal-moħqrija ta' l-annimali aħna tal-Partit Laburista ħdimna ħafna fuqu u anke ppreparajna abbozz ta' liġi f'dan ir- rigward forsi b'kontenut differenti mill-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Fil-bidu għalhekk għedt li huwa tajjeb li f'dan il-parlament kemm jista' jkun nikkordinaw ix-xogħol tagħna biex dak li hu tajjeb, flimkien ngħidu li hu tajjeb u fejn hu ħażin u fejn ma naqblux, nagħmlu diskussjoni u noħorġu bl-ideat tagħna dwar kif għandhom ikunu l-affarijiet.", "Meta nkunu qegħdin ngħaddu liġi bħal din huwa importanti li nagħtu l- verżjoni tagħna ta' kif naħsbuha, irrelevanti jekk aħniex favur jew kontra l-kontenut, għaliex żgur li nkunu qegħdin nolqtu s-sentimenti ta' eluf ta' Maltin u GĦawdxin li għandhom għal qalbhom l-annimali.", "Ġieli niltaqa' ma' nies li jgħiduli dak li jixtiequ jaraw jinbidel fil-liġijiet ta' pajjiżna għar-rigward taż- żamma, protezzjoni u kura ta' l-annimali.", "Meta bniedem iġib ruħu ta' selvaġġ jew ikun għamel xi nuqqas, għandna l-abitudni li ngħidulu: Qisek annimal!", "Dan forsi għaliex l-annimali ma għandhomx ruħ imma mhux għax annimal huwa xi ħaġa tat-triq.", "Dan għaliex nafu kemm hawn min jgħożż l-annimali u kultant iżommhom b'kura aktar mill-bndemin.", "Anke għall-fatt biss li qegħdin nitkellmu fuq l-annimali, diġa' qed ngħinu biex noħolqu aktar awareness u aktar kuxjenza dwar iż-żamma ta' l-annimali.", "Min għandu l-annimali japprezza illi dan il-parlament għal ftit mumenti waqaf u qed jitkellem dwar l-annimali.", "In-nies għandhom l-idea li nippromulgaw ċerti liġijiet għas-sempliċi raġuni biex nirbħu l-voti, imma l-annimal ma jistax jivvota anke jekk wieħed jista' jgħid li ħafna mill- votanti għandhom simpatija ma' l-annimali.", "Mr Speaker, peress li qegħdin nitkellmu dwar il-kura ta' l-annimali, nixtieq li minn dan il-parlament insellem lill-għaqdiet volontarji u għaqdiet oħra li jieħdu ħsieb l-annimali.", "Għandna nsellmu lil dawn in-nies biex nuruhom li aħna napprezzaw ix-xogħol volontarju li qegħdin jagħmlu.", "Ma tistax, per eżempju, tħalli barra d-dogshome li tant jiġbru annimali mitluqin fit-triq, l-aktar klieb u qtates.", "Li kieku ma jkunx għal xi ħadd li jħobb u jirrispeta lill-annimali, dawn kieku jibqgħu jiġġerrew barra.", "Naf b'nies li b'rispett lejn l-annimali jiġbruhom mit-triq għaliex xi ħadd ikun waddabhom barra, imbagħad xi familja jew aħjar it-tfal iżommu dak l- annimal bħala l-pet tagħhom.", "Kważi l-għaqdiet kollha li jieħdu ħsieb l- annimali huma għaqdiet volontarji.", "Il-politika tal-Partit Laburista hija li ma jħalli lil ħadd barra għaliex kulħadd huwa importanti.", "Il-leader tagħna jħobb juża l-frażi li ħadd ma huwa għar-rimi u dan għaliex kulħadd huwa bżonjuż.", "GĦalhekk dawn in-nies li jieħdu ħsieb l-annimali għandna nsellmulhom u nirringrazzjawhom tax-xogħol li jkunu qegħdin jagħtu.", "Din il-ġimgħa wara nofsinhar kont għaddej minn Tas-Sliema u hemm rajt persuna li b'mod volontarju kienet qed titma' qtates jiġġerrew barra.", "Dawn ikunu nies li jkollhom għal qalbhom l-annimali.", "Bħala oppożizzjoni ħdimna biex proponejna abbozz ta' liġi dwar il-kura ta' l-annimali, anke jekk forsi ma ngħatax l-importanza li ħaqqu min-naħa tal-Parlament.", "Ċertament li n-nies li jaħdmu b'mod volontarju favur l-annimali japprezzaw ix-xogħol li għamilna.", "Xi kultant fil-ħajja mgħaġġla tagħna tant inkunu aljenati li ma napprezzawx ix-xogħol volontarju ta' ħaddieħor a spejjeż tiegħu stess.", "Ġo fina l-politiċi jrid jidħol dak is-sens li napprezzaw ix-xogħol li jkun qed jagħmel ħaddieħor.", "Tirringrazzja lil dak li qiegħed jagħti kontribut lil pajjiżna.", "Ma nistgħux inkunu aljenati qisu ħadd mhu qed jagħmel xejn, jew nibdew naħsbu li pajjiżna qiegħed jimxi biss bina l-65 membru parlamentari.", "Naturalment il-pajjiż għandu bżonn il-ħidma tagħna għax kieku ma jsirux liġijiet bħal dawn.", "Mingħajr dawn il-liġijiet ikollok ġungla u mhux pajjiz demokratiku.", "F'dan il-pajjiz għandna min jaħqar l-annimali u min jgħożż l-annimali.", "L- annimal jagħti wkoll il-kontribut tiegħu lis-soċjeta`.", "L-annimal huwa mezz għall-għajxien tal-ħaddiem u jista' jaqa' taħt il-kategorija ta' l-isports, imma ejja nitkellmu fuq min jaħqar l-annimali.", "Naħseb li minn dan hawn irridu nikkundannaw lil min jaħqar l-annimali.", "Kontinwament fuq il-media nisimgħu bi ħruxijiet fuq l-annimali.", "Dawn l-aħħar ġranet fuq stazzjon tar- radju lokali kien hemm aħbar ta' moħrija fuq xi annimali, ma nafx x'annimali kienu.", "F'dan l-istazzjon ikun hemm rokna fejn iċ-ċittadin jista' jgħid tiegħu.", "Il-kundanna tan-nies dwar il-moħrija ta' l-annimali kienet xi ħaġa li ssorprendietni u ndunajt kemm hawn familji li jħobbu l-annimali.", "Iva, hawn min jiddispjaċini ngħid jaħqar l-annimali u dawn allavolja ma jitkellmux, bil-ħars tagħhom jew b'ċerti mossi juru li jkunu jridu xi ħaġa.", "Darba kont qiegħed nara fuq stazzjon tat-televiżjoni programm dwar il- moħqrija ta' l-annimali.", "Wieħed mill-mistiedna li kien hemm fuq il-panel ħareġ mill-but labra li sejħilha niggieża.", "Din il-labra tintuża biex meta jkunu qegħdin itellqu l-bhejjem, bħal per eżempju fit-tiġrija ta' Santa Marija u f'okkażjonijiet oħra, liż-żiemel inniggzuh biex jiġri iktar.", "Il- labra mhijiex żgħira bħal siringa imma hija labra ħoxna li żgur tweġġa'.", "Minn dan il-parlament irrid nikkundanna lil min jaħqar l-annimali.", "L- annimali ma jitkellmux u ma għandhomx ruħ imma huma ħajjin u għalhekk għandna nagħtuhom l-importanza tagħhom.", "Qegħdin fis-sajf, l-annimal ikollu l-għatx daqskemm ikollna aħna, imma dan ma jistax jgħidlek biex tagħtih naqra ilma u għalhekk trid tiġi minna l-bnedmin li nipprovdulu l-ilma u l- kura li l-annimal jiġi bżonn.", "Kont qed naqra ktieb dwar kif kienu jiġu trattati l-annimali fl-imgħoddi.", "Fl-imgħoddi fit-toroq u fis-sqaqien tagħna kienu jħallu l-ħwat.", "Saħansitra f'GĦawdex, fejn għadhom jużaw il-bhejjem iktar minna l-Maltin, għadek issib il-ħwat f'xi toroq.", "Dawn il-ħwat jimlewhom bl-ilma biex meta l-bdiewa jkunu għaddejjin bl-annimali, ikunu jistgħu jserrħuhom ftit.", "Dawn kollha spiċċaw illum.", "Hija użanza antika li spiċċat imma din turi li l-poplu Malti u GĦawdxi minn dejjem kien jieħu ħsieb l-annimali.", "Minn naħa l-oħra, hemm min iħobb jaħqar l-annimali u ġieli rajna tfal li fin-natura tagħhom iħobbu jaħqru l-annimal.", "Imbagħad għandek - u ta' min ifaħħarhom lil dawn - individwi li veru jħobbu u jgħożżu l-annimali.", "Naf persuna li l-paga jonfoqha kollha biex jitma' l-qtates.", "Dan m'għandux familja, huwa ġuvni u jieħu gost jieħu ħsieb jitma l-annimali.", "Irridu nkunu ċari għax fil-ħajja qatt ma trid tmur fl-estrem.", "Nemmen li l-estrem qatt ma trid tagħmlu imma għandhek tkun moderat.", "Meta kelb jibda jdur ma' saqajja ninduna li jkun irid xi ħaġa u nipprova nara x'irid.", "Ġieli dħalt għand nies li jgħidulek li l-annimali huma l-iktar ħaġa importanti li għandhom f'ħajjithom.", "Dawn idaħħluk f'darhom u jibdew juruk kif jiġi miżmum il-pet u l-ikel li jagħtuh u kemm jiswihom u b'dan wieħed jieħu pjaċir.", "L-Onor.", "Carmelo Borg qal li meta wieħed ikun se jixtri xi annimal, qabel kollox irid jara fejn se jżommu.", "Kif tista' fi sħana bħal din titfa' annimal f'xi kamra tal-bejt bil-pjanċi?", "Mur oqgħod inti ġo fiha, kieku kif tinbidel l-istorja!", "Qabel kif kien jiġi miżmum annimal?", "Qabel il-fenka kienet tkun mitfugħa ġo xi kamra żgħira ġol-bitħa fil-ħamrija biex tkun tista' tagħmel ħofra u twelled.", "Kienu jsiru bħal ħwat jew katusi taħt l-art biex il-fenka tibqa' taħt l-art u jkun jista' ikollha l-frieħ.", "Wara ħmistax jew tliet ġimgħat, skond l-istaġun - għax fis-sajf idumu inqas – taraha tiela' bil-friegħ.", "Il-fniek fl-antik kienu parti mill-industrija żgħira tal- familja li kienet xi ftit jew wisq tħalli l-qligħ.", "Barra li kienet industrija, kienet ukoll mezz ta' għajxien bħala ikel għall-familja.", "Illum biex nevitaw il-mard fenek jitfgħuh ġo gaġġa tal-gauze wire biex il-ħmieġ li jarmi jaqa' taħt u jkun jista' jinħasel malajr, bi produzzjoni ta' iġri ħalli mmorru.", "Pero` in-nies li jgħożżu l-annimali huma ħafna u minn dan il- parlament insellmu lil dawk li jgħożżu lill-annimali.", "Ngħidulhom grazzi u prosit, Sur President.", "Nixtieq issa nitkellem dwar l-annimal bħala wens.", "L-annimal li l-iktar li jintuża għall-wens huwa l-kelb.", "Tkellimt ma' ħafna anzjani li jkollhom kelb u lil dawn staqsejthom għaliex iżommu kelb id-dar.", "Minn għaxra, tmienja qalu li jżommu kelb bħala wens għax it-tfal ikunu żżewġulhom, ir-raġel jew inkella l-mara mietu u allura spiċċaw iżommu kelb għall-kumpannija.", "B'hekk ikollhom lil xi ħadd id-dar u allura ma jibżgħux għax ma jkunux aktar waħedhom.", "Dawn l-anzjani lill-kelb jittrattawh qisu bniedem.", "Wieħed mill- anzjani qal li l-kelb kien għand tal-familja u beda' jżommu hu, iżda qal li kif imutlu ma jerġax iġib kelb ieħor.", "Persuna oħra qalet li kienet sabitu barra u żammitu.", "Il-kunċett li joħroġ minn dan is-survey żgħir huwa li l- annimal għandu l-importanza tiegħu fejn jidħol il-wens għall-anzjani.", "Lil dawn l-anzjani staqsejthom li kieku kellhom isiefru, x'jagħmlu bl-annimal.", "Ħafna minnhom qaluli li ma jsifrux għax m'għandhomx ma' min iħalluh.", "Tlieta minnhom qaluli li bis-saħħa tal-kelb baqgħu jgħixu ġewwa d-dar.", "Dan mhux survey professjonali imma għamiltu biex nara x'jaħsbu n-nies u ħassejt illi għandi nressqu f'dan il-parlament, Sur President.", "L-annimal huwa wkoll mezz biex jgħin lill-ħaddiem f'xogħlu.", "Fl-imgħoddi, il-bhejjem, iż-żwiemel u l-ħmir kienu mezz ta' transport.", "Illum f'persentaġġ żgħir għad għandek postijiet fejn iż-żwiemel u l-ħmir jużawhom bħala mezz ta' trasport.", "F'GĦawdex, peress li d-distanzi huma iżgħar minn ta' Malta, hemm passaġġi li jippermettu persuna tivjaġġa fuq dahar il- bhima.", "Fl-imgħoddi l-ħmir kienu jintużaw biex idawru s-sienja, bħala mezz ta' trasport u kif ukoll biex ibiegħu kull tip ta' ħwejjeġ, frott eċċ. Illum, f'Malta iktar milli f'GĦawdex, iż-żwiemel jintużaw biex idawru lit- turisti permess tal-karozzini.", "Dawn il-vjaġġi bil-karozzini huma ta' ġid għal pajjiżna u t-turisti jfittxuhom ħafna, pero` irridu nifhmu illi l- annimal mhux għax-xogħol biss qiegħed.", "GĦalhekk fi ġranet sħan, is-sidien tal-karozzini għandhom jifhmu li toroq twal fiż-żmien tas-sajf ma jagħmlux ġid lill-annimal.", "Bħalma karozza nibżgħu għaliha, hekk ukoll għandna nagħmlu ma' żiemel bil-karozzin.", "L-annimal kien u għadu mezz ta' l-għajxien għal ħafna familji u dan jafuh tajjeb il-produtturi tat-tiġieġ, tal-fniek, tal-ħnieżer, tal-baqar eċċ. Irridu ngħollu l-importanza ta' l-annimal għaliex huwa mezz ta' ikel, ta' għajxien u ta' produzzjoni li tgawdi minnu d-dinja kollha.", "Xtaqt nuri l-importanza li l-annimal jagħti fil-ġlieda kontra d-droga, Sur President Jidhirli li ħadd ma semma li l-kelb jagħti s-sehem tiegħu fil- ġlieda kontra d-droga.", "Il-Partit Laburista minn dejjem kien impenjat fil- ġlieda kontra d-droga u għadu mpenjat sal-lum fil-ġlieda kontra d-droga.", "Persuna li taħdem fl-iskwadra ta' kontra d-droga kellmitni fuq l-importanza li l-kelb għandu fit-tiftix tad-droga.", "Fil-portijiet tagħna hemm section apposta illi tfittex għad-droga permezz tal-klieb fil-basktijiet jew inkella fuq il-persuna ta' l-individwu.", "Ħafna drabi jkun bis-saħħa ta' kelb li l-pulizija tasal biex taqbad lil dik il-persuna li tkun daħħlet d-droga f'pajjiżna li wara tinbiegħ l-iktar liż-żgħażagħ.", "Reċentement kellna ħafna każi ta' overdose ta' droga li wasslu biex żgħażagħ jitilfu ħajjithom.", "Xtaqt nitkellem dwar iż-żwiemel bħala sports.", "M'inix dilettant tat- tiġrijiet taż-żwiemel pero` fid-distrett li nikkontesta jien, fil-Marsa, issib ħafna nies dilettanti taż-żwiemel.", "Ħafna mis-sidien ta' l-istalel li hemm il-Marsa jgħixu fil-lokal tal-Marsa stess.", "Kull distrett huwa magħmul minn sitt lokalitajiet differenti.", "In-nies tal-Marsa huma differenti minn dawk ta' Raħal Ġdid u n-nies ta' Raħal Ġdid huma differenti minn dawk ta' Ħal Tarxien u anke l-kultura hija differenti.", "Meta tiltaqa' ma' nies minn irħula differenti tinduna li l-annimal huwa wkoll mezz ta' sports u ta' rikreazzjoni.", "Żiemel ma jiġix l-ewwel fit-tiġrija b'kumbinazzjoni.", "Sid ta' żiemel tat-tiġrija fetaħli ktieb u ħassejtni qisni kont dħalt għand xi accountant meta beda jurini kemm jiswieh!", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro tista' tikkonferma li f'Ħal Qormi hemm ħafna nies dilettanti taż-żwiemel.", "Hawn min huwa dilettant, per eżempju, tal-karozzi, tad-dar, tas-sajd u fl- istess waqt għandek min huwa dilettant ta' l-annimali.", "Tkellimt dwar min jaħqar l-annimali, min jgħożż l-annimali u l-annimal bħala wens l-aktar għall-anzjani.", "Semmejt statistika żgħira li turi kif jaħsbuha l-anzjani dwar l-annimali, semmejt min veru jħobb l-annimali, l- annimal bħala mezz ta' xogħol u għajxien għall-familja, l-annimal li huwa ta' kontribut għall-pajjiż biex jinqabad min idaħħal d-droga.", "Imbagħad għandek l-annimal bħala sports.", "Pero` ridt nitkellem dwar il-kunsilli lokali fir-rigward ta' l-annimali. llum ma nistgħux ngħidu li l-kunsilli għadhom jibdew.", "Il-kunsilli llum tgħallmu mill-iżbalji tal-bidu.", "Pero` nista' nirreġistra nuqqas min-naħa tiegħi meta kont sindku.", "Kont niltaqa' ma' ministri, ma' għaqdiet, ma' ta' l-isptarijiet u ma ħafna nies biex naraw kif nistgħu ntejbu l-lokal, pero` ikolli nistqarr illi qatt ma ġieni l-ħsieb illi niltaqa' mal-persuni li jieħdu ħsieb l-annimali.", "Naħseb li l- kunsill lokali jista' jkun ta' importanza f'dan ir-rigward għaliex fil- lokal taf issib nies illi għandhom għal qalbhom l-annimal daqskemm għandhom għal qalbhom il-bniedem.", "MR SPEAKER: Onor. Parnis, nitolbok tikkonkludi għax skada l-ħin disponibbli.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nipproponi li l-Onor.", "Parnis jibqa' jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR ALFRED SANT(Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Parnis ikompli jistema.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR KARL CHIRCOP: Qed nitlob quorum, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.00 p.m is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli u nitlob lill-Onor.", "Membri jieħdu posthom.", "Aktar rimarki?", "L- Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, iddeċidejt li nagħmel intervent fuq din il-liġi mhux għax jien xi dilettanta tal-pets – assolutament m'għandix ħin għalihom u għaldaqstant nippreferi ma nabbużax biex nispiċċa naħqar xi annimal inkonxjament - imma għax ħassejt verament li għandi naqdi d-dover tiegħi li nipparteċipa f'dan id-dibattitu.", "Kienu diversi l- kelliema li għamlu aċċenn għad-distrett li noħroġ fuqu jien, - l-aħħar wieħed kien sieħbi, l-Onor.", "Silvio Parnis - fejn hemm ħafna dilettanti ta' l-annimali, partikolarment taż-żwiemel.", "Ħassejt li għandi nipparteċipa f'dan id-dibattitu għaliex sabuni persuni li m'huma xejn dilettanti ta' l-annimali li qaluli li qegħdin naħlu ż-żmien f'din il-Kamra niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi.", "Fil-verita' meta wieħed jikkompara dan l-abbozz ta' liġi li qed iressaq il-gvern ma' l-abbozz ta' liġi li kien ippreżenta l-Partit Laburista proprju s-sajf li għadda, jidher kemm il-gvern beza' li jitlef il-lobby ta' l-animal lovers u għamel xogħol ta' kafkaf biex malajr malajr seta' iressaq din il-liġi.", "Barra minn hekk, ħassejt il-ħtieġa li bħala partit nuru li aħna mpenjati mhux bil-paroli imma bil-fatti favur abbozz li jkun verament iħares l-interessi ta' l- annimali.", "Aħna ngħixu f'soċjeta` ċivilizzata u anke annimal huwa ħolqien t'Alla u għandu jkollu r-rispett u d-dinjita` li tixraqlu.", "Effettivament l-ewwel impenn tal-Partit Laburista ma kienx l-abbozz ta' liġi li tressaq wara s-sajf li għadda fuq il-ħarsien ta' l-annimali, imma l- impenn li konna wrejna fis-sentejn li għamilna fil-gvern bejn is-1996 u l- 1998.", "Kien il-Partit Laburista fil-gvern li għamel l-istorja f'pajjiżna u għall-ewwel darba wera mpenn favur il-ħarsien ta' l-annimali.", "Fil-manifest elettorali konna mpenjajna ruħna u għedna, u nikkwota:", "''Ikun hemm liġi severa għal min jaħqar l-annimali.", "Id-dipartiment tas- servizzi veterinarji u l-għaqdiet volontarji flimkien iwaqqfu klinika li tkun miftuħa 24 siegħa kuljum biex tagħti servizz liċ-ċittadini li jitolbu kura għall-annimali.''", "Dan fil-qosor kien l-impenn politiku tagħna permezz tal-manifest elettorali li mbagħad immedjatament kif tlajna fil-gvern fl-1996, mill-ewwel morna fuq il-binarji biex inwettqu l-wegħdiet.", "Il-Partit Laburista mill-ewwel kien waqqaf dak li konna sejjaħnielu animal welfare steering committee.", "Iċ- chairman tiegħu kien il-Perit Martin Debono li mill-ewwel beda' jara x'inhuma l-bżonnijiet reali f'dan il-pajjiż vis a vis il-welfare ta' l- annimali.", "Waħda mill-ewwel bidliet li wettaqna kienet proprju l-bidla fil-local plan ta' Ta' Qali.", "Flimkien ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar li approva l-proposti ta' l-animal welfare steering committee, inbidel il-local plan ta' Ta' Qali biex ikun jinkludi santwarju u klinika ta' l-annimali, klinika li kellha titħaddem fuq bażi ta' 24 siegħa.", "Fiż-żmien qasir li għamilna fil-gvern kien beda proċess regolari u mhux skussjat, fuq bażi kontinwa ta' konsultazzjoni ma' għaqdiet volontarji li b'tant sagrifiċċju l-membri tagħhom ħadmu biex il-welfare ta' l-annimali jiġi mħares.", "Dan għaliex ħassejna li b'mod konkret irridu nagħtu rikonoxximent u għarfien għall- ħidma kbira li qed iwettqu, ħidma li wara kollox kieku kellu jeħodha f'idu l-gvern kienet tiġi tiswieħ ħafna.", "Aħna mhux biss l-għarfien tas-sagrifiċċju u ta' l-impenn tagħhom ridna nagħtu imma ridna wkoll inħeġġu biex din il-ħidma ma tintilifx u ma tisfumax fix-xejn.", "Ridna li dawn l-għaqdiet ikunu huma stess hands-on, ikollhom l-esperjenza vis- a-vis il-kultura u l-mod ta' kif jiġu ttrattati l-annimali u l-bżonnijiet tagħhom.", "Fuq kollox ridna biex ikunu huma li jressqu 'l quddiem proposti li jagħmlu sens ħalli l-Partit Laburista fil- gvern ikun jista' jwettaqhom.", "Kien hemm ukoll il-proposta li bdiet tiġi esplorata ta' twaqqif ta' dipartiment żgħir li jkun jiġbor fih dawn il- volontiera biex b'hekk ikunu jistgħu jaħdmu full-time fuq dan ix-xogħol.", "Kien hemm ukoll il-proposta li tressqet lill-ex-President tar-Repubblika, Dr. Ugo Mifsud Bonniċi, mill-isteering committee li kien waqqaf il-Partit Laburista fil-gvern, biex jitqawwaf dak li kien imsejjaħ presidential fund for animal welfare.", "Iżda mill-ewwel kif ħa t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh il-gvern Nazzjonalista f'Settembru ta' l-1998 qata' ħesrem ix-xogħol ta' l- animal welfare steering committee.", "Dan tneħħa u nġabet l-iskuża li l- kumitat kien jaqa' taħt il-building industry consultative council.", "Meta fi żmien il-gvern Laburista ttieħdet id-deċiżjoni li jitwaqqaf animal welfare steering committee li jkun jaqa' proprju taħt il-building industry consultative council, ic-chairman tal-BICC kif ukoll ic-chairman ta' l- AWSC, il-Perit Martin Debono, kienu qalu li kien jagħmel sens li dawn iż- żewġ entitajiet b'xi mod jaħdmu flimkien.", "Il-punt jibqa' li l-AWSC kien twaqqaf ħesrem proprju mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Minn hemm mill- ewwel stajna naraw li qed jixgħel l-aħmar u li għandna partit fil-gvern li bħas-soltu bil-paroli jgħid ħafna, anke fil-qasam ta' l-annimali, imma mbagħad bil-fatti ma jagħmel xejn.", "Addio l-inizjattivi li ttieħdu, inizjattivi konkreti, inizjattivi li kienu jagħmlu ħafna sens biex mhux biss tittieħed l-azzjoni li kien hemm bżonn ħalli ċerti użanzi jinqatgħu, imma anke biex tiġi żviluppata kultura li l-ħarsien ta' l-annimali issir parti mill-mod ta' kif naħsbu u kif naraw l-affarijiet.", "Mr Speaker, hemm punti politiċi li joħorġu mill-preżentazzjoni ta' dan l- abbozz li jien sejjaħtlu ta' kafkaf.", "Ir-raġuni hija waħda politika għaliex il-gvern ma jaffordjax li jitlef is-simpatija u s-support ta' animal lovers.", "L-ewwelnett il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kellu l-opportunita` kieku ried biex joħloq proċess ta' diskussjoni, għax żgur li m'hemmx kontroversja politika.", "Il-Partit Laburista kien impenjat bil-manifest elettorali tiegħu u appena kien il-waqt beda jaġixxi.", "GĦaldaqstant il- Partit Nazzjonalista kien jaf li żgur ma kienx se jsib oġġezzjoni min-naħa tal-Partit Laburista sabiex we go forward ħalli nagħmlu dak li għandna nagħmlu.", "Aktar minn hekk, is-sajf li għadda ppreżentajna abbozz u għamilna proposta biex nużaw is-sajf biex niddiskutu abbozz ta' liġi li jkun jagħmel sens.", "Imma l-gvern Nazzjonalista mhux talli ma ħax l-opportunita` fuq xi ħaġa li m'għandhiex konnotazzjonijiet politiċi, imma talli njora kompletament l-proposti u x-xogħol kbir li kien sar biex jiġi ffurmat abbozz dettaljat, abbozz serju, abbozz responsabbli, ħalli dan il-qasam ikun kopert bil-liġijiet li għandu bżonn il-pajjiż.", "Bl-aktar mod arroganti u dittatorjali li issa ndara, il-gvern baqa' għaddej minn fuq ras kulħadd.", "Ħela mhux biss sentejn u nofs għax ta dahru għall-proposti konkreti u x-xogħol li kien qed isir meta konna fil-gvern, imma anke ħela sena oħra biex ġie b'dawn l-erba' biċċiet karti li meta tagħsarhom ma ssib assolutament xejn konkret.", "Meta mbagħad tibda tqabblu ma' dak li ppreżenta l-Partit Laburista, iktar insostni l-fehma li dan huwa xogħol ta' kafkaf u eyewash biex taparsi l-gvern ikun jidher li qed jagħmel xi ħaġa meta fil-konkret m'hu qed jagħmel xejn jew ftit li xejn.", "Dan l- istil drajnieh tajjeb.", "Il-gvern sar jiddiletta kif jaħli ż-żmien u jaħli l- flus u allura ddeċieda li jibda xogħol mill-ġdid biex ma jmurx jieħu xi prosit l-Partit Laburista li jkun għamel xi ħaġa meta hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Din mhux l-ewwel darba li gvern Nazzjonalista njora l-Partit Laburista f'issues li m'hemmx kontroversja politika fuqhom.", "Il-gvern Nazzjonalista jaf li jekk hemm issue li tagħmel sens għall-ġid nazzjonali, aħna ser inkunu flimkien biex ma ngħidx ħa nkunu fuq quddiem biex nippromwovu dak li jkun qed isir għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Fuq l- issues tal-liġijiet l-oħra li tħejjew fiż-żmien li kien fil-gvern il- Partit Laburista, xorta dan il-gvern ma qishomx.", "Kellna liġi fuq il- vjolenza domestika, xogħol lest, għaddew sentejn u nofs, dejjem nittimaw u nisimgħu paroli fil-vojt min-naħa l-oħra tal-Kamra li din il-liġi dalwaqt tiġi quddiemna u għadu ma ġara xejn minn dan.", "Il-liġi taċ-CERA li ħdimna tant fuqha meta konna fil-gvern, x'sar minnha?", "Il-liġi ta' l-IRA ħdimna tant fuqha u swietna ħafna flus meta konna fil-gvern iżda sal-lum, sentejn u nofs, wara tħalla kollox fuq l-ixkaffa.", "L-istess ġara fil-każ ta' din il- liġi, Sur President.", "Mhux aħna biss qegħdin ngħidu li hemm differenza bejn l-abbozz serju li ppreżenta l-Partit Laburista u dak li ppreżenta l-gvern, anke ħaddieħor li mhux influwenzat mill-Partit Laburista.", "Il-ġimgħa li għaddiet fit-12 ta' Lulju kien hemm editorjal f''The Independent'' jisħaq fuq dan il-punt u se nikkwota ħalli ħadd ma jgħid li qed nitkellem b'mod partiġġjan.", "Dak li qegħdin ngħidu fuq din in-naħa qegħdin jgħiduh oħrajn li m'humiex f'din il- Kamra u żgur li m'humiex influwenzati mill-Partit Laburista.", "Dan l- editotjal beda fuq l-issue ta' l-inċident sfortunat tal-kelb maħruq u mbagħad qaleb fuq il-liġi li qegħdin niddiskutu llum.", "Dan jgħid hekk:", "\"It is a pity that some very worthwhile laws proposed in the private member's bill presented by Dr Sant last year were not included in the present bill, such as outlawing the cutting of animals' ears, the total barring of animal fights - including onlookers as being guilty as the organisers - and permitting any member of the public to institute criminal charges against people for the illtreatment of animals.\"", "U sadanittant nibqgħu nisimgħu l-esponenti tal-gvern li jitkellmu qishom skoprew l-Amerika b'dan l-abbozz li ppreżentawlna hawnhekk, liġi vera ta' kafkaf, eyewash biex taparsi l-gvern ikun jidher li qed jagħmel xi ħaġa kontra l-moħqrija ta' l-annimali.", "Żgur li dan l-abbozz li għandna quddiemna ma jlaħħaqx mal-bżonnijiet soċjali u kulturali li qegħdin ngħixu fejn għandu x'jaqsam mal-protezzjoni ta' l-annimali.", "Meta ddeċidejt li nipparteċipa f'dan id-dibattitu ħsibt li għandi nagħmel ftit kuntatti ma' membri f'għaqdiet.", "Dawn huma nies li għandhom l- esperjenza, li jafu x'qed jiġri f'dan il-qasam u bl-aktar mod ċar jgħidulek bid-diżappuntati tagħhom, kemm fuq dan l-abbozz li qed iressaq il- gvern u kif ukoll għax jirrifletti n-nuqqas ta' konsultazzjoni ma' dawn l- għaqdiet.", "Dan il-partit fil-gvern l-ewwel jiftaħar b'kemm jiddjaloga u jikkonsulta esperti u anke jakkuża lil ħaddieħor li ma jiddjalogax, imbagħad iressaq liġijiet mingħajr ebda konsultazzjoni ma ħadd, liġijiet fejn jekk irid għandu esperti li jista' jikkonsultahom ħalli dak li jkun qed jipproponi, iġibu b'mod kemm jista' jkun ħolistiku ħalli verament ikun qed jindirizza l-bżonnijiet reali tagħna.", "Biex nikkonkretizza aktar l- argument tiegħi, se nagħmel ftit paraguni bejn l-abbozz ta' liġi li ppreżentajna aħna u l-abbozz ta' liġi ta' kafkaf li ppreżenta l-gvern Nazzjonalista.", "U ħa nibda proprju bil-punt fejn għandhom x'jaqsmu d- drittijiet ta' l-annimali, Sur President.", "Jekk taqbad l-abbozz ta' liġi tal-gvern u tibda tfittex ħalli tara fejn huma d-drittijiet, x'issib?", "Issib li għandek dikjarazzjoni ta' prinċipji u paragrafi żgħar fuq it-trattament xieraq ta' l-annimali, blanket statments li ma jiffokaw fuq xejn.", "Minn naħa l-oħra, fl-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-Partit Laburista nsibu elenku sħiħ ta' drittijiet li allura jgħinuk tinduna li mhuwiex abbozz ta' kafkaf.", "Wieħed jinduna li b'dan abbozz konna qed nippruvaw immissu verament il-feriti soċjali tagħna f'dan il-qasam, imma l-gvern ma tax kas.", "Jien dejjem ngħid li meta xi ħadd iressaq xi ħaġa ta' kafkaf ikollu aġenda li ma nkunux qegħdin narawha.", "Imma x'inhi din l- aġenda?", "Naħseb li biex il-gvern ma jaqlax il-kritika minn naħa tagħna li mhux biss tajjar ix-xogħol konkret li konna qegħdin nagħmlu aħna imma wkoll injora kompletament din l-liġi għal sentejn u nofs u biex ma jġibx l- antipatija ta' dawk li jħobbu l-annimali f'pajjiżna, qabad u ressaq dan l- abbozz biex ikun taparsi għamel xi ħaġa.", "Pero` naħseb li hemm xi interessi oħrajn li kkostrinġew lill-gvern jagħmel dan it-tip ta' xogħol.", "Żgur li ma nistax nifhem kif jista' il-gvern, fuq qasam li definittivament ma joħloqx kontroversja politika, ma jħossx il-ħtieġa li jipprova jressaq xi ħaġa li tkun tagħmel sens.", "Mhux biss imma almenu għandu jkollu d-diċenza li jaqbad l-abbozz li ressaqna aħna, janalizzah tajjeb, jara forsi xi affarijiet li ma jogħġbuhx u jipprova jiddiskuti magħna dawn id-divergenzi, imma lanqas dan ma ried jagħmel.", "Injorah kompletament u ġie b'xi ħaġa ġdida. .", "Jiena m'inix xi waħda minn dawn id-dilettanti ta' l-annimali imma nieħu gost naqra ħalli nipprova nifhem.", "Wara kollox għandna responsabbilta` lejn kulħadd f'dan il-parlament.", "Dan l-aħħar qrajt artiklu fir-rivista animal rights, artiklu li jwaħħxek għax jagħti deskrizzjoni ta' x'jiġri fis- slaughter houses.", "M'inix midħla tal-biċċerija u ma nafx eżattament jekk dawn l-affarijiet jiġrux fil-biċċerija, imma dan l-artiklu huwa miktub mill-Maltin u allura jkolli nassumi li dawn l-oxxenitajiet jiġru f'pajjiżna.", "Se naqra biċċa minn dan l-artiklu ħalli nikkonvinċu ruħna li l- gvern ried jeħles mix-xogħol u tibda tiela' l-aġenda moħbija ta' ċertu affarijiet.", "Jidher li hemm affarijiet li qed jiġru li huma responsabbilta` tal-gvern iżda dan mhux kapaċi jieħu l-azzjoni li hemm bżonn.", "Ħalli naraw x'qed jgħid dan l-artiklu dwar kif jintqatlu ċerti annimali.", "''There are no regulations of any kind to protect the calves and precious few to protect their mothers.", "It is perfectly legal to send a heavily pregnant cow into the appauling stench and clatter of a slaughter house.", "The terrified animal is beaten and goes up to the killing point like any other animal shot with a captive bolt which may or may not work, hauled up in a shackle around her rear leg and her throat cut.", "A minute or two later she is disembowled, often while fully conscious.", "There is no official aknowledgement that a full-term foetus is capable of feeling pain, no regulations about what should happen to it.", "Some are simply left to die amongst the mother's intestines, others are cut from the womb and knifed. ''", "Meta taqra dawn l-affarijiet, titwaħħax anke jekk ma tkunx tifhem għax mhux qed ngħidu li qed tissega biċċa njama.", "Mela qed ngħidu li għandek annimal li jħoss l-uġigħ, li jħoss is-sagrifiċċju, li jħoss id-dwejjaq u sadanittant ikollok gvern li jippreżentalna abbozz ta' liġi ta' kafkaf meta kellu abbozz ħafna aktar serju quddiemu, xogħol li għamel il-Partit Laburista, u l-gvern jiġi hawn biex taparsi qed jagħmel xi ħaġa.", "Wara li qrajt dan l-artiklu, ippruvajt infittex fl-abbozz ta' liġi li ppreżenta l- gvern jekk ħax inkonsiderazzjoni dawn l-affarijiet.", "Qallibt minn paġna għall-oħra u ma stajt insib xejn.", "Imbagħad erġajt ħarist lejn l-elenku sħiħ ta' 11-il dritt fl-abbozz li ppreżenta l-Partit Laburista kważi sena ilu u sibt artiklu minnhom ikopri dan it-tip ta' moħqrija fuq l-annimali.", "Dan l- artiklu jirrikjedi trattament ġust fiċ-ċirkostanzi kollha.", "GĦalhekk bla ebda dubju dan ikopri kull tip ta' sitwazzjoni fejn l-annimal, kbir kemm huwa kbir u anke jekk huwa ferħ, għandu dritt għal trattament ġust.", "Fl- abbozz ta' liġi tal-gvern ma stajt insib imkien xi ħaġa li tista' tkopri din it-tip ta' moħqrija, kattiverja li dan l-artiklu qed jitkellem fuqu.", "Issa ħa niġi għal punt ieħor fejn ippruvajt nagħmel paragun bejn abbozz u ieħor biex nipprova niskopri għalfejn il-gvern iddeċieda li jinjora kompletament l-abbozz tagħna u jiġi b'abbozz ġdid li jgħid ħafna iżda fis- sustanza ma ssib xejn.", "Fl-ewwel parti ta' l-abbozz tal-Partit Laburista nsibu d-dmirijiet ta' sidien jew ta' persuni li għandhom taħt il-ħarsien tagħhom l-annimali.", "Ippruvajt infittex l-istess dmirijiet fl-abbozz ta' liġi tal-gvern li qegħdin niddiskutu imma ma stajt insib xejn.", "Per eżempju, artiklu 10 li pproponejna aħna jgħid hekk:", "''Is-sid ta' annimal u kull persuna li jkollha taħt il-ħarsien tagħha annimal, għandha tiżgura li ħtiġijiet ta' saħħa u ta' mġiba jitħarsu kif jixraq u skond trattament xjentifiku u mediku.''", "Hawnhekk l-enfasi qegħdha fuq il-ħtiġijiet fiżiċi ta' saħħa u ta' mġiba ta' l-annimal u li għandhom jitħarsu kif jixraq u skond kriterji xjentifiċi u mediċi.", "Issa se nitkellem b'mod ġenerali għax hemm min dawn l-affarijiet jagħti kashom imma hemm oħrajn li ma jagħtux kas.", "Per eżempju, kultant issib xi petshops li jkunu żgħar ħafna u ssib li l-annimali jkunu ġo gaġeġ żgħar biex jiffrankaw l-ispazju u għalhekk mhux dejjem ikollhom l-aħjar ambjent.", "Kumbinazzjoni l-ġimgħa li għaddiet kont Ħal Qormi u nara ħabib tiegħi nieżel b'basket tal-plastic.", "Sellimna lil xulxin u waqafna nitkellmu u qalli li kien mgħaġġel għax xtara ferħ ta' bulldog u mietlu.", "Qalli li mill- ewwel induna li l-kelb kien imkabbar u fil-fatt niżżel dan il-ferħ biex jurih lil min kien xtrah mingħandu.", "Da ifisser li dan il-ferħ seta' tneħħa kmieni minn ma' ommu.", "Seta' kien hemm ċirkostanzi li ma kenux ta' ġid għas- saħħa tiegħu bil-konsegwenza li miet.", "Din il-liġi li qed jippreżenta l- gvern tirregola dawn ċ-ċirkostanzi?", "Qed nieħu l-eżempju tal-petshops, pero` iċ-ċirkostanzi jistgħu jkunu oħrajn.", "Hemm bżonn li naraw li l-ambjent fejn ikunu l-annimali jkun adattat għalihom ħalli ma jkunx hemm moħrija u tbatija żejda.", "Fl-abbozz serju u responsabbli li għamilna aħna koprejna kollox.", "Ċertament għad hemm bżonn ta' abbozz li jkun jiffoka tajjeb fuq diversi diffikultajiet u problemi reali f'dan il-qasam għaliex inħoss li hemm element ta' kultura fin-nofs.", "Hemm bżonn ukoll ta' kultura ġdida f'dan il-qasam.", "Kultura ma tagħmilihiex mil-lum għal għada imma taħdimha bi proċess.", "Madankollu l-liġijiet iridu jkunu jirriflettu l-kultura li tkun trid tevolvi anke fuq medda ta' żmien għax huwa proċess fit-tul.", "Il-kultura ma tistax tbellagħha lill-bniedem.", "Il- kultura trid bil-mod il-mod tiżviluppaha ħalli l-bniedem jibda jifhem u jadatta ruħu.", "Wara anke fit-tfal tibda titla' bħal xi ħaġa li hija according to nature.", "L-abbozzi ta' liġi li nagħmlu jridu jkunu jirriflettu fejn irridu naslu.", "Sfortunatament l-abbozz ta' liġi ta' kafkaf li ressaq il- gvern definittivament mhux se jgħin biex niżviluppaw kultura adattata ħalli fil-qasam ta' l-annimali anke d-drittijiet ta' l-annimali ikunu mħarsa.", "Issa ħaġa li mhix preżenti fl-abbozz ta' liġi tal-gvern u li qegħdha fl- abbozz tagħna hija li s-sid ta' annimal irid ikun responsabbli għal dak li jikkawża l-annimal.", "Ftit ilu kont qed nitkellem ma' xi ħadd u qalli li l- ġar tiegħu bl-aktar mod traskurat kien ħalla l-kelb jiġri barra - mur ara x'ikel kien qed jiekol minbarra x-xemx u xita li qala' fuqu! - u dan il- kelb f'daqqa waħda attakka tifel.", "Meta din il-persuna marret għand sid il- kelb qalilha: Dak mhux annimal!", "Fejn fil-liġi tal-gvern dawn l-affarijiet qed ikunu artikolati biex tinġarr ir-responsabbilta`?", "Issa se nitkellem fuq id-differenzi kbar li hemm bejn l-abbozz ta' liġi li qed iressaq il-gvern u l-abbozz ta' liġi li ħejja l-Partit Laburista kważi sena ilu għar-rigward tal-pieni.", "Fejn jidħlu l-pieni għal reati ta' moħqrija fuq annimali, nixtieq ngħid li huwa pożittiv li almenu din issemmiet fl-abbozz tal-gvern għax ma jistax ikun li bniedem jagħmel li jrid b'annimal qisu m'hu qed jagħmel xejn u jispiċċa jeħel Lm25 multa biss.", "Imma wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn ħaġa u oħra.", "X'għamel il-Partit Nazzjonalista?", "Ressaq liġi u ġabar kollox f'basket wieħed bla grading ta' xejn u hawn proprju qed nirriferi għal klawsoli 45 u 46.", "Minn naħa l-oħra, fl-abbozz ta' liġi li ħadem il-Partit Laburista ssib differenza fil-pieni skond x'reat ikun u hekk jagħmel sens.", "Din hija s-serjeta` u din turi li l- Partit Laburista daħal fil-fond tal-materja u mhux waddab kollox f'basket wieħed biex jeħles.", "Issa hawn nixtieq nagħmel riferenza għal dak l- inċident li seħħ fis-Siġġiewi xi ħmistax jew tliet ġimgħat ilu, u nsemmu wkoll l-artiklu li kitbet Daphne fil-ħarġa ta' The Independent tat-12 ta' Lulju, artiklu tajjeb ħafna fejn għamlet analisi dettaljat ta' dan l- inċident.", "Kienet storja li twaħħax meta tara li ġuvnott żgħir jagħmel ċerti affarijiet li għalih qisu ma hu xejn.", "Il-punt ta' l-artikolista hu li din il-ġrajja ma' għandniex neħduha biss fuq il-bażi ta' moħqrija għall- annimali, imma irridu nidħlu iktar fil-fond u naraw għalfejn dan it-tifel qiegħed jaġixxi b'dan il-mod.", "Semmiet l-aspett ta' pyshcopathic behaviour li jista' jiżviluppa fi kwestjoni ta' sadiżmu eċċ. GĦalhekk qed ngħaqqad din il-ġrajja mal-kwistjoni tal-pieni għaliex irid ikun hemm aktar ħsieb fid-distribuzzjoni tal-pieni, skond in-natura tar-reat.", "Jekk dan it-tifel għandu psychopathic behaviour ifisser li għandu bżonn l-għajnuna.", "Din mhijiex biss kwestjoni ta' moħqrija fuq l-annimali u tieqaf hemm.", "Jekk il- liġi qed tagħtik a straight answer għar-reati kkawżati, allura l-qrati tagħna se jkunu kostretti li japplikaw dik il-miżura.", "Fl-artiklu ta' Daphne laqatni punt partikolari fejn semmiet - u ħa nikkwota - li dan għandu x'jaqsam mal-kutura jew il-mentalita` li għandna għaliex sfortunatament f'pajjiżna mhux kulħadd huwa konxju li jekk taħqar annimal tkun qed tonqos mid-dmir ta' ċittadin.", "GĦandna nies li jaħqru annimal u għalihom ma jkunux qed jonqsu għax proprju huwa annimal jgħidulek.", "Fil- fatt Daphne qalet hekk:", "\"Malta is a playground for such people because they have so far been allowed to think of the intentional torture of animals as pretty much a victimless crime, if a crime at all!''", "Mela għandek element ta' kultura li rridu nbiddlu u għalhekk importanti li jkollna abbozz ta' liġi li jkun iffokat u eżawrenti ħalli jkun jirrifletti l-bżonn tal-pajjiż.", "Punt ieħor fl-artikolu ta' Daphne jirrigwarda l-legal system.", "Dan jirrifletti l-argument tiegħi li mhux ikollok piena ugwali għal kwalunkwe reat kif qed jipproponi l-abbozz ta' liġi tal-gvern imma jrid ikollok grading.", "Daphne semmiet il-każ ta' Jack the Ripper, Jeffrey Dahmer jew Myra Hindley u enfasizzat id-differenza bejn il-legal systems ta' l-Amerika u ta' l-Ingilterrra u wara għamlet riferenza għal-legal system tagħna.", "Hija qalet hekk:", "''The legal systems of the United States and the United Kingdom recognise that there is a difference between murder and what these people did.", "Our legal system does not, it recognises murder.", "With allowances made or not for the circumstances in which the murder was committed,", "Jeffrey Dahmer who kidnapped, tortured, killed, dismembered, boiled boys and young men, would only have received our maximum 25 years had he committed his crimes here in Malta.''", "Din tapplika wkoll għal-liġi li qed jipproponi l-gvern.", "Dan ifisser li jekk ikun hemm inċident ikrah bħal dan li seħħ, il-ġuvnott jew il-persuna li tkun wettqitu se tittella' il-qorti u tingħata piena blanket u l-kwistjoni tieqaf hemm.", "Mentri din il-persuna, minbarra l-piena, trid tingħatalha għajnuna għax jekk illum qatlet kelb, għada jista' jkun li toqtol annimal ieħor u pitgħada jista' jkun imissu xi bniedem ukoll.", "Il-kwistjoni ta' blanket form għall-pieni kif qiegħed jipproponi l-gvern tista' toħloq dan it-tip ta' riperkussjonijiet.", "Fl-abbozz ta' liġi tal-Partit Laburista dawn l-implikazzjonijiet ma jeżistux għaliex il-pieni huma ggradati.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet biex inqanqal il-ħsieb u mhux dawn l-affarijiet jgħaddu qishom m'huma xejn.", "Jekk wieħed janalizzahom u jidħol fid-dettal, jirrealizza kemm jista' ikun hemm implikazzjonijiet koroh.", "Xtaqt ukoll nagħmel punt fuq dak li qed jiġi propost fl-abbozz ta' liġi li qed iressaq il-gvern fir-rigward ta' l-animal welfare council u hawnhekk nixtieq nuri d-differenzi bejn dak li hemm propost fil-liġi tal-Partit Laburista u dak li qed jipproponi l-gvern.", "L-animal welfare council ma jidhirlix li jiġbor lil kulħadd b'mod korrett u b'mod kif għandu jkun.", "Per eżempju nistaqsi min se jkunu r-rappreżentanti ta' l-għaqdiet.", "Se jiddeċiedi l-ministru min ser ikun ir-rappreżentanti ta' l-għaqdiet?", "Dan huwa qasam li forsi għadu mhux daqstant magħruf u għalhekk jekk ma noqogħdux attenti, jiġi xi ħadd jieħu ritratt ta' xi qattus mgħaffeġ imbagħad imur l-Ingilterra u jgħid li din il-moħqrija qegħdha ssir Malta.", "Dan jispiċċa jiġbor eluf ta' liri biex taparsi jgħin l-ħarsien ta' l- annimali u forsi mbagħad jiġi Malta u jixtri dinghy bl-eluf tal-liri li jkun ħa u jagħtih lil ta' l-ALE.", "Irridu noqogħdu attenti meta nagħżlu dawn l-għaqdiet għax din hija kwistjoni serja.", "Fil-liġi tagħna pproponejna li dawn l-għaqdiet ikunu approvati, jiġifieri ikunu reġistrati x'imkien.", "Sal-lum m'hemmx din il-kwalita` ta' reġistrazzjoni.", "Jien nista' noħroġ minn hawn u ngħaqqad għaqda tal-fniek jew għaqda li tieħu ħsieb id-drittijiet tat-tiġieġ mingħajr ebda tip ta' regolamentazzjoni.", "Allura għaliex m'hemmx riferenza fil-liġi proposta mill- gvern biex ikun hemm rikonoxximent jew tip ta' reġistru fejn l-għaqdiet ikunu jistgħu jiġu rreġistrati?", "Illum ħadt gost meta f'The Times qrajt li twaqqfet l-active animal welfare partnership for active animal welfare society.", "L-animal welfare associations ingħaqdu flimkien u ffurmaw din il- federazzjoni u fil-fatt jidher li kien hemm tnejn oħra.", "Dawn is-sitta huma l-community animal welfare society, the island century, the cat care society, the national cat society and the St. Francis foundation for animals, imbagħad ingħaqdu wkoll f'din il-federazzjoni s-support for animal and abandoned animals association.", "Ħadt gost li dan il-lobby qiegħed jingħaqad għax issa l-vuċi tagħhom se tkun iktar imsaħħa u l-gvern ukoll jaf b'din il-federazzjoni ta' dawn l- assoċjazzjonijiet.", "Inħeġġeġ lill-għaqdiet l-oħra jkomplu jingħaqdu f'din il- federazzjoni ħalli almenu jekk m'hemm xejn bil-liġi li tagħraf dawn l- għaqdiet b'mod uffiċjali, almenu jkun hemm din il-federazzjoni li b'xi mod tkun qed tirreġistra dawn l-għaqdiet f'pajjiżna.", "Din mhux serjeta' li anke l-animal welfare council qiegħed jgħid hawnhekk li se jkun hemm rappreżentanza ta' l-għaqdiet u lanqas nafu xejn fejn b'xi mod dawn l- għaqdiet iridu jirreġistraw u jiġu approvati ħalli jkollhom għarfien uffiċjali.", "Dawn l-affarijiet importanti li jsiru għall-accountability tax- xogħol mhux minħabba l-aspett ekonomiku biss imma ukoll biex ikun hemm kontinwament dan it-tip ta' messaġġ għaddej.", "Hi x'inhi l-organizzazzjoni għandu jkollha missjoni u għandha tkun accountable.", "Fil-fehma tiegħi, il- gvern naqas ħafna meta lanqas biss ikkonsidra dak li pproponejna aħna.", "MR SPEAKER: Onor. Coleiro, ippermettili imma jkolli ninterrrompik għax diġa' ħadt żewġ minuti fuq il-ħin normali.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma jien għad fadalli x'ngħid, Mr Speaker.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Coleiro tkompli tinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHEAL FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Coleiro tkompli tinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bħala protesta għal dan l-aġir min-naħa tal-gvern, qed nitlob quorum.", "Fit-8.47 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ma naħsibx li għandi għalfejn nenfasizza kemm il-Maltin jew il-maġġoranza tagħhom għandhom għal qalbhom l-annimali, allavolja gieli smajna b'każi li juru l-oppost.", "Mhux biss il-Maltin imma diversi nies li jgħixu f'diversi postijiet fid-dinja għandhom għal qalbhom l-annimali għax proprju jżommuhom u jieħdu ħsiebhom anke bħala kumpannija.", "Imma hawnhekk għal darb'oħra reġa' għandna enabling law għaliex toħloq qafas legali pero` fis-sustanza ma tgħid xejn, liġi li mhijiex imlaħħma imma sempliċement tagħti poter lill-ministru biex fuq kull ħaġa jkun jista' jagħmel ir-regolamenti.", "GĦal darb'oħra nistgħu nsejħu dan l-abbozz ta' liġi skeletru għaliex kważi f'kull klawsola ma nsibu xejn ħlief li l-ministru jista' jagħmel regolamenti.", "(Interruzzjonijiet)", "Anke aħna, fl-abbozz ta' liġi li ppreżentajna għedna li l-ministru għandu il-poter li jagħmel ir-regolamenti.", "Pero` id-differenza bejn l-abbozz ta' liġi ppreżentat is-sena li għaddiet mill-oppożizzjoni Laburista u l-abbozz ta' liġi ppreżentat mill-gvern hija ċara.", "Fl-abbozz ta' liġi li ppreżenta l- Ministru Ninu Zammit m'hemm xejn li jista' jagħti indikazzjoni ċara fejn irridu naslu, mentri fl-abbozz ta' liġi ppreżentat minn Dr Alfred Sant hemm aktar għanijiet u drittijiet li huma spelt out fl-abbozz ta' liġi nnifsu.", "F'kull abbozz ta' liġi jagħmel sens li tagħti poter lill-ministru li jagħmel regolamenti jew li tispeċifika fejn dawn ir-regolamenti jistgħu jsiru.", "Minn din in-naħa tal-Kamra ħadd mhu qed jgħid li l-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-gvern m'għandux jagħti poteri jew poteri ristretti jew poteri marbuta ma' klawsoli speċifiċi biex il-ministru jagħmel regolamenti, imma dan l-abbozz mill-bidu sa l-aħħar ma jagħtix ħlief poteri lill- ministru.", "Huwa indikativ li l-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-gvern la huwa wiesgħa u lanqas fond biżżejjed.", "Biss biss fih 48 klawsola u tagħna jasal sa 102, apparti l-iskedi.", "Pero` kull klawsola ta' l-abbozz ta' liġi mressaq mill- gvern tgħidlek li l-ministru jista' jagħmel regolamenti u xejn aktar.", "Jien ngħid li biex id-diskussjoni tkun aktar strutturata u nkunu nistgħu nikkummentaw aktar fuq id-dettal tal-liġi, jekk il-Ministru għandu dawn ir- regolamenti lesti u ppreparati jew għallinqas jaf x'inhu l-ħsieb tagħhom għandu jpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra biex il-Kamra kollha tkun tista' tarahom.", "Din m'hijiex kritika li ssir biss fil-konfront ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Kull abbozz ta' liġi li qed jersaq f'dan il-parlament - u s'issa ddiskutejna xi tlieta jew erbgħa li jaqgħu taħt l-istess ministeru - kollha huma mingħajr idea ċara ta' fejn hi l-mira tal-gvern.", "Aħna għandna s- suspetti u r-raġunijiet tagħna li ngħidu hekk u onestament nittama li l- ħsibijiet tal-gvern m'humiex dawk, Sur President.", "Tajjeb li meta l-Kamra tiġi mitluba biex tapprova xi abbozz ta' liġi, ma jiġix xi abbozz litteralment skeletru u nittama li 'l quddiem ikunu aktar imlaħħma.", "Jekk dan ma jsirx, allura għandhom jispjegawilna x'inhu l-ħsieb tagħhom u mhux meta fl-istadju ta' kumitat l-oppożizzjoni tistaqsi ċerti domandi, dawn ma jiġux imwieġba jew jiġu mwieġba xott xott.", "Jew inkella jgħidulna li meta joħroġ l-avviż legali, ikollna ċ-ċans inressqu l- oġġezzjoni tagħna permezz ta' mozzjoni li tiġi diskussa fiż-żmien opportun.", "Dik m'hijiex serjeta` u wieħed bilfors jista' jistaqsi xi skop hemm li nilleġislaw dwar l-annimali.", "Bħala poplu li ngħidu u nistqarru li aħna poplu nisrani, ċertament li l-ewwel u qabel kollox għandna nirrikonoxxu li Alla ħalaq il-bniedem, pero` ħalaq ukoll l-annimali.", "L-annimali huma wkoll ħolqien ta' Alla u għalhekk bħalma nilleġislaw favur id-drittijiet u l- ħarsien tal-bniedem, għandna nilleġislaw favur il-ħarsien u l-jeddijiet ta' l-annimali.", "Dawn il-kliem jeżistu biss fl-abbozz ta' liġi mressaq mill- oppożizzjoni Laburista u jmur oltre minn dak li ġie deskritt mill-gvern.", "Bħala nsara għandna nagħtu aktar kas ta' dan li qiegħed ngħid, jiġifieri li d-drittijiet ta' kull ħlejqa għandhom jiġu mħarsa.", "Sur President, qed narak tagħmilli s-sinjal li sar il-ħin u nieqaf hawn.", "Nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Abela jibqa' in possession.", "Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. is-seduta ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 17 ta' Lulju 2001 b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata -Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Riżoluzzjoni dwar it-Tneħħija ta' Mħallef - Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif jaf kulħadd, iċ-chairman tal-Maltacom qiegħed jiftaħar ħafna bl-effiċjenza u t-teknoloġija tal-kumpanniji.", "Jiena ngħid li l-poplu Malti u GĦawdxi mhux paroli fil-vojt irid imma li l-Maltacom tagħti servizz tajjeb.", "Is-sitwazzjoni hija allarmanti.", "In-nies li jaħdmu hemmhekk huma mdejqin u ma jafux x'se jiġri minnhom għax is-servizz mar għall-agħar.", "Ta' min jgħid ukoll li l-kumpannija marret għal għajnha anke finanzjarjament, Mr Speaker", "Biex nuri kif il-konsumatur qiegħed jaqla' fuq wiċċu, nixtieq nirriferi għall-każ li ġara nhar il-Ħamis li għadda meta marru ammont kbir ta' linji tat-telephone fil-Kalkara u sal-lum ħafna subscribers għadhom bla linja tat-telephone.", "Il-vilta` hija li ċċempel lill-Maltacom u jgħidulek li jafu bil-ħsara u x-xogħol qiegħed f'idejn il-lineman.", "Taf xi jfisser dan, Mr Speaker?", "Dan ifisser li l-Maltacom għadha ma tafx li nqata' cable għax meta jinqata' cable mhux il-lineman ikunu responsabbli imma tal-cable.", "GĦadhom lanqas jafu li nqata' cable hemmhekk, ara x'vilta`!", "Niftaħru tant bit- teknoloġija u bl-avanzi li għamlet il-Maltacom, imbagħad lanqas huma kapaċi jindunaw li l-ħsara ġejja mill-cable u mhux minn xi fault fil-linja!", "Jiena nistenna li l-Maltacom immedjatament tieħu l-passi meħtieġa dwar dan il- każ, Sur President.", "Nixtieq ukoll li l-Maltacom tiskuża ruħha u tgħid x'passi ttieħdu kontra min għandu t-tort f'din il-kwestjoni.", "Nistenna wkoll li l-ewwel ħaġa li għandha ssir għada hija li l-kumpannija tirranġa l-linji u mhux tħaddem lin-nies bl-overtime biex tpaxxi lil xi bażużlu Nazzjonalist.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qiegħed ngħid li l-overtime m'għandux isir imma qed ngħid li m'għandux isir biss għall-pjaċir ta' xi bażużlu.", "Nispera li l- Maltacom tieħu l-passi u ssolvi din il-problema fil-Kalkara.", "Nistennew ukoll li tiskuża ruħha għad-dewmien u għall-ħsara li kien hemm u li at any rate qatt ma kellha ddum daqshekk biex tissewwa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, ftit ilu f'din il-Kamra jiena tkellimt u anke ressaqt petizzjoni fuq il-kwestjoni tal-Blata l-GĦolja għax ir- residenti t'hemm qegħdin isostnu li meta ħadu plot, dik l-area kienet ikklassifikata bħala white area iżda preżentement hemm proposta min-naħa ta' l-awtorita` tad-djar li hemmhekk jinbnew bejn 20 u 26 garage u anke xi maisonettes.", "Il-kostruzzjoni ta' dawn il-garages bilfors li tbiddel din l- area f'waħda indusrijali jew semi-industrijali u hawn qiegħda l-oġġezzjoni min-naħa tar-residenti.", "Irrid ngħid li saru oġġezzjonijiet minn dawn ir-residenti anke f'laqgħa li saret mal-kunsill lokali.", "F'din il-laqgħa ġiet diskussa din il-materja - u dan jirriżulta mill-minuti tas-46 laqgħa tat-tieni kunsill lokali tal-Mosta - u ttieħed vot fil-kunsill, fejn il-mozzjoni ta' oġġezzjoni għal dan l- iżvilupp għaddiet b'sitt voti favur u xejn kontra.", "Hawnhekk ta' min jgħid li s-Sindku Demartino astjena flimkien ma' kunsiller ieħor Nazzjonalista.", "Iżda sfortunatament din il-mozzjoni ma tmexxietx 'il quddiem u l-planning authority, minkejja l-oġġezzjoni li saret mir-residenti, ħarġet il-permessi xorta waħda.", "Ma nistax nifhem kif ġew injorati r-residenti bl-iktar mod sfaċċat u nħarġu l-permessi biex jinbnew garages li jbaxxu l-valur ta' l- area, Sur President.", "Irrid ngħid ukoll li għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-embellishment tal- Blata l-GĦolja, il-kunsill lokali qed jgħid li m'għandux flus.", "Minħabba dan il-fatt ukoll jiena nemmen li hemm min jista' jkollu interess biex dan il- bini jittella'.", "Personalment se nkompli nsegwi din l-istorja biex nara jekk hemmx min għandu xi konflitt ta' interess.", "Jekk hemm min għandu dan il- konflitt, jiena ngħidlu li għad jiġi l-mument fejn jinkixfu dawn l- affarijiet.", "Jiena nħeġġeġ lill-planning authority, lill-awtorita` tad-djar u lil kulmin huwa konċernat biex ifittex postijiet oħra fil-Mosta fejn jista' jibni dawn il-garages.", "Imma issa, Sur President, xtaqt nitkellem ukoll fuq il-kwestjoni tat-toroq, l-arterji prinċipali minn fejn jgħaddi t- traffiku u nsemmi l-Mosta, San Pawl il-Baħar, Burmarrad u San Pawl tat- Tarġa, li kollha qegħdin fi stat diżastruż.", "L-ewwelnett irrid ngħid li kull xogħol ta' żvilupp għandu jsir bis-sens.", "Għax kif tista' tagħmel xogħol simultanju fi tliet arterji li jwasslu għall- istess post?", "Jiena ma naħsibx imma hekk qiegħed jiġri, bir-riżultat li qegħdin nistaġnaw, inwaqqfu u nagħmlu ħafna ħsara lil min hu fil-business fl-eqqel tas-sajf.", "Naf nies, per eżempju, li tilfu l-vapur meta kienu sejrin lejn Għawdex għax weħlu Burmarrad.", "Jekk tinqabad hemmhekk ma tkunx tista' ddawwar lura biex tipprova tgħaddi miż-Żebbiegħ u tinżel minn GĦajn Tuffieħa, għax ladarba qiegħed hemm ikollok tibqa' fit-traffiku.", "Ftit tal-ġranet ilu wkoll tkellimt dwar il-periklu li hemm f'San Pawl il- Baħar, in-naħa tal-Gillieru, minħabba l-qtugħ ta' blat li qiegħed isir.", "Min hu responsabbli għal dak ix-xogħol kisser ukoll it-toroq tal-madwar, bil- konsegwenza li qegħdin jaqgħu l-ħitan.", "Tant tqatta' blat li ġie skussjat kollox.", "Jien mort fuq il-post qabel ma tkellimt hawn fil-parlament u rrid ngħid li l-ħsara li hemm hija xi ħaġa tat-twerwir.", "Ma nafx min ta l- permess biex isir dan kollu, imma l-agħar ħaġa hi li l-gvern qiegħed jaġixxi qisu m'hu qed jiġri xejn.", "L-arroganza ta' ċerti kuntratturi hija inkredibbli u għalxejn noqogħdu ngħidu li t-tort huwa tal-kuntrattur għaliex la l-gvern huwa responsabbli, sinjal li bil-barka tiegħu qiegħed isir dan kollu.", "Inħeġġeġ lill-gvern minn hawnhekk biex iħares ħarsa madwaru.", "Il-ministru responsabbli mit-toroq inzerta jgħix f'dawk l-inħawi u naħseb li għandu interess personali li jmur fuq il-post u jara dak li qegħdin naraw aħna.", "L-istess ħaġa fuq it-traffic lights, Sur President.", "Per eżempju, dawk ta' Regional Road jaqilbu meta tkun għadek f'nofs ir- roundabout!", "Imkien fid-dinja ma ssib lights li jaqilbu proprju meta tkun għadek wasalt f'nofs ir-roundabout u allura trid tieqaf fin-nofs biex tistenna li l-lights jerġgħu jaqilbu.", "Dan il-weekend kont ma' persuna barranija li hija ntiża f'dan il-qasam u staqsietni min kien dak l-għaref li ma rrimedjax għal din is-sitwazzjoni.", "Il-gvern Nazzjonalista moħħu biss fl-Ewropa, pero' ma jafx li anke fl-Ewropa din hija dagħwa!", "U la qed nitkellem fuq it-traffiku, irrid insemmi kemm qed ibatu l-anzjani kemm Mostin kif ukoll Rabtin li jkunu jridu jmorru r-Rabat jew il-Mosta.", "Hemm ħafna Rabtin jgħixu l-Mosta, bħalma hemm ħafna Mostin li jgħixu r-Rabat.", "L- anzjani Rabtin li joqogħdu l-Mosta u jkunu jridu jmorru r-Rabat jistgħu jagħmlu dan billi jaqbdu tal-linja li titlaq minn San Ġiljan, tgħaddi mill- Mosta u tibqa' tiela' r-Rabat jew dik li tiġi minn Buġibba, tgħaddi mill- Mosta u titla' r-Rabat.", "Ħafna mill-passiġġieri fuq dawn ir-rotot ikunu turisti għaliex waħda tkun ġejja minn San Ġiljan u l-oħra tkun ġejja mill-Qawra.", "S'hemmhekk m'hemm xejn ħażin.", "Il-ħażin hu li l-passiġġieri anzjani Mostin jew Rabtin qegħdin jiġu mġiegħla jħallsu daqs it-turisti, jiġifieri 40c.", "Dan ifisser li biex anzjan mill-Mosta jmur jara lit-tfal tiegħu r-Rabat jew viċiversa jrid iħallas 80c, kważi lira.", "Hawnhekk inħeġġeġ lis-segretarju parlamentari responsabbli għall-anzjani biex jieħu ħsieb din il-kwestjoni.", "Kif tista' tieħu l-affarijiet bis-serjeta` u tgħid li l-anzjani għandhom privileġġ fuq it-trasport pubbliku meta lil dawn qegħdin iżommulhom daqs it-turisti?", "Inħeġġeġ ukoll lill-awtoritajiet tat-trasport biex jaraw li dawn l-anzjani jibdew iħallsu r-rata l-baxxa.", "U la qed nitkellem fuq l-anzjani, nixtieq nitkellem fuq dawk li ħadu l-pensjoni tat-teżor qabel l-1979.", "Dawn sal-lum għadhom ma ħadu l-ebda arretrati, mentri dawk li ħadu l-pensjoni tat-teżor wara l-1979 diġa` ħadu l-arretrati kollha.", "Din hija anomalija li qed tagħmel ħafna ħsara lill-anzjani.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li l-ħajja qiegħda togħla mhux għall-anzjani biss imma għal kulħadd.", "Kulħadd jaf li fis-sajf jittiekel ħafna frott.", "Din il-ġimgħa sirt naf li kilo cherryplum jiswa 70c.", "Kaxxa ħawħ li jkun fiha tmien ħawħiet tiswa Lm1.15 – dan l-istaġun il-frott ta' Malta ma tantx irnexxa u allura jkollok tixtri ta' barra – u ngħid jien persuna bi tlett itfal li taqla' ftit iktar mill-minimum wage, kif tiflaħ tixtri l-frott b'dawn il-prezzijiet?", "Għaliex hawn dawn il-prezzijiet għolja f'dak li għandu x'jaqsam mal-frott?", "Naħseb li dan qed jiġri għaliex m'hawnx kontroll.", "F'pajjiżna bħalissa kollox jinsab mitluq.", "Għandna gvern li għejja f'kollox u hija ħasra li qed ibati kulħadd miegħu.", "Il-poplu Malti lanqas frotta ma jista' jieħu!", "Jiena nħeġġeġ lill-awtoritajiet biex iqumu mir-raqda li għandhom għax hawn problemi kbar li ma jistax ikun inħalluhom għaddejjin.", "F'dan il-pajjiż, is- sitwazzjoni qiegħda teħżien minn ġurnata għall-oħra għad-detriment tal- poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nikkonferma dak li għadu kemm qal sieħbi, verita' sagrosanta li ħadd ma jista' jmeriha.", "Apparti minn hekk, xtaqt nitkellem fuq dak li ġara f'dan il-parlament ftit ġimgħat ilu meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, il-ministru tas-saħħa kien interpellat mill-Onor.", "Francis Agius u ġie mitlub biex jagħti update ta' dak li qed jiġri fir-rigward tal-ħinijiet tad-duties tat-tobba.", "Din l- update intalbet minħabba li nbidlet is-sistema għax fejn qabel kienu joħorġu f'nofs il-lejl, ċerti tobba f'xi setturi qed joħorġu fit-8.00 a.m. L-Onor.", "Agius staqsa jekk kienx hemm xi problemi minn naħa ta' l- amministrazzjoni u l-ministru rrisponda li mhux informat li hemm xi problemi.", "Jiena rrid ngħid li huwa ironiku l-fatt li ftit wara li sar il-ftehim bejn l-assoċjazzjoni tat-tobba u l-gvern, jiġifieri fis-17 ta' Mejju, inkitbet ittra lid-direttur ġenerali minn numru konsiderevoli ta' konsulenti – madwar 18-il konsulent, għaliex tnejn oħra kienu msefrin - fejn elenkaw lista ta' complaints u problemi li kienu qegħdin jinqalgħu minħabba l- ftehim li ġie iffirmat.", "Effettivament il-ftehim tant ħoloq inkwiet fis- settur mediku li saħansitra wassal għar-riżenja tal-kumitat tal-MAM.", "Issa hawnhekk tajjeb jingħad li kellhom kopja ta' din l-ittra l-ministru, is- supretendent ta' l-isptar, iċ-chairperson tal-hospital managment committee, id-direttur ta' l-institutional health, il-MAM u l-konsulenti l-oħra fl- isptar.", "Fl-ittra tagħhom, dawn il-konsulenti lmentaw li kien qiegħed ikun hemm tnaqqis fis-servizzi speċjalizzati u kanċellazzjonijiet fl-outpatients.", "Qalu wkoll li l-listi ta' sezzjonijiet ta' l-endoskopija kemm fis-settur tal-gastrontoloġija kif ukoll fis-settur respiratorju kienu qegħdin jiċkienu, jiġifieri l-operazzjonijiet li jsiru f'dawn is-setturi qegħdin jonqsu.", "Intqal ukoll li kienet qiegħda tiġi pperikolata s-saħħa tal-pazjent meta l-konsulent ikun bil-leave jew bis-sick leave.", "Qalu wkoll li t- testijiet qegħdin jieħdu iktar fit-tul milli kien jieħdu qabel, bir- riżultat li kien qiegħed ikun hemm żieda fin-numru ta' pazjenti u overcrowding fis-swali minħabba dan il-ftehim li ġie ffirmat.", "Il-konsulenti fl-istitut tal-mediċina talbu li l-affarijiet li ġibdu l- attenzjoni għalihom għandhom jiġu nnotati u jittieħdu inkonsiderazzjoni.", "Il- kliem eżatt li qalulu lid-direttur ġenerali kien dan:", "\"We urge you to take cognisance of the problems outlined above.", "To achieve this aim, we are formally requesting you to meet us urgently in order to remedy this matter.\"", "Illum qegħdin fis-16 ta' Lulju 2001, jiġifieri xahrejn wara li ntbagħtet dik l-ittra - u nirrepeti li ntbagħtet ukoll kopja tagħha lill-ministru - fejn qed isemmu d-diversi problemi li ħoloq dan il-ftehim, pero' din il- laqgħa għadha ma saritx u iktar minn hekk dawn ġew injorati għal kollox.", "Sur President, jien hawnhekk nistaqsi: Hekk beħsiebna nagħmlu meta ngħidu li rridu nimxu għal sistema ta' awtonomija?", "Basta lir-rappreżentanti tal- ħaddiema u l-ħaddiema nfushom ngħidulhom biex jipparteċipaw magħna ħalli nkunu nistgħu noħolqu l-awtonomija mixtieqa!", "Milli jidher, djalogu għall- gvern ta' Fenech Adami ifisser li l-gvern jissettjalek hu l-proċeduri u inti trid taċċettahom, għax jekk ma taċċettahomx ma tkunx qiegħed tikkopera imma tkun qed toħloq l-intoppi u tkun qed taħdem kontra l-ħaddiema.", "Jekk se nimxu b'dan il-mod, allura nistgħu ngħidu li din l-għaġġla biex immorru lejn sistema ta' awtonomija se tisfaxxa fix-xejn.", "Fuq kollox wieħed jinduna li din l-awtonomija se tisfaxxa mir-risposti tal-ministru, fejn għadu lanqas biss jaf kemm se jkun hemm sodod assenjati għal kull speċjalita` u sub-speċjalita` fl-isptar il-ġdid Tal-Qroqq.", "Għadna qegħdin niddiskutu strutturi bħal per eżempju dawk li se jkun hemm fl-isptar Tal-Qroqq u wisq nibża' li jekk se nkomplu niddiskutu se jkollna kollass, iktar u iktar meta għandna sitwazzjoni fejn qed jingħad li l- isptar tal-Qroqq se jiċkien minn 850 sodda li kien hemm ippjanati fi żmien l-amministrazzjoni Laburista għal 650 sodda.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, kien qed jiġi proġettat sptar bi 850 sodda u li jista' jitkabbar sa 1,000 sodda.", "Konna qed nipproġettaw b'dan il-mod minħabba li l- popolazzjoni qed issir iktar anzjana allura s-settur ortopediku u setturi li huma relatati ma' problemi ta' saħħet l-anzjani, se jkunu qed jiżdiedu f'pajjiżna filwaqt li jonqsu f'ċerti setturi oħrajn.", "Jiena ngħid li jrid ikun hemm il-ħsieb minn issa għal dawn it-tip ta' problemi imma milli jidher għandna gvern li minkejja li jgħid li dawn il- problemi jeżistu, ma jarax il-bżonn li jaħseb minn qabel għall-ammont kbir ta' anzjani li għandna u li se jkompli jkollna fil-pajjiż.", "Dan jidher mill- fatt li l-ammont ta' sodod naqas għal 650.", "Huwa fatt li fl-aħħar sentejn u nofs saru numru ta' żbalji fejn jidħol l- isptar Tal-Qroqq.", "Dan l-isptar se jibqa' magħruf għall-iskandli li seħħu fil-bini tiegħu bħalma baqa' magħruf l-isptar t'Għawdex, li wkoll kien sar minn gvern Nazzjonalsita tas-snin '60.", "L-isptar Tal-Qroqq se jidħol fil- lista ta' żbalji tal-gvern Nazzjonalista.", "Madwar sena u nofs ilu ġie ffirmat kuntratt dirett mal-consortium Skanska li neħħa l-kuntratt li kien hemm eżistenti.", "Il-consortium Skanska ngħata kuntratt ġdid li kien stmat li jiswa Lm83 miljun.", "F'dan il-kuntratt dirett ingħata lill-kuntrattur id-dritt li jagħmel id-diżinji, li jagħmel il-bini, l-infrastruttura u jkollu wkoll il-project management.", "Dan ifisser li l- istess kuntrattur se jkun qed jamministra u jara li x-xogħol qed isir kif suppost.", "Din il-ħaġa fiha nnifisha ma toffrix ċerti checks and balances li hemm bżonn fi proġett ta' dan il-kobor.", "Lill-kuntrattur tawh ukoll il-flus minn qabel u dan skond skema mniżżla fl- istess kuntratt li kien tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra wara ħafna nsistenza min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Fejn qatt sar, fis-settur governativ kollu, kuntratt b'dan il-mod?", "Għamlu wkoll klawsola li tgħid li l-kuntrattur qatt ma jista' jmur minn taħt.", "Il-kuntrattur jara kemm nefaq fix-xogħol li jagħmel u jieħu persentaġġ fuqu bħala qligħ għalih.", "Il-kuntrattur jista' ukoll jitlob lill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi f'isem il-Gvern Malti ħalli jitħallas ta' kemm nefaq plus il-qligħ.", "Din hija sistema li jgħidulha cost plus.", "Mr. Speaker, madwar sena ilu kont għedt f'dan il-parlament li dan il- kuntratt kien se jiġi jiswa ħafna iktar minn dak li kien ipproġettat.", "Dan għaliex il-kuntratti li qed ikun hemm it-tenders għalihom għall-isptar Tal- Qroqq, qegħdin joħorġu mill-kuntrattur stess.", "Il-kuntrattur joħroġ it- tenders, ikun hemm l-offerti u l-offerti jinfetħu fil-magħluq.", "Dan it-tip ta' aġir ma nafx jekk huwiex tad-daħk jew tal-biki, imma żgur li huwa tat- twerwir.", "Mela filwaqt li s-settur governattiv jgħid li l-offerti għandhom jinfetħu fil-pubbliku, ħalli min ikun tefa' l-offerta jkun jista' jara li l- affarijiet isiru sew, hawnhekk isir kollox fil-magħluq u kollox jiġi audited mill-kuntrattur flimkien ma' membru tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "Minn dawn l-affarijiet li saru wieħed jikkonkludi li dan il- kuntratt sar apposta biex id-direttur tal-kuntratti jitwarrab fil-ġenb u biex ir-regolamenti tal-gvern jiġu bypassed b'sistema li nħolqot mill- fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "Dan it-tip ta' kuntratt qiegħed joħloq abbuż.", "Huwa ovvju li ħadd minn m'hu se jipprova jfittex dejjem l-irħas u l-aħjar.", "Jekk issib wieħed ogħla, il- cost plus tal-kuntrattur se jkun iktar ta' qligħ u għalhekk m'għandu l-ebda interess li jagħmel ċerti kontrolli.", "Fl-aħħar mill-aħħar, min se jkun qiegħed iħallas għal dan il-proġett?", "Se jkun qiegħed iħallas għalih il- poplu Malti.", "L-affarijiet qegħdin isiru kollha fil-magħluq u l-poplu Malti jkollu jaċċettahom u jħallas għalihom.", "Din hija waħdaminn ħafna affarijiet li għaddejjin fl-isptar Tal-Qroqq li se jisplodu l-ispiża 'l fuq.", "Jekk verament irridu nimxu bis-serjeta`, min hu konċernat irid jidħol fid-dettal ta' dawn l-affarijiet.", "Ir-responsabbilita` hija tal-gvern ta' Fenech Adami u jekk ma jwaqqafhomx ikollu jitgħabba bir-responsabbilita` ta' dawn l-affarijiet hu.", "Grazzi Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 17 ta' Lulju 2001 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill- ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "NIGHT TIME DISCOS", "27345.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li hemm postijiet ta' divertiment, bħal discos, li qed jiftħu l-lejl kollu, jista' il-Ministru jgħid liema discos għandhom il-permess jibqgħu miftuħin il-lejl kollu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li m'hawn l-ebda disco li għandu l- permess jibqa` miftuħ il-lejl kollu.", "SKEJJEL INDIPENDENTI – MIŻATI", "27346.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel indipendenti li s-sena li għaddiet informaw lill-ministeru li se jgħollu l-miżata għas-sena skolastika 2001-2002?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 27052.", "EŻAMIJIET TAL-JUNIOR LYCEUM", "27347.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsijiet parlamentari 27064/27207 malli r-rapport imsemmi jkun lest?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "UNIVERSITA' – STAFF AKKADEMIKU", "27348.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27179?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa l-aħħar tas-sena 2006, 19-il membru ta' l-istaff akkademiku ser jirtiraw.", "Biex tilqa' għal dan - u minħabba żieda kbira fin-numru ta' l-istudenti u suġġetti ġodda - l-universita` investiet f'99 membru ta' l-istaff akkademiku billi bagħtithom fuq scholarship.", "Per eżempju, bħalissa hemm 77 membru ta' l-istaff fuq scholarship li minnhom 68 qed jistudjaw għal Ph.D.", "HEALTH AND SAFETY COMMITTEE", "27350.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kif inhu organizzat il-health and safety committee in public places of entertainment taħt il-protezzjoni ċivili?", "X'xogħol għamel minn mindu twaqqaf dan il-kumitat?", "Xi spezzjonijiet saru f'postijiet ta' divertiment fl-aħħar tliet xhur biex jiġi vverifikat humiex konformi mal- liġi u r-regolamenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-bord dwar il-kontroll ta' xogħlijiet tan-nar u esplossivi ġie mwaqqaf riċentament fl-1 ta' Lulju ta' din is-sena u għadu fl-istadju li qed jistabilixxi x'sistemi u proċeduri se jadotta biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu konnessi mal-liġi u r-regolamenti.", "GĦASSARA TAT-TADAM", "27357.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment tal-bdiewa li manifattur partikolari qed iġiegħel lil-bdiewa jħallsu Lm1.75 għal kull kaxxa vojta li jużaw biex jimlew it-tadam fiha?", "X'arranġamenti u x'approvazzjoni kellu mid- dipartiment ta' l-agrikoltura?", "Liema għaqdiet tal-bdiewa ġew ikkonsultati dwar il-każ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hija ħaġa naturali li kulmin jagħmel użu ta' xi oġġett iħalli depożitu fuq l-oġġett sakemm itemm l-użu tiegħu, għalkemm l- ebda bidwi għadu ma ġie jidentifika xi għassar partikolari li qed jitlob Lm1.75 għall-użu ta' kull kaxxa.", "Jekk saru xi konsultazjonijiet bejn l-għassara u xi għaqdiet tal-bdiewa, id- dipartiment ma jkunx jaf bihom.", "QBID ILLEGALI TA' FKIEREN TAL-BAĦAR", "27363.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fuq qbid u pussess ta' fkieren tal-baħar fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mhux disponibbli taħt forma komputerizzata.", "SADD ILLEGALI BL-ISPLUSSIVI", "27364.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fuq sajd bl-użu ta' splussivi fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "ALE – ĦARSIEN TAL-LIĠIJIET AMBJENTALI", "27365.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna fl-iskwadra ta' l-administrative law enforcement tal-pulizija, dwana, dipartiment tal-protezzjoni ta' l-ambjent jew l-armata ngħataw courses fuq il-ħarsien tal-liġijiet ambjentali u l- ħarsien tal-konvenzjoni internazzjonali, taċ-CITES?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena kien hemm għaxar membri tal-korp tal-pulizija stazzjonati fit-taqsima ta' l-administrative law enforcement li ngħataw taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi taċ-CITES.", "Dwar it-taqsimiet l-oħra msemmija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministri konċernati.", "MEMBRI TA' L-ALE", "27366.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il membru hemm fl-ALE section tal-pulizija?", "F'liema grad huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent fit-taqsima ta' l-ALE tal-pulizija hemm stazzjonati spettur, erba' surġenti u 20 kuntistabbli.", "AMBJENT - IMPJEGATI", "27367.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm fid-dipartiment ta' l-ambjent u f'liema kariga huma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ħaddiema tad- dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent huma dawn:", "|Director |1 | |Chief scientific |1 | |officer | | |Engineer |1 | |(mechanical) | | |Senior scientific |1 | |officer | | |Assistant director |1 | |Junior legal |1 | |officer | | |Principal |2 | |environment officer| | |Environment officer| 9 | |Environment |10 | |inspector | | |Principal | 4 | |Assistant principal| 2 | |Executive officer | 8 | |Clerks | 6 | |Senior postman | 3 | |Postperson | 3 | |Messengerial | 1 | |Bld./Trd./Man | 1 | |Senior tradesman | 1 | |Technical officer | 1 | |Industrial (Group 2|10 | |- men) | | |Industrial (Group 2| 2 | |- women) | | |Labourers | 2 | |Health Att.", "Group B| 2 | |Casuals/Typist | 1 | |Art & graphic | 1 | |technician | | |Photographer |1 | |Under contract | 3 | |TOTAL |77 |", "PULIZIJA - CITES", "27368.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il persuna tressqet il-qorti fuq ksur tal- convention on international trading of endangered species?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi b'żieda mat-tagħrif li tajt għall-mistoqsija parlamentari 21656, kien hemm erba' persuni oħra ġejjin mil-Libja u mit-Tuneżija.", "STUDENTI UNIVERSITARJI - WORK PHASE", "27379.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk dawk l-istudenti ta' l-universita' li applikaw għall-work phase fis-sajf hux kollha se jingħatalhom iċ-ċans li jaħdmu mal-gvern jew mal-parastatali?", "Jista' jgħid ukoll jekk in-numru ta' ġranet tax-xogħol hux ser ikun ugwali għal kulħadd?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-bord għall-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti jiffaċilita r-reklutaġġ ta' studenti universitarji li xtaqu jaħdmu fis-sajf ma' dipartimenti, korpi parastatali u kumpanniji privati li offrew esperjenzi ta' xogħol lil dawn l-istudenti.", "Il-bord mhux f'pożizzjoni jiggarantixxi dan ix-xogħol jekk ma jkunx hemm employers li lesti joffruh u jħallsu għalih.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, billi din is-sena kulmin offra opportunita` ta' impjieg lill-istudenti hu marbut li jħallashom hu, il- bord ma setax jimponi kemm ikun twil il-perijodu tax-xogħol.", "Fi kwalunkwe każ, lill-bord ma jirriżultalux li hemm xi ħadd li se jħaddem studenti għal inqas minn erba' ġimgħat.", "Għal kuntrarju, xi dipartimenti, korpi parastatali u anke industriji privati offrew perijodu ta' xogħol itwal minn erba' ġimgħat lill-istudenti.", "PULIZIJA - STUDENT CARDS", "27380.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li meta persuna tagħlaq is-16-il sena trid tapplika għall-ID card, għaliex allura meta pulizija/uffiċjali ma' nightclubs jitolbu identifikazzjoni biex ikunu jafu jekk persuna tkunx għalqet is-16-il sena, ma jitlobux l-ID card ta' l-Istat li hija dik uffiċjali iżda jkunu sodisfatti jekk jintwerew biss ID card ta' l-istudenti maħruġa mill-ISTS?", "Il-kummissarju tal-pulizija hu sodisfatt b'din is-sitwazzjoni u bil-mod li joħorġu dawn l-istudent cards?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 13848.", "EDUKAZZJONI - STUDENT CARD", "27381.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandhiex xi kontroll fuq kif joħorġu international student card lil studenti Maltin?", "Hu sodisfatt kif qed jinħarġu?", "Ma jaħsibx li għandu bżonn ċertu kontroll biex ikun żgurat li kollox qed jinħareġ kif suppost?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: La d-diviżjoni u lanqas il-ministeru qatt ma kellhom x'jaqsmu mas-suġġett imsemmi.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - DONAZZJONI VOLONTARJA", "27382.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27272?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-iskejjel tal-Knisja huma ffinanzjati parti mill- gvern u parti mill-kurja.", "L-istaff fl-iskejjel tal-Knisja (akkademiku u mhux) jipprovdi għalih il-gvern.", "Il-gvern jipprovdi wkoll 10% ta' din l- istess somma għall-ispejjeż ġenerali.", "Il-Knisja tipprovdi l-bini u l- faċilitajiet l-oħra.", "Waqt li d-donazzjoni volontarja hemm skop għaliha biex dawn l-iskejjel iżommu l-istandard li għandhom u jtejbuh, m'hemmx dubju li ħadd m'għandu jiġi sfurzat biex jagħti donazzjoni.", "Informat li meta ġiet ikkuntattjata l-kap ta' l-iskola, waqt li qalet li kienet fakkret lill-ġenituri biex iħallsu d-donazzjoni għax l-iskola jkollha bżonnha, hi stqarret li qatt ma nsultat lil ħadd u ċaħdet li qatt qalet dak id-diskors.", "Qalet ukoll li huma jagħtu rendikont ta' fejn jintefqu l-flus li jidħlu mid-donazzjoni.", "IMPJEGATI FUQ KUNTRATT DEFINIT", "27383.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27197?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija bdiet tinżamm mill-ETC mill-1 ta' Jannar 1999.", "Impjegati li bdew jaħdmu fuq kuntratt definit qabel din id-data mhux identifikati u għalhekk ma teżistix l- informazzjoni kompluta.", "Ħaddiema mpjegati fuq kuntratt definit jistgħu jkunu fis-setturi u l- kategoriji kollha.", "TAL-QROQQ – IKEL GĦALL-PAZJENTI", "27384.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'sistema ser tintuża fl-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq rigward preparazzjoni għall-ikel tal-pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ikel għall-pazjenti ta' l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq ser jiġi ppreparat off-site u ttrasportat lejn l-isptar fejn ser ikun hemm sistemi ta` riġenerazzjoni qabel ma jitqassam lill-pazjent.", "SANTA LUĊIJA – PENSJONI TAT-TEŻOR", "27385.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l- anzjan li l-partikolaritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament, ingħatax l-arretrati kollha tat-teżor kif suppost peress li huwa rċeva biss Lm280?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BUĠIBBA : TRIQ SANT ANTNIN - STABILIMENTI", "27386.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli l-ħwienet ta' Triq Sant Antnin, Buġibba jżommu mar-regolamenti u l-permessi għall-ftuh ta' l- istabilimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija kienet u ser tibqa' tieħu l-passi meħtieġa sabiex ma jkunx hemm abbużi minn sidien ta' stabilimenti.", "Fil-fatt informat ukoll illi matul dawn l-aħħar xhur, kien hemm diversi sidien ta' stabilimenti fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant li tressqu quddiem il-qorti u ġew misjuba ħatja.", "SPTAR IL-ĠDID - AWDITJAR", "27387.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid min huma l-awdituri li qed jawditjaw ix-xogħlijiet li qed isiru fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-cost controllers - u mhux l-awdituri - li qed jivverifikaw ix-xogħlijiet u jiċċertifikaw il-ħlas għax-xogħlijiet li qed isiru fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq huma Horwath CLS Ltd.", "(Malta)/EC Harris (UK).", "SPTAR SAN LUQA - SODOD", "27388.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hemm sodod fl-isptar San Luqa għal kull speċjalista u sub speċjalista?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-sodod fl-isptar San Luqa m'humiex ta' l- ispeċjalisti iżda ta' l-ispeċjalita` jew dipartiment li jkun.", "In-numru ta' sodod f'kull speċjalita` hu kif ġej:", "|Kirurġija |241 | |Mediċina |205 | |Pedjatrija, | 68 | |F/L,D/L | | |ENT | 33 | |Oftalmija | 17 | |CCU | 17 | |Sir Temi | 8 | |Zammit | | |Ortopedija |66 | |Burns | 6 | |Neurosurgery|45 | |Psikjatrija |11 | |Renal |24 | |Kura |18 | |intensiva | | |ANW |26 | |LW |12 + 6 sodod bi | | |ħlas | |PNW |48 + cots | |Gynae |44 + 8 għad-day | | |cases |", "SPTAR TAL-QROQQ - SODOD", "27389.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hemm sodod ippjanati għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, għal kull speċjalista u sub-speċjalista?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Filwaqt li t-tqassim tas-sodod skond l- ispeċjalitajiet ser ikun kif speċifikat fil-medical brief ta' l-isptar il- ġdid, iż-żmien għadu prematur biex wieħed jassenja s-sodod għal kull speċjalita` u sub-speċjalita`.", "SPTAR TAL-QROQQ – MIGRATION PLAN", "27390.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministrtu jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjani tal-gvern kif ser isir il- migration of service mill-isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pjan tal-migration of services għadu qiegħed jiġi mfassal mill-esperti lokali.", "Hemm ħsieb li tintalab għajnuna ta' konsulenti barranin.", "PULIZIJA – ĠLIED TAL-KLIEB", "27392.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm-il darba saret ħidma mill-pulizija biex taqbad lil dawk li jġelldu l-klieb?", "Meta saret din il-ħidma u x'riżultati tat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar u Ġunju ta' din is- sena, minbarra l-patrols li jsiru regolarment, it-taqsima ta' l-ALE tal- pulizija għamlet 19-il spezzjoni f'diversi lokalitajiet dwar abbuż ta' ġlied ta' klieb, liema ħidma rriżultat fin-negattiv.", "Dawn saru kif ġej:", "|Jannar |6 | |Frar |3 | |Marzu |5 | |April |2 | |Mejju |2 | |Ġunju |1 |", "KUNSILLI LOKALI – GWARDJANI", "27402.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-offerti kollha li ġew mitfugħa minn entitajiet kummerċjali jew koperattivi għas-servizz ta' warden lil kull grupp/kumitat ta' konsulenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u bis- setgħa li jagħmlu kuntratti u jidħlu għal transazzjonijiet li jwasslu għall- eżerċizzji u għall-qadi tal-funzjonijiet tagħhom.", "Fil-fatt is-sejħa għall- offerti ħarġet minn kull kumitat konġunt ta' kunsilli lokali u ġiet aġġudikata mill-istess kumitat.", "Id-dettalji ta' kull offerta għas-servizz tal-gwardjani lokali huma dokumenti pubbliċi u aċċessibbli għal kulħadd u jistgħu jinkisbu minn kull kumitat konġunt.", "Madankollu qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' entitajiet li għamlu offerta ma' kull kumitat konġunt tal-kunsilli lokali.", "GĦAXAQ – XOGĦLIJIET FIT-TOROQ", "27403.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni tad-dewmien tax- xogħlijiet li qed isiru f'diversi toroq f'Ħal-Għaxaq bħalissa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li kienu għaddejjin diskussjonijiet mal- korporazzjoni ta' l-ilma dwar il-bżonn li jsir xogħol fuq il-provvista ta' l-ilma qabel it-toroq jingħataw l-asfalt.", "Dawn id-diskussjonijiet tlestew u l-kuntrattur issa jinsab f'pożżizjoni li jkompli bix-xogħol.", "GĦAWDEX – IMPJEGATI MAL-MINISTERU", "27408.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm hu n-numra ta' persuni li direttament jaqgħu taħt il- ministeru tagħha?", "Kemm hemm mas-segretarjat permanenti fil-ministeru?", "Kemm minnhom jitħallsu xi forma ta' allowance?", "Kemm minnhom jitħallsu xi rata ta' overtime?", "Kemm tħallsu overtime u allowances is-sena li għaddiet, u cioe` mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2000 u mill-1 ta' Jannar 2001 sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX – KAROZZI SELF-DRIVE", "27410.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm hemm karozzi u vetturi oħra self-drive mal-ministeru tagħha?", "X'inhi r-rata li kuljum titħallas għal kull vettura self-drive?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li b'kollox hemm 20 karozza u vettura self-drive mikrija mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi.", "L-informazzjoni dwarhom hi kif jidher hawn taħt:", "mad-dipartiment għas-servizzi korporattivi hemm karozza mikrija bir-rata ta' Lm 4.60 kuljum u oħra bir-rata ta' Lm 5.20 kuljum.", "mad-dipartiment tal-customer services hemm karozza bir-rata ta' Lm 3.50 kuljum; oħra bir-rata ta' Lm 3.39 kuljum; oħra bir-rata ta' Lm4.59 kuljum; oħra bir-rata ta' Lm 3.45 kuljum; oħra bir-rata' ta' Lm3.26 kuljum; u oħra bir-rata' ta' Lm3.45 kuljum.", "mad-dipartiment għall-proġetti u żvilupp hemm karozza bir-rata ta' Lm 3.09 kuljum; żewġ trakkijiet bir-rata ta' Lm 7.98 kuljum kull wieħed; trakk bir- rata ta' Lm 7.98 kuljum; karozza bir-rata ta' Lm 3.13 kuljum; karozza bir- rata ta' Lm 3.88 kuljum; żewġ karozzi bir-rata ta' Lm 3.96 kuljum kull wieħed; tliet pick-up trucks bir-rata ta' Lm 3.98 kuljum kull wieħed; pick up truck bir-rata ta' Lm 4.40 kuljum; u karozza bir-rata ta' Lm 2.88 kuljum.", "FGURA : TRIQ MATER BONI CONSILII - ŻBROFF TA' DRENAĠĠ", "27412.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jgħid x'inhi l-problema ta' żbroff tad-drenaġġ li qed joħroġ minn Triq Mater Boni Consilii fil-Fgura?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-iżbroff tad-drenaġġ li ġara fi Triq Mater Boni Consilii, il-Fgura kien minħabba ħsara li żviluppat fil-main li jwassal id-drenaġġ mill-pumping station tal-Marsa għall-impjant ta' purifikazzjoni ta' Sant'Antnin.", "Tqabbad minnufih kuntrattur li bl-għajnuna ta' ħaddiema tad-dipartiment tad- drenaġġ qegħdin jibdlu l-parti mkissra tal-main.", "UNIVERSITA' - STUDENT CARD", "27415.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li tinħareġ il-card għall-istudenti universitarji li ser tingħata minflok iċ-cheque payment tas-soltu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qed isir kull sforz biex fl-ewwel jiem tas-sena akkademika li ġejja l-istudenti jkunu jistgħu jmorru fl-uffiċċju ta' l-istipendju fil-każ ta' l-universita` u l-junior college jew fl- uffiċċju tal-kap ta' l-iskola fil-każi l-oħra u jiġbru l-card.", "ŻURRIEQ : TRIQ MATTEOLO SALIBA - ASFALTAR", "27416.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta ser issir l-aħħar parti ta' Triq Matteolo Saliba, Żurrieq peress illi parti minnha ilha aktar minn 15- il sena bla wiċċ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li biex il-kumplament ta' din it-triq tiġi asfaltata jeħtieġ li ssir esproprjazzjoni u għalhekk tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex dan l-ewwel proċess jinbeda.", "ŻURRIEQ : TRIQ KALANĠ BUGEJA - MANUTENZJONI", "27417.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm illi x- xogħlijiet neċessarji fi Triq Kalanġ Bugeja, Zurrieq jibdew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq hija diġa` asfaltata u teħtieġ manutenzjoni li trid issir mill-kunsill lokali.", "ZURRIEQ : TRIQ KALANĠ BUGEJA - ASFALTAR", "27418.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li Triq Kalanġ Buġeja fiż-Żurrieq tiġi mogħtija wiċċ, issa li ilha aktar minn 18-il sena tistenna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 27417.", "ZURRIEQ : TRIQ IT-TIN – XOGĦLIJIET", "27419.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lid-dipartiment milli jwaqqa' ħajt tas-sejjieħ li hemm f'nofs Triq il-Tin, Zurrieq sabiex din tinfetah għal fuq Triq Santa Marija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fadal xi proċeduri ta' esproprjazzjoni li jridu jsiru fl-inħawi qabel ikun jista' isir ix-xogħol."]} {"filename": "20000502_285d_par.doc", "date": "2000-05-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 285 It-Tlieta, 2 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 285", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "285", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 155", "KUNSENS GĦAL ATTI 155", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 155", "TQEGĦID TA' KARTI 161", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR AWTORITA` DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU (IT-TIENI QARI) PUBLIC TRANSPORT AUTHORITY (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 162", "AĠĠORNAMENT 180", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 185", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 284 li saret fit-12 ta' April, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XII ta' l-2000 - Att ta' l-2000 li jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport; u", "Att Nru XIII ta' l-2000 - Att ta' l-2000 dwar it-Drittijiet ta' l- Awtur.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "FINANZI - RIĊEVIMENTI", "13761.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996, sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari nru.", "13064.", "AFFARIJIET BARRANIN - RIĊEVIMENTI", "13762.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartiment, korporazzjonijet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u l-1996, sena b'sena?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Diġa` kelli l- okkażjoni ngħid li sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab din l- informazzjoni, ma narax għalfejn għandha tinġabar.", "OPM - RIĊEVIMENTI", "13763.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartmenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u 1996, sena b'sena?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, ir-risposta tiegħi hija simili bħal fil-każ tar-risposti l-oħra, u ċioe` li diġa` kelli l- okkażjoni ngħid li sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab din l- informazzjoni, ma narax għalfejn għandha tinġabar.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jekk m'iniex sejjer żball, fi żmien l- amministrazzjoni Laburista preċedenti l-awditur kien intalab jivverifika kemm intnefqu flus f'ospitalita` u affarijiet bħal dawn.", "Allura ladarba l- Prim Ministru kien qabel ma' din il-proposta, ma jidhirlux li issa għandu jagħti din l-informazzjoni wkoll?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma fhimtx preċiż id-domanda, pero` jekk l- Onor. Interpellant qed jistaqsini dwar kif mexa l-gvern ta' qabel, ngħidlu li allura din id-domanda mhux jien għandi nirrispondiha imma għandu jirrispondiha min kien prim ministru dakinhar!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-poplu kollu jaf kif mexa gvern Laburista.", "Il-poplu jaf li l-gvern Laburista qal il-verita` kollha dwar l- inkwiet li kien sab ma' wiċċu.", "Kien il-Partit Nazzjonalista li ma qalx il- verita` meta qabel l-aħħar elezzjoni qal li se jagħmel ħafna affarijiet imbagħad wara li tela' fil-gvern għamel kollox bil-maqlub!", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jiddispjaċini pero` ma fhimtx id- domanda.", "Jekk jispjegali forsi nkun nista' nirrispondih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, naħseb li l-Prim Ministru fehem sewwa d- domanda li għamilt jien imma ma jridx jirrispondiha.", "Li nixtieq inkun naf jien huwa jekk dak kollu li qal qabel l-elezzjoni kienx veru jew le, għaliex ħafna affarijiet li kien qal li se jagħmel qabel l-elezzjoni ma wettaqhomx u affarijiet oħra li ma semmiex għamilhom.", "MR.", "SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, ma nafx dan x'għandu x'jaqsam mad- domanda oriġinali li kienet titkellem dwar riċevimenti li saru bejn l-1987 u l-1996.", "Lill-Onor.", "Interpellant ngħidlu li meta jkun il-mument, jiġifieri erba' snin oħra neqsin xahrejn, nissottometti l-aġir tiegħi għall- ġudizzju tal-poplu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Prim Ministru jekk japprezzax li taħt l-amministrazzjoni Laburista kienu saru madwar 24 mistoqsija simili li as a matter of policy kienu kollha ġew imwieġba mill- amministrazzjoni ta' dakinhar.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena responsabbli għal din l-amministrazzjoni u diġa` għedt li m'iniex dispost naħli dak iż-żmien kollu biex tinġabar din l-informazzjoni, sakemm almenu ma jkollix indikazzjoni li l-informazzjoni għandha xi skop għalfejn qiegħda tinġabar.", "X'għamel prim ministru ieħor u ministri oħra m'hijiex responsabbilta` tiegħi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela allura l-iskop ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien li jaħli l-ħin tal-gvern Laburista!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk l-Onor.", "Membru jidhirlu hekk ngħidlu li allura bħala ministru naqas mid-dmir tiegħu meta qagħad jirrispondi dawk id- domandi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien kont irrispondejt għal dawk id-domandi għaliex deherli li f'ġieh it-trasparenza l-poplu kellu jkun jaf dik l- informazzjoni.", "Jikkonferma l-Prim Ministru allura li huwa gvern Nazzjonalista li jaħseb li m'għandux ikun trasparenti u jagħti l- informazzjoni mitluba lill-poplu?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, ħalli nerġa' naqra d-domanda oriġinali biex kulmin qed jisma' jkun jaf fiex tikkonsisti.", "Din tgħid hekk:", "\"Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill- ministeri, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996, sena b'sena?\"", "L-ewwelnett huwa evidenti li l-ministeru m'għadux l-istess.", "Jiena ma nifhimx x'inhu l-iskop ta' din id-domanda u t-trasparenza m'għandha x'taqsam xejn.", "Jekk kien hemm xi diffikultajiet dwar l-accounts ta' dak iż- żmien setgħu tqajmu matul is-sentejn li għaddew - jistgħu jitqajmu anke issa mill-awditur fil-public accounts committee jew fejn hemm bżonn - imma ma naħsibx li hija serjeta` noqogħdu naħlu ż-żmien biex naraw kemm inxtraw pastizzi u prodotti oħra simili f'riċevimenti li saru minn dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi għal disa' snin sħaħ, sena b'sena!", "Jekk l-Onor.", "Membru jsemmi raġuni għalfejn din l-informazzjoni għandha tinġabar - jista' jkun li sar xi ħaġa x'imkien - nassigurah li ninvestiga u nitlob l-informazzjoni meħtieġa, imma l-bqija naħseb li domanda ġenerika bħal din ma tagħmel l-ebda sens u m'għandhiex issir f'dan il-parlament.", "SAĦĦA - RIĊEVIMENTI", "13764.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u 1996, sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, diġa` kelli l- okkażjoni nirrispondi li sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab din l-informazzjoni, ma nara l-ebda skop li għandha tinġabar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, jidhirli li għandu jkun hemm ftit aktar serjeta` fir-risposti li ningħataw għad-domandi li jsiru f'dan il- parlament.", "L-aħħar darba tlabt informazzjoni dwar l-ammont ta' flus li għandhom jieħdu f'arretrati l-ħaddiema f'diversi oqsma f'Għawdex, u fir- risposta li ngħatajt bil-miktub intqal li l-ħaddiema tal-public works biss għandhom jieħdu l-arretrati.", "Issa jirriżulta li hemm numru ta' ħaddiema fl- Enemalta u fl-isptar li wkoll għandhom arretrati x'jieħdu.", "Jien jidhirli li l-mod li bih qed niġu ttrattati xejn m'hu serju u għalhekk nitlob li jittieħdu passi biex l-affarijiet ma jkomplux sejrin b'dan il-mod, għaliex dan lanqas jirrifletti tajjeb fuq min jagħti dawn it-tip ta' risposti.", "GĦAWDEX - RIĊEVIMENTI", "13765.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartiment, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, bejn l-1987 u 1996, sena b'sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn din l-informazzjoni qed tintalab ma nara l-ebda skop li għandha tinġabar.", "REVENUE - 1999", "13899.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi ċ-ċifra għas-sena 1999 dwar ġbir ta' provisional capital gains tax u ġbir ta' taxxa dwar dokumenti u trasferimenti skond l-Att XVII ta' l-1993?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, din id-domanda m'hijiex dwar riċevimenti u se nweġibha għaliex tagħmel sens.", "(Interruzzjonijiet) Għandek xi dubju li dawn huma ċ-ċifri li għandu d-dipartiment?", "Hekk kont tagħmel int, tbagħbas fil-files u fl-informazzjoni?", "(Interruzzjonijiet) Fejn marru l- files tal-pulizija li int kont tiċċekkja kontra l-liġi?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok wieġeb għad-domanda u indirizza lis- Sedja.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ċ-ċifra għas-sena 1999 ta' ġbir ta' capital gains tax hi ta' Lm6,334,973.", "Dik tat-taxxa dwar dokumenti u trasferimenti skond l-Att XVII ta' l-1993 hi ta' Lm15,851,054.", "SKEJJEL - KOTTONERA", "15445.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "14372, fejn il-Ministru semma \"miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva li jiffavorixxu aktar lil dawn it-tfal tal- Kottonera\", jista' jgħid matul din is-sena skolastika x'miżuri konkreti ttieħdu ta' din ix-xorta?", "X'miżuri ta' din ix-xorta qed jiġu ppjanati għas- sena skolastika d-dieħla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li minbarra għajnuna li ngħatat mis-servizz mogħti mill-peripatetic teachers, beda wkoll jitħejja literacy programme li se jiġi mwettaq, fost skejjel oħra, f'dawk ta' Bormla, l-Isla u l-Birgu.", "Dan il-programm ikun imfassal fuq il- bżonnijiet ta' l-iskola partikolari, hekk kif ġew identifikati fil-baseline assessment li sar f'Mejju 1999.", "Il-programm jinħadem b'kollaborazzjoni mill-qrib ħafna ma' l-għalliema u jkun iggwidat mil-literacy unit ta' l-universita` u mill-complementary education unit tad-dipartiment tal-kurrikulu.", "Informat ukoll li l-programm se jibda jkun implimentat minn Settembru 2000.", "PA - STRUTTURI ILLEGALI", "15446.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi inforzata d- deċiżjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar biex mill-Pescatore, f'San Pawl il- Baħar, jitneħħew l-istrutturi illegali, ħġieġ u aperturi ta' l-aluminium li jservu ta' sound-proofing?", "Jista' jgħid x'qed iżomm lill-awtorita` milli tesegwixxi d-deċiżjoni tagħha?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Filwaqt li nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari 12263 u 12264, ninsab informat li l-awtorita` ta` l-ippjanar qed tikkonsidra dan il-każ ma' ħafna oħrajn li hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidli ġiex informat dwar kamra fi hemm fit-triq int u sejjer lejn il-wied fis-Siġġiewi, li l- permess għaliha mhux suppost li nħareġ?", "Il-Ministru ġie informat dwar dan il-każ?", "Jekk iva, x'informazzjoni ngħatatlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel id- domanda bil-miktub inkun nista' nindaga u nagħtih risposta.", "Irid japprezza li fil-memorja tiegħi ma nistax nikkontjeni l-każi kollha li jsiru għax lanqas dawk li naqra dwarhom ma niftakarhom kollha, aħseb u ara dawk li ma nkunx qrajt dwarhom!", "Bl-abbozz ta' liġi li ġie approvat diġa' mill-kabinett - dalwaqt nippubblikawh fil-gazzetta tal-gvern - se nsaħħu l-liġi dwar l-awtorita` ta' l-ippjanar f'dak li huwa enforcement, partikolarment minħabba li jeżistu diversi proċeduri li jtawlu ż-żmien.", "Qed ikollna ħafna staġnar fil- progress biex jiġu esegwiti dawn l-enforcement notices, anke minħabba li jsir appell minnhom u fl-istess ħin issir ukoll applikazzjoni għall- iżvilupp, bil-konsegwenza li l-ewwel irid jinqata' l-ewwel appell mill- enforcement notice imbagħad tiġi pproċessata l-applikazzjoni nnifisha u anke l-appell minn dik l-applikazzjoni.", "Fl-emendi li sejrin nipproponu qed ngħidu li ma tistax tagħmel iż-żewġ affarijiet f'salt, jiġifieri malli tapplika tkun qed tgħid li l-enforcement notice allura ħareġ sew u jista' jiġi esegwit minkejja li inti tkun applikajt għal sanzjoni ta' dak l- iżvilupp.", "Ċertament li ma jagħmilx sens li inti tappella minn enforcement notice u fl-istess ħin tapplika għall-permess fuq dik il-ħaġa li dwarha nħarġet l-enforcement notice.", "Il-fatt li inti qed tapplika għaliha qed tammetti li m'għandekx permess.", "Dan se nipprojbixxuh bil-liġi biex ma jkunux jistgħu jsiru ż-żewġ affarijiet f'salt u allura anke waqt l- ipproċessar ta' l-applikazzjoni tkun tista' tiġi esegwita l-enforcement notice.", "L-Onor.", "Interpellant, membru ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, irid japprezza wkoll li jkun hemm diversi notices ta' enforcement u ma jistax ikun li jiġi tackled kollox f'salt.", "Jien nemmen li f'dawn l-aħħar sena u nofs sar progress f'dak li huwa nfurzar fiċ-ċirkostanzi kollha li tinsab fihom l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jikkonferma l-Ministru li l-awtorita` ta' l-ippjanar, minbarra li tara l-kwestjoni from a planning point of view, għandha r- responsabbilta` li taraha wkoll milll-aspett ambjentali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "TONIO BORG: Wieħed mill-vantaġġi li għandha l-awtorita` ta' l- ippjanar, għalkemm dan mhux dejjem jiġi apprezzat, huwa li fil-pajjiż m'għadx għandna liġi li tirregola biss il-permessi - għalkemm f'moħħ ħafna nies l-awtorita` ta' l-ippjanar hekk tfisser u allura tiġi kkritikata jew minn dawk li jridu li joħroġ permess u l-permess ma' joħroġx, jew inkella meta joħroġ permess minn dawk li xtaqu li l-permess ma jinħariġx - u xogħol awtorita' ta' l-ippjanar, isimha magħha, hu li tippjana wkoll u fost pjani oħra hemm dak għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "Jien nemmen li minn mindu daħlet il-liġi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, bid-difetti kollha li għandha li kull amministrazzjoni tipprova ssolvi, daħlet aktar dixxiplina fil-pajjiż għar-rigward ta' bini illegali u issa bl- abbozz ta' liġi li se nippreżentaw se nsaħħu l-enforcement tagħha.", "L- enforcement ma jikkonsistix biss fi twaqqiegħ imma hemm mezzi oħrajn kif tista' tenforza; hemm il-kwestjoni tad-dawl u l-ilma u l-kwestjoni tal- projbizzjoni tat-trasferiment tal-bini.", "Illum niltaqgħu mad-diffikulta` - kienet diġa' teżisti qabel ma sirt ministru jien responsabbli mill- awtorita` ta' l-ippjanar - fejn ikollok proprjeta` li dwarha l-awtorita` tkun tixtieq toħroġ inġunzjoni biex ma tkunx tista' tinbiegħ.", "Illum dan il- poter diġa` jeżisti pero` huwa mxekkel mill-fatt li skond il-liġi tar- reġistru pubbliku, biex inti toħroġ ordni ta' inibizzjoni biex ma jsirx trasferiment ta' bini llegali, trid tkun taf l-irjiħat u d-dettalji tal- persuna u affarijiet oħra bħal dawn.", "Minħabba f'hekk f'seba' snin ħarġu biss żewġ inibizzjonijiet ta' dan it-tip.", "Dan huwa poter qawwi ħafna u m'għandux jiġi abbużat, jiġifieri altru wieħed jagħmel canopy mal-bieb u altru jibni barra l-iskema.", "Nisperaw li bl-abbozz ta' liġi li se nippreżentaw, se niffaċilitaw l-użu ta' dan il-poter billi ssir reġistrazzjoni ta' l-art tal-bini llegali fir- reġistru ta' l-artijiet u tiġi rreġistrata dak li jgħidulu caution taħt il- liġi tar-reġistru ta' l-artijiet, biex b'hekk wieħed ikun jista' jinibixxi lil min għamel l-iżvilupp illegali milli jbigħ dik il-proprjeta` b'ħafna aktar faċilita` milli tista' ssir illum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'mistoqsijiet li kont għamilt lill-Ministru dwar scrapyards illegali li hemm f'Tal-Barrani, huwa kien ikkonferma li dawn verament jeżistu pero` qal li hemm xi proċeduri għaddejjin fil-qrati.", "Safejn naf jien, kif inhi l-liġi llum tippermetti lill-awtorita` ta' l- ippjanar tieħu passi biex din l-illegalita` tieqaf.", "Peress li l-proċeduri fil-qrati jieħdu fit-tul, jaħseb il-Ministru li għandhom jittieħdu passi immedjati biex sadanittant din l-iscrapyard ma tibqax tintuża?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nixtieq li kieku l-affarijiet kienu daqshekk sempliċi pero` nassigura lill-Onor.", "Interpellent li se nippruvaw nagħmluhom kemm jista' jkun sempliċi.", "F'dawn l-affarijiet jqumu wkoll kwestjonijiet ta' interpretazzjoni u allura lil dak li jkun trid tippermettilu ċerti garanziji.", "Il-fatt li persuna ma jkollux permess li jiġġestixxi xi negozju jagħti lok għal żewġ azzjonijiet; jagħti lok għal azzjoni mill-awtorita` ta' l-ippjanar u jagħti lok ukoll għal azzjoni mill- pulizija għaliex skond il-liġi, biex wieħed jiġġestixxi negozju, trade or profession, għandu bżonn il-permess tal-pulizija.", "Jiġifieri jekk tkun qed issir xi ħaġa b'mod illegali hemm il-possibilita` wkoll li tittieħed azzjoni bil-pulizija.", "Pero` taħt il-liġi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar hemm sistema ta' appelli li sfortunatament ġiet abbużata.", "U ġiet abbużata minn diversi nies li jemmnu li anke fejn m'għandekx raġuni għal appell, il- fatt li tappella jissosspendi l-esekuzzjoni ta' l-enforcement notice.", "Li qed nippruvaw nagħmlu huwa li l-ewwel appell ikun mogħti b'garanzija lil kulħadd.", "Għaliex irridu ngħidu li jeżisti appell quddiem il-bord ta' l- appell li huwa indipendenti mill-awtorita` ta' l-ippjanar - aħna xorta waħda nsejħulu bord ta' l-appell ta' l-awtorita` - pero` imbagħad jeżisti wkoll dritt ta' appell quddiem qorti ta' appell fuq punt ta' liġi biss.", "Li se jsir huwa li l-imħallef ikun jista', mingħajr ma jisma' l-każ seduta stante imma jkollu l-argumenti bil-miktub taż-żewġ naħat ....", "Jekk jara li huwa ovvju li mhux punt ta' liġi jiċħad l-appell in camera, fis-sens li ma jkunx hemm għalfejn isejjaħ il-kawża, jappunta l-kawża u jisma' l-avukati; imma meta jara t-teżi ta' l-appellant u t-teżi ta' l-awtorita` u jara li m'hemmx punt ta' liġi, ikun jista' jiċħdu ħalli dan l-abbuż tad-dritt ta' l- appell jinqata'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 67 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-ħruġ u validita` ta' karti ta' l-identita`; u", "Rapport annwali ta' l-awtorita` tax-xandir għas-sena 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali ta' l-uffiċċju ta' l-ombudsman għas-sena 1999;", "Avviż Legali Nru 65 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar it- twaħħil ta' sinjali tas-saħħa u tas-sigurta` fuq postijiet tax-xogħol; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "15770.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti assenti mill-Iskola Erin Serracino Inglott, Bormla, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 15617.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 66 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar informazzjoni għal klassifika obbligatorja qabel id-dħul f'Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' liċenza għal servizz bl-ajru mogħtija lill-European flight academy, skond paragrafu 7 ta' l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili;", "Żewġ pjanti li juru t-toroq arterjali u distributorji f'Malta u Għawdex li l-manutenzjoni tagħhom hija responsabbilta` tad-dipartiment tat-toroq, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 15636; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "K.L.B.L. Nru 35/4/2000 – bye-laws ta' l-2000 dwar reklami fuq għamara tat-toroq (Marsascala);", "K.L.B.L. Nru 67/5/2000 - bye-laws ta' l-2000 dwar skips u bins-on- wheels (Zurrieq);", "K.L.B.L. Nru 6/6/2000 – bye-laws ta' l-2000 dwar l-organizzazzjoni ta' korsijiet (Qormi);", "K.L.B.L. Nru 6/7/2000 – bye-laws ta' l-2000 dwar reklami fuq għamara tat-toroq (Qormi);", "Memorandum u rapport dwar l-effiċjenza milħuqa mill-kunsilli lokali għall-perijodu bejn Settembru 1999 u Jannar 2000;", "Lista tas-sindki u l-viċi sindki f'kull lokalita`, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 15652.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 70 ta' l-2000 - ordni ta' l-2000 li jemenda l-ordni dwar il-klassijiet ta' użu fl-ippjanar ta' l-iżvilupp.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR AWTORITA` DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU", "PUBLIC TRANSPORT AUTHORITY (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku\" - Kap. 332.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, illum għandna quddiemna għad-diskussjoni l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku, proprju bil-għan li din l-awtorita` tingħata poter iktar wiesa', billi tibda tkun responsabbli minn setturi li b'xi mod jew ieħor huma marbuta mal- qasam tat-trasport imma li sal-lum għadhom regolati minn dipartimenti u minn entitajiet oħra.", "Wieħed jista' jgħid li l-għan prinċipali ta' dan l- abbozz ta' liġi hu li minbarra li l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku tkun responsabbli mit-trasport pubbliku u minn dak privat, tibda tkun responsabbli wkoll mill-kostruzzjoni tat-toroq u mill-amministrazzjoni tagħhom.", "Ta' min jgħid ukoll li dan l-abbozz ta' liġi qed jemenda madwar disa' liġijiet, bil-għan li kull fejn hemm riferenza għal xi body ieħor minbarra l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku li sal-lum għadu b'xi mod jew ieħor jirregola xi qasam tat-trasport, tibda ssir riferenza għal din l-awtorita` l-ġdida.", "Wara kollox jien naħseb li kull wieħed u waħda minna nagħrfu l- ħtieġa li d-diversi funzjonijiet li huma marbuta ma' l-amministrazzjoni tat- traffiku jitpoġġew taħt l-istess kappa, jekk xejn biex inkunu ċerti li dak li jkun qed isir u dak li jkun qed jiġi amministrat għal dan il-qasam ikun iktar lineari.", "Naturalment ġaladarba dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi mill- parlament u l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku tibda tmexxi anke dawk is- servizzi li sal-lum għadhom jitmexxew minn entitajiet oħra, nistennew li naraw il-qasam tat-trasport jieħu spinta 'l quddiem.", "Jien nemmen bis-sħiħ li hekk kif jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi se nibdew naraw ħafna iktar riżultati pożittivi għax, kif għedt diġa', issa din l-awtorita` mhux se tibqa' tkun responsabbli biss mit-trasport pubbliku imma wkoll mit-toroq, mis-sistema tal-liċenzjar, mill-ittestjar tas-sewqan u mill-immaniġġjar tat- traffiku.", "Dawn l-erba' direttorati se jkunu taħt il-kappa t'awtorita` waħda u dan waħdu għandu jgħin biex jiġi evitat li jsir xogħol dupplikat, xi kultant b'deċiżjonijiet konfliġġenti.", "Irridu nammettu li llum il- mezzi tat-trasport saru parti importanti ħafna minn ħajjitna u għalhekk jekk jirnexxielna ntejbu dawn il-mezzi, ċertament li nkunu qed intejbu l- livell ta' l-għajxien tagħna, Sur President.", "Waħda mir-raġunijiet li għalihom se titwaqqaf din l-awtorita` hija biex nevitaw il-ħtieġa li wieħed ikollu joqgħod idur minn dipartiment għall- ieħor biex jinqeda.", "Vantaġġ ieħor li se jkun hemm bit-twaqqif ta' din l- awtorita` huwa li issa t-toroq se tibda tkun responsabbli għalihom entita` waħda u b'hekk mhux se jibqgħu jinqalgħu iktar diffikultajiet fuq, per eżempju, min hu responsabbli mis-central strips, min hu responsabbli mill- istil ambjentali, min hu responsabbli mill-arbli tad-dawl u diversi diffikultajiet oħra bħal dawn.", "Min-naħa tiegħi nista' ngħid ukoll li matul is-sena u tmien xhur li ili responsabbli minn dan il-qasam għamilt minn kollox biex forsi fl-aħħar nibdlu l-mod ta' kif nibnu t-toroq u ma nibqgħux bis-sistema mdorrijin biha.", "Hemm bżonn li mhux biss il-perit li jkun inkarigat mill-kostruzzjoni tat-triq imma anke l-kuntrattur u dawk l- entitajiet kollha li jkunu involuti fix-xogħol, jassiguraw rwieħhom li t- triq ma jkollhiex għalfejn terġa' tinqala' hekk kif tkun tlestiet u bdiet tintuża.", "Hija verament ħasra li hekk kif triq tkun tlestiet ikollha terġa' tinqala' għal darba, tnejn, tlieta, bil-konsegwenza li kull darba jkollu jsir l-istess xogħol, biex ma nsemmux ukoll l-ispejjeż li jintnefqu bla bżonn.", "Jien naħseb li ħafna minna semgħu li matul is-sena li għaddiet kellna diversi każi fejn kuntratturi m'għamlux xogħolhom kif kien mistenni u kellhom jerġgħu jagħmluh mill-ġdid a spejjeż tagħhom.", "Madanakollu dan m'hux biżżejjed u wieħed irid jippjana iktar fit-tul sabiex nassiguraw irwieħna li triq li tkun għadha kif tlestiet ma' terġax tinqala'.", "B'hekk biss jiġu evitati ħafna inkonvenjenzi, speċjament meta t-triq tkun waħda residenzjali.", "Kif għedt diġa', fejn sal-lum is-central strips, ir- roundabouts, it-traffic islands, il-mogħdiji, is-sistemi tad-drenaġġ u s- servizzi li jgħaddu minn taħt il-wiċċ tat-triq kienu jaqgħu taħt ir- responsabbilta` ta' entitajiet differenti, issa dawn se jibdew jaqgħu kollha taħt ir-responsabbilta` ta' l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku.", "Dan ifisser li se jiġu evitati diversi diffikultajiet li sal-lum għadna niltaqgħu magħhom kuljum, fosthom li hekk kif triq tkun għadha kif tlestiet jiġu l-ħaddiema ta' xi korporazzjoni partikolari u jerġgħu jaqilgħuha, u dan peress li qabel ma t-triq tkun ingħatat it-tarmac, dik il- korporazzjoni ma tkunx avżat lid-dipartiment tat-toroq li hemmhekk għad trid tagħmel ix-xogħol.", "Mr Speaker, jista' jkun li matul dan id-dibattitu jkun hemm min jagħmel riferenza għall-co-ordinating unit li kien waqqaf il-gvern Laburista u anke jikkritika lilna għax dan il-unit żarmajnieh.", "Forsi għal xi wħud dan il- unit kien qed jaħdem b'mod perfett.", "(Interruzzjonijiet) Veru li fiha nnifisha l-idea konċettwalment ma kenitx ħażina, imma nafu bid- diffikultajiet li jinqalgħu meta ngħaddu mit-teorija għall-prattika.", "Għalhekk qegħdin inwaqqfu din l-awtorita' l-ġdida, ħalli nassiguraw li jkun hemm iktar prattika milli teorija u jkollna kordinament sħiħ minn meta triq tkun għadha kif bdiet tinbena sakemm titlesta.", "Hawnhekk irrid nirrimarka wkoll li għalkemm aħna qed ngħidu li l-amministrazzjoni tat-toroq se tkun responsabbilta` ta' l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku, l-informazzjoni fuq ix-xogħol li jkun qed isir fit-toroq se tkun aċċessibbli għal dawk kollha interessati.", "Ma nistax ma nappellax għal darb'oħra biex dawk l- entitajiet li b'xi mod jew ieħor għandhom x'jaqsmu mat-toroq jikkoperaw ma' l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku, u dan fost affarijiet oħrajn billi jippjanaw ix-xogħol li jkunu se jagħmlu minn xhur qabel u ma ngħidx minn snin qabel għax forsi nkun qed nippretendi żżejjed!", "L-awtorita` dwar it-trasport pubbliku se tistabilixxi kodiċi dwar l- istandards u l-ispecifications tat-toroq, ħalli b'hekk jiġi assigurat li t- toroq jinbnew skond il-liġi u skond il-ħteġijiet li jkun jirrikjedi s-sit.", "Sfortunatament sal-lum ma tantx kienet qed tingħata importanza fuq jekk triq tkunx qed tinbena fuq il-blat jew inkella fuq it-tafal, u dan meta f'dawn iċ-ċirkostanzi l-metodu ta' kostruzzjoni jrid ikun differenti.", "Dan m'hu xejn għajr nuqqas ta' ħsieb jew inkella ppjanar ħażin, liema nuqqas ta' ħsieb u ppjanar ħażin jikkawża ħafna lmenti ġustifikati.", "Hija xi ħaġa ovvja li jekk kemm-il darba nagħrfu nieħdu l-miżuri neċessarji biex ix- xogħol involut ikun ta' ċertu livell, ma jibqax ikun hemm dawn l-ilmenti u b'hekk it-toroq iservu wisq iktar milli qed iservu sal-lum.", "M'għandniex xi ngħidu li l-kodiċi dwar l-istandards u l-ispecifications tat-toroq li se jkollha l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku għandu jkun implimentat bl- iktar mod serju wkoll.", "Irridu anke nenfasizzaw il-ħtieġa li tinbidel il- mentalita` tal-kuntratturi u tal-korporazzjonijiet pubbliċi, ħalli b'hekk din l-awtorita` ma jkollhiex għalfejn toqgħod tiġri warajhom meta dawn ikunu jridu jagħmlu xi xogħol fi triq li tkun għadha qed issir.", "Huwa importanti li l-istandards u l-ispecifications ma jibqgħux biss fuq il- karta imma għall-kuntrarju ngħaddu għal iktar fatti, għax fl-aħħar mill- aħħar huwa l-poplu li qed iħallas għall-kostruzzjoni tat-toroq u n-nies tippretendi li almenu tibbenefika u tkun sodisfatta b'dak kollu li jkun qed isir f'dan ir-rigward.", "Punt li ma tantx jissemma u li jkun tajjeb jekk nenfasizzawh huwa dak li jrid jiġi assigurat li meta triq titlesta din tkun tilħaq anke l-istandards li għandhom x'jaqsmu ma' sigurta`, u hawn qed nirriferi b'mod partikolari għas-sinjali tat-traffiku.", "Għalkemm dak li għandu x'jaqsam ma' sigurta` fit-toroq ilu miktub fuq il-karta għal snin twal, nistgħu ngħidu li għad fadal ħafna xogħol x'isir anke f'dan ir- rigward.", "Mr Speaker, punt ieħor li rrid nagħmel huwa li hemm bżonn illi fil-każ ta' ħsarat jibda jidħol responsabbli għalihom min ikun inkarigat mill- kostruzzjoni ta' dik it-triq partikolari, ħalli b'hekk jiġi assigurat li x- xogħlijiet li jsiru fit-toroq, speċjalment il-mod kif is-servizzi jiġu mgħoddija minn taħt il-wiċċ tat-triq, isiru bl-iktar mod tajjeb u serju.", "Bħalma jafu ħafna minna, illum bil-mod il-mod hawn Malta qed tiddaħħal is- sistema li s-servizzi jibdew jiġu mgħoddija mal-ġenb tat-triq, ħalli b'hekk jekk jirriżultaw xi ħsarat ma jkollhiex għalfejn tinqala' t-triq kollha.", "Trid tinqata' wkoll il-mentalita` li kulmin irid jista' jaqbad u jħaffer trinka fit-triq biex jgħaddi s-servizzi li jkollu bżonn.", "Sinċerament nemmen li hekk kif titwaqqaf l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku, dak li diġa' beda jiġi implimentat mid-dipartiment tat-toroq jibda jsir b'pass iktar mgħaġġel.", "Forsi ġieli kien hemm min staqsa dwar meta l-ħolma li s-servizzi tat-toroq kollha jkunu mgħoddija mill-ġenb tat- triq se ssir realta`.", "Ir-risposta tiegħi għal din id-domanda hi li jekk ma nibdewx żgur li din il-ħolma qatt m'hi se ssir realta` u għalhekk huwa importanti li kulmin hu involut fil-kostruzzjoni tat-toroq jikkopera kemm jista' jkun sabiex dan iseħħ.", "Anke dawk it-toroq li għal xi raġuni jew oħra jkollhom jiġu reconstructed, is-servizzi tagħhom għandhom jibdew jiġu mgħoddija minn taħt il-ġnub tat-triq.", "Għal darb'oħra hawnhekk se nerġa' nsemmi t-triq ta' l-Imtarfa, fejn wara ħafna insistenza min-naħa ta' l-awtorita` tad-djar is-servizzi ġew mgħoddija mill-ġnub tagħha.", "Fil-fatt nista' ngħid li sal-lum din it-triq tinsab f'qagħda ferm aħjar milli jinsabu toroq oħra li saru fl-istess perijodu, għax ovvjament ma kellhiex għalfejn tinqala' meta ġew ikkawżati xi ħsarat.", "Jien nawgura li l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku u l- entitajiet l-oħra konċernati jieħdu t-triq ta' l-Imtarfa bħala mudell ta' kif għandhom jiġu mgħoddija s-servizzi fit-toroq.", "Fil-fatt ta' min jgħid li diversi kunsilli lokali diġa' wrew ix-xewqa li jgħaddu s-servizzi mill- ġnub tat-toroq ta' l-ibliet u l-irħula tagħhom u b'hekk jassiguraw irwieħhom li t-toroq ma jkollhomx għalfejn jinqalgħu meta jiżviluppaw xi ħsarat.", "Ovvjament min-naħa l-oħra lanqas nistgħu noqogħdu nilludu ruħna li b'dan il-mod it-toroq se jibqgħu kif kienu saru għal dejjem u li l-wiċċ tagħhom m'hu se jkun hemm bżonn jinqala' qatt.", "Jien naħseb li mkien fid- dinja m'hemm xi triq li l-wiċċ tagħha ma' jinqala' qatt, hu x'inhu d-daqs u hi x'inhi l-importanza tagħha.", "Per eżempju, diffikulta` li niltaqgħu magħha kontinwament hi li jkun hemm okkażjonijiet fejn ix-xogħol mhux dejjem isir minn kuntratturi preparati, bil-konsegwenza li l-prodott finali mhux dejjem ikun ta' livell aċċettabbli.", "Aħna kemm-il darba ġbidna l-attenzjoni tal-kuntratturi biex jagħmlu x-xogħol tagħhom bl-iktar mod għaqli u responsabbli, imma madanakollu għad fadal numru ta' kuntratturi li għalkemm jippretendu li huma kapaċi jagħmlu x-xogħol, fil-verita' m'humiex preparati u mħarrġa biżżejjed biex jagħmlu dan.", "Bħalma għedt diversi drabi f'dan il-parlament, jeħtieġ li l-kuntratturi jifhmu li jekk kemm-il darba jħossu li m'humiex preparati u kapaċi biex jagħmlu x-xogħol li jkunu tqabbdu jagħmlu, ikun aħjar għal kulħadd li ma jindaħlux biex jissottomettu applikazzjoni għal dan it-tip ta' xogħol.", "Mr Speaker, kif jaf kulħadd, mhumiex biss il-korporazzjonijiet pubbliċi u l-entitajiet l-oħra li jaqilgħu t-toroq imma anke r-residenti stess.", "Ta' min jgħid ukoll li minkejja li suppost illi kulmin ikun se jaqla' xi parti tat-triq huwa obbligat li javża lid-dipartiment konċernat b'dak li jkun se jagħmel, mhux darba jew tnejn li dak li jkun jaqbad u jagħmel ix-xogħol bla ma javża lil ħadd, bil-konsegwenza li ġieli d-dipartiment tat-toroq lanqas ikun jaf min qala' t-triq u għal liema raġuni jkun għamel dan.", "Jeħtieġ li bit-twaqqif ta' din l-awtorita` li qed niddiskutu llum isir xi ħaġa biex kulħadd jerfa' r-responsabbilta` ta' dak li jkun għamel.", "Per eżempju, jekk min hu konċernat jara li tħaffret trinka quddiem id-dar tiegħi, suppost għandu jkun aktar minn evidenti għalih min ikun tqabbad jagħmel dak ix- xogħol, u għalhekk jeħtieġ li jara li jżommu responsabbli u b'xi mod iġiegħlu jsewwi l-ħsara li jkun għamel.", "L-awtorità l-ġdida jrid ikollha l-mezzi biex iżomm responsabbli lil min ikun qed jagħmel it-tkissir u tara li jirranġa l-ħsara li jkun għamel.", "Sur President, ma jistax ikun li t-toroq ma jissemmewx u nenfasizza li d- dipartiment tat-toroq illum qiegħed fil-pożizzjoni li jimplimenta l-pjan dwar l-interventi li jridu jsiru fuq it-toroq arterjali u distributorji, pjan li kien ippubblikat għall-ewwel darba ħalli kulħadd ikun jaf liema huma t-toroq li għandhom bżonn ta' intervent immedjat.", "Kważi t-toroq kollha għandhom bżonn ta' xi tip ta' intervent imma l-urġenza tvarja.", "Ir- rapporti dwar dan il-pjan kienu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra u ngħataw lil kull ġurnal li għandna f'pajjiżna u allura niskanta kif hemm edituri ta' ġurnali li disa' xhur wara li ppubblikajniehom għadhom ma jafux li ġew ippubblikati, jew jafu u apposta jsemmu problemi partikolari u jibqgħu jirripetuhom minn ġimgħa għall-oħra meta hemm risposti ċari f'dawn ir- rapporti.", "Wieħed jista' jgħid li minkejja d-diffikultajiet kollha li hemm fl-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, speċjalment fejn jidħlu toroq arterjali u distributorji, mexjin sew fuq dan il-programm biex nassiguraw li biċċa biċċa jsiru dawk it-toroq li ġew eżaminati f'distanza ta' 200 metru minn xulxin.", "Nistgħu ngħidu li għandna X-ray tat-toroq kollha f'distanzi li huma qrib ħafna ta' xulxin, għax 200 metru m'huma xejn meta tqis id-daqs ta' pajjiżna.", "Jien konvint li bil-funzjonijiet il-ġodda li se jkollha l- awtorità, din se tkun f'pożizzjoni li tmexxi iktar ix-xogħol biex ikollna toroq ta' livell li kull wieħed minna jixtieq jara.", "Mr Speaker, għandna d-diffikultà l-oħra li hija iktar ikkomplikata għax tolqot mill-qrib lil diversi ċittadini.", "Qed nirriferi għall-fatt li skond l-aħħar informazzjoni li tawna l-kunsilli lokali, fil-pajjiż għandna madwar 800 triq li għadhom sal-lum jew qatt ma saru jew jekk xi darba saru, tant ilhom li llum dawn iridu jinbnew mill-ġdid.", "Dawn it-800 triq huma mifruxa madwar il-gżira kollha taħt ir-responsabbiltà tad-diversi kunsilli lokali.", "Ma naħsibx li hemm kunsill lokali wieħed li jista' jgħid li m'għandux problema, forsi bl-eċċezzjoni tal-Belt Valletta u tat-Tlett Ibliet li ilhom mibnijin ħafna snin, imma l-ibliet u l-irħula l-oħra li kellhom żvilupp ġdid matul is-snin riċenti nistgħu ngħidu li għandhom problemi marbutin mal- kostruzzjoni jew rikostruzzjoni tat-toroq.", "Hemm kunsilli lokali li huma ta' ċerta dimensjoni fejn għandhom sebgħin triq li għadhom mhux lesti, u dawn mhumiex toroq li nbnew f'daqqa waħda matul dawn id-19-il xahar li għaddew u li dan il-gvern m'għamilhomx, imma huma toroq li wħud mir- residenti ilhom joqogħdu fihom is-snin.", "Mr Speaker, id-dipartiment tat-toroq talab lill-kunsilli lokali li jibagħtulu lista tat-toroq li qatt ma saru, jew li għalkemm inbnew iridu jerġgħu jinbnew mill-ġdid.", "Filwaqt li d-dipartiment għamilhielhom ċara li ma jistax ikun li x-xogħol kollu jsir f'salt, insista u għadu jinsisti li l- kunsilli lokali juruh liema huma t-toroq li jeħtieġu prijorità.", "Hawnhekk tlabna l-kollaborazzjoni ta' dawn il-kunsilli lokali u tiskanta kif l-iktar kunsilli lokali li tiġri warajhom biex jgħaddulek l-informazzjoni huma l- iktar kunsilli li jimlew l-ispazju fil-gazzetta biex jilmentaw dwar il- problemi tat-toroq.", "Ma jfissirx li kulmin ikun bagħat lista sħiħa ta' toroq se jkollu t-toroq kollha asfaltati u mogħtija t-tarmac mil-lum għal għada, però nkunu f'qagħda li nagħmlu programm ta' xogħol skond il- prijoritajiet li jindikawlna l-kunsilli lokali.", "Irridu nassiguraw li dawn it-toroq isiru b'mod ordnat, jiġifieri naraw li l-ewwel jgħaddu d-diversi servizzi meħtieġa qabel ma nagħtu t-tarmac.", "Ikun hemm ħafna domandi parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra fejn jitolbu biex isiru toroq partikolari u r-risposta konsistentement kienet u se tibqa' tkun li dawn it- toroq ikunu jsitgħu jsiru biss meta x-xogħlijiet kollha marbutin ma' servizzi oħrajn f'dik it-triq partikolari jkunu saru, ħalli ma jkollniex għalfejn nagħmlu xogħol ripetut.", "Hemm ukoll numru ta' bidliet oħrajn marbutin mal-mod kif it-toroq li huma parti min-network li huwa uffiċjalment tal-gvern jgħaddu għand l-awtorità.", "Min jaf kemm-il darba smajna u għadna nisimgħu sal-lum lil min jgħid li huwa ħallas il-contribution u t-triq baqgħet ma saritx.", "Veru li kulmin bena jkun ħallas il-kontribuzzjoni - almenu kulmin bena bil-permess - però jekk irridu nkunu onesti u ma nagħtux impressjoni ħażina lill-pubbliku, naħseb li ta' min jispjega x'inhi din l-imbierka kontribuzzjoni li wieħed iħallas.", "Naħseb li meta oriġinarjament tawha l-isem ta' \"kontribuzzjoni\" tawha l-isem proprju tagħha, għax l-ammont li jinġabar huwa daqslikieku xi ħadd imur bil-kopp u jiġbor dak li jagħtuh!", "Għaliex skond il-liġijiet ta' pajjiżna suppost bniedem li qed jibni jħallas kontribuzzjoni bbażata fuq il- flus li jkunu meħtieġa biex titlesta dik it-triq partikolari.", "Nistaqsi lil kulmin bena u ħallas il-kontribuzzjoni jekk jaħsibx li l-flus li ħallas kenux biżżejjed biex isir ix-xogħol li sar biex titlesta t-triq.", "Jien konvint li r-risposta tkun fin-negattiv.", "Mr Speaker, għandna problema oħra marbuta mal-private streets li tajjeb ngħidu liema huma ħalli ma niftehmux ħażin.", "Private streets huma t-toroq li fihom isir il-bini imma li ma jwasslux minn raħal għal ieħor jew minn belt għal oħra.", "F'din il-Kamra hawn min jaf x'inhi private street però sfortunatament isirulna interpellanzi li juru bl-iktar mod ċar li hawn min ma jafx x'inhi private street.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li se tinqata' s-sistema li għandna sal-lum fejn triq issir pubblika meta jkun hemm il- kuntratt tax-xiri jew tal-bejgħ lid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Dawn il- kuntratti safejn naf jien qatt ma saru matul is-snin jew ilhom ħafna ma jsiru, però t-toroq jibqgħu jinbnew u jingħatalhom il-wiċċ u ħadd ma jaf taħt liema kappa qegħdin isiru.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li dawn it-toroq se jgħaddu uffiċjalment għand l-awtorità dwar it-trasport il-mument li jkun hemm dikjarazzjoni uffiċjali, skond kif hawn stipulat fil-liġi li għandna quddiemna.", "Minbarra d-dipartiment tat-toroq hemm dipartimenti oħra li għandhom funzjoni importanti wkoll li issa jridu jgħaddu taħt ir-responsabbiltà ta' din l-awtorità l-ġdida.", "Fost dawn hemm it-trasport pubbliku fih innifsu flimkien mat-trasport privat, il-management tat-traffiku u l-ittestjar, ir- reġistrazjzoni u l-liċenzjar kemm tal-vetturi kif ukoll tas-sewwieqa.", "Jekk wieħed iħares lejn id-dipartiment responsabbli mill-ittestjar, reġistrazjzoni u liċenzjar ta' vetturi wieħed jista' jgħid li b'mod ġenerali dan id-dipartiment jirnexxilu jlaħħaq max-xogħol li suppost jagħmel, anke jekk bħal kull dipartiment ieħor ikollu xi lmenti.", "Dan jiġri minħabba li numru sostanzjali ta' nies jiddeċiedu li minn xahar sħiħ, minn 20 jew 22 working days, imorru jagħmlu l-ħlasijiet tagħhom fl-aħħar tlett ijiem tax-xahar.", "Għalhekk insibu li d-dipartiment ma jkollux daqshekk x'jagħmel fl-ewwel tliet ġimgħat tax-xahar biex imbagħad ikollu konfużjoni sħiħa fl-aħħar ftit ġranet għax minn 30,000 sewwieq 25,000 imorru jħallsu fl-aħħar ġimgħa.", "Għalkemm nista' ngħid li matul is-sena li għaddiet id- dipartiment ħadem ħafna biex ibiddel il-format tal-liċenzja tas-sewqan ta' l-individwu, hemm bżonn li l-pubbliku in ġenerali jikkopera aktar meta jmur iħallas il-liċenzja.", "Matul ix-xhur li għaddew dan id-dipartiment kellu jindirizza numru ta' problemi, b'mod partikolari meta daħal fis-seħħ il-VRT, però nistgħu ngħidu li llum qegħdin insolvu dawk il-problemi inizjali.", "Għalkemm konna avżajna u ppubblikajna diversi drabi li mhux il-vetturi kollha kienu se jiġu ttestjati fl-ewwel batch u konna anke għamilnieha ċara li bejn wieħed u ieħor nofs dawk il-vetturi li tagħlqilhom il-liċenjza f'xahar partikolari se jkunu msejħa biex imorru għat-test biex imbagħad in-nofs l-ieħor imorru għall-VRT s-sena ta' wara, fadal nies li għadhom ma fehmux jew għadhom ma jridux jifhmu kif qed titħaddem din is-sistema.", "Għal darb'oħra nirripeti li dan id-dipartiment qed jibgħat għal nofs il-vetturi li l- liċenzja tagħlqilhom biex jagħmlu t-test din is-sena, imbgħad is-sena d- dieħla jagħmlu t-test in-nofs l-ieħor.", "Nistgħu ngħidu li x-xogħol marbut mal-VRT ġie phased b'mod li t-test jidħol għal kulħadd u, kif kien intenzjonat mill-bidu, sa sena minn Ottubru li ġej il-vetturi kollha jkunu ttestjati qabel ma titħallas il-liċenzja.", "Naħseb li lkoll kemm aħna jkollna naqblu li fl-aħħar mill-aħħar dak id- diżastru li xi wħud tkellmu dwaru fl-ewwel ġimgħat li ġie introdott dan it- test la mmaterjalizza ruħu u lanqas se jimmaterjalizza ruħu fiż-żmien li ġej għaliex iktar ma għadda żmien iktar żdiedu l-persuni li bdew jagħmlu dan it-tip ta' test u iktar bdew jinftiehmu r-raġunijiet għaliex dan il- pajjiż kellu bżonn li jagħmel dan it-test fuq il-vetturi kollha li għandna.", "Jien konvint li malli dan id-dipartiment jgħaddi taħt l-awtorità dwar it- trasport, ix-xogħol tajjeb li għamel matul is-snin se jkompli jitjieb u l- pubbliku se jkun jista' jgawdi minn din l-effiċjenza.", "Wieħed jista' jgħid li l-immaniġġjar tat-traffiku huwa kkontrollat u organizzat mit-traffic control board flimkien mal-kunsilli lokali.", "Id-diversi kunsilli lokali kultant jagħmlu talbiet konfliġġenti ma' oħrajn li jsiru minn kunsilli lokali oħrajn u t-traffic control board irid jagħmel assesment tagħhom ħalli jasal għad-deċiżjoni t-tajba.", "Nemmen li d-direttorat li se jkun responsabbli mill-immaniġġjar tat-traffiku se jkun jista' jkompli jaħdem fuq ix-xogħol tajjeb li sar sal-lum mit-traffic control board biex ikollu riżultati ferm iktar tajba 'l quddiem.", "Mr Speaker, l-awtorità dwar it-trasport pubbliku ilha teżisti għal numru ta' snin u għandha diversi responsabbiltajiet.", "Kif kelli okkażjoni ngħid diversi drabi, malli ssemma l-awtorità tat-trasport il-pubbliku dejjem jorbot din l-awtorità mas-servizz tal-karozzi tal-linja.", "Għalhekk wieħed irid għal darb'oħra jagħmel enfasi li l-awtorità dwar it-trasport pubbliku kif inhi s'issa għandha diversi funzjonijiet oħra marbutin ma' tipi ta' trasport differenti, fosthom taxis, minibuses, coaches u karozzi tal-kiri.", "Dawn id-diversi funzjonijiet se jgħaddu minn taħt l-awtorità dwar it- trasport pubbliku għal direttorat li jkun imwaqqaf apposta taħt l-awtorità l-ġdida.", "Hawnhekk għal darb'oħra se jkolli nagħmel l-iżball li jsir mill- pubbliku, li nitkellem iktar fit-tul dwar il-karozzi tal-linja, li huma l- iktar element li miegħu l-pubbliku jiġi f'kuntatt.", "Ħafna mill-Maltin u anke barranin li jiġu f'pajjiżna jagħmlu użu regolari mis-servizz tal- karozzi tal-linja, allura kontinwament nisimgħu l-istess argumenti li qatt ma nbidel xejn u li qatt ma sar xejn fid-direzzjoni t-tajba.", "Però hawnhekk l-enfasi għandha tkun fuq dak li verament għandu bżonn isir f'dak li huwa servizz marbut mal-karozzi tal-linja.", "Ma nistgħux nibqgħu nilmentaw li l- karozza tal-linja ġiet tard, li l-karozza kienet maħmuġa, li x-xufier ma ġabx ruħu tajjeb man-nies.", "Dawn huma kollha fatturi li rridu nagħmlu riflessjoni dwarhom, però jekk verament irridu li jitjieb il-livell tas- servizz tal-karozzi tal-linja - biex ma ngħidx \"ikompli jitjieb\" għax forsi jkun hawn min jgħid li ma nafx x'qed ngħid - hemm bżonn naraw li dawn il- funzjonijiet li hemm sal-lum taħt l-awtorità dwar it-trasport pubbliku jiġu implimentati b'mod aħjar.", "Fil-fatt nista' ngħid li se jittieħdu diversi miżuri marbutin mar-rotot, mal-ħinijiet u mal-vened tal-karozzi tal-linja.", "Fost affarijiet oħra jeħtieġ naraw jekk għadux iż-żmien li bilfors il- parti l-kbira tan-nies jridu jidħlu l-Belt biex imorru fid-destinazzjoni tagħhom.", "Għandna eżempji ċari li fejn saru ċerti rotot partikolari fil- fatt kien hemm titjib sostanzjali fin-numru ta' passiġġieri.", "Biżżejjed insemmi rotot bħal dik li minn Buġibba teħdok tas-Sliema, dik li minn Buġibba teħdok Marsaxlokk u hemm rotot oħra li minn Buġibba jeħduk destinazzjonijiet oħrajn.", "Kif għedt kemm-il darba f'dan il-parlament matul is-sena u nofs li għaddew u kif għedt lis-sidien tal-karozzi tal- linja, dawn iridu jifhmu li l-eżistenza tagħhom iktar minn ħaġa oħra tiddependi minn jekk ikunx hemm xogħol f'dan is-settur.", "Inutli li ninsistu li jkun hemm 508 karozza tal-linja jekk imbagħad dawn l-istess karozzi tal- linja ma jkunux jistgħu jintużaw biex iġorru l-passiġġieri fuq ir-rotot li jixtieq il-pubbliku li jrid jagħmel użu minnhom u mhux kif jixtieq ix- xufier, l-inspector jew il-ministru.", "In-nies li tuża' s-servizz tal- karozzi tal-linja jimpurtaha minn ħaġa waħda biss, kemm se tasal fil-ħin fid-destinazzjoni tagħha.", "M'għandix dubju li llum l-iktar ħaġa importanti għall-maġġoranza assoluta tal-passiġġieri li jużaw il-karozzi tal-linja mhuwiex il-prezz imma hija r-reliability tas-servizzz.", "Mr Speaker, huwa żbaljat min jaħseb li llum għad baqa' persuni li jaffordjaw iqattgħu sigħat jistennew fuq l-istage.", "Importanti ferm li bil- bidla li ssir nikkonvinċu lill-pubbliku li jekk imur fuq stage se jasal fid- destinazzjoni li jrid fil-ħin li jkun jixtieq.", "Jekk ma jkunx hemm din il- konvinzjoni wieħed isibha ferm iktar faċli li jaqbad il-karozza tiegħu u jitlaq biha, naturalment bil-konsegwenza li jżid il-konġestjoni tat- traffiku, pero' jaf li mhux se jkollu l-problema li jagħmel ħinijiet twal jistenna fuq l-istage.", "Trid tara x'inhu jitlob il-commuter u xejn aktar.", "Inutli li tagħmel venda fit-tarf ta' raħal jekk lill-kumplament tar-raħal mhux qed taqdih u tippretendi li n-nies kollha tar-raħal jagħmlu xi tliet kwarti jimxu biex imorru sa fuq il-venda kif kienu mdorrijin jagħmlu n- nanniet.", "Illum diversi rħula u bliet nbidlu u m'għadhomx kif kienu u allura l-ħteġijiet fit-trasport pubbliku nbidlu wkoll, barra l-fatt li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar persuni - partikolarment żgħażagħ li jkunu għadhom kemm għalqu 18-il sena - qed jixtru karozza.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira dwar ir-riforma tal-liċenzjar tas-sewwieqa li dwarha diġà kienet ippubblikata white paper.", "Nafu li hemm bżonn jinbidel radikalment il-mod kif isir it-test tas-sewqan u l-mod kif irid ikun preparat min se jieħu l-liċenzja l-ewwel darba.", "Diġà sar ħafna xogħol mid-dipartiment tal-liċenzji, xogħol li jien konvint li se jitkompla matul iż-żmien li ġej minn din l-awtorità, bil-għan li titwettaq kemm jista' jkun malajr ir-riforma fil-liċenzjar.", "Ma rridux ngħidu li dak li sar sal-lum huwa ħażin, però żgur li hemm bżonn li dan l-ittestjar isir b'mod differenti u l-preparazzjzoni tas-sewwieqa trid tkun aħjar minn dak li għamilna sal-lum ħalli ntejbu l-livell tas-sewqan.", "Kont qed nitkellem dwar is-servizzi li jagħtu l-karozzi tal-linja.", "Kumment li għaddejt diversi drabi lis-sidien u lil dawk li huma parti integrali mis-sistema tat-trasport pubbliku huwa li wasal iż-żmien li l- karozza tal-linja mhux bilfors tkun waħda li ġġorr 45 persuna.", "Għandna nibdew nużaw karozzi li jesgħu inqas ħalli s-servizz ikun iktar effiċjenti, b'mod partikolari fl-inħawi fejn it-toroq mhumiex daqshekk wiesa' bħalma huma toroq oħrajn.", "Barra minn hekk illum qed tinħass il-ħtieġa li partijiet minn raħal jew belt partikolari li jinsabu 'l bogħod miċ-ċentru ta' l-istess raħal jew belt ikollhom aċċess għalih.", "Illum għandna bliet u rħula li t-tarf tagħhom qiegħed 'il bogħod ħafna miċ-ċentru tar-raħal, allura rridu naraw kif dan is-servizz jista' jibda jingħata aħjar.", "Din l- awtorità l-ġdida trid tieħu ħsieb ukoll dawn is-servizzi differenti tant bżonjużi.", "Mr Speaker, issa se nagħti daqqa t'għajn lejn diversi emendi li wieħed jista' jsejħilhom konsegwenzjali.", "Fil-parti l-kbira tagħhom dawn l-emendi għandhom l-intenzjoni li funzjonijiet oħrajn li sal-lum kienu qegħdin jagħmluhom il-pulizija ma jibqgħux jagħmluhom huma imma jgħaddu wkoll taħt l-awtorità dwar it-trasport pubbliku.", "Dan qed isir bil-għan li jkollna body wieħed li jamministra kollox u ma jkunx hemm friegħi li ma jkunux taħt l-amminstrazzjoni diretta ta' l-istess awtorità.", "Bħala riżultat ta' dan it- tibdil se jkollna emendi għall-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10, li jirrigwarda s-settur tat-trasport; emendi għat-Traffic Regulation Ordinance, Kap. 65; għat-Traffic (Visibility) Ordinance, Kap. 67; għall- Fixed Electrical Power and Telegraphic Communication Systems Ordinance, Kap. 81; għall-Motor Vehicles Insurance (Third Party Risks) Ordinance, Kap. 104, li wkoll se tgħaddi taħt l-amministrazzjoni ta' din l-awtorità.", "Se jsiru wkoll emendi għall-Police Licences Act, Kap. 128; għall-Public Transport (Regulation of Employment) Act, Kap. 214; għad-Development Planning Act ta' l-1992, li parti mill-funzjonijiet tiegħu marbutin mar- reklamar u mat-tabelli li jridu jsiru fit-toroq se jgħaddu wkoll taħt l- amministrazzjoni ta' l-awtorità dwar it-trasport pubbliku.", "Fl-aħħarnett se tiġi emendata wkoll il-Motor Vehicles Registration Tax Act, Att Nru. X ta' l-1994.", "Dawn huma kollha liġijiet li jolqtu l-amministrazzjoni u l- immaniġġjar ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mat-trasport, mal-liċenzjar u ma' l-ittestjar tal-vetturi.", "Jekk wieħed iħares lejn id-diversi aspetti li għamilt riferenza għalihom fid-diskors tiegħi jsib li biex din l-awtorità tkun tista' taqdi l-funzjoni tagħha bl-aħjar mod possibbli, mhux se jkollna awtorità fejn iċ-chairman tagħha jiddeċiedi kollox hu imma se jkun hemm erba' direttorati li jistgħu jitneħħew jew jiġu sostitwiti b'oħrajn.", "Quddiemna għandna abbozz ta' liġi li fl-opinjoni tiegħi se jwassal biex l-andament totali tat-trapsort ikun jista' jinbidel b'mod radikali.", "Mhux biss aħna bħala gvern, bħala awtorità, imma anke d-diversi korporazzjonijiet iridu jbiddlu kompletament il-mod kif iħarsu lejn dan il-qasam, lejn is-servizzi li jistgħu jingħataw permezz tad-ducts li hemm taħt it-toroq.", "Hemm definizzjoni ta' kif jista' jkun hemm aċċess għal dawn is-servizzi li diġà qegħdin jingħataw.", "Hemm ukoll indikazzjoni ċara ta' kif din l-awtorità se tbiddel il- limitazzjonijiet li għandhom id-dipartimenti u se tagħtihom funzjoni iktar wiesgħa għaliex issa minflok għandek dipartimenti kkonċentrati fuq xi ħaġa partikolari se jkun hemm awtorità li taħtha jaqgħu l-elementi kollha li semmejt iktar kmieni.", "Però iktar importanti hija l-viżjoni ta' din l- awtorità li se tkun waħda ta' amministrazzjoni aħjar, iktar integrata u kapaċi tilqa' l-isfidi ġodda li għandna quddiemna.", "Mr Speaker, sa ftit snin ilu li nitkellmu dwar l-immaniġġjar tat-trasport u tat-traffiku kienet xi ħaġa li bosta minna konna narawha bħala xi ħaġa li hija 'l bogħod ħafna.", "Però meta wieħed jiftakar li bejn l-1 ta' Jannar u l- aħħar ta' Marzu ta' din sena ġew reġistrati iktar minn 4,300 karozza ġdida, malajr nirrealizzaw kemm qiegħda tiżdied il-pressjoni għal management aħjar tat-trasport, kemm dak privat kif ukoll dak pubbliku.", "Żieda ta' 1,400 karozza ġdida kull xahar matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena - jew aħja żieda ta' bejn wieħed u ieħor 40% fuq l-istess perijodu tas-sena l- oħra - mhijiex ċajta.", "Wieħed jista' jgħid li dan huwa tajjeb fih innifsu għax ifisser li hemm żieda ta' karozzi ġodda fit-toroq u aħjar tara karozza ġdida milli karozza qadima fit-triq, però dan ifisser ukoll aktar problemi fl-immaniġġjar tat-traffiku għax kull min jixtri karozza se joħroġ biha u se jiżdied it-traffiku.", "Hawnhekk tidħol mill-ġdid il-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali permezz ta' pariri li jagħtu ħalli l-amminstrazzjoni tas-setturi kollha marbuta ma' din l-awtorità tkun tista' ssir b'mod aktar integrat.", "Aktar kmieni għamilt riferenza għall-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali fl-ippjanar tat-toroq u għedt li bħala ministeru konna tlabna lill-kunsilli lokali biex jagħtu pariri dwar x'inhuma r-rotot tal-karozzi tal-linja li jixtiequ li jsiru fid- diversi destinazzjonijiet.", "Jekk il-pubbliku in ġenerali huwa dispost li jibgħat ukoll il-kummenti tiegħu dwar dan is-suġġett, għandu wkoll l- opportunità li jressaqhom sal-15 ta' dan ix-xahar.", "Mr Speaker, l- immaniġġjar tat-traffiku bilfors irid isir ukoll f'kollaborazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali.", "Jiena nawgura li fid-dibattitu li se jkollna dwar dan is-suġġett ma nitkellmux b'mod negattiv dwar diversi aspetti f'dan il- qasam.", "Naturalment irridu nwasslu l-ilmenti fejn hemm bżonn li nwassluhom però rridu nagħmlu wkoll suġġerimenti kostruttivi.", "Jien konvint li din l-awtorità se tintegra l-funzjonijiet differenti li sal-lum kienu amministrati minn dipartimenti oħra jew mill-kunsilli lokali u mhux biss se tagħti direzzjoni aħjar f'dawn is-servizzi kollha imma se twassal ukoll li aħna bħala Maltin ikollna immaniġġjar tat-traffiku aħjar u trasport pubbliku aktar effiċjenti.", "Mr. Speaker, fl-aħħar mill-aħħar din l- awtorità trid ittejjeb u tqawwi l-livell tal-ħajja tagħna ilkoll.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, smajt b'attenzjoni l-intervent tal- ministru fuq dan l-abbozz ta' liġi dwar l-awtorità dwar it-trasport pubbliku.", "Il-ministru qal li meta nitkellmu m'għandniex inkunu negattivi, għalkemm nistqarr li ma nafx għalfejn qal hekk għax meta titkellem dwar it- trasport ma tista' qatt tkun negattiv.", "Fil-fatt aħna naqblu ma' ħafna mill- aspetti ta' din il-liġi però hemm affarijiet li ma naqblux magħhom u 'l quddiem ngħid x'inhuma.", "Meta sirt ministru kont tal-fehma li ma jistax ikun li jkollna ħafna dipartimenti imferrxin, bid-dipartiment tat-traffic control board għalih, id-dipartiment tal-liċenzji għalih u l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku għaliha.", "Għalhekk kien sar studju u konna ppreżentajna white paper - kien ħadem fuqha l-Avukat Joe Micallef Stafrace - fejn għedna li konna wasalna għall-konklużjoni li dawk l-entitajiet li jirrigwardjaw it-trasport pubbliku kellhom jaqgħu taħt il-ministeru tat-trasport, bl-awtorità tat- trasport tkopri kollox, però ċertament ma konniex qbilna li x-xogħlijiet tat-toroq kellhom jaqgħu taħt dan il-ministeru, partikolarment għaliex kien ikollna nittrasferixxu ħafna ħaddiema minn mal-public works għal ma' l- awtorità dwar it-trasport.", "Għax meta taf li għandek ħafna ħaddiema li ma jkunux iridu jmorru ma' l-awtorita' - jew ejja ngħidu jmorru mbagħad bħas- soltu jkunu jridu jmorru lura minn fejn ġew - allura konna niġu f'pożizzjoni li kien ikollna nimpjegaw nies ġodda, liema spiża l-gvern żgur ma jiflaħx għaliha.", "Issa hawn nispera li m'aħniex se noħolqu kappa oħra biex, kif għamilna drabi oħra, ikun min ikun il-ministru, jibda jfarfar ir- responsabbiltà u jitfagħha fuq l-awtorità dwar it-trasport.", "Illum qed jiġri hekk fil-każ tal-kunsilli u meta jsiru domandi parlamentari l- ministri jwieġbu li dik il-materja ma taqax taħt il-ministeru tagħhom imma taħt il-kunsilli lokali, imbagħad tmur għand il-kunsill lokali u jgħidlek: Jien xi tridni nagħmel jekk flus m'għandix biex nagħmel dawn l- affarijiet!", "Sur President, jien inħobb inkun straightforward u ma noqgħodx indur mal- lewża u għalhekk ngħid li jekk din l-awtorità li se jwaqqaf il-gvern mhux se jkollha flus, ma nafx kif se tkun tista' twettaq id-doveri li qed nippretendu minnha.", "S'issa ħlejna sena u tmien xhur nistudjaw dawn l- affarijiet għax irridu nammettu li l-gvern Laburista kien lesta ħafna mix- xogħol fuq din il-liġi.", "Wara kollox il-gvern li hawn illum ma telax il- bieraħ imma kellu disa' snin li fihom suppost għamel dawn l-affarijiet.", "Barra minn hekk fis-sena u nofs li għamel il-gvern Laburista kien sar ħafna mix-xogħol tat-toroq, imma llum qed jgħidu li dan ix-xogħol sar ħażin għax ma kienx hemm kordinazzjoni bejn id-dipartimenti li jagħmlu x- xogħlijiet.", "Per eżempju, l-ewwel iħaffru t-triq il-ħaddiema tad- dipartiment tad-drenaġġ u wara li tingħata t-tarmac, tara lill-ħaddiema tat-telephones jew tad-dawl ġejjin biex jerġgħu jaqilgħuha u mbagħad warajhom jiġu tal-water services corporation!", "Dawn l-affarijiet ilna nafuhom, ma sarux il-bieraħ jew sentejn ilu imma ilhom isiru żmien twil.", "Meta sirt ministru, kif għedt fil-bidu, l-ewwel ma ħsibt kien li għandu jkun hawn awtorità li tkopri t-trasport pubbliku kollu.", "Issa kif qal il-ministru, kull meta ssemmi t-trasport kulħadd jiġuħ f'moħħu l-karrozzi tal-linja u t-taxis, qisu t-trasport pubbliku jikkonsisti f'dawk biss.", "(Interruzzjonijiet) Dak li jkun idaħħal xi ħaġa f'moħħu u s'hemm naslu!", "Per eżempju, kont sorpriż meta smajt lil min jgħid li min iħaffer u min ikisser it-triq huwa responsabbli hu għall-ħsarat.", "Dejjem hekk kien u ma kellux għalfejn jgħidha din il-ministru!", "Jekk kien hemm xi dipartiment li ma ħax ħsieb jirranġa t-triq wara li kissirha dak mhu tort ta' ħadd ħlief ta' dak l-istess dipartiment.", "U inutli ngħidu li se nagħmlu awtorità ħalli tara li min iħaffer it-triq biex jgħaddi xi servizzi jerġa' jirranġaha biex imbagħad niġu hawnhekk u l-ministru, ikun min ikun, jgħidlek li mhux hu responsabbli imma l-awtorità!", "Dan jiġri f'ħafna każi meta nagħmlu l-mistoqsijiet parlamentari, bħal meta tagħmel mistoqsija fuq l-MIA u l-ministru responsabbli jgħidlek li dik entità kummerċjali u l-gvern ma jindaħlilhiex.", "Hekk se jibda jiġri meta jkollna din l-awtorità?", "F'lok l-MIA nista' nsemmi l-MMA u nista' nsemmi kull korporazzjoni pubblika u kull awtorita' li ħlaqna.", "Mhux billi darba fis- sena niġu hawnhekk fil-parlament nitkellmu fuq dik l-awtorità u l-oħra, bil- poplu joħroġ il-flus u taparsi ningħataw biċċa rendikont darba f'sena.", "Bħala rappreżentanti ta' l-istess poplu aħna rridu nkunu nafu fejn il-flus qed imorru.", "Sur President, waħda mill-inġustizzji li saret minn kull gvern li kien hawn hija li meta wieħed jibni d-dar iġegħluħ iħallas tat-triq, però mbagħad meta niġu biex nirranġaw it-triq ħadd ma jkun jaf x'sar minnhom dawk il-flus u t-triq tibqa' mkissra.", "Jien għamilt domanda parlamentari lill-kollega tiegħi rigward triq żgħira f'Birkirkara - qabel l-elezzjoni tgħidx x'festa għamlu biex waħħlu tabella u t-triq semmewha għal Sta.", "Rita u mar kulħadd għall-ftuħ, għax nista' ngħid li kien hemm aktar mistednin milli residenti għaċ-ċerimonja tal-ftuħ! - u tlabtu biex tiġi rranġata għax se ssir festa fiha u qalli li dik qiegħda fil-programm.", "Din it-triq li lanqas fiha daqs din il-Kamra baqgħet ma saritx u nista' ngħid li ħadd ma jkun jista' jgħaddi minnha meta tagħmel ix-xita.", "Jiġifieri llum qegħdin fis-sitwazzjoni li nagħmlu interpellanzi fuq diversi toroq u l-ministru jweġibna li dawn huma responsabbli minnhom il-kunsilli lokali, u issa la titwaqqaf l-awtorità jibda jgħidilna li dawn jaqgħu taħt l-awtorità, imbagħad l-awtorità tibda tgħid li dawn mhux responsabbiltà tagħha imma tal- kunsilli lokali u nibqgħu sejrin hekk u ma jsir qatt xejn!", "Meta għamilt domanda parlamentari biex isir il-patching hawnhekk ġabu l-iskuża li kienet għamlet ix-xita meta x-xita kienet ilha li waqfet minn Marzu u llum huwa t- 2 ta' Mejju u xorta ħafna mill-patching għadu ma sarx u ħafna mill-ħofor għadhom ma sarux.", "Issa l-ministru se jibda jgħidli li l-patching huwa responsabbiltà tal-kunsilli lokali u meta titwaqqaf l-awtorità dwar it- trasport pubbliku, il-kunsilli lokali jibdew jgħiduli li l-patching responsabbiltà ta' l-awtorità.", "Il-ministru qal li kien hemm xi kunsilli li kienu traskurati - u nafu li between the lines dan kien qed jirriferi għall- kunsilli li ma jaqblux mal-gvern - però fi żmien gvern Laburista kien hemm kunsilli li kellhom il-flus u xorta waħda ma għamlu xejn, u f'daqqa waħda malli spiċċa l-gvern Laburista dawn il-kunsilli qalgħu l-irħula kollha.", "Hekk se nibdew nimxu?", "Jiġifieri l-awtorità se jkollha s-saħħa li lill- kunsilli lokali tgħidilhom biex jirranġaw it-toroq?", "Jew se jibdew jgħidu dawn li mhumiex responsabbiltà tagħhom għax m'għandhomx flus u nibqgħu sejrin hekk?", "Il-ministru semma li issa għandna l-wardens.", "Tajjeb li għamilniehom il- wardens imma ma naħsibx li għamilniehom biex jekk wieħed jitfa' l-ilma barra jew jaħsel il-karozza barra jwaħħluħ ċitazzjoni.", "Wasalna fl- assurdità li dawn waqqfu driver għax kellu pupu imwaħħal fuq quddiem tal- karozza u qalulu biex ineħħih għax jista' jfixkel vetturi oħra li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta.", "F'din l-assurdità wasalna!", "U meta tmur tkellem lill-kunsill jgħidlek li m'għandux awtorità fuq il-wardens għalkemm iħallashom hu.", "Wasalna anke fl-assurdità li fit-toroq nagħmlu d-double yellow lines biex ma jipparkjawx karozzi, però jekk jien għandi garaxx faċċata tiegħi nagħmel il-lines ukoll ħalli lanqas hemm ma tkun tista' tipparkja karozza!", "Għalhekk nerġa' nistaqsi: Din l-awtorità x'saħħa se jkollha?", "Se noqogħdu nżidu aktar red tape?", "Biżżejjed għandna l-awtorità ta' l-ippjanar li kissret pajjiż.", "Assolutament naqbel li ssir l-awtorità dwar it-trasport pubbliku, però din l-awtorità se nagħtuha s-saħħa biex tkisser bħalma qed tagħmel l- awtorità ta' l-ippjanar?", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu nisma' liċ-chairman ta' l-awtorità ta' l-ippjanar, li lill-gvern Laburista dam iħabbtu sena u nofs fuq il-permessi tal-proġetti, jgħid fuq it-television li llum għandna kollox lest.", "Mela fi żmienna għaliex kien isib dawk l-oġġezzjonijiet kollha?", "Jekk se jiġri hekk b'din l-awtorità allura jkun aħjar jekk ma nagħmluha xejn.", "Jien naqbel li ssir awtorità imma jekk se jkollna gvern ġo gvern jien ma naqbilx magħha.", "Biżżejjed għaddejt minn martirju minħabba t- traffic control board, li minn kollox kienu jivvintaw ħalli l-affarijiet ma jsirux.", "It-traffic control board kien magħmul minn nies minn oqsma differenti, kif se tkun magħmula din l-awtorità.", "Jien ma naqbilx ma' dan.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm awtorità serja li jkollha s-saħħa u mhux awtorità li fiha kulħadd jiġbed lejh.", "L-interess ta' din l-awtorità għandu jkun kif se jitjieb it-trasport pubbliku.", "Nispera wkoll li mhux se nagħmlu awtorità li tibda tiddeċiedi r-rates li wieħed għandu jħallas għat-triq skond it-tul tal-faċċata tad-dar, kif jagħmlu fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn l-affarijiet diġà smajniehom idoqqu min-naħa l-oħra imma mbagħad forsi jgħidulna li mhux huma jkunu għamluhom imma l-awtorità!", "Meta daħal il-VRT u kien hawn partita tgergir kienu qalu li Debono Grech kien għamilha dik is-sistema, iżda llum qed jgħidu li hija tajba.", "Fi żmien il-gvern Laburista missek għedt li din kienet tajba u mhux qgħadt twaħħal fija!", "Aħna rridu li din l-awtorità tieħu ħsieb dawn l-affarijiet?", "Jien naqbel li l-awtorità tieħu ħsieb it- toroq iżda mhux li timpjega nies oħra biex inkunu nistgħu ngħidu li m'għandniex nies qiegħda!", "Jien nemmen li għandu jkun hemm liaison bejn il- public works department u l-awtorità.", "Dawn għandhom jaħdmu flimkien għaliex pajjiż żgħir bħal tagħna ma jiflaħx għal dawn l-awtoritajiet kollha.", "Illum fl-awtorità ta' l-ippjanar hemm 500 ruħ mma mur ipprova għaddi permess!", "Morru għaddu permess!", "Jekk se nagħmlu awtorità bħal din jien se nivvota kontra.", "Jien irrid awtorità li l-affarijiet tħaffifhom.", "Jien kont dejjem niftaħar u nibqa' niftaħar bl-impjegati fid-diparatiment tal-liċenzji, Sur President.", "Kellna licensing department li bid-diffikultajiet u x-xogħol kollu li kien ikollu kien jaqdi lin-nies u l-inqas tgergir li kelli kien fuq dak id- dipartiment.", "Meta sirt ministru għedt lid-direttur, is-Sur Paul Galea, li rridu nibdlu l-pjanċi kollha.", "Huwa qalli li rridu ċertu żmien biex isir dan kollu u fil-fatt xahar qabel dak iż-żmien li qalli konna ħlisniehom.", "Dak kien dipartiment li tista' tiftiehem miegħu u taf fejn qiegħed.", "Jekk b'din l-awtorità se nneħħu l-effiċjenza mid-dipartiment u nkissru kollox lili tqisunix.", "Bħalissa għandna t-traffic wardens u għandna l-pulizija tat- traffiku li qed jagħmlu l-istess xogħol.", "Se nibqgħu sejrin hekk, bit- traffic wardens jagħtu ċ-ċitazzjonijiet għax isibu karozza pparkjata 'l hawn u 'l hemm?", "Jien ma naqbilx li wieħed għandu jipparkja ħażin, imma aħna nedukaw lin-nies irridu jew niġbru l-flus?", "Jekk irridu niġbru l-flus ħaġa żgħira għax nistgħu nagħmlu ċitazzjonijiet ma' Malta kollha!", "Per eżempju, din il-ġimgħa qed norganizzaw il-festa tal-football f'Birkirkara u bdejt nidħak meta rajt it-traffic wardens ġejjin jagħmlu ċ-ċitazzjonijiet.", "Dak ġenn!", "Mela f'Birkirkara se tara fejn se jipparkjaw il-karrozzi l-Ħadd filgħodu u fil-festi!", "Wieħed irid jibda jirraġuna - jekk irridu niġbru l- flus issa se jibdew il-festi u tgħidx kemm issib karrozzi ipparkjati 'l hawn u 'l hemm! - għax ma jagħmilx sens lil nagħmlu ħaġa u nkissru oħra.", "Il-ministru tkellem fuq ix-xogħol ħażin li jsir meta jkunu qed jgħaddu s- servizz tad-drenaġġ u s-servizz ta' l-ilma.", "Jien naqbel miegħu li x-xogħol għandu jsir tajjeb mill-ewwel.", "F'Birkirkara, in-naħa tas-suq u n-naħa tal- każin ta' fuq - u anke n-naħa ta' l-Imsida - tant hemm toroq antiki li llum is-servizzi tad-drenaġġ u ta' l-ilma kollha spiċċaw.", "Anzi hemm perit ta' l- affari tiegħu impjegat mill-kunsill lokali li xogħlu jagħmlu tajjeb.", "F'ċerti culverts nista' ngħid li sar xogħol bl-għaġġla mill-kunsilli preċedenti u llum sibna li se jkollna nerġgħu naqilgħu kollox għax kien hemm xi ħadd irresponsabbli li għamel culverts li ma jlaħħqux u l-ilma qed jitħallat mad-drenaġġ.", "Illum trid tqis li l-wied ta' Birkirkara, il-wied ta' Ħal Qormi u l-widien kollha m'għadhomx jifilħu l-ilma għaliex bnejna fihom - l-istess jekk nieħdu l-wied ta' Ħal Qormi peress li nbena Ħaż- Żebbuġ - u l-ilma li jkun hemm fir-raba' m'għadux isib fejn jiskula imma jibqa' sejjer fit-triq għall-wied.", "L-ilma min-Naxxar, mill-Mosta u mill- Għargħur jibqa' nieżel kollu għall-wied ta' Birkirkara mbagħad jispiċċa kollu l-Imsida.", "Jien niftakar li kienu saru festi kbar meta rranġaw l- Imsida għaliex kienu qalu li l-Partit Laburista ma kienx kapaċi jirranġa l- problema tal-flooding fl-Imsida, u llum nafu li l-Imsida trid terġa' tinqala' kollha għaliex dawk il-flus li ntnefqu ma swew għalxejn.", "Bix- xogħol mgħaġġel li sar f'ċerti toroq in-naħa ta' Ganu f'Birkirkara llum qed jegħrqu u jien lest li npoġġi r-ritratti ta' dawn it-toroq fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Sur President, meta saret il-bypass ta' Birkirkara saret mina biex l- ilma minnha jmur ġo vaska kbira li konna ilna ħafna nibku biex jirranġawha, għax min jgħid li hija responsabbiltà tal-gvern u min jgħid li tal-kunsill lokali.", "Jien mhux se noqgħod inwaħħal f'ħadd għax anke meta konna fil- gvern konna nitħabtu biex jirranġawha għax meta din il-vaska timtela bl- ilma tibda tara kull nemusa daqs helicopter!", "Anke fl-inħawi ta' Birbal Street f'Ħal Balzan taw it-tarmac u flok għamlu t-triq taqleb għal fejn m'hemmx bini għamluha taqleb għan-naħa tal-bini, u meta jinżel l-ilma d- djar ta' hemmhekk jegħrqu u r-residenti jixbgħu jilmentaw miegħi meta mmur nagħmel il-house vists.", "Imbagħad immur nitkellem u jgħiduli li dik mhix responsabbiltà tal-gvern ċentrali imma tal-kunsill u tal-kunsill jgħiduli li mhix responsabbiltà tagħhom għax dik triq passaġġa.", "Hekk sejrin!", "Issa bit-twaqqif ta' din l-awtorità se ndaħħlu il terzo incognito għax il- ministru jibda jgħid li mhux hu responsabbli imma l-awtorità u nibqgħu nduru ċirku tond.", "Se nagħmlu awtorità li verament ikollha s-saħħa li tordna lill-kunsill jirranġa x'imkien fejn ikun sar xogħol ħażin?", "Jiġifieri meta ssir xi ħaġa ħażina se jkun hemm min jieħu r-responsabbiltà?", "Jien għedt li f'Birkirkara saru culverts fejn l-ilma jibqa' sejjer fis- sistema tad-drenaġġ.", "Min hu responsabbli għal dan?", "Min approva x-xogħol li sar ħażin?", "Dan ix-xogħol irid jerġa' jinqala', jiġifieri jekk intnefqu Lm10,000 hemmhekk irridu nonfqu Lm20,000 oħra.", "F'Malta kollha jsiru dawn l-affarijiet u ħadd ma jieħu responsabbiltà ta' xejn għaliex l-affarijiet ma nagħmluhomx bis-serjetà.", "Jien mhux se noqgħod ngħid li tort tal- ministru li x-xogħol sar ħażin għax jien kont ministru u naf minn xiex jgħaddi.", "Dan mhux qed ngħidu biex ninċensa lill-Onor.", "Ċensu Galea - għax jien ma ninċensa lil ħadd u li jkolli fl-istonku tiegħi ngħidu - imma mhux sewwa li ħadd ma jieħu responsabblità ta' xejn.", "Nista' nsemmi każ meta darba ħarġet tender biex isir proġett u kien hemm offerta ta' Lm100,000 waqt li l-offerta ta' min ħa t-tender kienet ta' Lm50,000.", "Jien lil dan l- individwu bgħatt għalih u staqsejtu jekk kienx żgur li jekk nagħtuh l-order jagħmilha b'Lm50,000 u qalli li jagħmilha.", "Dan intrabat b'bond ta' xi Lm120,000 u meta għadda ż-żmien u staqsejtu meta se jibda qalli li ma kellux flus biex jibda.", "Imbagħad għax żammejtlu l-bond tella' lill-gvern il-qorti għax qal li dawn l-affarijiet qatt ma kienu saru qabel.", "X'jimpurtani jekk qatt ma kienu saru!", "Għalhekk isiru dawn l-affarijiet għax meta aħna norbtu lin-nies għandna naraw li l-affarijiet isiru sura ta' nies.", "F'Birkirkara, ħdejn il-każin tal-banda ta' Santa Liena u n-naħa tal- knisja ta' San Pawl, fejn jarmaw il-vara ta' Kostantinu, ilu maqlugħ erba' xhur.", "Qlajna kullimkien u issa min suppost qed jagħmel ix-xogħol qal li ma jistax isib tarf.", "Min qed ibati?", "Mhux in-nies!", "Issa meta jiġi s- sajf u joħorġu l-ġrieden, kull wieħed jaf jaqra u jikteb, x'se nagħmlu?", "Kif niġu ngħidu li ħadd m'hu responsabbli meta min ħa l-kuntratt t'hemmhekk kien marbut biż-żmien?", "Mhux il-ministru huwa responsabbli għal dak ix- xogħol u lanqas il-public works imma l-kunsill.", "Min ħa l-kuntratt kien jaf x'xogħol hemm qabel ma daħal għalih u ħadd m'għandu jipprova jgħaddi ż- żmien bin-nies.", "Ħalli nġib l-eżempju tal-vapur ta' Għawdex, li lkoll niftakru kemm għamilna festi kbar meta beda jaħdem, Sur President.", "Issa sibna li dan il-vapur ta' Għawdex ma jistax jitrakka peress li m'għamilnielux il-moll għaliex fi żmien il-gvern Laburista, meta konna bdejna nnaddfu r-ramel taċ-Ċirkewwa, l-awtorità ta' l-ippjanar żammietna minħabba li qalu li hemm xi qroll.", "Qed nerġa' nsemmiha din għax naf li jistħu minnha ta' l-awtorità ta' l-ippjanar.", "Kienu qalulna li jekk naqbdu r-ramel li hemm iċ-Ċirkewwa u nħalltuh mar-ramel li hemm l-Għadira jinqered ċertu dud.", "Mela minħabba dan id-dud il-vapur ta' Għawdex ma jitrakkax!", "Jekk taraw ir-rapport ta' l-awtorità ta' l-ippjanar issibu li waħda mir- raġunijiet kienet minħabba l-għaddasa.", "Issa jien ma nistax nifhem kif f'daqqa waħda il-Perit Cassar ftiehem magħhom għax lilna ma nafx kemm-il oġġezzjoni kien jaqilgħulna!", "Niftakar li kienu jsiru l-laqgħat - u kont nistenna li din tissemma hawnhekk - u s-Sur Cassar White kien jgħidli li rridu nagħmlu breakwater jekk irridu li jkollna an all-weather port.", "L- awtorità ta' l-ippjanar damet sena biex tiddeċiedi u mbagħad żammietna għax qlajna r-ramel.", "Allaħares ikollna awtorità bħal din!", "Jekk issibu r- rapporti dwar l-oġġezzjonijiet li kienu jagħmlulna taraw kif kienu ġennewna bihom.", "Bħalma diġà semmejt, darba minnhom żammewna biex ma jitħallatx id- dud taċ-Ċirkewwa mad-dud ta' l-Għadira, biex issa għandna vapur u ma jistax jaħdem għax m'għandux fejn jorbot!", "Aħna kellna kollox ippjanat biex isiru l-mollijiet u ma sar xejn minn dak kollu.", "Inutli noqogħdu ngħidu li dan irid ikun servizz effiċjenti għax huwa servizz bżonjuż għall-poplu jekk imbagħad m'għandux fejn jittrakka l-vapur.", "Jiena naqbel ma' dan kollu imma l-awtorità dwar it-trasport trid tifhem li trid tiġġeldilha lill-awtorità ta' l-ippjanar jekk trid tagħmel xi ħaġa għall-ġid tal-poplu u mela għall- ġid tad-dud li hemm fir-ramel!", "Mr Speaker, hemm involuti diversi aspetti f'dak li għandu x'jaqsam mat- trasport fit-toroq.", "Ċertament li naqbel li min ikisser kanna għandu jħallas għaliha u mhux kulħadd iħaffer u jħalli l-ħofor warajh.", "Il- kuntrattur irid ikun responsabbli li x-xogħol li jagħmel jagħmlu tajjeb, mhux imbagħad insibu li wara l-ewwel xita li tagħmel jinqala' kollox.", "Il- gvern Laburista kien beda jagħmel it-toroq bil-mod il-mod, għamel il- proġett ta' Buġibba u n-naħa t'isfel ta' Malta u għamel dawk l-affarijiet kollha f'sena u tmien xhur.", "Issa ejja ma noqogħdux nidħku bina nfusna għax aħna nafu kif kienet Buġibba u kif kien Wied il-Għajn, in-naħa ta' Marsaxlokk.", "Anke x-xogħol fuq in-naħa ta' Tas-Sliema kien bdieh gvern Laburista u mhux illum noqogħdu ngħidu li dak proġett tal-gvern Nazzjonalista.", "Il-Partit Nazzjonalista kien ilu disa' snin fil-gvern u m'għamel xejn hemm!", "(Interruzzjonijiet) Il-gvern Nazzjonalista kellu programm lest u li kieku tela' fl-1996 seta' kompla.", "Mela dawn kienu sena u nofs moħlija għax la kellu l-programm lest seta' baqa' għaddej u mhux issa noqogħdu ngħidu li għamilna awtorità għax l-awtorità jmissha saret mill-ewwel jekk kienet ippjanata.", "Iżda fil-verita' din kien ippjanaha gvern Laburista għax jien ma sibt xejn preparat meta sirt ministru.", "Jien ridt inġib kollox taħt kappa waħda u għalhekk naqbel magħha, iżda żgur ma naqbilx li d-dipartiment tat-toroq inpoġġuh taħt l-awtorità dwar it- trasport għaliex ma rridux li jsiru affarijiet doppji.", "Inkella nistgħu nżarmawh dan id-dipartiment għaliex ċertu xogħol fit-toroq illum isir mill- kunsilli lokali, il-permessi ma baqgħux taħtu imma ġew taħt l-awtorità ta' l-ippjanar - għax din hi l-bidu u t-tmiem ta' kollox - u issa se nneħħulu t- toroq, xi ħaġa li assolutament ma naqblux magħha.", "Naqblu li l-awtorità għandha jkollha liaison mad-dipartiment tat-toroq ħalli flimkien ifasslu fejn ġejjin it-toroq, imma x-xogħol għandu jsir min-naħa tad-dipartiment tat-toroq.", "Meta kien hemm liaison bejn il-ministeri sar ħafna xogħol.", "Mr Speaker, meta ġejna biex nibnu l-posta l-ġdida, gvern Laburista ffranka Lm2 miljun fuqha għax tliet kwarti mix-xogħol - bħat-tqegħid tal- madum, xogħol taż-żebgħa, xogħol ta' twieqi u ħafna xogħol ieħor - sar mid- dipartiment tax-xogħlijiet, għalkemm kellna tenders li kienu ħarġu qabel li ma stajniex noħorġu minnhom.", "Għaliex m'għandux ikun hemm liaison meta dan hu gvern wieħed?", "Naturalment lill-ħaddiema se ngħidulhom li kulħadd jista' jmur ma' dik l-awtorita' u ma' l-oħra!", "Forsi din qed nagħmluha biex ċerti nies li ma jistgħux ikunu mal-gvern naħbuhom taħt din l-awtorita' u taħt l- awtoritajiet l-oħra li għad irridu nagħmlu?", "Aħna nafu li l-awtorità tat- trasport hija awtorità finta għax ma ddaħħal flus minn imkien.", "Meta kont ministru kont ħadtha b'dejn ta' Lm0.6 miljun, la bolol ma kellha imħallsa, xejn.", "Xejn ma kellha mħallas ħlief il-karrozza taċ-chairman, imma aħna d-dejn ħallasnieh.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nagħmlu awtorità biex il- gvern jibqa' joħroġ il-flus hu bħalma kien isir fil-każ tal-posta?", "Mela l- posta għamilnieha kumpannija u l-flus kien joħroġhom il-gvern għaliex jekk ma jagħmilx letter of comfort favur dawn il-kumpanniji finta ma jsir xejn.", "Mhu veru xejn li l-gvern Nazzjonalista ħalla Lm500 miljun dejn imma ħalla Lm1,000 miljun dejn, għaliex is-Lm0.6 miljun dejn ta' l-awtorità tat- trasport pubbliku taparsi ma kienx tiegħu imma ta' l-awtorità; id-dejn li kellha l-Gozo Channel taparsi ma kienx tal-gvern imma tal-Gozo Channel; id- dejn tal-posta ma kienx tal-gvern imma tal-kumpannija tal-posta; id-dejn tat-Telemalta u l-Enemalta ma kienx tal-gvern imma kien tagħhom......", "Imma min irid iħallas għal dan id-dejn jekk mhux il-poplu Malti?", "Il-gvern kien jissellef fuq dawn il-kumpanniji u mbagħad jagħmlilhom letter of comfort.", "Kienu jiġu tal-posta jgħiduli biex nagħmlilhom letter of comfort - u hawn ngħidlu lil Gejtu Vella ħalli ma jinsiex - biex tagħmel tajjeb għaż-żieda li wiegħdu lill-ħaddiema fil-collective agreement.", "Meta staqsejtu jekk kellhomx flus biex jagħti ż-żieda qalli li flus m'hemmx.", "Jien għedtlu: Prosit, mela għalfejn għamiltu l-collective agreement?", "Meta kont fl-oppożizzjoni u kont nagħmel mistoqsijiet fil- parlament ma kenux iweġbuni għax kienu jgħiduli li dik kumpannija privata.", "Kollox sew, good luck to them, però ladarba hija kumpannija privata issa l- flus jiġbruhom huma u mhux niġborhom jien.", "Mela dawn il-kumpanniji taparsi privati però l-flus joħroġhom il-gvern, tajjeb hekk!", "Issa waħda mir-riformi li saru fi żmien gvern Laburista u rnexxiet kienet fid-dipartiment tal- liċenzji - ara din ħadd ma jsemmiha - fejn għedna li kulmin ikollu ċitazzjoni pendenti l-ewwel irid imur iħallasha qabel jingħata l-liċenzja.", "(Interruzzjonijiet) Dik aħna għamilniha mill-ewwel.", "Għalhekk jien faħħart u nibqa' nfaħħar lid-dipartiment tal-liċenzji; hemm jien ħallejt nies li qatt ma ħarsu lejn kuluri u x-xogħol kien isir.", "Jien ma noqgħodx nibża' ngħidhom dawn l-affarijiet.", "Kien hemm nies li kont nieħu pjaċir naħdem magħhom għax kienu jafu fejn ridt nasal.", "Nispera li meta tiġu biex tagħmlu din l-awtorità ma tkissrux dak id-dipartiment, wieħed mill-ftit li jaħdmu b'effiċjenza.", "Mr Speaker, qabel l-elezzjoni ta' l-1996 il-gvern Nazzjonalista kien wiegħed lis-sidien tal-karrozzi tal-linja li se jagħtihom Lm22,000 għal kull bus biex jibdluhom kollha.", "L-ewwel kienu se jġibuhom low floor u mbagħad qalu li se jġibuhom super low floor, imbagħad meta sirt ministru jien u dawn ġew għal sehemhom ma sibt xejn ivvotat għalihom.", "Kulma kien hemm kien vot nominali biżżejjed biex inġibu ħames karrozzi tal-linja.", "Tan- naħa l-oħra bdew jattakkawna għax ma ġibnihomx, imma jekk ma kienx hemm il- flus kif stajna nġibuhom?", "Il-ministru jaf kemm jiswew dawn il-karrozzi.", "Lilna kienu talbuna mal-Lm65,000-il waħda biex inġibuhom super low floor.", "Barra minn hekk, skond ir-rapport dawn iridu jiġu daqs l-għoli tal-bankina.", "Jien bdejt nistaqsi daqs liema bankina għax hawn ħafna qisien ta' bankini!", "Basta għamilna l-bankini biex nagħmlu pjaċir lil xi canvasser ta' dak jew ta' l-ieħor, imbagħad il-bankini għamilnihom ta' qisien differenti!", "Illum qed jgħidu li l-karrozzi tal-linja mhux se jibdluhom u li ma jistgħux jibqgħu jiġu ta' dak il-kobor.", "Aħna qatt m'għedna hekk imma meta ġejt b'dik il-proposta hawnhekk jekluni riedu!", "Meta konna fil-gvern aħna għednielhom li l-gvern kien lest li joħroġ Lm1 miljun u jirranġaw huma bejniethom.", "Aħna qatt ma ridna nnaqqsuhom il-karozzi tal-linja, imma allura kif issa qed tgħidu li se tnaqqsuhom?", "Għaliex?", "Forsi qed nibżgħu ngħidulhom li l-għada li nidħlu fl-Unjoni Ewropea ma nkunux nistgħu nħallu monopolji?", "Allura qed ngħidulhom li m'hemmx bżonn iġibu 500 karozza tal- linja għax bi 300 ninqdew.", "Mhux b'kollox tinqeda' f'Malta!", "Jien smajt lill-ministru jgħid - u naqbel miegħu - li ma jistax ikun li nibqgħu bis- sistema li biex tmur Ħad Dingli trid tmur il-Belt l-ewwel.", "Aħna hekk ridna nagħmlu u konna diġà bdejna naraw fejn ġejjin l-erba' bus termini.", "Kien se jsir wieħed Buġibba, li jkollu fergħa ċ-Ċirkewwa, wieħed kien se jsir Wied il-Għajn, ieħor Marsaxlokk u ieħor il-Belt.", "Meta ressaqna l-pjani tagħna 'l quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar din bdiet issib l-oġġezzjonijiet kollha u lill-ministru nawguralu li ma jsibx l-oġġezzjonijiet li sibt jien.", "Bi ftehim mas-sidien tal-karozzi tal-linja, il-gvern kien diġà kkommetta ruħu għal Lm1 miljun fis-sena għal erba' snin biex nibdew nibdlu l-karozzi bil-mod il-mod għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett kulħadd jaf kif sibna l- finanzi tal-gvern.", "Imma kien hemm raġuni oħra wkoll għax kien hemm xi sidien li kienu għadhom kemm lestew it-trakk - għax huma trakk jgħidulu - u naturalment dawn nefqu l-eluf tal-liri fuqhom.", "Allura se nkissruhomlhom lil dawn u narmu dawk l-eluf ta' liri biex inġibu l-ġodda?", "Issa ħafna minna qed jgħidu li l-karrozzi tal-linja għandhom ikunu super low floor minħabba l-handicapped.", "Jiena naqbel magħha, imma allura l-coaches ikunu b'erba' tarġiet?", "Dawn l-affarijiet ma nistax nifhimhom jien.", "X'se nagħmlu bil-coaches?", "Nibdew nagħmlu l-ilma imbierek u dak li jkun ifieq biex ikun jista' jitla' l-coach!", "Meta kont bdejt nagħmel dawn il-mistoqsijiet ħadd ma tani tweġiba.", "Jiġifieri l-coaches jista' jkollhom seba' tarġiet u l- oħrajn bilfors irridu nonfqu Lm65,000 biex inġibuhom super low floor!", "Għiduli għax din għadni ma nistax nifhimha jien.", "Barra minn Malta dawn mhux kollha huma super low floor għax hemm ċerti karozzi, li jgħaddu kull siegħa, li jista' jirkeb fihom kulħadd.", "Imma ejja nibdew nirraġunaw għax fejn jaqblilna kulħadd iġebbed u fejn jaqblilna narmu l-flus.", "Il-gvern preċedenti Nazzjonalista kien wegħedhom li l-karozzi tal-linja kellhom jinbidlu kollha meta kien jaf li għal operazzjoni bħal din irridu nonfqu ma' l-Lm10 miljun.", "Min għamel id-depożitu ta' Lm500 kien se jieħu Lm22,000 u lil min m'għamilx id-depożitu kienu se jagħtuh Lm20,000.", "Meta jien staqsejt lill-attorney general qalli li jien kont marbut li nagħtihomlhom dawn il-flus.", "Issa x'sar minnha din ir-rabta?", "Jista' jkun li taret għax illum smajt li m'għadhomx marbutin li jagħtuhom il-flus!", "Mela m'għadniex se nibdluhom il-karrozzi tal-linja?", "Issa qed ngħidu li se nġibuhom iżgħar?", "Ejja ngħidu x'irridu għax dawn huma ħwejjeġ ta' interess għal kulħadd.", "Jiġifieri dan il-gvern issa se jorbot lill-gvern ta' warajh li l-karrozzi ma jġibhomx b'seating capacity ta' 45 imma ta' 100, bħalma kien ipprova jorbot lilna għax kienu jafu li kienet ġejja l-elezzjoni?", "Kien wiegħed ħafna affarijiet meta flus ma kienx hemm, Jien nista' nwiegħdek li jekk tivvota lili ma tmutx, imma kemm inkun realistiku jekk nagħmel dik il- wegħda?", "U hekk ġralna fil-każ tas-sidien tal-karrozzi tal-linja.", "Jien sibt dak it-trouble għax kulħadd wegħedhom kollox qabel l-elezzjoni.", "Dawn riedu kollox meta ma kienx hemm flus ivvotati għalihom.", "Għal din ir-raġuni li kellna dawk il-kwestjonijiet kollha.", "Imma issa lanqas naqbel li issa nwaħħlu kollox fix-xufiera!", "Mr Speaker, l-awtorità dwar it-trasport se tkun tista' tagħmel rotot ġodda?", "Qed nistaqsi dan għax darba kelli kwestjoni fuq ir-rotta tar-Rabat għax ix-xufiera ma riedux imorru l-Imtarfa.", "Jien għedtilhom li kellhom dritt jirrifjutaw li jagħmlu l-vjaġġ għax il-karrozza tagħhom u ma stajtx nikkmandahom, imma lili ma jistgħux jorbtuli jdejja jekk irrid nagħmel linja ġdida.", "U llum għandna dan il-każ ta' Wied il-Għajn, fejn jaqblilna nagħmlu linja għat-turisti u anke għall-ħaddiema.", "Hemmhekk qlajna l-linja tar-residenti, għamilnieha għat-turisti biss u meta tasal f'ċertu post il- bus tkun diġà mimlija bit-turisti u l-ħaddiema jibqgħu jistennew fuq l- istage fil-ħin tax-xogħol.", "M'hemmx dubju li s-servizz tal-karozzi tal- linja jrid jitjieb fuq ir-rotot kollha, partikolarment fuq ir-rotta taċ- Ċirkewwa.", "Niftakar li meta konna żgħar u konna mmorru Għawdex, qabel ma jitlaq il-vapur mill-Imġarr il-pulizija tax-xatt kien iċempel il-Marfa biex javża dwar in-numru ta' passiġġieri abbord, biex meta naslu Malta nsibu lil tal-linja jistennew u mhux tasal u ma ssib xejn.", "Ġieli n-nies damet tistenna hemmhekk nofs siegħa fix-xita.", "Issa din l-awtorità se jkollha s-saħħa li teħodlu l-liċenzja lil min jagħmel hekk?", "Jien kont ngħidilhom li t-trakk tagħhom iżda l-liċenzja tiegħi!", "Din l-awtorità se jkollha din is-saħħa?", "Ma jien nara xejn dwar dan f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Issa dan mhux qed ngħidu għal tal-karozzi tal-linja biss imma għal kulħadd.", "U jekk il-ministru jgħidli li l-awtorità se jkollha din is- saħħa, kif se tkun?", "Li ċerti affarijiet nagħmluhom u ċerti affarijiet le!", "Jien ħadt pjaċir li l-ministru se jimxi fuq il-passi li kont bdejt jien rigward il-liċenzja u jekk irid iwaħħal fija fuq din ma jimpurtax għax il- poplu favur tiegħi!", "Il-liċenzja għandha tkun bil-punti u wieħed irid jagħmel test kull tant żmien u mhux tibqa' għal dejjem.", "Għax inkella malli wieħed jagħlaq 18-il sena jieħu l-liċenzja tas-sewqan u jibda jkisser u jfarrak u l-liċenzja tiegħu tibqa' għal dejjem.", "Il-gvern se jikrihielek il- liċenzja u dment li inti tibqa' ssuq sew tibqa' għandek.", "Din bħal-liċenzja tal-ħanut għax jekk tal-ħanut jikser il-kundizzjonijiet tal-liċenzja l- gvern għandu dritt li jeħodhielu.", "Nerġa' ngħid li ħadt pjaċir li l-Onor.", "Ċensu Galea qal li se nkunu aktar severi fejn tidħol il-liċenzja.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk, li wieħed jieħu l-liċenzja u jsuq kif irid.", "Jien mhux qed ngħid għaż-żgħażagħ biss għax hawn kbar li jsuqu bl- addoċċ ukoll.", "Qed ikollna wisq diżgrazzji u mbagħad noqogħdu ngħidu miskin.", "Kulħadd moħħu fis-seatbelt, li hija xi ħaġa tajba, imma ejja nagħtu kas ta' kollox.", "Jiddispjaċini ngħid li dixxiplina fit-traffiku ma hawn imkien, u jekk tara ċ-ċitazzjonijiet issib li fuq il-parking l-aktar li jingħataw.", "Jiena naqbel li jsiru l-cameras fit-toroq ħalli jinqabad min jagħmel overspeeding, bħalma qbilt ukoll mal-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mas- sewqan perikoluż, imma kemm kien hemm każi li ttellgħu l-qorti u żammejnielhom il-liċenzja?", "Kultant tisma' li wieħed żammewlu l-liċenzja għal sena u smajna żewġ każi fejn nies ħadu somma flus għax sfaw disabled.", "L-awtorità għandu jkollha bord li jkollu saħħa ta' qorti, li quddiemu ttella' lil dawn ix-xufiera li tinżammilhom il-liċenzja.", "Mhux sewwa li ċerti xufiera, inklużi tat-taxis, tal-linja u anke tal-kiri, jagħmlu li jridu għax dawn jagħtu name ħażin lit- trasport pubbliku.", "Jien qrajt l-emendi li se jsiru fl-abbozz ta' liġi li għandi quddiemi - hawn kif se taħdem l-awtorità, kif se timpjega lin-nies u x'se jkollha taħtha - iżda m'hawn xejn provdut biex din l-awtorità jkollha s-saħħa ħalli verament iżżomm dixxiplina fit-toroq.", "Dawn l-affarijiet iridu jkunu ċari biex il-poplu jkun jaf ma' xiex se jħabbat wiċċu b'din l- awtorità.", "Mr Speaker, aħna pajjiż imdawwar bil-baħar u allura rridu naraw ukoll li l-inġenji tal-baħar joqogħdu għar-regolamenti.", "Dawn suppost jaqgħu taħt l- awtorità tat-trasport iżda meta jinqala' xi każ ta' irregolarità l-MMA tgħid li dawk jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha.", "Is-sabiħa hi li wieħed li jidħol u jfarrak bi speedboat intellgħuh il-qorti iżda l-maġistrat jilliberah u jgħidlu biex ma jerġax u jekk ikun ħalla lil xi ħadd immankat qisu ma ġara xejn!", "Illum jekk wieħed ikollu avukat tajjeb jeħlisha ħafif u min jibqa' mmankat jibqa' jħares, anzi jgħidulu: Irringrazzja lill-Bambin li għadek ħaj!", "Għaliex m'għandux ikun hawn sistema ta' punti biex jekk wieħed jagħmel xi kontravenzjoni jista' jitlef anke l-liċenzja?", "Se nibqgħu bis-sistema li ma nikkonsidrawx l-età ta' l-inġenji tal-baħar, b'wieħed li jkollu mutur f'idejh nippermettulu jieħu l-liċenzja faċilment?", "L-awtorità dwar it-trasport se tieħu ħsieb tiċċekkja li l-laneċ kollha li jġorru t- turisti jkunu verament seaworthy, jew inkella kulmin għandu biċċa dgħajsa se nagħtuh il-liċenzja?", "Meta kont nitkellem ma' l-uffiċjali ta' l- awtorità marittima dwar dan kienu jgħiduli: Aħna naraw humiex seaworthy imma l-liċenzja toħroġha l-awtorità dwar it-trasport.", "Għandna nibdew nagħmlu inspections biex naraw min qed isuq dawn l-inġenji u jekk humiex qed isuqhom sew.", "Issa aħna se nitfgħu dawn l-affarijiet kollha fuq l- awtorità l-ġdida jew le?", "Mr Speaker, nerġa' ndur fuq it-toroq u nistaqsi jekk hux se jkun hemm min hu accountable jekk, per eżempju, wieħed jgħaddi minn triq u jikser siequ minħabba xi ħofra.", "Fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea wieħed jista' jfittex lill-kunsilli lokali jew lill-awtorità f'dak il-każ, imma f'Malta lil min tista' tfittex jekk ħofra tkun ilha hemmhekk u m'għamilha ħadd?", "Il- kunsilli lokali kollha qed jagħmlu sleeping policemen ma' kullimkien u kulmin jgħaddi bil-karozza jtajjar is-silencer għax dawn lanqas biss huma miżbugħin imma ssibhom ma' wiċċek u jkorruk!", "Min hu responsabbli għal dan?", "Ħaġa oħra li ssir ta' spiss hija li jagħmlu triq one-way imma mbagħad jinsew jaqilgħu l-one-way sign min-naħa l-oħra; jew inkella bħalma ġara f'Buġibba kulħadd jaqla' u jwaħħal s-signs u s-sewwieqa jduru u jerġgħu jsibu one-way oħra ma' wiċċhom.", "Dan ġara għax kien hemm it-traffic control board li ried mod, il-kunsill lokali ried mod ieħor u l-awtorità dwar it- trasport riedet mod ieħor!", "Min se jkun responsabbli minn dawn l- affarijiet?", "Se jibda jinżamm xi ħadd responsabbli meta jitħaffer gandott u ma jkunx hemm dawl maġenbu?", "Qatt smajna li xi ħadd ttella' l-qorti għalhekk?", "Mr Speaker, jeħtieġ li l-awtorità dwar it-trasport ikollha inspectors biex jaraw li, per eżempju, ħadd ma jipparkja trakk m'għola sular jew xarabank wara l-bieb tan-nies.", "Infatti l-liġi tgħid li jekk wieħed jitlob permess għal coach, l-awtorità l-ewwel tara jekk għandux garaxx fejn ipoġġiha.", "Naturalment dejjem se ssib xi perit li jkun lest jiffirmalu lill- applikant li taparsi beħsiebu jibni garaxx u nispiċċaw b'kull trailer daqshiex ipparkjat barra, qisu ma ġara xejn.", "Jien niftakar li darba minħabba traskuraġni ta' bniedem li ħalla gaffa mingħajr dawl fit-triq, ħabib tiegħi li kien bil-mutur ħabat magħha u qatgħetlu rasu barra u ħadd ma nżamm responsabbli.", "Nammetti li wieħed għandu dritt jipparkja karozza żgħira quddiem bieb imma mhux gaffa jew xarabank, trailer jew trakk!", "Qabel ma tagħti l-liċenzja ta' trakk l-awtorità trid tara li dak li jkun ikollu fejn ipoġġih, jew għallinqas il-kunsill għandu jipprovdi ċerti postijiet, bħalma hemm barra, fejn wieħed iħallas xi ħaġa żgħira u jipparkja hemmhekk, għax jien nemmen li bniedem li għadu kemm xtara trakk tal-linja u ħareġ Lm40,000 mill-but bilfors isibha naqra diffiċli biex jixtri garaxx kbir mill-ewwel li jiġi jqumlu ħafna aktar minn hekk.", "Għalhekk irid ikun hemm parking spaces għal dawn il-vetturi l-kbar għaliex illum anke l-kunsilli sikwit ikollhom ilmenti mingħand in-nies biex dawn ma jipparkjawlhomx iktar wara l-bieb.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hija li minn toroq dojoq tara għaddejjin trakkijiet daqs hawn, però mbagħad issib li minn toroq wesgħin f'postijiet tal-puliti - ma nsemmix fejn biex ma nweġġa' lil ħadd - trakkijiet ma jitħallewx jgħaddu jekk mhux for loading or unloading.", "Imbagħad minn ġo triq dejqa, għax hemmhekk joqgħod Ċikku l-poplu, jgħaddi trakk li jekk ma toqgħodx attent jgħaffġek mal-ħajt!", "Se nirranġawhom dawn l-affarijiet?", "Il- kunsilli lokali jafuhom dawn il-problemi imma meta tmur għandhom jgħidulek li l-pulizija hija responsabbli minn dawn l-affarijiet.", "Jien naqbel ma' ħafna affarijiet li hawn f'din il-liġi, speċjalment dwar it-twaqqif ta' din l-awtorità għaliex dan hu li kellu f'rasu l-gvern Laburista, imma ma nistgħux inħallu l-affarijiet fl-ajru.", "Jiġifieri mhux nagħmlu awtorità bil- pompa kollha u ma neħdux ħsieb dawn l-affarijiet iż-żgħar - għalina żgħar imma għall-poplu huma xi ħaġa kbira - li jkollna nħabbtu wiċċna magħhom kuljum.", "Jien smajt lill-ministru jitkellem fuq il-culverts u d-drenaġġ - l-Onor.", "Ċensu Galea żgur li jaf x'inhu jgħid iktar minni għax huwa perit! - imma għalkemm m'iniex perit xi naqra sens komun għandi wkoll.", "Kif kont qed ngħid fil-bidu, f'Birkirkara sar xogħol bl-għaġġla mill-kunsilli preċedenti u llum sibna li se jkollna nerġgħu naqilgħu kollox għax kien hemm xi ħadd irresponsabbli li għamel culverts li ma jlaħħqux u l-ilma qed jitħallat mad- drenaġġ.", "Min kien dan il-miġnun li għamilhom?", "Min se jieħu r- responsabbiltà fuq spallejh talli saru dawn?", "Ikun hemm sindku li saru fi żmienu imma mbagħad la telaq m'għadux iktar responsabbli u qisu ma ġara xejn!", "Dan x'jiġifieri, mela inti flusek infaqt?", "Dawk flus il-poplu!", "Barra minn hekk, mhux talli qlajna l-wied ta' Birkirkara u ħallejnieh hekk talli tajna l-permess li jibnu fih ukoll!", "Ejjew araw id-diżastru li hemm, kif hemm fi bnadi oħra.", "Issa ladarba b'din il-liġi li se ngħaddu t-toroq se jaqgħu taħt l-awtorità dwar it-trasport, allura din se tgħid li mhux tort tagħha imma ta' l-awtorità ta' l-ippjanar għax hi tat il-permessi hemmhekk?", "Jien naqbel li jsiru ċerti affarijiet imma ma rridux noħolqu iktar red tape.", "Nerġa' nistaqsi jekk l-awtorità dwar it-trasport hix se jkollha s-saħħa li timponi li jkun hemm servizz effiċjenti mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa u li l- Għawdxin jkollhom servizz tal-linja adegwat miċ-Ċirkewwa għall-Belt.", "Ġieli lanqas ikun hemm karozza waħda għal vapur sħiħ fis-7.00 a.m meta l- Għawdxin ikunu ġejjin għax-xogħol!", "Se jibda jsir bħalma kien isir qabel, li l-pulizija taċ-Ċirkewwa jċemplu lil ta' Malta biex javżaw kemm hemm nies fuq il-vapur li jridu jużaw tal-linja?", "Wara li ħadu ż-żieda se jkun hemm kontroll fuq ix-xufiera tal-karozzi tal-linja ġo Għawdex ħalli mhux jiddeċiedu huma jekk imorrux il-Qala, jekk imorrux in-Nadur jew jitilgħux ir-Rabat u jgħidulek biex issib trasport minn hemm?", "L-awtorita' dwar it- trasport se tieħu ħsieb tiċċekkja li dawk il-laneċ kollha li jġorru t- turisti jkunu verament seaworthy, jew inkella kulmin se jkollu biċċa dgħajsa nagħtuh il-liċenzja?", "Meta kont nitkellem ma' l-awtorita' marittima kienet tgħidli: Jien nara humiex seaworthy imma l-liċenzja l-awtorita' dwar it-trasport toħroġha!", "Dawn huma l-affarijiet li jdejqu lill-poplu.", "Mr Speaker, nistaqsi wkoll aħniex se nżommu ċerti monopolji, għax aħna fejn jaqblilna nżommu l-monopolji u fejn jaqblilna le.", "Ġo Għawdex se nibqgħu bis-sistema li l-buses iservu għat-turisti u għal kulħadd?", "Il- ministru qal li t-turist m'għandekx tħallih jistenna, pero' lanqas naqbel li ġo Għawdex il-karozza tal-linja tmur għat-turist, tmur għat-tfal ta' l- iskola, imbagħad jekk jibqagħlu ħin imur għall-commuters Għawdxin.", "Ma tistax taħdem hekk.", "Jew inkella jitlaq it-tfal ta' l-iskola hemm biex imur għat-turisti, jew jieħu lit-tfal ta' l-iskola u jitlaq lit-turist!", "Ma jistax ikun li kulħadd jagħmel li jrid.", "Ejja ħa nitkellmu kollox.", "L- awtorita' se tieħu ħsieb li t-traġitt tal-merkanzija bejn Malta u Għawdex ma jibqax isir kif inhu llum, x'ħin ifettillhom itellgħuha u x'ħin ifettillhom ma jtellgħuhiex.", "Dawn l-affarijiet jaqgħu wkoll taħt l- awtorita' li se nwaqqfu għaliex l-awtorita' dwar it-trasport ma tinkludix biss is-servizz tal-karozzi tal-linja.", "Jekk se mmorru għal- liberalizzazzjoni, issa li l-poplu qed iħallas 4c iżjed għall-karozza tal- linja ħa l-valur lura?", "Għax meta żidna l-4c għedna li se jsir ċertu titjib imma ma sar xejn minn dan għax il-karozzi tal-linja ħafna minnhom m'għandhomx ħinijiet.", "Biż-żieda li tajna xorta bqajna fejn konna.", "Se jsir titjib biex il-poplu jkun moqdi għax jekk il-poplu mhux se jkun moqdi inutli nagħmlu awtorità.", "Jiena nemmen li l-intenzjoni tal-kollega tiegħi hija tajba għax allaħares il-ministru - ikun min ikun, jista' jkun minn din in-naħa - jagħmel xi ħaġa sempliċement biex ikun għamel xi ħaġa.", "Il- ministru huwa bniedem serju - konna naħdmu flimkien fil-qasam ta' l- agrikoltura u erġajna ġejna flimkien fil-qasam tat-trasport - u naf li dak li jagħmel jagħmlu biex il-poplu jinqeda aħjar.", "Aktar kmieni għedt li għamilna awtorità ta' l-ippjanar li ġiet qisha xi alla.", "Din jien ma nemminx li se tkun hekk.", "Allaħares tkun hekk għax allura aħjar ma nagħmlu xejn!", "Imma l-awtorita' jrid ikollha s-saħħa li jekk għada tibda tippjana t-toroq, jekk għada se tippjana aktar stages, ma tmurx għand l-awtorita' ta' l-ippjanar u ddum is-snin tistenna l-permess.", "Illum wasalna fi stat li biex tibdel gallerija trid iddum tistenna l- permess sitt xhur!", "Jekk ix-xogħol li trid tagħmel l-awtorita' tat-trasport se jkun jiddependi fuq x'deċiżjonijiet tieħu l-awtorita' tal-bidu u tat- tmiem - għax jien hekk insejħilha l-awtorita' ta' l-ippjanar, l-alpha u l- omega; kollox hi u li tgħid hi biss tajjeb, m'hawn ħadd jifhem, huma biss jifhmu! - allura se jiġrilha bħalma ġara lili meta ridt nagħmel il-bus termini u spiċċajt m'għamilthomx għax żammewni.", "Kieku dawk lesti llum!", "Kienu se jsiru bis-saħħa tal-gvern, bis-saħħa tan-nies tal-gvern u jiena nemmen li l-awtorita' t-toroq veru għandha tippjanahom hi- u għandu jeħodni in good faith il-ministru - imma x-xogħol għandu jsir min-naħa tal-public works.", "MR SPEAKER: Onor. Debono Grech, ippermettili mwaqqfek għax-sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nippropona l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Mejju 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, illum xtaqt nitkellem fuq tliet aspetti li huma ta' natura pjuttost legali u li naħseb jimmeritaw konsiderazzjoni minn dan il-parlament.", "L-ewwel xtaqt nibda billi nitkellem ftit fuq l- użura, ċioe' meta dak li jkun jislef il-flus u minflok ma jieħu imgħax skond dak li tippermetti l-liġi, jesaġera u jieħu, per eżempju, iktar minn 20% jew 30%.", "Kif jaf kulħadd - u għalhekk qed inqajjimha biex forsi ssir bidla fil- liġi, u jekk hemm bżonn għada pitgħada anke nippreżenta abbozz ta' liġi f'dan is-sens - fil-liġi tagħna l-kwestjoni ta' l-użura hija kkontemplata biss fil-Kodiċi Ċivili għax m'hemm xejn li jikkontempla l-użura fil-Kodiċi Kriminali.", "Qed ngħid dan għaliex naħseb li qed isiru ħafna abbużi.", "Bħala avukat jien għandi esperjenza ta' ħafna klijenti li rrovinaw ruħhom minħabba l-użura u kien hemm min anke saħansitra kkommetta jew ittanta jikkommetti suwiċidju għaliex l-użura s'hemm twassal, fis-sens li bniedem ikun issellef ammont żgħir u jħallas kemm iħallas minflok ma jonqoslu l- ammont dejjem jiżdiedlu.", "Ħafna drabi min jislef b'dan il-mod ikun ta' ċerta notorjeta` u dak li jkun ikun jibża' minnu u allura min jissellef jispiċċa f'pożizzjoni fejn isir qisu l-iskjav.", "Min jissellef b'dan il-mod irid jaħdem u jagħmel ħafna sforzi biex jissaldja d-debitu.", "Jien għandi klijent mill-Marsa li kien iddejjen b'dan il-mod u spiċċa tant għandu dejn li jaħdem żewġ jobs hu - martu taħdem ta' seftura wkoll - u jħallas kemm iħallas xorta d-dejn dejjem jiżdiedlu.", "Mr Speaker, qed inqajjem dan il-punt għaliex nixtieq nirrikkmanda lil dan il-parlament sabiex jagħti ftit attenzjoni fuq dan il-punt - trid tkun fil- professjoni legali biex verament tkun taf minn xiex jgħaddu dawn in-nies - u ssir leġislazzjoni ħalli min jabbuża b'dan il-mod ikollu wkoll sanzjoni kriminali.", "Għandu jkun hemm sanzjoni kriminali li tikkontempla li min jinqabad jesaġera fl-imgħax jeħel piena permezz ta' multa jew ħabs.", "Naturalment meta wieħed jitkellem b'dan il-mod irid iħalli ċertu spazju fis- sens li min jislef fuq l-idejn qed jieħu riskju akbar minn bank jew minn xi ażjenda jew ditta rikonoxxuta li tislef il-flus - meta bank jew soċjeta` kummerċjali jisilfuk il-flus, dawn ikollhom a favur tagħhom garanziji tajbin, mentri min jislef fuq l-idejn ikun qed jieħu r-riskju hu għaliex m'għandu l-ebda assigurazzjoni li se jitħallas lura - u allura bilfors li wieħed irid iħalli ċerta latitudni li l-limit ta' l-imgħax jista' jitla' anke sa 13%, 14% jew 15% minħabba r-riskju li jkun qed jittieħed, pero` mhux inħalluha kif inhi fejn hemm min f'sena jieħu anke 100% imgħax.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm sanzjoni kriminali biex dawn l-abbużi jieqfu darba għal dejjem għaliex mhux sew li nħallu nies jissallbu b'dan il- mod.", "Niskanta kif fil-Kodiċi Kriminali tagħna m'hemm xejn li jikkontempla dan l-istat ta' fatt u naħseb li dan huwa suġġett li l-parlament irid jikkonsidra b'ċerta urġenza.", "Fil-fatt jekk ma jkunx hawn żvilupp f'dan is- sens jien inressaq a private member's bill fuq dan is-suġġett.", "Dan hu l- ewwel punt li xtaqt nitkellem fuqu.", "It-tieni punt li xtaqt nitkellem fuqu - kif diġa` għedt qed nitkellem dwar punti legali - huwa dwar il-kwestjoni ta' community service.", "Dan l- aħħar erġajna osservajna li l-istituzzjoni tal-ħabs reġgħet ġiet in the limelight minħabba li ħarġu l-priġunieri, pero` reġa' nfetaħ dibattitu sħiħ fuq il-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "U qed ngħid \"faċilita` korrettiva ta' Kordin għaliex l-iskop aħħari ta' piena m'huwiex biss dak retributtiv, jiġifieri li tpattiha lil dak li jkun, u lanqas huwa biss ta' deterrent - xorta għadu l-iskop ta' deterrent għaliex jekk ma jkunx hemm ħabs kulħadd jibda jabbuża - imma hemm skop riformatorju wkoll.", "Kien il-Partit Laburista li bil-Probation of Offenders Act ta' l-1958 żviluppa dan il- kunċett modern ta' piena, jiġifieri li bniedem mhux biss iġġiegħlu jpatti għal dak li jkun għamel, u lanqas li tbeżża' lil ħaddieħor milli jagħmel dak id-delitt, imma li lil dak li jkun tipprova tirriformah u terġa' ġġibu f'pożizzjoni fejn ikun jista' jerġa' jintegra ruħu fis-soċjeta`.", "Kif diġa` għedt, għal dan il-għan kien sar il-Probation of Offenders Act, liema liġi kienet reġgħet ġiet emendata meta daħħalna s-sentenza sospiża, sistema li l-maġistrati u l-imħallfin għarfu jħaddmuha b'kawtela u bi prudenza u qed imexxuha b'mod tajjeb ħafna.", "L-Istat stess kien ukoll irrikonoxxa l- bżonn li jistituzzjonalizza u jgħolli għal livell professjonali l-karriera ta' welfare officer u ta' probation officer u b'hekk pajjiżna llum igawdi minn ammont sostanzjali u raġonevoli ta' nies speċjalizzati f'din il-linja, pero` minkejja dan kollu l-maġistrati għadhom jibku għal riforma oħra, u nispjega x'irrid ngħid b'dan.", "Ħafna drabi maġistrat jiġi ffaċċat b'sitwazzjoni fejn ma jkunx irid jitfa' lil dak li jkun il-ħabs jew għaliex ikun a first-time offender jew għaliex ir-reat ma jkunx daqstant gravi li jimmerita sentenza ta' ħabs, pero` la m'għandux alternattiva bilfors jispiċċa jikkundanna lil dak li jkun għal dak li nsejħulu conditional discharge, jiġifieri jilliberah bil- kondizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien perijodu stipulat.", "Kemm fuq il-kontinent kif ukoll f'ċerti stati Amerikani żviluppa l-kunċett li biex lil dak li jkun tgħallmu li dak li jkun għamel mhux kwestjoni ta' xejn m'hu xejn - għax ħafna min-nies li jitressqu l-qorti meta jieħdu din it-tip ta' probation sfortunatament iqisuha bħala li ma weħlu xejn - trid tgħabbih b'ċertu element ta' responsabilita`, fis-sens li jekk ikun weġġa' lis- soċjeta` irid iroddilha xi ħaġa lura biex is-soċjeta` stess tifhem li min qed jagħmel ħsara kontra tagħha b'mod qed ipatti għaliha.", "F'pajjiżna wkoll saru suġġerimenti f'numru ta' sentenzi interessanti minn uħud mill- maġistrati tagħna sabiex tiġi introdotta din is-sistema.", "U m'iniex l-ewwel deputat parlamentari li qed nitkellem fuq dan il-punt.", "Fil-bidu ta' din il- leġislatura, jiġifieri madwar sena u nofs ilu, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Jason Azzopardi kien ħajjar lill-gvern jagħmel riforma billi jemenda l- Probation of Offenders Act b'mod li jagħti poter lill-ġudikanti li jekk iħossu li huwa l-każ jistgħu jikkundannaw lil dak li jkun għal community service.", "Dan ifisser li dak li jkun, minflok ma tagħtih conditional discharge u tgħidlu li qisu ma ġara xejn, tgħidlu li huwa kkundannat jagħmel 80 siegħa community service biex ipatti għal dak li jkun għamel u b'hekk dak li jkun iħoss ir-responsabilita` ta' dak li jkun għamel u min- naħa l-oħra s-soċjeta` tkun tista' tapprezza li dak li weġġagħha qed iroddilha xi ħaġa lura.", "Ħalli issa ngħaddi għat-tielet punt li xtaqt nitkellem dwaru li huwa l-plea bargaining, Sur President, xi ħaġa li kont qajjimt xi sentejn ilu waqt id-diskussjoni tal-budget.", "Dakinhar kont spjegajt li barra minn Malta hemm istituzzjonalizzat il- plea bargaining, jiġifieri hemm leġislazzjoni idonea ta' kif tirregolarizza l-plea bargaining.", "Dan isir billi l-prosekuzzjoni u l-avukat, wara li jkunu tkellmu bejniethom, imorru quddiem il-maġistrat jew l-imħallef u jgħidulu kif iħossu li għandha tkun il-piena.", "L-imħallef jew il-maġistrat jara jekk dak li jkunu ftehmu l-avukati bejniethom huwiex raġonevoli u jekk ikun ta' dik il-fehma allura l-kawża tieqaf hemm.", "F'Malta din is-sistema m'hijiex regolata pero` ma jfissirx li m'hijiex qed issir.", "Fil-fatt qed issir b'mod informali għax tmur ma' l-ispettur quddiem il-maġistrat, jew jekk il-kawża tkun quddiem imħallef fil-qorti kriminali tmur mal-prosekutur u titkellem ma' l-imħallef, u tgħidlu x'inhu il-ħsieb taż-żewġ partijiet u ħafna drabi l-maġistrat jew l-imħallef joqgħod fuqek, pero` imbagħad għandek imħallfin u maġistrati oħra li ma tistax tavviċinahom b'din it-tip ta' proċedura.", "U jien naħseb li m'huwiex fair imbagħad li avukat jispiċċa f'pożizzjoni fejn ikun ftiehem ma' l-ispettur, ikunu qed jaqblu li ċerti reati jirriżultaw u oħrajn le u kważi jkunu qed jaqblu fuq il-piena, ikun ta parir lill-klijent tiegħu imbagħad imur quddiem il-ġudikant u jispiċċa b'sentenza sospiża.", "Barra minn hekk il-plea bargaining taqta' persentaġġ qawwi mill-kawżi kriminali.", "Jien nista' nassigura lil dan il-parlament li f'70% jew 80% tal-kawżi kriminali l-avukati difensuri jkunu lesti u disposti li jittransiġu l-kawżi b'dan il-mod u jammettu.", "Jiġifieri jekk aħna nilleġislaw u nagħmlu din it-tip ta' liġi nkunu l-ewwelnett qed inħaffu b'mod tremend il-proċedura fil-kamp kriminali, fejn għandna stagnation kbira ta' kawżi għaliex il-proċedura hija twila u ħadd ma jista' jaqbad jammetti in aria, u t-tieni nett ikollna l-istess tip ta' ġustizzja ma' kulħadd.", "Mr Speaker, la qed nitkellem dwar affarijiet tal-qrati xtaqt li qabel nagħlaq nagħmel osservazzjoni.", "Ftit tal-ġimgħat ilu rtira l-ħabib kollega tagħna l-Imħallef Frank Camilleri wara li serva madwar 12-il sena fuq il- bank tal-ġudikatura - u minn hawnhekk insellimlu u nawguralu retirement feliċi - pero` ma nistax ma nsemmix il-fatt li filwaqt li kien ġie rakkmandat, anke mill-kamra ta' l-avukati stess, li jkun hemm min qed jiġi ppreparat bħala ġudikant sabiex jieħu post ġudikant li jkun irtira, sal-lum għadu ma ġie appuntat ebda mħallef minflok Dr Frank Camilleri.", "L-idea kienet li l-ġudikant il-ġdid jiġi appuntat f'Jannar, pero` għalkemm ninsabu f'Mejju għadu ma ġie appuntat ebda mħallef u l-ammont ta' kawżi pendenti qed ikompli dejjem jikber.", "Jien minn hawnhekk ninkoraġġixxi lill-gvern sabiex jaqbad u jappunta mħallef b'mod spedit.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, illum kont se nitkellem fuq xi affarijiet li jolqtu l-kostitwenza tiegħi.", "Problema li ċertament tolqot lil dawk li joqogħdu n-naħa tat-tramuntana u tal-grigal ta' Malta hija l- miżbla tal-Magħtab.", "Dan minbarra l-fatt li f'dawk in-naħat hemm numru ta' barrieri li jiċċirkondaw tista' tgħid in-Naxxar kollu u partijiet minnhom iwasslu anke sa taħt il-Mosta.", "Pero` apparti dawn il-problemi jeżistu problemi oħrajn li jien nassoċjahom ma' telqa kbira, l-aktar f'dawk l-areas li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-gvern ċentrali.", "Nibda billi nsemmi l-ħajt li kien waqa' ftit tax-xhur ilu f'Labour Avenue, fejn ix-xorti riedet li dakinhar ma kenux għaddejjin nies minn hemmhekk u allura ma weġġa' ħadd għalkemm kien hemm xi ftit ħsara lil xi proprjeta` faċċata.", "Sal-lum għaddew ix-xhur u minkejja li tneħħa ċertu ammont ta' terrapien xorta waħda dan il-ħajt għadu ma telax.", "Jien naħseb li huwa importanti ħafna li mill-iktar fis possibbli jittellgħu l-ħitan neċessarji ħalli kwalunkwe periklu li jista' jkun hemm f'dik l-area jitneħħa darba għal dejjem.", "Niġi issa għal xi punti żgħar oħra li xtaqt nitkellem dwarhom.", "Jekk wieħed jitla' mit-Telgħa t'Alla u Ommu jsib li apparti li din hija kollha miżgħuda jew bi żrar kbir fid-dawrien tagħha jew inkella b'konkos li jaqa' mit-trakkijiet u mill-mixers li jagħmlu t-telgħa perikoluża għall- karozzi li jkunu għaddejjin minn hemmhekk, biż-żmien kulma tmur qiegħda dejjem titħaffer u ssir mewġ mewġ u b'hekk qed tkompli żżid il-periklu li diġa` jeżisti.", "Apparti minn hekk, hemmhekk hemm bypass li qiegħda tgħaqqad it-Telgħa t'Alla u Ommu ma' l-area ta' Xwieki, liema bypass minkejja li ilha fformata għal madwar 12-il sena għadha fl-istadju oriġinali li fil- fatt kienet.", "Issa tajjeb li ngħidu li waħda mill-problemi kbar li jinqalgħu fl-areas ta' l-Iklin, parti mill-Għargħur u parti min-Naxxar hija l-konġestjoni tat-traffiku b'mod speċjali meta jkun hemm xi fiera popolari bħal dik ta' Lulju.", "Huwa żgur li jekk issir din il-bypass issolvi ħafna mill-problemi ta' konġestjoni li jinħolqu f'dawk iż-żmenijiet.", "Issa apparti minn hekk, fil-viċinanzi ta' din il-bypass, fl-area ta' Birguma, hemm toroq li l-bini fihom ilu li tela' għal snin twal u minkejja dan għadhom ma rawx taqtira qatran.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li mill- iktar fis possibbli jibdew jittieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jgħaddu s-servizzi kollha neċessarji biex b'hekk ikun jista' jingħata l- asfalt mill-aktar fis possibbli.", "L-istess problema imbagħad nistgħu ngħidu li tinsab fl-area tas-Salini u f'ċerti partijiet ta' Baħar iċ-Ċagħaq.", "F'ħafna postijiet tas-Salini wieħed isib residenzi li minkejja li ilhom abitati għal bosta snin għad hemm toroq li huma agħar minn wiċċ il-qamar.", "Anke hawnhekk nibqgħu nisimgħu l-iskuża li dawn għadhom ma ngħatawx l-asfalt għaliex għad m'għandhomx is-servizzi kollha neċessarji, pero` jien ma nara l-ebda raġuni għalfejn dawn ma jingħatawx dawn is-servizzi biex b'hekk ikun jista' jingħata l-asfalt.", "Wara kollox ħafna minn dawn ikunu ħallsu sehemhom għat-triq meta jkunu bnew u naħseb li wasal iż-żmien li l-affarijiet ma jibqgħux jitwalu aktar.", "Issa ħalli niġi daqsxejn għall-kwestjoni ta' triq oħra li hija ta' importanza kbira fl-areas li konna qegħdin insemmu.", "Fl-area tal-Għargħur teżisti kamra tan-nar li jaħdmu fiha grupp ta' persuni li huma attivisti kbar u li jaħdmu bil-qalb u kulmin imur għall- festa ta' San Bert jista' jinnota kemm huwa kbir d-delizzju ta' dawn in- nies.", "Pero` jeżisti difett u dan huwa li t-trejqa li tagħti mit-Triq ta' Xwieki għall-kamra tan-nar tal-Għargħur hija dejqa b'tali mod li jekk Allaħares qatt ikun hemm bżonn ta' ambulanza jew fire-engine - j'Alla qatt ma jkun hemm dan il-bżonn imma wieħed irid jaħseb għal kull każ possibbli li jista' jinqala' - dawn ma jkunux jistgħu jidħlu b'mod komdu anzi f'ċerti partijiet lanqas biss jistgħu jgħaddu.", "Biżżejjed ngħid li darba minnhom ippruvajt ngħaddi minn hemmhekk bil-karozza u sibtha diffiċli ħafna, aħseb u ara jekk wieħed jiġi biex jgħaddi b'fire-engine jew ambulanza.", "Issa tajjeb li wieħed jgħid li diġa` kien hemm pjanti kif din it- trejqa tista' titwessa' imma sfortunatament minn Settembru ta' l-1998 sal- lum donnu li l-pjanti kollha tqiegħdu fuq l-ixkaffa u nispera li ma ntilfux!", "Jien minn hawnhekk nappella sabiex mill-iktar fis possibbli tittieħed l-azzjoni kollha neċessarja sabiex din it-trejqa tiġi mwessa' biex ma jmux allaħares qatt jinqala' xi każ ta' emerġenza, għaliex imbagħad għalxejn noqogħdu nibku.", "Issa tajjeb li nsemmi xi ħaġa li tirrigwarda l-area tal-Magħtab.", "Kull xitwa meta tagħmel ħafna xita r-residenti ta' dawk l-inħawi jinħolqulhom problemi kbar minħabba li t-trakkijiet li joħorġu minn ġol-miżbla u jgħaddu mit-toroq tal-Magħtab iħallu m'għola ċentimetri ta' tjun warajhom - u m'iniex qed nesaġera - li mill-miżbla tal-Magħtab iwasslu saħansitra sat- tarf ta' fuq tat-Telgħa t'Alla w Ommu u dan biex ma nsemmix ukoll li meta dawn jgħaddu min-naħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq iwasslu anke bit-tjun sa l-area tal-Madliena.", "F'risposta għal mistoqsijia parlamentari li għamilt ftit ilu ntqal li se jinxtara apparat apposta biex it-trakkijiet li jkunu ħerġin mill-miżbla tal-Magħtab jitnaddfulhom it-tyres permezz ta' jets ta' l-ilma.", "Kemm-il darba nisimgħu li din l-imbierka miżbla se tingħalaq - naħseb li ilna nisimgħu din l-istess kantaliena kważi 13-il sena - pero` mhux talli ma ngħalqitx talli lejn l-aħħar tat-tmenijiet u l-bidu tad-disgħinijiet kienet ħarġet ordni għall-estensjoni tal-miżbla u din fil-fatt illum testendi sat-triq li tgħaddi max-xatt ta' l-area tas-Salini.", "Ilna nisimgħu ħafna li din il-miżbla se tingħalaq, pero` jekk m'hemmx il-ħsieb li din tingħalaq sal-bidu tax-xitwa li ġejja allura hemm hemm bżonn li jinxtara l- apparat kollu neċessarju ħalli t-tyres tat-trakkijiet li jkunu ħerġin mill- miżbla jinħaslu u mhux inittnu kullimkien.", "Waħda mill-problemi li għandna hija dik tat-trabijiet u minn studju li sar - minkejja li riċentement kien hemm xi ħadd f'ġurnal li pprova jgħawweġ ċerta statistika - insibu li fl- area tan-Naxxar u tal-madwar teżisti rata allarmanti ta' ażma fit-tfal żgħar u għalkemm fit-tfal daqsxejn akbar m'għandniex dik l-istess problema, xorta waħda r-rata hija ogħla minn dik ta' postijiet oħra f'Malta u Għawdex.", "Għalhekk naħseb li ta' min wieħed jibda jieħu ħsieb din il- problema bis-serjeta`.", "Irridu nieħdu wkoll bis-serjeta` ċerti problemi oħra li jeżistu fil- housing estates.", "Kważi l-housing estates kollha tal-Mosta jinsabu mitluqin u mimlija ħofor, ħmieġ u anke ġrieden.", "Naħseb li jkun tajjeb li nieħdu dawn l-affarijiet bis-serjeta`.", "Nista' nsemmi per eżempju Triq in-Naqqax ġol-Mosta, fejn għalkemm ir-residenti ilhom jgħixu hemmhekk is-snin għad m'hemmx is-servizzi essenzjali mgħoddija u minħabba f'hekk it-triq għadha mħarbta.", "Meta dawn ir-residenti jistaqsu dwar dan ħadd ma jagħtihom risposta definita meta se jsir ix-xogħol, sempliċement jgħidulhom li qegħdin fil-lista.", "L-istess jista' jingħad għall-areas ta' San Pawl il- Baħar, il-Qawra u Buġibba fejn apparti t-telqa tal-proġett tax-xatt li jdawwar Buġibba u l-Qawra, liema proġett kien sar mill-amministrazzjoni Laburista, għad hemm toroq sħaħ li huma mitluqin għal kollox.", "Hemm bżonn li din it-telqa, li m'hijiex ġejja min-naħa tal-kunsill lokali imma ġejja min-naħa tal-gvern ċentrali, tispiċċa darba għal dejjem u jiġu rranġati l- problemi li jeżistu f'dawn l-areas.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 3 ta' Mejju, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ASSOĊJAZZJONIJIET MALTIN - RAKKMANDAZZJONIJIET", "15447.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'sar konkretament mill-gvern matul ix-xhur ta' Frar u Marzu, 2000 biex jintlaqgħu u jiġu implimentati r- rakkmandazzjonijiet li saru lill-gvern tiegħek mill-mexxejja ta' l- assoċjazzjonijiet tal-Maltin f'pajjiżi oħra li ltaqgħu fil-konvenzjoni fostna ta' bejn il-25 ta' Jannar u l-1 ta' Frar, 2000?", "Mill-21 rakkmandazzjoni li saru liema ntlaqgħu u liema beda jsir xi xogħol fuqhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kienet koinċidenza ferrieħa li waqt li kienet qed tiltaqa` l-konvenzjoni l-proposti taċ-ċittadinanza doppja ġew mgħoddija mill-parlament.", "Apparti milli twettqet wegħda elettorali ma' l-emigranti Maltin, din il-proposta ntlaqgħet b`sodisfazzjon kbir mill-Maltin li jgħixu barra.", "PUBLIC SERVICE (PROCUREMENT) REGULATIONS - KLAWSOLA 13", "15448.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom reġgħet daħlet fis- seħħ, mill-15 ta' Marzu, 2000, klawsola 13 tat-tmien skeda tal-Public Service (Procurement) Regulations?", "Mindu reġgħu daħlu dawn il-proċeduri kemm ħarġu sejħiet għall-offerti li jiswew Lm250,000 u iżjed?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-raġuni bażika li għaliha reġgħet iddaħlet fis-seħħ Klawsola 13 u t-Tmien Skeda tal-Public Service Procurement Regulations hija li din il-proċedura hija mmirata li tiżgura aktar serjeta` u professjonaliżmu fil-mod kif jiġu mitfugħa offerti għall-kuntratti ta` valur sostanzjali.", "Barra minnhekk din il-proċedura ddaħħal element qawwi ta` dixxiplina f`dawk li jippreparaw tenders kif ukoll f`dawk li jitfgħu offerti bħal dawn, minħabba l-fatt illi ksur tal- kundizzjonijiet ta` l-offerta, safejn għandha x`taqsam proċedura u speċifikazzjonijiet, tirriżulta fl-iskwalifika ta` l-offerta.", "Mill-15 ta` Marzu `l hawn id-dipartiment tal-kuntratti ħareġ sejħa waħda għall-offerti li tiswa `l fuq minn Lm250,000.", "MUT - FTEHIM KOLLETTIV", "15449.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jaħseb il-Ministru li fi ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Union of Teachers ikun hemm linji ċari tar-responsabbiltajiet tal-kapijiet ta' l-iskejjel fuq il-minor staff biex dan ma jibqax jiġi mċaqlaq mis-segretarjat tal- ministeru bla konsultazzjoni u kunsens tal-kapijiet, u jaħsibx li wasal iż- żmien li jkun hemm definizzjoni ċara tad-dmirijiiet tal-general hands biex il-kapijiet ikunu jafu x'jistgħu jqabbduhom jagħmlu fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Diġa' qed isir xogħol biex jiġu ċċarati r- responsabbiltajiet tal-kapijiet ta' l-iskejjel fuq il-minor staff u d- definizzjoni tad-dmirijiet tal-general hands.", "MUT - FTEHIM KOLLETTIV", "15450.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jaħseb il-Ministru li fi ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Union of Teachers għandhom jitneħħew ċerti riġiditajiet fil-ftehim ta' l-1994 dwar min jista' jikkwalifika biex jimla' l-postijiet ta' subject co-ordinators, assistenti kapijiet, kapijiet, uffiċjali edukattivi u assistenti diretturi biex tittaffa l-problema li nħolqot li ftit qed ikun hemm japplikaw għal dawn il- postijiet tant importanti għat-tmexxija tajba tas-sistema edukattiva f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "RSC - XOGĦLIJIET", "15530.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt mix-xogħol ta' l-RSC ikun qed isir mill-korp tal-pulizija?", "X'inhuma r-raġunijiet li ġabet din il-bidla, u jekk huwa l- każ x'kien qed isir ħażin min-naħa tal-membri ta' l-RSC sabiex tilfu dan ix- xogħol?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-korp tal-pulizija ma ħa l- ebda xogħol li qabel kien qiegħed isir mill-membri tar-Revenue Security Corps (RSC).", "Jien infurmat ukoll li b'effett mill-1 ta' April, 2000 ix- xogħol ta' sigurta li l-RSC kienet twettaq f'Hal Far Groupage Complex beda jitwettaq minn gwardjani tad-dipartiment tad-dwana.", "Dan seħħ għaliex id- dipartiment tad-dwana kien f'pożizzjoni li jagħmel l-istess xogħol ta' sigurta bil-membri tad-dwana stess u mhux għaliex il-membri ta' l-RSC kienu qegħdin jagħmlu xi ħaġa ħażina.", "AFM/RSC - MIA - XOGĦOL", "15531.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-Armata u l-RSC li rċevew mill-MIA għal xogħol li għamlu matul l-1998 u 1999?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li d-dħul li rċevew l-Armata u l- RSC mingħand l-MIA kien hekk:", "1998 1999 Armata xejn Lm 600,000 RSC xejn xejn", "RSC", "15532.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li issa r-reġimenti ta' l-RSC saru fuq bażi ta' shift ta' 24 hrs, jirriżulta li l- gvern qed jagħmel studju sabiex l-istess sistema ta' shift tiġi applikata għar-reġimenti ta' l-Armata wkoll?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li fil-Forzi Armati, inkluż r- Revenue Security Corps (RSC), xogħol b'sistema ta' xift jitħaddem biss f'dawk il-postijiet fejn ix-xogħol ikun jeħtieġ jibqa għaddej 24 siegħa sħaħ is-sena kollha.", "Fejn dan ma jkunx meħtieġ is-suldati jaħdmu bil- ġurnata u jagħmlu għassa bil-lejl kull meta jkun imisshom skond sistema ta' roster.", "Dan l-aħħar ixogħol ta' sigurta li xi membri ta' l-RSC kienu jwettqu b'sistema ta' xift għad-dipartiment tad-dwana f'Hal Far Groupage Complex beda jitwettaq mill-istess membri tad-dwana.", "Dawn il-membri ta' l-RSC issa qegħdin jaħdmu bil-ġurnata u jagħmlu għassa bil-lejl kull meta jkun imisshom skond ir-roster.", "Għalkemm fil-Forzi Armati hemm sezzjonijiet diversi li jaħdmu b'sistemi ta' xift, bħalissa ma hemm ebda ħtieġa li dawn is-sistemi jitbiddlu.", "Tibdil bħal dan iseħħ biss jekk ikun meħtieġ.", "RSC", "15533.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-membri tar-Revenue Security Corps spiċċaw b'shift ta' 24 siegħa flok dak ta' day, night, rest u off?", "Kif dan affettwa s- salarji tal-membri u kemm fil-fatt tnaqqset il-paga ta' dawn il-membri konsegwenza ta' dan it-tibdil li sar fil-kondizzjonijiet tal-membri ta' l- RSC?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għal servizz ta' sigurta li membri tar-Revenue Security Corps (RSC) kienu jwettqu b'sistema ta'xift għad-dipartiment tad-dwana f'Hal Far Groupage Complex sa ftit ġranet ilu.", "Dan l-istess xogħol issa qiegħed isir mill-istess dipartiment tad-dwana.", "Il-membri tal-RSC involuti issa qegħdin jerġgħu jaħdmu bil-ġurnata u jmisshom għassa ta' bil-lejl skond ir-roster.", "Għalkemm is-salarju bażiku ta' dawn il-membri ma nbidilx, id-dħul globali tagħhom naqas peress li issa li qegħdin jaħdmu bil-ġurnata m'għadhomx jidħlu xogħol il-Ħdud daqskemm kienu jidħlu qabel meta kienu bix-xift.", "Għalkemm il-Forzi Armati jagħmlu minn kollox biex jiġu evitati ċirkostanzi bħal dawn, wieħed irid jifhem li fejn ma hemmx ħtieġa ta' xogħol bix-xift dak li jkun irid jaħdem bil-ġurnata.", "Għalkemm fil-Forzi Armati hemm sezzjonijiet diversi jaħdmu bix-xift, il-maggoranza tal-membri jaħdmu bil- ġurnata u jagħmlu għassa bil-lejl u fil-Ħdud kull meta jmisshom skond ir- roster.", "AGRIKOLTURA - UFFIĊJALI TEKNIĊI", "15534.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali u tekniċi mad-dipartiment ta' l-agrikoltura f'Għawdex li ġew trasferiti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "X'responsabbiltajiet kellhom u min huwa responsabbli llum minn dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn ġew trasferiti erba' uffiċjali mis-Sezzjoni ta' l-Agrikoltura għal Sezzjonijiet oħra fil-Ministeru għal Għawdex.", "Ir-responsabbilitajiet li kellhom dawn il-ħaddiema kienu jikkonsistu minn xogħol klerikali u amministrattiv li ġie mgħoddi lill-uffiċjali oħrajn fl- istess fergħa.", "ŻURRIEQ - TRIQ SAN LEONE", "15535.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibbilta' li Triq San Leone ġewwa Bubaqra, Żurrieq, titwessa' b'mod li jkun jista' jgħaddi truck issa li l-fond li kien jimblokka tali twessigħ twaqqa', u dan bħalma riċentement ġara f'Ħal Balzan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`inhu l-każ.", "SKEJJEL - ERIN SERRACINO INGLOTT", "15617.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' l-istudenti li jattendu l-iskola Erin Serracino Inglott, Bormla?", "Kemm hemm tfal fl-iskola?", "Kemm kien in-numru ta' studenti li kienu assenti mill-iskola ġurnata b'ġurnata mill-1 ta' Frar sa l-aħħar ta' Marzu?", "X'kienet ir-raġuni ta' dan l-assenteiżmu mill-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li studenti li jattendu fl-iskola Erin Serracino Inglott, Bormla, huma:", "Form I - 134 Form II - 109 Form III - 68 Form IV - 104 Form V - 97", "Total - 512 Lista bin-numru ta' studenti li kienu assenti tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "VETTURI - TIĠDID TAL-LIĊENZJI", "15618.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi li s'issa kellhom il-liċenzja tagħhom imġedda wara li ssuperaw it-test tal- VRT?", "Kemm kienu dawk il-vetturi li t-tiġdid tal-liċenzja tagħhom kien rifjutat minħabba li ma ssuperawx it-test?", "Kemm kien hemm każi fejn ittieħdu passi kontra xi stazzjonijiet liċenzjati għat-test tal-VRT minħabba xi nuqqas?", "Liema kienu dawn l-istazzjonijiet?", "X'kien in-nuqqas f'kull każ?", "X'passi ttieħdu u min ħa d-deċiżjoni dwar in-nuqqas f'kull każ?", "Hemm xi forma ta' appell minn dawn id-deċiżjonijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li sa l-aħħar ta` Frar kien hemm 32,027 vettura li għaddew mit-test tal-VRT.", "S`issa d-dipartiment ħa passi kontra stazzjon wieħed biss li ħareġ ċertifikat li vettura kienet tajba għat-triq meta fil-fatt dan mhux suppost li ħareġ.", "Dan l-istazzjon huwa XTC Service Facilities Ltd.", "Billi b`dan l-aġir l-operatur imsemmi naqas li jħares il-kondizzjonijiet tal-kuntratt li għandu mad-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet, weħel il- penali kif imniżżla fil-kondizzjonijiet tal-kuntratt imsemmi.", "Bħalissa ma hemm l-ebda forma ta` appell, iżda d-dipartiment, f`konsultazzjoni mar-rappreżentanti ta` l-operaturi taħt kuntratt, qed jipprepara emendi għar-regolamenti sabiex jittwaqqaf tribunal għal dan il- għan.", "TA' QALI - PARK NAZZJONALI", "15619.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħin tax-xogħol tal-wardens fil-park nazzjonali f'Ta' Qali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ħin tax-xogħol tal- wardens fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali huma:", "Day Shift 0700 - 1900 hrs.", "Night Shift 1900 - 0700 hrs.", "Dawn jaħdmu fuq sistema ta' day - night - rest - off.", "WSC - XKEJJER TAS-SIMENT", "15620.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tipprovdix lill-kuntratturi privati bi xkejjer tas-siment meta dawn jagħmlu xi xogħol għall-istess korporazzjoni?", "Fuq liema tip ta' xogħlijiet jiġi pprovdut dan is-siment?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li mhux normali li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma tipprovdi lill-kuntratturi privati bi xkejjer tas- siment.", "Meta kien hemm kuntrattur li ngħata xi xkejjer tas-siment, dan ġie ppreżentat bil-kont relattiv u min-naħa tiegħu għamel il-pagament dovut.", "WSC - SERQ", "15621.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' serq irrapportati mill-istores tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, f'Kordin f'dawn l-aħħar 12-il xahar?", "F'liema data ġie rrapportat dan is-serq u x'kienu l-oġġetti li nsterqu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, ma kien hemm l-ebda każ ta` serq irrapportat mill-imħażen tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma f`Kordin.", "Kien hemm biss każ ta` attentat ta` serq li twaqqaf fil-pront u minhabba t-trivjalita` tiegħu ma kienx gie rrapportat bil-miktub.", "PWD - ĦADDIEMA", "15622.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba huma obbligati li jiffirmaw il- ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, matul il-ġurnata, kemm dawk industrijali kif ukoll dawk klerikali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ħaddiema kollha fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet, jiġifieri kemm dawk industrijali, klerikali u anke tekniċi jiffirmaw darbtejn kuljum, darba filgħodu u ċioe' fil-ħin tad-dħul u darba qabel il-ħin tal-ħruġ.", "DRENAĠĠ - RELIEVE MAIN", "15623.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' relieve main għas-sistema ta' drenaġġ li jkun ġej mir-Rabat u li jgħaddi minn Ħ'Attard?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ewwel fażi tal-proġett li tinvolvi xogħlijiet f'Ħ'Attard u Ħal Qormi mistennija titlesta sa nofs Lulju li ġej.", "Il-kuntratt għat-tieni fażi, li jinkludi t-tqegħid ta' mains fl-inħawi ta' Ħ'Attard u r-Rabat, ingħata, u x-xogħol kollu ppjanat li jitlesta għall-aħħar ta' din is-sena.", "Għat-tielet fażi li tikkonsisti f'xogħlijiet estensivi ġewwa r-Rabat, tlesta d-disinn preliminari u x- xogħol huwa ppjanat li jitlesta bejn is-sena 2001 u 2002.", "DRENAĠĠ - ŻBROFF", "15624.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15536?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li n-numru ta' żbroffi fl- aħħar 12-il-xahar (Marzu 1999 sa Marzu 2000) kien ta' 1,650.", "KAROZZI LIĊENZJATI", "15633.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi liċenzjati f'Malta u Għawdex?", "Kemm hemm minnhom li ma jaqbżux it-20cc?", "Kemm hemm li jaqbżu l-20cc?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta' karozzi lliċenżjati sa l-aħħar ta' Marzu 2000 kien 177,714.", "Minn dawn 172,076 karozza għandhom makna taħt 2000cc waqt li 5,638 għandhom makna `l fuq minn 2000cc. (mhux 20cc)", "BĊEJJEĊ TAL-BAĦAR", "15634.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bċejjeċ tal-baħar reġistrati f'isem persuni Maltin ta' mhux aktar minn 20 pied?", "Ta' mhux aktar minn 40 pied?", "U dawk li jaqbżu l-40 pied?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta` bċejjeċ tal-baħar reġistrati f`isem persuni Maltin huwa kif ġej:", "Taħt l-Att ta` Taħt l-Att ta` l-1973 dwar l-Awtorita` il-Bastimenti Marittima Merkantili Sezzjoni 29", "Inqas minn 20 pied 17 10528 Bejn 20 u 40 pied 600 881 Aktar minn 40 pied 100 28", "BORMLA - MINA TA' STA.", "LIENA", "15635.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex il-mina ta' Sta.", "Liena, Bormla, tingħata manutenzjoni li hemm bżonn?", "Jista' wkoll jara li jekk u meta dan ix-xogħol isir, ma jipparkjawx aktar karozzi taħt l-istess mina storika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jirriferi din il- mistoqsija parlamentari lill-Ministru għall-Ambjent peress li l- manutenzjoni tal-bini in kwistjoni huwa r-responsabilta` tal-Kottonera Rehabilitation Committee filwaqt li l-management tat-traffiku hija r- responsabbilta` tad-Dipartiment tat-Toroq.", "TOROQ", "15636.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fit-Tieni Distrett elettorali huma responsabbilta' tal-gvern u mhux tal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Pjanta li turi t-toroq arterjali u distributorji fil- pajjiż li l-manutenzjoni tagħhom hija responsabbilta` tad-Dipartiment tat- Toroq tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Barra dan id-dipartiment hu responsabbli li jasfalta t-toroq ġodda kollha li qatt m'għadhom ġew asfaltati u li n-numru tagħhom ivarja minn lokalita` għal oħra.", "COTTONERA REHABILITATION PROJECT - XOGĦLIJIET", "15637.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet u fejn se jsiru sal-aħħar ta' din is- sena mill-Cottonera Rehabilitation Project?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi l-proġetti prinċipali li qed isiru mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera (u dan ma jinkludix xogħlijiet oħra li qed isiru minn dipartimenti oħrajn) għal matul din is-sena huma:", "F'Bormla jitkompla l-ewwel fażi tal-proġett ta' Santa Margerita, restawr fuq is-sur ta' Santa Margerita, restawr fuq iz-zuntier tal-parroċċa ta' Bormla, restawr fuq is-sur ta' Santa Liena u bidu ta' restawr tal-Bieb ta' Santa Liena, restawr fuq faċċata tal-Knisja ta' San Pawl, bankina ġdida fi Triq Alexandra u restawr ta' qawwi fi Triq id-Dejqa.", "Fil-Birgu jitkompla xogħol fil-belvedere ta' Couvre Porte, parti mix-xogħol ta' Triq Boffa, restawr ta' qawwi fi Triq il-Majjistral, Triq il-Kunsill Popolari u Triq Wenzu Dyer, restawr fuq faċċata tal-Vittoriosa Stars, restawr fuq is-swar, restawr ta' paviment tal-qawwi ħdejn il-parroċċa, restawr fl-Auberge de France, restawr fiċ-ċimiterju tal-Birgu, kif ukoll jitpoġġew bollards u street furniture ieħor.", "Fl-Isla sar titjib fil-ġnien tal-Gardjola, se tiġi restawrata l-Istatwa ta' San Mikiel u jibdew xogħol fuq żewġ pavimenti hekk kif jiġu l-permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fil-Kalkara qed jitkompla xogħol fil-bajja ta' Rinella, saru xogħol ta' ħitan f'żewġ inħawi u kif jingħata l-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jibda xogħol ta' restawr tal-kappella tas-Salvatur.", "Il-proġett għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera wettaq ukoll ħafna xogħlijiet żgħar oħrajn fl-erba' lokalitajiet u qed jagħmel minn kollox biex fil-limitazzjonijiet li għandu jilqa' s-suġġerimenti tal-kunsilli lokali.", "Il-proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera rrestawra wkoll il- post tiegħu stess fil-Fortini u għen finanzjarjament f'ħafna attivita' kulturali.", "DJAR - TAL-GVERN", "15638.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r- raġunijiet meta post tal-gvern jista' jittieħed lura mingħand il-kerrej?", "Jista' jgħid kemm hemm postijiet tal-gvern magħluqa għax il-kerrej rikonoxxut ikun daħal f'xi home tal-anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Postijiet tal-gvern jittieħdu lura meta jinstab li l-inkwilin ma jkunx qed jagħmel użu mill-post jew għandu post ieħor tiegħu li jista' jużah għar-residenza tiegħu.", "Id-dipartiment m'għandux statistika dwar kemm hemm inkwilini ta' postijiet tal-Gvern li qed joqogħdu f'xi dar ta' l-anzjani.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "15649.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, b'mod ġenerali, x'inhi tagħmel id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni dwar il-problema ta' l-assenteiżmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul din is-sena skolastika s-Sezzjoni Welfare tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ffukat l-attenzjoni tagħha fuq numru ta' skejjel sekondarji partikolari.", "B'dan il-għan is-social workers ħadmu mat-tfal, mal-ġenituri, il-familji, l-istaff ta' l-iskejjel u professjonisti oħrajn biex jippruvaw inaqqsu l-assenteiżmu f'dawn l- iskejjel.", "Eżerċizzju simili qiegħed isir fil-primarji.", "FURJANA - ARENA TA' L-INDIPENDENZA", "15650.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li tlesta dwar ir-riabilitazzjoni tal-faċilitajiet sportivi fl-arena ta' l- Indipendenza fil-Furjana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Arena ta' l-Indipendenza se tkun riabilitata sa dan is-sajf.", "Ta' min jgħid li x-xogħol fuq it-turf se ssir mill-Floriana FC skond programm li tfassal ma' esperti fis-suġġett u dak skond il-proċeduri normali li jsiru fuq grounds ta' dan it-tip.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "15651.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15135, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti lill-pulizija iżda minħabba nuqqas ta' evidenza/provi l-persuni konċernati ma setgħux jitressqu l-qorti?", "Jekk iva, kemm kienu dawn ir-rapporti u liema kienu dawk id-dixxiplini nvoluti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma kienx hemm każijiet kif imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "KUNSILLI LOKALI - SINDKI", "15652.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma s-sindki u l-viċi sindki tat-68 kunsill f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll f'isem min ikkontestaw l- elezzjonijiet lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet guq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MDC - CHAIRMAN", "15653.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14919, jista' l-Ministru jgħid jekk mill-ħatra tiegħu sal-lum, iċ-chairman ta' l-MDC qattx iddikjara li kellu xi konflitt ta' interess?", "Jekk iva, fuq liema każi kien?", "ONOR JOSEF BONNICI: Jiena nformat li kull meta xi membru tal-Bord tad- Diretturi tal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta` Malta, inkluż iċ-chairman, jista` jkollu xi konflitt ta` interess minħabba x-xogħol privat tiegħu, tiġi segwita invarjabbilment il-proċedura kontemplata fi klawsola 7 ta` l- iSkeda annessa ma` l-Att dwar il-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta.", "In kwantu għal dak li jirrigwarda każijiet speċifiċi fejn iċ-chairman tal- korporazzjoni ddikjara konflitt ta` interess, l-Onor.", "Interpellant japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob ma tistax tigi ppubblikata peress li hija ta` natura kummerċjali u koperta bil-konfidenzjalita` skond l-Att dwar l-Izvilupp Industrijali u l-Att dwar is-Segretezza Professjonali.", "AMBAXXATI BARRA L-PAJJIŻ", "15654.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jkollu ambaxxata f'kull pajjiż membru jew applikant ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE BORG: S'issa m'hux il-ħsieb tal-Gvern li jkollu ambaxxata f'kull pajjiż membru jew applikant ta' l-Unjoni Ewropea, iżda li maż-żmien tinfetaħ Ambaxxata Maltija f'kull kapitali li l-Gvern jidhirlu li tkun għall-benefiċċju ta' Malta kemm fil-qasam politiku kif ukoll dak ekonomiku.", "POLICE - RESIDENCE PERMITS", "15658.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Why are bank statements now being requested of non-Maltese residents applying for six month extensions of their residence permits?", "Why are such bank statements, which need to include details of ongoing bank transactions, not given back to applicants once they have been presented to the Immigration Office at the Police General Headquarters?", "What precautions are being taken to ensure that these measures, which intrude into the privacy of applicants, do not lead to the abuse of people's rights?", "ONOR.", "TONIO BORG: I have been informed that in certain cases when foreigners apply for an extension of their visa to stay in Malta, the Immigration Authorities request proof relating to the financial means of these persons.", "This procedure requirement has been in place for a considerable number of years.", "This is done to ensure that, as far as possible, such persons neither become a financial burden on the state nor work illegaly in Malta.", "The proof which is usually required consists of either a written declaration by the person concerned, or a written declaration by a commercial bank or a bank statement.", "The original documents are sent back to the applicant on his request and a copy is retained for record purposes.", "In all cases, the Immigration Authorities merely require proof that, during the period of extension of stay in Malta, the applicant possesses sufficient financial means of his own.", "I am also informed that the documents provided or their copies are kept in the relative file and the circulation of such file is restricted.", "SAĦĦA - ENROLLED NURSES", "15660.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta l-enrolled nurses li applikaw biex jidħlu fulltime mad- dipartiment tal-kura ta' l-anzjani, u li fl-4 ta' Marzu ħareġ ir-riżultat ta' l-interviews tagħhom, se jingħataw iċ-ċertifikat ta' l-appointment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill- Ministru ikkonċernat.", "ENEMALTA - SAFETY EQUIPMENT", "15661.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema fl-Enemalta li għandhom bżonn safety shoes mhux qed jingħatawlhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta li għandhom l-obbligu li jilbsu s-safety shoes, fil-fatt qed jiġu pprovduti b`dan it-tagħmir ta` sigurta`.", "Fejn għal xi raġuni ta` saħħa jew ta` natura personali l-ħaddiem ma jiġix ipprovdut b`dan it-tip ta` żarbun, huwa ma jingħatax jagħmel xogħol li jkun jitlob l-użu ta` tali tip ta` żarbun.", "Tajjeb jingħad li dan l-aħħar, għal perjodu ta` żmien, kien hemm talba għas-safety shoes aktar mill-provvista.", "Dan seħħ peress li ż-żraben li nxtraw wara l-aħħar sejħa għall-offerti li ngħatat kienu ta` kwalita` inferjuri u diversi ħaddiema tal-korporazzjoni rritornaw dawn it-tip ta` żraben peress li kienu qed jikkawżawlhom diversi problemi.", "Minħabba din is- sitwazzjoni l-bord tal-korporazzjoni approva x-xiri permezz ta` direct order tal-kwantita` li kienet meħtieġa.", "SIGURTA' SOĊJALI - LIĠI", "15662.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Skond l-emendi għal-liġi tas-sigurta' soċjali hekk kif imfassla mill-Gvern Laburista bħala parti mill-politika ta' għajnuna għal dawk il-ġenituri li jaħdmu u għandhom tfal taħt it-tliet snin, u kif mgħoddija minn din l-amministrazzjoni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom taħt it-tliet snin f'nurseries privati se jibdew jibbenefikaw - dawk li jikkwalifikaw - minn sussidju fuq il-miżati li jħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan il-ministeru qiegħed fi proċess ta' diskussjoni biex jiġu ppubblikati regolamenti kif provdut taħt l-emenda msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "GWU/FOI - KONFERENZA TA' BIRMINGHAM", "15663.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn iż- żewġ rappreżentanti (tal-GWU u tal-FOI) fuq il-kummissjoni tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol mhumiex se jattendu għall-konferenza ta' Birmingham bejn it-8 u l-11 ta' Mejju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li r-raġuni għaliex iż-żewġ delegati fuq il-Kummissjoni għal-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol, wieħed mill-GWU u l-ieħor mill-FOI, m'humiex se jattendu għal konferenza ta' Birmingham hija waħda finanzjarja, minħabba li l-biċċa l- kbira tal-fondi li hemm ivvutati għall-Kummissjoni għal Promozzjoni tas- Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol se jiġu utilizzati għal bżonnijiet ta' l-awtorita' li għandha titwaqqaf fi żmien qarib.", "Il-President tal-Kummissjoni għal Promozzjoni tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol se jattendi għal l-laqgħa msemmija hawn fuq.", "OPM - ŻJAJJAR BARRA L-PAJJIŻ", "15664.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba, tul din l-amministrazzjoni, ħa ġurnalisti miegħu fuq żjarat barra l-pajjiż?", "Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ġurnalisti f'kull okkażjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Matul din l-amministrazzjoni kien hemm disa' okkazjonijiet fejn ġurnalisti ntbagħtu jirrapportaw żjarat uffiċjali tiegħi barra l-pajjiż.", "Dawn kienu hekk:", "Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu u tal-Belgju fi Brussels Ġurnalist: 1 Cameraman: 1", "Żjara uffiċjali f'Helsinki u Dublin Ġurnalisti: 6 Fotografu: 1", "Żjara fi Praga Ġurnalisti: 8 Fotografu: 1 Cameraman: 1 (Mistiedna tal-Gvern u l-Air Malta)", "Żjara uffiċjali fil-Grecja Ġurnalisti: 6 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "CHOGM f'Durban Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "OSCE f'Istanbul Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "L-EU Council Meeting f'Helsinki Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "Working visit fi Stockholm Ġurnalisti: 5 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "Żjara uffiċjali fil-Libya Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "OPM - ŻJAJJAR BARRA L-PAJJIŻ", "15665.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba tul l-amministrazzjoni Laburista (1996-1998) il-Prim Ministru ħa ġurnalisti miegħu fuq żjarat barra l-pajjiż?", "Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ġurnalisti f'kull okkażjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Matul l-amministrazzjoni preċedenti (1996- 1998) kien hemm ħames okkażjonijiet fejn ġurnalisti ntbagħtu jirrapurtaw żjarat uffiċjali tal-Prim Ministru barra l-pajjiż.", "Dawn kienu hekk:", "World Food Summit - Ruma Ġurnalisti: 4 Cameraman: 1", "OSCE Summit - Lisbona Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "Summit tal-Kapijiet ta' Stat tal-Kunsill ta' l-Ewropa - Strasbourg Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "CHOGM - Edinburgh Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "Żjara uffiċjali - Parigi Ġurnalista: 1 Fotografu: 1 Cameraman: 1", "WSC - KAROZZI TAL-KIRI", "15666.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jipprovdi lil din il-Kamra bil-lista kollha tal-karozzi mikrija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "Jista' jindikalna kull karozza fejn u għaliex qed tintuża, u jekk sarux xi studji sabiex din in-nefqa titnaqqas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15538 waqt is-Seduta Nru. 281.", "WSC - PJAN TA' ŻVILUPP", "15667.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjan ta' żvilupp tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal ħames snin li ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qatt ma kellha pjan ta' żvilupp għal ħames snin li jkopri l-attivita sħiħa tagħha.", "Li kellha kien pjan li jkopri setturi partikolari ta' l-attivita tagħha.", "Ninsab informat li qed isiru l-preparamenti biex fl-iqsar żmien possibbli jkun formulat pjan ġdid li jkun komprensiv.", "UE - PROTOKOLL FINANZJARJU", "15668.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus lil Malta mill- Unjoni Ewropea minn meta sar l-ewwel protokoll finanzjarju?", "Kemm saru protokolli finanzjarji, meta u kemm involvew flus?", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-perjodu ta' bejn l-1978 sal-lum ġew ffirmati erba' protokolli finanzjarji bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwel protokoll finanzjarju (1978-1983) kien jipprovdi għal 26 MECU f'għajnuna finanzjarja għal Malta.", "Minn dawn il-flus kien hemm ħames MECU bħala grants u 21 MECU bħala self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew li minnhom ħames MECU kienu soft loan.", "It-Tieni Protokoll Finanzjarju (1983-1988) kien jipprovdi għal 29.5 MECU għajnuna finanzjarja għal Malta.", "Minn dawn il-flus kien hemm 10.5 MECU bħala grants, 19 MECU bħala self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) li minnhom 3 MECU kienu bħala soft loan.", "It-Tielet Protokoll Finanzjarju (1988-1993) kien fih 38 MECU li minnhom 12.5 MECU kienu grants, 23 MECU kienu taħt forma ta' self mill-Bank ta' l- Investiment Ewropew (EIB) u 2.5 MECU Risk Capital.", "Ir-Raba' Protokoll Finanzjarju (1995-1999) - dan ġie ffinaliżżat fl-1996 u, oriġinarjament, kien jinkludi 13 MECU bħala grants, 2 MECU bħala risk capital u 30 MECU f'self mill-EIB.", "L-għan ta' dan il-Protokoll kien li jassisti lil Malta fit-triqtha lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Wara t- tibdil tal-Gvern fl-1996 u minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea ġiet ffriżata, il-programm indikattiv li kien diġa sar għal dan il-protokoll kellu jiġi rivedut.", "Għal din ir-raġuni Malta kienet għada ma bdietx twettaq il-proġetti taħt dan il-protokoll.", "Il- kummissjoni għalhekk iddeċidiet li testendi dan il-protokoll, sal-aħħar tal- 1999 iżda l-ammont tal-grants ġie rivedut 'l isfel għal seba' MEURO, inklużi żewġ MEURO risk capital.", "GĦAWDEX - UFFIĊĊJU TA' L-ANZJANI", "15669.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14935, taf il-Ministru li nhar il-Ħamis 23 ta' Marzu, 2000 l-awditur ġenerali tal-Gvern qabad lill-kap tas-sezzjoni ta' l-anzjani, u xi impjegati oħra, li kienu għadhom ma daħlux għax-xogħol fuq siegħa aktar tard mill-ħin li fih suppost irrapportaw għax-xogħol?", "X'passi ttieħdu kontra min inqabad jabbuża u kontra min ipprova jgħattilhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informat li l-ispezzjoni li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant saret nhar il-Ħamis 23 ta' Marzu, 2000 fis-7.28 a.m. jiġifieri tmienja u għoxrin minuta wara l-ħin li fih l- impjegati jirrapportaw għax-xogħol u mhux fuq siegħa kif intqal fil- mistoqsija.", "Qegħdin jittieħdu passi skond ir-Regolamenti tal-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina) kif jiġri f'każijiet simili.", "GĦAWDEX - MUŻEWIJIET - DĦUL", "15670.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'kien id-dħul tal-gvern (ir-revenue) tat-taqsima tal-mużewijiet f'Għawdex għas-snin mill-1995 sa l-1999, sena sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informat li d-dħul tal-Gvern (revenue) tat-taqsima tal-Muażewijiet f'Għawdex mill-1995 sa l-1999 kien kif jidher fil-lista hawn taħt:", "1995 Lm64366.00,0 1996 Lm64317.00,0 1997 Lm60560.00,0 1998 Lm62647.50,0 1999 Lma66584.50,0", "GĦAWDEX - TIĠRIJIET TAL-BHEJJEM", "15671.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema huma t-tiġrijiet tradizzjonali tal-bhejjem f'Għawdex li jirċievu għotja ta' flus mingħand il-gvern?", "Tista' tgħid jekk hemmx xi ħsieb li din l-għotja tiżdied biex tkun tirrifletti ż-żmenijiet tal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li t-tiġrijiet tradizzjonali tal- bhejjem f'Għawdex li jirċievu għotja ta' flus mingħand il-Ministeru għal Għawdex huma dawk li jinżammu fil-festi ta' Santa Marija u ta' Santa Margerita.", "M'hemmx il-ħsieb li din l-għotja tiżdied.", "GĦAWDEX - SEZZJONI TAS-SERVIZZI SOĊJALI", "15672.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Billi l-uffiċjal tas-sezzjoni tas-servizzi soċjali f'Għawdex (Victoria area office) se jispiċċa bl-eta', tista' l-Ministru tgħid jekk bdewx jittieħdu passi ħalli jsir xi ħadd minfloku?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Qed jittieħdu l-passi meħtieġa.", "ŻEBBUĠ - TISWIJA TA' LAMPA", "15673.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13744, jista' l-Ministru jagħtini informazzjoni dettaljata dwar il-pożizzjoni tal- Korporazzjoni Enemalta vis-a-vis il-post differenti li kellha tiddentifika sabiex terġa' titwaħħal il-lampa fit-trejqa li tagħti għal kamra tan-nar f'Wied Qirda, Ħaż-Żebbuġ?", "Hemm xi raġuni għal dan id-dewmien kollu meta wieħed jikkonsidra l-ħtieġa urġenti f'każ ta' inċident li jista' jinqala' f'dan il-lok?", "Meta hemm il-ħsieb li tittieħed id-deċiżjoni u din tiġi mplimentata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-lampa li għaliha qed issir riferenza se titwaħħal ma` kamra li għadha kif inbniet biswit it-triq f`Wied Qirda f`Haz-Zebbug.", "Ix-xoghol mistenni jibda dalwaqt.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PSC", "15674.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'rimedji effettivi hemm meta persuna fiċ-Ċivil, li qiegħda b'kuntratt, tingħata performance rating li qed jiġi kontestat minnha u din ma tistax tmur quddiem il-PSC?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li dawk l-uffiċjali li jkunu qegħdin fuq kuntratt marbut ma' performance għandhom mezi stabbiliti fil- kuntratt stess kif jistgħu jikkontestaw performance rating.", "Jekk issir xi talba f'dan is-sens u l-kontestazzjoni ta' l-uffiċjal ikkonċernat tinstab ġustifikata dan jingħata r-rimedju li jkun xieraq.", "PENSJONANTI", "15675.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif se tiġi milquta l-qagħda tal-pensjonanti tal-gvern wara li jiġi fis-seħħ il-ftehim ta' Jannar, 2001, wara li l-lump sum tkun daħlet fil-pagi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond kif jipprovdi l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318), b'effett mill-ewwel Sibt ta' Jannar ta' kull sena trid issir stima mill-ġdid tad-dħul pensjonabbli li fuqu tinħadem ir-rata tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali ta' kull pensjonant.", "F'din ir-reviżjoni, fost ħwejjeġ oħra, jiġu kkunsidrati dawk iż-żidiet li jkun hemm fis-salarji bażiċi tal-post li fuqu jkun inħadem id-dħul pensjonabbli oriġinali.", "Dan japplika għall-istruttura tal- pagi ġdida b'seħħ minn Jannar, 2001, nkluż kull ammont li dik l-istruttura tkun tinkludi fiha.", "SPTAR SAN LUQA - JUM IL-ĦELSIEN", "15676.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma rapporti li, kuntrarju għal snin ta' l-imgħoddi, din is-sena l-faċċata ta' l-Isptar San Luqa ma kenitx mixgħula fil-jiem tal- festi ta' Jum il-Ħelsien kif kien isir fi snin imgħoddija?", "Jekk iva, għaliex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li s-switch li jixgħel il-faċċata ma nxtegħelx bi żvista.", "GĦARGĦUR - TRIQ DUN SALV ZARB - TOROQ", "15681.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-esproprjazzjoni meħtieġa u x-xogħol fi Triq Dun Salv Zarb, Għargħur, biex din it-triq finalment tiġi formata bit-tarmak jew bil-bitmac biex ir-residenti jibdew igawdu d-dritt, bħal residenti oħrajn fil-qrib li jgawdu t-triq tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li qed jittieħdu passi mid-dipartiment biex art li mhijiex żvilupabbli u li qegħda tinblokka l-ftuħ tat-triq tkun tista` tinxtara mingħand is-sidien tagħha.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA", "15685.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 15461?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi n-numru ta' ħaddiema tal- gvern li qegħdin fuq light duties hu ta' 298.", "WSC - MANAGER CORPORATE SERVICES", "15691.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex qed jidher fil- gazzetti lokali avviż biex isir reklutaġġ ta' manager corporate services u financial controller u communication manager, tliet postijiet li diġa' huma okkupati?", "Għaliex qabel ma ħarġu dawn l-avviżi ma saritx sejħa interna għal mili ta' dawn il-postijiet meta l-pjan tal-KSI huwa li jnaqqas ir-reklutaġġ minn barra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li mit-tliet postijiet imsemmija fil- mistoqsija, dawk attwalment okkupati huma ta' financial controller u head of administration.", "Min qed jokkupa dawn il-postijiet għandu kuntratt li wasal biex jiskadi.", "Il-korporazzjoni m'għandha ebda obbligu li biex jimtlew dawn il-postijiet tagħmel sejħa interna.", "Il-politika tal-korporazzjoni li jonqos ir- reklutaġġ minn barra ma tinkorporax vakanzi fit-top management u nies bi kwalifiki fi speċjalizazzjonijiet partikolari.", "SAĦĦA - PORTABLE COMPUTER", "15692.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min fid-dekasteru tiegħu għandu portable computer li jappartjeni lill-istess dekasteru?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-portable computers li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa huwa mqassam kif jidher hawn taħt:", "Sezzjoni Nru. minn min jintuża Ministry 3 personal assistant Communications Co-Ordinator Private Secretary Permanent Secretary`s Office 2 Permanent Secretary -Internal Auditor Department of Coperative Services 1 Director Corporate Services", "Government Pharmaceutical Services 1 Director", "Health Division 19 Director General Director Policy and Planning Consultant, Policy and Planning -Consultant, Policy and Planning SMO Policy and Deputy Nursing Officer Policy & Planning -Director Health -Medical Officer Health Promotion Principal Health Promotion - Health Promotion -Senior Health Promotion Officer- Health Promotion -Scientific Nutrition Officer- Promotion -Scientific Nutrition Officer-Promotion Director Nursing Services-Director Finance and Administration Chief Engineer -Senior Engineer -Director Health Information Senior Manager Health Information Director National Blood Transfusion Centre ________________________Foundation for Medical Services 3 President FMS -Chief Executive -Head Institutional Operations ________________________________________________________________", "Zammit Clapp Hospital 1 -General Manager ________________________________________________________________", "TARXIEN - TRIQ IL-PELLIKANI - ARBLU TAD-DAWL", "15697.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jitwaħħal arblu tad-dawl fi Triq il-Pellikani, Tarxien - fil-parti tat-triq segregata mill-kumplament ta' Triq il-Pellikani - peress illi din tinsab imdallma ħafna għad-detriment tar-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "TARXIEN - TRIQ IL-PELLIKANI - GĦALQA", "15698.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir bl-għalqa li tinsab faċċata tad-djar fi Triq il-Pellikani, Tarxien - il-parti maqtugħa mill-kumplament tat-triq - u li hija mifnija minn ħmieġ u ġrieden?", "Tista' titnaddaf u jittella' ħajt madwarha skond il-liġi?", "Veru li din hija green area?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn investigazzjoni li għamel id- dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent jirriżulta li l-lokalita' hi waħda fejn qed isir ħafna bini.", "Fil-lokalita' jeżistu pockets li għadhom ma ġewx żviluppati u li fihom qed jintefa' skart tal-bini mill-attivitajiet tal- viċin.", "Skond il-provisional development plan, l-area msemmija mill-Onor.", "Interpellant hi ndikata għall-bini ta' terraced houses.", "Billi l-area tappartjeni lil sit privat, ġie nfurmat il-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien biex jieħu l-miżuri għat-tindif tal-post skond il-liġi.", "TARXIEN - TRIQ IL-PELLIKANI - TABELLA", "15699.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tinbidel it-tabella tat-triq fil-parti ta' Triq il-Pellikani, Tarxien li tinsab segregata mill- kumplament tat-triq u li fiha hemm tabella li irronjament taqra \"Triq Xandur Farrugia\" li qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it- triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq informa lill-kunsill Lokali bil-kummenti ta' l-Onor.", "Interpellant u qed jieħu l- azzjoni neċessarja.", "TECHNICAL INSTITUTE ELECTRIANS - STUDENTI", "15700.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li lill-istudenti ta' l-ewwel sena tat-Technical Institute Electricians qed jgħidulhom li jew isibu sponsor huma inkella jaqtgħulhom l-Lm40 allowance tas-sajf u fl-istess ħin dawn l-istudenti ma jistgħux jaħdmu part-time?", "Jista' jikkjarifika x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-awtoritajiet edukattivi jiċħdu kategorikament li ntqal diskors simili lill-istudenti.", "Informat ukoll li l-ETC ippruvat issib xogħol lil kull apprendist sa minn Lulju ta' l-ewwel sena ta' l-apprendistat 'il quddiem.", "Fl-aħħar nett informat li l-istudenti għandhom dritt għal għotja ta' Lm100 fix-xahar, bejn Lulju u Settembru, kemm jekk jinstabilhom xogħol u anke jekk le.", "Madanakollu kemm il-darba l-apprendist jinstablu xogħol, jekk ma jattendix ma jitħallasx.", "TARXIEN - SLEEPING POLICEMEN", "15701.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsiru sleeping policemen fl- entratura ta' Triq l-Imqaddes tal-Qedem, Tarxien, partikolarment kif tikser għal ġo fiha minn ġo Triq Ġorġ Caruana, Tarxien peress li din qed tintuża minn fast traffic li juża t-triq bħala short cut għal Zabbar Road?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li s-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant qed jiġi kkunsidrat kemm mill-bord għall-kontroll tat-traffiku kif ukoll mill-kunsill lokali ta` Hal Tarxien.", "TARXIEN - TRAB ISWED", "15702.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm u xi progress sar fil-kwestjoni tat- trab iswed li qed jifni diversi rħula fin-nofsinhar ta' Malta, fosthom Ħal Tarxien?", "Peress li fil-fehma tiegħi l-gvern qiegħed jittratta din kwestjoni b'mod leġġer, jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill- aktar fis?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15502 - seduta 280.", "ARTIJIET", "15706.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li biċċa art abbandunata, li l-partikolaritajiet tagħha qed jidhru separatament minn din il-mistoqsija, hijiex tal-privat, ta' l- uffiċċju konġunt jew tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-art li għaliha qed jirriferi l- Onor. Interpellant tinsab kemm f`Annex 8, il-lista ta` proprjeta` li ġiet trasferita lill-Gvern mill-Knisja, kif ukoll f`Annex 2, il-lista ta` proprjeta` li nżammet mill-Knisja.", "Ninsab infurmat ukoll li ntalbet korrezzjoni mill-Knisja biex l-art in kwestjoni titneħħa mill-lista ta` proprjeta` li ġiet trasferita lill-gvern.", "TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "15707.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħtu l-arretrati ta' l-income tax?", "Jekk bdew jintbagħtu, sa liema sena waslu u kemm ammontaw?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nippreżumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għar-refunds ta` taxxa li d-dipartiment tat-taxxi interni għandu jagħti għas-snin l-imgħoddija.", "Ninsab infurmat li refunds joħorġu regoralment matul is-sena kollha skond kriterji elenkati fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15313.", "Minn Jannar sal-lum tħallsu Lm644,265 f`refunds li kienu dovuti għas-snin ta` qabel l-1998.", "Skond l-Estimi Ġenerali għal din is-sena il-flus ivvotati għal dan l-iskop ilaħħaq Lm3,000,000.", "Dawn il-figuri ma jinkludux ir- refunds li tħallsu jew li għad iridu jitħallsu matul din is-sena dwar is- snin ta` stima 1999 u 2000.", "DJAR", "15708.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid post, li l- partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, ta' min hu, jekk huwiex tal-privat, tal-gvern jew allokat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-post indikat mhuwiex tal- gvern u mhux f'idejn id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - SORIJIET TA' L-URSOLINI", "15709.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se joħroġ is-sussidju ta' child carer lis-sorijiet ta' l-Ursolini ta' Angela House, Gwardmanga, peress li issa hemm madwar 67 tarbija/tfal u kif jaf hu stess dawn is-sorijiet qegħdin jagħtu kontribut kbir għall-ġid tal-komunita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Twaqqfet kummissjoni li qiegħda tistudja s- sitwazzjoni taċ-child care f'Malta li fosthom jidħlu wkoll id-djar immexxija mill-Ursulini.", "Fost affarijiet oħra qed jiġi ssuġerit x'personnel, fosthom child carers għandhom bżonn dawn il-faċilitajiet residenzjali sabiex ikunu f'pożizzjoni li jiżvolġi x-xogħol tagħhom b'mod adegwat.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "15710.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari numri 15244 u 15077 b'riferenza għall-operazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA:", "E.N.T. Department: ----------------- Waiting list Out-Patients 10 - 15 days Waiting list Operations 4 - 6 weeks", "Dental Department: ----------------- Waiting list Out-Patients 260 (Nru li jsiru fil-gimgħa) 36 (Nru li jiżdiedu mal-lista fil-gimgħa) 17 Waiting list Operations Tfal 63 Adults 80 (Nru li jsiru fil-gimgħa) Tfal 5 Adults 3", "Department of Medicine: ---------------------- Waiting list Out-Patients : 24-3-00 - 6-5-00", "Department of Surgery: ---------------------- Waiting list Out-Patients : 13-3-00 - 19-5-00 Waiting list Operations Mr. N. Formosa No waiting list Mr. C. Swain 3 - 4 weeks Mr. D. Gatt 50 cases - with date 92 cases - without date Prof L. Cutajar 20 cases - new cases 50 cases - endoscopy Prof G. Laferla 147 cases - Major 315 cases - Minor & Intermediate 93 cases - Endoscpopy Mr. G. Felice 60 cases Mr. A. Felice 3 - 4 weeks Mr. A. Zammit 31 cases - Minor & Intermediate Major&Endoscopy-No waiting list Mr. A. Attard 197 cases Mr. K. German 3 - 4 weeks", "Paediatric Department: ---------------------- Waiting list Out-Patients: 10-3-00 - 22-3-00 Waiting list Operations: March 28th - 31st 10 April 41 May 23 June 7 July 3 August 2", "Orthopaedic Department: ----------------------- Waiting list Out-Patients 2238 Wating list Operations 2953", "Opthalmic Department: --------------------- Appuntamenti għal-każi ġodda jsiru bejn 4 u 6 gimgħat.", "Jekk għal xi raġuni jew oħra pazjent regolari ma jżommx l-appuntament li jkollu, jidħol fil-lista tal-follow-ups li hija mimlija min sitt xhur qabel.", "F`każ ta` emerġenza, pazjent jista' jattendi l-emerġenza ta` l-għajnejn kuljum filgħodu fl-out-patients u filgħaxija fis-sala.", "ASSISTENZA SOĊJALI - PERSUNA B'DIŻABILITA'", "15717.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi drittijiet u benefiċċji għandha persuna ta' 20 sena li hi unemployed, hi reġistrata bħala permanent disabled mal-kummissjoni nazzjonali persuni bi bżonnijiet speċjali,u li tgħix ma' missierha għax ommha mejta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuna li għandha ċ-ċirkostanzi msemmija tista' tkun intitolata għall-pensjoni għal persuni b'diżabilita jekk tbati minn xi waħda mill-kundizzjonijiet indikati fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Għaldaqstant il-persuna konċernata, jew l-amministratur tagħha, għandha tingħata parir li tagħmel applikazzjoni għal din il-pensjoni fl-eqreb uffiċċji distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "DJAR - MANUTENZJONI", "15718.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ħaddiema tad- dipartiment tal-housing jibdlu l-madum ta' flat, li partikolaritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li sar xi xogħol mill-water services corporation?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - AIRCONDITIONERS", "15720.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta se jiġu rranġati s-sistemi ta' l-airconditioners li hemm f'ward 2 fl-Isptar Sir Paul Boffa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li mill-erba' air conditioners li hemm f'ward 2 ġewwa l-Isptar Boffa hemm żewġ air conditioners li huma bil- ħsara u li l-ispare parts għal mudelli tagħhom m`għadhomx jiġu manufatturati peress li huma mudelli obsolete.", "Għaldaqstant qed nistennew iċ-ċertifikazzjoni neċessarja li permezz tagħha jkun jista` jinbeda l- proċess għal xiri ta` żewġ air conditioners oħra.", "TA' XBIEX - TRIQ IL-ĦALG - DAWL", "15721.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li bozza li hemm fi Triq il-Ħalg tiġi mibdula billi ilha maqtugħa ħafna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il- bozza msemmija saret f'data preċedenti għall-mistoqsija.", "DJAR - TA' XBIEX - DRENAĠĠ", "15722.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Billi d-drenaġġ qed jiskula għal ġo Triq Abate Rigord, Ta' Xbiex, minn taħt BkE/5 jew BkE/4, jista' l-Viċi Prim Ministru jara illi din il-ħsara tiġi ndividwata u rranġata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "GŻIRA - DAWL", "15723.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara illi bozza li hemm fi Triq Carlo Manche', Gżira, bejn Ponsomby Street u Fleet Street, tiġi mibdula billi ilha maqtugħa għal ħafna żmien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il- bozza msemmija saret f'data preċedenti għall-mistoqsija.", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15735.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil- kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' pastry fl- istess bini meta pastry żgur ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l-awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din hija kwestjoni ta` interpretazzjoni li dwarha, kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet fuq l-istess suġġett, hemm proċeduri fil-qorti ċivili li għadhom m`humiex deċiżi.", "PA - SMOKING REQUISITES", "15736.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93, kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l- Ippjnar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il- kummissarju tal-pulzija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' smoking requisites fl-istess bini meta smoking requisites żgur ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l-awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735 f`din l-istess seduta.", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15737.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93, kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il- kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' cigars fl-istess bini meta cigars żgur ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l-awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735 f`din l-istess seduta.", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15738.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil- kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' cigarettes fl- istess bini meta cigarettes żgur ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l-awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735 f`din l-istess seduta.", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15739.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess TL/G/16/95 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda premess għal manifattura u bejgħ ta' pastry fl-istess bini meta pastry żgur ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l- Awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735 f`din l-istess seduta.", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15740.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess TL/G/16/95, kif konċess jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda premess għal manifattura u bejgħ ta' cigars fl-istess bini meta cigars żgur ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l- awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735 f`din l-istess seduta.", "GĦAWDEX - KERĊEM - VOR SYSTEM", "15763.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi wara r-risposta tal- ministru għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14947, u dan peress illi sal- lum id-dipartiment ta' l-artijiet qed isostni illi ma rċieva l-ebda risposta mill-MIA?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li l-MIA qed tagħmel dak li hu possibbli sabiex tipprovdi l-informazzjoni mitluba minnha.", "Din l-informazzjoni mistennija tinġabar u tingħata lid-dipartiment ta` l- artijiet qabel l-aħħar ta` dan ix-xahar.", "Fis-7 ta` April ta` din is-sena, il-kumpanija nfurmat lill-ombudsman, kif ukoll lill-imsemmi dipartiment, dwar dan.", "Ta` min jgħid li dan huwa każ ta` kumpens għal rekwiżizzjoni ta` art li saret madwar 50 sena ilu.", "SAĦĦA - PAZJENTI BARRA MINN MALTA", "15766.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti mill-gvern fir-Renju Unit għal kura ta' mard ta' l-għajnejn?", "X'kienet l-indikazzjoni li ntbagħtu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li ntbagħtu mill-gvern barra minn Malta għall-kura tal-għajnejn kien ta' 22 miqassmin hekk:", "Vitreoretinal surgery (removal of silcone oil) 10 Bilateral Glaucoma (Children) 2 Dacryocystitis (post trauma) 1 Ptosis Surgery 1 Haemangioma orbit and left upper lid 1 Right inferior retinal detachment complcated by AVR and subretinal fibrosis 1 Coat`s Disease 1 Traumatic aphakia (shot gun injury) 1 Left superior oblique palsy 1 Choroidal neurovascular membrane right eye 1", "Retinopathy of Prematurity (L) eye blind - for fitting of special lens (R) eye 1", "Left orbital haemangioma associated with a cystic microphthalmic remnant 1", "IMPJIEGI - -POST TAX-XOGĦOL - KORRIMENTI", "15770.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu nies fuq il-post tax-xogħol, xahar b'xahar u sena b'sena mill-1990-2000?", "Minn liema ndustrija seħħew dawn l-inċidenti?", "X'kien ir-riżultat fuq il- morbidita' tan-nies involuti f'dawn l-inċidenti?", "Kemm minnhom tilfu ħajjithom, kemm minnhom weġġgħu serjament tant illi spiċċaw b'diżabilita' serja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta. lId- dettalji mitluba kemm weġġgħu u kemm mietu nies fuq ix-xogħol hija markata bħala Dokument A. Wieħed jista' jsib l-istatistika f'liema industrija seħħew l-inċidenti ta' korriment fuq ix-xogħol bejn l-1990 u l-1997 fuq it- tabella ta' analiżi ippublikata fl-Annual Abstract of Statistics.", "Qed nagħti l-kopja oriġinali tad-dipartiment mis-sena 1990 sas-sena 1999 Dok.", "B1 sa Dok.", "B10.", "L-informazzjoni kemm weġġgħu nies serjament tinsab f'Dok.", "C.", "Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika fuq morbidita' tan-nies involuti f'dawn l-inċidenti.", "INDUSTRIJA TA' L-GĦAMARA", "15773.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi l-kumpannija responsabbli għall-istudju li sar dwar l-industrija ta' l-għamara li sar f'isem l-IPSE diġa' ppubblika ċerti dettalji dwaru waqt seminar privat li sar, jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna l-gvern biex jippubblika siltiet u/jew l-executive summary ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li bħalissa l-IPSE qed tikkunsidra liema għandu jkun l-aħjar format sabiex jiġi ppubblikat u jitqassam dan ir- rapport.", "Din il-pubblikazzjoni trid tilħaq żewġ għanijiet - dak li l- intrapriżi kollha jintlaħqu bl-aktar mod effettiv u li tkun eskluża informazzjoni ta` natura kummerċjali dwar l-intrapriżi.", "Tajjeb jingħad li l-IPSE qed tħejji wkoll programm ta` attivitajiet biex tkun tista` twassal lill-intrapriżi nvoluti s-sejbiet u l-konklużjonijiet ta` dan l-istadju b`mod dirett.", "TURISTI INGLIŻI", "15774.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li, filwaqt li t-turiżmu mill- Ingilterra lejn Malta kompla nieżel, dak mill-Ingilterra lejn Ċipru qed jiżdied?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif żgur li jaf l-Onor.", "Interpellant f'dawn l- aħħar snin l-operaturi kbar Ingliżi qed jikkonċentraw in-negozju tagħhom l- aktar f'dawk id-destinazzjonijiet turistiċi li jifilħu jospitaw volum kbir ta' turisti.", "Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u ta' settur ta' akkommodazzjoni relativament żgħir fil-pjani ta' dawk l-operaturi Malta tiffigura bħala destinazzjoni sekondarja filwaqt li hi mfittxija iżjed minn operaturi iżgħar u dawk speċjalizzati.", "Infurmat li ż-żieda ta' turiżmu miksuba minn Ċipru fis-suq Ingliż hi riżultat ta' tlett fatturi: żieda qawwija fin-numru ta' sodod f'lukandi ta' tlieta u erba' stilel, l-introduzzjoni ta' titjiriet charter minn kumpaniji mhux Ċiprijotti wara li l-kumpanija Cyprus Airways irtirat l- oġġezzjoni tagħha għal dawn it-titjiriet u l-introduzzjoni ta' inċentivi fiskali favur l-operaturi Ingliżi.", "Ta' min isemmi wkoll li l-prezz ta' btala lejn Ċipru joħroġ aktar kompetittiv sew għaliex il-lira Maltija hi aktar b'saħħitha minn dik Ċiprijotta kif ukoll għaliex il-fixed costs tal-lukandiera Ċiprijotti huma inqas sew minn dawk li jridu jħallsu l-lukandiera Maltin.", "Meta ma' dawn il-fatturi żżid ukoll li s-CTO tgawdi minn fondi kbar għall- pubbliċita' u reklamar l-Onor Interpellant jifhem l-iżvantaġġ ta' l- industrija Maltija fil-konfront ta' dik Ċiprijotta għal dak li jirrigwarda l-penetrazzjoni tas-suq Ingliż.", "TOSS - ACQUIS", "15775.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Minħabba li n-national programme for the adoption of the acquis jgħid li wieħed għad irid jara kemm l-iskema tat-TOSS hija kompatibbli ma' l-acquis, jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li seta' kien hemm dubji jekk l-iskema tat-TOSS hijiex kompatibbli ma' l-NPAA ġiet varata skema ġdida, li d- dettalji tagħha tħabbru minni fil-25 ta' April 2000, li żgur hi kompatibbli ma' l-NPAA.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - CARE WORKERS", "15782.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġu mgħajta dawk il-care workers li għamlu l-interview xhur ilu, meta tant hawn nuqqas tagħhom?", "Jista' jikkonferma li qed jingħajtu casual care workers mislufa minn Dar il-Wens?", "Kemm hemm casual careworkers f'Malta u Għawdex mislufa minn Dar il-Wens f'kull ċentru tat-taħriġ u f'liema ċentri?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: a) F'Settembru 1999, ġie publikat ir-riżultat għas- sejħa ta' care workers maċ-ċentri ta' matul il-jum li l-ministeru għandu f'Malta.", "Il-ministeru diġa' bagħat għall-ewwel 34 careworkers skond dan ir- riżultat.", "Sitta minnhom ma aċċettawx dan l-impjieg waqt li numru minnhom kienu diġa' jaħdmu f'dawn iċ-ċentri imma mhux fil-grad ta' careworkers.", "Fil-preżent saret talba lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku biex jidħlu s-sitta li jmiss.", "b) Minħabba li l-proċess biex jiġu ngaġġati dawn il-careworkers twal ħafna u minħabba l-bżonn kbir li ċ-ċentri kellhom għas-servizz ta' dawn il- ħaddiema, il-ministeru talab l-għajnuna ta' Dar il-Wens.", "Din l- organizzazzjoni mhux governattiva pprovdiet lill-ministeru għaxar casual careworkers għal tlett xhur, liema żmien seta' jiġi mġedded.", "Fil-preżent dawn l-għaxar casual careworkes fil-fatt għadhom jaħdmu f'dawn iċ-ċentri.", "c) Fil-preżent hemm 10 casual careworkers mislufa minn Dar il-Wens u li kollha qed jaħdmu fiċ-ċentri ta' matul il-jum li l-ministeru għandu f'Malta.", "Dawn huma mqassmin hekk:", "Ċentru ta' Ħal Far 3casual careworkers Ċentru ta' l-Imtarfa 2 casual careworkers Ċentru ta' M'Scala 2 casual careworkers Ċentru ta' S Venera 3casual careworkers", "GĦAJNUNA SOĊJALI - COACHES BIL-LIFT", "15783.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi talbiet biex jinxtraw coaches bit-tail lift biex jinġarru wheelchair cases?", "Jista' jikkonferma jekk għandux ħsieb jinkrew xi coaches bit-tail lifter?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma kien hemm l-ebda talba biex jinxtraw coaches bit-tail-lift biex jinġarru wheelchair cases.", "Fil-fatt kull ċentru tat- taħriġ għandu coaches biżżejjed biex jinqeda għalissa.", "L-aħħar coach bit- tail-lift li nxtara wasal f'Jannar li għadda u ngħata liċ-ċentru ta' Fleur- de-Lys.", "M'hemmx ħsieb li jinkrew coaches bit-tail-lift ħlief meta xi coach tal- gvern tkun bil-ħsara għal żmien twil.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "15784.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-ikel li qed jitqassam fiċ-ċentri kollha ta' Malta lill-persuni b'diżabilita' hux garantit għal ġranet fil-futur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Ministeru għall-Politika Soċjali għadu kemm ħatar assistent direttur responsabbli mill-ħames ċentri ta' matul il-jum għall-persuni b'diżabilita' li l-ministeru għandu.", "Bħala wieħed mill-ewwel inkarigu li dan l-uffiċjali ngħata hu li jagħmel studju tas-servizzi li dawn iċ-ċentri qed joffru biex dak li hu tajjeb inkomplu niżviluppawh, dak li hu inqas tajjeb ntejbuh waqt li dak li mhux tajjeb jew li mhemmx bżonnu nwarbuh.", "Fil-preżent, il-ministeru qiegħed f'dan l-istadju ta' studju u għadhom ma ttieħdu l-ebda deċiżjoni.", "Dan l-istudju jinkludi wkoll servizz ta' ikla żgħira li ċ-ċentri jipprovdu lill-persuni b'diżabilita' li jattendu fihom.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "15785.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-persuni nkarigati biex jiffirmaw il-karti meta jidħol il-ħalib fiċ-ċentri tal- persuni b'diżabilita', ċentru ċentru?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji bil-firem tal-persuni li ddikjaraw id-dħul tal-ħalib fiċ-ċentri, tax- xhur ta' Frar u Marzu kollu, ġurnata ġurnata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuni fiċ-ċentri tat-taħriġ għall-adulti, li jiddikjaraw id-dħul tal-ħalib fiċ-ċentri, matul ix-xhur ta' Frar u Marzu huma kif indikat fit-tabella hawn taħt:", "Ċentri ta' Fleur-de-Lys Is-Sur Emy Debono, Kap taċ-Ċentru Is-Sur Paul Scerri, Assistent Kap", "Ċentru ta' l-Imtarfa Is-Sinjorina Agatha Dimech, Ass.", "Careworker IsSinjorina Carmen Ebejer, Ass.", "Careworker", "Ċentru ta' Wied il-Għajn Is-Sur Frans Spiteri, Kap taċ-Ċentru Is-Sur Charles Pace, Assistent Kap Ċentru ta' Taħriġ għall- Is-Sinjura Maria Azzopardi, Kap taċ-Ċentru Persuni Neqsin mid-DawlIs-Sinjura Antonia Chambers, Assistent Kap Sta Venera, Is-Sinjura L Friggieri, Cleaner", "Ċentru ta' Ħal Far Ma kienux qed jiġu ffirmati karti ta' dħul ta' ħalib", "Ċentru ta' Għajnsielem Is-Sur John Camilleri, Kap taċ-Ċentru Għawdex", "Dwar iċ-ċentru ta' Ħal Far, l-assistant kap, is-Sur Godfrey Darmanin spjega li d-delivery man idaħħal il-ħalib fiċ-ċentru fil-preżenza tiegħu u kull meta kien bil-leave fil-preżenza tal-kap taċ-ċentru.", "Ma jidhirlix li hemm għalfejn inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji bil- firem ta' kull persuna.", "Madanakollu jekk l-Onor.", "Interpellant tixtieq tivverifika personalment dawn id-dokumenti, lest li nagħmel l-arranġamenti neċessarji.", "ĦAL FAR - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "15786.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid kemm hemm vannijiet fiċ-ċentru persuni b'diżabilita' ta' Ħal Far?", "Kemm minnhom qed jiffunzjonaw?", "Jista' jikkonferma li hemm vann li għandu bżonn maintenance fuq il-brejkijiet u xorta qed jaħdem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm żewġ vannijiet fiċ-ċentru tat-taħriġ ta' Ħal Far biex iġorru persuni b'diżabilita' li qegħdin f'wheelchairs.", "Qiegħed jiffunzjona wieħed minnhom, l-ieħor qiegħed għat-tiswija.", "Sadanittant inkera van mingħand ditta privata.", "RICHARD CACHIA CARUANA - KUNTRATT", "15789.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk ġiex iffirmat kuntratt bejn il-gvern u s-Sur Richard Cachia Caruana, liema kuntratt jirregola x-xogħol, kundizzjonijiet, ħlas, eċċ tas-Sur Cachia Caruana fil-kariga tiegħu bħala negozjatur ewlieni fl-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħlas li qed, jew li se jirċievi, is-Sur Cachia Caruana għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE BORG: Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari nru.", "14090.", "ANZJANI - HOME HELPERS", "15810.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13950 u t-tweġiba, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm (numru) ta' każi ġew irrapportati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull każ jiġi ttrattat fuq il-mertu individwali tiegħu u għalhekk kull informazzjoni tinsab fil-personal file ta' l-individwu.", "SVDP - SOCIAL WORKERS", "15811.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm suppost ikun il-complement ta' social workers li jaħdmu ma' l-anzjani f'St Vincent de Paule u fir-residential homes l-oħra tal-gvern?", "Ir-residential homes privati għall-anzjani għandhom is-servizzi ta' social worker available għar-residenti tagħhom?", "X'qiegħed jagħmel il-gvern biex jara li dan is-servizz jingħata b'mod effiċjenti, kemm fir-residential homes tal- gvern, kif ukoll f'dawk privati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li kienu ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 13951 u 14418 fejn kien ġie spjegat li d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani għandu pool ċentrali ta' social workers li jindirizzaw kull każ li jiġi riferut u li jirrigwarda lil xi persuna anzjana.", "Għaldaqstant m'hemm ebda social worker tad-dipartiment li hu assenjat speċifikament għal xi ċentru residenzjali ta' l-Istat jew privat.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - SAFETY EQUIPMENT", "15812.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar fir-rigward tal-wasla tas-safety equipmemnt għall-ħaddiema fit-taqsima tad-drenaġġ, minn wara t-tagħrif li ta permezz tat-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija parlamentari numru 14144, fit-28 ta' Frar, 2000?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Wara li ġie identifikat eżatt il-kwalita' ta' safety equipment meħtieġ u adattat għad-dipartiment tad-drenaġġ, u wara li ġew deċiżi l-kwantitajiet, qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi f'dan ir-rigward.", "ANZJANI - HEAD OF HOMES", "15813.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 13947 li għamilt fl-14 ta' Frar, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, li l-kriterji li ser jiġu kkunsidrati u l-ordni ta' prijorita' huma:", "Related Knowledge 30 Relevant Experience 25 Leadership Abilities 20 Qualifications 15 Personal Qualities 10", "Total 100 marks Pass 50 marks", "SVDP - ANZJANI", "15814.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "13949 li għamilt fl-14 ta' Frar, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kriterji li jitqiesu biex anzjani jidħlu f'San Vinċenz de Paule huma hekk: i. dawk li m'għandhomx carers; ii. każi soċjali li qed jokkupaw sodod fl-Isptar ta' San Luqa; iii. persuni fil-komunita' li t-tobba jew social workers jindikaw li huma każi ta' urġenza; iv. persuni li għandhom aktar minn 75 sena; v. każi li l-bord ta' l-ammissjoni jiddikjara li l-każ huwa ġenwin u jirrikjedi ammissjoni urġenti.", "Il-kriterji li jitqiesu biex anzjani jidħlu f'id-djar residenzjali huma hekk:", "i. persuni li jkollhom 'il fuq minn 60 sena.", "Prijorita' tingħata lil dawk li għandhom eta' avvanzata; ii. homeless (meta ma jkunx hemm alternattiva oħra); iii. kundizzjonijiet mediċi u/jew soċjali li jqiegħdu l-applikant fi stat ta' riskju; iv. meta l-applikant ikollu ftit jew xejn caring support u/jew meta l- carers ma jistgħux ikomplu jieħdu ħsieb l-applikant; v. kundizzjoni tad-dar ta' l-applikant tkun fi stat perikoluż jew substandard.", "Il-kriterji li jitqiesu biex anzjani jingħataw is-servizz tal-home help huma hekk:", "i. persuni li jkollhom 'il fuq minn 60 sena.", "Prijorita' tingħata lil dawk li għandhom eta' ta' 85 il fuq; ii. persuni li jgħixu waħedhom; iii. persuni li m'għandhomx support adegwat tal-familja; iv. persuni b'diżabilita' u persuni b'mard terminali - cancer.", "Il-waiting lists huma hekk:", "San Vinċenz de Paule 490 Djar Residenzjali 699 Servizz tal-home help 92", "PULIZIJA - QORMI - PARKING", "15815.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, wara l-hockey club, ma jibqax isir parking ta' heavy vehicles mal-bankina ta' djar residenzjali li jlaħħqu sal-gallariji tagħhom, b'riskju għas-sigurta' tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "7672."]} {"filename": "19990127_057d_par.doc", "date": "1999-01-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 57 L-Erbgħa, 27 ta' Jannar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 57", "L-Erbgħa, 27 ta' Jannar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "57", "L-Erbgħa, 27 ta' Jannar, 1999", "WERREJ MINUTI 1012", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 1012", "TQEGĦID TA' KARTI 1016", "MOZZJONIJIET ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ GĦAS-SENA 1998/1999 1017", "AĠĠORNAMENT 1037", "MISTOQSJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1042", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 56 li saret fis-26 ta' Jannar, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "IPSE - ĦADDIEMA", "3135.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-IPSE mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid kemm kien ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li fil-perijodu msemmi ġiet impjegata persuna waħda fil-grad ta' segretarja/accounts clerk ma' l-IPSE.", "Dan l-impjieg sar wara li fit-12 ta' Ottubru, 1998 il-Korporazzjoni għax- Xogħol u Taħriġ kienet bagħtet żewġ applikanti biex jimtela' l-imsemmi grad.", "It-talba lill-korporazzjoni saret fil-5 ta' Ottubru, 1998 wara li ebda persuna mill-MDC, METCO u MIMCOL ma kienet applikat.", "Jien informat ukoll li din il-persuna bdiet taħdem fid-9 ta' Novembru, 1998.", "FREEPORT - ĦADDIEMA", "3136.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- Malta Freeport Corporation mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm kien ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li fil-perijodu li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant ġew impjegati ħames ħaddiema ġodda fil-Malta Freeport Corporation imqassmin hekk: Tnejn fil-grad ta' supervisor/purchasing officer, wara li saret talba lill-Korporazzjoni għax- Xogħol u Taħriġ fis-17 ta' Novembru, 1998; tnejn fil-grad ta' mechanic, wara li saret talba lill-ETC fis-16 ta' Lulju, 1997; u wieħed fil-grad ta' electrician electrical technician wara li saret talba lill-ETC fis-17 ta' Ġunju 1997.", "L-ebda ħaddiem ġdid ma ġie impjegat f'din l-azjenda mingħajr ma ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, wara li tlesta x-xogħol fuq terminal two fil-freeport, jista' l-Ministru jgħidilna meta huwa mistenni li jibda jopera u jekk humiex se jiġu impjegati ħaddiema ġodda fuq dan it- terminal?", "Jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li se jiġu impjegati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni li għandi hija li t-terminal huwa mistenni li jkollu l-makkinarju fuqu sa Ġunju biex ikun fully operational.", "Naturalment dan jista' jirrikjedi xi ħaddiema ġodda pero', kif qal iċ- chairman, proprju dan l-aħħar meta sar il-ftehim kollettiv ma' l-union involuta u staqsewh din it-tip ta' mistoqsija, l-għan tal-korporazzjoni huwa li kemm jista' jkun ma jiġux impjegati nies iktar milli jkun hemm bżonn għaliex dan ikun ifisser piż żejjed fuq il-korporazzjoni.", "Il- pożizzjoni hija li x-xogħol qiegħed dejjem jiżdied u allura jista' jkun hemm bżonn ta' xi żieda fin-numru ta' ħaddiema, pero' m'għandi l-ebda informazzjoni dwar dan in-numru ta' ħaddiema.", "Fil-fatt fil-collective agreement illi ġie ffirmat hemm kontemplat xi reorganisation illi taffettwa wkoll in-numru ta' ħaddiema illi jista' jkun hemm bżonn għal terminal two.", "M'hemmx dubju illi wieħed ma jistax jargumenta li għaliex hemm terminal ieħor se jirdoppjaw il-ħaddiema għax irridu noqogħdu attenti illi f'dawn is- sitwazzjonijiet ma nitgħabbewx b'ħaddiema li ma jagħmlux xogħolhom b'mod effiċjenti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħidilna eżattament kif inhuma sejrin il-pjanijiet dwar ir-ristrutturar ta' l-industrija?", "Peress li qed jintqal li m'hemm l-ebda targets definiti dwar kif se jinħadem ir- ristrutturar ta' l-industrija, jista' jgħidilna jekk għadux isegwi r- rapport Ramboll fuq dak li għandu x'jaqsam ma' ristrutturar ta' l- industrija?", "Jista' jgħidilna wkoll x'inhuma l-proġetti attwali li għaddejjin, għal dak li għandu x'jaqsam ma' ristrutturar u modernizzar ta' l-industrija lokali?", "Jista' jgħidilna jekk hemmx diġa' xi proġetti approvati li għandhom x'jaqsmu ma' ristrutturar fir-rigward ta' taħriġ, ta' expertise fuq marketing u fuq għajnuna ta' investiment għall-immodernizzar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett irrid ngħid li għalkemm ir-Ramboll report huwa tajjeb, pero' la l-amministrazzjoni preżenti ma taqbel miegħu mija fil-mija u naħseb lanqas l-amministrazzjoni preċedenti ma kienet taqbel miegħu mija fil-mija.", "Dan ir-rapport fih ħafna elementi li jistgħu jiġu applikati u waħda mill-affarijiet li jsemmi hija li jkun hemm xi tip ta' organizzazzjoni - u fil-fatt il-gvern preċedenti waqqaf l- IPSE - illi tibda tħares kif jista' jkun hemm ir-ristrutturar ta' l- industrija, speċjalment għal dik il-parti ta' l-industrija li 'l quddiem tista' titlef il-protezzjoni mil-levies.", "Sfortunatament meta jien rajt xi pjanijiet fit-tul kellha l-IPSE - li kienet ingħatat ċertu press coverage - sibt li kienu xi ftit nebulużi.", "Per eżempju, dwar il-mod kif għandha tiġi ffinanzjata l-IPSE, il-gvern preċedenti - u naħseb li dik kienet inizjattiva tajba - l-ewwel qal li 20% mill-privatizzazzjoni tal-Maltacom, u evantwalment tal-Malta International Airport, kienu se jintużaw bħala fond biex l-IPSE tkun tista' tagħmel programmi ta' ristrutturar - għaliex mingħajr finanzi ma tistax tagħmel restructuring programme sewwa - imbagħad iktar tard il-gvern preċedenti kien qal illi d-dħul minn dan l-eżerċizzju ta' privatisation kien se juża għal benefiċċji soċjali.", "Fil-fehma tiegħi, hija daqsxejn ereżija u riċetta għal problemi li tipprova tiffinanzja l-benefiċċji soċjali li huma recurrent expenses b'one- off.", "Fil-fatt aħna sibna sitwazzjoni fejn il-fondi li kienu qed jiġu pprovduti mill-gvern preċedenti lanqas kienu biżżejjed biex l-IPSE tagħmel il-programmi tagħha għal tliet snin.", "Għalhekk ridna naraw li għallinqas ikun hemm fondi biżżejjed għal tliet snin biex l-IPSE tkun tista' tagħmel xi tip ta' restructuring biex jekk, per eżempju, bniedem li jkun jagħmel l- għamara għas-suq lokali ikun irid jaqleb għal esportazzjoni jew saħansitra jaqleb għal prodott ġdid, ikun jista' jingħata assistenza fil-marketing jew fil-management, barra li tkun tista' tingħata assistenza wkoll lil dawk in- negozji ż-żgħar biex ikunu jistgħu jiddeversifikaw ix-xogħol tagħhom.", "L- IPSE kienet qiegħda tagħmel il-programm f'dan l-aspett pero' b'din il- problema finanzjarja in the background.", "Issa fid-diskussjonijiet li kelli ma' l-IPSE jien issuġġerejt li, per eżempju, isir programm ta' ristrutturazzjoni għall-bakeries għaliex ilu jissemma żmien twil li hemm bżonn isir ċertu investiment fi fran ġodda, investiment fl-ambjent fejn jaħdem il-furnar u investiment f'makkinarju biex dan ikollu silos żgħar biex id-dqiq ma jkollux għalfejn jinġarr fl-ixkejjer.", "Fil-fatt l-IPSE qiegħda taħdem biex tħejji dan it-tip ta' programm.", "Sadanittant l-IPSE kellha diversi diskussjonijiet ma' l-EU dwar għoti ta' fondi pero' ma kenitx tat sodisfazzjoni biżżejjed lill-EU bil-programm imħejji.", "F'Novembru li għadda saret laqgħa oħra bi preparazzjoni għal- laqgħa ma' l-EU u llum għandi rapport illi se jmur għand l-EU illi juri biċ-ċar kif l-IPSE se tipparteċipa f'dawn it-tip ta' programmi.", "L-idea li jitwaqqaf fond li r-return minnu jiġi wżat għall-programmi ta' l-IPSE m'hijiex biżżejjed jekk irridu nħarsu iktar 'il bogħod minn dawn it-tliet snin u allura se jkun hemm bżonn ċertu budgetary input mill-gvern, pero' huwa importanti li naraw jekk nistgħux nieħdu ċertu pre-accession aid.", "Jien informat illi Ċipru se jieħu b'madwar ECU5 miljun bħala pre-accession aid għal dawn it-tip ta' programmi u la aħna nerġgħu naqbdu t-triq għal sħubija sħiħa fl-EU, inkunu nistgħu nipprovaw nisfruttaw kemm jista' jkun dawn it-tip ta' opportunitajiet.", "Il-verita' hija illi l-finanzi tal-gvern huma problema u ma tistax tagħmel programm ta' ristrutturazzjoni kif kien qed jiġi ppjanat qabel b'one-off mill-partial privatisation tal-Maltacom u ta' l-MIA.", "Jiddispjaċini ngħid illi l-ħsieb kien tajjeb pero' l-pjanijiet ma kenux msajrin biżżejjed.", "L-ikbar problema li sibt kienet fl-allokazzjoni ta' l-art għax flimkien mal-MDC, fir-run-up to the election l-IPSE kienet ħarġet bl-idea li tagħti small plots lil ħafna negozji żgħar.", "Għal dawn il-plots applikaw madwar 300 negozjant u ngħataw madwar mitt plot.", "Għalkemm l-idea li jingħataw biċċiet ta' art lil dawn l-individwi kienet tajba, il-programm irid ikun iktar estensiv minn hekk u trid tara jekk l-individwu huwiex kapaċi jiffinanzja l-istruttura li jrid jibni.", "Dan ifisser li nħolqot demand kbira u s'issa qed inħarsu lejn sistemi li jistgħu jiġu introdotti biex inkunu nistgħu ngħinu f'din ir-ristrutturazzjoni.", "Pero' naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant illi r-ristrutturazzjoni hija xi ħaġa importanti għal pajjiżna u rridu nagħmluha bil-għaqal biex ikollna riżultati pożittivi u mhux xi ħaġa li ssir one-off, li tkun bl-iskossi u tkun inċerta minħabba l-fatt illi ma tkunx qed tħares fit-tul biżżejjed.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, filwaqt li wieħed jista' jippolemiċizza - u jkollna żmien biex nippolemiċizzaw fuq x'ġara u ma ġarax qabel Settembru 1998 - il-mistoqsija tiegħi ma kenitx indirizzata lejn x'ġara dak iż-żmien imma lejn x'qed jagħmel bħalissa l-Ministru.", "Qed nifhem tajjeb illi l-uniku proġett li għaddej 'il quddiem huwa dwar suġġeriment li għamel il-Ministru nnifsu dwar ristrutturazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-fran f'Malta, għax dak huwa l-uniku punt konkret illi ssemma mill-Ministru?", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jilluminana eżattament liema huma l-partijiet tar-Ramboll report li se jiġu implimentati fil-pjani tiegħu?", "Jien fhimt li 20% mill-flus li daħlu mill- Maltacom privatisation huma allokati għar-ristrutturar ta' l-industrija; allura jista' l-Ministru jgħidilna eżattament kif qiegħed jipproġetta li jalloka dawk il-flus li hemm?", "Issa jekk humiex biżżejjed jew le wieħed jarah aktar 'il quddiem.", "Jaf il-Ministru li min-naħa ta' l-industrijalisti Maltin hemm baħħ kbir għax ħadd ma jaf eżattament fejn qiegħed u kif se tiġi implimentata r-ristrutturazzjoni?", "Jista' l-Ministru mill-kompetenza tiegħu jilluminana ftit kif beħsiebu jagħti l-prioritajiet bejn settur u ieħor u bejn proġett u ieħor għal dak li għandu x'jaqsam ma' taħriġ u export marketing u essenzjalment ukoll x'inhuma l-pjani li se jkollu biex l-IPSE timxi 'l quddiem anke fl-allokazzjoni ta' l-artijiet li għadu kif semma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jien assolutament ma naqbilx mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta jgħid li għallinqas trid tara x'tagħmel bis-Lm6.9 miljun li ġejjin mill-partial privatisation tal-Maltacom għaliex jien nemmen li l-unika soluzzjoni li hemm hija li jew dawn il-flus tiekolhom imbagħad wara tara x'tagħmel jew inkella - fil-fatt jien kont naħseb li dan li se ngħid kien qiegħed jiġi ppjanat li jsir mill-gvern preċedenti u mill-IPSE - jiġi kkreat fond u r-return minnu jiġi utilizzat għall- programmi ta' l-IPSE.", "Pero' biex tkun tista' twettaq dawn il-programmi trid tikkrea fond ferm ikbar għal long-term financing u m'huwiex biżżejjed li jkollok fond ta' Lm6.9 miljun biss plus ECU2 miljun li ġejjin mill- Ewropa.", "Jien ma rridx inqajjem polemiċi u semmejt il-każ tal-furnara bħala eżempju, imma hemm diversi setturi msemmija fir-rapport, bħas-settur ta' l-agro-industry, li jinvolvi madwar 589 kumpannija li jħaddmu bejn wieħed sa għaxra; is-settur tal-construction materials, li jinkorpora madwar 251 kumpannija; is-settur ta' l-għamara li jinkorpora madwar 822 kumpannija; u s-settur tal-clothing and textiles, li jinvolvi madwar 240 kumpannija, li kollha għandhom bżonn jidħlu f'dan il-programm ta' restructuring.", "Mr Speaker, dan ifisser li x-xogħol qiegħed isir u l- problema hi li qabel, għalkemm konna niftaħru li kellna gvern modern, ma kienx qiegħed isir xogħol u sfortunatament waqaf meta kien għadu lanqas sar l-ewwel pass.", "Il-verita' hija li l-programmi qed jiġu mfassla - kieku kienu mfassla qabel, kieku diġa' bdejna - qed jiġu costed u rrid ngħid ukoll li hawnhekk l-Unjoni Ewropea serviet ta' dixxiplina kbira fuq pajjiżna għaliex għalkemm se jagħtuna biss ECU2 miljun, insistew li jkollhom iktar dettalji magħġuna milli kien ipprepara l-gvern preċedenti.", "Ir-reazzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea kienet negattiva għaliex bdew jaraw affarijiet li għadhom fis-sħab.", "Pero' issa dan il-programm li għandi quddiemi jagħti dettalji dwar dawk l-affarijiet li jistgħu jinbidlu u nista' nassigura lill- Onor. Interpellant li huwa programm li qiegħed jagħmel costing tajjeb dwar kemm se jiġu jiswew il-business plans.", "Naturalment l-Unjoni Ewropea ma tridx tkun taf biss kif se jiġu wżati l-flus tagħha imma trid tkun ukoll kemm se jiġu wżati mill-flus ta' Malta.", "Per eżempju, insibu li għall- business plans huwa intiż li jkun hemm madwar ECU52,000 ta' l-Unjoni Ewropea, u min-naħa tal-Gvern Malti jkun hemm finanzjament ta' madwar ECU140,000; għal small enterprise long guarantees huwa kalkolat li se jkun hemm bżonn ECU195,000; għal operations development scheme se jkun hemm bżonn ECU1,300,000; u għal incubators se jkun hemm bżonn ECU920,000; għal export market development grants qed jikkalkolaw li se jkollhom bżonn ECU2.5 miljun; għal human resource investment plan - li ssemma mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - qed jikkalkolaw li se jkollhom bżonn ECU2.6 miljun iffinanzjati minn Malta u madwar 1.3 miljun Ecu iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea; u għal operations development scheme qed jikkalkolaw li se jkun hemm bżonn ECU4.25 miljun ffinanzjati minn Malta u ECU2.1 miljun min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, dan ifisser li l-programmi dettaljati fil-fatt inħadmu imma sfortunatament ma kenux lesti qabel u, kif diġa' għidt, l-Unjoni Ewropea baqgħet tinsisti li tingħata eżempji konkreti ta' kif se jaħdmu l- programmi, kif se jintnefqu l-flus u kif se jiġu allokati.", "Nista' nkompli nitkellem fuq dan is-suġġett imma naħseb li iktar 'il quddiem ikollna opportunita' li ninformaw lill-pubbliku in ġenerali meta wieħed ikun jista' jagħmel launching ta' dawn il-programmi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi. mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fid-dawl ta' dak li qal il-Ministru li la jispiċċa x-xogħol fuq terminal two fil-freeport se jkun hemm bżonn ta' iktar ħaddiema bħalma huma mechanics, crane operators jew equipment operators, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed jiġi kkonsidrat li l- ħaddiema tal-Kalaxlokk li għandhom esperjenza fuq ix-xogħol li sar fil- freeport 'il quddiem jintgħażlu biex jimlew xi vakanzi fil-freeport?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment il-ħaddiema tal-Kalaxlokk ikollhom kull opportunita' li japplikaw daqs kulħadd.", "L-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi jekk għandhomx jingħataw preferenza pero' jiddipjaċini ngħid li ma naħsibx li huwa għaqli li jkollna dawn it-tip ta' preferenzi.", "Ma rridux ninsew li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk qegħdin fis-settur tal-kostruzzjoni u m'għandhomx l-esperjenza biex joperaw a computerised crane li hemm fil- freeport.", "Ma naqgħux fl-assuridita' li nibdew ngħidu li kull xogħol huwa l-istess jew li għaliex dawn il-ħaddiema ħadmu fuq crane, allura jistgħu jaħdmu fuq crane li jiswa $5 miljun u li jitla' sa tmien sulari b'mekkaniżmu komputerizzat.", "L-opportunitajiet għal impjiegi se jkunu għal kulħadd u ma rridux ninsew li meta spiċċa l-gvern preċedenti kien hemm 7,200 nies qiegħda li minnhom jista' jkun hemm nies li għandhom abilitajiet ferm iktar biex jagħmlu ċertu xogħol.", "Naħseb li ma jkunx għaqli li naqbdu u niddeċiedu minn dan il-parlament jew il-gvern jiddeċiedi li dawn l- impjiegi għandhom ikunu riservati għal ċerti nies.", "Din it-tip ta' preferenza m'hijiex għaqlija u m'hijiex xi ħaġa li dan il-gvern jaqbel magħha.", "Fir-rigward tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk għaddejjin bid-diskussjonijiet u qed joħorġu diversi options għaliex dawn il-ħaddiema jridu jagħmlu xi ħaġa produttiva u jien naħseb li d-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa għandhom iwasslu għal ftehim aħħari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Dalli.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 20 ta' l-1999 – Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Ħlas lura ta' Taxxa tas- Sisa fuq Ħażniet Kummerċjali);", "Avviż Legali Nru. 21 ta' l-1999 – Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw l- Erbatax-il Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud; u", "Avviż Legali Nru. 22 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw il-Ħmistax-il Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti l-konsum tal-petrol biċ-ċomb, petrol bla ċomb u diesel matul is-snin bejn l-1989 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3488.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Nitlob lill-Ministru Gonzi jressaq il-mozzjoni li tidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ GĦAS-SENA 1998/1999", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru, 1998 sat-30 ta' Settembru, 1999.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li hemm qbil li bħas-soltu d-diskussjoni fuq din il- mozzjoni tieħu żewġ seduti, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-membri ta' l- oppożizzjoni u l-membri tal-gvern, bil-kelliema jalternaw u bil-winding-up għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, illum qegħdin niddiskutu l- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li hija waħda mill-iktar korporazzjonijiet importanti f'dan il-pajjiż.", "Jien naħseb li f'din il- Kamra kulħadd jaqbel li din hija korporazzjoni kruċjali għal dak li għandu x'jaqsam mal-qasam ta' l-impjiegi f'pajjiżna.", "L-ETC ilha stabilita għal numru ta' snin u bil-mod il-mod fuq il-firxa ta' dawn is-snin bdiet tieħu sehem iktar attiv u iktar qawwi fl-iżvilupp tal-qasam ta' l-impjiegi, li aħna nikkonsidrawh bħala l-iktar wieħed importanti.", "Pero' meta wieħed jagħmel statement bħal dan irid jiċċara punt, anke għal dawk li jkunu qed isegwu dan id-dibattitu għaliex ħafna drabi n-nies li ma jkunux involuti f'dan il-qasam ma jirrealizzawx li l-funzjoni ta' l-ETC m'hijiex li toħloq l-impjiegi.", "Ċertament li l-opportunitajiet tax-xogħol ma jiġux għaliex tkun ħolqithom l-ETC.", "Il-funzjoni ta' din il-korporazzjoni hi li filwaqt li tanalizza r- realtajiet soċjali u ekonomiċi li jkun għaddej minnhom il-pajjiż - mhux biss għal xi perijodu partikolari li nkunu qed ngħixu fih imma anke għall- bżonnijiet futuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam ta' l-impjiegi - hi stess b'mod attiv u bl-inizjattiva tagħha stess tressaq lil dawk il- persuni li jkunu qed ifittxu x-xogħol kemm jista' jkun viċin l- opportunitajiet li jkunu qed jiġu identifikati.", "B'dan il-mod l-ETC tkun tista' tfassal programmi ta' taħriġ li jkunu adattati għat-talenti u għall-kapaċitajiet ta' dawn l-individwi pero' fl-istess ħin ikunu mmirati biex tippreparahom għad-dinja tax-xogħol.", "Fil-fatt ta' min jirrifletti ftit dwar x'għandha tkun il-missjoni ta' l-ETC f'pajjiżna.", "Tista' l-ETC tkun korporazzjoni li tindirizza dan il-qasam b'mod reattiv, jiġifieri tara l-bżonnijiet immedjati tal-mument partikolari li nkunu qed ngħixu u taħdem biex tindirizza dawk il-bżonnijiet?", "Jien naħseb li kieku kellha taħdem b'dan il-mod, l-ETC tkun qed tara sal- ponta ta' mneħirha u tkun qed taqdi parti żgħira ħafna mir- responsabbilta' li ngħatat.", "Forsi kieku kellha taħdem b'dan il-mod, wieħed jista' jgħid li tkun iktar viċina l-management by crisis għaliex jekk f'daqqa waħda jkollok problema fl-ekonomija u l-qgħad jibda jiżdied, allura l-ETC tiffunzjona u jekk is-sitwazzjoni ekonomika tkun miexja tajjeb, l-ETC toqgħod b'idejha fuq żaqqha tistenna l-manna taqa' f'ħalqha.", "Jien naħseb li dik qatt ma kienet u m'hijiex il-funzjoni ta' l-ETC.", "L-ETC m'għandux ikollha funzjoni reattiva imma għandu jkollha funzjoni katalista.", "X'irrid infisser?", "Jiġifieri bħala organizzazzjoni bil-ħidma tagħha stess u bil-programmi ta' taħriġ ċċaqlaq u tistimola s-suq tax- xogħol billi tipprovdi programmi ta' taħriġ lil dawk l-individwi li jkunu qed jirreġistraw ħalli jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għat-tibdiliet li kontinwament qed iseħħu b'ritmu mgħaġġel ħafna fil-ħajja ekonomika u industrijali ta' dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, pajjiżna bħal pajjiżi oħra għaddej minn din l-esperjenza u lkoll kemm aħna rridu nagħrfu li l-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam tat- teknoloġija mad-dinja kollha qed ikollhom effett fuq pajjiżna wkoll.", "Pero' dawn l-iżviluppi teknoloġiċi qed iġibu wkoll tibdiliet kbar fil- kwalita' tax-xogħol li nagħmlu, fil-kondizzjonijiet tax-xogħol u fil- flessibilita' li jkun hemm bżonn biex aħna nadattaw ruħna għal dawn ir- realtajiet fuq il-post tax-xogħol tagħna.", "Din hija d-dinja tax-xogħol tal- lum u l-ETC trid tirrikonoxxi li kontinwament trid iżżomm ruħha aġġornata ma' dawn l-iżviluppi li qed iseħħu b'mod li tkun tista' tidentifika mhux biss x'se jkunu l-bżonnijiet immedjati ta' pajjiżna imma l-bżonnijiet ta' pajjiżna fi żmien ħames snin oħra.", "Nirrepeti li xogħol l-ETC m'huwiex li toħloq il-postijiet tax-xogħol imma li tipprepara u tressaq lil dawk li qed ifittxu x-xogħol għar-realta' li nkunu qed ngħixu fiha jew li għad irridu ngħaddu minnha.", "Jien naħseb li biex l-ETC tkun kapaċi tagħmel din il-bidla li tħalli l-effett tagħha fis-soċjeta tagħna trid toqgħod għal dawn il-ħames kondizzjonijiet li se nsemmi.", "L-ewwel kondizzjoni hi li l-ETC trid tirrealizza li bħala korporazzjoni m'hijiex qed taħdem f'vacuum imma qed taħdem f'realta' ekonomika fil-pajjiż u f'din ir-realta' ekonomika tikkrea hi stess ir-ritmu li bih trid taħdem.", "Allura l-kejl tas-suċċess fix-xogħol tagħha jrid kontinwament isir fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika li jkollna f'pajjiżna fil-mument u anke għal dak li jista' jiġri fil- futur.", "It-tieni kondizzjoni li npoġġi fuq l-ETC hi li trid tagħraf li l-funzjoni tagħha m'hijiex li tkun sensara tax-xogħol imma xogħolha huwa li tressaq lil min qed ifittex ix-xogħol lejn l-opportunitajiet li jkunu qed jiġu identifikati billi tipprovdilu t-taħriġ.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-qasam tat- taħriġ għandu rwol importanti u kruċjali ħafna fil-missjoni li għandha l- korporazzjoni u għalhekk l-ETC ma tistax tnaqqas mill-importanza tiegħu.", "Jien m'iniex qed ngħid li għamlet dan imma qed nenfasizza biss il-punt li din hija kondizzjoni sine qua non biex l-ETC tkun tista' verament taqdi l-funzjoni li dan il-parlament għaddilha meta twaqqfet.", "It-tielet kondizzjoni li npoġġi fuq l-ETC biex ikollha suċċess fil-ħidma tagħha hi li ma tistax taħdem waħedha.", "Issa din hija differenti mill- ewwel kondizzjoni meta qabel għidt li m'hijiex qed taħdem f'vacuum imma qed taħdem f'realta' ekonomika.", "Fix-xogħol tagħha l-ETC trid tirrealizza li biex ikollha suċċess trid timxi id f'id ma' setturi oħra importanti ħafna li direttament jew indirettament jinfluwenzaw x'tip ta' ħaddiema qed ikollna noħorġu għad-dinja tax-xogħol.", "Per eżempju, żgur li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li l-ETC ma tistax taħdem indipendentement minn dak li jkun qed jiġri fil-qasam ta' l-edukazzjoni għaliex fuq il-kotba tagħha se jkollha, fost nies oħrajn, grupp qawwi ta' nies li jkunu għadhom kemm spiċċaw mill-istudji tagħhom u jibdew jifirxu għajnejhom fuq id-dinja tax- xogħol.", "Allura bla dubju ta' xejn naħseb li lkoll naqblu li jrid ikun hemm relazzjoni viċina ħafna f'sens ta' kordinazzjoni u koperazzjoni qawwija bejn l-ETC u s-sistemi edukattivi f'pajjiżna.", "Qed nuża frażi \"sistemi edukattivi f'pajjiżna\" biex ħadd ma jifhimni ħażin u m'iniex qed nalludi għall-edukazzjoni fis-settur pubbliku biss imma qed nirriferi għall-iskejjel kollha ta' pajjiżna li minnhom ħerġin il- ħaddiema tal-lum u ta' għada.", "L-ETC irid ikollha interface qawwi fil-mod kif tikkomunika u tikkordina l-inizjattivi tagħha mhux biss mas-settur ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna imma wkoll mas-settur ta' l-industrija kollha kemm hi.", "Dan ifisser li l-ETC trid tkun il-ħin kollu għajnejha miftuħin fil-kamp industrijali biex tkun taf x'inhu jiġri ħalli hi stess tagħraf x'inhi d-domanda ta' l-industrija llum u x'se tippretendi għada.", "Fl- opinjoni tiegħi, irid ikollha wkoll input qawwi ta' sens ta' ekonomija immedjata u futura għal dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiż.", "Mr Speaker, jien naħseb li dawn it-tliet kondizzjonijiet li semmejt huma l-iktar importanti biex l-ETC tkun tista' tagħraf preċiż x'inhu mistenni minnha u x'inhuma t-targets tagħha.", "Ir-raba' kondizzjoni li jien inpoġġi fuq il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex tkun tista' tilħaq l-għanijiet tagħha hija li hemm ċerti servizzi essenzjali li min-natura tagħhom ikunu parti mix-xogħol ta' l-ETC, dawk li bl-Ingliż jissejħu core activities.", "Kieku kelli nagħżel minn fost il-funzjonijiet kollha li tagħmel l-ETC illum liema huma l-core activities l-iktar importanti nsemmi l-placements, it-taħriġ u l-inforzar tal-liġi.", "L-ewwelnett is-servizz ta' placements li fl-annual report jirriferu għalih bħala l-employment service huwa wieħed mill-attivitajiet prinċipali li taqdi l-ETC.", "Nerġa' ngħid li bl-ebda mod ma rrid inwassal il-messaġġ li l- ETC hija xi aġenzija tax-xogħol pero' żgur li l-placement huwa wieħed mill-kejlijiet l-iktar importanti li għandna neżaminaw biex inkunu nafu jekk l-ETC hijiex qed tilħaq l-oġġettivi tagħha.", "It-tieni attivita' prinċipali ta' din il-korporazzjoni hija l-programmi ta' taħriġ li tipprovdi.", "Jien nistieden lil din il-Kamra biex waqt dan id- dibattitu nikkummentaw u nanalizzaw - jien se nkun qed nisma' l-interventi taż-żewġ naħat tal-Kamra - l-aspetti ta' taħriġ li hemm involuti fix-xogħol ta' l-ETC, anke kif spjegati fl-annual report li tqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Il-qasam tat-taħriġ huwa kruċjali wkoll u naħseb li jekk bħala deputati u jien bħala ministru rridu naqdu dmirna f'sens nazzjonali, irridu nanalizzaw il-programmi ta' taħriġ li kellha l-ETC s'issa u forsi nidentifikaw aħna stess minn hawnhekk u noħorġu b'xi suġġerimenti dwar programmi ta' taħriġ oħra.", "Jien nassumi - u nispera li huwa hekk - li l- lista ta' programmi ta' taħriġ li diġa' jeżistu hija riżultat ta' analisi tal-bżonnijiet tas-suq għaliex ma tistax taqbad u tivvinta programmi ta' taħriġ sempliċement biex ikollok lista twila ta' programmi imma trid tiddeċiedi t-tip ta' programmi ta' taħriġ skond l-indikazzjonijiet li jkunu qed joħorġu mis-suq, ħalli jgħinu lil dawk kollha li jkunu qed jieħdu sehem f'dawn il-programmi ta' taħriġ sabiex ikollhom iktar opportunitajiet ta' xogħol.", "Dan jgħodd b'mod partikolari - u naħseb li se jkun hawn min jintervjeni fuq dan il-punt f'dan id-dibattitu - għal dawk li ilhom jirreġistraw għal żmien twil, dawk li aħna nsejħulhom il-long-term unemployed.", "Fil-verita' dawn it-tliet kelmiet jfissru ħafna għaliex ħafna drabi dawk li ilhom jirreġistraw għal żmien twil isibu ruħhom fi problemi soċjali li kultant lanqas aħna stess ma nirrealizzawhom.", "Insibu każijiet fejn dawn in-nies ikollhom nuqqas ta' kapaċita' akkademika u ta' illitteratiżmu.", "Għalhekk huwa importanti li f'dibattitu bħal dan nanalizzaw x'għamlet u x'għandha tagħmel l-ETC biex tkompli ġġib 'il quddiem il-qasam tat-taħriġ.", "It-tielet attivita' prinċipali ta' din il-korporazzjoni hija l-inforzar tal-liġi.", "L-ETC għandha r-responsabbilta' mogħtija lilha bil-liġi li tibgħat l-ispetturi tagħha biex taċċerta ruħha li ma tkunx qed tinkiser il- liġi, li ma jkunux qed isiru abbużi, li ma jkunux qed jiġu impjegati nies bla ktieb ta' xogħol, li ma jkunux qed jiġu impjegati persuni taħt l-eta', li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ikunu qed jiġu osservati u li min ikun qed jirreġistra ma jkunx qed jaħdem b'mod illegali jew inkella b'mod mhux dikjarat.", "Jien nistenna li f'dan id-dibattitu ssir analisi ta' x'sar u ma sarx s'issa u jsiru suġġerimenti dwar x'nistgħu nagħmlu iżjed.", "Il-ħames kondizzjoni li npoġġi fuq l-ETC hija li l-prioritajiet tagħha jkunu ssettjati b'mod ċar.", "Jien nieħu pjaċir ninnota li ċ-chairman preżenti fl-introduzzjoni ta' l-annual report qal li l-ETC se tagħti priorita' lil long-term unemployed li jsibuha diffiċli biex isibu x-xogħol.", "Fil-fatt mill-aspett ta' ġustizzja soċjali dawn il-persuni jitolbu bi dritt li jirċievu l-ewwel attenzjoni għaliex huma l-isfida ta' l-ETC.", "Jien naħseb li l-ETC ma ssibhiex daqshekk diffiċli li ssib xogħol lil min għadu frisk, lil min għandu t-talent u lil min huwa entużjast biex jidħol fid- dinja tax-xogħol pero' naħseb li baħri tajjeb huwa dak li kapaċi jaħdem fil-maltemp u kwalunkwe biċċa għodda li għandna nkunu nafu kemm hi tajba jekk taħdem proprju f'dak il-qasam li l-iktar hemm bżonn.", "Issa fil-każ tal-qasam tax-xogħol l-ewwel attenzjoni trid tingħata lil dawk il-persuni li ilhom jirreġistraw għal żmien twil u ma jistgħux isibu impjieg adattat għalihom.", "Jien nemmen li biex l-ETC tilħaq l-għanijiet tagħha trid tkun katalista u tagħmel il-bidliet li jkun hemm bżonn minn xahar għal xahar u minn sena għal sena u tiffoka fuq dawn il-ħames kondizzjonijiet li semmejt.", "Mr Speaker, naturalment hemm affarijiet oħrajn li m'iniex se noqgħod insemmihom u bl-ebda mod ma jien qed nippretendi li dawn il-ħames kondizzjonijiet ikunu l-oraklu ta' l-ETC pero', fl-opinjoni tiegħi, jekk l- ETC trid tħalli l-effett tagħha huwa importanti li tħares lejn dawn il- ħames aspetti.", "Issa meta niġu biex niddibattu l-estimi ta' l-ETC irridu nħarsu lura u 'l quddiem ukoll.", "Fil-fatt huwa importanti li nanalizzaw bl-iktar mod oġġettiv dak li għamlet l-ETC fit-12-il xahar bejn Ottubru ta' l-1997 u Settembru ta' l-1998 u naraw fejn morna tajjeb u fejn morna ħażin.", "Meta nħares ftit lejn ir-riżultati li rnexxielha tikseb l-ETC matul it-12-il xahar sa Settembru li għadda jkolli nikkonkludi li bla dubju ta' xejn l- ETC ħadmet f'ċirkostanzi diffiċli ħafna.", "Għaliex?", "Għaliex, kif għidt qabel, ir-realta' ekonomika qatt ma tista' taħrab minnha u, fl-opinjoni tiegħi, jidher ċar li l-ETC fit-12-il xahar li għaddew ħadmet f'realta' ekonomika li kienet xi ftit jew wisq imwegħra, diffiċli u iebsa u kellha tistinka kontra l-kurrent biex tkun tista' tilħaq il-livelli tas-snin l- imgħoddija.", "M'iniex se nidħol fid-dettall għaliex m'huwiex il-ħsieb tiegħi li ntawwal f'dan l-istadju ta' introduzzjoni pero' biex sempliċement ninkanala d-dibattitu nixtieq niġbed l-attenzjoni għaċ- ċifri tal-placements.", "Għal din is-sena li għaddiet l-ETC irnexxielha tagħmel 1,878 placement.", "Dan ifisser li l-ETC irnexxilha ssib 1,878 impjieg għal dawk il-persuni li kienu qed jirreġistraw wara li tkun avviċinat lill-employers biex tħeġġihom jimpjegaw lin-nies, tara x'inhuma l-kondizzjonijiet li għandhom bżonn u tipprova tipprovdi mill-aħjar li tista' mill-pool li jkollha.", "Issa meta nqabblu din iċ-ċifra mal-placements li kellna fis-snin l-imgħoddija mill-ewwel joħroġ ċar li din is-sena l-ETC ma rnexxilhiex tagħmel dak li għamlet fis-snin l-imgħoddija.", "Per eżempju, fl-1992/1993, meta l-ETC kienet għadha qed tibda, kienu saru 1,706 placement; fl-1993/1994 irnexxielha tagħmel 2,478 placement, fl- 1994/1995 il-placements telgħu għal 3,113 u fl-1995/1996 il-placements komplew jitilgħu għal 3,317.", "Dan ifisser li minn mindu twaqqfet l-ETC, it- trend kienet qed tiżdied regolarment sena b'sena.", "Pero' mbagħad f'daqqa waħda fl-1997/1998 dan l-ammont ta' placements niżel għal 1,878 u jekk wieħed jara daqsxejn x'ġie placed fis-settur privat isib li kien hemm tnaqqis sostanzjali paragunat mal-placements fis-settur privat fis-snin ta' qabel minħabba l-problema tar-realta' ekonomika li kien għaddej minnha l- pajjiż.", "Fil-fatt fl-1995/96 minn 3,317 placement kien hemm 2,811 li kienu fis-settur privat.", "Fl-aħħar 12-il xahar il-placements fis-settur privat minn 2,811 niżlu għal 1,511.", "Għalhekk wieħed mill-ewwel jinnota kemm kienet iebsa iċ-challenge li kellha quddiemha l-ETC fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi li kien għaddej minnhom pajjiżna.", "Meta wieħed janalizza ftit dawn iċ-ċifri jasal għall-konklużjoni - għalkemm forsi ż-żewġ naħat tal- Kamra ma jaqblux fuq ir-raġunijiet - li bejn Ottubru ta' l-l-1997 u Settembru ta' l-1998 l-ekonomija f'pajjiżna kienet staġnata tant li ma kenux qegħdin jinħolqu postijiet tax-xogħol, bil-konsegwenza li l-ETC kienet qed issibha dejjem iktar diffiċli biex tilħaq it-targets tagħha.", "Irridu nammettu - u tajjeb li dan ikun parti minn dan id-dibattitu - li bejn Ottubru ta' l-1997 u Settembru ta' l-1998 pajjiżna għadda minn diffikultajiet ekonomiċi kbar.", "Issa n-naħa tal-gvern għamlet l-analisi tagħha - jista' jkun li i l-kollegi tan-naħa l-oħra ma jaqblux ma' din l- analisi - u għandha r-raġunijiet tagħha għaliex inħolqot din is-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "Waħda mir-raġunijiet prinċipali hija li meta l-Gvern Laburista fl-1996 ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, dakinhar ġie iffriżat ukoll il-pajjiż.", "Meta konna fl-oppożizzojni pprovajna niftħu għajnejn il-gvern ta' dak iż-żmien u għidnielu biex joqgħod attent għaliex dik id-deċiżjoni kienet se ġġib staġnar magħha.", "Pero' dak il-żmien il-Gvern Laburista għażel it-triq li deherlu li kellu jagħżel u la sema' minn dak li konna qed ngħidulu aħna u lanqas minn dak li kienu qed jgħidulu l-korpi kostitwiti f'pajjiżna, li kienu qegħdin jixegħlu l-allarm lill-Gvern Laburista li wara li kienet ittieħdet d- deċiżjoni ta' l-iffriżar ta' l-applikazzjoni tagħna biex insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-pajjiż staġna u ma setax jiċċaqlaq.", "Fil-fatt iż- żmien tana parir u ċ-ċifri ekonomiċi pprovaw dak li konna għidna.", "Issa meta ngħidu dan il-pajjiż iffriża jfisser li naqset l-inizjattiva, naqas l-investiment u naqsu l-opportunitajiet tax-xogħol għaliex il- fabbriki u l-ħwienet tagħna ma komplewx jespandu u ġralna bħal bebbuxu li daħal f'qoxortu u ma riedx joħroġ ħalli jerġa' jibda jiċċaqlaq.", "Il-Gvern Laburista baqa' jżomm iebes u kienet biss bis-saħħa ta' l-elezzjoni ġenerali tal-5 ta' Settembru, 1998 meta l-poplu Malti għażel lill-Partit Nazzjonalista biex jerġa' jiggverna lil dan il-pajjiż u mill-ewwel ittieħdet id-deċiżjoni biex Malta terġa' taqbad it-triq lejn l-Unjoni Ewropea.", "Il-ħsara li saret ma tissewwiex daqslikieku għandek bozza mitfija u tixgħel is-switch biex ikollok id-dawl.", "Kultant huwa diffiċli ħafna biex tibni dak li fil-fatt ħaddieħor ikun żarma pero' mill-5 ta' Settembru 'l hawn dan il-gvern reġa' beda jistinka biex kemm jista' jkun malajr pajjiżna jerġa' jaqbad it-triq lejn l-Unjoni Ewropea u nittamaw li din is-sitwazzjoni tiġi ċċarata malajr kemm jista' jkun.", "Forsi xi ħadd jistaqsi: Dan x'għandu x'jaqsam ma' l-ETC?", "Jien ngħid li għandu x'jaqsam ħafna u għalhekk iktar qabel għidt li l-ETC ma taħdimx f'vacuum imma taħdem f'realta' ekonomika u din hija xi ħaġa marbuta wkoll mal-ħajja tagħna lkoll.", "Il-fatt li pajjiżna jaf f'liema direzzjoni miexi, huwa determinat li jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jaf bi preċiż x'inhuma l-isfidi li għandu quddiemu u li kapaċi jirbaħhom b'fiduċja sħiħa fil-kapaċitajiet tagħna bħala Maltin, nistgħu nirbħu dawk l-isfidi kollha u nerġgħu npoġġu lil pajjiżna fit-triq it-tajba.", "Mr Speaker, raġuni oħra li kienet qed tagħfas fuq l-espansjoni ta' l- ekonomija ta' pajjiżna, li raqdet lil dan il-pajjiż għal sentejn u poġġiet lill-ETC f'sitwazzjoni iktar diffiċli biex tkun tista' taqdi l- funzjoni tagħha, kienet is-sistema ta' tassazzjoni li kienet ġiet introdotta mill-Gvern Laburista.", "M'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall għaliex m'huwiex il-mument pero' b'mod indirett dik is-sistema ta' tassazzjoni staġnat l-intrapriża u fgat l-inizjattiva ta' dak il- bniedem li ried jinvesti u jespandi n-negozju tiegħu.", "Wara l-5 ta' Settembru l- Gvern Nazzjonalista ħa l-miżuri meħtieġa biex ikun jista' jindirizza din il- problema u fil-pajjiż reġgħet daħlet is-sistema tal-VAT għaliex din in- naħa hija konvinta li s-sistema tal-VAT fiha nnifisha tinċentiva għaliex mhux biss hija sistema ta' tassazzjoni effiċjenti imma hija wkoll ġusta għaliex tintaxxa l-iżjed lil min jonfoq l-iżjed.", "Barra minn hekk din is- sistema ta' tassazzjoni indirettament tinċentiva l-investiment fin-negozju stess minħabba s-sistema tar-refunds u dak li jkun jitħajjar ikompli jinvesta fin-negozju tiegħu u jkabbar iżjed.", "Mr Speaker, jekk bniedem jiddeċiedi li jinvesti fin-negozju tiegħu jfisser li se jkun hemm iktar opportunitajiet ta' xogħol u dawn l-affarijiet huma marbutin bl-iktar mod naturali ma' l-ETC.", "Raġuni oħra li ġabet staġnar fil-pajjiż kienet l-inċertezza politika li pajjiżna għadda minnha matul dawk it-12-il xahar u li kompliet tħawwad il- borma u tagħmel l-affarijiet iktar diffiċli.", "Issa n-naħa l-oħra jista' jkollha interpretazzjoni differenti u jien nirrispetta l-interpretazzjoni ta' kulħadd, pero' l-verita' hi li ċ-ċifri għall-perijodu ta' Ottubru ta' l- 1997 sa Settembru ta' l-1998 jitkellmu waħedhom u ma jista' jmerihom ħadd għaliex iċ-ċifri m'humiex kwestjoni ta' opinjoni fejn nistgħu ma naqblux.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għat-tweġiba li għadni kemm tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3817, fejn jien ġejt mitlub nagħti n- numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol xahar b'xahar is-sena li għaddiet.", "In-numru ta' nies li bdew jirreġistraw f'Jannar ta' l-1998 kien ta' 1,199.", "Huwa normali li f'Jannar in-numru ta' nies jirreġistraw ikun iżjed mix-xhur l-oħrajn u wieħed irid jifhem ukoll li jkun hemm ċertu ups and downs matul it-12-il xahar, partikolarment għaliex ikollok mumenti fejn studenti jispiċċaw mill-iskejjel, ikollok peirjodi fejn għandek ix- xogħol tas-sajf u alllura l-qasam tax-xogħol jassorbi numru ta' ħaddiema u meta jasal l-aħħar tas-sajf dawk il-ħaddiema li jkunu ġew impjegati temporanjament, jerġgħu jmorru lura jirreġistraw, jiġifieri għandek dan il- flux fin-numru ta' nies jirreġistraw.", "It-tweġiba kienet tgħid li f'Jannar 1998 bdew jirreġistraw 1,199 persuna; fi Frar bdew jirreġistraw 975 persuna; f'Marzu bdew jirreġistraw 984 persuna; f'April bdew jirreġistraw 981 persuna; f'Mejju bdew jirreġistraw 790 persuna; f'Ġunju bdew jirreġistraw 880 persuna; f'Lulju bdew jirreġistraw 1,526 persuna; f'Awissu bdew jirreġistraw 1,341 persuna; f'Settembru bdew jirreġistraw 1,234 persuna; f'Ottubru bdew jirreġistraw 1,353 persuna; f'Novembru bdew jirreġistraw 1,212 persuna u f'Diċembru bdew jirreġistraw 1,071 persuna.", "Issa jekk wieħed iħares lejn dawn iċ-ċifri jinnota li t-trend turik li f'ċertu perijodu ta' żmien kien hemm ċerti diffikultajiet li l-ETC kellha tiffaċċjahom u mill-aħjar li setgħet ipprovat tipprovdi s-servizzi li kien hemm bżonn f'ċirkostanzi fejn kienet qed issibha iktar diffiċli biex tlaħħaq man-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u mat- tnaqqis li kien qed ikun hemm fil-postijiet tax-xogħol available għalihom.", "Jien nistieden lill-membri ta' din il-Kamra biex iħarsu lejn il-graphs li jinsabu fuq il-parti ta' wara tar-rapport annwali, fejn qed tiġi spjegata t- trend u d-diffikultajiet li wieħed kien qiegħed jiffaċċja.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nipproponi li l-Onor.", "Gonzi jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Gonzi jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra għal din l-estensjoni.", "Mr Speaker, sfortunatament għadna ma ħriġniex minn din is-sitwazzjoni għaliex in-numru tan-nies li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol qiegħed ikompli jiżdied, għalkemm mhux b'mod allarmanti.", "Pero' ninnota wkoll li bħalissa l-affarijiet qegħdin jistabilizzaw ruħhom u nittama li jkun hemm anke xi ċaqliq 'l isfel fin- numru ta' nies li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Irrid ngħid li ż- żmenijiet li għandna quddiemna jitolbu impenn qawwi mill-ETC u minn kulħadd.", "Dan ma jfissirx li rridu naħdmu minn filgħodu sa filgħaxija imma rridu nkunu kapaċi nanalizzaw fid-dettall x'inhuma l-bżonnijiet reali tad- dinja tax-xogħol illum f'pajjiżna u lil dawk li qegħdin jirreġistraw irridu nħarrġuhom biex ikunu kapaċi jadattaw ruħhom għall-bżonnijiet tad- dinja tax-xogħol tal-lum.", "Għalhekk għat-12-il xahar li ġejjin irridu nxammru l-kmiem sewwa u nimpenjaw ruħna ħalli nkunu nistgħu naqdu din il- funzjoni.", "Mr Speaker, irridu nżommu quddiem għajnejna li qegħdin nittrattaw ma' persuni umani u ma' familji li jridu jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum mid-dinja tax-xogħol u għalhekk bilfors iridu jirċievu l-appoġġ kollu mill-ETC biex ikunu ppreparati għar-realta' tal-ħajja tax-xogħol.", "Jekk nanalizzaw daqsxejn iċ-ċifri tal-qgħad insibu li n-numru ta' nies li ilhom jirreġistraw għal iktar minn sena qiegħed kontinwament jiżdied, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' persuni li għandhom 'l fuq minn 40 sena u 'l fuq jew forsi ftit inqas.", "Din hija waħda mill-ikbar sfidi li l-ETC trid taħdem fuqha fit-12-il xahar li ġejjin.", "Fil-fatt l-annual report jispjega li waħda mill-prioritajiet ta' l-ETC hija li taħdem ħafna biex tħarreġ lil dawn l-individwi.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li juru l-estimi ta' flus ivvotati għall-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena d-dieħla.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Gonzi jpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Budget dettaljat tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 1998/1999; u", "Estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 1998/1999, flimkien ma' dettalji dwar infiq mill-istess Korporazzjoni għas-sena 1997/98.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi, fit-12-il xahar li ġejjin l-ETC trid tikkonċentra l-ħidma tagħha fuq żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett trid tara li jkollha at her fingertips analisi tajba u professjonali ta' profil ta' ħaddiem li d-dinja tax-xogħol f'pajjiżna llum għandha bżonn u trid tara x'se jiġri fl-ekonomija ta' pajjiżna fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "Per eżempju, jekk f'pajjiżna se jsiru xi proġetti kapitali ta' ċerta entita' matul is-sena li qegħdin fiha, l-ETC trid tara jekk għandniex labour supply biżżejjed biex naqdu l-bżonnijiet ta' pajjiżna u trid tara jekk hijiex kapaċi tħarreġ lil dawk li qegħdin jirreġistraw biex ikunu jistgħu jaqdu dawn il-bżonnijiet.", "Din m'hijiex xi ħaġa faċli u biex tagħmel dan l-ETC għandha bżonn l-expertise tan-nies.", "Jien naf ukoll li f'dawn l-aħħar tliet xhur l-bord ta' l-ETC għamel analisi ta' x'tip ta' ħaddiem għandu jkollna biex inkunu nistgħu naqdu l-bżonnijiet tal-lum u ta' għada.", "It- tieni nett l-ETC trid tara li l-programmi ta' taħriġ li torganizza jkunu professjonali biex in-nies li jgħaddu minn dawn il-programmi jkunu verament ippreparati għall-postijiet tax-xogħol li se jkun hemm.", "Jien naħseb li dawn għandhom ikunu l-prioritajiet tal-korporazzjoni għas- sena li ġejja u nemmen li l-ETC għandha tinvesti ħafna fix-xogħol tagħha.", "M'għandix il-ħin li noqgħod nidħol fid-dettall ta' aspetti oħrajn bħalma huma l-qasam tan-nisa u l-qasam ta' persuni b'diżabilita' li jridu jaqgħu taħt l-umbrella tar-responsabbilta' ta' l-ETC imma nittama li dawn l-oqsma jiġu ttrattati mill-kelliema ta' warajja.", "Nerġa' nirripeti li fit-12-il xahar li għandna quddiemna u fis-snin li ġejjin l-ETC irid ikollha l- kapaċita' teknika u professjonali li tidentifika x'inhuma l-bżonnijiet tad- dinja tax-xogħol f'pajjiżna u x'tip ta' programmi trid taħdem fuqhom biex tkun tista' tipprepara u tħarreġ lil dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Mr Speaker, nagħlaq hawn biex inkompli nsegwi d-diskorsi tal-kelliema taż-żewġ naħat tal-Kamra u mbagħad fil-winding-up inkun nista' nwieġeb għal xi punti li jitqajmu u forsi nespandi fuq xi aspetti oħra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, illum qed niddiskutu l-estimi ta' l- ETC u ħadt pjaċir li l-Ministru Gonzi firex id-diskors tiegħu fuq l-isfera ekonomika ta' pajjiżna għaliex anke din in-naħa tal-Kamra temmen li l-ETC għandha topera fl-ambitu tas-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna u m'għandhiex titqies bħala korporazzjoni on its own.", "Il-mission statement ta' din il-korporazzjoni, li jekk m'iniex sejjer żball ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar tmien snin, jenfasizza li din il-korporazzjoni għandha tagħti garanzija li jinstab ix-xogħol għal dawk li huma qiegħda; li twaqqaf korsijiet ta' taħriġ għall-persuni li jkunu qed jirreġistraw u li jkunu interessati fil-qasam industrijali ta' pajjiżna jew fi kwalunkwe sfera ta' xogħol ieħor; li torganizza wkoll korsijiet ta' taħriġ għal dawk il- persuni li jkunu qegħdin jaħdmu imma jkunu jridu jbiddlu s-sengħa tagħhom; u fl-aħħarnett l-ETC għandha tissalvagwarda l-inforzar tal-liġi tax-xogħol f'ċerti oqsma.", "Il-Gvern Laburista ried li din il-korporazzjoni jġibha 'l quddiem, speċjalment fil-kontest tal-politika li kien iħaddan għal dak li għandu x'jaqsam mad-dinja tax-xogħol.", "Issa meta wieħed isemmi d-dinja tax-xogħol, irid iġib quddiem għajnejh id-diversi aspetti li jolqtu l-interessi ta' kulħadd f'dan il-qasam, mhux biss ta' dawk il- persuni qiegħda imma anke ta' dawk il-ħaddiema li forsi l-ġejjieni tax- xogħol tagħhom ikun qed jiġi mhedded għal diversi raġunijiet.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-livell ta' qgħad f'pajjiżna tajjeb li wieħed jinnota li s'issa - u naħseb li anke n-naħa l-oħra tal-Kamra taqbel fuq dan - meta mqabbel mal-livelli ta' qgħad f'pajjiżi barranin, b'mod partikolari ma' pajjiżi Ewropej - li proprju tan-naħa l-oħra għandhom din il-fissazzjoni li bilfors iridu jsiru parti minnhom - m'huwiex daqshekk allarmanti.", "Kif qal anke l-Ministru Gonzi ftit ilu, il-livell ta' qgħad f'pajjiżna jista' jiġi supported pero' naturalment wieħed jara kif jagħmel biex kemm jista' jkun il-qgħad ma jiżdiedx.", "Fil-fatt meta aħna konna fil-gvern ma konniex kuntenti b'din is-sitwazzjoni u rajna kif għamilna sabiex nipprovaw nipprovdu opportunitajiet ta' xogħol adegwati mhux biss fl-ammont imma anke fl-aspettativa tal-ħaddiema u ta' min iħaddem.", "Xi rrid ngħid b'dan kollu?", "Jekk wieħed jeżamina bir-reqqa s- sitwazzjoni lokali jsib li bażikament f'pajjiżna għandna problemi intrinsiċi u endemiċi li huma ta' natura kwalitattiva u ta' natura kwantitattiva.", "Tajjeb li ngħidu mill-ewwel li f'pajjiżna għandna shortage kbir ta' ħaddiema mħarrġa fil-qasam tekniku tant li dawk l- investituri barranin li jkunu jridu jiftħu fabbriki li jispeċjalizzaw proprju f'dan il-qasam ma jsibux biżżejjed workforce li jissodisfa d- domanda tagħhom biex ikunu jistgħu jaħdmu f'dawn it-tip ta' azjendi.", "Naturalment wieħed irid joqgħod attent li dawn il-kumpanniji jkunu serji u jkollhom ċertu futur u hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-kumpannija SGS li nġabet f'Malta minn Gvern Laburista u ma kenitx xi kumpannija frodulenti, bħalma kienet l-AMS, li baqgħet tissemma fl-istorja ta' Malta.", "Il-kumpannija SGS-imxiet 'il quddiem, espandiet u beħsiebha tkompli tespandi fil-futur, tant li anke l-garaxx tal-gvern li hemm biswit l-istess premises jrid jitneħħa minn hemmhekk biex ikun jista' jagħmel post għal din il-kumpannija.", "Fil-fatt l-esportazzjoni ta' pajjiżna fil-qasam industrijali jiddependi fuq din il-fabbrika - u dan sa ċertu punt huwa ħażin - u aħna meta konna fil-gvern ipprovajna nħajru investituri barranin oħrajn biex jinvestu f'dan il-qasam tekniku ħalli b'hekk inkunu nistgħu nilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni.", "Kulħadd jaf kemm huwa importanti li jkollok ħaddiema li jkunu trained fil-qasam tekniku u fost id-diversi inizjattivi li ħadna konna waqqafna n-NIFTE li huwa n-night institute for further technical education, li safejn naf jien huwa rikonoxxut anke barra minn Malta, u sal-ġurnata tal-lum għadu jopera biex jipprovdi b'mod regolari ħaddiema ta' din ix-xorta.", "Għalkemm, kif diġa' għidt, il-livell ta' qgħad f'pajjiżna m'huwiex daqshekk allarmanti bħalma qiegħed f'pajjiżi Ewropej, aħna xorta ma serraħniex rasna u fil- fatt implimentajna l-miżuri kollha biex inkunu nistgħu nissalvagwardaw din l-industrija u nipprovdu taħriġ lil dawk il-ħaddiema qiegħda biex ikollhom futur aħjar.", "Problema oħra intrinsika f'pajjiżna li ssemmiet ukoll mill-Ministru Gonzi hija proprju l-kwestjoni tal-long-term unemployed.", "Fir-rapport ta' l- European social charter wieħed isib b'mod espliċitu li sfortunatament pajjiżna għandu waħda mill-ogħla rati ta' long-term unemployed, speċjalment għal dawk il-ħaddiema li għandhom 'il fuq minn 45 sena.", "Il- Gvern Laburista kien konxju minn din il-problema u kulħadd jaf kemm huwa diffiċli biex issib xogħol ieħor lil min ikun qabeż l-eta' ta' 45 sena.", "Dan il-fattur iġib anke problemi ta' natura soċjali għaliex ħafna drabi dawn il-persuni jkunu kapijiet ta' familja li jkunu għadhom qed irabbu t- tfal u meta wieħed isib ruħu f'din is-sitwazzjoni tkun kważi traġedja għal dik il-familja.", "Fil-fatt fl-aħħar budget li kien ressaq il-Gvern Laburista, li sfortunatament kien ġie tant mgħajjar li ma kellux biżżejjed kuxjenza soċjali, konna daħħalna miżura - u din ġiet ratifikata dan l-aħħar fil-liġi dwar is-sigurta' soċjali - li dawk l-employers li jħaddmu persuni li jkollhom 'il fuq minn 45 sena jkollhom tnaqqis ta' 25% u konna għidna b'mod espliċitu li jekk kemm-il darba din il-miżura ma kenitx biżżejjed, konna lesti li ntejbuha biex ninkoraġġixxu lill-employers iħaddmu lil dawn in-nies.", "Aħna konna kommessi li f'budget sussegwenti nibqgħu nenfasizzaw din il-problema pero' proprju fl-ewwel budget li ressaq Gvern Nazzjonalista ma smajna xejn dwar dan.", "Problema oħra intrinsika li għandha x'taqsam mad-dinja tax-xogħol huwa proprju l-persentaġġ qawwi ta' ħaddiema fis-settur pubbliku.", "Il-Gvern Laburista mill-bidunett u bla tlaqliq ta' xejn kien kommess li jipprova jirranġa din is-sitwazzjoni speċjalment fid-dawl tad-diżastru finanzjarju li konna writtna minn Gvern Nazzjonalista li għalkemm mill-oppożizzjoni kienu jgħajruna li konna qegħdin nivvintaw il-ħofor, issa li qegħdin fil- gvern qed jammettu li dawn il-ħofor jeżistu.", "Jekk wieħed jeskludi l- korporazzjonijiet parastatali, isib li madwar 25% tat-total tal-ħaddiema f'pajjiżna huma impjegati direttament mill-gvern.", "Aħna mill-ewwel konna għidna li din ma kenitx sitwazzjoni sostenibbli, iktar u iktar meta wieħed iqis li jekk ma' dawn il-ħaddiema tgħodd il-ħaddiema l-oħra kollha impjegati mal-korpi parastatali l-persentaġġ jitla' għal madwar 45%.", "Fuq medda qasira ta' 22 xahar aħna konna diġa' ħadna passi biex nipprovaw nirranġaw din is-sitwazzjoni.", "Per eżempju, meta kienet qed issir ir-ristrutturazzjoni fil-korp tal- pulizija, konna ttrasferejna nies miċ-ċivil sabiex jaqdu clerical duties li qabel kienu jsiru mill-pulizija nfushom.", "B'dan il-mod il-membri tal-korp tal-pulizja stajna nutilizzawhom fejn l-aktar kien hemm bżonnhom u stajna nagħtuhom iċ-ċans li jipprattikaw aħjar ix-xogħol vokazzjonali li jkunu daħlu għalih, proprju dak li jipprovdu sens ta' sigurta' ċivili lill-poplu Malti, speċjalment lil dawk li l-aktar għandhom bżonn bħalma huma l-anzjani li jgħixu waħedhom u li sfortunatament spiss qed jiġu misruqa u kultant maqtula wkoll.", "Peress li aħna dejjem emminna li s-settur privat għandu jkun il-mutur ta' l- ekonomija tal-pajjiż, sa Mejju ta' l-1997 konna naqqasna s-settur pubbliku b'madwar 500 ruħ u dan għamilnieh mhux billi keċċejna n-nies imma għaliex ma mpjegajniex iktar nies safejn kien possibbli.", "Fl-istess waqt li l- figura totali tal-qgħad baqgħet tiżdied, żidna 1,100 impjieg fis-settur privat.", "Għalkemm nammetti li dawn huma ċifri żgħar imma juru f'liema direzzjoni konna mexjin.", "Irrid ngħid li 700 impjieg minn dawn l-1,100 impjieg kienu fis-settur turistiku u din hija prova ċara li dan is-settur kien reġa' qabad rankatura 'il fuq u fil-fatt fi żmienna s-settur turistiku li tant huwa importanti għall-ekonomija Maltija żdied b'5.4%.", "Kif jaf kulħadd, in-numru ta' turisti li żaru pajjiżna matul is-sena li għaddiet kien numru record.", "Barra minn hekk, l-400 ruħ l-oħra ġew impjegati fis-settur tar-retail.", "Fi żmien il-Gvern Laburista n-naħa l-oħra kienet dejjem tikkritikana li n- negozju kien sejjer ħażin pero' l-fatt li ġew impjegati 400 ruħ f'dan is- settur fi żmien meta ġiet introdotta t-taxxa tas-CET - għalkemm kienu jgħidulna li din it-taxxa ma kenitx se taħdem - juri li dan is-settur kellu bżonn jimpjega iktar nies.", "Nispera li mad-dħul tal-VAT m'huwiex se jiġri bil-maqlub għaliex skond dak li qed nesperjenzaw bħalissa minħabba d- dħul ta' taxxi ġodda - allavolja lilna kienu jgħajruna li daħħalna 33 taxxa ġdida - b'mod partikolari fis-settur tas-servizzi, qed jintlaqtu b'mod indirett prodotti oħra li suppost huma zero rated, minħabba l-multiplier effect ta' l-ekonomija.", "Nittama li dawn il-fatturi kolha m'humiex se jwasslu għal diżaġi kbar f'dan is-settur.", "Il-bieraħ smajna fl-aħbarijiet lokali li VAT inspectors intbagħtu jiċċekkjaw il-prezzijiet ta' ċerti ħwienet tal-grocers u tal-laħam għaliex sabu li l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti kienu qed jogħlew meta suppost m'humiex jogħlew.", "Din iż-żieda sostanzjali fl-affarijiet essenzjali għall-ħajja ta' kuljum dovuta għat-taxxa tal-VAT ġabet piż fuq kulħadd, l- iktar fuq dawk li huma fil-bżonn u ma jagħmilx sens li noqogħdu nwaħħlu fis-serq tan-negozjanti.", "Irrid ngħid ukoll li fi żmienna n-numru tal- gainfully employed bħala ammont globali żdied allavolja l-qgħad f'pajjiżna baqa' jiżdied - sfortunatament dan il-fattur għadu jeżisti f'pajjiżna u naħseb li se jibqa' fil-ġejjieni - u dawn il-figuri, limitati kemm kienu limitati, juru li l-politika tal-Gvern Laburista f'dan il-qasam kienet qed trendi l-frott.", "Konna qed nerġgħu nġibu fuq saqajh is-settur privat wara t-tisbita li kien ħa bl-introduzzjoni tal-VAT għall-ewwel darba fl-1995 billi tajnih il-kunfidenza li tixraqlu u ridna nagħmluh iktar produttiv kif jixhdu l-figuri tat-tkabbir ekonomiku li kellna fi żmienna.", "Hawnhekk irrid nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari li għamilt lill-Ministru Gonzi fil-bidu ta' din il-leġislatura fejn kont tlabtu l-persentaġġi ta' l-infiq f'benefiċċji soċjali kif espressi f'termini tal-GDP.", "Dawn il-persentaġġi wrew li fl-1997 saret l-ikbar nefqa soċjali f'dawn l-aħħar 20 sena u wrew biċ-ċar li r-rata tat-tkabbir fl- ekonomija Maltija ħadet daqqa 'l isfel fl-1996, proprju sena wara l- introduzzjoni tal-VAT.", "Meta tela' l-Partit Laburista fil-gvern, dan it- tkabbir ekonomiku beda tiela' 'l fuq u f'temp ta' 22 xahar ir-rata tal-GDP telgħet għal 11%.", "Wieħed jistaqsi: Kif tidħol l-ETC f'dan kollu?", "Jien nemmen li l-ETC, id f'id mal-gvern, għandha tkun l-organu li filwaqt li żżomm ruħha aġġornata mal-bidliet li jkunu qed iseħħu fil-qasam tax-xogħol, kemm f'pajjiżna u kif ukoll f'pajjiżi barranin, isservi wkoll biex issolvi dawn il-problemi intrinsiċi f'pajjiżna, anke permezz ta' politika mfassla fuq perijodu twil ta' żmien għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Mr Speaker, f'pajjiżna ċ-ċifri tal-qgħad minn dejjem ġew mgħarrbla skond kif ikun jaqbel lill-gvern tal-ġurnata.", "Sa ftit xhur ilu l-kelliema min- naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienu jistaqsu x'inhuma ċ-ċifri tal- qgħad pero' issa donnhom li daħlu f'raqda twila u dawn it-tip ta' domandi m'għadhomx isiru.", "Huwa veru li xi wħud minnhom m'għadhomx membri ta' din il-Kamra pero' għadni niftakar sewwa li kienu jsiru ħafna supplementary questions dwar dan is-suġġett.", "Din il-ħaġa llum m'għadhiex issir, forsi għaliex il-mistoqsijiet dwar il-materja tal-qgħad qed nagħtuhom il-ġenb ħalli lanqas ikollna ċans niddiskutuhom viva voce f'din il-Kamra.", "Kulħadd jaf li għalkemm tan-naħa l-oħra fil-passat riċenti kienu jitkażaw li l- qgħad kien qiegħed jiżdied b'rata mgħaġġla, illum proprju wara erba' xhur biss ta' Gvern Nazzjonalista li tela' bl-għajta ta' ġid, fiduċja u direzzjoni qed nindunaw li l-pajjiż qabad direzzjoni 'l isfel għaliex il- qgħad żdied b'5% fuq il-figura ta' qabel.", "Qabel nagħlaq, Mr Speaker, nixtieq insemmi l-kwestjoni tal-ħaddiema tal- Kalaxlokk li bħalissa qegħdin fuq fomm kulħadd.", "Jien ngħid li fl-aħħar elezzjoni dawn il-ħaddiema ġew użati biex jintrebħu voti favur il-Partit Nazzjonalista u hawnhekk għandi kopja tal-fuljett li ġie mqassam lilhom proprju qabel l-elezzjoni fejn fost affarijiet oħra qalulhom hekk:", "\"Jekk ikollok gvern ġdid Nazzjonalista ma jitkeċċa l-ebda ħaddiem mill- Kalaxlokk.", "Barra minn hekk, l-impjieg tiegħek ikun garantit.\".", "F'dan l-istess fuljett intqal ukoll li:", "\"Jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet tan-negozju u l-qligħ jiżdied u l- ekonomija terġa' tqum fuq saqajha u b'hekk jiżdiedu anke l-pagi u l- pensjonijiet.\".", "Naħseb li b'dan il-fuljett li kien intbagħat lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk il- Partit Nazzjonalista rnexxielu jisraq il-voti.", "Min-naħa tal-Partit Laburista kienet intbagħtet ittra lill-istess ħaddiema u fir-raba' paragrafu ġie mwiegħed li:", "\"... il-ħħaddiema tal-Kalaxlokk se jingħataw preferenza meta jinħolqu opportunitajiet ta' impjiegi fis-settur pubbliku u fil-kumpanniji tal- gvern u b'hekk nassiguraw futur ċert lilek u lill-familja tiegħek.", "Din m'hijiex wegħda iżda xi ħaġa li se nagħmluha żgur.\".", "Mr Speaker, meta wieħed iqis kif iż-żewġ partiti ttrattaw din il- kwestjoni, bilfors jikkonkludi li l-Partit Nazzjonalista mexa b'politika ta' ingann għaliex s'issa jidher li m'huwiex qed iżomm kelmtu ma' dawn il- ħaddiema.", "Jien naf b'mod personali ħafna minn dawn il-ħaddiema u naf li għaddejjin minn trawma familjari u minn żmenijiet diffiċli.", "Nittama li dawn il-ħaddiema ma jispiċċawx barra għaliex f'dan il-każ, anke l-istess ETC jkollha load oħra ta' madwar 500 ruħ jirreġistraw u dan huwa wkoll piż fuq pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, illum qed niddiskutu l-estimi ta' l- employment and training corporation, u kif qal tajjeb l-Onor.", "Gonzi, il- funzjoni ta' l-ETC m'hijiex li tiġġenera x-xogħol iżda wieħed mir-rwoli importanti ħafna tagħha huwa li tipprovdi training - kif fil-fatt diġa' qed tagħmel - u retraining mhux biss għal dawk il-ħaddiema li għadhom jaħdmu imma anke għal dawk in-nies li jixtiequ jerġgħu lura fid-dinja tax- xogħol, bħalma huma, per eżempju, in-nisa.", "Fil-ħajja tal-lum huwa ferm importanti li t-training u r-retraining jiffokaw iktar fuq il-bżonnijiet ta' għada.", "Għalhekk l-ETC għandu jkollha diversi target groups li janalizzaw dak li li qiegħed isir illum u jaraw jekk dan huwiex se jibqa' relevanti mhux biss għall-futur qarib imma anke għal futur iktar 'il bogħod.", "Huwa importanti li t-taħriġ li jingħata jkun jista' jissarraf f'opportunitajiet ġodda ta' xogħol produttiv.", "Forsi wasal iż-żmien li jsir studju dettaljat biex naraw jekk it-taħriġ li qed jingħata jkunx qed jissarraf f'impjiegi stabbli.", "Naturalment il-qasam tax-xogħol m'huwiex wieħed statiku imma dejjem qed jinbidel u allura dawn it-target groups jistgħu jinbidlu.", "Għalkemm hemm xi target groups li l-ETC diġa' qed tagħtihom attenzjoni partikolari nixtieq insemmi oħrajn li jidhirli li għandhom jieħdu prijorita' fuq l- aġenda ta' l-ETC.", "Huwa importanti li jingħata taħriġ liż-żgħażagħ għaliex dawn huma l-workforce ta' għada.", "Pero' ta' spiss insemmu li l-long-term unemployed jeħtieġu attenzjoni partikolari u forsi ta' min janalizza x'inhi r-raġuni għaliex dawn in-nies ilhom ma jaħdmu.", "Dan jista' jkun dovut għal diversi fatturi u għalkemm dawn il-persuni ma jkollhomx xi diżabilita' fiżika jew intellettwali, jista' jkollhom diżabilitajiet oħra li forsi ma jinkwadrawx f'dak li aħna nsejħu diżabilitajiet li tarahom.", "Per eżempju, jista' jkollhom problemi ta' saħħa mentali u allura ma jkunux jistgħu jżommu x-xogħol tagħhom, pero' dwar dan nitkellem iktar 'il quddiem.", "Lil dawn il-persuni ma nistgħux ngħidulhom li ma jridux jaħdmu imma jeħtieġ li ssir analisi personalizzata biex verament ninżlu fil-qofol tal-problema tagħhom.", "Mr Speaker, irridu niffokaw wkoll l-attenzjoni tagħna fuq dawk li għalkemm illum għandhom xogħol, hemm ċans qawwi li l-iskills li għandhom ma jsibuhomx fil-futur.", "Għalkemm huma ma jkunux qed jipprevedu li se jitilfu x-xogħol tagħhom, l-ETC, li jkollha viżjoni fit-tul ta' x'se jkun hawn available fil-qasam tax-xogħol, tkun taf li jista' jkollok grupp ta' nies li jistgħu jisfaw bla xogħol fil-futur.", "Għalhekk jeħtieġ li dawk il- ħaddiema li jistgħu jitilfu x-xogħol tagħhom minħabba n-nuqqas ta' skills jiġu informati u jkunu huma stess li jitolbu retraining.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tista' ssir mill-ETC waħedha u jeħtieġ li l-employers jiġu involuti f'dan il-proċess biex jagħrfu l-importanza ta' retraining.", "Dan iwassalni biex insemmi target group ieħor, is-small and medium-sized enterprises.", "Aħna nafu li ħafna mill-ħaddiema tagħna qegħdin fi small and medium-sized enterprises pero' minħabba l-bidliet li qed iseħħu fil-qasam tax-xogħol, b'mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġija dawn jistgħu faċilment jitilfu l-kompetittivita' tagħhom.", "Mr Speaker, huwa importanti wkoll li nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq nies li jsibu ruħhom bla xogħol, mhux għax ix-xogħol tagħhom ma jibqax available imma għax ma jkunux jifilħu jagħmlu dak ix-xogħol partikolari - din il-problema jien inħossha ta' kuljum fil-kostitwenza tiegħi taż- Żurrieq, l-Imqabba, Ħal Għaxaq - u proprju qabel ġejt hawnhekk iltqajt ma' individwu li jaħdem fil-ġebel li għad għandu 49 sena - jekk tarah tgħid dan raġel ibiegħ is-saħħa - pero' għandu ċertifikat ta' professur ta' l- ortopedija.", "Fl-area tagħna ta' sikwit tiltaqa' ma nies li fiżikament meta jaslu f'ċertu eta' ma jkunux jifilħu jaħdmu iktar fil-qasam tal-ġebel.", "Il- qasam tal-ġebel naturalment se jibqa' jipproduċi postijiet tax-xogħol, pero' n-nies ta' dik l-eta' jsibuha diffiċli biex ikomplu jaħdmu f'dak il- qasam.", "Dan il-proxxmu li ltqajt miegħu proprju llejla għandu tlett itfal li għadhom l-iskola u hu ma jiflaħx jaħdem iktar fil-ġebel, għalkemm mhux lest li jmur jirreġistra u qed ikompli jaħdem, jiġifieri mhux jidher fil- lista ta' l-unemployed.", "M'hemmx dubju li biex kompla jaħdem dan il- bniedem qed jibqa' jisforza għaliex ma jridx li jiġi boarded out.", "L-għan tiegħu m'huwiex li jieqaf mix-xogħol imma li jsib xogħol alternattiv.", "Jenħtieġ li l-ETC tagħmel l-isforzi tagħha biex tara x'jista' jsir għalihom dawn in-nies.", "Forsi issa nista' ngħaddi għal qasam ieħor li rarament nitkellmu dwaru, Sur President.", "Kultant, meta tasal il-ġurnata dedikata lis-saħħa mentali, nagħmlu ġimgħa nitkellmu dwar is-saħħa mentali imma mbagħad nitfgħuha taħt it-tapit għaliex forsi hija kondizzjoni xi ftit skomda u ma nkunux nixtiequ nitkellmu dwarha.", "Pero' jien nemmen li f'dawn l-aħħar xhur kien hawn awareness tal-problemi ta' dawn in-nies.", "Nemmen li anke l-ETC jenħtieġ li titfa' għajnejha fuq il-problemi tagħhom.", "Fir-rapport li kellna ppreżentat mill-ETC jissemmew persuni b'diżabilita' fiżika u jissemmew persuni b'diżabilita' intellettwali.", "Jiena naqbel ma' l-ETC li taħdem b'kordinament ma' l-Eden Foundation, fejn jidħlu persuni b'diżabilita' intellettwali.", "Naqbel li għandu jkun hemm programmi għal persuni b'diżabilita' fiżika u intellettwali wkoll, biex dawn dejjem jiġu żviluppati bl-aħjar mod għalihom personali, biex dejjem ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti, biex aħna niffokaw mhux fuq id-diżabilita' ta' dawn in-nies imma niffokaw fuq il-kapaċitajiet li huma għandhom.", "Sfortunatament fir-rapport ma nsibu xejn dwar nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Tajjeb li ngħidu li nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali m'humiex meqjusa bħala nies b'diżabilita' pero' xorta għandhom bżonnijiet speċjali.", "Naf li l-ETC għandha kuntatt kemm mar-Richmond Foundation li tmexxi Villa Chelsea u kemm ma' Mount Carmel Hospital.", "Iżda wieħed donnu jieħu l- impressjoni li dan il-kuntatt mhuwiex wieħed strutturat imma huwa iktar sporadiku, huwa iktar on a personal initiative basis iktar milli programm intenzjonat kemm għan-nies ta' Villa Chelsea u kemm għan-nies li hemm Mount Carmel.", "Naf li f'Mount Carmel jagħmlulhom xi tip ta' taħriġ pero' wieħed irid joqgħod attent biex il-ħajja ta' dawn in-nies ma nagħmluhielhomx iktar monotona permezz tat-taħriġ li nkunu qegħdin nipprovdulhom.", "Jien nemmen bi sħiħ li l-ETC għandha tagħti aktar attenzjoni lil dan il-qasam b'mod strutturat.", "L-ETC għandu jkollha ħafna iktar awareness għall-bżonnijiet ta' dawn in-nies.", "Hemm bżonn ta' aktar kordinament bejn is-social workers f'dan il-qasam u l-planners tat-taħriġ ta' l-ETC.", "Jien inħoss li hemm bżonn li titqajjem kuxjenza permezz ta' l-ETC fost min iħaddem, għax dawn fuq kollox ma jiddependux ....", "Aħna m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq taħriġ biss u nieqfu hemm imma dawn iridu jiġu integrati fil-qasam tax-xogħol ukoll.", "Allura min iħaddem irid ikun konxju tal-bżonnijiet ta' dawn in-nies għax dawn għandhom bżonnijiet partikolari.", "Jekk bniedem ma jifhimx is-sitwazzjoni u d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom f'ċerti perijodi nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali, dawn kważi kważi ma jkunux employable.", "Mela allura jrid ikollhom struttura ta' support, mhux biss f'sens ta' social work imma support minn min iħaddem u support ukoll ta' dawk il-persuni li jkunu qegħdin jaħdmu magħhom.", "Jien naħseb li l-ETC għandha tara kif jista' jinstab xogħol b'sistema ta' reduced hours għal dawn il-persuni li f'ċerti perijodi ta' ħajjithom ma jkunux kapaċi jsostnu l-impjieg tagħhom għal tmien sigħat kuljum bħal ħaddiema oħra, pero' m'għandhomx jiġu ppenalizzati f'dawk iż-żmenijiet meta huma jkunu kapaċi jaħdmu ġimgħa sħiħa ta' 40 siegħa.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li jekk dawn in-nies bi problema ta' saħħa mentali se jitilfu x-xogħol, se jħossuhom iktar depressed u s-sitwazzjoni mentali tagħhom se tmur aktar lura, bil-konsegwenza li ma jkunux jistgħu jgħixu ħajja indipendenti u jistgħu jispiċċaw f'xi istituzzjoni.", "Naturalment jekk isibu ruħhom f'xi istituzzjoni għall-kura se jkun iktar diffiċli għalihom biex jerġgħu jiġu integrati fil-komunita'.", "Issa jekk dawn il-persuni jridu jgħixu ħajja indipendenti jridu fejn joqgħodu u hawnhekk tqum il- problema ta' housing għaliex naturalment jekk m'għandhomx xogħol m'għandhomx biex iħallsu fejn joqogħdu.", "Ma nafx jekk qattx sar xi stħarriġ biex inkunu nafu kemm hawn nies li qed jgħixu fil-komunita' li għandhom din il-problema ta' saħħa mentali u li fortunatament huma sostnuti mill-familji tagħhom għaliex s'issa nafu biss b'dawk li qegħdin f'Villa Chelsea u f'Mount Carmel Hospital.", "Jien nifhem li din hija sitwazzjoni delikata ħafna għaliex kull persuna għandha d- dritt għall-privatezza tagħha pero' din m'hijiex kwestjoni li persuna tiġi ttimbrata u jekk ma jsirux ċerti assessments min-naħa ta' l-ETC ikun iktar diffiċli biex dawn in-nies jiġu megħjuna.", "Huwa importanti li jsiru assessments personalizzati min-naħa ta' l-ETC biex naraw jekk fost il-long- term unemployed għandniex nies bi problemi ta' saħħa mentali ħalli dawn in- nies ikunu jistgħu jiġu megħjuna jegħlbu l-problemi tagħhom.", "Fil-fatt nixtieq inkun naf kemm kienu riferuti nies minn Villa Chelsea, minn Mount Carmel jew mill-komunita' lill-ETC biex jieħdu xi tip ta' taħriġ u kemm minnhom sabu impjieg għaliex fir-rapport ma jirriżultax jekk sarx dan l- eżerċizzju.", "Jien inħeġġeġ li jkun hemm iktar kordinament bejn l-ETC u min jaħdem f'dan il-qasam ta' saħħa mentali biex jiġu aġevolati dawn in- nies.", "Huwa importanti li nifhmu li jeħtieġ tingħata iktar attenzjoni lil dan is-settur u ħadt pjaċir nisma' lill-ministru tas-saħħa, l-Onor.", "Louis Deguara jgħid li se tittieħed inizjattiva biex ikun hemm rappreżentant ta' l-ETC fuq il-kummissjoni nazzjonali għas-saħħa mentali.", "Dan ifisser li żgur se tikber l-awareness fost min qiegħed jaħdem fl-ETC u se jikber ukoll il-kordinament bejn l-ETC u dawn l-istituzzjonijiet.", "La qed nitkellem dwar il-kordinament, nixtieq nara jseħħ iktar fil-fond il-kordinament bejn l-ETC u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Gonzi, l-ETC ma tistax taħdem f'vacuum u huwa qal kemm huwa importanti li l-ETC u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jaħdmu mill-qrib.", "Fil-fatt ħadt pjaċir naqra paragrafu f'paġna 8 tar-rapport fejn qed jingħad li uffiċjali ta' l-ETC kellhom laqgħat ma' ġenituri u studenti biex iktar studenti jkomplu l-apprenticeship.", "Jien nemmen li l-kordinament bejn l-ETC u l-guidance unit m'għandux ikun biss fl-aħħar sena ta' l-iskola sekondarja.", "Huwa tajjeb li jsiru diversi laqgħat iżda dan l-eżerċizzju għandu jkun ongoing u strutturat biex tkun tista' tingħata direzzjoni lill- istudenti, per eżempju, dwar x'suġġetti għandhom jagħżlu biex jidħlu għal ċerti korsijiet fl-Universita'.", "Naf li jeżisti dan il-kordinament bejn il- guidance unit u l-universita' pero' dan irid isir iktar kmieni mill-ħames sena ta' l-edukazzjoni sekondarja.", "Jien naqbel ukoll ma' dak li ntqal fir- rapport li għandu jkun hemm struttura ta' kordinament bejn il-guidance unit u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni flimkien ma' l-ETC biex wieħed ikun jista' jimmodifika anke l-curriculum.", "Jien nixtieq ngħid ukoll li l-curriculum fil-qasam edukattiv m'għandux ikun job-oriented għaliex kellna żmien fejn it-tfal kienu jiġu mogħtija sengħa partikolari f'xi trade school minn Form III u dan ħoloq problemi għaliex dawn l-istudenti kienu biss kapaċi jagħmlu dik il-ħaġa partikolari u l-iskills tagħhom kienu verament limitati.", "Sfortunatament forsi llum qed naraw anke l-frott ta' dik is-sistema u għalhekk huwa importanti li tingħata firxa iktar wiesgħa ta' skills fejn trid titgħallem kif titgħallem iktar milli titgħallem biss xi ħaġa partikolari.", "Pero' jeħtieġ li l-curriculum jirrifletti r-realta' li qed ngħixu llum u li se ngħixu għada pitgħada għaliex l-istudenti tagħna jridu jiffaċċjaw il-ħajja tax- xogħol bl-isfidi kollha li tippreżentalhom.", "Dan il-kordinament mal- guidance unit għandu jgħin biex jiftaħ orizzonti ġodda, b'mod partikolari għat-tfajliet li ħafna drabi sfortunatament għadhom xi ftit jew wisq kanalizzati f'sitwazzjonijiet stereotype u jaqgħu għal tip ta' xogħol li huwa assoċjat mat-tfajliet.", "Din it-trend toħroġ mit-tip ta' training li qed jieħdu n-nisa mill-ETC.", "Jekk wieħed iħares lejn in-numru ta' nies li jingħataw xi tip ta' taħriġ mill-ETC isib li hemm bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel u kważi qegħdin nofs bin-nofs.", "Skond Tabella Nru. 1 f'paġna 26, fin-non-trade training hemm iktar nisa milli irġiel li qed jieħdu training pero' f'dak li huwa trade training is-sitwazzjoni tinqaleb kompletament għax għandek 600 raġel u 31 mara biss li qed jieħdu trade training.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel xi ftit mistoqsijiet.", "Għaliex 62% tat-training hours huma utilizzati minn irġiel biss meta kważi n-nofs ta' dawk li qegħdin jieħdu t-training huma nisa?", "Sur President, kurżita' oħra hija li 84% ta' dawk in-nisa li ħadu training kienu kkonċentrati f'żewġ tipi ta' korsijiet, kellek 462 mara li ħadu taħriġ fil-care for the elderly u 785 mara ħadu taħriġ fil-computer skills.", "Issa dawn bejniethom jagħmlu 1,200 meta b'kollox kien hemm 1,600 mara li ħadu taħriġ mill-ETC.", "Irrid ngħid ukoll li bejniethom dawn in-nisa ħadu 15% tat-total training hours li pprovdiet l-ETC.", "Dawn huma l- openings li qed noffru lin-nisa fis-soċjeta' tagħna biex inħajruhom jidħlu fid-dinja tax-xogħol?", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk verament irridu nwessgħu l- orizzonti tan-nisa fil-qasam tax-xogħol l-ETC għandha tistħarreġ sewwa din is-sitwazzjoni.", "Nixtieq nistaqsi wkoll: X'qed iżomm lin-nisa milli jieħdu training fil- customer care and telephone skills?", "Jien naħseb li dawn huma proprju t-tip ta' korsijiet stereotype li ħafna drabi jattendu għalihom in-nisa.", "Pero' għal dan il-kors kien hemm 309 irġiel u 34 mara.", "Għall-kors ta' job seeking skills attendew 39 raġel u ħames nisa, għall-kors ta' managing operations attendew 53 raġel u żewġ nisa.", "X'inhi r-raġuni li n-nisa m'humiex qed japplikaw għal dawn it-tip ta' korsijiet?", "Forsi jsiru f'ċerti ħinijiet li m'humiex komdi għal dik il-mara li m'għandhiex il-mezz tat- trasport personali tagħha?", "Għall-kors ta' l-adult learning programme, li jaqa' taħt it-trade training, attendew 135 raġel u l-ebda mara!", "Jien qed nipprova nara r-raġuni għal dan in-nuqqas ta' attendenza min-naħa tan-nisa.", "Nista' ngħid li għall-kors tal-care for the elderly kien hemm attendenza tajba għaliex dawn saru f'lokalitajiet differenti u allura kienu iktar aċċessibbli.", "Għaliex iż-żgħażagħ isibu iktar faċli minn nisa ta' ċertu eta' li jattendu korsijiet tal-computer studies?", "Jien naħseb li xi kultant meta nkunu qed nirreklamaw dawn il-korsijiet forsi mhux b'mod intenzjonat inkunu qed nibagħtu messaġġ sottili li għalkemm dawn il-korsijiet ikunu miftuħin għal kulħadd iktar jattendu għalihom l-irġiel.", "Għandna min jiggwida u jagħti pariri lil dawk in-nies li qed jirreġistraw biex jiġu channelled f'ċertu setturi tax-xogħol?", "Jien nittama li jeżistu risposti pożittivi għal dawn il-mistoqsijiet li qed nagħmel.", "Jeħtieġ li l-ETC tanalizza x'inhi r-raġuni għaliex kważi n-nisa kollha li qegħdin jattendu training fl-ETC huma channelled f'żewġ tipi ta' korsijiet.", "Jien napprezza jekk l-opportunitajiet tax-xogħol ikunu ħafna iktar wesgħin għan-nisa tagħna.", "Sur President, qabel nagħlaq nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-enforcement għaliex xi ħaġa li tinkwetani ħafna hija l-isfruttar tat-tfal fil-postijiet tax-xogħol.", "Skond Tabella Nru. 10 fl-aħħar paġna tar-rapport insibu li fl- 1993 inqabdu 27 ruħ li kienu jimpjegaw tfal taħt is-16-il sena, fl-1995 inqabdu 119, fl-1996/97 niżlu għal 103 u fl-1997/98 niżlu għal 44.", "Dawn iċ-ċifri jagħmlulek kuraġġ għaliex għallinqas qed ikollna inqas tfal li qed jiġu sfruttati fl-eta' tenera tagħhom u li qed jiġu mċaħħda mill- edukazzjoni li suppost ikunu qed jirċievu.", "Jien nittama li dan in-numru huwa riżultat tal-kuxjenza li ġiet mibnija along the years biex dawn it- tfal ma jibqgħux jiġu sfruttati u mhux minħabba nuqqas ta' enforcement.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' l-ETC li qed jagħmlu xogħol siewi bl-aħjar mod possibbli.", "Jien għandi fiduċja kbira fil-ħidma ta' l-ETC u nawgura li din il-korporazzjoni li sa ftit tas-snin ilu lanqas kienet teżisti tkompli tikber ħalli nkunu nistgħu nirriferu lilha iktar, nissuġġerulha x'tista' tagħmel u hi tagħtina l-frott.", "Jien persważa li permezz tal-ħidma ta' l-ETC jkollna workforce ippreparata biex tilqa' l-isfidi li għandna fil-qasam tax-xogċol għall-millenju li ġej.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, illum qed niddiskutu l-infiq ta' l- ETC u quddiemna għandna rapport li jkopri x-xogħol li sar meta fil-pajjiż kellna amministrazzjoni Laburista.", "Qabel ma ngħaddi biex nitkellem dwar il-kontenut tar-rapport, nixtieq nagħmel kumment qasir dwar it-tfassil tar- rapport innifsu, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ftit tal-ġranet ilu.", "Din is-sena dan ir-rapport sar bil-lingwa Ingliża biss u safejn niftakar jien is-sena l-oħra dan kien bil-lingwa Maltija wkoll.", "Għalhekk nispera li meta sena oħra nerġgħu niġu f'din il-Kamra sabiex napprovaw l-estimi ta' l-ETC, ir-rapport ikun bil-Malti u bl-Ingliż.", "Nixtieq nifraħ lill-ETC għall-home page interessanti li għandha fuq l- internet pero' nixtieq nissuġġerixxi li fuq din il-page ikun hemm lista tal-courses available, kif ukoll lista tal-vakanzi li jkunu qed jintalbu lill-ETC.", "Nistgħu nħarsu lejn l-eżempju tal-home page li għandha l- planning authority, fejn nistgħu naraw l-applikazzjonijiet kollha li hemm quddiem l-istess awtorita' u f'liema stadju jkunu waslu.", "B'dan is- servizz żgur li aħna r-rappreżentanti tal-poplu nkunu f'pożizzjoni aħjar li ngħinu lil kull min jersaq fuqna għal xi informazzjoni dwar xi servizz li toffri l-ETC.", "Illum qed niddiskutu rapport ta' korporazzjoni statali li għandha kontroll serju u dixxiplinat fuq il-finanzi tagħha u din għandha sservi ta' eżempju għall-korporazzjonijiet l-oħra dwar kif għandhom jħaddmu l-flus impoġġija għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Pero' b'daqshekk ma rridx ninftiehem li din il-korporazzjoni m'għandhiex fejn ittejjeb l-operat tagħha, anzi jien nemmen li l-ETC għandha tagħmel kull sforz sabiex dejjem ittejjeb il- ħidma tagħha fil-qasam tax-xogħol li huwa importanti u delikat.", "Jien nemmen li kull gvern, ikun min ikun, għandu jagħmel l-almu tiegħu sabiex jinħolqu postijiet ġodda tax-xogħol kemm għaż-żgħażagħ tagħna u kif ukoll għal dawk li m'humiex sabiex ikunu jistgħu jħarsu lejn il-futur b'tama u b'serħan il-moħħ.", "Wieħed mill-guiding principles ta' din il-korporazzjoni huwa li timpenja ruħha biex tħarreġ lil dik il-parti tas-soċjeta' li tkun qed tfittex ix-xogħol u kif ukoll lil dawk li jkunu jixtiequ jbiddlu l- impjieg tagħhom sabiex itejbu l-livell ta' għajxien tagħhom.", "Jien naħseb li lkoll kemm aħna ta' kuljum niltaqgħu ma' persuni li jkunu qed ifittxu x-xogħol u żgur li lkoll naqblu li hemm bżonn nuru impenn ikbar sabiex ngħinu u nifhmu aħjar lil dawn il-persuni.", "M'hijiex xi ħaġa pjaċevoli li ssib ruħek bla xogħol, speċjalment meta tkun breadwinner u trid tgħix fuq il-benefiċċju soċjali li joffrilek id-dipartiment tas- sigurta' soċjali.", "Jien nemmen li hemm bżonn li l-ETC tifhem iktar, tagħder u tkun iktar prudenti lejn dawn in-nies biex b'hekk tkun qed twettaq dak li hu mistenni minnha u tagħti sehem effettiv lejn l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet tikkritika lill-amministrazzjoni Laburista minħabba l-fatt li din il- korporazzjoni kienet taqa' taħt il-kappa tal-ministeru għall-ħarsien soċjali mentri fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti kienet taqa' taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Pero' llum qed jagħtuna raġun għaliex jidher li segwew l-eżempju tagħna.", "Sur President, wara li għamilt din l-introduzzjoni nixtieq ngħid xi ħaġa rigward il-ħidma li twettqet is- sena l-oħra mill-istess korporazzjoni u nibda billi nsemmi t-taħriġ li huwa wieħed mir-rwoli importanti ħafna ta' l-ETC.", "Illum nafu kemm huwa importanti li persuna tkun imħarrġa sabiex tkun tista' tikkompeti fil-ħajja tax-xogħol pero' nafu wkoll li qed ikollna numru kbir ta' żgħażagħ li wara li jkunu għamlu xi għaxar snin l-iskola joħorġu illiterati u mingħajr lanqas biss ikollhom xi tagħlim bażiku ta' xi sengħa.", "Fl-istess waqt qed niltaqgħu ma' numru sostanzjali ta' żgħażagħ bi kwalifiki li jkunu mingħajr impjieg u, skond mistoqsija parlamentari li wieġeb l-istess Ministru Gonzi, insibu li f'Awissu ta' l- 1998 kellna 57 professjonist jirreġistraw għax-xogħol li mbagħad f'Settembru niżlu għal 41.", "Għalhekk il-ħidma ta' l-ETC f'dan ir-rigward hija importanti għaliex permezz tal-programmi ta' tagħlim li toffri tista' tkun il-muftieħ għall-ħajja aħjar għal xi individwu.", "Jekk inkomplu nħarsu lejn ir-rapport ta' ħidma ta' l-ETC insibu li s- sena li għaddiet ingħataw 287 programm ta' taħriġ li minnhom ibbenefikaw 3,800 persuna, mentri fl-1996/97 saru 550 programm ta' taħriġ li minnhom ibbenefikaw 7,267 persuna.", "Pero' jekk imbagħad inħarsu lejn l-ammont tat- training hours insibu li fl-1997 ingħataw 270,424 siegħa ta' taħriġ u s- sena li għaddiet ingħataw 221,060 siegħa ta' taħriġ.", "Jekk dawn il-figuri naqsmuhom ras għal ras insibu li fl-1997 kien hemm 37.2 siegħa għal kull trainee mentri s-sena li għaddiet din il-figura telgħet għal 58.1 siegħa ta' taħriġ għal kull persuna.", "L-istess korporazzjoni rabtet in-nuqqas fin-numru ta' korsijiet provduti mal-fatt li bdiet tikkonċentra iktar ir- riżorsi tagħha fuq priority areas.", "Fost dawn ta' min isemmi l-korsijiet fil-welding, li saru mill-Malta Drydocks għall-klijenti ta' l-ETC, u kif ukoll il-korsijiet ta' taħriġ għall-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani li għalihom attendew 467 persuna.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-mainstream courses li ġew organizzati is-sena l-oħra mill-ETC.", "Jekk inħarsu lejn il-figuri kif inhuma maqsuma skond is-sessi naraw li għan-non-trade courses attendew numru kważi indaqs ta' nisa u rġiel, pero' mbagħad għal dawk li huma programmi ta' taħriġ tas-snajja' attendew 599 raġel u 31 mara biss, li minnhom 23 attendew għal-literacy courses.", "Kif qalet tajjeb l-Onor.", "D'Amato, dan juri li n-nisa għadhom jipprovaw jitħarrġu għall-impjiegi li huma tradizzjonalment tan-nisa.", "L-iktar programm frekwentat kien tal-computer skills u fil-fatt l-ETC ipprovdiet 140 computer courses li għalihom attendew 1,709 persuna.", "Dan juri l- interess u l-importanza kbira li għandu l-computer fil-ħajja tal-lum u żgur li fost dawk li ħadu dan il-kors kien hemm min diġa' kellu impjieg pero' l-ETC aġixxiet b'mod għaqli u tat ċans lil kull minn ried jagħmel kors fuq il-computer.", "Nittama li li l-ETC tibqa' toffri taħriġ skond id- domanda tas-suq għax ma jiswiex li li norganizzaw korsijiet ta' snajja' li llum m'għadx hawn domanda għalihom.", "Sur President, skond dan ir-rapport naraw ukoll li kien hemm nuqqas ta' attendenza għal xi korsijiet ta' taħriġ offruti mill-ETC minn dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol u nafu li saret trend magħrufa li dawk li jirreġistraw għax-xogħol jaħarbu dawn il-courses.", "Ta' min jinnota li fir-rapport intqal li s-26 persuna li attendew għall-kors li wassal għal diploma fil-computer studies spiċċaw il-kors b'suċċess u rnexxilhom isibu impjieg.", "Pero' jiddispjaċini ninnota li fir-rapport ma ntqalx kemm persuni minn dawk li attendew il-mainstream courses sabu impjieg.", "Jien naħseb li informazzjoni bħal din għandha tingħata sabiex inkunu f'pożizzjoni li nevalwaw x'riżultati qed iħallu dawn il-programmi ta' taħriġ.", "Mir-rapport rajt ukoll li fil-futur viċin l-ETC beħsiebha torganizza iktar courses fil-qasam tekniku sabiex il-ħaddiema tagħna jkunu iktar ippreparati u aġġornati għall-bżonnijiet li se tħabbat wiċċha magħhom l-industrija lokali.", "Din hija realta' li rridu niffaċċjaw fil-futur qarib u għalhekk hemm bżonn li nkunu ppreparati sabiex ma naqgħux lura mal- kompetituri tagħna.", "Is-sena li għaddiet l-ETC kompliet issaħħaħ l-impenn tagħha sabiex toffri programmi ta' taħriġ għal persuni bi bżonnijiet speċjali li għandhom kull dritt daqs ħaddieħor li jaħdmu u żgur li mingħajr dawn it-tip ta' programmi maħluqa apposta persuni bi bżonnijiet speċjali jsibuha diffiċli ħafna li jsibu impjieg.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet kien hemm 325 persuna bi bżonnijiet speċjali jirreġistraw għax-xogħol u l-ETC irnexxielha tkun strumentali sabiex 59 minnhom isibu impjieg.", "Is-sena li għaddiet l- ETC organizzat 12-il programm ta' taħriġ għall-persuni b'diżabilita' li għalihom attendew 68 persuna.", "Ta' min jgħid li l-istess korporazzjoni ffirmat ftehim ma' l-Eden Foundation sabiex permezz ta' fondi pprovduti mill-ETC tkun tista' tittrejnja persuni li għandhom diżabilita' mentali iżda li jixtiequ jkollhom impjieg.", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq in-night institute for further technical education.", "Fl-introduzzjoni ta' dan ir-rapport iċ- chairman tal-korporazzjoni jgħid li jħossu sodisfatt bis-suċċess tat- twaqqif ta' din l-iskola li malajr saret popolari, pero' jgħid ukoll li xorta qegħdin tard.", "L-iskop ta' din l-iskola huwa li nħarrġu ħaddiema tekniċi f'dawk l-oqsma moderni li żgur se jkun hemm bżonnhom fl-industrija ta' pajjiżna fil-futur qarib u permezz tat-taħriġ li toffri din l-iskola dawk l-intrapriżi moderni li jiddeċiedu li jinvestu f'pajjiżna se jsibu ħaddiema lesti u mħarrġin.", "Jidher li l-esperiment li l-ETC taħdem flimkien ma' l-organizzazzjoni internazzjonali ORT ta' Israel, li hija magħrufa għall-ħidma li toffri f'dak li huwa taħriġ, wassal biex din l-iskola tilħaq livelli li jkunu rikonoxxuti anke barra minn Malta.", "Wara li tajt ħarsa lejn il-programmi ta' taħriġ li organizzat l-ETC fis-sena li għaddiet, xtaqt indur biex nitkellem fuq il-qasam tax-xogħol.", "Sur President, sa l-aħħar ta' Settembru ta' l-1998 kellna 77,184 persuna jirreġistraw għax-xogħol u minkejja li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet sentejn sħaħ tippriedka li taħt amministrazzjoni Laburista l-qgħad beda jiżdied, il-fatti juru - u dan joħroġ minn statistika uffiċjali tal-gvern - li n-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol beda tiela' fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Fil-fatt f'Settembru ta' l-1995 kien hemm 4,951 persuna jirreġistraw għax-xogħol u f'perijodu ta' sena dan in-numru żdied b'535, tant li sa ftit ġranet qabel l-elezzjoni ta' Settembru ta' l- 1996 kellna 5,486 persuna jirreġistraw għax-xogħol.", "Is-sitwazzjoni xejn feliċi li wiret Gvern Laburista riedet iż-żmien tagħha biex tiġi rranġata u fis-sentejn li għamilna fil-gvern aħna ħdimna bil-għaqal u bis-serjeta' minkejja li forsi kultant kellna nagħmlu xi sagrifiċċji lkoll flimkien.", "Iżda l-fatti juru li konna qbadna ndawru r-rota anke fil-qasam tax-xogħol, u dan joħroġ ċar miċ-ċifri ppreżentati ftit ġimgħat ilu mill-ETC.", "Nafu li f'Diċembru ta' l-1997 kien hemm 7,149 persuna jirreġistraw għax- xogħol u xahar wara l-ieħor dan in-numru kien beda jonqos b'mod kostanti.", "F'sitt xhur in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol naqas b'591 sabiex f'Ġunju ta' l-1998 kellna 6,558 persuna jfittxu x-xogħol.", "Kulħadd jaf x'ġara f'din il-Kamra fix-xhur tas-sajf li għadda, li wassal għal bidla fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Fl-aħħar kampanja elettorali l-Partit Nazzjonalista wiegħed lill-poplu Malti li l-għada li jkun fil-gvern Malta kienet se tieħu r-ruħ, li kien se jinħoloq ix-xogħol u li kien se jkun hawn fiduċja ġdida fil-pajjiż.", "Illum qed naraw li dawn l-istess nies qed jitkellmu b'mod totalment differenti għaliex issa jridu jħabblu rashom x'se jagħmlu bis-sitwazzjoni finanzjarja xejn feliċi li qed jiffaċċja l-pajjiż, li wara kollox ħolquha huma stess qabel l-1996.", "Irrid ngħid li l-qgħad reġa' beda jerfa' rasu u jidher li laħaq waħda mill-ogħla figuri f'dawn l- aħħar snin tant li f'Novembru ta' l-1998 kien hemm 7,371 persuna jirreġistraw għax-xogħol.", "Jien nemmen li l-Ministru għandu jserraħ ras lil min wasal biex jirtira mix-xogħol dwar dak li qed jingħad dwar il- pensjonijiet.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn it-tabella li turi l-etajiet ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol insibu li l-ikbar ammont ta' nies jirreġistraw għandhom bejn l-40 u d-49 sena.", "Fil-fatt din iċ-ċifra qed tikber sena wara l-oħra għaliex fl-1995 kien hemm 1,137 persuna, fl-1996 kien hemm 1,266, fl-1997 kien hemm 1,565 u din is-sena ċ-ċifra telgħet għal 1,777 u ma' dawn m'iniex ninkludi d-944 persuna li għandhom iktar minn 50 sena u li jinsabu bla xogħol.", "Dan juri li persuni li jaqgħu f'dan l-age group isibuha diffiċli biex isibu impjieg.", "Ftit ġranet ilu konna qed napprovaw emendi għal-liġi dwar is-sigurta' soċjali bis-saħħa tal-miżuri mħabbra fl- aħħar budget imressaq minn Gvern Laburista u waħda minn dawn il-miżuri kienet tgħid li dawk l-employers li jimpjegaw persuni ta' 40 sena jew aktar ikollhom dritt għal tnaqqis fil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas- sigurta' soċjali.", "Jien nifhem li dan m'huwiex biżżejjed imma almenu għall- ewwel darba sar xi ħaġa.", "Nispera li l-ETC flimkien mal-gvern tkompli taħdem biex dawn il-persuni li żgur baqgħalhom ħafna iktar x'joffru fil- ħajja tax-xogħol, jinstabilhom impjieg.", "F'paġna 31 tar-rapport insibu tabella li turi li 5,764 persuna li qed jirreġistraw għax-xogħol jippreferu xogħol manwali filwaqt li 1,420 persuna qed ifittxu xogħol li m'huwiex manwali.", "Mil-lista ta' xogħol manwali insibu li l-aktar xogħol popolari huwa dak ta' labourer, fejn ħafna minn dawk li jfittxu dan it-tip ta' impjieg ikunu nies bla sengħa.", "Jien inħeġġeġ lill-ETC biex tkompli tħejji programmi ta' taħriġ, kif fil-fatt qed tagħmel, biex dawk li qed ifittxu xogħol ta' labourer ikunu jistgħu jsibu impjieg li għalih ikunu ġew imħarrġa.", "Problema oħra li qed inħabbtu wiċċna magħha hija tal-long-term unemployed li huma persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal iktar minn sena.", "Il-figura tal-long-term unemployed baqgħet tiżdied sena wara l-oħra u minn 2,224 fl-1996 telgħet għal 3,318 f'Settembru tas-sena l-oħra.", "Irrid niftakru li persuna li ssib ruħha bla xogħol wara tant snin f'post issibha diffiċli sabiex issib xogħol ieħor u hawnhekk nixtieq insemmi l-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "Fil-fatt uħud minn dawn il-ħaddiema li għamlu x-xogħol kollu mitlub minnhom biex lestew terminal two tal-Freeport spiċċaw inaddfu t-toroq jew jaqilgħu l-ħaxix ħażin u hemm oħrajn li għadhom id-dar jistennew li xi darba jibagħtu għalihom.", "Ħafna minn dawn il-ħaddiema huma nies kapaċi u tas-sengħa u x-xogħol fuq rerminal two fil-freeport huwa xhieda ta' dan.", "Għalhekk il-gvern preżenti, li fil-kampanja elettorali tahom garanzija li ma kenux se jispiċċaw mingħajr impjieg, huwa fid-dover li jserraħ moħħ dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom għaliex m'huwiex sewwa li lil dawn il-ħaddiema li servew lil din il-kumpannija b'tant lealta' u b'impenn ma jgħidulhomx x'se jsir minnhom.", "Naħseb li issa li terminal two huwa lest il-Freeport Corporation se tkun f'pożizzjoni li timpjiega nies ġodda, pero' nispera li dan m'huwiex se jkun xi eżerċizzju biex jinħoloq xogħol għal xi numru ta' nies li huma diġa' lesti u jkun aktar minn xieraq li l-gvern jara li l-ħaddiema tal- Kalaxlokk, dejjem skond il-kapaċitajiet tagħhom, jingħataw ċans daqs ħaddieħor li jifformaw parti mill-work force ġdida li se jkun hemm fil- Freeport.", "Il-proposta li saret lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk kienet li jingħataw xi Lm400 għal kull sena li jkunu ħadmu ma' din il-kumpannija u allura persuna li tkun ilha taħdem għaxar snin mal-Kalaxlokk tingħata terminal benefit ta' Lm4,000.", "Għalija din hija farsa.", "Jiena niftakar li ħaddiema mill-Malta Shipbuilding kienu daħlu għal din it-tip ta' nassa u llum ħafna minnhom għadhom mingħajr impjieg.", "Ma naħsibx li dan huwa mod ġust kif nittrattaw lill-ħadiema tagħna.", "Nispera li f'qasir żmien tinstab soluzzjoni sabiex dawn il-ħaddiema jkollhom moħħhom mistrieħ għall-futur.", "Naħseb li l-maġġoranza taż-żgħażagħ u school leavers li qed jirreġistraw għax-xogħol, xi darba jew oħra żgur li marru sal-job centres biex jipprovaw isibu impjieg u dan juri li l-importanza tal-job centres qed tiżdied.", "Is-sena li għaddiet 623 persuna rnexxilhom isibu impjieg mill- job centre.", "Bħala rappreżentant tat-Tieni Distrett, nixtieq nifraħ lill- ETC u lil seħibna l-Prof.", "Edwin Grech għall-pass li ħadu s-sena l-oħra meta ddeċiedew li iktar tard din is-sena jinfetaħ job centre f'Bormla.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kumitat tal-banda San Ġorġ ta' Bormla li offrew b'xi ħlas kamra mill-każin tagħhom sabiex dan il-job centre li minnu se tiggwadanja l-komunita' tal-Kottonera jiffunzjona minn hemmhekk.", "Kulħadd jaf li n-numru ta' persuni bla xogħol min-naħa t'isfel ta' Malta - b'mod partikolari mill-Kottonera - huwa kbir u fil-fatt minn informazzjoni li tani l-Ministru Gonzi għall-mistoqsija li għamiltlu jirriżulta li mit- Tieni Distrett hemm 252 persuna qiegħda f'Bormla, 164 persuna qiegħda fil- Fgura, 65 jirreġistraw għax-xogħol mill-Kalkara, 115 persuna bla xogħol fl- Isla, 67 persuna qiegħda fil-Birgu u 18-il persuna bla xogħol fix-Xgħajra, li b'kollox iġibu total ta' 681 persuna jirreġistraw għax-xogħol mit-Tieni Distrett biss.", "Jien nemmen li waħda mir-raġunijiet għaliex l-ETC iddeċidiet li tiftaħ dan il-job centre fiċ-ċentru tal-Kottonera kien minħabba l-persentaġġ kbir ta' nies qiegħda f'din l-area.", "Irrid ngħid ukoll li minn mistoqsijijiet parlamentari li għamilt lill-Ministru Gonzi jirriżulta li 272 persuna minn dawn is-681 persuna bla xogħol għandhom inqas minn 30 sena.", "Għalhekk din l-inizjattiva se tgħin biex dawn il-persuni jsibuha aktar faċli li jersqu 'l quddiem u jaraw x'ikun qed joffri l-job centre.", "Nispera li f f'dan l-ewwel ċentru reġjonali ta' l-ETC ikun hemm l-istess okkażjonijiet available bħalma jkun hemm fil-job centre tal-Belt u jinkisbu riżultati li ta' min ikompli jibni fuqhom.", "Sur President, issa nixtieq nikkummenta fuq Tabella Nru. 9 fir-rapport li titratta dwar l-employment services.", "Għas-sena 1997/1998 ġew placed 1,878 persuna li minnhom 1,511 kienu mas- settur privat u 367 mas-settur pubbliku.", "Jidher li se nkomplu mexjin fuq il-politika tal-Gvern Laburista li ma jidħlux ħaddiema ġodda mal-gvern jekk ma jinħolqux vakanzi.", "Fil-fatt meta kienet riesqa l-elezzjoni aħna ma waqajniex għat-tentazzjoni li noħolqu xi numru ta' vakanzi mal-gvern biex nikkuntentaw lil tal-qalba.", "Anzi għall-kuntrarju naraw li fi żmien Gvern Laburista n-numru ta' impjegati mas-settur pubbliku naqas u minn mistoqsija ta' l-Onor.", "Noel Farrugia lill-Prim Ministru jirriżulta li bejn Jannar u Novembru ta' l-1998, 1,000 ħaddiem full-time fis-servizz pubbliku temmew l-impjieg tagħhom.", "Nixtieq nirriferi wkoll għal Tabella Nru. 10 fir-rapport li titkellem dwar l-enforcement ta' l-ETC.", "Is-sena li għaddiet l-inspectors ta' l-ETC wettqu 6,060 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol u minn dawn irnexxilhom isibu 2,542 li kienu qegħdin jiksru waħda mill-kondizzjonijiet ta' l-ETC.", "F'din l-istess sena kien hemm 762 persuna li nqatgħu minn fuq ir-reġistru għax inqabdu jaħdmu.", "Issa 685 persuna appellaw kontra d-deċiżjoni ta' l-ETC quddiem in-national employment authority li min-naħa tagħha laqgħet l-appell ta' 253 minnhom.", "Dan ifisser li l-ETC kellha raġun f'432 każ ta' qtugħ ta' reġistrazzjoni.", "L-ispetturi ta' l-ETC qabdu numru sostanzjali ta' persuni jaħdmu mingħajr ktieb tax-xogħol u dan ifisser li dawn kienu qegħdin jonqsu milli jħallsu dak dovut minnhom bħala bolla tan-national insurance.", "Ma' dawn wieħed jista' jżid ukoll 301 persuna li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u jieħdu l-benefiċċju tar-relief.", "Sur President, jien niskanta bin-numru relattivament baxx ta' ħaddiema barranin li jinqabdu jaħdmu f'Malta mingħajr permess - u m'iniex qed nirriferi biss għas-sena li għaddiet għax fl-1997 inqabdu 163 barrani li kienu qed jaħdmu mingħajr permess -għaliex naħseb li lkoll kemm aħna niltaqgħu ma' barranin jaħdmu f'bars, restaurants u issa għandna wkoll bajjada u kaħħala.", "Ma nixtieqx ninftiehem li m'għandniex inħennu għall- barranin li qed ifittxu kenn f'pajjiżna iżda, kif jgħidu l-Ingliżi, charity begins at home u l-ewwel għandna naħsbu f'uliedna li jinsabu bla xogħol.", "Għalhekk nemmen li l-inspectors ta' l-ETC jistgħu jsibu aktar barranin jaħdmu mingħajr permess hawn Malta.", "L-istess nista' ngħid għal numru ta' tfal li jaħdmu taħt l-eta'.", "Kulħadd jaf li hija kontra l-liġi li jiġu mħaddma tfal taħt l-eta' u żgur li f'ċerti każi dawn ikunu jiġu abbużati għaliex meta jitħallsux biżżejjed jew inkella jiġu mqabbda jagħmlu xogħol li ma jkunx adattat għat-tfal.", "Għalhekk l-ETC għandha tkompli tifrex l- ispettorat tagħha biex min qed jikser il-liġi jinqabad.", "Qabel nagħlaq nixtieq nirringrazzja personalment lill-ħaddiema kollha ta' l-ETC u nħeġġiġhom sabiex ikomplu bil-ħidma fejjieda tagħhom u jkomplu joffru s-servizz tagħhom lil dawk kollha li jiġu bżonnha.", "Nagħlaq, Sur President, billi nikkwota żewġ sentenzi qosra minn ktieb li kont qed naqra bl-Ingliż:", "\"Unemployment matters because it generally reduces output and aggregates income.", "It increases inequality since the unemployed lose more than the employed.", "It erodes human capital and finally it involves psychic costs.", "People need to be needed.", "Though unemployment increases leisure, the value of this is largely offset by the pain of rejection.\"", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, naħseb jekk għandna korporazzjoni f'pajjiżna li wieħed m'għandux iħares lejha mil-lat partiġġjan politiku hija żgur il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.", "Din il-korporazzjoni hija ta' benefiċċju kbir għall-poplu Malti, speċjalment fil-qasam importanti tax-xogħol.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li l-aqwa servizz soċjali li gvern jista' jipprovdi huwa x- xogħol lill-ħaddiema, li joħloq opportunitajiet ta' xogħol għal dawk kollha li jridu jaħdmu.", "Fil-programm elettorali ta' l-1998 li bih irbaħna l- elezzjoni li saret erba' xhur ilu nsibu li:", "\"Il-Partit Nazzjonalisa jemmen li l-bniedem jilħaq il-milja tiegħu meta jsib l-opportunita' li jħaddem it-talenti tiegħu f'xogħol li jagħtih sodisfazzjon u li jagħtih livell ta' għajxien għoli kemm jista' jkun.", "Għalhekk mira ewlenija ta' Gvern Nazzjonallista tibqa' dik li joħloq opportunitajiet ta' xogħol xierqa għal kull min irid jaħdem, b'hekk kulħadd jingħata ċans li jieħu sehem dirett fil-ħolqien tal-ġid tal-pajjiż.\".", "Naturalment il-ħolqien ta' xogħol ġdid fil-pajjiż jippreżumi li jrid jinħoloq ambjent li jkun miftuħ beraħ għal aktar żvilupp, li jħajjar investiment ġdid kemm lokali kif ukoll barrani u li jkun ispirazzjoni ta' fiduċja f'min iħaddem u fil-ħaddiema nfushom.", "F'dawn l-aħħar erba' xhur il- Gvern Nazzjonalista qiegħed jipprova jagħmel dan wara s-sitwazzjoni xejn feliċi li wiret fil-qasam tax-xogħol mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Naturalment bħal kull istituzzjoni oħra, għalkemm l-ETC għamlet ħafna ġid taħt amministrazzjonijiet differenti, għad għandha ċerti nuqqasijiet u huwa d-dover tagħna lkoll li naraw li kemm jista' jkun din il- korporazzjoni taqdi dmirha b'suċċess għaliex jekk isir dan, ma jkunx qed igawdi l-Gvern tal-ġurnata iżda jkun qed igawdi l-poplu Malti li jkun qed jakkwista l-ġid bil- funzjonament tajjeb ta' din il-korporazzjoni.", "Il- mission statement ta' l-ETC huwa dan:", "\"...to provide and ensure an equitable access to training programmes and employment services to contribute towards the social and economic development of the community.\".", "Huwa d-dover tagħna lkoll li naraw li l-ETC tonora l-mission statement tagħha.", "Mir-rapport annwali tal-korporazzjoni li jkopri l-perijodu minn Ottubru 1997 sa Settembru 1998, wieħed ma jistax ma jikkonkludix b'sodisfazzjon ċerti riżultati miksuba mill-korporazzjoni iżda mill-banda l-oħra wieħed irid isemmi ċerti fatti inkwetanti li joħorġu minn dan ir- rapport.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn Tabella Nru. 6 li tiddeskrivi l- qgħad analizzat skond l-eta' jsib li f'Setembru ta' l-1998 kien hemm 1,777 persuna jirreġistraw għax-xogħol ta' bejn l-etajiet ta' 40 u 49 sena u kien hemm 944 persuna oħra jirreġistraw għax-xogħol li għandhom minn 50 sena 'l fuq.", "Dawn in-nies qed isibuha diffiċli biex isibu x-xogħol għaliex huma preklużi kważi definittivament mill-eta' tagħhom.", "Din il-pjaga ilha teżisti u sfortunatament għadha magħna sal-ġurnata tal-lum.", "Il-Gvern Nazzjonalista permezz ta' l-ETC irid jaħseb f'din il-kategorija ta' ħaddiema li ilhom bla xogħol għal ħafna żmien għaliex is-sitwazzjoni tagħhom hija preokkupanti.", "Hija xi ħaġa tal-biki li jiġi ħaddiem li jkun għalaq l-40 sena jew iktar u jkun għadu fl-aħjar żmien ta' ħajtu u jrid irabbi familja u jeduka lil uliedu u jgħidlek li wara xi 20 sena jaħdem fl-istess post tax-xogħol ingħata s-sensja u qiegħed jirreġistra.", "Dawn il- ħaddiema jisfaw bla xogħol mhux tort tagħhom u ma jsibux min iħaddimhom mhux għaliex ma jkunux kapaċi jew għaliex ikunu għażżenin imma għaliex sempliċement ikunu qabżu l-40 sena.", "Din hija raġuni inġusta iżda r-regola fis-settur privat hi li ma jimpjegawx persuni li jkunu qabżu l-40 sena.", "Kif diġa' għidt, ħafna minn dawn il-ħaddiema jkunu għadhom qed irabbu l- familja u x-x-xogħol għalihom ikun vitali.", "Għalhekk ma nistgħux inħallu iktar lil dawn in-nies ifendu għal rashom mingħajr ma nagħtu kashom.", "Din hija pjaga li ilha fostna għal ħafna żmien pero' s'issa għadna ma rrnexxilniex intaffuha.", "Nappella lill-Gvern biex permezz ta' l-ETC jara x'jista' jsir.", "Ma rridux ninsew li fil-programm elettorali aħna stqarrejna ċar u tond li Gvern Nazzjonalista jsaħħaħ l-ETC biex tkun tista' twieġeb għall-bżonnijiet ta' dawk kollha li qed jirreġistraw għax- xogħol, speċjalment għal dawk li għandhom 'il fuq minn 40 sena, għal-long- term unemployed u għal dawk il-persuni bi bżonnijiet speċjali li jkunu jridu jaħdmu.", "Nappella lill-ETC biex tagħmel l-aħjar li tista' ħalli dawn il-kategoriji ta' nies jingħataw b'mod ġust dak li ilhom jistennew.", "Mr Speaker, Tabella Nru. 7 ta' dan ir-rapport tagħti l-istatistika ta' dawk li ilhom jirreġistraw għal żmien twil biex isibu x-xogħol u nsibu li f'Settembru ta' l-1998 kien hemm 1,276 persuna li kien ilhom jirreġistraw bejn 25 u 52 ġimgħa u 3,318 li kienu ilhom jirreġistraw 'il fuq minn 53 ġimgħa.", "Hemm bżonn li l-ETC tagħmel iktar sforz ħalli dawn il- ħaddiema jsibu x-xogħol.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal--Kamra għal nhar it-Tnejn, 1 ta' Frar, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – it-Tielet Qari;", "Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 1998/1999 – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru. 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru. 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "U xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, spiss niltaqa' ma' nies b'fehmiet politiċi differenti li jgħiduli kemm jieħdu gost li fil-qasam ta' l- edukazzjoni qed jirnexxilna naħdmu id f'id għall-ġid ta' uliedna u ta' pajjiżna.", "Meta konna fil-gvern u kif ukoll issa li qegħdin fl- oppożizzjoni aħna jidhrilna li għandna nagħmlu minn kollox biex ma ndaħħlux politika partiġġjana fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Pero' din il- ħidma flimkien bl-ebda mod m'għandha tfisser li dan huwa xi arranġament mafjuż biex ngħattu n-nuqqasijiet ta' xulxin, anzi fejn naraw li hemm xi nuqqasijiet għandna nikkritikawhom u nikxfuhom.", "Dan li se ngħid issa huwa b'riferenza għar-rapport tas-Sur Maurice Zarb Adami dwar il-Matsec, li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-bidu ta' din il-ġimgħa, u rrid nagħmilha ċara li m'iniex se nuża l-immunita' parlamentari tiegħi u dak li ngħid hawn ġew lest ngħidu barra kelma b'kelma.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex inħoss li l-kollaborazzjoni li teżisti bejnietna fil-qasam ta' l-edukazzjoni hija pperikolata u tista' ssirilha ħafna ħsara mill-imġieba irresponsabbli tal-president tal-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Dr. Frank Portelli.", "Wara li fil- kampanja elettorali nsista li kellu jinħatar bord indipendenti biex jinvestiga dak li ġara fil-Matsec fis-sajf li għadda, f'Ottubru li għadda lanqas kellu d-diċenza jidher quddiem dan il-bord li ħatar il-Gvern Nazzjonalista stess biex juri bil-fatti dak li kien allega bl-aktar mod oxxen waqt il-kampanja elettorali.", "Fil-fatt quddiem dan il-bord ħadd ma ressaq fatti bħala prova ta' l-allegazzjonijiet serji li għamel Dr. Portelli.", "Waqt il-kampanja elettorali tas-sajf li għadda Dr. Portelli u l- Partit Nazzjonalista allegaw li f'dawn l-eżamijiet saru xi manuvri skandalużi biex jonqos in-numru ta' studenti li jidħlu fl-universita' u qalu li l-iżbalji li saru ma kienu żbalji xejn iżda kienet logħba biex studenti jitħallew barra.", "F'paġna 17 tar-rapport, il-bord ippresedut mis- Sur Zarb Adami jaċċetta li dawn l-iżbalji kienu żbalji u jsejħilhom miżavventuri sfortunati.", "Imbagħad f'paġna 28 tar-rapport tas-Sur Zarb Adami hemm stqarrija ċara dwar kif il-bord ma sab l-ebda fatti li juru li saret xi ħaġa biex f'dawn l-eżamijiet jitnaqqas in-numru ta' studenti li jkunu jistgħu jidħlu l-universita'.", "Fil-fatt fl-1998 daħħlu 2,614 student fl-universita', li kien l-ikbar numru ta' studenti li qatt daħal fl- universita' s'issa fl-istorja ta' pajjiżna.", "L-iktar ħaġa li xxokkjatni kienet li Dr. Portelli reġa' rrepeta dawn l-allegazzjonijiet serji proprju l-bieraħ u li ġew rapportati llum f'wieħed mill-ġurnali lokali bl-Ingliż.", "Jiena lest naċċetta li fid-deni tal-kampanja elettorali wieħed ma jqisx kliemu u ma joqgħodx attent kif jitkellem imma li jgħaddu dawn ix-xhur kollha, fejn kellu ċans jersaq quddiem il-bord biex iressaq il-provi tiegħu, u jerġa' jirrepeti l-istess gideb li qal xhur ilu għalija hija allegazjoni serja, huwa nuqqas serju u qed juri sens ta' irresponsabilita'.", "Nerġa' ngħid li kieku kienet xi persuna li qed tagħti l-opinjoni tagħha kieku forsi ma kontx nagħtiha daqshekk piż, imma la din il-persuna nzertat uffiċjali għoli tal-Partit Nazzjonalista jkolli ngħid li l-imġieba irresponsabbli tiegħu qed tippreġudika l-klima tajba u l- kollaborazzjoni li qed nibnu fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Dr. Portelli reġa' rrepeta l-allegazzjoni serja - għaliex jekk tkun veru huwa abbuż serju ħafna - li waqt dawn l-eżamijiet saret xi ħaġa biex jiġu vvantaġġati xi studenti minn xi wieħed miż-żewġ distretti elettorali tiegħi.", "Pero' l- bord ma ntwera l-ebda xhieda jew fatti li juru li ġara dan u Dr. Portelli ma kellux id-diċenza li jersaq quddiem dan il-bord biex jipprova dak li allega waqt il-kampanja elettorali.", "Dak iż-żmien kien qal li jien kont qed nuża l-immunita' tad-dipartiment ta' l-informazzjoni biex inwieġeb l- akkużi tiegħu u kien sfidani biex nagħmillu libell.", "Fil-fatt jien għal libell għamiltlu tnejn u issa niltaqgħu l-qorti ħalli naraw xi provi se jressaq biex jissostanzja l-gideb li qal fuqi.", "Waqt il-kampanja elettorali Dr. Portelli kien qassam fuljett fid-distretti elettorali fejn ikkontesta li kien jismu \"Frank Times\" - nista' nissuġġerilu isem differenti għal dak il-fuljett imma m'iniex se noqgħod ngħidu hawn - fejn kien qal li n-nies se jivvotawlu għaliex kellhom fiduċja fih.", "Jidher li l- eluf ta' votanti ma tawx kas ta' l-eluf ta' liri li nefaq fil-kampanja elettorali għax reġgħu ma wrewx fiduċja fih u reġgħu ma tellgħuhx u nittama li l-istudenti tagħna li għamlu l-eżami tal-Malti tal-Matsec kitbu Malti ħafna aħjar minn dak li kien hemm fil-fuljett li ħareġ Dr. Frank Portelli, li kien mimli żbalji ortografiċi u kien fih strutturi fqar ħafna tal-Malti.", "Għaddew dan ix-xhur kollha u Dr Frank Portelli ma tgħallimx u għadu jirrepeti l-gideb li qal waqt il-kampanja elettorali.", "Dak iż-żmien kien qal ukoll li Miss Miriam Vella, mis-segretarjat tiegħi, kienet qed iċċempel lill-istudenti mid-distretti tiegħi biex tara tistax tgħinhom.", "Dan m'hu veru xejn tant li Miss Vella diġa' ċaħdet dan u se tixhed bil-ġurament fil-qorti biex turi li din hija gidba.", "Dr. Portelli la kellu d-diċenza jirrikonoxxi li persuna ta' l-affari tagħha u serja li ħadet dan l-iżball minħabba li kellha breakdown fil-computer system tagħha kienet irriżenjat u lanqas kellu d-diċenza jirrikonoxxi li waħda mill-persuni l-iktar serji fuq il-bord tal-Matsec kienet ammettiet li kien tort tagħha imma baqa' jkompli jagħti x'jifhem li dan kien xi taħwid li għamilt jien u li kieku ma kienx dan il-bravu eroj qisu \"fantozzi contro tutti\", kien jinżamm kollox moħbi u kien ikun hemm xi cover-up.", "Fil-fatt il-bord tal-Matsec diġa' ċaħad li kien hemm xi ħadd li ordna xi cover-up u diġa' għamilha ċara li kienu ndunaw bl-iżbalji indipendentement mill-istqarrijiet u mill-allegazzjonijiet ta' Dr. Portelli u kienu ħadu passi biex jirranġawhom.", "Minkejja li l-bord tal-Matsec kien għamilha ċara - u lest li npoġġi anke stqarrijiet fuq il-Mejda tal-Kamra - li l-ministru ta' l-edukazzjoni ma jindaħal jew ma jipprova jinfluwenza l-ebda deċiżjoni akkademika u li l-ministru qatt ma ndaħal fl-operat tal-bord, Dr. Frank Portelli baqa' jirrepeti l-gideb tiegħu.", "Għaldaqstant b'dispjaċir ikolli ngħid li rrid noqgħod attent kif nitkellem fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni u se nagħmel sforz biex ma nħallix dan l-atteġġament ta' Dr. Portelli jħarbat il-klima tajba li teżisti pero' li qed tiġi pperikolata minn dan il-kliem irresponsabbli, diżonest u gideb li ġej minn wieħed mill-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.", "Jien ma nistax naċċetta logħba doppja fejn mal-Ministru Louis Galea naħdem tajjeb u mbagħad uffiċjal ieħor ta' l-istess partit politiku jibqa' jagħmel akkużi serji fuq l-integrita' personali tiegħi.", "Kieku kont veru ħati ta' l-akkużi li għamel hu dwar tbagħbis fis-sistema ta' l-eżamijiet biex nivvantaġġa lil xi ħadd fl-eżamijiet, lanqas imissni nidher barra għax inkun qed inħarbat l-edukazzjoni kollha.", "X'jiswa li toqgħod tgħid li trid taħdem għall-ġid ta' l-edukazzjoni biex imbagħad tħarbat dak li tkun qed tagħmel bl-atteġġjament tiegħek dwar l-eżamijiet?", "Nerġa' npoġġi responsabilita' kbira fuq Dr. Frank Portelli għaliex qed jagħmel ħsara kbira lill-isforzi li qed isiru biex nimxu 'l quddiem flimkien fl- edukazzjoni.", "L-allegazzjonijiet li għamel fis-sajf li għadda għamlu ħafna ħsara lis-sistema tal-Matsec.", "Jien naqbel li din is-sistema għandha bżonn tiġi msaħħa u mtejba u nieħu gost li proprju f'ħafna mir- rakkomandazzjonijiet li għamel il-kumitat mmexxi mis-Sur Maurice Zarb Adami laqgħu s-suġġeriment tagħna dwar kollaborazzjoni mill-qrib ma' l- Universita' ta' Londra permezz ta' wieħed mill-aqwa ċentri fid-dinja dwar l-eżamijiet Edexcel biex l-universita' tagħna, flimkien ma' l-awtoritajiet edukattivi tagħna, b'umilta' professjonali - li m'hemmx aħjar minnha - jtejbu s-sistema tal-Matsec u b'kollaborazzjoni mat-teachers tagħna nsaħħu s-sistema tagħna u nagħtuha l-fiduċja li hemm bżonn biex tkun ta' kwalita' tajba kemm nazzjonalment u kif ukoll internazzjonalment.", "Fid-dinja tal- lum ma nistgħux inkunu sodisfatti biss bil-livelli li nagħmlu aħna fl- edukazzjoni imma rridu l-ħin kollu nesiġu li jkollna standards internazzjonali f'kull livell minn dak primarju sa dak terzjarju u post- terzjarju.", "Nerġa' nirripeti li l-atteġġament negattiv, distruttiv u diżonest ta' Dr. Frank Portelli qed jhedded dan kollu u jien ma nistax ma npoġġix dan kollu fil-kontest ta' politika ta' ingann u propaganda diżonesta, li kien hemm sensiela sħiħa minnhom waqt il-kampanja elettorali.", "Mr Speaker, il-Partit Nazzjonalista waqt il-kampanja elettorali qal li se jkun hemm tnaqqis fit-taxxi u mbagħad ma' l-ewwel budget żied it-taxxi fuq il-petrol, is-sigaretti, għolla l-bolla u daħħal t-taxxa tal-VAT li qed tgħolli l-prezzijiet ta' ħafna servizzi u prodotti.", "L-istess ħaġa fil-kampanja elettorali qalu li se jitjiebu l-pensjonijiet u diġa' ċaħħdu eluf ta' pensjonanti miż-żieda li taw lill-ħaddiema tal-gvern.", "Dak li ntqal dwar il-Matsec huwa bħal dak li ntqal lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk li l-ewwel qalulhom li se jiggarantulhom l-impjieg u li se jtejbulhom il- kondizzjonijiet tax-xogħol u issa jridu jagħtuhom is-sensja.", "Meta nara dan l-atteġġjament ta' Dr. Frank Portelli dwar il-Matsec, nifhem kemm huwa diffiċli li naħdem bi qbil u id f'id man-nies ta' l-Onor.", "Fenech Adami.", "Nerġa' ngħid li meta aħna konna fil-gvern għamilna minn kollox biex ma ndaħħlux il-politika partiġġjana fl-edukazzjoni u issa li qegħdin fl- oppożizzjoni qed nuru li lesti naħdmu għall-ġid tat-tfal tagħna, taż- żgħażagħ tagħna u ta' pajjiżna iżda l-atteġjament negattiv, distruttiv u diżonest ta' Dr. Portelli qed jipperikola din il-ħidma.", "Qed inpoġġi dan il-piż kollu fuq id-diskors irresponsabbli ta' Dr Frank Portelli għax huwa l-president tal-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u dak li jagħmel u jgħid hu ma jkunx tiegħu biss iżda tal- partit kollu u fuqu npoġġi responsabilita' serja li bi kliemu jista' jħassar ix-xogħol tajjeb li qed nagħmlu flimkien fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, f'dan l-ewwel aġġornament tiegħi għal din is-sena li hija ddedikata għall-anzjani, u bħala l-kelliemi għall- anzjani min-naħa ta' l-oppożizzjoni, nixtieq nitkellem dwar l-anzjani tagħna li ħafna minnhom jinsabu fid-djar tagħhom u oħrajn jinsabu f'istituzzjonijet tal-gvern jew privati.", "Jien naf li m'hijiex ix-xewqa ta' dawn l-anzjani li wara li jkunu qattgħu ħajjithom fl-ambjent tar-raħal tagħhom jispiċċaw f'xi dar ta' l-anzjani pero' rridu nirringrazzjaw lil diversi gvernijiet li dejjem ħadmu biex l-anzjani, tagħna jkollhom l-aħjar postijiet fejn jgħixu.", "Sfortunatament illum l-anzjani Maltin u Għawdxin qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' ċerta biża' minħabba l-ħafna diskors li qed jingħad dwar il- pensjonijiet u dawk l-anzjani li jiddependu ħafna minn ċertu individwi qegħdin jibżgħu li l-pensjoni tagħhom m'hijiex se tibqa'.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu kien qal b'mod ċar li se jtejjeb il-pensjonijiet pero' donnu li llum id-diska nbidlet u qed jgħidu li l-pensjonijiet m'humiex sostenibbli.", "Naħseb li m'huwiex sewwa li nwiegħdu mod u nagħmlu mod ieħor.", "Il-Partit Laburista kien jaf li l- finanzi tal-pajjiż m'humiex sejrin tajjeb pero' għax dejjem kellu għal qalbu lill-anzjani tagħna, dejjem tahom aktar u minn tallaba għamilhom sinjuri.", "Huwa tajjeb li ngħallmu lill-poplu li kien Gvern Laburista li daħħal il-pensjonijiet f'pajjiżna u minn hawnhekk insellem lil-Onor.", "Alfred Sant li qed iħeġġiġna biex inżommu dak li tant batew biex kisbu l-anzjani tagħna.", "Pero' wieħed jistaqsi: X'hemm wara dan il-ħafna kliem dwar il- pensjonijiet?", "Jiena persważ li l-Partit Nazzjonalista m'huwiex se jgħid li se jneħħi l-pensjonijiet mil-lum għal għada imma l-Partit Laburista se jkun it-tarka ta' l-anzjani tagħna biex jara li dak li għandhom ma jintmessx.", "Fil-fatt fuq inizjattiva personali ta' l-Onor.", "Alfred Sant, flimkien ma' sħabi l-kelliema l-oħra għall-affarijiet soċjali, qegħdin inniedu kampanja dwar ''L-Anzjani Jgħidu Tagħhom\".", "Meta niltaqgħu ma' l-anzjani kemm fid- djar tagħhom u kif ukoll fid-djar ta' l-anzjani, qegħdin ninnotaw li l- anzjani huma mbeżża' dwar il-pensjonijiet.", "Nerġa' ngħid li l-pensjonijiet huma l-mimmi ta' għajnejn il-Partit Laburista u fl-aħħar mill-aħħar huma l- mimmi ta' għajnejja għaliex jien kburi li qed niddefendi lill-anzjani tagħna f'dan il-Parlament.", "Jekk l-anzjani tal-lum u ta' għada se jkollhom din l-isfida jien se nkun qed niddefendihom mingħajr għamad politiku.", "Aħna qed niġu kkritikati li qegħdin nagħmlu ħafna plejtu dwar il-pensjonijiet pero' jien inħoss li għandna kull dritt niddefendu l-pensjonijiet.", "Jien nistaqsi: Ftit tax- xhur ilu sar plejtu dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma?", "Il-Partit Nazzjonalista kellu dritt jgħid li l-Gvern Laburista kien qed jibgħat kontijiet esaġerati?", "Irrid ngħid li l-kwestjoni tal-pensjonijiet m'hijiex qed tinkwieta biss lil-Laburisti imma anke lin- Nazzjonalisti.", "Jiena dejjem ngħid lill-anzjani tagħna nagħtuhom aktar milli għandhom illum u mhux immissulhom dak li għandhom illum.", "Huwa fatt ukoll li l-anzjani qegħdin ibatu wkoll mill-għoli tal-ħajja f'din is-sena dedikata lilhom lejlet il-millenju l-ġdid.", "Jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra dwar roħs fil-prezzijiet ta' madwar 40,000 prodott, min imur jixtri jaf li bħalissa l-ħajja dejjem qed togħla minħabba l-VAT.", "Meta tkellimt fid-dibattitu dwar il-liġi tal-VAT kont għidt li minnha nnifisha l-VAT toħloq kultura li tgħolli l-ħajja u n-negozjanti qed jgħidu lill- anzjani li jmorru jixtru li l-ħajja għoliet minħabba l-VAT.", "Irrid infakkar li minkejja li daħlet taxxa għal kulħadd ta' 15% l-anzjani tagħna ma ħadux iż-żieda kollha ta' l-għoli tal-ħajja meta fil-programm elettorali tal- Partit Nazzjonalista ġie mwiegħed li se jingħataw iż-żieda kollha.", "Jiddispjaċini ngħid li meta titkellem ma' negozjanti, ma' sidien ta' restaurants, ma' min jaħdem fix-xogħol tal-catering u f'kull tip ta' azjenda oħra jgħidlek li fil-pajjiż m'hawnx fiduċja.", "Għalkemm għall-ewwel darba li tela' fil-gvern fl-1987, il-Partit Nazzjonalista wiegħed il- fiduċja u forsi dak iż-żmien din il-fiduċja dehret, żgur li din id-darba m'hijiex qed tidher.", "Mr Speaker, titkellem ma' min titkellem kulħadd jgħidlek li hawn staġnar fil-pajjiż, bil-konsegwenza li qed ikollna ħafna żgħażagħ li qegħdin jispiċċaw bla xogħol.", "Sur President, nixtieq issa ndur biex ngħid xi ħaġa dwar il-mediċini.", "Fl-1979 Gvern Laburista kien nieda l-iskema tal-mediċini b'xejn iżda dan l-aħħar ġie kkritikat ħafna meta għamel fee ta' 50c fuq il-mediċini biex jitnaqqsu l-abbużi li kienu qed isiru.", "Minkejja li llum tneħħiet il- 50c fee, l-anzjani qegħdin imorru fl-ispiżeriji tal-gvern u ma jsibux il- mediċini li jridu.", "Jien inħossni obbligat li nsemmi dawn l-affarijiet mhux biex inxewwex imma biex jiġu rranġati.", "Kultant żmien nagħmel anke mistoqsijiet parlamentari lill-ministru responsabbli dwar liema mediċini jkunu out of stock f'dak il-mument u sfortunatment dejjem ikun hemm numru ta' mediċini li jkunu out of stock.", "Konsegwenza ta' dan ibatu dawk li jiddependu fuq il-pensjoni għaliex ikollhom jixtru dawn il-mediċini u minn hawn nappella biex il-problema dwar skarsezza ta' mediċini tiġi rranġata.", "Kif il-Partit Laburista tela' fil-gvern fl-1997, mill-ewwel ħa din il- biċċa xogħol bis-serjeta' u beda jsolvi l-problema tal-mediċini out of stock.", "Fl-aħħar minuti li fadalli nixtieq infaħħar l-inizjattiva li qed jieħu l- ħabib tagħna Frans Carabott mill-Marsa, fejn qed iniedi kampanja biex ikun hemm dar għall-anzjani tal-Marsa.", "J'Alla jkunu hawn iktar nies bħal Frans Carabott li jaħdmu għal-lokal tagħhom u joħorġu b'dawn l-inizjattivi għall-anzjani tagħna li tant ikunu ħadmu fil-lokal tagħhom u li tant ikunu taw kontribut lil pajjiżna.", "Minn hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex inħeġġeġ lill-poplu Marsi biex joħroġ jivvota għal-elezzjonjiet tal- kunsilli lokali, b'mod speċjali għall-kandidati Laburisti li se jsiru f'Marzu li ġej ħalli jkollhom kunsill li verament ikun jixirqilhom.", "Qed insemmi l-Marsa peress li taqa' taħt id-distrett tiegħi pero' 'l quddiem ikolli ċans nitkellem fuq lokalitajiet oħra.", "Qabel nagħlaq nixtieq insellem lill-anzjana Maria Vella Ii nqatlet brutalment u nsellem ukoll lill-familjari tagħha.", "Forsi min qatel lil Maria Vella qed jismagħna u u minn hawnhekk ngħidilhom li tinqabdu jew ma tinqabdux fil-kuxjenza tagħkom tafu li missejtu mad-demm u qtiltu lil Maria Vella għal ftit flus u deheb.", "Nittama li li fil-futur ma jiġrux traġedji bħal dawn.", "Dan huwa r-rigal li rridu nagħtu lill-anzjani tagħna?", "Leljet il-bidu ta' millennju ġdid l-anzjani tagħna jixirqilhom li jkunu mbeżża' dwar il-pensjonijiet, dwar l-għoli tal-ħajja bl-introduzzjoni tal-VAT u dwar l-iskarsezza fil-mediċini?", "Jien inħoss li minn hawnhekk irridu niddefendu lill-anzjani u kuntent bil-kariga li tani l-Onor.", "Alfred Sant bħala l-kelliemi fuq l-anzjani għall-oppożizzjoni għaliex nemmen li minn dawn il-bankijiet nista' niddefendi lill-anzjani tagħna.", "Nixtieq insellem ukoll lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk li qed jiġġieldu biex ma jitilfux il-ħobża tagħhom ta' kuljum.", "Kulħadd għandu dritt jaħdem u nittama li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk jieħdu dak li ħaqqhom billi l-gvern jagħtihom ix-xogħol.", "Mr Speaker, ħafna minn dawn il-ħaddiema li jaqgħu taħt id-distrett tiegħi ġew ikellmuni dwar l-inċertezza li għandhom dwar il-futur tagħhom u nittama li l-65 membru li hawn f'din il-Kamra naħdmu mill-aħjar li nistgħu għall-anzjani tagħna, għat-tfal tagħna, għaż-żgħażagħ tagħna, għall- familji tagħna, għall-persuni b'diżabilita' u għall-ħaddiema tagħna biex meta ngħaddu mit-toroq tagħna u nidħlu fid-djar tan-nies inkunu kburin li qed nirrappreżentawhom f'din il-Kamra.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 1 ta' Frar fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "Fid-9.30p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "3137.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax- xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta.", "MALTACOM - ĦADDIEMA", "3138.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltacom mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax- xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma' Maltacom plc.", "MIA - ĦADDIEMA", "3139.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- Malta International Airport mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl- imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l- impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-perjodu msemmi ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mal-Malta International Airport.", "MALTA DRYDOCKS - ĦADDIEMA", "3140.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- Malta Drydocks mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax- xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-perjodu msemmi l-ebda ħaddiem ġdid ma ġie impjegat fil-Malta Drydocks.", "SANTA LUĊIJA - DAWL", "3178.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Trejqet iż-Żahar f'Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SANTA LUĊIJA - DAWL", "3179.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Gardenia, c/w Dawret it-Torri f'Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SANTA LUĊIJA - DAWL", "3180.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi:", "Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Żnuber ħdejn it-taraġ tal-pjazza f'Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SANTA LUĊIJA - DAWL FIT-TOROQ", "3181.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu tliet lampi fejn l-għassa tal- pulizija u l-entratura tal-kunsill lokali ta' Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SANTA LUĊIJA - DAWL", "3182.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Begona, c/w Dawret it- Torri f'Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SANTA LUĊIJA - DAWL", "3183.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiddawwal il-faċċata tal-ħwienet fi Triq Dawret it-Torri, quddiem il-Każin Nazzjonalista, f'Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "IMPJIEGI - INVESTIGAZZJONIJIET", "3486.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy biex isiru spezzjonijiet/żjarat/investigazzjonijiet għall-għarrieda fid- djar privati tal-ħaddiema tal-gvern waqt li dawn ikunu għall-ġurnata tax- xogħol tagħhom, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 8 ta' Jannar fir-Rabat, Malta minn uffiċjali tal-korporazzjoni?", "Kemm saru spezzjonijiet/żjarat/investigazzjonijiet simili mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Min kienu dawn il-persuni u fuq liema bażi qed isiru dawn l- investigazzjonijiet fuq nies innoċenti bħall-familjarji ta' dawn il- ħaddiema?", "Ma' liema unions saru dawn l-arranġamenti u ma' min saru l- konsultazzjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma teżisti l- ebda policy biex isiru spezzjonijiet/żjarat/investigazzjonijiet għall- għarrieda fid-djar privati tal-ħaddiema tal-gvern waqt li dawn ikunu għall- ġurnata tax-xogħol tagħhom.", "Fil-każ indikat, li ġara nhar il-Gimgħa 8 ta' Jannar fir-Rabat, il- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ irċeviet ittra anonima fejn ġie allegat li persuna - dan inzerta li jaħdem mal-Gvern - qed jagħmel xogħol bla permess.", "Ġie allegat ukoll li dan ix-xogħol qed isir matul il-ġurnata meta dan l-individwu suppost ikun fil-garaxx tal-gvern.", "Il-Kororazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, bħalma ġara dejjem, tinvestiga kull allegazzjoni li tirċievi.", "POPEYE VILLAGE", "3487.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra jekk Popeye Village għaddietx b'ċens, b'tender, b'kirja eċċ lill-kumpannija li qed topera llum?", "Kull meta jiġġedded il-perijodu taċ-ċens/tender/kirja eċċ lil din il- kumpannija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-kumpannija Anchor Bay Services Ltd baqgħet topera Popeye Village wara ftehim li kienet waslet għalih mal- MIMCOL f'Jannar 1990.", "Hemm il-ħsieb li l-Gvern joħroġ sejħa għall-offerti għall-kiri ta' l- istess sit fil-futur immedjat.", "ENEMALTA - PETROL/DIESEL", "3488.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-petrol (biċ-ċomb u bla ċomb) u diesel matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena fil-gżejjer tagħna?", "X'inhi r-raġuni li l-Gvern qed iċaħħad liċ-ċittadini li huma konxji mill- ħarsien tal-ambjent fil-gżejjer tagħna li jibbenefikaw minn prezz kompetittiv għal petrol ta' bla ċomb?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1985.", "MDINA/RABAT - BINI STORIKU - RESTAWR", "3494.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xogħlijiet ta' restawr fuq bini storiku fl-Imdina u r-Rabat, Malta?", "Jekk iva, liema huma dawk ix-xogħlijiet ta'restawr proġettati li jsiru fit-tliet snin li ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet f'dan l- istadju m'għandux proġetti li se jwettaq fil-futur immedjat.", "Il-mistoqsija għandha tiġi mressqa wkoll lid-Diviżjoni għax-Xogħlijiet fi ħdan il- Ministeru għall-Ambjent.", "SKEJJEL - RABAT", "3495.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal bżonn ta' bini ta' hall/sala f'waħda mill-iskejjel tar- Rabat, Malta, liema neċessita' ilha pendenti s-snin, jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinbena fil-futur?", "Jekk iva, meta u x'daqs?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalkemm bħala parti mill-iSchools Building Programme tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm maħsub il-bini ta' sala fl-iskola sekondarja tar-Rabat, s'issa ma ttieħdet ebda deċiżjoni konkreta li tista' tindika d-daqs u t-tkomplija ta'din is-sala.", "PERSUNA B'DIŻABILITA' - TRASFERIMENT", "3527.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li qed issir ġustizzja ma' persuni b'diżabilita' meta ħaddiem li jbati minn diżabilita' permanenti u kritika ġie trasferit minn Kalaxlokk għal mal-Ministeru għall- Agrikoltura u Sajd - ittra mibgħuta minn Kalaxlokk lil dan l-individwu qed tintbagħat separatament - meta imbagħad fit-12 ta' Jannar ġie nformat mill- uffiċjali tal-Pitkalija li l-Ministru ma approvax it-transfer tiegħu?", "In vista ta' dawn iċ-ċirkostanzi, jista' l-Ministru jinvestiga u jawtorizza lil dan il-ħaddiem jkompli bil-missjoni tax-xogħol tiegħu fil- Pitkalija Ċentrali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru responsabbli.", "Madanakollu jiena persważ li fil- konsiderazzjoni ta' dan il-każ tingħata attenzjoni xierqa lill-fatt li l- ħaddiem in kwestjoni hu persuna b'diżabilita'.", "WIED IL-GĦAJN - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "3679.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista' ta' l-aħħar tweġiba parlamentari rigward il-manutenzjoni ta' l- għassa tal-pulizija ġewwa r-raħal ta' Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jikkunsidra li jinkariga uffiċjali sabiex isir rapport ta' dak li hemm bżonn li jsir bħala tiswija u jistax jinkludi rappreżentant tad-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jkun ikkonsidrat fid-dawl ta' dak li ngħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2483 f'Seduta Nru. 29.", "LAND DEPARTMENT - KIRJIET/ĊNUS", "3680.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Land Department lill-pubbliku in ġenerali ta' partijiet mis-swar tal- Kottonera u tal-Belt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għad trid tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LAND DEPARTMENT - KIRJIET/ĊNUS", "3681.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista tat-tweġiba parlamentari numru 3332, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk humiex se jittieħdu passi għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni tal-Fortizza ta' San Anard, jew hux se jkun hemm ripresa ta' parti biss minnha jew hux se jkun hemm tiġdid tal-lokazzjoni, billi jidher li din ġiet fit-tmiem fit-18 ta' Ottubru, 1997?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-Dipartiment ta' l-Art għadu mhux f'pożizzjoni li joffri sit alternattiv liż-żewġ farms li preżentement qed jokkupaw l-istess forti.", "LAND DEPARTMENT - KIRJIET/ĊNUS", "3682.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista tat-tweġiba parlamentari numru 3332, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux se jittieħdu passi għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni tal-Forti San Tumas, Wied il-Għajn, jew hux se jkun hemm ripresa ta' parti biss minnha, jew hux se jkun hemm tiġdid tal-lokazzjoni billi jidher li din ġiet fit-tmiem fis-16 ta' Awissu, 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-lokazzjoni ġiet terminata u ċ- ċwievet tal-Forti San Tumas issa qegħdin f'idejn id-Dipartiment ta' l- Estate Management.", "Qiegħed jiġi studjat l-aħjar użu li jista' jsir minn din il-proprjeta', anke fid-dawl ta' talba li saret mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn.", "LAND DEPARTMENT - KIRJIET/ĊNUS", "3683.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Land Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm200 iżda li ma jaqbżux il-Lm500 bħala ħlas fis-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' kirjiet u ċnus mogħtija mill-Land Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm200 iżda li ma jaqbżux il-Lm500 fis-sena hu ta' 1,107.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - ARTIJIET", "3684.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm għandu art f'idejh id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd u din b'liema titolu u mingħand min, fl-akkwati tat-Tieni Distrett elettorali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Skond ir-rekords, l-artijiet li d-dipartiment għandu f'idejh fl-akkwati tat-Tieni Distrett elettorali huma mikrija mingħand il- Kummissarju ta' l-Artijiet.", "Dawn huma:", "Żabbar Olive Grove Senglea Point Garden Ex-Military Cemetry, Kalkara Romm 1st Floor, Civil Centre, Żabbar", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "3717.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Wara li neħħa xi nies li xogħlhom kien li jduru l-lantijiet tax-xogħol biex jaraw li l-kuntratturi jagħtu livell tajjeb ta' xogħol fl-iskejjel, x'arranġamenti ġodda qed isiru issa biex jiġi żgurat li l-kuntratturi qed jagħtu value for money fix-xogħol tagħhom peress li qed jasluli rapporti li f'diversi skejjel ix-xogħol mhux qed isir kif mistenni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma jirriżulta bl-ebda mod li tneħħew xi nies kif semma' l-Onor.", "Kollega, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni s'issa għadha qed tuża l-istess struttura u l-istess nies li kien hemm qabel inbidel il-Gvern f'Settembru 1998.", "B'danakollu jirriżultali li hemm djugħfija sew fl-istruttura kif ukoll fil-kwalita' u l-kompetenza tan-nies meħtieġa.", "Dan hu wieħed mis-suġġetti li qed niddiskuti ma' l-awtorita' kompetenti.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "3718.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Wara li l-kapijiet ta' l-iskejjel ntalbu jgħidu x'inhuma l-ħtiġijiet ta' l- iskejjel li jmexxu biex ikunu jistgħu jidħlu fil-programm ta' xogħol fl- iskejjel, jista' l-Ministru jgħid x'talbu l-kapijiet, skola bi skola, u xi pjan hemm biex dawn it-talbiet jiġu milqugħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-talbiet li ntbagħtu mill-kapijiet ta' l- iskejjel għal xogħlijiet diversi fl-iskejjel tagħhom fil-preżent qegħdin jiġu katalogati u evalwati skola bi skola, u fil-mument opportun, darba jsir dan il-proċess, kull skola tkun informata bl-ammont ta' xogħol li jkun jista' jitwettaq fl-1999.", "RABAT - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "3719.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jiġu nvestigati rapporti li fi Triq Vjal il- Ħaddiem, Rabat, Malta, ħiereġ id-drenaġġ minn ġo tappiera min-naħa ta' Triq Ħad-Dingli u jibqa' sejjer ġo katusi li saru bl-ispralli biex jgħaddi l- ilma tax-xita?", "X'jista' jsir biex jieqaf dan il-fawran ta' drenaġġ?", "Meta se jsir ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fil-fatt l-iżbruffar sar minħabba ksur ta' main fi Vjal il-Ħaddiem, Rabat.", "Ir-rising main ta' Ħad- Dingli iferra' f'dan il-post u għalhekk id-drenaġġ ma kellux minn fejn jgħaddi.", "F'survey bil-CCTV camera illokajna l-biċċa main li riedet tinbidel.", "Din fil-fatt inbidlet u kollox tlesta sa tmiem il-ġimgħa l-oħra biex ġie solvut dan il-fawran imsemmi.", "QAWRA - PROĠETT", "3720.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitkompla x-xogħol tal-proġett tal- Qawra, taħt il-Qawra Palace, fejn hemm 60 boathouse li s-sidien tagħhom ilhom erba' xhur ma jistgħux joħorġu d-dgħajjes għax inqala' quddiem il- garaxxijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi x-xogħol fuq dan il- proġett jinsab wieqaf.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar talbet lit-Taqsima tax- Xogħlijiet għal pjanti riveduti.", "Dawn saru u ġew sottomessi iżda qabel ma joħorġu l-permessi meħtieġa ma jistax jitkompla x-xogħol.", "KON-KATIDRAL TA' SAN ĠWANN - FONDAZZJONI", "3721.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi biex tibda taħdem il-fondazzjoni msemmija fil-budget biex tieħu ħsieb il-Kon-Katidral ta' San Ġwann?", "Iltaqgħet xi darba s'issa?", "Min qed jieħu sehem f'dawn il-laqgħat u min qed jirrappreżenta l-Gvern f'din il-fondazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-Fondazzjoni Kon-Katidral ta' San Gwann se titwaqqaf fil-ġimgħat li gejjin.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM MARIA REĠINA", "3722.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdumu l-istudenti ta' Form III u Form IV mingħajr għalliema tal-Business Studies fil-Junior Lyceum ta' Maria Regina?", "X'se jsir biex dawn l-istudenti jġibu lura dak li tilfu tul dan iż-żmien kollu mingħajr lezzjonijiet f'dan is-suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti tal-Form III u Form IV fil- Junior Lyceum ta' Maria Reġina issa għandhom għalliema tal-Business Studies.", "Saru arranġamenti biex l-istudenti jkunu jistgħu jgħaddu s-syllabus kollu.", "ETC - TRAINEE WELDERS", "3735.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mibgħuta listi mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ lill-Malta Drydocks għal trainee welders u meta ntbagħtu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma rċeviet l- ebda talba mill-Malta Drydocks għal trainee welders.", "Il-Malta Drydocks għamlet talba f'Lulju 1998 lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għal certified welders għal impjieg każwali ta' tmien ġimgħat.", "Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bagħtet tliet listi lil Malta Drydocks biex tissodisfa din it-talba.", "MANOEL ISLAND - PROĠETT", "3807.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux deċiżjonijiet mill-gvern minn fejn se tgħaddi il-link road li se tgħaqqad Manoel Island mal-bypass ta' Regional Road?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena nformat li d-Dipartiment tat-Toroq issottometta applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq it-triq il- ġdida li għandha tgħaqqad Manoel Island ma' Regional Road abbażi ta' konsultazzjonijiet li saru ma' l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Din l- applikazzjoni qed tieħu l-proċess tagħha normali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid aktar informazzjoni fuq dan, huwa mitlub li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.", "MANOEL ISLAND - ART", "3808.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art kollha li hemm ġewwa Manoel Island hijiex tal-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Medserv xtratx xi art mill-gvern ġewwa Manoel Island?", "Jekk iva, meta inxtrat u għal kemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi l-art ta' Manoel Island hija kollha tal-Gvern.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid aktar informazzjoni huwa mitlub li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.", "BARRANIN", "3809.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn residenti barranin li għandhom 'il fuq minn 60 sena jgħixu ġo pajjiżna llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal barranin li għandhom permess ta' residenza (residence permit) biex jgħixu Malta.", "Ninsab informat li għalkemm s'issa ma tinżammx statistika dwar l-eta' ta' din il-kategorija ta' persuni, minn riċerka li għamel id-dipartiment konċernat huwa stmat li hawn madwar 700 minnhom li għandhom 'il fuq minn 60 sena.", "BARRANIN MIŻŻEWĠIN MALTIN", "3810.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol u x'tip ta' għajnuna soċjali jieħdu dawn il-persuni u l-familji tagħhom meta ma jkunux qegħdin jaħdmu u kemm swew lill-pajjiżna s-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol hu ta' 165.", "Fejn persuna barranija tkun miżżewġa persuna Maltija, din tiġi nkluża f'din il-familja bħala membru intitolat għall-għajnuna soċjali daqs li kien ċittadin Malti.", "Għaldaqstant mhux possibbli li jiġu ddentifikati persuni barranin.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - PERSUNI FUQ IR-RELIEF", "3811.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief li huma separati?", "Kemm kienet in-nefqa tal-gvern f'relief lil dawn il-persuni sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1094.", "MINISTRU TAL-FINANZI - SAFAR", "3812.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-gvern għal kull ministru jew segretarju parlamentari u delegazzjoni li akkompanjawhom fuq kull safra illi saret mill-5 ta' Settembru sal-lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-nefqa pubblika fuq safar minn ministri u segretarji parlamentari fil-perijodu msemmi hija kif gej:", "Prim Ministru Hames safriet a) Lm 316.06 b) Lm2,677.15 c) Lm1,813.48 d) Lm 861.75 e) Lm1,267.26 Ministru tal-Finanzi Safra Wahda Lm3,435.00 Ministru tat-Turizmu Erbgha Safriet a) Lm1,913.00 b) Lm1,737.00 c) Lm1,536.00 d) L-ispiża ġħad mhix maghrufa Ministru ta` Safra Wahda Lm1,996.60 l-Agrikoltura u Sajd Ammont moghti bil- quddiem-safra ghad mhix iffinalizata Ministru ghat-Trasport u Safra Lm1,272.00 Komunikazzjoni Ministru ghas-Servizzi Safra wahda Lm1,940.68 Ekonomici", "Segretarju Parlamentari Safra wahda Lm2,797.66 Dr G Hyzler", "Ministru tas-Sahha Safra wahda Lm4,166.16", "Ministru ta` l-Intern Safra wahda Lm1,423.86", "Segretarju Parlamentari Safra wahda Lm 770.40 G. Pullicino", "Ministru ghall-Ambjent Zewg safriet a) Lm1,257.28 b) Id-delegazzjoni għadha ma rritornatx", "Ministru ta` Zewg safriet a) Lm 474.02 l-Edukazzjoni b) Lm 900.87", "Segretarju Parlamentari Zewg safriet a) Lm 305.69 Jesmond Mugliett b) Lm 92.90", "Ministru ta` l-Affarijiet Tlett safriet a) Lm2,357.00 Barranin b) Lm5,961.00 c) Lm2,245.00 Sitt safriet mhux iffinalizzati Segretarju Parlamentari Erbgha safriet a) Lm 576.00 Dr J Borg b) Lm1,347.00 c) Lm 597.00 d) Lm 393.00", "BORMLA - ASFALTAR TA' TOROQ", "3880.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li numru ta' toroq żgħar madwar il-blokkijiet ta' appartamenti, lesti u bin-nies fihom, li nbnew fl-area ta' Santa Liena, Bormla tingħatalhom kisja tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dawn it-toroq huma asfaltati, iżda jidher illi tkissru meta nbena l-iżvilupp fil-ġnub tagħhom.", "Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex dan jikkonsidra li dawn it-toroq jiġu nklużi fil-programm tax-xogħol.", "MARSA RACING CLUB - DĦUL/ĦRUĠ", "3907.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti breakdown item, item tad-dħul u l-ħruġ li sar mill- 5 ta' Settembru, 1998 sal-lum fil-Marsa Racing Club?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dħul u l-ħruġ tal-Marsa Racing Club ma jinvolvux flus ivvotati mill-Estimi Ġenerali approvati minn dan il- Parlament.", "Għalhekk qed jiġi kkonsidrat hux il-każ li jintalbu dawn id- dettalji lill-Marsa Racing Club.", "ENEMALTA - GRAPHIC DESIGNER", "3908.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W8?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni Enemalta għadha kif għamlet auditing tar-riżorsi umani.", "Ħatriet fi gradi ġodda li huma kkontemplati fir-rapport jimtlew skond l-esiġenzi tal-korporazzjoni.", "MARSA RACING CLUB - LOGĦOB FUQ TLIELAQ", "3909.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess sabiex ikun jista' jsir logħob fuq it-tlielaq taż-żwiemel fil-Marsa Racing Club?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MARSA RACING CLUB - FLUS MAĦRUĠA", "3910.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se joħroġ flus il-ministeru din is-sena lill- Marsa Racing Club?", "Jista' jgħid kemm hu maħsub li jiġġeneraw dħul il- Marsa Racing Club u minn xiex ġej dan id-dħul?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex imħejji business plan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena l-ministeru mhux se joħroġ flus lill-Marsa Racing Club.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3907.", "MARSA RACING CLUB - TERMS OF REFERENCE", "3911.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif inhi regolata r-relazzjoni bejn il-ministeru u l-Marsa Racing Club?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-Marsa Racing Club?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Parti mill-Marsa Racing Club Committee jinħatar mill- Ministru.", "It-terms of reference tal-kumitat huma li jkollu r- responsabbilta' u l-awtorita' fuq il-Korsa tal-Marsa, li jorganizza u jamministra t-tiġrijiet taż-żwiemel u sport ekwestru, u jagħmel dak kollu meħtieġ li għandu x'jaqsam ma' dawn.", "Tliet membri tal-kumitat huma eletti mill-membri ta' l-Għaqda tas-Sidien u Ġerrejja taż-Żwiemel.", "GĦARGĦUR - ASFALTAR TA' TOROQ", "3968.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li t-toroq Luigi Catania, San Bartolmew u Santa Katerina kollha fil-Għargħur jingħataw it- tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq Luiġi Catania u Triq Santa Katerina huma t-tnejn asfaltati, għalhekk titjieb fihom irid isir mill- kunsill.", "Il-parti tat-Triq San Bartolomew li mhijiex asfaltata għadu qed isir l- izvilupp fiha u għad iridu jiġu nstallati s-servizzi meħtieġa.", "SAĦĦA - ADVISORS", "3969.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 3697?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuni li ngħataw kuntratt mis-6 ta' Settembru, 1998 kienu l-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa viz:-", "Mr. Saviour Sciberras I.D. 83040G Ms. Denise Vella I.D. 464170M Ms. Marilyn Schembri I.D. 95159M Mr. Carmel Fenech I.D. 279448M Mr. Joe Baldacchino I.D. 335248M Ms. Marinella Mifsud I.D. 74078M Ms. Eleanor Muscat I.D. 311571M Mr. Stephen Gauci I.D. 331474M Mr. Colin Mercieca I.D. 296270M Mr. Antoine Galea I.D. 360566M Mr. Ivo Bonnici I.D. 606160M Mr. Raymond Muscat I.D. 362365M", "Il-kuntratti li ngħataw huma standard u ġew magħmula fuq dawk stabbiliti permezz taċ-ċirkolari MPO 52/72 ta' 28 ta' Ottubru, 1998 u li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru, 1998 Seduta Nru. 5 b'risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 81."]} {"filename": "20020710_772d_par.doc", "date": "2002-07-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 772 L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 772", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "772", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 410", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI 410", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI (IT-TIELET QARI)", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 415", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS (IT-TIENI QARI)", "SPORTS BILL (SECOND READING) 415", "AĠĠORNAMENT 437", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 443", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 771 li saret fid-9 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI", "UE – IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI", "34038.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'tinvolvi għall-Maltin u l-Għawdxin s-sistema tal- GATT licence li pajjiżna jkun obbligat li jsegwi fuq l-importazzjoni ta' prodotti minn non-EU countries u dan sabiex inkunu konformi mar-regoli ta' l-UE?", "Kemm se jkun il-ħlas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Tajjeb jingħad li din il-mistoqsija tirrigwarda dazji doganali.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dam l-aħħar tħabbar li l-IPSE, il-METCO u l-MDC se jkunu taħt organizzazzjoni waħda.", "Jista' l-Ministru jiċċara l-pożizzjoni dwar x'se jiġri mill-management u mill-ħaddiema ta' dawn l-entitajiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, din materja li għadha qed tiġi diskussa u naħseb li jkun aktar għaqli li wieħed jistenna naqra sakemm l-istruttura l-ġdida tkun ben definita.", "VAT – DĦUL TAL-GVERN MINN STABILIMENTI TURISTIĊI", "34039.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mill-ħlas tal-VAT minn stabilimenti turistiċi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "X'kienet is-sitwazzjoni għas-sena 2001 għall-istess perjodu?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul tal-gvern mill-ħlas tal-VAT minn stabilimenti turistiċi kien ta' Lm1,344,117.76 fl-ewwel erba` xhur ta' l-2001 u Lm1,326,534.95 fl-ewwel erba` xhur ta' l-2002.", "VAT – DĦUL TAL-GVERN MIS-SERVIZZI", "34040.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mill-ħlas tal-VAT mis-servizzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "X'kienet is-sitwazzjoni għas- sena 2001 għall-istess perjodu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul tal-gvern mill-VAT mis-servizzi kien ta' Lm13,102,045.53 fl-ewwel erba` xhur ta' l- 2001 u Lm14,557,479.70 fl-ewwel erba` xhur ta' l-2002.", "FARM ESPERIMENTALI – ŻJARAT EDUKATTIVI", "34041.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'varjetajiet ta' annimali u tjur hemm għall-użu tal-programm edukattiv \"ngħożżu l-biedja fil-farm esperimentali\"?", "Kemm kienu l-istudenti li matul l-ewwel xhur tas-sena attendew għal dan il- programm?", "Kemm minnhom fil-livell primarju u kemm fil-livell sekondarju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li l-varjetajiet ta' annimali li jintużaw fil-programm ta' żjarat edukattivi li jsiru fiċ-ċentru ta' riċerka u żvilupp fl-Għammieri huma papri, tiġieġ, dundjani, ponijiet, gniedes, ħmir, baqar tal-ħalib, ċriev, llama, nagħma (ostrich), mogħoż, xadin, nagħaġ, mogħoż nani, rhea u diversi tipi ta' għasafar u ħamiem.", "Tajjeb li l-Onor Interpellant ikun jaf li dawn iż-żjarat li jsiru b'koperazzjoni mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, ma jittrattawx dwar annimali biss iżda jinkludu wkoll lecture ta' madwar siegħa dwar diversi aspetti ta' l-agrikoltura, xogħol prattiku fis-serra u żjara edukattiva fil- laboratorji tax-xjenza agrikola għall-istudenti maturi.", "In-numru ta' studenti li attendew għal dawn iż-żjarat matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kien ta' 3126 mill-primarji u 424 mis-sekonardji.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – ĦLASIJIET PENDENTI GĦAL XOGĦLIJIET", "34042.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm biċċiet ta' xogħol li saru jew qed isiru wara sejħiet għal offerti fid-dekasteru li għalih huwa responsabbli, li għadhom ma tħallsux kompletament?", "Kemm huwa l-ħlas pendenti u kemm huwa l-ħlas li sar s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Issa li l-mina li tagħmel parti mill-pjan strutturali tal-proġett ta' Tigne' iċċaqalqet, ma jirriżultalux il-Ministru illi mill-mod kif ġiet iddisinjata dan il-periklu seta` kien kważi previst?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx investigati l-osservazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet elenkati fl-Atkins report?", "Jekk le, meta huwa maħsub li jiġu investigati u min se jerfa' r-responsabbilta` ta' dan kollu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-Atkins report li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien ħadt kopja tiegħu u għaddejtu lid-direttur tad-dipartiment tat-toroq, li min- naħa tiegħu qiegħed jistudjah.", "Ta' min jgħid ukoll li dan ir-rapport ġie mgħoddi mill-organizzazzjoni li ssemmiet b'isimha lill-MEPA bħala oġġezzjoni għall-applikazzjoni li saret fil-proġett ta' Tigne' u wieħed għad irid jagħmel l-evalwazzjonijiet neċessarji.", "Se mai ma jkunx id-direttorat tat-toroq imma tkun l-MEPA li finalment tiddeċiedi jekk għandhiex timplimenta jew le dak li hemm fir- rapport.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kont għamilt mistoqsija dwar ftehim li suppost kien sar bejn id-dipartiment tat-toroq u l-kunsilli lokali, u l- Ministru kien weġibni li hemm interess minn kunsill lokali wieħed biex fondi speċjali vvotati għal proġetti oħrajn jiġu devjati għat-toroq.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk minn dak iż-żmien sal-lum kienx hemm xi żviluppi jew jekk sarux xi laqgħat mid-dipartiment tat-toroq ma' xi kunsill partikolari, jew kienx hemm xi tentattiv biex forsi tingħata spinta lil din il-ħaġa li kienet ġiet promossa permezz ta' riżoluzzjoni li konna ddiskutejna f'dan il-parlament dwar fondi speċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk jiftakar tajjeb l-Onor.", "Membru, f'dik l- okkażjoni jien kont għamilt riferenza għall-fatt li kien il-kunsill lokali tal-Gudja li kien talab li l-fondi speċjali jew fondi oħrajn li jista' jkollu l-kunsill, jintużaw biex isiru xogħlijiet ta' toroq fejn imbagħad il- gvern jirrifondi l-flus wara perjodu ta' tliet snin.", "Sfortunatament għad fadal numru ta' diffikultajiet iżda nista` nikkonferma li t-taħditiet bejn id-direttorat tat-toroq u l-kunsill lokali partikolari għadhom għaddejjin.", "Jiddispjaċini ngħid ukoll li m'hemmx kunsilli oħrajn li talbu li jidħlu f'din it-tip ta' inizjattiva u l-Onor.", "Interpellant irid japprezza li l- gvern ma jistax jobbliga lill-kunsilli lokali li jidħlu għaliha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma kien hemm xi attentat mid-dipartiment biex forsi jħajjar lill-kunsilli lokali li minn rajhom jersqu għal din il-biċċa xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt kien hemm diversi kuntatti bejn id- dipartiment tal-kunsilli lokali u d-direttorat tat-toroq biex proprju tiġi ċċarata l-pożizzjoni legali inkwantu għar-responsabbiltajiet li jista' jkollhom il-kunsilli lokali.", "F'dan is-sens hemm kuntatt għaddej kontinwu mad-dipartiment u għad fadal xi affarijiet żgħar li jridu jiġu ċċarati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid ħarġetx it-tender biex isir ix-xogħol fuq it-triq prinċipali tal-Baħrija u jekk din tkoprix toroq oħrajn u anke l-pjazza tal-knisja?", "Kultant jintqal li t-tender ħarġet waqt li xi drabi oħra jintqal li t-tender li ħarġet tkopri toroq oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Safejn naf jien, l-aħbar li t-tender tat-triq prinċipali tal-Baħrija ħarġet ingħatat fuq l-istazzjon tas-super one.", "Ngħid il-verita' manafx minn fejn ġiet din l-aħbar għax kull darba li kien hemm riferenza dwar ix-xogħol li kien se jsir f'dawn l-inħawi, intqal li dan kien se jinkorpora xi sitta jew seba' toroq fil-Baħrija bi spiża vvalutata li tlaħħaq madwar Lm120,000.", "Jekk m'iniex sejjer żball l- ismijiet ta' dawn it-toroq kienu anke ġew elenkati.", "Iżda nerġa' ngħid li qatt ma ħarġet tender għal din it-triq għalkemm kienu saru diversi evalwazzjonijiet ta' fiex jista' jikkonsisti x-xogħol.", "Jekk wieħed jitkellem dwar ir-reinstatment tat-triq kif inhi, dan huwa xogħol li jaqa' direttament taħt il-kunsill lokali tar-Rabat.", "Jekk wieħed jitkellem imbagħad fuq reconstruction totali tat-triq li qed nitkellmu dwarha, irridu nifhmu li l-kunsill lokali tar-Rabat m'għandux il-flus meħtieġa biex jagħmel dan ix-xogħol.", "Barra minn hekk għad trid tittieħed id-deċiżjoni jekk huwiex il-każ li t-triq prinċipali tal-Baħrija tiġi reconstructed mill-ġdid.", "Dwar l-istima tax-xogħol li jrid isir bejn il- punt ta' fejn hemm l-iskola u fejn jibda t-tarmac, in-naħa tar-Rabat, jiġifieri tul ta' madwar 3.4 kilometri, din tlaħħaq għal madwar Lm400,000.", "Għalhekk wieħed malajr jifhem li xogħlijiet bħal dawn huma ta' ċertu entita`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress s-sens komun jitlob li ladarba qegħdin isiru t-toroq ġewwa l-Baħrija importanti li jkun hemm aċċess għalihom, u peress li għadha ma tteħdetx deċiżjoni jekk din it-triq għandhiex tiġi mibnija mill-ġdid jew le, jista' almenu l-Ministru jara li din id-deċiżjoni tittieħed u li jsiru l-arranġamenti neċessarji bejn il- kunsill lokali u l-ministeru tiegħu biex almenu x-xogħlijiet isiru u jkunu jistgħu jakkomodaw lil ħafna Maltin u Għawdxin kif ukoll lit-turisti li jżuru dawn l-inħawi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, forsi waħda mill-aktar affarijiet li taħsibhom faċli meta m'humiex hi t-tfittxija kontinwa għas-sens komun.", "Madanakollu kemm l-Onor.", "Farrugia kif ukoll kull membru ta' din il-Kamra japprezzaw li meta għandek diffikultajiet sostanzjali f'numru ta' toroq, mhux biss trid issir evalwazzjoni ta' kif jintlaqat post partikolari imma trid tpoġġi wkoll f'perspettiva d-deċiżjoni li tieħu dwar kull triq.", "Għalkemm huwa veru li t-triq li tagħti mir-Rabat għall-Baħrija għandha ċerta importanza mhux biss għar-residenti imma anke għal numru kbir ta' Maltin kif ukoll ta' turisiti li jżuru dawn l-inħawi, wieħed irid iqis li hemm toroq oħrajn li huma ppjanati li jsiru iżda minħabba numru ta' constraints finanzjarji u ta' xogħlijiet marbutin ma' entitajiet oħrajn u mhux għax ma rridux nagħmluhom, għadhom ma sarux.", "U għalhekk trid timxi skond il-priorita` u ma tridx wisq biex tasal għall-konklużjoni li t-triq li mir-Rabat teħdok għal Ħaż-Żebbuġ u t-triq li mir-Rabat teħdok għall- Mosta hija ta' priorita` akbar mit-triq li mir-Rabat twasslek għall- Baħrija.", "Imbagħad għandna diversi toroq oħrajn li għandhom jidħlu fil- lista prioritarja.", "Per eżempju, it-triq li tagħti minn Ħaż-Żebbuġ għas- Siġġiewi jgħaddu minnha ħafna aktar nies milli jgħaddu mit-triq li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed jagħmel evalwazzjoni sħiħa tal-prioritajiet.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li din il-lista ta' prioritajiet, vis-a-vis toroq arterjali u distributorji, ġiet ippubblikata – anke poġġejniha fuq il- Mejda tal-Kamra - u kulmin irid jista' jara jekk dak li ppubblikajna sa sentejn ilu aħniex mexjin miegħu jew le, pero' jibqagħlek id-diffikulta' li trid bilfors tagħmel triq wara l-oħra u timxi ma' pjan.", "Fil-fatt hija l- ewwel darba li f'dan il-pajjiż għamilna pjan komprensiv li jitkellem dwar ix-xogħlijiet kollha ta' toroq li rridu nagħmlu.", "Il-prioritajiet huma stabiliti f'dawk li huma toroq prinċipali u kif dejjem jingħad, irridu naslu biex dawn it-toroq nagħmluhom kollha, waħda wara l-oħra.", "Ta' min ifakkar ukoll li barra minn dawn, għandna wkoll numru sostanzjali ta' toroq li wkoll iridu jsiru u għaddejjin id-diskussjonijiet dwarhom bejn il-kunsilli lokali u d-direttorat tat-toroq biex għal darb'oħra jkun hemm il-priorita' meħtieġa biex toroq bħal dawn isiru.", "Id-direttorat tat-toroq għandu l-informazzjoni prattikament fuq kull triq li hija meħtieġa li ssir u għalhekk m'għandniex bżonn l-għajnuna ta' ebda stazzjon televiżiv biex jagħtini rapporti dwar l-istat ta' xi triq partikolari.", "Aħna rridu naslu biex il-pjan komprensiv isir fuq numru ta' snin kif fil-fatt għaddejjin bih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, parti mill-mistoqsija tiegħi ma kenitx tittratta dwar il-prioritajiet kif iffisati mid-dipartiment tat-toroq imma kienet tittratta speċifikament jekk hux possibbli li jew jiġi deċiż li t- triq prinċipali tal-Baħrija tinqala' u ssir mill-ġdid - u allura f'dak il- każ tkun responsabbilta' tad-dipartiment tat-toroq - jew inkella hijiex se tibqa' kif inhi u allura l-iżvilupp meħtieġ isir taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Jista' l-Ministru jara huwiex possibbli li jkun hemm ftehim dwar dan ħalli almenu meta jiena nikkomunika ma' dawn in-nies inkun nista' nfehemhom meta se tittieħed id-deċiżjoni u ta' min se tkun ir- responsabbilta'?", "Fid-dawl tal-problemi kbar li qed iħabbtu wiċċhom magħhom ir-residenti tal- Baħrija, il-Ministru jikkonsidra li parti mix-xogħol jieħdu f'idejh id- dipartiment u mbagħad jara hu liema huma l-prioritajiet li qed isemmi u l- parti l-oħra tkun responsabbilta' tal-kunsill u l-istess il-kunsill bħalu jara liema huma l-prioritajiet?", "Ħalli almenu jkun hemm pożizzjoni ċara dwar ta' min hi r-responsabbilta' li jsir ir-refurbishment jew l-iżvilupp meħtieġ f'din it-triq.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, id-differenza prinċipali bejn kull oppożizzjoni u kull gvern fid-dinja hija li l-oppożizzjoni tgħidlek x'tista' tagħmel biex issolvi l-problema, mentri l-gvern għalih dan ma jkunx biżżejjed u jrid jara li dak li jgħid li se jagħmel verament ikun jista' jimplimentah.", "F'dan is-sens, filwaqt li saru diversi evalwazzjonijiet fuq din it-triq partikolari kif ukoll fuq tant toroq oħrajn, għadu m'huwiex il-mument opportun li t-triq partikolari li qegħdin nitkellmu dwarha tingħata wiċċ ġdid - anke fid-dawl tal-fatt huwa stmat li x-xogħol se jiġi jiswa Lm400,000 - meta għandna diversi toroq oħra li huma ta' aktar priorita` minn din it-triq.", "Forsi l-aktar xewqa li jista' jkolli hi li nagħmel din it-triq għax hija parti mid-distrett tiegħi pero` dan m'huwiex il-każ.", "Is- serjeta` titlob li l-affarijiet isiru b'ordni u aħna dan li qegħdin nippruvaw nagħmlu fil-qasam tat-toroq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta l-Ministru qed jgħid li d-dipartiment tiegħu jagħmel l-evalwazzjonijiet biex imbagħad abbażi tagħhom jagħmel il- prioritajiet, dawn jagħmilhom abbażi ta' l-istima tal-flus jew jagħti priorita` għal sitwazzjonijiet fejn toroq qatt ma jkunu ingħataw tarmac adwegwat għal dawn l-aħħar 30 sena, bħal fil-każ tal-Baħrija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-evalwazzjoni ssir fuq l-importanza ta' toroq partikolari.", "Tajjeb li nfakkar li madwar tliet snin ilu tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra diversi rapporti li fuqhom kien hemm indikat ċar x'kienet il-bażi ta' l-evalwazzjoni li ntużat biex ikun hemm ċerti prioritajiet.", "Il-prioritajiet li ġew issettjati – dawn ma sarux mill- ministru imma minn persuni tekniċi li forsi jifhmu aktar mill-ministru u li żgur għandhom il-viżjoni ta' x'inhuma l-ħteġijiet differenti li jista' jkollna fil-pajjiż - kienu magħmula abbażi ta' liema huma l-aktar toroq arterjali li għandna f'pajjiżna.", "Naturalment għal kull persuna individwali l-aktar triq importanti tkun jew dik it-triq li toqgħod fiha hi jekk kemm-il darba r-raħal ikun lest u t- triq tagħha ma tkunx lesta jew it-triq li twassal direttament għall-post fejn toqgħod, bħal fil-każ tal-Baħrija.", "Jien nista' nagħmel lista sħiħa ta' postijiet differenti fejn il-kunsilli lokali talbu li jsiru xogħlijiet fihom.", "Ċertament li l-aktar triq importanti għall-kunsill lokali tal- Qrendi hija dik li tgħaqqad il-Qrendi mas-Siġġiewi.", "L-aktar triq importanti għall-kunsill lokali ta' Ħal Safi hija dik it-triq li tgħaqqad Ħal Safi maż-Żurrieq.", "L-aktar triq importanti għall-kunsill lokali taż- Żejtun hija dik it-triq li tgħaqqad iż-Żejtun ma' Marsaxlokk.", "U nista' nibqa' sejjer hekk minn kunsill lokali għal ieħor.", "Naturalment ukoll hemm kunsilli lokali li minbarra ċerti xogħlijiet fuq toroq eżistenti, ikunu jridu li fil-lokalita' tagħhom isiru wkoll toroq ġodda u ma nistax ma naqbilx ma' kull wieħed minn dawn is-suġġerimenti.", "Nifhem li anke għar-residenti tal-Baħrija l-aktar importanti għalihom hija li ssir it-triq mir-Rabat għall-Baħrija għax hija triq ta' aċċess bejn ir- Rabat u r-raħal fejn joqogħdu, imma d-diffikulta' qiegħda sakemm tistabbilixxi liema huma l-prioritajiet.", "Dawn il-prioritajiet iridu jkomplu jsiru mhux abbażi ta' l-importanza ta' triq partikolari għal lokalita' partikolari imma abbażi ta' triq partikolari meta mqabbla mat- toroq kollha ta' pajjiżna.", "Dan huwa l-mod kif it-toroq jingħataw rwol ta' importanza.", "Issa minbarra din l-importanza hemm ukoll il-konsiderazzjoni ta' x'kien l- istat tat-triq partikolari meta saret l-evalwazzjoni u kontinwament kif tkompli ssir l-evalwazzjoni.", "M'għandix dubju li t-triq bejn ir-Rabat u Ħaż- Żebbuġ hija fi stat ferm agħar mit-triq bejn ir-Rabat u l-Baħrija u t-triq bejn ir-Rabat u r-roundabout tal-Mosta hija fi stat ferm agħar mit-triq li tasal mir-Rabat għall-Baħrija.", "M'għandix dubju wkoll li meta dawn it-toroq tqiegħdhom fil-konsiderazzjoni ma' xulxin, tasal bilfors għall-konklużjoni li qabel ma tagħmel waħda trid tagħmel l-oħrajn.", "Din hija s-sitwazzjoni u għalkemm jien nixtieq li t-toroq kollha ta' Malta jkunu lesti llum qabel għada, hemm ir-realtajiet u l-constraints finanzjarji li semmejt.", "Barra minn hekk hemm ukoll fattur ieħor importanti - li f'dan il-pajjiż donnu kulħadd konvenjentement jaħrab minnu pero' huwa realta' li wkoll irridu niffaċċjaw – u cioe' id-diffikulta' li m'għandniex biżżejjed ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur.", "Skond l-ETC in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi kollha f'dik li hija kostruzzjoni ta' toroq huwa ta' 464.", "Dan juri l-ħtieġa ta' aktar ħaddiema kif ukoll tad-diffikulta' biex jinstabu persuni li huma ppreparati li jmorru jagħmlu dan ix-xogħol fit- toroq tagħna.", "Għax barra li għandna dan in-numru żgħir ta' ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur, għandna wkoll numru sostanzjali minnhom li jenħteġilhom taħriġ li d-direttorat tat-toroq qed jippjana li jwettaq matul ix-xhur li ġejjin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Att dwar Kunsilli lokali, Kap. 363\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 363\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta` liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS", "SPORTS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-9 ta' Lulju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett huwa in possession.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, fid- diskors li għamilt s'issa diġa' tkellimt dwar il-bżonn li kien ilu jinħass biex titressaq liġi bħal din quddiem il-Parlament.", "Tkellimt ukoll fuq l- ewwel partijiet ta' din il-liġi u il-bieraħ dħalt sew fid-definizzjoni tal- kelma \"sport\", liema definizzjoni hija importanti u kruċjali għall-fini ta' din il-liġi.", "Għedt ukoll li minkejja li d-dikjarazzjonijiet ta` prinċipji li għandna fi klawsola 3 ta` dan l-abbozz ma jistgħux jkunu inforzati quddiem il-qorti, deherilna li għandhom ikunu bħala gwida għall-attivita` sportiva.", "L-attivita` sportiva kulħadd ifaħħarha u kulħadd jipprova jippromwoviha, pero` bħal f'kull ħaġa oħra jista' jkun hemm l-abbuż billi, per eżempju, wieħed jeskludi xi settur milli jipparteċipa jew inkella ma joħloqx opportunitajiet biżżejjed biex dak is-settur ikun jista' jipparteċipa.", "Jista` jkun ukoll li jkollok lil xi ħadd jimbotta atleta biex akkost ta' kollox iġib ir-riżultati u jista' jkollok anke min jipprova jirbaħ bil-qerq billi ma jimxix skond ir-regoli tal-fair play.", "Fl-istess dikjarazzjoni ta' prinċipji semmejna wkoll kemm huma importanti l- edukazzjoni fiżika u l-isport fl-iskejjel u allura ħassejna li din għandha bżonn ikollha postha fuq il-liġi.", "Sur President, kif għedt diġa', wieħed mill-għanijiet ewlieni tal-liġi huwa t-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Isport.", "Dan huwa kunsill li diġa' jeżisti, pero' minħabba kif evolvew l-affarijiet f'dawn l-aħħar snin deherilna li dan il-kunsill għandu jibda jingħata poteri esekuttivi u jieħu r-responsabbilta` ta' dak kollu li kien jagħmel id-Dipartiment ta' l- Isport.", "B'hekk il-gvern ikollu korp iktar dinamiku biex iwettaq il-ħidma tiegħu.", "Il-mod kif jiffunzjona l-Kunsill Malti għall-Isport bħalissa qed jagħti lok għal ċertu dupplikazzjoni ta` xogħol u qed ikun hemm ċertu nuqqas fil-mod ta` kif il-gvern għandu jqassam il-ħidma tiegħu.", "Minn banda għandek id-Dipartiment ta` l-Isport li jwettaq programmi u forsi anke jkollu l-politika sportiva għal dawk il-programmi u jieħu ħsieb il- faċilitajiet, imbagħad għandek il-kunsill li suppost huwa l-korp li jagħti l-pariri u jagħmel il-politika għall-ministru u anke jesegwixxi u jagħmel il-monitoring tal-kuntratti tal-gvern.", "Allura m'għandekx linja ċara sa fejn wieħed jew l-ieħor għandu jasal.", "Allura deherilna li għandna nwaqqfu korp wieħed.", "Dan irid ikun korp dinamiku u verament ikun mekkaniżmu li jfassal politika li minnha toħroġ l-istrateġija tal-ħidma tiegħu.", "Irid ikun korp flessibbli biex anke jaħdem man-numru kbir ta' għaqdiet mhux governattivi li jeżistu f'dan il-qasam għax b'hekk il-ħidma tal-gvern f'dan il-qasam tkun iktar effettiva.", "Sur President, l-għanijiet li għalihom qed ikun imwaqqaf il-kunsill jirriflettu wkoll il-viżjoni ta' xi jrid il-gvern fl-isport.", "Fil-fatt fost l-għanijiet li dan il-kunsill għandu insibu li jrid itejjeb il-ħiliet sportivi tal-Maltin in ġenerali, permezz ta` titjib fl-istandard ta` coaches sportivi, amministraturi u uffiċjali.", "Dan jindika l-ħtieġa li nkunu iktar preparati fil-personaġġi li jaħdmu u li jħarġu fil-qasam ta' l- isport.", "Għandek ukoll l-għan li jinkoraġixxi, fid-dawl tat-tkattir tal- prinċipju tas-sussidjarjeta', korpi mhux governattivi u entitajiet privati jew persuni u kunsilli lokali biex jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni ta` l-isport f'Malta.", "Jiġifieri qed ngħarfu li huwa importanti li naħdmu ma' għaqdiet non-governattivi.", "Dan il-kunsill għandu wkoll jippromwovi u jiżgura t-twaqqif, l-iżvilupp u l-manutenzjoni kif ukoll l-użu xieraq ta` faċilitajiet spportivi.", "Għandu wkoll jiġbor u jqassam informazzjoni, u jagħti pariri fuq materji relatati ma` l-attivitajiet ta` l-istess kunsill u jikkonsulta u jikkopera mal-kunsilli lokali, mal-Kumitat Olimpiku Mlati u persuni oħra dwar materji relatati ma` l-isport.", "Irid ukoll jieħu ħsieb li jirregola l-livelli tal-manutenzjoni, tmexxija, sigurta` u livelli ta` servizzi ta` tħaddim ta` faċilitajiet sportivi.", "Sur President, il-bieraħ kont wasalt biex nibda ngħid xi ħaġa fuq Taqsima IV li titkellem fuq il-faċilitajiet sportivi.", "Fil-fatt għedt li l- faċilitajiet sportivi, għall-fini ta' dan l-abbozz, jistgħu jkunu ta' tliet tipi.", "Għandek dawk il-faċilitajiet sportivi li fi tliet okkażjoni dan il- Parlament ressaq riżoluzzjonijiet dwarhom u għaddihom lill-għaqdiet jew assoċjazzjonijiet li kienu jmexxuhom.", "F'dak is-sens qegħdin ngħidu li dak kollu li kien responsabbilta' tal-Kunsill Malti għall-Isport kif inhu kostitwit s'issa, se jkun responsabbilta` tal-Kunsill Malti għall-Isport kif se jkun kostitwit b'din il-liġi.", "Jiġifieri hemmhekk m'hu se jinbidel xejn.", "Fi skeda numru 1 hemm elenkati liema huma dawn il-faċilitajiet.", "Għandek madwar 75 faċilita'.", "Aħna deherilna li r-rwol li kellu s'issa l- Kunsill Malti għall-Isport, li jħares l-użu ta' dawn il-faċilitajiet, issa jista' jagħmlu ħafna iktar aħjar.", "Qabel dan il-kunsill kellu l-obbligu li jħares l-użu tagħhom, pero' kien qed ikun hemm infringement ta' l-użu għax il-Kunsill Malti għall-Isport ma kellux poteri esekuttivi.", "Barra minnhekk ma kienx hemm mekkaniżmu ta' kif jista' jkun investigat użu ħażin.", "Ma kienx hemm proċedura kif wieħed jista' jinvestiga u jisma' s-sottomissjonijiet li jista' jkun hemm biex ikunu jistgħu jiġu risolti d-diverġenzi li jista' jkollok fuq l-istess proprjeta`.", "Ma kien jeżisti xejn.", "Sur President, għandna 75 proprjeta` tal-gvern li huwa riżors ewlieni ta' dan il-pajjiż.", "Nafu li l-art hija limitata u biex ġew żviluppati l- faċilitajiet swew ħafna flus - qed nitkellmu fuq estent kbir ta' art - u mekkaniżmu għall-ħarsien ta' l-użu tagħhom s'issa ma kienx hemm.", "Din il- liġi tistabbilixxi b'mod ċar dan li l-korp issa verament jista' jħares l- użu ta' dawk il-faċilitajiet u jekk għandek xi ħaġa li sejra ħażin issa għandek proċedura li hija ħafna iktar regolamentata.", "Naħseb li b'dan il- mod il-monitoring ta' l-użu ta' dawk il-faċilitajiet mgħoddija lill- għaqdiet u clubs issa jista' jsir verament kif suppost.", "Sur President, hemm kategorija oħra ta' faċilitajiet sportivi.", "Dawn huma dawk il-faċilitajiet li diġa` huma wżati bħala fażilitajiet sportivi pero` s'issa għadhom mhux mgħoddija lill-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet li jmexxuhom.", "X'kien jiġri kieku mhux qed tgħaddi din il-liġi?", "Noqogħdu nistennew lill-għaqdiet jagħmlulna talba biex ngħadduhomlhom, imbagħad meta neżaminaw it-talbiet tagħhom nitkellmu mal-planning authority u meta jidhrilna li dawk it-talbiet nistgħu napprovawhom inlestu l-kuntratti, niġu quddiem dan il-Parlament u mbagħad ngħadduhomlhom permezz ta' riżoluzzjoni Parlamentari li tkun tinkludi numru ta' faċilitajiet.", "S'issa għaddejna tliet riżoluzzjonijiet ta' dan it-tip, tnejn minnhom f'din il- leġislatura.", "Pero' biex tressaq riżoluzzjoni ta` dan it-tip biex tiġi diskussa fil-Parlament ħafna drabi tieħu ż-żmien u forsi ż-żmien mhux dejjem jippermetti.", "Per eżempju, kellna waħda mill-faċilitajiet sportivi li ridna ngħadduha malajr lill-Young Sailers' Club.", "Dawn riedu jiżviluppawha għax riedu li jkollhom dik il-faċilita' lesta għax kienet se tiġi organizzata kompetizzjoni.", "Issa kultant, kif qiegħed ngħid, iż-żmien ma jippermettilekx li tasal s'hawn.", "Allura aħna deherilna li għandna bżonn proċedura iktar spedjenti u iktar faċli u din it-taqsima tistabilixxi din il-proċedura.", "Kif inhi din il-proċedura?", "Il-President ta' Malta jista` jagħmel ordni fil-Gazzetta tal-Gvern u jelenka numru ta' proprjetajiet li jew huma wżati jew inkella jistgħu jkunu wżati għall- isport biex dawn jgħaddu taħt ir-responsabbilta` tal-kunsill.", "Meta ssir dik l-ordni, il-proċeduri li jirrigwardaw kuntratti fuq dawk il-proprjetajiet ikunu jistgħu jibdew isiru mill-Kunsill Malti għall-Isport u mhux bilfors mil-Land Department.", "Se jkun hemm proċedura, liema proċedura ma taqbiżx lil dan il-Parlament, li forsi tista' tkun waħda iktar spendjenti.", "Wara li tkun għaddiet tali ordni, il-kunsill ikun jista' jagħmel kuntratt ma' persuna reġistrata.", "Mela biex wieħed ikun jista' jagħmel kuntratt fuq proprjeta` jrid ikun reġistrat fir-reġistru, liema reġistru nitkellem fuqu iktar tard.", "Jista' jsir kuntratt ta' ċens, ta' kera jew ta' right of use, liema kuntratt ma jistax ikun iktar minn terminu ta` 49 sena.", "Nistgħu nagħmlu wkoll kuntratti ma' kunsilli lokali.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Per eżempju, il- Kalkara kien hemm club tal-football u xolja u l-kunsill lokali deherlu li ż- żgħażagħ ta' dak il-lokal għandhom jibqgħu jitħarġu f'dik id-dixxiplina sportiva u ħa over it-tmexxija tal-ground u anke investa fih.", "Fil-fatt aħna, bħala dipartiment taż-żgħażagħ u sport, konna tajnih l-għajnuna tagħna.", "Ma nafx jekk għandux titlu fuq dan il-ground, pero jidhirli li m'għandux.", "Dawn il-lakuni, li xi ħadd qed juża l-ground li fuqu m'għandu l-ebda titlu, la huma tajbin għall-istess entita` li qed tużah u lanqas għall-gvern.", "Mhux tajba għall-istess entita` għax tkun investiet fih u m'għandha l-ebda titlu, u mhux tajjeb għall-gvern għax jista` jiġri li l-istess faċilita` tintuża minn xi ħadd li jġib is-circus u jkollok tliet xhur fejn dak il- ground ma jkunx wżat għall-isport u dawk iż-żgħażagħ li soltu jużawh jibqgħu mingħajr faċilta` sportiva għal dak iż-żmien kollu.", "Din hija xi ħaġa li ġrat f'lokalitajiet oħra.", "Jiġifieri m'huwiex tajjeb li ma jkollok l-ebda korp li jħares l-użu tal-faċilitajiet sportivi.", "Sur President, din hija liġi dwar l-isport u fl-isport aħna nagħtu prioritajiet lil dawk sportivi.", "Pero' jekk se nitkellmu fuq kuntratti mal-kunsilli lokali hemm liġijiet oħrajn ta' devoluzzjoni, eċċ. Jiġifieri f'dan il-każ il-kuntratti ma' kunsilli lokali nħarsu lejhom iktar bħala xi ħaġa transitorja.", "Jiġifieri jien nixtieq, anke fil-każ tal-Kalkara, li l-ġestjoni tal-ground tal-Kalkara mill-kunsill lokali tkun xi ħaġa transitorja sakemm jerġa` jitwaqqaf il-club tal-football tal-Kalkara.", "Għandna nħajru li fil- lokalijiet ikun hemm l-għaqdiet sportivi għax dawn għandhom is-sistemi demokratiċi tagħhom ta' laqgħat ġenerali annwali, eċċ. u dak huwa l-mod kif għandu jitmexxa l-isport u kif għandhom jitmexxew il-faċilitajiet sportivi.", "Sur President, fil-każ tal-kunsilli lokali aħna qed nitkellmu fuq kuntratti ta' ħames snin.", "Meta jkunu saru dawn il-kuntratti, dawn iridu jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fi żmien erba' ġimgħa minn meta jkun sar il-kuntratt.", "Imbagħad il-Kamra tista` tikkontesta dawn il-kuntratti.", "Dan huwa mod biex mhux bilfors noqogħdu nagħmlu diskussjoni twila.", "Pero` jekk imbagħad il-Kamra jew l-oppożizzjoni jidhrilha li hemm xi kuntratt li m'huwiex fl-interess tal-poplu li jgħaddi, wieħed jista` jagħmel mozzjoni biex iwaqqa` dak il-kuntratt.", "B'dak il-mod jekk ikun hemm xi dritt tal- poplu li għandu jkun salvagwardat, allura jiġi salvagwardat.", "Din hija sistema li diġa` ġiet adottata ukoll fil-Heritage Act.", "L-Oppożizzjoni, safejn naf jien, kienet pjuttost favur din it-tip ta' proċedura u naħsbu li tista` tkun applikata wkoll f'dawn it-tip ta' faċilitajiet.", "Sur President, it-tielet tip ta' faċilitajiet li wieħed għandu jħares lejhom taħt il-fini ta' din il-liġi huma dawk il-faċilitajiet li l-Kunsill Malti għall-Isport se jibqa` jmexxi hu.", "Il-gvern diġa` għandu interessi fil-faċilita` sportiva tal-Marsa u dik tal-kumpless sportiv ta' l- universita`.", "Din ta` l-aħħar m'hijiex kollha tad-dipartiment.", "Il-gvern għandu sehem ta` 49% minnha u dawn issa se jgħaddu għand il-Kunsill Malti għall-Isport.", "Il-faċilitajiet sportivi tal-Marsa huma mmexxija mill-gvern.", "Issa se jkollna wkoll il-kumpless sportiv tal-Kottonera u dak tal-Karwija u dak tan-north ta` Malta.", "Din il-liġi tistabbilixxi metodi ta' kif dawn jistgħu jkunu ġestiti b'mod konsistenti.", "Fil-każ tal-faċilita` ta` l- universita` għandek l-involviment ta' l-universita' li huwa każ sui generis.", "Jiġifieri għandek il-memorandum and articles of association li jirregolaw it-tmexxija u l-użu ta' dik il-faċilita`.", "Pero' bejn l-oħrajn għandu jkollok ċerta konsistenza u anke ċerta kollaborazzjoni.", "Jiġifieri jekk inti torganizza leagues ma jistax ikollok konflitti bejn attivita` u oħra kemm f'dak li hu ħlas, kemm f'dawk li huma standards u forsi anke forsi fl-użu ta' personnel.", "Sur President, l-istess liġi tgħid ukoll li fil-każ ta' dawn il- faċilitajiet, il-Kunsill Malti għall-Isport jista' jagħmel ukoll xi kuntratti għal xi konċessjonijiet fl-istess faċilitajiet.", "Bl-investiment li qed jagħmel il-gvern f'dawn il-faċilitajiet - u dan huwa investiment kbir - se jkun hemm il-mod kif l-operat tagħhom ikun serju u jinżamm tajjeb għaliex qed nagħmlu investiment ta' kważi Lm4 miljun.", "Allura għandna nieħdu ħsieb li mhux nagħmlu dawk il-capital expenditure ta' darba, imma jkollna l-mekkaniżmu biex dik l-ispiża kapitali enormi li qiegħda ssir tibqa' tinżamm fi standard li jirrikjedu n-nies illum il-ġurnata.", "Sur President, l-istess taqsima titkellem ukoll dwar il-poteri tal-ministru li jagħmel ir-regolamenti dwar standards ta' faċilitajiet.", "Din hija importanti għax qed naraw investiment kbir fil-faċilitajiet sportivi li ħafna drabi jkunu għall-fini proprja u kif suppost pero` tajjeb li noqogħdu attenti.", "Għaliex?", "Għax jista' jkollok, per eżempju, xi ħadd li jagħmel pitch tal-football u mbagħad jagħmillek ċint tliet piedi 'l bogħod mil- linji tal-ground u ovvjament dan jista` jkun ta` periklu.", "Bħalissa teżisti sistema li hija sistema pjuttost ad hoc.", "Wara li l-awtorita` ta` l-ippjanar tara l-applikazzjoni, ħafna drabi din tibgħatha lilna, bħala s-segretarjat responsabbli, biex nagħtu l-ġudizzju tagħna fuqha.", "Issa jekk ikollna r- regolamenti nistgħu ngħidu applikazzjoni hijiex jew le konformi mar- regolamenti.", "Barra minnhekk nistgħu nagħmlu wkoll ċerta regolamentazzjoni dwar l-imġiba.", "Sur President, artiklu 19 ta` din il-liġi huwa wieħed importanti li daħal pjuttost lejn l-aħħar ta' l-evoluzzjoni tat-tfassil ta' din il-liġi.", "Dan l- artiklu jitkellem dwar il-Fond għall-Isport.", "Dan il-Fond għall-Isport kien ġie stabbilit ma` l-ewwel riżoluzzjoni li kienet tressqet f'din il-Kamra meta ġew mgħoddija ċerti faċilitajiet lill-għaqdiet sportivi.", "Dan il-fond kien twaqqaf sabiex il-kirjiet u ċ-ċnus li joħorġu mill-kuntratti fuq faċilitajiet sportivi jmorru fih biex il-Kunsill Malti għall-Isport ikun jsita` juża dan il-fond kif jidhirlu hu.", "Pero s'issa ma tantx sar użu minn dawn il-fondi.", "Issa qed ngħidu li dak il-fond li għandu l-Kunsill Malti għall-Isport kif inhu issa se jibqa` u se jmur għand il-Kunsill Malti għall- Isport hekk kif kostitwit b'din il-liġi.", "Subartiklu (3) ta' l-artiklu 19 jgħid hekk:", "\"Il-Fond għall-Isport għandu jkun utilizzat primarjament lejn l- iżvilupp u l-manutenzjoni ta' faċilitajiet sportivi u għal dawk l- iskopijiet l-oħra li jaqgħu taħt il-funzjonijiet tal-kunsill skond kif il-ministru jista` jawtorizza minn żmien għal żmien.\".", "Dan huwa kunċett ġdid.", "Dawk il-fondi ġejjin minħabba ċnus u kirjiet ta' faċilitajiet u jien qed ngħid li għandu jkollna mekkaniżmu kif nerġgħu ninvestu dawk l-istess flus fil-faċilitajiet.", "B'dan il-mod inkunu qed ngħinu għax hawn ħafna interess fl-iżvilupp ta' faċilitajiet sportivi fil- privat.", "Per eżempju, iż-żewġ tennis clubs ta' Corradino f'sena rranġaw il- pitches tagħhom u t-tnejn ġew għall-għajnuna mingħand il-gvern.", "Aħna deherilna li dan kien żvilupp tajjeb għax illum il-pitches trid iżżommhom up to standard minħabba li ħafna drabi jkunu jridu jorganizzaw kompetizzjonijiet anke internazzjonali.", "Allura dik l-għajnuna li jagħti l- gvern hija inċentiv enormi.", "Aħna qegħdin nitkellmu wkoll anke ma` banek biex ikollna sistema ta' credito sportivo.", "Jiġifieri dik l-għajnuna li jkun qed jagħti l-gvern tgħin lill-istess bank biex jagħtih ċerta sigurta`.", "B'din il-liġi qed noħolqu l-fond neċessarju biex dawk l-għaqdiet li jkunu jridu jiżviluppaw il-faċilita` sportiva li jkunu qed imexxu jkunu jistgħu jiġu mgħejjuna finanzjarjament.", "Mhux qed ngħid li nagħtuhom il-flus kollha li jkollhom bżonn, pero' nistgħu nagħtuhom 20% jew 25% ta' l-infiq li jagħmlu, u dan jista` jkun ukoll ammont sostanzjali.", "Sur President, artiklu 20 ta` Taqsima V ta` dan l-abbozz titkellem fuq direttorati u kumitati konsultattivi.", "Ovvjament il-kunsill se jkollu diversi setturi li se jaħdem fihom.", "Se jkollu sezzjoni li se taħdem fuq tfassil ta' politika u tfassil ta' strateġiji.", "Se jkollu sezzjoni li se tieħu ħsieb kif se jitħaddmu u kif se jkunu ġestiti l-faċilitajiet taħt ir-responsabbilta` tiegħu.", "Se jkollok sezzjoni li tħares lejn ir-reġistru, liema reġistru mhux se jkun biss xi ħaġa depożitarju, pero` rridu li jkun għodda effettiva.", "Imbagħad fl-istess Taqsima għandek artiklu 21 li jitkellem dwar kumitati konsultattivi.", "Il-Ministru, minn żmien għal żmien, jista` jaħtar kumitati konsultattivi.", "Għalfejn dan?", "Per eżempju, ġieli kien hemm diversi ministri li riedu jeżaminaw il-physical education fl- iskejjel.", "Dawn jaqbdu numru ta' nies li jkunu involuti u jagħmlu rapport lill-ministru.", "Issa jista` jkun li inti jidhirlek li dak ir-rapport m'għandux isir dirett mill-kunsill billi dan iqabbad xi persuna individwali, jew forsi tkun trid tagħtih daqsxejn ta' profile lil dak l- istudju.", "Allura qegħdin ngħidu li l-Ministru jista` jaħtar kumitati konsultattivi u d-dispożizzjonijiet ta' l-artiklu 4 ta` dan l-Att bħalma japplikaw għall-kunsill japplikaw ukoll għal dawn kumitati konsultattivi.", "Sur President, Taqsima VI titkellem dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji.", "Hawnhekk qed inwaqqfu korp esekuttiv li se jkun qed jieħu l-budget primarjament u direttament mingħand il-gvern u allura din it-taqsima titkellem dwar il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet u l-obbligazzjonijiet kollha f'dak kollu li jirrigwarda l-budgeting tal-Kunsill Malti għall- Isport.", "Ovvjament il-ministru responsabbli mill-finanzi jivvota l-flus.", "Dawn jistgħu jiġu mill-fond konsolidat pero' billi nafu li fl-isport jeżistu sorsi oħrajn qed ngħidu wkoll li dawn il-flus jistgħu jiġu mill- lotteriji pubbliċi.", "Ovvjament irridu wkoll ċerta dinamiċita` fil-mod kif wieħed jiġġesttixxi ċerti ħidmiet li se jkollu jagħmel l-istess kunsill.", "Per eżempju, illum nafu li faċilita` sportiva hija kważi entita` kummerċjali, u nafu kif jitmexxew l-entitajiet u l-faċilitajiet kummerċjali.", "Kultant tkun trid tissellef jew ikollok tagħmel overdraft.", "Fil-fatt subartiklu (2) ta' l-artiklu 25 tgħid li l-kunsill jista' jissellef jew jagħmel overdraft.", "Ovvjament il-flus u l-fondi jridu jkunu marbutin ma' proċedura.", "Il-kunsill allura jrid iħejji estimi mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel id-dħul ta' kull sena finanzjarji.", "Imbagħad dawn l-estimi jintbagħtu lill-ministru responsabbli mill-finanzi u dan jista` japprovahom b'emendi jew mingħajr emendi.", "Jiġifieri il-kunsill ma jistax jaqbad u jagħmel l-estimi tiegħu waħdu b'mod isolat.", "Ma jistax ikollok ċertu infiq mingħajr ma jkun rifless fl-estimi.", "Dawn il-fondi se jkunu fondi pubbliċi u allura hemm anke l-proċeduri li wieħed għandu jdaħħal għall-accountability ta' l-infiq ta' dawn il-fondi.", "Allura l-artiklu 30 jistabilixxi l-proċedura ta' verifika u jgħid li l- kontijiet tal-kunsill għandhom ikunu verifikati minn awditur jew awdituri li jinħatru mill-kunsilli li jkunu approvati mill-ministru.", "Dan l-artiklu jgħid ukoll li kull rapport magħmul mill-awditur għandu jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Dan l-abbozz ta` liġi jitkellem ukoll fuq proċeduri finanzjarji.", "Ovvjament jekk se jkollok żvilupp ta' faċilitajiet żgur li se jkollok ċertu infiq kapitali.", "Jista' jkollok infiq kapitali kemm għal żvilupp u kemm għal xiri ta` tagħmir jew għal servizzi.", "Għalhekk artiklu 32 jistabilixxi din il- proċedura u jgħid li fuq infiq sa Lm3,000 m'hemmx għalfejn issir tender, pero' għal infiq li jaqbeż dan l-ammont bilfors iridu jsiru tenders pubbliċi skond kif inhuma r-regolamenti s'issa.", "Jiġifieri mhux se nipprovaw naqbżu din is-sistema.", "Dak kollu li jsir s'issa kważi se jibqa` jsir bl-istess mod.", "Fil-fatt sal-lum jista' jkollok infiq sa Lm2,500 b'direct order b'approvazzjoni tal-ministru.", "Dak l-ammont illum qed jitla` għal Lm3,000.", "Imbagħad għandek artiklu 33 jgħid li l-kunsill għandu, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tmiem tas-sena finanzjarja jagħti lill-ministru rapport li jittratta b'mod ġenerali dwar l-attivitajiet tal-kunsill u l-istess ministru għandu jara li dan jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jiġifieri l- accountability li wieħed jippretendi se tkun hemm.", "Sur President, Taqsima VII ta` dan l-abbozz li għandna quddiemna hija taqsima ferm importanti.", "Din titkellem dwar ir-reġistru ta` persuni sportivi.", "Din hija ħaġa li diġa' teżisti pjuttost b'mod ad hoc.", "Ħafna għaqdiet jew assoċjazzjonijiet ikollhom bżonn li jkunu rikonoxxuti jew akkreditati mal-korpi ewlenin tal-pajjiż.", "Per eżempju, l-assoċjazzjonijiet tad-dixxiplini sportivi ewlenin huma kollha affiljati mal-Kumitat Olimpiku Malti u ħafna minnhom jitolbu wkoll l-affiljazzjoni lill-Kunsill Malti għall-Isport.", "Pero` fil-Kumitat Olimpiku Malti hemm l-istatut li jifformalizza din l-affiljazzjoni.", "Imma mal-Kunsill Malti għall-Isport din l-affiljazzjoni m'hijiex formalizzata għaliex il-kunsill m'għandux dawk il- proċeduri stabbiliti quddiem il-liġi.", "Dan ir-reġistru huwa importanti għax l-ewwelnett mhux kull sport huwa sport olimpiku.", "Veru li l-Kumitat Olimpiku Malti għandu wkoll xi ftit kategoriji oħrajn li jinkludu anke sport li m'huwiex olimpiku, pero' jidher li għandna bżonn dan ir-reġistru għall-fini ta' kif jaħdem il-gvern.", "Allura x'inhija l- proċedura?", "Kull persuna jew għaqda li se titlob fondi jew għandha kuntratt, partikolarment kuntratt ta' proprjeta` mingħand il-gvern, għandha tkun reġistrata.", "Jiġifieri ma jista' jkun hemm ħadd li se jippretendi fondi jew ikollu proprjeta` mgħoddija lilu u ma jkunx reġistrat.", "Ir-reġistrazzjoni ssir permezz ta' applikazzjoni u l-organizzazzjonijiet li se japplikaw iridu jibgħatu statut, lista ta' l-uffiċjali ta' dik l-organizzazjoni, l- indirizz uffiċjali, l-individwi li jirrappreżentaw lil dik l- organizzazzjoni, ir-rapport annwali u r-rapport finanzjarju.", "Ir-reġistru se jkun fih diversi kategoriji.", "Se jkun fih kategorija assoċjazzjonijiet nazzjonali, kategorija għaqdiet oħrajn, kategoriji għall-federazzjonijiet multi sportivi u kategorija għal skejjel sportivi.", "Jiġifieri se jkun hemm kategoriji differenti, u għal dawk il-kategorji se jkun hemm anke criteria differenti.", "Hekk kif il-kunisll japprova r-rikonoxximent, dan joħroġ iċ- ċertifikat tar-reġistrazzjoni.", "Qed ngħidu li l-Kumitat Olimpiku Malti huwa reġistrat mingħajr ebda formalita` u b'dan qed nirrikonoxxu r-rwol ewlieni tal-Kumitat Olimpiku Malti.", "Xtaqna anke nirrikonoxxu numru ta` assoċjazzjonijiet nazzjonali, pero` dan beħsiebna nagħmluh malajr permezz ta' avviż legali li se noħorġu fi ftit xhur oħra.", "Għalhekk numru ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali jkunu reġistrati mingħajr ebda formalita`.", "Ovvjament irid isir ċertu studju żgħir fuqu u deherilna li m'għandniex noqogħdu nidħlu f'kontroversji fuq din l-issue fid- diskussjoni ta' din il-liġi.", "Sur President, artiklu 37 ta` dan l-abbozz jitkellem dwar x'nistennew aħna mill- assoċjazzjonijiet nazzjonali li nirrikonoxxu awtomatikament.", "Qed ngħidu li l-organizzazzjoni ma jkollhiex l-għan sistematiku li tagħmel profitt.", "Jiġifieri tista' tagħmel profitt minn xi attivita' jew oħra pero' m'hijex qiegħda hemm primarjament biex tagħmel il-profitt, u m'għandhiex sistema kif dak il-profitt jitqassam f'dividends lill-membri tagħha.", "Kull persuna reġistrata se tkun mogħtija personalita' ġuridika.", "B'dan aħna nħossu li qed nagħtu iktar saħħa lill-assoċjazzjonijiet jew għaqdiet hekk reġistrati.", "Meta dawn imorru quddiem il-qorti u jgħidu li huma għaqda reġistrata, il-qorti se tħares lejn dik l-għaqda bħala korp u mhux iktar bħala grupp ta' individwi.", "Allura dan ir-reġistru se jkun għodda ġdida u importanti fil-ħidma tal-gvern fl-isport.", "L-ewwelnett hija għodda biex niġbru l-istatistika, għodda għar-rikonoxximent u għodda wkoll biex ċerti splinter groups li jeżistu fl-isport nipprovaw, kemm jista` jkun inġibuhom flimkien.", "Jien ma nixtieqx nitkellem nibqa` nitkellem ma` ħafna splinter groups.", "Ikun aħjar li dawn joħolqu umbrella bejniethom ħalli l-gvern ikun jista` jitkellem magħhom.", "Sur President, Taqsima VIII titkellem fuq kif jistgħu jiġu riżolti kontroversji sportivi.", "Għandek ċerti mekkaniżmi ta' medjazzjoni, pero' daħħalna l-issue ta' l-arbitraġġ partikolarment fejn tidħol proprjeta` tal- gvern biex kemm jista' jkun inħaffu l-proċeduri.", "Pero' għandna wkoll bord ta' l-appell.", "Jiġifieri dak li jiddeċiedi l-kunsill m'huwiex l-aħħar kelma.", "Jekk xi ħadd iħoss li l-kunsill għamel xi ħaġa ħażina fil-konfront tiegħu hemm bord ta' l-appell li jista' jipprotesta quddiemu u jara l-każ tiegħu.", "Imbagħad hemm Taqsima IX li tistabilixxi ċerti affarijiet bħalma huma pieni u titkellem fuq abbuż ta' sustanzi fl-isport u affarijiet oħra li huma importanti għall-operat tal-kunsill.", "Sur President, aħna għedna li qed nagħmlu din il-liġi biex insaħħu l- isport.", "Għalfejn qed ngħidu hekk?", "Qed ngħidu hekk għax l-ewwelnett nemmnu li issa se jkollna korp iktar dinamiku li jesegwixxi r-rwol tal-gvern.", "B'din il-liġi se jingħata rikonoxximent lill-NGOs bir-reġistru li jagħtihom iktar għarfien ta' dan ir-rwol u li jagħtihom dritt għall-fondi u l- personalita` ġuridika.", "Din il-liġi se tistabbilixxi proċedura aktar spedjenti għat-trasferiment tal-proprjeta` u se tgħin ukoll lill-gvern li tagħtih il-poteri ta' regolamentazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li tagħmel kuraġġ lil min ikun irid jinvesti fl-isport għax meta għandek settur li huwa regolamentat dak li jkun jgħidlek li m'huwiex se jinvesti fil-baħħ, u allura jinvesti.", "Ir-regolamentazzjoni, kif għedt qabel, tista` tkun fuq standards ta' faċilitajiet, fuq l-imġieba fl-istadji u postijiet tal- kompetizzjonijiet u fuq anti-doping.", "Kif għedt ukoll il-fatt li se jkollna mekkaniżmu sabiex ikunu risolti d-diverġenzi f'dan il-qasam għandu jgħin lill-isport.", "Ovvjament din hija liġi ġdida u forsi f'liġi ġdida jkollok ftit xettiċiżmu.", "Pero` nemmnu li wasal iż-żmien li jkollna din il- liġi.", "Mr Speaker, dan is-settur qiegħed jikber u naħseb li jekk ma nibdewx nirregolamentawh kif qed nipprovaw nagħmlu llum, min jixtieq jinvesti, min jixtieq jidħol fil-ħidma sportiva bis-serjeta` se jkollu din il-biża`.", "Għalhekk jien sinċerament nappella lill-oppożizzjoni biex tagħti s-sehem tagħha biex kemm jista` jkun nirfinaw din il-liġi.", "Aħna disposti li nisimgħu anke l-opinjonijiet tan-naħa l-oħra.", "Grazzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif għadu kemm qal is-Segretarju Parlamentari, din hija liġi ġdida u huwa l-ewwel darba li dan il-Parlament qed jiddiskuti liġi dwar l-isport.", "Il-mistoqsija li tqum hija din: X'inhu l- iskop li jkollok liġi fuq l-isport?", "Jiena ltqajt ma` xi persuni li għamluhieli din il-mistoqsija.", "Sur President, waħda mir-raġunijiet għaliex għandu jkollna liġi li biha nirregolaw l-isport hija sabiex fost oħrajn noħolqu l-ambjent meħtieġ permezz ta' strutturi u għajnuna oħra ħalli l-isport f'pajjiżna jiżviluppa.", "L-iskop ewlieni ta' liġi bħal din għandu jkun li l-isport f'pajjiżna jingħata aktar importanza u jiżviluppa anke f'dik li hija parteċipazzjoni.", "B'liġi bħal din tista` tiddaħħal aktar serjeta` u aktar regolamentazzjoni li tgħin l-isport jikber u għandha wkoll toħloq aktar trasparenza.", "Huwa importanti wkoll li l-liġi ta' l-isport tagħti definizzjoni ċara tar- rwoli differenti li għandu jkollu kull min huwa involut f'dan il-qasam.", "Allura huwa importanti li l-gvern, l-NGOs u oqsma oħrajn li huma involuti fl-isport ikunu jafu eżattament x'inhu r-rwol tagħhom fil-qasam ta` l- isport għax fl-aħħar mill-aħħar b'hekk ikun qed jiġi mħares l-interess pubbliku fl-isport.", "Il-fatt li tressqet liġi bħal din biex tiġi dibattuta fl-ogħla istituzzjoni u ssir parti mil-liġijiet ta' Malta għandha tgħin biex f'pajjiżna nkabbru kultura sportiva u biex l-isport jitla' 'l fuq fl-aġenda politika.", "Huwa tajjeb ukoll li bħala pajjiż nirrikonoxxu li l- isport m'huwiex xi ħaġa tad-dilettanti jew xi ħaġa li qiegħda hemm għad- divertiment biss.", "L-isport għandu jitla' 'l fuq fuq l-aġenda politika permezz ta' aktar diskussjonijiet.", "Jiena naħseb li huwa importanti li nimmarkaw li l-isport f'pajjiżna m'huwiex xi cindirella, jiżżeffen 'l hemm u 'l hawn, imma huwa xi ħaġa importanti għall-ħajja soċjali ta' kuljum.", "Allura permezz tal-liġi ta` l-isport nittamaw li nagħtu dik iċ- ċerta statura li hija meħtieġ li tingħata lill-qasam bħal dan.", "Sur President, is-segretarju parlamentari fl-introduzzjoni tiegħu qal li qabel ma` l-gvern ġab din il-liġi għad-diskussjoni kien ippubblika white paper dwarha.", "Jien ngħid li din kienet idea tajba għax seta` jkun hemm diskussjoni ma' dawk kollha konċernati biex jagħtu l-opinjonijiet u l- veduti tagħhom.", "Jien nixtieq li nispjega ftit x'kien ir-rwol ta' l- oppożizzjoni minn meta fil-25 ta' Awissu tas-sena li għaddiet ġiet ippubblikata din il-white paper.", "L-iktar ħaġa importanti li għallinqas jien ħassejt li l-oppożizzjoni kellha tagħmel kienet li tisma` x'kellhom xi jgħidu dawk kollha konċernati fuq l-introduzzjoni tal-liġi ta` l- isport.", "Qed ngħid dan għax jiena nħoss li l-politiċi m'humiex l-aktar nies esperti f'dan il-qasam.", "Għalkemm aħna nħobbu l-isport u anke nkunu nvoluti fih, pero' ċertament ma nistgħux niddedikaw ħin għal dan il-qasam daqs kemm jiddedikaw numru kbir ta' voluntiera, uffiċjali u coaches.", "Allura aħna ħassejna li r-rwol tagħna kien ukoll li nisimgħu mingħand min hu espert f'dan il-qasam.", "Naturalment meta aħna, bħala oppożizzjoni, konna mistiedna biex nagħtu l-veduti tagħna, dan għamilnieh ukoll għax fl-aħħar aħna wkoll għandna l-ideat tagħna.", "Pero' r-rwol primarju, biex ngħid hekk, li ħassejt li kellna nimxu bih kien proprju li nisimgħu u nitkellmu ma' dawk kollha konċernati.", "Fil-fatt is-Sibt, 25 ta' Awissu, 2001 meta ġiet launched il- white paper kont għedt li aħna naqblu li jkun hemm liġi li tirregola l- isport sabiex tgħin biex lil dan il-qasam jikber u jiżviluppa.", "Għedt ukoll li aħna, bħala partit, xtaqna nisimgħu r-reazzjoni ta' l-għaqdiet u ta' dawk li huma involuti fil-qasam sportiv.", "Dan proprju għax aħna nħossu li dawn huma l-esperti għax jiksbu l-esperjenza mid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u naħseb ukoll li għandhom il-viżjoni ta' kif l-isport f'pajjiżna jista' jimxi 'l quddiem.", "Naturalment, fejn stajna u kif stajna, il-kummenti tagħna għamilnihom ukoll u se nkomplu nagħmluhom illum u fis- seduti li ġejjin f'dan il-Parlament.", "Mr Speaker, minn meta inħarġet il-white paper sakemm il-gvern ressaq din il- liġi quddiem il-Parlament għadda żmien mhux ħażin.", "Mhux qed ngħid dan bi kritika imma qed ngħidu biex nuri li kien hemm ċans aktar li jidħlu aktar kummenti mill-għaqdiet sportivi u individwi li jinteressahom l-isport.", "Kien importanti li kulħadd jikkontribwixxi.", "Pero' anke meta aħna, bħala partit, sejjaħna l-għaqdiet sportivi proprju biex jagħtu l-veduti tagħhom fuq il- white paper ta' l-isport, ħassejt u għadni nħoss li l-għaqdiet sportivi qisu ma tantx daħlu fil-fond ta' dak li hemm propost fil-liġi.", "Naturalment dan huwa kumment ġenerali.", "Ma jfissirx li ma kienx hemm individwi li forsi huma iktar esperti fil-liġi u flewha fid-dettall għal diversi raġunijiet, u għamlu tajjeb.", "Pero` ħassjet li l-għaqdiet sportivi ma tantx daħlu fil-fond f'dan il-proċess ta' konultazzjoni.", "Jista` jkun li ħassew li forsi ma jinteressahom - ma nafx kif jistgħu jirraġunaw b'dan il-mod - jew inkella kien hemm raġunijiet oħrajn għal dan in-nuqqas.", "Wara l-launching tal-white paper fil-fatt kien hemm okkażjoni oħra fejn anke jiena, bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni fuq l-isport, ġejt mistieden biex f'isem l-oppożizzjoni nagħti l-veduti tiegħi dwar il-white paper.", "Dan kien f'seminar li kien organizzat fis-16 ta' Novembru tas- sena li għaddiet meta f'pajjiżna kien hawn il-preżenza tas-sottokumitat tal-Kunsill ta' l-Ewropa fuq iż-żgħażagħ u l-isport.", "F'dan is-seminar kien hemm rappreżentanti mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u l-Isport, rappreżentanti tal-Kunsill Malti għall-Isport kif ukoll tal-Kumitat Olimpiku Malti, membri parlamentari u persuni oħra li ġew apposta mill-Kunsill ta' Ewropa.", "Din kienet okkażjoni importanti fejn aħna stajna naraw kif persuni barranin, wara li kienu raw il-white paper, iħarsu lejn l-isport f'pajjiżna.", "Naturalment fil-ħin li kelli jien għamilt l-kritika tiegħi u anke s-suġġerimenti ta' l-oppożizzjoni biex proprju nkunu nistgħu ngħinu ftit u anke nagħtu xi ideat ta` xi affarijiet oħrajn li fl-opinjoni tagħna kellhom jidħlu fil-liġi.", "Naturalment kien hemm okkażjonijiet oħrajn fejn anke b'mod pubbliku għamilt xi kummenti dwar din il-white paper, inkluż f'dan il-Parlament.", "Sur President, waħda mill-proposti li l-Partit Laburista kellu fil-manifest elettorali ta` elezzjoni ta' l-1998, \"Iċ-Ċittadin l-Ewwel\", kienet proprju li ssir liġi għall-qasam sportiv.", "Dan juri li ż-żewġ partiti jaqblu li hemm il-ħtieġa li jkun hawn liġi għall-isport għax kif qal tajjeb l-Onor.", "Mugliett anke il-partit Nazzjonalista kellu wkoll din il- proposta fil-manifest elettorali tiegħu.", "Issa, bħala pajjiż, kif għandna nħarsu lejn l-isport?", "Jiena naħseb li huwa importanti li mhux biss naraw is- sitwazzjoni tal-lum kif inhi u nagħmlu analisi ta' l-affarijiet kif ihuma u kif nipprospettaw fil-futur qarib, imma għandna nħarsu iktar 'il bogħod.", "Għandna noħolmu wkoll.", "Għaliex le?", "Jekk ma noħolmux ma nistgħux niżviluppaw l-isport u jkollna dik il-kultura li ż-żewġ naħat nixtiequ li jkollna.", "Sa ftit żmien ilu forsi konna nħarsu lejn l-isport bħala ħela ta' ħin jew bħala xi ħaġa li qiegħda għall-ftit magħżulin, imbagħad l- oħrajn skond jekk ikollhomx aptit jew le jipprattikaw xi attivita` sportiva.", "Għall-grazzja t'Alla bis-saħħa ta' l-edukazzjoni l-mentalita` tal-Maltin bdiet tinbidel ftit ftit, imma b'mod kostanti.", "U dan l-abbozz ta' liġi huwa importanti għax dan jgħin biex ikollna din il-bidla fil-kultura sportiva.", "Ovvjament dan ma jistax isir minn xi ħadd waħdu.", "Irid ikun proċess kontinwu u l-għaqdiet, l-assoċjazzjonijiet, il-federazzjonijiet u l- clubs li huma mmexxija minn ħafna voluntiera huma strumentali biex l-għan ta` dan l-abbozz jintlaħaq.", "Jiena ngħid li l-isport għandna nħarsu lejh bħala parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum u anke jsir parti integrali mill-mod kif ngħixu.", "Meta nattendu għall-attivitajiet sportivi ta' spiss nisimgħu li l-isport jgħaddina minn ċerta esperjenza ta' valuri, fosthom id-dixxiplina, il-mod kif naħdmu flimkien u anke l-motivazzjoni fuq il- postijiet tax-xogħol tagħna.", "Dawn huma raġunijiet oħrajn għaliex l-isport m'għandniex inħarsu lejh biss bħala dik l-attivita' sportiva waħedha, imma għandna nħarsu lejh anke fi kwadru aktar wiesa'.", "Jiena ngħid li għandna nħarsu lejh anke bħala mezz ta' prevenzjoni.", "Jiena nemmen li jekk aħna, bħala pajjiż, nonfqu aktar flus fuq il-prevenzjoni milli qed nonfqu s'issa nemmen li mal-medda taż-żmien nonfqu inqas flus fil-kura.", "Aħna nonfqu eluf kbar ta' liri, jekk mhux miljuni, biex nipprovdu servizzi ta' kura.", "Pero` jiena nħoss li kieku niddedikaw aktar fondi fuq prevenzjoni in-nefqa fuq il- kura nnaqqsuha ħafna.", "Sur President, minn studji li saru barra minn Malta jirriżulta li meta tinvesti bis-serjeta` fl-isport jirnexxielek tikseb ċerti riżultati oħra li minnhom tgawdi s-soċjeta`.", "Fil-fatt minn studju li sar f'numru ta' pajjiżi jirriżulta li meta t-tfal jipparteċipaw għal ħames sigħat fil- ġimgħa f'attivitajiet sportivi jkellhom titjib sostanzjali fil-marki li jġibu fl-eżamijiet u jmorru aħjar fl-edukazzjoni tagħhom.", "Allura l- argument li l-isport jew inkella l-edukazzjoni fiżika fis-sistema edukattiva tagħna huwa ħela ta' ħin - u sfortunatament hawn xi wħud mill- ġenituri li jargumentaw b'dan il-mod - huwa argument falz.", "Anzi huwa proprju bil-maqlub għax kif qed ngħid, minn studji li saru barra minn Malta juri li l-parteċipazzjoni tat-tfal f'attivitajiet sportivi jgħinhom jiksbu riżultati aħjar fl-edukazzjoni tagħhom.", "Minn studju li sar fil-Kanada jirriżulta li aktar minn 80% ta` żgħażagħ bejn l-10 snin u l-24 sena li kienu attivi fil-qasam sportiv qatt ma pejpu.", "Dan ifisser li l-fatt li dawn kienu qed jieħdu sehem f'attivita` sportiva b'mod kostanti tbegħdu mill-vizzju tat-tipjip.", "Dan huwa eżempju ta` kif aħna nistgħu nipprevjenu ħalli ma nonfqux iżjed flus fil-kura.", "Jirriżulta wkoll li fejn kien hemm programm sportiv imħejji tajjeb kien hemm tnaqqis ta' aktar minn 17% fir-rata tal-kriminalita`.", "Bil-maqlub, fejn dawn il-programmi sportivi ma kenux jeżistu jew inkella ma kenux organizzati tajjeb kien hemm żieda ta' aktar minn 10% fir-rata tal- kriminalita`.", "Għalfejn qed insemmi dawn l-affarijiet?", "Qed insemmihom biex nenfasizza iktar fuq il-ħtieġa li għandna nonfqu iktar flus fuq il- prevenzjoni - u l-isport għandna nħarsu lejh bħala mezz ta' prevenzjoni - għax fl-aħħar mill-aħħar, bħala pajjiż, imbagħad niffrankaw min-nefqa fuq il-kura.", "Naturalment m'għandniex norbtu dan l-argument biss mal- finanzi, imma għandna norbtuh ukoll mas-saħħa tal-poplu għax wieħed żgur li jħossu aħjar meta jipprattika xi attivita` sportiva.", "Pero` ċertament l- aspett finanzjarju għandu l-importanza tiegħu wkoll.", "Sur President, raġuni oħra għalfejn għandna nħarsu lejn l-introduzzjoni ta' liġi fuq l-isport b'mod pożittiv hija l-koeżjoni soċjali, jiġifieri li jkollok numru ta' nies li jiltaqgħu, jieħdu gost u jipprattikaw xi attivita` sportiva flimkien.", "Naturalment din għandha l-valuri tagħha wkoll.", "L-isport għandna nħarsu lejh anke mil-lat ta' żvilupp ekonomiku.", "L- Onor. Mugliett għamel aċċenn għall-fatt li nbnew ċerti faċilitajiet sportivi anke mis-settur privat.", "Jiena ngħid li għandna nħajru iżjed is- settur privat li jinvesti f'dawn l-affarijiet.", "Għandna wkoll ninkoraġġixxu iktar li jkun hemm sponsorships privati fl-isport.", "Għandna nħarsu wkoll lejn il-pożizzjoni tagħna fl-isfera internazzjonali u naraw kif nistgħu nattiraw kompetizzjonijiet internazzjonali f'pajjiżna għax il- kunċett ta' l-isport tourism huwa wkoll mezz ta' income għall-pajjiż u allura hemmhekk inkunu qed niġġeneraw fondi oħrajn bħala introjtu għall- pajjiż b'mod ġenerali.", "Ħaġ'oħra li l-isport jista' jġib miegħu hija l- promozzjoni tagħna bħala pajjiż, il-mod kif aħna nidhru ma' pajjiżi oħrajn u l-mod ta' kif nippromwovu l-image ta' pajjiżna fl-isfera internazzjonali.", "Ġieli smajna każi fejn pajjiżi ġew sospiżi minn organizzazzjonijiet internazzjonali minħabba problemi interni f'pajjiżhom.", "Dan żgur li ma jirriflettix tajjeb fuq dak il-pajjiż u allura l-fatt li aħna nieħdu ħsieb l-image tagħna internazzjonalment anke permezz tal-qasam sportiv hija xi ħaġa tajba u li tagħmel ġid lil pajjiżna, l-iżjed meta nafu li pajjiżna jiddependi ħafna mit-turiżmu.", "L-isport għandna inħarsu lejh ukoll mil-lat ta` social development, welfare u saħħa.", "Huwa importanti li nħarsu lejh minn dan l-angolu biex fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jitħalla jaqa` lura milli jipparteċipa fl-isport.", "Sur President, naħseb li hemm ċerti prinċipji oħrajn li fl-abbozz ta' liġi ma ssemmewx jew issemmew ftit u forsi ta' min jagħmel iktar enfasi fuqhom u nixtieq insemmi ftit minn dawn il-ħsebijiet li jiena għandi f'moħħi.", "Wieħed mill-prinċipji li jkun tajjeb li ndaħħlu f'dan l-abbozz ta' liġi huwa l-kunċett ta' inċentivi fiskali u anke ta' eżenzjonijiet fiskali.", "Naħseb li l-assoċjazzjonijiet u l-clubs għandna nqisuhom bħala the third sector ta' l-ekonomija f'pajjiżna.", "Ħafna drabi aħna nħarsu lejn is-settur pubbliku u lejn is-settur privat, imma l-qasam tal-volontarjat, anke minħabba l-fatt li għad m'għandniex liġi li tirregola l-volontarjat, naqtugħ barra.", "Allura ġaladarba issa għandna l-opportunita` li niddiskutu liġi ġdida li tirregola l-isport naħseb li jkun tajjeb li ndaħħlu l-kunċett ta' inċentivi fiskali u eżenzjonijiet fiskali.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Per eżempju, jekk aħna nixtiequ li l-kumpanniji privati jagħtu sponsorships lill-assoċjazzjonijiet, clubs jew għaqdiet sportivi għalfejn ma nikkonsidrawx li jkun hemm xi inċentiv fiskali fuq l-ammont li huma jagħtu fi sponsorships lill-għaqdiet sportivi?", "Kulħadd jaf kemm l- għaqdiet sportivi jiltaqgħu ma` diffikultajiet biex isibu sponsors lokali allura naħseb li kunċetti bħal dawn jinkoraġġixxu kumpanniji privati biex jgħinu l-qasam ta` l-isport.", "Qed ngħid dan għax biex niżviluppaw l-isport f'pajjiżna m'għandux ikun biss il-gvern u għalhekk għandna nħajru lill-privat biex kemm jista' jkun jinvesti f'dan il-qasam.", "Dan l-aħħar rajna ċertu titjib f'dak li għandu x'jaqsam ma` faċilitajiet sportivi.", "Per eżempju, ħafna clubs tal-football investew fi grounds b'synthetic turf li fihom isiru kompetizzjonijiet tal-five-a-side jew seven-a-side.", "Kemm jiena kif ukoll l-Onor.", "Mugliett kellna diversi okkażjonijiet li nattendu, biex ngħid hekk, għal ċerimonji tal-ftuħ ta` grounds bħal dawn.", "Huwa tajjeb li l-clubs tal-football għandhom il-ħeġġa u r-rieda li jtebju l-faċilitajiet sportivi tagħhom, pero` mal-ħeġġa u r-rieda jrid ikun hemm l-għajnuna finanzjarja.", "Jiena għalhekk semmejt il-kunċett ta` inċentiv fiskali għax dawn l-għaqdiet sportivi jeħtieġu mhux biss l-għajnuna tal-gvern imma anke ta` kumpanniji privati għax inkella ma jkunux jistgħu jkampaw.", "Sur President, għandna wkoll nikkonsidraw, anke fl-istadju tal-kumitat, jekk nagħmlux il-medical screening obbligatorju bħalma hemm anke f'liġijiet barranin.", "Per eżempju, għandna nikkonsidraw jekk għandniex nagħmluha xi ħaġa obbligatorja li jsiru l-anti-doping tests.", "Għandna nikkonsidraw ukoll jekk id-doping fl-isport għandux jitqies bħala reat kriminali.", "M'iniex ċert jekk f'liġijiet oħrajn dan huwiex ikkonsidrat bħala reat kriminali.", "Pero` jiena ngħid li d-doping m'għandniex inqisuh biss bħala xi ħaġa li tmur kontra l-ispirtu sportiv, imma naħseb għandna nikkonsidraw ukoll bħala reat kriminali f'ċerti ċirkostanzi.", "Jien naħseb li għandna nikkonsidraw li f'din il-liġi ndaħħlu xi artikolu fejn bħala pajjiż nintrabtu ma' regolamentazzjoni internazzjonali dwar il-qasam tad-doping fl-isport.", "Per eżempju, il-WADA li hija il-body mondjali dwar id-doping toħroġ ċerti regolamentazzjoni u naħseb li jkun tajjeb li ndaħħlu xi klawsola li tgħid li aħna għandna naderixxu għall- obbligazzjonijiet ta' dawk l-organi li huma rikonoxxuti internazzjonalment.", "Naturalment il-liġi se tippermetti li jkun hemm ħruġ ta' avviżi legali dwar lista ta` sustanza projbita.", "Issa din il-lista ta` sustanzi projbijti minn żmien għal żmien żgur li se tinbidel allura wieħed irid iżomm ċerta flessibilita`.", "Pero` naħseb li għandna nkunu aktar speċifiċi fil-liġi stess u ċerti dikjarazzjonijiet nagħmluhom bl-iswed fuq l-abjad.", "Jien naħseb ukoll li f'dan l-abbozz ta' liġi, u mhux nistennew liġi oħra, għandu jkun stipulat li r-riklamar ta` affarijiet li jagħmlu ħsara lis- saħħa għandu jiġi projbijt waqt attivitajiet sportivi.", "F'dawn l-aħħar snin kien hawn dibattitu sħiħ kemm lokalment kif ukoll fl-isfera internazzjonali fuq ir-riklamar tas-sigaretti.", "Nafu li l-MFA dan l-aħħar tilfet wieħed mill-main sponsors tagħha - kienet kumpannija tas-sigaretti - u issa din l-assoċjazzjoni qed issibha ferm diffiċli biex issib xi sponsor ieħor li jagħtiha l-istess ammont ta` flus li dik il-kumpannija kienet tagħtiha.", "Pero` minkejja kollox aħna nafu li l-isport, it-tipjip u ħwejjeġ oħra li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem ma jmorrux flimkien.", "Allura, nerġa` ngħid, f'dan l-abbozz ta' liġi għandna nipprojbixxu r-riklamar tas- sigaretti u affarijiet oħrajn li jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem waqt attivitajiet sportivi.", "Sur President, għandna wkoll naraw jekk ikunx jaqbel li nagħmlu xi restrizzjonijiet fuq bejgħ jew konsum ta' xorb alkoħoliku f'postijiet fejn jiġi pprattikat l-isport.", "Per eżempju, ċerti liġijiet barranin jipprojbixxu li jsir bejgħ ta' xorb alkoħoliku siegħa qabel tibda logħba tal-football.", "Dawn huma kunċetti ġodda li s'issa għad ma daħlux ġewwa pajjiżna u naħseb li jkun tajjeb nikkonsidraw jekk għandniex indaħħluhom f'din il-liġi biex nibdew nagħtu sinjal lill-poplu li l- isport u ċerti affarijiet ma jmorrux flimkien, u dan anke għal raġunijiet ta' sigurta`.", "Fil-fatt waħda mill-affarijiet li għandna nikkonsidraw li ndaħħlu f'dan l-abbozz ta' liġi hi li persuni fis-sakra m'għandhomx jitħallew jidħlu f'faċilitajiet sportivi, speċjalment fejn ikollok il- massa tan-nies u allura tista` tinħoloq problema ta' ordni pubbliku.", "Din hija xi ħaġa li nsibuha f'liġijiet barranin u ma narax għaliex aħna m'għandniex indaħħluha f'din il-liġi.", "Sur President, pero' l-iktar ħaġa essenzjali tibqa` li l-isport għandu jkun parti integrali mis-sistema edukattiva.", "Attivita` sportiva għandha ssir ħaġa waħda mas-sistema edukattiva.", "Nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet jekk ma nimbuttawx sa miċ-ċokon biex verament l-attivita` sportiva ssir verament parti mill-ħajja ta' kuljum ma naslux.", "Allura huwa essenzjali li nieħdu l-passi kollha meħtieġa biex verament l-attivita` sportiva, nerġa' ngħid, issir parti integrali fis-sistema edukattiva ta' pajjiżna.", "Sur President, huwa importanti wkoll li adoloxxenti u anke żgħażagħ ikunu protetti mil-liġi ħalli ma jiġux sfruttati għal skopijiet oħrajn u jsiru għodda f'idejn min irid jużahom għall-iskopijiet tiegħu.", "Irridu wkoll nirregolaw il-vjolenza li tista' ssir f'ċerti attivitajiet sportivi, speċjalment fejn ikun hemm il-massa għax ikun hemm aktar perikolu li dan jiġri.", "Fil-fatt anke l-Onor.", "Mugliett semma li għada pitgħada jista' jkun hemm avviżi legali f'dan is-sens.", "Nixtieq hawnhekk insemmi s-sentenza fuq vjolenza waqt attivita` sportiva li xi xahar jew xahrejn ilu ħareġ biha l-maġistrat Antonio Mizzi, liema sentenza kienet meqjusa bħala waħda ħarxa.", "Dan kien każ fejn waqt attivita` sportiva, mingħalija xi logħba football tal-minors, inqala' inċident vjolenti u l-maġistrat ħass li kellu jagħti sentenza iebsa li tagħti twissija u li tibgħat messaġġ.", "Għalhekk huwa tajjeb ukoll li jkollna regolamentazzjoni dwar il-vjolenza waqt attivitajiet sportivi għax il- vjolenza hija xi ħaġa li żgur qatt m'għandha tkun waqt attivitajiet bħal dawn.", "Sur President, ħaġa oħra importanti li trid tagħmel din il-liġi hija li tistabbilixxi min se jkun responsabbli għall-ħarsien tas-sigurta` kemm tal-parteċipanti kif ukoll ta' l-ispettaturi.", "Kulħadd jaf li jkollok bżonn tal-pulizija biex iżommu l-ordni u jkollok bżonn personnel li jieħu ħsieb l- aspett mediku.", "Allura huwa importanti li ma` dawn ikun hemm xi ħadd responsabbli biex tiġi mħarsa s-sigurta`.", "M'iniex qed ngħid li din ir- responsabbilta` għandha tkun ta` l-għaqdiet jew l-assoċjazzjonijiet waħedhom, jew tal-gvern biss.", "Li qiegħed ngħid hu li għandna nikkonsidraw li din ndaħħluha bħala prinċipju fil-liġi li għandna quddiemna, imbagħad nitkellmu f'aktar dettal dwar kif l-affarijiet għandhom isiru.", "Naturalment, bħal f'kull ħaġa oħra, hemm ħafna spejjeż involuti u għalhekk irridu naraw ftit kif dawn l-ispejjeż jinqasmu bejn kull min hu involut u kull min għandu l-interess li l-affarijiet jimxu sew fil-qasam sportiv mingħajr ħadd ma jbati ħafna.", "Sur President, ma nistgħux nitkellmu fuq l-isport jekk ma nsemmux l-eluf ta' voluntiera li jmexxu l-isport 'il quddiem u li għandhom interess qawwi fl-isport f'pajjiżna.", "Allura naħseb li għandna nirrikonoxxu b'mod qawwi l-involviment u napprezzaw il-ħidma ta' numru kbir ta' voluntiera li qed jagħmlu dan mingħajr ma huma mħallsin.", "Anzi ħafna drabi dan jagħmluh b'ħafna sagrifiċċji kemm għalihom kif ukoll għall-familji tagħhom.", "Pero` nafu wkoll li hemm numru ta' nies li filwaqt li huma voluntiera għandhom xi onorarja wkoll.", "Allura jkun tajjeb nikkonsidraw li l-liġi tagħti definizzjoni billi tagħmel distinzjoni bejn voluntier li jagħmel kollox b'xejn u voluntier li minkejja jitħallas xi ħaġa, mhux qed jitħallas daqs kemm kieku s-servizz tiegħu jagħtih b'mod professjonali.", "Dan ma jfissirx li dawk li jitħallsu xi ħaġa m'għandniex inqishom bħala voluntiera.", "Xejn minn dan.", "Qed ngħid dan proprju għax inħoss li aktar ma jgħaddi ż-żmien u aktar ma jsir investiment, kemm mill-gvern kif ukoll mis-settur privat, iktar se jkun hemm il-meħtieġa li jkollok numru ta' nies li jiddedikaw iktar ħin għall-amministrazzjoni ta' l-isport.", "Allura la inti se titlob iktar sagrifiċċji minnhom ma tistax tippretendi li dawn jagħmlu kollox b'xejn.", "Filwaqt li għandna ninkoraġġixxu li l-volontarjat b'xejn għandu jkun il- mutur fil-qasam sportiv, ċertament ma jistax ikun li jkollok persuni li jiddedikaw kważi l-ħin kollu tagħhom għall-qasam sportiv mingħajr ħlas ta` xejn.", "Għalhekk inħoss li għandna nirregolaw dawn l-affarijiet ħalli nkunu nafu fejn qegħdin għas-snin li ġejjin.", "Sur President, tista` tgħid li kulħadd jaf x'inhu r-rwol importanti li għandhom l-atleti.", "Pero` r-rwol li għandhom l-amministraturi u l- uffiċjali forsi mhux kulħadd jifhmu biżżejjed, speċjalment dawk li m'humiex midħla ta' l-isport.", "Imma naħseb li hemm persuni oħrajn li wkoll għandhom rwol fil-qasam sportiv in ġenerali.", "Dawn huwa l-ġurnalisti sportivi li naturalment għandhom ir-rwol tagħhom fl-isport u naħseb li jkun xieraq li dan l-abbozz ta' liġi jsemmi ċerti prinċipji marbutin mal- ġurnaliżmu sportiv.", "Per eżempju, għandna ngħidu li l-ġurnalisti sportivi m'għandhomx biss jiffokaw fuq sport li huwa popolari imma għandhom jagħtu spazju wkoll lil ċerti attivitajiet sportivi li m'humiex daqshekk popolari.", "F'pajjiżna għandna numru ta' stazzjonijiet tar-radju u tat- televiżjoni privati li jitmexxew b'mod kummerċjali, u allura hemm l- element ta' income.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li naraw ftit kif il- ġurnaliżmu sportiv, il-mezzi tax-xandir u l-isport jistgħu jaħdmu flimkien biex verament jiġi mħares il-ġid u l-interessi ta' l-isport kollu u mhux ta' l-aktar sport popolari biss.", "Hemm bżonn li sport ieħor jingħata l- ispazju li jixraqlu fuq fuq il-mezzi tax-xandir għax mhux kulħadd, per eżempju huwa dilettant tal-football jew inkella tat-tlielaq taż-żwiemel.", "Sur President, nixtieq ngħid ukoll xi ħaġa fuq il-korruzzjoni fl-isport.", "Dan huwa suġġett jaħraq u ħafna drabi nitkellmu dwaru barra minn dan il- Parlament.", "Dan huwa suġġett li diffiċli titkellem fuqu.", "Għalkemm nafu li dan jeżisti huwa diffiċli li tipprovah.", "Fil-fatt s'issa kellna każ wieħed biss fejn xi ħadd spiċċa l-ħabs minħabba korruzzjoni fl-isport.", "Dan ilu numru ta` snin mhux ħażin issa.", "Imma, nerġa` ngħid, li l-korruzzjoni sfortunatament teżisti fil-qasam ta` l-isport.", "Din m'hijiex xi ħaġa tagħna biss għax il-korruzzjoni fl-isport teżisti kullimkien.", "Pero` mbagħad m'għandniex ngħidu li la teżisti kullimkien nistgħu nħalluha għaddejja.", "Huwa importanti li naraw kif nilleġislaw fuq il-kunċett ta' korruzzjoni fl- isport.", "Sur President, huwa importanti wkoll li nagħmlu aktar enfasi fuq il-kunċett ta' sports for all. Għandna wkoll inħarsu lejn l-isport bħala xi ħaġa ta' rikreazzjoni.", "Għalkemm l-abbozz ta` liġi jagħti d-definizzjoni ta` \"sport\", kif qal tajjeb is-segretarju parlamentari huwa diffiċli li wieħed jiddefenixxi l-isport.", "Fil-fatt hemm liġijiet li proprju ma jagħtux definizzjoni ta' x'inhu sport.", "Pero' naħseb li huwa tajjeb ukoll li fid- definizzjoni ta` \"sport\" indaħħlu l-kunċett ta' rikreazzjoni.", "Importanti wkoll li nagħmlu enfasi fuq il-ħtieġa li jkollna aktar parteċipazzjoni ta' nisa fl-isport.", "Meta ngħid parteċipazzjoni m'iniex infisser li jipparteċipaw fl-attivita` nnifisha.", "Dik tidher li m'hijiex daqshekk problema f'ċertu sport għax għandna ħafna nisa li jipparteċipaw.", "Li rrid ngħid hu li hemm bżonn li n-nisa jersqu 'l quddiem fl-amministrazzjoni bħala uffiċjali u jieħdu rwol fit-tmexxija fil-qasam sportiv.", "Naturalment ma nistgħux ninsew il-ħtieġa li nagħtu spazju u li nagħmlu dak kollu possibbli biex persuni b'diżabilita` jiġu integrati fil-qasam sportiv f'pajjiżna.", "Jien naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Mugliett fejn qal li mhux kuntent b'dak li sar s'issa għall-persuni b'diżabilita` biex jintegraw ruħhom fil-qasam sportiv.", "Veru li jkun hemm ħafna spejjeż involuti, pero' ċertament m'huwiex biżżejjed li ngħaddu liġijiet biex inħarsu d-drittijiet tal-persuni b'diżabilita` jekk imbagħad fil-prattika ftit li xejn nkunu qed nagħmlu.", "Allura huwa importanti li jkun hemm l-promozzjoni ta` l-isport għal kulħadd, inkluż għall-persuni li għandhom bżonnijiet speċjali.", "Dawn żgur li jħossu l-ħtieġa li jagħmlu attivita` sportiva u aħna għalhekk nsejħulhom nies bi bżonnijiet speċjali u mhux nies bi bżonnijiet differenti għax l-istess bżonn li għandi jien li nipprattika l-isport huwa l-istess bżonn li għandhom huma bħala persuni li għandhom diżabilita`.", "Sur President, wara li tkellimt fuq xi affarijiet li wieħed jista` jikkonsidra li jdaħħal f'dan l-abbozz, issa se ngħaddi biex nitkellem iktar b'mod speċifiku fuq l-abbozz ta' liġi nnifsu.", "X'inhu l-għan ta` dan l- abbozz ta` liġi?", "Fi ftit kliem l-għan ta` dan l-abbozz huwa li d- dipartiment tal-gvern li jmexxi l-isport f'pajjiżna u l-Kunsill Malti għall- Isport kif nafuh sal-lum jispiċċaw u jitwaqqaf Kunsill Malti għall-Isport ġdid, u dan jagħmel ix-xogħol li għadhom jagħmlu dawn it-tnejn sal-lum.", "Għan ieħor li għandha din il-liġi huwa l-ħtieġa li jinżamm reġistru u li jkun hemm strutturi li mbagħad jagħmlu tajjeb sabiex jissolvew kwestjonijiet li minn żmien għal żmien jistgħu jinqalgħu fid-dinja sportiva lokali.", "Imbagħad ovvjament insibu ħwejjeġ anċillari li jmorru ma' dawn l- għanjiet primarji li jiena ġbart fi ftit kliem.", "Mistoqsija li nixtieq nagħmel biex forsi mbagħad l-Onor.", "Mugliett jirrispondini fil-konklużjoni tiegħu hija din: Sar xi eżerċizzju dwar kemm bit-twaqqif mill-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport, kif qed tipproponi l- liġi, se tiżdied l-ispiża amministrattiva u dwar kemm hu meħtieġ li jkun hemm nies impjegati mal-Kunsill Malti għall-Isport?", "Naħseb li dan l- eżerċizzju kien ikun utli biex naslu għal deċiżjoni jekk hux tajjeb jew le li fiċ-ċirkostanzi li ninstabu fihom id-dipartiment ta` l-isport jispiċċa u jgħaddi kollox f'idejn il-Kunsill Malti għall-Isport kif se jiġi kostitwit permezz dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Għamilt din il- mistoqsija għax b'eżerċizzju bħal dan wieħed ikun jista` jitkellem b'aktar fatti f'idejh.", "Sur President, kumment ieħor li nixtieq ngħaddi huwa fuq it-tifsira tal- kelma \"Maltin\".", "It-tifsira kif inhi mogħtija f'dan l-abbozz hija din:", "\"Maltin\" tfisser persuni li huma ċittadini ta` Malta jew xi kategorija ta' persuni oħra skond kif jiġi ordnat mill-Ministru minn żmien għal żmien;\".", "Jien naħseb li t-tifsira tal-kelma \"Maltin\" għandha tkun dik li nsibu fil- Kostituzzjoni tagħna u m'għandniex ngħidu li l-Ministru jista` jordna li xi ħaddieħor jiġi meqjus bħala Malti għaliex tista' tagħti lok ta' abbuż.", "Ma nafx kemm il-kelma \"abbuż\" hija l-kelma adatta, imma naħseb li fir-rigward tad- definizzjoni tal-kelma \"Maltin\" għandna nimxu ma' dak li tistabilixxi l-Kostituzzjoni.", "Sur President, meta wieħed jaqra dan l-abbozz ta` liġi mill-ewwel jinduna b'ħaġa li hija evidenti ħafna.", "Din hija li b'mod jew ieħor kollox irid jgħaddi minn taħt il-ministru responsabbli mill-isport.", "Is-segretarju parlamentari fl-introduzzjoni tiegħu għamel aċċenn għal diversi liġijiet ċentralizzati.", "Jiena ngħid li anke din il-liġi tista` ssejħilha liġi ċentralizzata għax qed titfa` kollox f'idejn il-ministru responsabbli mill- isport, anke affarijiet li m'għandhomx ikunu taħt ir-responsabbilta` diretta tiegħu.", "Per eżempju, il-bord tal-Kunsill Malti għall-Isport se jkun kompost minn seba` jew disa` membri li se jkunu maħtura mill-ministru bl- eċċezzjoni ta' wieħed li se jkun appuntat mill-Kumitat Olimpiku Malti.", "Meta kellna l-laqgħa mas-sotto-kumitat taż-żgħażagħ u sport tal-Kunsill ta' l- Ewropa kien hemm diversi interventi.", "Jien niftakar li s-segretarju tal-Kumitat Olimpiku Malti bi pjaċir kien innota li l-Kumitat Olimpiku Malti kien se jingħata żewġ postijiet fil- Kunsill Malti għall-Isport biex iħares l-interessi ta' l-isport fl-ogħla livell tiegħu.", "Fil-fatt il-white paper ta' dak iż-żmien kienet tistabbilixxi li jkun hemm il-ħatra jew in-nomina ta' żewġ membri mill- Kumitat Olimpiku Malti.", "Illum l-abbozz li għandna quddiemna jistabbilixxi li l-Kumitat Olimpiku Malti se jkun jista` jinnomina persuna waħda fuq dan il-bord.", "Imbagħad se jkollok membru ieħor minn dawk il-persuni responsabbli mill-edukazzjoni sportiva fil-ministeru responsabbli għall-edukazzjoni li se jiġi nominat mill-ministru responsabbli għall-edukazzjoni.", "Jiġifieri l- membri tal-bord se jkunu kollha magħżulin mill-gvern, fl-aħħar mill-aħħar il-ministru responsabbli mill-isport u dak responsabbli mill-edukazzjoni huma membri ta' l-istess gvern, b'eċċezzjoni ta' wieħed li kif diġa` għedt se jkun magħżul mill-KOM.", "Allura naħseb li dak il-kumment ta' sodisfazzjon li kien għadda s-segretarju tal-Kumitat Olimpiku Malti dakinhar ma naħsibx li jista' jgħaddih illum għax issa flok żewġ membri jista` jinnomina wieħed biss.", "Allura mistoqsija li tqum waħedha hija din?", "F'dan il-bord tal-Kunsill Malti għall-Isport, li issa se jkun l-ogħla awtorita` li tirregola u tmexxi l-isport f'pajjiżna, x'rappreżentanza se jkollhom l-għaqdiet sportivi?", "Sur President, f'kumment ieħor li kien għadda s-segretarju tal-KOM dakinhar li kellna l-laqgħa mas-sotto-kumitat taż-żgħażagħ u sport tal-Kunsill ta' l- Ewropa kien li huwa esprima x-xewqa tiegħu li l-Kunsill Malti għall-Isport ma jiġix - u hawnhekk se nikkwota bl-Ingliż dak li qal - just another government body li jkun meqjus bħala dipartiment tal-gvern glorifikat.", "Din hija preokkupazzjoni li qajjem il-Kumitat Olimpiku Malti u naħseb li jkun tajjeb li dawn l-affariijet nagħtu kashom għaliex fl-aħħar mill-aħħar qed jgħidhom organu li fl-isport għandu storja twila u għandu rwol importanti ħafna x'jaqdi.", "Naturalment il-ħatriet li se jsiru mill-ministru responsabbli mill-isport jistgħu jiġu kkonsidrati bħala ħatriet politiċi.", "Allura jkun ikun mistenni li dawk li jkunu appuntati fil-bord jirriżenjaw meta jkun hemm il-bidla fil-gvern wara l-elezzjoni li jmiss.", "Sur President, ħalli nkompli nsemmi l-poteri li għandu l-ministru responsabbli mill-isport.", "M'iniex se nsemmi kollox għax naturalment lill- ministru ma nistgħux inneħħulu l-poteri kollha.", "Imma hemm ċerti affarijiet fejn il-ministru responsabbli mill-isport seta` qagħad daqsxejn lura u jagħti aktar poter lil dawk in-nies li hu stess fl-aħħar mill-aħħar se jappunta.", "Per eżempju, subklawsola (4) ta` klawsola 4 tgħid li iċ- chairperson, id-deputy chairperson u s-segretarju tal-bord se jkunu maħtura mill-ministru.", "Imbagħad għandek subkalwsola (8) ta` l-istess kalwsola li tgħidlek li –", "\"Membru tal-bord jista` jiġi mneħħi mill-kariga tiegħu mill-ministru jekk ma jinstabx kompetenti li jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, sew minħabba stat ta` mard mentali jew fiżiku, sew għal raġunijiet oħra jew minħabba f'imġieba ħażin.\".", "Dan iffisser li jekk ikun hemm membru tal-bord li jkollu l-kuraġġ jgħid li hu ma jaqbilx ma' ċerti affarijiet, il-ministru jista` jaqbad u jneħħi lil dan il-membru minn fuq il-bord għal din ir-raġuni.", "Almenu jiena hekk qed ninterpreta dak li hemm miktub fil-liġi.", "Sur President, imbagħad għandek paragrafu (ċ) tas-subklawsola (1) ta` klawsola 6 li tgħidlek li waħda mill-funzjonijiet tal-kunsill hija –", "\"li jiżviluppa u jimplimenta politika u strateġiji għat-tkattir ta` l- għanijiet u l-funzjonijiet tiegħu, li jniedi, jinkoraġġixxi u jiffaċilita riċerka u żvilupp relatati ma` l-isport, li jippromwovi riċerka u żvilupp relatati max-xjenza u l-mediċina ta` l-isport u li jipprovdi servizzi xjentifiċi sportivi lil dawk il-persuni li l- ministru jista', fuq rakkmandazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport, minn żmien għal żmien jordna;\".", "Jekk qed ninterpreta tajjeb din il-ħaġa, dan ifisser li fuq rakkmandazzjoni tal-kunsill il-ministru jista` jagħżel hu stess ċerti atleti li jużaw ċerti servizzi xjentifiċi sportivi?", "Fuq liema kriterji għandu jsir dan?", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa importanti li l-kriterji jkunu ċari u purament marbuta ma' l-isport.", "Sur President, imbagħad klawsola 9 tagħti poteri assoluti lill-ministru.", "Fil-fatt subklawsola (1) ta` din il-klawsola tgħidlek li l-ministru jista` joħroġ direttivi bil-miktub jekk jidhirlu opportun u l-kunsill irid jħares u jaġixxi fuq dawk id-direttivi kollha.", "Jiġifieri qisu jista` jissospendi kważi l-liġi kollha u jgħid lill-bord: Dawn huma d-direttivi li jien qed nagħtik, insa l-programm tiegħek għax din hija l-linja li rridek timxi fuqha.", "Hemm, per eżempju, il-pjan ta' strateġija li jrid ikun approvat mill- ministru.", "Klawsola 10 tgħidlek li l-kunsill għandu jissottometti pjan ta` strateġija għall-approvazzjoni tal-ministru.", "Jiena ngħid li huwa tajjeb li l-ministru għandu jkollu rwol fil-pjan ta' strateġija u ċerti emendi wkoll għandhom jgħaddu bl-approvazzjoni tal-ministru għax fl-aħħar mill-aħħar il- kunsill irid imexxi skond il-politika tal-gvern innifsu.", "Jiġifieri hemm ċerti poteri li l-ministru għandu jżommhom, pero' hemm poteri oħrajn fejn il-ministru għandu joqgħod aktar lura minnhom jew addirittura ma jidħolx fihom.", "Fl-istadju tal- kumitat inkunu anke nistgħu nagħmlu s-suġġerimenti tagħna f'dan is-sens.", "Sur President, klawsola 11 titkellem dwar il-ħatriet ta' persunal u subklawsola (1) ta` din il-klawsola tgħid li l-kunsill bi qbil mal-ministru jista` jaħtar u jimpjega dawk l-uffiċjali u impjegati oħra b'dik rimunerazzjoni u b'dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet hekk kif il-kunsill jista` minn żmien għal żmien jiddeċiedi.", "Meta qed nixxiftjaw is-saħħa mid- dipartiment tal-gvern fuq awtorita` jew fuq kunsill jew inkella fuq organu ieħor li m'huwiex dipartiment tal-gvern, kif kulħadd jaf ċerti postijiet jistgħu jimtlew minn impjegati li jkunu jaħdmu fid-dipartiment konċernat u oħrajn minn persuni barra mis-settur pubbliku.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti - u din kritika li saret għal diversi liġijiet oħrajn li kellhom l- istess għamla – għax dan jista` jagħti lok għall-abbuż, fis-sens li jistgħu jintgħażlu n-nies tal-qalba.", "Jiena nista` ngħid li llum għandna eżempji ta' dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, mill-mistoqsija parlamentari numru 33533 jirriżulta li mill-20 ħaddiem li ġew impjegati fil-pixxina nazzjonali wara l-1999, 10 minnhom ġejjin mid-distrett li fih tikkontesta l- elezzjonijiet ġenerali l-persuna li hija responsabbli mill-isport politikament.", "B'kumbinazzjoni dan?!", "Jista` jkun iva u jista` jkun le.", "Permezz ta` din il-liġi issa l-ministru għandu l-poter li jiddetta anke fuq il-Kunsill Malti għall-Isport.", "Għalkemm jidher li l-kunsill jista` jaħtar u jimpjega, pero' dan irid isir bi qbil mal-ministru.", "Dan ifisser li fl-aħħar mill-aħħar kemm l-uffiċjali kif ukoll l-impjegati se jkunu magħżula mill- ministru responsabbli għall-isport.", "M'iniex qed ngħid għall-ministru li hemm illum biss, imma qed nitkellem b'mod ġenerali.", "Pero' jiena tajt eżempju ta' dak li qed jiġri biex nuri li dawn huma affarijiet li qed jiġru.", "Sur President, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-allokazzjoni tal- proprjeta` assenjata jrid ikun hemm l-approvazzjoni tal-ministru.", "Din, iktar milli hija xi ħaġa li wieħed jikkritikaha - aktar 'il quddiem ikolli ċ-ċans nidħol fiha u ngħid x'qed jiġri - tista' tagħti lok għall-abbuż jekk se jinbidel il-mod ta` kif qed isiru l-allokazjonijiet tal-proprjeta`.", "Din il-liġi tgħid ukoll li id-direttorati jew kumitati konsultattivi jridu wkoll jinħatru mill-ministru.", "Allura dan il-bord kważi kważi se jispiċċa li ma jkollux saħħa jagħmel xi ħaġa jekk ma jkollux l-approvazzjoni tal- ministru nnifsu.", "Għandek ukoll il-bord ta' l-appell li l-membri tiegħu ukoll iridu jinħatru mill-ministru.", "Il-ministru qiegħed jingħata wkoll il- poter li minn żmien għal żmien joħroġ avviż legali li bihom jordna l-multi amministrativi li l-kunsill jista` jwaħħal.", "Kif diġa`għedt, hemm ċerti poteri li l-ministru għandu jkollu u huwa tajjeb li ndaħħluhom fil-liġi, imma hemm poteri oħra li l-ministru jista` jiżvesti lilu nnifsu minnhom.", "Pero` dwar dan, forsi wieħed ikun jidħol aktar fil-fond fl-istadju tal- kumitat.", "Sur President, hemm bżonn li l-liġi tistabbilixxi b'mod ċar x'għandu jkun ir-rwol tal-gvern fl-isport.", "Is-segretarju parlamentari l-bieraħ qal li l- assoċjazzjonijiet, l-għaqdiet, il-clubs u l-ħafna persuni involuti fil- qasam sportiv huma l-atturi prinċipali, u hekk għandu jkun.", "Jien ngħid li r-rwol tal-gvern f'dan il-qasam għandu jkun dak li jiffaċilita, jgħin u li jħares l-interess pubbliku.", "B'dak li qed jiġi propost f'dan l-abbozz il-gvern se jkun wieħed mill-players ukoll.", "Imma fl- istess ħin jista' jbiddel ir-regolamenti x'ħin irid waqt din il-logħba.", "Allura jkun t-tajjeb li l-liġi tistabbilixxi x'għandhom ikunu r-rwoli ta' kulmin hu involut f'dan il-qasam, inkluż il-gvern.", "Is-segretarju parlamentari qal li l-Kunsill Malti għall-Isport m'huwiex xi korp ġdid.", "Fil- preżent nafu li jeżisti l-Kunsill Malti għall-Isport.", "Dan huwa korp konsultattiv mingħajr saħħa legali.", "Kif qed jiġi propost f'din il-liġi dan il-kunsill issa se jingħata setgħat li m'humiex biss konsultattivi, imma anke eżekuttivi.", "Barra minnhekk se jieħu wkoll ir-rwol li kien jagħmel id- dipartiment ta' l-isport u allura ir-rwol tiegħu se jinbidel kompletament.", "Il-gvern tal-ġurnata dan l-aħħar ħass il-bżonn li jaqsam liIl-Kunsill Malti għall-Isport eżistenti f'bord eżekuttiv u f'bord konsultattiv, pero` l- hekk imsejjaħ eżekuttiv jidher li sar parti mis-segretarjat privat tal- ministru u ftit li xejn tingħata informazzjoni.", "Sur President, l-Onor.", "Mugliett semma l-kuntratti tal-faċilitajiet sportivi u l-obbligi li dawn ipoġġu fuq il-Kunsill Malti għall-Isport preżenti.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-Kunsill Malti għall-Isport ħa post il-kunsilli lokali.", "Fl-ewwel riżoluzzjoni li ressaqna dwar trasferiment ta` faċilitajiet sportivi, l-obbligi li kien iġorr miegħu l-kuntratt li jkun sar bejn l-għaqda sportiva u l-gvern kienu jkunu fuq il-kunsilli lokali.", "Minn dak iż-żmien inqalgħu xi intoppi ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali u għal xi raġuni jew oħra oġġezzjonaw.", "Jidhirli mbagħad li mit-tieni riżoluzzjoni 'l quddiem dan l-inkarigu ngħata lill-Kunsill Malti għall- isport.", "Li ma fhimtx jien huwa proprju kellux ikun il-Kunsill Malti għall- Isport jew id-dipartiment ta` l-isport li jidħol għal dan l-inkarigu.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax id-dipartiment diġa' kellu n- nies u allura huma stess setgħu jaraw li dawn l-obbligi qed jiġu mħarsa.", "Ma nasħibx li hija ħaġa tajba li tgħaddi xi ħaġa fuq korp li sal-lum huwa wieħed konsultattiv u la għandu s-saħħa tan-nies u lanqas eżekuttiva.", "Sur President, dwar il-kompożizzjoni ta` dan il-kunsill qiegħed jingħad ukoll li ċerti persuni se jiġu esklużi milli jservu fuqu.", "M'iniex se nikkumenta fuq li membri ta` din il-Kamra ma jistgħux jiġu maħtua.", "Dik m'hemmx argumenti fuqha.", "Pero' nixtieq nikkumenta fuq il-fatt li kemm imħallef kif ukoll maġistrat se jiġu konsidrati bħala li m'humiex eleġibbli li jiġu maħtura fuq dan il-bord.", "Din hija xi ħaġa li ħoloqha l-Onor.", "Austin Gatt għax jemmen li l-maġistrati u l-imħallfin la għandhom jkunu appuntati f'bordijiet tal-gvern u lanqas ikunu involuti f'għaqdiet volontarji oħrajn.", "Dik hija l-idea tiegħu u ovvjament għandu kull dritt li jemmen hekk.", "Pero' l-fatt li huwa l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, naturalment din l-idea għandha aktar weight u qed tiġi implimentata.", "Pero' li nagħmlu din il-ħaġa anke fil-qasam sportiv, fl-opinjoni tiegħi, ikun żball.", "Tajjeb li ngħid li dawn huma persuni li dejjem taw kontribut tajjeb fil- qasam sportiv kemm lokali kif ukoll internazzjonali.", "Jiena m'iniex qed nirreferi biss għal dawk li bħalissa huma involuti f'dan il-qasam, imma qed nirreferi wkoll għal dawk li kien hemm fil-passat u għal dawk li forsi għad iridu jiġu fil-futur.", "Pero` nerġa` ngħid, ċertament li dawn il-persuni dejjem taw il-kontribut siewi tagħhom f'dan il-qasam.", "Hawnhekk irrid insemmi xi ħaġa li anke dehret fil-mezzi tax-xandir meta l-Maġistrat Antonio Mizzi ġie elett bħala membru fiż-żona Ewropea tal-basketball.", "Ċertament dan huwa unur mhux biss għall-persuna in kwestjoni, pero' huwa unur ukoll għall-assoċjazzjoni tal-basketball f'pajjiżna u anke għall- Malta.", "Li jkollok persuna li tiġi eletta b'maġġoranza kbira fl-ogħla organu ta` l-isport tal-basketball fl-Ewropa huwa unur, u dan meta tqis ukoll il- fatt li mill-pajjiżi żgħar kien hu u persuna oħra biss li ġew eletti.", "Dan juri l-isport jibbenefika minn dawn il-persuni kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala internazzjonali.", "Allura għandna bżonn li l-imħallfin u l- maġistrati jkunu involuti fil-qasam sportiv għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn ġid qed jagħmlu u mhux deni.", "Sur President, l-għanjiet u l-funzjonijiet ta` kunsill bħal dan ftit li xejn wieħed jista' jikkritikahom għaliex fl-aħħar mill-aħħar kollha huma tajbin.", "Pero' l-importanti huwa kif se jitħaddmu u kemm il-Kunsill Malti għall-Isport se jitħalla imexxi 'l quddiem dawn l-għanijiet li għalihom inħoloq, mingħajr indħil żejjed tal-ministru.", "Irrid nisħaq ukoll fuq l- importanza li jkun hemm trasparenza u accountability fuq dak kollu li jitwettaq, speċjalment f'dawk li huma donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi.", "Jiena nħoss li dawn id-donazzjonijiet m'għandhomx dejjem jingħataw lill-għaqdiet li jkunu fid-distrett tal-ministru responsabbli mill-isport, u dan ikun min ikun fil-gvern.", "Ma nixtieqx li jerġa` ikollna xi kwestjoni oħra bħalma kellna fl-1995 fejn il-ministru direttament ta Lm60,000 lill-Waterpolo Club ta' San Ġiljan biex isir xi żvilupp, liema żvilupp qatt ma sar.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-Ministru Refalo.", "Niftakar li kien hemm anke sentenza fil-qorti li ddisapprovat il-mod ta' kif dawn il-fondi għaddew li dan il-club.", "Issa seta' kien hemm rieda tajba, imma l-fatt huwa li dan m'huwiex il-mod kif il-fondi għandhom jingħataw.", "Il-fondi li kull ministru jkollu vvotati taħt id-dikasteru tiegħu m'humiex qegħdin hemm biex jużahom kif irid u kif ifettillu hu.", "Dawk huma fondi pubbliċi u allura wieħed irid ikun responsabbli u joqgħod attent li ma jsirux balbuljati bħal dawn.", "Sur President, paragrafu (a) ta` subklawsola (6) ta` klawsola 7 jitkellem dwar sponsorships kummerċjali u jgħid hekk:-", "Il-Kunsill jista`:", "a) jakkwista sponsorships kummerċjali għall-kunsill u jieħu sehem fi ftehim ta` marketing li jkun jinvolvi l-approvazzjoni tal-kunsill għal prodotti u servizzi relatati ma l-isport:\"", "Din hija xi ħaġa li l-għaqdiet kienu u għadhom kontra tagħha.", "Qed ngħid dan għaliex fi żmien fejn f'pajjiżna huwa evidenti li hawn diffikultajiet ekonomiċi finanzjarji aktar huwa diffiċli biex jinstabu sponsors għall- qasam sportiv.", "Issa permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport kif propost b'din il-liġi, il-gvern se jidħol f'kompetizzjoni diretta ma' l- assoċjazzjonijiet sportivi.", "Jiena naħseb li meta l-Kunsill Malti għall- Isport se jkollu l-possibbilta` li jgawdi mill-fond konsolidat u jissellef mill-banek, u għal dan se jkun qed jagħmel tajjeb il-gvern, għallinqas il- laqxa li l-għaqdiet sportivi jirċievu mingħand is-settur privat għandna nħalluha kollha kemm hi għalihom.", "Huwa importanti li l-gvern, permezz tal- Kunsill Malti għall-Isport, ma jidħolx f'kompetizzjoni ma` l-għaqdiet sportivi biex joħdilhom parti mill-isponsorships li s-settur privat jista` jagħtihom.", "Sur President, il-bieraħ l-Onor.", "Mugliett qal li l-kunsill huwa l-id tal- ministru u l-membri li jikkomponu dan il-kunsill iridu bilfors jaħdmu mal- ministru.", "Naħseb li din hija konferma tal-kritika tagħna li f'ħafna affarijiet, jekk mhux f'kollox, se jkun qed jiddeċiedi l-ministru.", "M'iniex qed ngħid biss għall-ministru tal-lum għax il-lum hemm hu u għada pitgħada jista` jkun hemm xi ħadd ieħor u jista` jinzerta li jkollok ministru li tista' ssejjaħlu dittatur li jkun irid jiddeċiedi kollux hu, u dan ikun jista` jagħmlu għax klawsola 9 tagħtih poteri qawwija.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar Il-ħaddiema tal-Kunsill Malti għall-Isport.", "Fil-preżent jidhirli li hemm madwar 75 impjegat mad- dipartiment taż-żgħażagħ u sport.", "Naħseb li kien ikun ħafna għaqli kieku dawk il-ħaddiema jiġu kkonsultati jew jiġu mgħarfa għallinqas b'dak li se jiġri.", "Niftakar li għamilt żewġ mistoqsijiet parlamentari fejn tlabt lill- ministru jgħidilna jekk sarux laqgħat għall-ħaddiema tad-dipartimenti konċernati biex jiddiskuti magħhom dak li l-gvern qed jipproponi u anke l- futur tagħhom.", "Qed ngħid dan anke fid-dawl ta' dak li konna għedna meta konna qed niddikustu l-liġi li tirregola l-kondizzjonijiet ta` l-impieg, b'liema liġi tajna d-dritt li l-ħaddiema għandhom ikunu informati dwar xi jkun qed jiġri fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Pero` l-gvern huwa l-ewwel wieħed li qed jikser dan il-prinċipju.", "Veru li l-liġi għadha m'għaddietx għax għadha fi stadju ta` kumitat, imma jibqa` l-fatt li l-prinċipju qiegħed hemm.", "Jiena naħseb li hija ħaġa minn ewl id-dinja li dawn il-ħaddiema kellhom jiġu kkonsultati u mgħarfa dwar il-futur tagħhom.", "Imma dan sal-lum għadu ma sarx, u t-tweġibiet li ngħatajt għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi jikkonfermaw dan.", "Sur President, ħaġa li diġa` semmejt, pero` nixtieq ngħid xi ħaġa oħra dwarha hija dwar kif il-faċilitajiet sportivi se jibdew jgħaddu f'idejn l- għaqdiet jew assoċjazzjnijiet sportivi wara li tgħaddi din il-liġi.", "Skond kif qed jingħad f'din il-liġi, il-proċedura ta` kif art tiġi trasferita se tinbidel u flokha se tidħol proċedura oħra.", "Jiena nħoss li kif inhi proposta din il-proċedura se tagħti lok għall-abbużi għax jidher li l- affarijiet mhux se jkunu daqshekk trasparenti.", "Fil-preżent, għaqda sportiva jew club li jkun interessat li jieħu f'idejh faċilita` sportiva għandha tapplika għand il-Kunsill Malti għall-Isport.", "Imbagħad jibdew il- proċeduri minn hemmhekk.", "Jaraw l-art ta' min, jaraw jekk hemmx problemi min- naħa tal-planning authority u min-naħa tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Meta l-proċeduri kollha jkunu tlestew il-gvern jipprepara riżoluzzjoni li tersaq għad-diskussjoni quddiem kumitat magħżul ta' dan il-Parlament.", "Jekk ikun hemm qbil unanimu – s'issa dejjem kien hemm - id-diskussjoni ssir f'dan il- kumitat.", "Imma jekk ma jkunx hemm qbil unanimu d-diskussjoni trid ssir fil- Parlament.", "Vera li hija proċedura pjuttost twila u tinvolvi ħafna xogħol pero` din hija proċedura trasparenti għax qed ikun il-Parlament li qed jagħti dawn il-faċilitajiet sportivi.", "Kif qed jiġi propost b'din il-liġi, kważi kważi għaqda jew assoċjazzjoni sportivi trid tmur quddiem il-ministru mill-ewwel biex dan japprova dak li trid din l-għaqda jew assoċjazzjoni.", "Ovvjament xorta waħda wieħed irid jara jekk hemmx xi oġġezzjoni min-naħa tad-dipartiment ta' l-artijiet u min-naħa ta` l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Jiġifieri ċerta proċedura li teżisti għandha tibqa' tiġi osservata.", "Pero` meta qed isir dan il-Parlament se jinqabeż.", "Għaliex?", "Għax meta l-ministru se jkun qiegħed jgħaddi xi faċilita` sportiva lil xi għaqda jew assoċjazzjoni, din se tiġi ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern, imbagħad titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u tiġi diskussa biss jekk ikun hemm xi oġġezzjoni.", "Jien naħseb li għandna nżommu l- istess proċedura li adottajna s'issa fit-tliet riżoluzzjonijiet li ressaqna quddiem dan il-Parlament.", "Sur President, fi klawsola 18 li titkellem fuq it-tmexxija ta` faċiltajiet sportivi hemm żewġ subklawsoli li għandhom bżonn ta` spjegazzjoni f'aktar dettall biex inkunu nafu eżatt il-gvern x'qed jifhem bihom.", "Qiegħed nagħmel riferenza b'mod partikolari għal subklawsi (8) u (12).", "Huwa importanti li fl-istadju tal-kumitat wieħed jagħti iktar dettall dwar x'qed nifhmu b'dak li qed jingħad f'dawn is-subklawsoli ħalli nkunu aktar ċari f'dak li qed nagħmlu.", "Sur President, il-Fond għall-Isport, kif qal tajjeb is-segretarju parlamentari, kien twaqqaf ma' l-ewwel riżoluzzjoni li għaddiet fl-1997 biex iċ-ċnus u l-kirjiet li jkunu daħlu mill-faċilitajiet sportivi u li kienu għaddew għand l-għaqdiet sportivi jmorru f'dan il-fond bil-ħsieb li jerġgħu jiġu investiti biex isir żvilupp fil-faċilitajiet mogħtija lilhom.", "Fil-fatt anke minn tweġiba li l-ministru ta dan l-aħħar jirriżulta li f'dan il-fond s'issa hemm madwar Lm79,805 u minnhom għadu ma ntefaq xejn.", "Meta il- Kunsill Malti għall-Isport kien immexxi minn Fr Hilary il-ħsieb kien li l- kunsill jgħin lil dik l-assoċjazzjoni, l-għaqda, jew club li jippreżenta proposti serji għal żvilupp ta` faċilitajiet sportivi.", "Ovvjament, wieħed irid ukoll jgħid minn fejn kien se jġib il-flus biex joħroġ ix-share tiegħu biex mbagħad il-kunsill ikun dispost li joħroġ x-share tiegħu wkoll.", "Jiena naħseb li din hija proċedura li wieħed għandu jikkonsidraha biex dawn il- fondi jintużaw esklussivament għall-iżvilupp ta' faċilitajiet sportivi.", "Sur President, klawsoli 20 u 21 jitkellmu fuq direttorati u kumitati konsultattivi.", "Dwar dan nkunu nistgħu nagħmlu aktar kummenti fl-istadju ta' kumitat.", "Pero` jekk, per eżempju, b'kumitati konsultattivi qed nifhmu kumitati tekniċi, kif spjega s-Segretarju Parlamentari llum irridu noqogħdu attenti biex din ma ssirx ir-regola għax b'hekk il-kunsill xorta tkun qed iddgħajfu mill-banda l-oħra għax il-ministru mbagħad għandu s-say tiegħu kemm fid-direttorati kif ukoll fil-kumitati konsultattivi.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq id-dispożizzjonijiet finanzjari u nirriferi għall-klawsola 24 li titkellem fuq fondi minn lotteriji pubbliċi.", "Ħafna drabi jingħad li persentaġġ tal-flus li jinġabru minn lotteriji pubbliċi għandhom jmorru għall-oqsma soċjali, fosthom l- isport.", "Tajjeb li nfakkar li meta kienet ġiet introdotta l-lotterija tas- super 5 l-idea kienet li 35% mid-dħul għandu jmur għall-isport.", "Jekk nieħdu l-ammont ta' flus li daħlu mil-lotterija tas-super 5 għas-sena 2001 insibu li daħlu aktar minn Lm8.6 miljun.", "Issa 35% ta` dan l-ammont, jekk il-kalkoli tiegħi huma tajbin, jiġi kważi Lm3 miljun....", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma naħsibx li l-Onor.", "Abela huwa korrett f'dak li qed jgħid.", "Safejn naf jiena il-35% hija abbinata mal-lotterija scratch and win u mhux mas-super 5.", "Barra minnhekk mhux 35% tad-dħul imma 35% tal- profitti.", "Ma jidhirlix li hemm xi ammonti speċifikati fuq is-super 5.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Niċċekkja dwar dan aktar tard.", "Pero` l-argument tiegħi huwa li dawn il-flus verament imorru għall-isport u nixtieq li ma jkunx il-ministru responsabbli għall-finanzi li jiddeċiedi kif se jitqassmu u kif se jintnefqu dawn il-flus.", "Dawn il-fondi nistgħu ngħadduhom mill- ewwel fil-Fond għall-Isport li se jkun f'idejn il-Kunsill Malti għall- isport u mbagħad għandu jkun il-ministru responsabbli mill-isport li jiddeċiedi kif għandhom jintnefqu u kif għandhom jitqassmu.", "Jiena nħeġġeġ biex iktar fondi mil-lotteriji jgħaddu għall-qasam ta` l-isport.", "Sur President, klawsola 35 titkellem dwar ir-reġistru ta` persuni sportivi.", "Din hija xi ħaġa pożittiva u huwa tajjeb li jkun hemm il-ħtieġa ta` reġistrazzjoni u nħoss li l-għajnuna jew xi benefiċċju għandhom jingħataw biss lil dawk li jkunu reġistrati fir-reġistru ta` persuni sportivi ħalli verament indaħħlu iktar serjeta` fl-operat ta' l-isport f'pajjiżna.", "Sur President, naħseb li klawsola 41 għandha tkun diskussa aktar fid-dettal fl-istadju ta' kumitat għax kif hi miktuba naħseb li hija wiesgħa ż-żejjed.", "Din il-klawsola titkellem fuq pubblikazzjoni ta' dokumenti u informazzjoni.", "Jiena ngħid li jista` jkun hemm ċerta informazzjoni li forsi m'għandhiex tiġi ppubblikata b'dak il-mod li tgħid klawsola 41.", "Naħseb li rridu naraw jekk din il-klawsola tmurx kontra l-liġi tal-privatezza.", "Sur President, dwar il-kontroversja fl-isport irrid ngħid li jkun tajjeb li ngħidu eżatt x'qed nifhmu b'kontroversja fl-isport.", "Fil-liġi qiegħed jingħad li jekk ikun hemm xi kontraverja bejn il-kunsill u xi terzi din għandha tiġi solvuti billi jmorru qudiem l-arbitraġġ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-liġi dan tobbligah biss meta n-natura tad- dispute tkun fuq il-proprjeta`.", "Jiġifieri fuq affarijiet interni ta' kompetizzjonijiet, ta' dixxiplina ta' players, eċċ. mhux qed nobbligah.", "Imma fuq kwestjoni ta` proprjeta` li tkun qed tiġi ġestita mill- assoċjazzjoni, jekk dik hija proprjeta` mgħotija mill-gvern, qed nitolbu arbitraġġ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-liġi ta` l-arbitraġġ fil-fatt tagħti l- opportunita' biex iż-żewġ partijiet jmorru arbitraġġ.", "Jiena naħseb li għandna nikkonsidraw mill-ġdid il-fatt li din se nagħmluha tassattiva fuq kwestjonijiet bejn il-kunsill u terzi.", "Din il-proċedura daħlet fir- riżoluzzjonijiet tal-faċiliatjiet sportivi u qed tidħol anke f'affarijiet oħrajn u naħseb li jkun tajjeb li niddiskutuha.", "Sur President, dwar il-Bord ta' l-Appell għall-Isport irrid ngħid li dan għandu jkun aktar speċifiku dwar x'jista' u min jista' jmur quddiemu ħalli l-affarijiet ikunu aktar ċari.", "Per eżempju, konflitt intern f'għaqda jista' jispiċċa quddiem dan il-bord?", "Kif fhimt jien hemm ċerti affarijiet oħra li jistgħu jispiċċaw quddiem dan il-bord ukoll.", "Pero` fl-istadju tal- kumitat inkun nista` nidħol aktar fid-dettall għax issa m'għandiex ħin biżżejjed.", "Dwar il-preskrizzjoni irrid ngħid li żmien ta' sitt snin, għallinqas fuq pariri li ħadt, naħseb li huwa daqsxejn iż-żejjed, speċjalment meta qegħdin nitkellmu fuq materji li għandhom x'jaqsmu ma' l- isport.", "Naħseb li m'għandniex inħallu preskrizzjoni ta' sitt snin fuq kwestjonijiet sportivi għax inkella kwestjoni ddum tkaxkar ħafna fit-tul.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li minħabba li nħoss li dan l-abbozz mhux se jilħaq l-għan primarju tiegħu, jiġifieri li l-isport jiġi żviluppat bis-serjeta`, u minħabba li kollox jew ħafna jiddependi mill-ministru, apparti mill-fatt li ma ġejniex mogħtija raġuni sodisfaċenti biżżejjed għalfejn għandu jispiċċa id-dipartiment ta` l-isport, aħna bħala oppożizzjoni se nivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Naturalment fl- istadju ta' kumitat se nagħtu l-kontribut tagħna sabiex il-liġi tiġi mtejba, u dan se nagħmluh għax nemmnu fl-importanza li l-isport għandu għas-soċjeta` Maltija u Għawdxija.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li kienu l-gvernijiet laburisti tas-sebgħinijiet u t-tmenijijiet, inkluż dak ta` bejn l-1996 u l-1998 li dejjem wettqu politika li ssostni l-isport fi spettru wiesa' għas-soċjeta' tagħna.", "Dan għax dejjem emminna fl- importanza li l-Maltin u l-Għawdxin ikollhom organizzazzjonijiet attrezzati b'faċilitajiet li tabilħaqq jistgħu jintegraw lis-soċjeta` kollha f'dan il-qasam tant vast.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-ewwel ministru responsabbli għall-isport kien deher taħt amministrazzjoni laburista.", "Mhux hekk biss, imma taħt gvernijiet laburisti twieldet ukoll politika li tat lill-Maltin u l-Għawdxin ħafna mill-faċilitajiet soprtivi li fl-imgħoddi kienu jintużaw mill-forzi armati Ingliżi li kien hawn f'pajjiżna.", "Ta` min wieħed ifakkar ukoll li kienu gvernijiet laburisti li ftehmu ma' pajjiż ġar tagħna, qed nirriferi għal-Libja, biex setgħu jinġiebu fondi biex inbena l-istadium nazzjonali f'Ta' Qali.", "Kien ukoll fi żmien gvernijiet Laburisti li għall-ewwel darba ġew introdotti football grounds bit-turf fil-gżejjer tagħna biex fihom jintlagħbu logħbiet internazzjonali u dawk tal-premier league.", "Kellhom ikunu wkoll gvernijiet laburisti li solvew il-problema li kellha l-MFA meta fi żmien ma kenitx f'pożizzjoni li torganizza u tiggarantixxi ċerta skeda tal-kampjonat minħabba li l-kirja privata għall-istadium nazzjonali tagħha.", "Għaliex qed nagħmel dawn l-osservazzjonijiet?", "Qed nagħmel dawn l- osservazzjonijiet biex ħadd minn dawk il-ħafna orkestri li l-biċċa l-kbira minnhom jippompjaw kontra l-oppożizzjoni laburista ma jaħseb li għax aħna se nivvotaw kontra dan l-abbozz aħna għandna xi ħaġa kontra l-iżvilupp fil- qasam sportiv.", "Sur President, permezz ta` din il-liġi se jkunu kkontrollati ċerti deċiżjonijiet u dan jista` jirriżulta f'nuqqas ta' trasparenza fit- tqassim ta' fondi għall-isport għal kulħadd, inkluż dawk il-persuni b'diżabilita`.", "Allura aħna nemmnu li hemm raġunijiet li għandna nikkontestaw f'dibattitu ta' din ix-xorta.", "Il-faċilitajiet sportivi f'pajjiżna ftit li xejn ingħataw importanza.", "Mhux qed ngħid għall- faċilitajiet li jużaw l-organizzazzjonijiet il-kbar li forsi jkollhom ukoll is-support ta' ċerti sponsors u anke ċertu support mill-media lokali.", "Kulħadd jaf li l-isport ewlieni jattira iktar nies u allura jieħu aktar spazju tal-media meta tkun qed tagħti xi tagħrif dwar l-andament ta` tali sport.", "Irridu nifhmu li filwaqt li din hija parti mis-sistema u parti mill- ħajja li ma tistax tbiddilha, fl-istess ħin irridu nassiguraw li l-gvern iżomm l-obbligu tiegħu li jżomm dejjem għajnejh miftuħin dwar din is- sitwazzjoni.", "Jiena fil-qasam sportiv dejjem kont nieħu gost inħares lejn in-nagħġa l- mitlufa.", "Jiena kont insegwi l-football, il-basketball u sports ieħor.", "Dan grazzi għas-soċjeta` missjunarja ta' San Pawl ġewwa r-Rabat li fil- faċilita` sportiva tagħha, iċ-ċentru Depiro, kienet kontinwament iżżomm attivitajiet sportivi għall-benefiċċju tal-komunita`.", "Forsi dan kien l- iktar li dawwalni biex nifhem ħalli nipparteċipa fi spettru ieħor li mhux daqstant integrat fil-kamp sportiv f'pajjiżna.", "Per eżempju, jiena kelli l- esperjenza li nwaqqaf organizzazzjoni li għadha ħajja sal-lum.", "Din l- organizzazzjoni torganizza dak li aħna ngħidulu l-off-road motor sports.", "Jiġifieri torganizza tlielaq ta` muturi u karozzi 'l barra mit-triq.", "Dawn isiru f'postijiet speċifiċi li la jagħmlu impatt fuq l-ambjent rurali u la fuq il-ħajja tan-nies u naturalment lanqas joħolqu riskji żejda fuq saħħet l-isportiv jew l-organizzatur.", "Biex aħna jkollna organizzazzjoni li tkun iktar attiva u tilħaq iktar id- dilettanti ta` dan l-isport, fl-1985 kien hemm ftehim li l-parteċipanti ta` dan l-isport ried ikollhom ilbies iktar protettiv u li għandhom isuqu f'zoni li ma joħolqux inkonvenzjent.", "Ħalli nġib eżempju x'kien jiġri fl- 1985.", "Kulħadd jaf li n-naħa tagħna għandna l-belt siekta ta' l-Imdina li taħtha kienu jsiru dawn il-kompetizzjonijiet tal-muturi.", "Tista` taħseb int x'impatt kienu jħallu dawn il-kompetizzjonijiet.", "Allura kien ġie miftiehem biex din il-policy tinbidel u l-kompetizzjonijiet jsiru f'zona apposta.", "Din iż-żona hija dik li aħna nsejħulha l-park nazzjonali ta' Ta' Qali.", "Dak iż-żmien aħna konna bdejna niżviluppaw din il-korsa sabiex nilqgħu lill-imseħbin ta` din l-organizzazzjoni fiha.", "Konna wkoll għamilna regolamenti dwar x'ilbies protettiv il-kompetituri għandhom jilbsu.", "Niftakar ukoll li għamilniha ċara li l-muturi tagħhom ma kenux jistgħu jinstaqu fit-toroq.", "Setgħu jinstaqu biss f'din iz-zona, u b'mod kompetittiv biss.", "Jiġifieri qisu għandek tractor li trid tużah biss u bilfors biex taħdem l-uċuh tar-raba' bih.", "Kien ġara li din l-art ġewwa ta` Ta` Qali kienet ġiet rakkmandata, mill-Perit Spiteri dak iż-żmien, biex fuqha jsir dan il-park nazzjonali u aħna ngħatajna zona oħra ġewwa Ta' Qali stess.", "F'dan il-post aħna la kellna impatt negattiv fuq il-ħajja u l-anqas fuq il- wirt rurali tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Aħna tlaqna minn taħt is-swar ta' l- Imdina u morna f'zona fejn diġa` kien hemm attivita` sportiva u attivitajiet oħra għaddejjin.", "Kien hemm diġa` il-pitkalija fejn jidħlu ħafna vetturi u l-istadium nazzjonali li kien iġib ċertu moviment.", "Peress li dak iż-żmien diġa` kien hawn il-four wheel drive u allura bdew jinħolqu ċerti problemi kif kienu joħolqu d-dilettanti tal-muturi meta kienu jmorru jipprattikaw fil-kampanja – dawn kien ikollhom ħafna nkwiet mal-bdiewa u mar-raħħala - rajna kif nintroduċu tip ta' sport ieħor biex għall-ewwel darba s-sewwieqa tal-karozzi ma jkollhomx biss t-tellieqa tal- kwart ta' mil, imma jkollhom ċirkwit hemmhekk u b'mod organizzat jistgħu jieħdu pjaċir u jipprattikaw l-isport favorit tagħhom.", "Pero` minkejja l- popolarita` ta' dan l-isport, ftit li xejn ingħataw spazju dawn id- dilettanti.", "Qed ngħid dan mhux bi kritika għal naħa jew oħra, imma biex niġġustifika l-fatt li l-oppożizzjoni tqis li mhux in-numru u l-marketing huwa l-aktar importanti, kif sfortunatament huwa x-xenarju tal-lum, imma l-prinċipju ta' l-isport innifsu.", "Sur President, inġib eżempju ieħor fuq l-isport għall-persuni b'diżabilita'.", "Jiena kelli okkażjoni li f'pajjiżna nintroduċi l-isport għall-għomja.", "Niftakar meta kont għamilt riċerka personali biex nara x'tip ta' sport jista' jintegra aktar persuni b'diżabilita' kont sibt li dak iż-żmien, madwar xi għaxar snin ilu, ma kienx hawn sport li qed jiġi pprattikat minn persuni għomja.", "Dejjem b'moħħi fuq quddiem li nirrispetta l-ġid komuni ta' dan il-poplu, kont ħadt l-inizjattiva u ntroduċejna logħob tal-ballun għall-għomja li għalkemm ma jarawx kienu jistgħu jimmarkaw il-ballun permezz tal-ħoss ta` qampiena.", "Konna wkoll introduċejna l-isport tar-roti permezz tat-tandem.", "Apparti li waqqafna din l- organizzazzjoni, ħadna ħsieb ukoll li nikkrejaw strutturi li permezz tagħhom nistgħu anke nattiraw anzjani biex jipprattikaw dan it-tip ta` sport.", "Jiġifieri filwaqt li wieħed jista` jgħid li saru ħafna bankini moderni u saru ħafna aċċessibbiltajiet biex jiffaċilitaw lill-persuni b'diżabilita`, huwa żgur li ftit li xejn sar biex nintegraw il-prinċipju ta` l-isport favur il-persuni nieqsa mid-dawl.", "Jiena qed ngħid dan mhux biss mil-lat ta' kritika, imma wkoll biex inkompli nissustanzja d- direzzjoni tal-partit Laburista li fi ħdanu mhux biss għandu nies li jiġu jikkummentaw u jitkellmu fuq dawn l-abbozzi ta' liġi, imma għandu numru ta' nies - mhux qed nirriferi għalija, imma għal oħrajn - li huma attivi immens biex tabilħaqq isostnu l-prinċipju veru li s-soċjeta` tagħna tagħti spazju lil kull Malti u Għawdxi li jipparteċipa fl-isport.", "Nerġa` ngħid li n-numru żgħir jew kbir ta' sportivi, ta' faċilitajiet u ta' marketing m'għandux jaffettwa dan il-għan.", "Sur President, l-għan ta' l-għaqdiet sportivi huwa li huma jkunu l- mutur fl-isport u allura għandhom rwol ċentrali u rridu naraw li dan ir- rwol li għandhom ma niżbilanċjawhx.", "Anzi rridu nkunu dejjem attenti li l-bilanċ f'dan ir-rwol dejjem insostnuh minkejja li f'pajjiżna llum il- marketing u n-numru huma l-aktar importanti u mhux il-parteċipazzjoni.", "Allura f'dan is-sens wieħed bilfors irid jgħid li meta ċerti deċiżjonijiet jittieħdu abbażi ta' numru u ta' popolarita` din tkun xi ħaġa li pjuttost iddgħajjef ir-rwol ċentrali li jista' jkollhom ċerti għaqdiet.", "U dan huwa li jinkwetana.", "Għaliex?", "Għaliex filwaqt li wieħed jifhem il-validita` ta' ċerti aspetti li jinkorpora fih dan l-abbozz, wieħed ukoll jara li dan l-abbozz għandu ċerti loopholes.", "Per eżempju, wieħed mis-servizzi li f'pajjiżna rridu ntejbu, bla dubju ta` xejn huwa s-servizz ta' l-ilma.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax ħafna ċentri sportivi jkollhom bżonn ta` ħafna ilma biex jikkultivaw il-pitches tat-turf tagħhom.", "Ħafna clubs tal-football ikollhom bżonn ħafna ilma biex 'il quddiem ikunu jistgħu jagħmlu il-football grounds tagħhom bit-turf ħalli jkunu jistgħu jiżviluppaw u jgħollu l-livell tat-teknika tal-football, imma l-gvern matul dawn is-snin ma kienx attent biex fil-pjanijiet tiegħu jara li jkun hemm ilqugħ għall-ilma.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili inwaqqfek għax sar il-ħin.", "Se tibqa` in possession?", "ONOR.", "FARRUGIA: Iva, nibqa` in possession.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2002 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali –Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Elezzjonijiet Ġenerali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kostituzzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Grazzi, Mr Speaker.", "Naħseb li llum il-poplu Malti u Għawdxi kollu jaf li l-partit Nazzjonalista japprofitta ruħu b'xi ġurament falz u juża l-qrati għall-vantaġġ tiegħu.", "Dan sar anke fil-kwestjoni li m'ilux il-poplu sar jaf biha, jiġifieri l-kwestjoni tat-trasmissjoni tat- trasmitter tal-partit Nazzjonalista.", "F'din il-kwestjoni uża l-qorti ħalli jieħu l-flus.", "Illum m'għandix ħin biżżejjed biex nispjega kollox u għalhekk se nispjega l-ewwel parti pero` meta jasal il-mument, darb'oħra nkompli nispjega l-affarijiet.", "Tajjeb li ngħid li meta tela' fil-gvern fl-1996, il-partit Laburista kien sab problema fejn kien hemm min applika biex ikollu stazzjon tat-television pero` ma setax jingħata liċenzja għar-raġuni li fuq studju li sar taħt gvern Nazzjonalista kien irriżulta li ma setax ikun hemm trasmissjonijiet mill-arblu tal-Għargħur minħabba problema teknika rigward il-master antenna.", "Skond il-partit Nazzjonalista ma setgħetx issir trasmissjoni minn hemmhekk u allura wieħed ried isib metodu biex ikun jista' jagħti liċenzja biex it-trażmissjonijiet isiru minn x'imkien ieħor.", "Kienet ħarġet l-idea li jkun hemm farm ta' antennae, jiġifieri area fejn ikun hemm miġburin l- antennae kollha ta' l-istazzjonijiet tat-television li jitrażmettu minn hemm.", "Din l-idea kienet spiċċat quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar li sabet problema kbira biex toħroġ il-permessi.", "Mr Speaker, meta mbagħad għadda ż-żmien, tela' l-partit Laburista fil-gvern fl-1996 u kien iffaċċjat b'din il-problema.", "Sab li kien hemm min applika biex jiftaħ stazzjon pero` ma setgħetx tingħata liċenza, kemm għar-raġuni li l-awtorita` ta' l-ippjanar kienet kontra li jkun hemm dan il-farm fejn isiru l-antennae biex jitrażmettu minn hemm kif ukoll minħabba li kien hemm il-problema teknika li ma setgħux jitrażmettu stazzjonijiet iktar fuq il- UHF mill-Għargħur.", "Il-partit Laburista beda jaħdem mill-ewwel fuq din il- problema, pero` fil-frattemp il-partit Nazzjonalista ħabbar li se japplika biex jittrażmetti bit-television.", "Nesa - għaliex dan il-partit minn dejjem kien il-partit tal-kuntrumbajsi - li hu kien stqarr li mhux se jagħmel stazzjon tat-television.", "Kien qal li ma kienx se jagħmel stazzjon tat- television imma mbagħad dawwar fehemtu.", "Fil-fatt hawnhekk għandi ittra datata 12 ta' Diċembru 1996 indirizzata lill-prim ministru ta' dak iż- żmien, Alfred Sant minn Dr Fenech Adami, li tgħid hekk:", "\"Onor. Prim Ministru,", "Kif diġa` mħabbar, il-Partit Nazzjonalista beħsiebu jagħmel domanda għal-liċenzja tax-xandir bit-television.", "Qabel ma nkunu f'pożizzjoni li nordnaw l-apparat meħtieġ, huwa neċessarju li jsiru diversi provi tekniċi.", "Għal dan huwa meħtieġ li tiġi assenjata frekwenza, u għalhekk nitolbok li fis-setgħa mogħtija taħt l-Ordinanza dwar it-Telegrafija mingħajr Fili, talloka frekwenza 50 lill-Partit Nazzjonalista sabiex ikunu jistgħu jsiru l-imsemmija provi tat-trażmissjonijiet.", "Jien ċert ukoll li inti m'għandek l-ebda diffikulta` li tagħti l- frekwenza neċessarja forsi flimkien ma' frekwenzi oħra lill-awtorita` sabiex din tkun tista' toħroġ il-liċenzja neċessarja wara li l- applikazzjoni tkun ġiet ipproċessata.", "Int taf ukoll li m'hemmx spazji iżjed disponibbli fuq il-master antenna tal-Għargħur u għalhekk huwa meħtieġ li biex jingħataw liċenzji oħra ta' trażmissjoni bit-television tiġi emendata l-iskeda li hemm ma' l-Att dwar ix-Xandir ta' l-1991 permezz ta' regolamenti li jsiru bis-saħħa ta' artiklu 35 ta' l-istess liġi.", "Jidhirli li l- emendi meħtieġa għandhom jiġu promulgati fi żmien qasir.\".", "Dan huwa Dr. Fenech Adami, il-kap tal-partit Nazzjonalista, li fit-12 ta' Diċembru kiteb u wera li jaf li mill-Għargħur ma setgħux jitrażmettu.", "Mela dan ikkontradixxa lilu nnifsu u lill-partit tiegħu meta qal li ma riedx li jkollu transmitter tat-television u wkoll qed jitlob biex ikollu channel 50 u biex ikollu permess.", "Imma x'ġara?", "Ġara li l-partit Laburista kompla l-istudju biex jara jsibx soluzzjoni.", "Fil-fatt l-ewwel ħaġa li għamel kienet li ra x'se jiġri u kien sab soluzzjoni billi wieħed juża l-antenna tiegħu f'postijiet oħra barra mill-Għargħur.", "Għal dan il-għan saret laqgħa bejn iċ-chairman ta' l-awtorita` tax-xandir u l-prim ministru, li fiha kont preżenti jien ukoll, fejn il-prim ministru ddeċieda li jalloka ċ- channels lill-awtorita` tax-xandir biex hi tallokahom lil dawk li japplikaw għal stazzjonijiet.", "Hawnhekk se naqra ittra mibgħuta mill-prim ministru Alfred Sant fid-19 ta' Lulju 1997 lil Dr J Pirotta bħala chairman tal- broadcasting authority fejn qal hekk:", "\"Dear Dr Pirotta,", "I refer to the conversation we had yesterday in my office in parliament and would like to confirm the following:", "In terms of section 18 of the Broadcasting Act 1991, the government is assigning UHF television channels 42, 44, 50 and 53 to the broadcasting authority for use by licenced private nationwide television broadcasters.", "Now that the government has completed the technical work involved in the matter, it has been confirmed that television transmission on new UHF from Għargħur is not technically possible, therefore these channels may be used from other sites and with antennae that may be approved by the Planning Authority and the Department of Wireless Telegraphy.", "Furthermore, use of these channels is also subject to compliance with any other relevant law.\".", "Mela hawnhekk għamilha ċara li t-trażmissjonijiet m'għandhomx isiru mill- Għargħur minħabba li ma setgħux isiru trażmissjonijiet iktar mill-UHF pero` qed jgħidlu wkoll li tah iċ-channels, u li dawn ikunu jistgħu jintużaw minn siti oħra.", "Fil-fatt kienet ħarġet press release numru 13 ta' l-1998 li kkonfermat dak li ntqal f'din l-ittra li bagħat il-prim ministru liċ- chairman ta' l-awtorita` tax-xandir u li iktar tard se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mr Speaker, dan kien f'Lulju ta' l-1997.", "Iktar tard, meta konna qed naħsbu biex nagħmlu l-avviż legali li wieħed ikun jista' jittrażmetti minn antennae oħra, u allura wieħed irid jara kif jagħmel dawn l-affarijiet billi nibdlu l-liġi, iċ-chairman tal-broadcasting authority l-Prof.", "Pirotta kiteb lill-prim ministru Alfred Sant fit-18 ta' Frar 1998, jiġifieri xi sitta jew seba' xhur wara, fejn qallu hekk:", "\"Dear Prime Minister,", "Television station licencing.", "May I refer to our letter of 16th July 1997, assigning to the authority four UHF tv channels for use by licenced private nationwide television broacasters.", "As you may be aware, the authority issued test transmission licences some time ago to the Nationalist Party and to Smash Communications Ltd. in connection with the application for broadcasting licences.", "Both organisations are in the process of finalising the preparations for the commencement of regular transmission and the Nationalist Party has now indicated that he obtained approval from the Planning Authority for their action of its permanent tower at Iklin.", "You will recall that last July, government has announced his intentions to issue a legal notice making it legally possible for broadcasting services to operate independently of the master antenna tower at Għargħur.", "This has become necessary as the tower could not support additional television apparata and for other technical reasons.", "As this amending legal notice has not yet been issued, the authority still finds itself in the position where it cannot license broadcasting services to operate from places other from the existing antenna site at Għargħur.", "I am sure you will appreciate that this anomalous situation needs to be rectified as early as possible.\".", "Iċ-chairman qed jgħid li liċenzja għandhom imma m'hemmx l-emenda fil-liġi tal-broadcasting biex ikunu jistgħu jitrażmettu minn antenna oħra.", "Jien se npoġġi kopja tagħha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Din l-ittra hemm nota fuqha indirizzata lili biex jien nipprepara dan l-avviż legali ħalli mmexxu u ħalli l-partit Nazzjonalista jkun jista' jitrażmetti kif suppost.", "Fil-fatt ħarġet il-liċenzja iktar tard u fil-liċenzja kien hemm speċifikata l- kondizzjoni li ma jitrażmettix mill-Għargħur.", "Mela l-liċenzja li ħarġet il-broadcasting authority hija ċara u tonda li ma jitrażmettux mill-Għargħur, u wasalna għal dawn il-konklużjonijiet wara l- istudji li għamel il-partit Nazzjonalista qabel u wara li konna kkonfermajna li l-problemi għadhom hemm.", "Dan ifisser li aħna għamilna minn kollox biex nagħtu liċenzja lill-partit Nazzjonalista.", "Minkejja li qal li ma jridx li jkollu television biex ikun jista' jitrażmetti, aħna rajna li ssir xi ħaġa biex joħroġ il-permess ħalli tkun tista' ssir antenna x'imkien ieħor biex ikunu jistgħu jitrażmettu.", "Mr Speaker, minkejja din il-kundizzjoni li ma setgħux jitrażmettu mill- Għargħur u minkejja li anke l-avviż legali jgħid li biex tagħmel użu minn antenna oħra ta' trażmissjoni ta' television irid ikun hemm bil-miktub ukoll mill-ministru, jidher ċar li dawn marru fil-Għargħur jitrażmettu.", "Fil-kwestjoni ta' l-ewwel liċenzja kien hemm l-approval dwar minn fejn se jitrażmettu pero' rigward trażmissjoni mill-Għargħur jien qatt ma naf - u dan ngħidu bil-ġurament - li ġejt avviċinat biex niffirma u ffirmajt.", "Jiġifieri liċenzja waħda kien hemm.", "Din kienet iffirmata mill-prim ministru u fiha kien hemm il-kundizzjoni li ma jitrażmettux mill-Għargħur.", "Imbagħad kien hemm kwestjoni ta' xi ħadd li ried jitrażmetti mill-Għargħur u jagħmel it-testijiet minn hemmhekk.", "Dwar dan kien irrapporta xi ħadd l- uffiċċju tiegħi, il-wireless telegraphy u lill-kummissarju li se jagħmlu testijiet minn hemmhekk u dan ġie mwaqqaf.", "Ma kenux tal-partit Nazzjonalista imma kien ħaddieħor.", "Dan ġie mwaqqaf għaliex kien se jagħmel l-interferenzi ma' stazzjon ieħor, ħaġa li hija kontra l-liġi.", "Wara dan, imbagħad ħareġ il-permess biex jitrażmetti minn hemm.", "Mela l-kummissarju ra mill-ewwel u l-broadcasting authority l-istess, qagħdet fuq il-wireless telegraphy għaliex kellha d-dritt ukoll u ma tagħtux liċenzja minn hemm u waqfitu wkoll.", "Dawn l-affarijiet ma jidhrux!", "Dwar dan il-fatt ingħataw ħafna verżjonijiet u jiena għalhekk għamilt stedina biex nagħmel programm fuq it-television ta' sagħtejn ħalli npoġġi d- dokumenti u l-affarijiet kollha ħalli l-poplu jkun jaf.", "Wara dan morna l- qorti għax ovvjament saret kawża kontra l-kummissarju tal-wireless telegraphy u issa ngħatat din is-sentenza mill-qorti li fl-ebda parti minnha, la jien u lanqas Alfred Sant ma ninstabu ħatja ta' diskriminazzjoni politika.", "Fis-sentenza jingħad ċar li m'hemmx firma tal-ministru li qed jgħidilhom biex jitrażmettu minn hemm.", "Imma mhux dik hija l-kwestjoni kollha.", "Il- kwestjoni kollha hi li jien spiss semmejt din il-kwestjoni u allura f'ġieħ id-demokrazija, it-trasparenza u s-serjeta` il-kummissarju kellu l-obbligu li jgħajjatli bħala xhud.", "Għaliex ma għajjatlix?", "X'biżgħa kien hemm?", "Illum jidher ċar li ma għajtulix għaliex jien diġa` kont semmejt l-istorja u għedt il-verita'.", "Hawnhekk irrid ngħid li hemm affarijiet oħra li rrid insemmi.", "Dan ma jafx bihom, u jidher li ma jafx bihom.", "Ma qaluhomlux, lanqas dak li għedt jien ma qalulu.", "Mr Speaker, kien jidher ċar li l-partit Nazzjonalista triq waħda kellu, li juża l-qorti biex jieħu somma flus.", "Id-direttur nafuh, kien nazzjonalist magħruf u l-kummissjarju tal-pulizija nazzjonalist magħruf ieħor ta' ħokkli dahri u nħokk tiegħek.", "M'hemmx għalfejn insemmi xi ġralhom dawn u kif spiċċaw f'postijiet tajba.", "Din hija s-sitwazzjoni!", "Dan huwa skandlu.", "Mela mbagħad jiġu d-diriġenti tal-partit Nazzjonalista u jgħidu li jien ma kienx hemm għalfejn nitla'!", "X'jiġifieri ma kienx hemm għalfejn nitla'!", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed ngħid li kien hemm il-gideb u ma ntqalitx il- verita'.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inti temmen bid-demokrazija taf li l- kummissarju kellu dritt jgħajjatli.", "Mhux jien immur, imma jgħajjatli jrid, u f'ħaġa bħal din kellu jgħajjatli.", "Kif ma għajjatlix meta dan jaf li jien kont l-iktar wieħed involut u l-iktar wieħed li naf l-affarijiet?", "Kif ma għajtulix biex toħroġ il-verita'?", "Jien mhux qed ngħid biex ikun biased, imma biex toħroġ il-verita', ħażin jew tajjeb.", "Hawnhekk kien jidher ċar li dawn daqqu l-orkestra mal-qorti, li dejjem kienet favur tagħhom, biex jieħdu din is-somma flus.", "U x'ġara?", "Wara din is-sentenza jien ġejt nitkellem f'dan il-parlament u għedt li jien niddeċiedi l-affarijiet fuq kwestjoni ta' ...", "(Interruzzjonijiet) Jien iddeċidejt fuq li kien hemm.", "(Interruzzjonijiet) Oqgħod attent, jien iddeċidejt.", "M'iniex qed ngħid li jien iddeċidejt li ...", "(Interruzzjonijiet) Qed jipprova jdawwarha, jien iddeċidejt fuq li kien hemm.", "Jien iddeċidejt l-affarijiet, u qed ngħid hekk biex ma joqgħodx iżeffen lill-ex prim ministru fin-nofs.", "(Interruzzjonijiet) Jien bl-ebda mod m'għedt li jien aċċettajt li għamilt xi diskriminazzjoni politika.", "Dak li għamilt, għamiltu b'kuxjenza safja.", "Imbagħad insibu biex ikun hawn xi ħadd jagħmilha ta' hero jiġi f'dan il-parlament u jitlob lili biex nirriżenja għaliex jien assumejt ir-responsabbilta' politika tiegħi.", "Nirriżenja għaliex assumejt responsabbilta' politika li l-affarijiet li għamilt jien naf li għamilthom sew u naf li fil-qorti saru ġuramenti foloz u ntqalu affarijiet ħżiena?!", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħid lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, li qiegħed hawnhekk u li qalli biex nirriżenja...", "(Interruzzjonijiet) Għaliex m'għedtx lill-prim ministru tiegħek!", "Dak instab ħati ta' diskriminazzjoni politika.", "Fir-rapport tal-qorti ta' \"l-Orrizzont\" ta' l-1 ta' Ottubru 1994 hemm li Fenech Adami nstab ħati ta' diskriminazzjoni politika.", "(Interruzzjonijiet) Jekk għandek guts ....", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debates.", "Indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Instab ħati ta' diskriminazzjoni politika u jekk sħabu dakinhar m'aċċettawx ir-riżenzja ...", "(Interruzzjonijiet) Għaliex issa qed tgħid lili biex nirriżenja meta jien ma nstabtx ħati?", "Dan instab ħati ta' diskriminazzjoni politika.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jien nerfa' r- responsabbilta` politika ta' l-affarijiet li għamilt.", "(Interruzzjonijiet) Dak li qed tgħidu intom huwa kollu gideb.", "(Interruzzjonijiet) Mela issa mur għid lill-kap tiegħek li nstab ħati ta' diskriminazzjoni politika u li inti temmen li għandu jirriżenja.", "(Interruzzjonijiet) Mur itolbu jirriżenja u tkunx ipokrita.", "Tkunx coward.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'għandix għalfejn, għax jien m'għamiltx diskriminazzjoni politika.", "Jien nerfa' r- responsabbilta` ta' l-affarijiet li għamilt jien.", "Jien diskriminazzjoni politika m'għamiltx u lanqas ġejt akkużat li għamilt.", "Irrid ngħid li hemm akkużi oħra ta' diskriminazzjoni politika fil-konfront tal-gvern Nazzjonalista.", "Hawnhekk nixtieq insemmi t-tribunal ta' l- investigazzjoni ta' l-inġustizzji.", "Din sabithom ħatja f'ħafna okkażjonijiet.", "Biss biss ordnat il-ħlas ta' Lm283,800 lil dawk li saret diskriminazzjoni politika magħhom.", "Lil dawn jien qatt ma tlabthom jirriżenjaw.", "Jien qatt ma nstabt ħati.", "(Interruzzjonijiet) Jien għedt li nerfa' r-responsabbilta` politika ta' dak li għamilt jien u mhux ta' dak li qed tgħidu li sar.", "Jien naf x'għamilt.", "Hu ma jafx, imma jien naf x'għamilt.", "Jien naf li huma gidbu u ħadu ġuramenti foloz.", "Ara dik, ma jsemmihiex.", "L-istorja tat-Tereninu kulħadd jafha, u għalhekk ngħid li l- partit Nazzjonalista huwa the same PN.", "Lilna jipprovaw ipinġuna bħala the old Labour pero` almenu aħna żgur li qatt ma ħadna ġuramenti foloz u qatt ma qabbadna lil min jieħu ġuramenti foloz.", "Aħna qatt ma dħakna bil-poplu u għednilu li money no problem u li wara mhux se nagħmlu taxxi imbagħad nagħmlu kollox bil-kontra.", "Issa ħalli nkompli l-parti l-oħra.", "Il-hero Jean Pierre Farrugia ħaseb li għamel xi ħaġa speċjali għaliex talab lili nirriżenja pero' ma kellux il-guts li jitlob lill-prim ministru tiegħu u lil dawk li nstabu ħatja ta' inġustizzja biex jirriżenjaw.", "M'għandux guts għaliex dawk nazzjonalisti.", "Imbagħad tkellem ukoll Jason Azzopardi, dak li għandu jkun jgħix fil-qamar u li jaħseb li ġie hu ġie kulħadd.", "Dan, li jitkellem qisu se jitkellem l-aqwa bniedem li hawn fil-pajjiż u li jaħseb li jifhem f'kollox, mar fuq programm tar-radio u qal diskors li jien m'għedtux fil-parlament.", "Mar qal li jien issa qed niċħad jew li dawwart l- affarijiet, li jien ma tajtx ordnijiet u li marru bil-lejl u mhux bil-lejl.", "Tafu min hu dilettant li jibgħat in-nies bil-lejl u jikkonfoffa bil-lejl?", "Il-partit Nazzjonalista.", "Kieku Alla jaħfirlu Ġorġ Borg Olivier għadu ħaj kont ngħidilkom biex tistaqsuh kemm għandu esperjenza l-partit Nazzjonalista dwar kif jaħdem fis-satra tal-lejl.", "Tal-partit Nazzjonalista jaħdmu fis-satra tal-lejl u mhux aħna.", "Aħna ma naħdmux fis-satra tal-lejl, aħna l-affarijiet nagħmluhom b'mod trasparenti u bil-miftuħ.", "Intom tivvintaw u tigdbu affarijiet bħal dawn, pero` issa ħalli nkompli ngħid x'ġara.", "Meta ġejna għall-kwestjoni ta' dakinhar, irriżultali li ċertu uffiċjal fil- wireless telegraphy li huwa alleat kbir tal-partit Nazzjonalista, abbuża ħafna u ħawwad ma' Pirotta, iċ-chiarman ta' l-awtorita tax-xandir.", "Dawn għamlu mezz biex dakinhar li se jagħmlu t-television jitrażmetti, Pirotta jkun imsiefer u allura mill-awtorita` tax-xandir ma nstab ħadd.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li kien dan Grixti li kien irranġa biex jinbiegħ wieħed mill-arbli tad-Deutschewelle.", "(Interruzzjonijiet) Jekk se nagħtuhom b'xejn ma nafx, imma nkun naf 'il quddiem.", "(Interruzzjonijiet) Jingħata lill- partit Nazzjonalista.", "Dan ġie żmantellat kontra l-ftehim li kien hemm li jiġi żmantellat, biex jagħtuh lill-partit Nazzjonalista.", "Mr Speaker, dan Grixti mbagħad kellu bilfors jagħmel dikjarazzjoni u f'din id-dikjarazzjoni deher ċar li hu kien qed jiftiehem maċ-chairman tal- broadcasting authority biex jagħmlu din il-bawxata.", "U hawnhekk jien għadni ma rajtx id-dikjarazzjoni li għamel Grixti u li jien nitlob lid-direttur biex juriha fil-qorti.", "Din ma nsemmihiex issa ħalli ma nikkwotax x'inhi, u nħalliha apposta ħalli mbagħad nitkellmu dwarha iktar 'il quddiem.", "Mela x'inhi s-sitwazzjoni?", "Is-sitwazzjoni hi li dan l-uffiċjal fil-wireless telegraphy jagħmel l-affarijiet biex jaġevola lill-partit Nazzjonalista, avolja jkunu affarijiet kontra l-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Ma kienx hemm żmien biżżejjed biex din il-persuna ninvestigaha.", "Jiena nitlob investigazzjoni fuqu għal diversi affarijiet.", "Per eżempju meta xi ħadd jeħel multa għaliex skada ż-żmien tal-liċenzja, kienu jiġu jkellmu lili u kont ngħidlhom li jiddispjaċini li jridu jħallsuha għax dik hi l-liġi.", "Kien hemm min minn Għawdex mar għand Giovanna Debono u din irranġat ma' Grixti billi għamlitlu cheque backdated u dan Grixti taparsi – u mhux każ wieħed hemm imma ħafna – nesa dan iċ-cheque fil-kexxun.", "Din il-ħaġa kienet tiġri spiss ma' Giovanna Debono.", "U ċ-cheque backdated kien joħroġ fuq isimha.", "Din il-ħaġa mhux ma' Giovanna Debono biss kienet taħdem.", "Din il- ħaġa jiena kont naf biha u kont se ninvestigaha imma waslet l-elezzjoni u ma kontx f'pożizzjoni li nagħmel dawn l-affarijiet.", "Iktar tard smajt li dawn l-affarijiet għadhom isiru.", "Dan huwa l-mod kif għadu jaġixxi llum il- partit Nazzjonalista.", "Mr Speaker, jiena nerġa' ntenni li liċenzja waħda kien hemm tal- broadcasting authority, u din hi dik li ħarġet bil-kondizzjoni.", "Dik il- kondizzjoni ma qaluhiex lill-qorti u hemmhekk kien jidher li kien se jipprova jsir xi ħaġa.", "Għaliex?", "Għaliex il-partit Nazzjonalista qal li kien talab id-dettalji tekniċi tar-riżultati li kienu saru fi żmien il- gvern Nazzjonalista, li kienu juru biċ-ċar li minn hemmhekk ma setgħux isiru trasmissjonijiet oħra fuq l-UHF għaliex fost affarijiet oħra kien hemm problema teknika.", "Minn dakinhar 'il hawn ma nbidlux u qal li issa għandu xi ħaġa li turi li hemm jistgħu jsiru trażmissjonijiet.", "Dan m'hu veru xejn.", "Ma kellu xejn x'juri għaliex kien hemm l-istess riżultati li kienu għamlu fi żmienhom; ma rriżulta xejn differenti.", "Il-gvern Laburista sab soluzzjoni, jiġifieri mhux veru li ried joħnoq lil xi ħadd; qatt ma ried joħnoq lil ħadd.", "Kieku ridt noħonqok ma kont nagħtik imkien biex tittrażmetti, imma dawn riedu jirranġaw mal-qorti biex jieħdu somma flus.", "Dawn lanqas kellhom id-diċenza li jtellgħu lili nixhed.", "(Interruzzjonijiet) Staqsi li trid u jekk hemm bżonn inġib id-dokumenti.", "Kemm tridu hemm dokumenti.", "Mr Speaker, s'issa spjegajt sakemm għandi nispjega, imbagħad fuq affarijiet oħra nitkellmu iktar 'il quddiem.", "Anke fuq l-ittra ta' Grixti nitkellmu.", "(Interruzzjonijiet) Jien ir-responsabbilta` politika nerfagħha fuq li għamilt jien u mhux li tgħidli li għamiltu intom.", "Jien ir-responsabbilta' politika erfajtha, u jien kont fattur prinċipali biex tingħatalkom il- liċenzja u fattur prinċipali biex tittrażmettu.", "U allura dawk huma r- responsabilitajiet li nerfa'.", "Jien mhux talli ma ħnoqtx talli kont għaġġilt biex tieħdu liċenzja, u dan minkejja li intom kontu ddikjaratu li ma tittrażmettux.", "Ta' dik nerfa' responsabbilta' politika jien.", "Jien mhux bħall-Prim Ministru tagħkom, ikun instab ħati bil-provi ta' diskriminazzjoni politika, taparsi jitfa' r-riżenja u ma taċċetawielhux!", "(Interruzzjonijiet) Inti kont aċċettajthielu?", "(Interruzzjonijiet) Ma kontx hemm?", "Mela staqsi lil missierek, ara aċċettahielux.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Staqsihom jekk aċċettawhielux.", "(Interruzzjonijiet) Ipokriti bħalkom!", "Intom li tieħdu l-ġuramenti foloz se taċċettawlu r- riżenzja?", "Ma tarax.", "Jekk ikun ħati, bħal tal-housing tagħtuh promotion.", "Intom b'din is-sistema taħdmu.", "Intom għamiltu hekk biex takkwistaw xi flus bħalma għamiltu fil-qorti.", "Dik kienet l-istorja kollha; biex intom takkwistaw il-flus.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex id-dokumenti li rrifera għalihom l-Onor.", "Mizzi jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokumenti b'riferenza għall-operat ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni privati.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TENDERS", "34043.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' xogħlijiet li saru u qed isiru wara sejħa għal tenders approvata lill-ministeru u/jew dipartiment u dekasteri li jaqgħu taħt il-ministeru li għadhom ma tħallsux kompletament?", "Kemm huwa l-ħlas pendenti u kemm huwa l-ħlas li sar f'ċifra globali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li n-numru ta' tenders li għadhom ma tħallsux kompletament jammonta għal 388.", "L-ammont li tħallas minn dawn it-tenders huwa ta' Lm11,919,422 u l-ammont li għad fadal biex jitħallas peress li x-xogħol għadu qed isir huwa ta' Lm5,283,592.", "BIRGU - FTUGĦ TA' FERGĦA TA' BANK", "34551.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibilta` li tinfetaħ xi aġenzija ta' xi bank lokali għat-tisrif taċ-ċekkijiet fil-Birgu u dan peress li l-APS waqqaf is-servizzi tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena ċert li l-banek kummerċjali ta' pajjiżna jagħrfu fejn hemm ħtieġa li tinfetaħ fergħa.", "Tajjeb jingħad li llum il- banek kollha għandhom maġġoranza ta' ishma f'idejn is-settur privat.", "PULIZIJA - XOGĦOL EXTRA", "34577.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija dwar l- għaqdiet/individwi/dipartimenti eċċ li għandhom jagħtu flus lill-pulizija ta' xogħol extra li għamlu f'dawn l-aħħar erba' snin, jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi kontra dawk li ma ħallsux dak li hu dovut minnhom?", "Għaliex għandhom ibatu l-membri tal-korp meta xi ħadd ma jħallasx?", "F'ċerti każi jista' jiġi rifjutat li dawn jibqgħu jingħataw pulizija fuq xogħol extra sakemm iħallsu dak li hu dovut?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa sabiex il-ħlas dovut minn terzi għal xogħol maħdum fuq talba tagħhom minn membri tal-korp tal-pulizija bħala extra duty on payment jinġabar.", "Infurmat ukoll li kien hemm okkażjonijiet fejn dan is-servizz ġie rifjutat sakemm sar il-ħlas li kien għadu pendenti.", "FONDAZZJONI SPORT", "34617.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-fondazzjoni sport li kienet twaqqfet xi snin ilu meta kien twaqqaf il-kunsill Malti għall-isport?", "Jista' jgħid jekk għadhiex teżisti u jekk le meta spiċċat?", "Jista' jgħid ukoll jekk l- istess fondazzjoni kellhiex xi flus u x'ġara minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fondazzjoni sport kienet ġiet imwaqqfa fil-bidu ta' Ottubru 1996 sabiex tamministra art tal-gvern użata mill- għaqdiet sportivi.", "Il-fondazzjoni qatt ma bdiet teżerċita l-funzjonijiet tagħha u ġiet xolta fis-7 ta' Novembru 1996 ftit wara l-ħatra ta' gvern Laburista.", "Meta reġa' ġie maħtur il-kunsill Malti għall-isport kien maħsub li dan jaqdi d-dmirijiet li għalihom kienet twaqqfet il-fondazzjoni sport.", "Peress li l-fondazzjoni qatt ma bdiet tiffunzjona, kien għad ma kellhiex flus fil-pussess tagħha.", "MARSA - KUMPLESS SPORTIV", "34618.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent min hi l-persuna nkarigata mit-tmexxija tal-kumpless sportiv tal-Marsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kumpless sportiv tal-Marsa jaqa' taħt ir- responsabbilta` tad-dipartiment taż-żgħażagħ u sport.", "Is-Sur Joseph Borda li huwa mpjegat mad-dipartiment taż-żgħażagħ u sport u jaqdi dmirijiet fis- segretarjat parlamentari bħalissa qed jieħu ħsieb id-day-to-day running tal- kumpless sportiv.", "MARSASCALA - SKOLA PRIMARJA", "34620.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fis-sitt klassi fl-iskola primarja ta' Sant'Anna f'Marsascala, fis-snin skolastiċi 2000 - 2001 u 2001 - 2002?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament għas-subien u l- bniet?", "Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tal-junior lyceum u kemm għaddew?", "Jista' jgħid ukoll kemm studenti tas-sitt klassi għamlu eżami sabiex jidħlu f'xi skola sekondarja tal-knisja?", "Kemm minnhom għaddew?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni bniet għalihom u subien għalihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li din il-mistoqsija waslet f'dan il-ministeru l-bieraħ, 8 ta' Lulju 2002, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20000919_366d_par.doc", "date": "2000-09-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 366 It-Tlieta, 19 ta' Settembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 366", "It-Tlieta, 19 ta' Settembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "366", "It-Tlieta, 19 ta' Settembru, 2000", "WERREJ MINUTI 231", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 231", "TQEGĦID TA' KARTI 236", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (KUMITAT)", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 237", "AĠĠORNAMENT 260", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 264", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 365 li saret fid-19 ta' Settembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - PAZJENTI MINN ST.", "LUKE'S", "11095.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Louis Buhagiar) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "10705, jista' l-Ministru jirrispondi għallinqas dwar l-aħħar mitt anzjan li daħlu f'Zammit Clapp Hospital?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni inġabret u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura tintuża biex l-anzjani jiġu rikoverati fl-Isptar Zammit Clapp?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: L-aktar kriterju li jintuża huwa l-għan proprju li għalih kien inbena dan l-isptar.", "L-isptar Zammit Clapp kien inbena speċifikament biex l-anzjani li jkollhom bżonn tal-fiżjoterapija jingħataw din l-opportunita' fuq perijodu qasir u ssirilhom il-kura intensiva li jkollhom bżonn biex ikunu jistgħu jkomplu jgħixu fil-komunita' għal rashom.", "Meta l-konsulent tas-sala ta' l-Isptar San Luqa jkun jidhirlu li pazjent ikollu bżonn ta' dan is-servizz, jagħmel talba lill-konsulent ta' l-Isptar Zammit Clapp, il-pazjent jiġi nvistat mill-geriatrician u mit-team tiegħu u jekk jaraw li dan se jibbenefika jintbagħat Zammit Clapp.", "Din il-proċedura tintuża peress li n-numru ta' sodod f'dan l-isptar huwa limitat.", "Għalkemm il-maġġoranza tal-pazjenti jintbagħtu minn St Luke's, kuntrarjament għal dak li kien jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jiddaħħlu wkoll nies mill-komunita' u ovvjament jintużaw l-istess kriterji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: X'passi jieħu d-dipartiment tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-kondotta tal-persuni li jiġu mpjegati fl-isptarijiet tkun nadifa?", "Qatt sarulu rapporti dwar kondotta ħażina ta' ċertu ħaddiema wara li ġew impjegati mill-istess sptarijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Li nista' ngħid hu li fl-aħħar call for application li saret - din kienet għal paramedic aides - konna tlabna biex ma' l- applikazzjoni jiġi ppreżentat ċertifikat tal-kondotta tal-pulizija.", "Ovvjament meta wieħed jitkellem dwar rapporti ta' kondotta ħażina jrid jara jekk teżistix storja kriminali, jekk hijiex kwestjoni ta' droga jew jekk dak li jkun kienx arroganti u forsi ma mexiex sew mal-pazjenti tiegħu.", "Pero' hawnhekk m'għandix din l-informazzjoni u nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmilli domanda bil-miktub u nkun nista' nirrispondih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Fil-bidu l-Isptar Zammit Clapp kien intenzjonat li jkun sptar ta' riabilitazzjoni, kif qed jgħid il-Ministru, pero' kien hemm ix-xewqa tal-konsulenti ġerjatriċi li dan l-isptar jagħmluh ukoll an acute geriatric hospital, ħalli dawk l-anzjani li jkollhom ċertu mard jiddaħlu fih.", "Kien hemm tibdil fl-atteġġjament tal-gvern f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR LOUIS DEGUARA: L-iżjed ħaġa li wieħed irid jikkonsidra qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawn huwa d-daqs ta' l-Isptar Zammit Clapp.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, diġa' teżisti diffikulta' biex l-anzjani - kemm dawk li qegħdin fl-Isptar San Luqa kif ukoll dawk li qegħdin fil- komunita' - jibbenefikaw mis-servizz li jipprovdi dan l-isptar, u l-waiting list li teżisti tiddependi mhux biss fuq il-kwalita' ta' servizz li jingħata imma fuq in-numru ta' sodod li hemm.", "Kif ġie rrimarkat kemm-il darba, minn mindu beda jingħata dan is-servizz fl-Isptar Zammit Clapp, in- numru ta' sodod baqa' kostanti u t-talba għal dan is-servizz hija akbar milli nistgħu nipprovdu.", "Ma naħsibx illi fl-ambitu ta' dan kollu jkun xieraq li nibdew nagħtu servizzi akuti ta' geriatrician minn ġewwa l-Isptar Zammit Clapp.", "Minn naħa l-oħra d-dipartiment tal-mediċina miexi bi pjani biex ġewwa l- Isptar San Luqa jkun hemm an acute admission ward, li jkun jikkonsisti f'assessment team li miegħu jkollu wkoll geriatrician biex meta anzjan jiddaħħal l-isptar, ikun jista' jagħti kontribut siewi mhux biss dwar il- prognosis tal-pazjent li jkun daħal imma dwar u meta hemm bżonn li tinbeda l-kura rijabilattiva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, jien nifhem dak kollu li qed jgħid il- Ministru, jiġifieri li dan iż-żmien hemm il-pressa mix-xjenza medika li anzjani li jkollhom ċertu mard, anke jekk ikun mard akut, jidħlu taħt il- kura tal-geriatricians.", "Dan jaqbel miegħu kulħadd minħabba li dawn l- ispeċjalisti jkunu trained apposta biex jieħdu ħsieb lil dawn in-nies.", "Hija x-xewqa taż-żewġ naħat tal-Kamra li l-Isptar Zammit Clapp jew istituzzjonijiet oħrajn jipprovdu biex dawn il-pazjenti jkunu taħt speċjalisti apposta, u ċioe' taħt geriatricians biex jieħdu ħsiebhom.", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern konna diġa' bdejna nirrumblaw l- affarijiet biex nipprovdu dan is-servizz anke fl-Isptar Zammit Clapp, pero' dak iż-żmien dan l-isptar ma kienx attrezzat biżżejjed biex dawn il- pazjenti jingħataw il-kura hemmhekk.", "Għax jekk ikollok pazjent b'attakk tal-qalb, per eżempju, irid ikollok il-back-up neċessarju biex tieħu ħsiebu u peress li dak iż-żmien ma kellniex dan il-back-up, konna ħadna l-passi li l-pazjenti li jittieħdu fl-Isptar Zammit Clapp ikunu dawk li jkollhom bżonn ta' kura rijabilitattiva kif kienet l-intenzjoni oriġinali ta' dan l- isptar.", "Id-domanda hija din, Sur President.", "Dan iż-żmien geriatric consultants li jaħdmu fl-Isptar Zammit Clapp qegħdin idaħħlu anzjani mill-komunita' bl-intenzjoni li hemmhekk tingħatalhom kura akuta li l-isptar mhux preparat għaliha?", "Għax safejn informat jien fl-isptar Zammit Clapp qed jiddaħħlu anzjani direttament mill- komunita' u tingħatalhom kura akuta meta dan l-isptar għadu m'huwiex preparat biex jilqa' lil dawn il-pazjenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li jien m'għandix din l-informazzjoni għax din m'hijiex relatata mad-domanda oriġinali, pero' nista' nivverifika u ngħaddilu din l-informazzjoni aktar tard.", "Fil-mediċina hemm ħafna affarijiet li wieħed jixtieq jagħmel.", "Fil-fatt saret pressjoni - kemm fuq l-amministrazzjoni preċedenti kif ukoll fuqna - biex inkabbru s-servizzi ta' l-Isptar Zammit Clapp, pero' ovvjament wieħed irid ikun saqajh ma' l-art u jara kemm jista' jespandi bir-riżorsi limitati li għandna llum.", "Minn naħa l-oħra qabel ma wieħed jiddeċiedi li jkompli jkabbar l-Isptar Zammit Clapp irid jara l-pjan ta' żvilupp kollu fis-settur tas-saħħa, speċjalment meta bħalissa għaddej proċess biex jinbena sptar ġdid, u ovvjament wara li jitlesta l-pjan ta' migrazzjoni, se jkollna faċilita' ferm akbar milli għandna llum biex inkunu nistgħu noffru dawn it- tip ta' servizzi.", "UNIVERSITA' - BOOKSHOP CO-OPERATIVE", "16316.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se tħallas il- koperattiva lill-KSU għal użu tal-ħanut li tmexxi l-universita'?", "Meta sar l-aħħar pagament dovut lill-KSU mill-koperattiva?", "Kemm se tħallas il- koperattiva għall-użu tal-ħanut li tmexxi fil-junior college?", "Dawn il- pagamenti x'ikopru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l- koperattiva m'hi se tħallas xejn lill-KSU għall-użu tal-ħanut.", "L-aħħar kontribuzzjoni bħala sponsorship mill-koperattiva lill-KSU saret fl-1999 u hemm ftehim fuq kif se jitħallas il-bilanċ dovut.", "Il-koperattiva m'hix se tħallas għall-użu tal-ħanut tal-junior college.", "UNIVERSITA' - BOOKSHOP CO-OPERATIVE", "16318.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'iggwadanjat il- koperattiva mill-ftehim iffirmat ma' terzi persuni?", "X'iggwadanjat l- universita'?", "X'iggwadanjaw il-membri tal-koperattiva?", "X'qiegħed jinbiegħ minn dan il-ħanut?", "Min ħallas għad-dekorazzjoni mill-ġdid ta' l-university bookshop?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-koperattiva tqis bħala vantaġġ il-fatt li issa għandha l-ħwienet tagħha operati minn kumpannija li għandha r- riżorsi kollha meħtieġa biex toffri servizz effiċjenti u kompetittiv.", "Il- membri tal-koperattiva jippretendu li jieħdu s-servizzi li xtaqu, li wara kollox huma r-raġunijiet għalfejn twaqqfet il-koperattiva, u li jinsabu elenkati fl-istatut.", "Barra minn hekk il-koperattiva tqis li issa se tkun f'pożizzjoni li tħallas lill-kredituri tagħha.", "L-universita` iddeċidiet li ma tħarisx biss lejn il-gwadann finanzjarju imma wkoll lejn is-servizzi li jingħata lill- korp studentesk u akkademiku.", "Informat ukoll li mil-lat finanzjarju, id- djun li kellha l-koperattiva ma' l-universita` sejrin jitħallsu lura.", "Informat li l-ħanut qed jopera ta' bookshop u stationery u li d- dekorazzjoni mill-ġdid tal-ħanut sar mill-operaturi l-ġodda.", "SKEJJEL - ĠENITURI AGGRESSIVI", "16589.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm każi fejn ġenituri daħlu u għamlu fiżikament għall-għalliema fl-iskejjel?", "X'passi ttieħdu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena skolastika li għaddiet fl- iskejjel kollha kien hemm tmien każi ta' ġenituri li ppruvaw jaggredixxu xi għalliem jew amministraturi fl-iskejjel.", "F'kull każ issejħet il-pulizija u f'numru ta' każi ttieħdu l-passi fil-qorti.", "Kien hemm ukoll xi każi fejn studenti aggredew għalliema.", "Minn dawn il- każi hemm disgħa fi skejjel sekondarji u tnejn fi skejjel primarji.", "Anke hawn ittieħdu l-passi li l-kap ta' l-iskola deherlu xierqa.", "Lista b'aktar dettal qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Kien hemm għalliema - din id-domanda aktar qed nagħmilha bħala kurżita', pero' tista' tkun importanti f'dan il-qasam - li aggredixxu lill-istudenti jew lill-ġenituri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS GALEA: Jiena m'għandix l-informazzjoni preċiża dwar dan.", "Filwaqt li saru lmenti kemm fil-ministeru kif ukoll fil-pubbliku li saret aggressjoni fuq l-għalliema jew fuq persuni nvoluti fl-amministrazzjoni ta' l-iskejjel, ma kelli l-ebda lment li għalliema aggredew studenti.", "Tajjeb wieħed jgħid illi llum il-ministeru ta' l-edukazzjoni ffinalizza u diġa' qiegħed jimplimenta qafas ta' miżuri biex jieħu ħsieb diversi ċirkostanzi li jistgħu jkunu konnessi ma' l-imġiba u s-sigurta' ta' l- istudenti.", "Għadna qegħdin naħdmu fuq abbozz ta' regolamenti li jkunu jistgħu jirregolaw id-dixxiplina fl-iskejjel u l-protezzjoni tat-tfal.", "Il-politika li qegħdin nimplimentaw kontra l-abbuż tat-tfal kif ukoll il- kwestjoni ta' dixxiplina fl-iskejjel, huwa suġġett li qed jingħata l- attenzjoni li tixraqlu.", "GARR TA' STUDENTI - INĊIDENTI", "16991.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-livell primarju u sekondarju tal-gvern li kellhom xi inċidenti waqt it-trip ta' l-iskola?", "X'ikkawża dawn l-inċidenti u x'passi ttieħdu?", "X'servizzi joffri d-dipartiment lill-iskejjel f'ċirkostanzi bħal dawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma ġew irrapportati ebda inċidenti lill- uffiċjal inkarigat mit-trasport tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fis-sena skolastika 1999/2000.", "F'każ li jinqalgħu inċidenti waqt it-trasport, jittieħdu l-miżuri applikabbli għal inċidenti li jinqalgħu fl-iskola waqt il-ħin ta' l-iskola.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi forma ta' insurance fir-rigward tat-trasport ta' l-iskejjel?", "Jiġifieri jekk xi tifel ikun involut f'xi inċident, id-dipartiment ta' l-edukazzjoni għandu xi tip ta' insurance jew xi skema ta' ħlas ieħor biex il-kura li tingħata lil dan it-tifel tkun koperta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS GALEA: It-trasport kollu tat-tfal ta' l-iskola jsir minn vetturi fis-servizz tat-trasport pubbliku u dawn huma kollha koperti bil- polza ta' assigurazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOE MIZZI: Kif jaf il-Ministru, it-tfal dalwaqt jerġgħu jirritornaw l-iskola wara l-vaganzi tas-sajf.", "Billi fis-sistema tat-trasport ikun hemm daqsxejn ta' konfuzjoni fil-bidu u anke jkun hemm studenti li jispiċċaw mingħajr trasport, il-Ministru ħa l-passi neċessarji biex kemm jista' jkun dawn l-istudenti ma jkollhomx dan l-inkonvenjent u inċidenti li jistgħu jinqalgħu jiġu solvuti mall-ewwel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS GALEA: L-ewwelnett ma naqbilx ma' l-Onor.", "Mizzi li f'dawn l- aħħar snin kellna xi konfużjoni fit-trasport.", "Ġieli jkollna xi każi iżolati ta' diffikultajiet, imma l-impressjoni li qed jipprova jagħti l- ħabib tiegħi ta' konfużjoni ma naħsibx li hija ġustifikata.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-Istat Malti, permezz tal-gvern - din ma tantx issir f'pajjiżi oħrajn - iġorr eluf kbar ta' studenti mill-iżgħar eta' sa eta' żagħżugħa.", "Fl-opinjoni tiegħi dan s-servizz huwa tajjeb imma naturalment dejjem hemm bżonn li ntejbuh aktar u hemm ħafna x'wieħed jista' jagħmel.", "Kif qal l-Onor.", "Membru, meta terġa' tibda l-iskola wara l-vaganzi tas- sajf ikollok problemi li ngħidulhom teething troubles.", "Kemm ilni nsegwi dan il-qasam dejjem ħadt ħsieb li niltaqa' mal-kumpanniji li jipprovdu t- trasport - kemm matul is-sena kif ukoll fil-bidu tas-sajf - u malli tispiċċa l-iskola nerġa' nibda niltaqa' magħhom.", "Fil-fatt is-sena l-oħra għamilt working group, magħmul min-nies tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u nies li jieħdu ħsieb il-ġarr ta' l-istudenti għall-iskejjel pubbliċi, biex nippruvaw insolvu kemm nistgħu mid-diffikultajiet.", "Waħda mid-diffikultajiet f'dan is-settur hija l-kwestjoni ta' nuqqas ta' qbil li jkun hemm bejn it-tliet gruppi li jipprovdu dan it-trasport.", "Jiena nagħmel ħilti kollha biex kemm jista' jkun is-servizz ikun mogħti b'kordinament bejn dawn il-gruppi u kulħadd ikun jista' jipparteċipa fl- għoti ta' dan is-servizz, madanakollu ma jidhirlix li wieħed jista' jitkellem fuq konfużjoni.", "Naħseb li hemm affarijiet x'irridu nirranġaw u dan jiddependi ħafna minn nies li jipprovdu dan is-servizz.", "Naturalment id- diffikultajiet qatt ma jonqsu u proprju ftit ġranet ilu ltqajt ma' dawn it- tliet għaqdiet biex naraw x'nistgħu nagħmlu.", "Waħda mill-problemi li jien kontinwament ninsisti fuqha hija li t-tfal jitwasslu l-iskola kmieni żżejjed u ġieli jdumu ma jirritornaw lura d-dar.", "Dawn il-problemi qegħdin kontinwament jiġu segwiti u fil-fatt għandna taqsima li hija mmexxija minn uffiċjali li huma ddedikati proprju għal dan is-servizz.", "Jiena nittama li bis-sens komun u bir-raġun bejn il- partijiet kollha nvoluti, inkunu nistgħu nipprovdu dawn is-servizzi bl- aħjar mod u nagħmlu ħilitna kollha biex ikollna l-inqas problemi possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Li fil-bidu tas-sena jkun hemm teething trouble tistenniham imma mbagħad is-sajf jagħtik iċ-ċans tipprepara ruħek.", "X'għamel din is-sena l-gvern biex jipprepara għal dawn it-teething problems li qiegħed jantiċipa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett id-dover tagħna hu li nipprovdu t-trasport lill-istudenti.", "Flimkien mad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni ltqajna mat-tliet kumpanniji konċernati, sa minn kmieni ġew imfassla r-rotot, ġie stabilit liema huma dawk it-tfal li se jagħmlu użu minn dan it-trasport oubbliku, mil-liema skejjel, minn fejn għal fejn, u kuntrarjament għal dak li kien isir qabel, dawn ir-rotot ġew mogħtija kmieni biżżejjed biex il-kumpanniji ikunu jistgħu jiddistribwuhom lis- sewwieqa u lill-proprjetarji tal-vetturi involuti f'dan il-kamp, u nista' ngħid li kollox huwa lest biex meta terġa' tiftaħ l-iskola, kulħadd ikun jista' jagħmel użu minn dan is-servizz.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 172 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 biex jemendaw regolamenti ta' l-1999 tal-Kors għall-B.Ed.(Hons.);", "Avviż Legali Nru 173 ta' l-2000 - Regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għal Dip.", "C.S. Ed.;", "Avviż Legali Nru 174 ta' l-2000 - regolamenti ts-sena 2000 tal-kors għall-Grad ta' M.A. (Econ.);", "Avviż Legali Nru 175 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għall-Grad ta' M.A. in Islands and Small States Studies;", "Avviż Legali Nru 176 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 biex jemendaw regolamenti ta' l-1996 għall-Kors għall-grad ta' B.Sc.", "(Hons);", "Avviż Legali Nru 177 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 tal-Kors għall-grad ta' M.A in Human Rights and Democratization - M.A.;", "Avviż Legali Nru 178 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għall-postgraduate certificate in inclusion and special educational needs;", "Avviż Legali Nru 180 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw regolamenti dwar għotjiet ta' manteniment għal studenti post- sekondarji u terzjarji;", "Tagħrif dwar direct orders u tenders li ngħataw mill-Ministeru lid- ditta Borg Brothers għall-ġarr ta' għamara ta' l-uffiċini, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 17009;", "Tagħrif dwar studenti b'diżabilita' fl-iskejjel tal-knisja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 17135;", "Lista li turi l-lokalitajiet fejn qed jgħallmu l-għalliema li talbu li jiġu ttrasferiti, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 17213; u", "Tagħrif dwar konsulenti legali li qed jagħtu servizz lid-dikasteru li jaqa' taħt il-ministru tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 17343.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar konsulenti li qed jagħtu servizz lid-dikasteru li jaqa' taħt il-ministeru tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 18384;", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar konsulenti li qed jagħtu servizz lid-dikasteru li jaqa' taħt il-Ministru tal-Finanzi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 18385;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 170 ta' l-2000 - avviż ta' dħul fis-seħħ ta' artikolu ta' l-Att ta' l-2000 għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il- Komunikazzjoni;", "Avviż Legali Nru 171 ta' l-2000 - Avviż dwar kumpanniji msemmija skond l-Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni; u", "Avviż Legali Nru 181 ta' l-2000 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikoli tar-regolamenti ta' l-2000 dwar servizzi ta' telekomunikazzjonijiet (ġenerali) taħt l-Att biex jirregola t- Telekomunikazzjoni; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru 179 ta' l-2000 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikoli ta' l-Att dwar l-Arbitraġġ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mid-19 ta' Settembru 2000)", "Klawsola 2 - Tifsir Clause 2 - Interpretation", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Rigward klawsola 2, dalgħodu rriferejna għal xi aspetti differenti tad-definition clause.", "Jiena ċċekkjajt dwar id-diffikultajiet li nqalgħu u għalhekk se nibda bil- kwestjoni ta' jekk hemmx bżonn tiddaħħal il-kelma \"distribuzzjoni\" fid- definizzjoni ta' \"ilma\".", "Għalkemm din il-kelma tista' faċilment tiġi nkluża, jidher li m'hemmx skop għaliha għas-sempliċi raġuni li anke barra minn Malta hemm distinzjoni importanti bejn min jiġġenera u min jiddistribwixxi jew jittrasmetti l- elettriku, anke għaliex fil-qasam tat-telekomunikazzjoni hemm il-prinċipju simili ta' l-inter-konnettivita', li huwa simili ħafna..", "Jista' jkun hemm ġeneraturi differenti ta' enerġija - u din il-liġi tikkontempla din il- possibbilta' b'mod realistiku ħafna u anke tirriferi għal sorsi alternattivi ta' enerġija - li biex jagħmlu sens irid ikollhom aċċess għall- grid nazzjonali.", "Fil-qasam ta' l-ilma normalment ma ssirx distinzjoni bejn min jipproduċi u min jiddistribwixxi.", "Qed ngħid dan kemm mill-esperjenza ta' pajjiżna kif ukoll mill-esperjenza ta' dawk il-pajjiżi li lliberalizzaw is-servizzi ta' l-ilma.", "Jekk ikun hemm diversi sorsi li jipproduċu l-ilma u jitfgħuh fl-istess mains, x'garanzija se jkun hemm li jekk wieħed mis-sorsi jkollu xi forma ta' kontaminazzjoni din mhix se taffettwa s-sistema kollha?", "Fil- każ ta' l-enerġija, għalkemm jista' jkun hemm diffikultajiet tekniċi, mil- lat tas-saħħa tal-bniedem dawn dejjem se jkunu inqas serji u f'kull każ dejjem ikunu jistgħu jittieħdu l-prekawzjonijiet.", "Il-kunċett ta' grid nazzjonali wieħed huwa applikabbli għall-qasam ta' l-enerġija, pero' ma naħsibx li f'dan l-istadju jista' jkun applikabbli għall-ilma wkoll.", "Huwa għalhekk li ma jagħmilx sens li tinħoloq definizzjoni għad-distribuzzjoni ta' l-ilma, kif sar fir-rigward ta' l-enerġija.", "Domanda oħra li saret dalgħodu kienet dwar jekk fid-definizzjoni ta' \"riżorsi minerali\" għandhiex issir xi riferenza għall-arja, peress li anke mill-arja jistgħu jittieħdu xi riżorsi.", "Il-parir tekniku li ngħatajt f'dan ir-rigward huwa li meta wieħed jitkellem fuq riżorsi minerali normalment ikun qed jirriferi għar-riżorsi fi stat likwidu, solidu jew gass, pero' f'forma konċentrata, bħalma huwa l-argon.", "Anke f'dan ir-rigward, m'huwiex desiderabbli li f'dan l-istadju jiġu nklużi r-riżorsi estratti mill-arja mad-definizzjoni ta' riżorsi minerali.", "Diffikulta' oħra li nqalgħet kienet dwar jekk hemmx bżonn ta' definizzjoni ta' parti tad-definizzjoni, b'riferenza partikolari għad- distribuzzjoni ta' l-elettriku, fejn hemm riferenza għal vultaġġ medju, baxx jew għoli fil-każ tat-trasmissjoni.", "Ninsab ċert li dawn id- definizzjonijiet m'humiex soġġetti għal min hu espert f'dan il-qasam u għalhekk anke hawn ma naħsibx li jagħmel sens li nibdlu lil din il-liġi f'textbook għall-electricians.", "Dawn in-nies jafu x'jiġifieri medium, low u high voltage, jiġifieri f'din il-liġi m'hemmx bżonn li tingħata definizzjoni daqshekk teknika.", "Qamet ukoll diffikulta' dwar il-possibbilta' ta' overlapping fid- definizzjoni ta' \"pitrolju\" u \"żejt\".", "Hawnhekk korrettement jidher li l- oppożizzjoni osservat li l-kelma \"fuel\" għandha definizzjoni ħafna aktar wiesa' mill-kelma \"żejt\".", "Naturalment id-diffikulta' f'dan l-istadju hija dwar it-traduzzjoni eżatta tal-kelma \"fuel\", li naħseb li ma teżistix.", "Għalhekk jekk il-Kamra taqbel li hawn din il-problema partikolari, nistgħu nsolvuha billi kull fejn tidher il-kelma \"żejt\" fid-definizzjonijiet li qed tagħti klawsola 2 din tiġi sostitwita bil-kelma \"fuel\", għaliex aħjar nużaw kelma Ingliża milli nużaw kelma Maltija li jista' jkollha interpretazzjoni differenti.", "Diffikulta' oħra li tqajmet dalgħodu kienet dwar jekk hemmx overlap jew le fid-definizzjoni ta' \"fuel\" u fid-definizzjoni ta' \"petroleum\".", "Iva, huwa naturali li jkun hemm overlap, għaliex \"fuel\" għandha definizzjoni wiesa', waqt li d-definizzjoni ta' \"petroleum\", li wkoll huwa fuel, hija iktar ristretta.", "Din l-overlap hija intenzjonata għal meta wieħed jitkellem dwar forma waħda ta' żejt, il-pitrolju.", "Naturalment id- definizzjonijiet huma meħtieġa t-tnejn għax hemm partijiet ta' l-abbozz li jirriferu għal fuel in ġenerali, waqt li hemm partijiet oħra li jirriferu partikolarment għall-petroleum.", "Jiġifieri d-diffikulta' ta' overlap ma hija diffikulta xejn għax kien intenzjonat li jsir hekk.", "S'issa li hemm bżonn li jsir huwa li l-kelma \"żejt\" tiġi sostitwita bil-kelma \"fuel\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr. Chairman, nixtieq nagħmel ftit osservazzjonijiet fuq dak li għadu kif qal il-Ministru.", "Rigward id- definizzjoni ta' \"distribuzzjoni\", il-Ministru qed jgħid li ngħata parir tekniku li jħalli d-definizzjoni kif inhi għaliex fil-qasam ta' l-elettriku jista' jkun hemm grid nazzjonali ta' distribuzzjoni provdut bl-enerġija minn operaturi differenti.", "Jien ngħid li huwa għalhekk li hemm bżonn ta' definizzjoni partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-enerġija elettrika.", "L-istess bżonn ma jinħassx fil-qasam ta' l-ilma għaliex għal dan is-settur in-national grid ma japplikax minħabba li, kif qal il-Ministru, jekk ikun hemm iktar minn operatur wieħed jippumpjaw l-ilma ġo network wieħed jistgħu jinqalgħu problemi ta' kontaminazzjoni.", "Pero' issa, peress li l-intenzjoni tal-gvern hija li jiftaħ il-produzzjoni ta' l-ilma għall-kompetizzjoni, nispera li ma nadottawx is-sistema li jkun hemm sistema ta' distribuzzjoni għal kull operatur għax inkella t-toroq jispiċċaw fi stat diżastruż iktar milli qegħdin.", "Rigward l-arja jiena dalgħodu qajjimt il-punt li din tista' titqies bħala riżors minerali naturali għaliex jista' jkun hemm entitajiet kummerċjali li jieħdu xi affarijiet minnha.", "Il-ħsieb tiegħi huwa li għall-kuntrarju tal- ġebel u taż-żejt li xi darba għad jispiċċaw, l-arja hija riżors tant infinit li kważi kważi tista' tissejjaħ riżors globali.", "Pero' mbagħad jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn jekk per eżempju jsir wind farm f'post ta' ċertu vantaġġ, imbagħad titressaq applikazzjoni għal wind farm ieħor wara l-ewwel wieħed, jista' jinqala' diżgwid għax l-ewwel wind farm tkun qed tilqa' l-enerġija tat-tieni waħda.", "Huwa veru li dawn l-affarijiet jidhru 'l bogħod imma peress li f'dan il-parlament nitkellmu ħafna fuq l- użu ta' enerġija alternattiva, tajjeb li anke f'dan l-istadju nibdew nitkellmu fuq hekk.", "Rigward id-definizzjoni ta' \"fuel\", jiena naqbel mal-Ministru għaliex dak kien suġġeriment ta' l-oppożizzjoni li l-kelma \"fuel\", għalkemm kelma Ingliża, hija aħjar għax tkopri kollox u telimina l-possibbilta' ta' ambigwita' jew konfużjoni.", "Pero' bl-istess mod irridu naraw x'se nagħmlu biex niddefinixxu l-kelma \"petroleum\", għaliex f'dan l-abbozz hemm ħafna referenzi għall-idrokarburi.", "Biżżejjed ngħid li f'paġna C888 biss hemm il- kliem \"petroleum\", \"żejt\", \"fuel\" u \"gass\".", "Jien naħseb li minflok iċċarajna l-affarijiet iktar ikkomplikajnihom bid-definizzjoni li tajna lil dawn il-kelmiet għax għalkemm se nissostitwixxu l-kelma \"żejt\" bil-kelma \"fuel\", jekk ma niddefinixxux jew għall-anqas nirrazzjonalizzaw x'irridu ngħidu bil-kelma \"petroleum\" f'paġna C888, xorta ma nkunux qed ninkwadraw kollox u l-konfużjoni xorta se tibqa'.", "Ma nafx jekk il-Ministru jew il- konsulenti tekniċi jħossux bħali l-bżonn li l-kelma \"petroleum\" tingħata definizzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi il-kelma \"petroleum\" iżjed tirriferi għall-idrokarburi li jkunu riżultat ta' refining u extraction minn crude oil.", "Teknikament il-kelma \"petroleum\" tinkludi żejt, grease, petrol, pitrolju, gass likwidu, bottled gas eċċ. Jiena nħoss li nkunu qed nonqsu jekk ma niddefinixxux din il-kelma.", "Rigward id-definizzjoni ta' low, high and medium voltage il-Ministru qal li dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex xi dizzjunarju għat-tekniċi.", "Jiena ċert li kieku dan l-abbozz kien xi ħaġa teknika żgur li ma kienx ikun hemm diżgwid bejn it-tekniċi dwar x'inhu vultaġġ għoli, medju jew baxx, imma dan huwa text legali li fuqu rridu nargumentaw fil-qrati.", "Jiġifieri jiena wisq nibża' li jekk fil-liġi ma jkunx hemm definizzjoni ċara ta' l-affarijiet tekniċi, jista' faċilment jinqala' diżgwid bejn operaturi differenti.", "Jekk aħna l-membri ta' dan il-parlament se nħallu l-ambigwita', fil- qorti l-avukati se jkunu jistgħu jqabbdu difrejhom ma' kull nitfa li jsibu.", "Jiġifieri filwaqt li aħna minn hawnhekk qed nippruvaw inkunu ċari, fil- fatt mhu qed inkunu ċari xejn għax qed inħallu dawn il-loopholes li se jkunu jistgħu jintużaw minn min jiftaħ xi kawża l-qorti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, rigward il-possibbilta' ta' diffikulta' li tista' tinqala' meta naslu f'paġna C888, imbagħad naraw dak il-ħin jekk ikunx aħjar li l-kelma \"petroleum\" tkun sostitwita bil-kelma \"fuel\" jew b'xi kelma oħra.", "F'subparagrafu (ii) ta' paragrafu (d) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 4 m'hemmx diffikulta' biex il-kelma \"żjut\" tiġi sostitwita bil-kelma \"fuel\", peress li hemm riferenza speċifika għal- liġi dwar it-taxxa fuq il-bunkering taż-żejt.", "Għalhekk ma jkunx jagħmel sens li nagħtu definizzjoni differenti minn dik tal-liġi li għaliha qed nagħmlu riferenza.", "B'mod ġenerali, fejn il-kelma \"żejt\" m'hijiex tirriferi għal xi liġi oħra, din se tiġi sostitwita bil-kelma \"fuel\", liema emendi se jsiru as we go along.", "Rigward il-vultaġġ l-Onor.", "Buhagiar tani x'nifhem li m'hemmx bżonn ta' definizzjoni għax għal aktar minn darba qal li t-tekniċi jafu eżatt xi jfisser dan il-kliem.", "Rigward il-problemi legali li jistgħu jinqalgħu, avolja t-tekniċi mhux se jkollhom problemi, bejn nifhem u bejn ma nifhimx!", "Huwa veru li f'kawżi legali ħafna drabi jkun hemm min ifettaq fuq ħafna affarijiet, pero' ma jfissirx li għax fil-liġi ma jkunx hemm definizzjoni ta' kelma teknika, il-qrati se jippermettu li jsir dan.", "Hemm diversi rimedji lejn xiex il-qorti tkun tista' ddur f'każi bħal dawn, bħal per eżempju li jitqabbad perit tekniku li jkun indipendenti u li jfiehem lil min ikun involut fil-kawża teknikament xi jfisser vultaġġ baxx, medju u għoli.", "Alla ħares f'kull liġi jkollna nagħtu definizzjoni ta' kull kelma teknika li jkun hemm għax nispiċċaw nagħmlu enċiklopedija!", "Fi ftit kliem huwa għaliex it-tekniċi jafu eżattament xi tfisser dik il-kelma li aħna m'għandniex għalfejn niddefinuha.", "THE CHAIRMAN: Ministru, se tipprepara x'emenda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva, imma sakemm nippreparaw l-emenda nistgħu forsi ngħaddu għal klawsola 3.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu ngħaddu għal klawsola 3?", "(Onor. Membri: Iva)", "Klawsola 2 ġiet posposta.", "Klawsola 3 - Twaqqif u kompożizzjoni ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar ir- Riżorsi", "Clause 3 - Establishment and composition of the Malta Resources Authority", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Klawsola 3 hija l-klawsola li tipprovdi għat-twaqqif u l-kompożizzjoni ta' l-awtorita' dwar ir-riżorsi, awtorita' indipendenti mill-gvern u awtorita' regolatorja fil-qasam ta' l-enerġija, ta' l-ilma u tar-riżorsi minerali.", "Din il-klawsola li dwarha tkellimna fit- tul anke fl-istadju tat-Tieni Qari, hija klawsola kruċjali għaliex proprju tipprovdi għat-twaqqif ta' din l-awtorita'.", "Din il-klawsola tipprovdi wkoll għall-kompożizzjoni ta' l-awtorita' u kif din tista' taġixxi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: L-intenzjoni tal-gvern hija li jkollna awtorita' regolatorja indipendenti.", "Kif għedna anke rigward liġijiet oħra, ma jagħmilx sens li din l-awtorita', kemm għall-ħatra tagħha kif ukoll għat- tiġdid tal-ħatra tal-membri tagħha, se tkun soġġetta għall-istess ministru.", "Dan għaliex awtomatikament l-awtorita' se tagħmel minn kollox biex togħġob lill-ministru ħalli terġa' tiġi maħtura.", "Jiġifieri l-fatt li l-istess ministru se jaħtar il-membri, jippretendi li dawn jaġixxu b'mod awtonomu, imbagħad ikunu soġġetti għalih stess biex tiġi mġedda l-ħatra tagħhom, jagħti wieħed x'jifhem li l-affarijiet hemm bżonn li jiġu rranġati.", "Kien suġġeriment tajjeb dak ta' l-oppożizzjoni li jekk irridu li l- affarijiet ikunu awtonomi u indipendenti, ma rridux inħallu l-ħatra jew it- tiġdid tal-ħatra ta' din l-awtorita' daqshekk dipendenti mill-ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, naħseb li rridu nagħmlu distinzjoni bejn li titwaqqaf awtorita' li fl-aġir tagħha ta' kuljum tkun indipendenti mill-gvern u li l-gvern jitneħħa mir-rwol tiegħu ...", "F'qasam bħal dan il-gvern, ikun min ikun, għandu responsabbilta' kruċjali.", "Dan għaliex hawnhekk qed nitkellmu dwar ir-regolamentazzjoni tar-riżorsi tal- pajjiż, ir-riżorsi li huma essenzjali għall-ħajja ta' kuljum, bħall- enerġija li tipprovdi d-dawl u l-ilma li huma vitali għall-bniedem u r- riżorsi minerali bħaż-żejt li jaffetwaw l-ekonomija tal-pajjiż.", "Għalhekk il-gvern ma jistax ma jerfax parti mir-responsabbilta' huwa wkoll.", "F'pajjiżna għandna ħafna awtoritajiet u l-proċedura normali hija li dawn jinħatru mill-gvern li jagħżel l-iktar nies kompetenti, li jispiraw fiduċja u li jkunu kapaċi jamministraw mingħajr il-bżonn ta' xi ħadd li jiggwidahom.", "Imbagħad meta t-terminu jiskadi, sta għall-gvern li jew jerġa' jaħtar lill-istess nies jew jaħtar nies differenti jew jagħmel xi forma ta' rotazzjoni.", "Din hija r-responsabbilta' politika li għandu jerfa' l-gvern.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr. Chairman, nixtieq nirriferi għal paragrafu (b) ta' subklawsola (5) ta' klawsola 3 li jgħid:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjoni ta' dan l-artikolu, il-kariga ta' membru ta' l-awtorita' ssir vakanti jekk ikun hemm ċirkostanzi li jikkaġunaw, li kieku ma kienx membru ta' l-awtorita', li jkun skwalifikat milli jinħatar bħala tali\".", "Issa jiena nixtieq nistaqsi lill-Ministru: F'ċirkostanzi bħal dawn, li jistgħu jkunu dibattibbli, min se jiddeċiedi li t-tali membru jiġi skwalifikat, l-awtorita' jew il-ministru?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, subklawsola (5) ta' klawsola 3 tirriferi għall-kwalifika jew l-iskwalifika ta' persuni li ma jkunux membri ta' l-awtorita'.", "Hija subklawsola (4) ta' l-istess klawsola li tirriferi għall-membri ta' l-awtorita' u fil-fatt din tgħid li:", "\"Persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l-kariga ta' membru ta' l- awtorita' jekk:-", "(a) tkun ministru, segretarju parlamentari jew membru tal-Kamra tad- Deputati; jew", "(b) tkun imħallef jew maġistrat fil-qrati tal-ġustizzja; u", "(ċ) ikollha xi interess finanzjarju jew ieħor f'xi impriża jew attivita' li x'aktarx tolqot it-twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru ta' l-awtorita'\".", "Paragrafu (ċ) jagħmel riferenza diretta għad-diskrezzjoni tal-ministru li jista' jwarrab skwalifika jekk il-persuna konċernata tiddikjara l-interess finanzjarju.", "Kemm id-dikjarazzjoni kif ukoll it-twarrib ta' l-iskwalifika jiġu pubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "Rigward paragrafu (a), jiena ma naħsibx li se jkun hemm xi ħadd li jiġi f'diffikulta' jekk persuna hijiex membru tal-Kamra tad-Deputati jew le.", "Fil-fatt bis-sistema ta' pajjiżna stajna waqafna wara \"segretarju parlamentari\" - għax ma jistax ikun hemm ministru jew segretarju parlamentari li ma jkunx awtomatikament membru tal-Kamra tad-Deputati - imma aħna niżżilnihom it-tlieta għal li jista' jkun, forsi niġu f'sitwazzjoni fejn inkunu rridu naħtru tekniċi li ma jkunux membri tal- Kamra tad-Deputati.", "Frankament jien ma nsibx diffikulta' jekk membru ta' l-awtorita' jikkontesta elezzjoni ġenerali u jsir membru tal-Kamra tad- Deputati għax, jekk ma jirriżenjax hu, skond dan il-paragrafu l-iskwalifika tkun awtomatika.", "Paragrafu (b) jgħid li persuna ma tikkwalifikax għall-kariga ta' membru fl-awtorita' jekk tkun imħallef jew maġistrat fil-qrati tal-ġustizzja.", "L- istess bħall-paragrafu ta' qabel, jekk avukat ikun wasal biex jinħatar imħallef jew maġistrat u jaċċetta, jekk ma jirriżenjax hu minn membru ta' l- awtorita', l-iskwalifika tkun awtomatika, jiġifieri m'hemmx bżonn li tkun determinata mill-ministru jew minn xi ħadd ieħor.", "Ma naħsibx li l- affarijiet jistgħu jkunu iżjed ċari minn hekk.", "L-istess qed jingħad f'paragrafu (ċ), fejn jekk il-ministru jirriżultalu li xi membru ta' l-awtorita' għandu interess finanzjarju f'xi impriża, jista' jieħu l-passi neċessarji biex dik il-persuna tiġi skwalifikata.", "Għalija dawn iċ-ċirkostanzi li għadni kif spjegajt tant huma ċari u m'għandniex għalfejn noqogħdu nargumentaw fuqhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Id-diffikulta' tiegħi ma kenitx rigward paragrafi (a) u (b) għax żġur m'hemmx diffikulta dwar min hu membru fil-Kamra tad- Deputati u min m'huwiex.", "Id-diffikulta' li tista' tinqala' hija jekk ikun allegat li membru ta' l-awtorita' jkollu interess finanzjarju f'xi impriża li jkollha x'taqsam ma' l-istess awtorita' imma ovvjament dak il-membru jiċħad l-allegazzjonijiet u għalhekk jinħoloq id-dubju.", "Min se jsolvi dak id-dubju?", "Milli nista' nifhem il-Ministru qed jipprova jispjega li se jkun il-ministru li jagħmel dan.", "Jekk il-ministru se jiddeċiedi min jiġi skwalifikat minn membru ta' l-awtorita', allura għandu jkun il-ministru wkoll li jiddeċiedi jekk membru għandux interess f'xi intrapriża, liema interess jista' jiskwalifikaħ minn membru fl-awtorita'.", "Id-domanda tiegħi hi din: Se jkun il-ministru li jiddeċiedi jekk membru għandux xi interess jew le, jew se jkun hemm xi mekkaniżmu differenti?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-iskwalifika hija awtomatika, jiġifieri m'hemmx għalfejn tkun determinata mill-ministru.", "Issa wieħed forsi jistaqsi x'inhu l-mekkaniżmu jekk il-ministru u l-awtorita' ma jaġixxux u jekk il-membru ma jirriżenjax.", "Il-mekkaniżmu f'dak il-każ huwa li tista' tintalab l-iskwalifika ta' dik il-persuna partikolari quddiem il-qorti.", "Qed ngħid dan għax il-liġi ma tagħmilx l-iskwalifika dipendenti fuq xi eżerċizzju ta' diskrezzjoni tal-ministru.", "Jien għedt biss li l-ministru għandu d-diskrezzjoni li jwarrab l-iskwalifika jekk ikun sodisfatt bid- dikjarazzjoni ta' l-individwu li jammetti li għandu dak l-interess.", "Il- ministru ma jistax jirrinunzja mid-doveri tiegħu u għalhekk jekk isir jaf li xi membru ta' l-awtorita' għandu interess fit-tali ditta u għalhekk huwa skwalifikat, il-ministru għandu d-dmir li jinvestiga u jieħu l-passi meħtieġa.", "Dan hu dak li spjegajt jien, imma l-liġi kif inhi miktuba ma tagħmilx l-iskwalifika dipendenti fuq il-ministru imma tgħid li l- iskwalifika hija awtomatika.", "Jiġifieri f'dan is-sens il-liġi hija aktar riġida minn dak li qed jifhem l-Onor.", "Membru.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, smajt l-ispjega li ta l-Ministru dwar paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4) ta' klawsola 3.", "Qiegħed nifhem tajjeb li jekk dik il-persuna ma tiddikjarax l-interess imma jkun il-ministru li jinduna biha, il-ministru m'għandu l-ebda poter li jwarrab l-iskwalifika?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena nikkonferma l-interpretazzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Huwa fundamentali li persuna tagħmel id-dikjarazzjoni li mbagħad tkun pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern jekk il-ministru jiddeċiedi li jwarrab l-iskwalifika, pero' l-ministru m'għandux diskrezzjoni jekk il-persuna ma tiddikjarax l-interess tagħha.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk il-persuna ma tkunx iddikjarat l-iskwalifika tagħha u din tiġi żvelata f'xi gazzetta, il-ministru hemmhekk ukoll m'għandux il-poter li jneħħi l-iskwalifika.", "Din tista' titneħħa biss jekk il-persuna konċernata tkun l-ewwel waħda li pubblikament tiddikjara l- iskwalifika tagħha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Le, il-liġi ma tgħidx li trid tkun l-ewwel persuna li tippubblika l-iskwalifika tagħha - naħseb jinqalgħu ħafna ċirkostanzi fejn xi ħadd jagħti indikazzjoni li persuna partikolari għandha interess - għax li jiġri hu li l-ministru jibgħat għall-persuna konċernata li min naħa tagħha tgħid li kienet se tagħmel dikjarazzjoni, imbagħad sta għall-ministru jwarrabx l-iskwalifika jew le.", "Ma naħsibx li huwa possibbli li nżidu li bilfors trid tkun l-ewwel waħda li tiddikjara l-iskwalifika tagħha stess għax inkella nispiċċaw bħal fl-argumenti tal-metafiżika!", "Jien naħseb li l-essenzjali huwa li l-persuna tiddikjara l-interess tagħha, għax lanqas il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni u tat-twarrib ta' l-iskwalifika fil-Gazzetta tal-Gvern ma huma kondizzjoni.", "Skond id-draft ta' din il- liġi, ma jirriżultax li jekk xi ħadd ikun tkellem qabel, il-persuna konċernata ma tkunx tista' tiddikjara l-interess tagħha.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri jekk persuna tiddikjara l-interess wara li tkun ġiet żvelata fil-gazzetta, jiġifieri wara li jkunu għaddew ix-xhur, il- ministru xorta jkun jista' jneħħi l-iskwalifika.", "Ngħid għalija dan m'huwiex sew.", "Il-persuna konċernata trid tkun l-ewwel waħda li tiddikjara l-interess tagħha biex imbagħad il-ministru jkun jista' jneħħi l- iskwalifika.", "Għax jekk ma jsirx hekk, x'bona fide jkun hemm?", "MR CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, jien nazzarda ngħid mill- ewwel li l-prattika amministrattiva korretta hekk tkun.", "Ma rridux ninsew li qed nitkellmu fuq skwalifika li tirriżulta wara d-data tal-ħatra, u għalhekk naħseb li wieħed irid jara ċ-ċirkostanzi tal-każ, għax jista' jkun hemm sitwazzjoni fejn persuna, minn membru fi ħdan l-awtorita', tikkontesta l-elezzjoni ġenerali u ssir membru fil-Kamra tad-Deputati, u jista' jkun hemm sitwazzjoni fejn membru ta' l-awtorita' jkollu interess finanzjarju.", "Iktar minn hekk, ħafna drabi s-sitwazzjoni tagħna tkun min se jiġri l-iktar biex ikun l-ewwel wieħed li jagħtina l-informazzjoni.", "U aħna lil min se nafdaw?", "Almenu l-gazzetta hija prova attwali, imma jekk ikun hemm tliet persuni li jgħidu l-istess ħaġa, irid ikun il-ministru li jgħid min qallu l- ewwel.", "Għall-eżempju li ta l-Kap ta' l-oppożizzjoni li jimplika abbuż, mingħajr eżitazzjoni ngħid li anke jekk teknikament ikun possibbli, il-ministru m'għandux iwarrab l-iskwalifika.", "Imma jekk per eżempju jkun hemm każ fejn persuna ħadet directorship u sakemm marret tgħid lill-ministru li trid tagħmel dikjarazzjoni, semgħet il-kumpannija kompetitriċi u qalet lill- ministru qablu, dik ma tkunx bona fide wkoll?", "Li qed ngħid hu li l-liġi kif miktuba ma tagħmilx din ir-restrizzjoni, pero' wieħed għandu jara l- każi individwalment, u fejn jara li hemm l-abbuż ma jwarrabx l-iskwalifika.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq l-abbużi imma fuq ir-rules of the game, fuq kif se tintlagħab il- logħba.", "Hawnhekk il-ministru qed jingħata l-possibbilta' li jwarrab l- iskwalifika.", "Issa jiena rrid inkun naf il-kondizzjonijiet li taħthom il- ministru jista' jwarrab l-iskwalifika.", "Jekk il-persuna soġġetta għall- iskwalifika tkun l-istess waħda li tiddikjara, f'dak il-każ il-ministru jista' jwarrab l-iskwalifika.", "Jekk hemm persuna li tkun taf li l-ewwel persuna soġġetta għall-iskwalifika hija l-persuna fuq il-board - u għalhekk fuqha jaqa' d-dmir li tiddikjara minnufih li t-tali persuna hija soġġetta għall-iskwalifika - jekk dik il-persuna ma tagħmilx dikjarazzjoni, jien ma naqbilx li l-ministru xorta jkun jista' jilliberaha mill-iskwalifika.", "Għax inkella x'rules of the game ikollna?", "Jien ma naqbilx li jekk xi ħadd jiddikjara qabilha, xorta tiġi liberata mill-iskwalifika.", "MR CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, f'dan l-istadju qed ninterpretaw x'hawn miktub f'dan l-abbozz.", "Jiġifieri jekk għall-argument naqblu li għandna nagħmlu riżervi differenti, allura nagħmlu emenda għall- abbozz.", "Jien qed ngħid li f'dan l-abbozz m'hawnx il-kwalifika li l-persuna li jkollha interess trid tkun l-ewwel waħda li tiddikjarah.", "Issa dwar x'għandha tkun il-prattika korretta naħseb li diġa tajt eżempji biżżejjed.", "Jekk persuna tmur għand il-ministru biex tagħmel dikjarazzjoni u biex titolbu jikkonsidra t-twarrib ta' l-iskwalifika, u jumejn wara b'mod sensazzjonali toħroġ l-aħbar fuq xi gazzetta, allura l-ministru se jkun soġġettat li jgħid le għax kien jaf qabel?", "(Interruzzjonijiet) Iva bil- kitba, imma dan m'huwiex att pubbliku.", "Jiġifieri jista' jiġri bil-maqlub, tmur għand il-gazzetta ħamest ijiem wara u tagħmel id-data ta' jumejn qabel.", "Jien qed ngħid li skond dak li hawn imniżżel, dan l-abbozz ma jagħmilx din ir-restrizzjoni.", "Jien naħseb li għandna nżommu l-wording li hemm f'liġijiet oħra, ejja nivverifikaw il-wording tal-liġijiet li waqqfu awtoritajiet oħra u nimxu magħhom, għax inkella se nispiċċaw li kull liġi se tgħid xi ħaġa differenti!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Subklawsola (6) tgħid li membru ta' l-awtorità jista' jitneħħa mill-kariga mill-ministru jekk fil-fehma tal-ministru dak il-membru ma jkunx idoneu biex ikompli f'dik il-kariga jew ikun sar inkapaċi milli jwettaq sew dmirijietu bħala membru.", "Din qiegħda f'liġijiet oħrajn ukoll, imma tajjeb wieħed ifisser x'irridu ngħidu bil-kelma \"idoneu\".", "Naħseb li fit-test Ingliż it-traduzzjoni hija \"suitable\".", "Il- kelma \"idoneu\" jista' jkollha meaning wiesa' ħafna.", "Jekk il-ministru - f'dan il-każ inzerta l-Ministru preżenti li qed jippilota din il-liġi - jidhirlu jew għandu suspett li xi membru jkollu interess finanzjarju, dak il-membru jista' ma jkunx iżjed idoneu għall-ministru.", "Jiġifieri tajjeb li għallinqas il-Ministru jgħid lil din il-Kamra x'jinkwadra fil-kelma \"idoneu\".", "Hawnhekk wieħed qed jirriferi sempliċement għas-saħħa mentali ta' xi membru, jew din għandha implikazzjonijiet oħrajn aktar wiesgħa?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwlnett fit-test Ingliż il-kelma mhijiex \"suitable\" jew \"unsuitable\" imma l-kelma hija fin-negattiv mill-ewwel għax tgħid hekk:", "\"A member of the authority may be removed from office by the Minister if, in the opinion of the Minister, such member is unfit ...\".", "U jidhirli li fid-dritt amministrattiv hemm ħafna eżempji wkoll ta' xi tkun is-sitwazzjoni meta jkollok membru f'board u jispiċċa li ma jkunx fit to carry on the duties.", "Ġeneralment tkun diffikultà partikolari ta' natura mentali jew ta' natura fiżika qawwija.", "Dawk huma r-riferenzi u mhux sempliċement għaliex il-ministru m'għadux jaqbel miegħu jgħidlu: Int itlaq 'l hemm!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Iva, dan il-punt għandu ċerta validità.", "Il- Ministru qed jgħid li fit-test Ingliż il-kelma hija \"unfit\".", "Issa din tirriferi għal kondizzjoni medika fiżika jew mentali.", "Nifhimha u hekk għandu jkun.", "Il-kelma Maltija \"idoneu\" għandha konnotazzjonijiet iżjed dwar \"suitability\".", "Ikkorreġini jekk sejjer żball.", "Jekk jitqajjem suspett li membru għandu interess finanzjarju, dak jista' ma jkunx idoneu li jibqa' membru ta' l-awtorità.", "Allura f'dak il-każ il-ministru jista' bil-libertà tal-liġi jaġixxi biex ineħħih minn membru fuq bażi ta' din il-klawsola.", "Imma fuq bażi tal-klawsola kif inhi bl-Ingliż ma jkunx jista' jaġixxi b'dak il-mod, għax il-kelma \"unfit\" ma tirriferix għaċ-ċirkostanza meta jkun hemm suspett li membru jkollu interess finanzjarju.", "Dan qed inqajmu bħala eżempju.", "Jiġifieri t-test Ingliż għandu ċerti konnotazzjonijiet li jagħti saħħa lill-ministru jaġixxi b'ċertu mod, filwaqt li t-test Malti, li suppost huwa l-istess, ma jagħtix dik l-istess saħħa lill-ministru.", "U lill- Ministru ngħidlu li dan ma jgħoddx għal din il-liġi biss għax din il- klawsola tirriferi għal ħafna liġijiet oħra li tkellimna dwarhom u ddiskutejna f'dan il-parlament.", "Tajjeb li qed nitkellmuha din għaliex jekk bit-traduzzjoni nistgħu nagħmlu l-affarijiet aktar ċari, naħseb li din id- diskussjoni forsi tista' tagħti dan il-frott ukoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment jien daqsxejn reluttanti li hawnhekk nibdlu din il-kelma li issa stabilejnieha f'ħafna liġijiet oħra.", "Però nivverifika jekk il-kelma \"unfit\" hijiex l-aħjar traduzzjoni.", "Jiġifieri donnu li qed naqblu li l-kelma \"unfit\" hija adattata u d- diffikultà issa hija jekk il-kelma \"mhux idoneu\" hijiex traduzzjoni tajba bil-Malti.", "Jidhirli li hemm riferenza għall-kelma \"unfit\" anke fil- Kostituzzjoni, b'riferenza għall-imħallfin.", "Jiġifieri huwa terminu wżat ħafna fil-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Ninsab informat li hija l-kelma t- tajba bil-Malti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Mr Chairman, għar-rigward paragrafu (a) ta' subklawsola (4), fejn għandek li persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l- kariga ta' membru ta' l-awtorità jekk tkun ministru, segretarju parlamentari, eċċ., ma jidhirx li f'dan l-abbozz ta' liġi saret emenda biex ikun inkluż membru ta' kunsill lokali.", "Qed ngħid dan għax f'diversi liġijiet li qed jiġu diskussi hawnhekk daqqa jkun inkluż membru ta' kunsill lokali u daqqa le.", "A case in point huwa l-abbozz ta' liġi dwar l-awtorità ta' l-istatistika li għadda dalgħodu mill-istadju ta' kumitat, fejn ma ssemmiex li membru ta' kunsill lokali għandu jkun skwalifikat milli jkun membru fuq dik l-awtorità.", "Hawnhekk il-Ministru jaħseb li membru ta' kunsill lokali għandu jkun skwalifikat milli jkun membru fuq l-awtorità?", "THE CHAIRMAN : Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk qed tgħidli li f'liġi oħra ġiet aċċettata din l-emenda, nivverifika u nara x'għandna nagħmlu hawn mil-lat ta' policy.", "Jekk nista' nagħti an off-the-cuff reaction, jien għandi riżervi kbar dwar kemm għandna nagħmlu dawn l-esklużjonijiet kollha.", "Mela għandna 65 deputat kollha skwalifikati u issa qed tgħidli biex nagħmluha li kulmin jaqdi l-pajjiż f'kunsill lokali wkoll huwa skwalifikat millli jkun membru!", "Wara kollox dawn, almenu l-parti l-kbira tagħhom, jagħmlu dan ix- xogħol b'sens ta' dover ċiviku.", "Jien personalment intendi kontra dawn l- iskwalifiki kollha f'pajjiż - jekk nista' nuża l-kelma riżorsi fis-sens uman tagħha u mhux fis-sens minerali - fejn irridu nagħtu aktar opportunitajiet lir-riżorsi umani tagħna u mhux innaqqsuhom.", "Imma jekk qed tgħid li l-emenda kienet aċċettata f'liġijiet oħra, nivverifika jekk l- argument t'hemmhekk huwiex validu għal hawn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt għandi quddiemi l-abbozz ta' liġi dwar l- awtorità ta' l-istatistika.", "F'paragrafu (a) ta' subklawsola 5(5) hemm li membru ta' xi kunsill lokali għandu jkun ukoll skwalifikat.", "Għalhekk qed nagħmel din l-osservazzjoni.", "Ma nafx issa x'deċiżjoni beħsiebu jieħu l- gvern fuq dan l-abbozz.", "To be fair, jien personalment naħseb li jista' jagħti l-każ li membru ta' kunsill lokali jista' jkollu aktar influwenza milli jkollu deputat jekk ikun maħtur membru fuq awtorità.", "Dan id-diskors kien qam ukoll meta twaqqfet l-awtorità tat-turiżmu.", "Kien intqal li minħabba li l-lokal tagħhom ikun turistiku jew inkella minħabba interess personali li jkollhom fis-settur turistiku, ċerti kunsilliera jew sindki, jekk jiġu maħtura membri fuq l-awtorità, jista' jkollhom influwenza jew konflitt ta' interess.", "U għalhekk qed insemmiha f'dan l-istadju.", "Imbagħad f'subklawsola (8) hemm li jekk jirriżulta li membru ta' l- awtorità jkollu xi interess dirett f'xi kuntratt magħmul jew propost li jsir mill-awtorità, huwa mistenni li fl-ewwel laqgħa wara li jibda jiġi diskuss jew jitħabbar xi ħaġa, dak għandu jiżvela li għandu interess f'dak il-kuntratt partikolari, dan jitniżżel fil-minuti ta' l-awtorità u l- ministru jkun informat mingħajr dewmien.", "Jien għandi żewġ mistoqsijiet.", "Waħda hija dwar l-aħħar sentenza fejn jgħid:", "\"Meta l-interess tal-membru jkun tali li jiskwalifikah milli jibqa' membru, huwa għandu jirrapporta l-fatt minnufih lill-Ministru u jissottometti r-riżenja tiegħu.\"", "Kif se jitkejjel jekk wieħed għandux jiġi skwalifikat, mitlub li jirriżenja jew inkella jitneħħa?", "Barra minn hekk, dak il-konflitt ta' interess u d- dikjarazzjoni li ssir għandha tkun magħmula pubblika?", "Jiġifieri mhux biss tiġi minuted mill-awtorità u jingħata avviż lill-ministru bla dewmien, imma anke tiġi ppubblikata fil-gazzetta tal-gvern.", "Qed ngħid dan biex tkun fl- istess linja ta' dak li konna qed nitkellmu ftit aktar qabel f'subklawsola (4), fejn hemm li l-ministru jista' jwarrab l-iskwalifika jekk dik il- persuna tiddikjara l-interess u dik id-dikjarazzjoni u twarrib ta' l- iskwalifika jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Fuq l-istess linji dak il-konflitt ta' interess għandu ikun dikjarat mill-ewwel u jkun pubbliku wkoll u mhux biss jiġi minuted u jkun informat il-ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett b'riferenza għall-kumment li sar qabel - jien nipproponi li ma ndaħħlux l-iskwalifika kontra l-membri ta' kunsilli lokali f'din il-liġi ukoll - l-Onor.", "Abela qal li f'liġijiet kienet mod u f'liġijiet oħra kienet mod ieħor.", "Naturalment jista' jkollok liġi li tolqot suġġett forsi aktar delikat minn oħrajn.", "Nimmaġina li fl- istatistika kulħadd irid ikun ċert li m'għandekx xi forma ta' ħidma politika, allura hemmhekk nista' nifhem l-argument.", "Però hawnhekk qed nitkellmu fuq awtorità li trid l-aktar nies esperti u kwalifikati, u jekk ikollna x-xorti li nsibu lil xi ħadd membru f'kunsill lokali li jrid jidħol fl-awtorità, għalfejn nagħmlu l-iskwalifika?", "Jekk qed nifhem tajjeb l- oppożizzjoni ma tridx iżżid din l-iskwalifika.", "Rigward subklawsola (8), naħseb li l-uniku mod kif tinterpretaha hu li nerġgħu nagħmlu riferenza preċiżament għall-paragrafu (ċ) ta' subklawsola 3(4) li jgħid li persuna ma tkunx kwalifikata jekk ikollha xi interess finanzjarju jew ieħor f'xi impriża jew attività li x'aktarx tolqot it- twettiq tal-funzjonijiet ta' l-awtorità dwar ir-riżorsi.", "Jekk l-interess huwa ta' dik il-gravità li x'aktarx jolqot it-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, allura għandek l-iskwalifika minn membru li f'dak il-każ irid bilfors jirrapporta minnufih - u din torbot ftit mad-diskussjoni li kellna ta' kemm jista' jdum jew ma jdumx - lill-ministru u jissottometti r-riżenja tiegħu.", "Però f'subklawsola (8) qed nitkellmu dwar interess ta' natura ferm anqas minn hekk.", "Fil-fatt qed ngħidu \"xi interess dirett jew indirett, anke indirett, f'xi kuntratt magħmul jew propost li jsir mill-awtorità, li ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa' membru\".", "Mela għalfejn hawn din il-klawsola?", "Preċiżament biex nagħlqu l-loopholes.", "Inti ma tridx li jkollok każ li jgħid: Mela l-interess li għandi jien se jolqot lill-awtorità fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha?", "Per eżempju, l-awtorità qed tagħmel sempliċement procurement ta' office equipment, ta' apparat ieħor li għandha bżonn biex tiġġestixxi l-attività tagħha, u dak għandu interess indirett għaliex jekk ikun tali kuntratt u mhux ieħor jista' b'xi mod igawdi jew ma jgawdix.", "Hemmhekk tqum id- diffikultà li l-interess mhux tali li jikkaġuna skwalifika minn membru.", "Jekk hu hekk għandu xorta waħda jiżvela l-interess tiegħu.", "Jiġifieri l- iskop ta' subklawsola (8) huwa biex kull interess jiġi ddikjarat prattikament, għaliex anke l-interess li ma jiġix iddikjarat lill-ministru għal skopijiet biex miegħu jkun hemm ir-riżenja, u mbagħad il-ministru jara jekk dik ir-riżenja jaċċettahiex jew jeżerċitax dik id-diskrezzjoni li konna qed nitkellmu dwarha qabel, anke dan l-interess indirett ikun ikkommunikat lill-ministru.", "U l-ministru awtomatikament se jistaqsi lilu nnifsu: Dan l-interess jaqa' taħt paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4), jew nistgħu nillimitawh fil-konfini ta' subklawsola (8)?", "L-iskop tagħha huwa preċiżament biex nagħlqu iżjed mhux biex niftħu b'xi mod.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt jien m'argumentajtx kontra subklawsola (8), anzi tajjeb li kemm jista' jkun kulmin għandu interess dirett jew anke indirett dan jiddikjarah.", "Nagħtu każ li ħarġet tender għall-kunratt u forsi jkun hemm membru li ħuħ se jixħet tender għalih - f'dak il-każ dak il- membru jkollu interess indirett - huwa tajjeb li dak il-membru jiddikjara l- interess, jiġi minuted fil-minuti ta' l-awtorità u l-ministru jiġi informat.", "Issa ma' dan jien staqsejt jekk dak l-interess għandux jiġi ddikjarat b'mod pubbliku, jiġifieri jiġi ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern, bħalma hemm f'paragrafu (ċ).", "Il-mistoqsija l-oħra li għamilt, li forsi l-Ministru ma fehemx, kienet x'inhuma l-kriterji li bihom wieħed jiddeċiedi jekk membru jiġix skwalifikat jew le meta jiddikjara interess.", "Jiġifieri x'inhu l-interess li jkun tant gravi li wieħed ikollu jirriżenja waqt li membru ieħor ma jkollux għalfejn jirriżenja?", "Veru li kull każ irid jittieħed għalih waħdu, imma kif se nieħdu kull każ għalih?", "Dwar il-punt tal-membri tal-kunsilli lokali, jien m'għedtx li għandna niskwalifikawhom milli jkunu membri ta' l-awtorità imma staqsejt jekk il- politika tal-gvern hijiex li f'kull abbozz ta' liġi fejn ikun hemm ħatra ta' awtorità jagħmilx dik l-iskwalifika.", "Mir-risposta tal-Ministru għandi nifhem li kull każ se jittieħed fuq il-merti tiegħu, jiġifieri m'hemmx linja politika komuni għal kull abbozz ta' liġi jekk fhimt sewwa.", "Fil-fatt f'dak l-ispirtu kien il-kumment li għamilt jien.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rigward l-aħħar parti naturalment fhimt tajjeb.", "Il-fatt li jien stess qed ngħid: Ejja ma nżidux din l-iskwalifika fejn assolutament mhux meħtieġa, ifisser li bħala gvern m'għandna l-ebda politika li membru ta' kunsill lokali għandu jiġi skwalifikat dejjem.", "Donnu issa daħlet il-prassi li dik l-iskwalifka nagħmluha dejjem għall- membri parlamentari, u jien qed ngħid li biżżejjed li nillimitaw din l- iskwalifika għalina nfusna li qegħdin 65 ruħ hawn ġew.", "M'hemmx għalfejn nestenduha għal mijiet ta' membri li hemm fil-kunsilli lokali - għandek 68 kunsill lokali, jiġifieri għandek madwar 450 membru - għax ma naħsibx li nkunu qed nagħmlu użu tajjeb tar-riżorsi umani jekk niskwalifikaw 450 ruħ oħra.", "Naturalment jista' jkollok xi awtorità partikolari fejn ikun aħjar li nagħmlu hekk.", "Jiġifieri naqbel li għandna naraw kull każ on it's own merits.", "Rigward il-mistoqsija jekk għandniex nippubblikaw fil-Gazzetta tal-Gvern dak li jidher fil-minuti ta' l-awtorità fejn jiġi dikjarat interess dirett jew indirett, naħseb li nkunu qed nesaġeraw, jiġifieri we will be overgilding the lily.", "Jekk bniedem ikun korrett fl-aġir tiegħu billi jiddikjara l-interess tiegħu lill-awtorità nnifisha, dan ikun minuted fil- minuti ta' dik l-awtorità, huwa lanqas biss jattendi l-laqgħat fejn dik id- deċiżjoni qed tittieħed u joħroġ 'il barra meta tittieħed dik id-deċiżjoni, naħseb li dawn diġà huma miżuri ta' korrettezza biżejjed.", "Għaliex ħafna drabi jekk tipprova żżid fuq dan, flok li jkollok salvagwardji aħjar ikunu agħar.", "Biex nagħti l-istess eżempju ta' l-Onor.", "Membru, jista' jkollok membru li għaliex ħuh għandu interess fuq tender partikolari, jiddikjara interess indirett, jiġi minuted, joħroġ mil-laqgħa u ma jipparteċipax iżjed.", "Imma jekk dak jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, naturalment min jaf kemm nisimgħu kritika mid-ditta l-oħra li riedet tissupplixxi dak il-prodott fejn jgħidu: U iva, min jaf kemm qagħad ikellem lill-membri!", "Billi ma nafux nispekulaw!", "Jiġifieri naħseb li ma nkunux qed nagħmlu ġid li nagħmlu proċedura daqshekk drakonjana ta' pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern meta qed nitkellmu fuq kejl by definition inferjuri ta' x'interess ikun hemm.", "Issa fejn hi l-linja ta' demarkazzjoni, Sur President?", "Meta naqra t-test ma nistax ngħid li hawn linja riġida assoluta, però jekk wieħed jerġa' jirriferi għal paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4) donnu li l-linja ta' demarkazzjoni hija li l-ewwelnett jekk l-interess ikun finanzjarju - għax paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4) jitkellem fuq interess finanzjarju jew ieħor, jiġifieri hawn tinkludi interess ieħor, però tibda billi ssemmi interess finanzjarju - huwa wieħed li x'aktarx jolqot it- twettiq tal-funzjonijiet tal-persuna bħala membru ta' l-awtorità.", "Jiġifieri huwa interess li jolqot kif dan jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu bħala membru ta' l-istess awtorità.", "F'dak il-każ ikun hemm skwalifika totali.", "Jekk ikun interess li ma jwassalx biex jolqot dan it-twettiq tal- funzjonijiet jew anke jkun interess indirett li definittivament mhux kopert minn paragrafu (ċ), allura jiddikjara l-interess tiegħu, jiġi mniżżel fil- minuti, ma jipparteċipax fil-laqgħa, però xorta jinforma lill-ministru biex jekk il-linja ta' demarkazzjoni tkun inqabżet, allura awtomatikament ikun hemm l-iskwalifika totali jew billi jirriżenja hu stess jew il-ministru jiġbidlu l-attenzjoni li aħjar jirriżenja.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien qed nifhem il-ħsieb tal-Ministru dwar kif rabatha ma' paragrafu (ċ).", "Allura jaħsibx il-Ministru li jkun għaqli li f'subklawsola (8) issir riferenza biex wieħed ikun jista', kif qal hu, jara fejn tkun il-linja ta' demarkazzjoni għal paragrafu (ċ), fis-sens li l- iskwalifika tkun tali jekk ma jkollux interess finanzjarju.", "B'dan il-mod tkun aktar definita.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ewwelnett għandna l- istess kliem f'diversi liġijiet oħra fejn qed nagħmlu dawn it-tip ta' skwalifiki u ma jkunx għaqli li nibdew invarjaw it-terminoloġija wżata.", "Però d-distinzjoni prinċipali li hemm bejn il-paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4) u subklawsola (8) hija li l-ewwel wieħed jolqot każi ġenerali, fis-sens li l-interess finanzjarju ta' persuna jew interess ieħor f'impriża huwa tali li jolqot b'mod ġenerali t-twettiq tal-funzjonijiet ta' l-istess persuna f'dik l-awtorità - per eżempju, wieħed għandu interess f'kumpannija taż-żejt, interess kostanti li jolqot anke l-formolazzjoni ta' policies ta' dik l-awtorità - waqt li subklawsola (8) hija intenzjonata li tolqot kuntratti speċifiċi, tenders partikolari.", "Pero' f'kull każ wieħed irid jagħmel il-minuta, javża lill-ministru u jekk il-ministru jħoss li hija skwalifika ta' natura ġenerali, jieħu l-passi meħtieġa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien qed ninnota dan id-diżgwid bejn paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4) u subklawsola (8).", "Issa jekk m'iniex sejjer żball f'okkażjonijiet oħrajn in-naħa ta' l-oppożizzjoni insistiet li provvedimenti bħal dawk li hemm f'subklawsola (8) għandhom jitneħħew kompletament.", "Għax jekk membru ta' l-awtorità jkollu interess dirett jew indirett f'xi kuntratt, mill-pożizzjoni tiegħu stess u mill-ħbiberija u rispett uman li jkollu ma' membri oħra ta' l-awtorità, dejjem tibqa' l- possibbiltà li dan l-interess jaffettwa l-funzjoni ta' l-awtorità.", "Jiġifieri aħna dejjem insistejna li kemm jista' jkun il-membri ta' l- awtoritajiet ma jkunux involuti direttament jew indirettament fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha jekk ikollhom xi interess personali.", "Issa nixtieq nistaqsi ħaġa oħra lill-Ministru, Sur President.", "F'liġijiet oħrajn, anke fil-liġi li għadna kif iddiskutejna, kien hemm ċirkostanzi fejn il-ministru jieħu passi biex ineħħi lil membru partikolari ta' l-awtorità jekk dan ikun assenti ripetutament mill-laqgħat ta' l- awtorità.", "Jien naqbel ma' dan minħabba li aħna rridu li l-membri ta' dawn l-awtoritajiet jew bordijiet ikollhom ċertu impenn, kif insistejna kemm il- darba għaliex dan huwa importanti fit-twettiq tal-politika kemm ta' naħa u kemm ta' oħra.", "Jekk membri ta' awtoritajiet bħal dawn ikunu assenti ripetutament jew b'xi mod ieħor juru nuqqas ta' interess fil-funzjoni tad- dmirijiet tagħhom il-ministru għandu jkollu l-fakultà li jneħħihom.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, onestament ma nifhimx x'ikun l- akkwist amministrattiv jew politiku, anke għall-oppożizzjoni, kieku kellna nneħħu subklawsola (8).", "Dak li jaqa' taħt paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4) jaqa' taħt subklawsola (8) għaliex din ma tnaqqasx minn dak li huwa provdut f'paragrafu (ċ).", "Subklawsola (8) at worst ma tgħid xejn - u jien ma naqbilx li ma tgħid xejn - u at best tipprovdi għal xi sitwazzjonijiet li jibqgħu mhux koperti b'paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4).", "Għaliex jista' jkollok każ fejn l-interess huwa indirett u allura dan il-membru jgħidlek: Għalfejn niddikjarah jekk huwa indirett!", "Paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4) jgħid \"interess finanzjarju jew ieħor\", jiġifieri l- interess irid ikun tal-persuna.", "Nerġa' nieħu l-eżempju li semma l-kollega, fejn l-awtorità tkun trid tikri maħżen, u s-sid tal-post jinzerta ħu membru fl-awtorità.", "Jiġifieri l- interess indirett jidħol f'kuntratt wieħed partikolari.", "Dik hija skwalifika totali?", "Ma naħsibx li hija skwalifika totali, però b'subklawsola (8) almenu dan il-fatt jiġi ddikjarat.", "Jiġifieri jekk aħna rridu nagħmlu salvagwardji akbar, se mai l-argument għandu jkun li nsaħħu subklawsola (8) u mhux li nneħħuha.", "Naturalment lanqas ma' dak ma naqbel għax issa għandna formola li qed nużaw f'liġijiet differenti u naħseb li jkun perikoluż li nvarjaw minn liġi għal oħra fuq dan il-punt partikolari.", "Nerġa' ngħid li subklawsola (8) ma tnaqqas xejn minn dak li jaqa' taħt paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4), imma timla l-loopholes li jħalli paragrafu (ċ) u tgħid li jekk membru jkollu interess għandu jiddikjarah, jitniżżel fil-minuti u jitlaq 'il barra mil-laqgħa.", "Mhux hekk biss iżda javża lill-ministru ħalli jekk jara li dak l-interess huwa aktar serju jgħidlu biex jirriżenja.", "Jiġifieri hija intenzjonata li tagħlaq u ssaħħaħ il-parti ta' qabel u jekk inneħħuha jien ċert li jkollha l-effett kuntrarju.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, l-interpretazzjoni tiegħi hija differenti.", "Subklawsola (8) at best ma tfisser xejn u at worst tfisser li jkun hemm haven għall-membri li jista' jkollhom interess finanzjarju jew interess mod ieħor fit-twettiq tal-funzjonijiet ta' l-awtorità, għax permezz tagħha jistgħu jiskappaw biex ma japplikax għalihom paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4).", "Tkun haven għalihom għax jiddikjaraw li għandhom interess, però minflok jiġu skwalifikati permanentement jitolbu li joħorġu minn dik il-laqgħa partikolari.", "Għalhekk jien ngħid li dik il-klawsola rridu nistudjawha sew ħalli nkunu ċerti li membri ta' l-awtorità ma jkollhomx interessi li jkunu kuntrarji għall-funzjonijiet tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Assolutament ma naqblux.", "Subklawsola (8) ta' klawsola 3 ma toħloq l-ebda haven għall-paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4) ta' l-istess klawsola, anzi qed toħloq monitoring kontinwu għax jekk xi ħadd ikollu xi interess li iżda ma jkunx biżżejjed biex jiskwalifikah, jekk ma jkunx hemm subklawsola (8) dan l-interess lanqas biss jiddikjarah, la għand il-ministru u lanqas fil-minuti tal-bord.", "Aħna qed ngħidu li jekk persuna jkollha dubju ġenwin trid tagħmel dikjarazzjoni ta' l-interess, anke jekk ikun indirett, għax jista' jkun li għal kuntratt partikolari membru fl-awtorita' jew xi ħadd jiġi minnu jkollu xi interess.", "La l- kuntratt ikun wieħed partikolari u ma jkunx il-membru stess li jkollu interess fih imma xi qarib tiegħu, ma jkunx hemm lok għal skwalifika.", "Imma kieku subklawsola (8) ma teżistix, għalkemm xorta ma jkunx hemm lok ta' skwalifika, lanqas dikjarazzjoni ma ssir.", "Permezz ta' din is-subklawsola, avolja l-membru ma jiġix skwalifikat, xorta jrid jagħmel dikjarazzjoni u ma jattendix għal-laqgħat dwar dak il- kuntratt partikolari li fih hu jew xi membru tal-familja tiegħu jkollhom interess.", "Allura b'daqshekk qed nagħmlu l-havens!", "Jiena jidhirli li qed ngħalqu kemm nistgħu biex minn liġi għal oħra dejjem inkabbru s-serjeta' fl- amministrazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, it-tweġiba li ta l-Ministru wara li kkonsulta ma' l-esperti ma tantx għoġbitni, kemm għaliex jien m'iniex avukat u ċerti affarijiet legali ma nifimhomx, kif ukoll għaliex se nibqgħu marbutin ma' liġijiet oħra mingħajr possibilita' ta' tibdil.", "Apparti minn hekk, il-Ministru qal li subklawsola (8) ta' klawsola 3 qed tagħlaq il- loopholes.", "Li ma qalx hu li dawn il-loopholes qed jingħalqu f'subklawsola (8) u jinfetħu f'paragrafu (ċ) ta' subklawsola 3(4), għax kieku din ta' l- aħħar ma tippermettix li l-ministru jiskwalifika, ma jkunx hemm lok għal subklawsola (8).", "Barra minn hekk, filwaqt li subklawsola (8) qed tirriferi biss għall- kuntratt partikolari, jiġifieri m'hijiex miftuħa daqs paragrafu (ċ) ta' subklawsola (4), xorta t-tnejn li huma se jwasslu għall-istess riżultat, jiġifieri r-riżenja jew l-iskwalifika ta' membru ta' l-awtorita'.", "Huwa għalhekk li jiena tlabt id-demarkation line ta' f'liema sitwazzjonijiet għandha ssir skwalifika għax, milli nista' nifhem, interess dirett ta' membru ta' l-awtorita' jista' jwassal għal skwalifika imma interess dirett ta' persuna oħra li wkoll tkun membru ta' l-awtorita' jista' ma jwassalx għal skwalifika.", "B'liema kriterji se jiġri dan?", "Forsi bħalissa l-Ministru qed jgħid li aħna nimmaġinaw ħafna affarijiet, imma jekk ma naħsbux f'sitwazzjonijiet bħal dawn issa, aktar 'il quddiem jistgħu jinqalgħu l-problemi.", "L-interessi li jkun hemm mhux bilfors ikunu ta' natura politika imma jistgħu jkunu wkoll ta' natura kummerċjali, u jista' jkun hemm il-miljuni ta' liri fin-nofs.", "Il-problemi li jistgħu jinħolqu bejn il-kumpanniji se joħolqu ċerta sfiduċja fl-awtorita'.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li f'dan l-istadju nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Jien m'iniex konvint b'din il-klawsola u naħseb li jekk ma tiġix irranġata, iktar mill-nagħlqu l-loopholes, se nkunu qed inħalluhom miftuħin.", "Għalhekk naħseb li tajjeb li l-Ministru jikkonsidra b'aktar serjeta' dak li qed tgħid l-oppożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jekk irridu nkunu iktar ċari, kull interess dirett jew indirett li membru ta' l-awtorita' jista' jkollu f'xi kuntratt partikolari, by definition se japplika għal paragrafu (b) ta' subklawsola (5) ta' klawsola 3.", "Jekk membru ta' l-awtorita' jkollu interess finanzjarju f'dawn l-affarijiet ikun skwalifikat minn membru.", "Jista' jkun hemm membru ta' l-awtorita' li inizjalment ma jkollux interess pero' biż- żmien jiżviluppa interess finanzjarju dirett jew indirett.", "Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet jaqgħu taħt paragrafu (b) ta' subklawsola (5), fejn il- ministru jkun jista' jiskwalifika membri mill-awtorita'.", "Il-punt tiegħi huwa li jekk membru jkollu nteress dirett jew indirett li japplika għal subklawsola (8), awtomatikament se jkun japplika wkoll għal paragrafu (b) ta' subklawsola (5), għaliex kif qal l-Onor.", "Abela, m'hemmx definizzjoni tal-gradi differenti ta' interess.", "Huwa għalhekk li jiena ngħid li subklawsola (8) hija sempliċement haven għal min jista' jkollu nteress dirett jew indirett fl-affarijiet ta' l-awtorita'.", "Semmejt il-kelma \"haven\" għax wieħed jista' jinforma liċ-chairman ta' l-awtorita' u lill- ministru, joħroġ minn dik il-laqgħa imma jerġa' jidħol għal-laqgħa ta' wara; jiġifieri flok jiġi applikat paragrafu (b) ta' klawsola 5, li jiskwalifika kompletament, tiġi applikata subklawsola (8) li tippermetti li l-membru konċernat jattendi għal laqgħat dwar kuntratti oħrajn.", "Il-punt tiegħi hu li membri ta' l-awtorita', li jkun u close ta' xulxin, jekk wieħed minnhom ikun skwalifikat għal laqgħa waħda biss għax ikollu interess fil-kuntratt li jkunu se jiddiskutu fiha, xorta se jgħinuh jakkwista dak li jrid.", "Jien inħoss li nkunu iżjed ċari jekk subklawsola (8) tiġi eliminata, għax b'hekk jekk il-membri ta' l-awtorita' jkollhom xi interess dirett jew indirett anke f'kuntratt wieħed biss, jiġu skwalifikati minn membri ta' dik l-awtorita'.", "Wara kollox, il-ministri, is-segretarji parlamentari, il-membri tal-kabinett, l-imħallfin u l-maġistrati kollha qed jiġu esklużi, avolja m'għandhom l-ebda interess, jiġifieri m'għandhiex tkun ħaġa kbira biex neskludu lil min ikollu xi tip ta' interess f'xi kuntratt partikolari.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kumment fil-qosor dwar l-aħħar kumment ta' l-Onor.", "Buhagiar.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nikkundannaw lill-aqwa awtoritajiet ta' pajjiżna għal min jew ma jifhem f'xejn jew huwa biss akkademiku.", "Jekk f'pajjiż ta' 370,000 ruħ mhux biss se neliminaw lil min ikollu interess dirett fil-funzjonament ġenerali ta' l-awtorita' imma anke lill-familjari ta' min ikollu xi interess, allura min se jibqa' kompetenti li jista' jservi f'din l-awtorita'?", "Huwa ovvju li min għandu xi linja partikolari ta' l-enerġija postu m'huwiex fl-awtorita', imma jekk se nipprovaw neliminaw lil min għandu membri tal-familja tiegħu konnessi mal- kumpanniji tal-computers, ta' l-office equipment, tat-telephones eċċ, x'se jifdal?", "Pajjiżna kif jista' jimxi b'dan il-mod!", "Pajjiżi li huma ikbar minna, b'popolazzjoni ta' miljuni kbar, ifittxu l-aqwa mħuħ.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Rigward dan jien assolutament ma naqbilx.", "Per eżempju, jien ma nħossx li hija xi ħaġa sewwa li fuq il-bord ta' l-Enemalta jkun hemm persuna li l-familja tagħha regolarment titfa' l-offerti għall- kuntratti tal-korporazzjoni.", "Meta ġbidna l-attenzjoni tal-ministru, ir- risposta kienet li meta l-bord ta' l-Enemalta jiddiskuti l-kuntratti li possibbilment ikunu jistgħu jaħdmu tal-familja ta' dan id-direttur, hu ma jkunx preżenti.", "Jien hawn nistaqsi: Kemm huwa sew li f'dan il-pajjiż nitkellmu b'dan il-mod?", "Kemm huwa sew li llum jitlaq 'il barra dak, għax ikun qed jiġi diskuss il-kuntratt tiegħu, u għada jitlaq 'il barra l-ieħor?", "Ġejna fis-sitwazzjoni ta' ħokkli dahri biex għada nħokk tiegħek!", "Ilna nitkellmu tant kontra dawn l-affarijiet u saħansitra għandna eżempji ċari ta' kemm dawn jagħmlu ħsara lill-pajjiż, imbagħad jiġi l-Ministru jgħidilna li se nibqgħu fuq l-istess sistema!", "M'hijiex skuża li tant m'għandniex nies kapaċi jmexxu li bilfors irridu ngħaddu minn dawn l-affarijiet.", "Jien inħoss li dawk li se jippromwovu l-prinċipju ta' din il-liġi għandhom ikunu persuni nodfa minn kull indħil, kemm dirett kif ukoll indirett, u jiena ċert li hawn nies kompetenti li m'għandhom l-ebda interessi.", "Forsi jekk ikunu nvoluti fl-awtorita' tar-riżorsi jkollhom interessi f'awtoritajiet oħra, imma ta' l-inqas mhux fl-istess awtorita'.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li l-Ministru għadu ma rrispondiex għall-mistoqsija li għamiltlu dwar jekk hux se jkollu l- fakulta' li jneħħi lil dawk il-membri li juru nuqqas ta' mpenn fl- awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk xi membru ma jattendix b'mod regolari jaqa' taħt id-definizzjoni ta' \"mhux idoneu\".", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Fit-test Ingliż il-kelma proprja kienet \"unfit\", imma aħna għedna li din iktar għandha x'taqsam ma' każi mediċi, bħal meta ngħidu unfit fiżikament jew mentalment.", "Jiena għedt li fit-test Malti \"idoneu\" tfisser \"suitable\" u għalhekk il-ministru għandu iżjed fakulta' li jneħħi dak il-membru ta' l-awtorita' li ma jkunx qed jaqdi l-funzjoni tiegħu tajjeb.", "Il-Ministru stess aċċertani li t-traduzzjoni ta' \"unfit\" hija \"mhux idoneu\", imma issa qed jgħid li iżjed tfisser \"unsuitable\" milli \"unfit\".", "Irridu niddeċiedu xi tfisser il-kelma \"idoneu\" biex jekk il- Ministru jinterpretaha b'dak il-mod, jien ma nkomplix ninsisti li tidħol klawsola oħra bħalma daħlet f'liġijiet oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Apparti mill-fatt li t-test Malti huwa dak li jipprevali fil-qorti, jien informat li t-test li qed nużaw huwa dak li \"mhux idoneu\".", "Hawnhekk dorna dawra full circle, fejn tlaqna minn jekk għandniex nagħmlu kelma bil-Malti iktar adattata għal \"unfit\", u issa qed ngħidu li l-kelma bil-Malti hija tajba u l-argument huwa jekk għandniex nagħmlu kelma aħjar bl-Ingliż.", "Ma nafx l-esperti u d-drafters iridux jissostitwixxu \"unfit\" bil-kelma \"unsuitable\", pero' napprezza kieku nimxu b'terminoloġija simili bħal dik li hemm f'liġijiet l-oħra.", "Jekk liġi tkun tgħid mod u liġi oħra tkun tgħid mod ieħor inkunu qed noħolqu periklu fl- interpretazzjoni tagħhom min-naħa tal-qrati.", "Pero' f'kull każ jien qed ngħid li l-frażi \"mhux idoneu\" m'hijiex limitata biss on medical grounds.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 - Tifsir Clause 2 - Interpretation", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 2:", "\"A\" Fit-test Malti tal-klawsola 2, minflok il-kelma \"pitrolju\" kull fejn tinstab għandha tidħol il-kelma \"petroleum\" u fid-definizzjoni ta' \"żejt\" minflok il-kelma \"żejt\" għandha tidħol il-kelma \"fuel\", u d- definizzjoni relattiva għandha tidher fl-ordni alfabetiku li jirriżulta skond din il-bidla.", "\"A\" In the Maltese text of clause 2, for the word \"pitrolju\" wherever it appears, there shall be substituted the word \"petroleum\", and in the definition of \"żejt\" for the word \"żejt\" there shall be substituted the word \"fuel\", and the relative definition shall appear in the proper alphabetical order resulting from such change.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" għal klawsola 2, kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Funzjonijiet ta' l-Awtorità.", "Clause 4 - Functions of the Authority", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, naħseb li klawsola 4 hija l- qalb ta' din il-liġi għaliex titkellem proprju dwar il-funzjonijiet ta' l- awtorità.", "Fit-Tieni Qari għamilt spjega pjuttost estensiva u għalhekk ma jidhirlix li għandi għalfejn nelabora f'dan l-istadju wkoll.", "Għal skopijiet ta' diskussjoni naħseb ikun aktar faċli li naqsmu din il-klawsola skond id-diviżjonijiet tagħha.", "Għandna subklawsola (1) li minn paragrafu (a) sa (p) tittratta dwar il-funzjonijiet ta' natura ġenerali ta' l- awtorità.", "F'subklawsola (2) għandna paragrafu (a) li jitkellem speċifikament fuq il-qasam ta' l-enerġija; paragrafu (b) huwa speċifiku għall-qasam ta' l- ilma; paragrafu (ċ) jittratta l-funzjonijiet speċifiċi għar-rigward ta' l- estrazzjoni tal-minerali; u paragrafu (d) jitkellem speċifikament dwar il- pitrolju.", "Nifhem jien li bl-emenda li għadna kif għamilna mbagħad ikollna bżonn emenda hawnhekk ukoll biex flok \"pitrolju\" ngħidu \"petroleum\".", "Imbagħad għandna subklawsola (3) li titkellem b'mod ġenerali u tgħid li:", "\"il-provvedimenti ta' dan l-artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta' xi awtorità stabbilita minn jew taħt xi liġi għar-rigward tas-saħħa pubblika, l- ambjent jew kull ħaġ'oħra li tinkwadra fil-funzjonijiet ta' xi awtorità simili.\"", "Naħseb li l-ispjega dettaljata tkun pjuttost twila u diġà għamilnieha.", "Però billi qed nitkellmu fuq il-core article ta' din il-liġi, jkun utli li almenu naqsmu d-diskussjoni b'dan il-mod, il-parti ġenerali tagħha u dawn id-diviżjonijiet li għandha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, in-naħa ta' l-oppożizzjoni ilha tinsisti li fir-rigward tar-riżorsi hemm bżonn li jkun hemm korp regolatorju separat u indipendenti mill-korp operattiv.", "Jiġifieri kif qal il-Ministru, din il-klawsola hija l-core ta' din il-liġi.", "In-naħa ta' l- oppożizzjoni taqbel ukoll li għandu jkun hemm awtorità li tirregola u tissorvelja dak kollu li japplika f'dan il-qasam, fosthom li tagħti l- liċenzji, li tiżgura li jkun hemm interkonnessjoni għall-produzzjoni u li tiżgura li jkun hemm kompetizzjoni ġusta.", "Din hija importanti ħafna għaliex għalkemm ninsistu ħafna li jrid ikollna kompetizzjoni ġusta, mhux biss irridu ndaħħluha fil-liġi imma għandha tidħol ukoll fl-ispirtu ta' dak kollu li nagħmlu.", "Għalhekk naqblu li għandu jkun hemm awtorità li tissorvelja li f'kull qasam ikun hemm kompetizzjoni ġusta, jekk għandu jkun hemm kompetizzjoni f'ċerti entitajiet wara kollox.", "L-awtorità għandha wkoll l-funzjoni li tistabilixxi standards tajbin u effiċjenti.", "Mr Chairman, in-naħa ta' l-oppożizzjoni taqbel ma' subklawsola (1), fejn qed nitkellmu dwar il-funzjonijiet ġenerali li qed nagħtu lil din l- awtorità.", "Però jekk se nieħdu paragrafu paragrafu, nixtieq li l-Ministru jagħti iżjed informazzjoni dwar paragrafu (ċ) li jgħid li waħda mill- funzjonijiet ta' l-awtorità hija:", "\"li tirregola u tiżgura li jkun hemm interkonnessjoni tal-produzzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni tas-servizzi jew tal-prodotti regolati minn jew taħt dan l-Att.\"", "Jien nifhem, per eżempju, li għandu jkun hemm interkonnessjoni f'dik li hija enerġija elettrika.", "Meta konna qed niddiskutu l-awtorità dwar il-komunikazzjoni tkellimna fit-tul dwar kemm huwa importanti li jkun hemm interkonnessjoni.", "Fil-qasam tal-komunikazzjoni l-interkonnessjoni hija kruċjali.", "Per eżempju, fil- qasam ta' l-internet, operatur jista' jopera imma jekk ma jkunx hemm interkonnessjoni ma' providers oħrajn, il-konsumatur se jbati minn dan in- nuqqas ta' ftehim.", "Però fil-qasam ta' l-enerġija elettrika, u iżjed u iżjed fil-qasam tar-riżors ta' l-ilma, tajjeb li l-Ministru jagħti iżjed spjega għalxiex qed jirriferi f'dik li hija interkonnessjoni.", "Jien nifhem li fil-qasam ta' l-enerġija elettrika, kif tkellimna aktar kmieni f'dan id-dibattitu, ma jagħmilx sens li jkollok iżjed minn sistema ta' distribuzzjoni waħda.", "Mhux sewwa li ma nagħmlux l-istess riferenza fil-qasam ta' l-ilma, fis- sens li jkollok sistema ta' distribuzzjoni ta' l-ilma waħda, għax inkella tista' tagħti lok għal operaturi differenti fil-qasam ta' l-ilma li jagħmlu sistema ta' distribuzzjoni differenti.", "Imbagħad f'dan il-pajjiż nerġgħu niġu fis-sitwazzjoni primittiva li t-toroq tagħna jerġgħu jinfetħu għal yet another service lid-djar Maltin.", "Jiġifieri hawnhekk tajjeb li l-Ministru jagħti iżjed spjegazzjoni dwar x'viżjoni għandu meta qed jitkellem dwar l- interkonnessjoni.", "Nerġa' ngħid li meta titkellem dwar il-komunikazzjoni jew l-enerġija elettrika wieħed jifhem eżattament għalxiex qed tirriferi interkonnessjoni, imma ssib iżjed diffikultà biex tifhimha meta tipprova testendiha għal servizzi jew riżorsi oħrajn.", "Jekk irid il-Ministru nista' nieqaf hawnhekk biex forsi jagħti spjegazzjoni għal dan u mbagħad niġi għall-punti l-oħra li nixtieq inqajjem iżjed 'il quddiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, hawn nista' nagħti indikazzjoni ta' policy iktar milli definizzjoni ta' l-abbozz għaliex nifhem li l-wording huwa iktar wiesa' mill-policy f'dan l-istadju.", "Normalment min jilleġisla jagħmel hekk apposta għaliex hu ma jkunx irid jorbot idejh għal possibbiltajiet eventwali fil-futur, però ma jfissirx li bħala policy għandu ħsieb li jaqbad u jiftaħ beraħ mil-lum għal għada.", "F'dan l-istadju, bħala policy, b'\"interkonnessjoni\" qed nifhmu l- possibbiltà li wieħed għad irid jara b'riferenza partikolari għall- produzzjoni ta' l-enerġija.", "Jekk irridu nitkellmu dwar il-fakultà li xi ħadd jagħmel impjant ta' l-enerġija elettrika, jew dwar impjanti ta' sorsi alternattivi ta' enerġija, ma nistgħux nitkellmu fuqhom b'mod realistiku jekk ma jkollhomx il-fakultà li jagħmlu feeding fin-national grid.", "Jekk din it-teorija kollha tapplikaha fuq skala kemm kemm ikbar mid-domestika, per eżempju, li tagħmel sistema fotovoltajka fuq il-bejt tar-residenza jew ta' l-industrija tiegħek, x'inhu wieħed mill-inċentivi li jingħata barra?", "Mhux qed ngħid għal min jagħmel sempliċi solar panel għalih, imma għal min jagħmilha fuq skala kemm kemm ikbar m'hemmx għalfejn xi skala enormi.", "Barra minn Malta jagħtu l-inċentiv li jekk inti jkollok units ta' enerġija aktar milli tuża għalik, dawk il-units iż-żejda titfagħhom fil- grid u l-meter tiegħek litteralment jimmarka - forsi hawn qed nissimplifikaha żżejjed - biż-żewġ metodi, jimmarka l-konsum li inti qed tieħu u jimmarkalek l-units li qed tagħti, jiġifieri jnaqqaslek.", "Jiġifieri għal dak qed nirriferu prinċipalment meta qed nitkellmu fuq interkonnessjoni.", "Għar-rigward tal-qasam ta' l-ilma din m'hijiex realistika.", "Min qed jipproduċi l-ilma jrid ukoll jiddistribwixxih.", "Issa l-mistoqsija li saritli qabel u reġgħet saret issa hija: Allura jekk tiftaħ fil-qasam ta' l-ilma jfisser li se niftħu t-toroq ta' Malta u ngħaddu l-mains kollha ta' l-ilma tad-distributuri differenti?", "Le, bħala policy huwa evidenti li din mhix realistika.", "Immaġina ngħidu li f'xi toroq għaddej il-main tal-water services corporation, f'oħrajn għaddej il-main ta' XYZ Water Ltd u hawn għaddej il-main ta' l-ABC Water Ltd.", "Le, ma naħsibx li xi ħadd qed jipproġetta dan.", "Però ikun żball li l-awtorità min-naħa l-oħra ma tħallix lil xi ħadd jipproduċi l-ilma fuq skala limitata u jiddistribwixxih.", "Fl-esperjenza li għandna s'issa, jiġifieri mingħajr il-ftuħ tal- liberalizzazzjoni u ta' kompetizzjoni ġusta li l-liġi qed tipprevedi, illum l-istess korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma - hi direttament u permezz tas-sussidjarja tagħha li qiegħda preċiżament fuq dan il-qasam - tgħidlek li jekk inti trid tagħmel impjant tar-reverse osmosis għal-lukanda tiegħek tista' tagħmlu.", "Anzi mhux biss tgħidlek biex tagħmlu iżda tbigħlek l- impjant hi, jiġfieri hi stess tinkoraġġik tikkompeti magħha.", "Wieħed jista' jargumenta li jekk lukanda tagħmel impjant tar-reverse osmosis għall- produzzjoni ta' l-ilma biex tissupplixxi l-kmamar tagħha, din tkun qed tikkompeti mal-WSC għaliex tipproduċi tant galluni ta' ilma kuljum u mhux qed teħodhom mill-korporazzjoni.", "Il-korporazzjoni mhux biss ma qaltilhiex li qed tagħmel ħażin, talli qaltilha biex tixtri l-impjant tar-reverse osmosis mingħandha.", "Mela dan diġà qed jiġri.", "U hemmhekk naturalment ikun hemm id-distribuzzjoni interna, ikun hemm feeding mill-impjant għal ġol- kmamar.", "Dan qed jiġri wkoll biex ikollna sors sekondarju ta' ilma, li ambjentalment jagħmel ħafna sens.", "Aħna m'għandniex nibqgħu nużaw l-istess kwalità ta' ilma biex ninħaslu u għall-ikel, u nużawh ukoll għall-flushing u għal skop industrijali.", "Għandna ninkoraġġixxu sistemi ta' second-class water.", "Illum id-dipartiment tad-drenaġġ - li għadu intenzjonat li jiġi jifforma parti mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma - qed jipproduċi second-class water billi jagħmel trattament tas-sistema tad-drenaġġ.", "L- iskop huwa li sas-sena 2004 - 2005 inkunu qed nittrattaw id-drenaġġ kollu tal-pajjiż u possibbilment nużawh għal skop agrikolu.", "Imma jista' jagħti l-każ li jkun hemm min irid jagħmel trattament tas- sistema tad-drenaġġ u jipprovdi l-ilma għal leisure activity.", "Per eżempju, dan l-argument jissemma fir-rigward ta' provvista ta' second-class water għal skop ta' golf course - tagħmilha fejn tagħmilha, anke jekk tagħmilha fil-Magħtab, għax qed nara għajnejn l-oppożizzjoni jħarsu 'l fuq! - jew għal skop industrijali.", "Mela huwa ħażin li ma tħallix lil xi ħadd jipproduċi l-ilma u jiddistribwixxih - per eżempju, il-lukandier fil- lukanda tiegħu, min jagħmel impjant għat-trattament tad-drenaġġ għall- għelieqi ta' madwaru, xi ħadd għal skop immedjat industrijali - però huwa ovvju li m'għandniex policy li ngħaddu mains ta' l-ilma oħra fit-toroq ta' Malta.", "Ma naħsibx li hemm il-wisa' meħtieġa biex jgħaddu dawn il-mains kollha ta' l-ilma.", "Lanqas pajjiżi ferm ikbar minna, bil-liberalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni kollha immaġinabbli, m'għamluhom dawn l-affarijiet, ħalli ma niġrux bl-immaġinazzjoni!", "Però d-domanda hija leġittima u t- tweġiba nispera li tajtha ċara biżżejjed.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Kif għedt fil-bidu jien, il-kelma \"interkonnessjoni\" għandha meaning speċifiku fil-qasam ta' l-enerġija elettrika, u j'Alla tkun il-funzjoni ta' l-awtorità li tippromwovi ideat ħalli anke l-households jipproduċu huma stess enerġija elettrika minn renewable sources, bħas-solar panels, imbagħad dawk il-units ta' enerġija żejda matul il-ġurnata jitfgħuhom fil-grid nazzjonali.", "Għalhekk fil-bidu ta' din il-leġislatura jien darba kont staqsejt lill-ministru konċernat jekk l-Enemalta għandhiex dawk li jissejħu reverse meters.", "Dawn ir-reverse meters jaħdmu b'mod li matul il-ġurnata, meta jkun hemm ħafna xemx, dawn is- solar panels jipproduċu enerġija li tmur lura fil-grid nazzjonali, u allura matul il-ġurnata jkollok l-industrija li se tuża din l-enerġija elettrika u l-meters jaħdmu bir-reverse u jduru lura biex matul il-lejl fejn dik id-dar ikollha bżonn enerġija mill-grid nazzjonali, tieħdu lura u allura jkun hemm ċertu bilanċ.", "Jiġifieri in essence matul il-ġurnata dawk id-djar li għandhom is-solar panels ikunu qed ibigħu l-enerġija lill-grid nazzjonali u matul il-lejl ikunu qegħdin jixtru l-enerġija mill-grid nazzjonali.", "Dan wieħed jifhmu.", "Imma f'dak li huwa qasam ta' l-ilma l-Ministru ma tkellimx dwar interkonnessjoni.", "Jien ma rridx inkompli ntawwal ħafna dan l-argument.", "Imma m'hijex interkonnessjoni li jkollok impjant li jipproduċi l-ilma f'lukanda biex jissupplixxi l-kmamar tiegħu, u lanqas hija kompetizzjoni għaliex safejn naf jien ma tkunx kompetizzjoni li tipproduċi l-ilma għalik stess.", "Per eżempju, ma tkunx qed tikkompeti mal-WSC jekk inti tagħmel bir.", "Meta tagħmel bir se jkollok ammont ta' ilma għall-użu personali tiegħek u ma naħsibx li tkun qed tikkompeti mal-WSC.", "Jiġifieri lukanda jew sptar li jipproduċu l-ilma permezz ta' reverse osmosis plant għall-użu tagħhom ma jkollhomx bżonn sistema ta' interkonnessjoni u m'għandhomx bżonn jagħmlu connection mal-grid nazzjonali.", "Jiġifieri dan ma japplikax għall-qasam ta' l-ilma.", "Pero' dan l-argument m'hu se jwassalna imkien jekk inkomplu nsegwuh.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa nirriferi għal paragrafu (f) li jgħid li se tkun waħda mill- funzjonijiet ta' l-awtorità:", "\"li tiżgura u tirregola l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' sistemi effiċjenti sabiex tiġi sodisfatta, daqskemm ikun ekonomikament possibbli, kull domanda raġonevoli għall-provdiment tar-riżorsi regolati minn jew taħt dan l-Att.\"", "Din hija importanti ħafna u għandha tkun il-core function ta' din l- awtorità li tara li fil-qasam tar-riżors ta' l-elettriku u ta' l-ilma tkun sodisfatta d-domanda nazzjonali, imma m'għandux ikun hemm il-kwalifika li hemm fil-liġi, fejn hemm \"daqskemm ikun ekonomikament possibbli\", speċjalment fil-viżjoni tal-gvern - li aħna ma naqblux magħha - li fil- qasam tar-riżorsi essenzjali jiftaħ għall-operaturi privati.", "Dan huwa l- ġist ta' l-argumenti min-naħa ta' l-oppożizzjoni għaliex dawn ir-riżorsi tant huma importanti li mhux biss l-awtorità għandu jkollha l-funzjoni li tara li d-domanda hija sodisfatta, imma irrispettivament minn kemm huwa ekonomikament possibbli.", "Per eżempju, nafu li fil-qasam ta' l-ilma l-gvern jitlef il-flus, sena wara l-oħra.", "Fil-qasam tal-ġenerazzjoni ta' l- enerġija l-gvern ukoll jitlef il-flus imma mbagħad iġib il-flus mill-qasam tal-bejgħ tal-pitrolju.", "Jiġifieri diġà qed ngħidu li minkejja li mhuwiex ekonomikament possibbli li l-gvern jipproduċi l-ilma u jbigħu kif qiegħed jagħmel, minkejja li mhux ekonomikament possibbli li jipproduċi l-elettriku kif qiegħed jagħmel, xorta l-gvern huwa mpenjat skond il-liġi li jkompli jipproduċi dawn ir-riżorsi importanti.", "Imma issa qegħdin ngħidu li 'l quddiem se niftħu għall-operaturi differenti u se ndaħħlu l-kompetizzjoni.", "Barra minn hekk qed ngħidu li l- awtorità se jkollha l-funzjoni li tiżgura li jkun hemm dawn ir-riżorsi kruċjali fil-pajjiż sabiex id-domanda tiġi sodisfatta \"daqskemm ikun ekonomikament possibbli\".", "Jien ma naqbilx li għandha tidħol din il-frażi għaliex jistgħu jiġu ċirkostanzi fejn tiftaħ għall-operaturi differenti, li għall-bidu forsi jkun ekonomikament possibbli li dawn jipproduċu dawn ir- riżorsi importanti fil-pajjiż, imma mbagħad jinqalgħu ċirkostanzi fejn ma jkunx iżjed ekonomikament possibbli għalihom li jipproduċuhom.", "Allura mbagħad x'se jiġri?", "Skond il-liġi dawn l-operaturi jistgħu f'daqqa waħda ma jipproduċux iżjed enerġija elettrika jew ilma f'dan il-pajjiż għaliex jargumentawlek - u jkollhom raġun bil-mod kif qiegħda l-liġi - li it is not financially feasible li jkomplu jagħmlu hekk?", "B'din il-liġi qegħdin nagħtu saħħa lil dawn l-operaturi differenti li jiftħu u jikkompetu f'dan il-qasam, imma mbagħad meta jaraw li ma jistgħux jagħmlu profitt iżjed, se jkollhom id- dritt li ma jkomplux jipproduċu dawn ir-riżorsi.", "Jien inħoss li l-awtorità għandha jkollha l-funzjoni imperattiva li tara li d-domanda nazzjonali fil- qasam ta' l-enerġija u l-qasam ta' l-ilma tkun sodisfatta, irrispettivament minn kemm ikun ekonomikament possibbli jew le.", "Nitlob lill-Ministru biex jagħti spjegazzjoni dwar dan.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Meta jkollna xi diffikultà fuq xi parti jew oħra ta' din il-liġi rridu nirriferu għat-test Ingliż ukoll.", "Ir-raġuni hi li bħal ħafna liġijiet oħra ta' natura teknika, id-drafting ikun sar bl- Ingliż u ġieli jkollok diffikultà bit-traduzzjoni.", "Ċertament li l-ebda gvern - żgur li mhux il-gvern preżenti - m'għandu l-intenzjoni li jgħid li mhux ekonomikament possibbli li jwassallek id-dawl jew l-ilma għax qiegħed 'il bogħod u allura trid toqgħod mingħajr dawl jew ilma.", "Fil-fatt fit-test Ingliż hemm miktub \"as economically as possible\", mhux \"as long as it is economically possible\", jiġifieri inti tagħmel dan kollu però b'mod li jkun ekonomiku.", "Fil-fatt tlabt lill-avukat ġenerali biex ikollna emenda f'dan is-sens biex il-kliem bil-Malti jiġi jaqbel mat-test Ingliż.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jiena nilqa' u napprezza l-ispjegazzjoni tiegħek li hemm differenza fit-test Ingliż u jeħtieġ li nbiddlu t-test Malti.", "Issa niġi għal paragrafu (ġ) ta' subklawsola (1) li jgħid li waħda mill- funzjonijiet ta' din l-awtorità se tkun \"li tagħmel kull studju, riċerka jew investigazzjoni dwar kull ħaġa li jkollha x'taqsam mar-riżorsi regolati minn jew taħt dan l-Att.\"", "Dan il-qasam qed jiżviluppa b'passi mgħaġġlin ħafna u f'dan il-pajjiż għandna naraw li nsegwu r-riċerka, anzi nieħdu parti direttament fir- riċerka li ssir f'dawn l-oqsma ta' l-ilma u l-enerġija.", "Safejn naf jien hemm diġà korp kostitwit, il-Malta council for science and technology - u naf li l-Ministru at one stage kien involut fih -li waħda mill-funzjonijiet tiegħu hija li jagħmel studju u riċerka f'dan il-qasam.", "Issa d-domanda tiegħi hija din: X'se jkun ir-role il-ġdid ta' l-MCST?", "Dan il-kulleġġ se jispiċċa jew se jkun hemm lok għal żewġ bordijiet bl-istess funzjoni?", "Għax bħala parti mill-funzjonijiet tiegħu, l-MCST għandu r-riċerka u l- investigazzjoni fil-qasam ta' l-enerġija u l-qasam ta' l-ilma.", "Jiġifieri f'din il-liġi kif se jidħol l-MCST?", "X'se tfisser din il-liġi għalih?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-role tal-Malta council for science and technology huwa wieħed aktar mifrux - forsi jkollu l-opportunità jitkellem fuqu l-ministru konċernat - bħal meta jkollok think-tank nazzjonali li jagħtik u jagħmel ċertu ammont ta' riċerka fuq oqsma differenti.", "Naħseb li bħala istitut indipendenti, minkejja l-limitazzjonijiet tagħna, huwa korrett li anke f'pajjiżna jkollna kunsill li jippromwovi din it-tip ta' riċerka.", "Hawn qed inkunu speċifiċi u qed ngħidu li din l-awtorità hija responsabbli għall-provvista ta' dawn ir-riżorsi, se tkun hi l-korp regolatorju, se tagħti hi l-liċenzji f'dawn l-oqsma u trid tkun hi li wkoll tippromwovi r-riċerka f'dawn l-oqsma differenti.", "Jiġifieri l-awtorità mhux biss għandha dritt imma għandha dover li tagħmel ir-riċerka, speċifikament f'dawn l-oqsma ta' dawn ir-riżorsi.", "L-awtorità tista', jekk trid, tiddelega dik ir-riċerka lill-MCST.", "Jiġifieri mhux inkompatibbli li jkollok istitut indipendenti qed jagħmel ir-riċerka, bl-awtorità li jkollha obbligu speċifiku għall-qasam tagħha.", "Jekk ma tkunx sodisfatta bix-xogħol ta' l-MCST, tista' tiddelega lil istituzzjoni oħra li llum ħafna qed jużaw ir-riżorsi tagħha - qed nirriferi għall-Malta university services - u tista' tiddelega lill-konsulenti barranin u lil min trid.", "Jiġifieri ma jfissirx li hi tagħmel direttament, imma la għandha r-responsabbiltà ta' dawn ir-riżorsi, hi għandha wkoll tagħmel riċerka relatata għal dawn ir- riżorsi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Issa niġi għal paragrafu (h), li jgħid li waħda mill-funzjonijiet ta' l-awtorità tkun \"li tipprovdi informazzjoni u toħroġ linji direttivi lill-pubbliku u lil entitajiet kummerċjali u entitajiet oħra dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' dawk ir-riżorsi.\"", "F'dan il-parlament kemm jien u kemm kelliema oħrajn, anke min-naħa tal- gvern, tkellimna kemm-il-darba dwar kemm huwa importanti li nedukaw lill- poplu dwar il-qasam ta' l-ilma u l-enerġija.", "Fuq il-qasam ta' l-ilma għedna kemm dan ir-riżors huwa skars u kemm qed jiġi jqumilna flus għax f'din il-gżira mhux bħal pajjiżi oħrajn fejn l-ilma huwa abbundanti.", "Tkellimna dwar kemm huwa importanti li l-pubbliku jkun edukat kif jagħmel użu tajjeb minn dawn ir-riżorsi.", "Jeħtieġ li l-poplu jkun edukat biex ma jaħlix l-enerġija - u llum il-ġurnata l-edukazzjoni hija kkomplikata f'dan il-qasam - billi juża energy saving bulbs, per eżempju.", "Jien inħoss li l-qasam edukattiv f'dawn ir-riżorsi tant huwa importanti li għandna nagħmlu emenda speċifika li turi l-impenn taż-żewġ naħat tal- Kamra fil-qasam edukattiv dwar l-użu aħjar ta' dawn ir-riżorsi fil-pajjiż.", "Jien nipproponi li nagħmlu emenda fejn ngħidu hekk: \"li tipprovdi informazzjoni u toħroġ linji direttivi jew edukattivi lill-pubbliku u lil entitajiet kummerċjali u entitajiet oħrajn dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' dawn ir-riżorsi\" ħalli nenfasizzaw l-importanza li din l- awtorità teduka l-poplu dwar kif l-aħjar użu ta' dawn ir-riżorsi, hekk importanti f'dan il-pajjiż.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Forsi l-avukat ġenerali jerġa' jieħu nota ta' dan.", "Jiena fil-prinċipju m'għandix diffikultà fuq hekk.", "Il-kliem \"linji direttivi\" huma aktar iebsa milli tgħid \"edukattivi\", però naħseb li inti trid tgħaddi l-messaġġ edukattiv li tipprovdi informazzjoni u toħroġ linji direttivi.", "Naħseb li \"edukattivi\" riedet tissemma qabel għaliex \"direttivi\" hija aktar b'saħħitha, imma assolutament m'għandix l-iċken diffikultà li ssir emenda f'dan is-sens biex nenfasizzaw li jistgħu jkunu wkoll linji edukattivi u mhux biss direttivi.", "It-test Ingliż jgħid \"to provide information and issue guidelines\".", "Jien naħseb li flok \"linji direttivi\" tista' tagħmel \"linji gwida\" u tkopri dak li qed tgħid, jew tagħmel \"linji edukattivi\" flok \"linji direttivi\" u tiġi torbot ma' guidelines.", "(Interruzzjonijiet) Mela nagħmlu emenda biex flok \"linji direttivi\" tiġi \"linji gwida\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Paragrafu (i) ta' subklawsola 4(1) jgħid li din l- awtorità se jkollha l-funzjoni \"li tirregola l-istruttura tal-prezzijiet\".", "Allura nistaqsi lill-Ministru biex jispjega aktar kif din l-awtorità se tirregola l-istruttura tal-prezzijiet fil-qasam ta' l-ilma u ta' l- enerġija.", "X'għandu f'moħħu l-Ministru?", "X'viżjoni hemm dwar il-funzjoni ta' l-awtorità li tirregola l-istruttura tal-prezzijiet f'dan il-qasam?", "Issa ħalli mmorru daqsxejn fuq il-kunċett ta' supply and demand.", "Jekk inti se tiftaħ dan is-suq u tilliberalizzah se jkun hemm il-kompetizzjoni ġusta fejn suppost il-forzi tas-suq stess jiddettaw il-prezzijiet.", "Allura l- awtorità x'funzjoni se jkollha biex tiġbed l'hawn jew l'hemm fuq dawn il- forzi tas-suq?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Preċiżament il-gvern daħħal klawsola bħal din għaliex ma jridx li materja bħal din tkun regolata biss mill-forzi tas- suq.", "L-ewwelnett nemmnu li awtorità regolatorja għandha role importanti wkoll li tagħmel dawk li jissejħu tariff structures u li tagħmel ukoll il- modalitajiet ta' dawk it-tariff structures.", "Anke fit-telekomunikazzjoni hekk għamilna.", "Min jaf kemm kien hemm kitba u xi kultant anke protesti!", "Min jgħid li applika biex iraħħas u r-regolatur għadu ma tahx il-permess, jew bil-maqlub jitlob biex jirrevedi t-tariffa 'l fuq u għadu mingħajr permess.", "Naturalment mingħajr ma nidħol fid-dettalji ta' xi każ minn dawk - għax mhux fil-kompetenza tiegħi u trid tara verament x'inhi t-talba u xi tkun ir-reazzjoni u xi jkun ġara - imma nsemmihom biss għal skop ta' paragun.", "L-istess f'dawn l-oqsma tar-riżorsi.", "Ma jistax ikun li għaliex tkun illiberalizzajt kulħadd jibda jżomm kemm irid ta' kull unit ta' l-elettriku u ta' kull unit ta' l-ilma, imma hemm il-poter ta' l-awtorità li tagħmel dawn it-tariff structures, li tagħmel tariff policies ukoll u li tgħid ukoll x'ikunu l-fatturi li jkunu kkonsidrati.", "Żgur li m'humiex purament il- fatturi tas-suq ħieles għaliex kieku huma dawk, kieku ma niktbu xejn!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Ministru, jimporta tippreżenta l- emendi li għedt li se tagħmel.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, nipproponi dawn l-emendi għal klawsola 4.", "\"B\" Fit-test Malti ta' paragrafu (f) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 4, minflok il-kliem \"daqskemm ikun ekonomikament possibbli\" għandhom jidħlu l- kliem \"bl-aktar mod ekonomiku possibbli\".", "In the Maltese text of paragraph (f) of subclause (1) of clause 4, for the words \"daqskemm ikun ekonomikament possibbli\" there shall be substituted the words \"bl-aktar mod ekonomiku possibbli\".", "\"C\" Fit-test Malti ta' paragrafu (h) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 4, minflok il-kliem \"linji direttivi\" għandhom jidħlu l-kliem \"linji gwida\".", "In the Maltese text of paragraph (h) of subclause (1) of clause 4, for the words \"linji direttivi\" there shall be substituted the words \"linji gwida\".", "\"D\" Fit-test Malti ta' paragrafu (d) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 4, minflok il-kelma \"pitrolju\" għandha tidħol il-kelma \"petroleum\".", "In the Maltese text of paragraph (d) of subclause (2) of clause 4, for the word \"pitrolju\" there shall be substituted the word \"petroleum\".", "Dawn huma t-tliet emendi li nifhem li jirriflettu qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, immorru issa għal subklawsola (2) ta' klawsola 4, fejn l-awtorità se tingħata wkoll funzjonijiet partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-enerġija u ma' l-ilma.", "Il-mistoqsija tiegħi tirrigwarda subparagrafu (ii) ta' paragrafu (a) ta' subklawsola 4(2), fejn l-awtorità se tingħata l-funzjoni partikolari biex \"tinkoraġġixxi l-użu ta' sorsi alternattivi ta' l-enerġija.\"", "Fl-interventi li għamilna n-naħa ta' l- oppożizzjoni għedna li naqblu magħhom u li f'dan il-pajjiż għandna ħafna lok li nużaw sorsi alternattivi ta' l-enerġija u m'aħniex qed nużawhom.", "Issa għandu jkun hemm korp li jippromwovi, jgħin u jinkoraġġixxi l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija.", "Però iżjed 'il quddiem fil-paragrafu jingħad \"skond dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu preskritti, li tagħmel imposti fuq l-enerġija li tiġi prodotta minn sorsi li ma jiġġeddux u tagħti sussidji f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu.\"", "Jien qed nifhem li li l-awtorità se tkun tista' tagħmel imposti, jiġifieri tariffs, fuq l-użu ta' enerġija li tkun ġejja minn sorsi li ma jiġġeddux u tagħti sussidji fuq l-użu ta' enerġija li tiġġedded.", "Issa jien qed nistaqsi lill- Ministru għal spjegazzjoni.", "L-awtorità jista' jkollha dawn il-funzjonijiet skond il-liġi?", "L-awtorità tista' tieħu passi biex tagħmel imposti fuq l- użu ta' enerġija li tkun ġejja minn sorsi li m'humiex renewable?", "L- awtorità jista' jkollha l-fakultà li tagħmel tariffs fuq l-użu ta' l- enerġija ta' naħa u mhux ta' l-oħra?", "Ma nafx jekk skond il-liġi tistax awtorità tagħmel tariffs b'dan il-mod.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba hija li tista' tagħmel hekk jekk ikollha l-fakultà bil-liġi u hawn qed nagħtuha l-fakultà li tagħmel hekk bħala awtorità regolatorja.", "Ma rridux ninsew li vis-à-vis l-operaturi din l-awtorità se tkun f'pożizzjoni li tagħmlilhom licensing fee jew li tagħmillhom xi tariffi partikolari bħala awtorità regolatorja.", "Nerġa' nagħmel il-paragun mal-kamp tat-telekomunikazzjoni.", "Qed ngħidu li għandha wkoll id-dritt b'mod partikolari li tagħmel imposti biex toħloq speċi ta' inverse differentiation favur l-ambjent.", "Nifhem li dan huwa prinċipju li l-oppożizzjoni taqbel miegħu.", "Biex tippromwovi renewable sources, li ġieli ma jitilqux għat-tellieqa tal- provvediment ta' enerġija mill-istess binarju ta' sorsi tradizzjonali, trid litteralment tgħin lis-sors alternattiv u timposta lil dak li huwa tradizzjonali u li joħloq inkwinament ambjentali.", "U qed nagħtu dan id- dritt lill-awtorità.", "Jiġifieri kieku m'hawnx din il-liġi ovvjament ma tistax, imma jkun jista' jagħmilha biss il-ministru tal-finanzi taħt il- poteri ġenerali.", "Imma la qed nagħmluha f'liġi se tkun tista' tagħmel hekk l- awtorità.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Għalina nieqfu hawn.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola u l-emendi għaliha kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru, 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Waqt il-vaganzi tas-sajf l-poplu Malti u Għawdxi kellu l- ooportunita' li jkompli jikkonferma li l-pajjiż jinsab f'sitwazzjoni ddisprata.", "Qed ngħid hekk għax il-pajjiż jinsab f'telqa minn kull lat.", "F'pajjiżna għandna ħmieġ kullimkien, attitudni li kulħadd jagħmel li jrid, indixxiplina, qgħad u għoli tal-ħajja.", "Quddiem dan kollu l-gvern ipprova jiddevja b'kull mezz biex inessi dawn l-affarijiet lill-poplu.", "Għamel kampanja qarrieqa ta' misinformazzjoni u insinwazzjonijiet u saħansitra beda jakkuża bl-addoċċ lil din in-naħa b'ipokrezija.", "Beda jaqbad kull tip ta' suġġett biex jipprova joskura lil din in-naħa billi juri lill-poplu Malti u Għawdxi li aħna iprokriti u li aħna qegħdin nigdbu.", "Minkejja dan b'xorti tajba l-poplu llum qed jirrealizza li dan kollu li ppruvaw jagħmlu m'hu minnu xejn.", "B'xorti tajba wkoll il-poplu llum jaf is-sitwazzjoni ddisprata li jinsab fiha l-pajjiż u jaf illi dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista huwa kollu gideb.", "Minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista, illi jemmen bid-demokrazija, ma kellux id-diċenza jammetti li pprova jigdeb u jinfama.", "Ħalli nsemmi waħda mill-affarijiet li saru.", "Per eżempju, fl-ewwel paġna ta' \"il-mument\" ta' l-20 t'Awissu u anke fuq it-television, deher it-titlu \"Ipokrezija Laburista dwar il-Kottonera.", "Illum jattakkaw it-twaqqigħ tal-bini fix-xatt tal-Birgu, il-bieraħ applikaw biex iwaqqgħu l-istess bini.\"", "Tan-naħa l-oħra qalu illi permezz ta' mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Michael Bonnici irriżulta li fi żmien il-gvern laburista kien hemm applikazzjoni u ħareġ permess - u taw ukoll in-numru tal-permess - biex jaqgħu l-istores li issa għedna li m'għandhomx jaqgħu għax dan huwa wirt li m'għandux jitneħħa.", "Saħansitra tan- naħa l-oħra kkwotawni li kont għedt li meta ppruvajt niftaħ it-twieqi ta' dawk l-imħażen, li qabel kienu l-arkivji tal-Maltacom, ma ħallewnix niftaħhom.", "Jiena ngħid bil-ġurament u lest intella' ix-xhud li dan m'hu veru xejn.", "Saħansitra anke l-Onor.", "Francis Zammit Dimech akkużana b'ipokresija fuq ir-radju tal-partit.", "Wara dan kollu jiena mort fuq ir- radju tagħna u sfidajt lill-Ministru Zammit Dimech, lil ta' \"il-mument\" u lil 101 li jekk iġibu l-provi jien lest li nirriżenja.", "Wara dan ħadd ma tkellem minnhom!", "U jien ġibt il-provi li l-applikazzjoni li rriferew għaliha u semmewha fil-gazzetta kienet applikazzjoni biex titwaqqa' latrina u biċċa kantuniera mitluqa.", "Dan kien l-uniku permess li ħareġ fl-1998.", "U jiena se npoġġi dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra biex nuri bil- provi l-gideb sfaċċat tal-Partit Nazzjonalista.", "Mr. Speaker, jiena nerġa' nisfida lil tan-naħa l-oħra li tant jemmnu bid- demokrazija biex ikunu rġiel u jgħidu illi waqqagħhom għaċ-ċajt xi ħadd li tahom informazzjoni żbaljata.", "Dawn ippruvaw jinqdew b'din l-informazzjoni biex ikomplu bil-kampanja qarriera u giddieba li qed jagħmlu.", "Dan kollu m'għedtux biss f'dan il-parlament imma għedtu barra wkoll biex nuri kemm tan-naħa l-oħra huma giddibin u kemm jaħdmu bi stil faxxist.", "Tan-naħa l- oħra taparsi jemmnu fid-demokrazija imma fil-verita jaħdmu bi stil faxxist biex jeqirdu lil xi ħadd minħabba l-interess politiku tagħhom.", "Dan bħalma pprovaw jagħmlu lill-mexxej tagħna imma ma rnexxilhomx.", "X'irriżulta aktar, Mr Speaker?", "Irriżulta illi dak li għedt jien fl-awtorita' ta' l-ippjanar dwar il- proġett tal-Kottonera kien kollu minnu.", "Jiena kont preokkupat għaliex l- arkitettura li se ssir ma taqbilx ma l-ambjent ta' hemmhekk u dan ġie kkonfermat fil-ktieb li ħarġet \"Din l-Art Ħelwa\" dan l-aħħar.", "Minkejja dan tan-naħa l-oħra jippruvaw jgħidu illi aħna qed nagħmlu minn kollox biex inwaqqfu l-proġett.", "Dan m'hu veru xejn.", "Li ma rridux aħna hu li jsiru dawk il-ħniżrijiet li se jgħarrqu l-istorja ta' Sant' Anġlu u li se jgħarrqu l- arkitettura ta' hemmhekk.", "Se jkun hemm ukoll ċerti affarijiet li se jkunu ta' detriment għan-nies ta' l-akkwati għax se jġibu impatt soċjali negattiv.", "Kieku ridt inwaqqaf il-proġett nista' nwaqqfu jien għax hemmhekk saru affarijiet illegali, imma mhux dak l-iskop tiegħi.", "L-iskop tiegħi hu li ma nħallix l-affarijiet isiru ħżiena.", "Mr, Speaker, nixtieq insemmi wkoll il-kwestjoni ta' l-iskola tar-restawr ta' Bighi.", "Il-vilta' hi illi għax tagħmel xogħlok u tgħid il-verita' li qed issir ħniżrija tiġi attakkat u mhedded minn xi ħadd li mill-istil jidher ċar li huwa nazzjonalist.", "F'\"in-nazzjon\" dan qal li jiena u sieħbi l- Onor. Evarist Bartolo qed nipprovaw nagħmlu minn kollox biex nostakolaw ix- xogħol siewi li qed isir fiċ-ċentru.", "Dan qal li jiena għedt li jekk l- awtorita' ta' l-ippjanar ma tridx li ssir kompliċi fil-ksur tal-liġi jmissha tieħu passi kontra dan il-ksur.", "Minflok jgħid li huwa l-obbligu tiegħi bħala membru fil-bord li jiena ngħid lill-awtorita' ta' l-ippjanar biex tagħmel l-affarijiet kif suppost, dan qed jheddidni u qed jipprova jintimidani.", "Lil dan jiena ngħidlu li jiena la se nibża' mit-theddid u mill-intimidazzjoni tiegħu u lanqas minn tal-partit tiegħu.", "Jien id-dover tiegħi dejjem għamiltu u se nibqa' nagħmlu.", "Ngħidlu wkoll li jiena se ninsisti li l-awtorita' timxi skond il-liġi.", "Mr. Speaker, x'qal aktar dan l-individwu?", "Qal li jiena tant qed nagħmel pressjoni fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar li saħansitra diġa' ħarġet stop notice fuq ix-xogħol ta' restawr ta' Villa Bighi u b'hekk waqqaft ix- xogħol.", "Skużi jiena m'għandix għalfejn nagħmel pressjoni fuq l-awtorita' biex twaqqaf affarijiet li jkunu qed isiru ħażin.", "Dak huwa l-obbligu tagħha.", "Dan qal ukoll li kellu jagħmel l-affarijiet bla permess għax kien hemm l-urġenza u kien hemm ukoll il-periklu.", "Dan huwa wieħed mill-ikbar giddibin nazzjonalisti.", "Jiena ngħidlu li ma kien hemm l-ebda periklu.", "Tant ma kienx hemm periklu li bena fuqu dak il-post.", "Mr. Speaker, dan qal ukoll li kien ilu li japplika u ma setax jistenna aktar.", "Din hija gidba oħra għax anke l-awtorita' ta' l-ippjanar qaltlu li l-applikazzjoni ġiet konvalidata fit-3 ta' Diċembru u mhux fil-11 ta' April.", "U ġara hekk għax hu ma ħallasx dak li kien dovut.", "Jiena se npoġġi kopja tad-dokumenti rilevanti għal-din il-kwestjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mr. Speaker, hemm question mark ukoll anke fuq l-applikazzjoni.", "L-ewwel hemm proposed extension and interior alterations to existing restoration centre\" imbagħad \"of existing new school\".", "Din se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll biex nuri kemm hemm logħob f'din il-kwestjoni.", "Dan m'għamel xejn ta' restawr.", "Dan għamel biss bini illegali!", "L-ironija hi li mbagħad jiġi l-ministru ta' l-edukazzjoni u jgħid li xtaq li kieku kellu mqar għaxra min-nies oħra bħalu!", "Jiġifieri l-Ministru jrid għaxar giddibin, għaxra min-nies li jibnu bla permess, ma jirrestawraw xejn u jagħmlu affarijiet li ma jaqblux ma' l-arkitettura t'hemm?", "Il-ministru jrid għaxra min-nies li indirettament jhedduni u jipprovaw jintimidawni?", "Jiena naf li l-Partit Nazzjonalista mdawwar bin-nies ta' dan it-tip, illi jekk ma tagħlaqx ħalqek tisparixxi minn din id-dinja.", "Ara l-Partit Laburista mhux hekk jimxi.", "Fil-Partit Laburista kulħadd jitkellem u kulħadd jgħid tiegħu!", "Imma issa ħalli nkompli fuq dan Cannataci.", "Dan il-bniedem suppost imexxi ċentru ta' restawr imma l-aperturi flok ta' l-injam għamilhom ta' l-aluminium.", "Jiena nistaqsih: Ir-restawr hekk isir?", "Possibbli l-Prim Ministru ma rahomx dawn l-affarijiet meta mar jiftaħ dan iċ-ċentu uffiċjalment?", "Possibbli ma qalulux li dak huwa bini llegali meta mar jaqta' ż-żigarella?", "Possibbli l-Prim Ministru u l-ministri l-oħra ma rawx l-aluminium hemmhekk?", "U hawnhekk jidħol l-abbuż.", "Jiena naħseb li huwa l-ministru li qed jagħfas lill-awtorita' għax ta' l-enforcement ma qalu xejn dwar dawn l-aperturi ta' l-aluminium.", "Ara meta japplika xi ħadd għal xi dish antenna u jsibu li hemm xi ħaġa ta' l-aluminium, dawn jgħidulu li ma jistgħux jagħtuh permess qabel ma jneħħi dik l-istruttura illegali.", "Imbagħad ġo Bighi, bini ta' storja bħal dik, jiġi u jagħmillek l-aluminium!", "Dan Alla jbierek baqa' għaddej u ma ssemma' xejn, affarijiet li ma jitwemmnux.", "Issa dan suppost qed jagħti eżempju ta' kif tagħmel restawr.", "Mr. Speaker, jiena ngħid lil dan Cannataci li hu giddieb u li m'għamel l- ebda applikazzjoni bis-serjeta' għar-restawr.", "L-applikazzjoni biex isir ir-restawr kienet saret mill-Perit Torpiano u dik il-parti li bena Cannataci lanqas kienet inkluża fir-restawr.", "Jiena rajt il-files, m'inix nitkellem bl-amment.", "U l-ministru jaf li qed jigdeb meta jgħid li mank għandu għaxra oħra bħalu.", "Dan huwa każ fejn għandna membru tal-kabinett Nazzjonalista illi jrid għaxar giddibin li suppost jagħtu eżempju kif ikun ir-restawr u jagħmlu bil-kontra.", "Il-ministru jrid għaxra min-nies li suppost joqogħdu mal-liġi u mhux qed joqogħdu mal-liġi u għaxra li jheddu indirettament bi stil faxxista.", "Forsi dawn in-nies spiċċawlu u jrid aktar minnhom?", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Mr. Speaker, minkejja dan kollu qisu li l-pajjiż miexi fuq ir-rubini u meta xi ħadd jitkellem fuq dawn l-affarijiet jgħidulu li qed jipprova jagħmel pressjoni jew li qed ikun partiġġjan.", "X'jiġifieri partiġġjan?", "L- ewwelnett jiena qiegħed membru fuq il-bord u meta nara l-affarijiet mhux sejrin sew għandi d-dover li nressaqhom.", "It-tieni, hija dawgħa kbira mingħand xi ħadd li suppost jagħti eżempju li jagħmel aperturi ta' l- aluminium.", "Nerġa' ngħid li jiena ma qabbadx lill-planning authority biex iċċanfru.", "Din ċanfritu pero' issa għandha tara wkoll ir-raġuni għaliex fl- enforcement ma mxietx mal-liġi.", "U jien diġa' esiġejt mal-planning authority biex timxi skond il-liġi, li tgħid li meta xi ħadd ikollu enforcement u dan jibqa' sejjer bix-xogħol u jaqbduh, suppost l- applikazzjoni tiġi rtirata.", "Nispera li din il-liġi tgħodd għal dan l- individwu wkoll!", "Mr. Speaker, il-planning authority tista' wkoll twaqqagħlu dak li bena.", "(Interruzzjonijiet) Issa affari tagħha x'tagħmel, imma żgur li suppost timxi mal-liġi u nispera li timxi mal-liġi.", "Dak li qed ngħid qed ngħidu bil-provi u jiena lest nagħti xhieda.", "Jiena la se nibża' mill- intimidazzjoni u mit-theddid tiegħu u lanqas minn dak tal-partit tiegħu.", "Meta jrid nagħmlu diskussjoni fil-pubbliku ħalli ngħidlu kemm huwa giddieb.", "Dan imissu jistħi!", "Minflok jagħti eżempju hu qed jagħmel dan il-ħmieġ kollu għax jaħseb - u jgħid - li ħadd ma jista' għalih.", "Hekk jgħid dan li ħadd ma jista' għalih.", "Issa naraw jekk għandux saħħa biżżejjed biex jitfa' lill- planning authority, li suppost hija indipendenti, taħt saqajh.", "Jiena ngħidlu li sakemm inkun għadni fil-bord, mhux se nħallih jagħmel hekk.", "Jien nesiġi li l-affarijiet jimxu mal-liġi kif suppost.", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi xi ħaġ'oħra biex nuri li dan il-gvern jaħseb li qed jidħaq bin-nies kollha ta' Malta u Għawdex, b'mod speċjali bin-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Kulħadd jaf kemm ilhom igergru n-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta minħabba t-trab iswed.", "Dan it-trab hu ta' detriment għas- saħħa kif ukoll inkonvenjent għalina r-residenti.", "Jiena kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni tal-ministru biex jirriferi għal studju li diġa' sar li jindika l-oriġini ta' dan it-trab.", "Għedt ukoll li wara l-vaganzi tas-sajf kont se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, u hekk se nagħmel illum.", "Se npoġġi dan l-istudju li sar minn student issa universitarja - \"Monitoring and analysis of black dustfall in the south-east of Malta\".", "Dan l-istudju juri biċ-ċar li dak li dak li kont ngħid jien li l-maġġoranza assoluta tiegħu ġejja mill-power station huwa minnu.", "Issa x'għamel il-Ministru?", "Minflok qabad dan l-istudju u ħa passi - u kieku diġa' ħa passi kieku min jaf kemm evita mard f'ċerti tfal u f'ċerti nies min-naħa t'isfel ta' Malta - dan qabbad lill-Ingliżi biex jagħmlu l-istudju huma.", "Skużi, x'jiġifieri?", "Meta inti diġa' għandek studju bħal dak għalfejn għandek tqabbad l-Ingliżi?", "Jekk se ġġib skuża li ma kienx hemm apparat jiena ngħidlek giddieb, għax din l-istudentessa użat apparat.", "Huwa veru li m'għandhiex apparat tagħha jew apparat tal-gvern, imma kien hemm min kellu apparat privat u kien hemm ukoll tal-forensic laboratory tal-pulizija li taw l-għajnuna u saret l- analisi.", "Irriżulta li dan it-trab iswed ġej mill-power station.", "Wara li fuq l- inizjattiva tas-sindku tal-Kalkara l-kunsilli konċernati heddew li se jieħdu passi, il-Ministru qed jagħti x'jifhem li dan it-trab ġej mill-power station.", "Issa x'se jiġri?", "L-ewwelnett jien se npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' din it-teżi biex kulħadd ikun jista' jirriferi għalih ħalli jkunu jafu x'sitwazzjoni allarmanti jinsabu fiha l-lokalitajiet tan- naħa t'isfel ta' Malta u ħalli jkunu jafu bl-attenzjoni speċjali li dan il- gvern qed jagħti lil din in-naħa.", "Jien kont naf li l-gvern jaf bl-oriġini ta' dan it-trab, bħalma kien jaf li ċertu apparat kien available, imma minkejja dan xorta waħda qabbad lill-Ingliżi.", "Għalfejn?", "Biex jagħtihom somom kbar ta' flus?", "Jiena nistenna lill-ministru jgħidli kemm ġie jiswa dan l-istudju.", "Irrid ngħid ukoll li dan l-istudju jinsab lest u ma nafx għaliex qed iġib skuża li għadu ma tawhulux.", "Ir-riżultati li ħarġu minnu jien ili naf bihom.", "Allura la jiena naf, kif ma jafx il-Ministru?", "U ma jdaħħaqx nies!", "Il- biċċa xogħol hija li jrid joqgħod jgħaddi lin-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta biż-żmien biex jipprova jaljena lill-poplu mis-sitwazzjoni li jinsab fiha.", "Il-gvern irid jagħti l-impressjoni li taparsi se nagħmlu l-affarijiet sew, mentri l-verita' hi li se nerġgħu nagħmlu studju komplimentari għall- analisi li għamlet dik l-istudentessa universitarja.", "Il-flus li ħriġna għal dan ir-rapport stajna wżajnihom biex nieħdu passi ħalli nirranġaw is- sitwazzjoni, imma mhux hekk għamlu dawn li tant għandhom qalbhom marbuta ma' l-ambjent?", "Mr. Speaker, kif semmejt l-ambjent irrid ngħid li fejn jidħol l-ambjent is-sitwazzjoni hija tal-biki.", "Għandna telqa u ħmieġ kullimkien.", "Saħansitra anke l-gazzetti li jissapportjaw lill-Partit Nazzjonalista u l-gazzetti bl- Ingliż, li fil-maġġoranza tagħhom huma kkontrollati mill-Partit Nazzjonalista, jgħiduh dan.", "Il-mezzi tax-xandir tagħhom jgħiduh ukoll.", "Meta konna aħna fil-gvern, ix-shadow ministers kienu jibagħtu għalihom għall- kumment imma issa le, issa d-demokrazija m'għadhiex teżisti!", "Saħansitra jipprovaw jgħawġu l-kummenti li nagħmlu, affarijiet li ma jitwemmnux.", "Mr. Speaker, biex inkompli fuq il-kwestjoni tat-trab iswed irrid ngħid li l-gvern m'għandux għalfejn joqgħod jistenna r-rapport ta' l-Ingliżi.", "Għandu r-riżultati f'idejh u jista' jibda.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern għandu jgħidilna wkoll kemm flus intnefqu fuq dan ir-rapport u żmien inħela.", "Jien m'inix se ngħid lill-ministru għall-ambjent biex jirriżenja, għax din diġa' qaluhielu, ħafna minnhom partitarji Nazzjonalisti.", "Jiena ngħidlu biss li għandu jkollu d-diċenza u jgħid l-affarijiet kif inhuma, kemm rigward il-kwestjoni tat-trab iswed kif ukoll rigward il-permess li ħareġ fi żmienna biex titwaqqa' l-latrina.", "Ngħidlu wkoll li hu falla totalment f'dak li hu ambjent u issa qed ibatu l-konsegwenzi iċ-ċittadini kollha, speċjalment dawk tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Dawn qed ibatu minħabba r-ras iebsa tiegħu u tal-gvern tiegħu għaliex ma redux jaċċettaw analisi ta' ċittadina Maltija u aċċetta dik ta' xi ħadd barrani.", "Fl-aħħarnett ngħid li l-impressjoni li għandhom tan-naħa l-oħra hija li aħna l-Maltin m'aħniex kapaċi imma l-barranin iva.", "Huwa minħabba f'hekk li l-għajta tagħhom hija lejn l-Ewropa.", "Naċċerta lill-gvern li din l- impressjoni hija żbaljata għax fil-fatt aħna l-Maltin kapaċissimi.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn xi dokumenti biex jitpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DITTA BORG BROS", "17009.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid- ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal- ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum?", "Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "EU - TABAKK/ALKOĦOL", "17078.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16537, jista' l-Ministru jgħid meta bdew id-diskussjonijiet, fiex waslu u x'kienet ir-raġuni prinċipali sabiex bdew dawn id-diskussjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din il-materja hi fl-inkarigu tal- Ministeru tal-Politika Soċjali u, allura, miniex informat preċiżament dwar id-diskussjonijiet.", "KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - BUSINESS STUDIES", "17085.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-suġġett tal-business studies ma jifformax parti mill-kurrikulu minimu nazzjonali?", "Jista' jgħid jekk dan is- suġġett huwiex se jkun imdaħħal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'paġna 81, il-kurrikulu minimu nazzjonali jsemmi s- suġġetti bażiċi f'dan il-livell, iżda ma jillimita b'ebda mod il-firxa ta' suġġetti optional li skola tista' toffri lill-istudenti biex minnhom jagħmlu l-għażla tagħhom.", "Informat ukoll li l-business studies dejjem kien wieħed minn dawn is- suġġetti optional.", "SKEJJEL - TFAL B'DIŻABILITA'", "17135.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm tfal b'diżabilita', inklużi fil-main stream, tal-kindergarten, primarji u sekondarji ta' l-iskejjel tal-Knisja?", "F'liema skejjel, każ b'każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - NURSERIES - PERMESSI", "17212.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu mitlub mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, sabiex jinħareġ permess ta' nursery?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa' kelli okkażjoni nwieġeb mistoqsija simili numru 17211, Seduta 324, informat li s-sezzjoni tan-nurseries ma tidħolx fil-parametri ta' l-Att ta' l-Edukazzjoni (1988) u għalhekk ma taqax taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "GĦALLIEMA - TRANSFERS", "17213.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal transfers minn għalliema minn Jannar, 2000 sal-lum?", "F'liema lokalita' qed jgħallmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-iskejjel Sekondarji, Junior Lyceums, Skejjel tas-Snajja' u Skejjel Primarji ta' l-Istat saru 277 talba għal transfers minn għalliema.", "Il-lista tal-lokalita` fejn qed jgħallmu dawn l-għalliema ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Informat ukoll li t-talbiet għal transfers fl-iskejjel post sekondarji li saru minn Jannar 2000 sal-lum kienu 7.", "Il-lokalitajiet fejn kienu qed jgħallmu dawn l-għalliema huma kif ġej:", "Numru ta' Lokalita` ta' l-Iskejjel talbiet għal transfers", "6 Paola (Corradino Post Secondary Complex) 1 Ħamrun Education Broadcasting Centre).", "SKEJJEL - STUDENTI", "17279.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, kemm hemm tfal fis-sitt klassi tal-primarja ta' l- iskejjel governattivi ta' Malta u Għawdex tul din is-sena skolastika?", "Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum?", "Kemm għaddew minnhom: (a) f'ħames suġġetti; (b) f'erba' suġġetti; (ċ) fi tliet suġġetti; (d) f'żewġ suġġetti; u (e) f'suġġett wieħed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn 4,349 student fis-sitt klassi tal- primarja ta' l-iskejjel governattivi ta' Malta u Għawdex, 3,805 qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum matul din is-sena skolastika.", "Minn dawn:", "1860 għaddew f'ħames suġġetti 458 għaddew minn erba' suġġetti 595 għaddem minn tliet suġġetti 426 għaddew minn żewġ suġġetti 377 għaddew minn suġġett wieħed.", "REGISTRY - XOGĦOL B'LURA", "17321.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sezzjoni tar-registry tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha ħafna xogħol b'lura u l-impjegati ta' din is-sezzjoni qegħdin jaqilgħu t-telefon inkella ma jirrisponduħx jew xi drabi jirrisponduħ u jaqtgħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma naħsibx li hemm xi nżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru.", "16615.", "EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "17343.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lid-dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI - RELIĠJUŻI", "17453.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' reliġjużi - saċerdoti u sorijiet - li qed jaħdmu mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "X'inhu x-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' reliġjużi (saċerdoti) li qed jaħdmu mad-dipartiment ta' l-istudji ogħla u edukazzjoni ta' l-adulti huwa ta' erba' li tlieta minnhom huma għalliema full-time u wieħed visiting.", "Saċerdoti u sorijiet li qed jaħdmu fl-iskejjel sekondarji, junior lyceums, primarji u tas-snajja', hemm 9 li huma kollha għalliema tar-reliġjon.", "Tnejn minnhom, apparti r-reliġjon jgħallmu wkoll it-taljan u wieħed, apparti r-reliġjoni jgħallem ukoll il-franċiż.", "Fid-dipartiment pjanar u żvilupp, kif ukoll fid-dipartiment tal-kurrikulu hemm reliġjuż wieħed, Education Officer (Non-State Schools) u Education Officer (German) rispettivament.", "EDUKAZZJONI - IT", "17463.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fid- dawl tad-diskors li sar li f'pajjiżna m'aħniex insibu ħaddiema fejn għandu x'jaqsam ma' l-IT u li lanqas għalliema mħarrġa biex jgħallmu dan is- suġġett fl-iskejjel ma għandna, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir min- naħa tal-ministeru/dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar snin għamlet diversi korsijiet għall-għalliema biex ikunu mħarrġa aħjar f'dan il-qasam.", "Dawn il-korsijiet isiru fl-ICT Learning Centre, kif ukoll fis-CITEDUC is-Swatar.", "Mis-sena l-oħra, bħala parti mill-iskola sajf bdew isiru korsijiet għall- għalliema kollha fit-taħriġ tal-kompjuters.", "Barra minn hekk għal dawn l-aħħar tlett snin, id-diviżjoni qed jisponsorja għalliema biex jattendu korsijiet li jwasslu għal diploma fl-edukazzjoni ta' l-IT fl-Universita` ta' Malta.", "MEDIA - TAPES", "18368.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid, mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum, kemm intalbu, mid-dekasteru li hu responsabbli, kopji ta' tapes ta' items minn stazzjonijiet tar-radju u/jew televiżjoni?", "Minn liema stazzjonijiet intalbu?", "X'inhi r-raġuni li qed jintalbu dawn it-tapes?", "Kemm jitħallas kull stazzjon għal kull servizz?", "Kemm tħallas kull stazzjon mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum għal dawn is-servizzi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA:", "Divizzjoni tas-Saħħa", "Il-Communications Unit tad-Divizzjoni tas-Saħħa talab kopja waħda ta' tape ta' item minn stazzjon tar-radju.", "L-istazzjon kien is-Super One Radio Ir-raġuni tat-talba kienet biex id-Divizzjoni tas-Saħħa tkun tista' tirrispondi għal xi allegazzjonijiet li jkunu saru.", "Is-Super One Radio tħallas Lm5.75.", "Mill-01/01/00 ħallasna Lm5.75 għal dawn is-servizzi.", "Fondazzjoni għas-Servizzi Medici", "Mill-1 ta' Jannar sal-lum intalbu kopji ta 15 il-tape minn stazzjonijiet tat-televizjoni.", "Dawn intalbu minn Public Broadcasting Services, Super 1 TV u Net TV.", "Dawn it-tapes jintalbu biex jinżamm rekord ta' xi avveniment jew biex jiġi kkjarifikat xi rappurtaġġ.", "L-istazzjonijiet jitħallsu b'dan il-mod u tħallsu dawn it-totali:", "Super 1 TV (5 tapes b'Lm8.63) Lm43.15", "Public Broadcasting Services (5 tapes b'Lm7.36) Lm36.80", "Net TV (5 tapes b'Lm5.00)Lm25.00 DEKASTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "18402.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih kif ukoll bordijiet ta' tmexxija, kemm hemm persuni li għandhom aktar minn 65 sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li hemm disa (9) membri li għandhom aktar minn 65 sena u li ġew appuntati jew eletti biex iservu fuq diversi bordijiet/kumitati li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tas- Saħħa.", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "18407.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm Nursing Aides fid-dekasteru tiegħu li mhux qed jagħmlu xogħol skond il-job description tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li hawn 12 nursing Aides fid- diviżjoni tas-saħħa li mhux qed jagħmlu xogħol skond il-job description taghħom.", "Dawn jinsabu:", "4 fil-Medical Stores 3 fis-sezzjoni tal-Patoloġija 1 fl-X-Rays Department 1 fir-Reception area 2 fil-Provision Stores 1 fl-istores", "SAĦĦA - MEWT TA' PERSUNA", "18574.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dipartimentali tal-persuna li isimha u l-ID card tagħha qed jintbagħtu separatament li mietet fis-16 ta' Jannar, 1999?", "Jekk l-inkjesta tlestiet, x'passi ttieħdu?", "Il-familja qed tiġi nformata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-investigazzjoni dipartimentali rigward il-persuna li mietet fis-16 ta' Jannar, 1999 ġiet konkluża.", "Investigazzjonijiet dipartimentali jsiru sabiex jiġi skrutinizzat is- servizz innifsu bil-għan li jsir titjib.", "Għalhekk loġikament wara kull inkjesta jsiru rakkomandazzjonijiet sabiex jitjieb is-servizz offrut lill- pazjenti.", "F'dan il-każ ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-bord qed jiġu mplimentati għall-benefiċċju ta' kull min jirrikorri għas-servizz tas- saħħa pprovdut mill-Gvern.", "Għandha ssir distinzjoni bejn l-informazzjoni li l-familjari għandhom dritt għaliha, bħal per eżempju f'dan il-każ l-aċċess għall-file mediku tal- pazjenta, u nformazzjoni li minħabba n-natura amministrattiva tagħha dan id- dritt awtomatiku ma jissustitwixxix.", "Il-familja f'dan il-każ qed tiġi aċċertata li għandha aċċess għall-file mediku kif ukoll tingħata l-għajnuna kollha sabiex l-informazzjoni medika titwassal b'aktar faċilita'.", "SKEJJEL - STUDJU FIN-NURSING", "18575.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm il-possibbilta' li studenti Maltin ikomplu l-istudji tagħhom fin-nursing fil-livell ta' certificate (jew ekwivalenti)?", "Konxju l-Ministru li jekk dan ma jseħħx numru ta' studenti Maltin ma jkunux jistgħu ikomplu bl-istudji tagħhom f'din il-materja tant meħtieġa għas-servizz tas-saħħa tal-pajjiż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-Senat ta' Malta fil-laqgħa tiegħu ta' l- 20 ta' Lulju, 2000 aċċetta r-rakkomandazzjoni taċ-chairman tal-bord ta' l- istitut għall-ħarsien tas-saħħa, li l-kors fin-nursing fil-livell ta' certificate jiġi offrut f'Ottubru 2000.", "SKEJJEL - LATIN", "18664.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment sabiex studenti li jagħżlu li jieħdu l-Latin bħala suġġett jiġu effettivament mgħallma dan u mhux jiġu disważi, bħalma ġara fi snin oħra, milli jieħdu dan taħt l-iskuża li l-klassi se tiġi maqsuma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tagħmel l- almu tagħha sabiex tipprovdi tagħlim f'suġġetti offruti fil-kurrikulu skond ix-xewqa ta' l-istudenti.", "Mill-banda l-oħra, hemm regola ta' prassi tradizzjonali, illi fejn ikun hemm anqas minn għaxar studenti fi skola waħda li japplikaw għal tagħlim f'suġġett partikolari, id-diviżjoni mhix obbligata tiftaħ klassi f'dak is-suġġett.", "Fil-prattika, id-diviżjoni iżżomm bilanċ raġunevoli fl-applikazzjoni ta' din ir-regola.", "KALAXLOKK - INĠENJI", "18343.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw l-inġenji li nbiegħu mill-kumpannija Kalaxlokk mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' jgħid lil min inbiegħu u kull biċċa inġenji kemm inbiegħet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li skond il-ftehim milħuq bejn il- Kalaxlokk u l-kumpanija NOVITA' f' Novembru ta' l-1994, din ta' l-aħħar kellha l-obbligu li tixtri l-inġenji kollha, kemm ta' l-art kif ukoll tal- baħar, għas-somma ta' Lm700,000.", "Permezz ta' kuntratt milħuq fit-18 ta' Jannar 2000, bejn in-NOVITA', Kalaxlokk u l-Kumpanija Salv.", "Bezzina and Sons, in-NOVITA' qablet li l- inġenji għandhom jinbiegħu lill-kumpanija Salv.", "Bezzina and Sons.", "MALTACOM - ĦADDIEMA", "18344.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 18056?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bħalissa hemm 15-il ħaddiem mislufa lill-Maltacom.", "Ix-xogħol li jagħmlu huwa varju u fost l-oħrajn jinkludi xogħol ta' labourer, uffiċjal tas-sigurta', welder/burner u senior executive.", "MALTACOM - IMPJEGATI", "18365.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 17848 u 18054, jista' l-Ministru japprezza l-ħidma li taw dawn il-ħaddiema u eventwalment jingħataw xi tip ta' inċentiv?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet li għalihom qed issir riferenza.", "OPM - KONSULENTI", "18383.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru.", "18058?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni tingħata fis-seduta li jmiss.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "18384.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "18059?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill- Onorevoli Interpellant.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KONSULENTI", "18385.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 18060?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - PROS", "18474.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani min kien jew kienu l-PROs tal- ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "X'rimunerazzjoni kellu jew kellhom?", "X'benefiċċji u kundizzjonijiet addizzjonali ingħatawlhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fis-segretarjat privat tal-ministru d-dmirijiet marbuta mal-Public Relations jitwettqu mill-Communications Coordinator.", "Ir- rinumerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mad- dokument engagement of staff for private secretariat li tqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru. 124 tas-16 ta' Ġunju 1999.", "Il-Communications Coordinator fil-Ministeru tiegħi minn Ottubru 1999 'il hawn huwa is-Sur Saviour Farrugia.", "Qabel din id-data, din il-kariga kienet vakanti.", "STATEMENTING BOARD - ĦLASIJIET", "18479.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk li huma fuq l- istatementing board u li jagħmlu xogħol għalih b'xi mod jew ieħor jibdew jitħallsu għal dan ix-xogħol?", "X'rati ta' ħlas se jingħataw?", "Minn liema vot se jitħallsu?", "Kemm hu maħsub li jkun it-total tan-nefqa f'sena waħda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s'issa m'hemmx ħsieb li jsir ħlas għall- membri ta' l-istatementing board attwali.", "Nieħu l-okkażjoni, sabiex nuri l- apprezzament tax-xogħol siewi li qed jagħtu l-membri ta' dan l- istatementing board.", "EDUKAZZJONI - PROS", "18483.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani min kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "X'rimunerazzjoni kellu jew kellhom?", "X'benefiċċji u kundizzjonijiet adizzjonali ingħatawlhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fis-segretarjat privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator.", "Ir-rimunerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid- dokument engagement of staff for private secretariats li tqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra f'seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999.", "Il-Communications Co-ordinator fil-Ministeru tiegħi huwa s-Sur Claude Sciberras.", "DR. JOE CANNATACI - ASSIGNMENTS", "18491.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 17037?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-assignments li ingħata Dr Joe Cannataci mill- Ministeru ta' l-Edukazzjoni jinkludu:", "1.", "It-twaqqif u t-tmexxija tal-projects office tal-Ministeru li qed jaqdi l-funzjonijiet tiegħu sakemm jiġi finalizzat it-twaqqif ta' taqsima ġdida għall-istess skopijiet: 2.", "It-twaqqif u tmexxija taċ-ċentru Malti għar-restawr u tal-proġett tar- rijabilitazzjoni ta' Bighi: 3.", "Project Director tal-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija.", "Dr Cannataci ma jitħallasx mill-Ministeru fuq bażi ta' assignments iżda x- xogħol tiegħu jingħata fil-kuntest ta' pakkett ta' servizzi li jingħataw lill-Ministeru mill-Malta University Services Ltd.", "Peress li Dr Cannataci hu mpjegat tal-Malta University Services Ltd u mhux tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni, huwa ma jirċievi ebda ħlasijiet jew allowances mill-Ministeru iżda jirċievi dak biss miftiehem fil-kunttratt bejn il-Ministeru u l-MUS Ltd.", "Informat ukoll li Dr Cannataci jirċievi mill-MUS Ltd rimunerazzjoni b'rata fis-siegħa simili għal dik li l-MUS tħallas lil konsulenti oħra fuq proġetti li jiġu fdadi lilha.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - PROJECT OFFICE", "18492.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11587?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 17573 f'Seduta 341.", "DR. JOSEPH A. CANNATACI - EMPLOYMENT ENGAGEMENT FORM", "18494.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 17319?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsijiet nru 17573 u 18491.", "ĊENTRU RESTAWR BIGHI - APPARAT", "18495.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 17035?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-restawr li sar fuq kotba u manuskritti jinkludi:", "Histoire de Pierre D'Aubusson, Grand-Maistre du Rhodes; The Life of the Blessed Virgin Mary; The Holy Bible; A Victorian Album; Le Petit Journal; Notarial Deeds drawn up by Notary Graziano Vassallo (ms.); Lyods Register 1916-17; I martiri della scienza; rare woodblock with ms.", "Insertions; 5 volumes of Histoire de Malte; Instituzioni d'anatomia del dottore Michel Angiolo Grima; Della medicina traumatica del dottore Michelangiolo Grima; L- Art de Tourner en perfection.", "L-apparat li nġarr Bighi ġie użat kollu biex jiġu restawrati dawn il-kotba u manuskritti iżda bħal ma jsir kullimkien fid-dinja tar-restawr m'hemm ebda raġuni għala għandhom jinżammu records ta' kull apparat jew biċċa għodda li jintuża waqt ir-restawr.", "Jinżammu iżda rekords professjonali ta' kull intervent li jsir fuq il-kotba.", "L-apparat fil-laboratorju tal-karta fiċ-ċentru Malti għar-restawr ta' Bighi jitħaddem mis-sur Joe Schiro, li qabel kien ilu tmintax-il sena jieħu ħsieb il-laboratorju tal-Bibljoteka Nazzjonali, flimkien mas-sinjura Theresa Żammit Lupi li, wara li spiċċat l-istudji tagħha fl-Universita` ta' Malta, tħarrġet fir-restawr tal-kotba għal tlett snin fuq bażi full-time ġo Firenze, fl-Italja.", "MAGĦTAB", "18522.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu matul din is-sena biex tibda tiġi solvuta l-problema kbira tal-Magħtab?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern din is-sena ppubblika dokument komprensiv li jittratta l-problema kollha ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart fil-pajjiż.", "Il-Gvern issa qed jevalwa diversi proposti konkreti li jittrattaw din il-problema, sabiex fi żmien qasir tibda tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDRENS ALLOWANCE", "18529.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' familji u single parents li bdew jirċievu għall-ewwel darba ċ- childrens allowance matul l-ewwel 6 xhur tas-sena?", "Kemm kien in-numru ta' familji u single parents li tilfu d-dritt ta' dawn il-benefiċċji fl-istess perjodu minħabba l-assessments?", "Kemm huwa n-numru llum ta' familji u single parents f'Malta u Għawdex (separatament) li qed jirċievu dawn il-benefiċċji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 1,040 familja b'żewġ ġenituri jew b'ġenitur wieħed li bdew jirċievu għall- ewwel darba l-allowance tat-tfal matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena.", "Peress li l-ħlas ta' dan l-allowance mhux marbut ma' jekk il-familja hijiex komposta minn ġenitur wieħed jew tnejn qatt ma nħass il-bżonn li tinżamm statistika separata tat-talbiet ġodda.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm kien n-numru ta' familji b'żewġ ġenituri jew ġenitur wieħed li tilfu d-dritt ta' l-allowance tat-tfal fl-istess perjodu minħabba l-assessment.", "F'dan ir-rigward nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 18047.", "In-numru ta' familji b'żewġ ġenituri u b'ġenitur wieħed li fl-aħħar ta' Lulju 2000 kienu qed jirċievu l-allowance tat-tfal huwa kif jidher aktar 'l- isfel.", "Ta' min iżid li hu mistenni li n-numru ta' dawk li jikkwalifikaw għal din l-allowance jaqbeż l-40,000 meta r-reviżjonijiet tal-każijiet kollha pendenti jiġu finaliżżati.", "|MALTA |GHAWDEX |TOTAL | |25,409 |3,374 |28,783 |", "B'ġenitur wieħed |2,478 |103 |2,581 | |27,887 |3,477 |31,364 |", "AEM BOARD - ONORARJA", "18530.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-onorarja tal-membri ta' l- AEM Board?", "X'benefiċċji addizzjonali għandhom il-membri inkluż iċ- chairman?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kull membru tal-Agricultural Export Marketing Board għandu onorarja ta' Lm350 fis-sena.", "La c-chairman u lanqas il-membri m'għandhom xi benefiċċji addizzjonali.", "SAJD - BORD TAS-SAJD", "18531.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt u f'liema ġurnata l-Bord tas- Sajd approva t-tibdil tas-sistema ġdida li sajjieda tal-lampuki Għawdxin jiġu mqassma fi tlett kategoriji?", "Min kienu l-membri tal-bord preżenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tas- Sajd ma japprovax izda jiddiskuti policies ta' management fis-sajd.", "Id- deċizjoni ta' l-adozzjoni ta' policies li ser jigu addottati jew effetwati hija f'idejn id-dipartiment tas-sajd u akwakultura u l-Ministeru ta' l- Agrikoltura u Sajd.", "Il-membri tal-bord li kienu prezenti huma:", "Dr. Anthony Gruppetta Dr. Joe Carabott D'Amato Dr. Tonio Spiteri Mr. William Pomroy Mr. Ivan Portanier Mr. Carmelo Bugeja Mr. Joseph Abela", "Osservaturi:", "Mr. Corrado Rossitto (Senior Fisheries Officer)", "Mr. Mario Tabone (Fisheries Officer - Ghawdex)", "Mr. Anthony Xuereb (Sajjied Ghawdxi tad-Distrett tax-Xlendi)", "Mr. Jimmy Xuereb (Sajjed Ghawdxi tad-Distrett tax-Xlendi)", "SAN LUQA - BY-PASS OPERATIONS", "18532.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu l-operazzjoni tal- by-pass fl-isptar San Luqa fl-ewwel 6 xhur tas-sena?", "Kemm kienet l-iżgħar eta' u kemm hemm persuni fil-waiting list fil-mument?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li fl-ewwel xhur ta` din is-sena saru dawn l-operazzjonijiet:", "|CABG X1 |4 | |CABG X2 |17 | |CABG X3 |48 | |CABG X4 |56 | |CABG X5 |14 |", "Operazzjonijiet tal-Bypass 139", "|AVR |14 | | | |AVR + CABG |3 | | | |AVR + tricuspid|1 | | | |annuloplasty | | | | |MVR |4 | | | |MVR + CABG |2 | | | |AVR + MVR | | |1 |", "Operazzjonijiet tal-Bypass u Valve 25", "|ASD + CABG |1 | |ASD |1 |", "Operazzjonijiet Oħra 2", "TOTALI 166 L-iżgħar pazjent tal-bypass kellu wieħed u erbgħin sena.", "Fl-aħħar ġurnata ta` Ġunju kien hemm mija u tmenin persuna fuq il-waiting list.", "AMBJENT - KONSULENZA", "18874.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru 18598, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsulenza ngħatat id-ditta MVA (UK)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Ditta MVA (UK) ngħatat konsulenza biex tmexxi traffic survey tal-junction f'Pjazza Palma, Msida.", "Din id-ditta trid tagħmel ukoll transit analysis tad-data li nġabret waqt dan is-survey.", "AMBJENT - KONSULENZA", "18875.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru 18598, jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kuntratt ta' konsulenza mogħti lill- perit Richard England għax-xogħol fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt ma ġiex inkluż?", "X'inhuma t-termini ta' dan il-kuntratt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: B'referenza għad-domanda parlamentari nru 18598, nixtieq nelabora li d-ditta England and England ingħatat konsulenza fl-arkitettura fuq iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti li jinkludi l-kavallier ta' San Ġakbu, is-sit ta' l-Opera House u l-master plan għad-daħla ta' Bieb il-Belt.", "PULIZIJA - ABBUŻ FUQ IT-TFAL", "18914.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il każ ta' abbuż fuq it-tfal ġie nvestigat mill- pulizija tul l-1999 u tul din is-sena?", "Fiex kien jikkonsisti l-abbuż?", "Tressqu nies il-qorti?", "Jekk iva, kemm u fuq liema abbuż?", "X'kienet l-eta' medja tat-tfal abbużati?", "Bejn wieħed u ieħor, x'inhuma s-sorsi li bihom il-pulizija, tirċievi informazzjoni dwar suspett ta' abbuż fuq it-tfal (eż. sptar, ċentru tas-saħħa, social workers, Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, skejjel, eċċ)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 1999, u l-25 ta` Awissu 2000, il-Pulizija kellha 47 każ ta` abbuż fuq tfal minn 14-il sena l`isfel.", "Dawn ir-rapporti jinkludu korruzzjoni, tħajjir għall- prostituzzjoni, stupru u offiża fuq il-persuna.", "Wara investigazzjoni fuq dawn ir-rapporti, tressqu quddiem il-Qorti 35 persuna.", "Dawn ir-rapporti waslu għand il-Pulizija mill-vittmi stess, minn membri tal-famlija, mill-SWDP, mill-isptar, kif ukoll minn skejjel.", "ABBUŻ FUQ IT-TFAL", "18917.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm-il każ ta' abbuż fuq it-tfal ġie rrapportat tul l-1999 u tul din is-sena?", "Fiex kien jikkonsisti dan l-abbuż?", "X'kienu l-etajiet tat-tfal abbużati?", "Tul l- istess perjodu kemm kien hemm każi ta' child neglect?", "Kemm-il care order inħarġet tul l-istess perjodu u x'kienu l-etajiet tat-tfal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li matul il-perijodu 1 ta' Jannar 1999 u 7 ta' Settembru 2000 ġew rappurtati total ta' 1,114 każ ta' abbuż fuq tfal.", "Dawn kienu jikkonċernaw rapporti dwar diversi abbużi jew riskju ta' abbużi fosthom; traskuraġni, abbużi fiżiċi, sesswali, emozzjonali u psikoloġiċi.", "L-etajiet kienu jvarjaw bejn l-eta' tat-twelid u sbatax-il sena.", "In-numru ta' rapporti dwar traskuraġni (child neglect) kien ta' 285.", "Matul l-istess perijodu nħarġu 24 care order u l-etajiet tat-tfal kienu jvarjaw bejn xahar u sittax-il sena.", "SPTAR - ABBUŻ FUQ IT-TFAL", "18918.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid tul is-sena 1999 u tul din is-sena, kemm idaħħlu tfal l- isptar jew f'xi ċentru tas-saħħa minħabba abbuż (tat-tfal)?", "Fiex kien jikkonsisti dan l-abbuż?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li tfal li jidħlu l-isptar bi problemi relatati ma negliġenza jew abbuż jiġu referuti lil Butterfly (Child Crisis) Centre.", "Fl-1999, kien hemm 66 każ li ġew referuti mill-isptar u mill-komunita` u bejn Jannar u Awissu ta` din is-sena kien hemm 50 każ.", "30% tal-każijiet ma jirriżultax li jkollhom problema ta` abbuż.", "70% jkollhom xi problema ta` abbuż, jew negliġenza.", "Il-biċċa l-kbira minnhom ikunu f'riskju ta` nuqqas ta` trobbija tajba, educational failure bi problemi ta` mġieba.", "5% ta` dawn it-tfal ikollhom abbuż sesswali ċar u 5% oħra jkollhom ġrieħi jew ksur.", "VAT DEPARTMENT - ACQUIS", "18941.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-VAT Department ikkummissjona studju biex jara fejn il-liġi eżistenti tal-VAT ma taqbilx ma' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea?", "X'inhuma l-konklużjonijiet ta' dan l-istudju?", "Jista' jqiegħed kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-materja li għaliha qed jirreferi hija riflessa fid-draft National Plan for the Adoption of the Acquis li hu dokument pubbliku.", "Kif hemm indikat fl- istess dokument, il-pożizzjoni li eventwalment jista' jieħu l-Gvern f'dan ir-rigward tiddependi fuq l-esiġenzi tal-pajjiż kif ukoll fuq il-prattika f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja", "VAT DEPARTMENT", "18942.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuwa s-set-up amministrattiv tal-VAT Department bħalissa u kif ġie mibdul jew imsaħħaħ f'dawn l-aħħar xhur?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-set up amministrattiv tad-dipartiment tal-VAT bħalissa jirrifletti t-tibdiliet li seħħew bl-Att XXIII ta' l- 1998 dwar it-Taxxa fuq il-valur miżjud.", "It- tisħiħ fl-organizzazzjoni u l-istrutturi amministrattivi tad-dipartiment tal-VAT hu proċess kontinwu u jsir skond l-esiġenzi li jseħħu minn żmien għal żmien", "DWANA - DIRETTUR/EU MATTERS", "18943.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jikkonferma l- Ministru li fid-dwana hemm direttur EU matters?", "Meta nħatar?", "X'inhu x- xogħol speċifiku tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kariga ta' direttur EU Matters ilha fis-seħħ mill-10 ta' Mejju 2000.", "Barra mir-responsabbiltajiet komuni għal diretturi oħra, il-funzjonijiet speċifiċi għal din il-kariga huma li d-direttur jagħti l-pariri lid- direttur ġenerali skond il-ħtieġa dwar materji li jikkonċernaw l-Unjoni Ewropea u jiżgura li bil-ko-operazzjoni bejn l-uffiċjali Maltin u esperti mill-UE, id-dipartiment ikun f'qagħda li jaddotta, jimplimenta u jinforza l- provvedimenti ta' l-acquis li jirrigwardaw id-dwana fiż-żmien ta' preparazzjoni għad-dħul ta' Malta fl-UE.", "Biex dan iseħħ, id-direttur, bħal ma hu l-każ ta' diretturi oħra fis- settur tagħhom, għandu programm ta' xogħol li jrid iwettaq matul ix-xhur li ġejjin.", "Wieħed jista' jsemmi l-ko-ordinament u l-monitoring ta' l- attivitajiet kollha orjentati lejn id-dħul ta' Malta fl-UE, it-twaqqif ta' strutturi neċessarji fid-dipartiment, iż-żamma ta' kuntatti ma' entitajiet oħra nvoluti fil-proċess tad-dħul u t-taħrig neċessarju għall-impjegati tad- Dwana u għal dawk li jużaw il-proċeduri tagħha.", "Dan kollu hu mibni fuq numru ta' tasks li jridu jitwettqu.", "ECONOMIC PLANNING DIVISION", "18944.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna barranija u/jew lokali professjonali kisbet dan l-aħħar l-economic planning division?", "Minn min ingħatat din l- għajnuna?", "X'ħallas għaliha l-Gvern Malti?", "Kif saret l-għażla tal- konsulenti/istituzzjonijiet ikkonċernati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul is-snin ġew imnedija diversi inizjattivi sabiex id-diviżjoni ta' l-ippjanar ekonomiku tissaħħaħ u b'hekk il-gvern ikollu l-għodda teknika meħtieġa fil-qasam ta' l-ekonomija.", "Dan l-aħħar, qasam li ingħata prijorita' partikulari, kien dak tal- Macroeconometric Modelling fejn għal numru ta' snin ilha tinħass il-ħtieġa ta' tisħiħ.", "Peress li dan huwa qasam speċjalizzat ħafna, inħass il-bżonn ta' l-assistenza minn barra l-pajjiż.", "Wara konsultazzjonijiet ma' l- Universita' ta' Malta, ġie deċiż li tinkiseb għajnuna professjonali minn cambridge econometrics tar-Renju Unit li għandhom esperjenza f'din il- linja.", "Dawn tħallsu fees professjonali li jammontaw għal 26,500 GBP.", "Dan l-eżerċizzju ser iwassal biex il-gvern ikollu mudell ekonometriku li jkun jista' jintuża fit-tfassil tal-politika ekonomika tal-pajjiż.", "QORMI - MILL STREET - TISWIJA", "18945.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibbli l-Ministru, permezz tar-Roads Department, ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata N/S off Mill Street, Qormi li qatt ma kienet irranġata u tinsab fi stat diżastruż?", "Billi ilha għaddejja korrispondenza, fosthom mar-Roads Department (Ref.", "WD 2780/82) għal dawn l-aħħar snin, possibbli l-Ministru jgħid eżatt jekk hemmx xi ħsieb li din it-triq tiġi rranġata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq u d- Dipartiment tad-Drenaġġ ħarġu tenders biex ikunu jistgħu isiru xogħlijiet rispettivi f'din it-triq bi preparamenti biex din tingħata l-asfalt fl-24 ta' Marzu, 1999.", "Irriżulta li l-main ta' l-ilma li kien hemm kien instab li hu fil-wiċċ u l-Korporazzjoni ta' l-Ilma trid tieħu passi sabiex dan il-main jitneħħa u jitqiegħed f'postu fil-ġenb tat-triq.", "Meta dan ix-xogħol isir, id- Dipartiment tat-Toroq ikun jista' jkompli bix-xogħlijiet.", "EMERGENCY LAB - TESTIJIET", "18946.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru ġentilment jagħti l-figuri ta' kemm-il test saru fl-Emergency Lab tul l-1999 u bil-bidu ta' din is-sena, sa l-ewwel ta' Settembru?", "Kemm il-APTT u INR saru fl-Emergency Lab tul-1999 u tul din is-sena sa l- ewwel ta' Settembru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li n-numru ta` testijiet li saru fil- laboratorju ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa tul l-1999 u mill-bidu ta` din is-sena sa l-ewwel ta` Settembru kien kif jidher hawn taħt:-", "|Isem |Matul |Mill-bidu | |tat-Test |l-1999 |ta` din | | | |is-sena sa | | | |l-ewwel ta` | | | |Settmbru | | | |(1/9/2000 | | | |inkluża) | |Complete |54693 |37790 | |Blood | | | |Count | | | |Activated |28123 |21854 | |Partial | | | |Thrombopla| | | |stin Time | | | |Prothrombi|29168 |21820 | |n Time | | | |Plasma |606 |1265 | |Phosphates| | | |Blood |9113 |6031 | |Gases | | | |Sodium/Pot|200168 |154370 | |assium/Chl| | | |oride | | | |Osmolality|4704 |2621 | |(serum and| | | |urine) | | | |Plasma |65300 |49004 | |Urea | | | |Plasma |43776 |30327 | |Glucose | | | |Neonatal |1320 |625 | |Total | | | |Bilirubin | | | |Direct |480 |338 | |Bilirubin | | | |Urinalysis|1456 |879 | |CSF |577 |324 | |Glutamate |921 |1900 | |Oxaloaceti| | | |c | | | |Transamina| | | |se | | | |Creatine |26573 |19469 | |Phospho | | | |Kinase | | | |Plasma |6325 |4508 | |Amylase | | | |Plasma |62664 |47799 | |Creatinine| | | |Plasma |6731 |6795 | |Calcium | | | |Serum |422 |279 | |Salicylate| | | |Blood |758 |481 | |Alcohol | | | |Serum |528 |332 | |Paracetamo| | | |l | | | |Plasma |25 |16 | |G-6-PD | | | |Carboxyhae|41 |5 | |moglobin | | | |Cholineste|3 |5 | |rase | | | |Meth-Haemo|2 |2 | |globin | | | |Blood |72 |63 | |Ammonia | | | |Plasma |1719 |918 | |CK-MB | | | |Serum |59 |35 | |Lithium | | | |Serum |370 |312 | |Digoxin | | | |Plasma |1406 |1062 | |Magnesium | | | |Total |548103 |411229 |", "KAXXA TA' MALTA - PIŻ", "18950.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid sena b'sena x'se jkun il-piż fuq il-Kaxxa ta' Malta tal- ftehim kollettiv għas-settur pubbliku li l-gvern kien iffirma mal-unions f'Diċembru ta' l-1998?", "Kif se jiġi ffinanzjat dan il-piż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dwar in-nefqa annwali, b'riżultat tal-ftehim kollettiv għas-settur pubbliku, diġa ngħata tagħrif fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 16,768, f'Ġunju li għadda.", "Din l-ispiża, bħal kull spiża pubblika, u speċjalment fejn jidħlu pagi, salarji, sahra, allowances u pensjonijiet, tiġi ffinanzjata minn dħul permezz tat-taxxa fuq l-income u kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali li l- impjegati użjew il-pensjonanti jħallsu fuq id-dħul annwali tagħhom, u mill- erarju ġenerali tal-Gvern.", "TARIFFI", "18951.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk iż-żieda fit-tariffi tal-qorti hijiex b'xi mod jew ieħor relatata mal-ħtieġa ta' finanzjament taż-żieda f'allowances li se jkun hemm għal membri tal-ġudikatura?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.", "IMPJIEGI - KONDIZZJONIJIET TA' XOGĦOL", "18958.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru Ministru jgħid jekk sarx xi progress min-naħa tal-ministeru tiegħu mas-sidien tal- kumpanniji tat-trasport tat-turisti bil-coaches u vannijiet dwar il- kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati tal-kumpanniji tat-trasport tat-turisti bil-coaches u vannijiet, huma koperti mill-hire cars and buses wages council wage regulation order, 1977\".", "Uffiċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l- Impjieg, minn żmien għal żmien jagħmlu spezzjonijiet u jintervistaw kemm lill-ħaddiema kif ukoll lis-sidien ta' dan is-settur biex jinfurzaw il- kondizzjonijiet ta' l-impjieg skond l-imsemmija wage regulation order u l- att li jirregola l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg.", "Ninsab informat ukoll li kienet saret laqgħa ta' konċiljazzjoni preseduta mid-direttur tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l-impjieg f'tilwima industrijali bejn waħda mill-unions u wieħed mis-sidien tal-coaches.", "INTERNAL AUDITORS", "18959.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm internal auditors mill-1995 sal- lum?", "Min huma (id-dettalji tagħhom)?", "Kif inhuma mqassmin fil- ministeri/dipartimenti tal-gvern?", "Kemm minnhom spiċċaw?", "Min huma li spiċċaw (id-dettalji tagħhom)?", "Għaliex spiċċaw?", "Wara li spiċċaw, jekk baqgħu jaħdmu, x'xogħol ingħataw u fejn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "INTERNAL AUDITOR", "18960.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħidilna liema ministeri kellhom internal auditor, iżda bħalissa jinsabu mingħajr internal auditor?", "Liema ministeri qatt ma kellhom internal auditor?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - VOCATIONAL COLLEGE", "18961.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jiftaħ il- Vocational College?", "Meta se jibda jieħu l-ewwel studenti?", "Xi kriterji se jintużaw biex student jiġi aċċettat f'dan il-kulleġġ?", "X'kordinament hemm bejn il-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-korporazzjoni għat-taħriġ u impjiegi?", "Ġew recruited l-għalliema li se jgħallmu f'dan il-kulleġġ?", "Jekk iva, min huma u x'suġġetti jgħallmu, jekk le meta se jiġu recruited u xi proċedura se tintuża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif għedt diversi drabi pubblikament il-kulleġġ Malti ta' l-arti, xjenza u teknoloġija twaqqaf fil-11 ta' Awissu, 2000 u hu proġett mifrux fuq numru ta' snin.", "Il-bord tal-gvernaturi qed jaħdem biex iwaqqaf l-ewwel istitut u għal dan l-iskop qed jiġi intervistat il-persunal meħtieġ.", "Il-kriterji għall-għażla ta' studenti jiġu mgħarrfa hekk kif il-Bord jiddeċidihom.", "Hemm koordinament sħiħ ma' l-ETC biċ-chief executive tagħha wieħed mill- gvernaturi.", "PBS - TELESERIAL", "18962.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-PBS hux qed taħseb f'xi teleserial bil-Malti għal TVM?", "Jekk iva, meta hu maħsub li jibda kull teleserial jekk hemm aktar minn wieħed?", "Kull teleserial, min hu responsabbli għalih, kemm hu twil kull teleserial, kemm fiha, espisodji, x'jismu kull teleserial, u kemm se jħallas il-PBS għal kull telserial u lil min se jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-PBS, bħala stazzjoni ta' xandir pubbliku, huwa konxju mill-fatt li teleserials bil-Malti huma mfittxija mill-pubbliku Malti u għalhekk ħaseb li fl-iskeda tal-programmi għax-xhur li ġejjin jinkludi wkoll teleserial bil-Malti.", "Minħabba li l-programmi ġodda kollha li ħejja l-PBS għax-xhur li ġejjin se jitħabbru waqt xandira diretta ma nħossx li d-dettalji mitluba mill- Onor. Membru għandhom jingħataw f'dan l-istadju.", "Rigward il-ħlas għal dawn il-programmi, naħseb li l-Onor.", "Membru japprezza li din hija informazzjoni ta' natura kummerċjali minħabba l- kompetizzjoni li teżisti ma' stazzjonijiet privati oħra u għalhekk m'hux il- każ li tingħata.", "INTERNAL AUDITOR - XOGĦOL", "18965.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi jekk ix-xogħol ta' l-internal auditor huwiex sodisfaċenti jew le, u fuq liema kriterji jsir dan?", "Kemm saru rapporti minn kull internal auditor kull sena?", "Individwalment, kemm saru audit reports min kull internal auditor?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "---------------"]} {"filename": "20010402_525d_par.doc", "date": "2001-04-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 525 It-Tnejn, 2 ta' April, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 525", "It-Tnejn, 2 ta' April, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "525", "It-Tnejn, 2 ta' April, 2001", "WERREJ MINUTI 149", "PETIZZJONI 149", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 149", "TQEGĦID TA' KARTI 154", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-POSTA (L-EWWEL QARI) 155", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT", "(L-EWWEL QARI) 156", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI (L-EWWEL QARI) 156", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIPPROVDI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA TA' RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA (L-EWWEL QARI) 157", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-PERITI U L-INĠINIERI ĊIVILI", "(L-EWWEL QARI) 157", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA' L-INĠINERIJA", "(L-EWWEL QARI) 158", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRREGOLA L-QSIM TA' WIRT (L-EWWEL QARI) 158", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U", "PROĊEDURA ĊIVILI (L-EWWEL QARI) 159", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR ID-DWANA (IT-TIELET QARI).", "CUSTOMS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 159", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (KUMITAT)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 160", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-ERARJU (KUMITAT)", "REVENUE PROTECTION (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 163", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U", "SOĊJALI (IT-TIENI QARI)", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL (SECOND READING) 170", "AĠĠORNAMENT 183", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 188", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 524 li saret fit-28 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Mr Speaker, ir-residenti ta' Birżebbugia, b'mod partikolari ta' Triq il-Qajjenza, qed jitolbu lil din il-Kamra tagħmel dak kollu possibbli sabiex fil-lokalita` tagħhom jiġi mogħti permess għal spiżerija peress li hemm bżonnha ħafna.", "Għalhekk inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Petizzjoni ffirmata minn għadd ta' residenti ta' Triq il-Qajjenza, Birzebbugia, dwar il-ftuħ ta' spiżerija fl-istess triq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddi issa għall-mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KASTILJA", "24478.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onr.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet kollha li saru fuq il-bini tal-Berġa ta' Kastilja, kemm ġewwa kif ukoll barra, minn Ottubru 1996 sal-lum?", "Jista' jgħid f'kull każ għaliex saru dawn ix- xogħlijiet u min awtorizza li jsiru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab infurmat li x- xogħlijiet li saru fil-Berġa ta' Kastilja minn Ottubru 1996 sa Marzu 2001 kienu dawn:", "Xogħol ta' Restawr", "Restawr fil-pjan terran;", "Restawr tal-fetħiet kollha li jagħtu għall-kantina u stallazzjoni ta' twieqi ġodda f'dawn l-aperturi;", "Restawr tal-bibien ta' barra tal-pjan terran; u Tħammil, tindif u restawr fil-kantina.", "Dan ix-xogħol sar biex tkun restawrata l-istruttura oriġinali tal-bini.", "Xogħol ta' Refurbishment", "Refurbishment tal-pjan terran;", "Refurbishment u manutenzjoni ta' uffiċini oħra skond il-bżonn;", "Bidu ta' refurbishment tat-toilets prinċipali li jinsabu f'kull sular; u", "Tħammil investigattiv taħt is-superviżjoni tad-dipartiment tal-mużewijiet dwar kostruzzjoni ta' stores u workshops li hu ppjanat li ssir 'il quddiem.", "Dan ix-xogħol sar biex l-ispazji jiġu utilizzati b'mod effiċjenti.", "Stallazzjoni ta' Lifts", "Stallazzjoni ta' lifts; tnejn fuq in-naħa tat-Triq San Pawl, u tnejn fuq in- naħa tat-Triq Merkanti.", "Dawn il-lifts saru biex l-uffiċini fis-sulari ta' fuq ikunu iżjed aċċessibbli speċjalment għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u wkoll għall-anzjani.", "Dawn ix-xogħlijiet kollha ġew awtorizzati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, ladarba qegħdin nitkellmu dwar manutenzjoni fuq ċertu bini, nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt li l- manutenzjoni li tingħata lill-palazz li ninsabu fih, hija waħda minima.", "Kulħadd jaf il-valur storiku tiegħu u ma nistax nifhem kif monument bħal dan qiegħed jitħalla jġarrab ċerti ħsarat.", "Per eżempju, l-irħam qiegħed jiċċaqlaq kollu u dan l-aħħar tfaċċat konsentura ġdida ta' madwar nofs pulzier.", "Jista' l-Ministru nkarigat jieħu ħsieb dawn l-affarijiet kemm jista' jkun malajr?", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, dan huwa kumment importanti għax jittratta patrimonju li għandna fil-pajjiż.", "M'hemmx dubju li l-palazz huwa minn ta' quddiem nett f'dan il-patrimonju u qegħdin nassiguraw li jkollna struttura li tieħu ħsieb ċertu xogħol ta' restawr.", "Il-kompetenza għal dan ix-xogħol hija maqsuma bejn il-ministeru responsabbli mid-dipartiment tal-mużewijiet li jieħu ħsieb ċerti aspetti ta' patrimonju li hawn fil-palazz, u l-ministeru responsabbli mit-taqsima tar-restawr tal-ġebla li jieħu ħsieb ċertu xogħol ieħor.", "Naturalment in-numru ta' nies li għandhom is-snajja' meħtieġa biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol huwa żgħir u jridu jitqassmu bejn il-kwantita` ta' patrimonju li għandna mxerred mal-pajjiż.", "Pajjiżi barranin li għandhom riżorsi akbar minn tagħna u allura għandhom ċerta organizzazzjoni aktar b'saħħitha, ikollhom taqsima li tkun residenti fuq il-post li jkun se jiġi restawrat.", "Din tikkonsisti fi grupp ta' restawraturi u ta' konservazzjonisti li xogħlhom ikun biss li jieħdu ħsieb dak il-monument partikolari li jkollu ċerta entita`.", "S'issa f'pajjiżna sibniha diffiċli li nassenjaw grupp ta' nies bi snajja' differenti - marmista, restawratur tal-ġebla, restawratur ta' l-injam u nies oħra li jagħmlu manteniment ordinarju - biex jiddedikaw ruħhom esklużivament għal dan l-iskop peress li m'għandniex nies biżżejjed.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xi konsentura partikolari, nitolbu jgħidli fejn qiegħda sabiex inġibu nies apposta u jieħdu ħsiebha.", "Naturalment din m'hijiex l-aħjar soluzzjoni u b'dan il-mod inkunu qegħdin biss inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar.", "Is-soluzzjoni ideali tkun li jkun hawn xi ħadd disentu li jkun jista' jagħmel ix-xogħol kollu meħtieġ u ma toqgħodx tinqeda b'nies li ġġebbidhom minn patrimonju għal ieħor.", "Nittama li 'l quddiem insibu tarf din is-sitwazzjoni.", "Iċ-Ċentru Malti għar-Restawr diġa` qiegħed jibda t-triq tiegħu bil-mod il-mod u għad jasal iż-żmien meta ninvolvuh f'ħaġa bħal din.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Interpellant qed iqajjem il-punt dwar waterproofing.", "Jien nimpenja ruħi biex immedjatament nitkellem man-nies konċernati tal-works department ħalli jaraw x'jistgħu jagħmlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, x'sorveljanza qed jagħmel id-dipartiment tal-mużewijiet biex jara li x-xogħol ta' restawr qed isir kif għandu jsir?", "Ma naħsibx li xogħol ta' restawr isir billi wieħed jibni bil-bricks imbagħad jagħmel qoxra, kif sar fil-Kottonera!", "Għaliex ma tteħdux passi meta suppost id-dipartiment tal-mużewijiet u rappreżentanti oħrajn kellhom jagħmlu monitoring il-ħin kollu tax-xogħol li qed isir f'dan il-proġett?", "Jaf il-Ministru li fit-triq ta' Santa Luċija li tagħti għal Ħal Luqa, faċċata tal-junior lyceum li nbniet ġdida, fejn kien hemm id-dipartiment ta' l-ambjent, hemm xi fdalijiet tal-ġebel tat-teatru antik tal-Belt u xi ħadd qabad u tefa' it-terrapien fuqu biex jibda jagħmel xogħol mingħajr il- permess ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu mid- dipartiment tal-mużewijiet u x'irriżulta s'issa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li d-dipartiment tal-mużewijiet għandu xi kompetenza fuq il-post li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant għax dan kien riservat minn xi dipartiment ieħor u kellu jieħu ħsiebu hu.", "Pero` issa nivverifika u nara eżattament ta' min hi r-responsabbilta` anke tal- fdalijiet tat-Teatru Rjal li ġew trasportati għal dan il-post.", "Rigward il-proġett tal-Kottonera, lanqas kieku stess hija kompetenza tiegħu, id-dipartiment tal-mużewijiet m'għandux nies biżżejjed biex isegwi dan it-tip ta' xogħol.", "Hemmhekk ġew maħruġa l-permessi ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar taħt il-kondizzjonjiet dettaljati u stabbiliti u sta għal min qiegħed iżomm il-project managment tax-xogħol li jara li l-kondizzjonijiet qegħdin jiġu osservati.", "Jiena kont tkellimt mad-direttur tal-mużewijiet biex jintervjeni u jara x'hemm bżonn isir.", "Jekk hemm xi ħaġa oħra partikolari li qed issir niġbed l-attenzjoni għaliha imma ladarba d- dipartiment tal-mużewijiet m'għandux nies biżżejjed lanqas għal ċerti affarijiet, ma nafx kif se jista' jkollu nies disentu josservaw dawn l- affarijiet.", "Nifhem li l-enforcement officers ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar ikunu jafu ħafna aktar mill-uffiċjali tad-dipartiment tal-mużewijiet liema huma l- kondizzjonijiet li taħthom dak il-proġett irid jiġi mplimentat u sta għalihom li jaraw jekk din hijiex materja ta' patrimonju jew le u li jikkonsultaw.", "Jiena se nistaqsi lid-dipartiment tal-mużewijiet biex jagħtuni informazzjoni dwar l-ilmenti li qanqal il-kollega tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru nġibditlu l-attenzjoni li hemmhekk kien hemm silos antiki li nqerdu totalment u qisu ma ġara xejn?", "Għalfejn il- Ministru m'għamel l-ebda kumment dwar dak li deher fil-gazzetti rigward dawn is-silos?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk issirli mistoqsija bil-miktub inkun nista' nġib l-informazzjoni mid-dipartiment konċernat u ngħaddiha lil din il-Kamra.", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "24479.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 23968 li oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu?", "Din kienet tgħid hekk:", "Fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għaċ-ċittadinanza doppja li saret fit-22 ta' Awissu, 2000 u li ngħatat l-irċevuta P339350?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab infurmat li l- applikazzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet approvata fil-5 ta' Marzu, 2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gavin Gulia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, id-domanda li rrid nagħmel m'għandhiex x'taqsam as such mal-kontenut tal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Bartolo, pero` ladarba hawn il-Ministru ta' l-Intern xtaqtu jispjegalna x'tip ta' sigurta` kienet ġiet organizzata għall-attivita` sportiva tar-Regatta f'Jum il- Ħelsien meta kien seħħ dak l-inċident traġiku li fih mietet omm u t-tarbija tagħha.", "Il-Ministru jifhem li din kienet attivita` tal-massa li minnha jistgħu jissuċċiedu inċidenti kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, b'mod partikolari fuq il-baħar meta wieħed jikkonsidra li din kienet attivita' akkwatika.", "Jiena ma kontx preżenti għal dan l-inċident pero` ġejt mgħarraf li l-livell ta' sigurta` li kien hemm ma kienx adegwat.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'tip ta' sigurta` ġiet organizzata mill-membri tal-forzi tas-sigurta` u d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u x'tip ta' tagħmir kellhom sabiex jilqgħu u jipprevjenu dawn it-tip ta' inċidenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din id-domanda m'għandha x'taqsam xejn mad- domanda oriġinali dwar iċ-ċittadinanza pero' se nirrispondiha.", "L- informazzjoni li għandi hi li ttieħdu l-istess miżuri li jittieħdu s-soltu f'dan il-qasam u rrid ngħid li l-inċident li ġara huwa kompletament unrelated mal-kwestjoni tar-Regatta.", "Ejjew nammettu li meta jiġru affarijiet traġiċi bħal dawn bilfors wieħed joqgħod jagħmel ħafna domandi u jipprova jara fiex se jwaħħal għax ma jkunx irid jaċċettahom.", "Sfortunatament dawn l-inċidenti isiru kif ġraw fil- passat u m'għandhom x'jaqsmu xejn mar-Regatta.", "Dakinhar kien hemm l-istess numru ta' pulizija li jintbagħtu s-soltu u ħadd ma seta' jipprevedi dan it- tip ta' inċident.", "Irridu npoġġu saqajna ma' l-art u nammettu li dan l- inċident seta' ġara indipendentement mir-Regatta.", "Tentattivi ta' salvataġġ saru, fil-fatt inzerta kien hemm ukoll il-patrol boat ta' l-Armata u għalkemm din ma taqax taħt il-ministeru tiegħi, wieħed jammira l-intervent li sar minnha għalkemm sfortunatament ma rnexxilhiex issalva lil dawk iż- żewġ vittmi.", "Issa wara l-inċident kulħadd jgħid x'imissu sar u ma sarx.", "Naħseb wieħed ikun qed jesaġera jekk jgħid li inċident ta' dan it-tip seta' ġie previst u m'huwiex fair fuq il-forza ta' l-ordni għax kien hemm nies biżżejjed għal dak li jinqala' s-soltu fir-Regatta.", "Imma naturalment wara li jinqala' xi ħaġa mhux tas-soltu, imbagħad kulħadd għaref.", "Ma naħsibx li wieħed seta' jipprevedi dak li effettivament ġara.", "Nerġa' nirrepeti li ġraw inċidenti simili fil-passat li kienu unrelated mar-Regatta u dan seta' ġara fi kwalunkwe parti oħra ta' Malta, mhux neċessarjament fir-Regatta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jiena nformat li għalkemm kien hemm il-patrol boats, l-uffiċjali li kien hemm fuqhom lanqas kellhom il-goggles lesti biex ikunu jistgħu jinżlu fil-baħar.", "Jista' l-Ministru jikkonfermali dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett tal-protezzjoni ċivili qatt ma jissejħu biex jissorveljaw affarijiet bħal dawn, jiġifieri qatt ma kienu preżenti waqt ir-Regatta u l-pulizija qatt ma jkunu equipped għal dan it-tip ta' inċident għalkemm ikunu equipped għal tipi ta' inċidenti oħra.", "Dwar il- patrol boats ma nistax nikkummenta għax ma rċevejt l-ebda rapport mill- Armata pero` naf li l-Armata kienet preżenti kif tkun preżenti s-soltu f'dan it-tip ta' avvenimenti.", "Fil-fatt l-uniku intervent li sar kien proprju minn xi ħadd ta' l-Armata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, il-Ministru għadu kemm qal li dan ma kienx l-uniku inċident.", "Fil-fatt ġara każ simili fiċ-Ċirkewwa u ieħor f'Għawdex.", "Allura minkejja li ġraw dawn il-każijiet kollha, għaliex ma tteħdux il-prekawzjonijiet biex f'areas bħal dawn jew ma jidħlux karozzi jew għallinqas jekk jidħlu jkollhom forma ta' support biex ma jkunux jistgħu jaqgħu l-baħar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, sfortunatament huwa mpossibbli li inti tipprevjeni li xi karozza taqa' l-baħar.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jista' jissuġġerili metodu kif dan jipprevjenih nitolbu jgħiduli issa.", "(Interruzzjonijiet) Iva, madwar 20 sena ilu kien ġara inċident simili fil- Belt fejn tnejn minn nies kienu f'karozza bil-lejl, ġara xi ħaġa fil- handbreak u baqgħu neżlin għal isfel; jidhirli li kienet mietet persuna minnhom.", "Sussegwentement wara kien sar crash barrier f'dak il-post, pero` ejjew inkunu prattiċi; ma tistax tagħmel crash barrier f'kull post fejn tista' taqa' karozza!", "Niftakar li f'dawk in-naħat ta' Xatt ir-Risq kien hemm dik il-famuża rampa li minħabba fiha mietet ma nafx kemm-il persuna għax kont tieħu l- impressjoni li qed issuq fuq il-moll u f'daqqa waħda ssib ruħek fil-baħar.", "Imbagħad wara ħafna snin kienet saret xi ħaġa biex tinduna li hemmhekk hemm rampa.", "Imma kif seta' ġie evitat inċident bħal dan naħseb huwa ftit diffiċli li wieħed jimmaġina.", "Terġa' meta jinqala' inċident li ma jkunx prevedibbli bħal dan, ma jkunx faċli li ssalva l-ħajja ta' dak li jkun.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Ma jaħsibx il-Ministru li forsi wasal il-waqt li jkun hemm kumitat konġunt miż-żewġ naħat tal-Kamra biex f'attivitajiet ta' massa bħal dawn ikun hemm għallinqas xi forma ta' skambju ta' ideat fuq kif jista jkollna qbil sabiex kemm jista' jkun il- miżuri ta' sigurta` jiġu rinforzati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Assolutament naqbel ma' dak li qed jipproponi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-limiti ta' dak li huwa possibbli.", "Wieħed japprezza li mhux dejjem tista' tipprevedi affarijiet li jiġru, ħafna drabi titgħallem mill-esperjenza u safejn naf jien qatt ma nqala' dan it-tip ta' inċident f'Regatta.", "Ħafna drabi t-tip ta' inċidenti li jinqalgħu fir- Regatta huma pjuttost ta' ġlied bejn in-nies li jkunu preżenti.", "Ċertament avvenimenti hekk imsejħa ta' massa qrib il-baħar urewna li jista' jkun hemm perikli ta' xorta oħra.", "Jien miftuħ għal kwalunkwe suġġeriment u kumment li jista' jkun hemm dwar kif nistgħu ntejbu s-sigurta` f'dawn it-tip ta' avvenimenti, naturalment fil-limitu tan-nies li għandna.", "Imma huwa veru li wieħed jista' jsib mezz kif ikun hemm kooperazzjoni aħjar bejn il-protezzjoni ċivili, l-Armata u l- pulizija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożzzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura l-Ministru jaqbel li jsir abbokkament bejnu u bejn il-kelliem ewlieni tagħna ta' l-intern biex isir kumitat ad hoc fuq din il-ħaġa biex għallinqas inkunu nistgħu naqblu dwar miżuri ta' sigurezza komuni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nsib l-ebda oġġezzjoni li ssir laqgħa ta' dan it- tip.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ammont miġbur minn kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bejn l-1996 u l-2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24831; u", "f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni li għaddew mill-eżami bil-miktub ta' Security Guard fid-Dipartiment tas-Saħħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24909.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet għal xogħlijiet li saru fil-Marsa Sports Ground bejn Ottubru 1998 u Marzu 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24740.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 62 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Lotteriji tal-Gvern (Super Five).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-flotta ta' l-ajruplani ta' l-Air Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24822.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il- Ministru ta' l-Intern, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 63 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Komputerizzazzjoni, Spezzjoni u Riċerki fir- Reġistru Pubbliku; u", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'Annex 8 tal-Ftehim milħuq bejn is- Santa Sede u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill- Gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 64 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani).", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali bejn Jannar u d-19 ta' Marzu 2001 fil-lokalita` tal-Mellieha, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "24555;", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali bejn Jannar u d-19 ta' Marzu 2001 fil-lokalita` tan-Naxxar, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "24556;", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali bejn Jannar u d-19 ta' Marzu 2001 fil-lokalita` tal-Mosta, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "24557; Tagħrif dwar ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali bejn Jannar u d-19 ta' Marzu 2001 fil-lokalita` tal-Għargħur, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "24558; u", "Kopja ta' tliet invoices li nħarġu għax-xiri ta' archive boxes għall- Qrati Superjuri mingħand Multi Packaging Limited, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "24923.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pożizzjoni li addottat Malta fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea fuq Kapitolu 28 – Kontroll Finanzjarju wara li saret rakkmandazzjoni għall-għeluq provviżorju tan-negozjati fuq dan il- kapitolu fid-29 ta' Marzu, 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-POSTA", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar l-Uffiċċju tal- Posta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2001 li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2001 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Avvjazzjoni Ċivili.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2001 li jemenda l-Att dwar l-Avvjazzjoni Ċivili\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIPPROVDI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA TA' RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-PERITI U L-INĠINIERI ĊIVILI", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, f'isem il- Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Ambjent nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il- Periti u l-Inġinieri Ċivili.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Periti u l-Inġinieri Ċivili (Kap. 390)\" ikun moqri l- ewwel darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA' L-INĠINERIJA", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, f'isem il- Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Ambjent nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il- Professjoni ta' l-Inġinerija (Kap. 321).", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Inginerija (Kap. 321)\" ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRREGOLA L-QSIM TA' WIRT", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li Jirregola l-Qsim ta' Wirt, ikun moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li Jirregola l-Qsim ta' Wirt, Kap. 308\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR ID-DWANA.", "CUSTOMS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar id-Dwana.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jemenda l-Ordinanza tad-Dwana (Kap 37) ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nitlob ir-recommittal fuq tliet klawsoli ta' dan l-Abbozz.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat ta' xi klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Kamra tirrisolvi ruħha f'Kumitat u nsejjaħ lill-President tal-Kumitati.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT", "L-ordni għall-kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Borg.", "Klawsola 2 – Emenda ta' l-artikolu 44 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 2 - Amendment of article 44 of the Constitution.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, din il-klawsola hija biss konsegwenzjali għall-emendi li kienu saru fis-sena 2000 li bih sub-artiklu 22 (1) u artiklu 25 tal-Kostituzzjoni nbidlu u ġew trasferiti fl-Att dwar iċ- Ċittadinanza Maltija ta' l-1965.", "Se nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Il-paragrafu (b) ta' klawsola 2 għandu jiġi emendat kif ġej:-", "(1) minflok is-subparagrafu (i) tiegħu għandu jidħol dan li ġej:-", "\"(i) fil-paragrafi (a) u (c) tiegħu, minflok il-kliem \"ta' l-artikolu 22(1) jew 25(1) ta' din il-Kostituzzjoni\" kull fejn dawn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 jew tas- subartikolu (1) ta' l-artikolu 5 ta' l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ mal-bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija;\";", "(ii) fil-paragrafu (b) tiegħu, minflok il-kliem \"ta' l-artikolu 22(1) ta' din il-Kostituzzjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \"tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis- seħħ mal-bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar iċ- Ċittadinanza Maltija\";\"; u", "(2) is-subparagrafi (ii), (iii) u (iv) għandhom jiġu enumerati mill- ġdid bħala s-subparagrafi (iii), (iv) u (v) rispettivament.", "\"B\" Paragraph (b) of clause 2 shall be amended as follows:", "(1) for subparagraph (i) thereof there shall be substituted the following:-", "\"(i) in paragraphs (a) and (c) thereof, for the words \"article 22(1) or 25(1) of this Constitution\" wherever these occur there shall be substituted the words \"subarticle (1) of article 3 or subarticle (1) of article 5 of the Maltese Citizenship Act as in force upon the coming into force of the Maltese Citizenship (Amendment) Act, 2000;\";", "(ii) in paragraph (b) thereof, for the words \"article 22(1) of this Constitution\" there shall be substituted the words \"subarticle (1) of article 3 of the Maltese Citizenship Act as in force upon the coming into force of the Maltese Citizenship (Amendment) Act, 2000\";\"; and", "(2) subparagraphs (ii), (iii) and (iv) shall be renumbered as subparagraphs (iii), (iv) and (v) respectively.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\"għaddiet nem. con", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 5 Ġdida New Clause 5", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inressaq klawsola ġdida 5 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi t-Tieni Qari ta' din il-klawsola ġdida.", "\"C\" Minnufih wara klawsola 4, għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja:-", "\"Dispożizzjoni transitorja.", "5.", "L-emenda ta' l-artikolu 44 tal-Kostituzzjoni magħmula bl-artikolu 2(b)(iii) ta' dan l-Att ma għandha tolqot ebda jedd li jkun ġie leġittimament miksub minn xi persuna qabel il-bidu fis-seħħ ta' dan l- Att.\".", "\"C\" Immediately after clause 4, there shall be added the following new clause:-", "\"Transitory provision.", "5.", "The amendment to article 44 of the Constitution made by article 2(b)(iii) of this Act shall not affect any right legally acquired by any person before the coming into force of this Act.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 5 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u Klawsola Ġdida 5 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi li klawsola ġdida 5 tkun tifforma parti mill- abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, din il-klawsola qed issir fuq proposta ta' l-Onor.", "Gulia u qed nagħmluha ċara li dawk li diġa` għandhom il-freedom of movement m'humiex se jiġu effettwati b'dawn l-emendi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 5 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola ġdida 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1- Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ Clause 1 – Short title and commencement", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi din l-emenda għal klawsola 1.", "\"D\" Fi klawsola 1, minflok il-kliem \"l-Att ta' l-2000 li jemenda l- Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru. 2)\" għandhom jidħlu l-kliem \"l- Att ta' l-2001 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta\".", "\"D\" In clause 1, for the words \"may be cited as the Constitution of Malta (Amendment) (No 2) Act, 2000\" there shall be substituted the words \"is the Constitution of Malta (Amendment) Act, 2001\".", "Din l-emenda hija konsegwenzjali għall-fatt li se ngħaddu din il-liġi fis- sena 2001 u mhux fl-2000.", "THE CHAIRMAN: Hawn atkar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata għaddiet, nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta Klawsoli 1 u 2 u Klawsola Ġdida 5 mgħoddija b'emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nitlob il-permess ta' din il-Kamra biex ngħaddu għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Att ta' l- 2001 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Qabel ma npoġġi l-mistoqsija nixtieq niċċara l-proċedura li se nużaw.", "Skond artiklu 66 tal-Kostituzzjoni biex niddikjara l-vot fuq dan l-abbozz ta' liġi, jiena rrid naċċerta ruħi li hawn ta' l-inqas żewġ terzi tal-membri tal-Kamra li qegħdin jivvotaw favur dan l-abbozz ta' liġi.", "Żewġ terzi jfisser 44 membru.", "Jiena se nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex immedjatament malli npoġġi l-mistoqsija jsejjaħ l-ismijiet tal-membri kollha daqs li kieku qed insegwu l-proċedura ta' division.", "Nitlob lill- Onor. Membri jiddikjaraw b'mod ċar jekk humiex favur jew kontra u possibbilment iqumu bil-wieqfa skond ir-regolamenti.", "Biex inkun ċar ukoll il-vot jiġi ddikjarat minni fl-aħħar meta jitlesta dan l-eżerċizzju.", "Peress li dan mhux eżerċizzju ta' division, jekk xi membru li jinzerta assenti fil-ħin li jissejjaħ ismu jidħol waqt li jiena għadni ma ddikjarajtx il-vot ikun għadu in time li ninkludih fil-vot finali.", "Naturalment fl-aħħar, kull membru tal-Kamra huwa liberu li xorta waħda jitlob division wara li jien inkun iddikjarajt il-vot.", "Għalhekk se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Kostituzzjoni ta' Malta\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Nitlob lill-Iskrivan tal-kamra sabiex isejjaħ l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri.", "L-54 Membru preżenti kollha qamu bil-wieqfa u dawn kienu:", "L-Onor.", "|Abela Anthony | |Farrugia | | | |Michael |", "| |Abela Carmelo | |Farrugia Noel |", "| |Agius Chris | |Fenech Adami | | | |Eddie |", "| |Agius Francis | |Frendo Michael|", "| |Asciak Michael | |Galea Ċensu |", "| |Attard Montalto| |Galea Louis | |John | | |", "| |Azzopardi | |Galea Mario | |Frederick | | |", "| |Azzopardi Jason| |Galea Pace | | | |Victor |", "| |Bartolo Evarist| |Gatt Austin |", "| |Bonnici Josef | |Gonzi Lawrence|", "| |Bonnici Michael| |Gulia Gavin |", "| |Borg Joe | |Hyzler George |", "| |Borg Karmenu | |Law Rita |", "| |Borg Tonio | |Mifsud Bonnici| | | |Antoine |", "| |Brincat Leo | |Mifsud Bonnici| | | |Carmelo |", "| |Cardona Chris | |Mizzi Joe |", "| |Chircop Karl | |Mugliett | | | |Jesmond |", "| |Cilia Joe | |Muscat Claude |", "| |Coleiro Marie | |Pullicino | |Louise | |George |", "| |Cristina | |Pullicino | |Dolores | |Orlando | | | |Jeffrey |", "| |Dalli Helena | |Refalo Anton |", "| |Dalli John | |Refalo Michael|", "| |Debono Giovanna| |Sammut Joseph | | | |M. |", "| |Debono Grech | |Sant Alfred | |Joe | | |", "| |Deguara Louis | |Vassallo Edwin|", "| |Farrugia Angelo| |Vella John |", "| |Farrugia Jean | |Zammit Ninu | |Pierre | | |", "| | | | |", "| MR SPEAKER: Ir-riżultat huwa 54 favur u ħadd kontra.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. skond artiklu 66 tal-Kostituzzjoni u l- Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-ERARJU", "REVENUE PROTECTION (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "Onor. Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Substitution of section 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal klawsola 2, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Fi klawsola 2, f'subartikolu (2) ta' l-artikolu 2 li hemm fiha, minnufih wara l-kliem \"dovut lill-Gvern\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew lil xi Korporazzjoni jew Awtorita' mwaqqfa b'liġi\".", "\"A\" In clause 2, in subarticle (2) of article 2 therein, immediately after the words \"due to the Government\" there shall be inserted the words \"or to any Corporation or Authority established by law\".", "Kif spjegajt ħafna drabi diġa`, pero` tajjeb li nerġa' nispjega għaliex donnu hawn min ma jifhimx, li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li liġi li teżisti qegħdin naġġornawha għaż-żmenijiet tal-lum.", "Din il-liġi għal ħafna snin kienet tkopri d-dazju u s-sisa, għaliex dik kienet l-unika taxxa li kienet teżisti għal ħafna żmien f'Malta u aħna ħassejna l-bżonn li nestenduha għal dipartimenti u xi enti oħra tal-gvern li jistgħu jagħmlu dawn ic-charges jew tassazzjonijiet biex nassiguraw li meta jsiru dawn it- taxxi ma jinħoloqx eskwilibriju fis-suq.", "Din il-liġi qed tgħid li taxxa tista' tkun effettiva minn data li tkun qabel ma tgħaddi l-liġi fil-parlament.", "Hemm terminu ta' żmien apposta li fih trid imbagħad tgħaddi l-liġi fil-parlament.", "Jekk il-liġi fil-parlament ma tgħaddix allura dawk it-taxxi miġbura jkunu jridu jingħataw lura.", "Qed ngħid dan għax jien informat li l-Onor.", "Brincat u l-Onor.", "Mizzi ħarġu xi media release u għamlu xi press conference fejn qalu affarijiet li jien assolutament ma nistax nifhimhom.", "Ma nistax nifhem meta dawn jgħidu li l- ministru qed jagħti poteri kbar lill-gvern biex x'ħin irid, meta jrid u kif irid idaħħal u jżid it-taxxi minn wara dahar dan il-parlament!", "B'min irridu ngħaddu ż-żmien?", "Mr Chairman, din il-liġi kienet teżisti qabel; m'hijiex qed issir għall- ewwel darba.", "Qegħdin jgħidu lil kulħadd li l-liġi qed tagħti poteri kbar lill-gvern.", "Il-gvern diġa` kellu dawn il-poteri, u dawn ħaddimhom l-istess Onor. Brincat meta kien ministru.", "Dan, fl-uniku budget li għamel uża l- liġi ta' l-erarju biex ikun jista' jżid il-prezz tal-pitrolju.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dan li qed ngħidu aħna.", "X'qed ngħidu hawn?", "(Interruzzjonijiet) Anzi fl-intervent tiegħi għedt li hekk huma.", "Il-prassi dejjem kienet li dawn ikunu fil-budget, pero` jekk jinqalgħu xi każi hemm ukoll il-liġi li tista' tintuża bħalma kienu fi żmenijiet ...", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' ngħid li din l-istess liġi wżaha l-Onor.", "Brincat u issa qed jgħajjarna biha.", "(Interruzzjonijiet) Issa mhux l-istess qed ngħid!", "Per eżempju, nagħmel budgetary measure fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi.", "(Interruzzjonijiet) X'għandha x'taqsam il-VAT?", "Ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Brincat qed jgħid li qed nagħtu poteri kbar lill-gvern!", "Lill- gvern m'aħna qed nagħtuh l-ebda poter iktar milli kellu.", "Nerġa' ngħid li meta kien ministru tal-finanzi hu uża din il-liġi biex iżid il-prezz tal- pitrolju, tax-xorb, tas-sigaretti u ta' l-inbid.", "Per eżempju, l-Onor.", "Brincat kellu xi poter speċjali biex jgħaddi r-rata ta' l-elettriku u ppruvaw jesiġuhom mingħajr ma jiġu fil-parlament?", "Nista' nsemmi wkoll il- prezz tal-gass, ta' l-ilma, tad-drenaġġ u tal-preskrizzjonijiet tal- mediċini.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma nistħix insemmi t-taxxi li għamilt għax dawn kienu ġusti.", "Jien m'għamiltx il-ħniżrijiet li għamiltu intom.", "Jien ma nistħix insemmihom it-taxxi li mexxejt f'dan il-parlament.", "Mr Chairman, qed ngħid dan biex ma nħawdux l-imħuħ u ma nibqgħux inqisu l- poplu bħala xi mazzun li nistgħu nbellgħulu kollox.", "Nerġa' nirripeti li din l-emenda li qed ngħaddu fil-parlament hija ntiża sempliċement biex tirrevedi liġi li teżisti llum u taġġornaha għaż-żmenijiet tal-lm.", "Illum m'għadniex fis-sitwazzjoni li l-unika taxxa ndiretta hija dik tad-dazju u s- sisa.", "Illum ftaħna u rriorganizzajna.", "Bħala eżempju nsemmi r-reġistrazzjoni ta' karozza li qabel kienet dazju u għalhekk issa m'għadhiex taqa' taħt il- liġi li kienet taqa' taħtha qabel.", "Qabel dan il-kontribut kien jinġabar mid- dwana bħala dazju mentri llum għandna direttur apposta li jiġbor dan id- dħul fuq karozzi u allura qed nemendaw il-liġi biex anke dan ikun fl-istess pożizzjoni li kien ikun il-kontrollur tad-dwana qabel.", "Dan li qed nagħmlu b'din il-liġi, u l-ħafna paroli li qed tagħmel l-oppożizzjoni assolutament ma jagħmilx sens.", "Sur President, din il-klawsola fil-fatt hija waħda miż-żewġ klawsoli li qed nemendaw fil-liġi u qiegħda tispjega ċar li din tagħti l-istess drittijiet li kienu jeżistu qabel, pero` b'mod aġġornat għal-liġijiet kif inhuma llum f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Hawn xi rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jiddispjaċini li l-kollega tiegħi donnu nesa' l-isfond li fih tressqet din il-liġi.", "Il-parlament kien għadu kif beda jiltaqa' wara l-elezzjoni ta' Settembru ta' l-1998, liema elezzjoni rebaħ il-Partit Nazzjonalista u għalkemm fil-manifest elettorali tagħhom ma kenux semmew il-kelma VAT b'isimha, kulħadd kien jaf li dawn kellhom commitments u saħansitra qaluha a voce fil-kampanja li jekk jirbaħ l- elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien beħsiebu jdaħħal il-VAT, ir-refunds u l-affarijiet l-oħra kollha.", "Issa ġara li proprju l-ewwel liġi ġdida li ressaq il-gvern ġdid Nazzjonalista ta' l-1998 kienet din il-liġi u din tressqet bi skop.", "Kieku l-ministru din il-liġi emendaha u ħares lejha biss b'mod kanalizzat sempliċement f'kuntest ta' budget kieku aħna ma konniex se nagħmlu din l- oppożizzjoni.", "Kull gvern, kemm Laburista jew Nazzjonalista, iżid il-prezz tas-sigaretti, tal-fuel u ta' affarijiet oħra bħal dawn u nifhem li l- gvern ma jistax joqgħod jistenna l-parlament jgħaddi liġi bħal din mill- istadji kollha qabel il-miżuri tal-budget jiġu fis-seħħ għax jista' jagħti lok għal abbuż.", "Nifhem u hija loġika, u hekk spjegajt fil-press conference illum wara nofsinhar, illi meta tkun a budgetary measure fiskali li jkollha an immediate impact din għandha tiġi fis-seħħ immedjatament.", "Jiġifieri aħna żgur li m'aħniex qed nikkontestaw dan il-prinċipju.", "Mr Chairman, l-oġġezzjoni ta' din in-naħa hi li l-ewwelnett din saret with a purpose fil-kuntest tal-liġi tal-VAT u jiena kont nippretendi li l- ministru tal-finanzi kien ifakkar lill-Kamra - u allura jkolli nfakkru jiena la ma fakkarniex hu - li l-għan politku tal-gvern kien li jdaħħal il-liġi tal-VAT, mhux biss li jġibha fis-seħħ imma li jġibha fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar, 1999.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, kellkom id- dubju għall-bidu, imma billi kien qed joqrob iż-żmien tal-budget u qed joqorbu l-festi tal-Milied kellkom xi dubju li b'xi mod jew ieħor dan il- parlament ma kienx se jirnexxielu jgħaddi din il-liġi mill-istadji kollha.", "Dan kien l-għan speċifiku li għalih tressqet din l-emenda.", "L-ikbar konferma kienet meta l-parlament iddiskuta l-liġi tal-VAT u għaddiha mill-istadji kollha qabel ma mar għar-recess tal-Milied u marritlu l-urġenza ta' din il- liġi tant li din baqgħet tidher jum wara l-ieħor in-naħa t'isfel ta' l- aġenda parlamentari sakemm wara sentejn u erba' xhur il-gvern stenbaħ u ddeċieda li jressaqha għall-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra.", "Jiġifieri ma noqogħdux ngħidu budget u mhux budget.", "Minn dakinhar sal-lum kien hemm diversi budgets, jiġifieri l-għan speċifiku għaliex kienet tressqet dakinhar kienet espressament għaliex il-gvern kellu biża' li l-VAT ma jirnexxilhiex tgħaddi mill-istadji kollha fil-parlament u tfixkel xi ftit jew ieħor l-iskedar li kien ħejja l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Barra din l-oġġezzjoni aħna nħossu li qed tingħata tifsira wiesgħa ħafna lill-kelma dazju.", "Ma nistax naqbel ma' dak li kien qed jgħid il-Ministru fis-second reading tad-debate - għax erġajt qrajt is-second reading biex niffriska l-memorja tiegħi għax għaddew sentejn u erba' xhur - u qed jerġa' jgħidu indirettament illum, li din hija emenda purament amministrattiva.", "Jiena nerġa' ngħid li din il-Kamra ma tistax tinsa f'liema kuntest il-partit fil-gvern irid jgħaddiha biex ineħħi s-CET u jdaħħal il- VAT in time għal Jannar 1999.", "Aħna ma rridux li ndaħħlu xi tip ta' tassazzjoni fil-pajjiż li tiġi fis-seħħ bejn budget u ieħor, li ma tkunx a budgetary measure, imma tkun inġiebet sempliċiment għaliex il-gvern tal- ġurnata jkollu ċerta urġenza.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin, jekk mhux direttament, indirettament, nirriduċu dan il-parlament f'rubber stamp parliament.", "U aħna m'għandna qatt nippruvaw inwittu t-triq biex dan il- parlament, hemm min hemm fil-gvern, jipprova jgħaddi l-affarijiet baxx, baxx.", "Il-gvern tal-ġurnata hu min hu, jekk ikun irid jgħaddi xi tassazzjoni b'urġenza jrid iġibha għall-konsiderazzjoni tal-Kamra.", "Nistgħu ma naqblux miegħu imma huwa hawnhekk li l-gvern irid jimmotiva t-thinking tiegħu għax forsi jkun irid iġib ċerta tassazzjoni.", "Jiena sempliċement ma nifhimx il-bżonn ta' din il-leġislazzjoni meta qed nitkellmu f'kuntest li huwa barra kuntest purament budgetarju.", "Nerġa' ngħid li l-ikbar konferma ta' kemm din l-emenda hija barra minn lokha hija li l-ewwel kien hemm urġenza kbira min-naħa tal-gvern tant li kienet l-ewwel leġislazzjoni li ressaq dan il-gvern u issa li għaddew sentejn u erba' xhur, jew għax ġiet eżawrita l-aġenda jew għal xi raġuni oħra, f'daqqa waħda l-gvern qiegħed jimxi f'dan ir-rigward.", "Aħna ma naqblux li din qed titwessa' b'dan il-mod, anzi llum wessagħha saħansitra iktar għax l-abbozz oriġinali kien qed jitkellem dwar awtorita` u llum jekk fhimtu sew il-ministru semma` anke l-korporazzjonijiet.", "Il- Ministru Gonzi waqt l-istadju tas-second reading kien qal li ħadd ma kien qal li d-dibattitu dwar il-liġi tal-VAT mhux se jsir - araw kemm kienet marbuta speċifikament mal-VAT dakinhar - imbagħad jiġi l-ministru jgħid li mhux fil-kuntest tal-VAT għamluha għax il-VAT għaddiet.", "Huwa veru li forsi llum mhux qed issir minħabba l-liġi tal-VAT imma dakinhar f'dan il-kuntest saret.", "Aħna, bħala partit Laburista, din il-ħaġa qed nopponuha on a matter of prinicple u se nressqu emenda fejn nitolbu li klawsola 2 ta' l-abbozz ta' liġi tiġi rtirata għaliex aħna nħossu li din il-liġi hija anti- demoktratika u tista' tagħti lok għall-abbuż – m'iniex qed ngħid li se tagħmel hekk - minn kwalunkwe gvern.", "Barra minn hekk, jekk mhux direttament, indirettament timmina ħafna l-awtorita` ta' dan il-parlament.", "Jiena ngħid li ma jagħmilx sens li ndaħħlu leġislazzjoni li m'hijiex marbuta strettament ma' budgetary measures fejn inti ma jkollokx rappreżentanza mingħajr ma jkollok approvazzjoni tal-parlament.", "Il- ministru llum qed jagħmel a blanket provision li timmina l-poteri supermi tal-parlament.", "Aħna bħala partit kontra li jiżdiedu d-discretionary powers u b'din l-emenda hekk qed jiġri.", "Sur President, għalhekk f'isem l-oppożizzjoni se nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Klawsola 2 għandha titħassar.", "\"B\" Clause 2 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nerġa' nirripeti li din il-liġi tissoponi li tgħaddi liġi mill-parlament fi żmien stipulat biex tkun effettiva l-protezzjoni li tagħti.", "Dak li qed jgħid l-Onor.", "Brincat li jistgħu jsiru tassazzjonijiet mingħajr ma dan il-parlament ikun jaf bihom, ma nistax nifhem għaliex din il-liġi fiha nnifisha tirrikjedi li tgħaddi liġi.", "(Interruzzjonijiet) Inti qed tgħid by-passing parlament.", "THE CHAIRMAN: Onor. Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kieku kellek id-diċenza tgħid li l-gvern jintrabat li fi żmien ġimgħatejn, tliet ġimgħat iressaq it-tassazzjoni għad-diskussjoni fil-parlament, konna nħarsu lejha mod ieħor.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skużi, il-liġi kif inhi llum u kif użajta inti, m'hu se nbiddlu xejn minnha din.", "Kulma qegħdin nagħmlu hu li qegħdin ngħidu li s- sistema ta' tassazzjoni li kienet teżisti qabel spiċċat u ġiet trasformata f'tip ta' tassazzjoni oħra u qed nemendaw il-liġi biex dak li kienet tkopri qabel tibqa' tkoprih allavolja b'ismijiet ġodda u liġijiet ġodda u taħt amministrazzjonijiet differenti.", "Jiġifieri jekk illum qed ngħidu li din il- liġi qed tkopri affarijiet li m'humiex neċessarjament baġetarji, hekk kienet qabel ukoll.", "Din hi l-liġi li uża l-Onor.", "Brincat qabel.", "Irrid ngħid ukoll li anke llum hemm deadlines; hemm deadline ta' sitt xhur minn mindu tkun ippreżentata n-notifika li taħtha taqa' l-protezzjoni ta' l-erarju fih il-liġi trid tgħaddi.", "Min qiegħed jagħmel by-passing of parliament?", "Din hija xi ħaġa neċessarja biex meta tagħmel xi tassazzjoni li tista' teffettwa s-suq allura din it-tassazzjoni tagħmilha b'mod immedjat biex ma toħloqx diżordni fis-suq.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ħa niġu fuq livell prattiku.", "Nistgħu min-naħa tagħna ma naqblux kif ma qbilniex meta l-gvern ressaq din il-liġi fil-kuntest tal- VAT u inutli jdur mal-lewża l-Ministru.", "Dik kienet ir-raison d'etre prinċipali għalfejn kienet tressqet dakinhar.", "Issa veru li l-VAT daħlet, qiegħda fis-seħħ u ilha fis-seħħ minn Jannar ta' l-1999, jiġifieri m'iniex qed ngħid il-gvern qed jagħmilha f'dak il-kuntest għax illum kienet barra minn lokha.", "Jista' fuq livell prattiku l-ministru jgħidilna x'tassazzjoni hemm f'moħħu f'kuntest li m'huwiex wieħed baġitarju, biex f'daqqa waħda liġi li kienet ilha fuq l-ixkaffa sentejn u erba' xhur issa għaddejniha mis-second reading u qed nipprovaw ngħadduha mill-istadju ta' kumitat?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Brincat ngħidlu li m'għandi ebda każ f'moħħi ta' xi taxxa extra baġetarja li trid tgħaddi.", "Qabel, din il-liġi ma kenitx limitata għal miżuri baġetarji u min illeġisla qabel kien ħaseb li jrid iħalli flessibbilta` fil-pajjiż għal li jista' jinqala'.", "Hekk ukoll qed nagħmlu llum.", "Ma kienx hemm restrizzjoni għal miżuri baġitarji biss u qed inneħħuha.", "Xejn minn dan; kif kienet qabel għadha llum.", "Issa min-naħa tiegħi, għalkemm kien hemm din il-liġi, qatt ma użajniha barra mill- budget.", "Għax qed nemendawha ma jfissirx li issa se nibdew nużawha barra mill-budget.", "X'għandu x'jaqsam?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, biċċa mix-xogħol ewlieni tal- parlament hija li liġijiet li huma marbuta ma' tassazzjoni jiġu diskussi hawnhekk mhux wara li jinħareġ l-avviż.", "(Interruzzjonijiet) Dan m'iniex qed ngħidu vis-a-vis dawk li huma miżuri baġitarji kif diġa` ssemmew kemm mill-Ministru Dalli kif ukoll mill-Onor.", "Brincat.", "It-tnejn f'ħin jew ieħor użaw din il-liġi biex miżuri baġitarji daħlu fis-seħħ.", "Per eżempju, jekk wieħed jgħolli d-dazju fuq is-sigaretti jew fuq ix-xorb ċertament li ma jkunx hemm żmien biżżejjed biex wieħed jiġi fil-parlament fiż-żmien meta jgħaddi l-budget u jgħaddi l-liġi biex ikun jista' jsir dan.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista' jagħti l-każ li nkunu qegħdin ngħaddu xi liġi fuq is-saħħa f'dan il-parlament barra l-budget - din qed nivvintaha, m'hijiex xi ħaġa li ġrat - u ż-żewġ naħat naqblu li għandna nirdoppjaw il- prezz tas-sigaretti.", "F'dak il-każ tuża din il-liġi.", "Issa m'iniex qed ngħid li se nagħmlu hekk, imma jista' jagħti l-każ.", "U aħna qed inħallu l- flessibbilta` li jekk jiġri hekk ikollok il-liġi li tkoprik.", "Forsi dan huwa eżempju mġebbed imma li jista' jissuċċiedi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiena naħseb li kull spjega li qed jipprova jagħti l-Ministru hija daqsxejn imqanżħa għax wieħed ma jistax jinjora l-kwadru kif ġie ppreżentat dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u aktar ma l- Ministru jipprova jitkellem u jsib skużi, aktar jikkonferma kemm dan l- abbozz ta' liġi kien ġie propost sentejn u nofs ilu biex idaħħal il-liġi tal-VAT u kellu baraxx sħiħ anke fil-media (Interruzzjonijiet) Iva daħlet, imma l-intenzjoni tal-gvern dakinhar kienet li biex ilaħħaq mat-target date li poġġa lilu nnifsu ta' l-1 ta' Jannar, ried idaħħal il-liġi tal-VAT mill- ġdid f'pajjiżna permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Issa jien kont qed ngħid li prinċipju bażiku tal-parlament Malti hu li biex indaħħlu jew inżidu t-tassazzjoni, dawn jiġu diskussi fil-parlament qabel jidħlu fis-seħħ.", "Issa aħna qegħdin insemmu miżuri baġitarji u dawn ikunu ġew diskussi fil-budget għaliex il-budget minnu nnifsu huwa liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Malli l-ministru jaqra l-budget ikunu mplimentati t- taxxi u ma jkun ġie diskuss xejn fil-parlament.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Qed naqblu, imma jkun hemm diskussjoni u jkun hemm anke risposta min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma t-taxxi jkunu saru qabel.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jidħlu fl-1 ta' Jannar.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, it-taxxi jkunu daħlu minn dak il-lejl li jinqara l- budget.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nikkoreġi ruħi.", "Għandek raġun, imma l-argument huwa li l-Ministru qed jikkonferma aktar u aktar kemm dan l-abbozz ta' liġi kien ipproponieh proprju biex idaħħlu l-VAT u allura llum l-iskop tiegħu ntilef għax ir-raġuni proprja spiċċat.", "Mr Chairman, jekk din il-liġi tibqa' kif inhi, ċertament jista' jkun hemm min jabbuża minnha.", "Issa m'iniex qed ngħid il-gvern tal-llum jew il-gvern t'għada, imma jkun min ikun.", "Hawnhekk qed niftħu tieqa pjuttost kbira biex gvern, ikun min ikun, jista' għada pitgħada jabbuża mit-tifsira wiesgħa tal- kelma dazju.", "Jekk l-intenzjoni tal-gvern m'hijiex li jkollu an open ended cheque, għandna nbiddlu t-tifsira tal-kelma dazju.", "Jien naħseb li l-emenda li ressaq l-Onor.", "Brincat għandha tiġi kkunsidrata serjament mill-gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hemm it-tendenza, Sur President, li kull meta tqum l- oppożizzjoni biex tirreaġixxi għal xi ħaġa, min-naħa tal-gvern tiġi mpinġija jew bħala allarmista jew inkella bħala mbeċilli.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li meta kien tressaq dan l-abbozz ta' liġi f'Novembru ta' l-1998, ma kenitx l-oppożizzjoni Laburista biss li kienet irreaġixxiet kontra l- emenda proposta min-naħa tal-gvern.", "Dan qed ngħidu għax minkejja li kienu qed jagħrfu l-fatt li dakinhar l-intenzjoni tal-gvern kienet primarjament marbuta ma' l-introduzzjoni tal-VAT, kienu qamu diversi korpi kostitwiti, fosthom korpi kostitwiti li tradizzjonalment iktar ixaqilbu lejn il-partit li hemm fil-gvern illum, li minkejja li fil-prinċipju huma favur il-liġi tal-VAT xorta waħda kienu ħarġu press statements u media releases fejn kienu wrew ir-riżervi tagħhom dwar dak li kien qed jipproponi l-gvern Nazzjonalista dakinhar.", "Din qed ngħidha for the record, biex ħadd ma jaħseb li aħna konna qed nopponuha dakinhar u qed nopponuha llum just for the sake of opposing.", "Nerġa' ngħid li dakinhar stess kien hemm korpi kostitwiti li mhux tradizzjonalment ixaqilbu lejn il-partit Laburista, li kienu jaqblu fil-prinċipju li tidħol il-liġi tal-VAT mill-ġdid fil-pajjiż imma li xorta ma qablux mal-modus operandi li kien qed jipproponi li jimxi bih il-gvern Nazzjonalista dakinhar u li effettivament qed jipproponi llum.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Leo Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat kien sospiż fis-7.26 p.m. u rriżuma 20 minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Leo Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "306", "FAVUR : 24", "L-Onor. | | |", "| |Abela Carmelo |Dalli Helena |", "| |Agius Chris |Debono Grech | | |Joe |", "| |Attard Montalto |Farrugia | |John |Angelo |", "| |Bartolo Evarist |Farrugia | | |Michael |", "| |Borg Karmenu |Farrugia Noel |", "| |Brincat Leo |Gulia Gavin |", "| |Buhagiar Charles |Herrera Jose` |", "| |Buhagiar Louis |Mizzi Joe |", "| |Cardona Chris |Parnis Silvio |", "| |Chircop Karl |Refalo Anton |", "| |Cilia Joe |Sammut Joseph |", "| |Coleiro Marie |Vassallo | |Louise |Adrian |", "| | | | |KONTRA : 31 | | | | | |L-Onor. | |", "| |Abela Anthony |Galea Louis |", "| |Agius Francis |Galea Mario |", "| |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor |", "| |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | |", "| |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence|", "| |Bonnici Josef |Hyzler George |", "| |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici| | |Antoine |", "| |Borg Joe |Mifsud Bonnici| | |Carmelo |", "| |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond |", "| |Cristina Dolores |Muscat Claude |", "| |Dalli John |Pullicino | | |George |", "| |Debono Giovanna |Refalo Michael|", "| |Deguara Louis |Vassallo Edwin|", "| |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | |", "| |Frendo Michael |Zammit Ninu |", "| |Galea Censu | |", "| L-emenda \"B\" m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat kien sospiż fis-7.49 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "307", "FAVUR : 30", "L-Onor. | | |", "| |Abela Anthony |Galea Louis |", "| |Agius Francis |Galea Mario |", "| |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor |", "| |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | |", "| |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence |", "| |Bonnici Michael |Hyzler George |", "| |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine |", "| |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo |", "| |Cristina Dolores|Mugliett Jesmond|", "| |Dalli John |Muscat Claude |", "| |Debono Giovanna |Pullicino George|", "| |Deguara Louis |Refalo Michael |", "| |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | |", "| |Frendo Michael |Vella John |", "| |Galea Censu |Zammit Ninu |", "| | | | |KONTRA : 26 | | | | | |L-Onor. | |", "| |Abela Carmelo |Debono Grech Joe|", "| |Agius Chris |Farrugia Angelo |", "| |Attard Montalto |Farrugia Michael| |John | |", "| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel |", "| |Borg Karmenu |Gulia Gavin |", "| |Brincat Leo |Herrera Jose` |", "| |Buhagiar Charles|Law Rita |", "| |Buhagiar Louis |Mangion Charles |", "| |Cardona Chris |Mizzi Joe |", "| |Chircop Karl |Parnis Silvio |", "| |Cilia Joe |Refalo Anton |", "| |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | |", "| |Dalli Helena |Vassallo Adrian |", "| L-emenda \"A\"għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex isir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 4 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 4 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola qed temenda subartiklu 4 (2) eżistenti biex inneħħu riferenza għal liġijiet li m'għadhomx jeżistu.", "Naturalment tibqa' tagħti, bħalma tagħti llum, id-dritt lill-kontrollur li meta jersqu ċerti miżuri, li f'dan il-każ huwa l-budget, jirrestrinġi l- ħruġ ta' ċerti oġġetti li tradizzjonalment jistgħu jkunu intaxxati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, irrid ngħid li konna nkunu iktar kuntenti kieku l-aħħar parti ta' l-emenda ġiet worded mod ieħor għax kif inhi tagħti wisq discretional powers lill-kontrollur tad-dwana meta titkellem dwar kwantitajiet li jkunu iżjed minn dawk li fil-fehma tiegħu jkunu raġjonevoli fiċ-ċirkostanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, il-kliem huwa preċiż kif inhu llum.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex isir parti mill-abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 – Titolu u bidu fis-seħħ", "Clause 1 – Short title and commencement", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\" C\" Fi klawsola 1 minflok il-kliem \"1998\" għandhom jidħlu l-kliem \"2001\".", "\"C\" In clause 1, for the words \"1998\" there shall be substituted the words \"2001\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet oardnata biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-titolu għadda u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal- Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "ll-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, u jagħmel xi emendi żgħar u renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-27 ta' Marzu, 2001", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat huwa in possession.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, l-aħħar darba meta konna qegħdin niddiskutu din il-liġi kont għedt li l-partit fil-gvern tant ma jsibx argumenti biex jiddefendi r-record ħażin tiegħu fil-public expenditure li dejjem jipprova jwaddab il-ballun lura u joqgħod jistaqsi x'inhu r-rimedju ta' l-oppożizzjoni għan-nefqa pubblika.", "Biex inwaqqaf dan l-argument darba għal dejjem, fis-seduta preċedenti kont semmejt mill-inqas għaxar punti li jista' jagħmel partit Laburista fil-gvern biex jikkumbatti b'mod effettiv il-problema tan-nefqa pubblika.", "Jiena semmejt għaxar punti, pero` naħseb li barra li ngħidu x'għandna nagħmlu rridu nħarsu lejn l-operat ta' dan il- gvern u noqogħdu attenti li ma nagħmlux l-istess żbalji tiegħu f'dan ir- rigward.", "Mr Speaker, jien m'għandix ħin biex nagħti ħafna eżempji, pero` rrid ngħid li ftit tal-jiem ilu ġew tabled l-accounts tal-Malta Financial Services Centre fejn insibu indikazzjoni komparattiva tan-nefqa fl-1999 u n-nefqa fis-sena 2000.", "Jekk inħarsu lejn, per eżempju, il-professional consultancy fees, jiġifieri s-servizzi ta' konsulenza, f'temp ta' sena telgħu minn ¥48,000 splodew 'il fuq għal ¥198,000.", "Jekk inħarsu lejn il-promotion expenses insibu li anke dawn, minn ¥136,000 splodew 'il fuq għal ¥478,000.", "Jien m'iniex qed ngħid li m'għandux ikun hemm konsulenzi jew spejjeż promozzjonali, imma li dawn jiżdiedu overnight saħansitra b'erba' darbiet hija ndikazzjoni ta' kif dan il-gvern fid-diversi awtoritajiet tiegħu litteralment taha għal ħela u m'hu qed jagħmel xejn effettiv jew konkret biex irażżan in-nefqa pubblika.", "Il-ġimgħa l-oħra semmejt li min-naħa kellna l-Ministru Dalli li fil-mawra li għamel fl-istock exchange premises qal li hemm bżonn trażżin tan-nies mal-parastatali, imbagħad min-naħa l-oħra kellna l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi jikkkonferma kemm daħlu nies ma' l-Air Malta, mal-Freeport u mas- sussidjarji tagħhom f'mistoqsija parlamentari.", "Meta kien qed iwieġeb fil- ħin tad-domandi supplimentari, il-Ministru Bonnici qal li ma tistax tħares biss lejn il-figura tan-nies li jkunu żdiedu, imma trid tħares lejn kif ġew ingaġġati n-nies fuq livell tekniku u forsi anke fuq livell speċjalizzat.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn tlabt lill-Onor.", "Bonnici biex jagħtina breakdown ta' kemm daħlu nies u sibt li fil-Freeport daħlu 122 ruħ mill-aħħar elezzjoni sal-lum li għaxra minnhom kienu security guards u 84 minnhom kienu ħaddema kwalunkwe fuq dawk li huma operations u allura jien nistaqsi: Fejn hu l-livell ta' speċjalizzazzjoni ta' dawn in-nies?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dawn kienu operation clerks.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena m'iniex se mmerik għaliex persważ li inti nformat fuq is-suġġett imma fil-breakdown li tajt ma kienx hemm li huma clerks jew nies li qed jagħmlu xogħol manwali, kulma kien hemm kienet figura li huma qegħdin fuq operations.", "Dan ifisser li hemm baħar x'jaqsam minn dak li qal li jrid irażżan il-Ministru tal-Finanzi.", "Qalulna wkoll li l-MCESD - għax issa hekk se jkun ismu minħabba li daħal ukoll l-aspett soċjali - huwa mudellat fuq il-mudell Irlandiż.", "Jiena ġenwinament u mhux b'sarkażmu nistaqsi kif jista' jkun immudellat fuq il- mudell Irlandiż meta l-mudell Irlandiż kellu bħala bażi tiegħu l-wage restriction, jiġifieri l-impenn min-naħa tas-sħab soċjali kollha li jkun hemm ċerti brakes u ċertu trażżin fuq dawk li huma talbiet għal ċerti żidiet.", "Qed ngħid hekk għax dan il-gvern - u dan għedtu kemm-il darba u nerġa' ngħidu llum - forsi veru kultant jipprova jagħmilha ta' l-eroj u jżomm sod u iebes, imma f'ċerti ċirkostanzi meta jiġi dahru mal-ħajt, mhux l-ewwel darba li warrab min-nofs il-produttivita` u ħares l-interess primarju li jixtri l-paċi industrijali.", "M'hemmx għalfejn insemmu eżempji speċifiċi dwar dan, imma diġa` kellna eżempji fl-imgħoddi fejn aħna wrejna li l-gvern, fl-aħħar mill-aħħar, iċedi għal ċerti pressjonijiet biex jipprova jixtri l-paċi industrijali.", "Dan se jkun il-bażi tal-ftehim li qed jiġi nnegozjat ma' l-universita`?", "Milli jidher l-universita` għamlet demands eżorbitanti ħafna u għalkemm il- Ministru Dalli diġa` ta reazzjoni għal dawn id-demands, ikun interessanti li wieħed jara x'ikun l-eżitu finali ta' dawn it-taħdidiet u negozjati.", "Naħseb li suġġett ieħor li se nisimgħu ħafna dwaru fil-ġranet li ġejjin huwa l-konċett tal-private public partnerships.", "Fil-prinċipju anke aħna bħala gvern Laburista konna ħaddimnih imma nantiċipa li billi kien hemm riferenza speċifika fl-aħħar budget, se jkun hemm ħafna kliem dwar dan il- konċett tal-private public partnerships.", "Fil-fatt il-ministru Dalli u jien għandna business breakfast dwar dan is-suġġett imma naħseb ikun tajjeb li l- gvern jidħol ftit fid-dettall u jgħidilna kif fil-prattika beħsiebu jimxi f'dan ir-rigward.", "Dan huwa suġġett wiesa' ħafna u jista' japplika għal kwalunkwe ħaġa, minn manteniment ta' ażjenda għal tmexxija ta' ażjenda, jiġifieri importanti li nkunu nafu x'inhuma l-parametri li l-gvern għandu f'moħħu f'dan ir-rigward.", "Importanti wkoll li nkunu nafu x'inhi l- istrateġija li se jadotta l-gvern f'dan ir-rigward, safejn jixtieq jasal il- gvern f'dan ir-rigward u jekk huwiex se jimxi b'pass mgħaġġel jew b'pass gradwali.", "Naħseb li jkun ta' interess għal din il-Kamra - iżjed u iżjed billi llum qegħdin niddiskutu d-djalogu bejn il-privat u s-settur pubbliku - li nkunu nafu x'se jkun ir-rwol effettiv tal-privat fil-konċett tal- private public partnerships.", "Nistaqsi ġenwinament jekk il-privat huwiex se jkun involut fil-finanzjament jew jekk huwiex se jkun il-gvern li effettivament iġorr il-baby waħdu u l-privat jieħu r-rikba minn din is- sħubija.", "Jiena ngħid li tkun xi tkun l-għamla tal-private public partnerships, importanti li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-operat tagħhom għax fl-aħħar mill-aħħar fin-nofs se jkun hemm il-fondi pubbliċi.", "Dawn huma kollha mistoqsijiet rilevanti li rridu nindirizzaw fix-xhur li ġejjin.", "Fil-ħin limitat li baqagħli nixtieq niġi għar-ristrutturar.", "Aħna ilna ngħidu li filwaqt li mxejna b'mod ippjanat u gradwali b'nifs li nifilħu bħala pajjiż, dan il-gvern qed jimxi bl-iskossi qisu qattusa għaġġelija.", "Qed jimxi skond timeframes imposti min-naħa ta' Brussell u għalhekk aħna ma naqblux ma' dan il-mod.", "Dak li għamilna aħna ġie anke acknowledged mill- gvern Amerikan, tant li fil-commercial guide għas-sena 2001 li joħroġ, id- dipartiment ta' l-Istat Amerikan tkellem ċar dwar l-impenn tal-gvern Laburista li fit-22 xahar li għamel beda t-triq tar-ristrutturazzjoni b'ċerta serjeta`, beda jipprivatizza gradwalment u rnexxielu jibda jindirizza l-problema tan-nefqa rikorrenti.", "Huwa tajjeb li tara gvern barrani jirrikonoxxi dawn l-affarijiet, għax sfortunatament, minħabba l- pika partiġġjana, in-naħa tal-gvern dawn l-affarijiet bħala ħidmiet ta' gvern laburista ma tirrikonoxxihomx.", "Jien ngħid li jekk irridu nitkellmu dwar min faqa' l-kaxxa ta' Malta - għax bħalissa qed nismgħu ħafna dwar dawn l-affarijiet – irridu ngħidu li l- unika sena bejn l-1985 u llum fejn kellna gvern li d-dħul tiegħu naqaslu bejn sena u oħra kienet proprju s-sena 1996 is-sena li fiha l-partit Nazzjonalista tilef il-gvern u f'dik is-sena nsibu li t-total revenue tal- gvern kien naqas minn ¥487 miljun għal ¥468 miljun jiġifieri naqas b'4%, filwaqt li n-nefqa pubblika kient telgħet minn ¥425 miljun għal ¥578 miljun, jiġifieri effettivament telgħet bi 11%.", "Jidher li spiċċali l-ħin u għalhekk billi nawgura sinċerament li din l- organizzazzjoni ma tkunx sabiħa biss fuq il-karta imma tkun taħdem bil- fatti u b'mod konkret.", "Nawgura li tkun organizzazzjoni ħajja u dinamika u ma tkunx sempliċement talking shop bejn il-korpi kostitwiti.", "Aktar importanti minn hekk hemm bżonn li din ma tkunx post fejn il-korpi kostitwiti jitlaqqgħu biss biex jiġu nformati dwar x'ikun diġa` ddeċieda l- gvern bħalma jidher li se jkun il-każ tal-benchmarking li kien hemm riferenzi dwaru fil-media f'dawn l-aħħar ġranet.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, xtaqt nagħmel intervent fuq dan l-abbozz ta' liġi għal diversi raġunijiet.", "L-ewwelnett tajjeb li jingħad li jiena kont wieħed mill-ewwel membri fuq dan il-kunsill u allura rajtu jitwieled, rajtu jittratta issues komplessi u rajtu jiżviluppa.", "Barra minn hekk il- Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku kif inhu msejjaħ sal-lum jaqa' taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u allura rajt ukoll it-twelid ta' din il-liġi.", "Mr Speaker, irrid ngħid li meta kont qed nisma' lill-Onor.", "Leo Brincat, li wara kollox huwa key spokesman tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni u ex-ministru li taħtu kellu wkoll ir-responsabilita` ta' dan il-kunsill, irrealizzajt li forsi hemm ċerti affarijiet li m'humiex miftehma tajjeb dwar ir-rwol ta' dan il-kunsill u dwar dan il-pass li qegħdin nagħmlu.", "L-ewwelnett nibda b'mistoqsija li staqsa l-Onor.", "Brincat dwar x'jiġri jekk ma jkunx hemm consensus.", "Il-kunsill kien proprju mwaqqaf biex jiżviluppa consensus.", "Dik kienet xi ħaġa ttrattata fl-1988 meta konna se nwaqqfu l- kunsill.", "Dan il-kunsill mhux qiegħed hemm biex jivvota, u kieku għamilnih b'dan il-mod kien ikollna diffikultajiet kbar biex inkunu nistgħu noħolqu ċertu bilanċ; konna nispiċċaw fis-sitwazzjoni fejn meta ma jkunx hemm consensus, il-maġġoranza tispiċċa tmexxi u dan jista' joħloq problema f'ċerti sezzjonijiet li jkunu out-voted għax jirrifjutaw li jipparteċipaw f'dak l-ambjent.", "L-iskop ma kienx dan imma li noħolqu komunikazzjoni vera bejn it-tliet partijiet soċjali.", "U jien nixtieq ħafna li nitkellem fuq dan il-kunċett u fuq l-importanza li għandu dan il-kunsill għal pajjiżna.", "Meta reġa' ġie elett b'maġġoranza qawwija l-Partit Nazzjonalista fl-1998, u l- MCED u l-forum for a better economy waqgħu taħt il-Ministeru għas- Servizzi Ekonomiċi, jiena pprovajt nara x'inhu dan il-forum.", "L-Onor.", "Brincat qal li l-gvern Laburista pprova jdawwar l-MCED b'organizzazzjonijiet oħra.", "Dan il-forum kien intiż għal dan il-għan, pero` jiddispjaċini ngħid li jien sibt ħaġa mejta, fis-sens li l-idea tal- forum ma ħadmitx.", "Barra minn hekk nissuspetta li kien hemm l-idea li joħolqu xi ħaġa kompletament differenti mill-MCED u ħarġu bl-idea tal- forum li prattikament kellu jieħu over ir-rwol ta' l-MCED.", "Milli rajt jiena anke minn ċerti minuti, kien hemm ukoll reżistenza kbira anke mill- partijiet soċjali li ma qablux li f'daqqa waħda niftħu b'dan il-mod meta l- MCED kien diġa` strutturat biex jieħu ħsieb ċerti pożizzjonijiet u jiżviluppa consensus.", "Fil-fatt il-forum for a better economy tul dawn is- sentejn baqa' xi ħaġa li qatt ma twieldet sewwa u bqajna bil-problema li wieħed ma jafx sewwa sew fejn jieqaf l-MCED u fejn jibda l-forum.", "Dan ġara għax ma kienx hemm ħsieb biżżejjed dwar kif kellu jimxi dan il-forum u naħseb li fil-fatt kien hemm pressjoni mill-constituted bodies biex l- affarijiet jiġu ċċarati u ma jiġux iktar konfużi b'dan il-mod.", "Ejja naraw ftit l-istorja ta' l-MCED.", "Jiena assolutament ma naqbilx ma' min jgħid li dan kien talking shop li serva ftit li xejn.", "Mill-esperjenza diretta ta' snin twal li għamilt fuq l- MCED bħala membru nista' ngħid li kien hemm komunikazzjoni li ma kenitx teżisti qabel bejn il-gvern, il-unions u l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem.", "Qabel, il-komunikazzjoni bejn dawn kienet tkun ħafna drabi permezz tal-gazzetti bi press releases kontra press releases.", "Għall-ewwel darba kellna post fejn jekk kellu jsir argument sħun, dan kien isir fl- MCED.", "Hemmhekk wieħed seta' jinnota li kultant żewġ organizzazzjonijiet jibdew b'pożizzjoni kważi konflinġenti għall-aħħar, u wara dibattitu kultant jaħraq - u kont preżenti f'dibattiti jaħarqu - iż-żewġ naħat jibdew jimmoderaw il-pożizzjoni tagħhom u jirrealizzaw li jkun hemm punti li jibdew jarawhom minn lenti differenti.", "Naħseb li dan huwa l-iktar riżultat pożittiv ta' dan il-kunsill u huwa għalhekk li jrid jissaħħaħ u jkompli jiffunzjona għall-ġid tal-pajjiż.", "Mr Speaker, m'hemmx dubju li l-MCED kien esperiment li ħadem u ħalla l- frott.", "Irridu ngħidu li l-MCED twaqqaf fl-1988 u forsi dak li jkun ma jiftakarx l-isfida li kellna quddiemna dak iż-żmien.", "Fl-1988 konna għadna kif spiċċajna minn ħames snin ta' friża fil-pagi u fil-prezzijiet.", "Malta kellha record assolut wara l-pajjiżi komunisti li gvern jiddetermina li pagi ma jiżdidux għal ħames snin sħaħ.", "Din fl-ebda pajjiż demokratiku ma kienet imposta b'dan il-mod u fl-ebda pajjiż il-unions ma kienu aċċettawha.", "Saħansitra kien hemm gvernijiet li waqgħu meta pprovaw jimponuha għal ftit żmien.", "Pero` ħalli naraw x'kien il-konċett tal-friża.", "L-ewwelnett ta' min igħid li fil-bidu tas-snin 80 kellna żieda qawwija fil- qgħad riżultat ċar li konna tlifna l-kompetittivitaIe.", "Il-gvern ta' dak iż- żmien kien qiegħed iktar moħħu biex il-lira Maltija tissaħħaħ u din il-ħaġa kompliet għarrqet is-sitwazzjoni bir-riżultat li f'temp ta' sentejn il- qgħad mhux biss żdied imma kien hemm telf ta' madwar 8,000 impjieg.", "Kien hemm dak li l-ekonomisti jsejħulu disequilibrium fis-sistema, jiġifieri l- pagi tagħna bl-exchange rate li kellna u bil-productivity increases li f'dak iż-żmien kien jimponi l-gvern u li kienu seħħew qabel l-elezzjoni ta' l-1981 konna dħalna f'cul de sac li rriżulta f'żieda qawwija fil-qgħad li tela' għal 8% jew 9% li jfisser madwar 10,000 nies qegħda.", "Biex jirranġa s- sitwazzjoni l-gvern għamilha legali li jkollok żidiet fil-pagi kemm għall- cost of living kif ukoll għal żidiet normali tal-pagi through collective agreements.", "Mela in this golden age kellna sitwazzjoni fejn il-collective agreements kienu outlawed.", "Din it-tip ta' policy, li naħseb ma kenitx korretta għal dak iż-żmien, kellha l-perikli tagħha u hemm diversi nies li tkellmu fuqha.", "F'artiklu tiegħu ftit ilu Alfred Mifsud għamel dan il-punt fis-sens li dak iż-żmien, bl-iktar mod ċar ir-rata tal-kambju tagħna kienet qiegħda żbilanċjata għall-ħteġijiet tal-pajjiż.", "Mr Speaker, il-problema wara ħames snin ta' friża kienet – u dan mill- esperjenza internazzjonali – li seta' jkollok splużjoni fil-pagi biex tagħmel catching up.", "Mela l-periklu li kellna fl-1988 meta waqqafna dan il- kunsill kien li jkollna xi wages explosion u hemmhekk bdejna nittrattaw dan is-suġġet b'policy ġdida ta' incomes policy.", "Jiena mexxejt diversi laqgħat fuq l-incomes policy fi ħdan il-kunsill fejn we started breaking the ground mal-unions kollha fuq xi rridu minn dan il-pajjiż u kif aħna nistgħu nevitaw li jerġa' jkollna żbalji ta' disequilibrium.", "Dakinhar aħna konna wasalna għall-incomes policy agreement li kien breakthrough u li l-effett tiegħu għadu b'mod informali qed jiġi segwit sal-lum.", "L-MCED kien veru l- post fejn twieled dan il-ftehim li l-bażi tiegħu kienet li għandu jkun hemm ċertu bilanċ minħabba l-biża' kbira dak iż-żmien, speċjalment mill-unions, li l-prezzijiet se jisplodu.", "Dan kien periklu kbir.", "Ma tantx kien hemm diskussjoni fil-pubbliku dwar dan, pero` dan qed ngħidu għall-benefiċċju ta' l-istorja għax l-ikbar periklu li kellna dak iż-żmien kien li jkollna splużjoni fil-pagi li twassal għal splużjoni fil-prezzijiet u allura għal sitwazzjoni ekonomika li ma nkunux nistgħu noħorġu minnha.", "Fl-incomes policy rnexxielna noħorġu b'forecasts ta' retail price index u rnexxielna nwaqqfu r-retail price management board li neħħiet il- kontroversja politika li kien qed ikun hemm li l-indiċi tal-prezzijiet kien fażull.", "Irrid ngħid li għamilna household budgetary survey wara household budgetary survey u stabbilejna retail price management board magħmul mit- tliet partijiet soċjali u dan il-bord għamel a sterling piece of work tul dawn is-snin kollha.", "Dan huwa eżerċizzju li għadu jseħħ u llum se nifformolizzawh iktar billi dan il-kumitat inwaqqfuh bħala kumitat permanenti li jaqa' taħt il-liġi ta' l-istatistika billi jkollu an advisory input mill-uffiċċju ta' l-istatistika u jkun awtonomu u indipendenti.", "Dawn l-affarijiet ma kenux ikunu possibbli mingħajr l-MCED u min jgħid li l-MCED kien talk shop u li kien qiegħed hemm sempliċement biex nieħdu kikkra kafe`, jiddispjaċini ngħid li lanqas biss beda jifhem sewwa sew minn xiex kien għaddej il-pajjiż u fejn irnexxielu jasal bil-kunsens tat-tliet partijiet soċjali.", "Illum l-Onor.", "Brincat qal li l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali li għandna quddiemna llum huwa mudellat fuq dak ta' l-Irlanda li huwa bbażat fuq wage restraint.", "Hawnhekk irrid ngħid li tagħna saħansitra twieled bil-wage restraint għax li għamel kien li rnexxielu jikkordina l- aspettattivi ta' kull naħa b'mod li neħħejna mill-kontroversja politika l- issue ta' kif il-prezzijiet tkejjilhom, kif tikkordina l-household budgetary expenditure u kif tikkalkola l-għoli tal-ħajja.", "Neħħejna wkoll il- problema tal-leap frogging li seta' jkun hemm billi l-unions jibdew jantiċipaw il-prezzijiet dejjem iktar għoljin u allura jdaħħlu ċerti miżuri fil-collective agreements u wasalna wkoll għall-issue li l-collective agreement għandu jiġi negozjat skond il-produttivita` - jiġifieri daħal element li niggarantixxu r-real purchasing power company by company u mhux industry by industry – u f'ċirkostanzi ta' dik il-kumpannija.", "Jiena ngħid li dan kollu ħariġna mill-periklu ta' wages u prices explosion wara l-wage and price freeze li kellna.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu biex nuri kemm l-MCED kien ibbażat fuq wage restraint u l-effett tiegħu għadu għaddej sal-lum fejn għandek sistema ta' kalkolazzjoni ta' prezzijiet li hija maqbula mit-tliet partijiet soċjali ħlief mill-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Hawnhekk lanqas insemmi lill- oppożizzjoni kollha, imma lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biss.", "Il-kritika tiegħi hawnhekk hija li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni donnu m'huwiex kuntent li hemm dan il-social consensus fuq kif jinħadem l-indiċi tal-prezzijiet.", "Jiena rrispondejt l-aħħar stqarrija li għamel fil-pubbliku l-Onor.", "Sant ġimgħatejn ilu permezz ta' artiklu ġimgħa wara - lanqas qgħadt noħroġ press release għax dehrli li l-issue m'hijiex ta' press release - fejn għedt li kien żbaljat għax iż-żidiet li qed jirriferi għalihom diġa` daħlu f'Jannar tas-sena 2000.", "Dan qed jipprova jkeskes lis-social partners billi jgħidilhom li r-rebates tad-dawl u ta' l-ilma ma daħlux għax ma rax moviment fl-indiċi tal-prezzijiet.", "Dwar affarijiet bħal dawn, Dr Sant għandu jkun korrett u fejn ma jafx jistaqsi.", "M'għandux ikun distruttiv, għax dik hija kritika distruttiva.", "Jien nista' nagħmel ħafna storbju biex nikkritikah fuq din l-istqarrija imma lanqas jidhirli li għandi nagħmel hekk, għax jidhirli li għandu jinduna waħdu li hawnhekk għandna struttura li twieldet minn sitwazzjoni potenzjalment diffiċili ħafna, li ħadmet taħt iż-żewġ gvernijiet u li qed tagħmel il-ġid.", "Din l-istruttura l-Onor.", "Sant m'għandux jipprova jkissirha, u jekk jipprova jagħmel dan ikun qed jagħmel dannu għal pajjiżna u jkollu l-attakk tal-pajjiż kollu fuqu.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li saħansitra jien anke kont offrejt lill- oppożizzjoni biex tpoġġi lil xi ħadd on observer status, u din irrifjutat għax qalet li dik biċċa xogħol ta' gvernar u ma riditx tkun qisha qed tagħti s-support għal xi ħaġa li hija eżekuttiva.", "Allavolja dan il-bord kien awtonomu, jagħmel kollux hu, l-oppożizzjoni ddeċidiet li toqgħod gallarija u llum, fis-sena 2001, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jridna mmorru lura għal sitwazzjonijiet ta' qabel l-1988 meta kien joħroġ il-cost of living index, il-unions ma kenux jemmmnuh u kienu jispiċċaw minflok żieda ta' Lm1 jitolbu żieda ta' Lm4.", "Din hija s-sitwazzjoni li kellna.", "Kulħadd ifajjar bl-amment, bla ebda xjenza u bla ebda analisi oġġettiva, ħaġa li kienet perikoluża mmens għal pajjiżna.", "Jiena nista' nitkellem ukoll fuq l-atteġġjament ta' parti minn union li taħt ċertu gvern taġixxi mod u taħt ċertu gvern taġixxi mod ieħor, ħaġa li tista' twassal għal sitwazzjoni esplussiva ħafna b'dannu kbir għall-pajjiż, pero` rrid ngħid li bis-saħħa tal-mexxejja tal-unions ta' dak iż-żmien u tal-lum, bis-saħħa tal-mexxejja tal-constituted bodies ta' dak iż-żmien u tal-lum u bis-saħħa ta' min kien hemm fil-gvern, anke meta kien hemm Dr Alfred Sant bħala prim ministru, is-sistema bdiet tirrendi u shame on anybody li jipprova jkissirha għal skopijiet ulterjuri fuq punti dgħajfa li għalkemm is-social partners stess jgħidu li dawn il-punti m'humiex korretti, jibqa' ġimgħa wara ġimgħa jerġa' jqajjem l-istess affarijiet.", "Hawnhekk nisfida lil Dr Sant ikun raġel u jgħid li għamel żball.", "Jekk jogħġbok hands off il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma kellix għalfejn nitkellem b'dan il-mod kieku l- Onor. Sant ma pprovax jimmina din l-istituzzjoni tant importanti għal pajjiżna.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Brincat staqsa wkoll dwar il-funzjonijiet ta' dan il- kunsill.", "Irrid ngħid li fi klawsola 5 ta' l-abbozz hemm spjegazzjoni wiesgħa tal-funzjonijiet, fosthom biex il-kunsill jippromwovi djalogu soċjali u consensus bejn l-imsieħba soċjali kollha fuq ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u żvilupp sostenibbli.", "S'issa dawn kienu funzjonijiet li ma kinux imnaqqxa daqshekk ċar on paper u issa li qegħdin innaqqxuhom on paper kont nippretendi li l-oppożizzjoni tagħti kontribut f'dan is-sens u mhux tinjorahom kompletament, anzi tistaqsina x'funzjonijiet għandu dan il-kunsill u jekk huwiex se jkun talk shop!", "Possibbli li ma qrawhiex il-liġi?", "Fl-abbozz insibu wkoll li l-kunsill:", "\"(a) jippromwovi djalogu soċjali u konsensus bejn l-imsieħba soċjali kollha fuq ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp ekonomiku soċjali sostenibbli.", "b) jipproponi għanijiet u riżultati mixtieqa u li jistgħu jitwettqu biex iġib fis-seħħ l-għanijiet tal-Gvern għall-iżvilupp strateġiku, ekonomiku, finanzjarju u soċjali u biex jirrikmanda miżuri li bihom dan jiġi miksub.", "c) jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-Gvern rigward il-bidliet fid- direzzjoni jew fit-termini tal-politika ekonomika u soċjali li jista' jidhirlu xierqa.", "d) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern rigward it-tfassil ta' pjan nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-implimentazzjoni tagħhom ...\"", "Dawn huma ftit mill-funzjonijiet.", "Ma dawn hemm funzjonijiet oħra li kulħadd jista' jaqrahom u li wkoll huma l-pedament tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.", "L-Onor.", "Brincat staqsiena jekk dan il-kunsill huwiex se jagħmel development plan.", "Jiddependi liema xebħ se tagħtih!", "Jiena nippreferi t-tip ta' pjan li jagħmillek l-istrateġija ta' l-ekonomija, li jagħmilek id-direzzjoni u li jitkellem fuq il-bidliet li għandek bżonn biex tilħaq ċerti targets.", "Dak huwa pjan serju u pjan li ħafna minnu diġa` qiegħed fil-white paper li ġiet ippubblikata ftit iktar minn sena ilu msejħa \"Prosperity in Change\".", "Mr Speaker, f'subklawsola 5 (2) qegħdin nispeċifikaw x'inhuma t-terms of reference tal-kunsill fosthom li l-kunsill għandu jara li:", "\"... jinkisbu l-ogħla livelli possibbli ta' impjieg sostenibbli ...\",", "- il-partit imsejjaħ Labour Party lanqas biss jikkummenta fuq dan -", "\"... għal kulħadd b'kumpens adegwat billi jittieħdu konsiderazzjoni xierqa tal-livelli ta' produttivita`.\".", "Il-kliem \"għal kulħadd\" ma tfissirx bħal meta kien hemm l-impjiegi fil- pijunieri u taħt sistemi militari jew semi-militari.", "Barra minn hekk, jekk aħna rridu verament nitkellmu dwar impjiegi sostenibbli jrid ikollna politika li tieħu in konsiderazzjoni mhux biss l-ikkrejar ta' l-impjiegi, imma li l-kumpens ikun adegwat soċjalment u ekonomikament pero` li jkun relatat ukoll mal-produttivita`.", "Fost it-terms of reference hemm ukoll:", "\"... it-tneħħija ta' xkiel strutturali li jimpedixxu l-kisba ta' l- għanijiet nazzjonali ekonomiċi u soċjali ...\"", "Hawnhekk qed ngħidu li jista' jkun hemm xi xkiel strutturali - nitkellem dwar dan iktar tard - u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali għandu l-inkarigu li jara kif dawn jistgħu jiġu megħluba.", "Għanijiet oħra huma:", "\"(ċ) li tinkiseb l-ogħla rata sostenibbli ta' tkattir ekonomiku,", "(d) id-distribuzzjoni ġusta u ekwa tal-qliegħ u tal-ġid tan-nazzjon,", "e) stabbilita` raġjonevoli fil-prezzijiet u ekwilibriju fit-tul tal- bilanċ tal-pagamenti, u", "f) l-implikazzjonijiet soċjali tat-tkattir ekonomiku, inkluża l-ħtieġa li tinkiseb il-perspettiva sħiħa ta' kull ġeneru, pagi ugwali għal xogħol ta' l-istess valur, l-inklużjoni soċjali fil-livelli kollha u l-protezzjoni ta' l-ambjent.\".", "Hawnhekk għandna l-pedamenti ta' l-iżvilupp ekonomiku u ta' dak li staqsa għalih l-Onor.", "Brincat, jiġifieri development plan fis-sens kif qed ninterpretah jiena, jiġifieri aktar bħala strateġija milli nipprovaw nagħmluha ta' forecasters.", "Mr Speaker, minn paġna 37 sa bejn wieħed u ieħor paġna 41 tal-white paper li semmejt hemm sezzjoni intitolata \"Il-qgħad u r-rwol tal-partners soċjali\".", "Dan huwa suġġett li kont nistenna iktar dibattitu pubbliku dwaru.", "F'din is-sezzjoni nsibu riżultati ta' statistka u hija sezzjoni li taqbel ħafna ma' dawn il-funzjonijiet li semmejt.", "Ħalli nagħti spjegazzjoni ħafifa fuq x'hawn f'din il-white paper.", "L-ewwelnett il-white paper tibda biex tagħmel stima ta' x'inhuwa l-inqas livell ta' qgħad li wieħed jista' jasal għalih.", "Naturalment li wieħed jgħid li l-inqas livell ta' qgħad li wieħed jista' jasal għalih huwa zero unemployment ifisser li jkun qed jgħix fl-isħab.", "L-ebda pajjiż m'għandu zero unemployment u kulmin jistudja l-ekonomija jaf li din hija mpossibbli.", "Hemm diversi raġunijiet għaliex ikollok ċertu ammont ta' qgħad li nsejħulu core unemployment u huwa xi ħaġa naturali.", "Hawnhekk għanda riċerka li hija bbażata fuq esperjenza internazzjonali pero` qed tuża ċifri għal pajjiżna li tgħidilna li l-core unemployment għal Malta huwa stmat li huwa ta' 4.25%, jiġifieri jidher li huwa diffiċli li ninżlu inqas minn dak l-ammont.", "Ħalli naraw x'inhuma l-affarijiet li jistgħu jġiegħlu l-core unemployment jikber jew jonqos.", "Insemmi tliet eżempji li kollha jappartjenu għal parti soċjali differenti.", "Rigward il-parti li għandha x'taqsam mal-kummerċ - dan li qed ngħid statistikament has been shown to be highly significant - ħaġa li teffettwa dan il-core unemployment huwa dak li jsejħulu l-mark-ups li jkun hemm fuq il-costs of production.", "X'irrid ngħid biha din?", "Fl-ekonomija llum hemm qbil b'mod ġenerali li iktar ma jkollok produtturi jikkompetu ma' xulxin, dawn iktar se jwasslu għal sitwazzjoni li tbaxxi l-cost tal-produzzjoni.", "Iktar ma jkollok sistema li titbiegħed minn dik it-tip ta' sistema iktar se jkollok costs għolja minħabba l-ineffiċjenza, u jekk l-istruttura tas-suq tkun monopolistika, hemmhekk jista' jkollok mark-up għoli fil-prezz tal- prodott jew servizz li tkun qed tixtri.", "Issa jekk għandek sistema b'ħafna monopolji, jiġifieri b'ħafna ineffiċjenzi li qed jgħollulek il-prezz tal- prodotti naturalment din se tgħollilek il-prezz tal-pagi għax se jkollok talba għal kumpens iktar għolja minħabba prezzijiet iktar għoljin.", "Din twassal biex tkun inqas kompetittiv u twassal għal qgħad iktar għoli.", "Minħabba dan, il-core unemployment minflok 4.25% jaf ikunlek 5% jew 6%.", "Statistikament din il-ħaġa tidher li hija rilevanti u allura huwa importanti li nieħdu l-miżuri neċessarji wara diskussjoni f'dan it-tip ta' kunsill biex kemm jista' jkun ikollna suq iktar liberalizzat u biex inkattru iktar kompetizzjoni fin-negozju, għax din il-ħaġa tnaqqas il- qgħad.", "Argument ieħor għandu x'jaqsam mal-unions.", "L-argument internazzjonali huwa li jekk il-pagi jiżdiedu b'mod iktar qawwi mill-produttivita`, ir-riżultat ikun core unemployment iktar għoli u allura jrid ikollna dak il-wage restraint li semma' l-Onor.", "Brincat li jużaw l- Irlanda u li aħna wżajna fl-incomes policy u li għadna nużaw sal-lum.", "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn union tippressa u tieħu ċerti żidiet, pero' din trid tkun taf li jekk tagħmel hekk tkun qed iżżid il-qgħad.", "Qed ngħid hekk biex imbagħad ma noqogħdux nitkellmu kontra l-qgħad, għax inkunu double faced.", "Illum fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku hemm lok fejn wieħed jista' jippreżenta dawn l-argumenti biex ikun hemm diskussjoni miftuħa dwarhom.", "It-tielet element għandu x'jaqsam mal-gvern.", "Il-gvern, flimkien mal-unions u l-constituted bodies, jista' jeffettwa l-qgħad ukoll.", "L-ewwelnett il- gvern stess jissupplixxi ċerti servizzi bħad-dawl, l-ilma, l-airport u l- portijiet u jekk hu ma jkunx attent biżżejjed, bl-ineffiċjenzi tiegħu jista' jżid il-qgħad.", "Mill-banda l-oħra l-gvern jista' jikber tant li jnaqqas l-ispazju għas-settur privat.", "Jekk ma jipprovdix edukazzjoni wiesgħa biżżejjed ikollna mismatch bejn in-nies li qed jispiċċaw mill- iskejjel tagħna u d-domanda għall-impjiegi.", "Anke jekk ma jimmaniġġjax tajjeb biżżejjed is-sistema tas-social benefits, speċjalment l-unemployment benefits, ikollok ċertu abbuż billi jkun faċli biex wieħed jirreġistra għax- xogħol u fl-istess ħin ikollu an unofficial job.", "Din tagħmel ħsara kbira, u għalhekk l-ETC qed tagħmel eżerċizzji biex tnaqqas dan it-tip ta' abbuż, għax dak l-abbuż iżid b'mod artifiċjali l-livell tal-qgħad.", "Mr Speaker, jiena ngħid li ma rridux ngħixu fis-sħab.", "Dawn huma affarijiet reali.", "Il-qgħad ma jiġix solvut billi tfaqqa` subgħajk u tagħmel ħafna wishful thinking.", "Il-qgħad jiġi solvut fuq il-mejda tal-Kunsill Malti għall- Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali għax huwa hemmhekk fejn jista' jitrawwem consensus biex dan iwassal ħalli wieħed ikun jista' jittratta dawn it-tip ta' issues fosthom dawk tal-pensjonijiet u tal- public private partnership.", "Hemmhekk jiġu diskussi wkoll xi miżuri tal-budget.", "Differenzi jkun hemm, ġieli jkun hemm ukoll għajjat u ġieli wkoll ikun hemm sitwazzjonijiet fejn l-affarijiet ikunu saħnu wisq, imma dan ikun atteġġjament tal-mument u meta l-affarijiet jikkalmaw, finalment kulħadd jirrealizza li forsi kien qiegħed jesaġera xi ftit fil-pożizzjoni li jkun ħa u jkun possibbli jsib, għallinqas parzjalment, xi ħaġa komuni.", "Dan il-kunsill huwa istituzzjoni li aħna rridu nsaħħu b'liġi, irridu nispeċifikaw aħjar il-funzjonijiet tiegħu u rridu nagħtuh iktar abbilita` li jagħmilha aktar possibbli jagħti kontribut lis-soċjeta' tagħna.", "Barra minn hekk grazzi għal dan il-kunsill il-gvern m'huwiex qed jiddeċiedi l- affarijiet in a vacuum pero` qiegħed ukoll jieħu l-opinjonijiet u l-input mingħand l-imsieħba soċjali.", "Naturalment jibqa' l-gvern li jiddeċiedi, għax huwa l-gvern li tela' bl-elezzjoni u għandu r-responsabbilta` lejn il- pajjiż.", "Id-demokrazija dik tirrikjedi.", "Finalment l-imsieħba soċjali m'humiex partit politiku u ma joħorġux għall-elezzjoni imma huma parti importanti mis-soċjeta` tagħna.", "F'dan il-qasam jiena ngħid għamilna avvanzi kbar u hija ħasra li kultant nikkritikaw bla bżonn u bla nformazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li tassew tweġġgħani għax wieħed m'għandux jattakka bla bżonn.", "Għaliex wieħed għandu jattakka fuq informazzjoni mhix imsajjra?", "Għaliex wieħed għandu jattakka istituzzjoni li tat tant servizz tajjeb għall-ġid għall-pajjiżna, aktar u aktar issa li qegħdin inwessgħulha l-funzjonijiet tagħha biex hi tkun tista' wkoll tinkludi aspetti oħra tas-soċjeta`?", "Irrid ngħid li l-MCED forsi ma kellux biżżejjed rappreżentanza fuq aspetti soċjali.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex se jkun strutturat minn tliet ministeri li huma l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u l-Ministeru għall-Politika Soċjali - u anke hemm rappreżentanza tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin minħabba xi issues ta`l-EU - taħt il-Prim Ministru.", "Qed inwessgħulu t-terms of reference ukoll għax għandna bżonn, illum qabel għada, li dan il-kunsill jopera aġenda iktar wiesgħa.", "Huwa kunsill ibbażat fuq żvilupp ta' consensus.", "Jista' jkun li f'xi affarijiet ma naslux għall-consensus, jista' jkun ukoll li biex jasal għal consensus jieħu ħafna żmien, imma finalment l-eżerċizzju kollu huwa eżerċizzju pożittiv immens u parti mill-proċess tal-gvern li hawn illum f'pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, illum qed niddiskutu żvilupp importanti għal pajjiżna fejn lill-MCED, barra li se nagħtuh forma aktar uffiċjali, se nippermettulu biex jaħdem f'termini aktar wiesa', b'mod speċjali rigward issues ta' xejra soċjali.", "Issa tajjeb li wieħed jistqarr x'jistenna mill-MCED.", "L-ewwel ħaġa li jistenna hi li dan ikun organu konsultattiv ta' l-ogħla kwalita' speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi umani li se jkunu qed jiffurmaw parti minnu jew minn xi wieħed mis-sotto-kumitati tiegħu.", "Wieħed jistenna wkoll li l-MCESD ikollu ċerta awtonomija li jopera u saħansitra jwassal is-suġġerimenti tiegħu kemm jista' jkun viċin l-għatba ta' l- eżekuzzjoni, jiġifieri sa l-ogħla livelli tal-gvern.", "Wieħed jistenna wkoll li l-MCESD jkollu saqajh ma' l-art u li verament ikun jaf x'inhu qed jiġri kemm fid-dinja ta' l-ekonomija kif ukoll f'dik soċjali, kemm f'dak lokali kif ukoll f'dik internazzjonali u li wara kollox dawn iż-żewġ linji ta' politika jorbothom flimkien bl-aktar mod effiċjenti ħalli b'hekk inkunu nistgħu nġibu lil pajjiżna 'l quddiem, kemm mill-aspett ekonomiku u aktar importanti minn hekk, mill-aspett soċjali.", "Qed ngħid dan għal diversi raġunijiet.", "L-ewwel ħaġa l-gvern fl-operat tiegħu għandu jkollu sens ta' prijorita` anke minħabba li hawn Malta għandna problema ta' riżorsi umani.", "Din hija problema li qiegħda magħna biex tibqa' magħna għal dejjem.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll li nifhmu li dak li jaqbel għal pajjiżi oħrajn mhux bilfors jaqbel għalina, kemm fil- qasam ekonomiku kif ukoll fil-qasam soċjali.", "B'mod speċjali l-qasam soċjali għandna nagħtuh it-tinqixa lokali għax b'hekk biss inkunu qed inġibu 'l quddiem l-interessi soċjali tal-poplu tagħna.", "Mr Speaker, tajjeb li ngħidu x'kien beħsiebu jagħmel il-partit Laburista fil-gvern f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt l-amministrazzjoni preċedenti diġa` kienet qiegħda taħdem fuq livell ta' Kabinett sabiex anke jiġi istituzzjonalizzat dak li konna qegħdin insejħulu l-forum for a better economy.", "Fil-fatt kien hemm memo ta' l-Onor.", "Leo Brincat li kienet ġiet diskussa fil-Kabinett fis-sena 1997 u fil-bidu ta' l-1998 diġa` konna qed inħaddmu ċerti setturi fi ħdan dan il-forum, biss naħseb li l-viżjoni tagħna kienet kemmxejn differenti minn dik tal-partit Nazzjonalista.", "L- ewwelnett anke s-set up ta' kif kellu jiġi mwaqqaf dan il-forum kien differenti.", "Fil-fatt l-MCED kellu proprju jkun il-core li mbagħad dan l- istess core kellu jkollu diversi appendiċi attached miegħu li kellhom iservu biex iwasslu għal rappreżentanza fi ħdan il-kunsill li tkun akbar minn dik li qed tiġi proposta preżentament.", "Dan is-set up kien se jiggarantixxi li ċerti għaqdiet, kemm il-constituted bodies kif ukoll l- NGOs li jimmilitaw b'mod speċjali fil-qasam soċjali, ikollhom aktar importanza u aktar say fid-daily running tal-kunsill.", "Dawn in-nies kollha kellhom jaħdmu għal għan aħħari wieħed; li jġibu l-ekonomija ta' pajjiżna 'l quddiem ħalli b'mod dirett jibbenefika wkoll il-qasam soċjali.", "Mr Speaker, għalkemm milli nista' nifhem iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li n-natura ta' dan il-kunsill għandha tkun primarjament konsultattiva, joħroġ ċar ukoll li gvern Laburista diġa` kien ħa passi konkreti ferm aktar milli jrid jagħmel dan il-gvern sabiex partijiet speċifiċi ta' dan il-kunsill iżewwiġhom ma' l-eżekuttiv tal-pajjiż.", "Fil-fatt l-istess forum kellu nies li kienu jagħmlu parti minn sotto-kumitati tal-Kabinett, b'mod speċjali kumitati ta' natura ekonomika bħal ngħidu aħna l-kumitat għal effiċjenza aħjar fis-settur pubbliku.", "Dan kollu li qed ngħid huwa xhieda ta' kemm il- partit Laburista kien intenzjonat li dan il-forum jagħtih l-importanza li verament tistħoqqlu fit-teħid ta' deċiżjonijiet importanti li kienu se jolqtu kemm l-aspett ekonomiku imma wisq u wisq iktar l-aspett soċjali tal- poplu tagħna.", "Aħna ma ridniex li dan il-forum jispiċċa xi forma ta' mostru distakkat mir-realta` li jispiċċa jaqdef għal rasu.", "Lanqas ridna mmorru fl- estrem l-ieħor li jispiċċa taħt xi diktat dirett mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, pero` sfortunatment hekk jidher li qed jiġi propost f'dan l- abbozz ta' liġi u aktar tard u se nispjega għalfejn qiegħed ngħid hekk.", "Mr Speaker, aħna ridna li nwaqqfu struttura li mhux biss tħares lejn settur wieħed partikolari ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ridna noħolqu struttura li ma taħdimx fuq linja arbitrarja ta' skond x'tinħass il-ħtieġa tal-mument.", "Aħna ridna li jkollna mutur li jaħdem b'rata kostanti u kontinwa li jħares l-operati kemm pubbliċi kif ukoll privati.", "Ridna li wara kollox l-MCED jkun il-barometru ta' l-aspett soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna u ridna wkoll li l- forum għal ekonomija aħjar ikollu ċerti terms of reference.", "Tant hu hekk li dawn kienu speċifikati proprju fil-memo tal-Kabinett li aċċenajt għalih.", "Fost l-oħrajn, l-ewwel term of reference kienet l-industrial relations li kif jaf kulħadd huwa suġġett verament għall-qalb il-partit Laburista.", "Matul is-sebgħin u anke tmenin l-industrija ta' pajjiżna ġibniha 'l quddiem, pero` sfortunatament, min-naħa l-oħra qed naraw li taħt dan il-gvern, is- sena l-oħra nħoloq record ta' tilwim industrijali ġewwa dan il-pajjiż.", "Kellna proprju ittra ta' Godfrey Baldacchino f'\"The Times\", li saħansitra kiteb b'mod espliċitu kontra xi segretarju tal-Ministru Dalli u rigward il- mod kif dan jopera fl-industrial relations tribunal li jmantni l-istess Godfrey Baldacchino.", "L-incomes policy wkoll kienet waħda mit-terms of reference fi ħdan l-MCED u hawnhekk joħroġ ċar min verament għandu ruħ soċjali f'dan l-pajjiż.", "Aħna fil-fatt inkludejna b'mod speċifiku l-incomes policy pero` min-naħa l-oħra mbagħad naraw li dan il-gvern, permezz tal-Ministru John Dalli, ħareġ saħansitra jattakka u litteralment jipprova anke jkisser l-imbierkin trigger factors li tant u tant kienu jiggarantixxu għejxien xieraq għall- ħaddiema u l-pensjonanti tagħna.", "Fost oħrajn dawn l-istess trigger factors ġew b'xi mod jew ieħor imminati anke fl-istess agreement tas-servizz pubbliku.", "Mela jidher b'mod ċar - u dan qalu l-Ministru Dalli stess għal darba darbtejn fl-aħħar budget - li l-gvern qiegħed jipprova jimmina dawn l- imberkin trigger factors.", "Kellna wkoll term of reference oħra ta' l-employment.", "Kif qal il-Ministru Bonnici huwa mportanti li l-problema ta' l-impjiegi tingħata l-attenzjoni xierqa u aħna, bħala partit ma ridniex li l-politika ta' l-impjiegi tibqa' ristretta fuq binarju wieħed u tkun tiddependi biss fuq l-operat ta' l-ETC.", "Aħna nemmnu li sabiex verament nirnexxu f'dan il-qasam il-problema ta' l- impjiegi għandna norbtuha mas-settur ekonomiku għax fl-aħħar mill-aħħar nemmnu li dawn iż-żewġ binarji għandhom jaħdmu id f'id biex iġibu d-dinja tax-xogħol aktar 'il quddiem.", "Term of reference oħra kienet il-costs and prices stability.", "Ridna wkoll li jkollna struttura li tistimula u anke tirranka l-public private partnership.", "Aħna ridna li l-MCED tkun struttura produttiva li ma tkunx hemmhekk biss bħala talk shop kif qal il-Ministru Bonnici.", "Ridna wkoll struttura fi ħdan il-forum għal ekonomija aħjar li tkun pro-attiva u li ma tirreaġixxix biss għas-sitwazzjonijiet li jinqalgħu dak iż-żmien.", "Sfortunatamnet f'pajjiżna ħafna mid-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu reazzjoni għal sitwazzjoni li tinqala' ħesrem u aħna ridna li dan ma jiġrix f'dan il-forum, għax kemm-il darba jiġri hekk, l-iskop proprju għalfejn inħolqot l-MCED jisfaxxa fix-xejn.", "Ħaġa oħra li ridna nagħmlu kienet proprju li kemm jista' jkun niżguraw li jkollna parteċipazzjoni fl-istess forum tal-partners kollha possibbli.", "Tant ridna ndaħħlu parteċipazzjoni kemm jista' jkun attiva u kemm jista' jkun vasta li kien proprju għalhekk li waqqafna dan il-forum għal ekonomija aħjar.", "Ridna li l-istess MCED jopera bħala point of reference ċentrali li madwaru jkollu diversi organizzazzjonijiet li jaħdmu id f'id miegħu.", "Dawn l- organizzazzjonijiet mhux neċessarjament kellhom jinkludu l-constituted bodies klassiċi, jiġifieri dawk li jirrapreżentaw il-unions tal-ħaddiema u dawk ta' min iħaddem, imma kellhom ukoll jinkludu kumpanniji mportanti fl- ekonomija ta' pajjiżna bħalma hija, per eżempju, l-Air Malta.", "Kulħadd jaf x'xogħol importanti għandha din il-kumpannija ġewwa pajjiżna.", "Kien hemm membri tan-naħa l-oħra lil din il-kumpannija fil-bidu tagħha kienu jsejjħulha ta' l-ajruplani taċ-ċomb imma llum il-ġurnata kulħadd jammetti kemm fil-fatt din il-kumpannija kibret u kemm hija mportanti għall- ekonomija ta' pajjiżna.", "Dawn it-tip ta' forums kellhom jinkludu wkoll awtoritajiet importanti bħalma huma l-Malta Maritime Authority, il-Planning Authority, l-Malta Tourism Authority kif ukoll għaqdiet bħalma huma l-professional bodies ta' l-inġiniera, l-avukati, għaqdiet ambjentali u anke rappreżentanza diretta mill-istess universita` ta' Malta.", "Ridna nwaqqfu forum li verament jirrifletti l-ispectrum sħiħ tas-soċjeta` Maltija mingħajr ma nnaqqsu, b'xi mod, mill-effiċjenza ta' l-istess MCED.", "Hawn forsi min jargumenta li b'din is-sistema forsi konna se noħolqu xi tip ta' konfużjoni imma ma rridux ninsew li b'din is-setgħa li konna tajna lill- MCED, l-istess MCED ma kien se jkun imxekkel xejn fl-operat tiegħu għaliex proprju hu kien se jkun il-core ta' dan il-forum u kellu wkoll ċerta awtonomija ta' kif jaħdem.", "Ridna li l-forum ikun wieħed ħaj u li jaħdem b'mod kostanti ħalli b'hekk iressaq għall-attenzjoni tal-gvern - ikun min ikun fil-gvern u din importanti li naċċennawha - dak kollu li verament jenħtieġ il-pajjiż sabiex intejbu l-ekonomija mingħajr ma nikkaġunaw tbatija fuq is-soċjeta` Maltija.", "Ma ridniex noħolqu xi forma ta' struttura bħalma għandna sfortunatament fil-planning authority bħalissa.", "Din l-awtorita` hemm ġenn sħiħ fiha.", "Hemm lil min taqbad miegħu, min ma taqbadx miegħu, ikun hemm individwu partikolari ma toħroġlux permess biex jibdel il-gallerija tiegħu u mbagħad isib li l-istess ġirien tiegħu qabdu u bidlu l-gallerija u l- planning authority ma tagħmillu xejn u affarijiet minn dawn.", "Il-ġimgħa l- oħra kelli każ fejn xi ħadd applika biex jiftaħ ħanut fil-by-pass ta' Marsascala – jiena ċert li hija triq li l-Ministru Gonzi jgħaddi minnha mill-inqas darbtejn kuljum - fejn hemm il-Medistone u għal xi raġuni jew oħra qalulu li minħabba problema tal-parking ma jistax jiftaħ ħanut hemmhekk.", "Issa aħna nafu li hemmhekk hemm xi 15-il ħanut joperaw.", "Din hi l- konfużjoni tal-planning authority li aħna ma ridniex li sseħħ fl-MCED.", "Irrid ngħid ukoll li s-set up ta' l-MCED m'għandhiex tkun b'mod li jkun hemm l-issue ta' ċentralizzazzjoni versu d-djalogu.", "Il-Viċi Prim Ministru fl-introduzzjoni tiegħu donnu ta x'wieħed jifhem li l-aktar ħaġa importanti hija li nidderogaw.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li għandna b'xi mod jew ieħor inċekknu l-importanza tad-djalogu imma min-naħa l-oħra lanqas għandna nnaqqsu l-importanza tal-pariri li l-kunsill se jkun qiegħed jgħaddi lill- gvern.", "Li rrid ngħid hu li bid-djalogu biss ma naslux.", "U min jista' jitkellem dwar dan, jekk mhux l-istess partit Nazzjonalista nnifsu?", "Kulħadd jaf, per eżempju, x'kien ġara fil-leġislatura ta' bejn l-1992 u l- 1996.", "Il-gvern dakinhar kien tela' fil-poter bl-għajta tad-djalogu, imbagħad kien inqata` mir-realta' u sfortunatament dan huwa li qiegħed jiġri lill-gvern preżenti.", "Biex anke nagħti eżempju konkret ta' x'qiegħed ngħid nistgħu naraw kif matul din is-sena stess, anke kif tenna sieħbi l- Onor. Leo Brincat, kien hemm diversi laqgħat bejn il-gvern u korpi kostitwiti imma l-issues li kienu l-aktar jaħarqu bħalma huma l-collective investment schemes u l-fringe benefit taxation ma ntmessewx mill-MCED anzi prattikament lill-MCED hawnhekk qalulha hands off minn dawn il- kwestjonijiet.", "Min-naħa l-oħra naraw lill-Ministru Dalli f'artiklu li kiteb f'\"In-Nazzjon\" tal-ġimgħa l-oħra jipprova jbeżża' l-votanti li jaf li qaras b'din l-imbierka fringe benefit taxation u qalilhom biex ma jafdawx lill-partit Laburista.", "Qal ukoll li għalih u għall-partit tiegħu jkun skandaluż jekk affarijiet ta' lussu jiġu ntaxxati.", "Imma dan x'ġenn hu?", "L- ewwel nagħmlu l-fringe benefit taxation imbagħad induru 180 degrees u ngħidu li jkun skandlu jekk nintaxxaw affarijiet lussużi!", "Imma skużi, x'se jgħidu lil dawk in-nies li ġejjin mill-klassijiet ta' taħt u tan-nofs li nirrappreżentaw kemm jien u kemm il-Ministru Gonzi u li għabbejtuhom b'mijiet ta' taxxi ġodda meta intom qegħdin tgħidu li huwa skandaluż li nintaxxaw affarijiet lussużi f'dan il-pajjiż?", "Dak mil-lat purament ekonomiku.", "Issa ħalli niġi għal-lat soċjali.", "Mr Speaker, tisma' ħafna nies jilmentaw - uħud minnhom huma Nazzjonalisti - u jokorbu li l-gvern li tellgħu huma stess tilef l-aspett uman tiegħu.", "Dawn huma l-preċiżi kelmiet li jgħidulek u wħud minn dawn huma pazjenti tiegħi li meta jitkellmu miegħi ikunu qishom qegħdin iqerru.", "Tisma' Nazzjonalisti jgħidulek li l-gvern ma kellux għalfejn jaqta' Lm40 minn pensjoni ta' Lm120 li tieħu ommu sempliċement għax qabżet ic-ceiling bi ftit li liri.", "Jgħidulek ukoll li t-tax compliance unit li suppost kellha taqbad il-ħut il-kbir għadha lanqas ġiet imwaqqfa.", "Dawn huma tip ta' lmenti li wieħed jiltaqa' magħhom kuljum.", "Dan juri li inutli li nwaqqfu l-MCESD biex imbagħad il-gvern xorta waħda jagħmel li jfettillu mingħajr ma jagħti kas ta' dak li jkunu qed jgħidulu n-nies.", "Inutli li noqogħdu nniżżlu fil-liġi li l-MCESD għandu jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-gvern rigward il-bidliet fid-direzzjoni jew fit-termini tal-politika ekonomika u soċjali li jista' jidhirlu xieraq.", "Allaħares kellu l-MCESD jagħti daqqa t'għajn lejn il- programm elettorali tal-partit Nazzjonalista speċjalment fil-qasam soċjali, għax li kieku mhux bidla waħda fid-direzzjoni u termini ta' politika li tela' fuqha l-gvern isib.", "Tant isib rakkmandazzjonijiet x'jagħmel li moħħu jibda' jagħqad żugraga!", "Jien nistenna li x-xewqa tal-partit Nazzjonalista tkun - kif wara kollox hi tal-Malta Labour Party - li jkollna kunsill li verament jirrifletti l- ħtiġijiet mhux ta' l-ekonomija jew ta' l-oqsma soċjali biss imma l- ħtiġijiet tas-soċjeta` Maltija u Għawdxija preżenti u futura kollha kemm hi.", "L-agħar ħaġa li jista' jiġrilu dan l-imbierek MCESD huwa li l-image tiegħu jinbidel f'wieħed li n-nies tarah jirrifletti t-tħaddim tal-politika tal-gvern tal-ġurnata.", "Ma nistgħux naffordjaw li l-MCESD jispiċċa bħala xi forma ta' public relations cushion sabiex il-gvern iwettaq xi riforma partikolari.", "M'għandniex niġu fis-sitwazzjoni li l-gvern jinqeda bil-pariri ta' l-MCESD li kienu ġew miftehma naturalment anke minn qabel.", "Jekk l-MCESD jieħu dan l-image, m'għandix dubji li l-iskop oriġinali għat-twaqqif tiegħu se jkun falla kompletament.", "Sfortunatament, Mr Speaker, eżempju ċar ta' x'qed ngħid għal dan it-tip ta' manipulazzjoni li tista' qed isseħħ narawh fil-kummissjoni Galdes.", "Jiena hawnhekk għandi ħafna mistoqsijiet dwar din il-kummissjoni u l-ewwel waħda u l-iktar waħda ovvja li tiġi f'moħħi hija rigward id-dewmien.", "Jista' jispjegalna fil-winding up tiegħu l-Ministru Gonzi x'qed iġiegħel lill- kummissjoni Galdes tieħu daqshekk fit-tul biex tressaq ir-rapport finali tagħha?", "Jista' jkun li sena wara li r-rapport preliminari ġie ppubblikat il- kummissjoni għadha lanqas biss lestiet dak finali?", "(Interruzzjonijiet) Jekk mhux sena forsi għaxar xhur.", "Jista' jagħti l-kas li hemm diżgwid fost l- istess membri tal-kummissjoni dwar ċerti policies?", "Jista' jkun li dan ir- rapport huwa fil-fatt iktar iebes minn dak preliminari biex jiġi diġerit mill-poplu u anke mill-istess gvern innifsu?", "Ma ninsewx li fl-ewwel rapport kien hemm diversi ammissjonijiet imbarazzanti għall-gvern tal-ġurnata u l- aktar waħda li spikkat fl-opinjoni tiegħi kienet li d-deficit tal-gvern kien sploda matul is-snin 1994 u 1995.", "Dan ir-rapport kien l-ewwel fost sensila li faqa` l-bużżieqa tal-partit Nazzjonalista.", "Ammetta għall-ewwel darba, Mr Speaker, bl-iswed fuq l-abjad fil-miftuħ li tan-naħa l-oħra huma responsabbli mid-deficit.", "Issa ma ninsewx li dawn in-nies ġew imqabbda mill- gvern u mhux minna.", "Ma ninsewx lanqas li aħna ma niffurmawx parti minn din il-kummissjoni.", "Imma ħalli issa mmorru lura għall-istess MCESD.", "Kont qed ngħid li l-biżgħa' tiegħi hi li dan il-kunsill nirrenduh bħala faċċata komda għall-gvern, ikun min ikun partit fil-gvern, sabiex jinqeda bih jekk ikun irid idaħħal xi miżuri ibsin.", "Naturalment sabiex ma naqgħux f'din it-tentazzjoni kont qed nistenna li l-kunsill jiġi appuntat b'tali mod li niżguraw li ma jsirx hekk.", "Imma allura għandu għalfejn il-prim ministru jappunta lil kulħadd hu?", "Kellu għalfejn il-gvern Nazzjonalista jagħmel dawra ta' 180 degrees u jmur lura minn kelmtu fuq dak li kien diġa` ftiehem mal-korpi kostitwiti speċjalment għall-ammont ta' deputy chairpersons li suppost kellhom jiġu appuntati?", "Ma ninsewx li suppost kemm l-unions tal-ħaddiema kif ukoll l-għaqdiet ta' min iħaddem għandhom ikollhom deputy chairperson kull wieħed iżda dawn sfortunatament taru mar- riħ.", "U x'wassal għal din ic-change of heart?", "Kien hemm xi diżgwid forsi fil- Kabinett fuqha?", "Ta' min jgħid xi ħaġa wkoll dwar klawsola 4 (c).", "Din il-klawsola tittratta l-appointment ta':", "\"(ċ) disa' persuni nominati mill-korpi kostitwiti li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet nazzjonali ta' min iħaddem u ta' ħaddiema, liema organizzazzjonijiet u korpi kostitwiti għandhom jiġu elenkati f'avviż pubblikat fil-Gazzetta, u liema avviż għandu wkoll jindika n-numru ta' membri li jirrappreżentaw kull organizzazzjoni u korp kostitwit;\"", "Dan ifisser li m'hemmx għalfejn tiġi ppubblikata legal notice biex jinħatru dawn in-nies?", "Min se jkunu dawn l-organizzazzjonijiet?", "Dwar dan m'hemm xejn speċifikat u milli jidher sta għall-prim ministru.", "U kemm se jkollhom rappreżentanti f'kull organizzazzjoni?", "Again milli nista' nara jiena sta għall-istess prim ministru.", "Din il-klawsola tagħti poteri assoluti lill- prim ministru li jista' jbiddel il-membri ad hoc u addirittura m'hemmx għalfejn jiskadi t-terminu ta' sena kif inhuwa ta' ħafna minnhom jew ta' sentejn kif inhu tac-chairperson.", "Issa dan mhux kollu daħk fil-wiċċ?", "X'ma joqomsux l-istess korpi kostitwiti meta jaraw dan l-abbozz!", "Kollox bil- maqlub ta' dak li ftehmu!", "Il-punt aħħari huwa li permezz ta' dan il-poter assolut biex ibiddel il- membri ad hoc meta u kif irid hu, litterarment dawn se jiġu rrikattati li jekk ma jiġbdux l-istess ħabel, il-gvern jaqbad u jtajjarhom mill-ewwel.", "U allura hawnhekk toħroġ il-mistoqsija waħedha: Tistgħu tgħiduli x'tip ta' konsultazzjoni valida u miftuħa jistgħu joffru dawn l-organizzazzjonijiet li se jkunu rappreżentati f'dan l-istess kunsill?", "Dan mhux kollu daħk fil- wiċċ?", "Jekk se nżommuhom bi spaga, malli dawn il-membri jagħmlu xi ħaġa li ma togħġobx lill-gvern, dan itajjarhom minn hemm.", "Allura b'dan il-mod kif jistgħu verament joffru konsultazzjoni valida?", "Għalija din hija kollha messa in scena u biex tgħaxxaqha issa qegħdin ngħaddu din il-liġi hawnhekk biex ninkludu wkoll l-aspett soċjali.", "Mr Speaker, aħna naqblu perfettament li jiddaħħal ukoll l-aspett soċjali.", "Dan qed ngħidu biex ma jiġix xi ħadd u jimmiżinterpretana.", "Il-Ministru Gonzi fil-ftuħ tiegħu qal li jispera li d-dibattitu jkun fih kritika li fiha joħorġu kemm l-aspetti pożittivi u anke dawk negattivi.", "U dan huwa aspett pożittiv li nagħtu iktar impetus lill-qasam soċjali.", "Għaliex le?", "Wara kollox jien dejjem għedt li l-qasam soċjo-ekonomiku ma tistax tisseparah.", "Mr Speaker, huwa importanti li dan l-impetus nagħtuh l-importanza li verament jixraqlu.", "Hawnhekk irrid mill-ewwel niġi għall-kunċett soċjoloġiku li huwa l-kunċett ta' soċjeta` ċivili.", "X'nifhmu meta ngħidu soċjeta` ċivili?", "U għalfejn se ndaħħlu l-kumitat ta' soċjeta` ċivili proprju f'din il-liġi biex jaħdem id f'id fi ħdan l-istess MCESD?", "Tajjeb li biex napprezzaw x'inhija s-soċjeta` ċivili nqabblu t-termini soċjoloġiċi tas-soċjeta` ċivili ma' dik ta' welfare society.", "Tajjeb li fil- fatt ngħidu li l-istess espressjoni welfare society tfisser li jkollok soċjeta' li tiddependi b'mod qawwi fuq il-handouts tal-gvern ċentrali nnifsu.", "Sa hemmhekk kollox sew.", "Kienet, u sa ċertu punt għadha, politika li tat ħafna frott, politika li saħansitra ġabet ġustizzja soċjali fuq diversi fronti.", "Hija politika li pprattikajna aħna l-ewwel u li qabel magħha kulħadd f'dan il-pajjiż.", "Kien il-partit Laburista li ħareġ mijiet ta' benefiċċji mhux biss fit-terminu ristrett ta' x'inhuwa benefiċċju soċjali bħalma huma c-children allowance imma anke f'areas oħrajn.", "Għandek, per eżempju, l-edukazzjoni b'xejn u obbligatorja għal kulħadd.", "Għandek ukoll kura medika b'xejn, kemm f'livell primarju u anke sekondarju ta' l-ogħla livell possibbli.", "MR SPEAKER: Onor. Chircop, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 3 ta' April fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att li Jirregola l- Kondizzjonijiet ta' l-Impieg;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa Pubblika;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Provvisti u s- Servizzi; u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Kummerċ.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Grazzi, Mr Speaker.", "Nixtieq li niddedika dan l- aġġornament għal tliet aspetti.", "L-ewwel aspett li nixtieq nitkellem fuqu hu dwar ix-xogħol kbir li qed jagħmlu l-għaqdiet mhux governattivi f'pajjiżna f'diversi oqsma, partikolarment dawk b'aspett soċjali u kulturali.", "Naħseb li minn żmien għal żmien hu importanti li nieqfu u naħsbu ftit fuq il-punt dwar kemm inkunu ħafna agħar f'pajjiżna jekk ix-xogħol kollu li jsir minn dawn l-għaqdiet mhux governattivi jitħalla kollu f'idejn il-gvern.", "B'mod partikolari, barra dawk li jaħdmu fil-qasam soċjali fejn iservu ta' riljev qawwi għas-sofferenzi u għat-tbatijiet li għandna f'pajjiżna, jiena ridt nitkellem fuq dawk li jagħtu l-ħin u l-enerġija tagħhom biex iħarsu l- patrimonju kulturali ta' pajjiżna.", "Qed nitkellem dwar l-għaqdiet li jieħdu ħsieb il-wirt ta' pajjiżna fosthom \"Din l-Art Ħelwa\" u għaqdiet oħra li jieħdu ħsieb l-ambjent.", "Dawn jagħtu ammont kbir ta' ħin u flus biex il- wirt kulturali ta' pajjiżna jiġi 'l quddiem.", "F'pajjiżna għandna wirt kulturali enormi imma naħseb li għall-wirt li għandna, il-poplu tagħna ftit jagħti kas.", "F'Malta għandna the oldest freestanding structures fid-dinja, it-tempji tal-qedem tagħna, li sfortunatament ma tantx nistmawhom tajjeb.", "Issib min iħażżeż fuqhom u anke jispara fuqhom!", "Sfortunatament it-temp ukoll jagħmel il-marka tiegħu fuq dawn it-tempji u għalhekk hu tajjeb li issa l-gvern żgur li se jibda jgħatti l-monumenti tagħna wieħed wieħed ħalli jipproteġihom kemm mill- elementi kif ukoll mill-vandaliżmu.", "Pero` naħseb li kien bl-isforz ta' dawn l-għaqdiet li f'pajjiżna qed jinbet għatx ġdid lejn il-kultura.", "Jekk kont twaqqaf bniedem fit-triq għaxar snin ilu u tkellmu fuq il-kultura ftit li xejn kien jagħti kas.", "Illum naħseb li s-sitwazzjoni qiegħda tinbidel grazzi għal dawn in-nies li tul iż-żminijiet żammu nteress fil-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Fl-ibliet u fl-irħula tagħna wkoll kien hemm individwi li bl- għajnuna tal-kunsilli lokali raw li jiġi mħares u mfakkar il-wirt kulturali ta' postijiet partikulari.", "Is-Sinjorija Tiegħek, nhar is-Sibt fil-fatt kixfet monument u jidhirli li l-Onor.", "Bonnici kien qiegħed fuq il-founding committee ta' dan il-monument.", "Jiena minn hawnhekk nixtieq nifraħlek u nixtieq nifraħ ukoll lit-tabib li kien qed igħin kif ukoll lill-kumitat kollu li wassal sabiex jinkixef dan il-monument għal dan l-iskultur li ta tant ġid lil pajjiżna u kien wieħed minn dawk li huma forerunners u pijunier f'ċerta tip ta' arti.", "Qiegħed nirriferi għal Antonio Sciortino.", "Naħseb li f'Malta, minħabba li ġew imwaqqfin il-kunsilli lokali, minħabba li l-popolazzjoni ta' l-universita` kibret u minħabba li issa saru studji fuq il-kultura u fuq it-teatru, qisu qed isir qawmien ġdid tat- teatru u tal-kultura tagħna.", "Qed inħoss li l-kultura mhux qed titħalla fuq il-back burner mill-poplu Malti daqskemm kienet titħalla fil-passat.", "Qed inħoss li l-poplu Malti qiegħed isir iktar konxju mill-kultura tiegħu.", "Meta titkellem fuq kultura żgur ma tistax tinsa t-teatru.", "Il-fatt li qisu hawn awareness ġdid tat-teatru f'pajjiżna u n-nies qegħdin jikkonkorru iktar lejn it-teatru jagħmel iżjed kuraġġ lil din it-tip ta' kultura teatrali li tkompli tistabbilixxi ruħha f'pajjiżna, tkompli teduka u tkompli tagħti gost lil dawk li jfittxu s-serħan u li joffru challenge lill-ideat tagħhom b'dan it-tip ta' divertiment.", "Il-ħajja għat-teatru qatt ma kienet faċli, speċjalment minn meta ġie mwaqqaf it-talkies f'pajjiżna.", "Kif għedt, il-fatt li f'pajjiżna t-teatru reġa' qed igħolli rasu jimlini bil-kuraġġ.", "Huwa tajjeb li proprjament f'dan il-mument t-teatru f'Malta qisu reġa' qed isib qawmien ġdid.", "Il-gvern fil- fatt fetaħ iċ-ċentru ta' l-arti ta' San Ġakbu u nafu wkoll li issa għalqu t- tenders biex jerġa' jinbena t-teatru nazzjonali kif ukoll l-area ta' madwar Bieb il-Belt.", "Naħseb li l-fatt li f'dan il-mument - li naħseb li huwa kritiku - se jerġa' jinbena t-teatru nazzjonali ta' pajjiżna, li ilu mwaqqa' minn żmien il-gwerra, se jagħti spunt qawwi lil din in-nixxiegħa ġdida ta' kultura.", "Jiena nispera u nħoss li sa l-aħħar ta' din il- leġislatura, jiġifieri minn hawn u sentejn u nofs, tlieta oħra, ikollna fil- Belt Valletta teatru li verament jagħmlilna ġieħ, teatru li verament ikun denju tagħna.", "Dan it-teatru m'għandux jinbena kif kien l-oriġinali.", "It-teatru l-oriġinali rjali kien wieħed pjuttost żgħir, il-foyer kien kbir u l-akustika ma tantx kienet tajba.", "Min jiftakru - u jiena naf nies li jiftakruh sew - igħidlek li jekk jista' jkun għandu jkun teatru li jkun multipurpose li jservi l-bżonnijiet tal-poplu Malti tal-lum.", "Jiena m'iniex qed ngħid li f'dan it-teatru m'għandhomx jittellgħu opri u operetti, għax dawn għad hawn min iħobbhom, inkluż jiena li nħobb nismagħhom, pero` l- bżonnijiet tat-teatru għall-poplu Malti llum huma oltre l-opri u l- operetti.", "Ovvjament iridu jittellgħu ħafna iktar produzzjonijiet kontemporanji flimkien ma' produzzjonijiet ta' ħsieb u produzzjonijiet lokali minn artisti Maltin.", "Jien naħseb li t-teatru l-ġdid - ma nafx jekk hux se jissemma` rjali, pero` naħseb li m'għandux jissemma' rjali - għandu jersaq biex jimla dan il- vojt fil-kultura Maltija.", "Għandu jkun multipurpose theatre li jagħti lok li jsiru kummiedji, drama serja, musicals li huma popolari ħafna fost il- Maltin speċjalment iż-żgħażagħ u ż-żgħar pero` anke fost il-kbar, kunċerti, kif ukoll xi forma oħra ta' divertiment li jinħass li għandu jingħata.", "Dan it-teatru għandu żgur jikkoinċidi ma' dan il-qawmien fil-kultura tal-poplu Malti u għandu jgħin b'mod qawwi minħabba l-pożizzjoni ċentrali tiegħu fil- Belt biex dan il-qawmien ikun jidher ħafna iktar.", "Dan il-qawmien għandu jħalli ħafna iktar il-marka fuq il-ġenerazzjoni tagħna u fuq il- popolazzjoni ta' pajjiżna.", "Jiena nifraħ lill-gvern li ħa din id-deċiżjoni.", "Issa qegħdin jinfetħu t-tenders u nawgura li fl-aħħar, wara 59 sena, f'dik it-toqba kif tidħol il-Belt naraw il-bidu ta' dan il-proġett kbir sabiex jerġa' jipprovdi lill-poplu Malti tal-lum b'teatru kontemporanju u modern u li jista' jaqdi l-ħtiġijiet tiegħu.", "It-tieni punt li nixtieq nitkellem fuqu llum jirrigwarda dak li qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ fil-Kottonera.", "Se nirriferi għal dan id- diskors għaliex ċerti affarijiet inkunu żgur li ma nistgħux inħalluhom mingħajr risposta.", "Jiena nħossni offiż meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem b'dan il-mod infantili u pwerili.", "Jiena ma nistax insib sens, lanqas wieħed żgħir biss, fil-politika barranija tal-partit Laburista.", "Naħseb li llum jekk il-partit Laburista fadallu Achilles tendon kbira - fl- antik kellu l-problema ta' l-edukazzjoni, pero` illum għall-grazzja t'Alla, grazzi għall-partit Nazzjonalista għelibha - din żgur hija l-politika barranija tiegħu.", "Din hi politika li libes mis-snin sebgħin u sittin u li għadu ma rnexxilux ineħħiha.", "Għadu qed igħix f'dinja li m'hijiex reali u jien għadni ma nistax nifhem kif il-partit Laburista jippretendi li jkun gvern alternattiv għal pajjiżna b'politika skaduta f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika barranija.", "Dr Alfred Sant qal li meta jkun fil-gvern mhux se jsewwi l-vapuri tas- superpotenzi.", "Dan hu diskors skadut għax is-superpotenzi llum spiċċaw.", "Illum superpotenza waħda fadal; l-Istati Uniti.", "Nispera li maż-żmien ikun hemm ukoll il-preżenza ta' l-Unjoni Ewropea bħala forza ekonomika u bħala forza fid-dinja li teffettwa dak li jsir, pero` nassigurakom li mhix se tkun l-unika forza għaliex ikun hemm ukoll forzi kbar mill-Asja.", "Il-punt jibqa' li llum, minn dawk is-superpotenzi li konna nsemmu, baqa' waħda biss u allura hu żgur li l-partit Laburista qiegħed jirriferi għall-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Jien nerġa' nistaqsi għaliex il-partit Laburista jrid jieħu din il-pożizzjoni unilaterali fuq pajjiż li partikolarment lilna qatt m'għamlilna ħsara.", "Għaliex qed jieħu din il-pożizzjoni meta llum is- sitwazzjoni fil-Mediterran hija ħafna aktar differenti milli kienet għaxar snin ilu?", "Dan ma nistax nifhmu!", "Aħna x'għandna x'nirbħu billi noqogħdu f'pożizzjoni newtralizzata kif irid il-partit Laburista?", "Xi ħadd għaqli darba qalli li fil-politika anke jekk ma tagħmel xejn tirrita lil xi ħadd, u allura għandek tagħmel dak li tħoss.", "Il-pożizzjoni għandha tkun li jiena nassumi pożizzjoni newtrali, imma mhux pożizzjoni newtralizzata.", "Għandi nieħu sehem attiv f'dak li qed jiġri u jekk inħoss li l-ekonomija ta' pajjiżi se tmur 'il quddiem billi nsewwi l- vapuri, ma nara assolutament xejn ħażin li nsewwi l-vapuri ta' dawk il- pajjiżi.", "Għalfejn għandi nagħmel eċċezzjoni għall-Istati Uniti ta' l- Amerika?", "Għax kieku dawn igħidu li ma se jsewwu l-ebda vapur tal-gwerra għax ma jemmnux li għandhom isewwu l-ħsarat tal-vapuri tal-gwerra, kważi kważi nifhimha, avolja lanqas dan ma jagħmel sens.", "Il-vapur skond kif tużah u mhux fih innifsu.", "Ara jekk tkun se tegħreq jew jattakkawk u jiġi jaqbeż għalik, allura ma narawhx bħala xi ħaġa ħażina għaliex ikun qed jipprovdielna s-sigurta`.", "L-oppożizzjoni ma tridx li ssewwi l-vapuri tas-superpotenza li bażikament hi l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "X'se jirbħu b'din il-pożizzjoni ma nistax nifhem, meta l-poplu tagħna minn dejjem ipprovda s-servizzi lil min talabhomlu, basta dak li jkun jirrispetta l-pożizzjoni tagħna fil- Mediterran u jirrispetta x-xewqat tal-gvern Malti.", "Pero` għalfejn għandek tieħu din il-pożizzjoni antika u riġida li llum ma tagħmel l-ebda sens?", "Jekk dawn iridu jsewwu l-vapuri u aħna ma nsewwuhomlhomx, imorru jsewwuhom Sqallija jew Napli jew il-Greċja.", "Jiena x'irridu dan meta nista' naqla' sold minn dak li nagħmel?", "Jiena mhux wieħed minn dawk li nemmen li għax vapur tal-gwerra ma ssewwiehx.", "Kif għedt, vapur tal-gwerra jekk tużah għal skopijiet tajba hu ħaġa tajba u jekk tużah għal skopijiet ħżiena hu xi ħaġa ħażina.", "Normalment mhux il-vapur ikun il-ħażin imma l-bniedem li jidderiġieh.", "Il-Partit Laburista jkompli jgħid li jrid dan biex jissalvagwardja l- indipendenza ta' pajjiżna!", "Dawn huma l-paladini ta' l-Indipendenza, ħalliha li kulħadd jaf li l-pożizzjoni tagħhom ma kenitx favur l- Indipendenza imma kienet favur l-integration u jekk kien hawn xi ħadd li ħadem u stinka biex jikseb l-Indipendenza għal pajjiżna dan kien proprju l- partit Nazzjonalista.", "Dawn lill-partit Nazzjonalista se jkellmu fuq l- Indipendenza?", "Aħna, li trawwimna u ġġilidna u tħabatna biex pajjiżna jkun indipendenti?", "Kemm kienu jgħidulu lil Borg Olivier li jekk Malta tkun indipendenti tmut bil-ġuħ u ma jkunx hawn biżżejjed xogħol!", "Imma l-partit Nazzjonalista dejjem kien jemmen li biex il-pajjiż ikun jista' jimxi 'l quddiem, l-ewwel irid ikollu rajh f'idejh.", "U hekk kien.", "Il-partit Nazzjonalista kellu raġun, bħalma kellu raġun, storikament ngħid, fuq ħafna mill-problemi li ffaċċja pajjiżna mill-Indipendenza 'l hawn.", "Bħalma kellu raġun li jifforma trattat ma' l-Unjoni Ewropea fl-1970.", "Bħalma kellu raġun fuq l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Bħalma kellu raġun fuq is-saħħa f'pajjiżna u bħalma kellu raġun fuq ħafna affarijiet oħra.", "L-istorja kważi dejjem tatna raġun meta tħares lura, imbagħad jiġi Dr Sant u jgħid li biex nissalvagwardjaw l-Indipendenza rridu nibqgħu barra mill- Unjoni Ewropea!", "Dan hu l-iktar argument pwerili li tista' tisma'!", "Jiena m'iniex se noqgħod nidħol fl-argument fuq l-Unjoni Ewropea, diġa` tkellimt kemm-il darba fuq l-Unjoni Ewropea u kemm-il darba spjegajt għalfejn dak li qed igħid Dr Sant u sħabu huwa baħnanata u ma tistax issir.", "U jien nerġa' nfakkar f'dak li qal Romano Prodi f'wieħed mill-kotba tiegħu fejn qal li s- sitwazzjoni fil-Mediterran tant hi kumplessa li jekk hemm xi pajjiż wieħed li jaħseb li billi jibqa' barra mid-diskussjonijiet u mill-bini ta' l- istrutturi politiċi li hemm fil-Mediterran u li waħdu jista' jagħmel xi ħoss jew jibdel xi ħaġa fil-Mediterran, sejjer żbaljat immens.", "Waħdek ma tistax.", "Il-vuċi tiegħek ma twassalx.", "Trid tara r-realtajiet ta' madwarek, tara l-kultura tiegħek x'inhi u tara fejn tista' tiffittja l-iktar.", "Mr Speaker, aħna m'għandna xejn kontra l-Għarab għax dawn huma fost l-ikbar ħbieb tagħna, pero` aħna Ewropej.", "U għalxejn noqogħdu nippruvaw induru u naħarbu minnha din.", "Għalxejn nippruvaw inpinġu ruħna bħala nofs u nofs.", "Aħna poplu Ewropew, il-kultura tagħna hi waħda Ewropea u allura huwa importanti li fil-ħidma għall-Mediterran nagħrfu s-sinjali taż-żminijiet, nagħrfu li l-forza ewlenija li verament qed taħdem għas-sigurta` fil- Mediterran billi qed testendi id li twassal san-naħa l-oħra tal-kosta Nord Afrikana hija l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, x'se niggwadanjaw jekk nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea meta din qed tagħmel l-approach tagħha lejn il-pajjiżi Għarab ta' l-Afrika ta' Fuq?", "Kemm hu eħfef li nieħdu parti pożittiva u li nservu ta' pont bejn il- partijiet jekk inkunu parti ntegrali min dan il-proċess!", "Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea tista' taqdi l-funzjoni tagħha biex issaħħaħ l- approach bejn it-tramuntana u n-nofsinhar tal-Mediterran ħafna aħjar milli jekk tibqa' barra.", "Ir-rispett li għandhom il-pajjiżi Għarab lejn pajjiżna jkun ħafna iktar ogħli u sinifikanti jekk dak ir-rispett inħaddmuh minn ġo spunt bħala membri fl-Unjoni Ewropea.", "Dan kienu qaluh l-Għarab stess.", "Fil- fatt kienet qalitu l-Lega Għarbija fejn kienet qalet li tippreferi li jkollha x'taqsam ma' Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea għax ikollha ħabib fl-Ewropa.", "Huwa ħafna wkoll aħjar għall-Unjoni Ewropea li jkollha x'taqsam mal-pajjiżi tat-tramuntana ta' l-Afrika għaliex Malta tgawdi ċertu rispett minn dawn il-pajjiżi u allura bħala membru ta' din l-unjoni tkun tista' tieħu rwol sinifikanti.", "Pero` jekk tibqa' barra sitting on the fence kif iridha l-partit Laburista, mhux ġid se tiswilna, imma se tiswilna li nkunu insinifikanti.", "Waħedna ma nistgħux nieħdu rwol li b'xi mod sostanzjali jista' jbiddel lill-Mediterran.", "Din hi ħaġa li rridu ndaħħluha f'moħħna.", "Jekk il-partit Laburista għadu ma qamx għal din il-verita`, għandu bżonn iqajmu.", "Mr Speaker, Malta tista' tikseb il-vokazzjoni tagħha Mediterranja billi tieħu sehem ukoll fil-vokazzjoni tagħha Ewropea.", "Malta bħala membru ta' l- Unjoni Ewropea tista' tkun fdata mill-Ewropej u fdata mill-Għarab.", "Din żgur m'hijiex il-pożizzjoni li qed jipprova jiddeskrivi Dr Alfred Sant.", "Aħna nafu li huma kienu fil-gvern għal kważi sentejn u l-politika tagħhom ma wasslet imkien.", "Nafu li l-politika tagħhom hija politika vojta, ta' retorika u li meta tiġi għas-si u n-no ma tagħtix riżultati.", "Dr Sant il- bieraħ semma' li l-partit tiegħu huwa partit ibbażat fuq il-ġustizzja soċjali imma aħna niftakru l-forom ta' taxxi li daħħlu meta kienu fil- gvern.", "X'ġustizzja soċjali hi din?", "Taxxi kulħadd jagħmel, Mr Speaker, pero` aħna noqogħdu attenti li t-taxxi li nagħmlu jkollhom miżuri soċjali u mhux nagħmlu blanket tax fuq il-bibien u fuq il-metre tad-dawl u ta' l- ilma li jolqot lil kulħadd l-istess!", "Dik x'ġustizzja soċjali hi?", "L-Onor.", "Sant qal ukoll li l-partit Laburista hu partit li ta opportunitajiet ta' mpjiegi aħjar.", "Qal ukoll li f'sentejn ta' gvern ġabu żieda fl-impjiegi ta' 44 ruħ.", "Dawk opportunitajiet ta' mpjiegi!", "Dan x'partit hu!", "Jaħseb li l-poplu Malti kollu hu ġifa?", "Jaħseb li l-poplu Malti ma jafx iqabbel dak li kiseb taħt il-partit Nazzjonalista ma' dak li kiseb taħt il-partit Laburista ta' Dr Alfred Sant?", "Jiena ħaġa waħda ngħid; dan il-gvern ilu sentejn u nofs fil-gvern, baqgħalu sentejn u nofs oħra u sakemm ikunu għaddew dawk is-sentejn u nofs se jkun wettaq ħafna mill- wegħdiet li għamel fil-programm elettorali.", "Nitlob lill-poplu Malti biex jagħti kas ta' dan u jqabbel dak li kiseb taħt il-partit Nazzjonalista ma' dak li kiseb jew ma kisibx taħt il-partit Laburista.", "Mr Speaker, nixtieq issa nitkellem fuq punt ieħor.", "Il-bieraħ fuq il- gazzetti dehru ċerti rapporti fuq dak li hu magħruf bħala DNA laboratory li se jiftaħ f'pajjiżna.", "Se nitkellem biss biex ma noqtlux l-idea qabel titwieled.", "Jiena nemmen li dan il-laboratorju huwa nvestiment tajjeb f'pajjiżna; se jkun qed jagħti l-kapaċita` lill-istudji forensiċi tal- pulizija, kif ukoll ċerti investigazzjonijiet mediċi li jistgħu jsiru.", "Sakemm dawn isiru skond ċerti standards etiċi, bħal dawk li huma stabbiliti mill-Kunsill ta' l-Ewropa fil-bio-ethics convention, dawn huma xi ħaġa tajba ħafna għaliex igħinu lill-bniedem biex jimxi 'l quddiem, imma sfortunatament ħafna drabi, il-gazzetti u l-politiċi joħolqu ħafna għagħa fuq xi ħaġa li tkun essenzjalment tajba biex imbagħad jintefa' dell ikrah fuqha.", "Dan m'għandniex nagħmluh.", "Mr Speaker, dan il-proġett għadu ma ġiex approvat mid-dipartiment tas-saħħa pero` fl-opinjoni tiegħi – u jien rajt il-karti fuqu - huwa proġett ta' benefiċċju għaż-żona tal-Mediterran kollu.", "Naħseb li għandna nkunu grati lejn kulmin għen biex pajjiżna, mill-Mediterran kollu, jintgħażel biex jitwaqqaf dan il-laboratorju fih.", "L-informazzjoni li toħroġ minn dan il- laboratorju trid tkun skond ċerti parametri tal-bio-etika u tar-rispett lejn id-dinjita` tal-bniedem, u jekk toħroġ b'dan il-mod, il-proġett ikun ħaġa tajba.", "Huwa wkoll proġett li se jġib investiment ta' miljuni kbar ta' liri f'pajjiżna u xogħol għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 3 ta' April 2001 fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.55 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AIR MALTA - PART-TIMERS", "24508.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum kemm kien hemm part-timers mal-Air Malta li saru tal-fiss?", "F'liema oqsma?", "Kemm kien hemm part-timers li baqgħu part-timers jew intemm l-impjieg tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li 11-il Skrivan u 24 Cabin Crew, li kollha kienu ġew impjegati bħala part-timers fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista qabel Settembru ta' l-1998, aktar tard, jiġifieri wara din id- data, saru tal-fiss jew impjegati fuq bażi full time.", "Fis-snin 1999 u 2000, ġew impjegati 100 u 127 loader/cleaner rispettivament, dejjem fuq bażi part-time.", "Il-kuntratt ta' dawn illum skada, għalkemm kif jaf l-Onorevoli Interpellant ħaddiema fuq bażi part- time jiġu mpjegati minn sena għal sena.", "Barra minn hekk, mis-sena 2000 'l hawn, ġew impjegati 63 skrivan fuq bażi temporanja.", "AIR MALTA - PROMOZZJONIJIET", "24509.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum kemm ingħataw promozzjonijiet fl-Air Malta?", "Min gawda minn dawn il- promozzjonijiet?", "Fuq liema kriterji ngħataw?", "Xi kwalifiki għandhom dawk li ngħataw il-promozzjonijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li minn Settembru 1998 sa llum fl-Air Malta ngħataw 301 promozzjoni.", "Minn dawn, 127 kienu promozzjonijiet maħruġa mill-Amministrazzjoni preċedenti lejlet l-elezzjoni ġenerali ta' l- 1998.", "Matul dawn l-aħħar sentejn l-Air Malta kellha bżonn tagħmel numru ieħor ta' promozzjonijiet skond il-ħtiġijiet tagħha.", "Dawn saru skond il-proċeduri stabbiliti mill-ftehim kollettiv.", "ELECTRONIC TRANSFER OF FUNDS SYSTEM", "24510.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm persuni u kumpaniji li tefgħu offerta għall- kuntratt ta' electronic transfer of funds system for the students maintenance grants?", "Min kienu?", "Min intagħżel?", "B'liema kriterji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba hi fil-public domain u tista' tinkiseb direttament mill-Interpellant.", "WSC", "24515.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata s-servizz ta' l-ilma l- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li sejra toqgħod fi Plot 40, Triq Hieronimus Megiser, Naxxar?", "Il-Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma meta se taħseb biex twassal is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l- ilma għall-persuni kollha li joqogħdu f'din it-triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa' ħarġet kuntratt għat-tqiegħed tal-mejnijiet ġodda fit-triq imsemmija.", "Dan jifforma parti minn proġett sabiex tkompli titkabbar is- sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma f'dawn l-inħawi.", "Dan ix-xogħol mistenni li jibda fi ftit żmien ieħor.", "GWARDJANI LOKALI", "24553.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill- gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Qawra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Qawra hija parti mill-lokalita` ta` San Pawl il-Baħar.", "Ghalhekk l-informazzjoni rikjesta tifforma parti mit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari Nru. 24551.", "GWARDJANI LOKALI", "24554.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill- gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Buġibba?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Bugibba hija parti mill-lokalita` ta` San Pawl il-Baħar.", "Ghalhekk l-informazzjoni rikjesta tifforma parti mit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari Nru. 24551.", "GWARDJANI LOKALI", "24555.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill- gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Mellieħa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "GWARDJANI LOKALI", "24556.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill- gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tan-Naxxar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "GWARDJANI LOKALI", "24557.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill- gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Mosta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "GWARDJANI LOKALI", "24558.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill- gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta' l-Għargħur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ŻEBBUĠ - TOROQ", "24716.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata wiċċ tarmac lit- toroq li jinsabu f'Ħaż-Żebbuġ hawn taħt indikat?", "Triq Ġdida fi Triq Imdina; Triq Vincenzo Adriana; Triq Achille Ferris; parti minn Triq il- Perit; Triq Ġdida fi Triq Ħal-Dwin; Trejqa fi Triq il-Buskett; parti minn Triq San Martin; Triq il-Kaċċa; Triq il-Poeta Nazzjonali; Triq Ganni Bonnici; Triq l-Għeneb; Triq Indri Borg; parti minn Triq Fra Fred Mattei; parti minn Triq Mikelang Sapiano; Triq il-Kurkanta; Triq l-Isqof Caruana?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li Triq Ġdida fi Triq Imdina u Triq Vinċenzo Adriana huma diġa asfaltati u għalhekk xogħol fihom isir mill- Kunsill.", "Fil-preżent id-Dipartiment għandu kuntratt għall-bini ta` Triq il-Kurkanta li sfortunatament ix-xogħol fuqu fil-preżent jinsab wieqaf peress li ħarġet Stop Notice fuqu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Ġew ippreparati dokumenti biex jiġu ppublikati sejħiet għal offerti għall- bini ta` toroq li huma Triq Ġdida fi Triq Vinċenzo Adriana, fil-waqt li qed isir xogħol biex tiġi esproprijata art biex ikunu jistgħu jinfetħu Triq il- Kaċċa, Triq Fra Fred Mattei u Triq Mikiel Ang.", "Sapiano.", "Xogħolijiet f`toroq oħra jsiru skond il-prijoritajiet tax-xogħol li għandu quddiemu d-Dipartiment.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "24718.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li tiġi rranġata l-anomalija li qed isofru ħaddiema fil-yacht marina u l-port health office fejn, minkejja li jagħmlu l-istess xogħol, uħud minnhom għandhom grad ta' porter (health guard) filwaqt li oħrajn għandhom grad ta' timekeeper?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Billi l-postijiet indikati jaqgħu taħt il- Ministeru tas-Saħħa, l-Onorevoli Interpellant huwa mistieden jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.", "TA' XBIEX HOUSING ESTATE - DAWL", "24719.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza mal-bieb ta' barra ta' block D3, Ta' Xbiex HE minħabba fis-serq u tkisser ta' karozzi li ġieli kien hemm fl- inħawi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "DJAR - XIRI TA' APPARTAMENT", "24720.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni ta' l-inkwilini ta' block D3, Flat 3, sabiex jixtru l- apparatament tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-fond li qiegħed jirreferi għalih, inkluż il-lokalita' fejn qiegħed, biex inkun nista' ninvestiga.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - STALLAZJONI TA' LIFT", "24721.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Billi l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għandha min hu handicapped fil-famija, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata kunsiderazzjoni lit-talba tagħha biex isir lift fil-block fejn toqgħod?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant ingħata l-kunsiderazzjoni meħtieġa u qiegħed jingħata priorita'.", "IKLIN - TRIQ KARMENU VASSALLO - TOROQ", "24722.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rranġata t-triq prinċipali Karmenu Vassallo, Iklin, minħabba li d- diżlivelli li hemm fil-ġenb tagħha u l-mod kif taqleb din it-trip, spiss iwasslu biex joħolqu problema l-mijiet fid-djar kull meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Huwa magħruf li fit-triq hemm maqgħad ta' ilma peress li t-triq fiha nuqqas ta' qlib.", "Ghalhekk tajt struzzjonijiet lid- Dipartiment tat-Toroq biex jara jekk tistax issir xi ħaġa biex din il- problema tiġi riżolta.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT", "24738.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq, il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal- bord eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Isport u tal-bord konsultattiv?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-materja ser tiġi trattata mill-Kunsill Malti għall-Isports.", "Tweġiba tingħata meta tkun ġiet definita.", "KOTTONERA - ĊENTRU SPORTIV", "24739.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "24303, fejn fit-tweġiba ma ntqal xejn li ħamrija kienet qed tiġi mormija fil-baħar, jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-ministeru jew mid-dipartiment konċernat sabiex dan ma jomplix jiġri?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li qatt ma irriżulta li ħamrija tajba għal skop agrikolu intremiet fil-baħar.", "MARSA SPORTS GROUND", "24740.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "24213?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista tal-ħlasijet kollha li saru minn Ottubru 1998 sal-lum fuq xogħlijiet li saru fil-Marsa Sports Ground, klassifikata skond il-kuntrattur, natura tax-xogħol/servizz, valur u l-metodu ta' kif saret l- ordni għax-xogħol jew servizz, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Informat li hija l-prattika normali li l-ħaddiema tad-Dipartiment ikunu nvoluti f'xogħol li jkunu qed iwettqu kuntratturi privati.", "ŻURRIEQ - VALLETTA ROAD", "24741.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir sabiex Valletta Road, Żurrieq, ma tibqax tinfaqa' bl-ilma u ma jibqax ifur id-drenaġġ", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li saru t-testijiet neċessarji fuq il- pedamenti tat-triq biex jiġi stabbilit x'tip ta' kostruzzjoni hemm bżonn li ssir biex it-triq titranġa, u qed isiru l-istimi tax-xogħol sabiex tkun tista' toħroġ sejħa għall-offerti.", "PROĠETTI - GĦAJNUNA MIĊ-ĊINA", "24742.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "22843, jista' l- Ministru jagħti dettalji dwar għotjiet u self li kienu saru mill-Gvern Ċiniż bejn l-1972 u l-1986?", "Kien hemm xi żjarat minn ministri Laburisti bejn l-1996 u l-1998?", "Jekk iva, meta kienu u min kienu?", "ONOR.", "JOE BORG: Skond ir-records tal-Ministeru, fl-1972, il-Gvern Ċiniż ta self ta' mitt miljun Yuan Renminbi (16.93 Miljun Lira Sterlina) lill- Gvern Malti biex jgħinu fit-twaqqif ta' proġetti f'Malta, fosthom il-baċir numru sitta fit-Tarzna ta' Malta.", "Fil-fatt ġie ffirmat Ftehim (Agreement between the Government of the People's Republic of China and the Government of Malta on a Long-Term and Interest Free Loan by China to Malta) fit-8 ta' April 1972 fi Guangzhou, iċ- Ċina.", "Bejn l-1996 u l-1998, saret żjara fiċ-Ċina mill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent, l-Onorevoli Dr George Vella.", "Iż-żjara saret bejn it-30 t'Awissu u t-3 ta' Settembru 1997.", "GOZO CHANNEL - ĦSARAT", "24743.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet irrapportata ħsara, fl-aħħar sena, fuq il-vapuri li jifformaw il-flotta tal-Gozo Channel?", "Jista' jagħti d-dati meta ġiet rapportat din il-ħsara fuq kull vapur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul l-aħħar sena, il-vapuri li jiffurmaw il-flotta tal-Kumpanija Gozo Channel ġarrbu ħsara ta' natura teknika f'dawn il-ġranet.", "M.V. Ta' Pinu matul is-sena 2000 fil-25 ta' April, fil-31 ta' Mejju, fit-30 ta' Ġunju, fit-8, fl-10 u l-25 ta' Lulju, fis-17 u d-19 ta' Awissu u fis-27 ta' Settembru.", "Matul is-sena 2001 fit-8, fid-9, fid-19, fl-20 u fil-21 ta' Jannar u fid-19 ta' Frar.", "M.V. Gaudos matul is-sena 2001 fl-14, fil-15, fit-18, fis-26 u fis-27 ta' Marzu.", "M.V. Calypso matul is-sena 2000 fil-21 ta' Marzu, fil-11, fit-12 u fil- 15 ta' Ġunju u fis-26 u s-27 ta' Novembru.", "M.V. Cittadella matul is-sena 2000 fid-19 ta' April, fit-22 u fis-26 ta' Awissu, fil-5 u fid-29 ta' Ottubru, fid-19 u fl-20 (darbtejn) ta' Novembru.", "Matul is-sena 2001 fl-1, fit-2, fit-3 u fir-4 ta' Marzu.", "M.V. Mġarr matul is-sena 2000 fit-18 ta' April, fil-5 ta' Awissu, fit-8 u fid-9 ta' Ottubru u fid-29 ta' Diċembru.", "PERSUNI BARRANIN - DISKRIMINAZZJONI", "24744.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ħa l-korp tal-pulizija wara l-allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni fuq persuni ta' nazzjonalita' barranija li ma tħallewx jidħlu f'ċerti stabilimenti ġewwa Paceville u San Ġiljan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kull meta l-Pulizija tirċievi xi ilment simili, issir l-investigazzjoni meħtieġa u jittieħdu l-passi skond il-liġi jekk ikun il-każ.", "PULIZIJA - DISKRIMINAZZJONI RAZZJALI", "24745.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu kwereli, rapporti u allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni razzjali lill-korp tal-pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu l-kwerelanti?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu l-kwerelati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "PULIZIJA - PERSUNI BARRANIN", "24746.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' qtil ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul iż-żmien imsemmi mill-Onor.", "Interpellant kien hemm żewġ każi, wieħed kien fl-1996 u l-ieħor fis-sena 2000.", "QRATI - OMIĊIDJU VOLONTARJU", "24747.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati b'omiċidju volontarju tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "X'nazzjonalita' kienu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'kollox tressqu 19 u cioe':", "5 fl-1996 1 fl-1997 6 fl-1998 3 fl-1999 4 fl-2000", "Sbatax (17) minnhom huma Maltin u tnejn (2) ta' nazzjonalita' barranija.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SWAT", "24748.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu rrapportati każi ta' swat minn Maltin fuq persuni ta' nazzjonalita' barranija tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena,?", "X'nazzjonalita' kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.", "KONVENZJONIJIET/TRATTATI", "24749.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il- konvenzjonijiet/trattati internazzjonali illi jikkonċernaw \"il-Media u l- Minoritajiet\" u li Malta hija membru tagħhom, jew iffirmat jew irratifikat?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li Malta ma ffirmat/irratifikat jew aċċediet ebda konvenzjoni jew trattat internazzjonali fuq is-suġġett ta' \"il-Media u Minoritajiet\" u sa fejn hu nfurmat il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin m'hemmx konvenzjonijiet jew trattati internazzjonali fuq dan is-suġġett ta' \"Media u Minoritajiet\".", "Jekk l-Onorevoli Membru qed jifhem konvenzjonijiet jew trattati internazzjonali li jikkonċernaw il-Media u l-Minoritajiet separatament, nixtieq ninformah li Malta ffirmat, irratifikat jew aċċediet għal dawn il- konvenzjonijiet/trattati internazzjonali li ġejjin:", "1.", "Media:", "a. Council of Europe:", "i. European Convention on Transfrontier Television (Strasbourg, 1989) ii.", "Protocol amending the European Convention on Transfrontier Television (Strasbourg, 1998)", "b. League on Nations:", "i. Convention concerning the Use of Broadcasting in the cause of Peace (Geneva, 1936)", "c. International Telecommunications Union (ITU):", "i. International Communications Convention (Malaga Torremolinos, 1973) ii.", "Optional Additional Protocol to the International Telecommunications Convention (Malaga Torremolinos, 1973) iii.", "Constitution of the International Telecommunications Union and the Convention of the International Communication Union (Geneva, 1992 as amended in Kyoto in 1994)", "d. International Maritime Organisation:", "i. Convention on the International Maritime Satellite Organisation (INMARSAT) as amended (London, 1976) ii.", "Operating Agreement on the International Maritime Satellite Organisation (INMARSAT) (London, 1976)", "e. International Telecommunications Satellite Organisation (INTELSAT):", "i. Agreement relating to the International Telecommunications Satellite Organisation (INTELSAT) (Washington, 1973)", "f. United Nations:", "i. Convention for the Suppression of the Circulation of, and Traffic in, Obscene Publications, concluded at Geneva in 1923 and amended by the Protocol signed at Lake Success, New York in 1947", "ii.", "Agreement for the Suppression of the Circulation of Obscene Publications, signed at Paris in 1910 and amended by the Protocol signed at Lake Success, New York in 1949", "iii.", "Tampere Convention on the Provision of Telecommunication Resources for Disaster Mitigation and Relief Operations (Tampere, 1998)", "2.Minoritajiet:", "a. Council of Europe:", "i. European Charter for Regional or Minority Languages (Strasbourg, 1992)", "ii.", "Framework Convention for the Protection of National Minorities (Strasbourg, 1995)", "TARXIEN - DAWL", "24754.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza bejn Triq il-Wilġa u Triq San Tumas fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien biex jitneħħa d-dlam esaġerat li hemm f'din il-parti tat-triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba biex jiżdied id-dawl fil-post indikat fil- mistoqsija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "SAN BLAS - RIMI TA' SKART", "24755.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'liema stat wasal il-każ nru.", "B54/98 li jinvolvi r-rimi ta' skart ta' l-industrija tal-bini f'San Blas, liema zona saħansitra ġiet deskritta bħala zona ta' sbuħija naturali mill-Awtorita' tat-Turiżmu", "ONOR TONIO BORG: Għal dak li jikkonċerna l-Pulizija ninsab infurmat illi ma jirriżultax li hemm xi każ pendenti li jirrigwardja dak li rrefera għalih l- Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.", "Minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi din ma għanda l-ebda każ bir-referenza B 54/98.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - ĦALIB XKUMAT", "24756.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li l-provvediment ta' ħalib tat-trab xkumat issussidjat mid-dipartiment ser jitwaqqaf b'effett mill-ġimgħat li ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 10617 u 11409 f\"Seduti Numru 164 u 185 rispettivament.", "PA - ŻJARA TAL-PAPA", "24757.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk nagħtax permess mill-awtorita' ta' l-ippjanar għax- xogħol li qed isir bħala preparazzjoni għall-attivita' li se ssir mill- Papa fuq il-fosos tal-Furjana?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fit-8 ta' Marzu, 2001, l- Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet aċċettat notifika għall-bini ta' Padiljun temporanju, għal mhux aktar minn tliet xhur, kif stipulat fi Klassi 12 ta' l-Avviż Legali 137 ta' l-1997.", "F`ittra lill-Perit responsabbli kien hemm indikat ċar li x-xogħol kollu jeħtieġ ikun reversibbli u s-sit għandu jerġa` jiġi f`istat oriġinali tiegħu immedjatament wara d-9 ta` Mejju 2001.", "PROTEZZJONI ĊIVILI - INĊIDENTI FUQ IL-BAĦAR", "24758.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi beħsiebu jieħu d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili sabiex jagħmilha possibbli li din is-sena jitnaqqsu l-imwiet fuq il-baħar, speċjalment minn għarqa u minn bċejjeċ tal-baħar żgħar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħas-snin ta' qabel, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili qiegħed jaħseb sabiex iħaddem il-'lifeguard services' f'dawk il- bajjiet f'Malta li huma l-aktar iffrekwentati minn numru kbir ta' għawwiema matul ix-xhur tas-Sajf.", "Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili iħaddem dan is-servizz flimkien ma` għaqdiet volontarji li huma ir-Red Cross, is-St.", "John Ambulance Brigade u s-St.", "John Rescue Corps.", "Għal din is-sena, il- Gvern ivvota s-somma ta' Lm20,000 għal dan is-servizz.", "Ta' min jgħid ukoll illi waqt il-perijodu msemmi, id-dipartiment jagħmel kull sforz possibli sabiex in-numru ta' inċidenti fuq il-bahar ukoll jonqos kemm jista' jkun.", "Il-pubbliku innifsu jista' ukoll jgħin li jiġu evitati tali inċidenti speċjalment billi josserva r-regolamenti applikabbli f'kull ħin.", "Dan jgħodd b'mod partikolari għas-sewwieqa ta' l-inġenji tal-baħar.", "WIED IL-GĦAJN - XATT - SKAJJEL IMSADDIN", "24759.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kellux xi talba biex jinbidlu skajjel imsaddin li jinsabu madwar ix-xatt, in-naħa tas-Siberija, ġewwa Wied il-Għajn, peress li jistgħu jkunu ta' periklu qabel jidħol l-istaġun tas-sajf", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima ma kellha l- ebda talba biex jinbidlu skajjel ġewwa Wied il-Għajn.", "ŻABBAR/ŻEJTUN/WIED IL-GĦAJN - TOROQ ĠODDA", "24760.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru metri ta' toroq ġodda matul l-1997, 1998.", "1999, 2000 u din is-sena f'dawn il-lokalitajiet; Ħaż- Żabbar, Żejtun, Wied il-Għajn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari Nru. 11166 u 22257.", "FMS - CHAIRMAN", "24761.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk iċ-chairman tal-FMS għandux xi dħul ieħor mill- fondazzjoni , apparti mill-onorarju ta' Lm7,000 fis-sena li inti semmejt fi tweġiba parlamentari preċedenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk l-Onor.", "Membru qiegħed jirreferi għal xi 'fringe benefits' li jista` jitqies bħala \"dħul\" skond l-Avviż Legali Att Numru 9, oltre mill-onorarja nirreferih għall-informazzjoni mgħotija fi tweġiba għall-mistoqsija numru 18238.", "GĦAWDEX - NGOS", "24769.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm sewa lill-gvern l-operat taċ-ċentru għal NGOs f'Għawdex minn mindu fetah sa l-aħħar ta' Frar 2001?", "Tista' tgħid jekk il-gvern daħħalx xi revenue matul l-istess perijodu?", "Jekk fl-affermattiv, kemm?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-operat taċ-Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi f'Għawdex sewa LM11,213.58 f'salarji u LM210.85 fi spejjes rikorrenti minn meta nfetaħ sa l-aħħar ta' Frar 2001.", "L­iskop li għalih twaqqaf dan iċ-Ċentru għall­Għaqdiet mhux Governattivi huwa sabiex jingħata servizz lil dawn l­għaqdiet u mhux biex ikun hemm xi dħul finanzjarju.", "GĦAWDEX - DIPARTIMENT - ACCOUNTS", "24770.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk jekk hux veru li s-sistema ta' l-accounts fid- dipartimenti tal-gvern f'Għawdex hix qed isir kemm bil-computer kif ukoll bl-idejn?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex qiegħed jiġri dan?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex qalbu għas-sistema kompjuterizzata ta' l-accounts magħrufa bħala d-Departmental Accounting System f'Lulju 2000.", "Fil-preżent hemm xi taqsimiet li għadhom qegħdin iżommu ċ-chargebooks bl-idejn ukoll.", "GĦAWDEX - ĦASIL TA' KAROZZI", "24771.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm intnefqu flus fil-ħasil ta' karozzi tal-gvern assenjati mas-segretarjat tal-Ministeru, ma' l-uffiċċju tas-segretarju permanenti, mad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministru għal Għawdex, u mat-taqsimiet ta' l-istess dipartimenti, kull każ għalih, matul is-sena 2000?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 il-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta' Lm110.40 fil-ħasil tal-karozzi tal-gvern assenjati mas-sezzjonijiet li jaqgħu taħtu.", "Lm20.80 minn dan l-ammont intefaq mis-Segretarjat Privat filwaqt li l-bqija ta' Lm89.60 intefqet mis- Segretarjat Permanenti.", "Id-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, dak għall-Proġetti u Żvilupp u dak tal-Customer Services ma nefqu l-ebda ammont f'ħasil ta' karozzi matul l-istess sena.", "GĦAWDEX - RABAT - BUS TERMINUS", "24772.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm se jonfoq il-gvern biex jagħmel it-trial holes madwar il-bus terminus tar-Rabat ta' Għawdex u l-inħawi tiegħu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l­Geological Site Investigation għal­bus terminus u l­inħawi tiegħu fir­Rabat, Għawdex, hija stmata li ser tiswa Lm14,656 (inkluz il­VAT)", "MISTOQSIJIET PARLAMENTARI", "24773.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm għandha mistoqsijiet parlamentari pendenti u/jew mhux imwieġba?", "Tista' tagħti lista tan-numri ta' dawn il-mistoqsijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li hemm 46 -il mistoqsija parlamentari pendenti u/jew mhux mwieġba mill-bidu ta' din il-leġislatura sas-seduta Nru 524.", "In-numri ta' dawn il-mistoqsijiet parlamentari huma mogħtija fil-lista sussegwenti", "Numru ta' Mistoqsijiet Parlamentari pendenti u/jew mhux imwieġba.", "|1849|2009|2643|3636|3637|5214|7047| |, |, |, |, |, |, |, |", "| |7155|9059|1048|1166|1195|1406|1493| |, |, |1, |4, |8, |7, |3, |", "| |1494|1568|1600|1600|1600|1685|1685| |8, |7, |7, |8, |9, |6, |7, |", "| |1685|1686|1686|1686|1765|1772|1780| |9, |1, |2, |3, |5, |6, |7 |", "| |1812|1813|1826|1842|1864|1865|1865| |2, |8, |4, |0, |5, |5, |7, |", "| |1866|2015|2041|2084|2100|2154|2155| |1, |7, |5, |9, |8, |8, |7 |", "| |2192|2204|2209|2427| | | | |4, |3, |7 |2, | | | |", "|", "SPTAR SAN LUQA - OVERTIME", "24774.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fix-xahar ta' Frar 2001, ma kienx approvat l-overtime fis-sezzjoni tas-salarji fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARUA: L-Amministrazzjoni ta' l-Isptar għandha d-dritt li tirrakkomanda xogħol b'overtime, iżda dan jinħtieġ l-approvazzjoni tad- Diviżjoni minn 3 xhur qabel sakemm ma jkunx urġentament indispensabbli.", "F'dan il-każ intalbet kjarifika bil-miktub dwar ir-raġunijiet għaliex sar l- overtime partikulari li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.", "NAXXAR - LETTER BOX", "24775.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li titwaħħal letter box ħdejn il-kappella tas-Sagħjtar fin-Naxxar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-kriterji li timxi fuqhom il- Maltapost plc fir-rigward ta' talbiet għal kaxxi ta' l-ittri ġodda huma bażati fuq rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Postali Universali li f'kull lokalita' jkun hemm kaxxa ta' l-ittri għal kull 3,000 resident.", "In-Naxxar, b'popolazzjoni ta' madwar 10,000 resident, hu moqdi b'mhux inqas minn tmien kaxxi ta' l-ittri, inkluża waħda fi triq l-Emigranti kantuniera ma` Triq l-Amerika, Sgħajtar.", "Madankollu, Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjonijiet mill- Kunsill Lokali biex xi waħda jew iktar mill-kaxxi eżistenti jiġu rilokati b'mod li jkun imtejjeb is-servizz fil-lokalita'.", "NAXXAR - TELEPHONE BOX", "24776.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonsidra li titwaħħal telephone box fejn il- kappella tas-Sagħjtar fin-Naxxar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom sabiex tiġi kkunsidrata.", "ĦALIB XKUMAT", "24777.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħalib xkumat mhux se jibqa' jiġi provdut mid-dipartiment mix-xahar id-dieħel?", "B'liema prezz kien qed jinbiegħ dan il-ħalib xkumat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija għall- istampa maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni numru 427.", "Dan il- ħalib xkumat tat-trab kien jinbiegħ għal 80ċ il-kilo.", "LINJA TAT-TELEFON", "24778.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tingħata linja tat-telefon l-anzjana li l- partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex tiġi kkunsidrata.", "BANKA TAL-LOTTO", "24779.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex tinfetah banka tal-lotto?", "Fejn huma t-talbiet biex jinfetħu?", "Meta nfetħet l-aħħar waħda u fejn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-kriterji fil- preżent segwiti mid-Dipartiment tal-Lottu biex tinfetaħ banka tal-lottu huma li trid tkun f'ambjent li qiegħed ikun żviluppat jew f'xi post ieħor fejn ma hemmx banka tal-lottu u li din trid tkun f'distanza raġonevoli jekk il-lokal ikun ġa servut b'banka ohra.", "Il-banka trid tkun sitwata f'bini jew mibnija fuq art pubblika.", "Fil-preżent id-Dipartiment ma għandu ebda talba biex tinfetah xi banka f'post partikolari.", "L-aħħar banka tal-lottu li nfetħet hija dik li tinsab fis-sala tal-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "Din il-banka bdiet topera fit-3 ta' Mejju, 1999.", "SVPR - ARLOĠĠ", "24780.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l- arloġġ li hemm mal-faċċata ta' barra fil-wing il-ġdid li għadu kemm infetaħ f'St Vincent de Paule Residence?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża totali għall-arlogg li tqiegħed fil-frontispizju tal-blokk tas-Serenity Wards hija Lm17,217.39.", "Din is-somma tkopri dawn l-ispecifications skond il-quotation relattiva:-", "'The manufacture, supply and installation of a surface mounted 1600mm diameter acrylic ornamental tower clock;", "Gold leaf numerals and hands for optimum weather proofing performance;", "A Carillon computerised sound system with programmable chimes including the Malta Westminster Chime and external speakers;", "A GPS receiver and satellite control system to keep the clock at the precise time and self tune it in the case of a power failure;", "A battery back up for five days;", "A 10 year servicing and maintenance warranty.'", "L-arloġġ kompla sebbaħ il-blokk u l-courtyard spazzjuża u attrezzata bil- kumditajiet kollha għall-anzjani.", "Huwa ta' sodisfazzjon li tara ta' kuljum l-anzjani residenti fil-wards ta' madwar din il-courtyard u anke l-qraba tagħhom igawdu l-ambjent sabiħ li żgur qatt ma kien jeżisti f'San Vinċenz de Paule.", "SIGURTA' SOĊJALI - ĦLAS LURA", "24781.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont lill- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm għandu jagħti flus lura lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?", "Jista' dan l- individwu jiġi nformat bil-miktub?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persna kkonċernata kienet diġa' ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fis-16 ta' Frar 2001.", "Madankollu, il- persuna ġiet mibgħuta kopja tal-korrispondenza relattiva.", "SUSSIDJU FUQ DAWL U ILMA", "24782.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament tneħħilha s- sussidju fuq dawl u ilma?", "Tista' din l-anzjana tkun taf ir-raġuni bil- miktub?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "DJAR - MANUTENZJONI", "24783.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-mains ta' l- ilma li jinsabu taħt it-taraġ fi block 4, Luqa Road, Tarxien, jiġu magħluqa minħabba l-inkonvenjent li qiegħed jikkawża lill-anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba tal-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "PA - RESTAURANTS - PERMESSI", "24786.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-kriterji li fuqhom il-planning authority toħroġ permessi f'areas residenzjali għal restaurants?", "X'inhuma l-impatti li tikkunsidra bħala kriterji li fuqhom tiddeċiedi f'dan it-tip ta' każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi, kemm minħabba l-ħtiega ta' parking kif ukoll minħabba impatt li jista` jkollu fuq ir-residenti, il- kriterju prinċipali huwa d-daqs tar-restorant.", "Ovvjament akbar ma jkun ir- restorant aktar ikun hemm ħtieġa ta' parking u aktar ikun l-impatt fuq ir- residenti.", "L-Awtorita` ta' l-Ippjanar tqis ukoll x'hemm fl-area madwar ir- restorant propost.", "Jekk l-area in kwestjoni hija ddominata b'attivita kummerċjali, ikun aktar favorevoli li jinħareġ permess milli kieku l-area hija purament residenzjali.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - STIPENDJI", "24787.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23505 dwar stipendji ta' l-institute of health care, jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-verifiki msemmija dwar il-każ u x'riżultati inkisbu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif wegħdt fir-risposta għall-Mistoqsija 23505, saru l-verifiki meħtieġa kemm ma' l-amministrazzjoni ta' l-Institute of Health Care kif ukoll mat-taqsima tat-Teżor inkarigata minn dawn il-ħlasijiet u ma rriżulta li kien hemm ebda dewmien kif allegat.", "Anqas l-Istitut stess ma kellu ilmenti minn studenti li rċivew il-ħlasijiet tagħhom tard bi tliet ġimgħat kif kienet infurmata l-Onor.", "Membru.", "Jekk kien hemm xi każ partikolari li l-Onor.", "Membru taf bih u tista' tagħtini d- dettalji tiegħu, inkun nista' nerġa' nitlob li ssir verifika partikolari għal dan il-każ.", "GĦAWDEX - RABAT - TRAFFIC LIGHTS", "24788.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnu l-apparat tat-traffic lights li kien hemm f'salib it-toroq, Rabat, Għawdex?", "Tista' tgħid jekk hux se jitwaħħal x'imkien ieħor?", "Jekk iva, fejn?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li peress li għalissa m'hemmx użu tiegħu, l-apparat tat-traffic lights li kien hemm f'salib it-toroq, ir- Rabat, Għawdex huwa maħżun fl-istores tar-Roads Section, Fergħa tax- Xogħlijiet, tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.", "GĦAWDEX - IMPJEGATI", "24789.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati Għawdxin li jaqgħu taħtha, u skond il-grad, spiċċaw mill-impjieg bl-eta' matul is-sena 2000?", "Kemm spiċċaw minħabba mard?", "Kemm spiċċaw minħabba raġunijiet oħra, per eżempju, mewt, tkeċċija, riżenji, eċċ.?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 kien hemm 61- il impjegat tal-Ministeru għal Għawdex li spiċċaw mill-impjieg.", "43 minnhom spiċċaw mill-impjieg bl-eta', 7 minħabba mard, wieħed minħabba mewt u 10 rriżinjaw.", "Id-dettalji dwar dawn l-impjegati skond il-grad jinsabu fit- tabella sussegwenti:", "|Impjegati Għawdxin li Spiċċaw | |mill-Impjieg matul is-Sena 2000 |", "|", "|Grad |Impje|Raġuni li | | |gati |Spiċċaw | | | |mill-Impjieg |", "| | | |Et|Mar|Mew|Riżen| | | |a'|d |t |ji |", "| |Kap ta' |1 |1 | | | | |Skola | | | | | |", "| |Assistant |1 | 1| | | | |Kap | | | | | |", "| |Għalliema |6 |2 |1 | |3 |", "| |Instructor |3 |1 | | |2 |", "| |Supply |1 | | | |1 | |Teacher | | | | | |", "| |Kindergarte|1 |1 | | | | |n Assistant| | | | | |", "| |General |7 |3 | |1 |3 | |Hand | | | | | |", "| |Enrolled |2 |2 | | | | |Nurse | | | | | |", "| |Kok |1 |1 | | | |", "| |Health |5 |4 |1 | | | |Assistant | | | | | |", "| |Hospital |2 |2 | | | | |Auxiliary | | | | | |", "| |Medical |1 |1 | | | | |Officer | | | | | |", "| |Senior |2 |2 | | | | |Operative | | | | | |", "| |Supervisor |2 |2 | | | |", "| |Skrivan |1 | |1 | | |", "| |Care Worker|1 | | | |1 |", "| |Senior |1 |1 | | | | |Tradesman | | | | | |", "| |Security |1 | 1| | | | |Guard | | | | | |", "| |Time Keeper|1 |1 | | | |", "| |Heavy Plant|1 |1 | | | | |Driver | | | | | |", "| |Postal |1 |1 | | | | |Auxiliary | | | | | |", "| |Operative |1 |1 | | | |", "| |Porter |1 | |1 | | |", "| |General |13 |10|3 | | | |Hand | | | | | |", "| |Health |1 |1 | | | | |Attendant B| | | | | |", "| |Watchman |3 |3 | | | |", "| | | | | | | |", "| |Total |61 |43|7 |1 |10 |", "|", "GĦAWDEX - SEPARAZZJONIJIET", "24790.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm kawżi ta' separazzjonijiet pendenti quddiem il-qorti ta' Għawdex matul is-sena 2000?", "Kemm minnhom daħlu f'dik l-istess sena?", "Kemm inqatgħu jew ġew irranġati matul dik is-sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba tinsab fil-lista sussegwenti:", "Tagħrif dwar Separazzjonijiet quddiem il-Qorti t' Għawdex matul is-sena 2000.", "Separazzjonijiet personali - Ċitazzjonijiet", "|Pendenti fl-1/1/2000 |20 | |", "| |Introdotti matul |10 | | |is-sena 2000 | | |", "| |Total ta' | |30 | |Ċitazzjonijiet | | |", "| |Deċiżi matul is-sena |01 | | |2000 | | |", "| |Ċeduti matul is-sena |04 | | |2000 | | |", "| |Total terminati matul | |05 | |is-sena 2000 | | |", "| |Pendenti 31/12/2000 | |25 |", "| Separazzjonijiet personali - Rikorsi fil-Volontarja |Pendenti 1/1/2000 |05 | |", "| |Introdotti matul |38 | | |is-sena 2000 | | |", "| |Total ta' Rikorsi | |43 |", "| |Akkordati (degretati) |22 | | |matul is-sena 2000 | | |", "| |Irtirati matul is-sena |03 | | |2000 | | |", "| |Deżerti matul is-sena |09 | | |2000 | | |", "| |Total terminati matul | |34 | |is-sena 2000 | | |", "| |Pendenti 31/12/2000 | |09 |", "|", "GĦAWDEX - WATER TABLE - BOREHOLES", "24791.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Billi x-xitwa li għaddiet kienet waħda verament xotta għal Għawdex, tista' l-Ministru tgħid jekk ħaditx passi mal-korporazzjoni ta' l-ilma biex isir studju dwar is-sitwazzjoni tal-water table f'Għawdex u l-impatt fuq l- istess water table mill-ħafna boreholes li saru f'dawn l-aħħar snin li jista' jkun wieħed verament negattiv u li jirrovina l-ilma tal-pjan f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TOROQ - TENDERS/DIRECT ORDERS", "24794.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender inħarġet u kemm-il direct order ngħatat għal xogħol fuq toorq f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena, sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid separatament il-valur finanzjarju vvotat għal kull tender u direct order u min rebaħ dawn l-istess tenders f'kull każ, u min ngħata d-direct orders?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposti mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari Nru. 2192, 20264 u 21872, il-kumplament ta' l-informazzjoni ser tkompli tinġabar.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - IMPJEGATI - MASKLI", "24795.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ għadhom jaħdmu mingħajr maskla?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li l- maskli qegħdin fl-istore u baqgħu ma tqassmux lill-ħaddiema?", "Jista' jgħid meta waslu fl-istores dawn il-maskli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li l-użu tal-maskli ma setax jibda qabel ma saru l-arranġamenti kollha meħtieġa fi store apposta li kellu jitwaqqaf propju għall-użu ta' dawn il-maskli.", "L-iskop ta' dan l-istore huwa li permezz ta' ħaddiema li ntgħażlu volontorjament u li rċevew taħriġ apposta, l-apparat kollu jkun jista' jinżamm u jiġi mantenut f'kundizzjoni tajba.", "M'huwiex fil-ħsieb tad- Dipartiment tad-Drenaġġ li l-apparat jinħareġ fuq bażi personali u jingħata lin-nies bħala issue personali.", "Kull min ikollu bżonn l-apparat jista' jieħdu minn dan l-istore u jerġa' jirritornah x'ħin ilesti.", "In-nies li hemm ġo dan l-istore huma inkarigati biex jaraw li l-apparat jirritorna lura f'kundizzjoni tajba u biex inaddfu dan l-apparat kif meħtieġ.", "L-użu ta' dan l-istore ittardja xi ftit minħabba li parti mill-apparat ġie kkunsidrat mhux skond kif talab id-dipartiment u b'hekk kellu jerġa' jintbagħat lura biex jinbidel.", "Il-maskli huma disponibbli għal kull ħaddiem fid-Dipartiment wara li dawn ingħataw taħriġ intensiv dwar l-użu u taħriġ ieħor relatat li wkoll kellu jieħu xi żmien biex il-ħaddiema jkunu ppreparati tajjeb.", "Id-data ta' meta l-apparat ħażin inbidel u ġie kkunsenjat lid-Dipartiment hija l-Ġimgħa 16 ta' Frar 2001 iżda wieħed japprezza li wara din id-data kellu jsir xogħol ta' ppjanar fuq l-apparat bħal, eżempju jitwaħħlu n-numri (identification tags) fuq il-maskli kollha eċċ.", "ŻEJTUN - KUMMISSARJU TAL-ĠUSTIZZJA TAT-TRIBUNAL LOKALI", "24796.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kummissarju tal-ġustizzja tat- tribunal lokali taż-Żejtun jitlaq x'ħin irid minn seduta tat-tribunal u jitħallas xorta ta' seduta kompleta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Skond l-Att tal-Kummissarji ghall-Gustizzja, l-post u l-hin ta` meta jissejhu l-imharrka, hija responsabblita` tieghi.", "Min-naha l-ohra, t-tmexxija tas-seduta hija responsabbilta` shiha tal-Kummissarju ghall-Gustizzja.", "Huwa fl-interess tal-gustizzja li l-Kummissarju jittratta l-akbar numru ta` kazijiet possibbli, pero l-hlas tas-seduta mhux marbut ma` xi numru fiss ta` kazijiet f`seduta.", "AIR MALTA - TITJIRIET", "24797.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri f'titjiriet ta' l-Air Malta minn u lejn Londra fix-xitwa 1999/2000 u fix- xitwa 2000/2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li n-numru ta' passiġġieri fuq titjiriet ta' l-Air Malta minn u lejn Londra matul ix-xitwa 1999 / 2000 kien jammonta għal 91,863.", "Fix-xitwa 2000/2001 in-numru ta' passiġġieri kien ta' 102,479.", "Tajjeb jingħad li filwaqt li n-numru bejn Novembru 2000 u Frar 2001 huwa attwali, dak għal Marzu 2001 huwa estimu, peress li n-numru għall Marzu li għadda għadu mhux maħdum.", "QRATI - KAWŻI - MEMBRI PARLAMENTARI", "24798.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta' libell pendenti kontra membri parlamentari?", "Liema huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-prezent hemm 24 kawza ta' libell pendenti fil- Prim'Awla tal-Qorti Civili, 2 kawzi fil-Qorti ta' l-Appell u tlett kawzi ohra fil-Qorti tal-Magistrati (Malta), Gurisdizzjoni Kriminali, kontra Membri jew ex-Membri tal-Parlament.", "Il-Membri jew ex-Membri tal-Parlament huma:", "Fil-Prim'Awla.", "Dr. Frank Portelli (1); Michael Bonnici (1); Reno Calleja (1); Evarist Bartolo (5); Dr. Louis Deguara (1); Michael Falzon (2); Dr.Alfred Sant (4); Prim Ministru (1); Mario Galea (2); George Pullicino (1); Joe Grima (2); Dr.Austin Gatt (2); Noel Farrugia (1).", "Fil-Qorti ta' l-Appell Dr. Alfred Sant (1); Evarist Bartolo (1)", "Fil-Qorti tal-Magistrati (Malta)", "Evarist Bartolo (1); Dr. Austin Gatt (2)", "SUQ TAL-BELT - PARKING", "24799.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jiġu riservati postijiet għal parkeġġ għal vetturi ta' kerrejja is-suq tal-Belt fil- viċinanza ta' l-istess suq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fuq talba tal-Ministru tal-Gustizzja u l-Kunsilli Lokali, il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt, awtoriżża li jsiru parking bays bil-ħin fil-viċinanzi tas-suq għal vetturi tal-klijenti ta' l-istess suq.", "B'dan il-mod il-konsumatur ikollu opportunita' aħjar biex jipparkja viċin is-suq u jagħmel aktar użu mill-istess suq.", "Minħabba li l-ispazju fil-viċinanzi tas-suq hu ristrett, dawn il- faċilitajiet offruti lill-konsumatur ikollhom bilfors jiġu mneħħija jekk il- parkeġġ jiġi riservat għall-bejjiegħa tas-suq.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - PERSUNI B'DISABILITA'", "24800.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d- dipartiment akkomodazzjoni soċjali ma jqisx l-assi biex jalloka appartament lil persuna b'disabilita' severa ħafna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Persuna b'diżabilita' li taffettwa l-mobilita' tagħha, tingħata 20 punt żejda meta tapplika mad-Dipartiment, iżda xorta waħda trid tissodisfa l-kriterji l-oħra kollha biex l-applikazzjoni tagħha tiġi aċċettata u pproċessata.", "MARSA - POWER STATION - PRECIPITATORS", "24801.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara l-interpellanzi tiegħi numri 23928 u 24641, jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa sabiex inxtraw u jitwaħħlu precipitators fil-power station tal-Marsa ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-precipitators kienu twaħħlu meta l-power station tal-Marsa kienet titħaddem bil-faħam.", "Meta l-użu tal-faħam twaqqaf, il- precipitators ma baqgħux jiffunzjonaw tajjeb u twaqqfu.", "Is-sena li għaddiet, ħaddiema ta' l-Enemalta, taħt id-direzzjoni ta' l-inġiniera tal- Korporazzjoni, għamlu modifikazzjonijiet tekniċi.", "Saru wkoll diversi bidliet ta' apparat li kien spiċċa.", "Peress li ma nżammx rendikont separat ta' l-ispejjeż involuti f'dan ix-xogħol, mhux possibbli tingħata stima ta' tali spejjeż.", "SKIMMED MILK", "24802.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "24577 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizz tax-xiri ta' l-iskimmed milk issa ser jispiċċa wkoll mill-aħħar ta' Marzu?", "X'kienet ir-raġuni li l- Gvern kellu jwaqqaf dan is-servizz, u jekk dan il-ħalib kienx qed ikun issussidjat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellanta għar-risposta għall- Mistoqsija Parlamentari Numru 24777.", "PERSONAL INJURIES EMERGENCY PROVISIONS", "24803.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "24578 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u cioe: Jista' jgħid kemm persuni qed igawdu mill-personal injuries emergency provisions li kellha tidħol mill-1 ta' Jannar ta' l-1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qeda tirreferi għall-emenda ta' Artiklu 11 tar-Regolamenti fl-\"Iskim ta' l-1941 għal Malta dwar il-Korrimenti fil-persuna li jiġru lil pajżani\"(P.I.S.) u li saret permezz ta' l-Avviż Legali Nru. 194 ta' l-1999.", "F'Marzu 2001, l-għadd ta' dawn il-benefiċċjarji - li kulma jmur qed jonqos - kien ta' 51 persuna.", "FGURA - HOMPESCH ROAD", "24804.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijia parlamentari nru.", "24579 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinfurmana x'sar mill-flus ivutati fil- budget speech tal-2000 biex titkompla Hompesch Road, fil-Fgura?", "Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li din il-wegħda tittwettaq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-flus ivvutati għall-kostruzzjoni ta' Hompesch Road ma ġewx utiliżżati peress li t-tender ma laħqitx ġiet aġġudikata fis-sena 2000 u allura sar proviżjon ġdid fil-vot tas-sena 2001.", "Ix-xogħol biex l-offerti jiġu aċċettati għadu għaddej sabiex ikun jista' jitqabbad kuntrattur biex iwettaq il-proġett.", "SPTARIJIET", "24807.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li d-diviżjoni tas-saħħa ġentilment tara li jsiru showers għall-pazjenti fl-MS1 u l-MS2?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: MS1 u MS2 huma inklużi fil-pjan ta` refurbishment tal-parti l-iktar antika ta` l-Isptar San Luqa.", "It-tibdil mill-banjijiet li hemm fil-present biex isiru showers huma inklużi f'dan il-pjan.", "MIA - COLLECTIVE AGREEMENT", "24808.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid fiexwaslu d-diskussjonijiet fuq il- collective agreement ta' l-MIA?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-diskussjonijiet dwar il-Ftehim Kollettiv fil- Malta International Airport għadhom għaddejjin u għaldaqstant ma jkunx prudenti li f'dan l-istadju jingħataw dettalji.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - RUBBLE WALL BUILDERS", "24813.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jerġa' jsir eżami għal dawk il- labourers fid-dipartiment tax-xogħlijiet li jkunu jixtiequ jiġu kkunsidrati bħala rubble wall builders?", "Xi grad ikunu meta jikkwalifikaw għal rubble wall builders?", "Kemm hemm rubble wall builders jaħdmu mad- dipartiment tax-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tax- Xogħlijiet bħalissa qed taħdem fuq il-proċess biex tinħareġ sejħa għall- applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet vakanti bħala Senior Operative (Scale 17 - Rubble Wall Builder).", "L-impjegati kollha minn grupp 1 'il fuq huma eliġibli biex japplikaw għal dan il-post.", "Fil-preżent, fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, hemm 16-il persuna fil-grad ta' Senior Operative (Rubble Wall Builder).", "KORS TA' RESTAWR - VENEZJA", "24814.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni lill-Kamra dwar il-ħaddiema li marru Venezja jistudjaw fuq kors ta' restawr eż: Jekk dawn il-ħaddiema humiex se jiġu upgraded fil-pożizzjoni attwali tagħhom ta' skola?", "Hux il-każ li joħorġu applikazzjonijiet jew inkella rakkmandazzjoni minħabba l-esperjenza tagħhom?", "Meta hemm il-ħsieb li jsir dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat ukoll li, wara sejħa għall- applikazzjonijet miftuħa lill-impjegati kollha tas-servizz pubbliku bil- kwalifiċi meħtieġa, intgħażlu erba' ħaddiema biex imorru ċ-Ċentru Ewropew għat-Taħriġ fis-Snajja' tal-Wirt Kulturali ta' Venezia għall-kors ta' Mastro fir-Restawr tal-ġebel li nżamm bejn Settembru u Diċembru 2000.", "L- erba' ħaddiem amagħżula lkoll jaħdmu fi ħdan il-Ministeru ta' l- Edukazzjoni, tlieta fi gradi tekniċi mal-\"Ġlormu Cassar Restoration Unit\" u wieħed għalliem fi skola tas-snajja'.", "Dawn għaddew b'suċċess il-kors li għalih intbgħatu u bħal issa qiegħdin jipparteċipaw fit-tħejjija għall- korsijiet ta' bennejja u ta' restawr tal-ġebel liema xogħol qiegħed isir mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenta u Teknoloġija (KMAXT) u ċ-Ċentru Malti għar-Restawr (ĊMR).", "Hu maħsub li kwalunkwe upgrading ta' dawn il-ħaddiema għandu jsir billi jiġu segwiti proċeduri normali jiġifieri li l-esperjenza u t-taħriġ li huma ħadu jiġu kkunsidrati meta jiġu pproċessati r-risposti għas-sejħiet ta' promozzjoni fis-servizz pubbliku jew għar-rekrutaġġ ma' xi enti pubblika awtonoma bħal m'huma il-KMAXT u ċ-ĊMR.", "Ninsab informat li l-KMAXT beħsiebu joħroġ sejħiet għall-għalliema fl-Istitut għall-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni.", "STAMPERIJA TAL-GVERN - IMPJEGATI", "24815.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma l-intenzjoni li tiġi ntrodotta s-sistema ta' punch clock permezz tal-palm reading fl-istamperija tal-gvern?", "Kemm se tqum din is-sistema?", "Kemm ser jiġu ffrankati flus b'din is-sistema?", "Meta hemm il- ħsieb li tiddaħħal din is-sistema?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma illi se jiġi impjegat tabib ma' l- istamperija tal-gvern?", "Kemm se jiswa dan l-ingaġġ?", "X'wassal għal dan l- ingaġġ?", "Dan ġara għax il-Prim Mnistru tilef il-fiduċja fit-tobba privati li kienu qed joħorġu ċ-ċertifikati?", "Jekk dan ma kienx il-każ, x'wassal għall-ingaġġ ta' tabib privat esklussivament għal dan id-dipartiment ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li l-\"Management\" ta' l- Istamperija tal-Gvern qed jistudja l-implimentazzjoni ta' sistema ta' verifika ta' attendenza u sistema ta' verifika biex ma jkunx hemm abbuż mis- \"sick leave\"", "Deċiżjoni finali għadha ma itteħditx.", "SANTA VENERA - TOROQ", "24816.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jaf il-Ministru li s-segwenti toroq f'Santa Venera ossia , Abela Street, V. Bugeja Street, Canon Bonnici Street, n/s in Canon Bonnici Street, n/s in Ġuże Pace Street jinsabu lkoll fi stat dilapidat u għandhom bżonn li jsir xogħol fuqhom urġentement?", "Jaf il-Ministru li l-istat dilapidat ta' dawn it-toroq qed ikun konduċenti biex jinġabar ħafna ħmieġ u li għalhekk qed jinħolqu ħafna problemi ta' saħħa?", "Japprezza l-Ministru l-preġudizzju li qed isofru n-nies f'dawn it-toroq?", "Jikkunsidra l-Ministru li urġentement jesegwixxi x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-parti l-kbira tat-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huma diġa asfaltati ħlief għall-partijiet qosra fit- truf tagħhom fejn l-iżvilupp sar aktar riċenti .", "Filwaqt li xogħol ta' manutenzjoni fiż-żoni asfaltati jagħmlu l-Kunsill Lokali x-xogħol ta' l-asfalt il-ġdid bħal f'lokalitajiet oħra irid bilfors isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol li għandu quddiemu d-Dipartiment.", "AFM", "24817.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li applikaw għal suldati fl- aħħar sejħa li saret ftit ġranet ilu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-sejħa għall-applikazzjoni ħarġet mid- Direttur ta' l-Eżamijiet u l-Bord ta' l-Eżamijiet Pubbliċi Lokali kif avżat fil-Gazzatta tal-Gvern Nru17061 tas-27 ta' Frar 2001.", "Għaldaqstant il- mistoqsija għandha tiġi diretta lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ĦAMRUN - TRIQ ĊENSU BUGEJA", "24818.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata l- bankina li hemm quddiem il-bieb 24 Triq Censu Buġeja, Ħamrun, u peress li din hija mħaffra u perikoluża?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il- prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.", "Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsilli tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.", "VALLETTA - MANUTENZJONI", "24819.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li ssir xi ħaġa biex l-area tal-barrakka ta' isfel u l-madwar tingħata dehra aħjar kif tixraq?", "Jista' jara li jkun hemm aktar dawl, u jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm latrina?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant rigward id-dawl ser tiġi mistħarġa.", "Għar-rigward tal-latrina ser jinħarġu l- offerti għal din fil-ġranet li ġejjin.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "24820.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru transfers ta' pulizija minn Settembru 1998 sal- lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għal perijodu mis-6 ta' Settembru 1998, sas-27 ta' Novembru 2000, nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21632.", "Dwar il-perijodu bejn it-28 ta' Novembru 2000, u s-27 ta' Marzu 2001, ninsab infurmat li kien hemm 37 membru tal-Korp li tbiddlilhom ix- xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp.", "TARZNA - TISWIJIET", "24821.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri għat-tiswija fit-tarzna mill-1990 sal-lum, sena sena?", "Jista' wkoll jgħid kemm sar xogħol, f'ammonti monitarji, sena sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: In-numru ta' vapuri, inkluż il-valur approssimattiv tax-xogħol, li daħlu biex jissewwew fit-Tarzna matul dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:", "SENA NRU TA' VAPURI VALURLm miljuni 1990 209 17.5", "1991 228 18.0", "1992 172 14.7", "1993 146 14.3", "1994 119 14.3", "1995 118 12.5", "1996 127 14.0", "1997 108 11.2", "1998 101 11.9", "1999 104 11.0", "2000 132 9.7", "2001 43 7.0", "AIR MALTA - AJRUPLANI", "24822.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-flotta ta' ajruplani ta' l-Air Malta?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin li ilha mwaqqfa l- Air Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - CARE WORKERS", "24830.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra li l-care workers li jaħdmu mad-dipartiment ta' l-anzjani jingħataw kariga fissa mad- dipartiment?", "Japprezza l-Ministru li l-istatus tagħhom huwa wieħed preġudikali u dan għaliex jaħdmu kważi daqs ħaddiema full-time u jitħallsu biss Lm1.50 fis-siegħa u ma jikkwalifikaw għal ebda benefiċċju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-care workers li jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Anzjani huma kollha ħaddiema fissi mad- Dipartiment u għalhekk jitħallsu s-salarju skond il-grad tagħhom bil- benefiċċji kollha dovuti.", "NI CONTRIBUTIONS", "24831.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-NI contribution li nġabret matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Kemm kienu minn entitajiet privati, kif ukoll minn self-employed u minn ħaddiema tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "ETC", "24832.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, matul dawn l-aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għan-News Releases li jiġu ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jew għall-website http://www.magnet. mt/home/cos.", "SVPR - CSAS", "24833.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu CSAs f'St Vincent de Paule Residence dan l-aħħar?", "Minn liema lokalitajiet ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan l-aħħar kellhom jiddaħħlu ta' malajr numru ta' CSA's fir-Residenza San Vinċenz biex jagħmlu xogħol ta' tindif fis-Serenity Wards li għadhom kemm infetħu.", "Il- 11-il CSA's li bdew jaħdmu dan l-aħħar ġejjin minn Ħal-Luqa, Isla, Furjana, Ħamrun u Żebbuġ.", "SA - SINGLE PARENTS", "24834.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm single parents li bbenefikaw mill-SA allokata għalihom skond il-liġi matul is-snin 1995-2000 sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, l-Għajnuna Soċjali fil-forom kollha tagħha, titħallas skond il-provvedimenti ta' l-Artiklu 30.", "Peress li r-rata ta' Għajnuna titħallas, fost affarijiet oħra, skond in-numru ta' persuni fil- familja, ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm minn dawk li jitħallsu huma single parents.", "Madankollu nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22982 li tagħti informazzjoni biss dwar l-ommijiet mhux miżżewġa.", "SAN ĠILJAN - BEACH FURNITURE", "24837.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex, minkejja diversi drabi ntqal li l- beach furniture li tpoġġiet fil-bajja taħt it-Taormina kiosk, San Ġiljan , kellhom jiżżarmaw u jitneħħew matul ix-xhur tax-xitwa, fil-fatt minn dan kollu ma sar xejn u din il-beach furniture baqgħu mwaħħlin fil-post?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - APPLIKAZZJONI", "24838.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi applikazzjoni lill-awtorita' ta' l-ippjanar għal bini ta' bankina ġdida f'Idmejda Street, Balzan, mill-kunsill lokali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni 1112/01, għal bini ta` bankina fi Triq Idmejda Balzan, daħlet fit-8 ta` Marzu 2001 u bħalissa qed tiġi proċessata.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TA' SENTER", "24839.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu jżomm li applikazzjoni għal liċenzji tal-ġarr ta' senter li saru fl-għassa tan-Naxxar, li wħud minnhom imorru lura minn Ottubru tas-sena l-oħra, għadhom sal-lum ma ġewx proċessati?", "Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata għax dan id-dewmien huwa esaġerat u jista' jitqies anke diskriminatorju?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn Ottubru tas-sena 2000 u Marzu 2001 ġew irreġistrati mill-Pulizija madwar 39 applikazzjoni fl-Għassa tan-Naxxar għall-liċenzji tal-ġarr ta` senter.", "Dawn ġew proċessati mid- Distrett skond il-proċedura stabbilita.", "Dawn issa qed jistennew l- appuntament għat-test li jsir mill-Uffiċċjali tal-Ministeru tal-Ambjent skond l-iskeda tagħhom.", "RAĦAL ĠDID - LUQA ROAD - PELICAN LIGHTS", "24840.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għat-twaħħil tal-pelican lights f'Luqa Road, Raħal Ġdid, li kienet ġiet approvata mill-bord tat-traffiku s-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid:", "(1) Għalfejn ġew imwaqqfa milli jagħmlu x-xogħol in kwestjoni l-ħaddiema minn persuni li sabu oġġezzjoni, wara li diġa' ttieħdet id-deċiżjoni tal- bord?", "Għalfejn din id-deċiżjoni tal-bord ma tiġix enforced jekk hemm bżonn anke bl-għajnuna tal-pulizija?", "(2) Jista' l-Ministru jikkonferma, jew jiċħad, dak li ġie rrapportat lili, li min qed iwaqqaf ix-xogħol qed jgħid li għandu l-backing ta' segretarju parlamentari tal-gvern, kontra r-rieda tal-poplu kważi kollu li jiffrekwentaw l-inħawi?", "(3) Meta se jsir ix-xogħol u tispiċċa darba għal dejjem din is-sitwazzjoni redikola u jispiċċa l-periklu għar-residenti ta' Raħal Ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li hija ħaġa normali li meta jkunu ser jitwettqu d-deċiżjonijiet tal-Bord isiru aġġustamenti fis-setting ta` dak li jkun qed jiġi mplimentat bi qbil ma' l-istess Bord.", "Fil-każ imsemmi jirriżulta li l-aktar post li jaqsmu nies fih huwa ftit aktar il-fuq minn fejn fil-fatt kien ippjanat li jsir il-pelican crossing li għalkemm fl- istess triq jaqa fil-konfini tal-Kunsill ta` Ħal Tarxien.", "Fil-mument ix-xogħol kellu jerġa jieqaf peress li saru sottomissjonijiet ġodda dwar fejn għandha titpoġġa din il-pelican crossing mill-Kunsill ta` Raħal Ġdid li fil-preżent qegħdin jiġu kkunsidrati mill-Bord u mid- Dipartiment.", "Dwar it-tieni domanda ma jirriżultax li dan l-ajdut wasal għand il-Bord jew id-Dipartiment.", "FOOTBALL TEAMS - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "24850.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jindika jekk l-istess għajnuna finanzjarja li qed tingħata lill-Belt (football team) għat-turfing tal-ground tal-football hix tingħata wkoll lill-Birkirkara FC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għajnuna li qegħda tingħata lill- Valletta F.C. hi skond il-ftehim li kien sar fl-1996 meta kien inħass il- bżonn ta' investiment għal faċilta` sportiva fil-Belt Valletta minħabba n- nuqqas ta' faċilitajiet f'din il-lokalita`.", "Ix-xogħol li qiegħed isisr bħalissa huwa mmirat sabiex ikun konkluż il- proġett marbut ma' din l-għajnuna.", "Il-Club tal-Football ta' B'Kara irċieva għajnuna diretta għall-manutenzjoni tal-pitch tal-Football mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport fis-sena 2000.", "L-istess Club irċieva għotja ta' floodlights, arbli u cable tad-dawl mill- Korporazzjoni Enemalta biex jitwaħħlu fil-5-a-side football pitch li kien inawgurat fis-sena 2000.", "Ma sareb ebda talba oħra għal għajnuna minn B'Kara F.C.", "Il-Budget kapitali għall-isports fit-tlett snin li ġejjin huwa kommess għall-bini ta' kumplessi sportivi nazzjonali kif imwiegħed fil-programm elettorali u għal upgrading tal-faċilitajiet li ser jintużaw għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.", "SVPR - ARLOĠĠ", "24851.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega kif Ħas-Serh kien hemm finanzi biżżejjed sabiex jinxtara arloġġ għas-somma ta' madwar Lm1,500 meta ma kienx hemm madwar Lm1,000 biex jinxtara air-conditioner tant bżonjuż fis-sala Rużar Briffa?", "Jikkonferma l-Ministru li dan jammonta għal malamministrazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar preċiż u speċifiku fid-domandi li qiegħed jagħmel billi jgħid:", "a) jekk b'Ħas-Serħ iridx jifhem San Vinċenz de Paule;", "b) għal-liema arloġġ qiegħed jirreferi li nxtara madwar Lm1500;", "c) għal-liema sala fil-kumpless ta' Rużar Briffa qiegħed jirreferi.", "DRENAĠĠ - INKJESTI", "24862.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-inkjesti li kellhom isiru dwar l- inċident fil-fossa tad-drenaġġ li seħħ aktar minn sena ilu?", "Meta se jiġu konklużi dawn l-inkjesti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18782 (Seduta 364).", "Il- pożizzjoni għadha l-istess.", "XOGĦLIJIET - EMBELLISHMENT", "24863.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet li kienu approvati li jsiru taħt il-vot ta' l-embellishment għal matul din is-sena u l-lokalita' fejn se jitwettqu dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru taħt il-vot ta' l-embellishment (Touristic Areas) għal matul din is-sena huma dawn li jidhru hawn taħt:", "1.", "Sliema - It-tieni fażi tax-xogħol fuq il-Promenade (minn fejn it- Torri sa fejn Barracuda Restaurant) li jinkludi wkoll upgrading tal-playing field ħdejn it-Torri, restawr tat-Torri u rranġar tal-playing field fi Ġnien Indipendenza.", "Xogħol fuq il-bankini u storm water system fi Triq it- Torri u n-naħa tar-residenzi.", "2.", "San Ġiljan - L-ewwel fażi ta' upgrading tal-promenade fi Triq Ġorġ Borg Olivier minn fejn iċ-Chains sa fejn il-pitch tal-waterpolo ta' San Ġiljan.", "3.Marsascala.", "*Xogħol ta' tisbiħ fil-bajja ta' San Tumas (ix-xogħol jinbeda hekk kif joħroġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.)", "*Tkomplija tax-xogħol fuq il-Promenade (minn ħdejn Spigola Restaurant sa St. George's Street).", "*Qed jiġu ppreparati t-tenders għat-tielet u r-raba' fażi ta' restawr tat- Torri ta' San Tumas u r-redoubt.", "4.", "Marsaxlokk *Xogħol ta' resurfacing ta' parti minn Triq il-Wilġa.", "*Għarik tal-pavimentar tal-gawwi f'Misraħ il-Parroċċa.", "*Xogħol ta' retaining walls ħdejn il-ground tal-futbol.", "5.Birżebbuġia - Tlestija tax-xogħol fil-Bajja s-Sabiħa.", "6.", "Buġibba/Qawra - Hu ppjanat li jinbeda xi xogħol fl-inħawi tax-Xemxija in kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-Ministeru tat-Trasport.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "24886.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tikkonfeerma jekk hux minnu li l-staff kollu fl-administration block ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex se jiġi trasferit għal post ieħor imwarrab in-naħa ta' l-isptar mentali?", "Jekk fl-affermattiv, għal xiex se jintuża l-istess administration block?", "Fejn se jsibu ruħhom il-lockers tan- nurses u l-fattigi li jaħdmu fl-isptar mentali, liema lockers qegħdin f'dawn il-kmamar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li wara li ttieħdet id­diċiżjoni li l-faċilitajiet tas-Saħħa Istituzjonali f'ta' l-Ibraġġ jibdew jiġu kkunsidrati bħala sptar wieħed b'amministrazzjoni waħda, issa ġie deċiż li l-parti l-kbira ta' l-impjegati ta' l-amministrazzjoni jiġu trasferiti mill- parti l-qadima għall-parti l-ġdida ta' l-amministrazzjoni ta' l-isptar.", "Għadhom qegħdin jiġu diskussi l-possibiltajiet ta' l-użu tal-kmamar li ser jiġu mbattla.", "Rigward il-lockers ta' l-impjegati, qiegħed isir xogħol ta' refurbishment sabiex ikun hemm spazju adekwat għac-changing rooms ta' l- impjegati kollha.", "DJAR - GĦAWDEX - TAĊ-ĊAWLA", "24888.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min hu responsabbli għadu sal-lum ma ħa l-ebda passi dwar perikolu serju li hemm fis-saqaf tal-kamra tal-banju li jifred iż-żewġ flats fi block C, Flat 1 u block C Flat 3, f'Taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex, liema saqaf qiegħed jaqa' biċċa biċċa?", "Għaliex ma ntbagħatx perit biex jagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa?", "Għaliex il-ħaddiema għadhom ma ntbagħtux biex jirranġaw il-gallerija ta' block C Flat 3, f'Taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex, li wkoll qiegħda taqa' biċċa biċċa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saret ebda talba lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jiġi spezzjonat is- saqaf indikat u għalhekk ma saritx spezzjoni.", "Għalhekk qiegħed ngħaddi dan il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga, kif qiegħed nagħmel dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.", "GĦAWDEX - KUNSILL GĦAL EDUKAZZJONI", "24889.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid meta twaqqaf il-kunsill għal edukazzjoni għal Għawdex?", "Min huma l-membri li ġew nominati mill-Ministeru?", "Min huma l-membri l-oħra li ġew nominati mis-sezzjonijiet rispettivi tagħhom?", "Meta saret jew sejra ssir l-ewwel laqgħa u/jew jekk saret x'kienet l-agenda?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni għal Għawdex twaqqaf f'Diċembru 2000.", "Il-Membri maħtura mill-Ministeru għal Għawdex huma:", "Is- Sur Anton Farrugia – President Is-Sur George Cassar – Vici President Is-Sur Michael Cassar – Segretarju ex-ufficcio bħala Assistant Direttur, Uffiċċju ta' l-Edukazzjoni - Għawdex", "Il-Membri l-oħra nominati mid-diversi organizzazzjonijiet huma :", "Is-Sur Anton Portelli A/Kap – bħala rappreżentant ta' l-Iskola Post Sekondarja Sir M.A. Refalo", "Is-Sinjura Doris Cini A/Kap – bħala rappreżentant ta' l-Iskola Sekondarja AgiusDe Soldanis Is-Sur Carmel Attard Kap – bħala rappreżentant ta' Ninu Cremona Lyceum Complex", "Ms Evelyn Galea,Rappreżentanta ta' l-Iskejjel Primarji ta' l-Istat", "Mr Charles Bezzina, Rappreżentant ta' l-Iskejjel tas-Snajja ta' l-Istat", "Ms Joy Frendo, Rappreżentanta ta' l-Iskejjel Speċjalizzati ta' l-Istat", "Mrs Vivienne Galea Pace, Rappreżentanta taċ-chairpersons tal-Kunsilli tal- Iskejjel", "Mr Spiro Sillato, Rappreżentant ta' l-għalliema fil-Kunsilli ta' l-Iskejjel", "Mr Paul Galea , Rappreżentant tal-ġenituri fil-Kunsilli ta' l-Iskejjel Il-Kap ta' l-Iskola tas-Seminarju", "Rev. Arċ.", "Karm Gauci, Rappreżentant ta' l-Iskejjel Primarji tal-Knisja", "Mr Antoine Vassallo, Rappreżentant tal-Malta Union of Teachers", "Mr Joseph Borg, Rappreżentant tal-Gozo Business Chamber", "Mr Paul Scicluna, Rappreżentant tal-Gozo Tourism Association", "Mr Marvic Cassar, Rappreżentant tal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħrig", "Prof. Lino Briguglio, Direttur taċ-Ċentru ta' Għawdex ta' l-Universita'", "Mrs Frances Attard, Rappreżentanta ta' dawk li jaħdmu ma' persuni b'dizabilita", "Ir-rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali Għawdxin u tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp għad iridu jiġu maħtura.", "L-ewwel laqgħa tal-Kunsill saret nhar il-Ħamis 8 ta' Frar 2001 u l-aġenda kienet tinkludi il-qari tal-minuti tal-Laqgħa Ġenerali, korrispondenza u materji oħra.", "ADOZZJONI TA' TRABI", "24891.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kwalitajiet li jrid ikollha koppja biex isirilha home study report għal adozzjoni ta' tarbija minn pajjiż barranin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Home Study Report isir wara li tiġi sottomessa applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja minn koppja li tkun trid tadotta.", "Koppja li tapplika għal adozzjoni trid tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil- liġi, jiġifieri, trid tkun ilha miżżewġa għal aktar minn ħames snin u waħda mill-partijiet trid tkun għalqet 30 sena iżda ma jkollix aktar minn 60 sena.", "ADOZZJONI TA' TRABI", "24892.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il-home study report tal-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex ikunu jistgħu jadottaw tfal mir-Rumanija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Home Study Report li qiegħda tirreferi għaliħ l-Onor.", "Interpellanti tlesta f'Novembru 1997.", "PULIZIJA - MOUNTED POLICE", "24907.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni rigward is-sezzjoni tal-mounted police fejn qed ikun allegat li erba' membri jaħdmu bl-24 siegħa filwaqt li l- kumplament (madwar 15) jaħdmu bi 8 sigħat, b'detriment finanzjarju għal dawn ta' l-aħħar?", "Fuq liema kriterju jiġu magħżula biex jagħmlu dan ix- xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn dejjem kienet il-proċedura illi f`din it-taqsima, erba` minn numru ta` membri tal-Korp stazzjonati fiha, jaħdmu bl-24 siegħa.", "ŻJARA TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA", "24908.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Rigward ir- risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "23554, jista' l-Prim Minstru jgħid min huma l-membri fil-kumitat organizzattiv tal-gvern biex jikkordinaw l-organizzazjoni taż-żjara f'Malta tal-Qdusija Tiegħu l-Papa, flimkien mal-arċidjoċesi ta' Malta?", "Kemm-il darba ltaqa' l-kumitat organizzattiv tal-gvern u min kien preżenti?", "Kemm-il darba ltaqa' l-kumitat organizzattiv tal-gvern u ta' l- arċidjoċesi ta' Malta?", "Min kien preżenti għan-naħa tal-gvern?", "X'inhi r-raġuni li l-ambaxxaturi ta' Malta għal Vatikan ma jiffurmax jew ma kienx jifforma parti mill-kumitat tal-Gvern Malti li qed jikkordina l- organizzazzjoni taż-żjara f'Malta tal-Qdusija Tiegħu l-Papa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23554 li l-Kumitat Organizzattiv kellu żewġ laqgħat preparatorji.", "Membri rappreżenanti ta' dipartiment u entitajiet tal-Gvern kellhom laqgħat varji u separati kif soltu jsir f'viżti uffiċjali u statali.", "L-Ambaxxatur ta' Malta għall-Vatikan ikun mistieden meta hu meħtieġ.", "SERVIZZ PUBBLIKU - HOSPITAL SURVEILLANCE OFFICERS", "24909.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li għaddew mill-eżami bil-miktub biex jilħqu hospital surveillance officers fid- dipartiment tas-saħħa?", "Jista' jgħid jekk sarux investigazzjonijiet wara li tħabbar ir-riżultat ta' l-eżami bl-miktub?", "Jista' jikkonferma jekk xi impjegati li kienu oriġinarjament għaddew mill- eżami, isimhom ġiex imneħħi mil-lista li oriġinarjament kienet ippubblikata?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi oħra ttieħdu mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku, mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, jew mid-dipartiment tas-saħħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jidher illi l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-eżami ta' Security Guard, peress li l-grad ta Hospital Surveillance Officer kien ġie assorbit f'dan il-grad permezz tar-riforma tas-Servizz Pubbliku tal-1991.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-kandidati li għaddew mill-eżami bil-miktub.", "Nikkonferma li saru investigazzjonijiet wara li tħabbar ir-riżultat ta' dan l-eżami u ġie deċiż li jitneħħa isem ta' persuna mill-lista li oriġinarjament kienet pubblikata.", "Peress li d-dixxiplina issa ġiet delegata lid-dipartimenti, il-Kap tad- Dipartiment konċernat ġie mitlub jara x'passi għandhom jittieħdu f'dan il- każ.", "GOZO CHANNEL", "24910.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fil-long weekend ta' bejn is- 16 u d-19 ta' dan ix-xahar, inħolqu queues enormi minn vetturi li kienu qed jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer?", "Jaħseb il-Ministru li dan kien assoċjat/marbut man-nuqqas ta' servizz li qed tipprovdi l-korporazzjoni Gozo Channel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil- mistoqsija, ir-raġuni għaliex matul il-long weekend ta' bejn it-18 u d-19 ta' dan ix-xahar inħolqu queues minn vetturi li kienu qed jaqsmu bejn iż- żewġ gżejjer ma kienx dovut għan-nuqqas ta' servizz provdut mill-Gozo Channel kif jirriżulta minn diversi fatturi, fosthom", "1. in-numru kbir ta' vetturi li qasmu bejn il-gżejjer bejn il-Ġimgħa 16 ta' Marzu u t-Tnejn 19 tax-xahar.", "Infatti matul dawk il-ġranet mill-Mġarr għaċ-Ċirkewwa qasmu 5,154 karozza u 51 trakk, filwaqt li miċ-Ċirkewwa għall- Mġarr qasmu 5,415 il-karozza u 61 trakk.", "2.", "Il-Ġimgħa 16 ta' Marzu kien għadu qed isir xogħol fuq il-moll numru wieħed ta' l-Mġarr u għaldaqstant seta' jintuża biss il-moll numru tnejn.", "3.", "Dakinhar il-vapur MV Gaudos kellu jagħmel il-vjaġġ tal-merkanzija minn Sa Maison minħabba li kien ġej long weekend.", "4.", "Fl-istess ġrnata saru 64 vjaġġ, jiġifieri 16 żejda.", "5.", "Is-Sibt 17 tax-xahar, is-servizz mexa tajjeb, bit-tlitt vapuri jagħmlu bejniethom sittin vjaġġ, jiġifieri tnax iżjed min-normal.", "6.", "Il-Ħadd 18 ta' Marzu saru 62 vjaġġ, jiġifieri 16-il vjaġġ aktar minn dawk skedati.", "7.", "It-Tnejn 19 tax-xahar, minkejja diversi diffikultajiet, il-vapuri għamlu xejn anqas minn 80 vjaġġ, li jfissru 34 vjaġġ aktar minn dawk skedati.", "B'dawn il-fatti quddiemna, ma naħsibx li wieħed jista' jattribwixxi xi nuqqas lill-Gozo Channel.", "KEMMUNA - RIMI TA' SKART", "24911.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li ħdejn/qrib ir-razzett tal-majjali f'Kemmuna qed jintrema skart li ġej minn diversi stabbilimenti li jospitaw nies mhux Maltin biss iżda anke barranin?", "Jekk veru jista' jieħu passi biex dan il-post tant qrib l-imsemmi razzett ma jkomplix jintuża bħala refuse dump?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi qed isiru diskussjonijiet sabiex jitneħħa dan l-isgombru.", "GOZO CHANNEL - ĦSARAT FUQ VAPURI", "24912.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsarat li ġarrbu s'issa l-vapuri l-ġodda Ta' Pinu u Gaudos minn mindu bdew joperaw?", "Kemm tħassru trips/vjaġġi bejn Malta u Għawdex minħabba dawn il-ħsarat?", "Kemm tammonta l-ispiża biex l- imsemmija ħsarat ġew/jew ser jiġu rranġati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li s'issa l-vapuri ġodda tal- Kumpanija Gozo Channel ġarrbu ħsara, li dejjem kienet ta' natura teknika, fil-ġranet elenkati hawn taħt.", "MV Ta' Pinu matul is-sena 2000 fil-25 ta' April, fil-31 ta' Mejju, fit-30 ta' Ġunju, fit-8, fl-10 u fil-25 ta' Lulju, fis-17 u fid-19 ta' Awissu, fis- 27 ta' Settembru u matul din is-sena fit-8, fid-9, fid-19, fl-20 u fil-21 ta' Jannar u fid-19 ta' Frar.", "MV Gaudos matul din is-sena fl-14, fil-15, fit-18, fis-26 u fis-27 ta' Marzu.", "B'riżultat ta' dawn il-ħsarat, b'kollox tħassru 24 vjaġġ bejn iż-żewġ vapuri.", "L-ispejjeż ta' dawn il-ħsarat huma kollha koperti mill-garanziji rispettivi tal-vapuri.", "GOZO CHANNEL - FUEL OIL", "24914.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-konsum ta' fuel oil li l-vapuri tal-Gozo Channel qed jikkunsmaw fil-ġimgħa, vapur b'vapur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-rata ta' konsum ta' fuel fis-siegħa tal-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel li qed joperaw bħalissa huwa kif ġej:", "Cittadella 141 litru", "Mġarr 143 litru", "Calypso 180 litru", "Ta' Pinu 475 litru", "Gaudos 475 litru", "Il-kosum fil-ġimgħa jiddependi fuq kemm ikun ħadem il-vapur u fuq liema rotta kien.", "GOZO CHANNEL", "24915.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-kumpannija Gozo Channel tat struzzjonijiet lill-kaptana biex il-vapuri l-ġodda, ie Ta Pinu u Gaudos, jitħaddmu fuq żewġ makni flok fuq erbgħa?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi r- raġuni għala ngħatat struzzjoni bħal din?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fl-20 ta' dan ix-xahar, il- Kumpanija Gozo Channel ħarġet ċirkolari indirizzata lill-Masters u CHief Engineers tal-Kumpanija li permezz tagħha ingħataw linji ta' gwida dwar l- operat taż-żewġ vapuri Ta' Pinu u Gaudos.", "Fost ir-rakkomandazzjonijiet li fiha din iċ-ċirkolari, hemm dik li ż-żewġ vapuri jitħaddmu b'mod effiċjenti u ekonomiku iżda fuq kollox b'sigurta'.", "GOZO CHANNEL - IMPJEGATI", "24916.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju qed jintgħażlu l-baħrin/ħaddiema tal-kumpannija Gozo Channel sabiex jaħdmu l-overtime?", "Peress li hemm tħassib serju ta' kif qed jitqassam l-overtime f'din il-kumpannija, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'overtime ingħata kull baħri/ħaddiem matul dawn l-aħħar tliet snin, sena sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li s-ahra fil-Kumpanija Gozo Channel tinħadem fuq bażi ta' roster.", "Ma naħsibx li jkun prudneti li jiġi ppubblikat l-ammont ta' flus li kull impjegat tal-Kumpanija qed jirċievi bi ħlas għas-sahra li jkun għamel.", "QORMI - BANKINA", "24922.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bankina ġdida li tinsab proprju quddiem il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament tistax titqasar b'mod li l-bankina tispiċċa qabel u mhux wara l-fond in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-mod kif inbniet il-bankina ġie ddettat mill-bżonnijiet li titlob il-kostruzzjoni ta' zebra crossing li hemm f'din iż-żona ta' Luqa Road, Qormi.", "Għalhekk din il-bankina mhux prattikabbli li tiqsar biex tispiċċa qabel il- fond imsemmi.", "QRATI SUPERJURI - ARKIVJI", "24923.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid minn liema ditta ġew mikrija l-kaxxi li fihom qegħdin jiġu stivati l-atti tal-kawżi fl-arkivji tal-qrati superjuri?", "Ħareġ tender jew sar b'direct order?", "Jista' jikkonferma rapporti li wasluli li l-kaxxi in kwestjoni ġew akkwistati għall-insaputa tad-direttur ġenerali tal-qorti?", "Jista' jgħid min awtorizza x-xiri ta' l-imsemmija kaxxi?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-invoice jew dokument relattiv għall-imsemmi akkwist?", "ONOR.", "AUSTIN GATT:", "1.Il-kaxxi in kwestjoni ma gewx mikrija;", "2.Il-kaxxi nxtraw mid-Ditta Multipacking Ltd; 3.L-Ordni saret biss fuq bazi sperimentali biex ikun studjat kemm hija prattikabbli din is-sistema.", "Ghalehkk ma nhassitx il-htiega ta` tender;", "4.Qabel ma saret ir-rakkomandazzjoni biex is-sistema ta' l-Arikvjar tal- processi, saret laqgħt l-ufficcju tad-Direttur Generali u li ghaliha kien hemm prezenti d-Direttur Generali, id-Direttur Ufficcju Legali, impjegati tal-Arkivju, kif ukoll l-ufficcjal responsabbli mill-Office of Review.", "Waqt din il-laqgha kulhadd ta l-veduta tieghu u wara ttiehdu d- decizjonijiet relevanti;", "5.", "L-Ufficjal inkarigat mill-Office of Review ha din id-decizjoni;", "6.Kopja ta` l-invoices relattivi qed jitpoggew fuq il-mejda tal-Kamra."]} {"filename": "19960116_499d_par.doc", "date": "1996-01-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 499 It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 1996 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 499", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 1996", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.05p.m.", "Talba Seduta Nru. 499", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 1996", "WERREJ MINUTI 894", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 894", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 900", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REFERENDI", "REFERENDA (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 901", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES BILL(IT-TIENI QARI) 908", "AĠĠORNAMENT 925", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 932", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 498 li saret fil-15 ta' Jannar, 1996 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "DUNDJANI - IMPORTAZZJONI", "30359.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji għall- importazzjoni ta' dundjani s-sena li għaddiet u għal kemm-il tunnellata kienu jammontaw?", "Kemm huwa kkalkolat li jiġu kkonsmati dundjani (tunnellati) f'Malta u Għawdex kull sena?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' dundjani li ġew importati kull sena f'dawn l-aħħar 15-il sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-informazzjoni għall-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 30359 li kienet ġiet riferuta mis-Seduta Nru. 495 għal-lum, issa nġabret u tgħid hekk:", "Matul l-1995 inħarġu 14-il liċenzja għal 2,906 tunnellati dundjani sħaħ.", "Inħarġu wkoll 6 liċenzji għal 410 tunnellati laħam tad-dundjani għal skopijiet ta` proċessar.", "Mhux possibbli, f`dan l-istadju, li jingħad kemm fil-fatt ġiet utilizzata kwantita' minn dawn il-liċenzji.", "Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta li ngħatat fis-seduta Nru. 495.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jekk qed nifhem sew qegħdin nitkellmu rigward importazzjoni ta' 3,300 tunnellata dundjani meta wieħed iżid l-410 tunnellati ta' laħam tad-dundjani.", "Issa l-fatt li tneħħiet jew tbaxxiet il- levy u milli jidher m'għandniex idea x'ġie kkonsmat, xi protezzjoni se jkollhom il-bdiewa Maltin li għal din is-sena jridu jrabbu d-dundjani?", "Kif se jinżamm il-kontroll u kif se jkunu protetti l-bdiewa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, f'dan l-istadju wieħed ma jistax jgħid kemm fil-fatt ġie mportat minn dawn il-liċenzji li nħarġu għaliex hemm it- tendenza li wieħed jagħmillek liċenzja għal ammont għoli u mbagħad fir- realta' iġib ammont ferm inqas.", "Allura f'dan l-istadju assolutament wieħed ma jistax jikkalkola xi stocks ta' dundjani hawn.", "Li wieħed jista' jgħid huwa illi l-levy raħset minn 80c għal 40c u kien hemm min qal illi ma misshiex raħset daqshekk u min qal li missha raħset iktar.", "Aħna għażilna t- triq tan-nofs biex nipprovdu l-prodott għall-konsumatur li ma jkollux taxxa iebsa wisq fuqu u fl-istess ħin jagħti protezzjoni għas-settur ukoll.", "Wieħed irid jara x'jista' jiġri fil-futur.", "Bħalissa l-levy qiegħda 80c u naqset għal 40c proprju għaliex inzerta li din is-sena kien hemm indikazzjonijiet ċari ferm illi l-produzzjoni ma kenitx se tkun biżżejjed, jiġifieri wieħed irid jimxi skond kif tkun il- produzzjoni.", "Din is-sena ħarġet exemption għal xahar wieħed biss u domna nistennew daqsxejn biex inkunu żguri li ċ-ċirkostanzi kienu jindikaw illi l- produzzjoni ma tlaħħaqx.", "Naturalment l-iskop tal-levy kien li nipproteġu s- settur, pero' meta ma jkollokx produzzjoni biżżejjed f'dak is-settur naturalment ma tkunx tista' tipproteġi wisq f'dawk iċ- ċirkostanzi.", "Għalhekk wieħed irid jistenna u jara.", "Din hija r-risposta li nista' nagħti f'dan l-istadju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidli x'inhi r- raġuni li dwar it-tielet parti tal-mistoqsija fejn jien staqsejt:", "\"Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' dundjani li ġew importati kull sena f'dawn l-aħħar 15-il sena?\",", "qiegħed jirrispondini fuq dak li daħal is-sena li għaddiet?", "Ara daqsxejn kif qiegħdin!", "Allura jien bilfors irrid nieħu Aġġornament biex nitkellem fuq il-mod li bih qed jiġu mwieġba l-mistoqsijiet parlamentari tagħna, b'mod speċjali fejn jidħol l-ambjent, it-trasport eċċ?", "X'inhi r-raġuni li l-Ministru rrispondieni dwar x'daħal is-sena li għaddiet, u mbagħad meta staqsejtu dwar x'daħal matul l-aħħar 15-il sena ma rrispondinix lanqas fuq sena minnhom, imma rriferieni għal għand ministru ieħor?", "X'inhi r-raġuni?", "Kieku l-Ministru qalli mill-ewwel li ma setax jirrispondini għal kollox forsi kont nifhimha, imma li jirrispondini dwar sena waħda imbagħad dwar is-snin l-oħrajn jirriferini għand ministru ieħor ma nifhimhiex.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, li ġara kien li saret mistoqsija parlamentari fuq din il-materja lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd .", "Din hija mistoqsija parlamentari Nru. 30,130 li tirriferi għall- importazzjoni tad-dundjani fuq diversi snin pero' ma tmurx lura 15-il sena għax meta ċċekkjajna sibna li hija ħaġa diffiċli li wieħed jispeċifika eżattament kemm kienet l-importazzjoni minn ċertu numru ta' snin lura.", "Ir- risposta kienet mill-inqas fuq erba' jew ħames snin ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: On a point of order, Mr Speaker.", "Jien mhux dan li staqsejt u issa li daħal fil-Kamra il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd m'għandux jgħaddilu r-risposta.", "Jien staqsejt x'inhi r-raġuni li l- Ministru Josef Bonnici rrispondieni dwar sena waħda u fuq importazzjoni għal snin oħra rriferieni għand ministru ieħor.", "Din id-domanda li qiegħda quddiemi hawnhekk qsamtha fi tnejn għar-raġuni li ma ġietx imwieġba l- ewwel darba.", "Fil-fatt jien kont diġa' għamiltha darb'oħra din id-domanda u kont għamiltha bl-istess mod u kien qam il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali u kien irrispondieni hekk:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed tinġabar u dettalji jingħataw f'seduta oħra.", "Rigward it-tieni u t-tielet parti tad-domanda l-Onor.", "Interpellant ġentilment mitlub jirriferi għar-risposta li ngħatat ...\"", "Issa jien erġajt għamilt id-domanda u kont konformi ma' dak li talab il- Ministru u għamilt parti lilu u parti lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "Imma apparti minn dan kollu, x'inhi r-raġuni li għal sena waħda qed jirrispondini l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u għas-snin l-oħra le?", "Din hija d-domanda tiegħi.", "Għaliex aħna għandna niġu mżeffna b'dan il- mod?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien m'iniex għal kollox ċar fuq dan il-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Micallef għaliex jekk mistoqsija parlamentari tiġi mwieġba f'seduta oħra, safejn naf jien li wieħed jagħmel riferenza għaliha hija prattika normali.", "L-ewwelnett jien m'iniex nifhem għal kollox x'kien il- point of order u t-tieni nett m'iniex għal kollox ċar.", "Filwaqt li ħadna x- xogħol kollu neċessarju biex nirrispondu mill-iktar fis possibbli bid- dettalji kollha, għalfejn għandi noqgħod nirrepeti l-istess informazzjoni jekk ikun hemm informazzjoni f'mistoqsija oħra?", "Jien nista' naqralek ir- risposta l-oħra li kellna.", "Fil-fatt in-nota li għaddieli l-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd qiegħda wkoll fuq il-file li jirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 30130 u li kienet magħmula lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, id-domanda tiegħi hija din: Kieku jien ma qsamtx il-domanda li għaliha qalli biex nirriferik lil ministru ieħor u allura jien ħadt l-inkarigu nagħmel żewġ domandi, kieku llum kien ikolli risposta għall-ewwel parti tad-domanda u kien ikolli l-istess risposta bħalma ngħatajt għat-tieni parti tad-domanda.", "Il-fatt li llum il- Ministru qed jagħti l-informazzjoni f'domanda oħra ma jfissirx li għamel xi xogħol li ma kellux jagħmlu.", "Irrid ngħid li dik l-informazzjoni ġabha mingħand il-ministru l-ieħor u jien għamilt l-istess domanda llum ħalli nieħu l-informazzjoni li hu bagħatni nġib mingħandu.", "Jiġifieri mhux suppost qed jirrispondi hawn.", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk qal Onor. Carmlino Spiteri.", "Illum reġa' bagħatni għand ministru ieħor.", "X'inhija r- raġuni li fuq sena waħda rrispondieni hu dwar l-importazzjoni u fuq is- snin l-oħra ma rrispondiniex?", "Dak li qed ngħid.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Naħseb li hemm xi misunderstanding.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Micallef, erġa' aqra l-aħħar paragrafu tat- tweġiba għax naħseb li ma nftehmitx.", "L-aħħar paragrafu tat-tweġiba jgħid hekk:", "\"Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta li ngħatat fis-Seduta 495.\".", "Dan ifisser li mhux qed jirriferi għal ministru ieħor imma qiegħed jirriferi għar-risposta li ngħatat fis-Seduta 495.", "Naħseb li ma nftehmitx sewwa waqt li kienet qed tinqara r-risposta.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kieku ma saritx id-domanda kont inġib l- informazzjoni u nagħtihielek hawnhekk, imma diġa' kien hemm ir-risposta.", "(Interruzzjonijiet) Tajna l-informazzjoni kif stajna.", "MR SPEAKER: Ministru, naħseb li t-tweġiba nftehmet li kont qed titlob lill-Onor.", "Micallef biex jirriferi l-mistoqsija lil ministru ieħor.", "Naħseb li nftehmet hekk, pero' m'hijiex miktuba b'dak il-mod.", "L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Meta saret il-mistoqsija oriġinali, jiġifieri l- ewwel waħda, fejn jien tlabt informazzjoni rigward l-importazzjoni tad- dundjani għas-snin li għaddew jien ġejt riferut għand ministru ieħor.", "Issa jien qed nistaqsi x'inhija r-raġuni li għall-ewwel parti tad-domanda tani l-informazzjoni dwar x'ġie mportat - hawn qed nitkellem bil-Malti - u għall-oħrajn bagħatni għand ministru ieħor.", "Jekk is-sena li għaddiet kien responsabbli l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi mill-importazzjoni tad- dundjani, allura kif ġejt mibgħut għand ministru ieħor li llum huwa responsabbli għall-agrikoltura rigward l-importazzjoni tad-dundjani tas- snin ta' qabel?", "Dan li xtaqt nistaqsi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, hemm raġuni sempliċi ħafna għaliex parti mir-risposta ngħatat mill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd u l-parti l-oħra ngħatat mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "Sa l-ewwel tas-sena 1995 il-kontroll tal-liċenzji kien kollu f'idejn is-servizz veterinarju tal- gvern; jiġifieri l-liċenzji ta' l-importazzjoni kienu qed jingħataw direttament mil-veterinarju tal-gvern u l-importazzjoni kienet taħt il- kontroll tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Kif taf din il-Kamra u kif jaf kull min qiegħed jismagħna, mill-1 ta' Jannar 1995 daħlet sistema ġdida għal kollox fejn il-kontroll ta' l-importazzjoni f'pajjiżna - jiġifieri importazzjoni ta' prodotti agrikoli u affarijiet oħrajn - minflok beda jsir bil-mod ta' liċenzjar mid-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju beda jsir permezz ta' ħlasijiet imposti bil-levy.", "Din hija ħaġa importanti li nżommuha quddiem għajnejna.", "Ir-risposta li ngħatat illum mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi dwar liċenzjar għall-importazzjoni ta' 2,906 tunnellata ta' dundjani plus 410 tunnellata laħam tad-dundjani - li m'huwiex f'forma ta' dundjan imma huwa l-laħam tiegħu - kienet ċara biżżejjed.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Micallef qal li ġew importati 'l fuq minn 3,000 tunnellata laħam tad-dundjan u staqsiena x'tip ta' protezzjoni se jingħataw il-bdiewa Maltin din is-sena u x'garanzija se jkollhom biex ikollhom moħħhom mistrieħ li jkunu jistgħu jrabbu d-dundjani għall-1996.", "L- ewwelnett lill-Onor.", "Micallef irrid ngħidlu li hemm differenza kbira bejn liċenzjar u importazzjoni attwali.", "Fil-verita' l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi għad m'għandux l-informazzjoni preċiża dwar kemm effettivament daħlu dundjani fil-ġimgħat li għaddew.", "Madankollu ma rridux ninsew x'kienet il-pożizzjoni ftit ġimgħat ilu - xi wħud kienu kontinwament qed itambru fil-gazzetti li hija għarukaża li l-Gvern impona levy ta' 80ċ; wara wkoll kien hemm min qal li hija għarukaża li l-Gvern naqqas il-levy minn 80ċ għal 40ċ - għax kellna sitwazzjoni fejn ma kienx hawn dundjani biżżejjed f'pajjiżna; almenu hekk kienu jgħidu l-ġurnali.", "Din hija sitwazzjoni li m'ilhiex li għaddiet xi mitt sena imma ftit ġimgħat ilu, eżattament m'għeluq is-sena 1995.", "Mr Speaker, ċertament irrid infakkar ħaġa oħra wkoll.", "Li kieku kellna nieħdu li dundjan on average jiżen għaxar kilos, insibu li 2,906 tunnellati jġibu 290,000 dundjan.", "Meta dan il-konsum jiġi mqabbel mal- konsum tas-snin li għaddew dan ikun ifisser konsum ta' sitta jew seba' snin.", "Ċertament li min jimporta d-dundjani ma jimportax din il-kwantita' kollha, allura huwa evidenti li l-importaturi pprovaw jieħdu liċenzja kbira kemm jista' jkun.", "Issa l-ilmenti li kellna ma kenux fis-sens li kien hawn ħafna dundjani iżda li kien hawn nuqqas ta' dundjani fis-suq.", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Point of order, Mr Speaker.", "Nixtieq infakkar li konna qegħdin neżawrixxu d-domanda tiegħi dwar x'inhi r-raġuni li jien ġejt riferut lill-ministru ieħor; issa din ħadna r-risposta tagħha.", "Id- domanda ta' qabel dwar xi protezzjoni għandu min ikabbar id-dundjani lokali eżawrejniha wkoll.", "Allura jidhirli li meta jiġri hekk il-Ministru aħjar isib il-ħin biex jagħmel statement ħalli jserraħ l-imħuħ u mhux jistenna l- ħin tal-mistoqsijiet parlamentari biex jagħmel dawn id-dikjarazzjonijiet.", "MR SPEAKER: Għandna nibqgħu mat-tweġiba.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru ta' l-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, jien se nkompli nitkellem fuq id-domanda li kien hawn illum, fuq id-domanda li saret fis-seduta Nru. 495 - li hija rrapportata fid-debate, f'paġna 714 - u fuq ir-risposta partikolari li ngħatat fil-11 ta' Diċembru, 1995.", "MR SPEAKER: Pero' issa qed issir it-tweġiba għall-mistoqsija supplimentari li għadu kif għamel l-Onor.", "Micallef.", "Għalhekk ma ntawlux iżżejjed ħalli nkomplu bil-mistoqsijiet.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, is-suġġett partikolari li għandna quddiemna qed jingħata tweġiba kif jixraq u min qed jismagħna, b'mod partikolari l-bdiewa ta' pajjiżna .għandhom dritt ikunu jafu kif qegħdin l- affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Mhux billi jkun hawn min jipprova jkeskisna mal-bdiewa.", "Ir-realtajiet tal-ħajja f'pajjiżna huma illi l-bidwi Malti wkoll għandu l-protezzjoni u jkun tajjeb ferm illi jifhem x'tip ta' protezzjoni għandu.", "Ma nistgħux ngħidu lill-bidwi Malti li lliċenzjajna u mportajna 3,000 tunnellata ta' dundjani.", "Din mhix ir-realta' għax f'pajjiżna bejn wieħed u ieħor dan ikun ifisser konsum ta' tmien snin.", "Hemm differenza kbira bejn il-kwantita' li tidher fuq il-liċenzja għall- importazzjoni u dak li effettivament jiġi mportat.", "Dan hu l-punt li rridu nagħmlu ċar mal-bdiewa Maltin u l-poplu Malti.", "MR SPEAKER: Mistoqsija supplimentari.", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, kieku ġie mportat għall-konsum l- ammont kollu tal-liċenzji li ngħataw kieku hawn konsum għal sitta jew seba' snin.", "Jien dan għidtu l-ġimgħa l-oħra meta l-Onor.", "Josef Bonnici ressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali u konna qed nitkellmu dwar il-protezzjoni li suppost jingħataw ir-raħħal u l-bidwi Malti.", "Dak inhar kien id-dover tal-Ministru responsabbli mill-biedja li jidħol u jgħid dak li qed jgħid illejla.", "Dan li qal illejla għidtu jien u ġie ppubblikat fil-ġurnali li bil-liċenzji li ħarġu, kieku ġew importati kollha, f'Malta hawn biżżejjed dundjani għal ħamsa, sitta, seba' snin.", "Jien hawnhekk għandi li daħlu madwar 400 tunnellata f'Diċembru biss.", "Dak inhar lill-Ministru Josef Bonnici jien għamiltlu domanda u ma setax jirrispondini għax mhux il-qasam tiegħu u ma nagħtihx tort.", "Id-domanda kienet: X'garanzija għandna li dawn ġew ikkonsmati u x'garanzija għandna li mhux se nsibuhom ma' wiċċna matul is-sena sal-Milied li ġej u allura nieklu laħam li nqatel is-sena li għaddiet?", "X'inhi r-raġuni li ħarġu dawn il-liċenzji kollha?", "Bħalma għadu kemm ikkonferma l-Ministru responsabbli għall-agrikoltura, ħarġu liċenzji għall-importazzjoni illi kieku daħlu kollha kienu jservu għal sitta, seba' u anke tmien snin.", "Allura x'inhi r- raġuni li bqajna nimportaw id-dundjani permezz ta' dawn il-liċenzji sa l- aħħar tas-sena li għaddiet - din irridu jirrispondi l-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd li daħal issa.", "Meta nafu li minn fejn ġejjin parti mid- dundjani, il-Belġju, l-Olanda, eċċ., mill-bidu ta' Diċembru 1995, kien hemm in-Newcastle Disease?", "Dan kulħadd kien jafu għax kulħadd seta' jarah fuq it-teletext.", "Allura x'inhi r-raġuni li kellna dawn il-liċenzji kollha maħruġin u bqajna nħallu jidħlu dundjani sa l-aħħar tas-sena li għaddiet meta nafu li kien hemm in-Newcastle Disease bil-kbir fil-pajjiżi ta' l-Ewropa?", "Kien biss lejn l-aħħar ta' Diċembru 1995 - jidhirli li kien is-27 jew it-28 ta' Diċembru - li l-Ministeru għall-Ikel Agrikoltura u Sajd, permezz tal-veterinarji tiegħu, ipprojbixxa d-dħul tat-tjur, bajd tat- tifqis u flieles tal-ġurnata.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi r-raġuni li meta kien jaf bil-marda ħalla dawn id-dundjani, li huma tjur bħall- oħrajn, jidħlu hawn Malta fiż-żmien li setgħu jġibu, jew jerġgħu jġibu, il- marda tan-Newcastle Disease?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nista' nikkonferma li l-Onor.", "Membru għamilli interpellanza speċifikament fuq dan l-istess suġġett.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Tiddibattux bejnietkom.", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: GĦamilt domanda bil-miktub għax kull darba hekk niġu mitluba nagħmlu.", "Naf li ma neħdux il-vera spjegazzjoni, imma jekk hemm domanda bil-miktub ifisser li l-Ministru suppost huwa ppreparat aktar milli kieku su due piedi staqsejtu din id-domanda issa.", "MR SPEAKER: Tiddibattux bejnietkom.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li r- risposti li nagħtu jinkludu l-informazzjoni kollha li tkun f'idejn il- ministru u li tkun għaddiet minn idejn l-uffiċjali.", "Il-kumment li għadda l-Onor.", "Membru li ma nagħtux l-informazzjoni kollha mhuwiex aċċettabbli.", "Kull ministru jgħaddi l-informazzjoni li jkollu għax dak hu d-dover tiegħu.", "Li huwa żgur huwa li f'okkażjoni bħal tal-lum jekk xi ministru ma kellux l-informazzjoni f'idejh ma ħariġx jgħid li mhux fl-interess tan- nazzjon li jagħti risposta, imma qal: Nagħti risposta f'seduta oħra.", "U effettivament qeda d-dover tiegħu, ġie hawnhekk u ftit ġranet wara ta l- informazzjoni li laħaq ġabar.", "Jekk niġu għall-parti tad-domanda fuq in-Newcastle Disease, nista' ngħid li f'risposta li għad trid tingħata f'xi seduta tal-ġimgħa d-dieħla jew xi ġurnata oħra - kif imiss skond l-order paper - hemm l-informazzjoni li talab l-Onor.", "Interpellant u r-risposta għal dik id-domanda hi li hekk kif id-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ġew informati li kien hawn xi mard bħan-Newcastle Disease jew inkella xi marda oħra li setgħet ġiet importata f'pajjiżna, ħadu l-passi neċessarji kif kien id-dover tagħhom li jagħmlu biex l-importazzjoni kollha tieqaf immedjatament.", "Fil-fatt tajjeb li wieħed jgħid li huwa fl-interess ta' pajjiżna, fl-interess tal-bdiewa u fl-interess tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura li jekk ikollna xi suspett li hawn il-mard, iva l- importazzjoni nwaqqfuha.", "Kien proprju għalhekk, Mr Speaker, li waqqafna l-importazzjoni hekk kif konna informati li kien hemm xi tip ta' mard.", "Aħna ħassejna l-bżonn li nwaqqfu l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti li kien hemm riferenza għalihom li huma prodotti ta' tjur kemm f'forma ħajja u kemm f'forma mejta.", "Dan bilfors kellna nagħmluh għaliex ma ridniex ngħaddu mill-esperjenza li diġa' għadda minnha pajjiżna drabi oħra.", "Safejn naf jien l-Onor.", "Micallef innifsu almenu fuq xi radju nstema' jgħid li għamel sewwa d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li ħa l-passi neċessarji biex waqqaf l-importazzjoni.", "Jien dakinhar stess li ġie d-Direttur tas-Servizz Veterinarju u qalli li għandu informazzjoni li hemm il-possibilita' li barra minn xtutna hemm il-mard - u ssemmew numru ta' pajjiżi - li jista' jkollu effett fuq pajjiżna, jien għidtlu biex immedjatament iwaqqaf l-importazzjoni ħalli nkunu nistgħu ninvestigaw u jekk kemm-il darba jkun il-każ iva nerġgħu niftħu.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi li l-aktar kienu milquta bil-mard ilna aktar minn sena li waqqafniha; tliet pajjiżi oħrajn prattikament ma ssir l-ebda importazzjoni minn għandhom, u l-uniku pajjiż li seta' sar xi importazzjoni minnu aħna wkoll ħadna l-passi biex inwaqqfu l-importazzjoni.", "MR SPEAKER: L-aħħar mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiġifieri l-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd qed jgħid li Malta ġiet informata li hemm in-Newcastle Disease fl- Ewropa fl-aħħar ġranet ta' Diċembru.", "Meta ħareġ l-istatement, Ministru?", "Mingħalija ħareġ fis-27 jew fit-28 ta' Diċembru.", "(Interruzzjonijiet) Ma tafx?", "Kif ma tafx?", "Qed tgħid li dakinhar li qalulek li hemm il-mard ....", "Mingħalija kien il-Ġimgħa, jumejn qabel l-aħħar tas-sena.", "Jiġifieri wara xahar li konna ilna nafu li kien hemm in- Newcastle Disease, il-Ministeru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd sar jaf biss b'din il-marda fl-aħħar ġranet ta' Diċembru.", "MR SPEAKER: Tweġiba fil-qosor għax sar il-ħin.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, qed inkun ċar fir-risposta li qed nagħti.", "Fil-ġurnata li jien sirt naf li hemm xi possibilita' ta' mard f'dawn il- pajjiżi konċernati jien kellimt lid-Direttur tas-Servizz Veterinarju u għidtlu biex iwaqqaf l-importazzjoni kollha minn dawn il-pajjiżi.", "Issa jekk kienx fis-27, fis-26 jew inkella fil-25 jew xi ġurnata oħra ma niftakarx.", "Imma fl-istess ġurnata li jien ġejt mgħarraf b'din l- informazzjoni tajt l-ordni li tieqaf l-importazzjoni kollha ta' dawn il- prodotti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Point of order.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Xtaqt nistaqsi lis-Sedja jekk huwiex dekor ta' din il- Kamra u huwiex sewwa li jitniżżlu fir-records ta' din il-Kamra tweġibiet bħat-tweġiba li hemm għall-mistoqsija parlamentari numru 30,491 ta' l-Onor.", "Edwin S. Grech fejn il-Ministru Louis Galea qed jattribwixxi motivi lil min qed jistaqsi u safejn naf jien dawn it-tip ta' allegazzjonijiet qatt ma saru hawn ġew.", "Dan qed jgħid ċar:", "\"Peress li l-Onor.", "Membru wera biċ-ċar li m'għandu ebda interess ġenwin ikun informat bil-fatti .....\".", "Jista' l-Ministru jattribwixxi dawn il-motivi lil Membru ta' din in-naħa, Mr Speaker?", "GĦaliex din l-arroganza fil-mod kif jiġu risposti l- mistoqsijet?", "Mhux imbilli qed jidħak!", "Jiena lilek qed nistaqsik, Mr Speaker, jekk nistgħux nittolleraw din it-tip ta' arroganza kif jiġu risposti l-mistoqsijiet li nagħmlu hawn ġew.", "Jekk huwiex ġenwin jew le, jiddeċiedi l-poplu.", "Dan għaliex din hi mistoqsija li fuqha, skond il- Ministru, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Grech \"ħareġ stqarrija distruttiva u partiġġjana\".", "Jekk hemm partiġġjaniżmu li niftakru, nafu kif inhu l- partiġġjaniżmu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mela se toqgħod tgħidilna int meta nitkellmu wkoll issa?!", "Se joqgħod jgħidilna l-Onor.", "Galea meta nitkellmu wkoll!", "(Interruzzjonijiet) Mela x'qed tagħmel?!", "Dawn it-tip ta' risposti oxxeni hawn ġew!", "Min taħsbu li intom?!", "Hawn arroganza oxxena hawn ġew.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' Ministru jgħid lil Membru ta' din in-naħa li m'għandux \"interess ġenwin\" li jkun informat bil-fatti?", "Jiena qed nitlob il-protezzjoni tas-Sedja għal dawn it-tip ta' risposti.", "MR SPEAKER: Skond ir-regolamenti kwalunkwe Membru ma jistax jattribwixxi motivi ulterjuri lil Membru ieħor.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Allura jiena nitlob lis-Sedja titlob lill-Ministru jirtira din it-tip ta' risposta.", "Irid jirtira r-risposta.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit, jimporta?", "Irrid nagħti ruling.", "Skond ir- regolament tal-Kamra Membru ma jistax jattribwixxi motivi ulterjuri.", "Ippermettuli ftit.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma s-Sedja trid tingħata l- opportunita' li tesprimi ruħha.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit.", "Skond ir-regolamenti ħadd ma jista' jattribwixxi motivi ulterjuri lil Membru ieħor.", "Li rrid nara huwa jekk id-diskors li hawn f'din it-tweġiba jmurx kontra dan ir-regolament partikolari, cioe' jekk huwiex qed jattribwixxi motivi ulterjuri lill-Onor.", "Membru.", "Issa li Membru jgħid lil xi ħadd ieħor li \"m'għandu ebda interess ġenwin li jkun informat bil- fatti\", wieħed jista' ma jaqbilx ma' dan l-istatement pero' m'hux qed jattribwixxi ebda motivi ulterjuri.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli.", "Jekk se toqogħdu tikkummentaw m'aħna se naslu mkien.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Vella qed jitlob ruling u jien nirriserva d-dritt li nagħti ruling fuq dan il-punt.", "Jien se nistudja t-tweġiba li ngħatat u nagħti ruling skond ir-regolamenti tal-Kamra u skond il-preċedenti li hemm.", "Ngħaddu issa għal tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra .....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): U tgħidx ħmerijiet!", "MR SPEAKER: Qegħdin out of order kollha kemm intom.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imisskom tistħu!", "MR SPEAKER: Onor. George Vella u Onor. Alfred Sant, jekk jogħġobkom m'hemmx iżjed interruzzjonijiet.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kemm huma nkwetati llum, Mr Speaker?!", "Dan l- inkwiet kollu għalfejn?!", "Xi ġralkom?!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Meta l-pazjenti fl-isptar li qegħdin hemmhekk biex jiġu operati jaraw li jibagħtu l-mara tagħhom id-dar iġġib il-kutri u l- investi, bilfors tkun inkwetat.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kumbinazzjoni jien immur l-isptar spiss!", "MR SPEAKER: Qegħdin kollha out of order.", "Bħalissa qegħdin fl-istadju tat-tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nistax nifhem xi ġralu l-Onor.", "George Vella llum!", "Jimporta nkomplu bit-tqegħid ta' karti?", "MR SPEAKER: Qegħdin kompletament out of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jiena nħoss li għandi dritt nirrispondi għall-kummenti li qed jagħmel il-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: Dawn il-kummenti huma kollha out of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jien għandi l-kelma u kont qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Lista li turi l-ilmenti li saru minn kunsilli lokali dwar proġetti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 30261.\".", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien qed ngħidlu li nagħtih l-isem u l- kunjom tal-pazjent u jmur jiċċekkja jekk huwiex veru li lill-mara tiegħu bagħtuha ġġib il-kutri.", "U jistaqsi lis-supretendent .....", "GĦax qal li m'għandniex wisa'!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ejja nżommu ftit ordni.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "\"Skeda li tagħti informazzjoni dwar tenders għall-fażi 2B tal-Power Station ta' Delimara, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 30535.\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "(Interruzzjonijiet)", "Fis-6.38 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-6.47 p.m.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REFERENDI", "REFERENDA (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Jannar, 1996.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa in possession.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif kont qed ngħid il-bieraħ, Sur President, il- prinċipju tar-referendum huwa prinċipju progressiv, modern u adattat għal kif qiegħda tiżviluppa d-demokrazija moderna, jiġifieri fejn il-politika tinħadem aktar ma jgħaddi ż-żmien ukoll fuq bażi ta' issues li jqanqlu diskussjoni, kontroversja u anke qsim bejn iċ-ċittadini mhux fuq bażi neċessarjament ta' ideoloġija jew partit imma fuq bażi ta' kif jaraw ċerti issues speċifiċi.", "Allura hija ħaġa tajba li l-prinċipju tar-referendum jiġi aċċettat u rikonoxxut, imma ċertament mhux bil-mod li qiegħed jitpoġġa quddiemna llum.", "Il-bieraħ għidt u llum nerġa' nsostni li huwa importanti li l-prinċipju tar-referendum f'pajjiżna jidħol b'mod li jikkumplimenta bil- kbir il-prinċipju ta' demokrazija rappreżentattiva parlamentari kif hija mħaddma f'pajjiżna, liema istituzzjoni fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn li anke f'dak li għandna eżistenti nsaħħuh, insostnuh u nagħtuh aktar sustanza.", "Il-mod kif il-Gvern qiegħed jintroduċi l-prinċipju tar-referendum, jiġifieri b'mod abrogattiv u b'mod li ma jeħux kont ta' kif titħaddem is- sistema rappreżentattiva parlamentari huwa vvizjat, anke mill-fatt stess li mbagħad il-Gvern qiegħed idaħħal ħafna eċċezzjonijiet sostanzjali għat- tħaddim ta' dan il-prinċipju li jwassal biex il-prinċipju nnifsu kif qed jitħaddem m'għandux is-sustanza li wieħed jistenna minnu.", "Fil-fatt il- Partit Laburista - u l-bieraħ jiena ressaqt emenda relattiva - qiegħed jgħid li l-prinċipju tar-referendum f'pajjiżna għandu jkun komplementari mas-sistema ta' kif titħaddem id-demokrazija parlamentari f'pajjiżna bbażata fuq parlamentari li jridu jirrappreżentaw il-fehma tal-poplu b'mandat elettorali tal-partiti politiċi li jirrappreżentawhom u li qegħdin fihom ħalli jwettqu programm ta' Gvern.", "Allura hemm bżonn li r-referendum ikun ibbażat fuq żewġ prinċipji.", "L-ewwel wieħed huwa li l-prinċipju abrogattiv jitħaddem meta l-ġvern tal-ġurnata jdaħħal miżuri fil-pajjiż li ma jkunux dehru fil-programm ta' gvern tiegħu li bih ikun resaq quddiem l- elettorat u ngħata mandat fl-elezzjoni li tkun għaddiet.", "Ġibt eżempju ta' kif fl-aħħar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kellu mandat biex idaħħal il- kunsilli lokali u allura mhijiex idea tajba li jkun hemm prinċipju ta' referendum abrogattiv fuq miżura li kellu mandat biex idaħħalha.", "Imma min- naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista fl-1992 meta rebaħ l-elezzjoni ta' dik is-sena ma kellux mandat u ma kienx ippropona li jdaħħal lil Malta bħala membru sħiħ tal-Partnership for Peace u allura hemmhekk iċ-ċittadin għandu jingħata d-dritt ta' referendum abrogattiv fuq miżuri li ma jkunux dehru fil-programm elettorali tal-gvern tal-ġurnata.", "Fejn il-gvern tal-ġuranta jkun wera u jkun qal minn qabel x'inhuma l-miżuri li se jdaħħal, dawk il- miżuri jkollu mandat biex idaħħalhom u allura m'għandhomx ikunu kontestati permezz ta' referendum abrogattiv.", "Fejn ma jkunx qal minn qabel x'miżuri se jdaħħal u jkun daħħal dawk il-miżuri, allura aħna qegħdin ngħidu li dawk il-miżuri għandhom ikunu suġġetti għal referendum abrogattiv jekk iċ- ċittadin iħossu li għandhom iressquh.", "Min-naħa l-oħra qed ngħidu wkoll li l-pożizzjoni tal-Gvern fuq referendum propożittiv - jekk fhimt tajjeb il-pożizzjoni tal-Gvern, din hija li pajjiżna, id-demokrazija tagħna, is-soċjeta' tagħna għadhom mhumiex maturi biżżejjed biex iħaddnu fihom ir-referendum propożittiv - hija pożizzjoni li hija arbitrarja u ma ġietx spjegata tajjeb.", "Aħna nħossu li r-referendum propożittiv għandu jidħol la qed indaħħlu l-prinċipju ta' referendum min- naħa taċ-ċittadini u għandu jidħol fil-qasam ta' miżuri li ma jkunux dehru jew tfaċċaw fil-programm ta' gvern tal-partit li jkun ingħata mandat elettorali.", "Allura qegħdin ngħidu - u l-proposta li se nressqu fil-Committee Stage tmur f'dan is-sens - li għandu jiġi maqbul ir-referendum propożittiv fuq dawk il-miżuri li gvern tal-ġurnata ma jkunx ippropona fil-manifest elettorali u fil-programm ta' gvern tiegħu.", "Din hija l-pożizzjoni tal-Partit Laburista u naħseb li hija koerenti mar- rimarki li għamilt f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif biex tagħmel sens, biex tkun kostruttiva, l-element u l-prinċipju ta' referendum irid ikun komplementari u jrid jinbena fuq it-tmexxija tas-sistema tar-rappreżentanza parlamentari u tad-demokrazija parlamentari li għandna f'pajjiżna.", "Nerġa' ninsisti fuq il-punt li l-proposta tal-Gvern ma tersaqx lejn dan il-punt imma ddaħħal il-prinċipju ta' referendum abrogattiv mingħajr ma torbotha b'mod koerenti mal-mod kif aħna mmexxu d-demokrazija tagħna fuq bażi ta' rappreżentanza parlamentari.", "Allura jien ngħid li hemm bżonn li anke l- Gvern nnifsu jirrifletti fuq il-proposti li qed jagħmel.", "Min-naħa tagħna jekk il-Gvern jibqa' jinsisti fuq il-proposti tiegħu se nivvotaw kontra mingħajr division fis-Second Reading u at a later stage, fl-istadju ta' Kumitat, se nressqu l-emendi afferenti għalihom - cioe', li jkun hawn referendum kemm abrogattiv fuq miżuri li l-gvern tal-ġurnata jdaħħal meta ma kienx ikollu mandat għalihom elettorali u kemm propożittiv fuq miżuri ġodda li ma jidhrux fil-proposti u fil-mandat elettorali tal-gvern tal- ġurnata - liema emendi aħna se nivvotaw fuqhom b'division.", "Nixtieq nagħmel rimarka ta' natura personali fl-aħħar ta' dan kollu.", "Jien inħoss li l-prinċipju tar-referendum irid jintuża b'ċertu sens ta' maturita' demokratika, fis-sens li r-referendum xi kultant jista' jservi jekk ma nużawhx tajjeb anke bħala element ta' mobilizzazzjoni emotiva.", "Jien l-ewwel wieħed ma nħossx li r-referendum huwa strument tajjeb meta nkunu qed niddiskutu kwestjoni ta' valuri, kwestjoni li jittrattaw ma' kif in-nies iġġib ruħha fil-ħajja privata tagħha, fil-mod kif tħaddem l-valuri personali, privati u anke xi kultant soċjali tagħha.", "Għaliex, Sur President?", "Referedum li b'xi mod jew ieħor jkollu d-dimensjoni qawwija fuq valuri huwa referendum li se jispiċċa li l-valuri tal-maġġoranza se jkunu qed jgħaffġu, se jippredominaw, se jieħdu d-dritta fuq il-valuri tal- minoranza.", "Allura jien l-ewwel wieħed ma nħossx li referendum, nagħmlu mod, fuq id-divorzju f'pajjiżna hija xi ħaġa ta' min iħares lejha.", "Għax tkun xi tkun l-outcome tagħha, tkun xi tkun d-deċiżjoni finali fuq xi ħaġa bħal din li tirrifletti mill-qrib il-valuri ta' kull ċittadin fil-ħajja personali u familjari tiegħu, se tispiċċa impożizzjoni tal-valuri tal- maġġoranza fuq il-bqija tal-minoranza.", "Dan imur kontra l-iżviluppi fl- Ewropa moderna, ta' soċjeta' pluralista fejn id-demokrazija jrid ikollha spazju mbagħad għall-valuri pluralistiċi taċ-ċittadini tagħha f'ċerti normi li jkunu prattikati minn kulħadd.", "Huwa minnu li l-valuri huma element li żviluppaw over the years.", "Jekk, per eżempju, inħarsu lejn il- valuri tas-soċjeta' kristjana Ewropea daqs 600 sena ilu, naraw li l- iskjavitu' kienet mitqiesa bħala xi ħaġa li ma turtax il-valuri personali u soċjali taċ-ċittadin u tas-soċjeta', kemm fl-Ewropa kristjana u kemm f'soċjetajiet oħra.", "Iċ-ċirkostanzi storiċi żviluppaw u l-valuri tagħna fuq din it-tip ta' relazzjoni nbidlu b'mod pożittiv, anke dawk il-valuri li kien ikollhom 400 jew 500 sena ilu fuq ir-relazzjoni bejn is-sessi u fuq id-drittijiet bejn in-nisa u l-irġiel li ovvjament m'għadhomx il-valuri li nħaddnu llum.", "Huwa veru li l-valuri huma xi ħaġa li storikament jevolvu matul is-snin imma meta nkunu qegħdin fil-preżent li qed ngħixu fih il-valuri li rridu nirrispettaw huma dawk li l-ewwelnett iżommu sħaħ is-sentimenti ta' soċjeta' ċivili u miftuħa lejn il-futur, imma fl-istess ħin iridu jkunu wkoll valuri jew sistemi li jaċċettaw valuri pluralistiċi.", "Allura li timponi referendum fuq din it-tip ta' problema naħseb li huwa żball.", "Issa se tgħidli li l-proposti tal-Gvern ma jidħlux f'din il-ħaġa u lanqas il- proposti ta' l-Oppożizzjoni.", "Veru, il-proposti li qed nagħmlu aħna jinkorporaw il-possibilta' li ċ- ċittadini jressqu referendum li jitratta suġġetti ta' valuri.", "Il-problema hija li wieħed ma jistax jara li hu possibbli - għallinqas jiena ma nistax naraha - li at this stage jeskludi jew jagħmel definizzjoni rigoruża ta' din il-problema b'mod li teskludi li l-valuri jkunu suġġetti ta' referendum u naħseb li hemm bżonn ta' aktar ħsieb fuq din il-ħaġa.", "Allura fuq dan il- punt li qed inqajjem jiena la l-proposta tal-Gvern u lanqas il-proposta ta' l-Oppożizzjoni m'għandhom xi forma ta' trattament imma jibqa' l-fatt li - nixtieq nenfasizza fuqu - jekk f'sitwazzjoni ta' soċjeta' demokratika Ewropea moderna nippruvaw nirrisolvu problemi ta' valuri - hemm ħafna valuri oħra li jistgħu jitqajmu b'dan il-mod bħalma huma l-każi ta' disseminazzjoni artifiċjali għat-twelid ta' ulied - billi jiġu ffaċjati permezz ta' mekkaniżmu ta' referendum, jiena l-ewwel wieħed inħossni uncomfortable ħafna għax inħoss li l-mekkaniżmu ta' rappreżentanza parlamentari huwa ħafna iktar matur u ħafna iktar adattat biex suġġetti bħal dawn jekk se ikun hemm leġislazzjoni fuqhom jiġu ffaċjati b'mod matur u permezz ta' konsultazzjoni wiesgħa.", "Dawn il-każi ġraw u nsemmu per eżempju d-dħul tad-divorzju fl-Irlanda u l-fatt li issa daħal permezz ta' referendum.", "Qasam bħal dan huwa mekkaniżmu li mhux biss huwa delikat imma li fl-opinjoni tiegħi jgħaffeġ il-kuxjenza taċ-ċittadini.", "Allura referendum - din se nagħlaq fuqha - huwa miżura li għandna naqblu magħha, naċċettawha u nwessgħuha kif qed tagħmel l-Oppożizzjoni mhux biss b'sens abrogattiv li qed jgħid il-Gvern imma wkoll b'sens propożittiv li tagħti aktar ċans liċ-ċttadini li jkollhom sehem dirett fit-tmexxija ta' ċerti deċiżjonijiet.", "Din irridu norbtuha - dan huwa l-punt ewlieni u essenzjali - mal-ħtieġa li r-rappreżentanza u t-tmexxija parlamentari permezz ta' deputati eletti demokratikament biex jirrapreżentaw liċ-ċittadini nżommulha l-funzjoni ewlenija tagħha fid-demokrazija tagħna aktar u aktar meta wieħed jirrifletti fuq il-ħtieġa illi kwestjonijet ta' valuri għandhom jiġu trattati mhux permezz ta' giljottina li tgħid li r-rieda tal-maġġoranza għandha timxi fuq il-valuri imma permezz ta' sistemi iktar konsultattivi, partiċipattivi u wiesa' li għandhom jikkulminaw imbagħad meta qed nitkellmu dwar valuri fi ħdan dan il-Parlament.", "Nirringrazzjak Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx iktar rimarki nistieden lill-Prim Ministru jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nieħu pjaċir illi fuq il-punt ta' prinċipju li fil-pajjiż indaħħlu d-dritt ta' referendum hawn qbil f'din il- Kamra.", "Kif għidt fl-introduzzjoni ta' dan id-dibattitu sal-lum id-dritt ta' referendum jeżisti fil-liġi biss jekk din il-Kamra tad-Deputati tapprova riżoluzzjoni u hija stess tiddeċiedi li tissottometti dik id- deċiżjoni tagħha għal referendum, minbarra l-każ li semmejt fejn hemm kontemplat il-bżonn ta' referendum għal emendi kostituzzjonali.", "Huwa punt pożittiv li hawn dan il-qbil għaliex iż-żewġ naħat qegħdin ngħidu li effettivament bil-proposta tal-liġi - almenu fil-prinċipju tagħha - qegħdin nagħtu aktar vuċi lill-elettorat tagħna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien kritiku għad-dettall tal-proposta tal- Gvern u qed jgħid li ma jaqbilx li m'għandux ikun hemm il-possibilta' ta' referendum propożittiv.", "Huwa għamel rimarki għax mid-dehra fehemni li jiena għidt li ma nagħmlux il-proposta ta' referendum propożittiv għax il- poplu tagħna m'huwiex matur.", "Jiena ma rajtx it-transcript tal-kliem li għidt jiena stess pero' ċertament m'huwiex dak li kelli f'rasi.", "Li kelli f'rasi huwa illi l-liġijiet kollha li jgħaddu minn dan il-Parlament għandhom b'xi mod ikunu rifless tan-neċessitajiet li jkun qiegħed iħoss il- poplu fil-mument partikolari.", "Il-liġijiet jew il-maġġoranza kbira tagħhom ma jsirux fl-astratt fuq xi prinċipji ġenerali, imma anke jekk ikunu fuq prinċipji għandhom jirriflettu 'l bżonnijiet tas-soċjeta' f'dak il-mument.", "Jiena qed ngħid illi l-bżonn li jinterpreta l-Gvern f'dan il-mument ta' żvilupp tas-soċjeta' tagħna huwa li nżidu dan id-dritt ta' referendum abrogattiv.", "Kif qal tajjeb ħafna l-Kap ta' l-Oppożizzjoni aħna bil- Kostituzzjoni tagħna għandna sistema ta' demokrazija parlamentari u meta ngħid \"demokrazija parlamentari\" ifisser li l-poteri leġislattivi tal- pajjiż huma vestiti fil-Parlament.", "Hija notorja d-differenza bejn id- diversi poteri ta' l-Istat u l-Istat Malti bil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna li timponilna d-demokrazija Parlamentari u allura tagħti lill-Parlament il- poteri leġislattivi.", "Aħna jidhrilna li r-referendum għandu jkun possibbli fis-sens illi għalkemm il-poter leġislattiv kien u jibqa' f'idejn il-Kamra tad-Deputati l- poplu tagħna jista' jkollu ċ-ċirkostanzi fejn jekk liġi li tkun għaddiet b'maġġoranza minn dan il-Parlament jidhirlu li ma tibqax iktar utli għall- pajjiżna nagħtuh id-dritt, bis-sovranita' popolari tiegħu, li jabbroga din il-liġi.", "Jekk lill-poplu tagħna ngħidulu li għandu dritt jilleġisla - jiena għidt li m'iniex espert fil-materja u ftit hawn pajjiżi fejn dan il- poter jeżisti għax joħloq diffikultajiet li huma mdaħħlin fil-konċett kostituzzjonali ta' pajjiżna - u jekk ngħidu li se nagħtu l-poter ta' referendum propożittiv, x'jiġi propost?", "Tiġi proposta liġi sħiħa li ma jkollhiex bżonn id-dibattitu fil-Parlament?", "Tiġi proposta idea li mbagħad trid tiġi żviluppata f'liġi?", "Xi kwalita' ta' proposta jista' jagħmel il- poplu f'referendum biex imbagħad dik issir liġi?", "Jiena ma nafx kif taħdem is-sistema ta' l-Isvizzera fid-dettall tagħha pero' żgur li m'hux komunement aċċettabbli li f'sistema ta' demokrazija parlamentari bħal tagħna jkun hemm il-possibilita' ta' referendum propożittiv.", "Jista' jkun hemm xi referendum - u dan jista' jsir anke kif inhi l-liġi llum - fuq proposta li jagħmlu d-deputati f'dan il-Parlament u dik il-proposta tiġi sottomessa għall-vot indikattiv tal-poplu tagħna f'forma ta' riżoluzzjoni, fis-sens li l-poplu jafferma u jgħid li dak li qed jiddelibera l-Parlament hu jaqbel miegħu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel daqsxejn kumment fuq it-test ta' l-emenda li l- Kap ta' l-Oppożizzjoni beħsiebu jipproponi għal klawsola 3 li, jekk m'iniex sejjer żball, diġa' qassam lill-istampa u tpoġġiet ukoll kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien nixtieq li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni joqgħod attent għaliex b'din l-emenda qed jagħmel xi ħaġa li jien naħseb li hu stess ma jaqbilx magħha.", "Il-liġi kif inhi llum tgħid espliċitament li r- referendum jista' jsir fuq proposta li tkun qed tiġi proposta b'riżoluzzjoni mill-Kamra tad-Deputati.", "Fl-emenda li qed jipproponi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni din il-possibilita' neħħiha.", "Effettivament il-Kap ta' l- Oppożizzjoni bl-emenda tiegħu, dejjem jekk jipproponiha kif kitibha, se jeksludi l-possibilita' li l-Parlament jiddeċiedi xi ħaġa u hu stess jgħid li din se jissottomettha għal referendum.", "Dan huwa l-każ klassiku ta' ħafna pajjiżi meta jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'ħafna pajjiżi hemm l-obbligu ta' referendum popolari u f'oħrajn m'hemmx dan l-obbligu, pero' xorta waħda qabel ma ssir ir-ratifika ta' l-att ta' sħubija sħiħa isir referendum.", "Jiena bħala Prim Ministru kull darba li ġejt mistoqsi jekk il- Gvern huwiex beħsiebu jissottometti l-proposta ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea għal referendum dejjem insistejt li m'hemmx neċessita' kostituzzjoniali pero' ma nintrabatx x'se nagħmel.", "Jiġifieri jista' jkun li jkun opportun li 'l quddiem il-Gvern jissottometti riżoluzzjoni approvata minn dan il-Parlament biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea għal referendum.", "Hawnhekk nixtieq nattira l-attenzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li kieku dan il-Parlament jadotta l-emenda tiegħu għal klawsola 3 dan ma jkunx jista' jsir.", "GĦaliex, Mr Speaker?", "GĦaliex il-Kap ta' l-Oppożizzoni qed jgħid li flok subklawsola 3 (1) kif inhi poposta fl- Abbozz ta' Liġi għandhom jidħlu dawn il-kliem:", "\"Persuni li jkollhom dritt li jivvotaw f'referendum skond dan l-Att jiġu mitluba biex jiddikjaraw:", "(a) jekk japprovawx li jitressqu quddiem u jgħaddu mill-Kamra, miżuri leġislattivi, jew riżoluzzjonijiet, dwar ħwejjeġ li ma jkunux ġew esklużi speċifikament fil-programm elettorali tal-Partit fil- gvern, qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali; jew\".", "Mr Speaker, hawn qed jgħid l-inizjattiva trid tiġi min-nies li jitolbu r- referendum.", "Huwa magħruf li l-gvern stess jista' jipproponi - kif inhi l- liġi llum u kif qed tiġi wkoll emendata - li tinżamm dik il-kwalita' ta' referendum.", "L-emenda tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni tneħħi din il- possibilita'.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li huwa naturali u loġiku li ladarba se ndaħħlu l-prinċipju ta' referendum għandu jkun hemm il- possibilita' ta' referendum propożittiv u proprju f'din l-emenda għall- klawsola li għadni kif qrajt hu jitkellem fuq hekk.", "Jien bir-rispett kollu ngħid li l-konċett sħiħ li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-emendi tiegħu m'huwiex aċċettabbli.", "Nerġa' naqra x'inhi l-proposta tiegħu.", "Hu qed jgħid li fir-referendum \"il-votanti jiġu mitluba jekk japprovawx li jitressqu quddiem u jgħaddu mill-Kamra miżuri leġislattivi jew riżoluzzjonijiet dwar ħwejjeġ li ma jkunux ġew esklużi speċifikament fil-programm elettorali tal-partit fil- gvern qabel l-aħħar elezzjoni\".", "Għalija din hija kontro-sens komplet għad- dritt li se nagħtu lill-poplu tagħna.", "Hekk kif torbot id-dritt ta' referendum ma' programm tal-partit fil-gvern inti fil-fatt tkun qiegħed ixxejjen fin-natura tiegħu stess dan id-dritt tar-referendum.", "Jekk inti torbot il-volonta' tal-poplu li jrid jagħmel referendum ma' programm elettorali l-ewwelnett tidħol f'diffikultajiet u f'mare magnum li żgur ma jispiċċa qatt.", "Il-programmi elettorali nafu x'ikun fihom; kultant ikunu dettaljati ħafna, kultant jitkellmu biss fuq prinċipji, kultant jitkellmu fuq ideat bl-iktar mod vag u kultant jitkellmu fuq aspirazzjonijiet.", "Allura kif jista' wieħed jorbot id-dritt tar-referendum li qed jipproponi l- Kap ta' l-Oppożizzjoni ma' dak li ma ġiex eskluż speċifikament fil-programm elettorali tal-partit fil-gvern?", "Naturalment l-inferenza hi li jekk ikun hemm xi ħaġa li ġiet speċifikatament imniżżla fil-programm tal-partit tal- gvern allura ma jistax isir referendum.", "Hawn naraw il-limitazzjonijiet li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq id-dritt tar-referendum.", "Naħseb li bil-mod li l-Gvern qed jipproponi r-referendum mhijiex differenti mill-pożizzjoni fid-dinja kollha kull fejn hemm id-dritt tar-referendum u m'hijiex limitata għal-leġislazzjoni li jagħmel Parlament wieħed fit-terminu tal-leġislatura tiegħu għax donnu l- konċett tal-Kap ta' l-Oppożizjzoni hu marbut mal-ħames snin li partit ikun fil-gvern u f'dawk il-ħames snin hemm affarijiet li huma fil-programm elettorali u allura l-poplu m'għandu dritt jagħmel xejn fuqhom għax ladarba msemmijin fil-programm elettorali huwa dritt sagrosant tal-Gvern li jilleġisla skond dak il-programm elettorali u l-poplu ma jibqagħlu ebda dritt li jesprimi ruħu kontra dak li jilleġisla l-Gvern.", "Nerġa' ngħid li bil-maqlub il-Kap ta' l-Oppożizzjoni imbagħad qed jgħid: \"Dak li ma jkunx imsemmi fil-programm elettorali ta' l-aħħar elezzjoni ...\"", "Għalija li torbot il-konċett biss kif espress mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni bil-miktub fl-emenda tiegħu ma' programm elettorali huwa xi ħaġa li assolutament ma tagħmilx sens.", "Mr Speaker, huwa veru li aħna pajjiż fortunat li għandna Gvern u Oppożizzjoni u għandna żewġ partiti li bejniethom għal ħafna snin ifformaw iż-żewġ naħat tal-Kamra, pero' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'għandu ebda garanzija li din is-sitwazzjoni se tibqa' hekk għal dejjem.", "Jien nistaqsi lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni x'se jiġri jekk ikollna gvern ta' koalizzjoni kif kellna fis-snin ħamsin?", "Liema hu l-programm li fuqu jista' jsir referendum u programm li fuqu ma jistax isir referendum, il-programmi taż- żewġ partiti jew iktar li jkunu f'koalizzjoni?", "Fil-fehma tiegħi, l-idea stess, l-bażi, l-konċett, l-pedament, l-fundament li fuqu qed jibni t- teorija tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jipproponi d-dħul ta' referendum - li qed isejjaħlu propożittiv - assolutament ma jagħmilx sens.", "Subartiklu (2) tal-klawsola 3, kif qed jipproponi li jemendah il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jgħid li fir-referendum l-elettorat jiġi mitlub", "\"jekk jaqblux li xi miżura leġislattiva jew riżoluzzjoni, proposta lill-, jew mgħoddija mill-Kamra, dwar ħwejjeġ li ma ġewx imwegħda fil- programm elettorali tal-partit fil-gvern qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, għandha tiġi mwarrba jew abrogata.\"", "Nerġa' nagħmel l-eżempju ta' l-Unjoni Ewropa.", "Dan il-Gvern għandu l-mandat li jfittex li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista hemm dan imniżżel bl-iktar mod ċar.", "Ladarba dan huwa mniżżel fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista ma jistax isir referendum biex il-poplu ngħidulu: Taqbel jew ma taqbilx li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "Hija kontradizzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li f'dan l-istadju joħroġilna bi proposta bħal din fejn jgħid li ladarba xi ħaġa tkun ġiet imwiegħda u proposta fil-programm elettorali ma jistax isir referendum fuqha.", "Dan huwa n-negazzjoni tad-dritt tar- referendum li min-natura tiegħu huwa eżattament li jpoġġi l-poter tal- poplu, li aħna d-deputati tiegħu, f'idejh stess u minkejja li nkunu ddeċidejna aħna jew parlamenti ta' qabilna jew kull min kellu d-dritt jilleġisla f'pajjiżna qabilna, dak ikun jista' jbiddlu.", "Nerġa' ngħid, Mr Speaker, li dan huwa każ ieħor ta' l-Oppożizzjoni fejn bil-kliem jagħtu lip service u jgħidu: Iva, aħna naqblu mar-referendum, pero' imbagħad bil-proposta miktuba li diġa' għandna quddiemna l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jidher li effettivament ma jaqbilx ma dak li qegħdin ngħidu għaliex il-proposta tiegħu hija proposta li ma tistax tiġi implimentata, hija proposta li żgur ma tagħtix d-dritt lill-elettorat li jbiddel xi liġi li l-gvern tal-ġurnata jkun għamel in forza tal-programm elettorali tiegħu.", "Mr Speaker, naħseb li hawn għandna diverġenza ta' importanza kbira u jien nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jerġa' jirrikonsidra bis-serjeta' u bil-għaqal il-proposta ta' emenda li għamel.", "Jekk irid jagħmel xi proposta ta' emenda li fiha aktar sustanza reali allura wieħed jiddiskutiha, pero' nista' ngħidlu minn issa stess li l-emendi proposti minnu assolutament m'humiex aċċettabbli u jmorru kontra l-prinċipju fundamentali tar-referendum kif qegħdin nikkonċepuh bil-liġi li qed jipproponi l-Gvern.", "Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel rimarki oħra fejn qal li jidhirlu li mhux sewwa li jiġu esklużi liġijiet fiskali mill-possibilita li jiġu abrogati b'referendum u jekk m'inix sejjer żball semmielna l-każ ta' California.", "Jien m'inix espert fuq California u ma nafx x'jgħidu l- liġijiet ta' California, pero' żgur nista' ngħid li fil-maġġoranza stragranti tal-pajjiżi moderni fejn hemm id-dritt tar-referendum abrogattiv huma dejjem esklużi - jew kważi dejjem - proposti biex jitbiddlu l-liġijiet fiskali.", "Per eżempju, nista' nikkwota artiklu 75 tal-Kostituzzjoni Taljana li jgħid li mhux ammess referendum fuq liġijiet tributarji u tal-bilanċ, jiġifieri fuq liġijiet fiskali, naturalment għal raġunijiet li huma ovvji għaliex inti ma tistax tissoġġetta sistema jew rata ta' tassazzjoni għall- vot popolari għax allura tkun qiegħed mhux tfittex dak li huwa l-ġid nazzjonali, almenu mhux neċessarjament il-ġid nazzjonali, imma faċilment ikun hemm manuvrar biex il-liġijiet ikunu jaqblu għal ċerti sezzjonijiet li jiġu vantaġġati.", "Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal ukoll li hu ma jaqbilx li għandhom jiġu esklużi liġijiet għar-rigward ta' ftehim ta' trattati internazzjonali li l-Istat Malti jagħmel ma' stati oħrajn.", "Hawn ukoll, din m'hijiex xi idea oriġinali li qed jipproponi l-Gvern imma l-istess jingħad fl-artiklu 75 tal-Kostituzzjoni Taljana għar-rigward tat-trattati internazzjonali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-aħħar tad-diskors tiegħu għamel rimarka u qal li hija rimarka personali - ma nafx x'ried ifisser eżattament bil-kelma \"personali\"; għandi nifhem li jrid jgħid għall-fehma tiegħu, pero' mhux neċessarjament tal-partit tiegħu - fejn qal li hu ma jaqbilx li għandu jkun hemm xi kwalita' ta' referendum li b'xi mod jimplika valuri morali.", "Jien naqbel miegħu fil-valutazzjoni li għamel li wieħed irid joqgħod attent ħafna li ma jimponix rieda ta' maġġoranza fuq rieda ta' minoranza imma għandu jħalli l-liberta' sħiħa tal-valuri morali li kull wieħed minna għandu dritt għalihom, pero' naħseb li jkun żball jekk tgħid per prinċipju li għandek teskludi l-possibilita' tar-referendum abrogattiv anke meta xi liġi jkollha riflessi morali.", "Jien nista' nagħti eżempju li f'pajjiżna ma kellniex bżonn ngħaddu minnu pero' kieku l-liġijiet kriminali ta' pajjiżna baqgħu li kienu bil-liġi li qed nagħmlu llum kien ikun jista' jsir referendum.", "Qed ngħid li sa ftit tas-snin ilu - bejn wieħed u ieħor madwar 15-il sena - f'Malta kien għad hawn id-delitt kriminali ta' l- adulterju u d-delitt kriminali ta' l-omosesswalita', anke bejn adulti.", "Dik illum m'għadhiex parti mil-liġijiet tagħna u hija żgur kwestjoni ta' valuri morali.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li kieku dik il-liġi ma nbidlitx naħseb li ma kien ikun xejn ħażin li jkun hawn moviment f'pajjiżna li kien jitlob li dawk iż-żewġ dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali jiġu abrogati, minkejja li ovvjament warajhom hemm kwestjoni ta' valuri morali.", "Għalkemm nifhem x'kien qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta esprima din l-opinjoni personali tiegħu - u j'Alla qatt ma jkollna l- bżonn f'pajjiżna li nistaqsu min hu favur u min hu kontra d-divorzju; (Interruzzjonijiet) dan naturalment ma jistax ikun qabel ma jidħol ir- referendum propożittiv - ma naħsibx li għandna nilleġislaw a bażi ta' maġġoranza u minoranza, imma għandna nilleġislaw skond il-bżonnijiet soċjali ta' pajjiżna.", "Kif għidt kemm-il darba u nerġa' nirrepeti f'din l- okkażjoni, fil-fehma tiegħi jkun gwaj kbir għal pajjiżna jekk issir neċessita' soċjali li f'pajjiżna jidħol id-divorzju.", "Mr Speaker, naħseb li dawn huma l-punti kollha li ttratta l-Kap ta' l- Oppożizzjoni u allura wieħed jassumi b'mod ġenerali li hemm qbil fil- prinċipju fuq il-punti l-oħra tal-liġi, jiġifieri dwar kif isir il-proċess biex jinġabru l-firem, dwar l-ammont ta' firem li jrid ikun hemm biex ikun jista' jsir referendum u dwar il-validita' ta' referendum, jiġifieri li jrid ikun hemm almenu 50% ta' l-elettorat li jmur jivvota u fost dawk li jivvotaw ikun hemm maġġoranza favur il-proposta li tiġi sottomessa għal referendum.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar ir-Referendi; Kap 237\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Referendi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 215 tat-3 ta' Mejju, 1995.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Referendi jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES BILL", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1995 dwar Nomini mill-Oppożizzjoni.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, il-bieraħ għamilt riferenza għad- dokument \"Il-Bidla Tkompli\" li kien ġie ppubblikat fil-11 ta' Novembru 1993.", "Bħalma għidt il-bieraħ, dan id-dokument kien intiż biex inkomplu l- eżerċizzju ta' bidliet sostanzjali li bihom niżguraw għal pajjiżna dak li hemm ikkwotat fil-programm elettorali ta' l-aħħar elezzjoni tal-Partit Nazzjonalista.", "Se nsemmi l-kliem li kkwotajt il-bieraħ, jiġifieri li t- trasparenza tkun prinċipju li naħdmu bla heda biex inwettquh.", "Il-kelma \"trasparenza\", bħal kelma \"djalogu\", u l-kelma \"demokrazija\" u bħal ħafna kliem sabiħ ieħor saret parti mill-jargon, saret parti mill-kliem komuni, u kif jgħidu l-Ingliżi, saret a household word li sirna nużaw kontinwament.", "Fil-pajjiż kontinwament ngħidu li dak kollu li jagħmel b'mod partikolari l- Gvern - u jiena ngħid mhux il-Gvern biss - għandu jagħmlu b'mod trasparenti, jiġifieri b'mod li jidher, u meta ngħidu jidher inkunu qed ngħidu b'mod li jiftiehem, b'mod li ma jħallix suspetti u b'mod li kemm jista' jkun ikun jista' jiġbor il-kunsens tal-maġġoranza tal-poplu tagħna warajh.", "Kien proprju dan il-ħsieb li ġiegħel lill-Gvern jipproponi dan l- Abbozz ta' Liġi.", "Jekk immorru lura ftit ta' snin lura nsibu li l-amministrazzjoni kollha ta' pajjiżna kienet konċentrata bl-iktar mod assolut f'idejn l-eżekuttiv, b'mod li l-eżekuttiv kien jaġixxi permezz ta' numru ta' persuni pjuttost limitat.", "Il-Kostituzzjoni tagħti l-poter eżekuttiv ta' pajjiżna lill- Gvern.", "Tul is-snin sittin, sebgħin u tmenin beda jinħass il-bżonn li f'ċerti oqsma li min-natura ta' l-amministrazzjoni tagħhom għandhom importanza nazzjonali, l-eżekuttiv jiddelega, jagħti l-poteri tiegħu lil numru ta' nies responsabbli, u b'hekk bdejna l-proċess li noħolqu dawk li llum insejħulhom korpi parastatali, id-diversi korporazzjonijiet.", "Jekk inħarsu lejn is-snin sittin insibu li twaqqfu l-Korporazzjoni għall- Iżvilupp ta' Malta u l-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Jekk inħarsu lejn is-snin sebgħin insibu li twaqqfu l-Korporazzjoni Telemalta, il-Korporazzjoni Enemalta u l-Awtorita' tad-Djar u jekk nersqu iktar viċin lejn is-snin tmenin u disgħin insibu li twaqqfu ċ-Ċentru għal Servizzi Finanzjarji, l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, l-Awtorita' Marittima u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Mr Speaker, apparti l-kritika pożittiva u negattiva li tista' ssir fuq kif jaħdmu u jitħaddmu dawn il-korpi kollha, naħseb li hawn qbil fil-pajjiż li kien tajjeb li l-poter ma baqax vestit biss f'eżekuttiv limitat personalizzat fil-persuni tal-ministri, imma permezz ta' liġijiet inħolqu dawn id-diversi korporazzjonijiet li għandhom mhux biss identita' u personalita' tagħhom imma għandhom ukoll mission statement li jridu jaqdu fil-funzjonijiet tagħhom.", "Jekk naraw il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta li ilha taħdem iktar minn 25 sena nsibu li tul dawn is-snin kollha r- riżultati kienu pożittivi u f'ċerti perijodi iktar pożittivi minn perijodi oħrajn, imma m'hemmx dubju li l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta serviet biex tippreżenta dehra ta' Malta bħala pajjiż li fih tista' tinvesti, tista' twaqqaf industriji u li fih hemm żona ta' attivita' li warajha tista' tgħid li hemm il-kunsens ta' l-elettorat tas-soċjeta' Maltija.", "Naħseb li l-esperjenza, minkejja d-difetti u l-iżbalji li kultant isiru, kienet esperjenza pożittiva.", "In-natura stess tal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta kienet, għadha u tibqa' tirrikjedi li d- deċiżjonijiet jittieħdu fuq prinċipji li jkunu konformi mal-politika tal- gvern tal-ġurnata, imma l-amministrazzjoni ta' kif tiġi attwata dik il- politika tal-gvern tal-ġurnata trid issir bl-iktar mod indipendenti, professjonali, effiċjenti u bl-iktar mod li jwassal biex jitkattar il-ġid fil-pajjiż.", "Qed ngħid hekk għal din il-korporazzjoni - kif se ngħid għal korporazzjonijiet l-oħra li se nsemmu - għax jidhrilna li f'dawn il- korporazzjonijiet, f'dawn l-enti parastatali, hemm element li huwa komuni, jiġifieri għandhom skop u finalita' nazzjonali.", "Skond min ikun fil-gvern f'mument partikolari jista' jkun hemm diverġenza, pero' l-finalita' ta' kull waħda minn dawn il-korporazzjonijiet tibqa' dejjem l-istess.", "Mr Speaker, aħna nitkellmu fuq trasparenza u bħalissa għaddejjin minn żmien meta kontinwament isiru attakki li m'hemmx biżżejjed trasparenza u ma jingħatawx biżżejjed dettalji ta' kif jaħdmu d-diversi enti parastatali fil-pajjiż.", "Illum nistgħu ngħidu li għaddejjin f'perijodu fejn ħafna minn dawn il-korporazzjonijiet li semmejt qegħdin jinvestu miljuni kbar ta' flus b'mod ġenerali fl-infrastruttura ta' pajjiżna, u allura dawn il- korporazzjonijiet qed ikollhom deċiżjonijiet x'jieħdu ta' importanza nazzjonali.", "Kull gvern irid jerfa' r-responsabilita' finali ta' l- amministrazzjoni tal-pajjiż, anke jekk dik l-amministrazzjoni hija delegata b'xi liġi lil xi korporazzjoni li twaqqfet b'liġi approvata minn dan il- Parlament.", "Dak li hu tajjeb f'dawn il-korporazzjonijiet huwa li kull waħda minnhom għandha l-bord ta' diretturi tagħha li huma accountable u li jridu jagħtu rendikont ta' l-aġir tagħhom.", "Kif għidt, illum għaddejjin minn perijodu ta' żvilupp kbir fejn qed jintnefqu miljuni kbar partikolarment fl- infrastruttura ta' pajjiżna.", "L-esperjenza ta' dawn is-snin kienet u għadha li jitqajjmu ħafna suspetti u ssir ħafna kritika, li kieku wieħed ikun jaf il-fatti, żgur li ma jkunx ġustifikat li jqajjimhom.", "L-element ta' trasparenza għandu jkun l-element li permezz tiegħu wieħed ikun jaf iktar meta għandu jagħmel kritika u kritika qawwija u meta ma jkunx hemm għalfejn li jinħolqu suspetti bla bżonn.", "Naturalment, nerġa' ngħid, ir- responsabilta' tad-deċiżjonijiet kollha tibqa' ta' kull bord ta' diretturi li jeħodhom u tibqa' wkoll ir-responsabilta' ministerjali fejn hemm responsabilta' ministerjali.", "Aħna dehrilna li jkun pass 'il quddiem ħafna jekk f'dawn il-korporazzjonijiet li għandhom funzjoni nazzjonali l- Oppożizzjoni jkollha mhux rappreżentant tagħha għaliex min jiġi nominat fuq il-bord tal-korporazzjonijiet ma jirrappreżenta lil ħadd ħlief l-interess ta' dik il-korporazzjoni.", "Jiġifieri l-obbligu tiegħu hu li jaħdem biss biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom tkun twaqqfet dik il-korporazzjoni.", "Aħna jidhrilna li jkun tajjeb li fuq dawn il-bordijiet, nerġa ngħid, ikun hemm mhux rappreżentant imma persuna ta' fiduċja ta' l-Oppożizzjoni li tieħu parti fid-deliberazzjonijiet kollha li jsiru fil-bord tad-diretturi ta' dawn il-korporazzjonijiet.", "Mr Speaker, ikun hawn min jgħid li b'hekk forsi nistgħu nkunu qegħdin inħawdu l-rwol tal-Gvern mar-rwol ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien ma naqbilx ma' dan l-argument u għandi l-Kostituzzjoni stess ta' pajjiżna bħala sostenn ta' l-argument favur din il-proposta tal-Gvern.", "Il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna titkellem fuq numru ta' kummissjonijiet u dawk il-kummissjonijiet jiġu nominati mill-President ta' Malta fuq parir tal-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Kamra taf li għandha quddiema emendi li qed jipproponi l-Gvern biex dawn il-kummissjonijiet kostituzzjonali jkollhom sinifikat akbar billi n-nies li jiġu nominati fuqhom ikunu tabilħaqq jirrapreżentaw mhux il-veduti imma l-fiduċja jew aħjar ikollhom il-fiduċja ta' min jipproponihom.", "Mr Speaker, qed nagħmlu l-istess prinċipju wkoll tal-kummissjonijiet kostituzzjonali billi nestenduh għall-boards ta' l-enti parastatali.", "Aħna jidhrilna li huwa tajjeb li fuq il-boards ta' dawn l-enti parastatali li bejniethom jamministraw miljuni ta' liri ta' flus tal-poplu tagħna jkun hemm persuna, almenu waħda, li tkun ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Allura l-konċett li qegħdin naddottaw huwa li fil-boards tad-diretturi ta' dawn il-korporazzjonijiet kollha jkun hemm persuna li tiġi nominata minn min għandu l-awtorita' skond il-liġi - aktar f'ħafna minnhom huwa l-Prim Ministru - wara li l-Prim Ministru jkun talab lill-Kap ta' l-Oppożizjzoni biex huwa jagħżel persuna ta' fiduċja tiegħu biex titqiegħed fil-bord tad- diretturi.", "Mr Speaker, insistejt jiena stess - mhux għax kelli bżonn ninsisti għaliex konna persważi - fis-sens li kelli premura li din il-liġi tiġi proposta lil dan il-Parlament għaliex il-mod kif tabilħaqq nuru li dawn l- enti parastatali kollha lesti li jaħdmu kif qegħdin jaħdmu bit-trasparenza, huwa billi nagħtu kull possibilta' li dak kollu li jsir f'dawn il- korporazzjonijiet isir b'mod li jkun aċċessibbli direttament għal persuna li tkun ta' fiduċja wkoll tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi qed jgħidilna li fit-Telemalta lanqas iċ-Chairman stess ma jkun jaf kif isiru l-affarijiet!", "Naturalment l-Onor.", "Mizzi għandu l-esperjenzi tiegħu, pero' jien nassigurah li ħażin ħafna jekk iċ-Chairman tat-Telemalta joqgħod jindaħal fl-affarijiet iż-żgħar ta' l- amministrazzjoni, kif ħafna drabi kien isir qabel u jdaħħal imnieħru fejn ma jesgħux!", "Pero' li ċ-Chairman tat-Telemalta jkun jaf x'inhuma l- policies, x'inhuma d-deċiżjonijiet il-kbar, kif inhi miexja l- amministrazzjoni jien nassigurah li ċ-Chairman preżenti tat-Telemalta, u jien persważ iċ-chairmen kollha ta' qabel, dan id-dmir tagħhom qdewh u qdewh b'lealta'.", "Il-ħażin huwa jekk ikun hemm xi chairman jew bord tad- diretturi li jħoss li xogħolu jkun li jagħmel transfer lil xi ħadd minn hawn għal hemm jew joqgħod jara min jiġi impjegat għax nemmen li dak ikun qed jeżorbita mid-doveri taċ-chairman u tal-bord.", "Iċ-chairman tal-bord u l- bord iridu jiżguraw illi dawn l-affarijiet li ssemmew isiru b'serjeta', b'oġġettivita' u mingħajr diskriminazzjoni, imma mhux joqgħod jidħol fid- dettalji kollha ta' l-amministrazzjoni tal-ġurnata.", "Infatti dawn il- korporazzjonijiet kollha li hawn imsemmijin għandhom l-istruttura ta' bord ta' diretturi, imbagħad taħt il-bord tad-diretturi għandhom l-istrutturi li tirrikjedi kull amministrazzjoni billi jkun hemm general manager jew chief executive u naturalment persuni oħra li jkollhom ir-responsabbilta' lineali, minn fuq għal isfel.", "Nerġa' ngħid illi din il-liġi turi kif dan il-Gvern irid li jkun hemm it-trasparenza sħiħa mhux biss fl-aġir tiegħu li jiġi skrutinat minn dan il-Parlament - u llum għandna wkoll il-Public Accounts Committee li qed jagħmel ħafna xogħol utili wkoll - imma rridu wkoll li fl-amministrazzjoni ta' dawn il-korpi jkun hemm direttament, kontinwament u b'mod permanenti t-trasparenza li lkoll nitkellmu dwarha.", "Mr Speaker, kien hemm ċerta diffikulta' dwar liema enti parastatali kellna ndaħħlu f'din il-liġi.", "Per eżempju, kien hemm id-diffikulta' illi jekk għandna korporazzjoni li magħrufa b'dak l-isem illi għandha t-Tarzna u li għandha sistema ta' awtoġestjoni mill-ħaddiema, jekk wasalx iż-żmien illi ngħidu illi filwaqt li trid tibqa' dik l-awtoġestjoni, għall-grazzja tat-trasparenza għandu jkun hemm fuq dak il-bord ukoll persuna ta' fiduċja ta' l-Oppożizzjoni u f'dan il-każ forsi wkoll - anzi mingħajr il-\"forsi\" - persuna ta' fiduċja min-naħa tal-Gvern.", "Dehrilna li l-każ tad-Drydocks huwa każ partikolari u f'dan l-istadju ma jidhrilniex li għandna ninkludu d- Drydocks f'din il-lista ta' korporazzjonijiet illi fihom ikun hemm rappreżentanza ta' persuna ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Pero' ddistingwejna wkoll u għidna li jista' jkun hemm attivitajiet li huma purament kummerċjali jew attivitajiet li jiġu ġestiti biss b'mod kummerċjali għalkemm ikun hemm interess nazzjonali.", "Imbagħad hemm attivitajiet oħra li minbarra li huma wkoll għandhom xi element kummerċjali pero' l-enfasi tagħhom huwa s-servizz nazzjonali.", "Wieħed seta' jikkonsidra u jistaqsi: Il-bord tal-kumpannija ta' l-ajru Air Malta għandu jibqa' jiġi magħmul kif inhu jew għandu jkun hemm fih element ta' inserzjoni ta' nies li jkollhom il-fiduċja tal-politiċi fil-pajjiż?", "Mr Speaker, aħna deherilna li m'għandniex ninkludu kumpannija li għandha l-obbligu li timxi b'mod purament kummerċjali.", "Ġejna imbagħad għall-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Hawnhekk ukoll dan inkludejnih għaliex deherilna li għalkemm il-Bank Ċentrali għandu pożizzjoni ta' importanza primarja fil-politika monetarja u ekonomika li jimxi biha l-gvern tal-ġurnata, huwa tajjeb li kif tgħid il-Kostituzzjoni stess - il-liġi stess li twaqqaf il-Bank Ċentrali - il-Gvernatur u l-Bord tal-Bank Ċentrali ikollhom kemm jista' jkun awtonomija.", "Aħna deherilna li peress li l-funzjoni tal-Bank Ċentrali hija funzjoni li għandha rifless nazzjonali f'dak li jiġi deċiż mill-Bord tal-Bank Ċentrali, jkun tajjeb li fost il-Bord tal-Bank Ċentrali jkun hemm ukoll persuna li hija ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan naturalment ma jfissirx li l-persuna li tkun ġiet nominata biex tkun f'dan il-bord trid taqbel fuq dak kollu li jiġi deċiż f'dak il-bord imma żgur trid tkun persuna ta' integrita', onesta' u kapaċita' li tista' tikkontribwixxi meta jkun hemm il-proċess ta' deliberazzjoni fuq deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-Bank Ċentrali.", "Mr Speaker, il-korporazzjoni li tissemma fl-iskeda li għaliha tagħmel riferenza l-liġi hija t-Telemalta.", "It-Telemalta wkoll inqisuha bħala li għandha funzjoni nazzjonali, qegħdin fil-proċess - kif inhu magħruf - li niddistingwu bejn il-funzjonijiet regolatorji li llum għandha t-Telemalta u l-funzjonijiet l-oħra li huma l-funzjonijiet kummerċjali u funzjonijiet li tagħti servizz.", "Fl-istadju ta' l-affarijiet kif inhuma llum jidhrilna li huwa sewwa li jkun hemm ukoll fil-Bord tat-Telemalta persuna ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Wara imbagħad tissemma' l-Awtorita' tad-Djar.", "M'hemmx dubju, Mr Speaker, li l-politika dwar id-djar kienet u għadha importanti ħafna għal pajjiżna.", "Aħna nafu li s-sitwazzjoni tad-djar f'pajjiżna tjiebet matul is-snin, qiegħda tkompli titjieb anke llum, pero' huwa tajjeb li jkun hemm awtorita' li taħseb biex jiġu provduti djar u l-għajnuna meħtieġa biex jekk jista' jkun kulħadd ikollu dar diċenti.", "M'hemmx dubju li l-politika ta' l- Awtorita' tad-Djar tvarja skond min ikun fil-gvern; gvern jista' jagħmel enfasi mod u gvern ieħor jista' jagħmel enfasi mod ieħor.", "Pero' l-funzjoni hija qawwija biżżejjed għas-soċjeta', hija ta' natura nazzjonali biżżejjed li aħna jidhrilna li hawn ukoll il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għandu jinnomina persuna ta' fiduċja biex tkun fuq il-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Għandna mbagħad il-Korporazzjoni Enemalta.", "Din il-korporazzjoni wkoll għandha l-monopolju għall-provvista ta' l-enerġija f'pajjiżna u għandha dan il-monopolju biex teżegwih fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Jien naħseb li għandna nqisu din il-korporazzjoni bħala li għandha funzjoni ta' natura nazzjonali, il-politika tagħha għandha tkun politika li ma tħarisx l- interessi dojoq ta' xi partit imma għandha tħares l-interessi nazzjonali.", "Il-Korporazzjoni Enemalta hija wkoll korporazzjoni li qed tipprovdi servizzi ta' infrastruttura essenzjali għal pajjiżna, għaddiet diġa' u għadha għaddejja minn investimenti kbar ta' miljuni ta' liri u ħażin li kull azzjoni ta' l-Enemalta tibqa' tiġi skrutinata b'mod li jitqajmu suspetti bla bżonn li jsiru ħafna allegazzjonijiet u allura tajjeb li fl- Enemalta wkoll ikun hemm l-aqwa trasparenza u jidhirlna li dan huwa li qed joffri l-Gvern: l-aqwa trasparenza billi l-Oppożizzjoni tkun taf li għandha persuna tal-fiduċja tagħha li tieħu parti, nerġa' ngħid, fid-deċiżjonijiet li tieħu l-Enemalta.", "Wara l-Enemalta, l-iskeda li hemm fil-liġi ssemmi ċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji.", "Dan iċ-ċentru twaqqaf b'leġislazzjoni li għaddiet minn dan il- Parlament u li l-Parlament għal darb'oħra wera li meta qegħdin nitkellmu fuq suġġetti li żgur huma ta' interess għal pajjiżna - jiġifieri mhux b'mod li jifridna politikament - il-Parlament ikun dispost li jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu.", "U niftakru li l-ħafna liġijiet li għaddew minn dan il- Parlament fl-1994 kellhom dibattitu qawwi li pero' kien dibattitu li permezz tiegħu nista' ngħid li rriżulta ftehim bażiku fuq il-liġijiet kollha li tressqu.", "U allura jidhrilna li huwa sewwa li fil-Bord ta' Gvernaturi - kif jissejħu - li għandu ċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji f'pajjiżna, l-Oppożizzjoni wkoll ikollha persuna tal-fiduċja tagħha.", "Niġu mbagħad għal korporazzjoni oħra - din id-darba tissejjaħ awtorita' - li hija l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Meta nirriferu għas-servizz tax-char-a-bancs, veru huwa servizz li jissejjaħ pubbliku għaliex huwa pubbliku pero' huwa servizz li huwa kollu privat għaliex l-owners tal-buses tagħna huma kollha individwi jew kumpanniji u m'humiex il-gvern, m'humiex l- Istat.", "Dan il-Gvern ħaseb biex iwaqqaf l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għaliex deherilna li s-servizz li kien qed jingħata ma kienx sodisfaċenti u kien hemm bżonn ta' riformi radikali fih.", "Huwa diffiċli ħafna li wieħed iwettaq ir-riformi f'dan is-settur pero' bil-mod il-mod jidher li qed naslu biex dawn ir-riformi jiġu aċċettati u fil-fatt isiru.", "L-awtorita' ma titkellimx biss fuq it-trasport pubbliku tal-buses għax għandha funzjoni x'taqdi dwar it-trasport kollu ta' pajjiżna.", "Jien naħseb li kulħadd għandu jaqbel li l-funzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku hija wkoll waħda nazzjonali għax bażikament taqdi l-bżonnijiet tal- poplu tagħna kollu.", "Aħna jidhrilna li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha timxi b'mod trasparenti biex kemm jista' jkun ikun hemm kunsens wiesgħa u għalhekk qed nipproponu li membru tal-bord ta' din l- awtorita' jkun persuna ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni wkoll.", "Mr Speaker, korporazzjoni ġdida relattivament f'pajjiżna hija l- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ li bil-mod il-mod dejjem qed tieħu funzjoni iktar importanti.", "Illum m'għadx għandna biss il-Labour Office fejn imorru jirreġistraw in-nies bla xogħol imma għandna wkoll korporazzjoni li qed taqdi dik il-funzjoni li qabel kienet tal-Labour Office, bid-differenza li din għandha mansjoni ħafna iktar wiesgħa.", "GĦalkemm illum f'pajjiżna niftaħru li għall-grazzja t'Alla għandna dak li nistgħu nsejħulu full employment, għad għandna bżonn ta' matching ta' skills li jkollhom il-ħaddiema mad-domanda li jista' jkun hemm għall- impjiegi tal-ħaddiema.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra l-funzjoni ta' din il- korporazzjoni hi eżattament dik li żżomm quddiem għajnejha x'inhuma l- bżonnijiet li jinħolqu minn żmien għal żmien u li tipprova tagħmel il- matching tal-ħaddiema li jkun hemm bżonn li jinstabu biex jieħdu l- postijiet tax-xogħol li jinħolqu.", "Jien naħseb li l-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ qiegħda tagħmel funzjoni tajba fl-analisi li tagħmel kull xahar fir-rapporti tagħha.", "Per eżempju, ir-rapport ta' Diċembru ta' din il- korporazzjoni - fil-fatt dan tawhuli llum - jsemmi l-moviment li jkun qed isir fil-qasam tax-xogħol.", "Fenomenu ta' dawn l-aħħar snin f'pajjiżna huwa t-tkabbir tal-mobbilita' fuq il-postijiet tax-xogħol għax ħafna nies kull sena qed ibiddlu x-xogħol tagħhom.", "F'dan ir-rapport li tagħmel kontinwament il-korporazzjoni qed tagħmel analisi ta' min huma dawk li jiġu jirreġistraw għax m'għandhomx xogħol, tara xi skills għandhom, tipprova tiġbed mingħand l-employers il-bżonnijiet tagħhom u kif diġa' għidt kemm jista' jkun tagħmel matching bejn dawk li jfittxu x-xogħol u dawk li jipprovdu x-xogħol.", "Jien naħseb li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għandha funzjoni importanti ħafna f'pajjiżna wkoll imma hemm bżonn li l-mod kif taħdem ikun mifhum iktar minn kulħadd u kulħadd ikun iktar konvint mill- mod trasparenti ta' kif taħdem.", "GĦalhekk qed nipproponu wkoll li fil-bord ta' din il-korporazzjoni jkun hemm persuna ta' fiduċja tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Mr Speaker, awtorita' oħra li twaqqfet ftit tas-snin ilu hija l-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "Din l-awtorita' tkopri zona ta' xogħol wiesa', mifrux u adatt ħafna għal pajjiżna.", "Aħna ġżira li nistgħu ngħidu li ħafna drabi għexna - jekk wieħed jagħmel l-analiżi ta' l-istorja soċjali u ekonomika ta' pajjiżna - permezz tal-qligħ li nieħdu mill-portijiet tagħna.", "Il-fatt li aħna gżira jispjega ħafna mill-ħajja soċjali u ekonomika ta' pajjiżna.", "L-Awtorita' Marittima ridna niġbru taħtha dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-operazzjonijiet, max-xogħol u ma' l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-baħar.", "L-Awtorita' Marittima għandha wkoll funzjoni ta' importanza nazzjonali u għalhekk qed nipproponu li fit-tmexxija tagħha jkun hemm persuna li tkun ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-aħħar korporazzjoni li tissemma fl-iskeda hija l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.", "Għal ħafna snin l-ilma kien ta' problema kbira għal pajjiżna.", "Il-provvista ta' l-ilma hija xi ħaġa essenzjali u llum din il- korporazzjoni rnexxielha li almenu tilħaq l-għan prinċipali tagħha li tipprovdi biżżejjed ilma skond it-talba li jkun hawn fil-pajjiż.", "Pero' nistgħu ngħidu li dan qed tagħmlu mhux mingħajr sagrifiċċji għal pajjiżna anzi qed tagħmlu b'piż kbir.", "Għalhekk hemm bżonn li din il-korporazzjoni tidher li qed taħdem bl-aħjar mod għas-servizz tal-poplu tagħna.", "Issir ħafna kritika - biċċa minnha ġustifikata u oħra li ma tkunx - pero' hu żgur li din il-korporazzjoni hemm bżonn li takkwista aktar il-fiduċja tal- poplu tagħna.", "Irridu nifhmu li jekk qed jirnexxilna li nilħqu l-bżonnijiet tagħna ta' konsum ta' ilma dan qed isir bi spejjeż kbar u b'investimenti kbar.", "Investimenti kapitali f'infrastruttura u investimenti rikorrenti wkoll kbar għall-provvista ta' l-ilma.", "Għalhekk kemm jista' jkun lil din il-korporazzjoni mhux irridu li naqtgħuha mill-kontroversja politika għax il-kontroversja politika fiha nnifisha jien inqisha bħalha xi ħaġa pożittiva, pero' rridu nagħmlu mod li l-kontroversja li jista' jkun hemm dwar din il-korporazzjoni tkun waħda oġġettiva.", "Aħna rridu li matul il- ġranet kollha tas-sena jkun hemm it-trasparenza li tkun qiegħda ġewwa s- sistema stess ta' kif taħdem il-korporazzjoni.", "Metodu li mhux perfett imma li żgur li għandu jgħin fil-fehma tal-gvern hu eżattament li fil-bord tal- korporazzjoni jkun hemm persuna ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Mr Speaker, il-liġi ssemmi liema huma l-korporazzjonijiet - issa semmejthom waħda waħda - li għalihom se tapplika l-liġi.", "Pero' l-liġi tgħid ukoll li l-lista li hemm fl-Ewwel Skeda tista' tinbidel billi magħha jiżdiedu attivitajiet oħra li jista' jkollu l-gvern tal-ġurnata u dan jista' jsir b'pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern fuq ordni tal-Prim Ministru.", "Dan qed ngħidu għaliex naħseb li huwa prevedibbli li s-sistema li biha jaħdem il-Gvern tkompli tiġi deċentralizzata u kemm jista' jkun jikber in-numru ta' attivitajiet li jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar u jaħdmu b'mod awtonomu fis-sens illi jkollhom kostituzzjoni għalihom ta' kif jaħdmu.", "Allura l-liġi qed tagħti l-possibilita' li ma jkunx hemm il-ħtieġa illi kull darba niġu quddiem dan il-Parlament u nibdlu l-liġi, imma jekk ikun il-każ u naqblu, jew il-gvern tal-ġurnata jiddeċiedi, jew ikun hemm proposti li l-Gvern jaċċetta illi xi attivitajiet oħra li huma tan-natura li semmejt jaqgħu taħt din il-liġi, allura nkunu nistgħu nbiddlu l-Iskeda kif ikun hemm bżonn.", "Mr Speaker, naturalment il-liġi titkellem fuq il-mekkaniżmu ta' kif isiru n-nomini.", "Waħda mill-affarijiet li ġiet ikkonsidrata mill-Gvern kienet jekk inbiddlux kull liġi li waqqfet dawn il-korporazzjonijiet u fiha ndaħħlu dan l-element ġdid ta' nomini ta' persuna ta' fiduċja tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni jew inkella nħallux il-boards kollha kostitwiti kif inhuma u ngħidu li wieħed mill-persuni li jkunu f'dan il-bord skond il-liġi jrid jkun ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-liġi titkellem fid-dettall dwar dan u tgħid kif il-Prim Ministru għandu bil-miktub jitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jekk jixtieqx jinnomina persuna ta' fiduċja tiegħu biex toqgħod fuq dawn il-boards u hemm il-proċedura kif dan isir.", "Tajjeb li ngħid illi għalkemm il-Prim Ministru jkollu l-obbligu illi jitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex dan jagħmel il-proposti tiegħu għamilna r-riżerva li mhux bilfors tiġi aċċettata l-persuna indikata mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni .", "F'subklawsola 4(2) qed ngħidu illi:", "\"Il-Prim Ministru jista' jirrifjuta li jaħtar lil xi persuna nominata li isimha jkun ingħata kif imsemmi qabel meta:", "(a) il-persuna nominata tkun skwalifikata milli hekk tinħatar bis- saħħa tal-liġi li tistabbilixxi l-Korporazzjoni; jew", "(b) il-persuna nominata tkun fil-fehma tal-Prim Ministru b'mod ċar għal kollox mhux idonea għal dik il-ħatra.\"", "Jiġifieri għalkemm qegħdin nagħmlu r-riżerva li l-Prim Ministru ma jaċċettax nomina li ssir mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-liġi timponi parametri preċiżi meta dan ikun jista' jsir u tgħid ukoll xi jkollu jagħmel il-Prim Ministru.", "Effettivament tgħid li għandu jikkommunika bil-miktub lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni r-raġunijiet għaliex hu ma jkunx qed jaċċetta n- nomina tal-persuna proposta mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Mr Speaker, jien għadni ma nafx ir-reazzjoni ta' l-Oppożizzjoni x'se tkun għal dan il-Bill.", "L-impressjoni li ħadt hija li l-Oppożizzjoni m'hijiex favorevoli.", "Smajt argumenti illi b'dan il-mod li qed jipproponi l-Gvern, jekk taċċetta l-proposta l-Oppożizzjoni titlef parti mill-funzjoni tagħha li topponi - naturalment li topponi fil-miżura tal-loġika u ta' Oppożizzjoni kostruttiva.", "Jien diġa' għidt li dan ma naqbilx miegħu.", "Min ikun fuq bord l-unika probattiva, dover u oneru li jkollu huwa li jiddeċiedi fl-interess ta' dik il-korporazzjoni.", "Mr Speaker, dan il-Gvern imkien ma jimponi r-rieda tiegħu b'mod li jgħid li din hi d-deċiżjoni tiegħu u allura l-bord irid jobdi dik id- deċiżjoni, naturalment ħlief meta jkun hemm materja ta' policy li jrid jiddeċiedi l-Gvern.", "Jekk il-Gvern ikollu parir kostanti, ngħidu aħna bħalma kellu fl-1987 fil-każ ta' Enemalta meta din qaltlu li kien urġenti li tinbena power station ġdida, naturalment ikollu hu stess jieħu deċiżjoni, jaqbel jew ma jaqbilx, u jgħid li veru trid tinbena power station ġdida.", "L-istess nista' ngħid għal-lum meta qegħdin f'perijodu fejn is-sitwazzjoni hi tali li l-konsum ta' l-enerġija f'pajjiżna tant qed jiżdied minn sena għal oħra li minkejja li l-kapaċita' ta' ġenerazzjoni żdiedet b'mod enormi f'dawn l-aħħar tmien snin, kważi reġa' sar urġenti li ngħaddu għal parti oħra ta' żvilupp billi nkabbru l-generating power tal- power station tagħna.", "Naturalment dawn huma deċiżjonijiet fejn il-Gvern irid jieħu r-responsabbilta' għalihom, pero' mbagħad l-esekuzzjoni tagħhom u min ikun fuq il-bord taħt dan il-Gvern ikollu l-ikbar liberta' u awtonomija.", "Fl-istess ħin dan ma jfissirx li l-Gvern ikun qiegħed jirrinunzja għar-responsabbiltajiet tiegħu imma jkun qed jgħid li qed jiżgura li fil-bord ta' dawn il-korporazzjonijiet ikun hemm nies kompetenti, nies ta' fiduċja u nies li jista' jafdahom.", "Naturalment taħt il-mant tal-policy ġenerali tal-Gvern dawn ikunu mistennija li jagħmlu d-doveri tagħhom.", "Dan qed ngħidu għaliex il-fatt li jkun hemm persuna ta' fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kif diġa' għidt fil-bidu, ma jfissirx li dan se jkun rappreżentant tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ma jfissirx li għandu jieħu l-istruzzjonijiet tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni imma għandu jkun persuna li b'mod responsabbli jara x'inhu l-aħjar interess tal- korporazzjoni u naturalment quddiemu jkollu wkoll il-veduti u l-policies tal-persuna li tkun nominatu.", "Mr Speaker, irrid nerġa' ngħid li din il-liġi qed tiġi proposta bħala parti mill-bidla li dan il-Gvern qed jipproponi, bħala bidla fundamentali kif jitmexxa l-pajjiż biex ikollna iktar demokrazija, aktar trasparenza u iktar accountabilty.", "Jien naħseb li l-Gvern bil-provi qed jgħid li huwa m'għandux x'jaħbi, m'għandux minn xiex jistħi u m'għandux għalfejn jiddeċiedi affarijiet b'mod li l-Oppożizzjoni ma tkunx kompletament au courant tagħhom u għalhekk qed nagħtu din l-opportunita' lill-Oppożizzjoni tal-lum u lill-oppożizzjoni ta' għada - ikun min ikun fil-gvern u jkun min ikun fl-oppożizzjoni - li f'dawk li huma attivitajiet ta' natura nazzjonali jkun hemm rappreżentanza fis-sens ta' nies ta' fiduċja tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni wkoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien mhux se noqgħod indur il- korporazzjonijiet kollha li semma l-Prim Ministru biex ngħid jekk kemm-il darba l-Oppożizzjoni għandhiex tpoġġi membru hemmhekk jew le, pero' jien se nittratta l-liġi b'mod ġenerali.", "Nibda biex ngħid li wara din il-liġi jien ma nara xejn ħlief eżerċizzju ta' propaganda ieħor, li dan il-Gvern huwa professur għalihom, biex jagħti l-impressjoni li tant m'għandux x'jaħbi, tant l-affarijiet mexjin tajjeb, tant hemm kollox above board li jrid ikollok Membru ta' l-Oppożizzjoni fuq il-bordijiet ta' dawn l- organizzazzjonijiet parastatali jew governattivi.", "Jien ngħid li taħt dan il-Gvern f'dan il-pajjiż diġa' saret distinzjoni kbira bejn dawk il- corporations li baqgħu taħt il-kappa tal-Gvern u li għalihom allura ċerti ministri jirrispondu u oħrajn li kien konvenjenti li l-Gvern jeħles minnhom, jagħtihom ċertu grad ta' awtonomija u jinħolqu dawk li huma msejħin barra bħala quangos li huma kważi tal-Gvern pero' mhux tal-Gvern u ġo fihom isir dak li għandu jsir u jkunu mmexxjin minn magħżulin tal-gvern tal-ġurnata biex dawn imexxu fl-aħjar interess ma' nafx ta' min.", "Jien qed ngħid li din il-liġi strettament għandha teħodna għad-dibattitu li jinżel fil-fond, li janalizza x'inhu r-rwol u x-xogħol ta' oppożizzjoni f'demokrazija parlamentari.", "Jekk wieħed jieħu at face value dak li qal l- Onor. Eddie Fenech Adami li speċi qed jgħidulna: Ejjew fuq il-bordijiet magħna tal-corporations tal-Gvern, tkunu hemmhekk, tkunu tafu x'inhu jiġri, tkunu tafu x'inhu għaddej u allura ma jkollkomx għalfejn trabbu dubji u għalfejn toqogħdu tissuspettaw.", "Jien se nitkellem bħala indivdwu u bħala Membru ta' din il-Kamra li għandi l-esperjenza li qiegħed fuq bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u forsi se jidher anomalu li jien li qiegħed nirrappreżenta l-Oppożizzjoni fuq dan il-bord se nitkellem bil-mod li se nitkellem.", "Dan se ngħidu bl- iktar konvinzjoni minħabba l-esperjenza li akkwistatjt f'dawk is-snin.", "Jien nista' ngħid li kienet esperjenza pożittiva, ma nistax ngħid li ma kenitx pożittiva pero' qed ngħid x'wieħed jista' jakkwista minn pożizzjonijiet bħal dawn.", "Għalkemm jiena membru fuq il-bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar li m'għandu x'jaqsam xejn mal-bord ta' diretturi li titkellem fuqu din il-liġi, bla ebda mod ma nista' ngħid li jien għandi xi aċċess għall-informazzjoni kollha għax hemm informazzjoni li meta ma jridux jagħtuhielek ma jagħtuhielekx; bl-ebda mod ma nista' ngħid li għax qiegħed hemm għandi mezz kif nara l-irkejjen kollha tat-tmexxija ta' dik l- awtorita' li qiegħed fuqha; u fl-istess ħin ma qiegħed bl-ebda mod f'funzjoni eżekuttiva ta' għotja ta' permessi għax dik hija funzjoni ta' bord ieħor ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dan qed ngħidu biex ma jkunx hemm il-kritika li of all people membru li qiegħed fuq il-Bord ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar qed jitkellem kontra din il-liġi.", "Mela qed tagħmel din id-distinzjoni, biex mill-bidu nagħmilha ċara li din ma tapplikax.", "Meta jisma' lill-Prim Ministru jitkellem fuq invit bħal dan - fil-bidu jien għalhekk għidt li dan huwa parti mill-eżerċizzju propagandastiku tan-naħa tal-Gvern - il-poplu Malti jgħid li dan irid li l- Oppożizzjoni tkun rappreżentata fuq dawn il-bordijiet ukoll biex il-Gvern u r-rappreżentanza ta' l-Oppożizzjoni jkunu qed imexxu dawn l- organizzazzjonijiet flimkien.", "Dan hu l-messaġġ li qed jipprova jagħti l- Prim Ministru.", "Issa ħalli ntajru min-nofs mill-ewwel ħaġa li tistona ħafna f'din il-liġi; il-fatt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jiġi mistieden mill- Prim Ministru biex jinnomina persuna fuq dawn il-korporazzjonijiet.", "Il-liġi qed tgħid ċar li fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni finali dwar jekk dik il-persuna ta' fiduċja li jagħżel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tiġix nominata jew le hija tal-Prim Ministru.", "Huwa veru li l-liġi tirriferi għal meta l-persuna nominata mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkun fil-fehma tal-Prim Ministru mhux \"idonea għal din il-ħatra b'mod ċar għal kollox\", imma din hija xi ħaġa soġġettiva ħafna li tista' tiġi interpretata b'mod wiesgħa ħafna li żgur ifisser li fl-aħħar mill-aħħar jekk il-Prim Ministru ma jkunx kuntent b'dik il-persuna li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jidhirlu li għandu fiduċja fiha, jista' joġġezzjona.", "Din ma tapplikax fil-każ tal-bord li semmejt - li qiegħed fih jien - jiġifieri dak ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għax din il-klawsola ma teżistix.", "Din qed tidħol hawnhekk ħalli l- Prim Ministru, minkejja d-diskors kollu ta' rikonċiljazzjoni, ta' parteċipazzjoni, ta' trasparenza u affarijiet bħal dawn, fl-aħħar mill- aħħar ikollu ċ-ċavetta li jekk kemm-il darba m'għandux grazzja ma' bniedem ...", "(Interruzzjonijiet) Ir-raġunijiet faċli biex issibhom u tgħid għaliex ma tridx individwu hemmhekk.", "Tant hu hekk li mbagħad il-liġi tipprovdi biex wara li l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni x'inhuma r-raġunijiet tar-rifjut, dan jitolbu biex jinnomina persuna oħra.", "Jien qed ngħid dan kollu biex inneħħu dawn l-affarijiet min-nofs.", "Mr Speaker, kif għidt din il-liġi teħodna għal dibattitu dwar x'inhu r- rwol ta' oppożizzjoni f'demokrazija parlamentari.", "Jien naħseb li ngħidu x'ngħidu u nitkellmu kemm nitkellmu fuq żviluppi demokratiċi fis-sistemi parlamentari jibqa' dejjem il-fatt li l-oppożizzjoni għandha rwol speċifiku, delinjat u eżatt x'taqdi f'demokrazija bħal tagħna.", "Jien ngħid li l-ewwel u qabel kollox l-oppożizzjoni għandha r-rwol li sservi ta' xi ħaġa li tiskrutinja dak li qed jagħmel gvern tal-ġurnata, jiġifieri li tistudja dak li jkun għaddej u żżomm kollox taħt kontroll.", "Fost affarijiet oħra, l-Oppożizzjoni għandha r-rwol li tikkritika dak li jkun għaddej billi tagħmel kritika kostruttiva li twassal biex jiġu highlighted in- nuqqasijiet, l-iżbalji u l-affarijiet li jkun qed jagħmel il-Gvern kif ukoll tagħmel skrutinju u toffri l-alternattivi.", "Is-sistema parlamentari li sa llum dejjem tħaddmet f'dan il-pajjiż - dan huwa provdut fir- regolamenti ta' din il-Kamra u anke f'testi oħra ta' tħaddim ta' demokrazija parlamentari - hija li l-Oppożizzjoni jkollha mezzi kif takkwista l-informazzjoni għax jekk l-Oppożizzjoni ma tkunx informata b'dak li jkun għaddej allura la tkun tista' tagħmel l-iskrutinju tagħha, la tkun tista' tagħmel il-kritika tagħha u lanqas tkun tista' toffri l- alternattivi.", "Wieħed mill-mezzi li bihom l-Oppożizzjoni hija mistennija tislet li takkwista l-informazzjoni mingħand il-Gvern m'huwiex billi ssib xi rapport f'xi waste-paper basket jew inkella fuq l-iskrivanija imma billi tagħmel domandi parlamentari.", "Mr Speaker, meta nisma' dan id-diskors kollu fejn jissemma l-mod paċifiku kif irridu nkunu miftuħin, jien ngħid: Dan kif jista' jkun li jitwemmen meta wieħed għaddej proprjament mill-esperjenza, b'mod partikolari f'din il- leġislatura, li l-iktar mezz importanti li għandha l-Oppożizzjoni biex takkwista l-informazzjoni li għandha bżonn ħalli tagħmel il-kritika u tevalwa x-xogħol tal-Gvern, jiġifieri l-mistoqsijiet parlamentari li jsiru f'dan il-Parlament, jiġu risposti bil-mod kif qed jiġu risposti?", "Jien ma rridx nerġa' nfakkar l-inċident li għadu kemm ġara għax dan huwa xhieda ta' kif l-Oppożizzjoni li bid-dritt kollu qed titlob l-informazzjoni li hija leġittimament id-dritt tagħha li takkwista qed tiġi mċaħħda minnha.", "Huwa importanti li wieħed jgħid ukoll li meta qed ikun hemm okkażjonijiet fejn f'demokrazija parlamentari l-Oppożizzjoni hija mistennija tikkontribwixxi b'dibattitu u bi kritika f'dan il-Parlament, dawn l-okkażjonijiet qed jitwarrbu kemm jista' jkun minn din il-Kamra.", "Ħalli niċċita każ wieħed biss ta' dan li qed ngħid biex inġib eżempju billi nsemmi proprjament xi ħaġa li ġrat il-bieraħ meta l-impjieg ta' 35 ruħ ġie terminat ħesrem.", "Hawnhekk qed nalludi għall-każ ta' Deutsche Welle.", "Jien m'iniex se nidħol fil-mertu ta' jekk il-Gvern kellux raġun, jekk id-Deutsche Welle kellhomx raġun jew jekk kellux interess jew le, imma nippretendi li għallinqas dan il-Parlament kellu jisma' stqarrija hawnhekk stess mingħand il-Prim Ministru fuq x'wassal għad-deċiżjoni tiegħu li jiġi terminat dan il-kuntratt u kif titlob is-sistema demokratika parlamentari jkun hemm mistoqsijiet u kontro-mistoqsijiet għar-risposti li jingħataw fuq l-inċident, u mhux niġu mogħtija dikjarazzjoni li ħarġet mid-DOI proprjament il-bieraħ biex naqrawha, qisu dan il-Parlament qiegħed hawn biex jisma' biss u ma jitkellimx.", "Qed insemmi dan il-każ bħala eżempju ta' kemm jien ma nistax nemmen lil min qed jipprova jillixka lill-Oppożizzjoni biex tinnomina persuna fuq l-awtoritajiet ħalli għal għajn in-nies ikun hemm koperazzjoni u ngħidu li hemm it-trasparenza.", "Jien ngħid li għandna ħafna sistemi viġenti li jista' jagħmel il-Gvern jekk irid ikun trasparenti u jekk veru jrid jagħti l-impressjoni illi hawnhekk hawn kollox above board u m'għandniex x'naħbu.", "Pero' mill-mod kif jitħaddmu l-affarijiet jien ma nistax nemmen li hemm intenzjonijiet tajbin wara din il-liġi għaliex kieku qed jimxi mod ieħor il-Gvern tal-lum allura kieku wieħed forsi jirraġuna b'mod differenti.", "Ngħid ukoll illi ħadilna sentejn u nofs, bħalma taf is-Sinjorija Tiegħek, biex f'dan il-Parlament waqqafna - u nirringrazzja lil kull min ikkopera, u jien kuntent u kburi li wasalna - il-Public Accounts Committee.", "Din in- naħa nsistiet fuqu għaliex riedet li jkun hemm it-trasparenza, l- accountability u riedet tkun ċerta li ma jkunx hemm sparpaljar u flus li ma jkunux accounted for.", "Ħalli nkun onest.", "Mhux qed ngħid li n-naħa l-oħra ma kkoperatx, pero' kien hemm ftit tkaxkir tas-saqajn, kien hemm ftit nuqqas ta' ħeġġa għaliex ma kienx hemm dak il-commitment - u jien niftakarni niddikjara ċar u nibqa' nintrabat u nżomm din in-naħa marbuta b'dak il-commitment - illi la jkun hemm tibdil fil-gvern dawk ir- regolamenti li hemm illum jibqgħu hemmhekk ħalli 'l quddiem gvern Laburista ikun skrutinat u mgħarbul mill-oppożizzjoni.", "Il-poplu dan li jrid jara, mhux figureheads, mhux taparsi rappreżentanza fuq il-bordijiet tal- korporazzjonijiet, mhux taparsi hemm membru qiegħed hemm biex għan-numru jkun wieħed minn 14 jew 15 biex ngħidu li hemm l-oppożizzjoni fuq il-bord!", "Jien naħseb li din assolutament ma tidħolx u qed ngħid illi l-mezzi jeżistu llum, li jonqos huwa li nħaddmuhom u li nkunu fidili għar-regolamenti ta' din il-Kamra u lejn l-obbligi kemm bħala naħa ta' gvern u kemm bħala naħa ta' oppożizzjoni ħalli jkun hemm it-trasparenza u l-informazzjoni li tintalab tingħata.", "Jien mhux se noqgħod nirrimarka fuq dak li qal il-Prim Minmistru li huwa kuntent li l-bordijiet qed jagħmlilhom it-trasparenza.", "Hu qal li mhux qegħdin hemmhekk biex jagħmlu t-transfers jew inkella biex jiġi impjegat xi ħadd.", "Jien jiddispjaċini ngħidlu li maqtugħ mir-realta' l-Prim Ministru għaliex jekk għandu moħħu mistrieħ illi dawn l-affarijiet ta' transfers u ta' impiegi u nepotiżmu ma jeżistux, jew irid ibella' lill-poplu li hawn ġenna ta' l-art jew inkella qed jgħaddas rasu fir-ramel u ma jridx iħares lejn il-verita'.", "L-allegazzjonijiet li jsiru minn din in-naħa u l- mistoqsijiet fuq ħafna affarijiet li jsiru jiġu miknusa bħala tixwix, bħala qlajja u bħala affarijiet li m'humiex veru.", "Jiena naħseb li waħda mill- funzjonijiet prinċipali li f'kull demokrazija parlamentari taqra fuqha u taraha hija t-twaqqif ta' kummissjonijiet ta' inkjesta parlamentari.", "F'dan il-Parlament kemm-il darba talbnihom u sakemm niftakar jien - għallinqas f'dawn it-tliet snin u nofs - ma saru qatt.", "Hemm huwa r-rwol tal-membru parlamentari tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni: li jara fuq każ speċifiku li fuqu jkun hemm dubji u jkun hemm il-bżonn li wieħed jindaga.", "U hemmhekk fejn l-Oppożizzjoni tħoss li għandha tkun rappreżentata ħalli imbagħad tirrapporta lura lill-Parlament ħalli dak li jkun seħħ ikun jaf bih il- Parlament kollu.", "Imma din hija miżura oħra li minkejja d-diskors kollu fuq it-trasparenza u minkejja d-diskors kollu li rridu li jkun hemm ekwita' fit-tmexxija ta' dan il-pajjiż, kemm-il darba smajt talbiet biex ikun hemm inkjesta parlamentari fuq ħafna affarijiet u sal-lum dawn għadhom ma sarux.", "Jekk wieħed jara l-ftit dettalji li rnexxielna b'xi mod nagħsru mingħand il-Gvern permezz ta' sħabi ...", "Jien m'iniex dilettant wisq tal- parliamentary questions, anzi jien wieħed milli ftit nagħmel domandi parlamentari, pero' hemm ħafna minn sħabi - ġustament jagħmlu hekk - li jkollhom xamma u jibqgħu mexjin biha.", "Pero' anke meta imbagħad dik ix- xamma twassalhom x'imkien, anke meta imbagħad joħorġu dettalji ta' xi spiża, per eżempju, ta' Lm78,000 għal delegazzjoni ta' tlett ijiem jew inkella xi infiq ta' eluf ta' liri biex jinġab il-laħam u l-ġobon għal party tat-Telemalta ...", "Per eżempju, l-Prim Ministru beda jfaħħar lit- Telemalta.", "Jiena nixtieq li kont daqshekk kuntent li flus il-poplu li huma amministrati minn dawn in-nies huma amministrati verament b'daqshekk ġustizzja, imma sfortunatament m'iniex sodisfatt.", "Mr Speaker, qed ngħid dan bil-kuxjenza kollha u għaliex veru juri nuqqas ta' responsabilita' minn min faħħar lil min hemm tant question marks fuq il-mod kif qed jopera.", "U ejja ngħidu kollox.", "Dik il-ftit informazzjoni li niksbu mill-parliamentary questions hija biss il-ponta ta' l-iceberg, il-ponta ta' fuq li wieħed ikun jaf biha għaliex m'hemmx dubju li min ikun għaqli jaħbi ħafna mill- affarijiet li jagħmel u tinduna biss jekk ikollok tarf u tipprova tibda tiġbdu.", "Imma anke meta naslu li jkollna nfiq sparpaljat, ikollok visa card u tibda tonfoq Lm6,000 jew Lm7,000 f'temp ta' sitta jew seba' ġimgħat ...", "Dan proprju ġara fit-Telemalta u ħadd ma tana spjegazzjoni jew breakdown ta' dawn l-ispejjeż u jiena nittama li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Lino Spiteri jagħmel minn kollox permezz tal-Public Accounts Committee - jekk inhu possibbli - biex nindagaw dawn l-abbużi u dan is-serq u r-rimi ta' flus il-poplu li jweġġa' iktar u iktar - bħalma għidna iktar kmieni - meta imbagħad naraw li affarijiet essenzjali, li jinvolvu affarijiet li huma assolutament neċessarji fis-sistema edukattiva u fis-sistema tas- saħħa, ma ssibhomx.", "Kieku l-finanzi tal-Gvern ikunu marru tant ħażin li jidher li qed ikun hemm ekonomija f'kollox u kullimkien ngħid paċenzja u nagħdru, imma li nagħmlu ekonomija jew inkella jkun hemm nuqqas ta' bżonnijiet ipprovduti f'ċerti setturi imbagħad nafu li f'setturi oħra qed jagħmlu ħafna sparpaljar ...", "Per eżempju, fil-festi nistiednu l-canvassers, insajru fl-isptarijiet tal- Gvern u nġorru kollox bil-karozzi tal-Gvern.", "Dawn huma l-inkjesti parlamentari li din in-naħa tal-Kamra tixtieq li tkun involuta fihom ħalli toħroġ il-verita'.", "Wara kollox min hu tant moħħu mistrieħ li huwa nadif u li hemm l-affarijiet above-board għalfejn jibża' jagħmel l- inkjesti?", "Għaliex jibża' li jitwaqqfu proċeduri investigattivi?", "Dan bħal meta semmejna u allegajna fuq bażi li nafu x'aħna ngħidu li involviment ta' ċerti membri fil-Korp tal-Pulizija huwa high up fiċ-ċirku tad-drogi.", "Aħna tlabna ripetutament lill-Prim Ministru biex jippermetti illi jkun hemm inkjesta parlamentari ħalli naraw jekk dan huwiex veru jew le.", "Jekk huwa moħħu mistrieħ li dan m'huwiex veru jien m'iniex.", "Bħalissa għandna l-kwestjoni ta' kif wieħed minn dawn il-quangos - hawnhekk qed nirriferi għal Posta Ltd; taparsi ħlisna mill-posta ħalli nkunu nistgħu ngħidu li naqqasna n-numru ta' l-impjegati tal-gvern u b'hekk lill-Ewropej inkunu nistgħu nuruhom li n-numru ta' impjegati li jaħdmu mal- gvern niżżilnieh minn 43% għal 42% u li ftit ftit qed noqorbu għall-figura ta' 25%, imma dik storja oħra - jixtri biċċa art b'Lm1.9 miljun, kważi Lm2 miljun.", "Issa dan m'hu responsabbli lejn ħadd għax jgħid li huwa indipendenti u meta niġu biex nipprovaw nagħmlu l-investigazzjonijiet tagħna nibdew insibu ħafna diffikultajiet.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan ħalli wieħed jiżen kif sejrin l-affarijiet illum taħt min qed jgħid li jrid it-trasparenza.", "L-argument tiegħi hu li min irid it- trasparenza u min irid li l-Oppożizzjoni tkun kuntenta li l-affarijiet mexjin sew għandu l-mezzi għax illum dawn jeżistu.", "Jien nixtieq nistaqsi: Għaliex qed inċaħħdu u ma nħaddmux tajjeb il-mezzi li jeżistu llum li tagħtina s-sistema parlamentari li ilna nħaddmu mill- 1921 u ngħidu li rridu nagħmlu sistemi ġodda jlellxu f'għajnejn il-poplu, li aħna trasparenti u li aħna rridu nkunu dritti?", "Jien ngħid illi dan id- diskors fuq it-trasparenza u fuq id-diċentralizzazzjoni ta' poteri u mhux poteri huwa paraventu u dan diġa' rajnih.", "Din hija replika u kontinwazzjoni tal-mod kif il-Gvern tal-lum biegħ l-idea tad- diċentralizzazzjoni meta ħoloq il-kunsilli lokali.", "X'qegħdin naraw illum, Mr Speaker?", "Qegħdin naraw li dawk ir-responsabbiltajiet li normalment jispettaw lill-Gvern u suppost jirrispondi għalihom hu, konvenjentement il- Gvern qiegħed jaħrab minnhom u jgħid: Dawn mhux jien nirrispondi għalihom.", "It-toroq?", "Kellmu lill-kunsilli lokali.", "L-indafa?", "Kellmu lill-kunsilli lokali.", "Il-ħofor fit-toroq?", "Kellmu lill-kunsilli lokali.", "GĦaliex dan?", "Imma mbagħad għaċ-ċerimonja - u din għidtha kemm-il darba - jmur il- Ministru!", "Pero' din hija storja oħra għaliex trid issib il-mod kif tidher fuq it-television!", "Jiena qed ngħid li qegħdin ngħammxu lin-nies b'dak li jlellex imma meta tmur biex taqbdu ma ssib xejn, issib biss il-mod \"intelliġenti\" kif il-Prim Ministru u l-Gvern qegħdin jipprovaw jagħtu l- impressjoni li rridu nkunu moderni u miftuħin.", "Fil-fatt meta wieħed jagħsar isib li dak li kien għaddej għadu għaddej, li d-dubji qegħdin jikbru u li l-affarijiet qegħdin isiru fid-dlam.", "Taħt dan il-mantell il-Prim Ministru u l-Gvern - jien għalhekk ninkwieta l-aktar, meta nara Prim Ministru u Ministru li jista' jkun li jemmnu li l- affarijiet mexjin sewwa, u hawnhekk qed nitkellem b'sinċerita' - qegħdin jagħtu aktar ċans lil min qiegħed jagħmel l-affarijiet b'mod li m'huwiex sewwa f'dawn il-corporations li jagħmel aktar għaliex moħħu mistrieħ li ta' fuqu mingħalih li kollox miexi sewwa.", "Fl-opinjoni tiegħi, hawnhekk indirettament - biex ma ngħidx direttament - inkunu qegħdin ngħinu l- korruzzjoni u ngħinu l-moffa tikber fid-dlam.", "Aktar ma l-affarijiet ikunu moħbijin, aktar tikber il-moffa u mbagħad meta tibda ħierġa r-riħa ta' l- umdita' u ta' l-intejjen forsi nindunaw, imma mbagħad ikun tard wisq.", "Jiena nemmen li filwaqt li din il-proposta tista' tidher li hija tajba, kif għidt, hemm raġuni serja ħafna għaliex ma naċċettawx din il-proposta, u din hija proprju li ma rridux nidħlu f'din il-logħba politika partiġġjana tan-naħa l-oħra.", "Din in-naħa tkellmet drabi oħra u qalet: Jekk trid, Sur Gvern, li t-tħaddim ta' l-awtoritajiet tiegħek ikunu miftuħin, trasparenti u verament ikunu biex jarahom il-poplu kollu, għaliex qed tistenna l- Oppożizzjoni li tiġi fuq dawk il-bordijiet meta għandek setturi oħra u entitajiet oħra li - nuża l-kelma \"idonea\" li hemm fil-liġi - jkunu hemmhekk għaliex jinteressahom ikunu hemmhekk?", "Aħna għidna kemm-il darba li l-ħaddiema ta' dawn il-corporations għandhom id-dritt u għandhom l-interess li jkunu jafu x'inhu għaddej fl-azjenda.", "Il- Prim Ministru semma l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea u nafu li llum qiegħda tiżviluppa aktar l-idea li l-ħaddiema għandhom ikunu parteċipi tad- deċiżjonijiet, li jkunu mgħarrfin bl-andament tal-kumpannija, tal-fabbrika - hi x'inhi l-organizzazzjoni li jaħdmu fiha - u mhux ikunu mgħarrfin fl- aħħar meta l-affarijiet ikunu spiċċaw biex imorru l-baħar jew meta jiġri xi ħaġa.", "Jiġifieri f'dan il-kontest ukoll jien ngħid li jekk hemm settur li l- Prim Ministru ried jinkludih ħalli jkun hemm aktar demokrazija u aktar trasparenza dan huwa s-settur tal-ħaddiema.", "Dan huwa settur li fl-opinjoni tagħna għandu jkun rappreżentat fuq dawn il-corporations.", "Biċċiet minnhom diġa' huma rappreżentati pero' nixtiequ li l-ħaddiema bħala ħaddiema tal- corporations ikunu rappreżentati b'mod ta' dritt.", "Il-konsumatur huwa wkoll settur tal-poplu li huwa effetwat direttament minn dak li jiġri mid-deċiżjoni tal-korporazzjoni.", "Il-Prim Ministru semma l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma - ma nafx għaliex, pero' jien ħassejt li għamel ċertu enfasi fuqha b'mod partikolari - u qal li mhux sewwa li ssir kritika mhux eżatta u mhux onesta fuqha.", "Jien ma nafx għaliex silet proprju din il-korporazzjoni għax jekk kemm-il darba kien hemm u għad hemm dubji kbar fuq l-operat - jien semmejt il-Korporazzjoni Telemalta - u fuq kemm huma \"ġusti\" d-deċiżjonijiet li ttieħdu hija proprju l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Jien ma rridx ndurhom kollha għax kieku fuq kollha għandi xi ngħid imma ma nixtieqx li ntawwal.", "Huwa proprju hemmhekk fejn il-konsumatur qiegħed jiġi mġiegħel iħallas għad- deċiżjonijiet żbaljati tal-korporazzjoni li hemm illum u forsi anke ta' dawk li saru qabel, pero' ejjew nitkellmu fuq tal-lum.", "Proprju hemmhekk il-konsumatur qed jingħadlu: Sur konsumatur, aħna ma konniex kapaċi nsibu mezz u kontroll tal-ħela ta' fejn qed imur l-ilma - qalulna li sabu xi biċċa 'l hemm u 'l hawn - allura jien se ntella' l-prezz biex int tħallas u tagħmel tajjeb għal din il-ħela.", "Pero' dan argument ieħor.", "Imma jien x'qed ngħid hawnhekk?", "Il-konsumatur li għandu interess dirett għaliex huwa se jħallas u se jagħmel tajjeb għal dak li tiddeċiedi l-korporazzjoni, aħna nħossu li għandu jkollu wkoll id-dritt li jkun rappreżentat fil-bord ta' korporazzjonijiet bħal din.", "Il-Liġi tal-Konsumatur kieku ilha ħafna fuq l-ixkaffa, imma ma nafx għaliex qed ngħaddu ħafna liġijiet minn dan il- Parlament u din il-liġi m'hemmx li tibda tiġi attwata ħalli l-konsumatur u ċ-ċittadin - wara kollox kulħadd huwa konsumatur - jibda jieħu d-drittijiet li suppost joħorġu minn din il-liġi.", "Imbagħad hemm ukoll xi ħaġa li l-Gvern ftaħar biha, jiġifieri li għamel diċentralizzazzjoni, pero' meta mbagħad niġu biex lil dawn in-nies li qed niftaħru li tajnihom ċertu poteri ndaħħluhom f'dawn l-istrutturi, hemmhekk le - hawnhekk qed ngħid għall-kunsilli lokali.", "Aħna għidna drabi oħra li rappreżentanti tal-kunsilli lokali għandhom ikunu, per eżempju, f'kumitati u f'bordijiet bħall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għaliex le?", "Mela lil dawn ridna ndaħħluhom fl-istruttura li tagħżel president, ovvjament għal raġunijiet politiċi, imma mbagħad ħadd ma tkellem li lil dawn indaħħluhom biex jirrappreżentaw lilhom infushom u l-interessi ta' min eleġġihom f'dawn il-kunsilli, f'korporazzjonijiet jew f'organizzazjonijiet tal- gvern.", "Il-Gvern din ma jgħidx \"iva\" għaliha meta fil-fatt dik hija l- proprja rappreżentanza jekk irridu nimxu b'din l-idea għax dawn huwa rappreżentanti lokali li jkollhom rwol x'jilagħbu fil-korporazzjonijiet, imma hawnhekk il-Gvern ma semma xejn!", "Mela minbarra li jien qed nuri li l- Gvern qed juża din is-sistema bħala propaganda għaliex filwaqt li għandu l- mezzi li jeżistu mhux qed iħaddimhom irid jagħti l-impressjoni li jrid ikun modern u rivoluzzjonarju u jagħmel l-affarijiet li għall-ewwel jidhru li huma tajbin, fl-istess ħin qed iċaħħad jew forsi lanqas qed jaħseb - ħalli ngħidu \"mhux qed jaħseb\" u jekk forsi l-Prim Ministru waqt il-winding up irid jikkummenta fuqha nieħu gost nisma' l-kummenti tiegħu - biex, kif semmejt, il-ħaddiema, il-konsumaturi u r-rappreżentanti tal-kunsilli lokali jkollhom din ir-rappreżentanza f'dawn il-corporations.", "Jien ngħid li jekk inti m'għandekx x'taħbi, jekk inti qiegħed miftuħ tista' tiftaħ għal kulħadd.", "Jekk jien m'għandix affarijiet li nistħi nurihom jekk jarahom il- Kap ta' l-Oppożizzjoni, membru ta' l-Oppożizzjoni, sindku jew konsumatur kieku għalija ma nsibx oġġezzjoni għaliex jekk jien rett qiegħed rett f'kollox u mhux biss ikolli rappreżentant wieħed għan-numru, biex ngħid li qiegħed hemm, imbagħad ikolli x-xogħol kollu għaddej minn taħt!", "Fl- opinjoni tiegħi jrid ikun hemm rappreżentanza li tkun ġusta, proporzjonali sa ċertu punt u jkollha ċertu weight li tkun tista' tinfluwixxi anke fuq deċiżjonijiet, inkella għalfejn tkun qiegħed hemmhekk?!", "Inkella agħmel statwa ġo niċċa u ħalliha hemmhekk biex taparsi għandek il-qaddis miegħek, imma qiegħed hemm tat-tafal u ma jitkellimx!", "Jekk inti se jkollok wieħed minn numru ta' nies li lanqas ikollu ċans jagħmel ċerti affarijiet dan ikun sempliċement tibjida bil-ġir abjad biex tipprova tgħatti u dak li jkun jgħid: Ara kemm hawn indafa, mentri fil-fatt tkun qed tgħatti l-affarijiet l-oħra kollha!", "Ħalli nkunu onesti, jien mhux qed ngħid illi wieħed ma jaħsibx fuq din l- idea u li kieku taħt ċirkostanzi differenti ma fihiex il-valuri tagħha, pero' meta mbagħad tinżel fil-fond u tanalizza eżatt xi tfisser fiċ- ċirkostanzi attwali tagħna - aħna dan li rridu nagħmlu, mhux x'qed isir fi New Guinea jew fl-Amerika - nerġa' ngħid illi din ma treġix.", "Din hija biss stedina b'ton u b'intenzjoni propagandistika u l-Oppożizzjoni mhux talli mhux se taqa' għal din l-istedina, mhux talli mhix se tibla' din il-lixka talli tieħu l-okkażjoni biex ittenni lill-Gvern: Sur Gvern, jekk inti trid tkun trasparenti kif qed tgħid li trid tkun u jekk int trid tkun miftuħ kif qed tgħid li trid tkun għandek il-mezzi u ħaddimhom!", "F'dan il-Parlament hemm kif l-Oppożizzjoni takkwista l-informazzjoni; hemm kif l-Oppożizzjoni tingħata ċ-ċans li tagħti l-kontribut tagħha biex tissuġġerixxi ċerti affarijiet, hemm kif għandhom isiru stqarrijiet ħalli jiġu mgħarbula, miflija u diskussi minn dan il-Parlament, imma dan kollu mhux qed isir.", "La dan mhux qed isir huwa prova illi dan id-diskors kollu fuq it-trasparenza mhux diskors sinċier imma diskors immirat biex issir propaganda minnu għal skop ta' voti.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Grazzi, Mr Speaker.", "Din il-liġi mhux biss hija waħda li l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li ma taqbilx magħha għar-raġunijiet diġa' elaborati mill-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella, imma nħoss li hija saħansitra liġi perikoluża.", "Għaliex hija perikoluża?", "Għax jekk inti għandek bżonn sitwazzjoni li teħtieġ rimedju, jekk int għandek ħjiel ta' marda li teħtieġ mediċina u jekk kemm-il darba l-mediċina ma tkunx dik addattata, allura s-sitwazzjoni tkompli taggrava.", "Jiġifieri l-marda mhux talli ma tfejjaqhiex talli tkompli taggravaha.", "Issa hemm sitwazzjoni li teħtieġ tiġi indirizzata?", "Hemm ħtieġa ta' rimedju għas-sitwazzjoni li għandna f'dan is-settur?", "Jiġifieri huwa parti mis-settur pubbliku għaliex ikunu mdaħħlin flus il-poplu imma fl-istess ħin m'huwiex parti mill-Gvern għax m'hemmx l-accountability jew ir-rendikont li aħna nistennew li jagħtu l-ministri tal-ġurnata.", "Jien ngħid li din il-ħtieġa ta' rimedju qiegħda hemm.", "Jien ngħid li din is-sitwazzjoni li titlob għarbiel, skrutinju dettaljat qiegħda hemmhekk.", "U għaliex qiegħda hemmhekk?", "Qiegħda hemmhekk għaliex jekk nieħdu l-elenku ta' organizzazzjonijiet parastatali u tas-settur pubbliku li ta l-Prim Ministru li ddettaljahom waħda waħda - niddupplikahom jekk jien noqgħod nagħmel l-istess - issib li dawn l-organizzazzjonijiet u dawn l-entitajiet li qed nitkellmu dwarhom m'humiex kollha ta' l-istess natura.", "Hemm uħud li twaqqfu miż-żewġ amministrazzjonijiet preċedenti, sew taħt il-Gvern Nazzjonalista u sew taħt il-Gvern Laburista fis-sittinijiet, u dawn kienu parti mill-infrastruttura amministattiva tal-pajjiż.", "Jiġifieri dawn kienu meħtieġa u hawn qed ngħid għad-Development Corporation u anke għall-Bank Ċentrali; imbagħad kien hemm l-iżvilupp tas-settur hekk imsejjaħ parastatali u twaqqfet l-Enemalta Corporation li f'dak iż-żmien kienet l-Electricity Board, u din kienet twaqqfet minħabba l-loan li ttieħdet mill-World Bank mingħalija, li mbagħad saret l-Enemalta Corporation b'funzjonijiet iżjed wiesgħa.", "Kien hemm ukoll it-Telemalta Corporation meta ġew lokalizzati attivitajiet li qabel kienu f'idjen il-barranin.", "Kien hemm l-iżvilupp ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li huma meħtieġa biex imexxu setturi ta' l- ekonomija u li jissejjħu monopolji naturali imma fl-istess ħin kienu jkunu iżjed xieraq li ma jitmexxewx mid-dipartiment tal-gvern imma jitmexxew minn xi organizzazzjoni li at one remove min-naħa tal-Gvern tkun tista' tapplika kriterji li jagħtu kont ta' l-isfond soċjali li jenħtieġ jinżamm imma fl- istess ħin ma jkunux taħt id-direzzjoni diretta ta' xi ministru.", "Imbagħad kien hemm l-iżvilupp ta' settur ieħor u dan huwa s-settur kummerċjali li qiegħed fil-qasam tal-kompetizzjoni u li allura m'huwiex monopolju naturali.", "Dan ukoll żviluppa tul dawn l-aħħar 25 jew 30 sena.", "F'dawn l-aħħar snin, taħt din l-amministrazzjoni kien hemm proliferazzjoni, żieda qawwi ta' dawn it-tip ta' attivitajiet li waqt li setgħu bl-akbar liberta' jitħallew taħt it-tmexxija ta' dipartiment tal-gvern li allura kien ikun hemm dik l-accountability u dik it-trasparenza li saħaq dwarha korrettement il-Prim Ministru fl-introduzzjoni tiegħu, jiġifieri minflok ma tħallew bħala dipartimenti tal-Gvern u ngħataw kriterji ta' effiċjenza, ta' amministrazzjoni serja ta' kif għandhom jimxu, ta' miri li għandhom jipprovaw jilħqu, tqiegħdu taħt awtoritajiet.", "Il-Ministru stess semma' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u din bħalissa is in the eye of the storm bħala waħda mill-iżjed kontroversjali li twaqqfu.", "Meta tħares lejhom kollha, bla ma toqgħod tagħmel allegazzjonijiet u bla ma toqgħod tgħid li qed isir hekk jew mhux qed isir hekk - jien ma noqgħodx ngħid hekk - u tħares lejhom bħala struttura, allura tgħid iva, hemm bżonn li jkun hemm iffokar iżjed fuqhom dwar kif għandhom ikunu iżjed accountable lejn il- poplu u lejn dan il-Parlament.", "Hemm bżonn li naraw jekk humiex tassew qed ikunu trasparenti u hemm bżonn li naraw il-prinċipji tad-demokrazija - dawn issemmew ukoll mill-Prim Ministru u hawn ngħid li sewwa għamel.", "Imma dawn it-tliet bżonnijiet id-demokrazija, it-trasparenza u l-accountability se nsolvuhom billi lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jingħata d-dritt jinnomina membru - jew gvernatur fil-każ tal-Financial Services Centre kif semma l- Prim Ministru - imbagħad il-prim ministru tal-ġurnata jara jaċċettahx jew le?", "Hawn ngħid li jien dejjem nagħti l-fiduċja lil dak li jkun.", "Il-prim ministru tal-ġurnata kemm tal-lum u kemm ta' għada, ikun minn liema naħa jkun, irid jimxi b'mod li iva, jaċċetta n-nomina ġustifikata tal-kap ta' l- oppożizzjoni tal-ġurnata li żgur jinnomina lil xi ħadd li jkun idoneu.", "Jiġifieri jkun iblah jekk se jinnomina lil xi ħadd li ma jidhirx idoneu.", "Mela ejja ngħidu li jaċċettah.", "Allura jekk jaċċettah dan l-iffokar li huwa meħtieġ biex jiġu assigurati iżjed it-trasparenza, l-accountability u d- demokrazija, se jiġi sodisfatt?", "Jiġifieri għax ikun hemm wieħed nominat mill-Oppożizzjoni - il-bord ġieli jkun ta' tlieta min-nies, ta' sitta u anke ta' 15 f'dawn l-entijiet li semmejna - li se jaġixxi kif qal il-Prim Ministru mhux bħala delegat tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni - naqbel li hekk għandu jaġixxi - imma b'mod korrett, allura b'daqshekk dan l-iffokar li qed ngħidu li għandu jsir se jkun sar?", "Jien ma ngħidx li se jkun sar, anzi jkun sar bil-maqlub.", "Jiġifieri għax tkun ittieħdet din il-miżura, allura tkun ingħatat l-impressjoni li hemm iżjed parteċipazzjoni, trasparenza, accountability u demokrazija, mentri minn dan ma jkun hemm xejn imma jkun hemm biss l-inseriment politiku fejn il-politika m'għandix tkun.", "Hawnhekk għandu jkun il-qofol ta' l-analiżi li wieħed għandu jagħmel meta jħares lejn dan is-settur.", "Fl-Ingilterra, kif semma sieħbi l-Onor.", "George Vella, dan jgħidulu quango u jgħidulu hekk għaliex huwa awtorita' mbiegħda mill- gvern attwali u mill-Parlament, fis-sens li ma jaqax taħt il-kontroll tal- Parlament.", "Jiġifieri għal din ir-raġuni jgħidulhom quangos fit-tifsira ta' paraventi għal uħud minnhom; mhux għalihom kollha imma għal uħud minnhom għal dik ir-raġuni jgħidulhom hekk.", "Mela jekk kemm-il darba ndaħħlu bniedem politiku fis-sens li huwa nominat minn politiku li huwa l-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex flimkiem ma' dawk nominati mill-Ministru jew mill-Prim Ministru li allura wkoll huma nominazzjonijiet politiċi, anke jekk isiru bl- aħjar mod maħsub, allura b'daqshekk ma nkunu solvejna xejn imma nkunu tajna l-impressjoni li għamilna xi ħaġa mingħajr ma veru qegħdna subgħajna fuq il- musmar li rridu nsammru fuqu.", "Iva, jeħtieġ li nsammru fuq dan il-musmar u jeħtieġ li nsammru lil dak li hemm fil-gvern, hu min hu, u nsammru f'kostest mhux politiku.", "Għaliex huwa meħtieġ, Mr Speaker?", "Dan huwa meħtieġ għaliex dawn huma organizzazzjonijiet li qegħdin jamministraw flus il-poplu.", "Dawn qed jamministraw jew għax qed jiġbru flus għax għandhom status ta' monopolju u allura huma mgħotijin status u poteri mill-Istat f'isem il-poplu, jew inkella huma ffinanzjati attwalment mill- flus li jinġabru permezz ta' taxxi - tiddiskrivihom kif tiddiskrivihom dawn huma taxxi.", "Mela allura l-ħtieġa li jkunu accountable u trasparenti hija fin-natura tagħhom u m'hemmx għalfejn nistennew biex ikun hemm wieħed nominat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex naraw li jridu jkunu trasparenti u accountable għax suppost li issa dawn hekk huma.", "Il-problema hi li issa m'humiex hekk.", "Issa għandna sitwazzjoni - meta ngħid \"issa\" nkun qed nirriferi għal-lum u forsi anke għall-bierah, forsi mhux dejjem to the same extent imma jien nieħu span fuq iż-żewġ amministrazzjonijiet, imma llum żgur li għandna issa min irid isemmi l-bierah jista' jsemmi l-bierah - fejn dawn qegħdin hemmhekk mhux diskussi f'dan il-Parlament ħlief meta jersaq - għal dawk minnhom li jersqu - ir-rapport tagħhom u jsir dibattitu ta' ġurnata jew ta' jumejn li ma jkunx biżżejjed biex isir skrutinju.", "Issa għandna sitwazzjoni li saret riferenza għaliha - niddejjaq nagħmel riferenza jien ukoll għax bħalissa jien Chairman ta' dan il-Kumitat - fejn għandna l-Public Accounts Committee li għandu d-dritt u qed jeżerċitah li jeżamina r-rapporti ta' dawn l-entijiet imma jeżaminah ex-post, sena wara li l-attivita' tkun saret, u jeżaminah f'kontest li kif inhu l-Parlament tagħna u kif inhi l-kompożizzjoni - jien nifhimha għaliex - tal-Public Accounts Committee u kif inhu r-rwol tagħna l-Membri Parlamentari - sew jekk aħna back benchers kif ukoll jekk aħna spokesmen u ministri - bilfors ma tantx tista' tagħmel iktar minn seduta waħda jew forsi żżid seduta oħra u allura tiġi b'żewġ seduti fil-ġimgħa waqt li l-Parlament qiegħed sitting u allura qed tagħmel eżami li huwa aħjar milli kien hemm fl- imgħoddi, imma jkun qed jiżbalja min jaħseb li permezz t'hekk bilfors qed jiġi assigurat trasparenza u accountabilty.", "Ikun qed jiżbalja minn jaħseb b'dan il-mod.", "Daħal id-deterrent, daħal l-ispazju u twessa' l-ispazju, imma araw li ma jkunx hemm xi ħadd li jaħseb li permezz t'hekk ikkolonizzajna dak l-ispazju b'mod li issa hemm is-sigurta' li wieħed jixtieq biex ikun hemm trasparenza u accountabilty.", "Jien bl-awtorita' tiegħi personali - mhux bl-awtorita' imma bir-reading tiegħi personali - u bil-ftit esperjenza li s'issa kelli f'dan il-rwol li dan il-Parlament għaddieli biex nagħmel għall-ħajja li baqa' ta' dan il- Parlament - naturalment jekk inwassal s'hemmhekk - nista' niddikjara minn issa li hemm mistenni ħafna iktar milli attwalment jista' jwettaq il-Public Accounts Committee.", "It-trasparenza u l-accountability iridu jiġu mod ieħor.", "Iridu jiġu fl-operat innifsu ta' dawn l-organizzazzjonijiet flimkien ma' organizzazzjonijiet li ħadu sura kummerċjali, sura ta' kumpannija with limited liability.", "It-trasparenza u l-accountability jridu jiġu minn ġo fihom - hemm min hemm fihom - u mhux noqogħdu nistennew li jkun hemm membru nominat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex ngħidu kemm il-gvern tal-ġurnata qiegħed juri li mhux jiddejjaq li jkun hemm min jeżamina dak li jkun qed jiġri f'parti mill-operat tas-settur pubbliku.", "Le, dak mhux biżżejjed.", "Trid tibda tħares lejn kif qed jitmexxew dawn.", "Issa billi jkun hemm membru u bħala eżempju - mhux se nidħol fil-kontroversja; s'issa għadni ma dħaltx fiha u sakemm nara iżjed affarijiet ma nidħolx fiha - nieħdu l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u nieħu statement wieħed milli ntqal; għaliex il-Ministru Michael Frendo", "ma nafx fejn kellu jmur ...", "GĦaliex kien se jmur hemmhekk?", "Hu qal li ċ- Chairman ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku nsista miegħu li jmur.", "Hawn diġa' għandek eżempju ta' kif m'għandhomx jitmexxew dawn l- awtoritajiet.", "Il-Ministru minflok ma qagħad at one remove, at two removes, kif jixtieq li jsir il-Prim Ministru tal-ġurnata u l-Prim Ministru t'għada, ġie jgħid li mar hemmhekk jew li kien se jmur għax insista miegħu li jmur iċ-Chairman ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Ejja nieħdu eżempju ieħor li huwa iżjed banali imma iżjed illustrattiv.", "GĦandek dawn l-awtoritajiet li suppost huma indipendenti - naturalment hemm il-policy tal-Gvern li jagħtuh il-parir kif jifformolawha imma mbagħad huma obbligati li jimplimentawha, imma mbagħad huma indipendenti - imbagħad kull okkażjoni li jkun hemm biex ministru jidher fuq it-television biex jieħu sound byte - biex nużaw il-jargon tal-lum - jaħtafha.", "Minn hemmhekk tibda tara kemm m'humiex iservu l-iskop tagħhom u kemm hu meħtieġ li l-iffokar li jrid ikun hemm fuqhom ikun differenti.", "L-iffokar li qed jipproponi l-Prim Ministru f'isem il-Gvern tiegħu huwa iffokar li jkolli nibża' u jkolli ngħid jien ukoll li qed iservi biex bħalma oriġina minn dokument tal-Partit Nazzjonalista hekk ukoll jerġa' jiġi wżat mill-Partit Nazzjonalista bħala: Ara aħna kemm aħna demokratiċi għaliex ipproponejna li l-Oppożizzjoni tinnomina membru fuq dawn il-korpi, fuq dawn il-bordijiet!", "U hekk se jsir, u jaf il-Prim Ministru li hekk se jsir, u hekk qiegħed isir diġa', u r-reazzjoni ta' l-Oppożizzjoni antiċipawha.", "Mhux billi meta ressaq l- Abbozz ta' Liġi l-Ministru qal li għadu ma jafx x'inhi r-reazzjoni ta' l- Oppożizzjoni.", "Aħna ilna li ndikajniha r-reazzjoni tagħna u r-reazzjoni tagħna ma tistax tkun mod ieħor għax jekk kemm-il darba aħna naċċettaw li napplikaw is-soluzzjoni żbaljata għal sitwazzjoni li iva teħtieġ iżjed iffokar fuqha, aħna stess inkunu qegħdin nikkontribwixxu biex naggravaw is- sitwazzjoni.", "Jien ma niskantax li l-Oppożizzjoni tieħu din il-qagħda li tgħid: Ejja niffokaw fuqhom ħalli nirranġaw l-accountability u t-transparancy tagħhom.", "Jien niskanta kif fil-pajjiż illum il-ġurnata dawk li tant kienu jgħannu ftit snin ilu issa waqgħu fil-muta.", "Dawn ma ntlaqtux mill-kaċċaturi.", "Dawn il-poeti u l-intellettwali li kellna u li wħud minnhom jiena kont inħokk daqsxejn waħda spallejja magħhom bħala a very junior member of that class, illum il-ġurnata waqgħu fil-muta.", "Spiċċa d-diskors fuq il-partitokrazija, spiċċa t-tlablib li l-partiti jħalltu u jaqsmu, għaliex kieku tassew kienu qegħdin iħarsu lejn x'qed jiġri dawn kienu jagħmlu din il-kritika, kienu jgħidu: Isma, mela se jkollna bordijiet li fil-maġġoranza se jkunu nominati min-naħa tal-Gvern tal-ġurnata, imbagħad se jkun hemm din in- nomina ta' minoranza min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Mhux din tiġi l- partitokrazija?", "Imbagħad kienu jkomplu jgħidu: Jekk kemm-il darba għandek din is-sistema kif tista' ma titkellimx dwar kompliċita' bejn iż-żewġ naħat?", "U jekk kemm-il darba tieħu n-naħa l-oħra tal-munita, jekk mhux kompliċita', kif tista' ma titkellimx dwar politiċizzar ta' xi ħaġa li għandha tkun ammministrazzjoni serja ta' qasam importanti tal-pajjiż?", "GĦax mhux billi noqogħdu noħolqu l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet, ħoloqhom min ħoloqhom.", "Nerġa' ngħid ħoloqhom min ħoloqhom u mhux billi noqogħdu noħolquhom għax il-punt huwa xi jkun qed jiġri biex jitmexxew tajjeb.", "Hawnhekk tidħol il-ħtieġa ta' iżjed riflessjoni.", "Issa hawn ngħid li l-Partit Laburista kien għaqli meta fl-update of policy tiegħu li bdieh madwar sentejn u nofs ilu ffoka fuq din il-problema tas-settur pubbliku u ta' kif tħares lejn dawn l-organizzazzjonijiet fis- settur pubbliku.", "L-update of policy li kont responsabbli minnha jien f'isem il-partit u li mbagħad ġiet approvata mill-bqija tal-partit hija indirizzata lejn dik il-qagħda - ma rridx insejħilha problema.", "Din il- qagħda hija ndirizzata u kif indirizzajnieha, Mr Chairman?", "Din indirizzajnieha billi għidna ċar li jekk qed titkellem fuq settur fejn għandek monopolju naturali, l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel huwa charter tad-drittijiet taċ-ċittadini ħalli ċ-ċittadin - 'il quddiem nikteb iżjed fuq din ...", "Din hija ereżija li kelliema ewlenin min-naħa tan- Nazzjonalisti jgħidulna li qed nużaw gergo komunista meta qed nirriferu għaċ-ċittadin.", "Dawn x'banalitajiet huma li ħarġu minn min għamel din l- osservazzjoni l-bieraħ u li ġew irrapportat fuq ir-Radio 101!", "Aħna, l- ewwel ħaġa li ngħidu hija li jkun hemm charter taċ-ċittadin.", "Għalex?", "Għaliex iċ-ċittadin huwa konsumatur li qiegħed wiċċ imb'wiċċ ma' monopolji naturali u bħala konsumatur wiċċ imb'wiċċ ma' monopolju m'għandux is-saħħa li naturalment għandu dak il-monopolju u allura jkun jeħtieġ ħarsien istituzzjonalizzat ħalli ma jkunx qiegħed isir abbuż minnu.", "Allura l-ewwel ħaġa li għidna hija li għandu jkun hemm charter tad-drittijiet taċ-ċittadin f'dawn l-oqsma.", "Din trid tkun l-ewwel ħaġa u dan il-Gvern ma ndirizzahiex.", "It-tieni ħaġa li għidna kienet li dawn l-entitajiet meta jiġu nominati diretturi fuqhom jew gvernaturi - ikunu xi jkunu - in-nomina trid issir fuq il-bażi tal-merti tekniċi tagħhom fir-relevanza ta' dak li teħtieġ l- awtorita', il-korporazzjoni jew l-entita' li tkun.", "Jiġifieri sħaqnieh dan.", "M'għandhomx isiru nomini politiċi kif saru matul is-snin miż-żewġ partiti fil-gvern.", "Din inbniet fis-sittinijiet - m'iniex se nsemmi ismijiet - u dan narawh jekk inħarsu lejn il-membri li kien hemm fuq l-Electricity Board.", "Imbagħad komplejna mexjin 'l hawn u daqqa jkollok ex-parlamentari, daqqa kandidat u daqqa oħra jkollok ex-ministru u bqajna sejrin sal-ġurnata tal-lum u dan kien fuq span ta' xi 30 sena, anzi kważi 34 sena.", "Jiġifieri kellna din is-sitwazzjoni fejn kull darba ssib nomini li jkunu politiċi li allura tibda tgħid: Imma jaħasra dawn il-politiċi waqt li wieħed irid jagħraf il-kontribut tagħhom - dażgur li l-politiku jagħti kontribut lill- pajjiż u lid-demokrazija u allura dan wieħed irid jagħrfu ...", "Jiġifieri dan trid tagħrfu billi tagħtih sinecure u tqiegħdu direttur fuq xi wieħed minn dawn il-bordijiet?", "Imbagħad tħares lejn nies li jiġu nominati u ssib li wħud min-nies ikunu teknikament kompetenti u oħrajn ikunu nominati sempliċement għall-kulur politiku tagħhom.", "Issa jekk stess ikunu teknikament kompetenti, xorta waħda tkun mistennija li fl-operat tagħhom jew fir-rwol li jwettqu f'din il-parti tas-settur pubbliku joqogħdu jilbsu wkoll il-mantell politiku skond il-ministru li jkun qiegħed jieħu ħsieb dak is-settur.", "Mr Speaker, apposta m'iniex qiegħed ngħid taħt Gvern Nazzjonalista biss u anke qiegħed nindika tul dawn l-aħħar 34 sena għaliex din il-marda kienet u għadha teżisti f'pajjiżna.", "Li qed jgħid il-Partit Laburista fl-update of policy tiegħu f'dan il-qasam hija li meta tinnomina nies hemmhekk trid tara li jkunu nominati fuq il-merti tekniċi tagħhom; m'iniex qed noqgħod ngħid kwalifiċi, kwalifiċi wkoll jekk jista' jkun imma fuq il-merti tekniċi tagħhom; jistgħu jkunu b'esperjenza li kellhom, jistgħu jkunu bil-kwalifiċi li kisbu jew inkella b'taħlita tat-tnejn.", "It-tielet punt li qegħdin ngħidu huwa li l-ħaddiem ta' l-intrapriża li tkun għandu jkun rappreżentat fil-bord tat-tmexxija.", "Dak li qed jgħid il- Prim Ministru hawnhekk li qed joffrih lill-Leader of the Opposition aħna qegħdin ngħidu: Le, agħtih lill-ħaddiem ta' dak tal-post.", "Hawn ċerti postijiet fejn diġa' għandhom diretturi/ħaddiema imma hawn ħafna awtoritajiet - il-parti l-kbira ta' l-awtoritajiet u entijiet li semma l- Prim Ministru fl-introduzzjoni tiegħu - li m'għandhomx din il-fakulta'.", "Agħtihielhom.", "U għalfejn tagħtihielhom?", "Għaliex permezz ta' hekk se tkun irrivoluzzjonajt dik l-organizzazzjoni?", "Le, imma permezz ta' hekk tkun daħħalt l-interess dirett tal-ħaddiema.", "U naħseb li hi x'inhi l-ideoloġija politika tagħna jew it-twemmin politiku tagħna, it-tnejn naqblu li f'kull intrapriża, partikolarment f'dawn l-intrapriżi li qegħdin insemmu, għandek l-interess pubbliku u għandek l-interess tal-ħaddiema li qegħdin jaħdmu biex iwettqu dak li hu meħtieġ biex jiġi sodisfatt dak l-interess pubbliku.", "Imbagħad ir-raba' punt li qegħdin ngħidu huwa: Agħti rappreżentanza hemmhekk lill-għaqdiet tal-konsumaturi.", "Għaliex?", "Għaliex il-konsumatur huwa a captive peress li bosta mill-oqsma li qed nitkellmu dwarhom huma monopolji naturali.", "Ara daqsxejn, Mr Speaker, kemm l-alternattiva laburista tagħmel iżjed sens u hija, mhux inqas perikoluża imma hija l-kura li tenħtieġ is-sitwazzjoni.", "U din qegħdin nagħmluha mhux biex inkunu kontroversjali imma qegħdin nagħmluha biex insibu t-triq - f'qasam li huwa delikat u importanti - li tabilħaqq tissodisfa dak li hu meħtieġ li jkun sodisfatt; li naraw li flus il-poplu jintnefqu tajjeb, li flus miġbura f'isem il-poplu jinġabru tajjeb u li dan it-tajjeb iseħħ billi jkun hemm it-trasparenza u l-accountability u billi jkun hemm fuq dawn il-bordijiet proprju nies li jkunu qegħdin hemmhekk biex iwettqu xogħlhom u mhux biex iwettqu ż-żifna li jdoqqilhom il-gvern tal-ġurnata jew bil-ħelu jew inkella bid-daqqiet tal-frosta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Spiteri kkonkluda d-diskors tiegħu.", "Sar il- ħin għall-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa, 17 ta' Jannar, 1996 fis-6.00p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istampa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pensjoni tal-Membri tal-Parlament - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari.", "----------", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Hemm rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nagħmel riferenza għal problema li primarjament qed tolqot lid-distrett tiegħi, liema problema qed tolqot numru konsiderevoli ta' familji fil-wied ta' Ħal Qormi.", "Din il-problema ilha ġejja snin twal għax kemm matul ix- xitwa kif ukoll matul is-sajf tista' tgħid kontinwament jgħaddi l-ilma minn ġot-triq, ilma li ħafna drabi jkun imħallat bid-drenaġġ b'mod li r- residenti ta' dik il-lokalita' bilkemm ikollhom aċċess biex jaqsmu min-nofs it-triq tant li ħafna minnhom - jekk wieħed jinżel s'hemmhekk din għandu jinnotaha - jispiċċaw jagħmlu katina ta' knaten f'nofs it-triq biex ikunu jistgħu jaqsmu min-naħa għall-oħra.", "Ċertament dan huwa inkonvenjent li ilu jippersisti ħafna u huwa importanti li l-Gvern jikkonsidra li jagħmel l- infrastruttura neċessarja ħalli din il-problema tirriżolvi ruħha darba għal dejjem.", "Jista' jkun li t-tarmac li ġie mqiegħed xi żmien ilu taffa l- problema momentarjament, pero' l-problema għadha hemm u r-residenti ta' dik il-lokalita' għadhom imdejqin minħabba dan l-inkonvenjent, l-iktar meta kif jibda joqrob l-istaġun tas-sajf - issa r-rebbiegħa dalwaqt tkun magħna - jiżbroffa d-drenaġġ bil-konsegwenza li dan il-post ikun inċanat bin-nemus li jitrabba fl-ilma mħallat bid-drenaġġ li jkun għaddej minn hemm.", "Din m'hijiex xi problema faċli li tista' ssolviha b'xi soluzzjoni, b'xi stop- gap temporanju u għalhekk naħseb li trid tiġi kkonsidrata sew.", "GĦalkemm naf li għamel xi sottomissjonijiet, hawnhekk jien inħeġġeġ lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi biex jidħol fil-problema sew billi jagħmel is- suġġerimenti tiegħu lid-dipartiment konċernat.", "Nispera li l-appell tiegħi ma jaqax fuq widnejn torox u ma jiġix injorat bħalma jiġri ħafna drabi mis- suġġerimenti li jsiru minn din in-naħa għax huwa importanti li din l- problema li għandhom ir-residenti ta' din il-lokalita' tiġi tackled bis- serjeta' billi jsir proġett vijabbli li verament isolvi l-problema.", "Mr Speaker, punt ieħor li xtaqt nagħmel riferenza għalih jittratta dwar il-fondi speċjali lill-kunsilli lokali.", "Tajjeb li l-poplu li qed jismagħna jkun jaf li l- kunsill lokali ta' kull lokalita' jagħmel sottomissjonijiet lill-Gvern għal xogħol - ħafna drabi ta' infrastruttura - li jkun hemm bżonn li jsir fil- lokal u nafu li t-talbiet komplessivi tal-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex qabżu Lm12 miljun.", "Nifhem li forsi bl-entużjażmu li jkollhom il-kunsilli lokali t-talbiet tagħhom jaqbżu ċertu limitu, imma ċertament meta wieħed jikkonsidra li komplessivament it-talbiet kienu jlaħħqu madwar Lm12 miljun jew aktar u effittivament il-Gvern alloka anqas minn Lm900,000, m'hemmx għalfejn wieħed ikun għaref biex jirrealizza kemm dawn il-bżonnijiet ta' titjib u ta' tisħiħ fl-infrastruttura li għandhom il-kunsilli lokali fil- lokalita' tagħhom huma 'l bogħod milli jkunu sodisfaċenti.", "Fil-fatt naraw li mill-kunsilli lokali li bbenefikaw minn dawn il-fondi ħlief il-Kunsill Lokali ta' l-Iklin ma esprimiex is-sodisfazzjon tiegħu filwaqt li l- kunsilli lokali l-oħrajn kollha gergru, kollha pprotestaw u qalu li dawn l- għotjiet m'huma xejn ħlief ftit bżar fl-għajnejn għax bihom m'huma se jkunu kapaċi jagħmlu xejn u minn dak kollu li ġew imwegħdin ir-residenti tal- lokalitajiet m'hu se jsir xejn.", "Għalhekk l-inkonvenjent ta' toroq imħarbtin, ta' drenaġġ mhux imwassal, ta' spjaġġi nofshom kompluti jew imfarrkin, ta' recreational areas li jew ma jeżistux jew inkella huma mħarbtin u ta' ambjenti mill-aktar traskurati fil-housing estates, se jibqgħu effettivament jipprevalu u minn dak li jkun ġie mwiegħed mill-Gvern ma' jiġi rrealizzat xejn.", "M'hux sewwa li l-kunsilli lokali jiġu wżati bħala paraventu mill-Gvern.", "Dan diġa' għidnih u nerġgħu ntennuh.", "Anke l- ministri konċernati f'risposti li jagħtu għall-mistoqsijiet parlamentari jagħmlu riferenza speċifika illi x-xogħol konċernat li dwaru tkun saret id- domanda huwa responsabbilta' tal-kunsilli.", "Meta mbagħad tagħmel riferenza lill-kunsilli dawn jgħidulek li jkunu għamlu t-talba tagħhom u din ħadd ma jkun kkonsidraha u li lanqas għandhom il-fondi neċessarji biex ix-xogħol isir.", "Dan m'huwiex mezz kif niddiċentralizzaw l-amministrazzjoni tal-pajjiż u kif nirrenduha aktar effiċjenti.", "Huwa importanti li tkun aktar effiċjenti għax l-infiq fuq l-amministrazzjoni pubblika minn sena għal sena qiegħed jiżdied u dan l-infiq ifisser il-flus u t-taxxi li jħallas kull wieħed u kull waħda minna.", "Jekk irridu verament ikollna pajjiż progressiv irid ikun pajjiż li jara li l-infiq pubbliku jkun magħmul b'mod u manjiera li verament jagħti riżultat u jaqdi l-bżonnijiet ta' kull wieħed u kull waħda minna.", "Huwa inutli li noqogħdu noħolqu dawn il-paraventi u ngħidu li bit-twaqqif tal- kunsilli lokali donnu skoprejna l-Amerika u donnu sar xi miraklu fil-pajjiż meta mbagħad l-istruttura neċessarja - dan ilna nistħqu fuqu żmien twil - u l-fondi verament neċessarji biex ix-xogħolijiet isiru bl-ebda mod ma jingħataw.", "Li kieku l-Gvern qabad biss il-prijorita' ta' kull lokalita' u alloka l-fondi neċessarji biex ta' l-inqas proġett wieħed minn dak li kien suġġerit isir, kieku ta' l-inqas iċ-ċittadin jgħid li dak li proġett sar u għalhekk jista' jaħseb għat-tieni wieħed.", "Imma meta naraw li l-fondi, ikollna rapport fuq il-Mejda ta' din il-Kamra u mbagħad naraw xi jfisser fir-realta'.", "Dan jirriżulta mhux biss mill-kritika li nagħmlu aħna ġustament - huwa r-rwol tagħna bħala Oppożizzjoni li nikkritikaw b'mod kostruttiv jekk irridu li l-affarijiet isiru aħjar - imma anke mill-kritika li ssir mill-istess kunsilli lokali.", "Jekk verament irridu mmexxu l-pajjiż lejn it-triq ta' diċentralizzazzjoni, lejn it-triq ta' amministrazzjoni aħjar, jekk irridu li fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li reġgħu waslu biex jibdew iċ-ċittadin juri fiduċja fil-kunsilliera - jien iltqajt magħhom individwalment u nemmen u nħoss li fil-parti l-kbira tagħhom qegħdin jipparteċipaw għax jixtiequ jagħmlu l-ġid u jixtiequ jtejbu is-sitwazzjoni fil-lokalita' tagħhom - mhux sew li dawk l-individwi li volontarjament u senza interessi - għax minbarra s-sindku ħadd ma jitħallas - jiddedikaw sigħat twal biex jaqdu dmirhom sew u biex dak li huma wegħdu leġittimament liċ-ċittadini li vvotawlhom ikunu jistgħu jwettquh jaraw ix-xewqiet ġustifikati tagħhom jiġu frustrati għax il-Gvern l-ewwel jiġi b'ħafna paroli u mbagħad dak kollu li jissuġġerixxi ma jkun xejn ħlief gimmicks u politikament kollox jibqa' f'idejn il-ministru konċernat.", "Dan jirriżulta mill-fatt li xi kultant fejn ikun hemm numru ta' ministri f'lokalita' tara xi ħaġa ssir, bħalma hu xi ġnien jew xi post rikreattiv, imma imbagħad tara wkoll li f'lokalitajiet oħra li m'għandhomx ir-rappreżentanza ta xi ministru - għax il-ministru konċernat ma joħroġx fuq dik il-lokalita' - din tkun minsija kompletament.", "Jien nisfida lill-membri tal-Gvern, lill-Prim Ministru jew lill-uffiċjali tad-dipartiment tiegħu sabiex immorru f'ċerti lokalitajiet ħalli jaraw dawn il-fatti u jisimgħu kif jaħsbuha l- kunsillieri u ċ-ċittadini.", "Jekk dan l-esperiment tal-kunsilli lokali rridu mmexxuh 'il quddiem u rriduh jiżviluppa - aħna ngħidu li għandu jiżviluppa fl-interess tal-pajjiż stess - hemm bżonn li kull ċittadin u kull individwu jkollu l-fiduċja li dan huwa esperiment li fil-futur se jagħti riżultat pożittiv.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq nitkellem dwarha hija l-Pulizija.", "Xi żmien ilu kien intqal f'dan il-Parlament, kemm fil-ħin tal-mistoqsijiet kif ukoll waqt xi stqarrija tal-Ministru - jekk m'inix sejjer żball - li l-Pulizija Maltija kienet għamlet kuntatti ma' Scotland Yard biex issolvi xi omiċidji jew xi każijiet oħra simili li sal-lum għadhom m'humiex solvuti.", "Riċentement kellna stqarrija mis-Sur Sant Cassia - il-bieraħ smajtu fuq ir- radju - fejn qal li għandu konferma bil-miktub minn mistoqsija parlamentari li ma kien sar l-ebda kuntatt min-naħa tal-Pulizija Maltija f'dan ir- rigward.", "Din hija xi ħaġa li trid tiċċara ruħha għar-raġuni sempliċi li l- ewwelnett hemm bżonn li jkun hemm koperazzjoni bejn Korpi tal-Pulizija tal- pajjiżi kollha, mhux qed ngħid Malta u l-Ingilterra jew Malta u Franza imma l-pajjiżi bilaterali b'mod internazzjonali għax affarijiet importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalita' kemm dik internazzjonali kif ukoll ta' ċerti tipi ta' delitti li jidhru misterjużi.", "It-tieni, jekk issemma li kien sar dan l-approach lejn Scotland Yard - għalkemm min-naħa l-oħra rriżulta li ma kien minnu xejn - jiena nistaqsi għaliex allura ħarġet stqarrija ta' dan it-tip..", "Jekk aħna rridu nkabbru l- fiduċja tal-poplu kollu fil-Korp tal-Pulizija huwa importanti li ma jkollniex dawn it-tip ta' dubji għax huwa importanti li l-Pulizija tirbaħ il-fiduċja tal-poplu.", "Il-koperazzjoni tal-poplu huwa wieħed mill-aktar elementi importanti, imma huwa importanti li jekk nirbħu l-fiduċja nuru li l-affarijiet li jiġu dikjarati ma jiġux iddikjarati għall-gallarija biss imma jkunu qegħdin isiru fil-verita'.", "Huwa minn dan l-aspett li qed ngħid li dan il-punt għandu jiġi ċċarat għax safejn naf jien - forsi qed inkun żbaljat - għalkemm saret din il-kritika ma ngħatat l-ebda risposta mill- Ministru jew mill-Kummissarju tal-Pulizija.", "Mr Speaker, se nagħlaq hawnhekk għax sar il-ħin imma huwa importanti li dan il-punt jiġi kkjarat u ċċarat sabiex il-poplu jirbaħ u jsaħħaħ il- fiduċja tiegħu fil-Korp tal-Pulizija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, l-ewwelnett se nitkellem fuq il- Mosta.", "Fl-ewwel xhur tas-sena l-oħra bdew isiru planters jew dawk li nsibuhom bħala konki f'waħda mill-isbaħ toroq li għandna fil-Mosta.", "Din it- triq kienet inbniet fi żmien Lord Strickland u ħafna xjuħ min-naħa tagħna kienu Striklandjani għax kienu jsibuh b'raġel serju immens għax kien iżomm sod.", "Naħseb li ftit hawn toroq li żammew mar-regola kif kien żamm hu dak iż-żmien biex għamel Triq il-Kostituzzjoni ġol-Mosta.", "Ftit ilu beda jsir dan ix-xogħol li semmejt f'dan il-lokal u mall-ewwel konki li saru jiena kont ġbidt l-attenzjoni tal-PRO tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u bl-akbar prudenza ersaqt lejh u staqsejtu jekk kellhomx il-go ahead u l-permess biex dan ix-xogħol isir għax fl-opinjoni tiegħi - kont naf dan minħabba li għamilt snin bħala shadow minister responsabli mit-trasport - kont ċert li dan ma kienx qed isir skond ir-regolamenti.", "Dan qalli li kollox kien qed isir skond ir-regolamenti u talabni biex nagħtuhom ftit ċans sakemm ix- xogħol jitlesta.", "Jiena għidtlu li ladarba kellhom il-go ahead u l-permess kollox sewwa.", "Għaddew erba' xhur jew ħamsa u kellna l-okkażjoni li jkollna laqgħa mal-membri tal-Kunsill Lokali tal-Mosta fejn kien hemm preżenti tliet ministri u xi erba' Membri tal-Parlament miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jiena kont l-ewwel wieħed li tkellimt u erġajt semmejt dan ix-xogħol u għidtilhom: Imma possibbli li dan ix-xogħol għandkom il-permess għalih?", "Is-Sindku, li għandu l-istess kunjom Vassallo bħall-PRO, qal li kellhom il-permess u li kellhom proġett sħiħ li ta' min wieħed jarah meta jkun lest.", "Irriżulta li dawn ma kellhom l-ebda go ahead u l-ebda permess biex dan ix-xogħol isir u dan qed ngħidu b'dispjaċir kbir.", "Hija ħasra għax f'din l-aħħar sena dehru numru kbir ta' ittri u saru diversi diskorsi minn kollegi tiegħi ta' din in-naħa tal-Kamra rigward il- periklu li ħolqu dawn il-planters, konki jew ħwat, sejħilhom li trid.", "Kien hemm anke inċidenti fejn it-traffiku kellu jieqaf u jien ma nistax nifhem kif meta qabel konna nsibu li kull kantuniera jkollha splay, illum hemm dawn il-konki li qed jostakolaw it-traffiku.", "Insibu li anke jekk container kbir ikun irid idur il-kantuniera ma jkunx jista' jagħmel dan minħabba fihom, ħaġa li ma titwemminx, imma minkejja dan kollu u minkejja t-tgergir li sar il-kunsill - jew is-Sindku, min hu responsabbli - baqa' ma għamel xejn.", "Sa fejn naf jien il-kunsill kien maqsum dwar dan u ċerti kunsilliera ma kenux informati dwar dak li kien qiegħed isir.", "Biex ma ntawwalx dwar storja li tafha Malta kollha - mhux il-Mostin biss, għax kulħadd qed ibati minn dan il-periklu u l-inkonvenjent - deherli li għandi nirrikorri lejn il-Prim Ministru billi taħtu jaqgħu l-kunsilli lokali u għamilt mistoqsija parlamentari fejn staqsejtu x'ġara mir-rapport li kien ġie ppreparat minn esperti kompetenti barranin rigward il-planters li nbnew is-sena li għaddiet fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta - qed nirriferi għad-domanda parlamentari numru 30403 li dehret fis-seduta tal- bieraħ u nixtieq li tidher fid-diskors li qed nagħmel - u r-risposta li tani l-Prim Ministru tgħid hekk:", "\"Jiena iżda informat li fuq talba tal-Ministru tat-Trasport, it- Traffic Control Board bagħat kopja tar-Rapport fuq studju li sar mit- Transport Research Laboratory ta' l-Ingilterra, kemm lill-Kummissarju tal-Pulizija, kif ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Il-Kunsill Lokali tal-Mosta nforma lit-Traffic Control Board, fil- 5 ta' Diċembru 1995, li kien se jeżamina fid-dettall ir-rapport li sar biex jesprimi l-veduti tiegħu.\".", "Dan ir-rapport ilu lest biżżejjed għax iġib id-data ta' Settembru, 1995.", "Tant hu hekk li jien akkwistajt kopja tiegħu u fih hemm spjegat fid-dettall il-perikli u l-inkonvenjent li qegħdin joħolqu dawn il-konki.", "Jien jidhirli li mhux sewwa li wara r-reazzjoni li saret mill-poplu u wara li l- kelliema ta' din in-naħa, inkluż jiena, għamilna minn kollox biex l- affarijiet isiru sewwa, apparti li hemm dan il-periklu u l-inkonvenjent kollu intnefqu flus li setgħu jintużaw aħjar.", "Pero' dan jien inħallih għal min hu responsabbli; affari tiegħu.", "Mr Speaker, bil-permess tiegħek nixtieq inpoġġi dan ir-rapport fuq il- Mejda tal-Kamra sabiex il-ġurnalisti u dawk kollha li jarawh jindunaw li hemm periklu kontinwu u li dan il-periklu ġie mħolli għal dawn ix-xhur kollha.", "Jirriżultali li anke meta dan ir-rapport kien lest ix-xogħol xorta kompla sejjer minkejja li fih kien hemm riferenza għal kull kantuniera u għal kull triq li taqsam minn Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta kif ukoll għall- periklu u l-inkonvenjent li qegħdin joħolqu dawn il-ħwat.", "Formalment nitlob il-permess sabiex inqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra biex kulħadd ikun jista' jara fhiex wasalna llum f'dan il-pajjiż u kif il- Gvern ifarfar mir-responsabilita' tiegħu anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' perikli u ma' inkonvenjenzi li jiltaqa' magħhom il-poplu.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport ikkommisjonat mill-Ministeru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija ntitolat \"Mosta Traffic Calming Scheme - Road Safety Audit\".", "Mr Speaker, ħalli issa ngħaddi għat-toroq.", "Jekk wieħed iħares lejn l-areas taż-Żokrija, Ta' Mliet, ta' Santa Margerita u lejn Triq il-Ħtajriet li kollha jinsabu l-Mosta - u mhux it-toroq tal-Mosta biss ....", "Biżżejjed ngħid li fejn noqgħod jien hemm ħofra li ili ħafna nirrapportaha lill- pulizija u anke ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru Michael Falzon waqt li konna qegħdin nieħdu drink ma' tal-kunsill lokali fil-Milied li għadda.", "Il- main road li tagħti għaż-Żebbiegħ tant tinsab fi stat ħażin li 36 persuna qasmu t-tyre tal-karozza tagħhom; bħal din it-triq hawn eluf għaliex it- toroq ikkollassaw ma' kullimkien.", "Min jgħaddi mit-triq li mill-Mosta tieħu għar-Rabat jaf li hemmhekk mhux biss it-tyre tal-karozza taqsam imma jinżel it-tyre kollu u saħansitra tħokk il-qiegħ tal-karozza.", "Min imur jara t- triq taż-Żebbiegħ ix-xitwa kollha ...", "Imma jien għalfejn qed ngħid hekk?", "Kemm bqajt lura?", "Għaliex qed nitmasħan hekk u nagħmel dawn id-domandi kollha meta inti, Mr Speaker, il-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru u kull wieħed minna jgħaddi minn Old Bakery Street - bilfors minn hemmhekk irridu ngħaddu biex niġu hawn - u kulħadd jaf l-istat li tinsab fiha din it- triq?", "Nieħu gost narak tniżżel rasek, Mr Speaker - forsi jniżżlu rashom huma wkoll - għaliex bilfors trid tgħaddi mill-ħofor peress li din it-triq ikollha karozzi pparkjati fuq iż-żewġ naħat u hemm ħafna ħofor - biċċa minnha għamluha illum wara li ilha hekk ix-xhur; sal-lejla stess għadha friska - li biex tikser għal Old Theatre Street bilfors trid tgħaddi minnha.", "Min jaf kemm-il darba inti, Mr Speaker, u kull ministru tgħaddu minn ħofor bħal dawn - m'iniex qed ngħid għat-toroq tal-Belt biss imma għat- torq ta' Malta kollha.", "U jien l-lejla għidt lili nnifsi: Imma x'inhi r- raġuni li nitmasħan b'dan il-mod u nagħmel dawn id-domandi meta dawn in- nies tant huma bla demm u rresponsabbli.", "Meta konna qegħdin niddiskutu l- budget xhur ilu, dik il-ħofra hemm kienet u llum kompliet tikber.", "Bħal din il-ħofra li qed insemmi, ħdejn il-bini tal-General Workers' Union kien hemm 30 oħra u biex tinżel qisek għaddej minn xagħra.", "Issa din hija triq li minnha jgħaddi l-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru, is- Sinjorija Tiegħek u kulħadd u xorta jibqgħu ma jiċċaqalqux fuqha.", "Għaliex?", "Għaliex illum għandna Gvern irresponsabbli.", "Ir-risposta għal domanda li għamilt fl-4 ta' April tas-sena l-oħra dwar l- istess suġġett kienet li dawn issa huma responsabilita' tal-kunsilli.", "U dawn saru responsabilita' tal-kunsilli mill-1 ta' l-istess xahar ta' April ta' l-istess sena.", "Jiġifieri erbat ijiem wara li dawn għaddew ir- responsabilita' ta' ċerti toroq lill-kunsilli lokali, il-Ministru qalli li dawn saru responsabilita' tal-kunsilli!", "U l-kunsilli m'għandhomx biex jaħdmu.", "U jien nistaqsi f'isem il-poplu: X'sar minnhom l-eluf ta' nies li kien hemm iżommu t-toroq tagħna?", "Dawn kienu jżommuhom mhux ħażin.", "Sparixxew f'daqqa waħda?", "Qiegħed xi ħadd jara li l-kuntrattur jew kuntratturi - ma nafx min huma - responsabbli mix-xogħlijiet qegħdin jagħtu lura lill-poplu l-value for money?", "Min ivvinta din tal-cold tarmac jew cold asphalt, sejjaħlu li trid?", "Min qed jagħmel it-testijiet ta' dan?", "Min qiegħed imur jara l-qatran u jittestjah kif kienu jagħmlu qabel ħalli l- poplu ma jibqax jagħmel il-ħsara, mhux lill-karozza tiegħu biss jew lit- tyre tal-karozza iżda lill-saħtu ...?", "Il-lejla kien hawn min qalli li anke s-seat ta' taħtu qasam bil-ħofra li sab.", "Meta ma tkunx ix-xita ħofra forsi tista' tara kif tevitaha imma meta tagħmel ix-xita dak li jkun ma jkunx jista' jevita l-ħofor kollha li hawn fit-toroq.", "Quddiemi f'xahar 36 persuna nzertajt ibiddlu t-tyre għax joqorsuh u jinqasam.", "Dawn li qed insemmi m'humiex ħofor żgħar!", "Nerġa' ntenni, kieku kellna mmorru nkejlu l-ħofra li hemm ġewwa Old Bakery Street insibu li din fiha pied fond jew terz ta' metru tul.", "Dawn il-ħofor ilna x-xhur għaddejjin minnhom.", "Mr Speaker, araw ftit x'irresponsabbilta' teżisti.", "Il-ġimgħa li għaddiet attendejt funeral ta' anzjana miż-Żejtun li wara sirt naf li kienet ittajret minn karozza waqt li kienet qed taqsam minn fuq iz-zebra crossing li ma' tidhirx.", "La jeżistu sinjali, la jeżistu dwal u ma jeżisti xejn.", "Mela issa anke dwar affarijiet li qed jikkaġunaw imwiet ta' nies m'hu qed jiċċaqlaq ħadd!", "Nibqgħu nitfgħu kollox fuq il-kunsilli lokali li dawn min-naħa tagħhom igergru bil-burokrazija li hawn u li m'għandhomx biex jaħdmu.", "Jien dawn l-affarijiet ma nistax nifhimhom!", "Imbagħad x'ħin tgħidilhom li dan mhux mod kif għandhom jirrispondu għall-mistoqisjiet parlamentari li nagħmlu jieħdu għalihom.", "Mr Speaker, per eżempju, nista' ngħid li jien kont għamilt domanda u kont ġbidt l-attenzjoni tiegħek dwara fuq Wied is-Sir ġewwa l-Mosta.", "Il- Ministru Zammit Dimech - kont kellimtu int dwarha - kien qalli li għandi nagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "Issa jien żgur li parti minn din id-domanda kienet taqa' taħt il-Ministeru tiegħu; hekk kont tajt ruling inti, Mr Speaker.", "Għamiltha lill-Ministru Frendo u fir- risposta qalli li kien talab lid-Dipartiment tat-Toroq biex jinvestiga dan l-ilment.", "Issa ta' min jgħid li hemmhekk qed jegħrqu d-djar ta' kuljum, kaptelli neżlin u t-trakkijiet jinżlu....", "Il-bierah, 15 ta' Jannar irrispondieni hekk:", "\"Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel l-investigazzjonijiet u sab li l-ilma żdied bl-iżvilupp li sar fl-inħawi.", "It-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant hija asfaltata, b'konsegwenza li taqa' taħt il-kunsill lokali.\"", "Jiġifieri jinżlu trakkijiet, nies ma jistgħux jidħlu fi djarhom u Alla jbierek bil-kalma kollha ta' nies irresponsabbli li huma ......", "Fuq kollox minn dawn id-domandi jeżistu mijiet kemm li għamilt jien stess kif ukoll dawk li għamlu sħabi u jiġu jgħidulna li dawn l-affarijiet jaqgħu taħt il- kunsilli lokali!", "Mela allura għandna raġun meta ngħidu li qed jużaw lill- kunsilli lokali bħala paraventu.", "Mr Speaker, mhux se nkompli fuq dan is-suġġett imma se nirriferi għal mistoqsija parlamentari oħra li kont għamilt - dan qed nagħmlu ħalli nagħlaq is-seduta kif bdejtha llejla waqt l-ħin tad-domandi meta kien hawn l-Onor.", "Zammit Dimech.", "Fl-4 ta' April 1995 - araw ftit x'irresponsabbilta' ta' ministri! - għamilt domanda dwar ħlas ta' overtime li qed jingħata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma lil xi nies li għandhom x'jaqsmu b'xi mod mal-ġibjun li hemm f'Ta' Qali.", "Dak inhar, jiġifieri fl-4 ta' April 1995, il-Ministru weġibni: \"Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra\".", "Billi din it-tweġiba qatt ma waslet erġajt għamilt l- istess domanda fejn irriferejtu għall-ewwel domanda.", "Pero' l-bierah, għaxar xhur wara, tafu x'reġa' rrisponda?", "\"L-informazzjoni mitluba qed tinġabar\".", "Kemm-il mistoqsija parlamentari għandna bħal din!", "Għalhekk aħna minn din in-naħa nqumu u nirrabbjaw u ngħidu li m'aħniex qed niġu trattati kif suppost u b'hekk illejla d-Deputy Leader tagħna, l-Onor.", "George Vella, talab lis-Sinjorija Tiegħek biex ma tkomplix tħalli dan l- aġir rigward il-mod li bih qed jingħataw ir-risposti.", "Filwaqt li f'din il-Kamra qed nitolbu l-koperazzjoni ta' xulxin - dan sar illejla stess bil- liġijiet li kellna quddiemna għad-diskussjoni - meta mbagħad Membri ta' din il-Kamra jressqu lmenti li minħabba fihom qegħdin anke jiġu kkaġunati mwiet ningħataw risposti ta' din ix-xorta!", "Kif jista' jibqa' r-rispett reċiproku meta jittrattaw lil din in-naħa b'dan il-mod!", "Dawn id-domandi ma nagħmluhomx biex nieħdu xi ħaġa aħna imma biex naraw li l-poplu jkollu il- value for money tat-taxxi li qed iħallas.", "Fuq kollox ta' min jgħid li kien l-istess Prim Ministru li erba' snin ilu kien qal li l-liċenzji tal- karozzi qed jogħlew ħalli jkollna fondi biżżejjed biex inkunu nistgħu nieħdu ħsieb it-toroq.", "Mr Speaker, id-domanda tiegħi li biha nixtieq nagħlaq hi din: It-toroq ma' Malta kollha qegħdin aħjar milli kienu erba' snin ilu jew le?", "Jien inħalli f'idejn il-poplu u f'idejn is-sewwieqa ħalli issa jgħidu flimkien ma' xiex qed jiltaqgħu fi kwalunkwe triq, mhux li hemm fil-Mosta biss imma li hawn ma' Malta u Għawdex.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa, 17 ta' Jannar 1996 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - BINI LLEGALI", "30259.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30030 dwar il-bini llegali li twaqqa' mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-ewwel 11-il xahar ta' l- 1995?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li dwar bini llegali li twaqqa' mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-ewwel 11-il xahar ta' l-1995 irid jingħad dan li ġej:", "1.", "Ma jirriżultax li kien hemm twaqqigħ ta' partijiet ta' lukandi, guesthouses jew estensjonijiet tagħhom.", "2.", "Irriżulta li twaqqgħet parti minn flat fil-Mosta.", "3.", "Twaqqa' garaxx f'Marsaxlokk kif ukoll tliet garaxxijiet fl-Armier.", "4.", "Twaqqgħu ukoll dawn li ġejjin:", "Fil-Marfa twaqqgħu 55 boathouse,", "Mit-Torri l-Abjad tneħħew seba' boathouses kif ukoll tliet maisonettes bil- garages b'kollox,", "Fl-Imġarr twaqqa' kumpless privat li jinkludi ħitan ta' ġebel rustiku, garage kif ukoll swimming pool,", "F'Ħal Għaxaq twaqqgħu diversi boundary walls,", "F'Pembroke twaqqgħet farmhouse, Fix-Xlendi Għawdex twaqqgħet parti minn restaurant, F'San Lawrenz, fil-Qala, f'Santa Luċija u fix-Xagħra Għawdex twaqqgħu diversi boundary walls.", "Irid jingħad ukoll li numru sostanzjali ta' postijiet illegali oħra twaqqgħu direttament mis-sidien infushom wara li nħarġilhom Avviż ta' Twettieq mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "QRATI - INKJESTI", "30260.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 30081 u 29551 li kienu saru lill-Ministru ta' l-Intern u ċioe' mil-lista mogħtija dwar każijiet li seħħew mill-1985 'l hawn u li għadhom pendenti, jista' l- Ministru jgħid min hu l-Maġistrat f'kull inkjesta?Hemm xi raġuni għaliex dawn l-inkjesti għadhom pendenti, uħud minnhom għal tmien (8) snin?", "Minbarra dawk li hemm f'din il-lista, jista' l-Ministru jgħid liema huma l- inkjesti l-oħra dwar qtil mill-1985 'l hawn li mhumiex imsemmija fil-lista mogħtija fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 29551, li qed jiġu nvestigati?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: B'riferenza għad-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant qed nirriproduċi lista ta' maġistrati u ta' vittmi kif ukoll tagħrif dwar jekk l-inkjesta maġisterjali ingħalqetx jew le:", "|Data |Vittma |Magistrat |Rimark| | | | |i | | | | | | |09.08.|Grezzju |Silvio |Maghlu| |94 |Cini |Meli |qa | |26.10.|Abrahim | | | |95 |Ali | | | | |Shaweshi | | | | |(Fethi | | | | |Sqaqi) |'' |Penden| | | | |ti | |30.01.|Charles |Noel |Maghlu| |87 |Fenech |Cuschieri |qa | |27.10.|Francis |Carol |Penden| |88 |Sant |Peralta |ti | | |Cassia | | | |27.09.|Joseph |Antonio |Penden| |90 |Borg |Mizzi |ti | |21.01.|Antonia u |Carol |Penden| |91 |Joseph |Peralta |ti | | |Briffa | | | |13.01.|Vittorio |'' |Penden| |93 |Cassone | |ti | |11.04.|Godwin |J.Apap |Maghlu| |93 |Cutajar |Bologna |qa | |21.07.|Peter |Carol |Penden| |93 |Cilia |Peralta |ti |", "Dwar it-tieni u t-tielet mistoqsijiet ta' l-Onor.", "Interpellant ma tistax tingħata risposta peress li l-informazzjoni mitluba hija koperta bis- sigriet professjonali.", "KUNSILLI LOKALI - PROĠETTI", "30261.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb għat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 29833 dwar ilmenti minn kunsilli lokali lid-dipartiment responsabbli talli ma saret ebda konsultazzjoni dwar xi proġett?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor Membru fit- tieni parti tal-mistoqsija tiegħu numru 29833 tqegħdet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BURMARRAD - ILMA TAX-XITA", "30262.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 30028 li kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent dwar l-ilma tax- xita f'Burmarrad, jista' l-Ministru jgħid xi studju jista' jsir biex ma jkunx hemm diżastru kull meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-problema li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija kkawżata mill-fatt li għandek triq prinċipali taqsam wied.", "Jiena nformat li din is-sena għandu jinbeda studju, mill-Ministeru għall- Ambjent, biex jinstabu metodi kif jinġabar l-ilma tax-xita u wieħed irid jara, minn dan l-istudju li se jsir, jekk il-problema li semma l-Onor.", "Interpellant, tiġix solvuta jew almenu tonqos sewwa.", "REFUĠJATI - PERMESSI TA' XOGĦOL", "30263.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 29272 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani dwar kemm-il permess ta' xogħol temporanju inħareġ lir-refuġjati li qegħdin jgħixu fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari numru 29843.", "ALKOHOL - ABBUŻ TA' ALKOĦOL", "30264.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 29756, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna talbet għajnuna medika matul din is-sena minħabba abbuż ta' l-alkoħol?", "Kemm-il persuna talbet din l-għajnuna aktar minn darba?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn jinżammu dawk li jkollhom bżonn ma jibqgħux fil-komunita' għal xi żmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li għal dawk il-persuni li jkollhom bżonn ma jibqgħux fil-komunita' għal xi żmien minħabba abbuż ta' alkoħol id- Dipartiment tas-Saħħa joffri servizzi fix-Short Stay Psychiatric Unit ta' l- Isptar San Luqa jew fl-Admission Wards ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Mill-1 ta' Jannar, 1995 sat-23 ta' Novembru, 1995 fl-Isptar Monte Carmeli kien hemm 84 ammissjonijiet (69 irġiel u 15 nisa).", "Dawn l-ammissjonijiet kienu jinvolvu 68 persuna (54 irġiel u 14 nisa), peress li xi wħud minnhom kienu ammessi ġo dan l-isptar iżjed minn darba matul dan il-perijodu.", "Dawn kienu mqassmin hekk:", "55 persuna kellhom ammissjoni waħda 11-il persuna kellhom żewġ ammissjonijiet, persuna kellha tliet ammissjonijiet, persuna kellha erba' ammissjonijiet", "Dwar ix-Short Stay Psychiatric Unit ta' l-Isptar San Luqa, il-figuri ta' l-1994 juru li 17 minn 330 ammissjoni (5%) kienu minħabba problemi ta' alkoħol.", "Ma' dawn wieħed irid iżid lil dawk li rrikorrew għal għajnuna fl-Out- patients tal-Psikjatrija li tagħhom m'għandniex figuri.", "Ninsab informat ukoll li jingħata servizz mill-Aġenzija SEDQA mid-Dar Żerniq li hija maqsuma f'żewġ kategoriji: Is-Servizz tal-Komunita' fejn il- klijenti jattendu pero' ma joqogħdux hemm u l-parti residenzjali.", "Minn mindu fetħet Dar Żerniq ġewwa l-Furjana, jiġifieri mit-23 ta' Jannar, 1994 sa l-aħħar ta' Novembru, n-numru ta' persuni li użaw is-Servizz ta' Komunita' ta' Dar Żerniq kien:", "Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Awi Set Ott Nov 12 6 25 25 23 18 22 17 18 23 20", "In-numru ta' persuni li kienu residenti f'Dar Żerniq kien dan:", "Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Awi Set Ott Nov 10 12 11 11 14 13 13 15 14 9 10", "Barra dawn isiru laqgħat fejn fihom jattendu kemm persuni bi problema ta' xorb kif ukoll nies oħra li jinkludu l-familjari tagħhom jew ħbieb.", "In- numru ta' persuni li jattendu l-laqgħat huwa hekk:", "Persuni bi problemi ta' xorb li attendew:", "Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Awi Set Ott Nov 6 15 6 16 19 28 34 31 28 39 33", "Persuni oħra li jattendu għal laqgħat:", "Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Awi Set Ott Nov 11 16 19 18 26 26 28 32 25 25 23", "WELFARE OFFICERS", "30292.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi li ttrattaw il-welfare officers tul is-snin 1990 - 1995, sena b'sena, u jekk jogħġbu jindika in-numru ta' każi ta' appoġġ familjari; edukazzjoni; sheltered workshops; tfal li għandhom bżonn kura; probation; social enquiries; każi mixxellanji, (u dan sena b'sena mill-1990 - 1995) għal kull wieħed minn dawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' każi li ttrattaw il- welfare officers (social workers) tad-Dipartiment tas-Servizzi għat-Tfal u għall-Familja tul is-snin 1990 - 1995 huwa kif ġej:", "Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995", "Appogg Familjari 242 293 226 242 268 258", "Każijiet ta' tfal bi bżonn ta' kura kien hemm:", "|Sena |1990|1991|199|199|1994|199| | | | |2 |3 | |5 | | | | | | | | | |Hrug ta' |5 |22 |13 |13 |4 |12 | |care | | | | | | | |orders | | | | | | | |Minuri fi|364 |417 |364|365|337 |341| |djar | | | | | | | |tat-tfal | | | | | | | |Adozzjoni|20 |135 |36 |25 |12 |31 | |jiet | | | | | | | |Kura u | | | | | | | |Kustodja | | | | | | | |('fosteri|1 |- |2 |21 |15 |6 | |ng') | | | | | | |", "|Sena |1990|199|1992|199|1994|199| | | |1 | |3 | |5 | | | | | | | | | |Kazijiet|39 |25 |32 |54 |75 |25 | |ta' | | | | | | | |Probatio| | | | | | | |n | | | | | | | |Delikwen|71 |59 |58 |38 |59 |51 | |za | | | | | | | |taz-Zgha| | | | | | | |zagh * | | | | | | |", "* Dawn il-każijiet jinvolvu l-intervent tal-Puluzija Esekuttiva u proċeduri quddiem il-Qorti tal-Minorenni.", "|Sena |1990|199|199|199|199|199| | | |1 |2 |3 |4 |5 | | | | | | | | | |Kazijiet | | | | | | | |ta' | | | | | | | |talbiet | | | | | | | |ghal | | | | | | | |servizzi |56 |61 |17 |8 |13 |33 | |varji ta'| | | | | | | |Welfare | | | | | | |", "|Sena |1990|199|1992|199|199|1995| | | |1 | |3 |4 | | |Talbiet | | | | | | | |ghal dar| | | | | | | |ghal | | | | | | | |persuni | | | | | | | |f'diffik| | | | | | | |ultajiet| | | | | | | |jew ghal| | | | | | | |fini ta'| | | | | | | |riabilit|46 |67 |8 |17 |50 |59 | |azzjoni | | | | | | | |Ghajnuna|27 |50 |56 |22 |19 |27 | |finanzja| | | | | | | |rja | | | | | | |", "|Sena |1990|199|1992|199|1994|199| | | |1 | |3 | |5 | |Kazi li | | | | | | | |gew | | | | | | | |trattati| | | | | | | |fic- | | | | | | | |Centri | | | | | | | |tat-Tahr| | | | | | | |ig | | | | | | | |(Shelter|23 |35 |50 |64 |91 |123| |ed | | | | | | | |Workshop| | | | | | | |s) | | | | | | |", "Dwar l-edukazzjoni informazzjoni relattiva tinġabar mid-dipartiment konċernat.", "Il-figuri msemmija ma jinkludux servizzi ta' kuljum lill-persuni li jattendu d-dipartiment u li l-għajnuna mitluba tkun tikkonsisti f'servizz b'intervent relattivament mhux fit-tul.", "CHILD CARE CENTRES", "30293.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Child Care Centres f'Malta u fejn jinsabu dawn iċ-ċentri?", "X'funzjoni għandhom dawn iċ-ċentri u x'diffikultajiet - jekk hemm - wieħed isib biex dawn il-funzjonijiet jitwettqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li hawn numru ta' Child Care Centres f'Malta għal tfal taħt it-tliet snin.", "Dawn iċ-ċentri huma mmexxija b'inizjattiva privata.", "Jissejħu wkoll nurseries jew play schools.", "L-iskop tagħhom huwa li tfal jiltaqgħu fi gruppi f'ambjent protett, jissoċjaliżżaw u jirrikreaw flimkien.", "Dawn iċ-ċentri huma utli ħafna mhux biss għat-tfal imma ukoll għal ġenituri bi mpjieg.", "Hemm maħsub li l-pożizzjoni tagħhom tkun regolarizzata b'regolamenti apposta.", "IMPJIEGI - KONDIZZJONIJIET", "30294.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi naf li qed jiġu mħejjija emendi għall- Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet tax-Xogħol dwar reklamar għall-impjiegi l-aktar fejn jittrattaw in-nisa Maltin li jistgħu jiġu diskriminati minħabba s-sess, jista' l-Ministru jgħid meta dawn se jitressqu għall- konsiderazzjoni fil-Parlament u ma' liema interested groups saret konsultazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fost l-emendi għall-Att li jirregola l- Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg li hemm il-ħsieb li jitressqu fil-futur, hemm proposti biex jipproteġu lill-impjegati kontra diskriminazzjoni fuq sess.", "Il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara kienet konsultata dwar dawn l- emendi.", "GĦAQDIET VOLONTARJI", "30295.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet volontarji li qed jagħtu l-aħjar servizzi lil persuni b'diżabilita' f'Malta?", "Apparti l- esekuzzjoni mal-ħlas ta' taxxa, kif qed jiġu megħjuna dawn l- organizzazzjonijiet?", "X'protezzjoni leġislattiva aktar għandhom jingħataw dawn l-organizzazzjonijiet volontarji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fost l-għaqdiet volontarji li qed jagħtu servizzi lill-persuni b'diżabilita' f'Malta, wieħed għandu jsib dawn in-Non-Government Organisations' - Dar il-Wens, Dar il-Kaptan, Dar Nazzaret, Fondazzjoni Eden, Fondazzjoni Trasport għall-Ħajja Indipendenti u l-Grupp tal-Muscular Dystrophy.", "Matul is-sena l-oħra, dan il-ministeru xtara parti mis-servizz li huma jagħtu lill-persuni b'diżabilita' għas- somma ta' Lm126,152.", "Rigward il-protezzjoni leġislattiva, dan il-Ministeru qiegħed jaħdem ukoll sabiex matul din is-sena (1996) jiġi ppubblikat l- Abbozz ta' Liġi dwar il-Volontarjat biex, fost affarijiet oħra, jiġu ddentifikati d-dmirijiet tal-Gvern lejn dawk l-NGOs kollha li jkunu rreġistrati f'pajjiżna.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "30296.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' djar residenzjali għall-persuni b'diżabilta' f'Malta?", "Fejn hu ttamat li jinbnew aktar?", "Kif u minn min qed jitmexxew?", "Kif ħadmet ir-Respite Care Home for the Disabled u kif qed jintuża l-post li l-Awtorita' tad-Djar għadha kif allokat għall- persuni b'diżabilita' fl-Imtarfa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat kif ġej:", "Fil-preżent id-djar residenzjali għall-persuni b'diżabilita' huma:", "Dar tal-Providenza, s-Siġġiewi mmexxija mill-Knisja Maltija", "Dar il-Wens, Raħal Ġdid immexxi minn Bord tas-Sorveljanza maħtur mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-Għaqda Żgħażagħ b'Diżabilita'", "Dar Nazaret, ż-Żejtun, immexxija minn Bord maħtur apposta għal dan il-għan", "Dar il-Kaptan, l-Imtarfa immexxija mill-Fondazzjoni Servizzi ta' Respite Care.", "Din id-dar hi residenzjali għal perjodi qosra biss u biex iservu ta' respite.", "Barra minn dawn il-Gvern joffri servizzi residenzjali għall-persuni b'diżabilita' kemm fl-Isptar Monte Carmeli kif ukol fl-Isptar San Vincenz de Paule.", "Il-politika preżenti tal-Gvern hi li kemm jista' jkun ma jibqax idaħħal persuni b'diżabilita' f'dawn l-istituzzjonijiet billi (a) jipprovdi servizzi fil-komunita' bħalma huma servizzi ta' respite care, home help care, telecare, servizz ta' handyman, servizz dwar l-inkontinenza, servizzi tal-MMDNA u oħrajn (b) jinkoraġġixxi u jgħin, anke finanzjarjament, il- ħolqien ta' djar residenzjali żgħar fil-komunita'.", "Hu ttamat li Villa Chelsea f'B'Kara tinfetaħ bħala half way house għall- persuni b'mard mentali.", "Barra minn hekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', matul l- 1996 qed tippjana li tifformola policy nazzjonali dwar servizzi fil- komunita' għall-persuni b'diżabilita' mentali inkluz servizzi residenzjali.", "Meta din il-politika tiġi adottata mill-Gvern bi qbil mal-forzi kollha involuti b'dan il-qasam, jibda l-proċess tal-implimentazzjoni ta' din il- policy.", "Fir-rigward ta' diżabilita' fiżika, il-Kummissjoni hi tal-fehma li għandhom jiġu żviluppati servizzi fil-komunita' inkluz programmi ta' assistenza personali biex dawn jibqgħu jgħixu fil-familji tagħhom.", "Din il-parti hi mwieġba fl-ewwel parti ta' din it-tweġiba.", "Is-servizzi tar-respite bdew jiġu pprovduti mill-1990 meta l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-Għaqda Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilita' waqqfu l-Fondazzjoni għall-Servizzi ta' Respite Care.", "F'dawn is-snin din il-Fondazzjoni pprovdiet servizzi ta' respite minn Dar il- Kaptan, l-Imtarfa liema servizzi ġew iffinanzjati primarjament minn fondi mgħoddija mill-Gvern lil din il-fondazzjoni, flimkien ma' ħlas nominali minn dawk li jirċievu s-servizz u ġbir ta' fondi oħra.", "Fil-preżent din il-fondazzjoni qed tiżviluppa servizz ġdid li hu l-Family Link.", "Dan is-servizz jikkonsisti li familji b'persuni b'diżabilita' jkollhom r-respite li għandhom bżonn minn familji oħra li joffru li jagħmlu dan is-servizz.", "Naturalment dawn il-familji jkollhom is-support professjonali kollha li jkollhom bżonn mill-fondazzjoni.", "Il-bini ta' Dar il-Kaptan ingħata mill-Awtorita' tad-Djar lill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li min naħa tagħha poġġiet dan il-post għad-dispożizzjoni ta' din il-Fondazzjoni.", "Fil-preżent jinsabu għaddejjin taħdidiet biex il-post jinkera formalment mill-Kummissjoni lil din il-fondazzjoni.", "L-unika post li ġie allokat mill-Awtorita tad-Djar għall-użu ta' persuni b'diżabilita' hi Dar il-Kaptan kif spjegat fir-raba' taqsima ta' din it- tweġiba.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "30297.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi sewwa sew il-ħidma tal-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' fejn tidħol il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet sportivi u kulturali?", "Meta u għal-liema okkażjonijiet tat ċertifikat ta' meritu lil nies fost dawn il-persuni b'diżabilita'?", "F'liema kompetizzjonijiet u anke dawk mondjali ipparteċipaw dawn il-persuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-għanijiet li għalihom twaqqfet il- Kummissjoni huma dawn li:", "Tara li jitwettaq il-programm tal-Gvern fil-qasam li jolqot jew jinteressa lill-persuni b'diżabilita'.", "Tassigura l-ko-ordinament tal-ħidma tad-dipartimenti konċernati fit-twettiq ta' kull miżura maħsuba fil-programm tal-Gvern jew miżuri oħrajn li l- Kummissjoni tipproponi minn żmien għal żmien.", "Iżżomm kuntatt dirett u kontinwu mal-għaqdiet volontarji, l-aktar permezz tal-Federazzjoni tal-Għaqdiet għall-Ħandikappati, kif ukoll ma' gruppi jew persuni oħra skond il-ħtieġa.", "Tiddentifika l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilita' u tal-għaqdiet volontarji konċernati u tieħu dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa fiċ- ċirkostanzi sabiex dawk il-ħtiġijiet jiġu sodisfatti kemm jista' jkun.", "Tassigura li jkunu pprovduti dawk is-servizzi ċentralizzati li jistgħu jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' dawn il-funzjonijiet.", "Il-kompitu tal-Kummissjoni hu li tinkoraġġixxi b'kull mod possibbli kull attivita' li tgħin lill-persuna b'diżabilita' jkollhom opportunitajiet indaqs fis-Soċjeta'.", "Naturalment dan jinkludi ukoll attivitajiet sportivi u kulturali.", "F'dan il-qasam il-Kummissjoni ħadet żewġ inizjattivi:", "Meta saru l-Olimpjadi fi Spanja f'Settembru, 1992 l-Ispanjoli organizzaw għall-ewwel darba paraolimpjadi għall-persuni b'diżabilita' f'Madrid.", "L- ispejjeż kollha ta' din il-parteċipazzjoni barra l-biljetti ta' l-ajru kienu mħallas kollha mill-organiżaturi.", "Peress li f'dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda organizzazzjoni li tieħu ħsieb dan il-qasam, il-Kummissjoni ħadet l-iniżjattiva li twaqqaf kumitat biex jieħu ħsieb il-parteċipazzjoni Maltija għal din l-attivita'.", "Il-lum dan il-Kumitat sar wieħed permanenti u volontarju jismu ISWA (In Search of Wants and Abilities).", "F'Diċembru 1989, l-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, li hu ukoll il- President tal-Kummissjoni laqqa' l-parteċipanti li f'dik is-sena ħadu sehem b'suċċess fil-Logħob Internazzjonali fi Stoke Mandeville, l-Ingilterra.", "Peress li f'dik is-sena l-parteċipanti Maltin kienu għamlu suċċess notevoli, il-Kummissjoni kienet tathom ċertifikat ta' mertu.", "SPTAR ST.", "PHILIP'S - PAZJENTI", "30334.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' pazjenti li ġew operati jew ikkurati fi sptarijiet privati bħal St Philip, li kellhom jmorru għal kura speċjalizzata f'St Luke's, wara li ġew operati f'dan l-isptar privat jew xi sptar ieħor privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li kien hemm tliet pazjenti li ġew riferuti mill-Isptar St. Philip's għall-Isptar San Luqa minn nofs Novembru sa l-aħħar tas-sena 1995.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "30409.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid minn meta 'l hawn l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ daħlet il-prattika li għax persuna li jkun ilha tirreġistra għax-xogħol u tkun ta' eta avvanzata, jitneħħa isimha minn fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru għax-Xogħol, filwaqt li tibqa' tingħata l- għajnuna soċjali bħal fil-każ tal-persuna b'ID No. 512936(M)?", "Kemm kien in-numru ta' każi simili għal dan f'dawn l-aħħar sentejn 1994- 1995?", "Jidhirlu l-Ministru li persuni bħal dawn kellhom jintbagħtu quddiem Bord ta' l-Invalidita' ġaladarba m'huma tajbin għall-ebda xogħol għax b'din is- sistema qegħdin jitilfu ammont ta' flus?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ m'għandha l-ebda prattika li għax persuna li tkun ilha tirreġistra għax-xogħol, u tkun ta' eta' avvanzata, jitneħħa isimha minn fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru għax-Xogħol.", "Fil-fatt, fil-preżent hemm 50 persuna li huma 'l fuq minn 60 sena u qed jirreġistraw.", "Il-każ li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant, huwa differenti.", "Rapport ta' l-Uffiċjal Mediku tal-Korporazzjoni datat 21 ta' April, 1995 li jgħid li din il-persuna mhux tajba għax-xogħol.", "Il-korporazzjoni b'ittra tagħha ta' 8 ta' Mejju, 1995 informat lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali bil-każ biex dan l-individwu ikun jista' jibqa' jingħata l-għajnuna soċjali dovuta mingħajr il-bżonn li jirreġistra.", "Dan għaliex biex bniedem jirreġistra jrid ikun jista' u lest li jmur jaħdem.", "Fil-fatt din il-persuna ilha tieħu kemm social assistance kif ukoll medical assistance mis-16 ta' Mejju, 1995.", "Biż-żidiet mħabbra fl-aħħar budget, il-pagament taħt iż-żewġ skemi jammonta għal Lm42.29,0 fil-ġimgħa b'effett minn Jannar 1996.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "30410.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' rġiel u nista li qed jirċievu xi forma ta' benefiċċju soċjali u li għalkemm għadhom ta' eta' li jistgħu jirreġistraw għax-xogħol qatt ma resqu quddiem il-Bord Mediku għall-Invalidita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-deċiżjoni dwar jekk persuna tkunx reġistrata fuq l-ewwel parti tar-reġistru bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol, hi tal- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "Jekk persuna tkun qed tirreġistra fuq l- ewwel parti tar-reġistru, hi tista' tkun intitolata għall-Benefiċċju tal- Qagħad, u/jew għall-Għajnuna Soċjali.", "Persuni li huma taħt l-eta' tal- pensjoni li m'humiex jirreġistraw taħt l-ewwel parti tar-reġistru jistgħu jiġu ntitolati għall-għajnuna soċjali jekk ikunu qegħda minħabba mard.", "Fil- każ tal-pensjoni għall-Invalidita', trid issir talba għal din il-pensjoni mill-applikant, u l-għoti ta' din il-pensjoni ma jiddependix biss fuq l- aspett mediku, iżda wkoll fuq il-kondizzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet.", "Minn dan jidher ċar li mhux possibbli li tinżamm statistika bil-mod li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "MOGĦOŻ", "30411.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 23738 tas-6 ta' Jannar, 1995, fejn kien intqal li \"sfortunatament mogħoż Maltin puri fadal ftit wisq u sforzi qegħdin isiru sabiex din il-problema tiġi megħluba\", jista' l-Ministru jgħid xi progress sar f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment xtara numru ta' mogħoż ta' xeħta Maltija u dawn ġew mħallta ma' dawk li kellna l-Għammieri sabiex issa qiegħed ikollna gidien viċin ħafna dawk puri.", "Sal-lum ma sarx xiri ta' dawn il-mogħoż minn barra minn Malta għaliex il-prezzijiet mitluba kienu għoljin.", "Id-dipartiment beħsiebu jagħmel sforz ieħor sabiex jinġiebu minn dawn il-mogħoż minn barra ħalli jissaħħaħ id-demm tagħhom lokalment u din il-mogħża terġa tiġi stabilita f'pajjiżna.", "IKEL, AGRIKOLTURA U SAJD - PRODUTTURI", "30412.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 25737, jista' l-Ministru jispjega kif il-produttur jieħu s- sussidju li suppost jieħu meta l-Gvern jixtri l-intervention beef direttament mingħand il-middlemen?", "Jista' l-Ministru jispjega wkoll kif il-produtturi tħallew jiġu misruqa għal snin sħaħ qabel ma' l-Onor.", "Interpellant ġibed l-attenzjoni għal dan, b'mod speċjali waqt id-dibattitu ta' l-Estimi tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura għas-sena li għaddiet li żgur kien ir-raġuni li wassal għal ftehim li l-produttur ikollu garanzija għall-prezz minimu?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-mira tal-beef guidance and guarantee scheme hija li tiggarantixxi prezz minimu lill-produttur.", "Din l-iskema hija attwata fuq żewġ binari:", "Il-Ko-operattiva tal-ħalib torganizza qatla kull ġimgħa għal dawk l- annimali żejda fuq id-domanda u għal dawk l-annimali li ma jiġbrux il- minimu ggarantit.", "Il-flus ta' dan l-intervent imur dirett għand il- produttur;", "Il-management tal-biċċerija jixtri bi prezz fiss dawk il-partijiet ta' karkassi li ma jkunux sabu suq.", "Il-flus ta' dan l-intervent imur għand il- biċċier li jkun qiegħed jgħaddihom lill-produttur biex dan żgur jieħu l- prezz minimu.", "Jien informat ukoll li l-prezz minimu ilu miftiehem għal numru ta' snin.", "Minbarra hekk ir-rappreżentanti tar-raħħala huma n-nies li waħedhom jistgħu jixhdu li l-ftehim tal-prezz kien intlaħaq qabel il-perjodu msemmi mill- Onor. Interpellant.", "Ninsab ukoll informat li fil-preżent ir-raħħala qegħdin jieħdu prezz li hu għola minn dak garantit.", "MOSTA - MAIN TA' L-ILMA", "30413.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 23767 tad-9 ta' Jannar, 1995, jista' l-Ministru jgħid għaliex issa wara li għaddiet sena minn meta għoġbu jgħaddi l-ilment tiegħi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kollox għadu l-istess?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s-sena l-oħra il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet diġa' ħejjiet pjan ta' bdil u estensjoni tal-main permanenti ta' l-ilma għall-inħawi imsemmija.", "Dan il-pjan kellu jiġi pospost minħabba diffikultajiet li nqalgħu fl- ingaġġ ta' kuntratturi privati għal xogħlijiet ta' tħaffir ta' trinek.", "MOSTA - DAWL", "30414.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja l-ħtieġa kbira li tiġi mdawla Triq Durumblat, il-Mosta x-xogħol meħtieġ baqa' ma sarx?", "Jidhirlu l-Ministru li l-Korporazzjoni Enemalta għandha d-dover li ddawwal din it-triq tant frekwentata minn mijiet ta' nisa u rġiel li joħorġu jimxu kuljum, speċjalment meta kienet l-istess Korporazzjoni Enemalta li matul dawn l-aħħar snin għamlet tant ħsara f'din l-istess triq bil-kanali esaġerati li tħaffru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant biex tiġi mdawwla Triq Durumblat, il-Mosta għadha qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ŻURRIEQ - TRIQ ĦAL MILLIERI", "30424.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 27872 u 28732, dwar il-kanal ta' l-ilma fi Triq Ħal Millieri f'Tal-Bebbux Housing Estate, iż-Żurrieq, jaf il-Ministru li nhar il-Ħamis, 4 ta' Jannar, 1996 reġa' beda x-xogħol u l-ħaddiema waqfu ħesrem?", "Għaliex sar dan?", "Jaf li dan ix-xogħol ilu ġej is-snin?", "Ma jidhirlux il- Ministru li r-residenti batew biżżejjed bl-ilma tax-xita li jidħlilhom ġo darhom għax l-ilma m'għandux fejn jimxi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant jaf bid-diffikulta' biex isir dan ix-xogħol f'dan il-post partikolari minħabba x-xita, iżda jien informat li bħalissa x-xogħol jinsab miexi.", "ŻURRIEQ - ILMA TAX-XITA", "30425.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Nirriferi l-Ministru dwar id-diversi mistoqsijiet li għamilt fuq Triq Valletta, iż-Żurrieq, fejn meta tagħmel ix- xita it-triq titla' u qed ikun hemm periklu kbir għas-sewwieqa minħabba l- kaptelli tat-toqob tad-drenaġġ u minħabba li t-triq tisfronda kull darba.", "Jista' l-Ministru jgħid meta se tinstab soluzzjoni permanenti għal din il- problema li ilha tkarkar is-snin?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 28251 fit-23 ta' Ottubru, 1995, Seduta Nru. 462.", "MARSAXLOKK - TOROQ", "30426.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jaf il-Ministru li t-toroq kollha ta' Marsaxlokk huma fi stat diżastruż?", "Jaf li hemm ħofor u toqob f'kull triq?", "Hemm xi problemi bejn il-kunsill u d-Dipartiment tat-Toroq biex ix-xogħol li l-kunsill hu suppost responsabbli għalih isir?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-manutenzjoni tat-toroq fil-lokal ta' Marsaxlokk hija responsabbilta' tal-kunsill lokali bħal kull lokal ieħor.", "Jiena nformat li ma jidhirx li hemm xi problemi bejn il-kunsill lokali u d- Dipartiment tat-Toroq.", "Mhuwiex id-Dipartiment tat-Toroq li jagħmel manutenzjoni ta' toroq għall-kunsilli lokali.", "Huwa l-Ministeru għall- Ambjent li hu nkarigat b'dan.", "WIRELESS TELEGRAPHY - LIĊENZJI", "30427.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jispjega kif il-liċenzja tal-VHF għad-dilettanti tal-baħar saret Lm20 minn din is-sena?", "Jista' jikkonferma li din għoliet wara l-budget?", "Jekk le, meta għoliet u għaliex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li ma kien hemm l-ebda żieda fil- liċenzji tal-Wireless Telegraphy mill-aħħar budget 'il hawn.", "L-aħħar darba li ġew riveduti l-liċenzji kien fit-28 ta' Frar, 1995 permezz ta' l-Avviż Legali Numru 26 ta' l-1995 u dan bil-għan li kemm jista' jkun id- Dipartiment tal-Wireless Telegraphy jibbilanċja l-ispiża għas-servizzi mogħtija.", "ŻURRIEQ - TRIQ ĦAL MILLIERI", "30428.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li hemm arbli tad-dawl fi Triq Ħal-Millieri f'Tal-Bebbux Housing Estate, iż-Żurrieq li waqgħu u qed joħolqu periklu?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu dak ix-xogħol li sar dan l-aħħar biex jitwaħħlu aktar arbli u jingħata d-dawl individwu li għandu r-razzett faċċata ta' din it-triq?", "Min ħallas għal dan ix-xogħol?", "Kemm qam dan ix-xogħol biex dan l-individwu jingħata d-dawl?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li żewġ arbli fi Triq Ħal Millieri f'Tal-Bebbux Housing Estate iż-Żurrieq waqgħu peress li individwu li għadu mhux magħruf ħaffer trinka mal-pedamenti ta' l-arbli in kwestjoni u per konsegwenza dawn l-arbli waqgħu.", "L-arbli kienu qed iġorru linja ta' l- elettriku li tissupplixxi razzett.", "Biex isiru t-tiswijiet kien neċessarju li jiżdied arblu ieħor minħabba t-trinka li saret.", "Ix-xogħol ta' tiswija ammonta għal xi Lm700 u l-Korporazzjoni Enemalta għamlet rapport mal- Pulizija biex jiġi ddentifikat min ikkaġuna l-ħsara biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż.", "INCOME TAX - WITHOLDING TAX", "30433.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid fid-dawl ta' l-aġġustamenti fl-income tax, il-witholding tax ta' 15% tad-depożiti tal-banek se tiġi riveduta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lil Onor. Interpellant li kull min qiegħed fi bracket ta' income li ma jħallasx taxxa, għandu jikteb lil min iħallsu l- interessi, biex ma jnaqqaslux aktar Witholding Tax.", "SPTAR KAREN GRECH - ĠINEKOLOĠIJA", "30491.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li nofs is-swali tal-Ġinekoloġija fl-Isptar Karen Grech ġew magħluqa minħabba il-kriżi kkaġunata minn nuqqas ta' infermiera?", "Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għal din id-deċiżjoni u kif din se tolqot is-servizz normalment mogħti minn dawn is-swali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-Onor.", "Membru wera biċ-ċar li m'għandu ebda interess ġenwin ikun informat bil-fatti, u minflok stenna tweġiba għal din il-mistoqsija ħareġ stqarrija distruttiva u partiġjana fit-12 tax- xahar, inħoss li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba pubblika li tajt għal dik l-istqarrija.", "CAPT.", "O. F. GOLLCHER ART & ARCHEOLOGICAL FOUNDATION", "30492.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif fuq min kienu l-persuni li attivament mill-1987 sal-lum irrapreżentaw lill-Gvern Malti fl-andament tat- tmexxija tal-Captain O.F.Gollcher Art & Archeological Foundation?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Capt.", "O. F. Gollcher Art and Archeological Foundation kienet imwaqqfa bħala Trust mill-imsemmi Capt.", "Gollcher permezz ta' testment tiegħu magħmul fl-1962, atti nutar Dottor P. Pullicino.", "Fl-artiklu numru 7 ta' l-istess testment il-fundatur tat-Trust jispeċifika illi this Trust shall be independent of any Government control or interference.", "Fl-istess ħin speċifika li t-Trust ikun immexxi minn Board illi tiegħu d-Direttur tal-Mużewijiet ikun iċ- Chairman, assistit mill-Kuraturi tas-Sezzjonijiet ta' l-Arti w l- Arkeoloġija.", "Mal-membri l-oħra tal-Bord għandu jkun hemm ukoll id-Direttur tal-Public Works, waqt li l-kontijiet anwali tat-Trust għandhom ikunu verifikati mill-Uffiċċju ta' l-Awditur tal-Gvern.", "Il-membri li servew fuq il-Bord ta' din il-Fondazzjoni matul is-snin bejn l-1986 u l-1996 huma dawn li ġejjin:", "Fr. Marius Zerafa (Direttur tal-Mużewijiet sal-1990) Dr. Tancred Gouder (Kuratur tas-Sezzjoni ta' l-Arkeoloġija w sussegwentement Direttur tal-Mużewijiet) Is-Sur Dominic Cutajar (Kuratur tas-Sezzjoni ta' l-Arti) Is-Sur Anthony Pace (Kuratur tas-Sezzjoni ta' l-Arkeoloġija) Il-Perit Joseph Mizzi (Direttur, u wara Direttur Ġenerali tal-Public Works) Is-Sur A. V. Cauchi (Esekutur testamentari) Il-Perit Konrad Buhagiar L-Avukat Dr. Vincenzo Depasquale It-Tabib Dr. Victor Captur.", "CAPT.", "O.F. GOLLCHER ART AND ARCHEOLOGICAL FOUNDATION", "30493.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' l-Awditur tal- Gvern mill-1987 sal-lum rigward l-andament ta' dħul, ta' spejjeż u ta' l- assi tal-Fondazzjoni ta' l-Arti u Arkeoloġika tal-Captain O.F. Gollcher?", "Dawn ir-rapporti fejn jinsabu arkivjati?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn ir- rapporti fl-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien informat li r-rapporti finanzjarji kollha tal-Capt.", "O. F. Gollcher Art and Archeological Foundation, mill-1987 sa l-1994 kienu ppreżentati lill-Awditur tal-Gvern u ġew kollha vverifikati mill-istess awditur.", "Dawn ir-rapporti jinsabu arkivjati kemm fir-records tal-Fondazzjoni nfisha, kif ukoll fl-uffiċċju ta' l-Awditur tal-Gvern.", "Billi skond id-dispożizzjonijiet tal-fundatur - kif diġa' spjegat fit- tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 30492 - il-Fondazzjoni hija indipendenti mill-kontroll tal-Gvern, jidhirli li nkun qed nikser dawn id-dispożizzjonijiet jekk inpoġġi r-rapporti li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Madankollu, jien informat miċ-Chairman tal-Fondazzjoni, li ma jkun hemm ebda diffikulta li l-Onor.", "Interpellant jinagħta aċċess għall-dawn ir- rapporti.", "CAPT.", "O.F. GOLLCHER ART AND ARCHEOLOGICAL FOUNDATION", "30494.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-oġġetti li d-Dipartiment tal-Mużewijiet xtara mill-1987 sal-lum bi flus u fondi rikavati mill- Captain O.F. Gollcher Art and Archeological Foundation, fejn jinsabu merfugħa u jekk dawn ġewx kollha reġistrati fl-elenku definittiv ta' l- Arkivju tad-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "Studjużi li huma interessati jistgħu jaraw dawn l-akkwisti?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nippreżumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-oġġetti li l-Capt.", "O. F. Gollcher Art and Archeological Foundation xtrat, u ppreżentat lid-Dipartiment tal-Mużewijiet mill-1986 sal- lum.", "Dawn l-oġġetti, elenkati hawn taħt, huma merfugħa fid-Dipartiment tal- Mużewijiet, u kollha huma reġistrati fl-inventarju tad-dipartiment.", "Inżid ukoll li dawn l-akwisti huma aċċessibbli għall-istudjużi.", "05.12.1986 Pittura (Veduta interna; nisa jaħdmu l-malja) impinġija min Adriano Cecioni - Nru. ta' l-inventarju 4423", "31.05.1988 Akwarell (Veduta tax-xatt tal-Birgu) impinġi min John Martin Borg - Nru. ta' l-inventarju 4597", "08.02.1989 Gesso (Ritratt ta' Giuseppe Briffa) maħdum min G. Spiteri Sacco - Nru. ta' l-inventarju 5313", "03.05.1989 Skultura Ċeramika (Maho) maħduma min Gabriel Caruana - Nru. ta' l-inventarju 4599 17.08.1989 Pittura (Ritratt ta' ġentlom) impinġija min Chev. H. Zarb - Nru. ta' l-inventarju 4587", "04.10.1989 Skultura Ċeramika (bla titlu) maħduma min Tony Briffa - Nru. ta' l-inventarju 4615", "30.10.1991 Pittura (l'intern tal-Ko-Katridral ta' San Gwann) impinġija min Gianni Vella - Nru. ta' l-inventarju 4323", "21.06.1992 Akwarell (Natura morta; ħut) impinġija min Emm.", "Farrugia - Nru. ta' l-inventarju 6373", "21.06.1992 Inċiżjoni (Pjazza u knisja tal-Kalkara) magħmula min Emm.", "Farrugia - Nru. ta' l-inventarju 6375", "08.10.1993 Pittura (Ritratt ta' kampanjola Maltija) Anonimu. seklu 17 - Nru. ta' l-inventarju 8243", "06.07.1994 Pittura (Hombre) impinġija min Salvu Mallia Nru. ta' l- inventarju 8537", "15.01.1995 6 Akwarelli (Veduti; portijiet ta' Malta) impinġija min Giacomo de Moro. seklu 18, - Nru. ta' l-inventarju 9993, 9995,9997,9999, 11501,11503.", "CAPT.", "O.F. GOLLCHER ART AND ARCHEOLOGICAL FOUNDATION", "30495.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti ħjiel ta' liema hija l-proprjeta' mmobbli li r-Repubblika ta' Malta tgawdi minnha bħalissa permezz tal- Captain O.F. Gollcher Art and Archeological Foundation?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nippreżumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-proprjeta' mmobiljari tal-Capt.", "O.F. Gollcher Art and Archeological Foundation, imħollija lil dan it-Trust mill-fundatur.", "Għall-istess raġunijiet spjegati fit-tweġibiet tiegħi għall-mistoqsijiet parlamentari numru 30492 u 30493, ma jidhirlix li huwa xieraq li ngħati nformazzjoni dwar il-proprjeta' mmobiljari ta' din il-Fondazzjoni.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, li ġejt assigurat miċ-Chairman ta' l- istess Fondazzjoni li ma jkun hemm ebda oġġezzjoni li tingħatalu l- informazzjoni li qed jitlob.", "CAPTAIN O.F. GOLLCHER ART AND ARCHEOLOGICAL FOUNDATION", "30496.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid hux korrett li l-fond magħruf bħala Villa Burnswick jagħmel parti mill-assi tal-Fondazzjoni ta' l-Arti u Arkeoloġika tal-Captain O.F. Gollcher?", "Jekk fl-affermattiv, huwa korrett li din il-Villa Brunswick qiegħed jużufruwixxi l-użu tagħha persuna li mhix Maltija u li ma għandha ebda titolu tagħmel dan permezz tal-Fondazzjoni?", "Fil-każ li ġara dan, minn meta sar dan?", "Min hi l-persuna li qed tokkupa din il-villa u taħt liema kondizzjonijiet din il-persuna gawdiet jew għadha tgawdi dan l-użufrutt?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Informat li l-fond magħruf bl-isem ta' Villa Burnswich f'Sir Harry Luke Street, l-Imġarr, hija parti mill-assi tal-Capt.", "O. F. Gollcher Art and Archeological Foundation.", "Informat ukoll li billi l-imsemmija villa hija proprjeta' tal-Fondazzjoni Gollcher, din l-istess Fondazzjoni għandha kull dritt li tikriha lil terzi persuni.", "Din il-kirja saret f'Settembru ta' l-1990 għal somma annwali konsiderevoli, u bil-patt li jsiru ċerti ammeljoramenti għas-spejjeż ta' l- inkwilin, bħal l-istallazzjoni għall-ilma u dwal elettriku, il-bini ta' garage, u spejjeż oħrajn.", "Din il-kirja kienet saret wara rakkomandazzjoni qawwija mill-uffiċċju ta' l-Awditur tal-Gvern fl-10 ta' Ġunju, 1987 bl- iskop li jiżdied id-dħul finanzjarju tal-Fondazzjoni.", "Il-villa hija mikrija lill-Dame Franciose Tempra għall-perjodu ta' għaxar snin.", "Din hija kirja normali, u nformat li bl-ebda mod ma japplika l- kunċett legali ta' użufrutt.", "GĦAWDEX - KAROZZI MIKRIJA", "30513.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 29949 Seduta Nru. 493, tat-12 ta' Diċembru, 1995.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozzi numru X-4597 u X-4729 ingħatawx lura lil tal-garage minn fejn inkrew qabel it-12 ta' Diċembru, 1995?", "Min qiegħed jagħmel użu miż-żewġ karozzi li nxtraw?", "Kemm inxtrat kull karozza?", "Mingħand min inxtraw dawn il-karozzi u min għażel id-dealer u d-ditta tal- karozzi?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nixtieq ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-karozzi numri X-4597 u X-4729 kienu rritornati lill-garages rispettivi fit-28 ta' Novembru, 1995 u fl-4 ta' Jannar 1996.", "Il-Ministeru xtara żewġ karozzi speċifikament għall-użu tad-Direttur tal- Proġetti u Żvilupp u tad-Direttur tal-Corporate Services bil-prezz ta' Lm4491-il waħda.", "Filwaqt li waħda minnhom qegħda tintuża mid-Direttur tal- Corporate Services l-oħra mhix qegħda tintuża preżentament peress li d- Direttur tal-Proġetti u Żvilupp qiegħed bis-sick leave.", "Saret talba għal kwotazzjonijiet mingħand sitt aġenti tal-karozzi f'Għawdex li erba' minnhom għamlu 13-il offerta.", "Il-Bord aġġudikatorju eżamina l-kwotazzjonijiet kollha u rrakkomanda l-għażla ta' l-orħos waħda, dik għal KIA Mentor SLX model magħmula minn Galea General Services Ltd.", "Ntalbet u nkisbet l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din l- għażla u x-xiri taż-żewġ karozzi.", "SIGURTA' SOĊJALI - MRS.", "CALLEJA", "30514.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid kif sar it-transfer tas-Sinjura Calleja, l-mara tad- Direttur għall-Corporate Services, is-Sur Mario Calleja li mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ġiet trasferita għal mal-beach cleaners?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet oħra bil-miktub jew bil- fomm biex f'dan il-post imur xi ħadd ieħor?", "Jista' jgħid liema direttur jew liema uffiċjal fil-Ministeru tiegħu approva dan it-transfer?", "Għaliex sar dan it-transfer?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nformat li t-trasferiment tas-Sinjura Calleja sar għax l-Uffiċċju tal-Beach Cleaning kien jenħtieġ uffiċjal eżekuttiv sabiex tieħu r-responsabbilita' tax-xogħol amministrattiv ta' dan l- Uffiċċju inkluż l-accounts u personnel billi l-uniku uffiċjal fil-gradi tas- Servizz Ġenerali assenjat lil dan l-uffiċċju kien clerical assistant.", "Jiena nformat li kien hemm talbiet minn tliet uffiċjali biex imorru jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Beach Cleaning.", "Fil-fatt persuna minn dawn kienet għamlet żewġ talbiet biex tkun trasferita għal dan l-uffiċċju u f'dipartiment ieħor rispettivament u din marret taħdem f'dan ta' l-aħħar li kien ukoll jenħtieġ uffiċjal fil-grad taghħa.", "Mill-banda l-oħra persuna oħra li kienet għamlet talba simili sussegwentement bidlet il-ħsieb taghħa li tkun trasferita għal dan il-post u għalhekk baqgħet taħdem fejn kienet.", "It-trasferiment tas-Sinjura Calleja kien approvat mill-Management and Personnel Office.", "DAZJI - REFUNDS", "30519.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallsu refunds ta' dazji (xahar b'xahar) lill- importaturi tul l-1995?", "Kemm għad hemm refunds pendenti?", "Meta u f'liema xhur tas-sena l-ġdida mistennija jitħallsu?", "Se jsir xi offsetting kontra pagamenti tal-VAT dovuti lill-Gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lil Onor. Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet li ħadu l-ħlas lura ta' dazju ta' importazzjoni fuq ħażniet kummerċjali matul is-sena 1995( xahar b'xahar) huwa kif ġej:", "|Awissu |238 | |Settembru |209 | |Ottubru |338 | |Novembru |207 | |Diċembru |242 | |Total |1234 |", "Minn dawn kien hemm 309 importaturi.", "Refunds x'jitħallsu għad baqa' 1570 (f'Jannar se jitħallsu 296)", "Skond Avviż Legali 190/94 subartiklu (10) il-pagamenti jsiru meta l- applikazzjoni tkun mimlija kif suppost.", "Għal dawk l-applikazzjonijiet li huma pendenti, l-pagament isir meta l-informazzjoni tkun kompluta.", "B'hekk il-ħlas lura ta' dazju ta' importazzjoni fuq ħażniet kummerċjali ma jiddependix mid-dipartiment biss iżda mill-applikant ukoll billi jagħti l- informazzjoni meħtieġa.", "Ma jista' jsir l-ebda offsetting kontra pagamenti tal-VAT dovuti lill- Gvern.", "Il-ħlas lura ta' Dazji ta' l-Importazzjoni fuq ħazniet kummerċjali huwa rregolat permezz ta' l-Avviż Legali 190/94 u l-Avviż Legali 41/95.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ BORMLA", "30532.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinvestiga għaliex żewġ talbiet identiċi għal bdil minn gallariji ta' l-injam għal dawk ta' l-aluminium f'każ wieħed (PA 6125/94/DCRE ma ngħatax permess u fil-każ l-ieħor (PA 4032/93/DC 09 ġie mogħti?", "Ta' min isemmi li ż-żewġ talbiet saru fl-istess triq, jiġifieri f'Cospicua Road, Raħal Ġdid b'distanza ta' 200 metru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ż-żewġ każijiet imsemmija huma differenti minn xulxin.", "Dwar l-applikazzjoni Nru. PA 4032/93 li ġiet aċċettata, il-post in kwestjoni qiegħed fiż-żona kummerċjali ta' Triq Bormla, Raħal Ġdid, filwaqt li dwar l-applikazzjoni Nru. PA 6125/94 li ġiet rifjutata, il-post jinsab f'żona oħra fl-istess triq, li jekk isir xi tibdil jaffettwa l-estetika tal- bini madwaru.", "PENSJONI TA' L-IRTIRAR", "30533.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk impjegata wara li tkun ħadmet sa l-1980 u wara tagħmel ukoll xi żmien taħdem sakemm tasal għall-eta' ta' 60 sena hijiex intitolata għal xi forma ta' pensjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li persuna tkun intitolata għall- pensjoni meta tilħaq l-eta' ta' 60 sena jekk ta' l-anqas ikollha medja ta' 20 kontribuzzjoni mħallsa jew akkreditati, minn sena għal sena, mill-1956 jew mill-1965 'l hawn, skond kif ikun applikabbli fil-każ tagħha.", "Fil-każ li qed isemmi l-Onor Interpellant mhux qed jiġi ndikat kemm-il sena din il- persuna ħadmet.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "30534.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 30275 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent, ċioe' jista' l- Ministru jgħid x'żieda kien hemm ta' nies ma' l-Enemalta matul din l-aħħar sena?", "F'liema kategoriji ddaħħlu dawn in-nies u fejn kienu jaħdmu qabel?", "Jekk kienu jirreġistraw x'perijodu ta' żmien kienu ilhom jagħmlu dan?", "Tista' tingħata risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija kif suġġerit mill-istess Ministru?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Korporazzjoni Enemalta, matul l- 1995, impjegat 88 persuna, mqassma hekk:", "Tmien impjegati kienu jaħdmu ma' azjendi privati; għaxar impjegati kienu jaħdmu ma' korpi parastatali; tliet impjegati kienu jaħdmu ma' dipartimenti governattivi; 45 impjegati kienu jirreġistraw għax-xogħol; żewġ impjegati li la kienu jaħdmu u lanqas jirreġistraw għax-xogħol; 20 impjegati li ġew reġistrati bħala apprendisti (ESTS) mill-ETC.", "Dawn l-apprendisti kienu ġejjin minn skejjel tas-snajja'.", "* Nota: impjegat wieħed huwa apprendist - TAS li fl-ewwel sena kien impjegat mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Il-perjodu li kienu ilhom jirreġistraw dawk il-45 impjegat li kienu jirreġistraw għax-xogħol kien hekk:", "|NUMRU |XHUR | |1 |16-il xahar| |1 |12-il xahar| |1 |7 xhur | |2 |3 xhur | |40 |xahrejn | | | | |TOTAL: |45 |", "POWER STATION - DELIMARA", "30535.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 30272 ċioe' imbilli ġie rrapportat li l-Enemalta qed tipproċessa l-offerti għal fażi 2B tal- Power Station ta' Delimara, jista' l-Ministru jagħti l-lista tat-tenderers kollha kif ukoll l-ammont ta' kull tender flimkien ma' dik ta' l-aġenti lokali jew barranin?", "Jista' l-Ministru jagħtini l-informazzjoni li diġa' ġiet ippubblikata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kopja tax-schedule mitluba li kollha diġa' ġiet ippublikata tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PA 3739/93", "30536.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni li saret lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar PA 3739/93?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar tinvestiga.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PA 3523/89", "30537.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l- applikazzjoni PA 3523/89 mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ipproċessar ta' l- applikazzjoni PA 3523/89 wasal fi stadju avvanzat.", "Bħalissa qed jinħadmu l- kontijiet tal-kontribuzzjoni u l-permit charges, li jintbagħtu lill- applikant.", "Wara li dawn jiġu mħallsa, il-permess ikun jista' jinħareġ.", "PENSJONIJIET - SINJURA AQUILINA", "30538.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jivverifika jekk il-pensjoni li qegħda tingħata lis-Sinjura Aquilina (ID No. 248131(M) ta' l-ivalidita' hijiex korretta peress li tidher li fiha xi nuqqas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-persuna li għaliha qed jirriferi, ġiet nformata mid-dipartiment diversi drabi li qed tirċievi rata ta' pensjoni korretta, jiġifieri fil-każ tagħha pensjoni mnaqqsa għaliex għandha medja ta' kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati li hi anqas minn 50."]} {"filename": "20011010_616d_par.doc", "date": "2001-10-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 616 L-Erbgħa, 10 ta' Ottubru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 616", "L-Erbgħa, 10 ta' Ottubru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "616", "L-Erbgħa, 10 ta' Ottubru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 578", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 578", "TQEGĦID TA' KARTI 582", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (It-Tieni Qari)", "CULTURAL HERITAGE BILL(Second Reading) 583", "AĠĠORNAMENT 601", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 606", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 615 li saret fl-10 ta' Ottubru, 2001 ġew konfermati", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EU – IMPORTAZZJONI TA' SEED POTATOES", "28369.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-gvern talab supply measures fuq l-importazzjoni ta' seed potatoes wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kemm hija l-kwantita` ta' importazzjoni li fuqha l-gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?", "X'konsultazzjoni saret ma' l- industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Supply measures għall-importazzjoni ta' seed potatoes qed issir bħala miżura speċifika bħala għajnuna partikolari għall-biedja Maltija.", "Dan qed isir fl-ambitu tad-domanda lokali kollha, għall-produzzjoni tal-patata għall-konsum lokali u għall-esportazzjoni.", "Il-kwantità li se tiġi nnegozjata tkun tirrispetta l-ħteġijiet lokali.", "Iva, saru konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet, b'mod formali u informali.", "EU – IMPORTAZZJONI TA' QMUĦ", "28370.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-gvern talab supply measures fuq l-importazzjoni tal-qmuħ wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea?", "Kemm hija l-kwantità ta' importazzjoni li fuqha l-gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?", "X'konsultazzjoni saret ma' l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-qmuħ huma importati bi prezzijiet internazzjonali.", "Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunità sakemm il-prezz tal-qmuħ fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess.", "Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil- prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar.", "Il-kwantità tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku.", "Iva, saru diversi konsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-gvern qiegħed jitlob supply measures fuq il- materja prima jew anke fuq prodotti oħra importati li huma magħmula mill- qamħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Aħna nimportaw madwar 150,000 tunnellata ta' qmuħ, li bejn wieħed u ieħor huma mqassmin f'50,000 tunnellata xgħir, f'50,000 tunnellata qamħirrun u f'50,000 tunnellata qamħ li minnu jsir id-dqiq.", "Meta fin-negozjati niġu biex niddiskutu s-supply meaures li permezz tagħhom il-pajjiż ikun qed jingħata l-fakulta' li jimporta ċertu ammont ta' ġwież bi prezz internazzjonali, irid jagħti d-data korretta dwar il-prodotti li l- pajjiż jimporta over a number of years.", "U dawn huma l-ammonti li rridu niftehmu dwarhom, li fil-preżent nimportaw minn barra l-Ewropa bi prezz irħas.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, napprezza dak li qed jgħid il-Ministru però l-mistoqsija tiegħi kienet f'sens ieħor.", "Bil-kelma \"qamħ\" aħna nifhmu dak il-materjal li minnu nagħmlu d-dqiq - il-gallettina li tkun mal-ġelat, per eżempju, ukoll hija magħmula mid-dqiq, u anke l-għaġin – u allura dawn is-supply measures se japplikaw biss għal materja prima jew anke għal dawk il-prodotti li jkollhom kompożizzjoni ta' dqiq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, mill-informazzjoni li għandi quddiemi jidher li hawnhekk ittieħed l-ammont totali ta' xgħir, qamħirrun u qamħ li nimportaw.", "Pero' nivverifika biex inkun 100% ċert.", "EU – IMPORTAZZJONI TA' PROCESSED VEGETABLES", "28371.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-gvern talab supply measures fuq l-importazzjoni ta' processed vegetables wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?", "Kemm hija l-kwantità ta' importazzjoni li fuqha l- gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?", "X'konsultazzjoni saret ma' l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-processed vegetables huma importati bi prezzijiet internazzjonali.", "Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunità sakemm il-prezz tal- processed vegetables fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess.", "Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, kemm f'dak għall- konsum u f'dak għall-ipproċessar.", "Il-kwantità tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku.", "Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu jsiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi issa l-Ministru qed jgħid li f'ċerti każi l- gvern talab supply measures fuq il-materja prima u f'ċerti każi fuq prodotti proċessati, jista' jgħid jekk il-gvern għamilx price comparison matul dawn l-aħħar tliet snin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, meta qed insemmu processed vegetables qegħdin nitkellmu fuq materja prima li tkun ipproċessata.", "Ladarba llum qed jintalbu dawn is-supply measures bilfors li jeżisti price difference bejn il-prezz internazzjonali u l-prezz ta' l-Ewropa għax kieku ma kienx ikun hemm għalfejn nitolbu xejn.", "Bħala pajjiż m'aħniex self-sufficient f'dak li huwa prodott agrikolu, allura jkollna nimportaw ammont sostanzjali ta' processed vegetables biex inlaħħqu mad-domanda li jkollna fil-pajjiż.", "U ladarba ntalbu dawn is-supply measures bilfors li jeżisti price difference.", "Kieku l-prezz internazzjonali u l-prezz ta' l-Ewropa huma fl- istess livell, ma kienx ikollna l-ħtieġa li nipproċedu b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru qed jindika li s-supply measures intalbu minħabba li din il-materja prima u prodotti oħra jkollhom jogħlew bl-isħubija ta' Malta fl-Unjoni minħabba li nitilfu ċerti drittijiet li ngawdu minnhom fil-preżent, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-processed products price comparison li sar biex inkunu nafu liema huma dawk il-prodotti, bħal fil-każ tal-processed vegetables, li Malta se jkollha żvantaġġ fuqhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra jafu li ġie ppubblikat rapport li sar mill-konsulenti magħrufa ta' Bari fejn hemm indikati l-price differences.", "Però rrid nirrispondi għall-kumment ta' l- Onor. Farrugia meta qal li Malta se titlef xi drittijiet meta tidħol fl- Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk wieħed irid jara l-bilanċ li toffri s-sħubija.", "Ma jistax iqis dak li hemm f'keffa waħda biss imma jrid iqis dak li hemm fit-tnejn.", "Kulħadd jaf u kellna anke stqarrijiet fejn intqal li l-protezzjoni għall- biedja trid tispiċċa gradwalment u mhux għal Malta biss.", "Dan ma jfissirx li mill-1 ta' Jannar, 2002 se nneħħu l-levies kollha.", "Min jgħid hekk ikun qed iqarraq bil-poplu.", "Din it-tneħħija tal-levies se tibda ssir b'mod gradwali biex nagħtu nifs lill-industriji tal-biedja u lir-raħħala jkunu jistgħu jagħmlu r-restructuring neċessarju sabiex isiru aktar effiċjenti u kompetittivi u dan il-proċess jista' jieħu s-snin.", "Fl-istess ħin irrid nagħmilha ċara li dawn is-setturi se jkunu mwieżna finanzjarjament ħalli jkun assigurat li d-dħul tal-bdiewa u r-raħħala ma jiġix affettwat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li filwaqt li se nintroduċu miżuri biex nikkontrollaw il-produzzjoni lokali permezz ta' producers organisations, fl-istess ħin m'aħniex se nikkontrollaw l-importazzjoni?", "Apparti mis-sussidju fuq il-levies, jista' jispjegali x'inhuwa s-sussidju fuq is-sistemi li se jidħlu biex isir dan ir-restructuring, ħalli dawn in- nies ma jitilfux il-ħobża ta' kuljum u Malta ma tkomplix titlef il- produzzjoni ta' ikel frisk għas-suq lokali, inkluż l-istess impjiegi li tiġġenera l-agri-industrija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, irrid nagħmilha ċara li bil-pjan li qed jaħdem fuqu l-gvern mhux se tintilef il-ħobża ta' kuljum la tal-bdiewa, la tar-raħħala u lanqas tas-sajjieda.", "Nieħu gost li l-Onor.", "Farrugia semma' li se jiddaħħlu l-producers organisations għax ifisser li din il-mentalità qed tiġi aċċettata anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Infatti se tittressaq liġi f'dan il-parlament li permezz tagħha se jitwaqqfu diversi producers organisations.", "Bi pjaċir ngħid li diġà kellna esperiment li rnexxa, Sur President.", "Għalkemm għad m'hemmx il-liġi, bdejna sistema b'mod konkret li se twassal għat-twaqqif ta' producers organisation fil-qasam tat-tkabbir tat-tadam għall-ipproċessar.", "Fi ħdan il-koperattiva ċentrali tal-bdiewa hemm diversi bdiewa li jkabbru t-tadam għall-ipproċessar.", "Għall-bidu ta' din is-sena jien ġejt avviċinat minn din il-koperattiva fejn qaluli li jifhmu l-iskop tal-gvern li jitwaqqfu l-producers organisations, u bdejna nagħmlu l- pedament għalihom.", "Il-koperattiva ċentrali tal-bdiewa nformat lill-gvern li l-bdiewa li jkabbru t-tadam għall-ipproċessar kienu fi proċess li jagħmlu agreement ma' processor lokali, u għaldaqstant xtaqu li jkollhom id- depot fejn jiġbru t-tadam.", "Allura d-dipartiment għamel għad-dispożizzjoni tal-koperattiva ċentrali tal-bdiewa bini fl-area fejn hemm il-pitkalija f'Ta' Qali.", "Id-dipartiment għaddielha wkoll somma ta' flus biex seta' jiġi rranġat dan id-depot, inxtara miżien adattat u forklift li jaħdem bl-elettriku biex tiġi ssalvagwardata s-saħħa tal-ħaddiema li jaħdmu hemm ġew.", "F'dan l- istaġun li għadda, numru sabiħ ta' bdiewa ħadmu b'kooperazzjoni sħiħa biex kabbru l-kwalità ta' tadam li huwa ideali għall-ipproċessar u li huwa skond l-ispecifications li talab il-proċessur li għamlu l-kuntratt miegħu.", "Din l- inizjattiva rnexxiet għax il-bdiewa ħadmu bil-għaqal.", "Issa meta niġu għall- prezzijiet, iktar toħroġ l-importanza tal-producers organisations għax hawnhekk irridu nitgħallmu li l-ħela m'hi tajba għal ħadd.", "Ma nistgħux nibqgħu nimxu bil-mentalità li jekk din is-sena l-patata tkun ġabet prezz tajjeb - u veru ġabet prezz tajjeb għax il-patata Sante' ta' l- export ġabet Lm14 kull qantar u l-Alpha ġabet Lm11.27 kull qantar - allura s-sena d-dieħla kulħadd se jkabbar il-patata u jippretendu l-istess prezz.", "J'Alla nġibu prezzijiet aħjar - infatti għad irridu nitkellmu fuq il-prezz ta' l-extension tal-kuntratt tal-patata - però ma nistgħux nibqgħu nimxu bil-mentalità li għax din is-sena l-patata ġabet prezz tajjeb allura s-sena d-dieħla kulħadd jipproduċi l-patata.", "Imbagħad jekk is-sena d-dieħla s-suq ikun fgat bil-patata u l-prezz jaqa', is-sena ta' wara ma nkabbrux patata.", "Hawnhekk jidħol is-sabiħ tal-producers organisations għax il-bdiewa bejniethom jagħmlu pjan ta' produzzjoni.", "F'dan il-pjan trid issir anke l-għażla ta' l-areas li huma addattati għat- tkabbir ta' ċerti prodotti għax nafu li mhux ir-raba' kollu huwa tajjeb għall-istess prodott.", "Hemm raba' fejn il-ħamrija tkun bajdanija għax taflija u hemm raba' fejn il-ħamrija tkun ħamranija li tkun tajba għal ċerta tip ta' patata.", "Per eżempju n-naħa tan-nofsinhar ta' Malta, fejn hemm ħamrija ħamra, huma l-areas l-aktar adattati biex titkabbar il-patata tal-qatgħa safra li tkun bikrija.", "Allura hawnhekk il-producers organisation tkun għodda tajba li permezz tagħha l-bdiewa jingħaqdu bejniethom u jagħmlu pjan għat-tip ta' produzzjoni kif ukoll għall-ammont ta' produzzjoni li hija adattata għal pajjiżna.", "Jekk pajjiżna jikkonsma 25,000 tunnellata patata fis-sena jkun inutli li nipproduċu 35,000 tunnellata għax inkella s-suq ikun fgat u l-prezz jaqa'.", "Barra minn hekk irid jasal iż-żmien - u issa ż-żmien wasal - li l-producers organisation jaħsbu għal cold storage facilities għax kulħadd jaf li hemm perijodu tas-sena fejn il-prezz tal-patata jkun 10c kull kilo u drabi oħra jitla' għal 30c jew 35c kull kilo.", "Ikun hemm din il-fluctuation kollha fil-prezz tal-patata għax m'hemmx programmar tal-provvista.", "Il-bdiewa jridu jingħaqdu iżjed bis-saħħa tal-producers organisation biex dawn ikollhom il-cold storage facilities ħalli jikkontrollaw is-suq b'tali mod li jkollna provvista adegwata bi prezzijiet raġonevoli matul is-sena kollha.", "Il-producers organisations se jkunu dik l-għodda li permezz tagħha l- bdiewa jiġu megħjuna finanzjarjament.", "Jien semmejt iż-żerriegħa tal- patata, fejn anke l-kwestjoni tas-supply measures trid taħdem b'dan il-mod.", "Jekk ma jkunx hemm il-producers organisation li tippjana u tikkontrolla l- ammont ta' raba' li jiġi miżrugħ bil-patata, huwa inutli ngħidu li se nġibu 1000 tunnellata minn barra.", "Għax jekk tara l-yield li jagħti dak l-ammont issib li se ġġib extra, apparti l-problemi tat-temp.", "Nerġa' ngħid li din l- għodda tal-producers organisation se sservi biex il-bdiewa jiġu megħjuna finanzjarjament fl-operat tagħhom, skond il-pjani li l-istess organisation tfassal għall-produzzjoni tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru qal li se jneħħi l- protezzjoni tal-levies gradwalment u allura mbagħad inkunu nistgħu nimportaw kemm irridu.", "Jien ma smajtu jgħid xejn dwar din il-parti.", "Jien ma staqsejtx lill-Ministru kif se jikkontrolla t-temp biex il-bidwi jkabbar il-patata!", "Allura permezz tal-producers organisation hu qed jippjana u jikkontrolla l-produzzjoni tal-bdiewa u r-raħħala tagħna u mbagħad mhux se jikkontrolla dak li jidħol minn barra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia semmieli punt interessanti dwar kif tikkontrolla x-xita.", "F'dan il-parlament darba kien hawn xi ħadd li qal li jekk jiżra' kullimkien bis-siġar ikollna iżjed xita.", "M'iniex se ngħid l-istess, allavolja m'huwiex konċett li tarmih!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, dan li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia jagħmel sens ukoll.", "Se jkun hawn għajnuna li se tieħu ħsieb il-price difference li jkun hemm.", "Se jiġu negozjati ċerti miżuri oħra li se jkunu nklużi fil-pakkett finanzjarju li wasal biex jiġi finalizzat.", "Għalissa ma nistax ngħid x'fih dan il- pakkett finanzjarju.", "Nista' ngħid li kien hemm taħdidiet kemm b'mod formali u kemm informali ma' diversi setturi f'dan il-qasam biex ikun hemm miżuri speċifiċi ta' għajnuna.", "Ovvjament jekk wieħed jaqra r-rapport ta' Bari jista' jieħu ħjiel fiex jistgħu jikkonsistu dawn il-miżuri però dan is- sajf it-tekniċi tad-dipartiment ħadmu fuq dawn l-aspetti u ppreparaw ċerti miżuri li jridu jiġu nklużi fil-pakkett finanzjarju.", "Jekk Alla jrid issa wasal iż-żmien li dan il-pakkett finanzjarju jkun lest, imbagħad jerġa' jiġi diskuss mas-setturi partikolari ħalli jintlaħaq ftehim u niġu f'pożizzjoni li nippreżentaw position paper dwar iċ-chapter tal-biedja ħalli lkoll kemm aħna, kemm min-naħa tal-gvern u kemm min-naħa ta' l-istakeholders, inkunu qed niġbdu ħabel wieħed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif qal il-Ministru, huwa tajjeb li l-produzzjoni tal-patata f'Malta tkun ikkontrollata għal diversi raġunijiet, imma mbagħad mhux ikun hemm ħaddieħor li jista' jimporta dak il-prodott mingħajr kontroll għax se nneħħu l-protezzjoni!", "Tista' tgħidli kif se jmur tajjeb il-bidwi Malti meta jibda jidħol l-istess prodott minn barra bla kontroll?", "Bħalma l-bidwi jista' jaħżen il-prodott permezz tal-producers organisation, jista' jaħżnu wkoll il-importatur.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' nirrepeti dak li għedt diġà.", "Fix- xhur li għaddew it-tekniċi tad-dipartiment u jien kellna diskussjonijiet formali u informali ma' l-istakeholders kollha u ġie mfassal pjan ta' strateġija, pjan tal-miżuri li jridu jittieħdu u ma' dawn il-miżuri hemm marbutin pakketti finanzjarji żgħar ukoll.", "Dawn se jiggarantixxu li kif jitneħħew il-levies, per eżempju, minn fuq l-importazzjoni tal-patata se jkun hemm mekkaniżmi oħra biex id-dħul tal-bidwi jkun iggarantit.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-għadd u l-grad ta' impjegati ma' l-MCAST minn Jannar sa Settembru 2001 bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28558.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mill-10 ta' Ottubru, 2001", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Rita Law hija in possession.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, dalgħodu kont qed ngħid li f'pajjiżna messitna x-xorti li għandna ħafna postijiet storiċi li ħallew warajhom nies li kienu jgħixu fuq din il-gżira fl-era ta' qabel Kristu u llum il-ġurnata, għalkemm għaddew ħafna snin minn fuqhom, kemm aħna kif ukoll it-turisti għadna qed ingawduhom.", "Għedt ukoll li huwa importanti ħafna li dawn l-antikitajiet li writna minn ħafna ġenerazzjonijiet u nies li riedu jiddominaw pajjiżna, bħalma huma l-Għarab, it-Taljani, l-Ingliżi u nazzjonijiet oħra, nikkultivawhom.", "Għedt dan għax illum wieħed jista' jinnota li hemm ċerta telqa f'dawn il- postijiet storiċi li ħallewlna dawn in-nies.", "Għedt ukoll li l-gvern Nazzjonalista kaxkar ħafna saqajh f'dak li għandu x'jaqsam ma' manteniment ta' dawn il-postijiet.", "Per eżempju, jekk wieħed ineħħi daqsxejn il-ħaxix ħażin li jikber mas-swar sbieħ li għandna u jagħtihom daqsxejn effetti tad- dawl, ikun qed jagħmilhom ferm iktar attrajenti.", "Imma l-gvern Nazzjonalista dejjem wera li huwa inkompetenti f'dawn l-affarijiet.", "Tant hu hekk li biex ma jerfax din ir-responsabbilita' waħdu qiegħed joħloq dawn il-kumitati, dawn l-istrutturi għax iħoss li ma jistax jimmotiva lin-nies li jaħdmu fid- dipartimenti tiegħu.", "Mr Speaker, jiena m'iniex se noqgħod nidħol fuq l-aspett ta' kif se jiffunzjonaw dawn il-kumitati li se jinħolqu u kif se jitqassmu l-finanzi għax il-kollegi tiegħi dalgħodu tkellmu tajjeb dwar dan, imma se nitkellem dwar affarijiet oħra li wkoll huma interessanti.", "Waħda mill-iktar affarijiet importanti hija li wieħed jara x'jista' jagħmel biex kemm jista' jkun l-affarijiet antiki li għandna nżommuhom fi stat tajjeb u mhux inħallu kollox mitluq, għax ikolli ngħid li sfortunatament għandna postijiet ta' valur storiku kbir li huma mitluqin għal riħhom.", "Dawn huma affarijiet li apparti milli nitpaxxew bihom aħna, jiġbdu wkoll ħafna turisti.", "Allura hemm bżonn li mmedjatament issir xi ħaġa biex lil dawn it-turisti nkomplu nħajruhom jiġu Malta.", "Jiena naħseb li bil-mod kif se jkun immexxi dan il- qasam se jkun hawn ħafna kmandanti, u kif nafu, vapur b'żewġ kaptani ma jimxix aħseb u ara b'iktar.", "Kumitat bħal dan fejn se jkunu involuti fih ħafna nies jagħti lok għal ħafna abbużi.", "Barra minn hekk, moneywise ma tantx se jkun ideali għax se jkun hawn ħafna kapijiet li għalihom iridu jinħarġu ħafna flus biex jitħallsu.", "Donnu l-gvern ma jafx li l-antikitajiet li għandna nistgħu nieħdu ħsiebhom mingħajr ma jintnefqu daqshekk flus.", "Mr Speaker, hemm bżonn li l-gvern ikun iktar konxju ta' l-antikitajiet li għandna u ma jħallihomx mingħajr sorveljanza għaliex qed ikun hemm ħafna serq u vendikazzjonijiet.", "Ħafna postijiet storiċi qed jispiċċaw il-mira tal- vandali u huwa importanti li l-gvern ikun konxju ta' dan.", "Hemm bżonn ukoll li t-tfal fl-iskejjel tagħna ntambrulhom aktar fuq il-kultura, fuq l- ambjent u fuq dak kollu li għandna madwarna għax ftit li xejn tisma' tfal jitkellmu fuq l-istorja ta' Malta; jitkellmu dwar x'hemm f'pajjiżi barranin, pero` meta jiġu biex jitkellmu dwar l-istorja ta' Malta wieħed mill-ewwel jinduna kemm huma neqsin mill-informazzjoni.", "Mr Speaker, hemm bżonn li nħajru żgħażagħ Maltin biex jaħdmu bħala tourist guides għaliex sfortunatament hemm numru ta' tourist guides f'Malta li huma barranin.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija għaliex finalment irridu jkunu l-Maltin stess li jippromwovu l-wirt kulturali ta' Malta li huwa l- għira tad-dinja kollha.", "Meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista l- affarijiet f'dan il-qasam kienu ferm aħjar.", "Hawnhekk ma rridx ninsa nsemmi lis-Sinjorina Agatha Barbara li tant ħadmet għal dan il-qasam meta kienet ministru responsabbli minnu.", "Kienet persuna li kienet trid tkun ċerta li l- wirt storiku ta' pajjiżna qiegħed jingħata l-ogħla priorita`.", "Gvern Laburista kien għamel liġi biex nhar ta' Ħadd il-familji Maltin ikunu jistgħu jżuru l-mużewijiet u postijiet oħra storiċi bla ħlas u dan kien proprju biex il-poplu Malti jsir aktar konxu u aktar ikun hemm imħabba lejn il-wirt storiku ta' pajjiżna u minn hemmhekk irridu nibdew.", "L-ewwel prinċipju jrid ikun li tgħarraf lin-nies ta' pajjiżek dwar x'inhu l-wirt storiku li għandna għax jiena ċerta li kieku l-Maltin ikunu iktar informati dwar dan iktar ikunu kburin li huma Maltin.", "Hawnhekk għandna x- xorti li kważi f'kull belt u raħal issib xi ħaġa storika mhux bħal barra minn Malta fejn trid iddum tivvjaġġa ħafna mili biex issib xi ħaġa storika.", "Hawn Malta, jekk tidħol il-Belt issib ħafna affarijiet ta' storja u kollha għandhom xi ħaġa warajhom li tinteressak.", "Pero` dawn l-affarijiet iridu jiġu osservati u protetti min-nies li huma inkarigati biex jagħmlu dan ix- xogħol għax jekk se nibqgħu nitraskurawhom għad jgħaddi ż-żmien, infittxuhom u ma nsibuhomx.", "Jiena nħoss li wara dak kollu li sar fl- Imnajdra l-gvern kellu jqum mir-raqda li qiegħed fiha u jinvesti daqsxejn fi ftit cameras biex ikun jista' jissorvelja aħjar dawn il-postijiet għaliex jekk nitilfuhom żgur li qatt m'hu se jkollna oħrajn bħalhom.", "Mr Speaker, importanti wkoll li naraw li meta jkun hemm it-turisti jżuru l-postijiet ta' interess li għandna f'Malta ma jħalluhomx joqogħdu jmissu l- affarijiet.", "Jiena stess ġieli rajt turisti jbagħbsu fil-korazzi li għandna fil-kuridur ta' dan il-Palazz.", "Dawn l-affarijiet barra minn Malta ma tagħmilhomx.", "F'ċerti postijiet lanqas biss iħalluk tieħu ritratt aħseb u ara kemm toqgħod tmiss!", "Hemm bżonn li min ikun inkarigat jara li dawn il- affarijiet ma jsirux.", "Se nipprova issa ndur dawra mal-postijiet ta' interess li għandna f'Malta u nibda bl-Imdina.", "Per eżempju, l-Imdina hija mimlija b'ħafna mużewijiet u antikitajiet.", "Wieħed mill-mużewijiet li nsibu fl-Imdina huwa dak ta' l-istorja naturali.", "Meta jiena kont dħalt f'dan il- mużew kont rajt li kien hemm ħafna konsenturi perikolużi u qaluli li diġa` kien hemm xi ħadd li lmenta bil-kbir dwar dan imma s'issa ma sar xejn.", "Issa jekk Allaħares qatt jaqa' s-saqaf ma jintilifx il-preġju kollu ta' dan il-mużew?!", "Dan il-gvern qiegħed ikaxkar saqajh f'dak li hu manteniment ta' postijiet storiċi.", "Jekk inti għandek ġojjel trid tieħu ħsiebu għax jekk tittraskurah, once li dan jixxellef, ma jibqagħlek xejn.", "Naf li hemm is-Sur Ray Bondin li jaħdem ħafna fil-qasam tar-restawr imma peress li l-gvern Nazzjonalista ħalla kollox mitluq, tant hemm xogħol xi jsir li ma jistax ilaħħaq miegħu.", "Mr Speaker, Birżebbuġa wkoll huwa post li fih insibu postijiet storiċi.", "Malli wieħed isemmi Birżebbuġa l-ewwel post li jiġik f'moħħok huwa Għar Dalam.", "Għal min ma jafx irrid ngħid li Għar Dalam huwa post taħt l-art mimli tajn li fiż-żmien kien parti minn wied li fih niżel ħafna għadam ta' l-annimali u nġabru hemmhekk u meta saret l-iskoperta, in-nies li rranġaw dan il-post ħallewhom fl-istess post naturali tagħhom.", "Issa xi żmien ilu kien inxtara l-injam biex issir l-art biex it-turisti u nies oħra li jżuruh ma jiżolqux, iżda din l-art baqgħet ma saritx.", "U jiena nistaqsi x'sar minnu dan l-injam.", "Il-fatt huwa li njam inxtara, intefqu l-flus u xorta baqa' ma tpoġġiex fejn suppost.", "Il-poplu jħallas it-taxxi biex jagħmel tajjeb anke għar-restawr ta' dawn il-ġojjelli li għandna imbagħad ħadd ma jkun jaf x'sar mill-oġġetti li nxtraw!", "Dak li jiġrilek meta jkollok nuqqas ta' sorveljanza.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid dwar Għar Dalam hija li xi ħadd qalli li kien hemm xi resq ta' biċċiet mill-għadam ta' l-iljunfanti u tal-hippopotamus.", "Hemmhekk hemm għadam ta' annimali ġganteski li fid-dinja lanqas għadhom biss jeżistu u xi snin ilu insterqet nejba ta' iljunfant.", "Ħadd ma jaf x'sar minnha.", "Ma sar l-ebda rapport, pero` jekk tmur hemmhekk din in-nejba ma ssibhiex.", "Dawn huma affarijiet ta' mistħija u ma jistax ikun li wieħed iħalli kollox għaddej u għalhekk qed ngħidhom hawn ġew dawn l-affarijiet.", "Meta darba għamilt daqsxejn ta' indaġni żgħira fuq dan il-każ qaluli li aktar ma jiġu barranin jistudjaw u jagħtu pariri, dawn l-affarijiet dejjem qed jonqsu.", "Issa min irid jifhem, jifhem.", "Għandek ukoll Għar Ħasan li jżuruh eluf ta' turisti.", "Imbagħad hemm biċċa railing tal-ħadid kollha sadid li sservi ta' protezzjoni għal meta wieħed jittawwal għal isfel u lanqas biss nindenjaw ruħna nibdluha.", "Ilhom isiru l- ilmenti s-snin biex din il-biċċa ħadida tinbidel u għadha sal-lum titmermer bil-mod il-mod.", "X'inhu jistenna l-gvern biex jibdilha?", "Qisu l- gvern qiegħed jistenna li jkun hemm xi aġenzija jew xi għaqda li tagħmel din il-rakkomandazzjoni biex forsi tmisslu l-kuxjenza u jittranġaw il- affarijiet.", "Ta' min jgħid li f'dawn l-inħawi kien hemm ġardinar li kien tneħħa u kellu jkun is-sindku ta' Birżebbuġa li għamel minn kollox biex iġib ġardinar ieħor biex almenu jiżra' daqsxejn fjuri u jsebbaħ ukoll daqsxejn l-ambjent minn barra biex meta jiġu t-turisti ma jeħdux impressjoni ħażina.", "Xi ngħidu mbagħad għall-l-inkwadri antiki li għandna?", "Għandna ħafna inkwardi prezzjużi li jeħduk lura fis-snin fl-istorja li qegħdin mitluqin f'uffiċċji komuni.", "Għalfejn m'għandhomx jinġabru?", "Għalfejn għandhom jitħallew jiddeterjoraw bit-trab jew ikun hemm xi ħadd li jkollu jdejh imċapsa b'xi ħaġa u jmisshom u jagħmlilhom ħsara rriparabbli?", "Ma nafux nibżgħu għall-affarijiet tagħna aħna.", "Biex tieħu ħsieb dawn l-affarijiet kulma trid huwa daqsxejn sens komun.", "M'hemmx għalfejn noqogħdu nġibu l- barranin jew nagħmlu l-bordijiet biex nagħtu protezzjoni lill-antikitajiet li għandna ġewwa pajjiżna.", "Mhux l-ewwel darba li smajna li nstereq xi nkwadru jew xi biċċa għamara.", "Sur President, ġewwa l-Palazz għandna żewġ siġġijiet sbieħ ħafna li huma ta' żmien il-kavallieri.", "Għalfejn inħallu lin-nies li jiġu hawnhekk ipoġġu fuqhom?", "Mhux ħsara tista' ssirilhom?", "Dawn l-affarijiet ma jsiru mkien barra minn Malta.", "Jekk aħna mhux se nkunu konxji u nibżgħu għal dawn l- affarijiet se nispiċċaw b'xejn.", "Jekk għandek oġġett antik ta' valur storiku li huwa delikat u huwa uniku għalfejn tużah?", "Għalfejn oġġetti bħal dawn ma nwarrbuhomx u nitfgħuhom f'post fejn ikunu qed jiġu protetti?", "Mr Speaker, ġewwa Birżebbuġa wkoll hemm għar li jissejjaħ Għar Friefet.", "Dan ilu jeżisti żmien imma s'issa għadu qatt ma kien hemm gvern li messitu l-kuxjenza li jiftħu u jara jew jistax jiskopri xi affarijiet oħra u forsi jużah ukoll biex jagħmel pubbliċita` għal Malta.", "Meta ngħid \"jara x'jista' jieħu minnu\" mhux fis-sens li jinsterqu l-affarijiet bħalma ġieli jiġri meta jkunu qed isiru ċerti xogħlijiet.", "Min jaf kemm jinstabu affarijiet antiki, bħalma huma bombli tal-fuħħar, li jeħduna lura fl-istorja waqt li jkunu qed isiru xogħlijiet ta' tħaffir fit-toroq jew ftuħ ta' ħitan u sakemm jiġu l-ħaddiema tad-dipartiment tal-mużew dawn ikunu diġa` sparixxew.", "Dawn huma affarijiet li lili jweġġgħuni.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-Kalkara.", "Il-Kalkara huwa post pittoresk ħafna li jfakkarni fl-isfreġju li kien se jsirlu meta l- awtorita` ta' l-ippjanar kienet se toħroġ il-permessi għall-bini ġol-wied.", "Hemm ukoll il-Forti Ricasoli li għandu bżonn kbir ta' manutenzjoni għax xejn m'hu qiegħed fi stat tajjeb.", "Imbagħad għandek Bighi, f'liema post inbena b'mod illegali minn persuna li suppost taf kif għandhom imorru l- affarijiet.", "Imma din il-persuna, li dwarha l-Ministru Galea qal li għandha kwalitajiet ferm tajba u kellu bżonn għandu xi għaxra oħra bħalha, tant għandha poteri li qabdet u għamlet estensjoni ta' bini ma' dan il-post antik u rrovinatu bl-awtorita` ta' l-ippjanar tagħlaq għajnejha qisu ma ġara xejn.", "F'Marsaxlokk imbagħad insibu t-Torri ta' San Luċjan – dan l-aħħar kien imsemmi fl-iskandlu tal-bejgħ ta' xi ħut - li sfortunatament qed jintuża mill-ħaddiema tal-fishfarms u hija ħasra li t-turisti li jmorru Marsaxlokk jeħduhom biss sas-suq biex jixtru ftit ħut u dawk li jkunu jridu jaraw xi ħaġa dwar l-istorja ta' Malta jibqgħu ma jaraw xejn.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid ngħid li ma jistax ikun li f'din il-gżira hekk ċkejkna noħolqu strutturi bħalma qed jiġi propost f'dan l-abbozz ta' liġi għax inkunu qed noħolqu struttura b'ħafna kaptani bil-konsegwenza li nkunu qed nisparpaljaw ħafna flus għal xejn.", "Għalkemm jiena naqbel li l- antikitajiet li għandna ġewwa pajjiżna għandhom jiġu protetti, nixtieq li dan isir mingħajr ħela ta' flus u mingħajr abbużi min-nies li jiġu nkarigati biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, naħseb li llum hawn kuxjenza ċara fil- pajjiż kollu li l-patrimonju nazzjonali tagħna huwa ta' importanza kbira.", "Mhux biss huwa ta' importanza kbira minħabba l-fatt li huwa parti mill- karattru tagħna bħala nazzjon u mhux biss għax jirrifletti l-imgħoddi tagħna bħala poplu, imma huwa ta' importanza wkoll għaliex huwa wieħed mill- pilastri ta' l-assi li għandu l-pajjiż fid-dinja tal-lum.", "U fid-dinja dejjem aktar kompetittiva tal-lum, li jkollok assi bħalma huwa l-patrimonju kulturali li għandu dan il-pajjiż hija xi ħaġa li tagħmel poplu aktar għani u tagħtih opportunitajiet, mhux biss kulturali, ta' identita` nazzjonali u ta' apprezzament ta' l-istorja tiegħu, imma anke ekonomiċi, fis-sens li filwaqt li jippreserva dan il-patrimonju jisfruttah ukoll ekonomikament.", "Dan huwa pajjiż li riżorsi minerali jidher li ma tantx għandu - għalkemm kultant nersqu viċin li nsibu xi ħaġa - u huwa mibni mix-xogħol u mill- ħidma tal-bnedmin li fl-istorja millenarja tiegħu dejjem ħadem biex jgħix.", "Għalhekk fil-fehma tiegħi huwa kruċjali li patrimonju bħal dan nutilizzawh mhux biss biex napprezzaw l-istorja u l-kultura tagħna imma wkoll biex inkunu nistgħu nagħmlu użu għall-iżvilupp ekonomiku tagħna.", "Illum jekk tqabbel il-prodott turistiku ta' Malta mal-prodotti ta' pajjiżi oħrajn tiskopri li fil-fatt ftit hemm differenza f'dak li għandu x'jaqsam, per eżempju ̧ max-xtajta u l-kwalita` ta' l-ilma u tal-baħar u allura tibda tiskopri li jekk nużaw il-flus biex nippreżervaw il-wirt kulturali kbir li għandna nkunu qed insaħħu dak li jiddistingwina u nkunu qed insaħħu wkoll l-ekonomija tagħna għax il-prodott tagħna nkunu qed intejbuh.", "Din hija xi ħaġa marbuta ma' pajjiżna.", "Il-prestiġju li pajjiżna jgawdi internazzjon-alment fir-relazzjonijiet tiegħu ma' pajjiżi oħrajn huwa wkoll marbut mal-fatt li din hija gżira li għandha ċivilta` twila li ħalliet ċerti monumenti neolitiċi li huma wirt dinji.", "Allura naħseb li m'hawn ħadd f'din il-Kamra jew barra minn din il-Kamra li llum ma jagħtix valur – jien ngħid li baqgħalna biex nagħtu aktar u aktar valur – għal din ir-realta` li hija l-ħarsien tal-patrimonju tagħna.", "Il-ħarsien tal-patrimonju tagħna rridu nivvalorizzawh kontinwament u nifhmu li huwa marbut mhux biss ma' l- istorja u l-identita` tagħna imma huwa marbut ukoll mal-ħolqien u mat- tkattir tal-ġid fl-ekonomija tagħna.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif il-membri ta' l-oppożizzjoni, meta tkellmu, min-naħa waħda għamlu kritika għax dehrilhom li l-ħarsien tal- patrimonju ta' pajjiżna għandu ċerti defiċjenzi li jridu jiġu rranġati, u min-naħa l-oħra kkritikaw il-fatt li l-gvern qed jagħmel xi ħaġa dwar dan.", "Fl-istess nifs li qed igħidu li hemm ċerti defiċjenzi qed jiddefendu s- sitwazzjoni fejn kollox irid jibqa' l-istess.", "Naħseb li din hija waħda mill-affarijiet li jolqtuk fid-diskorsi kollha li saru.", "Kien hawn ħafna diskorsi fid-direzzjoni li rridu nkomplu naħdmu fid-dipartiment, bis- sistema tas-servizz pubbliku, skond regolamenti eżatti finanzjarji li għandu l-gvern u l-Istat, li rridu nimxu bid-dettall fuq kif imxejna sal- lum u li m'għandniex noħolqu strutturi ġodda moderni u strutturi oħra li fil-fatt jagħmlu riforma f'dan il-qasam.", "Jien ngħid li hemm bżonn noħolqu strutturi u qafas li jistgħu jagħmlu avvanz u jistgħu jmexxu 'l quddiem lil dan is-settur.", "Prattikament meta nisma' ċerti affarijiet bilfors li nibda nistaqsi x'inhi l-linja partikolari li qed jieħdu il-kelliema kollha ta' l- oppożizzjoni.", "Dawn qed jgħidu li l-gvern qata' qalbu li jirriforma lis- servizz pubbliku u qed jużah għall-finijiet tiegħu.", "Fil-fatt id- diskussjoni aktar milli baqgħet magħluqa fuq dan l-aspett partikolari qisha xterdet għall-area kollha ta' kif wieħed għandu jiggverna għax kellna min qal li huwa aktar importanti li jirnexxielna nużaw l-istrutturi tas-servizz pubbliku biex nirregolaw u noperaw f'dan is-settur.", "Issa jien ma naħsibx li hawnhekk qed nerġgħu nivvintaw ir-rota.", "Naħseb li hawnhekk qed insegwu trends li huma segwiti mhux biss f'pajjiżna.", "Il- Malta Labour Party għamel ċertu żmien fil-gvern u żgur li għandu esperjenza tad-diffikultajiet enormi li jeżistu biex tagħmel ċerti affarijiet b'mod effiċjenti bis-sistemi tal-gvern.", "Li tkun effettiv u effiċjenti jfisser li inti jrid ikollok il-possibilita li taġixxi malajr u b'mod li jkollok l- effett immedjat għal dak li tkun qed tagħmel.", "Kellna kritika għal diversi affarijiet imma huwa żgur li jekk wieħed iħares lejn il-mod ta' kif jopera s-servizz pubbliku, anke wara li saru diversi bidliet ̧ tifhem li f'qasam bħal dan, il-parti operattiva u l-parti regolatorja qed jiġu distinti.", "Din il-liġi tiddistingwi bejn il-parti li hija regolatorja u dik operattiva.", "Il-parti regolatorja għandek iżżommha viċin ħafna l-Istat biex dan ikun jista' jkollu regolamentazzjoni ċara ta' dan.", "Wara kollox l-Istat qiegħed hemm biex jipproteġi patrimonju li huwa tal-pajjiż u tal-poplu kollu, anzi jekk taqra l-abbozz ta' liġi ssib li dan mhux biss qed jipproteġihom fil-ġenerazzjonijiet preżenti imma jibqa' jipproteġihom għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Mela l-parti regolatorja hija parti li l-Istat ̧ bl-aktar mod ċar, irid iżommha għalih.", "Pero` kif nafu, huwa diffiċli biex il-parti operattiva tagħmilha bis-sistema tas- servizz pubbliku.", "Dan jafu wkoll l-istess servizz pubbliku għax bis- sistema tiegħu, dak li stajt tagħmel meta beda s-seklu l-ieħor, illum ma tistax tagħmlu jew tużah.", "M'hemmx dubju li dawn huma strutturi ġodda li jistgħu jagħtu l-possibilita` li inti tkun ħafna aktar effettiv.", "Jien niskanta kif il-membri ta' l-oppożizzjoni ġew hawnhekk u qalu li se jivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien kont nifhimhom kieku dawn qalu li hemm ċerti diffikultajiet fl-abbozz ta' liġi li forsi ma jogħġbuhomx jew inkella għandu jkun hemm xi bidliet għaliex ovvjament jekk hemm xi affarijiet li nistgħu ntejbuhom, għandna ntejbuhom.", "Fil-fatt meta l-ministru ntroduċa l-abbozz ta' liġi ̧ waħda mill-affarijiet li qal bl- aktar mod ċar kienet li waqt li qed nagħmlu diskussjoni fil-parlament u partikolarment meta naslu għall-istadju ta' Kumitat, għandna nħarsu lejn il- klawsoli kollha u fejn nistgħu ntejbu, intejbu.", "Dan huwa l-eżerċizzju parlamentari.", "Jien niftakar li meta konna għaddejna l-abbozz ta' liġi dwar ix-xandir, liema abbozz kont ippilotajt jien, u konna għamilna 23 seduta fuqu konna għamilna biżibilju ta' bidliet ̧ li ħafna minnhom kienu fuq suġġerimenti ta' l-oppożizzjoni.", "Għalhekk il-ministru għamilha bl-aktar mod ċar li huwa miftuħ li jekk hemm suġġerimenti ta' kif nistgħu ntejbu l-liġi, din tista' ssir ukoll.", "Pero` hawnhekk l-għażla hija differenti.", "Hawnhekk l- oppożizzjoni se jivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi fl-istadju tat-Tieni Qari għax fil-prinċipju ma jaqblux li għandu jkun hemm aġenzija u aktar minn hekk għax f'dan is-settur partikolari għandna nibqgħu noperaw bid- dipartimenti tas-servizz pubbliku.", "Naħseb li jkun tajjeb li l-poplu Malti jżomm quddiem għajnejh dawn iż-żewġ mudelli ħalli jifhem x'inhi l-offerta ta' dawn il-partiti, wieħed fil-gvern u l-ieħor fl-oppożizzjoni, rigward dan il-qasam.", "X'inhi l-offerta?", "L- offerta min-naħa ta' l-oppożizzjoni hija li kollox jibqa' kif inhu meta nafu li f'dan is-settur hemm diffikultajiet enormi.", "Illum wasalna f'sitwazzjoni fejn ħafna partijiet mill-patrimonju kulturali tagħna qegħdin f'sitwazzjoni diffiċli minħabba l-problema dwar kif nistgħu nippreżervawhom u tan-naħa l-oħra, minflok qed joħorġu b'idea ġdida, jridu jibqgħu bl- istess sistema biex nipprovaw insolvu problemi li sal-lum ħadd ma sab is- soluzzjoni tagħhom.", "U mhux il-Ministru Galea ma sabx soluzzjoni għalihom, kif jipprovaw ipinġu xi membri ta' l-oppożizzjoni imma ma sab soluzzjoni għalihom l-ebda ministru f'dawn l-għexieren tas-snin li għaddew, bis- sistema li dejjem użajna tad-dipartiment.", "Mr Speaker, quddiemna għandna esperiment, biex ngħidulu hekk.", "Ma rridux naħsbu li aħna se nibqgħu parlament bħalma kien fl-antik; liġi ssir darba u mbagħad nerġgħu nirreveduha wara 50, 60 jew 75 sena.", "Id-dinja qed tinbidel b'mod li llum il-liġijiet iridu jkunu mħaddma u dan il-parlament irid ikun flessibbli biżżejjed biex jagħmel it-tibdil meta jara li xi ħaġa ma ħadmitx.", "Dawk huma t-tip ta' leġislazzjonijiet li dan il-parlament irid jagħmel jekk irridu nibqgħu parlament rilevanti għall-bżonnijiet tal- pajjiż.", "Aħna dan li qed nagħmlu hawnhekk qed insejħulu esperiment, pero` l- oppożizzjoni lanqas ċans ma trid tagħtih lil dan l-esperiment.", "L- oppożizzjoni trid tgħid li hi kontra li jinbidlu l-affarijiet.", "Din hija xi ħaġa li ma stennejthiex, hija xi ħaġa li timmeraviljani u hija għażla politika li tirrifletti mhux biss fuq din il-liġi nnifisha imma tirrifletti wkoll fuq il-viżjoni li l-oppożizzjoni għandha għal Malta.", "Wieħed mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni qal li għadna jkollna sistema bis- servizz pubbliku u bil-ministru jiddetta lis-servizz pubbliku x'għandu jagħmel.", "Jien ma naħsibx li dan huwa l-mod ta' governance li għandu jkollu pajjiżna.", "Naħseb li rridu nipprovaw noħolqu strutturi loġiċi li meta napplikawhom, naraw jekk ikunux effettivi u jekk ma jkunux effettivi, inneħħuhom, inbiddluhom jew nipprovaw intejbuhom.", "Pero` huwa żgur li din il-liġi qed toffri alternattiva għal dak li hemm u għal dak li bil-provi ma rnexxiex.", "Jien naħseb li hawnhekk l-oppożizzjoni mhux biss qed tagħmel żball politiku imma qed tagħmel żball ta' policy.", "Jekk ikollok aġenzija, minflok dipartiment, li tiffoka fuq il-patrimonju kulturali ta' pajjiżna, din xorta se jkollha r-regolamentazzjoni finanzjarja tagħha imma se tkun ħafna aktar libera li topera minn barra l-constraints tas-sistema tas- servizz pubbliku.", "Dawn il-constraints kienu ġustifikati għas-servizz pubbliku kif kien fl-antik, imma llum hawn funzjoni operattiva ħafna akbar għal din l-aġenzija u ma jagħmilx sens li tuża l-istrutturi eżistenti għaliha.", "Mr Speaker, din l-aġenzija se tkun ukoll taħt strateġija nazzjonali.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jorbot ukoll lill-ministru li jagħmel strateġija nazzjonali għall-patrimonju kulturali u jien hawnhekk xtaqt nagħmel suġġeriment.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li nistgħu nagħmlu hija li fl- iżvilupp ta' l-istrateġija nazzjonali jkun hemm il-involviment tal- parlament, ta' xi kumitat parlamentari ad hoc jew tal-membri parlamentari li jagħtu l-input tagħhom.", "Irridu ndaħħlu leġislatura f'dan l-aspett għaliex f'dan il-pajjiż għandna t-tendenza – minn dejjem kellna minnha, jiġifieri din m'hijiex xi ħaġa tal-lum – li l-policy ssir kollha mill- Eżekuttiv, u l-parlament jiltaqa' biex jagħmel il-kummenti tiegħu wara li jsiru l-affarijiet.", "Dik hija s-sistema li nużaw, pero` llum ħafna parlamenti fid-dinja żviluppaw b'mod li qegħdin jagħtu input fil-politika anke waqt li din tkun qed tiġi fformolata.", "B'din is-sistema jkollok parteċipazzjoni diretta minn min jirrappreżenta lill-poplu.", "Naħseb li wieħed jista' jħares lejn dawn iI-forom ukoll.", "Il-ministru huwa marbut ukoll li darba fis-sena jagħmel forum nazzjonali biex jiddiskuti eżattament dan il-qasam fl-aktar mod wiesa' tiegħu.", "Issa hawnhekk forsi wieħed jista' jistaqsi jekk kienx hemm bżonn li din indaħħluha fil-liġi.", "Illum din qiegħda fil-liġi u kwalunkwe ministru huwa marbut li jara li ssir u jekk ma ssirx se jkun hemm xi ħadd li jgħidlu li mhux qed jimxi mar-regolamenti fil-liġi.", "Dan ifisser li fil-liġi hawn struttura parteċipattiva nazzjonali li qed tgħid lill-ministru responsabbli mill-patrimonju kulturali tagħna li għallinqas darba fis-sena, irid ilaqqa' l-partijiet kollha, jagħmel forum nazzjonali fuq dan is-settur u jagħti widen u ċans ta' espressjoni lil kulmin huwa involut f'dan il-qasam.", "Issa hawnhekk wieħed irid jgħid li ladarba l-oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi jfisser li hija kontra dan ukoll.", "Allura dan ifisser li l-oppożizzjoni hija kontra li jkun hawn aktar parteċipazzjoni mill-NGOs f'qasam bħal dan?", "Jien ma nistax nimmaġina min ħa d-deċiżjoni fl- oppożizzjoni li jivvotaw kontra din il-liġi fl-istadju tat-Tieni Qari; li jkun hemm xi partijiet mil-liġi li ma jogħġbukx u tivvota kontra jew, titlob division fl-istadju ta' Kumitat hija parti mid-demokrazija - anke l- għażla ta' l-oppożizzjoni hija parti mid-demokrazija, biex ma ninftiehemx ħażin - imma li tiġi fl-istadju tat-Tieni Qari u tgħid li ma taqbilx ma' strutturi bħal dawn għaliex se jeħduna 'l bogħod mis-sistema tas-servizz pubbliku, 'il bogħod mill-kontroll tal-gvern u 'l bogħod milli nżommu l- kontroll finanzjarju strett li suppost għandhom ir-regolamenti finanzjarji, ma nifhimhiex.", "U din tar-regolamenti finanzjarji hija bħall-familja.", "Taf kemm isiru dnubiet f'isem il-familja?", "Taf kemm tisma' nies li jgħidulek \"Għax għandi familja\" biex jiġġustifikaw xi ħaġa li jkunu għamlu?", "Ir-regolamenti finanzjarji jistgħu jiġġustifikaw kollox ̧ basta timxi bil-punto e virgola magħhom.", "Kieku l-kritika ta' l-oppożizzjoni kienet li ma jridux li jkun hemm aġenziji li jiżvestu lill-parlament mid-dritt ta' skrutinju tiegħu tal- fondi pubbliċi ̧ kont naqbel magħha għax din hija problema tal-parlamenti kollha.", "Ftit tas-snin ilu kelli l-okkażjoni li nattendi laqgħa tal-Commonwealth li ddiskutiet il-punt li ħafna entitajiet kienu jaqgħu taħt l-iskrutinju tal-parlament għax kien hemm il-maġġoranza ta' l-ishma tal-gvern fihom.", "Dawn kienu jaqgħu taħt l-iskrutinju tal-parlament biex jaraw kif jintużaw il-fondi pubbliċi u llum ħafna minnhom ġew privatised jew semi privatised u allura billi l-gvern ikun f'minoranza ̧ il-parlament jew il-kumitat finanzjarju tiegħu ̧ ġie żvestit milli jagħmel xi forma ta' audit dwar kif jitmexxew dawn l-entitajiet u kif jintnefqu wkoll il-finanzi pubbliċi u l- investiment tal-gvern.", "Kieku qalu li rridu noħolqu xi ħaġa li b'mod raġunevoli, mingħajr ma teffettwa l-mod effettiv u kummerċjali kif joperaw entitajiet bħal dawn u l-parlament iżomm aktar skrutinju ta' affarijiet bħal dawn, jien ma kontx inkun kontra, pero` dawn mhux hekk qed jgħidu.", "Dawn qed jgħidu li assolutament ma jridu ebda struttura ġdida għax kull struttura ġdida li ssir se tiddipartixxi mir-regolamentazzjonijiet finanzjarji – qisu din m'għandhiex ir-regoli tagħha anzi għandha parti mil- liġi li eżattament titkellem fuq kif għandhom jiġu regolati l-finanzi tagħha – u se nispiċċaw biex kulħadd jagħmel li jrid u jonfoq u jisparpalja.", "Din hija t-teżi ta' l-oppożizzjoni; qishom inġabru flimkien u qalu li t-teżi tagħhom għandha tkun l-ewwelnett li l-gvern m'hu kapaċi jagħmel xejn u allura issa jrid entita' oħra u t-tieni nett li l-gvern qed jisparpalja l-flus.", "Imma din tagħmel sens f'settur bħal dan fejn fl- istess nifs qed igħidu li s-sistema tas-servizz pubbliku ma rnexxietx?", "Dan ma jagħmilx sens u l-pożizzjoni li ħadet l-oppożizzjoni hija kontradizzjoni politika.", "Mr Speaker ̧ jien naħseb li hawn affarijiet fil-liġi li jagħtu direzzjoni lil dak li għandu jsir f'dan il-qasam u jekk wieħed iħares lejn it-tieni parti tal-liġi jsib li din titkellem fuq prinċipji u obbligi ġenerali u tagħmilha obbligu ta' kull ċittadin li jħares il-patrimonju kulturali ta' pajjiżna.", "Din il-liġi taħseb ukoll biex il-flus li jidħlu mingħand dawk li jiksru l-liġi jmorru f'fond kulturali li mbagħad jiġi utilizzat ukoll għal dan il-qasam.", "Jien se ngħid xi ħaġa fuq l-idea tal-fond kulturali.", "Bla dubju ta' xejn, li jkun hemm fond għall-patrimonju kulturali hija xi ħaġa tajba għal pajjiżna.", "Li jkun hemm flus iddedikati għall-ħarsien u l- iżvilupp tal-patrimonju kulturali tagħna hija xi ħaġa li bla dubju ta' xejn iridha kulħadd pero` dan ikun paroli fil-vojt jekk mhux se jkollna finanzi biex lil dan is-settur nagħtuh il-fondi.", "Dan m'għandux ikun qisu settur żejjed li meta jkun hemm xi diffikultajiet finanzjarji ̧ l-ewwel li mmorru nnaqqru minnu.", "Din qed ngħidha għax illum jien daqsxejn liberu li nitkellem aktar milli forsi kont snin ilu.", "Meta l-ministeru tal-finanzi jsib diffikulta` meta jiġi biex jagħmel il-budget ̧ l-ewwel li jaqtgħu huma l-kultura u l-isport għax dawn huma extra.", "Jekk xi ħadd jaħseb li dan huwa fenomenu Malti għandu żball kbir għax dan huwa fenomenu mxerred ma' diversi ekonomiji u pajjiżi.", "Illum li pajjiżi bħall-Franza fehem kemm huwa importanti li l-patrimonju kulturali tużah għall-iżvilupp ekonomiku tiegħek.", "Per eżempju ħadd ma jista' jgħid li l- flus li jintefqu fuq il-Louvres li hemm Pariġi huma ħela għaliex żgur li kulmin imur Pariġi, jara l-Louvres.", "Minn Malta għandna nagħmlu pajjiż fejn turist jiġi biex jara l-wirt arkitettoniku u preistoriku u biex igawdi l-wirt patrimonjali ta' pajjiżna kollu.", "Fi Franza fiehmu dan kollu u kienu daħħlu r-regola li jkun hemm persentaġġ mill-budget tal-gvern ̧ li jiġri x'jiġri ̧ ikun garantit għal dan il-qasam ħaġa li hija mportanti ħafna.", "Meta nara dan kollu ngħid li jista' jkun hemm fond li jintuża għal dan l- iskop.", "Dan jista' jkun il-bidu ta' xi ħaġa akbar u fl-istorja parlamentari tal-pajjiż se jibqa' mnizzel li din il-proposta tal-gvern ġiet opposta mill-oppożizzjoni.", "Dan huwa ħażin għal Malta u anke għal dan il- Parlament għaliex in-nies qegħdin jgħidu li lanqas f'din m'aħna qegħdin naqblu.", "Lanqas fuq ħaġa li għandha x'taqsam mal-kultura u mal-patrimonju kulturali tagħna ma jista' jkollna xi forma ta' consensus f'pajjiżna?", "U d- diverġenzi huma kbar għaliex għandna l-gvern li qed jgħid li rridu nkunu moderni u nagħmlu esperiment u nippruvaw affarijiet ġodda għaliex il-qadim ma rnexxiex, u għandna l-oppożizzjoni li qed tgħid li trid tibqa' bil- qadim.", "Din fil-fehma tiegħi hija għażla ħażina u li tagħmel deni lill- oppożizzjoni pero` hija fuq kollox għażla li politikament timmeraviljani għaliex l-oppożizzjoni għandhom esperjenza – veru li mhux fit-tul f'dawn l- aħħar snin – ta' kif jaħdem is-servizz pubbliku u ta' kif fil-constraints li għandu – m'iniex qed ngħid li huwa tort tan-nies tas-servizz pubbliku – illum m'huwiex aktar xogħol tiegħu.", "U allura l-oppożizzjoni taħseb li tista' tagħmel dawn il-joint ventures bejn il-public u l-private sector fl-oqsma kulturali bis-sistema tas- servizz pubbliku?", "Jekk m'iniex sejjer żball, għaliex forsi issa f'daqqa waħda d-diska tinbidel, meta kienu fil-gvern l-oppożizzjoni kienu favur li s-settur privat jagħti l-kontribut tiegħu għall-iżvilupp ta' pajjiżna.", "U jekk m'aħniex se nagħmlu partnerships li huma public/private f'dan is- settur m'għandniex biex nieħdu ħsieb il-patrimonju kulturali tagħna.", "Il- partrimonju kulturali tagħna tant huwa kbir li l-ebda gvern qatt m'hu se jkollu biżżejjed riżorsi biex jieħu ħsiebu jekk ma jagħmilx public/private partnerships.", "Bl-istrutturi li għandna l-ebda ministru ma jista' jagħmel dawn l-iżviluppi ġodda li Malta għandha bżonn enormi għalihom.", "U mhux noqogħdu nkunu sensazzjonali.", "Qalu li marru u sabu toqba f'wieħed mill-fences ta' Ħaġar Qim u llum il- Ministru Galea nfurmana li meta marru l-Imnajdra żammewhom.", "Jiena żgur li m'iniex qiegħed niskuża lil min kellu d-dover li jara li Ħaġar Qim jiġi protett – żgur li hemm xi ħadd li kellu dan id-dover – anzi nħeġġeġ lill- Ministru li jagħmel minn kollox, bil-constraints u d-diffikultajiet li għandu llum bis-sistema tal-lum.", "Jien kont ngħid li bl-istess sforz, fis- settur privat naslu Sqallija u fis-servizz pubbliku numxu tliet pulzieri.", "Din hija s-sistema li l-oppożizzjoni trid iżżomm.", "Jien ċert li dan mhux dak li l-poplu Malti qiegħed ifittex.", "Il-poplu Malti qiegħed ifittex li jkollu strutturi li jkunu effiċjenti u effettivi li jagħtu r-riżultat, li jmur u jara l-patrimionju tagħna miżmum tajjeb u li jkun hemm skrutinju finanzjarju biex naraw li l-flus intnefqu sewwa.", "Imma biex inkunu nafu dan lanqas hemm għalfejn nistaqsu lill-ministru kemm nefaq biex xtara s- siġġijiet ta' l-MCAST.", "Din hija s-sistema li rridu?", "Jiena tkellimt ma' studenti li marru l-MCAST u kollha jgħiduli kemm huma kuntenti u kemm baqgħu impressjonati bil-mod kif inhija attrezzata l- computer room.", "Allura issa se noqogħdu naraw kemm nefaq biex xtara s- siġġijiet?", "Jekk se nibqgħu sejrin hekk, m'aħna se naslu mkien.", "Jien ma ngħidx li m'għandniex niċċekkjaw, imma dan għandu jsir b'mod normali u fuq kollox b'sistemi moderni mhux b'dawk antiki bħal tas-servizz pubbliku.", "Fil- fatt, jekk is-servizz pubbliku jrid ibiddel il-mod ta' kif jiffunzjona, anke hu għandu jirriformahom dawn is-sistemi ta' checking.", "Jiena nista' nagħti eżempji mill-esperjenza tiegħi stess, fejn per eżempju meta ġiet biex tinbena l-pixxina nazzjonali, kollox kellu jgħaddi minn taħt idejn il-contracts committee u bosta dipartimenti oħra.", "Meta fl- aħħar rajt il-pjanti ta' din il-pixxina - għax kont ħallejt kollox f'idejn l-esperti – skoprejt li minkejja r-regolamenti finanzjarji, kienu se jintnefqu Lm50,000 f'airconditioning għad-dressing rooms biex fuq kollox ma kienx se jinbena service tunnel biex jekk ikun hemm xi ħsarat ma jkunx hemm għalfejn jinqala' l-madum ta' kullimkien.", "Għalhekk, bħala politiku responsabbli għall-mod ta' kif jintnefqu l-flus tal-poplu, kont intervjenejt biex jitneħħa l-airconditioning mid-dressing rooms u dawk il- flus jiġu wżati biex jinbena service tunnel u biex isiru affarijiet oħra iktar neċessarji.", "Mr Speaker, li rrid ngħid hu li m'għandniex noqogħdu nistaħbew wara r- regolamenti finanzjarji.", "Dejjem fil-każ tal-bini tal-pixxina nazzjonali, minkejja dawn ir-regolamenti finanzjarji, l-istands kienu se jsiru b'tali mod li l-ispazju ta' taħthom ma kienx se jkun jista' jintuża.", "Jien dak iż- żmien kont oġġezzjonajt għal dan, u fil-fatt illum issir ħafna attivita` f'dik l-area li suppost ma setgħetx tintuża.", "B'dawn l-eżempji jien irrid ngħid li l-istrutturi li jinħolqu jridu jagħtu lok għall-flessibilita` li taħdem, mhux ikunu strutturi li jorbtuna u ma nkunux nistgħu niċċaqilqu.", "Bir-rispett kollu, l-għażla ta' l-oppożizzjoni fir-rigward ta' din il-liġi hi li tpoġġi lil dan is-settur fi strait jacket u ma tħallihx jiżviluppa.", "Jien m'iniex qed ngħid li dak li se jsir se jkun l-ikbar suċċess li qatt sar f'Malta; qed ngħid biss li dan huwa esperiment maħsub li jidher interessanti, u għalhekk nawgura li jirnexxi.", "Żgur li din l-inizjattiva ġdida se tkun ta' ġid għal dan is-settur.", "Rigward il-kritika ta' l-oppożizzjoni fil-konfront ta' din il-liġi, jien nemmen li jista' jkun hemm il-possibilita` li jekk ċerti partikolaritajiet żgħar jinbidlu, ikun aħjar, pero` żgur li l-kritika li xejn minn dan m'huwa tajjeb u li s-sistema ta' dipartiment hija aħjar, m'hijiex aċċettabbli.", "Jien ma nafx min irnexxielu jipperswadi lill-partit Laburista li d- dipartiment huwa aħjar.", "Jista' jkun li din ġejja minn xi ħadd li ma jaqbillux li d-dipartiment jitneħħa.", "Meta wieħed jiġi biex ibiddel xi ħaġa, dejjem ikun hemm interessi li jaħdmu kontra, għax ikun hemm min ikun jaqbillu jaħdem fil-konfużjoni fejn xejn ma jkun abjad jew iswed, imma kollox ikun griż.", "U fil-fatt, fir-regolamenti finanzjarji hemm ħafna affarijiet griżi.", "Għalija, l-iktar ħaġa importanti hi li mal-politika kulturali se tiżdied dik li tħares lejn dan il-qasam b'mod sħiħ, u b'hekk il-qafas ikun komplut.", "Barra minn hekk pero` jrid ikollna finanzi garantiti, biex dan is-settur ikollu dik il-kontinwita` li żgur li ma jistax jaħdem mingħajrha.", "F'dan is-settur se jkun hawn ukoll is-sistema tar-regolatur, sistema li diġa` qed tiffunzjona f'ħafna oqsma oħrajn, fosthom fis-settur tat- telekomunikazzjonijiet.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu wkoll li l-operaturi privati se jkollhom il-liberta` li jaġixxu, biex b'hekk ikunu kapaċi jiġbru l-fondi li jkollhom bżonn huma stess.", "Jien naħseb li dan il-fattur ikompli jsaħħaħ lill-organizzazzjoni, bħalma ġara fil-każ tal-Fondazzjoni għall- Patrimonju Malti, li iva, ġabret il-fondi meħtieġa, issaħħet, u llum qed tagħmel ħafna ġid għal pajjiżna.", "Għalkemm għandi daqsxejn ta' inċertezza dwar jekk l-isem 'Awtorita` Patrimonju Malta' huwiex se joħloq konfużjoni, l-importanti hu li l-għaqdiet volontarji jkollhom l-awtonomija.", "Din hija liġi li lil dawn l-għaqdiet tiggarantilhom il-parteċipazzjoni, u għalhekk naħseb li tagħmel unur lil min ressaqha.", "Din il-liġi tirrikjedi ħafna xogħol, mhux biss biex tiġi eżaminata u eventwalment tgħaddi minn dan il- parlament, imma fuq kollox biex tiġi attwata.", "L-awgurju tiegħi hu li din il-liġi tkun suċċess, u tagħmel ġid lil Malta, mhux biss lill-ġenerazzjonijiet tal-lum imma anke lil dawk futuri.", "Iktar minn hekk, jekk nagħrfu nibbenefikaw minnha b'mod għaqli, din il-liġi għandha tkun ta' ġid ukoll għall-ekonomika u l-kompetittivita` tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-oppożizzjoni Laburista, għalkemm fil- prinċipju temmen li l-protezzjoni ta' l-antikita` u tal-patrimonju Malti hija mportanti, ma taqbilx mal-mod kif din il-liġi qed tikkrea l-istrutturi msemmija.", "Għalkemm il-kelliema l-oħra ta' l-oppożizzjoni taw spjegazzjonijiet ċari dwar dan, jien se nkompli ngħid fejn aħna ma naqblux ma' ċerti strutturi, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-wirt rurali ta' pajjiżna.", "Naħseb li b'dan li se ngħid anke l-ministru ta' l- edukazzjoni, li qed jippilota din il-liġi, se jieħu pjaċir, għax bħala part- time farmer, żgur li jqis lill-wirt rurali bħala parti mill-patrimonju Malti.", "M'hemmx dubju li anke mill-esperjenza personali tiegħu f'dan il- qasam, il-ministru jagħraf lill-qasam tal-biedja u s-sajd bħala oqsma artiġjanali, u allura huma wkoll parti mill-wirt ta' pajjiżna.", "Hemm bżonn li kulħadd jifhem li l-patrimonju Malti għandu jkun sostnut minn rasu sa saqajh, għax jekk ma jsirx hekk ma jkunx hawn il-mekkaniżmu sħiħ li hu meħtieġ biex nippreservaw u nikkonservaw il-patrimonju ta' pajjiżna.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru semma' l-iżvilupp ta' l-agri- turiżmu u ta' l-istorja ta' pajjiżna, fid-dawl tal-fatt li dawn isaħħu l- ekonomija, pero` rridu nifhmu li dawn l-iżviluppi jġibu magħhom ċerti żvantaġġi, bħal per eżempju l-qerda ta' ċerti karatteristiċi, drawwiet u snajja.", "Kulħadd jaf kemm hemm fdalijiet abbandunati fiz-zoni rurali ta' dawn il-gżejjer.", "Nafu wkoll li matul dawn l-aħħar tliet snin, il-gvern ftit li xejn għamel ġid f'dan ir-rigward.", "Jien nista' ngħid li waħda mill- iktar affarijiet li jweġġgħu lill-poplu hija l-fatt li pajjiżna m'għandux policy għall-iżvilupp rurali, ebda dipartiment m'għandu pjan biex jirranġa jew jibni mill-ġdid il-ħitan tas-sejjieħ, li minbarra li jżommu l-ħamrija milli titkaxkar bix-xita, huma parti mill-karatteristika rurali tagħna.", "Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti Laburista, ix-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjieħ kien isir kontinwament, u dan mingħajr ħafna daqq tat-trombi.", "Filwaqt li d-dipartiment ta' l-ambjent kien nieda programm biex jinteħħew it-tankijiet imsadda minn fejn dawn il-ħitan tas-sejjieħ, id-dipartiment ta' l-agrikoltura u dak tax-xogħlijiet kienu qed jieħdu ħsieb il- manutenzjoni tagħhom, għall-benefiċċju tal-bdiewa, tal-poplu Malti in ġenerali u ta' dawk li jogħġobhom iżuru pajjiżna.", "Il-gvern preċedenti kien introduċa sistemi li jinċentivaw lill-ħaddiema, u b'hekk dawn ix-xogħlijiet isiru b'mod sostenibbli.", "Fil-ftit xhur li għamilna fil-poter, introduċejna sistema - l-iktar waħda avvanzata - biex filwaqt li nieħdu ħsieb il- patrimonju tagħna, f'dan il-każ il-ħitan tas-sejjieħ, nagħtu l-opportunita` lill-ħaddiema biex jagħmlu xogħol xjentifiku, peress li bit-tqegħid lura tal-ġebel fil-qiegħ u fil-ġnub tal-widien, anke l-ekoloġija, il-ġeoloġija u l-idroloġija jkunu qed jiġu protetti.", "Permezz tax-xogħol li sar waqt l- amministrazzjoni preċedenti Laburista, il-poplu Malti beda jifhem iktar il- kunċett ta' sostenibilita`, għax kien qed jara l-bidla ssir quddiem għajnejh.", "Hekk kif inqalbet il-folja u l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern, mhux il-ħitan tas-sejjieħ biss ġew abbandunati, imma anke ċerti bżonnijiet sensittivi, bħal per eżempju, il-problemi fil-pedamenti tas-swar ta' l- Imdina.", "Huwa tajjeb li jinġibu l-esperti biex jaraw x'rimedju hemm għal dawn is-swar, imma qabel isir dan irridu ta' l-inqas nirranġaw il-ħitan tas- sejjieħ li hemm fir-raba' ta' taħt l-Imdina, li jekk mhux se ssirilhom manutenzjoni serja, se jkomplu jiġġarrfu, l-ilqugħ se jonqos u l-problemi se jkomplu jikbru għaliex il-bażi ta' taħt m'hijiex ikkontrollata.", "U allura meta naraw dan kollu aħna ma nistgħux inħarsu pożittivament lejn dak li qed jiġi artikolat f'din il-liġi.", "U dan m'aħniex ngħiduh u nħossuh aħna biss imma qed jgħiduh u jħossuh il-Maltin u l-Għawdxin li għandhom għal qalbhom il-ġid komuni tal-poplu tagħna.", "Għaldaqstant wieħed kien jistenna li meta nafu li rridu ngħaddu minn din il-fażi li niżviluppaw l-agri-turiżmu f'pajjiżna - liema żvilupp kieku tajnih importanza minflok ħallejnih abbandunat, pajjiżna kien jirnexxilu jagħmel bidliet kbar f'dik li hija ż-żamma tal-kampanja, f'dak li huwa l- wirt rurali u f'dawk li huma t-tradizzjonijiet artiġġjanali li jiffurmaw il- patrimonju, f'dan il-każ is-setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd ...", "Kieku sar dan, aħna llum kien jista' jkollna fiduċja f'dak li qed jipproponi l-gvern biex jilleġisla, 'il hinn mill-prinċipju tal-protezzjoni ta' l-antikitajiet u tal-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tal-patrimonju kulturali Malti.", "Imma meta nafu li ripetutament, kulma qed nagħmlu huwa li qegħdin infarfru mill-obbligi tagħna, aħna bilfors li ma nistgħux nkunu konvinti minn dak li qed nagħmlu.", "Jien inzertajt ġej minn raħal li forsi huwa vvantaġġjat mill-bqija tal- bliet u l-irħula l-oħra ta' Malta, għaliex fir-Rabat kulħadd jaf li għandna wirt storiku, kemm urban kif ukoll rurali u għandna wkoll storja.", "Allura l- ħaġa hija mħallta u tikkaratterizza s-sens sħiħ tal-patrimonju Malti, għaliex fuq naħa għandek l-Imdina, fuq naħa oħra għandek il-Buskett, fil- parti urbana hemm il-katakombi u r-Roman Villa, u fil-partijiet tal- kampanja għandek dak ix-xenarju rurali fejn hemm l-Għar il-Kbir bejn il- Buskett u l-periferija ta' Ħad-Dingli.", "Is-sens ta' rieda biex aħna nikkoordinaw ċerti inizjattivi ġodda, huma rari ħafna.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li rnexxili nagħmel jien kienet li laqqajt il-komun ta' Tarquinia, l-Italja, minn fejn jingħad li ħarġet il-ġenerazzjoni ta' l- Etruski li kienu fost l-iktar nies intelliġenti li minnhom imbagħad kiber l- Imperu Ruman, mal-kunsill lokali tar-Rabat.", "Dawn flimkien qed jaraw kif joħolqu ħolqa bejniethom ħalli arkeoloġiċi minn Tarquinia u esperti Maltin u anke studenti mill-universita` tagħna, iwettqu inizjattiva ħalli jkollna proġett ongoing ta' l-iskavar, speċjalment fis-sajf.", "Sur President, kif taf inti – għaliex inti wkoll kont parti mid- delegazzjoni parlamentari – meta konna r-Russja – fejn kellna l- opportunita` nitpaxxew bis-sbuħija arkeoloġika u storika li hemm fil-belt ta' St. Petersburg – jien kont urejt ix-xewqa li jkun hemm rabta magħhom fuq dawn l-affarijiet kif għandna ma' l-Italja.", "Huma kkomunikaw mal- kunsill lokali tar-Rabat u flimkien qed jaraw kif studenti universitarji Maltin u Taljani jistgħu jissieħbu fi proġetti biex iwettqu xogħol ta' skavar u restawr f'din il-gżira tant ħelwa u ħanina.", "Jiena dejjem ħadt inizjattivi ta' din ix-xorta anke f'oqsma oħra.", "Per eżempju, wieħed mill-għanijiet li kelli jien meta kont organizzajt l- assoċjazzjoni tal-muturi kien li nneħħi dak l-istorbju tal-muturi minn taħt is-swar ta' l-Imdina, il-belt is-siekta.", "Jien sa minn ċkuniti kont nifhem li iktar milli niġġieled man-nies tal-muturi u ngħid li qed iħarbtu l-Wied tal-Ħemsija u qed jagħmlu storbju u diżastru, ikun aħjar li mmur fosthom, nikseb il-fiduċja tagħhom u nwettqu pjan biex la nagħmlu ħsara lill-ħitan tas-sejjieħ li hemm f'dawk l-inħawi u li huma parti mill-patrimonju, u lanqas inġibu fix-xejn is-sabiħ tal-belt siekta ta' l-Imdina.", "Fil-fatt kien kont għamilt proprju hekk, jiġifieri li ltqajt magħhom, u għalkemm ma nistax ngħid li lħaqt l-għanijiet tiegħi għaliex l-iskop kien li niżviluppaw ċentru f'Ta' Qali ħalli dawn iż-żgħażagħ dilettanti ta' dan it- tip ta' sport jiġu aljenati milli jkomplu jiġru fil-kampanja, ġara li nbidel il-gvern u forsi tal-muturi ma kenux daqstant fuq l-aġenda ta' min kien responsabbli u dawn ġew mitfugħa fil-ġenb.", "Jien tkellimt kemm mas-sindku kif ukoll mal-ministru fuq dawn l-ideat, imma fir-realta`, meta imbagħad tara x'ġie żviluppat issib li l-affarijiet mexjin bil-mod wisq.", "Jekk tara x'ġie żviluppat issib li l-affarijiet mexjin bħan-nemel u mhux għax ma jaqblux fil-prinċipju li għandna naħmu dan it-tip ta' support.", "Jiena bqajt insus fil-kumitat ta' ħbiberija li għandna bejn il-Parlament tagħna u d-Duma, bqajt nikkomunika mal-kunsilliera kollha tar-Rabat, kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti, u mal-komun ta' Tarquinia, imma mbagħad jew għax jeżisti nuqqas ta' ħeġġa ma tasalx.", "Jiena nħoss li meta m'għandniex studenti biżżejjed li jistudjaw fuq l-istorja tagħna u meta m'għandniex finanzi biżżejjed biex nirrestawraw u biex niskavaw dawn l-affarijiet għandhom ikunu ongoing.", "Meta niġi hawnhekk u nara dan il-volum ta' provvedimenti f'dan l-abbozz ta' liġi biex jiġi rranġat xi ħaġa u mbagħad fir-realta' affarijiet sempliċi li ma tridx kobor intelletwali, kulma trid logika u sens komun, biex tapplikahom ma jiġux applikati, jiena ngħid: Mela dik hi r-raġuni li l-wirt rurali f'pajjiżna u l-policy tar-restawr f'pajjiżna baqgħet fantasija.", "Meta aħna rridu nipproteġu l-patrimonju biex kemm jista' jkun irendi għall-ġid komuni tal-poplu u anke biex isaħħaħ iktar l-attivita' ekonomika ta' pajjiżna nsibu li fi tliet snin paċpaċna ħafna fuq l-iżvilupp rurali u mbagħad inizjattivi li kienu maħsuba biex insostnu bl-iktar mod loġiku u realistiku l-iżvilupp rurali u karatteristiċi oħra anċillari ma jiġux attwati.", "Għalhekk aħna se nivvotaw kontra.", "Aħna ma nemmnux li l-istruttri li se jitwaqqfu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se jkunu effettivi.", "Aħna nemmnu li iktar għandna nikkonċentraw fuq inizjattivi li jiġu kkordinati minn strutturi diġa' mwaqqfa u li ilhom ħafna, minn sena għal sena, jagħmlu ħafna rapporti dwar il-bidliet li għandna bżonn f'dan il-qasam.", "Irridu nagħtu kas ta' nies ġenwini li jaħdmu volontarjament li ilhom jiedħu sehem attiv biex fil-lokalitajiet tagħna jkun ħarsien assolut tal-patrimonju, tal- fdalijiet storiċi u ta' l-antikijiet li jeżistu f'pajjiżna.", "B'hekk aħna nkunu nistgħu nwettqu l-bidliet mingħajr ħafna piżijiet u mingħajr iktar retorika u b'sens li ninċentivaw dawn il-bżonnijiet biex ma nibqgħux f'sitwazzjoni fejn nitkellmu fuq ħafna ideat u fuq ħafna kunċetti u fir- realta' insibu li ftit li xejn għamilna biex tabilħaqq nipproteġu l- patrimonju nazzjonali li għandna.", "Per eżempju, min jaf kemm-il darba ntweriet ix-xewqa li jitkompla l- iskavar fl-għalqa ta' Kola li kien beda meta kien hemm in-Nutar Alex Sceberras Trigona responsabbli minn dan il-qasam, fi żmien gvern Laburista.", "Kemm saru talbiet?", "Kemm intqal li se jsir surfacing biex l-ilma tax-xita u l-karozzi li jipparkjaw hemmhekk ma jkomplux jordmu dak li għadu ma ġiex skavat?", "Kemm saru ilmenti fuq dan min-nies li jtellgħu t-turisiti hemhekk?", "Irrid ngħid li qed nitkellmu fuq area fejn jekk f'pajjiżna jiġu miljun turist f'sena, prattikament 800,000 minnhom iżuru dawn l-inħawi.", "Imma minkejja l-pressjoni tal-kunsill u tar-residenti u minkejja dak li jgħidu l-esperti dwar dan il-post xorta waħda baqa' ma sar xejn.", "Sur President, dak li aħna nemmnu fih, jiġifieri l-inizjattiva u l-wens, ma nemmnux fih bih nonqxuh fuq bord biex permezz tal-media nikkomunikawh lill-poplu sempliċiment bħala slogan differenti minn dak ta' l-avversarji tagħna.", "Dan inkunu qed ngħiduh minħabba l-imħabba li għandna lejn il-ġid komuni tal-Maltin u l-Għawdxin u jekk ma nxammrux u mmiddu idejna għax- xogħol se nibqgħu noħolmu li se nikkrejaw strutturi u sakemm noqogħdu nistennew dawn l-istrutturi ma nkunux qed inżommu quddiem għajnejna ż-żmien li qed jinħela li fih il-wirt storiku li għandna jkun qed jitmermer.", "Sur President, kien fi żmien il-Partit Laburista fil-gvern li kien inbeda xi ħaġa biex jirrijabilita' l-widien u jirrestawra l-plieri li għandna fil-kampanja.", "Dawn il-plieri huma wkoll karatteristiċi u parti mill- patrimonju rurali tagħna.", "Dawn fiż-żmenijiet l-imgħoddi kienu jsiru biex wieħed ikejjel kemm-il mil hemm minn post għall-ieħor.", "Hemm bżonn noħolqu xi struttura biex, per eżempju, nagħmlu plier f'xahar?", "Kulma rridu nagħmlu hu li nsibu n-nies kapaċi għal dan ix-xogħol – u dawn għandna ħafna minnhom fin-naħat ta' fuq ta' Malta, f'Ħad-Dingli, fir-Rabat, fis-Siġġiewi u f'Ħ'Attard – u niftehmu magħhom u ngħidulhom li rridu nibnu plier.", "Hemm għalfejn noqogħdu nargumentaw fuq kull comma u virgola li hawn f'dan l- abbozz ta' liġi biex nagħmlu dawn l-affarijiet?", "Dażgur li le!", "Kulma trid hija l-loġika u s-sens komun u nifhmu li dak li tkun qed tgħid l- oppożizzjoni ma tkunx qed tgħidu biss bħala kritika, imma tkun qed tgħidu biex tikkontribwixxi u tfiehem lill-gvern għaliex se nivvotaw kontra.", "L- idea li biex nagħmlu xi ħaġa rridu bilfors noqogħdu noħolqu ħafna kumitati u ħafna kummissjonijiet b'ħafna spejjeż żejda għall-pajjiż hija waħda żbaljata.", "Noħolqu ħafna strutturi u l-inizjattivi u l-wens li għandu bżonn il-patrimonju tal-gżejjer tagħna ma nsibuhom imkien.", "Sur President, ikun inutlli li tan-naħa l-oħra joqogħdu jipprovaw jikkonvinċuna li nbiddlu l-ħsieb tagħna dwar din il-liġi.", "Il-ħsieb irid jindidel min-naħa tal-gvern li issa ilu tliet snin joqtol l-inizjattivi li konna varajna biex bil-limitazzjonijiet kollha li għandna nkabbru l- għarfien, il-maturita' u l-edukazzjoni fost in-nies tax-xogħol tagħna li forsi minħabba ż-żmenijiet differenti li esperjenza pajiżna m'għandhomx dak l-għarfien edukattiv biex japprezzaw il-patrimonju nazzjonali Malti.", "Bl- inizjattiva li konna qed nieħdu konna se nkunu qed ngħidu lil dawn in-nies biex mill-ġdid jorganizzaw ruħhom u b'hekk il-ħidma tagħhom kienet tindirizza l-bżonnijiet f'dan il-qasam tant importanti.", "Il-gvern għandu bżonn li jirrealizza li dawn it-tip ta' inizjattivi huma inizjattivi effettivi u ma jiġux jiswew flus.", "Dawn huma inizjattivi li hemm bżonn indaħħluhom, mhux b'liġi imma b'loġika, bid-dover u bix-xogħol iebes.", "Meta aħna konna qed invaraw dawn l-inizjattivi konna qed nagħmlu pass importanti biex il-ħaddiema varji fid-diversi dipartimenti tal-gvern ikunu iktar attrezzati u jrabbu aktar esperjenza u b'hekk ikunu ppreparati għall- bidliet li huma indirizzati biex iħarsu l-partimonju nazzjonali ta' pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li biex pajjiżna jkompli jkun popolari mat-turisiti li jżuruna għandu bżonn li jisfrutta l-agri-turiżmu.", "Daqs kemm għandu bżonn li jkollu attivita' għaddejja biex iħares il-mużewijiet u jirrestawra l-fdalijiet storiċi daqshekk ieħor għandu bżonn li jkollu attivita' għaddejja biex il-wirt rurali ta' pajjiżna nipprovaw ninvestu fih aktar.", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li ħames snin ilu, wara li kienu inqerdu l-fdalijiet tad-dwieli antiki li kien hemm fil-winery tal-Buskett - dawn kien qeridhom is-Sur Galea Souchet, il-bniedem li suppost kellu jagħmel riformi kbar f'dan il-qasam imma spiċċa biex dak li għamel ma rendix, wara kollox kif kien mistenni – aħna investejna Lm1.5 miljun biex nipproduċu dwieli u siġar tal-frott ħielsa mill-mard.", "Dan konna qed nagħmluh permezz serer speċjalizzati fejn stajna inxettlu mill-ġdid il- karatteristika tas-siġar tradizzjonali, u dan fid-dawl li l-iżvilupp li jseħħ ikun qed jirrispetta t-tradizzjoni li f'dan il-każ m'hemmx dubju li hija parti mill-patrimonju tal-gżejjer tagħna.", "Wieħed kien jistenna li wara ħames snin dan il-proġett, biex insejjaħlu hekk, li kien iffinanzjat mill-protocol tat-Taljani jibda jagħti r- riżultati.", "Mhux talli ma sar xejn talli għadna nitkellmu dwar x'se nagħmlu f'dan ir-rigward.", "Għadna ma rnexxilniex inġibu 'l quddiem il-ħidma biex il- wirt rurali ta' pajjiżna bl-għajnuna ta' dawn is-siġar li jkunu qed jitħawwlu jibda jkollu lqugħ mill-elementi naturali li kultant joħolqu diżastri kbar.", "Barra minn hekk dawn ikunu qed isebbħu l-pajjiż u jkunu wkoll qed jassiguraw provvista u diversifikazzjoni ikbar ta' prodotti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L- Onor. Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, illum għandna quddiem abbozz ta' liġi li jirrigwarda l-protezzjoni ta' l-antikitajiet f'pajjiżna.", "Din il-ġimgħa kienet waħda minn dawk il-ftit okkażjonijiet fejn fil-Parlament rajna lill- Oppożizzjoni u lill-Gvern jiddiskutu xi ħaġa li jaqblu fuqha.", "Din hija xi ħaġa li lill-poplu tagħna tqawwilu qalbu.", "Issa meta għandna quddiemna dan l-abbozz ta' liġi stennejt li l-Oppożizzjoni se toħroġ bi ħġara biex tappoġġja lill-gvern f'din il-ħidma biex nipproteġu l-patrimonju nazzjonali tagħna li tant nisimgħu fuqu.", "Sur President, fuq livelli mondjali din is-sena kellna l-qirda ta' siti storiċi mit-Talibani u allura l-patrimonji kulturali fuq livell mondjali ġie attakkat bl-iktar mod sfrenat.", "U f'dawn iż-żmenijiet tant diffiċli rrid ngħid li dan il-parlament qed isib l-okkażjoni li jiddiskuti wkoll wieħed mis-Cinderella service fil-qasam kollu tas-setturi tal-gvern.", "Nisimgħu ħafna qrid u krib dwar kemm għandna bżonn immexxu 'l quddiem il- patrimonju tagħna kemm għat-turiżmu kif ukoll għat-tfal tagħna u meta tinqala' xi ħaġa jqumu l-irwiefen kollha li malajr jerġgħu jbattu, imbagħad meta niġu f'din il-Kamra biex niddiskutu liġi bħal din insibu li l- oppożizzjoni hija kontra din il-liġi.", "Meta ġejna biex naqblu fuq xi ħaġa kumplikata ħafna li tinvolvi d-dinja kollha u li għandha riperkussjonijiet enormi qbilna fuqha ż-żewġ naħat tal-Kamra, u issa li għandna quddiemna xi ħaġa li ilna nafu sew x'inhuma n-nuqqasijiet u l-viżjonijiet li għandna għal pajjiżna – u jien nemmen li anke n-naħa l-oħra fino in fondo jafu fiex jikkonsisti x-xogħol li jrid isir biex inħarsu l-patrimonju kulturali tagħna u inutli joqogħdu jgħidu li se nikkumerċjalizzaw u jitfgħu ħafna insinwazzjonijiet bħal dawn ...", "Ejjew nifhmu li dan mhux biss huwa l-ħobża ta' kuljum tagħna in the long run imma li kif qal il-ministru, għandu l- qalba spiritwali għaliex iħares lejn dak kollu li aħna ħadna bħala wirt, għalina, għal uliedna u għal ulied uliedna.", "L-oppożizzjoni qed toġġezzjona li ngħaddu dan l-att li l-iskop tiegħu huwa biex \"jiġu promossi amministrazzjoni, konservazzjoni u ristawr imtejba tal-patrimonju kulturali nazzjonali kif ukoll li jiġu garantiti aċċessibilita` u apprezzamenti ikbar tat-teżori kulturali ta' Malta\", jiġifieri li l-poplu li forsi ma kellux l-opportunita` li jieħu l- edukazzjoni sħiħa fil-livelli uffiċjali tagħha, ikollu ċ-ċans li jitgħallem xi ħaġa fuq il-wirt li xi kultant ikun kantuniera 'l bogħod minnu u lanqas biss ikun jaf xi storja għandu.", "L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Att ikomplu jgħidu li rridu niżgura li l-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri jkunu jistgħu jiksbu benefiċċji kulturali u edukattivi ikbar mill-patrimonju Malti.", "L-abbozz aktar minn hekk jipprevedi l-ħolqien ta' istituzzjonijiet pubbliċi ġodda u funzjonijiet regolatorji li permezz tagħhom tista' tinkiseb armonizzazzjoni akbar fis-settur tal-patrimonju kulturali.", "U allura jista' wieħed meta jara dawn l-għanijiet u r-raġunijiet jifhem għaliex l-oppożizjzoni hija kontra l-ispirtu ta' dan l-att?", "Forsi wieħed jista' jifhem li jkun hemm partijiet minn din il-liġi li l-oppożizzjoni, jew anke xi ħadd minn din in-naħa, ma naqblux magħhom jew forsi jkun hemm xi ħadd li jkollu xi suġġerimenti oħrajn, imma żgur li f'dan l-istadju nsibha stramba li l-oppożizzjoni tieħu din il-pożizzjoni u ma tkunx flessibbli biex tagħmel is-suġġerimenti tagħha iktar 'il quddiem meta niġu fl-istadju tal-Kumitat.", "Mr Speaker, il-patrimonju kulturali tagħna – dan diġa` qaluh pero` naħseb li huwa importanti li nenfasizzawh aħna li dejjem ngħidu li aħna pajjiż żgħir u li m'għandniex wisq riżorsi – huwa kbir u huwa veru li pajjiżna f'dan il-qasam għandu iktar milli jiflaħ, fis-sens li għandna wirt kulturali kbir minħabba l-istorja twila u minħabba li tant għexu nies li kollha ħallew affarijiet warajhom.", "Dan bilfors li jħalli piż fuqna u fuq min ġej warajna biex dan il-wirt inżommuh fl-istat li suppost jinżamm fih.", "Mhux hekk biss, imma kif titlob l-arti llum, dan irid jinżamm b'mod li jkun jista' jitgawda b'mod intelliġenti u b'mod li jkun hemm inter-action bejn il-bniedem tal-lum u dik is-sitwazzjoni li tinħoloq mal-passat.", "Jista' jkun li aħna nimxu f'qafas ta' liġi ta' l-1925 meta saru tant u tant żviluppi fuq kull qasam?", "Jien m'iniex intiż fir-restawr, pero` bħal ħaddieħor ninteressa ruħi speċjalment meta nsiefer u nqabbel il-mod ta' kif jippreżentaw l-affarijiet pajjiżi oħrajn u dak li għandna aħna.", "U iktar ma nagħmel din l-esperjenza iktar insir konvint mill-fatt li pajjiżna huwa sinjur ħafna fejn jidħol dan il-qasam.", "Veru li kultant, b'nuqqas ta' ħsieb, għaliex kellna prioritajiet oħrajn f'ċerti żmenijiet u anke minħabba l-effett tal-ħakma kontinwa fuq dan il-pajjiż, dan il-wirt ġie mogħti l-ġenb, imma issa ilna indipendenti mill-1964 u għalhekk aħna responsabbli tal-patrimonju kulturali tagħna fl- oqsma kollha tiegħu.", "Jien naħseb li rridu nħarsu b'mod verament kreattiv – u din il-liġi dak huwa li tagħmel – ħafna lejn kif aħna nistgħu nippreżervaw - mhux b'mod li nagħlqu f'kaxxa - il-patrimonju kulturali attiv li jista' jitgawda min-nies tal-lum, ta' għada u minn dawk li jiġu jżuruna.", "Nerġa' ngħid li jien inħoss li suppost kellna nitkellmu bħala parlament wieħed fuq din il-liġi, u veramament jiddispjaċini li m'aħniex nitkellmu b'leħen wieħed fuq dan il-qasam għaliex il-patrimonju kulturali huwa tagħna lkoll; m'huwiex tan-Nazzjonalisti biss jew tal-Laburisti biss jew ta' xi sezzjoni oħra.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li għandna l-bakketta maġika jew li nifhmu f'kollox jew li għandna s-soluzzjonijiet għal kull ħaġa, imma meta jiġi l-mument tal-prova – u dan huwa l-mument tal-prova f'dan il-qasam – jenħtieġ li nkunu ras ma' ras għax qed nitkellmu fuq il-patrimonju kulturali.", "Jeħtieġ li npoġġu t-talenti tagħna flimkien biex infasslu liġi b'mod flessibli li tirrispondi għall-bżonnijiet ta' dan il-qasam, għall- futur immedjat u mbiegħed.", "Bħalma kellna f'mumenti ta' kriżi ċ-challenges li hemm f'dan il-qasam m'humiex żgħar.", "Dan hu l-mument tal-prova.", "Għal xi raġuni jew oħra meta niġu għas-si u n-no, n-naħa l-oħra qegħdin jieħdu stand li jiena verament ma nistax nifhem.", "Qegħdin joġġezzjonaw għal din il- liġi.", "Hija ħaġa serja li mhux qed jaqblu b'mod inġenerali li għandna nagħmlu dawn l-affarijiet kollha favur il-patrimonju kulturali.", "Jekk mhux qed naqblu fis-sustanza ara kemm se naqblu fuq il-metodu.", "Nifhem li ħafna drabi jkun hemm il-mistoqsijiet fuq il-metodu għax anke aħna għandna l- mistoqsijiet li ma nkunux involuti fid-deċiżjonijiet li jieħu l-cabinet.", "Issa rrid ngħid li f'dan il-qasam tant għal qalb il-poplu Malti bħalissa għaddejja battalja kontinwa biex naraw kif se mmexxu l-affarijiet.", "Donnu tan-naħa l-oħra qed isiru partit konservattiv li jiddefendi metodi ta' 75 sena ilu li huma stess kontinwament jikkritikaw.", "Qed jgħidu li ma nistgħux naslu biex ikollna dak il-prodott li nixtiequ u l-unika soluzzjoni tagħhom hi li nibqgħu marbutin ma' dawk it-tip ta' regolamenti li għandna fiċ- ċivil.", "Jispiċċaw jikkritikaw esperiment bħal dan, li hu esperiment sa ċertu punt.", "Jgħajruna ħafna li qed nagħmlu aġenziji biex noħolqu jobs for the boys, imma anke f'dan il-każ skond min huma l-boys.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker it-tapit qed jinġibed minn taħt saqajn l-oppożizzjoni f'dan il- qasam.", "Jgħidu li aħna gvern għajjien, m'għandniex ideat u mhux kapaċi mmexxu dan il-pajjiż.", "Imbagħad x'ħin niġu għall-fatti u s-soluzzjonijiet jerġgħu jaqgħu fuq soluzzjonijiet antiki.", "Nammettu lkoll li m'aħniex inwaħħlu f'xi nies li dawn m'humiex irendu jew jaslu.", "Konna aħna li dħalna fil-fond ta' dak kollu li hemm bżonn isir u jidher li almenu hemm konsensus li rridu nbiddlu l-mod ta' kif nagħmlu management, kif niġbru u nqassmu l- finanzi, kif għandna nkunu accountable, kif nagħmlu strutturi trasparenti u li jirrispondu għall-bżonnijiet on the ground tal-patrimonju kulturali tagħna.", "Hawnhekk il-poplu jrid jieqaf jirrifletti u jsaqsi x'qiegħda tipproponi l- oppożizzjoni għal dak li ressaq il-gvern f'din il-liġi.", "Jekk wieħed ma jaqbilx ma xi ħaġa għallinqas joffri alternattiva jew soluzzjoni oħra mhux jissuġġerixxi xi ħaġa li hu stess jgħid li m'hijiex tirrendi.", "Ilkoll naqblu li m'hijiex tirrendi.", "Naħseb li għandna qafas biex min qed jaħdem f'din l- għalqa diffiċli ħafna jbati mill- fenomenu tas-cinderella service.", "Dan ifisser li meta jkun hemm bżonn li jitnaqqas il-budget dan huwa wieħed mis- servizzi li jkun fuq nett tal-lista li jaqlagħha għax naraw sal-ponta ta' mniħirna biss u forsi ma noqorsux direttament il-but ta' l-individwu.", "Pero` nkunu qegħdin innaqqru minn dak kollu li jagħmel il-pajjiż għax il-pajjiż isir minn dawk l-affarijiet li wieħed jieħu gost jara mhux biss tal-preżent imma tal-passat ukoll.", "Ilum għandna l-informatika li hija wkoll parti ntegrali ta' kif tħares lejn din l-istrateġija sħiħa.", "Tan-naħa l-oħra kull darba jikkritikawna li aħna ffissati biex nagħmlu l-aġenziji.", "Jiena ngħid li għandhom allerġija għal din it-tip ta' soluzzjoni ta' kif wieħed jista' jmexxi l-affarijiet għax kif jisimgħu l-kliem kumitat, aġenzija, kummissjoni jew xi kelma simili iqisuha ħażina.", "Dan mhux sew għax huma biased.", "Hemm bżonn li wieħed jikkritika, jiftaħ għajnejn dak li jkun, jissorvelja u jara jekk hux vera li dak li jkun appuntat huwiex kapaċi li jmexxi dak il-post.", "Pero` m'għandux jintefa' t-tajn qabel lanqas biss tkun għadha bdiet il-logħba imbasta nkunu kissirna dik il-ħaġa li wieħed ikun qed jibni.", "Sfortunatament din hija mentalita` tal-vandali li inti m'għamiltx xi ħaġa kif xtaqt u jien inkissirlek il-patrimonju kulturali tiegħek.", "Jiddispjaċini ngħid li l- oppożizzjoni m'hijiex qiegħda tkun favur din il-liġi.", "Se tibqa' mniżżla li vvutat kontra din il-mozzjoni li tant ilna nistennew għax biex il-ministru rnexxielu jasal s'hawnhekk kellu jistenna wara lista ta' liġijiet oħrajn importanti.", "S'issa u sa fejn stajt nisma' ma tantx fhimt li qed nagħmlu din minħabba li qalulna ta' Brussels.", "Issemmew diversi aspetti tal-patrimonju kulturali tagħna.", "F'dan il-qafas kollu għandna sovraintendenza, ċ-ċentru għar-restawr u fil-partijiet tal- liġi għandna x'se jkunu l-funzjonijiet ta' dan iċ-ċentru.", "Ma nixtieqx nara biss il-patrimonju kulturali tagħna mil-lat ta' postijiet arkeoloġiċi eċċ. imma anke kif il-poplu Malti kien jgħix matul iż-żminijiet.", "Per eżempju f'pajjiżna nħoss ħafna n-nuqqas ta' mużew etnografiku, jiġifieri kif għexu l-Maltin matul iż-żmenijiet kollha.", "Nemmen li hawn il-materjal.", "Għalkemm diġa' ntqalet, din hija importanti u ħa nerġa' nirrepetiha.", "Jien ċert li mhux se nkun fl- oppożizzjoni u nikkritika l-gvern għax jgħid li ma jistax ilaħħaq u jieħu ħsieb il-patrimonju kulturali.", "L-ewwelnett nafu biċċa żgħira biss mill- istorja tal-patrimonju kulturali għax ħafna minnha qiegħda f'idejn privati.", "Din mhux biss tista' tinkwetak imma wieħed irid iħares lejha u jagħti każha.", "Il-poplu Malti jaf x'isarraf wirtna f'dan il-qasam speċjalment meta jara li konna bil-pounds, shillings and pence u llum qegħdin bis-cents.", "F'din il-liġi kont qed naqra wkoll dwar affarijiet ta' kultura li qegħdin f'pajjiżi oħrajn.", "Aħna wkoll għandna dawn il-problemi u naħseb li għandhom ikunu ndirizzati. llum ma naqblux li jittieħed wirt minn pajjiżna, qiegħed fejn qiegħed u jekk ħaddieħor qiegħed jiddandan b'wirt kulturali li ġabar b'metodi militari żmien ilu moralment żgur li għandu jroddu lura.", "Nappella lill-gvern biex ikompli jiġri wara 'l ħafna t-teżori Maltin li qegħdin f'pajjiżi oħrajn.", "Din għalina hija xi ħaġa ta' unur u li għandha tgħaqqadna biex f'Malta jkollna dak kollu li hu tagħna.", "Mr Speaker, era oħra li ma tantx qiegħda tkun indirizzata hija ta' żmien l-Ingliżi u ta' żmien it-tieni gwerra dinjija.", "Għad fadal ħafna affarijiet li huma ta' interess mhux biss għall-kbar għax iġibulhom memorji diretti imma anke għall- ġenerazzjonijiet li twieldu żmien twil wara l-gwerra.", "Bl- ebda mod m'għandna mmexxu `l quddiem il-valuri tal-gwerra.", "Ma nieħux pjaċir nara tfal jifirħu b'ajruplani u b'armamenti għax huma affarijiet ta' qerda.", "Pero` l-isfond storiku żgur li jservi għall-edukazzjoni u wieħed jista' jitgħallem ħafna minnu.", "Dan l-Att jikkonsidra diversi affarijiet oħrajn f'dan il-qasam.", "Diġa` tkellimna, per eżempju fil-qasam ta' l-enerġija f'pajjiżna, fuq l-importanza li jkollok differenza bejn dak li huwa operattiv u dak regolatorju.", "M'ilux kont f'pajjiż fejn l-enerġija tant hija xi ħaġa marbuta mal-post li tara mużewijiet sħaħ dwarha.", "Bħala parti mill- istorja tagħna aħna wkoll għandna nżommu, per eżempju, l-istorja ta' kif beda l-elettriku u ta' kif pajjiżna, li għal għexieren ta' snin kien fortizza sar ukoll pajjiż mibni fuq it-teknoloġija.", "Anke t-teknoloġija tax- xandir f'Malta li m'għandhiex storja twila għandha x'toffri bħala patrimonju kulturali tagħna.", "Għad fadlilna ċ-ċans li ma nitilfux darba għal dejjem dan l-aspett.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet għax sa ċertu punt tant huma riċenti li nistgħu ngħidu li m'humiex storja għax m'humiex tal-Preistorja jew ta' Għar Dalam.", "Imma jistgħu jaħarbulna faċilment minn taħt idejna u nitilfuhom darba għal dejjem.", "Nemmen li dan mhux qed nagħmluh għat-Turiżmu jew għall- Kummerċ, imma għall-edukazzjoni ta' uliedna u l-formazzjoni tagħna lkoll.", "It-tfal tagħna jistgħu jassoċċjaw ruħhom ħafna iktar m'affarijiet ta' storja riċenti milli m'affarijiet ta' tant 'il bogħod u biex jifhmu tal- bogħod iridu jibdew jifhmu wkoll dawk riċenti.", "Hemm bżonn ta' dawn l-istrutturi li aħna ta' din in-naħa qed natuhom il- go ahead biex jiffurmaw.", "Li kien għal tan-naħa l-oħra nibqgħu kif aħna, noqogħdu ngergru w mbagħad inwaħħlu fil-Gvern.", "Nispera li dan mhux l-animu li jrid jimxi bih in-naħa l-oħra għax inkella jkunu qed jagħmlu vandaliżmu minn dan il-patrimonju kulturali tagħna.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi sitwazzjoni bħalma kellna ftit tal-ġranet ilu meta suppost kellna free vote imma mbagħad spiċċa kif spiċċa.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħaġa mportanti ħafna għall-futur u għall-eżistenza tagħna.", "Irid ikollna l- identita` u l-industrija prinċipali tagħna li huma marbutin ma' xulxin u npoġġihom fl-ordni tal-priorita` li nħoss.", "M'għandniex inkunu kburin bil- paroli imma bil-fatti.", "Tan-naħa l-oħra qed jgħidulna kemm ħa nonfqu flus u li ħa nkunu ħaljin f'dan il-qasam.", "Jidher ċar li dawn m'humiex lesti li jinvestu.", "Qed ikomplu juru li meta ser ikunu fil-gvern se jkollhom politika tat-tqanċiċ.", "L- Oppożizzjoni qegħdin hawnhekk u għandhom iċ-ċans jgħidulna l-opinjonijiet tagħhom biex nagħmlu jew ma nagħmlux xi affarijiet.", "Pero` qegħdin jgħidulna biex inkunu gvern tat-tqanċiċ f'dan il-qasam fejn hemm tant bżonnijiet.", "Ma kellix iċ-ċans li nidħol fuq iċ-Ċentru Malti għar-Restawr imma meta tara l- mod professjonali li trid biex tittrenja lil dawn in-nies, trid tkun irresponsabbli biex titkellem bil-mod li tkellmu bih ċerti kelliema.", "Trid tonfoq dawk il-flus kollha biex iġġib esperti u toħloq sptar ta' riabilitazzjoni li minflok ma' huwa tal-ġisem tal-bniedem huwa tal-ġisem ta' Malta tagħna.", "Ma tistax taqbad biċċa u tneħħilha ż-żebgħa jew taqbad ġebla u tpoġġi oħra minflokha.", "Kien hawn żminijiet meta la kien hawn din il- liġi u lanqas blue print.", "Tan-naħa l-oħra ma qalux li kienu se jagħmluha jew li kienet lesta għax il-Ministru Galea lanqas din ma sab.", "F'inqas żmien li għamlu huma fil-gvern, il-blue print saret ukoll.", "Naħseb li llum l-Oppożizzjoni diġa` qed tirrealizza li ħadet żball tattiku.", "Issa, la ħadet dan l-atteġġjament aħna żgur irridu nitkellmu favur għax irridu nagħmlu tajjeb biex tgħaddi din il-liġi.", "Ma nistax nimmaġina kif f'dan il-qasam se nibqgħu f'din is-sitwazzjoni.", "Kelli farka żgħira t'esperjenza tas-serjeta' li hemm fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr għaliex missejtha b'idejja.", "Meta bdejt nara ċerti nies ikellmuni u jgħiduli għaliex issa qed inbiddlu l-work practices u li m'għadniex kif konna qabel għedt li fl-aħħar x'imkien qed jiċċaqilqu l-affarijiet u jsiru bis- serjeta`.", "U meta jkollna sitwazzjoni bħal din insibu l-oppożizzjoni li trid terġa' tmur lura għas-snin imgħoddija u għall-metodi antiki li huma stess – mhux aħna biss – qegħdin jammettu li m'humiex irendu u m'humiex jaqdu l-funzjoni li suppost qegħdin jaqdu.", "L-oppożizzjoni għandha ħabta tgħid kif il-gvern jipprova jfarfar ir-responsabbilta` u jgħaddiha fuq entitajiet oħrajn.", "Jien naħseb li dan it-tip ta' atteġġjament ma juri xejn il-ħsieb progressiv li wieħed għandu jkollu li jafda t-tmexxija f'idejn nies li huma kompetenti li jifhmu f'dan il-qasam.", "U l-iktar ħaġa importanti hi dak Ii jkun mhux joqgħod jaħseb li jifhem f'kollox imma jkun kapaċi jfittex u jkun jaf fejn u lil min għandu jistaqsi għaliex meta ġġib riżorsi u tkun taf kif għandek tistaqsi u tiġbor l-informazjzoni li inti verament tavvanza 'l quddiem.", "Mr Speaker, jien kelli esperjenza f'kunsill lokali għal tliet snin fejn ħarisna wkoll lejn il-wirt storiku li kellna – u rrid nerġa' ngħid li kellna – ġo Ħaż-Żabbar.", "Hemmhekk fil-kampanja kellna dar imsejħa \"Tas- Soru\" li fi żmenijiet ilu l-isqof kien jużaha bħala summer residence.", "Aktar minn 14-il sena ilu, skond il-pjan strateġiku għall-partimonju kulturali, din id-dar ingħatat biex jitrabbew fiha l-annimali bħalma kienet il-policy għal ħafna snin sfortunatament f'pajjiżna għall-fortizzi u postijiet storiċi li ħadd ħlief forsi xi NGO – u rrid minn hawnhekk insemmihom u nsellmilhom għaliex mingħajrhom kieku mhux biss tlifna t- Torri ta' Mamo ġoż-Żejtun u postijiet oħrajn ...", "Ir-realta` hi li hemm barra hemm xogħol enormi f'dan il-qasam li mhux il-gvern biss ma jistax ilaħħaq miegħu imma lanqas jekk jiġu l-NGOs kollha flimkien ma jkun biżżejjed.", "Per eżempju, ħadd ma tkellem dwar x'jista' jkun hemm f'qiegħ il-baħar u li jista' jservi bħala riżors mhux għal uliedna biss imma li anke għandu potenzjal turistiku enormi bil-fissazzjoni li hawn fuq id-diving u l-iscuba diving.", "Mela nitkellmu biss fuq il-ħitan tas-sejjieħ!", "Jien naqbel li l- ħitan tas-sejjieħ huma parti mill-wirt arkeoloġiku tagħna u li hemm bżonn li l-gvern verament jieħu din il-ħaġa bis-serjeta` għaliex tant issebbaħ lill-kampanja bħalma tagħmel l-afforestazzjoni u ż-żamma ta' l-ispeċi endemiċi ...", "U nixtieq hawnhekk infaħħar l-inizjattiva li ħa l-kunsill lokali tan-Nadur fejn partijiet mit-Torri ta' Kennuna dawwarhom b'numru ta' speċi endemiċi ta' pajjiżna.", "Hemm bżonn li anke l-Universita` ta' Malta tidħol f'dan il-qasam u tintrabat li tagħti l-kontribut tagħha biex verament ma tkunx akkademja biss imma tkun xi ħaġa ta' prattiċita` għal pajjiżna.", "Żgur li l- universita` tista' tikkontribwixxi u żgur li l-akkademiċi tagħna jistgħu jagħtu pariri siewja fuq ħafna aspetti.", "Jien ġieli niltaqa` ma' nies li jbellħuni bil-mod kif jinteressaw ruħhom anke fuq oġġett żgħir u jibdew jgħidulek x'tip ta' annimali u pjanti kienu jgħixu fil-qiegħ tal-baħar viċin il-kosta tagħna u li llum sparixxew.", "Dan ukoll huwa patrimonju importanti li hemm bżonn li jkun dokumentat, anke jekk forsi jkun jaqa' taħt sezzjoni oħra, biex aħna nkunu nafu x'jeżisti u ma jeżistix.", "Kont qed ngħid li qabel l-1987 il-pjan strateġiku kien li l-postijiet stroriċi jingħataw biex jitrabbew l-annimali fihom, imma l-aktar li rrid nenfasizza huwa fuq il-helplessness li tħoss meta tiġi biex tagħmel xi ħaġa.", "Tkun fil-kunsill tmur titkellem, tipprova tagħmel ritratti, tappella, toħroġhom fil-fuljett biex tqajjem kuxjenza pubblika, toħroġhom fil-gazzetti nazzjonali, iġġib informazjzoni biex tagħti iktar weight lil dak li tkun qed tipproponi, imma kollox għalxejn.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan l-Att se jsolvi dawn il-problemi kollha, imma almenu jkollna ċerti strutturi.", "Għal darba l-oppożizzjoni qiegħda tikkritika lill-gvern mhux dwar kemm qed ikun xħiħ ma' dan il-qasam imma dwar kemm se jisparpalja flus.", "Jien naħseb li din il-liġi qed tikxef bl-iktar mod sottili – u iktar ma nisma' iktar qed toħroġ bil-qawwi – id-differenzi li jeżistu bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra fejn jidħol kif għandu jitmexxa dan il-pajjiż.", "Jien kont nistenna li jekk huma ma jaqblux ma' din il-liġi jagħtuna alternattiva għaliha mhux nerġgħu mmorru għal affarijiet li huma mhux qed jaqblu magħhom!", "Mr Speaker, jien naħseb li nista' nieqaf hawnhekk għaliex dan huwa l-punt kardinali li xtaqt nagħmel f'qasam li għalkemm m'għandix esperjenza tiegħu nifhem li b'dak li qed jipproponi dan l-att, l-affarijiet se jimxu 'l quddiem u mhux imorru lura.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, din il-liġi, bħal kull liġi oħra għandha l- għanijiet u r-raġunijiet, pero` l-gvern Nazzjonalista donnu li bl-għanijiet u r-raġunijiet biss jasal mhux bir-riżultati.", "L-għanijiet u r-raġunijiet ta' din il-liġi jgħidu li għandhom jiġu promossi l-amministrazzjoni, il- konservazzjoni u r-restawr tajjeb tal-patrimonju kulturali.", "Jekk inħarsu biss lejn l-iskola tar-restawr ta' Bighi mal-ewwel nindunaw bis-suċċess li għamel il-gvern għaliex suppost li ċentru li jagħti eżempju kif għandu jsir ir-restawr għamel xogħlijiet bla permess u li kerrħu l-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Mhux talli hekk, talli l-ministru qal li hemm bżonn ta' 10 bħal dik il-persuna li kienet responsabbli għal dawn l-affarijiet!", "Illum, dan il-qasam qed ipoġġih taħt ir-responsabbilta` ta' dik il- persuna li għamlet affarijiet li mhux talli jmorru kontra l-għanijiet u r- raġunijiet li ssemmi din il-liġi, talli tana riżultati kontra li wieħed jistenna fil-qasam tal-patrimonju ta' pajjiżna.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Il-gvern talabna nagħtu alternattiva għal din il-liġi u jien ngħid li l-alternattiva tagħna hi li aħna naslu biex nipproteġu mhux inparlaw fuq l-għanijiet u r-raġunijiet biss.", "Meta nkompli nitkellem nhar it-Tnejn – għaliex dalwaqt se jsir il-ħin għall-aġġornament – insemmi wkoll il-parti importanti ħafna li għandha l-awtorita` ta' l-ippjanar fejn jidħol il-patrimonju.", "Imma fil-fatt x'inhi tagħmel l-awtorita` ta' l-ippjanar?", "Meta trid tgħid li rridu nipproteġu u meta trid tkun hi stess li tagħti l- permess biex isir it-tkissir bħalma għamlet ġewwa Sant'Anġlu.", "Li nista' ngħid jien hu li qatt ma kien hawn tkissir tal-patrimonju Malti daqskemm kien hawn f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Per eżempju, Sant'Anġlu, li mhux biss huwa wirt storiku u kulturali nazzjonali imma naħseb li huwa wieħed mill- aqwa tad-dinja, ġie mħarbat.", "Allaħares nibda nsemmi l-istores li twaqqgħu!", "U meta nkompli nitkellem darb'oħra nurikom li aħna mhux għanijiet u paroli rridu, imma riżultati.", "U għalhekk li aħna m'aħniex naqblu magħkom għaliex intom kulma qed tagħmlu huwa tparlaw filwaqt li l-għanijiet tagħkom ikunu li toħolqu job for the boys bħalma għamiltu fl-iskola tar-restawr ta' Bighi fejn tajtu job lil Cannataci u lil xi erba' oħra Nazzjonalisti bażżużli.", "Dawn kollha huma partitarji Nazzjonalisti ferventi u hemm minnnhom li qegħdin jaħdmu u jirreġistraw fl-istess ħin.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Ċensu Galea biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Ottubru, 2001, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jekk hemm ħaġa li ddejjaqni meta jkun hemm politiċi li jitkellmu hija proprju li kultant jaqgħu għat-tentazzjoni li jitkellmu skond kif jixtiquhom in-nies u nitkellmu b'mod li jidhru li qed jaqblu magħhom anke jekk forsi f'qalbhom ma jkunux qed jaqblu.", "Niftakar li darba ex-prim ministru ta' pajjiżna kien qal li huwa jitkellem skond l-udjenza li jkollu quddiemu.", "Ovvjament jien ma naqbilx ma dan u fl- opinjoni tiegħi huwa atteġġjament żbaljat.", "Mr Speaker, illum għandi żewġ kummenti żgħar dwar żewġ proposti li hemm fin-north west local plan u li jien personalment ma naqbilx magħhom.", "Dan diġa' għedtu f'postijiet oħrajn pero' nixtieq nirreġistra dan in-nuqqas ta' qbil hawnhekk ukoll għaliex donnu li kultant iktar ma tirripeti ċerti affarijiet iktar ikun hemm min jemmnek.", "Bħalissa hemm min qed jipprova jgħid li l-gvern tal-ġurnata għandu żewġ proposti kuntrarju għal dak li huwa propost mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Madwar il-bypass tal-Mellieħa hemm kumpless ta' barrieri li fin-north west local plan hemm propost li dan għandu jinbidel f'area semi-industrijali.", "Din hija proposta li jien ma naqbilx magħha u nispera li meta niġu għad-drafts finali jitneħħew minn kif inhuma.", "Ma naqbilx ma' din il-proposta għaliex ma jagħmilx sens li fiċ- ċentru ta' raħal ikun hemm żvilupp industrjali tat-tip li qed jiġi propost, u nispera li fl-inħawi tal-Mellieħa jinstab post ieħor bħala industrial area li jservi għal dawk il-mijiet ta' individwi li għandhom negozju li ma jistax jibqa' jsir fir-raħal.", "Veru li s'issa m'hemmx area fejn isir dan ix- xogħol pero' l-proposta kif inhi ma tagħmilx sens.", "Proposta oħra li dwarha qam ċertu ammont ta' kommozzjoni hija dwar it- triq ta' ħdejn il-knisja ta' Burmarrad.", "Hemm proposta li din ma tibqax triq li minnha jgħaddu l-karozzi u ssir pedestrian zone.", "Dan isir billi l- karozzi li bħalissa jidħlu u joħorġu minn Burmarrad lejn id-direzzjoni ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa jibdew jgħaddu min-naħa t'isfel tal-knisja.", "Fil-fehma tiegħi din il-proposta ma tagħmilx sens minħabba l-fatt li t-triq kif inhi ma tistax tieħu t-traffiku li jgħaddi minn dawk l-inħawi.", "Din ukoll hija proposta li jien ma naqbilx magħha u nispera li meta niġu għad- drafts finali tiġi mibdula.", "Hemm diversi punti oħra fin-north west local plan li xtaqt nitkellem dwarhom imma llum m'għandix ħin għax nixtieq nagħmel riferenza għal dak li qal l-Onor.", "Charles Buhagiar f'dan il- parlament il-ġimgħa li għaddiet fejn jidħlu xogħlijiet ta' toroq.", "L-Onor Buhagiar tkellem dwar in-nefqa tal-gvern fejn jidħlu t-toroq għaż- żmien li ġej u qal li jiena għedt li se nonfqu Lm15-il miljun.", "Jien naħseb li kull wieħed minna għandu jkun jaf x'qed jgħid f'din il-Kamra.", "Naħseb ukoll li m'għandniex nagħmlu kampanja ta' nofs veritajiet għax persuni li ma jkunux jafu b'ċerti dettalji jistgħu jiġu ngannati biha.", "Nibda mill- ewwel bil-kwestjoni tan-nefqa tal-gvern ta' Lm15 miljun fil-qasam tat-toroq li kontinwament tissemma f'din il-Kamra.", "Nagħmilha ċara li jien fl-ebda ħin m'għedt li din in-nefqa se ssir matul is-sena 2001, jew li hija nefqa fuq xogħlijiet li diġa' nbdew fil-qasam tat-toroq, imma hija nefqa li żgur tkompli tinfirex matul is-sena li ġejja u possibbilment anke matul is-sena 2003 għaliex dak li jinbeda llum ma jistax jitlesta kollu sa l-aħħar tas- sena.", "Parti minnu lanqas hu intenzjonat li jitlesta sa l-aħħar tas-sena d- dieħla u allura l-pagamenti marbuta ma' dan ix-xogħol mhux se jitħallsu matul din is-sena u possibbilment lanqas matul is-sena li ġejja.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għaliex wieħed għandu jifhem li fejn jidħol l- iżvilupp tat-toroq aħna għandna nkomplu fuq il-passi li bdejna bihom jiġifieri li mhux biss nipprogrammaw ix-xogħlijiet imma li bis-serjeta' nippubblikaw dak li nkunu qed nagħmlu u l-pjanijiet tagħna bħala gvern.", "Diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra jagħmlu mistoqsijiet parlamentari - naturalment b'mod speċjali min-naħa ta' l-oppożizzjoni - dwar xi xogħlijiet li hemm meħtieġa f'diversi lokalijiet.", "Iktar kmieni din is-sena kelli okkażjoni nagħti informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li kienu mistennija li jibdew, jitkomplew u li jitlestew fiż-żmien li ġej.", "Pero' madanakollu l-Onor.", "Charles Buhagiar qal li ma nistax jifhem la minn fejn se jiġu u lanqas fejn se jintnefqu l-Lm 15-il miljun li semmejt.", "Tajjeb li wieħed jgħid li dan l-istess argument għamlu s-segretarju ġenerali tal- Partit Laburista, is-Sur Jimmy Magro xi tlieta jew erbat iħdud ilu f'artiklu fil-ġurnal ''KullĦadd''.", "Dakinhar is-Sur Magro qal li kien wasal iż-żmien li l-ministri jkunu miżmuma personalment responsabbli ta' l- overspending ta' dak li jkollhom budgeted u possibbilment ikun hemm anke liġi li tiddeċiedi hi.", "Nista' nassigura lis-Sur Magro li jien m'għandix intenzjoni li nagħmel overspending.", "L-intenzjoni tiegħi hi li bis-serjeta' nkompli miexi fuq il-programm ta' xogħlijiet li tfassal, ġie pubblikat u li se nkomplu naġġornaw minn żmien għall-ieħor.", "Dan qed ngħidu għaliex l- oppożizzjoni konvenjentement kultant tinsa li fejn jidħol xogħol arterjali hemm ippubblikat rapport li mhux biss jitkellem fuq x'għandu jsir imma jitkellem ukoll fuq xogħlijiet li mexjin fuqhom ħalli nkunu nistgħu nattwawhom matul iż-żmien li ġej.", "Nista' ngħid li jien fl-ebda ħin ma għaddieli minn rasi li x-xogħol li hemm f'dak il-programm li ġie ppubblikat fl-1999 se nagħmlu kollu matul is-sena 2000 jew 2001 imma dan huwa xogħol li se jitkompla matul is-snin li ġejjin.", "Jien konvint li jiġi min jiġi wara l-gvern tal-ġurnata se jkollu quddiemu l-bażi li fuqha jrid jaħdem ħalli jkompli miexi fuq dan il-programm.", "Mr Speaker, rigward it-triq ta' Ħal Far, Mdina Road, Qormi u Psaila Street, Birkirkara rrid ngħid li konna ilna nitkellmu dwar il-ħtieġa li jsir ix-xogħol fuqhom minn qabel l-1996 - jekk m'inix sejjer żball mill- 1995 – pero' daqqa minħabba diffikulta' u daqqa minħabba oħra dawn qatt ma nbdew.", "Illum ix-xogħlijiet f'dawn it-toroq jinsabu għaddejjin u wieħed jistenna li ma jdumux ma jkunu lesti għas-sodifazzjon ta' kulmin jgħaddi minnhom.", "Naturalment minbarra dawn it-toroq li għadni kemm semmejt hemm xogħol ieħor li qiegħed in hand.", "Per eżempju, it-triq li minn Burmarrad tieħdok sar-roundabout tal-Qlejgħa hija biċċa xogħol kbira fuq ħames kilometri ta' toroq li ilha meħtieġa u li dwarha ilna nisimgħu ħafna kritika pero' bi pjaċir ngħid li llum ix-xogħol inbeda.", "Għalkemm ikun hemm tgergir dwar kemm mexjin bil-mod madanakollu tajjeb li wieħed jgħid li x-xogħol li qed isir huwa ta' kwalita' differenti ferm minn dak li konna mdorrijin bih.", "L-istess nista' ngħid għat-triq li mis-Salini twasslek sa ħdejn il-bidu ta' l-Iklin.", "Hemmhekk kellna postijiet fejn il-kuntrattur li kien qed jaħdem spiċċa neħħa disa' jew għaxar filati ta' ħamrija li kienu ilhom jeżistu ma nafx kemm-il sena.", "Din il-ħamrija tneħħiet biex inkunu nistgħu nibnu mill-ġdid dik it-triq - magħrufa bħala t-telgħa Ta' Alla u Ommu - li tista' sservi ta' nifs għat-traffiku kollu li jkun ġej min-naħa ta' San Ġwann u min-naħa ta' Tas Sliema fid-direzzjoni tan-Naxxar.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu nagħtu relief għall-coastroad u għat-triq ta' Burmarrad.", "Naturalment anke hawn ix-xogħol huwa ta' dimensjoni kbira u miexi b'ċertu ritmu, għalkemm jien nixtieq kieku r-ritmu jgħaġġel ftit aktar.", "Hemm imbagħad it-triq kif inhi magħrufa bħala the nortbound ring road li taqsam il-Mosta minn Naxxar b'tul ta' żewġ kilometri.", "Mela b'kollox hemmhekk hemm tul ta' madwar 12-il kilometru ta' xogħol għaddej, xogħol li huwa meħtieġ minn kulmin jgħaddi minn dawk l-inħawi.", "Naturalment fadal ħafna xi jsir u l-Lm15 miljun li semmejt m'humiex se jintnefqu fuq dawn it-toroq biss imma se jintnefqu bejn issa u ż-żmien li ġej fuq xogħlijiet oħra li se jibdew.", "Fost l-oħrajn insemmi fejn spiċċajna f'Imdina Road, Qormi, tibqa' tiela' għall-Imdina Road, Żebbuġ, tibqa' sejjer ħdejn ir-roundabout lejn ir- Rabat, il-Mosta, Ħaż-Żebbuġ jew lejn Ħ'Attard, tmur lejn iċ-ċimiterju ta' l- Ingliżi, titla' lejn is-Saqqajja, taqbad minn ħdejn iċ-ċimiterju ta' l- Ingliżi u twasslek sa ħdejn ir-roundabout tal-Qlejgħa, fejn hu mistenni li jispiċċa x-xogħol indikat.", "Din hi triq li tinkorpora fiha madwar għaxar kilometri oħra ta' toroq arterjali li hemm bżonn li jinbidlu f'dawk l- inħawi.", "Naturalment għandna wkoll ix-xogħol fuq il-bypass ta' l-Imtarfa li ma nafx kemm-il darba saru mistoqsijiet parlamentari dwarha.", "Dwar din it- triq irrid ngħid li diġa' saret parti minnha fejn it-triq eżistenti kienet fi stat diżastruż minħabba l-mod kif inbniet fl-1982 jew fl-1983.", "Issa tlestiet il-biċċa ta' fuq u huwa mistenni li iktar tard jinbeda x-xogħol fuq il-lanes tan-naħa ta' isfel u b'hekk il-bypass ta' l-Imtarfa tkun tista' titkompla.", "Xogħol ieħor li rridu nkompluh matul iż-żmien li ġej huwa dak fejn waqaf ix-xogħol ta' Ħal Far li jibqa' sejjer lejn l-inħawi tal-freeport.", "Irid jinbeda xogħol ta' upgrading ukoll fl-inħawi ta' Għajn Dwieli fejn hemm bżonn ta' triq li tieħdok lejn il-Fgura fid-direzzjoni tal-Galleria.", "Hemm ukoll Triq Hompesch li bdejna u li pprovaw iwaqqfuna mix-xogħol.", "Issa nispera li nkunu nistgħu nkompluha minn nhar it-Tnejn li ġej.", "Irrid ngħid li għal din it-triq hemm stima ta' nefqa ta' madwar Lm600,000.", "Sar ukoll xogħol fuq Valletta Road, il-Mosta li twassal għall-inħawi taċ-ċimiterju ta' Ħal-Lija u issa se jsir upgrading sar-roundabout area li kulmin jgħaddi minn ħdejha jaf x'diffikultajiet irid iħabbat wiċċu magħhom kontinwament.", "Minbarra l-junctions partikolari ta' Ħal-Lija hemm ukoll maħsub li matul iż- żmien li ġej jinbeda x-xogħol fuq il-junctions għad-daħla ta' Paceville, il- junction ta' Ħaż-Żabbar li tieħdok għal Wied il-Għajn, il-junction li hemm ħdejn id-daħla ta' Ħaż-Żebbuġ u tas-Siġġiewi u l-junction fejn kien hemm il- Vibes f'Tal-Balal.", "Dawn huma junctions li rridu nkomplu ntejbu pero' ma rridux nilludu ruħna li dawn jinvolvu biss ftit eluf ta' liri.", "Jien għandi l-istimi u d-dokumenti ppreparati għall-pubblikazzjoni tat-tenders u nista' ngħid li f'kull każ l-istima hija ta' iktar minn Lm100,000.", "Mr Speaker, naturalment irridu naraw ukoll li x-xogħol li nbeda fuq is- signage tal-pajjiż ikun ta' livell internazzjonali.", "Irridu naraw li s- signage matul it-triq li miċ-Ċirkewwa tieħdok sa Birżebbuga jitlesta u jkun in place ħalli b'hekk inkunu f'pożizzjoni li nkomplu s-signage neċessarju f'toroq oħrajn.", "Issemmew diversi affarijiet oħrajn li jridu jsiru, affarijiet li għalkemm ilhom jeżistu għal ma nafx kemm-il sena qatt ma sar programm bis-serjeta' biex naraw kif se nsolvuhom.", "Nista' nirriferi issa għall-famużi industrial areas f'Tal Ħandaq, l-Imrieħel, Ħaż-Żebbuġ, il- Mosta u Ħal-Luqa.", "Ilna nitkellmu dwar il-ħtieġa li dawn nirranġawhom u ma nafx kemm-il domanda parlamentari saret dwar dawn l-inħawi, imma kellha tkun din l-amministrazzjoni u kellha tkun il-kordinazzjoni bejn il- ministeru tat-trasport u l-ministeru responsabbli mis-servizzi ekonomiċi li raw li minn din is-sena nibdew nivvotaw ammont ta' flus għal dan il-għan.", "Din is-sena ġew ivvotati Lm360,000 jew Lm370,000 pero' rridu nivvotaw iktar għal dawn l-industrial areas.", "Ta' min igħid li l-investiment f'dan il-każ huwa ta' iktar minn Lm1 miljun imma b'determinazzjoni għedna li se nivvotaw flus apposta biex l-industrial areas privati ta' pajjiżna jingħataw l- upgrading neċessarju, mhux biss billi nagħtu ftit tarmac imma billi naraw li s-servizzi neċessarji jkunu f'posthom.", "Naturalment nafu li għad baqa' mas-600 triq li għad iridu jsiru u kif kont għedt f'risposta għal domanda parlamentari li saritli hemm programm ta' xogħol - sa dak iż-żmien tar-risposta kien jinkorpora 178 triq - li jrid jinbeda matul is-sena li qegħdin fiha.", "Ovvjament ix-xogħol mhux se jkun lest kollu matul din is-sena imma l-kuntratturi bħalissa għaddejjin bix-xogħol fuq 50 triq f'diversi lokalitajiet ta' Malta.", "Naturalment għad fadal x'nagħmlu u x'nipprogrammaw madanakollu dawn it-toroq kollha jispjegaw iċ-ċifra ta' Lm15-il miljun li semmejt.", "L-Onor.", "Buhagiar qajjem il-punt - li kif diġa' għedt issemma mis-Sur Jimmy Magro, segretarju ġenerali tal-Partit Laburista - dwar kif se jagħmel il-gvern preżenti biex jonfoq Lm15 miljun meta għal din is-sena hemm ivvotati biss Lm6.5 miljun.", "Diġa' spejgajt li se jkun hemm spill over minn din is-sena għas-snin li ġejjin b'mod li x-xogħlijiet ikunu jistgħu jitlestew u jitħallsu.", "Mr Speaker, intqal ukoll li ħafna drabi jiena nuża l-buzzword li qed nagħmlu l-affarijiet skond in-normi internazzjonali.", "L-Onor.", "Buhagiar kompla jgħidilna li n-normi Ewropej bdew jiġu wżati hawn Malta meta l- Partit Laburista, fis-sentejn li dam fil-gvern, ġab l-esperti Ġermaniżi.", "Ma nafx kemm-il darba għedt li kien pass tajjeb li ġew Malta dawn l-esperti biex jaraw x'inhija l-pożizzjoni tat-toroq tagħna.", "Dan kien pass fid- direzzjoni tajba madanakollu tajjeb li ngħidu li l-esperti li ġew Malta fl- 1998 fil-fatt ma kellhomx iċ-ċans li jagħmlu lanqas ċentimetru wieħed ta' toroq skond l-istandards li kienu qegħdin jipproponu.", "Il-programm tax- xogħol fit-toroq imfassal minn dawn l-esperti seta jitfassal wara li ntużaw numru ta' ġimgħat u xhur wara l-elezzjoni ta' l-1998 fejn kompliet issir analiżi tad-diffikultajiet fit-toroq ta' pajjiżna u fejn ġie imħejja u ppubblikat rapport bl-intenzjoni li bis-serjeta' nbiddlu l-mentalita' dwar il-mod kif naħdmu.", "Huwa kollox sew li l-Onor.", "Buhagiar jgħidilna li ġabu l- esperti Ġermaniżi pero' li jkompli jgħid li dawn l-esperti Ġermaniżi kienu fasslu xi ħaġa b'mod konkret li setgħet tibda tiġi pprattika sa qabel l- elezzjoni li għaddiet ikun qiegħed mhux biss jimmislidja l-Kamra imma jkun qed jidħak bih innifsu u jkun qed jipprova jgħaddi ż-żmien b'dawk kollha li jkunu qed jisimgħuh.", "Saret ukoll riferenza għall-kwestjoni ta' Hompesch Road fil-Fgura.", "Din hi kwestjoni li fl-opinjoni tiegħi qatt ma kien messha tasal sal-livell li waslet.", "Hija kwestjoni li dan il-gvern kien ilu jaħdem fuqha sa minn ftit ġimgħat wara l-elezzjoni ta' l-1998 meta bdew il-preparazzjonijiet tad- dokumenti neċessarji, tender documents, li kien ppreparati u ppubblikati għall-ewwel darba f'Ottubru ta' l-1999.", "Dan qed ngħidu għax jekk kien hemm xi ħadd fil-kunsill lokali, fil-Partit Laburista jew il-konsulent tal- kunsill li huwa l-istess Perit Charles Buhagiar – jiġifieri hawn ukoll donnu hawn ċerti konflitti, imma dak ma nidħolx fih f'dan l-istadju - li dehrlu li dak mhux xogħol li suppost jagħmlu l-gvern ċentrali, allura kellu ċ-ċans kollu minn Ottubru ta' l-1999 - proprjament minn qabel il- pubblikazzjoni tat-tender - li joġġezzjona.", "Madanakollu mhux hekk ġara.", "Ġara li għal sentejn smajna f'dan il-Parlament ma nafx kemm-il darba iktar minn deputat wieħed jgħidilna x'għarukaża l-gvern tal-lum ma jridx ikompli x-xogħol fuq Hompesch Road u ma nafx kemm-il darba kelli mistoqsijiet parlamentari dwar meta se jinbeda x-xogħol.", "Issa d-domanda tqum waħedha.", "Jekk ma kenitx responsabbilta' tal-gvern ċentrali, għalfejn kien hawn dan id-diskors kollu kontra l-gvern rigward din it-triq?", "Għalfejn intqal diversi drabi li dan il-gvern mhux bħall-gvern ta' qablu, li mexa fuq il-pjan li kien għamel fl-1996 il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern?", "Imma mhux hekk kienu l-affarijiet.", "Kien hemm pubblikazzjoni tat-tender, ingħatat, minħabba ħafna diffikultajiet in parti marbuta ma' l- istess kuntratturi li ngħataw ix-xogħol, dak il-kuntrattur ma ġeddidtx il- bid bond li kellu u kellna nerġgħu nippreparaw it-tender.", "Issa ta' min igħid li saru diversi diskussjonijiet mal-kunsilli lokali qabel il- pubblikazzjoni tat-tender, u wara l-pubblikazzjoni kien ċar li l-kunsill lokali dak iż-żmien kien favur li x-xogħol isir, madanakollu meta mbagħad ġejna biex jibda x-xogħol bdew jinħolqu ħafna diffikultajiet u problemi.", "Issa ta' min jgħid li diversi drabi nstemgħu f'diversi lokalijiet jgħidu li sakemm hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern din it-triq ma ssirx, imma dak ma jimportax.", "U huwa żbaljat min jipprova jdaħħal fin-nofs rapporti li saru dan l-aħħar marbutin mal-kwestjoni ta' l-asthma fl-inħawi tal-Fgura biex jipprova jiġġustifika dak li jingħad.", "Huwa ħażin ukoll, Mr Speaker, li jkun hemm min jipprova jgħid li l-Fgura m'għandhiex x'imkien qrib il-knisja li jservi bħala ċentru.", "L-ironija forsi hi li l-proposta li jkun hemm ċentru m'hijiex ħdejn il-knisja imma ftit 'il bogħod mill-knisja għaliex min kien qed jipproponi li jagħmel dan is- suppost ċentru kien jinteressah biss li parti żgħira biss mit-triq – triq ta' ma nafx kemm-il metru – issir one-way.", "Jiġifieri hawnhekk mhux fuq it- triq kollha qed nitkellmu imma fuq parti żgħira.", "Jiena nistaqsi: X'inhu l- iskop li tagħmel parti żgħira biss one-way u tiġġustifika dan billi tipprova tgħid li dan qed isir biex inkunu fil-pożizzjoni li dawk l-inħawi jiffrankaw il-kwestjoni tat-tinġiż?", "Tajjeb li wieħed jgħid li kieku sar hekk, ammont sostanzjali ta' traffiku kien se jmur f'inħawi oħra mhux fil- periferija imma fiċ-ċentru tal-Fgura.", "Jiena m'għandix dubju li dan m'huwiex mod kif wieħed jipprova jwaqqaf l- affarijiet.", "Ta' min igħid li l-kunsill lokali tal-Fgura ħa lill-ministeru l-qorti u issa, wara li nqatgħet is-sentenza nispera li ma jkun hemm ħadd iktar li jipprova jtellef milli jsir ix-xogħol.", "Diġa' ntilfu iktar minn tliet ġimgħat żmien li naturalment il-konsegwenzi tagħhom se jbatuhom ir- residenti u n-nies li għandhom il-ħwienet fl-inħawi.", "Nispera li meta nhar it-Tnejn il-kuntrattur jerġa' jirritorna biex jagħmel ix-xogħol ma jkunx hemm xi ħadd ieħor li jerġa' joħlom biex jagħmel xi tip ieħor ta' twaqqif.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel punt żgħir ta' l-aħħar fuq Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat.", "Din it-triq ukoll għal darba oħra kienet il-kaġun ta' ma nafx kemm-il battibekk li kellna min-naħa għall-oħra f'din il-Kamra.", "Issa fuq bażi temporanja ta' esperimentazzjoni f'din it-triq bdiet tiġi mħaddma sistema ta' one-way.", "Bħalissa hemm hemm numru ta' diffikultajiet li qed jirriżultaw u wħud minn dawn id-diffikultajiet wieħed jista' jgħid ukoll li jistgħu jkunu istigati minn xi wħud li they wish to prove li s- sistema ma taħdimx.", "Madanakollu rridu naraw kif u jekk hemmx bżonn ta' bidliet f'din is-sistema wkoll f'dan l-istadju, jekk hemmx ħtieġa ta' xi bidliet u ameljoramenti li nistgħu nagħmlu u jekk jirriżulta li hemm bżonn ta' titjib allura nkunu nistgħu nagħmluh.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett ngħid li huwa importanti ferm li nifhmu li x- xogħol marbut mat-toroq huwa xogħol li jrid ikompli miexi 'l quddiem, xogħol li fil-fatt irid ikompli jiġi mfassal u implimentat.", "Quddiemna għandna l-bażi ta' kif nistgħu naħdmu u ta' kif nistgħu nimplimentaw dak li l-poplu tant jixtieq jara lest.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 15 ta' Ottubru 2001 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EU – IMPORTAZZJONI TA' BUTIR", "28374.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-butir wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l- EU?", "Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?", "X'konsultazzjoni saret ma' l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-butir hu mportat bi prezzijiet internazzjonali.", "Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-butir fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess.", "Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil- prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar.", "Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku.", "Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu jsiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.", "NIXXIEGĦA KULTURALI – MELLIEĦA", "28378.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinformana x'valutazzjoni saret għall-proposti tan-Nixxiegħa Kulturali Mellieħa dwar il-pjan lokali għall-majjistral ta' Malta, Mellieħa?", "Liema huma dawk li se jiġu implimentati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PBS - ĦADDIEMA", "28386.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li, fid-dawl tar-ristrutturar li jrid isir fil-PBS u l-fatt li ċ-chairman tal-PBS riċentement kien wiegħed, li ħadd mill-ħaddiema tal-PBS m'hu se jitlef l-impjieg tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li xi ħadd qatt ta l-assigurazzjoni fit- termini kif poġġiha l-Onor.", "Membru.", "Il-proċess ta' ristrutturar f'PBS Ltd, li qed isir fuq ir-rakkomandazzjonijiet tat-task force imwaqqfa apposta, m'għandux bħala skop li l-ħaddiema jitilfu l-impjieg tagħhom, imma li l- kumpannija ssir waħda viabbli.", "L-impjieg tal-ħaddiema jista' jiġi assigurat fil-futur fin-numru skond il-viabilita` u kemm-il darba r- ristrutturazzjoni titwettaq kif meħtieġ.", "Li n-numru ta' mpjegati fil-PBS, kif inhu llum, huwa wieħed li mhux sostenibbli u li jrid jonqos huwa fatt aċċettat minn kulħadd.", "Parti mill-proċess ta' ristrutturar jikkonsisti fi skema ta' irtirar kmieni li permezz tagħha numru ta' mpjegati jirtiraw u b'hekk il- kumpannija jkollha n-numru ta' mpjegati skond il-ħtieġa tax-xogħol li jkollha fil-qasam tax-xandir pubbliku u skond il-parametri tal-viabilita` tagħha.", "SKEJJEL – BINI/MANUTENZJONI", "28551.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel għadu għaddej xogħol ta' bini, tiswija u manutenzjoni?", "X'inkonvenjent qed joħloq dan ix-xogħol għall- istudenti u l-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent qed isir xogħol ta' bini, tiswija u manutenzjoni fl-iskejjel primarja ta': Ħ'Attard; Ħal-Luqa; Imġarr; Gżira; Dingli; Bormla; Żejtun B; San Bastjan A, Qormi; San Bastjan B, Qormi.", "Fi skola speċjali, Ħamrun.", "Fil-liċeo tal-bniet ta' Santa Luċija u tal-bniet Sandhurst.", "Fl-iskola tas-subien ta' l-Imtarfa; fi skola sekondarja tas-subien tal-Marsa; f'Santa Tereza junior lyceum, Mrieħel, fil- kumpless tal-Qrendi u; fi skola Stefano Żerafa, Naxxar.", "Ġejt assigurat li dan ix-xogħol mhux qed joħoloq inkonvenjent, la għall- istudenti u l-anqas għall-għalliema u li l-proċess tat-tagħlim jista' jibqa' għaddej bla tfixkil.", "UNIVERSITA' – B.ED/PGCE", "28553.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiggradwaw studenti fil-B.Ed u fil-PGCE f'Novembru li ġej suġġett b'suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li se jiggradwaw f'Novembru, 2001 B.Ed (Hons) u PGCE, suġġett b'suġġet huwa kif se nsemmi:", "|PGCE | |B.Ed. | | |Business |11 |Art |2 | |Studies | | | | |History |6 |Biology |9 | |Maltese |9 |Chemistry |4 | |Religion |4 |Computer |14 | | | |Studies | | |Science |6 |English |12 | |Personal & |26 |French |8 | |Social Educ.| | | | |Drama |1 |Geography |4 | |English |9 |German |7 | |French |5 |History |6 | |Computer |1 |Home |11 | |Studies | |Economics | | |Italian |5 |Italian |8 | |Social |5 |Maltese |15 | |Studies | | | | |Gorgraphy |1 |Mathematics|21 | |Music |3 |P.E. |14 | |Total |86 |Primary |74 | | | |Religion |13 | | | |Spanish |3 | | | |Technical |8 | | | |Subjects | | | | |Total |242 |", "MCAST – GĦALLIEMA", "28555.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom l-għalliema li kellna fil-qasam post- sekondarja?", "X'xogħol qed jagħmlu f'din is-sena skolastika?", "Kemm marru mal- MCAST?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li 77 mill-għalliema li kienu jagħtu servizz fl-iskejjel post sekondarji li issa saru r-responsabbilta` ta' l-MCAST, ingħaqdu ma' l-istaff tal-kulleġġ.", "L-għalliema li jew ma applikawx jew li ma ntgħażlux biex jifformaw parti mill-MCAST, ingħataw transfers fil-postijiet vakanti li kien hemm fl- iskejjel post sekondarji jew sekondarji jew f'istituzzjonijiet oħra edukattivi.", "MCAST – IMPJEGATI", "28558.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien persuni mpjegati s'issa mal-MCAST?", "Kemm istitut b'istitut?", "Kemm hemm staff amministrattiv?", "B'liema kundizzjonijiet tax-xogħol u salarji f'kull każ?", "Istitut b'istitut, kemm hemm staff akkademiku?", "B'liema kundizzjonijiet u salarji f'kull każ?", "Istitut b'istitut, kemm hemm staff mhux akkademiku?", "B'liema kundizzjonijiet u salarji f'kull każ? istitut b'istitut?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista bin-numru ta' mpjegati ma' l-MCAST minn Jannar sa Settembru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Is-salarju u l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma dawk publikati mas-sejħiet għal postijiet vakanti.", "Kopji tal-kuntratti huma aċċessibbli għal persuni awtorizzati biex jarawhom.", "KUNSILL MALTI XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "28565.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28372, x'salarji qed jitħallsu l-erba' persuni msemmija?", "Jinsabu fuq kuntratt definit jew indefinit?", "Liema f'kull każ?", "Għal kull post li mtela' minn dawn l-erba' persuni, kemm kien hemm applikazzjonijiet minn persuni oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: |Isem |Impjie|Sena |Kuntra|Grad |App| | |g | |tt | |. | |Edmond| | | |Asst.| | |Buhagi|full-t|1999 |indefi|Exec.|1 | |ar |ime | |nit | | | |Michae| | | |Asst.| | |l |full-t|2001 |indefi|Exec.|9 | |Refalo|ime | |nit | | | |Nadine| | | |Asst.| | |Cauchi|full-t|2001 |indefi|Exec.|9 | | |ime | |nit | | | |Wilfre| | | |Chief| | |d |full-t|2001 |defini|Exec.|12 | |Kenely|ime | |t | | |", "Ġejt mogħti l-parir li minħabba li n-negozjati ta' membri ta' l-istaff ta' l-MCST għadhom mhux kollha magħluqin, ma jkunx prudenti li tingħata informazzjoni dwar is-salarji f'dan l-istadju.", "MCAST - GĦAMARA", "28566.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-kulleġġ ikun f'pożizzjoni li jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "28373?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt assigurat li t-tagħrif mitlub ikun kompilat biex nista' nagħti tweġiba fis-Seduta ta' filgħodu ta' l-Erbgħa 24 ta' Ottubru, 2001."]} {"filename": "20000229_252d_par.doc", "date": "2000-02-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 252 It-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 252", "It-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "252", "It-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 484", "KUNSENS GĦAL ATTI 484", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 484", "TQEGĦID TA' KARTI 490", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIENI QARI) BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 491", "AĠĠORNAMENT 512", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 516", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 251 li saret fid-29 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru VIII ta' l-2000 - Att ta' l-2000 dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini).", "Ninforma wkoll lill-Kamra li s-Sedja rċeviet rapport mill-Awditur Ġenerali dwar kunċerti organizzati f'Ta' Qali fl-1998 u se nqiegħdu fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-follow-up audit report on concerts organised in 1998 li saru mill-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali kif mitlub mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi fil-21 ta' Lulju 1999.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ELEZZJONI ĠENERALI (1987) - CORRUPT PRACTICES", "13528.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta bdiet il-kawża dwar corrupt practices fl-elezzjoni ta' Mejju 1987 in konnessjoni ma' partitarji Nazzjonalisti li ssawtu jew ma tħallewx jivvutaw minn partitarji Laburisti?", "Kemm-il seduta saret?", "Min kien l-imħallef jew il- maġistrat?", "Meta nqatgħet is-sentenza?", "Kemm kien hemm akkużati?", "Kemm instabu ħatja?", "Kemm issejħu xhieda mid-difiża u mill-prosekuzzjoni separatament?", "Għal kemm-il darba d-difiża sejħet lill-istess xhud biex jixhed?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-kawza dwar corrupt practices li seħħew fl-elezzjoni ta` Mejju 1987 bdiet b`kumpilazzjoni fl-10 ta` Ġunju, 1987 quddiem il- Magistrat Michael Mallia u ġiet deċiza fl-24 ta` Gunju, 1997.", "F`dan il- perijodu saret 139-il seduta.", "L-akkuzati kienu ħdax, għaxra minnhom ġew misjuba ħatja u wieħed ġie lliberat.", "Issejħu 92 xhud mill-prosekuzzjoni u 24 xhud mid-difiża.", "Mix-xhieda tad- difiża kien hemm żewġ xhieda li xehdu fi tliet seduti differenti u żewġ xhieda oħra li xehdu f`żewġ seduti differenti.", "Id-deċizjoni tal-Magistrat ġiet appellata minn tnejn mill-akkuzati li kellhom sentenza ta` priġunerija.", "Dan l-appell, Nru. 214/97, ġie appuntat għas-27 ta` Ottubru, 1997 mill-Imħallef Victor Caruana Colombo, li mbagħad ġie assenjat lill-Imħallef Patrick Vella wara li l-ewwel Imħallef irtira bl- eta`.", "B`kollox saru seba` seduti fl-appell li ġie deċiż fit-3 ta` Settembru, 1998.", "Il-Qorti ta` l-Appell bidlet id-deċizjoni ta` l-ewwel qorti minn waħda karċerarja għal waħda ta` multa.", "QRATI - SALARJI", "13742.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Maire Louise Colerio) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar is-salarji ta' l-imħallfin, tal-maġistrati u ta' l-avukat ġenerali mill-1990 sa l-2000 sena b'sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat illi s-salarji ta` l-imħallfin u tal- maġistrati għas-snin 1990-2000 huma kif jidhru hawn taħt:", "|Sena |Prim |Imħall|Maġistr| | |Imħallef|ef |at | |Jan` 90 |5985 |5107 |4306 | |Jan` 91 |7462 |6451 |5387 | |Jan` 92 |8953 |7750 |6481 | |Jan` 93 |10423 |9023 |7554 | |Jan` 94 |10501 |9101 |7632 | |Jan` 95 |10618 |9218 |7749 | |Jan` 96 |10722 |9322 |7920 | |Jan` 97 |10800 |9400 |7990 | |Mar` 97 |10813 |9413 |8001 | |Jan` 98 |10891 |9491 |8067 | |Jan` 99 |10982 |9582 |8184 | |Jan` |11034 |9634 |8236 | |2000 | | | |", "Mill-1 ta` Jannar, 1996 ma' dan is-salarju hija mħallsa wkoll expense allowance ta` LM1,000 u allowance oħra ekwivalenti għal 15% tas-salarju flok bonus u benefiċċji oħra li huma gawduti minn uffiċjali pubbliċi li huma fuq performance agreement.", "Ninsab informat ukoll li s-salarju ta' l-avukat ġenerali għas-snin 1990- 2000 huma kif jidhru hawn taħt:", "|Sena |Ammont (Lm) | |1990 |4951 (plus Lm156 salary | | |increase) | |1991 |6386 (plus Lm65 salary | | |increase) | |1992 |7750 | |1993 |9023 | |1994 |9101 | |1995 |9218 | |1996 |9322 | |1997 |9400 (up to end of | | |March) | | |9413 (as from 1st April)| |1998 |9491 | |1999 |9582 (plus Lm156 per | | |annum cash payment) | |2000 |9634 (plus Lm156 per | | |annum cash payment) |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed jingħad li mis-sena d-dieħla s-salarji ta' l- imħallfin se jitilgħu għal Lm20,000 fis-sena.", "Il-Ministru jista' jikkonferma dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-sena d-dieħla s-salarji ta' l-imħallfin, bħas- salarji l-oħra kollha ta' l-impjegati tal-gvern, jiġu riveduti skond l- agreement li sar ma' l-union dwar ir-relativities.", "Jiena ma nafx preċiż kemm jitilgħu pero' fl-1 ta' Jannar, 2001 għandu jsir relativity exercise u tiġi riveduta r-relattivita' bejn l-inqas salarji u l-ogħla salarji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru semmilna r-rappreżentanza ta' l- union, jista' jgħidli liema union tirrappreżenta l-maġistrati u l- imħallfin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Onor.", "Mizzi m'għandux x'jagħmel illejla!", "Jiena ma semmejtx il-union li tirrappreżenta lill-imħallfin imma għedt \"skond l-agreement li sar ma' l-union dwar ir-relativities\".", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-imħallfin m'għandhomx union tirrappreżentahom, jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx xi diskussjoni dwar dak li staqsa l-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi kien ministru wkoll u suppost jaf li s-salarji ta' l-imħallfin huma marbutin ma' salary scale partikolari, u ċioe' ma' salary scale 1, u li meta jsir l-agreement dwar ir-relativities, dan jiġi awtomatikament rivedut.", "Daqshekk sempliċi!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-uffiċjali fis-segretarjat privat tal-ministri kienu wkoll assimilati ma' ċerti gradi, imma meta nbidel il-gvern xi ħadd għoġbu jibdel kollox u lil dawn għollielhom is-salarju.", "Jiena għalhekk għamilt din il-mistoqsija biex inkun naf jekk hux se jiġri l-istess.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, jekk se nkomplu b'dan l-argument, allura l-Onor.", "Mizzi jmissu jirrifjuta li jieħu ż-żieda li se tingħatalu fl-1 ta' Jannar minħabba l-eżerċizzju dwar ir-relativities.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandi ebda ħsieb nirrifjuta li nieħu ż-żieda pero' nistiedenn lill-Ministru biex jinvestiga dwar dak kollu li għandi jien, jara kif għamilthom - għax il-poplu mhux fuq dawn l-affarijiet jitkellem imma fuq min jipprova jaħrab it-taxxa - u jinvestiga wkoll dwar dak li għandu hu, kemm idaħħal flus u kemm jiddikjara fl-income tax return tiegħu, u mbagħad jibqa' sejjer fuq sħabu u jibqa' sejjer fuq avukati bħalu.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli naraw issa jekk hux se jilqa' din l-istedina!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, aħna ma niġux hawn biex noqogħdu nagħmlu dawn il-battibekki fuq ħmerijiet.", "Meta l-Onor.", "Membru kien ministru kellu sentejn sħaħ biex jinvestiga mhux biss lili imma lil kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) L-unika ħaġa li ma smajtux jgħid hi li wara li jinvestiga lilna ta' din in-naħa, ikompli fuq sħabu tan-naħa l-oħra!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dik m'għedthiex għax naf li hu l-ewwel ma jinvestiga u jakkuża lil din in-naħa u mhux lil sħabu!", "MR SPEAKER: Infakkarkom li bħalissa qegħdin fil-ħin tal-mistoqsijiet.", "QORTI - SIGURTA'", "13931.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għala mijiet ta' nies jitħallew kuljum jidħlu l-qorti mingħajr sigurta' ta' xejn minkejja li fl-entratura tal- qorti hemm makna apposta?", "Japprezza l-Ministru li meta din il-makna ddoqq in-nies xorta jitħallew jidħlu, avolja jkun hemm żewġ uffiċjali tas- sigurta' u pulizija preżenti u allura faċli li dak li jkun idaħħal arma miegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li minn ħin għall-ieħor isiru spot checks mill-amministrazzjoni tal-qorti f`sezzjonijiet differenti tad- dipartiment, inkluz fejn is-security guards, bl-iskop li tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni lamentata mill-Onor.", "Membru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li f'din il-mistoqsija hemm riferenza għall-entratura tal-qorti, allura ġewwa l-qorti hemm xi ħadd inkarigat biex jagħmel ċertu ċċekjar, bħalma jsir fl-ajruport, u jara li ma jkunx hemm affarijiet ta' periklu, peress li dan il-post huwa sensittiv daqskemm huwa l-ajruport?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament nista' nirrispondi b'mod ġenerali għax hawnhekk m'għandix id-dettalji.", "Is-security guards m'humiex addetti biss għall-entratura imma xogħolhom jinkludi wkoll l-edifiċċju tal-qorti.", "Barra minn hekk, il-marixxalli u l-uffiċjali eżekuttivi l-oħra għandhom l-istess poteri daqs il-pulizija fl-edifiċċju tal-qorti u allura l-kontroll jista' jsir minnhom.", "Issa jekk ix-xogħol isirx b'mod adegwat jew le hija kwestjoni oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Apparti li fil-qorti jkun hemm pulizija biex jagħtu x-xiehda tagħhom u biex imexxu l-prosekuzzjoni, ikun hemm numru ta' pulzija oħrajn lesti għal xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu biex iżommu s- sigurta'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li ma jkunx hemm numru dettaljat ta' pulizija ħlief f'xi każi eċċezzjonali - mill-esperjenza qed nitkellem aktar milli mill-pożizzjoni tiegħi ta' ministru - pero' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li kif jafu l-avukati hawn preżenti, in-numu ta' pulizija li jkun hemm huwa altru minn biżżejjed.", "Kieku kellna nżidu n-numru ta' nies fil-qorti nkunu qed nikkomplikaw aktar l-affarijiet milli nħaffuhom.", "KUNSILLI LOKALI - LOCAL WARDENS", "14037.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jaħdmu l-local wardens mal-kunsilli lokali?", "Kemm ħarġu permessi ta' local wardens s'issa?", "Kemm-il applikazzjoni kellha l-ETC mingħand persuni li jirreġistraw għax-xogħol biex jibdew jieħdu taħriġ li jwassalhom għal local wardens?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li sal-lum il-kummissarju tal- pulizija ħareġ 95 liċenzja biex persuni jkunu jistgħu jaħdmu bħala gwardjani lokali, skond kif stipulat fl-Att Nru XIII ta` l-1996.", "L-ETC irċeviet 315-il applikazzjoni mingħand persuni li jirreġistraw għax-xogħol biex jieħdu taħriġ li jwassalhom għal gwardjani lokali.", "Hu maħsub li l-ewwel gwardjani lokali jibdew fil-25 ta` Frar, 2000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naf li l-local wardens għadhom bilkemm għamlu l- magħmudija jew forsi l-quċċija.", "Il-Ministru għandu xi ħjiel dwar kif dawn operaw fl-ewwel jiem tagħhom u kif ġew milqugħa miċ-ċittadini?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Skond ir-rapporti li għandi s-sistema per se qiegħda taħdem tajjeb.", "Fil-bidu kien hemm xi problemi mil-lat ta' software u management system - ovvjament wieħed jistennihom dawn l-affarijiet - u għad jista' jkun hemm problemi għax s'issa qed naħdmu biss f'area waħda.", "Jiġifieri ma rridx niddikjara ruħi dwar is-sistema qabel ma jkollna almenu tliet distretti qegħdin jaħdmu pero' s'issa l-problemi kienu minimi.", "Mil-lat ta' kif ġew milqugħa tisma' ftit minn kollox; tisma' lil min jgħidlek li mxew tajjeb miegħu, tisma' min jgħidlek li kienu puliti miegħu meta wissewh, tisma' min jgħidlek li ma kienx imissna daħħalnihom qabel ma pprovdejna l-carparks, tisma' min jgħidlek li għoġbuh l-uniformijiet, tisma' min jgħidlek li m'għoġbuhx, jiġifieri all in all hemm ċertu ċaqliq fis-sistema li wieħed irid jassorbi bil-mod, il-mod pero' biex tibbilanċja naħa ma' oħra hija daqsxejn diffiċli.", "Jiena naħseb li dik il-ġimgħa fejn il-gwardjani lokali taw it-twissijiet mingħajr ma ħarġu ċ-ċitazzjonijiet kienet idea tajba ħafna u s'issa l- average ta' twissijiet hu ta' għaxra għal kull warden fis-siegħa, jiġifieri huwa pjuttost għoli.", "Dan ifisser li għandna irregolaritajiet mhux ħażin u hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq area pjuttost żgħira.", "Veru li dan jista' jkun l-entużjasmu tal-bidu pero' dawn ilhom biss erbat ijiem jiffunzjonaw.", "S'issa nista' ngħid li l-presenza tagħhom qiegħda tgħin u forsi wieħed għad baqagħlu biex ikun jista' jagħti l-ġudizzju tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nesprimi l-preokkupazzjoni tiegħi dwar dak li smajt mingħand ċerti sindki.", "Qed nifhem li għallinqas fl-ewwel sena ta' l-operat tagħhom il-gwardjani lokali se jiġu ffinanzjati mill-flus tal- fines li jagħmlu- jista' jkun li fhimt ħażin - u wieħed qed jistenna li wara sena l-ammont ta' fines jinżel u magħhom jinżel l-ammont ta' finanzjament għal-local wardens.", "Allura mbagħad il-finanzjament ta' dan is- servizz huwa mistenni li jipprovduh il-kunsilli lokali?", "U jekk se jagħmlu hekk, se jiżdied il-budget jew se jkollhom inaqqsu minn oqsma oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'dan l-istadju ma nistax nagħti risposta preċiża għal din id-domanda.", "Li nista' ngħid hu biss li mill-prezzijiet ċċarġjati minn diversi kumpanniji li ttenderjaw, inkluż l-overheads li għandek fis- sistema, jekk kull warden kull siegħa joħroġ ċitazzjoni waħda, jiġi rkuprat il-cost kollu u bħalissa qed joħorġu għaxra kull siegħa.", "Jiġifieri anke jekk dak jiġi 10% is-sena d-dieħla, ukoll niġu breakeven.", "S'issa almenu qed inħares lejha b'ottika naqra differenti u mbagħad naraw meta naslu għaliha s-sena d-dieħla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Rigward l-avviż legali li ħareġ riċentement, għandek lokalitajiet fejn il-local wardens diġa' bdew joperaw, għandek oħrajn fejn hemm id-dati li fihom se jibdew joperaw u mbagħad għandek lokalitajiet oħrajn fejn għadu m'huwiex magħruf meta se jibdew joperaw.", "X'inhu jsir rigward dan u f'liema stadju waslu l-preparazzjonijiet biex f'dawn il-lokalitajiet jibdew joperaw ukoll il-local wardens?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Min-naħa tal-gvern il-preparazzjonijiet huma kollha lesti.", "Dawn li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant huma każi fejn il-kunsilli lokali sabu diffikulta' biex jagħtu t-tender għal wardens.", "F'ċerti lokalitajiet - ma nafx jekk hux iż-Żejtun jew Ħal Qormi - iddeċidew li jerġgħu joħorġu t-tender.", "Xi grupp ieħor iddeċieda li ma jaċċettax it- tender għal authorised officer u se jerġgħu joħorġuha u allura l- implementation tagħha kellha tiġi delayed.", "Huma f'dawn il-każi li m'għandniex data meta se jibdew jiffunzjonaw il-local wardens.", "Rigward każi oħrajn, kemm il-gvern kif ukoll il-kunsilli lokali lestew il- preparamenti pero' qed nistennew id-data meta nistgħu ngħaddu d- devoluzzjoni.", "KUNSILLI LOKALI - QORMI", "14068.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Peress li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi uża fondi pubbliċi biex jalloka kuntratt ta' computing, u peress li jidher li l-ebda public call for tender ma saret mill-istess kunsill, jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-proċeduri finanzjarji u l-proċeduri normali ġewx esegwiti?", "Jekk le, dan il-proċess se jitwaqqaf?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi kkonsidra tliet talbiet mingħand għalliema tal-computers u għażel l-aktar waħda vantaġġuza bl-irħas rati għar-residenti.", "Ninsab informat ukoll li l-kunsill ma użax fondi pubbliċi biex jorganizza korsijiet ta` computing.", "INDUSTRIJA - TRASFERIMENTI", "12593.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l- industrija?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 ta` Jannar, 2000 sar trasferiment ta` żewġ ħaddiema fid-dipartiment ta` l-industrija wara li saret talba mill-ħaddiema nfushom.", "Jekk fil-futur il-ħteġijiet tad-dipartiment jitolbu li jkun hemm trasferimenti ta` ħaddiema, allura dawn isiru.", "SPORTS - TRASFERIMENTI", "12594.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-isports?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l- Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000 ma sar ebda trasferiment lill- ħaddiema tad-dipartiment ta' l-isports.", "SAĦĦA - TRASFERIMENTI", "12595.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tas-saħħa?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 saru 264-il trasferiment lill-ħaddiema tad-diviżjoni tas-saħħa.", "60 minn dawn it-trasferimenti ntalbu mill-impjegati stess filwaqt li l-oħrajn saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: F'perijodu u relattivament daqshekk qasir, jista' l-Ministru jispjega jekk dawn it-trasferimenti sarux bħala parti minn xi strateġija jew parti minn programm ta' riforma fil-qasam ta' kif jiġu assenjati l-ħaddiema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-indikazzjoni kienet ċara meta għedt li l-bqija tat-trasferimenti saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas- servizz.", "Il-perijodu li talab l-Onor.", "Interpellant kien ukoll ikopri l- perijodu meta ġiet introdotta r-riforma tal-cleaning.", "Fil-fatt kien hemm numru sostanzjali ta' nies li ċċaqilqu - skond il-job description tagħhom - biex ikunu jistgħu jieħdu sehem f'din ir-riforma u minflokhom intbagħtu nies oħra.", "Meta wieħed ineħħi s-60 transfer li sar wara talba mill- impjegati stess, faċli tikkonkludi li l-200 l-oħra saru minħabba r-riforma tal-cleaning services.", "Kien intenzjonat li din ir-riforma tkun tinvolvi 'l fuq minn 100 ħaddiem.", "Dawn inħarġu minn ċerti postijiet biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol u ġew replaced minn nies oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li kważi terz ta' dawk li sarilhom trasferiment kienu huma stess li talbu li jiġu ttrasferiti, jista' l- Ministru jgħid xi kriterji jintużaw f'dan il-każ, x'inhuma l-kriterji li d- dipartiment iqis u x'raġunijiet jinġabu biex dawn jiġu ttrasferiti?", "Il- fatt li jkunu talbu huma stess, ikun qiegħed b'xi mod itellef lid- dipartiment mill-operat tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-aktar ħaġa importanti meta ħaddiem jitlob għal trasferiment minn post għal ieħor hi li tara jekk dak it-trasferiment ikunx se jkun ta' dannu għas-servizz.", "Ovvjament jekk dan ikun il-każ, it- trasferiment ma jiġix aċċettat.", "Min-naħa l-oħra jkollok każi ġenwini fejn, ngħidu aħna, żewġ nurses li jaħdmu fi swali differenti jiftehmu bejniethom biex jibdlu l-post minħabba kwestjoni ta' roster eċċ. Talbiet bħal dawn ovvjament jiġu akkomodati.", "Pero' nerġa' ngħid li l-importanti hu li ma jkunx hemm tnaqqis fil-kwalita' tas-servizz u li dan ma jkunx ta' detriment għall-impjegati stess.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' serq minn mużewijiet rapportati matul l-1999 u f'Jannar 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14318.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-29 ta' Frar, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, hija xi ħaġa naturali li meta nkunu qed niddiskutu l-miżuri tal-budget niffokaw fuq il-qasam ekonomiku u jien naħseb illi llum kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid illi f'dan il-qasam teżisti problema kbira.", "Nibda mal-ewwel biex ngħid lill-gvern Nazzjonalista li m'hu se jsolvi xejn billi joqgħod jipprova jitfa' l-ħtija fuq ħaddieħor u jgħid illi din il-problema nħolqot matul is-sentejn li dam fil-gvern il-partit Laburista.", "Qed ngħid dan għaliex xi wħud mill-membri tan-naħa l-oħra bilkemm ma nsinwawx li din il-problema ġiet ikkaġunata minħabba l-fatt illi l-gvern Laburista preċedenti mpjega xi ħaddiema mal- gvern.", "Jien persważ li wħud mill-membri tal-Partit Nazzjonalista ilhom żmien twil konxji ta' din il-problema finanzjarja, pero` hemm oħrajn li tant kienu qed jgħixu fis-sħab li lanqas biss indunaw li konna wasalna f'xifer l- irdum.", "Jew almenu hekk għamlu ta' bir-ruħhom, għaliex il-Ministru Dalli f'amministrazzjoni preċedenti lil sħabu kien wissihom fuq din il-problema pero` donnu ħadd ma ried jagħti kasu.", "Fil-fatt meta l-Partit Laburista fil- gvern kien ipprova jiftaħ għajnejn kulħadd dwar il-ħofra finanzjarja li għandu l-pajjiż, il-membri tan-naħa l-oħra kienu jgħidu lill-poplu li l- ħofra li konna qed insemmu aħna ma kienet xejn għajr ħrafa, pero` llum huma biddluha din id-diska u qed jitkellmu mod ieħor.", "Issa hawnhekk nixtieq infakkar ftit x'sab il-Partit Laburista meta tela' fil-gvern, ħalli b'hekk nuri kemm għandna raġun aħna ngħidu li ħadd ma jista' jipponta subgħajh lejna għall-problema finanzjarja li għandu l-pajjiż.", "Għax ta' min isemmi li meta fl-1996 il-Partit Laburista tela' fil-gvern kien sab cake li minn ġewwa kien vojt, u dan minkejja l-ħafna ftaħir u pożi li kellu l-gvern Nazzjonalista.", "Erba' snin ilu l-gvern Laburista wiret qagħda finanzjarja mkissra u qagħda ekonomika staġnata u filwaqt li kulħadd kien jitkellem fuq id- deficit u fuq id-djun, ħadd ma ħa l-briga li jolqot il-musmar fuq rasu u jagħti l-figuri kif verament kienu.", "Biex wieħed jifhem iktar fuq xiex qed nitkellem irrid insemmi l-fatt illi bejn l-1987 u l-1996, jiġifieri matul kważi għaxar snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, id-dejn nazzjonali tela' minn Lm57 miljun għal Lm514-il miljun, tmien darbiet aktar, u terġa' hawnhekk qed ninkludi biss id-dejn nazzjonali li għandu x'jaqsam mal-gvern għaliex, kif jaf kulħadd, dak iż-żmien il-gvern kien qabad u tefa' partita dejn fuq il-korporazzjonijiet.", "Ġaladarba qed insemmi d-dejn tal- korporazzjonijiet naħseb ikun tajjeb jekk ngħid ukoll illi bejn l-1990 u l- 1996, ċioe` matul l-aħħar sitt snin ta' gvern Nazzjonalista, id-dejn tela' minn Lm146 miljun għal Lm462 miljun, jiġifieri tela' għal erba' darbiet iktar.", "Għalhekk wieħed jista' jgħid bla tlaqliq illi matul għaxar snin t'amministrazzjoni Nazzjonalista d-dejn tal-pajjiż tela' minn Lm57 miljun għal Lm976 miljun, sittax il-darba iktar milli kien oriġinarjament.", "Veru li llum kulħadd jitkellem fuq id-deficit li għandu l-pajjiż, pero` minkejja dan kollu l-membri tan-naħa l-oħra qatt ma jsemmu l-fatt illi filwaqt li hekk kif il-Partit Laburista tela' fil-gvern ma' wiċċu kien sab deficit ta' Lm110 miljun, li kien jammonta għal 10% tal-GDP fis-sentejn li għamilna fil-gvern irnexxielna nniżżlu dan id-deficit għal 6% tal-GDP.", "Il-membri tan-naħa l-oħra lanqas ma jsemmu l-fatt illi matul is-sentejn li l-Partit Laburista għamel fil-gvern, ir-riżervi tal-pajjiż żdiedu b'Lm84 miljun.", "Possibbli wkoll li l-membri tan-naħa l-oħra nsew illi fi żmien gvern Nazzjonalista, speċjalment fl-aħħar ħames snin, l-investiment tant kien majna li bħala investiment barrani kien hemm biss Lm31 miljun, filwaqt li matul is-sentejn li aħna domna fil-poter irnexxielna niġbdu lejn Malta b'Lm60 miljun investiment barrani?", "Possibbli li l-membri tan- naħa l-oħra nsew ukoll li matul is-sentejn ta' gvern Laburista d-depożiti fil-banek telgħu bi kważi 30%?", "Hawn ta' min jgħid ukoll illi hekk kif tlajna fil-gvern sibna ma' wiċċna problema kbira oħra, dik illi ħafna drabi l-gvern Nazzjonalista ma kienx iħallas lill-kuntratturi għax- xogħlijiet li kien jordna u għalhekk il-gvern Laburista kellu jħallas lil dawn il-kuntratturi hu.", "Imbagħad xi ngħidu għall-qasam ta' l- esportazzjoni?", "Kulħadd jaf li fl-aħħar snin ta' gvern Nazzjonalista l- esportazzjoni kienet niżlet b'madwar Lm36 miljun, imma mbagħad fi żmien sentejn ta' gvern Laburista din reġgħet telgħet bi 12%.", "L-istess ġara fil- qasam tal-kummerċ għaliex filwaqt li fi żmien gvern Nazzjonalista dan kien beda jistaġna, taħt gvern Laburista reġa' beda tiela' sew.", "Dwar il-qasam tat-turiżmu se jkolli ċans nitkellem iktar 'il quddiem, pero` hawn ta' min ifakkar fil-fatt illi fejn taħt gvern Nazzjonalista matul sena waħda biss in-numru ta' cruise liner passengers kien niżel b'10%, matul l-ewwel sena ta' gvern Laburista dan in-numru tela' b'iktar minn 80%.", "Anke t-tourist arrivals, filwaqt li matul sentejn ta' gvern Nazzjonalista dawn niżlu b'10%, matul is-sentejn li għamel fil-gvern il-Partit Laburista dawn telgħu bi 12%.", "Forsi hawnhekk jista' jkun hawn min iġib l-argument illi matul l- amministrazzjoni Laburista d-dejn żdied ukoll, pero` wieħed irid jevalwa anke r-raġunijiet li għalihom dan kellu jsir.", "Per eżempju, biżżejjed insemmi li Lm216 miljun mid-dejn totali li sar taħt l-amministrazzjoni Laburista marru kif se nsemmi,; cioe' Lm72 miljun marru biex jagħmlu tajjeb għall-outstanding deficit li kien għamel il-gvern Nazzjonalista bejn l-1990 u l-1996; Lm45 miljun marru f'imgħaxijiet fuq id-dejn li kien għamel il- gvern Nazzjonalista; Lm37 miljun marru biex ġie mġedded id-dejn f'conversion stocks; Lm83 miljun marru biex dawn jitnaqqsu mit-treasury bills; Lm24 miljun marru f'self lid-dockyard; tħallsu Lm9 miljun b'lura għal mediċini li l-isptarijiet tagħna kienu xtraw u ma ħallsux; tħallsu Lm13 miljun b'lura għal xogħlijiet ta' toroq u kostruzzjoni li kienu għamlu l-kuntratturi u li ma tħallsux tagħhom, u ma nafx kemm-il miljun lira oħra tħallsu bħala ħlas b'lura għal proġetti li kienu saru u li l-kuntratturi kienu baqgħu ma tħallsux tagħhom.", "Mr Speaker, darba xi ħadd mill-membri tan-naħa l-oħra qal li fis-sentejn li dam fil-gvern il-Partit Laburista d-dejn kien jammonta għal Lm134,000 kuljum.", "Fil-fatt meta jien ġbart id-dejn nazzjonali li kellu l-gvern Nazzjonalista matul għaxar snin u d-dejn li kellu l-istess gvern f'korporazzjonijiet matul ħames snin sibt illi d-dejn kien jammonta għal Lm567,000 kuljum.", "Hawnhekk ma rridx ninsa nsemmi wkoll li dak iż-żmien il- Partit Nazzjonalista kien nefaq mal-Lm170 miljun oħra minn ġewwa għaliex biss biss kien nefaq Lm70 miljun mill-posterity fund, kien nefaq Lm7 miljun mill-price stabilisation fund u kien biegħ parti mix-shares tal-Lombard bank, tal-Bank of Valletta, tal-Mid-Med Bank u tal-Melita Bank.", "Il-membri tan-naħa l-oħra joqogħdu jgħidulna li huma ħallsu għal ħafna proġetti b'dak id-dejn li għamlu, pero` fil-verita` dan m'hu minnu xejn għax għal dawk il- proġetti ta' infrastruttura li saru fi żmien il-gvern Nazzjonalista kien qed isir self mill-korporazzjonijiet.", "Per eżempju, l-Enemalta kienet issellfet mal-Lm100 miljun biex tibni l-power station il-ġdida, it- Telemalta kienet issellfet xi flus biex issir Maltacom u l-freeport kien issellef xi Lm100 miljun oħra wkoll .", "Mr Speaker, jidher ċar li l-gvern Nazzjonalista llum għadu moħħu biex jara minn fejn jista' jissellef u jġib iktar fondi lejn pajjiżna, u moħħu tant għadu hemm illi qed iħares lejn l-Unjoni Ewropea bħala xi fond li minnu tista' ġġib dejjem iktar u iktar flus.", "Fil-fatt il-gvern Nazzjonalista qed jipprova jagħti l-impressjoni li ħafna mill-flus li jiġu mill-Unjoni ma jkunux self imma grants, u din hija perception ħażina ħafna.", "Bħalissa qed niftakar f'fatt ieħor, dak illi filwaqt li fl-1987, jiġifieri meta ħa over il-Partit Nazzjonalista, l-assi tal-pajjiż kienu jammontaw għad-doppju tad-dejn li kellu l-istess pajjiż, fl-1996 il- pożizzjoni nqalbet totalment u d-dejn tal-pajjiż ġie jammonta għad-doppju ta' l-assi.", "Jekk illum hawn min qed jibqa' jgħid illi din m'hijiex ħofra finanzjarja, jien nistaqsi: Mela ħofra finanzjarja xi tkun?", "Hekk kif il- Partit Laburista tela' fil-gvern fl-1996, il-mira tiegħu kienet illi jtejjeb il-qagħda finanzjarja billi jrażżan l-infiq pubbliku - għaliex aħna konna nemmnu li kellu jkun hemm iktar serjeta` fl-infiq tal-gvern - u jtejjeb ukoll il-qagħda ekonomika tal-pajjiż, u dan il-gvern tagħna kien irnexxielu jagħmlu billi xpruna lil diversi setturi, fosthom dawk ta' l- industrija, tat-turiżmu u tal-manifattura, żied il-kummerċ, żied l- esportazzjoni u daħal f'xi proġetti bi sħab mal-privat.", "Aħna pprovajna anke ntejbu l-qagħda finanzjarja u dik ekonomika mingħajr ma ngħabbu b'ċerti piżijiet lill-gvern u lill-poplu.", "Ċertament li l-gvern Laburista kien iħaddem politika totalment differenti minn dik li qed iħaddem il-gvern Nazzjonalista llum.", "Il-gvern Laburista ried joħloq attivitajiet ekonomiċi ġodda biex b'hekk ikunu jistgħu jinħolqu iktar impjiegi, u kemm jista' jkun aħna riedna li dawn l-attivitajiet ma jinħolqux bl-investiment tal-gvern - bħalma kien qed isir fi żmien il-gvernijiet Nazzjonalisti, fejn l-ekonomija tant kienet staġnata li kien ikollu jkun il-gvern stess li jippompja l-flus għal dawn it-tip t'attivitajiet - għaliex ovvjament imbagħad il-gvern ikun irid iġibhom minn x'imkien dawn il-flus u għalhekk ikollu jintaxxa iktar lill- poplu, kif qed jagħmel illum il-gvern Nazzjonalista.", "Nixtieq nenfasizza wkoll il-fatt illi l-proġetti li għamel il-Partit Laburista kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, għamilhom għaliex kienu ta' interess nazzjonali u mhux għaliex kienu ta' interess għal xi canvassers tagħna jew għal xi pampaluni oħra.", "Aħna xtaqna wkoll li permezz ta' dawn il-proġetti nagħtu nifs ġdid lil diversi areas li taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti kienu tħallew depressed, u fost dawn nistgħu nsemmu Buġibba u l-Kottonera.", "Kif jaf kulħadd, meta aħna konna nwegħdu lill-poplu li t-tali proġett se jitlesta fit-tali data, din il-wegħda aħna dejjem konna nżommuha, minkejja li dak iż- żmien kellna oppożizzjoni distruttiva ħafna.", "Sfortunatament l-oppożizzjoni distruttiva ta' dakinhar illum issarrfet fi gvern ineffiċjenti, u biex wieħed jifhem kemm dan li qed ngħid huwa minnu biżżejjed insemmi l-marina li konna pproġettajna għall-Kottonera, liema marina llum iddawret fi proġett spekulattiv t'appartamenti.", "Jien nemmen illi l-proġett tal-Kottonera la qed isir mill-gvern Nazzjonalista fl-interess tal-Kottonera u wisq inqas nemmen li qed isir fl- interess nazzjonali.", "Imbagħad xi ngħidu għall-proġett tat-Teatru Rjal?", "Il- membri tan-naħa l-oħra għamlu żmien twil jgħidu li dan kien se jkun il- proġett tal-millennju, pero` għalkemm il-millennju l-ġdid issa ilu ftit mhux ħażin li beda ma bqajna nisimgħu xejn iktar fuqu.", "Fil-fatt il-proġett tal-millennju spiċċa biss f'qabda xinxilli ta' dwal f'St James Cavalier, li damu jixegħlu inqas milli damu jitkellmu fuq il-proġett tal-millennju xi wħud mill-membri ta' din il-Kamra!", "Gvern Laburista kien fassal proġetti anke għal San Ġiljan u Tas-Sliema.", "Veru li llum beda proġett fuq Tas- Sliema, pero` dan jinsab għaddej b'pass kajman ħafna u s'issa għadni ma nafx x'qed isir eżattament f'dan il-proġett għaliex skond periti li jafu dik l-area sew, kulma qed isir huwa li qed jinqala' u jerġa' jitwaħħal dak li kien hemm qabel.", "Illum lanqas għadna nisimgħu bil-proġett tal-casino jew tal-golf-course t'Għawdex imma bqajna nisimgħu biss bil-proġett ta' l- airstrip fil-gżira Għawdxija.", "Hawn irrid ngħid ukoll illi minkejja li konna aħna li mexxejna 'l quddiem il-proġett ta' cruise liner passenger terminal, sal-lum kulma sirna nafu dwar dan il-proġett huwa li l-agreement għadu kemm ġie ffirmat issa.", "Aħna konna qed naħdmu wkoll fuq il-proġett ta' Manoel Island.", "Illum kulħadd jaf li issa dan il-proġett se jsir fuq medda ta' 20 sena, pero` l- iktar parti attraenti ta' dan il-proġett kollu m'hix se ssir f'Manoel Island imma fil-prime site ta' Tigne`, liema prime site se tiġi żviluppata l-iktar f'appartamenti għall-Maltin u għall-barranin.", "Hawn ta' min isemmi wkoll il-proġett \"connections\", liema proġett kien se jgħaqqad Tas-Sliema u l-Belt ma' l-area tal-Kottonera kollha.", "Safejn naf jien dan il-proġett kien wasal biex jiġi awarded, pero` minkejja li issa għaddew xi sena u nofs minn dakinhar 'l hawn bqajna ma smajniex iktar bih.", "Ta' min jgħid ukoll li kien hemm il-ħsieb illi hekk kif isiru x-xogħlijiet li kellhom isiru fuq il- proġett tal-Birgu, kellhom jibdew xi xogħlijiet fuq in-no.", "1 dock, pero` safejn naf jien issa dan il-ħsieb sfuma fix-xejn.", "Konna nisimgħu ħafna anke dwar il-proġett tal-ferry terminal taċ-Ċirkewwa, pero` lanqas dwar dan il-proġett ma smajna xejn iktar u llum li qed nisimgħu huwa biss b'vapur li minkejja li diġa' ġie inawgurat darbtejn, dan għadu jniżżel lill- passiġġieri minn fejn iniżżel il-karozzi għax ix-xogħol li kellu jsir għadu ma sarx kif suppost.", "Il-gvern Laburista kien qed jipprova wkoll jidħol bi sħab mas-settur privat biex itejjeb il-livell ta' siti storiċi u kulturali, u fil-fatt dan kien diġa' ta bidu għal proġett fuq wieħed mis-siti storiċi ta' Ħal Tarxien.", "Aħna konna wkoll ftaħna l-applikazzjonijiet għal proġetti fuq il-beaches, pero` sfortunatament anke f'dan il-każ reġa' tar kollox mar- riħ u l-uniku proġett li smajna bih s'issa huwa l-proġett tal-white rocks, li fuqu għad iridu jitkellmu ħafna awtoritajiet.", "Mr Speaker, naħseb kulħadd jaqbel miegħi li llum qed jerġa' jidher l- istess tip ta' staġnar li kien jeżisti taħt il-gvern Nazzjonalista li spiċċa fl-1996, u jgħid x'jgħid il-gvern u tgħid x'tgħid l-istatistika l- verita` tibqa waħda, li titkellem ma min titkellem, sew jekk huma nisa tad- dar, sew jekk huma self-employed, sew jekk huma professjonisti kif ukoll jekk huma għaqdiet tal-kummerċ, kulħadd jgħidlek illi llum kollox jinsab mejjet.", "Qabel konna ngħidu li fil-pajjiż hawn slowdown ekonomiku pero` llum donnha l-makna ġġammjat kompletament.", "Biżżejjed inħarsu lejn il-qasam tax-xogħol.", "Ħadd ma jista' jinnega l-fatt illi llum m'hawnx xogħol u l- ftit xogħol li hawn ħadd m'hu qed jitħallas għalih u iktar qed isir bi tpartit.", "Jien nixtieq inkun naf jekk il-Prim Ministru u sħabu tan-naħa l- oħra ilhomx ma jduru n-negozji u l-ħwienet matul dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, bħalma kienu jagħmlu qabel l-elezzjoni li għaddiet meta kienu jgħidu li ħafna min-negozjanti kienu jirrimarkawlhom li se jżarmaw.", "Żgur illi kulħadd jiftakar kemm kien hemm self-employed u negozjanti li kienu se jżarmaw fl-aħħar snin ta' gvern Nazzjonalista preċedenti.", "Fil-fatt kien matul is-sentejn ta' gvern Laburista li dan il-qasam reġa' beda jirkupra pero`, kif għedt diġa', jiddispjaċini ngħid li llum qed naraw l-istess tip ta' staġnar li kien hemm matul l-aħħar snin ta' gvern Nazzjonalista.", "Meta titkellem man-negozjanti u mas-self-employed, dawn kollha jgħidulek li ma jagħlqux minħabba li ma jeżistux opportunitajiet aħjar, pero` għal darb'oħra l-membri tal-gvern Nazzjonalista m'huma qed jaraw xejn minn dan kollu għax, kif jiġri dejjem, donnhom qed jgħixu qrib l-istilel.", "Mr Speaker, illum il-poplu Malti u Għawdxi m'hux qed igerger biss minħabba li qed jiġi intaxxat iktar minn qatt qabel imma anke minħabba l- fatt illi l-kontijiet li qed jirċievi huma maħdumin bl-addoċċ, u hawn m'iniex qed nirriferi biss għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma u għall- kontijiet tat-telephones.", "Per eżempju, iltqajt ma' diversi każi ta' negozjanti u self-employed li għalkemm ikunu ilhom li għalqu n-negozji tagħhom xi sitt xhur jew aktar, sal-lum għadhom jirċievu l-kontijiet tal- VAT.", "Imbagħad xi ngħidu għall-karti li qed jirċievu l-pensjonanti dwar kemm se jinqabdu b'taxxa?", "Qabel qatt ma konna nisimgħu li l-pensjonanti qed jintbagħtulhom xi karti biex jiġu informati dwar kemm se jinqabdu.", "L- ewwel ħaġa li rrid ngħid dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hija li jekk dan il-gvern qed jaħseb li t-tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma reġa' ġabhom għal dawk li kienu qabel, jiddispjaċini ngħidlu li mhux fis-sħab qed jgħix imma ħafna iktar 'il fuq.", "Imma għall-mument ħalli nitkellem dwar dawn il-kontijiet mingħajr ma ndaħħal l-aspett politiku f'din il-kwestjoni għaliex fir-realta` l-kwestjoni dwar it-tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l- ilma nħolqot mit-tekniċi tagħna stess, liema tekniċi kienu hemm fi żmien il- gvern Nazzjonalista preċedenti, baqgħu hemm fi żmien il-gvern Laburista u reġgħu tħallew hemmhekk illum.", "Nibda biex nispjega li l-idea oriġinali tal-gvern Laburista rigward il- kontijiet tad-dawl u l-ilma kienet illi dawn jitilgħu b'10%, jiġifieri l- ħsieb kien li permezz tar-rati l-ġodda fejn qabel kont kien jiġi jammonta għal Lm100, jibda jiġi jammonta għal Lm110.", "Issa jien naħseb illi kulħadd jaqbel miegħi li meta titkellem fuq żieda ta' 10% ma tkunx qed titkellem fuq xi żieda esaġerata.", "Fil-fatt tant kien dan il-ħsieb tal-gvern Laburista li kien irnexxielna saħansitra naslu fi ftehim ma' l-unions biex din iż-żieda ta' 10% titqassam fuq tliet snin, ħalli b'hekk jitħalla l- inqas effett possibbli fuq il-poplu Malti u Għawdxi, u din kienet xi ħaġa li ġiet maqbula u aċċettata minn kulħadd.", "Dan ifisser li jekk wieħed normalment jirċievi kont tad-dawl u l-ilma ta' Lm100, fl-ewwel sena dan kien se jiġih Lm103, fit-tieni sena kien se jiġih Lm106 u fit-tielet sena kien se jiġih Lm110.", "Veru li effettivament wara li saret din ir-reviżjoni tat-tariffi u bdew ħerġin il-kontijiet dawn kienu esaġerati pero`, kif għedt diġa', dan ma kienx il-ħsieb tal-gvern Laburista.", "Fil-fatt l-istess ħaġa qed tiġri llum, u huwa inutli li l-gvern preżenti joqgħod jgħid li ġab it-tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal dawk li kienu qabel l-1996 għax dan m'hu minnu xejn, anzi jien ngħid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jinħarġu llum huma ħafna iktar esaġerati minn dawk li kienu jinħarġu fi żmien il-gvern Laburista.", "Ħalli nitkellem fuq il-kontijiet li rċevejt jien personalment ħalli wieħed jifhem iktar x'qed ngħid.", "F'Ġunju ta' l-1998 jien irċevejt kont tad-dawl u l-ilma li kien jammonta għal Lm1529.", "Fil-fatt niftakar li dak iż-żmien kont tkellimt anke ma' xi tekniċi fuq dan il-kont għaliex meta rajt li fuq appartament intbagħat kont ta' Lm1529, liema kont kien ikopri biss perijodu ta' xahrejn u nofs, mal- ewwel indunajt li dan kien żball.", "Jien naħseb illi kieku kelli nħalli dan l-appartament kollu mixgħul u nħaddem l-appliances u l-oġġetti kollha ta' l- elettriku li hemm fih għal xahrejn u nofs sħaħ, lanqas kien jitlagħli daqshekk.", "Li kieku kelli nħallas kont tad-dawl u l-ilma ta' Lm1529 kull xahrejn u nofs fuq dan l-appartament, wara biss ftit xhur dawn il-kontijiet kienu jiġu jiswewni daqs l-appartament, jiġifieri kien jidher ċar li dan kien żball.", "F'Lulju tas-sena l-oħra, jiġifieri taħt gvern Nazzjonalista, reġa' ħareġ kont tad-dawl u l-ilma ieħor fuq dan l-appartament, u din id- darba mill-Lm1529 inqatgħuli Lm1360 minnhom u nqatgħuli Lm264 oħra bħala riżultat tar-reviżjoni li saret fit-tariffi.", "Fil-fatt meta rajt li filli kelli nagħti Lm1529 u filli spiċċajt f'pożizzjoni fejn kelli nieħu Lm54 jien ikkonkludejt li huwa veru li l-gvern Nazzjonalista kien raħħas it- tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, pero` meta mbagħad irċevejt it- tieni kont maħruġ taħt gvern Nazzjonalista sibt li dan kien jammonta għal Lm1723.", "U mbagħad niġu nisimgħu lill-membri tan-naħa l-oħra jgħidulna li huma raħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u ġabuhom għal dawk li kienu qabel l-1996!", "Jien ngħidilhom: Jekk tridu ibqgħu għixu fis-sħab imma almenu lill-poplu għidulu li intom iddeċidejtu li se tibqgħu tgħixu fis- sħab!", "Jien irrakkontajt l-esperjenza personali li kelli jien stess f'dan ir-rigward, jiġifieri ma semmejtx każi li smajthom mingħand ħaddieħor u ġejt ngħidhom hawnhekk mingħajr ma vverifikajthom.", "Mr Speaker, filwaqt li fi żmien il-gvern Laburista l-membri tan-naħa l- oħra kienu jagħtu l-impressjoni li jafu x'qed jagħmlu u li għandhom is- soluzzjonijiet għal kollox, illum meta nkunu qed niddiskutu xi ħaġa u jkollna opinjonijiet differenti dwar xi materja partikolari, dawn iduru fuqna u jgħidulna: Ma tridux li jsir hekk?", "Mela għidulna x'għandna nagħmlu u jsir dak li tridu intom!", "Imma skużi, l-għorrief li kellna sentejn ilu u li kienu qalu li għandhom is-soluzzjonijiet għal kollox, fejn marru llum?", "Għalfejn qed iduru kull darba fuq il-membri ta' din in-naħa u jitolbuna biex ngħidulhom aħna x'għandhom jagħmlu?", "Aħna kemm-il darba pprovajna nuruhom kif għandhom isiru l-affarijiet, u dan kulħadd jafu, kemm the man in the street kif ukoll l-għaqdiet, fosthom dawk li jirrappreżentaw lill-kummerċjanti, lin-negozjanti, lill-enterpreneurs, lil min iħaddem u lis-settur tat-turiżmu.", "Fil-fatt jien naħseb illi kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid illi l-gvern Laburista kien wera lil kulħadd id-direzzjoni t- tajba u li kieku ngħata ċans li jmexxi lill-pajjiż ftit żmien ieħor kien juri riżultati aħjar.", "Illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-gvern li qed imexxi għandu aġenda moħbija.", "Ara sentejn ilu, meta kienu jsiru dawk il- kummiedji kollha f'dan il-parlament, ħadd mill-membri tan-naħa l-oħra ma kellu aġenda moħbija!", "Imma ma jimportax, jien persważ li l-istorja għad trid tivvendika ruħha mill-ħneżrijiet li saru dak iż-żmien.", "Kont qed ngħid illi llum il-membri tal-gvern qed iduru fuq il-membri ta' l-oppożizzjoni u qed jgħidulna: Aħna nafu li għandna problema u nitolbukom tgħidulna x'se nagħmlu.", "Aħna ma nistgħux ngħidulhom x'għandhom jagħmlu imma nistgħu ngħidulhom x'għamilna aħna, pero` l-gvern Nazzjonalista ma jistax jikkopja dak li għamilna aħna, lanqas jekk irid, għaliex filwaqt li l-gvern Laburista kien qed jiffoka fuq il-bżonnijiet ta' Malta u għalhekk ħareġ b'soluzzjonijiet tajba għall-problemi li kellu pajjiżna, il-gvern Nazzjonalista qed jiffoka fuq il-bżonnijiet ta' l-Unjoni Ewropea u għalhekk ma jistax joħroġ b'soluzzjonijiet tajba għall-problemi li għandu pajjiżna.", "Għax ejjew ngħiduha kif inhi, kif tista' ssib soluzzjonijiet tajba għall- problemi li għandu pajjiżna jekk kemm-il darba tibqa' tiffoka fuq il- bżonnijiet ta' l-Unjoni Ewropea?", "Min irid isolvi l-problemi li għandu pajjiżna jrid jiffoka fuq il-bżonnijiet ta' Malta, u fil-fatt jien għalhekk qed ngħid li l-Partit Nazzjonalista m'huwiex qed jindirizza l-problemi li għandu pajjiżna b'mod tajjeb.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Vella, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Vella jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Sur President, jien diġa' semmejt kemm il-gvern Laburista rnexxielu jnaqqas id-deficit, iżid l-esportazzjoni u jmexxi d-diversi setturi 'l quddiem, speċjalment is-settur tat-turiżmu u dak tal-manifattura.", "Fil-fatt is-soluzzjonijiet li sab il-gvern Laburista kienu diġa' bdew jagħtu l-frott u jwasslu għal fejqan finanzjarju, tisħiħ ekonomiku u titjib soċjali pero`, kif għadni kemm spjegajt, peress li s-soluzzjonijiet li qed isib il-gvern Nazzjonalista jħarsu biss lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni, dawn qed ikissru l- qasam ekonomiku u jbaxxu l-livell soċjali ta' pajjiżna.", "Issa ħalli nispjega kif il-gvern Laburista rnexxielu jġib l-oqsma finanzjarji, ekonomiċi u soċjali ta' pajjiżna 'l quddiem.", "Rigward il-qasam finanzjarju nibda biex ngħid li l-mira tal-gvern Laburista kienet li jitnaqqsu d-djun u d-deficits u li lGDP jiżdied għal 3%, pero` ma riedx jagħmel dan billi jżid it-taxxi lill-poplu imma billi jelimina l-isparpaljar u l-abbużi li kienu qed isiru matul l-għaxar snin ta' qabel.", "Ara l-gvern Nazzjonalista m'għażilx din it-triq imma għażel li jintaxxa liż-żgħir.", "Veru li t-triq li għażel il-gvern Nazzjonalista hija l- iktar waħda faċli, pero` din la tagħti l-ebda direzzjoni ċara u lanqas tgħin biex il-qasam ekonomiku ta' pajjiżna jissaħħaħ.", "Illum spiċċajna f'sitwazzjoni fejn mhux fil-budget biss qed jitħabbru taxxi ġodda imma matul is-sena kollha.", "Kieku almenu l-gvern Nazzjonalista qed jimponi t- taxxi fuq il-poplu u hemm xi ħadd mill-membri tiegħu li qed jgħid li l- problema finanzjarja li għandu l-pajjiż qed tiġi solvuta fiha u ma fihiex, pero` ħadd m'hu qed jazzarda jgħid li qed timtela l-ħofra għaliex fil- verita` taħt dik il-ħofra hemm ħofra oħra kbira, dik li l-gvern Nazzjonalista m'għandux quddiemu biss il-problema tad-deficit imma għandu diversi problemi oħrajn u għalhekk it-taxxi li qed jimponi dan il-gvern m'humiex qed jiġu indirizzati biex jitnaqqas id-deficit.", "Per eżempju, peress li l-Unjoni Ewropea qed tgħid lill-gvern Nazzjonalista biex ineħħi l- levies, qed ikollu jobdi dik l-ordni, anke jekk jaf li jekk jagħmel hekk se jitlef Lm120 miljun.", "Issa jien nistaqsi lill-gvern: Biex se tissostitwihom il-levies?", "M'hemmx dubju li dawn bilfors irid jissostitwihom b'xi ħaġa għaliex ma jistax ikun li biex jipprova jġib il- qagħda finanzjarja 'l quddiem jibqa' jintaxxa lill-ħaddiem iż-żgħir u dak medju għal dejjem, bħallikieku din hi l-unika soluzzjoni li teżisti.", "Veru li l-ebda gvern ma jista' jneħħi t-taxxi, pero` bilfors irid ikollu affarijiet oħrajn li jikkumplimentaw it-taxxi biex jirnexxielu jnaqqas id- djun u d-deficits, u meta qed ngħid \"affarijiet oħrajn\" qed nirriferi għal investimenti lokali, għal investimenti barranin u għal proġetti.", "Huwa importanti wkoll li l-gvern jaħdem bis-sħiħ biex ikabbar is-setturi ekonomiċi tal-pajjiż u jġiegħel lil kulmin ikun qed iħallas it-taxxi jħossu fiduċjuż li t-taxxi li qed iħallas ikunu qed jintużaw b'mod tajjeb u ma jkunux qed jinħlew fit-tberbiq tal-flus.", "Pero` sfortunatament il-gvern preżenti m'hu qed jagħmel xejn minn dan li semmejt, anzi llum kulħadd qed jgħid li filwaqt li qed jiżdiedu t-taxxi qed jonqsu s-servizzi u setturi diversi dejjem sejrin lura.", "Biżżejjed insemmu l-qasam ta' l-edukazzjoni, il-qasam tas-saħħa u l-qasam tat-toroq.", "Kif semmew sħabi diġa', l-uniċi toroq li ġew irranġati huma dawk li se jgħaddi minnhom Prodi.", "Fil-fatt nistgħu nsejħulhom bħala l-Prodi routes!", "Issa jien persważ li meta Prodi jerġa' jmur lura l-Ewropa, dan se jgħid lil kulħadd li f'Malta ma teżisti l- ebda problema fit-toroq u li dawn huma ta' standard għoli ħafna!", "Sur President, rigward il-qasam ekonomiku l-ewwelnett nibda biex ngħid illi l-gvern Laburista kellu strateġija tajba ħafna li bdiet tmexxi lil dan il-qasam 'il quddiem, u din hi dik li l-proġetti l-ġodda ma jibqgħux isiru dejjem mill-gvern imma jibdew isiru anke mis-settur privat.", "Ta' min jgħid ukoll li fi żmien il-gvern Laburista kienet qed tingħata attenzjoni stretta lis-setturi tat-turiżmu, tal-manifattura u ta' l-esportazzjoni.", "Għall- kuntrarju, jiddispjaċini ngħid li mill-istrateġija tal-gvern Nazzjonalista m'hu qed joħroġ xejn għaliex dan il-gvern moħħu biex iħambaq fuq figuri sbieħ imma l-problemi kummerċjali li jeżistu fil-qasam industrijali m'hu qed jindirizzahom qatt.", "Fil-fatt anke l-ilmenti li qed jagħmlu lill-gvern il-federation of industry, il-general retailers and traders union, iċ- chamber of commerce u t-trade unions qed jaqgħu fuq widnejn torox, u dan meta dawn kienu qed jistennew li l-gvern kien se jagħtihom xi forma ta' għajnuna biex is-setturi li huma responsabbli minnhom jerġgħu jkunu jistgħu jieqfu fuq saqajhom.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq il-qasam soċjali.", "Sur President, illum huwa fatt magħruf minn kulħadd li huwa l-ħaddiem iż- żgħir u l-medju li jrid iħallas għall-ineffiċjenza u għall-ħela tal-gvern.", "Fil-fatt bħalissa qed naraw li filwaqt li pajjiżna għandu gvern li qed iberbaq il-flus tal-poplu f'safar, f'pagi esaġerati ta' ħafna bażużli minn tiegħu, fil-bejgħ b'xejn tal-Mid-Med Bank u fil-maħfra li ta għall-miljuni ta' liri fuq diversi proġetti, il-ħaddiem iż-żgħir u l-medju qed ikollu jġorr iż-żidiet fuq il-ħobż, fuq il-petrol, fuq is-sigaretti, fuq il-bolla u qed ikollu joqgħod b'paga jew b'pensjoni mnaqqra.", "Terġa' llum il- ħaddiem, minkejja li qed ikollu jġorr dawn il-piżijiet kollha, lanqas qed jingħata ċans jitkellem u jipprotesta għaliex, skond il-gvern, biex titkellem u tipprotesta trid tkun qed tmut bil-ġuħ.", "Lili l-politika għallmitni ħaġa, li kull meta nkunu fil-poter aħna l-politiċi għandna ħabta ninqatgħu mir-realta`, ma nħarsux lejn minn xiex ikun għaddej verament il- poplu u nisimgħu biss minn dak li jgħidulna l-esperti li nqabbdu, li ħafna drabi jgħidulna l-affarijiet kif jaqblilhom biex jiġġustifikaw ix-xogħol li jkunu qed jagħmlu huma.", "Jien naħseb li jkun ferm aħjar jekk nagħtu widen lil dawk li jkunu qed jiġu affettwati direttament u indirettament mid- deċiżjonijiet tagħna.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem ftit fuq il-qasam tat- turiżmu.", "Sur President, jien m'iniex beħsiebni noqgħod naħli ħafna ħin nispjega dwar kif l-aħħar budget indirizza l-qasam tat-turiżmu imma se nagħmel enfasi qawwija biex kull gvern, ikun min ikun, jaħdem bis-sħiħ ħalli jġib il-qasam tat-turiżmu 'l quddiem għaliex dan il-qasam dejjem ta kontribut siewi lill-ekonomija ta' pajjiżna.", "Biżżejjed insemmi l-fatt li s-sena l- oħra kien hawn 9,000 ruħ jaħdmu f'dan il-qasam u żaru lil pajjiżna 1.2 miljun turist u 187,000 cruise liner passenger, li bejniethom nefqu iktar minn Lm240 miljun.", "Wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll li l-qasam tat-turiżmu qed jgħin diversi oqsma oħra b'mod indirett, fosthom l-oqsma tar-retailing, tat-trasport, tal-manifattura u ta' l-inland revenue, u ġaladarba dawn l-oqsma ma tantx sejrin tajjeb, iktar u iktar tikber l- importanza li l-qasam tat-turiżmu jingħata iktar attenzjoni.", "Filwaqt li kull gvern jaf il-miri li rridu nilħqu fil-qasam tat-turiżmu, ċioe` dawk li nżidu t-turisti, li nżidu l-bed-nights, li nżidu l-kwalita` tat-turist, li nżidu l-impjiegi u li dan il-qasam iħalli l-qligħ, mhux kull gvern għandu l- istess strateġija, u ovvjament strateġiji differenti jġibu magħhom riżultati differenti.", "Fil-fatt jiddispjaċini ngħid illi ma nemminx li l- istrateġija ta' dan il-gvern - u hawn m'iniex qed nirriferi biss għal dan il-ministeru imma qed nirriferi għall-gvern in ġenerali - se tagħtina riżultati tajbin iktar 'il quddiem, u infatti r-riżultati li rajna s'issa diġa' qed jindikawlna li hemm bżonn li dan il-qasam jingħata ħafna iktar attenzjoni.", "Sur President, il-budgets li fasslu l-gvernijiet Laburisti preċedenti dejjem indirizzaw lill-qasam turistiku bil-mira li jittejjeb il-prodott turistiku Malti, isir iktar kompetittiv, jinħolqu iktar inċentivi u jiżdied il-qligħ għal min jaħdem f'dan il-qasam, pero` sfortunatament ma nistgħux ngħidu l-istess għall-aħħar budget li fassal il-gvern Nazzjonalista.", "Per eżempju, ma tridx tkun għaref wisq biex tinduna li bil-miżuri li ttieħdu f'dan il-budget, se tonqos il-kompetittivita` f'dan il-qasam.", "Biżżejjed insemmu ż-żieda li kien hemm fil-bolla, fil-petrol u fid-diesel.", "Naturalment dawn iż-żidiet fl-aħħar mill-aħħar se jiġu mgħoddija fuq it- turist, u bla ebda dubju dan se joħloq riperkussjonijiet negattivi fuq il- qasam tat-turiżmu.", "Imbagħad xi ngħidu għaż-żidiet li kien hemm fit- telephone rates?", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li telefonata mill-Ingilterra għal Malta tqum xi 50p, telefonata minn Malta għall-Ingilterra tqum xi erba' darbiet jew ħames darbiet iktar.", "Għalhekk jien nappella lit-trade unions kollha ta' pajjiżna biex ma jonqsux milli jiddefendu wkoll l- interessi tal-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu għaliex uħud mill- miżuri li tħabbru fil-budget se joħolqu pressjoni kbira fuq dawk li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Sur President, ma nistgħux ma nsemmux ukoll l-impatt negattiv li qed tħalli s-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT fuq il-qasam tat-turiżmu.", "Fi żmien il-gvern Laburista dan il-qasam kien ħeles minn din l-imbierka VAT, pero` llum erġajna qed naraw inċertezza kbira fil-qasam tat-turiżmu minħabba din is-sistema ta' tassazzjoni.", "F'Diċembru li għadda kont staqsejt lill-ministru jekk hux veru li hemm l-intenzjoni li r-rata tal-VAT titla' għal 7.5%, pero` sal-lum għadni ma ħadt l-ebda risposta f'dan ir- rigward.", "Il-fatt li kemm ilu li tela' l-gvern Nazzjonalista l-qasam tat- turiżmu sar inqas kompetittiv mhux jien biss qed ngħidu imma qed jgħiduh dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu, u dan għaliex peress li dan il- qasam qed ikollu jġorr ħafna żidiet u taxxi bil-miżuri li ttieħdu fil- budget, il-lukandiera, is-self-employed u dawk kollha li jaħdmu f'dan il- qasam qed ikollhom jgħollu l-prezzijiet lit-turist.", "Fil-fatt sieħbi l- Onor. Noel Farrugia dam jisħaq ħafna f'din il-Kamra li anke ż-żieda li qed ikun hemm fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli se tkompli tnaqqas il- kompetittivita` ta' dan il-qasam, imma madanakollu l-ebda waħda minn dawn il-problemi li semmejt m'hi qed tiġi indirizzata bis-serjeta` mill-gvern preżenti.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-airport charges.", "Filwaqt li sa Marzu ta' l-1999 l-airport charge kienet tammonta għal Lm4, ftit wara din żdiedet għal Lm5 u issa qed jingħad li minn April ta' din is-sena x'aktarx li se tiżdied għal Lm6.", "Imma għaliex qed nieħdu dawn it-tip ta' miżuri?", "Biex imbagħad niġu hawnhekk u noqogħdu niftaħru li l-MIA għamlet Lm2 miljun profitt mingħajr ma nkunu qed nieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li biex għamlet dan il-profitt ġabet il-qasam tat-turiżmu uncompetitive?", "Sur President, meta f'Diċembru li għadda ddiskutejna kif mar il-qasam tat- turiżmu matul l-1999 stajna nitkellmu biss fuq l-ewwel disa' xhur tas-sena, pero` issa li għandna l-figuri ta' dik is-sena sħiħa għandna stampa ħafna iktar ċara milli kellna f'Diċembru.", "Nibda biex ngħid li filwaqt li fl-1997 u fl-1998 kellna żieda ta' 5% u 6.5% rispettivament f'dawk li huma turisti, matul is-sena li għaddiet din iż-żieda kienet biss ta' 2.7%.", "Jiġifieri għalkemm matul l-1999 il-positive trend baqgħet hemmhekk, ir-ritmu tlifnieh għax iż-żieda kienet biss terz taż-żieda li kellna matul is-snin ta' qabel.", "Min-naħa l-oħra jekk naraw kif kienu l-quarterly increases, insibu li filwaqt li fl-ewwel quarter, jiġifieri matul Jannar, Frar u Marzu, kien hemm żieda ta' 13% - għax sa l- ewwel quarter iż-żieda kienet għadha għaddejja bl-istess rankatura ta' qabel - fit-tieni quarter, jiġifieri matul April, Mejju u Ġunju, din iż- żieda kienet ta' 0.5%, fit-tielet quarter, jiġifieri matul Lulju, Awissu u Settembru, iż-żieda kienet tammonta għal 1.7% u fl-aħħar quarter, jiġifieri matul Ottubru, Novembru u Diċembru, għall-ewwel darba fi tliet snin kellna tnaqqis ta' 0.1%.", "Fil-fatt kif għedt diġa', ir-riżultat aħħari matul l- 1999 f'dik li hija żieda fin-numru ta' turisti kienet biss ta' 2.7%, u dan minkejja li matul l-istess sena n-numru ta' turisti li marru t-Turkija naqas, ħafna mill-pajjiżi ta' madwarna kellhom diversi problemi interni, fl- aħħar quarter ta' l-1999 tneħħa l-embargo minn fuq il-Libja, bir-riżultat li ġew ħafna iktar Libjani lejn Malta u l-lira sterlina ssaħħet ma' dik Maltija.", "Min-naħa l-oħra ta' min jgħid ukoll li matul l-1999 kien hemm żieda fis- suq Ġermaniż - għalkemm matul din is-sena ġiet reġistrata żieda li qatt ma kienet żgħira daqshekk f'dan is-suq - fis-suq Olandiż, fis-suq Libjan u fis- suq Belġjan, u filwaqt li matul din is-sena s-suq Awstrijak mar bħas-sena l-oħra, is-swieq ta' l-Isvizzera, tal-Fillandja u tar-Russja marru ħażin.", "Fil-fatt is-sena l-oħra s-suq Svizzeru naqqas 5% miż-żieda ta' 38% li kellu fl-1998, is-suq Russu żdied ħafna fl-1997 u fl-1998 iżda s-sena li għaddiet naqqas b'31%, is-suq Franċiż żdied b'16% fl-1997 u fl-1998 u din is-sena żdied biss b'1% u s-suq Amerikan, filwaqt li fl-1997 u fl-1998 żdied b'24% u 18% rispettivament, din is-sena żdied biss b'5%.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jirrimarkax ukoll li għalkemm il-potenzjal li għandu s-suq Taljan huwa kbir, donnhom it-Taljani qatt ma raw lil Malta bħala d-destinazzjoni favorita tagħhom u għalkemm iktar ma jgħaddi ż-żmien dan is-suq iktar qed jikber, il-verita' hi li qed jikber b'ritmu kajman.", "Madanakollu jibqa' l- fatt li l-agħar suq li mar din is-sena huwa s-suq Ingliż, li wara li tjieb għal sentejn wara xulxin, din is-sena naqas b'6% u b'hekk tlifna madwar 27,000 turist.", "Hija verament ħasra li minn April sa Diċembru li għadda ma rnexxielniex inżidu l-bed-nights, u dan juri li l-passi li għandhom jittieħdu fil-qasam tat-turiżmu messhom ilhom li bdew jittieħdu.", "Sur President, kif għadni kemm għedt, in-numru ta' turisti Ingliżi f'pajjiżna naqas, u dan minkejja li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jiżdiedu l-Ingliżi li jmorru għal vaganza barra minn pajjiżhom.", "Għax ta' min jgħid ukoll li filwaqt li f'pajjiżna s-suq Ingliż naqas b'6%, f'Ċipru l- istess suq kiber bi 12%, u fil-fatt il-bookings għal din is-sena mill- Ingliżi għal Ċipru diġa' żdiedu bi 23% fuq is-sena l-oħra.", "Dan minkejja li s-suq Ingliż għandu s-sussidju tat-tour operator support scheme u l-forward buying rate, u għalhekk jien naħseb li iktar milli nitkellmu fuq x'se jiġri u x'ma jiġrix mit-TOSS u mill-FBR ikun aħjar jekk naħdmu biex inneħħu l- inċertezza li teżisti fis-suq Ingliż.", "Dan l-aħħar diġa' rajna lit-travel trade gazette tistaqsi jekk il-prezzijiet lejn Malta humiex se jkomplu jogħlew u tieħu xi kummenti mingħand il-ministru tat-turiżmu u, jekk m'iniex sejjer żball, mingħand il-marketing director tal-Malta tourism authority f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt dawn ikkummentaw li t-turist Ingliż qed iqumilna tliet darbiet iktar minn kwalukwe turist ieħor għax qed jiswiena ma' LStg 6 miljun.", "Huma qalu wkoll li aħna nistgħu nużaw il-flus li qed imorru lejn is-suq Ingliż f'forward buying rate aħjar u li għandna nerġgħu nirrivedu t-TOSS.", "Madanakollu jien nemmen li l-affarijiet li jkun hemm bżonn isiru aħjar taqbad u tagħmilhom milli toqgħod issemmihom biss mingħajr ma tagħmel xejn fuqhom għaliex xorta tkun qed tagħmel il-ħsara.", "Jien naħseb li l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu f'dan ir-rigward hija li naraw x'qed jgħidu t-turisti u l-operaturi Ingliżi fuq pajjiżna.", "Sur President, fil-fatt ħafna mill-operaturi Ingliżi qed jgħidu li aħna l- Maltin għandna żewġ żvantaġġ, l-ewwelnett li m'aħniex qed inkunu kompetittivi fil-prezzijiet u t-tieni nett li qed isiru ħafna lmenti mit- turisti Ingliżi fuq Malta.", "Issa jien irrid ngħid li huwa veru li forsi m'aħniex qed inkunu kompetittivi fil-prezzijiet, pero` aħna m'aħniex qed nagħmlu dan biex inkabbru l-profitti tagħna imma għaliex billi, per eżempju, filwaqt li fi 3-star hotel hawn Malta jkollha madwar 150 sodda, it- 3-star hotels li għandhom pajjiżi oħra, bħalma huma Tuneż u Spanja, ikollhom xi 1500 sodda u għalhekk huma jkunu jistgħu jżommu l-costs baxxi ħafna.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li t-turisti Ingliżi li jiġu Malta joqogħdu fi 3-star hotels biss pero` huwa fatt li l-iktar ma jfittxu t-turisti Ingliżi huma t-3-star hotels.", "Jien nispera li m'għadx hawn min baqa' jaħseb li t-turist Ingliż jikkuntenta b'kollox u li ma jilmenta fuq xejn għaliex dan m'huwiex minnu.", "Huwa veru li forsi t-turist Ingliż ma jgergirx sakemm ikun hawn Malta, pero` jkun hemm drabi fejn dan jiddeċiedi li mhux biss jaħlef li ma jerġax jiġi hu imma jgħaddi wkoll kelma ħażina fuq Malta ma' sħabu.", "Jien jiddispjaċini ngħid li s-suq Ingliż ilu sejjer lura minn Mejju u ma nafx x'inhi r-raġuni li ma ħadniex il-passi neċessarji mal-ewwel.", "Huwa maħsub li din is-sena n-numru ta' Ingliżi li se jżuru xi pajjiż ieħor se jiżdied b'xi 10%, jiġifieri se jivvjaġġaw iktar mis-snin ta' qabel, u allura aħna għandna nagħmlu minn kollox biex napprofittaw ruħna mill-aħjar li nistgħu minn din l-opportunita`.", "Mejju, Settembru u Diċembru tas-sena l- oħra kienu l-agħar xhur għal pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam mas-suq Ingliż għaliex f'Mejju dan is-suq naqas bi 15%, f'Settembru naqas bi 13% u f'Diċembru naqas bi 11%.", "Jien nispera li l-ħafna reklamar li qed isir fuq it-television Ingliż għal Malta jkollu response tajjeb, anke għaliex skond informazzjoni li ngħatatli, it-tour operators il-kbar ma tantx qed jirreġistraw żieda f'dawk li huma turisti Ingliżi, għalkemm jien wieħed minn dawk li nemmen li ma tistax tkabbar il-qasam tat-turiżmu Malti billi sempliċement toħroġ il-flus għar-reklamar għaliex l-iktar ħaġa importanti hija li tistinka biex ittejjeb il-prodott u tagħmlu iktar kompetittiv.", "Sur President, jidher ċar li għad għandna konfużjoni sħiħa f'dawk li huma lukandi, u dan għaliex filwaqt li l-istatistika qed turina ċerti indikazzjonijiet, min jaħdem f'dan is-settur qed jagħtina indikazzjonijiet oħra.", "Jien iddispjaċini ħafna meta smajt x'riżultati ħarġu mill-questionnaires li għamlet id-Deloitte & Touche Services Ltd., u l-Malta hoteliers and restaurants association, bir-raġun kollu, uriet tħassib serju fuq l- occupancy rates, fuq ir-rati tal-prezzijiet, fuq il-profitti u fuq il- bookings għal dawn it-tliet xhur li ġejjin.", "Jien nemmen li l-lukandi għandhom jingħataw l-għajnuna kollha neċessarja biex jinqata' ħafna minn dan it-taqtigħ ta' qalb.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Vella, għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Ovvjament peress li s-sena l-oħra s-suq Ingliż mar ħażin, dawk il-lukandi li jiddependu ħafna minn dan is-suq marru ħażin huma wkoll, pero` min-naħa l-oħra dawk il-lukandi li jiddependu ħafna mis-suq kontinentali marru tajjeb.", "Sur President, lili jippreokkupani ħafna l-fatt li ż-żieda fis-sodod qiegħda tikber b'rata ħafna ogħla miż-żieda ta' turisti, u dan għaliex jekk, per eżempju, f'lukanda jmorru 100 turist u jkun hemm 110 sodod u mbagħad is-sena ta' wara din il-lukanda żżid is-sodod għal 150 u jerġgħu jmorrulha 100 turist, l-occupancy rate bilfors li se tonqos.", "Fil-fatt dan hu li qed jiġri f'dan il-qasam.", "Jekk inħarsu lejn l-1998 u l-1999 insibu li filwaqt li s-sodod fil-lukandi żdiedu għal 4.3%, f'bed-nights kien hemm biss żieda ta' 1.5%.", "Wisq nibża' li din il-problema se tkompli taggrava matul is-snin li ġejjin għaliex ovvjament iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar se jinfetħu lukandi ġodda u allura n-numru ta' sodod fis-settur turistiku iktar se jiżdied.", "Inutli wkoll li noqogħdu naraw kemm ġejjin turisti lejn Malta u kemm dawn se jimlew lukandi jekk kemm-il darba ma nidħlux fil-fond u naraw xi prezzijiet qed ikollhom iħallsu t-turisti biex joqogħdu f'dawn il-lukandi.", "Qed ngħid dan għaliex huwa fatt innegabbli li l-costs jinsabu dejjem telgħin, allavolja l-operaturi qed jagħmlu minn kollox biex jipprovaw iraħħsuhom.", "Suppost kellhom jittieħdu numru ta' inċentivi fuq it- 3-star hotels pero` sal-lum għadu ma tħabbar xejn, bħalma għadu ma tħabbar xejn ukoll jekk l-inċentivi li ttieħdu fis-settur tal-manifattura humiex se jittieħdu anke fis-settur turistiku, kif kien ingħad li se jsir.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq problema oħra li ilha magħna għal ħafna u ħafna snin, dik ta' l-unlicensed accomodation.", "Sur President, jien jiddispjaċini ħafna meta nara li filwaqt li l-gvern qed idur dejjem fuq il-ħaddiem biex inaqqas il-problema finanzjarja tiegħu, min-naħa l-oħra m'huwiex qed jieħu miżuri serji sabiex jiġbor il-ħlasijiet kollha li għandu jiġbor mil-liċenzji għall-akkomodazzjoni.", "Issa l-MTA ilha mhux ħażin imwaqqfa pero` sfortunatament ftit rajna ħerġin riżultati minn din l-awtorita` u kulħadd stenna xi ħaġa aħjar minnha.", "Meta twaqqfet l-MTA jien għedt li f'din l-awtorita` hemm nies li jistgħu jagħtu kontribut kbir lill-qasam tat-turiżmu, u din hija xi ħaġa li għadni nemminha bis-sħiħ, pero` sfortunatament jidher li hemm nuqqas ta' kordinazzjoni, jew aħjar m'hemmx dik il-kordinazzjoni li wieħed jixtieq u, għalkemm qed nisimgħu ħafna kliem sabiħ dwar din l-awtorita`, ftit li xejn qed narawha tagħti riżultati lill-qasam tat-turiżmu.", "Wisq nibża' li minn meta nbidlet l- amministrazzjoni hemm min qed jipprova jbiddel il-politika li kellu l-gvern Laburista għal dan il-qasam u minkejja li llum qed nisimgħu b'ħafna pjani, dawn m'huma qed jiġu attwati qatt.", "Jien nemmen li huwa importanti ħafna li tippjana pero` mbagħad huwa iktar importanti li tibda timplimenta dak li tkun ippjanajt.", "Issa jekk hawn xi ħadd li ma jħobbx joqgħod idaħħal il-politika partiġjana fin-nofs meta jkun qed jitkellem fuq il-qasam tat-turiżmu huwa jien, pero` jiddispjaċini ngħid li wisq nissuspetta li qed terġa' tidħol il- mentalita` qadima li ndeffsu fuq quddiem lin-nies tal-kulur tagħna, anke jekk inkunu nafu li dawn m'humiex l-iktar nies kapaċi.", "Qed ngħid dan għaliex naf li sar ħafna ċaqliq u saru ħafna ħatriet ġodda li, fl-opinjoni tiegħi, ma sarux fl-aħjar interess ta' dan il-qasam.", "Pero` m'iniex beħsiebni noqgħod nidħol fid-dettall fuq dawn l-affarijiet għaliex inkella iktar inkun qed nagħmel ħsara milli ġid.", "Hekk jew hekk ninsab persważ li kulmin jaħdem f'dan il-qasam qed jifhem x'irrid ngħid.", "Issa dan m'hux sew għaliex jew se nattwaw dak li ngħidu, jiġifieri li meta nkunu qed nitkellmu u naħdmu fuq il-qasam tat-turiżmu m'għandniex indaħħlu l-politika partiġjana, jew inkella din se ngħiduha fejn jaqblilna u mbagħad meta niġu għall-fatti nagħmlu kollox bil-kontra.", "Sur President, jien nemmen illi l-value for money tal-prodott Malti jiġi billi ngħollu l-livell tal-prodott u mhux billi nbaxxu l-prezzijiet.", "Sfortunatament iktar ma se ndumu ma ngħollu l-livell tal-prodott tagħna iktar se jkollna nkomplu nbaxxu l-prezzijiet, u din hija xi ħaġa li qed tkisser lill-qasam tat-turiżmu.", "Il-prodott turistiku Malti huwa prodott matur u, bħal kull prodott ieħor, dan irid jinbidel u jiġġedded minn żmien għal żmien.", "Wara kollox issa naħseb li ilna ngħidu ħafna fuq il-prodott turistiku u wasal iż-żmien li dan jiġġedded ħalli b'hekk ikun jista' jaqdi l-ħteġijiet tat-turist tal-lum.", "Hija mentalita` qadima li nippretendu li t- turist jadatta ruħu għall-prodott tagħna għaliex fil-verita` jrid jiġri bil- kontra, jiġifieri li nadattaw il-prodott tagħna għat-turist.", "Illum spiċċa ż-żmien fejn il-marketing jiffoka fuq il-prodott imma min irid jikkompeti għandu jiffoka l-marketing tiegħu fuq il-klijent, u f'dan il-każ il-klijent tagħna huwa t-turist.", "Per eżempju, ma nistax nippretendi li l-klijent se jogħġbu bilfors il-prodott li nkun qed inbigħ jien u li m'għandux għalfejn ikollu d-dritt ta' l-għażla.", "Irridu nifhmu li mhux kulħadd għandu l-istess gosti u bżonnijiet, u għalhekk jekk ma nagħrfux noħolqu għażla lit-turist għandna ċans kbir li l- prodott turistiku tagħna se jibqa' ma' wiċċna.", "Min irid iġib il-qasam tat- turiżmu Malti 'l quddiem bis-serjeta` mhux biss irid jara x'inhi l- aspettattiva tat-turist, ħalli jkun jista' jipprovdielu prodott li jissodisfah, imma jrid ikun jaf ukoll ma' min se jikkompeti u f'liema suq irid jidħol bil-prodott tiegħu, dak li aħna ngħidulu l-positioning, pero` milli jidher ftit li xejn qed isir minn dan kollu.", "Spiss nisimgħu li hemm bżonn li ntejbu l-prodott tagħna ħalli b'hekk inkunu nistgħu nagħmlulu repositioning, pero` nemmen li dan ma jistax isir sakemm ikollna prodott skadut u għalhekk l-ewwel ma rridu nagħmlu huwa upgrading fil-prodott tagħna.", "Il-mira prinċipali tagħna m'għandhiex tkun ibbażata fuq kemm se nġibu turisti lejn Malta imma fuq kemm inkunu qed nagħtu sodisfazzjon lil kull turist li jagħżel li jieħu l-btala tiegħu f'pajjiżna, dak li aħna nsejħulu customer satisfaction index.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u nerġa' nsemmi r-reklamar għaliex inħoss li għandha ssir enfasi fuq il-fatt li aħna għandna nirreklamaw aħjar il-prodott tagħna u mhux nirreklamaw il-prodott tagħna aħjar għaliex jekk nagħmlu hekk hemm ċans kbir li t-turist ma jeħux il-kwalita` ta' servizz li jkun ġie mogħti l- impressjoni li se jieħu fir-reklam u għalhekk joħroġ diżappuntat.", "Sur President, kemm fis-seminars li jiġu organizzati dwar il-qasam tat- turiżmu kif ukoll fl-annual general meeting ta' l-MTA issemma li se titfassal strateġija għal dan il-qasam.", "Issa hawnhekk jien ma nistax ma nsemmix kemm huwa importanti li min ifassal u min jimplimenta din l- istrateġija jaħdmu flimkien mill-bidu nett.", "Madanakollu skond l- informazzjoni li għandi, m'hemmx il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni li wieħed jixtieq fit-tfassil ta' din l-istrateġija u kulħadd qed jitħalla fid- dlam dwar din il-ħaġa biex fl-aħħar nispiċċaw induru fuq xi konsulent ħabib tagħna u nitolbuh jagħmlilna kollox hu, fejn naturalment ta' lira jitħallas tnejn.", "Jien nistaqsi hawnhekk: Imma kif ma drajniex li jekk jien inqabbad konsulent biex jagħtini l-ħin, dan l-ewwel li se jagħmel huwa li jdur fuqi, jieħu l-arloġġ tiegħi, jgħidli l-ħin minn fuq l-arloġġ tiegħi u mbagħad talli jkun għamel hekk ikolli nħallsu l-belli liri?!", "Jien m'iniex qed ngħid li f'kull konsulenza jiġri dan, pero` jiddispjaċini ngħid li fid-90% tal-konsulenzi li jsiru hekk jiġri.", "Sur President, ilna ħafna nisimgħu kemm huwa importanti li noħolqu iktar attrazzjonijiet f'pajjiżna għat-turist, pero` fil-budget li għadda ma rajna xejn minn dan kollu, anzi xi kultant nibża' li min qed joħroġ b'xi idea ta' kif nistgħu noħolqu iktar attrazzjonijiet f'pajjiżna, dan qed jiġi mgerrex.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex, per eżempju, jekk nitkellmu fuq is- seaquarium dan aħna kellna lil min irid jagħmlu imma gerrixnieh, jekk nitkellmu fuq il-golf-courses dawn aħna kellna lil min irid jagħmilhom imma minkejja li issa għaddew xi tliet snin minn mindu kien hemm min ħa dan l- interess bqajna mingħajrhom, jekk nitkellmu fuq il-proġetti tal-marinas illum qed naraw li dawn servew iktar ta' ħsara milli ta' ġid għaliex qed jiddawwru fi proġetti ta' spekulazzjoni, u l-istess nistgħu ngħidu għall- beach replenishments u għall-proġett tal-Connections.", "Anke għal dak li huwa cultural heritage, minkejja li jkollna ħafna lip-service f'dan ir- rigward, illum it-turisti għadhom qed jibqgħu ddiżgustati bil-mod mitluq li għadna qed nippreżentaw il-wirt storiku u arkeoloġiku tagħna.", "Issa hawnhekk ma rridx lil min jifhimni ħażin għaliex jien m'iniex qed ngħid li għandna nibżgħu iktar għall-wirt storiku u arkeoloġiku tagħna minħabba t- turist imma dan għandna nagħmluh għalina stess bħala Maltin, anzi nemmen li dan huwa ħafna iktar importanti li jsir għalina milli għat-turist.", "Jien li ma nistax nifhem hu kif noqogħdu nagħmlu dawk l-istudji, il-pjani u d- diskussjonijiet kollha u mbagħad nieqfu hemm, pero` forsi xi darba għad nitgħallmu u naslu wkoll.", "Issa nixtieq nitkellem ftit dwar kif inhu sejjer it-turiżmu f'Għawdex.", "Sur President, l-istatistika turi li s-sena li għaddiet in-numru ta' day- trippers f'Għawdex naqas bi kważi 9,500, jiġifieri kien hemm tnaqqis ta' 3% fuq is-sena ta' qabel, u dan huwa fatt inkwetanti għaliex meta ngħidu li n- numru ta' day-trippers li marru Għawdex fl-1999 lanqas biss qabeż it- 30,000, inkunu qed ngħidu li lanqas kwart mit-turisti li jżuru lil Malta ma jmorru Għawdex bħala day-trippers.", "Għalhekk huwa importanti li t-turisti li jiġu jżuru lil Malta jiġu mħajrin iktar biex iżuru wkoll il-gżira Għawdxija, imqar għal ġurnata waħda biss.", "Punt li ma rridx ninsa nsemmi huwa dak li kull min jaħdem fit-turiżmu Għawdxi għandu jagħti iktar attenzjoni lid-day-tripper Malti għaliex dan iħalli ħafna iktar flus minn day-tripper barrani, u dan jista' jsir anke bl-għajnuna ta' l-Għawdxin stess.", "Il-Ministeru għal Għawdex ħareġ ukoll statistika ta' dawk it-turisti li jżuru lil Għawdex, imma mhux bħala day-trippers.", "Fil-fatt din turi li n- numru ta' turisti li joqogħdu Għawdex għal xi ftit jiem żdied bi kważi 23% u anke l-occupancy rate tal-lukandi ġewwa l-gżira Għawdxija żdiedet, pero` sfortunatament xorta waħda għadha baxxa ħafna.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex bla ebda dubju meta tgħid li l-occupancy rate tal-lukandi ġewwa Għawdex hija biss ta' 25% ma tkunx qed turi xi stampa sabiħa, iktar u iktar meta tikkonsidra l-fatt li l-occupancy rate tal-lukandi ġewwa Malta telgħet għal 65%, 70% u anke għal 75%.", "Mill-istess statistika jirriżulta li l- length of stay hija ta' 4.3 ġranet għal kull turist, u din għadha baxxa wkoll għaliex meta tara li n-numru ta' bed nights ġewwa Għawdex huwa ta' kważi 190,000, dan ifisser li bħala bed nights Għawdex qed jieħu biss 1.7%.", "M'hemmx dubju li minn dawn iż-żewġ statistiċi li semmejt joħroġ ċar li trid issir ħafna iktar promozzjoni biex it-turiżmu f'Għawdex jikber.", "Fil- fatt ta' min jgħid li n-niche market tad-diving qiegħed jattira turisti daqskemm qiegħda tattira turisti l-gżira Għawdxija, u l-istess nistgħu ngħidu għan-niche market tal-language schools għaliex anke dan, kważi qed jattira turisti daqskemm qiegħed jattira turisti Għawdex.", "Għalhekk naħseb kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li t-turiżmu f'Għawdex għad baqgħalu potenzjal li jikber.", "Dan l-aħħar smajna li l-Gozo tourism association se taħtar - jekk mhux diġa' ħatrithom - xi konsulenti li m'humiex Għawdxin biex jagħmlu pjan għal Għawdex.", "Issa din hija xi ħaġa li jien personalment ma nifhimhiex għaliex ġaladarba fil-gżira Għawdxija jgħixu nies li jafu l-mod kif jaħdem is- settur turistiku Għawdxi u jafu wkoll il-problemi u l-bżonnijiet li għandu Għawdex inside out, għaliex dan il-pjan m'għandux isir mill-Għawdxin stess?", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem ftit dwar l-institute of tourism studies.", "Sur President, jiddispjaċini ngħid li minkejja li l-ITS huwa element importanti ħafna għall-qasam tat-turiżmu, dan m'huwiex qed jittieħed bis- serjeta` li tixraqlu mill-gvern preżenti.", "Biżżejjed insemmi l-ħafna tibdiliet li qed isiru, liema tibdiliet qed iħallu inċertezza kbira fost l- istudenti.", "Jien lanqas ma togħġobni s-sistema li bdiet titħaddem fil- workphase ta' week-in week-out għaliex issa f'sena l-istudenti qed jagħmlu t-tliet xhur tas-sajf biss bħala prattika.", "Fil-fatt minn meta bdiet titħaddem din is-sistema, il-hoteliers ma baqgħux iħarsu lejn din l-iskema bħala waħda li tista' tkun ta' għajnuna għalihom u bilkemm ma ngħidx li dawn qed jaraw lill-istudenti bħala nies żejda li qegħdin jiġru mas-saqajn bil-konsegwenza li m'humiex qed jagħtuhom l-attenzjoni li għandhom jagħtuhom.", "Jien ilni ħafna nħambaq dwar il-bżonn li l-universita` tagħna tibda tagħti a first degree course fit-turiżmu, u fil-fatt dan l-aħħar sirt naf li għaddejjin xi diskussjonijiet f'dan ir-rigward, pero` ddispjaċini ħafna meta smajt li l-istudenti ta' l-ITS qed jiġu esklużi minn dawn id- diskussjonijiet.", "Xi ħaġa oħra importanti ħafna li ssir hija l-human resource audit, u fil-fatt aħna konna diġa' bdejna nagħmlu dan ix-xogħol ta' auditing għaliex fhimna li b'hekk biss nistgħu nippjanaw il-mod kif għandu jaħdem l-ITS.", "Ma jistax ikun li jibqa' jitħaddem il-kriterju li ġaladarba l-klassi tal-management studies tesa' 20 student, allura nistgħu ndaħħlu 20 student għal dan il-kors għaliex l-ewwel għandna naraw x'riżorsi umani għandha bżonn l-industrija tat-turiżmu u mbagħad nirreklutaw l- istudenti skond il-bżonn.", "Jien f'kull diskors li nagħmel f'din il-Kamra nitlob biex dan l-imbierek human resource audit jiġi ppubblikat u ppreżentat lil din il-Kamra, pero` s'issa għadu ma sar xejn minn dan.", "Sur President, ma nistax nitkellem fuq l-ITS mingħajr ma nsellem lid- direttur Pinchbeck għax-xogħol siewi li għamel, li qed jagħmel u li nispera li se jibqa' jagħmel fl-ITS, liema direttur illum twarrab biex minfloku jiġi direttur Svizzeru.", "Fil-fatt dan id-direttur Svizzeru diġa' ġie hawn Malta għal ftit żmien, pero` reġa' telaq lura bil-konsegwenza li sal-lum l- ITS għadu bil-post ta' direttur vojt.", "Kulma naf hu li riċentement lil dan l-Isvizzeru saritlu offerta ta' Lm35,000 sabiex jieħu l-post ta' direttur fl-ITS.", "Issa anke f'dan il-każ, jien nistaqsi: Imma possibbli li aħna m'aħniex kapaċi nħarrġu bniedem Malti għal sena, sentejn, tlieta u mbagħad meta jiġi lura nagħtuh il-kariga ta' direttur fl-ITS?", "Ħaġa oħra li ma nifhimhiex hija li hemm min qed jibqa' jinsisti li l-ħaddiema tat-trade m'għandhomx jitħalltu ma' l-istudenti ta' l-ITS.", "Anzi jien nemmen illi l- cross-fertilisation bejn l-istudenti ta' l-ITS u bejn dawk li diġa' qed jaħdmu fis-settur turistiku hija xi ħaġa importanti ħafna li jista' jiggwadanja minnha kulħadd.", "Issa fuq l-ITS hemm bord ta' 14-il membru, li l-Bambin biss jaf kif intgħażlu.", "Jien m'għandi xejn personali kontra dawn l-14-il membru, pero` meta tara x'esperjenza għandhom dawn fis-settur tat- turiżmu bilfors ikollok tikkonkludi li dawn ġew magħżula għaliex huma ġew f'moħħ il-ministru dak il-ħin.", "M'għandix dubju li dawn il-membri kollha huma kapaċi fix-xogħol tagħhom, pero` l-problema hi li x-xogħol tagħhom m'huwiex relatat mal-qasam tat-turiżmu.", "Sur President, illum il-language schools saru importanti ħafna għall- ekonomija ta' pajjiżna.", "Biżżejjed ngħid li llum f'pajjiżna għandna 30 language school liċenzjati, li bejniethom qed iġibu mat-30,000 student, qed jiġġeneraw mas-Lm7 jew Lm8 miljun fis-sena u qed jipprovdu ċertu revenue lil 1,500 familja talli jżommu lill-istudenti f'darhom.", "Fil-fatt il- kompetizzjoni għal Malta f'dan is-settur qed tikber ukoll għaliex illum il- language schools m'għadekx issibhom fl-Ingilterra u f'Malta biss imma qed issibhom f'kull pajjiż li jrid jattira lit-turisti lejh, u għalhekk iktar tikber l-importanza li nagħtu iżjed attenzjoni lil dan is-settur milli tajnieh sal-lum.", "Ġustament dan l-aħħar il-president tal-FELTOM qal li l- istandards ta' dan is-settur qed jitbaxxew.", "Għal min ma jafx il-FELTOM hija għaqda li tirrappreżenta madwar 11 mit-30 skola li jgħallmu l-Ingliż lill-istudenti barranin.", "Ta' min jgħid li din il-kritika dehret ukoll fuq il-gazzetti lokali u fuq dawk barranin fejn fihom inkitbu saħansitra ittri mill-istudenti u mill-familjari tagħhom dwar din il-ħaġa.", "Dan l-aħħar waqt il-ħin ta' l-aġġornament anke l-Onor.", "Dolores Cristina għamlet din il- kritika u, fl-opinjoni tiegħi, l-Onor.", "Membru tkellmet bis-sens ħafna fuq dan is-suġġett.", "Kif wieħed seta' jobsor, din il-kritika xejn ma ntlaqgħet tajjeb mill-awtoritajiet Nazzjonalisti pero` din hija l-verita`, irrispettivament minn jekk dak li jkun jilqagħhiex jew le, u fil-fatt jien nixtieq ningħaqad magħha billi anke jien inwassal il-kritika tiegħi rigward l-istandards li qed iżommu l-language schools li għandna f'pajjiżna.", "Illum jien m'iniex se nirriferi għat-tagħlim li qed jingħata f'dawn l-iskejjel imma se nirriferi biss għat-tip ta' akkomodazzjoni li qed jingħataw l- istudenti barranin għaliex huwa dwar dan li l-iktar jiġu ġġenerati complaints.", "Nibda biex ngħid li dan is-settur beda jittieħed verament bis-serjeta` minn gvern Laburista, u fil-fatt kull min kien jaħdem f'dan is-settur kien jieħu r-ruħ meta kien jara lili u lill-Onor.", "Evarist Bartolo - dak iż-żmien kien ministru ta' l-edukazzjoni - niddiskutu dwar kif nistgħu nsolvu l- problemi li jeżistu f'dan is-settur.", "Bi pjaċir ngħid li jien u l-Onor.", "Bartolo dejjem konna konsistenti u dejjem qbilna fuq kull ħaġa li għamilna flimkien għal dan is-settur.", "Biżżejjed insemmi l-monitoring board li waqqafna fi ħdan il-ministeru ta' l-edukazzjoni biex dan jagħmel l- inspections u l-monitoring li hemm bżonn.", "Insemmi l-assoċjazzjoni tal-host families li waqqafna sabiex kull meta nkunu rridu niddiskutu din il- materja, ikollna point of reference.", "Insemmi l-field officers li ħtarna sabiex jinvestigaw ir-rapporti li jsiru dwar ksur tal-liġijiet jew tar- regolamenti li jeżistu fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni.", "Ħafna mill-familji li jospitaw studenti barranin huma serji pero` sfortunatament jeżistu wkoll familji li m'humiex, bħalma jeżistu studenti serji u oħrajn li m'humiex.", "Madanakollu jidher li anke fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni, l-istandards ta' dan is-settur sejrin il-baħar.", "Per eżempju, għalkemm in-numru tal-familji li jospitaw studenti barranin f'darhom li m'humiex serji huma ftit, xorta jibqa' l-fatt li qed ikun hemm min jabbuża mill-istudenti u jiċċarġjahom iżżejjed meta dawn jiġu biex jagħmlulhom xi ħaġa żgħira bħal, per eżempju, jaħslulhom xi ħaġa tal- ħwejjeġ.", "Fil-fatt l-Onor.", "Cristina semmiet anke każi ta' studenti li meta talbu lill-familja li kienet qed tospitahom xi pilloli għall-uġigħ ta' ras jew għall-influwenza, dawn ġew iċċarġjati prezzijiet esaġerati.", "Qed ikun hemm ukoll familji li qed joffru kwalita` fqira ta' ikel u ma jeħdux ħsieb il-ħin tad-dħul ta' l-istudent.", "Ta' min jgħid ukoll li xi wħud mill- familji li qed jospitaw lil dawn l-istudenti lanqas biss jafu jitkellmu bl- Ingliż, aħseb u ara kemm se jħarrġu lill-istudenti fl-Ingliż.", "Qed ngħid dan għaliex oriġinarjament l-idea li l-istudenti jmorru jgħixu f'dar ta' familja Maltija kienet sabiex dak li jkunu tgħallmu ġewwa l-klassi jipprattikawh fid-djar ta' dawn il-familji.", "Madanakollu jien nara li l-ikbar abbuż li qed isir fil-qasam ta' l- akkomodazzjoni huwa dak illi filwaqt li suppost li l-host families ma jżommux iktar minn erba' studenti f'kull dar, ġieli dawn jabbużaw u jżommu anke tmienja, għaxar u tnax-il student għaliex jieħdu erbgħa minn skola, erbgħa minn skola u erbgħa minn skola oħra.", "Mhux ta' b'xejn li qed jitbaxxew l-istandards f'dan il-qasam!", "Imbagħad ħafna drabi meta lil dawn il-familji tistaqsihom għaliex ikunu wettqu dan l-abbuż, jgħidulek li jekk iżommu ġo darhom erba' studenti biss ma jkunux qed jitħallsu tajjeb.", "Imma skużi, jekk dawn iħossu li m'humiex imħallsin tajjeb għandhom jitkellmu u jiddiskutu ma' l-awtoritajiet konċernati u mhux jipprovaw jirranġaw is- sitwazzjoni finanzjarja tagħhom billi jiksru r-regolamenti u l-liġijiet li jeżistu f'dan il-qasam!", "Il-ministeru għat-turiżmu ma jistax jibqa' jżomm għajnejh magħluqa għal dawn l-affarijiet u għalkemm huwa veru li din hija xi ħaġa li taqa' taħt il-MTA, ġaladarba din m'hijiex qed tagħmel xogħolha l- ministeru għandu jiġbed l-attenzjoni hu fuq din il-ħaġa.", "Fi żmienna disa' field officers lanqas kienu jkunu jistgħu jlaħħqu sabiex jinvestigaw ir-rapporti kollha li jsiru dwar ksur tal-liġijiet jew tar- regolamenti li jeżistu fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni, pero` llum in-numru ta' field officers naqas għal ħamsa, li jridu jlaħħqu mal-50,000 sodda tal- lukandi, mar-restaurants, mal-postijiet ta' entertainment u mal-host families kollha li għandna.", "Jien ma nafx ma' xiex se jlaħħqu dawn il-field officers u, kif għedt diġa', mhux ta' b'xejn li m'humiex qed jiġu monitored l-istandards.", "Issa għal ġiehna d-direttur li għadu kif inħatar fl-MTA għamel sena jaħdem ma' l-HCEB, jiġifieri suppost jaf sew xi bżonnijiet għandu dan il-qasam.", "Imma biex nerġa' ndur għall-host families, ma nistax ma nirrimarkax dwar il-fatt li ġieli għalkemm l-iskejjel ikunu jafu li wħud mill-host families ikollhom iktar minn erba' studenti, dawn xorta waħda jħalluhom jieħdu iktar studenti, bil-għan li mbagħad forsi jitolbuhom biex jiċċarġjawhom xi ħaġa inqas għall-istudenti li jkunu qed iżommu f'darhom.", "Jien nifhem li bħalma jista' jkollok studenti u host families li ma jkunux serji, jista' jkollok ukoll skejjel li ma jkunux serji.", "Pero` xorta waħda jinkwetani l-fatt li fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni ddaħħal dan iċ-ċirku vizzjuż.", "Sur President, meta konna qed niddiskutu l-budget ma kellix ċans nitkellem fuq l-Air Malta għax ma kellix biżżejjed ħin għad-dispożizzjoni tiegħi biex nagħmel dan u għalhekk issa nixtieq nagħmel kelmtejn dwar din il-kumpannija.", "Nibda biex ngħid li filwaqt li fis-sena 1996/1997 l-Air Malta għamlet telf, fis-sena 1997/98 għamlet token profit u fis-sena 1998/99 għamlet pre-tax profit ta' Lm6 miljun.", "Jien ma nistax nifhem kif għalkemm il-gazzetti kollha ħabbru l-profitt li għamlet l-Air Malta fis- sena 1998/99, ħadd minnhom ma qal li dan ir-riżultat kien frott il-ħidma tal-Partit Laburista fil-gvern, għaliex ma rridux ninsew li għall-Air Malta s-sena 1998/99 għalqet f'Marzu ta' l-1999.", "Hawn ta' min ifakkar f'meta l- Ministru Josef Bonnici kien ġie f'din il-Kamra u qabad jgħajjat u jiddilirja li hu kien tela' l-Libja u rnexxielu jsolvi l-problema ta' l-Air Malta, pero` meta jien ivverifikajt biex nara jekk dak li qal il-ministru kienx minnu sibt li din il-problema ma ġiet riżolta xejn, anzi fil-verita` l-Air Malta setgħet għamlet profitt ta' Lm2.3 miljun iktar li kieku l- ministru ma daħalx jgħajjat hawnhekk li kien solva kollox.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq l-Air Malta, lill-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru ma nistax ma nifirħilhiex għall-ftehim li rnexxielha tilħaq mad-WTA.", "Fil-fatt fi żmien il-gvern Laburista aħna konna ħdimna ħafna biex jintlaħaq dan il- ftehim, għaliex nemmnu li dan m'hux se jservi biss biex jitjieb il-business ta' l-Air Malta imma wkoll biex jikber il-business bejn Malta u l-Amerika.", "Sur President, jien m'iniex beħsiebni noqgħod insemmi x'biċċa uġigħ ta' ras kellha l-Air Malta biex iddawwar id-diżastru ta' l-Azzurra Air fi proġett tajjeb u vijabbli, pero` se ngħid biss illi naħseb li din is-sena, għall-ewwel darba, b'riżultat tal-ħidma li twettqet mill-gvern Laburista preċedenti, l-Azzurra Air se tkun tista' turi l-ewwel profitti tagħha, allavolja ma naħsibx li dawn se jkunu xi profitti kbar.", "Dnub li ċerti individwi fl-Air Malta qed jgħollu rashom u jimxu b'mod partiġjan.", "Kulħadd jaf li jien qatt ma daħħalt il-politika partiġjana waqt il-qadi ta' dmirijieti u għalhekk ma nafx għalfejn għandu jimxi b'dan il-mod ħaddieħor.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi għall-ministru, biex inkunu ċari, u kif għedt diġa' qed nirriferi għal ċerti individwi fl-Air Malta, pero` dwar dan se nitkellem ma' l-ewwel okkażjoni li nsib.", "Sur President, jien ħriġt press release fuq il-proġett tal-White Rocks, fejn fiha għedt li qed ninnota nuqqas ta' professjonalita` fil-proċedura ta' l-għażla tal-consortia għal dan il-proġett, u anke rrimarkajt li l- ministru għat-turiżmu ma tax biżżejjed informazzjoni dwar il-metodu u l- criteria ta' din l-għażla.", "F'din il-press release jien tlabt ukoll biex xi ħadd jagħtini spjegazzjoni għaliex l-għażla tal-consortia ma saritx minn kumitat maħtur apposta imma spiċċat saret mill-kabinett u tlabt lill- ministru jiċċarali għaliex kien il-kabinett, li ħa d-deċiżjoni finali u fuq liema bażi u criteria l-kabinett għamel dan.", "Fl-aħħarnett jien tlabt lill- ministru anke biex jagħti l-informazzjoni pertinenti kollha u jippubblika r- rapport finali tal-kumitat li ġie maħtur apposta, imma madanakollu sal-lum għadni ma ngħatajt l-ebda risposta.", "Jien jiddispjaċini meta nara li din il- Kamra qed tiġi stmata inqas mill-media, u qed ngħid dan għaliex almenu minn fuq il-media ssir taf x'inhu jsir f'dan il-proġett u x'inkiteb fir-rapport li sar mill-kumitat maħtur apposta, pero` aħna l-membri ta' din il-Kamra ma ngħatajna l-ebda sodisfazzjon dwar dan kollu.", "Imma għalkemm il-ministru baqa' ma qiegħedx ir-rapport li tlabtu biex iqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra, jien irnexxieli nakkwista kopja ta' dan ir-rapport u fil-fatt fl- aħħar tad-diskors tiegħi nixtieq inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Sur President, fil-bidu tad-diskors tiegħi jien għedt li għalkemm il- gvern preżenti qiegħed iġiegħel lill-poplu Malti u Għawdxi iħallas dejjem iktar taxxi, dan ma tantx qed jara riżultati pożittivi fl-operat tal-gvern, u eżempju ta' dan huwa l-proġett ta' l-Auberge d'Italie għaliex minkejja li issa dan il-proġett ilu li nbeda sena u nofs - liema proġett huwa involut fih il-ministeru għat-turiżmu - sal-lum għadu ma tlestiex.", "Jien nixtieq li jkun hemm xi ħadd li jgħarrafna kemm ġie jiswa s'issa dan il-proġett għaliex probabbli li bil-flus li ntnefqu s'issa fuq dan il-proġett kienu jsiru xi żewġ proġetti jew tlieta oħra.", "Kull meta nitkellmu fuq il-qasam tat-turiżmu f'din il-Kamra, filwaqt li l- kliem spiss jaqa' fuq il-lukandi, fuq il-hoteliers, fuq it-turisti, fuq il- prodott Malti u fuq kull ħaġa oħra li għandha konnessjoni ma' dan il-qasam, ftit li xejn nitkellmu fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol li għandhom il- ħaddiema ta' dan il-qasam.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed inwaħħal fil- membri tal-gvern preżenti - għax fil-fatt lanqas fi żmien il-gvern Laburista ma konna nidħlu fil-fond tal-problemi li jiltaqgħu magħhom dawn il-ħaddiema - madanakollu iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed nirrealizza kemm għandna nagħtu iktar importanza lill-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tat- turiżmu għaliex spiss qed nisimgħu lmenti mingħandhom, fosthom minn barmen, minn waiters u minn oħrajn li għandhom x'jaqsmu mat-trasport.", "Fil-fatt il- kollegi tiegħi, l-Onor.", "Karl Chircop u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, diġa' semmew xi ħaġa f'dan ir-rigward, pero` jien nemmen li issa wasal iż-żmien li anke nagħmlu social impact assessment bis-serjeta` fuq din il-ħaġa, ħalli mhux biss inkunu nafu b'mod ċar kif il-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu qed jiġu affettwati mill-istess turiżmu imma wkoll nipparagunaw il-kondizzjonijiet li għandhom dawn il-ħaddiema ma' ħaddiema oħra li jaħdmu f'oqsma differenti.", "F'Novembru li għadda jien kont għedt illi dak li kien maħsub li se jiġri fil-qasam tat-turiżmu għall-millennju l-ġdid kien se jisfaxxa fix-xejn, u fil-fatt dakinhar ma kontx mort żmerċ għax biss biss ir-riżultati ta' Diċembru juru vroma fit-turiżmu, fejn kellna tnaqqis ta' 10%.", "Ovvjament jien jiddispjaċini ħafna meta nara dawn ir-riżultati u jiddispjaċini ħafna iktar minn hekk meta nara li l-gvern preżenti ilu kważi sena u nofs miexi bla tmun.", "Jien ma nixtieqx nikkummenta iktar dwar dan pero` nixtieq li kulħadd jiżvela l-ideat tiegħu għall-qasam tat-turiżmu forsi jirnexxielna nwaqqfuh min-niżla li qabad.", "Sur President, fl-aħħarnett nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għamilt riferenza għalih matul id-diskors tiegħi u nistieden lil kulħadd, speċjalment lill-press, li jgħarbluh u jgħaddu l- kummenti tagħhom fuqu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Report on the evaluation of proposals maħruġ mill-kumitat ta' l-għażla dwar l-iżvilupp tal-White Rocks holiday complex.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, meta wieħed jara ċerti figuri bilfors ikollu jikkonkludi li bejn l-1987 u l-1996 id-deficit tal-pajjiż mhux biss baqa' dejjem tiela' 'l fuq imma saħansitra ħarab minn idejn il- gvern ta' dak iż-żmien.", "Madanakollu matul din id-diskussjoni rajna lill- membri tan-naħa tal-gvern jipprovaw jiġġustifikaw it-tmexxija ħażina li kellu pajjiżna matul dak il-perijodu billi bdew jakkużaw lill-gvern Laburista li hu l-kaġun tal-problema finanzjarja li qed iħabbat wiċċha magħha llum il-pajjiż, u dan għaliex qabel l-elezzjoni ta' l-1987 kien impjega 8,000 ruħ mal-gvern.", "Mur ġib li kieku minflok impjega 8,000 ruħ keċċa 8,000 ruħ minn mal-gvern x'kienu jgħidu!", "Il-verita` hija li l-gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1996, minkejja li beda jara d-dejn dejjem tiela' - tant li kif qal sieħbi l-Oor.", "Karmenu Vella, minn Lm57 miljun spara 'l fuq għal Lm514 miljun - u minkejja li lejliet l-elezzjoni ta' l-1996 il-Ministru Dalli kien ta warning f'dan ir-rigward - għax dak iż-żmien mhux aħna biss konna nwissu lill-gvern rigward l-infiq li kien jonfoq bla rażan imma anke l-Ministru Dalli kien qal għal iktar minn darba li jeħtieġ illi l-gvern joqgħod iktar attent fl- infiq tiegħu - il-gvern ta' dak iż-żmien kien baqa' għaddej bil-ħela u bit- tberbiq ta' flus xorta waħda.", "Issa jekk il-warning li ta l-Ministru Dalli dak iż-żmien kienx finta ma nafx imma ma naħsibx.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem għal liema raġuni l-gvern ma qalx lill-poplu Malti u Għawdxi li hemm bżonn jittieħdu ċerti miżuri biex b'xi mod jiġi mrażżan il-mostru ikrah tad- deficit tal-pajjiż.", "Ġieli wħud mill-membri tal-gvern jipprovaw iġibu wkoll l-argument li anke l-Partit Laburista, fis-sentejn li għamel fil-gver, għamel ċertu dejn.", "Imma skużi, allura għax aħna kellna bilfors nieħdu ċerti miżuri biex nipprovaw insolvu l-problemi finanzjarji li ħoloq ħaddieħor fil-pajjiż, se titfgħu t-tort fuqna wkoll?", "Sur President, filwaqt li sa l-1998 il-Partit Nazzjonalista kien qed jiddejjaq jiżvela l-fatt li pajjiżna għandu problema finanzjarja, illum qed jammettiha u lilna l-membri ta' l-oppożizzjoni qed jgħidilna: Isma', din hija problema kbira tafux!", "Ejjew naraw x'se nagħmlu flimkien għax wara kollox din hija problema nazzjonali!", "Imma aħna, min-naħa tagħna, lill- gvern ngħidulu: Issa qed tgħid li hi problema nazzjonali?", "Qabel l-1998, Sur Prim Ministru, inti kont dejjem għaddej bid-diska ta' money no problem u kont twiegħed lill-poplu Malti u Għawdxi li intom ma kellkom l-ebda ħsieb li żżidu t-taxxi!", "Madanakollu llum qed naraw illi l-politika li kellu l- Partit Nazzjonalista qabel ma' tela' fil-gvern qed iħaddimha bir-reverse, bil-konsegwenza li fejn qabel kien għad hawn min qed jifhem lill-Partit Nazzjonalista, illum ħadd ma jista' jifhmu aktar.", "Il-verita` hi li llum il- gvern Nazzjonalista qabdu paniku sħiħ u jrid jara x'jista' jagħmel mill- iktar fis possibbli biex isib soluzzjoni għall-baħar ta' nkwiet li ħoloq hu stess.", "Partit serju ma jħossux responsabbli għall-problemi tal-pajjiż meta jkun fil-gvern biss imma anke meta jkun fl-oppożizzjoni, u żgur li kulħadd jiftakar kemm kien irresponsabbli l-Partit Nazzjonalista meta kien fuq il- bankijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Li kieku kien partit responsabbli almenu żgur li kien jipprova jidentifika l-problemi tal-pajjiż, li kienu ċari daqs il-kristall u li llum qed jgħid li huma problemi nazzjonali.", "Ara llum, għaliex qiegħed fil-gvern u għaliex qed iħoss il-piż ta' l-amministrazzjoni tal-pajjiż qed jidentifikahom dawn il-problemi, pero` qabel mhux talli ma kienx jidentifikahom imma talli kien jagħmel minn kollox biex jipprova jostakola l-ħidma tal-gvern Laburista f'dan ir-rigward.", "Għalhekk illum il-poplu Malti u Għawdxi għandu raġun li qiegħed jgħid lill-gvern preżenti: Issa kif trid lil kulħadd jifhmek meta minkejja li kont taf bil-problemi finanzjarji ta' pajjiżna, qatt ma ridt tifhem?", "U għaliex issa qed tħaddem il-politika li kellek qabel l-elezzjoni bir-reverse?", "Fil-fatt hemm diversi raġunijiet għaliex illum il-gvern Nazzjonalista qed iħaddem il-politika li kellu qabel l-elezzjoni bir-reverse, u bla dubju ta' xejn waħda mir- raġunijiet hija l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, illum il-membri tal- Partit Nazzjonalista qed jgħidulna li aħna biss għadna m'aħniex qed naqblu li pajjiżna għandu jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni.", "Pero` jien ngħidilhom li għad jiġi żmien fejn, anke f'dan il-każ, ikollhom jagħtuna raġun għaliex żgur li l-aħjar politika għal pajjiżna m'hijiex dik li nintefgħu b'ruħna u ġisimna fl-Unjoni, jiġifieri lock, stock and barrel.", "Hawnhekk ta' min jenfasizza l-fatt li ġaladarba nidħlu fl-Unjoni, ikollna noqogħdu għall-ordnijiet li tagħtina hi u ma nkunux nistgħu nadattaw il-policies tagħha għal pajjiżna.", "Meta ġieli nkun qed nitkellem ma' nies li huma Nazzjonalisti fuq din il-ħaġa, huma stess jgħiduli li l- ossessjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista fuq l-Unjoni hija inkredibbli u kważi ma jifhmuhiex.", "Naturalment dawn in-nies jaslu biex jammettu dan il- fatt għaliex anke huma qed jaraw li wara biss sena u nofs taħt it-tmexxija ta' gvern Nazzjonalista, il-pajjiż għandu d-dawl aħmar jixgħel kullimkien u qed jieħu skossi kbar.", "Per eżempju, sieħbi l-Onor.", "Karmenu Vella għadu kemm qal li llum anke l-qasam tat-turiżmu m'hux qed jibqa' kompetittiv u qed ikollu jiffaċċja ċerti problemi.", "Jien nappella lill-gvern biex jagħmel xi ħaġa għal dan il-qasam għax Allaħares tfallilna wkoll l-industrija tat- turiżmu, li hija waħda mill-iktar industriji li tagħti kontribut finanzjarju kbir lil pajjiżna.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-ismall and medium sized industries għaliex anke dawn m'humiex qed jirnexxielhom jibqgħu kompetittivi.", "Verament ma nafx f'liema sitwazzjoni se nispiċċaw jekk l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu se jibqgħu għaddejjin bir-rankatura li għaddejjin biha fir-rigward ta' l-Unjoni.", "Nistaqsi jien, Sur President: Veru li jekk kemm-il darba l-problema li qed iħabbtu wiċċhom magħha s-small and medium sized industries se tibqa' ma tiġix indirizzata, u jekk se tibqa' ma tingħatax xi forma ta' għajnuna sabiex dawn jibqgħu kompetittivi ma' l-istess tip ta' industriji li jeżistu fl-Ewropa, fis-snin li ġejjin l-unemployment rate se titla' għal 12% jew 13%, irrispettivament minn jekk nidħlux fl-Unjoni jew le?", "Veru li sal-lum għadu ma sar l-ebda studju serju dwar l-impatt li l-politika tal-gvern Nazzjonalista se tħalli fuq il-qasam industrijali, tant li dan il-qasam lanqas biss se jkun jista' jibqa' kompetittiv mal-qasam industrijali ta' l- Italja?", "Il-bieraħ smajna lis-Sur Victor Scicluna, li huwa wieħed mill- uffiċjali ta' l-MEA, jgħid illi l-industriji tagħna diġa' mhux qed jirnexxielhom jibqgħu kompetittivi bil-politika tal-Partit Nazzjonalista, u esprima l-biża' tiegħu li l-politika ta' l-Unjoni iktar se titfa' dan il- qasam lura milli 'l quddiem.", "Dan huwa kollu dawl aħmar li qed jinxtegħel fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista.", "Il-ħasra hi li llum dan id-dawl aħmar qed jinxtegħel ukoll fil-konfront ta' pajjiżna, minħabba li llum għandna gvern li ma jridx jisma' u għandu sempliċement timetable li jrid jattwaha akkost ta' kollox.", "Fil-fatt jien ma nafx kemm qed jagħmel negozjati ma' l-Unjoni l-gvern Nazzjonalista għaliex jien iktar naħseb li qiegħed sempliċement joqgħod għal dak li jgħidulu u ħafna drabi lanqas biss qed jagħtuh ċans jogħmod dak li jordnawlu.", "Bħala konsegwenza ta' dan kollu, kif għedt diġa', illum il-gvern Nazzjonalista qabdu paniku sħiħ u biex ifittex isolvi l-problemi finanzjarji li għandu qiegħed idur fuq il- klassi baxxa u medja.", "Sur President, huwa fatt magħruf minn kulħadd li huwa grazzi għall- gvernijiet Laburisti tas-snin sebgħinijiet li llum ħafna Maltin jaqgħu fil- klassi medja għaliex qabel il-maġġoranza l-kbira tas-soċjeta` tagħna kienu jaqgħu fil-klassi baxxa, u dan il-gvernijiet Laburisti rnexxielhom jagħmluh billi ħadu diversi miżuri pożittivi fil-konfront tal-ħaddiema, fosthom billi ħarġu numru ta' skemi li permezz tagħhom kulħadd seta' jkollu d-dar tiegħu u billi ħolqu d-dritt li kull ħaddiem għandu jingħata mill-inqas il- minimum wage.", "Madanakollu issa l-gvern Nazzjonalista qed jerġa' jeqred il- klassi medja, u dan billi, kif għedt diġa', qed jipprova jsolvi l-problemi finanzjarji tiegħu minn fuq dahar il-klassi l-medja u l-klassi l-baxxa.", "Pero` dawn in-nies m'humiex se jinsew x'għamlilhom il-gvern Nazzjonalista, Sur President, u ma' l-ewwel ċans żgur li se jpattuhielu.", "Wara kollox Allaħares ma jkunx hekk!", "Għalhekk il-gvern Nazzjonalista m'għandux għalfejn jieħu għalih minħabba l-fatt li llum il-poplu Malti u Għawdxi qed joħroġ fit-toroq jipprotesta, u lanqas għandu jieħu għalih minħabba l-fatt li l-GWU qed torganizza l-meetings bħala protesta għall-politika li qed imexxi lill-pajjiż biha.", "Anzi jien ngħidlu li iktar ma jkompli miexi b'din il-politika l-poplu iktar se jipprotesta, u dan bir-raġun għaliex ovvjament il-poplu, partikolarment dawk li jaqgħu fil-klassi medja u baxxa, bilfors li jirreaġġixxu meta jaraw li dak li rnexxielhom jibnu taħt gvernijiet Laburisti llum il-gvern Nazzjonalista qed iħottulhom kollu.", "Il-gvern ta' Fenech Adami messu jobsor li llum il-poplu m'hux se jgħidlu \"grazzi\" talli qed jgħabbih bil-problemi li wara kollox ħoloq huwa stess.", "U mela jiġi jgħid lit-trade unions li l-miżuri li ħa fil-budget m'humiex negozjabbli!", "Kollox għandu jkun negozjabbli!", "Kulma jridu t-trade unions huwa li l-gvern jgħabbi l-iżjed lil min jiflaħ l-iktar u mhux lil min jiflaħ l-inqas, ħalli b'hekk jitnaqqsu t-tbatijiet li qed ikollhom jgħaddu minnhom il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Ara lil min hu b'saħħtu l-gvern ma żiedlux piż, u huwa għalhekk li llum ħiereġ id-demm mis-soċjeta` Maltija.", "Allaħares naslu fl-estremita` li nibdew naraw lin-nies imutu bil-ġuħ ukoll issa!", "Wisq nibża' li jekk il-gvern jibqa' miexi bl-istess politika li miexi biha, se nerġgħu nibdew naraw ħafna Maltin u Għawdxin jemigraw.", "Fil- fatt l-emigrazzjoni minn dejjem kienet sinonima mal-Partit Nazzjonalista, għaliex kien dejjem taħt gvernijiet Nazzjonalisti li emigraw l-ikbar numru ta' nies minn pajjiżna, u din hija xi ħaġa nkwetanti.", "Sur President, minkejja li qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien jiftaħar ħafna li jekk kemm-il darba jitla' fil-gvern kien se joħloq arja ta' fiduċja għall-investiment, illum qed naraw li sa Diċembru li għadda ż- żieda reġistrata ta' self-employed kienet ta' 19.", "Dan qed ngħidu biex inkunu nistgħu napprezzaw il-fiduċja kbira li ħoloq il-Partit Nazzjonalista fil-gvern!", "Imma din iż-żieda żgħira hija ġustifikata għall-gvern preżenti għaliex issa, bħalma jaf kulħadd, irridu noqogħdu għal dak li qed jiddettawilna minn Brussels.", "Dan ifisser illi llum il-gvern Nazzjonalista qed jiżvesti ruħu milli jkompli jkun responsabbli għat-tmexxija ta' pajjiżu, bil-konsegwenza li qed jeqred l-istandard of living li l-poplu Malti u Għawdxi kien wasal għalih.", "Biżżejjed ngħid li sal-lum pajjiżna kien meqjus bħala wieħed mill-iktar pajjiżi minn fost il-pajjiżi Ewropej li għandu persentaġġ għoli ta' ċittadini li għandhom il-proprjeta` tagħhom, u bis-saħħa tal-fiduċja li kellhom f'min kien qed imexxi pajjiżhom dawn daħlu saħansitra f'loans biex ikunu jistgħu jissupplixxu finanzjament tajjeb għall-proprjeta` tagħhom.", "Madanakollu jiddispjaċini ngħid li llum diġa' għandna diversi koppji li minħabba d-diffikultajiet li qed jinħolqu fil- klima ekonomika ta' pajjiżna llum spiċċaw tilfu l-job, il-part-time job jew inkella l-overtime, u anke min ma tilef xejn minn dan kollu xorta qed jirċievi l-paga mnaqqsa bil-miżuri li ttieħdu fil-budget li għadda.", "Jenħtieġ li l-gvern preżenti jifhem illi pajjiżna jista' jimxi ħafna iktar 'il quddiem meta r-riedni jkun f'idejna stess milli meta jkun f'idejn il-barranin.", "Illum min għandu industrija żgħira qed ikollu jżarma ġaladarba l-gvern għoġbu jneħħielu l-levies malajr biex infittxu nidħlu fl- Unjoni, u biex dan jerġa' jibda mill-bidu jrid isib xi opportunita`.", "Imma jien ngħid: Min jaf meta se terġa' tiġih din l-opportunita`!", "Għaliex żgur li mhux se jagħtuh din l-opportunita` l-kumpanniji li qegħdin fil-pajjiżi ta' l-Unjoni, li tant huma kompetittivi bejniethom li l-ħin kollu moħħhom biex jeqirdu lil xulxin.", "Fil-fatt meta ġieli titkellem ma' xi wħud li pprovaw jittantaw xortihom barra minn Malta, jgħidulek li kif tmur tiċċassa bil-kompetittivita` li teżisti barra, u jispiċċaw biex idawru denbhom u jiġu lura Malta.", "Allura kif issa aħna se nitfgħu lis-self-employed qalb dawn l-iljuni?", "Wisq nibża' li b'din it-tip ta' politika m'aħniex sejrin wisq 'il quddiem.", "Sur President, il-miżuri li ttieħdu fil-budget li għadda ma tteħdux biss minħabba l-problemi finanzjarji li għandu l-pajjiż imma anke biex nagħmlu dak li qed tordnalna l-Unjoni.", "Fil-fatt biex nuri kemm il-Prim Ministru m'hu qed jara xejn ħlief l-istilel ta' l-Ewropa, ikun tajjeb jekk ngħid li meta mar l-Isvezja biex jiftaħ xi ambaxxata hemmhekk tafu x'qal pubblikament?", "Minkejja li sal-lum għadna lanqas biss irnexxielna nidħlu fl- Unjoni, il-Prim Ministru ta' Malta mar jgħidilhom li hu jemmen illi sas- sena 2003 pajjiżna se jkun lest biex nidħlu fil-European Monetary Union, u dan meta nafu li hemm pajjiżi b'saħħithom, bħall-Ingilterra u d-Danimarka, u pajjiżi inqas b'saħħithom, bħall-Greċja, li jidhrilhom li m'għandhomx jidħlu fl-EMU, u dan għal diversi raġunijiet.", "Jien nistaqsi lill-Prim Ministru: Għaliex statement bħal dan mort tagħmlu barra minn Malta?", "U fuq liema pretensjonijiet għamiltu?", "Lill-Prim Ministru qed nagħmillu din id- domanda għaliex suppost hu jaf li biex pajjiżna jidħol fl-EMU, id-deficit ma jridx ikun iktar minn 3% jew 4% tal-GDP, u jaf ukoll li ġaladarba għadna ma lħaqniex dan it-target l-ewwel irridu nirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħna.", "Lill-Prim Ministru nistaqsih ukoll: X'miżuri beħsiebek tieħu ġaladarba sa l-2003 pajjiżna jrid ikun lest biex jidħol fl-EMU?", "U jekk kemm-il darba għall-grazzja ta' l-argument aħna sa l-2003 inkunu lesti biex nidħlu fl-EMU, l-ewwel se naraw jaqblilniex nidħlu jew le?", "Sur Prim Ministru, qabel ma mort l-Isvezja u għamilt l-istatement li għamilt, rajt jekk sarx xi studju f'dan ir-rigward?", "Pajjiżi oħra, li huma iktar intelliġenti minna, l-ewwel għamlu diversi domandi u studji qabel ma qalu \"iva\" jew \"le\", u kulħadd jaf li min minnhom qal \"iva\" m'għamilx xi headway kbira bil-euro.", "Sur President, ikun tajjeb jekk wieħed ikun jaf li meta pajjiż jidħol fl- EMU jkun irid iqabbel ir-rata ta' inflazzjoni tiegħu ma' dik tal-Ġermanja.", "Fil-fatt kien għalhekk li l-Ingliżi ħadu għalihom, u bir-raġun!", "Il-ħsieb li jkollok currency waħda għall-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea huwa tajjeb, u aħna nafu li wara dan il-ħsieb kien hemm il-gvern demokristjan tal-Ġermanja, bħalma nafu wkoll fejn spiċċa sieħeb l-Onor.", "Fenech Adami, Helmut Kohl.", "Nerġa' nirripeti li biex tgħaddi mit-test ħalli tkun tista' tissieħeb fl-EMU, l-ewwel trid tara jekk ir-rata ta' inflazzjoni hijiex ogħla minn dik tal-Ġermanja.", "Allura jrid iġibna f'din is-sitwazzjoni l- gvern Nazzjonalista?", "Aħna nafu jekk il-GDP tagħna huwiex above average jew le, paragunat ma' dak ta' pajjiżi membri oħra fl-Unjoni Ewropea?", "L-Onor.", "Fenech Adami għamilhom dawn l-istudji qabel ma mar l-Isvezja u ħareġ bi statement bħal dak?", "Per eżempju, l-Ingilterra baqgħet tinsisti li ma tisseħibx fl-EMU minħabba li rat illi jekk kemm-il darba tidħol ma kienx se jkun jaqblilha meta tiġi biex tesporta.", "Allura jien nistaqsi: Sar xi studju biex naraw jekk ikunx jaqbel għall-qasam ta' l-esportazzjoni li nidħlu fl-EMU?", "Sur Prim Ministru, jekk kemm-il darba inti qed terfa' r-responsabbilta` li għandek fit-tmexxija tal-pajjiż - dejjem jekk qed terfagħha din ir- responsabbilta`, għaliex jien naħseb li m'inti qed terfa' xejn! - għaliex mort l-Isvezja b'ilsien minn hawn sa dik il-mejda biex tgħidilhom kemm hi sabiħa l-Unjoni Ewropea għal Malta u li anke l-currency lest li tbiddel?", "Kif għadna lanqas biss dħalna fl-Unjoni Ewropea u diġa' trid li nidħlu fl- EMU?", "Inti taf, Sur Prim Ministru, li filwaqt li llum huwa l-bank ċentrali ta' pajjiżna li jistabilixxi r-rati ta' l-imgħax, jekk kemm-il darba nidħlu fl-EMU dawn m'hux se jibqa' jissettjahom il-bank ċentrali imma se jibdew jissettjawhom minn Brussels?", "Jekk kemm-il darba l-Prim Ministru jaf b'dan kollu u xorta waħda jibqa' jinsisti li sa l-2003 pajjiżna se jkun preparat biex jidħol fl-EMU, jiddispjaċini ngħid li ma nafx b'liema responsabbilta` qed jitmexxa pajjiżna.", "Sur President, għalkemm il-GRTU m'hijiex xi union tal-ħaddiema, illum din ukoll qed issemma leħinha għall-miżuri ebsin li ħa l-gvern Nazzjonalista fil-budget li għadda fil-konfront tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "M'iniex se ngħid li fil-GRTU m'hemmx Laburisti, pero` kulħadd jaf li l-maġġoranza ta' dawk li huma mdaħħlin fil-business huma Nazzjonalisti.", "Jien ma nistax nifhem għaliex lanqas biss tridu tiddiskutuhom il-miżuri li ħadtu fil- budget li għadda, u laħaq ġie Prodi u telaq biex lill-GWU tajtuhom appuntament biex jitkellmu magħkom.", "Dan biex ma nsemmix anke d- dimostrazzjonijiet u l-meetings li organizzaw il-ħaddiema minħabba t- tbatijiet li għaddejjin minnhom.", "Lill-Prim Ministru nistaqsih ukoll: Ġaladarba qabel l-1996, meta kont qed tmexxi l-pajjiż, inti kont taf bil- problemi finanzjarji li kien hemm, liema problemi ħloqthom inti stess, għaliex ma bdejtx tieħu l-miżuri minn dakinhar?", "Għaliex kieku bdejt tieħu ċerti miżuri b'mod gradwali qabel l-elezzjoni ta' l-1996 jien l-ewwel wieħed li kont ngħidlek \"prosit\", u anke l-elettorat żgur li kien jgħidlek \"grazzi\", irrispettivament minn jekk kienx jivvota lilek jew le.", "Ara l- elettorat illum mhux \"grazzi\" qed jgħidek imma: \"X'għamilt b'idejja!\", għaliex għalkemm huwa veru li aħna konna għollejna t-tariffi tad-dawl u l- ilma, intom komplejtu tgħolluhom, allavolja pprovajtu tagħtu l-impressjoni li erġajtu ġibtu t-tariffi għal dawk li kienu qabel l-1996.", "Fil-fatt, bħalma jaf kulħadd, intom mhux it-tariffi tad-dawl u l-ilma biss għollejtu imma ħafna affarijiet oħra, pero` dwar dan diġa' tkellmu sħabi l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, l-Onor.", "Helena Dalli u l-Onor.", "Karl Chircop.", "Mr Speaker, il-fatt hu li llum li l-gvern tal-lum tant huwa irresponsabbli li qiegħed jilgħab bil-figuri, u jien wisq nibża' li se nispiċċaw nilagħbu bil-figuri a la Italiana.", "Aħna lkoll nafu x'jagħmlu t- Taljani meta jilagħbu bil-figuri għax minkejja li bil-figuri li jagħtu jibdew jagħtu l-impressjoni li qed jirranġaw kollox, fil-verita` ma jkunu qed jirranġaw xejn anzi l-problema tkun qiegħda dejjem tikber.", "Sfortunatament illum peress li naqset il-kredibilita` tal-gvern, naqset ukoll is-saħħa ta' l-istess gvern, u lili jinkwetanti ħafna l-fatt li persuna li tirrappreżenta l-MEA qalet li llum ma tantx għad baqa' min għandu fiduċja li jinvesti f'pajjiżna u li l-investiment barrani f'pajjiżna xxotta.", "Jien ngħid bejni u bejn ruħi: Mela aħseb u ara x'se jiġri jekk kemm-il darba nkomplu nobdu d-direttivi li qed jagħtuna ta' Brussels b'għajnejna magħluqa!", "Mr Speaker, illum waqt li l-gvern Nazzjonalista qiegħed iżid it-taxxi u joħloq dejjem iktar tbatijiet lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin, qiegħed jitlob lilna l-membri ta' l-oppożizzjoni biex nikkoperaw miegħu ħalli nsolvu l-problema finanzjarja tal-pajjiż flimkien.", "Aħna ngħidulhom: Mela qatt nistgħu naqblu mal-politika tagħkom?", "Meta aħna konna qed nipprovaw nindirizzaw il-problema finanzjarja li għandu l-pajjiż, li llum il-membri tal-gvern Nazzjonalista qed isejħulha \"problema nazzjonali\", mhux talli ma riedux jifhmuna imma talli għamlu minn kollox biex jiksrulna saqajna.", "Allura llum nistaqsihom: Kif nistgħu naqblu magħkom jekk kemm-il darba intom qed tindirizzaw il-problema finanzjarja tal-pajjiż billi qed tgħabbu lil min jiflaħ l-inqas!", "Kuntrarjament għal dak li qed jiġri llum, fis- sentejn li għamel fil-gvern il-Partit Laburista l-esportazzjoni żdiedet u f'sena waħda l-GDP żdied bi 11% u kien diġa' beda jieħu ruħ.", "Fil-fatt matul dawk is-sentejn bdejna naraw anke investiment ġej lejn pajjiżna, pero` llum li l-pajjiż qed jitmexxa minn gvern li moħħu biss f'ħaġa waħda, cioe' l-Unjoni Ewropea, spiċċajna f'sitwazzjoni fejn jekk tidħol f'ħanut, tixtri qmis u kif toħroġ barra mill-bieb ta' dak il-ħanut tirrealizza li ma tiġikx, il-bejjiegħ m'għadux jaffordja li jirrifondik lura imma minflok sar jagħtik voucher biex ikollok tixtri xi ħaġa mingħandu bilfors!", "Staqsuhom lil tal-ħwienet u lill-konsumaturi kif inhu sejjer il-kummerċ illum minħabba li m'għadx hawn fiduċja fil-pajjiż!", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid lill-gvern Nazzjonalista li jekk irid iwebbes rasu u jibqa' miexi bil-politika li miexi biha affari tiegħu, pero` mbagħad m'għandux jippretendi li l- oppożizzjoni Laburista se tikkopera miegħu għax aħna qatt ma nistgħu naqblu mal-politika li qed iħaddem hu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Issa nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Ergbħa, l-1 ta' Marzu, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Fl-aġġornament ta' dalgħodu, deputat Laburista akkużana li qed nonfħu l-att kodard tal-ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni Ewropeja biex naljenaw lill-poplu.", "Il-każ tal-ħruq tal-bandiera ma nkwetax biss lilna imma nkwieta lil kull Malti u Għawdxi li ma jixtieqx jara li pajjiżna jkun proġettat bħala pajjiż fundamentalista.", "Huwa minnu li meta tiftaħ il-mezzi tax-xandir din ix-xena narawha ta' spiss, pero' żgur li ma nixtiequx naraw xeni fundamentalisti ta' dan it-tip f'pajjiżna.", "Mr. Speaker, dan l-att inkwieta lil kulmin idejquh l-atti fundamentalisti, vandali u terroristiċi, anke jekk jarahom iseħħu f'pajjiżi oħra fejn il- fundamentaliżmu huwa the order of the day.", "Mr Speaker, ħaġa inkwetanti wkoll hi li att bħal dan seħħ waqt attivita' li ma kellha x'taqsam xejn ma' l-Unjoni Ewropea.", "Safejn naf jien l- attivita' tal-GWU kienet attivita' li tittratta biss il-miżuri tal-budget - għandhom kull dritt jagħmlu attivitajiet simili - u jiena għadni ma nistax nifhem x'kellha x'taqsam il-bandiera ta' l-Unjoni.", "Lanqas ma nista' nifhem għalfejn qed jgħidulna li qed nippruvaw naljenaw lill-poplu.", "Forsi għax qed nikkundannaw att kodard li seħħ minn xi ħadd li suppost kien qiegħed fuq il-post tax-xogħol imma li kien qiegħed f'attivita' ta' GWU li kienet qed tipprotesta dwar suġġett li ma kellu x'jaqsam xejn ma' l-Unjoni?", "Qed naljenaw lill-poplu għax nippretendu li l-GWU tikkundanna dan l-att li sar minn persuna li għattiet wiċċha u nqdiet bl-attivita' tal-union, li nerġa ngħid ma kellha x'taqsam xejn ma' l-Unjoni Ewropea?", "Allura issa sirna li jekk tikkundanna att bħal dan - żgur ħadd m'hu qed jgħid li hu tajjeb - tkun ittimbrat li qed taljena lill-poplu?", "Bħala att fih innifsu dan mhux aċċettabbli għax bandiera hija simbolu ta' pajjiż u tagħti identita'.", "Anke l-każini tagħna għandhom bandiera li tagħtihom identita' u f'pajjiżi demokratiċi bandiera ma tinħaraqx b'sinjal ta' disprezz.", "Mr Speaker, dan l-att irridu nqegħduh f'kuntest.", "X'kienu l-fatti u għalfejn il-poplu Malti qed jippretendi li l-GWU tikkundanna dan l-aġir?", "Il- GWU mhux qegħda fi gwerra ma' l-Unjoni Ewropea, u l-GWU stess tgħid li għad m'għandhiex pożizzjoni u trid tistenna n-negozjati qabel ma tieħu pożizzjoni.", "Dan jien ngħidlu pass għaqli.", "Il-pajjiż mhux qiegħed fi gwerra ma' l-Unjoni, u hawn qbil unanimu li għandu jkollna relazzjoni tajba ma' l- Ewropea.", "Nisimgħu diversi kelliema jgħidu li l-Unjoni kienet strumentali għall-paċi u l-iżvilupp fl-Ewropa, pero' għandna naħa li tgħid li għandna mmorru għal sħubija u n-naħa l-oħra tgħid li għandu jkollna relazzjoni mill- qrib.", "Jiġifieri żgur li l-ebda naħa m'hi qed titkellem kontra l-Unjoni, u l- ħruq tal-bandiera kif deher fil-media, anke dik barranija, żgur m'għandux ikun att aċċettabbli, la għal min irid sħubija u lanqas għal min irid relazzjoni mill-qrib.", "Barra minn hekk il-GWU hija waħda mill-partners soċjali li tħalli impatt fuq il-ħajja tal-poplu Malti u allura ma tistax taffordja li tidher li hija parteċipi ma' atti bħal dawn.", "Ma tistax taffordja li waqt attivita' tagħha tħalli lil xi ħadd b'wiċċu mgħotti jaħraq bandiera.", "Jiena nemminhom lid- diriġenti tal-GWU li qalu li ma kenux huma li ġiegħlu lil dik il-persuna biex taħraq il-bandiera, imma dan m'huwiex biżżejjed.", "Mhux biżżejjed li tgħid li ma kellhiex kontroll.", "Meta int torganizza attivita' ta' massa għandu jkun hemm il-kontroll u biex il-GWU tkun kredibbli jeħtieġ li tikkundanna dan l-att.", "Union tal-kalibru tal-GWU ma tistax taħrab mir- responsabbilta'.", "Min jorganizza attivita' pubblika għandu r-responsabbilta' li dawk li jattendu għal dik l-attivita' ma jwettqux atti kodardi u għandu jkun fl-interess ta' l-istess GWU li mhux biss tiddisassoċja ruħha imma li wkoll tikkundanna dan l-att fih innifsu.", "Mhux talli l-GWU m'għamlitx dan imma llum fuq il-mezzi tax-xandir smajna l-aħħar reazzjoni, ċioe' li lesta tikkundanna dan il-att basta l-gvern jikkundanna l-atti tal-pulizija li saru f'Awissu li għadda.", "Din hi s-serjeta'?", "Dawn huma żewġ affarijiet kompletament differenti u, ngħidu x'ngħidu, din m'hijiex serjeta'.", "Il-poplu Malti jaf xi tfisser demokrazija u qed jistenna kundanna netta mill-GWU.", "Mr Speaker, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar il-kunsilli lokali in ġenerali.", "Jien waħda li mill-ewwel emmint fil-kunsilli lokali u fl-1993 u fl'1996 ikkontestajthom.", "Emmint fihom bħall-partit li jien inħaddan il- valuri tiegħu, u għadni nemmen fihom sal-lum.", "Nemmen li l-kunsilli lokali qed jagħtu identita' lill kull belt jew raħal u jagħtu wkoll żvilupp lis- servizzi tagħhom.", "Huwa importanti għal kull bniedem li jħossu parti mill- komunita' fejn jgħix, jaħdem u jqatta il-ħin ħieles tiegħu, u l-kunsilli lokali għandhom jaħdmu biex jibnu din il-komunita'.", "Fost dawk li jaħdmu u jagħtu sehemhom biex il-komunita' ġġib il-livell ta' ħajja il-quddiem hemm il-kunsilliera nfushom.", "Dawn jagħtu ħafna mill-ħin personali tagħhom biex jaraw dan l-iżvilupp iseħħ u l-ħidma tagħhom flimkien għandha ttejjeb il- livell tal-ħajja f'dawn il-lokalitajiet.", "Insemmi wkoll is-sehem tal-mara fil-kunsilli lokali għax fihom jittieħdu deċiżjonijiet li jolqtu l-ħajja ta' kuljum ta' kull persuna li tgħix fil-lokalita'.", "Sehem il-mara m'għandux ikun biss bħala votant imma wkoll bħala persuna li qegħda tgħin u tipparteċipa fid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu ta' kuljum.", "Sena ilu l- kabinett adotta l-kunċett fejn wieħed jara kif kull deċiżjoni li tittieħed se tħalli impatt mhux biss ġenerali imma anke speċifiku fuq ir-raġel, fuq il-mara u fuq iż-żagħżagħ mhux biss bħala gender mainstreaming imma bħala society mainstreaming.", "Mr. Speaker, nistgħu ngħidu li rajna żvilupp pożittiv ħafna f'sehem il- mara fil-kunsilli, li b'xorti tajba ġew fi żmien meta ma kellhomx background ta' male domination imma meta kien hemm ħafna awareness li l- parteċipazzjoni tal-mara hija meħtieġa fit-teħid tad-deċiżjonijiet, u jiena se nikkwota statistika dwar kif żviluppat il-parteċipazzjoni tal-mara fil- kunsilli lokali fil-lokalitajiet li qed jikkontestaw l-elezzjonijiet ta' din is-sena.", "Fl-1993 u l-1994, 17% ta' dawk li kkontestaw kienu nisa; fl- 1997 dan il-persentaġġ tela' għal 18%.", "Din hija statistika across the board, jiġifieri mhux qed nirriferi għal kunsilliera Nazzjonalisti jew indipendenti imma qed nieħu n-nisa bħala grupp wieħed.", "Jekk naraw il- persentaġġ din is-sena nsibu li dan tela għal 23%.", "Dan ifisser li n-nisa li pparteċipaw fl-ewwel kunsilli lokali servew ta' role models pożittivi biex nisa oħra jiddeċiedu biex joħorġu għall-kunsilli lokali.", "Din is-sena wkoll hemm 27% ta' kandidati nisa li qed jipparteċipaw f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Fl-1994 dan il-persentaġġ kien ta' 21% u fl- 1997 kien ta' 22%, jiġifieri r-rata ta' pateċipazzjoni qegħda dejjem tiżdied.", "Għalkemm m'inix se ngħid li kuntenta għax ilħaqna xi ċifra li nista' nserraħ rasi biha, pero' nixtieq nikkummenta wkoll li l- parteċipazzjoni tal-mara fil-kunsilli lokali qiegħda dejjem tiżdied, u dan huwa sinjal pożittiv għax nemmen li aktar ma jipparteċipaw nisa bħala kandidati aktar ikollna kunsilliera nisa fil-kunsilli lokali.", "Jekk wieħed jara s-success rate ta' l-irġiel u tan-nisa fil-kunsilli lokali wieħed isib li hija kważi l-istess.", "Il-mara u r-raġel għandhom l-istess ċans li jitilgħu fil-kunsilli lokali.", "Jekk naraw is-success rate tas-sena l-oħra, tan-nisa kienet 60% u ta' l-irġiel kienet 62%; u jekk tara s-success rate tad-darba ta' qabel tan-nisa kienet 40% u ta' l-irġiel 44%; jiġifieri bħala success rate qegħdin ħafna qrib xulxin.", "Nagħlaq billi nawgura lill-kandidati nisa kollha fejn hemm il-votazzjoni nhar il-11 ta' Marzu kull suċċess li jiġu eletti u nawgura ukoll li dawk in- nisa li ma jitilgħux fil-kunsill lokali jsibu wkoll post fil-kumitati li jorganizzaw il-kunsilli lokali.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr. Speaker, bilfors li wieħed ikollu jkompli jitkellem fuq dak li qed jiġri preżentement fil-kunsilli lokali.", "Jekk wieħed jinnota l-listi tal-kandidati ppreżentati għall-elezzjonijiet tal-11 ta' Marzu jsib li, ħlief għal xi eċċezzjoni, il-medja ta' l-eta' tal-kandidati li qed jikkontestaw hija iżjed baxxa minn dik ta' snin oħra.", "Dan juri li l-poplu sar aktar ċiviku u qed jirrealizza minn eta' iżgħar il-bżonn li wieħed jiġġestixxi l-affarijiet fil-belt jew raħal tiegħu.", "Din li wieħed minn eta' iżgħar jibda jipprepara ruħu fuq skala lokali tista' qed issir ukoll bl- iskop li aktar il-quddiem dak li jkun jikkontesta fuq skala nazzjonali.", "Fil-lokalitajiet fejn se jsiru l-elezzjonijiet din se tkun it-tielet darba li grupp ta' nies qed jippreżentaw irwieħhom biex jiffurmaw kunsill lokali.", "Ta' min jgħid ukoll li bil-mod il-mod dawn il-kunsilli qed jiżviluppaw fi gvernijiet lokali, u l-ammont ta' xogħol li qed ikopru huwa bil-wisq akbar minn dak li strettament tesiġi minnhom il-liġi.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix l-inizjattivi tal-kunsilli lokali li tul dawn is-snin kienu kapaċi jimmaturaw u jiżviluppaw l-ideat tagħhom.", "Kienu wkoll kapaċi jikkostitwixxu kumitati fi ħdanhom sabiex jieħdu ħsieb setturi differenti u qed jgħinu wkoll aktar lin-nies f'dak li jkollhom bżonn.", "Hawnhekk jiena nsellem lill-kunsilliera kollha - mhux biss il-kandidati nisa imma anke il- kandidati rġiel, ta' kull partit - għax dawn kollha lesti li joffru l-ħin tagħhom biex il-lokalita' tagħhom tkun dejjem aħjar milli kienet sal-lum, partikolarment jekk ikunu addestrati f'management skills.", "L-impressjoni li qed nieħu hija li din id-darba se jikkontestaw nies li għandhom dawn l- skills.", "Huwa fatt rikonoxxut li jekk l-istess kunsilli jkunu magħmula minn nies skilled dawn jaħlu anqas ħin biex jagħmlu d-doveri tagħhom u żgur li l-miri tagħhom jilħquhom aktar minn dak il-kunsill li ma jkunx ifformat minn nies li għandhom dawn l-iskills.", "Mr. Speaker, wieħed irid ifakkar ukoll li għal xi raġuni l-kummissjoni elettorali għoġobha ċċaħħad kandidata Nazzjonalista fuq il-lokalita ta' l- Imdina milli tikkontesta.", "Il-kummissjoni pprovat tgħid li l-prokura ġenerali li s-Sinjura Jane Attard kienet tat lil binha biex jirrapreżentaha fl-elezzjoni tal-kunsill ma kellhiex tkun valida meta din kellha r- rekwiżiti kollha tal-liġi.", "Dan kien abbuż daparti tan-nies li jifformaw il- kummissjoni elettorali għax minn imkien ma jirriżulta li tali prokura trid tkun magħmula b'mod speċifiku.", "F'dan ir-rigward nafu li l-qorti ddeċidiet kontra l-passi li ħadet il-kummissjoni elettorali u nisperaw li din ma tkunx xi ħaġa li tiġi abbużivament ripetuta fis-snin li ġejjin.", "Mr. Speaker, filwaqt li wieħed ma jistax ma jtennix l-importanza tal- kunsilli lokali, ma jistax ma jsemmix ukoll l-inċident li nqala' l-ġimgħa li għaddiet.", "Qed nirriferi għal dak li semmiet il-kelliema ta' qabli, il- ħruq tal-bandiera ta' istituzzjoni internazzjonali.", "Dan huwa pajjiż li l- mexxejja taż-żewġ partiti ewlenin tiegħu jiftaħru li huma jridu jaslu bil- kelma t-tajba u permezz ta' diskussjoni.", "Imma mbagħad ikollok nies li jimmilitaw minn ta' quddiem fi ħdan il-partit u ma ċerti kandidati - u issa rajna r-ritratti tagħhom fuq il-gażżetti - li sfortunatament jidhru qed jipparteċipaw fil-ħruq ta' bandiera li tirrappreżenta għaqda tant importanti, bħalma hija l-Unjoni Ewropea.", "Iż-żewġ parteċipanti li ħadu parti f'din il-biċċa xogħol m'għamlu xejn ħlief waqqgħu l-kelma \"demokrazija\" għall-livell ta' l-azzjonijiet li naraw f'pajjiżi bħall- Palestina, l-Iran u l-Iraq, fejn biex jipprotestaw dawn jinfexxu fil-ħruq tal-bandiera ta' xi pajjiż ieħor.", "Jiena nħoss li dan l-aġir huwa għajb għad- demokrazija Maltija, għajb għal min ippermetta li jiġru dawn l-affarijiet u għajb akbar għal min mar fuq il-post u ma ppruvax jitfi immedjatament dak li kien qiegħed jiġri fil-preżenza tiegħu.", "M'hijiex skuża li entita' li tippretendi li għandha l-maġġoranza tal- ħaddiema jkollha tnejn mill-membri tagħha jiżbaljaw u tkompli tinjora dak li ġara.", "Il-GWU messha ddiżassoċjat ruħha totalment minn dak li ġara u ħadet il-passi biex atti bħal dawn ma jsirux fil-preżenza tagħha.", "Iż-żewġ partiti l-bieraħ kellhom laqgħa ma' rappreżentant ta' l-EU, fejn it-tnejn ammettejna li l-pajjiż in ġenerali hu favur l-Unjoni Ewropea, assoċjazzjoni li m'hi xejn għajr għaqda ta' pajjiżi li jaħdmu flimkien għall-ġid komuni.", "Ma nistax nikkonċepixxi kif xi ħadd mill-poplu Malti, kwalukwe bniedem, hu min hu, għandu jaħraq bandiera ta' l-Unjoni.", "Wara kollox iż-żewġ partiti naqblu dwar l-Unjoni Ewropea, bid-differenza li aħna ngħidu li għandna nissieħbu f'dik il-għaqda u tan-naħa l-oħra jgħidu li ma' l-Unjoni jridu legami mill-aktar qrib.", "Mr. Speaker, wieħed irid ifakkar fil-vjolenza u fit-theddid li seħħ fit- tmeninijiet.", "Ftit ilu fil-qorti erġajna smajna l-istejjer li kienu jiġru dak iż-żmien.", "Anke meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni, wara l- elezzjoni ta' l-1987, kellna okkażjonijiet fejn ippruvaw ibeżżgħu lin-nies bil-forza tas-saħħa u b'ħafna bullying - bħal meta ppruvaw jagħlqu l-port u ma jħallux vapuri jidħlu - iżda meta fl-1992 l-Onor.", "Alfred Sant sar kap tal-partit pprova juri ritratt ġdid tal-Partit Laburista, li suppost kien tgħallem mill-iżbalji tiegħu, bħalma l-Partit Nazzjonalista tgħallem minn tip ieħor ta' żbalji wara l-elezzjoni ta' l-1996.", "L-Onor.", "Sant kien kapaċi jibda jikkonvinċi lill-poplu Malti li dik il-wing vjolenti ma kienx għad baqgħalha post f'dak il-partit.", "Pero' meta tara dak li sar il-ġimgħa li għaddiet, u meta tara li la l-partit u lanqas il- union ma ħarġu jikkundannaw dak l-aġir, allura wieħed jibda jistaqsi jekk hux veru nbidlet l-attitudni.", "Wieħed jibda jistaqsi jekk tan-naħa l-oħra humiex qed juruna ħaġa meta jafu li wara l-ħajt għad hemm dak li kien hemm qabel.", "L-affarijiet inbidlu jew għadhom l-istess?", "Wieħed jibża' x'ħin jibda jaħseb li għandna settur tal-poplu Malti li lest li jimmilita sabiex jiggwadanja dak li jrid.", "Hija ħasra li, per eżempju, min-naħa tal-gvern qed isir minn kollox biex ix-shipyard tieħu r-ruħ u tqum fuq saqajha, imbagħad jibqgħu joħorġulek in-nies waqt il-ħin tax-xogħol - wara kollox dawn huma nies imħallsin bi flus li jinġabru mit-taxxi - u jappoġġjaw lil min għamel dak il-pass infami l-ġimgħa l-oħra.", "Jien nagħlaq billi nitlob għas-sens komun ta' dawn in-nies.", "Nappellalhom biex huma jgħinu lil pajjiżna u mhux iweġġgħuh, bħalma sar il-ġimgħa l- oħra.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l- Erbgħa, 1 ta' Marzu fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAL-LIĊENZJI - ĦADDIEMA ĠODDA", "12596.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartiment tal-liċenzji mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjieġi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartiment tal-liċenzji fil-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "REĠISTRU TA' L-ARTIJIET - TRASFERIMENTI", "12597.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tar-reġistru ta' l-artijiet?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat fil- mistoqsija ma ngħata l-ebda transfer fir-reġistru ta` l-artijet.", "FREEPORT - IMPJEGATI ĠODDA", "12598.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- Freeport mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza 17-il persuna ġew ingaġġati mal-Malta Freeport.", "Hdax minnhom intagħżlu minn fost numru ta` persuni li kienu ġew riferuti lill- kumpanija mill-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ.", "Is-sitta l-oħra ġew ingaġġati wara li kienu saru avviżi fil-gazzetti.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦOL - ĦADDIEMA", "14153.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel id-diparitment tax-xogħol fir-rigward ta' ħaddiema li għandhom kondizzjonijiet tax-xogħol mill-agħar u li ma jirriflettux dak li titlob il- liġi, bħal fil-każ ta' ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tat-tindif, tas- sewwieqa tal-coaches u minibuses privati, eċċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-uffiċjali tad-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' impjieg jinfurzaw il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg skond il-liġi u dak li jipprovdi l-att li jirregola l-kondizzjonijiet ta' l- impjiegi (Cap 135).", "Kulmin jinqabad jikser din il-liġi jiġi mtella quddiem l-Qorti Kriminali.", "Bħalissa għaddejja serje ta' spezzjonijiet mill-uffiċjali tad-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' impjieg fis-settur tat-trasport - sewwieqa tal-coaches u minibuses - biex isegwi l-kondizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema.", "Rigward il-ħaddiema fil-qasam tas-servizzi privati ta' tindif, s'issa dawn ma kenux regolati bil-kunsill tal-pagi.", "Bħala rimedju, dan l-aħħar ġie mwaqqaf il-kunsill tal-pagi għas-settur li jipprovdi servizzi ta' tindif.", "Dan il-kunsill tal-pagi se jaħdem għall-impjegati kollha li jaħdmu ma' ditti li jipprovdu servizzi ta' tindif u qiegħed jiltaqa' regolarment biex finalment jistabilixxi ħinijiet massimi ta' xogħol, rati ta' overtime, leave għall-mard, leave għall-korriment, leave għat-twelid ta' tarbija, leave għal-luttu, eċċ. li jkun applikabbli għal dawn il-ħaddiema.", "QORMI - TRIQ IL-ĦELSIEN - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "14154.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fi Triq il-Ħelsien, Qormi sena b'sena mill-1994?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li statistika bid-dettalji hekk kif mitluba mill-Onor.", "Interpellanti bdiet tinżamm mill-pulizija minn Jannar, 1998.", "It-tagħrif hu kif ġej: Sena Numru", "1998 14 1999 13 2000* 2", "*Sa l-20 ta` Frar.", "WIED IĊ-ĊAWSLI - TINDIF", "14155.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf Wied iċ-Ċawsli, minn Għar Ħanżir sa tarf il-Marsa, minħabba li ilu ma jitnaddaf is-snin u mimli terrapien, u l-arkati tan-naħa tal-Marsa jinsabu miżdudin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9757 f'seduta 175.", "QORMI - ILMA TAX-XITA", "14156.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega x'qiegħed isir eżatt, permezz tax-xogħlijiet li saru u li għadhom isiru, biex jinqabad l-ilma tax-xita li jaqa' mit-triq ta' Ħal-Luqa għal Mdina Road, Ħal Qormi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9757 f'seduta 175.", "SAĦĦA - ARTHRITE - INGWENT", "14157.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ingwent ta' l-arthrite, Wintergreen iintment, ilu madwar sena ma jingħata mill-ispiżerija tal-gvern tan-Naxxar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien infurmat li dan il-prodott qed jiġi rtirat mill-manifatturi minħabba li hu antik u llum hawn mediċini aħjar.", "Għaldaqstant inbeda proċess mid-drugs & therapeutic committee (DTC) biex jinqata' wkoll mill-formularju Malti.", "SAĦĦA - BRONCHITE KRONIKA - TESTIJIET", "14158.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex testijiet mediċi relatati ma' bronchite kronika damu sitt xhur biex isiru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-domanda hija vaga ħafna u ma nistax nagħti risposta.", "Imma jekk l-Onor.", "Membru għandha xi każ partikolari, tista' tgħaddili l-informazzjoni skond kif indikajt fit-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 13567 f'seduta 235.", "NPAA - AMBJENT", "14174.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jidhirlu l-Ministru li miżura li hija msemmija li għandha tittieħed taħt short term priorities (2000), fil-parti li għandha x'taqsam ma' l-ambjent, fl-NPAA, jiġifieri (a) taħt is-subartikolu civil protection li tgħid eżattament:\"limiting the emergency telephone number to the police authorities\", hija miżura amministrativa tant żgħira u mistennija b'mod loġiku u naturali f'kull pjan ta' azzjon f'każ ta' l-protezzjoni ċivili li huwa ridikolu u assurd li din issib ruħha fi pjan nazzjonali għall- adozzjoni ta' l-acquis u għandha titneħħħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għalkemm din hija miżura amministrattiva żgħira, xorta waħda trid tiġi implimentata.", "AGRIKOLTURA U SAJD - VIŻTI MINN TOBBA", "14188.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis- servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu?", "Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara?", "Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma ġewx ingaġġati tobba fuq bażi regolari biex jagħmlu viżti lill-impjegati fil-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "Meta jinħass il-bżonn li jsiru dawn il-viżti, jiġu mqabbda tobba mis-St.", "James clinic, Żabbar bir-rata ta' Lm4 għal kull żjara.", "M'hemm ebda forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba.", "Sa l-aħħar ta' Jannar, 2000 saru tmien viżti.", "VAT - REĠISTRAZZJONI", "14192.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid bħaliss kemm hemm persuni rreġistrati mal-VAT department bħala exempt persons?", "Kemm minn dawn huma: tobba; avukati; periti; u nutara, separatament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` persuni reġistrati mad-dipartiment bħala persuni eżenti hu ta' 12,929.", "Minn dawn 133 huma tobba, 143 avukati u nutara u 146 huma periti.", "UE - ĦALIB FRISK", "14219.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-ħalib frisk, u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire?", "Liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-position paper dwar id-diversi setturi ta' l- agrikoltura ġew preżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC.", "L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita', kemm li tkun informata kif ukoll li tissuġerixi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.", "UE - ĊANĠA", "14220.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali taċ-ċanga, u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire?", "Liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-position paper dwar id-diversi setturi ta' l- agrikoltura ġew preżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC.", "L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita, kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġġerixxi xi meljorament fl- interess tan-nazzjon.", "UE - BAJD FRISK", "14221.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-bajd frisk, u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire?", "Liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-position paper dwar id-diversi setturi ta' l- agrikoltura ġew preżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC.", "L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita', kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.", "UE - LAĦAM ABJAD", "14222.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-laħam abjad, u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire?", "Liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-position paper dwar id-diversi setturi ta' l- agrikoltura ġew preżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC.", "L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita', kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.", "UE - FNIEK", "14223.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-fniek, u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire?", "Liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-position paper dwar id-diversi setturi ta' l- agrikoltura ġew preżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC.", "L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat, u għaldaqstant tilfet l- opportunita', kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.", "UE - ĠBEJNIET FRISKI", "14224.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjon Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-ġbejniet friski, u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire?", "Liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-position paper dwar id-diversi setturi ta' l- agrikoltura ġew preżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC.", "L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita' kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.", "KONKUBINAĠĠ", "14300.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta beħsiebu l-gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu li jgħaddi liġi dwar il- konkubinaġġ?", "Qed isiru diskussjonijiet mal-Knisja fuq din il-kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-kliem 'ligi dwar il-konkubinaġġ' f'din il-mistoqsija tista' tagħti interpretazzjoni ħażina ta' dak li ppropona l- gvern fil-programm elettorali tiegħu, tajjeb li nfakkar lill-Onor.", "Membru dak li ntqal fil-programm elettorali u cioe':", "'Bla preġudizzju għad-drittijiet u obbliġi li joħorġu minn żwieġ validu, jiġu stabbiliti b'liġi l-obbligi u drittijiet li jitnisslu bejn raġel u mara li jkunu ssieħbu f'koabitazzjoni.", "B'mod partikolari jitħarsu l- interessi ta' l-ulied li joħorġu minn din ir-relazzjoni.", "Dawn m'għandhomx ibatu bla bżonn minħabba ċirkostanzi li għalihom huma m'għandhom ebda ħtija.", "Il-liġi tqis li tħares lil kull persuna minn kull sfruttament.'", "Naċċerta lill-Onor.", "Membru li l-gvern bi ħsiebu jwettaq il-proposti elettorali tiegħu meta jkun il-waqt u li, fejn dan ikun meħtieġ, issir konsultazzjoni mal-partijiet kollha interessati.", "CHILD ABUSE", "14301.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' child abuse għas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?", "Kemm persuni ttellgħu l-qorti fuq akkuża ta' child abuse?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Numru ta' każi riferuti lit-taqsima għall-ħarsien tat-tfal, tal-programm ħidma soċjali fl-1996, 1997, 1998 u 1999:", "1996 382 1997 362 1998 348 1999 570", "It-taqsima għall-ħarsien tat-tfal ma tressaqx persuna l-qorti għaliex dan huwa l-kompitu tal-pulizija.", "Għaldaqstant m'għandniex rekord ta' kemm persuni ttellgħu l-qorti fuq akkuża ta' child abuse.", "VAT - ACCOUNTANTS/AUDITORS", "14302.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm accountants, awdituri jew kumpanniji ta' awdituri u accountants li huma reġistrati għal fini tal-liġi tal-VAT?", "Kemm ħallsu VAT dawn l-accountants is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` accountants, awdituri u kumpanniji ta` awdituri u accountants reġistrati mad-dipartiment tal-VAT għall-fini tat-taxxa 371.", "Minn dawn, 145 huma reġistrati bħala persuni eżenti għax id-dħul tagħhom ma jaqbiżx is-Lm6,000 fis-sena.", "Il-kumplament (226) ħallsu bejniethom is-somma ta` Lm354,956.74 matul l-1999.", "VAT - TOBBA", "14303.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm tobba li huma reġistrati għal fini tal-liġi tal- VAT?", "Kemm kien l-ammont ta' dħul li ddikjaraw bħala medja?", "Tista' l- informazzjoni tinqasam f'żewġ kategoriji, tobba li huma family doctors u tobba li huma speċjalisti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` tobba reġistrati mad-dipartiment tal-VAT għall-fini tat-taxxa hu ta` 617.", "Sal-15 ta` Jannar, 2000 kienu laħqu bgħatu d-denunzja tat-taxxa 464.", "Il-medja ta` dħul, valur tal-provvista tas-servizzi mogħtija minnhom, li ddikjaraw kien ta` Lm6,873.40.", "Mhux possibli li l-informazzjoni tinqasam f`żewġ kategoriji - tobba u speċjalisti.", "Ta` min ifikkar li s-servizz ta` tobba ma fihx VAT fuqu.", "VAT - AVUKATI/NUTARA", "14304.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati u nutara reġistrati għal fini tal-liġi tal-VAT?", "Kemm ħallsu VAT dawn l-avukati u nutara s-sena li għaddiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` avukati u nutara reġistrati mad-dipartiment tal-VAT għall-fini tat-taxxa hu ta` 433.", "Sa Diċembru, 1999 kienu laħqu bgħatu d-denunzja tat-taxxa 326.", "Minn dawn 121 huma reġistrati bħala persuni eżenti għax id-dħul tagħhom ma jaqbiżx is-Lm6,000 fis-sena.", "Il-kumplament (205) ħallsu bejniethom is-somma ta` Lm148,432.65 matul l-1999.", "KUMMISSJONI GĦAR-RIFORMA TAL-WELFARE - LAQGĦAT", "14305.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-kummissjoni għar-riforma tal-welfare?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-kumplessita' tal-materja in kwestjoni ma jidhirlix li huwa opportun f'dan l-istadju li jixxandru l-minuti tal- laqgħat tal-kummissjoni għar-riforma tal-welfare.", "WSC - KONTIJIET", "14313.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti, bil-miktub jew personalment, dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li ħarġu ftit jiem ilu għal perijodu Novembru 1998/Marzu 1999 dwar żieda kbira fil-kont minn dak ta' qabel?", "Jikkonferma li wara dawn l-ilmenti hemm xi kontijiet li tnaqqsu b'mod sostanzjali minħabba li ntqal li saru xi żbalji?", "Jaf il-Ministru li kien hemm xi kontijiet li kważi rdoppjaw minn dak ta' qabel?", "Kemm kienet iż-żieda fuq dawl u ilma li kien daħħal dan il-gvern fil- budget ta' l-1998 li bdew jgħoddu mill-1 ta' Jannar, 1999?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li kull meta l-korporazzjoni għas- servizzi ta`l-ilma toħroġ il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, numru ta` konsumaturi jilmentaw dwarhom.", "Uħud minn dawn l-ilmenti jkunu ġustifikati waqt li oħrajn ma jkunux.", "Ta` min iżomm quddiem għajnejħ li l-kontijiet għall-perijodu msemmi inħarġu fi żmien ħmistax-il ġurnata minflok fi żmien ħames ġimgħat kif kien isir is-soltu.", "Għaldaqstant wieħed malajr jifhem għaliex in-numru ta` konsumaturi li kellhom ilment dwar il-kont kien jidher xi ftit akbar mis-soltu u dan għaliex iż-żmien li fih intbagħtu l-kontijiet kien iqsar mis-soltu.", "Ma jidhirx li kien hemm xi numru straordinarju ta` żbalji fil-kontijiet.", "In-numru ta` żbalji umani li kien hemm din id-darba jikkompara sew ma` dawk magħmula f`kontijiet maħruġa qabel.", "L-element ta` l-iżball man mhux facli li jigi eliminat.", "Kif għedt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14269, magħmula mill-istess Onor. Interpellant, il-kont tad-dawl u ta` l-ilma jiddependi minn-numru ta` units ikkunsmati - aktar ma` jiżdied il-konsum aktar jiżdied il-kont.", "Madanakollu ta` min ifakkar li t-tariffi kif riveduti mill-amministrazzjoni preżenti jaħsbu biex kull konsumatur domestiku jkollu l-użu ta` ammont ta` units b`rata sussidjata.", "Kuntrarjament għal dak li qed jallega l-Onor.", "Interpellant fl-aħħar parti tal-mistoqsija, il-gvern preżenti ma daħħal ebda żieda fit-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Għal darba oħra nfakkar li l-amministrazzjoni preżenti, kif kienet wegħdet, irrevediet t-tariffi li kien impona l-gvern Laburista fuq il-poplu, irrispettivament mid-dħul ta` kull persuna.", "Meta l-gvern preżenti rriveda dawn it-tariffi kien qal mill-ewwel li fejn jidħlu r-rebates, biex jinżamm distakk mis-sistema li l-gvern preċedenti kellu ħsieb idaħħal, f`xi snin ta` wara kellu jkun hemm żieda fihom u kien fil- fatt ħabbar kemm kellha tkun din iż-żieda.", "SAĦĦA - MENINGITE", "14314.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' meningite ġie rapportat matul l-1999 u f'dawn l-ewwel ġimgħat ta' din is-sena?", "Kemm kien hemm imwiet?", "Id-dipartiment tas-saħħa jibgħat ċirkolari fl-iskejjel kollha f'Malta u f'Għawdex biex javża kif għandhom jimxu l-għalliema fil-klassi biex jiġi evitat mard fost l-istudenti?", "F'din l-aħħar sena u ftit ġimgħat meta ntbagħtu fl-iskejjel?", "Dawn kienu jinkludu l-iskejjel indipendenti u tal- Knisja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien infurmat li mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum ġew rapportati 32 każ ta' mard kaġunat mill-mikrobu tal-meningococcus.", "Minn dawn mietu sebgħa.", "Min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa pubblika, meta jkun hemm każ anki jekk suspettuż ta' meningococcus fi skola ta' l-Istat, tal-Knisja jew indipendenti, jintbagħat fuljett informattiv dwar din il-marda lill-kap ta' l-iskola.", "KAROZZI TAL-LINJA - BILJETTI", "14315.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Issa li għaddew sitt xhur minn mindu daħlu fis-seħħ il- prezzijiet ġodda tal-biljetti tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jgħid x'titjib sar fis-servizz li bbenefikaw minnu l-passiġġieri?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku f`dawn l-aħħar sitt xhur żiedet l'enforcement u anke l-kontroll fuq id-despatching.", "Barra minn hekk, wieħed jista` jgħid li min-naħa tagħha l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku wkoll żiedet fis-sorveljanza fuq in-nies tagħha permezz ta` l-inspectors tagħha.", "Dak kollu msemmi hawn fuq huwa kkomplimentat b`informazzjoni ta` ħinijiet ta` rotot li jinstabu f`diversi lokalitajiet fuq notice boards, liema informazzjoni hemm il-ħsieb li tiġi estiża f`aktar lokalitajiet ma` Malta u Għawdex.", "Fuq talbiet tal-kunsilli lokali, in-numru ta` laqgħat triangulari bejn l- awtorita`, l-assoċjazzjoni u kunsilli lokali żdiedu konsiderevolment għall- għan li dejjem jitjieb is-servizz tat-trasport pubbliku.", "KAROZZI TAL-LINJA", "14316.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' karozzi tal- linja li bħalissa huma liċenzjati biex joperaw f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm kien hemm nies li wżaw is-servizz tal-karozzi tal-linja mill-1 ta' Settembru minn mindu għolew in-nollijiet?", "Kif jikkompara ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6197, jien infurmat li n-numru totali ta` nies li wżaw is-servizz tal-karozzi tal-linja mill-1 ta` Settembru, 1999 sa l-24 ta` Frar, 2000 huwa 13,755,270 jew 77,713 passiġġier kuljum.", "Fl-istess perijodu fl-1998 sal-25 ta` Frar, 1999 kien hemm 14,367,980 passiġġier jew 80,718 passiġġier kuljum, waqt li bejn l-1 ta` Settembru, 1997 u t-23 ta` Frar, 1998 kien hemm 14,953,710 passiġġier jew 84,964 passiġġier kuljum.", "VRT TEST", "14317.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux kulħadd irid jagħmel il- VRT test jew dawk li jibagħtu għalihom l-awtoritajiet?", "Kemm saru testijiet tal-VRT mindu din ġiet introdotta?", "Kemm kien hemm li għamluh u l-vettura tagħhom m'għaddietx it-test?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dawk is-sidien li l-vetturi tagħhom imisshom jagħmlu l-VRT test qed jiġu nfurmati b`dan mid-dipartiment tal-liċenzji u t- testijiet.", "Minn mindu ġie ntrodott il-VRT test sal-31 ta` Jannar, 2000 kien hemm 26,531 vettura li għamluh.", "Fl-istess perijodu weħlu 4,230 vetturi.", "MUŻEWIJIET - SERQ", "14318.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq f'mużewijiet u f'siti storiċi, każ każ u post b'post, u f'kull każ jgħid x'insteraq fil- perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u t-30 ta' Jannar, 2000?", "X'passi ttieħdu f'kull każ u x'riżultati taw s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - GUDJA", "14347.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-ittra ffirmata li dehret fuq il-ħarġa tal-ġurnal ta' \"In- Nazzjon\" f'paġna 10, tal-Ġimgħa 18 ta' Frar, 2000 - iffirmata mis-Sur Karmenu Dalli, Gudja - fejn ġie allegat li nhar il-Ħamis 3 ta' Frar il- Gudja PTA ta' l-iskola primarja tal-gvern organizzat coffee morning f'lukanda fejn ġew mistiedna biss kandidati għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali mal-partit Laburista u fil-preżenza tas-surmast infurmaw lill- udjenza li kienu se jikkontestaw l-elezzjoni tal-kunsill lokali mal-MLP, u saħansitra talbuhom jgħinuhom fil-kampanja elettorali u biex jivvotawlhom bħala kandidati tal-MLP, billi din kienet ittra pubblika iffirmata - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - jista' l-Ministru, jew id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tinvestiga l-kontenut tagħha?", "Billi din kienet attivita' tal-PTA ta' l-iskola tal-gvern u li fiha allegatament kien preżenti s-surmast ta' l-iskola primarja tal-Gudja, jaħseb il-Ministru li hu inaċċettabbli li din tinbidel f'waħda purament politika?", "Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' investigazzjonijiet għamlet id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni, min għamilhom, x'irriżultalu, lil min kellmu, ħadu statement bil-miktub jew verbalment, x'passi ttieħdu, kontra min ttieħdu, u fiex kienu jikkonsistu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jidhirli li l-fatti ndikati mill-Onor.", "Membru jagħtu lok għal nuqqas ta' stima u kredibbilta` tal-kunsill ta' l-iskola, anke jekk id-deċiżjoni dwar id-dettalji ma tkunx ittieħdet formalment mill- kunsill.", "Barra minn hekk, informat li l-kap ta' l-iskola ma kienx preżenti għal laqgħa.", "Dakinhar kien qed jattendi sessjoni ta' taħriġ fi programm tal- computer.", "Il-kap ta' l-iskola ġie mitlub mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jagħmel statement u nforma li l-laqgħa msemmija ġiet organizzata mill-ġenituri membri tal-kunsill skolastiku.", "Se nkompli nsegwi l-każ biex infiehem li dawn il-ħwejjeġ ma jagħmlux ġid lill-edukazzjoni.", "TRAFFIC CONTROL BOARD - ZABBAR", "14348.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibbli li t-traffic control board jara għaliex tneħħew id-double yellow lines minn Sqaq San Ġużepp, Zabbar?", "Jista' l- Ministru jinnota li konsegwenza ta' dan persuna li hija nieqsa għal kollox mid-dawl saret ma tistax tgħaddi minn dan l-isqaq biex tmur il-quddies?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-bord għall-kontroll tat-traffiku m`għandu l-ebda rekord li approva biex isiru jew jitneħħew double yellow lines ġo Sqaq San Guzepp, Ħaż Żabbar."]} {"filename": "19981211_030d_par.doc", "date": "1998-12-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 30 Is-Sibt, 12 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 30", "Is-Sibt, 12 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.06 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "30", "Is-Sibt, 12 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 511", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 511", "MOZZJONIJIET MOZZJONI TA' PROĊEDURA DWAR SEDUTI KONNESSI MA' L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD 519", "RULING 554", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD (IT-TIENI QARI) VALUE ADDED TAX BILL (SECOND READING) 562", "AĠĠORNAMENT 614", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 619", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 29 li saret fil-11 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - MOBILE PHONES", "1292.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa 10 ta' Novembru, u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li n-numru ta` mobile phones użati fil-ministeru, d-diversi dipartimenti u awtoritajiet huma kif ġej:", "(i) Awtorita' Marittima:", "Nru Mixtri minghand Prezz Uzat minn LM 17 Vodafone 185 Berthing Master Vodafone 233 Marine Department Arco 150 Executive Director Ports Directorate Vodafone 165 Financial Controller Vodafone 230 Harbour Master Vodafone 230 Operations Manager Vodafone 230 Executive Director Yachting Centre Directorate Arco 150 Registrar Arco 150 Executive Director Malta Shipping Directorate Arco 150 Registrar Arco 150 Technical Manager Arco 150 Safety Co-ordinator Vodafone 233 Security Vodafone 248 Chief Executive Vodafone 230 Passenger Terminal Vodafone 230 Safety Security Manager Arco 190 uzu generali", "2 Telecell Ltd 225 Chairman 329 General Manager", "(ii) Dipartiment tat-Toroq:", "1 Telecell Ltd 230 Direttur", "(iii) Ministeru:", "1 Telecomm 267 Ministru Electronics Ltd.", "Hemm ukoll mobile phones mislufa mill-Maltapost plc u dawn huma użati mill-Imħallef V. Borg Costanzi u mis-segretarju tal-bord ta' l-inkjesta in konnessjoni ma' l-operat tal-Gozo Channel.", "L-uniku mobile phone mixtri wara l-5 ta` Settembru huwa dak użat mill- ministru.", "Naturalment dan it-telefon qed jieħu post it-telefon li kien hemm għand il-ministru ta` qabel.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - MOBILE PHONES", "1293.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa' l-10 ta' Novembru u għad-dikasteru li għalih il-Ministu huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - MOBILE PHONES", "1294.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa' l- 10 ta' Novembru u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Hawn taħt qiegħed jingħata rendikont minn min kienu jintużaw il-mobile phones qabel l-aħħar elezzjoni u issa.", "Kif wieħed jista jara, preżentament qegħdin jintużaw tnejn meta qabel is-segretarjat tal-ministru tas-saħħa kien qed juza tmienja.", "| |Qabel |9 ta' | | |il-15 ta' |Settembru | | |Settembru |sa 10 ta' | | |1998 |Novembru | | | |1998 | |Ministru |3 |1 | |Segretarju |2 |0 | |Privat | | | |Assistent |2 |1 | |Personali | | | |Segretarju |1 |0 |", "L-informazzjoni għall-kumplament tat-twegiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - MOBILE PHONES", "1295.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD - MOBILE PHONES", "1296.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa' l-10 ta' Novembru u għad-dekasteru li għalih il- Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Fid-dekasteru tiegħi fil-perijodu msemmi ntużaw tliet mobile phones biss.", "Dawn qed jintużaw minni, mis-segretarju permanenti fil-ministeru u mill-hatchery manager taċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura.", "Dak użat minni huwa mobile phone - u mhux GSM - li sa l-20 ta' Awissu, 1998 kien jintuża mill- ministru preċedenti, l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Bejn l-20 ta' Awissu u l-5 ta' Settembru, 1998 dan kien jintuża minn xi membri tas-segretarjat ta' l-Onor.", "Noel Farruġia.", "Fl-20 ta' Awissu, 1998 inxtara mobile phone GSM mingħand il-Vodafone bil- prezz ta' Lm225 għall-użu ta' l-Onor.", "Noel Farrugia minflok dak imsemmi aktar 'il fuq.", "Wara l-5 ta' Settembru, 1998 dan beda jintuża mis-Sur Edward Gauci Borda, is-segretarju permanenti fil-ministeru, li sa dakinhar ma kellux mobile phone minkejja l-pożizzjoni għolja tiegħu fil-ministeru.", "F'Awissu wkoll inxtara mobile phone ieħor mingħand il-Vodafone, għall-użu tas-Sur Alex Meilaq, hatchery manager fiċ-ċentru ta' l-akwakultura f'San Luċjan, għall-prezz ta' Lm119.68.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma nxtara jew beda jintuża l-ebda mobile phone mill-5 ta' Settembru 'l hawn fid-dekasteru tiegħi.", "MINISTERU TA' L-INTERN - MOBILE PHONES", "1297.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa' l- 10 ta' Novembru u għad-dekasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija jew mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phone; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li n-numru ta` mobile phones użati mid-dekasteru ta` l-intern hu ta` 35.", "Minn dawn 33 huma mixtrija filwaqt li tnejn oħra kienu jiffurmaw parti mit-tagħmir li wasal maż-żewġ SAR vessels tal-protezzjoni ċivili.", "Minn dawn il-mobile phones 29 ġew mixtrija mingħand Vodafone Ltd, wieħed mill-Phone Shop, wieħed mis-Second Cellular Ltd, ieħor mit-Telephone Direct Ltd u ieħor minn Pace Associates Ltd.", "Dawn qed jintużaw kif spjegat hawn taħt:-", "Ministeru 3 Segretarju Permanenti 1 Dipartiment tal-Passaporti 1 Dipartiment ta` l-Artijiet u Kostruzzjoni 1 NDIU 2 Awtorita` ta` l-Ippjanar 9 Dipartiment tal-Protezzjoni Civili 5 Facilita` Korrettiva ta` Kordin 3 Korp tal-Pulizija 9 Manager Airport Security 1", "Tlieta minn dawn il-mobile phones hawn fuq imsemmija bdew jiġu wżati wara l-5 ta` Settembru, 1998.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Anġlu Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk jaħsibx li jkun aħjar jekk jiġi skopert mezz ieħor kif il-pulizija jużaw il-mobile phones għaliex minħabba l-użu ta' l-iscanners, il-pulizija qed ikunu żvantaġġati fil-kamp ta' l-investigazzjonijiet.", "Jaħseb il-Ministru li jkun għaqli li jkun hemm policy oħra dwar il-mod kif għandhom jintużaw dawn il-mobile phones mill-pulizija, anke minħabba li bit-teknoloġija avvanzata tal-lum l- użu ta' dawn il-mobile phones jista' jkun ta' detriment għall-istess pulizija waqt l-investigazzjonijiet tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li dejjem għandna intejbu t-tagħmir ta' komunikazzjoni.", "Fil-fatt l-aħħar darba li kont ministru responsabbli mill-intern konna xtrajna għall-ewwel darba l-iSkytels li bihom wieħed jista' jitrasmetti messaġġ lil ħafna nies f'salt.", "L-ammont ta' mobile phones dak iż-żmien kien ristrett ħafna għax kien hemm biss xi tnejn jew tlieta imma issa dan tela' għal disa'.", "M'iniex nikkritika d-deċiżjoni ta' l-amministrazzjoni preċedenti għaliex nimmaġina li disa' mobile phones f'korp tal-pulizija ta' madwar 1,800 huwa numru raġonevoli ħafna.", "Li wieħed jista' jagħmel huwa li jżid dawn il- mezzi moderni li hawn ta' tagħmir ta' komunikazzjoni anke għall-pulizija f'ċertu qasam ta' xogħol.", "Kien għalhekk li l-ispiża kapitali tal-pulizija għas-sena li ġejja żdiedet b'40% u minn Lm350,000 telgħet għal Lm0.5 miljun.", "MELLIEĦA - MANUTENZJONI", "1752.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati l-ħofor li hemm fi Triq is-Salib fil-Mellieħa?", "Jista' jikkonsidra li jikkordina mal-kunsill lokali tal-Mellieħa sabiex jiġu rranġati l-bankini ta' din it- triq u wkoll jingħata t-tarmak sabiex ir-residenti jkollhom aċċess aħjar?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Peress li l- funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lil kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-kunsill lokali interessat.", "DAWL U ILMA - TARIFFI", "1753.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bit-tariffi/rati ġodda ta' l-ilma u dawl għar-raħħala, bdiewa u l-agro- industrija?", "Kemm fil-fatt ġie l-prezz ta' metru kubu ilma għar-raħħal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, niġbed l-attenzjoni li fil-ktejjeb tar- risposti li qed jiġi ċċirkolat lill-Onor.", "Membri hemm miktub li risposta se tingħata f'seduta oħra, pero' nista' ngħid li l-informazzjoni mitluba diġa' tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Per eżempju, it-tariffa ta' l-ilma fil- każ ta' l-agrikoltura telgħet minn 4c5 għal 9c għal kull metru kubu sa 2,270 metru kubu.", "Tajjeb li ngħid li l-pjanijiet tal-gvern preċedenti kienu li t-tariffa ta' l-ilma titla' għal Lm1.10 kull metru kubu, żieda li bilfors kienet se tħalli konsegwenzi serjissimi fis-settur ta' l-agrikoltura u kienet se tagħmilha diffiċli ferm biex dan is-settur ikun jista' jtejjeb il-prodott tiegħu biex ikun jista' jikkompeti ma' prodotti importati minn barra.", "BEEFBURGERS - LEVY", "1754.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif il-miżuri l-ġodda ta' tnaqqis ta' levy fuq ċerti beefburgers mhux se jaffetwaw ħażin l-industrija lokali ta' l-ipproċessar taċ-ċanga friska?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu mpjegati l-ħaddiema li jaħdmu f'dawn l- azjendi ta' l-ipproċessar tal-laħam, kemm-il darba minħabba dawn il-miżuri l-kumpanniji jkollhom jagħlqu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li dan it-tnaqqis sejjer jolqot biss beefburgers li huma manifatturi minn ċanga pura u għalhekk għandu jaffetwa biss sezzjoni żgħira mill-manifattura lokali.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li sa fejn huwa informat id-dipartiment ta' l-industrija llum ma jidhirx li din is-sitwazzjoni sejra taffettwa b'mod negattiv l-impjiegi.", "Anzi jidher li l-fast food outlets jimpjegaw numru sostanzjali ta' ħaddiema u dan għandu jagħmel tajjeb għal xi tnaqqis żgħir li jista' jkun hemm fis-settur tal-manifattura ta' l-istess prodott.", "MANIKATA - PITCH TAL-BOĊĊI", "1755.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Billi hija x-xewqa ta' ħafna ċittadini residenti tal-Manikata li jkollhom pitch tal-boċċi, jista' l-Ministru jikkonsidra li japprova dan il-proġett ċkejken għad-dipartiment imma li żgur ifisser ħafna għar-residenti tal-post?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Il-proposta għal pitch tal-boċċi fil-Manikata se tiġi mistħarrġa.", "MANIKATA - PITCH TAL-BOĊĊI", "1756.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Billi hi x-xewqa ta' ħafna mir-residenti tal- Manikata li jkollhom pitch tal-boċċi, jista' l-Ministru jikkonsidra li japprova dan il-proġett għall-budget li ġej?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 1755.", "MANIKATA - TOILETS/ĠNIEN", "1757.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Billi hija x-xewqa ta' ħafna mir-residenti li jsiru toilets għall-pubbliku u anke ġnien fil-Manikata, jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-budget jinkludi dawn iż-żewġ proġetti żgħar iżda li jfissru ħafna għar-residenti tal-lokal?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lil kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali interessat.", "SIGURTA' SOĊJALI - UGWALJANZA TAS-SESSI", "2324.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il- ħsieb tal-gvern li jifrex l-għajnuna eżistenti li tingħata lil nisa xebbiet jew romol - dawk li jieħdu ħsieb qraba morda li jkunu jgħixu fl-istess dar - għal ġuvintur jew romol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru jiġi kkonsidrat fl-isfond tal-proċess li jrid jitkompla sabiex tkompli tinfirex l- ugwaljanza tas-sessi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, għall- benefiċċju ta' dawk li qed jisimgħuna tajjeb ngħidu li l-mistoqsija oriġinali kienet dwar xebbiet u romol li jieħdu ħsieb qraba morda li jkunu jgħixu fl-istess dar.", "Il-Ministru ntalab jgħid jekk l-istess sistema tistax tiġi estiża għal ġuvintur jew irġiel romol.", "Issa jien nixtieq nistaqsi x'qed jiġri minn dawk ix-xebbiet u romol li jieħdu ħsieb qrabathom wara li l-qraba jmutu u min jibqa' wara jispiċċa lampa stampa.", "Hemm xi riflessjonijiet li nistgħu nagħmlu fuq din il-ħaġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett irrid ngħid li dan jiddependi miċ- ċirkostanzi partikolari tal-każ peress li għandek xenarji differenti.", "Jien kelli numru ta' okkażjonijiet fejn iltqajt ma' xebbiet li jkunu għaddew minn din is-sitwazzjoni u jiddeċiedu huma stess li jmorru jaħdmu.", "Jiġifieri dawn jibdew ifittxu huma stess opportunita' biex jiżviluppaw lilhom infushom wara li, kif jgħidu huma stess, ikunu issagrifikaw numru ta' snin minn ħajjithom sabiex jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom.", "Allura din torbot ħafna mas-sitwazzjoni ta' opportunitajiet ta' xogħol li jista' jkun hemm biex dawn it-tip ta' individwi jkunu jistgħu jidħlu għalihom.", "F'sitwazzjonijiet oħrajn normalment ikun hemm benefiċċji soċjali li japplikaw f'każijiet partikolari - dejjem jekk wieħed ikun jikkwalifika - liema benefiċċji jtaffu ftit mill-problema ta' dak li jkun.", "Pero' madanakollu jien naħseb li iva għandu jsir u jista' jsir iżjed sabiex nindirizzaw il-bżonnijiet partikolari ta' dawn il-persuni li ħafna drabi, anke minħabba dan il-piż li jkunu daħlu għalih, ma jkunux ħadmu u allura ma jkunx hemm kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali u għalhekk ikollhom jaqgħu fuq l-għajnuna minima li l-Istat jipprovdi, f'dan il-każ l- assistenza soċjali.", "Jiġifieri din hija qagħda li rridu nkomplu nistudjaw u niddiskutu u naraw kemm u kif nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni ta' dawn il- persuni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, li qed ngħid jiena huwa li jeżistu każi ta' romol jew xebbiet li jkunu għalqu l-50 sena li wara jmutu l- ġenituri tagħhom jispiċċaw li la jistgħu jimpjegaw ruħhom u lanqas jistgħu effettivament isibu żbokk ieħor.", "Għalhekk jien qed nistaqsi jekk tistax issir xi forma ta' konsiderazzjoni li għallinqas dawn jiġu mitqiesa li jkunu ħallsu ċerti kontribuzzjonijiet soċjali għaż-żmien li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom, ovvjament dejjem f'każijiet ġenwini.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naturalment din tista' tkun waħda mill- konsiderazzjonijiet li wieħed jidħol fiha u jistudja u jara l- implikazzjonijiet tagħha.", "Problema ta' sitwazzjoni bħal din hija li jrid ikollok metodu li jaċċertalek li s-sitwazzjoni tkun waħda ġenwina, naturalment wara li tkun ivverifikajt il-fatti kif inhuma.", "Jien naħseb li hemm diversi alternattivi jew soluzzjonijiet differenti li jistgħu dejjem itaffu parti minn din il-problema.", "Li għadu kemm semma l-Kap ta' l- Oppożizzjoni tista' tkun waħda mit-toroq pero' wieħed irid jidħol ftit fiha sew u jara sistema bħal din kif tista' tiġi kkontrollata biex ma jkunx hemm abbuż.", "Jien naħseb li kollha kemm aħna rridu nagħmlu sforz biex fejn dawn is- servizzi soċjali jkunu qed jiġu abbużati, jiġifieri qed jittieħdu minn nies li m'għandhomx dritt għalihom, allura nwaqqfu l-abbuż.", "Hekk inkunu nistgħu naċċertaw irwieħna li l-benefiċċji kollha qed imorru għand dawk li tassew jikkwalifikaw għalihom u li tassew għandhom bżonnhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jien naqbel li għandu jkun hemm mezzi biex naraw li nevitaw l-abbuż imma rridu ngħidu li dawn huma każijiet li m'humiex numerużi.", "Fil-fatt bħalissa qed jiġini f'moħħi każ ta' ġuvni mill- Għargħur li għamel kważi ħajtu kollha jieħu ħsieb lil ommu u llum għandu 46 sena u spiċċa ma jistax isib impjieg.", "Jikkonsidrax il-Ministru li d- dipartiment joħloq kumitat jew kummissjoni ad hoc sabiex jinvestigaw dawn l- affarijiet imbagħad jiddeċiedu huma jekk humiex każijiet ġenwini.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien naħseb li iktar milli f'dan l-istadju wieħed jitkellem fuq dettalji, aħjar ngħidu li fil-prinċipju nirrikonoxxu li din hija sitwazzjoni li ċerti individwi jispiċċaw fiha u jispiċċaw ibatu għaliex ikunu għamlu xi ħaġa ta' min ifaħħarha, fejn ikunu ssagrifikaw l- iżvilupp tagħhom personali biex jieħdu ħsieb lil xi ħadd minn tal-familja.", "Huwa fatt li sal-lum f'pajjiżna l-għajnuna u l-appoġġ jingħata sakemm il- ġenitur ikun għadu ħaj - għaliex hemm il-pensjoni tal-wens - pero' ix- xenarju li qiegħed ipoġġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa meta jmut il- ġenitur u allura dak li jkun imbagħad f'daqqa waħda jiġi lampa stampa.", "Jien ma nafx jekk għandniex nagħmlu kumitat pero' naqbel li għandu jkun hemm numru ta' esperti li jeżaminaw l-implikazzjonijiet ta' dawn il- każijiet u nevalwaw b'mod serju kif nistgħu nikkontrollaw li jkun hemm għajnuna - dejjem għal każijiet ġenwini - over and above l-assistenza soċjali jew l-għajnuna li diġa' qiegħda tiġi pprovduta llum mill-Istat.", "Jiġifieri wieħed irid jara l-prioritajiet kollha li għandhom jitpoġġew fil- firxa soċjali li għandna f'pajjiżna mbagħad nallokaw ir-riżorsi skond il- prioritajiet.", "Pero' naqbel li wieħed għandu jistudja dawn is- sitwazzjonijiet b'dan il-mod.", "NI - EŻENŻJONI MILL-ĦLAS", "2325.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Wara l-miżura mħabbra fil-budget 1999 dwar żieda fil-bolla, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jeżenta mill- miżura, jew oltre jeħles mill-ħlas tal-bolla, ġenituri li jkunu fuq il- parental leave?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-għoti ta' eżenzjoni mill-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali lill-ġenitur li jkun fuq parental leave hi waħda mill- wegħdiet fil-programm elettorali tal-Gvern Nazzjonalista.", "Għaldaqstant nassigura l-Onor.", "Interpellant li din il-wegħda ser titwettaq f'waqtha.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - VETTURA NRU BAK 483", "2326.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1125, jista' l-Ministru jgħid kemm il-karozza msemmija qiegħda tintuża fil-ġimgħa u fejn qed titpoġġa wara l-ħinijiet tax-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi l-karozza tal-kiri numru BAK 483 hija wżata skond l-esiġenzi tas-servizz, kif stipulat fil- kuntratt.", "Wara l-ħin tax-xogħol din il-karozza tinżamm viċin id-dar ta' l-uffiċjal li jużaha, kif inhu l-każ tal-karozzi l-oħra kollha tal-kiri u li jintużaw minn uffiċjali oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk din il-karozza tintużax fil-ġranet ta' l-aħħar tal-ġimgħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-inkarigu tiegħi ma jinkludix li nara x'jiġri mill-karozzi tal-kiri f'kull ħin tal-ġurnata!", "Hemm uffiċjali fil-ministeru, mhux biss fis-segretarjat privat imma anke fis-segretarjat permanenti, li għandhom skond il-kuntratt tagħhom id-dritt ta' użu ta' karozza.", "Dan ifisser li fi tmiem il-ġimgħa dawn jistgħu jżommu l-karozzi ħdejn id-dar jew jekk iridu jistgħu joħorġu biha.", "Din hija l-proċedura normali.", "Naf li l-uffiċjal in kwestjoni joqgħod viċin il-kollega tagħna pero' jekk l-Onor.", "Interpellant irid joqgħod isegwi l-karozzi tal-kiri, lest li nagħtih lista ta' l-uffiċjali kollha li għandhom din il-faċilita' ħalli ma jikkonċentrax biss fuq min joqgħod ħdejh imma jara lill-oħrajn ukoll!", "SKEJJEL - TINDIF", "2370.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy li f'dawk l-iskejjel fejn m'hemmx persuni biżżejjed biex inaddfu, l- istudenti stess jitqabbdu jnaddfu dawn l-iskejjel?", "Jaħseb il-Ministru li tajjeb li l-istudenti jitqabbdu jnaddfu l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma hemm ebda policy li studenti jitqabbdu jnaddfu l-iskejjel pero' l-istudenti huma mistennija li jżommu l-ambjent nadif kemm jista' jkun u li jħallu kull ambjent nadif kif isibuh.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Apparti mill-kwestjoni ta' x'policy hi u m'hijiex, jista' l-Ministru jikkonfermalna li m'hemm l-ebda skejjel fejn l-istudenti qed jitqabbdu jnaddfu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif li għandi hekk jgħid.", "Jista' jagħti l-każ li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jirriferi għal xi klassijiet fejn isiru l- lezzjonijiet tal-home economics u ta' l-arti.", "F'dawn il-klassijiet l- istudenti jipprattikaw tisjir, xogħol ta' arti, pittura, ċeramika u affarijiet simili u huwa parti mit-taħriġ innifsu ta' l-istudenti li wara li jagħmlu dawn il-lezzjonijiet inaddfu l-affarijiet li jkunu għamlu użu minnhom.", "SKEJJEL - CLERKS/CLEANERS", "2371.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw biex jiġu reklutati bħala part-time clerks u part-time cleaners fl- iskejjel?", "Min se jagħżel lil dawn l-applikanti?", "X'input qed jingħata f'din l-għażla mill-ministeru nnifsu u mis- segretarjat tiegħu?", "X'inhi r-raġuni li s-segretarjat tal-ministeru talab il-listi ta' l- applikanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' persuni li applikaw biex jiġu reklutati bħala part-time clerks kien ta' 489 waqt li applikaw 481 għal part-time cleaners.", "Dawn l-applikanti se jintgħażlu mill-bord magħmul mill-president tal- kunsill skolastiku, il-kap ta' l-iskola u membru ta' l-istaff ta' l-iskola kkonċernata.", "SERVIZZ ĊIVILI - ASSISTENTI DIRETTURI", "2372.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l- għażla biex jinħatru l-assistenti diretturi fid-dipartimenti differenti tal- gvern?", "X'vakanzi jeżistu għal assistenti diretturi?", "Tista' tipprovdi lista ta' fejn teżisti vakanza f'kull dipartiment?", "Min hu mdaħħal fil-proċess ta' l-għażla?", "B'liema kriterji se jinħatru l- assistenti diretturi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jien informat illi l-proċess ta' l-għażla biex jinħatru l-assistenti diretturi jinsab fi stadju avvanzat.", "Minħabba t-tibdil fid-dekasteri qiegħda ssir rivalwazzjoni tal- vakanzi f'dawn il-pożizzjonijiet.", "Billi għad baqa' xi dettalji li għad iridu jiġu determinati dwar il- proċess ta' l-għażla, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti aktar informazzjoni f'dan l-istadju.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Gonzi.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA DWAR SEDUTI KONNESSI MA' L-ABBOZZ", "TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi minkejja kull provvedimenti oħra fl-Ordnijiet Permanenti tal- Kamra, dan li ġej għandu jirregola l-proċedura fuq l-Abbozz ta' Liġi li Jipprovdi għall-Impożizzjoni ta' Taxxa fuq il-Valur Miżjud minflok is-sistema ta' taxxa tas-sisa fuq importazzjonijiet, prodotti u servizzi (Abbozz Nru 9).", "Illi d-dibattitu fuq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi għandu jitkompla f'dawn il-ġranet u f'dawn il-ħinijiet:", "(i) F'seduta li tinżamm fit-12 ta' Diċembru 1998, id-diskussjoni għandha tibda immedjatament wara li tkun approvata din il- mozzjoni ta' proċedura u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fid-9.00pm skond l-Ordni Permanenti Nru 9 u l-aġġornament ma jiħux aktar minn nofs siegħa.", "(ii) F'seduta li tinżamm fl-14 ta' Diċembru 1998, u li tibda fis- 2.00pm u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fil 5.00pm b'dan li l-ħin tal-mistoqsijiet u l-ħin ta' l-aġġornament ma jitteħdux.", "(iii) F'seduta li tinżamm fil-15 ta' Diċembru 1998, u li tibda fis-2.00pm u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fil 5.00pm b'dan li l-ħin tal-mistoqsijiet u l-ħin ta' l-aġġornament ma jitteħdux.", "(iv) F'seduta li tinżamm fis-16 ta' Diċembru 1998, u li tibda fis- 2.00pm u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fil 5.00pm b'dan li l-ħin tal-mistoqsijiet u l-ħin ta' l-aġġornament ma jitteħdux.", "(v) F'seduta li tinżamm fis-17 ta' Diċembru 1998, u li tibda fid- 9.00am bl-ewwel nofs siegħa li tittieħed għall-mistoqsijiet u l- ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fil-5.00pm u l- aġġornament ma jitteħidx, b'dan li x-xogħol tal-Kamra għandu jkun sospiż għal waqfa ta' siegħa bejn is-1.00pm u s-2.00pm.", "(vi) F'seduta li tinżamm fit-18 ta' Diċembru 1998, u li tibda fis- 2.00pm u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fil 5.00pm f'liema ħin għandha tintemm id-diskussjoni (jekk ma tkunx intemmet qabel) u titqiegħed il-mistoqsija.", "F'din is-seduta l- aħħar siegħa tad-diskussjoni għandha titħalla għall-għeluq mill- Ministru tal-Finanzi li jkun eżenti mil-limiti ta' ħin għad- diskorsi.", "Illi mill-ħin kollu allokat għad-diskussjoni tat-Tieni Qari ta' dan l- Abbozz ta' Liġi, il-kelliema min-naħa tal-Gvern għandhom jieħdu b'kollox mhux aktar minn ħames sigħat, magħdud il-ħin meħud għall- introduzzjoni u għall-għeluq tad-diskussjoni mill-Ministru inkarigat mill-Abbozz.", "Illi jekk id-dibattitu tat-Tieni Qari jispiċċa qabel il-ħin jew qabel is-seduta kif stabbilit hawn fuq, allura għandha titqiegħed il- mistoqsija minnufih li tintemm id-diskussjoni u minkejja dak li hawn imsemmi f'din ir-riżoluzzjoni, jekk tissejjaħ votazzjoni din għandha tittieħed għoxrin minuta wara li tissejjaħ, u wara l-Kamra għandha tgħaddi għall-istadju tal-Kumitat ta' l-istess Abbozz ta' Liġi.", "Illi, mingħajr preġudizzju għal dak li hemm stabbilit fil-paragrafu ta' qabel dan, il-Kamra għandha tirriżolvi ruħha f'Kumitat biex tikkunsidra dan l-Abbozz ta' Liġi, f'dawn il-ġranet u f'dawn il-ħinijiet:", "(i) F'seduta li tinżamm fid-19 ta' Diċembru 1998, li għandha tibda fid-9.00am, bl-ewwel nofs siegħa li tittieħed għall- mistoqsijiet, u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fl- 10.00pm, b'dan li x-xogħol tal-Kamra għandu jkun sospiż għal waqfa ta' siegħa bejn is-1.00pm u s-2.00pm.", "Il-ħin ta' l- aġġornament ma jiħux aktar minn nofs siegħa.", "(ii) F'seduta li tinżamm fil-21 ta' Diċembru 1998, li għandha tibda fid-9.00am, bl-ewwel nofs siegħa li tittieħed għall- mistoqsijiet, u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun fl- 10.00pm, b'dan li x-xogħol tal-Kamra għandu jkun sospiż għal waqfa ta' siegħa bejn is-1.00pm u s-2.00pm.", "Il-ħin ta' l- aġġornament ma jiħux aktar minn nofs siegħa.", "B'hekk ukoll illi f'kull seduta ta' dan l-istadju ċ-Chairman għandu jqiegħed il-mistoqsija fuq il-klawsola, emenda jew skeda li dak il-ħin tkun qed tiġi diskussa minnufih li tispiċċa d-diskussjoni u jkompli jqiegħed il-mistoqsija fuq l-emendi li jibqa' fuq il-klawsoli u l- iskedi l-oħra kollha waħda wara l-oħra appena tintemm id-diskussjoni fuq kull klawsola, emenda jew skeda.", "B'dan illi f'kull seduta ta' dan l-istadju, jekk ikun intalab vot fuq emenda għal klawsola (inkluż it-titolu) jew emenda għal skeda, il- votazzjoni għandha tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Immedjatament wara li tittieħed il-votazzjoni fuq dik l-emenda, għandha titqiegħed il-mistoqsija fuq il-klawsola kif emendata (jekk l-emenda tkun għaddiet) jew kif proposta (jekk l-emenda ma tkunx għaddiet) b'mod li l-konsiderazzjoni ta' dik il-klawsola tintemm.", "L-ewwel votazzjoni hekk imsejħa għandha tittieħed ħames minuti wara li terġa' ssir il- mistoqsija fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, u kull votazzjoni oħra msejħa għandha tittieħed immedjatament wara.", "B'dan ukoll illi l-Kamra tkun tista' tikkunsidra u tivvota fuq klawsola jew emenda ukoll jekk dik il-klawsola jew dik l-emenda tkun konsegwenzjali għal klawsola jew emenda li fuqha tkun intalbet votazzjoni.", "Ministru jista' jressaq emendi, klawsoli jew skedi ġodda mingħajr avviż, fi kwalunkwe stadju tad-diskussjoni u jekk ikun skada l-ħin, għandha titqiegħed il-mistoqsija mingħajr diskussjoni u Ministru jista' wkoll jitlob il-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat, fejn - jekk ikun skada l-ħin - il-mistoqsija fuq emendi, klawsoli u klawsoli ġodda mingħajr avviż, titqiegħed mingħajr diskussjoni.", "U b'hekk ukoll illi jekk il-konsiderazzjoni ta' l-Abbozz ta' Ligi mill- Kumitat ma tkunx intemmet sal-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol tas- seduta tal-21 ta' Diċembru 1998, allura fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol, iċ-Chairman għandu jqiegħed il-mistoqsija fuq il-klawsoli kollha li jkun fadal u fuq l-emendi kollha mressqa b'mod li wara li jkun ġie rrappurtat il-Kumitat jew il-konsiderazzjoni mill-ġdid fil- Kumitat, il-Kamra tgħaddi minnufih għat-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi.", "Illi jekk tissejjaħ votazzjoni fuq it-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi din għandha tittieħed immedjatament li tissejjaħ.", "L-Ordni Permanenti 71(d) għandu japplika fis-seduti li matulhom il- Kamra tkun qiegħda tikkunsidra dan l-Abbozz ta' Liġi u għalhekk, fil- ġranet mogħtija għal konsiderazzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, ebda mozzjoni skond l-Ordni Permanenti 13 ma tiġi milqugħa.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien naħseb li jkun tajjeb jekk nintroduċi din il-mozzjoni billi l-ewwelnett nispjega fi ftit kliem ir- retroscena li wasslet lill-gvern biex iressaq din il-mozzjoni ta' proċedura sabiex jirregola d-dibattitu tal-liġi tal-VAT.", "Issa biex nagħmel dan bilfors irrid nirriferi għal dak li seħħ anke minn qabel nhar it-Tnejn li għaddew.", "Fil-fatt irrid ngħid li fit-30 ta' Novembru, 1998 saret laqgħa tal- Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li fiha konna ddiskutejna diversi affarijiet.", "Mir-records tat-traskrizzjoni ta' dik il-laqgħa jirriżulta li jien kont irreġistrajt il-fatt li l-ministru tal-finanzi, l- Onor. John Dalli, kien kellem lix-shadow minister, l-Onor.", "Leo Brincat, u kien stiednu biex l-oppożizzjoni taġixxi flimkien mal-gvern dwar l-abbozz ta' liġi tal-VAT - kopja ta' dan l-abbozz ta' liġi tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra dakinhar li sar id-diskors tal-budget - ħalli nkunu nistgħu niddiskutu bis-serjeta' s-sustanza ta' dik il-liġi f'atmosfera ta' komunikazzjoni bejn gvern u oppożizzjoni.", "Nerġa' nirripeti li dan li qed ngħid joħorġ mill-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tat-30 ta' Novembru, 1998.", "Sussegwentement kien beda jiġi diskuss l- abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju u jien nimmaġina li l-Kamra kollha tiftakar li nhar it-Tnejn kellna żewġ seduti, waħda filgħodu u oħra filgħaxija, dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "Issa jekk wieħed iħares ftit lejn it-traskrizzjoni ta' dak li jien għidt jirrealizza mill-ewwel kemm il-gvern mill-bidunett beda jipprova jasal għal xi forma ta' arranġament għall-iskedar tax-xogħol tal-Kamra biex jiġi rregolat id-dibattitu dwar il-VAT.", "Ta' min jgħid li fl-intervent li għamilt dakinhar filgħodu - hawn għandi t-traskrizzjoni f'idejja u se nikkwota minnha - fost ħwejjeġ oħra jien għidt dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Jien stess stedint lill-membri ta' l-oppożizzjoni u għidtilhom: Għidulna xi tridu.", "Aħna ma rridu nagħmlu bulldozing fuq ħadd.", "Kulma rridu huwa dibattitu serju li ma jkunx fl-interess ta' xi naħa jew oħra imma jkun fl-interess tal-pajjiż.", "Niddibattuha pero' fl-1 ta' Jannar din il-liġi trid tidħol fis-seħħ, bl-effetti tagħha kollha.\"", "Imbagħad komplejt ngħid hekk:", "\"Irridu flessibbilta' assoluta biex dan id-dibattitu nkunu nistgħu nagħmluh.", "Per eżempju, jien għamilt kalkolu li sad-19 ta' Diċembru nistgħu ndaħħlu seduta filgħodu l-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru; is-Sibt nista' ndaħħal seduta filgħodu u oħra filgħaxija; il-Ħamis, 17 ta' Diċembru nista' ndaħħal seduta filgħodu; u s-Sibt 19 ta' Diċembru nista' ndaħħal seduta filgħodu u oħra filgħaxija.", "Nistgħu nibdew dan id-dibattitu u jsir f'dawn il-ġranet.", "Jien dispost għal kollox jekk l- oppożizzjoni tgħidli: Għandna dawn is-seduti, għandna dawn il- kelliema, ejjew nibdew it-Tieni Qari ta' din il-liġi.", "Jekk jgħiduli hekk jien immedjatament ngħidilhom minn issa bid-dikjarar: Iva, imma xi ħaġa tridu tgħiduli.''", "Anzi ma waqaftx hemm u komplejt ngħid::", "\"Nista' wkoll nikkopja kelma b'kelma u ma nbiddilx full stop waħda - l- unika ħaġa li nbiddel hija l-isem ta' min ressaq il-mozzjoni u t-titlu tal-liġi - għax naqbad il-procedure motion li kien ippreżenta dak iż- żmien il-Gvern Laburista dwar il-liġi tas-sisa, nerġa' nippreżentaha kelma b'kelma u kulma nagħmel huwa li naqta' barra l-isem ta' George Vella u minflok inniżżel Lawrence Gonzi, u naqta' barra CET u minflok inniżżel VAT, u nimxu b'dik il-procedure motion u nagħmlu seduti minn filgħodu sa nofsillejl, jekk intom tridu u jekk dan huwa l-metodu ta' l-oppożizzjoni.", "Jien lest li nagħmel hekk ukoll, Mr Speaker, kemm jgħiduli: Irridu nagħmlu hekk.", "U hekk nagħmlu.", "Nistgħu nagħmlu seduti bejn is-seduta ta' budget u ieħor.", "Aħna issa għandna l-iskeda tas-seduti tal-budget ġejjin, għandek seduti filgħodu u seduti filgħaxija, u nistgħu nimlew il-vojt jekk intom tridu.", "Dispostissimu wkoll.", "Għiduli biss xi tridu.", "Tridu anke li nipposponu l-budget u niddiskutu l-VAT?", "Għiduli.", "Jien lest li nikkonsidra kwalunkwe soluzzjoni, Mr Speaker, biex naqtagħha din li b'xi mod jew ieħor minn din in-naħa - imbagħad jien l-ewwel wieħed! - irridu nillimitaw b'xi mod id-dibattitu.\"", "Dakinhar jien għedt ukoll:", "\"Nistieden lill-oppożizzjoni tgħidli l-preferenza tagħha għal dan id- dibattitu.", "Nistedinha.", "Għandhom laqgħa tal-grupp parlamentari tagħhom - naf għaliex hija pubblika - u jien, Mr Speaker, minn hawn ngħid li jekk is-Sedja ...", "Anzi nitlob lis-Sedja li ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra għal-lejla stess biex naraw, wara l-konsultazzjoni li jkunu għamlu l-oppożizzjoni bejniethom, xi tweġiba se jagħtuna pubblikament fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Jgħiduli: Isma', aħna nistgħu ndaħħlu seduti bejn id-dibattitu tal-budget, nistgħu ndaħħlu seduti fil-ġranet li għandna vojta, mela le, u mbagħad naraw.\".", "U spiċċajt b'dan il-kliem:", "\"Mela biex kulħadd ikun jaf fejn hu qiegħed jien nistieden lill- oppożizzjoni biex tikkonsidra dan li għadni kif għidt, tara x'option tippreferi, tiġi lura fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u tgħid lil dan il-kumitat x'qed tipproponi ħalli d-dibattitu dwar il- liġi tal-VAT ikun jista' jibda.\"", "Kif għidt diġa', dan huwa parti mid-diskors li għamilt jien nhar it-Tnejn filgħodu.", "Għamiltu għax kienet xi ħaġa pubblika li wara nofsinhar l- oppożizzjoni kienet se tlaqqa' lill-grupp parlamentari u jien fhimt li l- grupp kien se jiltaqa' proprju biex jiddiskuti dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt jien naf li l-grupp iltaqa' dakinhar stess - għax anke dan huwa fatt stabilit - u għalhekk filgħaxija, kif kont tlabt jien dakinhar stess filgħodu, is-Sedja sejħet laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra - għal din il-laqgħat kien hemm preżenti jien, l-Onor.", "Mario Galea, l- Onor. Victor Galea Pace għan-naħa tal-gvern u l-Onor.", "George Vella u l- Onor. Joe Mizzi għan-naħa ta' l-oppożizzjoni; ta' min jgħid ukoll li din il- laqgħa tal-kumitat kienet maratona ħdejn il-laqgħat li jsiru s-soltu għax il-minuti juru li din bdiet fis-6.36 p.m. u spiċċat fit-8.56 p.m. - u s- sustanza ta' din il-laqgħa kien eżerċizzju ċivili bejn iż-żewġ naħat, fejn aħna pprovajna nistiednu lill-oppożizzjoni biex jagħtuna t-tweġiba li kienet intalbet fil-għodu.", "Jiġifieri ma kienx assolutament il-każ li aħna qbadna u organizzajna laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra, jew morna biex nitkellmu fuq xi ħaġa li ħadd ma jaf x'kienet u mbagħad jien issorprendejt lil kulħadd meta għidt x'konna se niddiskutu.", "Meta mort għal dik il-laqgħa jien kont qed nistenna tweġiba għall- proposti li għamilt fil-Kamra, fejn dakinhar filgħodu stess fid-diskors tiegħi kont tajt l-options kollha u kont mill-ewwel tajt indikazzjoni ċara daqs il-kristall ta' l-alternattivi, inkluż l-iskeda, ta' kif nistgħu nippjanaw id-dibattitu dwar il-liġi tal-VAT.", "Jien mort għal-laqgħa bil- ħsieb li l-oppożizzjoni tgħidli x'għandha f'rasha u x'm'għandhiex, pero' meta bdiet il-laqgħa mill-ewwel indunajt li l-iskop finali li għalih dan il- kumitat huwa mwaqqaf ma kienx se jwassalni għal konklużjoni għax ma' l- ewwel intervent tiegħu l-Onor.", "George Vella qal - nerġa' ngħid li għamilna din il-laqgħa b'mod ċivili u bl-ebda battibekki bejnietna għax kulħadd stabilixxa x'inhi l-pożizzjoni tiegħu - li:", "\"Rigward kif se jiskeda x-xogħol tal-Kamra l-kollega tiegħi Dr Gonzi sta għalih biex jagħmilha\".", "Jien se nipprova ma ntawwalx wisq pero' ċerti affarijiet bilfors trid tgħidhom, l-iktar meta f'dak id-dibattitu jien ma nafx kemm-il darba tlabthom biex jgħidulna x'qed jipproponu biex ikun jista' jibda d-dibattitu dwar il-liġi tal-VAT.", "Hawn nista' nikkwota xi partijiet mid-diskors li għamilt waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Fil-fatt, fost affarijiet oħra dakinhar jien għidt dan il-kliem:", "\"Jien stajt ġejt bi procedure motion u naqbad u mmexxi procedure motion bil-giljottina u mhux giljottina.", "Din hija option li ġiet użata f'dan il-parlament u ġiet użata f'parlamenti oħrajn.", "L-offerta f'dan is-sens tibqa' imma aħna għandna dan il-kumitat u dan il-kumitat għalhekk qiegħed.", "Allura ejjew nipprovaw insibu skeda ta' xogħol li nkunu nistgħu naħdmuha bejnietna b'mod li tkun aċċettabbli għal kulħadd.", "Wara kollox dan hu l-iskop ta' dan il-kumitat għaliex inkella se niġu qisna a debating society, li nieħdu pjaċir nitkellmu bejnietna f'ambjent inqas formali mill-Kamra u ma nkunux qed nieħdu ħsieb ix-xogħol tal-Kamra.", "Suppost wara li noħorġu minn dan il- kumitat għandna ngħidu: Isma', sitt seduti għas-second reading, tliet seduti għal kumitat u nimxu.", "Dan hu l-iskop ta' dan il-kumitat.", "Issa jekk m'aħniex kapaċi naslu għal din il-konklużjoni għandna ngħidu li m'aħniex kapaċi naslu għal din il-konklużjoni u nirregolaw l- affarijiet mod ieħor, bi procedure motion u bil-metodi parlamentari li huma approvati mill-istanding orders tagħna.", "Imma l-iskop ta' dan il- kumitat hu li ma jsirx hekk u li jekk jista' jkun noħorġu minn hawnhekk bi ftehim ta' skeda.\".", "Nerġa' ngħid li dakinhar iddibattejna fit-tul għax jien bqajt nirripeti u nerġa' nirripeti li għandi bżonn il-procedure motion sakemm finalment, wara ħafna diskors, l-Onor.", "George Vella qalli biex nagħmlu dak li għandna nagħmlu, anzi biex id-dibattitu nibdewh malajr kemm jista' jkun.", "Pero' imbagħad f'mument minnhom - u hawn se nikkwota mit-traskrizzjoni - l-Onor.", "Vella qalli dan il-kliem:", "\"Inwiegħed li ma' l-ewwel okkażjoni li jkollna li nagħmlu grupp parlamentari jien niġi lura bir-risposta ħalli nkunu nistgħu niddeċiedu.\".", "Hawnhekk ta' min jikkwota wkoll il-kliem li qalli l-Onor.", "Membru f'dik il- laqgħa:", "\"Jiġifieri jekk inti trid tipprogramma minn issa, allura infilza dak li trid tinfilza mbagħad naraw fejn nistgħu naslu.", "Sta għalik biex tagħmilha din, bir-rispett kollu.\"", "Imbagħad fl-aħħarnett l-Onor.", "Vella qalli hekk:", "\"Għaliex ma nibdewhomx jekk il-gvern se jaċċetta li ssir din id- diskussjoni u mbagħad naraw fejn nistgħu naslu u mhux noqogħdu naħlu ż- żmien nistennew ir-risposti?", "Jekk il-gvern issa ddeċieda, u nerġa' ngħid li huwa tajjeb li jiddeċiedi li jagħmel dibattitu qabel, u wasal għall-punt tagħna, jiġifieri li jibda jutilizza l-massimu li jista', il-ħin li fadal, l-ispazji li hemm bejn issa u r-recess, u jekk hemm bżonn anke beyond, affari tiegħek!", "Imma jekk lest li tutilizzahom jien ngħidlek li jkun għaqli li tutilizzahom.\".", "Fil-fatt jien ħadt dan il-parir.", "Jien ma narax għalfejn għandi nqiegħed din it-traskrizzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra għax din qiegħda fir-records tal-parlament u kull min irid jista' jitlob kopja tagħha, bħalma għamilt jien.", "Ta' min jgħid li mbagħad it-Tnejn filgħaxija l-konklużjoni finali kienet: Ibdew dan id-dibattitu malajr kemm jista' jkun u rregolaw intom, mexxu.", "U għalhekk sar eżerċizzju biex nibdew niskedaw min-naħa tal-gvern ġaladarba min-naħa ta' l-oppożizzjoni kellna din it-tip ta' reazzjoni.", "Jien għidtilhom: Allura għaliex ma niskedawx programm fejn, b'xi mod jew ieħor, minkejja li m'għandna l-ebda indikazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni, niggarantixxu kemm iridu ħin u kemm għandhom kelliema li se jagħmlu l- intervent tagħhom.", "Għax kieku tkun taf kemm hemm bżonn ħin u kemm hemm kelliema li se jagħmlu l-intervent tagħhom tkun tista' tirregola b'iktar preċiżjoni għax, per eżempju, tgħid: Għandi bżonn daqshekk ħin għat-Tieni Qari u għandi bżonn daqshekk ħin għall-istadju ta' Kumitat.", "Pero' la sat- Tnejn filgħaxija jien ma ngħatajt l-ebda risposta min-naħa ta' l- oppożizzjoni, bdejt infassal skeda u din l-iskeda bdejt infassalha b'żewġ prinċipji f'moħħi.", "Ħalli nsemmi l-ewwel prinċipju.", "Mr Speaker, jien naf x'tip ta' procedure motion kienet ressqet l- oppożizzjoni ta' llum meta kienet fil-gvern biex tiddibatti l-liġi tas-CET.", "Jien diġa' għidt li f'dik il-procedure motion kien hemm ċerti affarijiet li stajt qbadt u kkopjajthom kelma b'kelma, ġibthom quddiem il-Kamra u konna noħorġu 'l barra bid-daqq.", "Ma naħsibx li l-oppożizzjoni kienet se tqum biex tikkritika xi ħaġa li għamlet hi stess, sempliċement minħabba li minn dakinhar 'l hawn qasmet minn din in-naħa tal-Kamra għan-naħa l-oħra.", "Jien naħseb li jekk minn din in-naħa ssir procedure motion li tkun tajba.", "Dik tibqa' tajba anke jekk din in-naħa taqsam il-Kamra u tmur fuq in-naħa l-oħra.", "Almenu safejn naf jien it-tajjeb u l-ħażin ma jinbidilx jekk tbiddel is-siġġu li tkun bilqiegħda fuqu.", "Għalhekk, kif għidt diġa', stajt qbadt dik il-procedure motion, ikkopjajtha kelma b'kelma sa l-inqas full stop u comma u kont inbiddel biss l-isem ta' l-Onor.", "Vella u l-isem ta' l- abbozz ta' liġi.", "B'dan il-mod konna nistgħu nimxu pero' jien deherli - naturalment jien dan għamiltu b'ċerta serjeta', kemm għaliex ħsibt li mhux dak hu l-ispirtu ta' kif għandhom jimxu l-affarijiet, kif ukoll għaliex nemmen li jekk irridu aħna kapaċi nittrattaw lil dan il-parlament bid-dinjita' li tistħoqqlu u mhux b'ċerti inċidenti li naħseb li ma jagħmlu ġieh lil ħadd - li aħna kapaċi naslu għal ċerti affarijiet u għalhekk għidt: Ma ġara xejn, jekk ma jridux jagħtu din l-informazzjoni nfassal xi ħaġa oħra pero' nfassalha b'ċerti kriterji, billi nneħħi barra ċerti konċetti li kienu daħlu fil-procedure motion tas-CET bħal, per eżempju, li niltaqgħu nhar ta' Ħadd.", "Għax hawn irrid infakkar li l-procedure motion tal-liġi tas-CET kienet tgħid li għandna niltaqgħu mit-Tnejn sal-Ħadd, inkluż il-Ħadd imqaddes, pero' dik jien tajjartha.", "Ta' min jgħid ukoll li jien neħħejt mill-procedure motion anke dak il-kriterju li jgħid li seduta tista' tibqa' sejra sa nofsillejl għax li tiġi hawn minn filgħodu u tibqa' sa nofsillejl tgħejja u s-seduta tibda taraha ma tista' tispiċċa qatt.", "Jien deherli wkoll li meta seduta tieħu ċertu tul ta' ħin, safejn hu possibbli għandi ndaħħal break żgħir ta' siegħa.", "Ħadt ħsieb ukoll li l-famuża proċedura li kienet tintuża qabel - dik li kienet qajmet tant komplikazzjonijiet u taħwid fejn il-votazzjonijiet li kienu jintalbu matul il-ġurnata kienu jittieħdu fid- 9.00 p.m. u mbagħad jekk xi ħadd kien isejjaħ division wara d-9.00 p.m. din ma kenitx tittieħed f'dik is-seduta imma kienet tittieħed l-għada.", "Dan hu l-ewwel prinċipju li mxejt bih meta kont qed infassal l-iskeda.", "Mr Speaker, it-tieni prinċipju li jien żammejt quddiem għajnejja kien li l-ordnijiet permanenti ta' din il-Kamra jillimitaw il-ħin ta' l-interventi min-naħa tad-deputati.", "Fil-fatt ta' min jgħid li bl-eċċezzjoni ta' min ikun qed jippilota xi liġi jew iwieġeb min-naħa l-oħra, ir-regola hi li kull kelliem għandu 40 minuta biex jagħmel id-diskors tiegħu u, peress li meta jiskadu l-40 minuta teknikament il-ħin tal-kelliem ikun spiċċa, imbagħad tkun trid il-permess tal-Kamra biex dawk l-40 minuta jiġu estiżi.", "Issa jekk wieħed ikollu jikkompara l-parlament tagħna ma' parlamenti oħra madwar id-dinja mill-ewwel jirrealizza li l-ħin ta' 40 minuta huwa relattivament twil ħafna.", "Huwa veru li f'pajjiżi oħra hemm parlamenti wisq ikbar minn tagħna pero' huwa veru wkoll li anke parlamenti żgħar, li d-daqs tagħhom huwa bejn wieħed u ieħor id-daqs ta' dan il-parlament, ma jollakawx 40 minuta.", "Madanakollu issa jien m'iniex se noqgħod nidħol f'dak il-mertu għax ir-regola ta' dan il-parlament tgħid li kull kelliem huwa intitolat li jdum jitkellem għal 40 minuta.", "Allura għaliex l-oppożizzjoni lili baqgħet ma qaltlix li għandha tliet kelliema, sitt kelliema jew għaxar kelliema?", "Issa hawn nixtieq nagħmel parentesi żgħira billi ngħid li matul din il- leġislatura s'issa din il-Kamra approvat biss ir-riżoluzzjoni li tittratta l-fondi speċjali tal-kunsilli lokali.", "Jien kont nimmaġina li l-abbozz ta' liġi li jirrigwarda s-sigurta' soċjali konna se ngħadduh f'xi seduta jew tnejn - issa dan mhux jien abbozzajtu iżda kien abbozzah il-ministru predeċessur tiegħi, il-Prof.", "Edwin Grech, u l-għan tiegħu kien li jimplimenta diversi deċiżjonijiet u jieħu diversi miżuri li kienu ġew imħabbra fl-aħħar budget tal-Gvern Laburista - pero' s'issa dan għadu m'għaddiex u għadna qegħdin inkarkru bih għax hemm numru ta' kelliema li ma jispiċċa qatt li jridu jitkellmu fuqu.", "Sur President, allura jien għidt: Ejja nassumu li kull membru ta' l- oppożizzjoni se jagħmel diskors ta' 40 minuta.", "Forsi hawn wieħed jista' jgħidli: Dik ġenerożita'!", "Issa ġenerożita' u mhux ġenerożita' r-realta' hi li jien assumejt u għidt li jekk għall-grazzja ta' l-argument it-30 membru li hawn faċċata tiegħi jitkellmu kollha għal 40 minuta dawn se jieħdu 20 siegħa bejniethom.", "Jien irraġunajt ukoll - biex żgur ħadd ma jiġi b'xi idea ta' giljottina - li jekk il-membri ta' l-oppożizzjoni se jieħdu 20 siegħa bejniethom, allura irrid nara kif nista' nfassal skeda fid- dawl tal-parir li tani l-Onor.", "George Vella waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u fid-dawl ta' dak li jien kont għidt li jistgħu jiddaħħlu iktar seduti.", "Allura stajt ninduna li l-20 siegħa nista' nkoprihom u fil-fatt fl-iskeda inkludejt ukoll dik is-seduta li sejjaħna l-bieraħ filgħodu - fejn il-Kamra ltaqgħet għal sagħtejn u nofs biex tibda tiddibatti l-abbozz ta' liġi tal-VAT - u fil-verita' jekk wieħed ikollu jgħodd is-sigħat kollha li se nkunu għamilna niddibattu l-abbozz ta' liġi tal-VAT insibu li bejn wieħed u ieħor, bis-sigħat li għandna available illum u li se jkollna available skond il-mozzjoni ta' proċedura, b'kollox se nkunu għamilna dibattitu ta' 30 siegħa.", "Dan ifisser li, biex ngħid hekk, se nkunu koprejna l-bżonn ta' kull membru min-naħa ta' l-oppożizzjoni li jagħmel intervent ta' 40 minuta, kif ukoll il-bżonn ta' l-intervent min- naħa tax-shadow minister li ma jkunx ta' 40 minuta imma ta' siegħa u nofs.", "Ta' min jgħid ukoll li fil-procedure motion aħna kkalkolajna li min-naħa tal-gvern, bejn il-ministru li ppilota dan l-abbozz ta' liġi u li mbagħad ikun irid jagħlaq id-diskussjoni, u bejn il-kelliema l-oħra - naturalment dan stajna nagħmluh minħabba li konna nafu min se jitkellem u fuq xiex se jitkellem, għax hekk għandhom isiru l-affarijiet - prattikament b'ħames sigħat dibattitu għandna nkopru l-bżonnijiet tagħna.", "Għalhekk il-procedure motion ġiet abbozzata b'mod li waslet biex tat garanzija li, jekk iridu, il- membri ta' l-oppożizzjoni se jkollhom il-ħin kollu tagħhom biex jintervjenu f'dan id-dibattitu u mbagħad peress li n-naħa tal-gvern stabiliet il-ħin li għandha bżonn hi wkoll stabilejna total ta' 30 siegħa għad-dispożizzjoni tat-Tieni Qari fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Imbagħad il-procedure motion tkompli taħseb għall-ħin allokat għall- istadju ta' Kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi, li jammonta għal 23 siegħa.", "Issa hawnhekk irrid nispjega, biex kulħadd ikollu idea ta' x'qegħdin ngħidu, li b'kollox dan il-ħin huwa ekwivalenti għal 21 seduta normali tal- parlament.", "Jiġifieri l-ħin li qed jiġi allokat għad-diskussjoni tal-VAT huwa ekwivalenti għal 12-il seduta fit-Tieni Qari u disa' seduti għall- istadju ta' kumitat.", "Dan ifisser ukoll li meta tifrex dan il-ħin fuq il- ħinijiet normali tad-dibattiti ta' dan il-parlament issib li dan ix-xogħol jieħu eżattament seba' ġimgħat.", "Madanakollu biex naqtagħha fil-qasir irrid ngħid li meta rajt li jien ikkonsidrajt dan kollu u inkludejtu fil- procedure motion, fil-kuxjenza tiegħi ħassejt li min-naħa tal-gvern ipprovdejna l-opportunita' kollha sabiex kull membru ta' l-oppożizzjoni jkun jista' jitkellem bil-liberta' kollha mingħajr ebda sens ta' limitazzjoni ħlief għal dak li jipprovdu r-regolamenti tal-Kamra.", "Pero' deherli li ma kellix nieqaf hemm.", "Ħalli nispjega eżattament x'kont għamilt sa dak il-ħin.", "It-Tnejn filgħodu jien kont tajt avviż preċiż bl-alternattivi kollha li kelli quddiemi, inkluż il-mod li l-iskeda ġiet imfassla bih.", "It-Tnejn filgħaxija, waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, erġajt irrepetejt l-options kollha li kien hemm available u għidt għal darb'oħra li nista' nfassal l-iskeda billi ndaħħal dawn is-seduti bejn is- seduti tal-budget ta' filgħodu u ta' filgħaxija.", "L-Erbgħa, jiġifieri meta ġiet imfassla din il-procedure motion, jien għaddejt kopja tagħha lill- ħabib tiegħi tan-naħa l-oħra.", "Lill-Onor.", "Mizzi tajtu l-ħinijiet preċiżi li hemm available għad-dibattitu u għidtlu: Dan huwa l-abbozz ta' liġi, din hi l-procedure motion li se nippreżenta llum, jiġifieri l-Erbgħa filgħaxija, u issa jonqos li intom tagħtuni r-risposta tagħkom ħalli fil- każ inlaqqgħu l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra llejla stess biex niddiskutu dak li hemm bżonn għax jien miftuħ għal kwalunkwe suġġeriment li intom jista' jkollkom, sakemm dan ikun raġonevoli u prattikabbli.", "L-Onor.", "Mizzi weġibni li se jikkonsulta ma' l-oħrajn u jerġa' jiġi lura.", "Meta reġa' ġie lura qalli: Isma', aħna għandna laqgħa tal-grupp parlamentari għada l-Ħamis u mbagħad nagħtuk risposta wara din il-laqgħa.", "Imbagħad jien min-naħa tiegħi għidtlu: Joe, mela jien se nippreżenta din il-procedure motion kif għidtlek, pero' kkwotani uffiċjalment mal-grupp parlamentari li jien dispost li nisma' s-suġġerimenti li għandkom.", "Dakinhar aħna hekk bqajna, bid-differenza - għax il-bieraħ din ma semmejnihiex - li xi nofs siegħa jew tliet kwarti wara li ppreżentajt il- mozzjoni ta' proċedura ħarġet stqarrija min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kienet tgħid ...", "Fil-fatt din hija stqarrija gustuża ħafna għax qisha meħuda minn xi djarju ppubblikat mill-Media Centre u meta rajtha rrealizzajt li għad għandi ħafna x'nitgħallem f'dak li għandu x'jaqsam mal- qaddisin bħal, min huma, xi storja għandhom, x'inhu l-background tagħhom u meta hi l-ġurnata tagħhom!", "Per eżempju, jien ma kontx naf li llum il- qaddisa tal-ġurnata hija Santa Giovanna Francesca de Chantal.", "(Interruzzjonijiet) Ma jagħmilx ħażin billi niċċajtaw ftit bejnietna imma insomma, x'irrid ngħid b'dan jien?", "Irrid ngħid li huma l-procedure motion kienu rawha u eżaminawha tant li kienu saħansitra qanqlu r-reazzjoni tagħhom għaliha u għalhekk jien deherli li f'dan il-każ ikun aħjar jekk naraw x'se jiġri iktar 'il quddiem.", "Pero' fil-fatt ġara li, kif għidt diġa', minn nhar l-Erbgħa li għaddew sal-bieraħ filgħaxija la jien u lanqas il-Whip, l-Onor.", "Mario Galea, ma kellna xi forma ta' reazzjoni fuq il-kontenut tal-procedure motion ħlief il-press release li għadni kemm semmejt u l-punt li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar x'għandu u x'm'għandux isir fil-każ ta' procedure motion.", "Jien ma rridx intawwal fuq dan is-suġġett pero' rrid ngħid li l-bieraħ filgħaxija jien iċċekkjajt x'sar u x'ma sarx u sibt li lanqas il-procedure motion dwar is-CET ma kienet ġiet quddiem il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra u ċertament li ma kenitx ġiet diskussa hemmhekk.", "Naturalment f'ċertu sens hemm loġika għal dan ukoll għax l-iskop ta' dan il-kumitat huwa li wieħed jipprova jasal għal ftehim, jiġifieri prattikament jekk tasal għal ftehim ma jkollok bżonn l-ebda procedure motion għax inti tirrikorri għall- procedure motion meta tkun qed tħoss li m'hemmx ċans li tasal għal xi ftehim u għalhekk dan kollu ġabna għal din il-procedure motion.", "Issa, Mr Speaker, jien naħseb li f'ċertu sens din il-procedure motion tispjega lilha nnifisha u ma nħossx li għandi għalfejn noqgħod nirripeti u nidħol fid-dettalji tagħha.", "Fil-fatt kulma wieħed jista' jgħid fuq din il- procedure motion hija li din qed tirregola l-mod ta' kif għandu jseħħ id- dibattitu matul il-ġranet li ġejjin.", "Biex nispjega s-sens li bih tfasslet din il-procedure motion irrid nispjega li meta qed ngħidu li se jkun hemm seduti li matulhom la se jittieħed il-question time u lanqas l-aġġornament, inkunu qed nirriferu partikolarment għas-seduti li jinsabu infilzati fil- ħin ta' wara nofsinhar bejn is-seduti tal-budget ta' filgħodu u s-seduti tal-budget ta' filgħaxija.", "Ir-raġunament għal dan huwa sempliċi għaliex f'ġurnata diġa' jkun sar il-question time tas-seduta ta' filgħodu u jkun se jsir question time ieħor fis-seduta ta' filgħaxija meta jkunu qed jiġu diskussi l-voti ta' l-estimi tal-budget u jittieħed il-vot fuqhom.", "Għalhekk aħna m'għamilniex dan għaliex b'xi mod jew ieħor riedna nnaqqsu l- ħin tal-question time imma għaliex meta tara kif inhi mfassla l-ġurnata sħiħa ssib li f'żewġ seduti diġa' jkun hemm siegħa sħiħa stabilita għal question time.", "Mr Speaker, aħna pproponejna din il-procedure motion sabiex naċċertaw irwieħna li dan l-abbozz ta' liġi jiġi diskuss bis-serjeta' u sabiex jkun hemm ħin biżżejjed biex kulħadd ikun jista' jesprimi lilu nnifsu.", "Finalment dan hu l-iskop prinċipali ta' din il-mozzjoni, li kulħadd jingħata l-opportunita' li jesprimi l-opinjoni tiegħu f'din il-Kamra bil- liberta' kollha.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien għadni kemm smajt lill-kollega tagħna jġib ħafna raġunijiet għaliex kellu jagħmel din il-mozzjoni ta' proċedura pero' fl-ebda ħin ma smajtu jgħid għaliex wasalna biex ikollna bżonn nagħmlu din il-mozzjoni ta' proċedura.", "Nispera wkoll li għal xi affarijiet li ntqalu hawnhekk wieħed jagħmel daqsxejn ta' korrezzjoni għaliex jiddispjaċini ngħid li fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Gonzi ma kienx korrett għal kollox.", "Per eżempju, żgur li ma kienx korrett meta qal li fil-laqgħat tal- Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra qatt ma ddiskutejna l-mod li bih għandna niddiskutu l-abbozz ta' liġi tas-CET.", "Jien niftakar ċar li waqt li konna nkunu qed niddiskutu f'dak il-kumitat, il-kollega tiegħi l- Onor. Guido de Marco kien jagħmel ir-rimarki tiegħu - dawn nirriferi għalihom iktar 'il quddiem - rigward il-mod inuman, il-mod ta' paniku u l- mod mhux korrett li bih, skond hu, aħna konna qed nikkontemplaw kif se nqassmu s-seduti.", "Jekk wieħed irid jgħid li l-mozzjoni ma tressqitx formalment quddiem il-kumitat f'dak il-każ wieħed jista' jasal biex jgħid li huwa korrett, pero' ċertament wieħed ma jistax jgħid li fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ma kienx ġie diskuss il-mod kif il- gvern preċedenti kien se jqassam il-ħin tad-dibattitu fuq il-liġi tas-CET.", "L-Onor.", "Gonzi għamel anke kumment fejn qal li l-attitudnijiet donnhom jinbiddlu skond fuq liema naħa tal-Kamra tkun.", "Fil-fatt jien naħseb li hekk hu għax l-Onor.", "Membru jaf daqsi - iktar u iktar meta wieħed jikkonsidra li hu kien l-iSpeaker ta' din il-Kamra - kemm meta konna fl- oppożizzjoni aħna kif ukoll meta daret ir-rota u konna fil-gvern, li l- argument perenni dejjem kien li huwa diffiċli għal min ikun fl-oppożizzjoni li jgħid kemm għandu bżonn seduti u kemm se jkollu kelliema.", "Din ġrat fi żmienna stess, fejn in-naħa ta' l-oppożizzjoni ....", "Għadni niftakar lill- kollega tiegħi, l-Onor.", "Ċensu Galea, iġebbed, iġebbed, iġebbed fid-diskorsi tiegħu.", "Dan apparti wkoll il-fatt li kull meta pprovajna ngħidu kemm se jkollna bżonn ħin, dan il-ħin qatt ma żammejnieh.", "Per eżempju, jien niftakar każi fejn l-ewwel l-oppożizzjoni kienet talbet żewġ seduti biex tgħid dak li għandha tgħid u mbagħad spiċċajna għamilna ma ngħidx maratona imma ċertament konna għamilna ħafna u ħafna iktar minn żewġ seduti.", "Mr Speaker, jien nixtieq li min qed isegwi dan id-dibattitu jkun jaf l- ewwel u qabel kollox mhux x'għandu f'moħħu l-gvern issa imma x'wassal lill- gvern biex jiġi f'din is-sitwazzjoni.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk il-fatti npoġġuhom ċari għaliex jien naħseb li, bħalma għidt diġa', il-kollega tiegħi qal biċċa pero' ma qalx kollox.", "Per eżempju, l-Onor.", "Gonzi ma rabat xejn mal-kwestjoni ta' l-emenda ta' l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - li ssemmiet ħafna waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra - u minkejja li kien qed jikkwota partijiet mit-traskrizzjoni, m'għamel l-ebda riferenza għal din il-kwestjoni.", "L-Onor.", "Membru lanqas m'għamel riferenza għall-insistenza min-naħa ta' l-oppożizzjoni rigward ...", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi għall-ħin imma għall-prinċipju tal-limitazzjoni tad-dibattitu f'din il-Kamra.", "L-Onor.", "Gonzi qal li l-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra kienet maratona ħdejn is-soltu.", "Huwa veru li dik il-laqgħa kienet twila u konna domna niddiskutu pero' dakinhar l-oppożizzjoni kienet ċara dwar dak li kienet qed tgħid u dwar il-mod li bih kienet qed tħares lejn din il-kwestjoni kollha.", "Mela jiena naħseb li aħjar nibdew l-argumenti tagħna billi l-ewwel u qabel kollox nistaqsu: Għaliex kellna bżonn din il-mozzjoni proċedurali?", "Mr Speaker, kellna bżonn din il-mozzjoni proċedurali minħabba li l-gvern kien telaq fuq triq, kien telaq fuq ħsieb, kellu għan u half way through biddel l-opinjoni tiegħu.", "Jien niftakar li matul l-ewwel laqgħa tal- Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ta' din il-leġislatura, il- kollega tiegħi l-Onor.", "Gonzi kien ta idea ġenerali ta' kif kien qed jara li se jitqassam iż-żmien mill-ewwel laqgħa li konna għamilna sa meta niġu biex niddiskutu l-budget.", "Kien qalilna liema liġijiet iridu jgħaddu, liema liġijiet għandhom priorita' fuq l-aġenda tal-gvern u anke kif għandna nidħlu għaż-żmien tad-dibattitu fuq il-budget biex inkunu nistgħu nieqfu fit-18 ta' Diċembru għar-recess tal-Milied.", "Jiġifieri jrid jiġi rreġistrat hawn bl-iktar mod ċar li f'dawk il-ġranet il-gvern fl-ebda ħin ma kellu f'moħħu li jiddiskuti l-liġi tal-VAT f'dan il-parlament qabel ma jibda jimplimentaha.", "Eventwalment sirna nafu li l-gvern kien kommess, pero' jrid jiġi rreġistrat nerġa' ngħid bl-iktar mod ċar li għallinqas minn dak li kien igħid il-Kap tal-Kamra tad-Deputati - u m'għandi l-ebda dubju li dak li kien igħid l-Onor.Gonzi kien jirrifletti l-ħsieb tal-gvern u fil-fatt imbagħad kellna anke konferma ta' dan - ma kien hemm l-ebda ħsieb li l-liġi tal-VAT tiġi diskussa qabel ma tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar.", "Hawnhekk jien irrid nappella wkoll biex ma nħawdux l-argumenti u qed ngħid dan għaliex il-kollega tiegħi qed jgħid: Mhux veru li ma ridniex niddiskutuha.", "Aħna qatt m'għidna u lanqas ma jien qed ngħid illi l-gvern ma kienx sejjer jiddiskuti l-liġi tal-VAT.", "Lanqas jista' ma jiddiskutihiex kieku jrid jagħmel hekk u dan aħna diġa' għidnieh fil-kumitat.", "Huwa jista' jdaħħalha permezz ta' emenda fil-liġi, kif kien se jipprova jimmanuvra, jista' jieħu spazju biex ma jkollux id-dibattitu u r-reazzjoni tal- parlament u tal-pubbliku qabel ma din tiġi in vigore, pero' ma jistax ma jiddiskutihiex.", "Fil-fatt aħna m'aħniex boloh u għalhekk qatt m'għidna li l- gvern mhux sejjer jiddiskutiha imma għidna li ma kienx beħsiebu jiddiskutiha qabel ma tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar.", "Tant hu hekk li s- sitwazzjoni li qegħdin fiha issa hija proprju kkaġunata mill-iskomdu li ġie kkreat minħabba li f'daqqa waħda nbidlet it-timetable tax-xogħol tal-gvern - ma rridx nagħmel akkużi personali imma rrid ngħid li huma kienu jgħajru lilna li m'għandniex ippjanar, li ma nafux fejn sejrin u li ma nafux x'se nagħmlu - u jekk dan m'huwiex każ klassiku ta' nuqqas ta' ippjanar ma nafx kif ikun nuqqas ta' ippjanar.", "Il-realta' hi li s-sitwazzjoni li ninsabu fiha ma tissejjaħx biss nuqqas ta' ippjanar imma hija wkoll kutrumbajsa politika min-naħa tal-gvern.", "Jiġifieri oltre mit-tibdil li kien hemm fil- konċett tal-ħin li fih kienet se tiġi diskussa, kien hemm anke tibdil fil- perception ta' kif jista' jiġi ttrattat dan il-parlament.", "Mr Speaker, iva dan il-gvern kellu f'moħħu li jdaħħal il-liġi tal-VAT mingħajr ma l-ewwel jiddiskutiha fil-parlament.", "Ħafna mill-imħuħ legali kienu diġa' sabu l-mezz kif jipprovaw jaqbżu lill-parlament, forsi temporanjament, u jdaħħlu l-liġi tal-VAT - għalhekk tressqet l-emenda għall-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju, liema emenda għadha quddiem din il-Kamra - u dan kollu jien diġa' għidtu waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra u anke hawnhekk, wara d-diskors li għamel il-kollega tiegħi nhar it-Tnejn li għadda, meta f'daqqa waħda ġietu voglia kbira ta' ġenerożita' u ried li niftehmu malajr u offra saħansitra diversi ħinijiet.", "Aħna għidnielu ċar u tond: Isma', jekk inti għandek għodda li kont qed tħaddimha, kont qed issinnha u kont qed tippreparaha biex timplimenta l- liġi tal-VAT u issa f'daqqa waħda qed tgħid li trid tiddiskuti, sinjal li hemm rabta ċara bejn dawn iż-żewġ affarijiet.", "Issa jekk kemm-il darba qed tgħid li din ir-rabta m'hijiex daqstant ċara, allura wieħed jibda jdaħħal ċerti suspetti - u fil-fatt diġa' għandna ċerti suspetti - li dan ma sarx biss għal-liġi tal-VAT.", "Imma mbagħad x'ġara, Mr Speaker?", "Ġara li malli aħna ndunajna x'kien qed jiġri għal dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - u l-poplu fehem x'se jagħmel dan il- gvern, x'miżuri qed jipprova jarroga għalih innifsu u x'poteri se jħaddem - kien hemm ċaqliq fis-sitwazzjoni kollha.", "Bħalma jaf kulħadd, din in-naħa sostniet it-teżi tagħha li wieħed ma jistax idaħħal liġi daqshekk wiesgħa, liġi li ġġib daqshekk tibdil rudimentali fis-sistema tat-tassazzjoni, liġi li prattikament se tolqot lis- sezzjonijiet kollha tas-soċjeta', liġi li għandha daqshekk konċetti ġodda, liġi li se ddaħħal daqshekk strutturi ġodda ta' ġbir tat-taxxi, u qalet: Isma', dan ma jistax ikun.", "Aħna għandna l-liġi suprema tal-pajjiż, li hija l-Kostituzzjoni, u jenħtieġ li din tiġi rrispettata u, bħalma taf is- Sinjorija Tiegħek, Mr Speaker, il-Partit Laburista f'isem l-oppożizzjoni għamel protesta fuq bażi kostituzzjonali.", "Pero' din ma kenitx xi ħaġa iżolata, ma kenitx xi ħaġa fejn wieħed jista' jgħid: U iva, din mhux partit politiku għamilha!", "Qed ngħid dan għax kien hemm anke backlash fl- opinjoni pubblika.", "Fil-fatt kulħadd ta l-opinjoni tiegħu f'dan ir-rigward u kien hemm ħafna nies li qalu li ma jaqblux li wieħed għandu jimxi b'dan il-mod.", "Jista' jkollok maġġoranza ta' ħamsa, jista' jkollok maġġoranza ta' 20 u jista' jkollok maġġoranza ta' 40 imma l-fatt hu li ma tistax timxi b'dan il-mod jekk int trid tgħid li int partit demokratiku u li tirrispetta s-sistema parlamentari demokratika.", "Naħseb li wieħed jista' jgħid li kellna a public outcry għax kien jidher ċar li l-maġġoranza tan-nies kienu qed juru li ma jixtiequx, jew ma jaqblux li għandu jkun hemm din il-high handedness li għax inti jkollok is-saħħa tista' tapplika dak li trid.", "Fattur interessanti ferm kien li, apparti l-Partit Laburista, mhux iċ- ċittadini biss urew ir-reazzjoni tagħhom għal dak li kien qed jiġri imma anke korpi kostitwiti, u unions tal-ħaddiema u, jekk m'iniex sejjer żball, anke il-GRTU.", "Huwa interessanti ħafna li anke l-Moviment Ewropew qal li d-demokrazija titlob li l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod.", "Allura minħabba f'hekk il-gvern ried isib mezz kif l-ewwelnett ma jkomplix jiġi kkritikat, imma iktar u iktar - u jien konvint minn dan li qed ngħid - għaliex ġie mogħti parir li jekk kemm-il darba din il-kwestjoni kostituzzjonali tiġi imbottata kien se jitlifha.", "Wara kollox jien naħseb li l-gvern jaf li jekk kemm-il darba tiddaħħal liġi li tkun tipprovdi biex id-dħul mill-miżuri fiskali jkunu miżmuma da parte, ħalli jekk kemm-il darba din għada pitgħada ma tgħaddix mill-parlament u taqa' dawn jiġu rifusi ...", "Issa jien ma nistax nimmaġina kif hu konċepibbli u possibbli li kieku għall-grazzja ta' l-argument - issa hawnhekk jien qed nitkellem fuq is-suppożizzjoni - wieħed baqa' għaddej bil-liġi tal-VAT, kif xtaqet tagħmel in-naħa tal-gvern, u eventwalment il-Qorti Kostituzzjonali kienet tiddeċiedi li l-mezz użat permezz tat-tisħiħ ta' l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju ma kienx ikun kostituzzjonali.", "Allura mbagħad il-gvern seta' b'xi mod jissodisfa l-parti ta' l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju li tgħid li għandu jirrifondi dak li jkun daħħal minħabba li dan ma jkunx daħħlu b'mod legali?", "Jien naħseb li hawnhekk il-gvern irraġuna li jkun aħjar jekk jevita conundrum bħal din u, kif jgħid il-Malti, jillapazza, jiġifieri li jipprova jara kif fiż-żmien ristrett li għandu għad- dispożizzjoni tiegħu jirranġa s-sitwazzjoni.", "Mr Speaker, jien ħadt daqsxejn fit-tul biex nispjega x'ġabna f'din is- sitwazzjoni biex nuri li hawnhekk m'għandniex xi xintilla ta' mħabba jew xi ħerqa għar-rispett lejn id-demokrazija parlamentari, li dehret hekk f'daqqa waħda, imma għandna sitwazzjoni li bdiet u evolviet fuq l-impressjoni żbaljata tal-gvern li għaliex għandu maġġoranza ta' ħamsa jista' jgħaddi roughshod minn fuq kulħadd.", "Naturalment il-gvern ma damx ma rrealizza li hemm affarijiet iktar għoljin, bħall-Kostituzzjoni u l-Qorti Kostituzzjonali, li bilfors iġiegħluh jobdi ċerti normi.", "Għalhekk issa f'daqqa waħda sibna li fil-commitments u fil-wegħdiet li għamel il-gvern - u li se nitkellmu fuqhom iktar 'il quddiem - irridu nissodisfaw dak li titlob minna l-Kostituzzjoni mingħajr ma nieħdu ħafna ħin għax il-ħin ma jiġġebbidx.", "Jekk ngħid li n-naħa tal-gvern għamlet kutrumbajsa jew dawret it-tmun jieħdu għalihom pero' l-fatti huma fatti u ma jista' jinnegahom ħadd.", "Biżżejjed ngħid li l-aħħar laqgħa li kellna tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, li saret fis-7 ta' Diċembru, kienet l-ewwel laqgħa li fiha l-Kap tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor.", "Gonzi, qal li jrid jiddiskuti l- liġi tal-VAT b'mod formali.", "Fil-fatt f'dik l-istess laqgħa l-Onor.", "Mario Galea qal ċar u tond - issa ma nafx jekk din qalhiex apposta - li huma għalhekk kienu se jressqu l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il- Protezzjoni ta' l-Erarju sabiex ikunu jistgħu jaqbżu d-dibattitu.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex ċert jekk din ġietx recorded pero' smajtha b'widnejja stess u fil-fatt dak il-ħin għidt: Eh, mela hawnhekk qed jikkonfermawlna li veru li din il-mossa saret biex id-dibattitu ma jkunx jista' jsir u dak id-diskors kollu li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Gonzi, kollu magnanimita', fejn qal li jrid jakkomoda, li jrid jagħti l-ħin u li jrid jiddiskuti ġie bħala an afterthought u, bħalma għidt diġa', ġie wara l-proċess kollu ta' taqlib li kien sar fil-ħsieb tal-gvern.", "Għalhekk wara dan kollu jien naħseb li l-kollega tiegħi jkun naive, biex ma ngħidx xi ħaġa oħra, jekk jippretendi li l-oppożizzjoni se ssib il-mod kif il- gvern ikun jista' jsolvi din il-problema.", "Din il-problema ħoloqha hu, ġabha fuqu hu u għalhekk aħna konna u għadna nippretendu li għandu jkun hu li jagħmel il-proposti, li għandu jkun hu li jiddeċiedi kif se jsolvi din il-problema, li għandu jkun hu li jara kif se jqassam il-ħin biex jissodisfa kemm l-esiġenzi li qed jgħid li għandu l-gvern ta' commitment ma' ma nafx min biex idaħħalha fl-1 ta' Jannar, kif ukoll biex jissodisfa l- obbligu li l-gvern għandu lejn dan il-parlament.", "Imma rrid ngħid li kien proprju fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li fil-fatt bdejna ngħidu - jew forsi aħjar ngħid li ntqal għall-ewwel darba - li rridu nsibu l-ħin ħalli niddiskutu dan l- abbozz ta' liġi.", "Dak li għidt jien, jiġifieri li ma kienx hemm il-ħsieb li dan l-abbozz ta' liġi jiġi diskuss huwa wkoll sostanzjat mill-fatt li qegħdin naraw mozzjoni proċedurali ppreżentata f'din il-Kamra 14-il ġurnata wara li ġiet preżentata mozzjoni proċedurali oħra li tirregola d-dibattitu tal-budget.", "Jiġifieri din hija konferma oħra li sa dak iż-żmien lanqas biss kien nibet ġo moħħ il-gvern il-konċett li niddiskutu l-abbozz ta' liġi tal-VAT qabel ma din tiġi implimentata mill-1 ta' Jannar li ġej.", "Kienet biss fl-aħħar laqgħa li kellna tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Gonzi informa lill-kumitat għall-ewwel darba li se niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar il-VAT.", "Dakinhar l-Onor.", "Membru ried li ngħidulu kemm se jitkellmu nies u kemm se ndumu nitkellmu, ħalli nkunu nistgħu nagħmlu kalkolu bil-lapes u ngħidu li għandna bżonn ħamsa, sitta jew seba' seduti u nipprovaw immexxu.", "Issa hawnhekk jien nixtieq li b'sens ċivili ħafna nerġa' nitfa' lura lejn il-kollega tiegħi dak li mingħalih indirizza lilna rigward tibdil ta' pożizzjoni u ta' attitudni skond fuq liema naħa tal-Kamra tkun qiegħed.", "Lill-Onor.", "Gonzi ngħidlu: Tiftakar jekk l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kenitx disposta li tgħidilna kemm għandha kelliema u kemm se tieħu seduti meta konna se nagħmlu l-liġi tas-CET?", "Għax niftakar ċar li qatt ma stajna naslu biex inkunu nafu dan.", "Ma rridux ninsew lanqas li meta mbagħad konna bdejna d- dibattitu fuq dik il-liġi ma nafx x'ma konniex nisimgħu.", "Kull darba konna nibdew bis-CET u nispiċċaw niddiskutu l-Unjoni Ewropea, b'kull kelliem ta' l-oppożizzjoni jipprova jara kif jagħmel ħalli jwaqqa' s-suġġett fejn irid hu.", "Mr Speaker, il-kollega tiegħi qara l-mozzjoni ta' proċedura u spjegalna bejn wieħed u ieħor x'fiha.", "Ovvjament jien m'iniex se naqraha kollha għax m'hemmx għalfejn pero' rrid ngħid li din il-mozzjoni qed tirripeti l- konċett ta' ħinijiet fit-tul li konna ntroduċejna aħna meta konna fil- gvern.", "Kemm konna qlajna kritika għal dan aħna!", "Kemm kienu għajruna u pinġewna bħala nies bla qalb għax ma konniex se nħalluhom jaraw il-mara u l- ulied qabel jorqdu!", "Lanqas naf x'ma kenux qalu dakinhar, tant li min semagħhom seta' ħa l-impressjoni li aħna konna se nagħlqu l-bibien t'hawn ġew bil-katnazzi, tibda tikbrilna il-leħja, nixjieħu u nkunu għadna ma ħriġniex minn dan il-palazz!", "Hekk kienu pinġewna dak iż-żmien huma u l- media segwaċi fidili tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont fattwali u kliniku.", "(Interruzzjonijiet) Id-differenza bejn il-konċett li applika l- gvern preċedenti u l-konċett li qed japplika dan il-gvern hija li minkejja li t-tnejn konna qegħdin ngħidu li hemm bżonn iktar ħin u li nieħdu iktar seduti fit-tul, fl-ebda ħin fil-mozzjonijiet ta' proċedura tagħna ma konna b'xi mod daħħalna konċett ta' limitazzjoni tad-diskussjoni.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Jien qed ngħid li meta aħna konna fil-gvern u konna nkunu se niddiskutu xi liġi vasta b'diversi implikazzjonijiet u tibdil, meta n-naħa l-oħra kienu jgħidulna li hemm bżonn il-ħin għad-dibattitu aħna konna ngħidulhom: Iva, dażgur!", "Tant se nagħtu ħin għad-dibattitu li qegħdin nagħmlu studju fit-tul ħalli kulmin irid jitkellem, kulmin irid jesprimi ruħhu, kulmin irid jikkritika jew joħroġ il-punti pożittivi ta' l-abbozz ta' liġi li jkun għad-diskussjoni jkollu l-ħin biex jagħmel dan.", "Pero' l-ebda mozzjoni proċedurali li għamilna aħna ma kienet tirregola, taqta' b'xi mod jew twaqqaf id-dibattitu.", "Jien niftakar li meta kont ressaqt dawk il- mozzjonijiet proċedurali - u ovvjament bħal dejjem, anke dakinhar, il- kritika min-naħa ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien ma naqsitx - kont għidt li dan il-konċett kien jeżisti anke minn qabel f'moħħ l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Fil-fatt kont anke kkwotajt minn ħafna mozzjonijiet proċedurali li kien għamel qabli l-predeċessur tiegħi, l-Onor. de Marco - dawn kienu jitkellmu dwar kif xi ħames jew sitt liġijiet iridu jiġu diskussi f'numru speċifikat ta' seduti, b'żewġ seduti l-aktar għal kull liġi - u dawn il-mozzjonijiet proċedurali kienu jgħidu ċar u tond li t-tali d-diskussjoni trid tagħlaq fit-tali ħin.", "Dan kien il-mod kif il-membri tal- gvern preżenti kienu jagħmlu l-mozzjonijiet proċedurali tagħhom u kif kienu jimplimentawhom qabel l-1996.", "Għax naturalment meta tkun fil-gvern, minħabba li jkollok il-maġġoranza, kemm tivvota u tibda timplimenta dak li tkun trid tagħmel!", "Mr Speaker, huwa veru li l-mozzjonijiet proċedurali li kont għamilt jien kienu biddlu l-mod li bih kien jaħdem dan il-parlament; huwa veru li aħna konna daħħalna l-konċett tat-tul tas-seduti; huwa veru li forsi aħna daħħalna konċett ta' kontinwita' iktar milli wieħed kien jippretendi, imma fil-mozzjonijiet tagħna mkien ma kien hemm indikazzjoni li jekk kemm-il darba d-dibattitu ma jispiċċax f'ċertu ħin dan ikollu jieqaf.", "Fil-fatt waħda mill-iktar affarijiet li assolutament ma naċċettax f'din il-mozzjoni proċedurali li għandna quddiemna m'hijiex dik il-parti li tgħid li bejn is-seduta ta' filgħodu u dik ta' filgħaxija trid tidħol seduta oħra; u lanqas m'hija dik il-parti li tgħid li fil-ġurnata tas-Sibt irridu nidħlu hawn mid-9.00 a.m. sad-9.00 p.m. - ma ġara xejn b'daqshekk, għax wara kollox aħna għalhekk qegħdin hawn biex naħdmu - imma hija dik il-parti li tgħid:", "\"U b'hekk ukoll illi jekk il-konsiderazzjoni ta' l-abbozz ta' ligi mill-Kumitat ma tkunx intemmet sal-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol tas-seduta tal-21 ta' Diċembru 1998, allura fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol iċ-Chairman għandu jqiegħed il-mistoqsija fuq il-klawsoli kollha li jkun fadal u fuq l-emendi kollha mressqa b'mod li, wara li jkun ġie rrappurtat il-Kumitat jew il-konsiderazzjoni mill- ġdid fil-Kumitat, il-Kamra tgħaddi minnufih għat-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi.\"", "Din il-parti qed tgħidilna ċar u tond li rridu noqogħdu bravi bħat-tfal ta' l-iskola u għandna biss sal-21 ta' Diċembru biex niddibattu dan l-abbozz ta' liġi għaliex inkella Father Christmas, li jkun qed jistenna barra bir- rigali, jitlaq u ma nilħquhx!", "Nerġa' nenfasizza li din il-parti qed tgħidilna li jekk sa dakinhar ma tkunx eżawrita d-diskussjoni, iqumu liema problemi jqumu, ikunu xi jkunu d-diffikultajiet, tkun interessanti kemm tkun interessanti d-diskussjoni u niftħu kemm niftħu fuq il-klawsoli, fil- 21 ta' Diċembru ċ-Chairman tal-Kumitat huwa mistenni li jgħid: Isma', issa fejn wasalna wasalna u fuq dak li fadal irridu nivvotaw malajr ħalli nfittxu nitilqu 'l barra!", "Mr Speaker, dan diġa' ġara fid-dibattitu tal-VAT ta' l-1994, jiġifieri meta tressqet din il-liġi għall-ewwel darba, u għalhekk kważi nasal biex nissuġġerixxi li b'din l-argumentazzjoni jkun aħjar jekk nibdew niddibattu dawk il-klawsoli li ma konniex ilħaqna ddibattejna meta tressqet din il- liġi għall-ewwel darba!", "Imma dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex l-istess abbozz ta' liġi tad-darba l-oħra.", "Jien qed ngħid dan biex ma nerġgħux nibdew bil-klawsoli ta' quddiem u mbagħad meta jaslu l-10.00 p.m. tal-21 ta' Diċembru - din il-ħaġa tfakkarni fl-istorja ta' cinderella meta malli jdoqq nofsillejl dik il-povra kien ikollha titlaq tiġri lejn id-dar għax inkella kulħadd kien isir ġurdien - min ikun qed jippresjedi fil-Kumitat tal-Kamra jgħidilna biex nagħlqu l-kotba u nippakkjaw - qisek qed tagħmel xi eżami u jiġi l-invigilator jgħidlek: Daqshekk issa, li għamilt għamilt! - bil-konsegwenza li l-klawsoli kollha li jibqa' ngħadduhom on the nod.", "Madanakollu ma rridux noqogħdu niskantaw b'dan li qed ngħid għax dan l- aħħar il-Prim Ministru stess qalilna: Isma', aħna għandna maġġoranza ta' ħamsa u għalhekk dan l-abbozz ta' liġi se jgħaddi żgur.", "Qisu ried jgħidilna li nistgħu ninfiskaw kemm irridu.", "Jien ngħidlu li hawnhekk ma jinfiska ħadd għax aħna m'aħniex qegħdin f'dan il-parlament għall-interessi tagħna personali imma qegħdin biex nirrappreżentaw lill-oppożizzjoni, biex nirrappreżentaw lil 47% tal-poplu u biex naraw li jiġi rrispettat il-mod demokratiku li kull wieħed u waħda minna ħlifna li nsegwu meta ħadna l- ġurament tal-ħatra.", "Hawnhekk jien se jkolli nerġa' nirripeti dak li għidt fid-dibattitu ta' nhar it-Tnejn, jiġifieri li jekk nimxu b'dan il-mod nistgħu nibdew ngħidu mill-ewwel: Din hija xi ħaġa li l-partit fil-gvern wiegħed li jagħmel lill- poplu u li għandu l-mandat tal-poplu biex jagħmilha, u allura issa nistgħu noqogħdu bilqiegħda, ngħadduha u nibdew inlaqqgħu l-parlament xi tliet darbiet jew erba' darbiet fis-sena, bħalma jagħmlu ċerti pajjiżi li fil- fehma tiegħi żgur li m'għandniex nimitaw.", "Huwa fatt li din il-mozzjoni proċedurali li għandna quddiemna għandha dan id-difett kbir.", "Issa hawn jien irrid nerġa' nagħmilha ċara li m'iniex qed nargumenta fuq jekk għandniex bżonn iktar jew inqas minn 23 jew 30 siegħa imma fuq il-fatt li hawnhekk qed jiddaħħal il-konċett ta' dibattitu limitat.", "Din il-mozzjoni qed tgħidilna bil-quddiem: Jien se nillimitalkom id-dibattitu u sal-21 ta' Diċembru tridu tieqfu.", "Din hija xi ħaġa li ċertament din in-naħa tal-Kamra ma taċċetta bl-ebda mod.", "Mr Speaker, jien irrid infakkar ukoll - forsi hawn min għandu memorja qasira - x'kien ingħad meta aħna konna pproponejna mozzjoni proċedurali biex il-ħinijiet tal-parlament jitwalu.", "Quddiemi għandi partijiet minn \"In- nazzjon\", fejn il-gazzetta qed tikkwota x'kien qal il-kollega tiegħi l- Onor. de Marco f'dan ir-rigward.", "Fost affarijiet oħra kien qalilna li b'hekk qegħdin nibagħtu sinjal ta' paniku u ta' inċertezza u ħaddieħor se jħares lejna bħala pajjiż b'nuqqas ta' stabilita'.", "Ta' min jgħid ukoll li dak iż-żmien sa kien hemm anke min qalilna li dan huwa insult għall- parlament, u dan kollu għaliex konna tawwalna l-ħin tad-diskussjoni.", "Issa xi nofs siegħa jew tliet kwarti ilu l-kollega tagħna l-Onor.", "Gonzi qalilna li huwa lest li jadotta l-mozzjoni proċedurali tagħna kelma b'kelma, kemm ibiddel il-firma, u qal li kieku jagħmel hekk aħna żgur ma kienx ikollna għalfejn ingergru.", "Dażgur li kieku aħna ma konniex ingergru kontra tagħha!", "U għaliex?", "Għax il-mozzjoni proċedurali tagħna ma kellhiex il-konċett tal- limitazzjoni tad-diskussjoni.", "Żgur li aħna ma qgħadniex ngħidu dawk l- affarijiet li kien qal il-kollega tiegħi meta kien ikkummenta li b'dawk l- affarijiet li konna qed nagħmlu konna qed nirredikolaw ruħna mad-dinja.", "Nista' nikkwota x'kien qal dak iż-żmien il-kollega tiegħi u nixtieq li qiegħed hawn bħalissa ħalli nara jekk jgħidx l-istess affarijiet u jekk jasalx biex ma jaqbilx magħkom fuq din il-mozzjoni proċedurali.", "Wara kollox din ma tkunx xi ħaġa kbira u opinjoni diversa ma tagħmilx ħażin f'din il-kwestjoni.", "Veru li nixtieq inkun naf jekk il-kollega tiegħi għadx għandu l-istess opinjoni.", "Jien forsi għidtha b'nofs ċajta waqt il- Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra meta għidt li minfloki kien ikun hawn xi ħadd li kien jgħid: Imma din turi sens ta' paniku!", "Allura bilfors ikolli nikkonkludi li dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Gonzi iktar kmieni llum, jiġifieri li l-attitudnijiet jitbiddlu skond fuq liema naħa tal-Kamra tkun, japplika ħafna f'dan il-każ għax hawnhekk qed naraw bl- iktar mod ċar li meta l-membri tal-gvern kienu fuq din in-naħa kienu jemmnu mod u issa, għax qegħdin fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra, qegħdin jemmnu mod ieħor.", "Allura issa l-fatt li dawn id-diskussjonijiet se jibdew idumu sad- 9.00 p.m. m'għadux jagħti sens ta' paniku?", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, li llum huwa prim ministru, kien qal:", "\"F'76 sena, kemm ilu li twaqqaf il-Parlament Malti, qatt ma kien hemm mozzjoni ta' proċedura bħal din.\",", "u kompla jgħid li:", "\"Dak li qed jipproponi l-gvern imur kontra l-prinċipji ewlenin li fuqhom titfassal liġi fiskali, jiġifieri li tkun sempliċi, ġusta u ma tagħtix lok għal evażjoni.\".", "Hawnhekk kien qed jirriferi għas-CET u issa naraw jekk dawn il-kummenti japplikawx ukoll għall-VAT, imma dik hija kwestjoni oħra.", "Quddiemi għandi wkoll artiklu twil li fih ġie rrapportat li l-Onor.", "Tonio Abela kien qed jitkaża minħabba li kien hemm ġimgħa fejn is-seduti tal-parlament kienu se jkunu twal, imma l-apice huwa l-kollega tiegħi l- Onor. de Marco meta kien qal li:", "\"Il-mozzjoni tal-gvern dwar il-proċedura tal-parlament ma tagħtix dehra ta' gvern ċivili, trasparenti u modern.\"", "U dan minkejja li sieħbu issa għadu kemm qal li huwa lest jadotta l-istess proċedura tagħna kelma b'kelma.", "Allura dan ifisser li skond l-Onor. de Marco kien lest li ma jkunx ċivili, trasparenti u modern?", "Jew issa tbiddlu l-affarijiet!", "Hawnhekk jien m'iniex qed naqla' minn żniedi imma qed nikkwota minn \"In-nazzjon'' tat-13 ta' Mejju fejn ġie rrapportat li meta approvajna dawn it-tip ta' mozzjonijiet, in-naħa ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien qalu li la konna ċivili, la trasparenti u lanqas moderni.", "L-Onor. de Marco żied jgħid:", "\"Żgur li din ma tirriflettix dehra ta' gvern ċivili, trasparenti u modern, anzi qed twassal messaġġ żbaljat u inkwetanti.\".", "Jien ngħid li din id-darba veru li qed twassal messaġġ żbaljat u inkwetanti pero' mhux minħabba t-tul ta' ħin imma minħabba l-mod ta' kif din il- mozzjoni proċedurali ġiet imgeżwra malajr malajr biex tagħmel tajjeb għat- tibdil fil-mod li bih kien qed jaħseb il-gvern u kif kien qed jippjana li jmexxi dan il-parlament.", "Dak iż-żmien l-Onor. de Marco kien qal ukoll li:", "\"Il-mozzjoni ma fiha l-ebda loġika u ma twassalx għal dibattitu san mill-Kamra tad-Deputati.\".", "Hawnhekk jien nistaqsi lill-Onor. de Marco: Din il-mozzjoni proċedurali se twassal għal dibattitu san mill-Kamra tad-Deputati?", "Jew issa għaliex tbiddel il-gvern u tbiddlet is-sena l-affarijiet tbiddlu wkoll?", "Jien nista' nkompli nikkwota l-artiklu kollu li kien ġab \"In-nazzjon\", anke dak li kien qal l-Onor.", "Ċensu Galea meta rrimarka li:", "\"Din tmur kontra l-ispirtu tal-parlament u l-funzjoni tiegħu.\"", "Fil-fatt l-Onor.", "Galea kien staqsa x'se jiġri mill-aġġornament li normalment isir fl-aħħar 30 minuta kull meta tiltaqa' l-Kamra.", "Jien ngħidlu: Onor. Galea, ir-risposta tahielek sieħbek il-Kap tal-Kamra tar- Rappreżentanti li qal li l-ħin tal-mistoqsijiet u l-aġġornament mhux bilfors isiru f'kull seduta u la jkunu saru filgħodu u filgħaxija nistgħu nevitawhom mis-seduta ta' wara nofsinhar.", "Kif qed tara, Onor. Gonzi, mhux jien qed nagħmilhom il-mistoqsijiet imma qed jagħmilhom sieħbek l-Onor.", "Galea, illum ministru tal-gvern.", "Jien qed ngħid dawn l-affarijiet għax huwa tajjeb li l-poplu li qed jisma' jkun jaf daqsxejn bil- kontradizzjonijiet, bil-mod ta' kif jitbiddlu l-opinjonijiet u bil-mod ta' kif jitkellmu dawn in-nies, fejn daqqa jgħidu mod u daqqa jgħidu ieħor.", "Aħna lill-Onor.", "Gonzi ngħidulu: Trid iddaħħal proċedura biex permezz tagħha l-ħin tas-seduti jkun jista' jitwal?", "Agħmilha!", "Aħna m'għandna xejn kontra tagħha.", "Jien għidtlek x'għandna kontra aħna, li fil-prinċipju qed tillimita l-ħin tad-dibattitu.", "Mr Speaker, ta' min ikompli jgħid li mbagħad iktar tard l-Onor. de Marco kien qal li l-mozzjoni proċedurali li konna għamilna aħna dwar ix-xogħol tal-Kamra kienet toħloq ċertu paniku u konfużjoni li l-pajjiż ma kellux bżonn.", "Għalhekk jien hawn ngħid: Issa għandu bżonn konfużjoni u paniku l- pajjiż?", "Għandu bżonn il-pajjiż li jkollu parlament li liġi daqstant importanti bħalma hi dik tal-VAT jgħaddiha bil-giljottina fil-ħin limitat, twil jew qasir, li għoġobha timponi n-naħa tal-gvern?", "L-Onor. de Marco kien qal li m'huwiex għaqli li tinħoloq impressjoni ta' tensjoni minflok sens ta' normalita'.", "Jien hawnhekk lill-Onor. de Marco nistaqsih: Issa b'din il-mozzjoni hawn sens ta' normalita'?", "U rrid nerġa' nfakkru lill- Membru li l-Onor.", "Gonzi għadu kemm qal li huwa lest li jadotta l-istess mozzjoni kelma b'kelma u jbiddel biss il-firma u t-titlu.", "Jien m'iniex se noqgħod ngħid li d-deċiżjoni li ħa l-gvern preżenti hija waħda kapriċċuża, allavolja meta konna fil-gvern aħna u konna għamilna mozzjoni proċedurali biex immexxu l-abbozz ta' liġi li kien qed jipproponi t-taxxa tas-CET konna ġejna akkużati li daħħalna element kapriċċuż, bħal meta wieħed joqgħod jagħmel il-frilli ma' xi libsa.", "L-element kapriċċuż daħħalnieh aħna llum meta l-ewwel il-gvern għoġbu jiddeċiedi mod - għax ħassu li qiegħed high and dry minħabba li għandu maġġoranza ta' ħamsa - u nesa li hemm il-Qorti Kostituzzjonali u l-opinjoni pubblika, u mbagħad f'daqqa waħda libes il-libsa taċ-ċilizji biex jagħmel l-affarijiet kif għandu jagħmilhom.", "L-element kapriċċuż daħħalnieh illum meta l-gvern, permezz tal-mozzjoni proċedurali li qiegħed iressaq quddiem din il-Kamra, ġab lil kulħadd f'rokna li ma jistax joħroġ minnha.", "Jien irrid infakkar ukoll lil sħabna tan-naħa l-oħra li dak li l-kollega tiegħi sejjaħlu \"element kapriċċuż\" kien gvern li kien qed jaħdem b'maġġoranza ta' wieħed kontra oppożizzjoni li ħalfet li tkisser lil dak il-gvern bil-mezzi kollha, anke b'mezzi li m'humiex demokratiċi, tant li kienet saħansitra neħħiet il- pairing ħalli tipprova xxekkel lill-gvern milli jkompli jaħdem billi ma jkunx hemm safar u ma jsirux il-laqgħat li jkun hemm bżonn.", "Dak li l- kollega tiegħi sejjaħlu \"element kapriċċuż\" kien gvern li kien qiegħed jipprova jsalva d-demokrazija parlamentari billi fil-limiti u fin-normi li tippermettielu d-demokrazija parlamentari jara li jidħlu ċerti affarijiet.", "Intom taħsbu li ma kienx hemm imħuħ li kienu kapaċi joħorġu bil-ħmerija tat-tibdil fl-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju biex l-ewwel inkunu nistgħu ndaħħlu fis-seħħ il-liġi tas-CET u mbagħad niddiskutuha wara?", "Jien naħseb li kien hemm għax il-membri ta' din in-naħa m'humiex fliexken vojta - jien jiddispjaċini ngħid dan il-kliem - bħalma qal l-Onor.", "Gonzi l- bieraħ jew il-bieraħt lura.", "Le, Mr Speaker, aħna ta' din in-naħa m'aħniex fliexken vojta.", "Imma mbagħad ngħidilkom waħda: Aħjar flixkun vojt milli flixkun mimli velenu!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nerġa' ngħid li l- membri ta' din in-naħa m'humiex fliexken vojta u qed nikkwota x'kien jingħad u x'kien isir qabel biex l-Onor. kollega tiegħi ma jmurx jaħseb li dak li kien jgħodd qabel m'għadux jgħodd illum.", "Jien hawnhekk m'iniex qed nikkwota dak li ngħad u sar fi żmien Strickland, bejn l-1949 u l-1950, imma qed nikkwota dak li ngħad u sar f'Mejju ta' l-1997, eżattament sena u seba' xhur ilu, għax nassumi li almenu l-memorja għada tajba.", "Dak iż-żmien id- deputat kap tal-Partit Nazzjonalista ta' dakinhar u ta' llum kien għamel dan l-appell:", "\"Huwa importanti li tinżamm ċerta normalita' fix-xogħol tal-Kamra b'ħin ekwu għad-dibattitu.\"", "Illum fejn hu dan l-Onor.", "Membru!", "Fejn hu dan illum ħalli jirrispondi għad- dikjarazzjoni li għamel il-Kap tal-Kamra tad-Deputati llum meta qal li lest jadotta l-mozzjoni tagħna kelma b'kelma u ittra b'ittra!", "MR SPEAKER: Onor. Vella, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Vella jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Vella jkompli bis-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra filwaqt li nwiegħed li m'iniex se noqgħod intawwal għalxejn pero' rrid nagħmel l-argumenti tiegħi li nħoss li huwa importanti li jingħadu.", "Mr Speaker, l-ewwel kont se nibda biex ngħid li dak iż-żmien l-Onor. de Marco kien għamel ukoll din ir-rimarka:", "\"Li inti tagħmel seduti twal qisu bħal meta qed isir sforz biex bniedem bil-għatx iniżżel flixkun ilma f'daqqa.", "Wieħed irid jagħti ħin raġonevoli u ċivili għad-dibattitu.\"", "Issa hawn xi ħadd irid jgħidli.", "Għadhom jgħoddu dawn ir-rimarki llum jew le?", "Jew m'għadhomx jgħoddu llum għax irridu nbellgħu lill-poplu l-VAT malajr, jekk jista' jkun bil-ġirja, u dan għas-sempliċi raġuni li n-naħa tal-gvern għandha commitment ma' xi ħadd li l-liġi tal-VAT tiġi in vigore fl-1 ta' Jannar?", "L-Onor. de Marco kien kompla jgħid li:", "\"Għandu jsir dibattitu trasparenti u huwa importanti li x-xogħol tal- Kamra jkun programmat.\"", "Hawnhekk jien lill-Onor. de Marco ngħidlu: Għidlu lill-Onor.", "Gonzi li hemm bżonn li x-xogħol tal-Kamra jkun programmat u mhux nhar it-Tnejn il-Kap tal- Kamra beda jistaqsi lilna x'għandu jagħmel.", "Faċli tfarfar minn fuq spallejk!", "Meta konna żgħar u konna nkissru xi statwa lill-mama' konna ngħidulha: Mhux jien, ma'!", "U kien ikollok miktub fuq wiċċek li inti l-ħati imma mbagħad sta għal ħaddieħor li jiddeċiedi jekk jemmnekx jew le.", "Għalhekk li tiġi tgħid: Jien għidtilhom, offrejtilhom, tajthom iċ-ċans kollu jgħiduli xi jridu jagħmlu ... jien ngħidlek ħu paċenzja, Onor. Gonzi, xi trid tagħmel!", "Iktar u iktar meta taf li din hija waħda mill- affarijiet li fuqha kien hemm opinjonijiet nettament diversi, maqsuma f'dak li huwa twemmin politiku.", "Inti taf li filwaqt li intom temmnu li għandkom iddaħħlu l-VAT, aħna konna u għadna nsostnu u nemmnu bis-serjeta' li din m'hijiex għall-ġid tal-poplu.", "Kif tippretendi li jien, li nirrappreżenta lill-oppożizzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, nagħtik it-timetable jien dwar dak li se tagħmel?", "Ta' min jgħid li dak iż-żmien l-Onor. de Marco għamel żewġ rimarki oħra ħelwin meta qal:", "\"Jekk affarijiet mhux urġenti li jaqgħu taħt il-mozzjoni jkunu ttrattati mingħajr ċerta serjeta', il-parlament se jkun redikolat mill- poplu.\".", "Jien m'iniex se nikkummenta fuq din il-kwotazzjoni pero' se nadotta kumment milli għamel hu bl-ikbar serjeta'.", "Hawn qed nirriferi għal dik il-parti fejn qal:", "\"L-oppożizzjoni wkoll hi b'saħħitha u għalhekk trid tiġi rrispettata.\"", "Dan jgħodd għal-lum ukoll, Mr Speaker.", "L-oppożizzjoni bl-ebda mod ma tista' tiġi steamrolled għax ikun hemm min jaħseb li l-affarijiet jista' jagħmilhom hu waħdu biex imbagħad minn fuq - dalgħodu jien għalhekk iddispjaċieni b'dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Gonzi - b'xi mod jipprova jiskolpa ruħu u jidher ...", "(Interruzzjonijiet) Jien la ngħidlek beatu u lanqas qaddis!", "Jien ngħidlek li dalgħodu bl-iktar mod pulit ipprovajt tiskolpa ruħek mill-kwestjoni kollha u tfarfarha b'mod pulit għal fuq ta' ħdejk biex min qiegħed jisma' jgħid: Qed tara msieken dawn kemm huma magnanimi, kemm għandhom qalbhom kbira u kemm iridu koperazzjoni!", "Mr Speaker, dak iż-żmien kienu saru anke kummenti mill-Onor.", "Tonio Borg - u qed nieħu gost li qed narah hawnhekk imma nippreferi nisimgħu jgħidli biex ngħid ċajta milli noqogħdu nargumentaw fil-parlament! - fejn kien qal:", "\"X'mod hu li tittratta lill-membri parlamentari b'dan il-mod, li diskussjoni ddum 15-il siegħa kuljum bla interruzzjoni?\"", "Illum dan l-Onor.", "Membru għandu solliev wieħed għax l-Onor.", "Gonzi qallu li se jagħtih break ta' siegħa, jiġifieri għallinqas he went one better, ipprova jkun kemm kemm iktar uman.", "Meta taqra dawn il-kwotazzjonijiet tibda ssibha diffiċli temmen li dawn l-affarijiet seħħew proprju sena u nofs ilu.", "Mr Speaker, jien naħseb li għamilnieha ċara li qegħdin assolutament noġġezzjonaw għall-fatt, għall-konċett u għall-prinċipju li fil-mozzjoni proċedurali li għandna quddiemna llum hemm limitazzjoni għad-diskussjoni fuq id-dibattitu.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, dan huwa prinċipju perikoluż għax għada pitgħada tista' tagħmel mozzjoni proċedurali oħra fejn minflok tillimita d-dibattitu għal 30 siegħa tillimitah għal 30 minuta jew għal sagħtejn, u fil-fatt jien diġa' semmejt li xi żmien ilu anke l-Onor. de Marco kien ipprova jillimita d-dibattitu b'mod speċifiku.", "Madanakollu dan mhux kollox għax imbagħad lurking behind hemm ukoll l-idea li jiġi emendat l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju.", "Jien xtaqt li meta kien qed jikkwota x'intqal waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, l-Onor.", "Gonzi qal ukoll li waqt din il-laqgħa aħna għidnielu: Jekk inti qed tgħid li dan id-dibattitu trid tispiċċah qabel l-1 ta' Jannar 1999, lest li tiġbed lura dak l-abbozz ta' liġi li tant jagħti poteri lill-ministru li m'huwiex aċċettabbli f'demokrazija?", "Imma sa llum dan la kkommetta ruħu fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u lanqas ikkommetta ruħu hawnhekk.", "Aħna ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi jrid jiġi rtirat u l-gvern ma jistax jibqa' għaddej bih sakemm ma jridx ikun arroganti u jgħid: Jien ma jimpurtanix, dawk jgħidu li jridu għax jien hekk se nagħmel!", "Jien ngħidlu: Agħmel li trid pero' anke fuq dan l-abbozz ta' liġi hemm konsiderazzjonijiet kostituzzjonali u jekk kemm- il darba l-gvern jogħġbu jibqa' għaddej biha mbagħad aħna nagħmlu l- homework tagħna wkoll.", "Mr Speaker, jien se nikkwota dak li qalu l-membri tan-naħa l-oħra tal- Kamra stess u ngħid li din il-mozzjoni proċedurali hija insult għall- parlament, anzi ngħid iktar minn hekk.", "Ngħid li dan huwa rikatt politiku għaliex l-option kienet li jew ma niddiskutu dan l-abbozz ta' l-liġi xejn, jew inkella jekk niddeċiedu li niddiskutuh irridu nkunu lesti sal-21 ta' Diċembru għax mill-bqija iktar minn hekk m'aħna lesti li nikkonċedu xejn.", "Jien nara wkoll ċertu ...", "Ma nafx liema kelma se naqbad nuża, emmnuni, għaliex meta nara li f'din il-mozzjoni proċedurali n-naħa tal-gvern qed tgħid ċar u tond li hi ma tridx li ddum tiddiskuti dan l-abbozz ta' liġi għal iktar minn ħames sigħat, nimmaġina li jkun hawn min jgħid: Qed taraw kemm għandhom qalbhom kbira dawn!", "Minn 30 siegħa jridu ħames sigħat biss u l-bqija għall-oppożizzjoni!", "Imma trid tkun veru iblah biex temmen dan.", "Jien ngħid li din hija dikjarazzjoni ta' nonchalance, dikjarazzjoni ta' ''ma jimpurtanix''.", "B'dan huma qed jgħidulna: Labalbu kemm tridu, oħorġu l-argumenti li għandkom toħorġu, żviluppaw l-argumenti li tridu tiżviluppaw, ġibu d-diffikultajiet li għandkom iġġibu, ipprovaw agħtu proposti kif jista' jitbiddel dan l-abbozz ta' liġi, pero' aħna se nagħmlu ħames sigħat, għalkemm diġa' nafu li forsi ħadna ftit minn dawk il-ħames sigħat biex introduċejna l-abbozz ta' liġi u mbagħad għandna siegħa għall- winding-up.", "Dan ukoll huwa insult għaliex li jkollok dibattitu ħaj fil- parlament - ħalli membru min-naħa tal-gvern jirrinunzja għad-dritt li jirritalja, li jirrispondi, li jikkummenta jew li jingaġġa ruħu f'diskussjoni fuq dak li jkunu qed jgħidu n-naħa l-oħra! - hija xi ħaġa healthy u allaħares kien hemm xi mozzjoni proċedurali bħal din li tirregola l-liġijiet finanzjarji li għamilna taħt Gvern Laburista.", "Veru li d-dibattiti li kienu saru dak iż-żmien kienu twal u ħadu l-ħin imma dawk żgur li ma kenux diskussjonijiet moħlija - u dan jista' jikkonfermah il-kollega tiegħi l-Onor.", "John Dalli stess - u żgur li ma kenux diskussjonijiet li fihom il-gvern qal: Jien se nieħu tliet sigħat u daqshekk.", "Għall-kuntrarju, dawk id-diskussjonijiet kienu ngaġġaw liż-żewġ naħat f'dibattitu ħaj, f'eżerċizzju ta' demokrazija u fi bdil ta' ħsibijiet li wasslu biex ikollna liġijiet finanzjarji li għallinqas kienu jgawdu l- appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra, ħlief għal xi eċċezzjonijiet.", "Imma jekk kemm-il darba din il-liġi tal-VAT, li jien nerġa' ngħid li l-gvern irid jgħaddiha bil-giljottina ...", "Iva, il-gvern irid jgħaddi din il-liġi bil- giljottina u l-kollega tiegħi jista' jieħu għalih kemm irid għax il-fatt hu li giljottina, taraha minn għaxar metri bogħod u taraha minn 100 metru bogħod xorta giljottina tibqa'.", "Jien naħseb li jekk il-kollega tiegħi jkun għaddej fuq karru biex jaqtgħulu rasu ma joqgħodx jgħid: U iva, ma jimportax għax għadha 'l bogħod il-giljottina!", "Għall-kuntrarju, kif jara jgħid: Hemmhekk qiegħda l-giljottina u jien għaliha sejjer.", "Jiġifieri dik li ġie dalgħodu u qagħad jgħid: Ara issa ma jiġix xi ħadd jgħidilna li aħna se nagħmlu l-giljottina!", "Iva, effettivament int qed tagħmel sistema ta' giljottina.", "Il-fatt hu li l-prinċipju ta' din is-sistema qiegħed imdaħħal fil-mozzjoni proċedurali li pproponejt.", "Fil-mument li l-Kamra taċċetta din ir-riżoluzzjoni tkun qed taċċetta limitazzjoni tad-dibattitu fuq din il-liġi.", "Jien għalhekk ngħid illi din li l-gvern irid ħames sigħat biex jiddiskuti dan l-abbozz ta' liġi aħna ninterpretawha bħala: Għidu li tridu imma aħna ma jimpurtaniex għax din il-liġi se ngħadduha xorta waħda!", "Mr Speaker, jien naħseb li nkun qed nitkellem għal kulħadd meta nerġa' nisħaq li hawnhekk ħadd m'hu qiegħed għall-interessi tiegħu imma qiegħed hawn sabiex jirrappreżenta lill-pubbliku.", "Intom għaliex taħsbu li din in- naħa qed tgħid li ġaladarba dan l-abbozz ta' liġi huwa importanti u se jolqot ruxxmata nies għandna l-obbligu li nagħtu kemm jista' jkun informazzjoni fuq kif se tolqot lin-nies ta' kull settur?", "Ħalli għallinqas min ivvota bl-amment - jew inkella min ivvota għal affarijiet oħra imma kien hemm il-VAT inkluża wkoll - illum ikun jaf dan x'se jfisser għalih.", "Wara kollox meta dan l-abbozz ta' liġi jsir liġi prattikament se jolqot lil kulħadd, lil kull settur, mill-kbir saż-żgħir, sia jekk inhu taxxabbli kif ukoll jekk inhu zero rated.", "Irridu naraw ukoll kemm dan il-gvern se jibqa' jkollu kontroll fuq din il-liġi hu stess mingħajr ma jimposta fuqu ċertu tibdil li jkollu japplika bilfors.", "Allura ngħid jien, dan għaliex m'għandux jiġi diskuss f'dan il-parlament?", "Mr Speaker, jien ngħid li dan is-suġġett għandu jiġi diskuss għax il-poplu għalhekk itellagħna sabiex niddibattu f'ismu.", "Il-kollega tiegħi qal li ddaħħal limitu ta' diskussjoni minħabba li l- gvern huwa kommess li jdaħħal din it-taxxa fl-1 ta' Jannar u semma wkoll xi konsultazzjonijiet.", "Jien nemmen li l-ewwel hemm il-kwestjoni tal-programm elettorali ...", "Hemmhekk jien ukoll għandi d-dubji tiegħi għax fl-ewwel programm elettorali - ħalli nsemmiha din ukoll għax kieku jien kont Nazzjonalist u vvotajtilhom kien jiddispjaċini li l-ewwel urewni l-ħmar u mbagħad fl-aħħar minuta qabbżuli d-debba - x'qalulhom liċ-ċittadini?", "Apparti li qalulhom li jridu jagħmlu taxxa effiċjenti, ġusta u affarijiet bħal dawn, dawn qalulhom li:", "''Dan isir b'tibdil fil-liġi preżenti tas-sisa, li m'hijiex differenti ħafna minn dik ta' qabilha.\".", "Dan huwa l-programm elettorali li bagħtu fid-djar tan-nies pero' mbagħad fl- aħħar, wara li kienu baqgħu jżommu lura kemm jista' jkun li ma jmorrux ifissru l-kelma VAT, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, dakinhar kap ta' l- oppożizzjoni, kellu jammetti li ma setax ikompli jinħeba wara kliem vojt li tista' ddawru kif trid.", "Fil-fatt anke l-fuljett \"B'Għażla Waħda Tirbaħ 21 Darba\" - qisek qed tilgħab xi lotterija! - jgħid biex ma noqogħdux ninħlew fuq l-ismijiet - naturalment qalu hekk għaliex ma riedux joqogħdu jidħlu fil-mertu ta' jekk kemm-il darba din hijiex se tkun VAT, CET jew whatever - imma għandna nagħmlu t-tibdil li hemm bżonn u nħallu s-sistema li hemm.", "Madanakollu l-Partit Nazzjonalista bħas-soltu ma żammx kelmtu u malli sab ir-riħ fil-qala' għamel dak li għoġbu.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li jekk wieħed irid iżomm mal-wegħdiet u mal- kliem li kienu jingħadu qabel l-elezzjoni, fosthom li ma jkunx hemm ir- rankatura ta' l-għoli tal-ħajja u li t-turiżmu jibqa' kompetittiv - skond il-Partit Nazzjonalista dawn huma wegħdiet li se jilħaq billi jdaħħal din it-taxxa - hawnhekk ukoll il-mozzjoni proċedurali li għandna quddiemna qed tagħmlilna sarima ma' ħalqna biex ma nwettqux l-obbligu tagħna li nitkellmu fuq dawn l-aspetti.", "Għalhekk hawn jien nistaqsi: Il-gvern qed jgħid li kkonsulta b'mod wiesa' u kkonkluda li din it-taxxa tiddaħħal fl-1 ta' Jannar, imma lil konsumatur min ikkonsultah?", "Ma' liema għaqdiet tal- konsumatur ikkonsulta l-gvern?", "Għax jekk jgħidli li kkonsulta mal- Federazzjoni ta' l-Industrija u maċ-Chamber of Commerce jien ngħidlu li dawk ma jimpurtahomx għax għandhom il-mekkaniżmu tar-refund.", "Lil dawn din it-taxxa m'hi se tinvolvihom f'xejn ħlief f'iktar burokrazija, f'iktar karti u f'iktar sistemi kif jevadu t-taxxa.", "Nerġa' nistaqsi: Il-konsumatur, the man in the street, iċ-ċittadin ġie kkonsultat fuq din il-liġi?", "Min tkellem miegħu?", "Min qallu x'se tkun tfisser din għalih?", "Min spjegalu x'differenza hemm bejn il-VAT li ddaħħlet fl-1995 u l-VAT li se terġa' tiddaħħal issa?", "In-naħa tal-gvern kienet tgħid li issa s-sistema tal-VAT se tkun differenti u issa se jitħassru l-iżbalji kollha li kien fiha l-aħħar darba.", "Allura, Mr Speaker, inti li suppost qiegħed hemmhekk biex tara li din il-Kamra timxi kif għandha timxi, biex tara li l-interess taċ-ċittadin li nirrappreżentaw jiġi ssalvagwardat, ma taħsibx li dan għandna niddiskutuh f'dan il-parlament?", "Jien konvint li s- Sedja se tagħmel l-almu tagħha biex tara li dan isir u jien għalhekk qed nara li f'din il-mozzjoni proċedurali hemm prinċipju li qed imur kontra dan l-ispirtu.", "Jien qed nistħajjel din l-imbierka taxxa qisha ballun jitqerbeb mat-taraġ u fuq kulmin jiġi jfarfru għand ta' taħtu, imma fl- aħħar il-ballun irid jieqaf x'imkien.", "U fejn taħseb li se jieqaf, Mr Speaker?", "Għand il-konsumatur li jiġbor fuq spallejh dak it-trab kollu li jkun ġabar il-ballun hu u nieżel tarġa wara l-oħra.", "Imma lil dak ma nikkonsultawhx.", "Le, ma tarax!", "Anzi ngħidulu: Inti oqgħod hemm isfel ħalli jien nikkonsulta mat-tarġiet waħda wara l-oħra imma mhux miegħek.", "U dan kollu minkejja li aħna nafu li filwaqt li jekk l-importatur jew id- distributur iħallas xi ħaġa tat-taxxa dan se jeħodha lura, fl-aħħar mill- aħħar il-konsumatur irid jerfa' fuq spallejh it-taxxi kollha.", "Jien naħseb li huwa importanti ħafna li l-konsumatur ikollu l-każ tiegħu spjegat u dibattut hawn ġew, jekk xejn anke biex inkunu nafu x'ifisser il-konsumatur għall-gvern u ma' min ikkonsulta biex mill-1 ta' Jannar lill-konsumatur se jdaħħallu t-taxxa tal-VAT.", "Dan biex ma nsemmux ukoll li qegħdin nipprovaw ngħaddu mozzjoni proċedurali ħalli ndaħħlu liġi li fejn drabi oħra ...", "Għax anke l-istess gvern fl-1994 niftakar li almenu kien għamel kampanja edukattiva u informattiva fuq il-VAT, kampanja li kellha ċerta saħħa, imma llum fejn qiegħda din il-kampanja, Mr Speaker?", "Jien veru li ma tantx nara television pero' s'issa għadni ma rajt jew ma smajt bl-ebda kampanja edukattiva u informattiva.", "Issa jekk xi ħadd jiġi jsemmili d-dokumenti li kien qassam il-Partit Nazzjonalista, jien ngħidlu: Isma', hawnhekk aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq l-istess ħaġa għax inti għidtli mod u se tagħtini xi ħaġa oħra!", "Jien ngħid li llum il-ġurnata l-pubbliku m'huwiex informat biżżejjed.", "Illum il-ġurnata l-pubbliku xeba', iddejjaq u biex ngħid hekk qata' jiesu milli jkompli jkollu lil xi ħadd li jisimgħu u li jagħmel l- affarijiet kif jixtieq li għandu jagħmel fl-interess tiegħu.", "Mr Speaker, issa apparti l-konsiderazzjonijiet kollha li qed nagħmel fuq dan l-abbozz ta' liġi rrid ngħid ukoll bl-ikbar sinċerita' li ma nħossx li abbozz ta' liġi bħal dan għandu jitressaq quddiemna proprju ftit ġranet qabel il-Milied meta nafu tajjeb li ħafna min-nies ikun moħħhom f'affarijiet oħra.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-parlament m'għandux jiltaqa' f'dawn iż-żmenijiet, biex niftehmu.", "Dażgur li għandu jiltaqa' l- parlament f'dawn iż-żmenijiet!", "Pero' din it-tattika diġa' rajnieha tiġi pprattikata drabi oħra u erġajna qed narawha tiġi rripetuta issa.", "Per eżempju, biżżejjed insemmi l-każ klassiku tal-kwestjoni ta' l-allokazzjoni ta' l-art ta' Chambrai meta hekk kif dan il-parlament kien qed jagħmel l- aħħar seduta qabel ma jieqaf għall-vaganzi tal-Milied ...", "U naturalment kulħadd ikun jixtieq jieħu break żgħir, mela le!", "Mhux kulħadd għandu familja u mhux kulħadd ikun jixtieq jaqta' daqsxejn mir-rutina u jagħmel affarijiet oħra?", "Imma li titfagħli xi ħaġa hekk, fl-aħħar minuta, biex issibni aljenat u tkun tista' tibqa' sejjer fejn kont sejjer, hekk le.", "Pero', bħalma għidt diġa', Mr Speaker, fuq din in-naħa tal-Kamra m'hawnx fliexken vojta, bħalma qed jallega l-Onor.", "Gonzi.", "Le, m'hawnx fliexken vojta fuq din in-naħa tal-Kamra.", "Kien għalhekk li dakinhar aħna konna ndunajna mill-ewwel li ma kienx hemm serjeta' f'dik il-proposta u għalhekk iddeċidejna li niddibattu.", "U kellna raġun nagħmlu hekk.", "Kemm tana raġun iż-żmien li konna korretti fuq il-każ ta' Chambrai!", "Tant tana raġun li għadna sa llum imċappsin b'dak il-ħmieġ li hemm fuq dak il-każ, għadna sa llum imċappsin bin-nies li hemm involuti fih u għadna sa llum imċappsin bil- karattri xejn sbieħ li kienu mdaħħlin f'dik l-istorja kollha.", "Imma minkejja dan kollu llum qed nerġgħu naraw it-tattika tal-Gvern Nazzjonalista tirripeti ruħha illi meta jkun irid igeżwer xi ħaġa malajr u meta jkun irid li xi ħaġa ma tantx tingħata l-attenzjoni tal-pubbliku, jagħżel li jew iressaqha f'dan il-parlament meta tkun qed tintlagħab il- World Cup jew inkella lejliet il-Milied, meta nkunu se nieqfu għall- vaganzi.", "Mr Speaker, safejn niftakar ukoll, waqt li nkunu għaddejjin bid- diskussjoni tal-budget fil-Kumitat ta' Provvista kemm jista' jkun ma ndaħlux xogħol ieħor.", "Hekk nafhom l-affarijiet jien.", "Nammetti li fi żmienna, minħabba li kellna maġġoranza ta' wieħed biss, minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni u minħabba d-deċiżjoni tan- naħa l-oħra li jkissru lill-gvern tal-ġurnata kien hemm żmien fejn anke daħħalna diskussjonijiet oħra, imma tafu x'konna niddiskutu?", "L-accounts ta' xi korporazzjoni u mhux abbozz ta' liġi daqstant importanti li għandu s- saħħa li jaqleb is-sistema ta' tassazzjoni u li se jolqot lil kull ċittadin.", "Għax issa ċ-ċittadin x'informazzjoni se jibda jirċievi?", "Filgħodu se jibda jirċievi informazzjoni dwar id-dibattitu li jkun sar fuq il-ministeru għall-ambjent, wara nofsinhar se jibda jirċievi informazzjoni dwar id-dibattitu li jkun sar fuq il-ministeru tas-saħħa u in between - qisu qed jiekol xi sandwich! - se jibda jirċievi ftit informazzjoni fuq il- VAT, meta tasal dik l-informazzjoni għaliex anke hawn, irrid ngħid li sfortunatament qisna għandna qabda fotografi jagħmlu l-filters, daqqa jagħmlu filter blue, daqqa jagħmlu filter aħmar ...!", "Illum il-ġurnata hekk saret il-media tagħna, jaqbdu biċċa li tmur skond il-politika editorjali tagħhom, jagħtuha prominenza u l-kelliema l-oħra li ma jikkondividux dik l- opinjoni jingħataw il-ġenb.", "Mr Speaker, jien ngħid li l-mozzjoni proċedurali li għandna quddiemna ħsara qed tagħmel lill-parlament fil-forma li qiegħda.", "Ħalli niddiskutu, ħalli nieħdu l-ħin, ħalli nagħmlu seduti twal pero' ma naċċettawx li jkun hemm limitazzjoni fuq il-ħin tad-dibattitu.", "Jien ma nemminx li din it- taxxa trid tibda tiġi implimentata bilfors mill-1 ta' Jannar minħabba li l- korpi kostitwiti qalu hekk.", "Dan mhux veru.", "Għax wara kollox, jekk il-VAT tibda tiġi implimentata fl-1 ta' Frar jew fl-1 ta' Marzu lill-korpi kostitwiti x'effett se tagħmlilhom?", "Illum bil-computer systems li jeżistu din m'hijiex xi ħaġa daqstant diffiċli u l-korpi kostitwiti jafu li se jidħlu għal ruxxmata karti, kitba, mili ta' formoli u burokrazija hekk kif tidħol il-VAT.", "U fuq kollox, għaliex il-parlament għandu jbaxxi rasu u jaċċetta l-impożizzjoni ta' żewġ korpi jew tlieta, bil-konsegwenza li mbagħad l-interessi taċ-ċittadini ma jiġux salvagwardati bl-istess impenn u bl-istess kura li ġew salvagwardati l-interessi ta' dawn il-korpi kostitwiti.", "Jien ngħid li din m'hijiex ir-raġuni kollha għaliex il-VAT għandha tidħol bilfors fl-1 ta' Jannar u hemm iktar minn hekk għax hemm il- kwestjoni li l-gvern irid jibgħat messaġġ lill-Unjoni Ewropea.", "\"The Malta Independent\" stess qalet - jiġifieri dan mhux jien għidtu - li l-gvern għadu kif mar jitkarrab għarkubbtejh ġo Vienna biex jindunaw li qiegħed hemm.", "Din hi r-raġuni kollha, Mr Speaker, li rridu nibagħtu messaġġ lill-Unjoni Ewropea.", "Lil ta' l-Unjoni Ewropea rridu ngħidulhom: Araw kemm aħna serji!", "Fl-1 ta' Jannar se nkunu daħħalna l-VAT li semmejtulna intom u s-sistema tat-taxxa tagħna issa ġejja kif tixtiequha intom.", "Hawn irrid infakkar lil tan-naħa l-oħra biex jgħidu lill-Unjoni Ewropea wkoll li l-istilel mal-pjanċi tal-karozzi ilna li għamilniehom żmien twil, imma forsi din tal-VAT hija kemm kemm iktar sostanzjali u għaliha iktar se jgħidulna: Bravi, mela issa se nagħmlulkom stilla fil- ktieb!", "Ħalliha li mbagħad irridu nerġgħu noqogħdu nistennew biex niġbru iktar marki qabel ma nieħdu l-premju ta' l-aħħar!", "Mr Speaker, jien ngħid li f'dan il-każ mhux lejn l-Unjoni Ewropea rridu nħarsu imma lejn il-poplu għax din il-mozzjoni proċedurali li għandna quddiemna qed iġġiegħel lil dan il-parlament jgħaddi liġi li l-poplu diġa' daqha u aħna nafu x'effett diżastruż ħalliet din il-liġi fuq il-pajjiż.", "L-aħħar darba li tkellimt f'din il-Kamra kont iċċitajt mir-rapporti u mill-graphs tal-Bank Ċentrali biex nuri l-effett li kienet ħalliet fuq il- pajjiż, u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Dalli ma merienix meta għidtlu li kienu ġabu l-pajjiż f'sitwazzjoni tal-biki bit-taxxa tal-VAT.", "Kellu raġun ma jmerienix għax l-indikazzjonijiet kollha juru li mill-1 ta' Jannar, 1995 kollox beda sejjer haywire.", "Meta f'April ġie van den Broek u xtaq ikun jaf x'kienet is-sitwazzjoni li writna spjegajtlu fiex konna qegħdin u ma stajtx ma ngħidx li l-parti l-kbira ta' dik is-sitwazzjoni, apparti l-politika monetarja u ekonomika żbaljata tal-Gvern Nazzjonalista, ġiet ikkaġunata mis- sistema ta' tassazzjoni li konna daħħalna fl-1995.", "Jien lill-pajjiż ngħidlu \"miskin\" meta niftakar li mis-sena d-dieħla se jerġa' jmur għall- istess sistema ta' tassazzjoni ta' qabel.", "Il-verita' hi li konna spiċċajna biex tellajna d-dejn pubbliku għal 65% - fil-fatt kien anke beda joqrob għat-80% tal-GDP - l-infiq tal-gvern kien żdied; il-konsumatur kien beda jonfoq bl-għama għaliex il-VAT kienet ħajritu jagħmel hekk; u t-trade deficit kien beda jitwessa' bil-kbir, tant li konna wasalna biex matul sena waħda biss id-dejn kien żdied b'100% u anke b'120% fuq is-sena ta' qabel.", "Hawnhekk jien qed nitkellem fuq 1996 meta prattikament konna ilna sentejn ingawdu l-effetti sbieħ tal-VAT.", "Ta' min jgħid ukoll li l-GDP rate of growth fl-1995 kienet 9%, sostanzjalment inqas mis-sena ta' qabel, u fl-1996 waqgħet għal 5%.", "Fll- 1995 il-qgħad ukoll kien diġa' beda jerfa' rasu u sal-bidu ta' l-1997 kien wasal biex qorob 4.1%.", "Madanakollu l-iktar ħaġa allarmanti kienet - u dan kollu kien marbut ma' l-introduzzjoni tal-VAT - li l-produzzjoni kienet naqset b'4.5% u f'dik li hija esportazzjoni ta' prodotti manifatturati lokalment kellna tnaqqis ta' 9.3%.", "Imbagħad xi ngħidu għat-turiżmu?", "Biżżejjed ngħid li fl-1996 it-turiżmu niżel b'1.7% fuq is-sena ta' qabel u għalkemm wieħed jista' jgħid li r-rata ta' inflazzjoni kienet stabbli, din xorta telgħet għal 2.65%.", "Fil-fatt anke fuq livell ta' importazzjoni kellna tnaqqis ta' 2.6% fuq l-1995 pero' mbagħad ovvjament il-konsum privat baqa' għoli ħafna, u qed ngħid ovvjament għax il-konsumaturi bdew jiġu mħajra jixtru minħabba t-tibdil fir-rati tal-VAT.", "Mr Speaker, kif qed naraw meta daħlet is-sistema tal-VAT ma konniex qed ngħixu f'xi ġenna ta' l-art, anzi konna qegħdin f'sitwazzjoni li kienet sejra mill-ħażin għall-agħar u kien jidher ċar li s-sitwazzjoni kienet se tkompli tiddeterjora.", "Iċ-ċittadin ġustament ma kienx kuntent b'dan u minkejja dak kollu li kien jgħid il-gvern dak iż-żmien - u li nassumi li se jerġa' jirripeti anke din id-darba - li din it-taxxa hija revenue neutral, li m'hijiex se tgħolli l-ħajja u li hija ekwa u ġusta, meta kont titkellem man-nies fil-maġġoranza tagħhom kienu jgħidulek: Isma', jien bil-VAT qed nintlaqat ħażin.", "Għax minkejja li fuq il-mediċini, fuq l-ikel, fuq il- postijiet ta' divertiment u fuq l-oġġetti ta' kura personali ma kenitx tinżamm VAT - u hawn hi l-ironija tagħha - dawn kienu l-iktar affarijiet li għolew meta ddaħħlet il-VAT.", "Il-Ministru Dalli qatt ma spjega għaliex ġara hekk u fil-fatt jien naħseb li dan huwa l-post fejn għandha tingħata din l- ispjega una volta nibdew id-dibattitu proper.", "Per eżempju, xi ngħidu għas- servizzi li jinqeda bihom kulħadd, bħas-servizz ta' parukkier, ta' tabib jew ta' mechanic?", "Il-prezzijiet tagħhom dawn kienu splodew 'il fuq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ma nixtieqx ninterrompi lill-Onor.", "Vella pero' jkolli ngħid li f'din l-aħħar nofs siegħa l-Onor.", "Membru qed jidħol fil-merti tal-liġi tal-VAT.", "Issa jien ma nsib l-ebda diffikulta biex nagħlqu d-diskussjoni fuq il-mozzjoni ta' proċedura u nibdew id- diskussjoni tal-VAT.", "F'dak il-każ l-Onor.", "Membru jkun jista' jkompli jitkellem fuq il-VAT kemm irid, pero' għall-mument qed nitkellmu fuq il- mozzjoni ta' proċedura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien nirrespinġi bl-iktar mod qawwi dak li qed jgħid il-kollega tiegħi għax jien m'iniex qed nagħti r-raġunijiet u l-fatti li jirriżultaw minn din il-liġi li se ndaħħlu issa - hawn hu l- iżball - imma mil-liġi li diġa' kellna.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, ippermettili nwaqqfek imma għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Filwaqt li nirringrazzja lill-Kamra kollha, inwiegħed li m'iniex se nieħu iktar minn għaxar minuti biex nispiċċa d- diskors tiegħi, anzi forsi nieħu inqas ukoll.", "Mr Speaker, il-kollega tiegħi qed jgħid li jien qed nitkellem fuq liġi li għad irridu niddibattu f'din il-Kamra imma jien qed ngħid li meta ġiet applikata liġi simili kienet ġabet ċerti effetti fuq il-kwalita' tal-ħajja lokali.", "Jekk aħna se ndaħħlu xi ħaġa bħalha altru li jkun xieraq li dan il- parlament jingħata l-ħin kollu neċessarju biex mhux biss jiddiskuti dak li ddiskutejna fl-1994 - jiġifieri t-teorija ta' kif din tiġi applikata f'pajjiżi differenti bħal, ngħidu aħna, l-Irlanda, l-Ingilterra u d- Danimarka - imma wkoll biex niddibattu x'għamlet il-VAT fis-sentejn li ġiet imħaddma għaliex issa għandna esperjenza fattwali, għandna l-figuri, għandna l-istatistika, għandna r-riċerka u għandna l-opinjoni pubblika li taf minn xiex għaddiet u taf fiex kienet wasslitna.", "Jien ngħid ukoll li matul id-dibattitu wieħed għandu jitkellem anke dwar l-effett - u fil-fatt għalhekk ngħid li hemm bżonn li wieħed ma jirrestrinġix il-ħin - tat-tibdil fil-liġijiet li jista' jkun hemm fuq is- settur ta' l-impjiegi.", "Hawnhekk ta' min jgħid li fl-Ewropa, fejn l-ikbar problema hija proprjament dik tad-diżimpjiegi, qegħdin jaraw kif jistgħu jiżmantellaw partijiet mil-liġi tal-VAT minn fuq ċerti setturi ta' l- industrija li huma labour intensive u dan għaliex jemmnu li din qiegħda xxekkel l-impjiegi u l-ħolqien tagħhom.", "Jien ma nixtieqx li dan il- parlament jiġi hoodwinked li jgħaddi liġi sempliċement għaliex hemm bżonn ngħadduha.", "Lanqas nixtieq li dan il-parlament jiġi mgħaġġel b'tali mod li ċerti aspetti milli għandu dan l-abbozz ta' liġi jibqgħu ma jiġux diskussi ampjament u bil-ħin kollu neċessarju.", "Issa hawnhekk irrid nerġa' nagħmilha ċara li jien qiegħed kull darba nsemmi l-abbozz ta' liġi u mhux il-mozzjoni proċedurali minħabba l-fatt li l-mozzjoni proċedurali ma tressqitx quddiem dan il-parlament biex tirregola xogħol tal-Kamra imma tressqet speċifikament biex terġa' tiġi introdotta l-VAT.", "Fil-fatt kien proprju għalhekk li jien qed ninsisti li għandu jkollna l- ħin kollu neċessarju sabiex niddiskutu x'implikazzjonijiet jista' jkun hemm rigward din is-sistema ta' tassazzjoni, iktar u iktar meta nqis li mbagħad meta jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi awtomatikament se jitfaċċaw affarijiet oħra li jistgħu jkunu konsegwenzjali.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax jekk kemm-il darba l-gvern se jibqa' jorbot l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l- Erarju mal-liġi tal-VAT, imbagħad kif se juża din l-għodda biex għada pitgħada, forsi meta jiżviluppa iktar id-diskors fuq tax harmonisation u fuq liġijiet fiskali oħra - fil-fatt dan id-diskors diġa' qed jiġi żviluppat fl-Ewropa għax kulħadd qed jgħid li hemm bżonn ta' tax harmonisation - ikollu x-xogħol lest u kemm jaqbad u jżid mal-liġi tal-VAT li se ndaħħlu llum?", "Mr Speaker, jien għalhekk ngħid - u se nagħlaq fuq dan il-punt - li hawnhekk m'iniex qed niddiskuti l-abbozz ta' liġi dwar il- VAT, għax dak se nidħlu fih iktar 'il quddiem, imma qiegħed sempliċement nispjega li meta inti tkun qed tiffaċċja introduzzjoni ta' liġi daqshekk skjetta, liema liġi għandha l-karatteristiċi tagħha, għandha d-difetti tagħha, għandha t-tajjeb tagħha, għandha l-implikazzjonijiet tagħha, rajnieha titħaddem bejn wieħed u ieħor għal sentejn f'pajjiżna u qegħdin narawha titħaddem ukoll f'pajjiżi oħra, speċjalment f'dawk ta' l-Ewropa, ma tistax tieħu din il-liġi lightly.", "In-naħa l-oħra qalet: Jien ma rridx nieħu iktar minn ħames sigħat fuq dan l-abbozz ta' liġi għax my mind is set u se nagħmel dak li għandi nagħmel.", "Pero' aħna minn din in-naħa qed noġġezzjonaw għat-tliet konċetti li ddaħħlu hawnhekk.", "Qed noġġezzjonaw għall-konċett li jkun hemm limitazzjoni tad-dibattitu - ikun kemm ikun twil għaliex giljottina tibqa' giljottina - qed noġġezzjonaw għall-konċett li mal-liġi tal-VAT jibqa' jkun hemm marbut l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju, kif ukoll qed noġġezzjonaw għall-konċett li l-abbozz ta' liġi tal-VAT se jitressaq proprju f'dan iż-żmien, meta l-poplu huwa aljenat b'affarijiet oħra u m'għandux iċ-ċans jisma' u jifhem id-dibattiti li jsiru f'din il-Kamra biex ikun jista' jiftaħ għajnejh u jifhem eżattament fiex se jwasslu dan il- gvern.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, meta l-Onor.", "Gonzi kien qed jippreżenta l-ħsebijiet tiegħu fuq il-mozzjoni ta' proċedura li għandna quddiemna ma kontx nobsor li konna se nispiċċaw nitkellmu fuq fliexken vojta u qaddisin!", "Jien niftakar li darba minnhom meta konna qed niddiskutu l-emendi fuq il-liġi tad-dockyard, il-membri tal-gvern - dak iż-żmien kienu fl-oppożizzjoni - kienu riedu jmorru għall-marċ tal-festa ta' San Pawl.", "Pero' jien ma naħsibx li issa għandna nibdew nagħmlu xi klassifika tal- qaddisin għax għalkemm missierna San Pawl huwa qaddis kbir, ma nistgħux noqogħdu ngħidu min minnhom hu l-iktar jew l-inqas kbir.", "Issa nispera li l- Onor. Membri tan-naħa l-oħra mhumiex qed jagħmlu dan biex jaraw kemm se jibdew jiġu ntaxxati l-qaddisin, jekk għandhomx ikunu zero rated jew le!", "Sur President, jien naħseb li sal-lum il-poplu Malti kollu rrealizza li sħabna tan-naħa l-oħra jibdlu fehmiethom kull meta jaqsmu l-Kamra.", "Il- Ministru Gonzi għoġbu jirriferi għal fliexken vojta.", "Forsi llum qed jiddispjaċieh li għadda dik ir-rimarka pero' jekk tassew irridu nagħtu eżempju ta' demokrazija vera, lill-Onor.", "Membru ngħidlu: Kollox sew, ibda min-naħa tagħna pero' mbagħad dur dawra wkoll madwar il-partit tiegħek, ħalli meta tiġu biex tivvotaw biex teleġġu l-leader u d-deputy leader taraw li taġixxu b'mod sigriet u mhux b'sempliċi show of hands.", "(Interruzzjonijiet) Issa jien ma rridx noqgħod ngħajjarhom \"fliexken vojta\" pero' naħseb li hawnhekk għandna noqogħdu attenti ħafna qabel ma nindirizzaw lil xulxin b'dan il-mod u nipprovaw nitfgħu t-tajn fuq il- membri ta' din in-naħa.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Point of order, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru Gonzi, on a point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan id-diskors m'għandu x'jaqsam xejn mal-mozzjoni ta' proċedura u l-Onor.", "Farrugia qiegħed totalment out of order.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien qed ngħid dan biex nirrispondik fuq il- fliexken vojta li semmejt int.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, aħna ma ġejniex hawn biex noqogħdu naħlu l-ħin u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Farrugia biex jitkellem dwar l- item li għandna fuq l-aġenda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Farrugia, orbot id-diskors tiegħek mal-mozzjoni ta' proċedura li għandna quddiemna.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Sur President, issemmew il-qaddisin u l-fliexken vojta u jien kulma rrid inżid huwa li l-qaddisin qegħdin kollha fuq l- istess livell.", "Apparti minn hekk, ħadd minna m'hu flixkun vojt għax la qegħdin hawn sinjal li l-poplu Malti u Għawdxi għandu fiduċja sħiħa fina u allura għandna kull dritt li nitkellmu u niddibattu fuq kull ħaġa li titressaq quddiem il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Imma bilfors kelli nagħmel din l-osservazzjoni għax ħadd ma spjegalna għaliex l-Onor.", "Gonzi għoġbu jsemmi fliexken vojta u qaddisin.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Anglu Farrugia qed jikkwota minn dibattitu li seħħ xi jumejn ilu għax jien dan il-kliem m'għidtux dalgħodu.", "Għalhekk jimporta jibqa' ma' l-item ta' l-aġenda, li hi l-procedure motion?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ma nsib l-ebda problema li niddibattuha din il- mozzjoni, proprjament fil-jum tas-Sibt, li huwa wkoll jum dedikat għal qaddis partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Iva, ikun tajjeb jekk dawn l- affarijiet infakkruhom lill-poplu Malti wkoll għaliex l-attitudni tal- Partit Nazzjonalista hija li dak li qabel kien ħażin illum sar tajjeb, anzi sar kważi evanġelizzat, biex inkompli nuża termini li mhumiex lajċi.", "Imma issa ħalli niġi għall-mozzjoni.", "Nibda biex ngħid li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, taħt sens ta' biża' u forsi anke taħt sens ta' avventura, dawwar ir-rotta kompletament mit-triq li kien ħa ftit tal-ġimgħat ilu meta għal darbtejn kien se jidħak bil-poplu.", "L-ewwel qal li se jdaħħal il-liġi tal-VAT bl-emendi li kien qed jippreżenta taħt l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju u mbagħad meta ra li kellu pressjoni min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista u minn korpi kostitwiti oħra - li wħud minnhom żgur li m'għandhomx simpatija mal-Partit Laburista - deherlu li għandu jbiddel ir-rotta.", "Imma waqt li ddeċieda li għandu jbiddel ir-rotta kienu diġa' saru protesti fil-Qorti Kostituzzjonali.", "Issa jien lanqas jinteressani jekk il-gvern qabadx u biddel ir-rotta hu minn jeddu, jew jekk ingħatax parir li jagħmel dan.", "Lili jinteressani biss li ma nkomplux naraw isseħħ din l-arroganza mill- Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Sur President, l-ewwel għaliex għidt li l- Partit Nazzjonalista daħak bil-poplu darbtejn?", "L-ewwel daħka li daħak bil-poplu kienet li filwaqt li fil-programm elettorali għall-elezzjoni ta' l-1992 kien hemm miktub li se tiddaħħal il- VAT, fil-programm elettorali għall-elezzjoni ta' l-1998 din ma ssemmietx.", "Imma dan mhux kollox għax issa, wara li l-gvern biddel ir-rotta, se jipprova jdaħħal il-VAT b'mod mgħaġġel u kieku aħna ma ħadniex il- pożizzjoni li ħadna kieku l-gvern kien se jdaħħalha bir-writ, bħal kif kien isir fi żmien il-Kavallieri.", "Huwa veru li peress li l-ġimgħa l-oħra kien hawn il-Kavallieri forsi dħalna xi ftit jew wisq f'dak l-ambjent, pero' li issa l-gvern irid li nerġgħu nibdew nagħmlu l-affarijiet kif kienu jsiru fi żmien il-Kavallieri ...", "Dawn l-affarijiet żgur li ma kkopjawhomx mill- gvern preċedenti.", "Imma issa ħalli niġi għat-tieni daħka li daħak il-gvern bil-poplu.", "Sur President, kif jaf kulħadd fl-1996 il-poplu Malti kien neħħa l-Partit Nazzjonalista mill-gvern minħabba l-VAT, imma fl-1998 lill-poplu ma qalulux li jekk jitilgħu huma kienet se terġa' tiddaħħal il-VAT bil-proklama - issa din id-darba l-Partit Nazzjonalista ma telax by show of hands, għaliex il- poplu huwa dejjem rispettabbli u jivvota fuq dak li jisma' - u lanqas qalulu li se jgħaddu mozzjoni ta' proċedura mingħajr ma jagħtu lok għal dibattitu fuq l-esperjenza qarsa tal-VAT ta' qabel.", "Imma dan mhux kollox għax meta llum il-Ministru Gonzi kien qed jitkellem fuq il-mozzjoni ta' proċedura qagħad jgħidilna li jekk it-30 membru li hawn fuq din in-naħa jieħdu 40 minuta kull wieħed, allura l-oppożizzjoni għandha bżonn 30 siegħa u mbagħad komplielna: Anzi tajtkom 40 minuta kull wieħed għax jekk tmorru f'xi pajjiż ieħor Ewropew issibu li dawn jieħdu inqas minn 40 minuta!", "Hawnhekk jien lill-Onor.", "Gonzi ngħidlu: Jiġifieri hawnhekk inti qed tgħid lill-poplu Malti li lill-oppożizzjoni se tirrestrinġulha l-ħin u dan kollu sabiex tagħmlu bħalma jagħmlu l-pajjiżi Ewropej, li llum intom tant qed tersqu lejhom u huma tant qegħdin jimbottawkom lura.", "Jiġifieri Onor. Gonzi, inti qed tgħidilna li lanqas extension u leave of House m'hu se jkollna fid-diskussjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi, li fih xejn inqas minn 90 klawsola u 15-il skeda?", "B'dan il-mod nistmawhom aħna lir-rappreżentanti tal-poplu Malti?", "Għax wara kollox jien nassumi li almenu għadna naqblu bejnietna li aħna lkoll rappreżentanti tal-poplu Malti, inkunu fuq liema naħa tal-Kamra nkunu.", "Għalhekk jien ukoll ngħid li din il-mozzjoni ta' proċedura hija giljottina u hawnhekk qed nerġgħu naraw l-istess attitudni li konna rajna meta ġie preżentata l-VAT għall-ewwel darba fl-1995, bid- differenza li dak iż-żmien in-Nazzjonalisti ma kenux daqshekk arroganti.", "Almenu dak iż-żmien, tajjeb jew ħażin, kienu għamlu kampanja li permezz tagħha pprovaw jgħaddu messaġġ lill-poplu Malti fuq it-taxxa tal-VAT u kienu taw ftit sigħat iktar lill-parlament għalkemm, anke dakinhar, id- dibattitu kien ingħalaq minkejja li kien għad fadal diversi klawsoli biex jiġu diskussi fl-istadju ta' kumitat.", "Madanakollu s-sitwazzjoni ta' llum hija agħar għax filwaqt li meta kienu fil-gvern bejn l-1992 u 1996 għallinqas kien taw iktar ħin biex jiġi diskuss l-abbozz ta' liġi dwar il- VAT li kien qed jitressaq dakinhar, illum qed jipprovaw idaħħlu liġi tal- VAT mingħajr m'huma qed jagħtuna l-ħin neċessarju biex aħna, bħala oppożizzjoni, neżerċitaw id-dritt tagħna li nispjegaw lill-poplu għaliex liġi bħal din hija negattiva u għaliex il-gvern ma laqax it-talba tagħna li nerġgħu niftħu d-diskussjoni fuq il-liġi tas-CET bil-għan li ntejbuha.", "(Interruzzjonijiet) Intom kif qed tippretendu li din il-liġi tgħaddi fi tlett ijiem jew erbgħa!", "Għax skond il-mozzjoni ta' proċedura kulma hemm seduti huma ħamsa, ta' tliet sigħat-il waħda - u xi ħaġa oħra magħhom - għat-Tieni Qari u mbagħad fid-19 u fil-21 ta' Diċembru l-klawsoli kollha jridu jiġu diskussi fl-istadju ta' Kumitat.", "Il-mozzjoni ta' proċedura tgħid ukoll li l-ministru għandu kull dritt li jressaq emendi, imma lilna min jista' jirristrinġina li nressqu l-emendi aħna wkoll?", "U jekk se nressqu l-emendi, allura se nibqgħu b'dan il- perijodu biss?", "Jekk, per eżempju, meta nressaq xi emenda għal klawsola partikolari u nħoss li għandi nispjega l-punti kollha tagħha ...", "Għax iva, il-poplu Malti għandu kull dritt jismagħni nispjega l-punti kollha tiegħi, u mbagħad ħalli tiddeċiedi l-Kamra, imma li tiġi tgħidli ...", "Il-mozzjoni ta' proċedura lanqas biss tgħidlek x'għandu jsir jekk membru jkun irid jispjega xi emenda li jkun qed iressaq għax din tgħid biss li l-ministru jista' jressaq emendi, imma jien nifhem li anke l-oppożizzjoni tista' tressaqhom.", "Allura jien għandu jkolli 40 minuta biss biex nippreżenta, nispjega u niddibatti l-emenda li tkun qed tiġi ppreżentata minni jew minn kwalunkwe membru ieħor fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni u, għaliex le, minn xi membru fuq in-naħa tal-gvern?", "Għax wara kollox jien naħseb li anke membru tal-gvern jista' jkollu emenda x'jippreżenta, sakemm dan ma jkunx xi flixkun vojt!", "Jien ma xtaqtx nerġa' ngħidha din imma qisek bilfors trid tgħidha.", "Issa nispera li ma jkunx hemm xi ħadd min-naħa tal-gvern - ejja ngħidu, forsi għalkemm ikun jaqbel mal-prinċipju tal-VAT ma jkunx jaqbel kompletament ma' l-abbozz ta' liġi - li meta jiġi biex jippreżenta emenda jiġi mwaqqaf mill-Ministru Gonzi u jgħidlu: Le, ma tistax.", "(Interruzzjonijiet) Issa tilħaq tweġibni, toqgħodx tinkwieta!", "Sur President, jien li qed ngħid huwa li dawn kollha huma ħsebijiet ta' giljottina.", "Aħna meta nirċievu li xi kawża trid tinqata' bilfors fit-tali data ngħidu li din hija giljottina u l-istess qed jiġri hawnhekk.", "Imma dan mhux kollox, Sur President, għax hawn wieħed ukoll irid jistaqsi: Minn fejn ġejja l-arja ta' biża' min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista?", "Minna, li qegħdin f'dan il-parlament biex niddiskutu flimkien?", "Mill-poplu Malti?", "Mill-Ewropa?", "Mill-qorti?", "Minn fejn ġejja din l-arja ta' biża'?", "Għaliex dan il-biża' kollu u din l-għaġġla sfrenata li sal-21 ta' Diċembru kollox irid ikun għadda, minkejja l-bulk tax-xogħol li għandu bħalissa dan il-parlament, bid-diskussjonijiet tal-budget u bl- affarijiet l-oħra kollha?", "Għaliex dan il-biża' kollu?", "X'inhija r-raġuni vera wara dan kollu, Mr Speaker?", "Forsi minħabba xi commitment ma' xi ħadd?", "Forsi minħabba li jafu li jekk kemm-il darba dan id-dibattitu jkun wieħed b'saħħtu se toħroġ il-verita', bħalma aħna dejjem emminna li se jiġri?", "Iva, aħna nemmnu li fl-aħħar mill-aħħar il-verita' toħroġ dejjem, allavolja issa diġa' għadda ċertu żmien minn mindu l-poplu Malti daq l-esperjenza tal- VAT.", "Tgħid issa se jgħidulna li l-VAT trid tidħol fl-1 ta' Jannar li ġej għax saru d-diskussjonijiet li kellhom isiru?", "Għax fil-każ jien nistaqsi: Ma' min saru dawn id-diskussjonijiet?", "Dan kollu għax ħarġet stqarrija l-GRTU jew ma' nafx min?", "Din hi d-diskussjoni kollha?", "Kellmuhom illum lil konsumaturi u spjegawlhom daqsxejn, bħalma għamel l-Onor.", "Alfred Sant meta kien prim ministru, fejn kien imur f'kull rokna ta' Malta biex jispjega l- introduzzjoni tas-CET.", "(Interruzzjonijiet) Iva, aħna f'kull rokna ta' Malta konna morna nispjegawlu lill-poplu.", "Se tagħmilha din int, Onor. Dalli?", "Se tmur f'kull rokna ta' Malta u tispjegalu l-introduzzjoni tal-VAT lill-poplu?", "Għidilna jekk intix se tagħmel hekk?", "Din hi d-differenza, li aħna, bħala Partit Laburista, waqt li konna qed inressqu l-liġi tas-CET quddiem dan il-parlament konna morna nispjegaw lill-poplu f'kull rokna ta' Malta, konna tkellimna ma' l-awtoritajiet kompetenti, konna tkellimna ma' l- għaqdiet kollha u ddiskutejniha ma' kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) U intom x'qed tagħmlu?", "Intom l-ewwel ġejtu bil-proklama u issa bil-giljottina!", "Sur President, jien sinċerament ma nistax nimmaġina li l-Gvern Nazzjonalista għandu xi biża' partikolari taħt l-aspett parlamentari meta għandu maġġoranza ta' ħamsa għax, ngħiduha kif inhi, iressqu x'iressqu quddiem dan il-parlament żgur li mhux se jkollhom problema fl-eżitu.", "Għalhekk l-arja ta' biża' tal-Partit Nazzjonalista jien naraha mid- dibattitu li se jkollu f'dan il-parlament dwar l-abbozz ta' liġi tal-VAT.", "Ħadd ma jista' jemmen lill-Ministru Gonzi jew lil kwalunkwe membru ieħor tal-gvern li jipprova jikkonvinċi lil dan il-parlament u lill-poplu Malti li dan l-abbozz ta' liġi fiskali, liema abbozz ta' liġi naħseb li se jkun l- iktar wieħed ta' portata f'din il-leġislatura, nistgħu niddiskutuh bl-iktar mod serju fi ftit ġranet biss.", "Din ma tistax teħodha bis-serjeta', Mr Speaker, u kif għidt diġa', bla ebda dubju hemm raġunijiet oħra wara d- deċiżjoni tal-gvern li jgħaddi din il-liġi daqshekk malajr, liema raġunijiet nispera li nilħaq niġi għalihom iktar 'il quddiem.", "Sur President, issa hawnhekk jien nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Dalli: Ladarba l-abbozz ta' liġi dwar il-VAT jgħaddi mill-parlament, għaliex se tibqgħu żżommu iebes milli tirtiraw dawk id-draconian amendments li ressaqtu fir-rigward ta' l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju?", "Mela hawnhekk qed nilagħbu l-poker mal-poplu Malti u l-assi noħorġuhom x'ħin jogħġobna aħna!", "Aħna rridu naraw x'inhi l-verita' wara dan kollu.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jekk intom verament għandkom spirtu tajjeb ta' djalogu u verament tridu tiddiskutu bl-iktar mod ċar il-liġi tal-VAT kontu tirtiraw l- emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju.", "Imma dan mhux kollox, Sur President, għax irridu naraw ukoll kif inħela l-ħin fil-parlament.", "Il- verita' hi li filwaqt li n-Nazzjonalisti kienu jafu li se jgħaddu l-abbozz ta' liġi tal-VAT sa l-1 ta' Jannar, imbagħad ġew jippreżentaw l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju.", "Issa aħna ħlejna sigħat sħaħ ngħidulhom li dawn l-emendi m'hemmx lokhom biex imbagħad, minflok ma qalulna li għandna raġun u li se jaraw kif jistgħu jirranġaw is-sitwazzjoni billi jagħtu ħin biżżejjed għad-diskussjoni, ġew jimponu limitazjoni fuq il- ħin għad-diskussjoni ta' l-abbozz ta' liġi tal-VAT, qisu lill-poplu qed jgħidulu: Minn hawn irridu ngħaddu bilfors!", "Dik serjeta', Mr Speaker!", "F'dan l-ispirtu ġie ridott il-Partit Nazzjonalista li f'dawn l-aħħar xhur tant newwaħ fuq il-prinċipji tad-demokrazija u fuq dibattitu parlamentari ħieles.", "Jien ma nistax nemmen li membru parlamentari jista' jinbidel u jittrasforma ruħu daqshekk, kważi f'figura oħra, meta jkun fil-gvern.", "Kemm attakkawna lilna!", "Biżżejjed niftakru li fid-diskussjoni fuq is-CET konna ħallejna d- dibattitu miftuħ kompletament u ħadd ma kien ristrett bil-ħin biex jiddibatti l-abbozz ta' liġi li dakinhar tressaq .", "Tant hu hekk li kienu jattakkawna ħafna minħabba li dawk id-dibattiti ġieli kienu jibqgħu sejrin sa nofsillejl.", "Ara llum, l-Onor.", "Gonzi qed jgħidilna li 40 minuta huma biżżejjed biex wieħed jagħmel l-intervent tiegħu fuq l-abbozz ta' liġi tal- VAT u m'għandux għalfejn jieħu iktar.", "Issa 40 minuta tafu xi jfissru?", "Li membru lanqas għandu ħin jitkellem għal nofs minuta fuq kull klawsola għax, kif għidt diġa', l-abbozz ta' liġi tal-VAT fih mhux inqas minn 90 klawsola.", "Bħalissa qed nara lill-Onor.", "Jose' Herrera.", "Mela l-ħabib tiegħi lanqas jista' jieħu nofs minuta fuq kull klawsola jekk irid jagħmel l-analisi tiegħu mill-aspett legali għax l-Onor.", "Gonzi qed jgħidlu: Forget it, għax l-iktar li se jkollok 40 minuta!", "Sur President, aħna lill-poplu ma rridux nispjegawlu l-klawsoli ta' l- abbozz ta' liġi dwar il-VAT biss imma rridu nispjegawlu wkoll x'inhu jsir fl-Ewropa.", "Veru li n-Nazzjonalisti jiftaħru ħafna bl-Unjoni Ewropea imma aħna wkoll nafu x'inhu għaddej fl-Ewropa u nemmnu li l-poplu Malti għandu dritt ikun jaf bl-iżviluppi li qed iseħħu fuq il-VAT, mil-lat ta' policy.", "Allura anke hawnhekk se nirrestrinġuh id-dibattitu?", "Jien għaliex m'għandux ikolli ħin biżżejjed biex niftaħ id-dibattitu ħalli, per eżempju, nispjega għaliex fl-Unjoni hemm ċerti pajjiżi li qed jagħmlu pressure qawwija biex ċerti direttivi minn Brussels għalissa ma joħorġux għax m'humiex lesti biex jaċċettaw a common VAT policy?", "Din għaliex m'għandux ikun jafha l-poplu Malti?", "Il-Ministru Gonzi qed jgħidilna: Le, din m'għandux għalfejn jismagħha l-poplu Malti peress li l-ħin biex nispjegaw kif qegħdin l- affarijiet huwa limitat.", "Għax b'dan li qed jipproponi l-gvern, apparti li din il-mozzjoni ta' proċedura qed tirrestrinġielna l-ħin tad-diskussjoni fl- istadju tat-Tieni Qari, qed tirrestrinġielna wkoll il-ħin li nitkellmu fl- istadju ta' Kumitat għaliex qed tgħidilna ċar u tond li din il-Kamra se tmur fi stadju ta' Kumitat f'seduta li se ssir fid-19 ta' Diċembru u f'seduta oħra li se ssir fil-21 ta' Diċembru.", "Imbagħad, to add an insult to the injury, il-mozzjoni ta' proċedura tgħidilna wkoll - issa se nikkwotaha ħalli żgur ma nitfixkilx peress li l- Ministru Gonzi qalli li ma qrajthiex sew - li fis-seduta tal-21 ta' Diċembru:", "\"... fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol iċ-Chairman għandu jqiegħed il-mistoqsija fuq il-klawsoli kollha li jkun fadal u fuq l- emendi kollha mressqa b'mod li, wara li jkun ġie rrappurtat il-Kumitat jew il-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat, il-Kamra tgħaddi minnufih għat-Tielet Qari ta' l-abbozz ta' liġi.\"", "Jiġifieri jekk, per eżempju, fil-21 ta' Diċembru nkunu qed niddiskutu xi aspetti li jittrattaw reati u nkunu qed nagħmlu xi proposti mill-esperjenzi li diġa' ħadna fuq ksur ta' provvedimenti tal-liġi tal-VAT - bħal, ngħidu aħna, jekk min ikun innoċenti għandux id-dritt li jappella meta jiġi akkużat bil-ksur tal-liġi tal-VAT - il-ministru f'daqqa waħda jgħidilna: Issa daqshekk għax ma fadalx ħin aktar għad-diskussjoni!", "Din hi s-serjeta' li tant jiftaħar biha l-Gvern Nazzjonalista.", "Jien nistagħġeb meta nara lil sħabi tan-naħa l-oħra, li ħafna minnhom għandhom esperjenza vasta fil-qasam legali, kif jiġu biex jiddiskutu abbozz ta' liġi daqstant importanti mill- aspetti kollha - kemm mill-aspett ta' vantaġġi, kemm mill-aspett ta' żvantaġġi, kemm mill-aspett tax-xokkijiet li abbozz ta' liġi bħal dan jgħaddi lis-soċjeta', kemm mill-aspett ta' l-emendi li se tressaq l- oppożizzjoni, jekk se tressaq, kif ukoll mill-aspett ta' l-emendi li se jressaq il-ministru jew xi membru ieħor min-naħa tal-gvern - u jippermettu l-ħin fuq id-dibattitu jiġi ristrett.", "Allura meta jitressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-parlament aħna m'għandniex dritt li ngħidu: Ejjew naraw fejn se tolqtu l-liġi tal-VAT lil ħaddiem?", "Imma mhux jiġi jgħidli, bħalma qal il-Ministru Dalli f'okkażjonijiet oħra, li kkonsulta mal-korpi kostitwiti!", "Min se jieħu r-refunds x'jimpurtah?", "Bħalma qal tajjeb l-ewwel l-Onor.", "George Vella, li t-trab kollu t'isfel ilaqqtu.", "Allura aħna m'għandniex dritt f'dan il-parlament li nispjegaw lil ħaddiem, wara li issa bellajnielu żieda ta' Lm1.75, kif se tolqtu l-VAT mill-1 ta' Jannar?", "Imma insomma, aħna nafu li din il-mozzjoni ta' proċedura qed issir biex tirrestrinġi d-dibattitu għax l-esperjenza li kellna tal-VAT matul l-1995 u l-1996 tat shock tremend lis-soċjeta' Maltija.", "Sur President, hawnhekk issemmew diversi ċifri pero' l-ikbar ċifra li rajt jien kienet ir-rata ta' inflazzjoni ta' 4% li telgħet immedjatament hekk malli daħlet il-VAT fl-1 ta' Jannar, 1995.", "Fil-fatt kieku ma żammejniex il-brake aħna meta tlajna fil-gvern f'Ottubru 1996 u daħħalna l- liġi tas-CET kieku dik ir-rata ta' inflazzjoni kienet tibqa' tiela', mentri aħna żammejnieha għal rata medja ta' 3%.", "Dawn huma fatti u lill-poplu Malti rridu nispjegawlu dan kollu meta niġu biex niddiskutu l-liġi tal-VAT.", "U mhux jiġi l-Onor.", "Gonzi bil-mozzjoni u jgħidilna: Mela la ma qbilniex se nagħmel hekk!", "Allura inti, Onor. Gonzi, meta tibgħat risposta, bħalma bgħatt lill-Onor.", "Mizzi biex jgħidlek dwar kif se jitqassmu s-seduti għad- dibattitu ta' dan l-abbozz ta' liġi u din ir-risposta ma tasallekx, taqbad u titfa' mozzjoni?", "Jiġifieri issa b'dan il-mod se nibdew naħdmu, li fejn ma naqblux m'hemmx ċans li nerġgħu niddiskutu?", "Aħna qed ngħidu lill-Onor.", "Gonzi li rridu niddiskutu l-abbozz ta' liġi tal-VAT għaliex dan huwa importanti u rridu niddiskutuh bl-iktar mod wiesa'.", "L-Onor.", "Membru jaf - għax dak iż-żmien hu kien l-iSpeaker tal- Kamra - li meta fl-1995 il-Gvern Nazzjonalista ried idaħħal il-liġi tal-VAT kien għad fadal ħafna punti importanti x'jiġu diskussi meta fil-ħin stipulat minn qabel il-Kamra għaddiet biex tapprova dik il-liġi.", "Allura dawn ma niddiskutuhomx meta diġa' kellna esperjenza tal-VAT u meta huwa aċċettat minn kulħadd li fl-1996 lilkom il-poplu Malti neħħiekom mill-gvern minħabba l-VAT.", "Ara din id-darba mxejtu b'mod aktar qarrieqi għax lill- poplu ridtu tgħidulu u fl-istess ħin ma ridtux tgħidulu li kontu se ddaħħlu l-VAT.", "Intom lejliet l-elezzjoni żellaqtu kelma li se ddaħħlu l-liġi tal- VAT u lill-poplu ma ridtux tgħiduhielu b'mod formali din u ma ridtux tippreżentawha fil-programm elettorali b'mod formali.", "U n-Nazzjonalisti jħobbu jkunu formali ħafna fejn jaqblilhom!", "Allura jien m'għandix nispjegalu lill-konsumatur iż-żgħir, l-iktar lil dak li m'għandux introjtu ieħor, li t-taxxa tal-VAT se tkun iebsa għalih?", "Allura m'għandix ngħidhielu din jien?", "Għax intom tafu li kieku fil-programm elettorali lin- nies għidtulhom li se terġgħu ddaħħlu l-liġi tal-VAT, ħafna nies ma kenux jivvotawlkom u kontu tibqgħu b'xiber imnieħer.", "Din hi l-verita'.", "Issa ħalli nitkellmu fuq is-serjeta' tal-Partit Nazzjonalista bħala partit fil- gvern.", "Sur President, l-ewwelnett irrid ngħid li jien ma naqbel assolutament xejn li għandhom isiru insulti min-naħa għall-oħra tal-Kamra.", "Il-prinċipju demokratiku parlamentari għandu jiġi rrispettat bl-iktar mod wiesa', speċjalment meta nkunu qed niddibattu iġijiet finanzjarji u liġijiet fiskali li jħallu effett qawwi fuq is-soċjeta' Maltija, jew meta nkunu qed nittrattaw xi ħaġa li l-poplu Malti diġa' għadda minnha u rriġettaha.", "Għalhekk jien minn hawn inħeġġeġ lill-Gvern Nazzjonalista biex jirtira din il-mozzjoni ta' proċedura u jaħseb f'modi oħra kif nistgħu niddibattu flimkien l-abbozz ta' liġi dwar il-VAT, mingħajr ebda għaġġla, ħalli nkunu nistgħu nfiehmu lill-parlament u lill-poplu Malti x'impatt se jkollha kull klawsola u kull skeda li fih dan l-abbozz ta' liġi.", "Biżżejjed ngħid li dan l-abbozz fih 15-il skeda.", "Jiġifieri ara kemm trid ħin biex tispjegahom kollha dawn, Onor. Dalli!", "Jien naħseb li s-serjeta' titlob li wieħed għandu jkollu d-diċenza u r-rispett illi jirtira din il-mozzjoni ta' proċedura, li hija drakonjana daqs l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - għax din il-mozzjoni ta' proċedura issa ġiet agħar mill- proklama nnifisha - ħalli b'hekk inżommu parlament serju, kif aħna dejjem żammejnieh.", "Meta aħna konna fil-gvern, minkejja d-diffikultajiet li qalgħulna n- Nazzjonalisti, dejjem irrispettajna the rules of the game - anzi biex inkun iktar preċiż aħna sofrejna għax irrispettajna the rules of the game - imma almenu lilna la ħadd jista' jgħajjarna ipokriti u lanqas ħadd jista' jgħajjarna li għamilna affarijiet li jmorru kontra l-ispirtu demokratiku.", "Aħna dejjem ħriġna ta' rġiel ma' dan il-parlament, l-iktar meta wasalna biex saħansitra morna għall-elezzjoni fuq riżoluzzjoni li dehrilna li kellha tgħaddi fl-interess tal-poplu Malti.", "Imma, kif għidt diġa', il- Gvern Nazzjonalista ma mexiex bl-istess mod u daħak bil-poplu, speċjalment meta fil-programm elettorali ma qalulux li se jdaħħlu l-VAT u meta matul dawn it-tliet xhur li ilhom fil-gvern qed jagħmlu ħafna affarijiet li diġa' bdew izappu.", "Ovvjament dawn huma affarijiet li l-poplu Malti ma jeħux pjaċir bihom, iktar u iktar meta jiftakar kemm il-Partit Nazzjonalista fis- snin tmenin, partikolarment lejn l-aħħar tas-snin tmenin, kien jippriedka dwar kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Sur President, issa aħna nixtiequ li l-ħin tad-dibattitu fuq l-abbozz ta' liġi dwar il-VAT jitwal anke biex nitkellmu fuq ir-rata tat-taxxa li qalulna li se tkun ta' 15%.", "Iktar kmieni fid-diskors tiegħi jien semmejt li l-pajjiżi Ewropej, partikolarment il-Ġermanja - issa dawn m'humiex qed jissikkaw fuq il-VAT policy biss imma anke fuq taxxi oħra, pero' għalissa ħalli nkomplu nitkellmu fuq il-VAT - qegħdin jgħidu li għandhom problemi kbar, fosthom dik ta' l-unemployment.", "Fil-fatt tliet pajjiżi partikolari li qegħdin fl- Unjoni Ewropea daħħlu l-VAT u daħlu fl-Unjoni proprjament biex jirranġaw il- problemi kbar ta' demokrazija li kellhom ġo pajjiżhom.", "Imma issa dawn qed jiftaqru u biżżejjed ngħid li minħabba t-tassazzjoni indiretta qawwija li għandhom l-unemployment qed jilħaq medja ta' bejn 50% u 60% - fosthom hemm anke dawk li għadhom m'għalqux il-25 sena, jiġifieri araw xi traġedja - u fil-fatt l-ikbar problema li għandha l-Unjoni Ewropea hija kif se ġġib iktar flus għal dawk il-pajjiżi li qed jiftaqru.", "Issa l-preokkupazzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija li jrid jwassal messaġġ fi Brussels biex b'xi mod ipoġġu l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fuq il-famuża fast track - din il-frażi mill-elezzjoni 'l hawn kważi daħlet fil-vokabularju Malti għax fil-gazzetti ħlief li Malta waslet biex tidħol fil-fast track m'aħniex qed naqraw - u l-bieraħ stess il-Prim Ministru qalilna li diġa' beda jaqbad ir-ritmu ekonomiku.", "Issa diskors bħal dan ma nafx x'ġid qed jagħmel u ngħid għalija aħjar inġibu ruħna b'mod aktar denju u b'mod aktar serju.", "Allura, ngħid jien, bħala parlament elett mill-poplu aħna lesti li nwarrbu prinċipji demokratiċi u nidħlu fil-problemi li għandu ħaddieħor sabiex nagħmlu dak li qed jiddettawlna?", "Meta ġew preżentati l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju l-ewwel kellkom il-pressure min-naħa ta' l- oppożizzjoni biex tirtiraw dawk l-emendi u mbagħad kellkom pressure minn xi għaqdiet oħra, fosthom il-Moviment Ewropew Malti - u dan huwa fattur interessanti - li qalulkom ċar u tond li m'intomx se tagħmlu sew li se terġgħu ddaħħlu l-VAT b'dak il-mod u mbagħad wara dan kollu għamiltu U-turn u għidtu: Le, aħna lesti li niddiskutu.", "Bħallikieku xi ħadd qalilkom li m'intomx lesti li tiddiskutu!", "Imma mbagħad meta rajtu li aħna bħala Partit Laburista rridu nimxu b'mod serju u rridu niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi bdejtu tagħtu l-gambetti.", "Tant kienu qawwija dawn il-gambetti li spiċċajtu biex ressaqtu skeda li meta wieħed jaraha, anke kieku l-abbozz ta' liġi dwar il-VAT kien se jiġi diskuss waħdu u ma kienx se jiġi diskuss ħallata ballata mal-budget, ma jistax ma jammettix li d-diskussjoni se tkun waħda ristrettiva.", "Għalhekk, Sur President, anke hawn il-prinċipju demokratiku mhux qed jinżel tajjeb u dawn żgur m'humiex messaġġi sbieħ li qegħdin nibagħtu lill- Unjoni Ewropea.", "Min hu serju ma jinżlulux tajjeb dawn l-affarijiet għax li toħroġ ilsienek minn hawn sa ħdejn is-Sedja biex b'xi mod lill-Ewropej tipprova tgħidilhom: Ara aħna kemm konna rġiel, tlajna fil-gvern fil-5 ta' Settembru u sa l-1 ta' Jannar diġa' se nkunu erġajna daħħalna l-VAT ...", "Qisna qegħdin ngħidulkom: Issa għandkom tpoġġuna fuq il-fast track għax rnexxielna nerġgħu mmorru fuq l-istess linja li konna qbadna bejn l-1992 u l-1996.", "Fi tliet xhur irnexxielna nagħmlu dan kollu.", "(Interruzzjonijiet) Tista' toqgħod hawn, Onor. Gatt, għax illum m'hijiex il-festa ta' San Pawl u m'hawn l-ebda marċ.", "(Interruzzjonijiet) Iva, inti fil-festa ta' San Pawl ridt tmur il-marċ allavolja kienet għaddejja seduta parlamentari.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Gatt, jekk jogħġbok żomm l-ordni.", "Ma rridx cross-debate.", "Kompli, Onor. Farrugia, u jekk jogħġbok żomm mal-mozzjoni li għandna quddiemna.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Għallinqas jien tlajt, Onor. Gatt!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom ġibu rispett lill-Kamra.", "Kompli, Onor. Farrugia.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Sur President, jien m'iniex se noqgħod ngħidlu biex jirtira dak li qal.", "Jista' ma jirtirahiex jekk irid!", "Għalija no problem għax naf nieħu ħsieb l-affarijiet tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli, Onor. Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Sur President, din il-mozzjoni ta' proċedura hija mozzjoni ta' gvern li diġa' jinsab fi kriżi, u dan minħabba s-sens ta' paniku, ta' biża' u ta' żlealta' lejn l-istess poplu Malti li poġġiekom fuq il-bankijiet tal-gvern.", "Din hi l-verita'.", "U tant qed turtakom din il- verita' li f'erbat ijiem filli kontu għaddejjin gas down bl-emendi għall- Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju u filli f'daqqa waħda għamiltu U-turn.", "Fejn qatt smajnieha din?", "Ara qattx kellna U-turns daqshekk spissi mill- Partit Nazzjonalista?", "(Interruzzjonijiet) Aħna bħala Partit Laburista ma kellniex għalfejn noqogħdu nagħmlu U-turns.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Gonzi, inti l-ewwel bdejt twaqqaf lill-Onor.", "George Vella għax għidtlu biex iżomm mal-mozzjoni ta' proċedura imma jien niftakar li meta kien qed isir id-dibattitu fuq is-CET intom ħlief titkellmu fuq l-Unjoni Ewropea m'għamiltux.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aqraw id-debates!", "Żgur li fid- diskussjoni ma ffokajtux fuq is-CET għax l-aċċent kien fuq ir- relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Allura inti bilfors ma qrajthomx dawk id-debates!", "Allura bħalma inti għidtli li ma qrajtx il-mozzjoni ta' proċedura sew, jien ma nistax ngħidlek li inti ma qrajtx id-debates dwar is-CET?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Trid taqrahom id-debates ta' dak iż-żmien?", "Ejja aqrahom!", "Hawnhekk qegħdin, ejja aqrahom!", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien kont nippresjedi dawk id-debates, jiġifieri naf x'qed ngħid.", "Kemm ħlejtu sigħat titkellmu fuq l-Unjoni Ewropea u meta ġejtu għas-suġġett bqajtu lura!", "(Interruzzjonijiet) Iva, bqajtu lura meta ġejtu biex titkellmu fuq it-taxxa tas-CET għax kontu tafu li dik il-liġi kienet se terġa' tagħti ħajja lill-industrija Maltija, bħalma fil-fatt għamlet.", "Mhux talli hekk imma talli meta daħlet il-liġi tas-CET, sakemm spiċċajna mill-gvern minħabba raġunijiet li jafhom il-poplu Malti kollu ...", "Għax il-poplu llum kollox jaf, anke kemm aħna konna serji meta konna fil- gvern.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan huwa kollu out of order.", "Ġibu in order dan id- diskors.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Issa m'għadekx l-iSpeaker tal-Kamra!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Sur President, irrid il-ħin li qed jaħluli.", "(Interruzzjonijiet) Meta aħna daħħalna s-CET in-numru tas-self-employed tela' ħafna iktar minn meta kienet ġie introdotta l-VAT.", "Dik hi l-verita'.", "L-Onor.", "Gavia Gulia jista' jgħidilkom dan hu stess mill-istatistika li għandu quddiemu.", "(Interruzzjonijiet) Din il-mozzjoni ta' proċedura hi negattiva għax biha lill-poplu Malti ma nistgħux nispjegawlu dan kollu, mhux imbilli jiġi l-Kap tal-Kamra u jippreżentalna mozzjoni ta' din il- kwalita' u jiġi jgħidilna: Isma', inti 40 minuta għandek!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli għaddej bid- diskors tiegħu.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "RITA LAW: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Point of order, Sur President!", "Niġbidlek l- attenzjoni li daqq nofsinhar.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta tibqa' sejra.", "(Interruzzjonijiet) Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, aħna għalissa għadna mexjin skond l- ordnijiet permanenti ta' din il-Kamra u mhux skond il-mozzjoni ta' proċedura li qed niddiskutu u li tirregola dak li għad irid jiġri.", "Peress li l-mozzjoni ta' proċedura għadha quddiem il-Kamra, jiġifieri għadha m'hijiex adottata, allura skada l-ħin ta' din is-seduta u għalhekk għandna naġġornaw.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din is-seduta hija regolata b'dik il-mozzjoni ta' proċedura li tirregola d-dibattiti kollha li bdew isiru mill-mument li beda jiġi diskuss il-budget sal-mument li nispiċċaw id- diskussjoni fuq l-estimi ġenerali.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit.", "Iva, is-seduta ta' dalgħodu hija regolata b'dik il-mozzjoni ta' proċedura, li fost affarijiet oħra tgħid li din il-Kamra tista' tiltaqa' fid-9.00 a.m. iżda pero' ma tistabilixxiex il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit għax naħseb li mhux sew li naqbdu nparlaw mingħajr ma nagħtu ċans lil dak li jkun jitkellem.", "Il-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol huwa stabilit mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra stess u fil-fatt l-Ordni Permanenti Nru. 9 jgħid preċiżament li:", "\"Il-ħin stabilit għall-interruzzjoni tax-xogħol ikun id-9.00 p.m. kemm- il darba l-Kamra ma tkunx ordnat xort'oħra.\"", "Jiġifieri din is-seduta ssejħet għad-9.00 a.m. in forza tal-procedure motion u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol huwa fid-9.00 p.m.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, hija xi ħaġa ċara li l-proċedura li rrifera għaliha l-Onor.", "Gonzi għandha x'taqsam biss mas-seduti li qed isiru dwar l-estimi ġenerali.", "Issa din is-seduta m'għandhiex x'taqsam ma' l- estimi ġenerali imma għandha x'taqsam max-xogħol tal-parlament u għalhekk għandha tiġi regolata skond in-normi u l-istanding orders normali ta' dan il-parlament, fosthom li tispiċċa f'nofsinhar.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nerġa' nirripeti li l-bieraħ il- Kamra aġġornat għad-9.00 a.m. imma naħseb li qabel xejn ikun aħjar jekk nispjegaw x'inhu aġġornament.", "Aġġornament huwa mozzjoni li titressaq quddiem din il-Kamra u mbagħad meta tgħaddi nofs siegħa ta' diskussjoni l- Kamra tiġi aġġornata - il-bieraħ ma kienx hemm dik in-nofs siegħa diskussjoni tas-soltu għaliex il-procedure motion tal-budget tirregola li ma jkunx hemm dik in-nofs siegħa - u peress li l-istanding orders jgħidu li l-ħin ta' l-interrruzzjoni tal-Kamra huwa fid-9.00 p.m., allura din is- seduta għandha taġġorna fid-9.00 p.m.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għalija l-kollega tiegħi qed jinterpreta l-ordnijiet permanenti b'mod stramb.", "Huwa veru li Ordni Permanenti Nru. 9 jgħid li l-ħin stabbilit għall-interruzzjoni tax-xogħol huwa fid-9.00 p.m. imma mbagħad wieħed irid iħares ukoll lejn il-prassi ta' din il-Kamra.", "Safejn naf jien biex fi żmienna sabiex konna nagħmlu seduti li jibqgħu sejrin sad-9.00 p.m. kien ikollna nagħmlu mozzjoni ta' proċedura, kif qed isir illum.", "Jien nemmen u nifhem li bħalissa x-xogħol tal-Kamra m'huwiex regolat mill-mozzjoni ta' proċedura li għandna quddiemna bħalissa imma mill-mozzjoni ta' proċedura li l-kollega tiegħi ressaq u li ġiet approvata fl-4 ta' Diċembru - u fiha m'hemm indikat imkien li se jkun hemm xi seduti li se jibqgħu sejrin sad-9.00 p.m., anzi hemm imsemmi li seduta m'għandhiex tieħu iktar minn tliet sigħat u għandha tispiċċa fil-ħin li hemm imniżżel imma l-Kamra xorta tista' tiltaqa' biex isir xogħol ieħor tal-gvern - u allura ma nistax nifhem minn fejn l-Onor.", "Gonzi qed jaqlagħha li s-seduta għandha tibqa' sejra sad-9.00 p.m. Dan huwa proprju d- dibattitu li għamilna meta aħna konna ressaqna mozzjoni proċedurali f'dan is-sens u konna ġejna mgħajrin fuqha.", "Allura għalfejn kien sar dak id- dibattitu kollu dak iż-żmien?", "Sur President, suppost illum is-Sedja waqqfet id-dibattitu f'nofsinhar, bħalma għamlet il-bieraħ, għax dak huwa l-ħin normali ta' l-interruzzjoni tax-xogħol.", "Irridu niftakru li llum aħna m'aħniex qed nagħmlu diskussjoni fuq l-estimi ġenerali imma fuq mozzjoni ta' proċedura li tressqet min-naħa tal-gvern u d-dibattitu f'seduta normali jieħu sa nofsinhar.", "Madanakollu issa sta għas-Sedja biex tiddeċiedi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jekk tippermettili nixtieq niġbed l- attenzjoni li l-mozzjoni ta' proċedura li tressqet fl-4 ta' Diċembru, 1998 u li qed tirregola d-dibattiti li jsiru waqt li jkunu qed jiġu diskussi l- estimi ġenerali hija maqsuma fi tnejn, għax għandha parti bil-heading \"Provvedimenti Ġenerali\" u għandha parti oħra intestata \"Estimi Ġenerali 1999\".", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi u ngħid li din il-mozzjoni ta' proċedura hija kkopjata minn procedure motions oħra li saru s-sena li għaddiet, sentejn ilu u anke tliet snin ilu, jiġifieri hawnhekk ma sar xejn ġdid.", "Ta' min jgħid li taħt it-titlu \"Provvedimenti Ġenerali\" hemm stabilit li l-Kamra tista' tiltaqa' fi ġranet oħra biex tagħmel xogħol ieħor tal-gvern li m'huwiex xogħol finanzjarju u dik il-mozzjoni ta' proċedura qiegħda magħmula b'tali mod u manjiera li tippermetti lill-gvern illi matul il-perijodu ta' żmien li jkun qiegħed jiġi diskuss il-budget ikun jista' jagħmel xogħol ieħor.", "Issa l-Onor.", "Vella jaf ukoll - jekk jidhirlu li dan li se ngħid issa jrid jikkoreġih jista' jagħmel dan pero' jien għandi t-transcripts hawnhekk u nista' nurihomlu - li fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra li saret fit-30 ta' Novembru - meta jien kont tlabt li nibdew id- diskussjoni fuq l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju u n-naħa ta' l- oppożizzjoni nsistiet li nimxu mal-proċedura tas-seven day notice - f'mument minnhom jien ġbidt l-attenzjoni għall-procedure motion ta' l- estimi ġenerali u għidt li teknikament jien nista' nagħmel seduta li fiha jittieħed il-vot ta' l-estimi u fuq l-aġenda npoġġi wkoll xogħol finanzjarju ieħor tal-gvern biex meta jittieħed il-vot ta' l-estimi s- seduta tkun tista' tkompli.", "Fil-fatt din il-procedure motion tgħid li mbagħad is-seduta tkun tista' tkompli sakemm jitlesta xogħol ieħor tal- gvern.", "Imma l-problema hi li filwaqt li l-procedure motion tgħidlek li tista' tagħmel seduta fid-9.00 a.m., jitressqu l-voti tal-budget, il-votazzjoni tittieħed fil-ħin stabilit, jiġifieri fin-12.30 p.m., u mbagħad jitkompla x- xogħol li jkun hemm fuq l-aġenda, imkien m'hemm stabilit il-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol.", "Għalhekk ma kienx possibbli għalina - u dan jien diġa' spjegajtu waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra - li nagħmlu seduta li, għall-grazzja ta' l-argument, tispiċċa fil-5.00 p.m. Jiġifieri m'huwiex possibbli għalina li nimxu bil-procedure motion ta' l- estimi ġenerali, nagħmlu seduta fid-9.00 a.m., niddiskutu l-voti partikolari li jkollna quddiemna, isiru n-12.30 p.m., jittieħdu l- votazzjonijiet u u wara ngħaddu għall-item l-ieħor ta' l-aġenda u mbagħad naġġornaw fil-5.00 p.m. Nerġa' nirripeti li dan m'huwiex possibbli għax il- procedure motion li tirregola d-diskussjonijiet dwar l-estimi ġenerali ma tgħidx li seduta tista' taġġorna fil-5.00 p.m. Għalhekk ġaldarba l- procedure motion tal-budget m'hijiex qed tistabilixxi l-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol, din il-Kamra jkollha bilfors taqa' fuq l- istanding orders.", "Issa Ordni Permamenti Nru. 9 huwa ċara daqs il-kristall u jgħid li:", "\"Il-ħin stabilit għall-interruzzjoni ta' xogħol ikun fid-9.00 p.m. kemm-il darba l-Kamra ma tkunx ordnat xort'oħra.\"", "Għalhekk il-pożizzjoni hija sempliċi ħafna.", "Is-seduta ta' dalgħodu qiegħda tissejjaħ wara l-aġġornament tal-bieraħ in forza tal-procedure motion li tirregola d-dibattiti kollha sakemm jitlesta x-xogħol finanzjarju tal- gvern, liema procedure motion m'hijiex qed tistabilixxi l-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol ta' seduta li tissejjaħ is-Sibt fid-9.00 a.m., bħal fil-każ ta' llum, u għalhekk trid bilfors taqa' fuq l-istanding orders li jgħidulek li l-ħin stabilit għall-interruzzjoni tax-xogħol huwa fid-9.00 p.m.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, huwa inutili li noqogħdu nitkellmu b'ħafna verbożita' biex naħbu l-fatti u nipprovaw inħawdu l-imħuħ tan-nies.", "Il-mozzjoni proċedurali li qed jagħmel riferenza għaliha l-kollega tiegħi tgħid hekk:", "\"Illi fis-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Estimi Ġenerali 1999 jew l-Estimi Supplimentari 1998 jista' jsir xogħol ieħor tal- gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, ...\".", "Issa, Sur President, din is-seduta tal-lum m'għandhiex x'taqsam ma' l- estimi ġenerali għax din hija seduta ad hoc.", "Aħna dalgħodu m'għamilna l- ebda xogħol finanzjarju u l-mozzjoni ta' proċedura tgħid li rridu ngħaddu għax-xogħol kollu li jkun jidher fuq l-aġenda wara li jkun spiċċa x-xogħol finanzjarju.", "Hawnhekk dan m'huwiex il-każ u tant hu hekk li l-bieraħ, meta konna qed niddiskutu l-liġi tal-VAT, is-Sedja waqqfet id-diskussjoni f'nofsinhar.", "Allura l-Onor.", "Gonzi għaliex ma qamx il-bieraħ u qal li Standing Order No. 9 jgħid li nistgħu nibqgħu sejrin sad-9.00 p.m.?", "Għaliex two weights and two measures?", "X'serjeta' hi din li rridu nipprovaw nidħku bin-nies meta l-prassi, li ilha tiġi mħaddma għal żmien twil, hija li f'nofsinhar id-dibattitu jrid jieqaf?", "Issa rridu noqogħdu nilagħbu bil- karti wkoll?", "Din hi s-serjeta'?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, il-ħabib tiegħi m'għandux għalfejn joqgħod jitmasħan.", "(Interruzzjonijiet) Din hija kwestjoni proċedurali.", "(Interruzzjonijiet) U iva, ħadu għalihom fuq tal-fliexken vojta.", "Issa jekk se noqogħdu sejrin hekk il-fliexken se jispiċċaw imxaqqin ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Allura intom titfgħu l-insulti fuq din in-naħa qisu qatt ma kien xejn u aħna m'għandniex dritt nirreaġixxu.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) X'affarijiet dawn!", "(Għajjat)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Ikompli Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din hija kwestjoni sempliċi ħafna.", "Is-Sedja għandha quddiemha mozzjoni ta' proċedura u għandha quddiemha wkoll regolament tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vella huwa żbaljat meta qed jgħid li din il-mozzjoni ta' proċedura qed tirregola biss is-seduti ta' l-estimi finanzjarji għax, kif għidt diġa', din il-mozzjoni hija maqsuma fi tnejn, provvedimenti ġenerali u estimi ġenerali 1999.", "Issa l-iskop għal dan huwa ovvju, Onor. Vella, u se ngħid għaliex.", "Skond l-istanding orders tagħna suppost li fil-ġranet allokati għal xogħol finanzjarju - li huma limitati ħafna għax suppost li x-xogħol finanzjarju jsir f'ċertu numru ta' ġranet limitati - ma jista' jsir l-ebda xogħol ieħor u għalhekk kull gvern, wieħed wara l-ieħor, ippreżenta mozzjoni ta' proċedura biex ibiddel dawk l-istanding orders antikwati ħalli b'hekk jippermetti lilu nnifsu l-flessibbilta' li waqt li jkun għaddej bil- voti finanzjarji u bil-budget ikun jista' jagħmel ukoll xogħol ieħor.", "Dan huwa l-iskop kollu tal-mozzjoni ta' proċedura u dan huwa preċiżament dak li konna qed nagħmlu dalgħodu u li għamilna l-bieraħ, bid-differenza li skond l-istanding orders il-ħin ta' l-aġġornament għal din is-seduta jrid ikun bilfors fid-9.00 p.m. (Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien se nibqa' nsostni l-punt li għamilna aħna u għalhekk nitlob ruling f'dan ir-rigward.", "Nerġa' ngħid li l- bieraħ f'dan il-parlament kellna xogħol li waqaf f'nofsinhar u li d- diċitura li hija wżata fil-mozzjoni ta' proċedura li tirregola d- diskussjoni fuq l-estimi ġenerali tant hi ċara li trid tkun veru flixkun imtaqqab biex taqbiżlek!", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nikkwota:", "\"Illi fis-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Estimi Ġenerali 1999 jew l-Estimi Supplimentari 1998 jista' jsir xogħol ieħor tal- gvern, ...\".", "Nirritjeni li l-bieraħ filgħodu u dalgħodu d-darbtejn konna qed niddiskutu affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-estimi ġenerali u għalhekk is- seduta ta' llum suppost li spiċċat fil-ħin li spiċċat il-bieraħ, jiġifieri f'nofsinhar.", "ONOR.", "MEMBRU: Ħadd m'oġġezzjona min-naħa l-oħra l-bieraħ!", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ftit minuti.", "F'12.01 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-12.55 p.m.", "RULING", "MR SPEAKER: Il-punt imqajjem mill-Onor Alfred Sant, Kap ta' l- Oppożizzjoni, hu li l-f'nofsinhar skada l-ħin tad-diskussjoni u l-Kamra kellha tiġi aġġornata.", "L-Ordni Permanenti Nru 9 jgħid li:", "\"Il-ħin stabilit għall-interruzzjoni ta' xogħol ikun fid-9.00 p.m. kemm-il darba l-Kamra ma tkunx ordnat xort'oħra.\"", "Ġaladarba l-Kamra ma ordnatx xort'oħra, la permezz tal-Mozzjoni ta' Proċedura 31 u lanqas permezz ta' xi arranġament jew ftehim ieħor, huwa l- Ordni Permanenti Nru 9 li għandu jirregola l-ħin ta' l-interruzzjoni ta' din is-seduta.", "Għaldaqstant is-seduta tissokta.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, dan ir-ruling tant huwa oxxen ...!", "(Interruzzjonijet) (Għajjat)", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Farrugia biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Il-Kamra hija sospiża minħabba diżordni.", "Fis-12.57 p.m. il-Kamra ġiet sospiża minħabba diżordni u rriżumiet disa' minuti wara.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Point of order, Sur President!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, din in-naħa tal-Kamra tant qed tara r- ruling tiegħek oxxen li jien, l-ewwel wieħed, qed niddikjara sfiduċja personali totali fik.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk din in-naħa tal-Kamra se tressaq mozzjoni ta' sfiduċja fik personali u inti għandek id- dmir li din tressaqha minnufih quddiem il-Kamra.", "Aħna se noħorġu minn dan id-dibattitu, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Għajjat)", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Anglu Farrugia biex ikompli bid-diskors li kien qed jagħmel aktar kmieni.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx iktar rimarki, nistieden lill-Ministru Gonzi biex jgħaddi għall-winding-up.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ġaladarba m'hawnx iktar rimarki se ngħaddi għall-winding-up ta' din il-mozzjoni ta' proċedura u naħseb li taħt dawn iċ-ċirkostanzi għandi diversi punti x'nagħmel, kemm dwar id-diskorsi li saru f'dan id-dibattitu kif ukoll dwar it-tip ta' reazzjoni li rajna tiġri quddiemna issa.", "Irrid ngħid li jien inkompli nimmeravilja ruħi bl- inkonsistenza u bin-nuqqas ta' stima ta' l-oppożizzjoni lejn is-Sedja, lejn dan il-parlament kif ukoll lejn ir-rispett uman tal-membri tan-naħa l-oħra infushom.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jien niskanta kif filwaqt li meta niltaqgħu fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra nisimgħu ħafna diskors bħal:", "\"Ejjew niddiskutu għax huwa importanti li niddiskutu l-VAT malajr kemm jista' jkun.", "Tajjeb li l-gvern fl-aħħar dar u issa qed jaċċetta li għandu jkun hemm id-dibattitu\",", "u lili jgħiduli biex infittex nagħmel id-dibattitu malajr kemm jista' jkun,", "''anke jekk hemm bżonn inlaqgħu l-parlament wara nofsinhar, is-Sibt, il-Ħadd u anke fil-Milied,''", "imbagħad meta nippreżenta mozzjoni ta' proċedura quddiem il-Kamra u niddedikaw l-ewwel sagħtejn jew tlieta tas-seduta ta' llum fuq din il- mozzjoni ta' proċedura ħalli immedjatament wara tibda d-diskussjoni tal- VAT, insibu lill-oppożizzjoni - li suppost kellha tkun konsistenti magħha nnifisha u żżomm id-dibattitu fuq din il-mozzjoni ta' proċedura għal siegħa jew sagħtejn biss, ħalli nibdew id-diskussjoni fuq il-VAT malajr kemm jista' jkun - qed tagħmel diskorsi li juruk is-sens ta' filibustering bl- iskop uniku li jittieħed iktar mill-ħin ta' dan il-parlament.", "Id-diskorsi li saru dalgħodu suppost li kienu jikkonċentraw fuq il-mozzjoni ta' proċedura li għandna quddiemna llum imma dawn estendew fuq aspetti oħrajn li m'għandhom x'jaqsmu xejn biex imbagħad spiċċajna kellna din ir-reazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni kontra s-Sedja, u dan kollu minħabba li skoprew li huma stess ma rrealizzawx li din is-seduta tista' tkompli biex niddiskutu l-VAT.", "Wara kollox is-Sedja kulma għamlet fir-ruling tagħha kien li kkwotat ordni permanenti tal-Kamra.", "Allura tajba din, għax is-Sedja tibbaża ruling fuq ordni permanenti tal-Kamra, Alla jbierek l-oppożizzjoni tieħu din l- attitudni bla sens li taqbad u toħroġ 'il barra!", "Hwnhekk bilfors ikolli nikkonkludi li dan huwa sinjal ċar ta' irresponsabbilta'.", "Dan huwa sinjal ċar li dawn in-nies l-ewwel jgħidu ħaġa u mbagħad jagħmlu oħra, li l-ewwel jgħidulek li hemm bżonn li d-dibattitu tal-VAT isir kemm jista' jkun malajr u mbagħad meta tagħtihom is-soluzzjoni jabbandunaw l-awla, itemmu l- funzjoni tagħhom bħala oppożizzjoni f'demokrazija parlamentari f'nofs ta' triq u joħorġu 'l barra.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Bla ebda dubju din hija konferma ta' l-irresponsabbilta' ta' l-oppożizzjoni.", "Issa l- irresponsabbilta' ta' l-oppożizzjoni m'aħniex qed narawha llum tafux, għax l-oppożizzjoni donnha għadha lanqas biss irrealizzat li tliet xhur ilu l- poplu Malti qalilhom: Intom ma mexxejtux tajjeb, mela warrbu minn hemm għax jien irrid li f'dan il-pajjiż jiggverna l-Partit Nazzjonalista.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-oppożizzjoni għandha tapprezza, għandha tifhem u għandha tirrispetta l-verdett tal-poplu li lill-Partit Nazzjonalista qablu biex jiggverna hu, u aħna qed niggvernaw u se nkomplu niggvernaw għax għandna l-interess tal-pajjiż quddiem għajnejna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Dalgħodu x'ħin kont qed nintroduċi din il-mozzjoni ta' proċedura jien ikkwotajt partijiet mid-diskors li għamilt nhar it-Tnejn li għadda - waqt li konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il- Protezzjoni ta' l-Erarju - pero' ħallejt biċċa barra.", "Fil-fatt ħallejtha barra apposta għax kont qiegħed nittama li d-dibattitu ta' llum kien se jittratta dwar il-mozzjoni ta' proċedura li bħalha kellna diversi fl- istorja ta' dan il-parlament u kollha ħadu seduta waħda - kull mozzjoni ta' proċedura li tressqet quddiem dan il-parlament dejjem ħadet seduta waħda, sia meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u sia meta kien hemm il-Partit Laburista - pero' llum dan ma seħħx għalkemm b'daqshekk ma ġara xejn.", "Nhar it-Tnejn li għadda jien spjegajt li jekk tassew irridu nkunu serji u nfittxu l-interess veru ta' dan il-pajjiż u mhux l-interess ta' xi naħa minn din il-Kamra jeħtieġ li nwarrbu kompletament kull partiġjaniżmu politiku u kull fissazzjoni fuq xi sistema ta' tassazzjoni jew oħra u minflok nibdew nisimgħu x'qed jgħidulna n-nies fit-triq, x'qed jgħidulna l- korpi kostitwiti u x'qed jgħidulna l-unions.", "Jekk nagħmlu hekk bilfors li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaslu biex jaqblu li għandha tidħol is-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT u li din għandha tidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr biex il-pajjiż ikun jaf fejn hu qiegħed, biex ma jibqax imdendel u biex noħorġu kemm jista' jkun malajr mill-istaġnar li sal-lum għadna ma ħriġniex minnu b'riżultat ta' l-iżbalji u tad-deċiżjonijiet ħżiena li ħa l- Gvern Laburista matul is-sentejn li għaddew.", "Kulħadd jgħidilna li rridu ndaħħlu s-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT malajr kemm jista' jkun biex il- pajjiż jissettilja.", "Jien għidt li l-pajjiż ma jistax jibqa' għaddej b'dan is-sulluzzu u li aħna bħala gvern għandna r-responsabbilta' - u jien sostnejt li anke sħabna tan-naħa l-oħra bħala oppożizzjoni - li lil dan il- pajjiż ma nħalluhx għaddej b'dan is-sulluzzu u allura għandna naraw kif nagħmlu biex nagħtuh sistema ta' tassazzjoni ċara li tkun in place ħalli kulħadd ikun jaf fejn hu qiegħed.", "Fil-fatt jien għidt ukoll li l-ministru tal-finanzi għamel xi ħaġa mhux tas-soltu meta kien qed jippreżenta l-budget - din semmejtha anke nhar it- Tnejn li għadda - għax flimkien mad-diskors tal-budget ippreżenta l-abbozz ta' liġi tal-VAT li qed jipproponi lil din il-Kamra.", "Ta' min jgħid ukoll li l-ministru tal-finanzi qal li meta kkonsulta mal-korpi kostitwiti, mal- unions u mas-setturi involuti, ir-risposta li ngħatatlu kienet - infatti din ġiet pubblikata wkoll fl-istqarrija li ħarġet il-Kamra tal-Kummerċ il- bieraħ jew il-bieraħt lura, jiġifieri issa dan mhux il-gvern biss qed jgħidu imma anke min hu involut direttament fis-sistema ta' tassazzjoni minn filgħodu sa filgħaxija u min hu front liner fit-tħaddim ta' din is- sistema - li l-abbozz ta' liġi dwar is-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT jrid jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1999.", "Jien spjegajt ukoll li l-mira tagħna bħala gvern m'hijiex li ma niddibattux dan l-abbozz ta' liġi u peress li kien hawn min qed jipprova jagħti x'jifhem jew joħloq perception li l-Gvern Nazzjonalista b'xi mod jew ieħor ma riedx jiddibatti dan l- abbozz ta' liġi, jien għamiltha ċara li dan kien messaġġ żbaljat u li kuntrarjament għal dak li kien qed jingħad min-naħa l-oħra, dan il-gvern huwa kommess li jiddibatti dan l-abbozz ta' liġi bl-iktar mod serju fl- interess tal-pajjiż.", "Imma jien lill-oppożizzjoni għidtilhom ukoll: Ejjew nipprovaw infasslu skeda ta' dibattitu bejnietna biex niddibattu u nidħlu fid-dettall ta' dan l-abbozz ta' liġi pero' bil-kondizzjoni li dan l-abbozz ta' liġi jiġi fis-seħħ fl-aspetti kollha tiegħu fl-1 ta' Jannar, 1999 għax huwa fl-interess tal-pajjiż stess li jsir hekk.", "Mr Speaker, madanakollu r-reazzjoni ta' l-oppożizzjoni kienet waħda ta' tfixkil kontinwu, fejn l-ewwel tgħidlek biex niddibattuha flimkien u mbagħad taqbad u titlaqlek 'il barra; tgħidlek biex tgħidilha xi tkun se tagħmel u mbagħad tirrifjuta li tagħtik l-informazzjoni dwar kemm għandha kelliema u kemm għandha bżonn ħin biex tiddibatti.", "L-iskop ovvju ta' l- oppożizzjoni huwa li tara kif tagħmel biex toħloq il-konfużjoni u tara kif se toħloq mod kif id-dibattitu dwar il-liġi tal-VAT ma jkunx jista' jseħħ ħalli b'hekk tilħaq il-mira tagħha, ċioe' li finalment il-VAT ma terġax titħaddem.", "U dan kollu sar minħabba li l-oppożizzjoni għadha m'hijiex qed tirrealizza li tliet xhur ilu l-poplu Malti ta verdett li bih mhux biss ikkundanna l-politika ta' Alfred Sant u tal-Partit Laburista imma wkoll wera r-rieda tiegħu - jgħid x'jgħid l-Onor.", "Anglu Farrugia - sabiex il- Partit Nazzjonalista fil-gvern jimplimenta l-programm elettorali tiegħu u jwettaq wieħed mill-ikbar impenji politiċi tiegħu, jiġifieri li pajjiżna jkollu sistema ta' tassazzjoni ġusta u effiċjenti.", "Aħna konna ilna ngħidu minn xhur twal qabel l-elezzjoni - u mhux mill-aħħar ħmistax, tliet ġimgħat jew erba' ġimgħat tal-kampanja elettorali, kif ingħad f'din il-Kamra - li sistema ta' tassazzjoni ġusta u effiċjenti għal pajjiżna kellha tkun il- VAT, wara li naturalment din tiġi rtokkata u mibdula f'ċerti aspetti tagħha minn dik il-liġi li kienet għaddiet minn dan il-parlament fl-1994.", "Issa llum anke smajna diskors mill-Onor.", "George Vella fejn, hawnhekk ukoll, matul dan id-diskors daħal fil-mertu tas-sistema tal-VAT.", "Qagħad jikkritikaha u ma nafx x'ma semmiex u kemm qal affarijiet li wara kollox kellhom jintqalu matul id-dibattitu dwar il-liġi tal-VAT u mhux matul id- dibattitu tal-mozzjoni ta' proċedura - għax kieku l-Onor.", "Membru qalilna li nistgħu nibdew id-diskussjoni tal-VAT u kien jagħmel dak id-diskors matul id-dibattitu tal-VAT, almenu kien ikun jagħmel sens dak id-diskors - pero' l-punt tiegħi huwa li jekk wieħed jaqta' barra d-diskors kollu li ma kellu x'jaqsam xejn mal-mozzjoni ta' proċedura jsib li dan semma xi ħaġa għal darba darbtejn u anke tlieta - fil-fatt din jien smajtu jsemmiha anke waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li saret nhar it-Tnejn li għadda - li biha donnu qiegħed il-ħin kollu jimplika li dan il-gvern huwa b'xi mod jew ieħor kommess ma' xi ħadd - u l- implikazzjoni min-naħa ta' l-Onor.", "Vella hija li dan il-gvern huwa kommess ma' l-Unjoni Ewropea - li ndaħħlu din il-liġi bilfors fl-1 ta' Jannar, 1999.", "Issa din jien diġa' pprovajt nispjegahielu fil-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra - u se nerġa' nirripetiha llum hawnhekk - li l-uniku mpenn li għandu dan il-gvern huwa mal-poplu Malti għax huwa l-elettorat stess li għabbiena b'dan l-inkarigu.", "Dan hu l-uniku mpenn.", "Aħna m'għandna mpenn ma' ħadd.", "Aħna ma ntrabatniex ma' l-Unjoni Ewropea li se ndaħħlu l-GET jew li se ntellgħu r-rata tas-sisa għal 21% fuq il-prodotti manifatturati hawn Malta.", "Aħna ma ntrabatniex b'dawn it-tip ta' affarijiet imma ntrabatna biss mal-poplu Malti u għidnielu: Isma', jekk nitilgħu aħna fil-gvern se nerġgħu ndaħħlu sistema ta' tassazzjoni li tkun ġusta, li tkun effiċjenti u li lil dan il-pajjiż għandha terġa' tagħtih bażi soda fuq xiex huwa jkun jista' jibni t-tassazzjoni u l-finanzi tiegħu.", "Dak hu li wegħidna aħna.", "Din jien ma nafx kemm-il darba rripetejthielu waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u llum erġajt għidtha hawnhekk.", "Din in-naħa m'għandha l-ebda commitment ma' ħadd ħlief mal-poplu Malti.", "Anzi jien jien immur pass iktar 'il quddiem minn hekk u ngħid li din in-naħa m'għandha l- ebda commitment ma' ħadd ħlief ma' dak li huwa fl-interess nazzjonali ta' dan il-pajjiż, kif qed jirrealizza l-poplu Malti stess.", "Mr Speaker, imbagħad fost affarijiet oħra l-Onor.", "Vella fid-diskors tiegħu qal ukoll: Għalfejn ħass li kellu jressaq din il-procedure motion il-gvern?", "Wara kollox din il-problema mhux hu ħoloqha!", "X'jiġifieri li din il-problema ħloqnieha aħna meta aħna għamilna sforz ġenwin u kontinwu biex nipprovaw insibu mod kif nistgħu niddibattu dan l-abbozz ta' liġi u nkopru l-affarijiet li hemm bżonn?", "Li kieku għallinqas kien hemm xi forma ta' koperazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni jien konvint li konna nsibu mod u manjiera kif id-dibattitu jkun jista' jsir b'mod li jaqdi lil kulħadd.", "Imma li l-Onor.", "George Vella issa jiġi jgħidilna li aħna ħloqna xi forma ta' problema meta kien hu stess ...", "Jien dalgħodu stess ikkwotajtu - u hu ma meriehx dan id-diskors - meta waqt laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra qalli: Mhux intom fil-gvern!", "Mela mexxu intom!", "L- importanti hu li d-dibattitu fuq il-VAT jibda malajr.", "Fil-fatt hu kien anke wasal biex qalli: Toqgħodx tistenna l-procedure motion lanqas imma ibda d-dibattitu mill-ewwel.", "L-Onor.", "Vella stess fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra - u din qiegħda rreġistrata - qalli: Nhar il-Ġimgħa għandek il-vojt u għalhekk tista' tibda d-dibattitu fuq il- liġi tal-VAT dakinhar.", "Aħna hekk għamilna, anzi mhux talli bdejna d- dibattitu fuqha mill-ewwel imma talli mbagħad komplejna nipprovaw nirregolaw ħalli kulħadd ikun jaf kif se jifrex id-dibattitu fuq il-ġranet li ġejjin.", "Imma madanakollu llum l-Onor.", "Vella jiġi hawnhekk u jgħidilna li ħloqna din il-problema aħna stess.", "Dan apparti li tkaża bina għax fil- procedure motion qed ngħidu li hemm ħames sigħat biss riżervati għal din in- naħa.", "L-Onor.", "Vella qal hekk: Qed taraw kemm dan il-gvern ma jridx jagħti kas id-diskors li se tagħmel l-oppożizzjoni!", "Issa kif għidt fl- introduzzjoni tiegħi għal din il-mozzjoni ta' proċedura, milli jidher il- Partit Laburista u d-deputati Laburisti qed jirraġunaw b'mod kompletament differenti meta jkunu fuq in-naħa l-oħra minn meta jkunu fuq din in-naħa.", "Jien bħalissa għandi quddiemi x'kien ġara fid-dibattitu tal-liġi tas-CET imma forsi qabel ikun aħjar jekk niftiehmu x'aħna ngħidu għall-benefiċċju ta' kulħadd.", "Matul is-sentejn li għaddew, meta pajjiżna kien taħt Gvern Laburista, prim ministru kien hemm l-Onor.", "Alfred Sant u bħala viċi prim ministru kien hemm l-Onor.", "George Vella, li kien ukoll kap tal-Kamra.", "F'Mejju ta' l-1997 il-Gvern Laburista ġie quddiem din il-Kamra biex isir dibattitu fuq liġi li tant kienet ġdida li ħadd ma kien jaf eżattament minn fejn inħolqot u liema tip ta' mostru kienet se tkun.", "Għax minkejja n-numru ta' laqgħat u ta' diskussjonijiet li suppost kienu qed isiru mas-setturi kollha u minkejja x-xandiriet kollga bit-televiżjoni kulħadd kien baqa' jagħmel il-mistoqsijiet fuq din il-liġi għax tweġiba ċara għalihom ħadd ma kellu.", "Biex tkompli tagħqad, sadanittant kienet tħabbret ir-riżenja tal- ministru tal-finanzi wkoll u ironikament, filwaqt li l-prim ministru ta' dak iż-żmien kien qal li l-ministru tal-finanzi kien irringrazzjah talli għenu biex ifassal il-liġi tas-sisa, skoprejna li fil-verita' dan ma tantx kien favur dik il-liġi tas-sisa, anzi fil-fatt kien jemmen li l-aħjar sistema għal dan il-pajjiż hija s-sistema tal-VAT.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imma insomma, huwa fatt - għax dan ġie ċċekkjat u min irid jista' jiċċekkjah ukoll - illi d-dibattitu fuq il-liġi tas-sisa, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mat-Tieni Qari kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- istadju tal-Kumitat, kien mifrux fuq jumejn.", "Biex inkun preċiż kienu saru żewġ seduti fuq dik il-liġi, is-Seduta Nru. 71 u Seduta Nru. 72.", "Ikun interessanti li wieħed jgħid ukoll li d-dibattitu fit-Tieni Qari ta' dak l- abbozz ta' liġi - preċiżament kien sar fis-26 ta' Mejju, 1997 - b'kumbinazzjoni għall-grazzja tal-ħanin Alla b'kollox kien dam sejjer ħames sigħat, bl-interventi tal-kelliema tal-gvern u ta' l-oppożizzjoni.", "Iva, dibattitu fuq it-Tieni Qari ta' abbozz ta' liġi ġdid u kkomplikat b'tali mod li ħadd ma seta' jifhem li dam ħames sigħat għaddej.", "U min tkellem f'dawk il-ħames sigħat, Mr Speaker, ħalli l-Onor.", "Anglu Farrugia jkun jafhom dawn l-affarijiet ukoll?", "Jien lill-Onor.", "Farrugia għalhekk għidtlu biex imur jiċċekkja l-affarijiet qabel ma jaqbad u jitkellem.", "Wara kollox jien lil tan-naħa l-oħra dejjem nismagħhom jgħidu li huma jifformaw partit li jemmen fil-verita' imma meta wieħed jibda jfittex din il-verita' ma jsibha mkien.", "Imma issa ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "F'dan il-famuż dibattitu tat-Tieni Qari dwar l-abbozz ta' liġi tkellmu ħamsa min-nies.", "Tafu min kienu dawn il-ħamsa min-nies?", "Kienu l-Onor.", "Alfred Sant, li dak iż-żmien kien prim ministru u kien introduċa dik il- liġi huwa stess.", "Issa jien ma nafx kif liġi ta' tassazzjoni jippilotaha l- prim ministru u mhux il-ministru tal-finanzi.", "ONOR.", "MEMBRU: Għax wara r-riżenja ta' Lino Spiteri l-inkarigu ħadu hu għax il-frejjeġ hu jaf jagħmilhom!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela kont qed ngħid li tkellem l-Onor.", "Alfred Sant u mmedjatament warajh kien tkellem ix-shadow minister tal-finanzi, li dak iż-żmien kien l-Onor.", "John Dalli, u li għall-informazzjoni tal-Kamra kien dam jitkellem 85 minuta.", "Issa jien għandi kopja tad-diskors li kien għamel l-Onor.", "Dalli u għalhekk nista' ngħid li m'hu veru xejn dak li qal l-Onor.", "Anglu Farrugia, li ħlief fuq l-Unjoni Ewropea ma tkellimx.", "Il-verita' hi li l-Onor.", "Dalli dakinhar tkellem tajjeb u fil-fatt avża lill-Gvern Laburista bil-quddiem li l-liġi tas-CET kienet se tisfrondalu l-Kaxxa ta' Malta.", "Kien qallu: Oqgħod attent għaliex fi żmien sena se jkollok tara minn fejn se ġġib Lm50 miljun oħra.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dak li kien qal l-Onor.", "Dalli f'85 minuta ta' diskors ta' sustanza.", "Dak id- diskors ma kien fih ebda sens ta' filibustering iżda dakinhar in-naħa tal- gvern kienet preokkupata li l-oppożizzjoni kienet se tuża t-tattika tal- filibustering, tant li kienu għamlu mozzjoni ta' proċedura li kienet tippermetti diskussjoni li tibda fid-9.00 a.m. u tibqa' sejra sa nofsillejl għaliex il-ħsieb tagħhom wara dan kollu kien: Ħalli naqtgħulhom nifishom, ħallihom ħalli jgħidu!", "Hekk jew hekk ħadd m'hu qed jagħti kas!", "Imma aħna, bħala oppożizzjoni serja, għaliex konna qegħdin tassew infittxu dak li huwa verament fl-interess tal-pajjiż, iddeċidejna li nagħmlu intervent ta' sustanza biex nipprovaw niftħu għajnejn il-gvern u anke biex nissuġġerulu kif is-sistema għandha tiġi mtejba.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, nixtieq infakkar ukoll - ħalli nsemmiha din ukoll għaliex aħna malajr ninsew - li xahar qabel id-dibattitu tas-CET, jiġifieri f'April ta' l-1997, waqt li kien għaddej dan id-diskors kollu u waqt li kienu qed jitwasslu diversi messaġġi permezz tat-television, l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet ressqet mozzjoni quddiem dan il-parlament sabiex tappella lill-Gvern Laburista li ma jistax ikun li f'pajjiżna nibqgħu niġġieldu fuq is-sistema ta' tassazzjoni li għandna nħaddmu.", "Aħna għidnielu li m'għandhiex tiddaħħal il-politika partiġjana fis-sistema ta' tassazzjoni għaliex dik hija għodda importanti għall-pajjiż, sia meta jkun hemm Gvern Nazzjonalista u sia meta jkun hemm Gvern Laburista.", "Dakinhar l- oppożizzjoni kienet qalet ukoll li ma jistax ikun li qatt xi darba noħolmu li se niġbdu investiment barrani lejn pajjiżna sakemm ma tkunx deċiża s- sistema ta' tassazzjoni li għandna nħaddmu.", "Għalhekk għidna li l-aħjar ħaġa li għandna nagħmlu hija li npoġġu rasna ma' xulxin u nipprovaw insibu sistema ta' tassazzjoni li tkun aċċettabbli u teknikament tajba - u mhux politikament tajba - biex tagħti lil dan il-pajjiż dak li għandu bżonn.", "Fil-fatt aħna bħala oppożizzjoni x'konna għamilna?", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, li llum huwa l-Prim Ministru, kien ippreżenta mozzjoni quddiem dan il-parlament proprju biex jipprova jressaq lill-gvern lejn sitwazzjoni li biha s-sistema ta' tassazzjoni tiġi rranġata b'tali mod u manjiera li jkun hawn consensus nazzjonali fuqha u b'hekk inkunu solvejna din il-problema darba għal dejjem.", "Għalhekk il- ħsieb ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista dak iż-żmien ma kienx li taqbad u ssib skuża biex toħroġ 'il barra minn din il-Kamra billi twaħħal f'ruling jew ieħor u tfarfar minn fuq spallejha l-problemi li kien qed jiffaċċja l- pajjiż.", "Kieku riedna stajna għamilna hekk ukoll imma l-maturita' u r- responsabbilita' lejn pajjiżna m'huwiex dan li jitolbu minna.", "X'differenza minn dak li qed naraw jiġri llum!", "Dalgħodu l-oppożizzjoni qabdet, ħarġet 'il barra u abbandunat ir-responsabbilta' nazzjonali tagħna, mentri l- Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet preżentat mozzjoni lil dan il-parlament u qalet lill-gvern ta' dak iż-żmien: Ħalli ngħinek tirranġa l-abbozz ta' liġi li qed tippreżenta.", "Dawn huma l-proposti u aħna lesti li niktbulek l- emendi għal dan l-abbozz ta' liġi u nivvotaw miegħek.", "Hekk konna għidnielu aħna lill-Gvern Laburista dak iż-żmien, imma naħseb li lkoll bqajna niftakru x'kien ir-riżultat ta' dan kollu għax, peress li dik il-mozzjoni kienet ġiet iffirmata mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u minħabba li dakinhar l-Onor.", "Fenech Adami kien ma jiflaħx u minfloku kien qam biex jitkellem l-Onor.", "John Dalli, is-shadow minister tal-finanzi, kien qam plejtu sħiħ.", "Fil-fatt dakinhar kien qam il-prim ministru ta' dak iż- żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, u sostna li, skond hu, ladarba membru parlamentari jiffirma mozzjoni jkun irid bilfors jagħmel dak id-dibattitu hu u ma jistax iqabbad lil ħaddieħor.", "Jien niftakar li min-naħa tiegħi kont qomt, dort fuq Madam Speaker u għidtilha: Jaħasra, Madam Speaker, din hija xi ħaġa sempliċi ħafna.", "Għalfejn dan il-plejtu kollu meta hemm standing order żgħira - u kkwotajtielha - li tgħid li kull deputat ta' din il-Kamra jista' jinkariga lil deputat ieħor biex jagħmillu xogħlu!", "Madanakollu dak iż-żmien Madam Speaker kienet issospendiet, daħlet ġewwa u wara li reġgħet ħarġet tat ruling fejn ma kkwotatx l-Ordni Permanenti Nru. 9, bħalma għamlet is-Sejda llum, imma ddeċidiet li min jippreżenta mozzjoni hawnhekk irid ikun preżenti personalment jew fiżikament hu, anke jekk ikun ma jiflaħx.", "Issa minflok ma l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet qabdet, infexxet fis- Sedja u għamlet plejtu sħiħ, il-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kellu jaqdi dmiru lejn il-pajjiż billi jiġi hawnhekk ma jiflaħx u jagħmel l- intervent tiegħu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma qgħadniex indaħħlu lis- Sedja fin-nofs - fuq kollox is-Sedja qiegħda hemm biex tirregola l- proċedura - imma l-kap ta' l-oppożizzjoni kien ġie hawnhekk, qeda dmiru, komplejna bid-diskussjoni tal-mozzjoni u mbagħad aħna ħadna l-pożizzjoni tagħna u b'riżultat t'hekk l-arranġament tal-pairing kien tar.", "Dan kien ir- riżultat ta' l-istil ta' kattiverja, stil fejn ma tfittixx dak li verament huwa fl-interess tal-pajjiż imma tfittex biss l-interess politiku.", "Issa meta tagħmel hekk jien ngħid li tkun qed tfittex sal-ponta ta' mnieħrek għaliex in the long run dak li tkun qed tagħmel ikun jista' jiswielek ħafna deni għall-quddiem.", "Fil-fatt dan tant jista' jiswa deni li wara biss sena u nofs l-Onor.", "Alfred Sant tilef il-gvern li kellu f'idejh u tilfu għaliex kien mibni fuq dan it-tip ta' ħsieb żbaljat li ma jwasslek imkien jekk ma jkollokx il-kuraġġ li f'mumenti diffiċli tfittex dak li verament huwa fl- interess tal-pajjiż u mhux dak li jidhirlek li huwa fl-interess ta' dak il- mument politiku partiġjan tiegħek.", "Mr Speaker, iktar kmieni kont qed nispjega - għax ġieli bilfors ikollok tagħmel parentesi u ssemmi xi punti oħra importanti - li fl-istadju tat- Tieni Qari ta' l-abbozz ta' liġi tas-CET kienu għamlu l-interventi tagħhom erba' kelliema, ċioe' l-Onor.", "Alfred Sant, li kien introduċa dak l-abbozz ta' liġi; l-Onor.", "John Dalli, li f'diskors ta' 85 minuta kien qajjem il- punti kollha; imbagħad warajh tkellem l-Onor.", "Leo Brincat, li kien il- ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Gavin Gulia u fl-aħħar għalaq id-diskors l-Onor.", "Alfred Sant.", "Għalhekk hawn irrid nerġa' nenfasizza li kien hemm erbgħa min-nies li ddibattew it-Tieni Qari ta' l- abbozz ta' liġi tas-CET, tlieta min-naħa tal-gvern u wieħed min-naħa ta' l- oppożizzjoni, u dan id-dibattitu kien ħa ħames sigħat b'kollox.", "Imbagħad immedjatament wara - jiġifieri f'dik l-istess seduta - il-Kamra għaddiet għall-istadju ta' Kumitat ta' l-istess abbozz ta' liġi, u tiftakru x'ġara f'dak l-istadju?", "Ħalli nfakkarkom.", "Kif kont qed ngħid, dakinhar stess li għadda t-Tieni Qari ta' dak l- abbozz ta' liġi, jiġifieri fis-26 ta' Mejju ta' l-1997, fid-9.00 p.m. kien beda l-istadju ta' Kumitat, liema kumitat kien aġġorna fin-12.30 a.m. - tistgħu taħsbu kemm dak il-ħin kellna moħħna ċar u frisk! - għall-għada 27 ta' Mejju fejn konna komplejna bl-istadju ta' Kumitat u spiċċajna biex fid- 9.18 p.m. - dan il-ħin qed nikkwotah mit-traskrizzjoni tas-seduti tat-Tmien Parlament - għaddejna għat-Tielet Qari ta' dak l-abbozz ta' liġi.", "Issa meta tgħodd kemm ittieħed ħin fl-istadju ta' Kumitat issb li kien ittieħed massimu ta' 13-il siegħa u fl-istadju tat-Tieni Qari ttieħdu ħames sigħat, jiġifieri b'kollox biex għaddiet il-liġi tas-CET ttieħdu 18-il siegħa.", "Tafu kemm qegħdin nallokaw ħin f'din il-mozzjoni ta' proċedura biex finalment inkunu nistgħu niddibattu l-liġi tal-VAT?", "Qegħdin nallokaw total ta' 53 siegħa, xejn anqas.", "U hawnhekk bilfors ikolli nagħmel il-punt li din m'hijiex xi liġi ġdida u stramba, li ġiet ivvintata biċċa minn hawn u biċċa minn hemm, imma hija liġi li dan il-pajjiż kien diġa' ħaddem bejn l-1995, l-1996 u l-1997, naturalment wara diskussjoni sħiħa fil-parlament.", "Huwa fatt li aħna diġa' għandna l-esperjenza ta' din il-liġi, diġa' għandna l- esperjenza tagħha fil-prattika, diġa' nafu x'inhi u xi tfisser, u mhux aħna d-deputati biss imma anke n-nies tat-triq, apparti li l-elettorat tana l- mandat li nerġgħu nimplimentawha bit-tibdiliet li semmejna fil-programm elettorali.", "Mela tajjeb, Mr Speaker, għal-liġi tas-sisa li vvinta l-Onor.", "Alfred Sant - bil-komplikazzjonijiet kollha li fiha u li s'issa għadu ħadd ma fehem sal- ġurnata mqaddsa ta' llum - ħadna total ta' 18-il siegħa; u għall-abbozz ta' liġi tal-VAT, li l-prinċipju tiegħu konna diġa' ddiskutejnieh, nafu x'inhu u nafu li ftit fih tibdiliet mil-liġi li konna ressaqna oriġinarjament quddiem dan il-parlament - issa nagħmilha ċara li qed ngħid li ftit fih tibdiliet bħala numru ta' klawsoli u mhux bħala sustanza - se nieħdu 53 siegħa ta' dibattitu, li huma ekwivalenti għal 21 seduta, 12-il seduta minnhom, jiġifieri 30 siegħa, fl-istadju tat-Tieni Qari u 23 siegħa minnhom, jiġifieri bejn wieħed u ieħor disa' seduti, fl-istadju ta' Kumitat.", "Allura hawnhekk jien nerġa' ngħid: Imma x'qed jippretendu iktar minn hekk biex jirrealizzaw li dan il-gvern qed jagħmel ħiltu verament ħalli dan il-parlament ikollu l-fakulta' kollha li jiddiskuti?", "Li ninżlu għarkubbtejna!", "Imma dawn in-nies ma jridux jifhmu li din in-naħa qiegħda hawn bir-responsabbilta' tat-tmexxija tal-pajjiż?", "Dawn in-nies ma jridux jifhmu li aħna għandna dmir, u huma magħna wkoll, lejn dan il-pajjiż?", "Jekk huma stess kienu qed jgħidulna li jekk hemm bżonn nidħlu anke fil-ġurnata tal-Milied, allura għala qegħdin iġibu ruħhom b'dan il-mod?", "Il-poplu żgur li se jikkundannahom għall-inkonsistenza u għall-irresponsabbilta' li wżaw għat-tieni darba f'dawn l-aħħar tliet xhur mal-poplu Malti.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa nixtieq nikkonkludi dan il-winding-up billi nikkummenta fuq żewġ punti żgħar li għamel l-Onor.", "Anglu Farrugia, għax anke hawn kien kompletament skorrett.", "Mr Speaker, jien f'mument minnhom lill-Onor.", "Farrugia across the floor għaddejtlu rimarka mhux biex ninsulentah imma biex darb'oħra jaqraha l- mozzjoni ta' proċedura u mhux jiġi jitkellem fuq il-mozzjoni mingħajr ma jaqraha.", "U għaliex qed ngħid li hu milli jidher ma qrahiex din il-mozzjoni ta' proċedura?", "Għax, per eżempju, darba minnhom qal: X'jiġifieri li jkollok deputat li jkun irid jagħmel emenda u ma jkunx jista' jagħmilha din?", "Imma din minn fejn ġabha l-Onor.", "Gonzi?", "Minn fejn ġabha din li ma tistax tagħmel emenda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għidilhom iġibuhomlna issa l-emendi!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm x'imkien miktub fil-mozzjoni ta' proċedura li deputat ma jistax jagħmel emenda?", "Dan m'hu veru xejn.", "Li hemm miktub huwa li l-ministru jista' iressaq emendi u klawsoli ġodda - fil-fatt din hemm bżonn titniżżel f'mozzjoni ta' proċedura - imma ovvjament kull membru għandu l-liberta' li jressaq emenda.", "Lili ssorprendieni l-Onor.", "Farrugia meta rajtu li ma fehemhiex din, iktar u iktar meta naf li qatta' sentejn bħala president tal-kumitati għax suppost li sa llum tgħallimha l-proċedura li tintuża fl-istadju ta' Kumitat!", "Fil-fatt jien bqajt sorpriż ukoll meta smajtu jgħid: Għax waqt it-Tieni Qari deputat qed jingħata 40 minuta biss biex jitkellem u għalhekk forsi mbagħad ikun irid iressaq xi emenda u ma jkollux ċans li jagħmel dan.", "Imma x'inhu jħawwad?", "L-40 minuta japplikaw għat-Tieni Qari u fit-Tieni Qari ma tressaqx emendi ħlief meta tkun trid tagħmel emenda għall-mozzjoni tat- Tieni Qari nnifisha.", "Wisq nibża' li hawnhekk l-Onor.", "Membru kien qed iħawwad l-istadju ta' Kumitat ma' l-istadju tat-Tieni Qari, u din jien ma nistennihiex mingħand l-Onor.", "Anglu Farrugia, of all people, għax huwa bniedem li għandu esperjenza li jippresjedi kumitat u għalhekk suppost jaf li huwa biss fl-istadju ta' Kumitat li jitressqu l-emendi għal klawsoli partikolari.", "Ta' min isemmi wkoll il-plejtu sħiħ li għamel l-Onor.", "Farrugia meta beda jgħid li deputat għandu biss 40 minuta biex jitkellem, jiġifieri meta jagħlqu dawk l-40 minuta mbagħad ma jkunx jista' jkompli jgħid dak li għandu jgħid.", "Iva, allura l-Onor.", "Membru ma fehemx li aħna fil-mozzjoni ta' proċedura qegħdin ngħidu li hemm total ta' 30 siegħa dibattitu li l- gvern qed jirriserva minnhom ħames sigħat biss għalih.", "Jiġifieri hemm 25 siegħa ta' dibattitu available għall-membri parlamentari min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "U jien għandi nifhem li jekk deputat ikun irid jieħu xi ftit iktar ħin minn deputat ieħor ikunu jistgħu jirranġaw bejniethom kif se jqassmu dawk il-25 siegħa u sta għalihom kif jużawhom u jiddistribuhom.", "Aħna veru li ħadna ħames sigħat biss pero' f'ħames sigħat aħna kapaċi nagħmlu l-punti ta' sustanza li għandna nagħmlu - għax il-kapaċita' tintwera anke f'dan is-sens - ħalli d-dibattitu jkun serju u ta' ċertu livell u mhux nispiċċaw nisimgħu diskorsi li ma jkollhom x'jaqsmu assolutament xejn ma' l-abbozz ta' liġi li jkollha quddiemha din il-Kamra.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li l-Onor.", "Anglu Farrugia qal ukoll li jeħtieġ li dejjem nirrispettaw the rules of the game.", "Issa jekk l- oppożizzjoni meta kienet fil-gvern irrispettatx the rules of the game inħalluha għal kull wieħed u waħda minna, membri ta' din il-Kamra.", "Għax jien għadni niftakar ix-xeni tar-rules of the game f'din il-Kamra.", "Tkun qed tirrispetta r-rules of the game meta tqum minn fuq is-siġġu u tmur tagħti bil-ponn lil xi ħaddieħor li jkun bilqiegħda n-naħa l-oħra tal- Kamra?", "Are those the rules of the game?", "Għax jekk dawk huma the rules of the game li l-Onor.", "Anglu Farrugia qed jirriferi għalihom, jiddispjaċini ngħidlu li they are not our rules.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ara aħna, our rules of the game huma l-istanding orders u mhux li noqogħdu niġu hawnhekk biex ninsulentaw lil xi ħadd minn din in-naħa tal-Kamra jew inkella lis-Sedja.", "Mr Speaker, jien ma fadallix iktar xi ngħid ħlief li fl-għeluq ta' dan il- winding-up nagħmel appell għas-sens nazzjonali tagħna.", "Aħna dalgħodu ġejna hawn biex nagħmlu xi ħaġa proċedurali - nimmaġina li bħalissa l-poplu qed jgħid: Imma dawn x'qed jagħmlu?", "X'qed jiġri fil-parlament? - u ġejna hawn biex niddeċiedu flimkien ma' l-oppożizzjoni xi proċedura għandha tintuża biex niddibattu l-abbozz ta' liġi tal-VAT, imma sfortunatament ma stajniex inkomplu niddibattu għaliex qamet pantomina sħiħa fuq il-mozzjoni ta' proċedura.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa żball min-naħa ta' l- oppożizzjoni li allura jwassalni biex nappella ħalli nżommu s-sens komun u s-sens nazzjonali quddiem għajnejna u nfittxu dak li huwa tassew fl- interess nazzjonali.", "Ilkoll kemm aħna għandna nifhmu li l-poplu Malti u pajjiżna nnifsu qed jgħidilna li din il-liġi hemm bżonn li tgħaddi u li tiġi fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.", "Jiġifieri anke jekk s'issa l- oppożizzjoni għażlet li toħroġ 'il barra f'din il-parti tad-dibattitu, jien nittama li l-oppożizzjoni terfa' r-responsabbilta' tagħha, tifhem ir-rwol tagħha, terġa' tidħol u tipparteċipa fid-dibattitu, kif inhi obbligata li tagħmel f'demokrazija parlamentari, fejn ir-rwol tagħha bħala oppożizzjoni huwa fl-interess ta' kull ċittadin Malti u Għawdxi.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-mozzjoni ta' proċedura kif imressqa u moqrija mill-Ministru Gonzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD", "VALUE ADDED TAX BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-11 ta' Diċembru, 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat huwa in possession of the House.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, qabel ma nkompli fejn ħallejt nixtieq nirribatti xi ftit punti milli qajjem il-bieraħ l-Onor.", "Dalli.", "Se nillimita ruħi strettament għall-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ħalli ma niddevjawx mill-aġenda kif stabilita.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Ikompli, l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett naħseb li nħossni fid-dmir li nirribatti l-allegazzjoni li l-Unjoni Ewropea kaxkritna minn stage post għal oħra fi żmien is-CET.", "Kif ġie spjegat kemm-il darba pubblikament, fis-sistema tas- CET hemm sisa waħda ta' 15% fuq l-importazzjoni li titħallas fuq il-valur CIF, kemm jekk l-oġġetti jkunu ġejjin mill-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk ikunu ġejjin minn pajjiżi oħra.", "Anzi bis-sistema tas-CET hemm sensiela sħiħa ta' prodotti li huma eżentati mis-sisa fuq l-importazzjoni, fosthom prodotti ta' l-ikel, mediċini, kotba, affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- edukazzjoni, materjal industrijali, oġġetti kapitali, tagħmir industrijali, oġġetti li jintużaw għall-biedja u għas-sajd, oġġetti li huma wżati mil- lukandi u ħafna oġġetti oħrajn.", "Taħt is-sistema tal-VAT ħafna minn dawn l- oġġetti kienu jeħlu taxxa ta' 15%, li kienet tinħadem fuq id-dazji tad- dwana u anke fuq dik tal-levies.", "Għaldaqstant ir-rata tal-VAT, speċjalment fuq oġġetti importati minn barra l-European Union, fir-realta' kienet ħafna aktar minn 15% u dan ma jiġrix bis-sistema tas-CET.", "Il-Ministru Dalli qalilna wkoll li l-Gvern Laburista kien qed ikun imġiegħel mill-Unjoni Ewropea li jimponi anke sisa ta' 15% fuq dak kollu manifatturat lokalment.", "Nagħmilha ċara bil-qawwa kollha illi t-triq li qabad il-Gvern Laburista fil-politika tiegħu dwar ir-relazzjonijiet ma' l- Unjoni Ewropea qabadha minn jeddu u ma kien qed jimponihielu ħadd.", "Il- politika tal-Gvern Laburista dwar l-Unjoni Ewropea kienet magħrufa minn kulħadd u kienet imsejsa fuq il-ftehim dwar żona ta' kummerċ ħieles.", "Dak li kien qed jiġi propost min-naħa tal-Gvern Laburista, jgħidu x'jgħidu tan- naħa l-oħra, kien illi f'medda ta' madwar seba' snin kellha titneħħa ftit ftit is-sistema tal-levies.", "Nafu wkoll li Gvern Nazzjonalista preċedenti kien diġa' kkommetta ruħu li jneħħi nofsha sa l-aħħar ta' l-1996.", "Bis- sistema tas-CET, prodotti importati mill-Unjoni Ewropea u li fuqhom hemm imposta xi levy ma jeħlux is-sisa ta' 15% fuq l-importazzjoni.", "Mela dak li konna qed nipproponu kien illi l-levies jitneħħew gradatament - u dan huwa importanti - u minflokhom tidħol is-sisa ta' 15% fuq il-valur CIF ta' l- oġġetti importati.", "B'hekk aħna dehrilna li l-industrija lokali li taħdem għas-suq lokali ma kenitx se tiġi żvantaġġata meta tikkompeti ma' prodotti mhux lokali.", "Meta aħna għidna illi prodotti Maltin ma jistgħux jibqgħu vantaġġati għal dejjem kontra prodotti importati mill-Unjoni Ewropea - billi jħallsu anqas taxxa u b'hekk naslu għal level playing field bejn prodotti importati u dawk maħdumin lokalment - konna għamilnieha ċara illi dan kien jgħodd ukoll taħt kwalunkwe ftehim ieħor ma' l-Unjoni Ewropea illi jkun jinvolvi xi forma ta' sħubija - per eżempju, it-triq li qed jaqbad il-gvern tal-lum - bid-differenza illi dak illi kellna f'moħħna aħna kien oġġett illi kellu jseħħ, nerġa' nirrepeti, gradatament.", "Dan kien ġie diskuss fit-tul fil- livell ta' task force governattiv li kellna u kellu bħala bażi diversi options f'dokument li kienet ħejjiet għad-diskussjoni l-MDC.", "Dan id- dokument, dokument illi wieħed isibu fir-records ta' l-MDC, jismu \"Proposed Strategy for a Phased Removal of Levies and the Equalisation of Internal Taxes on Locally Produced Goods and Imported Products\".", "Li huwa interessanti, Sur President, huwa illi f'kull option li kellu għal konsiderazzjoni - imbagħad il-gvern dawn l-options minn ħamsa, jekk m'inix sejjer żball, kien sussegwentement irriduċihom għal tnejn - il-gvern dejjem enfasizza li kull waħda minn dawn l-options, tkun liema tkun, kellha tidħol pass pass.", "Iżda aħna ma waqafniex hemmhekk u naħseb li nkun qed nonqos jekk ma nagħtix il-kwadru kollu biex norbot dan li qed ngħid ma' dak li se ngħid issa.", "Fil-proċess ta' ristrutturazzjoni ta' l-industrija lokali li jeħtieġ li jsir - dwar dan suppost jaqbel kulħadd - diġa' kellna f'moħħna fondi permezz tal-privatizzazzjoni, fondi li l-gvern tal-lum allokahom.", "Konna anke qed nitolbu fondi mingħand l-Unjoni Ewropea sabiex tingħata għajnuna lill-industrija lokali li tkun teħtieġ xi forma ta' ristrutturar.", "Kien għall-istess għan li konna waqqafna l-IPSE, l-istitut illi kellu dan il- għan speċifiku f'moħħu.", "Dan ifakkarni ftit fl-atteġġjament tal-Gvern Nazzjonalista fid-disa' snin illi għamel fil-gvern.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex minkejja illi l-Gvern Nazzjonalista applika għal sħubija sħiħa fl-1990, jiġifieri l-applikazzjoni Maltija issa ilha pendenti dawn is- snin kollha, qatt ma jidhirli li l-kelma \"ristrutturar\" kienet xi kelma 'l fuq fl-aġenda politika tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern, qatt ma kienet xi ħaġa 'l fuq fil-vokabolarju politiku li jintuża mill-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Għaldaqstant jiena nemmen illi b'dak li għamilna fil-gvern biex nintroduċu u nimplimentaw proċess ta' ristrutturar, fi żmien hekk qasir għamilna ħafna iktar affarijiet illi jagħmlu sens b'ritmu ferm iktar mgħaġġel milli għamel il-Gvern Nazzjonalista fid-disa' snin illi kienet ilha pendenti l-applikazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hemm leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "Kont qed ngħid, Sur President, li minkejja li ilhom li applikaw dawn is-snin kollha, fil-fehma kritika tiegħi l-Gvern Nazzjonalista qatt ma ta ħlief lip service għall- eżerċizzju ta' ristrutturazzjoni.", "Kien Gvern Laburista li minkejja li dam fil-gvern żmien relattivament qasir xorta waħda rnexxielu jagħti ċertu impetus lir-ristrutturar illi l-gvern ta' qabel f'dawk is-snin kollha li kien ilu applikant prospettiv għal sħubija naqas illi jagħmel.", "Għalhekk f'dan il-kontest il-kelma \"gradatament\" dwar it-taxxa fuq prodotti lokali tagħmel sens.", "Iva, aħna konna se nneħħu s-sistema tal-levies gradatament u minflokha tiddaħħal gradatament u fuq l-istess medda ta' snin sisa ta' 15% fuq il-factory price ta' prodotti maħdumin f'Malta għal dak li huwa s-suq lokali.", "Biex nikkjarifika, tajjeb li ngħid ukoll li minn din it-taxxa tkun trid titnaqqas 15% sisa li tkun diġa' tħallset fuq materjal industrijali li jintuża għall-produzzjoni ta' dawn il-prodotti qabel ma dawn joħorġu mid- dwana.", "Għalhekk, Sur President, jiena ma nafx b'liema wiċċ in-naħa tal- gvern jgħajruna fuq il-levies meta Gvern Laburista dejjem baqa' jsostni illi l-levies għandhom jibqgħu u għandhom jitneħħew biss fi żmien seba' snin minn meta jintlaħaq ftehim dwar iż-żona ta' kummerċ ħieles ma' l- Unjoni Ewropea.", "Li jmissu ntqal min-naħa l-oħra kien li filwaqt li aħna daħħalna sisa ta' 15% fuq il-valur CIF ta' prodotti importati, ħlisna mill- istess sisa ħafna mill-materjal u ħafna mit-tagħmir industrijali illi jintuża fil-prodotti maħdumin f'Malta għal dak illi huwa s-suq lokali.", "Kritika oħra li saret mill-Ministru Dalli fl-opening speech tiegħu kienet illi fi żmienna l-ministeru tal-finanzi kien tilef il-kontroll fuq l- exemption orders.", "Jiena ngħid illi l-fatti jirriżultaw mod ieħor għaliex kien hemm liaison stretta bejn l-MDC u d-dwana - apparti minn hekk kien hemm anke standing task force bejn id-dwana, is-CET u l-MDC - tant li kien isir xogħol anke dwar tariffi fuq livell kontinwu u fuq livell konsistenti bejn l-MDC u d-dwana .", "Il-ministru staqsiena: Tafu kemm kien hawn letters of intent jiġru fl-idejn?", "Jiena naħseb li din il-mistoqsija lanqas għandi għalfejn inwiġibhielu jien għaliex weġibha l-Onor.", "Edwin Vassallo li mid- diskors li għamel waqt id-dibattitu fuq il-voti tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi jidher li kkwantifika dawn it-talbiet.", "La qed insemmi l-Onor.", "Vassallo, bħala kumment nixtieq infakkar daqsxejn f'artiklu li kien kiteb lis-self-employed u lin-negozji ż-żgħar f'\"Il- Mument\" tal-Ħadd, 16 t'Awissu, 1998, jiġifieri xi tliet ġimgħat qabel l- elezzjoni, fejn kien għażel illi jikteb l-artiklu tiegħu taħt it-titlu \"Il- Partit Nazzjonalista fil-gvern inaqqas it-Taxxi\".", "Dan qed ngħidu biex nirrikonċilja dak illi ntqal dakinhar mill-kollega tiegħi ma' dak li qed jirriżulta fil-pajjiż illum, b'mod partikolari wara l-aħħar budget illi kellna.", "Biex nibqa' fuq is-suġġett ta' l-eżenzjonijiet, Sur President, qatt ma kien hemm akkużi illi l-MDC imxiet b'xi mod diskriminatorju jew arbitrarju.", "Anzi l-informazzjoni li għandi bħala ex-ministru tal-finanzi hija illi mxiet fuq l-istess policy guidelines for the issue of certificates by MDC for the relief from import duties and excise tax on imports illi kienet ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fl-4 ta' Lulju, 1997.", "Il-Ministru Dalli qalilna wkoll illi l-VAT m'hijiex bħas-CET għax qalilna li l-VAT għandha regoli preċiżi u mhux regoli li jinbidlu spiss.", "Imma meta tqabbel il-liġi tal-VAT li għandna quddiemna llum mal-liġi tal- VAT li kienet tressqet oriġinarjament issib ċerti differenzi sostanzjali.", "Per eżempju, għandek thresholds li qabel ma kenux jeżistu u għalhekk naħseb li l-Onor.", "Dalli m'għandu jara xejn ħażin li aħna ħallejna s-sistema tas- CET tevolvi għaliex dan il-gvern stess, wara l-esperjenza tal-VAT fis-seħħ - esperjenza li bl-ammissjoni tagħhom stess fl-1996 tellfithom ħafna voti - ra x'jagħmel biex jillapazza l-liġi antika u jagħmilha iktar user- friendly.", "Dan huwa kliem li uża l-ministru fid-diversi interventi pubbliċi illi għamel.", "Għaldaqstant jiena ma nara xejn ħażin fil-ħsieb li kellna li s-CET tibqa' tevolvi, kif offrejna anke f'din il-Kamra stess, meta wieħed iżomm f'moħħu illi l-liġi tal-VAT tal-lum b'paragun mal-liġi oriġinali li kienet ġiet fis-seħħ f'Jannar ta' 1995 għandha ċerti tibdiliet sostanzjali.", "Il-Ministru Dalli qal illi huwa anti-soċjali li tnaqqas it-taxxa tas- servizzi kif għamilna aħna, imma jiena ngħidlu li mhux lilna jrid jipprova jikkonvinċi b'dan l-argument imma lill-konsumatur.", "Irrispettivament mill- ispending patterns ta' min jaqla' l-iżjed, jibqa' l-fatt illi m'hemm xejn anti-soċjali illi familja kwalunkwe tħallas anqas taxxi fuq servizzi essenzjali bħal plumbing, hairdressing, xogħol ta' elettriku, xogħol ta' żebbiegħ u xogħol ta' kaħħal.", "Dawn huma servizzi li jirrikorri għalihom kulħadd u mhux biss min huwa sta bene u għandu ċerti mezzi finanzjarji fuq xiex jista' jaqa'.", "L-Onor.", "Dalli qalilna wkoll illi huwa ħażin li jkollok prodotti u servizzi b'rati differenti għaliex jista' jkun hemm lok għal abbuż.", "Jiena ngħidlu li l-abbuż isir meta jkollok gvern tal-ġurnata illi għal dik li hija kultura ta' rċevuti, jagħmel biss sforzi nofs kedda li ma jagħtux riżultat, kif fil-fatt kien għamel Gvern Nazzjonalista meta ntroduċa l-VAT.", "Dan ma jfissirx li aħna solvejna l-problema tan-nuqqas ta' kultura ta' rċevuti imma nemmnu li jekk ma ħareġ xejn tajjeb mis-CET għallinqas kien hemm impenn iktar qawwi, impenn iktar pubbliku u iktar visibbli biex nagħtu iktar importanza lill-valur u lill-importanza ta' l-irċevuta fl-użu tagħha fil-qasam fiskali ta' pajjiżna.", "Il-ministru kompla jgħid ukoll illi meta bbaġitja ¥110 miljun mill-VAT fl- 1996, għamel dan għaliex ma qagħdx fuq il-figuri li kienu tawh il-VAT Office u deherlu illi kellu jaqta' mod ieħor.", "Jiena ma rridx inkun kritiku imma bir-rispett kollu naħseb li l-ministru ma tantx ħareġ ta' raġel għal dak li kien l-eżitu ta' dak it-touching-up ta' pronostiku u tbassir li sar għaliex minn xhur qabel ma tħabbret l-elezzjoni ġenerali l-ministeru kellu jniżżel il-kalkoli tiegħu tad-dħul minn ¥110 miljun għal ¥100 miljun u aktar tard għal ¥90 miljun, biex imbagħad lanqas dan it-target rivedut ma ntlaħaq.", "U dan ma jfisser xejn ħlief li meta l-ministru għażel arbitrarjament illi jagħmel ta' rasu mar żmerċ fuq item waħda importanti ta' revenue mhux b'lira jew tnejn, mhux b'¥5 miljun jew b'¥10 miljun imma b'¥31.4 miljun.", "Aħna tant ma xewwixniex lin-nies biex ma jħallsux il-VAT - għaliex dan kien l-argument li nġab mill-gvern, speċi din kienet ir-reazzjoni għall- kampanja tagħna - li jiena nista' naħlef bl-ikbar sinċerita' u bl-ikbar onesta' li fil-laqgħat spissi illi kien ikollna ma' diversi small traders l- Onor. Alfred Sant u jiena, bħala shadow spokesman fuq il-kummerċ - konna niltaqgħu kemm f'postijiet pubbliċi u kien ikollna laqgħat anke fil- headquarters tal-Partit Laburista tal-Ħamrun - l-Onor.", "Sant dejjem għamilha ċara - u dan il-punt nagħmlu b'ċertu enfasi - illi sakemm il-liġi tal-VAT tibqa' l-liġi tal-pajjiż din għandha tiġi osservata to the letter.", "Aħna qatt ma bgħatna messaġġ kuntrarju, qatt ma bgħatna xi messaġġ fejn għidna lin-nies biex ma jagħtux kas il-VAT għaliex meta nitilgħu aħna nneħħuha u allura sakemm jasal dak iż-żmien setgħu jimpalawha.", "Dan qatt ma kien il- messaġġ illi twassal la fil-meetings pubbliċi u wisq anqas fil-laqgħat magħluqin li kien ikollna ma' diversi self-employed u small traders.", "Ladarba semmejt fejn marru żmerċ fil-figuri ta' budgeting fuq il- kwestjoni tal-VAT - nerġa' ngħid, ħareġ ċara mingħand il-ministru illi fl- 1996 filwaqt li huwa bbaġitja ¥110 miljun, il-VAT Office kienu qegħdin jirrikkmandaw illi l-estimi ma kellhomx jeċċedu d-¥90 miljun - nistaqsi jekk meta ġie biex jippreżenta l-budget għall-1999 qagħadtx fuq is-civil servants jew għamilx ta' rasu f'dan ir-rigward ukoll.", "Dan qed ngħidu għaliex ċerti figuri ta' revenue, fil-fehma tagħna, tant jidhru inflated li jagħtu l-impressjoni illi setgħu ġew aċċettati at face value min-naħa tal- ministru nniffsu jew min-naħa tal-ministeru.", "Osservazzjoni oħra li rrid nagħmel biex inkompli ma' dak li kont qed ngħid il-bieraħ fuq dak li kien l-impatt tas-CET fuq il-qasam tas-servizzi, huwa li aħna m'għidniex li kien hemm xi roħs sostanzjali imma għallinqas kien hemm ċerta stabilita' fil-prezzijiet u kien hemm ċertu roħs marġinali f'diversi prodotti.", "Jiġifieri dik ir-rankatura 'l fuq li s-servizzi kienu għaddejjin bihom mhux talli nżammet imma talli ġiet parzjalment irriversjata.", "Meta aħna naqqasna s-CET fuq is-servizzi din ħalliet ċertu effett pożittiv fuq dawk li huma prezzijiet, minkejja li kulħadd jaf li taħt kull reġim finanzjarju u fiskali l-prezzijiet dejjem ikunu daqsxejn sticky meta jiġu biex jinżlu.", "Jiena naħseb li waħda mir-raġunijiet għalfejn aħna kellna dan it-titjib f'dawk li kienu prezzijiet ta' servizzi ma kenitx biss minħabba l-fatt li t-taxxa tas-CET fuqhom tnaqqset minn 15% għal 5%.", "Raġuni oħra kienet li ħafna negozji żgħar li jipprovdu servizz u li l-valur tal-bejgħ tagħhom ma jaqbiżx is-¥6,000 fis-sena kienu meħlusa għal kollox mit-taxxa tas-CET.", "Dan huwa punt importanti li għalkemm ħafna jeħduh for granted, aħna fid-dmir li nfakkruh for the record.", "Barra minn hekk nsemmi wkoll in-negozjanti ż-żgħar - jiena nħobb nindirizza l-iktar lin-negozjanti ż-żgħar - li bis-sistema tas-CET kienu u sal-lum għadhom meħlusa għal kollox mill-ġbir jew mill-ħlas tat-taxxa tas-CET innifisha.", "Argument fallaċi ieħor li spiss jinġab anke f'din il-Kamra min-naħa ta' l- Oppożizzjoni Nazzjonalista huwa li ħafna negozji żgħar ma baqgħux ikabbru n- negozju tagħhom għaliex ma kellhomx aktar l-inċentiva tar-refunds.", "Tajjeb li wieħed jgħid li bis-sistema tas-CET ħafna mill-bżonnijiet tan-negozju, speċjalment fejn tidħol il-materja prima u fejn jidħol makkinarju industrijali, kienu meħlusa mit-taxxa qabel effettivament jidħlu fil- pajjiż.", "Għaldaqstant flok dak li jkun ikollu jistenna xhur sħaħ jekk mhux snin sakemm jieħu lura r-refund tal-VAT, effettivamnt kien qed jiffranka t- taxxa mill-ewwel.", "U dan mhux biss jgħodd għan-negozjanti ż-żgħar imma jgħodd għall-bdiewa u għas-sajjieda, kif ukoll għall-ażjendi li jesportaw il-prodotti tagħhom u ażjendi li jipproduċu affarijiet ta' l-ikel u affarijiet oħra għas-suq lokali.", "Fil-każ ta' negozji oħra, it-taxxa li tkun tħallset fuq ix-xiri tagħhom tkun imdaħħla fil-prezz u għaldaqstant jiksbuha lura hekk kif ibiegħu.", "Dan ifisser li lanqas dawn in-negozji ma kien ikollhom jistennew ix-xhur biex jieħdu lura t-taxxa li jkunu ħallsu.", "Jiena diġa' tajt lil din il-Kamra figuri għad-dħul mis-CET fl-ewwel sitt xhur tas-sena kif ipparaġunati mal-miri skond il-budget, iżda qabel ma ngħaddi għal dawn il-figuri nixtieq nirriferi pero' għar-rapport ta' l- awditur għall-1997, li għadu kemm ġie tabled.", "Fil-fatt meta tipparaguna d- dħul mill-VAT fl-1996, li mingħalija kien xi ¥78 miljun, mad-dħul mill-VAT u s-CET fl-1997, issib li hemm qabża 'l fuq ta' ¥5 miljun jew ¥6 miljun f'dak li huwa dħul.", "Jiġifieri l-indikazzjonijiet pożittivi tas-CET bdew jinħassu u bdew jiġu indikati saħansitra fl-ewwel sitt xhur li din ġiet fis- seħħ, minkejja li ħafna partijiet minnha kienu għadhom m'humiex operational.", "Imma nerġa' niġi lura għal dak li kont se ngħid dwar l-ewwel sitt xhur tas-CET, jiġifieri l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, kif paragunati mal-miri skond il-budget.", "Id-dħul mis-CET fil-Fond Konsolidat kien ta' ¥35.847 miljun filwaqt li skond il-miri tal-budget dan kellu jkun ta' ¥35.26 miljun.", "Id-dħul mis-CET fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien ta' ¥3.151 miljun inqas mid-dħul mill-VAT fl-istess perjodu s-sena l-oħra, imma kif diġa' għidt taħt il-VAT ċerti taxxi - bħar-reġistrazzjoni ta' karozzi, taxxa fuq tabakk, taxxa fuq fuel u affarijiet oħra - kienu jinġabru direttament u taħt is-CET kienu jinġabru separatament imma jinġabru xorta waħda.", "Hawnhekk nerġa' lura għal kif bdejt, jiġifieri x'kien effettivament il-messaġġ li twassal lill-elettorat Malti fl-aħħar elezzjoni ġenerali mill-partit li ħareġ rebbieħ.", "Matul il-kampanja elettorali kienu ħafna li waslilhom messaġġ konfuż dwar x'kien qed iwiegħed il-Partit Nazzjonalista.", "Ma kienx ċar jekk kenitx se tkun VAT jew jekk kenitx se tkun CET modifikata u dan għaliex il-VAT hija bbażata fuq taxxa fuq value added u fuq input and output mechanisim b'sistema ta' refunds, filwaqt li s-CET hija taxxa fuq il-bejgħ ibbażata fuq sistema ta' eżenzjonijiet u thresholds.", "Issa f'daqqa waħda għandna dan it-tip ta' cloning fejn għandek VAT u fl-istess ħin għandek cloning ta' thresholds li qed jiġu assorbiti mal-VAT innifisha.", "Meta dawn qalu lin- nies li t-taxxi kienu se jinġabru b'mod effiċjenti qatt ma qalu jekk dan kienx ifisser CET modifikata jew jekk kienx ifisser VAT taħt xi forma ta' xi kappa oħra.", "Dak inhar qalulna wkoll illi l-yield kienet se tikber iżda ma qalux jekk dan kienx se jsir permezz ta' rati ogħla - fil-fatt għandna rati ogħla għaliex ir-rati tas-servizzi minn 5% telgħu għal 15%, jiġifieri effettivament ġew tripplikati - jew permezz ta' enforzar aħjar tal- leġislazzjoni eżistenti.", "Qalulna wkoll li riedu sistema ta' tassazzjoni ġusta, sistema ta' tazzazzjoni indiretta fejn ma jkunx meħtieġ li jintaxxaw prodotti jew jisforzaw negozji żgħar jiġbru t-taxxa.", "Jiena din il-wegħda ma nifhimhiex għaliex is-CET kienet diġa' qed twassal għal kisbien ta' dan il-għan.", "Qalu wkoll, Sur President, li jridu jnaqqsu l-burokrazija u l-mili tal- formoli.", "Is-CET fil-fatt diġa' għamlet dan meta 60% tan-negozji ġew eżentati mill-obbligu li jiġbru jew iħallsu t-taxxa.", "Qalulna wkoll li t- turisti se jkunu jistgħu jottjenu refunds fuq oġġetti mixtrija lokalment meta jmorru lura f'pajjiżhom.", "Niftakar li dan il-punt konna qajjimnih aħna meta staqsejna lill-gvern jekk huwiex se jagħmel dan meta kienet għaddejja l-liġi tal-VAT, imma r-risposta li ħadna kienet li din ma kkonsidrawhiex jew ikkonsidrawha u ddroppjawha għaliex dehrilhom li jekk idaħħluha, b'mod partikolari fl-istadju inizjali tal-VAT, tista' tiftaħ twieqi u ventilaturi ġodda u tista' tagħti ċertu lok għal abbuż.", "Allura jiena nistaqsi: Jekk din setgħet tagħti lok għal abbuż fl-1995, għaliex f'daqqa waħda dan il- gvern li jgħid li jrid jikkontrolla l-abbuż u l-evażjoni tat-taxxa qed idaħħal miżura ġdida li tista' tkun iktar abbużiva minn qabel għaliex qabel ma kenitx?", "Qalulna wkoll, Sur President, li kienu se jdaħħlu t-thresholds imma din hija xi ħaġa li diġa' kienet teżisti taħt is-CET.", "Imbagħad għamlu trovatura oħra ġdida għaliex qalu li affarijiet essenzjali bħall-ikel, mediċini u l-edukazzjoni m'humiex se jiġu ntaxxati.", "Imma kulħadd jaf li taħt is-CET dawn diġa' huma eżentati.", "(Interruzzjonijet) Iva, dwar it- threshold.", "Imma intom biegħtuha b'mod qiskom se tagħmlu xi ħaġa ġdida.", "(Interruzzjonijiet) Kif ġie spostjat l-argument - u dan qed ngħidlu bl- ikbar responsabbilta' - anke fil-manifest elettorali Nazzjonalista, dawn qalu li bit-tibdil li se jagħmlu fis-sistema se jkollna sistema fejn dawn l- affarijiet se jkunu eżentati.", "Jiena mhux qed ngħid li taħt il-VAT kienu ntaxxati imma li qed ngħid huwa li dawn ġew preżentati qisu l-pubbliku qed jiġi offrut xi ħaġa ġdida li ma kenitx teżisti qabel.", "Dwar it-thresholds nixtieq infakkar lill-Ministru Dalli kemm kien tkellem kontra tagħhom meta ġie biex idaħħal il-VAT.", "L-ikbar prova ta' dan - m'hemmx għalfejn noqgħod inqalleb artikli jew diskorsi pubbliċi 'l hinn u 'l hawn - insibuha fil- budget speech ta' l-1994 fejn insibu r-riżervi kollha li kellu għas-sistema tat-threshold.", "Dak inhar il-Ministru Dalli kien tkellem b'mod ċar u b'mod spjegat fit-tul għaliex fil-fehma tiegħu s-sistema tat-thresholds ma kellhiex tiġi applikata u ma kellhiex tiġi introdotta.", "Sur President, rigward it-turiżmu, qed isir l-iżball li nagħtu l- impressjoni li t-turiżmu jfisser lukandi biss.", "Donnu qed ninsew ħafna servizzi anċillari bħar-restaurants, snack bars, cafeterias, take-aways, fast food outlets and kiosks, li għalkemm ovvjament jiddependu fuq il- konsum lokali jiddependu wkoll fuq dak li huwa konsum tal-qasam turistiku.", "U b'dak li hemm maħsub fil-leġislazzjoni li għandna quddiemna se jiġu lkoll kemm huma affettwati negattivament.", "Hawnhekk għandi cutting ta' rapport li deher fl-istampa lokali l-għada li sieħbi l-ex-ministru tat-turiżmu, l- Onor. Karmenu Vella, kien iltaqa' ma' l-MHRA fil-11 ta' Awissu, 1998.", "Il- messaġġ prinċipali li kien ħareġ dakinhar mingħand is-Sur Winston Zahra, il- president ta' l-MHRA, kien li s-CET kienet ta' benefiċċju aktar mill-VAT għat-turiżmu.", "Dan għaliex dehrilhom li l-VAT li kienet iddaħħlet mill- Gvern Nazzjonalista kienet naqqritilhom il-profitability tagħhom.", "Dan kien il-punt li sar min-naħa tal-president ta' l-MHRA - forsi dwar dan ikun jista' jitkellem iktar direttament sieħbi l-Onor.", "Karmenu Vella, li għandu first-hand experience ta' din il-laqgħa - u fil-fatt is-Sur Zahra kien enfasizza - u dawn ir-rapporti fl-istampa ma ġewx miċħuda - li s-CET li daħħal il-Gvern Laburista kienet l-aktar ta' benefiċċju għall-industrija turistika għaliex din it-taxxa tħalli lill-industrija tikkompeti ma' pajjiżi oħrajn.", "Effettivament huwa kien għamel il-paragun bejn il-5% tas- CET u l-10% li kellha l-VAT bejn l-1995 u l-1997.", "Niġu issa għall-GRTU.", "Il-GRTU kellha dak ir-round ta' konsultazzjonijiet li normalment jsiru bejn il-korpi kostitwiti u l-partiti politiċi meta tkun ġejja elezzjoni ġenerali.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li meta kienu ltaqgħu mal-kap ta' l- oppożizzjoni ta' dak inhar, illum prim ministru - mingħalija fl-20 ta' Awissu 1998 - l-ewwel rimarka tal-GRTU fuq il-leġislazzjoni tat-taxxa indiretta f'pajjiżna kienet - u din ħadet stand ċara fuqha - li fil- prinċipju huma kontra tibdil radikali fis-sistema tat-tassazzjoni.", "Anzi kienu qalu - u kienu marru on record - li s-sistema tas-CET għandha tkun żviluppata aħjar u dan id-diskors intqal fil-preżenza tal-Prim Ministru tal- lum, li ovvjament kien qiegħed jikkappeġġa d-delegazzjoni tan-naħa Nazzjonalista li ltaqgħet mad-delegazzjoni tal-GRTU.", "U tajjeb li wieħed jara kif weġibhom l-Onor.", "Eddie Fenech Adami dakinhar għax il-VAT ma semmiha xejn b'isimha.", "Jiġifieri b'konsistenza sħiħa ma' dak li ntqal fil- manifest elettorali tkellmu dwar consumption tax imma l-VAT ma ssemmet imkien.", "Minflok qalilhom biss li kien se jfittex qbil bejn il-partijiet kollha biex it-taxxi kif għamilhom Gvern Laburista jiġu rranġati ħalli jsiru iktar effiċjenti u iktar ġusti u qalilhom ukoll - jiġifieri dan ma nsibuhx biss fil-manifest elettorali - li dan isir b'tibdil fil-liġi preżenti tas-sisa.", "Fl-ebda ħin ma qalilhom li se jwarrbu kompletament il- liġi tas-CET u li se jaqbdu u jagħmlu liġi ġdida, kif fil-fatt qegħdin jagħmlu bil-liġi li għandna quddiemna.", "Il-ministru fl-intervent tiegħu semma diversi affarijiet imma ma deherilix li għamel dik l-istess enfasi qawwija li għamel f'diversi diskorsi pubbliċi dwar l-evażjoni tat-taxxa. imma wisq anqas deherli li għamel enfasi fuq l-aspett ta' l-għoli tal-ħajja.", "Jiena ngħid li huwa diffiċli għalih li jagħmel dan għaliex meta se jkollok dik iż-żieda kollha fuq is-servizzi huwa diffiċli li tagħti xi assigurazzjoni fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-għoli tal-ħajja.", "Jiena nemmen - u dan mhux jien biss nemmnu u issa nikkwota artiklu ieħor f'gazzetta lokali - li b'dik iż-żieda fir- rata ma jistax jonqos li jkun hawn żieda qawwija fil-prezz tas-servizzi u dan ovvjament għad-detriment tal-konsumatur.", "Jiena nemmen li bl- introduzzjoni mill-ġdid tal-VAT ħafna negozjanti se jkollhom jgħollu l- prezzijiet tal-prodotti li jbiegħu jekk iridu jżommu l-istess marġini tal- profitt li kellhom qabel.", "Fil-fatt din il-ġimgħa saru żewġ pronouncements pubbliċi, waħda mill-president taċ-Chamber of Commerce u l-oħra mill-GRTU, u nikkwota kif ġew rapportati fil-gazzetti għaliex għalkemm preżenti għal- laqgħa jien ma kontx imma l-gazzetti qrajthom bħal ħaddieħor.", "Skond \"The Times\", il-president taċ-Chamber of Commerce qal:", "\"VAT may mean some prices will have to be adjusted.''", "Huwa veru li ma użax il-kelma ''upwards'' imma meta qal ''will have to be adjusted'' l-impressjoni ġenerali kienet li l-kelma ''upwards'' biss kien jonqsu jżid.", "Anke l-GRTU qalet:", "\"Prices may have to be raised after January ...\"", "- hawn semmew diversi fatturi oħra li m'għandhomx x'jaqsmu mal-VAT biex inkun fair man-naħa tal-gvern -", "\".... due to the additional cost of the taxation change.\".", "Jiġifieri hawnhekk għandna żewġ korpi kostitwiti ewlenin, waħda biex ngħid hekk hija l-lobby group ta' l-importaturi ewlenin tal-pajjiż u l-oħra l- lobby group tas-small traders, small businessmen u s-self-employed iż- żgħir, li qegħdin jibagħtu messaġġ pubbliku ċar u tond fejn qed jagħmluha ċara li issa la jiġi Jannar u la jidħlu fis-seħħ ir-rati l-ġodda tal-VAT hemm indikazzjonijiet qawwija li l-prezzijiet jistgħu jiċċaqalqu 'l fuq.", "Dwar il-budget il-ministru qal li ladarba wieħed jidħol fis-sistema jrid jibqa' fiha għal tliet snin.", "Jiena ngħid li din il-miżura effettivament m'hijiex se tneħħi l-abbuż għaliex wieħed xorta waħda jista' jagħżel li jidħol għaliex ikun jaf li se jagħmel xi spiża qawwija u mbagħad jew japplika biex jinqata' mir-reġistrazzjoni jew jispiċċa biex jiddikjara dħul baxx.", "Forsi fil-winding-up tiegħu l-ministru jkun jista' jelabora xi ftit aktar dwar dan u anke meta niġu għall-istadju ta' Kumitat.", "F'paġna 76 jintqal ukoll li se jkun hemm ukoll cash accounting basis għall-fini tat- taxxa.", "Fil-fehma tagħna, fil-każ ta' ċerti kategoriji din is-sistema tista' tagħti lok għal abbuż peress li dawn ikunu jistgħu jitolbu refunds kbar fuq ħlas li jagħmlu fuq bażi ta' invoice filwaqt li jdumu żmien ma jħallsu l-VAT sakemm jitħallsu cash għas-servizzi li jkunu taw.", "Sur President, fil-budget intqal ukoll li esportaturi li jesportaw anqas minn 50% tax-xogħol li jaħdmu mhux se jkunu jistgħu jgawdu mid-deferred payments tal-VAT fuq l-importazzjoni tagħhom.", "Fil-fehma tiegħi, dan fil- prattika ma jkun ifisser xejn ħlief inkoraġġiment inqas lill-esportaturi Maltin iż-żgħar u iktar piż fuq dik li hija l-cash flow tagħhom.", "Il- ministru qalilna li t-taxpayer se jingħata ċ-ċans li jispjega l-qagħda tiegħu.", "Dan ifisser li se tiddaħħal is-sistema ta' ċerti objections li fil- prattika tista' tiġġamja l-proċess tal-ħlas tat-taxxa.", "Hawnhekk ukoll nitlob lin-naħa tal-gvern biex fl-intervent tagħhom jelaboraw dwar kif qed jaħsbu li dan ix-xenarju se jiżvolġi fil-prattika.", "Il-Ministru fil-budget qal ukoll li dan kollu se jkollu effett insinifikanti fuq l-għoli tal-ħajja, Sur President.", "X'se jiġri fil-każ ta' dawk il-prodotti li jkunu ġejjin mill-Ewropa li fuqhom m'hemmx il-15% ETI, peress li għandhom levy, ma ġiex indikat min-naħa tal-ministru.", "Li ġie indikat min-naħa tal-ministru meta kien qed jitkellem fil-budget speech kien li hemm ċerti prodotti, bħaż-żraben, li se titneħħilhom il-levy.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li l-ministru fl-istadju tal-winding-up jagħti indikazzjoni dwar liema huma l-prodotti li se titneħħilhom il-levy u jagħti indikazzjoni wkoll meta dan se jseħħ.", "Iżda jiena naħseb, Sur President, li l-iktar punt preokkupanti u l-iktar punt li għandu jħassibna huwa li sal-lum ma kellna l-ebda assigurazzjoni li l-kompetittivita' ta' l-industrija lokali u dak li jissejjaħ l-lavur tal- Maltin, ta' min jipproduċi għas-suq lokali, m'huwiex se jintlaqat b'mod negattiv.", "Mhux biss ma kellna l-ebda assigurazzjoni min-naħa tal-gvern dwar dan imma lanqas kellna l-ebda attentat ta' ġustifikazzjoni min-naħa tal-gvern biex iserraħ mhux lilna bħala oppożizzjoni imma jressaħ ras dawk in-nies li jaħdmu u joperaw f'dan is-settur bħala small businessmen u bħala small traders.", "Per eżempju, wieħed kien jistenna wkoll reazzjoni pubblika min-naħa tal-gvern għall-istudju tekniku li għamlet il-GRTU dan l-aħħar.", "Jiena ma nafx jekk iltaqgħux magħhom u tawhom xi reazzjoni imma pubblikament ma kien hemm l-ebda reazzjoni min-naħa tal-gvern għal dan l- istudju.", "Jien m'għandix il-ħin u jkun unfair li nieħu l-ħin ta' din il- Kamra biex nidħol fid-dettalji kollha ta' dan l-istudju imma l-għan prinċipali ta' l-istudju tal-GRTU kien li jassessja l-impatt tal-VAT legislation il-ġdida fuq il-vatable value-added ġenerat min-negozju u jassessja l-likelihood ta' profitability u problemi ta' cash flow li jistgħu jqumu f'negozji li jiġġeneraw f'dak li jissejjaħ high vatable value- added.", "Anke fid-daħla għal dan ir-rapport tekniku li għamlet, il-GRTU għamlitha ċara li hija ppreokkupata serjament bl-impatt ta' din il-leġislazzjoni tal- VAT fuq dawk in-negozji l-aktar li għandhom high vatable value-added, partikolarment dawk li jkunu qegħdin jagħmlu hekk permezz ta' l- applikazzjoni ta' xogħol tagħhom stess jew ta' xogħol ingaġġat, biex ngħid hekk, minn ħaddiema fuq il-kotba tagħhom.", "Meta l-GRTU waslet għall- konklużjonijiet tagħha biex tiżen l-implikazzjoni ta' dan l-istudju, waslet għal dawn il-konklużjonijiet.", "Filwaqt li ma ratx problemi partikolari għal dawk li huma importaturi - aħna konna għamilniha ċara li ċerti importaturi stand to gain bil-VAT, b'mod partikolari bis-sistema tar-refunds - fl- istess ħin meta ġiet biex titkellem fuq dawk il-businesses iż-żgħar li jiġġeneraw vatable value-added għoli, għamlitha ċara li r-rata ta' 15% se tkun ta' żvantaġġ kbir għal dawk li huma manufacturers lokali, għal dawk li huma ngaġġati fil-catering u għal dawk li huma service providers li jiddijljaw direttament mal-konsumatur innifsu.", "Mela l-GRTU għamlitha ċara li min qiegħed field operator f'dawn l-oqsma li semmejt, tliet options se jkollu quddiemu.", "Jew li jżid il-prezzijiet għall-konsumatur innifsu, li dejjem tidher li hija the easy way out; jew inaqqas il-profitti u l-cash flow tiegħu, b'konsegwenza li jista' jkollu anke tnaqqis tal-labour force u l-consumer prices jibqgħu kif inhuma; jew inkella jiġi f'sitwazzjoni fejn jitlef il-competitive edge tiegħu minħabba kompetizzjoni minn min qiegħed jevadi t-taxxa.", "Dawn huma tliet xenarji lkoll griżi għall-aħħar li juru t-tħassib li kien hemm min-naħa tal-GRTU.", "Nerġa' ngħid, Sur President, jiena m'iniex qed nitkellem qisni xi portavoce tal-GRTU.", "Dan huwa studju li rċevejtu jien kif bla dubju ta' xejn irċevietu n-naħa tal-gvern.", "Anzi nippretendi u nippreżumi li n-naħa tal- gvern anke ddiskutietu mal-GRTU.", "Nerġa' ngħid bl-ikbar sinċerita', ma nafx jekk kienx hemm feedback privat f'konsultazzjonijiet bejn il-gvern u l- GRTU, imma once li l-GRTU went public fuq dan id-dokument l-inqas li konna nistennew min-naħa tal-gvern kien rapport jew reazzjoni pubblika permezz tad-DOI jew tal-ministru fejn jiċħdu jew jikkonfermaw il-preokkupazzjoni jew it-tħassib min-naħa tal-GRTU innifisha.", "Dan kollu jiena norbtu ma' studju li kien sar snin ilu mill-EU directorate, meta dan kien għadu kappeġġat mill-Onor.", "Joe Borg, illum segretarju parlamentari.", "Dan kien studju li kien sar biex jassessja l- impatt li jista' jkollha sħubija prospettiva ta' Malta fuq is-setturi varji ta' l-ekonomija Maltija.", "Jekk m'inix sejjer żball, dan l-istudju kien ġie ppubblikat piu o meno fl-istess żmenijiet li fiha saret l-applikazzjoni Maltija, pero' I stand to be corrected fuq dan kollu.", "Dan l-istudju qed insemmih għaliex il-preokkupazzjoni li qed juru l-GRTU urih dan l-istess studju.", "Nerġa' ngħid li dan m'huwiex xi studju li għamel xi lobby group tas-self-employed jew xi lobby group ta' l-importaturi imma huwa studju li kien ġie kkummissjonat mill-gvern, huwa studju li sar mit-technocrats tal- gvern għaliex dak iż-żmien l-Onor.", "Joe Borg ma kienx membru parlamentari, ma kienx fuq il-kamp politiku fil-gvern iżda kien qed imexxi proprju l-EU directorate.", "Nerġa' ngħid li dan ir-rapport sar meta Malta kienet għadha kif applikat għal sħubija sħiħa - jew kienet se tapplika - u għaldaqstant kien għad baqa' xi erba' jew ħames snin biex nibdew napplikaw l- introduzzjoni tal-VAT fil-pajjiż.", "Allura dan kien qed ibassar x'jista' jkun l-impatt tal-VAT fuq is-setturi kummerċjali Maltin, b'mod partikolari fuq is-settur ta' l-industrija lokali li aħna qed ngħidu li se jintlaqat ħażin ħafna bir-ri-introduzzjoni tal-VAT come 1st of January tas-sena d- dieħla.", "Nikkwota verbatim minn dan ir-rapport ħalli nkun faithful kemm jista' jkun ma' kull min kien konness ma' dan ir-rapport min-naħa tal-gvern.", "\"The introduction of VAT will in all probability be phased over a number of years .... \"", "Din hija xi ħaġa li l-gvern m'għamilx għaliex la għamel phasing in tal-VAT fl-1995, u lanqas qed jagħmel phasing in issa.", "Imma mhux talli hekk talli naħseb li aħna wieħed mill-uniċi pajjiżi fid-dinja fejn se ndaħħlu leġislazzjoni importanti bħal din, taqbel jew ma taqbilx magħha, f'medda ta' ġimgħatejn jew tliet ġimgħat, bħallikieku kienet xi leġislazzjoni normali li jkollha quddiemha din il-Kamra.", "Imma ħalli nkompli nikkwota minn dak li qal ir-rapport ta' l-EU directorate.", "Dan qal:", "\"The introduction of VAT will in all probability be phased over a number of years so that local industry would be given sufficient time to restructure and readjust so as to be able to absorb in large measure any future undermining effects of VAT on competitiveness.\".", "Jiġifieri d-direttorat ta' l-EU - li wara kollox huwa fergħa tal-ministry of foreign affairs, li huwa d-driegħ leminija tal-gvern, jiġifieri żgur li m'aħniex qed nitkellmu fuq xi think-tank awtonomu mill-gvern - qed jgħid lid-driegħ xellugija tal-gvern li l-introduzzjoni tal-VAT x'aktarx ikollha tidħol fuq medda ta' snin għax jista' jkollha ċertu mpatt fuq l-industrija lokali u għalhekk huwa importanti li l-industrija lokali tingħata żmien xieraq u adegwat biex tirristruttura ruħha ħalli tkun f'qagħda tassorbi l- mod kif fil-ġejjieni l-VAT tista' timmina l-kompetittivita' ta' l- industrija lokali.", "Hawnhekk l-EU directorate qed jgħid l-istess ħaġa li qed tgħid il-GRTU, l-istess ħaġa li ilna ngħidu aħna fil-kritika tagħna għall-VAT, kemm fl-imgħoddi u anke issa li se terġa' tidħol din l-imbierka 15% fuq is-servizzi.", "U x'inhi din?", "Din hija li l-VAT timmina l- kompetittivita`.", "Ħadd minna m'għamel xi trovatura ġdida imma l-fatt li tliet sorsi totalment differenti - partit politiku, fergħa ta' organised union tas-self-employed u branka tal-ministry of foreign affairs, l-EU directorate - qed juru l-istess tħassib dwar x'jistgħu jkunu l- implikazzjonijiet fuq l-industrija lokali jekk il-VAT tiddaħħal u jekk ma tiddaħħalx b'mod gradwali - kif jidher li ngħata l-parir li jagħmel il- gvern imma rrifjuta kemm fl-1995 kif ukoll issa li għandna leġislazzjoni li qed tiġi diskussa f'din il-Kamra biex tiġi fis-seħħ mill-1 ta' Jannar - juri ċerta konsistenza.", "Dan ir-rapport ta' l-EU directorate qal iżjed u nerġa' nikkwota minnu.", "Dan qal:", "\"Very small manufacturers may even find it more fruitful to change over to outright importers, maybe offering the necessary after-sales service.\"", "Tajba din!", "Mela wara li jiena b'ħafna stinkar, sagrifiċċji, kuntatti mal- METCO u organizzazzjonijiet bħal dawn ikun irnexxieli nagħmel il-qabża importanti minn importatur għal produttur u nistabilixxi industrija li prinċipalment tikkejterja għas-suq lokali imma tesporta xi ħaġa żgħira wkoll, f'daqqa waħda tiġi l-leġislazzjoni tal-VAT u minħabba l-impatt ta' din il-leġislazzjoni nerġa' nsib ruħi ridott għal importatur u nagħmel biss after-sales service ta' dawk l-affarijiet li nkun qed nimporta mill-ġdid.", "Dan għalija huwa reversal of roles u tfigħ lura ta' l-arloġġ fejn minn pajjiż ta' produtturi nerġgħu nsiru pajjiż ta' importaturi, kif konna fis- snin sittin meta ma kienx hawn il-kultura ta' industrija domestika lokali, meta ma kienx hawn dik il-push lejn il-produzzjoni kif kien hemm tul is- snin minn dak iż-żmien 'l hawn.", "U x'se jiġri bħala konsegwenza?", "Dan ir- rapport ta' l-EU directorate jgħidilna:", "\"Imports will increase where products from Maltese firms will not manage to retain the local market.\".", "Mela bħala konsegwenza tiżdied l-importazzjoni meta prodotti ta' ditti Maltin ma jibqgħux f'pożizzjoni li jżommu x-share tagħhom tas-suq lokali.", "Wara li tkellimt fuq l-aspett li jolqot l-industrija lokali, fil-parti ta' l-għeluq tiegħi rrid nitkellem fuq il-parti soċjali.", "Aħna ma nistgħux nitkellmu fuq is-self-employed, fuq il-hairdressers, fuq il-bajjada, fuq il- kaħħala, fuq in-naġġara u ma nitkellmux fuq l-iktar element importanti, il- konsumaltur.", "Għaliex?", "Għaliex il-konsumatur huwa kulħadd.", "Kull wieħed u kull waħda minna huwa konsumatur, irrispettivament mill-professjoni tagħna, irrispettivament mil-livell ta' l-għajxien tagħna, irrispettivament mill- mezzi finanzjarji li għandna jew m'għandiex.", "Il-Gvern Nazzjonalista fis- sajf ta' l-1994 kien għamel studju, għalkemm b'ħafna toqob, bl-isem ta' \"The Social Effect of VAT Implimentation\", studju li mbagħad l-MLP ħareġ counter version analysis tiegħu.", "Imma, tajjeb jew ħażin, il-Gvern Nazzjonalista dakinhar kien għamel studju biex jiżen l-impatt soċjali li l- VAT kien se jkollha fuq is-soċjeta' Maltija.", "Imma din id-darba għamel xi studju simili?", "Forsi l-ministru jkun jista' jagħtina ħjiel fl-għeluq min- naħa tiegħu dwar dan imma l-feeling ġenerali huwa li mhux biss once li tidħol il-VAT se jkollna a once only price increase f'diversi servizzi imma li l-affarijiet se jkomplu jogħlew anke matul is-sena.", "Issa billi qabel l-1995 kellna ħafna ftaħir min-naħa tal-gvern li l-VAT se tkun revenue-neutral u cost-neutral u ħafna affarijiet bħal dawn, jien ngħid: Jista' l-ministru jagħtina assigurazzjoni li din id-darba l-VAT se tkun cost of living-neutral?", "Għaliex fil-budget innifsu, meta tkellem fuq il-miżuri tal-VAT, huwa ta ad intendere li f'ċerti miżuri li se jieħu l- gvern se jirnexxielu b'mod effettiv ħafna jilqa' għal kull abbuż li jista' jsir f'dan ir-rigward.", "Sur President, jiena ngħid li se jiġri proprju l- kuntrarju u dan m'inix qed ngħidu biex inkun allarmista u lanqas biex nawgura li jsir hekk imma għaliex meta nitkellem ma' ċerti nies fin- negozju, nies armati għal rashom u anke ċerti konsumaturi, jidher ċar li diġa' hawn fostna kultura qawwija ta' nies li jidhru determinati li jevadu t-taxxa jekk jista' jkun anke qabel tiġi introdotta, aħseb u ara once li tiġi fis-seħħ fil-bidu tas-sena d-dieħla!", "Fid-diskors tal-budget u anke fl-introduzzjoni tiegħi għall-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju, kemm il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u kemm jien konna rriferejna għal dak id-dokument li kien ħejja l-economic planning, \"The New Indirect Tax Regime for Malta - Some Economic Considerations\".", "Dan huwa studju li għamlu minn rajhom fis-sajf ta' l-1997, studju li fih ma kellhom ebda ndħil min-naħa tagħna bħala amministrazzjoni tal-ġurnata.", "Ma konniex ippubblikajnih mhux għaliex kien hemm xi ħaġa li tħammrilna wiċċna imma għaliex dakinhar l-istudju kien for internal use only.", "Imma nħoss li fiċ-ċirkostanzi tal-lum dak li seta' kien for internal use għandu jiġi esternat u jkun available għal konsum pubbliku.", "Jien m'inix se noqgħod nikkwota minn dan ir-rapport imma se nislet żewġ osservazzjonijiet minnu.", "Waħda mill-osservazzjonijiet li għamel ir-rapport kienet illi għalkemm il- provvedimenti legali tal-VAT kienu ntiżi biex inaqqsu l-inċidenza ta' strutturi ta' cascading tax - li spjega tant tajjeb illum l-Onor.", "George Vella fl-intervent tiegħu - huwa fatt aċċettat f'faxxi speċifiċi tas-suq li l-VAT ġiet implimentata b'mod cascading.", "Dan ifisser li għalkemm teknikament il-VAT m'hijiex a cascading tax, mill-mod kif ġiet applikata f'ċerti faxex speċifiċi tas-suq lokali ġiet implimentata b'mod cascading.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk l-economic planning kien qed jagħmel l- osservazzjonijiet indipendenti u ħielsa tiegħu fis-sajf ta' l-1997 fiż- żmien li konna se ndaħħlu s-CET.", "Il-kliem eżatt li wżaw kien dan:", "\"Although the legal provisions of VAT were intended to eliminate the incidence of cascading tax structures, it is widely accepted that in specific market segments VAT was implemented in a cascading fashion.\"", "Dan l-istess studju wasal anke għall-konklużjoni illi t-tibdiliet tas-CET kienu ntiżi biex jagħtu vantaġġ kompetittiv lill-produzzjoni domestika u lokali, anke vis-a-vis l-affarijiet importanti.", "Din hija xi ħaġa li aħna għidniha mill-bidunett u xi ħaġa li bqajna nsostnu għaliex s'issa l-liġi tas-CET, tajjeb jew ħażin, għadha in vigore.", "Osservazzjoni oħra li ħarġet minn dan l-istudju tad-dipartiment ta' l- ippjanar ekonomiku hija illi s-CET hija vantaġġuża l-aktar għan-nies bi dħul baxx, xi ħaġa li nimmaġina għall-kelliema tal-gvern ma tantx tinżel tajjeb.", "Aktar kmieni din is-sena l-Onor.", "Cilia, bħala kelliemi għas-self- employed, u jiena, bħala kelliemi għall-ekonomija u l-finanzi, ħriġna sensiela ta' stqarrijiet għall-media dwar il-VAT.", "B'dak li għandna f'din il-liġi u b'dak li smajna u b'dak li qrajna jidher ċar li t-tħassib li wrejna f'isem il-Labour Party huwa tħassib ġustifikat, l-aktar meta għidna li meta l-Gvern Nazzjonalista qal li kellu tliet alternattivi quddiemu x'jikkonsidra dwar taxxi indiretti ġodda kien qiegħed biss jgħaddi lin-nies biż-żmien.", "Dan għaliex inutli noqogħdu ngħidu li lin-nies tahom tliet alternattivi għaliex minħabba l-obbligi tagħhom li jaderixxu fl-Unjoni Ewropea riedu bilfors idaħħlu l-VAT mill-ġdid.", "Għalhekk inutli li fil- manifest elettorali taw l-impressjoni li kulma kienu se jagħmlu kien li jimmodifikaw ftit, jirtokkaw ftit, jissikkaw u jtejbu l-liġi tas-CET innifisha.", "Dak kien inġann li baqa' jiġi pperpetrat tul il-kampanja elettorali kollha u baqa' għaddej anke sa l-ewwel fażi tal- konsultazzjonijiet li kellu dan il-gvern.", "Ovvjament imbagħad biddel daqsxejn l-approach tiegħu u qaleb għall-veru attitudini tiegħu li jdaħħal liġi kompletament ġdida.", "Niġi issa għall-concluding remarks tiegħi, Sur President.", "Jien inħoss - u din ngħidha bl-ikbar responsabbilta' - li l-agħar li se jmur f'dan kollu huwa l-konsumatur.", "U iżgħar u iċken ma jkun il-konsumatur ikbar se jkun l-impatt fuqu.", "Għaliex meta inti bniedem bi dħul żgħir, it- tendenza hi li tonfoq u tikkonsma persentaġġ ogħla ta' dak li taqla' - aħna ngħidu jaqlagħha u jiekolha - għaliex bniedem li għandu mezzi limitati għandu mezzi inqas biex iġemma'.", "Allura l-fatt li dan se jikkonsma iktar f'perċentwali ta' dak li jaqla', f'termini ta' flus jista' jonfoq inqas milli nkun qed nonfoq jien li għandi salarju aħjar minnu.", "Jibqa' l-fatt pero' li jekk jaqla' so much f'ġimgħa, jista' jagħti l-każ li bħala perċentwali l-konsum tiegħu huwa ogħla minn tiegħi u ta' ħaddieħor li għandu paga aħjar minn tiegħu.", "Dan il-punt huwa importanti li nispjegawh biex infissru għaliex aħna qed ngħidu li bil-VAT l-iktar li se jlaqqatha huwa l-ħaddiem iż-żgħir, il-konsumatur iż-żgħir.", "Nemmen ukoll - din ngħidha bir-responsabbilta' kollha - li din il-liġi se jkollha effett negattiv fuq il-qasam fiskali nnifsu, kif ukoll fuq l- ekonomija in ġenerali.", "Jgħidu x'jgħidu fuq is-CET - u kellha difetti, m'aħniex qegħdin ngħidu li s-CET kienet perfetta - l-oġġetti li l-aktar jaffettwaw l-indiċi tal-prezzijiet huma meħlusa mis-sisa u għaldaqstant hija ħrafa li tgħid li s-sistema tas-CET serviet ta' xi piż li għolla l- ħajja.", "Għalhekk nappella sabiex ikun hemm riflessjoni serja min-naħa tal- gvern dwar il-pass li se jagħmel, aktar u aktar minħabba l- implikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet li jidher li diġa' ħa.", "L-oppożizzjoni se tkompli tiddibatti din il-liġi b'mod raġonat u b'mod oġġettiv u mhux bir- rettorika.", "Dan se nagħmluh għaliex aħna nifhmu li lill-poplu trid tirbħu bil-persważjoni u bil-konvinzjoni.", "Għalhekk fl-istadju ta' Kumitat se nressqu sensiela ta' emendi li se jiġu introdotti b'għaqal u mhux emendi li se jiġu introdotti sempliċement b'sens ta' pika, jew biex ngħidu li qed nagħmlu emendi ħalli nħarbtu jew inbażwru l-business tal-gvern tal-ġurnata.", "Jien naħseb li wieħed jagħmel żball jekk iħares lejn din il-liġi f'iżolament u ma jallaċċjahiex mal-budget innifsu.", "Wieħed irid jara dan il- pass kollu fil-kontest tal-budget li għandha quddiemha din il-Kamra bħalissa, Sur President, u dan għaliex il-gvern tant rabat kollox ma' din il-liġi li jekk l-affarijiet dwar il-VAT imorrulu żmerċ jaqagħlu l-pjan kollu li għandu mħejji.", "Ċertament mhux il-każ li wieħed jaqbad u jgħid mil- lum għal għada: Qed tara kemm kellna raġun!", "Nemmen bil-qawwa kollha li trid tkun il-milja taż-żmien li turi li l-istrateġija tal-gvern hi waħda żbaljata u waħda barra minn lokha, waħda nerġa' ngħid, għas-skapitu taċ- ċittadini komuni kollha, b'mod partikolari tas-self-employed iż-żgħar u tal- konsumatur innifsu.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, qegħdin niddiskutu liġi ta' portata soċjali, fiskali u ekonomika u naħseb li issa huwa l-mument opportun li wieħed jesprimi bil-liberta' kollha l-opinjonijiet tiegħu dwar ir-rwol ta' dan il-parlament u d-dritt ta' kull membru li jingħata l-ħin kollu sabiex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu għall-ġid taċ-ċittadini u fl- aħjar interess tal-pajjiż.", "Għaldaqstant jiena nistaqsi: X'kienet ir- raġuni li l-gvern ried jintroduċi din il-liġi, bl-implikazzjonijiet kollha tagħha, b'tant għaġġla mingħajr ma l-ewwel sar economic impact assessment u mingħajr ma saret diskussjoni sħiħa, anke pubblika?", "Għaliex din il-liġi trid tgħaddi bilfors malajr u għaliex rbatniha mad-data ta' l-1 ta' Jannar, 1999?", "Il-gvern diġa' għandu strument ta' tassazzjoni indiretta f'idejħ, strument li minkejja d-difetti kollha li jgħidu li fiha l-liġi tas-CET qed jippermetti lill-gvern li jiġbor more or less l-istess ammont ta' revenue li l-Gvern Nazzjonalista preċedenti kien ġabar taħt il-VAT verżjoni 1.", "Allura x'kien il-ħsieb tal-gvern li jintroduċi din il-liġi bi proklama?", "Għaliex il-funzjoni tal-parlament qed tiġi mminata b'dan il-mod li xejn m'hu sabiħ?", "Infakkar ukoll li għalkemm l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju m'aħniex niddiskutuh, xorta għadu jagħmel parti mill-aġenda tal-gvern u ħadd għadu ma qal li se jiġi rtirat.", "Anzi l- Prim Ministru qal li hemm bżonn li dan l-abbozz jgħaddi għaliex il-gvern se jkollu bżonn jużah.", "Tajjeb li ngħid ukoll illi bis-saħħa ta' din il-liġi l- gvern jista' jimponi kwalunkwe taxxa fuq kwalunkwe prodott u servizz - mhux xi waħda eżistenti li jżidha bħal meta tiżdied is-sisa - mingħajr ma jkun hemm diskussjoni u għaldaqstant ikun dar dawra mal-parlament biex jimplimenta leġislazzjoni mingħajr ma tkun ġiet diskussa u approvata.", "Dawk huma l-poteri li qed ifittex il-gvern.", "Ma' dan l-abbozz ta' liġi ħarġet ukoll Legal Notice No. 254 ta' l-1998, legal notice li dwarha din in-naħa qed tagħmel protest biex tiġi abrogata għar-raġuni li fiha qed jingħad li dawk il-fondi li ma jintnefqux f'xi sena finanzjarja, il-ministru jkun jista' jitfagħhom f'fond amministrat mill- gvern stess mingħajr ma jkun hemm l-ebda sens ta' skrutinju.", "Din il-legal notice tgħid hekk:", "\"Iżda l-ministru jista', iktar minn hekk, jawtorizza bil-miktub li l- fondi li jkunu ġew approprjati f'dik is-sena finanzjarja għal xi skop għandhom jitqiegħdu f'kont separat minn fejn dawk il-fondi jkunu jistgħu jinħarġu wara tmiem dik is-sena finanzjarja li għaliha jkunu ġew approprjati dawk il-fondi għal skopijiet li għalihom dawk il-fondi jkunu ġew oriġinarjament approprjati, iżda kull ammont żejjed li jibqa' f'dak il-kont għandu mill-għeluq tal-kont jiġi trasferit fil- Fond Konsolidat.\".", "Ħalli nispjega ftit x'qed ngħid.", "Fil-budget il-gvern jipproġetta l-infiq tiegħu u jagħmel l- allokazzjonijiet kollha tiegħu, item by item, ministeru b'ministeru.", "Mhux il-fondi kollha li jkunu allokati neċessarjament jintnefqu f'dik is-sena finanzjarja għax xi kultant fl-aħħar tas-sena jibqgħu fondi li ma jintnefqux.", "L-użanza sal-lum hija li dawk il-fondi jerġgħu jmorru fil-Fond Konsolidat biex jerġgħu jiġu allokati għas-sena ta' wara.", "Is-sistema topera b'dan il-mod biex tassigura li l-allokazzjonijiet ta' fondi minn sena għall-oħra jkunu scrutinised u spjegati f'dan il-parlament u b'hekk inkunu qed nagħtu sodisfazzjon liċ-ċittadin.", "Din hija l-essenza tad- demokrazija parlamentari; u t-tip ta' manuvri sottili f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat kollha juru li l-Gvern Nazzjonalista jrid juża dejjem anqas l- istrument tal-parlament.", "Issa dawn għandhom maġġoranza assoluta u jistgħu jgħaddu kull liġi li fir-responsabbilta' tagħhom jidhrilhom li għandhom jgħaddu, imma li dik il-liġi tkun diskussa fil-parlament huwa dritt assolut ta' din il-Kamra.", "U jekk dan id-dritt nipprovaw nimminawh allura nkunu qegħdin noħolqu preċedent ikrah li assolutament ma jsegwix l-iżviluppi ta' dawn l-aħħar snin.", "F'dan il-parlament ħafna drabi ma naqblux għax naħa tesprimi opinjoni mod u naħa oħra tesprimi opinjoni mod ieħor imma jkun hemm diskussjoni sħiħa.", "Huwa dan li jagħmel il-ħajja parlamentari interessanti, dawn il-cross-debates u kultant anke cross-fertilisation ta' ideat differenti.", "Imma jkun hemm ukoll okkażjonijiet meta naqblu, Sur President, u m'humiex ftit.", "Meta żviluppajna s-sistema tal-kumitati parlamentari, fost l-iktar importanti kien hemm il-public accounts committee, bil-qbil li ċ-chairman tiegħu jkun magħżul min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Qbilna wkoll li l-awditur ġenerali għandu jkun indipendenti mill-ministru tal-finanzi, u allura mill- gvern tal-ġurnata, u wieħed jaspira li dik l-indipendenza tiġi salvagwardata bl-ikbar għożża min-naħa ta' l-awditur ġenerali ħalli l- fiduċja u s-saħħa morali tiegħu u wkoll is-saħħa leġislattiva jissaħħu.", "B'dawn l-iżviluppi kollha, l-infiq tal-gvern jiġi re-assessed mill-public accounts committee qabel ma efettivament jagħmel il-verifika tiegħu l- awditur.", "L-għan ta' dan kollu huwa li dak li jagħmel il-gvern, anke bil- poteri eżekuttivi tiegħu, ikun scrutinised.", "F'daqqa waħda pero' f'inqas minn tliet xhur minn wara l-elezzjoni l-gvern qed jibdel din it-trend.", "Issa m'aħniex nitkellmu iktar dwar kif se nsaħħu l-proteri ta' l-awditur ġenerali u m'aħniex qed nitkellmu iktar dwar kif se nżidu l-poteri tal- public accounts committee ħalli jagħmel l-iskrutinju neċessarju fuq l-infiq tal-gvern.", "U għaliex huwa neċessarju l-iskrutinju fuq l-infiq tal-gvern?", "Huwa neċessarju għax dak li jonfoq il-gvern jiġi mit-taxxi li jiġbor minn fuq kull wieħed u waħda minna, xejn iżjed u xejn inqas.", "Il-gvern jamministra bil-poter eżekuttiv tiegħu u fir-responsabbilta' eżekuttiva tiegħu - u qed nuża kemm il-kelma \"poter\" kif ukoll \"responsabbilta'\" għaliex l-eżerċizzju tal-poter huwa eżerċizzju fir-responsabbilta' - fl- interess tal-pubbliku in ġenerali.", "Mela filli kellna din it-trend u filli l-gvern iddeċieda li jarroga għalih innifsu iktar poteri fiskali meta dawn huma diġa' formidabbli.", "U meta inti tipprova taħrab mill-iskrutinju tal- parlament jew ta' xi istituzzjoni oħra, tagħmilha kif tagħmilha, dak huwa żball u ċertament m'għandux isir, anke għaliex il-messaġġ li nkunu qed inwasslu lill-uffiċjali responsabbli biex iħaddmu dawk il-fondi m'huwiex messaġġ ta' iktar accountability.", "Minn hawn inwissi li jekk se naqbdu din it-triq se nkunu qed indaħħlu l-mentalita' li ladarba hemm id-diskrezzjoni, din id-diskrezzjoni tagħti s-saħħa u allura dak li jkun jista' ma joqgħodx attent għaliex ikun jaf li l-aġir tiegħu m'huwiex qed jiġi scrutinised.", "Dan jorbot ukoll mal-mod kif dan l-abbozz qed jiġi introdott hawnhekk.", "Nafu li anke l-Moviment Ewropew tkellem kontra dan għaliex ra li dan huwa kuntrarju għat-trends fil-pajjiżi Ewropew, li tant jgħożżu dan il-poter tal- parlament u s-saħħa leġislattiva tal-parlament.", "Kellna wkoll reazzjoni mill-unions imma l-gvern irid jgħaddi dan l-abbozz malajr u allura nfilzah fost id-diskussjoni tal-budget fi żmien meta l-attenzjoni tal-pubbliku hija xi ftit jew wisq mitfugħha fuq l-attivitajiet tal-Milied.", "Il-Gvern Nazzjonalista dejjem kien jgħid li l-budget għandu jkun a non-event, u dan huwa veru, imma fi kwalunkwe pajjiż il-budget jingħata l-importanza li ħaqqu.", "Naħseb li kull min isegwi ftit l-aħbarijiet internazzjonali jirrealizza dan.", "Il-budget jagħti kemm direzzjoni fiskali, kemm direzzjoni monetarja u kif ukoll direzzjoni ekonomika u allura jqanqal ċertu interess.", "Ċertament li d-debates tal-budget għandhom l-importanza tagħhom f'dan il- parlament imma anke dan l-abbozz ta' liġi huwa importanti għaliex għandu riperkussjonijiet fiskali, għandu riperkussjonijiet fuq l-attivita' ekonomika fl-aspetti kollha tagħha u għandu riperkussjonijiet mill-aspett soċjali.", "Imma bil-mod kif qed ninfilzawh bejn dawn is-seduti m'aħniex nagħtu ċans lill-opinjoni pubblika, wara li tkun semgħet id-diskussjoni tagħna hawnhekk, tesprimi ruħha fuq il-mezzi tax-xandir.", "Barra minn hekk, Sur President, irridu nżommu quddiem għajnejna li l- membri parlamentari, ħlief dawk li huma segretarji parlamentari u ministri, iridu jinfilzaw ix-xogħol tal-parlament fil-ħidma professjonali tagħhom.", "Naħseb li din hija problema ta' kulħadd għax din hija r-realta'.", "Hemm ukoll il-familja imma għal min ikun fl-oppożizzjoni, minħabba li m'hawnx struttura ta' assistenza u lanqas ta' riċerka - m'għandix dubju li kull membru parlamentari jagħmel ħiltu biex jaqdi dmiru mill-aħjar li jista' bl- ikbar kompetenza u professjonalita' - hemm id-diffikulta' li jekk inti trid tagħmel riċerka din trid tagħmilha waħdek u dan trid iż-żmien neċessarju biex tippreparah.", "Anke membri parlamentari min-naħa tal-gvern, speċjalment dawk li m'humiex full-time bħas-segretarji parlamentari u l-ministri, ukoll iridu l-ħin tagħhom biex janalizzaw dan l-abbozz ta' liġi.", "U l-proċedura li ġiet adottata dalgħodu wara ħafna diskussjoni u kjass tirrifletti proprju dan il-fatt.", "Meta tgħaqqad dan kollu flimkien naraw li l-attitudni tal-gvern qiegħda tkun waħda ta' arroganza.", "Il-gvern qed jgħid: Jien għandi s-saħħa għax għandi maġġoranza assoluta ta' ħames deputati.", "Din hija l-linja li rrid nimxi fuqha, take it or leave it.", "Dan hu l-messaġġ li joħroġ ċar u kontinwu għaliex m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni li dan l- abbozz ta' liġi jgħaddi mill-istadji kollha sa ta' l-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla.", "Ma jfissirx li billi l-VAT tidħol fl-1 ta' Jannar, 1999 allura din se jkollha xi mpatt partikolari fuq l-ekonomija.", "L-attivita' ekonomika assorbiet is-sistema tat-taxxa tas-CET u tassorbi gradatament din is- sistema tal-VAT.", "Il-fatt li l-gvern stess irid jintroduċi l-VAT fl-1 ta' Jannar, 1999 - jiġifieri jrid jaqleb minn sistema għall-oħra fi 15-il ġurnata - juri li biex taqleb minn waħda għal oħra m'għandekx bżonn xi modifikazzjoni partikolari.", "Barra minn hekk, fil-pajjiż diġa' għandna sistema ta' tassazzjoni indiretta u allura kien ikun aktar għaqli għall-gvern li jirranġa l- istrutturi amministrattivi tiegħu u jkompli jsaħħaħhom biex imbagħad l- implimentazzjoni ta' l-istess taxxa li hu stess irid jintroduċi tkun iktar faċli u effikaċi.", "Jekk il-kritika tal-gvern għas-CET kienet li din ma tiġborx daqs il-VAT - għalkemm dan m'huwiex minnu għaliex din is-sena l- ġbir mis-CET se jkun ta' madwar ¥72 miljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l- istess li rrendiet il-VAT fl-1995 u l-1996 - dan ifisser li għandek difett amministrattiv u allura trid tindirizza dak id-difett amministrattiv.", "Fil- verita' fil-budget u anke qabel smajna ħafna dwar l-arretrati u l-ġbir tat- taxxa.", "Issa r-rapport ta' l-awditur ġenerali qed jgħid li hemm arretrati ta' ¥173 miljun f'income tax.", "Riċentement pero' fil-public accounts committee, uffiċjali ta' l-inland revenue qalulna li huwa veru li fil- kotba jidher li hemm ¥173 miljun pero' dak li huwa collectible huwa xi 33% jew 40%, jiġifieri kważi terz ta' dak li jidher fil-kotba.", "Imma hu x'inhu dan l-ammont, dawn huma flus li jridu jinġabru għaliex il-gvern għandu l- commitments tiegħu li jrid jesegwihom minn sena għal oħra, bħas-servizzi soċjali, servizzi ta' saħħa, servizzi ta' l-edukazzjoni, investiment ta' natura kapitali eċċ.", "Irrid ngħid li f'dan il-gvern għandu l-appoġġ sħiħ ta' din in-naħa għaliex aħna dejjem insistejna - għalkemm fil-passat mhux dejjem sibna l- appoġġ min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista - dwar il-ġbir ta' arretrati għaliex nemmnu li huwa fl-interess pubbliku li dan isir.", "Pero', nerġa' ngħid, jekk id-difett huwa wieħed amministrattiv, allura kien ikun aħjar li niġu hawnhekk u niddibattu kif tissaħħaħ l-amministrazzjoni tat- taxxa ħalli l-ġbir isir b'mod iktar effikaċi, għaliex sakemm il-gvern jaqleb minn sistema għall-oħra xorta kien ikollu in place il-makna li tirrendih iktar effikaċi fil-ġbir jew fis-sistema li jrid jadotta.", "Għalhekk minflok nattakkaw il-problema reali qegħdin induru magħha jew nipposponuha u l-evażjoni jew tibqa' tikber jew inkella l-gvern jispiċċa jkollu joħroġ aktar milli jdaħħal, bħalma ġara fis-sistema tar-refunds kif prattikata fl-ewwel sentejn.", "Fl-isfond ta' dan kollu u fl-istampa sħiħa ta' dak li ġara f'dan il- parlament - għalhekk fil-bidu għidt li tajjeb li wieħed jagħti stampa ċara lil min ikun qiegħed jismagħna - fl-opinjoni tiegħi hemm skopijiet oħra għaliex il-gvern irid li l-VAT tibda topera mill-1 ta' Jannar.", "Fl-opinjoni tiegħi l-gvern huwa xprunat mill-fatt li għandu kwestjonarju quddiemu mibgħut lilu mill-Unjoni Ewropea għaliex issa l-kummissjoni trid terġa' tikkonsidra s-sitwazzjoni kollha wara r-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta.", "Riċentement artiklu f'gazzetta staqsa ċar u tond kemm se jdum il-Prim Ministru jmur jittalab quddiem l-Unjoni Ewropea.", "Dan m'inix qed ngħidu b'xi preġudizzju kontra l-Unjoni Ewropea għaliex ħafna mill- iżviluppi fl-Unjoni huma żviluppi pożittivi u żviluppi tajbin, pero' bħala Maltin rridu nħarsu l-ewwel lejn kif dawn l-iżviluppi u r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea se jolqtu lilna.", "Irrid ngħid li xi żmien ilu jien tlabt lill-ministru ta' l-affarijiet barranin sabiex ipoġġi kopja ta' dan il-kwestjonarju fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Nafu li l-gvern ikkometta ruħhu wkoll li jikxef il-karti kollha mal- poplu u aħna għalhekk ridna nkunu nafu x'tip ta' mistoqsijiet sarulu mill- Unjoni Ewropea.", "Għalhekk il-konvinċiment personali tiegħi hu li qegħdin nerġgħu nassistu għall-istess kummiedja meta ġiet introdotta l-VAT fl-1994.", "Niftakru li b'isforz u ġiri 'l hemm u 'l hawn biex ngħidu li aħna qegħdin in line mal-politika fiskali monetarja ta' l-Unjoni Ewropea, il-Viċi Prim Ministru kien kiteb memorandum lil Sir Leon Brittan fejn qallu li se ndaħħlu a taxation system li hija in line ma' dik li qed titlob l-Unjoni Ewropea.", "Mela qabel ma l-liġi ġiet diskussa fil-parlament, qabel ma effettivament daħlet u rajna l-effetti tagħha u mbagħad kien hemm reazzjoni ġenerali għaliha, kien hemm dan il-memorandum li jimplika biċ-ċar li l- gvern f'dan il-qasam fiskali ta' ġbir ta' taxxi indiretti qiegħed in line mal-politika Ewropea.", "Is-sitwazzjoni llum hija li peress li l-gvern qiegħed jistenna li jkollu risposta kmieni dwar ir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta, u minħabba l-fatt li għandna problema ta' deficit enormi li huwa t-tripplu ta' dak li jippermettu l-kriterji ta' Maastricht - din il-problema tad- deficit ilha ġejja mill-1995 u l-1996 u m'hijiex xi ħaġa li żviluppat issa anzi taħt Gvern Laburista kien hemm għall-ewwel darba sforz biex niffokaw bis-serjeta' fuq din il-problema - allura biex ikun jista' jitfa' mbekkata pożittiva lill-Unjoni Ewropea, il-gvern qed jgħid li mill-1 ta' Jannar il- VAT se tidħol in vigore.", "U minħabba l-fatt li t-time schedule ma kenitx qegħda tiffavorih, il-gvern ipprova juża l-istrumenti kollha li tippermettilu l-liġi, permezz ta' legal notice u bis-saħħa ta' dak kollu li hemm fir-regolamenti tal-Kamra, biex ikun jista' jgħid li din il-liġi se tiġi implimentata mill-1 ta' Jannar, 1999.", "Ma nafx għaliex il-gvern ġie kompletament jaqa' u jqum jekk għandux bżonn isaħħaħ id-dipartiment - għalkemm fil-budget speech il-ministru implika ċar u tond li dan irid jissaħħaħ sabiex il-ġbir u l-enforcement ikunu iktar effettivi - u ma pprovax jindirizza din il-problema mill-ewwel.", "Jekk immorru lura għall-1996 insibu li l-Gvern Nazzjonalista kien ipproġetta li mill-VAT idaħħal ¥110 miljun imma fir-realta' daħħal biss ¥78 miljun u issa qiegħed jipprova jispjega dak ix-shortfall għar-raġuni li l- Partit Laburista kien qiegħed jopponi dik it-taxxa u kien wiegħed li eventwalment jibdilha.", "Issa l-Partit Laburista kien ilu mill-1995 li għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara u l-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami kien diġa' għamel il-projections tiegħu.", "Mhux hekk biss, għaliex waqt il- laqgħat tal-public accounts committee ħareġ ċar ukoll li matul l-1996 kienet saret iktar attivita' ta' enforcement min-naħa tad-dipartiment.", "Fir- realta' l-projections kienu ħafna għoljin u jiddispjaċini ngħid li l- Ministru Dalli ma qagħadx, ma kienx konxju, jew inkella injora kompletament kull parir li kellu li wieħed mill-effetti tal-VAT kien se jissarraf f'retraction jew nuqqas ta' attivita' ekonomika.", "Tajjeb ukoll li l-ministru jgħidilna jekk l-idea tal-harmonisation tas- sistema ta' tassazzjoni biex tiġi taqbel ma' dawk tal-pajjiżi Ewropej hijiex se tinfirex fl-oqsma kollha.", "Qed ngħid dan għaliex xi żmien ilu l- Ministru Zammit Dimech qal li minn Lulju Malta se taderixxi ma' dik id- direttiva li kienet għaddiet mill-Unjoni Ewropea fl-1997 dwar id-duty free sales u allura d-duty frees kellhom jispiċċaw with effect minn dik id-data.", "Naturalment din qajmet kjass sħiħ u xi tliet ġimgħat wara kellna rettifika mill-ministru għas-servizzi ekonomiċi, l-Onor.", "Josef Bonnici.", "Sur President, meta tieħu dawn l-inċidenti kollha flimkien, dawn juru l-isforz tal-gvern ħalli f'dak il-kwestjonarju jkun jista' jgħid li f'xi ħaġa Malta qiegħda in line ma' dak li titlob minna l-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid li ''titlob minna l-Unjoni Ewropea'' għaliex ħafna drabi l-kwestjoni m'hijiex jekk dawn iridukx jew le imma jekk aħniex ppreparati sew.", "Ċertament li ma' l-Ewropea m'għandniex xi kwestjoni politika u aħna naqblu li nsaħħu s-sistema demokratika.", "Jiġifieri l-prinċipji demokratiċi, it-tisħiħ tal-ġustizzja, ir-relazzjonijiet fl-oqsma ta' l-intern u tas- security naqblu magħhom perfettament.", "Barra minn hekk, jekk ikun hemm liġijiet ta' l-ambjent li nistgħu nadottaw għax huma tajbin, nadottawhom by all means imma l-problema kollha hi illi l-pajjiż irid ikun preparat jassumi ċerti obbligi.", "Issa fil-parti tal-kwestjonarju li tittratta l- ekonomija fiskali naħseb li l-gvern għandu problema biex jikkovinċi lill- Ewropa.", "Ilkoll nafu kemm ir-restructuring ta' l-industrija hija importanti jekk irridu li ma tisfaxxax u li tibqa' kompetittiva għaliex il- kompetittivita' - m'inix qed inkun kontra l-kompetittivita' imma qed ngħid il-fatti kif inhuma - anke lil settur li huwa b'saħħtu u organizzat - qed nirriferi għas-settur tal-beverages - tnaqqarlu mis-suq tiegħu u jekk dak it-tinqir ma trażżnux bilfors taqabad in-niżla.", "Dan juri li f'ċerti oqsma hemm ħafna iktar x'wieħed jiżviluppa u fil-qasam tat-tħaddim tal-finanzi tal-gvern ukoll hemm ħafna x'isir.", "Qabel l-elezzjoni l-gvern seta' jgħid li l-problemi ma kenux jeżistu u seta' jgħid li m'huwiex veru li huwa ħalla deficit, pero' issa li qiegħed jamministra u qegħdin jgħidulu li d- deficit irid ikun 3% tal-GDP u mhux 10% jew 11% allura għandu problema.", "Meta jgħidulek ukoll li s-settur pubbliku trid tnaqqsu u mhux tħallih jikber, hemmhekk ukoll għandek problema.", "Meta jgħidulek li s-sistema tas- sussidji fuq it-tarznari u x-shipbuilding trid teliminaha, allura għandek problema.", "Għalhekk, Sur President, l-unika triq li kellu l-gvern huwa li jgħid lill- Ewropa li mill-1 ta' Jannar, 1999 s-sistema tal-VAT se tiġi reinstated, immaterjali jekk l-amministrazzjoni tagħha tispiċċax tkun problematika fiha nnifisha.", "Qed ngħid dan għaliex dan jirrifletti preċiż dak li ġara fl-1994 u issa se jkollna l-istess ħaġa f'Jannar ta' l-1999.", "Allura l-gvern m'huwiex iħares lejn l-affarijiet primarjament fl-interess tal-pajjiż għaliex m'huwiex iħares lejn l-impatt li din is-sistema ta' tassazzjoni se jkollha fuq il-pajjiż.", "Imma mhux hekk biss.", "Meta l-gvern ried jadotta miżuri biex dawn il-miżuri fiskali jintroduċihom mingħajr ma' l-ewwel jgħaddu mill-parlament, jiena ngħid li kien qiegħed imur ukoll kontra dak li ntqal fil-kunsill ġenerali, fejn fil-konklużjoni ntqal:", "\"Bl-istess ħsieb quddiemu, il-partit irid ikompli jkennen fi ħdanu issue groups u ma' dawn irid ukoll ikompli jifrex u jiftaħ l-ispazji li diġa' għandu biex l-għeruq tiegħu fil-kumitati sezzjonali jibqgħu l- veru sors mnejn il-partit jieħu parti importanti min-nutriment tiegħu.\"", "Dan huwa kliem sabiħ li jgħid li d-diskussjoni għandha tkun mifruxa u miftuħa imma lkoll nafu li f'dawn il-15-il ġurnata sar minn kollox biex inqassru d-diskussjoni.", "Bħalma għidt fil-bidu, anke jekk ngħidu li għandna 50 siegħa għad-diskussjoni, xorta waħda trid iż-żmien biex tipprepara d- diskors tiegħek.", "U altru tkun ministru u jkollok min jipprovdilek ċerta informazzjoni - għalkemm inti mbagħad xorta tanalizzaha qabel tippreżentaha - u altru meta tkun trid tiġborha inti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onor. Mangion, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mangion ikompli għaddej bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.", "Sur President, meta tara dan wieħed bilfors ikollu jistaqsi għalfjen din l-għaġġla u x'inhi l-ġustifikazzjoni li dan l-gvern irid bilfors li l-VAT tibda topera mill-1 ta' Jannar 1999, qisu jekk dan ma jsirx allura l-pajjiż se jieqaf.", "Waqt id-diskors tal-bieraħ tal-ministru, primarjament ħarġu żewġ għanijiet għalfejn hemm bżonn li jkollna r-ri-introduzzjoni tal-VAT.", "Dawn huma li jkun hemm ġbir iktar mit-taxxi indiretti u li l-evażjoni tat-taxxa tonqos.", "Imma l-introduzzjoni tal-VAT mill-ġdid, biex ngħid hekk, hija marbuta ma' dawn iż-żewġ għanijiet biss?", "L-aspett soċjali u l-iskop li għalih il-gvern irid jiġbor iktar taxxi ma nħarsux lejh?", "Nafu li għandna l- problema tad-deficit u allura l-gvern bilfors irid ikabbar id-dħul tiegħu billi jżid it-taxxi.", "Imma din m'għandniex inħarsu lejha wkoll mill-aspett soċjali?", "Il-gvern qed jipproġetta li jiġbor madwar ¥40 miljun iktar f'taxxi diretti u taxxi indiretti matul l-1999 u allura l-poplu jgħidlek: Jiena fejn se nibbenefika mill-ġbir ta' dawn it-taxxi?", "Fejn hi r-rabta bejn l-insistenza fuq dan il-ġbir u l-impożizzjoni ta' taxxi ġodda b'urġenza mal-benefiċċju soċjali illi għandu jkun hemm allaċċjat magħhom?", "Nistaqsi wkoll: Dan il-ġbir se jindirizza l-problema tal-welfare gap illi dejjem qed tiżviluppa?", "Il-gvern qal ukoll li din qed tiżviluppa b'mod naturali għax qal li din is-sena fuq is-servizzi soċjali hemm nefqa addizzjonali ta' ¥16 jew ¥17-il miljun imma kull gvern, ikun min ikun, minħabba l-istruttura tas-servizzi soċjali, ikollu din il-problema.", "Imma allura aħna m'għandniex inkunu nafu jekk il-ġbir illi l-gvern qed jipproġetta mill-VAT huwiex se jindirizza din il-problema wkoll?", "Għaliex qed ngħid hekk, Sur President?", "Nafu li l-gvern semmiha din il-problema għax fost il-miżuri li ħa fil- budget għolla l-bolla ta' l-impjegati għal 10% tal-paga u ġġustifika dak li għamel billi qal illi l-welfare gap qed tkompli dejjem tikber.", "Imma filwaqt li qal hekk jiena naħseb li jinsab konvint ukoll illi bl-ebda mod m'hu se jindirizza jew isib soluzzjoni parzjali għall-problema tal-welfare gap.", "Tant hu hekk illi meta xi snin ilu żied it-taxxa fuq l-employers, xorta waħda l-ġbir mingħand l-employers u l-impjegati flimkien ma laħqux it- targets proġettati mill-gvern.", "Fil-fatt fl-annual report għall-1997 il- Bank Ċentrali qed jgħid li r-revenue fis-social security account huwa ekwivalenti għal 7.3% tal-GDP meta suppost din iċ-ċifra tilħaq id-9%.", "Dan allura jkompli juri d-difett amministrattiv fil-ġbir tat-taxxi u jkompli jsostni l-argument illi l-ewwel għandna nħarsu lejn l-istruttura amministrattiva ħalli tkun effikaċi u mhux ngħaġġlu biex nintroduċu l-VAT.", "Dan barra li jinqala' nuqqas ta' qbil dwar jekk liġi li tikkonċerna l-ġbir ta' taxxi indiretti għandhiex tinvolvi diskussjoni libera u sħiħa.", "Nistaqsi wkoll: Il-flus mill-ġbir ta' Lm60 miljun li qed jippretendi li jiġbor il-gvern se jmorru biex jindirizzaw din il-problema?", "Il-gvern għandu l-ħsieb li parti mis-¥60 miljun li qed jipproġetta li jdaħħal mill- privatisation se jmorru biex jindirizzaw din il-problema soċjali li għandna quddiemna?", "Bl-ebda mod ma jiena qed ngħid illi jekk jagħmel hekk allura l- problema jkun indirizzaha, għaliex ilkoll nafu illi iktar ma jgħaddi ż- żmien inqas se jkollna ħaddiema li qegħdin jikkontribwixxu għal dawk l- individwi fis-soċjeta' li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn dan il-qafas soċjali.", "Ara meta aħna għamilna l-privatisation tal-Maltacom, parti mis- somma li daħħalna marret għar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija lokali.", "(Interruzzjonijiet) Veru li parti marret għall-public debt servicing u għas-social services imma jiena kont qed nirriferi għat-tieni fażi tal- privatisation programme.", "Kont qed ngħid li 20% mir-rikavat tal- privatisation tal-Maltacom ġew indirizzati għal skop ta' restructuring ta' l-industrija lokali, xi ħaġa illi hija bżonjuża u li dwarha naħseb li hemm qbil bejn kulħadd.", "Imma jekk il-gvern għandu xi ħsebijiet oħra tajjeb li nisimgħuhom għaliex huwa fl-interess ta' kulħadd li nkunu nafu bihom.", "Barra minn hekk, jeħtieġ ukoll li nsibu kif u noħorġu pjani biex is- settur pubbliku nirrenduh aktar effiċjenti għaliex dan qed jixrob ħafna mill-ispiża rikorrenti tal-gvern.", "Il-Ministru Gonzi ġustament ftaħar li laħaq ftehim għas-servizz ċivili - tajjeb u ħaqqu prosit - pero' nistaqsih: Qed jitfassal pjan biex ikollna aktar effiċjenza fis-settur pubbliku u biex jibda jkollna value for money?", "Qed ngħid dan għaliex fil- budget speech u fid-diskorsi illi smajt s'issa, inkluż id-diskors ta' l- Onor. Gonzi, fuq dan l-aspett ma smajna xejn.", "Iżda ma nistax hawn ma nsemmix ukoll meta kien sar rapport dwar is-settur pubbliku, rapport li mbagħad ġie ppubblikat, jiġifieri ma kienx xi rapport moħbi u kien ġie highlighted li hemm 4,000 jew 5,000 ruħ li huma under-employed - jiġifieri m'humiex qed jiġu utilizzati fl-aħjar interess tal-pajjiż u allura l-pajjiż m'huwiex jieħu l-benefiċċju tal-pagi u infiq ieħor fuqhom - in-naħa l-oħra kienet implikat illi l-Gvern Laburista kien qed jippjana biex ikeċċi xi 5,000 ruħ minn mal-gvern meta dan ma kien minnu xejn.", "Il-ħsieb wara dan ir- rapport kien illi nkunu konxji tal-problema biex imbagħad nagħmlu ħilitna kollha biex infittxu soluzzjoni.", "U s-soluzzjoni hija li fejn għandek nies żejda ssibilhom post ħalli jkunu utilizzati aħjar; fejn għandek ċertu xogħol illi huwa nieqes, tħeġġeġ u tħarreġ clerks u operators, per eżempju, biex jagħmlu dak ix-xogħol billi ddaħħal skema fejn ikollhom l-opportunita' ta' mobility 'l fuq.", "Barra minn hekk jeħtieġ ukoll li nħajru aktar nies jidħlu fil-middle management tas-settur pubbliku, fejn l-aktar li għandna bżonn li ntejbu l-effiċjenza.", "(Interruzzjonijiet)", "Dan huwa bill fiskali u jiena mill-bidunett għidt li l-introduzzjoni tal- VAT se tolqot diversi setturi; u fost dawn is-setturi hemm is-settur soċjali.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex immedjatament malli tidħol il-VAT it-taxxa fuq is-servizzi se tiżdied minn 5% għal 15%.", "Fl-1994 il-ministru kien qal illi l-VAT kienet se tkun revenue neutral u li ma kellhiex tħalli mpatt fuq l-għoli tal-ħajja.", "Fl-istess nifs kien qal ukoll illi bl- introduzzjoni tal-VAT se tkun qed tiddaħħal taxxa fuq is-servizzi - għaliex it-taxxa fuq il-prodotti kienet diġa' teżisti b'mod jew ieħor - u l- argument tiegħu kien li man mano li jkollok titjib fil-livell ta' l- għajxien iktar ikollok użu ta' servizzi milli użu ta' prodotti.", "Għalhekk biż-żieda ta' 10% fuq is-servizzi se jiżdiedu wkoll l-administrative costs - forsi dawn m'humiex se jitilgħu ħafna għaliex anke taħt is-sistema eżistenti hemm ċertu element ta' administrative costs - imma jekk inħarsu lejn ċerti setturi tas-soċjeta', partikolarment il-pensjonanti u l-anzjani, settur li dejjem qed jikber u li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jkollu jirrikorri għas-servizzi, l-argument illi min għandu iktar income se juża iktar servizzi ma japplikax għal kollox.", "Meta għandek bżonn is-servizzi tal-bajjad ma jfissirx li jekk inti pensjonant se tagħmel użu mis-servizzi tiegħu darba waqt li jien għax għandi income ogħla minn tiegħek se nirrikorri għalih darba fix-xahar!", "Il-pensjonant, li huwa fil-lower income group, se jiġi bżonn is-servizzi tal-plumber, is-servizzi ta' l- electrician u servizzi oħrajn daqs ħaddieħor.", "Għalhekk iż-żieda ta' 10% fuq is-servizzi se jkollha impatt dirett fuq il-livell ta' l-għajxien tal- pensjonanti u se jkollha wkoll impatt fuq l-għoli tal-ħajja.", "Il-ministru qal ukoll li meta aħna konna naqqasna r-rata tat-taxxa fuq is-servizzi minn 15% għal 5% il-cost tas-services xorta ma naqasx.", "Forsi hawnhekk għandu raġun pero' meta għandek nuqqas dirett ta' 10% fuq is- servizzi, li tiġi tgħidli li ħaġa bħal din ma tħallix imqar effett marġinali sinjal li għandna sistema li suppost tikkontrolla l-prezzijiet li ma tiffunzjonax u l-benefiċċju li jkun intiż biex tnaqqas il-cost of services ma jitgawdiex mill-kumplament tas-soċjeta' imma jibqa' f'idejn dak li jkun qed jagħti dak is-servizz.", "Imma dak ma jfissirx li s-sistema ta' tassazzjoni li daħħalna aħna ma kellhiex tħalli dan l-effett.", "Għidli jekk ħallietx effett tajjeb fuq it-turiżmu, per eżempju?", "Dażgur li ħalliet effett tajjeb!", "Stqasi lill-operaturi f'dan is-settur.", "Malli r-rata tat- taxxa fuq it-turiżmu niżlet minn 15% għal 5% mhux biss waqfet is-slide imma s-settur kollu beda jirpilja.", "Tajjeb ninnotaw ukoll li dan il-gvern, għaliex jaf li rata ta' 15% fuq is-servizzi turistiċi effetti negattivi biss tista' tħalli, għax is-settur kollu jsir anzqas kompettiv u d-dħul ta' l-operaturi jonqos, bir-riżultat li jerġa' jkollok kriżi bħalma kellna fl-1995, qagħad attent illi jżomm ir-rata f'livell ta' 5%.", "Imma r-rata fuq servizzi oħrajn illi għandhom aspett soċjali għollihom across the board għal 15% mingħajr l-ebda konsiderazzjoni ta' xejn.", "Sur President, ovvjament il-VAT għandha wkoll effett fuq l-attivita' ekonomika.", "Mir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali tas-sena l-oħra, joħroġ ċar li fl-1995 u iktar u aktar fl-1996 wara d-dħul tal-VAT, l-exports of goods and services sofrew contraction ta' 5%.", "Fl-1997 din is-slide mhux talli ġiet kontrollata talli fil-fatt kellna żieda ta' 2.2%, li primarjament kienet dovuta għat-titjib fis-settur turistiku u fil-qasam tal- manifattura.", "Tajjeb li wieħed jinnota wkoll illi l-konsum intern fl-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista preċedenti ċkien bi kważi 5%, liema tendenza rripetiet ruħha fl-1997.", "MR SPEAKER: Onor. Mangion, niġbidlek l-attenzjoni li reġa' skadielek il- ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hemm leave of House?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ladarba hawn oġġezzjoni nieqaf hawn pero' dan ikompli jikkonferma li l-gvern mhux veru jrid diskussjoni fuq din il-liġi u l-implikazzjonijiet tagħha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għamilt iktar minn siegħa titkellem u fuq il-VAT m'għamiltx kwarta!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Inti ħadt siegħa biex introduċejt is-suġġett imma l-effetti u l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-VAT lanqas biss semmejthom!", "MR SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, jidher ċar illi f'dan il- parlament meta nibdew nitkellmu dwar liġijiet ta' taxxa jqum ċertu xenarju illi jikkontribwixxi għall-passjoni, xi ħaġa inerenti fil-karattru Mediterranju.", "F'dawn il-każijiet id-dibattitu jkun naqra movimentat u ħafna drabi għal ftit ma jintilifx il-kontroll.", "Din m'hijiex xi ħaġa ġdida għall-karattru Malti għax kull darba li niddiskutu l-liġi tas-suċċessjoni, tad-dwana, tas-sisa u riċentement tas-CET u l-VAT ikollna dibattiti kuluriti.", "Għax jekk hemm xi ħaġa illi l-poplu Malti ftit japprezza hija n- neċessita' li jħallas it-taxxa.", "Jekk wieħed iħares ftit lejn l-istorja ta' pajjiżna jsib li minħabba ċerti taxxi nqalbu anke gvernijiet.", "Waħda mir-raġunijiet li l-Franċiżi ma baqgħux jiggvernaw f'Malta kienet proprju għaliex għamlu sensiela ta' taxxi illi affetwaw liż-żgħir, lill-kleru u oħrajn.", "Niftakru wkoll li meta gvernatur partikolari kien kiteb Londra u qalilhom bil-problema ta' l- erarju li kellu, ir-risposta li ngħata kienet li hekk ma jridx jagħmel taxxi allura għandu jaqbad u jbiegħ il-pitturi.", "Jiġifieri l-Gvern Ingliż kien rrikonoxxa li l-Maltin ma jħobbux iħallsu t-taxxi.", "Fil-verita' din hija waħda mir-raġunijiet li ħafna mill-palazzi f'Malta huma neqsin mill- pitturi għax kienu jbiegħuhom biex itellgħu l-erarju tal-gvern.", "Kif wieħed japprezza bħalissa f'pajjiżna għaddejja diskussjoni dwar il- VAT, min hu favurha u min hu favur reġim ta' taxxi differenti.", "Nafu illi l- VAT kienet daħlet fl-1 ta' Jannar, 1995 u allura l-gvern attwali għandu eżempju kif ħadmet u jaf li tat ħafna anqas milli kien previst.", "Kif diġa' ntqal, il-gvern din id-darba qed jiġġustifika ruħu billi jgħid li kulma ġara dak iż-żmien kien tort ta' l-Oppożizzjoni Laburista li kienet wegħdet illi jekk titla' fil-gvern, kif fil-fatt ġara, tneħħi l-VAT.", "Fil-fatt qabel l-1996 il-Partit Laburista kien għamilha ċara li dak kien l-aħħar ċans li l-poplu Malti seta' juri li ma jridx il-VAT u fost raġunijiet oħra kien qal hekk għax ma kienx prevedibbli illi fi żmien relattivament qasir ikollna elezzjoni oħra.", "Aħna xtaqna nneħħu l-VAT prinċipalment għar-raġuni li dehrilna li fiċ-ċirkostanzi stajna nsibu sistemi li huma aktar adegwati għal dak li hu partikolari għal Malta.", "Meta wieħed jitkellem favur jew kontra l-VAT, jista' jagħti l-każ illi dak li jaħdem b'mod effiċjenti u jagħti riżultati f'ċertu pajjiż ma jagħtix l-istess riżultati f'pajjiż ieħor, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari ta' dak il-pajjiż.", "Fil-fatt aħna dejjem argumentajna illi minkejja illi l-VAT taħdem f'ċerti pajjiżi, din m'hijiex l-aħjar sistema għal pajjiżna.", "Kien għalhekk li aħna daħħalna reġim ta' taxxi li kien aktar tailor-made għas- sitwazzjoni partikolari ta' pajjiżna.", "Sfortunatament pero' dawn it-taxxi ma ngħatawx iż-żmien tagħhom biex jimmaturaw għaliex kulħadd japprezza illi biex taxxa timmatura trid tieħu ċertu żmien.", "Jekk wieħed iħares lejn is- sistema tal-VAT u jħares lejn is-sistema tas-CET, japprezza li ma tistax jikkompara like with like.", "Dawn huma żewġ sistemi differenti u wieħed irid jagħti ż-żmien biex jara min għandu raġun, imma aħna nsostnu illi dak li pproponejna għal pajjiżna kien aħjar minn dak li kien hemm qabel.", "Issa għaliex għidna hekk?", "Jekk wieħed jara kif is-setturi differenti bdew mexjin wara li daħlet il- VAT, jista' jifhem l-inkwiet u l-concern li kellu l-Partit Laburista.", "Saħansitra l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien irrikonoxxa li pajjiżna kellu problemi ta' natura ekonomika.", "Id-domestic demand niżel fl- 1996 u baqa' nieżel fl-1997.", "Ir-ritmu tat-turiżmu wkoll beda nieżel wara l- introduzzjoni tal-VAT.", "Anke l-persentaġġ tal-manifattura mill-prodott gross domestiku ċkien wara l-introduzzjoni tal-VAT.", "Dawn kollha huma setturi li huma meqjusa bħala indikaturi ta' kif sejra l-ekonomija u allura huwa loġiku, meta tara dan it-tibdil negattiv, li wieħed jikkonkludi illi dik it-taxxa partikolari m'hijiex l-aħjar taxxa li wieħed jista' japplika f'pajjiżna biex jiġbor it-taxxi b'mod indirett.", "Min-naħa l-oħra, jekk naraw kif marret l-ekonomija wara l-introduzzjoni tas-CET, insibu li t-turiżmu żdied u għal din is-sena huwa antiċipat li jkollna 1.2 miljun turist.", "Barra minn hekk l-esportazzjoni laħqet record assolut u sa l-aħħar tas-sena se tkun qabżet is-¥700 miljun.", "Anke d-demand domestiku reġa' beda tiela' u allura l-effett ta' dawn it-taxxi mhux talli m'huwiex negattiv talli huwa pożittiv.", "Sur President, jiena konvint illi waħda mir-raġunijiet illi l-gvern irid idaħħal il-VAT - apparti li nimmaġina li jemmen li hija l-aħjar sistema għal pajjiżna - hija li f'moħħu dejjem għandu l-idea ta' l-Unjoni Ewropa u allura kull liġi li jindirizza jara kif se taffettwa l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija u jekk hijiex se sservi biex tħaffef il-proċess ta' sħubija.", "Dan huwa ammess f'diversi interviews minn diversi ex-ministri u ministri preżenti pero' fl-opinjoni tiegħi l-gvern ikun aktar rispettat jekk iqum u jgħid dan milli jipprova jaħbi x'inhi l-vera raġuni għaliex qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi llum.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li huwa veru li l-Unjoni Ewropea tagħti fondi lil ċerti pajjiżi biex jgħollu l-livelli infrastrutturali imma nafu wkoll li l- Ewropa tassorbi parti minn dawk il-fondi li jinġabru prinċipalment minn taxxi fuq il-konsum.", "Dan ifisser li parti mill-fondi li jinġabru mill-VAT, jekk xi darba nkunu msieħba fl-Unjoni Ewropea, imorru għall- amministrazzjoni ta' l-istess Unjoni.", "M'hemmx dubju li jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni hija tirċievi iktar milli tagħti imma naħseb li l-gvern għandu dilemma kbira quddiemu għaliex jaf li hemm oġġett ieħor li jista' jbiddel is-sura tal-politika f'pajjiżna, kemm f'dak li huwa ġbir tat-taxxa, kemm f'dak li huwa deficit kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-element ġdid li daħal fix- xena ta' pajjiżna, jiġifieri l-probabbilta' li nsibu l-gass jew iż-żejt.", "Sur President, huwa ħażin li niddibattu liġi li għandha x'taqsam mad-dħul minn taxxi indiretti u ninsew l-eżistenza ta' din il-probabbilta'.", "Meta wieħed jara d-diskors tal-budget isib li dan l-element ġie mogħti l-ġenb minkejja li jien inqisu bħala l-ikbar element li wieħed għandu jikkonsidra fix-xenarju politiku tal-lum.", "Għaliex?", "Għaliex filwaqt li l-gvern preżenti qiegħed jinforma lil Brussels - jekk m'huwiex qiegħed jinformahom allura għandhom din l-impressjoni - li hemm il-probabbilta' li dawn il- minerali jinstabu biex Malta tidher iktar attraenti u tidħol fil-fast track, jiena ngħid li jekk jirriżulta li dawn il-minerali verament jeżistu fi kwantita' kummerċjali, allura t-teżi ta' l-oppożizzjoni li għandna bżonn lill-Ewropa biex Malta togħla għal-livelli ekonomiċi tal-pajjiżi ċentrali taqa' imma taqa' wkoll il-ħtieġa ta' taxxi ġodda li l-gvern qed jgħid li jrid jiġbor biex ifejjaq il-ferita li teżisti fid-deficit strutturali.", "Jiena għalhekk qed ngħid li l-gvern jinsab f'morsa għaliex jekk insibu l-gass u ż-żejt allura l-pożizzjoni tkun ħafna u ħafna aħjar jekk ma nkunux imsieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Barra min hekk il-gvern jaf li meta d-dħul tagħna fl-Unjoni se jkun sottomess għal referendum nazzjonali, jekk inkunu sibna ż-żejt u l-gass il- poplu se jivvota kontra s-sħubija.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi: Imma din x'għandha x'taqsam mal-kwestjoni tal-VAT?", "Din għandha x'taqsam mal- kwestjoni tal-VAT għaliex qed jiġi propost li l-VAT hija bżonjuża biex tfejjaq id-deficit strutturali.", "Iva, irridu nammettu li Malta ddaħħal taxxi ħafna inqas milli toħroġ.", "Dan ġara fi żmien il-Gvern Nazzjonalista ta' qabel imma d-deficit għadu magħna sal-lum u ma tistax tinjorah għaliex il-persentaġġ tiegħu apparagun tal-GDP tant huwa għoli li huwa inaċċettabbli f'pajjiż li jrid jiżviluppa.", "Issa biex il-gvern iniżżel id- deficit bilfors li jrid iżid id-dħul u jnaqqas il-ħruġ u allura qiegħed jipproponi din is-sistema l-ġdida tal-VAT.", "Fil-budget issemmew ukoll ideat oħrajn jew kontinwazzjoni ta' ideat proposti mid-diversi gvernijiet, bħalma hu d-dħul mill-privatizzazzjoni.", "Wieħed mill-kelliema qal pero' li l-konċett ta' privatizzazzjoni taż-żewġ partiti politiċi huwa differenti għax filwaqt li l-Gvern Laburista meta pprivatizza ħares biss lejn id-dħul, Gvern Nazzjonalista ħares lejn l- effiċjenza.", "Jien naħseb li l-verita' hija li meta tipprivatizza tħares lejn it-tnejn, lejn id-dħul u lejn l-effiċjenza.", "Imma minkejja li dan il- gvern qed jistenna li mill-privatisation programme fis-sena li ġejja se jdaħħal ¥60 miljun, minkejja li se jkun hemm aktar revenue mill-bolla u mill-income tax, huwa evidenti li l-VAT hija intenzjonata biex tkun hi stess a revenue earning service ħalli d-dħul dejjem jikber u d-deficit jiċkien.", "Sur President, hawn tajjeb ngħid li meta konna qegħdin ngħaddu l-liġi tas- CET, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet tgħidilna: Għaliex ma tirranġawx il-liġi tal-VAT?", "Issa aħna llum ngħidulhom: Għaliex ma taqbdux dawk l- oqsma tas-CET li qegħdin tgħidu li ma ħadmux tajjeb u timmodifikawhom biex ikunu iktar tailor-made għal pajjiżna?", "Fil-fatt ċerti ideat u esperjenzi swew, kemm fis-sistema tas-CET kif ukoll fis-sistema tal-VAT, tant li fil- liġi li għandna quddiemna ċerti prinċipji li kienu jifformaw parti mil-liġi tas-CET qegħdin imdaħħlin fiha wkoll, għalkemm ma naqblux kif ġew proposti.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jidher li l-gvern preżenti jaqbel ma' l-istrateġija tagħna fit-turiżmu għaliex se jżomm ir-rata ta' 5%.", "Mela huwa konxju li dak li konna qed nagħmlu, minkejja l-kritika kollha li saret, kienet strateġija tajba.", "Nistgħu nieħdu wkoll l-idea tat-thresholds.", "Din l-idea hawnhekk forsi hija mdaħħla għal żewġ raġunijiet, waħda għaliex hija attraenti u tagħti z- zokkor ma' dawk is-setturi li se jkunu vatable, u t-tieni għaliex pajjiżna verament ma jistax jikkompara ma' pajjiżi ħafna ikbar minna għaliex it-tip ta' negozju huwa fuq skala ħafna iċken minn dak ta' barra minn Malta.", "Madanakollu huwa importanti li l-gvern preżenti japprezza li l-problemi, kemm tas-CET kif ukoll tal-VAT, għandhom riflessjoni diretta fuq l-income tax.", "Sur President, wieħed jista' jargumenta ad infinitum fuq is-sistemi tas- CET u tal-VAT imma li huwa żgur huwa li d-dħul ta' min qed jeżerċita s- servizz jew delivers the goods jirrifletti fuq l-income tax ta' l-individwu u dan permezz ta' l-audit trail.", "Il-gvern jgħid li meta niżżel ir-rati ta' l-income tax kellu iktar dħul għaliex aktar nies bdew jiddikjaraw iktar dħul, bir-riżultat li eventwalment id-dħul kien ogħla.", "Il-verita' hija li kieku ma sarx hekk, kien ikun hemm evażjoni ikbar mill-qasam tal-VAT għaliex il-VAT mhux l-individwu qed iħallasha.", "Jekk customer imur għand perit u l-perit jiċċarġjah, dik it-taxxa fuq is-servizz mhux il-perit ikun qed joħroġha imma l-customer.", "Issa jekk dak li jiddikjara l-perit fl- income tax return tiegħu jirriflettix n-numru ta' rċevuti li jkun ta lill- customers, allura huwa differenti.", "Għalhekk, Sur President, meta tniżżel il-livelli tar-rati ta' l-income tax inti se tiġbor iktar peress li jkun hemm iktar dikjarazzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' taxxa indiretta imma jiena ngħid li l-gvern seta' kien iktar innovattiv.", "Iż-żewġ partiti nirrikonoxxu li l-evażjoni hija marda kważi kważi ta' natura kronika imma nafu wkoll li kieku kull persuna kellha tħallas parti minn dak dovut minnha, il-probabbilta' hija li parti sostanzjali mill- problema tad-deficit tiġi solvuta.", "Meta qed ngħid li l-gvern seta' kien aktar innovattiv naħseb li wasal iż-żmien li ma narawx biss dak li huwa applikabbli f'pajjiżi oħra u napplikawh b'xi tentufiet 'l hemm u 'l hawn għal pajjiżna.", "Forsi wasal iż-żmien li wieħed jibda jaħseb b'mod differenti li l-gvern ikollu dħul minn diversi oqsma, fosthom dawk li huma liċenzji.", "Għalhekk forsi jkun għaqli li l-pajjiż jibda jiddibatti jekk hemmx bżonn ta' sistema ta' liċenzji biex wieħed jagħti ċerti servizzi.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jekk inħarsu lejn l-impjegat, nistgħu ngħidu li dak li jaqla' mill-overtime u minn ċerti allowances ikun rifless fil-P3.", "Pero' jkun hemm min jevadi t- taxxa - ovvjament m'inix qed ngħid għal kulħadd - billi jagħmel part-time jobs jew xogħlijiet wara l-ħin u jiddikjara inqas minn dak li jkun daħħal jew inkella ma jiddikjara xejn.", "Iżda min m'huwiex impjegat għandu possibbilta' ikbar ta' evażjoni.", "Żgur li jeżistu parametri imma ma nafx kemm dawn huma applikati.", "Għalhekk forsi wieħed għandu jagħmel dibattitu - hawnhekk qed nitkellem personalment u mhux bħala policy tal-partit - dwar sistema totalment differenti għal dawk li jaħmdu f'ċerti professjonijiet, f'ċerti skills u f'ċerti trades għaliex b'hekk inkunu nistgħu niġġarantixxu ċertu dħul u s-sistema toperaha permezz ta' operating licence.", "Forsi dan huwa innovattiv għal pajjiżna imma fl-aħħar mill-aħħar it-taxxa indiretta għandha tkun waħda ġusta u min għandu jħallas għandu jagħti sehemu.", "Min- naħa l-oħra l-gvern għandu jipprovdi s-sistemi biex iċekken kemm jista' jkun ċertu tip ta' evażjoni.", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar il-kwestjoni tar-Revenue (Safeguard) Act mingħajr ma nirripeti dak li qalu sħabi.", "Jiena jidhirli li hemm distinzjoni - u naħseb li l-gvern jidhirlu hekk ukoll - bejn li ddaħħal provvediment għal qasam partikolari u tagħmel l-istess proċedura għal liġi sħiħa.", "Kieku l-gvern ma rrealizzax li kien se jaqbad linja li m'hijiex tajba, kieku ma biddilx it-tack u ġie fil-parlament biex jiddiskuti l-liġi tal-VAT.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Attard Montalto.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Attard Montalto jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Mr Speaker, jidher li forsi bejn il-pressjoni ta' l- opinjoni pubblika, il-pressjoni mill-korpi kostitwiti u l-istand iebes ta' l-oppożizzjoni, il-gvern irrikonoxxa li jekk inti se ddaħħal taxxa, jekk mill-ewwel ikollok ċerta oppożizzjoni għall-proċedura ta' kif se ddaħħalha, huwa ħafna aħjar li ddaħħalha bil-mod li huwa aċċettat f'pajjiż demokratiku.", "Fil-fatt kieku l-gvern qabad din it-triq mill-ewwel ma kienx jinħela żmien f'diskussjoni dwar ir-Revenue (Safeguard) Act imma konna nagħtu iktar opportunita' għad-dibattitu fuq il-liġi tal-VAT.", "Waqt li qed niddibattu liġi daqstant importanti - għaliex m'hemmx dubju li l-liġijiet fiskali għandhom importanza kbira għall-effett li jħallu f'kull qasam - jiena bilfors ikolli nirriferi għall-qasam li kont responsabbli għalih meta kont ministru, jiġifieri l-qasam tal-manifattura.", "Nistqarr li xtaqt li smajt iktar mingħand il-korpi kostitwiti dwar l-effett tal-VAT fuq oqsma partikolari tal-manifattura.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax ħafna drabi fuq bażi personali lilna jgħidulna ħafna kliem u mbagħad huma jidhru li jħobbu joqogħdu bilqiegħda fuq il-ħajt biex ma jikkommettux ruħhom u ma jidhrux koroh mal-Partit Nazzjonalista għax huwa fatt li ħafna minnhom huma aderenti tal-Partit Nazzjonalista u dan m'huwiex healthy, lanqas għall-gvern preżenti.", "Li huwa healthy huwa li d-diskussjoni dwar it-tajjeb u l-ħażin, dwar kif l-affarijiet jistgħu jiġu rranġati u mtejbin, toħroġ fil-miftuħ.", "Lill-korpi kostitwiti ngħidilhom li meta jiena kont ministru l-aqwa ħaġa li kien hemm kienet il-frankezza li kien hemm bejnietna u għalhekk imxejna flimkien, anke f'qasam diffiċli bħar- ristrutturar.", "Għalhekk il-parir tiegħi lil dan il-gvern huwa li lil dawn jarahom bħala partners.", "Imma biex ikunu partners validi ma jridx ikollhom is-silenzju tan-nagħaġ imma jrid ikollhom is-self-respect u jekk jaħsbu li hemm xi ħaġa li se taffettwa l-qasam tal-manifattura allura jgħiduha.", "Sur President, m'hemmx dubju li jekk kien hemm qasam li ħa spinta 'l quddiem bil-liġijiet li pproponejna aħna kien proprju l-qasam tal- manifattura.", "Jien ma ngħidx li m'għamiltx dak kollu li kien possibbli biex nara li kemm dik li hija l-manifattura lokali kif ukoll dik għall- esportazzjoni jirnexxu, imma kieku ma kellix il-qafas fiskali li għenni naħseb li l-affarijiet ma kenux jimxu 'l quddiem.", "Issa waħda mill- affarijiet li affettwat b'mod pożittiv dan il-qasam kien ir-reġim tas-CET, li naqqas il-prezz tal-prodott f'kull settur, ħlief għal settur wieħed.", "Normalment l-istatistika taqsam is-setturi lokali f'14-il settur u fi 13 minnhom, kemm jekk għandek sistema ta' cascading VAT u kemm jekk m'għandekx sistema ta' cascading VAT, jirriżulta li l-prezz ta' l-oġġett raħas f'kull qasam, ħlief fil-qasam ta' l-ikel, u r-raġuni għal dan kienet li fuq l-ikel ma kienx hemm VAT.", "Jekk nieħdu l-qasam ta' l-esportazzjoni, peress li hemmhekk ma kienx hemm is-sistema tar-rebates tal-VAT, daħħalna s-sistema tal-clawback, fis-sens li jekk ditta, kumpannija jew ażjenda tagħti parti mix-xogħol tagħha lil kumpannija lokali din tkun tista' tikklejmja lura parti minn dak li tkun ħallset, jekk m'iniex sejjer żball 16%.", "Dan għamilnih proprju biex ninkorraġġixxu li l-qasam ta' l-esportazzjoni jagħti ċertu xogħol lill-fabbriki lokali li ma kenux jesportaw jew li ma kenux completely export-oriented.", "Ejja nieħdu l-eżempju tal-packing.", "F'dan il- każ, minflok il-kumpannija ġġib il-packing minn barra, dan isir minn kumpannija oħra lokali u allura l-kumpannija li tixtrih ikollha dritt għal ċertu clawback peress li tkun iddiversifikat ix-xogħol tagħha lokalment.", "Min-naħa l-oħra, wieħed japprezza, Sur President, li bis-sistema tal-VAT il-prezzijiet ta' l-affarijiet għall-konsum domestiku se jogħlew.", "Probabbilment l-argument li se ġġib in-naħa l-oħra huwa li meta aħna konna qegħdin ninnegozjaw ma' l-Ewropa fuq il-free trade zone konna konxji li xi darba jew oħra jrid ikun hemm a level playing field, għaliex inti ma tistax tagħti vantaġġ lill-qasam domestiku vis-a-vis il-prodott maħdum fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa minnu imma wieħed irid jikkontempla li aħna kellna pjan fiss li nirristrutturaw l-industrija u għalina bħala gvern kienet priorita' li fuq bażi ta' ħames snin, l-aktar sebgħa, filwaqt li nilliberalizzaw billi nneħħu l-levies ta' natura industrijali, naraw li l-qasam domestiku, jiġifieri l-qasam tal-manifattura li tipproduċi għas-suq domestiku, jingħata l-għajnuna meħtieġa biex ssir struttura ġdida fl-operat tiegħu.", "Din hija ħaġa diffiċli, ħaġa iebsa għal kull gvern u probabbilment kienet l-ikbar challenge li l-pajjiż kien se jkollu mill-1970s 'l hawn.", "Sur President, din hija challenge li l-gvern preżenti jrid jagħtiha l- priorita' li konna nagħtuha aħna meta konna fil-gvern għaliex l-effett ta' din il-liġi l-ġdida tal-VAT se jinħass l-aktar mill-qasam tal-manifattura lokali.", "Jien għalhekk ngħid li fejn tidħol l-industrija għandu jkun hemm politika waħda bejn iż-żewġ naħat għaliex meta tqis li 25% tal-GDP jiġi mill-manifattura ...", "Aħna nimmaġinaw li t-turiżmu huwa l-iżjed settur li jikkontribwixxi imma t-turiżmu jikkontribwixxi nofs dak li tikkontribwixxi l-manifattura għall-GDP.", "Għalhekk il-futur ekonomiku jiddependi fuq il- manifattura imma pajjiżna m'huwiex magħruf internazzjonalment bħala lok tal- manifattura iżda bħala attrazzjoni turistika.", "Jiena nemmen li din il-liġi għandha x'taqsam ma' dan u għandha far reaching effect fuq l-aspetti mhux biss finanzjarji imma anke dawk ekonomiċi ta' pajjiżna, u ngħid ukoll li jekk il-gvern irid jagħti importanza lir-restructuring, iktar minn qabel irid jara minn fejn se jġib il-fondi.", "Aħna x'fondi kellna għar- ristrutturar ta' l-industrija?", "Kellna l-fondi li ġew mill-privatisation tal-Maltacom, kellna dak li ma ntnefaqx mill-fourth financial protocol ma' l-Italja u kellna l-fondi mill- privatizzazzjoni proġettata ta' l-MIA.", "U dawn ma kenux essenzjali għal darba biss għaliex kif qal il-Ministru Dalli dan huwa an ongoing process.", "Imma x'effett se jkollha l-liġi tal-VAT fuq l-export-oriented companies?", "Mill-budget speech ħareġ ċar ukoll li saru diversi thresholds, fosthom it- threshold ta' 50% għall-fabbriki export-oriented.", "Din tista' targumentaha b'żewġ metodi.", "Tista' tgħid li biha qed tinkoraġġixxi lill-produttur lokali jibda jesporta u jgawdi minn dawk il-vantaġġi imma tista' tgħid li jekk tkun għolja wisq forsi dak li jkun taqtagħlu qalbu.", "Iż-żewġ argumenti għandhom valur imma li huwa importanti huwa li noqogħdu attenti li din il- liġi tal-VAT ma tkunx ta' diżinċentiv għal dak li qiegħed jikkontempla jew jipprova jieħu dan ir-riskju biex jidħol fis-suq u jikkompeti globalment.", "Irridu noqogħdu attenti li meta xi darba Malta tiġi biex tagħmel il-pass għal sħubija sħiħa, dak li nbena minn gvernijiet diversi - ma ngħidx mil- Laburisti jew minn Nazzjonalisti - ma jiġix żmantellat.", "F'pajjiżna għandna bażi ta' fabbriki b'saħħithom illi rnexxielhom jistabilixxu marka internazzjonalment u ppenetraw swieq li qabel kienu jidhru impenetrabbli.", "Per eżempju, 20% ta' dak li nesportaw imur lejn is-suq Amerikan u bdejna nesportaw anke lejn il-Ġappun.", "Huwa veru li m'għamilniex kapulavuri kbar imma bdejna.", "Mr Speaker, jiena nagħlaq id-diskors tiegħi proprju bl-awgurju li noqogħdu attenti ħafna illi bil-liġi li għandna ma ngerxux industrijalisti li jixtiequ jinvestu f'pajjiżna.", "Ovvjament jiena preġudikat favur il-qasam tal-manifattura għax kont ministru ta' l-industrija imma, kif qal il- ministru stess fil-budget speech tiegħu, huwa qed jikkontempla li l- ekonomija tikber bi 8% fl-1999 u l-bażi tiegħu għandha tkun prinċipalment ir-ritmu li qabad il-pajjiż fil-qasam ta' l-esportazzjoni.", "Għalhekk dak li bnejna rridu nikkonsolidawh u nawgura li ssir espansjoni u nikkonsidraw mill-ġdid partijiet ta' din il-liġi u nagħmluhom aktar user-friendly għall- industrijalist.", "Nawgura wkoll li l-gvern iżomm għajnejh miftuħa għal kull suġġeriment li jista' jsir.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni għan-nuqqas ta' quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Billi kien hemm talba għal quorum fil-4.52 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, inwiegħed li ma ntawwalx aktar milli hemm bżonn u fuq kollox inwiegħed li ma ngħollix leħni aktar milli hemm bżonn ħalli l-ftit li jibqgħu preżenti ma ntellfilhomx in-nagħsa ħelwa f'din il-klima ta' soporifikazzjoni, għalkemm forsi min jismagħna minn barra jaħseb li qegħdin fi stat ta' gwerra!", "Sur President, il-punt li wieħed jista' jagħmel meta jiġi biex jiddiskuti dan l-abbozz ta' liġi u jara daqsxejn is-sitwazzjoni u anke l-attitudni li biha qed tiġi diskussa liġi daqshekk importanti, huwa li l-istorja qiegħda tirripeti ruħha, l-ewwel darba bħala traġedja u t-tieni darba bħala farsa.", "Jiena nittama li dak li qed jiġri m'huwiex se jipprova l-verita' ta' statement bħal dan għaliex liġi importanti bħal din li tirrigwarda s-sinsla tal-ħajja ekonomika tal-pajjiż - għaliex l-ebda pajjiż u l-ebda soċjeta' llum ma tista' tiżviluppa jekk ma jkollhiex sistema serja ta' tassazzjoni u ma tistax tiddiskuti b'mod serju sistema ta' tassazzjoni jekk ma tarahiex bħala parti minn realta' soċjo- ekonomika u politika kbira ...", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nerġa' niġbidlek l-attenzjoni għan-nuqqas ta' quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal darb'oħra għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo huwa in possession.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, kont qed ngħid li l-mod li bih qed tiddaħħal din il-liġi żgur li seta' kien aħjar.", "Jekk naraw x'kien qal il- ministru tal-finanzi, l-Onor.", "John Dalli, aktar minn erba' snin ilu, kif rapportat fil-gazzetta \"In-Nazzjon'' tat-2 ta' Lulju, 1994 insibu li l- ministru tal-finanzi kien qal li biex ikun hemm diskussjoni dwar il-VAT fil- parlament il-gvern kien se jiddedika l-ħin kollu li hemm bżonn, xi ħaġa li din id-darba qiegħed imur lura minnha għaliex flok iddeċieda li jħalli l- ħin kollu li hemm bżonn qed jimxi bil-ġiljottina.", "Jiena naħseb li dan huwa żball kemm bħala metodu u kif ukoll bħala prinċipju għaliex, kif kelli ċ- ċans ngħid f'dawn l-aħħar jiem f'diskorsi oħra fuq suġġetti oħra fil- parlament, pajjiż li jkollu bżonn jimmobilizza l-akbar appoġġ possibbli biex jieħu ċerti deċiżjonijiet li huma importanti għall-futur tiegħu, kemm jista' jkun irid jipprova jaħdem għal dak l-appoġġ.", "U altru ngħidu kemm hemm bżonn li jkun hemm sforz komuni jekk imbagħad bil-mod kif naġixxu ma nkunux qed ngħinu biex tinħoloq dik il-klima.", "Sur President, jiena naħseb li bil-mod kif qiegħed jopera l-gvern f'ħaġa bħal din m'huwiex qiegħed jgħin biex ikun hemm dik il-klima li l-pajjiż tant għandu bżonn biex jiffaċċja l-isfidi l-kbar li għandu quddiemu, speċjalment jekk wieħed jiftakar anke x'ġie rapportat li qal l-Onor.", "Lawrence Gonzi f'intervista li għamlulu fuq Bay Radio fit-12 ta' Frar ta' din is-sena.", "L-Onor.", "Gonzi - hawn se nikkwota - kien qal li l-VAT:", "''.... iddaħħlet speċifikament biex il-gvern jindirizza l-problema tad- deficit strutturali.\"", "Wieħed jista' jiddibatti kemm jaqbel u ma jaqbilx ma' statement bħal dan għaliex, bħalma ġralhom f'pajjiżi oħra, f'pajjiżna d-deficit strutturali beda jikber meta ntilef il-proporzjan san li hemm bżonn bejn kemm idaħħal u kemm jonfoq il-gvern.", "U bil-mod kif mexa l-Gvern Nazzjonalista bejn l-1992 u l-1996, id-differenza bejn id-dħul u l-ħruġ, speċjalment wara li tnaqqset it-taxxa diretta u l-gvern mar għal sistema ta' taxxa indiretta, infetħet iktar.", "Jekk wieħed jieħu l-GDP, niftakru li kien hemm mumenti fejn il- proporzjon laħaq rati koroh ħafna.", "Bejn l-1989 u l-1990, per eżempju, in- nefqa tal-gvern kienet telgħet għal 52% tal-GDP waqt li d-dħul kien niżel għal 45% tal-GDP.", "U meta jkollok dik it-tip ta' problema sostnuta sena wara sena tkun qiegħed tistieden inkwiet serju.", "Jekk wieħed jieħu mbagħad x'ġara wara l-1995, fejn kellek tnaqqis ta' taxxi diretti, insibu li d-dħul tal-gvern kien niżel għal 42% tal-GDP waqt li l-ħruġ kien ta' 48% tal-GDP.", "Niftakru wkoll li matul l-1996 il-Gvern Nazzjonalista kien qiegħed jipproġetta li jdaħħal ħafna iżjed milli fil-fatt daħħal mill-VAT u għalhekk żgur li fl-ewwel esperjenza tagħha l-VAT ikkontribwixxiet għal deficit li sena wara sena sar deficit strutturali.", "Fil-fatt matul l-1996 il-gvern kien qiegħed jittama li jdaħħal madwar ¥25 miljun iktar milli fil- fatt daħħal.", "Għalhekk jiena naħseb li dan l-istatement li l-VAT iddaħħlet minn Gvern Nazzjonalista biex jindirizza l-problema tad-deficit strutturali, wieħed irid iħares lejh, jikkonsidrah u jirrifletti sewwa fuqu qabel ma' jaċċettah u qabel ma' jara kemm fil-fatt il-VAT ikkontribwixxiet biex tfejjaq jew tkabbar dan id-deficit.", "Żgur li fl-ewwel esperjenza tagħha l-VAT għenet biex tkabbar dan id-deficit strutturali, speċjalment għax akkumpanjat magħha kien hemm id-deċiżjoni tal-gvern li jnaqqas it- taxxi diretti.", "Għalhekk wieħed jara li t-taqliba li saret minn ċerta sistema għal sistema oħra ta' tassazzjoni ma saritx bil-għaqal meħtieġ u minflok għenet biex iddaħħal u tkabbar id-deficit.", "Għalhekk, Sur President, meta niġu biex nagħmlu taqlibiet kbar ta' dan it- tip hemm bżonn ir-riflessjoni, hemm bżonn iż-żmien u hemm bżonn is-serjeta' mhux biex ma jsir xejn imma għaliex il-futur tal-pajjiż jiddependi minn dawn il-bidlet u allura huwa importanti li noqogħdu attenti.", "Proprju f'dawn il-ġimgħat il-gvern stess kien qed jgħid li hemm bżonn li kulħadd jagħmel l-isforzi tiegħu biex jerfa' minn dan is-salib tad-deficit skond kemm jiflaħ.", "Nerġa' ngħid, biex timmobilizza appoġġ u saħħa f'mumenti bħal dawn għandek bżonn tagħmel sforzi kbar.", "Fil-fatt fl-aħħar kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa' bejn id-19 u t-22 ta' Novembru li għadda, is-slogan kien \"'Il Quddiem b'Ħilitna\", imma bil-mod kif qiegħed jaġixxi l-gvern fl-aħħar ġimgħat f'dawn l-oqsma naħseb li s-slogan iktar huwa \"'Il Quddiem b'Saħħitna\"!", "Għaliex f'mumenti diffiċli fejn trid tikseb appoġġ għal dak li qed tagħmel kemm jista' jkun trid timmobilizza dan l- appoġġ.", "Niftakru wkoll li dan il-gvern fil-progamm elettorali tiegħu qal li gvern waħdu ma jistax jasal biex jindirizza l-problemi ta' soċjeta' moderna.", "Għalhekk f'ħaġa bħal din huwa importanti li l-gvern, fejn għandu bżonn jibgħat messaġġ kemm lis-soċjeta' kollha kemm hi u kemm lil hinn minn xtutna, jipprova jimxi b'mod li kemm jista' jkun jikseb dan l-appoġġ.", "Issa biex il-gvern jipprova jikseb dan l-appoġġ li hemm bżonn biex ilkoll kemm aħna nieħdu ħsieb dan pajjiżna, allura mhux biss irid joqgħod attent għal dak li jgħid imma anke għal dak li jagħmel.", "Nafu li anke fid-diskors li bih fetaħ dan il-parlament intqal li se jkun hemm sforz biex jiġu rrispettati u apprezzati l-valur u s-sehem ta' kull persuna li tgħix f'dawn il-gżejjer u li m'hu se jiġi eskluż ħadd.", "Jiena nittama li f'dik id- definizzjoni hemm ukoll dawk ta' din in-naħa, dawk li jkollhom fehma politika differenti mill-gvern għaliex inkella żgur li l-gvern ma jkux qed jimxi b'mod li jipprova jġib l-appoġġ għall-isforzi li jkun qed jagħmel.", "Kif diġa' għidt, fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista hemm miktub - din issa ġġibna għal ħaġa oħra importanti fejn ikun hemm ir-rabta u fejn tipprova ġġib appoġġ għal dak li qed tagħmel, anke minħabba l- messaġġ li jrid jintbagħat 'il hinn minn xtutna u mhux biss fis-soċjeta' tagħna - li hemm bżonn li fis-soċjeta' tagħna iktar nies jifhmu l-bżonn u r- responsabbilta' li jħallsu dak li għandhom id-dmir iħallsu għaliex mingħajr sistema serja ta' tassazzjoni ma jistax ikollok żvilupp ekonomiku, ma jistax ikollok flus biex tinvesti, ma jistax ikollok flus biex toħloq klima fejn jinħolqu iktar impjiegi u ma tistax toħloq sistema soċjali li tieħu ħsieb tiżviluppa l-oqsma ta' l-edukazzjoni, tas-saħħa u tas-servizzi soċjali.", "Mingħajr dħul serju ma jistax ikollok ħruġ serju, sostenibbli u fit-tul u allura aktar u aktar huwa importanti li timxi b'mod li dak l- appoġġ iżżommu sħiħ kemm jista' jkun.", "Dan huwa għal dawk li jirrigwarda l- messaġġ li jrid jintbagħat lis-soċjeta' nnifisha.", "Dan pero' jolqot ukoll il-messaġġ li jrid jintbagħat 'il hinn minn xtutna għaliex il-kwestjoni ta' sistema ta' tassazzjoni torbot mhux biss ma' teknika ta' kif tiġbor il-flus imma hija wkoll waħda mir-rekwiżiti essenzjali f'dik li hija l-politika li biha miexi l-gvern ma' l-Unjoni Ewropea.", "Imma jekk il-gvern irid jagħmel dak li wiegħed fil-programm elettorali tiegħu, fejn qal li se jagħmel kull sforz biex jerfa' l- kwestjoni dwar l-Unjoni Ewropea 'l fuq mill-politika partiġjana u jżommha f'livell li jixraq lill-għażla tal-poplu kollu, allura huwa importanti li anke hemmhekk ikun hemm messaġġ li dan il-pajjiż qiegħed jiddiskuti bis- serjeta' u mhux ikun hemm gvern li jipprova jgħaddi b'makna taż-żrar biex jibqa' dieħel u jagħmel dak li jrid.", "Inkella, Sur President, barra li fil- pajjiż ikollna deficit finanzjarju, barra li jkollna deficit morali bejn dak li jingħad u dak li jsir, ikollna wkoll dak li qed jissejjaħ deficit Ewropew.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna rridu nammettu li f'pajjiżna diġa' għandna dan it-tip ta' deficit u din hija xi ħaġa li għandha tinkwetana lkoll.", "Ħafna mill-pajjiżi applikanti - aħna lanqas f'dak l-istadju ma wasalna - huma meqjusa li għandhom dan id-deficit imma jiena naħseb li aħna nbatu minnu għaliex għalkemm ċertament li fl-aħħar 30 sena mxejna 'l quddiem, xorta għad baqgħalna modi ta' mġieba u modi ta' kif nartikolaw il-kultura politika tagħna, li għadha 'l bogħod mhux ħażin minn dak li jiġri fil- kontinent Ewropew.", "Anke l-attitudini li qed tintwera mill-gvern u d- deċiżjonijiet li ħa f'dan il-qasam ikomplu juru li għadna nbatu b'dan id- deficit Ewropew.", "Għaliex filwaqt li għandna r-ritwal tad-demokrazija parlamentari, fil-proċess ta' diskussjoni u ta' kif jittieħdu d- deċiżjonijiet, ħafna minn dan ir-ritwal jidher li huwa tal-qoxra iktar milli tas-sustanza.", "Nistgħu ngħidu għalhekk li fil-valuri tad-demokrazija, ta' diskussjoni, ta' kritika soċjali, ta' proċess serju ta' kif tfassal id- deċiżjonijiet tiegħek, ta' kif tirrifletti dwarhom u ta' kif tgħaddihom mill-pajjiż għad għandna deficit mhux ħażin.", "Għalhekk m'hijiex ħaġa kbira li minħabba f'hekk pajjiżi oħra jinterpretawna li f'pajjiżna nieħdu deċiżjonijiet bi switch, min jixegħlu u min jitfih!", "Sur President, ċertament li s-sistema ta' tassazzjoni m'hijiex kwestjoni fejn tixgħel jew titfi switch għaliex din hija importanti ħafna għall- pajjiż.", "Ngħid ukoll li l-mod li l-gvern miexi bih f'dan il-qasam qiegħed idgħajjiflu u jherrilu anke l-bażi tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Isir ħafna diskors fuq il-bżonn ta' kunsens u qbil fl-interess nazzjonali iżda l- imġieba interna fil-pajjiż qed taħdem kontra dak it-tip ta' riżultat u allura żgur li l-gvern qiegħed jherri l-pożizzjoni tiegħu stess meta jiġi biex iressaq il-każ tiegħu vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "Dan barra li jkun qed jagħmel ħsara anke lill-pajjiż.", "Il-gvern qed jgħid li din il-liġi diġa' ddiskutejniha pjuttost fit-tul u li kellna anke l-esperjenza tagħha.", "Kellna imbagħad l-esperjenza tal-liġi tad-dwana u s-sisa, li kien daħħal Gvern Laburista, u allura qisu qed jgħid li minħabba f'hekk għandna bżonn niddiskutu inqas fil-parlament.", "Jiena naħseb pero' li jekk irridu nkunu serji u jekk tassew irridu nagħmlu l-affarijiet bil-galbu u bil-għaqal, allura probabbli hemm bżonn ta' iktar diskussjoni u mhux inqas diskussjoni.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Sur President, meta pajjiżna qiegħed jiffaċċja problemi finanzjarji u meta parti minn din il-problema tal-finanzi pubbliċi hija l-mod kif jaħdem is-settur pubbliku, l-ineffiċjenzi li fih, il-ħela, in-nuqqas ta' tfassil, in-nuqqas ta' kultura ta' deċiżjonijiet u tal-mod kif jitmexxew, allura l- problemi f'dan il-qasam iridu jiġu ndirizzati wkoll.", "Jekk aħna ngħidu li għandna ħafna punti ta' djgħufija fis-sistema ta' kif jinġabru taxxi oħra, ma tistax taħseb li billi taqleb minn sistema ta' taxxa għall-oħra allura mhux se jkollok l-istess problema ta' kif tħaddimha.", "Studji komparattivi internazzjonali li saru minn pajjiżi differenti għal pajjiżi differenti u fost pajjiżi differenti li daħħlu t-taxxa tal-VAT u li kellhom jagħmlu ċerti bidliet biex jiffaċċjaw problemi ta' deficit, juru li jekk wieħed ma jiffaċċjax anke l-problema ta' l-amministrazzjoni pubblika allura se jkollok l-istess problemi.", "Jekk ma tiffaċċjax il-punti ta' djgħufija li għandek - fil-każ tagħna għandna ineffiċjenza fil-mod ta' kif tinġabar it- taxxa u għandna anke kultura ta' evażjoni tat-taxxa - billi f'daqqa waħda ddaħħal sistema differenti ta' taxxa m'intix awtomatikament se tegħleb jew issolvi dawk id-difetti.", "Fil-fatt fejn dawn l-affarijiet ma ġewx tackled bis-serjeta', fejn kien hemm għaġġla kbira għax ħasbu li billi tbiddel minn sistema għall-oħra awtomatikament dawn il-problemi se jgħosfru, ma jirriżultax li ġara hekk.", "U jkun tajjeb li nistudjaw affarijiet bħal dawn għaliex l-esperjenza lokali turina biżżejjed li l-affarijiet huma iktar komplikati minn kif nagħmluhom anke hawn ġew.", "Sur President, ċertament li m'huwiex biżżejjed li ministru jiddikjara policy, li ministru jaqra diskors, li ministru jħabbar l-intenzjonijiet sbieħ tiegħu ta' kif se jnaqqas l-evażjoni tat-taxxa, ta' kif se jkun iktar effiċjenti fil-ġbir tat-taxxi u ta' kif se jittekilja iktar dan il-qasam.", "Jekk wieħed janalizza d-diskorsi li saru f'din il-Kamra bejn l-1992 u l- 1996 mill-ministru tal-finanzi nnifsu, jirrealizza biċ-ċar li m'huwiex biżżejjed li niddiskutu l-abbozzi ta' liġi jekk irridu nkunu serji imma jeħtieġ li niddiskutu wkoll il-kultura politika, soċjali u ekonomika ta' dan il-pajjiż li waslet għal dawn il-problemi.", "Imma din hija xi ħaġa li la saret meta ddiskutejna l-VAT qabel daħlet fl-1995 u lanqas meta qed niddiskutuha issa, għalkemm suppost li llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn nistgħu niddiskutu bis-serjeta' x'inhuma l-problemi li għandna fis-sistemi l-oħra ta' tassazzjoni.", "Suppost li llum niddiskutu l-esperjenza ta' meta ddaħħlet il-VAT l-ewwel darba u l-esperjenza ta' meta ddaħħlet il-liġi tas- CET mill-Gvern Laburista u fuq il-bażi ta' dawk l-esperjenzi nanalizzaw x'għandu bżonn il-pajjiż.", "Imma jidher li l-intenzjoni tal-gvern hija differenti.", "Tajjeb li wieħed jgħid li kien hemm żmien meta l-gvern kien jagħti x'jifhem li s-sitwazzjoni kienet se tkun differenti u li l-liġi tal-VAT li kien se jressaq ma kenitx se tkun daqshekk bidla radikali minn dak li kien jeżisti fil-pajjiż.", "F'\"The Times\" tat-13 t'Ottubru, 1997 l-Onor.", "Fenech Adami ġie rrapportat li qal hekk:", "\"At a meeting with the Prime Minister of Luxembourg he asked me if Malta can come back on track pointing out that VAT has been removed.", "I said: Yes, the new tax is not VAT but a hotchpotch of taxes yet it includes the elements of VAT, the most important of which is that it taxes services.", "So I said as a lawyer I can see changing five, six or eight clauses of the law and I would get the law back on track and it would be called VAT.\"", "Jiġifieri kieku l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jemenda l- liġi li kellna qabel, kieku wieħed jifhem l-għaġġla li biha l-Gvern Nazzjonalista qed jipprova jgħaddi din il-liġi.", "Imma ċertament dan m'huwiex il-każ.", "Fis-7 t'Awissu ta' din is-sena, meta kien qiegħed jitkellem f'Buġibba waqt il-kampanja elettorali, l-Onor.", "Fenech Adami qal li fit-taxxa tas-sisa jrid isir tibdil mill-inqas.", "Fil-fatt kien qal:", "\"Ma jistax ikun li ma kull bidla fil-gvern jitkisser dak li jkun sar mill-gvern ta' qabel u jerġa' jibda kollox mill-ġdid.\".", "Fl-istess ġurnata imma fil-Furjana l-Onor.", "Fenech Adami qal:", "\"Dwar ir-riforma fit-tassazzjoni Gvern Nazzjonalista jasal għal consensus għax ma jridx li ma' kull bidla fil-gvern ikompli jkun hemm bidla fis-sistema tat-tassazzjoni.\"", "Ħmistax wara, fil-Mellieħa, l-Onor.", "Fenech Adami ġie rrapportat li qal hekk:", "\"Il-Partit Nazzjonalista kulma qed jgħid hu li fil-qasam tat-turiżmu, fejn kienet bl-10% u dan il-gvern suppost li għamilha bil-5%, hemmhekk irid jasal.", "L-iskop hu li t-turiżmu ma jiċċaqlaqx u ma jingħatax iktar skossi.", "Din ukoll hija xi ħaġa li wieħed irid jaraha biex ma jkunx hemm ripetizzjoni ta' l-iżball li sar l-ewwel darba meta ċerti miżuri li ttieħdu spiċċaw biex għamlu ħsara lill-qasam tat-turiżmu.''", "Għall-ewwel wieħed ħaseb li l-gvern kien tgħallem minn dik l-esperjenza imma riflessjoni iktar serja ta' dak li qed jitressaq quddiemna juri li ma tgħallem xejn u għalhekk irridu noqogħdu attenti li b'dak li qed jiġi propost li jgħaddi minn dan il-parlament ma terġax issir iktar ħsara lil settur tant importanti ta' pajjiżna, is-settur tat-turiżmu.", "Sur President, ċertament li aħna konna qegħdin nistennew iktar serjeta', iktar riflessjoni u iktar żmien biex tgħaddi din il-liġi għaliex inkella nkunu qegħdin nużaw il-proċess parlamentari u s-sorvelja importanti li l-parlament irid jagħmel fuq il-ħidma tal-gvern kontra l-interess tal-gvern innifsu.", "Jekk isir hekk dan il-parlament nirrenduh wieħed taparsi għax fil-wiċċ ikun jidher li qed tgħaddi tal-gvern, fis-sens li l-affarijiet jaslu iktar malajr, imma mbagħad jibdew jinqalgħu l-problemi reali.", "Dan il-proċess innifsu joħloq ċerti feriti ġodda fis-soċjeta', joħloq feriti ġodda anke fir- relazzjonijiet li għandu jkun hemm bejn il-partiti l-kbar u dawn l- affarijiet ma jagħmlux tajjeb għall-ħajja politika, ekonomika u soċjali tal- pajjiż.", "Wieħed irid jgħid ukoll li minn meta daħlet il-VAT l-ewwel darba kellna biżżejjed esperjenza ta' l-effett li ħalliet fuq l-oqsma differenti tal- ħajja, li nħoss li hawn ġew din id-darba qed jittieħdu for granted, qisu ma nħolqux problemi.", "Anke d-darba l-oħra konna smajna dikjarazzjonijiet li t- taxxa tal-VAT m'hijiex se tgħolli l-ħajja.", "Dak iż-żmien il-gvern kien anke ressaq rapport biex juri l-impatt soċjali tal-VAT u kien ta l-impressjoni li ma kenitx se tħalli daqshekk problema fuq l-għoli tal-ħajja, mentri fil- fatt nafu li ħalliet.", "Għallinqas dik id-darba kien sar studju u kien ġie ppubblikat.", "Din id-darba, minkejja li fid-diskors tal-budget il-Ministru John Dalli rrifera għal studju simili, dan l-istudju ma ġiex pubblikat u anke din hija xi ħaġa li tagħmel ħsara.", "L-Onor.", "Dalli qal li:", "\"minn studju li għamilna jirriżulta li l-bdil fis-sistema għandu jkollu effett insinifikanti fuq l-għoli tal-ħajja.\"", "Mela għaliex dan l-istudju ma jiġix pubblikat?", "Għaliex ma jitqigħedx fuq il- Mejda tal-Kamra?", "Għaliex ma narawx kemm huma validi jew le il- konklużjonijiet li wasal għalihom dan l-istudju?", "Ċertament li fi żmien meta nippretendu li mmaturajna bħala demokrazija u li għamilna avvanzi kbar 'il quddiem fir-relazzjonijiet bejn il-gvern u ċ-ċittadini, bejn l- awtoritajiet, bejn dawk li huma fuq u dawk li huma isfel, naħseb li kien jagħmel aktar sens li l-gvern ixandar dan l-istudju biex naraw jekk huwiex veru li se jkun hemm ''effett insinifikanti'' fuq l-għoli tal-ħajja.", "Meta daħlet il-VAT tliet snin ilu, fix-xhur ta' qabel ma daħlet kien jingħad ukoll li l-ħajja ma kenitx se togħla, mentri xhur wara li daħlet fil-fatt irriżulta li l-ħajja bdiet togħla u bdiet togħla f'għadd ta' oqsma differenti.", "Imma, nerġa' ngħid, għallinqas dik id-darba kien hemm studju ta' l-impatt soċjali ta' l-effett.", "Għaliex anke hawn ġew, meta tkellem il- ministru tal-finanzi biex iressaq dan l-abbozz ta' liġi għamel diskors fuq kif se tolqot oqsma differenti tas-setturi ekonomiċi, ta' dawk li jimportaw u ta' dawk li jesportaw, ta' dawk li jorganizzaw ix-xogħol u l-kummerċ fil- pajjiż.", "Imma ma rridux ninsew li t-taxxa tal-VAT hija taxxa li tolqot eluf kbar li m'humiex operaturi ekonomiċi, fis-sens li jipprovdu xi servizz jew jipproduċu prodott, imma huma konsumaturi.", "Ċertament il-VAT hija taxxa fuq il-konsumatur per eccellenza.", "Irridu nanalizzaw speċjalment l-effett li t-taxxa tal-VAT tħalli fuq il-konsumaturi għax huma l-iktar li jintlaqtu.", "Iżda hawn ġew - għallinqas min-naħa tal-gvern meta tressaq dan l- abbozz ta' liġi - l-inqas li semma l-ministru tal-finanzi huma dawk li se jintlaqtu l-iktar.", "Naħseb li l-periklu qiegħed li wieħed jaċċetta b'għajnejh magħluqa dak l-att ta' fidi li ressaq il-gvern.", "Jekk wieħed jara x'kien qal il-Ministru Dalli fl-24 ta' Novembru, 1993 meta kien qiegħed jitkellem dwar il-liġi tal-VAT li l-gvern kien beħsiebu jressaq għas-sena ta' wara - ħalliha li mbagħad spiċċat daħlet fl-1995 u mhux fl-1994 - kien għamel speċi ta' att ta' fidi li bis-sistema tal-VAT ikollok aktar ġustizzja soċjali.", "U nikkwota kelma b'kelma dak li kien qal il-Ministru Dalli:", "\"... għax bis-sistema tal-VAT, aktar minn qabel, min jaqla' aktar u għalhekk jikkonsma aktar iħallas aktar taxxa.\"", "Mid-dehra dak hu l-istatement li fuqu l-gvern jiddeċiedi li t-taxxa tal-VAT hija aktar ġusta minn kull taxxa oħra u li twassal biex ma tgħollix il- ħajja!", "Imma meta qed nitkellmu fuq sistemi ta' tassazzjoni ma nistgħux nibqgħu biss fuq stqarrijiet astratti imma rridu nitkellmu wkoll fuq x'jiġri fil-fatt.", "U jeżistu studji li juru li fil-fatt il-VAT hija minnha nnifisha sistema inġusta għaliex il-VAT tikkastiga liż-żgħir u tippremja lill-kbir aktar minn kull sistema oħra ta' tassazzjoni.", "Għaliex waqt li s- sistema tat-taxxa tad-dħul ma tilħaqx lil kulħadd, u suppost tilħaq lil kulħadd bil-piż ta' kemm jaqla', jeżistu ħafna nies li ma jinqabdux mit- taxxa tad-dħul iżda jinqabdu mit-taxxa tal-VAT.", "Minn analisi tad-dħul ta' nies f'kategoriji soċjali differenti issib li min qiegħed in-naħa t'isfel ta' l-istruttura soċjali, f'dak li għandu x'jaqsam mad-dħul, proporzjonalment jonfoq aktar mid-dħul tiegħu fuq il- konsum milli jonfoq min jaqla' iżjed - dejjem qed nitkellmu proporzjonalment u mhux fuq valur assolut - u allura t-taxxa tal-VAT tikkastiga aktar lil min jikkonsma proporzjon akbar mid-dħul tiegħu.", "Proprju fl-istruttura tagħha hija sistema inġusta minħabba f'hekk għaliex taqbad liż-żgħir aktar milli taqbad lill-kbir.", "Għalhekk il-premessa li fuqha l-Gvern Nazzjonalista qed jiddeċiedi - jiena ngħid bħala att ta' fidi mhux bħala fatt li tista' tipprovah - tikkontribwixxi aktar għall- inġustizzja soċjali u għad-diżugwaljanza.", "Għaliex l-iżgħar fis-soċjeta' kollha jħallsu l-VAT, anke jekk ma jinqabdux mill-income tax, u l-kbar li għandhom l-income tax u jħallsu l-income tax ġeneralment jonfqu proporzjonalment inqas mid-dħul tagħhom.", "U għalhekk il-kbar li l-income tagħhom huwa ikbar proporzjonalment jinqabdu inqas mill-VAT.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onorevoli, ippermettili nwaqqfek għax għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Evarist Bartolo jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-Kamra li qed tħallini nkompli nitkellem.", "Mr Speaker, huwa importanti li wieħed jagħmel dan l-istatement għaliex fil-fehma tiegħi l-gvern qed jeħodha wisq easy din l-istqarrija li l-VAT minnha nnifisha hija aktar ġusta minn kull sistema oħra ta' tassazzjoni.", "Naturalment wieħed irid jikkonsidra aspetti oħra tat-taxxa tal-VAT.", "Ta' min wieħed jistaqsi, anke minn studji li saru dwar is-settur lokali ta' l-ekonomija, jekk hux veru li bil-VAT il-prezzijiet ta' prodotti maħduma lokalment humiex se jogħlew b'xi 10%.", "Imbagħad għall-argument kuntrarju li jorħsu l-prodotti importati b'xi 5%, dak jiġri biss jekk l- importaturi jgħaddu l-5% lill-konsumatur.", "F'pajjiżna nafu biżżejjed li kien hemm ħafna każi fejn dan it-tip ta' ċaqliq favorevoli għall-konsumatur ma ġiex mgħoddi lill-konsumatur.", "Meta l-affarijiet jogħlew il-konsumatur irid iħallashom iżda meta l-prezzijiet jorħsu u l-prodotti jistgħu joħorġu bi prezz orħos, jispiċċaw biex dan il-benefiċċju ma jgħadduhx lill- konsumatur.", "Mill-esperjenza ta' l-ewwel darba li daħlet il-VAT naraw li l- livell ġenerali tal-prezzijiet fil-pajjiż għola.", "Jien niftakar il- kontroversja kbira li kienet ġranet għal ħabta ta' Settembru 1993 meta bdiet tissemma l-VAT għall-ewwel darba.", "Wara studju li kien sar mill- ministeru tal-finanzi, id-direttur tal-VAT kien ġie kkwotat li qal li se jkun hemm żieda fil-prezzijiet ta' bejn 3% u 6%.", "Għalhekk wieħed irid jerġa' jara jekk hux se jerġa' jiġri l-istess ħaġa.", "Studji oħra li kienu saru xhur wara li daħlet il-VAT juru li maġġoranza kbira tan-nies kienu qegħdin jgħidu li l-VAT laqtithom ħażin.", "Bdew jogħlew il-prezzijiet tal-prodotti u l-prezzijiet tas-servizzi tal-parrukkiera u servizzi tal-mechanics eċċ. Imbagħad jiġi l-ministru tal-finanzi hawnhekk jgħid li studju li għamlu juri li wara kollox l-effett fuq l-għoli tal- ħajja se jkun bla piż ta' xejn għax fil-fatt uża l-kelma \"insinifikanti\".", "U nerġa' ngħid li dan ir-rapport aħna ma rajniehx.", "Suppost li qed ngħixu fi żmien fejn inqas u inqas hawn minn dawk li jaħsbu li għandhom id-don ta' l-infallibbilta' - għallinqas bil-fomm hekk jingħad li għax tkellmu huma aħna kulma rridu nagħmlu hu li norbtu jdejna, inbaxxu rasna u nemmnuhom.", "Ma nistgħux noqogħdu fuq l-istudju li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Dalli fil-budget, li jgħid li d-dħul tal-VAT se jkollu effett ''insinifikanti\" fuq l-għoli tal-ħajja, jekk ma narawx kif inħadem dak ir-rapport.", "Pero' aktar minn kull rapport ieħor u aktar minn kull riflessjoni oħra li rridu nagħmlu fuq id-dokumenti, se jkunu n-nies infushom li wara li tidħol il-VAT jiġġudikaw x'jiġri u jekk hux se jerġa' jiġri kif fil-fatt ġara l-ewwel darba meta daħlet il-VAT u raw il-prezzijiet ta' prodotti u ta' servizzi telgħin.", "Mr Speaker, effett ieħor li huwa meqjus li l-VAT se jkollha fuq l- ekonomija nazzjonali huwa li hemm ċans kbir li produtturi lokali jitilfu n- negozju tagħhom għal prodotti importati, għaliex il-produtturi lokali jispiċċaw fi żvantaġġ meta jiġu biex ibigħu l-prodotti tagħhom meta tqabbilhom ma' dawk impurtati.", "Jekk jiġri hekk - u studju li kkummissjonat il-GRTU juri li qed jibżgħu li se jiġri hekk - jonqsu l-impjiegi fis-settur lokali tal-manifattura, u allura dan min-naħa tiegħu jġib żieda fil-qgħad.", "Effett ieħor li l-VAT tħalli fuq l-ekonmija nazzjonali ta' pajjiż - u pajjiżna m'għandux ikun eċċezzjoni f'din il-ħaġa, speċjalment għal pajjiż bħal tagħna li l-ekonomija tiegħu hija miftuħa u li ħafna mill-bżonnijiet tiegħu jiġu minn barra - huwa li togħla t-talba għal prodotti importati u l- pajjiż jispiċċa jixtri iżjed minn barra u dan iħalli effett ħażin fuq il- bilanċ tal-pagamenti u fuq ir-riżervi barranin.", "Pajjiżi oħra għaddew minn din l-esperjenza u meta l-VAT daħlet l-ewwel darba ħalliet dan it-tip t'effett u wieħed m'għandux għalfejn jaħseb li mhux se jerġa' jiġri l- istess bid-deċiżjoni tal-gvern li jerġa' jdaħħal il-VAT mill-ewwel ta' Jannar 1999.", "Fil-ftuħ tad-diskors tiegħi għidt li fl-istorja hemm affarijiet li jirrepetu ruħhom darbtejn, l-ewwel darba bħala traġedja u t-tieni darba bħala farsa.", "Bil-mod kif il-gvern qiegħed idaħħal il-VAT, proprju bis- sistema ta' thresholds li qiegħed jipproponi l-gvern din id-darba, hemm min qiegħed jgħid li din minnha nnifisha se tagħmel farsa mit-taxxa tal-VAT.", "U l-kultura ta' evażjoni li teżisti f'taxxi oħra se tkun teżisti wkoll anke fit-taxxa tal-VAT, speċjalment bil-proposta tas-sistema ta' thresholds.", "Niftakru li meta l-ministru tal-finanzi nnifsu kien tkellem fid-dettall dwar is-sistema tal-VAT li kienet se tidħol f'pajjiżna - qed nirriferi għal meta ressaq il-budget ta' l-1994 - l-Onor.", "Dalli kien qal:", "\"Mhux se jkun hemm eċċezzjonijiet u dan sabiex l-evażjoni tkun kontrollata kemm jista' jkun.", "Għal dan l-iskop fl-introduzzjoni tas- sistema mhux qed jiġu kkontemplati limiti.\"", "X'ġara issa erba' snin wara?", "Qiegħed proprju idaħħal il-limiti u ċertament li f'dawn l-erba' snin ma kienx hawn xi qabża 'l quddiem fil-moralita' fiskali, fl-etika u fil-valuri ta' kif iċ-ċittadini jiddikjaraw id-dħul tagħhom jew kemm tassew iħarsu l-obbligi fiskali li għandhom.", "U għalkemm il-gvern qal li bit-taxxa tal-VAT se jkun qiegħed jagħmel xibka li biha jiġbor aktar flus, li biha jaqbad aktar lil dawk li jevadu t-taxxa, fil-fatt bit-thresholds il-malji tax-xibka qed jagħmilhom wesgħin ħafna u se jkun aktar faċli biex l-evażjoni tkompli.", "Fl-istess diskors erba' snin ilu kien qal li bl-introduzzjoni tal-VAT m'aħniex infittxu li nżidu d-dħul tal-gvern - illum id-diska nbidlet - għax dan imbagħad jiżdied bl-effiċjenza u bit-trażżin ta' l-evażjoni.", "Dan ma ġarax meta s-sistema tal-VAT kienet aktar stretta, aktar iebsa, aħseb u ara issa kemm se jirnexxielu jikkontrolla l-evażjoni tat-taxxa bis-sistema tat- thresholds li kien skarta erba' snin ilu.", "Minħabba dan kollu huwa dubjuż ħafna kemm se jiżdied id-dħul tal-gvern bil-VAT.", "Jien urejt kif anke fl-ewwel esperjenza, f'sena minnhom il-gvern spiċċa daħħal Lm25 miljun inqas milli kien qiegħed jistma li se jdaħħal.", "Hemm żewġ raġunijiet mill-inqas għalfejn huwa dubjuż kemm id-dħul tal-gvern se jiżdied bil-VAT.", "L-ewwelnett għax bil-proposti li qed isiru issa se jibqa' skop kbir għall-evażjoni tat-taxxa.", "Jien naf nies li meta qabblu l- proposta li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista meta ressaq l-ewwel darba l- VAT mal-proposta ta' l-abbozz ta' liġi kif qed jitressaq issa, qed jaraw li l-ewwel waħda kienet aktar serja mit-tieni waħda.", "Jgħidu li dak l-iżball li kien sar dakinhar kien kif iddaħħlet u meta ddaħħlet, pero' din id-darba hija ħafna iktar difettuża, ħafna aktar dgħajfa fit-tfassil tagħha.", "Il- gvern mhux se jilħaq l-għanijiet li għalihom qed idaħħal il-VAT għaliex meta ddaħħal taxxa trid tara x'effett tħalli fuq l-attivita' ekonomika fil- pajjiż.", "Allura jekk tolqot ħażin b'attivita' ekonomika, int stess tkun qiegħed tgħin biex toqtol parti mit-tiġieġa li suppost tbidlek il-bajd.", "Apparti minn hekk jekk minħabba kif inhi ddisinjata din it-taxxa, anke mil- lat ta' revenue, mhux vera taqbad aktar biha, speċjalment operaturi ekonomiċi - għax nerġa' ngħid li għall-konsumaturi l-malji huma żgħar u jaqbdu lil kulħadd, għaliex fl-aħħar mill-aħħar din hija taxxa li l-piż tagħha kollu kemm hu jerfgħu ta' taħt nett, qisna qed inġorru vara - allura huwa dubjuż ħafna kemm il-gvern se jdaħħal aktar minn din it-taxxa tal-VAT.", "Naf nies li anke analizzaw dawn l-affarijiet u qed jgħidu li se jkun żbaljat il-gvern jekk qed jittama li b'din it-taxxa tal-VAT se jkun qiegħed isolvi l-problema kbira tad-deficit li għandu l-pajjiż.", "Problema kbira bħalma għandu l-pajjiż quddiemu - li wasal fi stat li qiegħed jissellef mhux biex jinvesti, mhux biex ikabbar l-ekonomija, mhux biex issaħħaħ l- edukazzjoni, mhux biex isaħħaħ l-oqsma tas-saħħa u tas-servizzi soċjali iżda qiegħed jissellef biex jiekol - żgur li m'intix se ssolviha billi sempliċement taħseb li għandek xi bakketta maġika ta' taxxa tal-VAT u li dik waħedha se ssolvilek il-problemi.", "L-aktar għaliex, kif diġa' wrejt jien, l-ewwel darba spiċċat toħloq u tkabbar iżjed il-problemi u mhux issolvihom, speċjalment għaliex ma kienx hemm għaqal biżżejjed fid- deċiżjonijiet ta' kif il-Gvern Nazzjonalista wara l-1992 beda jaqleb is- sistema ta' taxxi minn sistemi ta' taxxi diretti għal sistemi ta' taxxi indiretti.", "Għax waqt li n-nefqa baqgħet tiela' il-gvern kien baqa' jonfoq iżjed, beda jdaħħal inqas u żgur li ma kienx qiegħed idaħħal biżżejjed biex isostni n-nefqa li jagħmel.", "U għalhekk wassal lilu nnifsu għal sitwazzjoni fejn waqt li kien qiegħed jistma li sas-sena 1996 ikollu deficit ta' 3%, spiċċa kellu t-tripplu tad-deficit li kien qiegħed jistma li jkollu.", "Għalhekk ċertament meta nisimgħu stqarrijiet li l-VAT daħlet meta daħlet biex issolvi l-problema tad-deficit strutturali ...", "Żgur li din it-tip ta' dikjarazzjoni ma kenitx issir qabel għaliex ma kienx ikun hemm dikjarazzjonijiet li l-pajjiż għandu problemi ta' deficit, anzi kienet problema li tinħeba għal kollox.", "Kien biss fi Frar ta' din is-sena li min-naħa tal-gvern saret xi forma ta' ammissjoni li l-VAT kienet iddaħħlet biex tiffaċċja l-problema tad- deficit strutturali.", "Sa l-1996 il-Gvern Nazzjonalista żgur li qatt fil- miftuħ m'ammetta li għandu xi problema ta' deficit.", "Fil-magħluq, fil- privat, wara l-bibien magħluqin kienet tissemma l-problema tad-deficit u li l-gvern kien qed jiffaċċja problema kbira mhux biss għall-1996 imma anke għall-1997.", "Tant ma kenitx tissemma fil-miftuħ il-problema tad-deficit li l-Gvern Nazzjonalista fis-sajf ta' l-1996 kien ħa d-deċiżjoni li flok jiffaċċja lill-pajjiż b'budget iebes, fejn kien se jkollu jikxef il- problema tad-deficit, iddeċieda li jiffaċċja lill-elettorat iżda jaħbilu dik il-problema.", "Nerġa' ngħid, jekk wieħed janalizza x'kien qed jingħad mill-Gvern Nazzjonalista fl-intern tiegħu, fejn jittieħdu deċiżjonijiet ewlenin, u x'kien qiegħed jingħad fuq in-naħa ta' barra, isib żewġ verżjonijiet differenti.", "Minn ġewwa kienet tingħad il-verita', ta' kif sploda d-deficit, ta' kif id-dħul tal-gvern mhux qed jagħmel tajjeb biżżejjed għall-ħruġ tiegħu, ta' kif anke l-VAT kienet qed tagħti lill- gvern inqas flus milli kien qiegħed jittama li jdaħħal - issemmiet il- figura ta' Lm25 miljun inqas - waqt li fil-pubbliku l-Partit Nazzjonalista kien qiegħed jipprova jilloppja lil kulħadd li m'hemm problemi ta' xejn.", "Jekk wieħed janalizza d-dokumenti interni u mbagħad janalizza l-programm elettorali ta' l-1996 jara realtajiet kompletament differenti.", "Fuq ġewwa jissemmew il-problemi u fuq in-naħa ta' barra m'hemm problemi ta' xejn.", "Anzi fil-programm elettorali ta' l-1996 mhux biss ma ssemmewx problemi tad- deficit, mhux biss ma ssemmewx - kif smajna fil-budget ta' l-1999, li jekk il-miżuri li ttieħdu din is-sena ma jkunux biżżejjed nagħmlu taxxi ġodda - talli fl-1996 il-wegħdiet kienu bil-maqlub.", "Il-problemi tad-deficit ma ssemmew xejn, anzi ngħad li jkomplu jonqsu l-piżijiet tat-taxxi, kemm ta' l- income tax u kemm tal-VAT.", "Tnejn mill-wegħdiet tal-Partit Nazzjonalista fl- 1996 kienu li jonqsu kemm il-piż ta' l-income tax u kemm il-piż tal-VAT.", "Ma nistax nifhem kif din setgħet issir fl-istess żmien li fost il-membri tal-kabinett kien qiegħed jingħad li l-pajjiż għandu problema serja quddiemu u l-gvern ried jara x'jagħmel biex iżid id-dħul għaliex l-iżbilanċ kien qiegħed ikun ħafna ikbar milli kienu ttamaw.", "Imma fil-kampanja elettorali dik il-problema nħbiet kompletament, anzi qalu: Isma', se nnaqqsu l-piż ta' l-income tax u se nnaqqsu l-piż tal-VAT.", "Dan meta l- finanzi pubbliċi kienu diġa' waslu fi stat ta' \"xkora mtaqba\", espressjoni kulurita li l-Ministru Dalli uża dwar it-tarzna.", "F'diskorsi ta' budgets passati kien qal li ma jistax ikun li t-tarznari jibqgħu xkora mtaqba, li titfa' fihom mhux biex tinvesti, mhux biex tkabbar u tagħtihom is-saħħa li jiffaċċjaw l-isfidi, f'sitwazzjoni fejn xi 60% tat- tarznari fl-Ewropa għalqu, u fejn hemm kompetizzjoni qalila biex tirbaħ ix- xogħol, u allura trid tinvesti kemm fil-makkinarju u kemm fin-nies biex ikunu kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol.", "Il-ministru tal-finanzi kien qal li dawn it-tarznari qishom xkora mtaqba għax ġo fihom nitfgħu jekk m'iniex sejjer żball xi Lm14 miljun fis-sena.", "Li kieku qed titkellem b'dak il-mod fuq azjenda waħda biss diġa' hu ta' tħassib - għax żgur li pajjiżna ma tantx jiflaħ jitfa' Lm14 miljun fl-ebda xkora mtaqba, la tat-Tarzna u lanqas ta' korporazzjonijiet oħra - imma li jinkwetak hu li l-finanzi pubbliċi kollha kemm huma kienu qed isiru xkora mtaqba.", "Imma din ir- realta' kienet qed tinħeba għal kollox mill-elettorat, anzi konna qed ngħidu li l-ixkejjer imtaqba huma biss xi tnejn, tlieta 'l hawn u 'l hemm.", "Kienet qed issir kampanja kontra l-ħaddiema tat-tarzna bħas-soltu, imma li tinkixef il-verita' u b'onesta` ngħidu li l-finanzi pubbliċi kollha tal- gvern issa kienu saru xkora mtaqba, sa l-1996 ir-realta' kienet qed tinħeba għal kollox.", "Dik ir-realta' hija inkwetanti mhux biss għaliex mhux sew li l-finanzi pubbliċi tal-pajjiż tħallihom isiru xkora mtaqba imma għaliex il-flus li jkollna nissellfu ''biex nieklu'' - nerġa' nuża l-kliem tal-Ministru Dalli - u l-flus li jkollna nissellfu mhux biex inħallsu d-dejn imma biex inħallsu l-imgħaxijiet tad-dejn li sar, dawk huma kollha flus li qed jintilfu minn investiment f'oqsma oħra li ċertament il-pajjiż għandu bżonn fil-qasam ta' l-edukazzjoni, fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam tas-servizzi soċjali u f'ħafna oqsma fejn pajjiżna żgur għandu bżonn itejjeb il-ħajja tiegħu.", "Għandna bżonn anke nitgħallmu ninvestu biex intejbu l-ħajja tagħna qabel ikun tard wisq għax ħafna min-nefqa tmur biex taparsi tfejjaq problema wara li tkun iggravat, flok nipprovaw nattakkawha u nittekiljawha proprju qabel ma dik il-problema tikber u tiżdied.", "Ċertament li biex pajjiżna jkun jista' jiffaċċja l-futur tiegħu fiż-żmien meta l-ekonomiji tal-pajjiżi qed ikomplu jinfetħu lejn xulxin, fejn il- kapaċita' ta' pajjiż li jiżviluppa u li jkollu futur tiddependi mill- kapaċita' tan-nies tiegħu biex isolvu problemi, li jkunu kapaċi jkunu kreattivi u jikkompetu fil-kwalita' tax-xogħol li jagħmlu - u ċertament li trid tinqata' l-mentalita' li l-bqija tad-dinja qiegħda hemm bħala xi istitut kbir tal-karita' għall-Maltin u l-Għawdxin biex isolvulna l- problemi tagħna - anke s-sehem tas-sistema ta' tassazzjoni tintrabat ma' kapaċita' ta' soċjeta' li ttiffaċċja l-isfidi tagħha.", "Imma r-rabta tas- sistema li biha jinġabru t-taxxi u jinġabru l-flus li l-gvern għandu bżonn biex jiżviluppa l-istrutturi soċjali, l-istrutturi ekonomiċi flimkien mas- settur privat - anzi jrid ikun l-istimolu tas-settur privat għall-iżvilupp ta' l-ekonomija - ċertament importanti li ma nħallux li l-finanzi pubbliċi jkomplu jkunu fl-istat li qegħdin.", "Għaliex meta tibda tikber fis-soċjeta' l-impressjoni li l-flus qed imorru hemm mhux biex intejbu l-oqsma tal-ħajja tagħna fl-edukazzjoni, is-saħħa, is-servizzi soċjali, l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u tant u tant bżonnijiet oħra - għaliex kull lira li tmur f'dik l-ixkora mtaqba tal-finanzi tal-gvern hija lira meħuda minn żvilupp li tant għandna bżonn f'ħafna u f'ħafna oqsma - iżda qed imorru biex iħallsu għall-iżbalji koroh li saru qabel, allura aktar hemm iċ-ċans li ċ-ċittadini jiddemoralizzaw ruħhom u ma jerfgħux ir-responsabbilta' li għandhom jerfgħu.", "Aħna niftakru t-tip ta' diskorsi li saru qabel, bħal: Ma jimpurtax, nissellfu u jħallsu ta' warajna.", "Ma jimpurtax, ħalli nonfqu llum imbagħad iħallsu dawk li jiġu għada.", "Għada diġa' wasal u jien ngħid li ta' warajna diġa' qegħdin iħallsu tal-mod żbaljat kif tmexxew il-finanzi tal-gvern wara l-1992.", "Ta' warajna diġa' qed iħallsu għaliex ma nistgħux noffrulhom investiment ogħla fl-edukazzjoni, ma nistgħux noffru riżorsi aħjar biex nieħdu ħsieb is-soċjeta' tagħna, li bħalma qed jiġrilhom soċjetajiet oħra qed jiċċarrtu u għandna bżonn ta' xbieki differenti ta' appoġġ soċjali għal min jgħix problemi ta' familji mkissrin u ta' nies li jgħixu waħedhom.", "Bħalma qed jiġrilhom pajjiżi oħra, it-talba għal aktar nefqa fil-qasam soċjali se tiżdied fi żmien meta ħafna mill-finanzi ma jistgħux imorru proprju biex jissodisfaw dawk it-tip ta' bżonnijiet soċjali imma se jmorru biex inħallsu għall-iżbalji ta' l-irresponsabbilta' ta' qabilna.", "Għalhekk wieħed kien jistenna li meta qed niddiskutu qasam importanti bħal dan, li l- futur tal-pajjiż jiddependi mis-sistema ta' tassazzjoni li jkollu, jekk irridu nitkellmu bis-serjeta' biex infasslu l-aħjar sistemi għal pajjiżna, ċertament li l-arroganza li se nimxi 'l quddiem s'saħħti, ma jimportanix min-nies li ma jaqblux miegħi, se nimxi bi proċedura li tferi d-demokrazija parlamentari, li ma tagħtix ċans lill-parlament jagħmel ix-xogħol serju meħtieġ ta' sorvelja fuq l-operat tal-gvern, ċertament dawk huma affarijiet li jitfgħuh lura lill-pajjiż.", "Ċertament li anke jitfgħu lura l-isforzi li jkunu qed isiru biex fil-pajjiż jidħlu sistemi ġodda.", "Ħafna mill-prinċipji li fuqhom il-gvern iqis it-taxxa tal-VAT bħala superjuri għal forom oħra ta' tassazzjoni, anke dawk iridu jiġu analizzati sew għaliex mhux bilfors il-gvern għandu raġun meta jgħid li s-sistema tal- VAT hija aktar ġusta minn sistemi oħra ta' tassazzjoni, meta jgħid li s- sistema tal-VAT hija aktar effiċjenti minna nnifisha biex tiġborha.", "L- esperjenza fil-pajjiż ma wrietx hekk, anke għaliex iddaħħal xi ddaħħal fil- pajjiż, tkun xi tkun is-sistema ta' taxxa li ddaħħal, jekk m'għandekx ir- riżorsi strutturali, ir-riżosi ta' nies biex tiġborha, l-istess problemi li għandek f'taxxi oħra se ssibhom imbagħad fit-taxxa tal-VAT.", "M'hemm xejn intrinsiku fit-taxxa tal-VAT innifisha li permezz tagħha tonqos l-evażjoni, anzi l-proposta li għandu l-gvern din id-darba fis-sistema li qed jipproponi tħalli skop għal evażjoni ħafna iktar minn meta ressaqha l-ewwel darba.", "Jiġifieri minnha nnifisha hija vvizzjata, xi ħaġa li l-ministru tal- finanzi nnifsu kien qal li tagħmel il-ħsara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Bartolo, għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringazzjakom għall-oġġezzjoni u ngħaddi l- kelma lill-kollegi tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fis-6.15 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naturalment kull gvern għandu l-obbligu u d-dmir li jdaħħal dik is-sistema ta' tassazzjoni li tabilħaqq tiġġenera l- mekkaniżmu biex ikollna l-iżvilupp meħtieġ fil-pajjiż.", "Naturalment ukoll, ċerti ċirkostanzi li huma ovvji jintirtu minn gvern għal ieħor.", "Liġi bħal din li għandna quddiemna tagħtina l-opportunita` liż-żewġ naħat li nesprimu l-ideat tagħna u nispjegaw il-qagħda tagħna fir-rispett tal- ġustizzja soċjali.", "Hawnhekk wieħed bilfors irid jenfasizza l-kliem \"ġustizzja soċjali\".", "Nafu kemm in-naħa tal-gvern kienet ilha takkuża lil din in-naħa li m'għandniex kuxjenza soċjali u li s-sistemi ta' tassazzjoni li ntroduċejna aħna ma kenux qed jindirizzaw il-qagħda tan-nies tax-xogħol.", "Fl-opinjoni tiegħi, aspett li ż-żewġ naħat irridu nirriflettu fuqu quddiem liġi bħal din tal-VAT huma l-anomaliji li jistgħu jinħolqu.", "Biex nispjega ruħi aħjar, jistgħu jinħolqu anomaliji li jinbtu mill- istess żvilupp li jkun qed iseħħ fis-soċjeta'.", "Ħalli nġib eżempju ċkejken.", "Jien niftakar li fl-1973 l-ammont privileġġat stabilit bil-liġi - il-liġi li tħares il-kondizzjonijiet ta' l-impjiegi - minn Lm50 tela' għal Lm200 u niftakar ukoll li sena wara kienet iddaħħlet għall-ewwel darba l-paga minima nazzjonali.", "Dan qed ngħidu biex inkompli nagħmel enfasi dwar kemm hu importanti li wieħed jirrikonoxxi dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni Laburista, li trid diskussjoni mhux f'ambjent ta' bullying - fis-sens li għax nikkmanda jien niddeċiedi kif irrid jien, jew għax għandi maġġoranza ta' ħamsa ma nagħtix kas il-minoranza - imma f'ambjent ta' parteċipazzjoni aktar wiesgħa u aktar prattika, ħalli meta niġu biex nilleġislaw ma nħallux ingroppi fil-liġi u ma nippermettux li jkun hawn ċirkostanzi fejn ibati min hu l-aktar dgħajjef fis-soċjeta`.", "Qed insemmi l-kwestjoni tal-paga privileġġata għaliex sa ftit snin ilu, minkejja l-iżvilupp ġenerali fil-pajjiż u bit-tibdil kollu fil-liġijiet, dak il-povru ħaddiem li kien jitlef l-impjieg minn ma' fabbrika, lukanda, hi x'inhi, ma kienx ikun intitolat bi dritt li jitħallas qabel ma jitħallas ħaddieħor.", "Din it-tip ta' anomalija kienet ilha għaddejja għal ħafna snin qabel ma ġiet indirizzata minn Gvern Laburista u kien bis-saħħa t'hekk li d- dritt tal-ħaddiem ġie rrikonoxxut, b'mod li seta' jitħallas qabel jitħallsu kredituri oħra, sew jew ikun il-bank u sew jekk ikun id-dipartiment tat- taxxi interni jew id-dipartiment tas-sigurta' soċjali, li ovvjament ikun irid jiġbor il-kontribuzzjonijiet tan-national insurance.", "Minkejja li kull sena kienu jiżdiedu l-pagi, ma kien hemm ebda mekkaniżmu fil-liġijiet ta' Malta li kien jinkorpora b'mod awtomatiku dak l-istess tibdil fil-pagi u salarji.", "Rajna wkoll liġijiet li ħolqu anomaliji minkejja li kienu ġew approvati minn dan il-parlament fi spirtu ta' parteċipazzjoni miż-żewġ naħat.", "Per eżempju, jekk nieħdu l-pensjonijiet tar-romol kellu jkun il-Gvern Laburista preċedenti li fehem l-anomalija li kien hemm fir-rigward ta' raġel armel quddiem il-liġijiet tal-pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn l-affarijiet juru kemm hu importanti li din il-liġi tal-VAT niddiskutuha b'mod serju u fit-tul ħalli ma jkollniex numru ta' anomaliji minħabba nuqqas ta' ħin għad- diskussjoni.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Dalli qed jgħidli: Imma dan x'għandu x'jaqsam!", "Lill-ministru nfakkru li l-ewwel liġi tal-VAT li għaddiet minn dan il-parlament kellha numru ta' anomaliji għax wasslet biex tellfet il-popolarita' tal-gvern ta' dak iż-żmien u tal-Partit Nazzjonalista.", "Għaliex dakinhar ukoll ma kienx hawn biżżejjed żmien biex din il-liġi tabilħaqq tiġi analizzata biex forsi ma jirriżultawx dawk l- anomaliji li sieħbi min-naħa l-oħra qed jgħid li m'għandhomx x'jaqsmu.", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament m'għandhomx x'jaqsmu jekk inti twebbes rasek u ma tkunx trid tisma' l-argumenti ta' ħaddieħor.", "Int għandek dritt li tagħmel dan pero' aħna lkoll marbutin bid-dover li dak li nafu u dak li nkunu ġarrabna nwassluh fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ħalli bl-iktar mod demokratiku noħolqu diskussjoni sabiex sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu indirizzati.", "Kull gvern għandu obbligu li mhux biss iwettaq il-ġustizzja soċjali, mhux biss ikollu kuxjenza soċjali imma wkoll jirrispetta r-riżorsi umani.", "Jien qed ngħid hekk għaliex huwa fatt li l-liġi tal-VAT m'hijiex employee friendly.", "Aħna nitkellmu ħafna dwar l-Unjoni Ewropea u nafu kif hemmhekk żviluppat sitwazzjoni fejn ħafna min-nies fil-qasam ta' l-artiġjanat tilfu l-impjieg tagħhom.", "Jekk wieħed jara x'inhi d-differenza bejn is-sistema tas-CET u s- sistema tal-VAT, sejħulha teknika jew xjentifika, isib li s-sistema tas-CET għenet sabiex f'dan il-każ il-produttur ikun qed iħallas inqas taxxa u l- importatur ikun qed iħallas iktar taxxa.", "U jekk wieħed verament jirrispetta l-prinċipju tar-riżorsi umani bilfors irid iħares lejn dan l- aspett fil-liġi tal-VAT.", "Għax f'pajjiż fejn għandna limitazzjonijiet fid- daqs, limitazzjonijiet f'riżorsi naturali u limitazzjonijiet oħra finanzjarji, bilfors li rridu ninvestu fir-riżors uman.", "Naturalment l- ewwel li jiġi f'moħħi jien huwa s-settur ta' l-agrikoltura u sajd.", "Aħna nafu li bis-sistema ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea - u biex immorru għal sħubija sħiħa bilfors irridu ndaħħlu l-VAT - intlaqtu ħażin is-sajjieda, ir-raħħala u l-bdiewa.", "U naturalment dan minkejja s-sussidji li toħroġ l-Unjoni Ewropea permezz tal-common agricultural policy.", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx u nispjega għaliex.", "THE DEPUTY SPEAKER: No cross debate, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mela jiena hawnhekk nista' nżommok milli titkellem u tgħid li trid!", "Għidli tibżax!", "Jiena m'iniex bniedem li nerfa' salib in- nies, sieħbi.", "Jiena dejjem kont raġel, dejjem kont bniedem serju fil-ħajja tiegħi u dejjem irrispettajt l-opinjoni ta' kulħadd.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli, Onor. Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta nipprova nanalizza s-sitwazzjoni fis-settur ta' l-agrikoltura nsib li f'kull pajjiż li huwa membru ta' l-Unjoni, bis- sistema ta' tassazzjoni tal-VAT, li suppost toħloq iktar opportunitajiet sabiex jiġ msaħħaħ dak is-settur partikolari, tul il-medda tas-snin fallew ħafna familji ta' bdiewa u raħħala.", "Per eżempju, bejn l-1993 u l-1997 ġewwa r-Renju Unit in-numru ta' sajjieda full-time niżel minn xi 11,200 għal xi 7,800.", "Dan kollu jfisser li minkejja l-hekk imsejjaħ sussidju li kulħadd jiftaħar bih - nafu li parti mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea jintużaw sabiex jippruvaw iġibu 'l quddiem l-għajxien tal-bdiewa, raħħala u sajjieda - insibu li l-qagħda ta' dawn in-nies marret għall-agħar.", "Issa jiddispjaċini ngħid, Sur President, li fl-opinjoni tiegħi hawn ġew s'issa ma smajniex argument wieħed li jreġi dwar din is-sitwazzjoni.", "Allura bilfors wieħed ikollu jżomm sod u jipprova mill-aħjar li jista' jġiegħel lis-Sedja tirrealizza kemm hu importanti li jkollna diskussjoni aktar wiesgħa sabiex f'liġijiet bħal dawn ir-rappreżentanti tal-poplu jkollhom iċ- ċans iwasslu l-fehmiet tagħhom.", "L-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra qaluli li se jgħiduli kemm marret ħażin il- biedja bis-sistema tas-CET.", "Pero' jekk nanalizzaw il-GDP fit-22 xahar li għaddew, taħt Gvern Laburista, insibu li dan is-settur ikkontribwixxa b'mod sodisfaċenti u dan kulħadd jirrikonoxxih, itella' liema bandiera jtella'.", "Għaliex finalment għalkemm għandna żewġ partiti aħna Alla wieħed għandna.", "Aħna kollha qegħdin taħt l-istess saqaf u dak li nipprova naħbi jien u jaħbi dak, wieħed jista' jarah mill-istatistika.", "Issa meta jien ngħid li s- CET naqqset l-importazzjoni u għenet biex tiżdied il-produzzjoni lokali, mill-ewwel tiġini f'moħħi l-kwestjoni ta' l-industrija lokali tal-majjal.", "Kulħadd jaf li minħabba ċirkostanzi diffiċli li kienet ikkawżat il-VAT, f'dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjoni, f'pajjiżna kienet inħolqot sitwazzjoni fejn ma bqajniex self-sufficient f'dan is-settur u konna nimportaw iktar minn 1,000 tunnellata ta' dan it-tip ta' prodott biex inlaħħqu mad-domanda tas-suq lokali.", "L-istatistika tikkonferma li bis- sistema ta' tassazzjoni tas-CET mhux biss inħoloq ċertu investiment imma nafu li fuq medda ta' 22 xahar il-produzzjoni tal-majjal lokali żdiedet bi kważi Lm2 miljun.", "Forsi xi ħadd min-naħa l-oħra jgħid li dan huwa bluff jew li qed nipprova nuri li fi żmienna xi ħaġa jien għamilt.", "Le, tqisux lill-Oppożizzjoni Laburista u lill-kelliema tagħha b'daqstant mod artifiċjali.", "Aħna bnedmin bħalkom, inrabbu familji bħalkom, popolari bħalkom u nitilgħu eletti bħalkom.", "Għandna kuxjenza u nagħmlu x-xogħol tagħna bħalkom.", "(Interruzzjonijiet) Iżda allura kif tispjega l-fatt li fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea - u biex aktar inkunu konformi magħhom se nintroduċu l-VAT - is-sitwazzjoni marret ta' taħt fuq?", "Matul it-22 xahar ta' Gvern Laburista, filwaqt li l-produtturi ta' l-industrija tal-majjal lokali pproduċew iżjed u biegħu iktar, fl-Ewropa ġara l-oppost.", "Il- produtturi tal-majjal bdew jiffaċċjaw l-agħar sitwazzjonijiet li qatt iltaqgħu magħhom f'25 sena u l-produzzjoni għolja niżżlet il-prezz tal- majjal fl-agħar livelli matul dawn l-aħħar sentejn.", "Barra minn hekk, aħna dejjem għidna li l-liġi tal-VAT irridu nħarsu lejha mill-perspettiva tal-konsumatur, li finalment huwa l-bniedem li aħna lkoll nirrappreżentaw.", "Minkejja li l-konsumatur jaf li l-prezz tal-majjal frisk niżel għall-agħar livelli tiegħu, fl-ebda pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea ma roħos il-majjal.", "Min-naħa tagħna mhux qed ngħidu dan biex inkunu rettoriċi, kif forsi jipprovaw jinterpretawna tan-naħa l-oħra, jew biex nieħdu l-ħin tal-Kamra, jew biex niddemoralizzaw il-ħidma tal-gvern jew nuru li aħna xi forza.", "Iva, aħna forza, imma mhux biex nivvendikaw jew biex noħolqu problemi imma forza li tirrispetta l-ġustizzja soċjali, forza li tirrispetta lil dan il-parlament u liċ-ċittadini kollha, huma min huma.", "Għal din ir-raġuni li semmejt, jien ngħid li l-gvern jagħmel ħażin jekk ikompli jinsisti li jkun limitat il-ħin tad-diskussjoni fuq il-liġi tal- VAT.", "Din hija arroganza u dan huwa bullying.", "Peress li l-oppożizzjoni għandha 30 membru u n-naħa tal-gvern għandha 35, allura dak li jgħid il- gvern huwa vanġelu u l-oppożizzjoni m'għandhiex għalfejn tiftaħ ħalqha!", "Fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, apparti li ma kienx hemm indikat li l-VAT se tidħol daqshekk malajr u b'nuqqas ta' diskussjoni, m'hemmx dubju li lanqas kien hemm ħjiel li l-parlament kien se jintalab japprova liġi li tajjeb jew ħażin tagħti poteri lill-ministru tal-finanzi sabiex jintroduċi sistemi ta' taxxi oħrajn fil-pajjiż.", "Imkien fil-manifest elettorali ma kien hemm li se togħla l-bolla, per eżempju.", "Aħna diġa' għandna esperjenza tal-VAT u nafu wkoll bil-problemi ekonomiċi, problemi soċjali u bit-theddida fuq il-pensjonijiet u s-servizzi soċjali, problemi li huma realta' fost il-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena nifhem li kull wieħed hawn ġew jitkellem man-nies tad-distrett tiegħu li jwasslulu dawn il-preokkupazzjonijiet tagħhom.", "Per eżempju, il-UHM insistiet li l-gvern għandu jindirizza l-problema ta' l-evażjoni tat-taxxa.", "Jiena konvint li l-UHM taf minn stħarriġ li għamlet - u nemmen li kull union serja tagħmel l-istħarriġ tagħha - li taħt il-VAT il-problema ta' l-evażjoni tat-taxxa se tikber.", "Dan joħroġ mill-fatt li jekk inħarsu lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, li ilhom iħaddmu s- sistema tal-VAT għal numru ta' snin, insibu li għandhom problemi kbar bl- evażjoni tat-taxxa.", "Biżżejjed insemmu l-Italja, li bla dubju kulħadd jaf xi problemi għandhom ta' evażjoni minkejja li għandhom esperjenza vasta, ibbażata fuq sistema amministrattiva li ilha ġejja minn żmien ir-Rumani, u għandhom ċerta edukazzjoni nazzjonali wkoll.", "Għax meta tkun se tagħmel bidliet fil-liġijiet fiskali u finanzjarji tal-pajjiż trid tagħmel diskussjoni mal-partijiet kollha konċernati tas-soċjeta' sabiex tifhem eżattament x'qed jiġri madwarek u tara x'impatt se jirriżulta fl-attivita' ekonomika tal-pajjiż.", "Minħabba l-illużjoni li nkunu membri sħaħ ta' l- Unjoni Ewropea, se nintroduċu s-sistema tal-VAT u qegħdin ngħidu li hija iktar ġusta mis-CET għax nemmnu li aħjar ikollok taxxi indiretti milli taxxi diretti.", "U għalkemm lill-ħaddiema ngħidulhom li m'humiex taxxabbli jekk jaqilgħu sa Lm4000, meta nirriflettu sewwa nsibu li l-VAT se taqbad lil kulħadd, l-aktar liż-żgħir.", "Mr Speaker, nista' ngħid li bħalissa hemm kwestjoni bejn il-poultry processors association u l-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "Din il- kwestjoni qamet minħabba ċerti miżuri li l-gvern, minkejja li jidhirlu li jaf ħafna, introduċa miżuri mingħajr ma għamel konsultazzjoni mal-partijiet konċernati.", "Se naqra ittra li ntbagħtet lill-Ministru Josef Bonnici fit-18 ta' Novembru, 1998 f'isem il-poultry processors association li tgħid hekk:", "\"L-assoċjati tal-poultry association jinsabu mħassba ħafna mill- ġejjieni ta' l-industrija tagħhom, liema industrija b'mod dirett tħaddem mijiet ta' nies, apparti mijiet oħra ta' bdiewa li b'mod indirett jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn din l-industrija.", "Dan it- tħassib ġej mill-fatt li dan l-aħħar qed jintqal ħafna diskors, fis- sens li l-gvern għandu xi intenzjoni li jnaqqas il-levies imposti fuq beefburgers li jinxtraw minn franchises.", "Għaldaqstant ġentilment jitolbuk tikkjarifika xi mistoqsijiet li qed iqajmu, dejjem jekk dan id-diskors huwa minnu, liema mistoqsijiet huma s-segwenti:", "1) Jekk din il-policy ta' tnaqqis ta' levy hijiex se tapplika wkoll għall- produtturi tal-poultry u, jekk dan", "huwa l-każ, meta se ssir jew meta se tibda tiġi applikata?", "2) X'jifhem il-gvern bil-kelma \"franchises\", ċioe' jekk il-gvern jifhimx li din tapplika għal kwalunkwe catering establishment bħal lukandi, ristoranti, take-aways u supermarkets li joperaw taħt l- isem ta' ditti barranin jew li għandhom xi konnessjoni ma' operaturi barranin?", "Tifhem li l-istess assoċjati għadhom kif għamlu ħafna upgrading ta' l- impjanti tagħhom u nefqu eluf kbar ta' liri sabiex jiġu konformi mar- regolamenti tal-biċċeriji tat-tjur li ġew fis-seħħ f'Ġunju ...\"", "- għall-kuntrarju ta' dak li qed jgħidu tan-naħa l-oħra, il-poultry processors association qed jikkonfermaw li verament sar investiment fit-22 xahar li għaddew -", "\"... u għalhekk tweġiba mingħajr ħafna dewmien għal dawn il- mistoqsijiet hija importanti u kbira għalihom.", "U dan sabiex huma jkunu jistgħu jaraw u jiddeċiedu jekk għadx baqa' futur għalihom f'din l-industrija u jekk ikunux jistgħu jieħdu passi oħra.\"", "M'għandix għalfejn ngħidilkom li l-poultry processors association ma ngħatawx tweġiba la mill-ministru tal-finanzi, la mill-ministru għall- agrikoltura u sajd lanqas mill-ministru għas-servizzi ekonomiċi dwar is- sitwazzjoni diffiċli li qed jiffaċċjaw, allavolja ħmistax wara l-ewwel ittra reġgħu kitbu għat-tieni darba lill-ministru.", "Issa jien irrid infakkar, Sur President, li l-Gvern Laburista preċedenti, wara diskussjoni mal-Federazzjoni ta' l-Industrija u mal-partijiet kollha konċernati, kien għamilha possibbli li l-Kontrollur tad-Dwana jibqa' jirrikonoxxi l-istess proċeduri.", "Naturalment lill-ministru jien interpellajtu fuq din il-kwestjoni u ħaġa ta' l-iskantament weġibni - mhux lilhom imma lili - li billi jintilfu ftit impjiegi mhux problema.", "U hawn fejn wieħed bilfors irid jagħmel pressjoni mal-gvern sabiex jifhem l-importanza li jsir id-djalogu f'dan il-pajjiż, almenu fil-parlament.", "Nispera li ma jiġi ħadd min-naħa l-oħra jgħidli li jiena qiegħed out of order meta qed nitkellem dwar ċirkostanzi bħal dawn, fejn nies li jagħmlu investiment biex joħolqu iktar impjiegi, li jaraw kif joħolqu diversifikazzjoni ta' prodotti friski, kemm għall-industrija tat- turiżmu u kemm biex jissodisfaw id-domanda tal-konsumatur lokali, isibu dawn id-diffikultajiet ma' wiċċhom.", "It-tweġiba li tani llum il-Ministru Bonnici tgħid hekk:", "\"Jien informat li dan it-tnaqqis sejjer jolqot biss beefburgers li huma manifatturati miċ-ċanga pura friska u għalhekk jaffettwa biss sezzjoni żgħira mill-manifattura lokali.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li safejn huwa informat id-dipartiment ta' l-industrija ma jidhirx li din is-sitwazzjoni sejra taffettwa b'mod negattiv l- impjiegi, anzi jidher li l-ħwienet ta' l-ikel, fosthom il-fast food outlets, jimpjegaw numru sostanzjali ta' ħaddiema.''", "Jiġifieri min ikun biċċier jew produttur jista' jmur jaħdem f'take-away!", "Dak li jemmen il-ministru tas-servizzi ekonomiċi?", "Għalhekk bilfors li din in-naħa tal-Kamra tagħmel il-pressjoni kollha possibbli mal-gvern allavolja jipprovaw jagħmlulna sarima.", "Minflok li l-gvern jintaxxa lil żewġ importaturi kbar li daħħlu l-beefburgers minn Mejju l-1998 'l hawn ...", "(Interruzzjonijiet) Issa nasal għall-argument għaliex il-levy hija taxxa wkoll.", "Minflok Lm79,000 dawn ġew intaxxati ċirca Lm9,800.", "U allura kif jiġu l-kelliema tal-gvern u jgħidu li bis-saħħa tal-VAT se tonqos l- evażjoni, meta l-gvern stess ma ħass li għandu jiġbor dak li kien dovut għall-erarju?", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Biedja u Sajd): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Farrugia jkompli għaddej bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Mr Speaker, jekk inti jkollok gvern li jieħu deċiżjonijiet bla ma jikkonsulta, kif jista' jgħin il-produzzjoni u jżid l-impjiegi?", "Finalment, bid-differenzi tagħna aħna lkoll għandna impenn li l-ewwel inħarsu l- interessi tal-ħaddiema.", "Issa rrid ngħid ukoll li l-ebda franchise li bbenefikat minn dan it- tnaqqis kbir ta' xi Lm60,000 jew Lm70,000 ma raħħset il-prezz tal-prodott, biex tan-naħa l-oħra ma joqogħdux jaħsbu li aħna daqshekk boloh.", "Imkien ma ġie rreġistrat xi roħs minkejja li jgħidulna li l-konsumatur se jmur tajjeb jekk inbaxxu l-levies jew jekk inneħħuhom.", "F'dan is-sens bilfors wieħed ikollu jgħid li jekk il-gvern se jibqa' jieħu ċerti deċiżjonijiet mhux biss se jkollu, bħalma ġara f'dan il-każ, inqas revenue dieħel imma se jkollu inkwiet serju biex joħloq inċentivi ta' investiment marbuta ma' snajja' li aħna lkoll għandna nirrikonoxxu li għandu jkollna spazju għalihom f'dawn il- gżejjer.", "Is-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT żgur li se tpoġġi piż ukoll fuq uħud mir-restaurants.", "Dawk l-istabilimenti ta' l-ikel li għandhom dħul partikolari, bħalma huma l-kiosks u ristoranti żgħar, mhux se jkollhom problema, imma r-restaurants li għandhom l-impjegati, li jikkonsmaw dak li jiġi importat u jixtru wkoll dak li aħna nipproduċu lokalment, filwaqt li qabel dawn kellhom taxxa ta' 5% ETS din issa se titla' għal 15%.", "Aħna rridu naħdmu biex kemm jista' jkun noħolqu spazju għal dan it-tip ta' investiment ħalli nutilizzaw ir-riżorsi umani tagħna.", "Jiena ġej minn post fejn dan it- tip ta' investiment żviluppa ħafna minħabba li noqgħod f'żona mdawra bil- kampanja, b'ħafna fdalijiet storiċi, żona li hija mdawra b'fost l-isbaħ bajjiet li għandna.", "Jenħtieġ li l-gvern jitkellem man-nies li joffru dan it-tip ta' servizz dwar il-problemi li resqin fuqhom.", "Inkella biex jibqgħu għaddejjin dawn se jkollhom isibu mod, bħalma jsibu ħafna, kif jevitaw it-taxxa jew se jkollhom inaqqsu l-impjegati jew inaqqsu l- istandards.", "Hawnhekk konna nisimgħu lill-ministru tat-turiżmu attwali jgħid kemm huwa ħażin li ngħabbu ħafna piż fuq l-all-inclusive packages għax dan jaffettwa ħażin lis-settur tar-restaurants.", "(Interruzzjonijiet) Jien smajtek tgħidha din, forsi mhux pubblikament imma smajtek tgħidha.", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-verita' hi li rridu nsaħħu kemm l-all-inclusive packages u kemm dawk li jikru l-villas jew il-flats, li naturalment ma jkunux marbuta f'liema post imorru jieklu.", "Jekk m'aħniex se nsolvu l- problemi ta' dan is-settur, nibża' li se jkun mhedded l-għajxien ta' aktar minn 1000 familja li jaħdmu f'dawn ir-restaurants.", "Dawn is-sitwazzjonijiet bilfors jinkwetawna għax aħna għandna l-limitazzjonijiet tagħna peress li aħna żgħar.", "Anke f'team tal-football ikollok il-problemi meta ma tkunx tista' ssib dik ix-xi ħaġa li toħloqlok iktar moviment fit-team u ġġiblek iktar riżultati.", "Il-ministru tal-finanzi - forsi jaħseb li ma jagħmilx sens dan li qed ngħid billi m'huwiex coach tal-football! - ukoll irid isib dak il-mekkaniżmu li jġiblu r-riżultati.", "Irid jifhem il-problemi ta' kull settur għax kull qasam produttiv jista' jgħin l-ekonomija tal-pajjiż u mbagħad ikun jista' jdaħħal it-taxxi meħtieġa ħalli jkun jista' jipprovdi aktar fondi sabiex ma nispiċċawx fis-sitwazzjoni, per eżempju, li jinsab fiha l-ministeru għall-biedja u sajd.", "Meta konna fil-gvern kienu jikkritikawna li naqqasna l-fondi u issa li hemm gvern ġdid il-voti baqgħu dawk li kienu!", "Filwaqt li dejjem jkun hemm xi gambetta 'l hawn u 'l hemm, imma l-periklu huwa li s-sistema tal-VAT tinċentiva l-importazzjoni iktar milli tgħin u ġġib 'il quddiem l-artiġġjanat, il-kapaċitajiet u s-snajja' tradizzjonali tagħna.", "Hemm periklu serju li dawn jinqerdu jekk ma nanalizzawx sew is- sitwazzjoni, irrispettivament mid-differenzi politiċi li jeżistu.", "Meta konna fil-gvern kien hemm franchises li riedu jimportaw bla taxxa u bla levy u, għalkemm bħala kumpanniji privati kellhom interessi differenti, dawn fehmu li hemm x'hemm fl-Ewropa, fl-Asja, fejn trid, jibqa' l-fatt li meta l-prodott jitkabbar u jiġi pproċessat lokalment inkunu nistgħu niggarantixxu prodott bnin, frisk u skond standards stabiliti.", "Dan jagħti wkoll garanzija ta' investiment lill-industrija privata u lill-produttur, u l-konsumatur ikun jista' igawdi prodott ġenwin garantit mis-servizz veterinarju tal-pajjiż.", "Huwa fatt li s-CET ikkontribwixxiet biex wara tant snin pajjiżna żied b'xi 6.8% l-prodott gross domestiku fis-settur tal-biedja u sajd u kien hemm indikazzjonjiet ċari li permezz ta' dan it-titjib waqqafna n-niżla 'l isfel u bdejna telgħin 'l fuq.", "Dawn huma ħwejjeġ li wieħed irid jarahom sew għax is-sistema tal-VAT, jgħidu x'jgħidu tan-naħa tal-gvern, hija marbuta mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u għalkemm jgħidu li hija taxxa ġusta iktar mis-CET, il-fatti juru mod ieħor u ma jista' jinnegahom ħadd.", "Il-priorita' ddikjarata tal-gvern hija li pajjiżna jkun konformi mal- programm leġislattiv ta' l-Unjoni Ewropea.", "Iżda l-gvern ma jmissu qatt ittanta li jibdel is-sistema ta' tassazzjoni b'sempliċement proklama presidenzjali għax aġir bħal dan bilfors iqanqal ċerti mistoqsijiet.", "(Interruzzjonijiet) Aħna nafu nagħmlu l-kalkoli tagħna għalkemm intom tistgħu ma taqblux magħhom.", "Imma ħa nerġa' ndur għall-common agricultural policy.", "Huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li kull familja fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi madwar 20 ECU f'taxxi li jmorru biex isostnu dik il-policy.", "Imma x'ġara f'dan is-settur?", "Apparti li kien hemm niżla 'l isfel f'dawk li huma mpjiegi diretti - u niżla 'l isfel sew! - il- world trade organisation illum qed titlob u tobbliga lill-Unjoni Ewropea sabiex iġġib fix-xejn is-sussidji.", "Din il-kwestjoni hija waħda serja għax fit-2 ta' Lulju ta' din is-sena - minkejja li ilhom għaddejjin 25 sena bir- riformi tal-common agricultural policy; u wara din hemm ir-riforma tal- produtturi tal-majjal u tal-produtturi tan-nagħaġ - l-Unjoni Ewropea ġabet fis-seħħ liġi ġdida biex tkun tista' tissussidja lill-bdiewa li jkabbru d- dwieli.", "Iżda x'ġara?", "Peress li hija obbligata li sas-sena 2010 iġġib fix- xejn dan it-tip ta' sussidju, l-Unjoni Ewropea ġiet imġiegħla tirtira din il-liġi minkejja li kienet ilha tiddiskuti dawn ir-riformi minħabba l- problemi li ffaċċjaw bdiewa Portugiżi u Spanjoli - fil-fatt 4% minnhom kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-industrija tat-tkabbir tad-dwieli - li mbagħad spiċċaw biex tilfu kollox.", "Imbagħad lili u lill-Onor.", "Ninu Zammit joqogħdu jikkritikawna meta noqogħdu nitkellmu dwar il-patata fil- ħin tal-question time!", "L-Unjoni Ewropea kellhom jirtiraw din il-liġi sakemm isiru iktar diskussjonijiet.", "Ladarba skond id-WTO aħna ma stajniex nagħmlu ċertu tibdil u l-Unjoni Ewropea ma tistax tagħmel ċertu tibdil, allura ejjew inkunu ftit iktar raġonevoli.", "Meta l-UĦM qed tinsisti mal-gvern li tonqos l-evażjoni tat-taxxa, u meta l-oppożizzjoni qed tinsisti mal-gvern li s-sistema tal-VAT tiġi diskussa u analizzata bl-iktar mod realistiku, u meta nafu li x-xogħol tas-setturi ż- żgħar jista' jkun mhedded, ejjew nifhmu li aħna għandna obbligu li nirrispettaw ir-riżorsi umani.", "Aħna għandna d-dmir li fis-soċjeta' noħolqu l-ispazju kollu meħtieġ għall-attivita' ekonomika fil-pajjiż, sew dik industrijali, sew dik tat-turiżmu u sew dik tal-manifattura.", "Minkejja li jingħad li s-sistema tal-VAT hija taxxa ġusta, nafu kemm ħolqot problemi serji f'dak li huwa dħul lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Minkejja l-istandard of living għoli fil-pajjiżi membri ta' l- Unjoni - m'hemmx dubju dwar dan, anzi aħna rridu naħdmu ħalli nilħquh - nafu kemm is-sistema tal-VAT naqqset ħafna mill-ispazju fejn pajjiż ikun jista' jiżviluppa r-riżorsi umani, u nafu wkoll li s'issa l-gvernijiet tal- pajjiżi kollha ta' l-Unjoni għadhom ma ġġeldux il-problema serja li teżisti ta' nies li m'għandhomx saqaf fuq rashom.", "Jiġifieri minkejja l-hekk imsejħin vantaġġi li tiggarantixxi s-sistema ta' ġbir ta' taxxi tal-VAT, mhux talli l-pajjiżi ta' l-Unjoni llum għandhom problema biex ikomplu jsostnu s-servizzi soċjali u mhux talli għandhom ħafna qgħad, talli nafu wkoll li ma rnexxilhomx jegħlbu lanqas il-problema ta' nies bla saqaf, xi ħaġa li minkejja l-limitazzjonijiet kollha tagħna l-ebda gvern qatt ma ppermetta f'pajjiżna, almenu s'issa.", "Mela f'ġieħ is-sewwa, meta naraw ir- riżultati ta' pajjiżi li esperjenzaw din is-sistema ta' tassazzjoni għal numru ta' snin, u meta pajjiżna minbarra li jrid jintroduċi l-VAT irid jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, mhux bilfors għandna niġbdu l-attenzjoni tal- gvern sabiex ma jkomplix jagħlaq għajnejh u ma jkomplix iwebbes rasu ħalli dan il-gwaj ma ngħaddux minnu aħna wkoll?", "Sur President, mingħajr ma trid ikollok tfakkar f'ċerti affarijiet li ġraw minħabba dan in-nuqqas ta' komunikazzjoni, sew meta l-partit l-ieħor kien fl-oppożizzjoni u sew meta kien fil-gvern.", "Per eżempju, jien niftakar kemm konna naqraw fil-gazzetti dwar id-diżubbidjenza ċivili meta kienu jġiegħlu lin-nies ma jħallsux il-bolla balla.", "Tant kienu jinsistu biex in-nies ma jħallsux il-kontribuzzjonijiet tal-bolla li wara li l-gvernijiet preċedenti kienu għamlu kondizzjoni - jew ħalli ma ngħidx kondizzjoni imma ngħid interpretazzjoni differenti tal-liġi - li min ma jħallasx il-bolla ma jkunx intitolat għall-benefiċċju taċ-children allowance, dawn biex jirrimedjaw meta kienu fil-gvern għamlu emenda fil-liġi li dak il-benefiċċju għandu jingħata lil kulħadd.", "Imbagħad meta ġejna ffaċċjati bil-problemi serji li ġabet magħha l-VAT matul l-amministrazzjoni tal-Gvern Nazzjonalista ta' qabel, l-ewwel ma ntmess kien dan il-konċett taċ-children allowance - ġabuh qisu bonus ieħor tal-familja - u ċaħħdu 8,373 familja miċ-children allowance.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, ili nsegwi d-diskorsi kollha minn dalgħodu u ħassejt li għandi nagħmel intervent qasir wara dak li smajt.", "Nibda biex ngħid li l-poplu Malti ilu kważi ħames snin jismagħna ngħidu li rridu nagħmlu taxxa ġusta.", "Fil-fatt għamilna żewġ sistemi.", "L-ewwel daħħalna s-sistema tal-VAT, li bdiet tiġi diskussa fl-1994 u ġiet in vigore fl-1995, u mbagħad daħħalna t-taxxa tas-CET.", "Issa ż-żewġ partiti politiċi ewlenin jiġġustifikaw il-pożizzjoni tagħhom billi jikkontendu li waħda hi tajba u l-oħra ħażina, u vice versa.", "Il- Partit Laburista jgħid kemm hi tajba għax għandha ċerta xibka t-taxxa tas- CET u, min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jgħid kemm hi ġusta t-taxxa tal-VAT.", "Dan għalija jfisser li hemm qbil bejn iż-żewġ partiti fuq il- ħtieġa ta' taxxa fuq is-servizzi.", "Issa ssejħilhiex CET u ssejħilhiex VAT mhux daqshekk importanti għax, fuq kollox, is-CET tinkorpora diversi klawsoli mil-liġi tal-VAT il-qadima.", "U dan jafu kull min huwa fin-negozju għax anke meta wieħed jiġi biex jimla' r-return għandu l-istess formola ta' qabel x'jimla', bid-differenza li flok VAT hemm miktub CET.", "Issa anke fil- liġi l-ġdida li għandna quddiemna hemm xi klawsoli, kif qal il-ministru stess, li ttieħdu minn dak li hemm tajjeb fis-CET.", "Jiġifieri jien nara li hawn lok ta' consensus li m'aħniex nisfruttaw biżżejjed.", "Jien smajt b'attenzjoni lill-Onor.", "Evarist Bartolo, lill-Onor.", "Charles Mangion u anke lill-Onor.", "Noel Farrugia, li lkoll qablu li hemm bżonn li jkun hemm ftehim bejn iż-żewġ partiti fuq dan il-punt.", "Mela x'inhu jżomm lil din il-Kamra u lilna lkoll, li qegħdin hawnhekk biex dak li nagħmlu jkun ta' ġid għall-poplu tagħna - kif ngħidu fit-talba tal-ftuħ ta' kull seduta - milli naraw x'inhu komuni bejnietna biex lil dan il-pajjiż nerfgħuh mill-pożizzjoni finanzjarja prekarja li qiegħed fiha u nsibu sistema li tkun ġusta ma' kulħadd?", "Naħseb li ħadd minna m'hu qiegħed hawn biex jaqla' l-flus, b'din id-daqsxejn ta' onorarja li għandna.", "Ħadd m'hu qiegħed hawn għalhekk imma proprju biex nagħmlu ġid lill-poplu.", "U hawnhekk kważi ninsabu viċin ta' dak li wieħed jista' jsejjaħ consensus biex nagħmlu taxxa ġusta.", "Ilna ħames snin sejrin!", "Dan il-pajjiż jiflaħ jibqa' sejjer hekk?", "Aħna m'għandniex riżorsi naturali.", "Ir-riżorsi tagħna huma n-nies li jaħdmu, jaqilgħu l-flus u jikkontribwixxu sehemhom.", "Minn hemm iridu jiġu l- flus u minn imkien iżjed.", "Forsi jekk Alla jrid għada pitgħada nsibu ż-żejt imma sal-lum għadna ma nafux.", "Hawn hi s-soluzzjoni ta' dan il-pajjiż, li nsibu consensus.", "Imbagħad hemm il-punt li minkejja li dawn iż-żewġ sistemi damu jitħaddmu għall-istess tul ta' żmien - għax kemm il-VAT u kemm is-CET kważi ħadmu għal sentejn - l-iżbilanċ flok naqas żdied u d-dejn tal-pajjiż flok naqas żdied.", "Kemm il-Gvern Laburista u kemm il-Gvern Nazzjonalista raw kif għamlu biex inaqqsu d-dejn, b'danakollu żdied id-dejn u żdied l-iżbilanċ.", "Din hija l-klassika ta' dawn il-ħames snin.", "Mela meta sejrin insibu soluzzjoni biex id-deficit u d-dejn ma jibqax jikber?", "Fl-aħħar budget ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996, il-Ministru John Dalli kien iddikjara l-ħsieb tiegħu li l-gvern jiġbor madwar Lm25 miljun jew Lm30 miljun mill-bejgħ ta' l-assi.", "Il-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant ukoll ħaseb biex jipprivatizza biex ikun jista' jneħħi minn fuq spallejh ċerti piżijiet u fl-istess ħin tispiċċa ċerta burokrazija żejda.", "Pero' jien nibża' li kemm fi żmien Gvern Laburista kif ukoll fi żmien Gvern Nazzjonalista, il-privatizzazzjoni saret bil-ħsieb ukoll li jiżdied l-income biex forsi nibdew naslu biex nibbilanċjaw il-budget.", "Fl-1996 il-Gvern Nazzjonalista ma laħaqx ipprivatizza ċerti industriji kif kien maħsub u fl-1997 il-Partit Laburista rnexxielu jbigħ parti mill-assi tal-Maltacom.", "Pero' din il- privatizzazzjoni qed issir biex inneħħu l-burokrazija u nżidu l-effiċjenza?", "Jew inkella biex nibbilanċjaw il-budget?", "X'inhu l-iskop tagħha?", "Jiena naqbel mal-privatizzazzjoni pero' qed inbigħu dak li jgħidulhom family heirlooms.", "Nerġa' ngħid li jiena naqbel mal-privatizzazzjoni pero' jekk il- privatizzazzjoni qed issir biss biex indaħħlu l-flus, allura nkunu qed inbigħu d-deheb tal-familja.", "Se nbigħu d-deheb tal-familja biex jagħmel tajjeb għad-dejn u għall-iżbilanċ li għandna.", "U jekk dan huwa l-iskop qegħdin nagħmlu ħafna u ħafna ħażin.", "Mr Speaker, m'għandix dubji li ż-żewġ partiti huma konxji mis-sitwazzjoni prekarja tal-finanzi tal-pajjiż u kulħadd qed jipprova jsib soluzzjoni.", "Imma għaliex għandna dan l-iżbilanċ?", "Bħalma qal tant tajjeb u spjega fid- dettall ħafna l-Onor.", "Evarist Bartolo, dawn il-flus li qegħdin niġbru mit- taxxi u li qegħdin niddejnu m'humiex imorru biex nirristrutturaw is-sistemi tagħna imma biex inħallsu d-dejn li tela' għal madwar Lm500 miljun, inħallsu l-pagi, inħallsu s-servizzi soċjali u l-pensjonijiet.", "U bil-ftit li jifdal proprju ma nafx x'tista' tagħmel.", "Issa ma ninsewx ukoll li din il- ġimgħa smajna li l-Malta Shipbuilding f'sitt snin ħadet Lm121 miljun - u naturalment dan apparti dak li qed tieħu d-Dockyard u kumpanniji oħra bħalma huma l-Kalaxlokk, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, il- Korporazzjoni Enemalta u oħrajn - meta suppost din l-intrapriża nħolqot biex għada pitgħada tkun self-supporting u ma tkunx ta' piż fuq il-gvern.", "Imma x'ġara?", "Il-verita' hija li over the years dawn l-azjendi kollha li twaqqfu minn diversi gvernijiet kienu huma l-ixkora mtaqba li semma l-Onor.", "Evarist Bartolo, għax titfgħalhom il-flus u l-ixkora qatt ma timtela'.", "Mr Speaker, x'se nagħmlu b'din is-sitwazzjoni aħna?", "Dan l-aħħar issemmiet ħafna l-kuxjenza soċjali - din il-frażi issa ilha tiġi ripetuta u naħseb li tgħallimna xi tfisser - imma minbarra l-kuxjenza soċjali hemm bżonn ukoll ta' kuxjenza nazzjonali min-naħa tal-poplu Malti, li jrid jifhem li dak li qed iħallas bħala taxxi għada pitgħada se jgawdih huwa stess.", "U hawn hu l-crux tal-problema finanzjarja tal-pajjiż.", "Jekk iż- żewġ partiti m'aħniex se nagħmlu lill-poplu konxju biżżejjed, b'kuxjenza verament nazzjonali, li għandu jħallas dak li għandu jħallas - is-Sinjur tagħna darba qalilna: Agħtu lil Ċesri dak li hu ta' Ċesri - se jibqa' jkollna din l-evażjoni allarmanti u lampanti u l-pajjiż se nfalluh.", "U jekk jiġri hekk għada pitgħada se nieklu lil xulxin.", "Imma jien għandi fiduċja kbira li qbil bejn iż-żewġ partiti fuq dan il-punt għandu jwassal biex il- pajjiż jimxi 'il quddiem.", "Kulħadd huwa konxju mis-sitwazzjoni li qegħdin fiha.", "Dan hu l-messaġġ li nixtieq inwassal.", "Irridu nkunu konxji li kulħadd irid jerfa' l-piż tiegħu.", "Fl-1994, meta kienet se tiġi introdotta l-VAT, kienu saru ħafna laqgħat mal-poplu, kemm min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, kemm min-naħa tal-Partit Laburista u anke mill-GRTU.", "Kulħadd ipprova jispjega l-pożizzjoni tiegħu x'inhi, min jgħid favur u min jgħid kontra, u kienet qamet għagħa kbira.", "Meta ġiet introdotta s-CET il-Gvern Laburista wkoll laqqa' ħafna setturi u ddiskutew din is-sistema ta' tassazzjoni flimkien.", "Issa li reġgħet dieħla il-VAT, x'qed tkun ir-reazzjoni tal-poplu?", "Xi ġimgħa ilu l-GRTU għamlet laqgħa u ma kien hemm kważi ħadd, erbgħa minn nies jiġru 'il hemm u 'il hawn.", "Anke l-gazzetti kkummentaw li kienet \"poorly attended\".", "Saret xi laqgħa oħra mal-Ministru Dalli li wkoll kienet poorly attended.", "Allura nistaqsi jien: Hemm interess f'din il-liġi tal-VAT jew le?", "Jew forsi diġa' ġiet aċċettata din is-sistema ta' tassazzjoni?", "Jien inħoss li hemm bżonn li l-poplu nfiehmuh li kwalunkwe taxxa li l-gvern jintroduċi hija għall-ġid tiegħu stess.", "Jenħtieġ li nifhmu li kulħadd għandu jħallas dak li huwa dovut li jħallas lill-Istat.", "Jekk aħna ma ndaħħlux din il-kuxjenza nazzjonali f'moħħ il-poplu, li kulħadd irid jikkontribwixxi xi ħaġa, allura se nispiċċaw nieklu minn ġewwa.", "Mr Speaker, jiena nappella biex il-pajjiż jagħmel taxxa li tibqa' għal tul ta' żmien.", "Kif għamel l-Onor.", "Dalli meta tkellem dwar is-CET u anke fl- introduzzjoni tiegħu għal din il-liġi, u kif ukoll għamel dalgħodu l-Onor.", "Gonzi, nappella liż-żewġ naħat tal-Kamra biex niltaqgħu flimkien ħalli nagħmlu taxxa li tkun taqbel lil kulħadd.", "Dan huwa l-appell li rrid nagħmel illum.", "Ma kellix il-ħsieb li nitkellem fuq affarijiet finanzjarji għax ma tantx nifhem fihom iżda wara d-diskorsi li smajt ħassejt li hemm bażi ta' ftehim u għalhekk li qed nagħmel dan l-appell biex niltaqgħu lkoll flimkien madwar mejda, biex naraw fejn hu t-tajjeb u l-ħażin u nagħmlu taxxa aċċettabbli għall-poplu Malti.", "Imbagħad meta l-poplu Malti jara lil din il-Kamra magħquda qed tagħmel din is-sistema ta' tassazzjoni għall-ġid ta' kulħadd, allura din ċertament li tirnexxi u l-poplu ma joqgħodx jgħid li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin jaħlu ż-żmien imma jgħid li qed jagħmlu xi ħaġa ta' ġid għall-komunita' Maltija kollha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, f'dawn il-ftit ġimgħat li ilni niġi hawnhekk ifformajt opinjoni differenti ħafna minn dik li kelli qabel fuq il- parlament, għax issa li qiegħda hawnhekk naf l-affarijiet aħjar.", "Jien inħoss li f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għandu jkun hawn aktar serjeta' u iktar demokrazija.", "Per eżempju, jiddispjaċini ħafna meta nara l- ġenn li miexi bih dan il-gvern, li minn banda jgħid li aħna konna ħadna miżuri drastiċi b'għaġġla kbira u mill-banda l-oħra jippretendi li nagħmlu diskussjonijiet fuq abbozz ta' liġi li jrid jgħaddih malajr malajr mingħajr ma nagħtu ċans lil dak li jkun jesprimi l-pożizzjoni tiegħu.", "Naqbel ma' dak li għadu kif qal l-Onor.", "Michael Bonnici - niskanta kif tkellem b'dak il-mod - li għandu jkun hawn consensus.", "Fil-fatt konna proprju aħna li ridna li ssir din id-diskussjoni biex ikollna sistema ta' tassazzjoni tajba.", "U Alla jbierek dan il-gvern qabad u ddeċieda li jdaħħal il-VAT mill-1 ta' Jannar li ġej.", "Din hija kontradizzjoni min-naħa tal- membri parlamentari Nazzjonalisti.", "Din il-ġimgħa kellna għad-diskussjoni l- emendi għall-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - kien hemm ġenn u għaġġla kbira biex inħaffu ngħaddu dik il-liġi - kellna d- diskussjoni li għadha sejra dwar l-estimi ġenerali għall-1999 u kellna d- diskussjoni proprju fuq il-liġi tal-VAT.", "Dawn huma tliet affarijiet verament importanti u li wieħed għandu jifli sewwa għall-ġid tal-poplu Malti kollu, proprju għaliex jolqtu lil kull familja f'Malta u Għawdex.", "Il-liġi tal-VAT tolqot lil kull membru tas-soċjeta', minn meta jkun żgħir sa meta jiġi biex imut.", "U jekk inti tidħol fil-qalba ta' din il-kwestjoni tibda tinduna li anke r-rwol tal-familja jkollu jinbidel, għax ikollok tara kif se ddaħħal aktar flus għaliex tkun qed tħallas aktar milli tkun qed iddaħħal.", "Hija taxxa nġusta u ma nafx kif il-Gvern Nazzjonalista ddeċieda li jerġa' jdaħħalha meta jaf proprju x'kien inqala' f'dawk is-sentejn u nofs li VAT damet fis-seħħ.", "Infakkar jien li l-poplu kien għaddej minn problemi finanzjarji minħabba l-VAT, dak il-musmar li finalment sammar lill- Partit Nazzjonalista għaliex l-elettorat irriġġetta dik is-sistema ta' tassazzjoni u tefa' lill-partit l-ieħor fl-oppożizzjoni f'Ottubru ta' l- 1996.", "Issa jien ma nafx kif il-Partit Nazzjonalista reġa' ddeċieda li jdaħħal il-VAT meta l-poplu urieh biċ-ċar li kienet taxxa nġusta u kiefra.", "Dan il-gvern, li kien tant jiftaħar bid-djalogu, issa ddeċieda li jdaħħal din it-taxxa mingħajr ma ddjaloga ma' ħadd.", "Ma nistagħġibx għax lanqas hawn ma ried jiddjaloga u kien se jaqbad u jdaħħalha.", "Il-Partit Nazzjonalista kien jgħajjarna li aħna partit bla kuxjenza soċjali, imma din il-frażi issa tista' tiġi applikata għalih stess għaliex trid tkun altru partit bla kuxjenza soċjali biex tagħmel taxxa fuq il-poplu ta' 15%.", "Kif tista' tiftaħar li għandek kuxjenza soċjali meta taħqar u tgħakkes dik is-sezzjoni tal-poplu li l-iktar għandha dħul baxx?", "Qed idaħħal din it-taxxa b'din l-għaġġla kollha għax jaf li l-poplu bħalissa huwa medhi bil-festi tal-Milied, qisu jrid iżellaqha baxx baxx - bħal taxxi oħra li għad irid jipprova jdaħħal f'dawn il-ħames snin li ġejjin - mingħajr ma jħalli lill-poplu jinduna.", "Pero' l-poplu m'huwiex injorant għaliex ġaladarba jrid joħroġ il-flus hu se joqgħod attent għall-affarijiet li qed jiġru madwaru.", "Din hija giljottina li se tgħaddi minn fuq ras il- poplu għaliex il-Partit Nazzjonalista għandu s-saħħa ta' ħames siġġijiet.", "Intom li qegħdin tirrappreżentaw lill-poplu għandkom tkunu responsabbli u taraw li ma jkun hemm ħadd li jkun qiegħed isofri bil-liġijiet li jgħaddu mill-parlament.", "Jien ma nistax nifhem kif dan il-gvern jiddeċiedi li jgħaddi din il-liġi b'dan il-mod dittatorjali u b'din l-arroganza kollha.", "Naħseb li diġa' tela' d-deni għal ras dan il-gvern għaliex kieku ma jimxix b'dan il-mod.", "Mr Speaker, jista' jkun li l-Partit Nazzjonalista irid idaħħal il-VAT biex jipprova jintgħoġob ma' l-Unjoni Ewropea, allavolja ħadd għadu ma jaf fejn aħna qegħdin bħalissa.", "Jien jiddispjaċini għal min huwa dgħajjef fis- soċjeta' għaliex bil-VAT il-ħajja togħla ħafna u l-gvern mhux iqis is- sitwazzjoni ħażina li jistgħu jsibu ruħhom fiha dawk li huma bi qligħ baxx, dawk li huma separati, ir-romol u l-pensjonanti li kollha se jiġu affettwati ħażin meta tiddaħħal taxxa bħal din ta' 15%.", "Pero' aħna ta' l- oppożizzjoni qegħdin nipprovaw, bħalma qal l-Onor.", "Michael Bonnici, infittxu kompromess imma ma nistgħux naċċettaw li tidħol din it-taxxa kiefra ta' 15% fuq is-servizzi wkoll.", "Għaliex inti trid tħallas 15% taxxa jekk tmur taqta' xagħrek, jekk tagħmel biċċa għamara, jekk trid tbajjad jew tagħmel xi alterazzjonijiet fid-dar.", "Anke meta tmur tieħu tazza kafe' trid tħallas biex tpoġġi bil-qiegħda, ara f'liema sitwazzjoni jrid jiġi l-poplu.", "Dan għalfejn?", "X'se jiggwadanja l-pajjiż?", "Jekk l-iskuża tal-Partit Nazzjonalista hija biex jaqbad dawk il-ftit li kienu qed jabbużaw u jevadu t-taxxa, allura għandha ssir sistema oħra li biha ma jiġix affettwat dak l- iktar batut fis-soċjeta'.", "Nistaqsi wkoll għalfejn il-Gvern Nazzjonalista qed jagħti daqshekk importanza lil min qiegħed imexxih minn barra u mhux qiegħed jikkonsidra l- karba ta' ħafna li diġa' kienu mġarrbin.", "Saħansitra anke partitarji Nazzjonalisti kienu qalulhom li l-familji tagħhom qed jiġu affetwati ħażin.", "Jiena ngħid li trid tkun altru rasek iebsa biex tipprova ddaħħal taxxa bħal din mingħajr ma tagħmel diskussjoni twila u serja meta inti taf li din se tkun ta' piż kbir fuq il-poplu Malti u Għawdxi.", "Bħal-lum ġimgħa fis- 2.00 p.m. ħabbat il-bieb u sibt l-abbozz ta' liġi dwar il-VAT wara l-bieb.", "F'inqas minn ġimgħa ridna naraw x'fih dan l-abbozz u nippreparaw biex nitkellmu fuqu.", "Għalfejn din l-għaġġla kollha?", "Din hija s-serjeta'?", "Dan huwa l-mod li bih irid imexxi lil dawk li fdawlu l-poter f'idejh?", "Mr Speaker, din hija taxxa nġusta għaliex meta tqis li għandek massa kbira ta' servizzi li wieħed jiġi bżonnhom kuljum, inti tibda tirrealizza li se toħroġ ħafna iktar minn dak li tkun se ddaħħal.", "Barra minn hekk, bis-sistema tat-taxxa tal-VAT kulmin għandu ħanut se jkollu ħafna xogħol żejjed, li jieħu ħafna ħin, għax dan se jkun kollettur tat-taxxa għall-gvern.", "Allura jkun irid jimla ħafna karti biex jara x'inhuwa l-qligħ tiegħu, ħalli jkun jaf kemm irid jagħti taxxa lura lill- gvern.", "Dan huwa xogħol li tal-ħanut ma jkun qiegħed idaħħal xejn tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) U żgur li mhux jinteressak imma l-poplu Malti jinteressah ħafna!", "Dawn kienu jagħtu l-impressjoni li din se tkun qisha s- CET, forsi bi ftit irtokk.", "Konna nisimgħu ħafna dwar il-prinċipju tar- refunds, refunds tiela' u refunds nieżla.", "Pero' meta mbagħad wieħed jaqra x'fih eżattament l-abbozz ta' liġi jinduna li din it-taxxa hija ħafna aktar kiefra milli wieħed seta' jaħseb.", "Mr Speaker, issa se nitkellem ftit dwar is-settur tat-turiżmu, wieħed mill-pilastri ta' l-ekonomija.", "Jien għandi ħbieb li joqogħdu barra minn Malta li jgħiduli li meta jiġu biex isiefru jaħsbuha darbtejn meta jkunu jafu li fil-pajjiż fejn ikunu sejrin hemm il-VAT - ovvjament dejjem jaraw li jmorru fejn ikun jaqblilhom - u wisq nibża' li qegħdin nitilfu ħafna turisti li qed imorru Ċipru u anke Spanja, naturalment postijiet sbieħ ukoll, postijiet fejn it-taxxa mhijiex daqstant kiefra.", "Fil-fatt l-istatistika turi li meta kellna l-VAT it- turisti naqsu minn Malta.", "Issa aħna nafu li l-ekonomija lokali tbati ħafna meta jonqos it-turiżmu għax dan huwa settur li jiġġenera ħafna impjiegi u naturalment wieħed ikollu jnaqqas l-impjegati jekk it-turisti ma jiġux 'l hawn.", "Hawnhekk mhux biss is-settur tal-lukandi u ristoranti jbati imma anke s-settur tat-taxis u setturi oħra li kollha jiġu affettwati hesrem b'nuqqas ta' turiżmu.", "Meta aħna tlajna fil-gvern kien għad hemm il-VAT u sakemm neħħejnieha – kif konna wegħedna li nagħmlu għax aħna minn dejjem konna ngħidu li hija taxxa nġusta - konna naqqasna t-taxxa fuq it-turiżmu u f'April ta' l-1997 għamilnieha bil-5%, biex almenu nagħtu nifs lis-settur.", "Mr Speaker, għalkemm din it-taxxa m'hijiex qiegħda fuq l-ikel, kulħadd jaf kemm għoliet il-ħajja meta kellna l-VAT għall-ewwel darba.", "In-naħa tal-Kottonera, fejn noqgħod jiena, hija kkaratterizzata minn familji li m'humiex komdi finanzjarjament u dawn tarahom jipprovaw jameljoraw il- qagħda tagħhom billi jipprovaw ifaddlu biex jixtru dar jew jirranġaw dik li jkunu qegħdin fiha.", "Pero' issa se jsibuha iktar diffiċli għaliex din it- taxxa nġusta se tkun proprju qed tgħolli l-prezzijiet, apparti li nafu kemm hawn min jabbuża u jgħolli l-prezzijiet iktar milli suppost bit-taxxa u mingħajrha.", "Mr Speaker, l-anzjani wkoll se jmorru ħażin b'din il-bidla u jiena jiddispjaċini ħafna għalihom għax dawn m'għandhomx income.", "Dawn ma jistgħux jagħmlu ftit overtime biex ilaħħqu ma' dawk l-ispejjeż li se jiżdiedulhom u l-ftit flus li għandhom sejrin jitnaqqru u jispiċċaw fix- xejn.", "Fejn qabel kienu jixtru rigali lit-tfal tat-tfal tagħhom u jagħmlu kapriċċi oħra, issa dawn iridu joqogħdu attenti.", "Hawnhekk ħadd ma jista' jinnega li se tkompli tikber il-qasma soċjali, għax għandek settur li jaf minn fejn għandu jgħaddi biex jevadi t-taxxa u għandek oħrajn li l-ftit flus li jaqilgħu proprju se jispiċċawlhom fix-xejn minħabba l-VAT.", "Jiena nixtieq inkun naf x'se jiggwadanja l-pajjiż b'din il-liġi.", "Ma stajniex nagħmlu xi sistema oħra li ma tkunx daqshekk kiefra fuq il-poplu Malti?", "Issa ngħid xi ħaġa fuq is-self-employed iż-żgħar, li bir-raġun igergru li naqsilhom ix-xogħol kif daħlet il-VAT, għaliex jekk xi ħadd jordna biċċa għamara ta' Lm500 dan irid iżid it-taxxa tal-VAT ma' dak l-ammont.", "Awtomatikament min ikun se jagħmel spiża bħal din jaħsibha darbtejn.", "Allura ż-żgħir se jkun qed jerfa' l-istess piż daqs min jiflaħ aktar.", "Mr Speaker, jien nagħlaq billi ngħid li għandna nieħdu l-ħin kollu li hemm bżonn biex niddiskutu din it-taxxa ħalli wieħed jipprova jsib forma ta' kompromess biex nagħmlu sistema ta' taxxa li ma tkunx daqshekk kiefra fuq il-poplu Malti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: L-ewwelnett irrid nirringrazzjakom talli tajtuni ċ- ċans li nitkellem dwar din il-liġi tal-VAT, li jidher ċar li l-Partit Laburista ma jaqbilx magħha.", "Aħna lkoll hawnhekk u anke kulmin qed jismagħna minn ġewwa daru - forsi llum ukoll ħa l-paċenzja u qagħad jismagħna mid-9.00 a.m. - diġa' kellna l-esperjenza ta' din is-sistema ta' tassazzjoni u jiddispjaċini ngħid li jidher li ma tgħallimniex minnha.", "Il- Partit Laburista jrid li jkollna ħin bla limitu għad-diskussjoni dwar din il-liġi.", "Kull wieħed minna qiegħed hawnhekk biex jagħti l-kontribut tiegħu u m'għandniex inkunu marbutin bil-ħin meta quddiemna għandna liġi tant importanti - forsi stajna spiċċajna qabel it-30 siegħa li qegħdin jiġu allokati jew stajna nieħdu iktar - u meta nafu li se tolqot lil kulħadd, mill-kbir saż-żgħir.", "Kien ikun ħafna aħjar kieku ma kellniex din il- polemika iżda xorta nħoss li l-oppożizzjoni għamlet rebħa llum għaliex irnexxielna nissensibilizzaw l-opinjoni pubblika għal dak li qed jiġi diskuss fil-parlament.", "Sur President, meta titkellem man-nies tinduna li l-poplu Malti m'għandux esperjenza tajba tal-VAT - issa forsi tan-naħa l-oħra jgħidu li l-VAT ma kenitx daqshekk ħażina - u min ma jridx ma jħossx ir-riħ li hawn kontra din is-sistema ta' tassazzjoni.", "Jien persważ li mhux fl-ewwel xhur se jkun hemm riżultat daqstant negattiv tal-VAT imma wara ċertu żmien.", "Veru li ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Michael Bonnici jgħid li jixtieq li ningħaqdu ħalli naraw x'inhuwa l-aħjar għall-pajjiż, imma bil-mod kif żvolġew l- affarijiet ma tantx jagħmlilna kuraġġ biex nersqu lejn xulxin.", "(Interruzzjonijiet) Kont qiegħed ngħid li mhux fl-ewwel xhur se jidher ir- riżultat negattiv tal-VAT.", "Dan bħal meta jkollok marda; għall-ewwel lanqas tkun taf li għandek marda imma once li tidħol imbagħad tkun daħlet u ma jkollokx kontroll fuqha.", "Ngħid għalija jien qiegħed nara li ċerti affarijiet qegħdin jogħlew.", "Ħadd minna ma jixtieq li jogħlew l-affarijiet imma ċerti negozjanti, dawk li m'għandhomx kuxjenza soċjali, iħossu li issa huwa l-mument li jgħollu l-prezzijiet.", "U min se jbati b'dawn il-manuvri?", "Sejrin ibatu l-aktar dawk li huma fil-bżonn, il-ħaddiema, iż-żgħażagħ u l- anzjani, fost oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħid kif il-VAT se tolqot lil kull kategorija li semmejt.", "Jiena nemmen li din hija liġi li se jgawdi minnha l-iktar min hu b'saħħtu u min hu makakk.", "Aħna nafu li anke fejn tidħol l-income tax, il-ħaddiem irid iħallas kollox imma s-sinjur dejjem jirnexxielu jaħrabha, waqt li żagħżugħ li jkun qed jibni daru u jmur biex jixtri kamra tal-banju, issa se jkollu jibda jħallas 15% fuq il-kont.", "Jiena nemmen li aħna qed indaħħlu din is-sistema ta' tassazzjoni jew għax pajjiżi oħra hekk għamlu jew biex jekk xi darba niġu biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea jkollna l-karti in-regola.", "(Interruzzjonijiet) Kieku jien nixtieq li nikkopjaw ħafna affarijiet li għandhom pajjiżi oħra li qegħdin aħjar minna!", "Kull wieħed minna mar barra xi darba jew oħra u hemm ħafna affarijiet li kieku jkun aħjar li pajjiżna jikkopjahom.", "Imma għaliex proprju fl-ewwel ġimgħat tiegħu fil-poter Gvern Nazzjonalista ried idaħħal il-VAT?", "Issa jien nifhem għaliex ried idaħħal din is-sistema ta' tassazzjoni hekk kmieni.", "Ried idaħħalha mill-ewwel biex tindara, peress li hija miżura iebsa, biex imbagħad meta tasal l-elezzjoni forsi l-poplu jkun nesieha.", "Imma jiena fil-bidu għidt li mhux ma' l-ewwel xahar jew xahrejn tibda tħalli l-effetti negattivi l-VAT iżda wara li tkun daħlet u rrankat sew.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, kulmin jinqaras jgħid ajma!", "Bħalma konna pronti kkopjajna l-VAT, imissna kkopjajna lil ħaddieħor fejn jidħol proġettar ta' toroq.", "Per eżempju, fl-Ewropa għandhom ħafna toroq tajbin.", "Nixtieq ukoll li l-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol ikollhom kondizzjonijiet aħjar, u allura anke hawn stajna kkopjajna lil ħaddieħor.", "Nixtieq nara liż-żgħażagħ ikollhom faċilitajiet sportivi bħal dawk li hemm fl-Ewropa.", "Kieku nagħmlu hekk nimmaġina li naraw inqas żgħażagħ jitilfu ħajjithom kawża tad-droga.", "F'dawn l-affarijiet imissna nikkopjaw lill-barranin!", "(Interruzzjonijiet)", "Anke l-kunsilli lokali jħossuhom li jkunu aktar stmati jekk aħna nagħtuhom aktar poteri.", "Forsi s-segretarju parlamentari responsabbli mill- kunsilli lokali jista' jgħidli li l-Partit Nazzjonalista tahom aktar poteri pero' ma nixtieqx li niżvija llum għax kieku ngħidlek kif tista' tagħtihom aktar poteri.", "Iva, nixtieq li nitkellmu dwar futur aħjar għaż-żgħażagħ għax aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar iż-żgħażagħ qegħdin jitilfu l-fiduċja fil-pajjiż.", "Naħseb li din ħassewha tal-Partit Nazzjonalista meta qabel kienu fil-gvern, ħassejnieha aħna u naħseb li reġgħu qegħdin iħossuha huma issa.", "Dan nista' ngħidu mill-esperjenza tiegħi għax inżiomm kuntatt magħhom regolari.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet ħalli forsi xi darba niddiskutu dawn il-problemi.", "Kont nippretendi li verament naħdmu biex ikollna edukazzjoni aħjar għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Hemm skejjel li jagħmlu unur lil pajjiżna imma għandna skejjel li ma jagħmlulniex unur.", "Nittama li hawnhekk jkollna ċ-ċans li nitkellmu biex dawn l-affarijiet nirranġawhom.", "Kull wieħed minna f'dan il-parlament qiegħed misluf hawnhekk għal ħames snin u jiena nemmen li kull wieħed għandu jkollu kuxjenza li verament jikkontribwixxi għal pajjiżu għax inkella, filwaqt li qegħdin ngħidu li l- VAT se tkun ir-rovina tal-pajjiż, jekk aħna mbagħad ma ngħinux biex il- pajjiż jimxi 'l quddiem inkunu aħna li qed ngħinu fir-rovina tal-pajjiż.", "Kemm jiflaħ jibdel sistemi ta' tassazzjoni pajjiżna?", "Se noqogħdu nibdlu s- sistema kull darba li jinbidel il-gvern?", "Ngħidu s-sewwa, kieku riedna kellna opportunita' nirranġaw dak li ħalla warajh Gvern Laburista.", "Kemm se ndumu naħsbu li hawn ġew aħna biss bravi!", "Wasal iż-żmien li l-politika ta' kull partit timmira biex verament immexxu l-pajjiż 'il quddiem.", "Bħalissa pajjiżna jinsab staġnat.", "In-Nazzjonalisti kienu jgħidu li l-istaġnar ġabu l-Gvern Laburista ta' l-Onor.", "Alfred Sant, imma l-verita' hi li l-istaġnar wirtu l-Gvern Laburista mingħand il-Gvern Nazzjonalista ta' qabel.", "U ma noqogħdux insemmu mandat u mhux mandat.", "Illum in-Nazzjonalisti jgħidu li l- mandat li għandhom huwa ċar - bħalma kellna mandat ċar aħna sentejn ilu - li jwettqu dak li hemm fil-programm elettorali.", "Pero' niftakar ukoll jiena li meta aħna rtirajna l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, in-Nazzjonalisti kienu ħarġu jgħidu li aħna ma kellniex dak il- mandat għax l-elettorat kien diġa' ta l-mandat tiegħu qabel biex nidħlu fl- Ewropa.", "B'dak l-argument, jien allura nista' noqgħod ngħid lill-poplu Malti li sentejn ilu kellna mandat ċarissimu biex inneħħu l-VAT.", "Sur President, hawnhekk nitolbok tippermettili nsellem lil dawk li qegħdin jisimgħuna minn ġewwa darhom.", "Anke jekk hemm bniedem wieħed biss jismagħna nsellimlu għax għandu interess li jkun jaf x'qed jiġri fil- pajjiż, allavolja qegħdin fi żmien il-Milied u kulħadd ikun xi ftit aljenat, pero' ħadd ma jkun aljenat għal kollox.", "Ikun hemm nies li bħalissa jkunu qegħdin jisimgħuna u lil dawn in-nies insellmilhom u nieħu pjaċir li qegħdin jisimgħuna għaliex issib min jgħidlek li dak ħela ta' ħin.", "Aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni qed nitkellmu dwar din il-liġi tal- VAT għaliex nemmnu li se tolqot lil tant nies.", "U ladarba qed tiġi diskussa f'dawn il-ħinijiet aħjar nitkellmu issa biex inwasslu l-messaġġ tagħna, aktar u aktar meta nafu li din ma kenitx fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Stajna nobsru li Gvern Nazzjonalista kien se jdaħħal il-VAT u tant hu hekk li konna għidna wkoll li jista' jdaħħalha b'rata ogħla minn dik ta' 15%.", "(Interruzzjonijiet) Dak issa narawh aktar 'il quddiem.", "Kienu anke qalu li fil-pajjiż m'hawnx żejt, anzi xi ħadd kien qal: Għandi konferma ċara u nista' ngħidilkom jien li m'hemmx żejt fil-bir ta' Kerċem!", "Issa nitkellmu fuq iż-żejt, fuq l-Ewropa u fuq il- VAT, ngħaqqduhom it-tlieta f'daqqa.", "(Interruzzjonijiet) Għidtuha intom!", "Issa tgħidlix li m'għidtux hekk għax għadha tidwi f'widnejja.", "Issa jien se niġi nagħtikom l-aħbar li m'hemmx żejt fil-bir ta' Kerċem?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Parnis, kompli bid-diskors tiegħek, jekk jogħġbok, u indirizza lis-Sedja", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, nieħu pjaċir nisma' dawn il-kummenti għax għallinqas ninduna li qed jismagħni xi ħadd!", "Kont qed nistaqsi jekk il-Gvern Nazzjonalista ngħatax mandat li jdaħħal il-VAT.", "Jien inħoss li l- poplu żgur li ma vvotax fuq il-VAT.", "Jiena nemmen li ġiet kif ġiet is- sitwazzjoni għax il-Gvern Laburista kien f'nofs ta' triq, kien qiegħed jibdel is-sistema ta' tassazzjoni u qbadtuna f'nofsha.", "Kien hawn nies fostna hawnhekk li pprovaw ifixklu pero' nemmen li ż-żejt għad jitla' f'wiċċ l-ilma.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: J'Alla jitla' u ma jdumx minn Kerċem!", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jaqblilkom ħalli timlew it-toqob kbar li ħallejtu warajkom fl-1996!", "(Għajjat) Jiena nistaqsi lill-Partit Nazzjonalista li tant jemmen li huwa gvern ta' djalogu, x'tip ta' konsultazzjoni u x'tip ta' djalogu għamel mal-poplu biex jara kif se jdaħħal is-sistema tal-VAT.", "Jiena niftakarhom dawk il-ħafna laqgħat li l-Onor.", "Alfred Sant kien jagħmel ma' kulmin kien involut meta kienet ġiet biex tidħol is-CET.", "(Interruzzjonijiet) Għalkemm ma kontx daqshekk midħla tal-kamp politiku pero' kont insegwi dak li kien qed jiġri madwarna.", "Forsi tan-naħa l-oħra jitbissmu imma jiena nemmen li jekk kellna bniedem li kien għal żmienna dan kien Dr. Alfred Sant.", "U jiena naf li fil-fond ta' qalbhom in-nies, almenu dawk li jemmnu fil-verita', jafu li dik kienet l-aħjar rotta għall-pajjiż.", "Jiena mhux se nippretendi li tan-naħa l-oħra jiġu jgħiduli: Iva, hekk hu.", "Għax anke jekk jemmnu hekk f'qalbhom, żgur li m'humiex se jagħmlu stqarrija pubblika f'dan is-sens.", "Illum qegħdin naraw lin-Nazzjonalisti jipprovaw jimxu ma' dik it-triq.", "Qabel qatt ma konna nisimgħu li hemm bżonn li nnaqqsu l-ħela għax inkella se nispiċċaw nieklu lil xulxin.", "Dan id-diskors intom għedtuh.", "(Interruzzjonijiet) Qiegħed ngħid dawn l-affarijiet ħalli n-nies tkun tista' tagħmel il-paraguni u tasal biex tikkonkludi min verament irid il-ġid tan-nazzjon.", "Il-Partit Laburista biddel is-sistema ta' tassazzjoni mill-VAT għas-CET, pero' ara ma taħsbux li fil-liġi tas-CET kien hemm kollox tajjeb.", "Kien fiha żbalji, mela le, imma naħseb l-ikbar għaref fil-ħajja hu dak li jagħraf meta jkun żbalja.", "Imma issa bil- problemi finanzjarji li għandna, pajjiżna ma jiflaħx għal salib ieħor.", "Altru li kienet tkun ħaġa tajba kieku hawnhekk - kif qal il-ħabib tiegħi l- Onor. Michael Bonnici - qgħadna madwar mejda imma l-istorja bdiet ħażin mill-bidu u ma stajniex.", "Jiena nixtieq nitkellem dwar dawk in-nies li l-aktar se jintlaqtu bil- VAT.", "Illum kulħadd huwa konxju xi tfisser il-VAT u jaf li din se toqorsu u se tweġġgħu, għax fl-aħħar mill-aħħar din m'hijiex xi ċejċa imma taxxa bħalma kienet is-CET.", "Żgur li l-anzjani se tolqothom bl-ikrah.", "Kien hawn xi ħadd li qalli biex ma nitkellimx fuq l-anzjani.", "Bilfors li trid titkellem fuqhom għaliex il-VAT se tolqothom u ngħid kif se tolqothom.", "(Interruzzjonijiet) Bit-tariffi li għamiltu fuq id-dawl u l-ilma, taf min laqqatha l-iktar?", "Iż-żgħażagħ li minn ftit ġimgħat 'il hawn tlabtuhom iħallsu Lm70 biex idaħħlu s-servizz.", "Ara aħna, dak is-servizz konna nagħtuh mingħajr ħlas.", "(Interruzzjonijiet) Allura qed tgħid li dak li qegħdin tagħtuhom b'id waħda qegħdin teħduhulhom bl-oħra?", "(Interruzzjonijiet) Mela x'inhu?", "Staqsuhom!", "(Interruzzjonijiet) Prosit, kemm aħna bravi!", "MR SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "No cross debate.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, jien kont nistenna li qabel tgħidli biex nindirizza lis-Sedja, lill-Onor.", "Membru tgħidlu: Ieqaf u ttellfux!", "Wara dawk it-teatrini kollha li għamiltu, jiena kont nippretendi li tnaqqsulhom dawk it-Lm12 u l-kontijiet iġġibuhom lura għal kif kienu fi żmienkom, kif fuq kollox wegħedtuhom.", "Din m'għidthiex jiena jew qalha s- Super 1 television imma qalitha u kkwotatha \"The Times\".", "Jien kont nippretendi li liż-żgħażagħ li jridu jibnu post fejn joqogħdu ma żżidulhomx taxxa ta' Lm70.", "(Interruzzjonijiet) Dik kieku verament kienet tkun kuxjenza soċjali!", "L-anzjani se jbatu minħabba l-VAT għax jiddependu ħafna mis-servizzi.", "Dawn min se jbajjadilhom id-dar?", "Jekk ikollhom il-heater jew il-fridge bil- ħsara, dak li jagħmlilhom it-tiswijiet taħseb li ma jkunx irid jitħallas?", "Kienet tkun kuxjenza soċjali - li tant ġejna mgħajrin aħna li m'għandniex - kieku lil anzjani konna neżentawhom milli jħallsu l-15% fuq is-servizzi.", "Hemmhekk verament kien ikollok gvern b'kuxjenza soċjali!", "(Interruzzjonijiet) Qed nindirizza lilkom għax intom fl-aħħar sentejn pinġejtu lilkom infuskom bħala l-anġli tal-kuxjenza soċjali.", "U issa, minn hemm għal hawn, fi ftit ġimgħat mortu lura mill-wegħdi kollha li għamiltu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate u m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, tant nafu kollox aħna li għalhekk ridna l-ħin kollu possibbli ħalli dawk li qed jisimgħuna jsiru jafu l-affarijiet sew!", "(Interruzzjonijiet) Aħna ġejna mgħajrin li m'għandniex kuzjenza soċjali u jiena ngħid u nibqa' ngħid li aħna għandna biex ngħallmu lill- Partit Nazzjonalista fejn tidħol il-kuxjenza soċjali.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Ejjew nitkellmu fuq iż-żgħażagħ li l-Gvern Laburista fl-imgħoddi tahom il- plots u bnielhom vilel u palazzi.", "Kif se jiġu ntaxxati ż-żgħażagħ?", "Il-VAT se tweġġagħhom ħafna liż-żgħażagħ.", "Faċli tiġi hawn tgħid li m'humiex se jiġu maħqura ż-żgħażagħ u l-anzjani, imma meta dawn jibdew joħorġu il-flus mill-but hemmhekk se jkunu jafu.", "Iż-żgħażagħ se jiġu milquta bil-kbir għaliex iridu jibnu post fejn joqogħdu u jridu jordnaw l-għamara.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidu min igawdi mir-refunds.", "Ir-refunds igawdu minnhom in-negozjanti!", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek min igawdi mir- refunds.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Qed nieħu pjaċir jien li d-diskors qed jiġi interrott b'dan il-mod.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħid fuq in-negozjant.", "In-negozjant ikollu fabbrika jew restaurant u, jekk jagħmel xi spejjeż biex jirranġa d-dar tiegħu, kemm jitfa' l-VAT number fuq l-irċevuta u jieħu r-refund.", "Ġrat ħafna drabi din.", "Din qed ngħidha hawnhekk biex l- affarijiet nagħmluhom sewwa.", "Għaliex meta jagħmel xi ħaġa ż-żgħir jaqlagħha u mbagħad għall-kbir ndawru wiċċna n-naħa l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) U int ma tafx li dawn l-affarijiet isiru!", "Jirranġa d- dar tiegħu u jgħidlu biex jittimbralu l-formola tal-VAT, għax forsi jkun bajjad is-sala jew bajjad l-uffiċċju.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu nieħdu ħsieb.", "Jien sakemm indum hawnhekk f'dan il-parlament għandi l- obbligu li naqbeż għaż-żgħir, għall-batut u għal dawk li għandhom problemi soċjali.", "Għalhekk qiegħed hawnhekk.", "Dawk in-nies ivvotawli lili u lilhom irrid niddefendi jiena.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb, hekk nieħu pjaċir.", "Jien nemmen li l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici huwa wieħed minn dawk li jrid li dawn in-nies jitilgħu tarġa.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-verita' hi li l-VAT tolqot lil kulħadd.", "Issa nitkellem dwar kif il-VAT se taffettwa lill-kunsilli lokali.", "Il- gvern qal li se jżidhom fil-finanzi pero' dak li se jagħtihom se jerġa' jeħodulhom lura.", "Għaliex il-kunsilli lokali jkollhom ħafna xogħol f'servizzi u l-VAT titħallas fuq is-servizzi wkoll.", "Jien nista' nitkellem għaliex għamilt żmien sindku fil-lokal tiegħi, bħalma kien l-Onor.", "Edwin Vassallo, li min jaf kemm-il-darba tkellimna flimkien u għidna dwar it- tajjeb u l-ħażin tal-kunsilli lokali.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont indipendenti bi prinċipji Laburista, bħalma kien hemm nies indipendenti bi prinċipji Nazzjonalisti.", "B'daqshekk!", "Imma l-Partit Laburista llum qiegħed jistudja kif mhux se jħallikom tagħmlu li tridu aktar għax indunajna li aħna konna rġiel u fejn intom kellkom iċ-ċans ridtu tkaxkruhom lill- indipendenti.", "Imma issa se tkun differenti l-istorja.", "(Interruzzjonijiet) Imma ħalli nkompli fejn ħallejt.", "In-negozjant iż-żgħir żgur li se jbati għaliex fejn qabel forsi kien jgħaddi mingħajr accountant, issa minħabba t-taxxa l-ġdida bilfors se jiġi bżonn wieħed.", "Kif toqgħod tgħidlu li jekk jidħol f'dik il-faxxa ma jistax jidħol f'faxxa oħra u se tagħtuh ċans ta' tliet snin u ħafna tejatrini oħra bħal dawn!", "Iva, in-negozjant iż-żgħir se jbati bit-taxxa l-ġdida tal-VAT għax se jkollu bilfors iqabbad accountant u nerġgħu nibdew naraw l- inspectors iduru.", "Mr Speaker, nitkellem ftit fuq it-turiżmu li huwa settur li jekk tistgħu tgħajru lill-Partit Laburista b'kollox, fuq it-turiżmu żgur li ma tistgħux tgħajruh.", "Fit-turiżmu l-Partit Laburista għamel passi kbar għax ħadem bis- sħiħ minkejja t-tfixkil kollu minn kullimkien.", "Issa fuq it-turiżmu żgur li l-VAT se tħalli impatt ħażin.", "(Interruzzjonijiet) Stenna ftit Onor. Gatt ħa ngħidlek dwar it-turiżmu!", "Jekk wieħed ikun irid jirranġa l-bank li kissrulu, dak se jħallas VAT?", "Qed nistaqsik għax forsi żbaljat jien.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għandu r-refund.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Eh, prosit!", "Imma billi għandu r-refund, meta inti tmur tiekol għandu xorta jgħolli l-prezz għax jgħidlek minħabba l-VAT u minħabba ħaġa u minħabba oħra u jkollok tħallas.", "(Applaws) Ħallik milli m'għandux x'jaqsam!", "Dawn huma l-esperjenzi li għaddejna minnhom sentejn ilu.", "Dawn huma l-veritajiet li kull wieħed minna għadda minnhom.", "Dawn huma fatti li jgħidulna n-nies.", "J'Alla kull wieħed minna fuq dawn il- bankijiet ma jkunx 'il bogħod mill-poplu.", "L-unika ħaġa li ddejjaqt biha llum hija li ma stajtx indur qalb il-poplu, kif nagħmel is-soltu.", "Din id-darba l-Partit Nazzjonalista qal li fuq tiġijiet u funerali mhux se tidħol il-VAT.", "Il-Partit Laburista kien għamel kritika qawwija fuq dan u nieħu pjaċir jiena li semgħu minna.", "Meta intom tagħmlu xi ħaġa tajba nkunu ġwejjef jekk ngħidu li qegħdin tagħmlu ħażin, għaliex nerġa' ngħid li aħna qegħdin hawnhekk biex nibdlu l-pajjiż għall-aħjar u mhux biex nifirdu l-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Jien hawnhekk għadni ġdid pero' nittama li nitgħallem mill-iżbalji tiegħi u meta ħames snin oħra nispiċċa, jekk il- poplu ma jerġax itellagħni, inkun nista' ngħid li għallinqas il-ħames snin qdejthom tajjeb, b'kuxjenza tajba.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Attard Montalto li ħareġ b'argument tajjeb dwar il-kwestjoni taż-żejt u naħseb li ta' min jistudjah.", "Il-Partit Laburista fis-sentejn li dam ħadha bis-serjeta' l-kwestjoni taż-żejt għax dak huwa riżors importanti u jekk insibu ż-żejt igawdi l-poplu Malti kollu.", "Mhux il-Laburisti biss jew in-Nazzjonalisti biss imma jgawdi l-poplu kollu.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk aħna nifirħu magħkom jekk insibu ż- żejt u mela nifirħu jekk ma nsibux iż-żejt!", "Jien nidħak meta nisma' dan u ngħid: Imma x'poplu ċivilizzat huwa dan li jċapċap u jifraħ meta xi ħadd joħroġ igħid li għandu konferma li żejt m'hemmx fil-bir ta' Kerċem!", "Dawn x'tejatrini huma!", "Min jaf kemm hemm nies li ma emmnux fil-Partit Laburista wara dik l-istorja li għaddejna minnha imma llum il-ġurnata jemmnu li l- Partit Laburista kien qiegħed jinvesti fis-sod.", "Iva, jekk jinstab iż-żejt - issa instab jew ma nstabx u jekk hux kummerċjabbli jew le għadna ma nafux - dan ikun frott il-ħidma tal-Gvern tal-Labour u l-poplu Malti li qiegħed jismagħna għandu jkun jaf li ż-żejt sabu l-Partit Laburista u n- Nazzjonalisti se jgawdu minn dak li għamel il-Partit Laburista.", "Jgħidu x'jgħidu, il-pedamenti għamilhom il-Partit Laburista u t-tiftix għaż-żejt beda u instab taħt Gvern Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Għidu kemm tridu!", "Hekk kont ngħid, hekk għadni ngħid u hekk se nibqa' ngħid.", "Mr Speaker, bil-VAT żgur li se jbati l-aktar min huwa batut u għalhekk inħoss li għandna niddefendu lil dawn in-nies, għaliex iż-żgħir żgur m'għandux ċans li jkollu negozju.", "Imma ż-żgħir jibqa' żgħir u nittama li kull wieħed minna jaħdem biex dan ma jbatix.", "Meta kontu tgħajru lill- Partit Laburista li m'għandux kuxjenza soċjali ma kontux qed tgħidu l- verita'.", "Il-Gvern Laburista sab sitwazzjoni fil-pajjiż li ma setax jaħrab minnha u ma seta' jagħmel xejn.", "Bħalma kien il-Partit Laburista li għamel il-pensjonijiet, għamel l-isptarijiet b'xejn, għamel l-iskejjel b'xejn minkejja li kulħadd kien kontra tagħna, bin-Nazzjonalisti b'kollox, taħsbu li l-partit tagħna kien se jiddardar li jdaħħal riformi tajbin?", "Ara llum intom tafu li dak li wegħedtu ma tistgħux tagħtuh għax lanqas bsartu li se tkunu fil-gvern intom.", "Kellu jkun wieħed min-naħa tagħna li għenkom biex tkunu fil-gvern, imma kemm huwa aħjar li kieku l-gvern ħadtuh bil-ħila tagħkom milli bil-ħila ta' ħaddieħor.", "Għax jien nemmen ukoll li min jidħak l-aħħar jidħak l-aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li dħakt, imma għax int dħakt qabli!", "Imma aħna kapaċi nidħku warajk issa!", "(Interruzzjonijiet).", "MR SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Parnis ikompli jinstema?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Parnis ikompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra, l- qgħad beda jiżdied minn żmien il-Gvern Nazzjonalista ta' qabel.", "Aħna żgur li ma ħallejniħx jiżdied bir-rata li kien qabad fi żmienkom.", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' ngħidlek li żgur li ma baqax tiela' bir-ritmu kif kien tiela' fi żmienkom.", "(Interruzzjonijiet) U ħallina minnek!", "Faċli taqbad u tfajjar id-diskors hekk!", "Aqbad l-istatistika u tara l-verita'.", "(Interruzzjonijiet) L-għoli tal-ħajja?", "Dik hija l-istorja tagħkom għax meta tqalleb il-kotba ta' l-istorja ta' Malta dejjem issib li l-Partit Laburista ġġieled kontra l-għoli tal-ħajja.", "U tasal elezzjoni oħra - u din nitolbok tirreġistra - u l-issue li se trebbaħ l-elezzjoni lill-Partit Laburista terġa' tkun l-għoli tal-ħajja għax intom tħalluhom jagħmlu li jridu lin-negozjanti.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Għandhom xi jpattu!", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Pajjiżi oħra daħħlu l-VAT wara li daħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Imma aħna prużuntużi ħafna, aħna għandna ħafna bravi fil-pajjiż - inkluż l-Onor.", "Pulliċino, li qed jinterrompini bħalissa - u l-ewwel indaħħlu l-VAT u mbagħad forsi mmorru fejn il-bieb ta' barra, inħabbtu u jiftħulna l-antiporta.", "Għaliex ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea biex l-ewwel jagħtuna huma u mbagħad aħna nagħtuhom?", "Jien qed ngħid dan kollu biex il- poplu jifhem li l-Partit Laburista mhux qed jagħmel ġlieda b'kapriċċ imma għaliex f'qalbu għandu l-interess tal-klassi ż-żgħira.", "Għax tidħku meta ngħid il-klassi ż-żgħira?", "Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, u jkun hemm min ikun hemm fil-gvern, fil-pajjiż tibqa' l-klassi ż-żgħira, il-klassi tal-faqar il- ġdid.", "Dak dejjem se tibqa' magħna.", "Spiċċa l-faqar tat-tallaba, grazzi għall-Partit Laburista, u jinħoloq faqar ġdid.", "Wieħed jistaqsi x'inhuwa l- faqar il-ġdid?", "It-tallaba spiċċaw mit-toroq pero' għandek issibhom jekk tmur tfittixhom - ibqa' żgur li dan il-faqar la ġabu l-Gvern Laburista u lanqas Gvern Nazzjonalista - u għalhekk m'għandniex nivvintaw affarijiet oħra fil-pajjiż li jkomplu jżidu dan il-faqar.", "Darba minnhom kien hawn xi ħadd li beda jidħak meta semmejt il-faqar, ma nafx min kien.", "X'inhuwa l- faqar, Mr Speaker?", "Il-faqar huwa ta' dawk il-persuni b'diżabilita'.", "Il-Gvern Laburista, minkejja t-tgħajjir kollu li m'għandux kuxjenza soċjali, kien qiegħed jaħdem biex parti mill-Isptar St Luke's jadattaha għal persuni b'diżabilita'.", "MR SPEAKER: Onorevoli, se jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inressaq l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn 14 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1999", "Is-Sitt Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għat-Turiżmu", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, f'din il-kwarta li ġejja nixtieq nitkellem dwar każ li għadu jidwi fost il-poplu u dan se ngħidu fid-dawl tal-kumment li għadda l-ministru għall-politika soċjali, meta rrifera għalina bħala ''fliexken vojta''.", "Issa la l-Onor.", "Gonzi għoġbu jgħaddi dik ir-rimarka, nixtieq li l-Prim Ministru - li forsi sieħbu l-ministru għall- politika soċjali jqisu bħala flixkun mimli - ikollu l-kuraġġ u għal dan l- intervent li se nagħmel jirrispondini u ma jkomplix jaħrab aktar mill- mistoqsijiet li ilhom isirulu għal żmien twil.", "Fil-pajjiż bħalissa, Mr Speaker, għaddej dibattitu sħun fuq diversi issues li l-gvern qiegħed jippreżenta b'mod mill-aktar minfuħ.", "Fost dawn insibu bla dubju l-impatt negattiv li mistenni jħalli l-budget li ressaq dan il-gvern, il-mod arroganti u dittatorjali kif tressqet il-liġi tal-VAT, biż-żmien limitat li tawna għad-diskussjoni, kif ukoll il-ftehim farsa li sar ma' l-Ordni ta' San Ġwann dwar Sant'Anġlu.", "Imma minkejja dak kollu li għaddej bħalissa għad hemm każ pendenti, mhux solvut, u dwaru saru diversi domandi li s'issa l-Prim Ministru għadu ma kellux il-kuraġġ li jwieġeb.", "Minkejja li hemm min għandu interess li dan il-każ jintnesa, il-poplu għadu qiegħed jistenna li toħroġ il-verita' u aktar minn hekk li ssir ġustizzja.", "Mr Speaker, qiegħed nirriferi għall-każ ta' l-attentat ta' qtil li sar f'Diċembru ta' l-1994 fuq ħajjet Richard Cachia Caruana, l-assistent personali tal-Prim Ministru.", "F'waħda mis-seduti tal-bidu ta' dan il-parlament - mingħalija kienet it- tielet waħda - waqt il-ħin tal-mistoqsijiet kien qam il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u għamel diversi domandi lill-Prim Ministru dwar dan il-każ, liema domandi fis-sustanza u fil-fatt baqgħu ma ġewx imwieġba.", "Dan huwa każ li l-poplu għadu qed jistenna li toħroġ il-verita' dwaru.", "Il-Prim Ministru dak inhar, għax rani nxengel naqra rasi, b'mod dirett qalli li hu kburi u li għandu biex jiftaħar kif ittratta l-każ ta' l-attentat fuq ħajjet Cachia Caruana.", "Issa, la l-Prim Ministru għandu biex jiftaħar u jħossu kburi u nimmaġina li huwa flixkun mimli - għax aħna fliexken vojta, hux hekk, Onor. Gonzi! - forsi jitħajjar jirrispondini għal dawn id-domandi li se nagħmillu.", "Għandu jkollu l-kuraġġ u d-diċenza fil-konfront tal- pubbliku in ġenerali, li għadu jistaqsi dawn il-mistoqsijiet, li bla tidwir iwieġeb ċar dawn id-domandi.", "Ta' min ifakkar ukoll, biex kulħadd ikun jaf fuqhiex qed nitkellmu, li dwar dan il-każ partikolari l-President ta' Malta, fuq rakkmandazzjoni tal-gvern ta' Fenech Adami, ta maħfra lil Joseph Fenech, magħruf aħjar bħala Żeppi l-Ħafi.", "Ħalli nibdew nagħmlu domandi li wħud minnhom diġa' saru u għadhom ma ġewx imwieġba - uħud minnhom se nagħmilhom jien għall-ewwel darba - u naraw jekk il-Prim Ministru għandux il-kuraġġ iwieġeb issa.", "L-ewwelnett jista' l-Prim Ministru fl-aħħar jgħidilna - u fl-aħħar ta' l- intervent tiegħi ngħid għalfejn qed nindirizza lill-Prim Ministru, ħalli ma jkunx hawn xi ħadd u jistaqsini jien x'naf - kemm verament kienu l- aggressuri ta' Cachia Caruana, jekk hux tnejn jew tlieta?", "It-tieni mistoqsija: F'każ li l-aggressuri kienu tlieta, jista' l-Prim Ministru jgħid min kien jew kienet it-tielet persuna involuta?", "It-tielet mistoqsija: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex u x'inhi r-raġuni li Nicholas Jensen, ħabib ta' Cachia Caruana, iddeċieda li jerġa' jixhed u din id-darba ddeċieda li jixhed fil-magħluq?", "Ir-raba' mistoqsija, dejjem indirizzata lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għal min kien qed jirriferi Carmel Attard, iż-Żambi, meta hekk kif ingħata sentenza ta' 14-il sena ħabs qal: ''Dan tradiment!''?", "Veru jew le nerġa' nistaqsi lill- Prim Ministru, li qabel l-attentat ta' qtil fuq Cachia Caruana, Żeppi l- Ħafi, Carmel Attard iż-Żambi, kif ukoll Ian Farrugia kienu f'karozza waħda li twaqqfet f'roadblock?", "Nerġa' ngħid li qed nindirizza dawn il- mistoqsijiet lill-Prim Ministru u aktar tard ngħid għalfejn qed nindirizzahom lilu.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna min qiegħed jgħid il-verita', bejnu u bejn il-Ħafi, meta l-Onor.", "Fenech Adami jgħid li l-maħfra presidenzjali kkomunikaha hu lil Żeppi l-Ħafi, filwaqt li l-Ħafi jgħid li sema' bil- maħfra presidenzjali minn fuq il-mezzi tax-xandir, b'koinċidenza minn fuq is-Super 1?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min ħallas l-ispejjeż ta' l- assistenza legali li ngħata Charlie Attard iż-Żambi?", "Mr Speaker, tajjeb li l-Prim Ministru ma jkomplix jaħrab dawn id-domandi u fl-aħħar jgħid kemm saru laqgħat ma' Żeppi l-Ħafi, fejn saru, meta saru u wara liema laqgħa minnhom il-Prim Ministru ddeċieda li jagħti l-maħfra presidenzjali lil Żeppi l-Ħafi.", "Hawnhekk jien nistaqsi lill-Prim Ministru jekk hux veru jew le li saru sitt laqgħat.", "(Interruzzjonijiet) Bħalissa l-Onor.", "Gonzi qed jistaqsini across the floor lil min qed nipproteġi, u jien ngħidlu: Inti x'interess għandek li tiddefendi lill-Prim Ministru?", "Lill-Prim Ministru qed nindirizza.", "M'huwiex qiegħed hawnhekk u issa jekk jogħġbu l-Prim Ministru jiġi hawnhekk u jwieġeb.", "Jien mistoqsijiet qiegħed nagħmel.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jekk se tagħtih ċans ta' point of order, nirriżerva d-dritt li ningħata l-ħin li se jeħodli.", "(Interruzzjonijiet) Fadalli ħames minuti biss!", "MR SPEAKER: Jekk jitlobni point of order ma nistax ma nagħtihulux.", "L- Onor. Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kemm niġbed biss l-attenzjoni ta' l- Onor. Membru li nista' nqajjem point of order għaliex il-prattika, konfermata bil-Kostituzzjoni ta' Malta u bl-Erskine May ...", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mhux ġejja xi priedka issa hux, Mr Speaker!", "(Interruzzjonijiet) Dak jispjegahulna l-iSpeaker.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Onor. Cuschieri, stenna ħalli tapprezza s- sitwazzjoni kollha kif inhi!", "F'dan il-parlament teżisti regola li żżomm in konsiderazzjoni li ċerti kawżi li jkunu sub judice, wieħed joqgħod attent ħafna xi jgħid u ma jgħidx dwarhom.", "Infakkar ukoll lill-Onor.", "Membru li saru mistoqsijiet fuq dan il-każ lill-oppożizzjoni li għadhom ma ġewx imwieġba.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Iva, imma issa jiġi l-Prim Ministru u jweġibna.", "Issa jiena dawn il-mistoqsijiet se nagħmilhom bil-miktub, ngħaddihom lill- Prim Ministru u jkollu ċ-ċans iwieġeb.", "Tibżax, Onor. Gonzi, tħabbel moħħok xejn!", "(Interruzzjonijiet) Saru diġa' kif qed tgħid int u ma weġibhomx.", "Inkompli ħalli ma nitilfux ħin.", "Per eżempju, jien nistaqsi lill-Prim Ministru biex jagħti r-raġuni li wasslitu biex jagħti maħfra lil Żeppi l-Ħafi, anke fuq reat ta' serq li sar f'Settembru ta' l-1992 f'Tas-Sliema.", "Nistaqsi lill-Prim Ministru: X'konnessjoni hemm bejn dan ir-reat u l-attentat fuq il-ħajja ta' Richard Cachia Caruana?", "Hemm xi tip ta' konnessjoni?", "Nistaqsi lill-Prim Ministru wkoll: Veru jew le, Sur Prim Ministru, li residenti mill-Imdina kienu nformaw lill-pulizija li erba' snin ilu fl-Imdina, waqt l-attentat, kien hemm persuna oħra maż-Żambi u ma' Ian Farrugia, u li fid-9.30 p.m. saqet karozza b'sewqan eċċessiv u dawn in-nies qatt ma ttellgħu jixhdu?", "Veru jew le li fil-magħluq Nicholas Jensen qal li kien Żeppi l-Ħafi li ta bis- sikkina lil Cachia Caruana?", "Jekk dak li qal Jensen fil-magħluq huwa veru, l-Onor.", "Fenech Adami lil min jemmen, lil Żeppi l-Ħafi jew lil Nicholas Jensen?", "Bħalissa Nicholas Jensen qiegħed jingħata xi forma ta' protezzjoni mill-pulizija u jekk le għaliex?", "Mistoqsija oħra: Il-Gvern Nazzjonalista fuq dan il-każ huwa rikattat minn xi ħadd?", "Il-pulizija veru kienet qed tikkontempla li tuża lil Charlie Muscat il-Pips u lil Alfred Bugeja l- Porporina bħala xhieda f'dan il-każ?", "Veru jew le li hekk kif wasal fuq il- post ta' l-inċident fl-Imdina, il-Prim Ministru implika fil-każ lil xi maġistrat?", "Ta' min isemmi wkoll li l-għada ta' l-inċident maġistrat kien ġie sospiż mill-funzjonijiet tiegħu.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi konnessjoni bejn dak li qal fl-Imdina u din is-sospensjoni?", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li l-Prim Ministru ftaħar kemm huwa kburi kif ittratta dan il-każ u hawnhekk nerġa' nistiednu u nappellalu biex la huwa kburi u għandu biex jiftaħar, għandu jkollu d-diċenza wkoll li jwieġeb dawn id-domandi bla ma jkompli jaħrab minnhom.", "Il-Prim Ministru għandu jgħid dak kollu li jaf, jgħid eżatt x'ġara, x'inhu jiġri fil- preżent, x'inhuwa mistenni u x'impenn għandu għall-futur biex dan il-każ jiġi fi tmiemu bil-verita' kollha magħrufa.", "Il-Prim Ministru jaf aktar minni li l-poplu għadu qiegħed jistenna li l-verita' toħroġ fuq il-każ kollu.", "Jien nassumi li l-Prim Ministru għandu kontribut kbir x'jagħti f'dan is-sens.", "Jekk aħna l-politiċi rridu li l-poplu jkollu fiduċja fil- ġustizzja u f'min qiegħed imexxi dan il-pajjiż, jenħtieġ li dawn id-domandi l-Prim Ministru jweġibhom bla telf ta' żmien.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, f'dawn il-ġranet ta' festi ta' qabel il- Milied nixtieq li niftakru ftit f'dawk in-nies li ma jistgħux jifirħu mal- familji tagħhom għaliex ikollhom jitilqu mid-dar u jħallu kollox warajhom, inkluż f'ċerti każi lil uliedhom, għaliex qegħdin f'infern u ma jifilħux jissaportu aktar.", "Il-problemi fil-familji huma ħafna pero' jiena naħseb li waħda mill-iktar problemi kiefra li jista' jkollha familja hija meta jkun hemm il-vjolenza u naturalment l-aktar li jbatu minn din il-problema huma n- nisa u t-tfal.", "Għalhekk inħoss li jkun tajjeb li naħsbu f'min ma jistax ikun mal-familja tiegħu minħabba din il-problema.", "Xi kultant ikun hemm ommijiet li għal xi perijodu ikollhom jinfirdu minn uliedhom għaliex jirraġunaw li aħjar ikunu mifrudin minn ma' wliedhom milli jħallu lil uliedhom stess jassistu għal xeni ta' vjolenza fuq ommhom.", "Kif inhuma l-affarijiet bħalissa, jgħaddi ħafna żmien qabel ma jitkeċċa mid-dar dak li jkun qed iwettaq il-vjolenza.", "Niltaqa' ma' ħafna każi personalment ukoll fejn il-mara ma tkunx tiflaħ aktar tgħix imwerwra taħt l-istess saqaf mas-sieħeb tagħha.", "Din inġustizzja kbira li jkollha titlaq hija mid-dar minn fuq li tkun hija l-vittma.", "Nitkellmu ħafna fuq id-drittijiet tal- bniedem hawnhekk - sa din il-ġimgħa stess f'dan il-parlament tfakkar il-50 anniversarju mid-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem - pero' l-vjolenza, speċjalment fid-dar, toħnoq it-tgawdija anke ta' l-iċken dritt.", "Ħafna minn dawn in-nisa lanqas biss jazzardaw jiftħu ħalqhom, aħseb u ara kemm se jaħsbu fi drittijiethom.", "Kien għalhekk li l- amministrazzjoni Laburista ħasbet biex issaħħaħ il-liġi ħalli dawn in-nies ikollhom aktar protezzjoni.", "Sur President, kien twaqqaf kumitat fejn qgħadna attenti li fih ikun hemm nies li jafu tassew x'issarraf din il-problema, permezz ta' kuntatti regolari ma' nies li għaddew jew qegħdin jgħaddu minn din l-esperjenza kerha, esperjenza li tneżża' lil kwalunkwe persuna mid-dinjita' tagħha, li toħonqilha l-vuċi u li teħodilha kull traċċa ta' self-esteem.", "Dan il- kumitat kien magħmul minn avukati - fost l-oħrajn, nies bħal Dr Lorraine Schembri Orland, persuna li ħadmet ħafna f'dan il-qasam, kemm permezz tax- xogħol tagħha, għax ikollha klijenti li jgħaddu minn din l-esperjenza, u anke għaliex attendiet għal konferenzi barra minn Malta fuq dan is-suġġett - social workers miċ-ċentru ħidma soċjali u counsellor mill-moviment ta' Kana.", "F'dan il-kumitat kien hemm ukoll persuna li tmexxi post ta' kenn għal dawn in-nisa, jiġifieri tistgħu timmaġinaw l-esperjenza li għandha din il-persuna meta kuljum tilqa' ommijiet u nisa oħra f'darha.", "Fil-kumitat kien hemm ukoll rappreżentant tal-pulizija, u qed nirriferi għal dawk li jiddijljaw ma' dawn in-nisa fil-mument li jmorru biex jirrapportaw l-atti ta' vjolenza li jkunu ġarrbu u naturalment jiggwidawhom u jgħidulhom x'għandhom jagħmlu.", "Mr Speaker, inkludejna lil kulmin imiss ma' dan il-qasam professjonalment u dawn in-nies, lkoll flimkien, bl-esperjenza u bl-expertise kollha tagħhom, ħejjew white paper fejn, apparti mill-esperjenza u n-knowledge li għandhom fis-suġġett, ikkonsultaw liġijiet barranin - qed nirriferi għal leġislazzjoni Taljana, leġislazzjoni Ingliża u leġislazzjoni Irlandiża - u kkonsultaw ukoll id-dokument tal-Ġnus Magħquda \"Framework for Modern Legislation on Domestic Violence\".", "Kellhom konsultazzjonijiet ukoll ma' l- Avukat Ġenerali tar-Repubblika u, bħalma jsir b'kull white paper li toħroġ, issa jmiss li tinfetaħ diskussjoni aktar wiesgħa ħalli min għandu xi suġġerimenti serji jkun jista' jressaqhom.", "Kif nafu, għalkemm il- konsultazzjonijiet kienu wiesgħa u kulmin imiss ma' din il-problema kien mistieden li jgħid tiegħu, inti dejjem jibqagħlek x'tirranġa.", "Għalhekk wara dan ix-xogħol kollu li sar jiena nħoss li jenħtieġ li titqajjem iżjed kuxjenza biex dan ix-xogħol jitkompla minnufih.", "Min qiegħed fil-problema jaf x'jiġifieri għax qiegħed iġarrab.", "Min qiegħed fil-problema jaf kemm hemm bżonn li l-liġi toffri aktar protezzjoni.", "Min qiegħed fil-problema jaf kemm hija nġusta li minnfuq li dik l-omm qed tiġi msawta u mżebilħa, ikollha titlaq hi mid-dar bil-problemi kollha li dan il-pass iġib miegħu, speċjalment meta nqisu jekk dik il-mara tkunx ekonomikament indipendenti, għax naturalment imbagħad il-problemi se jkunu ħafna ikbar.", "Waħda mill-problemi li jiġu ma' dan il-pass li wara ħafna sofferenza l- mara tiddeċiedi li tieħu, hija dik ta' fejn se ddaħħal rasha.", "Mhux billi titlaq mid-dar!", "Trid tara fejn se tmur ukoll u d-djar tal-kenn ħafna drabi jkunu mimlijin u dawn in-nisa jkollhom jiġu rrifjutati.", "Anke hawnhekk ipprovajna ntaffu xi ftit din il-problema billi bdejna norganizzaw post għal dawn in-nisa, naturalment fuq il-parir ta' nies li jaħdmu u jifhmu f'dan il-qasam.", "Tkellimna ma' nies li jafu xi jkollhom bżonn dawn in-nisa li, għalkemm għandhom bżonn l-għajnuna, imma l-iżjed li għandhom bżonn huwa xi ħadd li joffri jdejh, xi ħadd li huwa ppreparat to put his hands up.", "Dawn in-nies mhux hand-outs qegħdin jitolbu imma they cry out for self- esteem.", "Il-post għandu jkun bl-iktar atmosfera familjari possibbli ħalli jkunu jistgħu jagħmlu l-affarijiet tagħhom huma stess u mhux tagħmlilhom kollox bħal meta jkunu f'xi istituzzjoni.", "Allura l-iskop ikun li dan il- post jgħinhom biex jerġgħu jħossuhom li huma persuni validi kif jixraqlu li jħossu kull bniedem.", "Dan il-post kien se joffri kenn għal perijodu qasir, kien emergency shelter, sakemm il-mara tagħmel arranġamenti aħjar ta' housing.", "Pero' kien pass ieħor biex itaffi ftit mill-problema għax nafu li kull sforz jgħodd meta għandna s-sitwazzjoni li għandna.", "Naturalment in-nisa jiġu rriferuti għal dan il-post minn social worker li jkollha l-każ f'idejha u tibqa' ssegwih.", "Jekk dawn in-nisa jkollhom bżonn ta' assistenza professjonali oħra, per eżempju, ta' psikologi, dawn se jiġu rriferuti għand il-persuni professjonali li jistgħu jgħinu lil dawn in-nisa.", "Pero' dawn in-nies professjonali ma jkunux jaħdmu fil-post, ħalli kemm jista' jkun dan il-post jibqa' qisu d-dar u mhux xi clinic.", "Ma ninsewx ukoll imbagħad il-qorti tal-familja li once li tibda topera se tgħin ħafna lin-nies bi problemi familjari.", "F'din il-qorti se jkun hemm strutturi ta' counselling biex nipproduċu dimensjoni aktar umana.", "Ma nistgħux ngħidu biżżejjed fuq l-urġenza li titwaqqaf din il-qorti tal- familja, li fuqha sar ħafna xogħol mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Illum jiena nixtieq nappella lill-gvern sabiex ikompli fuq dan ix-xogħol li semmejt.", "Il-kummenti li qegħdin nisimgħu dan l-aħħar ma tantx huma sbieħ u nixtieq li f'dan il-qasam, fejn għandna din is-sofferenza kollha, ninsew il- piki għax wara kollox aħna għalfejn qegħdin hawnhekk f'dan il-parlament?", "Mhux biex nipprovaw intejbu l-ħajja, speċjalment ta' dawk li qegħdin ibatu l-aktar!", "F'dan l-aġġornament nixtieq niġbed l-attenzjoni fuq tbatija oħra, speċjalment f'dawn il-jiem ta' festi fejn ħafna nies imorru f'ċentri kummerċjali biex flimkien mal-familji tagħhom jixtru rigali u jieħdu pjaċir mal-familji tagħhom.", "Nixtieq infakkar fl-inċident li kien ġara waqt li kien tiela' ċentru kummerċjali fil-Fgura, fejn Paul Bonello kien ħalla ħajtu u Vince Buhagiar għadu jbati l-konsegwenzi.", "Nixtieq niġbed l- attenzjoni hawnhekk li la l-familja tal-mejjet u lanqas Vince Buhagiar, li huwa missier ta' żewġt itfal ta' 10 u 11-il sena, għadhom ma ngħataw kumpens.", "Buhagiar, li ma jistax jaħdem minħabba d-diżabilta' li ġarrab fl- inċident, flimkien mal-mara tiegħu u maż-żewġt uliedu issa ilhom kważi sentejn jgħaddu biss bir-relief u naturalment dawn qegħdin jgħaddu minn ħafna tbatija.", "Jiena minn hawnhekk inħeġġeġ biex dawk li qegħdin f'pożizzjoni li jirrimedjaw din is-sitwazzjoni, speċjalment l-aġenziji ta' l-insurance, jagħmlu xi ħaġa mill-aktar fis.", "Naf li qed ikun hemm diffikultajiet ma' l-insurance f'dan il-każ u naħseb li anke l-owners ta' dak l-istabiliment għandhom jagħmlu pressjoni sabiex il-każ jimxi.", "Huwa ħażin ħafna li minħabba li m'hemmx pressjoni minn barra u għaliex il-vittma u l-familja tal-vittma l-ieħor huma dgħajfin, u anke għax m'hemmx ħafna vittmi, l-affarijiet qegħdin jimxu b'pass ta' nemla u l-familji ta' dawn il- vittmi naturalment qegħdin ibatu l-konsegwenzi.", "Mr Speaker, meta jiġri xi ħaġa fejn ikun hemm ħafna nies li qed ibatu l- konsegwenzi, ġeneralment tqum għagħa kbira fil-pajjiż, kulħadd jibda jikteb fil-gazzetti, kulħadd jibda jitkellem fuq il-mezzi tax-xandir, issir pressjoni u l-affarijiet jiċċaqilqu u ssir xi ħaġa.", "Pero' każi individwali bħal dawn, li qegħdin ibatu fil-kwiet ta' djarhom, li jibqgħu jittamaw, jitkellmu ma' dak u ma' l-ieħor biex jipprovaw jirranġaw xi ħaġa imma ma jsibu lil ħadd min iwassal il-vuċi tagħhom, naħseb li jkun tajjeb li nagħtuhom l-attenzjoni kollha tagħna.", "Nagħmlu tajjeb li f'dawn il-jiem, meta dawn l-istabilimenti li qed nitkellem fuqhom ikunu mimlijin bin-nies, niftakru f'min ħalla ħajtu u f'min ġie diżabilitat ukoll waqt li kien qed jaħdem f'dan l-istabiliment, bil-konsegwenza li llum il-familji tagħhom ma jistgħux jgħixu b'mod xieraq.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ITS - TRAFFIC LIGHTS/STREET PAINTINGS", "2373.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic lights u s- street paintings li saru riċentement ħdejn l-ITS sarux bil-permess meħtieġ tat-Traffic Control Board u b'konsultazzjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Ministeru tat-Turiżmu ħa l- inizjattiva biex jagħmel diversi xogħolijiet biex isebbaħ il-lokal fejn jinstab l-Ex Martin Luther King College.", "Fost dawn ix-xogħolijiet saru xi sinjali tat-Traffiku u road markings għas-sigurta ta` l-istudenti u biex tinżamm ċertu ordni madwar l-iskola, iżda ma saru ebda Traffic Lights fl- inħawi.", "Dawn is-sinjali ma jaffetwaw bl-ebda mod l-aċċess u l-moviment tat- traffiku għan-nies tal-lokalita.", "TA' ĠIORNI - PLAYING FIELD", "2381.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1305, jaf il-Ministru li meta fl-1993, is-sena tat-twaqqif tal-kunsilli lokali, il-Gvern għadda l- playing field ta' Ta' Ġiorni lil Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, l-imsemmija playing field kienet diġa' tinsab fi stat diżastrus u dan wara sitt snin sħaħ ta' Gvern Nazzjonalista?", "Jaf il-Ministru li biex din il-playing field tiġi refurbished jenħtieġ somma konsiderevoli ta' flus, liema somma l- kunsill mhux faċli li jonfoq?", "Jista' l-Ministru, li kif għoġbu meta kien Ministru ta' gvern preċedenti Nazzjonalista, iwettaq diversi proġetti kapitali f'postijiet li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali bħal per eżempju l- Pjazza tal-Balluta, jikkonsidra bis-serjeta' u bl-aktar responsabbilta' li jwettaq immedjatament xogħol simili biex jitneħħa kull periklu u tingħata sura lil din il-playing field u dan għal ġid tal-komunita' ta' Ta' Ġiorni, speċjalment iż-żgħażagħ u t-tfal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qed ikun ikkunsidrat.", "WSC - SELF", "2426.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm isselfet fondi l- WSC, minn liema sorsi u b'liema rata ta' interess?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POWER STATION - DELIMARA", "2427.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' fuel qed jintuża fil-Power Station ta' Delimara?", "Kemm hu l-kontenut ta' kubrit ta' dan il-fuel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "POWER STATIONS - MARSA/DELIMARA", "2428.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm turbini b'kollox fil-power station tal-Marsa u ta' Delimara?", "Kemm hi l-kapaċita' ta' ġenerazzjoni elettrika minn kull turbina?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POWER STATIONS - ENERĠIJA", "2429.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm enerġija ġiet ġenerata mill- power stations mill-1998 sa llum, sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FURJANA - DAR TA' L-ANZJANI", "2430.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jalloġjaw l- anzjani li kienu fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana?", "Kemm qed iħallas il- Gvern għal kull wieħed kuljum?", "Saret xi call for tenders għal dan is- servizz?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li diġa' ngħatat fuq l-istess suġġett - PQ.", "Nru. 2020.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "2431.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender saret din is-sena dwar xogħol fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?", "Kemm kien il-valur antiċipat f'dawn it- tenders?", "Kemm u liema minnhom ġew deċiżi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2431 it- Tweġiba qiegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.", "PULIZIJA - PROTEZZJONI MILL-PULIZIJA", "2448.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li huma xiehda f'xi kawża quddiem il-qorti li qed jingħataw protezzjoni mill-pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-persuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent hawn tlett persuni li huma xhieda f'xi kawża quddiem il-Qorti li qed jingħataw protezzjoni mill- Pulizija.", "Minħabba raġunijiet ta' sigurta' kemm għal dawn il-persuni, kif ukoll għal xi xhieda oħra, ma nħossx li din l-informazzjoni għandha tkun magħmula pubblika.", "SANTA LUCIA - WIED TA' GARNAW", "2460.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf u jissewwa l-ġibjun li jinsab fil-Wied ta' Garnaw f'Santa Luċia, li bħalissa jinstab fi stat ta' abbandun għad- detriment tal-bdiewa tal-madwar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "NGO - FOND KONSOLIDAT", "2461.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jelenka kif se jitqassam il-fond ta' Lm400,000 li se jitqassam mill-Fond Konsolidat lil bosta NGOs?", "Liema NGOs se jibbenefikaw?", "Għal- liema programm speċifiku?", "Kemm se jingħataw flus?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk minn din is-somma hux se jibbenefikaw għaqdiet Għawdxin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif spjegajt fir-risposta għall-Mistoqsija Numru 2055, Lm400,000 allokati taħt il-Vot Rikurrenti tal-Ministeru tal-Politika Soċjali għas-sena d-dieħla, jitqassmu lil diversi N.G.O.`s skond programmi speċifiċili huma jitwettqu matul is-sena.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - NURSING OFFICERS/ACTING NURSING OFFICERS", "2462.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Nursing Officers u Acting Nursing Officers jaħdmu bħalissa fl-Isptar San Vinċenz de Paule?", "Jista' l-Ministru jispeċifika b'liema shift suppost jaħdmu dawn l- impjegati, u jekk hemm xi varjazzjonijiet partikolari x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' Nursing Officers li bħalissa qed jaħdmu ġo San Vinċenz de Paule huwa 34.", "Ir-Roster tan-Nursing Officers hija:", "DDODO għal dawk li jaħdmu 46 2/3 siegħa fil-ġimgħa; DCODO għal dawk li jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa: Legend: D: 7a.m. - 7p.m.", "C: 7a.m. - 1.45p.m.", "O: Off", "Varjazzjonijiet hemm: għal dawk li jaħdmu bil-lejl biss u tnejn minħabba raġunijiet umanitarji/saħħa fiżika/mentali.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - NURSING AIDES", "2463.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nursing aides jaħdmu fl-Isptar San Vinċenz de Paule?", "Jista' l-Ministru jispeċifika b'liema shift suppost jaħdmu dawn l-impjegati, u jekk hemm xi varjazzjonijiet partikolari, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Numru ta' (Casual) Nursing Aides li qed jaħdmu ġo San Vinċenz de Paule huwa 45.", "Ir-Roster li suppost jaħdmu (Casual) Nursing Aides hija:", "ABNRO għal ġimgħa xogħol ta' 40 siegħa.", "Legend: A: 7a.m. - 7p.m.", "B: 7a.m. - 6p.m.", "N: 7p.m. - 7a.m.", "O: Off", "Ma hemm ħadd minn dawn il-(Casual) Nursing Aides li qiegħed fuq roster barra dik tal-ABNRO.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - UFFIĊJALI", "2464.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qed jiżvolġu xogħol ta' natura amministrattiva bħalissa fl-Isptar San Vinċenz de Paule u jekk hemm aktar minn persuna waħda, x'inhuma r- responsabilitajiet rispettivi tagħhom?", "Xi kwalifiki għandhom dawn l- individwi, ċioe' għandhomx kwalifiki mediċi/paramediċi biss, u/jew kwalifiki li jirrigwardjaw il-management?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fir-Residenza ta' San Vinċenz hemm erba' uffiċjali li qed jiżvolġu xogħol ta' natura amministrattiva:", "Dawn huma:", "1.", "Is-Supretendent Mediku li hija responsabbli għar-residenza kollha.", "Din għandha l-'Masters' fil-Public Health Medicine li jinkludi il-Health Services Management kif ukoll diversi boroż ta' studju kemm lokalment kif ukoll barra, fuq Health Services Management.", "2.", "Lay Administrator li taħtu jaqgħu l-impjegati kollha minbarra t-tobba u n-nursing staff.", "Barra milli għandu snin twal ta' esperjenza fit-tmexxija ta' din ir- residenza għandu ċertifikat ta' Senior Hospital Management minn Birmingham University u kors ta' erba' ġimgħat ta' Hospital Management f'Kingston and Esher Hospital f' Londra.", "3.", "Senior Principal Officer li kien ġie trasferit f'din ir-Residenza xi sentejn ilu qed jgħin lill-Lay Administrator.", "4.", "Manager Nursing Services li għandu l-kwalifiki kollha neċessarji għal dan il-post.", "Huwa għandu l-BSc Nursing u ċertifikat ta' Senior Hospital Management minn Birmingham University.", "KUMPANNIJI LI JIEĦDU KUNTRATTI MILL-GVERN", "2465.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri lest li jieħu l-gvern biex jikkontrolla kumpanniji li jieħdu kuntratti mill-gvern imbagħad jisfruttaw il-ħaddiema tagħhom billi jċaħħduhom mid-drittijiet li jgawdu ħaddiema oħra fuq il-post tax-xogħol?", "Ma jaqbilx il-Ministru li l- Gvern, u b'mod partikolari l-Ministru għall-Politika Soċjali, għandu jaċċerta ruħu li dinjita' tal-ħaddiem tkun rispettata f'kull ħin?", "Il-Gvern lest li jwaqqaf il-kuntratti ma' ditti (per eżempju d-ditta li tieħu ħsieb it-tindif fl-isptar) jekk jirriżulta li dawn id-ditti ma jipprovdux livell minimu ta' ħlas għall-ħaddiema tagħhom u drittijiet u benefiċċji oħra bħal sick leave, overtime pay, id-dritt li jissieħbu ma' trade union u drittijiet oħrajn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-Tweġiba li diġa' tajt għal Mistoqsija Nru. 2010."]} {"filename": "19991108_175d_par.doc", "date": "1999-11-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 175 It-Tnejn, 8 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 175", "It-Tnejn, 8 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "175", "It-Tnejn, 8 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 652", "KUNSENS GĦAL ATTI 652", "PETIZZJONI 652", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 653", "TQEGĦID TA' KARTI 658", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-ARBITRAĠĠ (IT-TIENI QARI)", "ARBITRATION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 659", "AĠĠORNAMENT 680", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 685", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 174 li saret fl-4 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. XV ta' l-1999 – Att ta' l-1999 dwar il-Protezzjoni Ċivili.", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, qed nippreżentalek petizzjoni ffirmata minn ġenituri ta' studenti li jattendu skejjel privati.", "Bażikament, permezz ta' din il-petizzjoni, dawn il-ġenituri talbuni biex inressaq it-talba tagħhom quddiem din il-Kamra sabiex il-gvern Nazzjonalista jżomm il-wegħda li kien għamel fil-programm elettorali tiegħu billi jagħti sussidju f'forma ta' tax rebate lil dawk il-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati.", "Dawn il-ġenituri talbuni biex inġib a konjizzjoni ta' l-awtoritajiet li l-miżati huma għoljin ħafna meta l-qligħ tal-maġġoranza ta' dawn il-familji huwa tant medju li ħafna minnhom m'humiex qed jaffordjaw jibagħtu lit-tfal tagħhom f'dawn l- iskejjel.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QRATI - PROĊESSI MITLUFA", "5669.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika u jagħti tagħrif dettaljat ta' kemm- il proċess intilef quddiem l-Imħallef Noel Arrigo minn mindu beda jassumi l- kawżi bħala master?", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa sabiex dawn jiġu rintraċċjati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Statistika ta' proċessi mitlufa ma tinżammx billi r-reġistratur isir jaf bihom mill- komuniki li jintbagħtu mill-imħallfin.", "Naturalment il-problema m'hijiex limitata biss għall-imsemmi imħallef.", "Kull meta r-registratur jiġi mgħarraf dwar nuqqas ta` xi proċess, dejjem ittieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn jinstabu, u fil-fatt ġieli nstabu.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "5672.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem l- imħallef/imħallfin master?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-kawżi ġew assenjati lill-periti legali jew assistenti ġudizzjarji?", "Jista' jgħid kemm inqatgħu kawżi minn din il-qorti fl-1995, 1996, 1997 u 1998?", "Kemm minn dawk maqtugħa kienu assenjati lill-perit, kontumaċi u deżerti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li sa Marzu 1999 kien hemm 1,529 kawża pendenti quddiem il-master.", "Billi t-tqassim ta' dawn il-kawżi lill-periti legali jew lill-assistenti ġudizzjarji hija prerogattiva ta' l-imħallef u ma tingħata l-ebda informazzjoni lir-registratur dwar tali assenjazzjoni, ma tistax tingħata risposta għat-tieni parti tad-domanda.", "Fl-1995 inqatgħu 1,196 kawza mill-Prim'Awla tal-Qorti Civili.", "Ma jistax jingħad li dawn inqatgħu mill-master billi s-sistema tal-master bdiet titħaddem minn Jannar 1996.", "Matul l-1995 kien hemm 202 kawza deżerta.", "Fl-1996 ġew deċiżi 273 kawzi mill-Imħallef Dr Noel Arrigo, li kien il- master.", "Matul dik is-sena ma jirriżultax li kien hemm kawza deżerta minn din il-qorti.", "Fl-1997 ġew deċiżi 253 kawzi mill-Onor.", "Imħallef Dr Noel Arrigo, li kien il-master.", "Jirriżulta li matul dik is-sena kien hemm 38 kawża deżerta.", "Fl-1998 ġew deċiżi 160 kawża mill-Onor.", "Imħallef Dr Ray Pace, li minn Frar 1998 ħa l-kawzi tal-master minflok l-Onor.", "Imħallef Dr Noel Arrigo.", "Matul dik is-sena ma jirriżultax li kien hemm kawżi deżerti minn din il- qorti.", "Ma tinżammx statistika dwar kawżi deċiżi mill-master li jkunu assenjati lill-periti jew li ġew deċizi fil-kontumaċja.", "IPSE - ĦADDIEMA ĠODDA", "9471.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- IPSE mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu) (f'isem il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li matul il-perijodu msemmi ġie impjegat ħaddiem wieħed ġdid ma' l-IPSE.", "Din il-persuna ġiet impjegata fil-kariga ta' service manager (finanzi) wara numru ta' avviżi li dehru fil-ġurnali.", "IPSE - TRASFERIMENTI", "9472.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 ħaddiema tal-IPSE?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li matul il-perijodu msemmi l-ebda ħaddiem ta' l-IPSE ma ġie ttrasferit.", "L-uniċi trasferimenti li saru matul dak il-perijodu kienu ta' erba' ħaddiema li rritornaw lura mal-korporazzjoni għall-iżvilupp ta' Malta wara li għalqilhom il-kuntratt ma' l-IPSE.", "Jekk fil-futur ikun hemm ħtieġa ta' trasferimenti, dawn isiru skond il-ħteġijiet ta' l-azjenda.", "PORT ĦIELES - ĦADDIEMA ĠODDA", "9473.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- freeport mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li matul il-perijodu msemmi ġew impjegati 18-il ħaddiem ġdid mal-freeport.", "Dawn l-impjiegi saru skond il-proċeduri stabiliti mill- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ u wara diversi talbiet lil din il- korporazzjoni u anke permezz ta' avviż fil-ġurnali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jekk il-Ministru għandu l-informazzjoni fil-file jista' jgħid xi impjieg ingħataw dawn il-ħaddiema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, fil-file ma jirriżultax il-kategorija ta' l-impjieg li ngħataw dawn il-ħaddiema.", "PORT ĦIELES - TRASFERIMENTI", "9474.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 ħaddiema tal-freeport?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li fl-azjenda msemmija ma sarux trasferimenti ta' ħaddiema bejn is- 27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999.", "Trasferimenti fil-futur, jekk u meta jsiru, ikunu skond il-ħtieġa ta' l- azjenda.", "LIĊENZJI - ĦADDIEMA ĠODDA", "9475.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartiment tal-liċenzji mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartiment tal-liċenzji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk ix- xogħol ta' tarmac fit-Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar huwiex komplut?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta supplimentari oħra li tajtu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li x-xogħol ilu ż-żmien li nbeda f'din it- triq, jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jitkompla?", "MR SPEAKER: Ma nitbegħdux mid-domanda oriġinali.", "Naturalment sta għall- Ministru jekk jirrispondix jew le.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li s-Sinjorija Tiegħek trid tirregola l- affarijiet għaliex inkella niġu fil-pożizzjoni li jekk ma nweġibx, minn hawn u ftit tal-ħin ieħor jibdew jgħajruni li ma weġibtx (Interruzzjonijiet).", "Attwalment ħarġu t-tenders fuq din it-triq partikolari u x-xogħol li fadal naturalment isir meta jiġu allokati t- tenders meħtieġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, l-ewwelnett m'għandi l-ebda ħsieb li noqgħod ngħajjar lil ħadd, imma nassumi li la x-xogħol inbeda t- tender ħarġet u għalhekk nixtieq inkun naf meta se jitkompla.", "Issa jekk ix-xogħol ta' tarmac inqasam f'diversi tenders, il-Ministru forsi jista' jinformana .....", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, din id-domanda diġa' saret u l-Ministru wieġeb għaliha.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-pożizzjoni hi li aktar 'il quddiem ix- xogħol se jitkompla skond it-tender li hemm bħalissa għand id-dipartiment tal-kuntratti.", "LIĊENZJI - TRASFERIMENTI", "9476.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis- 27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 l-ħaddiema tad-dipartiment tal-liċenzji?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 erba' impjegati fid-dipartiment tal-liċenzji u testijiet ġew trasferiti għal dipartimenti oħra fuq talba tagħhom stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid xi tfisser \"fuq talba tagħhom stess\" u fejn ġew trasferiti dawn in-nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma naħsibx li huwa f'loku li noqgħod ngħid x'kienu t-talbiet ta' dawn l-individwi hawnhekk.", "Barra minn hekk, m'għandix informazzjoni f'liema dipartiment intbagħtu.", "GĦAMMIERI - ĦADDIEMA", "9754.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema uffiċjali, eċċ., fil-farm ta' l-Għammieri fil-preżent?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT(Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Fil-preżent id- dipartiment ta' l-agrikoltura għandu 213 ħaddiem/uffiċjal fl-Għammieri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru qal in-numru globali tal- ħaddiema, jista' jgħid kemm huma n-numru ta' uffiċjali, preferibbilment anke dawk l-uffiċjali tekniċi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' ngħid li r-risposta li għandi hija li fil-preżent id-dipartiment ta' l-agrikoltura għandu 213 ħaddiem/uffiċjal fl-Għammieri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, mingħajr ma noqgħod nidħol fil-parametri \"intelliġenti\" li għandu l-Ministru ta' l-Agrikoltura, nixtieq inkun naf jekk huwiex possibbli li jgħidli kemm huma n-numru ta' uffiċjali f'dan id- dipartiment.", "(Interruzzjonijiet) Xtaqt lill-Ministru jinformani jekk għandux l-informazzjoni fil-file dwar in-numru ta' uffiċjali, u preferibbilment anke n-numru ta' uffiċjali tekniċi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-semmiegħa fuq ir-radju għandhom ikunu jafu li mill- ewwel 'l hawn inxtegħel iżjed dawl hawn ġew u għalhekk nista' ninforma lill- Onor. Interpellant li fil-file m'għandix l-informazzjoni li qed jitlob hu, peress li l-istess Onor. Interpellant fil-mistoqsija oriġinali ma talabx dawn id-dettalji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jinformana kemm minn dawn l- impjegati u uffiċjali ġew impjegati matul din l-aħħar sena u kemm minnhom ġew trasferiti minn dipartimenti u ministeri oħra għad-dipartiment ta' l- agrikoltura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiddispjaċini ngħid illi m'għandix l- informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant u għaldaqstant nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub, ħalli nkun nista' nagħtih l-informazzjoni kollha fid-dettall.", "ETC - REĠISTRAZZJONI", "9755.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb/jaġġorna l- mistoqsija parlamentari numru 7020?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Bi tkomplija mar-risposta mogħtija fl-24 ta' Mejju, 1999 għall- mistoqsija parlamentari numru 7020, ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi mill-1 ta' Mejju, 1999 sat-30 ta' Settembru ta' l-istess sena il- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ sabet impjieg lil 37 persuna, li l-eta' tagħhom hija minn 48 sena 'l fuq .", "Il-korporazzjoni hi mpenjata biex tkompli tipprovdi s-servizz indirizzat lil dawk li għandhom 'l fuq minn 40 sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bil-permess tal-Ministru, nixtieq nagħmel mistoqsija dwar il-housing, li jaqa' wkoll taħt id-dikasteru tiegħu.", "Il-Ministru jaf li fil-flats tal-Kalkara hemm problema akuta ta' drenaġġ li ilu xhur twal ħiereġ u qed jiskula għal ġot-triq prinċipali.", "Jista' l-Ministru jieħu passi mad-dipartimenti konċernati biex din il-ħsara li qed tkun ukoll ta' detriment għas-saħħa tissewwa darba għal dejjem?", "Illum smajt b'każ ta' xi ħadd li ħa xi infezzjoni minn dan il-ħmieġ.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħadt nota ta' dak li qal l-Onor.", "Mizzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt nagħmel domanda supplimentari lill-Viċi Prim Ministru rigward persuni ta' 'l fuq minn 40 sena li qed jirreġistraw.", "Peress li l-Viċi Prim Ministru għadu kemm qal li l-ETC tipprovdi dawn is- servizzi, jista' jinformana jekk hemmx xi target date dwar xi opportunitajiet ta' impjiegi ġodda għal dawn il-persuni fit-tliet xhur jew fl-erba' xhur li ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ma jeżistux target dates, fis-sens illi lill-individwi tgħidilhom li fi żmien tliet xhur jew inqas se jingħataw impjieg.", "Mhemmx dubju iżda li din il-kategorija ta' nies illi qegħdin jirreġistraw għax-xogħol huma prijorita' u allura l-ETC tfassal l- istrateġija tagħha b'mod illi malli tidentifika post tax-xogħol li jkun adattat għal xi ħadd li għandu 'l fuq minn 40 sena, tagħmel ħilitha biex tipprova tressqu kemm jista' jkun.", "Nista' ngħid li t-target date hija flessibbli l-ħin kollu, fis-sens li l-ETC tagħmel kull sforz biex dawk li jkunu ilhom jirreġistraw għal perijodu twil ta' żmien li jaqbeż l-40 jew il- 50 ġimgħa, jingħataw prijorita' biex kemm jista' jkun malajr jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.", "Naturalment it-target ta' l-ETC huwa wkoll li tipprovdi opportunitajiet ta' xogħol lil min ikun qed jirreġistra għall-ewwel darba, għaliex l- esperjenza wrietna li aktar kemm dak li jkun idum jirreġistra aktar isibha diffiċli biex jadatta ruħu għall-esperjenza tax-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhuma s-servizzi li qed toffri l-ETC għal dawk il-persuni li qed jirreġistraw u li għandhom 'il fuq minn 40 sena?", "Nixtieq inkun naf ukoll x'miżuri beħsiebu jieħu l- gvern biex jinstabu opportunitajiet ta' xogħol għal dawn il-persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena u li qed isibuha diffiċli biex isibu impjieg?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, matul is-snin l-ETC ħadet l- inizjattiva biex lil din il-kategorija ta' ħaddiema li qed jirreġistraw u li għandhom 'il fuq minn 40 sena tgħinhom jifformulaw l-applikazzjonijiet tagħhom u tgħinhom jersqu viċin opportunitajiet ta xogħol adatti għalihom.", "F'ċerti każi saħansitra tinkoraġġihom biex jiġu mħarrġa f'ċerti xogħlijiet li forsi jkunu ftit differenti minn dawk illi kienu mdorrijin jagħmlu.", "Barra minn hekk, matul dawn l-aħħar xhur l-ETC fehmet iżjed illi fil- qasam kollu li għandu x'jaqsam ma' aġenzija illi tipprovdi dan is-servizz għal min qed jirreġistra għax-xogħol, hemm aspett li huwa importanti ħafna, u ċioe' illi għalkemm trid tirrispetta l-liberta' ta' l-għażla u l- preferenza ta' min ikun qiegħed jirreġistra għax-xogħol fl-indikazzjoni tal- preferenzi tiegħu, pero' bla dubju ta' xejn għandha d-dmir illi toffri servizz speċjalizzat illi jagħmel assessment professjonali ta' l- abilitajiet, il-kapaċitajiet u l-potenzjal ta' l-individwu ħalli jekk ikun hemm għażliet aħjar għall-individwu tgħinu jieħu dawk l-għażliet aħjar.", "Pero' f'ħafna każi qed jiġri li min ikun qed jirreġistra għax-xogħol, mingħajr ma jkun ħa l-pariri neċessarji, jgħidlek li jrid jirreġistra, per eżempju, għal crane operator, u jista' jkun li jiddeċiedi li jirreġistra għal dan it-tip ta' xogħol għaliex ikun hemm xi xniegħa li x'imkien se jiġu mpjegati l-crane operators u allura jindika dik il-kategorija bħala l- preferenza tiegħu.", "Mentri l-ETC temmen illi għandha tipprovdi servizz ħafna iżjed speċjalizzat u professjonali ħalli lil dak li jkun tkun tista' tagħmillu assessment kif jixraq u tgħinu jagħmel l-għażla illi tkun adatta għalih u fl-istess ħin tressqu lejn l-opportunitajiet li qegħdin jinħolqu fid-dinja tax-xogħol f'pajjiżna.", "Għal dan il-għan hemm il-ħsieb - u fuq dan nistgħu nitkellmu iżjed fid-dettall fid-dibattitu ta' nhar l-Erbgħa - illi l-ETC timpjega għall-ewwel darba magħha occupational psychologists illi xogħolhom ikun proprju li jagħmlu dan l-eżerċizzju ta' assessment.", "Idealment jien tal-parir li dan is-servizz jiġi offrut lil kulmin ikun qed jirreġistra għax-xogħol, indipendentement mill-eta', pero' żgur li l- ewwel prijorita' se tingħata lil din il-kategorija ta' nies illi għandhom 'il fuq minn 40 sena, ħalli l-ewwelnett jiftħulhom għajnejhom u jagħtuhom il-pariri xierqa għal dak li għandu x'jaqsam mal-potenzjal u l-abilitajiet tagħhom u mbagħad iressquhom lejn l-opportunitajiet illi jkunu qegħdin jinħolqu fl-ekonomija Maltija li jkunu adattati għalihom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 186 ta' l-1999 – regolamenti ta' l-1999 tal- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku (proċedura ta' dixxiplina)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi mil-liema swali u/jew istituzzjonijiet intbagħtu l- anzjani li daħlu fl-Isptar Zammit Clapp, bejn l-1 ta' Frar u l-31 ta' Awissu 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11044;", "Tabella li turi mil-liema lokalitajiet oriġinaw l-anzjani li daħlu fl- Isptar Zammit Clapp mill-komunita', bejn l-1 ta' Frar u l-31 ta' Awissu 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11045;", "Linji ta' gwida li tuża d-diviżjoni tas-saħħa sabiex tagħti pariri dwar ħruġ ta' liċenzji għal djar ta' l-anzjani, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11060; u", "Lista ta' areas fl-isptar il-ġdid, Tal-Qroqq, li se jkunu mingħajr arja kondizzjonata, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11091.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 187 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-1996 għall-kors għall-grad ta' B.Sc.", "(Hons); u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' ittra datata 28 ta' Mejju 1999 mibgħuta mill-awtorita' ta' l- ippjanar lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar l-iskola sekondarja taż- Żurrieq, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10868, mogħtija f'seduta numru 174 ta' l-4 ta' Novembru 1999; u", "Lista ta' applikazzjonijiet quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar għal żvilupp ta' golf courses, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10976, mogħtija f'seduta numru 174 ta' l-4 ta' Novembru 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-ARBITRAĠĠ", "ARBITRATION (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President tar-Repubblika.", "GUIDO de MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att ta' l-1996 dwar l-Arbitraġġ\", jirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "1 ta' Novembru 1999", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, irrid nibda dan id-diskors tiegħi billi ngħid li dan huwa abbozz ta' liġi li jsib il-consensus taż-żewġ naħat tal- Kamra għar-raġuni li mill-1996 'l hawn, cioe' minn meta tressaq l-Att oriġinali, iż-żewġ naħat tal-Kamra ħadmu biex pajjiżna jkollu tribunal ta' arbitraġġ effettiv, effikaċi, ta' suċċess u li jista' jikkontribwixxi għall- iżvilupp ta' pajjiżna.", "Fil-fatt fl-1996 din il-Kamra approvat l-Att sostantiv dwar l-arbitraġġ, li permezz tiegħu konna rregolajna l-metodu ta' kif għandhom isiru l- arbitraġġi.", "Dan l-Att kien jikkonsisti f'erba' partijiet, li tlieta minnhom kienu daħlu in vigore, pero' r-raba' parti, li kienet il-parti operattiva, li permezz tagħha ried jibda jaħdem it-tribunal ta' l-arbitraġġ s'issa għadha ma daħlitx in vigore.", "Huwa l-ħsieb tal-gvern li, wara li dan l-abbozz jiġi approvat minn dan il-parlament, din il-parti tidħol in vigore immedjatament, bil-għan li nkunu nistgħu nibdew inħaddmu tribunal jew tribunali ta' l-arbitraġġ kemm għal disputes lokali u kif ukoll għal disputes internazzjonali.", "Kif diġa' għedt, iż-żewġ naħat tal-Kamra ħadmu fuq il-pjan li Malta jkollha Arbitration Act li jiffunzjona u arbitration tribunal governat minn bord ta' arbitraġġ li jkun effettiv.", "Fil-fatt matul is-sena u għaxar xhur li n-naħa l-oħra għamlet fil-gvern, iż-żewġ ministri tal-ġustizzja tal-gvern Laburista mpenjaw ruħhom sabiex il-preparamenti neċessarji biex dan ikun possibbli jibdew iseħħu.", "Fl-opinjoni tiegħi, l- iktar pass importanti ttieħed dakinhar kien it-twaqqif tal-board of governors, li sar fi Frar ta' l-1998, u li għandu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu t-tħaddim ta' dan l-Att.", "Dan il-board of governors huwa indipendenti mill-gvern, jiġi appuntat mill-President tar-Repubblika, u huwa one step removed mill-amministrazzjoni tal-gvern proprju biex ikun hemm il-garanzija ta' indipendenza, xi ħaġa tant neċessarja biex dan l-Att ikun serju u rikonoxxut fis-sistema ta' arbitraġġi internazzjonali.", "Naturalment f'dan l-istadju rrid infaħħar il-ħidma li saret mill-board of governors matul is-sena u nofs mit-twaqqif tiegħu, u rrid infaħħar b'mod partikolari liċ-chairman tal-board of governors, il-Prof.", "David Attard.", "Naħseb li l-predeċessuri tiegħi, l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Gavin Gulia jaqblu miegħi li mingħajr il-ħidma, l-istinkar, l-ippjanar u l- perseveranza tal-Prof.", "Attard kieku llum jien m'iniex qiegħed hawn biex nippreżenta dawn l-emendi.", "Il-Prof.", "Attard, flimkien mal-bord, iddedika ħafna ħin biex ilaħħam u jġib 'il quddiem il-policy taż-żewġ gvernijiet, u llum qegħdin f'pożizzjoni li nistgħu ngħidu li minn hawn u ftit xhur oħra nistgħu naraw it-twelid ta' dawn it-tribunali ta' l-arbitraġġi.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Prof.", "Attard u lill-bord kollu tal- ħafna kuntatti li għamel, kemm ma' istituzzjonijiet barranin ta' arbitraġġ u kif ukoll ma' bodies internazzjonali li jirregolaw l-arbitraġġi, għaliex dawn huma konnessjonijiet importanti u kruċjali ħafna jekk irridu li l- arbitraġġ Malti jaqbad internazzjonalment, kif ilkoll nawguraw għar- raġunijiet li nispjega iktar 'il quddiem.", "Pass ieħor importanti li kien seħħ fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra kien is-sejba ta' l-uffiċċji, kemm għall-amministrazzjoni tat-tribunal innifsu u kif ukoll fejn jistgħu jsiru l-laqgħat ta' arbitraġġ.", "Dan il- post huwa fejn kien hemm l-uffiċċju tan-nutar tal-gvern, fit-Triq Nofsinhar il-Belt, u dak iż-żmien inbeda r-restawr tal-lokal, liema restawr tkompla taħt din l-amministrazzjoni.", "Illum nista' nħabbar li huwa kompletament lest u jonqos biss xi għamara biex inkunu nistgħu nibdew noperaw minn dan is-sit.", "Fil-fatt din l-amministrazzjoni sabet ħafna mix- xogħol preparat u prattikament kien jonqos li nifformolaw l-emendi li kienu neċessarji biex nimxu 'l quddiem u ndaħħlu fis-seħħ ir-raba' parti ta' l- Att dwar l-Arbitraġġ.", "Dan kien possibbli minħabba x-xogħol li sar qabel u għalhekk nieħu pjaċir li llum qed inressaq liġi li ssib il-consensus taż- żewġ naħat tal-Kamra, għaliex iż-żewġ naħat nagħrfu l-importanza li f'pajjiżna l-arbitraġġ irid jidħol b'mod serju u qawwi.", "Mr Speaker, l-arbitraġġ għandu aspetti kemm lokali u kif ukoll internazzjonali u jfisser li meta żewġ partijiet jew iktar ikollhom xi jgħidu bejniethom dwar xi kuntratt jew kwalunkwe ħaġa oħra, mhux biss kummerċjali, jistgħu jagħżlu li minflok imorru l-qorti jmorru quddiem tribunal ta' arbitraġġ, fejn tintgħażel persuna biex tisma' b'inqas formalita' milli għandha l-qorti d-dispute li jkun hemm bejn il-partijiet.", "Ma naħsibx li huwa lok li wieħed joqgħod jidħol fl-aspett tekniku x'differenzi hemm bejn l-arbitraġġ u bejn il-qrati, pero' tajjeb li wieħed jinnota li dak li huwa magħruf dwar l-arbitraġġ internazzjonali huma fatti li jistgħu jiġu ripetuti hawn Malta wkoll.", "Il-kawżi quddiem tribunal ta' arbitraġġ b'ċertezza u b'garanzija jinqatgħu ħafna iktar malajr milli jinqatgħu l-kawżi fil-qorti.", "Fil-fatt min għandu esperjenza ta' arbitraġġi jistgħaġeb jekk arbitraġġ komplikat kemm ikun komplikat - sakemm ma jkunx arbitraġġ bejn Stati sovrani - bejn individwi jew kumpanniji jdum iktar minn xhur u mhux snin filwaqt li nafu kemm idumu l- kawżi fil-qorti.", "Il-fatt li kull dispute li jkun hemm fl-arbitraġġ jinqata' iktar malajr ifisser ukoll inqas spejjeż għall-partijiet involuti u deċiżjoni malajr tfisser ukoll applikabilita' iktar malajr.", "Mr Speaker, jien informat li l-board of governors qiegħed ifassal fees structures għall-arbitraġġi li se jkunu attraenti biżżejjed biex iħajru lil min qiegħed fi kwestjoni ma' xi ħadd biex jersaq lejn l-arbitraġġ u mhux lejn il-qorti.", "Ovvjament dan se jkun ta' bonus speċjali għall- amministrazzjoni tal-qrati, għax tribunali ta' arbitraġġi effikaċi u mħaddma b'mod effiċjenti għandhom ikunu wieħed mill-mezzi kif jonqsu n- numru ta' kawżi quddiem il-qorti.", "Fil-fatt huwa fattur magħruf anke internazzjonalment li l-arbitraġġ, li huwa an alternative method of dispute resolution, huwa wieħed mill-metodi ewlenin kif qegħdin dejjem jitnaqqsu l- pressures li hemm fuq il-qrati.", "Illum l-arbitraġġi li għandna Malta huma informali u meta tiġi biex tinforzahom issib ċerti difikultajiet legali għaliex għad m'għandniex Att li jikkomprendi dawn l-arbitraġġi u allura s'issa l-arbitraġġ għadu ma qabadx triq soda f'pajjiżna.", "Minbarra l- vantaġġi ta' ħeffa fid-deċiżjoni u inqas spejjeż biex tasal għal deċiżjoni, huwa importanti li ninnotaw ukoll li mil-lum 'il quddiem deċiżjoni ta' tribunal ta' arbitraġġ Malti se tkun inforzabbli daqskemm hi inforzabbli sentenza tal-qorti u bl-istess metodu kif tiġi inforzata sentenza tal-qorti.", "Il-liġi kif inhi drafted qiegħda tagħti l-istess rikonoxximent lid-deċiżjonijiet tat-tribunali ta' l-arbitraġġi daqslikieku hija deċiżjoni ta' kwalunkwe qorti Maltija.", "Kulmin qiegħed fi kwestjoni ma' ħaddieħor, huwiex individwu jew kumpannija, u ma jistax amikevolment jirriżolvi kwestjoni, għandu l-possibbilta' u l-attrattiva kollha biex imur għall-arbitraġġ minflok il-qorti u se jkollu l-garanzija ta' inforzabilita', bħalma għandha kwalunkwe sentenza tal-qorti.", "Mr Speaker, irrid nirrimarka wkoll li l-arbitraġġ għandu wkoll aspett internazzjonali u fil-fatt irrid ngħid li l-isperanza ta' din il-Kamra kollha hija li fil-qasam ta' l-arbitraġġi internazzjonali pajjjiżna jkollu l-istess suċċessi li kellu fil-passat fil-qasam finanzjarju, fejn attirajna lejn Malta ħafna vapuri fuq ix-shipping registrar Malti u attirajna lejn Malta ħafna kumpanniji offshore li ġew reġistrati bħala international trading companies.", "Ma rridx nimminimizza d-diffikultajiet li jista' jkun hemm minħabba l-kompetizzjoni kbira li teżisti f'dan il- qasam - għaliex ma rridux ninsew li ħafna reġjuni f'ħafna pajjiżi għandhom iċ-ċentri ta' l-arbitraġġ tagħhom, uħud famużi ħafna u wħud inqas famużi - ċertament li rridu nikkompetu għall-arbitraġġi internazzjonali li jkun hemm.", "Meta qed insemmi dawn l-arbitraġġi internazzjonali ma rridx infisser biss arbitraġġi bejn tnejn min-nies jew bejn żewġ kumpanniji li huma reġistrati f'pajjiżi differenti, pero' nistgħu nattiraw lejn pajjiżna arbitraġġi bejn persuni jew kumpanniji li huma reġistrati fl-istess pajjiż u li forsi jitħajru jiġu Malta għar-raġuni li l-ispejjeż ta' l-arbitraġġ f'pajjiżna jkunu inqas minn ta' ċentri oħra li jikkompetu ma' pajjiżna, minħabba ċerti faċilitajiet finanzjarji li nsemmi iktar 'il quddiem li se nagħtu lill-arbitration chambers barranin u anke minħabba l-fatt li, kif qed jiġi propost f'dawn l-emendi li qed jiġu ppreżentati, Malta se tirratifika l- konvenzjoni tal-United Nations ta' New York ta' l-1958, li permezz tagħha kull deċiżjoni ta' arbitraġġ mogħtija f'Malta hija applikabbli u prattikament inforzabbli fil-pajjiżi tad-dinja kollha.", "Għalhekk jekk nattiraw arbitraġġi minn pajjiżi barranin, il-persuni involuti f'dak l- arbitraġġ se jkollhom il-vantaġġ li jistgħu jinforzaw dik id-deċiżjoni prattikament fil-pajjiżi kollha tad-dinja Jekk wieħed jara l-pajjiżi li rratifikaw l-UN convention ta' New York ta' l-1958 isib li prattikament qed nitkellmu fuq il-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Dan ifisser li Malta se titpoġġa fuq l-istess livell taċ-ċentri l-oħra kollha ta' arbitraġġ internazzjonali u għalhekk qegħdin infasslu vantaġġi ekonomiċi, speċjalment għall-operaturi barranin ta' arbitraġġi, bil-għan li b'assoċjazzjoni bejn operaturi Maltin, bħal avukati jew accountants, u operaturi barranin fl-istess professjonijiet, inkunu nistgħu nġibu lejn Malta xogħol li s'issa ma ġiex, pero' li issa jista' jiġi lejn Malta għax se jkun hemm inqas spejjeż involuti minn ċentri baranin oħra u għax se jkollna l-garanzija ta' l-inforzabilita' tas-sentenzi kollha mogħtija hawn Malta fil-parti l-kbira tad-dinja.", "Mr Speaker, irrid nagħti wkoll il-background ta' dawn l-emendi għal din il-liġi għaliex minn mindu dan il-parlament għadda l-liġi fl-1996 sar ħafna xogħol amministrativ mill-bord tal-gvernaturi biex ikun jista' jitħaddem dan it-tribunal ta' l-arbitraġġ.", "Fil-fatt il-bord tal- gvernaturi fassal l-istruttura amministrativa neċessarja u beda bl-impjiegi neċessarji biex malli jgħaddu dawn l-emendi f'qasir żmien inkunu nistgħu nibdew inħaddmu t-tribunal.", "Bl-għajnuna tal-UNSITRAL ġew żviluppati proċeduri dettaljati li se jirregolaw it-tħaddim ta' l-arbitraġġi li jiġu reġistrati mat-tribunal Malti u ġew imfassla kemm it-tariffi neċessarji li għandhom jitħallsu lit-tribunal ta' l-arbitraġġ fl-arbitraġġi li jiġu quddiemu u kif ukoll it-tariffi li għandhom jitħallsu lil min ikun qed jiddefendi l-partijiet quddiem it-tribunal u anke lill-membri tal-panels tat-tribunali ta' l-arbitraġġi.", "Ix-xogħol li qed isir bħalissa għandu x'jaqsam mat-twaqqif ta' numru ta' panels li huma neċessarji biex ikollna panels ta' arbitraġġ.", "Il-persuni li jmorru quddiem arbitraġġ irid ikollhom arbitri available u jistgħu jagħżlu l-arbitri li jridu pero' huwa x-xogħol tal-bord tal-gvernaturi li jinnomina numru ta' esperti li jkunu jistgħu jintagħżlu għal fuq il-panel.", "Kif diġa' għedt, fit-tliet snin li għaddew sar ħafna xogħol fuq l-uffiċċji tat-tribunal ta' l-arbitraġġ fi Triq Nofsinhar il-Belt.", "Dan il-post, li kellu bżonn ta' riabilitazzjoni kbira, ħa ħsiebu l-ex-permanent secretary tiegħi, flimkien maċ-chairman tal-bord tal-gvernaturi ta' l-arbitraġġ u llum dawn il-premises huma lesti.", "Fil- fatt jien żorthom u malli tasal l-għamara neċessarja jistgħu jiġu inawgurati ħalli jibdew jiffunzjonaw.", "Il-kuntatti li ġew stabiliti bis-saħħa tal-Prof.", "Attard, b'mod partikolari mal-UNSITRAL, kienu importanti ħafna oħra.", "L-UNSITRAL huwa body tal-United Nations, li jiggverna u jiżviluppa l-arbitraġġi, u fuq suġġeriment tiegħu daħħalna numru ta' emendi biex insaħħu l-indipendenza tal-bord tal-gvernaturi mill-Gvern ċentrali.", "Għalkemm kien hemm diġa' l- istruttura, l-UNSITRAL dehrilha li formalment kien jeħtieġ li wieħed idaħħal ċerti emendi żgħar biex din l-indipendenza tissaħħaħ u tidher iktar ċara għax, fl-opinjoni tal-UNSITRAL, it-tendenza internazzjonali riċenti hija li iktar ma ċentru ta' l-arbitraġġ ikun indipendenti mil-gvern ċentrali - u rrid ngħid li l-livelli huma differenti fil-pajjiżi imma hemm standard wieħed - il-possibbilta' li tattira xogħol minn barra iktar tikber.", "Sar studju komparattiv tal-vantaġi fiskali li jiġu offruti minn diversi pajjiżi għar-reġistrazzjoni ta' l-arbitraġġi.", "Fil-fatt iktar 'il quddiem se nitkellem fuq dak li qed nipproponu aħna pero' rrid ngħid ukoll li llum bl-introduzzjoni ta' l-E-mail u ta' l-internet bdejna nassistu wkoll għal arbitraġġi elettroniċi u mingħajr ma wieħed fiżikament jiltaqa' madwar mejda, jissottometti kollox elettronikament minn pajjiżi differenti lill-arbitru, li jista' jkun qiegħed f'pajjiż totalment ieħor, l-arbitraġġ isir biss bi skambju ta' dokumenti minn fuq l-internet, kultant anke b'video conferencing u mbagħad jiġi deċiż fejn se jkun reġistrat dan l- arbitraġġ, li jista' jkun pajjiż li m'għandu x'jaqsam xejn la mal-partijiet u lanqas fejn kien qiegħed l-arbitru.", "Il-fatt li jiġi reġistrat arbitraġġ ifisser fees għal dak il-pajjiż u aħna rridu nipprovaw nattiraw dan it-tip ta' business ukoll.", "Ovvjament kellna neżaminaw il-vantaġġi fiskali li joffru pajjiżi differenti biex jattiraw dan it-tip ta' business u aħna beħsiebna nagħmlu l-istess, pero' fuq dan nitkellem iktar 'il quddiem.", "Mr Speaker, ħarisna wkoll lejn il-pożizzjoni taż-żewġ konvenzjonijiet tal- United Nations li jikkonċernaw l-arbitraġġ, pero' f'dan l-istadju aħna qed nipproponu li nirratifikaw in-New York convention ta' l-1958, għaliex din hija l-konvenzjoni li tiżgura li arbitration award mogħtija f'Malta tiġi rikonoxxuta u inforzabbli prattikament fil-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Mingħajr din it-tip ta' ratifika ma jkunx possibbli li wieħed jaspira li jiġbed lejn Malta arbitraġġi internazzjonali.", "Qed jiġu proposti wkoll numru minimu ta' emendi ta' proċedura li huma intiżi biex iħaffu ftit il- proċeduri kif kienu oriġinarjament maħsuba u li jidhru li saru neċessarji minn mindu ġiet varata l-liġi fl-1996.", "Mr Speaker, nixtieq indur fuq fuq u nispjega l-iktar sezzjonijiet tal-liġi li jidhirli li għandhom relevanza.", "L-emendi għal artikli 4, 6, 10, 73 u 74 tal-liġi prinċipali kollha saru fuq suġġeriment tal-UNSITRAL u huma kollha intiżi sabiex ikomplu jsaħħu l- indipendenza taċ-ċentru mill-gvern ċentrali li għalkemm kienet diġa' ġiet asserita b'diversi metodi fl-Att oriġinali, l-UNSITRAL dehrilha li għandha tkompli tissaħħaħ u tagħmilha iktar evidenti.", "L-emendi għal artikli 6, 9 u 10 huma prattikament kwestjonijiet proċedurali iktar milli ħaġa oħra filwaqt li l-emenda għal artiklu 14 hija importanti għax tissepara totalment ir-reġim ta' l-arbitraġġi domestiċi mill-arbitraġġi internazzjonali.", "Dan kien neċessarju minħabba l-vantaġġi fiskali li qed jiġu offruti lill-arbitraġġi internazzjonali u li se nitkellem fuqhom iktar 'il quddiem.", "L-emenda għal artiklu 44 hija importanti għaliex se tiġi in line ma' żviluppi li seħħew riċentement fil- liġi Ewropea, fejn qed nagħtu lill-arbitru l-possibbilta' li hu jiddetermina l-post ta' l-arbitraġġ u għar-raġunijiet tan-New York convention li se tiġi rratifikata.", "L-emenda għal artiklu 60 hija importanti għax tipprovdi r-regoli kif se jkunu mniżżlin f'Taqsima IV tal- liġi, li se jidħlu in vigore f'każ li l-partijiet għall-international arbitration ma jkunux għażlu r-regoli partikolari li jiggverna l-arbitraġġ tagħhom.", "L-emenda għal artiklu 70 hija importanti wkoll għax tipprovdi l- konfidenzjalita' fil-proċess kollu ta' l-arbitraġġ.", "Min jipprattika f'dan il-qasam jaf li ħafna drabi l-partijiet jippreferu l-arbitraġġ mill-qrati mhux biss għax ikun hemm inqas formalita', iktar ħeffa u inqas spejjeż imma għaliex filwaqt li fil-qorti jridu joħorġu dokumenti fil-pubbliku u dak li jintqal bejniethom joħroġ fil-pubbliku, fil-proċess ta' l-arbitraġġ jibqa' kollox konfidenzjali.", "Il-prinċipju tal-konfidenzjalita' ovvjament jgħin lill-partijiet kemm biex isolvu jekk jistgħu d-dispute li għandhom b'mod li anke ma jaslux għal arbitral award, imma anke jekk jaslu għal arbitral award tkun biss l-award li ssir pubblika u l-proċess kollu li jkunu għaddew minnu ma jsirx pubbliku u allura ma jippreġudikawx il- pożizzjonijiet tagħhom anke ma' terzi persuni.", "Iż-żieda ta' artiklu 80 ġdid mal-liġi prinċipali jikkonċerna l-arbitration chambers internazzjonali.", "Kif diġa' għedt, il-gvern jixtieq jattira lejn Malta arbitraġġi internazzjonali u metodu partikolari li qed nadottaw huwa billi qed ngħidu li jekk international practitioners, jiġifieri avukati jew accountants, huma x'inhuma, li m'humiex Maltin imma jridu jiġu Malta, jistgħu jifformaw dak li qed insejħu arbitration chamber fl-għamla ta' kumpannija internazzjonali.", "F'dan l-istadju m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall tar-regoli dwar kif taħdem arbitration chamber pero' ngħid biss li dik l- arbitration chamber li tiġi fformata minn persuni jew ditti barranin, tiġi reġistrata u ġġib xogħol ta' arbitration lejn Malta u titħallas fees f'Malta, ikollha l-istess vantaġġi li llum huma mogħtija lill- international trading companies magħrufa bħala l-itc's taħt l-liġi ta' l- income tax u taħt il-liġijiet l-oħra fiskali applikabbli f'pajjiżna.", "Fi kliem ieħor qed ngħidu li llum għandna reġim li ilu jeżisti għal diversi snin, qbilna fuqu ż-żewġ naħat tal-Kamra u li jopera taħt l-kappa tal-MFSC u qed ngħidu li l-istess regolamenti u l-istess vantaġġi jingħataw lil arbitration chambers ifformati minn persuni barranin, li jkunu reġistrati Malta u li jaħdmu f'Malta biex iġibu arbitraġġi internazzjonali.", "Nisperaw li dan il-vantaġġ flimkien mal-vantaġġ l-ieħor, li l-ispejjeż ta' l- arbitraġġi hawn Malta għandhom ikunu inqas milli huma f'pajjiżi barranin, u l-fatt li jkollna sistema effiċjenti ta' arbitraġġi, fejn jingħataw deċiżjonijiet forsi anke iktar malajr min-numru ta' ċentri oħra, ikunu inċentivi biżżejjed biex nattiraw business ġdid lejn pajjiżna.", "Mr Speaker, kif diġa' għedt, jekk irridu nressqu lejna arbitraġġi internazzjonali huwa essenzjali li nirratifikaw in-New York convention ta' l-1958.", "Bis-saħħa taż-żewġ naħat tal-Kamra, illum qed nikkonkludu proċess serju mibdi tliet snin ilu, proċess li din il-Kamra kkontribwiet lejh bid- dibattiti fuq il-liġi oriġinali u bid-dibattitu li qed isir illum, u proċess li ż-żewġ naħat tal-Kamra kkontribwew lejh amministrativament permezz tad-diversi ministri predeċessuri tiegħi, fosthom l-Onor.", "Michael Refalo, li kien ippilota l-liġi fl-1996 u beda l-proċess kollha ta' l- arbitraġġ.", "Pero' nerġa' ngħid li wasalna fejn wasalna mhux biss bis- saħħa tagħna imma bis-saħħa tal-bord tal-gvernaturi u b'mod partikolari bis- saħħa tal-Prof.", "David Attard.", "Fil-fatt jien nawgura li l-Prof.", "Attard jibqa' jaħdem għal ħafna snin f'dan il-qasam għaliex nemmen li m'huwiex biżżejjed li jkollna l-liġi imma rridu lil xi ħadd bħall-Prof.", "Attard, li għandu l-kuntatti mad-dinja kollha, li ħadem u jaf intimament dan il-qasam, biex bl-għajnuna ta' professjonisti legali u ta' accountants jibda jagħmel xogħol ta' marketing biex nattiraw lejn pajjiżna dak ix-xogħol internazzjonali neċessarju u nikkonvinċu lill-professjoni legali, li ħafna drabi hija konservattiva ħafna, biex ma tibqax tiffissa li lill-klijent tagħha tiftaħlu kawża l-qorti imma nużaw dan il-mezz ġdid ta' dispute resolution, li għandu jkun aħjar mill-qorti, iktar vantaġġuż għall- partijiet involuti u b'dan il-mod inkunu qed innaqqsu l-pressures minn fuq il-qrati tagħna.", "Mr Speaker, irrid ngħid li għandna liġi moderna li toffri vantaġġi kbar lokali u internazzjonali, pero' rridu nħaddmuha mingħajr preġudizzji għaliex għalkemm ħadet tliet snin biex tidħol in vigore, ma kenux tliet snin moħlija għaliex f'dan iż-żmien ilkoll ħdimna biex niżguraw li jkollna liġi tajba ħafna, kif jien ċert li għandna llum.", "Għalhekk issa huwa importanti li nidħlu għall-opportunitajiet li tagħti din il-liġi biex ikollna ċentru ta' arbitraġġ serju li jattira professjonisti lokali u li jġib business ġdid lejn Malta fil-qasam kummerċjali u f'oqsma oħra għall- ġid ta' pajjiżna kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, kif qal tajjeb il-ministru, m'hemmx dubju li n-naħa ta' l-oppożizzjoni taqbel ma' dawn l-emendi li għandna quddiemna għaliex huma kontinwazzjoni ta' proċess li nbeda mill-Onor.", "Michael Refalo, tkompla mill-ministri preċedenti taħt gvern Laburista, l- Onor. Charles Mangion u l-Onor.", "Gavin Gulia u qed jitkompla llum mill- Ministru Gatt biex din il-ħolma li ċ-ċentru ta' arbitraġġ jibda jiffunzjona f'pajjiżna ssir realta'.", "Fil-fatt pajjiżna jixraqlu li jkollu dan iċ-ċentru jiffunzjona b'mod effiċjenti, kif għandhom pajjiżi oħra, xi wħud minnhom anke iżgħar minna, u x-xogħol kollu li qed isir f'din il-Kamra jawgura tajjeb biex dan iċ-ċentru jibda jiffunzjona.", "Ħadt pjaċir ħafna li l-Ministru Gatt semma lill-ħabib tiegħi l-Prof.", "David Attard u jien irrid ukoll ningħaqad miegħu biex minn hawnhekk nirringrazzjah għax-xogħol siewi li għamel.", "Jien ngħid li dan il-bniedem huwa asset importanti għal pajjiżna, kemm minħabba l-kuntatti kbar li għandu ma' diversi pajjiżi u kif ukoll għad-dedikazzjoni li għandu, fejn jidħol il-qasam tal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-liġi marittima, għaliex dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ żgur se jinkludi disputes li għandhom x'jaqsmu mal-qasam marittimu.", "Mr Speaker, jien iltqajt mal- Prof. Attard f'diversi okkażjonijiet oħra u ddiskutejt miegħu diversi punti li jidhirli li huma importanti, anke fid-dawl ta' dawn l-emendi, u għalhekk se nipprova nanalizza bil-kwiet dak li naħseb li huwa importanti u nqanqal dibattitu dwar dawn l-emendi.", "L-ewwelnett iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ li se jkollna se jagħti lok biex jiġu deċiżi litigazzjonijiet domestiċi - fil-fatt dawn l-affarijiet konna diġa' bdejna nagħmluhom imma mhux b'mod professjonali għaliex, kif jaf il- ministru li kien jipprattika l-qorti, ġieli jkun hemm każi żgħar, per eżempju, ta' kolliżjonijiet, fejn il-partijiet jiddeċiedu li jmorru quddiem arbitru pero' ma kienx hemm sistema li wieħed seta' joqgħod fuqha - u permezz tal-liġi, kif se tiġi emendata, se jkollna kollox ordinat b'mod professjonali, għaliex iċ-ċentru se jkollu r-regolamentazzjoni tiegħu, se jiffunzjona bil-board of governors u bil-panel ta' l-arbitri u se jkollna l- proċedura dwar kif wieħed jista' jiċċalinġja arbitru u kif jista' jinħatar arbitru meta waħda mill-partijiet ma tagħżilx arbitru.", "Din hija xi ħaġa pożittiva għal pajjiżna, iktar u iktar meta nafu li pajjiżna dejjem ta kontribut siewi fid-diskussjonijiet ta' strumenti internazzjonali, bħalma hija l-model law ta' l-international arbitration.", "Fil-fatt il-Prof.", "Attard u sieħbi l-Onor.", "Gavin Gulia kienu marru jaraw jekk dak li konna qegħdin nagħmlu kienx jiffittja eżatt jew għallinqas kienx viċin ħafna l-model law għal dak li għandu x'jaqsam ma' international arbitration.", "Ta' min ifakkar ukoll li pajjiżna kien involut fid-diskussjonijiet ta' diversi konvenzjonijiet.", "Fil-fatt meta din il-model law ġiet adottata bħala waħda mill-international trade laws f'Ġunju ta' l-1985, Malta, tramite r-rappreżentanti tagħha barra, kemm f'Ġinevra u kif ukoll fi New York, dejjem tat il-kontribut tagħha.", "Il-poplu Malti għandu jkun jaf li r-rappreżentanti tagħna jkunu involuti f'diversi kumitati u f'diversi diskussjonijiet meta jkunu qed jiġu drafted dawn il-konvenzjonijiet.", "Permezz ta' l-emendi li għandna quddiemna, in-New York convention ta' l- 1958 se tibda tifforma parti mil-liġijiet tagħna u għalhekk kull deċiżjoni li tiġi reġistrata fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ Malti, se tkun awtomatikament rikonoxxuta u tista' tkun inforzata f'dawk il-pajjiżi li rratifikaw din il- konvenzjoni, jiġifieri madwar 143 pajjiż fid-dinja kollha.", "Dan ifisser li jekk, per eżempju, kumpannija Franċiża u kumpannija Ingliża jagħżlu ċ- ċentru ta' l-arbitraġġ Malti fejn id-dispute tagħhom jiġi diskuss u deċiż, jekk kemm-il darba waħda mill-kumpanniji li tirbaħ il-kawża tkun trid tinforza d-deċiżjoni f'pajjiż ieħor li jkun irratifika din il- konvenzjoni ta' New York, u f'dak il-pajjiż il-kumpannija li tkun tilfet il-kawża jkollha xi proprjeta' jew flus x'taqbdilha, dik id-deċiżjoni tista' sseħħ.", "Dan huwa fenomenu internazzjonali mill-isbaħ u nispera li xi darba jiġi adottat anke fuq livelli ta' deċiżjonijiet kriminali u deċiżjonijiet ċivili.", "Mr Speaker, xtaqt nagħmel xi osservazzjonijiet fuq xi wħud mill-emendi li għandna quddiemna u nixtieq li l-ministru jara jekk jistgħux jiġu implimentati; u se nibda minn klawsola 2, li qed temenda artiklu 2 tal-liġi prinċipali, li jitkellem dwar meta l-partijiet jiddeċiedu li jmorru quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Għalkemm jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-partijiet involuti jiddeċiedu mill-bidunett li jmorru quddiem arbitru, jista' jkollok sitwazzjonijiet oħra fejn il-każ ikun diġa' nbeda quddiem qorti - jiġifieri il-kawża ta' l-attur u l-konvenut tkun diġa' nbdiet quddiem il-Prim'Awla - u għal xi raġuni jew oħra forsi minħabba segretezza, minħabba dewmien żejjed jew minħabba xi teknikalita' fil-proċedura, il-partijiet jiddeċiedu li jieqfu milli jkomplu l-proċeduri fil-Prim'Awla - għaliex illum m'għandniex qorti tal-kummerċ imma għandna qorti ċvili - u jmorru quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Naħseb li wieħed għandu jassigura li fil-liġi li għandna quddiemna dan jista' jkun possibbli bl-inqas problemi proċedurali, billi permezz ta' nota konġuntiva tal-partijiet quddiem il- Prim'Awla jkun hemm staying tal-proceedings tal-Prim'Awla u l-każ kollu bl- atti jiġi riferut liċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Qed nagħmel dan is- suġġeriment għaliex għalkemm wieħed jindika li dan jista' jkun possibbli pero' m'iniex nara li huwa inkluż jew hija ċara fl-emenda, allavolja qed ngħidu li jrid ikun hemm kuntratt fejn ikun qed jiġi kostitwit li jrid jkun hemm il-ftehim li ssir riferenza tal-każ quddiem l-arbitraġġ, ikunu fejn ikunu l-partijiet, sija jekk ikunu bdew il-kawża u sija jekk ma jkunux bdewha.", "Għaliex qed ngħid dawn l-affarijiet, Mr Speaker?", "Kif innota l-ministru, llum nafu li fil-qorti hemm ħafna kawżi ta' natura partikolari li jirrikjedu li biex ikun hemm sentenza ġusta, irid ikun hemm ċertu pronunzjament minn ċerti esperti - u għalhekk jinħatru esperti f'ċerti kawżi - u allura l-partijiet involuti jistgħu jħossuhom iktar komdi li jmorru quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ, ladarba jkun qed jiffunzjona b'mod tajjeb u b'mod effiċjenti.", "Barra minn hekk, jista' jkun li l- ispejjeż - jien għadni ma nafx kemm se jkunu għaliex m'hawnx indikazzjoni kemm se jkunu l-ispejjeż, kemm biex tippreżenta l-proċedura quddiem dan iċ- ċentru ta' l-arbitraġġ u anke t-taxxa li titħallas wara li ssir il-kawża - dovuti lill-avukati jew inkella lil min ikun se jirrappreżenta lill- partijiet - għaliex f'dan il-każ jista' jkun hemm ukoll accountant - ikunu aktar baxxi minn tal-qorti - allavolja fil-qorti dawn diġa' huma baxxi - u allura jista' jkollok dan l-exodus ta' kawżi li jkunu diġa' bdew quddiem il-qorti għal quddiem dan iċ-ċentru.", "Jien ngħid li jekk bl- għajnuna ta' dan iċ-ċentru nistgħu nnaqqsu mil-load li għandha l-qorti u l-kawżi xorta jiġu deċiżi b'mod korrett - u jien ċert li dan iċ-ċentru se jkun korrett u kulħadd se jħares lejh b'ċertu sodisfazzjon - allura dan għandu jiġi nkoraġġit mill-iktar.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Kif jaf il- ministru u kull wieħed minna f'dan il-parlament, Malta dejjem pproduċiet avukati tajbin, li kapaċi jmorru barra jagħmlu kuntratti jew jagħtu konsulenza.", "Saħansitra meta jiġu xi barranin biex jieħdu xi konsulenza minn hawn Malta u jippreparaw xi każi, dejjem jgħidu li hawn Malta għandna avukati tajbin.", "Jien naħseb li dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ, permezz ta' avukati li jispeċjalizzaw f'dawn it-tip ta' ċentri, se jkun okkażjoni brillanti biex din is-sitwazzjoni ssir realta'.", "Jekk fhimt tajjeb lill-ministru, l-għan ewlieni ta' dawn l-emendi huwa biex kemm jista' jkun f'għajn il-qafas internazzjonali dan iċ-ċentru ta' l- arbitraġġ jidher indipendenti b'mod kważi assolut u ma jkunx hemm il- biża' li dan iċ-ċentru jista' jkollu xi influwenza eżekuttiva minn xi ministru.", "Fil-fatt paragrafu (b) ta' klawsola 4, li qed temenda artiklu 6 tal-liġi, jgħid li:", "''the words \"and on such terms and conditions as the Minister may deem appropriate\" in subsection (1) thereof as renumbered shall be deleted ...\"", "Dan juru li se jkun hemm ċerta indipendenza u naħseb li dawn l-emendi saru wara konsultazzjoni mal-UNSITRAL li tat din id-direzzjoni.", "Fil-fatt huwa importanti li jkun hemm ċerta indipendenza f'dan iċ-ċentru ta' arbitraġġ ġdid għal pajjiżna għaliex klijenti ta' pajjiżi barranin se jaqraw u jixtarru l-liġi - u jien informat li diġa' hemm interess qawwi fiċ-ċentru minn pajjiżi barra minn Malta u dan jawgura tajjeb - għaliex iridu jkunu ċerti li ma jkunx hemm id-daqqa ta' pinna ta' xi ministru jew ta' xi ħadd fl-eżekuttiv li jkun jista' jilgħab bil-makkinarju li jkun diġa' ġie stabilit.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed jaderixxi għal dawn l- affarijiet u l-membri tal-bord ikunu maħtura b'mod korrett u b'mod trasparenti u jingħataw ċerta indipedenza.", "Mr Speaker, il-funzjonijiet ta' dan iċ-ċentru huwa wesgħin tant li se jkun jista' jiddeċiedi wkoll disputes ta' kull natura fuq livell domestiku, apparti każi ta' separazzjoni bejn mara u raġel u każi oħra fejn tidħol paternita' ta' tfal, li se jibqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal- Prim'Awla.", "Imma kull ħaġa oħra li taqa' taħt il-kappa tax-xemx li jkollha x'taqsam ma' każi ċivili tista' tiġi deċiża minn dan iċ-ċentru.", "U għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi stedint lill-ministru biex naraw li dawk il-każi li jkunu diġa' nbdew quddiem il-qorti tal-maġistrati, jixxiftjaw bl-inqas ħsara għal quddiem dan iċ-ċentru u naraw xi proċeduri jistgħu jivvantaġġaw lill-partijiet li jmorru għal dan iċ-ċentru ta' l- arbitraġġ.", "Barra minn hekk, dan iċ-ċentru se jpoġġi lil Malta f'post rispettat fil- qasam internazzjonali, fejn il-barrani ma jibqax iħares lejn pajjiżna biss bħala dak il-post fejn jista' jiġi jistrieħ, imma jkun jista' jiġi hawn wkoll biex iressaq il-każi tiegħu quddiem dan iċ-ċentru internazzjonali ta' l-arbitraġġ.", "Għalhekk għandna naraw li minbarra li dan iċ-ċentru ikollu l-faċilitajiet neċessarji ikun ukoll ċentru b'funzjonament b'saħħtu.", "Iċ-ċentru se jdaħħal ċertu introjtu minn fees u spejjeż oħra li jridu jitħallsu minn min ikun se jippreżenta l-każ tiegħu u allura l-gvern irid jara li dan l-introjtu jkun mmexxi b'ċerta responsabbilta'.", "Pero' min-naħa l-oħra għamel tajjeb il-ministru li ressaq emenda għal artiklu 13 tal-liġi prinċipali li tgħid li :", "\"Kull eċċess ta' dħul fuq l-ispiża taċ-Ċentru għandu, bla ħsara għal dawk id-direttivi li l-Ministru jista', wara konsultazzjoni mal- Ministru responsabbli għall-finanzi, minn żmien għal żmien jagħti, jiġi applikat miċ-Ċentru għall-għemil ta' fondi ta' riserva biex dawn jintużaw għall-għanijiet taċ-Ċentru ...\".", "Dan huwa ċentru ġdid li kważi rridu nagħmluh jaħdem fuq ir-rubini.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li dan iċ-ċentru se jkun ta' ġid għal pajjiżna għaliex se joħloq ix-xogħol, kemm għall-istess ċentru biex jaħdem u kif ukoll għall-professjonisti, bħalma huma avukati u accountants.", "Jien naqbel li f'ċerti każi ta' disputes internazzjonali jew domestiċi li jkollhom x'jaqsmu ma' kwestjonijiet ta' accounting jista' jkun l-istess accountant li jkollu l-warrant - u dan huwa provdut fl-emenda - li jista' jagħmel d- difiża tiegħu.", "Naqbel ukoll ma' l-emenda li tgħid li dawk l-avukati internazzjonali li flimkien jwaqqfu kumpannija li tiġi rikonoxxuta bħala kamra ta' arbitraġġ, u din il-kamra tiġi reġistrata taħt l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji, għandhom jibbenifikaw minn ċerti vantaġġi fiskali għal dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas ta' taxxa ladarba dawn ikunu qed iġibu x- xogħol f'Malta.", "Suġġeriment li xtaqt nagħmel huwa li ladarba qed nikkonsidraw li avukati jew accountants li m'humiex Maltin se jkollhom il-vantaġġi ta' international trading companies jekk kemm-il darba l-kamra ta' l-arbitraġġ tiġi reġistrata bħala kumpannija u tieħu l-benefiċċji kontemplati f'artiklu 48 ta' l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, għandu jiġi kkonsidrat ukoll li f'każi partikolari, fejn għandek numru ta' avukati jew accountants lokali li bl-għajnuna tagħhom qed jinħoloq dan ix- xogħol - billi jġibu dawn it-tip ta' kmamar ta' l-arbitraġġ li jkunu reġistrati bħala kumpanniji - għandhom jingħataw ukoll ċerti benefiċċji fiskali għal dak li għandu x'jaqsam ma' taxxa.", "Wara kollox dawn ikunu qed iġibu investiment lejn Malta.", "Din hija sistema ġdida ta' kif avukati u accountants Maltin flimkien ma' avukati u accountants barranin jistgħu jaħdmu flimkien biex iġibu xogħol li għandu x'jaqsam ma' dispute resolution f'pajjiżna.", "Naħseb li dawn l-affarijiet jistgħu jiġu diskussi fl-istadju ta' kumitat jew fil-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi, ħalli nkunu nistgħu nikkonsolidaw iktar dan il-ħsieb komuni.", "Barra minn hekk, jien nemmen li dan ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ jista' wkoll jagħti pariri lill-gvern dwar kif għandu jitmexxa l- funzjonament tiegħu.", "Artiklu 10 fil-liġi prinċipali jgħid li:", "\"... iċ-Ċentru għandu jkollu dawk is-setgħat, tramite l-bord tiegħu, li jagħmel ir-regolamenti li jiġu maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern bi ftehim mal-Ministru.\".", "Pero' issa fi klawsola 6 qed titressaq emenda biex il-kliem \"bi ftehim mal- Ministru\" jitħassru u dan jawgura tajjeb biex iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ jibqa' dejjem jinħass indipendenti u l-ministru kemm jista' jkun iżomm 'il bogħod mill-funzjonament tiegħu.", "Ma rridux ninsew li quddiem dan it- tribunal ta' l-arbitraġġ jista' jkollok każi li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ, ma' insurance, każi ta' kolliżjonijiet, każi ta' kostruzzjoni u anke każi li għandhom x'jaqsmu mal-qasam marittimu.", "Apparti li nemmen li kollox għandu jiġi nkoraġġit, imma naħseb li ladarba jibda jiffunzjona dan iċ-ċentru, Malta għandha taħdem ħafna fil-qasam marittimu.", "Pajjiżna tradizzjonalment u storikament minn dejjem kien fuq quddiem f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam marittimu, kemm minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta' pajjiżna, kemm minħabba l-istorja li l-ikbar interess navali dejjem kien fiċ-ċentru ta' Malta, kemm minħabba l-preżenza tal- Kavallieri ta' Malta u kif ukoll minħabba l-preżenza ta' shiprepair u shipbuilding yards f'pajjiżna, li taw l-isbaħ ċertifikat lil Malta ma' kull pajjiż fid-dinja.", "Barra minn hekk, Malta għandha biex tiftaħar, mertu ta' dan il-gvern u anke tal-gvern preċedenti, li dejjem kienet fuq quddiem għal dak li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il- bandiera Maltija u żgur li dan kollu għandu jkun ingredjent b'saħħtu biżżejjed biex kulmin b'xi mod ikollu konnessjoni ma' pajjiżna juża dan iċ- ċentru meta jinqala' xi dispute marittimu.", "Riċentement kont f'pajjiż ħafna iżgħar minna, Ġibilta', u nnotajt li l-avvanzi li għamlu fil-qasam tas-servizzi tal- bunkering u anke fil-finanzjament ta' l-istess xiri ta' vapuri huma tremendi.", "Sfortunatament ikolli ngħid li wara l-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC - u għandi anke l-provi ta' dan li se ngħid - ix-ship financing li kien jiġi kkonsidrat mill-Mid-Med twaqqaf mill-HSBC, għax din l-organizzazzjoni ma jaqblilhiex li tagħmlu minn pajjiżna imma jaqblilha li tagħmlu minn branches oħra li l-HSBC għandna f'pajjiżi oħra bħal Singapore.", "Pero' l- fatt li pajjiżna tilef il-klijenti qisu ma ġara xejn.", "Issa jien qed ngħid Ii ladarba tlifna l-klijenti, għal dak li għandu x'jaqsam ma' finanzjament ta' vapuri, fejn xi ħadd biex jixtri vapur juża l- faċilitajiet ta' self mill-bank u jkun hemm sistema ta' privileġġi fuq il- vapur favur il-bank, għallinqas għandna nipprovaw niġbdu lil dawn il- klijenti meta jkollhom disputes bejniethom.", "Per eżempju, fergħa ta' bank tal-HSBC fil-Greċja tkun għenet biex inxtara vapur, jinqala' dispute bejn il-bank u sid il-vapur, li jkollu l-overdraft mal-bank, u aħna nipprovaw inġibuhom fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ Malti biex insolvulhom id-dispute ta' bejniethom.", "Irridu niftakru li dawn it-tip ta' kawżi jħallu qligħ kbir għal Malta għaliex dawn il-każi jinvolvu eluf u anke miljuni ta' liri.", "Mr Speaker, jien m'għandi l-ebda ħsieb li nikkritika kif se jkun maħtur il-panel ta' l-arbitri, speċjalment dak il-panel li se jinħatar wara rakkomandazzjoni ta' l-international arbitral advice committee biex jieħu ħsieb il-każi ta' international commercial arbitration.", "Jien naf li f'pajjiżna għandna ħafna nies li huma kapaċi jagħmlu xogħol ta' arbitri pero' rridu noqogħdu attenti li ma jiġux maħtura nies li forsi ma jkollhomx ħafna esperjenza.", "M'iniex qed ngħid li kulmin se jiġi maħtur għandu jkollu esperjenza ta' arbitru, pero' tajjeb li nużaw lil min diġa' għandu esperjenza ta' arbitru għaliex l-agħar ħaġa li tista' tiġrilna hija li nagħmlu xi avventura żgħira li tiswielna ħażin u pajjiżna jieħu isem ħażin.", "Nerġa' nsemmi Ġibilta', li kienet ħadet isem ħażin fl-offshore wara l-iskandlu li ħareġ fi żmien il-gvern ta' Joe Bassano.", "Qed nisħaq fuq dawn l-affarijiet għaliex ladarba ż-żewġ naħat tal-Kamra qed naqblu fuq din il-liġi għandna naraw li dan iċ-ċentru jiġi varat b'mod tajjeb f'kollox.", "Min-naħa l-oħra huwa ħażin jekk wieħed jaħseb li dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ se jkun biss lok fejn il-partijiet involuti jressqu l-każ tagħhom u jħallu f'idejn iċ-ċentru biex jiddeċiedi, għaliex hemm sistemi oħra li jistgħu jiġu implimentati mingħajr ma jkun hemm sentenza.", "Per eżempju, fl-Ingilterra tant qed ikun hemm kawżi fil-qrati li bilfors qed ikollhom imorru għal sistemi oħra għaliex ma jistax ikun li n-nies jibqgħu għal żmien twil fil-qrati biex xi darba tingħata s-sentenza, għaliex illum kollox jiswa l-flus u l-ħin, u kultant jekk sentenza tingħata favur dak li jkun pero' ddum ma tingħata kważi ma tkun tiswa xejn.", "Għalhekk illum qed jipproponu li dawn it-tip ta' ċentri jinkoraġġixxu li l-partijiet involuti jaqblu bejniethom biex tiġi applikata xi tip ta' mediation billi tinħatar persuna esperta fosthom li tipprova tressaq lill-partijiet involuti lejn ftehim u jkun hemm settlement.", "Għalkemm forsi nistgħu ma naqblux ma' l-interpretazzjoni ta' dan l- agreement imma b'xi mod nistgħu naslu u la hija xi inkluża fil-liġi ta' min jinkoraġġiha.", "Mr Speaker, qegħdin ngħidu wkoll li d-deċiżjoni ta' l- arbitru hija finali pero' jista' jkun hemm raġunijiet partikolari fejn wieħed jista' jmur quddiem il-Qorti ta' l-Appell, li min-naħa tagħha tista' twaqqa' d-deċiżjoni ta' l-arbitru.", "Dawn huma każi tekniċi li m'iniex se nidħol fihom pero' huma importanti wkoll.", "Issa waħda mill- affarijiet li tinkwetani hija n-nuqqas ta' saħħa li jista' jkollu dan iċ- ċentru ta' l-arbitraġġ meta xhud ma jitlax jixhed għaliex, kif kulħadd jaf, ladarba jkun hemm kawża għaddejja jridu jittellgħu x-xhieda u jiġu ppreżentati d-dokumenti.", "Issa fil-każ ta' dan iċ-ċentru, ir-reġistratur jista' joħroġ taħrikiet li aħna nsejħulhom writs of subpoena biex jara li xhud jitla' fiċ-ċentru biex jagħti x-xhieda tiegħu.", "Issa f'każ li dan ix- xhud ma jitlax jixhed għal xi raġuni jew oħra, l-arbitru jrid bilfors japplika l-qorti biex tieħu l-provvedimenti meħtieġa u toħroġ it-taħrika.", "Din il-proċedura xejn m'hi feliċi u għahekk jiena qed nipproponi li ċ- ċentru ta' l-arbitraġġ jingħata ċerti poteri tal-qorti biex ikun jista' jieħu l-passi hu f'każ li xhud ma jitlax jixhed.", "Mr Speaker, klawsola 15 qed temenda artiklu 38, li jittratta l-kwestjoni tal-ħruġ tal-mandati - aħna ngħidulhom precautionary warrants - qabel ma tiġi ppreżentata l-kawża.", "Fil-prattika x'jiġri?", "Fil-prattika jista' jiġri li qabel ma dak li jkun jippreżenta kawża jagħmel ħruġ ta' mandat kawtelatorju kontra kumpannija jew persuna, fejn jgħidilha li huwa qed jgħid li din il-kumpannija jew persuna hija debitriċi lejha għall-ammont ta' Lm10,000 u għalhekk se jagħmlilha sekwestru fuq ammont ta' Lm10,000 kontra l-accounts li jkollha fil-bank, eċċ. Issa skond il-proċedura ċivili qed ngħidu li l-kumpannija jew il-persuna li kontriha jkun ħareġ il- mandat, ikollha 15-il ġurnata żmien biex tippreżenta l-każ tagħha quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Issa fi klawsola 15 qed ngħidu li dan il- perijodu se jiġi estiż għal 20 ġurnata.", "Jien naħseb li għal dak li jirrigwarda każi domestiċi dan huwa perijodu raġonevoli, pero' għal dawk il- kumpanniji barranin li jkunu interessati li jressqu l-każi tagħhom quddiem dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ ma naħsibx li huwa żmien raġonevoli.", "Għalhekk qed nipproponi li l-perijodu jista' jiġi estiż għall-perijodu ieħor imma ma jkunx iktar minn żewġ perjodi wara xulxin.", "MR SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli titkellem?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jitkellem.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Farrugia jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Jien qed ngħid li jista' jkollok sitwazzjonijiet fejn ikun ġustifikat li tingħata estenzjoni ta' another period of another 20 days darba biss biex tiġi filed kawża fil-qorti u dan ikun jista' jsir b'nota jew b'rikors fiċ-ċentru.", "Qed nagħmel dan is-suġġeriment għaliex jista' jagħti l-każ li ċerti dokumenti u evidenza ma jilħqux jaslu minn barra fil- perijodu stabilit mil-liġi.", "Jien ngħid li rridu nkunu prattiċi f'dawn l- affarijiet għaliex dawn huma sitwazzjonijiet li jistgħu jinħolqu u għalkemm prattikament il-liġi tagħna hija rifless ta' dak li nsibu fil- model law ta' l-United Nations, pero' m'għandniex nkunu marbuta kompletament mal-provisions li hemm fil-United Nations convention dwar l- arbitration.", "Għaliex qed ngħid dawn l-affarijiet?", "Għaliex filwaqt li naqbel mal-proċeduri kollha indikati bħal, per eżempju, li l-partijiet ikollhom dritt jagħżlu l-arbitru huma, pero' min-naħa l-oħra jekk fi żmien 15-il ġurnata wieħed jibqa' ma jiċċaqlaqx bilfors irid isir xi ħaġa biex, per eżempju, jinħatar it-tielet arbitru, ladarba se jkun hemm tliet arbitri, għaliex il-liġi tgħid li jista' jkollok sitwazzjoni fejn tliet arbitri jkunu se jiddeċiedu l-każ jew inkella jkun hemm qbil li arbitru wieħed jiddeċiedi l-kawża.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex jista' jkollok sitwazzjonijiet fejn trid issalva dak kollu possibbli għall-ġid ta' Malta.", "Huwa veru li qed nitkellmu fuq xi ħaġa ġdida u l-passi li qed nagħmlu, bl-emendi li għandna u anke b'xi emendi Ii jistgħu jiġu proposti fl-istadju ta' kumitat, huma kbar pero' min-naħa l-oħra tajjeb li wieħed jara x'għamlu pajjiżi oħra.", "Per eżempju, aħna għamilna tajjeb li fil-liġi tagħna qed ngħidu li l-Qorti ta' l-Appell f'Malta tista' tiddeċiedi li twarrab award minħabba li l- persuna jew il-parti fil-kawża quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ ma tkunx ingħatat l-proper notice ta' l-istess appointment ta' l-arbitru jew forsi għaliex il-kompożizzjoni ta' l-istess arbitral tribunal ma jkunx skond il- ftehim milħuq bejn il-partijiet.", "Għalkemm huwa diffiċli li tinqala' sitwazzjoni bħal din pero' la jista' jkun hemm lok għal dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet huwa tajjeb li l-qorti ta' l-appell f'Malta jkollha din il- funzjoni.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li artiklu 73 tal-liġi prinċipali qed jiġi sostitwit sabiex iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ ikun iktar indipendenti, għaliex qabel iċ-chairman tal-bord kellu jirrapporta \"any decision given by him, to any power in or under this Act\".", "Irrid nirrimarka wkoll li kellhom jgħaddu 41 sena biex pajjiżna jirratifika l-konvenzjoni ta' New York ta' l-1958, li minn dejjem kienet l- għejra ta' ħafna konvenzjonijiet oħra mill-aspett internazzjonali.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Din hija konvenzjoni li qed tagħti poter lil dawk il-pajjiżi li jaderixxu għaliha u jirratifikawha sabiex id-deċiżjoni li tingħata f'pajjiżhom tkun tista' tiġi inforzata fi kwalunkwe pajjiż ieħor li jkun irratifika din il-konvenzjoni.", "U din hija s-sbuħija tal-makkinarju ta' dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u s-sbuħija tal-kapaċita' ta' pajjiżna li għalkemm żgħir, huwa Stat sovran, rikonoxxut bl-iktar standards għoljin bħal kull pajjiż ieħor fil-qafas u fil-legalita' kollha tad-dritt internazzjonali.", "Ladarba din il-konvenzjoni se ssir parti mil-liġijiet tagħna, aħna se nkunu wieħed minn dawk il-pajjiżi li nirrikonoxxu dawk l- arbitral awards li huma binding u li jistgħu jiġu inforzati skond ir- regolamenti ta' proċedura li jkunu indikati fit-territorju tal-pajjiż.", "Jiġifieri deċiżjoni li tingħata miċ-ċentru ta' l-arbitraġġ f'Malta trid tiġi inforzata f'dak il-pajjiż li rratifika din il-konvenzjoni skond il- proċedura ta' dak il-pajjiż.", "Meta qed nitkellmu fuq enforcement ta' deċiżjoni dwar interessi internazzjonali, l-ebda pajjiż m'għandu dritt jgħid li l-cost ta' l- enforcement ta' dik l-award għandu jingħata bi spejjeż aktar milli kieku l- enforcement qed isir għal xi ħaġa domestika, anke jekk ikun hemm proprjeta' tal-using party fil-pajjiż.", "Din hija importanti u hija indikata f'artiklu 3 ta' l-istess konvenzjoni.", "Kif jafu sħabi l-avukati, l- enforcement hija l-iktar ħaġa diffiċli biex timplimenta wara li tingħata sentenza.", "Inutli li bħala pajjiż ikollna ċentru ta' l-arbitraġġ b'saħħtu, effiċjenti u li jista' jkun l-mudell ta' pajjiżi oħra jekk inkunu weak fl- enforcement tad-deċiżjonijiet li jingħataw minn dan iċ-ċentru.", "U jien naqbel mal-ministru li qed jenfasizza li n-New York convention ta' l-1958 għandha tkun parti integrali mil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Il-ministru semma l-vantaġġi fiskali li tista' tibbenefika minnhom dik il- kamra ta' arbitraġġ li tkun reġistrata bħala kumpannija, pero' hawnhekk nixtieq nistaqsi - u din qed ngħidha bl-iktar mod oġġettiv, għaliex l- oppożizzjoni se tivvota favur din il-liġi - ladarba l-gvern jidher li se jibqa' miexi b'rasu baxxuta lejn il-European Union, qiegħed jara x'jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet tad-direttivi ta' l-European Union jekk Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni?", "Personalment naħseb li jekk kemm-il darba Malta keeps out of full membership tkun f'pożizzjoni ħafna aħjar għaliex tkun tista' tagħmel ir-regolamenti ta' proċedura u regolamenti oħra li jmissu ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ b'mod indipendenti u dak li nkunu qed nagħmlu kemm jista' jkun nagħmluh fil-parametri rikjesti fil-qafas internazzjonali mill-konvenzjonijiet li Malta taderixxi għalihom.", "Jekk ikun hemm xi ħaġa minn Brussels li tista' tkun ta' xewka għall-proċeduri li jistgħu jiġu mfassla fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ internazzjonali li se jitwaqqaf f'Malta nkunu nistgħu ma nagħtux kashom, pero' ladarba Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni jkollha timxi mad-direttivi li joħorġu minn Brussels.", "Dawn huma ħsebijiet li bilfors ikolli nesprimihom għaliex bħala partit aħna ma naqblux mal-pożizzjoni li qed jieħu l-gvern għal dak li għandu x'jaqsam mal-European Union.", "Min-naħa l-oħra jien nawgura lil dan il-parlament li kemm jista' jkun malajr ngħaddu dawn l-emendi ħalli nvaraw dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta biex ikun l-għejra ta' ċentri oħra madwar id-dinja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, irrid inkun onest mas-Sedja u ma' kulħadd billi ngħid li ma kontx beħsiebni nitkellem fuq din il-liġi pero' nixtieq nitkellem għas-sempliċi raġuni li attwalment f'pajjiżna tinħass il- ħtieġa li jitressqu dawn l-emendi dwar il-kwestjoni ta' l-arbitraġġ, u nispjega għaliex.", "Aħna nitkellmu ħafna fuq il-konġestjoni kbira li nsibu fil-qrati tagħna, b'numru interminabbli ta' kawżi pendenti li hemm quddiem il-Qorti Superjuri, il-Qorti Inferjuri u l-Qorti ta' l-Appell.", "Matul iż-żmien gvernijiet sussegwenti, kemm gvernijiet Nazzjonalisti u kif ukoll dawk Laburisti, dejjem introduċew ċerti emendi biex tiġi ffaċilitata l-proċedura fil-qrati tagħna bil-għan li din il-konġestjoni tispiċċa jew għallinqas titnaqqas.", "Per eżempju, madwar sitt snin ilu saru emendi biex tiġi ffaċilitata l-proċedura solenni quddiem il-Qorti Superjuri u mmorru iktar għas-sustanza milli għall-forma, pero' nonostante dan kollu d-dewmien baqa' hemm.", "Kien pass tajjeb meta żidna n-numru ta' l-imħallfin, li ħafna minnhom huma nies effiċjenti, li qed jagħtu kontribut siewi biex il- proċedura u l-proċessi fil-qrati jitħaffu, pero' xorta waħda l-konġestjoni baqgħet tiżdied.", "Il-gvern Laburista kien introduċa l-assistenti ġudizzjarji biex jgħinu lill-imħallfin fil-ġbir tal-provi.", "Għalkemm din kienet sistema tajba, ma ħadmitx fit-totalita' tagħha għaliex il-konġestjoni kbira ta' każi li hemm hija kważi l-akbar problema li teżisti fil-qrati.", "Allura meta wieħed jibda jara li minkejja l-emendi kollha li saru minn żmien għal żmien xorta waħda baqgħu jiżdiedu l-kawżi, wieħed jibda jgħid li hemm xi ħaġa intrinsikament ħażina fil-mentalita' tal-Maltin, fis-sens li iktar ma jsiru emendi iktar jsiru kawżi.", "Barra minn hekk, għandna sistema ta' bottleneck fil-qrati fejn il-kawżi kollha li jiġu appellati jispiċċaw quddiem l- istess qorti u dan qed joħloq konġestjoni quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "Wieħed jista' jgħid li dawn l-affarijiet m'humiex daqstant rilevanti għaliex illum m'aħniex qed nitkellem fuq il-qrati imma qed nitkellmu dwar l- emendi għal-liġi dwar l-arbitraġġ li għaddiet minn dan il-parlament fl- 1996.", "Fil-fatt l-arbitraġġi li kienu jsiru qabel l-1996 kienu informali u l- problema li kellna f'Malta kienet li ma kellniex il-kultura li n-nies jirriżolvu l-pendenzi ta' bejniethom b'mod aktar ċivilizzat billi jilħqu ftehim.", "Sfortunatament din id-drawwa għadha sal-lum ma daħlitx u kulmin ma jaqbilx ma' xi ħadd fuq xi punt jidħol il-qorti u l-avukati rarament jirnexxilhom jikkonvinċu lill-partijiet biex imorru għall-arbitraġġ.", "L- uniċi arbitraġġi li kienu jsiru kienu fil-qasam ta' l-insurance - għaliex ġieli jista' jkollok l-istess insurance qed tkopri liż-żewġ partijiet involuti u allura l-insurance ma jkollha l-ebda interess jekk jirbaħx parti \"a\" jew parti \"b\" u allura tkun trid tissettilja l-kawża ġenwinament - imma hawnhekk qed nitkellmu fuq kwestjonijiet ta' ħabtiet normali u mhux meta jkun hemm personal injuries, fejn iridu jiġu llikwidati d-danni.", "Fil- fatt jien nista' ngħid li fit-13-il sena li ilni avukat - u dan jistgħu jikkonfermawh sħabi l-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-Onor.", "John Attard Montalto - qatt ma rnexxieli nasal f'arbitraġġ f'kawżi ċivili jew kummerċjali, ħlief għal xi kwestjoni li kellha x'taqsam mal-kummerċ fix-shipping, għaliex huwa diffiċli ħafna li tasal biex tagħmel agreement biex isir arbitraġġ.", "Għalkemm l-arbitraġġ huwa alternativa valida ħafna għal-litigazzjoni ġudizzjarja fil-qorti, xorta waħda ma konniex qed nirrikorru għalih.", "Għalhekk fl-1996 il-gvern bir-raġun ħass li kellu jirregolarizza l- proċedura ta' l-arbitraġġ biex jagħtiha forma legali u ma jħallihiex f'idejn il-partijiet b'mod daqstant apert.", "Jien nemmen li l-arbitraġġ m'għandux ikun regolat, għaliex idealment l-arbitraġġ ifisser li jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet, b'persuna li tiġġudika l-każ ta' bejniethom.", "L- esperjenza għallmitna li jekk dan l-arbitraġġ ma jingħatax sura ġuridika ma jkunx jidher xi ħaġa serja u allura ma tħajjjarx lil dak li jkun biex jidħol għal din il-proċedura.", "Il-gvern għamel tajjeb li lleġisla biex jagħti sura ġuridika lil din l-istituzzjoni importanti, pero' ma rridux ninsew li l-arbitraġġ qiegħed hemm mhux biex joqtol il-qorti imma biex itaffi mill-piż u mill-kawżi li hemm il-qorti.", "Barra minn hekk, wieħed jittama li l-arbitraġġi jiffaċilitaw il- proċedura billi l-affarijiet jsiru aktar malajr u dak li jkun jasal għall- award tiegħu b'aktar speditezza.", "Sfortunatament biex tingħata sentenza mill-qorti trid tgħaddi minn kalvarju sħiħ pero' nittama li fl-arbitraġġ ma jsirx hekk, għaliex wisq nibża' li jekk nifformalizzaw iżżejjed l- arbitraġġ - u dawn l-affarijiet jistgħu jiġu diskussi fl-istadju ta' kumitat - jibda jkollna wkoll dewmien fl-arbitraġġ.", "Fil-fatt jien nista' ngħid li l-ftit kawżi li ddifendejt fl-arbitraġġ kważi damu daqs kawżi normali.", "Huwa importanti li tingħata forma aktar solenni lill- istituzjoni ta' l-arbitraġġ imma mill-banda l-oħra nemmen li jekk tgħabbi lil din l-istituzzjoni b'wisq formalita' allura tista' tasal fl-istess problemi li għandna fil-qorti.", "M'iniex qed ngħid li ma naqbilx mal-liġi kif inhi anzi rrid ngħid li kif qed tiġi emendata se tkun ferm aħjar milli kienet.", "Jidher li l-intenzjoni tal-liġi - u din hija xi ħaġa lodevoli - hija li nagħtu ħajja liċ-ċentru ta' arbitraġġ, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-arbitraġġ internazzjonali, li tant tkellem tajjeb fuqu l-kollega tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia, li daħal fil-kwestjoni tar- reciprocal enforcement of awards.", "Jien nittama li eventwalment iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ Malti jibda jintuża wkoll bħala ċentru ta' arbitraġġ internazzjonali biex jittratta kawżi ta' inċidenti marittimi.", "Dawn it-tip ta' kawżi jinvolvu ammont konsiderevoli ta' flus u jħallu qligħ fil-pajjiż fejn isiru dawn l- arbitraġġi.", "Hija ħasra li Malta tippromwovi ruħha bħala ċentru marittimu għal dak li għandu x'jaqsam ma' reġistrar ta' vapuri, yacht marinas eċċ, fejn qed immexxu b'suċċess kbir u mbagħad mil-lat ta' riżoluzzjoni għall- kwestjoni marittimi tibqa' lura.", "Wieħed jispera - u nimmaġina li b'din il- liġi dawn l-affarijet jistgħu jsiru - li kif kellna suċċessi mil-lat maritimu għal dak li jikkonċerna l-ħwejjeġ li għadni kif semmejt, meta jkollna liġi aktar moderna u aktar aġġornata nidħlu f'din l-isfera ta' xogħol billi international maritime arbitrations jibdew jinżammu f'Malta.", "Issa nixtieq nitkellm fuq il-liġi nnifisha, Sur President, Klawsola 2 qed temenda d-definizzjoni ta' \"ftehim ta' arbitraġġ\", kif imniżżel f'artiklu 2 tal-liġi prinċipali, fejn bażikament qed ngħidu li jekk parti tintima lil parti oħra li hi beħsiebha tagħmel arbitraġġ ma' min għandha dispute u l-parti l-oħra fit-trapass tal-perijodu stabilit mil-liġi ma tagħmilx l-objections tagħha, allura qisha b'mod taċitu qed taċċetta li jsir arbitraġġ.", "Issa l-mod kif il-parti l-oħra trid tiġi intimata jew notifikata b'mod uffiċjali wieħed jaraha iktar fid-dettall fl-istadju ta' kumitat għax forsi m'hijiex daqstant ċara, pero' jidher li dan huwa l- ħsieb tal-liġi.", "Kif għedt qabel - u issa se nsemmi x'inhu l-periklu fiha - ħafna drabi ma tasalx f'arbitration għax il-parti li trid tfittex tkun intransiġenti u ma tkunx trid tissettilja, forsi għaliex tkun taf li għandha tort u allavolja tiktbilha ittri uffiċjali, tibqa' ma tirrispondix.", "Fil-fatt ħafna mill-kawżi jispiċċaw il-qorti għaliex wara li lil dak li jkun tkun ktibtlu diversi drabi jibqa' jinjora dawn l-ittri, għaliex forsi ma jkunx irid jonora l-kuntratt jew għaliex ikollu jagħti xi flus u allura l-parti l-oħra ddaħħlu l-qorti.", "Pero' rridu niftakru li l-Prim'Awla tal- Qorti Ċivili m'hijiex qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja imma hija qorti ta' litiġju, jiġifieri dak li jkun jista' jġiegħel lil xi ħadd imur il- qorti anke jekk ma jkunx irid.", "Issa jien nemmen li sa ċertu punt b'din il-klawsola qisna qed imorru kontra l-ispirtu ta' arbitraġġ għaliex iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ qed nagħtuh sembianza ta' kważi qorti.", "Hawnhekk qed nikkontemplaw konċett ġdid li ma kienx jeżisti qabel fil-konċetti ġuridiċi tagħna fejn kważi qisek qed iġġiegħel lil xi ħadd jidħol f'arbitraġġ.", "Jien nistaqsi: Kemm huwa legalment possibbli li jsir dan?", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex jekk il- partijiet ma jiftehmux li jmorru f'arbitraġġ jistgħu jinqalgħu kwestjonijiet ta' natura kostituzzjonali għax il-Kostituzzjoni u anke l- Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tipprovdi li in the determination of one's rights kulħadd għandu dritt ta' aċċess quddiem qorti indipendenti u parzjali, imbagħad hija l-Kostituzzjoni tagħna li tiddefinixxi x'inhi qorti.", "Kien hemm kawżi fejn qalu li l-uniċi qorti li jeżistu huma l-qorti tal-maġistrati u l-qorti ta' l-imħallfin.", "Din il- klawsola tfisser li jekk lil dak li jkun tkun ktibtlu ittra uffiċjali biex jonora obbligazzjoni u jagħżel li jinjorak, jew tkun intimajtu li tixtieq tagħmel arbitraġġ miegħu u jinjorak, ukoll tista' ġġiegħlu li jidħol f'arbitraġġ miegħek bilfors.", "Fl-opinjoni tiegħi, din l-idea li ġġiegħel lil xi ħadd jidħol f'arbitraġġ miegħek bilfors hija kontro-sens għal veru skop ta' arbitraġġ.", "Jekk se nkomplu nemendawha se nispiċċaw li minflok nibdew nagħmlu l-proċeduri fil-Prim'Awla u fir-reġistru, nibdew nagħmluhom quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u nibdew nafdaw kawżi ta' litigazzjoni u pronunzjamenti ċivili fuq interpretazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istat f'idejn arbitri privati minflok inħalluhom f'idejn l-istituzzjoni tal- ġudikatura, li matul iż-żmien rabbiet ċertu prestiġju fis-soċjeta' u hija waħda mill-organi ta' l-Istat.", "Forsi hawn min jirraġuna li b'din is-sistema se ngħaġġlu iktar għaliex minflok ikollok 12-il imħallef li jiddeċiedu l-kawżi kollha ta' Malta jista' jkollok mijiet ta' arbitri li jiddeċiedu dawn il-każi.", "Huwa ideali li tifrex l-interpretazzjoni u l-enforcements tal-liġijiet kollha ta' Malta b'mod li qisek qed iddgħajjef il-ġudikatura billi titfa' dan ix- xogħol f'idejn arbitraġġ normali?", "Jien ma nemminx li dan huwa l-iskop ta' l-arbitraġġ u għalhekk waqaft ftit fuq din il-klawsola.", "Anzi ngħid li huwa importanti li jinħoloq bilanċ biex l-arbitraġġ isir biss meta l- partijiet jkunu jaqblu li jsir u mhux jekk il-parti l-oħra ma tirrispondix tista' tinterpretaha li qed tikkondividi l-istess ħsieb tal-persuna li qed jagħmilha.", "Jekk waħda mill-partijiet tressaq il-każ tagħha, jiġi appuntat arbitru u l-parti l-oħra taqa' kontumaċi, allura l-arbitru se jispiċċa qisu mħallef?", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li dik il-parti li tkun ittieħdet quddiem l-arbitru kontra r-rieda tagħha m'hijiex qiegħda quddiem qorti rikonoxxuta skond il-Kostituzzjoni tagħna u għalhekk naħseb li għandu jkollna ripensament fuq din il-klawsola għax tista' tkun perikoluża, fis-sens li nkunu qed innaqqru b'mod sostanzjali l-funzjoni tal-qrati ċivili ta' pajjiżna.", "Dan huwa l-istess argument li wieħed juża meta nitkellmu fuq bordijiet ta' arbitraġġ jew tribunali li jiġu mwaqqfa ad hoc.", "Per eżempju, jien ma naqbilx mal-liġi li għaddejna li jista' jitwaqqaf tribunal fuq kwestjonijiet ta' wirt, ta' kolliżjonijet, ta' price control u fuq kwestjonijiet marittimi għaliex b'dan il-mod tispiċċa tispettizza l-qorti kollha u tispiċċa fix-xejn.", "Jekk il-ġudikatura nġibuha f'pożizzjoni li tmur kontra l-ispirtu ta' l-istess Kostituzzjoni, billi l-funzjoni tagħha tkun sekondarja jew paralleli ma' awtoritajiet oħra, allura eventwalment l- unika funzjoni tal-qrati tkun dik ta' l-ordni pubbliku u tad-dritt kriminali.", "Jien naqbel ma' dawn l-emendi fl-intier tagħhom pero' ma rridux ngħaġġlu u nesaġeraw.", "Irridu dejjem inżommu f'moħħna l-kunċetti bażilari ta' x'jagħmilna Stat u ma nistgħux inġibu fix-xejn wieħed mit-tliet organi ta' l-Istat.", "Din hija l-biża' tiegħi fuq dan il-punt.", "Klawsola 2 tikkontempla wkoll żewġ subparagrafi oħra li bir-rispett kollu naħseb li qegħdin għal xejn.", "Subparagrafu (b) ta' klawsola 2 jgħid hekk:", "\"the reference in a written contract to a document containing an arbitration clause constitutes an arbitration agreement provided that the reference is such as to make that clause part of the contract;\".", "Din il-klawsola qed tgħid li biex tagħmel arbitration m'hemmx għalfejn tagħmel skrittura jew kuntratt ad hoc ta' arbitration, imma meta tkun qed tinnegozja fil-kummerċ jew fil-qasam ta' l-insurance tista' tagħmel klawsola ad hoc u meta l-partijiet jiftiehmu fuq dak il-kuntratt fl-intier tiegħu u jkollok dik il-klawsola, dik il-klawsola torbot.", "Fil-fatt diġa' qiegħda hekk għaliex fl-insurance ikollok klawsola ta' arbitration, fil- maritime ġieli taraha wkoll u qatt ma tiffirma skrittura ta' arbitration ad hoc u fil-ftehim tan-negozju li jkun qiegħed isir mhux talli jkun hemm diġa' previst li jista' jkun hemm arbitration imma talli jispeċifika jekk l-arbitration iridx isir f'Malta jew barra minn Malta.", "Jekk wieħed jara subartiklu (1) ta' artiklu 7 tal-model law on international commercial arbitration isib li jekk għandek klawsola fil-kuntratt ta' arbitration dik il-klawsola tgħodd.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet mhux biex noqgħod infettaq imma jien nemmen li din il- klawsola hija superfluwa għax kemm paragrafu (b) u kif ukoll paragrafu (c) ta' klawsola 2 huma diġa' assorbiti f'subartiklu (1) ta' artiklu 7 tal-model law.", "L-istess jista' jingħad għal paragrafu (c) ta' klawsola 2 li jgħid hekk:", "\"an arbitration agreement is also concluded by the issuance of a bill of lading, if the latter contains an express reference to an arbitration clause in a charter party;\".", "Klawsola 3 li qed temenda artiklu 4 tal-liġi prinċipali hija interessanti u tgħid hekk:", "\"In the exercise of their functions under this Act, all the members of the Board shall exercise their functions in their individual judgement and shall not be subject to the direction or control of any other person or authority.\".", "Din l-emenda turi l-linja tal-ħsieb ta' x'se jiġri fl-arbitraġġ għax issa wieħed jistenna li l-arbitraġġ f'Malta jesplodi, la l-arbitraġġ m'huwiex se jibqa' iktar volontarju imma se jsir kontenzjuż.", "Qabel ir- regolamenti kienu under the direction of the minister imma issa nħassset il-ħtieġa li tiddaħħal din l-emenda biex tingħata iktar awtonomija lill- istess ċentru.", "Subartiklu (2) ta' artiklu 3 tal-liġi prinċipali jgħid li ċ-ċentru huwa a distinct personality, pero' m'għandux l-indipendenza tal-qrati u qatt ma jista' jkollu għaliex, kif spjegajt qabel, il-qrati m'humiex biss an autonomous distinct personality jew dipartiment governattiv imma huma wieħed mit-tliet kolonni ta' l-Istat.", "Fil-fatt din il-klawsola tirriaferma l-indipendenza u l-awtonomija ta' dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u din l-awtonomija toħroġ mill-fatt li as a rule l-membri tal-bord ta' l- arbitraġġ m'humiex se jiġu imposti mill-gvern jew mill-ministru imma se jinħatru bi ftehim bejn il-partijiet, pero' meta ma jkunx hemm ftehim bejn il-partijiet ikun iċ-chairman li jimponi min għandhom ikunu l-membri.", "Fil- fatt dan l-istess ħsieb ta' awtonomija joħroġ minn paragrafu (b) ta' klawsola 4 li jgħid li:", "\"\"the words \"and on such terms and conditions as the minister may deem appropriate\" in subsection (1) thereof as renumbered shall be deleted;\"", "Jien naqbel ukoll ma' l-emendi li qed jitressqu biex jiżdiedu l-poteri tar-reġistratur għaliex dawn huma affarijiet tajbin li jagħmlu l-arbitraġġ aktar prattiku.", "Għandna ukoll emendi fuq il-kwestjoni ta' l-international arbitral advisory committee.", "Qabel dan kien ikun kompost minn ħames persuni, inkluż iċ-chairman imma llum qed ngħidu li ċ-chairman taċ-ċentru awtomatikament se jkun jippresjedi dan il-bord.", "Fil-fatt jien m'iniex kontra li tingħata funzjoni iktar formali u integrali lill-istess chairman.", "Dawn huma kollha emendi li jagħmlu sens u forsi fl-istadju ta' kumitat wieħed ikun jista' jiddiskuti xi irqaqat żgħar bħal, per eżempju, min se jiddeċiedi min għandhom ikunu l-arbitri f'każ li jkollok pluralita' ta' arbitri.", "L-ewwelnett jekk ikun hemm qbil bejn il-partijiet dwar l- arbitri mhux se jkun hemm problemi pero' jekk ikun hemm pluralita' ta' plaintiffs li ma jiftehmux ma' grupp ta' defendants dwar min għandhom ikunu l-arbitri jew jekk għandux ikun arbitru wieħed, allura f'dak il-każ ikun iċ- chairman taċ-ċentru li jappuntah jew jappuntahom.", "Fil-fatt subklawsola (3) ta' klawsola 12 tgħid li:", "\"... the Chairman may on the request of either of the parties appoint each member of the Arbitral Tribunal and shall designate one of them to act as presiding arbitrator.\"", "Nemmen li l-kelma \"may\" trid tinbidel u ssir \"shall\" għax jekk għandek ħamsa min-nies li qegħdin f'dispute bejniethom u marru għall-arbitraġġ imma m'humiex qed jaqblu fuq min se jiġi appuntat bħala arbitri, irid ikun hemm xi ħadd li jappuntahom għaliex jekk ma jkunx hemm min jippresjedi u jmexxi ma jistax ikollok arbitraġġ.", "Pero' jien ngħid li hawnhekk terġa' tqum il- kwestjoni li f'każ li ma jkunx hemm qbil dwar l-arbitri ma jistax ikollok arbitraġġ komplet għaliex f'dan il-każ l-arbitri jew l-arbitru qed jiġu imposti minn persuna li hija impjegata maċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Huwa veru li ċ-chairman jiġi impjegat għal ċertu perijodu ta' żmien u m'huwiex indipendenti bħal imħallef pero' xorta se jimponi min se jiddeċiedi l- kawża.", "Jekk, per eżempju, ikun hemm erba' plaintiffs kontra xi parti oħra li għaliex ma jkollha l-ebda interess li tidħol f'arbitraġġ ma tirrispondix skond il-perijodu stipulat mil-liġi u mhux talli tispiċċa tidħol mingħajr ma trid imma talli lanqas tkun taqbel ma' l-arbitri li jkunu ġew imposti fuqha biex jiddeċiedu l-kawża, allura l-arbitraġġ jiġi qisu qorti oħra.", "Jien naħseb li dawn huma osservazzjonijiet li wieħed jista jħares lejhom iktar 'il quddiem.", "Issa niġi għall-kwestjoni tar-recognition and enforcement of foreign awards.", "Fi klawsola 19 qed ngħid li artiklu 59 tal-liġi prinċipali se jinbidel u minfloku se jidħol dan li ġej:", "\"Part VII of this Act on the Recognition and Enforcement of Foreign Awards shall apply to foreign arbitration awards and Chapter VIII of the Model Law shall not apply.\".", "Kif qal tajjeb il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Anġlu Farrugia, jekk irridu li dawn l-arbitraġġi internazzjonali jiġu hawn Malta bilfors trid topera din it-tip ta' proċedura.", "Jien ngħid li kważi iktar se jkun faċli li tiġi inforzata award ta' arbitraġġ milli tiġi inforzata sentenza tal-qorti ordinarja.", "Dan l-aħħar fil-qorti ordinarja żidna l-konvenzjonijiet fuq il- family law u allura dawk is-sentenzi ta' separazzjonijiet u sentenzi oħra tal-family court se jiġu enforced pero' l-kawżi l-oħra ma jiġux enforced.", "Jiġifieri kważi kważi d-deċiżjonijiet ta' dawn l-arbitri, li huma nies privati, internazzjonalment se jkollhom iktar piż milli jkollhom is- sentenzi tal-qrati tal-ġustizzja tagħna.", "Wieħed jifhem ukoll li hemm l- element lukrattiv u ekonomiku wara l-ħsieb ta' dan iċ-ċentru u din m'hijiex xi ħaġa ħażina.", "Jien qed nikkritika l-fatt li m'għandniex iktar trattati fuq reciprocal enforcements tas-sentenzi tal-qrati ordinarji.", "Paragrafu (b) ta' klawsola 20 li qed temenda artiklu 60 tal-liġi prinċipali jgħid hekk:", "\"\"for the words from \"than in accordance with the Model Law\" to the words \"shall apply.\", there shall be substituted the following \"than in accordance with the Model Law, and the parties have not chosen the rules that are to govern the arbitration, then the provisions of Part IV of this Act, shall apply.\".", "Dan ikompli juri kemm hija laxka l-proċedura quddiem dawn it-tribunali, jiġifieri dak li jkun kważi jista' jagħżel liema regolamenti japplikaw, pero' dan huwa l-iskop ta' arbitraġġ għaliex, kif għedt fil-bidu, jekk l- arbitraġġ se torbtu bi proċedura solenni żżejjed, l-iskop tiegħu jissarraf fix-xejn.", "Sur President, jien tkellimt b'mod differenti fuq din il-liġi milli forsi se jitkellmu sħabi l-kelliema l-oħra għaliex ipprovajt nuri ftit il- lat negattiv tagħha.", "Pero' dan ma jfissirx li jien ma nemminx ġenwinament u sinċerament li f'dan il-pajjiż hemm bżonn li l-arbitraġġ nagħtuh spinta 'l quddiem, jew li f'pajjiżna m'għandniex ikollna ċentru ta' arbitraġġ b'saħħtu u organizzat biex jattira anke kummerċ internazzjonali.", "Jien m'hu qed ngħid xejn minn dan kollu u nifhem ukoll il-concerns tal-ministru illi meta jmur lura fil-ministeru tiegħu jiġi inondat b-ilmenti ta' kemm idumu l-kawżi l-qorti.", "Fil-fatt illum stess kelli xi risposti għal domandi parlamentari li għamilt lill-ministru dwar il-backlog tal-kawżi u wieħed jifhimha li l-ministru tal-ġustizzja ma jistax ma jkunx sensittiv għal dan kollu għax meta titkellem fuq il-ġustizzja, kważi l-ewwel ħaġa li jiġi rinfaċċjat biha l-kwestjoni tad-dewmien tal-kawżi fil-qrati tagħna.", "Pero' mill-banda l-oħra jien ngħid - u dan li jinkwetani lili - li m'għandniex ngħaġġlu żżejjed u nħottu ħajt biex nibnu ieħor.", "Jien ma ridtx nidħol fid-dettalji tar-regolamenti kollha għaliex dawk jistgħu jiġu diskussi fl-istadju ta' kumitat, u l-emendi huma tajbin, pero' ridt inwassal il-messaġġ illi wieħed ma jridx jgħaġġel iżżejjed.", "Huwa veru li jekk l-arbitraġġ tagħmlu b'saħħtu ħafna jkun l-aħjar wieħed, pero' jibqa' arbitraġġ jew isir xi qorti oħra?", "Nagħlaq billi ngħid li la jien kontra li nagħmlu l-arbitraġġi, la li niffaċilitaw li jsiru l-arbitraġġi, la li nagħmlu r-regolamenti u lanqas li nħallu l-liġijiet tagħna jiġu interpretati privatament min-nies, li jien persważ li se jkunu ta' ċerta abilita', pero' m'għandniex immorru oltre billi nikkreaw sitwazzjoni fejn b'xi mod innaqqsu jew niżmantellaw il-qrati ordinarji tal-ġustizzja.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Gatt biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, l-ewwelnett irrid nikkonstata dak li għedt fl-introduzzjoni tiegħi, ċioe' illi ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuq il-prinċipji illi hemm wara dawn l-emendi, qbil illi jkompli ma' dak li kien hemm fl-1996 u li ċertament jawgura tajjeb ħafna għall-iżvilupp ta' dan iċ-ċentru ta' arbitraġġ biex, kif intqal miż-żewġ naħat, f'pajjiżna mhux biss ikollna mezz ġdid ta' riżoluzzjoni imma jkollna wkoll forum ġdid u possibbilta' ġdida ta' kif nattiraw ix-xogħol lejn pajjiżna.", "Jien ngħid li l-consensus illi wrew iż-żewġ naħat tal-parlament kemm fuq il-liġi meta ġiet varata fl-1996, kemm fuq il-ħidma li saret sal-lum u kif ukoll fuq dawn l-emendi, ċertament illi jawgura tajjeb biex flimkien inkomplu naħdmu id f'id ħalli nagħmlu dak kollu possibbli biex dan iċ-ċentru jagħmel suċċess u jattira x-xogħol lejn Malta.", "Indubbjament parti mis-suċċess illi kellha l-MFSC u l-istrutturi kollha li saru taħt il-kappa tal-liġijiet finanzjarji kien l-consensus muri f'din il-Kamra u jien nawgura li l- consensus li qed nuru llum jinnotawh nies li jinteressahom dan iċ-ċentru, jippropagawh barra minn Malta u jaħdmu lkoll flimkien biex dan iċ-ċentru jagħmel suċċess.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm f'dan l-istadju m'iniex se noqqħod nindirizza l-proposti jew il-queries kollha dettaljati li ħadt gost nisma' min-naħa l-oħra għaliex se nagħmel dan fl-istadju ta' Kumitat - pero' nikkonferma l-pożizzjoni tal-gvern illi l-emendi kollha li jitressqu jiġu kkonsidrati bis-serjeta' bil-għan illi din il-liġi toħroġ mill-istadju ta' kumitat bi qbil unanimu, il-vot fuq it-Tieni Qari jkun maqbul perfettament u t-Tielet Qari ta' din l-liġi jgħaddi wkoll b'mod unanimu.", "Fi kliem ieħor aħna lesti nikkonsidraw kull emenda li titressaq, lesti li nirrispondu għal kull diffikulta' li jista' jkun hemm u lesti li niddiskutu l-emendi fid-dettall, anke fil-preżenza ta' l-esperti, fosthom l-attorney general u l-Prof.", "David Attard, li nispera li jkun hawn Malta.", "Pero' nerġa' nirriafferma l-propensita' tal-gvern illi jikkonsidra kull proposta li tiġi min-naħa l-oħra u illi jagħti spjegazzjonijiet għaliex ittieħdu ċerti pożizzjonijiet.", "Xtaqt nirrimarka li naqbel ħafna ma' l-Onor.", "Farrugia meta qal illi hemm bżonn inpoġġu fuq bażi finanzjarja soda ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Fil-fatt sabiex jibda dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ ċertament għandu bżonn is- sostenn tal-gvern u dan diġa' għamilnih is-sena l-oħra meta fl-aħħar budget ġiet ivvotata s-somma ta' Lm50,000 u nista' nirrapporta illi fl- aħħar tas-sena 1998, l-unika spiża li kellu ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ, kienet l-onorarja tal-membri tal-bord tal-gvernaturi u l-ispejjeż li kienu qegħdin isiru fuq iċ-ċentru, pero' beda din is-sena b'kapital attiv ta' Lm39,000.", "Jiena għandi l-projections illi ssottomettewli l-bord tal- gvernaturi taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ illi ovvjament huma bbażati fuq assunzjoni ta' ċertu livell ta' finanzjament min-naħa tal-gvern, u dispost li nurihom ukoll lill-oppożizzjoni.", "Nista' nikkonferma li huwa l-ħsieb tal- gvern li jibqa' jsostni fil-bidu ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ biex niżviluppawh fuq bażi soda finanzjarja, pero' rridu naqblu wkoll illi dan il- finanzjament ma jistax jibqa' għaddej in aeternum u rridu nistabilixxu sena partikolari meta wieħed jistenna illi dan iċ-ċentru jibda juri profitt.", "Fil-fatt il-gvern daħħal il-klawsola fuq il-finanzjament, li hija kkopjata minn diversi liġijiet oħra, fejn qed ngħidu illi jekk iċ-ċentru, kif inhu mistenni, jibda juri profitti konsistenti sena wara oħra, l-ewwel għandha tinbena a reserve fund u wara li l-bord tal-gvernaturi u l-ministru jidhrilhom li dak ir-reserve fund huwa biżżejjed biex jieħu ħsieb il- contingencies kollha li jista' jkollu ċ-ċentru, allura l-gvern ikun jista' jiġi ripagat tal-kapital li jkun ħareġ biex waqqaf dan iċ-ċentru.", "Xtaqt nagħmel rimarka fuq dak li qal l-Onor.", "Anġlu Farrugia fir-rigward tal-vantaġġi fiskali li qed jingħataw lill-arbitration chambers barranin u mhux lill-professjonisti lokali.", "Irrid nammetti li dan il-fattur iddiskutejnih bejnietna għaliex filwaqt li fil-prinċipju m'hemm xejn kontra, wieħed irid jikkonstata illi l-vantaġġi fiskali mogħtija fil- kontest ta' international trading companies illum m'humiex available lokalment u ma jidhrilniex illi f'dan l-istadju wieħed għandu jbiddel il- pożizzjoni, għax jekk ibiddilha għall-arbitration chambers lokali ikun irid ibiddilha ukoll għall-international trading companies u għal affarijiet oħra illi huma fuq bażi simili.", "Jidhrilna li dan għandu jkun it- tieni pass għaliex is-sistema tagħna ma tridx tkun mibnija biss fuq l- arbitraġġi lokali imma l-impetus kbir irid ikun li nattiraw l-arbitraġġi internazzjonali u biex nagħmlu hekk il-kompetittivita' tagħna trid tkun mibnija fuq il-fatt li min ikun ġej minn barra jkun jaqbillu jiġi hawn milli jmur x'imkien ieħor anke minħabba kwestjoni ta' fees.", "Allura jidhrilna li din għandha tkun l-ewwel fażi, li wieħed jidħol fiha mingħajr ma neskludu bl-ebda mod it-tieni fażi, illi tkun proprju illi nekwiparaw l- vantaġġi li jista' jkun hemm għall-barranin mal-vantaġġi li għandhom jidħlu għall-professjonisti Maltin.", "Fil-fatt hija ftit ironika jekk torbot dan il- fatt ma' dak li l-Onor.", "Farrugia semma dwar l-Unjoni għaliex huwa proprju d-dħul ta' Malta fl-Unjoni li jwassal għal din l-ekwiparazzjoni tal- vantaġġi fiskali bejn il-barranin u l-Maltin.", "Jien nifhem u napprezza għaliex l-Onor.", "Farrugia qajjem il-kwestjoni ta' l-Unjoni pero' ma naqbilx miegħu u se nieqaf hawn għaliex dan m'huwiex id-dibattitu li jrid isir.", "Sur President, irrid ngħid ukoll illi fit-tfassil ta' dawn l-emendi u fir-review tal-leġislazzjoni preżenti, tajna kas il-pożizzjoni mhux biss fl-Unjoni Ewropea imma wkoll il-pożizzjoni internazzjonali ta' l-arbitraġġ u l-liġi li għandna llum, inkluż ir-regolamenti u l-vantaġġi li jeżistu, hija kompletament konformi mal-prattiċi u mad-direttivi li jeżistu fl- Unjoni.", "Ma nistgħux naħsbu li nistgħu niżviluppaw ċentru ta' arbitraġġ internazzjonali li jattira lejn pajjiżna arbitraġġi internazzjonali mingħajr ma nkunu dovetailed mad-dinja kollha u mhux l-anqas ma' l-Unjoni.", "Din m'hijiex kwestjoni fejn nistgħu nimxu waħidna u ma jistax ikun li jkollna sistema ta' arbitraġġ illi ma tinkwadrax ruħha internazzjonalment fuq livell ta' United Nations u fuq livell ta' agreements reġjonali li jkunu jeżistu.", "Malta ma tistax tinjora l-bqija tad-dinja billi taħseb li tista' taħdem waħidha għas-sempliċi raġuni li f'dan il-kamp trid taħdem internazzjonalment.", "Illum nistgħu ngħid li kemm il-kamp legali u kif ukoll il-kamp kummerċjali qegħdin dejjem jiċkienu u bl-użu tat-teknoloġija se jibqgħu aktar jiċkienu.", "Sur President, kif diġa' kelli okkażjoni ngħid illum wasalna f'sitwazzjoni fejn mhux biss arbitraġġi jsiru b'mod elettroniku imma anke kawżi qegħdin isiru b'dan il-mod u għalkemm s'issa għandna ftit pero' jeżistu qrati illi jagħmlu kawżi permezz ta' video conferencing, fejn il- preżentazzjoni tad-dokumenti ssir kollha b'mod elettroniku.", "Pajjiżna għadu 'l bogħod ħafna biex jadotta din is-sistema pero' fil-każ ta' l-arbitraġġ, fejn il-proċedura m'hijiex daqshekk formali - għax is-sottomissjoni tad- dokumenti hija aktar faċli u inqas komplikata għax m'hemmx sistemi barranin, bħal discovery of documents u dawn it-tip ta' proċeduri - jista' jiżviluppa flimkien mat-teknoloġija u llum huwa komuni ħafna li, per eżempju, ikun hemm kwestjoni bejn ditta Franċiża u ditta Ingliża illi jagħżlu arbitru illi jkun qiegħed fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ ta' Vienna, l- arbitru jkun Olandiż u kollox isir mingħajr ma ħadd imur l-Olanda, mingħajr ma ħadd imur Vienna, Franza jew l-Ingilterra għaliex il-komunikazzjoni ssir totalment permezz ta' l-internet, is-sottomissjoni tad-dokumenti jsiru by internet - jekk ikun hemm bżonn ta' submissions - permezz ta' video conferencing u kulħadd jibqa' f'pajjiżu, pero' l-award teknikament tingħata fi Vienna, tiġi reġistrata fi Vienna, il-ħlasijiet kollha jsiru fi Vienna u dik l-award li ssir fi Vienna prattikament tista' tiġi inforzata fid-dinja kollha.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ Malti rridu nżommu f'moħħna dawn l-iżviluppi u nintegraw il-proċeduri tagħna ma' tad-dinja kollha, speċjalment ma' l-Ewropa, minn fejn huwa probabbli ħafna illi nistgħu nattiraw business għalina.", "Naqbel ukoll mal-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Farrugia fuq il-kwestjoni ta' l-enforcement għaliex jien nemmen li s-sistemi ta' enforcement tagħna għad iridu jiġu żviluppati bis-serjeta'.", "Fil-fatt jeżistu diffikultajiet kbar biex anke sentenza mill-qorti tiġi inforzata b'mod effikaċi u jien naħseb illi waħda mir-raġunijiet għaliex għandna għadd ta' kawżi pendenti hija li n-nies qed jibqgħu jidħlu l-qorti anke jekk ma jkollhomx raġun għax jafu li jistgħu jiggwadanjaw iż-żmien u jafu wkoll li s-sentenza li tingħata mhux dejjem tiġi inforzata faċilment.", "Jiena nemmen illi jekk indaħħlu sistemi serji ta' enforcement tas-sentenzi tal-qrati tagħna awtomatikament jonqsu n-numru ta' kawżi u rrid ngħid illi l-gvern qiegħed jesplora l-possibbiltajiet kollha.", "Mr Speaker, personalment m'iniex kuntent bil-mod kif jiġu esegwiti l- mandati ta' qbid u ma niddejjaqx ngħid li l-mandat ta' qbid tagħna huwa wieħed fittizju għaliex ma naqbdu xejn ħlief li nniżżlu fuq lista l-għamara jew l-affarijiet l-oħra li jista' jkollu debitur.", "Dak m'huwiex mandat ta' qbid serju u trid tgħaddi minn kalvarju sħiħ biex televa dik l-għamara u tasal biex tbigħha għaliex jirriżulta li subbasti, jiġifieri bejgħ ta' immobbli, forsi jsiru darba fis-sena.", "Ma nistgħux nisperaw illi jkollna enforcement serju jekk mhux se naslu fil-pożizzjoni li meta jmur il- marixxall u jesegwixxi mandat ta' qbid, effettivament jeleva dak il-ħin stess.", "Fil-fatt il-gvern qiegħed jikkonsidra li jintroduċi emendi f'din il- linja biex niżguraw li f'pajjiżna jibda jkollna enforcements serji.", "Jien ngħid li f'pajjiżna jkollna sistema ta' enforcement serju sakemm tista' taqbad proprjeta' - għax dik tibqa' hemmhekk u ma tista' tagħmel xejn biex tneħħiha - flus likwidi, titoli jew ħaġar prezzjuż f'xi bank illi ma jkunux qegħdin għand id-debitur u allura tista' televahom b'sekwestru.", "Sfortunatament il-maġġor parti tad-debituri la jkollhom proprjeta' u ħafna drabi lanqas flus fil-bank u jkollhom biss dak li huwa legalment definit bħala mobbli u għaldaqstant il-kreditur jgħaddi minn kalvarju sħiħ biex jipprova jieħu xi ħaġa u ħafna drabi jispiċċa ma jieħu xejn.", "Jien ngħid li huwa ħażin ukoll li l-marixxalli tal-qorti qed jispiċċaw debt collectors u fil-fatt tajt ordni biex din il-prattika tinqata' għaliex il-marixxall tal-qorti m'huwiex debt collector.", "Li jiġri kien li meta xi ħadd, per eżempju, jirbaħ kawża ta' Lm500 kontra xi ħadd u l- marixxall jiġbor Lm50 fix-xahar, minn dawk il-Lm50 tingħata xi ħaġa lill- marixxall, anke minna l-avukati, ta' l-isbriga li jkun ħa biex ġabarhom.", "Jien tajt ordni li dik il-prattika triq tinqata' u l-ebda marixxall ma jġib parti mis-sorte imma se mai jrid iġib is-sorte kollha.", "Pero' rridu ndaħħlu metodu ta' enforcement serju li meta marixxal joħroġ biex jesegwixxi mandat ta' qbid verament irid jeleva.", "Nispera li s-sena d- dieħla nippreżenta emendi f'dan is-sens.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Farrugia, ma jistax ikun li wara li pajjiżna jieħu reputazzjoni li għandu sistema tajba ta' arbitraġġ, fejn dak li jkun jasal għall-award b'mod tajjeb, ikollna fees mill-aħjar u spejjeż mill-inqas pero' mbagħad ma tkunx tista' tesegwixxi s-sentenza mogħtija għax ikun hawn dawn it-tip ta' problemi.", "Għalhekk għal dan il-għan ukoll irridu niżguraw illi jkollna sistema serja ta' enforcement.", "L-aħħar kummenti tiegħi xtaqt nirriservahom fuq il-qrati.", "L-Onor.", "Farrugia u l-Onor.", "Herrera rrimarkaw fuq l-istaġnar tal-kawżi li għandna fil-qrati tagħna u semmew xi pprovaw jagħmlu ż-żewġ naħat matul diversi leġislaturi biex inaqqsu dan l-istaġnar, pero' rridu nammettu li r-realta' hi li l-kawżi baqgħu jiżdiedu.", "Huwa veru li kien hemm numru ta' snin meta l-imħallfin kienu qed jaqtgħu aktar kawżi milli kienu qed jidħlu fil- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti ta' l-Appell pero' matul dawn l- aħħar seba' snin in-numru ta' kawżi żdied minkejja li d-disposal rate ta' l-imħallfin baqgħet l-istess.", "Huwa tajjeb li żidna n-numru ta' l-imħallfin pero' s-soluzzjoni m'hijiex li tibqa' żżid in-numru ta' l-imħallfin.", "Fil- fatt minn studju li kkummissjonajt biex nara x'ġara mill-1967 'l hawn sibt li l-ewwelnett jiddependi ħafna mill-imħallef innifsu u kulmin jipprattika l-qorti kuljum jaf li minkejja li kull imħallef għandu 12-il sena prattika mhux kull wieħed minnhom jirrendi l-istess u t-tieni nett ma nistgħux nibqgħu nżidu n-numru ta' l-imħallfin bl-isperanza li se jonqsu n-numru tal- kawżi li jidħlu l-qorti.", "Ir-realta' hija li rridu nagħmlu kif għamlu pajjiżi oħra u napplikaw l-arġini? fl-istadju inizjali billi noħolqu alternative methods of dispute resolution, wieħed minnhom l-arbitraġġ.", "Illum il-Kanada, l-Amerika u dieħla bil-mod l-Ingilterra, qed idaħħlu l- mediation obbligatorja, fejn imħallef jordnalek tmur mediation biex issolvi l-każ tiegħek inkella l-ispejjeż jsiru 1000% aktar.", "Barra minn hekk, għandek ukoll is-sistema tal-master li tista' titħaddem b'mod tajjeb.", "Is-sistema tal-master għandha l-eċċessi tagħha wkoll u, per eżempju, fl- Ingilterra kawża ta' Lm1 miljun tista' tinstema' quddiem il-master bi hearing ta' 20 minuta u jista' jgħidlek li you have no case u ma tistax tidħol il-qorti.", "Jien nemmen li l-arġini jrid isir fil-bidu billi jkollok il-flessibbilta' illi ċerti każi ma jibqgħux jiġu ttrattati dejjem mill-qrati superjuri.", "Per eżempju, it-twaqqif tas-small claims tribunal u ż-żieda fil-kompetenza tal-każi li jista' jittratta ħadmet b'suċċess fil- Qrati nferjuri u neħħiet il-load minn fuq il-Qrati Superjuri.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-istatistika tat-tribunal għal talbiet żgħar isib li l- kawżi pendenti huma minimi u minkejja li għoliet il-kompetenza ż-żewġ chairmen li hemm għadhom qed jaħdmu b'mod effiċjenti, qed ilaħħqu man-numru ta' kawżi li deħlin u n-numru ta' sentenzi li jridu jingħataw huma minimi.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li minkejja li għoliet il-kompetenza u minkejja li żdiedu l-kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati, il-maġistrati xorta baqgħu jaqtgħu l-istess persentaġġ ta' kawżi li kienu jaqtgħu qabel pero' l- appelli mill-kawżi li jaqtgħu l-maġistrati naqsu.", "Jidher li hemm tendenza li ma tantx ikun hemm appelli għal fuq u allura dawn iż-żewġ affarijiet kombinati flimkien ħadmu favur il-fatt illi naqsu l-kawżi ċivili minn quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.", "Jien ngħid li jekk nitilqu, kif beħsiebna nitilqu, fuq eżerċizzju ta' depenalizzazzjoni - se naqbeż fil-kamp kriminali issa - li għandu jirrilivja lil ħafna maġistrati minn ħafna xogħol li m'għadux neċessarju li jsir quddiemhom imma li jista' jgħaddi quddiem il-kummissarji tal-ġustizzja, kif sar fl-ewwel eżerċizzju ta' depenalizzazzjoni, nistgħu nilliberaw window oħra li tista' żżid il-ħin li l-maġistrati jistgħu jiddedikaw għall-kamp ċivili, li eventwalment jista' jwassal għal ċaqliq ieħor fil-kompetenza tal-kawżi li jisimgħu l- maġistrati fil-vesti ċivili tagħhom.", "Jien naħseb li dan l-eżerċizzju flimkien ma' arġini magħmul tajjeb fil-livell tal-Prim'Awla, li għandu jikkomprendi l-arbitraġġ, il-mediation, tħaddim bis-serjeta' tas-sistema tal-master - mhux għax m'hijiex qed issir bis-serjeta' imma hemm aċċettazzjoni mill-imħallfin kollha li trid bilfors tiġi introdotta s- sistema tal-master imħaddma tajjeb - flimkien ma' reviżjoni ta' ċerti fees illi għadhom baxxi ħafna llum, jista' jwassal għal soluzzjoni ta' kif nittrattaw in-numru ta' kawżi li għandna fil-qasam ċivili.", "Nagħlaq billi nawgura illi ż-żewġ naħat tal-Kamra nkomplu naħdmu id f'id flimkien biex dan il-ħsieb li ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ Malti jkun suċċess inkomplu nwettquh flimkien.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1996 dwar l-Arbitraġġ\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 9 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, meta tkun fil- politika allavolja tipprova tħares lejn l-affarijiet b'mod oġġettiv, xi ftit jew wisq taf tkun ukoll partiġjan u tesprimi l-opinjoni tal-partit li tkun tappartjeni lejh, pero' sija meta nkun fuq in-naħa tal-gvern u sija meta kont fl-oppożizzjoni jien dejjem nittratta l-qasam tat-turiżmu bħala qasam ta' interess nazzjonali u kemm jista' jkun nipprova nevita l- partiġjaniżmu.", "Fil-fatt dejjem inżomm f'moħħi li din hija industrija nazzjonali li minnha jgawdi kulħadd u għalhekk huwa importanti li mhux taljena lil min tistenna li jgħinek imma kemm jista' jkun tipprova tiġbed l-appoġġ tiegħu.", "Irrid ngħid ukoll illi l-kelliemi ta' l-oppożizzjoni fuq dan il-qasam jsegwi din l-istess linja, pero' sfortunatament il-gazzetti, ir-radju u t- televiżjoni tal-Partit Laburista huma ħatja ta' l-akbar miżinformazzjoni dwar it-turiżmu għaliex meta nkunu sejrin tajjeb f'dan il-qasam ma jissemma xejn imma kif jiġri xi ħaġa li ma tantx tkun tawgura tajjeb għal dan il-qasam tiġi minfuħa b'mod li taħseb li ġara xi diżastru naturali.", "Naturalment il-fatt li jien nittratta dan il-qasam kemm jista' jkun b'mod bilanċjat u oġġettiv u mhux b'mod partiġjan ma jfissirx li m'iniex kapaċi nippolitiċizzah wkoll, u ċertament ħadd m'hu se jgħaddi minn fuqi u jieħu xi passiġġata billi jipprova jilgħab il-logħba partiġjana.", "Fil-fatt jien kont sorpriż ħafna bid-diskors li għamel il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Karmenu Vella, l-ġimgħa li għaddiet dwar il-festival tal-korijiet u għaliex, bir-rispett kollu lejh, kien bla sens u bbażat fuq fatti żbaljati.", "Mr Speaker, għadni ġej minn dar il-Mediterran għall-konferenzi u nista' ngħid li l-mijiet ta' nies li kien hemm kienu kollha kuntenti li ġew Malta u kollha akkaniti li se jieħdu sehem f'dan il-festival.", "Issa jekk l-Onor.", "Vella qagħad joqgħod jaqra l-gazzetti jew inkella xi ħadd li ma tantx ħareġ ta' raġel mal-Malta tourism authority jew inkella man-National tourism organisation qagħad isefsiflu f'widnejh, jista' jkun li forsi wieħed jiskużah pero' ċertament ma jiġix skużat għal kollox għax dak li għedt jien ġie ppubblikat u l-press release għadha available mid-dipartiment ta' l- informazzjoni għall-gazzetti, għar-radjijiet u għat-television.", "Dak li ntqal mill-gazzetti u l-mod kif żejnuh m'huwiex tort tiegħi u kieku jien noqgħod nikkoreġi ta' kuljum dak li jidher fil-gazzetti mingħajr ebda eċċezzjoni, kważi irrid nagħmilha ta' editur ta' xi sitt gazzetti.", "Imma apparti dan kollu, jien irrid ngħid x'inhuma l-fatti.", "Sur President, fl-1997 ittieħdet deċiżjoni - u fil-fatt qed noqgħod attent kif inpoġġi l-kliem, għaliex la għedt li d-deċiżjoni ħadha l-Onor.", "Vella, la għedt li ħadha l-ministeru u lanqas li ħaditha l-NTOM - li l- festival tal-korijiet jiġi pprivatizzat u jingħata sussidju ta' Lm10,000.", "Fil-fatt wara li saru t-taħdidiet, fil-25 ta' Settembru ġie ffirmat kuntratt bejn l-NTOM u kumpannija privata - jiġifieri ftit ġranet wara li l-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni - u jien aċċettajt li dan il- ftehim jiġi ffirmat għaliex ma ħassejtx li kelli niddisturba l- arranġamenti li kienu saru.", "Wara kollox jiena nippretendi li min għamel xi xogħol qabel għamlu bis-serjeta' u allura ma kontx se nazzarda niddisturba xi ħaġa Pero' f'nofs l-1999 għaddieli minn għala widnejja li l-kumpannija kienet informat lill-NTOM li ma setgħetx taqdi l-obbligi kuntrattwali li kienet daħlet għalihom u riedet tikkanċella l-festival u bdiet tħajjar lill- NTOM biex tieħu lura l-organizzazzjoni f'idejha.", "Ta' min jgħid ukoll li dan il-festival nbeda fl-1989, meta jien kont ukoll responsabbli għat-turiżmu, u fil-press conference jien għedt li l- iskop ta' dan il-festival kien biex insaħħu t-turiżmu fix-xhur tax-xitwa.", "Għalhekk tlabt lil min kien responsabbli mill-NTOM dak iż-żmien biex niltaqa' ma' l-organizzaturi u meta tlabthom biex juruni x'għamlu, sibt li kellhom kor wieħed biss li kien aċċetta u kien hemm xi tnejn oħra li wrew interess.", "Ftehimna illi l-festival tieħdu lura l-NTOM u l- organizzaturi qalu li kienu lesti li jsibu sponsorizzazzjoni ta' Lm5,000, jagħtu Lm4,000 minnhom lill-NTOM u jżommu Lm1,000 minnhom.", "Fil-fatt hekk ġara u l-NTOM ħadet l-organizzazzjoni f'idejha u sat-8 ta' Ottubru kellha tmien korijiet reġistrati u tnejn oħra li kienu possibbli li jirreġistraw ukoll.", "Mr Speaker, fil-press conference jien enfasizzajt għal diversi drabi l- punt li ħadd m'għandu jistenna li jagħmel qligħ mill-qasam kulturali jew jistenna li se jsir sinjur minn fuq dan il-qasam mil-lum għal għada, pero' l-ebda gazzetta ma rrapportat dan il-punt.", "Meta rajna l-kotba u l- pjanijiet ta' dik l-aġenzija - u dak li qed ngħid illum f'din il-Kamra għedtu barra għaliex jien ma ridtx nistaħba wara l-privileġġ parlamentari, kif sfortunatament qed isir diversi drabi f'din il-Kamra - ħassejna li dawn kienu kollha dilettanti u allura ma stajniex nippretendu li jħallsu l-ispejjeż kollha huma jew li jagħmlu ċerti ħlasijiet li qatt m'għamluhom qabel.", "U min-naħa tagħhom ma setgħux jippretendu li jibbukkjaw bilfors mingħandhom jekk huma ma kenux qed joffru l-aħjar prezzijiet u fil-fatt għalhekk tnaffru.", "Irrid ngħid ukoll li jekk sar żball oriġinarjament irriżulta li kien żball għax jiena ma ppretendejtx li ħaddieħor kien se jagħmel hekk u naħseb li min ħa d-deċiżjoni oriġinali lanqas ippretenda li kien se jiġri hekk.", "Huwa veru li meta jien għamilt il- press conference fl-1998 għidt li din il-kumpannija kellha track record tajjeb, imma mid-dehra kellha track record tajjeb fl-organizzazzjoni ta' events li ma kellhomx xejra kulturali.", "Nerġa' nirrepeti dak li għedt fil- press conference, cioe' li dik il-kumpannija kellha nuqqas ta' esperjenza imma riedet tagħmel qligħ minn kollox u minn kullimkien.", "Sur President, l-Onor.", "Vella qal ukoll li għalkemm jien noqgħod ngħid li mmur tajjeb mas-settur privat, issa spiċċajt qed nikkritika lis-settur privat!", "Issa jien bniedem li nieħu d-deċiżjonijiet, u kulħadd jaf li jekk inkun irrid ngħid xi ħaġa lil xi ħadd m'iniex se noqgħod indur mal-lewża, u l-prosit naf ngħidha pero' t-tumakki naf nagħtihom ukoll, u jekk ikun hemm xi ħadd li fl-opinjoni tiegħi - ma jfissirx dan li jien nippretendi li nkun imħallef ta' kollox - jkun ħaqqu tbeżbiża m'iniex se noqgħod lura milli nesprimi ruħi u nesterna l-opinjonijiet tiegħi.", "Jien m'iniex se nikkritika lil min jista' jinterpreta din it-tip ta' reazzjoni bħala nuqqas ta' qbil mas-settur privat, għaliex kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu, pero' ngħid biss li m'iniex se nibqa' lura milli nieħu d- deċiżjonijiet fl-interess, kif narah jien, ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Forsi xi ħadd jaħseb li meta naġixxi b'dan il-mod ma mmurx tajjeb mas- settur privat, pero' ċertament li ma mmurx tajjeb ma' min naħseb li ma qediex il-mira li kien daħal għaliha.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Vella semma wkoll il-Birgufest u qal li jien ilmentajt li l-consortia tal-proġett tal-Kottonera ma tawx il-kontribut tagħhom.", "Huwa veru li jien ilmentajt mal-consortia tal-Kottonera imma rrid infakkar li d-deċiżjoni li l-Birgufest ma jsirx ittieħdet mill-NTOM fi żmienna għaliex ma kellhiex il-flus.", "Issa llum kulħadd jaf li l-NTOM ma kellhiex flus għaliex il-gvern ta' qabel ma kienx taha biżżejjed fondi u allura sabet ruħha magħfusa għall-fondi li kellha bżonn.", "Irrid ngħid ukoll li ma kienx tort tal-predeċessur tiegħi, għaliex naf li pprova jagħmel li jista', pero' jibqa' l-fatt li l-flus li l-NTOM kellha bżonn biex tagħmel tajjeb għat-TOSS ma ngħatawx u meta kienu se jiġu mogħtija reġgħu ġew miżmuma.", "Għalhekk f'dawk iċ-ċirkostanzi l-Birgufest ma setax isir.", "Jien ma noqgħodx nagħmel din il-vanaglorja u ngħid li l-Birgufest jew il-choir festival salvajthom jien, pero' ngħid biss li ħadt passi biex niżgura li dawn l-affarijiet isiru.", "Ġaladarba l-NTOM ma kellhiex il-flus, ipprovajt nara kif nista' nikkapparra xi flus u minn hawnhekk nerġa' nirringrazzja lill-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera li ta l-ikbar sponsorship ta' Lm10,000.", "Jien kont qed nippretendi li l-consortia tal-proġett tal- Kottonera li se jinvestu biex isebbħu dan il-post u jġibu l-industrija tat- turiżmu 'l quddiem jagħtu xi ħaġa wkoll wara li ngħataw l-opportunita' li jaqilgħu l-belli liri.", "L-Onor.", "Vella semma wkoll il-wirja tal-vari.", "Kulħadd jaf li din il-wirja tal-vari li kienet se tqum Lm150,000 m'hijiex se ssir għaliex inqalgħu xi intoppi wkoll.", "Mr Speaker, irrid ngħid li jien kelli l-parir biex lanqas nippresjedi l-press conference għaliex peress li kien għad hemm erba' korijiet biss, kont se naqla' ħafna kritika.", "Pero' jiena m'iniex bniedem li nibqa' lura f'ċirkostanzi diffiċli u min ried jikkritikani seta' kkritikani, għaliex meta tkun fil-ħajja pubblika trid tkun kapaċi taffronta l-għawġ u mhux tilqa' biss iċ-ċapċip.", "Mr Speaker, dan l-aħħar kien hemm news item fil-gazzetti li l-kumpannija Thomson u l-aġenti tagħhom hawn Malta kienu waqqfu fond ta' kontribuzzjonijiet- mit-tours li jagħmlu lit-turisti tagħhom hawn Malta - biex jgħinu l-kultura.", "Jien dejjem emmint u għadni nemmen li teżisti sinerġija sħiħa bejn il-kultura u t-turiżmu u għalhekk huwa importanti li nsaħħu, nippreservaw u nikkonservaw il-wirt kulturali ta' Malta.", "Minn hawnhekk irrid insellem lill-kumpannija Thomson u l-aġenti tagħhom, Gatt Baldacchino tal-United Tours għal din l-inizjattiva li ħadu u nixtieq inħeġġeġ lill-membri l-oħra tas-settur privat - u nispera li ma niġix interpretat li m'iniex qed naqbel mas-settur privat! - li jkollhom ħafna klijenti ġejjin hawn Malta u li jorganizzawlhom ħafna tours biex huma jsegwu l-eżempju tal-kumpannija Thomson u jżommu xi ħaġa żgħira minn kull tour u jagħmlu fond.", "Jien nemmen li anke b'ħaġa żgħira mingħand kull wieħed nistgħu faċilment intellgħu fond ta' madwar Lm50,000 u dan jista' jkun ta' mitqlu deheb għar-restawr tal-mużewijiet u s-siti storiċi tagħna.", "Pajjiżi bħall-Mallorca qed jieħdu Lm5 minn fuq kull turist li jżur il-post biex isaħħu l-ambjent tagħhom u jikkonservaw u jippreservaw is-siti storiċi tagħhom.", "Aħna m'aħniex qed nagħmlu levy ta' Lm5 fuq kull turist li jiġi Malta imma jekk jekk il-kumpanniji l-oħra li jmorru tajjeb hawn Malta jsegwu l-eżempju tat-Thomson, naħseb li jkunu qed jagħmlu biċċa xogħol tajba.", "Sur President, issa nixtieq indur biex nitkellem fuq suġġett ieħor għaliex naħseb li huwa importanti li nsemmih ukoll.", "Il-ġimgħa li għaddiet f'din il-Kamra kellna dibattitu miftuħ dwar l- update ta' l-avis ta' l-Unjoni Ewropea, pero' jien ma tkellimtx f'dak id- dibattitu.", "Għaliex?", "Xahrejn ilu kien hawn espert Irlandiż hawn Malta u għamel talk fil-conference centre.", "Wara kien hemm diskussjoni fil-miftuħ fil-pjazza ta' quddiem dan il-palazz li fiha ħadu sehem dan l-Irlandiż Bob Bowman, l-Onor.", "Karmenu Vella, iċ-chairman ta' l-Air Malta, iċ-chairman tal- MTA u ħadt sehem jien ukoll.", "F'dik l-okkażjoni l-Onor.", "Vella kien qal li għalkemm jeżistu problemi f'oqsma oħra, fil-qasam tat-turiżmu m'hemmx problemi.", "Wara li kont smajt dak id-diskors ma deherlix li kelli nieħu l- ħin ta' sħabi, li riedu jaffrontaw oqsma oħra fid-diskussjoni dwar l- Unjoni, u għalhekk bqajt lura milli nitkellem dwar il-qasam tat-turiżmu f'dak id-dibattitu.", "Jien nemmen li għandna nibqgħu konsistenti ma' dak li nkunu għedna u sinċerament ma ppretendejtx li l-Onor.", "Vella, wara li qal li m'hemmx problemi f'dan il-qasam, kien se jqum jitkellem fid-dibattitu tal- ġimgħa l-oħra u jagħti għaxar raġunijiet, li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu, li minħabba fihom Malta m'għandhiex tissieħeb fl-Unjoni.", "Fost affarijiet oħra huwa l-Onor.", "Membru qal li l-Unjoni ma tagħtix importanza lit-turiżmu għaliex m'hemmx direttorat għat-turiżmu.", "Veru li dan id-direttorat ma jeżistix fi ħdan l-Unjoni pero' l-policy ta' l-Unjoni dwar it-turiżmu hija li tħalli lil kull pajjiż jiddeċiedi x'jaqbillu jagħmel u ma tkunx hi li tifformola l-policy.", "Ħalli nieħdu l-eżempju ta' l- Italja, fejn lanqas għandhom ministru tat-turiżmu, għaliex id-diversi reġjuni ta' l-Itajla joffru prodott kompletament differenti u per eżempju, ir-reġjun tat-Toscana jiġi ppreżentat b'mod differenti mir-reġjun ta' l- Alto Adige.", "Ta' min ifakkar ukoll li t-Taljani kienu għamlu referendum fejn neħħew il-ministeru tat-turiżmu u minflok għamlu unit fl-uffiċċju tal-prim ministru għall-kordinazzjoni u kulmin imur il-fieri jista' jinduna li kull reġjun jagħmel promozzjoni għalih.", "Allura l-fatt li l-Italja m'għandhiex ministeru tat-turiżmu jfissier li m'huwiex wieħed mill-ikbar pajjiżi li jiġbed turisti lejh?", "Kuntrarjament għal dak li qal l-Onor.", "Vella, il-fatt li l-Unjoni m'għandhiex politika tagħha fir-rigward tat- turiżmu ma jfissirx li ma tagħtihx importanza.", "Ċertament l-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi li kull pajjiż membru għandu l-esiġenzi u l-istrateġiji importanti tiegħu.", "Imbagħad qal ukoll li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni jfisser id-dħul ta' pajjiżna fis-sistema tal-European monetary unit u li din tnaqqas il- kompetittivita' ta' Malta vis-a-vis it-Turkija u t-Tuneżija.", "Imma kemm se ndumu ngħidu li l-kompetittivita' ma tfissirx biss prezzijiet irħas?", "Veru li f'pajjiżna għad għandna din il-problema ta' prezzijiet irħas imma bil- mod il-mod irridu nirkbuha u l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li nbiddlu l-mentalita' li biex nikkompetu rridu noffru prezz irħas minn ħaddieħor.", "Din m'hijiex il-kompetittivita', għaliex il-kompetittivita' tiġi mis- servizzi offruti lit-turisti, mill-ambjent, mill-attrazzjonijiet u mill- accoglienza li permezz tagħhom tista' tirbaħ dak l-iżvantaġġ li jista' jkollok fil-prezz.", "L-Onor.", "Vella semma t-Turkija u t-Tuneżija.", "Jien nistaqsi: L-Italja, Spanja, il-Portugal u l-Greċja, li lkoll qegħdin fil- Mediterran, m'humiex kompetituri tagħna?", "Jien naħseb li meta l-Onor.", "Vella tkellem b'dan il-mod ried iġebbed xi ftit l-argument, pero' naħseb li żbalja bil-kbir meta qal l-Unjoni tiddetta r-rata tal-VAT u fuqxiex trid tidħol.", "Din hija assolutament żbaljata għaliex peress li llum it-turiżmu huwa labour intensive, l-Unjoni tiddikjara li s-servizzi tat-turiżmu jistgħu jkunu zero rated.", "Jiġifieri mhux talli ma timponix livelli, talli lanqas hemm armonizzazzjoni ta' rata ta' VAT u fil-fatt, per eżempju, Franza għadha kif raħħset ir-rata ta' VAT tagħha.", "Mr Speaker, nappella biex ma nipprovawx inbellgħu r-ross bil-labra lin-nies.", "L-Onor.", "Vella qalilna wkoll li l-inċentivi m'humiex permessi.", "Din hija wkoll aħbar ġdida għalija.", "Kif taf il-Kamra, bħalissa għandi kumitat li qed iħabbel rasu biex jipproponi numru ta' inċentivi għall-industrija, speċjalment għall-iktar parti dgħajfa ta' l-industrija, li forsi hija l- iktar bżonjuża għal Malta u kieku naf li dawn l-inċentivi m'humiex permessi ma kontx se noqgħod naħli ż-żmien ta' dawn in-nies.", "II-verita' hi li l-inċentivi huma permessi basta jkunu applikabbli għal kulħadd, għax ma tistax tagħmel, per eżempju, inċentivi għall-Maltin biss.", "Qalilna wkoll li jekk nidħlu fl-Unjoni t-tour operator support scheme li teżisti bħalissa - qabel kienet il-forward buying rate - ma nkunux nistgħu nżommuha.", "Min qalhomlu dawn l-affarijiet?", "Dawn l-iskemi jidħlu taħt l- istate aid u huma aċċettati!", "Imbagħad semma wkoll it-tour operator margin scheme u qal li jekk tour operator Ingliż, per eżempju, jibgħat lil xi ħadd l-Awstrija jrid iħallas 15% u allura jekk nidħlu fl-Unjoni l- prezzijiet se jogħlew, għaliex jekk tour operator Ingliż jibgħat lil xi ħadd hawn Malta jrid iżid il-15% għax hemm din it-tour operator margin scheme.", "Jista' jkun li jien injorant, li ma naqrax biżżejjed jew li ma fittixtx biżżejjed, imma nista' ngħid li meta staqsejt lill-EU directorate u anke lill-aġenti barra ħadd ma qalli li teżisti din l-iskema!", "Jista' jkun li din l-iskema teżisti taħt xi isem ieħor, imma ċertament ħadd ma lmenta miegħi dwar din il-kwestjoni tal-15% li semma l-Onor.", "Vella, u nixtieq li forsi xi ħadd jispjegalna xi tfisser din it-tour operator margin scheme għaliex s'issa lili ħadd ma qalli li teżisti.", "L-Onor.", "Vella semma wkoll il-kwestjoni tad-duty-free.", "Huwa veru li d- duty-free spiċċat mill-Ewropa imma kulħadd jaf li l-ħwienet li qabel kienu tad-duty-free illum huma kollha discount shops f'kull airport kbir ta' l- Ewropa.", "Jien nixtieq inkun naf jekk hawn Malta qattx ġie xi ħadd biex jixtri biss il-fwieħa, is-sigaretti jew ix-xorb mill-airport!", "Kieku qed nitkellmu dwar l-airport ta' l-Olanda, fejn tista' tixtri karozza jew inġenji kbar, ngħid li forsi għandu raġun, imma jekk irridu nkunu serji rridu nammettu li t-tneħħija tad-duty-free m'hijiex se ttellfilna mill- kompetittivita' tagħna.", "Imbagħad tkellem ukoll dwar l-Air Malta u l-open-skies policy.", "Iċ- chairman ta' l-Air Malta għadu kemm stqarr li din hija sfida li l-Air Malta lesta għaliha u biha jaqblilha.", "Ta' min ifakkar li dan huwa l- istess chairman li kien hemm fi żmien l-amministrazzjoni Laburista.", "Huwa veru li jien ġieli kkritikajt lil din il-persuna pero' jien tip ta' bniedem li ngħid dak li nħoss u jekk inkun irrid ngħidlek xi ħaġa m'iniex se noqgħod ngħidhilek minn wara dahrek imma ngħidhilek direttament f'wiċċek.", "Issa jekk dan iċ-chairman qal dan id-diskors sinjal li jemmen f'dak li qal.", "Tkellem ukoll dwar il-liberalizzazzjoni u qal li jistgħu jiġu n-nies minn barra u jieħdu x-xogħol tad-dgħajjes ta' Wied iż-Żurrieq.", "Jien naħseb li la nies mill-Qrendi, la mill-Imsida, la minn Tas-Sliema, la min-naħa tal- Kottonera u lanqas mill-Mellieħa m'għandhom dgħajsa Wied iż-Żurrieq imma huma ż-Żrieraq li għandhom id-dgħajjes ta' Wied iz-Żurrieq.", "Allura kif nistgħu noqogħdu nbeżżgħu lin-nies li ġej xi Sqalli biex joqgħod idawwar lin-nies ma' Wied iż-Żurrieq, meta lanqas Maltin stess minn diversi nħawi ta' Malta m'għandhom dgħajsa biex idawru lin-nies ma' Wied iż-Żurrieq!", "Semma wkoll lil tat-taxis, lil tal-coaches u lill-gwidi Jien ngħid li dak li jkollna nċedu aħna nirbħuh aħna wkoll, għaliex dak li nċedu aħna nistgħu ninvestuh barra wkoll!", "Jien konvint li din il-Kamra flimkien mal- poplu Malti kollu jrid li pajjiżna joffri servizz aħjar minn pajjiżi oħra, pero' l-uniku mod kif nistgħu nagħmlu dan huwa billi nkunu kompettitivi.", "Taħsbu li hawn min huwa lest li jwaqqaf negozju f'pajjiż żgħir bħal tagħna u jinvesti l-kapital tiegħu hawnhekk, meta jaf li s-suq Malti huwa ħafna iċken minn ta' pajjiżi oħrajn?", "Huwa veru li dawn l-affarijiet jistgħu jiġru imma ma nafx kemm huma probabbli!", "L-Onor.", "Membru tkellem ukoll dwar il-freedom of movement.", "Kif diġa' għedt f'din il-Kamra, storikament il-moviment tan-nies mexa mis-south għan- north, mill-pajjiżi l-inqas b'saħħithom ekonomikament għal dawk l-aktar b'saħħithom ekonomikament, u fil-fatt l-istatistika turi li 2% biss mill- popli kollha ta' l-Ewropa ċċaqilqu f'din l-immigrazzjoni.", "Meta tkellimna dwar il-kwestjoni tan-nies li jiġu f'Malta biex iwaqqfu business jien kont semmejt ukoll il-kwestjoni tal-lingwa.", "Huwa veru li jekk ikun xi Taljan jew Ingliż m'huwiex se jsibha daqshekk diffiċli, għaliex ħafna nies f'pajjiżna jitkellmu dawn iż-żewġ lingwi, pero' ma nistax nimmaġina Ingliż li se jiġi jwaqqaf il-business tiegħu hawn Malta meta għandu s-suq Ingliż u meta l-ekonomija Ingliża tant sejra tajjeb bħalissa.", "Min-naħa l-oħra, jekk ikun xi Taljan irid ikun jaf jikkomunika mal-klijenti kollha u għalkemm hawn ħafna Maltin li jafu t-Taljan ċertament it-Taljan ma jafux kulħadd.", "Pero' l-aktar ħaġa li tbiegħed lin-nies minn Malta m'hijiex il-kwestjoni tal-lingwa imma huwa l-fatt li l-ebda pajjiż membru ta' l-Unjoni m'huwa marbut li jipprovdi saqaf fuq ras ċittadin ta' pajjiż ieħor u allura ċ- ċittadini ta' pajjiżi oħrajn li jiġu Malta jridu jikru mingħand il-privat u llum kulħadd jaf kemm huma għoljin il-kirjiet tal-privat.", "Allura taħsbu li xi ħadd ikun lest li jiġi jwaqqaf negozju f'pajjiżna meta jaf li se jkun żvantaġġat mill-bidunett biex jixtri jew jikri dar?", "Jien ma neskludix li dawn l-affarijiet jistgħu jiġru pero' mbagħad tant ieħor il-Maltin ikunu jistgħu jsiefru - mhux għaliex ikunu mkeċċijin jew imġiegħla - lejn pajjiżi membri ta' l-Unjoni li fihom jaraw opportunita' ta' iktar avvanz fil-ħajja tagħhom.", "Nagħlaq billi ngħid li qatt ma ppretendejt li wara li xahrejn ilu l-Onor.", "Karmenu Vella qal li fil-qasam tat-turiżmu m'hemmx problemi, imbagħad jiġi hawn u jagħti għaxar raġunijiet - li jien nikkontesta bil-qawwi - li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-settur u li minħabba fihom Malta m'għandhiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 9 ta' Novembru, 1999, fid- 9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BEEF INTERVENTION SCHEME - REVENUE", "9756.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ir-revenue mill-Beef Intervention Scheme f'ċifra ta' flus matul Jannar u Settembru ta' din is- sena?", "Kemm kien is-sussidju tar-raħħala għall-istess perjodu?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għal perjodu tas-sena preċedenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-valur tal-laħam taċ-ċanga li nbiegħ taħt il-Beef Intervention Scheme matul ix-xhur ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru kien ta' Lm65,787 fis-sena preżenti, waqt li fis-sena 1998 kien ta' Lm147,276.", "Is-sussidju li jinħareġ għax-xiri ta' ċanga mingħand il-produtturi huwa ta' madwar 75 cents kull kilo, dan is-sussidju jvarja skond l-ammont ta' karkassi maħduma fl-emerġenza u skond kemm ikunu nqatlu għoġġiela.", "WIDIEN - TINDIF", "9757.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6874 dwar tindif tal-widien li kienet saret f'Mejju li għadda, jista' l-Ministru jaġġornani bl- iżviluppi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif diġa' spjegajt f'mistoqsija parlamentari numru 9163 (Seduta 139), dan ix-xogħol huwa responsabbilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "BUĠIBBA/SAN PAWL IL-BAĦAR/QAWRA - MANUTENZJONI", "9758.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari numru 6851?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li kull meta jidħol ilment ta' fawran ta' drenaġġ, dan jiġi ttekiljat minnufih dik il-ġurnata stess.", "WIDIEN", "9759.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari numru 6875?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9757 ta' din is-seduta.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "10929.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm se ddum il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma tingħata benefiċċji soċjali li ma tistax tirreġistra għax-xogħol għax medikament ġiet ċertifikata li ma tistax taħdem, fl-istess ħin il-bord mediku għadu ma ddeċidiex dwarha u ilha xahrejn bla benefiċċji soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li effettivament mhux veru li l-persuna kkonċernata ġiet ċertifikata li ma tistax taħdem, iżda għal kuntrarju l-persuna ġiet misjuba mill-bord mediku li hi tajba għax-xogħol.", "B'danakollu, id-direttur (sigurta' soċjali) sejjer jitlob bord mediku ieħor biex jerġa' jeżamina l-persuna konċernata.", "Il-persuna konċernata ġiet avżata b'dan.", "SKEJJEL - RABAT - FACILITATOR", "10930.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux veru li t-tifla, li isimha qed jintbagħat separatament, fl-ewwel klassi fl-Iskola Primarja Paul Xuereb fir-Rabat, Malta, se jirtirawlha l-facilitator li għandha u li l-ġenituri tagħha huma nkwetati li t-tifla se taqa' lura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Onor Membru għandu informazzjoni żbaljata għaliex qatt ma kien hemm il-ħsieb li din it-tifla jirtirawlha l- facilitator.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "10931.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex intitolata għal xi għajnuna finanzjarja t-tifla, li d-detallji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha bżonnijiet speċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "SKEJJEL - SLIEMA PRIMARY", "10932.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiltaqa' l-istatementing board biex jiddiskuti lit-tifla fil-Kinder 2 fil-Primarja f'Tas-Sliema, u li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Jistgħu jittieħdu passi biex l-adulta li qiegħda ma' din it-tifla ma tkomplix tgħaddi kummenti negattivi fuq din it-tifla għax tkompli taqbad lit-tifla fin-nassa tal-low self exteem u low achievement?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tieni mistoqsija hi t-tweġiba ta' l-ewwel waħda għaliex biex it-tifla għandha l-appoġġ imsemmi bilfors li ġiet statemented kif fil-fatt ġara fil-11 ta' Ġunju 1999.", "Ma jidhirlix li l-kummenti kontenuti fit-tieni parti tal-Mistoqsija għandhom isiru b'dan il-mod u jkolli niddubita l-mitivi.", "Fl-Iskola u fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm il-mekkaniżmu biex jittratta kwestjonijiet bħal dawn.", "SKEJJEL - QRENDI - STUDENT B'DIŻABILITA'", "10933.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna se jingħata t-tifel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinstab fil-ħames sena ta' l-iskola Primarja tal-Qrendi u li għandu diffikultajiet kbar biex jitgħallem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan it-tifel qiegħed fis-sitt sena Year 6 (2) u mhux fil-ħames sena.", "Tfal f'din il-klassi hemm disgħa u x-xogħol li jsir huwa ppjanat speċifikament għalihom.", "SKEJJEL - QRENDI - TFAL B'DIŻABILITA'", "10934.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tiġi pprovduta attenzjoni speċjali għat-tfal, li isimhom qed jintbagħat separatament, li jinsabu fil-ħames klassi ta' l- Iskola Primarja tal-Qrendi li huma batuti ħafna u ta' għaxar snin diġa' huma kkundannati li jispiċċaw l-edukazzjoni primarja b'nuqqasijiet kbar?", "Hemm xi tama li nagħtu opportunita' lil dawn it-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qed tingħata kull attenzjoni min-naħa ta' għalliema biex dawn it-tfal jimxu 'l quddiem.", "Kif jaf sew l-Onor.", "Membru huma biss dawk it-tfal li jkunu referuti lill- iStatementing Board u li jinstabu li għandhom bżonn l-għajnuna ta' facilitator li jingħataw din l-għajnuna.", "XGĦAJRA - DRENAĠĠ", "10946.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: In vista ta' l-aħħar domanda parlamentari għar-rigward tal-pompa tad- drenaġġ li hemm fir-raħal tax-Xgħajra, fi Triq ix-Xatt, jista' l-Ministru jieħu ħsieb li matul iż-żmien tax-xitwa tiġi rranġata billi esternament hija malandata, estetikament hija kerha u t-tappiera hija mgħottija b'mod xejn tajjeb bi speċi ta' pjaniċi tal-konkos?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li d-Dipartiment tad- Drenaġġ se jagħmel mill-aħjar biex din il-pumping station tiġi rranġata fix- xhur tax-xitwa.", "L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-elementi tan-natura f'din il-lokalita' huma ferm aggresivi, iżda se jsir sforz biex l- istruttura tinbidel b'mod li d-dannu mill-elementi jkun wieħed minimu.", "VANNIJIET TAL-KIRI - LIĊENZJI", "10947.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm liċenzji maħruġa lil rent-a-car u self-drive garages għal vetturi tat-tip van li m'humiex mini vans iżda li jistgħu jġorru nies, fis-snin 1995,1996,1997,1998?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta` vannijiet bojod liċenzjati f`dawn l-aħħar snin huma kif ġej:", "1995 - Nil 1996 - Nil 1997 - Nil 1998 - 109", "PTA - COURTESY BUSES", "10948.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm liċenzji maħruġa mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għall-courtesy buses ta' kull tip fis-snin 1995,1996,1997 u 1998?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta` liċenzji maħruġa mill- Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku għal courtesy buses Kien:", "1995 - 4 1996 - 4 1997 - 8 1998 - 4", "PORT IL-KBIR - BARKLORA", "10949.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx faċilitajiet tajba biżżejjed għall-barklora li jaħdmu fil-Port il-Kbir biex iniżżlu l-passiġġieri, billi jidher li fil-moll ta' ħdejn id- Dwana tal-Belt dan m'huwiex adegwat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bħalissa m`hemmx postijiet oħra fil-port fejn jaħdmu l-barklora ħlief il-moll ta` ħdejn id-dwana.", "SAJD - SAJJIEDA F'GĦAWDEX", "10950.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm sajjieda fulltime u part-time reġistrati li huma reġistrati fil- portijiet tal-gżira ta' Għawdex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fil- portijiet tal-gzira ta' Għawdex għandna 130 sajjied fulltime u 228 sajjied part-time.", "BDIEWA - BDIEWA REĠISTRATI", "10951.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm bdiewa fulltime u part-time reġistrati li joqogħdu Għawdex u Kemmuna u kemm minnhom huma taħt il-45 sena u kemm fuqhom?", "Jista' jara li din l- informazzjoni tingħata raħal b'raħal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numru ta'bdiewa reġistrati mal-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ huwa Kemmuna xejn u Għawdex kif ġej:", "Fulltime: 203 Part-time: 225", "L-eta tagħhom huwa kif ġej:", "Taħt-il 45 sena 160 'Il fuq minn 45 sena 268", "Dawn joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet:", "Fontana 5 Għajnsielem 24 Għarb 28 Għasri 12 Kercem 47 Mgarr 8 Munxar 3 Nadur 71 Qala 19 San Lawrenz 23 Sannat 19 Santa Lucia 3 Victoria 38 Xagħra 65 Xewkija 38 Żebbuġ 23 Għammar 2", "*Persentaġġ żgħir tal-bdiewa part-time huma rreġistrati mal-ETC Skond iċ- ċensiment ta' l-Agrikoltura ta' l-1991 f'Għawdex kien hemm 4846 bdiewa part- time (li minnhom 1332 kienu taħt l-40 sena) imqasma raħal raħal hekk:", "Għarb 241 Għasri 122 Żebbuġ 362 Xagħra 861 San Lawrenz 158 Kerċem 383 Victoria 94 Nadur 826 Qala 301 Munxar 106 Sannat 268 Xewkija 544 Għajnsielem 180", "FLORIANA FC - DISKUSSJONIJIET", "10959.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mal-Floriana Football Club dwar l-użu tal-ground tagħhom fejn il-gvern irid jorganizza ċ- ċelebrazzjonijiet tal-Millenju?", "Ma jistax il-gvern isib alternattiva oħra meta jaf li l-ground għadu kemm ġie miżrugħ mill-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Diġa' poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija pubblika li tittratta s-suġġett.", "MILLENJU - ĊELEBRAZZJONIJIET", "10960.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun in-nefqa taċ-ċelebrazzjonijiet tal- Millenju?", "X'sejħiet għall-offertu ħarġu s'issa għall-makkinarji varji biex ikunu jistgħu jittellgħu l-attivitajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tagħrif dwar l-ewwel parti għad irid jinġabar.", "S'issa ħarġu sejħiet għall-offerti dwar it-tiżjin u mixgħela tat-toroq mill-Monument ta' Spencer, il-Blata l-Bajda sal-Monument ta' Kristu Re fil- Furjana, Triq Ġilormu Cassar u Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.", "Is-sejħa għall-offerti saret flimkien mal-Kumitat Festi Nazzjonali peress li t-tiżjin ippjanat se jintrama għall-perijodu bejn l-10 u l-31 ta' Diċembru 1999, fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju ta' Malta Repubblika, il- Festi tal-Milied u ċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju.", "VRT - GARAXXIJIET LIĊENZJATI", "10961.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk u meta se jinfetaħ jew jinfetħu garaxxijiet liċenzjati biex jagħmlu l-VRT lis-sidien tal-karozzi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li s'issa f'Għawdex hemm Testing Station waħda liċenzjata biex tagħmel l-Vehicle Roadworthiness Test lis-sidien tal-karozzi.", "Jiena nformata li d-Dipartiment tal-Liċenzi u Testijiet għandu żewġ applikazzjonijiet oħra għal Testing Stations ġewwa Għawdex li qed jiġu kkonsidrati.", "SELF-EMPLOYED - ARRETRATI", "10962.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti ċans lis-self-employed li biex iħallsu l-arretrati tat- taxxa jieħdu sentejn bħal ċittadini oħra flok sena, bħalma huma obbligati li jagħmlu s'issa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-policy tad-dipartiment għas-snin ta` stima ta` qabel l-1999 kienet li l-arretrati jitħallsu bin-nifs skond il-kategorija tat-taxpayer, l-ammont dovut u d-dħul ddikjarat.", "Is-self-employed jistgħu iħallsu xi arretrati għas-snin ta` qabel l-1999 sa żmien 18-il xahar b`ftehim mad-dipartiment minn meta jirċievu l-kont tat- taxxa.", "Taħt is-sistema tas-self assessment (mis-sena ta` stima 1999 `l quddiem) xi bilanċ ta` taxxa li jirriżulta mis-self assessment irid jitħallas sad- data kif kontemplata bil-liġi (jiġifieri sal-31 t`Awissu 1999 għas-sena ta` stima 1999 u sat-30 ta` Ġunju tas-sena rispettiva għas-snin ta` stima sussigwenti).", "Min ma jħallasx il-bilanċ fiż-żmien, jeħel imgħax ta` 1 fil- mija fix-xahar sakemm dan jitħallas.", "AMMINISTRAZZJONI TAL-QORTI", "10963.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l- Amministrazzjoni tal-Qorti issir awtonoma mill-gvern?", "Jekk hemm dan il- ħsieb meta se jibdew id-diskussjonijiet għal dan il-pass?", "X'inhuma l- argumenti favur u kontra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: `Jidhirli li l-ewwel pass li ghandu jittiehed hu li l- amministrazzjoni preżenti tiġi msahha - proċess li nbeda - u li l- awtonomija preżenti tiġi amministrata aħjar, awtonomament.`", "WSC - KONTIJIET", "10964.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħtu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li hemm b'lura biex il-kontijiet jibdew jiġu up to date?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-perjodu li jmiss ser jibdew jintbagħtu fi żmien ġimgħa oħra.", "Dan ifisser li sa l-aħħar ta' din is-sena jkunu ħarġu l-kontijiet li jkopru l- 1998.", "Il-kwestjoni kollha dwar kontijiet li qegħdin b'lura qed tkun kunsidrata mill-ġdid mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "PIXXINA NAZZJONALI - DIXXIPLINI SPORTIVI", "10978.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10105, jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażilx xi ħadd biex imexxi u jopera dance studio fil-Pixxina Nazzjonali?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet imposti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-informazzjoni għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI", "10979.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-fuel li qed jintuża biex isaħħan il- Pixxina Nazzjonali?", "Kemm intuża fuel għal dan l-iskop, kull sena, mill- 1993 sa Ottubru ta' din is-sena?", "Kemm intnefqu kull sena għal dan il-fuel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fuel li qiegħed jintuża biex isaħħan il-pixxina huwa kerosine u light heating oil.", "Informat ukoll li sa l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena inxtraw 355,736 litru ta' pitrolju li swew Lm44,467 biex tissaħħan il-pixxina.", "Fis-sena 1998, l-ammont ta' 19,659 litri ta' paraffin u 48,550 litri ta' light heating oil, li swew Lm50,105 għall-istess skop.", "Fl-1997 in-nefqa għall-fuel kienet ta' Lm78,813.", "Għas-snin ta' qabel, id-dipartiment m'għandux records għax il-Pixxina Nazzjonali kienet taħt ir-responsabbilta` tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Arti.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "10980.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10491?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-esperti barranin imsemmija fit-twġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9599 (Seduta Nru. 149) kienu fil-fatt diversi kuntratturi f'dan il-qasam b'esperjenza sostanzjali f'kostruzzjonijiet simili barra minn Malta.", "Il-laqgħat, li kienu primarjament ta' natura ta' tfittix ta' informazzjoni, saru fi tmiem is- sena li għaddiet u kmieni din is-sena bil-parteċipazzjoni ta' membri tal- Board ta' Tmexxija tal-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.", "F'ebda stadju ma konna jiena jew is-Segretarju Parlamentari involut f'dawn it-taħditiet.", "FURJANA - XAGĦRA TA' L-INDIPENDENZA", "10981.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Issa li l-gvern iddeċieda li juża x-Xagħra ta' l-Indipendenza fil-Furjana għal attivitajiet tal-Millenju, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex dispost li jintrabat biex fi żmien qasir wara dawn l-attivitajiet jerġa' jġib il-post fl-istat li qiegħed illum?", "Għaliex il-gvern ħalla li jinżera' t-turf u jsir xogħol ieħor mill-klabb tal-Furjana qabel ma ħa d-deċiżjoni finali tiegħu?", "Għaliex ma nstabx post ċentrali ieħor?", "X'inhu l-irwol tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni f'dawn l-attivitajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa' għidna pubblikament il-Gvern impenja ruħu bl-aktar mod ċar li jirritorna l-Arena ta' l-Indipendenza fl-istat li qiegħed illum fl-aqsar żmien possibbli wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Millennju.", "XAGĦRA - ATTIVITAJIET TAL-MILLENJU", "10982.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sehem tal-ministeru/dipartiment tiegħek fl- attivitajiet tal-millenju li se jsiru fix-Xagħra tal-Furjana?", "X'garanziji qed jagħti li l-ħsarat kollha li se jsiru f'dan il-post se jiġu rranġati fi żmien qasir wara li jintemmu dawn l-attivitajiet?", "Ġew ippreżentati xi stimi ta' kemm jistgħu jkunu mill-klabb tal-Furjana riċentement fuq il-ground tal-football?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħala Ministru għall-Ambjent, jiena nifforma parti mill-kumitat li qed jieħu ħsieb iċ-ċelebrazzjonijiet tal- millenju.", "Is-sehem ewlieni tal-Ministeru għall-Ambjent f'dawn iċ-ċelebrazzjonijiet hu li jitlestew ix-xogħlijiet mibdija sabiex lejlet it-Tielet Millenju tal- Kristjaneżmu ikun inawgurat St. James Cavalier bħala Ċentru ta' l-Arti.", "Għar-rigward l-Arena ta' l-Indipendenza, il-Ministeru għall-Ambjent qiegħed jiggarantixxi direttament mal-Floriana Football Club biex wara li jintemmu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju, fl-aqsar żmien possibbli, l- Arena tkun restitwita fl-istat li hi tkun.", "Il-Floriana Football Club fil-fatt intalab jagħti stima kif semma' l- Onor. Interpellant.", "BUĠIBBA - FUNTANA FIL-BAĦAR", "10997.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jqum il-proġett tal-funtana fil-baħar quddiem il-pjazza ta' Buġibba?", "X'inhi r-raġuni li din il-funtana mhux qed titħaddem?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-proġett tal-funtana fil- baħar quddiem il-pjazza ta' Buġibba ġie jiswa Lm56,776.00.", "Il-funtana titħalla fil-post fil-jiem tas-sajf biss u fix-xitwa, minħabba l- kundizzjonijiet tat-temp, tittella' l-art.", "VALLETTA - TNEĦĦIJA TAL-CABLES", "10998.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett li kellha l- Maltacom għat-tneħħija ta' cables tat-telefon minn mal-ħitan tal-Belt Valletta?", "Kemm kien stmat li se jqum dan il-proġett u kif kien se jiġi ffinanzjat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10613 fis-Seduta numru 163.", "EIB - SELF", "10999.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal dak li ġie rrapportat li ntqal dwar self mill-European Investment Bank (EIB) liema huma dawk il-proġetti li se jkunu diffiċli ġaladarba dan is-self mhux se jingħata?", "X'inhi r-raġuni li dawn il-loans ġew miżmuma mill-EIB?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kien hemm proġett partikolari li kien intiż li ser jiġi ffinanzjat (in parti) mill-fondi tal-EIB.", "Għalkemm is-self mhux ser jingħata l-proġett xorta waħda ser jitwettaq.", "Hemm diversi raġunijiet l-għala dan is-self mhux ser iseħħ.", "In-negozjati jieħdu fit-tul u huma diffiċli għax il-proġetti kif preżentati u l-mod kif għandhom jitwettqu jridu jissodisfaw in-normi mposti mill-istess EIB.", "Jeżistu ċirkustanzi meta l-parametri tagħna ma nkunux nistgħu niffittjawhom kif ġieb u laħaq f`dawk mitluba mill-EIB.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll li l-iffinanzjar imwettaq mill-EIB huwa dejjem self u għalhekk dejjem jitħallas lura.", "KUNSILLI LOKALI - IMTARFA", "11000.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija preċedenti li fiha ntqal li sa Marzu li ġej (2000) l-Imtarfa se tinqata' minn mar-Rabat u se jkollha kunsill lokali għaliha, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun fih kunsilliera l-kunsill ta'l-Imtarfa?", "Il-kunsill tar-Rabat se jibqa' bl-istess numru ta' kunsilliera, jew se jitnaqqas?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-numru ta` Kunsillieri għal kull lokalita` huwa stabbilit skond il-provvedimenti ta` l-artikolu 4 ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali.", "Peress li skond l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment, il-popolazzjoni ta` l-Imtarfa hija anqas minn 3,000, il-Kunsill Lokali Mtarfa se jkollu ħames(5) Kunsilliera, kif provdut fil-paragrafu (a) tas-sub artikolu 4 (1), fil-waqt li l-Kunsill Lokali tar-Rabat se jibqa` bl-istess numru ta` disa (9) Kunsillieri, kif provdut fil-paragrafu (c) ta l-istess sub-artkolu, peress li l-popolazzjoni tar-Rabat mhux se tkun anqas minn 10,000 , anki wara li l-Imtarfa tinqata` għaliha.", "DIPARTIMENT TA' L-EMERĠENZA - PAZJENTI", "11007.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l- aħħar ta' Ottubru 1999 wara inċidenti tat-traffiku?", "Kemm minnhom intbagħtu ġewwa t-taqsima tal-kura intensiva?", "Kemm minnhom tilfu ħajjithom?", "Kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 wara inċidenti tat-traffiku?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għadha qed tiġi miġbura, tingħata aktar tard.", "SAĦĦA - TFAL MIBGĦUTA BARRA GĦAL KURA", "11008.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Meta ssir kampanja ta' ġbir ta' fondi biex tfal jintbagħtu għal kura medika barra minn Malta tenħtieġ l-approvazzjoni tal-ministru jew tad-Dipartiment tas-Saħħa?", "Il-Ministru qatt kellu dubbji serji fuq xi kampanja ta' ġbir ta' fondi u f'dan il-każ x'azzjoni ħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: A Talbiet biex pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta jiġu eżaminati mit-Treatment Abroad Committee (T.A.C.)", "Jekk jiġi deċiż li għandhom jintbagħtu barra, il-gvern iħallsilhom kollox minbarra l-passaġġ.", "Dan jitħallas wara li jsir test tal-meżżi.", "Jekk il- pazjent ikun taħt is-sitt snin u ma jkollux bżonn ta` medical escort, il- gvern iħallas ukoll il-passaġġ biss ta` wieħed mill-qraba.", "B Kampanji għal ġbir ta` fondi għal skop filantropiku jew ta` karitahuwa suġġetti għal permess relattiv maħruġ speċifikament għal dan il-għan mill- Kummissarju tal-Pulizija.", "C Meta d-dipartiment kellu dubbju dwar is-serjeta ta` xi ġbir ta` fondi ta` dan it-tip inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "11009.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija lil sidien ta' ħwienet u negozji oħra għax kellhom esposti għall-bejgħ ta' gugarelli f'forma ta' armi tan-nar, fil-perjodu Settembru 1998 - Settembru 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill- Onorevoli Interpellant il-Pulizija ħarġet ċitazzjonijiet kontra 4 persuni għax kellhom għall-bejgħ ġugarelli f`forma ta` armi tan-nar.", "DJAR - SKEMA RIVEDUTA", "11010.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-iskema riveduta ta' xiri ta' proprjeta' mingħand il-privat mill-Awtorita' tad-Djar ġietx fis-seħħ?", "Jekk fl-affermattiv, kemm saru applikazzjonijiet taħt din l-iskema u minn min sar?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fit-23 ta' Marzu 1999, l-Awtorita' tad-Djar ħarġet Skema U għax-xiri ta' proprjeta' mingħand il-privat.", "Din għalqet fis-7 ta' Mejju 1999.", "Kien hemm 28 applikazzjoni.", "S'issa għada ma ġietx approvata ebda applikazzjoni.", "QORMI - TRIQ ID-DEHEB FIN", "11016.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq id- Deħeb Fin f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-triq imsemmija hi kważi kollha lesta, u għalhekk taqa` taħt ir-responsabilta` tal-Kunsill Lokali.", "Il- parti tat-triq li għadha mhix lesta mistennija tidħol fil-programm tax- xogħol għall-lokalitajiet kollha ta` Malta.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KUNSILL LOKALI TA' PEMBROKE", "11024.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-Dipartiment ta' l-Artijiet għat- talba tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke dwar l-avviż ta' l-istess dipartiment numru 186, fil-ħarġa numru 16,852 tad-19 ta' Ottubru, 1999 għal kiri ta' biċċa art li hemm bejn Triq Cassino, Triq Camillo Sciberras u Triq Mons. Mifsud Tommasi, wara li l-kunsill kiteb lid-dipartiment fejn informah li jħoss li m'għandhomx jinħarġu offerti għal artijiet fil-lokal qabel il-pjan ta' azzjoni għal Pembroke jiġi approvat mill-Parlament u kif ukoll talbu biex iwaqqaf f'mod immedjat is-sejħa ta' l-offerti in kwestjoni billi tiġi ffriżata sakemm jiġi approvat dan il-pjan, u dan wara li l-kunsill kien kiteb ukoll lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn l-art in kwestjoni kellha tiġi definita bħala żona ta' fejn għandu jinbena ċentru ċiviku u kummerċjali fil-lokal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10927.", "MINISTERU TAL-FINANZI - DEFICIT ATTWALI", "11025.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Ministeru tal-Finanzi dam kważi sena biex ikkontesta figuri dwar defiċit attwali għas-sena 1998 li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta kien qed iwieġeb għad- diskors tal-Budget 1999 f'Diċembru li għadda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Ministru tal-Finanzi jikkwota biss figuri attwali u uffiċċjali: L-aħħar estimi riveduti ta` l-1998, kif ippubblikati f`Novembru 1998, kienu juru defiċit ta` Lm163 miljun, filwaqt li l-figuri finali, kif ippubblikati mit-Teżor f`Ġunju 1999 fil-Financial Report 1998, juru defiċit ta` Lm150 miljun.", "SETTUR TURISTIKU - VAT", "11026.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jikkonferma rapporti ta' żieda imminenti fir-rata tal-VAT fuq is- settur turistiku?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor Membru, li fi żmienu kopra l-kariga ta' Ministru tal-Finanzi, żgur japprezza li miżuri fiskali, jekk ikun hemm, normalment jitħabbru fil-Budget Speech.", "ECONOMIC PROJECTIONS", "11027.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari pendenti dwar economic projections?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Mistoqsija li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant weġibtha fis-Seduta numru 173.", "MFSC - STUDJI", "11028.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-istudji li setgħu saru mill-ministeru jew mill-MFSC dwar l-impatt li sħubija sħiħa fl-UE jista' jkollha fuq is-servizzi finanzjarji f'pajjiżna?", "X'inhu mistenni jkunu impatt ta' l-EMU fuq is-servizzi finanzjarji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala kumment ġenerali, nista ngħid illi ma naħsibx illi l-EMU għandu jkollu xi impatt negattiv fuq is-servizzi finanzjarji f`pajjiżna.", "L-impatt tal-EMU fuq is- servizzi finanzjarji huwa suġġett importanti u komplikat u studju qed isir kontinwament l-MFSC u L-Bank Ċentrali ta` Malta.", "OECD - TAX HAVENS", "11029.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi l- OECD se tippubblika lista ta' tax havens f'Jannar 2000, il-Gvern Malti irċieva xi indikazzjonijiet jekk pajjiżna huwiex se jkun inkluż f'din il- lista?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-OECD għadha qed tagħmel l-istudji tagħha rigward id- diversi ġurisdizzjonijiet qabel ma toħroġ il-lista ta` tax havens.", "Din il- lista mhix mistennija toħroġ qabel Ġunju, 2000.", "Waqt li d-deċiżjoni finali hija naturalment tal-OECD, mill-laqgħat li saru bejn l-uffiċjali tal-OECD u l-istituzjonijiet tagħna jidher li l-proċeduri li nużaw aħna huma aċċettabbli.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "11032.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinħareġ il- kartuna r-roża lill-persuna żagħżugħa li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minħabba l-bżonn urġenti li għandu kawża tal-mard li jbati minnu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "SERVIZZI SOĊJALI - IMPJEGATI", "11033.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi solvuta l-problema tan-nuqqas ta' staff fis-social services ta' Raħal Ġdid?", "Jista l-Viċi Prim Ministru jibgħat aktar staff peress li qegħdin jaħdmu taħt tensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-istaff fl-Uffiċċju Distrettwali ta' Raħal Ġdid jikkonsisti f'erbgħa minn nies, tlieta fuq xogħol klerikali u wieħed fuq xogħol ta' messaġier.", "Waħda mill-istaff taħdem siegħat imnaqqsa.", "Bħalissa qed jingħata t-taħriġ fl-Uffiċċju Ċentrali għal persuni Għawdxin li dalwaqt ser imorru jaħdmu Għawdex.", "Hemm il-ħsieb li meta jispiċċa dan il-proċess tingħata konsiderazzjoni għal żieda fin-numru ta' l-istaff f'dan il-lokal.", "DJAR", "11035.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Wara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 10805, jikkonsidra l- Ministru li tiġi ntrodotta skema fejn tagħti d-dritt lis-sidien ta'djar residenzjali antiki (li ġew mibnija qabel l-1960) u li huma mibnija fuq art tal-Gvern u b'enfitewsi temporanja sabiex dawn is-sidien ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens temporanju bi prezz sussidjat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-maġġor parti tad-djar residenzjali li huma mibnija fuq art tal-Gvern, mogħtija b`enfitewsi temporanja qabel l-1960, jinsabu fuq artijiet li ġew mogħtija għal 150 sena jew 99 sena.", "Iċ-ċens temporanju ta` dawn il-proprjetajiet jista` jiġi kkonvertit f`wieħed perpetwu f`għeluq l-enfitewsi temporanja, kif provdut fl-emenda tal-Housing Decontrol Act tal-1979.", "PA - AZZJONI INDUSTRIJALI", "11039.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li dawn l-aħħar ġimgħat il-Planning Authority kienet għaddejja bi strike industrijali?", "X'kienet ir-raġuni għal dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nikkonferma li ħaddiema tekniċi u amministrattivi fi ħdan l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, nhar it-Tnejn, 18 ta` Ottubru, 1999, kienu fuq strajk ta` siegħa (bejn l-10.00am u l-11.00am) ordnat mill-UHM minħabba nuqqas ta` ftehim dwar struttura ta` salarji fil-kuntest ta` ftehim kollettiv ġdid.", "Minn dakinhar tas-siegħa strajk, il-ħaddiema bdew azzjonijiet industrijali fid-diversi taqsimiet ta` l-Awtorita` kif ordnat lilhom mill-istess union.", "Nhar il-Ħamis 4 ta` Novembru id-direttivi tal-UHM twaqqfu wara li ntlaħaq ftehim dwar il-ftehim kollettiv.", "Sadanittant fl-istess ġurnata l-U.P.A.P. (Union tal-Professjonisti ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar) tat direttivi rigward azzjonijiet industrijali.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - HIGHER SECONDARY", "11043.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Taf il- Ministru li l-Higher Secondary ġewwa Għawdex tinsab bla għalliem/a tal- matematika?", "Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex din l-iskola tiġi pprovduta b'għalliem f'dan is-suġġett?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li fil-preżent fil-Higher Secondary School ġewwa Għawdex hemm fil-preżent nuqqas ta' għalliem wieħed tal-matematika.", "Dan il-post mistenni jimtela meta jkun magħruf ir-riżultat ta' l-intervista għall-mili ta' post ta' supply teacher tal-matematika.", "ZAMMIT CLAPP HOSPITAL", "11044.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10803, jista' l-Ministru jgħid minn liema swali jew istituzzjonijiet oħra oriġinaw l-325 anzjani li daħlu Zammit Clapp?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-325 anzjan li daħlu Zammit Clapp ġew minn diversi sptarijiet kif jidher fil-lista li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra.", "ZAMMIT CLAPP HOSPITAL", "11045.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10803, jista' l-Ministru jgħid minn liema rħula jew bliet oriġinaw il-273 anzjani li daħlu Zammit Clapp Hospital mill-komunita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-273 anzjan oriġinaw mill-bliet u rħula skond kif jidher fil-lista li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra.", "ENEMALTA - SERVIZZ TA' L-ELETTRIKU", "11046.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' l- elettriku lill-applikant fis-Siġġiewi li għandu applikazzjoni Nru.3013?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU", "11047.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10770 jista' l-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu mir-reġistru tal-qgħad xahar b'xahar minn Settembru 'l hawn fil-ħames kategoriji li semma huwa stess fit-tweġiba tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - PROMOZZJONIJIET", "11057.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10751?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar.", "GĦAWDEX - XLENDI - DISKOTEKA", "11058.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9352, tista' l-Ministru ġentilment tikkonferma informazzjoni li għandi li l-kuntrattur privat ibattal il-fosos wara li s-sid konċernat jagħmel talba lis-sanita' f'Għawdex?", "Jekk din l-informazzjoni hija minnha, possibbli li l-Ministru ġentilment tinformani kull meta, xahar b'xahar, is-sid tad-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi għamel talba biex titbattal il-fossa ta' din id-diskoteka mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-aħħar ta' Ottubru 1999 (xahar b'xahar)?", "Jekk it-talba biex titbattal fossa tiġi reġistrata bil-miktub b'xi mod mis-sanita' f'Għawdex, tista' l-Ministru ġentilment tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, jew tgħaddi lili privatament, kopja ta' din ir-reġistrazzjoni bil-miktub ta' kull meta saret talba mis-sid ta' din id-diskoteka ewlenija fix-Xlendi biex titbattal il-fossa ta' din id-diskoteka fil-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar, 1999 sa l-aħħar ta' Ottubru 1999?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li fossa tista' titbattal wara li ssir talba permezz ta' applikazzjoni mis-sid lill-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika jew inkella din tista' titbattal u titħammel minn kuntrattur privat inkarigat mis-sid stess għas-spejjez tiegħu, minflok li dan joqgħod jirrikorri għas-servizz provdut mill-Gvern.", "Rigward il-fossa tad-diskoteka ewlenija li tinsab fin-niżla tax-Xlendi, jiena nfurmata li l-fossa eżistenti f'dan il-fond qed titbattal regolarment, meta tinħass il-ħtieġa, minn kuntrattur privat ikkummissjonat mis-sid.", "F'dan il-każ is-sid mhux obbligat li jinforma l-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika b'dan.", "L-onorevoli interpellant għandu jkun jaf li mill-ewwel ta' Jannar 1999 sa l- aħħar ta' Ottubru, 1999, ma ġietx reġistrata l-ebda talba fl-Uffiċċju tas- Saħħa Pubblika f'Għawdex sabiex il-fossa ta' din id-diskoteka partikulari titbattal.", "GĦAWDEX - XLENDI - DISKOTEKA", "11059.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9353, jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hux veru li s-sid tad-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi waqqgħax hu stess il-bini llegali kollu li l-Ministru semma fit- tweġiba tiegħu għall-istess mistoqsija?", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlitx site inspection biex taċċerta ruħha li s-sid waqqa' l-bini kollu illegali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li s-sid tas-sit li rrefera għalih l- Onor. Interpellant neħħa parti mill-bini llegali, iżda tqajjem punt ta` kjarifika legali dwar bini llegali ieħor, fejn l-avukati tas-sid allegaw li l-ordni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kif maħruġa, ma kienetx ċara biżżejjed u għalhekk is-sid ma setax jaġixxi kif mitlub.", "Għalhekk intalab li tinħareġ ordni ġdida kif fil-fatt sar.", "Din l-ordni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qegħda tieħu l-proċess tagħha skond il-liġi u jkunu jistgħu jittieħdu l-passi ulterjuri mill-istess Awtorita`, skond kif jitlob l- istess proċess legali.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - REGOLAMENTI", "11060.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10845 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe': jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti tad- Dipartiment ta' l-Anzjani biex tinfetaħ dar ta' l-anzjani tal-privat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-djar ta' l-anzjani huma liċenzjati taħt il- provedimenti ġenerali ta' l-Ordinanza dwar il-Professjonijiet Mediċi u l- professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha.", "Poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra il-linji ta' gwida li tuża d-Diviżjoni tas- Saħħa biex tagħti pariri dwar ħruġ ta' liċenzji.", "GĦAWDEX - AWTORITA' TAT-TURIŻMU", "11061.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru ġentilment tgħid jekk ġietx kostitwita l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Għawdex?", "Jekk iva, tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri kollha ta'din l-awtorita' u x'kariga għandhom?", "Meta ġew maħtura dawn il-membri?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ninforma lill-onor interpellant li ma ġiet kostitwita ebda Awtorita' tat-Turiżmu ta' Għawdex.", "Jista' jkun li l- onor membru qed jirreferi għall-Gozo Tourism Association li twaqqfet kmieni din is-sena, li hija Assoċjazzjoni privata w awtonoma għal dawk li huma involuti fis-settur turistiku f'Għawdex.", "LANEĊ", "11072.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jintrabtu l-laneċ: \"Ambjent\", \"Monka\" u \"Pupilla\"?", "Jista' l-Ministru jgħid ix-xogħol li qed isir b'dawn il-laneċ?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew lil gvern kull lanċa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-laneċ 'Ambjent','Monka' u 'Pupilla' qed jintrabtu fit-tarzna ta' Bezzina Ship Repair Yard Ltd.", "Ix-xogħol li qed isir b'dawn il-laneċ huwa hekk:", "M.V. Ambjent - Ix-xogħol ta' l-M.V. Ambjent hu li tiġbor flotsam minn ġewwa kif ukoll minn barra l-Port il-Kbir.", "Din il-lanċa tintuża wkoll għall- ġbir ta' żejt minn wiċċ il-baħar.", "M.V. Monka - Ix-xogħol ta' l-M.V. Monka jinkludi xogħol ta' monitoraġġ.", "Din il-lanċa tintuża wkoll f'każ ta' emerġenza ta' tniġġiż minn żejt.", "M.V. Pupilla - Din il-lanċa tintuża f'kull każ ta' tindif ta' żejt mill- baħar fejn tintuża biex jitniżżlu u jittellgħu 'booms', u biex jinġabar iż- żejt.", "Dawn il-laneċ qed jiswew lill-Gvern madwar Lm7,000. fis-sena, barra minn xi spejjeż straordinarji ta' manutenzjoni.", "BANEK - BOV", "11073.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid jekk hux qiegħed f'pożizzjoni li jgħid jekk il- persuna li għandha stage 1 ta' l-ACIB, li diġa' ħadmet darbtejn (b'total ta' sitt xhur) bħala summer job mal-Bank of Valletta u li għaddiet mill- interview f'Ottubru 1999 għal clerk mal-BOV u li tinsab fuq il-waiting list biex tidħol mal-BOV għandhiex ċans li tiġi imsejħa?", "Billi l-BOV impjega biss madwar tmien skrivani minn dan l-interview, hemm il-ħsieb li jista' jimpjega oħrajn sakemm dan l-eżami jibqa' validu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li BOV hija kumpanija privata.", "DIPARTIMENT TAD-DWANA - IMPJEGATI", "11085.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti ħjiel meta dawk il-ħaddiema li ġew fid-Dipartiment tad- Dwana mill-Posta sejrin jiġu maqluba tal-post uffiċjalment billi diġa' ilhom hemm tliet snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema li ġew fid-Dipartiment tad-Dwana mill-Posta huma diġa impjegati mal-Gvern b`mod regolari.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI - SPTAR IL-ĠDID", "11086.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta'l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq li ġew ippreżentati fl-aħħar jiem lill-Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pjanti li ġew preżentati huma voluminużi (madwar 1,000 pjanta) u għadhom qed jiġu kkunsidrati mit-tim tekniku tal- Fondazzjoni għas-servizzi Mediċi qabel ma jiġu approvati.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "11087.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq kemm se jkun hemm sodod għall-pazjenti?", "Kemm minn dawn is-sodod huma day beds?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-ewwel fażi tal-proġett huwa ippjanat li jkun hemm madwar 650 sodda għall-inpatientsu ser ikun hemm wkoll madwar 50 day beds.", "In-numru finali ta` sodod akunti jiġu determinat iktar il-quddiem wara li jintemmu ir-riformi fis-settur ta` l-isptarijiet.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "11088.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm assenjati sodod lil kull speċjalita' u sub-speċjalita' individwalment fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "F'kull każ, l-ammont tas-sodod ivarja mir-rapport ippreparat mill-Hospital Planners SDC, taħt l-amministrazzjoni Laburista preċedenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għadu kmieni biex jiġi deċiż kif se jkunu assenjati is-sodod lil kull speċjalita fl-isptar il-ġdid.", "Wara l-proċess ta` verifika u riforma li beda fl-isptar San Luqa, inkunu f`pożizjoni aħjar li niddeterminaw b`ċertezza l-allokazzjoni tas-sodod.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "11089.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti hux ser jimxi fuq il-pjani tal- Gvern Laburista preċedenti biex l-infrastruttura ta' barra mill-foot print preżenti fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq jingħata wara sejħa ġdida għat- tenders?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-Gvern preżenti qed jimxi fuq il-Memorandunm of Understandingiffirmat ma Skanska Malta J.V. f`Diċembru 1998.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "11090.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta l-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "Meta mistenni li dan l-isptar ikun jista' jilqa' l-ewwel pazjenti fih?", "Kemm hu mistenni li jdum il-proċess kollu tat-trasferiment tax-xogħol kollu li jsir fl-Isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid f'Tal- Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-bini ta` l-ewwel fażi ta` dan il-proġett hu mistenni li jkun lest fis-sena 2003, fejn l-ewwel pazjenti jintlaqghu minnufih.", "It-trasferiment tas-servizzi fl-ewwel fażi tal-proġett għandu jdum madwar sentejn.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "11091.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid f'liema partijiet ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq mhux se jkun hemm arja kondizzjonata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-partijiet fl-Isptar il-Ġdid li mhux ser ikollhom arja kondizzjonata huwa kif imniżżel fid-dokument hawnhekk mehmuz.", "Madanakollu wieħed irid jinnota li dawn l-areas ser ikollhom il- ventilazzjoni neċessarja skond l-ASHREA standards.", "Dan ifisser li minkejja in-nuqqas ta` arja kondizzjonata f`dawn l-areas, l-atmosfera ser tkun xorta waħda komda.", "AWTORITA' TAT-TURIŻMU - CHAIRMAN", "11094.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jagħti dettalji dwar ir-remunerazzjoni u kondizzjonijiet oħra mogħtija liċ-Chairman ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif żgur jaf l-Onor Kap ta' l-Oppożizzjoni l- kariga ta' Chairman tal-Malta Tourism Authority hi waħda part time u klassifikata A fl-iskala uffiċċjali.", "Għalhekk iċ-Chairman tal-'M.T.A.' jitħallas onorarju ta' Lm7,000 fis-sena.", "Għandu wkoll għad-dispożizzjoni tiegħu karozza uffiċċjali bi driver u l-użu tat-telefon tad-dar u ta' 'mobile' mingħajr ħlas.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - PAZJENTI MINN ST.", "LUKE'S", "11095.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10705, jista' l-Ministru jirrispondi għall-anqas dwar l-aħħar mitt anzjan li daħlu Zammit Clapp Hospital?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f`seduta oħra.", "AMBJENT - ĦARSIEN TA' L-AMBJENT", "11096.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'intqal mill-working group li twaqqaf fi ħdan il- ministeru rigward il-kwalita' ta' arja ħażina mimlija trab tal-ħadid li qed tħammeġ in-Nofs in-Nhar ta' Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Waqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 10525 fuq l-istess suġġett, nixtieq inżid li l-kumpanija Ingliża AEA Technology Ltd. tar-Renju Unit ġiet assenjata x-xogħol ta' studju tal-problema bil-għan li jinstab l- oriġini tat-trab iswed.", "ENEMALTA - MATERJAL B'XEJN GĦALL-KNEJJES", "11098.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għadhiex tipprovdi materjal b'xejn lill-knejjes u faċilitajiet sportivi, u dan skond memo li kienet tgħid: It is being reminded that floodlighting of churches and sporting facilities are to follow the same policy, i.e. that of material only?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta fejn jidħol il-floodlighting tal-Knejjes u faċilitajiet sportivi hi illi tipprovdi l-materjal biss.", "BORMLA - KAPPELLA", "11099.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10580, fejn il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li d-Dipartiment tal-Mużewijiet m'għandu ebda oġġezzjoni li l-kappella ta' San Gwann t'Għuxa, Bormla, tinfetaħ u fiha jsir il- quddies, u peress li l-istess Ministru qal li dan il-post jaqa' taħt ir- responsabbilta' tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, jista'l-Ministru jara li tintlaqa' x-xewqa tar-residenti ta' l-akkwati ta' San Gwann t'Ghuxa, u din tinfetaħ u fiha jsir il-quddies?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Artijiet m`għandu ebda oġġezzjoni li l-kappella ta` San Ġwann t`Għuxa, Bormla, tinfetaħ u fiha jsir il-quddies u lest li jikkunsidra favorevolment talba li ssirlu f`dan is-sens.", "BORMLA - TRIQ R. TAYLOR - TELEPHONE BOX", "11100.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li tiġi nstallata telephone box fi Triq R. Taylor, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - TILWIM INDUSTRIJALI", "11101.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li minħabba tilwim industrijali fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-Bord ta' l- Appelli ta' l-istess awtorita' ma jistax jiffunzjona f'Għawdex u fil-fatt tħassru diversi seduti b'harship kbir għal Għawdxin, jista' l-Ministru jieħu passi rimedjali biex jassigura li l-istess bord ta' l-appelli ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Għawdex jerġa' jibda jiffunzjona?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Ministeru jidhirlu li ġaladarba nhar il-Ħamis 4 ta` Novembru l-azzjonijiet industrijali mill-ħaddiema tekniċi u amministrattivi tal-Awtorita` ta` l-Ippjanar twaqqfu, il-Bord ta` l-Appell issa se jkun jista` jerġa` jiltaqa` wara li jintbagħtu n-notices lill-persuni kkonċernati.", "In-notice trid tasal sa 15-il ġurnata qabel il-laqgħa tal- Bord ta` l-Appell.", "BORMLA - TRIQ R. TAYLOR - NO PARKING SIGN", "11102.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonsidra li Triq R. Taylor, Bormla, isir No Parking għax qed toħloq inkonvenjent lir-residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - TAXPAYER", "11103.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Minsitru jgħidilna peress li t-taxpayer inkarigatni biex tinġabar l- informazzjoni b'mod pubbliku, mhux kunfidenzjali, meta se titħallas mid- Dipartiment tat-Taxxi Interni, l-arretrati tax-taxxa, tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - XAGĦRA - GĦAWDEX", "11109.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qiegħed jagħmel il- Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex fis-Sqaq Nru. 1 f'Racecourse Street, Xagħra, Għawdex jitlesta u dan peress illi l-paviment ta' l-isqaq ġie mqatta' u mkisser mill-kuntrattur u kollox tħalla maqlugħ b'inkonvenjent kbir għan-nies li jużaw dan l-isqaq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet esiġenzi u l-meżżi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.", "BANEK - HSBC", "11110.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk kuntrarjament għal dak li allega l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, il-fatt li x-shares ta' l-HSBC f'Malta żdiedu bil-valur tagħhom għal aktar minn Lm4 ifissirx li kibret il-fiduċja u l-valur tal- bank?", "Dan il-fatt fih innifsu jista' jitqies bħala konferma ta' kemm kienet għaqlija d-direzzjoni tal-Gvern Malti li jbiegħ lill-Mid-Med Bank lil HSBC?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-attivita fil-borża hi dik li hi u l-ishma jitilgħu mhux biss minħabba l-valur intursiku tal-kumpanija nvoluta imma wkoll b`riżultat tal-likwidita li jkun hawn fil-pajjiż kif ukoll tal-ammont ta` ishma li jkun hemm fis-suq.", "Illum l-ishma kollha fil-borża ta` Malta telgħin.", "Hu minnu li `l fatt li l-HSBC illum hi shareholder maġġoritarju tal-Mid-Med Bank żied valur lil Bank."]} {"filename": "20020709_770d_par.doc", "date": "2002-07-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 770 It-Tlieta, 9 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 770", "It-Tlieta, 9 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "770", "It-Tlieta, 9 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 323", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 323", "TQEGĦID TA' KARTI 327", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA` F'ĦAL LUQA LIL MALTA", "INTERNATIONAL AIRPORT plc - KONTINWAZZJONI 327", "AĠĠORNAMENT 348", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 353", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta nru.", "769 li saret fis- 6 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UE - ESPORTAZZJONI TAL-PATATA", "33970.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fil-kuntest tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-kuntratt ta' l-esportazzjoni tal-patata u l-kondizzjonijiet u n-normi tal-proċeduri kif ipprattikati f'dawn l-aħħar snin, inkluż it-tiġdid tal-kuntratt li sar fuq dak eżistenti, kemm huma konformi mar-regoli ta' l-Unjoni?", "X'tibdil irid isir fil-proċeduri sabiex il-kuntratt ikun skond in-normi u r-regoli kif prattikati fil-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Preżentement l- esportazzjoni tal-patata ssir abbażi ta' kuntratt ma' aġent ewlieni fl- Olanda, liema kuntratt ingħata wara sejħa internazzjonali għal offerti.", "Meta s-sena d-dieħla jintemm il-kuntratt, aġenti lokali u għaqdiet tal- produtturi - permezz ta' kuntratti ma' aġenti barranin - se jieħdu f'idejhom l-esportazzjoni tal-patata.", "Il-gvern ma jistax jibqa' jopera bħala operatur u bħala regolatur fl-istess ħin.", "Dan irid isir, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, dment li rridu nkomplu nsaħħu s-suq stabilit jew infittxu swieq oħra.", "U dan anke minħabba l-istandards ogħla ta' prodotti li qegħdin jimponu supermarkets kbar fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Għal dan l-iskop il-ministeru diġa' beda jaħseb biex iħarreġ uffiċjali biex il-proċess kollu ta' tkabbir u ta' esportazzjoni jkompli jilħaq l-istandards mistennija.", "Sur President, m'għandix l-iċken dubju li l-ħidma tal-ministeru għandha tassigura dħul xieraq għall-bdiewa Maltin u Għawdxin.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru huwa on record li qal li n- nixfa kbira li hemm fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Madonna fl-aħrax tal- Mellieħa se tittaffa – jien nista' ngħidlu li sadanittant il-bdiewa għadhom mingħajr ilma - jista' jaġġorna lill-Kamra bl-aħħar żviluppi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, din hija mistoqsija dwar il-provvista ta' second-class water għat-tisqija.", "Il-poplu jaf li b'mod partikolari f'dawn l- aħħar sentejn, kellna nuqqas sostanzjali ta' ilma tax-xita.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ministru, indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, qed ngħid dawn l-affarijiet biex nagħti l-background ta' din il-problema.", "Inutli li noqogħdu neqirdu meta nafu li hawn nuqqas kbir ta' xita u meta nafu li l-ilma għat-tisqija jiġi prinċiparjament mill-ilma tax-xita.", "Din in-nixfa ma tinħassx biss fl-aħrax tal-Mellieħa imma tinħass f'kull rokna ta' Malta.", "Normalment meta tagħmel xita abbastanza - ngħidu aħna meta tlaħħaq dawk l- 20 pulzier - il-ġwiebi li għandna mifruxin ma' Malta jimtlew bl-ilma.", "Iżda peress li sena wara oħra qed ikollna nuqqas kbir ta' xita, fil-ġwiebi hemm ftit ilma u d-dipartiment dan jużah biex f'każ ta' emerġenza jqassmu fejn ikun hemm bżonn.", "Naturalment dan ma jfissirx li l-ftit ilma li d- dipartiment għandu se jżommu biex jaqdi biss xi area partikolari bħall- aħrax tal-Mellieħa, iż-Żurrieq jew Ħal Safi!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jaċċetta li hu stess qal li jekk hemm bżonn, il-gvern lest li jestendi l-għajnuna lill-bdiewa jew almenu jagħti kumpens għan-nefqa fuq l-ilma jekk kemm-il darba dawn jixtruh mingħand il- privat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, din ma nifhimhiex li nirriferu għall- gvern, hu min hu, bħal donnu għandek xi ministru tal-finanzi li jagħfas buttuna u jistampa l-liri!", "Mhux billi ngħidu li se nissussidjaw għan-nixfa li għandna imma rridu naraw minn fejn se jiġi d-domestic resource cost tal- prodott.", "Ma nistgħux nimxu b'dan il-mod u ngħidu li jekk m'għandniex ilma biżżejjed, allura nixtruh mingħand il-privat u mbagħad jagħmel tajjeb il- gvern.", "Biex verament ikollok biedja sostenibbli trid timxi fuq pjan ta' żvilupp rurali u dan aħna diġa' bdejna nagħmluh.", "Għalhekk li jiena dejjem ngħid li l-ewwel kmandament għall-bidwi huwa l-ilma għall-irrigazzjoni, l- ilma tat-tisqija.", "Wieħed mit-targets prinċipali ta' l-iżvilupp rurali huwa l-provvista ta' l-ilma, b'mod partikolari fejn għandek ir-run-off water.", "U l-għajnuna li se tingħata hija proprju biex dan l-ilma jkun jista' jinġabar għax mingħajr ilma għat-tisqija ma jistax ikollok biedja.", "Il-pjan ta' żvilupp rurali – diġa għedt drabi oħra li l-final draft tiegħu tlesta - jaħseb biex il-biedja jkollha provvista ta' ilma għat-tisqija li jrid jiġi minn żewġ sorsi prinċipali.", "L-ewwelnett irridu niġbru l-ilma tax- xita li narawh igelgel mat-toroq, billi jsiru l-ilqugħ apposta ħalli dan jinġabar f'post fejn ikun covered u b'hekk neliminaw it-telf permezz ta' l- evaporazzjoni ta' l-ilma.", "Nafu li f'pajjiżna t-temperatura hija għolja u allura r-rate of evaporation mhijiex żgħira, u meta għandek ġibjuni mingħajr koperta għandek ħafna telf ta' ilma mill-evaporazzjoni.", "Għalhekk dawn il-ġibjuni jridu jkunu koperti, anke jekk hemm bżonn permezz ta' floating covers.", "It-tieni, l-ilma jrid jiġi mit-tisfija tad-drenaġġ.", "Aħna marbutin b'konvenzjonijiet internazzjonali li qabel ma l-ilma tad-drenaġġ jintefa' fil-baħar, irid jiġi msaffi sew u jrid ikun aktar irfinut minn dak li jiġi msaffi permezz ta' l-impjant tar-reċiklaġġ f'Sant'Antnin, b'tali mod li nkunu nistgħu nħalltuh mar-run-off water li jinġabar u mbagħad mit-taħlita jkollna ilma ta' kwalita` li jkun jista' jintuża għat-tisqija.", "Mr Speaker, bi pjaċir ngħid li s-sena d-dieħla se nibdew b'dan il-programm u li minkejja li għadna m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea, innegozjajna biex għas-settur agrikolu nieħdu euro 3.2 miljun, li jiġu madwar Lm1.3 miljun, biex nibdew insaħħu u nagħmlu dak ix-xogħol li għandu x'jaqsam mal- programm ta' żvilupp rurali.", "Nerġa' ngħid li wieħed mit-targets ewlenin tal-programm ta' żvilupp rurali - minbarra t-tisħiħ u l-immodernizzar ta' l-irziezet u l-manutenzjoni ta' l- uċuh tar-raba' permezz ta' ħitan tas-sejjieħ biex ma nitilfux il-ħamrija - huwa li fix-xhur u s-snin li ġejjin ikollna provvista adegwata ta' ilma għat-tisqija bi prezz raġonevoli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, daqs kemm huwa importanti l-ilma, kif aċċenna proprju issa l-Ministru, daqstant ieħor importanti l-ħamrija.", "Fl- isfond tal-pjan ta' żvilupp rurali, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex il-ftit ħamrija li għandna nipproteġuha u ma nitilfuhiex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, din hija mistoqsija interessanti li għall- irħula minn fejn nikkontestaw jien u l-Onor.", "D'Amato, tagħmel ħafna sens.", "Aħna niġu mill-area tas-south-east ta' Malta, waħda mill-isbaħ partijiet tal-gżejjer Maltin, fejn għandek diversi widien u biex iżżomm il-ħamrija fuq sloping terrain trid ovvjament tibni r-retaining walls.", "Issa xi ħaġa li qed tinkwieta ħafna lill-biedja mad-dinja kollha u mhux f'Malta biss hija dik li tissejjaħ desertification.", "Jekk aħna ma neħdux ħsieb il-ħamrija u ma nibnux retaining walls, il-ħamrija tinġarr, jinkixfu l-għeruq, is-siġra tibda tinxef u l-art bil-mod il-mod tiġi fi stat ta' deżert, għax din bħal katina waħda ħolqa ma' oħra.", "Allura biex aħna nżommu l-ambjent tagħna kif jixraq, irridu nieħdu ħsieb il-mod kif il- ħamrija tinżamm f'postha mingħajr ma tintilef; u biex nassiguraw dan għandna diversi regolamenti.", "Per eżempju, ma tistax taqbad u ċċaqlaq il-ħamrija minn post għal ieħor mingħajr permess.", "Jekk xi ħadd ikun irid jikkonverti għalqa fi ground tal- football, ma jistax jaqbad u jwaddab it-terrapien on top.", "Kull naqra ħamrija li għandna rridu niġbruha u nieħdu ħsiebha.", "Jiġifieri barra li naraw li ħ-ħamrija ma nordmuhiex anzi niġbruha, irridu nibnu l-ħitan biex nassiguraw li ma tintilifx.", "Bħalma diġa għedt, għandna diversi lokalitajiet fejn it-terrain huwa sloping u allura tara ħitan tas-sejjieħ b'dawk il-ħbula tar-raba' fit-tul u t-turġien ta' ħajt fuq ħajt.", "Irridu nassiguraw li dawn nieħdu ħsiebhom u nżommuhom fi stat tajjeb ħalli neliminaw kull telf ta' ħamrija.", "Id-desertification irridu ngħassu għaliha u d-dipartiment se jagħmel il-parti tiegħu biex jassigura li talli l-bidwi jżomm ir-raba' ikkultivat tajjeb, ta' dan jieħu somma flus kull sena permezz ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bħalma fuq id-dwieli se nagħtu Lm45 għal kull tomna, anke fil-każ ta' min iżomm ir-raba' b'mod tajjeb u jżomm il-ħitan tas-sejjieħ fi stat tajjeb, mingħajr tankijiet u mingħajr ġebel ikrah, din se tkun waħda mill- kondizzjonijiet biex lill-bidwi tagħna ngħinuh mill-aspett tal-multi- functionality.", "Għax mingħand il-bidwi nistennew mhux biss li hu jkabbar il- prodott agrikolu għall-konsum iżda li jieħu ħsieb l-ambjent.", "U m'hawn l- ebda bniedem ieħor kapaċi li jieħu ħsieb l-ambjent rurali, b'mod partikolari ir-raba', iż-żbir tas-siġar, il-bini u l-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ aħjar mill-bidwi.", "U għal dan l-iskop, il-pjan ta' żvilupp rurali jaħseb biex il-bidwi jirċievi kumpens għal dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl taż-żewġ tweġibiet li għadu kemm ta l- Ministru, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li matul dawn l-aħħar tliet snin ġew abbandunati xogħlijiet li kienu maħsuba biex jindirizzaw dak li aħna nsejħulu l-hydrological cycle, fosthom il-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied Qlejgħa u anke xogħol ieħor ta' manutenzjoni fuq ħitan tas-sejjieħ, bħalma ġara fil-ħitan ta' l-Imtarfa, li ħarbtu s-sistema idroloġika.", "Imbagħad għandek li fin-naħa t'isfel ta' Malta, l-impjant ta' Sant'Antnin qed jipprovdi ilma b'kontenut għoli ta' salinita` li bilfors se jispiċċa biex jeqred l-uċuh tar-raba'.", "Allura bil-policies kollha tiegħu, fejn kien il-gvern matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Kif għandu l-wiċċ il-Ministru jiġi jgħidilna li dan li qed jgħid li se jagħmel se jibda mis-sena d-dieħla meta matul it-tliet snin li għaddew ħalla kollox għaddej għar rieħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ħalli nibdew bl-abbandun li semma l-Onor.", "Farrugia tal-hydrological cycle.", "Aħna tant ma abbandunajna xejn li kemm id- dipartiment ta' l-agrikoltura kif ukoll il-ministeru għall-ambjent qabbdu nies apposta li s-sengħa tagħhom hija l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ – mhux bil-paroli imma bil-fatti – u dawn għamlu l-manutenzjoni fuq dawn il-ħitan u fejn kien hemm bżonn anke bnewhom mill-ġdid.", "Imbagħad l-Onor.", "Membru semmieli Wied Qlejgħa, Sur President.", "Nafu li dan ilu hemm għexieren kbar ta' snin u kien hemm żmien twil fejn fih kien hemm l-abbandun veru, fejn l-ilqugħ tal-wied għal xi raġuni kienu abbandunati u bdew jaqgħu.", "Ovvjament kien sar programm biex dan il-wied jiġi rriabilitat u fejn kien hemm il-bżonn reġgħu telgħu l-ħitan.", "Jien personalment ma qbiltx mal-mod kif sar dan ix-xogħol u min huwa tal- mestjier jifhem mill-ewwel għaliex.", "F'Malta għandna l-ġebla tal-franka, li hija tajba għall-bini tad-djar u li hija mħalta mal-qawwi, li hija ġebla iebsa u allura ma tintużax fid-djar, u għandek il-ġebla tal-qawwi li tintuża biex nagħmlu ż-żrar għall-concrete.", "Il-ġebla li hemm f'Wied Qlejgħa hija dik il-ġebla tan-nofs, bejn il-qawwija u r-ratba, li hija ideali biex tintuża għal hemmhekk.", "Issa meta jkollok il-flow ta' l-ilma u l-ilma jgħattilek parti mill-ħitan u mbagħad jerġa' jinżel bl-evaporation f'xita, il-ġebla ma tkunx affettwata.", "Imma meta għandek il-metall li jagħmel żmien fl-ilma u żmien mikxuf għall-arja, il-metall jitmermer u jispiċċa.", "Jiġifieri fil-hydrological cycle ta' Wied Qlejgħa kien baqa' partijiet essenzjali u aħna komplejna x-xogħol fuqhom f'dawn l-aħħar xhur.", "L-Onor.", "Interpellant reġa' semmielna l-impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant'Antnin.", "Nerġa' ngħid li l-purikazzjoni ta' l-ilma tad-drenaġġ m'huwiex eżattament f'idejna bħala ministeru.", "Aħna naraw li l-ilma msaffi fit-treatment plant, jiġi ppumpjat f'ħames ġibjuni u mbagħad by gravity jitqassam lill-bdiewa.", "Dawn kellhom problemi fil-mod kif jiġi msaffi l- ilma fl-impjant ta' Sant'Antnin.", "Veru li l-livell ta' TDS tela u jien informat li l-ministru sieħbi responsabli qed jagħmel monitoring ta' dan l- operat kollu biex jassigura li l-ilma li jasal għat-tisqija għand il-bdiewa jkun ta' kwalita' aċċettabbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-Ministru l-ewwel semma' id-dwieli u dan l- aħħar nafu li l-gvern ħabbar li se jagħti Lm450 għal kull tomna lill-bdiewa li jibdew ikabbru d-dwieli biex nilħqu d-9,000 tomna.", "Manafx jekk għadux kmieni wisq biex nistaqsih jekk kellux response tajjeb jew otherwise min- naħa tal-bdiewa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, pajjiżna jimporta mas-70% ta' l-għeneb li niġu bżonn biex nipproduċu l-inbid tajjeb li aħna rinomati għalih.", "Biex inkunu f'pożizzjoni li l-inbid li nagħmlu aħna jkun ta' kwalita', irid jiġi magħmul minn għeneb li jitkabbar hawn Malta.", "L-għenba ma tistax timportaha minn barra u biha tagħmel inbid ta' kwalita'.", "Issa aħna nafu li fis-snin '50, fil-pajjiż kellna produzzjoni ta' għeneb li kienet tieħu area ta' madwar 9,000 tomna.", "Bl-iżvilupp li kien hawn matul iż-żmien, l-area għall-kultivazzjoni tad-dwieli minn 9,000 tomna niżlet għal madwar 2,800 tomna.", "Allura biex jerġa' jkollna dan l-ammont ta' għeneb, il-gvern fassal programm li permezz tiegħu se nerġgħu ngħollu l- produzzjoni u t-target tagħna hu li nerġgħu nitilgħu għall-area ta' 9,000 tomna.", "Biex nagħmlu dan, il-gvern nieda programm ambizzjuż li se jfisser injection kbira finanzjarja fis-settur agrikolu.", "Kull bidwi se jingħata Lm450 għal kull tomna ta' raba' bagħli li għandu u jaqleb biex ikabbar id- dwieli.", "Issa talli jieħu ħsieb din l-istess raba' bid-dwieli, kull sena se jitħallas Lm45-il tomna.", "Hekk se jimxi dan is-settur.", "Nista' ngħid li hemm diversi bdiewa li marru jiċċekkjaw kif se jsir dan l- operat u jidher li se jkun hemm response mhux ħażin.", "Naturalment dan se nagħmluh b'mod trasparenti u jekk hawn xi ħadd li mingħalih se jieħu pjanta lid-dipartiment u lill-uffiċjali jurihom li għandu għaxart itmiem u mingħalih li dawn se jiktbulu ċekk, ngħidlu biex jinsa kollox u ma jaħlix ħin.", "Biex dan ix-xogħol isir irridu nibdew b'ċertu għaqal, naraw liema raba' huwa tajjeb – għax biex tagħmel id-dwieli mhux billi għandek ir-raba' imma trid tara x'tip ta' ħamrija għandek u skond dik il-ħamrija trid tadatta l-varjeta' tad-dielja - imorru l-inspectors biex jiċċekkjaw l-area u li verament id-dwieli jkunu tħawlu fir-raba' u wara li jsir dan kollu u naraw li kollox sar kif suppost, imbagħad tingħata l-għajnuna.", "Iżda peress li l-mistoqsija oriġinali kienet dwar l-esportazzjoni tal- patata - irrid ngħid li din is-sena laħqet is-6,124 tunnellata - il-bdiewa tħallsu Lm11.30 għal kull qantar għall-varjetajiet kollha, jiġifieri sante' u alfa.", "Issa jien lill-bdiewa nwegħdhom li nkomplu nġibu prezz tajjeb dment li nkomplu nesportaw prodott ta' kwalita'.", "Irrid nagħmel enfasi li prodott ta' kwalita' jiddependi ħafna fuq il-mod ta' l-operat tal-bdiewa.", "Nagħmel enfasi li l-ammont ta' bexx li għal dawn l-aħħar tliet snin bdejna gradwalment innaqqsu, irid ikompli għaddej u rridu nkomplu fuq varjetajiet illi jieħdu l-inqas ammont ta' bexx teknikament possibbli.", "Barra minn hekk irid ikollna varjeta' ta' patata li tkun bikrija kemm jista' jkun.", "Pajjiżi oħra, biex jidħlu kmieni fis-suq u jkunu bikrin iżjed mill-Maltin, anke qegħdin ikabbru l-patata fit-tunnels u allura biex aħna jibqa' jkollna n-niċċa tagħna, jenħtieġ li jkollna varjeta' ta' patata li tkun bikrija, li tkun b'saħħitha u tieħu l-inqas ammont ta' bexx teknikament possibbli.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali fid-dekasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34026.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali fid-dekasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34027.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-turiżmu): Mr Speaker, f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għalliema li m'humiex jgħallmu għax huma seconded f'dipartimenti jew entitajiet oħra, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34563; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali fid-dekasteru li għalih huwa responsabbli l-ministru tal-finanzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34025.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA` F'ĦAL LUQA LIL MALTA INTERNATIONAL AIRPORT plc - KONTINWAZZJONI", "Tkompli mit-8 ta' Lulju, 2002", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien kont qed norbot l-intervent tiegħi ma' mistoqsija li fil-fehma ta' l-oppożizzjoni hija waħda realistika.", "Għall-ġid ta' min se tkun il-privatizzazzjoni ta' l-MIA?", "Għall-ġid tal- poplu, tan-negozjant jew ta' l-investituri barranin?", "Allura kont qed nagħmel numru ta' osservazzjonijiet dwar kif se jiġu effettwati l-ħaddiema, il-konsumatur u l-ġid komuni tal-poplu tagħna.", "Iktar u iktar meta, kif kont qed nispjega, il-kuntratt jgħid ċar u tond li l-gvern se jkun marbut b'piżijiet li jħallas ċerti debiti tal-kumpannija MIA, anke jekk ma jkollux kontroll fuqhom.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi l-oppożizzjoni bilfors ikollha tappella għas-sens komun.", "Ħalli nġibu eżempju.", "X'kienet is-sitwazzjoni meta ġie pprivatizzat il-Mid-Med Bank?", "In-naħa tal-gvern kienu qalu li Lm10 miljun 'l hawn u 'l hemm mhux se jagħmlu daqshekk differenza, imma mbagħad min ikun il-vittma?", "Iż-żgħir.", "Għax il-gvern ikollu jżid it-taxxi biex ikabbar id-dħul tiegħu peress li jkun irid isostni l-politika tiegħu li tirrikjedi ċertu investiment.", "Min-naħa tiegħu l-bank ikollu ċerta awtonomija u bħalma rriżulta, l-HSBC impona taxxi indiretti fuq in-nies bi dħul baxx, minħabba li żied it-tariffa ta' dawk li għandhom account żgħir mal-bank.", "Infatti dan il-każ tressaq quddiem l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta.", "Mr Speaker, illum il-gvern jimponi madwar Lm16 taxxa fuq kull biljett ta' l- ajru u parti minn din it-taxxa tingħata lill-MIA.", "Allura l-konsumatur għandu xi garanzija li dawn it-taxxi mhux se jiżdiedu meta din il- kumpannija tiġi privatizzata?", "Hemm xi perjodu miftiehem meta jistgħu jerġgħu jiżdiedu dawn it-taxxi?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq privatizzazzjoni ta' entità li twaqqfet u ġiet żviluppata bis-saħħa ta' gvernijiet Laburisti u matul dawn l-aħħar snin gvernijiet Nazzjonalisti għamlu tajjeb li raw kif kabbru dan l-investiment.", "Mill-1971 'l hawn gvernijiet Laburisti saħħew l-indipendenza li kien ġab gvern Nazzjonalista u ġabu l-ħelsien f'pajjiżna.", "Għaliex minkejja li konna indipendenti kienu u għadhom jitimgħu liċ-ċittadini Maltin dak kollu li kien japplika għall-Imperu Ingliż.", "Iżda bl-għaqal tagħhom gvernijiet Laburisti għamlu dawn il-kisbiet li, kieku ma kienx għalihom, kieku l-ebda gvern Nazzjonalista ma kien jista' jiġi hawn u jitkellem dwar il- privatizzazzjoni tagħhom.", "Għaldaqstant, illum bl-iktar mod sinċier u bl-iktar mod ċar qed nistaqsu għall-ġid ta' min se ssir din il-privatizzazzjoni għax, minkejja dak kollu li ntqal dwar l-istorja ta' gvernijiet Laburisti, konna aħna li għamilna dawn l-investimenti biex insostnu l-iżvilupp soċjali, biex nassiguraw l- impjiegi, nassiguraw li jkollna għajxien diċenti u li pajjiżna jkabbar l- attività ekonomika tiegħu.", "Mr Speaker, jekk din il-privatizzazzjoni se ssir għall-ġid tal-poplu tajjeb li l-gvern jagħti indikazzjonijiet jekk humiex se jonqsu jew jiżdiedu dawn it-taxxi.", "Finalment il-konsumatur dak li jinteressah.", "Il-partit Nazzjonalista qallu li se jnaqqas it-taxxi meta jkun fil-gvern u minflok żidhomlu.", "Il-gvern Nazzjonalista spjegalu li l-privatizzazzjoni ta' l-HSBC se ġġib ċerti bidliet importanti, u mbagħad għamlu ċerti tariffi fuq kategorija ta' nies li għandhom bank accounts żgħar għax ma jinteressahomx mill-ġid tal-poplu u tas-soċjetà tagħna.", "Allura aħna, għax nemmnu fil-poplu, għax nemmnu fil-ġid komuni ta' pajjiżna, għax nemmnu li rridu ntejbu l-livell ta' l-għajxien, għax nemmnu li iktar ma nżidu taxxi aktar nitilfu l-kompetittività, għax inpoġġu dejjem is-sens komun fuq quddiem, nistaqsu: Il-gvern għandu garanzija li mhux se jkomplu jiżdiedu t-taxxi mill-MIA u li mhux se jkun hemm charges oħra fuq it-tour operators għal ċerti servizzi li forsi tintroduċi l-MIA, u li again ikunu forom ta' taxxi indiretti, kif spjegajt fil-każ ta' l-HSBC.", "Aħna qed ngħidu dawn l-affarijiet mhux biex inbeżżgħu lill-poplu, imma għax nemmnu f'dak li jgħid il-mexxej tagħna, jiġifieri li pajjiżna jeħtieġ li jkun kompetittiv u produttiv.", "U mhux sew li l-gvern ikompli joħloq inizjattivi ta' privatizzazzjoni li huma stess inaqqsu ċerta kompetittività għar-raġunijiet li joħorġu ċerti servizzi bl-idea li jiżdiedu ċerti tariffi.", "Din hija xi ħaġa li tinkwetana ħafna lilna.", "Aħna nafu li l- pakkett turistiku f'pajjiżna jrid ikun aktar kompetittiv.", "Jien għedt ukoll li kienet deċiżjoni għaqlija li l-Air Malta ddeċidiet bejn il-Boeing u l-Airbus ħalli ma tidħolx fi spejjeż żejda kif kienet daħlet taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, partikolarment taħt iċ-chairman Tabone, meta nxtraw l-Avro-liners.", "Dak iż-żmien l-Air Malta kellha tidħol fi spiża addizzjonali biex trawwem il-cabin crew, it-tekniċi u lill-kaptani għax kienu ajruplani ġodda.", "Dawn huma kollha spejjeż li ma jagħmlux sens u jnaqqsu l-kompetittività tagħna.", "Aħna nemmnu li l-poplu għandu jingħata informazzjoni dwar jekk it-taxxa li jimponi llum il-gvern, li hija ta' madwar Lm16 fuq kull passiġġier, hijiex se tiżdied jew tonqos.", "Meta huwa stabbilit li jista' jkun hemm xi żidiet jew tnaqqis f'dan ir-rigward?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, deherli li jkun opportun li nagħmel xi ftit kummenti dwar din il-mozzjoni li tirrigwardja l-MIA li hija parti mir- responsabbiltajiet tiegħi bħala Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u tajjeb li wieħed iħares ftit lejn ċerti żviluppi li saru f'dawn l-aħħar snin.", "Jien smajt b'attenzjoni lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni, però kelli diffikultà biex insib ir-raġuni vera għaliex se jivvotaw kontra tagħha.", "Il- bieraħ għal darba, tnejn, tlieta l-Onor.", "Brincat irrepeta li l-oppożizzjoni trid tikkritika b'mod oġġettiv, b'mod mhux distruttiv u b'mod li ma jgerrixx l-investiment.", "Jien innotajt il-fatt li ħass il-ħtieġa li kellu jirripeti dan għax normalment kull oppożizzjoni għandha tieħu dan l- atteġġjament.", "Però meta mbagħad wieħed jifli anke dak li qal l-Onor.", "Brincat il-bieraħ u jipprova jara x'inhi r-raġuni għaliex il-partit Laburista qiegħed jopponi dan il-proċess, isib li t-tliet kelliema li tkellmu s'issa ħarġu bi ftit raġunijiet ta' sustanza.", "Donnhom insew li kien il-gvern preċedenti stess li beda l-proċess ta' privatizzazzjoni.", "Niftakar li meta ltqajt l-ewwel darba maċ-chairman preċedenti ta' l-MIA ftit wara l-5 ta' Settembru ta' l-1998, kien qalli li l-proċess tal- privatizzazzjoni seta' jiġi finalizzat sa l-aħħar ta' l-1998, allavolja kien għad hemm problema kbira dwar il-ħaddiema wara li d-department of civil aviation ingħaqad ma' l-MIA.", "Dan kien sar mingħajr ma kien hemm ħsieb kif wieħed jintegrahom sewwa, u kien għad hemm ukoll l-issues ta' l- art.", "Lanqas il-kwestjoni ta' l-art, proprju l-mozzjoni li qed niddiskutu llum, li hija xi ħaġa essenzjali għall-proċess ta' privatizzazzjoni kienet għadha ma ġietx riżolta.", "Kif diġà qal il-Ministru tal-Finanzi, tajjeb wieħed jgħid li kien hemm anke ittra mingħand Alfred Mifsud, li dak iż-żmien kien chairman tal-Mid-Med Bank, li kienet qed tindika li l-proċess ta' privatizzazzjoni ta' 40% tal- kumpannija kienet se tfisser li l-gvern kien se jdaħħal madwar Lm12-il miljun imqabbla mad-dħul globali ta' Lm40 miljun li jiġu minn dan il- proċess.", "Jien kultant naħseb li xi kelliema ta' l-oppożizzjoni - mhux kollha - insew li kienu bdew dan il-proċess huma stess għax bdew jitkellmu dwar jekk il- privatizzazzjoni tagħmilx sens, jekk humiex se jitħarsu l-interessi tal- pajjiż u l-interessi tat-turiżmu u l-interessi ta' l-ekonomija.", "Imma dak li kien japplika fi żmien il-gvern Laburista mhux xorta għadu japplika llum, jew issa li m'hemmx il-gvern Laburista, l-oppożizzjoni insiet li kienet qed timxi fuq il-proċess ta' privatizzazzjoni wkoll?", "Dan il-proċess xejn ma kien ċar għax wieħed kien għadu mhux ċert jekk kenux se jimxu fuq il-mudell tal-Maltacom jew inkella fuq mudell ieħor.", "It- tendenza kienet li jimxu fuq il-mudell tal-Maltacom, jiġifieri li jkun hemm investituri privati li l-biċċa l-kbira tagħhom lanqas tkun taf min huma għax ikunu rrappreżentati minn banek permezz ta' trusts, b'mod li wieħed lanqas ikun jaf l-identità ta' min ikun qed jinvesti, xi ħaġa li m'hijiex daqshekk sabiħa.", "Għax finalment huwa importanti li wieħed ikun jaf min huma l-owners tax-shares.", "Iżda ħalli ngħid xi ħaġa dwar l-MIA u kif żviluppaw l-affarijiet.", "Irrid infakkar li wieħed mis-setturi ekonomiċi prinċipali tagħna huwa t-turiżmu.", "U m'hemmx dubju li taħt gvernijiet Laburisti, taħt it-tmexxija ta' Karmenu Mifsud Bonnici u qablu Mintoff, it-turiżmu kien qed jiffaċċja diversi bottlenecks li kienu qed jillimitaw l-espansjoni ta' l-ekonomija Maltija.", "Wieħed minn dawn il-bottlenecks kien il-fatt li ma kienx sar investiment biżżejjed fl-ajruport li kellna.", "Mhux biss kien antik, mhux biss konna limitati fin-numru ta' passiġġieri li setgħu jiġu handled, talli kien f'sitwazzjoni li t-turisti li kienu jiġu hawnhekk kienu jaħsbu li ġew f'pajjiż tat-tielet dinja.", "It-trakkijiet li jġorru l-bagalji kienu jidħlu fis-sala fejn il-passiġġieri jkunu jistennew biex jieħdu l-bagalji u kienu jifgaw lil kulħadd bil-fumes tad-diesel.", "Din kienet is-sitwazzjoni fl-1987 u l-gvern Nazzjonalista mill-ewwel ħaseb biex itejjibha, għall-ewwel bi pjan temporanju biex jirranġa dawn l-affarijiet mill-iktar fis possibbli fl- ajruport il-qadim, u mbagħad bi pjan li jibni ajruport ġdid li issa għalaq għaxar snin.", "M'hemmx dubju li f'dawn l-aħħar għaxar snin il-poplu kollu Malti jgħid kemm kien investiment għaqli.", "Mr Speaker, il-kritika ma ddejjaqni xejn, però trid tiżinha u tara jekk ikunx hemm raġuni warajha jew jekk tkunx sempliċement kritika biex wieħed jgħid xi ħaġa kontra għax qiegħed in-naħa l-oħra tal-Kamra.", "U f'dan il-każ kellna kritika ta' din ix-xorta.", "Jien niftakar li kien hemm kwestjoni kbira dwar l-investiment lil sar fl-ajruport għax fil-bidu kien indikat li jkun ta' xi Lm18-il miljun u spiċċajna b'nefqa ta' madwar Lm22 miljun peress li kien hemm bżonn isiru xi modifikazzjonijiet biex isir investiment skond l-esiġenzi tal-lum.", "Fil-fatt l-ajruport li nbena kien suċċess l-ewwelnett għax kull turist jew kull Malti li jgħaddi minnu jgħid li dan huwa ajruport modern, u t-tieni nett jipparaguna tajjeb ħafna ma' ajruporti ta' pajjiżi ferm ikbar minna u huwa ajruport li jista' jieħu l-load li jirrikjedi f'pajjiżna.", "Huwa importanti wkoll li wieħed jgħid li f'dan l-ajruport oriġinarjament il- gvern kien investa Lm8.2 miljun u l-loans li kienu ħarġu kollha ġew imħallsa lura mill-MIA.", "Fil-fatt tul dan iż-żmien tat madwar Lm3.4 miljun f'dividends lill-gvern.", "Jiġifieri t-terminal inbena b'mod li jissodisfa l- bżonnijiet ta' pajjiżna, l-attività t'hemmhekk irrendiet b'mod li l-loans setgħu jitħallsu lura u anke ħadna dividends, u llum il-gvern se jdaħħal is- somma ta' Lm40 miljun mill-bejgħ ta' 40% ta' l-MIA, li hija madwar tliet darbiet iktar minn dik li kien qed jaħseb li jdaħħal il-gvern preċedenti.", "Dan kollu juri li l-istorja tat-terminal hija waħda ta' suċċess.", "Għalhekk ma nistax nifhem għaliex wieħed għandu jadotta din il-pożizzjoni ta' doom and gloom fuq din l-issue.", "Wara kollox il-gvern preċedenti donnu rrikonoxxa kemm kienet ta' suċċess għax huwa stess ippropona li jipprivatizza 40% ta' l-MIA, u allura ħafna mill-mistoqsijiet li qamu dalgħodu u l-bieraħ hawnhekk dwar kif se tiġi effettwata l-ekonomija kienu japplikaw għal dak iż-żmien ukoll.", "Il-gvern Nazzjonalista wera bil-fatti kemm jemmen f'dan il-proċess għax ippjanah hu, mexxieh hu, għamlu suċċess u hu se jkompli jagħmlu suċċess.", "Fil-fatt dak li qed niddiskutu llum huwa parti minn dan il-proċess.", "L-art li kellha f'idejha l-MIA mill-1992 'l hawn issa se terġa' tmur lura għand il-gvern biex din tkun tista' tiġi mikrija b'ċens lill-kumpannija l-ġdida.", "Naħseb li din hija ħaġa superjuri milli wieħed sempliċement jgħaddi l-art lill-kumpannija li parti minnha se tkun privatizzata.", "B'din is-sistema d- dħul għall-gvern se jibqa' hemmhekk.", "Mr Speaker, smajt ċerti kummenti fis-sens li m'aħniex nagħtu importanza lill-Air Malta.", "Dażgur li l-Air Malta hija importanti!", "Anzi, wieħed mill- oġġettivi ta' dan il-proċess kollu huwa li l-Air Malta tkun tista' ssaħħaħ l-operazzjoni tagħha ħalli Malta tibda tiġi wżata minn aktar linji ta' l- ajru.", "Per eżempju, jekk jibda jkun hawn iktar cruise liners li jitilqu minn Malta jibdew jiġu iktar passiġġieri hawnhekk ukoll.", "Dan jikkrea suq ġdid għall-Air Malta u allura jiġi kkreat il-konċett ta' hub.", "Meta kien hawn il-grupp ta' Viset li kienu qed jippreparaw il-proposta tagħhom għall-bini ta' cruise liner terminal u l-MIA avviċinawni u staqsewni jekk għandhomx jikkonsidraw li jipparteċipaw f'dan il-proġett, jien għedtilhom iva, għax naturalment l-iżvilupp tal-cruise liner terminal ikun ta' benefiċċju anke għall-MIA.", "Mr Speaker, sar ukoll diskors fuq ir-runway li ssorprendieni.", "Kif jaf kulħadd ir-runway se tibqa' tal-gvern, imma se tiġi managed mill-MIA.", "Kien hemm min qal li din għandha tħallas talli qed tuża r-runway.", "Però wieħed irid jaqra d-dettall sewwa għax il-verità hija li l-maintenance tar-runway jinvolvi li kull tant żmien trid tagħtiha surface ġdid li, kif qed jgħid il- Ministru tal-Finanzi, waħdu jiswa Lm4 miljun.", "U aħna mhux runway waħda għandna, imma tnejn.", "It-tieni nett wieħed irid jiftakar li hemm id-dwal u l-apparat kollu li jmur mar-runway li jirrikjedu maintenance kontinwa li trid tagħmlu l- kumpannija li se topera r-runway.", "Jiġifieri wieħed ma jistax ma jikkonsidrax dawn l-affarijiet u jitkellem b'mod leġġer.", "U naħseb li d- diskussjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet leġġera wisq.", "Wara li wieħed sema' lit-tliet kelliema bilfors ikollu jistaqsi għaliex se jivvotaw kontra meta huma wkoll kienu bdew bil-proċess ta' privatizzazzjoni, meta l-pakkett finanzjarju din id-darba huwa tliet darbiet aħjar, meta l-kondizzjonijiet huma tajbin u anke l-art tat-terminal se tibqa' f'idejn il-gvern u se tingħata b'ċens.", "Apparti minn hekk nafu li l-kumpannija li rebħet il-kuntratt hija kumpannija serjissima li l-parti l- kbira tagħha hija mill-Awstrija u hemm l-Istat involut fiha wkoll.", "Għaldaqstant wieħed ma jifhimx għalfejn l-oppożizzjoni ma tgħidx li l- affarijiet mexjin sew f'dan il-proċess ta' privatizzazzjoni.", "Kif diġà għedt, l-argumenti kontra huma bbażati fuq ħsieb leġġer li ma daħalx fil- fond biżżejjed dwar l-issues partikolari.", "Mhux biss irid isir investiment fuq ir-runway, iżda jrid isir investiment fit-terminal u f'setturi oħra bħalma huma s-security u l-fire and rescue service.", "Dawn l-investimenti kollha qed tagħmilhom l-MIA.", "Wieħed mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni ssorprendieni meta beda jistaqsi x'sens jagħmel li l-MIA baqgħet tinvesti jekk se tiġi privatizzata.", "Hawnhekk morna n-naħa l-oħra!", "Filli nsew dak li kienu se jagħmlu huma meta kienu fil-gvern u bdew jgħidulna li kważi kważi aħjar ma nipprivatizzawx - għax il-mistoqsijiet li kienu jistaqsu hekk kienu jindikaw - u min-naħa l- oħra l-istess kelliem staqsa x'sens jagħmel li l-MIA baqgħet tinvesti meta se tiġi privatizzata.", "Dażgur li tibqa' tinvesti!", "Kif jista' jkun li ma jibqax għaddej l-investiment li jkun ipprogrammat f'qasam daqshekk importanti?", "Huwa importanti li seħħ dan l-investiment u għad hemm bżonn isir iktar investiment li naturalment se jsir mill-operaturi l-ġodda eventwalment.", "Mr Speaker, jien ipprovajt nislet ftit mill-iskopijiet ta' din il-bidla li qed issir għax wieħed mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni staqsa fl-interess ta' min qed issir din il-privatizzazzjoni.", "Kien hemm min semma l-każ tar- railways ta' l-Ingilterra u l-każ tal-France Telecom li għandha xi problemi.", "Imma dan il-proċess qed isir biex inkomplu ntejbu s-sitwazzjoni.", "Huwa indikat li l-ajruport tagħna jista' jiġi wżat aħjar bħala passenger hub u anke bħala cargo hub, area li fil-fehma tiegħi għadu ma ġiex żviluppat biżżejjed għax qed nużawh biss għall-bżonnijiet tagħna.", "L- ajruport jista' jiġi wżat aħjar għall-aircraft maintenance ukoll.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi biex insemmi s-suċċess fl-agreement li sar bejn l-Air Malta u l-Lufthansa fejn se jkollna fabbrika fuq standards internazzjonali li tagħmel il-maintenance fl-ajruport tagħna.", "Dan l- investiment niddeskrivih bħala l-iktar investiment sinifikanti li sar f'dawn l-aħħar snin għax kumpannija serjissima ta' standards mill-iktar għoljin, il-Lufthansa Technik li tħaddem madwar 22,000 ruħ, wara sentejn ta' diskussjonijiet u wara l-provi li għamlet fuq il-faċilitajiet li jagħmlu dan it-tip ta' servicing li għandha l-Air Malta, iddeċidiet li twaqqaf fabbrika hawnhekk bi sħab ma' l-Air Malta.", "Din il-fabbrika se tkun għaddejja 24 siegħa kuljum.", "Dawn se jibagħtu parti mill-flotta tagħhom biex tiġi maintained hawnhekk għax għandhom fiduċja fina peress li diġà pprovawna.", "Dan ifisser li fil-bidu se jkollha madwar 60, 70 ajruplan fis-sena, inkluż dawk ta' l-Air Malta, li se ssirilhom maintenance meta jaslilhom iż-żmien.", "Is-settur tal-maintenance ta' l-aircraft huwa eżempju ċar ta' l- opportunitajiet li jeżistu.", "Dan il-joint venture mhux biss jista' jikber ferm iktar, imma l-MIA tista' tibda tinkoraġġixxi kumpanniji oħra, kif diġà kienet qed tagħmel, iżda issa bl-interess tal-gruppi internazzjonali u bir-riżultat li kellha l-Air Malta mal-Lufthansa, dan ikollu suċċess ikbar u nkunu nistgħu nistabbilixxu lil Malta bħala ċentru għall-maintenance ta' l-aircraft.", "Jekk wieħed jara x'qiegħed jiġri ma jridx wisq biex jirrealizza li pajjiżi fejn qed isir dan is-servicing, bħall-Ingilterra u l-Ġermanja, qed ifittxu biex jallokaw parti mix-xogħol tagħhom barra minn pajjiżhom biex ikunu iktar effiċjenti u iktar ekonomiċi.", "Allura s-settur ta' l-aircraft maintenance jista' jkun importanti daqskemm kien is-settur tax-ship repair fil-passat.", "Naħseb li dawn it-tip ta' opportunitajiet se jieħdu spinta 'l quddiem b'dan il-proċess ta' privatizzazzjoni li għaddejjin minnu.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni ħadd ma tkellem fuq dan.", "L-ebda membru ma tkellem fuq il-possibbiltà li nistgħu nespandu l-attivitajiet tagħna bil- mod kif norganizzaw l-MIA u billi ninvolvu partners internazzjonali.", "Hemm aspetti oħra li wieħed jista' jisfrutta wkoll, fosthom il-probabilità li l- low cost airlines li qegħdin jaħdmu iktar fl-Ewropa eventwalment se javviċinaw lil pajjiżna wkoll.", "Dan jipprovdi sfog ieħor għat-turiżmu tagħna, però rridu nkunu attrezzati għalih biex inkunu nistgħu nipparteċipaw f'dan is-suq.", "Ma naffordjawx li ma nagħtux l-imbuttaturi kollha li hemm bżonn lit-turiżmu biex Malta tagħmel ħafna iktar suċċess f'dan is-settur.", "Mr Speaker, kien hemm min semma wkoll l-investiment ta' 'l fuq minn USD600 miljun ta' l-Air Malta li tħabbar proprju l-ġimgħa li għaddiet.", "Iżda xi membri min-naħa ta' l-Oppożizzjoni donnhom ma fehmux eżattament x'jinvolvi għax staqsew jekk jagħmilx sens li nibqgħu għaddejjin bil-privatizzazzjoni issa li l-Air Malta se tinvesti dawn il-flus kollha.", "Kien hemm min staqsa wkoll jekk dan il-proċess jistax ikun ta' theddida għal dan l-investiment li finalment ikollu jħallas għalih il-poplu Malti.", "Din hija mistoqsija bbażata fuq miżinformazzjoni to start with.", "Wara l-inċident tal-11 ta' Settembru s-settur ta' l-avjazzjoni ġie effettwat minn żewġ aspetti.", "L-ewwelnett il-prezzijiet ta' l-ajruplani l- ġodda waqgħu sew u allura l-Air Malta ħatfet din l-opportunità.", "L-Air Malta taħdem permezz ta' kumpannija ikbar, l-ILFC li tista' tixtri numru ta' ajruplani ferm iktar milli nistgħu nixtru aħna, u allura tixtrihom bi prezz ferm iktar kompetittiv milli jista' jixtrihom pajjiż żgħir bħal tagħna.", "It-tieni nett, minħabba dak li ġara fil-11 ta' Settembru t-tariffa tal- lease ta' l-ajruplani waqgħet kważi bin-nofs meta mqabbla mas-sajf li għadda.", "Għaldaqstant fl-investiment li jmiss minflok ma l-Air Malta se toħroġ il-kapital daħlet f'arranġament ta' lease ta' ajruplani ġodda għat- 12-il sena li ġejjin.", "Hawnhekk għandna pakkett li huwa extremely attractive li qed ipoġġi l-pedamenti ta' l-Air Malta fuq bażi soda għat-12- il sena li ġejjin.", "Minflok ma l-Air Malta se tixtri l-ajruplani u tipprezzahom over the years, se tgawdi mill-benefiċċju ta' ajruplani ġodda - li huma l-latest generation u allura jkunu fuel efficient - għax se tordnahom qisha qed tixtrihom.", "Fil-fatt ħafna min-negozjati kienu jinvolvu trattattivi fuq il-makni, fuq it-tip ta' distanza li jridu jkopru u affarijiet oħra.", "Fil-fehma tiegħi l-Air Malta għamlet xogħol eċċellenti, kemm fl-assessment kif ukoll għall-mod professjonali li bih saret l-għażla, li wassal biex pajjiżna jiggwadanja ħafna.", "Jien żgur ma nikkonsidrax dan l-arranġament bħala xi ħaġa negattiva għal dan il-proċess ta' privatizzazzjoni li għaddejjin minnu bħalissa.", "Anzi, jekk l-Air Malta tkun iktar kompetittiva, kif qed tiggarantixxi d-deċiżjoni li ttieħdet mill-Air Malta, allura tkun f'pożizzjoni li tgawdi wkoll mill-faċilitajiet mogħtija b'iktar effiċjenza - u dak li nistennew mis-settur privat - bil-possibbiltà ta' ħolqien ta' business ġdid għall-Air Malta.", "Qamet ukoll il-kwestjoni l-art ta' l-Air Malta.", "Din hija safeguarded għax il-parti li qed tuża l-Air Malta mhix se tikkriha mill-MIA, imma se tkun direttament għandha.", "Allura kellna nippjanaw dan il-proċess biex iktar 'il quddiem niġu f'dan il-parlament ħalli l-art li qed tuża l-Air Malta tkun tista' tiġi b'titolu u mhux sempliċement b'kera.", "Naturalment dan il-proċess ħa ħafna żmien minħabba l-komplikazzjonijiet tan- negozjati u tal-proċess legali, u meta niftakar li l-ex-chairman ta' l-MIA kien qal li dan il-proċess seta' jiġi mitmum sa l-aħħar ta' l-1998, ikolli ngħid li ma kellhomx idea x'jinvolvi sewwa dan il-proċess.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn is-suċċess ta' l-MIA jara li f'dawn l- aħħar għaxar snin l-MIA investiet madwar Lm36 miljun fil-proċess ta' l- iżvilupp ta' l-airport li rnexxielha tirkuprahom kollha.", "Fil-fatt fl-aħħar erba' snin l-MIA għamlet investiment ta' madwar Lm9 miljun.", "Dan ifisser li bdejna nħarsu lejn żviluppi oħra biex inkunu nistgħu niżguraw li jkollna l- aħjar servizzi possibbli bl-iktar prezz kompetittiv u bl-iktar effiċjenza li jista' jkollna.", "Mr Speaker, peress li aħna m'għandniex riżorsi naturali, u l-main assets tagħna huma r-riżorsi umani, il-pożizzjoni ġeografika u l-klima li jeffettwaw it-turiżmu, irridu niżguraw li s-servizzi li noffru jkunu mill- iktar kompetittivi.", "Allura ma jistax ikollna prattiċi ta' xogħol li ma jagħmlux sens, burokrazija żejda jew sistemi li jikkreaw l-impjiegi għalxejn għax dawn jgħollu l-cost u jnaqqsu l-kompetittività.", "It-tieni nett irid ikollna l-effiċjenza, fis-sens li t-turn-around ta' l- ajruplani jsir malajr kemm jista' jkun għax inqas ma ajruplan jagħmel ħin fl-art iktar tkun tista' tutilizzah il-kumpannija li ttajru.", "It-tielet ħaġa hija s-servizz li jingħata lill-konsumatur u lill-passiġġieri.", "Il- proċess tad-dħul u ħruġ tal-passiġġieri mil-pajjiż irid isir bl-inqas inkonvenjenzi.", "Per eżempju, ma jridx ikun hemm queues esaġerati minħabba li l-ajruport ma jkunx jista' jlaħħaq mal-flow tat-turisti u nies oħra li jkunu għaddejjin, u allura jkun hemm bżonn ta' l- infrastruttura neċessarja.", "Issa, wara dawn l-10 snin ta' suċċess, wasalna biex nagħmlu pass ieħor.", "Il-pass li jmiss huwa li nippożizzjonaw lilna nfusna internazzjonalment, b'mod li nkunu qegħdin inġibu kemm jista' jkun vantaġġi lejn pajjiżna biex inkunu nistgħu nesplojtjaw il-links u l- esperjenzi tal-partners ġodda li se jidħlu fl-ajruport internazzjonali ta' pajjiżna.", "Din hija xi ħaġa pożittiva, xi ħaġa li kont nistenna li tkun supported min- naħa ta' l-oppożizzjoni, għad-diversi raġunijiet li semmejt, fosthom għaliex hi wkoll kienet miexja bi proċess ta' privatizzazzjoni.", "Mid- dokumenti li rajt, l-oppożizzjoni donnha kienet se timxi fuq il-pass tal- Maltacom, jiġifieri li tbiegħ lil investituri li ma tkunx taf min huma, xi ħaġa li ma naħsibx li hija addattata għal pajjiżna, anzi, għandha tiġi skartata.", "Jien nistaqsi għaliex il-gvern preċedenti kien se jipprivatizza 40% ta' l- ajruport, meta xi membri tiegħu, bil-mod kif tkellmu taw l-impressjoni li huma ma jaqblux mal-privatizzazzjoni.", "Jien naħseb li l-membri ta' l- oppożizzjoni għandhom bżonn jiċċaraw l-affarijiet bejniethom biex għallinqas, meta jitkellmu, jagħmlu dan b'mod konsistenti ma' xulxin.", "Nerġa' ngħid li l-Onor.", "Leo Brincat qagħad attent ħafna meta tkellem.", "Fil- fehma tiegħi ma tax raġunijiet sodi li huma bbażati fuq il-loġika u l- oġġettivita`, għaliex l-oppożizzjoni se tivvota kontra.", "L-Onor.", "Brincat ma tax ir-raġunijiet li wieħed kien jistenna.", "Għal darbtejn, tlieta, qal biss li l-oppożizzjoni Laburista ma tridx tgerrex lill-investiment u li għalkemm se tivvota kontra, m'għandhiex tiġi interpretata bħala li għandha tagħmel xi ħsara.", "Pero', meta imbagħad smajt lill-kelliema ta' wara, ġibt għajnejja wara widnejja, għax bażikament dawn kienu qegħdin jagħmlu throw-back għal żminijiet oħra, għal meta l-gvern preċedenti, kif kulħadd jaf, kien se jgħaddi minn proċess ta' privatizzazzjoni.", "Mr Speaker, irrid ngħid dan it-tip ta' proċess se jkompli jkattar l- attivita` ekonomika u l-kompetittivita` f'pajjiżna.", "Għal min wera dubju dwar kif se jiġu ffissati r-rati eċċ., tajjeb li ngħid li fil-fatt, se jkun hemm diversi regolaturi, bħalma hi s-civil aviation - li se tkun għadha hemmhekk, tieħu sehem fid-deċiżjonijiet u tirregola fejn ikun hemm bżonn – fosthom bord li għandu x'jaqsam mal-users ta' l-ajruport, fejn l-MIA se tkun f'minoranza.", "Dan il-bord se jiddeċiedi hu dwar affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tariffi li jridu jitħallsu.", "B'hekk nistgħu naslu għal regolamentazzjoni aħjar.", "Il-kelliema ta' l-oppożizzjoni qajjmu xi punti dwar il-possibilita` - fejn qalu li din hija estrema –li l-MIA tabbuża mill-pożizzjoni ta' monopolju li se jkollha.", "Tajjeb li ngħid li s-soluzzjoni m'hijiex li jintefa' kollox lejn il-gvern, imma li jkun hemm l-istituzzjonijiet neċessarji, bħalma hu l- Uffiċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, biex jirregolaw l-aġir ta' entita` li jkollha ċerta dominanza fis-suq.", "Allura m'huwiex iktar permessibbli li per eżempju l-MIA tagħmel ċerti kundizzjonijiet fir-rigward ta' tenders biex tagħtihom lil min trid jew biex teskludi lil xi ħadd.", "Il-verita` dwar din il-possibilita` li ssemmiet mill-Onor.", "Mangion, fejn anke staqsa dwar min se jirregola lill-MIA, issa li se tkun entita` privata, hi li f'pajjiżna hawn l-istituzzjonijiet neċessarji biex dan ikun jista' jsir.", "Min jaħseb li dan jista' jsir biss billi l-affarijiet ikunu f'idejn l-Istat, għadu mwaħħal ma' żminijiet oħra għax is-sitwazzjoni llum hija li wieħed jista' jikkontrolla mingħajr ma jkollu ownership.", "Jekk il- partit Laburista ma jemminx li biex wieħed jirregola entita`, ma jistax juża organizzazzjonijiet regolaturi imma jrid bilfors ikollu l-ownership tagħha, ikolli ngħid li għandu idea antikwata.", "Illum jeżistu diversi strutturi biex kemm jista' jkun ikun hawn a level playing field.", "Kulma jmur, dawn qed ikollhom rwol iktar importanti fis- sistema ekonomika ta' pajjiżna.", "Huwa ferm preferibbli li jkun hawn dawn l- istrutturi li jikkontrollaw, anke istituzzjonijiet tal-gvern li huma ta' natura ta' monopolju.", "Billi l-gvern ikun l-owner, dan ma jfissirx li f'dawn l-istrutturi ma jkunx hemm ċerti behaviour patterns li jkunu ta' abbuż fuq il-konsumatur.", "Dażgur li jista' jkun hemm minn dawn, u huwa proprju għalhekk li l-argument ta' ownership m'huwiex l-argument prinċipali.", "L- argument prinċipali għandu jkun li jkun hemm regolaturi u sistemi li jiżguraw a level playing field.", "Is-sistema ta' level playing field hija importantissima biex ħadd ma jiġi żvantaġġjat.", "Jien naħseb li dawk li tkellmu b'dan il-mod insew li llum f'pajjiżna hawn minn dawn l- istituzzjonijiet, li għandhom is-saħħa kollha li jirregolaw u jneħħu l- abbuż.", "Mr Speaker, il-proċess li għaddejjin minnu f'din il-mozzjoni partikolari, finalment se jwassalna biex inkunu f'pożizzjoni fejn bill-mod ta' kif it- terminal se jkun imħaddem mill-privat, l-ownership se jibqa' tal-gvern.", "Rigward din il-pożizzjoni fundamentali, jien ma nistax nifhem għaliex l- oppożizzjoni qiegħda toġġezzjona.", "Kif għedt, l-argumenti li qajjmet s'issa bħala raġuni għaliex se tivvota kontra – u forsi 'l quddiem jista' jkun hawn xi membru ieħor li meta jitkellem, joħroġ b'xi raġuni ta' sustanza - huma fjakki, anzi, kif diġa' għedt, ċerti argumenti huma throw-back għal żmien ieħor.", "Jien naħseb li l-oppożizzjoni qiegħda tinsa li hi wkoll kienet se tgħaddi minn dan il-proċess.", "Għalhekk jien nappella lill-partit Laburista biex ikun oġġettiv u realistiku fil-pożizzjonijiet li jieħu, fis-sens li ma jagħmilx bħall-Onor.", "Mangion, li qal li l-kumpannija se jkollha d-dritt li toħroġ loans fuq il- proprjeta`, u dawn il-loans jistgħu jkunu wkoll fuq sussidjarji barra minn Malta, fuq xi relazzjoni ma' xi kumpannija barranija.", "Dan m'hu veru xejn.", "Jekk wieħed iħares lejn il-kuntratt isib li din hija limitata għal sussidjarji f'Malta, u aħna jidhrilna li fil-kuntratt hemm biżżejjed safeguards biex wieħed ikun jista' jiżgura li la jxekkel l-iżvilupp futur ta' din l-entita`, li huwa mportanti għall-iżvilupp ta' pajjiżna, u lanqas ma jpoġġi lil xi ħadd f'xi pożizzjoni li jiddomina, mingħajr ma jkollu mezzi biex jiġi kkontrollat jew regolat b'sistemi moderni li m'humiex użati biss hawn Malta, imma huma użati f'diversi pajjiżi, inkluż fl-ajruport ta' Vjenna, li rrid ngħid li qiegħed jagħmel suċċess kbir.", "Illum minn dan l- ajruport jgħaddu madwar 12-il miljun passiġġier, li bis-saħħa t'hekk, Vjenna ġiet trasformata f'hub għal dak ir-reġjun, xi ħaġa li 10 snin ilu kienet tidher impossibbli.", "Jekk Alla jrid, aħna wkoll jista' jkollna dan it- tip ta' żviluppi f'pajjiżna, li ċertament li jkunu ta' benefiċċju għall- poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, ippruvajt nifhem dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Bonnici, speċjalment lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu, meta semma' l- kumitati, bordijiet, awtoritajiet li hawn f'pajjiżna biex jikkontrollaw kollox.", "Qal li l-partit Laburista ma jaqbilx ma' dawn il-bordijiet u għandu jgħid għaliex.", "Semma' wkoll it-taħwid fir-rigward tal-privatizzazzjoni u l- fatt li aħna ma konniex naqblu magħha.", "Il-kollegi tiegħi minn din in-naħa tal-Kamra ma qalux hekk.", "Aħna, meta ridna nipprivatizzaw, ridna nagħmlu kollox bis-serjeta`.", "L-Onor.", "Bonnici qal li aħna konna daħħalna lill-banek biex jippreżentaw shareholders li ħadd ma kien jaf min huma, u la semma' dan il-fattur, tajjeb li ngħidu li lanqas lix-shareholders imdaħħin f'din il- privatizzazzjoni ma nafu min huma, għax kollox sar f'żewġ minuti.", "Fi żmien qasir, dawk kollha li tefgħu it-tender biex jidħlu fl-ajruport, inqatgħu barra.", "Per eżempju waħda mill-kumpanniji li uriet id-dubju tagħha dwar il- mod ta' kif saru l-affarijiet, kienet talbet biex tkun taf kif se jsiru ċerti proċeduri, x'kien se jiġri, x'kundizzjonijiet kienu se japplikaw, imma minkejjal Ii kitbet għal darba, tnejn tlieta, baqgħet ma rċeviet xejn, tħalliet fl-għama biex f'daqqa waħda, minn taħt, tfaċċat din il-kumpannija.", "Wara l-aħħar darba li tkellimt f'din il-Kamra, għat-tieni darba erġajt irċevejt ittra uffiċjali biex id-diskors li għedt hawn ġew nirrepetih barra.", "Lil min bagħtli din l-ittra, jien ngħidlu li m'għandhomx għalfejn jinkwetaw għax għad jasal iż-żmien meta dan id-diskors ngħidu barra.", "Jien ma nħobbx inweġġa' bi kliemi, pero' irċevejt ittri simili meta kont tkellimt dwar il-Posta u anke meta tkellimt dwar il-Gozo Channel.", "Illum għadda ż-żmien minn fuq dawn iż-żewġ każijiet u d-diskors li kont għedt dakinhar hawn ġew, m'hemmx bżonn nerġa' ngħidu barra għax min kien bagħtli dawk l-ittri għalqu ħalqhom u l-partit Laburista ħa r-raġun bil-kwiet.", "L-Onor.", "Bonnici semma' l-mod ta' kif saru l-affarijiet f'dawn l-aħħar 10 snin.", "Kieku semma' dawn l-aħħar sentejn, ma kont ngħid xejn imma la mar 10 snin lura, ikolli nikkummenta.", "Meta jien sirt ministru responsabbli mill- ajruport, it-taħwid li sibt fil-kuntratti tal-ħwienet kienet xi ħaġa li ma titwemminx.", "Dawn il-kuntratti ma kienux kollha bħal xulxin, min kien jagħlaq f'ċerta data u min kien jagħlaq meta l-bord ta' dak iż-żmien jiddeċiedi li għandu jingħalaq.", "Kien hemm saħansitra min iffirma kuntratt għal ħanut, u wara l-gvern weħel somma flus għax dan il-ħanut kien ittieħed minn idejn din il-persuna biex jingħata lil ħaddieħor.", "Niftakar li fir- rigward ta' dan il-każ, konna domna sena niġġieldu biex nilħqu kompromess.", "Fl-ajruport kien hemm anke ħwienet li kienu jinfetħu mingħajr ħadd ma kien ikun jaf ta' min huma.", "Min kien iffirma l-kuntratt għall-cafeteria, minkejja li waħda mill-kundizzjonijiet kienet li jirranġa dan il-ħanut, baqa' ma rranġa xejn.", "Il-Ministru llum ġie hawnhekk jgħidilna li issa se jitwaqqaf bord biex jara kif qegħdin isiru dawn l-affarijiet.", "Għandna daqstant bordijiet biex jaraw kif isiru l-affarijiet f'dan il-pajjiż, u ma jsir xejn!", "Per eżempju billi hawn il-bord tal-konsumatur, x'sodisfazzjon qiegħed jieħu l-konsumatur?", "Ejjew inkunu realistiċi, x'qed jieħu l-konsumatur mingħand dan il-bord?", "Xejn, għax kollox jibqa' għaddej.", "L-aħħar privatizzazzjoni li kellna kienet dik tal-Posta, fejn is-sidien il- ġodda kienu qalu li fi żmien tliet xhur kellhom iħejju programm dwar kif se jħaddmu lill-Posta, kif se jirranġaw l-affarijiet u jġibuhom 'il quddiem.", "Meta aħna staqsejna liċ-chief executive dwar jekk dan il-programm kienx se jiġi pubblikat, ir-risposta tiegħu kienet li iva, biex kunħadd ikun jaf b'dak li jkun se jsir.", "Imma dan il-programm mhux talli ma sarx, talli ċ- chief executive telaq u minfloku ġie maħtur ieħor!", "U dan minkejja l-flus li kienu tħallsu biex dan il-programm isir.", "Jien naħseb li erġajna twikkejna bl-istess nies li kienu mdaħħlin fl-Afrika u f'postijiet oħra, għax sal-lum għaddew tliet xhur minn din il-privatizzazzjoni, u għadu ma sar xejn.", "Il-Ministru qalilna wkoll li l-privatizzazzjoni m'għandux jikkmandaha l- gvern.", "Imma dan kif jista' jkun jekk il-gvern għad baqagħlu 60% mill- kumpannija?", "Anke hawnhekk qegħdin nidħku bin-nies?", "Allura l-gvern x'se jkun qiegħed jagħmel hemm, xejn?", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li l-gvern għandu jindaħal, anzi, jagħmel sew li ma jindaħalx.", "Lanqas il-gvern ta' l- Ingilterra ma ndaħal, avolja l-Ministru Bonnici qal....", "Il-gvern Ingliż ma ndaħalx fit-trasport, imma l-ministru responsabbli kellu jirriżenja minħabba t-taħwid li kien hemm f'dan il-qasam, li se jkollu jerġa' jittieħed lura.", "Dawn affarijiet lill-poplu rridu ngħiduhomlu mill-bidu, għax iż-żgħażagħ tal-lum ma jafux li fl-istorja, il-privat dejjem ħataf kollox bil-kwiet.", "Ma jafux li l-Unjoni Ewropea, għall-ewwel kienet il-common market, imbagħad beda dieħel il-privat bil-mod il-mod.", "Jekk nieħdu dawn l-aħħar 10 snin naraw li l-partit Laburista wkoll kien ħadem biex f'pajjiżna jkun hawn ajruport tajjeb, għax kien jemmen li b'hekk biss inkunu nistgħu nikkompetu mal-bqija tad-dinja.", "Jekk infittxu fil- gazzetti ta' dak iż-żmien naraw li meta l-gvern Laburista kien bena r- runway, l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet qalet li dik kienet kollha ħela ta' flus.", "Anzi aħna ma nfaqniex il-miljuni li nefqu huma fl-air terminal!", "Aħna konna ġibna l-għajnuna mill-Italja, ħdimna bil-ħaddiema tal-gvern u għamilna ajruport sura ta' nies u runway, peress li ma kienx hawn waħda.", "Imma l-partit Nazzjonalista tgħidx kemm ikkritika lil din ir-runway, u saħansitra kien hemm wieħed għaref li kien qal li din lanqas għall- karettuni ma kienet tajba.", "Dakinhar, il-privat ma riedx jidħol.", "U lill-Air Melita, ta' żmien Dr. George Borg Olivier, insejniha?", "Dak iż-żmien kien intqal li ġie xi ħadd minn barra, ħa kemm kien hawn flus tal-Maltin – anke din kienet privata – libbes lin-nies ta' air hostesses u ta' pilots, ġab simulator biex taparsi jitilgħu u jinżlu mill-ajruplan, kien jittrenjahom f'dak l-ajruplan li kien inqabad f'pajjiżna, u seraq il-flus kollha li kien hawn, għax kulħadd kien ħa sehem – mingħajr ma nsemmi lil ħadd – kulħadd kien tefa' x-shares fiha sakemm imbagħad l-Air Melita telqet bil-mod il-mod u spiċċa kollox duħħan.", "Mr Speaker, meta bejn l-1973 u l-1974 il-gvern Laburista ġie biex iwaqqaf l- Air Malta, hawn ġew stess kien hawn min issuġġerixxa li l-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna tibda taħdem flimkien ma' l-aqwa linji ta' l-ajru, fosthom mal-British Astronomical Association u ma' l-Air France, u meta fl- aħħar aħna għażilna lill-Pakistani Airways, qalulna li l-ajruplani li għandha din il-kumpannija huma għasafar taċ-ċomb.", "Fil-fatt dak iż-żmien kien hemm min saħansitra kien jistħi jmur jaħdem ma' l-Air Malta minħabba li kien hawn min kien qed jgħid li l-ajruplani tal-kumpannija ta' l-ajru li kienet qed taħdem magħha l-Air Malta kienu għasafar taċ-ċomb, pero` fil- fatt il-Pakistani Airways għallmet ħafna affarijiet lill-Maltin u l- Għawdxin, u bis-saħħa tal-moviment tal-ħaddiema beda jkollna l-ewwel pilots Maltin.", "Dak iż-żmien kien permezz tal-gvern tal-ġurnata li kellna l- infrastruttura għax il-privat ma kienx ried jidħol f'dan il-qasam.", "Lill- Air Malta ħadd ma kien iridha għax ħadd ma ried joħroġ flus biex jgħallem lill-Maltin, kuntrarjament għal-lum.", "Illum kulħadd iridha lill-Air Malta għax maż-żmien din il-kumpannija mxiet 'il quddiem u saret b'saħħitha ħafna biex illum nistgħu ngħidu bi ftaħir li għandna air hostesses u piloti, kemm nisa kif ukoll irġiel, li qed iħabbtuha ma' l-aqwa air hostesses u piloti barranin.", "Suppost il-BAA kienet reġistrata f'Malta, imma minkejja dan kollu, il-hostesses li kienet tħaddem kienu kważi kollha Ingliżi u ftit li xejn kienet timpjega Maltin.", "Fil-fatt qabel ma tela' l-gvern Laburista ta' l-1974, qatt ma kien għad kellna piloti Maltin.", "Jien niftakar li meta l- Isqof Gonzi kien mar ibierek l-ajruplani ta' l-Air Malta, kien hemm ħafna nies li kienu qalu: Kellu bżonn iberikhom għax biex itiru u jieħdu tisbita għal isfel ma jridu xejn.", "Kien hemm min anke beda jbeżża' lin-nies milli jsiefru ma' l-Air Malta u jħeġġiġhom biex isiefru ma' kumpanniji oħra ta' l- ajru, bħall-BAA, bl-iskuża li dawn il-kumpanniji huma iktar effiċjenti.", "Ara llum, meta l-Air Malta tagħlaq żmienha, erħilu kulħadd imur bil-ġlekk u biċ-ċoff biex jixrob mal-barranin!", "Insew kemm kienu jikkritikawha lill-Air Malta qabel, u llum bilkemm ma jridux jgħidu li l-Air Malta saret fi żmienhom!", "L-unika ħaġa li għamel il-gvern Nazzjonalista lill-Air Malta kienet li ġabilha l-ajruplani JR 70s, biex imbagħad kellu jitgħabba bihom il-gvern Laburista.", "Dak iż-żmien li l-Air Malta kienet tgħabbiet b'dawn l- ajruplani, il-Ministru Bonnici żgur li kien jaf x'inhu jsir, u jekk jgħid li hu ma kienx jaf x'inhu jsir, jien ngħidlu li allura kellu jitlaq għax ma jistax ikun li kien fil-pożizzjoni li kien u ma kienx jaf x'inhu jsir.", "Dan bħalma ġara fir-rigward ta' l-HSBC fejn meta l-Ministru Bonnici ġie intervistat mill-press fuq il-kwestjoni ta' l-HSBC, huwa qalilhom li hu ma jaf xejn għax il-Ministru Dalli ħawwad kollox waħdu.", "Jien ngħidlu: Allura inti x'qed tagħmel hemm!?", "M'inti qed tagħmel xejn, u allura l-Ministru Dalli għandu raġun iħawwad waħdu!", "Jekk inti ma tinteressax ruħek, allura sewwa għamel il-Ministru Dalli li ħawwad waħdu!", "Mr Speaker, meta kienu ġew f'pajjiżna l-kumpanniji li semmejt, jiġifieri dik Amerikana u dik Lebaniża, u aħna konna nnegozjajna joint ventures magħhom biex indaħħlu lill-privat, kulħadd kien daħak bina għax qalulna: Mela se mmorru nfittxu ż-żejt?", "Imma bis-saħħa tal-Medserv, li minnha l- gvern kellu 60% u l-privat kellu 40%, il-Maltin ma baqgħux jaħdmu bħala labourers, jifirxu s-sodod jew jaħslu l-platti imma tgħallmu jaħdmu fuq ir- rigs taż-żejt.", "Fil-fatt permezz tal-Medserv, kien hemm min laħaq saħansitra manager fuq ir-rigs taż-żejt.", "Ta' min jgħid li din il-joint venture tal-Medserv kienet saret bejn il-gvern Malti, bejn kumpannija Amerikana u bejn kumpannija Lebaniża, li kienet l-aqwa kumpannija tal- catering li kien hawn fil-Mediterran.", "Ara mbagħad meta tela' l-gvern Nazzjonalista, dan kien baqa' sakemm tefa' lill-kumpannija Lebaniża u l- kumpannija Amerikana 'il barra, imma dawn l-affarijiet ħadd ma jsemmihom.", "Jien niftakar li Dom Mintoff kien jibkilhom lill-industrijalisti Maltin biex jidħlu f'joint ventures mal-gvern, imma dawn kienu jgħidulu li ma jissograwx.", "Ara mbagħad, f'daqqa waħda kulħadd ried jidħol f'joint venture mal-gvern għax bil-mod kif żviluppaw l-affarijiet, ħadd ma kien daqshekk ħmar li ma jaħtafx din l-okkażjoni.", "Dan bħal meta jkollok tarbija; sakemm din tkun f'eta` li tkun tibki ħafna, ħadd ma jissogra jżommha għandu, u mbagħad, meta din tibda titfarfar ftit u ma tibqax tibki, f'daqqa waħda kulħadd ikun irid iżommha miegħu.", "Issa hawnhekk jien qed nirriferi kemm għall-gvernijiet Nazzjonalisti kif ukoll għal dawk Laburisti, jiġifieri jien m'iniex qed ngħid li kien hemm gvernijiet li għamlu kollox tajjeb u kien hemm gvernijiet li għamlu kollox ħażin, imma huwa fatt li meta xi ħaġa tibda timxi 'l quddiem, f'daqqa waħda jkun iridha kulħadd.", "Mr Speaker, aħna, bħala partit Laburista, irridu li l-affarijiet isiru bis- serjeta`, u għalhekk ma nistgħux naqblu li niffirmaw kuntratt li ħadd għadu ma jaf x'se jiġri permezz tiegħu, bħalma ġara fil-każ tal-Posta.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra qed jiftaħru li ġiet il-Lufthansa f'pajjiżna.", "Huwa veru li ġiet il-Lufthansa f'pajjiżna, imma jien nistaqsi lill-Membri tan-naħa l- oħra: Kellimtuhom lill-ħaddiema biex taraw kif dawn qed jiġu mwarrbin mil- Lufthansa?", "Jien naqbel li ssir joint venture mal-Lufthansa, imma mbagħad ma naqbilx li l-ħaddiema tagħna għandhom jiġu mwarrbin, anke jekk ikunu kapaċi.", "Per eżempju, jien nistaqsi lill-Ministru Bonnici - u din il- mistoqsija għadu ma rrispondihieli ħadd - Inti taf li għalkemm ċertu wieħed Abela kien wieħed mill-aqwa air traffic controllers li kellna u l-airport kien jafu fuq ponot subgħajh, meta spiċċa l-gvern Laburista kien laħaq minfloku wieħed li lanqas biss kellu nofs il-kwalifiki li kellu dan Abela?", "Fil-fatt imbagħad dan Abela mar għal xi tliet snin jew erbgħa jaħdem barra minn Malta jmexxi l-ajru ta' l-Ewropa, u ma baqax hemmhekk minħabba li l- familja tiegħu riedet tiġi lura Malta.", "Imbagħad noqogħdu ngħidu li l- barranin huma tajbin u mhux il-Maltin!", "Lili dan hu li qed idejjaqni.", "Meta jien tkellimt hawn ġew fuq it-taħwid li hemm l-airport, kien hemm avukat li kitibli xi tliet ittri, u jien ngħidlu: Ibgħat ittri kemm trid, u mbagħad meta jasal iż-żmien inwieġbek barra!", "Per eżempju, jien nistaqsi: Kif qed joħorġu t-tenders ta' ċerti ħwienet li hemm fl-airport?", "Min jaf kemm qed iħallsu s-sidien ta' dawn il-ħwienet?", "Ta' min jgħid ukoll li llum uħud minn dawn il-ħwienet għalqu, u allura jien nistaqsi wkoll: Issa min se jiddeċiedi x'se jiġri minn dawn il-ħwienet?", "L-MIA?", "Jew il-bord li għamel riferenza għalih il-Ministru fid-diskors tiegħu?", "U x'saħħa se jkollha l-kumpannija l-ġdida li se tmexxi l-airport ta' pajjiżna?", "L-Air Malta se tibqa' tiġi meqjusa bħal-linji l-oħra?", "U jekk għada pitgħada niġu nifformaw parti mill-Ewropa, jew aħjar mill-Unjoni Ewropea - għax aħna diġa' nifformaw parti mill-Ewropa.", "Issa jekk ersaqniex xi daqsxejn 'l hemm bir-riħ ma nafx, imma s'issa għadna parti mill-Ewropa - l-Air Malta se tkun tista' tikkompeti mal-linji ta' l-ajru l-oħra, fosthom ma' dawk Awstrijaki u Ġermaniżi?", "Il-linja ta' l-ajru Awstrijaka, minkejja dak li għaddiet minn xiex għaddiet wara t-traġedja tal-11 ta' Settembru, għamlet passi kbar.", "Ara l-Air Malta iktar ħassitha t-traġedja tal-11 ta' Settembru minħabba li ġejja minn pajjiż żgħir.", "Imma intom taħsbu li l-linja ta' l-ajru Awstrijaka se tiġi taħslilna wiċċna biex inkunu aħjar minnha?", "Possibbli li wasalna biex nemmnu dawn l-affarijiet?!", "Jien m'iniex qed ngħid li din il- linja ta' l-ajru m'għandhiex tidħol bħala joint venture, imma ġaladarba l- gvern Malti għandu l-maġġoranza ta' l-ishma ta' l-ajruport nazzjonali tagħna, huwa għandu jassigura ...", "Naf li issa se jiġu l-kelliema tal-gvern jgħiduli li se jkollna l-assigurazzjoni, imma jien ngħidilhom: Daqskemm kellhom assigurazzjoni l-ħaddiema ta' l-HSBC jew il-ħaddiema tal-posta taħt il-kuntratti l-ġodda!", "Imbagħad xi ngħidu għal min ġietu l-idea li fl-airport nagħmlu l-uffiċini tal-ħadid?", "Jaf il-poplu Malti b'dan?", "U possibbli li l-ħaddiema tad- Dockyard u tax-Shipbuilding ma kenux kapaċi jagħmlu dawn l-erba' ħadidiet, u kellna nġibu lill-Pollakki u lill-barranin biex jagħmluhom?", "Imbagħad xi ngħidu għall-fatt li l-ewwel l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qalet li t-twieqi ta' dawn l-uffiċini ma jistgħux isiru tar-ramm - imissha m'għandhiex saħħa l-Awtorita` ta' l-Ippjanar! - u mbagħad ħalliet li jsiru dawk it-twieqi tal- ħadid, qishom gallinari?!", "Ikun interessanti jekk wieħed jgħid li dan il- ħadid ġie jiswa 'l fuq minn Lm1 miljun, u nerġa' ngħid li dawn il-flus ħaduhom il-barranin.", "Ħalli ngħidilkom kemm huma tajbin il-joint ventures u kemm hi tajba l- Lufthansa li ġibtu.", "Issa aħna se nkunu rridu bilfors nibdew noħorġu international tenders fl-Ewropa.", "Fil-fatt anke l-Greċja, ħarġet international tender biex tibni airport li jiswa 'l fuq minn Lm95 miljun, liema tender ħaditu kumpannija Ġermaniża, u meta aħna tkellimna mal-Griegi, qalulna li din il-kumpannija Ġermaniża lanqas musmar ma ħadu mill-Greċja, u mbagħad, biex din il-kumpannija Ġermaniża tkompli tagħmlilhom il-melħ fuq il-ferita, lill-Griegi ġabitilhom jaħdmu f'dan l-ajruport ħaddiema Torok!", "Kif għedt diġa', aħna, bħala partit Laburista, m'aħniex kontra l-joint ventures, imma per eżempju, ma nistgħux naqblu li jinġabu l-Ġermaniżi hawn Malta biex joqogħdu jsewwu.", "Jien nistaqsi: X'ikunu qed jieħdu l-Maltin minn din il-joint venture jekk il-qligħ li jsir ma jibqax f'pajjiżna imma jmur barra?", "Fil-fatt din il-kumpannija Ġermaniża li qed topera minn Malta kulma qed tħallas hija biss il-kera.", "U mela jiġi l-Ministru jgħidilna li m'għandniex interess!", "Dażgur li għandna interess aħna!", "Imma aħna rridu li l-affarijiet isiru sew u b'mod trasparenti, u ma rridux li, per eżempju, jiġri kif ġara fir-rigward tal-Posta fejn wara li ġie ffirmat il-kuntratt qalulna li lanqas biss jafu min huma x-shareholders!", "Dażgur li jafu min huma!", "Fil-fatt kien hemm saħansitra ġurnalista li ħarġet tattakkakom u tgħajjarkom li l-affarijiet ma sarux sew, u din il-ġurnalista tant m'hijiex xi waħda minn tagħna li biex għalaqtulha ħalqha, tajtuha Lm13,000 fis-sena!", "Imma issa mhux noqogħdu nakkużaw lill-partit Laburista li ma jafx x'irid.", "Dażgur li jaf x'irid il-partit Laburista!", "Aħna wrejna x'irridu, u huwa llum li hemm ħafna affarijiet li qegħdin fl-ajru.", "Per eżempju, issa x'se jiġri mill-ħaddiema ta' l-airport?", "Se jiġri bħalma ġara fil-każ tal-Posta fejn l-ewwel kulħadd jagħtina l-assigurazzjonijiet u mbagħad insibu li l- ftehim kien li jitnaqqsu n-nies minn mal-Posta?!", "Il-membri tan-naħa l-oħra għaliex qed jgħidu li l-Posta marret 'il quddiem?", "Għax ingħalqu diversi letter boxes li kellna mxerrda ma' Malta u Għawdex?!", "Qabel kienu jgħidu li la jiġu ta' l-HSBC f'pajjiżna, se nkunu iktar effiċjenti u kollox se jimxi fuq ir-rubini, pero` llum ta' l-HSBC ġew u kulħadd jaf x'effiċjenza hemm fil-banek!", "Huwa biżżejjed li tgħaddu minn quddiem xi bank biex taraw xi queues qed ikun hemm fil-banek.", "Imma issa ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Mr Speaker, se nerġa' nirripeti mistoqsija li għamiltha diġa', u se nerġa' nirripeti din il-mistoqsija biex ħadd ma jerġa' joqgħod jerġa' jibgħatli l- ittri biex jgħidli nirripeti dak li għedt hawn ġew barra: X'kuntatti kellu l-viċi-chairman ta' l-MIA mal-kumpannija Awstrijaka waqt li din kienet qed titfa' t-tenders u tikkompeti ma' kumpanniji oħrajn?", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed nagħmel din il-mistoqsija biex niddefendi lill-Amerikani.", "Qalulna li ntgħażlet it-tender tal-kumpannija Awstrijaka għax it-tender tal-kumpannija Amerikana kien ta' Lm1 miljun iktar, imma jekk intom ħallejtu lill-kumpannija Amerikana bla ebda risposta!", "Il-gvern qal li hu ta l-istess vantaġġi lill-kumpannija Awstrijaka u lill-kumpannija Amerikana, u meta kien hemm kumpannija minnhom li offriet tender ta' Lm1 miljun iktar, il-gvern ma setax ikompli jibqa' jtawwal u allura għażel lill- kumpannija l-oħra.", "Li kieku sar kollox sew, kont naqbel li l-gvern għamel din l-għażla, imma jien nistaqsi: Huwa veru li fil-bord ta' l-MIA kien hemm min kellu l-interess li juri lill-kumpannija Awstrijaka x'tenders kienet qed titfa' l-kumpannija Amerikana?", "Allura jekk intom kellkom raġun li ridtu tagħlqu dawn in-negozjati, il-gvern Laburista għaliex ma kellux raġun meta waqt li kien qed jinnegozja għall-proġett tal-Kottonera, mingħajr ma wera xejn lil ħadd qal lil wieħed miż-żewġ konsorzji involuti biex sa dik il-ġurnata f'12:00 p.m. jagħtih risposta għax inkella jibda jinnegozja mal-kumpannija l-oħra?", "Imma għax il-gvern Laburista kien għamel hekk, il-Membri tan-naħa l-oħra kienu għamlu plejtu sħiħ.", "Lill-Membri tan-naħa l-oħra ngħidilhom: Mela deherilkom l-Ispirtu s-Santu li qalilkom li intom tistgħu timxu b'dan il-mod u aħna ma nistgħux?!", "Ara llum, minkejja li kważi għaddew ħames snin minn mindu suppost beda l- proġett tal-Kottonera u kulma baqa' għall-elezzjoni huma 365 ġurnata, sal- lum fil-Kottonera baqgħu jsiru l-barbeques u lanqas għad hemm pontoon wieħed!", "Issa ma neħodhiex bi kbira jekk jibdew jitpoġġew il-pontoons minħabba li ġejja l-elezzjoni!", "Fil-fatt kulma sar mill-proġett tal- Kottonera huwa l-casino, u n-negozjati li saru biex jinfetaħ dan il-casino` veru kienu trasparenti għax il-flus ħadd m'hu qed jarahom!", "Illum anke l- gvern Taljan qal li l-affarijiet ma sarux sew fir-rigward tal-Casino di Venezia u qed jissuġġerixxi saħansitra li dan il-casino jingħalaq.", "Hawn min qed jgħid ukoll li mdaħħla l-Mafja fil-Casino di Venezia u m'hawnx casino ieħor fid-dinja li qed jitlef il-flus kif qed jitlifhom dan il- casino!", "Imbagħad xi ngħidu għall-proġett ta' Forti Sant'Anġlu?", "Kemm ftaħarna li se jibdew jiġu l-Kavallieri f'dan il-forti u li se nagħmlu mużew hemmhekk!", "Jien mort inżur dan il-forti, u nista' ngħid li l-post li għandi fejn inżomm il-papri jien huwa aħjar minn Forti Sant'Anġlu!", "Tistħi meta tidħol f'dan il-forti!", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Zammit Dimech jgħidilna li se jsir proġett ta' l-indafa!", "Fid-dinja m'hawnx forti ieħor bħal Forti Sant'Anġlu, pero` l-kavallieri li ngħataw dan il-forti qed jieħdu pjaċir jarawh fis- sitwazzjoni li jinsab fiha llum biex joqogħdu jiftakru f'meta t-Torok daħlu għalihom għax qalu li kieku f'din is-sitwazzjoni kienu jġibuhulna t-Torok.", "Ta' min jgħid li fuq dan il-forti tellajna żewġt ibnadar; il-bandiera Maltija u l-bandiera tal-Kavallieri.", "Issa ħalliha li lanqas biss għandna kavallier wieħed Malti u li aħna tajna dan il-forti lill-Kavallieri!", "Suppost kellu jsir ukoll proġett biex jibdew jiġu yachts kbar fil-Kottonera u kellu jsir il-moll, pero` minn dan kollu ma sar xejn.", "Jien niftakar li meta l-gvern Laburista kien se jibda l-proġett tal-Kottonera, kien hemm xi ħadd li staqsiena jekk sarux xi studji qabel għax fil-Kottonera għad hemm ix-xwieni tal-Kavallieri mgħarrqin, u dawn iridu jittellgħu.", "Sikwit qed nara x-xwieni telgħin wieħed wara l-ieħor!", "Jien naħseb li l-bugħaddasa li bagħat dak il-konsorzju li ntrabat illi jagħmel studju f'qiegħ il-baħar biex itella' x-xwieni tal-Kavallieri għerqu!", "Issa naf li se jkun hawn min qed jgħid li dak li qed ngħid jien m'għandux x'jaqsam mas-suġġett tal-lum, pero` fil-verita` din hija xi ħaġa li ġġonġi ma' l-oħra, u l-istess nistgħu ngħidu għal Chambrai, fejn minkejja li hemmhekk tkisser kollox, qisu ma ġara xejn; l-aqwa li hemm min qiegħed ibigħ il-flats u d-djar f'Chambrai!", "Sikwit qed narawhom ħerġin il-flus minn mindu sar il-proġett ta' Chambrai!", "Dawn huma affarijiet li lili jbeżżgħuni.", "U mela jiġi jgħidli l-Onor.", "Bonnici li ma naqbilx mal-privatizzazzjoni!", "Dażgur li naqbel mal- privatizzazzjoni!", "Il-Partit Laburista jemmen li 40% tax-shares għandhom ikunu tal-privat ....", "Anke l-Maltin għandhom dritt għal dawn l-affarijiet.", "Mela tiġi tgħid li l-Maltin m'għandhomx dan id-dritt u li l-gvern għandu 60% tax-shares u m'għandu l-ebda drittijiet!", "X'jiġifieri?!", "Mela min se jmexxi?", "Se jmexxu l-barranin?", "Se nagħmlu bħal fil-każ tal- privatizzazzjoni tal-posta fejn minkejja li għandna 60% tax-shares, il- barranin ħatru executive u wara xahar neħħewh!", "Dan ifisser li l-posta ħliet erba' xhur għal dan il-bniedem li ġie hawn ̧ kiel ̧ xorob ̧ tħallas tal-pagi u tal-lukandi u telaq!", "Dawn x'bużullotti huma!", "Hekk se mmexxu!", "Il- posta tant marret tajjeb li ittra li ntbagħtet it-Tnejn tasal it-Tnejn ta' wara.", "Imbagħad inwaħħlu fil-pustiera li ma jaħdmux!", "X'għandu x'jaqsam dan!", "Qabel id-dipartiment tal-posta kien l-aqwa dipartiment li kien hawn imma mbagħad meta lin-nies tfarrakhom ma jaħdmux.", "Sur President ̧ qed jingħad li din il-kumpannija tista' tkompli tbigħ ix- shares.", "Allura dan ifisser li 'l quddiem il-gvern se jispiċċa bħala minority shareholder?", "Jien nemmen li f'dawn l-affarijiet il-gvern għandu jkun hemmhekk.", "Mela l-gvern fil-VAT u fil-bolla biss jidħol?", "Per eżempju, issemma l-kontrollur.", "X'kontrollur hu!", "Min se jwaqqafhom lil dawn in- nies u min se jara li l-affarijiet isiru sew?", "Intqal ukoll li se mmorru quddiem il-konsumatur.", "X'konsumatur!", "Nagħmel sentejn jew tliet snin niġġieled il-qorti u l-affarijiet jibqgħu għaddejjin!", "Hekk trid timxi l- MIA!", "Min hu raġel għandu jsemmi t-taħwid li sibt jien!", "Fl-MMA ma kienx hemm inkwiet imma f'kumpanniji oħrajn kien hemm ħafna taħwid għax kien hemm min kellu interess li dawn jitfarrku.", "Gvern Laburista ħatar bordijiet ġodda u ma kellhomx il-pagi li hemm illum ta' Lm14 ̧000, Lm16,000 u Lm20,000 imma kellhom rimunerazzjonijiet diċenti.", "Pero' l-Ministru Dalli jaf – jien għandi rispett lejh bħala ekonomista – li dawn mhux lura marru imma 'l quddiem.", "Issa biex timxi 'l quddiem trid tkun taf x'inhu għaddej għax inkella titfarrak.", "Jien naħseb li l-Ministru Dalli m'għandu l-ebda interess li kumpannija bħal din titfarrak u titkisser.", "Il-Ministru Bonnici qal li bejnietna aħna mħawdin imma naħseb li fir-realtà huma mħawdin.", "Qed ngħid dan għax il-ministru qal li f'dan il-proċess ta' privatizzazzjoni ma ndaħalx.", "Mela la ma ndaħalx m'għandniex bżonnu!", "X'qiegħed jagħmel hemm bħala ministru?!", "Mela fil-każ tal-privatizzazzjoni tal-posta ma ndaħalx u l-Mid-Med Bank ħaduhulu u lanqas kien jaf għax ħalla l-bord imexxi hu.", "Nixtieq insemmi wkoll il-Gozo Channel li tilfet il-flus kollha qisu ma ġara xejn.", "L-aħħar waħda kienet – dawn riedu jgħaddu lil kulħadd biż-żmien imma żgur li mhux lili – li nsterqu bi Lm80,000 crisps!", "Mela l-Għawdxin crisps biss qed jieklu!", "Kieku n-nies kollha niżżlu pakkett crisps kollha ̧ sal-lum għadhom ma ħarġux Lm80 ̧000!", "Lm80 ̧000 crisps ifissru madwar 5 miljun pakkett!", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qed igħid: Allura jien se noqgħod attent għall-flus tal-Gozo Channel?", "U jien ngħidlu: Jekk ikun hemm xi Lm1 miljun inqas 'l hinn u xi Lm1 miljun inqas 'l hawn m'hemmx il-poplu!", "Imbagħad nemmen lill-Ministru Bonnici li qabel l- elezzjoni qal li se jġib Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea!", "Imbagħad nemmen lill-Ministru Bonnici li qal li dan il-kuntratt jaf x'fih!", "Imħatra li sena oħra dan jiġi hawnhekk u jgħid li fl-MIA saru ċerti affarijiet li hu ma kienx jaf bihom bħalma qal fil-każ ta' l-HSBC!", "Jien kif nista' nemmen lill-Ministru Bonnici meta jiġi jagħtini garanzija li kollox miexi sew u meta tfittex ma ssib xejn!", "Sur President, il-ħaddiema li hemm – ara l-ministru jaf kemm hemm ħaddiema bil-preċiż għax jekk ikollu karta li ma togħġbux ̧ iqattagħha u jarmiha, skond ta' min tkun – x'se jiġri minnhom?", "Dawn se jibqgħu hemm?", "Se jkollhom l-istess garanzija ta' xogħol li għandhom illum?", "Ovvjament il- bord diġà huwa safeguarded bħal fil-każ tal-posta.", "Hemmhekk Gafa' l- ewwel ħaseb għalih innifsu.", "L-ewwel irranġa l-impjieg tiegħu u ta' taħtu u mbagħad keċċa bil-pulit lil min ma qabilx miegħu.", "Hekk se jiġri fl-MIA għax diġà bdew isiru dawn l-affarijiet.", "Issa nispera li l-Ministru Bonnici ma jiġix igħid li ma kienx jaf x'inhu jiġri!", "Din m'għandux jirrispondi għaliha l-Ministru Dalli għax dan ma jafx x'inhu jiġri fl-MIA pero' l-Ministru Bonnici jaf kif naf jien ukoll.", "Sur President ̧ kemm saru taħdidiet mal-unions bħalma kont nagħmel jien qabel ma ġiet ipprivatizzata l-posta?", "Dak iż-żmien jien kont ninsisti li min ikun se jipprivatizza jrid jiġi jitkellem ma' l-unions u jagħtihom il- garanzija li l-ebda ħaddiem mhu se jispiċċa.", "Hekk qed isiru l-affarijiet jew illum iż-żewġ unions ma jafux x'inhu jsir?", "Per eżempju ̧ meta kien se jiġi pprivatizzat il-Mid-Med Bank u kien hawn dimostrazzjoni l-Belt ̧ jien rajt iż-żewġ rappreżentanti ta' l-unions ħerġin mal-Prim Ministru minn Kastilja juru l-karti lin-nies u jgħidulhom li għandhom il-ftehim.", "Illum dawk il-karti li ffirmalhom il-gvern Nazzjonalista jistgħu jqattgħuhom għax il-ħaddiema m'għandhom l-ebda assigurazzjoni.", "Allura hekk se jiġrilhom il-ħaddiema ta' l-MIA?", "Jien kont ħaddiem u batejt u naf x'jiġifieri meta l- ħaddiem ikollu qalbu ttaqtaq għax-xogħol.", "Meta sirt ministru jien fl-MIA sibt xi 30 ħaddiem bil-kuntratt u l- management ta' hemmhekk kellu l-ħila jdawwarhom tal-post.", "Jien ma kontx kontra dan pero' lil persuna partikolari li kienet minn Birkirkara u li ma kellhiex tendenzi Laburisti m'għamluhiex tal-post.", "Issa xi ħadd li kien kitibli ittra kien qal lil din il-persuna li jien ma rridhiex għax ma kenitx ivvotatli!", "Niftakar li jien kont mort hemmhekk u kieku sibtu waħda minn ta' Debono Grech kienet tqum!", "Pero' wara għidtlu biex jiffirmalha u biex ma jerġax iħammiġni b'dak il-mod.", "Jien mal-ħobż tiegħi lagħbu u tliet darbiet tkeċċejt meta tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "L- aħħar darba keċċewni għax l-ex-ministru Fenech qalilhom biex ikeċċuni.", "Għallinqas hekk xiehdu l-qorti.", "X'ma tinqatax kontra tiegħi meta wieħed mar 'l hawn ̧ l-ieħor sab job 'l hinn ...", "Lili keċċewni mill-Medserv u ħaduli l-ħobż tal-familja għax l-ex ministru Joe Fenech qalilhom biex ikeċċuni għax jien Laburist.", "Għalhekk jien naf x'iħoss il-ħaddiem meta jaqla' d-daqqa.", "U s-sentenza ta' meta nqatgħet il-kawża kienet tgħid li lili kellu dritt ikeċċini għax ma kontx naqbel politikament miegħu.", "Qatt xi ħadd sema' sentenza bħal din!", "Qatt qaluhielhom din lill-barranin li qed jiġu jżuruna fosthom lil Pier Ferdinando Casini u lil Romano Prodi!", "Naħseb li Casini u Prodi aħjar jieħdu ħsieb Sqallija u jaraw kemm hemm nies imutu bil-ġuħ minflok igħidulna kif għandna nimxu!", "Sur President, il-Partit Laburista qatt ma kien kontra l-privatizzazzjoni u qatt ma qal li meta se nitilgħu aħna fil-gvern se nieħdu kollox lura.", "Kulma qed ngħidu aħna hu li l-kuntratti li saru rridu naraw kif saru u jekk hemm it-taħwid, dan irid jitranġa.", "Jien nemmen li l-ħaddiem għandu jkollu postu u ħadd m'għandu jilgħablu max-xogħol.", "Għalhekk dwar din il- privatizzazzjoni li qed insemmu rridu garanzija li l-ħaddiema mhux se jitilfu ħobżhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, din id-diskussjoni li qed nagħmlu naħseb li hija vvizzjata għax qed nitkellmu fuq dettall ta' kwadru ġenerali meta dan ma nafuhx.", "Per eżempju, illum qrajna li milli jidher il-ftehim se jiġi ffirmat nhar il-Ġimgħa.", "Fil-fehma tiegħi, dik tivvizzja d- diskussjoni u titfa' dell ikrah fuq il-proċess li bih miexja l- privatizzazzjoni f'pajjiżna minkejja d-dokumenti kollha li ħarġu dwar kemm hemm bżonn ta' informazzjoni u trasparenza biex dan il-proċess ikun igawdi l-fiduċja tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Wara kollox qed nitkellmu fuq l-assi u fuq il-ġid li jappartjeni lill-Maltin u l-Għawdxin u allura huwa mportanti ħafna li min ikun qed jinnegozja f'isimhom biex ibigħ dan il-ġid jagħtihom rendikont serju u trasparenti.", "Pero' mbagħad huwa mportanti ħafna wkoll li l-investituri internazzjonali wkoll igawdu l-fiduċja.", "Meta l-affarijiet ma jsirux kif suppost u ma jsirux bis-serjetà meħtieġa jispiċċaw jitilfu l-fiduċja kemm il-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll l- investituri internazzjonali.", "Jekk jaraw li f'pajjiżna jeżistu maniġġi, intriċċi u affarijiet minn taħt il-mejda ta' kif jingħataw assi pubbliċi ̧ bħall-ajruport u setturi oħrajn f'pajjiżna ̧ allura l-isem ikrah ma jkunx ħadu biss il-gvern tal-ġurnata imma jkun ħadu l-pajjiż.", "Kif nafu huwa ħafna aktar diffiċli li ssewwi l-ħsara meta ismek ikun iċċappas u tħammeġ milli biex tibni l-fama u r-reputazzjoni tiegħek.", "Allura naħseb li hija problema serja din tan-nuqqas ta' informazzjoni fuq il-kwadru in ġenerali tal-privatizzazzjoni ta' l-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel hu li naħseb li aħna l-politiċi rridu noqgħodu attenti għax fi żmenijiet fejn illum, kwestjonijiet ta' kredibilità u ta' fiduċja mhumiex awtomatiċi – hekk għandu jkun għax ħadd m'għandu jkun kredibbli minħabba l-pożizzjoni soċjali jew politika tiegħu imma l-kredibilità trid tiksibha u taħdem għaliha - waħda mill- affarijiet li ttellef il-kredibilità tagħna hija meta nagħtu l-impressjoni – kif ingħatat dalgħodu minn kelliem tan-naħa tal-gvern – li naħa tagħmel kollox sew u naħa oħra tagħmel kollox ħażin u tagħmel karikatura sħiħa ta' inkompetenza ̧ defiċjenza, konfużjoni u nuqqas ta' kjarezza.", "Alla jbierek waqt li n-naħa l-oħra hija ċara, serja u bajda verġni ̧ din in-naħa hija sewda u missha lanqas tiftaħ ħalqha biex titkellem.", "Naħseb li meta nieħdu din il-pożizzjoni nkunu qed nagħmlu ħsara lilna nfusna ̧ lill- istituzzjoni bħall-Parlament ̧ lill-politika u lil pajjiżna.", "Ma jagħmilx sens li tara l-affarijiet hekk.", "Meta tanalizza l-fatti ssib li ma jistax ikollok din il-karikatura ta' l- abjad u l-iswed.", "Ma jagħmilx sens li titlaq mill-punto di vista li naħa għandha kollox tajjeb u naħa oħra għandha kollox ħażin.", "Imma min-naħa tal- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi hekk smajna.", "Din bħall-ħmerija li qal li l-partit Laburista għandu xi pożizzjoni ideoloġika kontra l- privatizzazzjoni jew li l-kritika u l-punti li tqajmu f'din id-diskussjoni qishom huma ispirati mill-pożizzjoni ideoloġika fundamentalista favur li l- Istat jaħkem kollox f'idejh.", "Dawn huma ħmerijiet li ma jagħmlux sens għax il-fatti ma jurux hekk.", "Fil-fatt jekk wieħed janalizza d-diskussjoni li saret diġà mill-Kumitat tal- Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-laqgħa ta' nhar it- Tlieta ̧ 2 ta' Lulju, 2002 ̧ isib li hemmhekk il-punti li qajmet l- oppożizzjoni żgur li ma kenux ispirati minn xi pożizzjoni ideoloġika li aħna kontra xi kuntratt għax aħna kontra l-privatizzazzjoni.", "Għalhekk mhuwiex ġustifikat li toqgħod tagħmel karikatura tal-Partit Laburista kif ma jagħmilx sens lanqas li tieħu xi pożizzjoni ideoloġika favur li l- Istat għandu jkun kollox ̧ li l-Istat huwa tajjeb u li l-Istat se jaħseb fil- ġid tas-soċjetà u fil-ġid tan-nies kollha.", "Pero' llum nafu li jkun żbaljat min jaħseb li xi ħaġa li kienet ta' l- Istat u pprivatizzajtha se tiggarantixxi progress.", "Jien naqleb fuq rasu l-punt li għamel il-Ministru Bonnici nnifsu meta qal li l-ownership mhuwiex kollox.", "Fil-fatt meta niġu biex inħarsu l-mod ta' kif titmexxa kumpannija u organizzazzjoni u x'benefiċċju jħallu, l-ownership, kemm jekk inhu privat kif ukoll jekk inhu pubbliku ̧ huwa biss ingredjent wieħed fil-variables kollha ta' kif taħdem organizzazzjoni.", "L-ownership pubblika ma tiggarantixxix awtomatikament ġid u progress imma bl-istess mod, il-fatt li s-sid ikun privat mhux se jiggarantixxi minnu nnifsu li xi ħaġa timxi tajjeb.", "Għalhekk il-kwestjoni ta' l-ownership tgħodd bħala argument kemm mil-lat pubbliku kif ukoll mil-lat privat.", "Kif ma jagħmilx sens li nemmnu li għax inwaqqfu istituzzjonijiet li huma regolaturi u regolatorji li jkunu qegħdin hemmhekk bħala referees – mhux ikollok l-Istat li huwa l-player waħdieni fil-ħajja ekonomika tal-pajjiż u allura għandek setturi u players differenti li jistgħu jkunu pubbliċi jew privati u mbagħad għandek ir-referees li huma l-istituzzjonijiet regolatorji li suppost għandna biex naraw li dawn l-affarijiet jaħdmu sew – se jkollna xi garanzija ta' serjetà kif ipprova jagħti impressjoni dalgħodu l-Ministru Bonnici.", "Naħseb li hawn Malta għadu kmieni wisq biex nagħmlu evalwazzjoni ta' kif jaħdmu dawn l-istituzzjonijiet regolatorji.", "Għalhekk irridu nagħtuhom il- benefiċċju tad-dubju li biex tibni tradizzjoni ta' istituzzjonijiet regolatorji serji trid iż-żmien u allura wieħed jista' jgħid li fl-ewwel snin dawn għadhom vulnerabbli għax f'pajjiżna għadha ma nbnietx it- tradizzjoni ta' l-istituzzjonijiet regolatorji.", "Pero' jekk immorru f'pajjiż bħall-Istati Uniti fejn l-istituzzjonijiet regolatorji issa m'għadhomx fil-bidu tagħhom – dawn ilhom hemm u f'ħafna oqsma kienu huma l- pijunieri ta' kif tagħmel dawn ir-referees biex jaraw li l-players jilgħabu skond ir-regoli u li jkun hemm dak li l-Ministru Bonnici sejjaħlu level playing-field - issib li hemmhekk ma tantx hemm affarijiet sbieħ.", "Biżżejjed wieħed isegwi l-aħbarijiet b'mod superfiċjali dwar ċerti każijiet fosthom ta' l-Enron u tal-WorldCom.", "Biżżejjed wieħed jara l- istituzzjonijiet regolatorji finanzjarji fl-Istati Uniti stess li ma qdewx dmirhom sew bil-konsegwenza li ntilfu biljuni kbar ta' dollari u li kien hemm frodi organizzata u tbagħbis biex igħollu l-profitti u x-shares.", "Għalhekk m'għandux ikollna fiduċja għamja fl-istituzzjonijiet regolatorji għaliex in-nies li hemm fl-istituzzjonijiet regolatorji huma bnedmin tad- demm u l-laħam daqs dawk li jkunu fl-istituzzjonijiet pubbliċi u privati.", "Il-viġilanza u l-għassa ta' istituzzjonijiet differenti trid tkun hemm il- ħin kollu.", "Għalhekk issa m'għandniex immorru minn estrem għal ieħor; minn estrem fejn wieħed jaħseb li l-Istat isolvi l-problemi kollha għall-estrem l-ieħor li għax issa għandna l-istituzzjonijiet regolatorji nistgħu nagħlqu għajnejna.", "Jien naħseb li l-istorja u l-fatti għandhom igħallmuna li garanzija awtomatika biex xi ħaġa titmexxa sew jew le ma teżisti fl-ebda organizzazzjoni u wieħed irid imur janalizza kif ikunu qed isiru l- affarijiet.", "Nerġa' ngħid li għadna fl-ewwel snin ta' dawn l- istituzzjonijiet regolatorji.", "S'issa kien hemm ħafna x'tikkritikalhom imma kien hemm fejn ħadmu.", "Per eżempju ̧ meta kultant insemmu li xi istituzzjonijiet regolatorji jmisshom jagħmlu xogħlhom sew għax kieku ċerti affarijiet, bħal tal-Price Club u tad-Daewoo ma kenux jiġru ̧ niġu nterpretati b'ċertu mod.", "Nafu li l-istituzzjonijiet regolatorji jridu ż- żmien biex jibnu l-indipendenza tagħhom.", "F'pajjiż bħal tagħna fejn hemm ħafna networks personali mferrxin min-naħa għal oħra tal-pajjiż f'komunità żgħira bħal tagħna huwa aktar diffiċli għall-istituzzjonijiet regolatorji li jaħdmu biex jiżguraw li r-regoli qed jitħarsu u li mhux qed iħarsu lejn wiċċ xi ħadd meta jagħmlu dak li għandhom jagħmlu.", "Waħda mill-aktar istituzzjonijiet regolatorji li ilha żmien twil f'pajjiżna hija l-qorti u nafu li anke hemmhekk hemm problemi ta' dan it-tip.", "Nerġa' ngħid li din hija problema li naqsmu ma' ħafna komunitajiet u pajjiżi żgħar fejn sfortunatament ġieli toħroġ il-konklużjoni li taħsdek li f'dawn is- soċjetajiet iż-żgħar, aktar milli teżisti l-liġi u jeżistu l- istituzzjonijiet ̧ jeżistu l-kuntatti personali u xbieki ta' relazzjonijiet personali li ħafna drabi lil hinn mill-istituzzjonijiet u minn dak li jidher, ikunu fuq il-bażi li jiġu deċiżi l-affarijiet.", "Għalhekk ejja ma jkollniex twemmin għami li għax ikollok l-istituzzjonijiet regolatorji jew għax tipprivatizza xi ħaġa, se nimxu 'l quddiem.", "Per eżempju ̧ min jaqra l-ġurnal \"The Times\" ta' dalgħodu jsib li hemm artiklu ta' ċertu wieħed Muscat minn Ħ'Attard li qed igħid li l-istedina għall-attività li kellha ssir fit-28 ta' Ġunju – dan kien mistieden għal wirja li fetħet ftit ilu fil-Kavallier ta' San Ġakbu tal-familja ta' Antoine Camilleri – ġiet mibgħuta lilu fis-26 ta' Ġunju u allura rċeviha wara li dan ir-riċeviment kien sar.", "Fil-fatt dan qal li se jkollna ngħidu kemm konna aħjar meta konna agħar.", "Għalhekk nerġa' ngħid li billi tbiddel l-ownership ma tkunx qed tmur bilfors għall-aħjar.", "La qed insemmi l-Maltapost u qed nitkellmu fuq l-isfond tal- privatizzazzjoni nixtieq insemmi li issa jirriżulta li fil-ftehim li sar mat-Transend ta' New Zealand Post hemm ukoll it-tnaqqis tan-nies minn mal- Maltapost.", "Hemm dokument li huwa mibgħut min-nies ta' New Zealand Post lill-ministru responsabbli mill-kumpanniji pubbliċi fi New Zealand li fih hemm spjegat li dak il-ftehim qanqal kontroversji u fil-fatt huwa suġġett għal skrutinju minn diversi kumitati tal-Parlament ta' New Zealand.", "Jirriżulta li f'wieħed mid-dokumenti li ntbagħat min-New Zealand Post lill- ministru biex jispjegawlu l-ftehim li ntlaħaq fuq il-privatizzazzjoni parzjali tal-Maltapost f'pajjiżna hemm ukoll it-tnaqqis ta' nies.", "U meta ż- żewġ unions ̧ il-GWU kif ukoll il-Union Ħaddiema Magħqudin, li għandhom il- membri tagħhom fil-Maltapost saru jafu b'dan it-tagħrif – s'intendi dan it- tagħrif la ħareġ mill-Parlament u lanqas ħareġ mill-gvern jew mill- Maltapost – qalu li ma jafux li kien hemm dan il-ftehim li jaħseb ukoll għat-tnaqqis ta' nies min-naħa tal-Maltapost.", "Għalhekk l-inqas li nistgħu nagħmlu aħna bħala oppożizzjoni huwa li nqajmu dawn il-punti.", "Fejn naħsbu li l-affarijiet qed isiru tajjeb aħna ngħidu li qed isir tajjeb imma fejn l-affarijiet ma jkunux qed isiru sew għandna dritt nitkellmu kif narawhom mill-perspettiva tagħna.", "Jekk jirriżulta li l-affarijiet ikunu żbaljati wieħed għandu jbiddel imma jiġi hawn il-Ministru Bonnici u jagħmel karikatura tal-pożizzjoni tagħna u jgħid li aħna qegħdin hawnhekk biex inħassru jew sempliċement biex inkunu kontra.", "Aħna għandna fuqhiex inqajmu punti ̧ għandna fuqhiex nistaqsu mistoqsijiet u għandna fuqhiex nikkritikaw.", "Kif qal l-Onor.", "Joe Debono Grech fl-għeluq tal-konklużjoni tiegħu, jekk aħna naraw li fil-privatizzazzjoni parzjali tal-Maltapost hemm il-ħsieb li jitnaqqsu n-nies aħna għandna dritt inqajmu ċerti mistoqsijiet.", "Il-punti li qajmet in-naħa ta' l-oppożizzjoni żgur mhumiex ispirati minn xi pożizzjoni ideoloġika fundamentalista kontra l-privatizzazzjoni.", "Tqajmu punti preċiżi fuq dan id-dettall li għandna mill-kwadru in ġenerali li għadna ma nafuhx.", "Pero' aħna jidhrilna li dan il-ftehim li qed niddisktu hawnhekk huwa wisq one-way traffic.", "Aħna nqisu li l-gvern qed iċedi ħafna u li baqa' obbligat għal ċertu xogħol li jista' jkun mitlub li jsir, per eżempju ̧ fl-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Inħossu li l-piżijiet baqgħu fuq in-naħa tal-komunità nazzjonali u tal-gvern u mhux fuq il- kumpannija li se tieħu l-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Wara kollox irridu niftakru li meta tiġi biex tipprivatizza arterja importanti bħal ajruport trid toqgħod attent ħafna minħabba l-importanza strateġika ta' dak li tkun qed tinnegozja dwaru aktar u aktar fil-każ ta' pajjiżna għax dan huwa l-uniku ajruport li għandna.", "Dan jista' jkollu ħafna aktar implikazzjonijiet fuq pajjiżna milli fuq pajjiż akbar minn tagħna li għandu aktar minn ajruport wieħed.", "Jien mhux qed ngħid li hemmhekk il-pajjiż m'għandux joqgħod attent imma fil-każ ta' Malta rridu nistaqsu jekk aħniex qed nagħtu kas bis-serjetà diversi funzjonijiet.", "Per eżempju ̧ fil- każ tagħna l-ajruport irid iservi għal ħafna affarijiet differenti.", "Għalhekk huwa fid-dmir tagħna li meta jiġi milħuq ftehim ma' kumpannija jew ma' kumpanniji barranin dwar it-tmexxija ta' l-ajruport f'pajjiżna niżguraw jekk l-interess strateġiku u l-interess nazzjonali ta' pajjiżna hux qed jiġi mħares fl-aspetti kollha tiegħu.", "Huwa dmir tagħna li nqajmu dawn il- mistoqsijiet u s'intendi huwa dmir tal-gvern li jirrispondi biex igħidilna x'għamel biex jiżgura li dawn l-interessi jiġu mħarsa.", "Irridu niftakru li wara kollox it-tmexxija ta' l-ajruport mill-Maltin stess hija xi ħaġa riċenti fl-istorja ta' pajjiżna.", "Peress li konna kolonja ̧ settur daqshekk importanti f'pajjiżna lanqas kien f'idejna u kellu jkun il-Partit Laburista li jiżgura li l-ajruport ma jibqax f'idejn l-Ingliżi.", "Qabel ma l- Ministru Bonnici jiġi jiftaħar li għamel terminal sabiħ – dan qisu ta' wieħed x'jifhem li t-tajjeb jagħmlu biss il-gvern Nazzjonalista u qisu l- partit Laburista kien kuntent b'terminal taż-żingu tat-tielet dinja; dan donnu ried igħid li l-partit Laburista qatt m'għamel xejn u l-partit Nazzjonalista għamel kollox – irid jiżgura li l-ewwel ħaġa l-ajruport ikun f'idejh u l-akbar biċċa xogħol hi kif se tagħmel biex ikollok il-kontroll strateġiku ta' l-ajruport.", "Inutli tagħmel terminal li ġie jiswa ħafna u ħafna iżjed milli fil-fatt kellu jiswa u inutli tiġi tiftaħar kemm in-nies huma mpressjonati li l-ajruport tagħna huwa 5-star jew 4-star meta mbagħad issib li lanqas l-ajruport ma jkun f'idejk.", "Huwa mportanti li jkollna ajruport sabiħ u nadif imma t-turisti li jaslu fostna ma jinżlux mill- ajruplan u jibqgħu fl-ajruport.", "Jien naħseb li bl-iżdingar, bit-telqa, bil-ħmieġ u bit-traskuraġni li hawn f'inħawi sħaħ tal-pajjiż mhux it- terminal għandna tat-tielet dinja imma l-pajjiż.", "Dan il-gvern li l-enerġija tiegħu ffokaha fuq sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea jiġi jaqa' u jqum mill-istat ta' l-indafa, mill-ħarsien tal-wirt storiku u t-telqa ̧ mill-iskart u mill-iżdingar li għandna f'inħawi sħaħ tal- pajjiż.", "In-nies mhux se jmorru lura jgħidu kemm sabu ajruport sabiħ biss.", "Din forsi jgħiduha wkoll imma dawn aktar iqattgħu ħin fil-pajjiż milli fl- ajruport fejn igħaddu bil-ġirja biex jaqbdu l-ajruplan.", "Issa ġejna mwiegħda li se jkollna pjan biex fix-xhur li ġejjin pajjiżna jsir ġnien imma jien naħseb li ħaxix għandna biżżejjed.", "Jien mhux qed nirriferi għall-ħaxix li suppost għandna fil-ġonna imma għall-ħaxix l-ieħor meta jissemmew l-għoti ta' kuntratti kbar.", "Nerġa' ntenni li huwa mportanti ħafna li għall-iżvilupp tat-turiżmu f'pajjiżna jkollok terminal sabiħ u mmexxi tajjeb imma biex it-turiżmu jimxi tajjeb trid tagħmel ħafna iżjed minn hekk.", "Nafu li bħalissa kulmin jaħdem fil-qasam tat-turiżmu huwa nkwetat ħafna bis-sitwazzjoni kif inhi.", "Ninsabu kważi f'nofs Lulju u imn'Alla li għandna l-istudenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż għax kieku lanqas tkun taf li beda l-istaġun tas-sajf u l-peak season tat-turiżmu.", "Kieku ma tarax dawn iż-żgħażagħ – j'Alla jiġu ħafna iżjed minnhom u rridu noqgħodu attenti li anke hemmhekk ma ndardrux l-għajn li rridu nixorbu minnha - ...", "Irridu niżguraw li l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill- barranin mhux biss jitmexxew tajjeb u jagħtu s-servizz li għalihom l- istudenti jkunu ħallsu imma rridu niżguraw ukoll il-ħarsien u l-ordni fl- inħawi tad-divertiment fejn imorru dawn iż-żgħażagħ.", "Biżżejjed ikollna każijiet ta' stupru u każijiet ta' drogi ̧ li Allaħares qatt jistgħu jiżviluppaw f'inċidenti fatali ̧ biex din l-industrija tant importanti tieħu daqqa ta' ħarta.", "Hawnhekk nixtieq ngħid – din nixtieq ngħidha f'parentesi - li hija għarukaża li l-monitoring board li suppost qed jaħdem biex jipproċessa l-applikazzjonijiet għall-għalliema u għall- iskejjel li jmexxu l-korsijiet ta' l-Ingliż għall-barranin huwa wieħed mgħaxxex u mhux qed jiltaqa' bl-effiċjenza u bir-regolarità meħtieġa.", "Qed ngħid dan għax hemm applikazzjonijiet pendenti li qed jitħallew jistennew u dan jitfa' lura qasam importanti bħal dan.", "Aktar kemm jiġu studenti barranin jitgħallmu l-Ingliż f'pajjiżna aktar aħjar.", "Aktar kemm jiftħu skejjel tajbin u ta' kwalità tajba f'dan il-qasam aktar aħjar imma l-gvern irid jagħmel il-parti tiegħu u mhux iħalli l-affarijiet jiġru waħedhom.", "Imbagħad ikollna l-gimmick tal-visible deliverable għax peress li waslet l-elezzjoni nkunu rridu nagħtu l-impressjoni li l-gvern qiegħed jagħti kas ta' dak li huwa responsabbli għalih u li qed jagħti kwalità ta' ħajja tajba lil kulmin igħix hawnhekk.", "Sur President, kont qed ngħid li l-oppożizzjoni ħarset lejn dan il-ftehim b'moħħ miftuħ u analizzatu fuq il-mertu tal-kuntratt tiegħu u mhux ħadet xi pożizzjoni preġudizzjali minn qabel.", "Dan huwa mportanti għax ma nistgħux inħallu li l-privatizzazzjonijiet ta' l-assi pubbliċi f'pajjiżna jsiru bl- addoċċ.", "Trid tibqa' tħares l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin għax huwa mportanti ħafna li meta niġu biex inbigħu dawn l-assi pubbliċi nagħtu kas l-aspetti kollha tal-ftehim li nkunu qed nagħmlu.", "Skond in-naħa tal-gvern il-privatizzazzjoni ġġib l-effiċjenza ̧ iddaħħalna aktar f'kuntatt ma' dak li jkun qed jiġri fil-bqija tad-dinja u tgħin lill- gvern jiffaċċja l-problemi serjissimi li hemm fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi.", "Nafu li waħda mill-aktar affarijiet inkwetanti f'pajjiżna hija s- sitwazzjoni tat-tmexxija tal-finanzi pubbliċi.", "L-istatistika uffiċjali turi kemm id-dejn tal-pajjiż qed ikompli jikber.", "Ġieli jitnaqqas id- deficit imma dik hija sempliċement logħba taż-żmien għax fl-istess waqt tkun qed tkabbar id-dejn pubbliku.", "Fil-fatt tkun qed tiddejjen iżjed biex taparsi ssolvi d-deficit.", "Tant hu hekk li d-dejn laħħaq aktar minn Lm1 ̧500 miljun.", "Din hija problema kbira u issa qed nispiċċaw biex inbigħu il-ġid tal-familja ħalli nipprovaw intaffu ftit mill-feriti kbar li hemm tad-dejn.", "Qisna familja li għal snin twal tmexxiet bil-filosofija tal- money no problem, bil-filosofija ta' onfoq iżjed milli tiflaħ u mbagħad issib li trid tibda tbigħ x'għandek id-dar ħalli tagħmel tajjeb għad-dejn li tkun dħalt fih u għall-imgħaxijiet li tkun trid tħallas fuq dak id-dejn.", "Sakemm il-gvern mhux se jirnexxilu jieħu l-miżuri meħtieġa biex irażżan in- nefqa tiegħu ̧ biex ma jkollux għalfejn jagħmel taxxi esaġerati ̧ pajjiżna se jibqa' fi problemi serjissimi.", "Tista' tipprivatizzaw kollox – aħna pajjiż żgħir u l-kju ta' dak li tkun trid tipprivatizza ma tantx ikun twil – u tkun għadek ma solvejtx il-problemi serji tad-dejn ̧ tad-deficit u tan-nefqa akbar mid-dħul.", "L-agħar ħaġa hi x'se tagħmel wara li tkun bigħejt dak kollu li għandek xi tbigħ għax it-tliet oqsma ta' l-ekonomija tagħna – il- gvern ̧ il-qasam pubbliku, il-qasam privat domestiku li jaħdem għas-suq lokali u l-qasam privat li jaħdem għall-esportazzjoni fi prodotti jew servizzi - qed jikbru b'mod sproporzjonat.", "Iż-żewġ muturi ta' l-ekonomija ta' pajjiżna huma s-settur privat li jesporta l-prodotti u s-servizzi tiegħu fl-oqsma differenti u s-settur privat żgħir li jaħdem għas-suq lokali.", "Per eżempju, dak is-settur li qed jaħdem il-ħin kollu f'kuntatt mas-swieq barranin, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' manifattura, huwa l-inqas li għandu bżonn min jippriedkalu dwar ir-ristrutturar u l- effiċjenza għax dak huwa maqbud f'sistema li jekk il-prodotti u s-servizzi li joffri ma jkunux ta' kwalità u ta' prezzijiet li jikkompetu tajjeb ma' pajjiżi oħra ̧ jitlef is-swieq.", "Dan żgur li m'għandux bżonn xi ministru, xi politiku u xi kap tas-servizz pubbliku biex jispjegalu l-bżonn li jkun effiċjenti, il-bżonn li jagħmel ristrutturazzjoni u li jiġġedded.", "Imbagħad għandna s-settur żgħir privat li jaħdem għas-suq domestiku u għall- ekonomija lokali u dak huwa protett mit-tip ta' kompetizzjoni internazzjonali li hija esposta għalih il-bqija ta' l-ekonomija.", "Fuq dawn iż-żewġ setturi – hemmhekk smajna ħafna priedki li rristrutturaw ̧ inbidlu u ġġeddu – baqa' jeħxien ̧ jikber u jiżdied fil-piż is-settur pubbliku li kellu bżonn li jonqos l-aktar u li joqgħod attent li ma jkomplix jaħtaf riżorsi minn fuq is-settur privat domestiku u s-settur privat li huwa orjentat lejn l-esportazzjoni tas-servizzi u manifattura.", "Pero' f'pajjiżna ġara bil-maqlub.", "Qed jitpoġġew ħafna piżijiet fi skali ta' taxxi u sagrifiċċji fuq is-settur privat domestiku u s-settur privat orjentat lejn l-esportazzjoni u sadanittant is-settur pubbliku baqa' jikber u dan la huwa espost għal suq globalizzat u lanqas huwa espost għas-suq intern domestiku tas-settur privat.", "Dawk baqgħu jieħdu iżjed riżorsi u qed jerfgħu piżijiet kbar fuq iż-żewġ muturi li għandna ta' l-ekonomija tagħna.", "Għalhekk huwa mportanti ħafna li jekk l-ekonomija tagħna trid terġa' tieħu l-ħajja is-settur pubbliku jrid jara kif il-piż li hemm fuq iż-żewġ setturi l-oħra jonqos.", "Jekk se nkomplu bis-sistema kif mexjin nistgħu nipprivatizzaw il-pajjiż kollu għax il-problemi kbar tad-deficit u tad-dejn tant ikomplu jikbru li naslu fi stat li lanqas jibqa' x'nipprivatizzaw.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President ̧ fil-ftit ħin li fadal nixtieq inwassal il-ħsebijiet tiegħi dwar din il-mozzjoni li għandna għad- diskussjoni biex il-proprjetà ta' l-ajruport ta' Ħal-Luqa tiġi privatizzata.", "F'dawn l-aħħar snin ġew ipprivatizzati ċerti azjendi tal-gvern.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li anke l-Partit Laburista kien qabad it-triq tal- privatizzazzjoni.", "Il-Partit Laburista mhuwiex kontra l-privatizzazzjoni biex ħadd ma joħorġ min-naħa l-oħra jgħajjarna u jgħidilna li aħna dejjem inkunu negattivi.", "Aħna rridu li l-affarijiet isiru sewwa u li dak li bata għalih il-poplu nibżgħu għalih għax sa ftit taż-żmien ilu pajjiżna ma kellu xejn.", "Fil-fatt kien bis-saħħa tal-ħaddiema Maltin li kienu magħqudin flimkien mal-mexxejja tagħhom li llum wasalna fejn wasalna u li rnexxielna ngħidu li aħna parti minn dinja li qed tiżviluppa.", "L-anzjani tagħna jistgħu jgħidu l-iżjed kemm f'pajjiżna ma kien hawn xejn.", "Fost affarijiet oħra missierijietna raw il-ħolqien ta' l-ajruport, ta' l-Air Malta, tal- banek, ta' l-Enemalta u tat-tarznari tagħna u mal-medda tas-snin dawn ħallew qligħ għall-poplu Malti.", "Sur President ̧ issa qed niddiskutu l-privatizzazzjoni ta' l-MIA u qed noħorġu bl-għajta li l-privatizzazzjoni f'pajjiżna għandha tkun għall- aħjar.", "Ftit ilu smajt lil sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo jitkellem dwar is-sitwazzjoni ekonomika li għandna f'pajjiżna.", "Naħseb li llum kulħadd jaf li f'pajjiżna għandna problemi finanzjarji kbar.", "Pero' naħseb li meta nkunu se nipprivatizzaw, l-aktar ħaġa li naħsbu fiha hija s-somma li se ndaħħlu biex intaffu mill-problemi finanzjarji li għandu l-pajjiż.", "Jien ngħid li ma nistgħux inħarsu lejn il-preżent biss imma rridu naħsbu wkoll għall-futur.", "Malta hija ta' kull wieħed u waħda minna u b'responsabbiltà kbira rridu naraw li l-affarijiet f'dan il-pajjiż jimxu 'l quddiem.", "Malta mhijiex ta' xi partit politiku wieħed u jekk l-affarijiet ma jimxux 'il quddiem se jbati kulħadd.", "Per eżempju ̧ meta konna se nbigħu il-Mid-Med Bank kien hawn min qal: Lm1 miljun 'l hinn u Lm 1 miljun 'l hawn x'inhuma!", "Naħseb li fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha ma tantx nistgħu ngħidu hekk.", "Jingħad li l-privatizzazzjoni ssir biex insiru aktar magħrufa fid-dinja u biex fl-istess ħin intaffu xi ftit mill-problemi finanzjarji li għandna.", "Dan huwa kliem sabiħ imma meta tfittex ma ssib xejn.", "Per eżempju, meta bigħejna l-Mid-Med Bank daħlu ħafna tariffi ġodda u ma qagħdux jaħsbu f'min l-aktar li huwa fil-bżonn speċjalment fl-anzjani tagħna.", "Sur President ̧ hawnhekk nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira wkoll fuq il-Bank of Valletta.", "Sa ftit taż-żmien ilu l-klijienti anzjani ta' dan il-bank kellhom card li kienu jsejħulha s-61+ biex lil dawn iġiegħluhom jinvestu xi Lm2,000 u fl-istess ħin ikollhom id-dritt li jaqbżu l-queue.", "Illum il- ġurnata din spiċċat pero' l-anzjani tagħna ma dawn ġew informati b'xejn.", "Ma jistax ikun li nħarsu biss lejn il-flus li nkunu se ndaħħlu imma rridu nħarsu wkoll lejn l-interessi ta' l-anzjani u tal-ħaddiema.", "Għalhekk rridu naraw x'se nagħmlu f'dan il-pajjiż biex insolvu l-problema finanzjarja li għandna għax hawnhekk mhux qed nilgħabu xi logħba bil- ballun.", "Nerġa' ntenni li ma jistax ikun li meta nipprivatizzaw xi ħaġa naħsbu biss fuq il-profitt u ma naħsbux f'min fis-snin l-imgħoddija b'tant sagrifiċċju investa fl-istess bank.", "Illum għandna quddiemna r-riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà f'Ħal Luqa lill-MIA peress li din se tiġi privatizzata l-MIA.", "Għaldaqstant inħoss li għandi nagħmel ukoll il-mistoqsijiet tiegħi li jirrigwardjaw l- aktar lill-ħaddiem.", "Meta għandna daqstant problemi fejn jidħol it-turiżmu li huwa tant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna, dan kif se jiġi effettwat bil-privatizzazzjoni ta' l-MIA?", "Jeħtieġ li nkunu verament sinċieri magħna nfusna u bejnietna u niddiskutu l-problemi li għandna fil- pajjiż.", "Veru jew mhux veru li t-turiżmu f'pajjiżna mhux sejjer tajjeb?", "Ejja flimkien naraw x'inhu dak li jiġġenera l-ġid u l-prosperità għall- poplu Malti.", "Ejja napprezzaw li l-Oppożizzjoni tressaq is-suġġerimenti tagħha fl-aħjar interess pubbliku għax ikun min ikun fl-oppożizzjoni xi darba se jkun fil-gvern, u għada pitgħada se jkun il-partit Laburista li jmexxi l-pajjiż.", "Għalkemm aħna niddiskutu internament fil-partit l-issues li jkun hawn fil-pajjiż, din hija kwestjoni li rridu niddiskutuha bejnietna fil-parlament għax hija ta' importanza nazzjonali.", "Għaldaqstant wara li tiġi privatizzata l-MlA għandna garanzija li se jiżdiedu s-servizzi?", "Għandna garanzija li mhux se jiżdiedu l-ispejjeż għall-operaturi jew għall-ewwel kollox jidher tajjeb, għax se ndaħħlu somma ta' flus għal darba biss, u ma nħarsux x'se jiġri wara?", "Se tibqa' s-Lm16 taxxa fuq il-biljett ta' l-ajru, jew inkella bl-għajta tal-privatizzazzjoni u l-libertà fis-suq inħallu lil kulħadd jagħmel li jrid bħalma ġara fil-każ ta' l-HSBC?", "Hemm anzjani li qed iħallsu 50c fuq kull cheque biex isarrfuh jekk ma jkollhomx kont il-bank.", "Forsi jkun hawn min jgħid li kulħadd jista' jiftaħ kont ta' Lm5!", "Imma, kif għedt fil-bidu, suppost li l- privatizzazzjoni ssir għall-aħjar, imma fil-verità saret għall-aħjar?", "Nerġa' nistaqsi lill-ħaddiema li kienu mal-Mid-Med Bank u issa ġew taħt l- HSBC jekk iħossuhomx iktar kuntenti llum li l-bank qed jitmexxa minn nies barranin.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen fis-serjetà għax pajjiżna għandu bżonn is-serjetà u l-partit Laburista dejjem emmen fis-serjetà.", "U forsi fl- imgħoddi ġara dak li ġara għax ipprovajna ndaħħlu d-dixxiplina, liema konċett lanqas in-nies fl-istess partit Laburista ma fehmuh.", "Il-ħaddiema se jibqgħu jgawdu l-istess kondizzjonijiet u drittijiet?", "Huwa faċli li fil-parlament ngħidu li se jibqgħu jgawdu l-istess drittijiet, imma mbagħad meta tiġi privatizzata l-MIA jispiċċa u jtir kollox mar-riħ.", "Din hija l-verità li l-poplu Malti, b'mod speċjali l-ħaddiema li huma nvoluti, jkun irid jisma' f'diskussjoni dwar mozzjoni bħal din.", "Wieħed jieħu gost li, minkejja l-kulur politiku li jħaddnu dawn il-ħaddiema, meta jkun hemm kwestjoni bħal din jingħaqdu bejniethom u jiddiskutu mal-unions biex jaraw li ma jitilfux mid-drittijiet li b'tant tbatija jkunu rebħu.", "Din il-mozzjoni titkellem ukoll dwar ir-runway li se tibqa' tal-gvern, imma se jkun hemm ftehim li din iżommuha bla ħlas.", "Aħna rridu li l-affarijiet mhux biss jidhru li jkunu qed isiru bis-serjetà, imma rridu niżguraw li jkunu qed isiru hekk.", "Aħna rridu nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà mhux għax nemmnu li t-triq għal Malta hija dik ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea, imma għax aħna kapaċi bħala poplu.", "Aħna ma nistennew lill-ebda barrani jiġi jiddettalna x'inhu l-aħjar għal pajjiżna għax nafu x'inhu l- aħjar.", "Mr Speaker, għandna nies kapaċi biżżejjed f'dan il-pajjiż u jien naqbel ma' dak li jgħid il-leader tagħna l-Onor.", "Alfred Sant, li ħadd m'hu għar-rimi fil-pajjiż.", "Kulħadd huwa importanti.", "Kulmin irid jaħdem se nagħtuh iċ- ċans jaħdem, kull min irid jagħti sehmu permezz ta' ideat ġodda se nagħtuh l-opportunità.", "Kulħadd huwa kapaċi jagħti sehmu.", "Fl-imgħoddi kellna ħafna problemi; ma kien hawn l-ebda benefiċċji soċjali, il-ħaddiem la kellu dritt għas-sick leave, la kellu l-bonus, la kellu ċ- children's allowance, ma kellu xejn, u kien bis-saħħa tal-ħaddiema li ngħaqdu flimkien li bdiet it-triq tal-progress.", "Kieku ma kenux il- ħaddiema ta' qabilna, li llum huma anzjani, kieku llum aħna ma nistgħux niġu b'din il-mozzjoni hawnhekk biex nipprivatizzaw l-MIA.", "Kien bis-saħħa ta' missirijietna li għandna dak li għandna llum.", "Nerġa' ngħid li l-privatizzazzjoni għandha ssir għall-ġid tal-poplu Malti, u l-għażliet x'nipprivatizzaw u ma nipprivatizzawx nagħmluhom aħna, mill- Maltin għall-Maltin.", "Nittama wkoll li f'dan il-proċess ta' privatizzazzjoni qatt ma nwarrbu l-interess u d-drittijiet tal-ħaddiema għax imbagħad bi dritt jgħollu leħinhom biex jiddefenduhom.", "Irridu naraw ukoll x'inhu l-aħjar interess tal-poplu Malti.", "Dan il-proċess m'għandux iwassal għal dak li ġara fil-każ ta' privatizzazzjonijiet oħra, fosthom tal- Maltapost li ħolqot diskussjoni mqanqla fil-pajjiż.", "Mr Speaker, jeħtieġ insibu mod ieħor kif insolvu il-problemi finanzjarji tal-pajjiż għax id-dħul mill-privatizzazzjoni ta' azjenda jew tnejn ikun dħul ta' somma flus ta' darba.", "Irridu naħsbu x'se jiġri 'l quddiem meta pajjiżna ma jibqagħlux azjendi x'jipprivatizza.", "F'dan il-parlament kien hawn min qal: Id-dejn iħallsuh ta' warajna.", "Illum ta' warajna waslu u d- dejn qed inħallsuh aħna!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru tal-Finanzi biex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 9 ta' Lulju, 2002, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' proprjeta' f'Ħal Luqa lill-Malta International Airport plc – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali –Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni. ------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, probabbilment dan se jkun l-aħħar aġġornament tiegħi qabel il-vaganzi tas-sajf.", "F'dan il-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, nixtieq nitkellem dwar setturi differenti tas- soċjeta` Maltija li jinsabu għaddejjin minn ċerti problemi.", "Jien inħoss li qiegħed hawnhekk biex inwassal il-leħen ta' dawk li jirrikorru għandi għall-għajnuna, u għalhekk nibda billi nitkellem dwar iż- żgħażagħ.", "Għalkemm jien ġejt maħtur bħala kelliem għall-anzjani, xorta waħda naħdem mill-qrib ħafna taż-żgħażagħ, u għalkemm ninsab konxju tal- problemi li jinsabu għaddejjin minnhom.", "Illum ħadd ma jgħaddi mingħajr flus fil-but, iktar u iktar iż-żgħażagħ li jkunu għadhom qegħdin jistudjaw jew ikunu għadhom kemm spiċċaw mill-edukazzjoni sekondarja, post-sekondarja jew terzjarja.", "Minħabba l-problema tat-turiżmu f'pajjiżna, fejn dan qiegħed jonqos b'rata mgħaġġla, dawn iż-żgħażagħ m'humiex qegħdin isibu xogħol għas- sajf.", "Naħseb li kulħadd jammetti li bħalissa, it-turiżmu f'pajjiżna m'huwiex sejjer tajjeb.", "Iktar kmieni, meta kont qiegħed nitkellem dwar din il-mozzjoni, irriferejt għat-turiżmu f'pajjiżna, li minkejja li hi l-aqwa industrija li għandna, sfortunatament qabdet it-triq tan-niżla.", "Dan ma tgħidux biss l- oppożizzjoni.", "L-oppożizzjoni tikkwota dak li jgħidu min hu nvolut f'dan il- qasam.", "Jien inħoss li f'dan ir-rigward, irridu naraw x'se nagħmlu.", "Ħafna żgħażagħ li jattendu l-Uuniversita` jew xi sixth form, u li fil- vaganzi tas-sajf kienu jaraw minn fejn jistgħu jaqilgħu ftit flus, biex minbarra li jgawduhom huma, inaqqsu l-piż minn fuq il-ġenituri tagħhom, illum il-ġurnata qegħdin isibu problema kbira biex isibu xogħol.", "Jekk wieħed jitkellem mas-sidien tar-ristoranti u ma' kull min hu nvolut fil- qasam tat-turiżmu, jista' jinnota kemm sejrin lura, kemm f'dik li hija kwantita` ta' turisti li jiġu f'pajjiżna, kif ukoll f'dik li hija kwalita`.", "Għalhekk hemm bżonn li immedjatament naraw x'se nagħmlu biex fost affarijiet oħra, ikollna x'noffru lil dawn iż-żgħażagħ.", "Irrid nawgura liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jkollhom vaganzi ta' tgawdija, filwaqt li nittama li jifhmu li dan il-pajjiż għandu ħafna x'joffrilhom, mhux biss il-qerda li x'uħud minnhom jersqu lejha għax iħossu li m'għandhomx futur.", "Nittama li dan is-sajf ma jkunx wieħed li meta niftħu l-gazzetti, naqraw b'żgħażagħ li jmutu b'overdose ta' droga.", "Jien nittama wkoll li f'dan is-sajf, iż-żgħażagħ isibu xogħol ħalli jkunu jistgħu jirrikreaw ruħhom kif jixraq, 'il bogħod mid-droga.", "Iċ-ċifra tal-qagħad f'pajjiżna qiegħda dejjem tiela`, u l-aktar settur li qiegħed ibati minn din il-problema huwa proprju dak taż-żgħażagħ, fejn minkejja li għandhom ċerti kwalifiċi, xorta m'humiex qegħdin jagħmlu xogħol li jixirqilhom.", "Jekk se nibqgħu sejrin hekk, iż-żgħażagħ se jispiċċaw biex jitilfu l-fiduċja f'pajjiż stess.", "Mr Speaker, f'dan l-intervent nixtieq nitkellem ukoll dwar l-anzjani, li sa dalgħodu stess, numru minnhom għadhom kemm ġew fl-uffiċju tiegħi jilmentaw għaliex għadhom ma rċevewx iċ-cheque ta' l-allowance supplimentari, meta suppost li sa issa, dan diġa' ġie msarraf.", "M'humiex biss l-anzjani li qegħdin ibatu minn dan l-inkonvenjent, imma anke dawk il-familji li jgħixu bl-assitenza soċjali.", "Sfortunatament, f'dan il-pajjiż wasalna fi stat fejn lill-faxxa t'isfel tas- soċjeta` m'għadna nagħtuha importanza ta' xejn, forsi għax naħsbu li din ma titkellimx.", "Anzi, agħar minn hekk, qegħdin inkomplu nagħtuha daqqiet 'l isfel.", "Jien inħoss li f'dan l-aħħar diskors tiegħi qabel il-waqfa għas- sajf, għandi nuri solidarjeta` ma' l-anzjani li kif kulħadd jaf, qegħdin jiltaqgħu ma' ħafna problemi, bħal dik tal-mediċini, tal-kartuna r-roża, tal-kartuna s-safra, tal-polikliniċi, ta' x'se jsir mill-pensjonijiet.", "Jien nittama li fiż-żmien qarib naslu biex intaffu mit-tbatija kbira li qegħdin jiffaċċjaw dawk il-familji bi dħul baxx u dawk li jgħixu bil- benefiċċju soċjali.", "Qiegħed nirriferi għall-problema li nqalgħet dan l- aħħar, fejn lil dawn il-familji qegħdin jinqatgħulhom ċerti benefiċċji, u minkejja li qegħdin jappellaw mid-deċiżjoni, għax jafu li hija inġusta, qegħdin ikollhom jistennew għal bosta ġimgħat qabel ma l-arbitru jiddeċiedi li jisma' l-każ tagħhom.", "Mill-mistoqsijiet parlamentari li nagħmel dwar dan is-suġġett, wieħed jista' jinduna kemm din il-problema hija frekwenti, u Alla ħares ikolli nsegwi kull każ li jiġi quddiemi, għax inkella ma nispiċċa qatt.", "Hemm bżonn li naraw x'se nagħmlu, għax m'hijiex ċajta li familji sħaħ jispiċċaw mingħajr flus u allura mingħajr ikel.", "Għalhekk nappella biex matul dan is-sajf, naħdmu bis-serjeta` ħalli nsolvi l-każijiet kollha li hemm pendenti.", "Bl-ebda mod ma rrid nagħti l- impressjoni li l-partit Laburista huwa favur l-abbuż mill-benefiċċju soċjali, pero' rridu naraw li kulħadd ikollu x'jiekol.", "Wara kollox, huwa dritt sagrosant ta' kull bniedem li jgħix ħajja diċenti.", "Mr Speaker, ftit tax-xhur ilu, f'dan il-parlament għaddejna l-liġi dwar il- ħarsien u d-drittijiet ta' l-annimali, u minn dak iż-żmien 'l hawn, fil- media spiss smajna b'każijiet ta' moħqrija fuq l-annimali.", "Jien inħoss li bħalma nitkellmu dwar elf ħaġa oħra, f'din il-Kamra għandna nitkellmu wkoll dwar dan il-fattur.", "Iva, inħoss li għandi nattakka bil-qawwa kollha lil dik il-persuna kodarda li waslet biex twettaq dak l-att krudil fuq iż-żewġ żwiemel li smajna bihom f'dawn il-ġranet.", "Il-maġġoranza l-kbira tal-poplu Malti u Għawdxi għandhom l-annimali għal qalbhom - u fil-fatt minn hawn nixtieq insellem lil kulmin jaħdem f'dan il- qasam - pero` jeħtieġ li l-liġi li tissalvagwardja lill-annimali tiġi mħaddma ħalli dawk il-ftit Maltin u Għawdxin li huma tant bla qalb li jaslu biex jaħqru lill-annimali jieħdu dak li ħaqqhom.", "Mr Speaker, kulħadd jaf li pajjiżna għandu diversi problemi finanzjarji, liema problemi qegħdin dejjem jikbru, u huwa inutli li noqogħdu ninħbew mir- realta`.", "Illum mal-ewwel tinduna bin-nuqqas ta' inizjattiva li hawn fil- pajjiż.", "Suppost li l-gvern kien ħareġ bl-idea li jagħmel kampanja dwar l- indafa, u wħud mill-kunsilli lokali qed jagħtu s-sehem kollu tagħhom biex il-lokalita` tagħhom tinżamm nadifa, pero` hemm toroq arterjali u roundabouts li jaqgħu taħt il-gvern ċentrali illi tistħi tħares lejhom bil- ħmieġ li fihom.", "Jien ma nafx xi jgħidu dawk il-barranin li jiġu hawn għax jaħsbu li Malta hija xi ġenna ta' l-art, u mbagħad jaraw din it-telqa u dan il-ħmieġ kollu!", "Huwa kollu inutli li joqogħdu joħorġu ċ-ċirkolaritajiet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar l-indafa biex jidher li qed issir xi ħaġa jekk m'hemmx inizjattiva.", "Illum il-poplu qed ibati taħt dan il-gvern, u nittama li almenu meta ssir l-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-poplu jieħu dak li ħaqqu.", "Mr Speaker, dan is-sajf il-grupp parlamentari Laburista m'huwiex se jorqod imma se jkompli jaħdem fuq il-politika ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna rridu nassiguraw li din il-politika tasal fid-djar tan-nies, u li kull ċittadin Malti u Għawdxi jħossu li f'pajjiżna hemm partit politiku li jifhimhom.", "Pajjiżna jixraqlu li jerġa' jitla' fil-gvern il- partit Laburista mmexxi bl-iktar mod għaqli mill-Onor.", "Alfred Sant.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, nixtieq naqsam id-diskors li se nagħmel fi tnejn; l-ewwel se nitkellem fuq il-lokal li ġejja minnu jiena, jiġifieri l- Fgura u mbagħad se nitkellem fuq it-tweġibiet parlamentari li suppost jingħatawlna f'din il-Kamra.", "Il-popolazzjoni tal-Fgura, li hija popolazzjoni żagħżugħa, qiegħda dejjem tikber u l-familji li jgħixu f'dan il-lokal ġejjin minn kull belt u raħal ta' Malta u Għawdex.", "Għalhekk jiena nħoss li l-Fgura għandha tingħata l- importanza li jixirqilha, imma sfortunatament illum ma nistgħux ngħidu li l- gvern preżenti qed jagħmel dan.", "Huwa biżżejjed li nsemmu lil Hompesch Road, li x-xogħlijiet fuqha nbdew qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Fil-fatt dak iż-żmien il-partit Nazzjonalista, biex jagħti l-impressjoni lin-nies tal-Fgura li kien qed jagħmel xi ħaġa għal-lokal tagħhom, ftit qabel l- elezzjoni ta' l-1996 kien ta laqgħa tarmac lil din it-triq, pero` l-Kunsill Lokali tal-Fgura kien waqqaf dan ix-xogħol mal-ewwel għax ra li kien se jsir xogħol bażwi.", "Meta fl-1996 tela' fil-gvern il-partit Laburista, nista' ngħid li x-xogħol fuq din it-triq - li kien qed jiġi mmexxi mill- ministru ta' dak iż-żmien l-Onor.", "Charles Buhagiar - beda jsir b'serjeta` kbira.", "Ta' min jgħid li dan kien proġett pilota li kien qed isir b'esperiment, u f'dan il-proġett ġew mgħoddija anke l-komunikazzjonijiet kollha neċessarji tad-dawl, ta' l-ilma u tat-telephone.", "Meta tela' fil-gvern il-partit Nazzjonalista, aħna r-residenti tal-Fgura sħaqna ħafna biex issir it-tieni fażi ta' din it-triq, pero` naħseb li l- partit Nazzjonalista għamel it-tieni fażi ta' din it-triq fuq qalbu għax illum nistgħu naraw xi frott qed iħalli dan ix-xogħol.", "Fil-fatt waqt li kienet qed issir it-tieni fażi ta' din it-triq, kulmin kien għaddej minn hemmhekk induna li lanqas l-inġenji li kienu qed jintużaw għal dan il- proġett ma kienu miżmuma kif suppost.", "Kien hemm anke min kien qed iwebbes rasu għal dak li konna qegħdin ngħidu aħna l-Membri Parlamentari u anke għal dak li qal il-Kunsill Lokali tal-Fgura, biex spiċċa biex sar xogħol traskurat.", "Biex insemmi eżempju wieħed biss biex nuri kemm sar xogħol traskurat, huwa biżżejjed li nsemmi l-mod kif tpoġġew il-katusi tad-drain.", "Jiena m'iniex xi persuna li nifhem fil-qasam tal-kostruzzjoni, għalkemm missieri kien kuntrattur, jiġifieri għandi idea ta' dan ix-xogħol, pero` nħoss li r-residenti ta' Hompesch Road m'humiex se jdumu wisq ma jibdew ibatu l-konsegwenzi ta' dan ix-xogħol ħażin li sar.", "Li kieku dan ix-xogħol għamluh it-tfal, kont ngħid li m'hemmx tagħmel għax forsi din hija l-ewwel esperjenza tagħhom ta' xogħol, imma din hija storja differenti.", "Sal-bieraħ stess, meta kont għaddejja minn ħdejn il-mina ta' Hompesch, innotajt id- drenaġġ jiżbroffa minn taħt l-art, u dan meta x-xogħlijiet fuq din it-triq għadhom lanqas biss huma lesti għax għad fadal l-aħħar kisja biex inkunu nistgħu ngħidu li x-xogħlijiet fuq din it-triq huma lesti.", "Issa dan il- gvern ilu għaddej b'dan ix-xogħol madwar seba' jew tmien xhur għax ix- xogħol qed isir b'ħafna tkaxkir, u dan b'inkonvenjent kbir mhux biss għar- residenti tal-Fgura imma għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, speċjalment għar- residenti ta' Marsascala, ta' Ħaż-Żabbar, taż-Żejtun, ta' Bormla, tax- Xgħajra, tal-Birgu u ta' l-Isla, li normalment jgħaddu minn dik it-triq kuljum minħabba li Hompesch Road hija arterja prinċipali.", "Nistgħu ngħidu li anke saħansitra r-residenti ta' Marsaxlokk jgħaddu minn hemm, proprju għax iħossuhom iktar komdi.", "Qiegħda ngħid dan biex wieħed ikun jista' jirrealizza aħjar il-problemi li nħolqu.", "Jien nistaqsi x'kienet il-problema.", "Għadni ma nafx jekk il-gvern kienx qiegħed iħallas lill-kuntrattur, jekk il-kuntrattur ma kellux għodda jew ħaddiema biżżejjed.", "Nista' ngħid li għandi diffikulta` kbira biex nimmaġina lil din it-triq la tkun lesta, meta kif kont qiegħda ngħid, diġa' qiegħda ssir il-ħsara.", "In-nies li jabitaw f'din it-triq diġa' qed ikollhom jgħalqu l-bibien u t-twieqi minħabba d-drenaġġ li qiegħed joħroġ minn ċerti partijiet.", "Din hija xi ħaġa li għandna tħammar wiċċ il-gvern.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan qiegħed jiġri għax il-bażi ta' fejn jitpoġġew il- katusi tad-drenaġġ lanqas biss ingħatat kisja tarmac u allura, peress li tpoġġew fuq iż-żrar jew trab, ovvjament, kif jitqalu daqsxejn iżżejjed minħabba dak li jkun għaddej minnhom, jinfaqgħu.", "Peress li d-drenaġġ li ħiereġ minn dawn il-katusi ma sabx minn fejn joħroġ, qiegħed jiżbokka minn ġot-tarmac, bil-konsegwenza li wieħed jista' jara wieħed ta' drenaġġ, bl- intejjen kollha li wieħed jista' jimmaġina.", "Jien nistaqsi x'se jiġri fix-xitwa, meta tagħmel ix-xita u meta t-terrapien ta' taħt il-katusi tad-drenaġġ ma jkunx jiflaħ jixrob iktar.", "Jiena ngħid li t-tarmak se jkompli jinżel, se jinħoloq ħafna ħofor, u l-flus li nfaqna se jisfaw fix-xejn.", "Il-flus li l-poplu Malti qiegħed joħroġ f'taxxi qegħdin imorru għand nies inkompetenti, li m'għandhomx il-kapaċita` li jagħmlu ċertu xogħol li jkunu daħlu għalih.", "Fil-Fgura dalwaqt se tiġi ċċelebrata l-festa, u min jaf kif se nkunu qed inħossuna meta naraw li wara xhur sħaħ ta' xogħlijiet, f'din it-triq għad hemm ħafna ġebel imxerred, trab, xogħol mibdi u mhux komplut...", "Xi żmien ilu dan il-gvern kien wieħed li kemm jista' jkun, fis-sajf ma jsirx xogħol ta' kostruzzjoni.", "Għalhekk aħna ħsibna li allura x-xogħol li kien hemm bżonn li jsir kien se jiġi mgħaġġel ħalli la jbatu r-residenti u lanqas it- turisti.", "Mr Speaker, f'dan l-intervent xtaqt nitkellem ukoll dwar id-demokrazija fir- rigward tal-mistoqsijiet parlamentari li aħna l-membri f'din il-Kamra nagħmlu lill-ministru tal-gvern.", "M'huwiex sew li aħna d-deputati, li ġejna eletti demokratikament mil-lokalitajiet rispettivi tagħna, biex nirrappreżentaw lir-residenti ta' dawk il-lokalitajiet, meta nistaqsu dwar il-pajjiż in ġenerali, dwar dak li l-poplu għandu dritt li jkun jaf, indumu ġimgħat biex ningħataw risposta, jew għax l-informazzjoni tkun għadha qed tinġabar, jew għax il-mistoqsija ma tkunx saret lill-ministru konċernat, bil-konsegwenza li nibdew inħossuna qisna ballun niġru fis-saqajn minn naħa għal oħra.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija.", "Jekk aħna nemmnu li l- parlament tagħna jrid iħabbatha ma' dawk barranin, ma nistgħux innaqqsu d- demokrazija minn ġo fih.", "Jekk se jsir dan, nistgħu ngħalqu l-bibien, nitilqu 'l barra u nispiċċaw qisna f'ġungla, bħalma qegħdin bħalissa, fejn il-ministri jibżgħu jwieġbu għall-mistoqsijiet li jsirulhom.", "Biex nagħti eżempju ta' dan li qiegħda ngħid se nsemmi żewġ mistoqsijiet li għamilt.", "Waħda minnhom kienet titratta s-sensji li ngħataw f'dawn l-aħħar tliet snin, fejn staqsejt lill-Viċi Prim Ministru biex jgħidli liema huma dawk l-azjendi jew fabbriki li taw sensji lill-ħaddiema tagħhom minn Settembru 1998 sal-lum.", "Il-Viċi Prim Ministru, għalkemm wieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija, fejn qal li fi tliet snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, ingħataw 7,799 sensja, għat-tieni parti tal-mistoqsija, jiġifieri liema huma l-fabbriki u l-azjendi li ssensjaw lill-ħaddiema tagħhom, il-Viċi Prim Ministru qalli li għal din il-parti tal-mistoqsija m'għandux iktar xi jżid.", "Mistoqsija parlamentari oħra li għamilt jien u li ħassejt li kellha tiġi mwieġba, minħabba l-importanza tagħha, kienet dik li għamilt lill-Ministru għal Għawdex wara li kienu ġew ingaġġati ħafna ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel.", "L-istess f'dan il-każ, il-Ministru ma kinetx tatni tweġiba, minħabba l-indipendenza tal-ħaddiema.", "Jien ma staqsejtx fejn joqogħdu dawn il-ħaddiema, x'inhu n-numru tal-karta ta' l-identita` tagħhom, x'inhu n- numru tat-telefon tagħhom.", "Kulma staqsejt kien għal ftit informazzjoni biex almenu nkun naf jekk dawn humiex minn Malta jew minn Għawdex u jekk għandhomx seaman book, għax mill-informazzjoni li għandi, ħafna minnhom kienu mingħajr esperjenza, biex ma ngħidx ukoll li kienu għadhom ġejjin minn barra.", "Mistoqsija oħra li din id-darba għamiltha lill-Prim Ministru kienet dik dwar iċ-ċittadinanza doppja.", "Jien ħassejt li huwa mportanti li nkunu nafu kemm f'pajjiżna qed ikun hawn nies li japplikaw għad-dual citizenship, u x'eta` jkollu min japplika.", "Għal xi raġuni jew oħra, il-Prim Ministru naqas milli jwieġeb din il-mistoqsija tant importanti għalina l-membri ta' l- oppożizzjoni, ovvjament biex nikkalkolaw in-numru ta' nies eliġibbli għall- vot.", "Mr Speaker, qabel nikkonkludi nixtieq nawgura l-festa t-tajba lir-residenti tal-Fgura u lil dawk kollha li matul l-istaġun tas-sajf se jiċċelebraw il- festa tal-patrun jew patruna tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tlieta, 9 ta' Lulju, 2002 fis-6;00 p.m., bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BAĦAR - ALKA", "33971.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jikkonferma li hemm gaffa waħda biss sabiex tneħħi l-alka tal- baħar tal-bajjiet ta' Baħar iċ-Ċagħaq, Għadira, Għarmier, Marfa, Golden Bay, Riviera Martinique u l-Ġnejna?", "Jekk iva, jista' jara li jiżdiedu n- numru ta' gafef ħalli jsir it-tindif ta' l-alka b'mod aktar effiċjenti peress li wħud mill-bajjiet, fosthom Golden Bay, jinsabu mimlija alka?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li d-dipartiment tat-turiżmu fil-preżent, kif dejjem sar fl-imgħoddi, għandhom gaffa waħda biex ineħħi l-alka mill- inħawi ndikati mill-Onor.", "Interpellant.", "L-alka titneħħa wkoll mill- ħaddiema tad-dipartiment.", "Mis-sena li għaddiet id-dipartiment għall-ewwel darba kera żewġ compactors biex ikun jista' jlaħħaq aħjar max-xogħol.", "Jiġri li meta r-riħ jaqbel, tinġema' alka fil-bajjiet tat-Tramuntana ta' Malta.", "F'dawn il-każi jiġu dettaljati aktar nies għat-tindif.", "SAFAR", "34024.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "SAFAR", "34025.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SAFAR", "34026.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "SAFAR", "34027.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PAOLA - DENTAL CLINIC", "34504.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jikkonferma li fid-dental clinic tal-polyclinic ta' Raħal Ġdid qed ikun hemm nuqqas ta' staff/dentisti?", "Jista' jikkonferma li tħassru diversi appuntamenti għaliex huwa impossibbli għal min ikun qiegħed xogħol li jlaħħaq waħdu?", "Jista' jara wkoll li jitwaħħal air condition unit f'din d- dental clinic fejn ikun hemm sħana tremenda f'dan iż-żmien tas-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-full complement fid-dental clinic fiċ- ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid huwa ta' żewġ dentisti, wieħed dental hygienist full-time, u infermiera.", "Ma hemm ebda nuqqas ta' staff f'dan il- unit.", "M'huwiex normali li jitħassru appuntamenti ħlief meta xi ħadd mid-dentisti joħroġ bis-sick leave u ma jkunx possibbli li jintbagħat dentist minn klinika oħra.", "Dan jiġri rari ħafna u fil-fatt din is-sena ġrat darba biss.", "Din il-proċedura hija l-istess f'kull ċentru tas-saħħa ieħor.", "Hemm ippjanat li jsir refurbishment fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid u l- airconditioning se jiddaħħal bħala parti minn dan ir-refurbishment.", "ETC - APPRENTISTAT", "34514.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri meta żagħżugħ li jkun qed jieħu kors ta' motor vehicle technician ma jsibx sponsor?", "Kif tgħin f'dan il-każ l-ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta post addattat ma jinstabx u l-apprentist jagħmel numru ta' xhur mingħajr sponsor, l-apprentistat ikollu jitwaqqaf.", "F'dan il-każ l-apprentist jibda jigi kkunsidrat bħala student u ma jibqax eleġibbli għal Journeyman Certificate.", "Dan iċ-ċertifikat jingħata biss lil dawk li jtemmu l-apprentistat b'suċċess.", "REĠISTRAZZJONI TA' KAROZZI ĠODDA", "34515.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reġistrazzjonijiet ta' karozzi ġodda f'Jannar, Frar, Marzu u April għas-snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għal mistoqsijiet parlamentatri 25445 u 27893, jien infurmat li n-numru ta' karozzi rreġistrati ġodda matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2002 hu kif ġej:-", "|Jannar |1085 | |Frar |930 | |Marzu |971 | |April |1112 |", "BIRGU - TRIQ SAN FILIPPU", "34516.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jara jekk sarx progress sabiex planters bla permess li saru ħdejn 56 Triq San Filippu Birgu jitneħħew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minħabba li l-Awtorita` għandha numru konsiderevoli ta' files riferuti għal azzjoni diretta, l-Awtorita` tieħu azzjoni meta jkun possibBli.", "BIRGU – XATT IR-RISQ", "34518.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm xi mina minn dawk li hemm Xatt ir- Risq Birgu li għadha ma ġietx allokata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li skond l-arkivji tat-taqsima proprjeta` tal-gvern hemm mina waħda li għad ma ġietx allokata.", "Qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji biex jiġi stabbilit jekk il-mina in kwistjoni għandhiex tinħareġ għall-kiri bl-offerti.", "MALTA SHIPBUILDING - ĦADDIEMA", "34519.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm proposta/idea li xi ħaddiema tal-Malta Shipbuilding jintbagħtu sekondati mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li xi ħaddiema tal-Malta Shipbuilding intbagħtu fuq bażi temporanja biex jgħinu lil xi kunsilli lokali.", "SPIŻERIJA TAL-GVERN - PILLOLI", "34520.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinforma jekk il-pilloli Xeroda jinstabux mill-iżpiżerija tal- gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-pilloli Xeroda m'humiex inklużi fil-lista ta' mediċini li jingħataw b'xejn mill-ispiżeriji tal- gvern.", "MEPA - APPLIKAZZJONIJIET", "34532.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija 34288, jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalita` jinstabu dawn l-applikazzjonijiet u għal kemm il- sular għoli qiegħda ssir it-talba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-lokalitajiet għall- applikazzjonijiet li saret riferenza għalihom huma l-Qawra u San Ġiljan.", "It-talba qiegħda issir għal 15-il sular.", "GĦAWDEX – DWEJRA", "34533.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema kienu dawk id-dipartimenti u ministeri li kienu nvoluti fit-tindif mill-iskart mitfugħa b'mod irresponsabbli fid-Dwejra Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' tindif ta' terrapien mid-Dwejra ġew kkoordinati mid-dipartiment għall-proġetti u żvilupp fi ħdan il-ministeru għal Għawdex bil-kollaborazzjoni ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar (illum l-awtorita` Maltija għall-ambjent u l- ippjanar) u tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent fi ħdan il- ministeru ta' l-ambjent (illum parti wkoll mill-awtorita` Maltija għall- ambjent u l-ippjanar).", "MEDIĊINA COSAAR", "34537.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34059 u jgħid jekk hemmx żviluppi dwar it- talba skond schedule 5 għall-mediċina Cosaar għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni hija ta' natura kunfidenzjali din se tingħata direttament lill-pazjent.", "KNEE REPLACEMENT", "34538.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid tistax il-persuna li d-dettalji u l-kunsens tagħha qed ngħaddi separatament tingħata priorita` fir-rigward ta' knee replacement?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni hija ta' natura kunfidenzjali din se tingħata direttament lill-pazjent.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA - LAQGĦAT", "34542.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat saru s'issa bejn il-fondazzjoni għall- iskejjel t'għada u l-kunsill lokali ta' Pembroke biex jiddiskutu bini adekwat għal edukazzjoni primarja għat-tfal tal-komunita`?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma nħassitx ħtieġa li jsiru laqgħat f'dan l-istadju bejn il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada u l-kunsill lokali ta' Pembroke.", "Bħalissa qed isir xogħol biex jiġi determinat is-sit li fuqu se ssir l-iskola l-ġdida.", "SKOLA SIR ADRIAN DINGLI - XOGĦLIJIET", "34543.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm ippjanat li se jsir fil-bini ċentrali ta' l-iskola Sir Adrian Dingli sa Ottubru li ġej?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li huwa ppjanat li l-ewwel sular tal-bini ċentrali (is-central core) ta' l-iskola Sir Adrian Dingli ikun lest għall- użu ta' l-istess skola sa Ottubru ta' din is-sena.", "SLIEMA - SKOLA PRIMARJA - XOGĦLIJIET", "34544.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm ippjanat li jsir fil-bini ta' l- iskola primarja ta' Sliema sa Ottubru li ġej?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hu ppjanat li sa Ottubru li ġej isir xogħol ta' riabilitazzjoni tal-blokka tat-toilets ta' l-iskola primarja ta' tas-Sliema.", "SUPERVISOR - BOARDED OUT", "34546.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna fi grad ta' supervisor (mad-diviżjoni ta' l- ambjent) li ġie boarded out minħabba mard għal perIjodu ta' tliet snin jistax jerġa' jidħol lura għax-xogħol ladarba jiġi ċertifikat li hu tajjeb biex jerġa' jibda' jaħdem?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li mpjegat pubbliku li jiġi rtirat minn bord mediku jista' jerġa' jidħol lura għax-xogħol ladarba jiġi ċċertifikat li hu tajjeb biex jerġa' jibda jaħdem, bil-kundizzjoni li:", "1. jipproduċi ċertifikat minn speċjalista mediku, li jgħid li fieq mill- kundizzjoni li kien ibati minnha u li għalhekk hu tajjeb għax-xogħol; 2. il-kap tad-dipartiment fejn kien jaħdem l-impjegat irid jiċċertifika li għandu bżonn is-servizzi ta' dan l-impjegat u jirrikmanda li jerġa' jidħol lura għax-xogħol;", "3. l-impjegat irid ikun għadu taħt il-50 sena;", "4. l-impjegat jiġi eżaminat mill-bord mediku tal-gvern u jkun iċċertifikat li hu tajjeb għax-xogħol;", "5. fil-każ li jkun ibbenefika minn xi pensjoni, irid jintrabat li jħallas 6% fis-sena fuq is-somma li jkun ħa, jekk ikun ħa pensjoni u somma.", "6. impjegati li jidħlu lura fis-servizz jitpoġġew fl-aħħar tal-lista ta' l-anzjanita` fil-grad tagħhom; u", "7. l-impjegat jidħol lura għax-xogħol biss fuq ir-rakkmmandazzjoni tal- kummissjoni għas-servizz pubbliku.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA", "34547.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 34367, jista' – 'il hinn minn kull suppożizzjoni żbaljata - ipoġġi kopja tad-dokumenti mitluba fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn xi nżid għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 34367 f'seduta 763.", "DETOX CENTRE", "34548.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' dawk il-persuni li attendew id-detox centre Bejn Jannar u Mejju 2002?", "X'etajiet għandhom dawk li attendew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - DROGA", "34549.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' żgħażagħ li nqabdu jabbużaw mid- droga bejn Jannar u Mejju 2002?", "Kemm minnhom kienu bejn is-16 u t-30 sena?", "Kemm minnhom kineu rġiel u kemm kienu nisa?", "Kemm minnhom kienu tfal taħt 16-il sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn Jannar u Mejju 2002, inqabdu 46 mara u 209 irġiel ta' bejn is-16 u t-30 sena jabbużaw mid-droga.", "Infurmat ukoll li inqabdu ukoll ħamest ibniet u tifel wieħed li l-eta` tagħhom kienet taħt is-16-il sena.", "MOBILE KIOSKS - APPLIKAZZJONIJIET", "34550.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34306 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar l-applikazzjoni għall-liċenzji għat-temporary mobile kiosks fil-festi?", "Jivverifika li skond l-aħħar regolamenti maħruġa mill-gvern hemm min kellu l-ġust u se jibqa' jiġi allokat is-sit li kien jokkupa?", "Jaf kif u minn min jiġi stabbilit li trabba l-ġust fuq sit partikolari?", "Jaf li minkejja dawn ir-regolamenti, diversi kunsilli lokali qegħdin jagħżlu/jaċċettaw u joħorġu s-siti on a first come first served basis (skond id-data tal-applikazzjoni tagħhom)?", "Jaf li qed ikun hemm ħafna skuntentizza minħabba l-loophole tal- ġust li qed tiġi skartata fil-fatt minn dawn il-kunsilli?", "Jaħsibx li jkun aktar ġust mal-operaturi ta' dawn il-gabbani li titneħħa din il-loophole tat-trobbija tal-ġust u jkun hemm għażla bil-polza għal min ikun interessat li japplika u b'hekk ħadd ma jiġi preferut fuq ħaddieħor?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-pożizzjoni tal-gvern dwar l-applikazzjoni għal- liċenzji tal-kiosks li jarmaw fil-festi hija espressa fir-regolamenti elenkati fl-avviż legali relattiv.", "Tajjeb jingħad li din il-pożizzjoni ttieħdet wara konsultazzjoni ma' l- assoċjazzjoni bejjiegħa fil-festi u ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Barra minn hekk il-gvern ħass li għandu jirrispetta l-proċeduri adottati matul dawn l-aħħar snin mill-bejjiegħa.", "Dawk il-kunsilli lokali li jqassmu l-postijiet fuq il-bażi ta' first come, first served ikunu qed imorru kontra l-istess regolamenti.", "Barra minn hekk ikunu qed joħolqu diżgwid bla bżonn fost l-istess bejjiegħa.", "Għal dan il- għan, l-istess avviż legali jirrikkmanda li għandu jinħoloq kumitat bejn il- bejjiegħa fil-festi bil-għan li jgħin lill-kunsilli lokali fl- organizazzjoni tal-bejgħ matul il-festi.", "L-għażla tal-post permezz tal-polza tista' toħloq skuntentizza fost il- bejjiegħa nfushom.", "Ta' min iżomm f'moħħu li l-bejjiegħa għal żmien twil ilhom jirrispettaw il-postijiet ta' xulxin.", "Jiena persważ li impenn miż- żewġ naħat iwassal għal soluzzjoni li tkun ġusta ma' kulħadd.", "QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI – XIRI TA' FUEL", "34559.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm inxtara fuel (f'litri) biex tissaħħan il-pixxina nazzjonali f'Tal Qroqq?", "Kif jikkompara ma' l-ammont tas-sena li għaddiet?", "Jista' jgħid kemm sewa f'kull każ?", "Minn fejn jinxtara dan il-fuel?", "X'tip ta' fuel hu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena inxtraw 315,914 litri fuel li jiswew Lm37,594.", "Matul l-ewwel sitt xhur tas- sena li għaddiet kienu nxtraw 295,415 litri ta' fuel li kienu jiswew Lm36,927.", "Il-fuel (kerosene) jinxtara mingħand Mark Cassar.", "AQUATIC SWIMMING ASSOCIATION", "34560.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi ħlas isir mis-swimming association ta' Malta biex torganizza l-leagues differenti tal-waterpolo fil-pixxina nazzjonali?", "Kemm iħallsu kull wieħed it-timijiet tal-waterpolo li jużaw il-pixxina nazzjonali għat-taħriġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-aquatic swimming assiciation tħallas is- somma ta' Lm4,400 fis-sena li jsir f'pagament wieħed.", "Dan il-ħlas ikopri l- organizzazzjoni tal-leagues differenti tal-waterpolo, kompetizzjonijiet u organizzazzjoni ta' swimming meetings u attivitajiet oħra, kemm lokali kif ukoll internazzjoniali, kif ukoll l-użu tal-faċilitajiet għal sessjonijiet ta' taħriġ ta' l-għawm mit-team nazzjonali.", "Dan il-ħlas ikopri wkoll numru ta' advertising concessions.", "It-timijiet tal-waterpolo li jużaw il-pixxina nazzjonali għat-taħriġ iħallsu s-somma ta' Lm108 fix-xahar.", "Dan il-ħlas ikopri l-użu tal- faċilitajiet għal erba' sessjonijiet ta' taħriġ fil-ġimgħa.", "PIXXINA NAZZJONALI - DIVING BOARDS", "34561.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'titjib sar fil-pixxina nazzjonali fejn jirrigwarda l-użu tad-diving boards?", "Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol u kemm qam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "34562.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena skolastika 2001/2, irriżenjaw, spiċċaw bil-pensjoni u mietu għalliema li kienu jaħdmu ma' l-istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena skolastika 2001-2002 kien hemm 42 għalliem u 5 instructors li rriżenjaw, 49 għalliem u 10 instructors li spiċċaw bl-eta` ta' l-irtirar, 29 għalliem ġew boarded out filwaqt li 2 għalliema u instructor mietu fis-servizz.", "GĦALLIEMA ON SECONDMENT", "34563.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li bħalissa flok qed jgħallmu huma sekondati x'imkien ieħor?", "Jista' jgħid min huma dawn l-għalliema u ma' min qegħdin jaħdmu fil-preżent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "GĦALLIEMA/KINDERGARTEN ASSISTANTS", "34564.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali bħalissa ta' għalliema mal- gvern?", "Kemm huma rġiel u kemm nisa?", "Kemm hemm kindergarten assistants?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "34578.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb għaliex persuna li d- dettalji tagħha qegħdin jidhru separatament applikat għal għajnuna tal-wens f'Novembru 2001 talli tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha u ma tħallsitx u issa saħansitra laħaq miet missierha u hi kellha titlaq ix-xogħol qabel ma miet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu se tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.", "MEPA - APPLIKAZZJONI", "34579.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33547 magħmula fil-15 ta' Mejju 2002 fejn bi żvista r-riferenza ta' l-applikazzjoni għal notification ingħatat bħala DN0093/02 minflok DN 00983/02 li hi r-riferenza t-tajba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-każ tan-notifika DN 0983/02, il- bidliet jibdlu l-karattru u l-kuntest tal-bini.", "Għaldaqstant, il-bidliet m'humiex koperti mill-eżenzjonijiet mogħtija taħt l-ordni dwar in- notifikazzjoni ta' l-iżvilupp, u hija meħtieġa applikazzjoni sħiħa għal permess sabiex il-każ ikun jista' jitqies aktar fid-dettall skond il-merti tiegħu.", "Dan ir-rimedju huwa fil-fatt indikat \"a formal application to the Planning Authority for development permission is required\" fl-istess ittra li ntbagħtet lill-perit ta' l-applikant, u ma jirriżultax li l-applikant mhux qed jingħata xi gwida min-naħa ta' l-awtorita` dwar x'jista jagħmel.", "PULIZIJA – TKEĊĊIJA TA' TUNEŻIN", "34583.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna ta' nazzjonalita` Tuneżina li isimha qed nagħti under separate cover għandhiex visa biex tibqa' Malta?", "Wara li dan it-Tuneżin tilef żewġ kawżi kostituzzjonali u ma ngħatax il- permess biex jibqa' Malta, jista' jgħid x'passi ħadet il-pulizija biex dan it-Tuneżin jitkeċċa?", "Hija infurmata l-pulizija li dan it-Tuneżin fil-qorti stess qal li qed jaħdem bħala bennej mingħajr permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-persuna li rrIfera għaliha l- Onor. Interpellant qIegħda tingħata estensjoni tal-visa peress li għandha kawża kriminali pendenti u ma tistax tħalli Malta mingħajr il-permess tal- qorti.", "Sadanittant il-kawża kostituzzjonali li kien għamel biex jibqa' Malta ġiet deċiża kontrih anke mill-appell.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li l-pulizija qed tagħmel l-investigazzjoni meħtieġa."]} {"filename": "20010514_537d_par.doc", "date": "2001-05-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 537 It-Tnejn, 14 ta' Mejju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 537", "It-Tnejn, 14 ta' Mejju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "537", "It-Tnejn, 14 ta' Mejju, 2001", "WERREJ MINUTI 661", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 661", "TQEGĦID TA' KARTI 663", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA", "TA' RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA (IT-TIENI QARI)", "CODE OF CONDUCT FOR COMPUTERISED RESERVATION SYSTEMS BILL (SECOND READING) 664", "AĠĠORNAMENT 681", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 686", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 536 li saret fis-7 ta' Mejju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - TRIQ QALET MARKU", "24929.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformana jekk dan l-aħħar sarx xi żvilupp fi Triq Qalet Marku, Baħar iċ-Ċagħaq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-parti l-kbira tat-Triq Qalet Marku għadha ma ġietx żviluppata.", "Peress li t-triq taqleb lejn din id-direzzjoni, ma tistax tiġi asfaltata għalissa.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jippermettili l-Ministru nistaqsieh jekk waslulux ilmenti minn xi kunsilli lokali dwar xogħol li qed isir quddiem l- isptar Monte Carmeli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien ma rċevejt l-ebda lment mill-kunsilli lokali dwar xogħlijiet li qegħdin isiru f'din il-parti tat-triq, pero' hemm diversi mezzi oħrajn kif wieħed jista' jwassal il-kummenti tiegħu aktar milli l-ilmenti.", "Fil-fatt kien hemm diversi persuni li għamlu kummenti barra minn lokhom dwar dan il-proġett.", "Fost dawn kien hemm l-Onor.", "Charles Buhagiar, il-kelliem ewlieni ta' l- oppożizzjoni li beda jgħid li x-xogħol ma sarx kif suppost u li t-triq kellha ssir b'ħames lanes.", "Fil-verita', il-pjanta tax-xogħol li qed isir bħalissa hija preċiżament l-istess waħda li kienet saret fi żmien l- amministrazzjoni Laburista, iffirmata mill-Perit Vincent Cassar, b'nota ta' esproprjazzjoni ffirmata mill-Onor.", "Charles Buhagiar f'Marzu ta' l-1997.", "Naturalment dan huwa eżempju ta' kif ċerti affarijiet tgħid li huma tajbin għax tkun se tagħmilhom int, filwaqt li jekk jagħmilhom ħaddieħor tgħid li huma ħżiena!", "Dan il-proġett fih innifsu se jwassal biex ikollna management aħjar tat-traffiku u konvint li b'hekk se nevitaw numru ta' inċidenti u anke ta' mwiet.", "Il-bidu ta' din it-triq, fejn hemm il-lights, hija two-lane, u peress li hemm biċċa minnha li hija dejqa iżda mbagħad titwessa' u terġa' tidjieq, faċli li jkollok inċidenti tat-traffiku.", "Barra minn hekk il-karozzi li jkunu deħlin jew ħerġin minn Mount Carmel ikunu esposti għal daqqiet minn karozzi oħrajn li jkunu għaddejjin minn hemmhekk.", "Issa dan kollu se jiġi evitat u din it-triq m'hijiex se tibqa' aktar fil-lista ta' toroq li kienu qed jikkawżaw numru ta' problemi u inċidenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Allura nista' neħodha li saru l-istudji biex jiġi assigurat li hemmhekk ma jkollniex aktar imblukkar u staġnar ta' traffiku?", "Qed ngħid hekk għax lili wasluli lmenti li din it-triq saret tant dejqa li meta jkun hemm bżonn li tgħaddi xi ambulanza, din ikollha tistenna wara dudu twil ta' karozzi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, wieħed mill-prinċipji fundamentali fil- kontroll tat-traffiku huwa li tassigura li jkollok an even flow b'ritmu ta' sewqan li jkun konsistenti, mingħajr il-probabbilta' li jekk taqla' karozza oħra għandek ir-riskju li titfarrak.", "Wieħed għandu jirrealizza x'inhuma l- probabbiltajiet għal dawn it-tip ta' inċidenti.", "F'din it-triq partikolari m'hemm imkien distanzi li jeċċedu l-mitt metru fejn ma tistax tiġbed fil- ġenb f'każ li tkun trid tgħaddi karozza oħra.", "Għandna diversi toroq li għandhom l-istess wisa', anzi huma ferm itwal, u b'mod partikolari nirriferi għall-bridges li hemm ħdejn il-mina tar-Regional Road kif ukoll ħdejn il-mina ta' Santa Venera, fejn għandek l-istess flow ta' traffiku.", "(Interruzzjonijiet) Il-verita' hi li t-toroq qatt ma kien imisshom inbnew, bil-mod li nbnew u l-poplu jrid jifhem li llum ix-xogħol fuq dawn it-toroq qed isir b'mod tajjeb u prattikament qed jerġgħu jibnew mill-bidunett.", "Madanakollu nifhem għala f'dawn l-aħħar ġimgħat saru attakki fuq it-triq ta' quddiem Mount Carmel kif ukoll fuq toroq oħra fejn saru interventi mill- kuntratturi mqabbda mid-dipartiment tat-toroq.", "M'għandix dubju li l- pożizzjoni ta' diversi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni hi li jippruvaw idaħħlu sens ta' skreditar f'moħħ dawk li forsi għax m'għandhomx il- paċenzja, jgħidu li dak li qed isir minn dan il-gvern qed isir ħażin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li għalkemm dan il-ftaħir kollu, ħafna toroq qed jinfetħu bla permess, bħalma ġara fil-Mosta Technopark?", "Ma jidhirlux li anke x-xogħol li sar f'Mountbatten Street, fil- Hamrun, imur kontra l-highway code, għalkemm dan sar mill-kunsill lokali stess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, donnhom l-affarijiet jintnesew!", "Jien niftakar meta kienu jsiru interventi bla permess f'ċerti toroq ta' Buġibba.", "Fil-fatt wara l-elezzjoni ta' l-1998, l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet ħarġet xi seba' enforcement notices fuq xogħlijiet li kienu saru qabel l- elezzjoni.", "Jien insostni li meta tiġi biex tiftaħ triq li tkun tagħmel parti mill- iskema tal-bini, bħal dik tal-Mosta, m'għandekx għalfejn titlob il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ladarba tkun saret l-applikazzjoni tal-GDO.", "Fil-fat dawn il-permessi għal din it-triq ħarġu.", "Jien konvint ukoll li x-xogħol li sar fit-triq ħdejn Mountbatten Street, li issa saret one-way, qed jgħin biex il-flow tat-traffiku jkun ferm aħjar minn qatt qabel.", "Fil-fatt għalkemm id-distanzi forsi twalu, kulħadd jista' jara li t-traffiku jibqa' għaddej bla problemi.", "Sinċerament ma nafx liema parti tal-highway code qed tinkiser!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Ma nafx kif għadu ma semmiex il-Ministru li dak ix- xogħol kollu li sar f'Mountbatten Street huwa bla permess!", "Anke hemm ħarġet enforcement notice u m'hu veru xejn li l-affarijiet saru kif suppost.", "Inutli li joqħod jakkuża lil ħaddieħor li kien jagħmel il-ħażin jekk issa qed jagħmel il-ħażin hu!.", "Jista' l-Ministru jgħidilna min hu l- perit li qed jagħmel it-Technopark tal-Mosta?", "Dan perit privat jew qiegħed mad-dipartiment tat-toroq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'iniex ċert min hu l-perit li qed jagħmel dan ix-xogħol, pero' tajjeb li nfakkar li x-xogħol fit-triq li taqbad minn ħdejn il-bridge tal-Mosta u twasslek għal ħdejn it-Technopark sar permezz ta' tender, bħalma sar ix-xogħol fuq it-triq bejn is-Salini u San Pawl tat- Tarġa, u anke fuq it-triq bejn Burmarrad u l-Mosta.", "Il-kondizzjoni ta' din it-tender partikolari kienet titlob illi l-kuntrattur li jieħu x-xogħol irid ikollu l-periti tiegħu, li jiddisinjaw u jkunu responsabbli huma għal dik it-triq.", "Dawn huma tenders pubbliċi li ħarġu kważi sena ilu.", "Il-kuntrattur li ħa t-tender biex isiru t-toroq bejn Burmarrad u l-Mosta u bejn is-Salini u San Pawl tat-Tarġa huwa Penza Construction, filwaqt li l- kuntrattur li ħa x-xogħol tal-Mosta huwa C &V Construction.", "Kif diġa' għedt, dawn għandhom il-periti tagħhom li huma responsabbli għad-disinn u l- kordinazzjoni tax-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Il-Ministru huwa informat dwar is-sitwazzjoni tat- toroq li jinsab imdawwar bihom il-ġnien tal-Buskett?", "Jien informat li dawn it-toroq fihom ħofor kbar u l-anzjani li jmorru hemmhekk għall-kwiet qed jispiċċaw iweġġgħu, bil-konsegwenza li mbagħad ikollhom imorru jew fiċ- ċentru tas-saħħa tal-Mosta jew l-isptar San Luqa, peress li ċ-ċentru tas- saħħa tar-Rabat qed ikun magħluq.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Farrugia jaf tajjeb li t-toroq ġewwa l-Buskett ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tad-dipartiment tat-toroq.", "Jekk dawn qegħdin fl-istat diżastruż li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant - għax jien ili ftit ma mmur hemm - jistgħu faċilment jissewwew mid-dipartiment responsabbli għall-amministrazzjoni tal-ġnien.", "Pero' dan iwassalni biex ngħaddi kumment ieħor, Sur President.", "F'dan il-pajjiż qbadna ritmu u malajr nistgħu nifhmu fuq liema binarju qegħdin naħdmu f'ċerti postijiet.", "Fejn ikun hemm problema, b'mod partikolari fil-qasam tat-toroq ta' l-irħula, insibu sitwazzjoni fejn meta n-nies tirrikorri għand il-kunsill lokali, jgħidulhom li r-responsabbilta' mhijiex tal-kunsill imma tal-gvern ċentrali.", "Imbagħad għandna wkoll sitwazzjoni oħra li rrepetiet ruħha diversi drabi matul dawn l-aħħar xhur, fejn il-gvern ċentrali jkun għamel xogħol ta' investiment ta' mijiet ta' eluf ta' liri f'diversi lokalitajiet u l-kunsilli lokali jipprovaw jagħtu l- impressjoni li dak ix-xogħol ikun qed isir minnhom, anke jekk huma ma jkunu għamlu assolutament xejn.", "Għandna diversi eżempji ta' sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Forsi f'dan l-istadju m'hemmx bżonn li nsemmihom imma ma niddejjaqx insemmihom aktar 'il quddiem jekk ikun hemm bżonn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 121 ta' l-2001 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' artikli 8 sa 14 tat-taqsima III ta' l-Att ta' l-2000 dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol; u", "f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd ta' nisa mpjegati fis-servizz pubbliku, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25197;", "Tabella li turi liema uffiċjali pubbliċi rċevew ħlas jew xi benefiċċju ieħor għal xi ħatra jew nomina oħra waqt li kienu fuq performance agreement, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25597.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 123 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 li jemendaw regolamenti dwar l-ikklampjar u t-tneħħija ta' oġġetti ta' ngombru fir- regolament tat-traffiku; u", "Tabella li turi liema għases tal-pulizija huma miftuħa l-ħin kollu, dawk miftuħa skond l-esiġenza u dawk li ma jinfteħux, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25196; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "K.L.B.L. 28/9/2001 - bye-laws ta' l-2001 dwar skips (Iklin).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 120 ta' l-2001 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l- Att dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar riżenji minn fost il-korp akkademiku fl-universita' bejn l-1995 u l-2001, kif ukoll tagħrif dwar l-għadd ta' mpjegati akkademiċi fl-universita' matul is-sena akkademika 2000/2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25633; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 122 ta' l-2001 - ordni ta' l-2001 dwar ħelsien minn taxxa doppja (taxxa fuq l-income) (Repubblika ta' l-Albanija); u", "Annual financial statements għas-sena 2000 maħruġa mit-teżor skond l- Att ta' l-1962 dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Lista ta' Maltin impjegati ma' l-uffiċċju tal-kummissjoni għolja ta' Malta f'Londra, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25142.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA TA' RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA", "CODE OF CONDUCT FOR COMPUTERISED RESERVATION SYSTEMS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Mejju 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea huwa in possession.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, qabel ma nkompli minn fejn ħallejt nhar it-Tnejn li għaddew nixtieq ngħid żewġ kelmiet fuq il-mibki Joe Cassar, l-ex-sindku taż-Żurrieq, li kif nafu l-funeral tiegħu sar nhar is-Sibt li għadda.", "Fil-fatt minkejja li ma kellniex l-istess opinjonijiet politiċi, irrid ngħid li matul id-diversi laqgħat li kelli miegħu fis-snin li għaddew huwa dejjem wera dedikazzjoni kbira fix-xogħol tiegħu u pprova jaqdi d-doveri tiegħu lejn iż-Żurrieq bl- aħjar mod.", "Mr Speaker, kif kont qed ngħid fl-aħħar diskors li għamilt dwar dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, wieħed jista' jqis lil dan l-abbozz ta' liġi bħala żvilupp fuq dak li diġa' ġara matul ix-xhur u s-snin li għaddew.", "L-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jdaħħal kodiċi ta' kondotta għas-sistema tar-riżervazzjoni kompjuterizzata.", "Dan biex jittejjeb is-servizz li jingħata min ikun qed jagħmel xi booking biex jivvjaġġa, kemm permezz ta' l-ajruplan kif ukoll permezz tal-ferrovija.", "Għalkemm f'pajjiżna m'għandniex is-servizz ta' ferrovija, nafu li hemm diversi nies li filwaqt li jsiefru f'xi pajjiż ieħor permezz ta' l- ajruplan, meta jaslu f'dak il-pajjiż ikunu jridu jaqbdu mal-ewwel is- servizz tal-ferrovija u allura hawnhekk qed inkopru dan is-servizz ukoll.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li bażikament il-kodiċi ta' kondotta li qed nitkellmu fuqu llum u li joħroġ mir-riżoluzzjonijiet li saru mill-ECAC fil-każ tar-reġjun Ewropej u mill-ICAO fil-każ tar-regolamenti internazzjonali huwa magħmul minn regolamenti li jidderieġu d-diversi linji ta' l-ajru li għandna madwar id-dinja.", "Fil-fatt dawn ir-regolamenti jservu bħala gwida biex il-passiġġieri jingħataw l-aħjar servizz possibbli, u permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se jibdew jiġu applikati f'Malta wkoll.", "Huwa importanti ħafna li l-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili ta' Malta jkun in line ma' l-avjazzjoni ċivili ta' pajjiżi oħrajn għax għalkemm ftit li xejn nitkellmu dwar dan il-qasam, nafu l-konsegwenzi koroh li jista' jkun hemm meta ajruplan jiġrilu xi inċident.", "Huwa importanti wkoll li kemm il- passiġġieri kif ukoll dawk li jkunu qed jipprovdu s-servizz ikunu jafu x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom.", "Matul dawn l-aħħar tliet snin saru diversi żviluppi fid-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili.", "Ovvjament dawn l-iżviluppi ma sarux mil-lum għal għada imma saru permezz tad-diversi ħidmiet li twettqu matul dawn l-aħħar snin.", "Ikun tajjeb jekk ngħid li filwaqt li d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili ta' pajjiżna sar membru tal- joint aviation authorities sentejn ilu, dan id- dipartiment aġġorna s-sistemi ta' sigurta` ta' pajjiżna permezz ta' l- federal aviation administration f'Ottubru ta' l-1999.", "Id-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili ried jistabilixxi lilu nnifsu fir-rwol ta' regolatur u mhux iktar fir-rwol ta' operatur, u fil-fatt iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar beda jdaħħal regoli ġodda ħalli b'hekk jiggarantixxi li d-drittijiet u l-obbligi internazzjonali li jeżistu f'dan il-qasam ikunu applikabbli wkoll għall-konsumatur li juża l-linji ta' l-ajru Maltin.", "Mr Speaker, ħafna mid-definizzjonijiet li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huma ta' natura teknika u għalhekk biex tifhimhom, trid tagħmel ċerta analisi.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi l-konsumatur se jkun iktar protett u se jkun stabilit x'tip ta' informazzjoni tista' tinżamm fuq il-persuna li tkun qed tagħmel ir-riżervazzjoni tagħha u għal kemm żmien dik l-informazzjoni tista' tinżamm.", "Se jitwaqqaf ukoll bord apposta biex jiġi assigurat li kulħadd ikun qed josserva r-regolamenti u l- kondizzjonijiet li joħorġu minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Dak li kelli xi ngħid fuq dan l-abbozz ta' liġi naħseb li għedtu, Sur President.", "Issa se nisma' x'għandhom xi jgħidu l-membri ta' l-oppożizzjoni u mbagħad ngħaddi xi kummenti oħra iktar tard.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq ningħaqad mal- kollega tiegħi u nuri s-sobgħa tiegħi għall-mewt ta' l-ex-sindku taż- Żurrieq.", "Nista' ngħid li Joe Cassar kien ħabib personali tiegħi u, kif qal il-ministru, ix-xogħol li kien jidħol għalih kien jagħmlu minn qalbu.", "Biżżejjed ngħid li meta l-fabbrika ta' l-Interprint kienet għaddejja minn ħafna inkwiet fi żmien li kont ministru jien - dak iż-żmien kienet iġġib l- isem ta' St Paul's Press - Joe Cassar kien ħadem senza interessi biex tejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ta' din il-fabbrika.", "Barra minn hekk huwa ħadem ħafna wkoll għaż-Żrieraq u x-xogħol li għamel dejjem għamlu bl-iktar mod sinċier.", "Fuq ix-xogħol dejjem kien bniedem eżemplari, u meta xi ħadd min sħabu kellu bżonn xi għajnuna, kien dejjem lest li jagħtihielu.", "Għalhekk minn hawn nixtieq insellimlu filwaqt li nagħti l-kondoljanzi lill-familjari kollha tiegħu.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem dwar l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "L-oppożizzjoni Laburista taqbel ma' ħafna affarijiet li fih dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, u jien naqbel li kien hemm bżonn abbozz ta' liġi bħal dan għax, kif qal tajjeb il-ministru, normalment ma tantx nitkellmu fuq dan il-qasam.", "Fil-fatt ħafna drabi wieħed imur jaqta' l- biljetti ta' l-ajru jew tal-ferrovija u ftit li xejn jgħaddilu minn moħħu jekk jafx x'inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħu bħala passiġġier.", "Per eżempju, minkejja li ħafna drabi fuq ir-reklami li jiġu ppubblikati fil- gazzetti u fuq it-television jgħidulek li għandek kollox covered, imbagħad meta tiġi biex tuża dawk is-servizzi li tkun ħallast għalihom issib li dan ma jkun minnu xejn u jkollok terġa' ddaħħal idejk fil-but biex tieħu s- servizzi li suppost ikunu diġa' covered.", "Meta nsiefer - jien inħobb nivvjaġġa ħafna bit-train - nibqa' mistagħġeb bid-differenza li jkun hemm bejn dak li jkunu qaluli li se nsib l-aġenti ta' l-ivvjaġġar u bejn dak li nsib verament.", "Għalhekk huwa tajjeb li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, il-passiġġier se jkollu dritt ifittex lil dak l-aġent ta' l-ivvjaġġar li jkun qarraq bih.", "Madanakollu meta naslu fl-istadju ta' kumitat, nixtieq li nagħlqu t-toqob li għad fadal f'dan l-abbozz ta' liġi għax inkella jkun kollu għalxejn li noqogħdu niddiskutu u nressqu abbozzi ta' liġi hawnhekk.", "Kif jaf il-kollega tiegħi, biex ġejna in line mal-JAA u ma' l-FAA kellna ngħaddu minn ħafna martirju għax is-sistema Amerikana hija differenti ħafna mis-sistema Ewropea, għax fis-sistema Amerikana għandek ċerti obbligi li fis-sistema Ewropea m'għandekx.", "Kif għedt diġa', aħna bħala oppożizzjoni naqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi u lesti li nivvotaw favur tiegħu, pero` jekk, per eżempju, jien insiefer ma' linja ta' l-ajru barranija u ma ningħatax is-servizz li kont ġejt imwiegħed li se jingħatali, lil min se nfittex?", "Lill-aġent Malti li nkun intrabatt miegħu u li jkun wegħidni dan kollu, jew lil-linja ta' l-ajru li nkun sifirt magħha?", "Jien jiddispjaċini meta nsiefer ma' linja ta' l-ajru barranija u nsib li minkejja li l-airline tkun qed tirrappreżenta l-linja ta' l-ajru Maltija, ma jkun hemm l-ebda rappreżentant li jaf jitkellem bil-Malti.", "Irridu nifhmu li mhux kulħadd jaf jitkellem bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.", "Naf li hawnhekk ħriġt barra mis-suġġett, pero` naħseb li anke l-membri tan-naħa l-oħra ġieli ngħataw servizz pastaż minn xi linja ta' l-ajru partikolari.", "Jekk meta nsiefer ma' linja ta' l-ajru barranija suppost li hemmhekk għandi nsib rappreżentant ta' din il-linja li jaf jitkellem bil-Malti, nippretendi li dan għandu jkun hemm ħalli jekk jinqala' xi ħaġa, almenu nsib lilu u mhux insib lil xi air hostess li ħlief bil-Ġermaniż jew bil-Franċiż ma tkunx taf titkellem.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u ngħid xi ħaġa dwar il-package tours.", "Fil-fatt illum il-package tours saru popolari ħafna, pero` minkejja li l-konsumatur qed jiġi mwiegħed ħafna affarijiet sbieħ, fil-verita` meta jsiefer ħafna drabi m'hu qed isib xejn minn dan kollu.", "Għalhekk huwa importanti li l-konsumatur ikun jaf xi drittijiet għandu f'każijiet bħal dawn.", "Ta' min jgħid li llum il-JAA u l-FAA qed jesiġu li bejn seat u ieħor ikun hemm ċerta wisa', għax sabu li wħud min-nies jagħtihom attakk f'qalbhom fuq l-ajruplan proprju minħabba li jagħmlu numru ta' sigħat ma jiċċaqilqux minn fejn ikunu.", "Fil-fatt dan il-punt tqajjem ukoll f'waħda mil-laqgħat tal-Kunsill ta' l-Ewropa u ntqal li f'ajruplan in- nies m'għandhomx ikunu qishom sardin għax dan jista' jkun ta' periklu għal saħħithom.", "Pero` l-kumpanniji ta' l-ajru qed jgħidu li jekk se jkollhom jipprovdu iktar spazju fuq l-ajruplani, se jkollhom jgħollu l-prezzijiet.", "Kif għedt diġa', iktar ma jgħaddi ż-żmien il-package tours iktar qed isiru popolari, pero` wieħed irid iżomm f'moħħu li meta jsiefer għal vaganza m'huwiex se juża biss l-ajruplan jew it-train biex jivvjaġġa minn post għall-ieħor imma se juża wkoll is-servizz tal-coaches.", "Allura jien nistaqsi: Il-konsumatur kif qed jiġi protett meta juża s-servizz tal- coaches?", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex qed isir biss biex jipproteġi lill-Maltin li jużaw il-mezzi tat-trasport biex iżuru pajjiżi oħra imma qed isir ukoll biex jipproteġi lil dawk it-turisti li jagħmlu użu mill-mezzi tat-trasport biex iżuru pajjiżna.", "Imma jien nistaqsi wkoll: Jekk turist li jżur pajjiżna jkollu xi lmenti fuq is-servizz tat-trasport li jkun ingħata, dan għand min irid imur biex jagħmel l-ilmenti tiegħu?", "Kif se jiġi protett it-turist?", "U jien, bħala turist Malti li nuża l-mezzi ta' l- ajru u mezzi ta' trasport oħrajn biex inżur pajjiżi oħra, lil min se nsib biex jipproteġini?", "Ikolli noqgħod nidħol il-qorti?", "Illum kulħadd jaf kemm għolew it-tariffi tal-qorti, u dan biex ma nsemmix ukoll il-hassle li wieħed ikollu jgħaddi minnu meta jiftaħ xi kawża l-qorti.", "Diġa' għedt li dan l-abbozz ta' liġi huwa tajjeb u li aħna bħala oppożizzjoni naqblu miegħu, pero` wieħed ma jistax joqgħod jiġri bil-liġi f'idu meta juża l- mezzi ta' l-ajru biex jivvjaġġa ħalli jara xi drittijiet u x'obbligi għandu.", "Għalhekk ejjew ma noqogħdux nidħku bin-nies.", "Jien smajt lill-ministru b'attenzjoni, u smajtu jgħid li minn issa 'l quddiem min juża l-mezzi ta' l-ajru u ma jeħux is-servizz li jkun ġie mwiegħed se jkun protett, pero` l-aġent ta' l-ivvjaġġar se jkun responsabbli verament għal dawn il-każi?", "U min jivvjaġġa bil-mezzi ta' l- ajru biss se jkun protett?", "Malta hija gżira u wieħed jista' jivvjaġġa bil- baħar.", "U jekk, kif għedt iktar kmieni fid-diskors tiegħi, meta nsiefer barra minn Malta u nuża s-servizz tal-ferrovija ningħata servizz totalment differenti minn dak is-servizz li nkun ġejt imwiegħed, la niġi lura Malta għand min se nirrikorri biex nibda proċeduri legali?", "Għand il-bord?", "Għand id-direttur?", "Għand iċ-chairman?", "Għand min?", "Ħalli nieħu s-servizz tal- karozzi tal-linja.", "Il-liġi tagħti diversi drittijiet lill-passiġġiera tal-karozzi tal-linja, pero` ħafna drabi meta wieħed jiftakar li biex wieħed jiġġieled għal dawn id-drittijiet ikun irid iqabbad avukat, isib ix-xhieda u jaħli ġranet sħaħ il-qorti, jaqta' qalbu u jibqa' ma jeħux dak li hu tiegħu.", "Issa llum qed nitkellmu fuq mezzi ta' trasport li jinvolvu spejjeż u riskji ħafna ikbar minn dawk tal-karozzi tal-linja, jiġifieri iktar u iktar jikber il-bżonn li l-passiġġier ikun protett verament.", "Fuq il-karta jinkitbu ħafna affarijiet sbieħ, pero` fil-prattika kemm verament se jkun protett il-passiġġier?", "Kif qal il-ministru, rari jsiru diskussjonijiet fuq is-servizz ta' l-ajru li jingħata l-passiġġier għax sfortunatament dan huwa servizz li neħduh for granted, bil-konsegwenza li kulħadd iħalli kollox għaddej għax lanqas biss ikun jaf xi drittijiet u x'obbligi għandu hu u jkun qed jivvjaġġa.", "Illum hawn ħafna Maltin u Għawdxin li jsiefru, u għalhekk jeħtieġ li ssir propaganda qawwija biex dawn ikunu jafu xi drittijiet u x'obbligi għandhom.", "Per eżempju, huwa veru li l-package tours li qed jiġu organizzati llum huma rħas, pero` ħafna drabi meta mbagħad tara s-servizz li jingħata tispiċċa biex tiddiżappunta ruħek.", "Fl-Ingilterra, għax lill-commuters jedukawhom tajjeb, jekk l-aġent iwiegħdek li l-lukanda li jkun se jibagħtek fiha tkun ta' ċertu standard u mbagħad tmur hemmhekk u ssib li dik il-lukanda ma tkunx ta' dak l-istandard li tkun ġejt imwiegħed bih, inti jkollok dritt tfittex lil dan l-aġent ta' l-ivvjaġġar biex jagħtik il-flus lura.", "Illum barra minn Malta dieħla ħafna wkoll it-trend li l-commuters jiġu mgħallma li hekk kif inti tibbukkja u tagħmel iċ-check-in, mhux inti tibqa' responsabbli tiegħek innifsek imma l-linja ta' l-ajru tidħol responsabbli għalik.", "U mela jkun hemm xi delay jew strike u nispiċċaw inħallu lin-nies fl-ajruport għal ġurnata sħiħa!", "Darba jien inqbadt fl-ajruport ta' Brussels.", "Veru li l-linja ta' l-ajru ma kenitx taħti għal dan id-delay li kellna, pero` lanqas kont naħti jien.", "Fil-fatt dakinhar kienet qamet tempesta u għalhekk l-ajruplan kellu jittardja tant li filwaqt li kellu jitlaq fid-9.00 p.m. - u dakinhar jien kont stħajt għax l-ajruplan kien ta' l-ajru nazzjonali tagħna, jiġifieri ta' l-Air Malta – ma tfaċċax qabel l- 4.00 a.m. Ara per eżempju f'dak il-każ, minkejja d-drittijiet li suppost kellhom dawn il-commuters u minkejja li suppost illi l-linja ta' l-ajru kellha tieħu ħsiebhom, ma ħadet ħsiebhom xejn.", "Biżżejjed ngħid li matul dak il-ħin kollu, il-commuters lanqas tazza kafe` ma ġew offruti mil-linja nazzjonali tagħna, u dawn kellhom imorru jixtru x'jieklu u x'jixorbu minn buthom biex jitrejqu.", "Dan minkejja li skond il-liġi, jekk id-delay jaqbeż ċertu ħin, il-linja ta' l-ajru li tkun involuta suppost tkun hi responsabbli għall-commuters.", "Każ bħal dan xejn ma jagħmel unur lil-linja nazzjonali tagħna, iktar u iktar meta l-Air Malta hija magħrufa li għandha customer care tajjeb.", "Meta l-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna tkun qed tiġi mmexxija mill- Maltin, kulħadd ifaħħarha, pero` jiddispjaċini ngħid li s-servizz li jingħata mir-rappreżentanti barranin ta' din il-kumpannija xejn ma jkun up to standard.", "Għalkemm illum il-prezzijiet ta' l-ajru għolew, is-servizz niżel ma' l-art, u hawn m'iniex qed nirriferi għall-Air Malta biss imma għal diversi linji ta' l-ajru oħra.", "Il-ministru qal li barra minn Malta hemm xi liġi li ilha teżisti u li ilha tintuża f'dan il-qasam, pero` jiddispjaċini ngħid li jekk aħna se nużaw din il-liġi bl-istess mod kif qed tintuża barra minn Malta, lanqas ħaqq noqogħdu naħlu l-karti u l-ħin niddiskutuha hawnhekk!", "Illum għalkemm min jagħżel is-servizzi ta' l-ajru bħala l-mezz ta' l-ivvjaġġar tiegħu jkun qed jiffranka l-ħin, it-trains li hawn ġo l-Ewropa qed jieħdu post is-servizzi ta' l-ajru għax it-trains għandhom servizz ħafna aħjar, kemm f'dik li hi puntwalita` kif ukoll f'affarijiet oħra.", "Huwa veru li, per eżempju, filwaqt li jekk tivvjaġġa bl- ajru biex tmur minn Ruma għal Milan għandek siegħa, jekk tivvjaġġa bil- eurotrain, li hija express train, għandek l-isbaħ sagħtejn u nofs jew tliet sigħat, imma f'din it-train għandek ħafna iktar kumdita` milli kieku tkun qed tivvjaġġa bl-ajru.", "Sfortunatament illum dawk li jużaw il-mezzi ta' l- ajru spiċċaw f'sitwazzjoni fejn jekk jinqabdu fi strajk ta' l-ajru, ħadd ma jidħol responsabbli tagħhom, qisu ma ġara xejn.", "Imbagħad xi ngħidu għal meta taqta' biljett ta' l-ajru biex titlaq il- Ġimgħa u ssib li dan il-vjaġġ ikun ġie fully booked mingħajr ħadd ma jkun jaf kif ġara dan?", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlu unur lill-ebda linja ta' l-ajru, u nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet, jekk il-liġijiet ma jiġux inforzati ...", "U issa qed ngħidu li biex il-liġijiet jiġu inforzati, wieħed irid imur il-qorti.", "Mela sew!", "Jien, per eżempju, inkun qtajt biljett ta' l-ajru ta' Lm200 u mbagħad biex nieħu d-drittijiet tiegħi, minbarra li nagħmel xi sentejn tiela' u nieżel il-qorti, ikolli nonfoq xi Lm500 oħra.", "F'dan il-każ jien xi drittijiet inkun ingħatajt?", "Jien nemmen li jekk inkun ingħatajt xi drittijiet, għandi nieħu d-drittijiet tiegħi dak il-ħin għax inkella l-liġi tkun saret għalxejn.", "Billi noqogħdu nikkwotaw il-liġijiet ta' l-FAA u tal-JAA u ngħidu li dawn il-liġijiet qed jagħmluhom kullimkien, m'aħna se naslu mkien.", "Is- Singapore Airways la ssegwi l-liġi Ewropea u lanqas il-liġi Amerikana f'dan il-qasam, pero` s-servizz li tagħti din il- linja ta' l-ajru huwa tajjeb immens u ftit huma dawk il-linji ta' l-ajru li joffru dan it-tip ta' servizz.", "Linja nazzjonali ta' l-ajru jista' jkollha kollox computerised, pero` jekk ma jkollhiex serjeta`, ma jkun jgħodd xejn, u aħna għandna noqogħdu attenti li l-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna jkollha ċerta serjeta` għax jekk din il-linja tagħti servizz ħażin, din tkun tista' teffettwalna saħansitra lit-turiżmu.", "Sfortunatament qed ninnota wkoll li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna iktar qed jipproteġi l-linja ta' l-ajru milli qed jipproteġi lill- konsumatur, u dan m'huwiex sew.", "Hija xi ħaġa tajba li l-linja ta' l-ajru tiġi protetta, pero` mhux imbagħad iġġib id-drittijiet tal-konsumatur fix- xejn.", "Fuq il-biljett ta' l-ajru jkun hemm miktub għal xiex inhi responsabbli l-linja ta' l-ajru, pero` mbagħad fil-prattika ssib li din ma tkun responsabbli għalxejn għax jaqbdu jikkwotawlek il-liġi, u kif għedt diġa', il-liġi kif inhi llum iktar tipproteġi lil-linja ta' l-ajru milli tipproteġi lill-konsumatur.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-commuter jiġi safeguarded bis-serjeta` għax għalkemm il-liġi tagħti ħafna drittijiet, ħafna minnhom ikunu vagi.", "Kif staqsejt iktar kmieni, dak it-turist li jieħu package tour bil-lukanda b'kollox, kif se jiġi protett?", "Ħafna mit-turisti li jiġu hawn Malta b'package tour ma jkun responsabbli tagħhom ħadd ħlief il-gwida, u dan jagħmel reklam ħażin għal pajjiżna, speċjalment jekk dawn ikunu ġew permezz tal-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna.", "Id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili ta' pajjiżna huwa wieħed mill-aħjar dipartimenti ta' l-avjazzjoni ċivili li hawn fl-Ewropa, pero` huwa inutli li noqogħdu ngħidu x'obbligi għandha l-linja ta' l-ajru lejn il-passiġġier jekk imbagħad wieħed ikollu jagħmel xi sentejn tiela' u nieżel il-qorti, u dan biex ma nsemmux ukoll il- flus li wieħed jaħli f'tariffi tal-qorti, li kif għedt diġa', dan l-aħħar telgħu mas-sema.", "F'dan il-każ allura jkun jaqbel jekk ma nagħmlu liġi xejn u min hu l-aqwa jħawwel.", "Kif għedt diġa', jekk dan l-abbozz ta' liġi jitħaddem kif suppost inkunu qed nagħmlu pass tajjeb, pero` l-liġi rridu nagħtuha s-saħħa meħtieġa biex tkopri lil min juża kull mezz ta' trasport.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Il-Kap ta` l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, nixtieq nieħu din l-opportunita` biex nitkellem dwar suġġett li huwa kruċjali fl- ekonomija Maltija.", "Naqbel kompletament ma' dak li ntqal kemm mill-ministru li ppreżenta l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna kif ukoll minn sieħbi l- Onor. Joe Debono Grech dwar kif għandna nħarsu lejn dan l-abbozz ta' liġi mil-lat tal-konsumatur.", "Jiġifieri qed niffokaw fuq il-ħtieġa - u tajjeb li nagħmlu hekk - li iktar ma jgħaddi żmien, iktar u iktar niddefendu u nħarsu lill-konsumatur għax għalkemm isir ħafna diskors favur il- konsumatur, ħafna drabi dan jispiċċa mdendel.", "Fil-fatt l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jħares lill-konsumatur fil-qasam ta' l-ivvjaġġar.", "Il-konsumatur għandu jiġi difiż b'ħafna modi differenti u mhux billi sempliċement jiġi assigurat li s-servizz li jieħu jkun wieħed tajjeb.", "Dan minnufih ipoġġina quddiem il-kwestjoni tal-linja ta' l-ajru nazzjonali tagħna.", "Huwa tajjeb li jkollna sistemi li bihom nipproteġu u nħarsu lill-konsumatur, u kif għadu kemm qal sieħbi, l-Onor.", "Joe Debono Grech, in-naħa ta' l-oppożizzjoni taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi kompletament, pero` jkun tajjeb jekk nieħdu din l-okkażjoni biex nirriflettu fuq l-għodda ewlenija li għandu dan il-pajjiż - u hawn qed nirriferi għall-Air Malta u għas-Sea Malta, pero` dwar is-Sea Malta nitkellem f'xi ħin ieħor - biex jikkontrolla l-ivvjaġġar lejn jew minn destinazzjonjiet barranin.", "Huwa importanti li quddiem bill bħal dan nirriflettu fuq ir-rwol ta' l-Air Malta fit-tħaris tal-konsumatur.", "Sfortunatament matul dawn l-aħħar sentejn u nofs dan is-suġġett ġie mpoġġi fil-ġenb u ma rajna jsir xejn f'dan il-qasam ħlief l-istqarrijiet tal- Ministru Refalo li kollox miexi tajjeb u li iktar ma nqarrbu l-liġijiet tagħna lejn dawk ta' l-Unjoni Ewropea, l-Air Malta iktar se jkollha opportunitajiet.", "Madanakollu jidher ċar li llum l-Air Malta qed tiffaċċja sfidi u problemi kbar, liema sfidi u problemi sal-lum għadhom m'humiex qed jiġu diskussi f'dan il-pajjiż, u dan minkejja li hemm bżonn li jiġu diskussi.", "Min-naħa tal-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami, hemm linji ta' ħsieb u ta' tmexxija li lill-Air Malta qed jaqtgħulha l-art minn taħt saqajha, u naħseb li wasal iż-żmien li nibdew niddiskutu dawn il-linji ta' ħsieb u ta' tmexxija għax, kif qal tajjeb l-Onor.", "Debono Grech, faċli li nagħmlu liġijiet sbieħ fuq il-karta dwar kif se nipproteġu lill-konsumatur li jkun se jivvjaġġa.", "Huwa importanti li nħarsu lill-konsumatur imma mhux billi noqogħdu nikkopjaw b'mod għami l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea dwar kif is-servizz mogħti jrid jiġi salvagwardat b'mod tajjeb għall-konsumatur, imma billi nassiguraw li s-servizz ikun qed jiġi mogħti.", "Tul dawn l-aħħar snin, bħal ħaddieħor jien smajt ħafna stejjer dwar dan il-qasam, fosthom per eżempju, li meta wieħed jagħżel is-servizz ta' l-Air Malta jkollu jħallas iktar milli kieku jagħżel is-servizz ta' linja ta' l-ajru oħra li l- ewwel tieħdu f'pajjiż ieħor biex imbagħad finalment twasslu għad- destinazzjoni li jkun irid imur fiha.", "Irridu ninkwadraw id-diskussjoni kollha, u naħseb li huwa importanti li niddiskutu l-isfidi li għandu pajjiżna biex joħloq servizz ta' trasport effiċjenti, pero` jiddispjaċini ngħid li dan id-diskors qatt ma nisimgħu.", "Fil-fatt l-iktar l-argument li qed nisimgħu llum il-ġurnata hu li la t-tali ħaġa qed jagħmluha fi Brussels, allura għandna nagħmluha aħna wkoll.", "Skużi ta', imma dak li qed jagħmlu fi Brussels huwa affari tagħhom!", "Aħna rridu nistaqsu: L-istrutturi li bnejna matul dawn l-aħħar 30 jew 40 sena biex noħolqu futur aħjar għaż-żgħażagħ tagħna, għall-familji tagħna, għall- ħaddiema tagħna u għaċ-ċittadini tagħna kif se nħarsuhom?", "Billi nikkopjaw lil Brussels f'kollox?", "Jien nittama li dan il-gvern m'huwiex interessat f'li s-servizzi tat-trasport ta' l-ajru jsiru biss mill-barranin, jiġifieri mil-Lufthansa jew mill-Alitalia biss.", "L-għan strateġiku tagħna bħala pajjiż għandu jkun li nħarsu lill-Air Malta ħalli din tkun tista' tibqa' għaddejja.", "Illum ħafna mill-ħaddiema ta' l-Air Malta qed jiftakru f'dak li kien jintqal mill-Partit Nazzjonalista fis-snin sebgħin meta kienet se titwaqqaf din il-kumpannija, jiġifieri li l-Air Malta hija għasfur taċ- ċomb, għax illum hekk qed jittrattawha, bħal għasfur taċ-ċomb.", "Xi rrid b'dan kollu, Mr Speaker?", "Irrid ngħid li meta jiġi ppreżentat quddiemna abbozz ta' liġi bħal dan, m'għandniex naraw biss x'qed jagħmlu pajjiżi oħra imma għandna nistaqsu lilna nfusna jekk din il-kumpannija hijiex se tiffunzjona tajjeb fl- istruttura tas-servizzi infrastrutturali li bena pajjiżna biex isostni lit- turiżmu, kemm lejn Malta kif ukoll minn barra minn Malta.", "Jien xtaqt li għallinqas kellna xi forma ta' stqarrija dwar kif dak li qed nipproponu llum jinkwadra ruħu ma' l-Air Malta u ma' l-aġenziji li jaħdmu ma' l-Air Malta.", "Naf li l-ministru konċernat se jgħidli li l-Air Malta ma taqax taħtu, u minn daqshekk għandu raġun, pero` dan li qed niddiskutu jaffettwa t-traffiku turistiku lejn u barra minn Malta jew le?", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi wkoll: L-operat ta' l-Air Malta kif se jiġi affettwat minn dan l- abbozz ta' liġi?", "Jien m'iniex qed nippretendi li xi ħadd jgħidli jekk hux se jiġi affettwat negattivament jew pożittivament, pero` għandna niddiskutuhom dawn l-affarijiet u mhux kważi nagħtu l-impressjoni li l-Air Malta ma teżistix, qisha xi galloppin ieħor għaddej ma' kumpannija oħra.", "Jingħad ħafna fuq il-globalizzazzjoni, fuq l-Unjoni Ewropea u fuq dawn il- ħmerijiet kollha, pero` fuq l-organizzazzjonijiet Maltin ftit li xejn jingħad, u l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu huwa li nitkellmu dwar l- organizzazzjonijiet Maltin.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Asciak qed jgħid: Ħmerijiet!", "Iva, hija ħmerija li ndaħħlu liġijiet minn barra mingħajr ma nirriflettu fuq l-għaqdiet Maltin, u nibqa' nsostni li dan huwa żball u li din hija ħmerija.", "M'iniex qed ngħid li m'għandniex indaħħlu liġijiet barranin li huma tajbin għal pajjiżna, pero` mbagħad skużi, m'għandniex indaħħluhom b'mod kompletament maqtugħ mir- realta` Maltija.", "Irridu nispjegaw kif it-tali liġi li nkunu se ndaħħlu tkun se taffettwa, per eżempju, lill-għaqdiet Maltin u mhux inħallu lil kulħadd fid-dlam u mbagħad inħalluha taqa' d-daqqa jew jinfetħu l-bibien tal-ġenna.", "Huwa veru li dan il-qasam m'huwiex daqstant kontroversjali, pero` xorta waħda kont nistenna li f'diskussjoni bħal din kien se jiġi spjegat kif l-Air Malta daħlet fl-istorja u x'kontribut tat biex il-qasam tat-turiżmu f'pajjiżna seta' jiżviluppa.", "Nerġa' ngħid li issa nistenna li l-ministru se jgħidilna li l-Air Malta ma taqax taħtu.", "Prosit!", "Fil-fatt din hija waħda mill-problemi, li l-Air Malta la taqa' taħt il-ministru għat-trasport u komunikazzjoni u agħar minn hekk, lanqas taqa' taħt il-ministru għat-turiżmu imma taqa' taħt il- ministru għas-servizzi ekonomiċi, jekk qed nifhem tajjeb kif jaħdmu r- ramifications biżantini ta' dan il-gvern.", "Il-problema tibqa' din: F'moħħna l-binja ta' l-Air Malta matul is-snin għal xiex kienet maħsuba?", "Għalija kienet maħsuba bl-iktar mod ċar bħala għodda li biha fuq naħa waħda nkunu nistgħu nibnu u nkattru l-kuntatti tagħna ma' barra minn Malta - għax minkejja li ngħidu li qegħdin f'nofs il-Mediterran, ħafna drabi r-rabtiet tagħna mal-bqija tal-Mediterran u ta' l-Ewropa kienu mberfla sew - u iktar minn hekk biex l-Air Malta tkun il-kolonna ewlenija fit-twettiq ta' l- istrateġija turistika ta' pajjiżna.", "Il-ministru li qed iressaq dan l- abbozz ta' liġi għandu raġun jgħid li huwa m'għandux x'jaqsam mat-turiżmu u għandu x'jaqsam biss mal-ħotob li għandna fit-toroq ta' pajjiżna, liema toroq dejjem jinqalgħu u ma jissewwew qatt.", "Imma skużi, jien kont nistenna li għallinqas dan l-abbozz ta' liġi kien se jiġi nkwadrat fil-mod ta' kif l- Air Malta se tkun qed tiġi affettwata minn dan kollu, imma aħna ma smajna xejn dwar dan, u dan huwa marbut ma' l-inċertezza li hemm fuq l-Air Malta.", "Jista', jekk jogħġbu, il-gvern jispjegalna x'inhi l-intenzjoni tiegħu fuq l-Air Malta?", "Jista' l-gvern jgħidilna jekk għandux fiduċja fl-Air Malta?", "Issa nispera li ma jgħidilniex, kif iħobb jgħidilna l-Onor.", "Fenech Adami, li għandu fiduċja fil-Maltin u l-Għawdxin u mbagħad m'għandux fiduċja fid- deputati tiegħu biex jagħmilhom membri tal-kabinett, u noqogħdu nduru dawra durella.", "Jista' jekk jogħġbu l-gvern jgħidilna kif se tissarraf il-fiduċja li għandu fl-Air Malta fiż-żmien li ġej, bħal per eżempju, xi rwol u x'saħħa se jagħtiha?", "Għax minn dan kollu ma smajna xejn.", "Illum il- ministru għat-turiżmu m'huwiex preżenti f'din il-Kamra.", "Fil-fatt fil-Kamra min-naħa tal-gvern għandna lill-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor.", "Michael Bonnici, l-Onor.", "Michael Asciak u l-Onor.", "Claude Muscat, imma l-Onor.", "Michael Refalo, li huwa responsabbli mill-qasam tat-turiżmu, u l-Onor.", "Josef Bonnici m'humiex qed hawn.", "Jien nistaqsi: L-Onor.", "Michael Refalo u l- Onor. Josef Bonnici kif ma ndenjawx ruħhom jitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi?", "Għax jekk dan l-abbozz ta' liġi se jaffettwa xi qasam partikolari, dan żgur li se jaffettwa lill-Air Malta.", "Allura dan huwa l-mod kif nuru l- fiduċja tagħna fl-Air Malta; billi ninjorawha, inwarrbuha fil-ġenb u ma nagħtux kasha?", "Meta qed indaħħlu regolamenti ġodda bħal dawn, jien kont nistenna li xi ħadd kien se jispjegalna x'għajnuna se jagħtu lill-Air Malta dawn ir-regolamenti.", "Din jien stennejtha, iktar u iktar fil-kontest ta' dak li ntqal kemm-il darba, jiġifieri li l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea għall- Air Malta se tkun ta' ġid għal din il-kumpannija, għalkemm dan m'hu veru xejn.", "Il-verita` hi li l-iktar ħaġa li tista' tabilħaqq tgħin lill-Air Malta hija li din il-kumpannija tkun taqa' taħt il-ministeru għat-turiżmu - fil-fatt aħna hekk konna għamilna u hekk se nerġgħu nagħmlu wara l- elezzjoni li ġejja - u li dan il-ministeru jirrikonoxxi li l-Air Malta hija għodda importanti u essenzjali fil-promozzjoni tat-turiżmu lejn Malta.", "Minn hemm irridu nitilqu.", "Irridu nifhmu li m'hijiex se tkun il-Lufthansa li ġġib it-turisti lejn Malta.", "Dik il-linja ta' l-ajru ġġib it-turisti lejn Malta jekk tara li qed tagħmel il-profitt b'dawn il-vjaġġi, pero` finalment il-Lufthansa m'għandha l-ebda interess li ġġib lit-turisti lejn Malta jekk ma jkunx hemm suq biżżejjed li tista' tiekol minnu, u naturalment dak li qed ngħid għal-Lufthansa jgħodd ukoll għal-linji ta' l- ajru barranin l-oħra.", "Irridu nirrikonoxxu li l-pożizzjoni strateġika ta' l- Air Malta qiegħda hemm biex iġġib lit-turisti lejn Malta, u allura, jekk verament qegħdin naħdmu u naġixxu fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin, għandna nitilqu minn hemm.", "Kull ħaġa li ssir f'dan il-qasam trid tiġi maħduma mill-inqas fuq żewġ livelli, fuq kif dak li qed indaħħlu huwiex se jaffettwa r-rwol strateġiku ta' l-Air Malta - u s'issa għadni ma smajt xejn fuq din il-ħaġa - u fuq jekk il-konsumaturi Maltin u Għawdxin humiex qed jingħataw good jew bad deal.", "Naħseb li m'huwiex impossibbli jew diffiċli li nsibu bilanċ bejn dawn l-affarijiet, basta ma nipprovawx insibu bilanċ billi naraw x'qed tagħmel Brussels u nikkopjaw lil Brussels b'għajnejna magħluqa.", "Kif jista' jkun li s-soluzzjonijiet li fi Brussels instabu tajba għal-Lufthansa, għall- Air France u għall-Alitalia jkunu bilfors tajbin għall-Air Malta?", "Minn hawn ġejjin l-inċertezzi f'dan il-pajjiż.", "F'dan il-pajjiż l-inċertezzi ġejjin mill-fatt li minflok m'aħna qed nirriflettu fuq is-sitwazzjoni tagħna, fuq is-suċċessi tagħna, fuq il-problemi tagħna u fuq l-istorja tagħna u mbagħad niżviluppaw soluzzjonijiet li jgħoddu għalina filwaqt li nikkonsidraw l-esperjenzi ta' ħaddieħor, qegħdin indaħħlu liġijiet minn ta' ħaddieħor b'għajnejna magħluqa u napplikawhom qishom xi machine-gun.", "Jien naqbel li għandna ndaħħlu regolamenti ġodda, pero` almenu għandna nibbilanċjawhom u jkollna xi tip ta' spjegazzjoni fuq kif dawn se jeffettwaw lill-kumpanniji l-kbar tagħna.", "Naturalment din l-ispjegazzjoni m'għandhiex tingħata biss lil dan il- parlament imma għandha tingħata wkoll lill-ħaddiema ta' l-Air Malta, li bħalissa jinsabu inċerti għall-aħħar għax ejjew ngħiduha kif inhi, għalfejn għandna nħallu lil ħafna nies imdendla mingħajr ma nispjegawlhom eżattament x'inhu jħoss il-gvern?", "Mhux imbilli l-Onor.", "Michael Refalo - li m'għandu l- ebda responsabbilta` għall-Air Malta minkejja li suppost huwa in charge hu minn din il-kumpannija - joqgħod jgħidilna kif bid-direttiva \"A\", bid- direttiva \"B\" u bid-direttiva \"C\" kollox se jsir ward u żahar!", "Dan m'hu veru xejn u hu kollu daħk fil-wiċċ.", "Jien kont nistenna li għallinqas illum l-Onor.", "Ċensu Galea jew xi ħaddieħor kien se jieħu l-opportunita` biex jispjegalna x'inhu għaddej bħalissa u x'inhi l-istrateġija tal-gvern għal li ġej.", "Għalfejn għandna nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn il-gvern ma jagħti l- ebda informazzjoni ta' xejn u mbagħad, f'daqqa waħda, jiġri bħalma ġara lill-ħaddiema ta' l-Enemalta xi ġimgħatejn ilu meta l-ħaddiema marru biex isarrfu ċekk u ma sarrfuhulhomx biex imbagħad, wara ħafna ġlied u mbottaturi minn wara l-purtieri, iċ-cheques tal-pagi reġgħu ħarġu?", "Ikun tajjeb jekk il-ministru jispjegalna wkoll fiex wasal dak il-proġett li qed isir b'joint venture mat-Taljani u kif dan li qed niddiskutu llum se jaffettwa lil dan il-proġett.", "Kif nistgħu nipproċedu fid-dlam?", "Qed ngħid li qed nipproċedu fid-dlam għax l-informazzjoni m'hijiex qed tingħata.", "Qed ikollna ħafna stqarrijiet fl-ajru kif kollox sejjer tajjeb u mbagħad on the ground m'aħna qed insibu xejn.", "Lili tgħidx kemm iċempluli ħaddiema ta' l- Air Malta u jiġu jkellmuni biex jistaqsuni x'inhu għaddej f'din il- kumpannija u x'se jiġri minnhom.", "Jien, min-naħa tiegħi, ngħidilhom biex ma joqogħdux jinkwetaw għax il-ministri tal-gvern qed jgħidu li kollox sejjer tajjeb.", "Ħlief bi Brussels tiela' u bi Brussels nieżel ma tismax min-naħa tal-gvern, u għalhekk in-nies bilfors li jinkwetaw.", "Jien nemmen li se nimxu 'l quddiem b'abbozz ta' liġi bħal dan, pero` jkun tajjeb jekk nagħtu sfond suret in-nies tiegħu, u jkun tajjeb ukoll jekk norbtuh ma' kif dan il- qasam se jeffettwa, jew jista' jeffettwa, l-organizzazzjonijiet strateġiċi li fuqhom bnejna l-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Dan l-aħħar l-Air Malta qed titħalla tintelaq u qed ikun hemm assolutament nuqqas ta' informazzjoni dwar dak li huwa għaddej.", "Per eżempju, jien nixtieq nisma' iktar fuq dak li qed jipprepara l-gvern biex jiddefendi l- arma strateġika li għandu l-pajjiż - u hawn qed nirriferi għall-Air Malta - mhux biss għax din timpjega numru sostanzjali ta' nies imma għax il-mod kif mexjin ċerti negozjati u approaches fi Brussels dwar l-applikazzjoni tar- regoli ta' l-Unjoni Ewropea jindika - u din ngħidha bl-ikbar responsabbilta` - li qed tiġi mminata l-bażi li fuqha l-Air Malta tista' taħdem fil-futur.", "Nittama li dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex sempliċement l- ewwel rixa li twassal biex tkompli ddur ir-rota f'dan il-qasam, imma jien naħseb li jekk qed jiġi ppreżentat abbozz ta' liġi bħal dan huwa d-dover tal-gvern li jispjega xi żvilupp qed ibassar li se tagħmel l-Air Malta fiż- żmien li ġej.", "Dan il-gvern għandu record ħażin f'din il-ħaġa għar-raġuni li għadni kif spjegajt, li l-Air Malta m'hijiex qiegħda taħt il-ministeru għat-turiżmu, kif għandha tkun, imma hija sparpaljata fuq żewġ jew tliet ministeri, u ħaġa bħal din tkompli toħloq nuqqas ta' fiduċja fit-tmexxija ta' l-Air Malta.", "Jien ngħid li għandna nieħdu l-pożizzjoni li jiġri x'jiġri, organizzazzjoni ċentrali għall-iżvilupp tat-turiżmu bħall-Air Malta għandna nħarsuha f'kull ħaġa li nagħmlu, u nixtieq li anke waqt li ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi, dan il-punt jiġi stabilit.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ma nixtieqx intawwal wisq pero` l-ewwel u qabel kollox ma nistax ma nirrimarkax fuq il-kwalita` ta' lingwa wżata f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Jiddispjaċini ngħid li meta ġie ppilotat dan l- abbozz ta' liġi, xejn ma sar użu tajjeb mil-lingwa Maltija għax ġew użati ħafna kliem li ġejjin mil-lingwa Taljana meta seta' jintuża kliem Malti.", "Fl-aħħar mill-aħħar meta l-kliem użat fl-abbozz ta' liġi jkun bil-Malti, wieħed iktar jifhem u ma jkollux joqgħod jagħmel riferenza għat-test Ingliż biex jifhem eżattament x'ikun qed jgħid eżatt l-abbozz ta' liġi li jkun qed jaqra.", "Wisq nibża' li dawn it-tip ta' nuqqasijiet ġejjin mill-fatt li ċerti abbozzi ta' liġijiet qed jitressqu quddiem dan il-parlament b'mod mgħaġġel ħafna .", "Fil-fatt l-aġenda tal-parlament ta' dawn l-aħħar ġimgħat kienet pjuttost xotta u allura nassumi li l-gvern kellu jgħaġġel lil min jagħmel id-drafting ta' dawn l-abbozzi ta' liġi ħalli jfittex iressaqhom quddiem il- parlament.", "Huwa veru li la naslu fl-istadju ta' kumitat ikollna ċans inbiddlu ċerti kliem u ċerta terminoloġija li hija wżata f'dan l-abbozz ta' liġi, pero` jkun tajjeb jekk il-ministru jiġbed l-attenzjoni ta' min hu nkarigat minn dan ix-xogħol għall-punt li qajjimt jien.", "Naturalment jien m'iniex qed nippretendi li l-ministru jidħol f'dawn id-dettalji hu, pero` naħseb li min iħobb il-lingwa Maltija jqis il-punt li għamilt jien bħala wieħed importanti.", "F'dan l-istadju m'iniex se noqgħod inġib eżempji tal- kliem li fl-opinjoni tiegħi ġie tradott b'mod żbaljat għax inkun qed naħli l-ħin tal-Kamra peress li dan jista' jsir fl-istadju ta' Kumitat.", "Mr Speaker, waqt li l-ministru kien qed jagħmel l-introduzzjoni ta' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, xtaqt nisimgħu jgħid f'liema sitwazzjoni jinsab illum dan il-qasam li qed nitkellmu fuqu - almenu safejn naf jien il-ministru dan m'għamlux, pero` jekk sejjer żbaljat nitolbu biex jikkoreġini - u x'tibdil se jkun hemm fih.", "Ħadt gost nisma' lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jsemmi l-Air Malta għax, bla ebda dubju, din il-kumpannija għandha funzjoni ewlenija fil-qasam tat-trasport.", "Effettivament dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jsemmi erba' punti prinċipali - il- komunikazzjoni, il-mezzi tat-trasport, il-mezzi moderni tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-konsumatur, li għandu dritt għal servizz ta' kwalita`.", "Huwa fl-interess tal-persuni li jipprovdu s-servizz illi jipprovdu servizz diċenti lill-konsumatur għax fl-aħħar mill-aħħar jekk dawn jagħtu servizz ħażin, huma stess ikunu qed jagħmlu reklam ħażin lill-aġenzija jew lill- kumpannija li huma jkunu qed jirrappreżentaw.", "Bħalma ntqal diġa', ikun inutli li nagħtu d-drittijiet lill-konsumatur jekk imbagħad ikun diffiċli li l-konsumatur jeħodhom.", "Qed ngħid dan għax, per eżempju, jekk qed nifhem klawsola 23 sew, li tittratta dwar il-penali amministrattivi, din qed tgħid li jekk il- konsumatur ikun ħa servizz ħażin, jew inkella jkun ġie ggwidat ħażin fil- mod kif jivvjaġġa, biex jieħu d-drittijiet tiegħu jrid imur il-qorti.", "Ta' min jgħid ukoll li fil-bidu ta' klawsola 23 wieħed isib li l-bord li se jitwaqqaf permezz ta' klawsola 19 - fil-fatt il-bord għal sistema ta' riservazzjoni komputerizzata se jkun imwaqqaf mill-prim ministru u ppresedut minn imħallef - għandu diversi drittijiet, fosthom li jitlob informazzjoni mingħand dawk konċernati, u jekk din l-informazzjoni jew ma tasalx fi żmien xahar jew f'kemm il-bord jistabilixxi, jew inkella l- informazzjoni tkun b'mod jew ieħor mhux eżatta - issa jekk dan ikunx sar b'qerq jew le, wieħed ikun għad irid jistabilixxieh - bil-liġi se jkun hemm mezz biex dan jeħel multa ta' bejn Lm400 u Lm20,000.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Huwa tajjeb li l-bord iwaħħal multa - u għamel tajjeb min ħaseb biex idaħħal din il-miżura fil-liġi, jew inkella min ikkopjaha mil-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea - jekk jitlob xi tip ta' informazzjoni u għal xi raġuni jew oħra din l-informazzjoni ma tasallux, tasallu tard jew inkella ma tasallux l-informazzjoni t-tajba, imma allura, jekk il-konsumatur jingħata servizz ħażin, dan għaliex għandu jfittex id-drittijiet tiegħu bil-qrati?", "Kif nafu, iktar ma jgħaddi ż-żmien it-tariffi tal-qrati iktar qed jogħlew.", "Fil-fatt anke dan il-gvern għolliehom, fost il-ħafna affarijiet oħra li għolla, u allura l-konsumatur jaqta' qalbu li joqgħod jitla' l-aorti biex jieħu dak li hu tiegħu bi dritt.", "Hemm bżonn li ndaħħlu sistema ġdida fejn il-konsumatur, hekk kif jintlaqat ħażin, jieħu mal-ewwel dak li hu tiegħu bi dritt.", "F'pajjiżi barranin hemm il-kultura li l-konsumatur jiġi l-ewwel u qabel kollox, pero` f'Malta għadna daqsxejn lura f'dan il-qasam, u hemm bżonn li din il-mentalita` tinbidel.", "M'għandniex nibqgħu nitkellmu biss fuq il-bżonn li nibdlu din il-mentalita` u ma nieħdu l-ebda passi konkreti f'dan il-qasam biex imbagħad, wara li tkun infaqt il-flus, tingħata servizz li jkun hopeless.", "Jien naħseb li huwa importanti li din il-mentalita` tinbidel minn fuq s'isfel u nirrealizzaw darba għal dejjem li l-konsumatur huwa dak li qed jagħtina l-għajxien tagħna u allura, in return, aħna għandna nagħtuh servizz tajjeb.", "Kulħadd jaf li s-settur turistiku huwa settur vitali għal pajjiżna u allura jkun tajjeb jekk naraw kif is-settur tat-turiżmu se jintlaqat minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Kif qal tajjeb il-kap ta' l- oppożizzjoni, l-Air Malta hija l-iktar linja ta' l-ajru li aħna nużaw biex nivvjaġġaw, u allura iktar u iktar tikber l-importanza li naraw x'impatt se jħalli dan l-abbozz ta' liġi fuq l-Air Malta.", "Jekk l-impatt ikun wieħed pożittiv ikun tajjeb għall-Air Malta, ikun tajjeb għat-turiżmu u jkun tajjeb ukoll għal pajjiżna, pero` jekk l-impatt ikun negattiv ikun ħażin għat-turiżmu, ikun ħażin għall-Air Malta u jkun ħażin għal pajjiżna.", "Aħna, min-naħa ta' l-oppożizzjoni, qed ngħidu li naqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi, pero` għandna naraw kif nistgħu nagħmluh aħjar ħalli l-interessi tal- konsumatur jiġu mħarsa iktar.", "Matul din id-diskussjoni ssemmew it-trains.", "F'pajjiżna m'għandniex trains, u ma naħsibx li ċ-ċokon ta' pajjiżna jippermettilna ndaħħlu t-trains sakemm dawn ma nagħmluhomx underground, pero` ġaladarba qed nitkellmu fuq il-mezzi tat-trasport nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq it-trasport pubbliku, għaliex x'jiswa li nipprovdu mezz ta' l-ajru effiċjenti jekk imbagħad is- servizz tat-trasport pubbliku jkun fqir?", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għal dawk it-turisti li ma jkollhomx il-karozza privata tagħhom u jkollhom jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku sakemm ikunu hawn Malta.", "Issa jien m'iniex se noqgħod insemmi li minkejja li kellhom jinbidlu l-karozzi tal-linji kollha, għad fadal bosta antiki għax dik, kważi kważi, hija xi ħaġa sekondarja.", "L-isfida primarja hi li s-servizz ikun iktar effiċjenti.", "Li karozza tal-linja tkun komda huwa fattur importanti, pero` l-effiċjenza hija ħafna iktar importanti għax b'hekk inkunu qed nagħtu servizz aħjar kemm lill-Maltin kif ukoll lit-turisti li jiġu jżuruna.", "Nixtieq ngħaddi kumment fuq paragrafu (a) ta' subklawsola (3) ta' klawsola 3, li jgħid hekk:", "\"Bejjiegħ ta' sistema ma għandux -", "(i) jimponi kondizzjonijiet mhux raġonevoli għal xi kuntratt ma' trasportatur parteċipanti;\".", "Meta nisma' l-kliem \"mhux raġonevoli\" jien nieqaf u nibża' għax wieħed jista' jinterpreta l-kliem \"mhux raġonevoli\" b'mod wiesa' ħafna.", "X'inhu raġonevoli għal wieħed mhux bilfors huwa raġonevoli għall-ieħor, u għalhekk naħseb li fl-istadju ta' kumitat għandna nerġgħu nqajmu dan il-punt ħalli jekk hemm ċerti toqob u loopholes inkunu nistgħu nagħlquhom.", "Għedna kemm- il darba, u m'aħniex se niddejqu ngħidu, li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa pożittiv ħafna, pero` huwa importanti li l- affarijiet li hemm fih ikunu iktar ċari ħalli naraw kif il-konsumatur u l- players ewlenin fil-qasam tal-komunikazzjoni, fosthom l-Air Malta u aġenti oħra ta' l-ivvjaġġar, jistgħu jintlaqtu minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Jekk dan l-abbozz ta' liġi jirnexxielu joħloq opportunitajiet ġodda biex jiżviluppa l-mezz tat-trasport, fl-aħħar mill-aħħar ikun qed ikabbar l- income tal-pajjiż.", "L-oriġini ta' ħafna mill-abbozzi ta' liġijiet li qed jitressqu quddiem il- parlament ġej mill-fatt li rridu ndaħħlu l-acquis communautaire, pero` aħna qed nieħdu kull abbozz ta' liġi li jitressaq quddiem dan il-parlament fuq il-merti tiegħu, skond jekk huwiex tajjeb għal pajjiżna jew le.", "Jekk naraw li abbozz ta' liġi li jkun tressaq quddiem il-parlament ikun tajjeb għal pajjiżna naqblu miegħu u nivvotaw favur tiegħu mingħajr problemi ta' xejn, kif għamilna fil-passat u kif beħsiebna nkomplu nagħmlu fil-futur għax fl- aħħar mill-aħħar aħna, bħala Partit Laburista, inħarsu l-ewwel u qabel kollox lejn l-interess ta' pajjiżna.", "Kif għedt diġa', nittama li meta l- ministru jkun qed jagħmel il-winding-up jew inkella fl-istadju ta' kumitat ikollna ċans insolvu wħud mid-diffikultajiet li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi ħalli b'hekk noħolqu kodiċi ta' etika li kulmin ma jimxix miegħu jkun jista' jżarma għax fiż-żmenijiet tal-lum il-kompetizzjoni kibret ħafna.", "Huwa importanti wkoll li l-liġijiet ikunu magħmulin b'mod u manjiera li jkunu jiftiehmu u li l-konsumatur dejjem jibqa' l-ewwel u qabel kollox ħalli verament jieħu dak li jkun ħaqqu mingħajr ħafna tfixkil u dewmien.", "Nawgura li dan l-abbozz ta' liġi jitħaddem b'mod tajjeb ħalli, kif għedt iktar kmieni, igawdu dawk kollha konċernati, speċjalment il-konsumatur Malti u Għawdxi li jipprovdi l-ħobża ta' kuljum lil kulmin jipprovdi servizz jew ibigħ prodott.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Iktar rimarki?", "Grazzi.", "L- Onor. Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, meta titkellem man-nies u taqra l- gazzetti tinduna li l-poplu tagħna għaddej minn problemi kbar, liema problemi jeħtieġu diskussjonijiet, deċiżjonijiet u soluzzjonijiet serji.", "Jeħtieġ li anke f'din il-Kamra dawn il-problemi jiġu ttekiljati b'mod sod u deċiżiv, u dan jista' jsir biss billi nressqu quddiem dan il-parlament liġijiet li jkunu jirriflettu dawk il-problemi li l-pajjiż kollu qed jitkellem fuqhom.", "Meta tipprova tara x'inhi s-sustanza ta' l-abbozzi ta' liġi li l-gvern qiegħed iressaq quddiem dan il-parlament, mal-ewwel tinduna li dan il-gvern donnu mhux biss tilef id-direzzjoni imma tilef ukoll l- iffokar ta' l-enerġija tiegħu dwar il-bżonnijiet tal-pajjiż – missing the wood for the trees.", "Filwaqt li jaħli s-sigħat jitkellem fuq dettalji li m'humiex importanti, l-affarijiet importanti li hemm bżonn jiġu ttekiljati jiġu totalment impoġġija taħt it-tapit, minsija u njorati.", "Meta bdejt naqra l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, indunajt li għalkemm ħadd ma jista' jitkellem kontra dan l-abbozz ta' liġi, dan qed jinħela fuq ħafna dettalji żgħar.", "L-għanijiet u raġunijiet ta' dan l- abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "\"L-għan ta' l-Abbozz hu biex jintroduċi u jġib fis-seħħ kodiċi ta' kondotta li jkollu x'jaqsam ma' sistemi ta' riservazzjoni komputerizzata għat-trasport bl-ajru u bit-tren.\"", "Jekk wieħed jikkonċentra fuq din is-sentenza li qed tispjega l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, jistaqsi: Imma f'pajjiżna għandna trains?", "Allura għandna bżonn nagħmlu liġijiet fuq it-trains?", "Fil-fatt f'dan il-pajjiż ilu ma jkollna train għal dawn l-aħħar 70 jew 80 sena.", "U mbagħad wieħed mal-ewwel tiġih f'rasu: Tgħid dan l-abbozz ta' liġi ġie copied u pasted minn xi liġi ta' l-Unjoni Ewropea għax l-Unjoni Ewropea qed timponielna nagħmlu dan?", "Possibbli li m'aħniex kapaċi naraw aħna x'inhu importanti għal pajjiżna?", "Kif għedt diġa', wieħed ma jistax jitkellem kontra l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Min isiefer mal-ewwel jifhem li l-mod kif taqta' l-biljett ta' l-ajru u l-mod kif tagħmel interconnections f'pajjiżi oħrajn biex tasal fid-destinazzjonijiet tiegħek jirrikjedu sistema komputerizzata, anzi jien ngħid li l-ebda linja ta' l- ajru ma tista' taħdem mingħajr ma jkollha sistemi komputerizzati dwar ir- reservations.", "Imma jien nistaqsi: Kellna bżonn niġu f'dan il-parlament u nagħmlu abbozz ta' liġi bħal dan?", "Hemm dan il-bżonn akut li dawn l- affarijiet nindirizzawhom f'din il-Kamra tar-Rappreżentanti?", "Possibbli li l-gvern m'għandux aġenda iżjed serja minn dan l-abbozz ta' liġi, li nerġa' ngħid m'għandu xejn ħażin?", "Hawn Malta għandna l-Air Malta bħala linja ta' l-ajru, pero` għandna ħafna kumpanniji oħrajn hawn Malta li x-xogħol tagħhom huwa li jmexxu kumpanniji ta' l-ajruplani, u dawn kollha daħħlu sistema komputerizzata effiċjenti biex ikunu jistgħu jikkompetu.", "Illum jekk kumpannija ma tkunx effiċjenti, din ma tistax tikkompeti.", "Jien nistaqsi lill-ministru: Possibbli li ma kellekx metodu aħjar biex iddaħħal dawn l-affarijiet, bħal per eżempju, b'forma ta' legal notice, minflok ma kellna noqogħdu niġu hawnhekk nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi bil-konsegwenza li tellifna lil din il- Kamra milli niddiskutu abbozzi ta' liġi ħafna iktar importanti?", "Il-gvern m'għandu xejn iktar serju x'niddiskutu f'dan il-parlament?", "Li kieku kien hemm fil-gvern il-partit Laburista, żgur li ma konniex se nintilfu niddibattu affarijiet li għandhom ftit li xejn importanza, bħalma qed nagħmlu llum.", "Sħabi u jien ninsabu konxji tal-fatt li f'dan il-parlament għandna problemi urġenti li hemm bżonn jiġu ttekiljati b'ħeffa kbira biex inkunu nistgħu nsalvaw lil dan il-pajjiż, u għalhekk żgur li aħna, min-naħa tagħna, ma konniex niġu quddiem dan il-parlament u nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li kulma fih huma dettalji li wieħed jista' jindirizzahom faċilment mingħajr ma joqgħod jaħli ż-żmien ta' din il-Kamra.", "Mr Speaker, il-gvern preżenti jidher li tilef id-direzzjoni u tant ma jafx x'inhu jagħmel li spiċċa għereq fil-problemi tiegħu stess.", "Kif għedt fil- bidu tad-diskors tiegħi, meta wieħed jaqra l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, mal-ewwel jinduna li din hija sempliċement copy and paste mil-liġijiet Ewropej, u dan meta aħna qatt m'għandna nintilfu nerfgħu s-salib ta' ħaddieħor u nimxu skond kif jgħidilna ħaddieħor imma qabel ma jimponielna kif nagħmlu l-liġijiet tagħna ħaddieħor, għandna naraw x'inhuma l-bżonnijiet ta' dan il-pajjiż, għax dan il-pajjiż għandu ħafna bżonnijiet urġenti.", "Ħalli nitkellmu fuq is-settur tat-trasport.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li l-passiġġieri Maltin u Għawdxin jilmentaw fuqha - u għandhom raġun jilmentaw fuqha - hija li biex jaqtgħu ticket minn Malta għal xi pajjiż barrani, it-ticket qed jiġihom id-doppju jew it-tripplu milli jiġih bniedem barrani.", "Ħalli nfiehem ruħi aħjar.", "Jekk Malti jaqta' ticket minn Malta biex imur Londra, għal dak it-ticket ikollu jħallas id-doppju jew it-tripplu milli jkollu jħallas Ingliż minn Londra biex jaqta' t-ticket ma' l-istess kumpannija ta' l-ajru ħalli jiġi Malta.", "Allura ma taħsbux li hemm bżonn tiġi indirizzata din il-problema?", "Dawn huma l-problemi li jitkellem fuqhom il-poplu Malti u Għawdxi u li hemm bżonn jiġu indirizzati.", "Din il-problema li għadni kif semmejt hija simili għal problema oħra li l-ismall and medium enterprises ikollhom jiffaċċjaw.", "L-SMEs iħossuha iebsa ħafna biex jagħmlu telefonata minn hawn Malta għal barra għax ir-rati tat-telephone huma għoljin immens, u dan meta l-istess telefonata minn barra għal Malta hija ħafna u ħafna orħos.", "Dawn huma problemi li jeħtieġ illi jiġu indirizzati għax qed jagħmlu ħsara lill- pajjiż minħabba li qed inaqqsu l-kompetittivita` lokali.", "Fil-fatt dan in- nuqqas ta' kompetittivita` qed narawh kuljum għax anke kumpanniji eżistenti li qabel kienu sejrin tajjeb u li kienu qed jagħmlu profitt, illum qed isibuha iżjed u iżjed diffiċli biex jikkompetu ma' barra minħabba dawn ir- raġunijiet.", "U mbagħad xi ngħidu għall-mobile phones?", "Hemm differenza enormi bejn ir- rata li wieħed iħallas minn hawn Malta għal barra bil-mobile phone milli kieku jagħmel l-istess telefonata minn barra għal Malta, pero` għalkemm kulħadd jaf li dawn l-affarijiet qed jagħmlu ħsara lill-pajjiż, qed jibqgħu ma jiġux indirizzati.", "Jien nimmaġina li l-ministru se jgħidli li issa li daħħalna l-liberalizzazzjoni u allura daħħalna l-kompetizzjoni, dawn l- affarijiet se jorħsu.", "Iva, fil-fatt diġa' raħsu ftit, pero` raħsu daqs pajjiżi oħrajn?", "Jien ngħid li le, ma raħsux daqs pajjiżi oħrajn.", "Mela tajjeb; f'affarijiet oħrajn nipprovaw nikkopjaw lill-barranin filwaqt li f'affarijiet li jagħmlu ġid lill-konsumatur Malti u Għawdxi, hemmhekk le; f'dak il-każ jistabilixxu l-prezzijiet żewġ imprendituri bejniethom u ma jħallux lill-konsumatur tagħna jgawdi bħalma jgawdu l-konsumaturi f'pajjiżi oħrajn.", "Mr Speaker, sieħbi l-Onor.", "Debono Grech tkellem tajjeb ħafna meta qal li fil-qasam tat-trasport hemm ħafna problemi ikbar minn dawk li qed niddiskutu llum.", "Jien ċert illi l-ministru jaqbel miegħi wkoll li jeżistu problemi kbar fil-qasam tat-trasport.", "Fil-fatt innotajt li meta l-ministru kien qed jitkellem fuq dan il-qasam, huwa qatt ma qal li l-affarijiet sejrin tajjeb fil-qasam tat-trasport, anzi ammetta hu stess li f'dan il- qasam jeżistu problemi kbar.", "Biżżejjed insemmi l-problemi tat-toroq.", "Kull triq prinċipali li għandna f'pajjiżna qiegħda tinqala', u x-xogħol qed jitmexxa b'mod ħażin ħafna bil-konsegwenza li qed jieħu fit-tul ħafna b'inkonvenjenza kbira għal min ikun għaddej minn hemm u fuq kollox għar- residenti ta' dawk it-toroq.", "Dan biex ma nsemmux ukoll kemm-il darba jkollu jsir ix-xogħol minħabba li ma jsirx sew mal-ewwel.", "M'hemmx għalfejn ngħid li din l-ineffiċjenza li qed naraw fil-qasam tat-toroq qed tiswa lill- poplu Malti u Għawdxi flejjes kbar ħafna.", "Madanakollu għandu jkun qed nippretendu li l-affarijiet jiġu solvuti weħidhom għax m'aħna qed narawha tinbet l-ebda idea ġdida f'dan ir-rigward biex imbagħad qed niġu f'dan il- parlament u niddiskutu abbozz ta' liġi li m'huwiex kontroversjali u li b'sempliċi legal notice konna ninqdew xorta waħda mingħajr ma konna naħlu żmien ta' din il-Kamra fuqu.", "U mbagħad xi ngħidu għall-konċentrazzjoni dejjem tikber ta' karozzi li hawn f'pajjiżna, liema karozzi qed jagħmlu ħsara kbira lill-ambjent?", "Nistgħu naraw dan in-numru ta' karozzi fit-toroq tagħna dejjem jikber mingħajr ma nagħtu xi forma ta' direzzjoni f'dan is-settur?", "Ma nistgħux, għax jerġa' jiġrilna bħalma ġralna fil-kwestjoni tad-deficit meta minkejja li kien jaf illi fil-pajjiż teżisti problema finanzjarja, huwa raqad fuqha, ħbieha u ma tkellimx dwarha.", "Ara meta mbagħad tela' fil-gvern il-Partit Laburista u ġibed l-attenzjoni tal-pajjiż dwar il-problema tad-deficit filwaqt li beda jagħmel xi ħaġa dwarha, kulħadd stenbaħ.", "Jien wisq nibża' li l-istess se jiġri fil-qasam tat-trasport; illum qed indaħħlu dejjem iktar karozzi, it- toroq qed inħalluhom fl-istat ħażin li jinsabu fihom - għax għandu jkun qed naħsbu li l-problemi tat-toroq se jiġu solvuti weħidhom - u m'aħna qed nagħmlu xejn f'dan ir-rigward.", "Dan l-aħħar f'dan il-parlament stess semmejt il-fatt li kien hawn kumpannija privata li tħajret iddaħħal karozzi li l-makni tagħhom jitħaddmu b'metodu iktar effiċjenti u iktar nadif.", "Ta' min jgħid li dawn it-tip ta' karozzi diġa' jeżistu f'pajjiżi oħra Mediterranji.", "Is-sena li għaddiet jien kelli l-okkażjoni li nżur lil Mallorca u fil-fatt ħafna mill-karozzi li hemm hemmhekk, speċjalment it- trasport pubbliku, jaħdmu b'din is-sistema.", "Imma l-gvern Nazzjonalista mhux talli ma nkoraġġix l-introduzzjoni ta' din is-sistema f'pajjiżna imma talli lill-kumpannija li tħajret iġġib dawn it-tip ta' karozzi qatagħlha qalbha immedjatament.", "Il-ġimgħa l-oħra jew ħmistax ilu l-Ministru Josef Bonnici qalli: Mela inti ma taqrahomx il-gazzetti?!", "Jien naħseb li hu ma jaqrahomx il-gazzetti għax riċentement kien hemm artiklu sħiħ proprju fuq dan is-suġġett.", "Suppost li l-Ministru Bonnici jaf li d-direzzjoni tal- gvern għandha tkun dik li jiskoraġġixxi l-użu tal-petrol u tal-pitrolju li jużaw il-karozzi tal-linja filwaqt li jinkoraġġixxi l-użu tal-gass.", "Għalhekk imissu jistħi jiġi jitkellem b'dan il-mod u kważi jaqta' qalb kulħadd li jsir użu ikbar mill-gass.", "Għandna nkunu ħafna iktar serji minn hekk.", "Meta xi ħadd ikollu l-kuraġġ joħroġ b'idea ġdida, aħna għandna nagħtuh id-direzzjoni u mhux naqtgħulu qalbu.", "Imma l-gvern preżenti tant tilef il-fiduċja fih innifsu u tant tilef id-direzzjoni li qed jaqta' qalbu milli jagħmel xi ħaġa.", "Il-gvern Nazzjonalista qed jagħmel bħal marid li ma jkunx irid isejjaħ tabib jew jieħu xi mediċina għall-marda li jkollu imma jkun irid imut bil-mod il-mod.", "Dan huwa gvern li qata' qalbu, u sfortunatament dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa sinjal ta' kemm dan il-gvern tilef id-direzzjoni tiegħu.", "Kemm ilna ngħidu, kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra, li hemm bżonn illi t-trasport pubbliku għandu jsir iktar effiċjenti u modern?", "Aħna nistennew li tinbet xi idea ġdida għal dan il-qasam ukoll, liema idea mhux neċessarjament għandha toħroġ mill-gvern jew mill-programmi elettorali.", "Għandu jkun il-gvern li jinkoraġġixxi ideat ġodda f'dan is- settur, u dan jista' jagħmlu billi joħroġ white paper dwar is-sistemi l- ġodda li għandu jkollu t-trasport pubbliku biex naqdu liċ-ċittadini aħjar.", "Per eżempju, hawnhekk jien nistaqsi: Għadha idea tajba li ċ-ċentru tat- trasport pubbliku jibqa' l-Belt?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax riċentement nibtet l-idea li għat-trasport pubbliku jkun hemm tliet ċentri f'postijiet differenti tal-gżira ħalli b'hekk iċ-ċittadin Maltin u Għawdxin u t-turisti jkunu moqdija aħjar.", "Jien kemm-il darba nitkellem mat-turisti u filwaqt li hemm ftit li jibqgħu affaxxinati bil-karozzi tal-linja antiki tagħna, li għandhom xi 50 sena, u tgħidx kemm jeħdulhom ritratti biex juruhom lil qrabathom u lil ħbiebhom meta jmorru lura f'pajjiżna, il- maġġoranza l-kbira tat-turisti jgergru fuq is-servizz u fuq in-nuqqas ta' kumdita` li għandhom dawn il-karozzi tal-linja.", "S'issa hawn Malta m'għandniex trains, pero` naħseb illi jkun tajjeb li 'l quddiem ikollna mezz ieħor ta' trasport, bħalma huma t-trains.", "Imma aħna rridu nħeġġu din id-diskussjoni u mhux nagħmlu bħalma għamel il-Ministru Bonnici, li meta kien hawn kumpannija privata li ħarġet bl-idea biex ma nibqgħux inserrħu biss fuq il-petrol u fuq il-pitrolju imma nibdew nużaw metodu ieħor ta' enerġija iktar nadif, naqtgħulha qalbha.", "Liċ-ċittadini tagħna rridu nipprovaw inġiegħluhom jiġġeneraw l-ideat u mhux meta xi ħadd joħroġ b'idea, immedjatament naqbdu barmil ilma kiesaħ u nwaddbuh fuqu.", "Aħna għandna bżonn ideat ġodda.", "Il-poplu Malti u Għawdxi u l-ġurnalisti għandhom raġun jgħidu lill-gvern preżenti: \"Inti gvern mejjet, inti gvern rieqed\".", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi d-diskors qasir tiegħi billi ngħid li huwa tajjeb li nikkopjaw dak li hu tajjeb - fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi ġie kkopjat, saħansitra fejn kien hemm imsemmija t-train, allavolja f'Malta t- train ma teżistix - pero` l-prijoritajiet ta' dan il-pajjiż m'humiex l- istess prijoritajiet ta' l-Unjoni Ewropea, u hawn hi d-differenza tal-ħsieb li teżisti bejn iż-żewġ partiti politiċi ta' pajjiżna.", "Aħna qed ngħidu li pajjiżna għandu problemi kbar, u l-ewwel ma rridu nindirizzaw huma proprjament dawk il-problemi, irrispettivament mill-issue ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ejjew nindirizzaw l-istat ħażin li jinsabu fih it-toroq tagħna, ejjew nindirizzaw in-nuqqas ta' serjeta` li hemm fil-qasam tat-trasport pubbliku u nagħmluh iktar aċċettat miċ-ċittadini biex innaqqsu l- konġestjoni ta' traffiku li hawn, ejjew naraw kif nistgħu nkunu iktar kompetittivi fis-settur tat-trasport ta' l-ajru u fis-settur tat- telekomunikazzjoni.", "Dawn huma l-problemi li rridu nittekiljaw f'dan il- pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, kif qal il-kollega tiegħi li tkellem qabli, din il-Kamra għamlet xhur sħaħ tiġi ffaċċjata b'sensiela ta' abbozzi ta' liġi li dwarhom ftit li xejn kien hemm diskussjoni bil-konsegwenza li wieħed ma setax jidħol fil-profond fid-dettalji tagħhom.", "Illum il- maġġoranza tal-poplu qed jifhem dak li matul dawn is-sentejn qalet l- oppożizzjoni fil-kritika tagħha meta jitressqu quddiem dan il-parlament abbozzi ta' liġijiet bħal dawn sabiex naġġornaw ruħna man-national plan for the adoption of the acquis ħalli mbagħad il-gvern ikun jista' jagħmel il- projections tiegħu.", "Jiddispjaċini ngħid li anke dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, qed jersaq quddiem dan il-parlament mingħajr ma saret l-ebda konsultazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet konċernati.", "Jien naħseb li għandna noqogħdu attenti għax din l-għaġġla xejn m'hi qed tirrispetta dak li ġie żviluppat u strutturat biex illum l-ekonomija qed trendi għall-ġid komuni tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Kuntrarjament għal dak li jgħid il-gvern Nazzjonalista, din id-direzzjoni li hu qed jieħu favur sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea mhux biss tista' tpoġġi lil pajjiżna f'ċerti vantaġġi imma tista' tpoġġi lil pajjiżna wkoll fi żvantaġġi enormi.", "Per eżempju, jien m'għandix dubju li hekk kif l-Unjoni Ewropea tintaxxa lill-pajjiżi membri tagħha anke fuq il-prodotti ta' l-ikel, hekk ukoll tintaxxa s-servizzi tat-trasport bl- ajru.", "Jien m'għandix dubju lanqas li ġaladarba llum il-poplu Malti u Għawdxi għandu quddiemu l-aġenda tal-gvern li jaddotta l-NPAA ħalli pajjiżna jkun konformi ma' l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea, hekk kif il-gvern Nazzjonalista ma qagħadx jaħsibha darbtejn biex jimponi ċerti tariffi u taxxi fuq il-prodotti ta' l-ikel, hekk ukoll se jagħmel fil-qasam tas- servizzi tat-trasport bl-ajru.", "Jien nistaqsi lill-ministru: Jaqaw hemm il- ħsieb li fil-futur it-tariffi fuq il-biljetti ta' l-ajru għal pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea jogħlew?", "Għax f'dak il-każ, l-ewwel għandna naraw kif dan se jeffettwa l-kompetittivita` ta' dawk l-azjendi li jaħdmu f'dan il-qasam, f'liema azjendi hemm jaħdmu l-Maltin u l-Għawdxin u hemm l-investiment tal-banek tagħna.", "Imbagħad irridu naraw ukoll kif dan se jeffettwa lis-settur tat-turiżmu.", "Jien ma nistax nifhem kif qed isiru l-affarijiet illum mill-gvern preżenti.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax jiddispjaċini ngħid li huwa qed jaqbad u joħroġ il-legal notices mingħajr l-ebda ħsieb u mingħajr ma jikkonsulta ma' l-azjendi konċernati bil-konsegwenza li mbagħad f'daqqa waħda l-poplu Malti u Għawdxi jsib quddiemu numru ta' tariffi fuq dawk il-biljetti ta' l-ajru li jinqatgħu għal pajjiżi li m'humiex membri fl-Unjoni Ewropea, u dan kollu sabiex lill-poplu nlibbsuh il-kappell li dan il-gvern, li huwa ossessjonat f'li jsieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, qed jipprova jlibbes lil dan il-parlament.", "Mr Speaker, jien nixtieq li fil-winding-up tiegħu, il-ministru jgħidilna ma' liema organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u persuni ltaqa' sabiex ifiehem dawn il-provvedimenti u l-kriterji li għandna miġbura taħt l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, liema abbozz ta' liġi jipprovdi dwar kodiċi ta' kondotta għal sistema ta' riservazzjoni komputerizzata.", "Nixtieq li l- ministru jgħidilna wkoll x'kienet ir-reazzjoni tagħhom u x'għodda nsibu f'dan l-abbozz ta' liġi li jistgħu jilqgħu għal dawk l-affarijiet li jistgħu jservu ta' żvantaġġ.", "Min-naħa l-oħra jkun tajjeb li niċċaraw ukoll jekk b'dan l-abbozz ta' liġi aħniex se niftħu toroq oħra biex il-ministru, meta jidhirlu, biex forsi jobdi d-direttivi li joħroġlu l-kabinett jew il- ministeru tal-finanzi, iżid it-tariffi fuq il-biljetti jew fuq is-servizzi li jingħataw f'dan il-qasam.", "Jien nemmen li kull investiment li jsir għandu jkun sostenibbli biżżejjed biex jirrispetta l-loġika.", "Ikun inutli li nagħmlu żvilupp sostenibbli li ma jirrispettax il-loġika għax inkella nkunu qed ngħabbu lil dan il-poplu bi tbatijiet kbar, liema poplu, minħabba li hu poplu żgħir, m'għandux għalfejn li fil-mod ta' kif jistruttura l-andament ekonomiku sabiex irendi l-ġid komuni tiegħu jidħol f'affarijiet ġodda.", "Qabel l-elezzjoni li għaddiet il-poplu Malti u Għawdxi sema' lill-partit Nazzjonalista jgħid li m'hux se jżid taxxi u m'hux se joħloq piżijiet ġodda fuq il-Maltin u l- Għawdxin, pero` llum, li dan il-gvern jinsab f'nofs il-leġislazzjoni tiegħu, nafu s-s-sitwazzjoni x'inhi.", "Iva, illum aħna lkoll nafu li s- sitwazzjoni preżenti qed tikkawża staġnar fl-ekonomija tagħna.", "Ħafna sistemi, ħafna liġijiet u ħafna avviżi legali li qed joħorġu llum m'humiex qed irendu biex ningranaw imma qed irendu biex nistaġnaw.", "Dan il-qasam li qed nitkellmu fuqu llum diġa' huwa sensittiv.", "Jien konvint li llum kulħadd jaf kemm l-Air Malta għandha problemi minħabba n-nuqqas ta' management li eżista fis-snin l-imgħoddija.", "Biżżejjed insemmi l-impatt negattiv li ġejna ffaċċjati bih meta nfaqna 'l fuq minn Lm100 miljun biex nixtru l-RJs.", "Din se ngħidha kontra qalbi, pero` mn'Alla kien hemm is-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda fuq il-poplu Libjan għax almenu b'hekk dawn bdew jużaw il-linja ta' l-ajru tagħna biex imorru għad- destinazzjonijiet li kienet qed iċċaħħadhom minnhom il-Ġnus Magħquda.", "Kieku ma kienx hekk, ma nafx x'kien isir dakinhar.", "Permezz tat-tmexxija Laburista preċedenti, speċjalment tal-ħabib tagħna l-Onor.", "Karmenu Vella, u bl-għaqal taċ-chairman u ta' l-amministrazzjoni, irnexxielna noħolqu ħidma biex neħilsu minn pjaga.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax minn sena għall- oħra mhux talli kienet qed tmur ħażin il-kompetittivita` tal-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna imma talli kienet qed tfalli l-kumpannija ta' l-Air Malta, irrispettivament minn kemm kienet b'saħħitha.", "L-RJs kienu l-iktar ajruplani li kellhom l-inqas kompetittivita` fil-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna, kemm f'dak li huwa fuel cost, kemm f'dak li huwa maintenance cost kif ukoll f'dawk li huma landing charges.", "Irridu nsemmu wkoll li dak iż-żmien l-Air Malta kellha tidħol fi sforzi żejda minħabba li ma kellhiex crew mħarreġ biex jopera l-RJs għax il-piloti, it- tekniċi u l-crew kollu tagħna kien imħarreġ fuq il-Boeings u fuq l-Airbus.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan ikkawża problemi kbar, mhux biss f'dak li huwa management fl-Air Malta imma anke f'dak li huwa programming bil- konsegwenza li din il-kumpannija sabet ruħha fi żvantaġġi kbar.", "Kieku ma kenitx għal din is-sitwazzjoni mwiegħra, kieku forsi llum il-linja nazzjonali tagħna, l-Air Malta, tista' tagħti salarji iktar rispettati lill- kaptani, lill-first officers u lill-crew kollu tagħha u kieku forsi llum ma kenux ikunu żvantaġġjati meta pparagunati ma' linji ta' l-ajru oħra, partikolarment ma' linji ta' l-ajru li għandhom dawk il-pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, qed ngħid dan kollu biex nipprova nsaħħaħ l-argument tiegħi li fl-imgħoddi diġa' għamilna ċerti żbalji li mhux biss tellfu imma wkoll ipperikolaw il-kompetittivita` ta' l-Air Malta.", "Għalhekk importanti li nagħmlu x'nagħmlu għal din il-kumpannija, l-ewwel għandna nikkonsultaw kemm mal-bord, kemm maċ-chairman, kemm mal-management ta' l-Air Malta kif ukoll ma' dawk l-azjendi li jiddependu minn dan il-qasam għall-għajxien tagħhom.", "Wisq nibża' li jekk ma jsirux dawn il-konsultazzjonijiet u allura ma jkunx ġie analizzat l-impatt u l-implikazzjonijiet li jista' jġib miegħu abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna, l-Air Malta terġa' tmur lura.", "Fil- ħajja qabel ma wieħed jagħmel xi ħaġa, dan għandu jħares lejn l-esperjenzi ta' l-imgħoddi u l-ewwel u qabel kollox jipprova jegħleb l-esperjenzi ħżiena ta' l-imgħoddi.", "Żgur li fl-Air Malta hemm kemm esperjenzi ta' vantaġġi kif ukoll esperjenzi ta' żvantaġġi.", "Per eżempju, żgur li wieħed mill-iżvantaġġi tal-kumpannija nazzjonali ta' l- ajru tagħna hija li l-cost tal-biljetti ta' l-ajru tagħna dejjem kienu fost l-ogħla.", "Jien nifhem li l-cost jista' jogħla minħabba li jogħla l-fuel jew inkella minħabba li jkun hemm xi ħadd li jitwebbel li minflok ma din il- kumpannija għandha tibqa' tixtri l-Airbus jew inkella l-Boeings, li huma l- krema tal-flotta tagħna, għandha tibda tixtri l-RJs, kif ġara.", "Kif għedt diġa', din hija xi ħaġa li ġrat a skapitu ta' ħafna spejjeż żejda għal xejn bil-konsegwenza li mbagħad l-Air Malta ma setgħetx tlaħħaq mad-domanda li qed jagħmlu l-bdoti tagħha fuq is-salarji tagħna.", "Fil-fatt bħalissa fl-Air Malta hemm azzjoni li ilha għaddejja għal madwar disa' xhur għax il-bdoti u l-first officers tagħha qed jgħidu li m'huwiex ġust li l-bdoti u l-first officers barranin li jaħdmu ma' l-istess linja ta' l-ajru għandhom id- doppju tas-salarju tagħhom.", "Mr Speaker, għalkemm kull abbozz ta' liġi li jitressaq quddiem dan il- parlament, jitressaq bil-għan li jġib 'il quddiem l-interessi ekonomiċi ta' pajjiżna, dan l-għan mhux dejjem jintlaħaq.", "Għalhekk j'Alla dan l-abbozz ta' liġi ma jħallix impatt negattiv fuq l-azjendi kollha li jiddependu mill- qasam tal-linji ta' l-ajru.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nsejjaħ lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-ftit ħin li għad fadalli għad-dispożizzjoni tiegħi llejla, nixtieq nagħmel riferenza għal ċerti punti li tqajmu matul din id- diskussjoni, u se nibda billi nirrispondi għal wieħed mill-punti li qajjem l-Onor.", "Louis Buhagiar.", "Kieku kien possibbli li l-għanijiet ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jiġu riżolti permezz ta' legal notice, kieku żgur li ma konniex inressqu dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-parlament.", "Rigward il-kwestjoni tat-trains, irrid infakkar li fl-introduzzjoni tiegħi għal dan id-dibattitu jien għedt li nispera li ma jkunx hawn xi ħadd li jaħseb li f'dan l-abbozz ta' liġi hawn riferenza wkoll għat-trains minħabba li l-leġislatur, meta kien qed jagħmel id-drafting ta' dan l-abbozz ta' liġi, ma kienx jaf x'qed jagħmel, jew inkella għax qegħdin nikkopjaw dan l-abbozz ta' liġi minn x'imkien ieħor.", "Fil-fatt aħna inkludejna wkoll lit-trains f'dan l-abbozz ta' liġi biex il-liġi tkun tkopri wkoll lil dawk l-eluf ta' Maltin li minkejja li jużaw il-linja ta' l-ajru biex jaslu għall-pajjiż li jkunu jridu jmorru fih, ikomplu l-vjaġġ tagħhom bil-ferrovija.", "Jiddispjaċini meta nisma' punti bħal dawn għax dan juri li l-oppożizzjoni lanqas biss tkun qrat l-abbozz ta' liġi li tkun trid titkellem dwaru.", "Tqajmu wkoll xi punti rigward it-trasport pubbliku f'pajjiżna.", "Kif nafu, dan m'huwiex is-suġġett li qed nitkellmu fuqu llum, pero` xorta waħda nixtieq nirrispondi għall-punti li tqajmu fuq dan il-qasam.", "Jekk m'iniex sejjer żball, l-Onor.", "Buhagiar qalilna: Imqar toħroġ white paper fuq it- trasport pubbliku.", "Ta' min ifakkar lill-Onor.", "Membru li fil-fatt fl-1994 kienet ħarġet white paper fuq it-trasport pubbliku, u l-gvern tal-ġurnata kien beda jipprova jimplimenta numru sostanzjali ta' bidliet li kienu meħtieġa f'dan il-qasam.", "L-Onor.", "Abela qal li m'huwiex biżżejjed li nbiddlu l-karozzi tal-linji tagħna minn dawk antiki għal dawk ġodda.", "Jien naqbel miegħu illi li nbiddlu l-karozzi tal-linja m'huwiex biżżejjed imma għandna nagħmlu diversi bidliet oħrajn biex intejbu s-servizz li dawn joffru.", "Aħna konna se ndaħħlu s-sistema tat-ticketing machines, pero` hekk kif il-membri ta' l- oppożizzjoni ndunaw li dan kien se jkun pass fid-direzzjoni t-tajba, raw kif għamlu biex ipprovaw jisfrattaw dan il-pass li kien se jagħmel il- gvern.", "Fil-fatt anke llum, filwaqt li l-membri ta' l-oppożizzjoni bdew l-intervent tagħhom billi qalu li huma favur dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u li se jivvotaw favuru, ipprovaw jagħmlu minn kollox biex ibeżżgħu lill- poplu minn dan l-abbozz ta' liġi, u dan minkejja li dan l-abbozz ta' liġi jikkonċerna proprjament lill-konsumatur.", "Ma nafx kemm-il darba, meta konna qed niddiskutu abbozzi ta' liġi oħrajn, smajna lill-membri ta' l- oppożizzjoni jistaqsuna: Għaliex m'aħniex nitkellmu fuq il-konsumatur meta dan għandu jkun iċ-ċentru ta' l-attivita` legali ta' pajjiżna?", "Imma issa, għax il-konsumatur huwa ċ-ċentru ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, dawn qed jipprovaw jagħmlu minn kollox biex idaħħlu d-dubji u s- suspetti.", "Għalissa se nieqaf hawnhekk u mbagħad inkompli fis-seduta li jmiss, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 15 ta' Mejju 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, f'dan il-ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi xtaqt nikkonċentra fuq suġġett li ftit forsi qed jiġi dibattut fil-pajjiż u naħseb li jimmerita li jitqajjem, speċjalment minn din l-istituzzjoni.", "Naħseb li wasal iż-żmien li wieħed jibda jaħseb biex iħares lejn il-Kostituzzjonali sabiex jara jekk kemm-il darba għandniex nagħmlu kummissjoni, naraw nistudjawhiex ftit iktar fid-dettal, u naraw jekk kemm-il darba wasalx iż-żmien li jkun hemm kambjamenti fiha.", "Naħseb li hemm ċerti raġunijiet soċjali, kulturali u storiċi li jirrendu l- liġi suprema ta' pajjiżna bħala xi ħaġa li wieħed ma jistax isejħilha inadegwata, pero' wieħed irid jaċċetta li fejn jidħlu diversi partijiet ta' din il-liġi ż-żmien għadda, u l-konsiderazzjonijiet li ttieħdu minn ta' qabilna sabiex idaħħlu ċerti artikli fil-Kostituzzjoni illum m'għadhomx jeżistu.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l-Kositituzzjoni li għandna ilha hemm 37 sena, u f'dan il-perijodu kollu, speċjalment fl-aħħar żmenijiet wieħed irid jinnota li saru diversi emendi għaliha.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l- poplu nbidel u l-bżonnijiet li kellu 37 sena ilu m'għadhomx l-istess bżonnijiet tal-lum.", "Ngħid ukoll li l-poplu għamel qabżiet kbar fil-kamp tal-maturita' politika, u ċerti punti li kienu neċessarji li jidħlu fil-Kostituzzjoni dak iż-żmien illum m'għadhomx iktar ta' bżonn, u ta' min wieħed jikkonsidra li jdur dawra sew mal-Kostituzzjoni tagħna u jara jekk kemm-il darba għandniex jew nemendawha mill-ġdid, jew induru u nneħħu ċerti partijiet li m'għadhomx rilevanti – naħseb li f'ċerti punti hemm wisq komplikazzjonijiet żejda – u dawk l-artikli li fi żmien ieħor kienu jimmeritaw li jkunu parti mill- Kostituzzjoni, illum ma jimmeritawx li jkunu jagħmlu parti mill- Kostituzzjoni.", "B'dan ir-raġunament, naħseb li llum għandna naħsbu u ngħidu li lill-ġenerazzjoni li ġejja u l-ġenerazzjoni ta' warajha għandna nippruvaw nagħtuhom Kostituzzjoni li tkun iktar aġġornata, tkun iktar għaż- żmenijiet li għandna preżentement u għaż-żmenijiet li deħlin għalihom.", "Mhux biss, imma fil-Kostituzzjoni, bid-diversi emendi li għamilna, għad hemm l-istess sens u l-istess loġika li kien hemm fid-dokument oriġinali ta' l-1964, meta Malta ħadet l-indipendenza.", "Naħseb li dan huwa suġġett li jimmerita attenzjoni u jimmerita li aħna bħala pajjiż nikkonċentraw iktar fuqu, nikkonċentraw fis-sens li l-importanza tal-liġi hija ta' natura fundamentali fi kwalunkwe demokrazija.", "Fil-fatt jekk nista' nagħti wkoll xi raġunijiet akkademiċi għal din il-kambjament, wieħed irid jgħid li għandna nħarsu ftit lejn il-Kostituzzjoni u naraw jekk huwiex possibbli li nagħmluha ftit iktar demoktratika.", "Għaliex?", "Għaliex kull demokrazija titlob li tiġi pperfezzjonata, skond iż-żmenijiet, skond il-fatturi soċjali, kulturali, politiċi, teknoloġiċi, imma hemm bżonn li kull kostituzzjoni tiġi aġġornata għaż-żmenijiet sabiex il-prinċipju tad-demokrazija ma jibqax statiku, imma jibqa' jiġi ammeljorat u jibqa' dejjem jingħata iktar importanza.", "Forsi wieħed irid iħares ukoll lejn mod aħjar ta' kif f'ċerti partijiet id- demokrazija tagħna, minn sitwazzjoni ta' demokrazija indiretta li aħna nħaddnu permezz ta' dan il-parlament, ikun hemm iktar sitwazzjonijiet ta' demokrazija diretta.", "M'huwiex proċess faċli.", "Wieħed ma jridx jaqa' fin- nassa ta' affarijiet sempliċi jew addirittura kważi redikoli, pero' ta' min wieħed iħares b'iktar attenzjoni lejn ir-referendum leġislattiv u kif wieħed jista' jġib iktar lill-poplu jifhem iktar l-importanza ta' l- involviment tiegħu fl-istituzzjonijiet.", "Jien naħseb li ta' min iħares lejn politika aħjar, fis-sens li għandu jkollna politika li tħares b'iktar attenzjoni lejn l-istituzzjonijiet politiċi.", "Riċetement kont qiegħed naqra silta minn ktieb ta' Ciriaco De Mita - Politica e Istituzzioni - u jagħmel dawn iż-żewġ punti li huma verament interessanti, u jgħid:", "\"Certamente ogni sistema politico vive e si regge sui valori fondamentali da cui e` nato.", "E la Repubblica percio` vive sui valori che l'hanno fondata: la conquista della liberta`, l'ugualianza e la partecipazione popolare.", "Ma io penso che all'interno della nostra Costituzione possono essere distinte due parti, quella relativa ai principi dei valori, che nessuno puo` mettere in discussione, e quella degli strumenti delle regole di organizazione delle istituzioni che garantiscono quei valori\",", "u jagħmel kritika u jgħid:", "\"In Italia e` mancata una politica istituzionale\".", "U naħseb li dan li qiegħed jilmenta fuqu De Mita japplika wkoll għal pajjiżna, fis-sens li aħna rridu nħarsu, wara ċert perijodu ta' żmien, lejn l-istituzzjonijiet li għandna.", "U wieħed irid iħares lejhom bil-għajn li tagħmilhom aħjar, itejjibhom u tmexxihom iktar 'il quddiem.", "U naħseb li l-mod ta' kif l-istituzzjonijiet politiċi tagħna ġew ifformati fl-1964 illum jimmeritaw li jkun hemm kummissjoni li tħares lejhom u tara l-avvanzi li saru, sija fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja kollha f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istituzzjonijiet.", "It-tielet punt akkademiku u li huwa ta' neċessita' kbira, huwa li wieħed irid iżomm dejjem quddiem għajnejh li l-bżonn ta' kostituzzjoni tagħna ħiereġ mid-dibattitu li, kif isejjaħlu l-ġurista Taljan Norberto Bobbio: \"Governo degli uomini o governo delle leggi?\"", "U fuq dan il-punt wieħed irid jieqaf u jaħseb u jara l-Kostituzzjoni tagħna.", "Il-Kostituzzjoni tagħna hija marbuta mal-ħsieb ta' Hans Kelsen, li tagħmel dak li jissejjaħ il- Grund Nor, jiġifieri liġi li hija suprema fuq il-liġijiet l-oħrajn, insenjament li aħna nieħdu f'artiklu 6 tal-Kostituzzjoni tagħna.", "Il-punt hawnhekk huwa dan: X'inhu li għandu jmexxi Stat tajjeb?", "Gvern li s-sistema legali tiddependi fuq min imexxieh, jew inkella għandu jkun hemm l- importanza mogħtija lil-liġijiet?", "Bobbio jiċċita sija lil Platun u kif ukoll lil Aristotele fuqha din il-ħaġa u ġustament iqiegħed dan il-bilanċ:", "\"Mentre il primato della legge protegge il cittadino dall'arbitrio del cattivo governante, il primato dell'uomo lo protegge dall'applicazione indiscriminata della norma generale\".", "Jiġifieri inti trid issib bilanċ bejn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet.", "Għax filwaqt li l-importanza tal-liġi qiegħda hemm biex kulħadd ikollu mistrieħ li ma jistax ikun hemm l-abbuż tal-poter, min-naħa l-oħra l-gvern tal- bnedmin qiegħed hemm biex jiggarantixxi li ma jkunx hemm abbuż fl- applikazzjoni indiskriminata tal-liġi, fis-sens li fl-applikazzjoni tal- liġi ma jidħolx il-kriterju tal-ġustizzja li l-bniedem biss huwa kapaċi li jamministra tajjeb.", "Norberto Bobbio jispiċċa biex jgħid illi:", "\"Posso concludere tranquillamente che la democrazia e` 'l governo delle leggi per eccellenza\".", "U jgħid li iktar ma l-liġijiet ikun tajbin, iktar huma garanzija għat- tħaddim tajjeb tad-demokrazija.", "Barra minn dan il-punt, biex ngħidulu akkademiku, hemm punt ieħor li wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni f'dan id-dibattitu.", "Dak huwa fuq il-punt li huwa marbut mas-sovranita' tal-pajjiż.", "Tajjeb ukoll li l-kunċett tas- sovranita' wieħed iħares lejh b'dak li huwa llum aċċettat mal-ġuristi barranin, li sfortunatament dan il-ħsieb u dan it-tagħlim għadu ma daħalx biżżejjed fid-dibattitu ta' dan il-pajjiż.", "Fil-fatt ċertu Gustavo Swarovski, li kien imħallef u awtur ta' kiteb diversi kotba, fuq dan il- punt jgħid li l-kunċett tas-sovranita' kif konċepit taħt il-monarkija llum m'għadux jeżisti, u hemm forzi li kielu dan il-kunċett - li huwa jseħilhom corrosive - u jqiegħdhom f'din il-linja, waħda wara l-oħra, u jgħid: L- ewwel ħaġa s-sovranita' ta' pajjiż naqset minħabba fil-pluraliżmu politiku u soċjali peress li l-istess pluraliżmu jikkontesta s-sovranita'.", "It- tieni, il-formazzjoni ta' ċentri ta' poter li huma alternattivi jew li jimxu paripassu ma' l-Istat, u dawn joperaw fil-kamp politiku, ekonomiku u kulturali, li għandhom sija dimensjoni fuq it-territorju partikolari, kif ukoll li ġejjin minn influwenza internazzjonali.", "It-tielet, il-progress istituzzjonali ta' diversi għaqdiet internazzjonali, ibda mill-Ġnus Magħquda, fejn għandek ukoll it-teħid tas-sovranita` tal-pajjiżi.", "Ir-raba' u l-iktar importanti, l-għotja tad-drittijiet fundamentali liċ-ċittadin, b'mod li kull ċittadin jista' jikkontesta lill-Istat u jista' jġiegħel lill- Istat imur lura mid-deċiżjonijiet li jkun ħa u dan sija permezz ta' qrati nazzjonali u anke internazzjonali, li minħabba fit-trattati li jkun daħal għalih dak il-pajjiż jimponu li jkun hemm it-tnaqqis tas-sovranita' tal- pajjiż.", "Jiġifieri f'din id-dimensjoni wieħed irid jgħid li wasal iż-żmien li wieħed jidħol ftit iktar fil-fond u jħares lejn bżonn, bżonn reali, bżonn li bħalissa m'aħniex qed inħossuh daqshekk, pero' wisq nibża' li jekk kemm-il darba ma jiġix affrontat minn issa, ma nibdewx naħsbu minn issa, iktar 'il quddiem ikollna problemi.", "Jiena nara wkoll diġa' ċerti problemi, Sur President.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn il-Kostituzzjoni tagħna jara li għandek kapitlu 3 li jittratta fuq iċ-ċittadinanza, li llum tant ġie emendat li wieħed irid jistaqsi jekk kemm-il darba dan għadux rilevanti li jibqa' fil-Kostituzzjoni bil-mod ta' kif inhu qiegħed u jekk għandux jiġi fformolat kompletament differenti.", "Għandek ukoll il-problema ta' fejn jidħlu d-drittijiet fundamentali, fejn inti għandek numru ta' drittijiet fundamentali kif tniżżlu fil-Kostituzzjoni ta' l-1964 li llum f'ċerti postitjiet minnhom, f'ċerti partijiet minnhom, jew ġew sorpassati jew tilfu mis-sens tagħhom minħabba fil-liġi li għamilna fl-Att IV ta' l-1987, fejn daħħalna bħala parti mis-sistema legali tagħna l-konvenzjoni tad-drittijiet fundamentali.", "U dan m'aħniex insemmu l-karta li saret mill-Parlament Ewropew fuq id-drittijiet fundamentali, fejn hemm ukoll ġie mmarkat ċertu progress f'dan il-kamp.", "U ta' min illum jara jekk ċerta protezzjoni li kienet qed tagħti l-Kostituzzjoni għadhomx neċessarji jew le.", "Wieħed irid jara jekk kemm-il darba ċerti liġijiet li ma setgħux jiġu attakati, hemmx iktar il-bżonn illum li nibqgħu nagħtuhom ċertu protezzjoni.", "U f'dan id- dawl wieħed irid jistudja ftit iktar u jagħmel karta kostituzzjonali li tkun iktar konformi maż-żmenijiet u ma' l-aġġornament kollu li qed isir.", "Wieħed irid iħares ukoll lejn dak il-provvediment li bih waqqafna l- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja – din tidher li qed taħdem tajjeb ħafna u riċentement sar ukoll progress bil-pubblikazzjoni ta' kodiċi ta' etika għall-imħalfin – sabiex naraw jekk kemm-il darba hemmx lof għal xi emendi, hemmx lok ta' avvanz fiha.", "L-istess għad-diversi emendi li għamilna, bħal fil-każ ta' l-awditur ġenerali.", "Jien ngħid li ta' min wieħed ipoġġi ftit u jħares lejn il-Kostituzzjoni u jġib ftit iktar loġika u ftit iktar sens, u forsi wkoll jintroduċi prinċipji ġodda jew ħsebijiet ġodda.", "Per eżempju, wieħed mill-punti kbar tad-demokrazija u li dejjem ġie sostnut fil-fond kien is-separazzjoni tal-poteri bejn il-leġislattiv, l- esekuttiv u l-ġudikatura, li fi żmien meta ġiet prospettata din it-teorija kienet neċessita' li tifred u żżarma s-saħħa li kellu f'idejh ir-re u jkollok bnedmin li kull wieħed għandu l-funzjoni tiegħu.", "Pero' f'ċerti mumenti u f'ċerti drabi s-separazzjoni ġiet ukoll interpretata li ma jkunx hemm rapport ta' djalogu u ta' diskussjoni bejn dawn l-organi, speċjalment f'dak li huwa l-kamp tal-ġudikatura mal-leġislatura u ma' l-eżekuttiv.", "Jien ngħid li għandna nikkreaw postijiet fejn wieħed ikun jista' joħloq dan id-djalogu bejn il-ġudikatura u l-leġislatura.", "Għaliex?", "L-ewwel ħaġa u l- iktar problema kbira u kważi ftit ta' nkwiet u ta' urġenza hija n-numru ta' sentenzi li ngħataw mill-qrati li ddikjaraw artikoli li huma anti- kostituzzjonali li baqgħu fil-liġi għaliex biex jitneħħew mil-liġi trid issir liġi hawnhekk.", "U qegħdin f'sitwazzjoni ftit żbaljata li sentenza tal- qorti li tkun iddikjarat artiklu li huwa anti-kostituzzjonali, terġa' ssib l-istess qorti bl-istess kawża u bl-istess kwestjonijiet quddiema, fejn il- punt jerġa' jiġi dibattut mill-ġdid, proprju għaliex dan il-parlament ma neħħiex dawk l-artikli, jew m'emendahomx dawk l-artikoli.", "It-tieni punt li jimmerita attenzjoni u li ftit nagħtuh importanza huwa dak ta' l-esperjenza li l-ġudikatura għandha.", "Il-ġudikatura hija l-post fejn il- liġijiet li ngħaddu jiġu applikati, jiġu mqiegħda fis-seħħ għaċ-ċittadini, f'dawk li huma drittijiet u obligazzjonijiet tagħhom.", "U hemm diversi punti li fih il-ġudikatura ssib ċerta inadegwatezza, ċerti toqob, ċerti punti li għandhom jiġu modifikati.", "U l-ġudikatura ssib lilha nnifisha fil-pożizzjoni fejn m'hemmx dak ir-rapport normali, kontinwu bejn l-istituzzjonijiet sabiex l-għerf tagħha tgħaddih ukoll lil-leġislatura sabiex jew inġustizzji jinħarbu jew inkella l-ġustizzja ssir b'mod iktar rapida u b'mod li l- partijiet involuti jħossu liberament li saret ġustizzja magħhom.", "F'din id- dimensjoni naħseb li hemm bżonn inħarsu lejn il-problemi li l-ġudikatura ssib fil-kamp penali, fil-kamp ċivili, fid-diversi partijiet tal-liġi.", "Illum tant għandna liġijiet, tant għamilna liġijiet, taħt din il- leġislatura għamilna numru ta' liġijiet u ilna mill-1987 sal-lum nilleġislaw kwantita' kbira.", "Dan ifisser, Mr Speaker, li anke l-ġudikatura hija kkonfrontata minn diversi punti legali li tajjeb li aħna bħala leġislatura nisimgħuhom u naraw kif nistgħu nagħmlu s-sitwazzjoni aħjar għaċ-ċittadin tagħna.", "Għaliex kwalukwe pajjiż jimxi 'l quddiem meta jkollu liġijiet tajbin.", "Meta ma jkollux liġijiet tajbin, sfortunatament il-pajjiż imur lura.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix dak l-insenjament ta' diversi filosofi bħal Platun, Aristotli, fuq dan il-punt u jgħid kemm il-liġijiet jagħmlu ġid lil kwalunkwe stat.", "F'dan id-dawl irrid ngħid li hemm bżonn li l-Kostituzzjoni tagħna nibdew naħsbu serjament sabiex induru ftit dawra magħha, u nduru sew magħha, għaliex hemm artikli li llum ġew mhux midfuna imma ma jagħmlux iktar sens, u tajjeb li wieħed ipoġġi bil-qiegħda u jara iktar fil-fond din is-sitwazzjoni.", "Naħseb li aħna bħala pajjiż, fl-1964 kien hemm ċerti raġunijiet politiċi u ċerti konsiderazzjonijiet li ttieħdu biex saret dik il-Kostituzzjoni, kostituzzjoni li fil-fatt kienet marbuta ma' l- indipendenza ta' pajjiżna mill-Ingliterra.", "Wieħed irid jgħid li l-atmosfera politika li kien hemm dak iż-żmien hija kompletament differenti mill- atmosfera politika llum, u naħseb li b'ċerta trankwilita' ż-żewġ naħat tal- Kamra nistgħu, jew aħjar għandna npoġġu bil-qiegħda, u nħarsu ftit iktar fil-fond.", "Per eżempju, isir ħafna dibattitu fuq l-istituzzjoni tal-presidenza, fuq l- istituzzjoni parlamentari, kemm l-istituzzjoni parlamentari qed taħdem tajjeb, kif qiegħda taħdem, x'għandu jkollha l-istituzzjoni parlamentari, x'għandu jkollu l-esekuttiv, x'poteri għandu jkollu, x'inhi l-protezzjoni li ċ-ċittadin għandu mid-deċiżjonijiet fl-eżekuttiv.", "Per eżempju, wieħed għandu jħares lejn l-ombudsman u jgħid: L-ombudsman tul dan iż-żmien kollu, ix-xogħol li sar, hemm xi punti li jimmeritaw li l-liġi tiġi emendata fuqhom?", "Hemm xi affarijiet li wieħed jista' jipperfezzjona aħjar din l- istituzzjoni li fil-fatt tirrappreżenta l-ġustizzja fil-kamp amministrattiv f'ħafna sens, Mr Speaker.", "Wieħed irid iħares biex jagħti iktar rimedji liċ-ċittadini tagħna, għaliex iċ-ċittadin iħossu parti mill-istituzzjonijiet meta l-prinċipji li nsejħu tal-liberta' u tal-ġustizzja jiġu verament imħaddna.", "U f'dan id-dawl, f'din id-dimensjoni, naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna naqblu, sija fuq id- demokrazija kif ukoll fuq il-liberta' u l-ġustizzja, kif ukoll fuq il-bżonn tal-parteċipazzjoni popolari tal-poplu tagħna.", "U naħseb li f'din id-direzzjoni għandna naħsbu biex ninxteħtu ftit, mhux neċessarjament li f'ċertu żmien bilfors irid joħroġ rapport jew dokument, imma ta' min wieħed ipoġġi bil-qiegħda u jħares, l-ewwel lejn l-adegwatezza tad-diversi artikli li hemm u wieħed jipprova jġib loġika, għax ngħid li f'ċerti postijiet, f'ċerti punti m'hemmx iktar loġika f'ċerti affarijiet.", "Ta' min wieħed iħares lejn il-bżonn tal-pajjiż, jekk kemm-il darba il- pajjiż għandux bżonn ċerti artikli li jkunu fil-Kostituzzjoni u għandux idaħħal artikli oħrajn fil-Kostituzzjoni biex jagħmilha iktar adegwata u iktar aġġornata.", "Mr Speaker, għalkemm naf li dan huwa punt li m'huwiex qiegħed jiġi ddibatut la mill-gazzetti u lanqas minn hawnhekk fil-parlament, pero'ngħid għalija nħossni fid-dmir bħala deputat li dan il-punt inqajmu.", "Fil-bidu ta' dan is- seklu, biex inqiegħdu d-diskors f'din id-dimensjoni, ta' min wieħed iħares u jgħid: Il-ġenerazzjonijiet li ġejjin x'Kostituzzjoni se jkollhom?", "Il- Kostituzzjoni li għandna llum hija l-Kostituzzjoni li se tkun applikabbli għall-bżonnijiet ta' dak iż-żmien jew tiġi applikabbli għaż-żmenijiet tal- lum.", "Nistgħu ngħidu: U iva, dak jarawh uliedna!", "U nistgħu wkoll nieħdu r- responsabbilta' fuqna u ngħidu: Ejja nibdew nagħmluha aħna stess minn issa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 15 ta' Mejju 2001, fis-6:00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BIS - BIĊĊERIJA", "24930.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana kemm hija l-ħażna tal-laħam tal-BIS fil- biċċerija fil-mument?", "Jista' jgħid kemm huwa l-valur tal-ħlas li jrid isir sal-lum lir-raħħala u l-biċċiera privati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta' Marzu, fil-cold stores tal-biċċerija, kien hemm 118-il tunellata ċanga, li kollha hija mibjugħa b'tender.", "Is-somma dovuta lir-raħħala u l-biċċiera privati sa l- aħħar ta' Marzu 2001 hija ta' Lm 268,645.", "ĦATT TA' FELU", "24931.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana bl-investigazzjoni li saret dwar il-każ rapportat mill-ġurnal l-orizzont ta' l-Erbgħa 28 ta' Marzu 2001, f'paġna 3, dwar il-felu li nħatt bil-moħbi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-felu li ssema fil-ġurnal li rrefera għalih, iddaħħal f'Malta bil-liċenzji, bir-release order u biċ-ċertifikati skond il-kundizzjonijiet li nħarġu mis-Servizz Veterinarju.", "BAQAR/GĦOĠĠIELA", "24932.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana kemm huwa n-numru tal-merħla tal-baqar u għoġġiela fl-irziezet fil-mument f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' jinfurmana kemm kien l-istess numru sa l-aħħar ta' Diċembru li għadda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond ir-rekords tat-testijiet li jsiru fl-irziezet matul is-sena, in-numru ta' baqar u għoġġiela f'Malta u f'Għawdex huwa skond it-tabella hawn taħt:", "Malta 11,936 Għawdex 1,617", "PULIZIJA - SWAT FUQ ANZJANI", "24933.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinfurmana dwar mistoqsija parlamentari nru.", "22287?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari Nru. 22287 ingħatat f`Seduta 469.", "MRL - TESTIJIET", "24934.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari nru.", "23390 dwar ir-residues levels tal-laħam abjad?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-testijiet fuq ir-residues li saru fuq il-laħam tat-tjur huwa skond kif isegwi:", "Laħam Abjad (Tjur)", "Anticoccidials 15 il-kampjun: riżultati kollha negattivi.", "Sulfonamides 4 kampjuni: riżultati kollha negattivi.", "Quinolones 10 kampjuni: riżultati kollha negattivi.", "SANTWARJU TAL-QTATES", "25095.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24334 u 24335 u t-tweġibiet tal-Ministru għalihom, x'passi ttieħdu s'issa biex iseħħ dak li trid id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jiġifieri, rilokazzjoni tas-Santwarju tal- Qtates mill-Kulleġġ tal-Biedja fejn jinsab bħalissa migħajr il-permessi meħtieġa ta' l-istess diviżjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Assoċjazzjoni responsabbli mill-qtates qiegħda tfittex post alternattiv u adattat biex isir santwarju tal-qtates.", "Sadanittant m'għadhiex iżżid mal-qtates li hemm fis-santwarju.", "TA' ĠIORNI - DRENAĠĠ", "25096.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24337 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru għall- Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe: jista' jara li jittieħdu l- passi meħtieġa biex id-drenaġġ tal-block kollu ma jibqax jiżbokka u jiżbroffa fil-garaxx mingħand l-inkwilini ta' Blk A, 1, Bertha KIIg, f'Ta Ġiorni?", "Meta se jittieħdu dawn il-passi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba tal-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "PERMESS TA' PARKING", "25097.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il- persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament tingħata l-permess li jkollha spazju qrib id-dar fejn tipparkja l-karozza tagħha peress li saħħitha qed tiddeterjora u ma tistax timxi distanzi twal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li permess għal Reserved Parking quddiem id-dar ta' persuni b'diżabilita' jingħataw lill- dawk li għandhom diżabilita' severa u permanenti.", "Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant la ssofri minn diżabilita' severa u lanqas permanenti.", "ĊENTRU RESIDENZJALI TA' L-ANZJANI", "25098.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tintlaqa favorevolment l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex jidħol f'xi ċentru residenzjali ta' l-anzjani peress li saħħtu marret lura u ma jiflaħx jieħu ħsieb tiegħu nnifsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna msemmija applikat biex tidħol f'dar ta' l-anzjani fit-2 ta' April li għadda.", "Bħalissa l-persuna qiegħda rikoverata fl-Isptar San Luqa u l-każ ġie riferut għand is-Social Worker biex isir l-assessment.", "PULIZIJA - PARKING", "25099.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament titħalla tipparkja l-karozza tagħha fi spazju qrib id-dar tagħha għax saħħitha qed tkompli tmur lura u ma tistax timxi fit-tul?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "UFFIĊJU TAL-KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA", "25142.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Maltin jaħdmu ma' l-Uffiċju tal- Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra?", "Min huma dawn iċ-ċittadini Maltin?", "Mil- liema data bdew f'dan l-impjieg?", "X'inhu x-xogħol tagħhom f'kull każ?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill- Onorevoli Interpellant.", "GOZO CHANNEL", "25194.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li s-servizz ta' trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex jibqa' monopolju ta' kumpanija waħda?", "Jistgħax jgħarraf lill-Kamra jekk il-Gvern hux qed jħallas biex jissussidja f'xi forma jew oħra dan is-servizz?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kienet in- nefqa pubblika f'dan ir-rigward fl-aħħar tlitt snin?", "Kemm hu d-dejn akkumulat li l-kumpanija Gozo Channel għandha mal-Gvern Malti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li minħabba restrizzjonijiet ta' \"berthing\" kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa, ma jkunx faċli li aktar minn kumpanija waħda topera s-servizz ta' bejn Malta u Għawdex.", "Barra minn hekk, min jopera dan is-servizz ikun irid iġorr il-piż ta' l- obbligazzjoni soċjali minħabba d-double insularity ta' dawk li jgħixu f'Għawdex, kif ukoll għall-ekonomija taż-żewġ gżejjer, partikularment dik ta' Għawdex.", "Il-Gvern pers se mhu qed iħallas l-ebda ammont ta' flus biex jissussidja f'xi forma jew oħra dan is-servizz, L-uniku sussidju mħallas mill-Gvern għas-servizz huwa mħallas dirett mid-dipartiment ikkonċernat għal dawk li jużaw is-servizz biex iġorru prodotti agrikoli jew industrijali.", "Fil-fatt hija l-Kumpanija Gozo Channel li qed tissussidja l-fares ta' l- Għawdxin residenti Għawdex u ta' l-anzjani, kif ukoll free travel għall- persuni b'diżabilita'.", "Dawn ta' l-aħħar kollha għandhom pass speċjali li jinħareġ mill-Kummissjoni għal Persuni b'Diżabilita'.", "Tajjeb jingħad li tul dawn l-aħħar ħames snin finanzjarji tal-Kumpanija, is- sussidji mogħtija mill-Gozo Channel kien jammonta għal Lm4,453,769.", "Din iċ- ċifra ma tinkludix il-free travel li minnha jibbenefikaw il-persuni b'diżabilita', kif ukoll dawk il-persuni li għandhom il-Free Travel Pass.", "Sa llum ma hemm l-ebda ammonti akkumulati u li huma dovuti mill-Kumpanija lill-Gvern.", "Fl-aħħarnett mhux ta' min jinsa l-investiment li sar fuq iż-żewġ vapuri ġodda tal-Gozo Channel.", "MUŻEW TAL-ARTI", "25195.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-inkjesti li saru wara l- għabien ta' pittura u oġġetti oħra mill-Mużew tal-Arti fil-Belt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proċess ta' l-istħarriġ għadu miftuħ.", "PULIZIJA - PATROLS", "25196.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu l-għadd u liema huma l-għases tal-Pulizija li m'hux qed jinżammu miftuħa l-ġurnata kollha?", "Isiru patrols tal-pulizija regolarment fl-inħawi fejn l-għases jinżammu magħluqa?", "Jistax jgħarraf lill- Kamra kemm għases tal-Pulizija bdew jinfetħu l-ġurnata kollha (meta qabel ma kienux jagħtu servizz sħiħ) ma tul l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Infurmat ukoll illi patrols isiru kemm mill-Pulizija tad- Distrett kif ukoll minn dawk tal-Mobile Squad.", "SERVIZZ PUBBLIKU", "25197.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' nisa impjegati fis-servizz tal-Gvern fil- gradi rispettivi li jeżistu?", "Kemm minnhom qegħdin fl-iskala minn I sa 4?", "Kemmminn dawn ħadu promozzjoni għal dawn l-iskali (jiġifieri b'salarju minn Lm 7,534 il-fuq) minn Ottubru 1998 'l hawn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infrumat illi n-numru ta' nisa impjegati fis-servizz pubbliku hu ta' 8884.", "Minnhom, 17 qegħdin fi skala minn 1 sa 4.", "Għaxar impjegati minn dawn ħadu promozzjoni minn Ottubru 1998 'l hawn.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.", "INVESTIMENT", "25198.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu l-valur tal-investiment li għamel il-Gvern Malti permezz tal-MDC, l-kumpannija MGI u l-MIMCOL?", "Kemm minn dan l-investiment sar fl-aħħar sentejn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "DROGI", "25199.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm tressqu nies fl-aħħar għaxar snin akkużati b'importazzjoni, traffikar u assoċjazzjoni relatati mad-drogi?", "X'tip ta' droga nqabdet u xi kwantita?", "Kemm ġew ikkundannati u għal liema tul f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija dwar persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati mad-droga, għall-perijodu mill-1991 sas- sena 2000, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22825, filwaqt li matul is-sena 2001, sat-30 ta` April, ninsab infurmat illi tressqu l-Qorti 43 persuna fuq l- akkużi msemmija.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija li tirrigwardja l-kwantita` u t-tip ta` droga li nqabdet, għall-perijodu mill-1991 sas-sena 2000, nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 69, 7979, 12766 u 23034.", "Fis-sena 2001, sat-30 ta` April, ninsab infurmat illi d-droga maqbuda kienet kif ġej:-", "Cannabis Grass 26 grms Cocaine 2 kg 682.5 grms Estacy 1.060 tablets Heroin 187.9 grms", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi mis-717-il persuna li tressqu l-Qorti bejn l-1991 u s-sena 2001, sat-30 ta` April, 319 ġew misjuba ħatja, 107 ġew liberati, filwaqt illi l-każijiet ta` 291 għadhom sub-judice.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA", "25309.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-anzjan li ismu qed jintbagħat separatament hux ser jieħu ż-żieda għall-għoli tal-ħajja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.", "INCOME TAX BANDS", "25310.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm bidliet fil-bands tal-ħlasijiet tal-Income Tax mill-1987 sal-lum?", "Jista' f'kull każ jgħid kemm kien in-numru ta' tax payers?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1987 sar tibdil fit-tax bands ħames darbiet.", "Dawn saru f'dawn is-snin:", "1987 (Att VIII tal-1987) 1989 (Att XXXI tal-1998) 1990 (Att XXXVI tal-1990) 1996 (XX tal-1996) 2000 (Att XI tal-2000)", "Mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal- mistoqsija sena b'sena, imma n-numru totali ta' taxpayers individwi llum huwa 211,058.", "Dan it-total jinkludi numru ta' individwi mejtin jew miżżewġin jew nies li m'għadhomx residenti f'Malta u li l-account tagħhom għadu ma ngħalaqx.", "Għalhekk it-total reali huwa inqas.", "DONAZZJONIJIET", "25329.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id- donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25330.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id- donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25331.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR MICHAEL REFALO: Peress li t-tiksib ta' din l-informazzjoni tinvolvi utilizzazzjoni kbira ta' nies u siegħat ta' xogħol nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini, anke privatament, ir-raġuni li wasslitu biex jitlob din l-informazzjoni.", "DONAZZJONIJIET", "25332.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25333.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25334.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "PERMESS TA' HAWKER", "25417.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk persuna li għandha permess ta' hawker sabiex tbiegħ il- ħxejjex, jistax ikollha wkoll permess li tbiegħ il-preserves?", "Jekk fl- affermattiv, xi trid tagħmel?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejjiegħ fit-toroq jista` jbiegħ dawk l-oġġetti skond ma jkunu indikati fuq il-permess.", "Biex persuna li jkollha permess ta` bejjiegħ fit-toroq tbiddel il-ġeneru jew iżżid jew tnaqqas mill-ġeneru li tbiegħ, din għandha tagħmel talba (applikazzjoni) bil-miktub fl-uffiċċju tal-Liċenzji, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana.", "DIAMOX & INDEXOL", "25418.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ilhom neqsin il-mediċini Diamox u Indexol mill- ispiżeriji tal-Gvern?", "Meta ser ikunu available?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC", "25419.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għall-ETC persuna tirreġistra bħala bajjad ifissirx li trid taċċetta xogħol bħala kaħħal u jew bennej (ċioe fil-kostruzzjoni) għax inkella tinqata' mir-reġistrar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol jiġu offruti mpjieg skond il-preferenzi li huma jirreġistraw għalihom.", "Jekk, wara ammont ta' żmien ma jsibux xogħol, jew dak ix-xogħol li huma jkunu rreġistraw għalih ma jkunx hawn fis-suq, il- Korporazzjoni tista' toffri xogħol li huwa relatat.", "Jekk l-individwu ma jkollux il-ħiliet meħtieġa, il-Korporazzjoni tgħinu billi tibgħatu għat- taħriġ jew jekk ikun eleġibbli ddaħħlu fi skemi li toffri l-Korporazzjoni.", "Ix-xogħol ta' bajjad huwa parti mis-settur tal-kostruzzjoni u għalhekk persuni jistgħu jintbagħtu, dejjem skond il-kriterji mitlubin minn min iħaddem u skond il-proċeduri tal-Korporazzjoni.", "Ta' min jgħid u jfakkar illi l-ewwel obbligu qiegħed fuq l-individwu biex isib xogħol.", "Kull min jirrifjuta offerta ta' xogħol jew taħriġ mingħajr raġuni valida jinqata' minn fuq ir-reġistru.", "RENAL DIALYSIS", "25486.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm pradiatric area attrezzata għat-tfal li jkollhom bżonn renal dialysis?Jekk hemm il-ħsieb meta se ssir u meta hu maħsub li titlesta?", "Kemm se tiġi tiswa u min qed jieħu ħsieb li jara li din issir?", "Kemm hemm tfal taħt is-16 il-sena li qed jagħmlu renal dialysis?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PART-TIMERS", "25579.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jispjega id- diskrepanzi fil-figuri tal-part-timers fis-sena 2000 bejn dawk ippublikati bejn il-Ministeru tal-Finanzi u dawk tal-ETC ippublikati mill-NSD?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tasal għan-numru ta' part-timers skond l- informazzjoni li tirċievi mingħand l-employers jew l-individwi fil-formola ta' dikjarazzjoni ta' bidu ta' Impjieg.", "SOCIAL SECURITY OUTLAYS", "25580.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm social security outlays dovuti għas-sena 2000 li ġew mħallsin u/jew li ser jitħallsu mill-Gvern fis-sena finanzjarja li ninsabu fiha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-2000 id- Dipartiment tas-Servizzi Soċjali ħallas Lm175.9 miljuni f'pensonijiet u benefiċċji taħt il-liġi tas-Sigurta' Soċjali maqsuma ħekk :", "Lm141.7 miljuni f'pensjonijiet u benefiċċji kontributorji, u", "Lm 34.2 miljuni f'pensjonijiet u benefiċċji mhux kontributorji.", "Għar-rigward ta' x'kien dovut għall-2000 iżda ser jitħallas f'din is-sena, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal- Politika Soċjali.", "BANK ĊENTRALI", "25581.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma rapporti li il-Gvern talab lill-Bank Ċentrali jgħaddilu parti mill-profitti din is-sena ferm qabel ma soltu jagħmel dan fi snin oħra, ngħidu aħna fis-sena 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali sa minn dejjem kien jgħaddi ħlasijiet ta' parti mill-profitti tiegħu lill-Gvern qabel ma dawn ikunu għadhom ġew ċertifikati mill-awditur.", "Matul l-aħħar ħmistax-il sena ħlasijiet tal-profitti dejjem saru f'żewġ jew tliet partijiet bejn Jannar u April.", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION FEES", "25582.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jindika x'effett kelli it-tnaqqis fl-importazzjoni tal-karrozzi fuq dak li huwa import duty on motor vehicles kif wkoll motor vehicle registration fees?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri ta' import duty on motor-vehicles (li jitħallas biss fuq karozzi ta' oriġini mhux Ewropeja) għall-perjodu Jannar-Marzu 2001 kien 56.4% ta' li kien fl- istess perjodu fis-sena 2000.", "Mill-banda l-oħra l-VAT miġbura kienet 72%.", "Dan jista' jindika li globalment l-ikbar tnaqqis sar fl-importazzjoni ta' karozzi ta' oriġini mhux Ewropeja.", "Dwar registration fees nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-misotqsija lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "Għidt kemm il-darba li hu żbaljat li wieħed jagħmel ġudizju fuq it-turn out ta' sena minn dak li jiġi fil-bidu.", "Pero', naturalment l-għaqal ħafna drabi jċedi għall-esiġenzi propogandistiċi.", "PERFORMANCE BONUS", "25597.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25406?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar uffiċjali fuq performance agreement fid-dekasteru tiegħi.", "L-informazzjoni mitluba dwar uffiċjali fuq performance agreement f'Ministeri oħra għandha tintalab lill-Ministri konċernati.", "HOUSING", "25598.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25299 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru w li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid b'kemm rata u b'liema sistema ġie allokat il-garage 14, Ġewża Str, San Ġwann li qabel kien in-numru 7?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-garage numru 14, li qabel kien numru 7, fi Triq il-Ġewża, San Ġwann, ġie mikri fid-9 ta` Lulju 1992, wara sejħa għall-offerti ppubblikata fit-3 ta` April 1992 (avviż numru 101) bil- kera ta` Lm162 fis-sena.", "PA", "25605.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-faċċata tal-Bank Ċentrali hux kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret mill- Ispettur tal-bini ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar inkarigat mill-area, irriżulta li x-xogħlijiet li qed isiru fil-Bank Ċentrali jikkonsistu f`restorazzjoni u tikħil tal-faċċata skond kif approvat fin-notifika bir- referenza GDO 185/01 datata 22 ta` Frar 2001.", "PROĊESS KRIMINALI", "25614.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' persuni ta' nazzjonalita Maltija li fl-aħħar għaxar snin kellhom proċess kriminali kontrihom barra minn Malta, f'liema pajjiżi, meta, x'weħlu u meta ġew lura Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l- mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.", "LISTA TAL-IMPJEGATI", "25615.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-impjegati kollha fis-segretarjati privati, bin-numru tal- identita', x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu mal-prim ministri u ministri u segretarji parlamentari, fl-aħħar għaxar snin, bid-dati rispettivi ta' meta kienu impjegati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKONTAR TA' SENTENZI", "25616.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-Maltin li bħalissa jinsabu jiskontaw sentenzi barra minn Malta, għal liema akkużi qegħdin il-ħabs, kemm hu ż-żmien ta' kundanna u meta jidher li se jiskontaw is-sentenza li għandhom kontrihom", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PRIĠUNIERI BARRANIN", "25620.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid għal liema reati kienu ġew ikkundannati dawk il-priġunieri barranin li qed jitolbu li jiskuntaw il-piena li fadal mis-sentenzi tagħhom f'ħabsijiet ġewwa pajjiżhom?", "Jista' l-Ministru jispeċifika kemm huwa n- numru ta' dawn il-priġunieri u n-nazzjonalita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta` priġunieri barranin li talbu li jiskuntaw il-piena li fadal mis-sentenzi tagħhom f`ħabsijiet ġewwa pajjiżhom hu ta` 9.", "Minn dawn 7 huma Libjani filwaqt li 2 huma Olandiżi.", "Ir-reati li dwarhom dawn il-persuni ġew ikkundannati huma: pussess u importazzjoni ta` droga (3), pussess u traffikar ta` droga (2), importazzjoni ta` droga (3), u sensiela ta` serq (1).", "SERQ", "25622.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx serq ta' flus mill- uffiċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?", "Jekk fl-affermattiv, saret inkjesta u x'kien ir-riżultat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li naqsu xi flus mill-Ufficcju tal- Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.", "Dwar dan il-Kunsill ghamel rapport lill- Pulizija li qed tinvestiga l-kaz.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "25632.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid 1) Meta daħal fis-seħħ l-aħħar ftehim kollettiv li jkopri l-korp akkademiku ta' l-Universita' ta' Malta? 2) Meta skada dan l-istess ftehim kollettiv?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-aħħar ftehim kollettiv li jkopri l-korp akkademiku ta' l-Universita` ta' Malta daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1991 u skada fl-1 ta' Jannar 1997.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "25633.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid 1) Matul kull sena mill-1995 sa llum, kienx hemm riżenji minn fost il-korp akkademiku full-time ta' l-Universita' ta' Malta?", "Jekk iva, minn liema fakulta, ċentru jew istitut seħħew dawn ir-riżenju u f'liema sena? 2) Kemm tħaddem illum staff akkademiku l-Universita' ta' Malta, maqsum bejn full-time, full-time fil-Junior College u permanent part- time?", "Dawn in-numri kif inbidlu matul kull sena bejn l-1988 u llum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MUMN", "25634.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24591 li saret fl-20 ta' Marzu 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-proposta ta' l-MUMN qed tiġi evalwata fid-dawl ta' proposti għal riformi aktar fit-tul fis-servizz tal-catering għall- isptarijiet tagħna.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-KAVALLIERI", "25635.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli d-dipartiment tat- toroq jgħid meta hu maħsub li ssir Triq il-Kavallieri ta' Malta, Wied il- Għajn, li tinsab fi stat ħażin ħafna u minkejja li hemm għadd ta' residenti, uħud minnhom bi tfal żgħar baqgħet qatt ma saret?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f'diskussjoni mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn biex jiġi stabbilit il- programm tax-xogħol għall-lokalita', u Triq il-Kavalieri tkun tista' tiġi asfaltata skond il-prijoritajiet li jkunu miftehma bejn id-Dipartiment u l- Kunsill Lokali.", "DAY CENTRES", "25636.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm day centres f'Malta w Għawdex?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm jattendu f'kull ċentru?", "X'inhu l-istaff complement b'kull ċentru?", "X'inhu l-ispiża totali f'kull ċentru?", "Kemm hu stmat li tqum kuljum kull persuna li tattendi ċentri bħal dawn?", "ONOR LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Malta hawn 10 Ċentri ta' Matul il-Jum.", "L-attendenza u l-istaff complement ta' kull Ċentru hi kif ġej:", "Ċentru Membri Uffiċċjal Spejjeż ta' Matul Regolari Inkarigat u Salarji u il-Jum Staff Kera Stima 2001", "Żejtun 95 8 Lm27,210 Ħamrun 143 5 Lm23,004 Dingli 69 4 Lm11,520 Qormi 95 5 Lm17,262 Sliema 67 6 Lm17,250 Żurrieq 66 5 Lm19,670 Mtarfa 119 4 Lm11,300 B'Kara 71 4 Lm12,347 Bormla 51 4 Lm11,100 Luqa 67 3 Lm 9,675", "In-nefqa rikorrenti hi kollha mħallsa mill-Gvern.", "Il-membri jħallsu bejn Lm1.00 u Lm2.50 fix-xahar skond in-numru ta' ġranet li l-anzjan/a jattendu.", "EMBELLISHMENT PROJECTS", "25652.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk ir-review ta' l-embellishment projects li bdew fi żmien Gvern Laburista tlesties?", "Jekk iva, x'irriżulta minn dan l-istess review?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika għal liema review ta' l-embellishment projects qed jirreferi.", "TOROQ", "25653.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol fuq l-għaxar toroq maqbula mal-Kunsill Lokali ta' M'Scala għal din is-sena?", "Jista' jgħid wkoll x'inhi r-raġuni li l-għaxar toroq maqbula s-sena li għaddiet ma sarux?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol f'dawn it-toroq irid isir wara li jiġu ppubblikati sejħiet għall-offerti.", "Jien infurmat ukoll li t-tender documents qed jiġu ppreparati wara li saru diversi laqgħat ma' l-entitajiet konċernati dwar it-tqegħid ta' servizzi.", "M'SCALA - TRIQ TA' GIDWIET", "25654.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi problemi fi Triq ta' Gidwiet ġewwa M'Scala, speċjalment fil-bidu tat-triq fejn id-dħul għal din it-triq huwa dejjaq u konsegwenza ta' hekk it-triq ma tistax tingħata t- tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f'diskussjoni mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn biex jiġi stabbilit il- programm tax-xogħol għall-lokalita'. u t-triq ta' Gidwet tkun tista' tiġi asfaltata skond il-prijoritajiet li jkunu mifthema bejn id-Dipartiment u l- Kunsill Lokali.", "KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA", "25655.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-passi kollha li ha l-Ministeru wara l-każ ta' ħruq li kien sar fil-kummissjoni Għolja Maltija f'Londra?", "Kien hemm talba mill-Gvern Ingliz biex titneħħa l-immunita' tal-persuna Maltija biex jittieħdu passi kontrih fl-Ingilterra?", "X'deċiżjoni ha l-gvern dwar dan?", "X'passi ittieħdu kontra l-persuna konċernata mill-Ministeru permezz tal-kummissjoni għas-servizz pubbliku?", "X'irriżulta li sehh dakinhar tal-inċident?", "Kemm kienu l-ispejjez li saru minħabba l-każ?", "X'prekawzjonijiet ttieħdu fil-Kummissjoni wara dan il-każ?", "Ittieħdu xi passi kriminali kontra l-persuna konċernata?", "Jekk le, għaliex?", "Jekk iva, meta u x'kien l-eżitu tal-każ?", "Ittieħdu xi prekawzjonijiet bħal bdil fil- liġi kriminali biex inċidenti bħal dawn il-qrati Maltin ikollhom ġurisdizjoni meta l-persuna tasal lura Malta?", "ONOR.", "JOE BORG: Dan il-każ seħħ nhar il-Ħamis 22 ta' Frar 1996 fil- għaxija meta kien tqabbad nar f'wieħed mill-uffiċċji li jinsab fil-ħames sular tal-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra.", "In-nar ma laħaqx infirex prinċipalment minħabba li t-twapet ta' l-uffiċċju huma magħmulin minn materjal li huwa fire resistant, u b'hekk seta jiġi ikkontrollat f'ħin qasir meta waslu l-pumpieri għat-tifi tan-nar.", "L-ispejjeż għall-Ministeru kienu jlaħħqu madwar Stg 10,572.", "Malli l-Ministeru f' Malta kien infurmat bl-inċident, intbagħtu minn Malta Spettur tal-Pulizija u Engineer professjonali ta' l-elettronika mill- Management Systems Unit (MSU), sabiex jinvestigaw x'kien ġara u x'setgħu kienu l-kawżi tal-ħruq.", "Mill-istħarriġ preliminari li kien sar, kien ġie stabbilit li xi ħadd kien ġabar kwantita ta' dokumenti, karti, gażżetti u bnadar, għamilhom gozz f'nofs ta' waħda mill-kmamar tal-Kummissjoni Għolja Maltija u kien tahom in-nar.", "Il-ftuħ u l-egħluq ta' diversi bibien tal- kamra fejn tqabbad in-nar u ta' uffiċini oħrajn tal-Kummissjoni kienu ġew reġistrati permezz ta' computer apposta, u din l-evidenza tat l-ewwel indikazzjonijiet lill-investigaturi illi n-nar kien tqabbad minn persuna midħla sew tal-Kummissjoni.", "Is-sistema ta' closed circuit cameras ukoll irreġistrat in-nies li kienu daħlu jew ħarġu mill-binja f'ħinijiet differenti tal-ġurnata.", "Mill-eżami ta' l-evidenza ċirkustanzjali miġbura, l-investigaturi Maltin kellhom suspetti qawwija li wieħed mill-uffiċċjali pubbliċi li kien jaħdem fil-Kummissjoni Għolja Maltija kien responsabbli mill-ħruq.", "Filwaqt li l-Gvern Ingliż fl-ebda stadju qatt ma talab sabiex titneħħa l- immunita' diplomatika ta' xi uffiċċjal pubbliku Malti fil-Kummissjoni Għolja Maltija ta' Londra in konnessjoni ma' dan il-każ, kien il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Malti innifsu illi awtoriżża li titneħħa l- immunita lill-uffiċċjal indizjat mill-investigaturi Maltin sabiex il- pulizija Ingliża tkun tista' tkompli tistħarreġ il-każ.", "Waqt li dan l- uffiċċjal kien qed jiġi interrogat mill-pulizija, beda juri sinjali qawwija ta' stress, u għalhekk il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Malti, għal raġunijiet umanitarji, iddeċieda li terġa tingħatalu l-immunita' diplomatika, u jordnalu sabiex jiġi lura Malta minnufih.", "L-uffiċċjal konċernat qatt ma daħal lura għax-xogħol u kien ġie 'boarded out' mis- Servizz Publiku għal raġunijiet ta' saħħa.", "Ma setgħu jittieħdu ebda passi kriminali f'dan il-każ għax Malta ma kelliex ġurisdizzjoni rigward reati li jikkonċernaw diplomatiċi Maltin li jkunu qed iservu f'territorju barrani, inklużi l-Ambaxxati u Kummissjonijiet Għolja Maltin.", "Ittieħdu passi biex isir tibdil fil-Kodiċi Kriminali u fil-fatt permezz ta' l-Att XVII ta' l-1996, l-artikolu 5 tal-Kodiċi Kriminali ġie emendat b'mod li jkopri każijiet bħal dak li seħħ fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra.", "F'dan ir-rigward nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-artikolu 5(1)(f) tal-Kodiċi Kriminali.", "Madankollu, wara li ġew konklużi l-investigazzjonijiet minn naħa tal- Pulizija, l-Ministeru kien ħa passi dixxiplinarji kontra l-uffiċċjal konċernat skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (Proċedura tad-Dixxiplina) 1977.", "Wara li sar magħruf ir-rapport tal-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-Ministeru għamel representations quddiem l-istess Kummissjoni.", "L-uffiċċjal konċernat instab li kien responsabbli għall-attentat ta' ħruq u għall-ħsara lil dokumenti u propjeta.", "B'konsegwenza, l-uffiċċjal konċernat inżammitlu il-gratuity u qed jitħallas biss nofs il-pensjoni uncommuted.", "Għaldaqstant is-somma fuq imsemmija ġiet maħfura għar-raġunijiet umanitarji peress li l- persuna qed tirċievi biss nofs il-pensjoni.", "Jiena nfurmat illi l-Ministeru huwa sodisfatt illi l-prekawzjonijiet ta' sikurezza li hemm fil-binja 36-38 Piccadilly, kif ukoll fil-Kummissjoni Għolja Maltija innifisha huma adegwati, iżda l-Ministeru jkun pront li jieħu aktar miżuri skond il-ħtieġa.", "KAŻ KRIMINALI", "25656.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li għandhom każ kriminali pendenti fil-qorti Maltija u ħarbu minn Malta?", "Meta saret l-aħħar seduta ta' kull każ li kellhom pendenti fil-qrati Maltin?", "Biex kienu akkużati l-persuni li telqu mill-pajjiż jew jinsabu x'imkien moħbija f'pajjiżna u ma jistgħux jinstabu ħalli jkompli l-proċess tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress illi l-prosekuzzjoni fil-każi msemmija titmexxa mill-Pulizija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "ARREST WARRANT", "25657.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-persuni li hemm arrest warrant kontrihom irreġistrat mal-Interpol biex jgħaddu ġustizzja f'pajjiżna?", "X'każ għandhom pendenti fil-qrati Maltin?", "Meta hu maħsub li l-persuni konċernati ħarbu minn Malta?", "Meta ħareġ l-arrest warrant kontrihom u minn min?", "Teżisti informazzjoni dwar fejn jista' jkun il-persuni maħruba minn Malta jistgħu qegħdin jgħixu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi hemm sitt persuni li f'isimhom inhareg mandat ta' arrest mill-Qrati Maltin kontra taghhom u li abbazi ta' dan il-mandat inharget red notice mill-Interpol fejn intalab arrest ghal estradizzjoni ta' l-istess persuni.", "Mhux maghruf fejn dawn il-persuni jinstabu bhalissa.", "Dawn il-persuni, kollha ta' nazzjonalita barranija huma mfittxija ghal dawn il-kazi:- - Kaz ta' persuna b'nazzjonalita mhux maghrufa mfittxija ghal kaz ta' qtil fl-1981 u harba fl-1982;", "- Kaz ta' Yemeni li hu mfittex in konnessjoni ma kaz ta' attentat ta' qtil fl-1985;", "- Kax ta' Svizzera li hija mfittxija ghal falsifikazzjoni fl-1987;", "- Kaz ta' Ingliz li hu mfittex ghal kaz ta' frodi fl-1989;", "- Kaz ta' Kanadiz li hu mfittex ghal reat konness ma abbuz ta' droga fl- 1992;", "- Kaz ta' Libjan li hu mfittex ghal reat ta' traffikar ta' droga fl-1998 u harba fl-1999.", "FIDI TA' ĊENS", "25666.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-artijiet għandux xi policy għal fidi ta' ċens fuq propjeta kummerċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet ma għandu l-ebda policy għal fidi ta` ċens fuq proprjeta` kummerċjali.", "Il-fidi ta` ċens \"ex lege\" jista` jsir biss fejn il-proprjeta` tkun mogħtija b`ċens perpetwu.", "Għalhekk fejn ikun hemm proprjeta` kummerċjali li tkun ġiet mogħtija b`ċens perpetwu, din tista` tinfeda skond il-liġi.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "25667.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew inkella ser jittieħdu mid-Dipartiment tad-Drenaġġ fil-każ imsemmi b'mod separat, minħabba li minn diversi studji rriżulta li din il-materja trid tiġi solvuta mill-istess dipartiment għax jirriżulta li fil-bir hemm wkoll id-drenaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li sar survey bil-Closed Circuit Television Camera u qiegħda tkun studjata biex tinstab il-ħsara li hemm.", "ĠIBJUNI PUBBLIĊI", "25668.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għal 1) ġibjuni pubbliċi għal ħażna ta' l-ilma tax-xita? ii) Is-sistema tad-distrubuzzjoni ta' l-ilma tat-tieni klassi?", "X'qiegħed isir sabiex dawn -istrutturi jinżammu fi stat tajjeb?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li bil-Liġi tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma ta' l-1992, dawk il-ġibjuni pubbliċi li jintużaw għall- ħażna ta' l-ilma tax-xita għaddew għand l-imsemmija Korporazzjoni.", "Madankollu, peress li l-Korporazzjoni m'għandiex riżorsi biex tagħmel manutenzjoni fuq il-ġibjuni kollha, qed jiġi studjat l-aħjar mod sabiex il- Kunsilli Lokali jipparteċipaw fil-manutenzjoni u l-użu ta' dawn il-ġibjuni, biex il-ġbir ta' l-ilma tax-xita jsir bl-aħjar mod fiċ-ċirkustanzi.", "Naturalment, il-ġibjuni xorta jibqgħu proprjeta' tal-Korporazzjoni.", "L-unika sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma tat-tieni klassi ta' ċertu mportanza hija dik li twassal l-ilma li ġej mill-impjant tat-trattament tad- drenaġġ.", "Għadu mhux ċar ta' min hi r-responsabbilta' ta' din is-sistema.", "Sa llum l-impjant huwa mmexxi mid-Dipartiment tad-Drenaġġ filwaqt li l-ilma jitqassam mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura.", "Il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għamlet u qed tagħmel xi manutenzjoni fuq din is- sistema.", "Qed jitħejja rapport sabiex tkun stabbilita' l-possibilta' li s- sitema titjieb u fl-istess ħin tittieħed deċiżjoni dwar taħt liema awtorita' għandu jaqa' dan is-settur u dan fl-interess ta' l-effiċjenza fl- operat ta' l-istess settur.", "ELBROS", "25669.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jispjega x'kien ir-rwol tiegħu fl-għotja li d- ditta Elbros għamlet għall-ispeejes ta' Salinos Ground peress li din id- donazzjoni ġiet ippreżentata mill-ministru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Personalment, kull ma ghamilt f`dan il-kaz hu li peress li nghix il-Belt intlabt mill-Valletta F.C. biex insib `sponsor` biex jghin fl-ispejjes li kienu qed jghamlu fis-Salinos Ground.", "Jien cert li kull deputat f`din il-kamra kellu u jibqa jkollu talbiet simili u kull deputat jaghmel li jista biex jghin assocjazzjonijiet sportivi u ohrajn.", "LEAKAGES", "25670.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jintilef ilma tax-xorb kull sena minħabba leakages u serq mis-sistema tad-distribuzzjoni?", "X'inhu t-telf ta' revenue għal KSI minħabba din is-sitwazzjoni", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, bl-għajnuna ta' konsulenti barranin, stabbiliet li l-unavoidable leakage level għas-sistema tad-distribuzzjoni f'Malta huwa ta' tlitt mitt metri kubi fis-siegħa.", "Din iċ-ċifra hija bbażata fuq l-aħħar informazzjoni li għandna.", "L-aħħar riżultat li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma huwa li t-telf ta' l-ilma mis-sistema tad-distribuzzjoni fuq bażi nazzjonali tniżżel minn 1,345 metri kubi fis-siegħa f'Lulju li għadda u 1,660 metri kubi fis-siegħa fl-istess xahar ta' l-1999 għal 1,200 metri kubi fis-siegħa bħalissa.", "Il-marginal cost ta' l-ilma mill-impjant tar-Reverse Osmosis huma ta' 20 ċenteżmu kull metru kubu.", "Għalhekk bħalissa t-telf jammonta għal Lm4,320 kull jum.", "Ta' min jgħid li hija l-mira tal-Korporazzjoni li sa tmiem l-2003, il- leakage level jinżel għal 800 metru kubu fis-siegħa.", "Huwa maħsub li biex jinżel aktar minn hekk, ikun meħtieġ li s-servizzi tal-ħadid galvanizzat jinbidlu kollha.", "Sabiex isir dan jista' jkun meħtieġ żmien sa aktar mis- sena 2003.", "QORMI - TRIQ SAN GWAKKIN", "25673.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser tinħareġ u tingħata it- tender ta' twessiegħ ta' Triq San Gwakkin, Qormi?", "Din it-triq ilha żmien twil mħarbta u dejqa u hija skomdu għar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jipprepara l-istejjem tax-xogħol li jeħtieġ isir, sabiex ikun f'pożizzjoni li jiddiskuti mal-Kunsill dwar il-prijorita ta' dan ix-xogħol.", "PAOLA – BANKINI TA' TRIQ GĦAJN DWIELI", "25682.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq il- bankini ta' Triq Għajn Dwieli u l-Isqof Buhagiar Street, Paola peress li issa ilhom żmien jintalbu biex isiru?", "Dan ix-xogħol jaqa' taħt il-Gvern Ċentrali peress li dawn it-toroq huma toroq arterji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq iddiskuta x- xogħolijiet meħtieġa mal-Kunsill Lokali, u bħalissa għaddej il-proċess biex jiġu ppreparati l-pjanijiet għat-twettieq tax-xogħol.", "HOUSING AUTHORITY", "25683.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li joħroġ is- sussidju mil-Housing Authority ta' mara separata li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kellha tikri post tal-privat wara li kienet ilha tistenna li d-diparitment ta' l-akkomodazjoni jagħtiha post alternativ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li, fi żmien qasir, l-Awtorita' tad-Djar ser tibgħat għall-persuna ndikata biex tiffirma l-kuntratt għas- sussidju fuq il-kera.", "PENSJONI", "25684.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara jekk il-pensjoni li qiegħed jirċievi anzjan hijiex żbaljata peress li jidher li hija baxxa ħafna u mill- arretrati ili ħa jidher li hemm xi żball?", "Jista' dan l-individwu li l- dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament jiġi infurmat bit-talba tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li 'l-persuna minnu ndikata qiegħda titħallas kif suppost u skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.", "KARTA ANZJAN", "25685.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li fil-polikliniċi tiġi osservata r-regola li normalment tintuża fil-każ ta' anzjani li għandhom il-karta Anzjan ta' 75 għax qegħdin jidħlu ħafna ilmenti li din ir-regola mhux tiġi oservata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li r-regoli li jirrigwardaw il-Karta Anzjan ta' 75 huma osservati fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha.", "Is-Senior Medical Officer u n-Nursing Officer inkarigati miċ-Centri tas- Saħħa huma responsabbli li jaraw li d-drittijiet tal-Karta Anzjan jiġu osservati.", "Ma ġiex rappurtat li hemm xi problemi biex jottjeni d-dritt tiegħu skond il-Karta Anzjan dan għandu jirraporta lis-Senior Medical Officer jew in-Nursing Officer inkarigat/a miċ-Ċentru tas-Saħħa.", "OLD CHURCH STREET", "25686.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 25628, jista' l- Ministru jerġa' jikkonsidra t-tweġiba mogħtija għaliex jiena staqsejtek fuq il-culverts?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiddiskuti s-sitwazzjoni msemmija mill-Onor.", "Interpellant mal-Kunsill Lokali u b'hekk ikun deċiż x'inhu l-aħħjar li jsir.", "KUMMISSJONI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA", "25687.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat li saru sa issa tal- Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja mwaqqfa taħt il- Kostituzzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja hija mwaqqfa skond il-Kostituzzjoni u l-Eżekuttiv ma għandux aċċess għall-minuti tal-laqgħat tal-Kummissjoni.", "Wieħed mill-għaxar membri tal-Kummissjoni huwa nnominat mill-Prim Ministru u membru ieħor mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ma naħsibx li jkun prudenti li nitlob kopja tal-minuti jew li dawn il- minuti jiġu ppublikati.", "SCHOLARSHIP", "25688.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel Maastricht, waħda mir- research officers tal-MIC li isimha qiegħed jingħata taħt separate cover?", "Jekk din l-impjegata qiegħda fuq scholarship, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet għall-pubbliku din is-sejħa għall-għażla għal dan l-ischolarship?", "Post din ir-research officer se jintela minn xi ħadd ieħor?", "Jekk iva, se ssir call for application għal din l-għażla?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-persuna li għaliha qed jagħmel referenza l-Onorevoli Interpellant qegħda seconded mal-European Institute for Public Administration għal perjodu ta' sena w nofs.", "Din intagħżlet wara sejħa għall-applikazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Peress li kienet saret call for applications għal research officer u r- riżultat tal-istess call kien għadu validu, intgħażlet il-persuna biex timla il-post li għalhekk ġie vakant li kien imissha skond l-istess riżultat minn fost dawk li kienu għaddew.", "BARKLORA MALTIN", "25689.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25301 li oriġinarjament kienet lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid fejn hu possibli (ċioe f'liema portijiet) li jaħdmu l-barklora Maltin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li tradizzjonalment il-barklora joperaw mill-landing places li jinsabu l-Birgu, l-Isla u d-Dwana l-Qadima.", "Minn żmien għal żmien kienu joperaw ukoll bejn tas-Sliema u x-Xatt tal-Belt, ġewwa Marsamxetto.", "FGURA", "25701.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ħtieġa ta' numru ta' bożoż ġodda li l- Kunsill tal-Fgura identifika, u kemm minnhom bi ħsieba twaħħal l-Enemalta sa' l-aħħar ta' din is-sena fil-Fgura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li fil-preżent hemm madwar tmienja u sittin talba biex jiġi nstallat dawl ġdid f'diversi toroq fil-Fgura.", "Dan it-talbiet qegħdin jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet simili oħra.", "SANTA VENERA", "25702.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Palazz l- Aħmar, Sta Venera?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 24035, ix-xogħol f'din it-triq isir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.", "EX-BICAL BANK", "25703.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-flus li hemm fil-Qorti, ta' l-ex Bical Bank?", "Meta huwa ppjanat li jingħataw lid-depożitanti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li deċiżjoni tittieħed meta jiġi stabbilit u realizzat skond il-kawżi pendenti li hemm il-Qorti l-ammont ta' flus li jappartjenu lill-BICAL.", "STA VENERA - TRIQ IL-PALAZZ AĦMAR", "25704.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bejjiegħ tal-gas ma jidħolx ibiegħ fi Triq il-Palazz Aħmar, f' Sta Venera?", "Jista' jara li din il- problema tingħeleb għal benefiċċju tar-residenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha dikjarazzjoni tad-distributur taz-zona, li t-tqassim taċ-ċilindri tal-gass fit-triq imsemmija jsir kull nhar ta' Erbgħa fuq bażi regolari.", "Id- distributur jaqdi lill-konsumaturi kollha, kemm dawk li jċemplu kif ukoll dawk li jitolbuh ċilindru waqt id-distribuzzjoni.", "LEAVE", "25705.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid għaliex lil dawk l-impjegati tal-Gvern li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi essenzjali ma ġewx mogħtija d-9 ta' Mejja bħala btala billli kienet tiżdidilhom mal-leave annwali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fl-okkażjoni tal-visita tal-Qdusija Tiegħu il- Papa f' Malta l-impjegati tal-Gvern li jipprovdu servizz essenzjali, ingħataw tmien siegħat time off in lieu li jittieħdu skond l-esiġenzi tas- Servizz.", "Din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata permezz taċ-Ċirkulari 24/2001 ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "QASAM TAS-SIGURTA", "25706.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'tipi ta' shifts jaħdmu l-kategoriji differenti ta' nies li jaħdmu fil-qasam tas-sigurta' bħal pulizija, suldati, private security eċċ?", "X'tip ta' duties jagħmlu u x'ħinijiet ta' mistrieħ għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi għal dak li jirrigwardja l-Korp tal-Pulizija, ix-xift prinċipali tal-Pulizija huwa dak ta` tmien sigħat, filwaqt li dawk il-Pulizija stazzjonati fl-uffiċini jaħdmu ħinijiet normali ta` l-uffiċini tal-Gvern, b`żieda li nhar ta` Sibt jaħdmu sas-1.00pm.", "It- Taqsimiet speċjalizzati jaħdmu xifts skond il-ħtieġa ta` dik it-Taqsima fejn ikunu stazzjonati.", "ĦAL QORMI", "25707.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonsidra l-installazzjoni ta' bozza fl-area magħrufa bħala ż-żanqra fl-Ħal Qormi li tiġi f'St Francis Square?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba biex tiġi nstallata lampa ġdida fiż-żona msemmija ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "LETTERBOX", "25708.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jkun hemm letterbox fil- Housing Estate fil-Pieta biex jinqdew aħjar ir-residenti anzjani li jgħixu f'dawn l-inħawi u dan mingħajr ma titneħħa xi letter box oħra fl-istess lokalita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li f'każi fejn tintalab kaxxa ta' l- ittri ġdida, Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta' l-ittri għal kull 3,000 resident.", "Tal-Pieta' b'popolazzjoni ta' 4,249 ruħ, skond ċifri ppubblikati fil- Gazzetta ta' t-30 ta' April 1996, hija moqdija bi tliet kaxxi ta' l-ittri, numru ogħla minn dak irrakkomandat mill-UPU.", "Għalhekk ma jidhirx li hemm għalfejn titwaħħal kaxxa ta' l-ittri oħra.", "Madankollu, f'ċirkostanzi bħal dawn mhux l-ewwel darba li l-Kunsill Lokali jirrakomanda ċaqlieq ta' kaxxi ta' l-ittri eżistenti b'mod li lok indikat ikun jista' jinqeda aħjar.", "Fil-maġġoranza tal-każi Maltapost tattwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "KUNSILLI LOKALI", "25709.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-Kunsilli Lokali li ġew fdati jmexxi l-Librarji fil-lokal tagħhom, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra:", "(a) jekk dawn il-libreriji jistgħux jirrifjutaw kotba ta' diversi suggetti", "(b) jekk kien hemm xi lokalitajiet li diġa rrifjutaw xi kotba", "(c) jekk kienx hemm xi Kunsilli li bagħtu lura xi korrispondenza lilhom indirizzata, u jekk fl-affermattiv jekk dan sarx bil-qbil tal-Kunsill kollu jew le", "(d) jekk kienx hemm xi każ simili fil-Kunsill Lokali tal-Pieta", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali b`personalita` legali distinta u fl-awtonomija taghhom jagixxi skond l-esigenzi u l-mezzi disponibbli.", "Ghaldaqstant l-istatistika mitluba ma tinzammx minn dan il- Ministeru.", "Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija ninfurmak li l-Kunsill Lokali Pieta` s- issa mhux imexxi l-librerija tal-lokal tieghu.", "GARDJOLA", "25710.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser titpoġġ f'postha l-gardjola li kien hemm Hastings u li tneħħiet minn hemm tlett snin u nofs ilu mill-Valletta Rehabilition Project ?", "Ma jaħsibx l-Ministru li għandha tingħata aktar importanza lill-wirt nazzjonali tagħna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dawn ix-xogħlijiet jaqgħu taħt ir- responsabilita` tal-Ministeru ta' l-Ambjent u qed jitmexxew mill-Valletta Rehabilitation Project.", "Din il-gardjola inħattet mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet minħabba l-qagħda imwegħra tagħha.", "Bħalissa d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet qed tħejji tenders għar-rikostruzzjoni ta' din l-istruttura.", "ĦAL TARXIEN", "25711.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'permess qed jiġi miżmum u għalfejn mill- Ministeru tiegħu biex propjeta ġdida li qed tiġi akkwistata mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien, ssir l-uffiċini l-ġodda tal-Kunsill Lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda permess meħtieg skond l-Att dwar l-Kunsili Lokali ma qed jinżamm mill-Ministeru tiegħi tant illi kemm jien kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi approvajna t- talba fis-17 ta` Jannar 2001.", "ENEMALTA", "25712.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li hemm min ilu li applika f'Diċembru 2000 biex jingħata is-servizz ġdid tad-dawl fil-maisonettes ġodda tal-Gvern fi Triq l-Istefanotis, Santa Lucia, jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħata dan is-servizz peress li hemm koppji li ser jiżżewwġu fi ftit xhur oħra u kemm koppji miżżewġa li qed iħallsu l-kera talpost li qegħdin jokkupaw bħalissa barra il-pagamentio mensili lill-Bank fuq is-self li ħadu biex jixtru il-post f'San Lucia?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li huwa previst li s-servizzi ġodda li qed issir riferenza għalihom jingħataw aktar tard dan ix-xahar flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.", "FRANCESO CRISPI", "25713.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għad-dewmien mid-Dipartiment tal-Mużewijiet lill-Kunsill Lokali Tarxien biex id-dar 27/28 (qabel 24/25) Triq il-Kbira, Tarxien tiġi rikonoxxuta bħala d-dar fejn kien jgħix l-ex Prim Ministru ta' l-Italja Franceso Crispi.", "Jaf l-Ministru li s-sidien tal-fond ppresentawlu d-dokumenti kollha relattivi tramite l-Kunsill Lokali lill-awtoritajiet tal- Mużewijiet li jistabbilixu dan il-fatt u lanqas biss plakka komemonorattiva li turi din l-istorja ma tista' titwaħħal mal-istess dar bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li plakka kommemorattiva b'tifkira ta' Francesco Crispi għandha titwaħħal qrib il-kantuniera tad-dar numru 27/88 Triq il-Kbira, Tarxien u ser tiġi mikxufa f'ċerimonja qasira għall- okkażjoni nhar it-2 ta' Ġunju 2000 mill-E.T. Guido de Marco, il-President ta' Malta.", "LOCAL WARDENS", "25714.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-darba saru courses għal lokal wardens u f'liema data?", "Kemm kien in-numru ta' dawk l-applikanti nisa w rġiel u kemm minnhom għaddew?", "X'kienet l-eta' ta' kull applikant li qagħad għal course tal-local wardens u kemm min dawn qed jistennew il-warrant?", "B'liema rata fis-siegħa qed jitħallsu dawk li deġa qed jaħdmu ta' local wardens u li qed jistennew il-warrant u dawk il għandhom il-warrant?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li korsijiet ta` tahrig lill-Gwardjani Lokali jsiru mill-Korporazzjoni ta` l-Impjieg u Tahrig kif ukoll minn kull min ghandu licenza ghal dan il-ghan, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.", "Rigward l-ahhar parti tal- mistoqsija ninfurmak li l-gwardjani lokali mhumiex impjegati tal-Ministeru jew tal-Kunsilli Lokali imma ta` agenziji privati li ghandhom licenza biex jipprovdu dan it-tip ta` servizz.", "UE", "25715.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea skond il-provedimenti tat-Trattat ta' Ruma, l-istati membri ma jkunux jistgħu jibqgħu jagħtu sussidji lil entitajiet u korporazzjonijiet li huma tal-Gvern jew li l- Gvern għandu kontroll fihom?", "Peress li l-Universita' ta' Malta hija tal- Gvern skond l-Att dwar l-Edukazzjoni ta' 1988, il-Gvern ha jkun jista' jkompli jissusidja lill-Universita' u jekk le, l-istudenti li bħalissa qegħdin jagħmlu kors l-Universita' u jieħdu stipendju kif se jintlaqtu?", "Il- Gvern ħa jkun jista' jkompli jagħti stipendju lill-istudenti meta Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-kuntest ta' sħubija fl-UE, is-sussidji mogħtija mill-gvern lil entitajiet kummerċjali kemm dawk li fihom għandu interess jew li fuqhom għandu kontroll u anki dawk li fihom m'għandux interess jew kontroll ikunu regolati bl-Artiklu 87 tat-Trattat ta' Ruma.", "Dan l-artiklu jipprojbixxi sussidji b'mod ġenerali, iżda jippermettihom taħt kundizzjonijiet hemm stipulati.", "Madanakollu, dan l-artiklu ma' japplikax għall-fini tal-qadi tal- funzjonijiet edukattivi ta' l-Universita` ta' Malta skond l-Att ta' l- Edukazzjoni.", "Għaldaqstant, il-baġit allokat lill-Universita` jista' jibqa' jiġi allokat anki fil-kuntest ta' sħubija bħalma jsir fil-preżent.", "L- istudenti li bħalissa qed jagħmlu kors l-Universita` ma' jintlaqtu b'ebda mod.", "L-istess jingħad dwar l-istipendju, fejn fil-kuntest ta' sħubija Malta xorta tkun tista' tħallas stipendju lil studenti Maltin.", "Ta' min jgħid li sussidju fil-forma ta' stipendju lill-istudenti b'ebda mod m'huwa sussidju kif kontemplat fl-Artiklu 87 tat-Trattat.", "Inoltre, m'hemmx lanqas obbligu li dan l-istipendju jitħallas lil studenti ċittadini ta' pajjiżi oħra ta' l-UE li jagħżlu li jiġu jistudjaw fl- Universita` ta' Malta."]} {"filename": "19990113_049d_par.doc", "date": "1999-01-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 49 L-Erbgħa, 13 ta' Jannar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 49", "L-Erbgħa, 13 ta' Jannar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "49", "L-Erbgħa, 13 ta' Jannar, 1999", "WERREJ MINUTI 587", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 587", "KONDOLJANZI 591", "TQEGĦID TA' KARTI 593", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI (IT-TIENI QARI) SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 594 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA (EMENDA NRU 2) (IT-TIENI QARI) INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (SECOND READING) 600", "AĠĠORNAMENT 619", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 623", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 48 li saret fit-12 ta' Jannar, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KOPERATTIVI - ĦADDIEMA", "312.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u tekniċi li jaħdmu f'azjendi privati u koperattivi konnessi ma' l-oqsma tal-biedja u sajd, bħall-Koperattiva Produtturi tal-Majjali, il-Malta Dairy Products eċċ. matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal ix-xogħol tal-job centre ġewwa Bormla billi l-bieraħ qrajna fil- gazzetta li dan qiegħed fi stadju avvanzat?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra wkoll kemm applikazzjonijiet daħlu għall-iskema l-ġdida ta' l- awtorita' tad-djar, li qed toffri Lm1,800 lil min irid jirranġa d-dar tiegħu?", "Xtaqt ukoll nistaqsi lill-Ministru jekk jikkonsidrax li fis-swali ta' l- Isptar St Vincent de Paule tidħol ukoll il-gazzetta \"Il-Leħen is-Sewwa\"?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dwar il-job centre ġewwa Bormla nikkonferma li nhar it-Tnejn li għaddew beda x-xogħol ta' refurbishment fuq parti mill-każin tal-banda ta' San Gorg, wara li ntlaħaq ftehim mal-kumitat tal-każin tal-banda biex jinkera spazju minn dak il-każin mill-ETC.", "Irrid ngħid ukoll li l-ħsieb tal-ministeru huwa li f'dak l-ispazju mhux biss nagħmlu job centre imma nittrasferixxu l-area office tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali mill-post fejn hu qiegħed għal dawn l-uffiċini l- ġodda.", "B'hekk inkunu qed noffru ambjent ta' xogħol aħjar milli jeżisti sal- lum u nkunu nistgħu niżviluppaw u ntejbu l-kwalita' tas-servizz li nipprovdu mhux biss bħala ETC u bħala job centre imma anke bħala area office tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Dejjem jekk ma jkollniex komplikazzjonijiet, il-pjan huwa li x-xogħol kollu li għandna bżonn nagħmlu nlestuh sa Marzu li ġej.", "Allura nittama li f'Marzu nkunu f'pożizzjoni li nawgurawh.", "Dwar l-iskema ta' l-awtorita' tad-djar għal tibdil strutturali fi djar privati rrid ngħid li kellna response tajjeb ħafna u jekk tagħmluli mistoqsija speċifika fuq dan il-punt inkun nista' nagħti dettalji ta' statistika.", "Pero' bla dubju ta' xejn ir-response huwa tajjeb u jidher li l- iskema ntlaqgħet tajjeb mill-pubbliku.", "Irrid ngħid ukoll li fuq struzzjonijiet tiegħi, il-bord ta' l-awtorita' tad-djar beda proċess biex jirrivedi l-iskemi kollha li ħaddem s'issa u fil-fatt diġa' ħabbarna xi tibdiliet f'xi skemi u se nħabbru tibdiliet oħrajn fi skemi oħra li l- awtorita' tad-djar tamministra sal-lum.", "Dwar il-gazzetta \"Leħen is-Sewwa\" fl-Isptar San Vinċenz, jien se nressaq is-suġġeriment quddiem il-persuna li hija responsabbli mill- amministrazzjoni ta' l-isptar biex dan il-ġurnal ikun jista' jitqassam lir- residenti ta' hemmhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Fil-kontest ta' din l-iskema ta' l-awtorita' tad- djar li ssemmiet, jaħsibx il-Ministru li hemm il-ħtieġa li jingħata forma ta' kumpens minħabba l-introduzzjoni tat-taxxa tal-VAT fuq is-servizzi għaliex dawn issa se jkollhom iħallsu 15% taxxa u mhux aktar 5%?", "Ngħidu aħna fuq somma ta' Lm1,550 dejjem se jkollok mal-Lm240 li hija somma sostanzjali.", "Għalhekk jidhirlu l-Ministru li għandu jingħata xi forma ta' kumpens jew żieda fuq l-ammont ta' l-Lm1,500?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kif spjegajt diġa', jien inkarigajt lill-awtorita' tad-djar biex tagħmel reviżjoni ta' l-iskemi tagħha u naturalment, fost il-konsiderazzjonijiet li qiegħda tistudja, hemm ukoll dan il-punt li qed isemmi l-Onor.", "Karmenu Borg.", "Pero' għandna nżommu quddiem għajnejna l-prinċipju li aħna qegħdin hemmhekk biex nipprovdu akkomodazzjoni soċjali bħala prijorita' u naturalment il-housing authority għandha l-funzjoni partikolari tagħha.", "Jien dejjem ninsisti li l-perspettiva soċjali ma nistgħux inwarrbuha minn quddiem għajnejna.", "Forsi tgħidli: Imma x'għandu x'jaqsam dan ma' ħlas ta' taxxa fuq servizzi?", "Għaliex jien insostni li jekk xi ħadd għandu l-finanzi biex jibni dar ta' Lm10,000 jew Lm15,000, naħseb li m'huwiex fil- livell ta' min ma jistax jaffordja lanqas li jħallas Lm50 jew Lm60 fil- kera.", "Jiġifieri l-ewwel riżorsi u enerġija tagħna, limitati kemm huma limitati, għandhom imorru dejjem lejn dawk li l-iktar għandhom bżonn.", "B'danakollu l-punt li semma l-Onor.", "Borg qiegħed jiġi studjat bħalissa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk dak il-ftehim li sar mal- każin tal-banda San Gorg huwiex l-istess ftehim li ġie diskuss u kien kważi ntlaħaq mill-ministru preċedenti, il-Prof.", "Edwin Grech, fejn kellu jsir job centre ukoll.", "Rigward il-mistoqsija l-oħra dwar il-gazzetti fl-isptar San Vinċenz, jista' jgħidli x'gazzetti jidħlu hemmhekk u jekk tidħolx il-gazzetta \"KullĦadd\"?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar l-ewwel mistoqsija ma nafx inwieġeb su due piedi jekk il-ftehim huwiex identiku għal dak li kien qed jiġi diskuss mal- Prof. Edwin Grech.", "Li naf żgur huwa li d-diskussjonijiet kienu bdew fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, il-konklużjonijiet saru issa u l- ftehim ġie ffirmat.", "Jekk fil-każ li l-kollega tiegħi jkun irid kopja ta' dan il-ftehim ma nsibx problema biex ngħaddihulu.", "Dwar il-gazzetti li jitqassmu fl-Isptar San Vinċenz jien weġibt mistoqsija fis-seduta tal-bieraħ fejn għedt li l-gazzetti li jitqassmu fl- Isptar San Vinċenz huma \"The Independent\", \"l-orizzont\", \"In-Nazzjon'', \"Il-Ġens\", \"It-Torċa\", \"KullĦadd\" u \"il-mument\".", "SAĦĦA - BUYING OF SERVICE", "630.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid bejn l-1992 u l-1996 kemm ġew impjegati persuni taħt skema buying of service fis-settur tas-saħħa?", "X'servizz kienu qed joffru?", "Minn liema belt jew raħal ġew dawk li kienu mpjegati taħt din l-iskema?", "Min kien jiffirmalhom l-invoice li kienet tintbagħat kull xahar?", "X'kienu l- prezzijiet mitluba f'kull każ?", "Min approva d-dħul ta' dawn il-persuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) : Mir-records li għandu d- dipartiment toħroġ din l-informazzjoni:", "(a) 1.", "Bejn l-1992 u l-1996 għal perijodi diversi gew impjegati total ta' 31 persuna taħt l-iskema buying of service;", "2.", "Il-persuni kienu joffru xogħol klerikali fil-maġġoranza tagħhom; kien hemm min kien joffri consultancy services, public relations u xogħol ta' supervizjoni;", "3.", "Il-persuni kienu minn dawn l-ibliet jew irħula: disgħa mill-Mosta; ħamsa minn B'Kara; wieħed minn Ħad-Dingli; tlieta mill-Għargħur; wieħed mill-Imsida; sitta minn Naxxar; wieħed minn Raħal Ġdid; wieħed mir-Rabat; wieħed mis-Siġġiewi; wieħed minn Ħal Tarxien; wieħed mill-Belt; u wieħed minn Ħaż-Żebbuġ;", "4.", "L-invoice kienet tigi ffirmata mill-uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni rispettiva li taħtha kienu jagħtu s-servizz;", "5.", "Il-prezzijiet mitluba kienu jvarjaw hekk: Lm343.85, Lm422.00, Lm376.33, Lm605.76, Lm690, Lm460, u Lm345 fix-xahar; kien hemm min kien jitħallas Lm1.88, Lm1.85 jew Lm2.82 fis-siegħa;", "6.", "Id-dħul ta' dawn il-persuni kien jiġi approvat jew mis-segretarju parlamentari, mis-CGMO jew mid-diretturi rispettivi jew mill-MPO.", "(b) 1.", "Ma' l-FMS ġew impjegati 11-il persuna taħt l-iskema buying of service;", "2.", "Dawn kienu joffru xogħol ta' segretarjat, xogħol klerikali, xogħol ta' nursing, task force co-ordination, financial consultancy, hotel management consultancy, refurbishment consultancy, public relations, professional support and advisory services, recruitment consultancy u executive secretariat;", "3.", "Dawn kienu ġejjn mis-Siġġiewi, l-Imsida, Ħ'Attard, St. Julian's, iż-Żejtun, Ħaż-Żebbuġ u Sta Luċija;", "4.", "L-invoice kienet tigi ffirmata minn membru tal-bord jew mill-kap eżekuttiv, hekk kif approvat mill-FMS board;", "5.", "Il-prezzijiet mitluba kienu jvarjaw hekk: secretarial services: Lm85 - 125 monthly; nursing task force co-ordinator: Lm380 - 456 monthly; financial services: Lm666 monthly; hotel management: Lm 750 - 810 monthly; SLH refurbishment Lm25 monthly; public relations: Lm140 monthly; professional support and advisory services: Lm737 - 993 monthy; u recruitment consultant: Lm833 monthly;", "6.", "Id-dħul ta' dawn il-persuni kien jiġi approvat mill-FMS board.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: In vista tad-diversi artikoli li dehru fil- gazzeta rigward is-settur tas-saħħa, jista' l-Ministru jispjega lil din il- Kamra x'inhuma l-prijoritajiet li fuqhom miexi bħalissa l-ministeru tas- saħħa?", "X'inhi l-enfasi li qed tingħata għad-diversi problemi?", "Hemm il- ħsieb li l-workload li hemm fl-Isptar San Luqa tiġi b'xi mod imnaqqsa jew faċilitata?", "Jikkonsidrax ukoll il-Ministru li forsi jkun hemm studju rigward l-użu aħjar jew ftit differenti tad-diversi bereġ li writna minn wara l-gwerra li mill-1945 sal-ġurnata tal-lum servew għal ċertu użu?", "Jista' wieħed jużahom aħjar speċjalment minħabba l-fatt li f'ċerti lokalitajiet dawn il-bereġ jokkupaw djar ta' ċertu kobor?", "Bħalissa qed tiġi quddiem għajnejja l-berġa tal-Birgu, dar enormi li forsi tista' tiġi utilizzata aħjar jew inkella tista' tingħata għal xi skopijiet oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, bħalissa għandna outbreak ta' influwenza qawwija, li ġeneralment tippreżenta ruħha fl-ewwel ġimgħat ta' Jannar.", "Is-sena l-oħra l-istess tip ta' outbreak kienet preżentat ruħha ġimgħatejn iktar tard milli ġiet din id-darba.", "Kull sena ħafna mill-pazjenti li jiġu rekuperati minħabba dawn it-tip ta' influwenzi jkunu anzjani.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-average tan-nies li qed jiddaħħlu l-isptar bl-influwenza jsib li l-maġġoranza tagħhom huma pazjenti li jkollhom 'il fuq minn 80 sena.", "Ovvjament mhux biss qed ikun hemm strain fuq is-servizzi ta' l-isptar, pero' wieħed jifhem li l-isptar mhuwiex lukanda.", "Għandna sptar ġenerali wieħed biss fil-pajjiż u allura wieħed ma jista' jagħmel l-ebda forma ta' restrizzjoni fuq in-nies li ġenwinament ikollhom bżonn jidħlu l-isptar.", "Il-problema tinqala' primarjament minħabba li wara li tkun għaddiet il-fażi akuta, dawn l-anzjani jibqgħu dgħajfa u ovvjament ma jkunx dejjem possibbli li jerġgħu jirritornaw id-dar iktar u iktar meta ħafna minnhom ikunu jgħixu waħedhom jew inkella jkunu żewġ anzjani li jgħixu flimkien.", "Allura meta wieħed minnhom jirritorna lejn id-dar ma jsibx is-servizzi tal-familja u sal-lum sfortunatament għad m'għandniex servizzi fil-komunita' żviluppati biżżejjed biex dawn il-pazjenti jiġu mgħejjuna ħalli jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjeta'.", "Kien għalhekk li fil-fatt konna ħriġna bil-konċett li beda jaħdem sptar ġdid - qed nirriferi għal Sptar Zammit Clapp - speċifikament biex jgħin fir-ri-integrazzjoni ta' dawn it-tip ta' pazjenti.", "Sfortunatament ukoll in-numru ta' sodod fl-Isptar Zammit Clapp huma limitati u ovvjament meta jkollok outbreaks ta' din it-tip ta' influwenza anke hemmhekk ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-workload li tiġi riferita mill- isptarijiet tagħna.", "Dan dejjem iwassal biex kull meta jkun hawn outbreaks ta' influwenza n-numru ta' sodod fis-swali tal-mediċini jitla' sew u fejn sala suppost li takkomoda 30 pazjent qed ikun hemm madwar 50 pazjent.", "Ovvjament dan jikkrea strain kemm fuq ir-riżorsi umani kif ukoll fuq riżorsi oħra tas-servizz tagħna.", "Din m'hijiex xi ħaġa li qed tiġri f'pajjiżna biss.", "Fil-fatt kien rapportat li fl-Italja, meta kien hemm din it-tip ta' influwenza, f'ġimgħa minnhom kien hemm madwar 7 miljun pazjent rikoverat fl-isptarijiet.", "Fil- fatt għaddejjin mill-istess kriżi - jekk tista' ssejħilha kriżi - li tinqala' kull darba li jkun hemm din it-tip ta' outbreak ta' influwenza matul ix-xitwa.", "Ħafna drabi anke meta tgħaddi din l-outbreak ta' l- influwenza li hawn, in-numru ta' każi li jiqbgħu ġewwa l-isptarijiet bħala social cases ovvjament jibqa' għoli ħafna, sempliċement għaliex illum għad m'għandniex sistema żviluppata tajba biżżejjed biex tibgħathom lura d-dar fejn jistgħu jiġu mgħejjuna minn servizzi fil-komunita', u ovvjament in- numru ta' nies li jistgħu jiddaħħlu fl-isptarijiet ġerjatriċi huwa limitat ukoll.", "Bħalissa l-gvern għaddej b'diskussjonijiet biex naraw kif nistgħu nsolvu din il-problema mhux fuq long-term basis għaliex jekk tipprova ssolviha fuq short-term basis naħseb li tikkrea iktar problemi milli ssolvi.", "Barra minn hekk għandna popolazzjoni anzjana li dejjem qed tikber, jiġifieri n-numru ta' anzjani li se jkunu rikoverati wara li jkun hawn dawn il bouts ta' influwenza qawwijin dejjem se jibqa' jikber.", "Allura wieħed irid jaħseb għal soluzzjonijiet long-term, aktar u aktar għaliex din il-problema ilha tirripeti ruħha għal snin twal u nistgħu ngħidu li dejjem tinqala' għall- perjodu tal-Milied u tkompli sejra sa Frar u ħafna drabi tkarkar ferm iktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet soċjali.", "Dwar il-bereġ, naħseb li llum inbidlet radikalment il-funzjoni tagħhom, fis-sens li kellhom funzjoni tajba meta kien hemm id-DMO u kienu jipprovdu kopertura ta' tabib tul 24 siegħa, minbarra li kienu joffru servizzi limitati.", "Dawn kienu ġew introdotti immedjatament wara l-gwerra fuq il- mudell ta' l-NHS fl-Ingilterra, pero' llum anke l-konċett tal-mediċina nbidel radikalment tant li nbidlet il-funzjoni tal-bereġ.", "Fil-fatt illum nistgħu ngħidu li l-bereġ qed ikollhom funzjoni limitata ħafna, li primarjament hija l-kitba tar-riċetti, fejn għal ħin limitat ipoġġi tabib on a roster basis biex jikteb dawn ir-riċetti u jkun jista' jagħmel affarijiet minuri bħal iċċekkjar ta' pressjoni u affarijiet oħrajn.", "Il-funzjoni limitata li kienet tingħata mill-bereġ illum nistgħu ngħidu li ttieħdet mill-health centres il-kbar, fejn hemm servizz ferm aħjar li jkopri 24 siegħa.", "It-tip ta' servizzi li huma pprovduti llum mill-health centres m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-servizzi li kienu jingħataw mill- bereġ.", "Fejn hemm health centres nistgħu ngħidu li l-funzjoni tagħhom ġiet obsolete pero' għad hemm funzjoni limitata f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi ta' bereġ fl-irħula.", "Barra minn hekk, naħseb li ż-żewġ partiti qed naqblu li għandna nespandu s-servizzi tagħna fil-komunita'.", "Fil-fatt kemm il-gvern kif ukoll l-oppożizzjoni npoġġu s-servizzi fil-komunita' bħala l-pedament ta' l-iżvilupp tas-saħħa.", "Dan il-gvern huwa mpenjat ukoll biex ilesti l-berġa ta' Bormla - li l- Onor. Interpellant għandu interess partikolari fiha - kif ukoll il-berġa ta' Birkirkara.", "Pero' llum, meta qed nitkellmu fuq il-komunita', mhux biss irridu nibqgħu għaddejjin bil-proġetti li kellna qabel tal-health centres imma rridu wkoll immorru oltre.", "B'servizzi fil-komunita' rridu nifhmu servizzi personalizzati li jingħataw ġewwa d-djar.", "Nafu li llum it-trend fil-mediċina hija li tipprovdi aktar servizzi personalizzati.", "Kif semmejt l-ewwel, ħafna minn dan l-iffullar li hemm ġewwa l-isptarijiet jista' jitnaqqas drastikament kieku aħna għandna servizzi fil-komunita' li nistgħu nipprovdu trattament lil dawn l-anzjani.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għall-kondoljanzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dan il-lejl tħabbret il-mewt tas- Sinjura Laura Refalo, il-mama` ta' l-Onor.", "Michael Refalo, il-Ministru għat- Turiżmu.", "Bħalma huwa xieraq li jsir f'dawn l-okkażjonijiet, din il-Kamra qed tesprimi s-sogħba tagħha f'dan il-mument, li żgur li huwa diffiċli għall-familja Refalo kollha kemm hi.", "Jien ma kontx nafha personalment lis-Sinjura Refalo, il-mama' ta' Michael, pero' sirt naf li hi kienet romlot ta' eta' żgħira, ta' 31 sena.", "Allura s-Sinjura Refalo tirrappreżenta l-figura ta' l-omm Maltija li f'mumenti diffiċli terfa' r-responsabbilta' tat-trobbija ta' familja.", "Kellha tlett itfal żgħar u kellha terfa' r-responsabbilta' mhux biss ta' omm imma anke ta' kap ta' familja li trid tieħu ħsieb l-edukazzjoni u l- bżonnijiet kollha tagħhom.", "Huwa f'mumenti bħal dawn li fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż wieħed mhux biss jieqaf biex juri s-sogħba u s- solidarjeta' u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lil deputat, kollega tagħna f'din il-Kamra, imma anke biex issir riflessjoni iktar wiegħsa.", "Jien naħseb li r-riflessjoni li tixraq f'din iċ-ċirkostanza partikolari hija fuq il-figura ta' l-omm u l-importanza ta' dik l-omm fit-trobbija u t- tmexxija 'l quddiem ta' dik il-familja, bid-diffikultajiet kollha li tista' tiffaċċja.", "Meta wieħed jara figura bħal din ta' Mrs Refalo, li rnexxielha tirbaħ id-diffikultajiet li żgur iffaċċjat u rnexxielha trabbi familja, allura jagħmel il-kuraġġ billi jara l-eżempju ta' min ikun għadda minn mumenti diffiċli, issuperahom u rat lil uliedha jagħtuha s-sodisfazzjon għax huma personaġġi li stabilixxew ruħhom fis-soċjeta' Maltija.", "Jien m'għandix dubju li Mrs Refalo kienet kburija b'uliedha, daqskemm m'għandix dubju li huma kburin b'ommhom.", "Jien f'isem din il-Kamra nesprimi s-solidarjeta' tagħna lill-familja Refalo kollha kemm hi, b'mod partikolari lill-ministru tat-turiżmu l-Onor.", "Michael Refalo.", "Nesprimi l-kondoljanzi sinċieri tagħna u nitlob lill- Iskrivan tal-Kamra jwassal dawn is-sentimenti lill-familja Refalo b'mod uffiċjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, f'isem l-Oppożizzjoni nixtieq nestendi l- kondoljanzi u s-simpatija tagħna lejn il-kollega tagħna l-Onor.", "Michael Refalo għall-mewt ta' ommu, l-għażiża Sinjura Laura Refalo.", "Lilu u lill- familja tiegħu aħna nestendulhom is-simpatija tagħna u s-sens ta' sogħba tagħna u nħeġġuhom li jiftakru kif fil-ħajja twila u siewja li qattgħet is- Sinjura Refalo għallinqas hemm sens sħiħ ta' faraġ u sens sħiħ ta' ħajja bil-galbu li tkun ta' eżempju għall-familji oħra Maltin.", "Nagħtuhom is- simpatiji tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jien ukoll nixtieq naqsam is-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal il- kondoljanzi lill-familjari tas-Sinjura Refalo.", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, qed inqum biex nirringrazzjakom għal din l-espressjoni ta' solidarjeta' li wrejtu fil- konfront ta' persuna li hi għażiża ħafna għalija u għall-familja tiegħi.", "Ommi kienet mara kwieta u umli ħafna li rnexxielha tiffaċċja d- diffikultajiet tad-dinja u bil-kapaċita' tagħha wasslitna fejn stajna naslu.", "Huwa ironiku l-fatt illi din il-mara, li ma kenitx tħobb il- politika, kellha tissemma f'din il-Kamra wara mewtha.", "Din hija xi ħaġa li hi qatt ma kienet tistennieha, pero' jien inħossni kburi li qed tissemma hawnhekk illum għaliex kif qal sieħbi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, hija tirrappreżenta l-figura ta' kull mara u omm li kienu jgħixu fi żmien l- avversita' li kienu jistinkaw ħafna għall-familji tagħhom.", "Ta' min jgħid li missieri kien miet fi żmien il-gwerra, fl-1941, jiġifieri ommi rnexxielha ttella' l-familja tagħha weħidha.", "Hawn Malta hawn ħafna nisa oħra li spikkaw u li kienu strumentali biex in- nisġa soċjali ta' pajjiżna baqgħet soda u b'saħħitha u għalhekk jien kburi li ommi ssemmiet f'dan il-kontest u għal dan nixtieq nirringrazzjakom ilkoll.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il- Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kuntratti mogħtija b'direct order mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru għall-perjodu bejn il-11 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2159.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar vetturi fid-dikasteru tal-ministru għall-politika soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2118;", "Lista li turi d-daily average attendance fid-day centres ta' l-anzjani bejn Marzu u Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2694; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 6 ta' l-1999 – Regolamenti ta' l-1999 tal-Kors għad- Diploma in Probation Services;", "Avviż Legali Nru 7 ta' l-1999 – Ordinamenti ta' l-1999 għall-Grad ta' Master of Philisophy - M. Phil. – fl-Istitut għat-Teknoloġija ta' l- Enerġija;", "Avviż Legali Nru 8 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1994 tal-kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts in Legal and Humanistic Studies – B.A. Leg. & Hum.", "St.;", "Avviż Legali Nru 9 ta' l-1999 – Ordinamenti ta' l-1999 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy – Ph.D. – fl-Istitut għat-Teknoloġija ta' l- Enerġija; u", "Avviż Legali Nru 10 ta' l-1999 – Regolamenti ta' l-1999 tal-Korsijiet għas-Certificate in Criminology, Diploma in Police Studies, Diploma in Correctional Services and Degree of Bachelor of Arts in Criminology.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar tenders ta' valur aktar minn Lm1,000 mogħtija mid- dikasteru li għalih jien responsabbli għall-perijodu bejn il-5 ta' Settembru u l-1 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2958; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' pulizija li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija bejn l-1993 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2878.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Jannar, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi huwa in possession.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-bieraħ bdejt il-winding-up ta' dan l-abbozz ta' liġi billi għamilt riferenza għat-tliet konċetti li semma l- Onor. Bartolo waqt id-diskors tiegħu u għidt illi jien naqbel magħhom perfettament.", "Ħalli nerġa' nagħti spjegazzjoni qasira dwar dawn it-tliet konċetti.", "Fil-fatt l-ewwel konċett hu li kull żvilupp soċjali li jista' jkollna f'pajjiżna għandu jkun marbut intimament ma' żvilupp ekonomiku li jippermetti li jinħoloq il-ġid u li mbagħad dak il-ġid ikun jista' jitqassam b'sens ta' ġustizzja soċjali.", "It-tieni konċett hu li hemm bżonn li pajjiżna jinvesti f'iktar enerġija u riżorsi u jagħti iktar importanza lil dak li jissejjaħ preventive social spending.", "Dan m'iniex qed ngħidu għaliex naħseb li m'hu qed isir xejn f'pajjiżna fuq dan il-qasam - anzi jien nemmen li f'dawn l-aħħar snin pajjiżna rrikonoxxa l-bżonn li nagħmlu azzjonijiet preventivi iktar milli noqogħdu nindirizzaw il-kriżi li nsibu ma' wiċċna kull meta titfaċċa xi problema soċjali - imma għaliex bla ebda dubju llum jenħtieġ li d-dipartimenti u l-aġenziji kollha li jaħdmu fil- qasam soċjali jiġu mħeġġa biex jiddedikaw iktar attenzjoni fuq l-azzjoni preventiva.", "It-tielet konċett li semma l-Onor.", "Bartolo u li, kif għidt diġa', jien naqbel miegħu perfettament, huwa l-bżonn li ssir kordinazzjoni wiesgħa u sħiħa, mifruxa fuq il-livelli kollha, biex inkunu nistgħu noħorġu mill- mudell li s'issa dejjem għexna fih, jiġifieri li npoġġu kollox fil- garżelli.", "Jien dejjem ikkritikajt il-fatt illi aħna nindirizzaw il- problemi li jeżistu fil-qasam soċjali billi npoġġu kollox fil-garżelli bħal meta, per eżempju, id-dipartiment tal-housing jittratta l-problemi li jeżistu f'dak il-qasam biss mingħajr ma jżomm xi forma ta' relazzjoni u kordinazzjoni ma' dipartimenti oħra li ħafna drabi jkunu qed jaħdmu fuq il- problemi ta' l-istess nies li jkollhom problema ta' housing.", "L-istess nistgħu ngħidu għad-dipartiment tas-sigurta' soċjali għax ħafna mill- individwi li jieħdu xi relief jew xi benefiċċji soċjali oħra minn dan id- dipartiment ġeneralment ikollhom jagħmlu użu mis-servizz li jagħti d- dipartiment tal-housing għax ma jkollhomx post diċenti fejn jgħixu.", "Hawn ta' min isemmi wkoll iċ-ċirkostanza ta' meta kap ta' familja ma jkunx jaħdem u allura dik il-familja li tkun qed tiffaċċja ċerti problemi, ġieli jkollha tagħmel użu minn diversi dipartimenti tal-gvern u aġenziji.", "Il- verita' hi li sal-lum għad m'għandniex livell ta' kordinazzjoni bejn id- dipartimenti u l-aġenziji li għandhom x'jaqsmu mal-qasam soċjali, bil- konsegwenza li għadna m'aħniex qed nindirizzaw il-problemi li jiffaċċjaw dawn il-familji verament imma pjuttost qed noqogħdu nduru mal-lewża mingħajr ma noffru s-servizz mixtieq, li idealment għandu jkun wieħed personalizzat.", "Forsi hawnhekk wieħed jista' jgħidli li l-kliem li qed ngħid huwa sabiħ fit-teorija imma mbagħad fil-prattika huwa diffiċli li din il-mira tintlaħaq.", "Pero' jien nista' naċċerta lil din il-Kamra li hemm impenn sħiħ biex dan jitwettaq u b'hekk finalment inkunu nistgħu naraw lid-dipartimenti tal-gvern u lill-aġenziji li jaħdmu fil-qasam soċjali jittrattaw il- problemi u l-isfidi li jiltaqgħu magħhom flimkien.", "Hawnhekk ta' min ifakkar ukoll li kumbinazzjoni din il-ġimgħa stess waqt il-mistoqsijiet parlamentari semmejna l-fatt illi l-qasam tas-saħħa mentali mhux biss jitlob l-attenzjoni u l-interventi tal-ministeru tas-saħħa imma bla dubju ta' xejn anke tal-ministeru għall-politika soċjali u tal-ministeru tal- finanzi sabiex nassiguraw li r-riżorsi li jiġu allokati jkunu qed jintużaw bl-iktar mod effiċjenti.", "Mr Speaker, aspett importanti ieħor li wkoll huwa marbut ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa l-bżonn li nkunu effiċjenti u li nassiguraw li ma jkunx hemm abbużi fit-tqassim tal-benefiċċji soċjali ħalli b'hekk inserrħu moħħ il-poplu Malti li l-miljuni kbar ta' liri li l-gvern qed jiddedika għall-benefiċċji soċjali qed jitqassmu b'sens ta' ġustizzja soċjali, jiġifieri qed imorru għand dawk li l-iktar għandhom bżonnhom.", "Fil- fatt nistgħu ngħidu li hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra dwar dawn il- konċetti pero' mbagħad f'uħud mill-interventi dwar dan l-abbozz ta' liġi saru ċerti kummenti, speċjalment min-naħa ta' l-oppożizzjoni, li jien ma naqbel magħhom assolutament xejn.", "Per eżempju, fl-opinjoni tiegħi l-iktar kumment inġust sar minn mill-inqas tliet kelliema min-naħa ta' l- oppożizzjoni - fosthom mill-Onor.", "Karl Chircop, mill-Onor.", "Michael Farrugia u minn xi ħaddieħor li qed nipprova niftakar min kien - meta pprovaw jikkritikaw lill-gvern talli dam tliet xhur biex iressaq dan l- abbozz ta' liġi quddiem il-parlament.", "Meta nisma' dawn it-tip ta' kummenti jien jagħtini d-daħk - u ejjew ngħiduha kif inhi, bir-rispett kollu, xi kultant f'dan il-parlament mument umoristiku jrid ikun hemm! - għax li dan il-gvern jiġi kkritikat minħabba li dam tliet xhur biex iressaq dan l- abbozz ta' liġi quddiem il-parlament juri li lħaqna l-apiċi ta' l- assurdita' f'dan il-pajjiż.", "Hawnhekk jien se nerġa' nirripeti dak li għidt meta kont qed nintroduċi dan l-abbozz ta' liġi f'Novembru li għadda, jiġifieri li dan l-abbozz ta' liġi qed iwettaq dawk il-miżuri li l-Gvern Laburista kien ħabbar fil-budget ta' Novembru 1997 u li kellhom jiġu applikati matul is-sena 1998, imma fit-tmien xhur li l-Partit Laburista dam fil-gvern f'dik is-sena dan ma sabx il-ħin biex iressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-parlament u jimplimenta l-miżuri li kien ħabbar huwa stess.", "Għall-kuntrarju, dan il-gvern x'għamel, Mr Speaker?", "Hekk kif dan il-gvern rebaħ l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru huwa poġġa dan l-abbozz ta' liġi bħala wieħed mill-prijoritajiet għax kien ovvju li ċerti miżuri li ġew imħabbra s-sena ta' qabel kellhom jiġi implimentati mill-iktar fis possibbli u fil-fatt dan kien l-ewwel abbozz ta' liġi li ġie diskuss quddiem dan il-parlament minn wara l-elezzjoni għax s'issa l-iskeda ta' xogħol parlamentari kienet tinkludi d-dibattitu fuq il-Messaġġ tal- President, il-finanzjament u l-fondi speċjali li ġew ivvotati lill-kunsilli lokali u mbagħad immedjatament wara, l-ewwel u l-uniku abbozz ta' liġi li ġie diskuss, bl-eċċezzjoni tal-VAT, kien proprju l-abbozz ta' liġi dwar is- sigurta' soċjali.", "Għalhekk, bir-rispett kollu, jien naħseb li hija inġustizzja u stupidaġni u naħseb li l-pubbliku jistagħġeb illi qiegħda ssir din il-kritika fil-konfront tal-Gvern Nazzjonalista meta l-ewwel abbozz ta' liġi li ressaq dan il-gvern quddiem il-parlament kien proprju dak tas-sigurta' soċjali.", "Żgur li l-pubbliku jirrealizza li din il-kritika ma tagħmilx sens, bħalma ma jagħmilx sens ukoll illi ħadna sitt seduti biex niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi, li wara kollox ma kienx xi wieħed kontroversjali.", "Fuq kollox kulmin tkellem jidher li qabel li dan l-abbozz ta' liġi qed jipproponi miżuri li għandhom jiġu implimentati u għalhekk ma jidhirlix li kellna nieħdu dan iż-żmien kollu biex naslu għal din il- konklużjoni.", "Pero' nsomma, issa l-ħin ħadnieh u għalhekk irridu naraw li nagħmlu l-aħjar użu minnu.", "Issa għandi xi punti oħrajn li nixtieq insemmihom malajr kemm jista' jkun.", "Diversi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni sostnew li dan l-abbozz ta' liġi jipprova kemm il-gvern preċedenti kellu kuxjenza soċjali u b'ċertu sens ta' difiża għall-kritika li l-Partit Nazzjonalista ressaq fil-konfront tal-Gvern Laburista matul is-sentejn li għaddew, dawn irriferew għall-fatt illi aħna konna nikkritikaw lill-Gvern Laburista li kien qed iwettaq politika li kienet nieqsa kompletament mill-kuxjenza soċjali.", "Dan l-abbozz ta' liġi żgur li bl-ebda mod m'hu qed ineħħi jew itaffi din l-akkuża li aħna konna għamilna lill-Gvern Laburista matul il-perijodu ta' żmien li kien qed jamministra lil pajjiżna.", "Illum il-poplu Malti u Għawdxi jaf li jekk iħares lura lejn l-esperjenza li għaddejna minnha bejn Ottubru ta' l- 1996 u l-5 ta' Settembru, 1998 isib illi kellu gvern li meta kien jiġi biex jimplimenta ċerti miżuri u deċiżjonijiet kien jikkalkola kollox bil- calculator - dak iż-żmien aħna konna nużawha ħafna l-metafora tal- calculator - mingħajr ma jeżamina u jidħol fl-impatt ta' kif dawk il-miżuri kienu se jolqtu lill-iktar kategoriji batuti li għandha s-soċjeta' tagħna.", "Jien naħseb li m'għandix għalfejn noqgħod insemmi l-kwestjoni tar-rati ta' l-ilma, it-taxxa fuq il-mard u t-taxxa fuq iċ-ċertifikati, li huma l-ikbar prova ta' kemm kellu raġun il-Partit Nazzjonalista meta għamel dik il- kritika għax persważ li l-poplu kollu jiftakru dan u naħseb ukoll illi m'hijiex difiża li wieħed jiġi hawnhekk u joqgħod jgħidilna li dan l-abbozz ta' liġi b'xi mod jew ieħor inaqqas l-akkuża li saret min-naħa tal-Partit Nazzjonalista matul is-sentejn li għaddew.", "Bla dubju ta' xejn pajjiżna ħa lezzjoni fis-sentejn li għaddew u, kif jgħid il-Malti, kull deni ħudu b'ġid.", "Il-fatt aħna kull deni ħadnieh b'ġid u l-lezzjoni li ħadna mill- esperjenza ta' matul is-sentejn li għaddew kienet illi ma nistgħux naqbdu u nieħdu d-deċiżjonijiet minn fuq il-karta, mingħajr ma jkun sar l-ebda studju ta' xejn, imma għandna naraw li ċ-ċifri li nistabilixxu jkunu jagħmlu sens u li nistudjaw x'se jkun l-impatt ta' dawn iċ-ċifri fuq dawk il-familji li jifilħu l-inqas.", "Ovvjament imbagħad jekk l-impatt ta' dawn iċ-ċifri jkun se jkun piż kbir wisq fuq dawk il-familji li jifilħu l-inqas, il-gvern huwa fid-dmir li jara kif jista' jnaqqas dak l-impatt jew ineħħih għal kollox ħalli l-familji li l-iktar huma dgħajfa jkunu l-inqas li jintlaqtu b'dawn il-miżuri.", "Issa nispera li din il-lezzjoni li pajjiżna ħa minnha jibqa' jżommha quddiem għajnejh anke matul is-snin li ġejjin.", "Mr Speaker, waqt li kien qed jagħmel id-diskors tiegħu, l-Onor.", "Michael Farrugia semma diversi affarijiet li għalkemm naqbel ma' xi wħud minnhom, m'oħrajn ma naqbilx.", "Per eżempju, darba minnhom semma punt li enfasizzawh diversi kelliema oħra wkoll, ċioe' li hemm bżonn li l-liġi dwar is-sigurta' soċjali tiġi ssimplifikata.", "Fil-fatt din hija liġi kkomplikata u dejjem ngħidu li hemm bżonn li tiġi ssimplifikata pero' l-verita' hi li iktar m'hu qed jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin nikkomplikawha milli nissimplifikawha.", "Jien naqbel ukoll li għandna nagħmlu sforz biex nissimplifikaw l-affarijiet u biex nirrendu s-servizzi koperti b'dik il-liġi b'mod li bniedem ikun jista' jara xi drittijiet u x'benefiċċji għandu bil-liberta' kollha mingħajr ma jkollu jagħmel gabirjoli mentali jew inkella jdur ruxxmata uffiċjali biex jara jekk għandux dritt jew le għal ċerti benefiċċji.", "L-Onor.", "Farrugia aċċenna wkoll għas-servizzi in ġenerali li jingħataw mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali u dwar dan nixtieq ngħid li bħalissa qed tiġi studjata inizjattiva min-naħa tal-ministeru, liema inizjattiva tirrigwarda s-servizzi li joffru l-area offices kollha li għandna fil- pajjiż.", "Ta' min jgħid li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali għandu madwar 22 area office mifruxa ma' Malta u Għawdex u jekk wieħed idurhom isib li filwaqt li hemm uħud b'ambjent aċċettabbli, imbagħad hemm oħrajn li għandhom bżonn li jsirilhom refurbishment jew saħansitra li jinstabilhom post ieħor.", "Madanakollu l-istudju li qed isir bħalissa, wara rapport li kien sar mill-management efficiency unit, ma jirrigwardax biss l-ambjent ta' dawn l-area offices imma qed jiġi studjat ukoll jekk wasalx iż-żmien li nbiddlu l-karattru tas-servizz li nagħtu mill-area offices għax sal-lum l- area offices tagħna qegħdin iservu pjuttost bħala reception desk għal min ikollu bżonn jimla xi formola biex jieħu xi benefiċċju, liema formola mbagħad tintbagħat il-head office biex tiġi assessed hemmhekk.", "Prattikament nistgħu ngħidu li min qed jagħmel użu minn dawn l-area offices illum qed ikollu jistenna mhux ħażin għax sakemm il-formola li jkun mela tmur il-head office, tiġi ċċekkjata u mbagħad forsi jibagħtu jgħidu lill-individwu konċernat li għandhom bżonn xi dokumenti oħra u joħroġ ir- riżultat ta' jekk dan għandux dritt għal xi benefiċċju jew le, jilħqu jgħaddu xhur sħaħ.", "Għalhekk bla ebda dubju s-sistema preżenti jeħtieġ li tinbidel u hemm bżonn li l-uffiċjali li jaħdmu fl-area offices jingħataw iktar empowerment, anke billi, per eżempju, ċerti assessments li sal-lum għadhom isiru mill-head office jibdew isiru mill-area offices stess.", "Illum qed jiġi studjat ukoll dwar kemm l-area offices jistgħu jwessgħu s-servizzi li qed jagħtu bħalissa, u dan sabiex ma jibqgħux qishom reception desks, kif għidt diġa', imma jkunu iktar viċini tal-poplu, dak li barra minn Malta jissejjaħ a citizen advisory bureau.", "Madanakollu dawn huma studji li għadhom qed isiru u meta naslu f'xi konklużjonijiet jien se ninforma lill- Kamra b'dan.", "Mr Speaker, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Farrugia għoġbu jsemmi wkoll l- Isptar Monte Carmeli, fosthom ward 10 u dan meta r-running ta' l- isptarijiet m'għandu x'jaqsam assolutament xejn ma' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu u għalhekk ma nafx kif daħal fin-nofs.", "Fil-fatt dwar dan kelli l-opportunita' li nwieġeb lill-Onor.", "Farrugia fil-ħin tal- mistoqsijiet tal-bieraħ.", "Jien jidhirli li d-deċiżjoni li ward 10 għandha tingħalaq ittieħdet fl-interess tal-pazjenti u, bla ebda dubju, din id- deċiżjoni hija marbuta ma' deċiżjonijiet oħrajn illi għandna bżonn nieħdu fil-pajjiż biex ir-riforma fis-saħħa mentali tkompli tieħu l-istimolu li kellha sa qabel l-1996 u li sfortunatament kollox raqad jew miet matul is- sentejn li għaddew.", "Mr Speaker, issa nixtieq naċċenna wkoll għal dak li qal l-Onor.", "Silvio Parnis li Alla jbierek, kellu l-privileġġ li jitkellem darbtejn f'dan il- parlament, liema privileġġ huwa rari ħafna u li naħseb illi jista' jidħol fl-istorja.", "Fil-fatt l-Onor.", "Membru semma diversi aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-persuni b'diżabilita' waqt l-intervent tiegħu.", "Per eżempju, fost l-oħrajn huwa semma l-bżonn illi iktar persuni b'diżabilita' jagħmlu użu mill-iskemi li ħarġet il-housing authority sabiex il-persuni b'diżabilita' jew l-anzjani li minħabba l-eta' tagħhom jiżviluppaw xi diffikulta' fil-mobilita' jkunu jistgħu jagħmlu l-postijiet tagħhom aċċessibbli u iktar adattati għalihom ħalli b'hekk jgħixu ħajja ta' kwalita' aħjar.", "L-Onor.", "Parnis semma wkoll il-kwestjoni tar-reserved parking space, u fil- fatt jien kont diġa' weġibt fuq dan il-punt waqt li kont qed inwieġeb xi mistoqsija supplimentari waqt il-ħin tal-mistoqsijiet.", "Jien ikolli ħafna talbiet mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' u mit-traffic control board biex isiru iktar reserved parking spaces, pero' hawn irrid nerġa' nirripeti - u din għandha ssir ċerta enfasi fuqha ħalli ma nimlewx l- irjus tan-nies fuq servizz li twieled għal skop tajjeb - illi jekk se nispiċċaw nagħtu dan is-servizz lil kulħadd mingħajr kriterju u mingħajr parametri ta' xejn, allura se jispiċċa jkollna servizz bla sens li minflok ma jservi ta' ġid iktar ikun iservi ta' deni.", "Ikun tajjeb jekk ngħid illi s-servizz ta' reserved parking space kien inħoloq f'kontest ta' miżuri oħrajn li kienu marbutin mal-ħsieb ta' meta persuna jkollha problema ta' mobilita', jiġifieri tkun wheelchair case, u tkun għamlet sforz biex tixtri karozza ħalli bis-saħħa tal-karozza hija tiftaħ iktar opportunitajiet biex tintegra ruħha fis-soċjeta' u forsi saħansitra biex issib impjieg.", "Għalhekk aħna dehrilna li safejn hu possibbli, dawk il-persuni li huma wheelchair users u li għandhom il-karozza tagħhom għandhom jipparkjawha ħdejn il-bieb tad-dar tagħhom għax jekk persuna b'diżabilita' tipparkja l- karozza tagħha xi 100 metru jew 200 metru 'l bogħod mid-dar, din se jkollha bżonn lil xi ħadd jgħinha tasal sad-dar, u dan meta llum qed issir enfasi kbira biex persuni b'diżabilita' jgħixu ħajja indipendenti.", "Jien nemmen illi dan is-servizz ma jistax jitwessa' iktar minn hekk għaliex inkella wisq nibża' li nkunu qed nagħmlu iktar ħsara milli ġid.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll illi l-punt li dan is-servizz ikun jista' jingħata anke fil-livell ta' kunsilli lokali qed jiġi kkonsidrat, pero' mbasta jibqa' jkun hemm ħsieb u filosofija wara dan is-servizz u mhux jibda jitwessa' mingħajr l-ebda limitu ta' xejn.", "Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Silvio Parnis għamel ukoll aċċenn għal Dar il- Wens.", "Jien naqbel li aħna, bħala gvern għandna nkomplu nappoġġjaw l- inizjattivi li twieldu b'sens ta' sħubija bejn il-gvern u l-volntarjat u fil-fatt Dar il-Wens kienet il-mudell, anzi kienet il-pijunier ta' din it- tip ta' sħubija għax kienet l-ewwel riżultat ta' esperiment li sar bejn għaqda volontarja u gvern biex jitwaqqaf servizz residenzjali għal persuni b'diżabilita' mentali.", "Jien niftakar li Dar il-Wens kienet twaqqfet bil- ħsieb illi tingħata l-ewwel preferenza lil dawk il-persuni b'diżabilita' mentali li kienu residenti fl-Isptar Monte Carmeli, pero' aħna dejjem sostnejna li dik ma kenitx l-aħjar ħaġa li ssir.", "Aħna qed naraw kif nistgħu nkomplu nagħtu s-support tagħna lil min juri li jixtieq jieħu inizjattiva bħal din u ...", "(Interruzzjonijiet) MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, bil-permess tal-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kont jien li staqsejt lill-ministru jekk kenitx inbidlet l-policy f'każijiet fejn jidħol reserved parking space għal min qiegħed f'wheelchair.", "Ir-risposta ċara tal-ministru kienet li ma nbidlitx.", "Issa lili jirriżultali li f'dawn l-aħħar erba' ġimgħat kien hemm min talab permess biex ikollu reserved parking area meta lanqas biss għandu wheelchair u xorta ngħata permess.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sal-bieraħ din il-policy kienet għadha l-istess.", "Din il-policy ma nbidlitx, pero' jista' jkun hemm każijiet ta' xi wheelchair users illi jkollhom bżonn dan is-servizz temporanjament.", "Fil- fatt ftit ilu ġie jkellimni xi ħadd dwar anzjana li nqalagħlha l-bżonn li tmur l-isptar regolarment għal ftit żmien u dan qalli li huwa diffiċli biex issib tipparkja l-karozza quddiem id-dar tagħha bil-konsegwenza li kull darba li lil din l-anzjana jkunu se jeħduha l-isptar, ikollhom jipparkjaw il-karozza 'l bogħod.", "Għalhekk jien tlabt lill-kummissjoni biex tinvestiga dan il-każ ħalli tara jekk tistax tinstab xi soluzzjoni temporanja, pero' nikkkonferma li l-policy baqgħet l-istess u għadha ma nbidlitx.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll illi jien innotajt il-punti li għamel l- Onor. Jose' Herrera waqt l-intervent tiegħu u naħseb illi hawnhekk ta' min isemmi wieħed mill-punti li għamel hu u li kienet għamlet aċċenn għalih anke l-Onor.", "Helena Dalli meta għamlet l-intervent tagħha numru ta' seduti ilu rigward is-segretarjat għad-drittijiet tan-nisa fejn qalet illi rridu naħdmu biex kemm jista' jkun dan is-segretarjat jaqdi l-funzjonijiet tiegħu ħalli b'hekk in-nisa Maltin u Għawdxin ikomplu jsibu iktar opportunitajiet għall-iżvilupp tal-karattru, tal-personalita' u tal-karriera tagħhom.", "Fil- fatt nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex ngħid illi proprju nhar it-Tnejn li għaddew l-ETC inawgurat kors li huwa mfassal apposta għal dawk l-impjegati nisa li kienu ddeċidew li jirtiraw mix-xogħol, min biex irabbi familja, min għal raġuni u min għal oħra, u li mbagħad ġiethom il-ħajra li jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, għax wieħed irid jirrikonoxxi li wara li dawn ikunu nqatgħu mid-dinja tax-xogħol għal numru ta' snin isibuha diffiċli biex jerġgħu jaddattaw ruħhom għar-realtajiet tal-post tax-xogħol fejn huma jkunu qed jaħdmu, u dan jiġri għax ħafna drabi ma jibqgħux jaħdmu fl-istess uffiċċju li kienu jaħdmu fih qabel jew inkella minn dak iż-żmien 'l hawn l- uffiċċju fejn dawn kienu jaħdmu żviluppa iktar f'dik li hi informatika.", "L- isfidi li għandna quddiemna llum qed ifissru li d-dinja tax-xogħol qed tinbidel kontinwament u għalhekk minn din il-ġimgħa l-ETC bdiet torganizza kors apposta għal dawk in-nisa li jkunu qed jitħajru jerġgħu jidħlu għad- dinja tax-xogħol biex dawn ikunu jistgħu jaddattaw ruħhom għal dawk ir- realtajiet.", "Naturalment aħna qed nagħmlu dan f'kontest iktar wiesa' għax aħna nirrikonoxxu li għandna bżonn inżidu r-rata tal-parteċipazzjoni tan- nisa fil-ħajja ekonomika tal-pajjiż u allura rridu nieħdu diversi miżuri f'dan ir-rigward, pero' jien qed insemmi din il-miżura bħala waħda fost miżuri oħrajn li rridu nkomplu nieħdu matul ix-xhur u s-snin li ġejjin.", "Mr Speaker, punt ieħor li ridt insemmi u li nixtieq nagħlaq fuqu hu li hija verita' sagrosanta li meta tagħsar id-diskorsi kollha li saru dwar il- kontenut ta' dan l-abbozz ta' liġi ma tantx issib kritika negattiva, u hawnhekk nixtieq insemmi punt wieħed biss illi għamel l-Onor.", "Bartolo l- bieraħ u li jidhirli għamlu xi ħaddieħor ukoll.", "L-Onor.", "Bartolo qabad ċerti ċifri illi naħseb ġabhom minn tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Karl Chircop numru ta' seduti ilu fejn konna ppubblikajna x'kienu ċ-ċifri tal-prodott gross domestiku sena b'sena mill- 1975 sa l-1997.", "Fil-fatt fit-tabella li aħna ppubblikajna bħala tweġiba għal dik il-mistoqsija aħna konna tajna perċentwali differenti li joħorġu meta wieħed jara x'inhi l-ispiża ta' pajjiżna f'dak li hu qasam soċjali.", "Ta' min jgħid illi din it-tabella hi maqsuma f'żewġ kolonni; waħda minnhom tagħti l-ammont ta' spiża għall-parti kontributorja tas-servizzi soċjali u tistabilixxi x'inhu l-persentaġġ ta' din l-ispiża mal-prodott gross domestiku u l-kolonna l-oħra tagħti t-total ta' l-ispejjeż li jmorru fuq dawk is-servizzi li m'humiex kontributorji.", "Issa l-Onor.", "Bartolo u anke l- Onor. Chircop għamlu plejtu sħiħ għax qalu li l-ogħla persentaġġ f'dak li huwa prodott gross domestiku kien proprju dak ta' l-1997, jiġifieri huma qed jargumentaw illi fl-1997 il-Gvern Laburista għamel l-ikbar spiża li qatt saret fl-istorja tagħna f'dak illi hu perċentwal tal-prodott gross domestiku, pero' l-kollegi tagħna ma ndunawx li żelqitilhom xi ħaġa importanti ħafna.", "Kif għidt diġa', anke l-Onor.", "Karl Chircop semma dan il- punt u għalhekk ġaladarba issa jinsab dieħel fil-Kamra nixtieq niġbidlu l- attenzjoni għal dan li qed ngħid.", "Mr Speaker, fil-fatt meta jien ħarist lejn ir-rata taż-żieda tal-prodott gross domestiku sena b'sena nnotajt illi taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista mill-1987 sa Settembru ta' l-1996 iż-żieda fil-prodott gross domestiku kienet waħda regolari u fil-fatt bejn l-1987 u l-1988 dan kien jammonta għal 10%, fl-1989 kien żdied għal 10.5%, imbagħad fl-1990 kien ġie jammonta għal 9.6% u fl-1991 kien ta' 9.8%.", "Ta' min jgħid illi skond ċifri li ġew ippubblikati, fl-1995 saħansitra kien hemm qabża ta' 11.3% fil- prodott gross domestiku, pero' f'daqqa waħda, malli tela' l-Gvern Laburista, dan il-pajjiż ħa xokk qawwi għax dan niżel għal 4.8% u għal 6.2% u allura, bir-rispett kollu, imbagħad bilfors li l-persentaġġ ta' l-ispiża fuq in-nefqa soċjali jogħla!", "(Interruzzjonijiet) Imma apparti minn dan kollu, imbagħad hemm konsiderazzjonijiet oħra li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu jirrikonoxxu b'ċerta oġġettivita', u l-ministru tal-finanzi għamel tajjeb ħafna illi mhux biss kien ġibed l-attenzjoni ta' din il-Kamra għalihom imma wkoll tal-pajjiż fid-diskors tal-budget.", "F'pajjiżna aħna għandna spiża soċjali li rridu jew ma rridux, hemmhekk qiegħda.", "Għalhekk illi mbagħad jiġi l-Onor.", "Karl Chircop u joqgħod jiftaħar illi fl-1997 il- gvern tiegħu nefaq ma nafx kemm-il miljun lira fil-qasam tas-sigurta' soċjali ...", "Iss, prosit!", "Mhux bilfors kellek tonfoq dawk il-flus ġaladarba l-liġi stess tobbligak illi tagħmel hekk?!", "Niftakar illi meta kont qed nagħmel d-diskors fuq il-budget filwaqt li kont għidt li l-ispiża ta' dan il-Gvern għas-sena 1999 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża soċjali se tiżdied b'miljuni ta' liri, jien kont għidt li ukoll li parti minn din iż-żieda hija marbuta maż-żidiet awtomatiċi li jkun hemm fuq il- pensjonijiet u fuq diversi benefiċċji oħra.", "Din hi r-realta', u jien naħseb li ġaladarba tqajjem dan il-punt ta' min jagħmel aċċenn għal dak li ġie mwiegħed fid-diskors tal-budget, jiġifieri li din is-sena titwaqqaf kummissjoni nazzjonali għal dak kollu li għandu x'jaqsam ma' affarijiet soċjali.", "Jien nispera li din il-kummissjoni, li għandha titwaqqaf malajr kemm jista' jkun, tkun above politics u li fiha jkun hemm parteċipazzjoni ġenwina ħalli b'hekk inkunu nistgħu nsibu s-soluzzjonijiet għall-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom dan il-qasam, u dan għall-ġid tal-Maltin u l- Għawdxin ta' llum u t'għada.", "Mr Speaker, jien ma nixtieqx intawwal iżjed għax minn dak li stajt insegwi jidher li hemm qbil ġenerali dwar il-kontenut ta' dan l-abbozz ta' liġi u huwa dnub li wara sitt seduti u ma nafx kemm il-siegħa ta' dibattitu ftit tkellimna fuq il-kontenut tal-klawsoli li fih dan l-abbozz ta' liġi, pero' nittama li jkollna ċans nagħmlu dan fl-istadju ta' Kumitat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali\" jiġi moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru, 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Kap 318\" jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA (EMENDA NRU 2)", "INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l- 1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa purament tekniku u amministrattiv u hija t-tielet darba li qegħdin nersqu quddiem dan il-Parlament biex inressqu emenda ta' dan it-tip.", "Dan l- abbozz ta' liġi qed jawtorizza lid-dipartiment tat-taxxi nterni biex jirrevedi l-ex officio assessments li kienu ħarġu mill-1980 sa l-1984 u għalhekk naħseb li jkun tajjeb li nagħti xi ftit background information dwar x'kien ġara f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, fl-1980, bħala sforz biex jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa, il- gvern ta' dak iż-żmien iddeċieda li lin-nies tan-negozju jagħmlilhom assessments differenti minn dawk li kienu jiddikjaraw huma u kienu ġew stabbiliti wkoll benchmarks ta' profitti skond il-ġeneru ta' negozju li jkollu negozjant kif ukoll skond kemm iħaddem nies.", "Fil-fatt minn dawk il- benchmarks bdew ħerġin assessments li kienu jinkludu wkoll penalitajiet ħorox li ħafna drabi kienu jammontaw għad-doppju ta' l-ammont ta' taxxa li kienet qed tiġi stmata mid-dipartiment.", "Huwa stmat li dak iż-żmien kien hemm 22,000 persuna li nħarġulhom bejn ħames u seba' assessments kull wieħed għaliex wara li kienet ittieħdet din d-deċiżjoni ttieħdet ukoll id- deċiżjoni li jiġu assessed anke s-snin 1978 u 1979.", "Għalhekk bejn l-1981 u l-1983 komplejna għaddejjin bl-istess metodoloġija u allura s-snin ta' bejn l-1978 u l-1983 kollha kienu effetwati minn dawn l-assessments.", "Huwa stmat li b'kollox kienu ħarġu mal-130,000 assessment matul dawk is-snin.", "Iżda x'ġara, Sur President?", "Billi xi taxpayers ikkontestaw fil-qorti l-proċeduri li bihom kienu qed jinħarġu dawn l-assessments, f'Ottubru ta' l-1991 il-qorti ta' l-appell iddikjarat li dawn kienu nħarġu null and void, jiġifieri prattikament kienu nħarġu kontra l-istess liġi ta' l-income tax.", "Ir-raġuni għaliex il-qorti ta' l-appell iddikjarat li dawn kienu nħarġu null and void kienet illi qabel ma dawn l-assessments inħarġu t-taxpayer ma kienx ġie mitlub mid- dipartiment biex jissostanzja d-dikjarazzjoni tiegħu permezz tal-kotba tan- negozju.", "Huwa veru li f'xi wħud mill-każijiet dawn il-kotba tan-negozju lanqas biss kienu jeżistu pero' minħabba li dak iż-żmien il-liġi kienet tassattiva u kienet tgħid li qabel ma toħroġ ex officio best of judgement assessment għandek titlob lit-taxpayer iġib il-kotba tan-negozju tiegħu sabiex jiġu vverifikati, allura l-qorti ddikjarat li l-assessments kienu nħarġu null and void.", "Naħseb illi m'hemmx għalfejn ngħidu li din poġġiet lill-gvern ta' dak iż- żmien f'pożizzjoni mhux biss antipatika imma ħażina u perikoluża għaliex dan kien ifisser illi anke t-taxxa dovuta fuq id-dikjarazzjoni tat-taxpayer kellha ċ-ċans illi tintilef minħabba li l-assessment sħiħ kien ġie dikjarat mill-qorti bħala null u għalhekk anke dik li tissejjaħ \"tax not in dispute\", jiġifieri dik it-taxxa li t-taxpayer jaqbel illi għandu jagħti minħabba li jkun iddikjaraha hu stess, kienet fil-periklu li tintilef.", "Kienet teżisti anke l-possibbilta' li tintilef xi taxxa li kienet tħallset fuq dawn l-assessments qabel ma l-kawża kienet iddikjarathom nulli, jiġifieri nistgħu naħsbu x'diżastru seta' jsir.", "Għalhekk fl-1992 konna ġejna f'dan il-Parlament u għaddejna liġi li permezz tagħha lil dawk it- taxpayers li rċevew dawn it-tip ta' ex officio best of judgement assessments konna tajnihom żewġ options, jew jimlew formola u jaċċettaw li d-dipartiment jagħmlilhom assessment ieħor fi żmien sentejn jew inkella li d-dipartiment joħroġ assessment ieħor wara li jkun bagħat għat-taxpayers individwalment.", "Fil-fatt fl-1992 tajna ċans ta' ħames snin biex isir dan il-proċess.", "Sur President, dan kien proċess li kien jinvolvi 22,000 taxpayer u dan ix- xogħol ried isir flimkien mad-diversi xogħlijiet oħra li għandu d- dipartiment.", "Fir-realta' mit-22,000 taxpayer, 70 biss għażlu l-ewwel option u allura fil-każ tal-21,930 taxpayer oħra d-dipartiment kellu jkompli għaddej bil-proċedura tqila li jeżamina l-kotba ta' xi ħames, sitta u anke seba' snin ta' kull wieħed minnhom u fejn ma jaqbilx joħroġ assessment ġdid skond il-qbil li jkun intlaħaq.", "Fl-1995, għalkemm kien għadu m'għalaqx iż-żmien, irrealizzajna li kien għad baqa' ħafna pendenzi ta' dawn l-assessments u allura konna ġejna f'dan il-Parlament u estendejna ż-żmien minn ħames snin għal seba' snin.", "Issa s-seba' snin għaddew u minn assessment li għamilna jirriżulta li llum għad baqa' madwar 5,400 persuna u kumpannija b'madwar 30,000 assessment bejniethom li għadhom pendenti.", "Dawn l-assessments antiki huma maqsumin f' 1,400 kumpannija u 4,000 individwu u minn informazzjoni li għandi hemm b'madwar Lm31 miljun ta' taxxa assessed.", "Naturalment Lm15-il miljun huma tax not in dispute u l- oħrajn huma penalitajiet li normalment f'dawn il-każi jiġu mneħħija.", "Illum f'dan il-parlament se nerġgħu nestendu d-data ta' meta d- dipartiment ikun jista' jagħmel u jiffinalizza dawn l-assessments bi tliet snin oħra u nittama li din tkun l-aħħar estensjoni li se nagħmlu.", "Fil-fatt jien għamilta ċara mad-dipartiment li nispera li din tkun l-aħħar darba li niġu f'dan il-parlament u nitolbu estensjoni ta' dan it-tip għax naħseb li jkun għadda żmien biżżejjed.", "Għalhekk fid-dipartiment organizzajna bordijiet interni bi proċeduri apposta biex ikunu jistgħu iħaffu l-proċess ta' dawn l-assesments u kemm jista' jkun isibu qbil mat-taxpayers biex joħroġ assessment li jitħallas.", "Wara mbagħad isibu l-metodu ta' kif il- pagament ikun jista' jsir fuq perjodu ta' żmien u fejn ma jsirx qbil mill- ewwel, allura jgħaddu għall-proċeduri ta' kotba, assessments, special commisisoners u proċeduri oħrajn.", "Dan ifisser li attrezzajna ruħna fid- dipartiment biex nieħdu ħsieb li din id-darba dawn l-assesments li baqa' jiġu cleared kemm jista' jkun malajr.", "Irrid inżid li fir-realta' dan juri li l-gvern jiltaqa' ma' ħafna intoppi u problemi waqt li jkun qed jagħmel l-isforzi tiegħu kontra l- evażjoni tat-taxxa.", "Huwa faċli ħafna li wieħed joqgħod jippontifika f'gazzetti, f'fora u f'meetings u jgħid x'hemm bżonn isir biex tinġabar it- taxxa ta' kulħadd.", "Meta tiġi għall-fatti biex tara li l-affarijiet isiru tajjeb issib li l-amministrazzjoni tiltaqa' ma' ħafna problemi.", "Għalhekk aħna qed nipprovaw nagħmlu għodda legali tajba biex dawn il-proċeduri jkunu jistgħu jsiru bl-aħjar mod.", "Naturalment imbagħad irridu nattrezzaw ruħna b'mod mill-aqwa permezz ta' makkinarju modern, permezz ta' informazzjoni li tista' tinġabar u permezz ta' integrazzjoni ta' nformazzjoni u audit trails li wieħed jista' jagħmel fil-proċess ta' negozju .", "Jien qed insemmi n-negozju pero' dan ma jfissirx li l-evażjoni tat-taxxa teżisti biss fin-negozju.", "L-evażjoni tat-taxxa teżisti prattikament fis- setturi kollha, anke fis-settur ta' nies bil-paga.", "Per eżempju, hawn min ikollu parti mill-paga li ma tidhirx u hawn min jaħdem part-time job u jesiġi li dan m'għandux jidher.", "Dawn huma kollha prattiċi li rridu kemm jista' jkun inneħħuhom.", "Aħna minn din in-naħa nemmnu - naħseb li kulħadd jemmen - li s-soluzzjoni vera, għalkemm tqila, hija li nibdlu l-kultura fil-mod kif inħarsu lejn il-ħlas tat-taxxa.", "Naħseb wieħed irid jifhem x'inhu jiġri fil-pajjiż u għaliex ikun hawn dawn it-tip ta' atteġġjamenti.", "Malta tagħna ilha indipendenti għal dawn l-aħħar 34 sena, jiġifieri għadna żgħażagħ bħala pajjiż, imma hawn ġenerazzjonijiet ta' nies li jiftakru li dak li kien jintefaq qabel l-indipendenza tagħna, parti minnu kien jitħallas mit-taxxi li konna niġbru u parti minnu konna neħduh minn dak li jitħallas mit-taxpayers Ingliżi.", "Dan illum m'għadux il-każ imma sfortunatament aħna - jien parti mill-poplu wkoll - dan għadna ma fhimnihx.", "F'dan il-parlament għadna kemm għaddejna liġi oħra biex naraw kif se ntejbu s-servizzi soċjali, pero' ż-żewg naħat tal-Kamra jridu jifhmu li mhux billi joqogħdu jgħidu li dawn mhumiex biżżejjed u hemm bżonn li jiżdiedu għax fir-realta dak kollu li jrid jintefaq fil-pajjiż irid jiġi mill-ħlas tat-taxxi li rridu nħallsu aħna bħala poplu.", "Għalhekk irridu ndaħħlu l-mentalita' li huwa importanti ħafna li nħarsu lejn it-taxxi mhux bħala l-kastig li jkollna ngħaddu bih, imma bħala dover li kull wieħed u waħda minna għandu lejn is-soċjeta' Maltija biex inżommuha sħiħa u umana.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, jien naqbel mal-ministru li din il-liġi hija waħda amministrattiva u ta' natura teknika u min-naħa tagħna, bħala oppożizzjoni, ma nħossu li hemm xejn ta' natura kontroversjali fiha.", "Pero' fl-istess ħin ħadt gost nisma' lill-ministru jgħid li ma kienx se jkompli jagħti iktar estensjonijiet għax naħseb li kienet ġiet ftit assurda s-sitwazzjoni li perjodikament din il-Kamra tiġi mitluba biex kull tant żmien tagħmel estensjoni tat-time limit.", "Għaldaqstant nixtieq nirreġistra li min-naħa tagħna bħala oppożizzjoni mhu qed insibu l-ebda oġġezzjoni għall-emenda nnifisha.", "Bil-permess tiegħek, Mr Speaker, nixtieq nieħu ftit ħin ta' din il-Kamra biex nirriflettu ftit fuq l-issue ta' l-income tax in ġenerali.", "Jien mhux se nipprova nħares lejn is-suġġett mil-lat partiġġjan għax naħseb li dan huwa suġġett li jolqot mil-viċin lil kull wieħed u waħda minna u jekk din il-moralita' fiskali aħna m'aħniex se nkunu kapaċi nħaddmuha fil-prattika - u meta qed ngħid aħna mhux qed infisser biss għall-ministru u għalija imma għall-poplu in ġenerali -naħseb li nkunu qed naqgħu lura f'dik li hija maturita' politika, maturita' ekonomika u soċjali fil-mod kif aħna naffaċċjaw il-ħajja tagħna ta' kuljum .", "Jien għidt li għandna niffokaw ftit fuq l-income tax għax jekk wieħed jara l-aħħar budget li kellna - forsi iktar minn budgets oħrajn - isib li kien hemm enfasi pjuttost qawwija fuq dik li hija evażjoni tat-taxxa.", "Naħseb li bħala prinċipju wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' dan imma l-gvern poġġa l- argumenti b'tali mod li donnu kien qed jgħid li s-suċċess fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa se jkun iċ-ċavetta jew parti miċ-ċavetta għas-suċċess ta' dan il-budget innifsu.", "Għalhekk naħseb li jkun importanti fix-xhur li ġejjin li bl-iktar mod dispassionate wieħed jagħmel monitoring tal- performance tal-gvern u jara jekk il-gvern ikunx qed jilħaq dawk il- benchmarks li għamel huwa stess, mhux biss fil-budget innifsu imma anke f'dak il-ktejjeb ta' projections li l-ministru ħareġ bħala appendiċi, projections li jibqgħu sejrin għas-sitt snin li għandna quddiemna.", "Fil-fatt wieħed jara li l-istrateġija tal-gvern hija li jkun hemm effiċjenza msaħħa f'dak li huwa ġbir ta' taxxa.", "Il-gvern qed jibbaża ruħu fuq dawk li huma riformi amministrattivi u l-focus tiegħu tidher li hija fuq dawk li huma \"revenue earning departments\" li huma bażikament tlieta; id-dipartiment tal-VAT, id-dipartiment tat-taxxi interni u l-istess dipartiment tat-taxxi interni li mhux biss iservi bħala kollettur ta' l- income tax imma wkoll bħala kollettur ta' dawk li huma kontribuzzjonijiet għas-sigurta' soċjali.", "Huwa importanti li niffokaw fuq dan it-tielet pilastru wkoll għax kultant nitkellmu ħafna fuq l-income tax per se u ma narawx ċerti backlogs li jkun hemm fil-ġbir ta' kontribuzzjonijiet tas- social security.", "Għalkemm is-suġġett tal-welfare gap huwa suġġett wiesa' li ma jistax jiġi ttrattat b'mod one-dimensional, naħseb li waħda mill- ewwel affarijiet li kull amministrazzjoni trid tagħmel hija li tagħfas iktar f'dak li huwa ġbir ta' social security contributions.", "Naħseb li matul is-snin - din qed ngħidha mhux biex nikkritika naħa jew oħra - kien hemm bżonn ta' iktar infurzar fil-ġbir tal-bolla, b'mod partikolari minn diversi setturi kummerċjali u setturi konnessi man-negozju.", "Fl-istrateġija tiegħu, rigward dak li għandu x'jaqsam ma' l-income tax, il- gvern qed jibbaża ruħu fuq l-introduzzjoni ta' diversi miżuri u sistemi ġodda.", "Fil-fatt qed igħid li fid-dipartiment irid idaħħal sistemi elettroniċi u jorganizza taħriġ speċjaliżżat.", "Fil-prinċipju dawn huma punti li wieħed ma jistax ma jaqbilx magħhom, imma nerġa' ngħid li dawn huma benchmarks li kontra tagħhom wieħed ikun jista' jkejjel is-suċċess reali tal-gvern f'dan ir-rigward matul din is-sena amministrattiva u finanzjarja li għandna quddiemna.", "Fil-fatt ikun interessanti li forsi fil-winding up tiegħu, il-ministru jgħidilna x'foreign expertise ġab jew se jġib il-gvern għal dan l-eżerċizzju.", "Dan qed ngħidu l-iktar għax anke fid-diskors tal- budget, il-ministru enfasizza li kellu l-ħsieb li jirrikorri għal foreign expertise, li hija ħaġa tajba.", "Naħseb huwa importanti li biex iddaħħal ċerta bidla mhux biss fil-mentalita' imma anke fil-kultura tan-nies li jkunu qed jamministraw id-dipartiment - huma min huma n-nies li qed jidħlu għal dan l-inkarigu - hemm bżonn li jkun hemm ukoll bidla ta' ċerti nies fid-dipartiment tat-taxxi interni u hawn qed nitkellem 'il fuq mill- politika.", "Din qed ngħidha mhux fil-kontest ta' qtugħ ta' l-irjus imma naħseb li jekk dan ma jsirx, din il-bidla tal-kultura ma sseħħx.", "Mr Speaker, matul is-snin taħt diversi gvernijiet, id-dipartiment tat- taxxi interni kellu l-image ta' safe haven għall-kreazzjoni ta' l-overtime.", "Naħseb li din it-tip ta' image żgur mhijiex xi ħaġa li twassal għall- effiċjenza li wieħed jippretendi f'dipartiment daqshekk importanti, daqshekk vitali u daqshekk sensittiv għall- Kaxxa ta' Malta.", "Jien din għidtha diversi drabi, anke meta tkellimt fuq il-budget, u se nerġa' ngħidha llum.", "Hemm bżonn li fid-dipartiment jiġu identifikati dawk in- nies li ma nħossx li qegħdin hemm b'missjoni sinċiera imma iktar qegħdin hemmhekk biex jaqdu ''klijenti'' personali tagħhom dwar kif wieħed jista' jevadi t-taxxa milli biex jagħmlu x-xogħol propju tagħhom li jiżguraw li n- nies li jmorru fid-dipartiment tat-taxxi interni jkunu qegħdin iħallsu dak li hu dovut min-naħa tagħhom.", "Naħseb li it is high time li tittieħed azzjoni ta' rimedju f'dan ir-rigward għax sfortunatament hemm din il-marda fid-dipartiment tat-taxxi interni.", "Sakemm tibqa' din il-marda f'dan id- dipartiment għalxejn jinbidlu l-gvernijiet, il-ministri u l- amministrazzjonijiet u għalxejn jiddaħħlu miżuri elettroniċi ġodda u sofistikati.", "Jekk din id-duda tibqa' hemm, nibża' li l-ebda riforma siewja u l-ebda riforma radikali ma jirnexxilha tagħti l-frott mixtieq mill- amministrazzjoni tal-ġurnata.", "Naf li l-ministru waqqaf task force dwar ir- riformi li għandhom isiru fid-dipartiment tat-taxxi interni u jekk qed nifhem sew, il-ministru nnifsu huwa c-chairman tiegħu.", "Għalhekk ikun tajjeb li forsi jkollna xi ħjiel dwar fiex wasal ix-xogħol u l-operat ta' din it-task force u forsi jkollna xi ftit indikazzjoni dwar liema timeframes qed jibbaża li jopera fuqhom il-ministru biex jilħaq dawn l- għanijiet.", "Dan qed ngħidu għax il-gvern qed jimmira għal ċerti figuri u ċerti projections li jibqgħu sejrin sas-sena 2004.", "Għaldaqstant naħseb li biex il-gvern innifsu jkun jista' jpoġġi ruħu on track għal dawn il- projections, irid bilfors jirrestrinġi ruħu b'timeframes qosra li fihom ikun jista' jwettaq, jintroduċi jew jimplimenta dawn ir-riformi daqstant neċessarji fid-dipartiment tat-taxxi interni.", "Huwa importanti li wieħed jistaqsi wkoll x'tip ta' kampanja se jniedi l- gvern favur it-tax compliance għax fil-pajjiż naħseb li sal-lum qatt ma kien hemm kampanji serji u intensivi dwar it-tkattir ta' din il-kultura.", "Kellna kampanji fuq l-introduzzjoni tal-VAT u fuq l-introduzzjoni tas-CET imma naħseb li fil-pajjiż qatt ma kien hemm kampanja sistematika għaddejja fuq it-tax compliance.", "Qed nuża l-kelma \"sistematika\" għax nemmen li jekk issir kampanja bl-iskossi u li timxi biss bil-burdati, nibża' li din tmut qabel ma titwieled.", "Għaldaqstant huwa mportanti li jkun hemm kampanja sistematika u kampanja li tkun waħda ongoing matul medda taż-żmien, li permezz tagħha wieħed ikun jista' jiżgura li tiddaħħal il-mentalita' li naħseb li kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra nixtiequ naraw li tiġi ingrained fit-taxpayers Maltin u Għawdxin.", "Billi l-unions, b'mod partikolari fir-run-up għall-budget, kienu tkellmu ħafna dwar l-issue ta' l-evażjoni tat-taxxa - dawn għadhom jitkellmu u tkellmu anke qabel, biex inkun fair magħhom - forsi tkun innovazzjoni interessanti li kieku dawn kellhom jiġu involuti fit-tmexxija ta' din il- kampanja ta' public awareness u fuq il-ħtieġa li jkun hemm tax compliance kemm jista' jkun.", "Dan qed ngħidu għax naf li t-trade unions qanqlu diversi drabi l-punt tat-tax evasion, anke fil-livell ta' MCED.", "Għalhekk ikun tajjeb li nkunu nafu, fuq il-livell ta' l-MCED, fiex waslu dawn id- diskussjonijiet.", "Jien naf li kellhom jibdew xi diskussjoniiet fuq it-tax evasion f'Diċembru imma minn dak inhar 'l hawn, bejn li kien hemm il-budget u bejn li kien hemm l-issue tal-VAT, naħseb li ftit smajna dwar dan is- suġġett.", "Barra minn hekk kien hemm ukoll il-lull tal-festi tal-Milied fin- nofs.", "Jien irrid inkun fair mat-trade unions.", "It-trade unions ilhom snin jitkellmu fuq it-tax evasion u naħseb li wieħed irid jirrikonoxxi li diversi drabi laqtu l-musmar fuq rasu.", "Per eżempju, spiss nisimgħu min jgħid min-naħa tat-trade unions, u bir-raġun, li kultant issib bniedem li għandu karozza ta' ma nafx kemm-il ċilindrata jdur biha l-ġurnata kollha, ma jaħdimx, jieħu r-relief u ovvjament ma jħallas ebda taxxa.", "Kien hemm żmien meta d-dipartiment tat-taxxi interni forsi kien għarwien minn din it- tip ta' informazzjoni jew minn din it-tip ta' data.", "Pero' naħseb li llum ma jistax jinġab iktar l-argument li d-dipartiment mhuwiex attrezzat biex ikollu din l-informazzjoni.", "Mill-informazzjoni li għandi, lejn tmiem is- sajf, meta l-amministrazzjoni Laburista kienet għadha fil-gvern, kont ġejt mgħarraf mid-dipartment tat-taxxi interni li kienu ġew aġġornati d- databases ta' l-inland revenue dwar diversi setturi li jistgħu jgħinu lid- dipartiment biex jaqbad aħjar lil dawk in-nies li jevadu t-taxxa.", "Dawn id-databases kienu jvarjaw minn yachts reġistrati Malta, karozzi ta' ċerta ċilindrata u karozzi ta' ċertu valur, long let holiday flats, kliniċi, accountants, medical practioners u anke periti.", "Ma nafx għaliex fil-lista li kienu bagħtuli ma kenux semmewli l-avukati għax naħseb li jimmeritahom li jkunu inklużi f'din il-lista.", "Jekk niftakar sewwa kellu jiġi żviluppat software programme, min-naħa tal- MITTS, biex dan it-tagħrif ikun jista' jiġi applikat mid-dipartiment tat- taxxi interni bl-aktar mod prattiku u fl-iqsar żmien posibbli.", "Mill- informazzjoni li kont ingħatajt meta kont għadni ministru, dan l-eżerċizzju mid-dipartiment kellu jitlesta sa tmiem is-sena li għaddiet.", "Għalhekk ikun tajjeb li wieħed jistaqsi jekk fil-fatt tlestiex dan l-eżerċizzju u jekk tlesta, effettivament x'sar minn dan it-tagħrif miġbur min-naħa tad- dipartiment tat-taxxi interni.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li qabel ma kenitx aċċettabbli s-sitwazzjoni li jkollok dipartiment tat-taxxi interni għarwien u xott daqs il-frawli fil-ġbir ta' din it-tip ta' informazzjoni, min-naħa l-oħra, ftit li xejn jagħmel sens li jkollok dipartiment b'din it- tip ta' informazzjoni at its fingertips li ma tiġix utilizzata b'mod prattiku u b'mod utilitarju biex l-evażjoni tat-taxxa tiġi effettivament kombattuta.", "Għalhekk ngħid li jekk kien ħażin li fl-imgħoddi d-dipartiment ma kellux l-informazzjoni neċessarja, xorta waħda m'għandniex nistrieħu fuq il-fatt li d-dipartiment għandu din l-informazzjoni, sakemm ma jkollniex moħħna mistrieħ li din qed tiġi utiliżżata min-naħa tad-dipartiment b'mod konkret u b'mod prattiku biex tikkumbatti l-evażjoni tat-taxxa nnifisha.", "Fil-budget il-ministru qal li jrid jenfasiżża ħafna l-ħtieġa tar-riċevuti fiskali u ma nistax ma naqbilx miegħu f'dan ir-rigward.", "Naħseb li meta daħlet il-liġi tas-CET konna daħħalna kuxjenza iktar qawwija dwar ir- riċevuti fiskali milli meta daħlet il-liġi tal-VAT fl-1995.", "Pero' mhijiex l-intenzjoni tiegħi llum li nidħol f'dibattitu mill-ġdid fuq il- vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-CET u tal-VAT fil-prattika.", "Jien ngħid li jekk irridu nikkombattu l-evażjoni tat-taxxa m'għandniex nieqfu biss sempliċement billi nenfasiżżaw u nivvalorizzaw aħjar ir-riċevuta fiskali imma rridu nimxu fid-direzzjoni li semmejt iktar kmieni, li d-data li għandu f'idejh id-dipartiment tiġi utilizzata b'mod konkret u b'mod prattiku biex l-evażjoni tat-taxxa tiġi kkombattuta b'mod li jagħti riżultat.", "Dan qed ngħidu għax naf li l-gvern beħsiebu jdaħħal diversi riformi fid-dipartiment - bħall-upgrading ta' sistemi elettroniċi - pero' ma naħsibx li wieħed għandu joqgħod jistenna li jkollok xi sistema state of the art biex tibda tagħmel dawn ir-riformi neċessarji.", "Jien mhux qed ngħid li dawn ir-riformi m'għandhomx isiru, ħalli ħadd ma jifhimni ħażin, imma qed ngħid li rridu nimxu fuq żewġ binarji.", "Irridu nimxu fuq il-binarju ta' dak li hemm bżonn għal medium term u għat-tul, u rridu nimxu fuq il- binarju l-ieħor ta' dak li hemm bżonn li jsir fl-immedjat, ħalli bejn issa u dak inhar ma jkunx hemm vacuum li fih kulħadd jitħalla għal-riħu.", "Fil-budget il-Ministru Dalli qal li f'dik li huwa ġbir ta' taxxa, jistenna l-koperazzjoni tal-pubbliku in ġenerali dwar dak li jkun qed isir.", "Għalhekk naħseb li biex dan l-għan jintlaħaq, huwa importanti li l-poplu jiġi informat, edukat u mgħallem jaħseb mod ieħor.", "Fl-istess waqt nemmen li huwa imporanti li tintuża l-arma tal-persważjoni u mhux l-arma tat- theddid.", "Per eżempju, jien ma qbiltx ma' dak li l-ministru qal fil- budget, meta qal:", "\"... if notwithstanding these efforts these targets are not met, then we shall resort to sustainable taxation to make up for the imbalance.\"", "Veru li dan jidher bħala argument loġiku jekk taqrah fil-kontest tal- budget kollu, imma naħseb li ċ-ċittadini m'għandhomx jiġu ntaxxati iktar milli hemm bżonn, iktar u iktar biex iħallsu l-prezz ta' xi ineffiċjenzi li jista' jkun hemm fid-dipartiment tat-taxxi interni nnifsu.", "Tajjeb li ladarba qegħdin nitkellmu fuq dan is-suġġett, niffukaw ftit fuq il-figuri li l-gvern ħejja għalih innifsu, mhux għal din is-sena biss imma anke għas-sitt snin li ġejjin.", "Jekk niftakar sew il-gvern qed jimmira biex b'effiċjenza akbar fir-revenue raising departements u riformi oħrajn, bejn is-sena 2,000 u s-sena 2004 idaħħal Lm37 miljun.", "Dan apparti mill-Lm21 miljun oħra li għandu proġettati f'dawk li huma taxxi ġodda.", "Għalhekk jien se nerġa' lura għal kif bdejt nitkellem fuq dan is-suġġett.", "Jien nixtieq nagħmel enfasi li l-gvern għandu jiżgura li mhux biss ikollu manpower imħarreġ biex jagħmel dan ix-xogħol imma għandu jkollu l-aqwa manpower għal dan id-dipartiment.", "Jien nittama li ma jkunx hemm kriterji politiċi fl-għażla tan-nies involuti - għalkemm mhux qed ngħid li l- ministru qed jimxi b'dan il-mod - imma huwa importanti li l-gvern jirrikorri għal nies li huma l-iktar kapaċi biex jaqdu dan id-dmir u dawn it-tip ta' funzjonijiet.", "Naf li l-gvern qed jikkonsidra skemi ta' inċentivi fid-dipartiment tat- taxxi interni u naħseb li jkun tajjeb li din il-Kamra tkun informata jekk bdewx xi taħdidiet dwar dan is-suġġett mat-trade unions.", "Dan qed ngħidu għax jekk se jitħaddmu xi inċentivi fost il-ħaddiema f'dan id-dipartiment, huwa importanti li jkun hemm il-koperazzjoni tal-ħaddiema kollha biex ma jkunx hemm reżistenza mil-bidu nett.", "Jekk ikollok xi tip ta' reżistenza, li nafu li faċli ssibha fi kwalunkwe dipartiment governattiv - hemm min hemm fil-gvern - ovvjament ċerti targets u ċerti għanijiet tal-gvern tal- ġurnata jistgħu jiġu mminati mil-bidu nett.", "Din ta' l-inċentivi kienet xi ħaġa li kienet ġiet suġġerita anke lilna meta kien sar ir-rapport mill- konsulent Ingliż Mr Keith Deaken, li kien ġie Malta mingħalija f'Jannar ta' l-1998.", "Mingħajr ma ntawwal wisq mix-xogħol ta' din il-Kamra, tajjeb li nirriflettu ftit fuq l-osservazzjonijiet li għamel Mr Deaken fir-rapport tiegħu.", "Jien naħseb li dan għamel ċerta kritika li kienet forsi tolqot diversi amministrazzjonijiet ta' l-imgħoddi u fl-istess ħin identifikat ċerti feriti, li jew konna nafu bihom imma konna neħduhom for granted, jew ħafna drabi konna ninjorawhom għax nibqgħu għaddejjin bix-xogħol amministrattiv ta' kuljum.", "Naħseb li l-iktar ħaġa li weġġgħet lili personali mill-osservazzjonijiet tiegħu kienet l-impotenza tad-dipartiment meta kien jiġi biex jikkumbatti n-non compliance estensiv f'dak li huwa ġbir ta' taxxi.", "Din hija marda qerrieda u kronika li ilha taħkem lid- dipartiment għal diversi snin u naħseb li għadha taħkmu sal-lum.", "Nemmen li jekk din il-marda ma tiġix megħluba, ħafna mill-miri li qed jitpoġġew quddiemna ma jkunux jistgħu jintlaħqu b'mod fattibbli.", "Osservazzjoni oħra f'waqtha li kien għamel Mr Deaken meta kien hawn Malta kienet li fil-pubbliku hemm it-tendenza li l-gvernijiet jibbumbardjawhom b'ħafna ċifri, figuri bl-addoċċ u somom dovuti lid-dipartiment, li meta tagħsarhom issib li jkunu qed jiddevjaw l-attenzjoni mill-messaġġ ewlieni li l-gvern tal-ġurnata jkun irid iwassal.", "Dan ifisser li l-gvern effettivament ikun kommess li jieħu azzjoni konkreta kontra l-evażjoni tat- taxxa mifruxa li hawn fil-pajjiż.", "Jien nemmen - anke Mr Deaken kien irrimarka f'dan ir-rigward - li l-provvedimenti li hemm biex jippenalizzaw lil min jevadi t-taxxa huma adegwati iżda ovvjament ftit li xejn ġew applikati matul is-snin li għaddew.", "Dan ifisser li bil-Malti qed ngħid li mhijiex kwesjtoni li d-dipartiment m'għandux l-għodda imma li għandu l- għodda iżda mhux dejjem intużat kif suppost.", "Naf li matul is-snin id- dipartiment kellu ċerti limitazzjoniiet ta' manpower, iżda fuq l-issue ta' l-evażjoni tat-taxxa nħoss li d-dipartiment għal ħafna snin inħakem wisq minn stat ta' paralisi.", "Naħseb li dan huwa ħażin għax mhux biss imur kontra l-kultura ta' moralita' fiskali, li naħseb li kull wieħed u waħda minna jemmen fiha u jixtieq li jaraha titħaddem fil-prattika, imma anke jkun qed juri li d-dipartiment bħala dipartiment ma jkunx qed jagħti lit- taxpayer in ġenerali - mhux lil min għandu jagħti t-taxxa biss imma wkoll lil min qed iħallas it-taxxa - il-value for money li wieħed jippretendi minn dipatiment daqshekk kruċjali u importanti bħalma hu d-dipartiment tat- taxxi interni.", "Mr Deaken irrimarka wkoll li jidher li matul is-snin id-dipartiment tat- taxxi interni tilef ħafna nies tajbin.", "Dawn in-nies tilifhom mhux għax kien hemm xi bojja li qatgħalhom rashom imma għax irriżenjaw u marru fil- private practice, għax irtiraw u għax ġew trasferiti.", "Jien mhux qed ngħid li dawk in-nies ġew trasferiti minħabba kriterji politiċi imma ħafna drabi ġew trasferiti biex jieħdu promozzjoni u marru f'dipartiment ieħor.", "Wara kellek drain li seħħ meta twaqqaf il-VAT department, għax ovvjament in-nies tajbin u ta' ċerta esperjenza marru hemmhekk bil-konsegwenza li d- dipartiment tat-taxxi interni ġie effettivament żarmat iktar minħabba f'hekk.", "Meta ġie biex jagħmel ċerti kalkoli u ċerti estimi, l-konsulent Deaken wasal għall-figura ta' Lm70 miljun li mhijiex tasal għand il-gvern.", "Jekk tagħsar din il-figura ssib li hija ekwivalenti għal dawk li huma l-business taxes li suppost jinġabru f'sena jew f'sena u nofs.", "Apparti minn hekk, hu qed jikkalkola li hemm madwar Lm20 miljun li qegħdin jaħarbu mix-xibka tal- kollezzjoni kull sena.", "Hemm it-tendenza li dawn il-figuri jikbru iktar ma l-ekonomija tal-pajjiż tkun qiegħda tespandi.", "Hu għamel ir- rakkommandazzjoni - li ma nafx l-MPO taħt kwalunkwe gvern kemm tkun f'pożizzjoni li taddotaha there and then - li jkun hemm żieda ta' 40 investigatur fid-dipartiment.", "Naf li forsi l-figura ta' 40 hija daqxejn goffa biex tiġi pprattikata imma naħseb li huwa importanti ħafna li d- dipartiment ta' l-investigazzjoni jiġi msaħħah f'dak li huwa manpower u msaħħaħ b'nies li jkollhom taħriġ intensiv f'dan ir-rigward.", "Naħseb li meta qegħdin f'sitwazzjoni fejn għandek lid-dipartiment għandu jiġbor dawn l-ammonti kbar ta' flus, huwa importanti li d-dipartiment jagħmel enfasi akbar fuq dak li huwa prioritsation u anke l-enforcement tal-kollezzjoni ta' dawk li huma l-iktar taxxi dovuti kbar li hemm outstanding.", "Ma jfissirx li fejn għandek ammonti żgħar m'għandekx tiġborhom, imma jekk inti għandek il-laħma l-kbira x'tiġbor u għandek riżorsi limitati b'min tiġri wara dawn in-nies, trid ovvjament tiffoka l-iktar fuq dawk li huma ta' dahrhom wiesa' u li tkun tista' tittargitja bir-riżorsi limitati li għandu d- dipartiment tat-taxxi interni.", "Il-konsulent Deaken semma' wkoll l-element ta' benefits in kind, li f'dawn l-aħħar snin forsi ġew injorati u, kif diġa semmejt f'okkażjoni oħra, aħna bħala Gvern Laburista konna diġa' qed naħsbu serjament li nintroduċu liġi fuq il-benefits in kind, fuq il-perks, għax kif aċċenna l- ministru fid-diskors ta' introduzzjoni tiegħu, din hija xi ħaġa mifruxa b'mod partikolari fis-settur privat.", "Naħseb li inutli nipprovaw nintaxxaw ċerti areas u ċerti tip ta' nies mingħajr ma nipprovaw nintaxxaw fl-istess ħin nies oħrajn li ma jkunux qegħdin jiddikkjaraw il-parti sħiħa tas- salarju u tal-paga li jkunu qed jaqalgħu.", "Naħseb li huwa importanti wkoll li f'dak li huwa ħsieb li bih wieħed jersaq lejn il-problemi u l-isfidi li jimponi dan id-dipartiment, wieħed irid jimxi fuq livell iktar strateġiku.", "Importanti li d-dipartiment ikun attrezzat u jkun quick biex jikkombatti kemm dik li hija tax evasion, kemm dik li hija tax avoidance u anke dawk li huma interpretazzjonijiet inkoretti legali tal-leġislazzjoni li tikkonċerna t-taxxa nnifisha.", "Għalhekk jiena ngħid li biex jiġu kkombattuti dawn il-problemi hemm bżonn ta' rimedji short term imma fl-istess ħin hemm bżonn ta' strateġiji anke għat-tul.", "Nerġa' ngħid, kif għedt iktar kmieni, li l-focus tagħna f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jkun l-iktar fuq dawk l-affarijiet u setturi li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq it-tax yield tal-pajjiż.", "Importanti li n-nies li jkunu fid-dipartiment mhux biss jiżdiedu fin-numru imma importanti wkoll li jkun hemm nies li jkollhom taħriġ u anke esperjenza biżżejjed biex ikunu jistgħu jlaqqgħu flimkien l-esperjenza ma' l-expertise flimkien ma' tagħrif aġġornat u updated kemm jista' jkun dwar ir-responsabbilitajiet tagħhom ħalli meta jiġu biex jittekiljaw dawk il- materji l-iktar komplessi, ikollhom is-sengħa neċessarja biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma' dawk l-isfidi li jkollhom quddiemhom.", "Naf li d-dipartiment tat-taxxi interni, anzi l-gvern vis a vis id-dipartiment tat-taxxi interni, dejjem jipprova jżomm ċertu bilanċ bejn li tiġbed investiment ġdid, bejn li ma tgerrixx dak eżistenti u bejn dak li żżid it-tax yields tad-dipartiment mingħand taxpayers Maltin.", "Żewġ osservazzjonijiet li ridt nagħmel u waħda minnhom nagħmilha f'forma ta' mistoqsija hija li fir-rapport tiegħu l-konsulent Deaken kien semma' li ma kienx qed ikun hemm azzjoni effettiva mid-dipartiment biex jimponi penali fir-rigward ta' dawk in-nies u kumpanniji li ma jibagħtux ir-returns tagħhom.", "Huwa qal li fl-1993 l-assessuri kienu ġew instructed biex ma jgħaddux il-files ta' evażuri potenzjali tat-taxxa lid-dipartiment ta' l- investigazzjonijiet.", "Forsi fil-winding-up tiegħu, il-ministru jkollu ċans li jagħmel ċerta riferenza għal dan billi Mr Deaken kien qed jirriferi għal żmien meta kien hemm amministrazzjoni Nazzjonalista fil-poter.", "Hu kien qal hekk:", "\"In 1993, the assessors were instructed not to pass files for possible evaders to the investigations department.\"", "Biex inkun fair fiha l-biċċa xogħol, hu ma kienx elabora, biss kienet xi ħaġa li ma kienx irnexxilna nagħmlu follow-up fuqha dak iż-żmien, meta konna għadna fil-gvern.", "L-aħħar żewġ kummenti li xtaqt nagħmel fuq l-aspett tat-taxxa qabel ma nagħmel żewġ rimarki żgħar fuq it-tax harmonisation, huwa li importanti li dan id-dipartiment jidher u juri li qed jaħdem b'impenn.", "Qed ngħid hekk għaliex huwa importanti li jaħdem b'impenn biex jagħti r-riżultat neċessarju, imma huwa iżjed importanti li juri li qed jaħdem b'impenn anke għall-effett psikoloġiku li jista' jkollu fuq it-taxpayer, b'mod partikolari għal dak li jkollu f'moħħu li jevadi t-taxxa.", "Ir-raġuni hija sempliċi għax jekk ikollok taxpayer li jħares lejn id-dipartiment tat-taxxi interni bħala dipartiment dgħajjef u bħala dipartiment bla sinsla, dan ovjament se jkollu inċentiv biex ikompli jevadi u inqas se jkollu inċentiv biex jirregolariżża l-pożizzjoni tiegħu.", "Naħseb li f'dan il-pajjiż nkunu wasalna meta d-dipartiment tat-taxxi interni jkun dipartiment li mhux ikun awtoritarju imma jkun dipartiment li jnissel sens ta' responsabilita' u sens ta' biża', bħalma jagħmlu dipartimenti tat-taxxi interni f'pajjiżi oħrajn bħall-Istati Uniti, fejn bniedem li jirċievi karta mill-IRS mill-ewwel joqmos għax jaf li huwa dipartiment li kapaċi jigdem fejn ikun hemm bżonn.", "Sfortunatament sal-lum, taħt diversi amministrazzjonijiet, id-dipartiment tat-taxxi interni ma kellux din l-image u għalhekk imporanti li din l-image titjieb u tinbidel fis-snin li ġejjin.", "Fi żmien li konna fil-gvern aħna, il-Gvern Ingliż kien wera li lest li jħarreġ diversi Maltin f'dan ir-rigward tat-taxxa.", "Hu kien lest li jorganizza training courses kemm f'Malta u anke fl-Inglilterra għal personnel Maltin u Mr Deaken stess kien offra li jressaq it-talbiet speċifiċi tal-Gvern Malti lill-kap ta' l-inland revenue international systems unit ġewwa l-Ingilterra.", "Nittama u jista' jkun li fil-fatt hekk ġara, li l-gvern ikun jista' jagħmel follow-up effettiv f'dan ir-rigwad għax naħseb li minħabba l-kultura tagħna, jekk hemm dipartiment li nistgħu nikkolaboraw miegħu b'mod effettiv, huwa propju d-dipartiment tat-taxxi interni ġewwa l-Ingilterra.", "Osservazzjoni oħra li għamel il-konsulent Ingliż Deaken meta kien Malta, kien li għandu jkun hemm merging ta' l-assesments u l-investigation sections u għandhom jiġu introdotti quality improvement programmes għal dak li huwa l-personnel innifsu.", "Fuq dak li huwa manpower personnel, hu kien tkellem dwar il-ħtieġa li jkun hemm promotion policy effettiva li timmotiva lin-nies.", "Hu kien tkellem dwar performance based annual assesments għall- uffiċċjali kollha tad-dipartiment tat-taxxi interni u kien tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li jkun hemm merit payments bħala kumpens għan-nies, one-off bonuses skond il-performances li jkunu kapaċi jagħmlu.", "Kien issuġerixxa wkoll li f'dak li huwa senior management, il-gvern kellu jikkonsidra l- possibbilta' li jingaġġa nies minn barra bil-kuntratt biex forsi jkun jista' jdaħħal nies b'ċertu expertise, li mhux daqshekk faċli li trawwimhom sempliċiment b'taħriġ li jkun għaddej as one goes along.", "Semmejt it-tax harmonisation mhux biex indaħħal l-argument ta' xi kontroversja imma għax naħseb li hu importanti li dan il-kumment ta' armoniżżazzjoni tat-taxxa ma nipprovawx inneħħuh minn fuq l-aġenda ta' pajjiżna.", "Naħseb li għalkemm Malta mhijiex membru ta' l-Unjoni Ewropea u billi l-gvern tal-lum huwa kommess li jimxi f'din id-direzzjoni, huwa imporanti iktar u iktar li nsegwu u niflu kif qed jiżviluppa dan id- dibattitu fil-kamp internazzjonali.", "Dan qed ngħidu b'mod partikolari llum li hemm presidenza Ġermaniża ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt għadni kif rajt diskors li għamel il-bieraħ Joschka Fischer, il-foreign minister tal- Ġermanja, fejn qal ċar u tond mingħajr ma qagħad idur mal-lewża li hija l- ambizjoni, hija l-mira tal-Gvern Ġermaniż li jġib fit-tmiem id-dritt tal- veto fuq tax harmonisation li jrid ikompli jeżerċita l-Gvern Ingliż.", "Fischer kompla jgħid li hija l-mira tal-Gvern Ġermaniż li jillimita l- prinċipju tal-votazzjoni, votazzjoni ta' kunsens, votazzjoni ta' unanimita' fi ħdan l-Unjoni Ewropea sempliċiment għal każi li jkunu deċiżjonijiet kostituzzjonali u fundamentali.", "Jekk jitneħħa l-aspett ta' l-unanimita' f'dak li għandu x'jaqsam m'affarijiet ta' armoniżazzjoni ta' tassazzjoni, naħseb li llum li hemm munita komuni ġewwa l-Ewropa, iktar naħseb jgħaġġel dan il-proċess.", "Fil-fatt dan qalu anke l-istess ministru Ġermaniż li kkwotajt iktar kmieni, għax hu qal li partikolarment minn mindu ġiet launched a single currency, l-integrazzjoni Ewropea kellha timxi fid- direzzjoni li ssib areas komuni f'dik li hija tassazzjoni.", "Dan qed ngħidu mhux biex inqanqal xi kontroversji imma qed ngħidu għax hu mportanti li bħala pajjiż applikant għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, bħala pajjiż li suppost qed niflu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' din l-isħubija prospettiva, naħseb li hu importanti li l-poplu Malti jkun konxju l-ħin kollu dwar kif qed jevolvi d-dibattitu f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, l-aħħar osservazzjoni li nixtieq nagħmel hija li huwa fatt magħruf minn kulħadd illi għalkemm l-income tax ħadd ma jieħu gost iħallasha, fl-istess ħin kulħadd huwa obbligat li jħallasha.", "Sfortunatament kien hemm żmien meta l-income tax kienet naqset fid-dħul tagħha - qed nirriferi għall-1996 - għax filwaqt li fl-1995 il-gvern kien daħħal Lm99.8 miljuni, fl-1996 id-dħul kien niżel b'6.6%.", "Dan ġara għaliex f'dik is-sena, li kienet is-sena ta' l-elezzjoni, ir-rati ta' l-income tax kienu tbaxxew u kienu anke żdiedu ċerti deductions.", "Fil-fatt fl-1996, anke r-revenue ordinarju kien spiċċa niżel u dan niżel b'9% - issa hawnhekk jien qed nirriferi għat-taxxi in ġenerali u mhux għall-income tax biss - u filwaqt li fl-1995 il-GDP kien jammonta għal 30.3%, fl-1996 dan niżel għal 28.2%.", "Dawn huma l-kummenti li xtaqt nagħmel min-naħa tiegħi imma qabel ma nagħlaq nixtieq nerġa' nenfasizza dak illi għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, jiġifieri li l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa hija importanti u naħseb li billi l-gvern tal-lum fil-budget li ppreżenta bbaża ħafna mill- aspirazzjonijiet u mill-projections tiegħu fuq il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, il-kejl ta' l-effikaċja ta' dawn id-diversi miżuri li ħa se jkun l-istess kejl ta' effikaċja li biha se jirnexxielu, jew ma jirnexxielux, jikkombatti l-evażjoni tat-taxxa.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, jien ukoll xtaqt nagħmel ftit riflessjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Ċertament jekk wieħed iħares lejn dan l-abbozz ta' liġi jsib li dan m'huwiex xi wieħed polemikuż, li għandu jqanqal xi dibattitu sħun f'din il-Kamra, anzi jien naħseb li kien pass pożittiv li tressaq u ta' min jinforzah.", "Qed jidher ċar li llum id-deficit finanzjarju huwa rikonoxxut bħala problema nazzjonali u mhux bħala problema ta' natura partiġjana, kif wara kollox għandu jkun, għaliex problema bħal din ikollu jħabbat wiċċha magħha l-pajjiż kollu u mhux xi naħa jew oħra tal-Kamra.", "Għalhekk din in-naħa tal-Kamra se tagħmel kull sforz u se tipprova ssib kull mezz possibbli biex dak li huwa dovut lill-gvern jinġabar bl-iktar mod effiċjenti possibbli u, bla ebda dubju, il-poteri li qed jagħti dan l- abbozz ta' liġi, fejn qed jgħid li se jestendi ż-żmien preskritt qabel ma jkunu jistgħu jitħassru ċerti assessments, ħalli l-gvern ma jitlifx revenue sempliċement għaliex ikun għadda ż-żmien preskritt, ikunu jistgħu jiġu mwettqa bla xkiel ta' xejn.", "Mr Speaker, illum qed tissemma ħafna l-moralita' fiskali u fil-fatt l- amministrazzjoni Laburista preċedenti kienet enfasizzatu ħafna dan il- konċett billi pprovat tnissel fost il-poplu sens ta' responsabbilta' biex dak li jkun iħossu fid-dmir li jħallas it-taxxi.", "Pero' biex tissawwar din it-tip ta' mentalita' jeħtieġ li jgħaddu medda ta' snin u wieħed irid jibqa' jeduka lill-poplu kontinwament matul iż-żmien u għalhekk huwa tajjeb li f'dan il-kontest wieħed jara li titfassal strateġija li biha l-proċess tal-ġbir tar-revenue tal-gvern jitjieb u jitħaffef iktar.", "Biex jinġabar ir- revenue, jeħtieġ li ndaħħlu enforcement procedures iktar effikaċi u kif qal anke sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat, meta rrifera għad-Deaken report, irid ikun hemm enforcement priority, fis-sens illi filwaqt li rridu nħarsu lejn kulmin għandu jagħti xi arretrati lill-gvern, l-ewwel għandna nagħtu kas l- iktar lil dawk li jagħmlu l-ikbar akkwisti.", "Madanakollu biex ma nħallux l- arretrati dovuti lill-gvern dejjem jiżdiedu u d-deficit finanzjarju dejjem jikber, irridu nħarsu wkoll lejn l-istruttura eżistenti tad-dipartiment tat- taxxi interni għax f'dan id-dipartiment jidher li għad hemm ċerti limitazzjonijiet li għalkemm uħud minnhom irridu nibqgħu ngħixu bihom, hemm oħrajn li nistgħu negħlbuhom.", "Mr Speaker, l-ewwel se nirriferi b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-personnel tad-dipartiment tat-taxxi interni u nibda biex ngħid li ħafna drabi l-ħaddiema tajbin mhux biss ikunu iktar in demand u għalhekk ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-domanda tax-xogħol li hemm f'dan id- dipartiment daqstant importanti u delikat, imma jkun hemm ministeri u dipartimenti oħra li jipprovaw jeħduhom huma biex imexxulhom l-accounts section tagħhom, li għalkemm huwa xogħol importanti wkoll jien naħseb li d- dipartiment tat-taxxi interni għandu jara li kemm jista' jkun il-ħaddiema taċ-ċivil li huma ta' ċerta kwalita' u li għandhom kontribut x'jagħtu f'dan il-qasam jutilizzahom iktar f'dan l-ambitu'.", "Jien informat li bħalissa fuq l-arretrati u l-assessments hemm xi 12-il persuna li bejniethom iridu jaħdmu eluf ta' assessments ta' l-income tax u ċertament lanqas jekk dawn huma l-iktar ħaddiema tajbin li hemm maċ-ċivil u l-iktar nies li jagħmlu effort m'huma se jlaħħqu ma' din id-domanda kbira ta' xogħol u għalhekk wieħed għandu jgħin lil dawn il-ħaddiema b'kull mezz possibbli.", "Issa nixtieq nagħmel aċċenn fuq l-informazzjoni teknoloġika.", "Mr Speaker, naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li tul is-snin saru ħafna sforzi minn amministrazzjonijiet differenti sabiex ikun hemm sistema ta' linkage permezz tal-computers bejn dipartiment u ieħor, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi ta' natura differenti biex, per eżempju, id-dipartiment tat-taxxi interni jkun jista' jara kemm in-nutara qed iħallsu boll u anke x'inhuma l-fees li r-reġistru pubbliku jkun qed idaħħal.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk ngħid li l-gvern għandu madwar 5,000 computer imqassma fid-dipartimenti tal-gvern u kull sena jonfoq xi Lm8 miljun f'maintenance.", "Pero' jien naħseb li ħafna drabi jiġri li minkejja li l-uffiċjali ta' dipartiment ma jkunux qed iħaddmu l- faċilitajiet kollha li jipprovdilhom is-software li jkollhom, hekk kif toħroġ xi verżjoni ġdida ta' software jaqbdu u jmorru jixtruha u meta tistaqsihom għaliex xtraw software iktar sofistikat u expensive meta lanqas biss għadhom jafu jħaddmu s-software li għandhom, jgħidulek li dik il- verżjoni hija iktar attrezzata u moderna.", "Għalhekk minn hawn jien nappella biex l-informazzjoni teknoloġika li għandu l-gvern titħaddem b'mod iktar effiċjenti u konċiż u biex il-personnel jiġi inċentivat għaliex, ejjew ngħiduha kif inhi, ħafna mill-impjegati jgħidulek li ġaladarba jekk jagħmlu tmien sigħat jegħrqu l-għaraq tad-demm bil-kwantita' ta' xogħol li jagħmlu, u jekk jagħmlu tmien sigħat jieħdu kollox bil-mod u bil-pawsa jirċievu l- istess paga, allura jaqblilhom ma jaħdmux ħafna.", "Din hija mentalita' ħażina imma hija komuni ħafna fost il-ħaddiema bil-paga u għalhekk iktar jikber il-bżonn li dawn il-ħaddiema, partikolarment dawk li jaħdmu f'dan il- qasam li qed niddiskutu llum, jiġu apprezzati u nkoraġġiti iktar u forsi meta jkun qed jagħmel il-winding-up il-ministru jkun jista' jgħidilna xi pjanijiet għandu l-gvern f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, issa nixtieq nagħmel aċċenn għas-sistema tas-set-offs.", "Fid- diskors tal-budget tqajjem il-punt li hemm il-ħsieb li jsiru s-set-offs għal dawk il-każi meta taxpayer ikollu kemm jieħu kif ukoll jagħti lill- gvern.", "Jien naf li s-sistema tas-set-offs issemmiet diversi drabi pero' naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed jimbotta din is-sistema xi ftit iktar 'il quddiem biex fl-aħħar narawha tibda taħdem u jien nixtieq nisma' wkoll bl- aħħar żviluppi li qed iseħħu f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, biex inkompli ma' dak li kont qed ngħid dwar il-personnel irrid ngħid li ħafna drabi meta bniedem ikollu ċerta edukazzjoni, ikun kapaċi jsib impjieg tajjeb fis-settur privat u jkollu salarju doppju milli kieku jkollu fiċ-ċivil.", "Għalhekk hawn nerġa' nisħaq biex nibżgħu għal dawn il-ħaddiema għax huwa permezz tagħhom li aħna nistgħu nkomplu nibnu fuq dan il-qasam.", "Jien jiddispjaċini meta jiġi xi ħadd barrani biex jgħinna negħlbu l-problemi li għandna f'dak li hu ġbir ta' taxxa u jgħidilna li aħna impotenti f'dan il-qasam, pero' din jien ma nsejħilhiex impotenza imma ngħid sempliċement li m'aħniex qed nagħtu l-massimu ta' dak li nistgħu nagħmlu f'dan il-qasam.", "Huwa importanti li d-dipartiment tat-taxxi interni jibni ċertu image building.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li dan id-dipartiment irid ikun ta' theddida għall-poplu, bħall-IRS li fl-Amerka b'mod partikolari huwa magħruf għall-fatt illi dan mhux talli jieħu lit-taxpayers dak li jkun dovut lilu imma talli jġibhom bla sold u, kif jgħid il-Malti, iqaxxarhom ħajjin.", "Aħna ma rridux li fost it-taxpayers tinbet din it-tip ta' mentalita' fil- konfront tad-dipartiment tat-taxxi interni, pero' bla ebda dubju hemm bżonn li dan id-dipartiment juri lit-taxpayers li it means business, juri ċertu meaningfulness f'dak li jagħmel u juri li huwa se jasal għal dak li jrid jasal.", "Hija ħasra li meta dan id-dipartiment ikollu jirrikorri għall-qorti fuq xi każijiet partikolari - u din il-problema ma jiltaqax magħha d- dipartiment tat-taxxi interni biss imma anke dipartimenti oħra, fosthom id- dipartiment għall-politika soċjali, minħabba n-national insurance contributions - isib ħafna ntoppi u proċeduri twal li jieħdu s-snin u għalhekk l-unika alternattiva li jkollu huwa li jasal għal kompromess, pero' huwa importanti li l-kompromessi ma jkunux magħmula b'ċertu mod li jħallu lil dak li jkun jagħmel li jrid.", "Nerġa' ngħid li l-gvern għandu s- sostenn ta' din in-naħa tal-Kamra għal dak li għandu x'jaqsam ma' arretrati biex dak li hu dovut lill-gvern jinġabar, anke minħabba t-theddida tas- sustainable tax li rrifera għaliha sieħbi jekk l-affarijiet ma jimxux skond kif wieħed jixtieq.", "Huwa importanti wkoll li kulmin jaħdem f'dan il-qasam iżomm dejjem quddiem għajnejh il-konċett tal-ġustizzja għax finalment il-moralita' fiskali hekk tfisser, ġustizzja.", "Aħna ma rridux inbażwru lil min ma jiflaħx imma hemm bżonn li jkollna sistema effikaċi biex niġbru t-taxxi dovuti mingħand dawk li jifilħu u għandhom ċertu introjtu, partikolarment mingħand il-professjonisti.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa perenni u l- unions għandhom raġun jitkellmu kif jitkellmu fuq l-evażjoni tat-taxxa għax huma jafu li s-sistema ta' taxxi li għandna ġġiegħel lill-ħaddiema jħallsu dak li huwa dovut minnhom, li hija xi ħaġa tajba, imma mbagħad meta niġu għal dawk li huma professjonijiet, il-mekkaniżmu huwa ħafna iktar diffiċli minn hekk għax, per eżempju, ħafna drabi meta n-nies imorru għand tabib lanqas biss jikkalkolaw ċerti affarijiet, bħal ngħidu aħna li dan it-tabib jagħtihom fiscal receipt għax jgħidulek li l-iktar ħaġa importanti hija s- saħħa, u għalhekk huwa importanti li nenfasizzaw li dawn ukoll għandhom rwol x'jagħtu f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġbir ta' revenue.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx iktar rimarki, nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall- winding-up.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, qabel xejn nixtieq nibda billi nirringrazzja lill-Onor.", "Membri li tkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi għax nista' ngħid li kważi naqbel ma' kulma ntqal waqt dan id-dibattitu, partikolarment meta ssemma l-bżonn li jkun hemm iktar effiċjenza fid- dipartiment tat-taxxi interni u li jsiru iktar sforzi sabiex jinġabru t- taxxi kollha dovuti lill-gvern.", "Wara kollox aħna ma nistgħux ma naqblux fuq din il-materja għax aħna żewġ partiti politiċi li lkoll amministrajna u għalhekk il-membri taż-żewġ naħat jafu xi jfisser il-piż ta' l- amministrazzjoni.", "Sur President, l-Onor.", "Cilia spiċċa d-diskors tiegħu billi semma l- ġustizzja.", "Fil-fatt il-ġustizzja hija l-pedament ta' kulma qed nipprovaw nagħmlu billi qed naħdmu sabiex kemm jista' jkun kulmin jgħix fis-soċjeta' Maltija jkun qed jgħix f'ambjent fejn ikun jista' jiżviluppa l-personalita' tiegħu bl-aħjar mod possibbli.", "Il-konċett tal-ġustizzja jrid ikun ħolistiku u hemm bżonn illi aħna nħarsu lejh mill-ambjenti kollha li rridu naraw.", "Imma mbagħad irridu noqogħdu attenti li ma narawx li nkunu qed niġbru t-taxxi b'mod ġust u nieqfu hemm imma rridu naraw ukoll kif qed jintnefqu dawn it-taxxi.", "Jien m'iniex beħsiebni noqgħod nirripeti kull argument li sar waqt dan id-dibattitu u ngħid li naqbel miegħu għax bażikament jidher li hemm qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra li hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa f'dik li hi amministrazzjoni tat-taxxa.", "Sur President, l-Onor.", "Brincat ikkwota estensivament mir-rapport li kien għamel Mr Deaken, li jekk m'iniex sejjer żball kien ġabu hu stess biex jagħti xi pariri fuq l-amministrazzjoni tat-taxxa, fejn kien uża kliem iebes bħal \"impotenti\" u \"stat ta' paralisi\".", "Huwa qal ukoll li fid- diskors li għamilt fuq il-budget jien ma tkellimtx fuq riformi imma fuq ir- re-engineering tad-dipartiment.", "Fil-fatt jien nemmen li huwa proprjament minħabba li jeżisti dan l-istat ta' paralisi u minħabba li, kif qalu sħabi tan-naħa l-oħra, id-dipartiment tat-taxxi interni m'huwiex konsidrat bħala dipartiment illi huwa effettiv daqskemm għandu jkun effettiv, illi għandu jkun hemm re-engineering sħiħ f'dan id-dipartiment, kemm f'dawk li huma targets, kemm f'dawk li huma konċetti, kemm f'dawk li huma proċeduri kif ukoll f'dak li hu personnel.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi huwa importanti ħafna li l-ħaddiema tad- dipartiment tat-taxxi interni mhux biss ikollhom ċerta kompetenza imma wkoll li ma jkollhomx konflitt ta' interess.", "Per eżempju, ma naħsibx illi jista' jkun li jibqa' jkollna każijiet fejn il-ħaddiema ta' dan id- dipartiment jimlew it-tax returns bħala konsulenti tat-taxpayers u mbagħad dawn ħafna drabi jassessjaw it-tax returns li jkunu mlew huma stess.", "Din hija xi ħaġa inkongruwenti u ma tistax tibqa' tiġi ttollerata.", "Naħseb li issa wasal iż-żmien li nneħħu dawn il-konflitti ta' interess.", "Fil-fatt huwa proprjament għal dan il-għan illi aħna erġajna fformajna t-task force li kienet teżisti fi żmien il-Gvern Nazzjonalista preċedenti, meta jien kont ministru tal-finanzi, u li permezz tagħha bdejna nfasslu diversi konċetti ta' riorganizzazzjoni totali ta' dan id-dipartiment.", "Hawn ikun tajjeb jekk wieħed ifakkar li dak iż-żmien, bis-saħħa tat-task force, mhux biss konna bdejna riforma fil-qasam tal-komputerizzazzjoni imma wkoll f'diversi oqsma oħra, u hawn nista' nsemmi fost l-oħrajn il-final settlement system li kienet intiża biex kemm jista' jkun tnaddaf lid- dipartiment minn ċerta amministrazzjoni.", "Issa ħalli niġi biex nispjega mill-ewwel x'tip ta' riformi u ta' ideat beħsiebna nieħdu.", "Sur President, l-ewwelnett ikun tajjeb jekk ngħid li minn din is-sena n- numru ta' tax returns li jidħlu fid-dipartiment tat-taxxi interni se jonqos.", "Pero' issa wasal iż-żmien illi nneħħu l-assessments minn dan id- dipartiment billi t-tax returns li jidħlu f'dan id-dipartiment ikunu l- assessments innifishom, ħalli b'hekk il-ħaddiema ma jerġgħux jagħmlu l- istess xogħol li jkunu għamlu t-taxpayers stess.", "Jien naħseb li issa t- taxpayer ġie mħarreġ biżżejjed dwar kif għandu jagħmel self assessment u kull darba li t-taxpayer irċieva income tax return dejjem kien jingħata instructions li kienu jiggwidawh x'għandu jagħmel biex ikun jaf kemm suppost ħallas taxxa u allura kemm għandu jieħu jew jagħti.", "Għalhekk jien naħseb li issa wasal iż-żmien li l-income tax return timtela tassattivament, bħalma jiġri f'pajjiżi oħra, u tittieħed mid-dipartiment bħala assessment biex nibdlu l-konċett li kull meta nibdlu return irridu nagħmlu assessment.", "B'hekk id-dipartiment ikun jista' jiġi geared kemm jista' jkun fuq l-investigazzjonijiet; u meta ngħid \"investigazzjonijiet\" inkun qed nirriferi għal studju dettaljat tar-returns li jirċievi d- dipartiment, għal analisi kontra benchmarking ta' professjonijiet, ta' trades u ta' negozju ieħor, għal assessments li jiġu indirizzati fuq livelli ta' spejjeż u għal tqabbil ma' informazzjoni oħra li wieħed jista' jieħu minn dipartimenti differenti.", "Dan huwa l-mod li bih irridu nimxu fil- futur.", "Sur President, f'dan id-dibattitu ssemmew ukoll il-multi u iva, waħda mill-problemi kbar li kellu d-dipartiment u li biha, fl-opinjoni tiegħi, tilef il-kredibilta' u rrenda ruħu impotenti kien il-fatt li l-ewwel kien jiċċarġja lit-taxpayer multi esaġerati u mbagħad meta dan imur ikellimhom personalment, għal xi raġuni jew oħra, multa ta' Lm90,000 kienet tispiċċa f'lira.", "Min jimxi b'dan il-mod jitlef il-kredibilita' għax dak li jkun jgħid: U iva, imbilli bagħtuli din il-multa, issa ma jaħfruhieli!", "Ara meta fassalna l-liġi tal-VAT u tas-CET aħna daħħalna ċerti dixxiplini anke fit-taxpayers u b'hekk illum it-taxpayers jafu li jekk jeħlu multa din la se titnaqqas u lanqas se tinħafer jekk ma jipprovawx illi għandhom raġun.", "Jafu li jekk hemm rata ta' imgħax għalxejn imorru jitkarrbu u jkellmu lil dak u lill-ieħor għax dawk l-igħaxijiet jridu jitħallsu u jafu wkoll li se jkun hemm multa jekk ir-returns ma jintbagħtux lid-dipartiment sa data fissa.", "Kif kelli l-okkażjoni ngħid qabel, id-dipartiment tal-VAT laħaq livelli għoljin f'dik li hi amministrazzjoni, liema livelli ma ntlaħqu fl- ebda dipartiment ieħor, lanqas f'dawk id-dipartimenti li jagħtu l- benefiċċji.", "Għalhekk l-importanti huwa li filwaqt illi l-multi jservu ta' deterrent biex kulħadd joqgħod attent li ma jiksirx il-liġi, mill-banda l- oħra dawn ikunu ta' livell li jistgħu jiġu esegwiti u mhux isiru multi esaġerati li ma tkunx tista' tinforzahom.", "Naturalment aħna rridu naħdmu biex nissimplifikaw is-sitwazzjoni u l-proċeduri kemm jista' jkun ħalli noħolqu l-inċidenza ta' l-income u ta' taxxa at source, bħalma kienet il- PAYE, bħal m'hi l-FSS, bħalma huma d-dividends fuq interessi u bħal m'huma l-interessi fuq il-banek, ħalli b'hekk neqirdu l-bżonn ta' rapportar minn sena għall-oħra mill-individwu nnifsu.", "L-Onor.", "Cilia semma s-set-offs u spjega kif se taħdem din is-sistema.", "Hawn jien se nerġa' nirripeti li l-ministeru tal-finanzi se jintroduċi s- sistema tas-set-offs għal dawk it-taxpayers li jkollhom jagħtu lill-gvern u li l-gvern ikollu jagħtihom fl-istess ħin, ħalli b'hekk ikun jista' jiġi mħallas biss l-ammont nett li jirriżulta.", "Fid-diskors li għamel l-Onor.", "Brincat semma li Mr Deaken kien ikkummenta li kien hemm xi struzzjonijiet biex files ta' evaders ma jgħaddux lid- dipartiment ta' l-investigazzjoni.", "Jien assolutament ma nafx għal xiex kien qed jirriferi f'dan il-kontest, pero' jekk l-Onor.", "Brincat ma laħaqx ra fiex kien jikkonsisti dan il-każ meta kien ministru nixtieq nidħol fiha jien u nara x'eżattament x'inhi s-sitwazzjoni f'dan ir-rigward.", "Sur President, f'dan id-dibattitu ssemma wkoll il-bżonn li jkun hemm ċerti inċentivi fid-dipartiment tat-taxxi interni.", "Jien diġa' għidt illi huwa importanti ħafna li l-istaff ta' dan id-dipartiment ma jkollux konflitt ta' interess u jkun staff motivat, pero' l-motivazzjoni ma tridx tiġi mill-overtime, kif qed isir illum.", "Illum id-dipartiment tat-taxxi interni huwa magħruf għal kemm il-ħaddiema tiegħu jagħmlu overtime għax dawn jaraw li jagħmlu tant assessments u mbagħad jagħmlu tant assessments oħra fil-ħin ta' l-overtime, ħalli jitħallsu xi ħaġa extra tagħhom, pero' bla ebda dubju mhux dan huwa l-mod kif irridu naħdmu.", "Aħna rridu naħdmu b'mod effettiv, b'mod effiċjenti u b'mod illi nħarsu lejn l-oġġettiv reali li għandna, li bażikament huwa d-dħul, pero' fl-istess ħin ma rridux innisslu harassment fuq in-nies għax id-dipartiment tat-taxxi interni mhux qiegħed hemm biex iddejjaq lin-nies imma biex jassigura li kull individwu f'dan il-pajjiż iħallas sehmu kif dovut mil-liġi.", "Meta dan l-għan jintlaħaq allura għandu jkun hemm sistema ta' inċentivi lil gruppi ta' nies, u qed ngħid \"gruppi ta' nies\" għax aħna m'għandniex il-ħsieb li noħolqu inċentivi individwali imma dawn l-inċentivi se jkunu indirizzati għal gruppi ta' nies jew għal dipartiment sħiħ ħalli b'hekk jinħoloq team- work u l-istess nies li jkunu f'dan it-team awtomatikament ikunu qed jaraw li kulħadd ikun qed jaqdi dmiru u jiġbed ħabel wieħed.", "Sur President, ma nixtieqx niftaħ kapitlu fuq it-tax harmonisation fl- Ewropa għax jien wieħed minn dawk li nemmen illi t-tax harmonisation f'dik li hija taxxa diretta hija xi ħaġa wishful biss u hija problematika biex tintlaħaq għax b'hekk tkun qed tattakka l-effiċjenza ta' pajjiż kontra tip ta' effiċjenza oħra.", "Ejjew ninsew għal mument id-deficit illi għandu pajjiżna llum.", "Jekk f'pajjiżna naslu għal dawk il-livelli ta' effiċjenza li aħna qed nittamaw li għandna nilħqu, xi ħadd se jġiegħel lil pajjiżna jiġbor taxxi li m'għandux bżonn għax jgħidilna li ġaladarba l-Ġermanja qed tiġbor 50% taxxa fuq l-income, Malta trid tiġbor l-istess ammont ta' taxxa allavolja ma jkollhiex bżonn tiġbor daqshekk?", "Imbagħad x'se nagħmlu bihom dawn il-flus?", "Se nerġgħu nagħtuhom lura lin-nies jew nonfquhom biex inkunu nfaqniehom?", "Meta wieħed iħares lejn pajjiżi oħra jsib li hemm ċerti differenzi, anke f'dak li hu dħul ta' income, jiġifieri rridu noqogħdu attenti li ma nesaġerawx.", "Per eżempju, huwa interessanti l-fatt li filwaqt li l-Ġermanja, li hija pajjiż b'saħħtu, qed tinsisti għat-tax harmonisation, min-naħa l-oħra l-Ingilterra, li hija pajjiż daqstant b'saħħtu, qed tinsisti li m'għandux ikun hemm din it-tax harmonisation, u għalhekk irridu noqogħdu moħħna hemm għax ġaladarba t-target tagħna huwa li nkunu membri fl-Unjoni Ewropea - u qed ngħid \"tagħna\" għax iż-żewġ partiti rridu li nkunu membri fl-Unjoni Ewropea u l-unika differenza hi li aħna rridu nidħlu issa u l-oppożizzjoni trid li nidħlu minn hawn u ftit snin oħra - l-importanti huwa li nkunu bilqiegħda madwar dik il-mejda fejn ikunu qed jittieħdu d-deċiżjonijiet u mhux inkunu barra nistennew lil ħaddieħor jieħu d-deċiżjonijiet hu.", "Din hija realta' li rridu nifhmuha u napprezzawha.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nirriferi għall-kumment li għamel l-Onor.", "Brincat meta qal li hu ma jaqbilx mat-theddid u rrifera għad-diskors tal-budget li għamilt jien meta għidt li aħna qed nagħmlu l- pjanijiet tagħna, u fil-pjanijiet tagħna qed ngħidu li rridu niġbru t- taxxi, pero' dan m'għandniex nagħmluh billi nagħmlu taxxi ġodda imma billi nkabbru l-ekonomija u billi nkabbru l-effiċjenza fid-dipartimenti tat-taxxi interni, u jekk imbagħad dawn it-taxxi ma jinġabrux finalment il-gvern ikollu jirrikorri għal taxxi ġodda.", "Imma forsi din m'hijiex xi ħaġa ovvja u loġika?", "Allura jekk jibqgħu ma jinġabrux it-taxxi, sejrin ma nħallsux lill-ħaddiema tal-gvern?", "Jew sejrin ma nħallsux lill-pensjonanti.", "Imbagħad x'se nagħmlu; se noqogħdu ngħidu li m'hemmx livelli ta' effiċjenza fid-dipartimenti tal-gvern u nieqfu hemm!", "Il-ministri tal-finanzi mhux dejjem insistew li d-dipartimenti tal-gvern għandhom ikunu effiċjenti u għamlu dak kollu possibbli biex dawn id-dipartimenti jkunu effiċjenti!", "Allura m'hijiex ħaġa ovvja li jekk il-livelli ta' tassazzjoni ma jintlaħqux ikollna nirrikorru għal taxxi oħra?", "Aħna llum lill-poplu Malti qed ngħidulu: Ipparteċipa attivament fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa.", "L-Onor.", "Brincat semma l-irċevuti fiskali, u jien proprjament fuq dawn l- affarijiet qed nitkellem meta qed ngħid li jekk ma nkunux effiċjenti fil- ġbir tat-taxxi se jkollna ndaħħlu taxxi ġodda.", "Aħna lill-poplu Malti qed ngħidulu: Isma', poplu Malti, fir-realta' huwa fl-interess tiegħek li jinġabru t-taxxi mingħand min għandhom jinġabru u inti tista' tkun strumentali biex dan iseħħ.", "Il-poplu qiegħed jipparteċipa kontinwament fit- transazzjonijiet li qed isiru f'pajjiżna u għalhekk kulma qegħdin ngħidulu lill-poplu Malti hija ħaġa waħda biss: Esiġi li jkollok irċevuta fiskali bl-ammont li tkun ħallast mingħand kulħadd.", "Aħna dak hu li qed nesiġu mingħand il-poplu Malti u jekk il-poplu Malti jagħmel dan illi qed nitolbuh, il-problemi tagħna se nsolvuhom flimkien għax il-problema ma jistax isolviha John Dalli u lanqas jista' jsolviha Leo Brincat imma jrid isolviha l-poplu Malti kollu.", "Din hija problema tagħna lkoll u lill-poplu Malti rridu nispjegawlu għaliex qed nitolbuh jagħmel dan billi nagħmlu kampanji ta' pubbliċita' u ta' marketing apposta b'mod konsistenti, kif ingħad iktar kmieni f'dan id-dibattitu stess.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nitlob li nissospendu r-regolamenti sabiex il-Kamra tgħaddi għall-istadju ta' Kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "L-Onor.", "Abela", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Min-naħa ta' l-oppożizzjoni m'hawn l-ebda oġġezzjoni għal dan, anzi aħna naqblu li ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat mill-ewwel.", "Il-permess ingħata.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 32 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 32 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola qiegħda sempliċement testendi ż-żmien minn seba' għal għaxar snin biex inżidu tliet snin mat- terminu li konna tajna fil-liġi oriġinali.", "MR CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien irrid inżid ngħid biss li ħadt gost li fid-diskors li għamel il-ministru fl-istadju tat-Tieni Qari qal li 'l quddiem din m'hijiex se tibqa' tiġi estiża.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għal klawsola 1 nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Minflok \"1998\" għandu jidħol \"1999\" u l-kliem \"(Emenda Nru. 2)\" għandhom jitħassru.", "\"A\" For the words \"(No 2) Act, 1998\" there shall be substituted the words \"Act 1999\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fit-8.44 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-ĦABS", "PRISONS (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President tar-Repubblika.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att dwar il-Ħabs, Kap. 260\", jirrakomandah għall- konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "2 ta' Novembru 1998", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Ħabs.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din il-liġi għandha storja twila.", "Fil- fatt ġiet preżentata u ppubblikata bħala abbozz fl-1996, kienet anke tqiegħdet fuq l-aġenda ta' dan il-parlament, pero' kienet waqgħet max- xoljiment tal-parlament minħabba l-elezzjoni ta' Ottubru 1996.", "Din il-liġi mbagħad reġgħet tfaċċat u kkupjata kelma b'kelma mill-amministrazzjoni preċedenti, l-abbozz tpoġġa fuq l-aġenda pero' reġgħet ġiet l-elezzjoni u max-xoljiment tal-parlament f'Lulju 1998 reġgħet waqgħet.", "Issa dan l-abbozz qed jiġi ppreżentat għat-tielet darba, kelma b'kelma, u ġaladarba ż-żewġ amministrazzjonijiet ipproponewh, jiena nassumi li m'għandux ikun hemm kontroversja dwar il-provvedimenti tiegħu.", "X'inhuma l-iskopijiet prinċipali ta' dan l-abbozz?", "F'ordni ta' importanza ngħid li l-iktar provvediment importanti huwa li għall-ewwel darba f'Malta dawk li jagħtu servizz fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin - li skond il-Kostituzzjoni huma rikonoxxuti bħala membri ta' korp dixxiplinat - se jingħataw l-istess kondizzjonijiet għar-rigward pensjoni bħalma jeżistu f'korpi dixxiplinati oħra, jiġifieri fl-armata kif ukoll fil-pulizija.", "X'inhuma dawn id-drittijiet speċjali ta' pensjoni li jgawduhom biss il-membri ta' korpi dixxiplinati?", "Dawn huma li wara 25 sena servizz ikollhom id-dritt li jirtiraw bil-pensjoni mill-korp dixxiplinat.", "Aħna deherilna li ladarba għal skopijiet tal-Kostituzzjoni dawn huma membri ta' korp dixxiplinat u għandhom ukoll l-istess dmirijiet, oneri u restrizzjonijiet ta' korp dixxiplinat - per eżempju dawn ma jistgħux ikunu membri ta' trade union u jistgħu jiġu sforzati jagħmlu ċertu xogħol li mpjegati oħra tal-gvern ma jistgħux jiġu sforzati għaliex m'humiex membri ta' korp dixxiplinat - allura dawn għandhom jerfgħu mhux biss il-piżijiet imma wkoll igawdu wkoll il-vantaġġi u d-drittijiet li jgawdu membri ta' korpi dixxiplinati oħrajn.", "Wieħed minn dawn id-drittijiet huwa proprju d-dritt għall-pensjoni wara 25 sena servizz.", "Biex nifhmu x'qegħdin ngħidu, Mr Speaker, dan ifisser li jekk xi ħadd jidħol fis-servizz tal-ħabs, tal-pulizija jew ta' l-armata fl- eta' ta' 18-il sena, ikun jista' joħroġ bil-pensjoni ta' 43 sena.", "Dan ikun intitolat għall-pensjoni u fl-istess ħin ikun jista' jaħdem xogħol ieħor mhux bilfors konness mal-ħabs, ma' l-armata jew mal-pulizija.", "Nixtieq ngħid li għalkemm dan id-dritt minn dejjem kien jeżisti, kien hemm żmien meta ġie mnaqqar u kien taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista li ngħata lura sħiħ.", "Dawn huma l-uniċi pensjonanti li jistgħu jaħdmu waqt li jkunu bil-pensjoni wkoll, u jistgħu jagħmlu dan wara 25 sena servizz.", "Dan sar proprju biex jirrifletti x-xogħol iebes li għandhom - xi kultant ukoll ta' periklu - l-armata, il-pulizija u anke l-uffiċjali u l-ħaddiema tal-ħabs.", "Artiklu 11 ġdid ta' l-Att dwar il-Ħabs jipprovdi li l-ministru responsabbli mill-ħabs, bi ftehim mal-ministru responsabbli għall-finanzi, jista' jagħmel regolamenti dwar l-għoti ta' pensjonijiet lil persuni li kienu fis-servizz tad-dipartiment tas-servizzi korrettivi jew lir- rappreżentanti legali jew dipendenti tagħhom.", "Fil-fatt se jkun hemm bżonn ukoll nemendaw l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet sabiex nissiġillaw dan il- ftehim li konna għamilna snin ilu dwar il-ħaddiema tal-ħabs biex dawn jibdew igawdu wkoll il-pensjoni mal-25 sena servizz.", "Qed nagħmlu wkoll li:", "\"Ir-regolamenti kollha li jsiru bis-saħħa ta' dan l-artikolu jista' jkollhom effett retrospettiv sabiex jikkonferixxu benefiċċju lil, jew ineħħu xi diżabilita' li, persuna jew klassi ta' persuni jista' jkollhom.\"", "Bħal fil-każ tal-ħaddiema li jaħdmu fil-pulizija u fl-armata, biex dawn ir- regolamenti jidħlu fis-seħħ iridu mhux biss jitqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra imma jridu jiġu approvati wkoll b'riżoluzzjoni.", "Mela hawnhekk għandna każ rari fejn ir-regolamenti li jgħaddi l-eżekuttiv iridu jiġu mhux biss sottomessi fuq il-Mejda tal-Kamra imma jridu jiġu approvati bilfors minn din il-Kamra b'riżoluzzjoni pożittiva.", "Dawn is-somom kollha li jinħarġu għal skopijiet tal-pensjoni jkunu debitu tal-Fond Konsolidat, u dan jispjega għaliex bdejna dan id-dibattitu proprju bil-Messaġġ tal- President.", "Fl-emenda li għandna għall-Ordinanza tal-Pensjonijiet qed nagħtu l- faċilita' lill-membri tal-korp tal-pulizija li jaħdmu l-ħabs biex jaqilbu u jsiru impjegati tal-ħabs mingħajr ma jitilfu s-snin ta' servizzi għal skopijiet tal-pensjoni.", "Hemm grupp ta' xi 24 jew 25 ruħ li ħafna minnhom jaħdmu fl-ispecial response team li jieħu ħsieb il-qalba tas-sigurta' fil- ħabs stess.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk xi ħadd ilu għaxar snin fil-korp tal- pulizija u mbagħad jagħmel 15-il sena fis-servizz tal-ħabs, dawk l-għaxar snin li jkun għamel fil-korp tal-pulizija jitqiesu wkoll daqslikieku għamilhom il-ħabs minkejja li jkun irriżenja mill-korp tal-pulizija u jidħol fis-servizz tal-ħabs.", "Din tkun applikabbli wkoll għal dawk fl- armata - illum m'hemmx imma ġieli kien hemm fl-imgħoddi - li ħadmu fil-ħabs ukoll.", "It-tieni punt importanti ta' dan l-abbozz huwa li l-uffiċjali tal-ħabs se jingħataw il-poteri li għandhom il-pulizija meta dawn ikunu skorta mal- priġunieri.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar u nispjega lill-Kamra għaliex qegħdin indaħħlu dan il-provvediment.", "Illum is-sorveljanza ġewwa l-ħabs issir mill- impjegati tal-ħabs mgħejjunin minn grupp żgħir, li qabel kien ħafna ikbar, ta' pulizija.", "Meta l-priġunier joħroġ mill-ħabs - per eżempju, sabiex imur il-qorti ħalli jkompli l-proċess tiegħu, jew għal skopijiet ta' leave, ta' sptar jew għal xi attivita' fil-familja - taħt ir-regolamenti li konna għamilna fl-1995, is-sigurta' taqleb minn idejn il-ħabs għal idejn il- pulizija.", "Hemm sistema kkomplikata u anakronistika li l-għassa tal-post fejn sar l-inċident li għalih il-ħabsi qiegħed il-ħabs hija responsabbli għall-iskorta ta' dak il-prinġunier barra l-ħabs.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk sar hold-up f'Buġibba u l-persuna nqabdet u qiegħda l-ħabs, il- pulizija tad-distrett ta' Buġibba huwa responsabbli kull darba li dak il- priġunier joħroġ mill-ħabs.", "Issa dan ifisser li l-pulizija, li aħna dejjem nippretendu li għandhom ikunu preżenti fit-toroq tagħna biex jipproteġuna, ħafna drabi jkollhom jinqalgħu mill-għassa - u xi kultant ikollha tingħalaq l-għassa wkoll - sabiex issir l-iskorta mal-priġunier.", "Bis-saħħa ta' din l- emenda din l-iskorta tal-priġunieri tista' tibda ssir mill-gwardjani tal- ħabs innifishom.", "Biex ngħinuhom f'dan l-inkarigu, bil-liġi qed nagħtuhom id-drittijiet li għandhom il-pulizija.", "Per eżempju, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom dawn jistgħu jarrestaw.", "Dawn is-soltu m'għandhomx poter li jarrestaw, pero' waqt li qed jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom ta' gwardjani fi skorta, ikollhom il- poteri tal-pulizija li jarrestaw u anke li jagħtu ordnijiet leġittimi.", "Jistgħu wkoll jagħmlu l-manetti u jneħħuhom, jiġifieri dawn huma l- affarijiet li s-soltu jagħmlu l-pulizija u li issa bil-liġi qed nagħtuhom bi dritt lill-gwardjani.", "Dan qed nagħmluh biex bil-mod il-mod - mhux mill- ewwel - innaqqsu x-xogħol tal-pulizija fl-iskorta tal-priġunieri.", "U diġa' qed naħsbu fuq sistema li biha jkun jista' jsir it-trasport tal-priġunieri bl-inqas numru possibbli ta' gwardjani.", "Imbagħad fil-qorti din ir- responsabbilta' tiġi maqsuma anke mal-pulizija ħalli inti ma jkollokx bilfors tibgħat gwardjan kull darba ma' kull priġunier.", "Hawnhekk bil-liġi se nibdew it-triq sabiex inkomplu l-proċess li kien beda mill-Gvern Nazzjonalista u anke tkompla mill-Gvern Laburista li nneħħu l-pulizija minn fuq xogħol li jista' jagħmlu ħaddieħor.", "Naturalment hemm ċertu xogħol li ma jistax jagħmlu ħaddieħor.", "Per eżempju, l-investigazzjoni kriminali ma nistgħux nipprivatizzawha jew nagħtuha lil ħaddieħor u Allaħares isir hekk.", "Lanqas il-ħabs ma nistgħux nipprivatizzawh, kif ġieli ġara f'pajjiżi oħrajn, għaliex kumpannija tkun interessata biss fis-sigurta' u mhux fir-riabilitazzjoni u r-riforma ġewwa l-ħabs.", "Veru li wieħed jiffranka jekk jagħtiha lill-privat imma t-tmexxija u s-sigurta' għandha tibqa' f'idejn l-amministrazzjoni.", "Li qegħdin nagħmlu huwa li qed inkomplu dan il-proċess li nneħħu l-pulizija minn xogħol li jista' jagħmlu ħaddieħor ħalli l-pulizija jagħmlu dak ix-xogħol li l- pubbliku jistenna minnhom, li huwa mhux biss li jaqbdu lill-kriminali imma iktar importanti li jipprevjenu t-twettiq tar-reati.", "Aħjar nipprevjenu milli naqbdu n-nies wara li jkun sar ir-reat innifsu.", "Dan il-proċess ilu li beda.", "Niftakar li l-pulizija qabel kellhom il-liċenzji tal-karozzi kollha f'idejhom.", "Niftakar li kif tidħol fid-depot kien hemm dik is-sala, illum is-Sala Vilhena, li kienet proprju ddedikata biss għall-pulizija li jagħmlu xogħol konness ma' liċenzji tal-pulizija.", "Sena u nofs ilu wkoll kienu tneħħew il-pulizija li jittimbraw il-passaporti fl-airport.", "Huwa veru li għad hemm nukleu ta' pulizija biex jieħdu ħsieb is-sigurta' ta' l-airport u jissorvelja wkoll in-nies li huma uffiċjali ta' emigrazzjoni, imma l- uffiċjali ta' l-emigrazzjoni llum huma civilians.", "Anke fid-depot tal- pulizija, is-civilians żdiedu wkoll.", "B'din ukoll se nneħħu l-pulizija bħala regola minn ċertu xogħol ta' skorta.", "Ma jfissirx li qatt m'hu se jkun hemm pulizija fix-xogħol ta' skorta, pero' żgurissimu se jkun hemm bżonn ta' ħafna inqas milli hemm bżonn illum.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onorevoli, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Il-Ministru Gonzi.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 14 ta' Jannar 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar l-Avviż Legali Nru 254 ta' l-1998 ippreżentata mill-Onor Leo Brincat.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (Emenda Nru 2) - it-Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.). --------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "Mr Speaker, il-Mozzjoni dwar l-Avviż Legali Nru. 254 hija mozzjoni ta' l- oppożizzjoni, iddiskutejniha fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat tax-Xogħol tal- Kamra u ntlaħaq qbil li tiġi dedikata seduta sħiħa għad-dibattitu tagħha.", "Għax hija mozzjoni mressqa mill-oppożizzjoni, din għandha tiġi ntrodotta u magħluqa min-naħa ta' l-oppożizzjoni pero' l-ħin tas-seduta jkun maqsum b'mod ugwali bejn in-naħa ta' l-oppożizzjoni u n-naħa tal-gvern.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li tul dan l- aħħar ftit ġimgħat ħafna nies qegħdin jitkellmu dwarha - u kien hemm aċċenn żgħir dwarha u ħsibtu se jkun hemm iktar diskussjoni fil-ħin tal- mistoqsijiet -tirrigwardja s-sitwazzjoni li jinstab fiha l-Isptar San Luqa.", "Is-sitwazzjoni hija waħda fejn qiegħda tisplodi.", "Dan l-aħħar ftit jiem kelli mmur biex nara xi pazjenti ġewwa l-isptar u sibt sitwazzjoni li titlob li tiġi tackled bl-iktar mod urġenti.", "Biżżejjed insemmu li anke rappreżentanti kemm tas-settur mediku kif ukoll tas-settur paramediku ġibdu l-attenzjoni u ħarġu stqarrijiet fejn intqal li s-sitwazzjoni hija tali - u din safejn naf jien l-ewwel darba li qatt intqalet - li dawn ma jistgħux jerfgħu r-responsabbilta' ta' dak li jista' jiġri.", "X'inhi s-sitwazzjoni?", "Is-sitwazzjoni hi li għandek swali li l-maġġorparti tagħhom, speċjalment fis-swali tal-mediċina, jesgħu bejn wieħed u ieħor madwar 30 pazjent li f'xi ġranet kellhom anke 50 ruħ.", "Dan ifisser li għandek is-sodod normali mimlijin, li għandek il-kurituri fis-swali mimlijin u jfisser ukoll li għandek il-kurituri li huma barra mis-swali bis-sodod ukoll.", "Apparti minn hekk, hemm ċirkostanzi fejn hemm sitt pazjeni f'ċerti swali li suppost jesgħu erbgħa.", "Kif qegħdin iżommuhom is-sitt pazjenti?", "Is-sitt pazjenti qegħdin iżommuhom b'tali mod li għandek is-sodod tas-soltu fil-kamra normali, imbagħad fil-kuritur jitpoġġew żewġ sodod waħda wara l-oħra.", "Għandek ir-ras tas-sodda ta' pazjent minnhom tmiss mas-sieq tas-sodda ta' warajh.", "Apparti minn hekk, anke l-mod kif qed ikunu mqassmin il-pazjenti irid jiġi tackled.", "Ma tagħmilx sens li pazjenti li jkollhom puplesija - li allura għandhom mobilita' inqas - ikunu fl-istess swali ta' pazjenti oħra li qegħdin ibatu mill-influwenza.", "Ħafna drabi pazjenti li jinżammu l-isptar ma jkunux pazjenti li jkollhom l-influwenza biss imma jkollhom il-komplikazzjonijiet ta' l-influwenza bħal attakk qawwi tal-bronki jew inkella każi ta' pnewmonja.", "F'ħafna każi t-tobba jittrattaw pazjenti bl-influwenza, d-dar pero' meta jkun hemm xi komplikazzjonijiet jew inkella ma jkunux qegħdin jirrispondu għat-trattament dawn ikollhom jiġu riferuti l-isptar.", "Barra minn hekk wieħed irid jirrikonoxxi wkoll il-fatt li l-influwenza li għandna llum hija pjuttost aktar qawwija mill-influwenzi li ġieli jkollna u hemm iktar każi ta' komplikazzjonijiet.", "Madankollu din il-problema ta' spazju tinkwieta lil ħafna individwi - lili tinkwetani żgur - u jkun tajjeb li wieħed jipprova jagħmel xi ħaġa.", "Per eżempju, meta tmur tara pazjenti d-dar jew anke l-isptar tinduna kemm jintqalu affarijiet li jallarmaw lin nies.", "Hemm ukoll il-bżonn ta' aktar edukazzjoni b'mod speċjali fejn jirrigwarda pazjenti li jbatu b'xi forma ta' komplikazzjonijiet respiratorji jew bil- qalb.", "Dawn għandhom ikunu aktar edukati dwar il-fatt li għal ħabta ta' Settembru jew Ottubru jkun hemm it-tilqim kontra l-mard ta' l-influwenza.", "Bħalissa għandna l-Australian flu wkoll u dan it-tilqim jgħin - mhux qed ngħid li jipprevjeni - biex l-attakki ma jkunux daqshekk qawwijin.", "U huwa importanti li jkun hemm iktar edukazzjoni, ikun hemm iktar enforzar tal- promozzjoni tas-saħħa ħalli kemm jista' jkun wieħed jilqa' ħalli ma jkollniex ammonti sostanzjali ta' persuni, b'mod speċjali anzjani, li jkunu qegħdin ibatu mill-mard ta' l-influwenza.", "Barra l-edukazzjoni jkun tajjeb li għal darba oħra nenfasizza l-importanza li jsir xi ħaġa malajr dwar dak li għidt aktar kmieni fuq l-isptar San Luqa.", "Mhux qed ngħidu jien, Mr Speaker, kien qiegħed fil-ġurnali f'dawn l- aħħar jiem u ma naħsibx li l-istqarrija xotta li ħareġ id-dipartiment tas- saħħa tindirizza l-problema.", "Din l-istqarrija tgħid li m'hemmx għalfejn wieħed jinkwieta u mhijiex tirrealizza s-sentiment u l-allarm tal-poplu.", "Tajjeb ukoll li wieħed jieħu ħsieb għall-futur ta' l-Isptar San Luqa meta jitlesta l-isptar il-ġdid ġewwa Tal-Qroqq.", "Ħafna drabi nibda ninkwieta dwar ċerti preparamenti, ħsebijiet u anke rapporti li tressqu dwar x'għandha tkun il-funzjoni ta' l-Isptar San Luqa wara li jinfetaħ l-isptar il-ġdid.", "L-Isptar San Luqa għandu jipprovdi backing services għall-isptar il-ġdid apparti servizzi oħra ta' riabilitazzjoni kif ukoll anke servizzi ġodda.", "U ladarba qed insemmi l-isptar il-ġdid, naħseb li tajjeb ukoll li naċċenna wkoll xi ħaġa dwaru.", "Xi ġimgħat ilu f'dan il-parlament kien tressaq memorandum of understanding għall-proġett ta' l-isptar il-ġdid hawn Malta.", "Sfortunatament dak il-memorandum, flok ta risposti, naħseb li aktar ħoloq mistoqsijiet.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li sa l-aħħar ta' dan ix-xahar huwa mistenni li jitressaq estimu tat-target value għall-proġett ta' l- isptar.", "Nibda biex ngħid li waħda mill-options li kien hemm għad-disinji kien ħareġ biha l-gvern u fil-fatt konna warrabniha kemm bħala konċett kif ukoll bħala idea, għaliex?", "Għas-sempliċi raġuni għax m'hijiex għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin u m'hijiex ta' benefiċċju għall-gvern.", "Tista' tidher attraenti minħabba li l-konċett ta' design and build, jiġifieri min jieħu l- kuntratt jiddisinja u jibni wkoll, jista' jħaffef il-proċess tal-bini.", "Issa nfakkar lil din il-Kamra li kien intqal li l-proġetti ta' Tal-Qroqq minflok fis-sena 2001 se jitlesta fl-2003.", "U jiena ma nistax nifhem kif minn banda qed ngħidu li hemm bżonn ngħaġġlu dan il-proġett u mill-banda l- oħra qed ngħidu li se jitlesta sentejn wara ż-żmien li kien qed jiġi targeted.", "Biss tajjeb ukoll li wieħed jistaqsi jekk il-gvern għandux it-tekniċi biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dettal u jivverifikaw jew inkella jikkontradixxu l-figuri tat-target value meta dan jitressaq.", "Ejjew ngħiduha kif inhi, il-kuntrattur sa ċertu punt għandu interess li jressaq estimi għoljin, iktar u iktar jekk inhuma l-istess konċetti li kellhom diskussjonijiet dwarhom mal-Foundation of Medical Services li attendejt għall-parti minnhom jiena.", "Il-kuntratturi żgur li għandhom interess li jressqu estimi għoljin u għalhekk wieħed jisħaq fuq l-importanza li l-gvern ikollu lil min ikun kapaċi jivverifika jew inkella jikkontradixxi dawn il- figuri fl-inqas żmien possibbli.", "M'għandniex nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ix-xogħol ta' evalwazzjoni jdum għaddej xhur sħaħ u allura x-xogħol ikompli jaqa' lura.", "F'ħafna mix-xogħol li kien sar fl-amministrazzjoni preċedenti, il-kuntratturi tad-disinji kienu separati mill-kuntratturi tal-bini.", "Dawn ma kenux ingħataw il-kuntratt b'direct order imma kienu ħarġu b'tender, fiha kien imdaħħal ukoll id-dipartiment tal-kuntratti, kollox sar above board, kollox sar min nies li kienu tekniċi li fl-ebda ħin ma kien hemm involviment politiku.", "Xi ħaġa oħra li forsi kienet qiegħda tinkwieta lil ħafna nies kienet li lill-kuntratturi Norman & Dawburn issa tħassrilhom il-kuntratt sempliċement b'daqqa ta' pinna.", "Dawn kienu għamlu ħafna konsultazzjonijiet mas-setturi mediċi u paramediċi.", "Xi ħaġa li wieħed jinnota hija n-nuqqas ta' intenzjoni f'dan il-memorandum biex ikun hemm konsultazzjoni mas-setturi mediċi u paramediċi.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu niftakru li apparti l-pazjenti, the end users se jkunu n-nies li se jmexxu dawn l-isptarijiet li huma l-mediċi u l-paramediċi, u dawn huma l-aktar nies li jistgħu jagħtu kontribut bħala konsultazzjoni.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li jekk se jsir kif qed jipproponi l-gvern, ix-xogħol kollu li diġa' sar se jerġa' jintilef u se nerġgħu nibdew kollox mill-ġdid.", "Xi ħaġa wkoll li ma jsemmix dan il-memorandum huwa x'se jiġri mill-claims li qed jgħid li għandu l-kuntrattur.", "Parti minnhom jistgħu jkunu ġustifikati pero' parti minnhom jistgħu ma jkunux ġustifikati.", "Klawsola interessanti ħafna li daħlet f'dan il-memorandum hija klawsola 4 li ssemmi li l-kuntrattur jitħallas qabel isir ix-xogħol.", "Din safejn naf jien hija xi ħaġa ġdida, hija xi ħaġa li sa ċertu punt hija perikoluża wkoll u wieħed jistaqsi wkoll jekk il-gvern huwiex se jimxi b'dan il- konċett li jħallas qabel isir ix-xogħol anke' f'setturi oħrajn.", "Din hija ħaġa inkwetanti għax jidher li għal darba oħra l-kuntrattur se jkun vantaġġjat ħafna aktar milli se jkun il-gvern.", "U jien inħoss li għandu jkun hemm ftehim biex ix-xogħol isir.", "Ma naqbilx li l-kuntrattur għandu jkollu disinjatur li jieħu ħsiebu hu għaliex din il-ħaġa qatt m'hija ta' ġid għall-gvern, bħalma m'humiex ta' ġid għall-gvern ħafna mill-punti li jiena semmejt u li jinsabu f'dan il-memorandum.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "Meta konna qegħdin niddiskutu r-ri-introduzzjoni tal-value added tax lejn tmiem is-sena l- oħra, jiena kont għamilt intervent fl-istadju tal-kumitat dwar realta' li qiegħda tiddomina x-xena fil-qasam tal-liġijiet fiskali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Kont tkellimt dwar il-ħsieb li huwa mbottat minn pajjiżi b'saħħithom ħafna fl-Unjoni Ewropea, fosthom Franza u l-Ġermanja, biex it- taxxi jiġu armonizzati.", "U meta aħna nitkellmu dwar armonizzazzjoni ta' taxxi nfissru li jispiċċaw is-sistemi differenti ta' tassazzjoni fil- pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni u jkun hemm tassazzjoni komuni għall- pajjiżi kollha.", "U dan jagħmel sens għaliex jekk hija riesqa lejn aktar integrazzjoni, l-Unjoni Ewropea ma tridx tidher bħala xi ħaġa li hija sempliċement kappa ta' diversi sistemi politiċi, ekonomiċi u fiskali differenti imma jagħmel sens li jkun hemm sistema waħda ta' taxxi li tkun applikabbli b'mod uniformi fil-pajjiżi imsieħba fl-Unjoni.", "Bħalissa, per eżempju, fl-Ingilterra s-sistemi fiskali huma differenti minn dawk applikati fil-Ġermanja; u dawk tal-Ġermanja jistgħu jkunu differenti minn dawk li japplikaw fi Franza jew fl-Italja.", "U ġaladarba issa daħlet is- single currency, allura jagħmel aktar sens li mbagħad ikun hemm sistema komuni mhux biss ta' munita imma wkoll ta' tassazzjoni.", "Jekk naqraw il-ġurnali barranin naraw li bħalissa għaddej konflitt - li nistgħu nsejħulu burraxka - fi ħdan l-Unjoni dwar dan l-iżvilupp.", "Hemm pajjiżi bħalma huma l-Ġermanja u Franza li jridu li mill-aktar fis possibbli jkun hemm sistemi komuni ta' taxxa fi ħdan l-Unjoni, filwaqt li hemm pajjiżi oħra bħall-Ingilterra, l-Irlanda u l-Lussemburgu - u l- Lussemburgu nsemmih b'mod partikolari għaliex għandu d-dimensjonijiet ta' pajjiż bħal Malta - li qegħdin jirreżistu dan l-iżvilupp.", "Qegħdin jirreżistuh għaliex iħossu li ġaladarba jkun hemm sistema waħda ta' taxxi, allura s-sistema ekonomika tagħhom tista' tbati.", "Jien niftakar meta kont tkellimt dwar dan fl-istadju tal-kumitat meta konna qegħdin niddiskutu l- value added tax, il-ministru tal-finanzi kien qal li jien kont out of order u li m'għandniex nikkonsidraw dan bħallikieku huwa realta' li qegħda sseħħ fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt din hija realta' realissima li għaddejja u bħala pajjiż li issa għandna sistema ta' VAT u li huwa aspiranti li jsir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, dawk l-iżviluppi huma ta' importanza kardinali.", "U jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra li dan ma jfisser xejn, jew li jekk isiru dawn l-iżviluppi kapaċi jsiru xi ħamsin sena jew mitt sena oħra - hekk kien ikkummenta dakinhar il-ministru tal-finanzi - dawn huma fatti realissimi.", "Jien illum ġbart il-kummenti li saru min nies li m'humiex Eurosceptics imma għandhom pożizzjoni importanti fi ħdan l-Unjoni.", "Dawn tkellmu dwar dan l-iżvilupp bħala żvilupp li huwa imminenti, b'mod partikolari issa li daħlet il-Euro.", "U persuna importanti ħafna fi ħdan l-Unjoni huwa Mario Monti, li huwa t-tax commissioner fi Brussels.", "Dan ġie kkwotat mid-Daily Mail tas-26 ta' Novembru, 1998 li qal hekk:", "\"When VAT reform is discussed in future Britain, zero rates would have to be reviewed\".", "Qal affarijiet oħrajn ukoll.", "Se nerġa' nikkwota lilu:", "\"He predicted that once the single currency is launched on January 1st, 1999 Brussels will step up its efforts to harmonise VAT, excise and energy rates.\"", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq il-value added tax imma qed nitkellmu fuq taxxi oħrajn.", "Qal ukoll li:", "\"The Commission has a programme of work on a common VAT system.", "There will have to be modification and simplification of VAT rates.\".", "Inċidentalment ix-shadow chancellor Ingliż Francis Maude qal:", "\"Britain is one of just two countries in the EU that has zero rated VAT on food, children's clothes and books.", "The other is Ireland.", "No other country is zero rated on newspapers and magazines.", "Across the Union, rates change from 5% to more than 20%.", "France, for example, imposes 20.6% on children's clothes while Denmark imposes 25% on food\".", "Dan qiegħed nikkwotah għaliex kemm taħt il-VAT I, meta daħlet fl-1995 kif ukoll taħt il-VAT II għandna ċerti oġġetti li huma zero rated, bħalma huma l-ikel u l-ħwejjeġ.", "Jidher ċar li ġaladarba l-Unjoni Ewropea tersaq lejn aktar integrazzjoni u jkun hemm - u dan se jidħol żgur - sistema komuni ta' VAT, allura ċertament li se jkun modifikazzjonijiet fil-liġijiet tal-value added tax, anke għal dawk il-pajjiżi li jaspiraw li jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Allura tajjeb li wieħed jgħid li wieħed ma jistax jaħseb li r- rata tal-VAT se tibqa' bil-15%.", "Il-probabbilita' kbira - jekk mhux ċertezza - hi li r-rati jkunu jridu jiċċaqilqu 'l fuq.", "U dan għaliex diġa' jeżistu sistemi ta' value added tax fil-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea li għandhom rati għoljin ħafna ta' VAT, anke fuq ħwejjeġ li f'sistemi oħrajn huma zero rated.", "U forsi wieħed jistaqsi: Imma inti kif tista' tgħid b'ċertezza li ċerti affarijiet li huma eżenti llum mhux se jkunu aktar eżenti?", "Fil-fatt ġurnal ieħor Ingliż ta' 30 ta' Novembru, 1998 jiċċita l-EC Document Com.96328 li jgħid ċar u tond li anke small firms, tradesmen and self-employed workers will no longer be VAT exempt.", "Dan ifisser li ħafna minn dawk l-oġġetti u servizzi li llum huma VAT zero rated mhumiex se jibqgħu hekk.", "Issa dan huwa dokument uffiċjali u ma jistax jiġi miċħud.", "U huwa importanti li wieħed isemmih għaliex fil-mudell tal-VAT II diġa' għandna xi differenzi mill-VAT ta' l-1995, u jekk Malta tissieħeb fl- Unjoni Ewropea, din se titbiddel sabiex tiġi armonizzata mas-sistema komuni ta' value added tax li tkun teżisti fl-Unjoni Ewropea.", "Jien nixtieq nagħlaq b'kumment ieħor rigward is-sistema tat-thresholds fil- value added tax.", "Is-sistema tat-thresholds kienet tajba għas-CET pero' għall-VAT m'hijiex, u se toħloq il-problemi għas-sempliċi raġuni li r- retailers, li qabel taħt is-CET ma baqgħux jiġbru t-taxxa lill-gvern, illum naturalment bil-VAT reġgħu bdew jiġbruha.", "Anke jekk huma jagħżlu li joħorġu mis-sistema tat-taxxa tal-VAT, bis-sistema tat-thresholds jiġri li d- distributur se jiġbor il-15% mingħand ir-retailer għaliex id-distributur ċertament jaċċedi l-limitu tat-threshold.", "U ġaladarba s-small tradesman will have opted out mis-sistema, dan se jispiċċa li ma jistax jiġbor dawk il-15% li jkun ħallas lid-distributur u allura jkollu jiekol mill-profitt tiegħu stess.", "U jien għalhekk għidt li s-sistema tat-thresholds fil-value added tax m'hijiex friendly għas-self-employed iż-żgħir.", "Bis-sistema tal- value added tax dan mhux talli reġa' spiċċa jiġbor it-taxxa għall-gvern imma spiċċa jidħol fiha minkejja li ma jaqlax Lm12,000.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis 14 ta' Jannar, 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PENSJONI - PENSJONI TAS-SERVIZZI", "1096.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li gawdew mill-iskema tal-Pensjoni tas-Servizzi kif mogħtija mill-Gvern Laburista?", "Jista' jgħid x'kienet in-nefqa u kemm għad hemm persuni li għadhom ma gawdewx minn din l-iskema?", "Jista' jgħid ukoll meta se jitħallsu dawn il-każi li għad hemm pendenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn total ta' madwar 18,000 pensjonant li jirċievu pensjoni tas-Servizz u li qed jirċievu pensjoni tas-Sigurta' Soċjali, 6,799 ibbenefikaw minn żieda fil- pensjoni tagħhom b'riżultat tal-miżuri li ġew fis-seħħ b'effett mill-4 ta' Ottubru, 1997.", "In-nefqa minħabba din il-miżura matul l-1997 kienet ta' Lm390,000.", "Iż- żieda fl-ispiża rikkorrenti matul l-1998 b'effett ta' dawn iż-żidiet hija ta' Lm1.56 miljun.", "Jiena nfurmat li t-taqsima tal-pensjonijiet spiċċat l-eżerċizzju kollu u l- ftit każi li għandhom pendenti huma dawk fejn l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rata oriġinali tal-pensjoni tas-Servizz ma ġietx ipprovduta mill- pensjonant.", "Għaldaqstant il-kalkolu tal-pensjoni ma tistax ssir.", "Kif din l-informazzjoni tiġi provduta, l-pensjoni tiġi riveduta u kull arretrati dovuti jitħallsu.", "In-numru ta' dawk il-pensjonanti li ma gawdewx minn żieda fil-pensjoni minħabba dawn il-miżuri huwa ta' madwar 11,201.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - SERVIZZI", "1376.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni b'diżabilita' taħt is-60 sena għal dawn is-servizzi u kemm minnhom ingħatalhom sena b'sena mindu l-persuni b'diżabilita' saru ntitolati għalihom: (i) home help; (ii) telecare; (iii) servizz dwar inkontinenza; (iv) servizz ta' handyman; u (v) meals on wheels?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiddispjaċini ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li ġew ikkuntattjati s-sections kollha msemmija fil-mistoqsija tiegħu, instab li ma tinżammx statistika ta' applikazzjonijiet fejn toħroġ jekk l- applikant kienx disabled jew le.", "Sabiex tinġabar din l-informazzjoni llum, irridu mmorru lura xi seba' jew tmien snin, u jeħtieġ li wieħed irid ifittex eluf ta' applikazzjonijiet sabiex jara x'kienet il-pożizjoni ta' l- applikant dak inhar li applika.", "Ma nħossx li din il-biċċa xogħol kbira għandha ssir illum.", "SAĦĦA - KAROZZI TAL-KIRI", "1847.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad- dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il- kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l- ispiża kuljum għal kiri ta' dawn il-karozzi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' vetturi mikrija mid-Dipartiment tas- Saħħa huwa ta' għaxra (10).", "L-ebda waħda minn dawn il-vetturi m'hi mikrija mill-Ministeru.", "Il-kiri ta' dawn il-vetturi sar bi quotations u b'direct orders.", "L-ispiża kuljum tlaħħaq Lm101.45.", "Il-kerrejja tal-vetturi u min juża l-vetturi hu kif ġej:", "|Kerrej |Dipartiment |Data | |Fun |Nursing |01/08/19| |Drive |Manager |97 | | |Health | | | |Centres | | |Fun |Director |01/12/19| |Drive |Nursing |95 | | |Services | | |Swift |Hospital |01/01/19| |Garage |Medical |96 | | |Administrato| | | |r | | |Garden |Lifter Van |01/11/19| |of Eden | |97 | |Garden |Lifter Van |01/11/19| |of Eden | |97 | |Garden |Lifter Van |25/04/19| |of Eden | |97 | |Meli Car|Mount Carmel|01/01/19| |Hire |Hospital |96 | |Meli Car|Director |Ottubru | |Hire |Pharmaceutic|1996 | | |al Services | | |Red |Ambulanza |07/07/19| |Cross | |94 | |Society | | | |Red |Ambulanza |07/07/19| |Cross | |94 | |Society | | |", "RABAT (MALTA) - ĊIMITERJU", "1945.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-intervent tiegħi dwar iċ-ċimiterju fir-Rabat, Malta u l-fatt li l- komunita' Rabtija tinsab imdejqa u urtata ħafna li ilha snin twal tistenna dan il-bżonn fir-Rabat, jista' l-Ministru jagħmel time-frame sabiex il- proċess ta' l-istħarriġ għal dan iċ-ċimiterju ma jkomplix jieħu aktar fit- tul?", "Jista' l-Ministru jieħu kunsiderazzjoni li ma jintużax raba' tajjeb li diġa' jintuża mill-bdiewa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qiegħed isir kull mezz possibbli biex l-istħarriġ dwar il-possibbilta' li jinbena ċimiterju ġdid, limiti tar-Rabat jitħaffef u jiġi deċiż fl-iqsar żmien possibbli.", "Ma tistax tingħata data definittiva sabiex jitwettaq dan il- proġett.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, biex ma jintużax raba' tajjeb, tiġi mistħarrġa fil-kontest tal-ħtieġa li jsir ċimiterju ġdid.", "MINISTERU TAS-SERVIZZI SOĊJALI - VETTURI", "2118.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura (ta' l-art u tal-baħar) għandu reġistrati f'isem il-ministeru u f'isem id- dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għal ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "OPM - KUNTRATTI", "2159.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l- quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba għall-perjodu mill-11 ta' Novembru 1998 sal-1 ta' Diċembru 1998 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1260 għall-perjodu 5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998.", "SAĦĦA - KUNTRATTI", "2160.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l- quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni ghall-perjodu 5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 nghatat permezz tar-risposta ghall-mistoqsija parlamentari numru 1268.", "Ghall-perjodu mill-10 ta' Novembru 1998 sal-1 ta' Dicembru 1998 ma nghata l- ebda kuntratt b'direct order.", "SAĦĦA - KONSULENTI", "2398.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa?", "Kemm ilhom jaħdmu mal-gvern?", "Kemm minnhom ġew ingaġġati matul dawn l-aħħar sentejn?", "X'tip ta' kuntratti għandhom u x'salary scale għandhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-uniku tip ta` konsulenti li jaħdmu fid-Divizjoni tas-Sahha b'kuntratt huma tobba barranin.", "Minn dawn hemm tlieta.", "L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif gej:", "| |Data |Tip ta` |Salarju | | |ta` |Kuntratt | | | |l-Ingag| | | | |g | | | |1. |30/08/8|Ta` sena, |LM7,391 | | |4 |mbaghad |fis-sena, | | | |jiggedded |bla taxxa. | |2. |01/04/9|Ta` Sena |Lm35,000 | | |5 |Snin |fis-sena | | | | |bla taxxa. | | | | |Is-salarju | | | | |jigi | | | | |rivedut | | | | |fis-sena | | | | |2001. | |3. |01/03/9|Ta` tlett |Lm42,000 | | |7 |snin |fis-sena, | | | | |taxxabbli. |", "NON-GOVERNMENT ORGANISATIONS", "2474.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma jekk ġiex ifformat minnu l-kumitat li jieħu ħsieb il-Vot 4070 dwar it-tqassim tal-flus lil Non- government Organisations?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħidilna min huma l- persuni u x'inhi l-kariga tagħhom f'dan il-kumitat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Beħsiebni naħtar mill-ġdid il-kumitat imsemmi mill- Onor. Membru mill-aktar fis fis-sena l-ġdida.", "ETC - ŻJARAT MILL-ISPETTORAT", "2480.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jelenka kemm saru żjarat mill-ispettorat ta' l-ETC, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm minnhom għadhom sub judice?", "X'inhi l- preskrizzjoni ta' dawk il-każi li għadhom sub judice?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi każi li għadhom sub judice jiġu xolti qabel ma tgħaddi l-preskrizzjoni minn fuqhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-aħħar ħames snin in-numru ta' żjarat li saru mill-ispettorat tal-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ hu kif ġej:", "SENA TOTAL", "1994 3,541 1995 4,272 1996 5,308 1997 5,252 1998 (sa Novembru) 6,336 ------ 24,709", "Il-figura preċiża ta' kemm ġew solvuti każi ma tistax tingħata għaliex għad hemm 685 każ li għadhom ma tressqux il-qorti u 29 każ li ġew diferiti mill- Qorti waqt li hemm numru ta' każi li l-akkuża għad trid tiġi preparata.", "Il- preskrizzjoni hi ta' 6 snin.", "Peress li hemm ammont kbir ta' każi li għadhom pendenti u dawn imorru lura għal numru ta' snin, il-Korporazzjoni qed taħseb li l-każi kollha li seħħew qabel l-1 ta' Ġunju 1997 jiġu rtirati u b'hekk każi relattivament riċenti jistgħu jiġu trattati malajr u b'aktar effiċjenza.", "ISTITUTI RELIĠJUŻI", "2589.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li qegħdin jgħixu ġewwa xi istitut reliġjuż illum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn tagħrif miġbur mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja jirriżulta li preżentament hemm 282 tifel u tifla ta' eta' bejn 0 snin u 18-il sena jgħixu fi sbatax (17)-il dar residenzjali mmexxija minn reliġjużi.", "SIGURTA' SOĊJALI - FAMILY THERAPY SUPPORT SERVICES", "2612.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Ma jidhirlux il-Ministru li l-vot ta' Lm1,000 għal Family Therapy Support Services huwa ftit wisq għal dan is- servizz tant importanti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nippreżumi li l-Onor.", "Membru qed tirriferi għall- allokazzjoni li tidher fl-estimi ta' l-1999 bħala Item Nru. 4340 taħt il- Vot 16 (Rikorrenti) għad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja.", "Dan l-ammont huwa identiku għal dak li ġie vvotat is-sena l-oħra għal dan is-Servizz taħt il-vot ta' dan id-Dipartiment.", "B'danakollu, irrid inżid li dan it-tip ta' Servizz (Family Therapy Service) jiġi pprovdut ukoll mill-Programm Ħidma Soċjali (SWDP) li, kif taf l-Onor.", "Membru, għal din is-sena żidnielu l-Vot b'mod sostanzjali.", "SAĦĦA - LIVELL TA' ĊOMB", "2677.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti figuri tal-livelli ta' ċomb: (i) fl-atmosfera; (ii) fil- ħobż Malti; u (ii) fil-ħamrija għas-snin li dawn huma available?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ahhar studju fuq livelli ta` comb fl-atmosfera u fil-hamrija sar fis-snin 1983 u 1984 u fil-hobz Malti fl-1993.", "Dan l-istudju fuq il-livelli ta` comb fl-atmosfera u hamrija kien parti minn studju internazzjonali imniedi mill-UNEP u l- Ghaqda Dinjija tas-Sahha.", "Informazzjoni li harget mill-istudju tindika li f'kampjuni li ttiehdu l-mean tal-koncentrazzjoni ta` comb f'mikrogrammi kull metru kubu kien hekk: i. fl-arja", "|Area minn fejn |mean | |ittiehdu |ugPb/m3| |l-kampjuni | | |Residential/Indu|0.17 | |strial | | |Background |0.08 | |Heavy Traffic |1.17 |", "ii. fil-Ħamrija |Area minn fejn |mean | |ittiehdu l-kampjuni|ugPb/m| | |3 | |Hamrija metru 'l |138 | |boghod mix-xifer | | |tat-triq | | |Hamrija minn 5 sa |54 | |40 metru 'l boghod | | |mix-xifer tat-triq | |", "iii.", "Minn studju iehor li sar bejn id-Dipartiment tas-Sahha u d- Dipartiment tat-Tossikologija tal-Fakulta tal-Medicina u Kirurgija ta` l- Universita ta` Malta fuq livelli ta` comb fil-hobz Malti li sar fl-1993, irrizulta li l-mean ta` koncentrazzjoni ta` comb fil-hobz kien hekk:", "|Hobz Malti li |mean ug| |nhema |Pb/kg | |Fi fran imhaddma|281 | |bl-elettriku | | |Fi fran imhaddma|4063 | |b'mezzi ohra | |", "ANZJANI - DAY CENTRES", "2694.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l- attendenza fuq bażi ta' daily average f'dawn l-aħħar tmien xhur f'kull day centre ta' l-anzjani taħt it-tmexxija tal-Gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li tindika l-attendenza fuq bażi ta' daily average ta' kull Day Centre ta' l-anzjani bejn Marzu u Novembru 1998 kif mitlub fil-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "TAS-SLIEMA - DAY CENTRE", "2696.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-kumitat tat-tmexxija ta' l-anzjani fid-day centre ta' Tas-Sliema li kien twaqqaf b'inizjattiva tal-Gvern preċedenti?", "X'suġġerimenti qiegħed jagħmel għat-titjib fit-tmexxija tal-post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Kumitat tat-tmexxija tad-Day Centre ta' Tas- Sliema jikkonsisti minn dawn il-persuni:", "Chairperson Ms Sylvia Muscat Vice Chairperson Mr Edward Cuschieri Secretary Mr Albert Giglio Vice Secretary Ms Ċettina Mallia Treasurer Mr Vince Portelli Vice Treasurer Mr Charles Aquilina Public Relations Officer Mr Alfred Gera", "Membri: Ms S Catania; Ms C Agius; Ms J Sloan; Ms V Vella; Mr J Doggett; Mr F Saliba; Mr A Spiteri.", "Il-Kumitat kien issuġġerixxa li l-post jinfetaħ mit-8.30 a.m. sas-7.00 p.m. kuljum, kif fil-fatt beda jsir mill-1 ta' Diċembru, 1998.", "Il-Kumitat jixtieq iżid l-attivitajiet f'dan id-Day Centre, pero' jrid jagħmel dan skond il-finanzi li jkollu minn żmien għal żmien.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "2746.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l- infermiera li ngħataw transfer?", "Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it- transfers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba?", "Jista' l-Ministru jgħid minn fejn u għal-liema post ġew trasferiti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' infermiera li nghataw transfer mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum huwa 31.", "Minnhom kien hemm 17 enrolled nurses u 8 staff nurses.", "|Data |Nru |Minn |Ghall | |ta' | | | | |trans| | | | |fer | | | | | | | | | |13.10|1 |SLH |Director | |.98 | | |Nursing | | | | |Services'| | | | |Office | |19.10|1 |SLH |SLH | |.98 | | | | | | |(MOT) |(Gynae | | | | |Ward) | | |1 |SLH |SLH | | | |(Gynae |(MOT) | | | |Ward) | | | |1 |MCH |SLH | | | | |(O/P | | | | |Dept) | |23.10|1 |SLH |SLH | |.98 | | | | | | |(ITU) |(Renal | | | | |Unit) | | |1 |SLH |SLH | | | |(Renal |(ITU) | | | |Unit) | | | |1 |SLH |MCH | | | | |(Day duty| | | | |roster) | |30.10|1 |SLH |SLH | |.98 | | | | | | |(Customer|(MOP) | | | |Care) | | | |1 |CGMO's |Dental | | | | |O/P | | | |Office |Clinic | |3.11.|1 |Tal-Ferha|MCH | |98 | | | | | |1 |Minister |Health | | | |for | | | | |Social |Division | | | |Policy | | | | |(Centru | | | | |Hidma | | | | |Socjali) | | |5.11.|1 |Health |SLH | |98 | |Promotion| | | | |Unit |(M3) | | |1 |SLH |Karen | | | | |Grech | | | |(E & A |Theatre | | | |Dept) | | | | | |(Anaesthe| | | | |tic | | | | |Day Duty)| |10.11|1 |HIU |SLH | |.98 | | | | | | | |(SCBU) | |12.11|1 |SLH |SLH | |.98 | | | | | | |(Medical |(MSI) | | | |Records) | | |17.11|1 |SVPR |MCH | |.98 | | | | |25.11|1 |SLH |SLH | |.98 | | | | | | |(Urology)|(MOT) | |26.11|1 |SLH |MCH | |.98 | | | | |2.12.|1 |SLH |SLH | |98 | | | | | | |(Gynae) |(M2) | |7.12.|1 |HIU |SLH | |98 | | | | | | | |(Post-Nat| | | | |al) | | | |MCH |Dental | | | | |Clinic | | | | |Floriana | | |1 |SLH |Boffa | | | | |Hospital | | | |(Ophthalm|(Ward 4) | | | |ic | | | | |Ward) | | | |1 |SLH |SLH | | | |(Dayward)|(Ward M3)| |9.12.|1 |MCH |MCH | |98 | | | | | | |(MW 10) |(Administ| | | | |ration) | | |1 |MCH |MCH | | | |(MW 10) |(Juvenile| | | | |) | | |1 |MCH |MCH | | | |(MW 5) |(MW 6) | | |2 |MCH |MCH | | | |(MW 10) |(MW 3A) | |10.12|1 |SLH |Boffa | |.98 | | |Hospital | | | | |(MOP) | |16.12|1 |SLH |OHU | |.98 | | | | | | |(Dental | | | | |O/P) | | | |1 |MCH |SLH | | | | |(Orthopae| | | | |dicTheatr| | | | |e) | | |31 | | |", "Minn dawn it-13-il transfer indikati hawn fuq, 14 minnhom saru fuq talba mill-individwi stess.", "SAĦĦA - SAFAR", "2839.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-Ministru tas-Saħħa fil-perijodu bejn Novembru 1996 u Awissu 1998?", "Min kienu l-persuni li akkumpanjawh kull darba?", "Kemm swiet kull safra u kemm kien il-perijodu li l-Ministru dam barra minn Malta kull darba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-Ministru tas-Sahha siefer seba` darbiet fil- perjodu bejn l-1 ta` Novembru 1996 u l-31 ta` Awissu 1998 kif jidher hawn taht: Geneva: Pre-Health Conference of Commonwealth Health Ministers 03/05/97 - 15/05/97 Hon Dr. Michael Farrugia Mr. Mario Azzopardi Mr Godfrey Xuereb Dr Malcolm Micallef Total minfuq: LM3894 Geneva: Meeting with WHO Officials 17/08/97 - 20/08/97 Hon Dr Michael Farrugia Mr Mario Azzopardi Dr Malcolm Micallef Total minfuq: LM2454 Copenhagen: Meeting with WHO Officials 03/09/97 - 05/09/97 Hon Dr Michael Farrugia Mr Mario Azzopardi Ms Amy Genovese Mr Godfrey Xuereb Total minfuq: LM5423 Turkey: 47th Session WHO Regional Committee for Europe 14/09/97 - 18/09/97 Hon Dr Michael Farrugia Mr Mario Azzopardi Mr Godfrey Xuereb Total minfuq: LM5128 Geneva: Ministerial Delegation to attend 50th Assembly of WHO 08/05/98 - 12/05/98 Hon Dr Michael Farrugia Mr Mario Azzopardi Total minfuq: LM2809 Geneva: Ministerial Delegation to attend WHO Convention 14/05/98 - 16/05/98 Hon Dr Michael Farrugia Mr Mario Azzopardi Total minfuq: LM2748 Palermo: International Congress - Lo Statuto dell'Immagine 28/06/98 - 29/06/98 Hon Dr Michael Farrugia Mr Mario Azzopardi Total minfuq: LM407", "SAĦĦA - ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "2843.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid għaliex iċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara se jiftaħ biss bħala Ċentru tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din il-mistoqsija ghandha ssir lill-Ministru koncernat minn dawn is-servizzi", "QORMI - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "2856.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-X-Ray Machine fil-Health Centre ta' Ħal Qormi ilha ġimgħat bil-ħsara?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-X-Ray Machine fic-Centru tas-Sahha ta' Hal-Qormi mhijiex bil-hsara u ma kienetx bil-hsara f'xi zmien ricenti.", "BEEF BURGERS - IMPORTAZZJONI", "2847.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-levy li tħallset skond il-mistoqsija parlamentari numru 993, Seduta Nru. 26, ma tħallsitx skond l- Avviż Legali Nru. 68/98 ta' l-Att tal-Protezzjoni ta' l-Industrija Lokali CAP 336 u fid-dawl ta' l-ewwel qari ta' dan l-avviż kien tressaq fil- Parlament fil-25 ta' Mejju, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 993 kienet tirriferi għal-levy imħallsa bejn il-25 ta' Mejju 1998 u t- 30 ta' Novembru 1998, jiġifieri mid-data effettiva ta' l-Avviż Legali numru 68/98 sad-data tat-tweġiba.", "F'dan il-perjodu l-levy nġabret skond l- imsemmi Avviż Legali, jiġifieri 80ċ kull kilo impurtat.", "Pero` parti minn din il-levy, jiġifieri 70ċ kull kilo, inġabret bħala depożitu.", "Dan id-depożitu issa se jiġi mgħoddi lura lill-importaturi konċernati peress li l-Abbozz ta' Liġi msemmi mill-Onor.", "Interpellant spiċċa max-xoljiment tal-leġislatura preċedenti.", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI VETERINARJI - SPEZZJONIJIET", "2848.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inspection saret mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji lir-raħħala matul ix-xhur ta' Ottubru u Novembru 1998?", "Meta u fuq liema tjur u bhejjem u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji għandu programm on going ta' spezzjonijiet fuq stabilimenti fejn jinżammu l- bhejjem u t-tjur.", "Id-dettalji huma ppubblikati fir-Rapport Annwali tad-dipartiment.", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - LAQGĦAT", "2877.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru laqgħat bejn l-uffiċjali tad- Dipartiment ta' l-Ambjent u s-Sezzjoni ta' l-Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul il-perijodu tal-5 ta' Settembru u Diċembru?", "X'ġie diskuss u x'ġie pproġettat li jsir b'kordinament maż-żewġ awtoritajiet għall-benefiċċju ta' landscaping aħjar fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li għadhom ma sarux laqgħat kif qed isaqsi dwarhom l-Onor.", "Interpellant, nista' ninforma lill-Kamra li wara t- taħdidiet fil-ġurnata seminar ta' l-24 ta' Novembru 1998, kien suġġerit u sar qbil biex jiġi mwaqqaf kumitat ad hoc biex jiddiskuti l-ħarsien u l-użu tas-siġar Maltin, u sar l-ewwel pass biex jiġu mistiedna r-rappreżentanti tad-diversi dipartimenti u għaqdiet oħra.", "Jiena nispera li l-kordinament li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant, u li jien naqbel miegħu, iseħħ fl-ewwel laqgħa ta' dan il-kumitat.", "PULIZIJA - EX-MEMBRI", "2878.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li spiċċaw mill-Korp tal- Pulizija, grad grad, matul dawn l-aħħar ħames, snin sena b'sena?", "Kemm kien in-numru ta' pulizija li daħlu fil-korp matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - POSTIJIET VAKANTI", "2879.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-postijiet vakanti fil- Korp tal-Pulizija, grad grad, fil-mument?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' vakanzi, skond il- complement approvat, fil-Korp tal-Pulizija, fil-preżent u grad bi grad hu kif ġej :", "Supretendenti 11 Spetturi 8 Surgent Maggur ta' l-Ewwel Klassi 1 Surgenti Magguri 14 Surgenti 23 Kuntistabbli 40", "TOTAL 97", "BORD TAL-KOPERATTIVI - IPSE/IDA", "2880.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi issa s-settur tal-biedja u sajd sa jidħol fl-istruttura ta' l-IPSE u fl-IDA, jista' l-Ministru jinformani x'diskussjonijiet saru mal-Bord tal- Koperattivi u l-Koperattiva tar-Raħħala, Sajjieda u Bdiewa, l-Agro Industrija, biċċeriji u mal-Koperattivi tat-Tjur u annimali li jipproduċu l- laħam mill-5 ta' Settembru 'l hawn u meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hija l-intenzjoni tal-Ministeru li jiltaqa' mar- rappreżentanti konċernati, u fil-fatt diġa' inżammu laqgħat ma' uħud minnhom.", "Jiena ċert li l-Onor.", "Interpellant jifhem li tali laqgħat, li bosta drabi huma ta' natura teknika, jieħdu fit-tul u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji dwarhom.", "PBS - AIR-TIME", "2905.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-ġurnali li l-PBS qed tadotta policy li biegħ l-air-time tagħha stess lil bosta individwi u kumpanniji kummerċjali?", "Jista' l-Ministru jgħid liema programmi qed isiru fuq dawn it-tip ta' ftehim u x'inhuma l-kondizzjonijiet li qed isirulhom sabiex dawn ma jikkompetux mat-taqsima tar-reklami fi ħdan il-PBS stess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-PBS tbiegħ parti mill-airtime tagħha stess lil diversi individwi u kumpanniji kummerċjali.", "Programmi li fuqhom sar dan it-tip ta' ftehim huma:", "Inservik Ġejna Koppji Fiżż Bonġu Sinjura Borġ Basta Mhux Weekend Kraxx Klinika", "Informat ukoll li ma' kull ftehim kien hemm klawsola li tesiġi li l- individwu jew kumpannija li tkun qed tixtri l-airtime mingħand il-PBS trid iżżomm il-livell tal-prezzijiet skond ir-rate card uffiċjali tal- kumpannija.", "KUMPANNIJI KUMMERĊJALI - PROGRAMMI", "2906.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ħlasijiet lil kumpanniji kummerċjali u individwi matul din is-sena għall-produzzjoni ta' programmi għall- istazzjoni nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt il-Bord il-ġdid tal-PBS sabiex jikkonsidra t- talba tal-Onor.", "Membru u jagħtini tweġiba biex inkun nista' nwieġeb f'xi Seduta oħra.", "PBS - KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "2907.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti ta' dixxiplina fil-PBS li saru tul l-1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm każ wieħed biss li għadu pendenti.", "VAT", "2926.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Min- naħa tal-Ministeru sar xi studju ta' l-impatt tal-VAT fuq ir-ristoranti u l- livell ta' prezzijiet u kompetittivita' u kif dan jolqot il-qasam turistiku f'pajjiżna?", "Ma' liema pajjiżi sar l-istudju komparattiv, jekk sar?", "Jekk dawn l-istudji saru, x'kienu l-konklużjonijiet tagħhom?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif kelli okkażjoni ngħid qabel, mhux mistenni li jkun hemm xi impatt partikolari fuq l-andament ta' l-industrija tat- turiżmu bħala riżultat ta' l-introduzzjoni tal-VAT.", "Meta wieħed iqis li diġa' kellna sentejn esperjenza bejn l-1995 u l-1996 dwar l-effett tal-VAT fuq is-settur turistiku, ma kienx hemm għalfejn isir studju speċifiku bħal dak imsemmi fil-mistoqsija.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li filwaqt li hu semma biss l-ikel fir-ristoranti, tajjeb li wieħed ifakkar li r-rata ta' taxxa għall- akkomodazzjoni fil-lukandi tħalliet bil-5% f'dik li hi l-lodging u l-ikel tat-turist sa full-board.", "Għat-turisti li jiġu fuq pakketti all inclusive, titħallas it-taxxa ta' 5% fuq 80% tal-pakkett.", "Barra minn dan, il-lukandi bl-akkomodazzjoni sa full-board se jieħdu refunds fuq kollox, b'kuntrast ma dak li kien jiġri fis-sistema tas-CET fejn it-taxxa effettiva fuq l- akkomadazzjoni kienet fil-fatt aktar għolja minn 5%.", "Meta tieħu kollox flimkien, huwa mistenni li l-industrija tat-turiżmu f'pajjiżna se tibqa' kompetittiva.", "Dan jikkonfermawh ukoll iċ-ċifri ta' hawn taħt li jqabblu r-rata ta' VAT f'Malta ma' diversi pajjiżi fil-Mediterran li għandhom industrija kbira tat- turiżmu.", "Rata ta' VAT Akkomodazzjoni Ikel Night fil-Lukandi Barra Club", "Grecja 18 8 8 18 Spanja 16 7 7 16 Portugal 17 5 17 17 Turkija 23 15 15 23 Malta 15 5 15 15 'Source: EU Commission; Deloitte Touche Tohmatsu International'", "Ta' min isemmi wkoll li attivitajiet kulturali f'pajjiżna huma eżenti mill-VAT b'kuntrast ma' dak li hemm f'diversi pajjiżi oħra.", "PULIZIJA - SPLUŻJONIJIET FIL-BARRIERI", "2927.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta l-pulizija ntalbet tinvestiga jekk sarux splużjonijiet fil-barrieri qrib it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra fl- aħħar tliet xhur?", "Fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija?", "X'kienu l- konklużjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-10 ta' Diċembru 1998, l-Aġent Direttur tal-Mużewijiet kien talab lill- Kummissarju tal-Pulizija sabiex isiru nvestigazzjonijiet ħalli jiġi stabbilit jekk kienx sar użu ta' splussiv fil-barrieri qrib it-tempji ta' l- Imnajdra u Ħaġar Qim.", "Dawn l-investigazzjonijiet għad m'humiex konklużi.", "FORZI ARMATI - SPLUŻJONIJIET FIL-BARRIERI", "2928.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tul l-aħħar xahar l-Armata ntalbitx tinvestiga jekk sarux splużjonijiet fil-barrieri qrib it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra?", "Fiex waslu l-investigazzjonijiet ta' l-Armata?", "X'kienu l-konklużjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li f'Diċembru ta' l-1998 l- Armata ntalbet tagħmel investigazzjoni dwar is-suġġett imsemmi fil- mistoqsija.", "L-awtoritajiet ta' l-Armata ħassew li tali nvestigazzjoni ma kenitx taqa taħt il-kompitu tagħhom, iżda xorta waħda ġabru xi tagħrif relevanti u għaddewh lid-Dipartiment konċernat.", "VAT - QASAM TAL-MANIFATTURA", "2929.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta' l-impatt tal- VAT fuq il-qasam tal-manifattura li jipproduċi għas-suq lokali?", "Jekk sar dan l-istudju, x'wera dwar l-impatt tal-VAT?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Saru diversi diskussjonijiet mal-korpi kostitwiti, fosthom il-Federazzjoni ta' l-Industriji u l-Kamra tal-Kummerċ dwar l- impatt tal-VAT fuq il-qasam tal-manifattura li jipproduċi għas-suq lokali.", "Għadu mhux iż-żmien opportun li wieħed jagħti dettalji peress li l-Gvern għadu qed jistenna r-reazzjoni ta' dawn il-korpi kostitwiti.", "Tajjeb wieħed jgħid li l-istess korpi kostitwiti huma favur l-introduzzjoni tal-VAT.", "Irid jingħad ukoll li fis-sistema tal-VAT hemm kontemplata l-introduzzjoni tar-refunds li se jkollha effett pożittiv fuq l-investiment fil-qasam tal- manifattura u l-kummerċ in ġenerali.", "Barra minn dan meta fl-1995 daħlet fis-seħħ is-sistema tal-VAT, kienu saru diversi studji dwar l-impatt tal-VAT, liema studji kienu ġew ippubblikati.", "HCEB - UFFIĊJALI", "2930.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fit-18 ta' Diċembru, 1998 uffiċjali tal- HCEB daru ristoranti u staqsew għal kopja tal-menu?", "F'kemm-il ristorant marru u f'kemm jiem kienu mifruxa dawn iż-żjajjar?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien informat li l-ġbir tal-menus huwa parti mix- xogħol normali li jagħmlu l-uffiċjali tat-Taqsima ta' l-Ispettorat ta' l- Hotels and Catering Establishments Board l-istess bħal spezzjonijiet li jsiru biex jikkontrollaw l-iġjene, is-servizz u l-operat ġenerali.", "Ninsab infurmat ukoll li dawn l-uffiċjali żaru l-maġġoranza ta' l- istabbilimenti li jservu l-ikel, madwar 500, li kienu miftuħin għall- pubbliku fl-aħħar ħmistax ta' 1998.", "VALLETTA - ĊENTRU TA' L-ARTI", "2939.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jitħallas il-perit, li ismu qed jintbagħat separatament, tad-disinji għaċ-Ċentru ta' l-Arti fil-Belt?", "Fuq liema kriterji ġie magħżul dan il-perit biex jagħmel dawn id-disinji?", "Għaliex persuni oħra ma ngħatawx l-opportunita' biex jagħmlu proposti għal dawn id-disinji?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 758, 1230, 1645, 2026 u 2362.", "OPM - KUNTRATTI", "2956.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2159?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor Membru għar-risposta li ngħatat aktar qabel fis-seduta ta' llum.", "UE - IMPORTAZZJONI LEJN MALTA", "2957.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1231?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-Onor.", "Interpellant ma' indikax perjodu speċifiku, se nillimita ruħi għall-perjodu bejn Jannar u Novembru 1998.", "L-importazzjoni minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea kienet tammonta għal Lm294.0 miljun minn total ta' Lm951.7 miljun.", "Dan jammonta għal 31% ta' l- importazzjoni totali.", "L-importazzjoni totali għall-istess perjodu kienet maqsuma f'dawn is- setturi prinċipali:-", "Lm miljun 0.", "Ikel 89.3 1.", "Xorb u Tabakk 14.8 2.", "Materji naturali 13.0 3.", "Zjut u Minerali 36.6 4.", "Xahmijiet u Zjut 2.7 5.", "Kimika 74.05 6.", "Materja ghall-manifattura 131.8 7.", "Makkinarju u apparat tat-trasport 476.0 8.", "Oggetti mahduma 105.9 9.", "Affarijiet oħra ta' kummerc 7.6 Total 951.7", "Minn dan it-total l-ammont ta' Lm15.7 miljun kienet mediċina.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - TENDERS", "2958.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2177?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ENEMALTA - PARTY TAL-MILIED", "2986.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema kumpannija ħadet ħsieb is-sound fil-party tal-Milied tal-Korporazzjoni Enemalta ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-kumpannija mqabbda mill-Welfare Committee ta' l-Enemalta biex tipprovdi s-sound waqt il-party tal-Milied li sar fil-Lukanda Dolmen fis-17 ta' Diċembru 1998 hija l-Audio Power ta' 'Lyness' Triq l-Għerien, il-Mellieħa.", "Il-prezz imħallas għal dan is-servizz kien ta' Lm200.", "RAĦAL ĠDID - CRASH BARRIERS", "3006.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2824, il-post indikat huwa fi Triq Kordin, Raħal Ġdid, kantuniera ma' Kordin Road u Paola Hill, tat-Triq Kordin telgħin lejn l-iskola u Triq Sir Paul Boffa 'il fuq mill-pompa tal-petrol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-lokalitajiet indikati mill-Onor.", "Interpellant jidher illi aktar għandhom bżonn ta` railings milli crash barriers u għalhekk id-Dipartiment se jara li dan ix-xogħol isir.", "KORPORAZZJONI PUBBLIKA - XIRI TA' DEHEB", "3007.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korporazzjoni pubblika li fl- aħħar sitt xhur xtrat xi deheb?", "Jekk iva, x'kien l-ammont u fuq xiex intnefaq dan l-ammont?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-ebda korporazzjoni pubblika li tifforma parti mid-dekasteru tiegħi ma xtrat xi deheb fl-aħħar sitt xhur.", "ENEMALTA - REGULATORS POP-ON", "3008.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara jekk huwiex vera li madwar 2,000 regulator pop-on dan l-aħħar marru għand il-privat minflok għand il-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-aħħar konsenja ta' regolaturi pop-on taċ-ċilindri tal-gass li mpurtat il-Korporazzjoni Enemalta kienet ta' 2,000 regolatur.", "1,700 minn dawn ir-regolaturi ġew imqassma lil diversi ħwienet ġo Malta u Għawdex, kif ukoll lid-distributuri taċ-ċilindri tal-gass, sabiex il- pubbliku ikun jista' jinqeda aħjar.", "300 minn din il-konsenja inżammet fl-istores ta' l-istess Korporazzjoni għal dawk li jiġu biex jinqdew mid-Depot tal-Gass.", "GUDJA - TRIQ SAFI", "3026.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tingħata t-tarmac Triq Safi, Gudja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq imsemmija hija diġa' asfaltata u għandha bżonn ta` manutenzjoni, iżda r-resurfacing tagħha jrid isir mill-Kunsill Lokali.", "PTA - ROTTA NRU.", "5", "3027.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' ssir ir-rotta Nru. 5 tal-karozzi tal-linja fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li peress li minn Raħal Ġdid jgħaddu karozzi tal-linja minn diversi rotot, ma' tinħassx il-ħtieġa li terġa' tkun introdotta mill-ġdid ir-Rotta Nru. 5, li ilha li spiċċat snin ilu minħabba nuqqas ta' patrunaġġ.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-BELT VALLETTA", "3028.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il- Belt Valletta, f'Raħal Ġdid tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2972", "FORZI ARMATI - TINDIF", "3029.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, kif kien tal-Gvern preċedenti, li l- Forzi Armati jnaddfu l-ħajt tad-dawra kollu tal-ground ta' Pace Grasso li jinsab f'Raħal Ġdid?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li waqt li kien hemm talba bil- fomm biss biex il-Forzi Armati jnaddfu l-ħajt tad-dawra kollha tal-ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid, it-tweġiba minn naħa ta' l-Armata kienet li dan mhux xogħol addattat għalihom.", "M'hemmx x'jindika bil-miktub li l-Gvern preċedenti kellu l-ħsieb jordna lill-Forzi Armati jagħmlu dan ix-xogħol ta' tindif u mhux xieraq li l-Armata tiġi mqabbda dan ix-xogħol.", "KUNSILL LOKALI - RAĦAL ĠDID", "3030.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jagħti kumpens lill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex fi Ġnien Pawlu Boffa jiġu rranġati l-funtani?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-Kunsill Lokali Paola għamel talba lit-Taqsima ta' l-Artijiet fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern sabiex l-imsemmi ġnien jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali fi stat tajjeb inklużi ż-żewġ funtani.", "Din it-talba se tiġi kkonsidrata fil-kontest tal-politika ta' devoluzzjoni lokali introdotta minn dan il-Gvern u li permezz tagħha l-Gvern irid jinkoraġixxi proġetti lokali billi jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali proprjeta' li sal-lum hi amministrata minnu u li tista' tiġi amministrata aħjar mill-Kunsill Lokali.", "DIPARTIMENT TA' L-ISPORTS - DOPING", "3063.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-proċedura eżistenti dwar id-doping tests tinbidel fis-sens li l-għaqdiet sportivi jgħaddu r-riżultati lid- Dipartiment ta' l-Isport?", "Jaħseb il-Ministru li dan huwa importanti sabiex l-isport f'pajjiżna jibqa', safejn u sakemm hu possibbli, ħieles mit- teħid ta' sustanzi projbiti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li diġa' ttieħdu passi biex il-proċedura eżistenti dwar id-doping tests tinbidel.", "Fil-fatt l-Assoċjazzjonijiet li ġew mgħejjuna finanzjarjament biex setgħu jsiru doping tests f'dawn l-aħħar sentejn ġew mitluba jibgħatu rapport dwar dawn it-tests.", "GĦAQDIET SPORTIVI/VOLONTARJI", "3064.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jintużaw meta xi għaqda sportiva jew volontarja oħra, jitolbu xi tip ta' eżenzjoni li tkun taqa' taħt il- Ministeru tal-Finanzi?", "Isir xi tip ta' liason ma' xi dipartiment jew ministeru ieħor?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux normali li jingħataw eżenzjonijiet lil għaqdiet sportivi jew volontarji.", "Għalhekk ma jeżistux xi kriterji partikolari għal tali ċirkostanzi.", "Kull każ li jitressaq jitqies fuq il-meriti tiegħu.", "GĦAWDEX - FLUS ALLOKATI", "3065.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kif u lil min ġew imqassma l-Lm20,000 allokati għal għajnuna u li għalihom kien hemm 86 applikazzjoni wara avviż li kien ħareġ?", "Barra dawn kien hemm xi għotjiet oħrajn?", "Jekk iva, lil min?", "Kien hemm sejħiet oħra simili għal dik li kienet żmien ilu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li ntużat l-istess sistema tas-snin ta' qabel biex ngħatat l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin għall-1998.", "L-għaqdiet li rċevew għajnuna huma: Għaqda Għawdxija Persuni b'Diżabilita', Past Pupils of Don Bosco (Fergħa t'Għawdex), Ħbieb \"Dar San Ġużepp\", Għ'Sielem, MUSEUM Subien (Nadur), Little Flowers Day Centre - Bishop's Conservatory, MUSEUM Bniet (Rabat), Kumitat ta' l-Għażla Premju ''Ġieħ in-Nadur'', Ċentru Sant'Antnin Patrijiet Franġiskani Mġarr, Azzjoni Kattolika Ċentrali - Rabat, MUSEUM Bniet (Qala), Tobit Foundation (San Lawrenz), St. Laurence Youth Centre - San Lawrenz, Fergħa ta' l-Azzjoni Kattolika (Xewkija), MUSEUM Bniet (Xewkija), Knisja Parrokjali (Nadur), Fondazzjoni OASI, Azzjoni Kattolika (Xagħra), Soċjeta' Mużikali Santa Margerita (Sannat), Għaqda Mużikali San Girgor (Kerċem) Lourdes Home (Tfajliet) Dar Karolina, Kummissjoni Emigranti (Victoria), SPCA (Gozo), Għaqda Abbatini Uffiċċju Parrokjali (Nadur), MUSEUM Nisa (Għ'Sielem), Victoria Scouts Group, MUSEUM Subien (Xagħra), MUSEUM Subien (Kerċem), MUSEUM Subien (Żebbuġ), MUSEUM Subien (Qala), MUSEUM Subien (Xewkija), MUSEUM Bniet (Rabat), MUSEM Subien (Rabat), MUSEUM Bniet (Nadur), Gozo Association for the Deaf, MUSEUM Subien (Għarb), Ċentru Parrokjali (Kerċem), Sorijiet Franġiskani (Nadur), The Eden Foundation (Gozo), Moviment Azzjoni Soċjali (Victoria), Grupp taż-Żgħażagħ (Munxar), Għaqda Ħidma Soċjali (Ċentru Parrokjali Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla), Radju Prekursur (Ċentru Parrokjali Xewkija), MUSEUM Bniet (Xagħra), Żgħażagħ Ċentru Parrokjali (Nadur), Oratorju Don Bosco, MUSEUM Bniet (Kerċem), Moviment ta' Kana, MUSEUM Subien (Għ'Sielem), Xewkija Tigers FC, Wirt Għawdex, Għaqda/Kumitat għar-Restawr fi ħdan il-Bażilika ta' San Ġorġ, Fondazzjoni Belt Vittorja (Ċentru Parrokjali San Ġorġ), Dar Ġużeppa Debono, MUSEUM Subien (Sannat), Kumpless Sportiv Seminarju - Seminarju tal-Qalb ta' Ġesu', Munxar Falcons FC (Ċentru Parrokjali Munxar), Musical Youth Group, MAS (Fergħa Munxar, Ċentru Parrokjali Munxar), Ħbieb tal-Morda u ta' l- Anzjani f'Għawdex, Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, Leġjun ta' Marija, Radju Katidral - Knisja Katidrali - Uffiċċju Parrokjali, Mużew tal-Katidral - Knisja Katidrali - Uffiċċju Parrokjali, Librerija Pubblika tal-Katidral, Kumtiat tat-Tmexxija - Ċentru Parrokjali Katidral, Family & Social Action Group - Cathedral Parish Centre, Malta Hospice Movement, Grupp Universitarji Għawdxin, Nadur Youngsters FC., MUSEUM Subien (Għasri), u Gozo Horse Racing Association.", "Ma ngħatat l-ebda għotja oħra taħt din l-iskema.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jekk jogħġbu jiċċara l-aħħar parti tal- mistoqsija tiegħu.", "KUMITAT OLIMPIKU MALTI", "3066.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2411?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għajnuna finanzjarja li ingħata l- Kumitat Olimpiku Malti f'dawn l-aħħar erba' snin kienet hekk:", "1995 Għajnuna għall-promozzjoni ta' elite sports Lm25,000 Għajnuna konnessa ma' Small Nations Games Lm20,000 1996 Għajnuna għall-promozzjoni ta' elite sports Lm40,000 Għajnuna għall-Kumitat Olimpiku Malti Lm10,000 1997 Għajnuna għall-Kumitat Olimpiku Malti Lm85,000 Għajnuna konnessa ma' Small Nations Games Lm50,000 1998 Għajnuna bħala bonus għall-atleti Lm10,500 Għajnuna għat-Top Athletes Programme Lm51,500 Għajnuna konnessa ma' Commonwealth Games Lm34,500", "Hu maħsub li din is-sena l-għajnuna lill-Kumitat Olimpiku Malti tammonta għal Lm110,000.", "SKEJJEL - TFAL LI JIĠU ABBUŻATI", "3067.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1838, jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi kummenti u pariri mill-organizzazzjonijiet li semma fir-risposta?", "Jekk le, meta għandu jirċevihom u jekk iva, meta hemm il- ħsieb li d-dokument jibda jiġi attwat?", "Jekk id-dokument huwa wieħed finali, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Irċevejt kummenti u pariri mill-Ministeru tal- Politika Soċjali illi qed jiġu kkonsidrati.", "Sadanittant, saru laqgħat fi ħdan il-Ministeru u beda jitħejja abbozz ta' pjan ta' azzjoni li fih għad iridu jiġu nvoluti dawk kollha konċernati, inkluż l-MUT, qabel ma l- proċeduri proposti jidħlu fis-seħħ.", "Għaldaqstant, id-dokument għadu mhux finali.", "SPORT - KUNSILL MALTI", "3068.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-Kunsill Malti għall-Isport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport se jinħatar fil-ġejjieni qrib.", "Fil-fatt id-diversi assoċjazzjonijiet li għandhom dritt ikollhom rappreżentant ġew mitluba jinformawna bl-isem tal-persuna konċernata.", "Kif nirċievu l-ismijiet kollha jinħatar il-Bord.", "UFFIĊĊJU TAL-VAT - TRASFERIMENTI", "3087.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal- 31 ta' Diċembru 1988 fil-VAT Office?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mid-29 t`Ottubru sal-31 ta` Diċembru 1998 saru żewġ (2) trasferimenti li jikkonċernaw id- Dipartiment tal-VAT.", "It-trasferimenti saru fuq talba ta` l-uffiċjali konċernati.", "Għalkemm in- numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.", "PIXXINA NAZZJONALI - TRASFERIMENTI", "3088.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal- 31 ta' Diċembru 1998, fil-Pixxina Nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Xejn.", "UFFIĊĊJU TAL-BUDGET - TRASFERIMENTI", "3089.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal- 31 ta' Diċembru 1998 fl-Uffiċċju tal-Budget?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma ngħataw ebda trasferimenti mill-Ministeru tal- Finanzi fil-perjodu msemmi.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, it-trasferimenti ta` impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenzi tas- servizz.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - TRASFERIMENTI", "3090.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal- 31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Xejn.", "PBS - TRASFERIMENTI", "3091.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal- 31 ta' Diċembru 1998 fil-PBS?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Xejn.", "ETC - TRASFERIMENTI", "3092.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fl-ETC?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn id-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fil-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma ngħata l-ebda trasferiment.", "Il- policy hi li trasferimenti jingħataw biss jekk u meta jkun meħtieġ għall- effiċjenza tal-Korporazzjoni."]} {"filename": "19991215_210d_par.doc", "date": "1999-12-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 210 L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 210", "L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "210", "L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 327", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 327", "TQEGĦID TA' KARTI 332", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 2000 IL-ĦDAX-IL JUM STABBILIT MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN 333", "AĠĠORNAMENT", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 366", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 376", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 209 li saret fil-15 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BENEFIĊĊJU TAL-QGĦAD - ABBUŻ", "10062.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jieħdu l-benefiċċju tal-qgħad u jaħdmu fl-istess ħin f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): F'dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' nies li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qegħda huwa mqassam hekk:", "|1995 |533 | |1996 |651 | |1997 |537 | |1998 |275 | |Jan - Set 1999|278 |", "Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali fil-preżent ma jżommx statistika dwar dawk il-persuni li jitwaqqfilhom il-benefiċċju jew l-għajnuna għal disimpjieg għax ikunu nqabdu jaħdmu.", "DJAR - REQUISTION ORDER", "10806.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni sabiex requisition order no. 0048/94 - maħruġa fis-16 ta' Marzu, 1994 - titneħħa minħabba li huwa lampanti li llum m'għadx hemm lok għal dan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru): Jien informat illi r- rekwiżizzjoni titneħħa meta jiġi aċċertat li l-inkwilin qed toqgħod fil- post regolarment.", "PENSJONANTI - LAQGĦAT", "10813.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' ma' l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti mill-5 ta' Settembru 'l hawn u x'kienu d-dati ta' meta ltaqgħu?", "B'riferenza għar-riżoluzzjoni maħruġa waqt il-konferenza ġenerali annwali ta' l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-budget li jmiss hux se jilqa' t-talba ta' l-għaqda, li jibdew diskussjonijiet minnufih sabiex il-pensjonanti jieħdu ż-żidiet li jistħoqqilhom wara l-ftehim kollettiv għas-servizz pubbliku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru): Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum saru erba' laqgħat li fihom ġew diskussi diversi suġġetti ta' interess għall-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti.", "Lil dan il-ministeru isirulu ħafna talbiet li mbagħad jiġu evalwati fid-dawl tal-prijoritajiet u l-esiġenzi tal-pajjiż.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, il-Ministru qed jgħid li saru erba' laqgħat u nimmaġina li d-diskussjoni kienet fuq affarijiet ta' interess kemm għall-pensjonanti kif ukoll għall-gvern - m'hemmx dubju li dawn iddiskutew il-miżuri tal-budget, kemm qabel kif ukoll wara l-budget - u għalhekk nitolbu jgħidilna x'kienet il-pożizzjoni ta' l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti rigward il-miżuri tal-budget u x'intqal f'dawn id- diskussjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, mill-file li għandi quddiemi ma jirriżultax jekk il-laqgħat sarux qabel jew inkella wara pero' lest inwassal il-kumment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Viċi Prim Ministru.", "DJAR - XIRI TA' APPARTAMENTI", "10892.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-iskemi tax- xiri ta' appartamenti tal-gvern bi prezz sussidjat li kienu jsiru fis-snin tmenin u li għad għandhom il-kondizzjoni li s-sussidju jiġi ritornat lill- gvern mill-benefiċċjarji mingħajr l-ebda kondizzjoni ta' żmien, u ċioe' li jittrasferuh meta jridu u mhux sa ċertu żmien, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar dawn l-ammonti ta' sussidju?", "Jekk jgħaddi ċertu perijodu ta' żmien, ma jkunx hemm l-obbligu li jiġu refunded lill-gvern bħalma jsir fi skemi oħrajn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' tad-djar tonora l-kondizzjonijiet tal- kuntratt iffirmat bejnha u l-benefiċċjarji.", "DJAR - INSTALLAZZJONI TA' LIFTS", "11003.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10059, jistgħu jingħataw l- indirizzi ta' l-entraturi li fihom jistgħu jiġu nstallati lifts fil-Belt u fil-Floriana?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi) Il-lifts jistgħu jiġu nstallati f'dawn l-indirizzi:", "VALLETTA", "Proġett ta' Bieb il-Belt, Ordinance Street, Door 1 Proġett ta' Bieb il-Belt, Ordinance Street, Door 2 Proġett ta' Bieb il-Belt, Ordinance Street, Door 3 125, Triq San Pawl 131, Triq San Pawl 77, Triq Santa Luċija Proġett ta' Bieb il-Belt, Triq il-Kavalier, San Gwann Door 1 88, Triq il-Merkanti 80, Triq il-Merkanti Sorijiet ta' l-Ursolini, Triq Marsamxett Blk 4, Triq Marsamxett 4, Triq il-Punent Door 1, Triq ir-Repubblika, City Gate Door 2, Triq ir-Repubblika, City Gate Door 3, Triq ir-Repubblika, City Gate 197B, Triq ir-Repubblika Door 1, Triq Pope Pius V Door 2, Triq Pope Pius V Door 3, Triq Pope Pius V 80, Triq San Nikola", "FURJANA", "Blk 5, Triq il-Fosos Blk 6, Triq il-Fosos Blk 7, Triq il-Fosos Blk 8, Triq il-Fosos 43, Triq il-Miratur 18, Triq Sant'Anna La Vallette Flats, Triq Vilhena", "ETC - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "11047.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 10770, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nqatgħu persuni mir-reġistru tal-qgħad minn Settembru 'l hawn fil-ħames kategoriji li semma huwa stess fit-tweġiba tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi): Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "PA - SAN GWANN", "11287.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex kamra li nbniet bla permess fi Triq il-Mensija - li dwarha l-awtorita' ta' l-ippjanar ġiet informata mill-kunsill lokali ta' San Ġwann permezz ta' ittra datata 11 ta' Frar, 1999 - tiġi mneħħija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li l-każ li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant ġie investigat mill-awtorita` ta` l-ippjanar u jirriżulta li s- sit huwa kopert mit-tiġdid tal-permess PA 1775/93 b'permess PA 5936/94 approvat fis-17 ta` Lulju, 1996.", "Dan il-permess approva t-twaqqiegħ tal- kamra msemmija u minflok jittella` garaxx tul il-plot kollu.", "Irriżulta wkoll li minħabba li hemm xi kawżi privati fil-qorti, dan ix-xogħol ma jistax jinbeda.", "L-awtorita` ta' l-ippjanar se tibqa` ssegwi l-iżviluppi tal-każ u tirregola ruħha skond il-liġi u ċ-ċirkostanzi.", "Il-kunsill lokali ġie nformat bir-riżultat ta` dan fil-laqgħa tat-8 ta` Lulju, 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk qattx kien hemm xi enforcement fuq dak is-sit mill-awtorita' ta' l-ippjanar u jekk kienx hemm xi applikazzjoni oħra illi l-awtorita' ma pproċessatx?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Membru ma tirriżultax mill-file u għaldaqstant nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien hemm ordni ta' enforcement min-naħa ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar biex jitwaqqgħu żewġ siti ġewwa Għawdex.", "F'dik l- istess ġurnata li dawn is-siti kellhom jitwaqqgħu, is-sidien għamlu kawża l- qorti u b'hekk ix-xogħol ma sarx.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidli jafx xi ħaġa dwar dan il-każ?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Naf li dan l-aħħar kien hemm xi mandati li ġew uffiċjalizzati fil-qorti fuq każi ta' enforcement pero' m'għandix l- informazzjoni kollha dwarhom.", "Jekk l-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub inkun nista' ngħaddilu l-informazzjoni kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li dan il-każ li għadni kif semmejtlu għandu jiġi investigat?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru illi meta jiena sirt naf li f'okkażjoni oħra sar mandat proprju fl-istess ġurnata li kellu jitwaqqa' bini partikolari - mhux qed nirriferi għall-każ li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi imma għal każ ieħor - tlabt liċ-chairman ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar biex jinformani dwar min kien qed jattendi għal- laqgħa li ssir ta' kull ġimgħa, sabiex jiġu detailed l-azzjonijiet diretti li jkunu se jittieħdu, u anke tlabt li f'dak il-meeting jattendi numru żgħir ta' persuni sabiex ikun hemm aktar riservatezza ta' l-informazzjoni.", "Nimmaġina li l-Onor.", "Membru jifhem illi dan huwa biss suġġeriment li jista' jagħti l-ministeru għax ovvjament ma nistgħu bl-ebda mod nobbligaw lill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar x'għandha tagħmel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li wasal iż- żmien illi l-awtorita' ta' l-ippjanar issir aktar accountable.", "Il-fatt li hemm complaints unit - illi kif smajna suppost se jibda jaqa' taħt l- uffiċċju taċ-chairman - m'għandux il-pubbliku in ġenerali jkollu mezz li jieħu sodisfazzjon u jkollu l-informazzjoni li għandu bżonn?", "Fl-aħħar mill- aħħar aħna l-membri taż-żewġ naħat we are accountable lejn l-elettorat kull ħames snin u naħseb li istituzzjoni importanti bħall-awtorita' ta' l- ippjanar għandu jkollha xi mezz kif tkun aktar customer-friendly, u anke biex min iħoss li ma saritx ġustizzja miegħu jew li l-każ tiegħu dam iżżejjed, imur jitlob l-informazzjoni u jkun hemm xi ħadd li hu accountable.", "Ma nistgħux nippermettu li jkollna repubblika f'repubblika, kif fl-opinjoni tiegħi qegħdin bl-awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-ewwelnett l-uffiċċju tal-complaints ġie taħt l- uffiċċju taċ-chairman minn Ottubru tas-sena l-oħra.", "Mill-ħafna każi li jidħlu jirriżulta li ħafna drabi tittieħed azzjoni fuqhom, jintbagħat rapport darba fix-xahar fuq dawk il-każi li jkunu ġew mistħarrġa mill- complaints office u, kif diġa' kellna ċans ngħidu l-ġimgħa l-oħra meta ddiskutejna l-estimi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, fl-emendi għat-tibdil tal-liġi hemm maħsub li jkun hemm aktar possibbilta' ta' redress min-naħa tal-pubbliku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-Segretarju Parlamentari qal illi l-awtorita' ta' l- ippjanar għandha tkun awtonoma iżda fl-istess waqt intqal li l-ministru għandu kull dritt jgħid li għandhom jitnaqqsu ċerti spejjeż mill-vot ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Ma jidhirlux imma li meta jispeċfika direttament kif għandhom jintaqqsu l-ispejjeż ikun qed jindaħal lill-awtorita' ta' l- ippjanar?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif diġa' wieġeb il-Ministru Tonio Borg il- ġimgħa l-oħra fid-diskussjoni dwar l-estimi, mhux talli dan m'huwiex indħil imma huwa dritt assolut li għandu kull gvern u kwalunkwe' membru, inkluż l- Onor. Membru li qiegħed fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni, li jitlob li jkun hemm tibdiliet fl-estimi u anke fil-voti speċifiċi ta' l-estimi.", "Jiġifieri mhux biss il-ministru jew jiena imma kwalunkwe' persuna oħra f'din il-Kamra tista' tipproponi tibdil, anke fid-dettall, fl-estimi ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar, għax proprju dik hija l-unika accountability illi għandu dan il- parlament fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Huwa dan il-parlament li jivvota l-flus għall-awtorita' ta' l-ippjanar u huwa dan il-parlament ukoll li jrid jagħmel l-iskrutinju fil-voti speċifiċi ta' l-awtorita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela allura la s-Segretarju Parlamentari qed jgħid illi dan huwa bi dritt - u jien ma naqbilx miegħu għax ngħid li dan huwa ndħil - issa bi dritt se jerfa' r-responsabbilta' jekk ir-riżultat se jkun fin- negattiv?", "Jiġifieri jekk l-awtorita' ta' l-ippjanar mhux se tkun effiċjenti, lest is-Segretarju Parlamentari jerfa' r-responsabbilta' kollha?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jiena ma niddejjaq xejn nerfa' responsabbiltajiet li jaqgħu fuqi, kif irrid nifhem li jerfgħu wkoll il-membri tal-bord li finalment ikunu approvaw l-estimi ta' l-awtorita' innifisha, u kif ovvjament jerfgħu wkoll ir-responsabbilta' l-membri ta' din in-naħa meta jivvotaw favur l-estimi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li hija redikola illi l-politiċi jkollhom jerfgħu r-responsabbilta' ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar meta l-istess politiċi taż-żewġ naħat tal-Kamra lanqas biss jistgħu jagħmlu mistoqsija parlamentari u jirriferu għal xi każ partikolari, peress li dik tista' titqies bħala political pressure!", "F'dawn iċ-ċirkostanzi, meta l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha awtonomija assoluta - naħseb għalhekk saret repubblika f'repubblika! - u meta l-istess liġi ma tagħti ċans lil ebda ministru jew lil ebda politiku biex b'xi mod jindaħal fl-operat ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, ma jidhirlux li fl-aħħar mill- aħħar il-politiċi m'għandhomx jerfgħu r-responsabbilta' u, kif għedt tajjeb int, għandu jkun iċ-chairman u l-board li jerfgħu r-responsabbilta' ta' għemilhom ladarba ħadd ma jista' jindaħlilhom?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Hekk qiegħda l-liġi.", "Barra minn hekk il-liġi tgħidlek ukoll illi d-deċiżjonijiet li tieħu l-awtorita' ta' l-ippjanar m'għandux jindaħal fihom il-ministru jew kwalunkwe' membru ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Anke wara dak li korrettement kien qajjem fil-bidu ta' din il-leġislatura l-Onor.", "George Vella, konna ddeċidejna li hawnhekk ma niddiskutux applikazzjonijiet partikolari sabiex nevitaw li dan il- parlament jintervjeni fuq każi li jkunu qegħdin jiġu pproċessati.", "Fil-fatt dik id-deċiżjoni kienet ġiet ċirkolata lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jiena rrid nirreġistra li ma naqbel assolutament xejn ma' dak li qed jgħid il-kollega tagħna.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq l-awtonomija ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u s-Segretarju Parlamentari qed jgħid li jerfa' ir-responsabbilta' ta' deċiżjonijiet dwar qtugħ jew tnaqqis ta' fondi allokati lilha.", "Ma jaħsibx li jekk inwaqqfu lill-planning authority milli taħdem u se ngħidulha li ma naqblux fuq ċerti voti u allura se nnaqsuhomlha - bħal fil-każ tal-vot li bih se testendi s- sistema tal-computers, jew il-vot biex jibagħtu aktar trainees jew biex jimpjegaw aktar nies - inkunu qegħdin nindaħlu direttament fl-operat tagħha?", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini imma ma naqbilx miegħek.", "Il-vot totali jgħaddi mill-parlament biex jiġi jew ma jiġix approvat imma mbagħad hemm il-board biex iqassam skond il-bżonnijiet u jara kif jista' jmexxi sabiex ikampa u jilħaq l-għanijiet u l-objectives tiegħu, u m'għandux il-ministru jew is-segretarju parlamentari jew il-gvern jindikalha lill-planning authority minn fejn tnaqqas u mil-liema budget line tagħmel l-ekonomija.", "Qed nistaqsik direttament biex tikkommetti ruħek fuqha għax għalija dan huwa assolutament kontra s-sens kollu ta' l- awtonomija ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien li nista' ngħid hu li meta l-uffiċjali tal- ministeru ltaqgħu mal-persuni responsabbli mill-finanzi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, biex jagħtuhom direzzjoni dwar liema items jistgħu jitnaqqsu, finalment kien il-bord ta' l-awtorita' li qabel fuq dak it-tnaqqis.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan li qed jgħid l-Onor.", "Pullicino mhuwiex korrett.", "Il- board tal-planning authority, li jien membru tiegħu, kien approva l-estimi kif kienu oriġinarjament preżentati lilna, u meta erġajna ntqajna qalulna ċar u tond li l-ministeru kien qalilhom biex inaqqsu ċertu ammont.", "Ċertament li jiena vvotajt kontra għax ma naqbilx li l-ministeru għandu jiddetta hu x'għandu jitnaqqas.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Veru li l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet approvat estimi bi kważi Lm0.25 miljun deficit għas-sena li ġejja u l- gvern, kif għandu dritt jagħmel, qal illi dak id-deficit m'huwiex aċċettabbli għalih u allura ta' direzzjoni li jkun hemm ċertu qtugħ sabiex jonqos id-deficit.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għal għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Cv tas-Sur Walter Balzan, ambaxxatur ta' Malta għall-Istati Uniti ta' l-Amerika, u rappreżentant permanenti ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11302.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 2000", "IL-ĦDAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat għandu quddiemu d-diskussjoni tal-Voti tal- Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 111 tas-17 ta' Novembru, 1999 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għan-naħa tal-gvern.", "Nitlob issa liIl-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 55 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm7,204,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 55 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' nefqa għas-sena 2000.", "VOT XIV - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm610,000 li titħallas mill-Fond Konsolidattiġi applikata tħat il-Vot XIV - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "Vot 55 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin - Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office.", "Ħassar iċ-ċifra ta' Lm10,531 u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra ta' Lm10,530.", "Delete the figure Lm10,531 and substitute therefor the figure of Lm10,530.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Chairman, bħala wieħed mill-kelliema għan-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq il-qasam ta' l-affarijiet barranin, illum imiss lili flimkien mal-kelliemi ewlieni ta' din in-naħa tal-Kamra u mal-kelliema tal- gvern biex niddiskutu l-estimi tal-budget għal dan il-ministeru u nagħtu l- perspettiva tagħna fuq is-setturi li jaqgħu taħt dan il-ministeru.", "Bla dubju ta' xejn l-issue ta' l-Unjoni Ewropea għandna importanza u relevanza kbira ma' dan il-ministeru għaliex matul dawn l-aħħar snin tista' tgħid li ddominat l-aġenda politika tal-pajjiż.", "U dan bir-raġun għaliex il-mod ta' kif niżviluppaw ir-relazzjonijiet ta' pajjiżna ma' l- Unjoni, sija jekk tkun permezz ta' sħubija sħiħa u sija jekk tkun permezz ta' triq oħra li hija dik ta' tqarrib mill-aktar viċin ma' l-Unjoni, għandu konnessjonijiet ferm akbar minn sempliċi deċiżjoni eżekuttiva.", "Fil- fatt l-impatt fuq is-setturi kollha tal-pajjiż, inkluż is-settur ekonomiku, is-settur finanzjarju, is-settur politiku u s-settur soċjali huwa wieħed enormi u għalhekk ma tistax ma tikkonsidrahx u ma titkellimx fuqu.", "Ftit tal-ġimgħat ilu din il-Kamra ddiskutiet l-aħħar rapport li ħareġ mill-Kummissjoni Ewropea u ħafna mill-argumenti li ġew preżentati dakinhar kienu argumenti tajbin u għadhom relevanti sal-lum, pero' nkunu patetiċi u nkunu qed naħlu l-ħin ta' din il-Kamra jekk illum noqogħdu nerġgħu nirrepetuhom kollha u żgur li dik m'hijiex l-intenzjoni tagħna.", "Jiena naħseb li llum fil-ħin li għandna għad-dispożizzjoni tagħna għandna nieħdu l-opportunita' biex nagħmlu analisi kritika tal-messaġġ u tat-triq li qabad il-ministeru għall-affarijiet barranin, dejjem fil-perspettiva tal-budget li għandna quddiemna.", "Tajjeb li mill-ewwel nistaqsu, infittxu u naraw x'inhi l-bażi ta' din id-diskussjoni.", "L-ikbar sfida li għandu l-gvern tal-ġurnata hija li nidħlu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea llum qabel għada u akkost ta' kollox, jew inkella li nippjanaw u nassiguraw livell ta' għajxien tajjeb għall-poplu Malti?", "U kif se nagħmlu dan?", "X'se jkunu l-konsegwenzi, il-vantaġġi u l-impatt tal- politika li qegħdin nadottaw?", "Jien konvint li d-direzzjoni li se nadottaw fil-konfront tar-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea hija determinanti fil-konfront ta' sfida akbar li jiena nemmen li għandna nieħdu bl-ikbar serjeta'.", "Id-deċiżjonijiet li għandhom iwassluna biex ikollna livell ta' għajxien għoli għandna neħduhom aħna pero' dan ma jistax isir permezz tal-politika tal-gvern preżenti.", "Jiddispjaċini ngħid li b'għamad ma' għajnejh dan il-gvern inqabad fi sqaq li ma jistax idur lura minnu u fil-fatt l-iktar deċiżjonijiet importanti li qegħdin jittieħdu bħalissa huma kjarament u indubjament xprunati - biex ma ngħidx dettati - mill- istrutturi ta' l-istess Unjoni.", "Naħseb li f'din il-Kamra ħadd ma jaħseb bl- istess mod u naħseb li fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni hemm diversi gradi ta' fanatiżmu, ta' simpatija, ta' xettiċiżmu u anke ta' intolleranza.", "(Interruzzjonijiet) Għall-anqas lili ħadd ma jista' jakkużani li jiena xi fanatiku jew inkella intolleranti, u bħala persuna moderata llum aktar minn qatt qabel qiegħed nara li permezz ta' dan il-budget li qegħdin niddiskutu, il-gvern qiegħed jikkonferma li t-triq li qabad hija waħda mgħaġġla u li in the long term se tipproduċi iktar żvantaġġi milli vantaġġi.", "Mr Chairman, jien nistaqsi: Issa li deħlin fis-sena 2000 il-pajjiż jiflaħ jitgħabba b'piżijiet iżjed milli għandu?", "Jiena naħseb li permezz ta' dan il-budget, il-gvern la qiegħed jiminimizza l-ħsara eventwali li jista' jkun hemm u lanqas qiegħed jimmassimizza l-vantaġġi u l-profitti li nistgħu noħorġu mill-politika barranija tagħna.", "U dan qiegħed ngħidu anke fid-dawl ta' ċerti paroli fil-vojt, jiddispjaċini ngħid, li joħroġ mhux minn ħalq il-Ministru Joe Borg imma mill-Prim Ministru.", "Fl-opinjoni tiegħi, meta l-Prim Ministru joqgħod jattakka b'mod personali membri minn din in-naħa tal-Kamra minħabba deċiżjoni kollettiva li ħadet din in-naħa tal-Kamra, billi jgħajjarna iżolati - qisu l-Partit Laburista ħiereġ minn xi tribu ta' xi pajjiż li għadu lanqas ġie skopert - la jkun qiegħed jagħmel ġieħ lill-partit tiegħu, la lill-gvern tiegħu u lanqas se jgħin biex finalment jwettaq dak li jemmen huwa stess.", "Ma nixtieqx inkun polemikuż u partiġġjan meta qegħdin niddiskutu l-estimi tal-budget, iżda l- Prim Ministru suppost jaf li m'hemmx dubju li l-mexxejja kollha ta' l- Unjoni jridu li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea u li Malta tkun tifforma parti mill-politika komuni ta' sigurta' u ta' difiża ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt jien nasal biex naqbel ma' dak li kiteb l-Onor.", "Bartolo f'artiklu fil-ġurnal \"Il-KullĦadd\" ta' nhar il-Ħadd li għadda meta qal hekk:", "\"Għalihom, għall-mexxejja Ewropej, Malta hija dik il-gżira fil- Mediterran li aħjar jikkontrollawha huma milli jikkontrolla xi ħadd 'il barra mill-Unjoni Ewropea, iżda x'jaqbel lilna aħna l-Maltin u l- Għawdxin narawh aħna.\".", "Sur President, dan iwassalni biex ngħid li la l-Prim Ministru Blair, la l-Prim Ministru Jospin, la l-Kummissarju Verheugen, la l-President tal- Kummissjoni Ewropea Prodi u l-ebda mexxej ieħor m'hu qed jagħmel xi analisi kritika u profonda ta' kif se nintlaqtu aħna bi sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Meta Prodi lil Blair qallu li l-Ingilterra qed tadotta ċerta politika ta' iżolament fir-rigward tal-euro, min-naħa tiegħu Blair qallu li dik hija deċiżjoni li tispetta li jitkellmu fuqha huma u ħadd ma jista' jindaħlilhom għaliex fin-nofs hemm l-impjiegi u l-għajxien tal-familji Ingliżi u bil- euro u bil-withholding tax ikissru l-vantaġġi fis-settur tas-servizzi finanzjarji u jbatu l-familji Ingliżi.", "Issa aħna rridu nfasslu relazzjoni ma' l-Unjoni skond l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin, u konferma ta' dan tathielna l-istess Unjoni meta ddeċidiet li tikkonsidra l- applikazzjoni għal sħubija sħiħa tal-kandidati differenti fuq il-merti individwali tagħhom.", "Jekk niftakar tajjeb, qabel is-summit tal-Lussemburgu n-naħa l-oħra kienet qalet li dak kien l-aħħar ċans għalina u li konna se nitilfu l- ferrovija u li kienu se jżommuna fuq is-slow lane u bdew jissemmew il- miljuni kbar dak iż-żmien.", "Pero' f'dan it-tieni budget ta' gvern Nazzjonalista fl-ebda kapitlu jew paragrafu ma nsibu xi inkling dwar dawk il-Lm100 miljun li konna ġejna mwiegħda qabel l-elezzjoni li għaddiet, li kellhom jiġu malli nerġgħu nirriattivaw l-applikazzjoni ta' pajjiżna għal sħubija sħiħa.", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu jakkużaw lilna li m'aħniex informati meta s-sagrileġġi li qalu kemm mill-oppożizzjoni ftit ġranet qabel l-elezzjoni biex jirbħu xi erba' voti u kif ukoll mill-gvern tista' tikteb ktieb sħiħ fuqhom!", "Jien nistieden lin-naħa tal-gvern biex jaqbdu l-istqarrijiet uffiċjali tagħna u jgħidulna fejn bħala Partit Laburista, kif rappreżentat f'dan il- parlament, m'aħniex nonoraw id-dover tagħna biex l-informazzjoni li nagħtu tkun korretta.", "M'iniex qed nitlobhom biex jgħidulna fuq il-miljuni, fuq il-proċess tat-tkabbir jew fuq ir-riformi istituzzjonali imma nitlobhom biss biex jaraw jekk jaqbduniex f'gidba waħda.", "M'iniex se noqgħod nagħmel eloġji lil sieħbi, l-Onor.", "George Vella - apparti li ma tantx inħobb nagħmilhom, naħseb li l-Onor.", "Vella m'għandux bżonnhom u ma tantx iħobbhom lanqas - pero' rrid infakkar li aħna konna informati tajjeb meta tkellimna dwar l-iżviluppi interni ta' l-Unjoni, dwar id-dati tat-tkabbir u dwar il- fondi u l-mezzi ta' għajnuna li jingħataw lill-pajjiżi applikanti u lill- pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jidher ċar ukoll mill- estimi tal-ministeru għall-affarijiet barranin li l-istess ministeru se jbati meta nafu li llum jeżisti consensus bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra - għalkemm hemm storja twila warajha din - fuq l-importanza li għandha tingħata lid-dimensjoni Mediterranja tal-politika barranija.", "Għalkemm gvern Laburista preċedenti u diversi gvernijiet Laburisti ta' qabel kienu bdew jieħdu inizjattivi realistiċi u taw iżjed importanza lil dan il-kamp, min-naħa l-oħra issa l-inizjattivi ta' dan il-gvern f'dan il-qasam politiku huma minimi u minħabba l-fissazzjoni tagħhom li jdaħħlu lil pajjiżna fl- Unjoni Ewropea, qegħdin ibatu niċeċ oħrajn li realment pajjiżna jista' jkun promotur fihom.", "Fil-fatt din is-sena kelli x-xorta li nakkumpanja lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni fiż-żjara li għamel fiċ-Ċina u nista' ngħid li r-relazzjoni bilaterali bejn dan il-pajjiż ġgant u pajjiż żgħir u sovran bħal tagħna hija relazzjoni unika.", "Irrid ngħid ukoll li qed isir xogħol impekkabbli u imprezzabbli mill-ambaxxatur tagħna fiċ-Ċina, Saviour Borg u mill-konslu Olav Terribile.", "Iżda x'qiegħed jagħmel preżentement il-ministeru għall- affarijiet barranin Malti biex din ir-relazzjoni nisfruttawha, nużawha għall-vantaġġ tagħna, inkattruha u nsaħħuha?", "Sfortunatament f'dawn l-estimi li għandna quddiemna ma nsibux inizjattivi li nistgħu niggwadanjaw ħafna minnhom.", "Possibbli li d-dinja għalina saret tibda tkompli u tispiċċa fl- Unjoni Ewropea?", "In-naħa l-oħra trid tqum minn dan id-dillirju ta' ecstasy li tinsab għaddejja minnu bħalissa u tikkonsidra r-realtajiet tagħna f'dinja ta' globalizzazzjoni.", "In-naħa l-oħra tħobb issemmi l-kelma \"globalizzazzjoni\" pero' ma nistgħux nirristrinġu d-dimensjoni tal- politika barranija tagħna għal żona waħda biss.", "Huwa importanti li pajjiżna jingħata l-possibbilta' li jibbenefika kemm jista' jkun mir-relazzjonijiet li jkollu mal-pajjiżi kollha, kif ġara fil- passat ta' l-istorja tagħna.", "Huwa veru li ż-żmenijiet jinbidlu, jinbidlu s- sistemi ta' sosteniment u jinbidlu t-tip ta' relazzjonijiet internazzjonali li trid tadotta bħala pajjiż, iżda ma nkunux boloh u nbiddlu l- opportunitajiet li għandna mal-kapriċċi.", "U hawnhekk nixtieq insemmi, per eżempju, l-attenzjoni li trid tingħata lir-relazzjonijiet bilaterali ta' pajjiżna ma' l-Istati Uniti.", "Possibbli li l-ministeru għall-affarijiet barranin m'huwiex kapaċi - m'iniex qed nikkritika lill-missjonijiet tagħna għaliex naf il-limitazzjonijiet li għandhom kemm f'dawk li huma riżorsi umani u kif ukoll ta' affarijiet oħra - jqanqal ċertu element ta' opportunitajiet u ta' inizjattivi ġodda li nafu li fl-aħħar mill-aħħar se jibbenefikaw finanzjarjament lill-pajjiż, bħalma huwa investiment barrani, għajnuna teknika, taħriġ speċjalizzat u ħafna affarijiet oħrajn?", "Dawn huma l-inizjattivi li jistenna l-poplu pero' dawn l-estimi huma xotti minn kull idea ħajja u dan joħroġ ukoll mir-rapport ta' ħidma tal-ministeru għal din is-sena.", "Mela lill-ħidma fil-qasam ta' l-Unjoni Ewropea qed nagħtuha chunk ta' importanza, il-ħidma fil-qasam bilaterali li l-aktar jikkonċerna r-rapporti mill-ambaxxati tagħna nagħtuha chunk ieħor, il-ħidma fil-qasam multilaterali kemm mid-direttorat u kif ukoll mill-missjoni permanenti fi New York u f'Ginevra nagħtuha chunk ieħor u nitkellmu wkoll dwar il-qasam amministrattiv, pero' ma jeżistux ideat ġodda u pjanijiet għat-tul.", "Mr Chairman, jien nifhem li lill-Unjoni Ewropea irridu nagħtuha attenzjoni kbira għaliex għandna rapporti estensivi, kontinwi u indispensabbli ma' ċerti pajjiżi li jifformaw parti minnha, iżda mhux sal-punt li ninsew kollox u niffokkaw biss fuqha tant li nirrendu lill-pajjiż inkapaċi għal kull forma ta' xogħol internazzjonali ieħor!", "Skond l-estimi li għandna quddiemna għas-sena 2000 nafu li se jiġu approvati Lm0.33 miljun għall-Malta EU information centre; se napprovaw aktar minn Lm200,000 f'pagi u salarji għall-affarijiet ta' l-Unjoni; se napprovaw Lm100,000 oħra f'servizzi professjonali għas-settur ta' l-Unjoni; u se napprovaw ukoll Lm100,000 għall-ivvjaġġjar konnessi mas-servizzi ta' l-Unjoni, pero' mbagħad dan il-gvern m'għandux il-kuraġġ li juża l- pożizzjoni tagħna biex jinnegozja opportunitajiet ġodda għal pajjiżna.", "Allura kif tista' din in-naħa tal-Kamra li ġġib fuq quddiem nett l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi, tilħaq consensus mal-gvern u tkun parteċipi f'dan il-budget ta' mistħija, budget anti-soċjali li permezz tal-miżuri mħabbra fih qed jinsa l-ħteġijiet tal-ħaddiem iż-żgħir, ta' l- industrijalist iż-żgħir, tal-professjonist, ta' l-importatur lokali, ta' l- intrapriżi ż-żgħar u tal-pensjonanti?", "Dan il-budget jikkonferma li d- deċiżjonijiet ebsin li qegħdin jittieħdu m'humiex intiżi biex jieħdu ħsieb il-qafas soċjali ta' pajjiżna imma l-miżuri li qegħdin jittieħdu huma primarjament indirizzati biex jinnewtralizzaw it-talbiet u l-esiġenzi li qed isabbtulna ma' wiċċna l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet mgħaġġla tal-gvern qed jittieħdu minħabba pressjoni unikament barranija.", "Fost dawn il-miżuri nista' nsemmi l-introduzzjoni tal-VAT fuq it-telephone u l-petrol, it-tneħħija tas- sussidju minn fuq id-dqiq, li se twassal għal żieda fil-prezz tal-ħobż, il- liberalizzazzjoni tal-Maltacom sas-2003, it-tneħħija tas-sussidju tat- tarznari u l-iżmantellar mgħaġġel u mhux kalkolat ta' l-istruttura tal- levies.", "Mr Chairman, il-verita' hi li d-deċiżjonijiet li jolqtuna bħala Maltin qegħdin jittieħdu minn Brussels.", "Aħna ma nippretendux li għandna l- bakketta maġika tal-verita' pero' l-verita' hi li għandna alternattiva ferm aktar serja u ferm aktar responsabbli, pero' sfortunatament u kapriċċożament il-gvern m'huwiex lest li jiddiskutiha.", "Mr Chairman, nagħlaq l-intervent tiegħi billi nieħu spunt mill-editorjal ta \"The Malta Independent\"' tal-bieraħ - bit-titlu \"Consensus is still the best policy\" - u ngħid lill-gvern li jekk verament jemmen li pajjiżna għandu jkollu postu fl-Unjoni, għandu jisma' bis-serjeta' dak li qed tgħid l-oppożizzjoni mingħajr ebda xamma ta' arroganza jew nuqqas ta' rispett.", "Jien nemmen li l-pass fid-direzzjoni ta' l-Unjoni - sija jekk ikun għal sħubija sħiħa u sija jekk ikun għal zona ta' kummerċ ħieles u għal relazzjonijiet mill-qrib li jista' jkollna - huwa pass kbir wisq biex jittieħed minn partit wieħed f'dan il-pajjiż u huwa pass kbir wisq biex jittieħed bl-għaġġla u bbażat fuq fatturi sentimentali.", "Jekk il-gvern se jkompli jwebbes rasu se jbati l-poplu Malti u Għawdxi meta jkompli jirrealizza bil-qawwa li qiegħed iħallas prezz għoli ħafna.", "U jiddispjaċini ngħid li jekk naslu f'dak l-istadju ma nkunux nistgħu nirritornaw lura minnu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, bħalma qal sieħbi, illum qed niddiskutu l-budget li għandu x'jaqsam mal-ministeru għall-affarijiet barranin u wieħed irid jgħid li l-eżerċizzju ta' l-apprezzament u l-kritika kostruttiva dwar l-operat tal-gvern u l-ministeri tiegħu huwa diġa' eżerċizzju diffiċli u jsir iktar diffiċli meta wieħed iqis is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż, id-deficit strutturali u dak kollu li xbajna nitkellmu fuqu.", "Pero' meta wieħed jara x'qed jiġri jsib li din is- sitwazzjoni diffiċli qed tkompli ssir iktar komplikata bil-politika barranija li minflok ittaffi s-sitwazzjoni ta' pajjiżna, qed tagħmilha agħar minħabba l-għaġġla fit-twettiq ta' miżuri meħtieġa biex titwettaq din l-istess politika barranija.", "Mr Chairman, għalkemm il-ħin tiegħi huwa ftit ristrett xtaqt qabel ma ngħaddi għas-suġġett proprju nagħmel ftit rimarki fuq l-operat tal- ministeru għaliex wara kollox fil-budget suppost li nitkellmu fuq dawn l- affarijiet ukoll.", "Aħna nieħdu l-okkażjoni li nitkellmu fuq il-politika barranija għaliex ftit huma dawk l-okkażjonijiet fejn inkunu nistgħu niddiskutu dan is-suġġett imma nixtieq niddedika ftit minuti biex nitkellem fuq il-ministeru.", "Fil-fatt xtaqt nirrimarka li wieħed irid jifhem li f'nofs triq inbidel il-ministru - u hemm opinjonijiet differenti għaliex saret din iċ-ċaqliqa imma jien m'iniex se nidħol f'dan il-mertu - u wieħed jinnota wkoll li fil-ministeru stess saru numru ta' promozzjonijiet li jien ċert - u dan ngħidu b'responsabbilta' - saru fuq bażi ta' kulur politiku u għal ebda raġuni oħra, tant li wieħed jinnota li nies li taħt gvern Laburista kienu għajjenin u ftit li xejn kienu jaħdmu f'daqqa waħda sabu enerġija ġdida taħt dan il-gvern!", "Mr Chairman, irrid insemmi wkoll l-appointments li saru ad hoc, u ma rridx insemmi l-persuni għax jien ma jinteressanix min huma u nixtieq inkun naf, per eżempju, jekk il-post ta' adviser għall-European parliamentary matters ġiex advertised biex min kien interessat seta' japplika, jew inkella tqabbditx persuna u ġiet appuntata mill-ewwel.", "Smajna wkoll li alliev ta' l-ex-ministru nħatar bħala inter-ministerial co- ordinator.", "Dawn l-affarijiet saru biex ċerti nies jerġa' jkollhom saqajhom fil-ministeru?", "Dawn huwa l-mod serju ta' kif irridu nimxu f'dan il- pajjiż?", "Biex ma nsemmix ukoll il-ħolqien ta' ambaxxaturi li ma kellniex bżonnhom, bħas-Sur Richard Muscat, li nħatar ambaxxatur għall-Irlanda meta qatt ma kellna ambaxxatur għall-Irlanda; il-programm ta' ftuħ ta' ambaxxati fl-Isvezja u fil-Greċja, sempliċement biex nidhru ħelwin ma' l- Unjoni Ewropea; u l-ħatra ta' high commissioner għas-South Africa.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet fid-dawl tal-problemi finanzjarji li għaddej minnhom pajjiżna.", "Forsi l-flus li ntnefqu għal dawn l-affarijiet ma setgħux ġew allokati għal affarijiet oħra iktar bis-sens?", "Nixtieq nagħmel aċċenn ukoll għal xi ħaġa li lili weġġgħatni ħafna, fis- sens li darba kont għamilt mistoqsija parlamentari rigward leakage ta' rapport konfidenzjali, li kien jidher ċar li kellu aċċess għalih ġurnalist mill-istamperija indipendenza, u kont tlabt lill-ministru biex jagħmel inkjesta.", "Fil-fatt l-inkjesta saret u quddiemi għandi kopja ta' l- inkjesta ffirmata minn tliet uffiċjali għolja fil-ministeru li tispiċċa tgħid hekk:", "\"The board would therefore like to recommend that immediate measures be taken for a more adequate and foolproof system of security of files, especially those marked confidential, in all sections and at all times.\".", "Dan kien f'Mejju ta' l-1999.", "Issa f'Novembru li għadda fil-ġurnal \"Il- Mument\" minħabba l-aċċess miftuħ li hemm fil-ministeru - u min hu responsabbli għandu jkun raġel u jerfa' r-responsabbilta' - dehret photocopy ta' rapport konfidenzjali li kien ingħata lili bħala ministru dak iż-żmien.", "Lill-ministru ma kellimtux fuq dan il-każ pero' nemmen li min hu responsabbli għal dawn l-affarijiet fil-ministeru għandu jiġbed l- attenzjoni tal-ministru u jgħidlu li fil-ministeru għandu ċerti ġrieden li għandhom aċċess għal dawn it-tip ta' rapporti.", "Din hija s-serjeta' li għandna f'dan il-pajjiż li jitkellem fuq il-valuri Ewropej?", "Iktar tard fid- diskors tiegħi nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda, pero' nixtieq li l-ministru jitlob spjegazzjoni lil min hu responsabbli fil-ministeru ħalli jgħidilna kemm-il darba jidħlu u joħorġu l- edituri ta' \"Il-Mument\" iqallbu fil-files fil-ministeru.", "Kieku ġabu xi file li tkellem fuqu l-ministru u li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma kont se ngħid xejn - għaliex anke jien ġieli tkellimt fuq files konfidenzjali, fejn kien hemm rapporti fi żmien il-ministru preċedenti għall-affarijiet barranin u, wara li jien żvelajthom, il-media kellhom dritt iġibuhom - imma llum għandna l-ġrieden iduru hemm ġew u jikxfu meta jridu u x'ħin iridu.", "Mr Chairman, l-aħħar kumment li rrid nagħmel fuq il-ministeru huwa rigward it-tbażwira li saret fuq inizjattiva ġenwina u oriġinali ħafna li kienet faqqset fi żmieni minn Dr Borg ta' l-Awstralja flimkien mal- kummissjoni emigranti.", "Fil-fatt qed nirċievu korrispondenza minn Maltin li jgħixu f'pajjiżi oħra dwar il-mod oxxen ta' kif qed jiġu magħżula n-nies li suppost se jiġu hawn Malta biex jirrappreżentaw lill-emigranti Maltin.", "Skond informazzjoni li għandna dawn in-nies m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' l- assoċjazzjonijiet tal-Maltin ġewwa l-Awstralja.", "Għalhekk niġbed l- attenzjoni ta' min hu responsabbli għal dawn l-affarijiet biex jagħti widen għal dawn il-complaints ħalli ma nagħmlux froġa b'xi ħaġa li għandha għanijiet tajbin u li tista' tħalli ħafna ġid.", "U iktar tard se npoġġi wkoll kopja ta' ittra li rċevejt fuq din il-kwestjoni.", "Mr Chairman, issa ħalli nkompli ftit fejn ħalla sieħbi rigward il-politika barranija ġenerali tagħna.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Cardona, il-politika barranija tagħna hija ffokata fuq l-Unjoni Ewropea u jekk wieħed jgħarbel u jiżen ftit x'ġara matul din is-sena, ma jsib l-ebda inizjattiva oriġinali ma' ebda pajjiż ieħor fil- Mediterran li tista' tagħi xi frott.", "Se jkolli nkun telegrafiku għax għandi ħafna xi ngħid u l-ħin jgħaddi malajr.", "Per eżempju, nieħdu l-Libja, li huwa pajjiż ġar tagħna u li rridu nagħmlu kuntatti miegħu.", "Issa aħna kellna head start għaliex b'xi mod, żgħir jew kbir, konna nvoluti biex jitneħħew is-sanzjonijiet minn fuq il-Libja u fil-fatt il-Ministru Joe Borg kien mistieden biex ikun hemm meta ġew mogħtija f'idejn l-awtoritajiet is-suspettati ta' Lockerbie.", "Pero' x'żamm lill-Gvern Malti li jibqa' daqshekk lura u ma jkunx minn ta' quddiem ħalli juri li qiegħed hemmhekk u jisfrutta - mhux b'mod egositiku jew inkella b'mod rgħib, għaliex wara kollox aħna ħbieb antiki tal-Libja - politikament is-sitwazzjoni li żviluppat fil-Libja fil-kuntest Mediterranju?", "Fil-fatt Dini mar, D'Alema mar pero' l-Gvern Malti baqa' assolutament ma deherx fl-istorja kollha, u hawnhekk irrid insemmi wkoll dak li qed jiġri mat-Tuneżija.", "Jien ipprovajt inkabbar xi sezzjonijiet mill-protokoll ta' ħbiberija u koperazzjoni li kien beda qabel kont jien fil-ministeru imma issa m'hu qed nisimgħu xejn.", "Mr Chairman, spikka ħafna n-nuqqas ta' kuntatt uffiċjali ma' pajjjiżi tal-Golf Għarbi.", "Aħna konna qed nipprovaw nagħmlu minn kollox biex inkabbru l-kummerċ ma' dawn il-pajjiżi imma issa m'aħniex qed nisimgħu xejn x'qed isir f'dan ir-rigward.", "Jien nemmen ukoll li għandha tittieħed pożizzjoni minn dan il-gvern li turi simpatija mal-poplu Iraqi li qed ibati mis-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda u nużaw ftit pressjoni kemm fil- Ġnus Magħquda u kif ukoll bl-istqarrijiet minn dan il-parlament ħalli dan il-poplu ma jibqax jiġi magħsur b'sanzjonijiet.", "Mr Chairman, dwar il-proċess għall-kisba tal-paċi fil-Mediterran m'hu qed naraw l-ebda commitment minn dan il-gvern u m'huma qed isiru l-ebda dikjarazzjonijiet, pero' ma rridux ninsew li mbagħad konna pronti ħafna li nissieħbu fis-sanzjonijiet kontra s-Serbja biex nogħġbu lill-Unjoni Ewropea!", "Kif qal sieħbi l-Onor.", "Cardona, il-gvern preżenti qed jittraskura r-relazzjonijiet sodi, li niftaħar li kienu ssodaw fi żmien gvern Laburista preċedenti, ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "X'ġara minn dak iż-żmien 'l hawn?", "Għal dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet tagħna maċ-Ċina, kulma nafu huwa li l-Onor.", "Zammit Dimech mar hemmhekk biex jitkellem fuq ġnien ieħor Ċiniż li għandu jsir hawn Malta u ma smajna xejn iktar ħlief li nafu li teżisti tellieqa bejn il-ministri għal żjarat fiċ-Ċina għaliex hemmhekk jistgħu jieħdu vaganza sabiħa!", "Mr Chairman, irrid insemmi wkoll iż-żieda qawwija li qed ikollna fiż- żjarat ta' vapuri tal-gwerra f'pajjiżna.", "Jien nixtieq li l-ministru jgħidilna x'inhi l-policy f'dan ir-rigward u jekk wasalniex f'sitwazzjoni li kulmin jitlob li jidħol fil-portijiet tagħna naċċettawh ħalli ma jkollna x'naqsmu ma' ħadd.", "Ma rrid nitfa' l-ebda dell fuq ir- relazzjonijiet tagħna ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-ambaxxatriċi tagħna taf kif aħna nħarsu lejn ir-relazzjonijiet ma' l-Istati Uniti ta' l- Amerika.", "Mr Chairman, qed naraw ukoll li qed isiru diversi attentati minn dan il- gvern biex titneħħa s-saħħa ta' non-allineament, xi ħaġa li tant ħdimna għaliha u konna rispettati għaliha.", "U hawnhekk irrid nagħmel riferenza partikolari għall-attentat li qed isir biex vapuri navali Amerikani jissewwew fit-tarzna tagħna, biċ-chairperson tat-tarzna jagħti notice mil- lum għal għada lill-membri tal-kunsill biex jiffirmaw kuntratt għaliex qed isiru taħdidiet man-navy Amerikana, qisha l-Kostituzzjoni ta' Malta ma tidħolx hawnhekk u dan il-parlament jibqa' sajjem kompletament fuq din il- biċċa xogħol ukoll.", "Din hija replica ta' meta kienet saret il-partnership for peace, li tneħħiet minn gvern Laburista preċedenti, u naħseb li fl- aħħar dan il-gvern irrealizza li kellna raġun għaliex ma reġax missha.", "Sur President, dawn huma kollha affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- politika barranija ta' pajjiżna pero', kif qal sieħbi, dan il-gvern qed jiffoka biss fuq l-Unjoni Ewropea u nixtieq li kelli iktar ħin biex inkun nista' nitkellem dwar l-operat tagħna f'organizzazzjonijiet internazzjonali, x'inhuma l-għanijiet li rridu nilħqu u kif irridu nippreżentaw ruħna flimkien f'dawn il-laqgħat.", "Sfortunatament f'dan il- Parlament ftit ikollna dibattiti fuq il-politika barranija u l-laqgħat li jkollna fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin huma meħudin kollha mill- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-media hija wkoll dominata mill-politika ta' l-Unjoni Ewropea tant li hawn min jippretendi li hu biss jaf kollox fuq l-Unjoni Ewropea bħan-nies tal-European movement.", "F'Awissu li għadda dan il-moviment kiteb artiklu moqżież li semmewh \"Armageddon\", fejn laħqu l-apice ta' l-arroganza, u mbagħad wieħed mill- mexxejja ta' dan il-moviment jippretendi li jkollu rispett u fiduċja għall- imparzjalita' meta ġie appuntat direttur ta' l-EU information centre!", "Naħseb li dan l-individwu nesa kemm għajjar lil min ma jaqbilx magħhom - issa jekk mhux hu jagħmel disclaimer u joħroġ minnha - bħala clowns, know- alls, insignificant, regurgitated rubbish - u sieħbi l-Onor.", "Cardona ċċalinġja lill-ministru biex jirrakkontalna x'regurgitated rubbish ħadna matul is-snin aħna - anti-EU scribblers, li qatt ma qrajna ktieb fuq l- Unjoni Ewropea, li qegħdin fuq starvation diet ta' informazzjoni u dawn l- affarijiet kollha.", "Din hija t-tip ta' arroganza u insolenza ta' dawn in- nies li jaħsbu li huma mibgħuta minn xi ħadd speċjali u li huma biss jifhmu fuq l-Unjoni!", "Dawn huma l-istess nies li meta kienu jingħadu ċ-ċuċati f'dan il-pajjiż fuq l-Unjoni żammew ħalqhom magħluq għaliex kellhom l- interess politiku tagħhom u ma redux ixellfu difrejhom ma' min kien imexxi dan il-pajjiż.", "Imbagħad f'dan il-pajjiż min-naħa l-oħra għandna min hu estrem u assolutament kontra l-Unjoni Ewropea u aħna ma naqblux magħhom lanqas.", "Dawn it-tip ta' movimenti li qed jiġi espost għalihom il-poplu sfortunatament qegħdin iħawdu l-imħuħ għaliex hemm min jara fl-Unjoni l- unika triq ta' salvazzjoni u hemm min ukoll ħlief diżastri ma jarax.", "Imbagħad hemm min jagħmel minn kollox biex jagħti palata favur l-Unjoni tant li qed jara fiha l-post fejn nistgħu naqsmu l-valuri insara tagħna!", "Jien nidħak meta nara artiklu fil-faċċata tal-ġurnal \"Il-Ġens\" tal- Ġimgħa, 12 ta' Ottubru b'artiklu \"Familja Maltija tibni l-Ewropa\" ta' Dun Charles Vella.", "Ma nafx jekk l-artiklu li kien hemm in-naħa t'isfel bit- titlu \"Ewropa Nisranija\" huwiex ta' Dun Charles Vella wkoll, pero' jekk inhu l-istess awtur jiddispjaċini ngħid li dawn il-ħmerijiet m'humiex se jinbiegħu bl-ebda mod lil min jaqra fuq l-Unjoni Ewropea.", "Ma jagħmilx sens li nipprovaw inbellgħu lin-nies li se mmorru għall-Unjoni biex insaħħu l- valuri insara tagħna, jew nikkwotaw dak li jkun qal xi isqof li jkun għaddej minn hawnhekk.", "Lil min jaqra fuq l-Unjoni nitolbu jikkompara dak li nkiteb f'\"Il-Ġens\" ma' ktieb riċenti li ħareġ mill-Kunsill ta' l-Ewropa jismu \"The Conscience of Europe\", edited min John Coleman, li jitkellem verament fuq x'inhi l-kuxjenza u l-valuri insara ta' l-Unjoni Ewropea.", "Biżżejjed infakkar x'qal Jacques Delors meta qal: \"If we do not find the soul of Europe by the end of the century the game will be up\".", "Jien naħseb li Jacques Delors, li ġie kkwotat ħafna drabi min-naħa l-oħra, qal ħafna affarijiet li jagħmlu sens u fil-fatt kien bniedem li tkellem fuq il- problemi tal-qgħad fil-pajjiżi ta' l-Unjoni u ħafna affarijiet oħra.", "Mr Chairman, hemm ukoll min jitkellem bl-emozzjoni u sirt naf li llum se jitkellem il-ħabib kollega tagħna, l-Onor.", "Michael Asciak - u nixtieq li nkun hawn ħalli nisimgħu - għaliex bħal ħafna membri oħra min-naħa tal- gvern huwa wieħed li jitkellem wisq bl-emozzjoni.", "Imbagħad hemm min jitkellem mhux b'sens nazzjonali jew b'sens ta' responsabbilta' imma jara jekk il-professjoni tiegħu jew il-kategorija tax-xogħol tiegħu jaqblilhiex nidħlu jew le fl-Unjoni u jħarbex u jimla l-faċċati biex jipprova jikkonvinċi l-maġġoranza tan-nies għaliex ikun jaf li jekk nidħlu fl-Unjoni se jkun jaqbillu.", "Tiskanta ukoll kemm jinbidlu l-pożizzjonijiet ta' dawn in-nies!", "Per eżempju, jien skantajt dan l-aħħar meta smajt lill-produtturi tal- minerali, li fi żmienna kienu jinsistu li għandna nħallu l-produzzjoni tal- minerali fil-flixken tal-ħġieġ, ħalli ma jkunux esposti għall-kompetizzjoni ta' minerali fi flixken tal-plastic - u kellhom raġun - jitkellmu fuq liberalizzazzjoni kompleta u immedjata.", "Imma fejn hi l-kredibilita'?", "Ilum ma jimportax li jibdew jidħlu l-minerali fil-plastic!", "L-istess ġara fuq il-kwestjoni tal-levies, għaliex fi żmienna kienu jitkellmu mod u issa għaliex hemm gvern b'għajnejh blu qed jitkellmu mod ieħor.", "Imbagħad hemm organizzazzjonijet oħra bħall-GRTU li huma down-to-earth u qed jitkellmu b'mod fattwali u qed jagħmlu mistoqsijiet pertinenti u prattiċi dwar x'se jiġri u kif se nintlaqtu.", "Iktar tard, Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra artiklu li deher fl-aħħar issue tar-rivista \"The Retailer\", bit-titlu \"Ewropa, Ewropa\".", "F'dan l-artiklu, li m'huwiex iffirmat, qed isiru mistoqsijiet lil kulmin hu interessat fis- sovravivenza tal-kummerċjant iż-żgħir u jgħid ċar u tond li:", "\"Min jaħseb li jista' jew li jaqbel għal pajjiżna li b'daqqa ta' pinna naħsdu u nibdlu qed jagħmel żball oħxon.", "Min jirraġuna hekk hu l- istess li għaffiġna meta fl-1995 qabad u mpona l-VAT bla ftehim, meta issa qabad u mpona l-VAT bla ftehim u dawn il-bidliet li baqa' jsiru ma sarux mhux għax il-gvern ma jafx li jrid isiru iżda għaliex jaf li jekk jimponi jagħmel froġa u bil-frejjeġ ma mmorrux fl-Ewropa.\".", "Jien inħeġġeġ lil min huwa interessat li jisma' liż-żewġ naħat biex jaqra dan l-artiklu, ħalli jkun jaf kif jaħsbuha ċerti setturi oħra.", "Mr Chairman, imbagħad għandna l-GWU li sal-lum baqgħet kawta u għadha ma kkommettietx ruħha b'mod ġenerali, ħlief għal ċerti setturi u sal-lum qed tgħid li tirriżerva l-pożizzjoni tagħha meta tkun iktar informata.", "Jien irrid ngħid li l-Partit Laburista ilu jsegwi l-Unjoni Ewropea u mhux bħalma qalu l-bravi tal-European movement li aħna ''qatt ma qrajna kotba fuq dawn l-affarijiet''.", "Meta jridu nagħmlu dibattitu wiċċ imb'wiċċ u mhux jibqgħu jinħbew wara l-maskri, u jgħidulna jekk aħna għidniex xi ċuċati mill-1992 'l hawn.", "Forsi mbagħad ikunu rġiel u jsemmu ċ-ċuċati li qalet in-naħa l-oħra, bħal min wiegħed il-miljuni, min qal li d-dockyard m'hijiex se tiġi affettwata u min qal li aħna lesti biex nidħlu, u naraw jekk għandhomx il-guts u jgħidu li dak li ntqal kien żbaljat.", "Il-Partit Laburista dejjem tkellem b'mod prammatiku, qatt ma ntilef fl-emozzjoni fuq din il-kwestjoni u dejjem tkellem fl-interess tal-ħaddiema u tas-self- employed iż-żgħir, li huma l-bażi tal-partit tagħna.", "Pero' dan m'għamlux b'mod egoistiku jew inkella b'mod settarju imma għamlu wkoll fl-isfond ta' l-interess nazzjonali b'mod ġenerali, għaliex trid tikkonsidra wkoll l- interessi tal-partitarji tiegħek, li jittamaw li jkun il-partit tagħhom li jieħu ħsieb l-interessi tagħhom fit-taqlib politiku li jgħaddi minnu pajjiżna.", "Il-Partit Laburista ra x'inhuma ċ-ċirkostanzi tagħna, x'inhuma ċ-ċirkostanzi fl-Unjoni Ewropea u x'jaqblilna nagħmlu jew ma nagħmlux - u nispera li iktar 'il quddiem ikolli ftit ħin biex nispjega iktar din il- biċċa tax-xogħol - u fassal politika li tapplika għas-sitwazzjoni tagħna u ma qalx li la ħaddieħor qed japplika għal sħubija fl-Unjoni, allura għandna nagħmlu bħalu.", "Min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista li dejjem ftaħar li pajjiżu huwa l-Ewropa, poġġa l-oġġettiv politiku qabel kollox, filwaqt li aħna dejjem semmejna d-diffikultajiet ħalli niftħu għajnejn il-poplu sabiex ikun jaf minn xiex irid jgħaddi.", "U min ifittex d-dibattiti jsib li ta' dan lilna kienu jgħajruna Ġeremiji, xewwiexa u allarmisti.", "Mr Chairman, aħna nħossu li hemm bżonn li ngħidu x'inhuma d- diffikultajiet li jrid iħabbat wiċċu magħhom pajjiżna jekk jissieħeb fl- Unjoni għaliex għan-naħa l-oħra kollox ward u zahar.", "Ma rridux ninsew li l-Partit Nazzjonalista kien jgħid li ma kienx se jkun hemm problemi biex nidħlu u saħansitra ftit taż-żmien ilu xi ħadd min-naħa l-oħra fuq programm tat-television tal-Partit Nazzjonalista kien qal li we are surfing in, qisna se nintefgħu fuq xi surfing board u nibqgħu deħlin!", "Dan huwa l-mod żbaljat kif kienet qed tipprova tinbiegħ din il-politika.", "Ma ninsewx ukoll li kienu jgħidulna li Malta kienet lesta biex tidħol immedjatament u meta ma daħlitx in-Norveġja kien hemm min kiteb li messhom daħlu lilna flokhom!", "Dawn huma affarijiet dokumentati pero' ma kellix ċans infittixhom biex nikkwotahom hawnhekk imma kulħadd jaf li jeżistu.", "Ħalli għall-mument ninsew l-avis ta' l-1993 pero' rrid ngħid b'wiċċi minn quddiem li ż-żewġ rapporti li ħarġu fi Frar u f'Ottubru ta' din is-sena dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tawna raġun fuq kemm konna korretti rigward f'liema pożizzjoni kienet tinsab Malta.", "Meta aħna konna fil-gvern konna konxji mill-problemi li kien jinsab fihom pajjiżna u tajna wkoll prova li l-politika tagħna kienet fattibbli kontra dak li kien jgħid ħaddieħor, li ma teżistix triq oħra ħlief sħubija u saħansitra kienu jgħidulna li jew inkunu ġewwa jew inkella nkunu qisna qasba tixxejjer mar-riħ.", "Jien ngħid li jekk qabel kellna raġun illum għandna ħafna iktar, speċjalment meta wieħed jikkonsidra s-sitwazzjoni finanzjarja li ninsabu fiha.", "Huwa importanti li t-tibdil li naqblu fuqu, bħal per eżempju r-ristrutturazzjoni, issir iktar bil-pass tagħna u mhux bil-pass mgħaġġel li titlob minnha l-Unjoni; jien ma ngħidx timponi fuqna għaliex minn Brussels jgħidulek xi trid tagħmel biex tkun magħhom fit- timeframes li jagħtuk u mbagħad sta għalik jekk toqgħodx għal dak li jgħidulek huma pero' jekk ma tagħmlux lanqas l-għajnuna finanzjarja ma tieħu għaliex tkun marbuta mat-twettiq ta' dak li jkun hemm fir-rapport.", "Kif qal sieħbi l-Onor.", "Cardona spiċċa d-diskors li se nitilfu t-train u li m'għadniex fuq il-fast track u issa qed nitkellmu fuq tieqa ta' opportunita' li ma nistgħux inħalluha tingħalaq u tinstabat!", "Dawn huma kollha cliches li maż-żmien jinżlu fl-istorja tal-politika tagħna u naraw kemm konna qed ngħidu ħmerijiet.", "Apparti li l-Partit Laburista jemmen li t-tibdil li hemm bżonn isir irid isir bil-pass tagħna u fl-aħjar interess ta' l-industriji tagħna, irridu nevitaw ukoll li fl-istess ħin nieħdu dawk il-miżuri li jista' jkollhom effett negattiv fuq is-soċjeta' Maltija.", "Pero' dawn l-affarijiet ma jistgħux isir bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea għaliex ċerti affarijiet iridu jsiru fit-timeframe li joħroġ minn Brussels.", "Xi ħaġa li jien naraha stramba f'dan il-pajjiż hija li jekk tgħid li ma taqbilx ma' sħubija sħiħa qisek qed tagħmel xi sagrileġġ u qisek ma tkunx qed tirraġuna jekk tgħid li ma taqbilx ma' sħubija sħiħa!", "Allura n-nies ta' l- Iżlanda, tan-Norveġja, ta' l-Isvizzera, tal-Liechtenstein u ta' Andorra huma kollha mġienen bħalna l-Laburisti!?", "Per eżempju, Tony Blair qed iħares lejn l-interessi ta' pajjiżu fejn tidħol il-euro u l- armonizzzazzjoni tat-taxxa.", "Din il-ġimgħa kont qiegħed Londra u fuq it-television kont qed nara lil Cook jitkellem b'ċertu saħħa rigward il-kwestjoni tal-laħam u qal li issa jarawha fil-qorti jekk il-Franċiżi jaċċettawx il-laħam tagħhom.", "Jiġifieri l-Ingliżi qed jipprovaw jimponu fuq pajjiż kbir bħalma huwa Franza biex jagħmel dak li ma jridx il-poplu Franċiż għaliex hemm is-saħħa tar-regolamenti ta' l-Unjoni.", "Immaġina aħna kif inkunu f'sitwazzjonijiet bħal dawn!", "Meta lil Blair qalulu li qed jadotta politika ta' iżolament qalilhom li dment li jkun qed jieħu ħsieb l-interessi ta' pajjiżu, iħossu kuntent li jkun iżolat.", "Din hija l-istorja kollha imma aħna għaliex żgħar ma jistax ikollna opinjonijiet differenti!", "Issa n-naħa l-oħra biex tkompli żżid id-doża tal-qerq u tkompli tilgħab il-logħba politika qed jipprovaw jitfgħuna fil-keffa ta' partiti li huma ultra lemini, bħal dawk ta' Le Pen u Jorg Haider, u lill-poplu m'humiex jgħidulu li meta qed nitkellmu fuq l-extreme right qed nitkellmu fuq xi ħaġa totalment differenti, bħalma hija x-xenophobia, ir-razziżmu u n- nazzjonaliżmu esaġerat.", "Mr Chairman, jien nappella lin-naħa l-oħra biex ma tkomplix tħawwad moħħ in-nies.", "Għaliex ma jgħidux kemm kienu ħbieb huma ma' l-extreme right faction ta' Thatcher, illi mbagħad wasslithom anke għand il-Moonies, li organizzaw konferenzi li konna nibagħtu għalihom ex- ambaxxaturi u nies li għamlu dikjarazzjonijiet f'\"The Washington Times\".", "Dawn l-affarijiet jistħu jgħiduhom għaliex huma għandhom konnessjonijiet ma' l-extreme right Ewropew u mhux aħna!", "Meta l-Ingliżi daħlu fl-Unjoni Ewropea u bl-ikbar għaqal ħallew barra l- Isle of Man u ċ-Channel Islands, biex ikunu jistgħu jilagħbu kif jaqblilhom biċ-ċirkostanzi għaliex l-interessi tagħhom hekk kienu jitolbu, kienu qegħdin jagħmlu xi ħaġa barra minn lokha?", "Kienu qed jaġixxu ta' mġienen?", "U n-nies tal-Faroe Islands, pajjiż b'popolazzjoni ta' 50,000 ruħ biss u b'ħafna riżorsi wkoll, huma mġienen għaliex qegħdin jipprovaw jagħmlu minn kollox biex jieħdu l-indipendenza mid-Danimarka u joħorġu mill-Unjoni?", "Allura dawn se jiġu iżolati u m'humiex se jibqgħu Ewropej?", "Qed insemmi dawn l-affarijiet mhux biex nidħol fil-mertu tal-każ tagħhom imma biex nuri illi mhux il-Partit Laburista biss fl-Ewropa jemmen illi fl-interess ta' pajjiżu għandu jieħu pożizzjoni differenti minn sħubija sħiħa.", "Sfortunatament il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jimmartella f'moħħ in- nies propaganda żbaljata!", "Mr Chairman, aħna nemmnu li l-poplu jrid jiddeċiedi fuq il-fatti u mhux fuq il-misinformazzjoni, fuq il-gideb jew fuq it-theddid ta' l-iżolament qisna jekk ma nidħlux se nibqgħu wara l-kanċell morda bil-pesta u se mmutu bil-ġuħ!", "Dan huwa l-iżball li qed isir mill-partit fil-gvern u se jirridonda fuqu għaliex bil-mod il-mod il-poplu qed jibda jinduna li qed jiġi mitmugħ propaganda żbaljata.", "Fil-fatt l-appoġġ li kellu l-Partit Nazzjonalista fuq il-kwestjoni ta' l-Ewropa - u huma dan jafuh bħalna - qed jonqos u qed jirriżulta wkoll illi bil-mod il-mod il-politika tal- Partit Laburista qed tiġbor aktar appoġġ min-nies li kienu forsi xettiċi jew inkella ma fehmux eżatt il-politika tagħna.", "Il-fatt huwa li dawn l- affarijiet qed jiċċaraw bil-mod il-mod u issa bdejna nitkellmu iktar bis- serjeta' fuq dak li qabel kien meqjus bħala plain sailing u no problem.", "Niftakar li meta fl-1992 semmejt il-kwestjoni ta' kif jintlaqtu t-tarznari tagħna bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tgħidx kemm għajruni li kont qed inxewwex lin-nies tat-Tarzna.", "Issa qabel ma l-Prim Ministru mar Helsinki, wieħed mill-ġurnalisti staqsieh x'jaħseb li se tkun l-aktar issue diffiċli fin-negozjati u l-Prim Ministru rrispondih li kienet il-kwestjoni tat-tarznari.", "Għalhekk nappella lill-poplu biex jiftaħ widnejh u għajnejh ħalli jkun jaf min huma dawn in-nies li qegħdin jipprovaw ibellgħulu dan kollu!", "M'iniex se nidħol fil-kwestjoni tal-kaċċaturi u nassaba pero' lil dawn kienu wegħduhom ukoll li kienu se jinvolvuhom fin-negozjati, imbagħad qalulhom li se jgħinuhom jaslu sal-ministeru u minn hemmhekk jieħu over ħaddieħor.", "Iktar kmieni fid-diskors tiegħi għedt li qabel kont inħoss li l-Partit Nazzjonalista ried jissieħeb fl-Unjoni Ewropea għal għan politiku, pero' issa li aċċettaw li l-ħofra m'għadhiex ħrafa imma saret realta' aktar qed nieħu l-impressjoni anke mill-mod kif jitkellmu u mill-mod kif jagħmlu l- interventi tagħhom illi aktar qishom iridu jmorru fl-Ewropa biex isolvu l- problemi finanzjarji li għandna bħalissa għaliex ħlief fondi ma jsemmux u jridu li l-Unjoni Ewropea tagħtihom palata.", "Pero' rrid nagħmilha ċara wkoll, mingħajr ebda dispett lejn l-Unjoni Ewropea, li għalkemm illum hemm membri tal-Parlament Ewropew stess li huma kontra l-Unjoni imma b'mod ġenerali kollha jaqblu li l-Unjoni għandha tikber u aktar ma jkollhom membri aktar aħjar.", "Għalhekk se jipprovaw jgħaġġlu l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa għaliex jafu li l-Prim Ministru Malti diġa' kkommetta ruħu mija fil-mija u prattikament lest biex jaċċetta kollox f'perjodu ta' tranżizzjoni.", "Pero' kif se nkun ċert bħala ċittadin Malti li l-Prim Ministru mhux qed iqarraq bija issa meta naf li fil-passat qarraq bija bl-iktar mod sfaċċat?", "Biżżejjed insemmi l-wegħda li għamel lill- ħaddiema tal-Kalaxlokk qabel l-elezzjoni li posthom kien assigurat jekk kemm-il darba jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista u xahar wara li tela' fil- gvern keċċihom, fi żmien disa' xhur tahom il-flus u ħeles minnhom!", "L- istudenti ġew imwiegħda li se jingħataw stipendji sħaħ pero' din il-wegħda ma nżammitx u meta ħmistax qabel ma tressaq il-budget il-Prim Ministru ġie mistoqsi jekk hux se tiżdied l-income tax irrisponda li l-income tax m'hijiex se tintmiss u mbagħad fil-budget skoprejna li l-income tax se tiżdied!", "Mr Chairman, jien kont se nirremetti meta smajtu jipprova jdawwar kif tista' tifhem ir-risposta ta' \"le\" b'risposta ta' \"iva\" għax trid tkun ġenju ta' dawn l-affarijiet.", "Imbagħad insemmi l-famuża wegħda tal-Lm100 miljun għaliex din ma nixba' qatt insemmiha!", "Dakinhar stess li l-ex-ministru kien tkellem fuqha fil- Fgura, jien kont giddibtu waqt li kont qed nitkellem f'Ħal Qormi għaliex għedt li din il-ħaġa ma setgħetx tkun!", "Pero' ħadd mill-bravi ta' l- European movement ma ħareġ jgħid li min qal hekk kien żbaljat u li ma kienx veru imma taw il-backing tagħhom.", "Kull meta kien jiġi lura minn Brussels il-Prim Ministru dejjem kien jagħti verżjoni differenti lill- poplu Malti għaliex daqqa kien jgħidlu li konna se nidħlu fi żmien sitt xhur, daqqa kien jgħidlu li konna se nidħlu s-sena ta' wara u daqqa kien jgħidlu li konna se nidħlu ma' l-ewwel tkabbir!", "Kif jista' l-poplu jkollu fiduċja fi prim ministru illi mill-wegħdiet li għamel ma wettaq xejn?", "U hawnhekk irrid insemmi l-wegħda tat-tax rebate li saret lil dawk il- ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati u l-wegħda li saret lill-kaċċaturi qabel l-1996 li ma kienx se jmiss ir-regolamenti u mbagħad kif tela' fil-gvern messhom.", "Sfortunatament illum għandna prim ministru li għandu record ta' gideb u ta' misinformazzjoni għaliex dan jirraġuna li l- ewwel jieħu l-poter f'idejh u mbagħad jagħmel li jrid.", "Allura jien ngħid lill-poplu Malti: Kif qatt tista' temmen lil dan il-bniedem li qed jgħidlek x'se jiġri fil-futur?", "Illum għandna prim ministru li l-forma ta' difiża li juża hija li jattakka kontinwament lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ħalli l-attakk li jsir fuqu jitfgħu fuq ħaddieħor, u fl-istess ħin jgħid li l-Onor.", "Alfred Sant huwa iżolat u li ħadd ma jaqbel miegħu.", "U kien kollu ta' xejn meta sfidajnih kemm-il darba f'dan il-parlament biex isemmi persuna waħda li tgħid li ma taqbilx magħna.", "Jien ngħid li faċli tigdeb u - anke jien nista' nigdeb u ngħid li waqt li kont ġej hawn rajt ħmar tiela' l-qamar - pero' ma naħsibx li meta tigdeb se tibqa' kredibbli mal-poplu, ma' min ikun jafek u ma' min ikun qed jinnegozja miegħek.", "Għalhekk ngħid illi l- kredibilita' tal-Prim Ministru m'hijiex dik li għandu jkollu prim ministru ta' pajjiż u ma jaqbillux ikompli jxewwex u jigdeb għaliex l-ewwelnett ma' din in-naħa m'għandniex xi Mintoff ieħor u l-gideb fil-passat dwar l- Ewropa nkixef, bħalma nkixef il-gideb li kien jagħmel fl-Ewropa stess meta kien imur jgħid illi d-deficit nazzjonali huwa bejn 3% u 4%, u meta jien għedt personalment lil Prodi li d-deficit nazzjonali huwa bejn 11% u 12% beda jrodd is-slaleb.", "Issa meta jiġi Prodi hawn Malta f'Marzu staqsuh jekk hux veru dan li qed ngħid jien.", "Mr Chairman, il-Prim Ministru jaf li għandu bżonn l-appoġġ ta' din in-naħa biex imexxi l-politika tiegħu pero' mbagħad bl-iktar mod arroganti, għaliex għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet f'din il-Kamra, f'kull nifs li jieħu jinsulenta lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni u lilna lkoll miegħu.", "Ħalli nanalizzaw issa s-sitwazzjoni li nħolqot fl-aħħar żviluppi, Sur President.", "Jiena ċert li sieħbi l-Onor.", "Borg se jagħmel eloġju dwar kemm imxejna 'l quddiem, dwar kemm f'daqqa waħda ħadna żvolta oħra u dwar kemm l-Ewropej iriduna.", "Pero' l-verita' tal-fatti x'inhi?", "Il-verita' tal-fatti hi - u dan mhux qed ngħidu biex inneħħi l-mertu lill-kollega tagħna tan-naħa l- oħra - li kien hemm problema ta' sigurta' fl-Ewropa minħabba dak Ii nqala' fil-Kosovo u kien hemm il-bżonn ta' kontroll fuq stati ta' l-Ewropa tal- lvant u ta' l-Ewropa ċentrali u allura l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li f'daqqa waħda tkabbar malajr kemm tista', allavolja hi stess taf li għandha problemi kbar, fosthom problemi soċjali u problemi ta' qgħad u taf ukoll li biex tkabbar hemm diffikultajiet istituzzjonali.", "Pero' l-Unjoni kienet qed tibża' illi minħabba d-dewmien il-pajjiżi applikanti setgħu jitilfu l- interess u għalhekk iddeċidiet li jkun hemm ftuħ urġenti għal kulħadd, inkluż il-Bulgarija, it-Turkija u naturalment Malta, għaliex pajjiżna ma setax jitħalla barra ladarba kien wieħed mill-pajjiżi applikanti.", "U jiena ngħid li ma saret l-ebda rebħa, la politika u lanqas diplomatika, imma sempliċement dħalna fit-timeframe ta' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma nafu x'se jiġri la jsir it-tibdil istituzzjonali.", "Li nafu fiż-żgur huwa illi ħafna aktar suġġetti se jibdew jiġu deċiżi bil- qualified majority u mhux bil-veto, jiġifieri pajjiż mhux se jkollu d-dritt li jimblokka li ċerti affarijiet ma jsirux, nafu li se jkun hemm tqassim ġdid fil-kunsill ta' l-Unjoni u anke fir-rappreżentanza tal-Parlament Ewropew.", "U hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru, lil sħabu u lill- Ministru Borg jekk humiex kuntenti li nkunu f'Unjoni fejn se jkollna vot wieħed fost il-130 vot li bejn wieħed u ieħor se jkun hemm fil-kunsill il- ġdid?", "Il-Gvern Nazzjonalista se jaċċetta li se jkollna membru wieħed biss fil-Parlament Ewropew li jħaddan fih 700 membru?", "Il-kalkoli huma li jkun hemm membru għal kull 700,000 ċittadin ta' l-Ewropa pero' aħna ma nistgħux nibagħtu nofs bniedem u allura l-iktar li jista' jkollna huwa membru wieħed fil-parlament..", "Nixtieq li l-ministru jirrispondini.", "Mr Chairman, nafu wkoll li se jibdew in-negozjati pero' nafu wkoll x'qed titlob minna l-Unjoni għaliex l-accession partnership fih x'tomgħod mhux ħażin u qed jgħidilna ċar u tond x'irridu nagħmlu sa l-aħħar tas-sena 2000 u fost affarijiet jissemmew is-single market, il-customs union, it- tneħħija ta' state aids u d-dħul tal-competition policy.", "Nafu wkoll illi ċerti miżuri li jissemmew fl-iscreening diġa' bdew jiġu implimentati u fosthom insemmi t-taxation policy.", "Fil-fatt il-VAT fuq il-fuel li tħabbret f'dan il-budget m'hi xejn ħlief riżultat ta' dak li ntqal fl- iscreening exercise u hemm bżonn li dawn l-affarijiet ngħiduhom għaliex huma mniżżlin fir-rapport u ġew diskussi.", "Hawnhekk m'għandix kopja ta' dan l-iscreening report u għalhekk ma nistax inpoġġih fuq il-Mejda tal- Kamra pero' fih jissemmew affarijiet oħra - u naħseb li dawn huma affarijiet to look forward to għall-budget li ġej - fosthom it-tneħħija ta' l-exemption with credit fis-sistema tal-VAT, jispiċċa z-zero rating u jkun hemm ukoll attentat biex tiġi kkordinata t-taxxa.", "Kif diġa' qal sieħbi, it-tneħħija ta' l-għajnuna mill-Istat u tal-monopolji diġa' qed ikunu riflessi fit-tneħħija tas-sussidju fuq id-dqiq, fil-kwestjoni tat- tarznari, il-problema tal-Maltacom u għada pitgħada, skond kif isemmi r- rapport, l-ilma u d-dawl iridu jkunu priced skond is-suq.", "Dawn huma affarijiet illi rridu niffaċċjawhom fis-snin li ġejjin, biex ma ngħidx fix-xhur li ġejjin, għaliex wara kollox issa nafuh biżżejjed lil dan il- gvern u meta jkun irid idaħħal xi miżura ma joqgħodx jistenna budget ieħor imma jagħmel avviż legali matul is-sena u l-affarijiet jitbiddlu.", "Imma x'nafu min-naħa tal-gvern?", "S'issa għadu ħadd ma jaf xejn fuq il-programm għall-implimentazzjoni ta' l-acquis li suppost għandu jsir sa l-aħħar ta' din is-sena.", "U jiena nistaqsi lill-gvern ma' min qed jikkonsulta biex iwettaq dak li jgħid l- accession partnership fi żmien daqshekk qasir?", "Għaliex mhux se jkun hemm chief negotiator bħalma jkollhom il-pajjiżi kollha?", "X'ġara?", "Kien hemm xi ġlieda tal-clans fil-partit għaliex kien hemm min ried lil wieħed u min ried lil ieħor u allura ġie deċiż li ma jsir ħadd!", "Jiena nixtieq li l- ministru jispjegalna għaliex mhux se jkun hemm chief negotiator li jikkordina kollox!", "Pero' jien ngħid wkoll li aktar ma jimplimentaw minn dawn il-liġijiet aktar il-poplu jifhem għaliex il-politika tal-Partit Laburista hija fl-aħjar interess tiegħu.", "Il-poplu diġa' ħass l-effett tagħhom fil-budget u għalhekk qed nispjega minn fejn ġew dawn l-imbuttaturi biex isiru t-taxxi fuq it-tali oġġett jew fuq it-tali servizz u bil- quddiem nistgħu ngħidu lill-poplu Malti li t-taxxi se jiżdiedu.", "Jiena ngħid illi l-gvern li qed jieħu pjaċir li se jibdew in-negozjati irid jirrealizza illi n-negozjati m'huma xejn ħlief eżerċizzju illi fihom se nitħabbtu, se nagħmlu minn kollox u nużaw l-aqwa riżorsi umani u diplomatiċi li għandna biex inżommu safejn nistgħu dak li diġa' huwa tagħna bi dritt.", "Se niġu f'sitwazzjoni assurda li ninnegozjaw biex nipprovaw nżommu għandna dak li huwa diġa' tagħna u se nċeduh għall-gost għaliex il-benefiċċji wieħed irid jitkellem fit-tul fuqhom.", "Jista' dan il- parlament jew għallinqas il-kumitat ta' l-affarijiet barranin ikun jaf safejn lest jinnegozja l-gvern ma' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm xi suġġetti li m'huwiex se jinnegozja fuqhom?", "Jien nifhem li l- pajjiżi li qed iħabbtu l-bieb bħalissa biex jidħlu fl-Unjoni għandhom fernesija biex jidħlu - għaliex għadhom kemm ħarġu minn dak il-jasar kollu li kienu ġo fih u għalihom li jidħlu fin-NATO hija s-salvazzjoni tagħhom - imma nafu wkoll li pajjiżi oħra bħall-Iżvezja u l-Awstrija kienu aktar kawti u ma kenux lesti li jbiddlu ċerti affarijiet minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Pero' nispera li aħna ma ntfajniex fil-livell ta' pajjiżi bħall- Bulgarija, ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka u lesti li naċċettaw kollox għaliex sfortunatament il-Prim Ministru għamel dikjarazzjonijiet bħal dawn diversi drabi!", "Issa, kif diġa' għedt qabel, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern qed jaljena lill-poplu billi qed jipprova jagħti l-impressjoni li wara li narmu dak li hu tagħna, se jiġu l-fondi u għalhekk għedt illi issa pjuttost morna għall-oġġettiv finanzjarju.", "Issa dawn huma n-nies illi qarrqu bil-poplu - u jekk hemm bżonn din nerġa' ngħidha għal mitt miljun darba - meta l-ex-ministru għall-affarijiet barranin qal li l-għada li nġeddu l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni kellhom jiġu Lm100 miljun u lanqas ikollna għalfejn nagħmlu taxxi u jkollna biex nirranġaw it- toroq u kollox!", "Imbagħad laħaq is-suċċessur tiegħu u qal li fl-ewwel sena kulma se nġibu huma Lm1.3 miljun.", "Mr Chairman, l-irġulija titlob li ssir apoloġija minn min qal dan id-diskors u jgħid li kien żbaljat u misinformat u mhux l-aqwa li qarrqu bil-poplu, rebħu l-voti u issa jagħmlu li jridu għaliex għandhom maġġoranza ta' ħames siġġijiet f'dan il- parlament.", "Issa fil-każ ta' pajjiżna għadna lanqas nafu kemm se jmissna għaliex il-kummissjoni għadha qed tagħmel special financial regulations marbuta wkoll ma' kif nippreżentaw l-istatistika tagħna fuq il-purchasing power parity, ħalli jkunu jistgħu jikkalkolaw bejn wieħed u ieħor kemm jista' jmissna qabel insiru membri.", "Fil-fatt diġa' qed jitfgħu l-botti u qegħdin jgħidu li l-GDP ta' Malta huwa wieħed mill-ogħla tal-pajjiżi applikanti u allura m'għandniex għalfejn noqogħdu nimmaġinaw li ġejjin xi miljuni kbar.", "Sur President, il-composite paper li ppreżentaw mar-rapport ta' Ottubru tgħid - għalkemm din titkellem fuq il-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali tapplika wkoll għalina - illi l-fondi li se jagħtu:", "\"... can only meet a very small proportion of the financial needs of the candidate countries, but pre-accession aid can continue to act as a catalyst by co-financing operations which are undertaken by the European Investment Bank and the international financial institutions.\".", "Dan huwa l-istess diskors li qalulna fil-laqgħa tal-Joint European Parliament Committee fi Brussels.", "Dan ir-rapport ikompli jgħid li:", "\"... the cost of modernising the economies of the candidate countries and of aligning their infrastructures with the acquis are considerable.", "They will mainly be borne by the private sector but will also require sustained public investment programmes.", "The EU has been providing financial and expert assistance to the candidate countries since the beginning of the pre-accession period.\".", "Jiġifieri dawn qed jgħidulna li m'humiex se jagħtuna l-miljuni li għandna bżonn imma li dawn il-fondi jridu jiġu prinċipalment mis-settur privat u huma lesti li jagħtuna karta ta' rakkomandazzjoni bħala pajjiż applikant biex ikollna ċerta kredibilita' meta nirrikorru għand il-financial institutions, fosthom il-EIB għal self li forsi jkun xi ftit issussidjat.", "Jiġifieri jekk normalment isir self b'imgħax ta' 7%, dawn l- istituzzjonijiet finanzjarji jsellfu b'4% jew bil-5%, li jfisser li jkunu qed jiġu ffrankati Lm2 miljun interessi.", "Dawn huma l-affarijiet li qed nitkellmu fuqhom.", "Fid-diskors tal-budget il-ministru tal-finanzi qalilna li mill- privatizzazzjoni ta' ċerti entitajiet pubbliċi l-gvern se jdaħħal Lm50 miljun li se jmorru biex joqtlu d-deficit.", "Issa din il-composite paper qed tgħid li l-użu mill-flus tal-privatizzazzjoni għall-finanzjament ta' l- ispiża kurrenti huwa fattur inkwetanti, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li hemm bżonn kbir għall-investiment fl-infrastruttura fil-pajjiżi kollha kandidati u hemm bżonn ta' sostenibbilta' fiskali in the medium term.", "Jiġifieri ma tistax tuża l-flus tal-privatizzazzjoni billi tbigħ dak li għandek biex tagħmel tajjeb għall-ħofra li jkollok fil-finanzi tal-pajjiż.", "Din il-composite paper tkompli tgħid li: \"... restructuring of certain large industrial sectors is proving difficult in some countries due to the painful social consequences.\".", "Jiġifieri r-ristrutturazzjoni jista' jkollha wkoll konsegwenzi soċjali u għalhekk hemm bżonn li l-poplu jkun jafhom dawn l-affarijiet.", "Issa ħalli ngħid ukoll x'qal ir-rappreżentant tal-kummissjoni hawn Malta, skond kif ġie rapportat fil-gazzetta \"The Malta Independent\" ta' l- 10 ta' Diċembru dwar l-ispejjeż kbar li rridu nagħmlu biex nimplimentaw the environmental acquis.", "F'dan l-artiklu Dott. Boggio jgħid li rridu ndaħħlu madwar 300 direttiva u li jrid isir investiment kbir.", "U se nikkwota verbatim:", "\"Dott. Boggio said national resource mobilisation was crucial and should make use of tariffs, fees and charges as well as environmental funds and private sector finance.\".", "Jiġifieri hawnhekk qed jgħidilna li biex isiru dawn l-affarijiet jridu jiżdiedu t-taxxi għaliex wara kollox tariffi, fees u charges huma taxxi u f'isem il-Kummissjoni Ewropea qed jgħid lill-poplu Malti li \"this is the way to go about it\".", "Probabbilment dawn huma affarijiet li ma tantx jawguraw tajjeb għall-budget tas-sena d-dieħla jew inkella iktar qabel!", "Mr Chairman, jien nerġa' ngħid li għalkemm l-uffiċċju ta' l-Unjoni Ewropea kien jaf li l-Partit Nazzjonalista kien żbaljat meta kien jgħid li se jagħtuna Lm100 miljun, qatt ma kkoreġih u jiddispjaċini ngħid li ħalla tiġi miżrugħa l-miżinformazzjoni.", "Waqt il-laqgħa tal-JPC fi Brussels, Verheugen qalilna li l- armonizzazzjoni ta' l-istrutturi u r-regolamenti Maltin ma' l-acquis ta' l- Unjoni Ewropea se jpoġġi piżijiet fuq pajjiżna u qal ukoll li jittama li qabel ma l-Gvern Malti applika għal sħubija sħiħa għamel il-kalkoli tiegħu u jaf kemm pajjiżu jiflaħ jerfa' piż fuq spallejh.", "Jiġifieri dan ħasel idejh għaliex kien il-Gvern Malti li applika u suppost li qabel applika - jew waqt li kien qed japplika - kien qed jagħmel il-kalkoli tiegħu u kien jaf kemm jista' jonfoq u ma jonfoqx.", "Dan huwa l-verdett tal-fatti li dieħel għalihom il-poplu Malti għaliex dan il-gvern se jibqa' jimmiżlidjah billi jaħbilu l-fatti u jmexxih fejn irid hu.", "Jien nixtieq li l-ministru jgħidilna x'inhu l-prezz finanzjarju, ekonomiku u soċjali li rridu nħallsu biex jiġi implimentat il-programm ta' tibdil hemm fl-accession partnership fi żmien daqshekk qasir.", "Jaf jgħidilna l-effett li se jkollha r- ristrutturazzjoni mgħaġġla deċiża minn dan il-gvern għal pajjiżna u x'effett se jkollu dan it-tibdil fuq l-impjiegi?", "Kemm huwa previst li jintilfu impjiegi?", "Jaf isemmilna programmi li qed jitħejjew biex jiġu mħarrġa mill-ġdid nies li huwa previst li jitilfu posthom b'din ir- ristrutturazzjoni?", "Jaf kemm huwa previst li jintilfu impjiegi fl- industrija, fl-agrikoltura u fl-agro-industrija?", "Kif se nagħmlu tajjeb għar-revenue li se jintilef?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għaliex la n- naħa l-oħra qed tgħid li din il-politika taqbel għal pajjiżna, allura trid tagħtina r-risposti.", "Dawn l-affarijiet staqsejnihom drabi oħra u qatt ma kellna risposti, imma naħseb ormai l-poplu Malti issa għandu jibda jiġi mogħti għallinqas ħjiel ta' xi tfisser din il-biċċa xogħol kollha u mhux jibqgħu jitkellmu fi sħab bl-affarijiet sbieħ, bl-istilel f'għajnejhom u ma jgħidux l-verita' tal-fatti.", "Mr Chairman, meta bniedem ikun se jagħmel xi operazzjoni ma tistax tqarraq bih imma trid tgħidlu minn xiex se jgħaddi, kemm se jkun muġugħ u x'inhuma l-effetti li se jħoss wara l-operazzjoni u mhux tgħidlu li m'hu se jiġrilu xejn.", "Mistoqsija li jien għamilt drabi oħra hija: Minn fejn ġej l-investiment biex jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol ġdid f'dan il-pajjiż?", "Dan il- fattur żgur m'huwiex marbut direttament ma' sħubija fl-Unjoni Ewropea, għaliex l-investiment jiġi jekk ikollok suq lokali li jħajjar l-investitur jew jekk tkun kompetittiv f'dak li tipproduċi jew fis-servizzi li tagħti.", "Il-gvern għandu pjani biex jiġbed l-investiment lejn pajjiżna, jew il-flus għal dawn l-affarijiet kollha ġejjin miċ-charges, fees and tariffs li semmielna Dott. Boggio?", "Mr Chairman, mhux ta' b'xejn li l-kummissjoni fil- composite paper tgħid - u hawn huwa l-qofol ta' kollox għaliex il- kummissjoni taf li ċerti affarijiet huma diffiċli għalina - li: \"Preparing for your membership is not just a matter of governments but for all the political leaders in the candidate countries.", "Progress can only be made when the executive government and parliament are all agreed on the need to work together.\"", "Jiġifieri l-kummissjoni qed tgħid li hemm bżonn li jkun hemm consensus fuq dawn l-affarijiet fil-pajjiż u fuq dan se nitkellem fl-aħħar ħames minuti tad-diskors tiegħi.", "Mr Chairman, meta ddiskutejna t-tieni rapport li ħareġ mill-kummissjoni f'dan il-parlament jien kont għamilt enfasi enormi fuq dan il-punt, tant li l-ġurnal \"The Times\" intitola l-artiklu tiegħu \"Vella stresses consensus comment in EU report\".", "Din hija xi ħaġa li ħarġet b'mod ċar mir- rapport u iktar tard nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi kopja ta' dan l-artiklu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Verheugen għamel l-istess enfasi meta konna Brussels fl-aħħar laqgħa li kellna u jien skantajt kif il- ġurnalisti għamlu għaġeb fuq din il-kwestjoni issa meta ġiet enfasizzata ġewwa Helsinki għaliex din diġa' ħarġet fir-rapport mingħand Verheugen u aħna bħala Partit Laburista għamilna anke press release fuqha.", "Pero' nerġa' ngħid li għalkemm l-Onor.", "Fenech Adami jaf li għandu bżonn l- appoġġ tal-Partit Laburista jibqa' bl-arroganza kollha tal-poter li għandu jgħid kontra l-Onor.", "Alfred Sant u jgħid li bina u mingħajrna jista' jimxi.", "Jien ngħidlu biex ma jikkonfondix u jimxi mingħajrna, ħalli naraw kemm hu kapaċi jasal, u nispera li dak kollu li jgħid - li m'għandux bżonn jilħaq consensus hawn Malta għaliex se jimxi xorta - jasal għand il- kummissjoni.", "Dan igiddeb ir-rapporti kollha li hemm tal-composite paper, igiddeb dak li qal Verheugen u jgiddeb is-sistema kollha.", "Mr Chairman, issa kulħadd irid il-consensus - kelma li qisha twieldet f'Ottubru ta' l-1998 - mentri qabel ħadd ma kien jitkellem fuq consensus u dak iż-żmien kien aktar faċli li taqbel fuq biċċa milli taqbel fuq kollox illum.", "Fl-aħħar laqgħa tal-JPC, Verheugen reġa' rrepeta li għalkemm il- kwestjoni tal-consensus m'hijiex daqshekk bżonjuża biex jibdew in- negozjati imma hija mixtieqa u qal li m'humiex se jagħtuna t-torturi biex naqblu.", "Dan kien id-diskors li ntqal u jiddispjaċini li ma nistax nikkwota minnu peress li għad m'għandniex transcript għaliex ġejt informat li xi tapes ta' dik il-laqgħa ġew misplaced.", "Verheugen ma jistax jgħid li ma jafx bil-pożizzjoni Maltija għaliex fil-JPC jien spjegajthielu bl-iktar mod ċar u ma qgħadtx indur mal-lewża u fil-fatt ġie rrapportat li qal li ma jistax jifhem il-pożizzjoni tagħna.", "Allura kif il-kummissarju ta' qablu, Van den Broek fehem il-pożizzjoni ta' Malta u konna wasalna anke biex niffirmaw joint declaration dwar kif se mmexxu l-politika tagħna?", "Onestament ngħid li ma jgħaddilix minn rasi u lanqas biss nikkonċepiha li l- Kummissjoni Ewropea, li hija mibnija fuq il-konċett tad-demokrazija, se teżerċita xi pressjoni morali fuq partit li għandu twemmin differenti.", "Naħseb li Verheugen qed jgħid dak li jemmen pero' ma naħsibx li qed jgħidu biex ipoġġi pressjoni morali fuqna.", "Jien hawn nistaqsi: Fejn kienu ta' l-Unjoni Ewropea meta fl-1998 gvern elett demokratikament f'dan il-parlament sab ruħu assedjat minn min ried bi kwalunkwe mezz iqaċċtu mill-poter għaliex ma kienx jaqbel mal-politika ta' l-Unjoni Ewropea?", "Dak iż-żmien ħadd ma tkellem fuq consensus u ħadd ma bagħat delegazzjonijiet mill-Parlament Ewropew biex jipprovaw jirranġaw l- affarijiet.", "Min kien involut dak iż-żmien issa qiegħed jitkellem ħafna fuq il-bżonn ta' l-għaqda u tal-consensus!", "Ma nipprovawx indaħħku!", "Min illum qed jitkellem ħafna fuq il-consensus għaliex ma pprovax iġib flimkien il-partijiet dak iż-żmien biex jintlaħaq consensus dak iż-żmien?", "Mr Chairman, meta nibda nara dawn l-affarijiet jiddispjaċini ngħid li nibda bis-serjeta' nissuspetta li m'hawnx ġenwinita' f'din il-biċċa xogħol.", "Min qed jiġbed lejn din il-politika, min akkwista l-poter u qed jiftaħar li għandu l-poter għal raġunijiet li kulħadd jafhom hawn ġew, qed jiġbed lejn għanijiet politiċi biex isewwi l-problemi finanzjarji tal- pajjiż, pero' żgur li m'huwiex qed ipoġġi l-ewwel u qabel kollox l-aħjar interessi tal-poplu Malti.", "Mr Chairman, nixtieq nikkummenta ukoll fuq artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"Il-Mument\" tat-12 ta' Diċembru ntitolat \"Soċjalisti Ewropej jħejju delegazzjoni biex tiltaqa' mal-Malta Labour Party\".", "Nerġa' ngħid li aħna m'hu se naċċettaw l-ebda pressjoni morali mingħand ħadd.", "Dan ma jfissirx li m'aħniex lesti niltaqgħu magħhom, anzi aħna niltaqgħu mas-soċjalisti Ewropej b'mod regolari, nitkellmu magħhom u l-pożizzjoni tagħna qatt ma stħajna ngħiduha, dejjem kien hemm min qabel magħna u kien hemm min ma qabilx, u iktar ma spjegajnilhom ħafna minnhom iktar bdew jindunaw kemm għandna raġun.", "Meta jkunu jridu jiġu they are most welcome, aħna lesti li nitkellmu magħhom u nispjegawlhom, pero' taħt l-ebda pre-kondizzjonijiet, taħt l-ebda theddid u taħt l-ebda ċirkostanzi m'aħna se nbaxxu rasna sempliċement għaliex tiġi delegazzjoni mill-Parlament Ewropew.", "Ħafna minnhom huma ħbieb tagħna u ilna nafuhom is-snin u meta jridu jiġu they are most welcome.", "Mr Chairman, qabel nagħlaq dan l-intervent tiegħi nixtieq nappella biex inżommu quddiem għajnejna l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-poplu Malti u ma nħallux li ninqabdu fil-logħba tat-tkabbir ta' Unjoni li iktar ma jgħaddi ż-żmien qed issir unjoni ta' poter.", "Xi ħadd fil-ktieb \"Conscience of Europe\" jitkellem fuq id-distinzjoni bejn il-valuri li jiġġestixxi l-Kunsill ta' l-Ewropa, li kabbar dawn il-valuri u baqa' inter- governamentali, u t-twaħħid ta' l-Unjoni Ewropea li minn forza ekonomika issa miexja lejn il-poter militari.", "Kulmin jaqra jaf li li ditta Franċiża ta' l-armamenti se tingħaqad ma' ditta ta' armamenti Ġermaniża ħalli l- Unjoni ssir ukoll għaqda militari.", "Ċertament li aħna m'hu se naċċettaw l- ebda strong pressure mingħand ħadd għaliex l-istrong pressure tagħna tiġi moralment mill-elettorat tagħna meta nkejlu x'inhu l-aħjar għall-poplu Malti u dik tagħmel pressjoni kbira ħafna fuq il-kuxjenza tagħna biex nagħtu l-aħjar għall-poplu tagħna.", "Għalhekk aħna nemmnu li l-politika ta' Malta bħala Svizzera fil-Mediterran hija l-aħjar politika għaliex biha nkunu qegħdin nissalvagardaw is-sovranita', l-indipendenza u n-newtralita' ta' pajjiżna u dawn l-affarijiet m'għandna għalfejn nagħtuhom lil ħadd.", "Mr Chairman, jien nappella biex ma nitgħabbewx b'piżijiet u b'doveri li m'għandniex għalfejn nitgħabbew bihom.", "Jekk ma nagħmlux hekk, bla dubju ta' xejn inkunu qegħdin insalvaw is-settur agrikolu, l-industrija tat- turiżmu u s-settur tas-sajd.", "Sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tkun tfisser li li rridu naqsmu l-jobs u l-opportunitajiet tagħna mal-barranin.", "X'se nieħdu minnu dan kollu?", "Kull ċittadin Ewropew se jkollu dritt jikklejmja daqs kull Malti ieħor biex jaħdem hawn Malta, biex jagħmel in-negozju hawn Malta u biex jixtri l-art hawn Malta.", "Il-politika tal-Partit Laburista għandha l-vantaġġ li nistgħu nwettquha bil-pass tagħna u mhux bl-għaġġla.", "Jekk nidħlu f'ċerti sistemi ta' customs union nkunu qed nitilfu l- kompetittivita' tagħna.", "Jien ngħid li għandna nibqgħu ngawdu dawk il- benefiċċji speċjali li għandna ma' ċerti pajjiżi, l-ispecial agreements li għandna ma' l-Unjoni stess, fejn jidħol il-kummerċ u jkollna skema ta' preferenzi bħalma għandna ma' l-Amerika.", "B'dan il-mod litteralment ikollna ċavetta f'idejna biex noffru opportunitajiet differenti lil min irid jinvesti f'pajjiżna minn dawk li qed toffri l-Unjoni.", "X'jibqgħalna jekk aħna noffru l-istess opportunitajiet bħalhom u ma jkollna xejn differenti?", "Mr Chairman, bil-politika tal-Partit Laburista nkunu nistgħu naġġustaw dak li noffru lill-investitur ħalli nħajruh jiġi hawn Malta u jagħmel il-ġid għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Qabel nagħlaq nitlob il-permess tal-Kumitat biex inpoġġi d-dokumenti li semmejt fid-diskors tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' mistoqsija parlamentari numru 6609 magħmula mill-Onor.", "George Vella lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin f'April 1999 dwar leakage ta' karti u informazzjoni uffiċjali ta' natura konfidenzjali flimkien ma' rapport ta' bord intern ta' inkjesta dwar l-istess materja;", "Artiklu li deher fil-gazzetta \"Il-Mument\" ta' l-14 ta' Novembru 1999 intitolat \"Niżvelaw rapport ta' żmien il-Gvern Laburista - rapport dwar il-Korp Diplomatiku fi żmien George Vella\";", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-President tal-Maltese Cultural Association of Victoria Inc ta' l-Awstralja, lill-Prim Ministru, l -Onor.", "Fenech Adami, fit-8 ta' Novembru 1999 dwar l-għażla ta' kelliema għal Malta's Convention of Community Leaders li se ssir f'Jannar 2000;", "Kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa tar-rivista \"Retailer\" ta' Novembru 1999 intitolat \"Ewropa, Ewropa!\";", "Kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"Il-Ġens\" ta' l-10 ta' Diċembru 1999 intitolat \"Ewropa Nisranija\";", "Kopja ta' artiklu intitolat \"Armageddon!\" li deher fil-ħarġa ta' \"The Sunday Times\" ta' l-1 ta' Awissu 1999;", "Kopja ta' artiklu intitolat \"The EU Environmental Acquis: Can we implement it?\" li deher fil-ħarġa ta' \"The Malta Independent\" ta' l-10 ta' Diċembru 1999;", "Kopja ta' rapport li deher fil-ħarġa ta' \"The Times\" tal-5 ta' Novembru 1999 intitolat \"Vella stresses consensus comment in EU report\";", "Kopja ta' rapport li deher fil-ħarġa ta' \"Il-Mument\" tat-12 ta' Diċembru 1999 intitolat \"Is-Soċjalisti Ewropej iħejju delegazzjoni biex tiltaqa' mal-MLP\"; u", "Kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"The Times\" tal-11 ta' Diċembru 1999 intitolat \"EU Summit - Malta gets the green light\".", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u l-ħin li fadal huwa kollu għan-naħa tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Chairman, dan huwa tassew mument storiku għal pajjiżna għaliex ix-xogħol li ilu għaddej għal dawn l-aħħar 30 sena minn tant nies se jwassal biex idaħħal lil pajjiżna bħala membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea.", "Fid-dinja ma tistax tagħmel kollox malajr u lanqas ma nistgħu ngħidu li we are out of the woods imma għamilna passi ta' ġgant fil-mixja tagħna lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Jien ngħid li dan huwa wkoll il-mument tal-politika u l-presidenza ta' Prodi fit-tmexxija tal-kummissjoni.", "Dan il-fattur u l-fattur l-ieħor ta' instabilita' li wasslet għall-gwerra fil-Balkini reġgħu enfasizzaw l- importanza ta' l-element politiku fil-proċess Ewropew.", "Apparti l-isforzi li saru minn kulħadd u x-xogħol konsistenti li ilu għaddej is-snin, aħna benefiċjarji ta' dan kollu.", "F'Helsinki l-Unjoni Ewropea ddikjarat l- inevitabilita' li tilqa' fi ħdanha membri ġodda u li tifrex il-fruntieri tagħha biex toħloq saħħa kbira ekonomika u politika fid-dinja.", "Fil-fatt għal dak li jirrigwarda pajjiżna m'għadniex fil-queue u n-negozjati se jibdew magħna wkoll.", "Jien ma skantajtx wisq meta fil-laqgħa li kellna ftit ġimgħat ilu tal- JPC, Verheugen tkellem ukoll fuq il-pożizzjoni tal-Malta Labour Party.", "Jien li ilni membru ta' dan il-kumitat għal dawn l-aħħar 12-il sena nista' ngħid li ftit rajt kummissarji li tkellmu b'mod mill-iktar dirett, pero' kien interessanti wkoll il-fatt li semma li wara l-iscreening u n- negozjati hemm finalita' politika.", "Fi kliem ieħor, Mr Chairman, dan m'huwiex xi eżerċizzju notarili fejn trid tagħmel l-iscreening jew tagħmel in-negozjati jew xi eżerċizzju fejn tagħżel waħda u mhux l-oħra imma fih innifsu huwa proċess politiku marbut ma' l-oġġettiv ta' l-Unjoni li tkabbar u ddaħħal membri ġodda.", "It-tkabbir ta' l-Unjoni huwa tkabbir b'oġġettiv għal kollox politiku u m'huwiex xi eżerċizzju burokratiku u li l-Ewropa tagħti importanza li Malta ssir parti mill-Unjoni hija konsiderazzjoni strateġika għall-Ewropa daqskemm hija għal Malta.", "Għalhekk bħala nazzjon irridu nkunu sodi u ċari f'dak li nagħmlu għaliex f'dawn l-affarijiet m'hemmx lok għall- inċertezza fejn daqqa ngħidu li se nidħlu u daqqa ngħidu li ma rridux nidħlu għalissa.", "Dawn huma affarijiet li ġraw fil-passat u li jtellfuna l- kredibilita' li għal pajjiż żgħir bħal tagħna huwa l-qofol ta' kollox.", "Jien nemmen li aktar ma jkollna inċertezza, aktar inkunu qegħdin indgħajfu lilna nfusna bħala poplu.", "Huwa veru li l-għażla li Malta tidħol fl-Unjoni hija għażla strateġika li bilfors trid tħares fit-tul imma xorta rridu ninnegozjaw biex niksbu l-aħjar deal li jtaffi t-tbatijiet meħtieġa u jagħtina malajr kemm jista' jkun il-frott tal-benefiċċji.", "Dawn huma ż-żewġ headings kbar li taħthom irridu ninnegozjaw.", "Jien ngħid ukoll li magħhom nistgħu nagħmlu derogi fuq xi ħwejjeġ li għalina huma importanti ħafna bħal, per eżempju, ir-riżors ta' l-art li ma tantx għandna minnu.", "Mr Chairman, huwa mistenni minna li ninnegozjaw u ma rridux ninsew li hemm pajjiżi żgħar li diġa' huma membri ta' l-Unjoni bħalma huwa l- Lussemburgu, li żgur għandhom interess jaraw li pajjiż b'popolazzjoni bħal tagħhom ikollu a good deal.", "Jekk ma jirnexxilniex niksbu a good deal, il- pożizzjoni futura tagħhom tista' tkun preġudikata allavolja dan kien wieħed mill-pajjiżi fundaturi ta' l-Unjoni.", "Kif kien jgħid tajjeb Ċensu Tabone meta kien ministru għall-affarijiet barranin, madwar il-mejda kulħadd indaqs.", "Fi kliem ieħor is-saħħa ta' l-argument huwa importanti ħafna u mas- saħħa ta' l-argument irid ikun hemm il-qawwa ta' l-entużjasmu li jiġi mill- konvinzjoni u mill-formazzjoni politika favur post Malta fl-Ewropa.", "Ir- rispett fuq livell Ewropew u internazzjonali tirħbu billi taġixxi fl-etika tal-politika Ewropea u billi tinnegozja bis-serjeta' u bi preparazzjoni u mhux billi tgħid \"Yes Sir, yes Sir, three bags full\", u billi tbaxxi rasek għaliex tħossok inferjuri minn ħaddieħor!", "Mr Chairman, jien nittama li ma jsirux il-frejjeġ li saru fl-imgħoddi meta f'Helsinki stess u f'Madrid Malta tilfet ġieħha għall-mod kif għamlet l-affarijiet.", "Fil-fehma tiegħi, dawk kienu żmenijiet fejn il-politika barranija tagħna kienet tintuża ħażin.", "Niftakar każ fejn kien intbagħat civil servant mill-ministeru għall-affarijiet barranin fi Stockholm biex jiċċekkja min kienu n-nies li kienu jifformaw il-grupp ''Ħielsa''.", "Ma naħsibx li dan kien il-mod kif jitmexxa ministeru għall-affarijiet barranin u għalhekk huwa importanti li wieħed isib il-mod tajjeb kif il-politika barranija jutilizzaha għall-ġid tal-pajjiż.", "Jien ngħid ukoll li hemm mod u mod kif tinnegozja.", "Għadni kif spiċċajt naqra l-istorja ta' Chris Patten, li kien l-aħħar gvernatur ta' Hong Kong, gvernatur ta' belt żgħira, dinamika, powerhouse ekonomika tar-reġjun u parti miċ-Ċina.", "Il-burokratiċi tal-foreign office - dawk il-mandarins li jduru madwar il-politiċi u li għalkemm ma jeleġġihom ħadd jippretendu li jmexxu huma - kienu jgħidulu biex jakkomoda liċ-Ċiniżi u ma joqgħodx iħaqqaqha magħhom.", "Imma Patten bħala politiku kien iħaddan ċerti prinċipji li f'ġieħ id-diċenza u l-kredibilita' storika ma ċedihomx.", "Wieħed mill-aqwa prinċipji li kien iħaddan kien fuq id-drittijiet tal- bniedem u bil-foreign office prattikament kontrih xorta nnegozja u, anke jekk ma ġabhiex żewġ daqskemm xtaq, spiċċa biex kulħadd irrikonoxxa li għolla t-threshold demokratiku f'Hong Kong u l-kuxjenza politika f'dik il- belt.", "Għaliex qiegħed insemmi dan l-eżempju?", "Għaliex dan il-politiku uża l-karti kollha li kellu anke jekk kien inevitabbli li tasal is-sena 1997 u r-Renju Unit jitlaq minn dik l-aħħar kolonja ta' ċertu sinifikat.", "Forsi l- politiċi u dawk li jduru mal-politiċi qalulu li ma kellu l-ebda karta x'jilgħab pero' huwa lagħab il-karta tad-diċenza politika li kienet importanti fil-politika.", "Il-vuċi u l-kuxjenza ta' dan il-politiku kienet tgħid mod ieħor minn dawk tal-burokratiċi.", "F'dak il-mument rebħet il-vuċi u l-kuxjenza tal-politiku għaliex meta l-pajjiż jinvesti fil-politiċi u jrawwimhom tajjeb isibhom fil-mument importanti li jkollu bżonnhom.", "Mr Chairman, Malta qed titlob lill-Malta Labour Party biex ma jirrinunzjax li jagħti l-kontribut tiegħu u ma jabdikax mir- responsabbilta' storika li għandu quddiemu.", "Fil-fehma tiegħi, il-fatt li l- Malta Labour Party qed jirrifjuta milli jipparteċipa fil-proċess ta' sħubija hija abdikazzjoni li storikament se tħalli effett kbir li jista' jkun ta' deni kbir għall-istess partit u allaħares qatt anke għal Malta.", "Jien ngħid li ħafna minn dak li qed jagħmel il-Malta Labour Party huwa marbut mal-fatt li tilef il-gvern wara ftit taż-żmien.", "Imma issa l-Malta Labour Party irid jaġixxi ta' gvern alternattiv u mhux ta' tifel li għaliex ħadulu l-ġugarell jinfexx isabbat saqajh u jixher!", "Il-pożizzjoni li qed jieħu l-Malta Labour Party meta jgħid li m'huwiex lest jaċċetta r-riżultat tar-referendum juri li they defy democratic logic.", "Kieku l-Partit Laburista jara l-interessi politiċi tiegħu għandu jifhem li din il-politika se tpoġġih fi sqaq li jagħlaq u jekk min-naħa l-oħra jibdel l-atteġġjament tiegħu fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea, ikun qed isaħħaħ lilu nnifsu politikament.", "Il-Partit Laburista qed jgħid li se jżomm il-prinċipji tiegħu u ma jagħtix kas il-voti.", "Allura bl-istess raġunament aħna nistgħu ngħidu li minħabba l-voti forsi lanqas jaqblilna li jbiddlu l-politika tagħhom.", "Imma, fil-fehma tiegħi, huwa fl-interess ta' pajjiżna li jintlaħaq consensus fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni.", "Ċertament li l-gvern nazzjonalista żgur li m'huwiex qed jagħlaq il-bibien lill-Partit Laburista imma qed jistiednu biex jipparteċipa u jagħti sehmu għax f'dan il-mument il-pajjiż għandu bżonn tal-forzi politiċi tiegħu kollha kemm f'dan il- Parlament u kif ukoll barra minn dan il-Parlament.", "Jien nemmen li dan huwa verament l-aħħar ċans biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Kif qal il-Prim Ministru l-għażla jekk Malta tidħolx fl-Unjoni jew le ssir mill-gvern elett demokratikament u hawnhekk ta' min ifakkar li b'mod konsistenti mill-1981 'l hawn il-Partit Nazzjonalista dejjem ġab maġġoranza ta' voti favur il-programm tiegħu li jdaħħal lil Malta fl- Ewropa, ħlief għal dawk is-sentejn bejn l-1996 u l-1998 meta kien hemm gvern Laburista.", "Jiġifieri żgur li din m'hijiex xi idea ġdida għall- elettorat Malti imma kif qal il-Prim Ministru jkun dejjem aħjar jekk ikun hawn consensus fil-pajjiż dwar l-Unjoni Ewropea.", "It-train miexja ġmielha imma lesta li tieqaf biex ittella' lill-Partit Laburista anke fl-aħħar stazzjon, imma jekk l-Onor.", "Sant ma jridx jitla t-train għandha tibqa' għaddejja.", "Dawn l-affarijiet m'iniex qed ngħidhom b'xi sens ta' trijonfaliżmu għax għalija hija traġedja għal Malta li l-Partit Laburista m'huwiex jinvolvi ruħu f'dan il-proċess.", "Fil-fatt ħadd ma jista' jifhem, la fl-Ewropa u lanqas f'Malta, il-pożizzjoni tal-Partit Laburista meta jgħid li ma jaċċettax ir-riżultat tar-referendum popolari wara li jsiru n-negozjati jekk dan ikun favur id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Chairman, f'''Alice in Wonderland'' il-mad hatter jipponta lejn il- lemin u jgħidilhom biex iduru lejn ix-xellug għax jgħid kollox bil-maqlub.", "(Interruzzjonijiet) ''Alice in Wonderland'' huwa ktieb għat-tfal pero' jista' jkun ukoll ktieb filosofiku.", "Jien ngħid li fil-verita' m'aħniex daqshekk 'il bogħod għaliex il-Partit Laburista qed jgħid li issa ma jaqbilx li nidħlu fl-Unjoni Ewropea pero' jista' jkun li wara li jgħaddu xi seba' snin oħra, jikkonsidra l-possibilita' ta' sħubija.", "Issa jekk dawn is-seba' snin ngħodduhom mill-1996, allura naslu viċin ħafna d-data meta probabbilment inkunu wasalna biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Il-poplu Malti qed jistaqsi lill-Partit Laburista proprjament x'irid, jekk iridx aktar żmien, jekk iridx aktar perjodi ta' transizzjoni jew xi derogi.", "Għaliex minflok din l-intransiġenza kollha ma jkollniex il-possibbilta' li nkunu nafu x'inhuma d-dettalji li jrid il-Malta Labour Party?", "Kultant jien inħoss li din hija l-intransiġenza ġejja mill-fatt li l-Partit Laburista jħossu mweġġa' li tilef il-gvern wara sentejn biss fil-poter.", "Pero' huwa ħażin li affarijiet bħal dawn jikkondizzjonawlna d-diskorsi tagħna għaliex f'dan il-mument storiku pajjiżna qed jitlobna li negħlbu s-sentimenti personali tagħna u ħadd m'għandu jfittex li li jumilja lil xi ħadd għaliex tajjeb jew ħażin kulħadd jista' jħalla l-marka tiegħu, anke jekk ikun għamel xogħol li mhux kulħadd ikun jaqbel miegħu.", "Sfortunatament f'din il- Kamra hawn min għandu ħabta jitkellem b'mod li jindika li n-naħa li jkun jappartjeni lejha - u nispera li d-diskors tiegħi ma jaqax f'din il- kategorija - tagħmel kollox tajjeb mentri n-naħa l-oħra tagħmel kollox ħażin.", "Il-poplu Malti xeba' b'din it-tip ta' poltika u jrid politika li tipprova tfittex iktar li tasal għal ftehim.", "Din is-sena qegħdin niċċelebraw il-25 sena minn meta pajjiżna sar Repubblika u rrid infakkar li dak inhar il-vot kien sar ukoll across party lines u fil-fatt kien hemm numru kbir ta' membri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li kienu vvotaw kontra kif kien ivvota l-mexxej tal-Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Din hija xi ħaġa li forsi għandna nħarsu lejha meta niġu għall-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Se jkun hawn a free vote fuq l-issue ta' l-Unjoni Ewropea biex kull membru f'din il-Kamra, kemm tal-Partit Laburista u kif ukoll tal-Partit Nazzjonalista jivvota kif jixtieq hu, ħalli dan il-parlament tassew ikun jirrifletti dak li jemmnu fih il-membri parlamentari li jiġu eletti hawnhekk?", "Jien naħseb li għandna nitgħallmu mill-esperjenza ta' meta Malta saret Repubblika.", "Jien ma rridx nagħti xi impressjoni li għax se nidħlu fl-Unjoni se nidħlu bid- daqq tan-Nabucco u se jispiċċaw il-problemi tagħna kollha.", "Din tfakkarni fl-istorja ta' ''Le petit prince'' miktuba mill-awtur Saint-Exupery - dan l-aħħar qed naqra ħafna minn dawn il-kotba! - fejn jirrakkonta l-istorja ta' dak ix-xjenzat Tork li skopra l-asteroid B612 u mar jannunzja din l- iskoperta f'kungress kbir internazzjonali ta' l-astronomija.", "Peress li x- xjenzat kien liebes ilbies Tork ħadd ma emmnu u Saint-Exupery jgħid li \"les grandes personnes sont comme ca\".\"", "Pero' 11-il sena wara reġa' għamel l-istess preżentazzjoni u din id-darba libes ilbies Ewropew eleganti għax fit-Turkija kien tela' dittatur li ġiegħel lil kulħadd jilbes ilbies Ewropew - naħseb li kien qed jalludi għal Ataturk - u din id-darba kulħadd emmnu.", "Fil-fatt Saint-Exupery jgħidilna li r-reputazzjoni ta' l- asteroid B612 kienet salvata mill-ilbies Ewropew!", "Irridu nifhmu li meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea r-realtajiet se jibqgħu dawk li huma imma huwa l-mod ta' kif se naffrontawhom li se jinbidel għaliex il-problemi nibdew naffrontawhom fi ħdan qafas akbar u nisperaw f'qafas ta' solidarjeta'.", "L-opportunitajiet jingħataw qafas akbar fejn jimirħu, l-edukazzjoni u l-formazzjoni ta' uliedna u taż-żgħażagħ tagħna jingħataw dimensjoni ħafna ikbar u l-ħsieb u l-mentalita' tagħna jmorru 'l hinn mis-swar ta' pajjiżna.", "Fil-fehma tiegħi, illum iż-żewġ partiti f'din il-Kamra jemmnu li hemm rwol importanti għal Malta fl-Ewropa u fil- Mediterran u li huwa importanti wkoll li pajjiżna jkun miftuħ għas-swieq Ewropew, li wara kollox hija esiġenza wkoll tal-world trade organization.", "Fil-fatt iż-żewġ partiti jitkellmu fuq il-kultura Maltija Mediterranja u Ewropea u fuq l-importanza ta' l-Unjoni Ewropea, pero' ma jaqblux meta jiġu biex jagħżlu bejn sħubija sħiħa u żona ta' kummerċ ħieles.", "Għalkemm nemmen li l-Partit Laburista żbalja meta ma kompliex bl-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni, pero' fl-istess ħin kien prudenti għaliex minflok irtira l-applikazzjoni ffriżaha.", "Mr Chairman, irrid nagħlaq dan id-diskors billi b'umilta' kbira nappella lill-Partit Laburista li issa li reġgħet ġiet riattivata l-applikazzjoni ta' pajjiżna għal sħubija sħiħa, iħares lejn l-azzjoni tiegħu u jieħu dawn l-erba' passi.", "L-ewwelnett ma jkomplix bil-pożizzjoni tiegħu li huwa kontra l-Ewropa imma jistenna biex jara x'se joħroġ min-negozjati qabel ma jieħu d- deċiżjoni finali; it-tieni nett għandu jagħmel l-aġenda tiegħu għan- negozjati u jgħid eżattament x'irid ħalli l-gvern b'mod prammatiku ikun jista' jara hemmx possibbilta' ta' consensus, anke fid-dettall; it-tielet pass li għandu jieħu huwa li jiddeċiedi li jipparteċipa f'dan il-proċess ta' negozjati kif stiednu l-gvern fl-istrutturi eżisenti jew f'xi strutturi oħrajn li nistgħu nsibu bejnietna; u fl-aħħarnett tkun xi tkun il- pożizzjoni tal-Malta Labour Party wara li jsiru n-negozjati, għallinqas għandu jkollu l-kredenzjali demokratiċi u jaċċetta r-riżultat tar- referendum.", "Naturalment dan jgħodd ukoll għall-Partit Nazzjonalista li wkoll irid jrid jaċċetta r-riżultat tar-referendum.", "Nemmen li jekk il- Partit Laburista jimplimenta dawn l-erba' affarijiet jista' jkun ta' ġid għal pajjiżna.", "Mr Chairman, hemm ħafna iktar suġġerimenti li wieħed jista' jagħmel u jikkonsidra imma huwa importanti li we engage in debate u nipprovaw nagħmlu kulma nistgħu biex naslu għal xi forma ta' consensus f'dan il-pajjiż jew għallinqas jekk ma naqblux, nissottotmettu ruħna għar-rieda tal-maġġoranza tal-poplu tagħna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Chairman, sitt snin ilu saret il-konferenza tal-Euro-Med f'Barcelona, fejn il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea għamlu ftehim mal-pajjiżi tal-Mediterran, inkluż dawk Afrikani, pajjiżi oħra Ewropej, fosthom Malta, u pajjiżi Asjatiċi.", "Permezz ta' dan il-ftehim il-Mediterran kellu jsir suq li minnu jgawdu mhux biss l-aspirazzjonijiet kummerċjali tal-popli imma anke s-sigurta' fil-Mediterran.", "Minn dak iż- żmien 'l hawn tista' tgħid li l-pajjiżi kollha fit-tramuntana tal- Mediterran, barra xi ftit pajjiżi fl-ex-Jugoslavja, applikaw biex isiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, biex ma nemmnux li anke l-Marokk kien interessat fi sħubija fl-Unjoni imma peress li huwa pajjiż Afrikan ma setax isir membru.", "Dan l-aħħar il-Ministru Josef Bonnici poġġa white paper fuq il-Mejda tal- Kamra - ''Prosperity in change - Malta a potential future axis'' - u min qara dan id-dokument jaf li Malta hija indikata fil-kummerċ Mediterranju bħala assi ta' potenzjal futur li minnu jista' jgħaddi l-kummerċ kollu mill-Afrika ta' Fuq għall-Unjoni Ewropea u l-kummerċ lejn il-pajjiżi tal- Middle East jew ta' l-Asja.", "Il-mistoqsija hawn toħroġ waħedha: Bħala dan l-assi ta' potenzjal, Malta kif tista' tiggwadanja l-iktar, billi tkun fl- Unjoni jew billi tibqa' barra?", "Bħala pajjiż fil-Mediterran li għandu kultura Ewropea, li huwa Ewropew fl-affarijiet li jagħmel, kif jaġixxi, fl- edukazzjoni tiegħu, fl-istil ta' ħajja li jgħix, jaqbillu jibqa' barra u jipprova jsir potenzjal kummerċjali barra l-Unjoni?", "Ir-risposta jagħtihilek is-sens komun għax min irid jesporta lejn l-Unjoni ovvjament jaqbillu jesporta direttament u jekk Malta tibqa' barra se tiġi maqbuża minn dawk il-pajjiżi li jkunu jridu jesportaw lejn l-Unjoni u minflok jgħaddu minn Malta jmorru dritt l-Italja u minn hemm jitilgħu għall-Greċja, Spanja, Franza u pajjiżi oħra li huma membri ta' l-Unjoni.", "Jiġifieri kummerċjalment Malta jaqblilha tkun membru ta' l-Unjoni biex mill-Afrika jew mill-Asja l-prodotti jidħlu fl-Unjoni via Malta, u l-istess ħaġa fil- każ ta' dawk il-prodotti ta' l-Unjoni li jridu jilħqu s-suq Afrikan u s- suq Asjatiku jgħaddu minn Malta wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Mr Chairman, ta' min ifakkar li s-segretarju ġenerali tal-Lega Għarbija kien qal b'mod ċar li għall-Għarab jaqblilhom li Malta tkun membru ta' l-Unjoni għax ikollhom ħabib li jkun minn ta' ġewwa u naħseb li hawnhekk qed inkun razzjonali u mhux emozzjonali.", "Mr Chairman, l-għada tal-laqgħa f'Helsinki xegħel dawl aħdar għal Malta u l-poplu Malti għandu appuntament mad-destin li huwa importanti li jsarrfu.", "Naħseb li għall-Partit Laburista l-laqgħa ta' Helsinki kellha tkun a soul- searching event għax ħafna pajjiżi u partiti soċjalisti fi ħdan l-Unjoni - u ma ninsewx li llum il-partiti soċjalisti qegħdin kważi kollha fil-gvern fl-Ewropa - qegħdin jistaqsu lill-Partit Laburista biex jerġa' jeżamina l- pożizzjoni tiegħu.", "L-Onor.", "Chris Cardona talabna ngħidulhom fejn qatt gidbu huma pero' rrid ngħid li kultant il-gidba tant tkun kbira li lanqas min ikun qed jgħidha jew min ikun qed jgħix fiha ma jinduna!", "Imma mbagħad jaslu mumenti fil-ħajja meta l-bniedem ikollu jammetti li jkun hemm xi ħaġa ħażina f'dak li jkun qiegħed jagħmel.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: L-Unjoni Ewropea m'hijiex biss enti kummerċjali - u issa se nkun emozzjonali għaliex, kif jgħid Shakespeare f'Julius Caesar, l-emozzjoni u r-raġuni flimkien huma l-aqwa arma biex tegħleb argumenti oħra - imma għandha wkoll dimensjoni morali u hawnhekk fejn qiegħed ifalli l-Partit Laburista.", "Għaliex minn 50 sena 'l hawn ma faqqgħux iktar gwerrer fil-pajjiżi li llum huma membri ta' l-Unjoni?", "Mr Chairman, f'medda ta' 50 sena dawn il-pajjiżi minn pajjiżi mfarrkin illum huma fost l-iktar pajjiżi avvanzati fid-dinja u juru solidarjeta' ma' xulxin fl-oqsma tal- ħidma politika, soċjali u ta' trade unjonistika.", "Bniedem b'valuri morali li kapaċi japplikahom fil-preżent u jġeddilhom għall-futur jissejjaħ profeta għaliex il-profeti m'humiex nies partikolarment illuminati imma huma nies average li kapaċi japplikaw valuri morali għall-futur u hemm bżonn li l-partiti politiċi jkollhom viżjoni profetika.", "Kien profetiku l- Partit Nazzjonalista meta ħadem għall-indipendenza, kien profetiku l-Partit Laburista meta wettaq inizjattivi soċjali u llum reġa' huwa profetiku l- Partit Nazzjonalista li qed jaħdem għal sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Mr Chairman, biex ksibna l-indipendenza ta' pajjiżna kien hemm żvantaġġi wkoll pero' ħdimna flimkien għax kellna l-viżjoni profetika u għelibna dan l-iżvantaġġi.", "Fi żmien gvern Laburista, meta telqu s-servizzi Ingliżi minn pajjiżna kellna żvantaġġi wkoll pero' ħdimna flimkien u għelibnihom ukoll.", "Issa wasalna għall-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd jaf li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni se jkollna vantaġġi u żvantaġġi pero', bħal kull bniedem li jasal biex jagħżel l-istat tiegħu fil-ħajja, ma jħarisx biss lejn il-ġid attwali li se jkollu imma anke lejn il-pożizzjoni morali u ta' sigurta' li se jikseb.", "Bħalissa l-poplu Malti qiegħed f'salib it- toroq u għalhekk jenħtieġ li nħarsu lejn il-futur b'mod profetiku għax minn din il-viżjoni jiddependi l-futur tagħna u ta' wliedna.", "Ma jagħmilx sens li l-oppożizzjoni tiġi tokrob li bid-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni se jkun hawn nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol u ta' investiment għaliex l- investiment, ix-xogħol u l-opportunitajiet vera għalina u għal uliedna qegħdin fl-Unjoni.", "L-oppożizzjoni taf li tkun qed tilgħab bid-diskors meta titkellem mod ieħor u hemm bżonn li we call a spade a spade.", "(Interruzzjonijiet)", "Biżżejjed niftakru minn xiex għadda pajjiżna fis-sentejn li l-Partit Laburista għamel fil-gvern meta ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni u kemm żdied il-qgħad, naqas l-investiment u xi ħadd li kien membru tal-partit tagħhom spiċċa biex ivvota kontra tagħhom.", "Dan kollu juri li l-Partit Laburista jrid jirrifletti fuq il-pożizzjoni tiegħu u jaqra aħjar is-sinjali taż-żmenijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor Mizzi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Chairman, nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi ngħid li t-triq tagħna llum hija lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea u nappella lill-poplu Malti u lill-oppożizzjoni biex naħtfu din l-okkażjoni għaliex jekk nitilfuha min jaf meta jkun it-tkabbir li jmiss u nkunu biss ħlejna l- ħin li ma jagħmel ġid lil ħadd.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, kif qalu tajjeb ħafna l- kelliema ta' qabli, illum pajjiżna għandu post strateġiku u importanti aktar minn qatt qabel fil-Mediterran.", "Għalkemm wieħed irid jammetti wkoll li kien hemm min iħares lejna bħala post strateġiku fis-sens militari, illum pajjiżna qed joffri vantaġġi strateġiċi kbar lill-baċin kollu tal- Mediterran u dwar dawn iż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu - fil-fatt kien hawn kelliema qabli li daħlu fil-kwestjoni tal-Euro-Med u fil-vantaġġi u fid- diskussjonijiet li saru - li l-ħidma ta' Malta fil-Mediterran hija importanti ħafna u hija t-triq li fl-ebda mument ma tista' tiġi abbandunata.", "M'hijiex esaġerazzjoni li tgħid li pajjiżna forsi huwa l- ewwel balward tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali fl-Ewropa, fis- sens li l-Arab ta' l-Afrika ta' Fuq żgur li jħarsu lejna bħala pajjiż li qabad ċertu ritmu ta' żvilupp, ċertu avvanz soċjali, ekonomiku u kulturali tant li huma jistgħu jimitaw dak kollu li l-Maltin irnexxielhom jagħmlu b'tant abbilta' u ħila.", "Jiena ħadt pjaċir naqra dak li ġara f'Novembru ta' din is-sena f'Wilton Park fejn sar summit ministerjali li ddiskuta l-impatt soċjali tal-kummerċ liberalizzat fir-reġjun Ewro-Mediterranju.", "Huwa tassew pass 'il quddiem u progressiv li l-pajjiżi tal-Mediterran jiltaqgħu kollha kemm huma u jiddiskutu xi ħaġa fundamentali u ta' daqshekk importanza b'impatt soċjali mhux biss għall-Mediterran imma anke għad-dinja kollha.", "Pero' x-xogħol fil- Mediterran m'huwiex limitat biss għal din il-ħaġa imma hemm punt ta' importanza kbira li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent fil-Mediterran.", "Huwa importanti ħafna li l-ambjent fil-Mediterran nippreservawh u nieħdu ħsiebu għaliex il-Mediterran huwa baħar li jipprovdi għejxien għal diversi nies.", "Barra minn hekk, peress li l-baħar tal-Mediterran huwa magħluq irridu nikkontrollaw dak li jiġri, per eżempju, fi Franza, għaliex dan jista' jaffettwa diversi pajjiżi oħra.", "Wieħed irid iħares lejn il-Mediterran bħala baċin li jipproteġi l-interessi mhux ta' pajjiż wieħed imma tal-pajjiżi kollha kemm huma.", "Mr Chairman, pajjiżna għandu l-vantaġġ kbir tad- duwalita' pero' ma rridux ninsew li l-pajjiżi Għarab għandhom kultura kbira li sfortunatament ftit pajjiżi fid-dinja jafu biha.", "Per eżempju, l-Ewropej saru jafu b'Aristotile mit-trattati miktuba bil- lingwa Għarbija.", "Id-dinja Għarbija għandha kultura kbira li aħna mhux dejjem nifhmu u nisfruttaw biżżejjed pero' qiegħda hemm, u l-mentalita' ta' kif aħna magħġunin tippermettilna nifhmu aħjar lil dawn in-nies billi anke aħna stess ngħinuhom jifhmu aħjar x'inhi l-Ewropa.", "Forsi f'ċerti mumenti l-Ewropa saret qisha tirrappreżenta l-Amerika f'sekli oħrajn.", "L- Ewropa hija post ta' opportunitajiet u l-pajjiżi Għarab dan jagħrfuh u jagħrfu wkoll li Malta tista' tkun strumentali f'din il-ħaġa.", "Illum il- funzjoni ta' dan il-ministeru kibret u m'għadhiex sempliċement skambju ta' ambaxxaturi, skambju ta' korrispondenza minn pajjiż għal ieħor jew post fejn wieħed jippreżenta l-kredenzjali biss.", "Fil-fatt tant tkissru fruntieri li d-dinja saret qisha belt waħda u allura inevitabbilment il- problemi li jkun hemm f'pajjiżi oħra se jaffettwaw lilna.", "Il-ministeru għall-affarijiet barranin għandu jkollu viżjoni li tissupera dak kollu li jsir ġewwa pajjiżna għaliex id-diffikultajiet li jkun hemm f'pajjiżi oħra se jaffettwaw lil pajjiżna wkoll.", "Għalhekk jien nemmen li għandna nkomplu nsostnu l-politika ta' viżjoni li qabad dan il-gvern għaliex bħala pajjiż tagħtina dimensjoni ftit ikbar minn dak li għandna.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ikun hemm bżonn nitkellem kontra u jekk forsi l- Onor. Mizzi ma jasalx biex jagħmilha hu, nista' ngħidlu li jien nasal.", "Huwa veru li ġeografikament aħna pajjiż żgħir pero' rridu nammettu wkoll li bħala pajjiż kellna ħafna ideat li ssarrfu f'kontributi fil-kamp internazzjonali.", "Biżżejjed insemmi lil Arvid Pardo li miet riċentement u li ġie kkommemorat hawn Malta, xempju ta' ġenju li pajjiżna rnexxielu jagħti lid-dinja.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, din hija l-ewwel sena li se nitkellem bħala ministru għall-affarijiet barranin fil-budget.", "Għalkemm ilni inqas minn sena bħala ministru responsabbli minn dan il-qasam nixtieq ngħid li matul din is-sena diġa' kellna żewġ okkażjonijiet biex nitkellmu fuq dak li għandu x'jaqsam mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dawn id-dibattiti ħadu numru ta' sigħat konsiderevoli u allura xtaqt li matul dawn it-tliet kwarti li fadalli niddedika parti mill-ħin li għandi biex inħares ftit lejn aspetti oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-funzjonijiet prinċipali ta' dan il-ministeru u nitkellem iktar tard fuq il-proċess ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni.", "Mr Chairman, kif kulħadd jaf meta jiena sirt ministru għall-affarijiet barranin f'April li għadda ħadt il-post tal-Prof.", "Guido de Marco, illum President ta' Malta.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li l-predeċessur tiegħi ħalla wirt enormi warajh għaliex kien bniedem attiv ħafna, b'inizjattiva enormi u kellu bosta ideat dwar dan il-qasam ta' l-affarijiet barranin.", "Ma niddejjaqx ngħid li it has been a very hard act to follow pero' nispera li matul dawn ix-xhur li ilni fil-kariga għamilt parti żgħira mid-doveri tiegħi sabiex l-ewwelnett nipprova nitgħallem il-kobor kollu li jfisser dan il-ministeru u t-tieni nett nipprova nwettaq parti żgħira mid-doveri kollha li jiġu ma' din il-kariga.", "Huwa veru li matul dawn ix-xhur li għaddew ħafna mill-ħin tiegħi u forsi anke ħafna mill-ħin ta' numru ta' uffiċjali fil-ministeru għall-affarijiet barranin u anke ta' ministeri oħra ttieħed mill-kwestjoni tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni, minħabba l-fatt li meta tlajna fil-gvern sibna ruħna f'sitwazzjoni fejn l-applikazzjoni ta' pajjiżna għal sħubija kienet iffriżata u l-ewwel deċiżjoni li ħa l-gvern kienet li jitlob li din l- applikazzjoni terġa' tiġi rriattivata.", "Allura ġaladarba ħadna dik id- deċiżjoni ridna niffaċċjaw il-konsegwenzi tagħha u ridna nerġgħu nagħmlu dak ix-xogħol kollu biex nirbħu ż-żmien mitluf ta' kważi sentejn u ridna naraw kif nagħmlu biex nerġgħu nqiegħdu lil Malta lura fil-pożizzjoni li kienet qabel ma ġiet iffriżata l-applikazzjoni.", "Għalhekk bħala ministeru għall-affarijiet barranin bilfors kellna niddedikaw ħafna ħin, forsi iżjed min-normal, għal dak li għandu x'jaqsam mal-kwestjoni tat-tħejjijiet għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Chairman, jien personalment nammetti li xtaqt niddedika iżjed ħin fuq aspetti oħra li għandhom x'jaqsmu mal-ministeru għall-affarijiet barranin pero' fiżikament dan ma kienx possibbli.", "Pero' rrid ngħid ukoll li sar ħafna xogħol f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam bilaterali, mal- qasam multilaterali u anke ma' oqsma oħra mertu tan-nies professjonali li għandna jaħdmu fil-ministeru, nies li tant jafu x-xogħol tagħhom tajjeb li l-intervent tal-ministru jkun biex huma jħossu li ħadu the political authority milli biex isiru l-affarijiet għaliex fil-fatt ħafna mill- affarijiet jistgħu jsiru fuq livell amministrattiv u fuq livell li m'huwiex politiku.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-set-up li hemm fil-ministeru tant huwa tajjeb li ħafna mill-affarijiet xorta jkunu jistgħu jsiru.", "U se nagħti eżempju għaliex saret ħafna kritika li aħna konna mitlufin wara s-sħubija fl-Unjoni tant li ttraskurajna aspetti oħra, u nibda billi nitkellem fuq il- qasam bilaterali.", "Matul is-sena li għaddiet ffirmajna numru mhux ħażin ta' agreements fil- qasam bilaterali fuq diversi suġġetti.", "Hawnhekk għandi lista ta' dawn l- agreements li iktar tard beħsiebni npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, u fost dawn l-agreements insibu ftehim dwar it-tneħħija tat-taxxa doppja, agreement dwar il-protezzjoni ta' l-investimenti, agreement dwar it- tneħħija tar-restrizzjoni tal-visa għall-korp diplomatiku, agreement dwar il-ġlieda kontra t-traffikar ta' droga u l-kriminalita' organizzata, memorandum of understanding ta' koperazzjoni bejn l-Italja u Malta dwar is- servizzi ta' l-ajru, pjan ta' azzjoni fil-qasam tas-saħħa u l-mediċina, ftehim kulturali u ftehim dwar koperazzjoni fis-settur tat-turiżmu.", "Il- pajjiżi li magħhom saru dawn l-agreements ivarjaw minn pajjiżi msieħba fl- Unjoni Ewropea, bħar-Renju Unit, l-Isvezja, l-Italja, il-Greċja, il- Ġermanja; pajjiżi applikanti bħal Latvia u Ċipru; pajjiżi tal-Mediterran bħall-Eġittu, il-Lebanon, l-Israel u s-Sirja; pajjiżi Afrikani u anke ċ- Ċina.", "Jiġifieri ma naħsibx li jkun ġust li wieħed jgħid li abbandunajna l- pajjiżi l-oħrajn, u li ħdimna biss fuq l-Unjoni Ewropea u li ma ħdimniex fuq id-dimensjoni bilaterali għaliex fil-fatt ġew iffirmati numru ta' agreements li kienu għadhom ma ġewx finalizzati u l-ministeru kkordina x- xogħol u ġera wara ministeri oħrajn biex dawn l-agreements setgħu jiġu ffinalizzati.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li għas-sena d-dieħla għandna numru ta' agreements li għad jonqoshom xi xogħol biex jiġu ffinalizzati u se tkun prijorita' tagħna biex niġru wara ħaddieħor biex nissiġġillaw dawn l-agreements.", "Xtaqt insemmi wkoll il-fatt li fil-qasam bilaterali sar ħafna xogħol ta' kordinament u ta' tħejjija min-naħa tal-ministeru għall-afffarijiet barranin in konnessjoni ma' żjarat dwar kummerċ u dwar attivitajiet promozzjonali.", "Biżżejjed insemmi ż-żjarat li saru kemm fuq livell ministerjali u kif ukoll fuq livell tekniku fl-Istati Uniti, fir-Russja, fiċ-Ċina, fil-Ġermanja, fir-Repubblika Ċeka, fl-Afrika t'Isfel, fil-Lvant Nofsani u f'ħafna pajjiżi oħrajn.", "L-Onor.", "Chris Cardona rrifera għall- kwestjoni taċ-Ċina u staqsa x'qiegħed jagħmel il-gvern biex jieħu vantaġġ minn dan is-suq enormi.", "Ir-risposta tiegħi hija li f'perijodu ta' sena diġa' marru numru ta' delegazzjonijiet ċ-Ċina, fosthom mar il-ministru għall-affarijiet ekonomiċi, il-ministru għall-ambjent u mar ukoll il- ministru għat-trasport u komunikazzjoni li fil-kuntest ta' laqgħa multi- laterali li kellu ħa wkoll l-okkażjoni li jitkellem b'mod bilaterali u fil-fatt diġa' hemm il-possibbilta' ta' ċertu frott minn dawn iż-żjarat.", "Biżżejjed nagħmel riferenza għal artiklu li deher f'waħda mill-gazzetti dwar il-possibbilta' ta' bini ta' cranes fejn il-Malta Shipbuilding flimkien mat-Tarzna ta' Malta ffirmaw memorandum of understanding ma' kumpannija Ċiniża dwar kuntratt ta' xogħol li żviluppa wara li din il- kumpannija wriet interess li jkollha bażi fil-Mediterran bħala ċentru għall- bini ta' cranes.", "Ta' min isemmi wkoll li ntwera interess ukoll minn waħda mill-ikbar kumpannija tat-trasport tal-vapuri biex tibda tuża l- freeeport ta' Malta.", "U iktar tard nitlob il-permess biex inpoġġi dan l- artiklu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mr Chairman, skond l-Onor.", "Cardona u l-Onor.", "Vella pajjiżna seta' jisfrutta aħjar r-relazzjonijet tiegħu ma' l-Istati Uniti u fil-fatt staqsew għaliex dan il-gvern ma kompliex jibni fuq il-passi li kienu bdew huma.", "Ir-risposta tiegħi hija li f'din is-sena għamilna ħafna xogħol u biżżejjed ngħid li komplejna b'mod attiv ħafna d-diskussjonijiet li kienu nbdew dwar il-faċilitajiet ta' l-ajruport ta' Malta u ntlaħaq ftehim sabiex l-airport jiġi taħt kategorija numru 1, li tfisser li ajruplani Amerikani jkunu jistgħu jużaw l-airport tagħna għaliex issa għandna ċ- ċertifikazzjoni li l-livell tas-sigurta' jilħaq l-istandards rikjesti mill- Istati Uniti.", "Irrid ngħid li marru wkoll delegazzjonijiet lejn l-Istati Uniti u saru kuntatti siewja ħafna pero' dawn l-affarijiet iridu ż-żmien biex ikunu jistgħu jiżviluppaw.", "Jien ngħid li hemm possibbilta' tajba ta' investiment ġdid li jista' jiġi mill-Istati Uniti.", "Saret riferenza wkoll għall-vapuri navali li ġew Malta, fosthom l-aircraft carrier JF Kennedy ta' l-Istati Uniti u frejgati oħra.", "Huwa veru li wieħed jista' iħares lejn dawn it-tip ta' żjarat b'mod negattiv pero' wieħed jista' jħares lejhom ukoll b'mod pożittiv, fis-sens li meta jiġu hawn Malta u l-crew jinżel l- art jonfoq ħafna flus.", "Jekk tistaqsu lin-nies tal-ħwienet u lis-sidien tal-postijiet ta' divertiment jikkonfermaw li meta jinżlu l-art il-baħrin jiġġeneraw ħafna kummerċ u r-rota ddur.", "Jiġifieri ma narax għalfejn għandna nħarsu lejn żjarat minn vapuri navali qisna qed nibżgħu mill-babaw.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-qasam bilaterali rrid ngħid ukoll li nfetħu ambaxxati ġodda.", "Irrid insemmi l-fatt li erġajna appuntajna l- ambaxxatur tagħna f'Madrid wara li kienet ġiet downgraded għal-livell ta' charge d'affaires, peress li l-ambaxxatur kien ġie rtirat minn Madrid.", "B'riferenza għall-ftuħ ta' ambaxxata ġdida fl-Isvezja, l-oppożizzjoni qalet li qisna ftaħniha biex nogħġbu lill-Ewropej.", "Jien ma naħsibix li llum il- ġurnata huwa lussu li jkollok ambaxxata f'wieħed mill-pajjiżi Skandinavi u naħseb li l-Isvezja huwa l-iżjed pajjiż opportun biex b'hekk tkun tista' tilħaq direttament pajjiżi oħrajn bħan-Norveġja, il-Fillandja u possibbilment d-Danimarka u pajjiżi Baltiċi oħra.", "Fl-opinjoni tiegħi, il- ministeru għall-affarijiet barranin jista' jkun mezz fid-dinja moderna tal- lum kif jintlaħaq il-kummerċ u t-turiżmu minn dawn il-pajjiżi u allura naħseb li l-ftuħ ta' ambaxxata ġdida fl-Isvezja kienet deċiżjoni għaqlija ħafna u ma kenitx xi deċiżjoni ddettata mill-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li b'kollox matul din is-sena kellna 26 ambaxxatur Malti li ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom u fost dawn ta' min isemmi li kien hemm sitta li ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom bħala non-resident ambassador minn Malta stess.", "U hawnhekk qed nirriferi għall-ambaxxatur għat- Turkija, għall-Bosnia Herzegovina, għall-Kroazja u għall-Bulgarija, għall- Irlanda, għas-Santa Sede u l-Ordni ta' San Gwann, għall-Malasia u Singapore u għall- Afrika t'Isfel.", "Naħseb li huwa tajjeb li dawn il-pajjiżi ġew identifikati bħala pajjiżi li magħhom Malta tista' ttejjeb ir- relazzjonijiet kummerċjali tagħha u huwa tajjeb ukoll li ma' dawn il- pajjiżi jkun hemm relazzjonijiet, anke fuq livell ta' ambaxxatur, għaliex meta dawn il-pajjiżi jħossu li qed tagħtihom l-importanza minkejja ċ-ċokon tiegħek u li magħhom qed tgħolli l-livell tar-rappreżentanza għal dik ta' ambaxxatur, iżjed hemm ċans li jittrattawk bis-serjeta' kif wieħed ikun jixtieq.", "Mr Chairman, ġaladarba qed nitkellmu fuq il-budget għas-sena li ġejja naħseb li jkun għaqli li wieħed jiffoka fuq dak li huwa proġettat għas-sena d-dieħla fil-qasam bilaterali.", "Saret l-kritika li l-ministeru għall-affarijiet barranin ma weriex daqshekk viżjoni.", "Naħseb li sħubija fl-Unjoni fiha nnifisha hija viżjoni u att ta' kuraġġ kbir li forsi l-oppożizzjoni qed tibża' minnu.", "Pero' apparti mill-viżjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni, għandna viżjoni wkoll fejn jidħlu r-relazzjonijiet bilaterali u multilaterali kif se nispjega iktar 'il quddiem.", "Fil-fatt għal dak li għandu x'jaqsam mar- relazzjonijiet bilaterali rrid ngħid li s-sena d-dieħla se niftħu ambaxxata ġdida fil-Greċja li permezz tagħha nkunu nistgħu nilħqu anke lil Ċipru.", "Ta' min jgħid ukoll li se jiġu ffinalizzati u ffirmati numru ta' agreements oħra.", "Barra minn hekk, qed naħdmu fuq sensiela ta' viżiti u b'mod partikolari beħsiebna nilħqu lill-pajjiżi tal-Mediterran peress li kif diġa' spjegajt din is-sena forsi ma stajniex nikkonċentraw biżżejjed fuqhom u fost dawn il-pajjiżi nsibu l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija u pajjiżi oħrajn tal-Mediterran u anke pajjiżi oħra bħaċ-Ċina u l-Ġappun.", "Mr Chairman, se ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-qasam tar- relazzjonijiet multilaterali fejn komplejna nagħtu s-sehem tagħna fix-xena internazzjonali f'fora differenti, fosthom fil-Ġnus Magħquda.", "U se nibda billi nirriferi għall-kwestjoni tad-diżarm.", "Fil-fatt Malta għamlet co- sponsorship ta' għaxar riżoluzzjonijiet fuq diversi suġġetti bħalma huma l- comprehensive nuclear test ban treaty, l-illicit trafficking of small arms u t-transparency of military expenditures.", "Iktar tard nitlob il-permess tal-kumitat biex inpoġġi l-lista ta' dawn l-għaxar riżoluzzjonijiet fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Dwar il-kwestjoni tas-sanzjonijiet irrid ngħid ukoll li Malta segwiet is- sanzjonijiet tal-kunsill tas-sigurta' b'mod assolut għaliex aħna nemmnu li s-sanzjonijiet tal-kunsill tas-sigurta' tan-nazzjonijiet uniti għandhom jiġu segwiti b'mod rett u nemmnu wkoll li din hija manifestazzjoni tal-fatt li għalkemm aħna pajjiż newtrali, pero' n-newtralita' tagħna hija attiva u bl-ebda mod ma timpendina milli ninvolvu ruħna fejn jidħol il-ħarsien tad- drittijiet fundamentali tal-bniedem u fejn jidħlu kwestjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-ħarsien tad-drittijiet ta' stati oħrajn.", "Jekk m'inix sejjer żball diġa' sar l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li se jemenda l-Att ta' l-1993 biex inkunu nistgħu nsegwu deċiżjonijiet tal- qorti internazzjonali u anke deċiżjonijiet oħrajn.", "Għalhekk bis-saħħa ta' dan l-Att ġdid mhux se jkollna għalfejn nirrikorru għal liġijiet oħrajn li ma jkunux neċessarjament adattati.", "Mr Chairman, nixtieq ngħid ukoll li f'Ġunju ta' din is-sena organizzajna konferenza reġjonali fuq l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni dwar il- projbizzjoni ta' armi kimiċi u f'Novembru li għadda organizzajna konferenza fuq il-miżuri biex nikkumbattu traffikar ta' materjal radjoattiv.", "Irrid ngħid ukoll li Malta għamlet co-sponsorship ta' 29 riżoluzzjoni li jittrattaw id-drittijiet tal-bniedem in ġenerali u d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi speċifiċi.", "Iktar tard nitlob il-permess tal-Kumitat biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn id-29 riżoluzzjoni li ġew co- sponsored minn Malta.", "Nixtieq ngħid ukoll li fis-26 ta' Ottubru ta' din is-sena rratifikajna l- Hague Convention on civil aspects of international child abduction li se tiġi fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2000.", "F'Novembru ta' din is-sena saret ukoll laqgħa ministerjali tal-contracting parties tal-konvenzjoni ta' Barcelona fuq il-protezzjoni tal-Mediterran li kienet chaired mill-ministru għall- ambjent, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Mr Chairman, wara assenza ta' madwar 20 sena erġajna ġejna eletti fuq il-bord eżekuttiv ta' l- international maritime organisation wara ħidma intensiva li saret kemm mill-ministeru għall-affarijiet barranin, kemm mill-Malta maritime authority u kif ukoll mill-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni.", "Għas- sena 2000 beħsiebna nitfgħu l-kandidatura ta' l-Imħallef Patrick Vella għal fuq il-kumitat tad-drittijiet tal-bniedem u beħsiebna naħdmu u nagħmlu l- almu tagħna kollu biex dan l-imħallef jiġi elett.", "Mr Chairman, Malta ħadet sehem attiv ħafna f'dak li għandu x'jaqsam mal- commonwealth u b'mod partikolari qed tieħu sehem fil-programm tal- koperazzjoni tal-commonwealth.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid li Malta issa minn benefiċjarja ta' dan il-programm saret soċju ta' koperazzjoni.", "Matul din is-sena ġew organizzati erba' seminars f'Malta, wieħed dwar il-post- graduate diploma in diplomacy and IT li sar f'Jannar/Frar, ieħor dwar il- promozzjoni tal-kummerċ u esportazzjoni li sar f'April, ieħor dwar il- management ta' l-assigurazzjoni li sar f'Ġunju u ieħor dwar il-management ta' policy fuq il-portijiet li sar f'Settembru.", "Dawn is-seminars tant kienu suċċess li se jerġgħu jiġu ripetuti u huwa previst li għas-sena d-dieħla jsiru żewġ seminars oħrajn, wieħed fuq il-banking and finance in small States u ieħor huwa fuq il-competitive strategies for small States.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li ħadna sehem attiv ħafna fil-konferenza bi-annwali tal-commonwealth li saret f'Durban ix-xahar l-ieħor fejn Malta ġiet magħżula biex tifforma parti minn task force maħtur apposta biex jirrevedi l-għanijiet tal-commonwealth taħt iċ-chairmanship tal-president tas-South Africa stess.", "Nixtieq ngħid li fil-kontest tal-commonwealth beħsiebna nkomplu bil-ħidma kollha li għamilna matul din is-sena u se nipprovaw anke nsaħħuha f'dak li għandu x'jaqsam mas-seminars dwar it- taħriġ.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-organizzazzjoni għas-sigurta' u l- koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, din is-sena Malta ħadet sehem attiv ħafna fil-laqgħat tal-kumitati għat-tħejjija għas-summit li sar f'Istanbul u li aħna attendejna għalih ukoll.", "F'dan is-summit aħna ffirmajna flimkien mal-membri l-oħra ta' l-OSCE iċ-charter għas-sigurta' fl-Ewropa u komplejna niddiskutu il-possibbilta' ta' ħolqien ta' patt ta' stabilita' għall-Balkani.", "Mr Chairman, aħna kkontribwejna wkoll biex id-dimensjoni Mediterranja ta' l-OSCE tingħata l-importanza li ħaqqha.", "Xtaqt nagħmel riferenza għall-fatt li taħt l-OSCE Malta tat sehemha billi membri ta' l- armata Maltija pparteċipaw f'missjonijiet ta' peacekeeping kemm fil-Bosnia u kif ukoll fir-Repubblika ta' Georgia.", "Is-sena d-dieħla beħsiebna inkomplu nipparteċipaw bis-sħiħ fil-laqgħat li jridu jsiru għat-tħejjija tal-laqgħa ministerjali sabiex immexxu 'l quddiem il-patt ta' stabilita' għall-Balkani u sabiex dejjem inkomplu nippromwovu d-dimensjoni Mediterranja fi ħdan l-OSCE.", "Din is-sena ċċelebrajna l-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Fil-fatt kellna ħafna ċelebrazzjonijiet fuq skala nazzjonali u l- ministeru għall-affarijiet barranin kien imdaħħal fihom bis-sħiħ u saħansitra ħareġ ktieb intitolat \"A Council for all Seasons\".", "Ħadna sehem ukoll fil-laqgħa ministerjali li saret f'Budapest u fit-18 ta' Ottubru ta' din is-sena rratifikajna l-konvenzjoni fuq ir-recognition and enforcement of decisions concerning the custody of children li se tiġi fis-seħħ l-1 ta' Frar u fid-19 ta' Novembru ffirmajna wkoll il-konvenzjoni for the laundering, search, seizure and confiscation from proceeds from crime.", "Kellna żjara wkoll minn Lord Russell Johnston li huwa l-President ta' l- Assemblea Parlamentari.", "Malta bbenefikat ukoll minn tliet fellowships.", "Mr Chairman, nista' nibqa' għaddej insemmi l-ħidma li twettqet pero' l-ħin qed jagħfas.", "Irrid nagħmel riferenza qasira għall-organizzazzjoni dinjija tal- kummerċ fejn ħadna sehem fl-għażla tad-direttur ġenerali, ħadna sehem ukoll fil-konferenzi preparattivi għall-konferenza ministerjali tad-WTO u ħadna sehem ukoll fil-konferenza li saret f'Seattle li kulħadd jaf kif spiċċat u nisperaw li s-sena d-dieħla l-affarijiet jirriżolvu ruħhom sabiex din il-konferenza tkun tista' taqbad il-binarji tagħha.", "Mr Chairman, tkellimt ftit fit-tul fuq dawn l-oqsma kollha biex nuri li għalkemm forsi l-opinjoni pubblika kienet li l-ministeru għall-affarijiet barranin kien qed jiffoka kważi esklussivament fuq l-Unjoni Ewropea, pero' meta wieħed jara din il-lista impressjonanti tax-xogħol kollu li sar, naħseb li wieħed għandu jasal għall-konklużjoni li sar ħafna xogħol ieħor f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-oqsma differenti fi ħdan il-ministeru għall- affarijiet barranin.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar ir-riżors uman fil-ministeru.", "Din is-sena ħtarna diretturi ġodda u l-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra jistgħu jserrħu moħħhom li l-ħatra tad-diretturi l-ġodda saret abbażi tal-kompetenza tagħhom.", "Fi ħdan l-EU directorate ġew ingaġġati diversi uffiċjali professjonali u fi żmien qasir beħsiebna ningaġġaw uffiċjali oħra biex in- numru ta' uffiċjali professjonali li jaħdmu fl-EU directorate jitla' għal 24 uffiċjal.", "Nispera li wara li jiġu ngaġġati dawn l-uffiċjali ma niġux kkritikati li mhux qed nagħmlu x-xogħol kif suppost.", "Qed isiru tħejjijiet sabiex jiġu ngaġġati second secretaries ġodda għaliex kienu ilhom ma jiġu ngaġġati second secretaries u fil-fatt fil-ministeru għall-affarijiet barranin spiċċajna b'numru ta' nies nieqsa fuq livell ta' first u second secretaries, b'mod partikolari second secretaries.", "Din il-problema se nsolvuha billi fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu recruited dawn is-second secretaries.", "Meta sirt ministru tkellimt mas-segretarju permanenti biex naraw jekk għandux isir ristrutturar fil-ministeru u waqqafna task force taħt iċ-chairmanship tas-segretarju permanenti biex nanalizzaw n- nuqqasijiet fil-ministeru u nsolvuhom ħalli l-ministeru nagħtuh struttura li tkun taqbel mal-ħtiġijiet moderni ta' ministeru għall-affarijiet barranin fil-ħajja tal-lum.", "Ħtarna wkoll uffiċjali għall-Malta - EU information centre li l-għan tiegħu huwa li jipprovdi informazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista l-oppożizzjoni kienet tikkritikana ħafna li bħala foreign office ma konniex nagħtu informazzjoni biżżejjed pero' issa li waqqafna l-information centre nispera li l-oppożizzjoni tkun sodisfatta bih.", "Is-sena d-dieħla beħsiebna naħdmu iktar fuq ir-riżorsi umani fil- ministeru ħalli jkun equipped tajjeb biex ikun jista' jiżvolġi l-operat tiegħu kemm jista' jkun b'mod effiċjenti u b'mod effettiv.", "Mr Chairman, irrid insemmi wkoll is-sezzjoni tal-protokoll fi ħdan il-ministeru li minn dejjem kienet tagħti servizz tajjeb ħafna.", "Ix-xogħol minn din is-sezzjoni jsir b'mod professjonali ħafna u fil-fatt minn mindu sirt ministru ħlief tifħir kemm minn ambaxxaturi, kemm minn konsli u kif ukoll minn nies li li jiġu in kuntatt ma' din is-sezzjoni ma smajtx.", "Irrid insemmi d-direttorat tas-servizzi korporattivi fil-ministeru għall- affarijiet barranin li huwa importanti ħafna għaliex fl-aħħar mill-aħħar hu jħoll u jorbot għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-iffinanzjar tal- ministeru.", "Meta lħaqt ministru jien id-direttur ta' qabel kien kważi wasal biex jispiċċa u allura l-esperjenza tiegħi hija mad-direttur il-ġdid u nista' ngħid li dan id-direttur huwa metikoluż ħafna f'xogħlu u jagħmlu bi skrutinju kbir.", "Jien nawgura li jkompli bil-ħidma tiegħu minkejja li tinvolvi ħafna sigħat ta' xogħol tedjanti, pero' naħseb li r-riżultati diġa' qed jinħassu.", "Irrid ngħid ukoll li s-sezzjoni ta' l-ischolarships li għandha x'taqsam ukoll mal-legalizzazzjoni tad-dokumenti, għandha kuntatt mal-pubbliku u dan il-kuntatt tant huwa tajjeb li din is-sezzjoni ngħatat l-quality service charter.", "Iktar tard se nqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal- boroż ta' studji għall-ewwel sena tal-leġislatura tal-gvern bejn Settembru 1998 u Settembru 1999 fil-qasam bilaterali.", "Irrid nagħmel riferenza wkoll għall-programm ta' inter-connectivity li se jinbeda s-sena d-dieħla biex l- ambaxxati kollha tagħna flimkien mal-head office jkunu magħquda flimkien b'mod elettroniku.", "Mr Chairman, m'iniex se nitkellem fit-tul fuq il-proċess mediterranju peress li sħabi diġa' tkellmu fuqu.", "Jien naħseb li l-kritika li saret li l- qasam tal-Mediterran qed jiġi abbandunat kienet kritika inġusta għaliex dan il-qasam qed jingħata attenzjoni partikolari mill-ministeru għall- afffarijiet barranin.", "Jekk m'iniex sejjer żball f'April li għadda saret laqgħa ministerjali tal-Forum Mediterranju f'Malta li minbarra li ddiskutiet il-proċess Mediterranju ħasbet ukoll sabiex jinħolqu forom ta' koperazzjoni bejn il-pajjiżi membri sabiex flimkien jikkumbattu l- kriminalita' organizzata, il-ħasil tal-flus u t-traffikar tad-droga.", "Matul din is-sena kellna aġenda twila mhux ħażin għal dak li għandu x'jaqsam mal- proċess Ewro-Mediterranju u nibda billi nsemmi l-laqgħa ministerjali fi Stuttgart f'nofs April li għadda li kienet it-tieni viżita tiegħi barra minn Malta bħala ministru għall-affarijiet barranin.", "Fil-fatt din kienet esperjenza ġdida għalija u esperjenza tajba ħafna.", "Matul din is-sena saru seba' seminars dwar informazzjoni u taħriġ għad-diplomatiċi, saret konferenza Ewro-Mediterranja għaż-żgħażagħ u saret konferenza f'Wilton Park fuq l-impatt soċjali tal-kummerċ liberalizzat fir-reġjun Ewro-Mediterranju.", "Dan kollu juri li matul din is-sena ma qagħdniex kwieti imma ħadna l- inizjattiva fuq diversi oqsma li għandhom x'jaqsam mal-proċess Ewro- Mediterranju.", "Mr Chairman, is-sena d-dieħla se tkun impenjattiva ħafna għal dak li għandu jaqsam mal-Euro-Med u biżżejjed insemmi l-laqgħa informali ministerjali li se ssir fil-Portugal matul l-ewwel sitt xhur, ir-raba' laqgħa ministerjali li se ssir taħt il-presidenza Franċiża, ix-xogħol fuq il-Euro-Med peace and stability charter irid jiġi finalizzat u wieħed jawgura li dan jiġi ffirmat fil-laqgħa ministerjali ta' Franza.", "Irrid ngħid ukoll li Malta se tkun fost l-isponsors tat-tielet konferenza Ewro- Mediterranja għall-ministri ta' l-industrija li se ssir f'Ċipru f'Ġunju li ġej.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Malli tlajna fil-gvern l-ewwel ħaġa li għamilna kienet li tlabna r-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni tagħna għal sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea u mill-ewwel irċevejna kwestjonarju li rrispondejnih u li bis-saħħa tiegħu ħareġ ir-rapport ta' Frar li għadda.", "Imbagħad bis-saħħa ta' dak ir-rapport il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat li jista' jibda l- proċess ta' screening ma' Malta li kulħadd jaf x'kien jinvolvi u naħseb li l-uffiċjali Maltin li telgħu għall-iscreening qatgħu figura tajba ħafna.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nitlob il-permess tal-Kumitat biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kollha ta' l-iscreening sessions li saru matul din is-sena.", "Ta' min jgħid ukoll li kważi lestejna l-iscreening sessions kollha, ħlief dawk għall-qasam ta' l-agrikoltura u għall-qasam tal- justice and home affairs li se jsiru f'Jannar li ġej.", "Irrid ngħid ukoll li f'Ġunju li għadda Malta ġiet aċċettata sabiex jerġa' jirriżumi d-djalogu politiku magħha.", "Dan ifisser li Malta qed tiġi mistiedna biex tkun tista' tassoċja ruħha ma' deċiżjonijiet li tieħu l- Unjoni Ewropea għal dak li għandu x'jaqsam mal-common foreign security policy.", "Nagħmel riferenza wkoll għar-rapport li sar mill-kummissjoni f'Ottubru li għadda f'Helsinki fejn ġie rakkomandat li jistgħu jibdew in-negozjati ma' Malta.", "Dik kienet deċiżjoni storika kemm għal dak li għandu x'jaqsam mat- tkabbir ta' l-Unjoni Ewropa, kemm għal dak li għandu x'jaqsam anke mar- riformi istituzzjonali għall-millennju li ġej u kif ukoll fil-kontest ta' Malta.", "Il-fatt li konna nafu x'se tkun id-deċiżjoni minn xhur qabel juri li aħna ħdimna għal dan ir-riżultat u beda juri minn qabel li aħna qegħdin fit-triq it-tajba.", "Għalhekk il-kummissjoni kienet f'pożizzjoni minn xhur qabel li tirrakkomanda li n-negozjati ma' Malta jistgħu jibdew għaliex Malta kienet avvanzat biżżejjed li kienet laħqet anke ma' pajjiżi iżjed avvanzati.", "Ma naħsibx li għax irrekordjajna dan is-suċċess nistgħu ngħidu li f'Helsinki ma ġie deċiż xejn.", "Kieku għamilna l-frejjeġ kulħadd jista' jibqa' ċert li f'Helsinki ma kienx jiġi deċiż li n-negozjati ma' Malta jistgħu jibdew.", "Fil-fatt in-negozjati se jibdew bejn Jannar u Frar tas- sena d-dieħla u f'Helsinki ġie deċiż ukoll - u naħseb li dan huwa importanti ħafna għal Malta - li kull pajjiż jiġi trattat abbażi tal- kapaċita' u tal-ħili tiegħu u dan il-konċett tad-differentiation jagħtina l- possibilta' li nkunu nistgħu nlaħħqu mal-pajjiżi li magħhom diġa' bdew in- negozjati biex inkunu fl-ewwel tkabbir li jmiss.", "Ġie deċiż ukoll li l-Inter- Governmental Conference għandha tittratta biss it-tliet suġġetti li ma ġewx deċiżi fl-IGC ta' xi tliet snin ilu li kienu l-kwestjoni tal- kompożizzjoni tal-kummissjoni, il-kwestjoni tal-weighted majority u l- kwestjoni tal-weighted voting.", "Hawnhekk nixtieq nirrispondi lill-Onor.", "George Vella meta staqsiena jekk inkunux kuntenti jekk ikollna vot wieħed minn 130 fil-qafas tal-kunsill tal- ministri ta' l-Unjoni Ewropea u jekk inkunux kuntenti b'membru wieħed fil- Parlament Ewropew.", "Milli jidher l-oppożizzjoni tant taf fuq l-Unjoni Ewropea li diġa' taf x'se jiddeċiedu l-pajjiżi membri meta għadha lanqas saret il-konferenza inter-governattiva!", "Pero' l-Onor.", "George Vella nesa jsemmi li għal dak li għandu x'jaqsam mal-kummissjoni kull pajjiż membru se jkollu d-dritt li jżomm kummissarju u dan jfisser li Malta jkollha kummissarju daqskemm ikollha l-Ġermanja li huwa pajjiż 300 darba ikbar minn Malta f'dik li hija popolazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Pero' l-fatt huwa li wara li tittieħed deċiżjoni fil-konferenza inter-governattiva fuq dawn it-tliet issues irridu nkunu aħna bħala gvern li niddeċiedu fin-negozjati naċċettawx jew le jekk ikollniex kummissarju wieħed, ikollniex vot wieħed minn 130 jew ikollniex membru wieħed fil-Parlament Ewropew.", "Jekk tkun daqshekk ħażina għal Malta, għandna dritt ma naċċettawx u jekk naċċettaw irridu mmorru quddiem il-poplu Malti li jrid jiddeċiedi hu permezz tar- referendum għaliex dik li titlob id-demokrazija fil-pajjiż.", "Jekk il-poplu Malti fir-referendum jiddeċiedi li Malta m'għandhiex tissieħeb minħabba t- tibdil istituzzjonali, dak ikun il-verdett tal-poplu Malti.", "Nixtieq nitlob il-permess tal-kumitat sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra l-press releases kollha li ħarġu mill-Malta - EU information centre dwar il-proċess ta' l-iscreening peress li l-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella għamel riferenza għal xi screening sessions li saru.", "Saret riferenza wkoll għall-kwestjoni tan-national plan for the adoption of the acquis.", "Nixtieq ngħid li l-objettivi tagħna għas-sena d-dieħla huma li nispiċċaw l-iscreening matul Jannar, imbagħad immedjatament ngħaddu għall-fażi - u l- indikazzjonijiet min-naħa tal-kummissjoni huma li se nkunu nistgħu ngħaddu - ta' l-additional screening, jiġifieri l-iscreening fuq dak kollu li sar ġdid matul is-sena l-oħra ħalli jkunu jistgħu jibdew in-negozjati li jidher li se jibdew matul l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.", "Irrid ngħid ukoll li beħsiebna nibagħtu rappreżentant mill-ministeru għall-affarijiet barranin f'Lisbona sabiex ikun jista' jsegwi l-presidenza minn hemmhekk stess bħalma ġara f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Irlanda u ma' Helsinki.", "(Interruzzjonijiet)", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għall-istrutturi li waqqafna għall-proċess tan-negozjati u se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għall-benefiċċju tal- kollegi tiegħi, b'mod partikolari ta' l-Onor.", "Noel Farrugia li jiddeleta ħafna b'dawn l-affarijiet, l-istrutturi biex naslu għan-negozjati anke fil- kamp ta' l-agrikoltura.", "Nagħmel riferenza wkoll għan-national plan for the adoption of the acquis għaliex ġejna mistoqsija jekk aħniex qed naħdmu fuqu, jekk ix-xogħol huwiex miexi jew le u jekk hux se ninvolvu l-partners soċjali u se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jagħti dettalji minn issa għax-xhur li ġejjin dwar x'beħsiebna nagħmlu biex niffinalizzaw in-national plan for the adoption of the acquis.", "Minn dan id-dokument - m'għandix ċans noqgħod nispjegah pero' kulħadd jista' jaqrah bil-kwiet, inkluż l-Onor.", "George Vella - joħroġ biċ-ċar li beħsiebna ninvolvu mhux biss lill-korpi kostitwiti kollha, lit-trade unions kollha u lil organizzazzjonijiet oħra, pero' se nagħmlu l-istudji li hemm bżonn f'dawk l-areas fejn jinħass li jkun hemm bżonn isiru.", "Nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nerġa' ntenni li l-ministeru għall- affarijiet barranin ħadem bis-sħiħ matul din is-sena fuq l-aspetti kollha, fosthom il-qasam bilaterali, il-qasam multilaterali, il-qasam tas- servizzi korporattivi, il-qasam tal-protokoll, il-qasam tal-Mediterran u b'mod partikolari l-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq nirringrazzja lill-istaff kollu tal-ministeru li għenni immensament matul dawn l-ewwel xhur tiegħi bħala ministru għall-affarijiet barranin.", "Is-sena d-dieħla beħsiebna nkomplu nibnu l-qasam bilaterali, il-qasam multilaterali, il- qasam tal-Mediterran u n-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Kif wegħidna fil-programm elettorali tagħna wara li jsiru n-negozjati jsir referendum apposta.", "Aħna fiduċjużi li se ninnegozjaw pakkett tajjeb u fiduċjużi li l-poplu Malti u Għawdxi se jgħid iva għas-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea fir-referendum sabiex Malta tkun tista' ssib il-post mistħoqq tagħha fl-Unjoni Ewropea għall-ġid tagħna lkoll u ta' wliedna.", "Sur President, formalment nitlob il-permess tal-kumitat biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li semmejt matul id-diskors tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE BORG: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar \"The National Plan for the Adoption of the Acquis (NPAA)\";", "Lista ta' ftehim bilaterali ffirmati ma' għadd ta' pajjiżi;", "Artiklu li deher fil-gazzetta \"in-nazzjon\" ta' l-14 ta' Diċembru 1999;", "Dokument intitolat \"UNGA54 First Committee resolutions co-sponsored by Malta\" dwar diżarmament;", "Lista ta' riżoluzzjonijiet co-sponsored minn Malta fl-54 sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1999;", "Tabella li tagħti tagħrif dwar boroż ta' studju fil-qasam bilaterali mogħtija bejn Settembru 1998 u Settembru 1999;", "Skeda għall-iscreening ta' Malta għall-ewwel seba' kapitli ta' l- acquis ta' l-Unjoni Ewropea u multilateral screening with 'ins';", "Diagram li turi l-istruttura tal-proċess tan-negozjati bejn Malta u l- Unjoni Ewropea; u", "Stqarrijiet għall-istampa maħruġa mill-Malta - EU information centre bejn it-28 ta' Mejju u l-15 ta' Diċembru 1999 dwar il-proċess ta' l- iscreening ta' Malta.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 55 imressqa mill- Onor. George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru. 111 tas-17 ta' Novembru, 1999 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Fid-9.31p.m. il-kumitat ġie sospiż u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- emenda għal Vot 55.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri:Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "213", "FAVUR: 30", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m' għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se nqiegħed il-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "VOT 55 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm7,204,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 55 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess, dejjem skond l-istess mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "214", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 30", "L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 55 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT XIV - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm610,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri:No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot XIV għaddiet.", "Fid-9.40 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 55 u XIV taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra - u nirringrazzja lil kulħad - nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali 1993 ġie mgħoddi mill-istadju tal-Kumitat għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi bl-emendi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista -Estimi Ġenerali 2000", "It-Tnax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru ta' l-Intern", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 1999 fid- 9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.41 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PERSUNA B'DIŻABILITA' - RESERVED PARKING", "11288.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni għal reserved parking bay ta' persuna b'diżabilita' li d- dettalji tagħha, flimkien ma' l-informazzjoni kollha relatata qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-servizz ta' reserved parking lill-persuna indikata għaddiet mill-proċess kollu biex tingħata.", "Biss, wara konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', il- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali tal-post konċernat, ġie deċiż li dan l-applikant jerġa' jiġi eżaminat minn bord mediku.", "Diġa ttieħdu l-passi neċessarji biex din id-deċiżjoni tiġi mplimentata.", "AMBAXXATURI", "11302.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-CV tas-Sur Walter Balzan, l-ambaxxatur ta' Malta fil-Ġnus Maqgħuda fi New York u jgħid b'mod speċjali x'inhuma l-kwalifiki universitarji u diplomatiċi li għandu?", "ONOR.", "JOE BORG: Is-CV tas-Sur Walter Balzan l-Ambaxxatur u r- Rappreżentant Permanenti ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Kif jirriżulta mill-istess CV is-Sur Balzan għandu esperjenza vasta fis- servizz ċivili li fih serva għal aktar minn 35 sena f'ministeri differenti.", "Irid jingħad illi matul din il-karriera twila s-Sur Balzan mexa 'l quddiem progressivament, bis-saħħa ta' eżamijiet, fil-proċess ta' avvanzament applikabbli għas-servizz ċivili.", "Jirriżulta wkoll mill-istess CV li s-Sur Balzan għandu esperjenza diplomatika ta' diversi snin, partikolarment fix-xogħol relatat man- Nazzjonijiet Uniti fejn diġa' kien serva b'kompetenza għal-diversi snin kemm bħala Deputat Rappreżentant Permanenti u Charge d'Affaires fil- Missjoni Permanenti ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll bħala Konslu Ġenerali fi New York.", "Matul il-karriera diplomatika tiegħu s-Sur Balzan assuma wkoll kariga fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti bħala Rapporteur tat-Tieni Kumitat li huwa kumitat prinċipali responsabbli għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji fi ħdan l-Assemblea Ġenerali.", "Irid jingħad in oltre li s-Sur Balzan serva, wkoll, fost oħrajn, bħala Rappreżentant Permanenti ta' Malta f'wieħed mill-Kumitati mportanti fi ħdan il-Kunsill ta'l-Ewropa.", "AMBAXXATURI - SALARJI", "11303.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Billi fl-estimi għas-sena korrenti 1999, f'paġna 100 - fost l- infiq stmat għal mission ta' Malta fi Strasbourg m'hemmx provvediment għas- salarju ta' ambaxxatur, jista' l-Ministru jikkonferma li ma kienx il-ħsieb li jiġi nominat ambaxxatur għal kunsill ta' l-Ewropa u jgħid skond liema liġi qed jitħallas is-salarju ta' Dr Joe Licari bħala fulltime ambassador bir-residenza b'kollox?", "ONOR.", "JOE BORG: Ta' min ifakkar, li għalkemm lanqas biss kien jeżisti Cost Centre għall-Missjoni ta' Malta fi Strasbourg, il-Gvern preċedenti f'Lulju 1998 innomina uffiċjal fil-livell ta' counsellor bħala deputat rappreżentant permanenti għall-Kunsill ta' l-Ewropa fuq bażi residenzjali fi Strasbourg.", "Dan il-Gvern ħass illi wasal iż-żmien li għal istituzzjoni importanti bħall-Kunsill ta' l-Ewropa kien jixraq illi l-livell ta' rappreżentanza fuq bażi residenzjali għandu jkun fil-livell ta' Ambaxxatur u ħa l-passi meħtieġa biex iwettaq dan il-għan.", "Fiż-żewġ każi s-salarji u spejjeż oħra tħallsu mill-budget tal-ministeru kif approvat taħt l-ATT XXVII ta' l-1997 għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż tal-1998 u taħt l-ATT XXI ta' l-1998 għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż tal- 1999.", "AMBAXXATURI MALTIN", "11304.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Billi hemm diskrepanza bejn ir-risposta mogħtija mill- Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 7314, ta' l-Onor.Evarist Bartolo, Seduta Nru.116, fejn qal li l-Ambaxxatur Salvinu Busuttil wasal Malta u għadda mill-VIP fis-27 ta' Frar u fl-1 ta' April ta' din is-sena telaq u għadda mill-VIP fis-7 ta' Jannar u fis-7 ta' Marzu; u r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6104 ta' l-Onor.Chris Cardona - Seduta Nru. 83, fejn qal li l-istess ambaxxatur ġie Malta mill-1 sal-5 ta' Marzu, mill-5 sad-9 ta' April u mis-27 sat-30 ta' Jannar, 1999, jista' l-Ministru jgħid eżatt f'liema dati bejn il-ħatra tiegħu fit-22 ta' Jannar u l-15 ta' Novembru l-istess ambaxxatur kien hawn Malta u f'kull każ jgħid għal liema raġuni?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min ħallas għall-vjaġġi?", "ONOR.", "JOE BORG: B'risposta għall-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant qed nagħti d-dettalji rikjesti:-", "ŻJARA RAĠUNI", "27-30 ta' Jannar 1999 Laqgħat mal-Ministeri u entitajiet pubbliċi u privati li għandhom x'jaqsmu ma' Franza.", "27 ta' Frar - 7 ta' Marzu 1999 Euro-Med Forum 1-9 ta' April 1999 Tkomplija ta' laqgħat kif indikat fiż-żjara ta' Jannar.", "29 ta' April - 4 ta' Mejju 1999 Żjara privata.", "15-20 ta' Ġunju 1999 Aktar laqgħat mal- Ministeri, kif indikat aktar 'l fuq.", "22 ta' Lulju - 1 ta' Awissu 1999 Tħejjija tal-mitt laqgħa taċ-CIHEAM (Ċentru Internazzjonali ta' Studju Avvanzat fuq l-Agronomija Mediterranja [entita intergovernattiva]) li fil-fatt saret f'Malta xi jiem ilu u li tagħha l-Ambaxxatur huwa President.", "22 ta' Awissu - 2 ta' Settembru 1999 Vakanza annwali.", "10-14 ta' Ottubru 1999 Żjara oħra dwar CIHEAM.", "30 ta' Ottubru - 4 ta' Novembru 1999 Żjara privata.", "Dawn iż-żjarat kollha tħallsu mill-fondi personali tal-ambaxxatur.", "SAN ĠILJAN - PLAYING FIELD", "11604.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u immedjati biex il- playingfield u l-football pitch li hemm fi Triq il-Knisja, San Ġiljan, quddiem fejn qed tinbena l-Hilton Hotel isirilha d-dawl meħtieġ peress li din hi hija mudlama u minħabba f'hekk ma tistax titgawda filgħaxijiet mit- tfal li jgħixu fl-akwati?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra din it-talba bħala waħda urġenti u bżonnjuża peress li kif l-imsemmija playingfield tinsab preżentement tista' tintuża għal diversi abbużi, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li din tinsab ftit passi 'l bogħod minn Paceville?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li meta l-Enemalta ssirilha talba formali biex jiddawwal il-ground tal-football f`San Giljan, din tigi kkonsidrata taħt il-policy tal-korporazzjoni li tipprovdi biss il-materjal meħtieġ.", "Fir-rigward tal-playing field, l-Enemalta lesta tikkonsidra li tagħti servizz ta` l-elettriku jekk issirilha talba f`dan is-sens.", "SKEJJEL - SPEĊJALI - MIŻURI", "11975.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-miżuri konkreti li se jittieħdu biex ngħinu studenti żgħażagħ fl-iskejjel speċjali jagħmlu korsijiet transizzjonali bħala tħejjija għal ħajja u għax-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-Taqsima Edukazzjoni Speċjali għandha għall-ewwel darba għalliema mħarrġa apposta li qed tagħmel ix-xogħol ta' transition co-ordinator.", "Bdiet taħdem mat-taqsima mill-bidu ta' din is- sena skolastika.", "S'issa din l-għalliema għamlet il-kuntatti kollha neċessarji mal-kapijiet u l-istaff ta' l-iskejjel speċjali, u mal-ġenituri tat-tfal li ġew identifikati u li jistgħu jgawdu minn programm tranżizzjonali.", "Saru ukoll laqgħat mal-kapijiet ta' l-Adult Training Centres u ma' l-Employment and Training Corporation.", "Se jsiru issa kuntatti ma' l-amministrazzjoni mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali sabiex flimkien jiġu diskussi l-ħtiġijiet kollha li hemm bżonn sew bħala faċilitajiet, nies imħarrġa apposta, apparat speċjali u l-programm ta' tranżizzjoni nnifsu.", "It-Taqsima Edukazzjoni Speċjali kif ukoll l-iskejjel speċjali se jkollhom konsultazzjoni kontinwa mal-ġenituri ta' l-istudenti kkonċernati dwar dak kollu li jkun qed isir għall-ġid ta' uliedhom.", "F'dan il-proċess qed tiġi kkonsultata ukoll il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita`.", "KALAXLOKK - NEGOZJATI DWAR IL-PRIVATIZZAZZJONI", "11976.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux lesti n-negozjati dwar il- privatizzazzjoni tal-Kumpannija Kalaxlokk?", "Tista' xxandar il-konklużjonijiet ta' dawn in-negozjati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11884 waqt is-Seduta Nru. 201.", "SKEJJEL - SKOLA NAWTIKA - RIABILITAZZJONI", "11977.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex tiġi riabilitata l-iSkola Nawtika peress li aktar ma tibqa' fl-istat diżastruż li tinsab fih qed tbiegħed minnha studenti prospettivi?", "Meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm pjan biex l-iSkola Nawtika tiġi riabilitata.", "Id-data meta ser jibda x-xogħol għadha ma ġietx deċiża.", "SKEJJEL - SKOLA TAL-HAIRDRESSING U BEAUTY THERAPY", "11978.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru hemm xi pjan biex tiġi żviluppata u mkabbra l-iSkola tal- Hairdressing u Beauty Therapy ta' Tas-Sliema peress li hemm żgħażagħ li qed jitħallew barra milli jsegwu kors f'din l-iskola?", "Meta se jitwettaq dan il-pjan ta' żvilupp u kemm se jqum u fuq kemm żmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar approvat il-pjanti għat-tkabbir kif proposti mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni, it-Taqsima Bini ta' Skejjel ta' l-istess diviżjoni ippreparat id-dokumenti ta' l-offerti flimkien mal-pjanti relevanti.", "Informat ukoll li x-xogħlijiet ta' konkos, ġebel u finitura huma stmati li se jkunu madwar Lm70,000.", "Ix-xogħlijiet fuq servizzi elettriċi u mekkaniċi huma stmati li se jiswew madwar Lm35,000.", "Fl-aħħar nett informat li huwa maħsub li dawn ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew f'nofs is-sena 2000 u jieħdu madwar sena, jiġifieri sa Awissu 2001.", "SKEJJEL - SERVIZZ MEDIKU", "11979.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa persuni fis-servizz mediku fl- iskejjel?", "Mindu bdiet is-sena skolastika, fiex kienet tikkonsisti fid-dettal il- ħidma ta' dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li:", "1.", "Is-servizz mediku fl-iskejjel jikkonsisti;", "* Sitt tobba li jaħdmu fl-iskejjel; * Disa' infermieri li jaħdmu fl-iskejjel; * Tabiba li tiddiriġihom; * Infermiera li tikkoordina xogħlhom.", "Mindu bdiet is-sena skolastika fis-27 ta' Settembru 1999, il-ħidma tagħhom kienet:", "* Visti ta' rutina lit-tfal ta' l-ewwel, it-tielet u s-sitt sena fl- iskejjel ta' l-Istat u tal-Knisja; * Visti ta' rutina tat-tfal li għandhom jibdew il-kindergarten f'Jannar 2000; * Iċċekkjar tax-xagħar tat-tfal meta mitlubin biex jagħmlu hekk mill- iskejjel; * Tilqim ta' Hepatitis B, MMR u influwenza.", "2.", "Is-servizz mediku ta' l-Edukazzjoni jikkonsisti f'tabib u assistenta tas- saħħa.", "Mindu bdiet is-sena skolastika 1999, il-ħidma tagħhom kienet:", "* Servizz ta' pariri mediċi lill-Head Office u s-sezzjonijiet 17-il każ, lill-iskejjel 27 każ u lill- persuni li qegħdin barra mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni 7 każi;", "* 21 taħdita lill-għalliema;", "* 16-il viżta lill-iskejel ta' l-Istat;", "* Kontinwazzjoni tal-koordinament tat-tilqim kontra l-Hepatitis B lill- istaff ta' l-iskejjel speċjali, u tat-testijiet tad-demm li jsiru wara t- tilqim;", "* Programm organizzat ta' ċċekkjar tar-ras tat-tfal kollha (1408) ta' l- iskejjel primarji ta' l-Istat.", "3.", "L-infermiera residenti fl-iskejjel speċjali huma sitta f'Malta u waħda f'Għawdex.", "Dawn jieħdu ħsieb id-diversi bżonnijiet tat-tfal bi bżonnijiet speċjali u jgħinu lit-tobba fil-viżti tagħhom.", "4.", "Servizz ieħor f'Għawdex jikkonsisti f'tabib u infermiera.", "Mill-bidu ta' din is-sena skolastika l-ħidma tagħhom kienet:", "* Kontinwazzjoni ta' l-eżamijiet fiżiċi ta' rutina lit-tfal li bdew il- kindergarten ta' l-Istat u tal-Knisja;", "* Tilqim ta' Hepititis B, DDT pol, MMR u BCG.", "UNIVERSITA' - SOCIAL WORK", "11981.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet (anke jekk jingħatawli b'mod konfidenzjali) li wasslu lill-Universita' biex iċċaħħad żewġ persuni mill- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin biex isegwu kors degree fil-qasam tas- social work?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sabiex persuna tkun tista' tiġi reġistrata bħala student fil-kors tal-B.A.(Hons.)", "Social Work għandha bżonn tissodisfa r-regolamenti ta' l-istess kors.", "Fost dawn hemm regolament numru erba' li jgħid li kandidat jista' jkun reġistrat fil-kors jekk:", "a) ikun eliġibbli għad-dħul fl-Universita` bħala student regolari skond it- termini ta' l-Admission Regulations ta' l-Universita`; u", "b) jissodisfa lill-Bord ta' Intervisti maħtur apposta għal dan il-għan li huwa għandu l-ħajra li jsegwi dan il-kors.", "L-istess regolament ikompli jgħid li għalkemm ir-rekwisiti hawn fuq imsemmija huma r-regola, fil-każ ta' gradwati mill-Universita` u wkoll persuni ta' aktar minn 23 sena li l-bord hawn fuq imsemmi jidhirlu li l- kwalifiki tagħhom huma suffiċjenti, jistgħu jkunu eżenti mill-istess rekwiżiti ħlief għar-rekwiżit ta' l-intervista mill-bord.", "Informat li ż-żewġ applikanti msemmija naqsu li jissodisfaw dan ir- rekwiżit ta' l-intervista mill-bord.", "ENEMALTA - UNITS B'XEJN LIL ĦADDIEMA", "12029.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-500 unit b'xejn li kienu jieħdu l- ħaddiema ta' l-Enemalta u li kienu ngħataw mill-amministrazzjoni Nazzjonalista, għadhomx jingħataw?", "Jekk le, meta tneħħew u għalfejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-ħaddiema ta` l-Enemalta għadhom jieħdu l-units li għalihom qed issir riferenza.", "PA - OFFICE ADMINISTRATOR", "12030.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11686, jista' l-Ministru ġentilment igħidilna kif filwaqt li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha għaddejja minn riforma, nħoloq post ġdid ta' office administrator - liema vakanza mtliet diġa'?", "Fl-istess tweġiba ntqal ukoll li l-kariga ta' personnel assistant se tiġi eliminata.", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-post il-ġdid ta` HR Office Administrator inħoloq fil- proċess tar-riforma li qegħda ssir fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Wara li eżaminat il-bżonnijiet tal-funzjoni tar-Riżorsi Umani, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar iddeċidiet li l-pożizzjoni ta` Senior Administrative Assistant (Personnel) m`huwiex bżonnjuż f`dan l-uffiċċju.", "PULIZIJA NISA", "12031.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' re-instatement ta' pulizija nisa f'dan il-każ, tfajla ta' 26 sena, li diġa' kellha ħames snin servizz fil-Korp tal- Pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11356.", "ZABBAR - SQAQ ĦAS SAJJIED - BOZZA", "12032.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11273 fejn tlabt trasferiment ta' bozza minn ma' razzett antik fejn qed tagħmel ħsara strutturali għal ma' arblu diġa' eżistenti li huwa faċċata.", "Jista' l- Ministru jara għaliex l-Enemalta għadha ma lestitx din il-biċċa xogħol żgħira minkejja li ilhom isiru diversi lmenti dwarha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li ma jirriżultax li l-ħsara qed tiġi kkawżata mil-lampa msemmija.", "Barra minn hekk, is-suġġeriment biex din il- lampa titpoġġa fuq arblu fil-qrib m'huwiex aċċettabbli għall-Korporazzjoni Enemalta peress li hemm lampa oħra fil-qrib.", "RAĦĦALA - ORDNI TA' GĦABURA U MUNTUN", "12033.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala li ordnaw l- għabura u l-muntun u tħallew b'xejn minkejja li għamlu l-ordni u ħallsu l- pagamenti kollha f'April ta' din is-sena?", "Kemm minhom huma Maltin u kemm Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numru totali ta' raħħala li ordnaw għabajjar u mtaten mill-Ġermanja kienu 26.", "Minn dawn kien hemm 12 Għawdxin u 14 Maltin.", "It-tqassim sar bil-polza.", "Erba' raħħala ma ħadux għabura, iżda tnejn minnhom ħadu muntun.", "Wieħed Għawdxi u wieħed Malti ix-xorti ma dahkitilhomx.", "WIED IL-QLEJGĦA - PILASTRI", "12034.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li nbnew żewġ pilastri tal-konkos fil-wied tal-Qlejgħa?", "Dawn huma temporanji jew permanenti?", "Saru xi talbiet lill-Planning Authority dwar dawn ix-xogħlijiet li saru?", "Jekk iva, x'inhi r-riferenza?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f' xi seduta oħra.", "WIED IL-QLEJGĦA - ARBLU TAD-DAWL", "12035.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-arblu tad-dawl li tpoġġa ħdejn it-tifkira tal- ftuħ ta' l-ewwel fażi tal-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa fil-parti tal-wied magħrufa il-Fiddien qed iħalli mpatt negattiv mal- karatteristika u l-ambjent ta' l-inħawi, jista' l-Ministru jikkonsidra li l- arblu jsir ta' l-injam sabiex ikun aktar kompatibbli ma' l-ambjent fl- inħawi?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-suġġerimenti ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta ghal konsiderazzjoni tagħha.", "DJAR - ILMENTI FL-IMTARFA", "12036.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il- fond Nru.6B Binja Ġebel id-Dwejra, Mtarfa l/o Rabat kif imfissra mill- inkwilini fl-ittra tagħhom tat-22 ta' Settembru, 1999 lill Awtorita' tad- Djar?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tlabt lill-Awtorita' tad-Djar biex jikkonsidraw it- talba ta' l-inkwilini.", "DJAR - ILMENTI FL-IMTARFA", "12037.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il-fond Nru. 6B Binja Ġebel id-Dwejra, Mtarfa l/o Rabat, kif imfissra mill-inkwilini fl- ittra tagħhom tat-28 ta' Marzu, 1999?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12036.", "DJAR - ILMENTI FL-IMTARFA", "12038.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il- fond Nru.6B Binja Ġebel id-Dwejra Mtarfa, l/o Rabat, kif imfissra mill- inkwilini fl-ittra tagħhom tal-31 ta' Mejju, 1999 lill-Awtorita' tad-Djar?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi għat-tweġiba li tajt għal għall- mistoqsija parlamentari numu 12036.", "FURJANA - PLAYING FIELDS", "12052.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Rigward xogħlijiet ippjanati mill-Valletta Rehabilitation Committee Project fil-King George V playing fields fil-Furjana, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq dan il-proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9814 (Seduta Nru. 148).", "DJAR - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "12053.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk familja li tinkludi persuna b'diżabilita', bi problema ta'mobilita' reġistrata, tapplika għal Skema V ta'l-Awtorita' tad-Djar peress li toqgħod f'binja tal-gvern?", "Tista' din il-familja tapplika u tibbenefika mill-Iskema Numru 7 għar-raġuni li l-fond tal-familja jkun inxtara mill-istess familja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Taħt Skema 7 jista japplika.", "Skema V ġiet estiża għal dawk il-familji li joqogħdu fi blokki/entraturi tal-Gvern u li jkollhom xi membru tal-familja ibati minn diżabilita' ta' mobilta'.", "Fir-rigward Skema 7, kull minn joqgħod f'residenza okkupata minnhom, kemm bħala inkwilini kif ukoll bħala sid, u xi ħadd mill-membri tal-familja tiegħu ikun ibati minn diżabilita' ikun jista' japplika taħt il- kondizzjonijiet ta' l-iskema.", "ĦAMRUN: TAR-RABBAT - TOROQ", "12054.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fl-estimi dwar toroq hemmx inkluż l-għoti tat-tarmak fit-toroq fl-inħawi tar-Rabbat, il-Ħamrun?", "Jekk fl-affermattiv, liema toroq huma nklużi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li xogħol tat-tip imsemmi mill-Onor.", "Interpellant isir taħt il-Vot `VII Capital Item 35 sub head 10 - Levelling and Asphalting of private streets.", "Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal- kunsilli lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha w x-xogħol fil-lokal isir skond il-prioritajiet li se jirriżultaw minn dan il-programm.", "DJAR - REVIŻJONIJIET TAL-KERA", "12055.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jinħareġ ir-rapport tal-kummissjoni għar-reviżjoni tal- liġijiet tal-kera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Avukat J.R. Micallef ġie mitlub jippreżenta r- rapport finali mill-aktar fis possibbli.", "WSC - LUQA - TARXIEN ROAD", "12062.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jassigurana li l-provvista ta' l-ilma f'Tarxien Road, Luqa, tkun mingħajr sadid?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant gie mgħoddi lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il- każ jittieħdu l-passi meħtieġa.", "FINANZI - KAROZZA", "12063.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista'l- Ministru jgħid x'kien il-make tal-karozza li ġiet leased mill-Ministeru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni ngħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6760.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - KAROZZA", "12064.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-make tal-karozza li ġiet leased mill- Ministeru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- karozza ufficjali li qed tintuza minn wieħed mis-Segretarji Parlamentari li jiffurmaw parti mill-ministeru tiegħi.", "Il-karozza wżata hija tat-tip Volvo.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - EKONOMISTI", "12065.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-ekonomisti li hemm attached mal- ministeru jew li qed jaħdmu fuq bażi ta' konsulenza?", "Kif ġew ingaġġati u b'liema rati ta'ħlas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici qed jagħmel użu mis-servizzi ta` erba` ekonomisti li ġew ingaġġati mill- ministeru fuq bazi ta` konsulenza.", "Dawn huma l-Professur Bernard Gauci, il- Professur Joseph Falzon u s-Sinjuri Nazzareno Camilleri u Joseph Vella.", "Dawn qed jircievu remunerazzjoni ta` Lm10,000, Lm2,000, Lm5,100 u Lm4,186 rispettivament.", "LEVIES - IMPATT SOĊJALI", "12066.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkommissjonat xi studju dwar l-impatt soċjali tal-levies fuq l-għoli jew roħs tal- prezzijiet?", "Jekk iva, jista' jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PRODOTTI IMPORTATI", "12067.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġiex ikkomissjonat xi studju dwar l-eventwalita' li meta prodotti importati jorħsu x'impatt se jħalli fuq kumpanniji li jipproduċu għas-swieq lokali u konsegwentement iħalli impatt negattiv fuq l-qgħad?", "Jekk ġie kkommissjonat studju, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "DAY CENTRES", "12068.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, liema huma ż-żewġ day centres li ġew inawgurati mill-amministrazzjoni preżenti?", "Xi pjanijiet hemm biex fil-futur jiġu miftuħa day centres oħra?", "Min qed jamministra dawn id-day centres?", "Min jużahom iħallas xi kontribuzzjoni?", "Jekk iva, kemm hi din il-kontribuzzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-amministrazzjoni preżenti nawgurat id-day centres ta' l-Imtarfa u ta' B'Kara.", "Dalwaqt se jinfetaħ day centre f'Bormla, u fil-futur hemm ippjanat li jinfetħu day centres oħra f'Ħal Luqa, u f'Tal-Pieta'.", "Dawn id-day centres huma amministrati temporanjament minn Assistenti Soċjali Każwali.", "Min juża d-day centres iħallas kontribuzzjoni ta' minn Lm1 sa Lm2.50 fix- xahar skond kemm-il darba jattendi fid-day centre.", "PENSJONANTI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "12069.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Meta beħsiebu l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu li għamel lill-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi li fil- programm elettorali tagħhom kienu wegħduhom li se jtejjbu l-pensjoni tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi dwar dan is-suġġett fil-mistoqsija parlamentari numru 6218.", "Il- pożizzjoni tal-gvern fuq dan is-suġġett hija ċara.", "Wara li jkollna r- rapport finali tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-riforma fil-welfare nkunu nistgħu naħsbu bis-serjeta' għal futur tas-Sigurta' Soċjali f'pajjiżna wara li jkunu ressqu l-fehmiet tagħhom il-partijiet kollha nvoluti f'dan il- qasam.", "L-Opposizzjoni wkoll ġiet mistiedna tressaq l-opinjoni tagħha għall- ġid tas-Sigurta' Soċjali f'pajjiżna.", "PENSJONANTI - ŻIEDA SĦIĦA", "12070.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jwettaqx il-wegħda elettorali tiegħu u jagħti żieda sħiħa lill-pensjonanti ttieħdet wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare?", "Jekk iva, x'kienu r-rakkmandazzjonijiet tal-kummissjoni rigward dan il-qasam?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Welfare għadha ma ressqet l-ebda rakkomandazzjoni lill-gvern dwar il-welfare u wisq iżjed dwar il- pensjonijiet.", "INDUSTRIJA TAL-BINI - RAPPORT", "12071.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal- Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini li dan il-kunsill bil-liġi suppost li joħroġ darba fis-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li r-rapport annwali għas- sena li tagħlaq fil-31 ta' Diċembru, 1999 se jinħareġ fix-xahar ta' Jannar 2000.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SERVIZZI SOĊJALI", "W140.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizzi Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, hijiex qed tieħu s-social assistance kollu dovut lilha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta hi fl-affermattiv u l-persuna konċernata ġiet informata.", "PENSJONIJIET", "W142.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizzi Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, huwiex qed jieħu l-pensjoni li fil- fatt għandu jieħu?", "Dan qed jieħu Lm28.50 fil-ġimgħa.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru illi l-pensjoni tal-persuna minnu ndikata hija maħduma tajba.", "Irrid inżid ngħid illi l- istess persuna se tiġi nformata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni li qed tirċievi.", "SERVIZZI SOĊJALI - ĦLAS LURA LID-DIPARITMENT", "W144.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizzi Soċjali: Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għandhiex verament tagħti lura Lm1084 lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali ta' ħlas illi d-dipartiment qed jgħid li ngħatat żejda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru illi l-persuna minnu ndikata diġa' ġiet informata b'ittra separata dwar kif sar dan il- ħlas żejjed.", "SERVIZZI SOĊJALI - RELIEF", "W145.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizzi Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, se tingħata r-relief?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talba għall- għajnuna soċjali tal-persuna li isimha ntbagħat separatament, ġiet miċħuda fit-23 ta' Settembru, 1999, u l-persuna konċernata ġiet informat b'dan.", "SERVIZZI SOĊJALI", "W151.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizzi Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, verament ingħatatx ħlas żejjed ta' Lm1104.170 mis-servizzi soċjali peress li qed isirilha tnaqqis għax id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali qed jgħidu li sar ħlas żejjed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt lid- Direttur tas-Sigurta' Soċjali biex jinvestiga l-każ tal-persuna msemmija.", "Id-dipartiment għandu jinforma lil din il-persuna bir-riżultat ta' din l- investigazzjoni.", "SERVIZZI SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "W153.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizzi Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-ġenituri tal-persuni li isimha qed jintbagħtu separatament se jirċievu ċ- children's allowance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ġenituri tal-persuna kkonċernata rċevew u sarrfu ċ-ċekk ta' l-allowance tat-tfal qabel ma saret il-mistoqsija parlamentari."]} {"filename": "19991201_194d_par.doc", "date": "1999-12-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 194 L-Erbgħa, 1 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 194", "L-Erbgħa, 1 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "194", "L-Erbgħa, 1 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 608", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 608", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESPONSABBILTÀ ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS", "MIŻ-ŻEJT (TIENI QARI U KUMITAT)", "OIL POLLUTION (LIABILITY AND COMPENSATION) BILL", "(SECOND READING AND COMMITTEE STAGE) 613", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI", "B'DIŻABILITÀ (IT-TIENI QARI)", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL (SECOND READING) 624", "AĠĠORNAMENT 633", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 639", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 193 li saret fit-30 ta' Novembru, 1999 kienu konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "SEDQA - TRASFERIMENTI", "9585.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tas-Sedqa?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 ma ngħataw l- ebda trasferimenti lill-ħaddiema tas-Sedqa.", "Iżda fl-istess waqt ta' min jinnota li waħda mill-impjegati ta' l-aġenzija talbet hi stess biex tmur taħdem mad-dipartiment tas-servizzi korrettivi fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "DJAR - IMPJEGATI ĠODDA", "9586.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-awtorità tad-djar mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-14 ta' Lulju, 1999 l-awtorita' tad-djar impjegat persuna waħda bħala research and policy development officer wara sejħa pubblika.", "DJAR - TRASFERIMENTI", "9587.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-awtorità tad-djar?", "Jista' jagħti r- raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'dan il-perijodu ma saru ebda trasferimenti mill- awtorità tad-djar.", "ĦARSIEN TA' L-ANZJANI - TRASFERIMENTI", "9588.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-anzjani?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-perijodu msemmi ngħataw 20 trasferiment lill- ħaddiema fid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani; 19 minnhom saru fuq talba ta' l-impjegati stess u każ wieħed sar skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Jekk ikun hemm bżonn isiru xi trasferimenti fil-futur dawn isiru skond l- esiġenzi tas-servizz.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista', jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu l-persuni li ġew trasferiti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien hawnhekk ma nistax ngħid x'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu dawn il-ħadddiema għax m'għandix l-informazzjoni, pero' jekk l-Onor.", "Abela jagħmilli mistoqsija parlamentari bil-miktub inkun nista' nwieġbu bil-qalb kollha.", "SIGURTA' SOĊJALI - IMPJEGATI ĠODDA", "9589.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment tas- sigurtà soċjali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mad- dipartiment tas-sigurtà soċjali fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija.", "LABOUR OFFICE - TRASFERIMENTI", "9590.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-labour office?", "Jista' jagħti r- raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn il-perijodu 27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 ma ngħata l-ebda trasferiment fil-labour office, li issa jissejjaħ dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l-imjpieg.", "Kull trasferiment li jista' jsir ikun żgur minħabba l-esiġenzi tas- servizz.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Inkun korrett jekk ngħid li minħabba t-twaqqif ta' l-ETC inbidel ir-rwol tal-labour office, jew li ċerti funzjonijiet qegħdin isiru minn din il-korporazzjoni?", "Fid-dawl tat-tweġiba li ta l-Viċi Prim Ministru rigward il-bdil ta' l-isem tal-labour office, ifissirx dan li nbiddlu wkoll ċerti responsabbiltajiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bla dubju ta' xejn dan huwa wieħed mid- dipartimenti li qed issirlu reviżjoni sħiħa tal-funzjoni tiegħu u l-isem tiegħu nbidel bħala indikazzjoni tal-ħsieb ta' dan il-gvern ta' fejn jixtieq iwasslu għax dan huwa dipartiment importanti ħafna.", "Fil-fatt l- intenzjoni tagħna hija li dan id-dipartiment niżviluppawh bħala unit u dipartiment fi ħdan il-gvern li jiffoka ħafna iżjed milli qed jiffoka sal- lum fuq ir-relazzjonijiet industrijali u l-impjiegi.", "Illum dan id- dipartiment, apparti li huwa d-dipartiment tax-xogħol kif nafuh, jiġifieri dipartiment responsabbli mill-kwestjonijiet ta' drittijiet ta' ħaddiema u l-applikazzjoni tal-liġi taċ-CERA eċċ., għandu wkoll fi ħdanu sezzjoni li għandha x'taqsam mas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Abela, il-gvern beħsiebu jwaqqaf awtorità għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-abbozz ta' liġi qiegħed jiġi diskuss mal-partijiet soċjali.", "Fil-fatt bħalissa qiegħed nirċievi s-suġġerimenti u l-kummenti mill-partijiet soċjali fuq l-abbozz ta' liġi li kien ġie approvat mill-kabinett u l-mira tagħna hija li minn hawn u ftit ġranet oħra dan l-abbozz ta' liġi jiġi pubblikat.", "Pero' l-parti tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol se tinqala' eventwalment minn taħt dan id- dipartiment u tiġi kkonsolidata taħt l-awtorità l-ġdida.", "Hemm ħafna iżjed xogħol xi jsir, jiġifieri rridu ninvestu f'riżorsi umani aktar speċjalizzati u mħarrġa fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali ta' pajjiżna.", "Allura rridu li dak id-dipartiment ikollu funzjoni regolatorja filwaqt li l-partijiet fejn nattwaw il-liġijiet tagħna, f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tax-xogħol, isiru mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ, kif qed isiru llum.", "Jista' jkun hemm ukoll xi responsabbiltajiet oħrajn li jeżistu llum li qed jagħmel id-dipartiment tax-xogħol li wkoll jiġu ttrasferiti għal għand il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ.", "Dwar dan għad iridu jsiru studji u analisi oħrajn fix-xhur li ġejjin u allura s- sena d-dieħla nkunu nistgħu nitkellmu aktar fid-dettall.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, lill-Viċi Prim Ministru nixtieq nistaqsih fiex waslu l-preparamenti għat-tibdil fil-liġi taċ-CERA u meta hemm il-ħsieb li dawn jitressqu quddiem il-parlament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ladarba sar ħafna xogħol fis-snin li għaddew li wassal għall-proposti konkreti li kienu qegħdin jiġu diskussi fi ħdan il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, jien deherli li m'għandix nitlef dak il-kontribut qawwi li sar matul dawn is-snin.", "Fil- fatt proprju bħal dan ix-xahar sena ilu jien stedint lill-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u l-partijiet soċjali f'dak il-forum biex jibagħtuli l-proposti konkreti maqbula, jekk jista' jkun, bejn il-partijiet kollha u f'każ li ma jkunx hemm qbil igħiduli l-pożizzjoni xi tkun biex finalment il-gvern jieħu d-deċiżjoni li għandu jieħu.", "Irrid ngħid li għaddiet sena u s'issa għad m'għandix dawn il-proposti f'idejja.", "Biex nistimula l-proċess ħalli naslu għal dawn il-proposti jien inkarigajt konsulent, li huwa l-Prof Edward Zammit, biex jitkellem mal- membri kollha tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku separatament, ħalli jikkristalizzali l-pożizzjoni u jagħtini rapport li fiha jgħidli preċiż x'inhuma l-punti li sal-lum hemm il-qbil fuqhom bejn il-partijiet soċjali u l-punti li fuqhom m'hemmx qbil.", "Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat minn hawn u ftit ġranet oħra.", "Naf ukoll li anke l-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku qiegħed jasal għar-rapport finali u huwa ttamat li dan jiġi ppreżentat lili wkoll fi ftit ġranet oħra.", "F'dak il-mument allura nkunu f'pożizzjoni bħala gvern li nanalizzaw il-proposti u nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn u jkun hemmhekk li jiġi ppreparat l-abbozz tal-liġi.", "L-informazzjoni li għandi hija li jekk l-affarijiet jimxu 'l quddiem, kif nittamaw li jimxu 'l quddiem, jista' jkun li l-proposta li tasalli tista' anke tkun f'forma ta' abbozz ta' liġi.", "Pero' naturalment l-abbozz ta' liġi l-ewwel irid jiġi diskuss fuq livell ta' gvern imbagħad eventwalment jiġi ppubblikat biex jiġi diskuss f'dan il-parlament.", "MANIKATA - TRIQ IL-KNISJA L-QADIMA - BOZZA", "11474.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li anzjana residenti fi Triq il-Knisja l-Qadima, l-Manikata, ilha tilmenta sitt xhur sabiex tinbidel il- bozza maqtugħa li hemm ħdejn ir-residenza tagħha, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi ħalli jiġu rranġati l-ħsarat?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba ta' din l-anzjana bħala waħda urġenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li l-ħsara li ghaliha qed issir riferenza issewwiet fis-17 ta` Novembru, 1999.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, b'riferenza għall-ħsara li saret il- bieraħ fil-power station tal-Marsa, meta hemm il-ħsieb li s-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Wara li l-bieraħ ġiet irrapportata l-ħsara jien mort fil-post biex nara x'kienet il-problema.", "Fil-fatt jidher li dak li wassal għall-isplużjoni fl-iswitchgear kienet ix-xita - dak il-ħin imn'Alla ma kien hemm ħadd għax infaqa' xi ħġieġ u kien hemm xi ħruq ukoll u fil- fatt saret bypass għall-post fejn saret il-ħsara - pero' għad trid issir investigazzjoni biex naraw l-affarijiet eżattament kif ġraw.", "Ta' min jgħid li minkejja li l-iswitchgear huwa importanti m'huwiex il-qalba tal-power station, biex ngħid hekk, bħal, per eżempju, xi turbina jew xi boiler.", "Nixtieq ngħid ukoll li meta jien mort il-power station kienu madwar in- 12.30 p.m. u l-postijiet kollha li kienu affettwati prattikament kienu diġà ġew lura għan-normal.", "Li ġara kien li kien hemm kuntrattur li kien qed jagħmel xi xogħol u dan qata' cable u tefa loop sħiħa tas-circuit li kienet qed tiddistribwixxi d- dawl in-naħa tal-Hamrun.", "Għalhekk dan il-feeder cable kellu jiġi iżolat u l-enerġija bdiet tingħata min-naħa l-oħra għaliex dawn jaħdmu b'sistema ta' loops fejn nofs iċ-ċirku jgħadduh minn post u nofs iċ-ċirku l-ieħor jgħadduh minn post ieħor.", "Allura meta jkun hemm ħsara jkun hemm aċċess għal dak il-loop, biex ngħid hekk, min-naħa l-oħra.", "Issa minbarra l- inkonvenjenza u l-problemi kollha li jinħolqu l-Enemalta jkollha tuża back- up safety measure għaliex xi ħadd ikun irresponsabbli u jkun ħadem mingħajr ma jkun ħares sewwa x'għandu jsir.", "Nixtieq ngħid li Allaħares m'għandniex dawn ir-ring circuits imxerrdin ma' Malta kollha biex jipprovdu dan it-tip ta' back-up system għax kieku ma' kull ħsara li jkollok, ikollok titfi kullimkien.", "MTARFA - TRIQ SAN DAVID - BOZZA", "11475.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-anzjani residenti fi Triq David, l-Imtarfa ilhom jilmentaw li twaħħlu l-arbli tad-dawl sena ilu f'din it-triq bla ma twaħħlu l-bozoz, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli dawn l-anzjani jkollhom dawl adegwat fl-inħawi residenzjali tagħhom?", "Jista' l-ministru jikkonsidra din it-talba bħala waħda urġenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-arbli li hemm fit-triq imsemmija ġew installati biex jgħaddu l-linji minn fuqhom u mhux għal-lampi.", "Madankollu t-talba għal aktar dawl qed tigi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "DINGLI/RABAT - BDIEWA", "11476.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa mill-inħawi ta' Ħad-Dingli, Rabat u nħawi oħra li rrapportaw lid-dipartiment tal-biedja ħsarat kkawżat mis-silġ li għamel is-Sibt 13 ta' Novembru, 1999?", "Kemm kienet stmata l-ħsara kkawżata?", "Jikkonsidra l-Ministru li dawn il-bdiewa jingħataw l-istess għajnuna li ngħataw bdiewa oħra ftit tax-xhur ilu li ġarrbu ħsarat simili kawża tal- maltemp?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Il-maltempata tas- silġ li laqtet l-aktar l-inħawi ta' Ħad-Dingli u ta' madwar għamlet ħsara fl-uċuħ lil madwar 40 bidwi.", "Din il-ħsara għadha qed tiġi stmata.", "Fil-ħsara li ġrat fid-19 ta' Novembru 1998 il-bdiewa qed jiġu kkompensati biss għal telf ta' strutturi u materjal.", "Din il-ħsara tas-silġ ta' dan ix- xahar ikkaġunat l-aktar ħsara fl-uċuħ kif ukoll ħsara ta' ftit liri li jammontaw għal madwar Lm700 fi ħġieġ tas-serer.", "Qed isiru spezzjonijiet lill dawk il-bdiewa li rrapportaw dawn il-ħsarat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Naħseb li l-Ministru jaf li bħalissa l-bdiewa kollha ta' Malta u Għawdex għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli minħabba l- maltemp.", "Issa jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'inhi s-sitwazzjoni tad- dipartiment vis-a-vis dawn iċ-ċirkostanzi u jekk il-gvern hux qed jikkonsidra li jikkompensa lill-bdiewa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, irrid ngħid li dan l-aħħar, speċjalment matul din l-aħħar ġimgħa, għamel ammont kbir ta' ilma u skond il-mezzi tax-xandir qbiżna t-300 millimetru.", "Ovvjament ammont ta' xita ta' din in-natura fi żmien daqshekk qasir jikkaġunalek ċerti ħsarat.", "Nista' ngħid li l-ministeru qiegħed jilqa' l-ilmenti tal-bdiewa li sarulhom ħsarat fl-uċuħ tar-raba' kif ukoll lil dawk li waqgħulhom il-ħitan tas-sejjieħ.", "Fil-fatt in-nies ta' l-extension services diġà ħarġu jaraw l-ammont ta' ħsara li ġiet ikkaġunata.", "Jien nista' ngħid li kif joqgħod it-temp, ikomplu jsiru dawn l-inspections fir-raba' ħalli nkunu nafu l-ammont ta' prodotti li tħassru u l-ammont ta' ħsarat li saru fuq il-ħitan tas-sejjieħ u fuq serer.", "Irrid ngħid ukoll li bħalma dan il-gvern is-sena l-oħra ħareġ madwar Lm55,000 biex itaffi ftit mill-ħsarat li seħħew fil-proprjetajiet ta' madwar 55 bidwi minħabba l-maltempata li kienet għamlet f'Novembru, jekk din is-sena l-ħsarat ikunu tali li jkun hemm bżonn l-għajnuna tal-gvern ovvjament inressaq it-talba ta' dawn il-bdiewa biex il-gvern jagħmel tajjeb għalihom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESPONSABBILTÀ ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT", "OIL POLLUTION (LIABILITY AND COMPENSATION) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-30 ta' Novembru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, illum fil-jum dinji kontra l-AIDS mhux qed nitkellmu fuq il-kontroll ta' din il-marda qerrieda imma fuq tip ta' kontroll ieħor li huwa bżonnjuż ħafna wkoll.", "Fil-fatt it-tinġis taż- żejt jista' jkun qerriedi bħall-AIDS, speċjalment minħabba l-istat ġeografiku ta' pajjiżna.", "Sal-bieraħ jien ma kontx beħsiebni nitkellem dwar dan l-abbozz ta' liġi għax nifhem li liġijiet bħal dawn huma importanti ħafna li jiġu ratifikati malajr kemm jista' jkun u għalhekk m'għandniex naħlu ħafna ħin fuqhom pero' se nipprova nkun konċiż kemm jista' jkun.", "L-ewwelnett irrid ngħid li din il-liġi hija frott ta' l-international maritime organisation u ta' l-organizzazzjoni li kien hemm qabilha, li kienet a consultative organisation.", "Barra minn hekk l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jitkellem dwar liġi internazzjonali miktuba u mhux fuq customary international law u allura huwa aktar faċli li niskrutinawha u naraw x'inhuma l-implikazzjonijiet tagħha għal min jirratifikaha.", "Qed ngħid dan għax għalkemm customary international law fil-liġi internazzjonali għandha l-istess saħħa, ġieli jkollha ftit aktar saħħa mil-liġi miktuba pero' jista' jkun hemm problema ta' interpretazzjoni.", "Il-liġi li għandna quddiemna llum ma toħloqx din il- problema għaliex hija liġi miktuba u allura nistgħu nanalizzaw l-artikli tagħha u niskrutinawhom f'aktar dettall.", "Sur President, naħseb li l-punt tat-tluq f'dan id-dibattitu - din għamluha diversi kelliema qabli - għandu jkun li nagħmlu distinzjoni bejn il-prevenzjoni mit-tniġġis u r-regoli għall-kumpens.", "Ovvjament il- prevenzjoni mit-tniġġis kważi kważi hija aktar importanti pero' llum qegħdin nitkellmu dwar ir-regoli għall-kumpens.", "Issa l-prevenzjoni mit- tniġġis tal-baħar f'dan is-settur nistgħu naqsmuh f'erba' setturi differenti.", "L-ewwelnett għandek dak li għandu x'jaqsam mal-mod ta' kif jinbnew il-vapuri u allura jidħlu l-construction u s-safety rules u affarijiet bħalma huma l-ballast tanks u l-filters tal-vapuri.", "It-tieni settur jikkonsisti mid-discharges u t-tindif tat-tankijiet tal- vapuri u dan huwa l-akbar sors ta' tniġġis tal-baħar miż-żejt.", "Fl-1954 kien hemm il-konvenzjoni msejħa OILPOL li minflokha daħlet il-MARPOL.", "Fil-fatt il-MARPOL hija ferm aktar komprensiva u bażikament tgħid li kull pajjiż għandu jikkontrolla l-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, ikunu fejn ikunu.", "Barra minn hekk hemm kontroll ieħor fis-sens li l-pajjiżi jridu jenforzaw ir-regoli tal-MARPOL kontra kull vapur li jkun fl-ibħra territorjali ta' l- istess pajjiż.", "Allura bis-saħħa ta' din il-konvenzjoni, f'dak li għandu x'jaqsam ma' tindif ta' żejt, għandna speċi ta' double-check bħala prevenzjoni.", "It-tielet settur li jagħmel parti mill-prevenzjoni huwa dak li għandu x'jaqsam ma' government intervention.", "Dan jeħodna lura għall-1967 wara d- diżastru enormi tat-Tory Canyon meta ħafna pajjiżi bdew juru ċar u tond li d-dritt li joħroġ minn dak it-tip ta' eżerċizzju - f'dan il-każ il- customary right kien li jittieħdu miżuri 'l barra mill-ibħra territorjali sabiex jiġu protetti l-interessi tagħhom - wassal għall-konvenzjoni mill- international maritime organisation separata.", "Hawnhekk jien qed nirriferi għall-international convention relating to intervention on the high seas in cases of oil pollution casualties.", "Issa ovvjament hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq sitwazzjonijiet fejn ikun hemm il-possibbiltà tat-tniġġis taż- żejt mhux fl-ibħra territorjali imma fil-high seas li mhumiex ibħra territorjali.", "Bis-saħħa ta' din il-konvenzjoni l-pajjiżi jkunu kapaċi, permezz ta' dan id-dritt internazzjonali, li jieħdu azzjoni barra mill- ibħra territorjali tagħhom sabiex jaraw li ma jkunx hemm problemi fl-ibħra territorjali tagħhom.", "II-Tory Canyon li semmejt qabel huwa l-każ klassiku ta' government intervention.", "L-aħħar settur li jifforma parti mill- prevenzjoni huwa d-dumping, jiġifieri meta żejt jew sustanzi perikolużi jitgħabbew abbord bastiment bl-intenzjoni li wara jintremew fil-baħar.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix iż-żewġ konvenzjonijiet ta' l-1972, waħda ta' Oslo u l-oħra ta' Londra, li jirrigwardaw dan is-settur.", "Dik hija l- parti tal-prevenzjoni.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il-kumpens li qed niddiskutu proprju llum.", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq dawn l-eventwalitajiet li joħolqu diżastri tajjeb li jkun hemm xi tip ta' kumpens għall-vittmi li jsofru d-danni u t- tniġġis.", "Ovvjament fil-common law għandek każ normali ta' negliġenza bħall- każ ta' inċident awtomobilistiku u allura għandek id-diffikultà biex tipprova li l-kumpens li jingħata għal dak it-tort ikun kumpens limitat.", "Wara d-diżastri enormi tat-Tory Canyon u ta' l-Amoco Cadiz ta' l-1978 l- international maritime consultative organisation li dak iż-żmien kienet għadha consultative organisation ħarġet il-konvenzjoni internazzjonali on civil liability for oil pollution damage.", "Din il-konvenzjoni internazzjonali ta' l-1969 titkellem dwar responsabbiltà ċivili għall-ħsara mit-tniġġis biż-żejt.", "Aktar tard din kienet supplimentata bl-international convention on the establishment of an international fund for compensation for oil pollution damage, magħrufa bħala l-fund ta' l-1971, li hija l- konvenzjoni internazzjonali dwar it-twaqqif ta' fondi internazzjonali għall- kumpens minħabba ħsara mit-tniġġis biż-żejt.", "L-abbozz ta' liġi li qed nitkellmu fuqu llum huwa intenzjonat biex jawtorizza lill-Gvern Malti ħalli jirratifika l-protokoll ta' l-1992 li jemenda l-konvenzjoni internazzjonali dwar ir-responsabbiltà ċivili, jiġifieri s-CLC convention, u l-protokoll ta' l-1992 li jemenda l-fund convention.", "Fl-istess ħin dan qed jiddenunzja s-CLC convention u l-fund convention filwaqt li jagħmel il-provvedimenti li huma konsegwenzjali għal dan l-Att.", "Jien nixtieq nitkellem fuq is-CLC convention ta' l-1969 fid-dettall għax din hija x- xewka tad-dahar jew il-basic ta' dak kollu li qegħdin nitkellmu fuqu llum.", "Nispera li fl-istadju ta' kumitat ikollna ċans ukoll niddiskutu xi artikli mill-abbozz ta' liġi.", "Wieħed mill-aktar punti importanti f'din il-konvenzjoni huwa li l-vapur huwa strictly liable għall-ħsara minħabba l-ħruġ taż-żejt mit-tanker.", "Hemm ċertu ammont ta' defences li huma limitati ħafna pero' r-regola ġenerali hija strictly liable.", "Ovvjament minħabba l-fatt li għandek din il- proviżjoni ġenerali sid il-vapur bilfors irid ikollu insurance għal dak li jkun qed jagħmel.", "Il-konvenzjoni ta' l-1969 tapplika biss għal tinġis li jseħħ minn tankers li attwalment ikunu qegħdin iġorru oil in bulk, jiġifieri ma tapplikax għall-bunkers jew għal sustanzi li huma noxious jew hazardous.", "Qabel din il-konvenzjoni ma kenitx tapplika għall-miżuri ta' prevenzjoni għal dik l-eventwalità.", "Ta' min igħid ukoll li din il- konvenzjoni hija limitata biss għall-persistent oil, jiġifieri ma tkoprix il-heavy crude oil, bħall-asfalt, u l-light gas oils għaliex dawn huma non- persistent oils u allura jevaporaw.", "Insibu li l-protokoll ta' l-1992 baqa' japplika din it-teorija li non-persistent oils m'għandhomx għalfejn jidħlu fl-iskop ta' din il-konvenzjoni għaliex dawn jevaporaw u l-ħsara li jagħmlu hija minima ħafna meta kkomparata mal-ħsara li jista' jagħmel l- asfalt u t-tinġis minn heavy crude oil.", "Miżuri li jittieħdu wara t-tinġis m'humiex recoverable u ma jistax ikun hemm il-kumpens fuqhom.", "Dan ifisser li miżuri preventivi biex jimminimizzaw il-ħsara bħal, per eżempju, l-costs tal-clean-up m'humiex meqjusin minn din il-konvenzjoni.", "Issa hawnhekk ta' min jinnota li bis-saħħa tal-protokoll ta' l-1992 li qed nirratifikaw minn dan il-parlament l-costs huma rekuperabbli.", "Hemm imbagħad ir-regoli tal-limitazzjoni tat-tort li bħala ammont huma 133 SDR, jiġifieri special drawing rights, kull tunnellata u dan jista' jibqa' tiela' sa massimu ta' 14 miljun SDR.", "Ovvjament dawn huma pagamenti enormi u għalhekk tankers ta' aktar minn 2,000 tunnellata bilfors iridu jinxurjaw dan ir-riskju.", "Hawnhekk nistgħu nidħlu f'diskussjoni fuq kif ħaddieħor jidħol f'dan ir-riskju u kif ikun hemm imbagħad is-subrogation min-naħa ta' l-insurance, pero' llum m'għandniex għalfejn nitkellmu fuq dan.", "Min-naħa l-oħra l-konvenzjoni internazzjonali ta' l-1971 dwar it- twaqqif ta' fondi internazzjonali għall-kumpens għall-ħsara mit-tinġis biż- żejt trid taraha bħala parti integrali tas-CLC convention ta' l-1969.", "Huwa proprju bis-saħħa ta' din il-konvenzjoni li jkun hemm ammonti biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għall-ħsarat minħabba t-tinġis li jkun sar aktar qabel.", "Ovvjament kieku ma jeżistix dan il-fond ma kienx ikun hemm il-possibbiltà li l-vittmi li jsofru minħabba t-tinġis ikollhom sors minn fejn ikunu jistgħu jirkupraw id-danni.", "Permezz ta' dan il-fond is-sid tat- tagħbija qiegħed jaqsam l-ammont tal-kumpens dovut flimkien mas-sid tal- vapur u primarjament huwa magħmul mil-levies fuq importaturi ta' aktar minn 150,000 tunnellata żejt fis-sena.", "Din hija xi ħaġa loġika li dawk li jagħmlu l-flus bl-importazzjoni taż-żejt għandhom ukoll iħallsu għal dak li jista' jiġri.", "Kien hawn min qal li dan huwa l-polluter pays principle jiġifieri min iħammeġ irid iħallas.", "Jien ma naqbilx li dan huwa l-polluter pays principle imma huwa parti mir-responsabbiltà li qegħdin jieħdu s- sidien tat-tagħbija.", "Ovvjament dan għandu jwassal biex sid it-tagħbija jieħu miżuri ħalli juża bastimenti li jkunu f'kondizzjoni tajba li ma jdaħħluhx għal dan ir-riskju.", "Hemm ħafna iżjed xi tgħid dwar il-fund convention u dwar is-CLC convention ta' l-1969 pero' jien nixtieq nagħlaq billi ngħid xi ħaġa dwar il-protokolli ta' l-1992 li jirrigwardaw dawn il-konvenzjonijiet.", "Dawn iż- żewġ konvenzjonijiet kienu riżultat ta' l-Amoco Cadiz ta' l-1978 li daħħlu elementi ġodda u importanti ħafna li ma kenux daqshekk enfasizzati fil- konvenzjonijiet l-antiki ta' l-1969 u l-1971.", "Fil-konvenzjonijiet oriġinali kien hemm ċerti nuqqasijiet u għalhekk nifhem li l-gvern Malti għandu jirratifika kemm jista' jkun malajr dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "L-oppożizzjoni qed taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi għaliex tħoss li huwa importanti għall-pajjiż, kemm internament, kemm domestikament kif ukoll internazzjonalment, speċjalment meta ninsabu f'nofs il- Mediterran.", "In-nuqqasijiet li kien hemm fil-konvenzjonijiet oriġinali b'xi mod jew ieħor intlaqtu mill-konvenzjonijiet ta' l-1992 li qed nitkellmu dwarhom illum.", "Per eżempju, fl-opinjoni tiegħi, l-livelli fil- konvenzjonijiet internazzjonali kienu baxxi wisq biex jissodisfaw il-claims li jsiru mit-tinġis u fuq in-naħa l-oħra kien hemm ukoll il-problema li l- applikazzjoni tal-konvenzjonijiet kienet limitata għax diversi pajjiżi ma rratifikawx dawn l-istess konvenzjonijiet.", "Hemm ħafna iżjed xi tgħid dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "Per eżempju, d- definizzjoni ta' vapur hija aktar wiesgħa u tinkludi unladen tankers u ċerta combination carriers.", "Permezz ta' dawn il-protokolli li se nirratifikaw u li se ndaħħlu bħala parti mil-liġi Maltija, tanker li jkun qed iġorr żejt u xi ħaġa oħra se jkun covered.", "Kif għidt qabel, il- konvenzjoni ta' l-1992 ċaħħdet l-imbuttatura minn diversi nies, speċjalment fis-settur tan-negozju taż-żejt, biex din il-konvenzjoni tinkludi wkoll in- non-persistent oils għax il-gassijiet li jevaporaw ma ġewx inklużi f'din il-konvenzjoni.", "Per eżempju, id-definizzjoni ta' \"incident\" f'dan l-abbozz ta' liġi tgħid hekk:", "\"any occurrence, or series of occurrences having the same origin, which causes pollution damage or creates a grave and imminent threat of causing such damage\"", "Filwaqt li r-removal measures ma kenux inklużi fil-konvenzjonijiet ta' l- 1969 u ta' l-1971 u kulmin kien jieħu inizjattiva biex ineħħi t-tinġiż ma kienx jiġi kumpensat, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi dawn se jiġu nklużi.", "Imbagħad għandek ukoll l-iskop ġeografiku, jiġifieri l-GSTs għall- exclusive economic zone.", "Jien ma nafx din x'rilevanza għandha u għalhekk nitlob lill-ministru biex jilluminana dwarha.", "Fl-aħħarnett nixtieq nagħlaq b'appell lill-ministru biex fil- konsiderazzjoni li nirratifikaw dan l-abbozz ta' liġi malajr kemm jista' jkun, ikun hemm ukoll il-mekkaniżmi lokali li se jgħinu biex jimplimentaw fil-prattika l-adozzjoni tiegħu.", "Dawn il-mekkaniżmi għandhom jingħataw iżjed għajnuna u aħna għandna naċċertaw ruħna li dawn ikunu wkoll esposti kontinwament għall-iżvilupp internazzjonali f'dan is-settur.", "Għalina dan se jiswielna aħjar kemm domestikament kif ukoll internazzjonalment għaliex se niġu on a level playing-field u se nidhru li realment qegħdin nipprovaw insaħħu dan is-settur.", "Jien naf li l-gvern għandu għajnuna kemm mill-IMO, kemm mid-dipartimenti tiegħu kif ukoll mill-international maritime law institute li s-sena li għaddiet jien kont student tiegħu u naf x'xogħol kbir qiegħed isir.", "Fl- opinjoni tiegħi, l-aktar wieħed li qed jaħdem hemmhekk huwa bla dubju ta' xejn il-Prof.", "David Attard.", "Nappella wkoll lill-ministru biex filwaqt li jieħu l-għajnuna kemm mill-IMO kif ukoll mill-institute maritime law institute, lil dawn jgħinhom finanzjarjament aktar milli forsi għennihom qabel.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nixtieq nagħmel żewġ osservazzjonijiet, biex forsi fil-winding-up il-ministru jkun jista' jagħmel riferenza għalihom.", "Kif nafu f'pajjiżna l-industrija tas-sajd u l- industrija ta' l-akwakultura mhux biss huma attivi imma jsostnu, biex ngħid hekk, parti sostanzjali mill-ħut li jikkonsma l-poplu tagħna.", "Għalhekk wieħed jifhem x'impatt jista' jkollu t-tinġis tal-baħar fuq dawn iż-żewġ industriji.", "Iċ-ċokon ta' pajjiżna joħloq ċerti problemi u diffikultajiet lis-sajjieda tagħna li forsi jħossuhom fost l-inqas sajjieda protetti fil- Mediterran minħabba l-limitazzjonijiet li għandha l-armata u l- awtoritajiet l-oħra.", "Dan l-aħħar ir-reverse osmosis ta' Pembroke kellha tieqaf tiffunzjona minħabba l-ħamrija u t-trabijiet li niżlu ġo l-ilma baħar kawża tax-xita li għamlet għax meta jiġu biex jiffiltrawh isibu ċerti diffikultajiet.", "Mela jekk fil-baħar tagħna jkollna oil spill is-sajjieda tagħna jinqalgħulhom ċerti diffikultajiet bil-konsegwenza li jew ma jkunux jistgħu jmorru jistadu għax jinqered ħafna speċi ta' ħut jew inkella ssir ħsara kbira lix- xbieki tagħhom.", "Hawnhekk nixtieq insemmi wkoll il-Hurd Bank għax kif nafu s-sajjieda tagħna jħobbu jmorru jistadu f'din iż-żona.", "Ta' min igħid li wieħed mill-aktar xogħlijiet diffiċli huwa s-sajd għaliex is-sajjieda jkollhom joħorġu bejn sema u ilma biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom u biex jassiguraw provvista' ta' ħut frisk u ta' kwalità għall-poplu tagħna u għat- turisti.", "Dan ifisser li dawn qed igħinu wkoll lill-industrija tat-turiżmu.", "Għalhekk nixtieq inkun naf x'jagħmel il-gvern f'każ li jkun hawn xi tinġis miż-żejt.", "M'hemmx dubju li dan jista' jħalli impatt negattiv fuq attivitajiet, bħalma huwa l-underwater fishing, li forsi għada pitgħada jistgħu jespandu aktar.", "Jien ma rridx nagħti xi interpretazzjoni li l-gvern għandu xi bakketta maġika u allura jista' jirrimedja jew jagħti garanzija għal kollox.", "Pero' meta nafu kemm sar u kemm irid isir investiment f'pajjiżna u meta niftakru li jekk nidħlu membri ta' l-Unjoni Ewropea l-kosta tagħna ma tkunx miftuħa biss għas-sajjieda Maltin u Għawdxin imma tkun miftuħa wkoll għal eluf kbar ta' sajjieda mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li forsi jkunu jridu jesperjenzaw il-mestjier tas-sajd tagħhom fiż-żoni tal- gżejjer tagħna, wieħed bilfors ikollu jagħmel dawn ir-riżervi.", "Jien nixtieq li fil-winding-up il-ministru jgħidilna jekk sarux diskussjonijiet maż-żewġ koperattivi tas-sajjieda li għandna f'pajjiżna u jekk dawn ma sarux nixtieq inkun naf x'kondizzjonijiet u drittijiet għandhom dawk il-pajjiżi li bħalna għandhom l-industriji tas-sajd u ta' l- akwakultura attivi.", "F'dawn l-industriji jiġu nvestiti ħafna flus u għalhekk wieħed irid jagħmel evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi li jistgħu jinħolqu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx iktar rimarki, nistieden lill-Ministru biex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, il-kummenti li għamlu l-kelliema min- naħa tal-gvern u min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi kienu kummenti tajbin u importanti.", "Kif ingħad aktar minn darba waqt id-diversi diskorsi li saru, aħna qegħdin nissostitwixxu dak li kien jeżisti b'metodi ġodda li huma applikati internazzjonalment biex pajjiżna jkun qiegħed in line ma' dak li jiġi deċiż mill-organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Fl-opinjoni tiegħi kien fatt pożittiv li fuq dan il-punt ma smajniex il-kliem li hawnhekk qegħdin nobdu xi kondizzjonijiet internazzjonali għaliex naħseb li ż-żewġ naħat fhimna li, fl-aħħar mill-aħħar, il-pożizzjonijiet li jittieħdu minn organizzazzjonijiet bħalma hija l-international maritime organisation ma jkunux ta' benefiċċju ta' xi pajjiż partikolari imma jkunu ta' benefiċċju għall-pajjiżi kollha flimkien, anke jekk jista' jkun hemm pajjiżi li jaħsbu li xi miżuri li jkunu qed jittieħdu ma jkunux pożittivi f'dak il-mument partikolari.", "Madankollu l-esperjenza realment tgħallimna li l-miżuri li jittieħdu minn dawn l-organizzazzjonijiet huma, biex ngħid hekk, ġabra ta' l-esperjenzi tal-pajjiżi kollha li huma membri f'organizzazzjoni bħal din u allura l-ġid li joħroġ ma jkunx inġabar minn xi esperjenza partikolari ta' stat wieħed imma jkun ħareġ mill-ġabra vasta ta' esperjenzi li ma tispiċċa qatt.", "Minkejja li f'din id-diskussjoni ssemmew punti li mhumiex marbuta b'mod dirett ma' dan l-abbozz ta' liġi li pero' jolqtu l-ambjent, wieħed jista' jgħid li din id-diskussjoni ttieħdet bis-serjetà u 'l fuq mill-politika partiġġjana.", "Dan ifisser li l-politika taż-żewġ naħat tal-Kamra fuq dan is- suġġett hija simili ħafna.", "Kulħadd jitkellem b'mod pożittiv għax raw li pajjiżna għandu importanza kbira f'dan il-qasam.", "Diversi drabi saret riferenza għall-fatt li llum il-bandiera Maltija tinsab fir-raba' post fid- dinja pero' dan ma jfissirx li għandna għalfejn noqogħdu niftaħru biss u ngħidu kemm aħna b'saħħitna għax dan il-fatt iġib responsabbiltajiet kbar.", "Il-Malta maritime authority li hija l-organizzazzjoni li f'isem il-gvern ta' Malta tmexxi dawn l-affarijiet qed tara li l-iżviluppi li qed iseħħu, jseħħu fl-interess ta' pajjiżna.", "Il-verita' hi li dan is-settur żviluppa b'mod li kompla jagħti importanza partikolari lil pajjiżna fix-xena internazzjonali.", "Fil-fatt Malta ġibdet l-attenzjoni ta' diversi pajjiżi u ta' diversi organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Jien konvint illi kieku pajjiżna ma żviluppax bil-mod kif żviluppa matul is-snin kieku llum għadu xi pajjiż b'numru żgħir ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera tiegħu u ħadd ma jitkellem dwarna.", "Jidher li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu dwar il-ħtieġa li dawn il- konvenzjonijiet jiġu rratifikati pero' kif qal l-Onor.", "Vella, dan ma jfissirx li għandna noqogħdu b'moħħna mistrieħ u ma nagħmlu xejn.", "Fil-fatt meta inti tirratifika dawn il-kondizzjonijiet u tkun qed tidħol fil- mainstream tal-kondizzjonijiet internazzjonali li huma imposti f'dan il- qasam ma jfissirx li jekk jinqala' inċident ikollna moħħna mistrieħ għax inkunu nistgħu nħallsu għad-danni anzi għandna noqogħdu attenti ħafna biex kemm il-vapuri li jtajru bandiera Maltija kif ukoll vapuri oħrajn li jwasslu ż-żjut min-naħa għal oħra tal-Mediterran u li jgħaddu qrib ħafna ta' pajjiżna ma jkollhomx inċidenti.", "Barra minn hekk irridu noqogħdu attenti wkoll mill-possibbiltà ta' xi tinġis minn xi ħruġ ta' żejt minn fuq il-vapuri.", "Jien konvint li ħadd mis-sidien u mill-kaptani tal-vapuri ma jagħmel xi ħaġa għal tapposta pero' l-istorja tat-tbaħħir fid-dinja tgħallimna li tieħu kemm jieħu prekawzjonijiet u tipprova kemm tipprova tevita li jkun hemm tinġis, sfortunatament xorta jistgħu jinqalgħu l- inċidenti.", "Dan kollu jwassalna biex nifhmu l-importanza li nirratifikaw il- konvenzjonijiet internazzjonali.", "Sur President, hemm bżonn narmaw lil pajjiżna biex jekk Allaħares qatt jinqala' x'inċident ta' tixrid ta' żejt inkunu nistgħu nieħdu l-miżuri kollha neċessarji għax aħna għandna ferm aktar x'nitilfu minn pajjiżi oħrajn.", "Qed ngħid dan għax kif qal l-Onor.", "Vella x-xtut ta' pajjiżna huma sors ta' income kbir meta tqis li għalina l-qasam tat-turiżmu huwa daqshekk importanti.", "Għalhekk nerġa' ntenni li għandna naraw li dak kollu li jista' jsir mid-dipartimenti kollha konċernati għandu jsir biex jekk jinqala' xi ħaġa nkunu nistgħu nieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji mill-ewwel.", "Kif nafu jekk ikun hawn xi tixrid ta' żejt jew fuel ikollna konsegwenzi ekonomiċi kbar u allura huwa tajjeb li l-malta maritime authority, id- dipartiment ta' l-ambjent u d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili kollha flimkien ikunu qegħdin f'pożizzjoni li jikkoordinaw l-affarijiet flimkien.", "Riċentement kellna inċident żgħir ħdejn il-moll taċ-Ċirkewwa fejn kien hemm xi ftit fuel li waqa' fil-baħar u li għall-grazzja ta' Alla kien kontrollat mill-ewwel.", "Jien konvint li l-makkinarju li għandna li jintuża f'każ ta' salvataġġ u f'każ ta' tindif miż-żejt huwa state of the art u l-ħaddiema li għandna huma ttrejnjati sew għal dan ix-xogħol.", "Per eżempju, naf li min għandu l-laneċ taħt il-kontroll tiegħu qed jipprova jżommhom fl-aqwa kondizzjoni.", "Madankollu xorta ma nistgħux noqogħdu b'moħħna mistrieħ imma għandna r- responsabbiltà li nkomplu nżidu u naġġornaw dan l-istess makkinarju għaliex jien konvint li anke fil-qasam tal-battalja kontra t-tinġis miż-żejt qed ikomplu jsiru żviluppi kbar.", "Hawnhekk nixtieq ngħid ukoll li jekk għandna makkinarju li forsi ilu 10 jew 20 sena pero' li forsi matul dawn is-snin kollha qatt ma wżajnieh għandna nwarrbuh u mhux ngħidu li huwa ġdid għax qatt ma ntuża u nserrħu moħħna li għadu tajjeb.", "Bl-iżviluppi li qed iseħħu l-ħin kollu aktar ikun jaqbel li l-apparat li hemm inbiddluh ma' apparat modern u aktar effiċjenti.", "Dan ma jfissirx li qed narmu l-flus għax fil-fatt ikun qed isir investiment fid-direzzjoni t-tajba.", "Saret ukoll riferenza, jidhirli mill-Onor.", "George Vella, għall-fatt li l- passaġġi bejn Malta u l-Italja u bejn Malta u l-Afrika ta' Fuq jintużaw ħafna mill-vapuri għall-ġarr taż-żejt.", "L-Onor.", "Vella għamel riferenza għal xi diskussjonijiet dwar agreement li seta' kien qed jiġi diskuss bejn Malta u l-Italja.", "Jien qed nipprova nara dan l-agreement x'inhu u jekk hemmx possibbiltà li dan jitkompla.", "Naturalment wieħed ma jridx iħares biss lejn ir-relazzjonijiet bilaterali bejn pajjiż u ieħor imma jrid josserva wkoll il-kondizzjonijiet internazzjonali.", "Għalhekk irridu npoġġu l-agreements li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Vella fil-perspettiva reali tagħhom u naraw li kemm jista' jkun dawn ma jkunux xi tip ta' agreements li permezz tagħhom minflok ngħinu lilna nfusna forsi nkunu qed inxekklu xi ftit lilna nfusna.", "Jien konvint li kull naħa tal-Kamra trid li nżommu ruħna aġġornati fuq dawn l-affarijiet biex nevitaw kull possibilità ta' problemi.", "Wara kollox dan huwa l-gist ta' din il-konvenzjoni.", "L-Onor.", "Cardona għamel riferenza għall-mekkaniżmi lokali li huma importanti ħafna f'dan il-qasam biex nassiguraw li pajjiżna jkun f'qagħda li kontinwament josserva l-kondizzjonijiet ta' din il-konvenzjoni b'mod li ma jagħmilx ħsara lilu nnifsu u lanqas jagħmel ħsara fil-qasam internazzjonali.", "Jien informat li dawn il-mekkaniżmi huma in order u jekk ikun hemm bżonn, jinbidlu.", "Huwa importanti li f'dan il-qasam isir investiment li in the long run iħalli riżultati pożittivi.", "Wieħed minn dawn il-mekkaniżmi huwa li għandu jiġi assigurat li l-importaturi taż-żjut f'pajjiżna jħallsu x-shares tagħhom kif inhu stabbilit internazzjonalment.", "Fil-fatt, safejn naf jien, l-erba' importaturi jħallsu l-kontribuzzjoni tagħhom kif inhuma mitluba li jħallsu.", "Mekkaniżmu ieħor huwa li l-Malta maritime authority tara li l-vapuri kollha reġistrati taħt il-bandiera Maltija u li jġorru dan it-tip ta' materjal - ta' min igħid li mhux il-vapuri kollha reġistrati taħt il- bandiera Maltija jiġu f'pajjiżna - josservaw il-kondizzjonijiet internazzjonali u jkunu covered b'insurance.", "L-awtorità marittima m'għandhiex toqgħod biss fuq il-kelma ta' sid il-vapur għax dan jista' jgħidlek li jkun inxurjat u ma jkunx.", "Issa kif ingħad diġà, anke sid il- vapur għandu interess li jkun covered għaliex dan għandu r-responsabbiltà skond din il-konvenzjoni u skond konvenzjonijiet li jara li jitħallsu d- danni jekk kemm-il darba ma jkunx qed josserva l-kondizzjonijiet.", "Jien informat li kull sena fi Frar l-awtorità marittima tiċċertifika li f'dik li hi insurance kollox ikun in place.", "Jien hawn ngħid li għandna ndaħħlu ftit aktar kuxjenza fost dawk kollha li jkunu qegħdin ibaħħru fl-ibħra ta' madwarna u fost numru kbir ta' sajjieda biex jekk kemm-il darba jkun hemm xi ħruġ ta' żejt jikkoperaw ukoll.", "Il-kooperazzjoni li teżisti bejn il- Malta maritime authority, d-dipartiment ta' l-ambjent, id-dipartiment tal- protezzjoni ċivili u dipartimenti oħrajn għandna nkomplu nsaħħuha u ntejbuha biex nassiguraw li jekk jinqala' inċident inkunu nformati malajr kemm jista' jkun.", "Mekkaniżmu ieħor huwa li d-direttorat tal-portijiet jara li t-tankers li jiġu f'pajjiżna biż-żejt, anke dawk li ma jkunux reġistrati taħt il-bandiera Maltija, jkollhom ċertifikat ta' insurance, ikunu fl- aħjar kondizzjonijiet possibbli biex jiġi evitat xi tinġis miż-żejt u li jkunu qed josservaw il-kondizzjonijiet internazzjonali.", "Saret riferenza għall-international maritime organisation li għandha importanza nazzjonali għax tolqot lill-pajjiżi kollha u għall-international maritime law institute li minbarra li huwa stabbilit f'pajjiżna għandu importanza nazzjonali wkoll.", "Naħseb li meta 11-il sena ilu l-Avukat Joe Fenech, ħaseb li għandu jitwaqqaf dan l-istitut kien hawn min, miż-żewġ naħat tal-Kamra, ma għarafx l-importanza tiegħu pero' llum nistgħu ngħidu li dan kien pass tajjeb ħafna.", "Fil-fatt meta nispiċċaw din is-sena skolastika jkollna 200 gradwat li madwar 20 minnhom huma gradwati lokali.", "Barra minn hekk dan l-istitut qed iservi ta' platform biex pajjiżna jsir magħruf aktar u aktar madwar id-dinja.", "Jekk m'iniex sejjer żball il-180 gradwat l-ieħor ġejjin minn 79 pajjiż minn madwar id-dinja.", "Fil-fatt uħud minn dawn il-pajjiżi lanqas biss inkunu nafu bihom pero' jkollhom importanza kbira fil-qasam marittimu.", "Jien konvint li dawn l-istudenti li qed jiġu jistudjaw hawnhekk qed iservu ta' ambaxxaturi ġodda ta' pajjiżna u qed iwasslu l-messaġġ ta' l-international maritime law institute.", "Hawnhekk nixtieq ningħaqad ma' min semma lill-Prof.", "David Attard u lil dawk il- Maltin u barranin li għenuh għaliex dan ħadem b'serjetà kbira.", "Il-fatt li minn dan l-istitut għandna 20 gradwat Malti huwa indikazzjoni ta' kemm dan il-qasam ġdid f'pajjiżna ngħata importanza mhux biss mill-gvernijiet ta' pajjiżna imma wkoll minn organizzazzjonijiet lokali, bħal uffiċċji legali, li matul is-snin żviluppaw ferm ix-xogħol marbut ma' dan is-settur, xogħol li l-gvern idaħħal ftit li xejn minnu.", "Madankollu dan qed iwassal għal aktar investiment u flus f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Cardona għamel riferenza għall-fatt li jixtieq jara aktar għajnuna mill-gvernijiet għall-international maritime law institute.", "Per eżempju, jien kuntent li bl-għajnuna tal-gvern tal-ġurnata dan l-istitut se tkun tista' ssirlu estensjoni.", "Jien ukoll beħsiebni nimpenja ruħi biex inkunu nistgħu nżidu dawn l-għajnuniet.", "Nista' ngħid ukoll li għadu kemm ġie deċiż li ċ-ċens ta' dan l-istitut jiġi estiż għal numru ferm ikbar ta' snin biex l-international maritime organisation ma tkunx f'qagħda li igħaddilha minn rasha li titlaq minn pajjiżna u tmur f'pajjiżi oħrajn.", "Aħna nemmnu li huwa importanti ħafna li dan l-istitut ikompli jopera minn pajjiżna għax b'hekk inkunu nistgħu nkomplu nieħdu l-benefiċċji li għamilt riferenza għalihom diġà.", "Benefiċċju dirett huma l-gradwati Maltin li qegħdin jaħdmu f'pajjiżna li peress li issa huma ttrejnjati huma kapaċi jiffaċċjaw diffikultajiet u problemi marbutin ma' din il-konvenzjoni u mal-qasam marittimu.", "Dan ifisser li bħala pajjiż qed nippreparaw lilna nfusna għal kontinġenza li tista' tinqala' minn żmien għall-ieħor.", "Sur President, nixtieq nagħmel ftit kummenti dwar dak li qal l-Onor.", "Joe Debono Grech li wera l-konvinzjoni tiegħu li attwalment il-bandiera Maltija aktar milli hija bandiera ta' konvenjenza, hija l-għira ta' dawk li jistgħu jqisu lilhom infushom bħala kompetituri tagħna.", "Aħna stess irridu nifhmu x'ifissru dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali meta jgħidu flag of convenience.", "Id-definizzjoni li jagħtu dawn l-organizzazzjonijiet hija li s- sid ta' vapur li jkun reġistrat taħt bandiera partikolari ma jkunx ta' l- istess nazzjonalità tal-bandiera.", "Wieħed irid jagħmel distinzjoni kbira dwar din il-parti tad-diskussjoni għax fil-ġranet li għaddew f'pajjiżna kien hawn min ipprova jħallat flag of convenience kif inhi definita internazzjonalment mal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk li jaħdmu fuq il- vapuri kemm reġistrati Malta kif ukoll reġistrati taħt xi bandiera oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ministru, skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli bid-diskors tiegħek.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirringrazzja lill-Kamra għall-permess li tatni.", "Irrid ngħid li l-awtorità marittima hija impenjata biex iżżid l-inspectors f'diversi portijiet tad-dinja.", "B'hekk jiġi assigurat li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk kollha li jaħdmu f'dan il-qasam jiġu mtejba.", "Jien konvint li meta aktar 'il quddiem dan il-parlament se jiddiskuti l-Merchant Shipping Act se nuru lil kulħadd li dan mhuwiex pajjiż li jrid jikber billi jirreġistra taħt il-bandiera tiegħu l-imbarazz li ħaddieħor ma jridx jirreġistra imma huwa pajjiż li jrid ikompli jikber abbażi tal-kwalità u tas-sigurtà fuq il-vapuri u abbażi tal-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal- ħaddiema.", "Aħna m'għandna l-ebda intenzjoni li nżidu l-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija sempliċement biex noqogħdu niftaħru.", "L-impenn ta' l-awtorità marittima dejjem kienet li tassigura l-kwalità tal-vapuri li jkunu reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "Jien nista' ngħid li kważi kull ġimgħa jiġu quddiemi l-uffiċjali ta' l-awtorità marittima biex niffirma li jkunu qed jiġu kanċellati xi vapuri minn taħt il-bandiera biex nassiguraw li dawn il-vapuri tagħna reġistrati taħt il-bandiera Maltija jkunu l-aħjar vapuri.", "Ta' min igħid ukoll li l-awtorità marittima qed tintensifika l- azzjonijiet tagħha biex tassigura l-ħlas u l-benefiċċji tal-ħaddiema għax aħna nemmnu li kull individwu għandu dritt għal kondizzjonijiet ta' xogħol diċenti.", "Nixtieq ngħid ukoll li bħall-Onor.", "Debono Grech jien ukoll mort fuq il- vapur \"Global Mariner\" matul il-ġimgħa li għaddiet u rajt il-wirja li kien hemm.", "Ovvjament kulħadd jinkwieta meta jara l-kondizzjonijiet li joperaw fihom ċerti ħaddiema f'dan is-settur imma mhuwiex ġust li jkun hemm min jipprova jgħid li dawn il-kondizzjonijiet jeżistu fuq il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid ngħid li flimkien irridu nkomplu nosservaw dawn il-konvenzjonijiet, intejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu fuq il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija u nassiguraw li isem Malta f'dan is-settur ikompli jikber.", "Jien konvint li bir-ratifika ta' dawn il-konvenzjonijiet se nkomplu ngħinu biex Malta tkompli titqiegħed fuq platform internazzjonali għoli.", "Dan kollu għen biex il-ġimgħa li għaddiet fil-kungress ta' l-international maritime organization, il-Malta maritime authority reġgħet ġiet eletta fuq l- eżekuttiv li jmexxi din l-awtorità.", "Jien nawgura li din ir-ratifika ta' dawn il-konvenzjonijiet tgħin biex pajjiżna jkompli miexi u jkompli jieħu l- benefiċċji minn dan il-qasam hekk importanti għal pajjiżna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbiltà Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "PERMESS TAL-KAMRA", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex ngħaddu għall-istadju ta' kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESPONSABILITÀ ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT", "OIL POLLUTION (LIABILITY AND COMPENSATION) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, wieħed jista' jgħid li din il-klawsola, bħal ħafna klawsoli oħrajn li hemm fl-istess abbozz ta' liġi, hija ripetizzjoni ta' dak li hemm fl-Att XV ta' l-1991, ħlief għall-fatt li fejn hemm riferenza għall-konvenzjonijiet ta' l-1969 u ta' l-1971 issa qed ikun hemm riferenza għall-konvenzjonijiet ta' l-1992 li huma s-civil liability convention u l-fund convention.", "Imbagħad hemm ukoll żieda fid-definizzjoni ta' \"ministru\" għax qed nestendu li l-istess ministru jista' jagħti awtorità lil uffiċjal biex jaġixxi f'ismu u għandna wkoll id- definizzjonijiet tal-protokolli kif definiti mill-istess konvenzjoni li qegħdin nirratifikaw.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 3 - Ratifika tal-Konvenzjonijiet u denunzja tal-Konvenzjoni dwar il-Fond u l-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà.", "Clause 3 - Accession of Conventions and denunciation of the Fund Convention and the Liability Convention.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, din il-klawsola qed tibdel il- konvenzjonijiet il-qodma mal-konvenzjonijiet il-ġodda għax kif ingħad waqt l-istadju tat-Tieni Qari, ma nistgħux inkunu u lanqas jaqblilna li nkunu membri tal- konvenzjonijiet ta' l-1969 u ta' l-1971 u naderixxu wkoll għal dawn il- konvenzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 4 - Ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' l-1992 dwar ir- Responsabbiltà mogħtija forza ta' liġi f'Malta.", "Clause 4 - Certain provisions of the 1992 Liability Convention given force of law in Malta.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, f'din il-klawsola ma' l-ibħra territorjali qed ninkludu wkoll l-exclusive economic zone - din hija xi ħaġa li għad irridu niddefinixxu eżattament x'inhi pero' għandha importanza kbira - u qed naraw li l-konvenzjoni kif inhi mibdula bil-protokoll ta' l- 1992 issir parti mil-liġi ta' pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4 u l-Ewwel Skeda.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 u l-Ewwel Skeda għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 5 - Ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' l-1992 dwar il- Fond mogħtija forza ta' liġi f'Malta.", "Clause 5 - Certain provisions of the 1992Fund Convention given force of law in Malta.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, klawsola 5 hija ripetizzjoni tal-liġi li għandna fis-seħħ bħalissa pero' minflok il-konvenzjonijiet ta' l-1969 u ta' l-1971 qegħdin indaħħlu l-konvenzjoni ta' l-1992 biex nassiguraw li pajjiżna jkun aġġornat anke f'dan il-qasam.", "Barra minn hekk ma' din il- klawsola għandna wkoll it-Tieni Skeda li hija l-Fund Convention.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5 u t-Tieni Skeda.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 u t-Tieni Skeda għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 6 - Proċedura.", "Clause 6 - Procedure.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, f'din il-klawsola għandna bidla fit- terminoloġija lokali għax fejn fil-liġi oriġinali kien hemm \"il-Qorti tal- Kummerċ\" issa qed nagħmlu l-\"Prim Awla tal-Qorti Ċivili\".", "Imbagħad hemm xi bidliet oħrajn li mhumiex ta' rilevanza.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 7 -Setgħa għal għemil ta' regolamenti.", "Clause 7 - Power to make regulations.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, permezz ta' din il-klawsola qed jiżdiedu ċerti kondizzjonijiet ta' kif isiru r-regolamenti u ċerti poteri li jista' jkollu l-ministru u kif hemm definit fi klawsola 2 dawn imbagħad jistgħu jgħaddu lil-uffiċjal li jista' jawtorizza hu stess minn żmien għal żmien.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 8 - Lsien u emendar ta' l-Iskedi.", "Clause 8 - Language and amendment ofSchedules.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, din il-klawsola titkellem dwar l- iskedi.", "Hawnhekk ta' min igħid li kien hawn diskussjoni dwar jekk fil- liġi għandux ikun hemm it-test Malti u t-test Ingliż imma minħabba l-fatt li t-test tal-konvenzjoni jista' jinbidel b'azzjoni internazzjonali ġie deċiż li jkun aħjar jekk japplika biss it-test Ingliż.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Tħassir ta' l-Att Nru. XV ta' l-1991.", "Clause 9 - Repeal of Act No. XV of 1991.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, din hija klawsola tranżitorja biex jiġi assigurat li xi ħlasijiet li huma dovuti jew xi ħlasijiet li għandhom isiru taħt il-konvenzjoni l-antika jibqgħu taħt dawk il-konvenzjonijiet imma nixtieq nassigura li t-text ikun in place.", "Issa se nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Il-klawsola 9 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) il-provvediment eżistenti għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala s-subklawsola (1) tiegħu; u", "(b) minnufih wara s-subklawsola (1) għandu jidħol dan li ġej:-", "\"(2) Minkejja t-tħassir ta' l-Att imsemmi fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu, kull obbligu f'dak l-Att biex issir kontribuzzjoni taħt l- Artikolu 10 tal-Konvenzjoni dwar il-Fond imsemmi f'dak l-Att, dwar inċident imsemmi fl-Artikolu 12 ta' l-istess Konvenzjoni, paragrafu 2 (b) u li jiġri qabel il-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att għandha tkompli fis-seħħ.\".", "\"A\" Clause 9 shall be amended as follows:-", "(a) the present provision shall be renumbered as subclause (1) thereof; and", "(b) immediately after subclause (1) there shall be inserted the following:-", "\"(2) Notwithstanding the repeal of the Act referred to in subsection (1) of this section, any obligation to make a contribution under Article 10 of the Fund Convention, referred to in that Act, in respect of an incident referred to in Article 12, paragraph 2 (b), of the said Convention, shall continue to apply.\".", "Mr Chairman, din hija emenda transitorja biex tassigura li dak li kien jgħodd sal-mument li jidħlu fis-seħħ ir-regoli l-ġodda jibqgħu japplikaw.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 9 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Qegħdin naqblu?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-abbozz ta' liġi mgħoddi b'emenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-30 ta' Novembru, 1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru huwa in possession.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, illum se nikkonsidra ftit aktar mill-viċin il-punti li tqajmu mill-kollegi tiegħi u nwieġeb l-aktar erba' punti li qajmu diskussjoni waqt dan id-dibattitu.", "Qabel xejn nixtieq nerġa' ntenni l-punt li sar minn diversi kelliema li fil-qasam tal-persuni b'diżabilità rridu nirrikonoxxu r-rwol qawwi li kellna matul dawn is-snin kollha, speċjalment minn wara t-tieni gwerra 'l hawn, li wassal għall-qagħda tal-persuni b'diżabilità llum u li wasslu wkoll biex illum qed inressqu din il-liġi quddiem dan il-parlament.", "Hawnhekk qed nirriferi għar-rwol tal-Knisja u tal-volontarjat f'dan il- proċess ta' maturazzjoni ta' ħsieb u ta' konċetti f'dak li għandu x'jaqsam mal-persuni b'diżabilità.", "Aħna nirrikonoxxu l-kontribut qawwi li tat u li qed tkompli tagħti l-Knisja biex napprezzaw iżjed il-valur tad-dinjità tal-bniedem, anke ta' dawk il-persuni li minħabba ċirkostanzi kultant diffiċli li ma jkunux ġew fuqhom tort tagħhom, jispiċċaw żvantaġġjati għax is-soċjetà li hija mfassla b'ċertu mod u li timxi b' kurrenti tal-mument ma tirrealizzax li tkun qed tissegrega n-nies li jgħixu f'dik is-soċjetà u taqtagħhom barra mill-kurrent normali tal-ħajja ta' kuljum.", "Il-Knisja wrietna minn kmieni ħafna li dan għandna nagħrfuh u li fis-soċjetà tagħna għandna persuni li kienu qegħdin jiġu, għal xi raġuni jew oħra, ssegregati mill-bqija tal-kurrent tas-soċjetà.", "Naħseb li bħalissa jien qed ninterpreta l-ħsieb ta' Mons Azzopardi - l- Onor Membri kollha ta' din il-Kamra kienu sellmulu meta waqqaf id-Dar tal- Providenza -li kien ħsieb avant-garde għal pajjiżna f'dawk iż-żmenijiet għax il-mentalità u l-kultura fil-qasam tal-persuni b'diżabilità kienet kompletament differenti minn dik li hi llum.", "Il-messaġġ ta' Mons Azzopardi kien: Għandna d-dmir li nagħtu kas, għandna d-dmir li nagħmlu xi ħaġa fuqha din.", "Is-soluzzjoni ta' Mons Azzopardi dak iż-żmien kienet it-twaqqif tad-Dar tal-Provvidenza.", "L-isem stess ta' dik id-dar jġiegħlek tirrealizza li l-element ta' solidarjetà jrid jiġi minn dak li nħossu ġewwa fina, mill- ispirtu tagħna nfusna.", "Huwa waqqaf dik l-istituzzjoni li tul dawn is-snin kienet maħbuba u baqgħet maħbuba sal-lum mhux biss mill-poplu Malti li jgħix f'dawn il-gżejjer imma mill-Maltin li siefru minn dawn il-gżejjer u anke kultant mill-barranin, li mill-Awstralja, mill-Kanada, mill-Ingilterra u minn pajjiżi differenti jagħtu l-kontribut tagħhom biex id-Dar tal- Providenza tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Jien għadni niftakar iż-żmien meta Mons Azzopardi kien regolarment kull sena jmur barra minn Malta biex jagħmel attivitajiet ta' ġbir ta' flus u mbagħad jiġi lura Malta u b'dawk il-flus li jkun ġabar ikun jista' jibqa' għaddej bil-proġetti li huwa għandu.", "Naturalment wara l-mewt ta' Mons Azzopardi kompla l-proċess biex id-dar tkompli timxi bl-għajnuna tad-diriġenti kollha li kien hemm u bl- għajnuna tal-volontarjat qawwi li dejjem jagħti s-support lid-Dar tal- Provvidenza.", "Forsi dan ma nenfasizzawhx biżżejjed.", "Id-Dar tal-Provvidenza hija simbolu li madwarha tiġbor ħafna l-kontribut volontarju ta' tobba, ta' professjonisti, ta' nurses, ta' individwi li fil-ħin liberu tagħhom imorru hemmhekk u jagħtu daqqa t'id.", "Naturalment kif jinbidlu ż-żmenijiet jinbidlu jinbidlu l-bżonnijiet u tul is-snin id-Dar tal-Provvidenza, bħall-bqija tas-soċjetà kollha f'dan il- qasam, irrealizzat li trid ittejjeb is-servizz tagħha, li għandha bżonn tinvesti hi stess fir-riżorsi umani iktar imħarrġa u allura kellha bżonn tinvesti fit-taħriġ tan-nies li jaħdmu ġewwa d-Dar tal-Provvidenza.", "Naturalment dan jinvolvi aktar spejjeż, però nirrikonoxxu li dik iż- żerriegħa li nżergħet fil-ftuħ tad-Dar tal-Provvidenza, permezz anke ta' l- azzjoni kattolika, kbiret f'siġra li tatna ħafna frott bħala nazzjon.", "Nerġa' nirrepeti li dan il-frott iġegħelna nistaqsu lilna nfusna x'qegħdin nagħmlu biex ngħinu lil dawk fis-soċjetà tagħna li huma l-iktar dgħajfa u l- iktar li għandhom bżonn.", "Irridu nirrikonoxxu wkoll li pajjiżna għandu xibka ta' għaqdiet volontarji - mhux biss id-Dar tal-Provvidenza u l-Knisja - li tinvolvi kwantità kbira ta' nies li jagħtu s-sehem volontarju tagħhom fl-oqsma differenti.", "Fil-qasam volontarju għandek firxa sħiħa ta' oqsma differenti, però fis-settur li jinteressa l-persuni b'diżabilità ssib volontarjat b'saħħtu ħafna.", "Illum nirrikonoxxuh dan u nsellmu lil diversi għaqdiet li huma miġburin taħt il-federazzjoni għall-għaqdiet tal-persuni b'diżabilità.", "Hemm ukoll għaqdiet li m'humiex membri ta' din il-federazzjoni, però kollha jagħtu l-kontribut tagħhom biex nimxu 'l quddiem u l-messaġġ inwassluh.", "Kultant jista' jkun hemm mumenti ta' pika żejda bejn għaqdiet u mumenti fejn ir-riżorsi tagħna nistgħu nagħmlu użu aħjar minnhom u nikkoordinawhom iżjed.", "Dan ma jnaqqasx mill-fatt li s-settur tal- volontarjat fil-qasam tal-persuni b'diżabilità huwa b'saħħtu wkoll u jien nittama, kif kelli l-okkażjoni nħabbar fil-ġranet li għaddew, li ma ndumux wisq ma jkollna wkoll liġi li tirregola l-volontarjat, xi ħaġa li f'pajjiżna ilu li nħass il-bżonn li jkollna.", "U meta qed ngħid \"tirregola\" rrid nikkwalifika l-kelma li fl-idea tiegħi tfisser li jkollna liġi li mhux toħnoq l-attività tal-volontarjat imma pjuttost li tixpruna u tinċentiva l- volontarjat biex jimxi 'l quddiem.", "Nittama li dan il-parlament kmieni s-sena d-dieħla jkollu l-okkażjoni li jitkellem fuq il-volontarjat ta' pajjiżna ħalli l-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż għal darba oħra twassal lill-poplu Malti u Għawdxi kollu dan il-messaġġ ta' apprezzment, tal-valur tas-sehem tal-volontarjat fl-għaġna soċjali ta' pajjiżna, f'dak li jwassal għal din il-koeżjoni soċjali li ġġib lil kulħadd flimkien u li ġġiegħel lil kulħadd jirrealizza li għandu dmir.", "Minn din in-naħa partikolarment - għalkemm qatt ma smajt lil xi ħadd jargumenta kontra min-naħa l-oħra, imma forsi l-istatements jistgħu jkunu magħmulin iktar ċari min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq dan il-punt - dejjem sostejna li pajjiżna gawda ħafna minn dak li aħna sejjaħnielu l-welfare state, jiġifieri l-istat li joħloq soċjetà ta' sedqa, ta' wens lejn dawk li huma l-iktar batuti fis-soċjetà, però welfare state tfisser stat, tfisser gvern li jikkmanda hu bħala missier li jagħti kas u jieħu ħsieb kollox hu mill-ħin li dak li jkun jitwieled sa dak il-mument li jmut.", "Tul is-snin li għaddew dehrilna li kellna ntejbu l-konċett ta' welfare state u espandejnieh għall-konċett tal-welfare society.", "Jiġifieri soċjetà li kollha kemm hi tħossha responsabbli għal kulħadd speċjalment għal dawk li huma l-iktar batuti f'pajjiżna, l-iktar li qegħdin fix-xifer tas-soċjetà f'pajjiżna.", "Allura l-messaġġ irid ikun li mhux l-istat biss irid iħossu responsabbli imma kull wieħed minna, in-nies li jgħixu fir-raħal, il- kunsill lokali, kollha kemm aħna għandna nħossuna responsabbli u mhux infarfru minn fuq spallejna billi nserrħu rasna li hemm il-gvern ħalli jieħu ħsieb kollox hu.", "Il-bidla li nixtiequ nġibu fis-soċjetà Maltija hija bidla fejn il-valur tas-solidarjetà tifirxu fuq kull min jgħix f'din il- gżira.", "U għalhekk rridu nagħmlu din iċ-ċaqlieqa mill-welfare state għall- welfare society.", "Fuq dan il-prinċipju l-politika fil-qasam soċjali ta' dan il-pajjiż - li nittama li ma tkunx politika partiġjana u qatt m'għandha tkun politika ta' konfront, imma pjuttost tkun politika li tressaqna viċin xulxin - għandha tkun li nfiehmu lil kulħadd li għandu jħossu responsabbli lejn kull membru tas-soċjetà f'pajjiżna, speċjalment dawk li huma l-aktar dgħajfa.", "Tul dawn is-snin kollha dan l-iżvilupp wassalna bil-mod il-mod biex rajna bidliet importanti fis-soċjetà tagħna għax bdejna napprezzaw iżjed x'qegħdin ngħidu.", "Meta nħarsu lejn il-persuni b'diżabilità bdejna nipprovaw nikkonvinċu lilna nfusna li m'għandniex nitfgħu għajnejna fuq id- diżabilità ta' l-individwu, imma pjuttost għandna nisforzaw lilna nfusna biex infittxu l-abilità ta' l-individwu, x'inhu kapaċi jagħmel, għaliex bl- esperjenza tgħallimna li ħafna drabi d-diżabilità hi l-frott ta' ostakoli li s-soċjetà stess tibni kultant mingħajr ma tirrealizza.", "Dan il-proċess ta' bidla fil-kultura u fil-mentalità tagħna seħħ sena wara sena, bil-mod il-mod u llum nistgħu ngħidu li għamilna passi kbar 'il quddiem f'dan it- tip ta' rikonoxximent ta' l-abilità ta' l-individwu.", "U llum naraw li għandna soċjetà Maltija li hija iktar miftuħa u m'għadhiex taċċetta awtomatikament li persuna tiġi mwarrba mis-soċjetà tagħna imma pjuttost qed tagħmel sforz ġenwin biex il-persuni b'diżabilità jsibuha iktar faċli biex huma jidħlu fil-ħajja ta' kuljum bħal nies oħra li jgħixu f'din il-gżira.", "Sur President, qed isiru sforzi u saru sforzi tul is-snin li għaddew biex nagħmlu l-ambjent iktar aċċessibbli, biex inbiddlu l-mod kif inħarsu lejn ċerti affarijiet, biex niftħu l-edukazzjoni għall-persuni b'diżabilità, biex niftħu l-opportunitajiet tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità.", "Issa jiena l-ewwel wieħed li ngħid, u ma rrid lil ħadd jifhimni ħażin, li għad fadlilna triq twila ħafna x'nimxu, ħafna, ħafna u ħafna.", "Imma d-dinja ma tistax tinbidel mil-lejl għan-nhar u l-kulturi u l-mentalitajiet huma l- iktar affarijiet diffiċli.", "Bankina nistgħu nbiddluha f'ġurnata xogħol.", "Huwa faċli li nbiddlu l-bankini, għalkemm anke għal dik il-ġurnata xogħol kultant insibuha diffiċli biex nagħmlu biċċa rampa f'bankina, li ma tiswiex iktar minn Lm50!", "Anke dik xi kultant taqla' fwiedek għaliha.", "Però kemm huwa iktar diffiċli allura li r-rampa ndaħħluha fil-mentalità tagħna - ħa nuża l-istess metafora - li l-mentalità u l-kultura tal-pajjiż tinbidel kollha kemm hi billi niftħu lilna nfusna u nħarsu lejn il-persuna sħiħa u nfittxu l-abiltà tagħha.", "Ir-rampa fil-kultura, ir-rampa fil-mentalità hija diffiċli biex takkwista.", "Dan huwa li qed nipprovaw nagħmlu.", "Sur President, nerġa' nirripeti li dawn l-affarijiet mhumiex faċli u rridu nkomplu naqdfu f'din it-triq ħafna drabi iebsa.", "Hija iebsa mill- aspetti kollha għaliex il-bidla fil-mentalità u fil-kultura trid issir fis- soċjetà kollha kemm hi, anke fost il-familjarji tal-persuni b'diżabilità u trid issir anke mal-persuni b'diżabilità.", "X'irrid infisser?", "U dan mhux qed ngħidu bħala ministru, imma jien qed nesprimi dak li qalu persuni b'diżabilità nfushom.", "Hawnhekk noqogħdu attenti għaliex bl-ebda mod ma rridu nkunu patronising.", "Qed nipprovaw inkunu l-vuċi tal-persuni b'diżabilità fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Wieħed mill-punti li l- persuni b'diżabilità nfushom jagħmlu fl-għaqdiet tagħhom, fil-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' huwa li l-ewwel u qabel kollox, il-persuni b'diżabilità jrid ikollhom il-fiduċja fihom infushom, jiġifieri l- konvinzjoni li huma stess għandhom id-dinjità sħiħa ta' persuna u kapaċi jekk isibu l-appoġġ, jekk isibu l-għajnuna, kapaċi jagħmlu ħafna u ħafna iżjed minn dak li s-soċjetà tagħna qatt ippretendiet u qatt stenniet mingħandhom.", "Illum id-dinja kollha għandha l-vantaġġ kbir li nzertat f'mument hekk storiku li qegħdin ngħixu f'din ir-rivoluzzjoni fl- informatika.", "F'daqqa waħda din ir-revoluzzjoni fl-informatika, l-użu tal- computers, l-użu tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna fetħu orizzonti ġodda, opportunitajiet ġodda għal kulħadd, imma l-iktar li gawdew minn dan l- iżvilupp huma l-persuni b'diżabilità li issa, b'din l-invenzjoni tal- bniedem, qed isibu opportunitajiet ġodda li qabel ma kenux jeżistu għalihom.", "Per eżempju, f'pajjiżna ftit snin ilu, meta konna nitkellmu fuq opportunitajiet tax-xogħol għal persuni b'diżabilità tista' tgħid li kważi dejjem kien jiġi f'rasna xogħol ta' telephone operator, xi attendant x'imkien, jew xi xogħol manwali fir-rubber u dan it-tip ta' xogħol awtomatiku u sempliċi li dak li jkun ikun jista' jagħmel mingħajr ebda użu ta' kapaċitajiet oħrajn.", "Illum nirrealizzaw li bil-ftuħ ta' l-informatika u s-sistemi li ġew żviluppati partikolarment f'dawn l-aħħar snin, il- persuni b'diżabilità b'daqsxejn taħriġ u b'investiment ħafna drabi li mhuwiex esaġerat, infetħulhom opportunitajiet mhux biss ta' xogħol - dik hija l-iktar ħaġa importanti għaliex huwa x-xogħol li fl-aħħar mill-aħħar joħroġ id-dinjità tal-bniedem sal-massimu tagħha - imma anke biex huma stess itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom, biex huma jitgħallmu iżjed, jiftħu iżjed lilhom infushom għall-bidliet li qed iseħħu mad-dinja kollha.", "Kien prorpju għalhekk li għaxar snin ilu l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità kienet nidiet skemi apposta biex tinkoraġġixxi lill-persuni b'diżabilità u lill-familjarji tagħhom ħalli jinvestu fix-xiri ta' computers u għenet finanzjarjament fix-xiri ta' computers.", "Għenet ukoll biex ikun hemm eżenzjonijiet ta' dazju u ta' VAT fuq dawn it-tip ta' affarijiet għaliex ridna ninċentivaw speċjalment lill-ġenerazzjonijiet il- ġodda tal-persuni b'diżabilità kif ukoll l-oħrajn biex jinvestu huma stess ħalli jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom, u allura l-konvinzjoni li huma stess jistgħu jaslu ħafna iżjed milli qatt kienu joħolmu u ħafna iżjed milli konna noħolmu fis-soċjetà tagħna.", "Kien hawn kelliema f'din il-Kamra li semmew individwi partikolari, persuni b'diżabilità li għamlu suċċess għalihom infushom, li llum qegħdin jaħdmu f'xogħol produttiv li huwa apprezzat u għandu valur, u qegħdin jitħallsu paga għal xogħol li huwa produttiv u mhux taparsi xogħol.", "Din kienet waħda mill-ikbar diffikultajiet li ffaċċjajna anke fil-proċess ta' bidla fil-mentalità u fil-kultura għaliex inti tista' toffri x-xogħol però x-xogħol li toffri lil dak li jkun ma jkun xogħol xejn, ikun xogħol taparsi.", "Sfortunatament jeżistu sal-lum każijiet ta' persuni b'diżabilità li suppost qegħdin jaħdmu, però meta tmur fuq il-post tax-xogħol issibhom bil-qiegħda l-ġurnata kollha ma jagħmlu assolutament xejn.", "F'dawk il- każijiet nistaqsi jekk dak huwiex xogħol dinjituż jew inkella hijiex xi ħaġa li tnaqqas id-dinjità tal-persuna.", "Bil-mod il-mod beda l-proċess u naħseb li mxejna biċċa mit-triq fejn anke l-persuni b'diżabilità llum qegħdin iqumu iżjed għad-drittijiet tagħhom, qed isemmgħu iżjed leħinhom u jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.", "Qed ikunu aktar attivi fil-ħajja ta' kuljum u anke ssibhom f'pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet li jistgħu jkunu importanti anke għalihom.", "Illum il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità għandha r- rappreżentant tagħha fil-bord ta' l-ETC li huwa ġenitur ta' persuna b'diżabilità.", "Dan kien proċess li tul is-snin ta iktar spazju biex l- espressjoni ta' l-opinjoni tal-persuni b'diżabilità tinstema' iżjed.", "Irridu nifhmu li l-aqwa esperti fil-qasam tal-persuni b'diżabilità mhumiex il-professuri, mhumiex it-tobba, mhumiex il-psikologi, imma l-aqwa esperti fil-ħajja ta' kuljum huma l-persuni b'diżabilità nfushom, il-ġenituri tagħhom, dawk li huma stess jiffaċċjaw id-diffikultajiet u r-realtajiet ta' kuljum.", "Nista' niġi jien, bħala ministru għall-politika soċjali, u nagħmel ħafna diskors fuq il-qasam tal-persuni b'diżabilità, imma fl-aħħar mill- aħħar hija l-vuċi tal-persuni b'diżabilità li trid tinstema' u li rridu nagħtu kasha.", "Ma jfissirx li wieħed dejjem jaqbel, ma jfissirx li dak li jgħidu dejjem huwa vanġelu, imma d-dibattitu u d-djalogu jrid isir l-ewwel u qabel kollox ma' min ikun qiegħed iġarrab huwa stess għaliex kultant aħna ma nirrealizzawx id-diffikultajiet u l-problemi partikolari li dak li jkun ikun qiegħed jiffaċċja.", "Imma dan il-progress għamilnieh u l-persuni b'diżabilità llum huma ħafna iżjed vociferous u preżenti milli kienu għaxar snin ilu.", "Għad fadlilna ħafna iżjed x'naqdfu u jiena qed nittama li dak li nvesta pajjiżna fl-edukazzjoni inklussiva, fl-opportunitajiet tax- xogħol għal dawk il-gruppi ta' persuni b'diżabilità li ġew imħarrġa ħalli jsibu postijiet tax-xogħol, dak li pajjiżna qiegħed jinvesti wkoll permezz ta' din il-liġi, dan kollu jwassal biex il-persuni b'diżabilità jsemmgħu leħinhom iżjed u jipparteċipaw iżjed fil-ħajja ta' kuljum, fid- deċiżjonijiet li jittieħdu f'pajjiżna.", "Sur President, għedt ukoll li rridu bidla fil-mentalità tal-ġenituri tal- persuni b'diżabilità stess.", "Nixtieq li minn dan il-parlament joħroġ messaġġ lill-ġenituri tal-persuni b'diżabilità li huma stess iridu jemmnu iżjed - huma diġà jemmnu, però jridu jemmnu iżjed - fil-kapaċitajiet ta' wliedhom biex huma jinsistu li uliedhom jieħdu l-aħjar edukazzjoni possibbli għaliex l-edukazzjoni tiftaħ il-bibien għall-futur ta' kull individwu.", "Din mhijiex kwestjoni ta' persuna b'diżabilità u persuna li m'għandhiex diżabilità.", "L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għall-futur, l- edukazzjoni tagħtik il-kwalità tal-ħajja li inti se tgħix minn hawn u għaxra jew 20 sena oħra.", "Allura l-ġenituri jridu jkunu quddiem nett li jinsistu li t-tfal tagħhom jieħdu l-aħjar edukazzjoni possibbli fiċ- ċirkostanzi dejjem limitati ta' pajjiżna.", "Irridu nagħrfu li pajjiżna għandu l-limitazzjonijiet tiegħu u allura rridu nsegwu l-iżviluppi skond ir- riżorsi li aħna għandna.", "Però l-ġenituri stess iridu jkunu huma fuq quddiem nett ta' din it-triq biex lil uliedhom jagħtuhom l-aħjar edukazzjoni.", "Naturalment imbagħad huwa iktar importanti minn dan kollu li tinbidel il- mentalità tas-soċjetà kollha kemm hi.", "Is-soċjetà sħiħa Maltija trid tapprezza dejjem iżjed li hawnhekk għandna riżors uman li jista' jkun ta' kontribut u għandu jkollu d-dritt li jikkontribwixxi fl-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali ta' pajjiżna u jkun żball kbir għal pajjiżna li dan it- tip ta' riżors uman b'xi mod jew b'ieħor inwarrbuh jew inpoġġuh fil-ġenb.", "Sur President, waqt id-dibattitu min-naħa ta' l-oppożizzjoni saru tista' tgħid erba' punti ta' kritika fil-konfront ta' din il-liġi li aħna qegħdin inressqu li kienet ibbażata fuq il-paragun bejn l-abbozz ta' liġi kif ġie ppreżentat minn dan il-gvern u l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat mill-amministrazzjoni preċedenti taħt il-ministru għall-ħarsien soċjali ta' dak iż-żmien il-Prof Edwin Grech.", "Il-punti ewlenin jillimitaw rwieħhom għal dawn l-erba' oqsma li se nsemmi.", "L-ewwelnett tqanqal argument fuq klawsola 9 ta' l-abbozz ta' liġi li tittratta dwar is-sħubija ta' persuni b'diżabilità fl-organizzazzjonijiet u fl-assoċjazzjonijiet tredjunjonistiċi.", "Wisq nibża' li d-diżgwid li qam fuq dan il-punt huwa għaliex il-kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni donnhom ma fehmux biżżejjed il-konċett wara din il-klawsola.", "Din il-klawsola qed tistabbilixxi li ebda trade union ma tista' tiddiskrimina fil-konfront ta' persuna b'diżabilità li tkun trid tidħol membru f'dik it-trade union.", "Din il-klawsola ma titkellimx fuq l- opportunitajiet tax-xogħol jew fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol, imma titkellem fuq sħubija fi trade union.", "Din hija klawsola importanti ħafna għaliex jista' jkollok ħaddiema li huma persuni b'diżabilità li jkunu jridu jidħlu membri f'assoċjazzjoni, fi trade union u t-trade union ma taċċettax lil dak l-individwu bħala membru, jew tagħmillu kondizzjonijiet li jkunu differenti mill-oħrajn, jew inkella tgħidlu li mhux se tiddefendih għaliex id-diżabilità tiegħu hi xi ħaġa li l-union ma tinteressahiex.", "Dawn it-tip ta' attitudnijiet fortunatament f'pajjiżna ma jeżistux, ħalli nkunu ċari - jiġifieri bl-ebda mod m'aħna qegħdin ngħidu li f'pajjiżna teżisti xi problema ta' diskriminazzjoni mill-qasam ta' assoċjazzjonijiet tredjunjonistiċi fil-konfront ta' persuni b'diżabilità - imma l-klawsola tgħid li jekk persuna b'diżabilità tkun trid tidħol membru fi trade union, allura t-trade union ma tistax tittratta lil dik il-persuna b'mod diskriminatorju fil-konfront ta' persuni oħrajn.", "Issa meta tqabbel din il-klawsola ma' kif kienet miktuba fl-abbozz ta' liġi kif imressaq mill-amministrazzjoni preċedenti, l-unika differenza li ssib hija paragrafu li ġie eliminat.", "U r-raġuni li ġie eliminat hija sempliċi, għaliex meta konna qegħdin nirrevedu l-abbozz ta' liġi dehrilna li ma kienx hemm għalfejn inħallu dan is-sub-paragrafu li tant hu ġenerali fit-termini tiegħu li ma jfisser xejn.", "Fil-fatt tar sub-paragrafu ġenerali li jgħid:", "\"A member of such registered organisation ...\"", "Però biex wieħed jifhem aħjar irid jaqra l-klawsola mill-bidu:", "\"It shall be unlawful for a registered organisation under the Industrial Relations Act, or for the committee of management or a member of the committee of management of such a registered organisation, to discriminate against - a member of such registered organisation on the grounds of disability by subjecting him to any other action or deed to his detriment.\".", "Mela dan is-sub-paragrafu tneħħa mill-abbozz ta' liġi li tressaq quddiem din il-Kamra għar-raġuni li l-klawsoli preċedenti diġà jkopru dan.", "Jiġifieri jekk trade union tittratta b'mod diskriminatorju xi membru tagħha, dik it-trade union tkun qed tikser il-liġi u l-membru li jsofri dik id-diskriminazzjoni għandu l-fakultà, il-poter li jieħu passi skond kif provdut f'din il-liġi.", "Forsi dak li ma ħariġx ċar f'din il-klawsola partikolari kien li din qed titkellem fuq trade unions u mhux fuq employment, għaliex kelliem min-naħa ta' l-Oppożizzjoni donnu beda jimplika li issa kwalunkwe employer f'pajjiżna jista' b'xi mod jew ieħor jissuġġetta xi persuna b'diżabilità għal xi azzjoni li tista' tkun ta' periklu għall- saħħtu.", "Dan m'hu veru xejn għax din il-klawsola titkellem fuq membri fi trade union.", "It-tieni punt li qajjem diskussjoni jittratta dwar l-insurance coverage li nitkellmu fuqha fi klawsola 16 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Din il-klawsola titqabbel ma' klawsola 18 proposta fil-liġi li ressqet l-amministrazzjoni preċedenti.", "Anke hawnhekk ma nistax nifhem kif qam daqshekk dibattitu fuq dan l-artiklu għaliex essenzjalment is-sustanza baqgħet kompletament l-istess, u rrid nenfasizza li ma biddilniex mis- sustanza.", "Però dehrilna li l-mod kif kienet miktuba l-klawsola fl-abbozz ta' liġi preċedenti setgħet titjieb biex issir iktar ċara milli kienet, imma finalment iż-żewġ klawsoli qegħdin jgħidu assolutament l-istess ħaġa.", "Il-klawsola tgħid li kumpannija, aġenzija ta' l-insurance li toffri polza ta' sigurtà li tkopri b'insurance persuna b'diżabilità tkun tista' tagħmel differenza bejn persuna u oħra biss - biss - jekk ikun hemm statistika, fatti verifikati li jipprovaw li r-riskju li qiegħda tidħol għalih l- insurance huwa riskju kbir wisq għaliha biex tkopri l-insurance partikolari.", "Allura l-aġenzija ta' l-insurance tista' tiddeċiedi li jew tiċċarġja premium ogħla jew inkella lanqas tkopri.", "Irridu nifhmu li dan huwa prinċipju li jgħodd għall-insurances kollha.", "Ħalli nispjega ruħi.", "Jekk inti tkun issuq il-karozza u taħbat sitt darbiet, l-insurance lilek tiċċarġjak premium ħafna ogħla milli tiċċarġja lil xi ħaddieħor.", "Jiġifieri jekk tagħmel hekk tkun qed tagħmel diskriminazzjoni l-insurance agency?", "Persuna li għad għandu 18, 19 jew 20 sena tħallas premium ħafna ogħla minn persuna li għandu 23 sena, allura hekk l-insurance qed tagħmel diskriminazzjoni?", "Jekk tmur għand insurance agency biex titlob insurance ta' saħħa u tgħidilhom li inti tpejjep, il-premium li inti tħallas huwa ħafna iktar għoli u jista' jkun li jgħidulek li lanqas ikopruk.", "Allura jekk l-insurance tagħmel hekk tkun qiegħda tiddiskrimina?", "Irridu nkunu ċari; aħna qegħdin ngħidu li l-insurance agency għandha tapplika r-regoli li tapplika ma' kulħadd, li huwa kalkolu tar-riskju, però trid tikkalkolah bis-sens, b'dak li hu raġonevoli.", "Hemm metodi tekniċi kif tikkalkola dak li hu raġonevoli u dak li mhux u trid statistika attwali ta' l-affarijiet.", "Allura ma nistax nifhem għaliex f'daqqa waħda għandna l-akkuża li issa qed nippermettu lill-insurance agency tagħmel xi forma ta' diskriminazzjoni għax biddilna l-wording ta' din il-klawsola.", "Bir-rispett kollu mhux hekk hu.", "Il-klawsola fl-abbozz ta' liġi li ġie propost mill-amministrazzjoni preċedenti, li kien mibni fuq l-abbozz ta' liġi li kienet ressqet l- amminstrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel, hekk tgħid ukoll u l-prinċipju huwa tajjeb.", "Kulma sar huwa rewording biex il-klawsola tkun iktar ċara imma l-bqija assolutament niċħad il-kritika li saret min-naħa ta' l- oppożizzjoni li b'xi mod jew ieħor din il-klawsola issa se tippermetti d- diskriminazzjoni.", "Allura m'aħniex qegħdin nifhmu lanqas il-konċett ta' x'inhi insurance li wara kollox hija l-kalkolu ta' riskju.", "L-insurance għandha dritt tagħmel differenza ta' riskju skond il-każ u skond iċ- ċirkostanzi u tikkalkola kemm jiswa dak ir-riskju u kemm lesta li tidħol għal dak ir-riskju.", "L-importanti f'din il-liġi huwa li l-insurance ma tistax taqbad u tgħid lil dak li jkun li mhux se tinxurjah għaliex huwa persuna b'diżabilità mingħajr ebda bażi ta' xejn, mingħajr ebda argumentazzjoni ta' xejn, u tkun assolutament diskriminatorja.", "Nerġa' ngħid li din hija xi ħaġa li eventwalment jekk xi ħadd jallega xi ħaġa f'dan is-sens, allura se jkun jista' anke jieħu l-miżuri taħt il-liġi biex imbagħad tiddeċiedi finalment il-qorti jekk hux qed issir diskriminazzjoni jew le.", "It-tielet punt li ssemma min-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet il-kwestjoni ta' l-edukazzjoni.", "Veru li l-klawsola dwar l-edukazzjoni ġiet mibdula minn kif kienet, però rrid nispejga punt importanti ħafna anke hawn.", "Essenzjalment m'hemmx nuqqas ta' qbil dwar klawsola 12 ta' l-abbozz ta' liġi li kien ġie preżentat mill-amministrazzjoni preċedenti u dak li hemm fl-abbozz tal-lum fuq l-edukazzjoni.", "M'hijiex kwestjoni li ma naqblux fuq il-prinċipju, però rridu nkunu ċari x'irridu ndaħħlu f'din il-liġi.", "Din hija liġi li tagħti drittijiet ċivili u hija liġi li ma tippermettix diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuni b'diżabilità.", "Il-ħsieb ta' din il-liġi ma kienx li tipprovdi xi servizzi - dak inkopruh b'liġijiet oħra - għax jekk ma noqogħdux attenti aħna stess inkunu qed nagħmlu kontradizzjoni kbira.", "Sur President, jekk xi ħadd jgħidli li din il-liġi trid taħseb għall- proviżjoni ta' servizzi ta' l-edukazzjoni, ir-risposta tiegħi tkun: Hekk inkunu qed nissegregaw għaliex diġà għandna liġi f'pajjiżna li tirregola l- edukazzjoni kollha, ta' min għandu diżabilità u ta' min m'għandux.", "Allaħares ikolli liġi għall-edukazzjoni għall-persuni b'diżabilità u liġi differenti għall-edukazzjoni ta' persuni li m'għandhomx diżabilità.", "Nirribella kontra xi ħaġa bħal dik!", "Jien ninsisti li jekk għandna liġi dwar l-edukazzjoni f'pajjiżna, dik il-liġi għandha tkun inklussiva u tkopri kollox.", "U f'kollox għandu jkun hekk; fil-liġi tas-saħħa, fil-liġi dwar l- insurance u fil-liġi dwar it-trasport pubbliku.", "B'lealtà lejn il-prinċipju ta' l-integrazzjoni għandna ninsistu li dawk il-liġijiet għandhom kontinwament jikkonsidraw il-persuni b'diżabilità fis-sħiħ tas-soċjetà tagħna.", "Issa l-implikazzjoni tal-proposta fl-abbozz ta' liġi li kien ġie mressaq mill-oppożizzjoni donnha kienet li l-klawsola fuq l-edukazzjoni f'din il- liġi għandha tkopri wkoll is-servizz fl-edukazzjoni.", "Jien ma naqbilx li għandna nagħmluha f'din il-liġi - u ma naqbilx mhux għax ma naqbilx mal- prinċipju - għaliex din hija liġi li għandha tikkonċentra fuq l-akkuża ta' diskriminazzjoni fl-oqsma differenti u fl-edukazzjoni.", "U allura fil-qasam ta' l-edukazzjoni la l-istat, la l-privat u lanqas il-Knisja m'għandhom b'xi mod jew ieħor jiddiskriminaw kontra persuni b'diżabilità.", "Din hija l- istorja kollha kemm hi.", "Hawn forsi qiegħda d-differenza fil-perspettiva bejn il-pożizzjoni u l-kritika li saret min-naħa tal-membri ta' l- oppożizzjoni u l-pożizzjoni ta' dan il-gvern.", "Ir-raba' punt li ssemma min-naħa tal-membri ta' l-Oppożizzjoni għandu x'jaqsam ma' klawsola li kienet teżisti fil-liġi li ġiet proposta mill- amminstrazzjoni preċedenti, però li m'għadhiex teżisti f'din il-liġi.", "Din kienet klawsola 3 imsejħa superseding clause li kienet tgħid li jekk xi liġi oħra li għandna fil-pajjiż b'xi mod jew ieħor tkun kontra din il-liġi, allura din il-liġi għandha tipprevali.", "U dik il-parti tal-liġi l-oħra li tkun inkonsistenti u ma taqbilx ma' din il-liġi tkun nulla u ma tapplikax.", "Peress li din il-klawsola neħħejnieha issa qed issir il-kritika li qed indgħajfu din il-liġi.", "Ir-risposta sempliċi hija \"le\" għaliex il-parir li ngħatajna legalment kien li jekk il-parlament qiegħed jgħaddi din il-liġi llum, din il-liġi tirbaħ fuq il-liġijiet l-oħrajn li stajna għaddejna f'dan il-pajjiż tul is-snin.", "Allaħares dan il-parlament jgħaddi liġi llum u tispiċċa tirbaħ liġi li tkun għaddiet għoxrin sena ilu, tletin sena ilu!", "Il-parir li ngħatajna kien li din kienet klawsola żejda u li ma tfisser xejn.", "Anzi jekk se ndaħħlu dan il-prinċipju f'dan il-parlament ifisser li rridu ndaħħluh f'kull liġi li ngħaddu, u l-parir kien li dan ma nagħmluhx.", "Jiġifieri anke din hemm l-ispjegazzjoni għaliha.", "Però, kif għedt diġà l- bieraħ, fil-ġranet li ġejjin nittama li se jkollna ċ-ċans li permezz tal- kumitat għall-affarijiet soċjali nidħlu ftit iktar fid-dettall fuq dawn l- erba' punti u jkun hemm anke konsultazzjoni fuq dawn l-erba' punti biex imbagħad ngħaddu għall-istadju tal-kumitat li se jsir fil-kumitat tal-Kamra kollha b'arranġament li l-istadju tal-kumitat isir f'massimu ta' żewġ seduti.", "Qabel ma jiskadili l-ħin għaliex irrid nagħlaq f'din is-seduta, xtaqt ngħid ukoll żewġ punti oħrajn importanti li ma tantx ingħataw importanza jew min tahom importanza għall-mument donnu ma fehemx eżattament x'aħna ngħidu.", "Hemm klawsola li tistabbilixxi d-danni morali u għal darba oħra din hija a first time għax ftit hemm liġijiet oħrajn f'pajjiżna u ċirkostanzi oħrajn f'pajjiżna li jippermettu d-danni morali.", "Veru li hemm massimu sa Lm200 ta' dawn id-danni morali, u min-naħa ta' l-oppożizzjoni kien hawn min ikkritika dan il-massimu ta' Lm200.", "Irrid nipprova nfiehem b'saħħa kbira li l-liġi se tippermetti lill-persuna li tħoss li saret diskriminazzjoni fil-konfront tagħha li hi tibda proċess legali u jekk jiġi stabbilit f'qorti li veru kien hemm diskmriminazzjoni fil-konfront tagħha, ir-rimedju li tingħata minn dik il-qorti jista' jkun rimedju li, per eżempju, dak li jkun jingħata l-opportunità li jkun tilef minħabba dik id- diskriminazzjoni.", "Jista' jkun rimedju li jkun jinkludi d-danni li jistgħu jkunu anke telf ta' qligħ li jistgħu jitilgħu mijiet jew eluf ta' liri.", "Però barra dan kollu, over and above, din il-liġi qiegħda tgħid li għandu jkun hemm danni morali wkoll għaliex moralment l-individwu, anke jekk ma tilifx sold, anke jekk ma sofra xejn u anke jekk ma kellu danni xejn, però l-fatt li hu bħala persuna ġie diskriminat kontra tiegħu, hemmhekk hemm danni morali.", "Inti tħossok ġejt imċekken, tlift mid-dinjità tiegħek.", "U għal din ir-raġuni din il-liġi qiegħda taħseb għal danni morali.", "Għandna nħossuna kburin li qegħdin nimxu f'dan il-pass biex nistabilixxu wkoll darba għal dejjem li sa dan il-livell ma rridux id-diskriminazzjoni f'pajjiżna.", "Mr Speaker, kien hemm min qal: \"Imma allura se toqgħod tmur il-qorti?", "Għaliex ma nagħmlux sistemi differenti biex inħaffu l-affarijiet?\"", "Aħna nistgħu nivvintaw ħafna proċeduri u ħafna metodi, imma fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni trid tkun waħda, li jekk jista' jkun - u dan il-messaġġ wasslu l-president tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità s-Sur Joe Camilleri - il-mira tagħna għandha tkun li aħna nevitaw li naslu sal-livell ta' qorti.", "Imma l-proċess irid ikun jippermetti, speċjalment fil-mument meta l-allegazzjoni ta' diskriminazzjoni titfaċċa, li dik id- diskriminazzjoni titneħħa u titneħħa bil-kwiet biex kemm jista' jkun malajr tissolva l-problema.", "Hawn jidħol l-irwol importanti ħafna tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità.", "Il-kummissjoni se tkun dak il-buffer, se tkun hi li tiffaċċja l-ewwel mument ta' meta jkun hemm l-allegazzjoni ta' diskriminazzjoni u mbagħad tagħmilha ta' medjatur biex tipprova tinstab is- soluzzjoni.", "Jekk ma tinstabx is-soluzzjoni naturalment il-persuna li tkun finalment għandha dritt tmur il-qorti biex jiġi stabbilit jekk hemmx raġuni jew le u jekk hemm ir-raġuni allura tagħti r-rimedju.", "Sur President, fl-aħħar mill-aħħar, jekk taqta' barra dawn l-erba' punti li forsi nistgħu niċċaraw ftit iżjed fl-istadju tal-kumitat, naħseb li essenzjalment qegħdin naqblu fuq il-kontenut.", "Hemm partijiet minn din il- liġi fejn żgur hemm il-qbil totali u assolut bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ħadd minna f'din il-Kamra m'hu qed jgħid li lħaqna l-perfezzjoni.", "Qegħdin ngħidu li dan huwa pass ieħor li wieħed jista' jgħidlu pass ċkejken u l- ieħor jgħidlu pass kbir.", "Jien ngħid li huwa pass importanti, pass ieħor 'il quddiem u ma jfissirx li aħna wasalna fejn nixtiequ naslu, però pajjiżna se jkollu għodda oħra ma' l-għodod l-oħrajn li jippermettulna ħalli l-persuni b'diżabilità jimxu iżjed 'il quddiem mal-bqija tas-soċjetà Maltija.", "Jien naħseb ukoll li hija għodda oħra li ssaħħaħ is-soċjetà Maltija.", "Jien għedt fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħi u nirrepetiha fl- għeluq tad-diskors tiegħi li fil-verità din il-liġi m'hijiex liġi għal persuni b'diżabilità, imma hija liġi li ssaħħaħ is-soċjetà Maltija u tagħtiha iktar valur.", "Hija liġi li fl-aħħar mill-aħħar lilna tagħmilna iżjed soċjetà li fiha nagħtu l-wens u s-sedqa lil kull min jgħix f'din il- gżira, tagħmilna iżjed konxji mid-dmirijiet li aħna għandna lejn xulxin, tagħmilna inqas egoisti u iktar altruisti, tagħmilna nifhmu li l-karità hi tajba jekk l-ewwel u qabel kollox nirrikonoxxu d-drittijiet.", "M'aħna qed nagħmlu ebda karità jekk nagħtu xi dritt lil xi ħadd għaliex qed nitħassruh.", "Dik m'hijiex karità!", "Il-karità trid tibda mill-fatt li inti trid tirrikonoxxi d-dritt ta' l-individwu bħala persuna.", "Dan hu l-ogħla valur tas-solidarjetà!", "Malli kollha kemm aħna ngħidu li l-persuna li għandi quddiemi hi persuna sħiħa, anke jekk dik il-persuna tidher li għandha xi ħaġa nieqsa, anke jekk dik il-persuna nista' ma nkunx qed naqbel magħha, anke jekk dik il-persuna tista' tkun tidher mad-daqqa t'għajn kompletament differenti minni, il-fatt li nirrikonoxxi u nirrispetta d- dinjità ta' dik il-persuna huwa l-ogħla punt li nistgħu nilħqu bħala soċjetà li niftaħru bir-raġun bil-valuri li aħna nħaddnu.", "Din il-liġi trid tibda tikkonferma dan l-impenn tagħna lkoll.", "Jien inħossni kburi u rrid nirringrazzja lid-deputati kollha ta' din il- Kamra, lil dawk kollha li ħadmu taħt gvernijiet differenti, li għamu l- baħar kollu mill-mument li tfaċċat l-idea li tiġi fformolata din il-liġi, sakemm wasalna llum biex l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż nittama li tapprova b'mod unanimu t-Tieni Qari u allura l-prinċipji ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Grazzi ħafna, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1998 dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilità\" jkun moqri t-Tieni Darba?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru jipproponi l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, l-1 ta' Diċembru, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'kumitat ta' provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-estimi ġenerali ta' spiża għas-sena 2000 (It-tieni jum imħolli kollu għall-Gvern).", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, f'Awissu li għadda d-dinja xegħlet b'Malta, xegħlet bl-azzjonijiet ta' mistħija li wettaq il-gvern Nazzjonalista fl-attentati tiegħu biex ikisser l-azzjonijiet industrijali li dak iż-żmien kienu qed jittieħdu minn ħaddiema membri tal-GWU f'Marsaxlokk u fl-ajruport ta' Malta.", "L-attentat arroganti u oxxen tal- gvern Nazzjonalista beda proprju fil-għodu fl-20 ta' Awisssu ta' din is- sena meta permezz tas-suldati pprova jkisser azzjoni industrijali li kienet qed tittieħed f'Marsaxlokk fuq il-kwestjoni tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk.", "Dakinhar stess wara nofsinhar, dan l-attentat arroganti u anti-demokratiku ta' gvern Nazzjonalista reġa' twettaq din id-darba fl-ajruport fil-konfront tal-ħaddiema tal-fire section meta ntbagħtu l-pulizija u s-suldati biex ikissru l-azzjoni industrijali li kienu qegħdin jieħdu biex jiksbu r- recognition għall-union tagħhom.", "Sur President, dawn m'humiex għajr attentati ta' għajb u ta' mistħija f'pajjiż demokratiku bħal tagħna.", "Huma attentati ta' għajb u ta' mistħija aktar u aktar għax twettqu minn gvern li ppoża ħafna li m'hawnx champion daqsu biex jiddefendi d-demokrazija f'pajjiżna.", "Dawn l-attentati jfakkruni f'dak li pprova jwettaq il-gvern Nazzjonalista fl-1969 meta permezz ta' white paper ipprova jagħmel sforz biex ineħħi d-dritt leġittimu u tant essenzjali ta' l-istrajk lill-ħaddiema.", "Dakinhar ukoll il-gvern Nazzjonalista għamel sforz biex jipprova jdgħajjef lit-trade unions billi jneħħilhom l-immunità tagħhom.", "Dawn l-attentati stil faxxista jfakkruni fi ġrajja oħra li seħħet lejn l-aħħar tat- tmeninijiet meta l-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ipprova wkoll ikisser azzjoni industrijali leġittima li kienet qed tittieħed minn ħaddiema membri tal-GWU fil-fergħa tal-Bank of Valletta f'Ħal-Luqa.", "Dakinhar il-gvern Nazzjonalista uża s-saħħa tal-forza tas-sigurtà, lill- pulizija u lill-iskwadra ta' l-SAG biex mingħalih iwerwer u jiddemoralizza lill-ħaddiema.", "Il-ħaddiema kienu ssawtu u ġew attakkati vjolentement bil- gass tad-dmugħ.", "Dakinhar il-forzi tas-sigurtà ntbagħtu armati kontra l- ħaddiema mill-gvern Nazzjonalista bħallikieku kellhom jattakkaw f'xi gwerra ċivili.", "Sur President, dak li ġara fl-20 ta' Awissu ta' din is-sena u dak li beda jseħħ fil-qrati tagħna nhar it-Tnejn li għadda għandu jġib lil kulħadd konxju li l-Partit Nazzjonalista, minkejja l-ħafna paroli, għadu l-istess partit li minn barra juri mod iżda bil-moħbi jemmen mod ieħor.", "Dak li qed jiġri f'pajjiżna llum, fejn qed jiġu mhedda serjament id-drittijiet industrijali tal-ħaddiema, bilfors iġegħelna nemmnu li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern għadu l-istess partit li fi ħdanu trawmu nies li kienu u għadhom jemmnu fil-faxxiżmu.", "Dawn l-azzjonijiet oxxeni tal-gvern huma theddida mill-aktar serja għad-drittijiet tal-ħaddiema għax kellhom l- iskop li jiddemoralizzawhom milli jissieħbu b'mod ħieles fit-trade unions ta' l-għażla tagħhom.", "Kienu azzjonijiet li kixfu l-maskra ta' l-ipokrezija tal-gvern għall-mod kif fir-realtà jistma lill-ħaddiema Maltin, u huma wkoll ta' theddida mill-aktar serja għat-tħaddim tad-demokrazija f'pajjiżna.", "Dan mhux aħna tal-Partit Laburista biss qed ngħiduh illum, iżda qed jgħiduh ukoll il-moviment trejdjunjonistiku internazzjonali.", "Il-gravità ta' dak li wettaq u qed iwettaq il-gvern Nazzjonalista kontra l-ħaddiema tal-fire section ta' l-MIA u l-uffiċjali tal-GWU, tkompli toħroġ mill-fatt li dawn l-oxxenitajiet qed iseħħu fi żmien fejn fid-dinja demokratika llum, kull min hu responsabbli jinsab fi proċess kontinwu ta' diskussjoni u azzjoni dwar kif jistgħu jkomplu jiddemokratizzaw aktar is- sistemi demokratiċi li diġà jeżistu.", "Imbagħad Alla jbierek hawn Malta għandna l-gvern Nazzjonalista li d-demokrazija mhux talli mhux qed ikompli jsaħħaħha, talli bl-aġir u bl-azzjonijiet tiegħu, qed jipprova joħnoqha.", "Il-kelma demokrazija għall-gvern Nazzjonalista hija biss kelma oħra li jużaha qisu bħal meta tkun fil-kċina, ikollok idejk imċappsin u timsaħhom f'paljazza.", "L-arroganza ta' dan il-gvern issa kibret iż-żejjed.", "L-użu tal- forza u tal-vjolenza fuq il-ħaddiema m'hijiex xi ħaġa ġdida għall-gvern Nazzjonalista.", "Iż-żmenijiet inbidlu iżda t-tattika għadha l-istess, tattika fejn iwaddab il-ġebla u jaħbi jdejh, l-ewwel irewwaħ u mbagħad iwaħħal f'min mhux lest li jħalli lil min jgħaffeġ lill-ħaddiema.", "Din hija tattika antika li min għandu ċerta età issa draha sew, tattika ta' \"ifred u saltan\", tattika arroganti, tattika anti-ħaddiema.", "Imbagħad jieħdu għalihom tal-gvern meta ngħidulhom li għadhom l-istess partit, li ma nbidlux, li huma skaduti.", "F'aktar minn sena fil-gvern, ġurnata wara l- oħra, urewna li 22 xahar fl-oppożizzjoni ma swewhom għal xejn.", "Hija ta' mistħija għalihom iżda agħar minn hekk, hija ta' ħasra kbira għal pajjiżna, għal Malta tagħna.", "Sur President, hawn irrid infakkar f'dak li kien ġara proprju fl-1997 ġewwa l-freeport, fi żmien gvern Laburista preċedenti, ħalli nuri li ma nkunux qed nitkellmu b'mod fieragħ meta ngħidu li hemm differenzi kbar bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.", "Fl-1997 il-UHM kienet ordnat strike fil- freeport.", "Kienet azzjoni industrijali li tixbah ħafna dak li ġara f'Awissu ta' din is-sena fl-ajruport.", "Dakinhar il-gvern Laburista la uża s-saħħa għax kien fil-gvern u lanqas ma ttratta lill-membri u lill- uffiċjali tal-UHM bil-mod degradanti li bih il-gvern Nazzjonalista llum qed jittratta lill-membri u lill-uffiċjali tal-GWU.", "Għaliex il-Partit Laburista minn dejjem emmen li l-azzjoni industrijali hija dritt leġittimu u essenzjali għall-ħaddiema fil-proċess kontinwu biex ikomplu jiksbu u jsaħħu d-drittijiet tagħhom.", "Il-Partit Laburista jemmen bis-serjetà li d- demokrazija titlob li min għandu s-saħħa m'għandu qatt jeżerċitaha biex ixejjen jew jhedded dan id-dritt.", "Qatt daqs illum fl-istorja riċenti tar-relazzjonijiet industrijali f'pajjiżna ma kellna theddida daqshekk serja għad-demokrazija fejn ħaddiema u uffiċjali ta' l-akbar trade union f'pajjiżna qed jiġu mhedda bil-qrati, qishom kienu xi qatta kriminali għaliex għamlu azzjoni industrijali biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom u ta' sħabhom ħaddiema.", "B'kull rispett, f'dawn iċ-ċirkostanzi jkolli ngħid li l-kriminali jaf min huma u fejn għandu jsibhom il-Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami.", "M'għandux għalfejn idur fuq il-membri u l-uffiċjali tal-GWU għaliex mhux se jimpressjona lil ħadd b'daqshekk.", "Il-qorti għandu jtella' lil min kien assoċjat f'xi delitt u tah il-maħfriet, lil min ġie f'Malta biex jimla lil uliedna bid-droga u ħarbilna minn idejna u qisu qatt ma kien xejn, lil min ġie Malta biex jhedded ħajjet uliedna u mbagħad ħallasnielu l-passaġġ minn fuq biex imur lura d-dar, qisu ġie għal xi holiday f'Malta għax miskin kien marid qalulna!", "Lil dawn l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu għandhom jittrattaw ta' kriminali u mhux lil tal-GWU!", "Nhar it-Tnejn li għaddew il-gvern kompla jinqeda bil-preżenza qawwija tal- pulizija biex jipprovoka lill-ħaddiema ta' l-MIA u uffiċjali tal-GWU waqt li kienu sejrin lejn il-qorti.", "Il-pulizija anke użaw il-forza kontra l- mexxejja tal-GWU li marru jagħtu l-appoġġ morali u juru s-solidarjetà ma' dan l-ewwel grupp ta' ħaddiema ta' l-MIA li tressqu l-qorti t-Tnejn li għadda.", "Preżenti kien hemm ukoll uffiċjali u delegati barranin ta' l- international transport federation.", "Fi triqithom lejn il-qorti l-ħaddiema u dawk li kienu qed jakkompanjawhom sabu stakkament kbir ta' pulizija li għalqu t-triq kollha bil-barrikati biex ħadd ma jgħaddi.", "Alla jbierek, il- pulizija ma ridux iħallu lin-nisa tal-ħaddiema li kienu se jitressqu l- qorti jgħaddu u lanqas riedu jħallu lil xi uffiċjali tal-GWU jgħaddu minn hemmhekk.", "Sur President, l-aġir provokattiv tal-preżenza qawwija tal-pulizija fil- konfront tal-GWU u l-membri tagħha setgħet wasslet għal konsegwenzi koroh iżda l-mexxejja tal-GWU żammew il-kalma, minkejja li għal xi mumenti kien hemm tensjoni kbira fejn saħansitra d-delegati barranin ta' l-ITF bdew jgħajtu f'xi ħinijiet u għal diversi drabi: \"Pinochet, Pinochet!\"", "Ara fiex ġibna lil dan il-pajjiż!", "Però min-naħa l-oħra mn'Alla ġara hekk għaliex issa jwieġeb x'iwieġeb il-Prim Ministru lit-trade unions barranin biex jgħatti dak li hu u l-gvern tiegħu wettqu kontra l-GWU, għax għandhom is-saħħa tal-gvern, m'huwiex se jitwemmen għaliex kien hemm preżenti fejn setgħu jaraw b'għajnejhom uffiċjali barranin ta' l-akbar moviment trejdjunjonistiku tat-trasport fid-dinja.", "F'Awissu li għadda l-Prim Ministru kien dawwar il-fatti meta wieġeb lis- segretarju ġenerali ta' l-ITF għall-appell li kien għamillu.", "Dakinhar Dr. Fenech Adami qal li l-pulizija ma kenitx intużat biex tkisser l-istrajk fl- ajruport iżda l-pulizija daħlet biex jiġu protetti d-drittijiet ta' ħaddiema oħra li riedu jaħdmu.", "U dan ma kien veru xejn għaliex fl-ebda ħin nies li kienu fuq il-post ma kienu raw ħaddiema oħra li daħlu hemmhekk biex jaħdmu fil-fire section ta' l-ajruport waqt l-istrajk, kienu biss il- pulizija u l-membri ta' l-armata li ntbagħtu biex ikissru l-azzjoni industrijali.", "Dakinhar ukoll il-Prim Ministru malajr malajr kien ħareġ jgħid li kienet saret ħafna ħsara fuq l-inġenji u l-apparat biex mill-ewwel jippreġudika lill-ħaddiema membri tal-GWU.", "Il-Prim Ministru ma qagħadx iqis li se jiġu mhedda d-drittijiet ta' dawn!", "Id-drittijiet ta' ħaddiema li lanqas biss kienu hemm ried iħares il-Prim Ministru, li llum tant qed taħarqu qalbu għall-ħaddiema!", "Dakinhar stess fl-20 t'Awissu, proprju fl- 4.30 p.m. il-Prim Ministru ħareġ jgħid li l-fire section ta' l-ajruport kienet diġà qiegħda taħdem.", "U hawn nistaqsi: Dan x'taħwid hu?", "Mela li kieku saret dik il-ħsara kollha li l-Prim Ministru allega li saret dakinhar, kieku kif f'ħin daqshekk qasir issewwa kollox u reġgħet bdiet topera l-fire section qisu qatt ma kien ġara xejn?", "Il-Prim Ministru dakinhar interess wieħed biss kellu, li jgħatti l-fatt li l-kwestjoni industrijali fl-ajruport qamet proprju għaliex il-gvern inkompetenti tiegħu ma riedx jintervjeni fil-pront u jħalli li ssir elezzjoni sigrieta biex il-ħaddiema kollha ta' l-MIA juru liema trade union iridu li tirrappreżentahom.", "Iżda hu u l-gvern tiegħu ħallew l-affarijiet jiddeterjoraw għax ħasbu li jistgħu joqogħdu gallarija bit-tama li l- ħaddiema, membri tal-GWU jaqtgħu qalbhom.", "Jaħasra l-Prim Ministru għadu ma fehemx li l-GWU aktar ma ssib skollijiet aktar taħdem biex tegħleb l-isfidi li ssib ma' wiċċha.", "Kien għalhekk li l-Prim Ministru ddeskriva l-erba' tyres imniżżlin u xi fuses maqlugħin bħala ħsarat kbar, biex jippreġudika l- pożizzjoni tal-ħaddiema u jikkondizzjona negattivament imħuħ in-nies kontra dawn l-istess ħaddiema u l-GWU.", "Sur President, anke nhar it-Tnejn, il-gvern ta' Fenech Adami reġa' għamel attentat biex jgħawweġ il-fatti fl-istqarrija li ħareġ id-dipartiment ta' l- informazzjoni, bi tweġiba għall-appelli li sarulu minn trade unions barranin.", "U hawn nistaqsi: X'interess għandu l-gvern ta' Fenech Adami li jkompli jirrepeti b'mod tassattiv it-tgħawwiġ tal-fatti li skond hu u sħabu seħħew fl-20 ta' Awissu fl-ajruport meta issa suppost kuntent għax il- ħaddiema u l-uffiċjali tal-GWU tellagħhom il-qorti għax b'saħħtu?", "Dan mhux interferenza fil-proċess tal-ġustizzja meta l-kawżi ta' dawn il-ħaddiema u l-uffiċjali għadhom sub judice?", "Jew il-Prim Ministru meta jaqbillu jinkwieta u jwaħħal f'ħaddieħor li qed issir interferenza fil-proċess ġudizzjarju!", "Jew Dr. Fenech Adami tant iħoss li laħaq is-sema b'idejh li jista' jagħmel li jrid għax għandu s-saħħa!", "Il-Prim Ministru missu kien responsabbli f'din il-kwestjoni kollha u qal mill-ewwel il-verità lil kulħadd!", "U hawn nistaqsi wkoll: Għaliex il-Prim Ministru u l-gvern tiegħu ma jridux li l-GWU tirrapreżenta lill-ħaddiema ta' l-MIA?", "Għaliex din il- kruċjata kontra l-membri u l-uffiċjali tal-GWU?", "Għaliex dawn l-attentati kollha biex il-gvern ikisser lill-GWU?", "Għaliex qed jagħmel minn kollox il- gvern biex ipinġi lill-membri u lill-uffiċjali tal-GWU bħala kriminali?", "Għaliex anke issa bit-tweġibiet li qed jagħti l-gvern qed jipprova saħansitra jippreġudika l-pożizzjoni tal-membri u l-uffiċjali tal-GWU meta l-kawżi tagħhom huma sub judice quddiem il-qrati tagħna?", "Sur President, il-ġimgħa l-oħra - u nagħlaq fuq din - meta l-GWU sejħet ir-rally għall-ħaddiema, tan-Net Television ġabu b'aħbar kbira li Joe Debono Grech u jien konna r-rally, qisha xi sorpriża kbira!", "Dik aħbar!", "Konna hemm għaliex aħna membri tal-GWU!", "Konna hemm għaliex fejn ikun hemm sħabna l-ħaddiema aħna tal-Partit Laburista nkunu hemm.", "Iva, tal-Partit Laburista jsibuna dejjem fejn ikun hemm l-interessi tal-ħaddiema mhedda.", "Jien kburija li nagħmel parti attiva minn dak kollu li turi l-għaqda tal- ħaddiema Maltin u Għawdxin!", "U kburija aktar li nagħmel parti mill-akbar żewġ għaqdiet f'Malta li mit-twaqqif tagħhom ħadmu bi sħiħ, bil-fatti u mhux bil-paroli, biex iġibu 'l quddiem l-interessi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Sur President, fl-aħħarnett nagħlaq billi lill-ħaddiema, lill-uffiċjali tal-GWU u lil dawk kollha li daqu minn dawn l-attentati viljakki, ngħidilhom: Taqtgħux qalbkom!", "U se nuża s-slogan li tant iddandan bih il- Partit Nazzjonalista fl-imgħoddi, iżda għalija mhux slogan, għalija hija stqarrija ta' twemmin u minn qalbi lil dawn kollha ngħidilhom: Kuraġġ, ibqgħu magħqudin, għaliex is-sewwa se jirbaħ żgur!", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, tajjeb li llum l-1 ta' Diċembru, 1999 infakkru ħalli jkun recorded fl-istorja ta' pajjiżna li l-Mid-Med Bank spiċċa darba għal dejjem minn dan il-pajjiż għax illum anke l-isem Mid-Med se jkun eradikat mill-istorja finanzjarja u ekonomika ta' pajjiżna.", "U qed ngħid dan - se nagħmel il-premessa fil-bidu nett - mhux għax il-Partit Laburista għandu xi oġġezzjoni partikolari jew oġġezzjoni kwalunkwe kontra l-preżenza ta' l-HSBC f'pajjiżna, anzi l-Partit Laburista fil-gvern ħadem fil-qrib mal-Midland Bank u riedu wkoll jiżviluppa u jikber hawn Malta.", "Il-Partit Laburista jerġa' jtenni l-oġġezzjonijiet tiegħu għall-mod kif dan il-bank inbiegħ b'negozjati li prattikament ma kien jaf bihom ħadd, u għall-mod kif l-ikbar asset mill-aspett ekonomiku u finanzjarju u mill- aspett ta' kreazzjoni ta' impjiegi, inbiegħ tant b'irħis.", "It-taxxi kollha li l-gvern qed jaħseb li se jiġbor is-sena d-dieħla mit-taxxi kollha miżjuda tal-VAT, mill-petrol u d-diesel, mit-telephone, mill-ħobż, mis-sisa fuq l-alkoħol u anke ż-żieda fl-income tax, kienu jinġabru kollha kieku wieħed innegozja bil-għaqal il-bejgħ ta' dan il-bank.", "Illum il-fatti qed juruna dan kollu.", "Fl-1 ta' Ottubru ta' din is-sena l-Mid-Med Bank għalaq 24 sena għax kien fl-1 ta' Ottubru 1975 li prattikament ġew konklużi n-negozjati mal-Barclays u l-Mid-Med beda jopera minflok il-Barclays Bank.", "Dakinhar il-Mid-Med Bank kellu Lm90 miljun bħala depożiti u f'Ġunju ta' l-1999 telgħu għal iktar minn Lm1,000 miljun id-depożiti f'dan il-bank li llum spiċċa sfortunatament darba għal dejjem.", "Nieħdu din l-okkażjoni biex ngħidu kemm kien bil-għaqal il-pass li ttieħed fis-sebgħinijiet u wieħed japprezza kemm ikkontribwixxa dan il-bank għall-ekonomija Maltija, għall-iżvilupp ta' pajjiżna fil-qasam industrijali, fil-qasam turistiku u fl-oqsma kollha tas-servizzi.", "Wieħed jifhem ukoll kemm ikkontribwixxa dan il-bank taħt il-kappa tal-Lohombus - flimkien mal-Bank of Valletta wkoll imma llum qed nitkellmu fuq il-Mid-Med - għall-home ownership scheme li kienet parti mill-politika tal-gvern Laburista tas-sebgħinjiet li ħolqot opportunitajiet għall-għarajjes biex ikollhom id-dar tagħhom.", "Insemmu wkoll kemm dan il-bank ikkontribwixxa lejn il-kreazzjoni ta' impjiegi għal żgħażagħ Maltin.", "Minn bank ċkejken il- Mid-Med Bank irnexxielu jiżviluppa bħala l-ikbar bank, l-ikbar istituzzjoni finanzjarja f'pajjiżna b'konnessjonijiet stabbli anke internazzjonalment.", "Ovvjament m'aħniex qed ngħidu li kien wieħed mill-ewwel ħamsin bank mondjali imma kien bank kbir fit-terminu ta' Malta u kien rikonoxxut internazzjonalment bħala bank serju.", "Tajjeb li wieħed iżomm dan quddiem għajnejh għax ħafna drabi jingħad li x- xiri tal-Mid-Med kien xi input ta' investiment ġdid għal pajjiżna, imma fil- fatt investiment ma jfissirx li jkollok asset ta' din il-kwalità li l-ewwel tinnegozjah b'mod żbaljat, tasal għall-prezz li jkun taħt il-valur reali tiegħu u mbagħad ma jikkrealek l-ebda opportunità ġdida ta' xogħol għaliex effettivament l-impjiegi se jibqgħu dawk li kienu diġà stabbiliti.", "Dan ma kienx xi bank fallut, bl-impjieg ta' 1,800 ħaddiem mhedded u li ma kienx se jonora d-depożiti tan-nies, allura ovvjament kien jaqbel li inti jkollok istituzzjoni daqstant kbira li tieħdu over biex issalva dan kollu.", "Dan il- bank kien miexi 'l quddiem, li bħas-simbolu tiegħu kien verament vapur b'saħħtu li l-mewġ tat-taqlib finanzjarju ffaċċjah fil-passat u kien kapaċi jiffaċċjah fil-futur.", "Għaldaqstant jien inħoss li dan il-parlament għandu jsellem lill-ewwel nies li bdew imexxu l-Mid-Med Bank meta ħa over fl-1975 kif ukoll lil dawk kollha li ġew wara, li mexxew lil dan il-bank u għamluh dak li kien appuntu f'Ġunju ta' din is-sena.", "Naħseb li jixirqilhom li ngħidulhom grazzi, iktar u iktar meta wieħed jiftakar l-oppożizzjoni min-naħa tal-Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kontra dan il-pass hekk deċiżiv li kien ħa l-gvern Laburista, kif kienet kontra kull ħaġa ta' natura nazzjonali, bħalma kien it-twaqqif ta' l-Air Malta, it-twaqqif tal-Bank of Valletta.", "U wara li ġab lill-pajjiż għarkubbtejh finanzjarjament, issa l-Partit Nazzjonalista qed idur għal dawn l-assi biex jipprova jmexxi minn sena għal sena l-ħajja tiegħu fil- gvern.", "Imma tajjeb li ngħidulhom grazzi lil dawn in-nies li minn żmien għal żmien ħadu f'idejhom it-tmexxija ta' dan il-bank u ġabuh dejjem 'il quddiem biex jaqdi l-interessi tal-pajjiż.", "Ngħidu grazzi wkoll lill-ħaddiema li tant ikkontribwixxew biex din l- entità timxi 'l quddiem u nawgura lill-ħaddiema li d-drittijiet li kellhom mal-Mid-Med Bank iżommuhom, anzi jsaħħuhom.", "U bi dritt għandhom isaħħuhom għaliex din hija makna li dejjem qed tiġġenera profitti għas-sidien tagħha li llum huma l-HSBC.", "Kif diġà għedt, dan il-bank ma kienx xi entità li qed tegħreq, imma hija b'saħħitha u bis-saħħa finanzjarja li għandha l- prospetti huma li tkompli tissaħħaħ u tkompli tikber.", "Għaldaqstant illum hija l-okkażjoni fejn għandna nsellmu lill-Mid-Med Bank li għal 24 sena kien tant prominenti fil-ħajja ekonomika u anke soċjali ta' pajjiżna u li mil-lum 'il quddiem m'aħniex se narawh aktar.", "Sur President, nixtieq insemmi xi punti oħrajn fil-ftit minuti li baqagħli.", "L-ewwelnett nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministru ta' l- edukazzjoni biex jagħti kas ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa li mhux biss għandha bżonn ta' ħafna manutenzjoni għax għandha ħsarat konsiderevoli, imma l-istess dipartiment kien iddeċieda diġà li parti minnha trid taqa' u tinbidel, li s-soqfa ta' wing oħra jridu jinbidlu kompletament kif ukoll li hemm bżonn li din tiġi estiża.", "Fi żmien gvern Laburista kienu ġew allokati anke l-fondi għal dan.", "Ix-xogħol ma kienx inbeda minħabba xi problemi li kien hemm mal-planning authority.", "Huwa importanti li din l-iskola primarja tingħata l-konsiderazzjoni meħtieġa u ma titħalliex tiddeterjora u tkompli taqa' fl-istat miskin li llum qiegħda fih.", "Jiddispjaċini li għal din is- sena jidher li min-naħa tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni m'hemm l-ebda vot indikat.", "Inħeġġeġ lill-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa, li fil-passat għamel l- almu tiegħu u konvint li anke issa qed jagħmel l-almu tiegħu, biex jinsisti aktar mal-ministru ta' l-edukazzjoni dwar dan.", "U ninsisti jien ukoll f'isem il-ġenituri li għandhom uliedhom hemmhekk, biex issir il- manutenzjoni li hemm bżonn immedjatament u naraw li din l-iskola tiġi rranġata tajjeb darba għal dejjem.", "Nixtieq niġbed ukoll l-attenzjoni tal-kunsilli lokali, mhux għax neċessarjament hija responsabbiltà tagħhom imma jekk dawn iridu li jkollhom status ta' gvern lokali m'għandhomx jinsew kompletament ċerti areas fil- lokalitajiet tagħhom.", "Se nitkellem fuq id-distrett tiegħi u nagħmel riferenza partikolari għal-lokalità ta' Ħal Farruġ fejn hemm housing estate bi plots tal-gvern li issa ovvjament inbnew mir-residenti li qegħdin joqogħdu hemm, u hemm ħafna appartamenti li huma tal-housing authority.", "F'dik l-area l-infrastruttura li kien hemm tħalliet titkisser u llum anke minn fejn jgħaddi l-ilma, li kien maħsub u ilu kkanalizzat minn żmien l- Ingliżi, imtela bil-ħmieġ u jinsabu miżdudin.", "Hemm traskuraġni u telqa sħiħa, minkejja s-submissions, minkejja l-parliamentary questions li nqanqlu dwar dan.", "Sena ilu l-ministru ltaqa' mal-kunsill lokali ta' Ħal Luqa u ġibdulu l-attenzjoni għal dan, imma hemm bżonn li l-kunsill jagħmel insistenza ikbar f'isem dawn ir-residenti.", "\"Gvern lokali\" m'għandux ikun titlu biss, imma tkun tista' tissejjaħ verament gvern lokali meta tkun qed tagħmel xi ħaġa u n-nies iħossu li qed tiddefendi l-interessi tagħhom.", "Il- housing estate ta' fuq Tal-Blat fil-periferija ta' Ħal Qormi wkoll huwa diżastru.", "Apparti li huma maqtugħin miċ-ċentru, għalkemm dik hija per neċessità għaliex joqogħdu hemmhekk, l-istat tat-toroq huwa tali li lanqas tista' timxi.", "Jien nifhem li forsi m'għandhomx ir-riżorsi finanzjarji biex jaħdmuhom huma, imma għandhom jagħmlu l-pressjoni neċessarja ħalli l- affarijiet jirranġaw ruħhom.", "Mr Speaker, hawnhekk insemmi lokalitajiet oħra bħall-housing estate li hemm wara l-Canada Dry li jmiss dahar ma' dahar mal-housing estate Tal-Blat u oqsma oħra bħal dawn li jeħtieġ li l-kunsilli rispettivi tagħhom jagħmlu l-pressjoni biex jitranġaw.", "Dan huwa l-obbligu tagħhom għax għalhekk ġew eletti mill-poplu.", "Mhux qed nitfa' r-responsabbiltà fuqhom għax ir- responsabbiltà hija tal-gvern ċentrali li jagħmel dawn l-affarijiet, imma huma jridu jagħmlu pressjoni fuq il-gvern ċentrali u mhux jersqu f'dawk l- areas biss meta tkun qed toqrob xi elezzjoni tal-kunsill u taparsi jibda jsir ix-xogħol.", "Ix-xogħol irid jidher li qed jitwettaq bi pjan; jibda u jiġi konkluż.", "Dan huwa l-appell tiegħi llum, Mr Speaker, u nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal- lejla l-Erbgħa, l-1 ta' Diċembru, 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-maltempata tas-silġ li laqtet l-aktar l-inħawi ta' Ħad-Dingli u ta' madwar għamlet ħsara fl-uċuħ lill madwar 40 bidwi.", "Din il-ħsara għada qed tiġi stmata.", "Fil-ħsara li ġrat fid-19 ta' Novembru 1998 il-bdiewa qed jiġu kompensati biss għal telf ta' strutturi u materjal.", "Din il-ħsara tas-silġ ta' dan ix- xahar ikkaġunat l-aktar ħsara fl-uċuħ kif ukoll ħsara ta' ftit liri li jammontaw għal madwar Lm700 fi ħġieġ tas-serer.", "Qed isiru spezzjonijiet lill dawk il-bdiewa li rrapportaw dawn il-ħsarat.", "SAJJIEDA", "11477.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sajjieda Maltin u Għawdxin fulltime u part-time fil-mument?", "Peress li sar l-iscreening tas-sajd bejn id-Dipartiment tas-Sajd u l- uffiċjali ta' l-UE, jista' l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' sajjieda fulltime u part-time tal-pajjiżi membri u kemm minn dawn is- sajjieda ġejjin mill-pajjiżi tal-Mediterran?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-sajjieda full-time huma: Maltin - 250 Għawdxin - 130 Is-sajjieda part-time huma: Maltin - 1315 Għawdxin - 228", "L-istati membri ta' l-Unioni Ewropeja ma jikkategorizzawx id-dgħajjes tas- sajd tagħhom f'full-time u part-time u l-kwantita totali ta' sajjieda kienet ikkwotata fid-domanda parlamentari ta' l-istess interpellant nru 10917.", "SAJJIEDA", "11478.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li l-Gvern kellu fin- negozjati tiegħu dwar il-każ tas-sajjieda Maltin u Għawdxin li sofrew danni fl-ibħra internazzjonali tar-reġjun tal-Mediterran mis-sajjieda Tunesini?", "Meta sar l-ewwel kuntatt uffiċjali bejn iż-żewġ ministri tas-sajd taż- żewġ pajjiżi u meta se jkomplu dawn il-konsultazzjonijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambaxxatur ta' Malta f'Tuneż għamlu r- rapreżentazjonijiet tagħhom lill-uffiċjali għolja tal-Gvern Tuneżin u lill- Ambaxxatur ta' Tuneż f'Malta.", "Il-Gvern Tuneżin minn naħa tiegħu wiegħed li ser jagħmel verifika tal-fatti irrapurtati u jikkomunika lura ir-riżultati.", "Ma saru l-ebda laqgħat bejn il-Ministri rispettivi pero f'April li għadda kienet saret żjara f'Tuneż fejn iltaqgħu iż-żewġ Diretturi tas-Sajd.", "Il- konsultazzjoni bejn id-Dipartimenti għada għaddejja permezz ta' korrispondenza.", "SAJJIEDA", "11479.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal każ li nqala' bejn sajjieda Maltin u Tuneżin u l- iżvantaġġ kbir li qed jiffaċċjaw is-sajjieda Maltin u Għawdxin, jista' l- Ministru jinformani x'miżuri temporanji qed jieħu l-Gvern Malti u l-Armata sabiex fiċ-ċirkostanzi jipproteġi l-qagħda kritika li jinsabu fiha s- sajjieda Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta tal- Mistoqsija Palamentari numru 11478 u nżid ngħid illi meta s-sajjieda Maltin javżaw lill-Malta Radio li ħerġin fuq il-fishing grounds, il-Patrol Boats joħorġu fuq Patrol qrib l-istess fishing grounds.", "Jiena nemmen li ma jkunx għaqli li nieħdu azzjonijiet bil-mezzi ta' l-armata għax dawn jistgħu jiġu interpretati bħala aggressjoni u jirrovinaw ir-rapport ta' Buon Vicinat\" li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien ta' xulxin.", "Inżid ngħid li wara l-inċidenti li saret referenza għalihom, is-sajjieda tagħna ħarġu jistadu fl-istess ibħra mingħajr xkiel.", "KUMITAT GĦAR-RESTAWR TAL-KOTTONERA - REMUNERAZZJONI", "11562.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'remunerazzjoni u x'benefiċċji u allowances oħra jgawdu ċ-chairman u l-membri tal-Kumitat tar-Restawr tal-Cottonera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għall-Kumitat tar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera.", "Iċ-Chairman u l-Membri ma għandhom l-ebda remunerazzjoni u l-ebda benefiċċju.", "CENTRAL INFORMATION MANAGEMENT UNIT - EXECUTIVES", "11563.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għal avviż li deher fil-ħarġa ta' l-10 ta' Awissu, 1999 ta' The Times igħid min huma l-erba' executives li ntgħażlu mis-central information management unit billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz, il-curriculum vitae u dettalji dwar salarji, benefiċċji u allowances li ġew offruti kif ukoll igħid minn min kien kompost il-Bord ta' l-Għażla ta' dawn l-executives?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-proċess ta' l-għażla għall-pożizzjonijiet ta' executives mas-central information management unit għadu ma ntemmx.", "SOCIAL WELFARE DEVELOPMENT PROGRAMME - EXECUTIVES", "11564.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-avviż li deher fil-ħarġa ta' The Times ta' l-10 ta'Awissu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min intgħażel għall-post ta' Chief Executive officer tas-Social Welfare Development Programme billi jagħti l-isem, il-kunjoni, l-indirizz u l- curriculum vitae u jgħid x'salarju, benefiċċċji u allowances ingħataw lill- persuna magħżula kif ukoll jgħid minn min kien magħmul il-Bord ta' l-Għażla għat-tali sejħa għall-applikazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-proċess ta' l-għażla għall-post ta' chief executive officer ġdid għall-Programm Ħidma Soċjali għadu mhux konkluż.", "STUDJI TA' RESTAWR - STUDENTI", "11565.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8133, ċioe' fid- deċiżjoni dwar kemm daħlu u se jiddaħħlu studenti fiċ-Ċentru ta' Malta għar- restawr, jista' l-Ministru jgħid f'liema kriterji ġew deċiżi n-numri?", "X'attenzjoni ngħatat għall-oportunitajiet ta' mpjiegi għal dawn il-persuni wara li jtemmu l-korsijiet li jkunu għażlu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'se jkunu l-ispejjeż totali b'mod dettaljat biex jitmexxa dan iċ-ċentru għas-snin 2000, 2001 u 2002 billi jgħid ukoll kemm se jkun hemm fondi mill- Protokoll Taljan u x'fondi sejrin jinħarġu mill-Gvern Malti?", "Jista' l- Ministru jgħid x'sistemi se jintużaw u x'metodji se jiġu applikati biex il- ġestjoni tal-fondi pprovduti ssir bl-akbar trasparenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kriterji fuq kemm daħlu u se jiddaħlu studenti fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr jinkludu:", "1. ir-ratio ta' studenti għal kull għalliem biex tkun assigurata l-aqwa kwalita` fit-tagħlim ta' l-istudenti;", "2. il-ħtiġijiet ta' Malta fid-diversi oqsma tar-restawr u tal- preservazzjoni tal-wirt kulturali", "3. il-vantaġġi li jistgħu jinkisbu mill-iżvilupp ta' dan iċ-ċentru bħala ċentru internazzjonali li jista' jattirastudenti minn pajjiżi oħra.", "Filwaqt li l-Gvern ma jista' jagħti ebda garanzija ta' impieg miegħu lil dawk kollha li jtemmu l-korsijiet li jkunu għażlu, informat li wieħed ma jistax ma jikkunsidrax:", "1. il-ħtiġijiet kbar ta' Malta għal ħaddiema professjonali imħarrġa fil- kamp tar-restawr;", "2. il-possibilita` li ċ-Ċentru Malti għar-Restawr jattira xogħol ta' Restawr minn madwar ir-reġjun Mediterran u b'hekk ikun jista' jkabbar in- numru ta' impjiegi f'dan is-settur;", "3. li l-kwalifiki mogħtija wara studji fiċ-Ċentru tar-Restawr ikunu rikonoxxuti barra minn Malta biex jippermettu gradwati miċ-ċentru biex jaħdmu internazzjonalment.", "Il-fondi għas-sena 2000 huma kif jidhru fl-Estimi.", "Tagħrif dwar snin oħra jista' jingħata meta jkun approvat mill-Ministeru tal-Finanzi.", "Biex il-fondi jiġu ġestiti b'mod trasparenti qiegħdin u se jiġu wżati dawn is-sistemi:", "1. li tiġi sottomessa stima ġenerali lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tal- Finanzi għal tlett snin bil-quddiem", "2. li ċ-Ċentru jissottometti stima tal-ħtiġijiet finanzjarji tiegħu lill- Ministeru ta' l-Edukazzjoni kull tlett xhur u jingħata fondi skond dik l- istima;", "3. li kull tlett xhur iċ-Ċentru jissottometti rapport fuq l-infieq tat- tlett xhur li jkunu għaddew;", "4. li kull sena l-accounts taċ-ċentru jiġu ċertifikati minn Awditur u dawn jiqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra;", "Hu mistenni wkoll li malli s-sistema l-ġdida komputerizzata taċ-ċentru tibda tiffunzjona kompletament il-Board of Governors ikun ipprovdut management accounts kull xahar.", "ĊENTRU TA' MALTA GĦAR-RESTAWR - FONDI", "11566.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa u hemmx il-ħsieb li jittieħdu mill-ministeru tiegħu biex jassigura li l-fondi li l-gvern se jqiegħed għad-dispożizzjoni taċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr kemm dawk li ħerġin u joħorġu minn fondi pubbliċi Maltin kif ukoll oħrajn li jistgħu joħorġu mill-protokoll ma' l-Italja jiġu minfuqha bi trasparenza u kontabbilta' sħiħa?", "Konxju l-Ministru mill-fatt li tali trasparenza fil- ġestjoni ta' tali fondi tista' tkun dubbjuża meta wieħed jirrealizza li l- Ministru li ħatar il-bord tal-gvernaturi ta' dan iċ-ċentru qiegħed bħala membru gvernatur lir-raġel t'oħtu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-fondi msemmija jiġu minfuqa skond normi prattikati s-soltu f`sitwazzjonijiet simili.", "Din id-direzzjoni ġiet mogħtija lill- Ministeru ta` l-Edukazzjoni u, fil-fatt, numru konsiderevoli ta` talbiet għal offerti (tenders) diġa` għadda għand id-Dipartiment tal-kuntratti tramite il-Ministeru tal-Finanzi.", "MINISTERU TAL-FINANZI - SERVIZZ TA' PROJECT MANAGEMENT", "11567.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8288, jista' l-Ministru jgħid xi stħarriġ qiegħed isir mill-Ministeru tal-Finanzi fir-rigward tas- servizzi li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qiegħed jitlob li jipprokura mill- Malta University Services Ltd, b'nefqa ta' madwar Lm250,000 fis-sena għal gvern billi jiġi mpjegati 13-il mpjegat ġdid ma' din il-kumpannija biex jieħdu ħsieb dawn l-oqsma: sports complexes project, universal community service project, Bighi site Development Project, IT in Education Project, College of Arts, Science and Technology Project, Museum of Contempory Art Project?", "Jista' l-Ministru għaldaqstant igħid jekk id-diversi dipartimenti fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li huma owners tat-tali proġetti ppreżentawx project briefs lill-Ministeru tal-Finanzi biex igħarrfuh dwar in-nefqa nvoluta ta' kull proġett kif ukoll jelenkaw kif sejrin jiġu utilizzati l-individwi li qed jiġu proposti li jinkrew is- servizzi tagħhom mill-Malta University Services Ltd?", "Ma jaħsibx li wieħed għandu jara jekk tali servizzi jistgħux jingħataw minn individwi li huma diġa' fi ħdan is-servizz pubbliku jew f'xi enti governattiva oħra kif ukoll jekk il-Ministru jikkonsidrax li joħorġu sejħiet għall-offerti separati fi ħdan il-każ sitta, biex tali servizzi jiġu prokurati ad hoc mid- dipartmenti rispettivi li ilhom jiġu ivvotati l-fondi meħtieġa biex jiġi mplimentati inizjattivi tali?", "Il-Ministru jaqbel li fis-sitwazzjoni attwali tal-finanzi pubbliċi l-gvern għandu jidħol garanzija biex jiġu mpjegati 13-il persuna ġdida ma' kumpannija ta' l-Universita' li l-fondi tagħha jrid jipprovdihom il-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk tali proġetti ġewx inkorporati mid-diversi dipartimenti fis- sottomissjonijiet li huma bagħtu lill-ministeru tiegħu bħala parti mill- Business Plan Documents għas-snin 2000, 2001 u 2002, kif ukoll igħid x'inhu previst li jiġi vvotat għal tali inizjattivi?", "Il-Ministru jikkonferma li tkun irresponsabbilta' li tali aġir ta' nies minn ministeru ieħor, jitħalla jfixkel l-isforzi ta' l-uffiċjali tal-ministeru tiegħu biex jiġi kkontrollat l- infiq pubbliku?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s`issa l- Ministru tal-Finanzi approva żewġ proġetti biss, dak li jirrigwarda l-IT in Education u l-ieħor dwar iċ-Ċentru Malti għar-Restawr f`Bighi.", "Għal dawn il-proġetti, fl-Estimi għas-sena 2000 qegħdin nallokaw l-ammonti Lm1 miljun u Lm400 rispettivament.", "Barra minn hekk qed issir allokazzjoni ta` ammont ieħor biex jinbnew kumplessi sportivi.", "Din l-allokazzjoni qegħda ssir minn fondi tal-lotteriji instantanji skond kif jipprovdi l-artiklu Nru. 10 tar- Regolamenti dwar il-lotteriji instantanji kif emmendati b`Avviż Legali Numru 135\\97."]} {"filename": "19991210_205d_par.doc", "date": "1999-12-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 205 Il-Ġimgħa, 10 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 205", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "205", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 167", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 167", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TARZNA TA' MALTA (L-EWWEL QARI) 173", "ESTIMI TA' L-AWTORITA` TA' L-IPPJANAR GĦAS-SENA FINANZJARJA 1999/2000 173", "AĠĠORNAMENT 197", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 204 li saret fid-9 ta' Diċembru 1999, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SLIEMA - TOWING", "11127.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk multa fuq karozza tal- ministeru li ġiet towed minn Triq Viani, Sliema xi xhur ilu tħallsitx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ma ninsabx informat dwar il-każ allegat mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jara dak li jingħad fil-gazzetti, speċjalment fejn jikkonċerna l-ministeru tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma nistax ngħid li nara kollox imma nara mhux ħażin!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura meta jkun hemm akkużi li xi ħadd mill-ministeru tiegħu, jista' jkun id-driver tiegħu, ikun ipparkja l-karozza uffiċjali f'towing area, issuppervja, għamel ċerti affarijiet u telaq, il-Ministru ma jinteressahx jara l-gazzetti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor.", "Interpellant jew xi ħadd ieħor għandu xi provi f'dan is-sens, nippretendi li jindikali b'mod dirett mhux noqogħdu naqraw il-gazzetti.", "Kieku naqra l-affarijiet kollha li jkun hemm fil-gazzetti u nassumi li kulma naqra jkun ġara, naħseb ngħix ħajja ħafna inqas feliċi milli ngħix illum!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri għall-Ministru ma jiswa xejn li jkun hemm akkużi fil-gazzetti li xi ħadd mill-istaff tiegħu jkun abbuża, sakemm xi ħadd ma jaqbadx u jieħu passi kontrih?", "Jiġifieri dawn l-affarijiet iħallihom għaddejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena ma nagħti l-ebda solliev jew garanzija li l-istaff tiegħi - jew ikun, min ikun għax jistgħu jkunu nies l- aktar viċini tiegħi - jistgħu jagħmlu xi ħaġa kontra l-liġi.", "Min jagħmel xi ħaġa kontra l-liġi għandhom jittieħdu l-passi kontra tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qed jgħid li min jagħmel xi ħaġa kontra l- liġi għandhom jittieħdu passi kontrih.", "Għalhekk issa jista' jara jekk verament seħħx dan il-każ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett ma naħsibx li huwa l-każ li l- Onor. Mizzi għandu għalfejn jiġi hawn u jagħmel dan l-effett drammatiku, għaliex wisq nibża' li min qed jismagħna fuq ir-radjijiet bħalissa jimmaġina li qed nitkellmu fuq xi att kriminali gravi ħafna!", "Jekk qed nifhem tajjeb, l-allegazzjoni hi li xi ħadd kien f'area fejn jista' jiġi towed, ġie towed u mbagħad ftiehem mal-pulizija.", "Jekk hemm xi każ hekk xi ħadd jinvestiga imma jekk l-Onor.", "Interpellant jew min għamel id-domanda jrid jagħmel dawn it-tip ta' kruċjati, naturalment ħadd mhu sidu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena ma rrid nagħmel l-ebda kruċjata, imma l-Ministru donnu nesa x'kienu qalgħu meta fi żmienna karozza ta' ministru nzertat kienet qiegħda pparkjata fejn ċint ta' xi għalqa!", "Jiġifieri jekk kienet tniggzu l-kuxjenza dak iż-żmien, tant li fil-gazzetti għamlu fuss kbir, ma jidhirlux li ħaġa bħal din ...?", "Jien kulma qed nitlob huwa jekk issa li ġie informat li sar xi ħaġa, jidhirlux li għandu jitlob l-informazzjoni mingħand min għamel il-mistoqsija biex jinvestiga u jara li affarijiet bħal dawn ma jsirux?", "Jekk jidhirlu li għandhom isiru allura jħallihom għaddejjin, imma jekk m'għandhomx isiru jgħid li m'għandhomx isiru.", "Allura jaqbel jew ma jaqbilx il-Ministru li affarijiet bħal dawn m'għandhomx isiru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk nimxi mat-tenur ta' l-allegazzjoni, kif saret mill-oppożizzjoni, allura għandi għax nifhem li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna karozza li tintuża minn ministru għal skop ta' funzjoni pubblika ġiet towed!", "Din hija l-ewwel ħaġa li nikkonstata mill-allegazzjoni kif saret pero', bir-rispett kollu, ma naħsibx li din hija materja gravi biżżejjed biex noqgħod naħli l-ħin tiegħi jekk wara sarx arranġament jew le mid-driver ma' xi pulizija fuq jekk jitħallasx it-towing jew jekk tkellmux li kien każ meritat jew le.", "Naħseb li diġa' ħlejna kwarta prezzjuża ta' dan il-parlament u jien żgur qatt ma qbadt fuq xi każ ta' karozza li kienet ħdejn l-ebda ċint.", "Jekk jien għamilt xi ħaġa hekk nisfida lill-Onor.", "Interpellant jġibli l-provi.", "(Interruzzjonijiet) Isibli każ u nara x'kien ħalli nara anke jekk il- paragun huwiex eżatt.", "Imma din m'hijiex serjeta` u jekk l-oppożizzjoni tippretendi li l-gvern jaħli l-ħin biex jara l-karozzi fejn jiġu towed jew le, allura noqogħdu naħlu l-ħin hekk, imma jien m'iniex beħsiebi naħli l- ħin hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ma jistax ikun li nimxu b'two weights and two measures.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ejja għad-domanda, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, ġej għaliha.", "Inti donnok tilqagħli minn qabel biex ma nagħmilhiex!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mizzi, jekk trid tagħmel xi osservazzjoni għamilha wkoll imma għamilha bir-responsabbilta` kollha tiegħek.", "Onor. Mizzi, qed ngħidlek tagħmel id-domanda supplimentari, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jaf il-Ministru li jiena ħadt ġurament biex inkun leali lejn il-kostitwenza u allura huwa l-obbligu tiegħi li nagħmel mistoqsijiet?", "MR SPEAKER: Agħmel id-domanda, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jaf il-Ministru b'dan l-obbligu u b'dan il-ġurament li ħadt jiena?", "Jaf li huwa l-obbligu tiegħi illi nara li jkun hawn trasparenza u li ma ssir inġustizzja ma' ħadd, u mhux għaliex xi ħadd jabbuża mill-kariga u jagħmel affarijiet kontra l-liġi ma jiġix ikkastigat u ħaddieħor li m'għandux dik is-saħħa jiġi kkastigat?", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, niġbidlek l-attenzjoni li l-istanding orders jgħidu li domandi ipotetiċi ma jistgħux isiru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jiena għadni ma spiċċajtx!", "MR SPEAKER: Mela kkonkludi!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jidhirlu l-Ministru illi f'ġieh it-trasparenza u f'ġieh il-ġustizzja għandu jara li jekk inksiret l-liġi allura jittieħdu passi u jekk ma kien hemm xejn ma jittieħdu l-ebda passi?", "Ma jidhirlux li l- poplu għandu jkun jaf jekk f'dan il-każ kienx hemm abbuż jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwel parti tal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Mizzi hija jekk jiena nafx li hu ħa ġurament ta' lealta` lejn il- kostitwenza tiegħu.", "Mill-aġir tiegħu hawn ġew naħseb li l-Onor.", "Mizzi jaġixxi b'mod pjuttost leali lejn il-kostitwenza - nassumi li kien qiegħed jirriferi wkoll għall- kostituzzjoni, għaliex naf b'liema mod assidwu jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu - pero' jekk huwa jew kwalunkwe membru min-naħa ta' l-oppożizzjoni jew kwalunkwe ġurnalist jaf b'xi każ fejn jiena ntervenejt biex isir l- iċken abbuż, anke f'livell ta' kontravenzjoni, allura jgħidli.", "U jekk għandu dan il-każ mhux jien ninvestigah imma nitlob lil min jinvestigah fuqi.", "Imma jekk qed jippretendi li jiena se noqgħod naħli l-ħin tiegħi għaliex xi ħadd f'gazzetta jgħid li karozza ta' ministru ġiet towed u d- driver mar jitkellem mal-pulizija fuq jekk iħallasx jew le l-multa, u wara li tkellmu bejniethom sabu xi arranġament, allura nista' naqbad il-każi kollha fejn l-individwi joqogħdu jitkellmu mal-pulizija u ninvestiga dawk ukoll!", "Għaliex għandi ninvestiga każ wieħed biss?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress illi l-Ministru qed jitlobna nsemmulu xi każ fejn jew abbuża jew daħal f'xi affarijiet bħal dawn, infakkru fil-każ fejn kien hemm min mar sawwat lill-istudenti ta' l-universita` meta dawn kellhom xi kwestjoni.", "Fost dawk li marru jsawtu lill-istudenti kien hemm il- general manager tat-Telemalta u niftakar li l-Onor.", "Zammit Dimech kien qal - u nista' nurih id-dokumenti - li huwa kontra dawk li jmorru jsawtu lill- istudenti, li jabbużaw, li jiksru l-liġi u ħafna affarijiet minn dawn.", "Allura għaliex meta mbagħad kien responsabbli mit-Telemalta, lil dan l- individwu l-Ministru ħallih fil-kariga tiegħu u wera li għandu fiduċja fih meta huwa stess kien qal li ma aġixxiex sewwa u li jridu jittieħdu l-passi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jiena verament nieħu gost nisma' u nassisti għal konverżjonijiet bħal dawn basta jkunu awtentiċi!", "Irrid ngħid li meta jiena kont president tal-kunsill rappreżentattiv ta' l- istudenti - u wara tal-kunsill studenti universitarji - l-inċidenti vjolenti, anke bil-parteċipazzjoni ta' nies attivissimi fi ħdan il-partit Laburista, altru li niftakarhom!", "Ma niftakarx jekk il-persuna partikolari li qed jindikali l-Onor.", "Mizzi kenitx fost il-ġemgħa li kien hemm pero' niftakar ħafna nies oħrajn, anke dawk li ma tantx ikkonvertew, u ġieli jkollna minnhom anke f'kariga parlamentari!", "Iżda donnu issa l-Onor.", "Mizzi qed jippretendi li għaliex gvern Laburista - li nassumi li hu kien jappoġġja bl-aktar mod assolut fl-1978/79, meta jiena kont student u kont president ta' l-istudenti universitarji - ma ħax passi kontra dawn in-nies, allura jiena 15-il sena wara, bħala l-ministru responsabbli mis-settur tat- trasport u l-kommunikazzjoni, għandi noqgħod inżomm dawn il-listi u npattiha lin-nies!", "(Interruzzjonijiet)", "Ladarba l-Onor.", "Mizzi jrid jimxi b'dan il-mod, aħjar jagħti ħarsa madwaru għaliex forsi jsib xi deputat jew deputati li bir-regoli ta' l-etika li sadanittant qed iħaddan, jasal biex jgħidilhom biex iwarrbu mill-grupp parlamentari Laburista u jagħtu l-eżempju kemm huma jemmnu fil-liġi u kif għandhom jimxu bil-korrettezza.", "B'hekk l-Onor.", "Mizzi jkun iċ-champion ta' din il-kawża ġdida!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, bl-aħħar intervent fuq dan is-suġġett.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fir-risposta tiegħu l-Ministru għamel suġġeriment x'imissni nagħmel u ma nagħmilx u allura naħseb li għandi dritt nagħmel mistoqsija!", "Lill-Ministru ngħidlu li mhux sewwa li jipprova jiġġustifika l-aġir tiegħu billi jirriferi għal ħaddieħor.", "Jiena l-ħażin ma naqbilx miegħu, u l-ħażin dejjem ħażin, jiġi minn liema naħa jiġi.", "Dan huwa l-argument li għamilt u għalhekk nistaqsi lill-Ministru kif l-ewwel iddikjara li m'għandux fiduċja f'dan l-individwu li semmejt u mbagħad meta kellu ċ-ċans ma ħax passi kontrih.", "U m'iniex ngħid lanqas li dan kellu jagħmlu biex ipattihielu!", "MR SPEAKER: Onor. Membri, niġbdilkom l-attenzjoni li dan huwa l-question time u ma jistax ikun illi l-argument jiżviluppa f'dibattitu.", "Naħseb ukoll li s-suġġett huwa eżawrit u allura ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "AMBJENT - KIRI TA' KAROZZI", "11184.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l- karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet?", "Min kienu l- uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta?", "F'kull każ min kien qiegħed isuq il- vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-karozzi kollha mikrija mill-ministeru għall-ambjent huma kollha koperti b'polza tas-sigurta' fully comprehensive, inkluż l-excess, u għalhekk ma saru l-ebda spejjeż mill-gvern fuq ħsarat minn kolliżjonijiet.", "OPM - KIRI TA' KAROZZI", "11185.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l- karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet?", "Min kienu l- uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta?", "F'kull każ min kien qiegħed isuq il- vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru) Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "Ninsab informat li l-ispejjez li ammontaw għal ¥1749.60 għat-tiswija tal- karrozza GAM 824 - b'riżultat ta' inċident li seħħ nhar 24 ta' Mejju, 1998 - li għaliha kien responsabbli l-assistent personali tal-prim ministru preċedenti, tħallsu f'Ġunju ta' din sena.", "AFFARIJIET BARRANIN - KIRI TA' KAROZZI", "11186.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet?", "Min kienu l- uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta?", "F'kull każ min kien qiegħed issuq il- vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mill- 5 ta' Settembru 1998 l'hawn kien hemm karozza uffiċċjali waħda li kienet involuta f'kolliżżjoni - Mazda bin-numru GVN 317 - u l-ispejjeż tal-ħsarat kienu jammontaw għal ¥235.", "Il-vettura kienet misjuqa mis-segretarju permanenti fi ħdan il-ministeru, li huwa wkoll responsabbli minn din il- vettura.", "POLITIKA SOĊJALI - KIRI TA' KAROZZI", "11187.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill- ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il- kolliżjonijiet; min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il- kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kollizjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ebda karozza uffiċċjali jew mikrija mill- ministeru ma kienet involuta f'kolliżjoni mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn.", "EDUKAZZJONI - KIRI TA' KAROZZI", "11188.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; min kienu l- uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta u f'kull każ min kien qiegħed isuq il- vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ninsab informat li l- karozzi uffiċjali fil-ministeru ta' l-edukazzjoni nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn kienu dawn:", "Peugeot GAN 453 li fit-18 ta' Novembru, 1998 kienet fir-responsabbilta` u misjuqa mix-xufier tal-ministru, fejn l-ispejjeż tħallsu mill-bus pool insurance; u", "Hyundai LAB 743 li fis-26 ta' Ottubru, 1999 kienet fir-responsabbilita` tas- segretarju permanenti u misjuqa minn motor transport driver, fejn l- ispejjeż tħallsu mill-aġenzija assikurattiva General Accident.", "Informat ukoll li l-ispejjeż ta' kolliżjonijiet b'karozzi tal-kiri huma koperti minn polza ta' sigurta` skond it-termini tat-tender u għaldaqstant m'humiex fir-records tal-ministeru.", "BAĦRIJA - KAXXA TA' L-ITTRI", "11930.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il- ħsieb li ssir kaxxa ta' l-ittri għall-użu tar-residenti tal-Baħrija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jiena nforrmat li fil-fatt teżisti kaxxa postali f'Misraħ il-Baħrija u ma jidhirx li hemm bżonn ta' oħra addizzjonali.", "ĦARSIEN TA' L-ANZJANI - CSAs", "11931.", "L-ONOR.", "JOE MIZZ (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema rakkmandazzjonijiet ta' l-ombudsman dwar ir-reklutaġġ u t-tqassim ta' l-assistenti soċjali każwali ma' l-anzjani se jiġu aċċettati?", "Meta se jidħlu fis-seħħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani diġa' beda jieħu passi sabiex jgħolli l-livell ta' kura fid-djar ta' l-anzjani.", "Fil-fatt ftit tal-ġimgħat ilu ġew ingaġġati numru ta' senior care workers biex jaħdmu f'dawn id-djar.", "Fuq rakkmandazzjoni ta' l-ombudsman, id- dipartiment dalwaqt joħroġ sejħa għal applikazzjonijiet għal assistant care workers u care workers sabiex jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani, u b'hekk ikun qed jassigura li jkun hemm struttura adegwata f'dawn id-djar u anke li jkun hemm persuni kwalifikati.", "Bħalissa d-dipartiment mhux qed iżid in-numru ta' CSAs imma qiegħed biss jissostitwixxi dawk li jispiċċaw.", "SKEJJEL - MINOR STAFF", "11932.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li ħafna kapijiet ta' skola jilmentaw li l-minor staff jiġi mċaqlaq u ttrasferit bla ma jiġu kkonsultati, tista' tinbidel din il-linja biex ma jkomplux jitħarbtu l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fehma tiegħi, ċertu xogħol ta' tindif u maintenance ta' kuljum fl-iskejjel hu aktar imħarbat mill-inkapaċita` ta' kulmin hu responsabbli biex jassigura li kull impjegat jaqdi dmiru sew u jagħti ġurnata sħiħa ta' xogħol, milli mill-approvazzjoni għal ċaqliq ta' minor staff normalment mitlub mill-impjegati nfushom.", "ARTI - WIRJIET", "11933.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-wirjiet ta' l-arti li saru tul l-1999 f'xi mużew jew bini li jaqa' taħt il-ministeru?", "Jista' jagħti l-isem ta' l-artist u d-data tal-wirja u l-post wirja b'wirja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GĦAQDIET KULTURALI - KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI", "11934.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għaqdiet kulturali li matul l-1999 ngħataw xi kontribuzzjoni finanzjarja mill-ministeru?", "Liema kienu u kemm ingħataw f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAQDIET SPORTIVI - KONTRIBUZZJONIJIET", "11935.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għaqdiet sportivi u clubs li matul l-1999 ngħataw xi kontribuzzjoni finanzjarja mill-ministeru?", "Liema kienu u kemm ingħataw f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi, u hekk spiċċajna l-mistoqsijiet kollha li kellna fuq l-aġenda Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TARZNA TA' MALTA", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ESTIMI TA' L-AWTORITA` TA' L-IPPJANAR GĦAS-SENA FINANZJARJA 1999/2000", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Sur President, nipproponi:", "\"Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1999 sat-30 ta' Settembru 2000 skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li l-ħin tad-diskussjoni fuq din il- mozzjoni, li tieħu seduta waħda, għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal- gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil-winding-up għall-gvern.", "Il- Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'din l-ewwel sena li għaliha dan il- ministeru kien responsabbli għall-awtorita` ta' l-ippjanar inħares lura b'ċertu sodisfazzjon mhux biss għaliex ilħaqna l-miri kollha li kellna f'moħħna imma wkoll għaliex saru wkoll ċerti bażi u pedamenti għar-riformi imminenti.", "B'mod partikolari u bl-akbar umilta` ngħid li l-miri finanzjarji ta' l-awtorita` ġew milħuqa, il-miri dwar preparazzjoni għall- leġislazzjoni ġew milħuqa wkoll u l-miri f'dak li jirrigwarda r-riformi ta' l-organizzazzjoni ta' l-awtorita` ġew milħuqa wkoll.", "Nirriferi b'mod partikolari għall-miri finanzjarji għaliex is-sena l-oħra f'dan il-parlament kont wegħedt li se nagħmlu l-almu tagħna kollu sabiex għall-ewwel darba fi kważi ħames snin l-estimi ma jurux deficit imma importanti wkoll li ma nispiċċawx b'deficit għaliex faċli tgħid li se jkun hemm surplus u nispiċċaw b'deficit.", "Kif qed ngħid pero' din il-mira ntlaħqet u għall-ewwel darba fi kważi ħames snin kien hemm surplus.", "Huwa veru li dan huwa surplus żgħir pero' fl-istatement finanzjarju ta' l- awtorita` għas-sena li għaddiet ma kienx hemm deficit.", "Dan seta' jsir għaliex minkejja ċertu tnaqqis fid-dħul għal dak li jirrigwarda nfieq, l- awtorita` ta' l-ippjanar din is-sena nefqet ¥230,000 inqas mill-infieq li ġie approvat fl-estimi.", "Biex inkun fair ma' kulħadd, irrid ngħid li parti minn dan it-tifdil huwa artifiċjali minħabba li konna qed nipprevedu ċertu nfieq konness mal-collective agreement li fil-fatt ma sarx imma f'parti oħra huwa dovut għal ċerti kontrolli li saru, ma nistħix ngħid, anke mill- ministeru b'laqgħat kontinwi biex naraw li l-estimi finanzjarji kif approvati minn dan il-parlament jiġu osservati.", "Inkella x'utilita` hemm li dan il-parlament japprova estimi li mbagħad ħadd ma jagħti kashom?", "Sur President, l-estimi finanzjarji jiġu approvati bl-iskop preċiż li ħadd ma joħroġ minn dawk il-parametri.", "Kif forsi se josservaw xi membri miż-żewġ naħat tal-Kamra, huwa veru li għal din is-sena mhux qed jiġi previst surplus imma deficit pero' dan huwa esklussivament dovut għall-fatt li issa ġie ffirmat collective agreement mal-UHM - fadal jiġi ffirmat collective agreement ieħor mal-professional officers organisation ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar stess - u allura pprevedejna ċertu deficit li jien konvint li se jkun inqas minn dak li huwa previst għas-sena finanzjarja li ġejja.", "Se jsir koll sforz biex dan id-deficit jonqos b'tifdil iktar u kontroll iktar fuq l-infieq ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Naturalment imbagħad għad-deficit li jifdal ikun hemm subvention tal-gvern.", "Dan qed isir biex għallinqas għal issa ma ngħollux ir-rati tal-permessi li televa l- awtorita` ta' l-ippjanar għal kull permess maħruġ minkejja l-fatt li l-ħlas tal-permessi għadu ffriżat għal-livell ta' sitt snin ilu.", "Nixtieq ngħid ukoll li b'investiment ta' ¥0.25 miljun li sar fi studju, surveys u rapporti li għamlet l-awtorita` matul din l-aħħar sena komparat ma' l-¥2,000 ta' l-1998 ingħatat spinta qawwija għall-pjani lokali u għar- reviżjoni tal-pjan ta' struttura.", "Għandi pjaċir inħabbar u ninforma lil din il-Kamra li fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla se jiġu ppubblikati kemm in-north/west plan li jkopri l-area tal-Mellieħa, St. Paul's Bay, l- Imġarr, ir-Rabat, l-Imdina, Ħad-Dingli u l-kampanja sa l-Armier u l-pjan lokali tan-north harbour li jkopri Tas-Sliema, Gżira, Pembroke, Swieqi, San Ġiljan, San Gwann, Msida, Ta' Xbiex u l-Pieta`.", "Meta wieħed iqis li hemm seba' pjani lokali li tlestew - tnejn minnhom f'sitt snin u tnejn minnhom se jiġu ppubblikati sena u tliet xhur wara li kien hemm il-bidla fil-gvern - ta' min wieħed japprezza li t-targets li tajna lilna nfusna biex nippubblikaw dawn il-pjani lokali mexjin.", "Għandna wkoll l-intenzjoni li sa l-2001 jkunu ħarġu s-seba' li huma u għandi pjaċir ninforma lill-Kamra li għall-ewwel darba beda l-proċess ta' konsultazzjoni għall-pjanijiet kollha.", "Jiġifieri m'hemmx pjan lokali wieħed biss li ma bediex ix-xogħol fuqu, anke l-pjan tas-south li kien l-aħħar wieħed li ġie varat u li varajnih proprju s-Sibt li għadda.", "Dan ifisser li m'hemmx pjan lokali li m'huwiex on track u huwa importanti li naslu on track u konvint li se naslu on track.", "Sur President, jiena se nieqaf hawn f'din l-introduzzjoni għaliex imbagħad fil-winding-up ikolli ż-żmien biex inwieġeb għall-kritika u għas- suġġerimenti li jistgħu jsiru.", "Nispera li ma jkunx hemm biss kritika imma wkoll suġġerimenti dwar kif dan il-qasam nistgħu ntejbuh.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, ippermettili ngħid li jien ma ġejtx hawnhekk biex niddiskuti l-estimi.", "Veru li l-mozzjoni tgħid hekk pero' din id-diskussjoni għandha tkun il-prologu għall-emendi li jeħtieġ isiru fil-liġi u fil-pjan ta' struttura.", "Din għalija xi ħaġa urġenti għaliex fl-opinjoni tiegħi s-sitwazzjoni hija allarmanti.", "Għalhekk irridu nkunu oġġettivi u ma nistgħux inħarsu lejn l-applikazzjonijiet individwali.", "Irridu naraw x'emendi jeħtieġ li jsiru fl-istrutturi ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar biex innaqqsu l-burokrazija u naraw li jkun hemm aktar accountability u effiċjenza.", "Tajjeb ukoll li l-awtorita` ta' l-ippjanar issir aktar user-friendly għaliex il-poplu u sħabna ta' l-oppożizzjoni huma rrabjati lejha.", "Għandi hawnhekk kopja ta' artiklu ta' \"The Times\", fejn ġie rrapportat li l-Onor.", "Alfred Sant, dak inhar prim ministru, irrifera għal \"anti-democratic interference\" u kien qal ukoll li \"Minister George Vella is fed up.\"", "Ilkoll nafu li l-awtorita` ta' l-ippjanar għandha 5,000 applikazzjoni pendenti.", "Jekk ngħidu li 3,000 minnhom se jiġu approvati, dan ifisser li se jkun hawn xogħol għal kulħadd fil-pajjiż għaliex l-industrija tal-bini, speċjalment fis-snin ta' wara l-gwerra, fi żmien il-boom tal-bini, dejjem provdiet xogħol fil-pajjiż.", "Għalhekk nistaqsi: Għaliex m'għandniex inkunu aktar flessibbli biex napprovaw dawn l-applikazzjonijiet u nżidu x-xogħol fil-pajjiż?", "Nemmen għalhekk li jridu jsiru emendi fil-pjan ta' struttura aktar milli fil-liġi.", "Jiena naf b'każ fejn applikazzjoni ilha wieqfa għal sena sħiħa u din hija sitwazzjoni inaċċettabbli.", "F'Ottubru ta' l-1999 kien hemm caseload ta' 3,956 u ma' dawn kien hemm 305 applikazzjonijiet oħra għall-vetting u 342 għar-reconsideration.", "Minn dawn ġew deċiżi 607 każ imma matul dak ix-xahar l-applikazzjonijet żdiedu b'629.", "Barra minn hekk, quddiem il-bord ta' l-appell imbagħad hemm 968 applikazzjoni.", "Għalhekk għedt li l-awtorita` għandha quddiemha 5,000 applikazzjoni, u dan kollu ġej minn nuqqas ta' effiċjenza.", "Hemm bżonn ukoll pero' li l-periti jkollhom ir- responsabbilta` li jekk jaraw li permess m'hemmx ċans li joħroġ, allura lill-applikant jgħidulu ċar u tond u mhux joqogħdu jneffquh il-flus f'reconsiderations u appelli bla bżonn.", "Sur President, tajjeb ukoll li jsir monitoring ta' l-individual performance ta' l-impjegati.", "Jien għandi l-akbar fiduċja fihom - dawn huma nies kapaċi li l-awtorita` nvestiet fihom - pero' wisq nibża' li n- nuqqas ta' effiċjenza u l-burokrazija żejda qed tnaqqas mill-output li hemm bżonn ikun hemm.", "Nistaqsi wkoll: Għaliex għandna nieħdu sena sħiħa biex issir kommunikazzjoni waħda bejn l-awtorita` ta' l-ippjanar u l-perit jew il-klijent?", "Għaliex l-awtorita` qed tibgħat kważi 500 ittra fix-xahar, uħud minnhom reġistrati u wħud m'humiex, sempliċement minħabba consultation?", "Għaliex ma jintbagħtux bl-E-mail u tasallek wara żewġ minuti?", "Għaliex naħlu dawn il-flus kollha?", "Għaliex din il-burokrazija kollha?", "Sur President, jidher li l-emendi li saru fl-1997 mill-gvern Laburista ma wasslu għall-ebda tibdil.", "Għedna li applikazzjoni trid tiġi determinata fi 12-il ġimgħa imma ma kien hemm l-ebda riżultati pożittivi għaliex għall kull applikazzjoni li tidħol, wara li jibda l-consultation process, jiktbu lill-klijent li dan iż-żmien se jiġi estiż u allura l-applikazzjoni ma tistax tiġi determinata fiż-żmien stipulat.", "U kemm għamilna seminars u laqgħat!", "Kemm ġew stampati kotba!", "Kemm saru surveys u analiżi!", "Dawn kollha ħela ta' flus jekk ma narawx ir-raġuni vera għaliex dawn l- applikazzjonijiet qegħdin imwaħħlin.", "Nerġa' ngħid, jiena għandi l-ikbar fiduċja fl-impjegati ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar imma hemm bżonn li jsir monitoring ta' l-individual performance ta' kull impjegat ħalli x-xogħol tagħhom jagħmluh tajjeb u fl-inqas żmien possibbli.", "Sur President, semmejt l-istructure plan.", "Kif diġa' għedt, jiena nemmen li aktar milli nagħmlu emendi fil-liġi jeħtieġ li nagħmlu emendi fl- istructure plan.", "Jiena naqbel li l-ambjent Malti għandu jiġi preservat u Allaħares ma kenitx l-awtorita` ta' l-ippjanar f'dan is-sens, pero' jeħtieġ li l-pjan ta' struttura nanalizzawh tajjeb.", "Jeħtieġ ukoll li l-poplu jifhem li l-awtorita' ta' l-ippjanar ma tipproċessax biss applikazzjonijet imma għandha wkoll l-obbligu li tara li l-ambjent jiġi mħares.", "Rajna, per eżempju, il-legal notice dwar l-advertisements u l-emendi li saru dwar is- swimming pools, fejn f'ċerti każi lanqas hemm bżonn permess.", "Ġew emendati wkoll ir-regolamenti dwar il-parking, dwar il-ħwienet żgħar, catering establishments u uffiċini żgħar.", "Qegħdin isiru wkoll diskussjonijiet dwar l-għoli tal-garaxxijiet għaliex illum il-ġurnata għandna ħafna inġenji kbar u għoljin li m'għandniex fejn inpoġġuhom.", "Xi ħaġa oħra urġenti hija l- kwestjoni dwar l-iżvilupp ta' industrial areas, fejn ħarġu anke xi permessi u sar ukoll xi bini.", "Xi ngħidu mbagħad għax-xogħol li sar fuq il-local plans li semma l-ministru?", "Inkitbu volumi fuq il-proġetti ta' Ta' Qali, Sant'Iermu, ir-Ricasoli u Marsaxlokk, imma min se jimplimentahom dawn il-proġetti jekk ma jkunx hemm l-effiċjenza u l-accountability fl-awtorita` ta' l-ippjanar?", "Għalxejn naħlu l-ħin hawn ġew u nagħmlu l-emendi fil-liġijiet jekk imbagħad l- awtorita` ta' l-ippjanar ma ssirx aktar effiċjenti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, se nieħu ftit minuti biex nirrelata ftit dwar l-ippjanar fit-turiżmu u dak li għandu x'jaqsam mal-ministeru għat-turiżmu jew il-Malta tourism authority.", "Sur President, it-turiżmu huwa settur li jeħtieġ ħafna ppjanar u kordinament għaliex meta tippjana għat-turiżmu dejjem tkun qed tippjana għal snin bil-quddiem.", "Importanti għalhekk li jkun hemm a comprehensive tourism plan u mhux a strategic plan, u meta ngħid comprehensive inkun qed infisser pjan kemm fuq livell lokali, permezz tal-kunsilli lokali - fil- fatt naħseb li kull kunsill lokali għandu jagħmel a mini-tourism plan għalih - kif ukoll fuq livell nazzjonali.", "Dan il-comprehensive tourism plan għandu jidentifika l-oġġettivi tal-pajjiż, jidentifika l-miri kif dawn l-oġġettivi jistgħu jintlaħqu u għandu jagħmel evaluation tal-mezzi u l- metodi biex dawk il-miri jintlaħqu.", "Comprehensive planning irid ikun fil- wisa' għaliex it-tourism planning irid jieħu in consideration ħafna affarijiet, fosthom ir-riżorsi kollha naturali u fiżiċi li għandna għad- dispożizzjoni tagħna, irid idaħħal u jikkonsulta ma' bosta organizzazzjonijiet li għandu s-settur, irid jieħu ħsieb jidentifika s- swieq, in-niche' markets u l-prodott li se jbiegħ u jrid jara x'marketing methods se juża.", "Barra dawn l-affarijiet li normalment tagħmilhom il-Malta tourism authority jew il-ministeru, dan il-pjan irid jikkonsidra wkoll il- lat ekonomiku tal-pajjiż, il-lat ambjentali tal-pajjiż, il-lat soċjali tal- pajjiż, il-lat kulturali tal-pajjiż eċċ, eċċ.", "Sur President, ta' min jgħid li għalkemm dawn huma żewġ awtoritajiet distinti, waħda taffettwa lill-oħra - u naturalment huwa diffiċli taqta' linja fit-turiżmu għaliex il-firxa hija wiesgħa ħafna - u meta tara l- attivitajiet kollha li jidħlu fit-turiżmu, jiġifieri r-retail, trasport, servizzi, akkomodazzjoni u rikreazzjoni, issib li kważi kulma jsir fil- pajjiż b'xi mod jew ieħor jaffettwa lit-turiżmu.", "Jiena se nsemmi dawn iż- żewġ lati, il-lat ekonomiku u l-lat fiżiku, għaliex nemmen li kemm il-Malta tourism authority għandha logħba x'tilgħab meta niġu biex nippjanaw it- turiżmu, kif ukoll il-planning authority għaliex wara kollox hija l- planning authority li trid tieħu ħsieb il-lat fiżiku u l-environmental planning.", "Pero' sfortunatament din id-delineation ta' responsabbilta' tal- planning authority mir-responsabbilta' tal-Malta tourism authority għadna ma wasalniex biex nidentifikawha.", "Nerġa' ngħid li m'iniex qed ngħid li waħda m'għandhiex x'taqsam ma' l-oħra.", "Anzi qed ngħid li rridu nippjanaw bil-għaqal x'inhi r-responsabbilta` tal-malta tourism authority u r- responsabbilta' tal-planning authority għaliex jien nemmen li dawn huma żewġ responsabbiltajiet distinti ħafna imma ma jistax ikun li ma jkunux relatati flimkien.", "Pero' biex ikunu relatati flimkien iridu jimxi paripassu għax ma jistax ikollok il-Malta tourism authority għaddejja full speed ahead biex tiżviluppa prodott turistiku u min-naħa l-oħra l-planning authority iżżomm il-brakes u attenta biex ma jiċċaqlaq xejn.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' liema awtorita` se tgħaddi u m'hijiex kwestjoni ta' pika imma għandu jkun hemm modus vivendi biex dawn it-tnejn jaħdmu u jikkoperaw flimkien.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'huwiex il-każ li t-tourism authority qed tidħol u tgħaffeġ fuq ir-responsabbilta` tal-planning authority.", "Mill-ftit esperjenza li kelli, iktar nibża' li qiegħed isir bil-kontra, fis-sens li ħafna drabi l-planning authority ma tafx il-linja tagħha safejn għandha tasal u tidħol fuq responsabbiltajiet tal-Malta tourism authority jew tal- ministeru.", "Ngħid ukoll li din m'hijiex xi ħaġa li qed tiġri fil-ministeru għat-turiżmu biss imma ġrat anke fil-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Niftakar li meta bdejna l-proġett ta' Buġibba, il-planning authority kienet identifikat sit fin-nofs ta' Buġibba, jiġifieri post totalment turistiku, u qalet li hemmhekk għandha tinbena skola.", "Iżda meta aħna avviċinajna l- ministeru ta' l-edukazzjoni, dawn qalulna li ma jridux li l-iskola ssir hemm imma kienet il-planning authority li baqgħet tinsisti fuq dan is-sit.", "Kellna wkoll il-każ tal-bus terminus f'Buġibba bil-ministeru għat-trasport irid naħa u l-planning authority trid naħa oħra.", "Sur President, każi bħal dawn fis-settur tat-turiżmu huma ħafna.", "Aħna f'kull ħaġa li nkunu se niddiskutu konna ndaħħlu lill-planning authority mill-ewwel, imma mhux l-ewwel darba li meta r-rappreżentanti tal-planning authority ikunu mar-rappreżentanti tat-turiżmu u tas-settur privat jgħidu mod u mbagħad tirċievi notification li tkun iddawwar dak kollu li jkunu qablu r-rappreżentanti stess tal-planning authority fuqu fil-laqgħa tal- bord.", "Per eżempju, kellna l-kwestjoni tal-golf courses u kellna problemi kbar meta għaqqadna l-beach development unit.", "Aħna ma ridna nagħmlu xejn straordinarju dak iż-żmien, kulma ridna nagħmlu kien replenishment tal- beaches kull fejn ġew depleted; ridna nagħmlu beach development ġdid fejn dan kien possibbli, ridna nagħmlu skema fejn jistgħu jiġu żviluppati beaches anke mill-privat, basta jibqgħu jintużaw mill-pubbliku kollu, u ridna ndaħħlu l-idea tal-blue beaches għall-ewwel darba f'Malta.", "Forsi ma setax isir kollox, imma possibbli li kull ħaġa li dak iż-żmien konna qegħdin nipproponu ma setgħetx issir?", "Dan biex ma noqgħodx insemmi l-ħafna applikazzjonijiet ta' extensions ta' hotels u bini ta' hotels ġodda, applikazzjonijiet li għaddew mill-ministru ta' qabli, għaddew għal għandi, jien għaddejthom lil ta' warajja u min jaf issa fejn se jaslu!", "Sur President, qed ngħid dan għaliex aħna pprovajna ħafna u ma wasalna mkien.", "Konna nagħmlu laqgħat kull xahar u għandi x'nifhem li l-problemi li kellna aħna għadhom hemm.", "Jiena għalhekk qed nipproponi li għandu jintlaħaq ftehim eżatt dwar fejn għandha tkun id-delineation tal-planning authority u d-delineation tas-settur turistiku ħalli dawn iż-żewġ awtoritajiet jaħdmu flimkien.", "Kif qal l-Onor.", "Bonnici, tajjeb ukoll li jinsab mezz kif tinqata' l-burokrazija u nemmen ukoll li jekk b'ċerti deċiżjonijiet ikun hemm telf ta' investiment, xi ħadd għandu jkun accountable għal dan it-telf.", "Barra minn hekk, bħalma l-planning authority għandha tħares l-ambjent hekk ukoll il-Malta tourism authority għandha tagħti kas il-progress tal-pajjiż, il-jobs, ir-revenue għall-pajjiż u affarijiet oħrajn.", "L-Onor.", "Bonnici qal ukoll li l-permessi tal-planning authority jċaqalqu x- xogħol tal-ġebla.", "Fil-każ tat-turiżmu, bi ftit iktar komprensjoni min-naħa tal-planning authority, mhux ix-xogħol tal-ġebla biss jiċċaqlaq imma attivitajiet oħrajn ukoll!", "Dan biex ma nsemmix li ħafna drabi l-planning authority timxi b'two weights and two measures, bħall-każ tipiku tal- proġett tal-Kottonera, l-iskola sekondarja taż-Żurrieq u l-hotels b'żewġ sulari jew tliet sulari u b'parking taħt li m'hu qed jintuża għal xejn.", "Imma ma rridx nidħol f'dawn il-każi partikolari.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-planning authority, fl-opinjoni tiegħi, m'hijiex qiegħda hemmhekk biex tieħu deċiżjonijiet għat-turiżmu jew għal ministeri oħrajn imma qiegħda hemmhekk biex tkun ċerta li d- deċiżjonijiet li jittieħdu jitwettqu bl-aktar mod sostenibbli u mhux fuq kull applikazzjoni li tiġi quddiemha tgħid an outright no. L-awtorita` għandha tiddiskuti u tagħti rakkmandazzjonijiet fejn irridu naslu pero' rridu naslu biex it-tali deċiżjoni sseħħ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'din id-diskussjoni dwar l-estimi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar mhux biss irridu nagħtu ħarsa lejn dak li ġara s-sena li għaddiet imma rridu wkoll nagħtu ħarsa lejn dak li rridu nagħmlu fix-xhur u s-snin li ġejjin.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mas-sena li għaddiet jien ngħid li din kienet sena fejn bdejna npoġġu l-pedamenti tar-riforma, riforma kif imwiegħda fil- programm elettorat tal-Partit Nazzjonalista li ġie elett fil-gvern fil-5 ta' Settembru ta' l-istess sena.", "L-iskop tar-riforma huwa li titnaqqas il- burokrazija u tiżdied l-effiċjenza fil-proċess ta' l-applikazzjonijiet għall-bini, fost affarijiet oħrajn, imma dan huwa l-pern prinċipali tar- riforma għaliex huwa hemmhekk fejn għad hemm l-ikbar problemi.", "Nirripeti li r-riforma trid issir fuq tliet bidliet prinċipali, l-ewwel il-bidla fil- liġi, it-tieni l-bidla fl-istruttura ta' l-awtorita` u t-tielet il-bidla f'numru ta' policies biex dawn isiru aktar relevanti għall-ġurnata tal-lum.", "Nibda l-ewwel fuq il-bidla fil-liġi.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-bidliet fil-liġi, il-ministeru ta' l- intern matul din is-sena nieda programm ta' konsultazzjoni pubblika, konsultazzjoni mifruxa.", "Ġew organizzati erba' laqgħat reġjonali, konferenza nazzjonali kif ukoll għadd ta' laqgħat mal-korpi kostitwiti.", "Saru wkoll għadd ta' intervisti ma' personalitajiet, inkluż politiċi, li huma midħla ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Saru wkoll intervisti ma' kunsilliera lokali, ambjentalisti, periti, planners u ġurnalisti.", "Grupp ta' persuni presedut minni analizza l-proposti kollha u ssuġerixxa tibdil fil-liġi.", "Fost il-membri tal-grupp kien hemm ukoll rappreżentanti tal- kamra tal-periti kif ukoll ta' l-assoċjazzjoni tal-planners.", "Dan l-abbozz ta' liġi issa qed jiġi diskuss mill-kabinett u jitressaq quddiem dan il- parlament is-sena d-dieħla għad-diskussjoni.", "Imma x'inhuma l-ħames bidliet importanti li fuqhom huwa ppernjat dan it-tibdil tal-liġi?", "Sur President, l-ewwel irid ikun hemm iktar trasparenza u konsultazzjoni, it-tieni jrid ikun hemm flessibbilta` u dinaniżmu ikbar fil-proċess ta' l- ippjanar, it-tielet irid ikun hemm aktar spazju għan-negozjar, ir-raba' jrid ikun hemm spazju għall-gvern biex jintervjeni fl-interess nazzjonali u l-ħames hija żieda fl-effettivita` ta' l-enforzar tal-liġi.", "Meta qed nitkellmu fuq trasparenza u konsultazzjoni akbar ma jfissirx li m'hemmx trasparenza imma dik it-trasparenza trid tkompli tikber, speċjalment l- aċċess għall-pubbliku għal dik li huwa informazzjoni għaliex l-aħjar audit, l-aħjar accountability jagħmilha l-pubbliku meta jkun informat u għandu l- informazzjoni kollha f'idejh.", "Sur President, semmejt il-flessibbilta` u d-dinamiżmu għaliex huwa importanti ħafna li anke l-pjani jkunu flessibbli, b'mod li dan il-pajjiż li tant huwa żgħir ikollu ċ-ċans li jieħu l-opportunitajiet li jiġu quddiemu.", "Ma nistgħux naffordjaw li nitilfu kwalunkwe opportunita`.", "Irrid ikun hemm ukoll iktar spazju għan-negozjar għax m'iniex sodisfatt bil-mod ta' kommunikazzjoni li jkun hemm ħafna drabi bejn id-direttorat u l- applikant.", "Hemm wisq diskussjoni li ssir biss fuq il-karti u nemmen li jrid ikun hemm ħafna aktar negozjar.", "Hawnhekk ukoll jeħtieġ li jkun hemm ħafna iktar taħriġ lill-istaff biex ikun kapaċi jiddiskuti u jiddiskuti biex ifiehem u jikkonvinċi u mhux jarroga għalih opinjoni u jagħmilha qisha xi parti mill-bibja.", "Irid ikun hemm ukoll tibdil sabiex il-gvern, gvern li huwa elett mill-poplu, ikun jista' jintervjeni fuq proġetti li huma ta' interess nazzjonali u jrid ikun hemm żieda fl-effettivita` ta' l-enforzar tal-liġi għax hekk huwa importanti.", "Ħafna nies jgħidulek li hemm bżonn ta' enforzar sakemm tmiss lilhom għaliex kif tmiss lilhom jibdew igergru.", "Imma dan huwa qasam li rridu nsaħħuħ u nsaħħuħ ħafna aktar.", "Għar-rigward tat-tieni bidla, għal dak li għandu x'jaqsam mal-policies, l- awtorita` ta' l-ippjanar matul is-sena li għaddiet bdiet taħdem fuq it- tibdil tal-policies, ħalli dawn isiru aktar relevanti għar-realtajiet ta' pajjiżna llum u r-realtajiet li se jkollna niffaċċjaw fis-snin li ġejjin.", "Bdejna, per eżempju, nagħmlu tibdil fil-billboards kummerċjali.", "Dawn huma affarijiet żgħar imma huma sinifikanti wkoll għaliex naqqasna l- burokrazija.", "Fil-fatt fejn qabel għal billboard kummerċjali ridt tagħmel full development application u bażikament ridt tistenna xahrejn jew tliet xhur, issa tagħmel biss notifika, jiġifieri tinforma lill-awtorita` 14-il ġurnata qabel u tista' tagħmel billboard għal 28 ġurnata imma jekk wara dawk it-28 ġurnata ma tneħħihx allura japplikaw il-poteri ta' l-enforzar, poteri li żidnihom.", "Issa m'hemmx aktar il-ħtieġa li toħroġ notifikazzjoni lil min jagħmel il-billboard u tagħtih 16-il ġurnata biex jaġixxi.", "Issa wara dawk it-28 ġurnata mill-ewwel ikun hemm l-enforzar tal-liġi, jitneħħa l-billboard u l-ispejjeż biex jitneħħa jġorrhom min jagħmlu.", "Din hija l- linja ġenerali li qed naddottaw fit-tibdil tal-policies, inqas burokrazija, iktar responsabbilizzazzjoni iżda wkoll aktar tisħiħ ta' l-enforzar tal- liġi.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa wkoll rigward il-policies dwar is- swimming pools.", "Naf li l-bord wasal biex jikkonkludi l-bidla għal dak li għandu x'jaqsam mal-policy dwar is-swimming pools f'dawk li jissejħu outside development zones.", "Anke hawnhekk il-policy se tkun ħafna iktar liberali milli kienet qabel għaliex ir-realta` qed turina li l-farmhouses li qabel kienu jintużaw għall-użu purament rurali llum qed jintużaw għal skopijiet residenzjali u allura hemm bżonn li nagħtuhom il-faċilita` li jagħmlu swimming pool, dejjem sakemm dak is-swimming pool ma jkunx kontra l- art agrikola ta' pajjiżna.", "Se jkun hemm ukoll tibdil għal dak li għandu x'jaqsam ma' parking għall-ħwienet lokali, uffiċċji u catering establishments.", "Sal-lum one-car garage, per eżempju, ma stajx tagħmlu ħanut għaliex jgħidulek li se tnaqqas post ta' parkeġġ imma llum tista' tagħmlu ħanut.", "Sur President, bidla oħra importanti ħafna se ssir fid-development control notice 1 ta' l-1988, regolamenti li ilhom magħna kważi 12-il sena.", "Dawn il-bidliet se jsiru anke wara konsultazzjoni sħiħa mal-kamra tal- periti u huma bidliet li qegħdin fil-fażi finali tagħhom.", "Biex nagħti eżempju, jekk sal-lum flat bilfors irid ikollu faċċata fuq triq, din mhux se tibqa' neċessita` sakemm għandu l-ħteġijiet normali għal dak li għandu x'jaqsam mar-regolamenti tas-sanita`.", "Hemm ħafna affarijiet differenti fir- regolamenti li se jħallu impatt pożittiv u li verament se jkollu effett pożittiv fuq l-industrija tal-kostruzzjoni f'pajjiżna.", "Fir-regolamenti l-ġodda tad-development control se jkun hemm ukoll aktar kontrolli dwar binjiet fuq irdumijiet li jien inħossha li hija waħda mill- problemi li verament hemm bżonn nindirizzaw, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' binjiet fuq dawk li jissejħu sisien fil-gżira ta' Għawdex.", "Għal dawn it-tip ta' binjiet, li bl-Ingliż jissejħu ridges, Għawdex għandna problema iktar minn Malta imma din il-problema se tkun indirizzata.", "Se jkun hemm ukoll tibdiliet f'dak li għandu x'jaqsam mal-policy dwar dak li jissejjaħ general development order, jiġifieri żvilupp li ma jkunx jeħtieġ full development permit.", "Fil-lista mhux biss se nżidu tibdiliet żgħar ta' postijiet kummerċjali u industrijali li sal-lum m'humiex f'din il- lista iżda se nagħmlu anke żidiet oħrajn ta' bidliet oħra.", "Se jkollna issa tliet tipi u s-sistema se tkun ħafna aktar sempliċi u ċara milli hija llum, kemm għall-perit kif ukoll għall-applikant.", "Bidla oħra hija l-access for all, fejn mill-1 ta' Jannar li ġej kull żvilupp ġdid li jattira numru kbir ta' klijenti, ħaddiema jew pubbliku ġenerali, se jkollu jikkonforma mal-policy ta' l-aċċess għal kulħadd li hija intiża biex tagħmel il-bini aċċessibbli għal kulħadd.", "U meta ngħidu kulħadd ma jfissirx biss il-persuni b'diżabilita`.", "L-aċċess għal kulħadd ifisser li anke omm li għaddejja bi pram, anke ħaddiem li għandu tagħbija u li qiegħed jieħdu minn post għall-ieħor għandu jkollu aċċess.", "Irrid nirringrazzja hawnhekk lill-kummissjoni nazzonali persuni b'diżabilita` li għenitna sabiex mhux biss naqblu fuq lista ta' postijiet li se jkunu konformi ma' din il-proċedura mill-1 ta' Jannar iżda għenitna wkoll nibnu din il-proċedura u naraw kif se taħdem.", "Nirrepeti li d-direzzjoni li qed naddottaw għal dak li għandu x'jaqsam mal-policies hija li nilliberalizzaw biex innaqqsu l-burokrazija u nżidu wkoll ir-responsabbilizzazzjoni tal- periti u nkattru u nsaħħu l-effettivita` ta' l-enforzar f'pajjiżna.", "Sur President, għal dak li għandu x'jaqsam mar-riorganizzazzjoni u t- tibdil fl-istruttura ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, wara li tlesta r- rapport tal-management efficiency unit, fl-aħħar xhur beda wkoll il-proċess tar-riorganizzazzjoni ta' l-istrutturi interni ta' l-awtorita` biex tiġi eliminata l-burokrazija u tiżdied l-effiċjenza speċjalment fil-proċess ta' l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp.", "Nirrepeti li r-riorganizzazzjoni trid tagħti l-akbar risposta għan-nuqqas ta' effiċjenza fid-development control.", "Ikolli nistqarr ċar u tond li għadni - u mhux jien biss imma ħafna nies oħrajn - m'iniex kuntent bil-mod kif inhi miexja d-development control ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Huwa hawnhekk fejn is-sena d-dieħla wieħed irid jagħti l-akbar priorita`.", "Bid-development control committee għamilna pass 'il quddiem u l-pubbliku u l-periti jammettu li qed jingħataw aktar ħin biex iressqu l-punti tagħhom iżda dan wassal biex in-numru ta' każijiet deċiżi naqas.", "Għalhekk ukoll qed naħsbu li fil-liġi jkollna aktar minn DCC wieħed għaliex la għalija u lanqas għall-pubbliku mhu aċċettabbli li jkollok applikazzjoni li tkun għaddiet mid-DCC u mbagħad jgħaddu x-xhur biex joħroġ il-permess.", "U se nagħti erba' eżempji li għalina huma ċarissimi u jitfgħu dawl fuq id-diffikultajiet li l-pubbliku jiffaċċja f'dan il-qasam.", "Jekk nieħdu PA2092 ta' l-1999, insibu li dan ġie approvat mid-DCC fl-1 ta' Ottubru imma sal-lum għadu għand id-development control unit; PA0525 ta' l-1999 ġie approvat mid-DCC fis-27 ta' Awissu imma sal- lum għadu għand id-development control unit; PA2624 ta' l-1998 dam aktar minn erba' xhur biex jintbagħat il-permess wara li ġie approvat u fil-fatt il-permess intbagħat fis-26 ta' Novembru meta din l-applikazzjoni kienet approvata fl-14 ta' Lulju ta' din is-sena; eżempju ieħor li għalija huwa l- iktar wieħed li verament iqajjem mistoqsijiet huwa PA0519 ta' l-1998 li dam aktar minn 11-il xahar għand id-development control unit wara li ġie approvat in principle mid-development control commission.", "Sur President, għalija dan huwa serju u huwa hawnhekk fejn irridu nwasslu r-risposta għaliex id-development control committee huwa fuq id-development control unit.", "Id-development control unit għandu r-responsabbilta` li jara li l-kondizzjonijiet jagħmilhom malajr u jibagħthom lura lid-development control committee biex joħroġ il-permess.", "Nirrepeti li d-development control unit m'huwiex fuq id-development control committee.", "Ngħid ukoll li fid-development control hemm bżonn interventi strateġiċi u jekk hemm bżonn għandha nagħmlu surgical interventions imma matul is-sena li ġejja rridu naraw li d-dewmien jonqos bis-serjeta`.", "M'huwiex aċċettabbli li case officer idum xhur twal biex jipproċessa applikazzjoni sempliċi.", "Jekk hemm bżonn aktar nies, naraw li jkun hemm aktar nies ukoll imma rridu nibdew naraw ir-riżultati mhux ngħidu li se jsir xi ħaġa u l-effetti pożittivi ma jibdewx jinħassu.", "Nerġa' ngħid, Sur President, is-sena li ġejja, apparti l-policies, il- priorita` trid tkun fuq id-development control.", "Huwa importanti ħafna li tagħmel tibdil fil-liġi u fil-policies imma kemm huwa importanti li n-nies li jkunu jinterpretaw il-liġi u jimplimentaw il-policies ikunu nies li jagħmlu dan b'effiċjenza, b'sensittivita` lejn il-pubbliku, bi flessibilita` u b'mod li nagħtu risposta lill-pubbliku li se jkun hemm titjib f'din l-effiċjenza.", "Ovvjament il-kritika tal-pubbliku dwar ċerti deċiżjonijiet inkonsistenti tibqa' u huwa diffiċli ħafna li dan jiġi eliminat.", "Li huwa importanti pero' huwa li nagħtu l-aċċess lill-pubbliku biex qabel xejn ikun jista' jinduna li hemm nuqqas ta' konsistenza u allura l-applikant jew min qed joġġezzjona jkun jista' jippreżenta l-każ tiegħu aħjar.", "Għalhekk qed naħdmu sabiex mhux biss id-deċiżjonijiet tal-bord ta' l-appell ikunu aċċessibbli kif għamilna matul din is-sena imma anke sabiex id-development permit application report u d-deċiżjonijiet tad-DCC jew tal- bord ta' l-appell ikunu aċċessibbli bl-istess mod ħalli l-pubbliku jkun jista' jara l-inkonsistenza meta ssir inkonsistenza fid-deċiżjoni.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex, kif diġa' għedt, l-aħjar audit huwa l-audit tal-pubbliku u jiddispjaċini ngħid hawnhekk li bl-emendi ta' l-1997 - li m'għandix dubju li kienu intiżi b'mod pożittiv - għal dak li huwa nuqqas ta' aċċess sar fowl kbir.", "Sur President, irridu naraw ukoll li jissaħħaħ il-complaints office u r- redress system fl-awtorita` u jeħtieġ li jidher li din qiegħda tissaħħaħ.", "Żidna l-aċċess għall-informazzjoni anke bit-twaqqif tal-professionals room fejn il-perit għandu aċċess għal search facility fuq id-deċiżjonijiet li jkun ħa l-bord ta' l-appell u informazzjoni oħra.", "Ir-responsabbilizzazzjoni trid tkun ta' kulħadd, kemm tal-periti kif ukoll tal-ħaddiema, l-impjegati u l-professjonisti ta' l-awtorita`.", "Kulħadd irid ikun resposabbli għal għemilu.", "Meta nitkellmu fuq kodiċi ta' etika, dawn ma jeżistux biss għall- politiċi iżda anke għan-nies li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-awtoritajiet ta' l-istat bħall-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Għalhekk meta wasal għandi tagħrif dwar perit li jaħdem fuq il-major projects li f'diversi okkażjonijiet intlemaħ jiftaħ il-bieb biex jidħol ġo uffiċċju ta' perit privat, jien għaddejt din l-informazzjoni liċ-chairman u d-direttur għamel tajjeb li ssospendih sakemm isiru l-investigazzjonijiet u jgħaddih quddiem bord ta' dixxiplina.", "Hekk titlob is-serjeta` u nistenna li l-awtorita` ta' l- ippjanar timxi b'id tal-ħadid ma' kulħadd sabiex l-ewwel u qabel kollox timxi biex tipproteġi l-kredibilita` tagħha ma' kulħadd.", "Fl-istess ħin m'huwiex ġust li l-awtorita` ta' l-ippjanar tiġi ġġudikata biss fuq il- proċess ta' l-applikazzjonijiet għaliex l-awtorita` tagħmel ħafna aktar xogħol minn hekk.", "Irrid ngħid fil-fatt li matul is-sena li għaddiet l-awtorita` mxiet sew mat-timetable ġdid għat-tfassil tal-pjani lokali li ġie maqbul mal-gvern.", "B'hekk dawn il-pjani lokali se jitlestew sentejn qabel il-programm oriġinali u dan seta' jsir mhux biss billi l-gvern ta r-riżorsi finanzjarji neċessarji iżda għaliex sar deployment.", "Issa x-xogħol fuq il-pjani lokali kollha nbeda u sa nofs is-sena 2001 il-pjani se jkunu tlestew kollha.", "Il- ministeru kkordina wkoll ir-risposta tal-gvern għall-pjani lokali għall- area tal-port il-kbir propost mill-awtorita` ta' l-ippjanar sabiex finalment il-kabinett ippropona tibdiliet importanti għal dan l-istess pjan.", "Il-ministeru talab ukoll lill-awtorita` ta' l-ippjanar tħejji development brief għal mixed use zone f'Pembroke fejn ikun hemm spazju residenzjali, kummerċjali u għall-uffiċini.", "Barra minn hekk il-ministeru talab lill-awtorita` ta' l-ippjanar tfassal development briefs għall-area tax-Chalet u Qui-si-Sana f'Tas-Sliema, Spinola u l-Qawra u tlesta wkoll t- Ta' Qali action plan wara li l-gvern talab lill-awtorita` tikkonsidra xi emendi.", "Din is-sena l-awtorita` ta' l-ippjanar kompliet tiskeda postijiet, fosthom Wied Għomor u Wied il-Kbir, bejn San Ġiljan, San Ġwann u s-Swieqi.", "Ippermettuli wkoll nagħti ħajr lill-awtorita` għax-xogħol siewi li għamlet matul l-aħħar xhur fit-twaqqigħ ta' bini llegali.", "Issa saret parti mill- programm ta' ħidma li f'ġurnata fil-ġimgħa ssir azzjoni diretta fuq bini llegali.", "Fadlilna triq twila għaliex il-lista ta' bini llegali hija twila iżda mpenjati li nkompli kif mexjin, anzi rridu nżidu l-poteri ta' l- enforzar fil-liġi.", "Ippermettuli wkoll infakkar li kien matul din is-sena li għall-ewwel darba l-awtorita` ta' l-ippjanar żammet is-somma ta' ¥50,000 lill-iżviluppaturi tal-Hilton.", "Barra minn hekk l-awtorita` flimkien mad-dipartiment tal-protezzjoni ta' l-ambjent qed tfassal pjan ta' implimentazzjoni għall-management ta' l- iskart f'pajjiżna.", "Ġiet ukoll estiża l-iskema ta' l-awtorita` għall- gallerijiet.", "Beda l-pjan sabiex isir partnership mal-privat għal dak li għandu x'jaqsam mal-mapping unit.", "Il-gvern ikkostitwixxa mill-ġdid l-inter- departmental planning committee li issa qed iservi ta' promotur għall- tfassil tas-subject plans u ppermettili ngħid, Sur President, anke b'rabta ma' dak li qal l-Onor.", "Karmenu Vella, l-approach ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar irid ikun li l-ħidma tagħha tkun integrata mad-dipartimenti u aġenziji tal-gvern u ma' korporazzjonijiet oħra, imma dan ma jiddependix biss mill-awtorita` għax it takes two to tango.", "Jiena naħseb li l-ownership tal-pjan ta' struttura m'għandux jibqa' ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Is- sidien tal-pjan ta' struttura huma kulħadd, il-pajjiż kollu.", "L-awtorita` ta' l-ippjanar qed tipparteċipa wkoll f'working unit li qed jirrevedi l- pjan għat-trasport għall-Belt u l-Furjana li kien tħejja fl-1994 fid-dawl ta' l-impatt tal-proġetti l-ġodda.", "Dan il-working unit għandu fih rappreżentanti wkoll tad-dipartiment tax-xogħolijiet pubbliċi, ta' l- awtorita` tat-trasport, id-dipartiment tat-toroq u l-kunsilli lokali tal- Belt u l-Furjana.", "Nikkonkludi, Sur President, fuq żewġ punti.", "L-ewwelnett huwa importanti li s-suġġett ta' l-ippjanar ma nippolitiċizzawhx iżżejjed.", "Dan huwa suġġett li jrid jagħti risposti pożittivi għall-pajjiż kollu mhux għal xi naħa jew oħra tal-pajjiż.", "Kif diġa' għedt, is-sena li għaddiet kienet is- sena li fiha poġġejna l-pedamenti tar-riforma, pedamenti li biex għamilnihom ma tlabniex il-permess ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar iżda l- permess ingħatalna fil-5 ta' Settembru ta' l-1998 meta l-poplu eleġġiena biex fuq perijodu ta' ħames snin inwettqu l-programm elettorali li offrejnilu.", "Ir-riforma qed issir u qed issir anke billi ntrebħu l-imħuħ tal-persuni li qed jaħdmu fl-istess awtorita`.", "Irridu ż-żmien, irridu wkoll il-paċjenza imma r-riforma se nwettquha.", "Wara ftit aktar minn sena nħossni għallinqas kuntent li llum hemm aktar impjegati li kkonvinċew ruħhom li hemm bżonn ta' bidla u li qed jgħinuna nwettqu l-bidla mingħajr rivoluzzjonijiet żejda.", "F'din il-miexja lejn il- bidla nħossni nissaħħaħ mit-talba tal-pubbliku li l-bidla jeħtieġ li ssir u ssir bis-serjeta`.", "It-triq hija twila iżda kommessi li nwettqu din ir- riforma f'din l-istituzzjoni li wellidna aħna fl-1992 biex tipproteġina mit- tħarbiet u l-abbużi li kellna qabel.", "Issa waqa' wkoll fuqna l-piż li nagħmluha aktar effiċjenti u aktar trasprenti minn kemm saret sal-lum.", "Sur President, jien ngħid li jekk ma tridx tiddispra ftakar biss fiex kien pajjiżna f'dan il-qasam fis-snin sebgħin u tmenin.", "Iżda din m'hijiex konsolazzjoni; il-konsolazzjoni neħduha biss wara li naraw ir-riżultati tal- bidla tar-riforma.", "Id-difetti se jibqgħu u m'aħniex inwegħdu perfezzjoni għaliex qed nittrattaw ma' qasam fejn kważi qatt ma tista' tidher gustuż.", "Dejjem se jibqa' min hu favur applikazzjoni u xi ħadd kontra iżda s-suċċess tagħna jrid jitkejjel minn kemm aħna nagħtu l-għodda meħtieġa lill-pubbliku u kemm nagħmlu l-organizzazzjoni aktar sensittiva għar-realtajiet u l-ħteġijiet tal-pubbliku.", "Wara sena, huwa diffiċli niġu ġġudikati pero' bdejna l-pedamenti u matul is-sena d-dieħla se nibdew nibnu r-riforma bil-permess tal-poplu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, qed inħossni daqsxejn konfuż u ma nistax nifhem x'inhu l-messaġġ tal-kelliema ta' qabli għaliex jitkellmu mod u jagħmlu mod ieħor.", "L-ewwelnett il-ministru qalilna li fl-awtorita` ta' l- ippjanar m'hemmx deficit u li l-affarijiet marru sewwa u mbagħad qalilna li m'għandhiex issir biss kritika imma anke suġġerimenti.", "Naħseb li l- ministru jaf biżżejjed li jiena dejjem għamilt kritika kostruttiva u mhux biss għamilt l-argumenti imma ġibt anke l-evidenza u kien hemm każi fejn anke għamilt suġġerimenti li kienu riskji politiċi għalija, pero' dawn insemmihom iktar 'il quddiem.", "Ninsab konfuż ukoll għaliex imbagħad tkellem l-Onor.", "Michael Bonnici li, kuntrarjament għal dak li qalilna l-ministru, qalilna li s-sitwazzjoni fl-awtorita` ta' l-ippjanar hija allarmanti, li trid titnaqqas il-burokrazija, li qed ikun hemm ħafna dewmien biex joħorġu l-permessi u li l-affarijiet m'humiex mexjin sewwa.", "Sur President, jiena ngħid li jekk inti rappreżentant tal-gvern fuq il- bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar u taf b'dawn l-affarijiet allura, bħalma nikkritika jien meta jkun hemm bżonn il-kritika, hekk ukoll nistenna li tikkritika inti.", "Imma meta niġu biex niddeċiedu affarijiet tajbin nivvota favur u mhux għax jiena nħaddan politika differenti minn dik tal- gvern allura nivvota kontra.", "Nivvota kontra meta jidhirli li bid-deċiżjoni li nieħdu se nagħmlu xi ħaġa li se tkun ta' detriment jew se tagħmel il- ħsara.", "Jiena dejjem b'dan il-prinċipju mxejt.", "Għalhekk qed niskanta li issa l-Onor.", "Bonnici qed jikkritika lill-planning authority meta waqt il- laqgħat tal-bord ma nismax din il-kritika.", "M'iniex qed ngħid li din m'għandhiex għalfejn tiġi kkritikata pero' hemm fejn tikkritika lill-gvern ukoll għal ċerti affarijiet li qegħdin jiġru u li huwa responsabbli għalihom hu.", "Ħalli niġi issa għal dak li qal l-Onor.", "George Pullicino.", "Is-segretarju parlamentari qal li hemm xi affarijiet fil-planning authority li għandhom jinbidlu u li hemm nuqqasijiet kbar imma fl-aħħar lagħaqha għaliex qal kemm hi tajba l-planning authority, x'għamlet u x'qiegħda tagħmel!", "Għalhekk qed ngħid li ma nistax nifhem għaliex jew tikkritika li hemm in-nuqqasijiet jew tgħid li kollox miexi sewwa.", "Imma ma jistax ikun li l-ewwel tikkritika u mbagħad tipprova tagħti l-impressjoni kemm hija tajba!", "Semma mbagħad punti li għalih huma prinċipali.", "Jiena naċċertah li jiena qbilt ma' ċertu tibdil u għamilt anke suġġerimenti minkejja t-tfixkil li kelli biex nieħu sehem f'ċerti dibattiti.", "U ħadt riskju politiku, kif għedt qabel, meta f'seminar għedt li fejn jidħlu l- interessi nazzjonali l-gvern għandu jkollu l-ispazju.", "Sur President, f'dan is-seminar jiena tkellimt bl-aktar mod apert imma Allaħares meta għedt dan il-kliem kont fil-gvern għaliex meta ntqalu xi affarijiet fuq il-planning authority, tgħidx kemm il-Partit Laburista ġie kkritikat li jrid ineħħi l-awtonomija ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Imma għaliex għedt dawn l-affarijiet meta qiegħed fl-oppożizzjoni l-gvern qabel miegħi.", "Fir-realta` hekk għandu jkun imma jiena ngħid li l-gvern qabel miegħi għaliex ried jinqeda bija biex ikollu aktar saħħa politika u jagħmel li jrid fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Fil-fatt filli l-awtorita` ta' l- ippjanar tikkmanda hi, twaqqaf lil min trid hi, tagħti permess lil min trid hi u tiddeċiedi kollox hi filli issa - ħlief f'parti minnha u aktar 'il quddiem nuri fejn - jiddeċiedi kollox il-gvern, jiddetta hu u jagħti permess lil min irid hu, imma bl-ispaga għaliex ma jidhirx.", "U dan m'huwiex sewwa.", "Sur President, jiena ngħid li jekk ma rridux indaħħlu l-politika u jekk irridu nagħtu kredibilita` lill-poplu Malti u Għawdxi għandna nkunu realistiċi u, bħalma jiena fuq il-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar ngħin biex il-policies jinbidlu, hekk ukoll ....", "L-Onor.", "Pullicino, per eżempju, qal li għandu jkun hemm żewġ bordijiet tad-DCC.", "(Interruzzjonijiet) Din hija xi ħaġa li jiena diġa' qajjimtha għaliex fejn nara li hemm il-problemi ngħid li hemm il-problemi u mhux nostakola.", "Hekk nimxi fl-awtorita` ta' l-ippjanar; hekk timxi l-oppożizzjoni Laburista, anke fejn jidħlu policies u fejn tara li hemm bżonn tikkritika ħalli l- affarijiet jitjiebu u jinqatgħu l-abbużi tikkritika.", "Huwa fid-dover tiegħi li nagħmel din il-kritika u Allaħares ma nqajjimx tant kwestjonijiet fl- awtorita` ta' l-ippjanar għax kieku kif tridu nirranġaw verament l- awtorita` ta' l-ippjanar?", "Nerġa' ngħid fl-awtorita` ta' l-ippjanar għad hemm is-saħħa ta' ċerti nies li jaħsbu li din l-awtorita` tikkmanda hi, toħroġ il-permessi lil min trid hi u l-policies iddawwarhom kif trid hi pero' issa morna għall-estrem l-ieħor.", "Issa daħal il-gvern u qiegħed jiġbed l-ispaga.", "Ħalli niġi issa għal dak li hemm fl-annual report din l-awtorita` ta' l- ippjanar, li kemm il-ministru kif ukoll is-segretarju parlamentari għamlu referenza għalih.", "Ngħaddi mill-ewwel għaċ-chairman's report, li qal li kienet priorita` li l-local plans jitlestew sas-sena 2001.", "Mela l-local plans li kien hemm qabel twarrbu u saru ħames local plans oħra li ntqal li jridu jitlestew sas-sena d-dieħla.", "Imma għaliex sar hekk?", "Forsi għaliex l- awtorita` ta' l-ippjanar iddeċidiet li dan huwa fl-aħjar interess tal- pajjiż?", "Jew inkella l-ministru ddeċieda li jrid ilestihom u allura l- awtorita` naqqsithom biex isiru bl-għaġġla u b'mod li ma tistax tidħol fid- dettal lokal b'lokal, tevalwa s-sitwazzjoni bis-serjeta` u tieħu deċiżjoni serja?", "Għaliex jiena ma nistax nifhem kif f'dan iż-żmien stipulat l- affarijiet jistgħu jittieħdu bis-serjeta`.", "Fiċ-chairman's report issemmiet ukoll ir-review ta' l-istructure plan.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti għaliex diġa' wasluli lmenti li hemm min qed jipprova jieħu vantaġġ u jagħmel lobbying biex artijiet li kienu ....", "U meta ngħid xi ħaġa ma nkunx qed ngħidha bil-paroli, u nista' nagħti l- eżempju ta' artijiet fejn iċ-ċimiterju ta' Bubaqra, fejn qabel kienu żammu l-permessi imma issa diġa' hemm min qed jgħid li se jkollu l-permess biex jibni.", "Jiena għalhekk ngħidhom minn qabel l-affarijiet.", "Imma hemm xi ħadd li qed jinvestiga?", "Min qed jara li l-affarijiet jimxu sewwa?", "Intqal ukoll li l-complaints office ġie ttrasferit fl-uffiċċju taċ-chairman.", "M'iniex se ngħid pero' li huwa ċ-chairman li hemm wara dawn il-manuvri malizjuzi u politiċi biex jitneħħew ċerti nies u jinħbew ċerti affarijiet għaliex kieku ngħidlu f'wiċċu u huwa jaf li ma noqgħodx lura.", "Fiċ-chairman's report jissemma wkoll id-deficit li l-ministru qal li naqas u dan huwa tajjeb pero' mbagħad ma naċċettax li jkun hemm l-estimi approvati mill-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar u l-ministru jgħidilhom x'iridu jnaqqsu.", "X'jiġifieri?", "(Interruzzjoijiet) Li tnaqqas mill-vot m'huwiex indħil imma li tgħid lill-awtorita` ta' l-ippjanar xi trid tnaqqas dak huwa ndħil dirett!", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li l-membri tal- bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar huma daqshekk imġienen li se jnaqqsu l- pagi.", "(Interruzzjonijiet) Taf x'għandek tagħmel?", "Li trid taqta' hija l- ħela li ssir minħabba affarijiet politiċi.", "Niġi issa għar-rapport tad- direttur.", "Sur President, dan beda billi kkritika lill-gvern, li huwa s-sid ta' tliet kwarti ta' l-art ta' Malta, li minn mindu twaqqfet il-planning authority sar ftit progress.", "X'irid ifisser biha din?", "Irid ifisser li l- land requsition għadha mimlija problemi anke meta tkun trid tittieħed xi art għall-interess tal-komunita` li fil-fatt huwa veru?", "Irid jattakka lil xi dipartiment tal-gvern jew xtaq jattakka lil xi ħadd u nħeba wara din?", "Jew hemm xi każ ta' spekulazzjoni?", "Nixtieq li d-direttur meta jkollu ċans jispjega x'ried jgħid biha din.", "Semma wkoll l-istructure plan, fejn qal li hemm team li huwa chaired minn Godwin Cassar li ġie mwaqqaf biex jara x'qiegħed jiġri u qal ukoll li saru topic papers fuq diversi affarijiet.", "Huwa veru li dawn it-topic papers iridu jsiru imma min qed jivverifikahom?", "Min qed jara minn fejn qed tiġi l-informazzjoni?", "Min qed jara hemmx forsi xi ħadd li jista' jagħti xi idea oħra?", "Jew dawn, naddata jien, nagħmel jien u niddeċiedi jien?", "Kif jista' jkun li l-affarijiet isiru bis-serjeta` jekk isiru b'dan il-mod?", "Rigward id-DCC il-ministru qalilna li l-affarijiet marru sewwa imma mbagħad qal li kien hemm tnaqqis fil-proċess tad-DCC.", "Fil-fatt kelliem ieħor min-naħa tal-gvern qal li hemm ambigwita` kbira kif isiru l- affarijiet u jekk naraw ir-rapport stess insibu li s-sena l-oħra kien hemm tnaqqis ta' 9.75% għal dak li huwa pproċessar ta' applikazzjonijiet apparti l-GDOs.", "Għalhekk nistaqsi: Sar xi studju biex inkunu nafu għaliex ix- xogħol qed jonqos?", "Jiena kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni tal-bord dwar dan u għalhekk nittama li għallinqas issa jgħiduli xi studju sar għaliex dejjem xtaqt inkun naf.", "L-Onor.", "Bonnici qal ċar li hawn nuqqas ta' xogħol tal-bini u forsi dan jirrifletti l-istaġnar ta' l-ekonomija f'pajjiżna.", "Forsi tajjeb ukoll li nkunu nafu x'hemm bħala applikazzjonijiet ġodda u kif dawn jikkomparaw ma' ta' żmienna minkejja li dak iż-żmien kienu jgħidu li hemm problemi kbar industrijali eċċ.", "Sur President, f'dan ir-rapport insibu wkoll li l-każi riżolti, jekk inqabbluhom ma' dawk ta' l-1997, naqsu b'39% u n-numru massimu ta' applikazzjonijiet li ġew solvuti kemm ilha teżisti l-planning authority fi żmien il-Labour, jiġifieri bejn l-1997 u l-1998, kienu 9,243, l-akbar ammont ta' applikazzjonijiet li qatt ġew solvuti.", "U dan ma jfisser xejn ħlief effiċjenza u customer care kif għandu jkun.", "Tajjeb ngħid ukoll li n- numru ta' applikazzjonijiet li ġew solvuti ta' din is-sena huwa kważi 40% ta' dawk li ġew solvuti fl-1997/1998.", "Din hi l-verita` u din hi statistika li ressqilna l-gvern stess u m'jien nivvinta xejn.", "Jidher ukoll li l- caseload reġa' żdied meta matul amministrazzjoni Laburista kien l-iktar wieħed baxx.", "Sur President, dan qed jiżdied għal ħafna raġunijiet, fosthom l- ineffiċjenza għaliex kif diġa' ntqal ħadd ma jagħti kas li applikazzjoni tiġi pproċessata fiż-żmien stipulat.", "U dan meta hemm bord tad-DCC ġdid u allura ħadd ma jista' jgħid li dan huwa l-istess bord li kien hemm fi żmien gvern Laburista.", "Dawn huma nies li ntgħażlu għax għandhom fiduċja fihom u tajjeb ngħid li mis-seba' membri li hemm f'dan il-bord erba' jagħżilhom il- gvern politikament u t-tlieta l-oħra jintgħażlu mill-planning authority.", "Suppost li dawn jirriflettu x-xogħol u l-kapaċita` imma ħaġa ta' l- iskantament donnhom Nazzjonalisti biss hawn kapaċi f'dan il-pajjiż għaliex il-planning authority minn fuq s'isfel Nazzjonalisti!", "Is-sabiħa, Sur President, hija li biex jiġi appuntat team manager ġdid ħadu sena.", "Għaliex ġara dan?", "Hawnhekk nirriferi għal fejn l-Onor.", "Pullicino semma l-każ ta' dak il-perit li ntlemaħ dieħel f'uffiċċju ta' perit privat, ġie rrapportat, ħadu passi dixxiplinari kontrih u ġie sospiż.", "Jiena naqbel mija fil-mija li f'każi bħal dawn għandhom jittieħdu passi imma meta tibda tara ċerti affarijiet ma tistax ma titkellimx.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Dan l-individwu li ġie sospiż applika biex jiġi appuntat team manager u fl-interview ġie l-ewwel.", "Issa call for applications saret waħda biss.", "Mela ħadna sena u mbagħad lil min qabdu jabbuża ssospendewh iżda ġara li l-bord ta' l-għażla qal li ma jistax ikun li jibqgħu mingħajr team manager u minkejja li dan l-individwu kien sospiż, irrakkmandaw li jsiru tnejn għaliex qalu li t-tnejn huma kapaċi.", "Imma jekk kien hemm post għal wieħed kif tagħmel tnejn?", "Jekk l-awtorita` ta' l-ippjanar kellha bżonn wieħed u riedet tnaqqas id-deficit, kif titlob li jsiru tnejn?", "Għalhekk il- bord iddeċieda li jagħżel lil dak li ġie t-tieni imma fl-istess ħin iddeċieda li jagħmel tnejn biex jekk ma jkun hemm xejn kontra l-ieħor allura jieħu l-promozzjoni hu - sirt naf ukoll li dan għandu klijentela fil- 101 - u huwa evidenti li għamlu tnejn biex żgur idaħħluh, ħalli jekk ma jidħolx mill-bieb jidħol mit-tieqa!", "U inutli jġibulna l-iskuża li kienu se jdumu ħafna mingħajr team manager għalkemm huwa veru wkoll li x-xogħol ntefa' ħafna lura.", "Fejn qagħdu jistennew 12-il xahar, ma setgħux stennew tliet ġimgħat oħra!", "Imma ħalli nkompli daqsxejn fuq id-DCC u nikkomparaw ma' dak li kien jiġri qabel.", "Hawn insibu li n-numru ta' applikazzjonijiet li kienu ġew proċessati fl- 1996 u fl-1997 kien aktar min-numru ta' applikazzjonijiet ġodda u b'hekk il- caseload kienet bdiet tonqos.", "Nafu wkoll li bħala average kull xahar ikun hemm 610 applikazzjoni pero' din is-sena in-numru kien ta' 555, iżda minkejja dan xorta waħda n-numru ta' applikazzjonijiet proċessati din is- sena huwa iżgħar u l-caseload reġgħet bdiet tikber.", "Tajjeb ngħid ukoll li n-numru ta' GDOs huwa akbar minn 3,300 u huwa impossibbli li bniedem - għaliex bniedem wieħed hemm - jagħmel dan ix-xogħol kollu waħdu.", "Għalhekk nissuġġerixxi li x-xogħol fuq il-GDOs jibda jsir aħjar u l-klijent jingħata wkoll kopja tal-pjanti approvati għaliex ċertament hemm lok għal abbuż, bħalma fil-fatt diġa' kellna.", "Nafu li kien hemm min abbuża imma anke jkun hemm min jintiliflu l-file u allura tajjeb li dan is-suġġeriment jittieħed bis-serjeta`.", "Sur President, ma nistax nifhem lanqas kif isiru rakkmandazzjonijiet għal refusal u mingħajr spjegazzjoni ta' xejn ir-refusal jiddawwar f'approval.", "Filli jgħidu li għal ċerti permessi hemm bżonn l-awtorita` tad-dipartiment tal-mużewijiet u awtoritajiet oħra u filli ma ssibhomx!", "U minkejja li l- individwu jiġbed l-attenzjoni u juri li hemm xi nuqqasijiet, kulma jsib huwa ħajt magħluq.", "Nirriferi, per eżempju, għall-każ ġewwa Għawdex fejn kien qed isir xogħol fuq l-applikazzjoni 2356 ta' l-1998.", "Dan il-każ ilu ġej minn żmienna - għaliex il-planning authority ilha timmina u meta tidħol il-politika donnha għandha l-barka biex tkompli tgħatti l-affarijiet - u wara li sar complaint lill-uffiċjali tal-prim ministru, ħarġet enforcement notice imma x-xogħol xorta baqa' għaddej, minkejja li kien hemm bżonn l- approvazzjoni tad-dipartiment tal-mużewijiet u tad-dipartiment ta' l- arkeoloġija.", "Iżda l-awtorita` ta' l-ippjanar qatt ma għamlet xejn, anzi meta jkun hemm xi individwu li jilmentalha jiġi mhedded.", "Imma għalissa se nieqaf hawn għaliex tlabt lill-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar li ssir inkjesta indipendenti, ħalli joħorġu n-nuqqasijiet u ħalli min fl- awtorita` stess għandu intenzjonijiet tajbin ikun jaf x'inhu jiġri.", "Jiena għalhekk nagħmilhom dawn il-mistoqsijiet għaliex meta ssib li anke min qiegħed fuq fl-awtorita` u fid-DCC stess jabbuża, u mbagħad meta inti tiġbed l-attenzjoni jew jinsew iniżżluha fil-minuti, jew iniżżluha kontra u trid tirranġaha ....", "Ilna karriera sejjer hekk!", "Per eżempju, meta tlabt spjegazzjoni għaliex xi files jinqabżu biex imorru quddiem id-DCC, min hu responsabbli, is-Sur Cilia, qalli li huwa jiddeċiedi l-urġenza tal-każi.", "Għalhekk tlabt lista ta' dawn il-files li ħadu preċedenza u x'kienet ir-raġuni - f'każ minnhom din ma daħlitx fil- minuti, insistejt fuqha u daħħluha - imbagħad wara ħafna wasalli xi ħaġa u sirt naf li f'ċerti każi lanqas biss jafu min awtorizzahom, pero' li huwa żgur huwa li f'każi oħrajn ma kienx is-Sur Cilia li awtorizzahom, allavolja qalli hekk.", "Għalhekk ngħid li ta' min jinvestiga l-affarijiet bis-serjeta` fejn jidħlu files li jinqabżu b'urġenza, għaliex jiena naf li hemm pressjoni politika u m'huwiex sewwa li nimxu b'two weights and two measures.", "Jien kont għedt minn hawnhekk li ma nistax nifhem kif biex tapplika trid tiddikjara jekk il-post jew l-art humiex tiegħek.", "Tiftakru li kien hemm dikjarazzjoni falza?", "(Interruzzjonijiet) Issa kien hemm dikjarazzoni falza għaliex kien hemm individwu li ddikjara li diġa' għandu l-permess - u kien anke qed jiġi nvestigat mill-pulizija għaliex ma kienx ċar lanqas jekk l-art kenitx tiegħu - imbagħad wara li għamilna dik il- battalja fil-parlament, ħareġ il-permess u ħareġ already licensed.", "Is- sabiħa hija li l-perit ta' dan l-individwu, li qiegħed fid-DCC, kiteb lis- segretarju tad-DCC biex din jibdilha, u b'alleċ tinbidel!", "Dawn x'affarijiet huma!", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri m'hemmx konflitt ta' interess?", "Dażgur li hemm!", "Nerġa' ngħid, Sur President, li meta jiena qajjimt il-każ ta' dak l- individwu li ġie sospiż u tlabt lill-bord jgħidli kemm hemm min għandu permess jagħmel xogħol barrani, l-ewwel qisni ma tlabthom xejn għaliex ma daħlitx fil-minuti imma mbagħad daħħluha u qaluli li se jagħtuni l- informazzjoni.", "Fil-fatt qaluli li kien hemm wieħed biss u mbagħad tlabthom biex jagħtuhieli uffiċjalment bil-miktub imma s'issa din għadha ma waslitx.", "Pero' possibbli li fl-awtorita` ta' l-ippjanar - u ejja nkunu realistiċi għaliex min qed jismagħna jaf li din daħka fil-wiċċ - dan il-bniedem biss jidher dieħel f'uffiċċju professjonali?", "Possibbli m'hemm ħadd iktar mill- awtorita` ta' l-ippjanar?", "Jekk trid nagħtik ir-recording, jekk ma tridx tgħid lil dak li tak ir-recording ta' l-ieħor, għaliex hu qiegħed għassa hemmhekk biex l-affarijiet jinħadmu b'ċertu mod!", "Dik ħdimtuha biex tagħtu promozzjoni lil xi ħadd li għandu midħla sewwa fil-101.", "Dik hi r-raġuni!", "(Interruzzjonijiet) Le, ma naqbiżx għalih.", "Dak irid jieħu li ħaqqu imma mhux tistennew 12-il xahar biex issibu skuża u tagħtuh promozzjoni u b'hekk tgħadduh mit-tieqa.", "Din hija vilta` u dan hu ndħil politiku dirett.", "(Interruzzjonijiet)", "Ngħid ukoll li meta jiena tlabt lista ta' dawk li uffiċjalment jistgħu jagħmlu xogħol barrani, stajt ġejt mhedded mill-planning authoirty board pero' din ma tbeżżagħni xejn lili.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt kien hemm min qalli: Issa ngħidu li int tlabtha!", "Jien għedtlu: Niżżel li trid, l-aqwa li m'għandix faħam miblul!", "Allura dik m'hijiex intimidazzjoni anke fil-bord?", "(Interruzzjonijiet) Mela jien għandi xi faħam miblul?", "Jien staqsejt: Allura kulmin jidher dieħel f'xi uffiċċju se jiġi sospiż?", "Għaliex issa se tirredikolaw kollox!", "(Interruzzjonijiet) Dak huwa xogħlok!", "Meta jkun hemm xi ħaġa jiena ma noqogħdx lura u nressaqha quddiem il-planning authority, pero' dak li ġablek dik l-informazzjoni issa għidlu jġiblek l-informazzjoni fuq l-oħrajn għax jaf bihom ukoll.", "Imma ħalli nkompli fuq xi affarijiet li semmew il-ministru u s-segretarju parlamentari, per eżempju, il-każi fejn tidħol id-deemed approval.", "Dawn tad-deemed approval, Sur President, ilna nsemmuhom u huma l-każi fejn jivvintawlek xi ħaġa biex iġġeddulek iż-żmien imma l-iktar waħda vili hija li l-file ma jiċċaqlaq qatt.", "Imbagħad għaliex jiena nibqa' ninsisti għal darba darbtejn u nitlob li jsir xi forma ta' rapport, ħalli nkunu nafu x'qed iwaħħal l-affarijiet, isir rapport li juri li l-affarijiet fl- awtorita` ta' l-ippjanar ma tantx jidhru sbieħ.", "U jekk ikolli nsemmi l- każi relatati ma' xi ħaġa - u hemm każ ieħor li għadu ma ssemmiex, relatat ukoll ma' persuna li qiegħda taqdi dmirha - allura wieħed irid joqgħod attent bis-serjeta`.", "Imma minkejja dan kollu l-awtorita` ta' l-ippjanar, skond min ikun l-individwu, toqgħod daqsxejn lura.", "Pero' meta tippressaha ma jkollhiex triq oħra għaliex inkella l-affarijiet jikbru u minflok iżommu ċertu limitu, l-impatt negattiv fuqhom ikun ikbar.", "Dawn huma affarijiet li jiena ma nistax nifhimhom u meta ngħid lill-awtorita` ta' l-ippjanar biex dawn l-affarijiet jiġu nvestigati, dan jien nagħmlu ħalli jekk hemm min qed jabbuża ma jibqax għaliex jaf li hemm min qiegħed għassa.", "Jien naċċertakom li jasluli ħafna rapporti u ninvestigahom.", "Dawk li ma jkun fihom l-ebda argument li wieħed jista' jorbot fuqu ma nitkellem xejn dwarhom u nwarrabhom, anke jekk politikament jistgħu jagħtuni vantaġġ, imma f'każi fejn jidher biċ-ċar li hemm xi nuqqasijiet jew abbużi jkun fl- interess anke ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar li nqajjimhom u fl-interess ukoll tal-poplu Malti u Għawdxi.", "(Interruzzjonijiet) Iva, hemm ħafna ħaddiema ta' l-affari tagħhom u jagħtu sehemhom imma jiġu ostakolati minn fuq u flok it-tort jieħdu ta' fuq jeħduh ta' isfel!", "Ħalli nsemmi issa xi ħaġa oħra.", "Fil-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar kont ġbidt l-attenzjoni li fl- Isptar San Raffaele qed isir xogħol mingħajr permess.", "Mhux bilfors jien ikolli niġbed l-attenzjoni li l-affarijiet m'humiex isiru kif suppost, jekk aħna tant niftaħru li kulħadd irid joqgħod għal-liġijiet u li l-gvern jew min hu responsabbli jrid jagħti l-eżempju!", "Għaliex jekk aħna nibdew niksru l-liġijiet, ma nistgħux nippretendu mbagħad li ċ-ċittadin ma jiksirhomx!", "Għalhekk ġbidt l-attenzjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar u tlabthom jiċċekkjaw jekk għandhomx il-permess tax-xogħol li huwa lest.", "Lil min kellimt ħaseb li se jgħaddini biż-żmien għaliex qalli li hemm il- permessi meta jien kont diġa' ċċekkjajt.", "Għaliex jien m'iniex daqshekk baħnan, speċjalment meta naf kif jaġixxu ċerti uffiċjali fil-planning authority, li jipprovaw jgħaddu lil kulħadd minn għajn il-labra.", "U llum jafu li m'iniex daqshekk baħnan għaliex meta tlabt xi dokument qaluli: Inti mhux diġa' għandek dawn id-dokumenti la qed isemmi dawn l-affarijiet!", "Minkejja dan kollu, Sur President, donnu dak iż-żmien ma kenux ċerti u dan qalli li kollox huwa kopert.", "Għalhekk insistejt u tlabt lista tal-permessi u d-dati meta ġew approvati.", "Ħaġa ta' l-iskantament, erba' ġimgħat wara - għaliex daqshekk kont ili ngħid biex jiċċekkjaw l-affarijiet - ingħatajt lista, li qiegħda quddiemi, fejn deher ċar li żewġ permessi għal bini li kien diġa' tela' kienu approvati dikinhar stess.", "Mela l-ewwel ipprova jgħaddini biż-żmien, għaliex qalli li kollox huwa kopert, u mbagħad erba' ġimgħat wara jagħtini lista fejn jidher ċar li żewġ permessi ħarġu dakinhar stess!", "U l-enforcement notice għaliex ma nħarġitx?M'inix qed ngħid li għandu jitwaqqa' l-bini imma qed nistaqsi għaliex ma nħarġitx enforcement notice.", "Forsi hemm xi pressure politika?", "Hemm xi ħadd tal-qalba?", "Hawn tidħol l-accountability u r-responsabbilta` ta' min qiegħed fuq.", "Nagħmilha ċara wkoll li gvern Laburista ma jħalli lil ħadd jaħrab mir- resposabbilta` tiegħu jew inkella jitfagħha fuq ħaddieħor.", "Jekk m'huwiex kapaċi jerfa' r-responsabbilta` allura jwarrab għaliex jekk ma jwarrabx inwarrbuh kif suppost għaliex dan ma jkunx qed jagħmel xogħlu.", "Wara kollox jiena hemmhekk qed nirrappreżenta nofs il-poplu.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma allura 47% tal-poplu ma tagħtix kashom?", "(Interruzzjonijiet) Le, kellna 47% għaliex naċċertak li llum intom għandkom 47% bil-metodi li mexjin bihom!", "(Interruzzjonijiet) Dik hija l-opinjoni tiegħi bħalma inti għandek l-opinjoni tiegħek.", "Għedtu tant li m'hemmx ħofor u dawn l- affarijiet, tridx tmur!", "Kemm għedtu li t-taxxa mhux se żżiduha, tridx tmur!", "Imma issa ħalli nkompli.", "Sur President, mir-rapport li għandha quddiemna jidher ċar li l- enforcement notices naqsu b'180 u dan ma jfissirx li l-poplu kien iktar obbedjenti u mexa mar-regolamenti tal-planning authority.", "Biżżejjed tmur sa Għawdex biex tara x'ġungla hemm u meta tiġbed l-attenzjoni kulħadd jibża' għaliex donnu Għawdex hemm xi babaw!", "Dan ta' fuq jafuh bħalma jafu dwar il-każ bil-file number 6042 ta' l-1995, li tawh il-permess biex iwaqqa' l-faċċata minkejja li kellu xogħol ta' lavur li l-awtorita` ta' l- ippjanar suppost ippreservatu.", "Imma dawn x'affarijiet huma!", "Dan ma tafux bih jew forsi l-individwu jiġi minn xi ħadd li jbeżża'?", "Meta mbagħad joħorġu l-enfocement notices u allura nkunu għamilna pass 'il quddiem, ċerti nies ikunu nformati u allura xorta ma' dawn in-nies ma jsir xejn.", "Jiena għalhekk semmejt il-każ ta' Għawdex, li dwaru qed nistenna r-riżultat ta' l-inkjesta, imma tajjeb ngħid li mhux f'dan biss jidher li hemm pressjoni politika li l-gvern imbagħad jieħu vantaġġ minnha, anke jekk jidħol l-interess nazzjonali.", "Qed ngħid dan, Sur President għaliex ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar meta jridu jimxu mal-policies u meta jridu l-istess policies ma jgħoddux minkejja li ċ-ċirkostanzi jkunu l-istess.", "Insemmi, per eżempju, il-każ tal-pitrolju fejn minħabba s-safety lill-individwu konċernat qalulu li jrid il-clearance mingħand il-pulizija u d-dipartiment tas-saħħa, u l-ewwel ma tawhx imma mbagħad tawh permess.", "Fil-bord qaluli li din ma jidħlux fiha imma mbagħad ġie każ ta' ħaddieħor, li wkoll għamlulu dawn il- kondizzjonijiet u li kellu l-clearance mill-pulizija ....", "Jien naqbel li l- awtorita` kellha tagħmel dawk l-affarijiet, biex ħadd ma jaħseb li ma qbiltx magħha, imma stajt ninduna li hemm xi ħaġa fishy.", "Ma nistax nifhem lanqas kif permess dwar area li qiegħda outside the development zone jinħareġ mid-DCC u mhux mill-planning authority.", "Meta kellna każ bħal dan u għedt lill-bord li dan għandu jiġi deċiż mill-bord tal-planning authority u mhux mid-DCC, u qbilna li l-awtorita' ta' l- ippjanar għandha tinforma lid-DCC li f'dan il-każ irid isir environment impact assessment u traffic impact assessment, ħaġa ta' l-iskantament fil- minuti ma niżżlux kif ftehemna, jiġifieri \"li għandu bżonn\" imma \"li jista' jkollu bżonn\".", "U f'dan il-każ ma stajtx nitlob li l-minuti jiġu kkorreġuti għaliex kont imsiefer fuq xogħol parlamentari, imma dan mhux kollox.", "Aktar kmieni semmejt li jimxu b'two wieghts and two measures u li jkun hemm pressjoni politika ċara.", "Nista' nsemmi każ li esperjenzajtu jien ġewwa l- awtorita` ta' l-ippjanar, każ li huma tal-mistħija.", "Meta ġejna għall-proġett ta' Manoel Island u Tigne' saret diskussjoni fuq il-proġett u ħareġ ċar li l-proġett huwa għalih u t-triq hija għaliha, jiġifieri hemm permessi differenti.", "Allura bdejna niddiskutu l-proġett u min-naħa tiegħi b'responsabbilta` vvotajt favur.", "Meta mbagħad wasalna biex niddiskutu l-proġett tat-triq, l-ewwel li għamilt kien li staqsejt jekk hemmx traffic impact assessment.", "Kien hemm min beda jlaqlaq u qalli \"le\" u kien hemm min beda jlaqlaq u qalli \"iva\".", "Għalhekk għedtilhom jagħtuhuli u tawni t-traffic impact assessment tal-proġett ta' Tigne' u mhux tat-triq.", "L-aktar ħaġa redikola hija li filwaqt li l-awtorita` ta' l-ippjanar qed tgħid li dan sar, min-naħa tad-dipartiment tat-toroq qed jgħidu li dan ma sarx u li m'hemm l-ebda traffic impact assessment.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemnux!", "Jiena tlabt għal traffic impact assessment għaliex ir- rapport tal-proġett ta' Tigne' jagħmel riferenza għat-traffiku li jkun ġej mit-toroq li għalihom saret applikazzjoni u li se jkollhom piż fuq is- social environment f'forma ta' ħsejjes, vibration, air pollution and visual impact.", "Għalhekk kif tippretendi li l-awtorita` ta' l-ippjanar tagħti l-go- ahead lit-tenderer ħalli jibda x-xogħol meta hemm dawn ir-riżervi kbar?", "Meta staqsejt jekk hijiex il-policy ta' l-awtorita` ta` l-ippjanar li f'każi bħal dawn ma jsirx traffic impact assessment, ġejt mhedded li l- planning authority minkejja li hemm il-policies tagħmel li trid.", "Meta issa spiċċajna aħjar għaliex issa tista' tiddeċiedi!", "U għaliex riedet tiddeċiedi?", "Għaliex min hu responsabbli mill-gvern ried ikun jaf x'se jiġri, ħalli jmur jgħid lil dawk l-individwi li se jiġu milquta biex iwarrbu minn hemm, meta wara kollox din it-triq se jagħmilha l-gvern, għaliex jekk ix-xogħol jieħdu l-privat ma jkunx jista' jwarrab nies minn hemmhekk.", "Għalhekk jiena għamiltha ċara li ridt parir legali imma dan ġie rifjutat, iżda f'każi fejn riedu li l-vot ikun kontra ġabu l-avukat biex jagħti parir lill-bord li jekk nivvotaw favur inkunu qed niksru l-liġi, imma f'dak il-każ mhux jiena kont li tlabt għal parir legali.", "Irrid ngħid li ma jfissirx li dawk kollha li hemm fl-awtorita` ta' l-ippjanar jimxu b'dan il-mod, imma ta' fuq jaħdmu kif jaqblilhom biex ma jispiċċalhomx il- power u jintgħoġbu u allura jaqgħu għall-pressjoni politika.", "Imma ħalli niġi għall-proġett tal-Kottonera.", "Meta ġejna għall-proġett tal-Kottonera kien hemm ħaddiema li ġibdu l- attenzjoni li d-developers ma kienu ssottomettew l-ebda dokumenti.", "Allura qalu li dawn iridu jidħqu bina u jridu jispekulaw.", "Għalhekk jiena staqsejt proprju jekk dawn kenux issottomettew development brief u bdew ilaqalqu.", "Staqsejt ukoll jekk dan id-development brief ikoprix l-area kollha li fiha għandu jsir il-proġett u reġgħu bdew ilaqalqu.", "Imbagħad staqsejt jekk dan id-development brief huwiex ta' dak il-proġett li kien se jagħmel gvern Laburista, li skond gvern Nazzjonalista huwa ferm iżgħar bħala area u li ma kienx se jkollu impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Ftaħar tant il-gvern bil- proġett differenti tiegħu li huwa akbar b'xi darbtejn u nofs!", "Iżda x'għamel min hu responsabbli biex jinħbew l-affarijiet, biex ikun jista' jingħoġob mal-gvern u taparsi jidher li l-kuntratt ma nkisirx?", "Minflok ma rrifjutawh u qalu li dak m'huwiex development brief, qalu lill-gvern biex jieħu ħsieb għaliex dawn ma jridu jagħmlu xejn bis-serjeta` u jridu jispekulaw.", "Imbagħad meta jiena għedt li d-development brief irid ikopri l-area kollha li trid tiġi żviluppata, qaluli li din il-gvern irid jaraha.", "Jiena ngħid li l-bord qiegħed hemm biex jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu u jieħu deċiżjoni, mhux biex ifuħ jew jinten ma' min irid!", "U dik ir- responsabbilta` jrid jerfagħha għaliex 'il quddiem irid jirrispondi għaliha.", "Ma jistax ikun li lil wieħed tgħidlu li d-development brief irid ikopri kollox u meta jiġi quddiemek ħaddieħor, għaliex ikollok pressjoni jew għal xi raġuni oħra, taċċetta dak li mhux suppost taċċetta!", "(Interruzzjonijiet) Semmili kienx hemm development brief wieħed li ġie aċċettat mill-ewwel, anke jekk ma kienx veru development brief?", "Għaliex meta kien hemm gvern Laburista, anke f'affarijiet żgħar kienu jsiru l- ostakli u konna ndaħħlukom fid-diskussjoni ħalli tkunu tafu x'inhu għaddej mill-ewwel.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija.", "Każ ieħor fejn jidher ċar li kien hemm pressjoni huwa l-każ tal-golf course.", "Meta dan ġie għad-diskussjoni s'intendi kulħadd beda jgħid tiegħu u kellna niddeċiedu fuq ħafna affarijiet.", "L-ewwelnett ridna naraw il- policy u ridna naraw li dak li kien hemm fil-policy kien veru.", "Tajjeb insemmi forsi waħda mill-ewwel kutrumbajsi li smajt, fejn xi ħadd li qiegħed f'għaqda li tipproteġi l-għasafar filli kien favur li l-golf course ma ssirx, filli f'daqqa waħda beda jaqbel li ssir għaliex intqal li mhux se jitħalla jsir sparar u allura m'huma se jmutu l-ebda għasafar.", "Dan huwa l- argument li ġab.", "Dawn huma affarijiet tad-daħk, imma mhux hekk biss għaliex dan beda jgħid ukoll li wara kollox iż-żewġ partiti jaqblu li l- golf course għandha ssir hemmhekk.", "Meta qal dan jiena għedtlu: Skużi, jiena l-kelliem ewlieni dwar l-ambjent u jiena ma stqarrejt xejn!", "Veru li aħna kellna l-policy li ssir golf course f'Malta u oħra f'Għawdex, imma żgur li fuq dan il-każ li kellna quddiemna la stqarrejna li aħna favur u lanqas li aħna kontra.", "Ġara li fil-minuti nzertaw ħadu żball, imma dan naċċettah għaliex minflok qalu ....", "(Interruzzjonijiet) Dan iddikjara li ż-żewġ partiti kienu qalu li jaqblu dwar din il-golf course.", "(Interruzzjonijiet) Xi ħadd mill-partit tagħkom għamel dikjarazzjoni bħal din?", "Jiena x'ġara fil-minuti qed ngħid imma dan kien żball li rranġajnih.", "Ġara pero' li l-policy ħarġet minn taħt u mhux uffiċjalment, imma lili ma tantx jaħarbuli affarijiet u allura ridt nara għalfejn din għaddiet minn taħt.", "Waħda mill-affarijiet li tgħid il-policy dwar meta ssir golf course hija:", "\"If it can be accommodated without any adverse impact on the environment or loss of good quality agricultural land ....\"", "Għalhekk jiena staqsejt: \"Ladarba din il-policy qed tgħid hekk, din hija art ta' kwalita` tajba jew le?\"", "Kien hemm min fil-bord qal li din l-art hija derelict u qal ukoll li anke espert li qed jiddefendi lil min applika qal hekk.", "Għalhekk dort fuqu u għedtlu: \"X'inhu?", "L-espert qal li din l- art m'hijiex tajba għall-agrikoltura?", "Jekk qal hekk allura jerfa' r- responsabbilta` ta' dan.\"", "Imbagħad qam jiġri l-espert u qal \"Jiena mhux hekk għedt, anzi jiena għedt kemm din l-art hi tajba!\"", "Dawn affarijiet li ma jitwemnux!", "Imma mhux hekk biss għax il-policy tkompli tgħid:", "\"Potentially suitable locations are those where positive environmental benefits can be achieved by utilising derelict land.\"", "Meta rajt hekk rajt li għandi bżonn parir legali u pariri oħra biex inkun naf din il-policy x'tgħid eżatt ħalli nkun nista' nieħu deċiżjoni b'kuxjenza.", "Imma anke hawnhekk ma tawnix il-faċilita` li nikkonsulta ma' avukat u allura għedtilhom li qiegħed f'sitwazzjoni li ma nistax niddeċiedi għaliex ridt pariri min xi ħadd li jifhem.", "(Interruzzjonijiet) Dak mhux avukat biss imma avukat tal-fqar!", "(Interruzzjonijiet) X'ġara?", "Għedt ukoll li m'iniex f'pożizzjoni li nivvota u li se nirriżerva d-dritt li ma nivvotax u qajmu plejtu sħiħ għaliex qalu li l-vot irid jittieħed bilfors.", "Jiena erġajt għamiltha ċara li m'iniex se nivvota u fil-fatt meta ttieħed il-vot biex isir environment impact assessment la għedt \"iva\" u lanqas \"le\".", "Issa ma ninsewx li l-awtorita` ta' l-ippjanar suppost li bilfors tivvota \"iva\" jew \"le\" u allura ma nafx jekk hawnhekk kienx hemm irregolarita`.", "Wara nsib li fil-minuti u fil-gazzetta deher li jiena astjenejt meta ma kont astjenejt xejn pero' mbagħad il-minuti ġew irranġati u suppost li kellha toħroġ anke stqarrija f'dan is-sens (Interruzzjonijiet) Le, jiena ma tfajtux il-vot.", "Kieku riedu setgħu qaluli jew nivvota bilfors jew inkella l-bord jitfagħni 'l barra imma ma kien hemm l-ebda deċiżjoni bħal din u għalhekk irriżervajt id-dritt li 'l quddiem l-affarijiet narahom b'mod legali.", "Meta mbagħad qam l-argument jekk wieħed għandux jorbot il-hotel mal-golf course hemmhekk qalu li l- hotel huwa għalih u l-golf course hija għaliha wkoll.", "Nirriferi issa għall-każ ta' Tigne' fejn meta ntqal li t-triq kien hemm permess għaliha u l-proġett kien hemm permess għalih, kien hemm min qal: \"Mela jista' jkun li tagħmel proġett mingħajr ma tagħmel it-triq!\"", "Mela fil-każ tal-golf course ż-żewġ proġetti jistgħu jkunu separati u f'dan il- każ - forsi għaliex hemm pressure min-naħa tal-gvern - iż-żewġ proġetti ma jistgħux ikunu separati.", "Mela għalfejn applikaw separatament u aħna ddeċidejna li naraw l-applikazzjonijiet ukoll separatament?", "Dawn huma t- tip ta' manuvri li jiġru fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Sur President, biex inkompli nuri lill-ministru li jiena mhux biss nikkritika imma nagħmel suġġerimenti, nissuġerixxi li ssir policy li jekk ikun hemm xi bini tal-gvern li qiegħed fl-outside development zone u li m'għandux xi importanza storika, dan jiġi mwaqqa' għaliex nafu li l-art f'pajjiżna dejjem tonqos.", "Fl-istess waqt naħseb li għandna nikkonsidraw ukoll li nibdew nibnu 'l fuq għaliex ma jistax ikun li nibqgħu nitkellmu biss.", "Nemmen ukoll li għandha tidħol l-idea li parti mid-DPF, jiġifieri l- ħlas li jsir lill-planning authority, għandha tmur biex isir ameljorament fl-ambjent ta' madwarna bi tpattija għall-impatt li jħalli l-bini fuqu.", "Nissuġġerixxi wkoll li jinħoloq bord ta' l-estetika ħalli jassigura li kull xogħol tad-disinn mal-faċċati tal-bini jkun ta' livell aċċettabbli u mhux dan ix-xogħol jibqa' isir minn case officer.", "Irid jiġi żgurat ukoll li l- istreetscapes tal-villaġġi tagħna jiġu preservati u ameljorati.", "Issemma wkoll il-parking speċjalment fejn ikun hemm garaxxijiet li jsiru ħwienet.", "Kulħadd jaf li nġabru flus għall-parking facilities u nixtieq inkun naf xi pjanijiet hemm biex dawn il-flus jintnefqu għaliex jekk m'iniex sejjer żball dawn iridu jintnefqu sas-sena 2004.", "Nerġa' nenfasizza li hemm bżonn li l-enforcement notices li joħorġu jsiru bis-serjeta` għaliex ħafna minnhom isiru għaliex ikun hemm rapporti miċ-ċittadini u mhux minn min hu responsabbli.", "Hemm bżonn ukoll li ssir reviżjoni tal-policies, speċjalment fejn jidħlu l-ħwienet u jeħtieġ li wieħed joqgħod attent li fejn jidħlu l-outside development zones ma jkunx hemm spekulazzjonijiet.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fil-bidu tad-diskors ta' l-Onor.", "Mizzi, wara li l-Onor.", "Michael Bonnici kien għamel intervent b'kritika lejn l- awtorita` ta' l-ippjanar, li jista' jkun kienet mild u jista' jkun kienet qawwija - naturalment kulħadd jista' jagħmel il-ġudizzju tiegħu - l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra qal: \"Ara x'kontradizzjoni!", "Il-ministru ma jaqbilx mad-deputati tan-naħa tal-gvern!\".", "Issa aħna m'għedna xejn li juri li ma naqblux ma' xulxin.", "Jiena għedt li lħaqna l-miri finanzjarji, ilħaqna l- miri tal-liġijiet u lħaqna l-miri tal-policies, imma bl-ebda mod m'għedt li jien kuntent bir-rata ta' kemm qed jinqatgħu każijiet fid-DCC.", "Anzi m'iniex kuntent u għalhekk is-segretarju parlamentari qal li din is-sena se jsir investiment speċjali u deployment aħjar tan-nies.", "Hawnhekk nistaqsi: Jekk din kienet kontradizzjoni mela x'kienet l- istqarrija li għamel sena u tliet xhur wara li telgħu fil-gvern l-Onor.", "Anton Refalo - l-Onor. membru dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta' segretarju parlamentari - fit-3 ta' Diċembru 1997 fid-dibattitu dwar l- estimi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar?", "Kien qal hekk:", "\"Ngħid għalija tlift kull fiduċja fil-planning authority u naf żgur li tagħmel x'tagħmel ma' dawn in-nies ma tasal qatt!\"", "Din kien qed jgħidha quddiem il-ministru li kien responsabbli mill-planning authority u allura min-naħa kellna ministru li qed jiddefendi l-pożizzjoni tal-gvern fil-konfront tal-planning authority u min-naħa l-oħra kellna segretarju parlamentari li kompla jgħid:", "\"Il-bqija jien ma nara xejn tajjeb fil-planning authority!\"", "Jekk kienet kontradizzjoni li l-Onor.", "Michael Bonnici kkritika punt partikolari, x'kienet din dak iż-żmien, sena u nofs wara li tela' l-Partit Laburista fil-gvern u wara li kienu saru l-emendi ta' l-1997, li qalulna li se jsolvu l-problemi tal-planning authority?", "Fil-fatt kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, m'hemm l-ebda kontradizzjoni bejn dak li qal l-Onor.", "Bonnici u dak li għedt jiena, apparti li l-Onor.", "Bonnici għandu dritt ma jaqbilx miegħi fuq ċerti affarijiet u allaħares ma jkunx hemm ukoll min jikkritika minn din in-naħa.", "Nikkritikaha jiena l-ministru u jikkritikaha s-segretarju parlamentari, li fl-aħħar mill-aħħar għandna r- responsabbilta` politika għal ċerti affarijiet ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar, ma jikkritikahiex backbencher?", "Infakkar lill-Onor.", "Mizzi li, kif dejjem għedt, fl-aħħar mill-aħħar il-ministru m'huwiex responsabbli għad- day-to-day running ta' kif jinqatgħu l-permessi ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar u allaħares huwa hekk.", "Anzi l-iskop tal-liġi dwar l-awtorita` ta' l-ippjanar huwa proprju biex dak il-poter li kellhom il-politiċi - u kulħadd jaf bl-abbużi li kienu jsiru fil-passat, it-taħwid ta' bini li sar fejn mhux suppost u t-taħwid ta' blokok sħaħ ta' bini fil-kampanja - minħabba li ma kienx hemm awtorita` indipendenti jispiċċa u ma jibqgħux jagħmlu l-iżbalji li kienu jagħmlu.", "Sur President, meta waqqafna l-awtorita` ta' l-ippjanar għedna li rridu li jkollna awtorita` li l-ewwelnett ma tittrattax biss permessi għaliex m'huwiex dan biss l-iskop ta' din l-awtorita` u din ilni ngħidha fil- parlament pero' donnu għal xejn.", "Anzi l-vantaġġ kbir ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar hu li ma baqgħetx bħall-PAPB tiddiskuti biss permessi u schemes imma l-ġurisdizzjoni tagħha twessgħet sal-punt li tippjana l-local plans, tagħmel studji u tgħin lill-gvern u anke lill-iżviluppaturi f'ċertu aspett ta' kif isir l-ippjanar.", "Għalhekk ma bqajniex nippjanaw skond il-ħtieġa imma bdejna nippjanaw għall-futur.", "Huwa veru li ma tistax tippjana kollox u allaħares nirriġimentaw kollox imma trid tagħmel pjan fejn tgħid x'se tkun il-politika tiegħek dwar l-iżvilupp għal ċertu numru ta' snin u mbagħad kulħadd jimxi ma' dik il-politika.", "Jistgħu jinqalgħu l- eċċezzjonijiet, problemi u ħteġijiet imma għallinqas għandna ċerta direzzjoni.", "Nixtieq ngħid issa xi ħaġa rigward l-enforzar li dwarha ssir ħafna kritika, kritika li kultant ma nafx kemm tkun ġenwina u kultant ma nafx kemm tkun ipokrita għaliex kull darba li tipprova tenforza jqumu l-irwiefen kollha, mandati ta' inibizzjoni eċċ. Mela l-ewwel nikkritikaw lill- awtorita` ta' l-ippjanar li ma tagħmilx l-enforzar u mbagħad kull darba li jkun se jsir l-enforzar jinqalgħu l-irwiefen kollha!", "Infakkar lill-Kamra pero' li qabel ma twaqqfet din l-awtorita` qatt ma kien jaqa' bini privat imma kien jaqa' biss bini li jkun tiela' illegalment fuq art tal-gvern.", "Issa l-lista ta' irregolaritajiet li saru matul is-snin tant hija twila li ħadd m'għandu jippretendi li l-awtorita` ta' l-ippjanar taqbad u twaqqa' l- bini illegali kollu għaliex tkun ipokresija li wieħed jistenna dan.", "Issa tajjeb ngħid li meta sirt ministru jien l-enforcement ta' direct action kien kważi xejn għaliex kien hemm nuqqas ta' qbil mad-dipartiment tal- public works u ma kenux jagħmlu azzjonijiet diretti.", "Min-naħa l-oħra l- uniku ħaġa tajba li l-Onor.", "Mizzi qal li saret din is-sena - ovvjamanet hemm ħafna iktar imma din hija l-unika ħaġa li laqtet l-immaġinazzjoni ta' l-Onor.", "Membru - hija li saret aktar direct action.", "Huwa veru li qiegħda ssir aktar direct action u ngħid ukoll li qiegħda ssir b'mod iktar organizzat, għaliex darba fil-ġimgħa jkun hemm laqgħa biex wieħed jara fejn se ssir din l-azzjoni diretta u darba fil-ġimgħa wkoll isir kontrol tal-bini llegali.", "Allura anke fuq dan se jikkritikaw issa?", "Sur President, l-awtorita` ġiet kritikata li saru 183 enforcement notices inqas mis-sena li għaddiet.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq ċifra ta' 'l fuq minn 1,500 notice li konvenjentement nesa l-Onor.", "Membru huwa li l- ammont ta' nies li aċċettaw li jwaqqgħu huma stess il-bini illegali żdied b'400% - jiġifieri kien hemm erba darbiet iktar persuni li ddeċidew li jwaqqgħu huma stess il-bini illegali flok twaqqagħulhom l-awtorita` - pero' din, minkejja li jaqra l-minuti, minkejja li dejjem ikun preżenti fl- awtorita` u jitlob l-inkjesti u minkejja li qiegħda fir-rapport, konvenjentement sfuġġietlu!", "Qabel ma ngħaddi għal ċerti affarijiet ta' prinċipju b'mod iktar ġenerali xtaqt, mal-ħaġra t-tajn, inwieġeb għal ċerti affarijiet dwar applikazzjonijiet individwali li semma l-Onor.", "Mizzi.", "Hawnhekk kellna kullana ta' kontradizzjonijiet, Sur President.", "F'mument minnhom l-Onor.", "Membru attakka lill-gvern li qiegħed jindaħal wisq fl-awtorita` ta' l-ippjanar, li qal li kważi saret it-timbru tal- gvern, u f'mument ieħor semma eżempji fejn l-awtorita` qiegħda żżomm proġetti jew inkella hija stess qiegħda tikkontrolla dak li jiġi sottomess lilha mill-applikanti individwali, b'mod partikolari l-proġett tal- Kottonera li skantajt kif semmih.", "Mela fl-istess nifs li jgħidilna li l- awtorita` ta' l-ippjanar bażikament tagħmel dak li jrid il-gvern - imma dan tant m'huwiex veru li jiena stess ma naqbilx ma' ċerti deċiżjonijiet li jieħdu fl-awtorita` ta' l-ippjanar u fil-fatt fuq ċerti proġetti jkun hemm pressjoni min-naħa ta' ministri sħabi kif dawn għadhom ma ġewx approvati - jikkritikaha għaliex qiegħda tagħmel diskussjonijiet preliminari li bihom wieħed jikkontrolla dak li qed isir fil-proġett tal-Kottonera.", "Dan barra li issa qed jgħidulna li dan il-proġett qed jiġi sottomess minn spekulaturi meta qabel dawn kienu jgħidulhom żviluppaturi.", "Fil-fatt dawn huma l-istess nies ta' żmienhom, li lilhom kien ġie awarded il-kuntratt għall-iżvilupp tal-proġett tal-Kottonera, għaliex l-ewwel għażlu wieħed u mbagħad għażlu ieħor pero' meta għamlu reviżjoni tal-proġett sħiħ għażluhom it-tnejn u kabbru l-proġett.", "U fejh huwa l-indħil tal-gvern fil-kontest ta' dawn l-applikazzjonijiet individwali?", "Qalilna li l-ministeru ndaħal biex inaqqas id-deficit.", "Allaħares il-ministeru ma jindaħalx f'ħaġa daqshekk importanti bħall-estimi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar!", "Mela l- estimi mhux jiena qed nipproponihom hawnhekk, mhux aħna se nivvotaw fuqhom?", "Jekk irid jista' jqum xi ħadd u jemenda xi ħaġa minn dawn l-estimi jew ma jgħaddihomx għaliex ma jogħġbuhx.", "Allura l-ministeru m'għandux dritt jikkontrolla d-deficit ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar meta fl-aħħar mill- aħħar il-¥1.75 miljun subvention li tajnihom is-sena li għaddiet joħroġha l- gvern stess u din id-darba qed ngħidu li in vista tal-political agreement dik is-subvention se tiżdied?", "Allura m'għandux dritt il-ministru jew is- segretarju parlamentari jgħidilhom li jekk iżid is-subvention iridu jikkontrollaw aktar in-nefqa u fl-aħħar mill-aħħar l-estimi jiġu approvati mill-awtorità ta' l-ippjanar?", "Aħna għedna minn fejn għandhom jonqsu ċerti punti ta' nefqa u nimmaġina li l-istess ħaġa kien jagħmel il-ministru ta' qabli, pero' fl-aħħar mill-aħħar l-approvazzjoni tiġi mill-awtorità ta' l- ippjanar u minn dan il-parlament.", "Inkella kif nista' niddefendi estimi li ma nkunx approvajthom jien?", "(Interruzzjonijiet) Kif jista' jkun?", "B'dan il-mod inkun qed nipproni dak li jrid ħaddieħor!", "(Interruzzjonijiet) Allura jekk se nressqu jien m'għandix dritt nissuġġerilhom biex inaqqsu l- infiq?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Ministru, indirizza lis- Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fl-aħħar mill-aħħar l-estimi jkunu ġew approvati mill- awtorità xorta waħda.", "Jien mhu qed ngħid xejn ġdid.", "Fil-fatt il-ministru responsabbli mill-awtorità ta' l-ippjanar fl-aħħar dibattitu dwar l-estimi ta' l-istess awtorità kien qal:", "\"Fuq ċerti proġetti hemm bżonn li jsir qbil.", "Qegħdin nagħmlu xi ħaġa ħażina li nimbuttaw lill-awtorità ta' l-ippanar, inħaffulha l-proċessi u nagħmlu diskussjonijiet magħha biex flimkien naslu għal ċerti proġetti?", "Jista' jkun li lill-awtorita' ta' l-ippjanar qegħdin nimbuttawha u forsi anke nippressawha xi ftit iżżejjed, imma jien ngħid li sakemm ma jindaħlux il-politiċi fuq permessi partikolari .....\"", "Fil-fatt l-iskop kollu kien li dik il-pressjoni u dak il-poter jispiċċaw.", "Allura mbagħad il-ministru għalxiex ikun responsabbli?", "(Interruzzjonijiet) Mela l-ewwel niġi kkritikat fuq l-affarijiet li jien inkun responsabbli għalihom imbagħad igħiduli biex ma nindaħalx!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbokom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ix-xogħol tal-ministru huwa li ma jindaħalx fil- permessi individwali li jkunu għaddejjin ħlief f'każ ta' xi abbuż.", "Fil- fatt fejn fejn ikun hemm lok għal abbuż l-inkjesti ma jsirux biss mill- periti imma wkoll minn nies oħrajn.", "Intqal ukoll li qed nindaħlu fil-proġett tal-golf-course.", "Issa ma jafx l- Onor. Mizzi li fi żmien il-gvern Laburista kien twaqqaf kumitat li fih l- awtorità ta' l-ippjanar kienet f'minoranza, biex jiddeċiedi fejn isiru s- sites tal-golf-courses?", "Fl-aħħar mill-aħħar il-planning authority tiddeċiedi imma dan kellu jagħti l-imbeccata dwar liema huma s-siti tal- golf-courses li kellhom isiru f'Ta' Ċenċ f'Għawdex u fil-Verdala.", "Issa din il-kwestjoni qiegħda quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar u ħadd iżjed m'hu se jiddeċiedi.", "Issa se nsemmi l-kwestjoni tal-pitrolju.", "Kemm ilna nisimgħu biha din!", "(Interruzzjonijiet) L-oġġezzjoni tad-dipartiment tas-sanità kienet ġiet irtirata mhux mal-bidla fil-gvern imma qabel.", "Dan ifisser li din il- persuna li tagħha kien perit l-Onor.", "George Pullicino, llum segretarju parlamentari, tant ġiet aġevolata li llum, sena u tliet xhur wara, l- permess fuq jekk jiġix stored fuel jew le għadu ma ġiex approvat!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross-debate.", "Ikompli l-Ministru .", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta kien se jsir il-proġett ta' Buġibba, il-pjanti tad-dħul min-naħa tal-Qawra - jien mhux qed nirriferi għall-proġett kollu - tawhomlhom dak il-ħin stess!", "X'differenza!", "Dwar dawn il-pjanti għandu jkun issospendew il-liġjiet kollha u d-direttorat ma eżistiex!", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad tiġi tikkritika applikazzjoni ta' ħażna ta' petrol li sal-lum stess għadha ma ġietx approvata!", "Fil-fatt meta f'waħda mil-laqgħat reġjonali ġew xi wħud biex joġġezzjonaw lil waħda mara li kien hemm hemmhekk għedtilha li dan il-permess se jiġi kkonsidrat bħall- każi l-oħrajn kollha.", "(Interruzzjonijiet) Ara x'jiġri meta wieħed jieħu l-passi li hemm bżonn!", "Sur President, kienu jgħidu wkoll li hemm case officers li jaħdmu privatament pero' f'sentejn ma tellgħu lil ħadd quddiem il-bord tad- dixxiplina.", "Issa għaliex ittella' case officer wieħed - jien m'iniex se nidħol fid-dettalji tal-każ, għaliex jista' jkun li dan kien bniedem innoċenti u jista' jkun ukoll li kien ħati u mhux sew li nagħmlu l-proċess tiegħu hawnhekk - qed igħidu li mhuwiex realistiku li ttella' bniedem wieħed quddiem il-bord tad-dixxiplina.", "(Interruzzjonijiet) Allura dan ifisser li dawn bdew jaħdmu privatament mill-5 ta' Settembru 1998?", "Allura l-gvern u l-awtorità qed jiġu kkritikati għax ħadu l-passi?", "Dawn iridu li nagħlqu għajnejna u nħallu lil kulħadd jagħmel li jrid biex ma ninbagħdu ma' ħadd?", "(Interruzzjonijiet) Hekk tridu li tkun l-awtorità ta' l-ippjanar?", "(Interruzzjonijiet) Fejn kien hemm provi fil-konfront ta' persuna waħda l-awtorità mxiet u nispera li tagħmel hekk fil-konfront ta' nies oħrajn fejn ikun hemm provi oħra.", "Imma mhux tgħidli li bil-kalkoli tiegħek mhux suppost jittella' bniedem wieħed quddiem il-bord tad- dixxiplina!", "(Interruzzjonijiet)", "Onor. Mizzi, issa fuq il-proġett ta' Manoel Island se naqbduha?", "Jekk hawn proġett li ilu jtektek fuq it-taġen għal ħafna snin huwa proprju dan il-proġett!", "Fil-fatt dan beda jiġi diskuss fi żmien l-aħħar gvern ta' Ġorġ Borg Olivier, kompla fi żmien il-gvernijiet ta' Dom Mintoff, ma nafx kemm dam jiġi diskuss taħt l-amministrazzjoni ta' Dr. Fenech Adami - biss biss bejn l-1992 u l-1995 jien kont membru ta' l-awtorità ta' l-ippjanar u issa ili ħames snin li spiċċajt minn hemm - u llum għadu qed jiġi diskuss!", "Jien nispera li dan il-proġett jiġi approvat - naf li qed jiġi diskuss fil- kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika u anke fil- Kamra - għaliex, kif diġà għidt, jekk hawn proġett li ġie grilled u l- kontrolli kollha neċessarji ġew assigurati huwa proprju l-proġett ta' Manoel Island.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li minkejja li lill-awtorità ta' l-ippjanar kont nikkritikaha fuq l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet, illum irrid inneħħilha l-kappell għax għall-ewwel darba nġibdet bond ta' Lm50,000 fil-konfront ta' żviluppatur normali.", "Aħna nisimgħu ħafna li l- awtorità hija b'saħħitha ma' min hu dgħajjef pero' fl-aħħar mill-aħħar meta kien hemm proġett kbir li kien se jagħmel ħsara lill-ambjent qabżet għan- nies li kienu se jiġu affettwati u meta kien hemm id-dardir ta' l-ilma qabżet biex tipproteġi l-ambjent.", "Ma nistax ngħid x'fihom l-emendi kollha tal-liġi li se nipproponu għaliex naturalment din għadha ma ġietx pubblikata, pero' aħna diġà committed li rigward deemed approval il-proċedura trid tinbidel.", "Ma jistax ikun li dan il-parlament jgħaddi liġi li tgħid li jekk wara 11-il ġimgħa l-permessi jkunu fl-ischeme u jkunu skond l-approved policy jiġu meqjusin bħala approvati meta fil-fatt ma jkun approvahom ħadd.", "Kif kienet proposta, din l-emenda kienet perikoluża għax billi jkun hemm id-deemed approval u ma jkun hemm l-ebda awtorità li toħroġ il-permess tkun għadek fl-istess ilma li kont qabel.", "Fil-fatt lill-gvern Laburista konna ftaħnielu għajnejh li ma kienx hemm il-proċedura biex joħorġu l-permessi, pero' bis-saħħa ta' l- emendi li konna għamilna din l-emenda ma baqgħetx perikoluża.", "Għalhekk aħna kommessi li nbiddlu l-liġi sabiex wara li jgħaddi l-perijodu ta' 12-il ġimgħa jkun hemm awtorità fi ħdan l-awtorità ta' l-ippjanar stess li tara li jekk ikunu għaddew 12-il ġimgħa, il-proġett ikun qiegħed fl-ischeme u kollox ikun skond l-approved policy u allura l-permess joħroġ mingħajr ma jitqajmu konsiderazzjonijiet oħra biex ir-rieda tal-parlament tiġi mwettqa.", "Mr Speaker, is-sena li għaddiet ikkritikawna ħafna - jidhirli kien l- Onor. Mizzi - li l-pjani lokali qed idumu u li f'seba' snin saru tnejn biss.", "Issa għaliex ħabbart li sa l-ewwel tliet xhur tas-sena se joħorġu tnejn oħra, jiġifieri daqskemm ħarġu fis-sitt snin ta' qabel, qalulna li qed ngħaġġlu!", "Mela meta ndumu jikkritikawna għax indumu u meta ngħaġġlu jikkritikawna għaliex qegħdin ngħaġġlu!", "Issa l-Onor.", "Mizzi ma jistax igħidli li din hija xi applikazzjoni individwali u allura qed inħaffuha biex nagħtu xi privileġġ lil xi ħadd għax hawn qed nitkellmu fuq pjan lokali, jiġifieri qed naġevolaw reġjun sħiħ.", "Il-pjani lokali huma importanti mhux biss għall-ischemes, kif jarawhom ħafna nies, imma huma importanti wkoll għall-ippjanar f'dak ir-reġjun partikolari.", "Ma jfissirx li għaliex ikun ħareġ il-pjan dan mill-ewwel se jiġi approvat.", "Hemm ċertu proċess ta' konsultazzjoni li fl-aħħar mill-aħħar irid japprovah ukoll il- ministru.", "Allura issa jekk is-sena d-dieħla ngħaġġlu wkoll fil-qtugħ tal- permessi mid-DCC, se jikkritikawna li mhux qed isir ix-xogħol sew?", "Per eżempju, f'Awissu ta' l-1998 jiġifieri fix-xahar ta' l-elezzjoni kienu qatgħu elf applikazzjoni mid-DCC, pero' jien m'iniex se noqgħod ngħid li dan sar għaliex kien ix-xahar ta' l-elezzjoni, għalkemm dan qatt ma kien sar qabel.", "Issa jien għandi xi provi li dawn l-1,000 applikazzjoni qatgħuhom minħabba l-elezzjoni?", "Allura jekk il-pjani lokali, li qabel kienu se jitlestew kollha sa 2003, issa se jitlestaw sa 2001 se jikkritikawna li qed ngħaġġlu u li se nagħmlu x-xogħol ħażin?", "Fil-kritika li għamel l-Onor.", "Mizzi hemm ħafna kontradizzjonijiet u jien nappellalu biex ma jħossx dan is-sens ta' persekuzzjoni għaliex qiegħed membru ta' l- awtorità ta' l-ippjanar.", "L-Onor.", "Membru jħobb igħid kliem bħal \"dik ma tawhilux\", \"dik ħbewhielu\" jew \"il-policy tal-golf-course tawhielu bil-moħbi\" eċċ. Il-policy tal- golf-course hija ppubblikata fil-fact book li kien sar fuq l-inizjattiva tal-Ministru George Vella jiġifieri din jista' jarah kulħadd.", "Dan ifisser li mhux veru li din il-policy tal-golf-course ngħatat bil-moħbi.", "L-Onor.", "Mizzi stess qal li fuq inizjattiva tiegħu l-bord aċċetta li jagħmel inkjesta interna fuq applikazzjoni partikolari u sewwa għamel jekk deherlu hekk.", "Fil-fatt meta għamilna l-liġi għidna li għandu jkun hemm deputat fil- bord ta' l-awtorità ta' l-ippjanar biex jekk xi ħadd jidhirlu li applikazzjoni individwali ma missitx ġiet approvata, jqajjem il-punt fil- bord.", "Tant hu hekk li l-bord aċċetta li ssir investigazzjoni dwar dik l- applikazzjoni partikolari f'Għawdex.", "Li hemm bżonn li jsir issa huwa li nerġgħu nagħtu s-saħħa lill-awtorità li fejn ikun hemm każi ta' frodi, każi ta' żbalji jew inkonsistenzi, tkun tista' tirtira l-permess u mhux kif għamlu tan-naħa l-oħra meta neħħew artiklu 40 tal-liġi ta' l-awtorità ta' l- ippjanar li permezz tiegħu, ladarba joħroġ permess - dan jista' jkun tajjeb pero' jista' jkun ukoll ħażin u mhux skond il-proċedura - jibqa' hekk.", "Per eżempju, fil-każ tal-Garden of Eden li għamlu inkjesta dwaru, minkejja li l-maġistrat ikkonkluda li l-ħruġ ta' dak il-permess kien ħażin proċeduralment, ħażin fis-sustanza u kiser il-liġi l-awtorità ta' l- ippjanar xorta ma tista' tagħmel xejn għaliex artiklu 40 li kien jagħtiha s- setgħa biex tirrevoka permess jew tbiddillu l-kondizzjonijiet f'każ ta' frodi, f'każ ta' inkonsistenza jew f'każ li tkun saret xi ħaġa ħażina, tneħħa.", "L-uniku obbligu li kien hemm kien li meta l-awtorità ta' l- ippjanar stess tirtiraha, mhux minħabba frodi, kellha tħallas ċertu ammont ta' kumpens għaliex wara kollox hi stess ħarġet il-permess u missha qagħdet attenta li ma tiżbaljax.", "Per eżempju, fil-każ ta' proġett li kienet saret inkjesta dwaru minn tan-naħa l-oħra stess mill-Maġistrat Silvio Meli ġie konkluż li kollox sar kontra l-liġi, kontra l-proċedura, kontra s- sustanza pero' l-awtorità ma tista' tagħmel xejn u dan mhux sew.", "Għalhekk dan il-poter li l-awtorità tkun tista' tirtira ċerti permessi li tneħħew hemm bżonn li jerġa' jidħol għaliex minkejja li quddiem l-abbuż nistgħu nieħdu passi dixxiplinarji kontra l-impjegati individwali, l- permess xorta waħda jkun ħareġ.", "Dan huwa ħażin għax jekk ikun sar żball mill-awtorità jew aktar gravi jkun hemm każ ta' frodi, il-permess għandu jiġi rtirat.", "Jien naħseb li bejn wieħed u ieħor din kienet diskussjoni interessanti dwar l-awtorità ta' l-ippjanar, pero' dan huwa suġġett li dwaru ma tista' tirbaħ qatt għaliex ikun hemm dawk li jagħmlu l-ilmenti tagħhom għax ikunu jridu li joħroġ permess għal żvilupp u jkun hemm dawk li ma jkunux iridu li dan il-permess joħroġ.", "Dan bħall-qorti għax dak li jirbaħ igħid kemm hi tajba l-qorti u dak li jitlef jgħid li l-qorti mhix qed tiffunzjona kif suppost.", "Għalhekk huwa importanti li minbarra li għandna nħaffu l-proċess, għandna naraw ukoll li meta wieħed iħoss li għandu jappella, dan għandu jingħata smiegħ xieraq kemm mid-DDC kif ukoll mill-bord ta' l-appell.", "Allura naħseb li wasal iż-żmien li meta xi ħadd jappella wara ċertu żmien, il-ħruġ tal-permess għandu jkun sospiż, għax x'jiswa li tirbaħ l-appell wara li jkun ħareġ il-permess u jkunu nbnew żewġ sulari?", "Jien ngħid li rridu nżidu t-trasparenza u s-sens ta' fiduċja fin-nies biex meta jinħareġ permess dak li jkun xorta jħoss xorta li kellu smiegħ xieraq mill-awtorità ta' l-ippjanar li f'ħafna affarijiet tagħmilha wkoll ta' ġudikant.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-estimi tad- dħul u nfiq ta' l-awtorità ta' l-ippjanar għas-sena 1999/2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża f'12.02 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1999 sat-30 ta' Settembru, 2000 skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 206", "FAVUR : 31", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA : 28", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar ġew approvati.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Diċembru 1999 fil-10.45 a.m. b'din l-aġenda:", "Seduta kommemorattiva tal-Parlament fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju ta' Malta Repubblika.", "Mr Speaker, intlaħaq ftehim li din is-seduta għandha ddum nofs siegħa li fiha jsir diskors ta' kwarta mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u diskors mill- Prim Ministru wkoll ta' kwarta, ma jsirux mistoqsijiet u ma jkunx hemm aġġornament.", "Bi qbil din is-seduta se trasmessa fuq it-television mill- PBS.", "Għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Membri, il-minuti tas-seduta tal-lum u l- minuti tas-seduta ta' nhar it-Tnejn jiġu kkonfermati fis-seduta ta' nhar it- Tlieta, 14 ta' Diċembru li ssir fid-9.00 a.m. meta quddiem il-Kumitat ta' Provvista jkollna għall-konsiderazzjoni l-voti tal-minsteru għat-turiżmu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Victor Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, xtaqt nitkellem dwar it-trasport in ġenerali tal-pajjiż.", "Jidher b'mod mill-iktar ċar li iktar ma jgħaddi żmien il-poplu qed jirrealizza li bin-numru daqshekk kbir ta' vetturi fit- toroq qiegħda tiġri ħafna ħsara kemm lill-bniedem kif ukoll lill-ambjent.", "Allura naħseb xieraq li l-awtoritajiet jaraw kif jistgħu jnaqqsu l-ammont esaġerat ta' vetturi fit-toroq billi jipprovdu mezzi oħra ta' trasport, fosthom tal-baħar.", "Żgur li dan it-tip ta' trasport ikun popolari fl-akwati ta' Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, l-Imsida u min-naħa l-oħra l- Kottonera, Raħal Ġdid, il-Marsa, jekk ikun hemm inċentiv tajjeb u pjanijiet tajbin.", "Nafu li matul il-ġimgħa jidħlu ġol-Belt kwantità kbira ħafna ta' karozzi u li kieku l-gvern jew inkella l-privat jieħdu l-inizjattiva biex jiġi provdut trasport bil-laneċ, żgur li dawk li llum qegħdin jużaw il-karozza biex jidħlu l-Belt jibdew jużaw il-mezz l-ieħor tat-trasport.", "Għaliex illum kulħadd jaf li biex tidħol il-Belt bejn is-7.30 u d-9.00 a.m. b'mod partikolari jew inkella wara nofsinhar meta tkun ħiereġ mill-Belt, il- queues enormi li jkun hemm ġo kull triq jindikaw b'mod mill-aktar ċar li din hija problema li iktar ma jgħaddi żmien iktar qiegħda tikber.", "Però għalxejn tipprovdi servizz tal-lanċa, per eżempju, minn Tas-Sliema għal Marsamxett jekk imbagħad ma tipprovdix trasport ieħor minn Marsamxett sal- qalba tal-Belt għax f'Marsamxett għandek telgħa kbira u naħseb 90% tal- poplu jaqta' qalbu minnha.", "Allura inkorporat ma' l-użu tal-lanċa għandu jkun hemm ukoll circuit bus - li tkun minibus jew inkella xi coach mhux kbira - li kull għaxar minuti jew kull kwarta ddur dawra mal-Belt u tieħu l- passiġġieri.", "Dan kollu naturalment ikun f'pakkett wieħed li jinkorpora kemm il-lanċa kif ukoll din ir-route bus.", "Min-naħa l-oħra aħna nafu li għal numru kbir ta' snin kien hemm il-lift li kien jintuża ħafna b'mod partikolari min-nies li jaħdmu jew inkella jmorru d-dwana, kif ukoll min- nies tal-Kottonera.", "Għaldaqstant sewwa li l-lift jerġa' jiġi nstallat ħalli dan it-trasport ta' fuq il-baħar ikun iktar vijabbli u b'hekk intaffu ħafna mill-kwantità ta' karozzi li qegħdin jidħlu ġewwa l-Belt.", "Fuq it- trasport hemm ħafna x'wieħed jista' jgħid, Mr Speaker.", "Żgur li l-kwantità kbira ta' karozzi li hawn fit-toroq qegħdin jagħmlu ħafna ħsara minħabba d-dħaħen li joħorġu minnhom, b'mod partikolari minn dawn it-trakkijiet enormi.", "Illum il-ġurnata Alla jbierek għandna trakkijiet li jgħabbulek 'il fuq minn 40 tunnellata meta t-toroq tal-pajjiż għadhom it-toroq tal-karrettuni, allura qegħdin jagħmlu ħafna u ħafna ħsara mhux biss lill-bniedem, lill-ambjent u lill-proprjetà imma wkoll lis- servizzi tad-drenaġġ u ta' l-ilma li għaddejjin ġewwa t-toroq.", "Nafu li kull ġurnata qed jintilfu l-miljuni ta' galluni ta' l-ilma u waħda mir- raġunijiet hija minħabba l-kwantità ta' traffiku li jgħaddi minn ġewwa t- toroq.", "Għaldaqstant jiena nemmen li llum il-ġurnata barra li wieħed irid jipprovdi iktar postijiet fejn jipparkjaw il-karozzi, iktar milli nkomplu nħallu karozzi jidħlu ġo kull triq, hemm bżonn li wieħed jaħseb b'mod serju u on a long-term biex din il-ħsara nibdew inaqqsuha għaliex tiġi dik il- ġurnata, għaxra, għoxrin jew tletin sena oħra meta n-nies kważi jibdew jaqgħu ġot-triq mejtin b'din il-pollution kollha li qiegħda ssir.", "Din qiegħda nofs ċajta imma hemm ħafna u ħafna verità fiha.", "Naqraw anke fil-gazzetti li hawn pollution qawwija minħabba l-emissions tal-karozzi u allura sewwa li wieħed jibda jaħseb iktar fl-użu tal-motor cycles li jaħlu inqas, jagħmlu inqas ħoss u jagħmlu inqas ħsara.", "Irid ikun hemm inċentiv ta' taxxa, dazju, VAT, jew xi inċentiv biex il-mutur ikun orħos milli huwa llum u naturalment ma' dan irid ikun hemm penali iktar iebsin għal min jitkessaħ fuq il-muturi.", "Bil-klima tal-pajjiż nafu li l-mutur jista' jintuża għal seba' jew tmien xhur fis-sena u għaldaqstant niffrankaw ħafna u ħafna minn din il-ħsara li qed insemmi.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li nhar it-Tnejn Malta tagħlaq 25 sena Repubblika u nawgura li f'dawn il-25 sena li ġejjin, il-pajjiż jaqbad rotta fejn kulħadd jagħti sehmu, kulħadd jiġbed ħabel wieħed għall-ġid tal-pajjiż u tal-poplu Malti.", "U biex jiġbed ħabel wieħed kulħadd irid jagħmel id- dover tiegħu, għax b'hekk il-pajjiż jimxi iktar 'il quddiem u jkollna inqas tbatija fuq but il-poplu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, l-aħħar li tkellimt fl-aġġornament kien ftit ġranet wara li għamlet il- maltempata tax-xita meta kont għamilt riferenza għall-fatt li bix-xita li kienet niżlet għal kważi ħamest ijiem wara xulxin, kienu żviluppaw diversi postijiet perikolużi fit-toroq u anke toroq li normalment huma ta' livell aċċettabbli kellhom numru ta' ħsarat.", "Kont għedt ukoll li d-dipartiment tat-toroq kien diġà ppreparat u ried jinvolvi lil kull min kellu interess li jagħmel it-tiswijiet neċessarji biex dawk il-ħsarat li kienu żviluppaw ma jdumux għal żmien twil.", "Għalkemm mhux qed nilludi ruħi li matul il-ġranet li għaddew kull triq f'pajjiżna ġiet imsewwija, għandi s-sodisfazzjon ngħid li kellna riżultati pożittivi fl-eżerċizzju li permezz tiegħu Malta kienet maqsuma f'diversi żoni differenti, fejn kuntratturi differenti ngħataw l-inkarigu li jagħmlu x-xogħol meħtieġ għall-emerġenza li żviluppat f'dawk il-ġranet.", "Naturalment għad fadal xogħol ieħor xi jsir speċjalment dak li huwa long- term.", "Iżda fil-ġranet li għaddew, fejn ħaddimna għaxar kuntratturi differenti taħt is-superviżjoni ta' personnel mid-dipartiment tat-toroq, wieħed jista' jgħid li sar dak ix-xogħol ta' emerġenza li kien hemm bżonn.", "Nista' ngħid ukoll li minbarra x-xogħol ta' emerġenza biex jimtlew il-ħofor kbar li bejn wieħed u ieħor kien jinvolvi area ta' madwar 3,000 metru kwadru maqsumin f'diversi lokalitajiet fil-pajjiż, spiża li toqrob il- Lm25,000 jew Lm26,000, kien qed isir eżerċizzju ieħor biex jiġu identifikati dawk it-toroq fejn kien hemm qlugħ iktar sostanzjali ħalli jiġi ppjanat ix-xogħol li huwa meħtieġ.", "Fil-fatt sal-lum ġew identifikati numru ta' toroq importanti f'dak li huwa aċċess għall-pubbliku li wara li għadda l-maltemp spiċċaw imkissrin.", "Bil-kordinazzjoni ma' diversi kunsilli lokali ġew identifikati wkoll parti mill-bypass tal-Ħamrun li twassal għal Qormi Road, il-Marsa, parti mit-Triq tas-Sejba ġewwa l-Imqabba, Triq minn Ħal Farruġ kantuniera ma' Triq is-Sejba, l-Imqabba, it-toroq Jockey, Serkin u Triq l-Istalel ġewwa l- Marsa kif ukoll il-Wied ta' Birkirkara u parti mit-Triq Old Bakery fil- Belt Valletta.", "L-aħħar waħda diġà saret ix-xogħol fuqha nhar il-Ħadd li għadda.", "Il-postijiet l-oħrajn li ġew identifikati qegħdin fl-istadju li nibdew ix-xogħol fuqhom b'mod li mhux biss tissewwa l-ħsara li saret għaliex f'dawn l-inħawi x-xogħol ta' emerġenza li kellu jsir fil-fatt sar, imma issa hemm bżonn ta' investiment ikbar minn ftit mijiet ta' liri biex jiġu msewwija l-ħsarat li kien hemm.", "Allura ġie deċiż li dawn it-toroq li semmejt jingħatalhom wiċċ ġdid.", "Fl-istess ħin li sar dan ix-xogħol li semmejt, ittieħdet l-okkażjoni biex ġew identifikati siti oħra li mhux bilfors konna qed naħsbu fuqhom għaliex minkejja dak kollu li jinkiteb u jingħad, għad fadal f'pajjiżna postijiet fejn mhux dejjem jegħrqu u jkunu ta' problema.", "Nirrepeti li l-pajjiż kien espost għal inżul ta' xita li huwa ferm aktar min-normal għax f'dawk il- ħamest ijiem niżlet xita daqs l-ammont average ta' xita li tagħmel matul sena sħiħa.", "Allura bilfors li jkun hemm riperkussjonijiet li wieħed ma jkunx ħaseb għalihom, però issa żgur li wieħed tgħallem minnhom.", "Wieħed irid jgħid ukoll li numru ta' postijiet li fihom is-soltu kien ikun hemm għargħar, minħabba x-xogħol li sar matul ix-xhur li għaddew, ma reġgħux kienu kawża ta' għargħar.", "Kif għedt qabel, ġew identifikati siti oħra li mhux bilfors konna qed naħsbu fuqhom.", "Wieħed minnhom li għamilt riferenza għalih il-ġimgħa li għaddiet, huwa l-ġibjun li hemm ftit 'il bogħod mill-fabbrika tal-BIM.", "Meta nbena 15 jew 20 sena ilu dak il-ġibjun kien intenzjonat biex fih jieħu ammont ta' ilma li jiġi minn dawk it-toroq biex imbagħad jinxtorob fis- sistema ta' taħt l-art.", "Mhux se noqgħod nidħol fid-dettall tagħha f'dan il- mument.", "Hemmhekk ġara li bix-xita ta' dawk il-ġranet il-ġibjun ma felaħx l- ammont ta' ilma li kien hemm u għal darba, darbtejn, tliet darbiet far u qabeż fit-triq.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li xi snin ilu kienu ħasbu għal post biex meta jfur dan il-ġibjun, dawk l-inħawi ma jegħrqux.", "Għalhekk nispera li wara din l-esperjenza d-dipartiment tat-toroq ikun f'qagħda li jara li dan it-tip ta' għargħar ma jirrepetix ruħu.", "Ta' min igħid ukoll li l-intenzjoni tad-dipartiment hija li fit-toroq prinċipali li jkunu qed jinbnew minn żmien għal żmien jibni l-culverts ħalli l-ilma jkollu fejn jinġabar.", "Minkejja li f'ċerti toroq bħalma huma Triq l-Imdina, Ħal Qormi u t-triq tal-Mosta x-xogħol ta' kostruzzjoni tal- culverts għadu m'huwiex komplut jidher ċar li dawn il-culverts huma meħtieġa.", "Barra minn hekk jien konvint li kull naħa tal-Kamra taqbel li hemm bżonn ta' iktar investiment f'dawk li huma sistemi ta' reservoirs.", "Ħaġa oħra li d-dipartiment tat-toroq se jkompli jinsisti fuqha hija l- kwalità ta' xogħol li jsir mill-kuntratturi fit-toroq tagħna.", "Qed ngħid dan għax matul din is-sena diversi kuntratturi kellhom jerġgħu jaqilgħu x- xogħol tagħhom a spejjeż tagħhom.", "Hawnhekk irrid inżid li minbarra li din is-sistema se tibqa' tiġi applikata rridu naslu fil-pożizzoni fejn jekk jinstab li xi kuntrattur partikolari li ma jagħmilx ix-xogħol kif suppost, kif ġara f'Pembroke, minbarra li jiġi mġiegħel jerġa' jaqla' kollox u jagħmel kollox mill-ġdid, dan jeħel ukoll multa għax ma jistax ikun li din l-istorja tibqa' tirrepeti ruħha.", "Ħaġa oħra li tkellimt fuqha f'dawn il-ġranet u li jkun tajjeb li l- pubbliku jkun mgħarraf dwarha hija li ma jistax ikun li wara li ċerti korporazzjonijiet jippjanaw xi xogħol għat-toroq tagħna jsibu li ma jkollhomx l-għodda meħtieġa mbagħad jitqabbdu kuntratturi privati.", "Per eżempju, ġieli tqabbdu xi kuntratturi biex jagħmlu t-trinek jew l- inspection boxes u dawn ma ngħalqux għax ma kienx hemm l-apparat meħtieġ.", "Fil-fatt fil-ġranet li għaddew kien hemm żewġ każi, wieħed fit-telgħa ta' St. Andrews u l-ieħor fit-triq li mill-Mosta tagħti għall-Imġarr, - ta' min igħid li dawn iż-żewġ każi jolqtu lil Maltacom - fejn kaxxa li kellha tingħalaq bil-ħadid damet ġranet sħaħ biex tingħalaq proprju għax in-nies li huma inkarigati minn dan ix-xogħol fil-Maltacom, minbarra li qabbdu l- kuntratturi privati, qalu li m'għandhomx apparat biex jagħlqu din il-kaxxa.", "Dan ifisser li n-nies li huma responsabbli minn dan kollu - hawnhekk mhux qed nirriferi għad-diretturi jew għaċ-chairman - għandhom jaraw li jkollhom l-affarijiet neċessarji available kontinwament għax ma jistax ikun li nibqgħu fil-pożizzjoni li nħallu xi triq miftuħa, bil-perikli kollha li din iġġib magħha, mingħajr ma jiġri xejn.", "Sur President, id-dipartiment tat-toroq qed jagħmel sforz serju biex il- periklu fit-toroq ikompli jitnaqqas pero' huwa importanti wkoll li l- kuntratturi li jaħdmu fit-toroq tagħna jkollhom l-istess dixxiplina.", "Jien nittama li meta s-sena d-dieħla niddiskutu t-twaqqif ta' l-awtorita' tat- trasport naraw li dawn l-attivitajiet ikunu kontrollati minn awtorità waħda.", "Ħafna drabi l-ministru jiġi kkundannat fuq l-istat tat-toroq pero' ta' min igħid ukoll li diversi korporazzjonijiet u individwi jaqilgħu t- toroq imbagħad ma jirranġawx l-affarijiet kif suppost.", "Għalhekk wasal iż- żmien li kull min imiss it-toroq ta' pajjiżna jkun f'qagħda li jekk ma jagħmilx ix-xogħol sewwa jeħel il-konsegwenzi ta' dak li jkun għamel.", "Irrid ngħid ukoll li bħalissa d-dipartiment tat-toroq qed jagħmel xogħol fl-inħawi taċ-Ċirkewwa għax parti mit-triq li tintuża mill-Għawdxin li jiġu Malta u mill-Maltin u barrranin li jaqsmu lejn Għawdex kuljum, kienet spiċċat f'kondizzjoni ħażina.", "Jien nittama li x-xogħol li qed isir taħt is-sorveljanza stretta tad-dipartiment ikun sodisfaċenti ħalli ma jkollniex għalfejn noqogħdu nerġgħu naqilgħu kollox.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel jolqot il-white paper li kienet ġiet ippubblikata xi xhur ilu dwar il-liċenzja proviżorja tas-sewqan f'pajjiżna.", "Wara li ppubblikajna din il-white paper tajna ċans lill- pubbliku biex naraw x'reazzjonijiet għandu dwarha pero' minkejja li kellna xi 15-il individwu li ressqu l-opinjonijiet tagħhom sfortunatament l- għaqdiet taż-żgħażagħ, b'mod partikolari, ma rreaġixxewx.", "Issa nispera li meta niġu biex nimplimentaw dak li hemm fil-white paper ma jqumux l- irwiefen kollha u kulħadd jgħid li ma sema' b'xejn.", "Min irid juri l- opinjonijiet tiegħu dwar dak li hemm fil-white paper għad baqagħlu ċ-ċans għax s'issa għad ma sarux ir-regolamenti kollha.", "Nispera li jkollna aktar reazzjonijiet għax nemmen li dak li hemm fil-white paper huwa fl- interess tas-sewqan tagħna l-Maltin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 13 ta' Diċembru, 1999, bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.55 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "19951212_494d_par.doc", "date": "1995-12-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 494 It-Tlieta, 12 ta' Diċembru, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 494", "It-Tlieta, 12 ta' Diċembru, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.10 p.m.", "Talba Seduta Nru. 494", "It-Tlieta, 12 ta' Diċembru, 1995", "WERREJ", "MINUTI 609", "MISTOQSIJET - TWEĠIBIET ORALI 609", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA TAL-KAMRA 614", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 1996", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRAZZJONI (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82) 615", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (1996) 643", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1995", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 1995 645", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 1995 (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82) 646", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1995) 646", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI", "L-EWWEL QARI 648", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GWARDJANI PRIVATI U LOKALI", "L-EWWEL QARI 648", "AĠĠORNAMENT 649", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 651", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 493 li saret fl-12 ta' Diċembru, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - SYSTEMS OF KNOWLEDGE", "29579.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Alfred Portelli) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex joqogħdu għall-aħħar eżami li se jsir tas-Systems of Knowledge?", "Kemm għamlu dan l-eżami?", "Kemm kien hemm minnhom li għaddew?", "Kemm kien hemm minnhom li ġabu grad A, B, u C rispettivament?", "Jista' l- Ministru jgħidli l-istess dwar l-aħħar eżamijiet li saru għall-Advanced Level?", "Kemm kien hemm minnhom li ġabu three grade A at one go fil- Physics, Chemistry u Biology?", "Mil-liema skejjel kienu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, li b'żieda ma' l-informazzjoni li tajtu fl-14 ta' Novembru, 1995 f'Seduta Nru. 472, in-numru ta' kandidati li qagħdu għall-'A' Level Matriculation fit-tlett suġġetti jiġifieri l- \"Physics, Chemistry u Biology\" f'Mejju 1995 kien 95.", "Minn dawn kien hemm 2 li ottenew grad \"A\" fit-tlett suġġetti.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, billi hemm numru ta' skejjel li jenħtieġu manutenzjoni jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li ċerti proġetti u manutenzjonijiet żgħar li l-iskejjel ikollhom bżonn jiġu diskussi fi ħdan il-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li teżisti koperazzjoni sħiħa bejn il-Ministeru tiegħi u l- kunsilli lokali.", "Naturalment mhux il-kunsilli lokali kollha jħarsu lejn il-problema bl-istess mod u mhux kollha għandhom l-istess finanzi.", "Nista' ngħid li, per eżempju, saru xi xogħlijiet fis-sala ta' l-Iskola tal- Mellieħa mill-fondi tal-kunsill lokali ta' hemmhekk peress li din is-sala tintuża bħala l-unika sala tar-raħal u tintuża wkoll mill-kunsill lokali.", "Jiġifieri f'dan il-każ kien hemm koperazzjoni sħiħa u x-xogħol sar parti mill-fondi tagħna u parti mill-fondi tal-kunsilli lokali tal-Mellieħa.", "Naturalment kull kunsill għandu l-prijoritajiet tiegħu.", "Hemm kunsilli li għax jiktbu ittra jippretendu li għandi nalloka vot ta' ma nafx kemm għall- iskola tagħhom, pero' hemm oħrajn li jiltaqgħu miegħi u niddiskutu.", "Fejn nista' nikkopera mal-kunsilli lokali dejjem nikkopera u naħseb li f'ħafna u f'ħafna postijiet, inkluż dak tal-Mellieħa li għadni kemm semmejt, din il- koperazzjoni tat riżultati pożittivi.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "29715.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' l-istudenti li hemm fl-Universita' għas-sena akkademika 1995/1996 maqsuma f'irġiel u nisa u skond il-fakultajiet u d-dipartimenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-numru ta' studenti li qed jattendu l-Universita' għas-sena akkademika 1995/96 hu kif ġej:", "| |Ir|Ni|Tot| | |gi|sa|al | | |el| | | |Fakulta' ta' |93|43|136| |l-Arkitettura | | | | |Fakulta' ta' l-Arti|42|47|901| | |9 |2 | | |Fakulta' |15|8 |23 | |tal-Kirurgija | | | | |Dentali | | | | |Fakulta' ta' |56|38|948| |l-Ekonomija, |8 |0 | | |Management u | | | | |Accountancy | | | | |Fakulta' ta' |45|84|130| |l-Edukazzjoni |4 |6 |0 | |Fakulta' tal-Ligi |22|21|432| | |2 |0 | | |Fakulta' ta' |28|22|310| |l-Enginerija |8 | | | |Mekkanika u | | | | |Elettrika | | | | |Fakulta' |19|18|378| |tal-Medicina u |0 |8 | | |Kirurgija | | | | | |Ir|Ni|Tot| | |gi|sa|al | | |el| | | |Fakulta' tax-Xjenza|10|10|205| | |4 |1 | | |Fakulta' |13|71|205| |tat-Teologija |4 | | | |Istitut ta' |24|6 |30 | |l-Agrikoltura | | | | |Bord ghall-Istudji |42|7 |49 | |fl-Informatika | | | | |L-Istitut |1 |0 |1 | |ghat-Teknoloġija | | | | |ta' l-Energija | | | | |L-Istitut ta' |35|9 |44 | |l-Istudji Forensici| | | | |L-Istitut |25|21|46 | |tal-Gerentoloġija | | | | |L-Istitut |31|51|829| |ghall-Harsien |9 |0 | | |tas-Sahha | | | | |L-Istitut |26|6 |32 | |Internazzjonali ta'| | | | |l-Ambjent | | | | |L-Istitut |4 |0 |4 | |ghar-Ricerka | | | | |fil-Gebla u l-Bini | | | | |L-Istitut |21|78|99 | |ghall-Harsien | | | | |Socjali | | | | |L-Istitut |10|3 |13 | |Mediterranju | | | | |L-Istitut |41|62|103| |ghall-Istudji | | | | |taz-Zgħazagh | | | | |L-Istitut |3 |1 |4 | |ghat-Teknologija | | | | |ta' l-Ilma | | | | |L-Istitut |9 |1 |10 | |ghall-Istudji dwar | | | | |il-Gzejjer u | | | | |l-Pajjii z-Zghar | | | | |Akkademja |27|17|44 | |Mediterranja | | | | |ghall-Istudji | | | | |fid-Diplomazija | | | | |Centru |2 |17|19 | |ghall-Izvilupp | | | | |tal-Partecipazzjoni| | | | |tal-Haddiema | | | | |Centru |3 |1 |4 | |ghad-Dokumentazzjon| | | | |i u Ricerka | | | | |Ewropea | | | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, peress li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni din is-sena nefaq Lm310,000 iżjed milli stenna fl-Universita' jista' l- Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk kienx hemm savings ekwivalenti fl- infiq tal-Ministeru?", "Infakkar li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l- Universita' huma separati u għandhom voti separati, imma l-voti ta' l- Universita' jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u n-nefqa hija maqsuma fit-tnejn.", "Mela jekk kemm-il darba għal raġunijiet li ħass hu l- Ministeru waqqaf il-Junior College, għamel xi forma ta' savings banda oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ammont ta' Lm310,000 li semma l-Onor.", "Membru kienu f'xogħol ta' natura fiżika u xogħol ieħor fil-computer labs li għamilna fil-Junior College u ovvjament l-Universita' ma kellhiex budget għal din l-operazzjoni.", "Naħseb li nista' ngħid li saru savings fis-sens li numru ta' għalliema, dawk li qabel kienu jieħdu s-salarju mill-budget tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, issa ġew imħallsa mill-Universita' u allura l-pagi tagħhom għall-aħħar tliet xhur tas-sena - ovvjament fil- budget għall-1995 dawn dehru taħt id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - tista' tikkonsidrahom li ġew savings.", "Li ġara hu li d-Diviżjoni għaddiet il-flus li kellha vvotati għall-pagi ta' dawk in-nies lill-Universita' peress li l- Universita' għall-ewwel tliet xhur tas-sena skolastika ma kellhiex budget separat għall-Junior College.", "Jien naħseb li wieħed jista' jikkonsidra l-fatt li ammont sostanzjali ta' pagi li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħda tiffranka għaliex numru ta' impjegati issa saru ta' l-Universita', sa ċertu punt huwa savings min-naħa tal-budget tad-Diviżjoni.", "IMPJIEGI - KORS TA' L-ESTS", "29774.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi dawk li kienu fl-aħħar ta' l-ESTS course issa spiċċatilhom l-isponsorship li kellhom u ħafna minnhom qegħdin jirreġistraw għax-xogħol, jista' l-Ministru jgħid humiex se joħorġu xi applikazzjonijiet li jkunu addattati għal dawn l-istudenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li kien hemm diversi vakanzi ta' xogħol li kienu applikabbli għall-istudenti li spiċċalhom l-isponsorship.", "Fil-fatt sa issa kien hemm 103 sottomissjonijiet ma' żewġ korporazzjonijiet parastatali u 210 sottomissjonijiet ma' 54 ditta privata.", "Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ issottomettiet għal dawn l-impjiegi lil dawk kollha li kellhom il-Journeyman Certificate fis-snajja' rispettivi.", "Sejħiet għall-applikazzjonijiet għax-xogħol mid-dipartimenti tal-gvern isiru bil-proċedura normali mid-dipartiment involut.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-proċess biex wieħed jiġi mpjegat ma' korporazzjoni parastatali huwa li din tgħid lill-ETC li għandha l-vacancies u l-ETC tibgħat lil dawk kollha li għandhom il-Journeyman Certificate u li spiċċaw mill-ESTS.", "Is-sejħa għal applikazzjonijiet mid-dipartimenti tal- Gvern sfortunatament tieħu iktar żmien għax hemm proċedura iktar burokratika tramite l-PSC, pero' anke f'dan il-każ il-ftehim mal-unions hu li s-sejħiet ikunu miftuħin għal dawk li jkunu attendew l-iskema u ħadu ċ- ċertifikat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Billi qegħdin nitkellmu fuq il-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ETC mhux qegħda żżomm record ta' dawk il-ħaddiema li jiġu ssensjati?", "Jekk kemm-il darba ma jinżammx record - staqsa dwar dan f'seduta preċedenti l-Onor.", "Noel Farrugia - kif jista' jkun li l-ETC tagħti tagħrif lid-Dipartiment ta' l-Economic Planning u lid-Dipartiment ta' l-istatistika biex joħorġu data li juru kemm id-diversi setturi ndustrijali żdiedu u anke kemm naqsu?", "Kienet korretta dik it-tweġiba jew il-Ministru jħoss li għandu jirrevediha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qed nieħu gost li l-Onor.", "Spiteri staqsieni din id- domanda għax kiteb artiklu f'xi gazzetta f'dan is-sens - l-Onor.", "Spiteri jikteb f'ħafna gazzetti!", "Il-punt li forsi ma fehemx l-Onor.", "Spiteri hu - u nifhem għax anke jien staqsejtha - li meta wieħed jieqaf mix-xogħol, u l- ETC timmarkah li waqaf mix-xogħol u l-korporazzjoni għandha l-istatistika tan-nies li waqfu mix-xogħol u marru fuq xogħol ieħor, pero' s'issa ma tinżammx statistika li turi r-raġuni għala wieħed ikun waqaf mix-xogħol, jekk hux għax irreżenja hu jew jekk waqafx għaliex ħareġ bil-pensjoni jew jekk waqafx għaliex il-fabbrika fejn kien jaħdem sabet ruħha f'diffikultajiet u allura ġie discharged.", "Jien weġibt li ma tinżammx statistika b'dan il-mod, u mingħalija d-domanda kienet ta' l-Onor.", "Noel Farrugia li ried ikun jaf kemm minn dawk li biddlu l-job jew li m'għandhomx job kienu ġew discharged proprju minħabba li fabbrika tkun għalqet.", "L-istatistika li l-ETC tgħaddi lid-Dipartiment ta' l-Economic Planning hija reliable, pero' ma tagħmilx riferenza dwar jekk ħaddiem telaqx mill- fabbrika għaliex sab job aħjar jew għax ħareġ bil-pensjoni jew għax ġie redundant għar-raġunijiet li semma l-Onor.", "Farrugia fid-domanda.", "Naħseb li tkun għodda tajba f'idejn in-nies li jagħmlu l-policy u l-politika, kif ukoll f'idejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, li nibdew inżommu statistika f'dan is-sens, pero' r-raġuni li m'hemmx statistika hija dik li semmejt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nifhem dak li qed jingħad, imma l-Ministru qed jikkonferma li issa li qegħdin lejn l-aħħar ta' Diċembru huwa possibbli li l-programm tal-computer ta' l-ETC jiġi rranġat biex tidħol din l- informazzjoni?", "Fil-fatt din hija sistema sempliċi li ssir billi tiġi rranġata l-formola li jrid jibgħat kull employer meta jispiċċalu xi impjegat jew meta jimpjega lil xi ħadd.", "Fil-każ ta' meta jispiċċa xi ħadd l- employer irid iniżżel the reason for termination of employment u jgħid jekk ikunx każ ta' redundancy resignation jew retirement.", "Huwa possibbli li dan it-tagħrif jibda jinġabar b'effett jekk mhux immedjat imma mhux fit-tul ħalli d-data base li tkun trid tinbena mill-bidu ta' Jannar tkun waħda li tagħmilha iżjed possibbli li dawk kollha li huma nteressati biex janalizzaw l-ekonomija bis-serjeta' jkollhom iżjed tagħrif biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien qed nifhem lill-Onor.", "Interpellant imma su due piedi ma nistax naċċertah li dawn huwa possibbli għalkemm ma narax għaliex m'huwiex possibbli.", "Nista' nassigurah li se ngħid lill-ETC biex jibdew iżommu dan id-dettall fuq in-nies li jitilfu l-impjieg.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - GĦALLIEMA", "29803.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici): staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 28777 fejn jirrigwarda n-numru ta' għalliema fl-iskejjel primarji, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-1,182 għaliem huma: regolari u casuals; nisa u rġiel; l-etajiet ta' dawn bejn 20-30, 30-40, 40-50, 50-61?", "Kemm minn dawn huma bil-College u bil-B.", "Educ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif ġej:", "| |Irgie|Nisa | | |l | | |Ghalliema Regolari |207 |767 | |Ghalliema fuq xoghol|22 |8 | |amministrattiv | | | |Casuals/Part-Time |18 |160 | |Instructors | | | |TOTAL |247 |935 |", "L-etajiet ta' dawn l-għalliema/instructors huwa hekk:", "| |Irgie|Nisa | | |l | | |Inqas minn 20 sena |/ |16 | |Bejn 20 u 30 sena |56 |200 | |Bejn 30 u 40 sena |34 |99 | |Bejn 40 u 50 sena |69 |380 | |Bejn 50 u 61 sena |88 |240 | |TOTAL |247 |935 |", "Il-kwalifiki tagħhom huma:", "| |Irġie|Nisa | | |l | | |bit-Training College|152 |531 | |bil-B.Educ |59 |95 | |P.G.C.E. |7 |13 | |Degree Oħra |3 |22 | |Pedagogy Course / |/ |/ | |Emergency Trs | | | |'A' Level Standard |26 |274 | |TOTAL |247 |935 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Naf li għadna kemm spiċċajna d-diskussjoni fuq il- Voti ta' l-Edukazzjoni, imma li se nistaqsi huwa daqsxejn usa minn dak li ġie diskuss dak inhar.", "Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għandu xi sistema biex jaġġorna l-ħiliet ta' l-għalliema f'dik li hi pedagoġija u f'dik li hi sistema ta' tagħlim?", "Mill-informazzjoni li ngħatat jirriżulta li hemm ħafna għalliema li ma kellhomx kors formali fil-pedagoġija u anke dawk li kellhom taħriġ fil-pedagoġija, jista' jkun li għadda ħafna żmien minn mindu ħaduh.", "Jekk tinnota sew l-age distribution - skond id-dettalji li ngħataw - issib li fl-iskejjel primarji għandna teacher profile li huwa pjuttost imbottat lejn dawk li qabżu l-40 sena.", "Naturalment min qabeż l-40 sena għadu tajjeb - nittama! - imma xorta waħda jaqbel li min qiegħed f'dak l- age group jerġa' jirrevedi t-taħriġ tiegħu biex ikun dejjem ċert li hu aġġornat mal-metodi moderni.", "ONOR.", "MICHAEL FAZON: Ovvjament hemm żewġ affarijiet.", "Dawk li diġa' huma kwalifikati huma fl-iskala ta' għalliema kwalifikati bit-training college jew bil-PGCE jew bil-B.Educ u kultant żmien dawn ikun jenħtieġ li jsirulhom in-service courses u fil-fatt id-dipartiment jorganizza korsijiet għal dawn l-għalliema biex iżommhom aġġornati.", "Sa ftit żmien ilu dawn kienu jsiru fuq bażi volontarja imma wara li f'Awissu 1994 għamilna l- ftehim ma' l-MUT l-in-service courses bdew isiru b'mod regolari għal kulħadd biex dawk li kien ilhom iż-żmien li marru jistudjaw il-pedagoġija jiġu aġġornati.", "Naturalment kulħadd jaf li hemm persentaġġ sostanzjali - mhux il-maġġoranza - ta' għalliema li m'humiex kwalifikati fil-pedagoġija u fl-iskala tal-pagament dawn m'humiex ikkonsidrati bħala għalliema", "S'issa kien hemm żmien meta d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kien jorganizza kors fil-għaxija fil-pedagoġija, imma qamet kwestjoni kbira bejn id-Dipartiment u l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni għaliex il-fakulta' ħasset li dan il-kors ma kienx wieħed għoli u ta' ċertu livell u allura konna qegħdin niċċertifikaw għalliema bil-warrant bħala fullyqualified meta fil- fatt kien hemm min jaħseb u jidhirlu li mil-lat tekniku u professjonali ma kenux kwalifikati.", "GĦaldaqstant dan il-kors din is-sena ma sarx.", "L-idea tiegħi hi - u din wieħed irid jiddiskutiha ma' l-Universita' - li l-Universita' tagħmel kors simili għall-one year course tal-PGCE, tagħmlu fil-għaxija u flok fuq sena tagħmlu fuq sentejn u b'hekk dawn in- nies li llum nikkonsidrawhom bħala casual part-time instructors - imma la huma part-time u lanqas casuals, pero' jgħidulhom hekk biex jiddistingwuhom - jottjenu l-kwalifiki professjonali u fl-istess ħin għal dik li hi skala jkollhom dritt jidħlu fl-istream ta' l-għalliema.", "GĦAWDEX - SKRIVANI GĦAWDXIN F'MALTA", "29951.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm clerk grade 1 Għawdxin jaħdmu f'Malta fil-preżent?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu f'Malta dawn l-iskrivani Għawdxin?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinġieb xogħol minn Malta għal Għawdex u dan biex minflok l-Għawdxin imorru jaħdmu f'Malta, ikun ix- xogħol li jiġi Għawdex minn Malta?", "Jidhirlu l-Ministru li b'hekk biss tkun tista' tissolva l-problema ta' ħafna skrivani Għawdxin li bħalissa qegħdin jaħdmu f'Malta?", "ONOR.", "ANTON TABONE (Ministru għal Għawdex): Jiena nformat li fl-24 ta' Ottubru, 1995 kien hemm 119-il clerk u 15-il data entry operator li kellhom il-post tax-xogħol tagħhom f'Malta.", "Id-data entry operators kollha bdew jaħdmu Malta fl-10 ta' Settembru 1990 filwaqt li l-clerks bdew f'dati differenti bejn id-29 t'April 1991 u t-2 ta' Mejju 1995.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li dan il-Gvern fetaħ uffiċċji ġodda u beda jagħti servizzi ġodda f'Ghawdex.", "B'hekk illum mhux biss il- pubbliku huwa moqdi ħafna aħjar, iżda nħolqu ħafna postijiet tax-xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex stess.", "Eżempji ta' dawn hemm il-ftuħ jew it- tkabbir ta' l-Uffiċċju għall-Kura ta' l-Anzjani, tad-Djar u ta' l-Awtorita' tad-Djar, it-Teżor, il-Passaporti, it-Turiżmu, l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, l-Awtorita' Marittima u d- Dwana, servizzi ġodda fl-isptarijiet, tagħlim ta' suġġetti ġodda fl- iskejjel, ftuħ ta' fergħat tal-posta f'diversi rħula, it-twaqqif ta' 14-il kunsill lokali kif ukoll il-ħolqien ta' l-istess Ministeru għal Għawdex li kulma jmur qed jassumi responsabilitajiet ġodda li wkoll jirrekjedu iktar xogħol.", "Eżempju ċar ta' dan huwa li mill-1 ta' Jannar 1996 l-ispiża rikorrenti ta' Għawdex se tgħaddi mill-ministeri f'Malta għall-Ministeru għal Għawdex.", "B'riżultat ta' din il-politika li qed titwettaq mill-Gvern preżenti l- impjiegi mal-gvern u korpi parastatali f'Għawdex żdiedu b'1,394 minn April 1987 'l hawn.", "Għal dawk li huma gradi tas-Servizz Ġenerali, in-numru tagħhom żdied minn 191 f'April 1987 għal 310 illum, żieda ta' 119-il post ġdid.", "Dan kollu jfisser li matul dawn l-aħħar tmien snin u nofs mijiet ta' ħaddiema Għawdxin ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex, fosthom skrivani, għalliema, infermiera, pulizija, charwomen, membri tal-Forzi Armati ta' Malta, membri tal-Korp tad-Dejma, hospital auxiliaries u attendants.", "Irrid ngħid li f'laqgħa tas-segretarji permanenti kien miftiehem li kull wieħed minnhom jipprova jidentifika possibilitajiet ta' proċessi ta' xogħol f'Malta li jistgħu jsiru Għawdex biex ikomplu jinħolqu iktar postijiet ta' xogħol f'Għawdex.", "MR SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda .", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA TAL-KAMRA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 170 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 dwar l- Emenda ta' l-Ewwel Skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Konvenzjoni Nru. 175 maħruġa mill-International Labour Conference dwar xogħol part-time; u", "Rakkommandazzjoni Nru. 182 maħruġa mill-International Labour Conference dwar xogħol part-time.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 171 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 li Jemendaw it-Tieni Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Emenda Nru. 2);", "Avviż Legali Nru. 172 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 li Jemendaw ir-Regolamenti dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Servizzi Professjonali);", "Avviż Legali Nru. 173 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 li Jemendaw ir-Regolamenti dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Riċevuti Fiskali); u", "Avviż Legali Nru. 174 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 li Jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 175 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji fl- Avjazzjoni Ċivili.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 1996", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRAZZJONI", "(ORDNI PERMANENTI NRU.", "82)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi:", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn tliet mija u tmienja u tmenin miljun, disa' mija u ħdax-il elf, disa' mija u tmintax-il Lira Maltija (Lm388,911,918) li tirrappreżenta l-ammont kollu tar-Riżoluzzjonijiet approvati mill-Kumitat ta' Provvista, kif dettaljati fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali 1996 taħt il-Voti 1, 2, 4 sa 13, 15 sa 53 u I sa XII tiġi mogħtija għan-Nefqa mill-Fond Konsolidat; u", "Illi l-Ministru tal-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni (1996).", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim tal-21 ta' Novembru, 1995, il-ħin tad- diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, skużani li ma rrealizzajtx li sejjaħtli, imma kien qed jinterrompini l-Ministru għall-Ambjent.", "L-Onor.", "Membru qed jgħid li ħa għalih meta jien m' għamiltlu xejn.", "Issa jien naf li sħabu qabdu miegħu.", "Il-Ministru qal li neħħieli l-faħam mill-Marsa.", "Jien ngħidlu - bħalma għadni kemm għidtlu issa - li s-sulphur miż-żejt jagħmel ħsara għas-saħħa aktar mid-deposits tal-faħam.", "Għadni kemm għidtlu wkoll li fl-Awstralja fejn għandhom power stations li jaħdmu biż-żejt u li m'humiex ħdejn il-baħar jieħdu ħsieb jagħmlu d-desulphurisation ħalli s- sulphur jitneħħa mill-arja.", "Dan għidtu għaliex il-Ministru ġie jfixkilna u ppretenda li ngħidlu grazzi talli neħħa l-faħam li huwa ikrah għax huwa iswed, imma għalkemm il-kulur isfar tas-sulphur huwa forsi iktar pjaċevoli, ma jfissirx li l-element ta' ħsara m'huwiex ikbar minn dak li kien hemm meta kien hemm il-faħam.", "Jien naf li f'kull żmien kien hemm konkorrenza kbira mid-diversi distretti biex il-power station tinbena fid- distrett tagħhom!", "Fil-fatt kienu ħafna li ppretendew li l-power station jagħmluha wara l-bieb tagħhom, imma ma setgħux jagħżlu lil kulħadd!", "Tagħna għażluha żmien ilu, ħallewha hemmhekk u issa taparsi neħħew il- faħam iswed biex jagħmlulna s-sulphur isfar.", "Mr Speaker, illum nixtieq nitkellem fuq bniedem li jkun xieraq li dan il- Parlament Malti jiftakar fih.", "Veru li bħala poplu ftakarna fih, semmejna t- toroq għalih u kellu rispett hawn Malta, pero' ma nixtieqx li f'ċertu mument f'pajjiżna dan il-bniedem ma jissemmiex.", "Qed nirriferi għal Aldo Moro.", "Jista' jkun li n-nies jiftakru lil Aldo Moro bħala l-vittma tal- Brigate Rosse.", "Aldo Moro dam żmien miżmum u temm ħajtu traġikament fil- bagoll ta' karozza, pero' l-kobor tiegħu fil-memorja tagħna għandha tkun il-vokazzjoni u l-intuwizzjoni kbira li dejjem kellu li l-popli tal- Mediterran bil-mod il-mod isibu dawk l-elementi kollha li jaqduhom.", "Jista' jkun li dan kien possibbli għaliex hu kien bniedem min-naħa tas-sud ta' l- Italja u li ra t-twelid tiegħu fuq ix-xtut tal-baħar Mediterran.", "Il- vokazzjoni tiegħu Aldo Moro ma kienx iżommha għalih biss, imma kien bniedem li kull fejn kellu l-opportunita' dan it-twemmin kien imexxih 'il quddiem.", "Dan kien ta' għaqal u ta' previżjoni kbira daparti tiegħu għax filwaqt li l-maġġoranza l-kbira tat-Taljani f'pajjiżu stess kienu jħarsu 'l fuq, 'il fuq, 'il fuq - din it-tendenza hi naturali f'ħafna pajjiżi li tas-south iħarsu lejn tan-north għaliex għalihom tan-north huma jew forsi jqisuhom li huma aħjar minnhom - Aldo Moru dejjem kellu l- ispirazzjoni li jħares madwaru.", "Hu kien iħares lejn il-pajjiżi tal- Mediterran bħala reġjun u kien jifhem il-bżonn li b'mod jew ieħor tinstab iktar għaqda mhux biss għall-ġid ta' l-istess reġjun, imma anke għall-ġid ta' l-umanita'.", "Dan il-baħar ta' madwarna li minn dejjem kien benniena ta' kultura u ta' ċivilta', kien minn dejjem ukoll il-baħar li madwaru nħoloq ġlied kbir u saħansitra twieldu gwerer, u jgħaddu ġenerazzjonijiet sħaħ u l-ġlied jerġa' jqum u jerġa' jibda jivvampja bl- istess mod li kkaratterizza l-ġenerazzjonijiet ta' qabel.", "Jekk wieħed jara, per eżempju, il-każ ta' l-ex-Jugoslavja jsib li hawn l-istorja m'hijiex ħlief qed terġa' tirripeti ruħha.", "Mr Speaker, niftakar li kont tlajt Londra biex nattendi laqgħa tal- Commonwealth Parliamentary Association u waqt li konna hemm konna mistiedna biex immorru Salisbury ħalli naraw il-katedral.", "Faċċata tal- katedral, fil-kantuniera tal-pjazza - niftakar li l-pjazza kellha lawn sabih fuq quddiem u l-cottages kienu faċċata - kien hemm ir-residenza ta' Edward Heath.", "L-ex-Prim Ministru Ingliż laqagħna fid-dar tiegħu u beda jurina d-diversi trofej li kellu u anke wriena l-kollezzjoni tar-ritratti li kellu; ovvjament kellu ritratti ma' \"dak\" u ma' l-\"ieħor\" u niftakar li fuq il-pjanu kellu wieħed tiegħu flimkien ma' Aldo Moro.", "Hin minnhom - bħal dawk in-nies li jkunu spiċċaw mill-politika u allura jkunu qed jgħixu iktar bil-memorji - beda jfissrilna l-background ta' dawn ir- ritratti wieħed wieħed sakemm wasal f'dak ta' Aldo Moro u għal mument Heath qisu nesa min kien dak li kellu miegħu fir-ritratt.", "Sinċerament ngħid li dak il-ħin ħassejt.", "Dan l-istatista kbir li min jaf kemm-il darba Heath kien iltaqa' miegħu, dan il-bniedem li spiċċa biex għamel l-ikbar sagrifiċċju ta' ħajtu minħabba l-ideali politiċi tiegħu, dan il-politiku li allavolja ma kienx wieħed minna għandna għalfejn inqisuh bħala għażiż - dan mhux jien ngħidu, imma staqsu lil min kien responsabbli mill- affarijiet barranin fis-snin ta' qabel u jgħidilkom kif kien jaħsiba Aldo Moro - spiċċa qisu minsi.", "Għax Salisbury mhux il-Mediterran u jkun ħażin li aħna ninsuh dan il-fatt.", "Aħna ma nistgħu nwarrbuh qatt minn quddiem għajnejna l-ambjent tal-Mediterran.", "Fil-fatt dan l-aħħar qed terġa' tinħass il-ħtieġa, bħal ma' wriet il-Konferenza ta' Barċellona li dan l- imbierek Mediterran jibda' jaħseb ftit għal rasu u jibda' juri l-identita' tiegħu - allavolja bid-diviżjonijiet kollha li għandu - biex juri li jeżisti u li m'huwiex sempliċement fruntiera jew bħal fil-każ tal-Port ta' Marsamxett xi lanċa ġejja u oħra sejra, ġew biex jgħaddu minnu ta' fuq u ta' isfel, jew biex sempliċement iservi ta' roundabout għax jinsab fin- nofs.", "Mr Speaker, hawnhekk ftit ilu saret ukoll il-Konferenza ta' l-IPU fejn ġew ippreparati ċerti dokumenti rigward il-kwestjoni tal-Mediterran.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex jekk verament il-poplu Malti - u fuq il- kwestjoni ta' l-Ewropa irid ikun hemm għażla li finalment trid tkun tal- poplu b'referendum - flimkien mal-pajjiżi tal-Mediterran, anke dawk ikbar minna, ma jurix li hawn identita' tas-sud u identita' Mediterranja, anke jekk nidħlu u nkunu membri, se nispiċċaw fil-fourth division tal-league ta' l-Ewropa.", "U dan iweġġa jekk lil wieħed tgħidlu: Inti trid tidħol fl- Ewropa, pero' jekk idaħħluk se tkun fil-fourth division.", "Mr Speaker, ftit ta' żmien ilu, delegat mill-Konferenza Ġenerali tas-CDU, il-partit ta' Kohl, għamel suġġeriment illi l-Ewropa għandha timxi fuq żewġ binarji - issa dan kien qed jitkellem fuq l-Unjoni bi 15-il pajjiż membru - il-binarju tal-pajjiżi l-kbar u b'saħħithom, u mbagħad l-oħrajn kollha li jibqa'.", "Berlusconi, li dak iż-żmien kien Prim Ministru ta' l- Italja, għamel kjass kbir u għal mument ipprovaw iserħulu rasu li dak li kien intqal fil-Konferenza Ġenerali tas-CDU tal-Ġermanja ma kienx jirrifletti l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Tedesk.", "Imma kemm kellu raġun dak id-delegat Ġermaniż!", "Fil-konferenza li se ssir ġewwa Madrid u li se tiftaħ nhar il-Ġimgħa li ġejja, il-15-il membru li diġa' hemm - mhux li qed jipprovaw jidħlu - se jirċievu ittra mingħand il-President Franċiż u mingħand il-Kanċillier Ġermaniż fejn qegħdin jgħidulhom li hemm bżonn li l- Ewropa timxi fuq żewġ binarji jew inkella b'ritmu differenti ħalli dawk li m'humiex b'saħħithom ma jżommux l-iżvilupp ta' l-oħrajn li huma b'saħħithom.", "Issa qed joħroġ ċar dak li ilu ċar għal żmien twil.", "Issa qed jgħidu bl-aktar mod ċar li teżisti l-Ewropa tal-Franco-German axis u l- kumplament jaraw huma.", "X'inhija l-verita' Mr Speaker?", "Rajna, Mr Speaker, lill-Prim Ministru John Major u lill-President tal- Kunsill Lamberto Dini jiltaqgħu flimkien għax it-tnejn jaqblu li l-ftehim ta' Maastricht irid jinbidel peress li kif inhu huwa ta' vantaġġ għall- Ġermaniżi u allura qed jiżvantaġġa lill-Ingliżi u lit-Taljani.", "Naraw ukoll lil Jacques Chirac, fid-diffikultajiet tiegħu, imur għall- benedizzjoni ta' Helmut Kohl li jgħidlu biex jagħmel is-sagrifiċċji u jibqa' jwebbes il-miżuri għax fl-aħħar jagħtuh raġun, inkella jekk Franza ma tagħmilx hekk ma tkunx tista' tidħol fil-league ta' l-Ewropa.", "Jekk b'din l-imbierka Unjoni Ewropea - mhux unjoni tal-popli, imma unjoni tal- politiċi - se jerġa' jkollna dawk l-aspirazzjonijiet ta' pajjiżi li għaddew minn diversi żviluppi storiċi, mill-kolonjaliżmu għan-neo-kolonjaliżmu imbagħad għall-gwerer ...", "Jista' jkun li l-Ġermaniżi tilfu l-gwerra militari, imma hemm gwerer oħrajn li huma l-gwerer tas-saħħa ekonomika u l-aspirazzjoni tagħhom tibqa' l-istess, u jekk jirbħu xorta jkunu waslu fejn riedu, biss b'mezzi differenti.", "Jekk se nispiċċaw - kif qed jidher - f'sitwazzjoni fejn il-marċi u l-banda jindaqqu bejn il-Ġermaniżi u l- Franċiżi u l-oħrajn jew jimxu mal-marċ jew jinqatgħu lura, aħna fejn se nsibu ruħna?", "Għalhekk kien għaqli ...", "Jien ma poġġejtux fl-arja lil Aldo Moro għax dan kien qed idaħħal is-sensibilita' dwar kemm hemm bżonn li pajjiżi Mediterranji jippreżentaw front komuni ħalli ħadd mill-kbar ma jaħseb li jista' jgħaddi mingħajrhom jew li jista' jibqa' għaddej minn fuqhom għar-raġuni li l-bank ċentrali tagħhom huwa b'saħħtu u bir-regoli li jagħmel jista' jiddetta u jġib lil ħaddieħor imdendel minn griżmejh.", "Din hija realta' u m'aħniex qed nivvintawha.", "Għalhekk huwa sewwa li Malta pparteċipat u tat is-sehem tagħha fil-Konferenza ta' Barċellona.", "Hemm bżonn li dawn l-inizjattivi jitkomplew għax jekk is-sud ta' l-Ewropa jkun kapaċi jirrispetta lilu nnifsu, ħaddieħor ikollu jirrispettah.", "Mr Speaker, meta kont nattendi l-laqgħat tal-Kunsill ta' l-Ewropa - għamilt xi sena jew tnejn immur hemmhekk - diversi drabi konna nsibu li l- pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali jkunu diġa' ddeċidew ħafna affarijiet bejniethom u l-partiti u l-membri tal-pajjiżi ta' madwar ikollhom jakkomodaw il-pożizzjoni tagħhom.", "Issa m'huwiex importanti jekk dawn kenux demokristjani jew soċjalisti jew liberali jew Gaullisti għax l-iktar ħaġa li kienet tippredomina kienet in-nazzjonalita' mhux il-kulur tal- partit.", "Ħafna drabi kien ikun hemm deċiżjonijiet miftehma mhux biss bejn soċjalisti Ġermaniżi u soċjalisti Franċiżi, imma kien ikollhom ukoll il- kunsens tad-demokristjani Ġermaniżi u f'ċerti deċiżjonijiet konna nsibu s- saħħa kollha diġa' determinata u fil-periferija kien ikun hemm il-partiti l- oħrajn.", "Jiġifieri kif għadha turi l-politika tal-Mediterran b'ħafna splinter groups u b'ħafna partiti li la tista' tikkollokahom naħa u lanqas oħra fl-iskjarament ta' right jew left, kien ikun hemm predominanza tal- pajjiżi taċ-ċentru ta' l-Ewropa.", "U dan fid-daqsxejn ta' Assemblea tal- Kunsill ta' l-Ewropa li dak iż-żmien kienet tissejjaħ konsultattiva, jiġifieri tagħti l-pariri, tagħmel id-dikjarazzjonijiet u tgħaddi l- mozzjonijiet.", "Kieku l-pajjiżi tal-Mediterran ma ngħaqdux - bħalma jista' jgħid, per eżempju, l-ex-President Vedovato, professur minn Firenze li kien spiċċa President ta' l-Assemblea; għax imbagħad tgħallimna t-trick tagħhom kif jistgħu jgħidu l-Onor.", "Ċensu Tabone u l-Onor.", "Guido de Marco - u kieku m'għidniex addio għall-kwestjoni ta' partiti u kuluri u m'għidniex li rridu nsibu lil xi ħadd min-naħa t'isfel ħalli l-Assemblea Konsultattiva tal-Kunsill ta' l-Ewropa għallinqas ma tibqax dejjem dominata min-naħa ta' fuq bis-segretarji ġenerali dejjem mill-area t'hemmhekk ....", "Wieħed mill- pajjiżi li verament tgħallem malajr din il-logħba kien Spanja.", "Spanja tħossha Ewropea u tħossha Mediterranja, pero' min imur hemmhekk u jitkellem man-nies, anke jekk jitkellem ma' l-industrijalisti, isib li ma jħarsux biss lejn l-Ewropa u lejn il-Mediterran, imma jħarsu wkoll lejn l- interessi li għad baqgħalhom fis-South America u fis-swieq li għandhom fis- South America.", "Din hija realta' li rridu nieħdu ħsiebha.", "Dan l-aħħar kont qed nitkellem fuq il-mezzi tar-radju u kien hemm żagħżugħ li qabel bdejna niddiskutu beda jsemmi kif minħabba l-ġublew ġewwa Ruma se jżidu l-underground, kif se jagħmlu \"hekk\" u kif se jagħmlu \"hekk\".", "Meta bdejna d-diskussjoni u għidtlu li ma naċċetta qatt li aħna llum pajjiż indipendenti u b'ċerta identita' tagħna, u nitilfu dik l-identita' - żgħira kemm hi żgħira - nitlilfuha għaliex issa l-Ewropa trid tbiddel ir-regoli tagħha u b'riżultat ta' hekk insibu ruħna fil-fourth division ta' l-Ewropa, dan iż-żagħżugħ qalli li hu jippreferi jkun fil-fourth division ta' professional league milli jkun iżolat.", "Illum aħna, żgħar kemm aħna żgħar, bid-difetti kollha li għandna u bin-nuqqasijiet kollha, għallinqas għandna identita' u ma rridux nġibu fix-xejn dak li ġġieldu għalih kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista - din hija l-istorja li llum hija rikonoxxuta u aċċettata minn dan il-Parlament meta jiċċelebra kemm Jum l-Indipendenza kif ukoll il-jum meta telaq l- aħħar suldat Ingliż minn Malta.", "Dan iż-żagħżugħ kuntent li jkun fil- fourth division għax jaħseb li meta jrid jista' jaqbad u jidħol ġewwa l- Ewropa.", "Imma dan m'hu veru xejn, għaliex anke x-Schengen Agreement li għandhom diġa' qed jaraw kif jinterpretawh u kif iżommuh u ma jżommuhx u min josservah u min ma josservahx u kulħadd qed jaħsibha jekk hux se jibqa' jagħmel parti minn dan il-ftehim jew le.", "Jien ma rridx inkun fil-fourth division, u aħjar inkun dak li jien milli nsib ruħi f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Pero' l-agħar ħaġa - din smajtha llum stess - hi li fl-Ewropa issa hemm min qed tikbirlu rasu u se ngħid għaliex.", "Waqt li kienet għaddejja l- kwestjoni tal-Bosnia - u ma rridux ninsew li fil-Bosnia u fit-territorju kollu ta' l-ex-Jugoslavja l-pajjiżi ta' l-Ewropa kollha ħadmu għall- interess tagħhom; bħal meta l-Ewropej kienu qegħdin jiddiskutu jekk jirrikonoxxux lill-Kroazja u l-Germanja mingħajr ma qagħdet tagħti kas ta' ħadd qabdet u rrikonoxxietha - u waqt li kien qed jinħema l-ftehim ta' paċi għall-Bosnia, Franza permezz ta' ġeneral ta' l-armata tagħha ħarġet tgħid li l-ftehim mhux qiegħed tajjeb.", "Huwa ovvju li fl-Ewropa issa tant qed jikbru l-irjus li qed jgħidu li mhux sewwa li kwestjoni li hija purament Ewropea ddeċidietha u ħadet il-mertu tagħha l-Amerika.", "Qed jgħidu li għax l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandha foreign policy ċara kellha l-vuċi u kellha d-determinazzjoni biex iġġib ir-riżultati u l-Ewropej bit-tlablib u bil-qsim ta' bejniethom ma waslux, u allura dan ifisser li biex ikollok foreign policy kredibbli jrid ikollok is-saħħa wkoll.", "Mr Speaker, lil dak iż-żagħżugħ li qalli li jrid ikun fil-fourth division ngħidlu: Ma nawguralekx, jekk il-fourth division minflok division tal- football tkun division ta' xi armata.", "Jidher ċar li t-tendenza hija li l- element militari u ta' difiża ta' l-Ewropa se jfisser militariżmu iżjed għall-Ewropa.", "Maż-żmien kollox qed jinbidel radikalment, u dik l-għaqda fl-Ewropa li bdiet bħala suq tal-faħam u ta' l-azzar u bin-nies imorru minn pajjiż għall-ieħor mingħajr il-bżonn ta' passaporti u bin-number plates bħal tagħna - anzi bħal tagħna m'għandu ħadd bil-bandiera ta' l-Ewropa ...", "L-ebda pajjiż ieħor ta' l-Ewropa m'għandu.", "Araw in-number plates il-ġodda fuq il-karozzi ta' barra li jinżlu mill-ferry boat li tiġi minn Sqallija u taraw li ħadd m'għandu l-bandiera ta' l-Ewropa, imma aħna għandna.", "Lil dawk il-Maltin li jsiefru nistgħu nistaqsuhom jekk barra għandhomx il- bandiera ta' l-Ewropa fuq in-number plates tal-karozzi.", "Ħadd m'għandu.", "Aħna biss għandna.", "Forsi jekk tmur ġo Strasbourg tara li l-ambaxxaturi għandhom il-bandiera ta' l-Ewropa u xi ftit oħrajn għandhom l-istickers li jwaħħluhom mhux man-numru imma mal-ġenb tal-karozza.", "Imma l-ambaxxaturi u xi ftit oħrajn, mhux kulħadd!", "Mr Speaker, kont qed ngħid li l-militariżmu hemm ċans li jikber u allaħares f'pajjiżna nispiċċaw biex direttament jew indirettament insiru kolonja.", "Ċertament li jkun ħażin.", "Kien bis-sagrifiċċji ta' kulħadd jekk pajjiżna mexa 'l quddiem, jekk sar żvilupp ekonomiku u jekk kien hawn in- nies li dehrilhom li kellhom għandhom jinvestu.", "F'\"The Sunday Times\" jien fraħt lill-Gvern Malti li kellu l-kuraġġ u l-onesta' li fil-United Nations jivvota kontra n-nuclear tests, imma jien nitbellaħ kif f'din l-Ewropa ta' ħafna moralita' nisimgħu li Solana - Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Gvern spanjol tas-Soċjalista Gonzales u minn nhar it-Tnejn li ġej Segretarju Ġenerali tan-NATO diġa' qed idur lid-diversi membri biex fil- vot li jmiss fil-United Nations ma jikkundannawx lil Franza.", "Mid-dehra din kienet waħda mill-kondizzjonijiet li għamlulu biex sar Segretarju Ġenerali tan-NATO.", "Mr Speaker, dawn huma realtajiet li qed jiġru madwarna.", "Għalkemm naf li sar il-ħin nixtieq insemmi lil Aldo Moro li llum intnesa' - għalkemm kultant jiftakru fih meta jagħlaq żmienu, u sħabu, li ġġieldu bejniethom, min imur jagħmillu kuruna tal-fjuri fuq il-qabar tiegħu u min imur iqegħdilu fil-kantuniera ta' Via Fani fejn qatluh - u nittama li l-ispirtu tiegħu lilna bħala poplu tal-Mediterran jagħtina u jibqa' jagħtina ispirazzjoni għax id-dinja li qed ngħixu fiha qed tinbidel b'ritmu mgħaġġel u huwa tajjeb li f'din il-gżira ċkejkna fil-Mediterran ngħixu b'saqajna ma' l-art u mhux ngħixu fl-isħab u mingħalina sejrin fil-ħolm ta' l-Ewropa, għax il-ħolm ta' l-Ewropa m'huwiex daqstant sabiħ.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Moran.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Mr Speaker, id-diskussjoni li nagħmlu hawn ġew fil-Kumitat ta' Provvista ma sservix biss biex il-poplu jsir jaf x'nefaq u x'beħsiebu jkompli jonfoq il-Gvern, iżda biex kulħadd ikun jista' jifli l- policy li l-Gvern ikun miexi biha fl-oqsma kollha.", "Għalhekk meta nhar l- Erbgħa li għaddew ġew diskussi l-voti tal-Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali jiena segwejt b'attenzjoni u bir-reqqa l-ispeeches, id-diskorsi u d- dispożizzjonijiet illi għamlu l-kollegi tiegħi kemm minn din in-naħa kif ukoll min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Taħt dan il-ministeru vast u importanti jaqa' wkoll is-settur tas-saħħa u s-settur tal-kura ta' l-anzjani, imma b'mod speċjali s-settur tas-saħħa li llum huwa wieħed mill-aktar setturi kontroversjali fil-pajjiż.", "Li laqatni kien il-kuntrast bejn id-diskors tal- Ministru, li kien kawt, attent u realistiku u d-diskorsi li għamlu s- Segretarji Parlamentari fejn bdew idoqqu d-diska antika li dak kollu li falla fih dan il-Gvern huwa tort ta' dak li kienu għamlu gvernijiet Laburisti ta' qabel u mbagħad l-Onor.", "Louis Deguara u l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici ipprovaw jikkwotaw statistika li ma tfisser xejn u ma taw l- ebda indikazzjoni li dan il-Gvern fil-qasam tas-saħħa se jimxi aħjar milli mexa s'issa.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Louis Galea għandu l-esperjenza u jaf li fil-qasam tas-saħħa b'mod speċjali m'huwiex xi ħaġa faċli li toġgħob u m'huwiex xi ħaġa faċli anzi kważi impossibbli, li tilħaq il-quċċata tal-perfezzjoni.", "Il-Ministru saħansitra qal li kieku hu kien fuq din in-naħa tal-Kamra l- kritika tiegħu fuq il-mod kif tmexxew is-servizzi tas-saħħa matul dawn is- snin kienet tkun aktar ħarxa minn dik li għamlet l-Oppożizzjoni.", "Ma niskantax għaliex aħna l-informazzjoni li jkollna minn din in-naħa tkun ġejja jew mingħand il-konsumatur innifsu, f'dan il-każ il-pazjent - li naturalment ikollu first hand information għax ikun hu li jħoss, ikun hu li jipparteċipa u jkun hu li jkun fid-deffa meta jagħmel użu mill- istituzzjonijiet tas-saħħa - u minn dak li minn żmien għal żmien jitfaċċa fil-gazzetti jew jingħad fuq ir-radjijiet u fuq it-televisions u allura minn hemm ikollna l-indikazzjonijiet ta' ċerti difetti u ċerti nuqqasijiet u anke ċerti żbalji li qed isiru f'dawn l-istituzzjonijiet.", "Kellu raġun il- Ministru jgħid li kieku kien hu fl-Oppożizzjoni kien jagħmel kritika aktar ħarxa għax il-Ministru qiegħed fil-pożizzjoni privileġġjata li jaf b'ċerti difetti li m'humiex for public consumption u quddiemu jkollu ċerti rapporti ta' inkjesti - u matul din l-aħħar sena kien hemm diversi okkażjonijiet fejn kien hemm il-ħtieġa fil-qasam tas-saħħa li jsiru inkjesti - li kif jgħidu taċ-Ċivil ikunu for the eyes of the Minister only, u allura bilfors li l-Ministru jkollu aktar minn ħjiel li s-servizz tas- saħħa mhux biss qiegħed fil-pożizzjoni daqskemm qed ngħidu aħna mill- bankijiet ta' l-Oppożizzjoni u daqskemm jidher fil-pubbliku, imma ħafna agħar minn hekk.", "GĦalhekk aħna nemmnu li għandu jkun hemm aktar trasparenza fuq dawn ir-rapporti u mhux ir-riżultati tagħhom jibqgħu ma jiġu ppubblikati qatt.", "Kemm aħna d-deputati u kemm il-poplu għandna nkunu nafu x'inhuma d-difetti, x'inhuma l-kwestjonijiet u x'qiegħed jikkaġuna l- inċidenti ħalli nkunu f'pożizzjoni li naraw li min hu responsabbli jirranġa l-iżball u jirrimedja għan-nuqqas.", "Mr Speaker, huwa għalhekk li aħna ngħidu li l-poplu għandu dritt li jkun jaf bihom dawn l-affarijiet għaliex il-poplu qed joħroġ il-flus għal dan is-servizz u la qed joħroġ il-flus għandu d-dritt li jkun jaf li qed jieħu l-aħjar servizz li jista'.", "Aħna qatt ma nistgħu naqblu - la l- Oppożizzjoni u lanqas jien personalment - mal-Ministru meta jikkritika lill- media u jgħidilha li meta tippubblika xi nuqqasijiet tkun qed tagħmel dan jew għax hi partiġġjana jew biex tipprova tħajjar lin-nies biex ma jagħmlux uż mis-servizz mediku pubbliku.", "Ma naqbilx fuq l-ewwel ipotesi għaliex fil-qasam tas-saħħa, bħal fil-qasam ta' l-edukazzjoni, m'għandux ikun hemm partiġjaniżmu politiku u lkoll kemm aħna għandna npoġġu rasna flimkien u naħdmu biex iċ-ċittadin Malti jkollu l-aqwa u l-itjeb servizz fis-settur pubbliku.", "Fuq it-tieni ipotesi frankament ma nemmnux għaliex aħna ngħidu li l-poplu jitlef il-fiduċja f'xi settur jew f'xi stituzzjoni jekk ma jkunx jaf li d-difetti li hemm f'dik l-istituzzjoni qegħdin bis-serjeta' jiġu rettifikati u qegħdin bis-serjeta' jiġu studjati ħalli xi żbalji li setgħu saru ma jerġgħux jiġu ripetuti fil-limiti tal- possibilita'.", "Barra minn hekk, aħna nemmnu li hemm bżonn u hemm bżonn bis- serjeta' li l-pajjiż ikun konvint li l-Gvern qed jagħmel minn kollox biex is-servizzi tas-saħħa pubblika jkunu l-ogħla u l-aħjar u second to none.", "Mr Speaker, fil-15 ta' Novembru ta' din is-sena l-Ministru Louis Galea flimkien maż-żewġ Segretarji Parlamentari tiegħu u diversi big shots fid- Dipartiment tas-Saħħa għamlu press conference.", "Dak inhar il-Ministru ma kienx kawt u realistiku daqskemm kien f'din il-Kamra.", "Dak inhar l-Onor.", "Galea armat b'ħafna ċifri pprova jgiddeb jew pprova jikkonvinċi lill- poplu li s-servizz mediku huwa second to none meta huwa jaf li dan is- servizz fil-preżent m'huwiex dak li jixraq lill-pajjiż ċivilizzat bħal tagħna u pprova juri progress fil-qasam tas-saħħa billi kkwota ċerta statistika.", "Kien ikun ferm iktar fattwali kieku dak inhar il-Ministru ma' dik l-istatistika - ma għamel xejn ħażin billi beda jikkwota minnha - kellu l-findings u r-rakkammandazzjonijiet ta' l-inkjesti u kien jgħid lill-press - imbagħad through the press kien jgħid lill-poplu Malti - li huwa jaf bid-difetti u bin-nuqqasijiet u li l-Gvern kien lest biex jirranġahom mill-aħjar li jista'.", "Imma l-Ministru - bħalma s-soltu għandna tendenza li nagħmlu miż-żewġ naħat - qal li s-servizz tas-saħħa pubblika fil-pajjiż huwa second to none.", "Issa l-Ministru jieħu r-risposta mingħand il-poplu jekk dan hux second to none għax illum il-poplu jaf li s-servizz tas-saħħa fis-settur pubbliku, fl-isptarijiet, fil-policlinics u f'aspetti oħra leaves much to be desired u huma ħafna l-affarijiet li wieħed jixtieq li jiġu rranġati.", "Imma dan mhux biss il-poplu jafu.", "Mr Speaker, fil-qasam tas-saħħa hemm il-morda u hemm it-tobba.", "Meta l- Ministru għoġbu jgħid li s-servizzi mediċi huma second to none ħareġ il- President tal-MAM u qal: Ħalli ngħidilkom kemm huma second to none dawn is- servizzi, u lill-Gvern għamillu xi domandi.", "Qallu: Sur Gvern, Sur Ministru, taħseb li s-servizzi ta' l-isptar huma second to none meta f'kamra f'St Luke's li tesa' erba' pazjenti qed igeddsu sitta u dawn lanqas għandhom fejn jieħdu nifs?", "Inti taħseb li s-servizz ta' l-isptar huwa second to none meta fl-Out-Patients Department ta' l-Isptar San Luqa, konsulent bit-team tiegħu jkollu jara 100 pazjent fi tliet siegħat u nofs?", "Taħseb li dawn il-pazjenti b'dan is-servizz qed jingħataw attenzjoni biżżejjed?", "Taħseb li huwa sinjal ta' kura ta' livell tajjeb li l- pazjenti fl-Isptar San Luqa qed ikollhom jistennew xhur, jekk mhux snin, biex issirilhom operazzjoni fuq l-irkoppa jew fuq il-koxxa, jiġifieri n- knee u l-hip replacement?", "Il-President tal-MAM, l-għaqda tat-tobba, li żgur li ħadd ma jista' jgħid li għandha xi affinita' mal-Partit Laburista jew ma' din in-naħa tal-Kamra, kompla jgħid: Għaliex l-awtonomija ta' l- isptarijiet li dan il-Gvern ilu jwiegħed sa minn meta tela' fl-1987 - minn meta kif iħobb jgħid dan il-Gvern li telgħet ix-xemx - għadha ma waslitx?", "Taħseb li huwa sinjal ta' servizz tajjeb li wieħed joħloq kondizzjonijiet fl-infrastruttura li mhux biss qed joħolqu tbatija lill-marid imma qed idejjqu anke lis-settur mediku u paramediku għaliex qed joħolqilhom ċerti diffikultajiet u ċerti tbatijiet żejda?", "F'dik il-parti tal-media li tradizzjonalment m'għandha l-ebda simpatija żejda ma' din in-naħa tal-Kamra, lill-Prim Ministru qalulu hekk: Sur Prim Ministru, jekk xi ħadd jiġi jgħidlek li s-servizz li qed jingħata fil-qasam mediku, speċjalment fl-isptarijiet tagħna, jikkompara tajjeb mas-servizz li qed jingħata fl-isptarijiet privati, neħħih lil min qed jgħidlek hekk għaliex dan ma jkunx qed jiffaċċja r-realta'.", "U hawn konna nistennew li l-Prim Minsitru se jgħid li hu qed jistudja s-sitwazzjoni, qed jara fejn huma n-nuqqasijiet u d-difetti f'dan il-qasam u se jara kif se jirrimedja għalihom.", "Imma x'sibna?", "Mhux talli l-Prim Ministru ma weriex li hu konxju ta' dawn in-nuqqasijiet, ta' dawn id-difetti u kultant anke żbalji li qed isiru fil-qasam mediku, talli ġie f'dan il-Parlament u qal: Morru fi sptar privat!", "Ħalli ngħid testwalment x'qal il-Prim Ministru, Mr Speaker.", "Huwa qal:", "\"Morru fi sptar privat!", "Ħallas u għamel li trid għaliex għandek il- liberta' li tagħżel, pero' l-isptarijiet ta' l-Istat kienu taħt dan il- Gvern u se jibqgħu kif inhuma.\".", "Din qalha testwalment il-Prim Ministru.", "Jiġifieri issa għandna dikjarazzjoni tal-Prim Ministru, li huwa responsabbli għall-Ministri kollha, li l-isptarijiet statali mhux se jirranġawhom imma se jibqgħu kif inhuma.", "Jiġifieri lil min qed jaħseb li bil-kliem fieragħ u bil-kliem sabiħ u bir-refurbishment u b'affarijiet oħra l-isptarijiet se jirranġaw, il-Prim Ministru qed jgħidlu: Jekk trid tinqeda mur fl-isptarijiet privati, ħallas u għamel li trid għaliex l-isptarijiet privati taħt dan il- Gvern se jibqgħu dawk li kienu u li huma.", "Dan flok ma qal li dawn l- isptarijiet se jirranġaw u li din is-sistema se tirranġa u ma tibqax \"a haemorrhagic system approaching death\" kif sejħula l-gazzettti.", "Hekk ġiet imsejħa s-sistema tas-saħħa pubblika tagħna, sistema emorraġika moribonda.", "Illum il-Gvern qed jgħajjat li għandna l-għażla.", "Jiena lill-poplu - mhux lill-Gvern, lill-Prim Ministru jew lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali - ngħidlu: Ara x'inhi l-għażla li qed jitkellem fuqha dan il-Gvern.", "Min- naħa waħda għandek l-isptar tal-gvern li l-Prim Ministru diġa' ddikjara li se jibqa' kif inhu u li ħafna jgħidu li hu maħmuġ, li hu medjokri u li kultant huwa perikoluż u min-naħa l-oħra għandek l-isptar privat.", "Issa l- għażla hi bejn li tmur fl-isptar tal-gvern jew tmur fi sptar privat, kif qal il-Prim Ministru, u tħallas Lm80 kuljum tas-sodda biss - ara ma jkollokx bżonn xi faxxa għax trid tħallas għaliha extra! - barra li trid tħallas bejn Lm200 u Lm500 jekk ikollok bżonn tuża t-teatru ta' l- operazzjoni - biex tuża t-teatru, mhux biex ikollok il-professur u s- surgeon, dak trid tħallas għalih extra, imma dak mhux se nsemmih hawnhekk għax qed nitkellem fuq l-isptar - u jekk ikun hemm xi mara li tiddeċiedi li għal xi raġuni jew oħra ma tridx jew ma tistax tuża l-isptar statali, allura tlesti madwar Lm500 biex tmur twelled fi sptar privat.", "Mela din hi l-għażla li tana l-Prim Ministru u li tana dan il-Gvern, jew tmur fi sptar statali, li huwa sptar medjokri fejn ikollok tistenna - fi kliem il- President tal-MAM - x-xhur jekk mhux is-snin għall-operazzjonijiet jew biex tingħata riżultati ta' ċerti nvestigazzjonijiet, jew inkella tmur fi sptar privat u tħallas dawk il-liri kollha.", "GĦaliex?", "GĦax l-isptarijiet statali mhux se jiġu rranġati kif iddikjara l-Prim Ministru nnifsu meta hu stess qal li taħt dan il-Gvern se jibqgħu kif inhuma.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed ngħid għal min irid imur u jista' jħallas imma nistaqsi: X'għażla għandu min ma jistax iħallas, bħal per eżempju, dak il-ħaddiem li qiegħed bil-minimum wage u dak li jaqla' sa Lm4,000 fis-sena?", "Aħna nafu li llum biex tagħmel ċerti operazzjonijiet fi sptar privat trid bejn Lm3,000 u Lm5,000.", "Sħabi tan-naħa l-oħra jafu x'jien ngħid u jafu li qed ngħid il- verita' u m'inix qed nigdeb assolutament.", "Mr Speaker, meta wieħed janalizza x'inhu l-bażi tad-diżastru li jeżisti llum fil-qasam mediku, l-aktar fl-isptarijiet tagħna, jsib li l-problema m'hijiex waħda finanzjarja, bħal fil-każ ta' l-edukazzjoni, imma hija pjuttost problema ta' ineffiċjenza fil-management għax kif nafu qed jintnefqu ħafna flus f'dak is-settur mingħajr ebda riżultat pożittiv.", "Minkejja li saru ħafna diretturi f'diversi setturi fid-Dipartiment tas- Saħħa, minkejja li saru diversi departmental managers u minkejja li saru diversi ward managers fil-qasam paramediku, hemm xi ħadd li jista' jpoġġi jdejh fuq qalbu u jgħid li l-problemi fil-qasam ta' l-isptar u fil-qasam tas-settur mediku llum ċkienu?", "Fil-ftit ħin li baqa' se ngħid x'inhuma l- problemi prinċipali u waħda mill-ikbar problemi hija n-nurses.", "Illum il-Gvern qed jammetti li f'dan il-qasam falla u falla għaliex wara tmien snin ta' Gvern Nazzjonalista llum qed jgħidilna u qed jagħmel ir- reklami biex jimporta 80 nurse fil-pajjiż, jiġifieri se jieħu l-prinċipju li jibda jimporta n-nurses.", "Dan huwa l-istess Gvern li tant tkaża li ġew importati t-tobba meta fil-pajjiż kien hawn kriżi u meta ċ-ċirkostanzi kienu ċirkostanzi ta' strike.", "Illum f'ċirkostanzi normali l-Gvern qiegħed jaħseb biex jimporta n-nurses.", "Dan minkejja li sa mill-1988 sar l- Institute for Health Care fejn intnefqu Lm1,692,356 biex minnu ħarġu 50 nurse, li minnhom il-Gvern iggwadanja biss 38 għax it-12 l-oħra rregalajnihom u tajnihom lis-settur privat u tajnihomlhom b'xejn.", "Dan wara li kull nurse qam jew qamet lill-poplu Malti aktar minn Lm38,000.", "Jekk naqtgħu dawk li rregalajna lis-settur privat insibu li dawk it-38 nurse qamu aktar minn Lm44,500 kull waħda jew kull wieħed.", "Daqshekk qamu dawk it- 38 nurse li l-poplu fl-isptarijiet tiegħu qed jagħmel użu minnhom.", "Barra minn hekk, l-Onor.", "Deguara semmielna l-pre-vocational courses u qalilna wkoll li eżerċizzi ta' riorganizzazzjoni kellna għal wieħed, tnejn fil-qasam tan-nurses, imma still l-qasam tan-nurses huwa qasam li huwa frustrat, li hu diżappuntat u huwa qasam li verament m'huwiex kuntent tant li qegħdin nitilfu n-nurses kuljum.", "U m'għandniex inkunu ferħana li n- nurses qegħdin jitilqu mill-isptarijiet tal-gvern u jmorru f'dawk privati.", "Mr Speaker, jien nixtieq insemmi x'qal fuq l-Isptar San Luqa Dr Frank Bartolo li fl-1993 ġie appuntat Amministratur Mediku, wara li n- Nazzjonalisti kien diġa' ilhom hemm ħames jew sitt snin.", "Meta fi Frar li għadda ġie mistoqsi x'impressjoni kellu meta daħal bħala Amministratur Mediku ġo St Luke's, Dr Bartolo qal hekk: \"Meta dħalt hawn bħala Amministratur Mediku ta' l-isptar għidt li kont qisni dieħel f'dar ta' mara maħmuġa.", "L-impressjoni li ħadt dakinhar kienet waħda diżgustanti\".", "Mr Speaker, xi ngħidu fuq il-problema ta' l-overcrowding?", "Illum l- emigrazzjoni ta' pazjenti minn ward għal ieħor qed isir b'diskriminazzjoni.", "Hemm wards ta' ċerti professuri li għandhom biss 20 jew 21 pazjent u ma jdaħħlux wieħed biss over and above.", "Pazjenti li jidħlu hemm meta jkun qed idaħħal dak il-professur f'dik is-sala jibagħtuhom fi swali oħrajn, minkejja li dawn is-swali huma b'complement nieqes ta' paramediċi u nurses u għandhom ferm iktar morda - fil-fatt għandhom bejn 38 u 40 pazjent.", "Dawn il-morda minflok li jidħlu kif għandhom jidħlu fis-sala tal-professur li jkun qed jammetti dak inhar, għax dan għandu 20 pazjent u ma jridx idaħħal wieħed iżjed, allura jidħlu fis-swali huma diġa' mimlijin u mbagħad issibhom fin-nofs, fil-kurituri u f'kull post li wieħed jista' jimmaġina li jpoġġuhom.", "Dan mhux biss jiddiżappunta lin-nurses li qed jagħmlu xogħol ferm agħar milli jixtiequ jagħmlu, imma qed jiddiżappunta wkoll u qed iġib tbatija lill-morda.", "Mr Speaker, bħalma jaf kulħadd fl-Isptar San Luqa teżisti l-problema ta' l-indafa, tal-laundry u tal-catering.", "Dwar l-indafa rrid ngħid li minkejja li din ingħatat lill-privat, illum ir-riżultat ta' kemm dan l-isptar huwa xempju ta' l-indafa inħallih f'idejn min ikollu bżonn imur hemm jew min imur jara lil xi marid ħalli jgħidlina hu kemm dan huwa veru.", "Rigward il- laundry jien konvint li kemm il-Ministru Louis Galea kif ukoll is- Segretarju Parlamentari Louis Deguara jafu li ma tgħaddix ġurnata li ma jitħassrux listi ta' operazzjonijiet u jibqgħu ma jsirux għaliex ma jkunx hemm laundry addattat u meħtieġ.", "Pero' ma ġara xejn għax taħt dan il-Gvern Nazzjonalista l-isptarijiet ta' l-Istat se jibqgħu kif inhuma!", "Hekk qalilna l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu.", "Mr Speaker, dwar il-waiting lists ma nitkellimx jien imma nikkwota dak li qal Dr Galea Debono, il-President tal-MAM.", "Dan qal hekk:", "\"Il-waiting lists għall-operazzjonijiet tal-hip and knee replacements, fost operazzjonijiet oħra , ilum ilaħħqu x-xhur jekk mhux is-snin.", "Dan għax m'hemmx paramedical staff biżżejjed biex ikunu jistgħu jsiru operazzjonijiet wara nofs inhar.\".", "Jiġifieri issa m'hijiex biss kwestjoni ta' flus u ta' spazju, imma hi kwestjoni ta' bad hospital management.", "Għax filwaqt li t-tobba lesti biex jaċċettaw il-flexitime u b'hekk isir użu aħjar mit-teatri u jonqos l-idle time, issa dan mhux qed isir u l-pazjenti qed ikollhom jistennew ix-xhur biex ma ngħidx is-snin biex isirulhom dawn l-operazzjonijiet.", "Mr Speaker, b'reazzjoni għal din il-kritika l-Gvern iħobb isemmilna r- refurbishment, l-Isptar San Raffaele, eċċ. eċċ. Infaqna iktar minn Lm2 miljun fuq ir-refurbishment u issa ilna sejrin għal dawn is-snin kollha u jekk se nibqgħu sejrin kif aħna sejrin sal-ġudizzju universali forsi jitlesta!", "L-Isptar San Raffaele ma nafu xejn fuqu ħlief li qed jitmexxa minn fondazzjoni, il-Fondazzjoni Monte Tabor, li fost id-diretturi tagħha hemm żewġ kapurjuni li s'issa ħabbtu difrejhom anke mal-liġi Taljana u saħansitra ġew ikkundannati mil-liġi Taljana.", "Jien ma baqagħlix ħin sabiex inkompli ngħid x'nuqqasijiet hemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-primary health care u mal-community care, pero' qabel nagħlaq nixtieq ngħid ħaġa waħda.", "Jekk verament dan il-Gvern irid li l- primary health care timxi hemm bżonn li l-general practitioners ikolllhom iktar faċilita' biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn iktar servizzi fl- Isptar San Luqa.", "Għaliex?", "Għax s'issa s-servizzi li hemm lesti fl- Isptar San Luqa huma l-istess li kien hemm fl-1979 fl-għeqqel ta' l- istrike.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq billi ngħid li f'soċjeta' moderna bħal dik tal-lum hemm bżonn li l-pubbliku li qed iħallas għal dan is-servizz ikun konvint li l-Gvern li qed imexxi dan is-servizz qed jagħmel dak kollu li jista' biex lill-poplu jagħtih l-aħjar servizz.", "Issa li għandna l- isptarijiet privati hemm bżonn li l-isptarijiet pubbliċi jkunu huma li jpoġġu l-livell tas-saħħa fuq quddiem u mhux ikunu l-isptarijiet privati li jagħmlu dan.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni fetħet il-kritika dwar il- budget billi qalet li dan huwa budget frodi.", "Jien nagħlaq il-kritika daparti ta' l-Oppożizzjoni billi ngħid li dan huwa gvern frodi.", "Dan huwa gvern li ffroda l-elettorat u nganna lill-poplu.", "Inganna lill-poplu f'ħafna oqsma.", "Inganna lill-poplu billi wiegħed li se jmexxi b'sistema nadifa u qed imexxi bl-iktar sistema korrotta li l-pajjiż qatt tmexxa biha.", "Inganna lill-poplu billi qal li se jagħmel ġustizzja fl-impjiegi u fil-ħatriet u fil-pajjiż qatt ma kellna gvern li kien daqshekk partiġġjan u sfaċċat u politikament motivat fl-impjiegi u fil-ħatriet tiegħu.", "Inganna lill-poplu għaliex wiegħed li fil-pajjiż se jkun hawn law and order mentri llum fil-pajjjiż għandna stat ta' lawlessness fejn kulħadd jagħmel li jrid u fejn il-poplu jħossu li m'għandux il-ħarsien li jippretendi.", "Inganna lill-poplu għaliex kien jgħid li l-poplu taħt Gvern Laburista kien poplu misruq u misluħ bit-taxxi u qatt qabel fl-istorja tal-pajjiż ma kien hawn gvern ieħor li daħħal daqshekk flus mit-taxxa u gvern li qed jippjana u jfassal biex ikompli jisloħ lill-poplu bi kwantita' ta' taxxi ta' kull forma li qed jiġbor minn fuqu.", "Inganna lill-poplu għaliex wiegħed li kulħadd jgħix f'daru mingħajr biża' u spiċċajna li kulħadd huwa mwerwer għaliex anke ġo daru ma jħossux li huwa safe.", "Inganna lill-poplu għaliex qal li se jrażżan it-tixrid tad-droga u fil-pajjiż qatt ma kellna droga mifruxa daqskemm għandna llum u l-Gvern hu impotenti minkejja l-isforzi li jidhru li jsiru.", "Inganna lill-poplu għaliex wiegħed li jsaħħaħ il-valuri morali u f'dawn it-tmien snin taħt dan il-Gvern il-valuri morali marru lura u l-familja ddgħajfet.", "U ddgħajfet minħabba l-politika tal-Gvern, kemm minħabba l-politika ekonomika li ġegħlet lil ħafna nisa tad-djar anke jissagrifikaw s-saħħa morali tal- familja tagħhom billi jkollhom bilfors joħorġu jaħdmu u ddgħajfet ukoll għaliex il-Gvern għamel leġislazzjoni li kien wiegħed li se tkun progressiva biex issaħħaħ il-familja u spiċċat biex qed tgħin ħalli numru akbar ta' familji jinfirdu.", "Inganna lill-poplu - u għalhekk dan il-Gvern huwa frodi - dwar l-istat ta' l-isptarijiet għax kien wiegħed li se jtejjeb l-istat tas-saħħa u tal- kura fil-pajjiż billi kulħadd ikollu t-tabib ta' l-għażla tiegħu b'xejn u spiċċajna li lanqas l-isptar m'huwa fl-istat li kien qabel, imma mar lura - għadna kif smajna lill-Onor.", "Moran isemmi xi wħud min-nuqqasijiet kbar li hemm fl-isptar tal-gvern.", "Inganna lill-poplu għax l-iskejjel tal-gvern marru lura u mhux 'il quddiem.", "Inganna lill-poplu għaliex kien jikkritika lill-Gvern Laburista li kien hemm ħafna toqob fit-toroq u llum it-toroq huma fi stat mill-agħar, ħafna agħar milli kienu qabel.", "Inganna lill-poplu wkoll għaliex kien jikkritika lill-Gvern Laburista li kien impjega ħafna nies mal-gvern.", "Jien se nuri kemm hu kbir l-ingann f'dan il-qasam billi nikkwota minn pubblikazzjoni tal-gvern, l-aħħar \"Economic Statistics Review\" ta' April/Settembru 1995 fejn f'paġna 3 insibu li bejn Mejju 1987 u Settembru 1995 in-numru ta' mpjegati fid- dipartimenti tal-gvern żdied b'5,981 u dan wara li ħafna dipartimenti tal- gvern saru awtoritajiet jew korporazzjonijiet u allura ma baqgħux dipartimenti tal-gvern.", "Il-Gvern f'dawn it-tmien snin żied l-impjegati miegħu b'5981 skond ma qal il-Gvern stess fil-pubblikazzjoni tiegħu.", "Inganna lill-poplu għaliex qed jgħid li rnexxielu jeqred il-qgħad u f'dik l-istess pubblikazzjoni u fl-istess paġna 3 nsibu li f'Settembru 1995 in- numru ta' nies li qed jirreġistraw taħt Part I huwa 80 aktar minn numru ta' nies li kienu jirreġistraw għax-xogħol f'Mejju 1987.", "Infatti nsibu li n-numru li qed jirreġistraw għax-xogħol huwa ta' 4,951 - din f'pubblikazzjoni tal-Gvern ukoll.", "Inganna lill-poplu għaliex filwaqt li qed jgħid li qed iżid it-tagħlim fis-snajja' u fit-teknoloġiji, fil-fatt insibu li n-numru ta' apprentisti u trainees f'Settembru 1995 huwa 1,384 inqas milli kien in-numru ta' apprentisti u trainees f'Mejju 1987, l-aħħar żmien ta' Gvern Laburista - l- istess, din iċ-ċifra hija meħuda mill-pubblikazzjoni li semmejt, f'paġna 3 fl-\"Economic Statistics Review\".", "Inganna lill-poplu għaliex għamel ħafna tibdil u kull bidla li għamel hu jsejħilha riforma.", "Dalgħodu smajna bir-riforma kbira li qed issir fiċ-Ċivil.", "Fiċ-Ċivil ma saret riforma xejn, sar tibdil kbir li wassalna fl-istat li l-Gvern qiegħed iħallas lil-top civil servants - jekk dawn jogħġbu lill-Ministru! - billi jagħtihom persentaġġ fuq is-salarju tagħhom għaliex illum it-top civil servants ma jħossux li għandhom jagħmlu l-massimu ta' l-isforzi tagħhom għall-pajjiż, imma jagħmlu dan biss jekk ikunu inċentivati, jiġifieri li jgħodd huwa kemm jinkinaw għar-rieda u l-volonta' tal-ministri.", "Inganna lill-poplu għaliex gideb f'ħafna ħwejjeġ - anke f'dawn l-aħħar ġranet - u issa qegħdin nisimgħu lill-Prim Ministru jgħid li minkejja l- ftaħir tal-ftehim li għamel mad-Drydocks seba' snin ilu - minn hawn ġew konna kkritikajnih għax kien ftehim ħażin - dan il-ftehim ma wassal imkien u ma solva ebda problema fid-Drydocks.", "Imma dak inhar kien daqq ħafna trombi għax irnexxielu jagħmel ftehim storiku!", "Konna kritikajnih u ż- żmien tana raġun.", "Inganna lill-poplu u għalhekk huwa gvern tal-frodi bl-istorja, bil-ħrafa, bit-traġedja ta' l-Ewropa, għaliex il-Gvern qed jgħidilna li biex Malta tkun tassew Ewropea trid bilfors tkun parti mill-Unjoni Ewropea.", "Malta hija diġa' u ilha numru ta' żmien fil-Kunsill ta' l-Ewropa fejn hemm 34 pajjiż - prattikament l-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa ħlief ftit u allura m'għandiex għalfejn tkun f'ebda każin ieħor u f'ebda għaqda oħra ta' l- Ewropa biex hi tkun verament Ewropea.", "Malta qiegħda fil-Kunsill ta' l- Ewropa li għandu bħala l-għanijiet prinċipali t-tixrid tad-demokrazija, l- protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u s-sistema demokratika tat-tmexxija.", "U allura aħna li ilna numru ta' snin fil-Kunsill ta' l- Ewropa m'għandniex bżonn għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u għall-ħarsien tad-demokrazija f'pajjiżna nkunu fl-għaqda l- oħra Ewropea, l-għaqda ristretta, l-għaqda xovinista, l-għaqda li għandha l- politika tagħha ħażina, jiġifieri l-Unjoni Ewropea.", "Imma l-Gvern irid jinganna lill-poplu billi jgħid li hemm ħtieġa li ningħaqdu fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma jgħid li l-Unjoni Ewropea hi d-diviżjoni jew aħjar l- qasma ta' l-Ewropa u mhux l-għaqda ta' l-Ewropa.", "Iktar jista' l-Kunsill ta' l-Ewropa jippretendi li jgħaqqad hu l-Ewropa milli l-Unjoni Ewropea għax din hija biss għaqda ta' numru ristrett ta' pajjiżi u mhux tal-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa.", "Dan il-Gvern qed jinganna lill-poplu u għalhekk huwa gvern frodi fuq din il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea għaliex ma jridx jgħid lill-poplu li dan il-Gvern illi jippretendi li kien hu li ġġieled għall-indipendenza ta' pajjiżna, bit-talba li qed jagħmel ħalli jingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea jrid lil Malta tintegra ruħha mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il- Gvern irid l-integration.", "Il-Partit Nazzjonalista li proprju jrid jiddefenti l-indipendenza ta' pajjiżna u li tant ikkumbatta lill-Partit Laburista fil-ħamsinijiet meta l-Moviment tal-Ħaddiema għal raġunijiet ekonomiċi u soċjali ried ukoll l-integration ma' l-Ingilterra, llum irid li pajjiżna jkollu integration mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, integration li ttellifna l-indipendenza tagħna u integration li ġġib lill-Gvern Malti bis-saħħa ta' kunsill lokali, qisu bħas-saħħa li għandhom il-kunsilli lokali fil-pajjiż u daqshekk ieħor ikollu saħħa gvern Malti jekk nintegraw fl-Unjoni Ewropa.", "Issa għaliex il-Partit Nazzjonalista jrid li Malta tintegra ruħha fl-Unjoni Ewropea?", "Il-Partit Nazzjonalista fl-1979, meta allura l-Gvern Laburista kien irnexxilu jġib fit-tmiem il-bażi militari Ingliża f'Malta, qabdu paniku kbir għaliex beża' li Malta mingħajr bażi militari Ingliżi tista' tinbela' mir-Russi - dak iż-żmien kienu s-Sovjetiċi.", "Allura l-Partit Nazzjonalista għaġġel biex fil-kunsill nazzjonali tiegħu jgħaddi riżoluzzjoni biex il- partit jitħabat ħalli Malta ssir parti integrali mis-Suq Komuni jew mil- Komunita' Ewropea - hekk kienet magħrufa dak iż-żmien.", "Dak li ddeċieda l- Partit Nazzjonalista f'mument ta' paniku fi Frar 1979 għax kien imwerwer li Malta se timbela' mir-Russi kien 16-il sena ilu u llum il-Partit Nazzjonalista għadu bl-istess phobia, fissazzjoni u ossessjoni ta' 16-il sena ilu għax għadu sal-lum jinsisti li biex pajjiżna jsalva d-demokrazija jew ikun ċert mid-demokrazija u biex pajjiżna jkun ċert mis-salvagwarda jew mill-ħarsien tad-drittijiet fundamentali jrid bilfors jagħmel parti mill- Unjoni Ewropea, bħallikieku l-Unjoni Ewropea se ssalva d-demokrazija fil- Ġermanja u bħallikieku d-drittijiet fundamentali fi Spanja se jiddependu fuq l-Unjoni Ewropea u mhux il-Ġermaniżi stess iridu jkunu li jinsistu u jiġġieldu biex jippreservaw id-demokrazija f'pajjiżhom u mhux l-Ispanjoli stess iridu jkunu biex jippreservaw u jħarsu d-drittijiet fundamentali f'pajjiżhom.", "Hekk irid jifhem il-poplu Malti li ħadd ma jista' jħares id- demokrazija, is-sistema parlamentari u d-drittijiet fundamentali f'pajjiżna jekk ma tkunx ir-rieda tal-poplu li ma tippermettix li jkun hawn it-tkasbir tas-sistema demokratika, tas-sistema parlamentari u tad-drittijiet fundamentali.", "Imma l-Partit Nazzjonalista huwa mbeżża' li l-poplu Malti ma jkollux is-saħħa biex jirreżisti għal xi tentazzjoni jew attentat kontra dawn il-tliet ħwejjeġ fundamentali u allura jrid bilfors li jidħol taħt l- umbrella jew taħt l-għonnella tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea biex b'hekk ikollu l-ħarsien tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali.", "Din hija r- raġuni prinċipali għaliex il-Partit Nazzjonalista jrid li Malta tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea.", "Naturalment il-Gvern ma jgħidx dan id-diskors u dan ma jgħidux għaliex huwa gvern li huwa verament frodi.", "Issa għaliex wieħed m'għandux għalfejn iħares lejn l-Unjoni Ewropea?", "L-ewwel u qabel kollox għaliex ħafna mill-politika ta' l-Unjoni Ewropea hija politika ħażina u żbaljata u allura m'għandniex għalfejn ikollna x'naqsmu ma' politika bħal dik.", "Il-politika li l-Unjoni Ewropea timxi biha fil-qasam ekonomiku pproduċiet 20 miljun ħaddiem bla xogħol u allura politika li tipproduċi din il-kwantita' ta' nies bla xogħol hija politika żbaljata u għalhekk il-poplu Malti m'għandux għalfejn iħaddan din il- politika.", "Anke l-politika agrikola ta' l-Unjoni Ewropea bija ħażina u żbaljata, anzi hija skandlu u immoralita' kbira li filwaqt li hawn tant nuqqasijiet fid-dinja u tant miljuni ta' nies imutu bil-ġuħ, il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jissussidjaw biex ma jkunx hemm produzzjoni ta' prodotti agrikoli.", "Politika bħal din il-poplu ma jridhiex u l-Gvern ma jmissux imiss magħha għaliex hija politika diżastruża u mmorali.", "Mela l-Unjoni Ewropea tħaddan politika ekonomika ħażina, politika agrikola ħażina u politika estera ħażina.", "Hawnhekk m'għandix għalfejn ninsisti ħafna ħlief li nfakkar lill-poplu kif imxiet l-Unjoni Ewropea fil-każ tal-Bosnia, id- diżastru li għamlet l-Unjoni Ewropea quddiem it-traġedja tal-Bosnia u għalhekk il-poplu Malti m'għandux għalfejn ikollu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Apparti li l-politika ta' l-Unjoni Ewropea f'ħafna oqsma bħal dawk li semmejt u f'ħafna oħrajn fiha nfisha hija politika ħażina u għalhekk m'għandniex inħaddnuha, kieku Malta kellha tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea kieku jkun hawn żvantaġġi ekonomiċi u żvantaġġi soċjali u jkollna wkoll pajjiż ikkastrat politikament għaliex ma jkun jista' jagħmel xejn u mhux biss ikun irid isegwi l-politika ekonomika u soċjali li pajjiżi oħra jimponu fuqna imma wkoll ikun pajjiż mitruħ politikament.", "Għalhekk m'għandniex għalfejn aħna nwebblu lill-poplu tagħna biex jingħaqad ma' l- Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern huwa wkoll gvern frodi għaliex inganna lill-poplu fuq il- kwestjoni tan-newtralita' u tan-non-allinjament.", "Il-Gvern qed jgħid li l- konċett ta' non-allinjament issa spiċċa u mbagħad fl-aħħar laqgħa tal- pajjiżi non-allinjati, il-Gvern Malti ħa parti u mar jgħid li hu għandu teorija ġdida ta' l-iżvilupp tal-konċett tan-non-allinjament u issa qed jippretendi li l-Partit Laburista jabbanduna l-konċett tan-non-allinjament.", "Il-politika barranija tal-Gvern Nazzjonalista hija wkoll frodi għaliex filwaqt li bil-fomm jgħid li pajjiżna huwa newtrali, fil-fatt irrenda l- politika barranija tagħna servili u reġa' għamel lil Malta kolonja ġdida tal-punent u tal-politika ta' l-Istati Uniti.", "Dan rajnieh l-iktar fil- kwestjoni tas-sanzjonijiet ekonomiċi kontra l-Iraq u kontra l-Libja.", "Aħna minn dejjem konna kontra li l-Gvern Malti jissieħeb fl-aggressjoni li l- Istati Uniti ta' l-Amerika flimkien mal-pajjiżi hekk imsejħa l-Allejanza għamlu kontra l-Iraq, kif konna wkoll kontra l-agressjoni li l-Iraq għamel kontra l-Kuwait.", "Il-Gvern Malti, għax huwa gvern servili u gvern mingħajr fibra morali, aċċetta li hu jagħmel parti mill-aggressjoni kontra l-poplu ta' l-Iraq.", "Issa l-Gvern Malti ilu dawn is-snin kollha, wara li spiċċat il-gwerra ta' l-Iraq, jieħu parti wkoll fis-sanzjonijiet kontra l- poplu ta' l-Iraq mingħajr ebda ġustifikazzjoni, anzi b'sens ta' immoralita' kbira l-Gvern Malti qiegħed jirrendi ruħu kompliċi ma' min qed jagħmel tant ħsara, ma' min qed iġib tant tbatija u ma min qed jikkaġuna tant imwiet fuq il-poplu ta' l-Iraq minħabba dawn is-sanzjonijiet li m'għandhom ebda skop ħlief li hekk jaqbel għall-interessi strateġiċi ta' l-Istati Uniti.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu dwar is-sanzjonijiet kontra l-Libja.", "Dawn m'humiex ġustifikati la moralment, la politikament u lanqas legalment, imma l-Gvern Malti m'għandux il-fibra morali biex jgħid lill-Istati Uniti ta' l- Amerika li hu ma jridx ikun kompliċi fl-inġustizzja li l-Istati Uniti ta' l- Amerika, permezz tal-Kunsill tas-Sigurta', qed tagħmel kontra l-poplu Libjan.", "U forsi agħar minn hekk, mhux biss kontra l-poplu Libjan imma issa kontra l-poplu Malti għaliex dawn is-sanzjonijiet issa qed jagħmlu ħsara wkoll lill-poplu Malti.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onorevoli, fadallek żewġ minuti oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Biżżejjed insemmu l-inċidenti li ġraw dan l-aħħar.", "Kellna l-inċident tal-missjoni tad-Drydocks li marret il-Libja u kienet involuta f'inċident awtomobilistiku u kieku ma kienx għal dawn is- sanzjonijiet dak l-inċident ma kienx isir.", "Kellna wkoll l-inċident tat- telf ta' l-ajruplan fejn intilfu sitta min-nies - fosthom kien hemm il- Maltin - u li kieku ma kellniex il-Gvern Malti li qed jipparteċipa b'dawn is-sanzjonijiet kieku dak l-inċident ma kienx jiġri.", "Allura l-Gvern għandu tort ukoll dwar dawn l-inċidenti u għandu tort kbir ukoll dwar il-ħsara u t- tbatija li qed jikkaġuna fuq il-ħaddiema Maltin li qed jaħdmu l-Libja għax qed jimponi fuqhom inkonvenjent kbir kull darba li jiġu u jmorru għall-post tax-xogħol tagħhom.", "L-aħħar inċident li kellna kien tal-mewt ta' Shqaqi fejn rajna d-djufija tal-Gvern Malti fir-reazzjoni tiegħu għal dak li ġara f'pajjiżna.", "Il-Gvern ma kellux is-saħħa li jgħid ċar u tond li hu jikkudanna t-terroriżmu ta' l- Istat Israeljan li ġie kommess f'pajjiżna.", "Aħna ma nafu bl-ebda passi diplomatiċi li ħa l-Gvern f'dan ir-rigward u issa Malta f'għajnejn il-poplu Għarbi saret bejta ta' aġenti Israeljani.", "Hekk hija meqjusa llum Malta u dan huwa tort tan-nuqqas ta' inizjattiva tal-Gvern Malti fil-qasam diplomatiku u fil-qasam politiku għax ma kellux il-kuraġġ li jagħmel reazzjoni qawwija għal dak li ġie kommess f'pajjiżna, jiġifieri att ta' terroriżmu statali daparti ta' l-Istat Israeljan.", "Minflok għamel dan il- Gvern Malti baqa' sieket u llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn ir- relazzjonijiet bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Libja m'humiex relazzjonijiet tajbin u jekk ma titteħidx x'inizjattiva serja, dawn ir- relazzjonijiet jistgħu jmorru għall-agħar u dan huwa kollu tort tal- politika żbaljata tal-Gvern Nazzjonalista.", "Il-Gvern ukoll qed jipprova jinganna lill-poplu billi jgħid li pajjiżna miexi 'il quddiem - miexi 'l quddiem billi ngħixu bid-dejn u dejjem inżidu fuqu!", "Il-qagħda finanzjarja għad-differenza tal-qagħda ekonomika hija diżastruża għaliex biex il-Gvern Malti jkollu minn fejn iħallas l-ispiża rikorrenti jrid kull sena jissellef u jiddejjen il-miljuni u lanqas se jkollu biżżejjed biex iħallas l-imgħaxijiet tad-dejn li għamel.", "L- imgħaxijiet ilaħħqu ma' l-Lm24 miljun fis-sena u l-Gvern irid jiddejjen Lm40 miljun fis-sena u dan ifisser li l-Gvern lanqas għandu biex iħallas l- imgħaxijiet fuq id-dejn li għamel.", "Għalhekk il-qagħda finanzjarja tal- pajjiż hija wkoll qagħda ħażina.", "Filwaqt li fil-fatt il-Gvern jipprova jgħid li f'pajjiżna hawn il-prosperita', pero' l-prosperita' hija falza, artifiċjali u mibnija fuq id-dejn.", "Dan l-istess bħal meta familja tissellef u tkompli tissellef biex tgħix tajjeb, imbagħad fl-aħħar meta jsiru l-kontijiet ssib li hija kompletament midjuna.", "Hekk huwa wkoll l- Istat Malti.", "Jekk il-Gvern dan mhux se jikkonoxxih u l-poplu dan ma jagħrfux, il-poplu jkun irid iħallas għalih il-quddiem għax jiġrilna bħalma ġralhom pajjiżi oħra li mxew b'din il-politika diżastruża finanzjarja li mbagħad ikollhom jibdew jagħmlu tajjeb għad-dejn billi jnaqqsu mill-iktar ħwejjeġ u servizzi għeżież għalihom.", "Dan huwa l-istat fallimentari finanzjarju għad-differenza ta' l-istat ekonomiku li fih qiegħed il-poplu Malti llum.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi Onorevoli, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mil-lat finanzjarju m'għandniex fuq xiex niftaħru minkejja dak li qed jgħid il-Gvern u nagħlaq billi nsemmi aspett ieħor mil-lat ta' effiċjenza u ħila fit-tmexxija.", "Biex wieħed jara kemm titmexxa tajjeb kumpannija kulma jrid jagħmel hu li jara l-accounts, il- qligħ u l-profitti tagħha.", "Issa jekk inħarsu lejn dak li sar f'pajjżna f'dawn l-aħħar tmien snin, naraw li ma kien hemm ebda sena li fiha l-Gvern irnexxilu ma jitlifx.", "Mela kull sena l-Gvern ma kienx kapaċi jmexxi bi kriterji ta' effiċjenza, liema kriterji jippretendi li l-Kunsill tat-Tarzna għandu jmexxi bihom.", "Mr Speaker, issa ħalli nagħlaq bil-kliem li uża l-Prim Ministru erbat ijiem ilu għar-rigward tad-Drydocks.", "Huwa qal li m'hemmx effiċjenza u qal li hemm tmexxija ħażina għax id-Drydocks kull sena qed titlef il-flus.", "Pero' l-Gvern Malti qed jitlef miljuni ħafna iktar mid-Drydocks kull sena.", "Mela Sur Prim Ministru l-Gvern Malti m'għandux effiċjenza u mhux qed imexxi tajjeb, u kif inti għidt li għandha tinbidel is-sistema tat-tmexxija tad- Drydocks hekk ukoll għandu jgħidlek il-poplu Malti lum qabel għada li hemm bżonn il-ħtieġa impellenti li titbiddel is-sistema ħażina tat-tmexxija tal- pajjiż.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin għad-dispożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni b'hekk ittieħed kollu.", "Issa l-ħin li fadal huwa għad-dispożizzjoni tan- naħa tal-Gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Claude Muscat.", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Mr Speaker, ilna 12-il ġurnata niddiskutu l-budget u l-estimi li ppreżenta l-Ministru tal-Finanzi fit-22 ta' Novembru.", "Fil- fatt wara l-Oppożizzjoni kienet ħarġet bit-titlu \"Budget frodi\".", "Issa jew forsi ħarġu b'dan it-titlu għax ħasbu li l-poplu ma nbidilx u għadhom jaħsbu li jistgħu jbellgħulu kollox jew inkella ħasbu li b'dan it-titlu sejrin iħammġu lill-Gvern.", "Għax fuq kollox, min jagħmel il-frodi skond il- liġi huwa kriminal u allura forsi ħasbu li se jittimbraw lill-Gvern preżenti bħala gvern kriminali bħalma kien il-Gvern ta' Pinochet jew inkella bħal ma kien Ceaucescu.", "Mill-ewwel tinduna li l-Oppożizzjoni ħadet daqqa ta' stallett meta qrat il-budget u rat li l-policies li qiegħed jwettaq il-Gvern qed jagħtu riżultati pożittivi.", "Għalhekk ma kellha l-ebda alternattiva ħlief li tara kif tħammeġ.", "Din hija l-Oppożizzjoni li kellha tkun Oppożizzjoni kostruttiva kif kien iddikjara l-Onor.", "Alfred Sant hekk kif ħa l-ġurament ta' Kap ta' l-Oppożizzjoni?!", "U erġajt ħadt id-diskors tal-Ministru biex nara għaliex saret din l-akkuża, u Mr Speaker mort għal paġna 16, fejn hemm l-impiegi, u taqra li b'kollox iż-żieda fin-numru ta' dawk li kienu jaħdmu bi qligħ bejn Jannnar u Settembru 1995 kien ta' 6,880, u n-numru totali issa jaqbeż il-140,700 ruħ u hawnhekk sibt id- diskors li kien għamel ukoll fuq il-budget sentejn ilu l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Fost affarijiet oħra, kien qal hekk:", "\"Imma forsi wieħed għandu jinsisti aktar fuq aspett li l-Gvern qiegħed jinjora totalment għax għalkemm qed jirrikonoxxih bil-kliem meta jinsisti fuq il-valur tar-riżorsi umani u l-importanza li wieħed għandu jagħtih - qabel dan konna insejħulu x-xogħol li jagħtu l- impjegati u l-ħaddiema - fil-fatt il-Gvern matul dawn l-aħħar seba' snin ir-riżorsi umani injorahom totalment.\".", "Allura meta illum għandna dan ir-riżultat, altru milli hu budget frodi imma għandu jiġi l-ex-Prim Ministru ta' Malta u jippreżenta ċertifikat lill- Gvern preżenti tas-suċċess li kellu fil-qasam tax-xogħol.", "Mhux hekk biss, iżda dawn is-6,880 ħaddiem qegħdin fuq xogħol produttiv mhux kif ried jagħmel l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Se nerġa' nikkwota mill-istess diskors:", "\"... llum mhuwiex iktar aċċettabbli f'soċjeta' illi tippretendi li tutilizza mill-aħjar li tista' r-riżorsi tagħha - inklużi r-riżorsi umani - li tħalli mqar persuna waħda biss ma taħdimx.", "Illum kull soċjeta', jekk verament trid tiġi meqjusa bħala soċjeta' progredita u ċivilizzata, bilfors trid tutilizza r-riżorsi umani tagħha billi tipprovdi opportunitajiet ta' xogħol għal kulħadd - mhux għall-ikbar numru ta' nies possibbli imma għal kull persuna li tiflaħ taħdem u li trid taħdem.", "Il-Partit Laburista fil-gvern ipprova u beda jwettaq dan il-konċett mill-1985 'il quddiem u għalkemm jiġi kkritikat u mżeblaħ illi qabel l-elezzjoni ta' l-1987 impjega eluf ta' nies għal skopjijet partiġġjani, fil-fatt il-Partit Laburista fil-gvern għamel hekk biex iwettaq politika li qabel ma konniex inwettqu, il-politika li nutilizzaw ir-riżorsi umani kollha li għandu l-pajjiż.", "Dan konna nagħmluh mhux biss mil-lat ekonomiku - il-pajjiż ikun qed jitlef jekk ma jħaddimx lil kulħadd - imma għaliex aqwa minn hekk, nifhmu bħala prinċipju li huwa skond il-ġieħ ta' bniedem illi dan għandu jkollu x- xogħol ipprovdut lilu għax bniedem li ma jaħdimx ikollu l-ġieħ tiegħu mnaqqas.\".", "Mr Speaker, jiena ċert li kull gvern jixtieq jipprovdi xogħol għal kulħadd, iżda nkunu mġienen biex taqbad u timpjega dawk li ma sabux ix- xogħol minħabba li l-Gvern ma kienx kapaċi jġib ix-xogħol.", "Kieku minflok ipprovdejna xogħol produttiv għal dawn is-6,880, u minflok daħħalniehom fis- settur pubbliku, kien ikun ifisser li l-Gvern kien ikollu jitgħabba bi spiża ta' madwar Lm15 miljun fis-sena u dan meta wieħed jikkalkolahom fuq il-minimum wage tal-lum li hija ta' Lm40.38 fil-ġimgħa.", "Dan kien ikun ifisser li l-Gvern mhux talli ma kienx ikun f'pożizzjoni li jagħti żieda ta' Lm2 fil-ġimgħa u żieda fis-servizzi soċjali u tnaqqis fl-income tax, iżda kien ikun ifisser li l-Gvern ikollu jkun kostrett li jagħmel budget ta' taxxi biex jiġbor Lm2 fil-ġimgħa minn għand kull impjegat ħalli jagħmel tajjeb għal din l-ispiża.", "Il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ta' l-1987 bl-għajta ta' \"ix- xogħol is-sisien għall-ġejjieni\".", "Illum wieħed verament jista' jgħid li l- Gvern Nazzjonalista żamm l-appuntament tiegħu mal-wegħda li kien għamel.", "Id-dmir tal-Gvern m'huwiex li jimmira li kulħadd ikun impjegat miegħu, iżda li kulħadd ikollu fejn jista' jħaddem il-ħiliet u t-talenti tiegħu filwaqt li jiżgura għajxien xieraq għalih u għal min jiddependi minnu.", "Settur ieħor interessanti huwa dak li jirrigwarda l-qagħda monetarja.", "Mhux se nsemmi kemm żdiedu d-depożiti fil-banek imma se nikkwota figuri li wieħed jibqa' mbellah bihom, il-konkorrenza għall-istocks li ħareġ il- Gvern.", "Fit-23 ta' April kienet saret sejħa għal Lm10 miljun stocks li l- applikazzjonijiet għalihom kienu jammontaw għal Lm18,866,600.", "Fid-19 ta' Novembru kien hemm erba' issues ta' stocks.", "Kien hemm waħda ta' Lm5 miljun li l-applikazzjonijiet għaliha laħħqu Lm16-il miljun; kien hemm oħra ta' Lm15-il miljun, fejn l-applikazzjonijiet kienu jlaħħqu Lm38 miljun; issue oħra kienet ta' Lm10 miljun u d-domanda ta' Lm0.5 miljun iktar, u kien hemm sejħa oħra għal Lm10 miljun stocks li d-domanda għalihom kienet ta' kważi Lm1 miljun iżjed.", "Fit-8 ta' Lulju kien hemm tliet issues, waħda ta' Lm5 miljun fejn is-subscription kienet ta' Lm10 miljun u kien hemm żewġ issues oħra ta' Lm10 miljun kull waħda li ġew sottoskritti.", "Imbagħad fit-30 ta' Settembru kien hemm tliet issues oħra, waħda ta' Lm10 miljun li d-domanda għaliha laħħqet kważi Lm18-il miljun; kien hemm oħra ta' Lm5 miljun fejn applikaw kważi għal Lm11-il miljun, u kien hemm issue oħra ta' Lm10 miljun li l-applikazzjonijiet għalihom kienu jammontaw għal Lm12.5 miljun.", "Jiġifieri fl-aħħar 12-il issue il-Gvern ħareġ sejħa għal Lm118,700,000 u l- poplu applika għal Lm198,782,700, an oversubscription ta' Lm80 miljun fuq it-talba tal-Gvern.", "Hawn mhux qed insemmi x-shares li ħareġ il-Bank of Valletta, il-Mid-Med, il-Lombard, Gasan u Farsons li dawn ukoll kienu oversubscribed.", "Dan juri verament fejn tinsab il-fiduċja tal-poplu u kemm il-poplu għandu fiduċja fl-istituzzjonijiet finanzjarji tagħna.", "Dan hu ċertifikat ieħor għal dan li-Gvern għax irnexxielu jħajjar lill-poplu Malti jibqa' jinvesti flusu hawn Malta u mhux jesportahom kif kien isir taħt Gvern Soċjalista meta l-poplu kien kostrett jinvesti flusu barra minn Malta jew inkella jżommhom id-dar.", "Mr Speaker, meta wieħed jiġi f'dan il-Parlament u jisma' lill- Oppożizzjoni tikkritika wieħed minn dawk is-setturi li taħt din l- Amministrazzjoni ħadu spinta 'l quddiem, huwa diffiċli li temmen li l- Oppożizzjoni qed tagħmel xogħolha f'dan il-Parlament li tkun Oppożizzjoni kostruttiva.", "Qed nirriferi għas-settur tat-turiżmu.", "L-ewwelnett hawn għajdut li l-Gvern preżenti m'huwiex qed jieħu s-settur tat-turiżmu b'dik is-serjeta' li jixraqlu minħabba r-rwol tiegħu fl-ekonomija Maltija, għaliex ħalla lill-persuna responsabbli minn dan is-settur bħala segretarju parlamentari u ma ħatarx ministru responsabbli.", "Naħseb li jkun tajjeb li wieħed ifakkar li meta l-Partit Nazzjonalista ħa l-gvern f'idejh fl-1987 it- turiżmu kien fi stat diżastruż bħalma kienu s-setturi tat- telekommunikazzjoni, tad-dawl u l-ilma, ta' l-ambjent, tal-housing u oħrajn.", "Kien għalhekk li l-Prim Ministru għamel diversi segretarji parlamentari f'diversi ministeri, biex f'dawn is-setturi jkun hemm persuna involuta direttament.", "Fis-settur tar-turiżmu, bħal f'setturi oħrajn, hemm żewġ persuni li qed jagħmlu ħilitihom kollha biex dan is-settur jagħti riżultati mixtieqa.", "Jekk wieħed għandu jitkellem pożittivament fuq it-turiżmu, hu proprju dan il-Gvern li għamel passi ta' ġgant biex ġab dan is-settur 'il quddiem.", "U mhux billi għax kien hemm nuqqas fin-numru ta' turisti li żaru lil pajjiżna din is-sena, kien hawn min għamel kampanja sħiħa li f'dan is-settur hawn diżastru.", "Jekk naraw kif kien dan is-settur fi żmien l-Amministrazzjoni Soċjalista nibqgħu mbellha bir-riżultati dejjem negattivi li kien ikun hemm f'dan is-settur.", "L-għajta biex iżommu l-forward buying rate għalija hija monument ta' falliment tal-Gvern Soċjalista fl-industrija tat-turiżmu għax ma kenux kapaċi jidħlu fis-suq kontinentali minħabba li żammew lil pajjiżna lura kemm fl-infrastruttura u kemm fis-servizzi.", "Għalhekk ma setgħux jiddiversifikaw kif imbagħad sar taħt Gvern Nazzjonalista.", "Kien għalhekk li bilfors kellhom idaħħlu din l-iskema, għax dak iż-żmien kellhom pandimonju.", "Dawn mhux l-iskema tal-forward buying rate biss kellhom, imma kellhom anke jintroduċu skema oħra t-Tourism Workers Assistance Scheme għax il-lukandi kienu bdew ikeċċu l-impjegati.", "Fis-snin 1982 u 1983 nefqu s- somma ta' Lm230,000 biex għaxar lukandi setgħu jżommu 1,200 ħaddiem fuq four-day week.", "Dak is-suċċess li kien hawn fi żmienhom, Mr Speaker.", "Dawn huma n-nies li llum jiġu hawnhekk jikkritikaw il-figuri u jbeżżgħu bid- diżastru li hawn f'dan is-settur.", "X'irrid ngħid b'dan, Mr Speaker?", "Fl- 1983 dawn ma kenux kapaċi jġibu turisti mill-iktar post viċin tagħna, jiġifieri mill-Italja.", "Fil-fatt matul dik is-sena mill-Italja kienu ġew biss 34,831turist, u dan meta r-rata tal-kambju kienet 3,717 lira Taljana għal kull lira Maltija.", "Fl-aħħar ta' l-1994 in-numru ta' turisti Taljani li ġew Malta kien ta' 98,746, meta l-kambju kien ta' 4,410 liri Taljani għal kull lira Maltija, jiġifieri n-numru ta' turisti kien it-tripplu meta l-lira Maltija kienet madwar 20% ogħla meta mqabbla mal-lira Maltija.", "Fl-1983 in-numru ta' turisti Ingliżi li ġew Malta kien ta' 312, 302, meta r-rata kienet ta' £1.5491 għal kull lira Maltija, waqt li fl-1994 ġew 530,385 turist Ingliż jiġifieri 70% tat-turisti kollha, u dan meta r-rata tal-kambju kienet ta' £1.7381 għal kull lira Maltija, jiġifieri l-lira Maltija kienet 12% aktar.", "Jekk inħarsu lejn it-turiżmu mill-Ġermanja, naraw li waqt li fl-1983 ġew 26,422 turist Ġermaniż, fl-1994 ġew 200,281.", "Imma dan xi jfisser, Mr Speaker?", "Dan kollu juri kemm verament il-Gvern Nazzjonalista biddel lil Malta u jfisser ukoll li meta jkollok prodott tajjeb wieħed jista' jbigħu kullimkien.", "Issa ħalli nerġa' mmur lura għall-forward buying scheme.", "Wieħed irid joqgħod attent kif jagħti s-sussidju għax b-iskema kif ġiet introdotta kienet qed tissussidja l-prodott u mhux il-konsum, u allura t-turist xorta waħda kien ikun jista' jikkonsidra lil Malta bħala destinazzjoni għolja meta jqabbilha ma' prezzijiet ta' pajjiżi kompetituri tagħna.", "F'dan is- sens wieħed seta' jikkonsidra din is-sistema bħala waħda kosmetika, biex jgħatti r-realta'.", "It-turiżmu huwa settur kompless ħafna u mhux biss dawk li jaħdmu direttament f'dan is-settur għandhom jagħtu sehemhom, imma l- pajjiż kollu.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jistaqsi jekk sarx studju biex naraw x'jiġri kieku kellna nagħtu sussidju ta' 10% lis-suq Ġermaniż - hawn infakkar li mis-suq Ġermaniż ġew 200,281 turist bir-rata preżenti - bħalma nagħmlu lis-suq Ingliż, kemm inkunu kapaċi nġibu aktar turisti Ġermaniżi.", "Illum nafu li l-ekonomija Ġermaniża hija aktar b'saħħitha minn dik Ingliża u li l-mark Ġermaniż ukoll huwa aktar b'saħħtu mill-isterlina.", "Dan ifisser li l-Ġermaniż huwa f'pożizzjoni li jonfoq aktar minn turist Ingliż.", "Hekk ukoll jista' jingħad għal swieq oħra fl-Ewropa.", "Għax x'ġid jiswa lil pajjiżna jekk noffru rata sussidjata għal pakkett imma mbagħad jiġi t- turist fostna u ma jonfoq xejn?", "Kulħadd jaqbel li żieda fin-numru ta' turisti trid tirrifletti wkoll żieda fid-dħul għall-ekonomija Maltija.", "Mr Speaker, huwa ta' sodisfazzjon kbir għalina d-deputati tal-Gvern li niġu f'dan il-Parlament b'riżultati pożittivi li flimkien mal-poplu Malti u Għawdxi rnexxielna nwettqu.", "Għalhekk wieħed jista' verament jawgura sena oħra mimlija paċi, hena u ġid lill-poplu kollu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, wara li dalgħodu smajt lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jagħmel il-kritika tiegħu dwar il-vot tal-kunsilli lokali taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ikkonvinċejt ruħi iktar minn qatt qabel li waħda mid-deċiżjonijiet għaqlija u kuraġġużi li ħa l-Gvern, bla dubju ta' xejn kienet it-twaqqif tal-kunsilli lokali.", "GĦalkemm il-ħsieb wara dan l- intervent m'huwiex li jiġi analizzat l-andament ta' l-operat tad-diversi kunsilli lokali jew li jiġu indirizzati l-problemi li naturalment jiltaqgħu magħhom il-kunsilli lokali.", "Nixtieq infakkar biss li l-ħsieb wara t- twaqqif ta' dawn il-kunsilli lokali kien il-prinċipju ta' sussidjarjeta', prinċipju marbut ma' l-eżerċizzju tal-poter u ċioe' li d-deċiżjonijiet li jolqtu lill-ħajja fis-soċjeta' jittieħdu minn min se jintlaqat, jew kemm jista' jkun viċin tiegħu.", "Naturalment id-deċentralizzazzjoni tar- responsabilitajiet tal-Gvern hija waħda mill-espressjonijiet fil-prattika tal-prinċipju.", "Mr Speaker, dalgħodu smajna kritika dwar dan u fost affarijiet oħra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "Mangion qalu li l-kunsilli lokali m'għandhomx poteri biżżejjed u li ħafna drabi ma jsibux il-koperazzjoni neċessarja minn ċerti kwartieri, partikolarment mid-Dipartiment għall-Ambjent.", "Fil-fatt dawn l-Onor.", "Membri waslu biex qalu li t-twaqqif ta' dawn il-kunsilli lokali mhux veru li kien rivoluzzjoni, kif kien iddeskrivieh il-Prim Ministru f'xi diskorsi tiegħu.", "Jien nifhem li hemm kunsilliera li jkunu jixtiequ jagħmlu iżjed minn dak li tippermettilhom il-liġi; l-entużjażmu għandu jiġu nkoraġġit.", "Iżda li ssir kritika mill-Oppożizzjoni li l-poteri tal-kunsilli lokali huma limitati, frankament ma nifhimhiex.", "Min m'għandux poteri limitati?", "Filwaqt li l-Prim Ministru kemm-il darba qal li l-mira għandha tkun li l-kunsilli lokali jkunu gvernijiet lokali, qatt ma ried jgħid li dan għandu jsir mil-lum għal għada, anzi dejjem stqarr li neċessarjament, bħalna lkoll, dawn iridu jgħaddu minn fażi ta' tagħlim.", "Mr Speaker, jekk naraw il-wegħda li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fil-program elettorali ta' l-elezzjoni ta' l-1987 dwar il-kunsilli lokali, insibu li l-kunsilli lokali għandhom jieħdu r-responsabilita' għas-servizzi pubbliċi, bħal toroq, indafa pubblika, drenaġġ, ilma, kif ukoll għas- servizzi soċjali, bħaċ-ċentri tas-saħħa u ta' l-anzjani.", "M'hemmx dubju li llum jew għada hemm irridu naslu u m'hemm ebda indikazzjoni li l-politika tal-partit fil-gvern inbidlet f'dan ir-rigward.", "Anzi jekk nagħtu daqqa t'għajn lejn l-estimi u nikkomparawhom ma' dawk tas-snin ta' qabel, insibu żieda sostanzjali fis-somma vvotata f'dan il-qasam.", "Fil-fatt nistgħu naraw li s-somma li ġiet allokata lill-kunsilli lokali din is-sena u li bdiet tiġi amministrata minnhom tammonta għal madwar Lm9 miljun.", "Pero' l-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija interessanti għax tvarja konsiderevolment minn dik tal-predeċessur tiegħu, l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici meta f'April ta' l-1987 ħa pożizzjoni kontra t-twaqqif tal-kunsilli lokali għax, skond hu, aħna żgħar wisq tant li ħafna drabi lanqas nies biex imexxu bordijiet tal-Gvern ma nsibu.", "Bħal f'ħafna affarijiet oħra, il-kelliema tal-Malta Labour Party ftit ftit f'dan il-qasam qed jiġu magħna.", "Mr Speaker, issa ħalli ngħaddi għal ħsieb ieħor.", "L-esperjenza tgħallimna li l-istrutturi burokratiċi tal-Gvern ħafna drabi m'humiex adegwati u effiċjenti daqskemm nixtiquhom fit-tmexxija ta' l-għaqdiet fejn iridu jittieħdu deċiżjonijiet ta' natura kummerċjali u għalhekk il-Gvern qed iħaddem politika li biha kemm jista' jkun inaqqas ir-responsabilitajiet tas- servizz pubbliku billi jwaqqaf aġenziji regolaturi, awtoritajiet jew kumpanniji, u fl-istess waqt iħalli spazju għall-inizjattivi.", "Fil-fatt dan il-Gvern għadda saħansitra responsabilitajiet tradizzjonalment riżervati għall-Gvern lil kumpanniji bħal dawn b'għanijiet u bi strutturi li iktar jixbhu lil dawk privati milli lil dawk governattivi.", "Per eżempju, fil- Malta International Airport, fejn għamilt xi żmien inservi bħala direttur, jien rajt b'għajnejja stess id-differenza li hemm fl-effiċjenza, fil- mentalita' u fil-produttivita', kif ukoll is-sodisfazzjon li għandhom il- ħaddiema meta mqabbla maż-żmien fejn l-istess ħaddiema kienu jifformaw parti mid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili.", "Mr Speaker, fil-qasam soċjali ġie pprovokat żvilupp parallel.", "Il-welfare state, li minn wara l-gwerra 'l hawn għamel kisbiet kbar, kien staġna u rajna li l-Gvern waħdu ma jistax ikampa.", "L-idea li wieħed jiddependi għal kollox mill-Gvern għamlet żmienha.", "Kemm jista' jkun il-Gvern għandu jidħol bħala l-aħħar rimedju u qabel xejn għandu jaħdem, isostni u jinkoraġġixxi lil dawk il-gruppi volontarji u self-help groups - u dan jimmeritawh - kif ukoll isaħħaħ it-tielet settur.", "B'hekk issa rajna l-welfare state iċedi postu għal welfare society, għax instab li s-servizzi soċjali ma jistgħux jibqgħu jaqgħu taħt ir-responsabilita' esklussiva tal-Gvern, imma għandhom isiru iktar personalizzati u f'armonija mal-bżonnijiet veri tal-persuna li tirċevihom.", "F'dan il-qasam ġiet ikkreata speċi ta' sħubija għal solidarjeta', partnership for solidarity, dik is-solidarjeta' li hija sħubija bejn Gvern u volontarjat fil-qasam soċjali, il-volontarjat li fil- prattika huwa tant għal qalb dan il-Gvern kif rifless f'kull budget ippreżentat minn dan il-Gvern mill-1987 'l hawn.", "Imma dan kollu x'għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali li aċċennajt għalihom fil-bidu ta' dan l- intervent?", "Mr Speaker, fost affarijiet oħra, it-twaqqif tal-kunsilli lokali nissel kuxjenza ikbar fiċ-ċittadin dwar il-bżonnijiet partikolari tal-lokal tagħhom.", "Instab li xi wħud mill-kunsilli lokali huma ħerqana li jidħlu f'oqsma li l-liġi għadha ma allokatilhomx jew inkella li l-kunsilli lokali stess għadhom m'humiex strutturalment attrezzati għalihom.", "Per eżempju, fil-lokal tiegħi, Ħal Qormi, fost affarijiet oħra l-kunsill lokali identifika l-ħtieġa li tinbena dar għall-anzjani.", "Fil-fatt għaddiet mozzjoni f'dan is-sens imressqa minn ħija stess, li nzerta l-kunsillier responsabbli għal dan il-qasam.", "(Interruzzjonijiet) Din se tkun viċin tal- Health Centre.", "Naturalment l-istruttura tal-kunsill Lokali ma tippermettix li proġett bħal dan isir minnu u għalhekk hemmhekk qed nipprovaw esperiment li nistieden lil dan il-Parlament jinnota.", "Ta' min jgħid li bħalissa qegħdin f'fażi avvanzata fit-twaqqif ta' fondazzjoni proviżorjament imsejħa \"Fondazzjoni Ħal Qormi\".", "Qed jiġu identifikati diversi persuni prominenti u public-spirited mil-lokal li se jservu ta' trustees, li fost oħrajn se jinkludu lis-Sindku fil-kapaċita' uffiċjali tiegħu - voldieri ex officio - lil membri tal-kleru kif ukoll lil membri oħra li jkopru l-ispectrum politiku kollu.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li din il-fondazzjoni se tkun tappartjeni liċ-ċittadini ta' Ħal Qormi u fil-fatt se tidħol għal dan il- proġett ta' dar għall-anzjani b'fondi miġbura miċ-ċittadini stess.", "L- istruttura legali li qed nipproponi għaliha m'hijiex waħda ġdida, anzi hija waħda li jien imdorri naħdem fiha f'oqsma oħra, partikolarment fil-qasam ta' l-istudenti; fiż-żmien jien, flimkien m'oħrajn, kont involut attivament fit-twaqqif tal-fondazzjoni magħrufa bħala National Students' Travel Foundation, fondazzjoni li qed tagħmel ħafna ġid fost l-istudenti billi tmexxi kumpanniji kummerċjali u tqassam il-qligħ lill-istudenti f'boroż ta' studju u sussidji.", "Naturalment s'issa għadna fil-fażi ta' tħejjija u ta' feasibility studies.", "Ċertament m'hemmx dubju dwar il-ħtieġa tal-proġett.", "Mr Speaker, Ħal Qormi huwa t-tieni l-akbar belt f'Malta b'aktar minn 2,500 anzjan li, bħal anzjani oħra f'Malta kollha, jixtiequ jibqgħu jgħixu viċin il-familji tagħhom, viċin ħbiebhom u fl-ambjenti li mdorrijin fihom.", "F'Malta għandna popolazzjoni li qed tikber fl-eta', kif fl-aħħar mill-aħħar qed jiġri f'pajjiżi żviluppati oħra.", "Fil-fatt fi żmien 35 sena oħra in- numru ta' anzjani bħala persentaġġ mill-popolazzjoni kollha mistenni jiżdied minn 17% għal 24%.", "Biżżejjed inħarsu lejn il-figuri biex nindunaw kemm fil-fatt hija serja l-problema ta' l-akkommodazzjoni ta' dawn il- persuni.", "Għad-djar għall-anzjani tal-Gvern, eskluż ir-residenza St Vincent de Paule fejn hemm kapaċita' ta' 279 persuna, hemm waiting-list ta' 400 ruħ.", "Fid-djar privati hemm biss 590 post; m'għandix ċifri ta' kemm hi l- waiting list għal dawn l-istituzzjonijiet.", "GĦal San Vincent de Paule biss hemm waiting-list ta' 350 ruħ.", "Jiġifieri b'kollox hemm waiting-list ta' 750 anzjan li jridu jidħlu f'xi istituzzjoni tal-Gvern.", "GĦalhekk naħseb li tkun politika tajba li din l-inizjattiva li qed insemmi għal Ħal Qormi tiġi nkoraġġita u assistita b'mod konkret u effettiv.", "Ovvjament għad iridu jsiru diversi diskussjonijiet mas-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani biex nieħdu pariri dwar, per eżempju, x'tip ta' pazjenti għandha tilqa' din id- dar, jekk il-pazjent għandux ikun independently mobile jew le, jekk il- Gvern għandux jixtri s-servizzi esklussivament jew għandux ikun hemm proporzjon ta' anzjani li jħallsu direttament għas-servizzi bħalma jagħmlu fi djar oħra privati jew tal-Knisja.", "GĦad irridu niddiskutu t-tip ta' investiment li se nagħmlu u li se jagħmlu ċ-ċittadini, jekk dan l- investiment għandux ikollu return fuqu u x'tip ta' servizzi għandhom jinkludu l-ambjenti.", "Inċidentalment, biex nirrispondi wkoll għal dak li qal l-Onor.", "Grech, irrid ngħid li diġa' ġiet identifikata art adjaċenti għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi kemm għaliex hija disponibbli u kemm għaliex nistgħu nieħdu vantaġġ mis-servizzi provduti minn dan iċ-Ċentru, servizzi li huma ta' livell eċċellenti u li f'Ħal Qormi niftaħru bihom.", "Kif nafu, dawn is-servizzi huma komplimentari għal dawk meħtieġa fid-djar għall-anzjani.", "Mr Speaker, s'issa l-ħsieb huwa li fost il-faċilitajiet li normalment issib fi djar għall-anzjani, din id-dar tkun tinkludi kmamar fejn koppji jistgħu jibqgħu jgħixu flimkien - mhux bħal koppji fi djar oħra għall- anzjani li jitpoġġew f'wings differenti u jiltaqgħu biss fil-festi u f'okkażjonijiet oħra - day centres u faċilitajiet oħra.", "Hemm il-ħsieb li l- bini jiġi żviluppat b'mod li jinkorpora fih il-konċett ta' townhall, jiġifieri jkun jinkludi l-uffiċini tal-kunsill lokali - l-uffiċċju preżenti jinsab fi Triq Vitorja li hija daqsxejn dejqa u hemm problema kbira ta' parking - għassa tal-pulizija - l-għassa tal-pulizija ta' Ħal Qormi hija outdated u huwa diffiċli ħafna li tirranġaha, apparti li l-bini huwa storiku u allura forsi jkun aħjar li wieħed jikkonvertih f'mużew jew għal xi skop simili - kif ukoll awla ta' qorti fejn jistgħu jibdew jinstemgħu l- kawżi meta l-kunsill lokali jibda jinforza l-bye-laws jew meta jiġu introdotti d-district courts, li jien kelli okkażjoni nipproponi f'forum ieħor u jkolli l-opportunita' li nitkellem dwarhom f'okkażjonijiet oħra.", "Inċidentalment, dwar il-by-laws jien informat li dalwaqt se tiġi proposta liġi mill-Ministru ta' l-Intern li tagħti opportunita' lill-kunsilli lokali li huma stess ifasslu u jinforzaw bye-laws fil-qasam ta' kontravvenzjonijiet tat-traffiku u ta' reati konnessi ma' rimi ta' skart.", "Mr Speaker, din l-inizjattiva tfisser li bdiet tinbet l-idea li residenti ta' lokal, residenti ta' komunita', m'għandhomx għalfejn jistennew kollox mill-Gvern.", "L-idea li aħna rridu nduru fuq il-Gvern għal kollox hija outdated u forsi aħna tal-ġenerazzjoni l-ġdida ma tantx naqblu magħha.", "M'hemmx għalfejn induru fuq il-Gvern biex nipprovaw intejbu s- servizzi fil-lokal tagħna, iżda nistgħu litteralment ngħinu ruħna b'idejna.", "Bil-mod il-mod trid tidħol l-idea li xejn ma jiġi b'xejn.", "Dan illum huwa possibbli għaliex inżergħet iż-żerriegħa u ġew ikkreati klima u spazju biex iċ-ċittadin ikollu l-kuraġġ li jinvesti fil-futur tiegħu stess u ta' uliedu.", "Jien assolutament m'għandi xejn kontra l-prinċipju li s- servizzi soċjali jingħataw b'xejn, anzi naqbel mija fil-mija li s-servizzi bażiċi jibqgħu jkunu b'xejn.", "Allaħares niġu fi stat fejn dak is-servizz li llum huwa b'xejn .....", "(Interruzzjonijiet) Mela le, inkluż is-servizz ta' għajnuna legali.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, kont jien stess li pproponejt sistema usa' ta' għajnuna legali li nispera li fil- futur qarib tiġi introdotta.", "Anzi jien mort oltre minn hekk u insistejt li l-avukati kollha jipparteċipaw f'sistema legali b'xejn għal kulħadd.", "Nerġa' ngħid, mort oltre għax din mhux talli għidtha hawnhekk, talli jien stess - ovvjament mhux waħdi - irnexxieli nikseb consensus mill-avukati kollha li jipparteċipaw f'sistema legali b'xejn għal kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Nista' nassigura lill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra li l-avukati lesti li jipparteċipaw f'sistema legali b'xejn anke issa li daħlet il-VAT.", "Mr Speaker, l-iskop ta' dan l-intervent ma kienx li nidħol f'kontroversja, anzi ħassejt li ma kontx kontroversjali ħlief fejn forsi ġbidt l-attenzjoni għall-kontradizzjonijiet min-naħa ta' l-Oppożizzjoni dwar il-pożizzjoni tagħhom fuq il-kunsilli lokali, iżda dan kien biss biex nistieden lill-Parlament jinnota u jsegwi l-inizjattiva Ii semmejt li naħseb li hija tajba.", "B'hekk, meta jasal il-waqt, jekk kemm-il darba l- Parlament jara li jixirqilha, ikun jista' jsostniha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Mr Speaker, qed nersqu lejn tmiem id-diskussjoni dwar il-budget ta' din is-sena, diskussjoni li kull darba qisha tieħu forma ta' maratona u li fiha jipparteċipa kull Membru ta' din il-Kamra.", "Hawn min hu tal-fehma li dan iż-żmien, jiġifieri żmien il-Milied, m'huwiex l-aħjar żmien għall-preżentazzjoni tal-budget u dan għaliex ħafna drabi, partikolarment fl-antik meta d-dibattitu kien ikun imxandar fuq it- television, minflok li kien jiżvolġi ruħu f'diskussjoni serja u ċivili kif għandu jkun, kien jispiċċa joħloq diżgwid, piki, ġlied u insulti kemm f'din il-Kamra u diżgrazzjatament anke barra minn din il-Kamra.", "Dan jistona ħafna fi żmien li wieħed jassoċja ma' atmosfera ta' paċi u ta' mħabba, iżda jidher li din il-klima sħuna u taħraq naqset u kważi spiċċat.", "Mr Speaker, għalkemm sew in-naħa tal-Gvern u sew in-naħa ta' l- Oppożizzjoni taw kontribut biex dan seta' jseħħ, jien konvint li kienet id- direzzjoni ferm soda tas-Sinjorija Tiegħek li matul dawn is-snin għenet biex dan seta' jirnexxi.", "Għal dan żgur li l-Kamra kollha kemm hi tinsab grata lejk, Mr Speaker.", "Forsi l-uniku vot, apparti dak tal-President, li f'dan id-dibattitu ħadd ma tkellem fuqu huwa proprju l-vot li għandu x'jaqsam ma' din il-Kamra.", "Ta' min jinnota li f'dawn l-aħħar snin, il- faċilitajiet li għandhom il-Membri tal-Kamra tjiebu bil-bosta, partikolarment fejn jidħol dak li għandu x'jaqsam ma' stampar ta' debates tal-Parlament.", "Veru li dan seta' jsir permezz ta' l-introduzzjoni tal- computers, iżda mhux biss; kienu meħtieġa d-dedikazzjoni ta' l-istaff u x- xogħol siewi tagħhom.", "Ninnota li l-vot għas-safar tad-delegazzjonijiet ta' din il-Kamra żdied.", "Ma nafx kif lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabżitlu din.", "Mhux darba jew tnejn li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ddeskrieva l- parteċipazzjoni tad-delegazzjonijiet parlamentari Maltin f'diversi fora internazzjonali bħala safar sfrenat.", "Jien personalment, li kelli x-xorti u l-unur li nieħu parti u anke mmexxi diversi delegazzjonijiet Parlamentari Maltin barra minn Malta, altru li ngħid li dan ma kienx safar sfrenat.", "Tista' tgħid li diversi drabi, minkejja ċ-ċokon tal-pajjiż u ċ-ċokon tad- delegazzjoni, Malta kienet tispikka f'dawn il-fora bil-kontribut siewi tagħha.", "Hekk ġara, per eżempju fl-IPU, bil-konferenza li saret kmieni x- xahar l-ieħor f'Malta dwar il-Mediterran.", "Hekk jiġri fil-laqgħat tal- Commonwealth Parliamentary Association u fl-Assemblea Parlamentari ta' l- OSCE.", "Fil-Kunsill ta' l-Ewropa, id-delegazzjoni Parlamentari Maltija ilha tipparteċipa għal dawn l-aħħar 30 sena, apparti xi żmien wara r-riżultat pervers ta' l-elezzjoni ta' l-1981.", "Kemm-il darba d-diversi Membri Parlamentari Maltin taż-żewġ naħat tal-Kamra taw kontribut tajjeb li wera kemm aħna kapaċi nżommu postna ma' l-aqwa parlamentari Ewropej.", "Għalhekk kien tassew ta' stmerrija l-fatt - jiddispjaċini li jkolli nerġa' nsemmih hawnhekk - li ftit ilu Membru ta' l-Oppożizzjoni telaq minn Strasbourg bla kliem u bla sliem wara ġurnata biss biex jiġi hawn Malta u jivvota fil- Parlament.", "Mhux talli l-iskop tiegħu ma rnexxilux, talli sfortunatament ix- xogħol tad-delegazzjoni Maltija kellu jieqaf ħesrem għax kellna niġu lura Malta aħna wkoll.", "Mingħajr ma nidħol fil-mertu tal-pairing nappella lil kull min hu interressat biex affarijiet bħal dawn li jħammrulna wiċċna ma jerġgħux jiġru.", "Ta' min ifakkar li Malta, minħabba n-nuqqas ta' ftehim dwar pairing, kienet, tista' tgħid, l-uniku pajjiż minn 53 li ma kienx preżenti għal-laqgħa annwali tal-membri parlamentari ta' l-OSCE li saret fi Vjenna f'Lulju tas-sena l-oħra.", "Mr Speaker, kif taf int, f'dawn l-aħħar snin il-Parlament qed ikun mistieden biex jibgħat żewġ membri għal laqgħat ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Western European Union.", "Qed ikun mistieden ukoll għal diversi seminars dwar il-Mediterran organizzati mill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, in-North Atlantic Assembly u dan l-aħħar fil-fatt konna mistednin għall-ewwel darba bħala osservaturi waqt din l-Assemblea.", "Mr Speaker, int kont tajt direttiva li jmur wieħed minn kull naħa tal-Kamra u hekk għandu jkun.", "Waqt li jien kelli x-xorti li ħafna drabi nirrappreżenta lin-naħa tal-Gvern f'dawn il-laqgħat, l-Oppożizzjoni tirrifjuta li tibgħat lil xi ħadd, u dan tgħid li tagħmlu bi prinċipju.", "Mr Speaker, ma nistax nifhem x'hemm ħażin li tattendi bħala mistieden, mhux bħala membru jew bħala osservatur, imma li jkollok id-dritt li ssemma' leħnek f'dawn il-laqgħat.", "Għal diversi seminars dwar il-Mediterran, apparti mill-pajjiżi ta' l-Ewropa u l-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u l-Ewropa tal-lvant, kien ikun hemm preżenti l-pajjiżi ta' madwar il-kosta tal-Mediterran, bħalma huma l- Marokk, it-Tuneżija, l-Eġittu, Ċipru, Israel u saħansitra l-Ġordan.", "Iżda l- Partit Soċjalista Malti jidhirlu li, bi prinċipju, m'għandux jattendix u allura ma jipparteċipax f'diskussjonijiet dwar suġġetti fl-ambjent Mediterranju bħalma huma l-fundamentaliżmu, l-immigrazzjoni illegali u l- problemi li ġġib magħha, is-saħħa, l-ambjent, id-drogi, is-sehem tal- Europol u suġġetti oħra li huma ta' importanza kbira għal min jgħix f'dan il-baħar Mediterran.", "Billi joqgħod 'il bogħod minn fora bħal dawn, il- Partit Soċjalista Malti qiegħed dejjem jiżola ruħu mhux biss mill-Ewropa, mhux biss minn sħabu s-Soċjalisti li jattendu għal dawn il-fora, iżda anke minn dawk il-pajjiżi li jinsabu madwar il-kosta tal-Mediterran u li m'humiex fl-Ewropa.", "U dawn jippretendu li għada pitgħada jkunu fil-gvern u jmexxu lil Malta bil-policy tal-ħolma tagħhom, l-hekk imsejħa newtralita', policy li turi nuqqas ta' fiduċja fil-kapaċita' ta' Malta minkejja ċ-ċokon tagħha.", "Jidher li l-policy tal-Partit Soċjalista Malti tista' twassal mhux għal newtralita', iżda għal iżolament komplet.", "Il-biża' tiegħi hi li l- policy tagħhom tista' twassal mhux biex Malta tkun Svizzera fil-Meditteran - kif jgħidu huma - imma li jekk xi darba għad ikunu fil-gvern, Malta taħthom tista' tkun magħrufa bħala l-Kuba tal-Mediterran.", "Kulħadd jiftakar li snin ilu, taħt Gvern Soċjalista, bħal dan iż-żmien kulħadd kien ikun qed jistenna - għax kulħadd kien ikun fil-bżonn - biex jara x'se jmissu minn dan l-imbierek cake, kif kienu jsejħu l-budget dak iż- żmien.", "Dan kien ikun ippreżentat b'pompa kbira u, kif jaf kulħadd, kienu jlaqqmuh daqqa \"tal-qawsalla\", u l-qawsalla ma tidher qatt, daqqa \"tax- xogħol\" u ħlief qgħad ma kienx ikun hawn, eċċ. eċċ. Kemm ilna fil-gvern aħna lill-budget qatt ma tajnieh isem, iżda oħroġ il-għaġeb l-Oppożizzjoni din is-sena ma ssapportietx ma tlaqqmux u, kif kienu għadhom taħt ix-shock li tahom il-budget, ħarġu jgħajtu l-għada f'\"L-Orizzont\" li dan kien budget ta' l-elezzjoni.", "Tant ħasadhom dan il-budget u tant ixxokkjahom li l-ewwel kritika li ħarġet minn fommhom kienet li dan aħna għamilnieh biex nirbħu l- elezzjoni li jmiss.", "U bir-raġun li jieħdu shock.", "Issa jekk dan huwiex l- aħħar budget jew le ta' qabel l-elezzjoni wieħed għad irid jara.", "Li hu żgur hu li l-Ministru tal-Finanzi John Dalli huwa on record li l-budget li jmiss diġa' huwa mfassal.", "U bir-raġun, l-ewwelnett għaliex aħna naħsbu fit- tul u nippjanaw bil-quddiem u t-tieni nett għax aħna konvinti li se nirbħu l-elezzjoni li jmiss, tiġi meta tiġi sew jekk tiġi wara dan il-budget kif ukoll jekk tiġi wara l-budget li jmiss.", "Mr Speaker, huwa naturali li tgħid li dan il-budget huwa tajjeb.", "Dan huwa budget li bih tajna bla ma ħadna u ma ħallejna lil ħadd barra.", "Nirrepeti li f'dan il-budget tajna bla ma ħadna u ma ħallejna proprju lil ħadd barra.", "Dan hu budget li jaħseb biex jgħin lil min hu l-aktar fil-bżonn, lil dawk li qegħdin fin-naħa t'isfel ta' l-iskala, u fl-istess ħin ħsibna wkoll f'dawk li qegħdin fin-nofs tas-sellum u anke f'dawk li qegħdin fin-naħa ta' fuq.", "Tellajna 'l fuq lil min għandu bżonn u ma ġbidna lil ħadd 'l isfel.", "Kulħadd messu xi ħaġa u l-Oppożizzjoni żgur li ma tistax tuża l-argumenti li kienet tuża qabel, tal-komdi u l-iskomdi.", "Dan sar u qed isir mingħajr ma daħħalna taxxi ġodda.", "Mhux talli ma daħħalniex taxxi ġodda, talli qegħdin nintroduċu riforma kbira fis-sistema tat-taxxa diretta li biha se jgawdi minnha kulħadd.", "Ta' min isemmi li fi żmien gvernijiet Soċjalisti, fi żmien il-pampaluni tal-ħaddiema, il-povru ħaddiem li kien jaqla' l-inqas paga kien ikun soġġett għat-taxxa.", "Aħna lil dak li jaqla' paga li sservih biss biex jgħix, ħlisnieh mit-taxxa u bir-riforma li qed tiġi proposta f'dan il-budget, qed jiġi enfasizzat dak li aħna nemmnu, jiġifieri li t- taxxa għandha titħallas fuq dak li wieħed jonfoq u mhux fuq dak li jaqla'.", "Aħna li nemmnu fil-VAT, mhux talli eżentajna lil eluf kbar ta' nies mill- ħlas tat-taxxa, talli 'l quddiem dawn lanqas se jkollhom għalfejn jimlew il- formola ta' kull sena.", "L-Oppożizzjoni Soċjalista kienet ilha tipprova ttambarlu lill-poplu u tipprova tbassar li Gvern Nazzjonalista kien se jippreżenta budget tajjeb biex mingħaliha tnaqqas l-impatt li dan seta' jkollu, iżda żgur li qatt ma stennew budget bħal dan.", "Dan il-budget ixxokkjahom u kessaħħhom u għalkemm jipprovaw jiddeskrivuh bħala bżar fl-għajnejn, jafu li huwa budget maħsub, butget b'ideat friski, budget li żgur tispikka fih il-ġustizzja soċjali.", "L-inkwiet ta' l-Oppożizzjoni issa kiber għax b'dan il-budget għamilnihielhom ħafna iktar diffiċli li jbigħu lill-poplu Malti l-idea li meta xi darba jkunu fil-gvern - min jaf meta - ineħħu l-VAT; mhux għax xi ħadd qed jemminhom ...", "Issa diġa' qed jgħidu li mhux tliet xhur iridu - kif kienu jgħidu qabel - biex ineħħuha, imma mill-inqas sitt xhur.", "Kien diġa' diffiċli li tipperswadi lin-nies li biex dan isir irridu nerġgħu lura għas-sistema tad-dazji kif kienet qabel.", "Jekk jerġgħu jidħlu d-dazji, żgur li wieħed mir-riżultati jkun l-għoli tal-ħajja u iktar u iktar - u dan jinkwetak - jerġa' jkun hemm skop għall-korruzzjoni permezz ta' l-evażjoni tad-dazji.", "Il-kelliema Soċjalisti, partikolarment l-Onor.", "Alfred Sant u l- Onor. Lino Spiteri, s'issa għadhom qatt ma kkommettew ruħhom pubblikament jekk f'każ li jkunu fil-gvern huma, il-cash registers u l-irċevuti fiskali jitneħħewx.", "Jgħidulu lill-poplu jekk u meta xi darba jkunu fil-gvern x'se jagħmlu.", "Jgħidulu lill-poplu jekk dawn hux se jneħħuhom.", "Mr Speaker, iridu jgħidu wkoll jekk ineħħu l-VAT x'se jagħmlu bir-riforma tat-taxxa li qed nipproponu.", "X'se jsir minn dawn il-benefiċċji kollha li se jgawdi l-poplu?", "Se jneħħuhom dawn il-benefiċċji kbar li qed jagħti l- Gvern Nazzjonalista?", "Il-poplu jaf li l-miljuni ta' liri għal dawn il- benefiċċji qed jinġabru permezz tal-VAT.", "Allura l-Partit Soċjalista kif se jipperswadi lill-poplu li meta jneħħu l-VAT mhux se jeħdulu dawn il- benefiċċji?", "Forsi jgħidulu li se jibdew jiddiskutu u jsibu xi formula oħra, iżda dawn l-affarijiet huma bħall-famużi updates u updates ta' l- updates tagħhom, li huma kollha paroli u x'ħin tagħsarhom ma ssib xejn fihom.", "Mr Speaker, hu x'inhi, bit-tibdil li qed nipproponu l-poplu żgur li se jkun aħjar.", "Jgħidu x'jgħidu, il-ħaddiem Malti se jġemma' aktar, kif wara kollox ilu jagħmel tul dawn it-tmien snin li l-Partit Nazzjonalista ilu fil- gvern.", "U mhux biss se jġemma', imma se jonfoq aktar ukoll, għax se jkollu aktar flus fil-but.", "Ħaddieħor diġa' qal li f'dan il-budget ma qgħadniex insemmu li mhux se jogħla l-ħalib tal-bott jew it-tonn taż-żejt, jew li se nraħħsu l-bottijiet tal-kavalli fiz-zalza.", "Ara huma tgħidx kemm kienu jiddandnu b'dawn l-affarijiet fi żmienhom!", "Dan kien il-livell ta' budgets li kienu jippreżentaw il-Gvernijiet Soċjalisti ta' dak iż-żmien, livell li kien insult għall-ħaddiem Malti.", "Aħna bil-kemm semmejna li mhux talli ma ffriżajniex il-pagi, talli tajna Lm2 żieda fil-ġimgħa lill-ħaddiema, u din trid tfittixha biex issibha fid-diskors tal-budget.", "Xi ngħidu għas-servizzi soċjali?", "Fl-opinoni tiegħi u ta' ħafna bħali, Gvern Nazzjonalista ta lill-ħaddiem Malti l-aqwa servizz li qatt ħa.", "Tajnieh dak li l-Partit Soċjalista - il-Partit hekk imsejjaħ tal-ħaddiema - għalkemm ipprova u xtaq jagħti, ma kienx kapaċi jagħti.", "Mr Speaker, aħna ħloqna u ġġenerajna x-xogħol.", "Kemm ilna fil-gvern il-qgħad wasal f'livell tant baxx li tista' tgħid li spiċċa.", "Min jifhem jgħidlek li f'pajjiż fejn il-livell tal-qgħad ikun ta' 3.4%, ma jeżistix qgħad.", "Minkejja li mill- 1987 'l hawn il-Iabour supply żdied bi 18,183 ħaddiem, in-numru ta' nies jaħdmu bil-qligħ żdied bi 18,859.", "Dan ifisser li Gvern Nazzjonalista kien kapaċi joħloq jobs aktar min-numru ta' ħaddiema li daħlu għall-ewwel darba fis-suq tax-xogħol.", "Wasalna biex sa Settembru ta' l -1995 - kif qal qabli l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Muscat - in-numru ta' nies jaħdmu bi qligħ laħaq il- figura record ta' 140,780, żieda ta' kważi 20,000 ruħ mill-1987 'l hawn.", "Iva, dan huwa l-akbar servizz soċjali li gvern qatt ta lill-poplu Malti.", "Iżda Gvern Nazzjonalista mhux biss ħoloq ix-xogħol imma sab il-mezz biex id- dħul tal-ħaddiem, partikolarment tal-ħaddiem iż-żgħir, jibqa' għandu kemm jista' jkun billi eżentah, sa fejn hu possibbli, mit-taxxa fuq id-dħul.", "Eluf kbar ta' ħaddiema issa m'humiex se jsibu iktar il-paga mnaqqsa bi 3%, 5%, 10% jew 20%.", "Aħna ħadna ħsieb ukoll li lill-ħaddiem li jixtieq jagħmel xi xogħol barrani - u minn dawn hawn kemm trid - titnaqqaslu r-rata tat-taxxa.", "Il-ħaddiem li qiegħed fin-naħa t'isfel ta' l-iskala, jekk hu miżżewweġ u għandu t-tfal, se jieħu żieda sostanzjali fiċ-children's allowance li żgur hija record.", "Dawk li m'għandhomx tfal jew li t-tfal tagħhom qabżu l-eta' se jkunu intitolati għal għajnuna supplimentari, u b'hekk se jkun jista' jgawdi kulħadd.", "Mr Speaker, jiena konvint li l-benefiċċji soċjali li qed noffru lill- anzjani żgur li huma l-għira ta' l-Oppożizzjoni.", "Ta' min wieħed li qabel l- elezzjoni ta' l-1987, is-Soċjalisti għamlu minn kollox biex ibeżżgħu lill- anzjani mill-possibilta' li jitla' Gvern Nazzjonalista.", "Fost kollox kienu jwerwruhom li jekk nitilgħu aħna se nneħħulhom il-pensjoni.", "Aħna mhux talli m'għamilniex hekk, talli l-pensjonanti stess jgħidulek li f'dik li hija pensjoni qatt ma gawdew daqs illum.", "B'dan il-budget hemm pensjonanti li se jieħdu żieda ta' aktar minn Lm5 fil-ġimgħa.", "Fejn qatt kien hawn anzjani li ħadu żieda daqstant qawwija?", "Iżda fis-settur ta' l-anzjani aħna ma ħarisniex biss lejn il-flus.", "L-anzjan ħafna drabi jkollu bżonnijiet speċjali, bżonnijiet apparti l-flus.", "Għalhekk ipprovdejnielu servizz ta' għajnuna fid-dar mhux biss għat-tindif u għall-qadi, imma bl-iskop ukoll li l-anzjan ikollu min iżuru u jtaffilu ftit mis-solitudini li ħafna drabi jsib ruħu fiha.", "Ħloqna s-servizz tal-handyman; ipprovdejna s-servizz tat- Telecare, faċilita' li salvat diversi anzjani minn gwaj serju; ipprovdejna s-servizz tal-means on wheels; ipprovdejna u se nkomplu nipprovdu djar għall-anzjani, li xi drabi ġejna kkritikati li huma lussusi żżejjed; tajna bidu għad-day centres, u minn dak li kien sptar mitluq u anke misruq, ħloqna l-famuż Zammit Clapp li huwa sptar mill-aqwa għall-anzjani.", "Ħas- Serħ, jew San Vincenz de Paule, fejn fi żmien Gvern Soċjalista wieħed kien jidħol biex imut, għamilnieh residenza għall-anzjani, fejn is-swali ġew refurbished bl-aktar mod tajjeb, ġie nstallat l-airconditioning u nbidlu s- sodod kollha għall-ġid tal-pazjenti u anke ta' l-infermiera.", "Dan biex ma nsemmix ukoll - għalkemm ma nistax nidħol fid-dettall - il-Physiotherapy u l-Occupational Therapy Department kif ukoll id-dipartimenti ta' l-X-ray.", "Forsi wieħed mill-aktar proġetti interessanti li għamilna fil-qasam ta' l- anzjani huwa dak ta' l-universita' tat-tielet eta' li tant irnexxiet li issa ġiet anke estiża għal Għawdex.", "Fi ftit kliem mhux talli lill-anzjani tagħna pprovdejnielhom pensjoni tajba, talli ħloqnielhom ħafna affarijiet li Gvernijiet Soċjalisti qatt ma kienu jaħsbu li se jagħmlu.", "Hemm biżibilju ta' benefiċċji soċjali oħra li ż-żmien ma jippermettilix li nitkellem fuqhom.", "Mr Speaker, dan huwa budget ta' solidarjeta', budget li juri kif bis- saħħa tal-VAT, dik it-taxxa li l-Gvern jiġbor l-aktar minn fuq min hu kapaċi jonfoq l-aktar, stajna nagħtu dawn il-benefiċċji soċjali kollha u nagħmlu din ir-riforma kbira fl-income tax.", "Dan huwa budget li jgħin liż- żgħir jitla' 'l fuq filwaqt li lil ta' fuq ma jniżżlux 'l isfel, anzi ġie aġevolat ukoll.", "Tant l-Oppożizzjoni ħadet xokk b'dan il-budget, li kemm ilna fil-gvern qatt ma niftakar li l-kritika Laburista kienet batuta u fjakka daqskemm kienet għal dan il-budget.", "Ir-rebħa tagħna fl-elezzjoni li jmiss hija garantita għaliex il-ħidma tal-Gvern issa qed tagħti l-frott tagħha.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, bħal snin oħra l-Ministru tal- Finanzi bħal dawn iż-żmenijiet jiġi hawnhekk u jaqra l-pjan ta' finanzjament tal-Gvern, kif ikun ipproġetta l-infiq jew il-finanzjament tal- pajjiż għas-sena li ġejja.", "Wara l-qari tal-budget, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jipprova jagħmel il-kritika tiegħu - u ngħid \"jipprova\" għaliex ħafna drabi jagħmel ħiltu u ma jirnexxilux - u l-Prim Ministru jagħmel ir-replika tiegħu biex jispjega aktar il-budget li jkun għadu kif ġie ppreżentat, għax kultant lanqas kważi jkollu x'jirrispondi dwar dak li jkun intqal mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Naturalment warajhom ikun hemm diversi seduti fejn jitkellmu l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari dwar il-voti kapitali u rikorrenti taħt il-Ministeri tagħhom.", "Fl-aħħar, fid- diskussjoni dwar is-supplementary estimates u l-Appropriation Bill jitkellmu l-kumplament tal-back-benchers li jittrattaw diversi suġġetti ta' interess għall-pajjiż.", "Jien beħsiebni naqsam l-intervent tiegħi billi l- ewwel nitkellem fuq xi xogħlijiet li qed isiru fid-distrett li nirrappreżenta jien f'dan il-Parlament, jiġifieri t-tnax-il distrett, imbagħad naqleb għal suġġett ieħor li fuqu diġa' tkellimt diversi drabi.", "Nibda billi ngħid xi ħaġa fuq ir-Rabat.", "Għal żmien twil in-nies tar- Rabat ilhom iħossu l-bżonn li jkun hemm ċimiterju akbar u fejn qabel kien qed jiġi proġettat ċimiterju f'post li ma kienx xieraq għar-raħal, għaliex kien ġo wied, issa l-Ministeru kkonċernat qed jipproġetta li jsir f'post ieħor.", "Fil-fatt se toħroġ tender għal ċimiterju li se jkun fih 850 qabar.", "Nista' ngħid li għar-rigward ta' dan iċ-ċimiterju jien stess offrejt l- għajnuna tiegħi lill-Ministru konċernat .", "Issa kollox lest u ġie approvat, u dalwaqt jibda x-xogħol.", "Il-katakombi tad-Dejr li hemm fir-Rabat se jiġi refurbished u se ssir xi restawrazzjoni wkoll.", "Pero' l-finanzi ma ppermettewx li jsir ix-xogħol kollu proġettat u l-kunsill lokali qiegħed joffri parti mill-fondi tiegħu għal dan il-għan.", "F'dan il-lokal hemm bżonn ukoll xi xogħlijiet f'diversi toroq.", "Waħda mill-problemi li hemm bżonn tiġi riżolta mill-aktar fis hi l-kwestjoni tat- traffiku u li xi toroq isiru one-way.", "Għalkemm għaddejja diskussjoni dwar dan, s'issa għadu ma ntlaħaqx ftehim.", "Jien nawgura li dan il-ftehim jintlaħaq mill-iktar fis għaliex pjan tajjeb dwar regolazzjoni tat-traffiku huwa bżonnjuż ferm.", "Rigward l-Imtarfa nixtieq nagħmel appell.", "Dawk il-persuni li jkunu jridu jagħmlu xi xogħol jew xi rinnovazzjonijiet fil-bini li jkunu xtraw jew kew, qegħdin jiġu informati mill-Bord tal-Permessi li qegħdin jistennew ir- rapport tal-perit inkarigat mill-Imtarfa Project biex ikunu jistgħu jaraw jekk ix-xogħlijiet jistgħux jiġu approvati.", "Jien jidhirli li m'għandhomx għalfejn jistennew ir-rapport tal-perit fuq il-każijiet kollha.", "Jien għandi każ ta' wieħed li ried jgħolli l-ħajt tal-bitħa bejn bini u ieħor bi tliet filati oħra u ilu jistenna sena u nofs biex jingħata risposta għax qalulu li għadhom qed jistennew ir-rapport tal-perit.", "Ma jidhirlix li dan japplika għal każijiet bħal dawn.", "Hemm ukoll xi wħud li għandhom bżonn jagħmlu xi xogħlijiet fil-bjut u l-istess, m'humiex qed jingħataw il- permess biex ikomplu bix-xogħol.", "Mr Speaker, ħalli nitkellem ftit fuq l-Imġarr.", "Dan il-post ukoll għandu bżonn ta' ċimiterju ieħor.", "Jiena ppjanajt ċimiterju ieħor għall-Ministeru konċernat li jieħu 175 qabar u dawn bħalissa diġa' qegħdin jiġu mqassma.", "(Interruzzjonijiet) Hemm bżonn li din tittieħed bis-serjeta'.", "Qed jgħidu li bħala perit jien għent lill-Gvern li nifforma parti minnu.", "Jiena kburi li nagħmel xogħlijiet anke b'xejn għall-Gvern li nifforma parti minnu.", "Wara kollox, jien ħdimt b'xejn anke għall-Gvern Soċjalista, fost oħrajn, fuq Dar il-Mediterran u xogħlijiet oħra.", "Il-kunsill lokali ta' l-Imġarr ilu ħafna jitlob - hemm pjanijiet dwar dan ukoll - biex issir parking area maġenb il-knisja parrokkjali.", "Bżonn kbir li jinħass fl-Imġarr hu li fil-local plan jiġi mfassal industrial zone li hu meħtieġ ħafna f'dan ir-raħal.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu ftit ordni.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, jiena naħseb li se jkollhom biex jidħku meta nitkellmu fuq xi xogħlijiet li qed nipproġettaw għall-Mellieħa.", "Ilu ħafna jissemma, anke fil-budgets il-bżonn li fil-Mellieħa ssir an old people's home.", "Sfortunatament, meta l-ġimgħa l-oħra tkellem l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici waqt id-diskussjoni dwar il-voti li jaqgħu taħt il- Ministeru ta' l-Iżvilupp Soċjali - u tkellem b'ħerqa kbira - ma smajtux isemmi d-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa.", "Nispera li huwa jiftakar fil- Melliħin ukoll.", "Barra li fil-Mellieħa hemm bżonn isiru xi xogħlijiet fit-toroq, hemm ukoll il-problema tat-traffiku fit-toroq prinċipali.", "Din il-problema ġiet diskussa fi programm fuq l-istazzjon RTK li fiha ħa parti anke l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Suġġett ieħor li ġie diskuss f'dak il-programm kien il- ħtieġa ta' ppjanar ta' zona industrijali f'dak il-lokal, ħtieġa li issa ilha tinħass.", "Hemm ħafna industriji żgħar li qegħdin fl-abitant.", "Dawn hemm bżonn insibulhom post alternattiv biex jiġu maħruġa mill-abitant u lokati f'zona industrijali.", "(Interruzzjonijiet) Qed isemmuli ċ-ċimiterju.", "Fuq iċ-ċimiterju tal-Mellieħa se nitkellem ukoll u se nitkellem fit-tul għax hemm bżonn nirrispondi għal ċerta kritika u għal ċerti allegazzjonijiet infondati li qed isiru biss biex ixewxu lill-poplu Mellieħi.", "Qabel ma ngħaddi għal dan il-każ, nagħmel appell biex dan is- suġġett jittieħed daqsxejn bis-serjeta'.", "Fil-programm li sar fuq RTK jiena ġejt mistoqsi kemm-il darba jekk naqbilx li jitneħħa ċ-ċimiterju l-antik li hemm wara l-knisja.", "Jiena għidt ċar u tond li ma naqbilx li dan iċ-ċimiterju, li għadu jintuża sal-lum, jitneħħa għax hemmhekk hemm midfuna diversi familjari ta' sħabna l- Melliħin.", "Pero' hemm bżonn li ċ-ċimiterju jikber u fis-sit fejn qiegħed illum mhux possibbli li jiġi estiż għaliex jiġi fuq sies.", "Pero' hemm il- ħsieb li jsir ċimiterju fuq biċċa art oħra fil-Mellieħa.", "(Interruzzjonijiet) Jien lest li meta jinstab is-sit adattat, għal darb'oħra noffri s-servizzi tiegħi biex nippjanah b'xejn ukoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jiena ma nħossx li hu sew li din il-ġimgħa tqassmet jew intbagħtet fid-djar ittra mill-ħabib tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo fejn għamel appell favur referendum fuq iċ-ċimiterju tal-Mellieħa.", "Dan l- appell, li nitlob il-permess biex inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, jitlob lill-Gvern li qabel ma jiddeċiedi jneħħix iċ-ċimiterju tal-Mellieħa minn fejn hu, jiġifieri minn wara l-knisja - jagħmel referendum biex il-poplu ingħata ċ-ċans li jiddeċiedi jekk iridx li jitneħħa.", "Pero' huwa qal ukoll li qabel ma jsir dan ir-referendum għandha tingħata informazzjoni lill- poplu Mellieħi dwar x'se jsir u kif se jsir biex il-poplu jkun jaf kif għandu jivvota fir-referendum li jagħmel appell għalih.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi kopja ta' dan l-appell fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Appell mill-Onor.", "Evarist Bartolo favur referendum fuq iċ-ċimiterju tal-Mellieha, datat 20 ta' Novembru 1995.", "Jiena nista' ngħid li dan ma kien appell serju xejn.", "L-ewwelnett hu qal li se jagħtu informazzjoni serja, imma l-informazzjoni li semma ma ngħatatx.", "Waqt il-programm ta' l-RTK meta ġejna mistoqsijin dwar dan, għal darb'oħra l-ħabib tiegħu, is-Sur Vella, wieħed mill-kunsillieri indipendenti, qal ċar u tond - dan qalu wkoll lili personali - li issa serraħna moħħ il-Melliħin għaliex iddikjarajna li ċ-ċimiterju eżistenti li hemm fil-Mellieħa m'huwiex se jiċċaqlaq minn fejn hu.", "Imma issa l-Onor.", "Evarist Bartolo fl-appell li qed jagħmel, qed jgħid li l-Gvern ilu li ddeċieda li se jneħħi ċ- ċimiterju minn hemmhekk u għalhekk qed jitlob li l-poplu Mellieħi jingħata ċ-ċans li jagħżel.", "Pero' jien irrid nuri lill-Onor.", "Bartolo kemm kien żbaljat.", "Bil-permess tal-Kamra nagħmel fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- pjan regolatur u l-istructure plan approvat minn dan il-Parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, point of order.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ħabib tiegħi li dak l-appell ħareġ wara li fil-gazzetta \"The Malta Independent\" is-Sindku tal-Mellieħa, is-Sur Joe Borg, kien qal li d-deċiżjoni ilha ttieħdet u issa m'hemmx għalfejn li n-nies jiġu kkonsultati fuq iċ-ċimiterju tal-Mellieħa.", "Dan qalu s-Sindku, is-Sur Joe Borg qalu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, point of order.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jien qed nisma' b'attenzjoni lill-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "Imma dan qal li se jagħmel fuq il-Mejda tal-Kamra!", "Mr Speaker, ma jistax jagħmel fuq il-Mejda tal-Kamra!", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Lino Spiteri jidhirlu li qed jiċċajta b'dawn il-ħmerijiet, ngħidlu li smajna ħmerijiet biżżejjed mingħandu u mingħand sħabu.", "Issa jekk jogħġobhom jibqgħu jisimgħu, allura jisimgħu u jekk ma jridux, jagħmlu huma.", "Mr Speaker, nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan regolatur dwar il-Mellieħa.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Pjan Regolatur tal-Mellieħa.", "F'dak il-pjan regolatur, iċ-ċimiterju l-antik ta' wara l-Knisja tal- Mellieħa huwa mmarkat li qiegħed fil-village core u allura l-Onor.", "Evarist Bartolo jmissu jaf li ma jistax jiċċaqlaq minn hemm.", "Hemm xnigħet qarrieqa wkoll li hemm xi negozjant li qed jipprova jneħħi ċ-ċimiterju minn wara l-Knisja biex jiżviluppa xi ħaġa kummerċjali.", "Imma dik inħalliha f'idejn il-Melliħin biex jagħmlu l-għażla tagħhom u jiżnu huma x'inhu l- aħjar.", "Mr Speaker, ngħaddi biex nitkellem fuq suġġett ieħor li tkellimt kemm-il darba fuqu.", "Meta ġejt mistoqsi jekk din id-darba iniex se nerġa' nitkellem fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jien għidtilhom: Dażgur li nerġa' nitkellem fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "(Onor.Membri: Hear, hear) Mr Speaker, din hija awtorita' li jekk trid tista' titkellem diversi drabi fuqha u tista' ma tieqaf qatt.", "Peress li ma stajtx nitkellem waqt id- diskussjoni dwar l-estimi ta' din l-Awtorita', illum qiegħed nieħu l- okkażjoni biex f'ismi, f'isem ħafna bħali u f'isem parti kbira mill- pubbliku, ngħid li mal-prinċipju ta' din l-Awtorita', kif għidt qabel, naqbel bħalma jaqbel miegħu kulħadd, hu ta' liema kulur politiku hu.", "Għaliex?", "Għax il-prinċipju warajha hu li jiġi eliminat iċ-ċans ta' korruzzjoni fl-għoti tal-permessi.", "Madanakollu, għalkemm il-prinċipju hu tajjeb, jien u ħafna bħali jidhrilna li sfortunatament s'issa x-xogħol mhux qed jiġi amministrat kif wieħed jixtieq.", "Jiġifieri mhux il-prinċipju huwa ħażin imma l-kwalita' ta' kif qed jiġu amministrati ħafna mill-aspetti konnessi miegħu.", "Meta l-Ministru ta' l-Ambjent kien qed jitkellem fuq l- Estimi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qal li din hija struttura biex tipproċessa l-permessi tal-bini bi trasparenza u djalogu ma' kulħadd.", "Jien jidhirli li dawn huma prinċipji tajbin ħafna, imma jiddispjaċini ngħid li d- djalogu ma' kulħadd mhux qed jilħaq l-għan preċiż tiegħu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien ngħid li hemm xi nies u xi periti li qegħdin jaslu ħafna.", "U hemm xi periti hemm ġew - kif qal ukoll il-Ministru meta kien qed jitkellem fuq il-voti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu - li kważi qed jagħmlu li jridu.", "(Interruzzjonijiet) Huwa naħseb li intom tafu min huma x-xejn!", "Intom ukoll stennejtu xi kritika mingħand dawn il-periti, pero' minflok li kkritikaw kważi kważi faħħru lill-Awtorita'!", "Mr Speaker, il-Ministru aktar tard qal li biex ikun jista' jitwettaq id- djalogu wieħed irid jistenna, irid jingħata iktar ċans.", "Sfortunatament mhux dejjem nistgħu nilħqu dak l-għan għax meta diversi drabi aħna ġejna nformati li nistgħu nagħmlu appuntamenti mal-case officers jew mal-periti u nipprovaw inċemplulhom, ħafna drabi dawn ma jkunux hemm u meta tħalli risposta biex iċemplulek ħafna drabi ma jċemplulekx.", "(Interruzzjonijiet) Aktar tard il-Ministru qal li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda hemm biex timplimenta l-pjan ta' struttura, hija mod ta' kultura u komunikazzjoni.", "Allura jien nistaqsi jekk għandniex metodu ta' komunikazzjoni tajjeb biżżejjed.", "Jien jidhirli li hemm ħafna każijiet li għad iridu jittieħdu deċiżjonijiet dwarhom mill-Awtorita' u ma jiġux komunikati lill-periti u lill-pubbliku.", "U ladarba ma jkunux komunikati lill-periti u lill-pubbliku dawn ma jistgħux jippreżentaw il-pjanti skond ma jesiġu d-direttivi ta' l- Awtorita', bir-riżultat li jiġu rifjutati u għalhekk ikollhom jerġgħu jagħmlu applikazzjoni għal rikonsiderazzjoni.", "Jien ngħid li sal-lum meta konna mmorru quddiem id-DCC - id-Direttorat li jagħmel rakkommandazzjonijiet dwar jekk joħroġx permess jew le - mal-klijenti tagħna, kien qed ikollna ċ-ċans, wara li nitolbu aħna, li jinformawna meta jkun se jiġi diskuss il-proġett li nkunu qed niddiskutu.", "Issa dan ġieli jiġi approvat, tgħidilhom grazzi u toħroġ 'il barra, u ġieli jkunu qed jirrakkomandaw rifjut.", "Meta jirrakkomandaw rifjut tkun tista' tiddefendi l-każ tiegħek għan-nom tal-klijent.", "Issa qed jiġi maħsub li l- perit u l-klijent ma jingħatawx iċ-ċans li jitkellmu f'dik id-diskussjoni.", "Jien jidhirli li jista' jsir hekk pero' qabel ma applikazzjoni tiġi diskussa fid-DCC għandhom jinformaw lill-klijent u lill-perit fuq liema raġunijiet se jirrikkmandaw refusal u jagħtu r-raġunijiet tagħhom bil- miktub.", "(Interruzzjonijiet) Iva, naturalment jiġi rikkmandat mid- Direttorat.", "Il-Ministru qal ukoll li qegħdin jiġu proċessati ħafna permessi.", "Jien nieħu gost li jiġu proċessati ħafna permessi u allaħares ma jkunx hekk, pero' jidhirli li għadhom mexjin bil-mod.", "Meta tikkonsidra li, kif qal il-Ministru, il-ħaddiema ta' l-Awtorita' fl-1991 kienu madwar 130 u llum qegħdin fuq 300, dan ifisser li jew mhumiex qegħdin jagħmlu xogħolhom tajjeb biżżejjed, jew inkella hemm bżonn li jiżdiedu.", "GĦaliex il-permessi - kif jistgħu jaħsbu anke ħafna minn sħabi - għadhom m'humiex jiġu proċessati fiż-żmien stipulat mill-istess liġi li twaqqaf din l-Awtorita'.", "Intqal li mill-1993 'l hawn ġew proċessati 'l fuq minn 23,000 u li minn 17,000 ġew approvati 14,000, li jiġu 38%.", "Smajna wkoll li 2,600 ġew rifjutati, jiġifieri 15%; 195 ġew iritirati u l-applikazzjonijiet pendenti qed jonqsu.", "Issa smajna wkoll - u din irridu neħduha daqsxejn bis- serjeta' - li l-Awtorita' qiegħda tilħaq l-għan tagħha u l-permessi qegħdin jieħdu tmien ġimgħat biex jiġu proċessati skond kif tgħid il-liġi li twaqqaf l-Awtorita' stess.", "Imma jien jiddispjaċini ngħid li ma jidhirlix li veru qegħdin jilħqu l-għan tagħhom.", "Fi tmien ġimgħat ħafna drabi tkun għadek lanqas biss irċevejt l-acknowledgement!", "Jien nista' ngħid li mit-82 applikazzjoni li għandi quddiem l-Awtorita' diversi minnhom ma ġewx ipproċessati fi tmien ġimgħat.", "GĦandi applikazzjoni ta' klijent minn Ħad-Dingli li tlabt li ssir reconsideration tagħha fl-14 ta' Novembru ta' l-1994.", "Din ġiet acknowledged fit-28 ta' Novembru ta' l-1994, iltqajt mal-perit f'April ta' l-1995 u sal-lum għadni ma ġejtx imsejjaħ biex l- applikazzjoni tiġi reconsidered.", "Dawn huma każijiet ta' klijenti tiegħi stess u għalhekk qed nuri interess fihom.", "F'każ ieħor, hemm klijent li applikajnielu biex titwaqqa' l-gallerija li għandu li hija perikoluża, u mis-17 ta' Ottubru sal-lum għadna lanqas biss irċevejna acknowledgement.", "Dan meta fi tmien ġimgħat suppost li l-applikazzjoni ġiet ipproċessata u ħareġ il-permess!", "F'każ ieħor ta' klijent mir-Rabat - u jien lest li npoġġi d-dokumenti kollha relevanti fuq il-Mejda tal-Kamra - applikajt biex tieqa tinfetaħ f'bieb.", "L-acknowledgement irċevejtu fit-23 ta' Diċembru ta' l-1994 u fid-9 ta' Novembru ta' l-1995, jiġifieri 11-il xahar wara, talbuni nagħtihom ritratt tal-faċċata biex l-applikazzjoni tiġi proċessata.", "Jiddispjaċini ngħid li mhux veru li l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu proċessati b'mod mgħaġġel.", "Intqal li l-Awtorita' qiegħda hemm biex timplimenta l-Pjan ta' Struttura li kien ifformat minn tliet rapporti, l-Explanatory Memorandum, l- iStructure Plan First u l-iStructure Plan Final.", "F'dawn it-tliet rapporti, speċjalment fl-iStructure Plan Final insibu proġett għal golf courses u aktar 'il quddiem nikkwota siltiet minnu li jikkonċernaw proprju l-golf courses.", "Hemmhekk jingħad li qed tiġi rikkmandata golf course li għandha tkun akkommodata f'post fejn kemm jista' jkun ikun hemm l-inqas environmental impact u fuq art li m'hijiex tajba għall-agrikoltura.", "Jingħad ukoll li l-iżvilupp ta' mad-dawra għandu jakkommoda affarijiet li jmorru f'kumpless ta' golf courses, li għandu jkun hemm suitable vehicle access u li jista' jkun lokat f'post li hu derelict.", "Dan ir-rapport ġie ppreżentat u s'issa kien hemm żewġ applikazzjonijiet, waħda minnhom għal fejn il-Verdala u l-oħra maġenb il-Magħtab.", "Meta hawnhekk isemmu l- environmental impact, qegħdin jgħidu li jrid jiġi assigurat li ma jkunx hemm ħsara għall-water table.", "Issa wara li kien hemm individwu - mhux klijent tiegħi - li ried jagħmel golf course u avviċinani, jien staqsejt, dan ingħata letter of intent mill-Kabinett li l-Gvern jaqbel li jkun hawn international golf course f'Malta - u din hija xi ħaġa tajba - imbagħad meta ġiet ipproċessata l-applikazzjoni kemm mill-MDC, kif ukoll mill- awtoritajiet konnessi mas-settur tat-turiżmu, u wara li għaddiet .....", "MR SPEAKER: Point of order.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Onor.", "Spiteri jassigurana li dan li qed jitkellem dwaru m'għandux x'jaqsam ma' affarijiet tal-klijenti tiegħu, u li m'hemmx conflict of interest f'dan li qed jgħid?", "Din hija kwestjoni ta' etika.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Kieku l-Kap ta' l-Oppożizzjoni minflok ma kien moħħu biex iqum jagħmel il-points of order qagħad jismagħni bil-kalma, kien jinduna li jien għidt li l-persuna li kienet qed tipproponi l-iżvilupp ta' golf course qrib il-Magħtab, ġie għandi, jien staqsejt lill-Kabinett kif jaħsibha, dan id-developer ingħata letter of intent fis-sens li l-Gvern iħares lejn l-iżvilupp ta' international golf course pożittivament.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma rridx nitlef żmien u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf jekk dan huwiex point of order jew le.", "(Interruzzjonijiet) Aħna naqblu ma' l-iżvilupp ta' international golf courses u ma jidhirlix ...", "MR SPEAKER: Ippermettili, irrid nisma' l-point of order tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq point of order u fuq punt ta' etika.", "Jien lest li naċċetta l-assigurazzjoni ta' l-Onor.", "Membru li dak li qed jitkellem dwaru ma jirrigwardax affarijiet ta' klijenti tiegħu.", "Naċċetta l-kelma tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carm Lino Spiteri jista' jikkonkludi, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, dan huwa proġett li meta staqsew lill-MDC ...", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, bir-rispett kollu, fuq point of order u fuq punt ta' etika, jien tlabt il-kelma ta' l-Onor.", "Membru - u mhux se nikkontestaha - li dak li qed jitkellem dwaru ma jirridgwardax affarijiet ta' klijenti tiegħu u qed nistenna li jgħidilna: Le, ma jirrigwardax affarijiet tal-klijenti tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, inkompli - għax ma rridx nitlef żmien iżjed - billi ngħid li dan huwa proġett li jridu l-Gvern u meta l- Planning Authority qalet li ma taqbilx li jkun hemm kontroll ...", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) M'hemmx aktar points of order, Mr Speaker; dawn narawhom wara l-ewwel tas-sena.", "Jien se nagħlaq hawnhekk, Mr Speaker.", "Eżawrejt dak li ridt ngħid u issa f'ismi u f'isem il-familja kollha u wisq probabbli f'isem sħabi kollha taż- żewġ naħat nawgura ...", "Nieħu gost li tan-naħa l-oħra komplew miegħi għax fejn is-soltu meta jkun qed jitkellem ħaddieħor jitilqu 'l barra, illum ġew u ħadu gost jisimgħuni.", "Ta' dan nirringrazzjahom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nawgura liż-żewġ naħat tal-Kamra l-Milied it-Tajjeb u sena mimlija ġid u nawgura lil kulħadd li verament naħdmu flimkien għall-ġid ta' pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni.", "Nirringrazzja lill- kelliema kollha u issa nitlob lill-istazzjonijiet tar-radju jieqfu jxandru din is-seduta.", "Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u li jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni skond l- Ordni Permanenti Nru. 82 kif imressqa mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fil-21 ta' Novembru, 1995, din id- division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni il-Kamra ġiet sospiża fid-9.30 p.m. u rriżumiet fid-9.35 p.m.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u li jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni skond Ordni Permanenti Nru 82, kif imressqa mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "321", "FAVUR : 32", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Censu | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joseph |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona | | |Joe | |Cuschieri Louis |Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Spiteri Carm | | |Lino | |Deguara Louis |Tabone Anton | |Demarco Guido |Vella John | |Falzon Michael |Zammit Ninu | |Fenech Adami |Zammit Stanley | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 29", "L-Onor. | | | |Abela Wistin |Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Attard Montalto |Mintoff Dom | |John | | |Bartolo Evarist |Mizzi Joe | |Borg Carmel |Moran Vincent | |Brincat Leo |Muscat Philip | |Buhagiar Charles|Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech Joe|Sant Alfred | |Farrugia Michael|Sant Salvu | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin |Vella George | |Mangion Charles |Vella Karmenu | |Micallef Freddie| |", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas- sena 1996, tqies li nqara l-Ewwel Darba skond Ordni Permanenti Nru. 82.", "Kopja ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kienet tqassmet lill-Onor.", "Membri waqt is- Seduta Nru. 493 tat-12 ta' Diċembru, 1995.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-seduta tal-21 ta' Novembru, 1995, il-Kamra tgħaddi mingħajr diskussjoni għax-xogħol li baqa' dwar l- Approprjazzjoni għas-sena 1996.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (1996)", "APPROPRIATION (1996) BILL", "MR SPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni u bis- saħħa tal-ftehim milħuq fis-seduta tal-21 ta' Novembru, 1995 jistgħu jittieħdu l-istadji kollha fl-istess seduta.", "Il-Ministru tal-Finanzi jista' jressaq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1996.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tliet mija u tmienja u tmenin miljun, disa' mija u ħdax-il elf, disa' mija u tmintax Liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1996\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni għas-sena 1996.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 u l-Iskeda, klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi, jekk jogħġbu, jressaq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tliet mija u tmienja u tmenin miljun, disa' mija u ħdax-il elf, disa' mija u tmintax Liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1996\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1996 ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess.", "Billi fid-9.40 p.m. intalbet votazzjoni din ittieħdet dak il-ħin stess skond il-ftehim milħuq fis-seduta tal-21 ta' Novembru, 1995.", "VOTAZZJONI NRU.", "322", "FAVUR : 32", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Censu | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joseph |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona | | |Joe | |Cuschieri Louis |Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Spiteri Carm | | |Lino | |Deguara Louis |Tabone Anton | |Demarco Guido |Vella John | |Falzon Michael |Zammit Ninu | |Fenech Adami |Zammit Stanley | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 29", "L-Onor. | | | |Abela Wistin |Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Attard Montalto |Mintoff Dom | |John | | |Bartolo Evarist |Mizzi Joe | |Borg Carmel |Moran Vincent | |Brincat Leo |Muscat Philip | |Buhagiar Charles|Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech Joe|Sant Alfred | |Farrugia Michael|Sant Salvu | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin |Vella George | |Mangion Charles |Vella Karmenu | |Micallef Freddie| |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1995", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 1995", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-seduta tat-21 ta' Novembru, 1995, il-Kamra issa tgħaddi għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Supplimentari 1995 fl-istadji kollha.", "Il-Ministru tal-Finanzi, jekk jogħġbu, iressaq il-mozzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux iżjed minn wieħed u għoxrin miljun, wieħed u għoxrin elf, tmien mija u sitta u ħamsin liri Maltin (Lm21,021,856) għas-servizz tas-sena finanzjarja 1995 kif dettaljata fl-Iskedi hawn mehmuża.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Abbozz ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "12 ta' Diċembru 1995.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l- Estimi Supplimentari 1995, kif dettaljati fl-Iskedi hawn mehmuża.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "Kopja ta' l-Iskedi msemmija fil-Mozzjoni kienu tqassmu lill-Onorevoli Membri waqt is-Seduta Nru 493 tat-12 ta' Diċembru 1995.", "Skond il-ftehim milħuq fis-seduta tal-21 ta' Novembru, 1995 il-Kamra għaddiet mingħajr diskussjoni l-istadji li kien baqa' dwar l-Estimi Supplimentari.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi:", "Illi somma ta' mhux iżjed minn wieħed u għoxrin miljun, wieħed u għoxrin elf, tmien mija u sitta u ħamsin liri Maltin addebitata lill- Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Voti kif dettaljata fl-Iskedi annessi għas-sena finanzjarja 1995.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjoni ġiet approvata mill-Kumitat ta' Provvista.", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 1995", "(ORDNI PERMANENTI NRU.", "82)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn wieħed u għoxrin miljun, wieħed u għoxrin elf, tmien mija u sitta u ħamsin liri Maltin addebitata lill- Fond Konsolidat tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat taħt il- Voti speċifikati fl-Iskedi approvati mill-Kumitat ta' Provvista; u", "Illi l-Ministru tal-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi tqies li nqara l-Ewwel Darba skond Ordni Permanenti Nru. 82", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1995)", "SECOND (1995) APPROPRIATION BILL", "MR SPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni u bis- saħħa tal-ftehim milħuq fis-seduta tal-21 ta' Novembru, 1995 jistgħu jittieħdu l-istadji kollha tiegħu fl-istess seduta.", "Il-Ministru tal-Finanzi, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn wieħed u għoxrin miljun, wieħed u għoxrin elf, tmien mija u sitta u ħamsin liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1995.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (1995) ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "II-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 u l-Ewwel Skeda, klawsola 3 u t-Tieni Skeda, klawsola 1 u t- Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz Ta' Liġi.", "Fid-9.49 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma mhux iżjed minn wieħed u għoxrin miljun, wieħed u għoxrin elf, tmien mija u sitta u ħamsin liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1995\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jkun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fil-21 ta' Novembru, 1995, din id- division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "323", "FAVUR : 33", "L-Onor", "|Asciak Michael |Galea Louis | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joseph |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona | | |Joe | |Cuschieri Louis |Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Spiteri Carm | | |Lino | |Deguara Louis |Tabone Anton | |Demarco Guido |Vella John | |Falzon Michael |Zammit Ninu | |Fenech Adami |Zammit Stanley | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA : 29", "L-Onor | | | |Abela Wistin |Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Attard Montalto |Mintoff Dom | |John | | |Bartolo Evarist |Mizzi Joe | |Borg Carmel |Moran Vincent | |Brincat Leo |Muscat Philip | |Buhagiar Charles|Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech Joe|Sant Alfred | |Farrugia Michael|Sant Salvu | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin |Vella George | |Mangion Charles |Vella Karmenu | |Micallef Freddie| |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jkompli jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Civili, Kap.12\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS REFALO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi mesjjaħ \"Att li jkompli jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap 12\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Borg iressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GWARDJANI PRIVATI U LOKALI", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1995 dwar Gwardjani privati u lokali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1995 dwar Gwardjani privati u lokali\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, sakemm jiġi biex jerġa' jibda l-Parlament seħibna, is-Sur Philip Attard, ikun irtira u għalhekk f'ismi u f'isem sħabi nixtieq nesprimi r-ringrazzjament tagħna għall-paċenzja li żgur li ħa bija u naħseb li anke b'ħaddieħor.", "(Applaws)", "MR SPEAKER: Naturalment jien l-ewwel wieħed li nassoċja ruħi ma' dan li għadu kif qal l-Onor.", "Salvu Sant.", "Sar il-ħin.", "Jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Jannar 1996 fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Sur President, għall-grazzja t'Alla qegħdin nagħlqu din is-sena ta' ħidma f'dan il-Parlament.", "Nista' ngħid li kienet sena li fiha rajna l- introduzzjoni tal-kumitati b'riżultat ta' ħidma miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Irridu ngħidu li dawn il-kumitati diġa' qed jagħtu x-xogħol siewi tagħhom lil dan il-Parlament.", "Qed nakkwistaw esperjenza u iktar ma nakkwistaw esperjenza, naturalment iktar insiru aħjar.", "Kellna l-okkażjoni wkoll li l-Perit Dom Mintoff għalaq 50 sena membru ta' din il-Kamra.", "(Applaws) Dan il-fatt ċertament li kien uniku fil-ħajja ta' dan il-Parlament u l-Parlament fakkar din l-okkażjoni bil-mod korrett u dinjituż li titlob okkażjoni bħal din.", "Il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Salvu Sant tkellem ukoll dwar il-ħabib tagħna, is-Sur Philip Attard.", "Anke jien, Sur President, nirringrazzjah.", "Jien naf kemm ħadem magħna kemm fil-Parlament kif ukoll f'delegazzjonijiet barra minn Malta.", "Huwa bniedem li jien dejjem kont nirrikorri għandu u naħseb li se nibqa' nirrikorri għandu għal pariri - kif kulħadd ikollu bżonn jagħmel - dwar ix-xogħol tal-Kamra.", "Il-mod spassjonat, il-mod korrett u l-mod ċivili tiegħu ċertament li huma ta' min jirrakkomandahom bħala l-mod kif civil servant jista' jaqdi lill-Kamra b'lealta' u b'korrettezza.", "Naturlament dan huwa żmien ta' awguri.", "Għalhekk nawgura qabel xejn lill- kollegi tagħna ta' dan il-Parlament, partikolarment lill-kollega tiegħi, il- Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien u hu dejjem insibu ruħna f'kampi li jidhru kuntrastanti imma huma konverġenti ħafna u allura nsibu ruħna niskambjaw argumentazzjoni fuq tema li t-tnejn għandna ċerta responsabiltajiet għaliha.", "Naturalment nawgura wkoll lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u lill-kollega kollha tiegħu.", "Nawgura lill-kollegi tiegħi ta' din in-naħa imma fuq kollox lilek, Sur President, li kellek il-ħila li lil dan il-Parlament tagħtih sens ta' dialogu u tkabbar id-dinjita' ta' dan il-Parlament bl- istil tiegħek, bil-metodu tiegħek u bil-mod kif inti tippresjedi b'imparzjalita' kbira u b'konoxxenza tajba tar-regoli ta' dan il-Parlament.", "Aħna nawgurawlek preżenza kontinwa f'dan il-Parlament għax il-mod kif inti tippresjedi huwa mudell għal ħafna oħrajn u ċertament għalina lkoll li nħarsu lejk b'fiduċja kbira li tħares id-dinjita' tal-Kamra.", "Sur President, nirringrazzja ħafna lill-kollaboraturi ta' dan il- Parlament, lis-sinjuri li jieħdu ħsieb il-makkinarju, bħal-loudspeakers, lin-nies li jagħmluha possibbli li jkollna l-hansard tagħna daqstant tajjeb u b'suċċess u lill-istampa li hija element valida għalina.", "Aħna nistgħu nitkellmu u nagħmlu d-dover tagħna tajjeb ħafna hawnhekk, Sur President, imma llum permezz tal-media aħna naslu direttament fid-djar tal-Maltin.", "Dan ukoll huwa fattur pożittiv pero' jien nemmen ħafna fil-forza tal-kitba, ta' l-istampa, li inti u taqraha għandha permanenza.", "Ċertament li l- istampa tikkollabora ħafna biex tirrendi x-xogħol tal-Parlament magħruf minn kulħadd.", "Dawn in-nies għalina saru parti minn din l-istituzzjoni, saru qishom membri tal-familja tagħna.", "Lilhom ukoll u lill-familji tagħhom nawguralhom ħafna affarijiet sbieħ għas-sena d-dieħla.", "L-istess awguri jmorru għall-istaff kollu, għas-suldati, għall-pulizija li jkun hawn madwarna u għall-poplu Malti kollu li nawgurawlu l-festi t-tajba, sena aħjar u għaqda akbar fost il-Maltin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, bħalma qal il-kollega tiegħi dan huwa żmien ta' awguri, u jiena nemmen li f'dan iż-żmien verament nuru n-natural tagħna.", "Ħafna nies jisimgħuna nargumentaw kontra xulxin u kultant forsi ngħajtu kontra xulxin, pero' jiena nemmen li fil-fond ta' qalbna aħna li nkunu hawn ġew għandna għan wieħed, l-għan li naħdmu ħalli lil pajjiżna nagħmluh aħjar u narawh jagħmel progress minn ġurnata għal oħra.", "Jiena nemmen li l-Parlament jista' jkompli jirranġa aktar l-operat tiegħu u, bħalma qal il-kollega tiegħi, ħdimna u għandna s-sodisfazzjon li f'din l- aħħar sena rajna żvilupp.", "Bla dubju ta' xejn dan seħħ anke bil- koperazzjoni u bl-imbottar tas-Sinjorija Tiegħek, Mr Speaker, bir-riżultat li stajna naraw ċertu żvilupp fil-mod kif jiffunzjona dan il-Parlament.", "Jiena nemmen li nistgħu naslu f'punt fejn il-Parlament ikun aktar segwit min-nies u jkun aktar topiku f'dak li jitkellmu fuqu n-nies għaliex ikunu jafu x'inhu għaddej hawn ġew.", "Bħalma għamel il-kollega tiegħi, għan-nom tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, jiena nawgura l-festi t-tajba lill-poplu Malti kollu, lill-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra, lil sħabi hawnhekk u lill-istaff kollu.", "Anke jien għandi kelma partikolari għall-ħabib tagħna Philip Attard li bħalma diġa' ntqal, kulħadd jirrikorri għalih meta jkollu bżonnu.", "Jiena ġieli rrikorrejt għalih għal ħafna affarijiet oħra u għadni nirrikorri għalih.", "Jiena nawguralu li jkollu mistrieħ u jgawdi l-irtirar tiegħu mix- xogħol wara tant snin ta' ħidma bħalma nawgura lil kull min wara li jkun ħadem b'dedikazzjoni u b'sinċerita' fil-job tiegħu - kien x'kien, mill- iċken wieħed sa l-ogħla wieħed f'dan il-pajjiż - ikun jistħoqqlu u jixraqlu li jgawdi l-irtirar tiegħu.", "Bħalma għamel il-Viċi Prim Ministru, jien ukoll nirringrazzja l-ewwel u qabel kollox lilek, Mr Speaker, għall-mod kif tmexxi d-dibattiti hawn ġew u għall-mod kif irnexxielek tmexxi d-debates u l-Parlament.", "Ovvjament nirringrazzja lill-istaff tiegħek kollu u lill-istaff li għandna hawn ġew, lin-nies li jieħdu ħsieb it-transcriptions tad-debates u lill-ġurnalisti li jisimgħuna b'paċenzja kbira u jipprovaw iwasslu dak li ngħidu hawn ġew lill- poplu.", "Nixtieq nawgura l-festi t-tajba lill-poplu Malti kollu u nawgura li s-sena d-dieħla tara aktar ġid f'dan il-pajjiż milli rat fil-passat.", "Nirringrazzja lil kulħadd.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "F'ismi u f'isem l-istaff nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra għall-awguri u għall-kliem sbieħ li saru fil- konfront ta' l-istaff ta' dan il-Parlment u f'isem is-Sur Attard stess, li ma jistax jindirizza lill-Kamra, nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra għall-awgurju li ġie espress għaliex jixraqlu tassew li jkollu dan ir- rikonoxximent.", "(Applaws)", "Skond il-ftehim milħuq tal-21 ta' Novembru 1995, il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Jannar 1996, fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Fl-10.00 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- ftehim tal-21 ta' Novembru 1995.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - KIRI TA' KAROZZI", "29952.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid meta nkriet il-karozza X-4597 li t-talba għaliha ħarġet fit-22 ta' Novembru, 1994; meta nkriet il-karozza X-4729 li t-talba għaliha ħarġet fl-10 ta' Awissu, 1995 u meta nkriet il-karozza X-4655 li t- talba ħarġet fil-31 ta' Jannar, 1995?", "Mil-liema kumpanniji tal-kiri tal-karozza ntalbet stima qabel ma nkrew dawn il-karozzi?", "It-talba kif waslet għand dawn il-kumpanniji bil-posta reġistrata jew bl- idejn?", "L-istima kif waslet lura l-Ministeru?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nfurmat li:", "1) a) Il-karozza X-4597 inkriet mill-24.11.94 sat-28.11.95.", "b) L-istima ntalbet minn dawn il-ħames kumpaniji:", "(i) Mayjo Rent-a-Car (ii) Victor J Borg Enterprises Ltd (iii) Avis Rent-a-Car (iv) Mario's Rent-a-Car (v) Frank Bajada", "c) It-talba għall-istimi waslet għand il-kumpaniji direttament bl- idejn.", "d) L-istimi li ntefgħu kienu tlieta (immarkati bil-linka ħoxna) u waslu l-Ministeru billi ntefgħu fil-Kaxxa tal-Offerti.", "2) a) Il-karozza X-4729 inkriet mis-6.9.95.", "b) L-istima ntalbet minn dawn il-ħames kumpaniji:", "(i) Mayjo Rent-a-Car (ii) Victor J Borg Enterprises Ltd (iii) Avis Rent-a-Car (iv) Mario's Rent-a-Car (v) Sunny Islands Rent-a-Car", "c) It-talba għall-istimi intbagħtet għand il-Kumpaniji bil-posta.", "d) L-istima li ntefgħet kienet waħda (immarkata bil-linka ħoxna) u waslet il-Ministeru billi ġiet mixħuta fil-Kaxxa għall-Offerti.", "3) a) Il-karozza X-4655 inkriet fil-15.6.95, iżda qabilha inkriet vettura oħra i.e.", "X-4724 fuq l-istess sejħa għall-kiri.", "Din ta' l-aħħar inkriet fis-6.3.95 u ġiet ritornata lura fl-14.6.95 u minflokha inkriet il- vettura li dwarha saret id-domanda.", "b) L-istima ntalbet minn dawn il-ħames kumpaniji:", "(i) Victor J Borg Enterprises Ltd (ii) Mayjo Rent-a-Car (iii) Avis Rent-a-Car (iv) Mario's Rent-a-Car (v) Frank Bajada (vi) Intbagħtet ukoll talba lil Manufacture and Services Dept.", "(MSD)", "c) It-talba għall-istimi, ħlief dik li ntbagħtet għand l-MSD li ntbagħtet bil-posta, ttieħdu għand il-kumpaniji direttament bl-idejn.", "d) L-istimi li ntefgħu kienu sitta u waslu l-Ministeru billi ġew mixħuta fil-Kaxxa għall-Offerti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - KAROZZA V-1800", "29953.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel użu mill-karozza numru V-1800?", "Qiegħed jinżamm log book għal din il-karozza?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet mili jew kilometri din il-karozza minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ħliet petrol din il-karozza fl-istess perjodu?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Il-karozza V1800 qiegħda għall-użu tas-Segretarju Privat tiegħi iżda billi s-Segretarju preżenti ma jagħmilx użu minnha, din qed tintuża minn uffiċċjali oħra tal-Ministeru kif ikun meħtieġ u awtorizzat mill-istess Segretarju.", "Qed jinżamm log book għal din il- karozza li mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Ottubru 1995 għamlet 9411 km u kkonsmat 824 litri petrol.", "DJAR - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "29974.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li Mr Carmel Abela ta' 66, St. Lawrence Str, Isla bil-File Nru. (H 0839) jingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li l-applikazzjoni H 0839 mhix tas- Sur Abela.", "Għalhekk nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħtini l-informazzjoni neċessarja biex tkun tista' tiġi nvestigata.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-PHARMACY TECHNICIANS", "30014.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'riferenza għall-Kors tal-Pharmacy Technicians, fl-Universita' ta' Malta, jikkonferma l-Ministru li numru ta' għalliema rrifjutaw li jgħallmu f'dan il-kors u dan għaliex dawn għandhom jieħdu ammont ta' flus f'arretrati ta' bosta xhur jew/u l-lecturers ma jaqblux mas-sistema li l-eżami ta' l-Universita' m'huwiex rikonoxxut sabiex wieħed jingħata l-warrant?", "Jikkonferma l-Ministru li l-istudenti ta' dan il-kors qed jingħataw massimu ta' erba' sigħat fil-ġimgħa ta' tagħlim?", "Jaf il-Ministru li dawn l- istudenti dalwaqt jiffaċċjaw l-eżamijiet finali?", "Jekk l-istudenti jeħlu mill-eżamijiet tal-Bord tal-Farmaċija jingħataw l-opportunita' ta' \"resit exam\" fi żmien ta' ftit xhur?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li numru ta' persuni li mhumiex għalliema ta' l-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa, li kienu jgħallmu fil-kors ta' Pharmacy Technicians, waqfu milli jagħtu s-servizzi tagħhom.", "It-talba ta' xi persuni minn dawn għal ħlas ta' servizzi li taw qed tkun ikkonsidrata bejn l-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa u d-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Sadanittant, l-istudenti fil-kors li qed isir fl-IHC qed jingħataw kull għajnuna possibbli minn żewġ spiżjara, impjegati ta' l-IHC, biex jersqu għall-eżami tal-Bord tal-Farmaċija.", "Huma qed jingħataw sitt siegħat ta' lectures fil-ġimgħa li jkopru t-tagħlim essenzjali u qed isir kull sforz biex is-siegħat ta' tagħlim jiżdied skond il-ħtieġa.", "Għar-rigward tar-rikonoxximent ta' ċertifikat tal-kors ta' Pharmacy Technicians għall-iskop ta' l-għoti tal-warrant nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 28865 (Seduta 469) u 29546 (Seduta 477).", "Minn meta ingħataw dawn it- tweġibiet, saret laqgħa bejn rappreżentanti ta' l-IHC u tal-Pharmacy Board u kien miftiehem li minn Jannar li ġej isiru laqgħat regolari bejn l- eżaminaturi tal-bord u l-eżaminaturi u l-istudenti ta' l-IHC.", "B'danakollu, meta u kif isiru l-eżamijiet tal-Bord tal-Farmaċija huwa prerogattiva u kompetenza ta' l-istess Bord.", "Ta' min iżid li l-kors preżenti għall-Pharmacy Technicians beda fl-1993 u dan m'għadux offrut mill-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa u mhux ser ikun offrut qabel ikun żgurat li:", "a) jiġi assigurat x'ser ikun ir-rwol tal-Pharmacy Technicians fil-futur", "b) jitfassal sillabu ġdid li jirrifletti dan ir-rwol", "c) l-IHC ikollu riżorsi adekwati biex ikun jista' jmexxi dan il-kors", "d) jintlaħaq ftehim mal-Pharmacy Board dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifika mogħtija mill-Institute of Health Care.", "ISTITUT TAS-SAĦĦA - EŻAMIJIET FINALI", "30015.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-eżami finali magħmul mill-Istitut tas-Saħħa mhux rikonoxxut mill- President ta' Malta għal għoti tal-warrant sabiex tiġi prattikata l- professjoni ta' Pharmacy Technicians meta korsijiet universitarji oħrajn li jinkludu dawk fl-istess Istitut tas-Saħħa huma awtomatikament mogħtija l- warrat meta jgħaddu mill-eżamijiet finali ta' l-Universita'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 29546 (Seduta 477).", "PULIZIJA - VETTURI", "30147.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija għaliex instabu bil-vetturi tagħhom jiddampjaw skart/radam eċċ. fl-inħawi pprojbiti matul din is-sena?", "Fejn instabu dawn il-persuni u kemm minnhom fl-Imtaħleb l/o Rabat?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' persuni u l-postijiet fejn ġew maqbuda persuni jarmu skart bil-vetturi tagħhom hu kif ser ngħid:", "Pembroke: 1 Burmarrad: 2 Xgħajra: 1 Kalkara: 2 Birgu: 2 Swatar: 2", "Dawn il-persuni tressqu l-Qorti.", "SAĦĦA - WARD CLERKS", "30166.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli dawk li għamlu t-taħriġ ma' l-ETC għal Ward Clerk meta se jiġu mpjegati mad-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-taħriġ li sar mil-'Employment and Training Corporation' għal 'Medical Clerk' fih innifsu ma jintitolax persuna awtomatikament għal impjieg mad-Dipartiment tas-Saħħa.", "TELEMALTA - TONY DEBONO", "30167.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħidli kemm ħa \"warm clothing allowances\" iċ- Chairman/Chief Executive tat-Telemalta, is-Sur Tony Debono minn Mejju 1987 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li c-Chief Executive tal- Korporazzjoni Telemalta ma ħa l-ebda \"warm clothing allowance\" minn Mejju 1987 sal-lum.", "SAĦĦA - SPEJJEŻ TA' L-IVJAĠĠAR", "30173.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom jibbenefikaw mill-benefiċċji ta' \"travelling expenses\", il-ħaddiema tal-Pest Control tar-Rodent tad- Dipartiment tas-Saħħa?", "Kemm hemm arretrati x'jingħataw lil dawn il-ħaddiema?", "Għaliex tħallew pendenti dawn l-arretrati?", "Jista' l-Ministru jara li jiġi regolarizzati l-ħlas dovut lil dawn il- ħaddiema qabel l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li 'travelling expenses' lill- Ħaddiema tal-'Pest Control' tad-Dipartiment tas-Saħħa dejjem tħallsu regolarment malli dawn jissottomettu t-talbiet tagħhom li jkunu approvati mill-Kap tas-Sezzjoni ta' fejn ikunu qed jaħdmu.", "Ma jirriżultax li hemm xi arretrati li għandhom jingħataw lil dawn il- ħaddiema f'dan ir-rigward.", "Għat-tielet u r-raba parti tal-Mistoqsija nitlob l-Onor.", "Interpellant li jekk jaf b'xi każi individwali jgħaddili l-informazzjoni.", "BAĦRIJA - DAWL", "30174.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għat-talba tiegħi - ċioe' l-mistoqsija parlamentari numru 26939 - biex issir bozza ma' l-arblu tal-Knisja l-qadima tal-Baħrija, jista' l- Ministru jara li tiġi approvata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.Interpellant għadha qed tkun kunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SAĦĦA - PEST CONTROL TAR-RODENT", "30175.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Billi s-soltu kienet proċedura li l-ħaddiema tal-Pest Control tar- Rodent jingħataw żraben, \"toiletries\" eċċ., jista' l-Ministru jara li jiġu eżerċitati dawn l-obbligi tad-dipartiment lejn il-ħaddiema imsemmija?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-'toiletries' u ż-żraben dejjem ġew provduti lill-ħaddiema tas-Sezzjoni tar-'Rodent Control'.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każ fejn persuna ma ngħatatx dawn għal xi raġuni jew oħra, nitolbu jgħaddili l-informazzjoni.", "SLIEMA - KAŻ TA' PULIZIJA", "30177.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l-inkjesta li kienet saret fuq il-każ tal-pulizija li kien spara fuq persuna f'Tas-Sliema u li kkaġunalha ġrieħi serji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Bord ta' Inkjesta ikkonkluda li l-azzjoni tal-membri tal-Korp tal-Pulizija involuti f'dan l-inċident kienet neċessarja, korretta u skond il-prassi normali f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Ma jidhirlix li għandi nippubblika r-rapport sħiħ bid-dettalji tax-xhieda mismugħa.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI GĦAL J. MICALLEF", "30178.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid fiex waslet it-talba ta' J. Micallef li hu miżżewweġ b'tarbija ta' tliet xhur li qed jgħix ma' ommu, ma' missieru u oħtu fil-post ta' 285, Flat 3, Two Gate Street, Senglea (Ref.", "H 12851)?", "Jista' d-dipartiment jallokalhom il-post allegatament battal ta' Block No. XI, No. 3, Triq il-Miġja tal-Papa, Senglea?", "ONOR.", "CENSU GALEA:", "L-applikazzjoni Nru. H 12851 qed tiġi kkunsidrata flimkien ma applikazzjonijiet oħra simili."]} {"filename": "20000621_321d_par.doc", "date": "2000-06-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 321 L-Erbgħa, 21 ta' Ġunju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 321", "L-Erbgħa, 21 ta' Ġunju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "321", "L-Erbgħa, 21 ta' Ġunju, 2000", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 5", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (KUMITAT) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 6", "AĠĠORNAMENT 23", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEBA BIL-MIKTUB 29", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 320 li saret fl-20 ta' Ġunju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - KUNTRABANDU", "16802.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' rapporti li saru lill-pulizija dwar każi ta' kuntrabandu fuq xorb, sigaretti, ikel, eċċ. matul l-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' każi simili rrapportati matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja) (f'isem il-Ministru ta' l- Intern): Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat il-pulizija kellha 19- il rapport ta' kuntrabandu.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub ma jinżammx taħt forma ta` statistika.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Fiex jikkonsistu dawn id-19-il każ li ġew irrapportati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR AUSTIN GATT: Skond il-file li għaddieli l-ministru ta' l-intern jidher li dawn il-każi jvarjaw.", "Hemm każ ta' mobile phone accessories u oħrajn ta' sigaretti, ġgieget tal-ġild, bathroom ceramics u furniture.", "SPTAR SAN LUQA - XORB/DROGA", "16803.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "15892, jista' l-Ministru jaġġornana għax-xahar ta' Mejju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Fl-Isptar San Luqa matul ix- xahar ta' Mejju ddaħħlu 20 pazjent b'overdose u tlieta minħabba abbuż ta' alcohol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: X'follow-up għamel id-dipartiment fix-xahar preċedenti ma' l-għaqdiet li jagħmlu xogħol volontarju - qed ngħid għal dawk l-għaqdiet li jgħinu lill-vittmi kemm ta' overdose kif ukoll ta' alcohol - b'risq il-komunita' Maltija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Irrid nistqarr li m'għandix id-dettalji li qed jitlobni l-Onor.", "Interpellant pero' fil-każ inġibhomlu f'seduta oħra.", "Fuq bażi ġenerali rrid ngħid li dawn l-għaqdiet volontarji jkomplu jsegwu lil dawn il-persuni - per eżempju, għandek is-Sedqa, li tieħu ħsieb dawk il-persuni li jabbużaw mill-alcohol - u ħafna drabi d-diviżjoni tagħti xi tip ta' counselling u tirriferihom għand ħaddieħor.", "MELLIEĦA - POMPA TAL-PETROL", "16804.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-applikazzjoni ġdida għall-pompa tal-petrol fil-Mellieħa, u b'riferenza għall-oġġezzjoni mressqa mir-residenti dwar dan il-proġett, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-pożizzjoni ta' l-Enemalta fuq dan il-proġett?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li sal-lum l-Korporazzjoni Enemalta ma rċeviet l-ebda applikazzjoni ġdida għall-ftuħ ta` pompa tal-petrol fil-Mellieħa.", "Il-liċenzja tal-pompa tal-petrol li kien hemm ħdejn il-pont tal-Mellieħa għadha valida.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Sur President, b'mod ġenerali jirriżultali li l- pumpiera qed jilmentaw li m'humiex isibu spare parts biżżejjed għall-makni tal-pompi - fil-fatt ilhom ix-xhur jistennew dawn il-parts - u anke li qed ikun hemm nuqqas ta' safety fil-petrol stations.", "Il-Ministru huwa informat b'dawn id-diffikultajiet?", "Qed isir xi ħaġa mill-Enemalta bil-għan li jiġu rrimedjati dawn il-problemi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, bis-saħħa ta' l-agreement li kien sar bejn il-Korporazzjoni Enemalta, il-GRTU u l-owners tal-pompi tal-petrol, il- makni kienu ġew supplied bil-patt illi l-maintenance fuqhom jibda jsir mill- owners stess.", "Jiġifieri f'dan l-istadju mhijiex responsabbilta' ta' l- Enemalta li tipprovdi l-ispare parts imma tas-settur privat.", "Illum ħafna pompi jintużaw bħala self-service u qed ikunu ffrekwentati minn numru kbir ta' nies.", "Jien ma nafx li jeżistu problemi partikolari ta' sigurta' u quddiemi ma ġie l-ebda rapport li jindika dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, imma ladarba sid ta' petrol station ma jsibx spare parts biex jirranġa l-ħsarat li jkollu fil-makni u lanqas biss jingħata permess biex jimporta dawn l-ispare parts, x'se tkun il-pożizzjoni tal-pubbliku in ġenerali jekk kemm-il darba l-Enemalta - jew min hu responsabbli - ma tindenjax ruħha ssewwi dawn il-ħsarat?", "Se noqogħdu nistennew li Allaħares qatt tinqala' xi traġedja u mbagħad naraw x'nagħmlu!", "Ikun aħjar jekk il-ministeru jinvestiga u jara kif jirrimedja għal din is- sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, irridu noqogħdu attenti għall-mod kif ninkwadraw l-argumenti tagħna.", "L-implikazzjoni ta' dak li qed jgħid l- Onor. Interpellant hija li l-Enemalta tista' b'xi mod tinżamm responsabbli jekk tinqala' xi traġedja minħabba nuqqas ta' provvista ta' spare parts.", "Din assolutament ma naċċettahiex, speċjalment wara r-risposta li għadni kif tajt.", "L-Enemalta m'għadhiex hi responsabbli mill-pompi u llum m'hemm bżonn ta' l-ebda permess biex wieħed jimporta l-ispares.", "Allura b'liema loġika wieħed jasal għall-konklużjoni li tista' tinqala' xi traġedja tort ta' l-Enemalta?", "Jekk jiena jkolli bżonn xi spare parts għall-karozza tiegħi nara kif nagħmel u nġibhom u ma nippretendix li ġġibhomli l-Enemalta bl-iskuża li nagħmel użu mill-fuel li tipprovdini bih l-istess korporazzjoni!", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk hawn l-istess loġika.", "Veru li qabel kien hemm pompi li kienu jiġu supplied lill-owners bi ftehim li ma jkunx hemm żieda fil-prezz tal-petrol - imbagħad matul is-snin ingħataw żieda fil-qligħ, li tkopri s-servicing kif ukoll ir-replacement tal-pompi mill-owners stess - imma llum is-sitwazzjoni hija deregulated u m'hemmx bżonn l-involviment ta' l-Enemalta.", "Jekk l-aġent responsabbli minn dawn il-pompi f'Malta mhux qed jipprovdi spare parts, hemm mezzi oħra x'wieħed jista' jagħmel - jista' jordna spare parts hu stess, jista' jmur għand il-konsumatur għax mhux qed jiġi moqdi u jista' jinforma barra minn Malta li min qed jirrappreżenta l-pompi hawn Malta mhux qed jagħmel id- dover tiegħu - imma żgur ma nistgħux ngħidu li l-Enemalta hija b'xi mod responsabbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Minn dak li qal il-Ministru qed nifhem illi l- Enemalta tapprova l-liċenzji hi biex persuna jkollha permess għal petrol station?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, in-numru ta' petrol stations bilfors li jrid ikun limitat u allura jrid ikun hemm xi ħadd li jikkontrolla, pero' jiena qed nistenna li f'qasir żmien tgħaddi liġi minn dan il-parlament biex titwaqqaf awtorita' regolatorja indipendenti mill-gvern u mill-Enemalta.", "Pero' nerġa' nirrepeti - kif irrispondejt għall-mistoqsija li kelli bil- miktub - li l-Enemalta ma tatx permess għall-pompa fil-Mellieħa għax diġa' hemm permess u ma jidhirx li saret applikazzjoni għal liċenzja ġdida.", "F'dan l-istadju l-Enemalta qiegħda timxi bil-policy li biex toħroġ liċenzji ġodda tistenna sakemm jiġi maħtur ir-regolatur biex dan jara hu - flimkien mal-planning authority - x'inhu n-numru ta' pompi li hemm bżonn u fejn għandhom ikunu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: La l-Ministru qed jgħid illi Enemalta hija responsabbli biex toħroġ il-permessi, jista' jgħidilna jekk tagħmilx kondizzjonijiet partikolari li s-sid tal-pompa tal-petrol għandu josserva?", "Jekk ċerti regoli li toħroġ l-Enemalta ma jiġux osservati, tista' l- korporazzjoni tieħu deċiżjoni li tagħlaq xi pompa tal-petrol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li l-Enemalta toħroġ il- liċenzji biex il-konsumatur ikollu minfejn ikun jista' jieħu l-petrol, imma l-importazzjoni tal-pompi tal-petrol m'hijiex responsabbilta' ta' l- Enemalta imma tas-settur privat.", "Issa jekk hux fi ħdan il-GRTU jew inkella fi ħdan xi assoċjazzjoni oħra huwa immaterjali, iżda ċertament l-Enemalta m'hijiex involuta.", "Dik hi s-sitwazzjoni llum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ħalli nerġa' nagħmel il-mistoqsija għax forsi m'iniex qed niftiehem sew.", "Meta l-Enemalta tagħti liċenzja, torbot lill-petrol agent jew lis-sid tal-petrol station b'xi kondizzjonijiet ta' safety?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, dan li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant ma jirriżultalix mill-file.", "Jekk l-Onor.", "Membru jrid ikun jaf il- kondizzjonijiet li l-Enemalta tinponi meta toħroġ liċenzja għal pompa tal- petrol, nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub u nkun nista' nġib id- dettalji fuq din il-materja.", "MELLIEĦA - POMPA TAL-PETROL", "16805.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-applikazzjoni quddiem il-planning authority għal pompa tal-petrol ġdida fil-Mellieħa, u b'riferenza għall-oġġezzjoni mressqa mir- residenti dwar dan il-proġett, jista' l-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni attwali?", "ONOR AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li l- applikazzjoni għal pompa ġdida fil-Mellieħa qiegħda tiġi pproċessata u bħalissa qiegħed jiġi evalwat l-environment impact assessment rilevanti għal dan is-sit.", "WIED IL-GĦASEL - ĦSARAT - XITA", "16806.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-bdiewa li rrapportaw ħsarat kawża ta' l-ilmijiet matul dawn l-aħħar ħames snin?", "X'passi ttieħdu u x-xogħlijiet saru sabiex titħammel il-parti minn Wied il-Għasel li l-aktar li tikkawża ħsarat lil dawn il-bdiewa?", "Jista' l- Ministru jara jekk hux possibli li għas-sajf li ġej jilħaq arranġamenti mal- missjoni militari Taljana u ħaddiema oħra tad-dipartiment ta' l-ambjent u xogħlijiet pubbliċi ħalli jitħammlu partijiet minn Wied il-Għasel?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant li skond rapporti miġbura minn uffiċjali ta' l-extension services, ir-rapporti li saru mill-bdiewa dwar ħsarat ikkaġunati minn maltempati ta' xita, silġ, għargħar u rjieħat qawwija huma kif se jingħad:", "|Settembru 1995 |177 | |Frar 1996 | 13 | |Settembru 1997 | 51 | |Jannar 1998 |159 | |Novembru 1998 | 79 | |Novembru/Diċembru 1999 |590 |", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant qed jiġi nnotat flimkien ma suġġerimenti simili li jsiru mill-pubbliku fir-rigward tat-tindif tal- widien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd illi numru ta' widien jenħtieġu manutenzjoni kbira u peress li forsi d-dipartiment ta' l-agrikoltura m'huwiex possibbli għalih li jlaħħaq ma' dawn il-commitments kollha, jista' l-Ministru jinformani x'sar matul dawn l-aħħar ħames xhur biex tiġi indirizzata din il-problema u jiġi evitat l-għargħar li sfortunatament jikkaġuna ħsara kbira fl-uċuħ tar- raba'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta' pajjiżna jkollna dawk li jissejħu l-five-yearly storms li jkunu ta' ċerta qawwa, it-10-yearly storms li jkunu ta' qawwa iżjed, il-15-yearly storms li terġa' jkunu ta' qawwa akbar u mbagħad hemm it-20-yearly storms u t-25- yearly storms.", "Għandna dan il-fenomenu li kull perijodu jkollna maltempati ta' ċertu qawwa jew ammont ta' xita bħalma kellna s-sena l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Il-kollega tiegħi qed isemmi l-15-yearly storms.", "Irrid ngħidlu li l-qisien tal-mains tad-drenaġġ jiġi ddisinjat fuq it-20 yearly u t-25 yearly storms biex inkunu safe.", "Imbagħad hemm ċerti maltempati li ma tista' tiddisinja xejn għalihom għax tagħmillek ammont ta' xita f'daqqa, tmurlek ġor-raba' u tkaxkarlex kollox.", "Jiena naqbel ma' dak il-kollega tiegħi rigward it-tindif tal-widien u jiddispjaċini ngħid li għadna m'aħniex f'pożizzjoni li bis-serjeta' nibdew nieħdu ħsieb dan l-aspett.", "Per eżempju, jekk nieħdu Wied Znuber, li qiegħed ħdejn l-industrial estate ta' Ħal Far - wied sabiħ ħafna u anke fih il-footpaths - jiddispjaċik meta tara t-telqa kbira li jinsab fiha.", "Din it- telqa ma ġietx tul dawn l-aħħar ħames xhur imma tul is-snin.", "Hemm il- ħtieġa li jkollna numru ta' nies apposta li jżommu dawn il-widien f'kondizzjoni tajba, kemm fejn jidħol il-bini ta' ħitan tas-sejjieħ kif ukoll biex iżommu l-mogħdijiet li hemm fi stat tajjeb.", "Wied ieħor li huwa popolari u li jgħaddu minn ma' ġenbu ħafna nies huwa Wied Babu, li jagħti miż-Żurrieq għal Wied iż-Żurrieq.", "Dan huwa wieħed mill-akbar widien illi għandna u fih varjeta' kbira ta' siġar.", "Jiddispjaċini ngħid li l-aħħar li mort f'dan il-wied rajt l-ħitan imwaqqgħin u ċerti mogħdijiet, fejn fi tfuliti konna niġru u anke nilagħbu l-ballun, jinsabu żdingati u mitluqin.", "Jiena kellimt lin-nies tad- dipartiment biex b'xi mod nibdew nirranġaw dawn il-widien wieħed wieħed kemm biex il-flow ta' l-ilma tkun tista' tinżel għal baħar mingħajr ma twaqqa' ħitan tas-sejjieħ kif ukoll biex nagħmlu pjanti bil-footpaths indikati, ħalli t-turisti li jiġu jżuruna - hawnhekk jidħol l-agro turiżmu li jħobb isemmi l-Onor.", "Noel Farrugia - jkunu jistgħu jinżlu f'dawn il- widien.", "Dawn iż-żewġ widien li għadni kif semmejt għandhom siġar kbar u tista' faċilment tagħmilhom picnic areas puliti għax l-ambjent sabiħ immens.", "Jiena se nkompli nħeġġeġ u nagħmel l-almu tiegħi biex is-sezzjoni tal- ministeru tiegħi li tieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-pajsaġġi, torganizza ruħha b'mod illi tkun tista' twettaq ix-xogħlijiet.", "Huwa għajb għal dawk in-nies li jmorru jitfgħu ż-żibel u l-ħmieġ f'dawn il-widien.", "Per eżempju, jekk tmur fil-bidu ta' Wied Znuber issib munzelli ta' żibel.", "Għarukaża!", "L-istess jekk tmur Wied Babu, in-naħa taż-Żurrieq, fejn tara anke karozzi dumped hemmhekk.", "Mnejn sa fejn in-nies, bl-aktar mod selvaġġ, minflok ma jieħdu l-imbarazz fil-miżbla jaqbdu u jmorru jwaddbuh f'dawn il- widien!", "Jiena nagħmel appell lil kulħadd biex nagħmlu ħilitna kollha biex ma nħammġux u jekk naraw lil ħaddieħor iħammeġ nirrapportawh.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar inkwilini f'residenzi governattivi li għamlu użu minn Skema \"I\", bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 17077.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar studenti mill-junior lyceums li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC ta' Mejju 1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16997.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR AUSTIN GATT: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar reati kommessi minn persuni taħt is-16-il sena bejn Jannar u Ġunju 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17051.", "MR SPEAKER: Grazzi Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "(Ikompli mill-20 ta' Ġunju 2000)", "Klawsola 32 u t-Tieni Skeda (Kont.) - Revoka u riservi.", "Clause 32 and Second Schedule (Cont.) - Revocation and savings.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-bieraħ konna bdejna niddiskutu d- definitions li qed jiddaħħlu taħt artiklu 2 tat-Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997, iddiskutejna l-emendi u anke t-tneħħija ta' ċerti definizzjonijiet eżistenzi fil-liġi; fi kliem ieħor qed naħdmu fuq tliet binarji differenti.", "Jien nixtieq li għallinqas ikollna ftit spjegazzjoni ta' x'inhu l-kriterju li bihom qed jiddaħħlu ċerti definizzjonijiet tekniċi li minnhom infushom ma jkoprux l-ispectrum tekniku kollu.", "Il-kriterji huma dawk li se jissemmew aktar tard fil-liġi jew inkella huma affarijiet li għandhom jissemmew fil-liġi?", "X'kien il-kriterju li fuqu ntgħażlu dawn id-definizzjonijiet jew dawn it-topics tekniċi biex ikunu definiti u aktar tard użati fil-liġi?", "Per eżempju, lili qaluli li d- definizzjonijiet li qed jingħataw teknikament mhumiex exhaustive biżżejjed.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt, kif għedna l-bieraħ filgħaxija, ċerti definizzjonijiet li kienu jeżistu fil-liġi l-qadima qegħdin jiġu sostitwiti b'definizzjonijiet ġodda.", "Min-naħa tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li ngħata l-parir li dawn id-definizzjonijiet li għandna quddiemna mhumiex exhaustive biżżejjed, pero' jien nista' ngħidlu li meta kienet qed tiġi drafted il-liġi nħasset il-ħtieġa li dawn huma t-terminoloġiji li għandhom jiġu definiti.", "Issa jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jemmen li għandhom jidħlu xi terminoloġiji partikolari nitolbu jgħidilna liema huma jekk ma jridx li nkunu qed nitkellmu fl-ajru!", "THE CHAIRMAN: ll-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien m'inix tekniku u minn forsi nofs tużżana li qed jisimgħuna mal-pajjiż kollu forsi jkun hemm tnejn li huma tekniċi.", "Jien qed nistaqsi bl-aktar mod ċar x'inhuma l-kriterji tekniċi li ntużaw biex ikunu listed dawn id-definizzjonijiet biss?", "Jien mhux qed ngħid li għandhom jidħlu aktar jew għandhom jidħlu anqas, imma għallinqas għandu jkollna on record x'inhuma l-kriterji tekniċi li ntużaw.", "Issa l-Ministru jista' jgħidli li l-kriterji li ntużaw huma dawk li ssemmew fil-liġi.", "Fair enough, imma għallinqas għandna nkunu nafu fejn qegħdin!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-parir li għandi jien huwa li dawn id- definizzjonijiet huma meħtieġa għal dan l-abbozz ta' liġi partikolari u ma jinħassx il-bżonn ta' aktar definizzjonijiet.", "Pero' jekk hemm xi ħaġa li forsi tkun meħtieġa, nistgħu ndaħħluha wkoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela nibqgħu hekk u issa se ngħid xi ħaġa dwar id- definition ta' \"open network provisions\", Sur President.", "Jekk qed nifhem tajjeb din tirregola \"access to public telecommunications systems and public telecommunications services\" li jistgħu jkunu privati.", "Hawnhekk il-kelma \"public\" x'inhi tindika?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt hawnhekk għandna l-kelma \"public\" għax din hija aċċessibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali u mhux għax hija tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk għandna li open network provisions may include conditions with regard to tariff principles.", "Jista' l-Ministru jispjegali xi tfisser din?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawnhekk qed nitkellmu fuq rati ta' ħlasijiet li jsiru meta wieħed jiġi biex jagħmel interconnection bejn sistema u oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk qed ngħidu li l-kondizzjonijiet ta' free and fair market se japplikaw għall-price setting?", "Jew se jkun hemm skedi ta' tariffi li jiġu ssettjati fuq bażi ta' prinċipju regolat mill-gvern jew mill-awtorità?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt l-idea hi li attwalment jekk kemm il-darba s- suq waħdu ma jkunx f'pożizzjoni li jirregola t-tariffi, l-awtorità jkollha l-possibbiltà li tintervjeni biex tistabilixxi t-tariffi hi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din id-diċitura mhijiex tajba għax qisu hemm xi prinċipji ta' tariffi meta l-Ministru qed jgħid li price setting taqa' taħt il-kondizzjonijiet ta' free and fair market.", "Issa din m'għandhiex x'taqsam ma' tariff principles.", "Tariff principles jirrigwardaw aġenzija pubblika, fejn il-gvern jissettjalek il-mod kif tagħmel it-tariffi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawnhekk qed nitkellmu fuq tariffi - naturalment jitħallsu per month jew per year - li jistgħu jkunu bbażati fuq kriterji oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għaliex qed jinħass il-bżonn li nagħmlu \"public\" ma' \"telecommunications systems\"?", "Il-kunċett ta' \"public\" minn fejn ġej?", "Qed nistaqsi dan għax qed inħawdu lil kulħad biha din, inkluż lili!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif ingħad aktar kmieni, it-terminoloġija \"public\" qegħda fis-sens li din hija sistema wżata minn diversi persuni u minn diversi entitajiet u mhux għax hija xi ħaġa governattiva jew semi- governattiva.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan kollu ġej mill-punt li l-microwave signals u l- electro-magnetic transmission frequencies, per eżempju, jistgħu jitqiesu bħala proprjetà pubblika.", "Minn hemm ġejja l-kelma \"public\", jekk qed nifhem tajjeb.", "Hawnhekk l-ewwel hawn \"public telecommunications services\" imbagħad ftit 'l isfel għandna d-definizzjoni ta' \"subscriber\" li tgħid hekk:", "\" \"subscriber\" means a person who is a party to a contract with a provider of publicly available telecommunications services for the supply of such services.\".", "Hawnhekk hawn xi ħaġa li mhijiex konsistenti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li fid- definizzjoni ta' \"subscriber\" hemm kontradizzjoni għal dak li huwa \"public telecommunications services\", kif definita f'din l-istess liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien qed nistaqsi jekk \"publicly available telecommunications services\" hijiex riferibbli għal \"public telecommunications services\"?", "Jien mhux qed nikkontesta li \"subscriber\" trid tiġi defined.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-differenza hija li \"public\" tinkludi \"publicly available\", pero' fir-realta' jista' jkun li d- definizzjoni ta' \"public\" hija aktar wiesgħa.", "Fil-fatt \"public\" tista' tkun \"available\" għal kulħadd u \"publicly available\" tista' tkun \"available\" għal numru li mhux bilfors jinkludi lil kulmin qed jingħata s- servizz.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela issa għandna \"public telecommunications service\" u \"publicly available telecommunications services\" li mhux qed tiġi definita.", "Għalhekk hawnhekk nixtieq nistaqsi għalfejn hawn dan il-bizarre splitting.", "Issa parti minn \"public telecommunications service\" tista' tkun \"publicly available telecommunications services\" li mhux qed tiġi definita.", "Barra minn hekk il-kelma \"subscriber\" qed niddefinuha limitatament għal \"publicly available telecommunications services\" li mhijiex definita.", "X'inhu l-ħsieb warajha din?", "Id-definizzjoni ta' \"subscriber\" kif qed issir b'dan il-mod?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nixtieq nagħti interpretazzjoni differenti għal dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-ewwelnett hemm żewġ definizzjonijiet li huma ċari; hemm \"public telecommunications service\" li hija definita u riferibbli għall-organiżżazzjoni li tipprovdiha; u mbagħad hemm id-definizzjoni ta' \"telecommunications service\" - qegħda f'paragrafu (g) - li hija definita wkoll.", "\"Subscriber\" kif definit hawn huwa l- persuna li qed tagħmel il-kuntratt ma' waħda jew ma' l-oħra.", "F'dan il-każ \"publicly available telecommunications services\" mhijiex \"telecommunications service\" li konna qed nitkellmu qabel dwarha, pero' t- telecommunications service li ġejja wara fid-definizzjoni ta' \"telecommunications service\".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq the telecommunications service which is publicly available.", "That is why he is a subscriber, otherwise he wouldn't be a subscriber.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Frankament ma naħsibx għax I would retain li \"telecommunications service\" tinkludi \"public telecommunications service\".", "Id-definizzjoni ta' \"telecommunications service\" fil-liġi oriġinali tinkludi \"public telecommunications service\".", "THE CHAIRMAN: Il- Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, pero' hawnhekk id-definizzjoni ta' \"telecommunications service\" hija fil-kuntest ta' dan l-Att.", "Dik hi d- differenza.", "ONOR.", "ALFRED SANT: I would retain li \"public telecommunications service\" tagħmel parti minn \"telecommunications service\".", "Issa f'daqqa waħda għandna \"telecommunications service\", \"public telecommunications service\" u \"publicly available telecommunications services\" li mhijiex definita.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-differenza hija li \"public telecommunications service\" tinkludi s-servizz.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma frankament naħseb li hemmhekk \"publicly available\" is wrong.", "Fl-opinjoni tiegħi, fid-definizzjoni ta' ''subscriber'' kellhom jagħmlu \"public telecommunications service\" mill- ewwel.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-drafting m'għamiltux jien.", "Jien nifhem li \"subscriber\" huwa anyone who subscribes to a telecommunications service.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Li rrid ngħid jien huwa li ftit ilu għadna kemm iddefinejna ''public'' mod u issa f'daqqa waħda għandna ''publicly available'' which is not defined, u l-Ministru qed jgħidilna li ''publicly available'' is a subset of ''public telecommunication service''.", "Mela għandek \"telecommunications service\", \"public telecommunication service\" u \"publicly available telecommunications services\".", "Issa ''publicly available telecommunications services'' mhijiex defined.", "Dan hu l-punt tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt ''publicly available'' m'għandhiex bżonn ta' definizzjoni għas-sempliċi raġuni li din tfisser dak li kull wieħed minna jifhem, ċioe' available għall-pubbliku.", "Hawnhekk m'hawnx kwestjoni li tagħmel definizzjoni oħra.", "Id-definizzjoni ta' ''subscriber'' li qed tidħol għall-ewwel darba u li ma kenitx teżisti fit-Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997 hija kwestjoni differenti minn dik li qed titqajjem bħalissa.", "Fil-fatt jekk kien hemm difett kien li ma kienx hemm definizzjoni ta' ''subscriber'' fil-liġi l-qadima.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mil-lat legali nista' ngħid li billi għandna definizzjoni ta' ''public telecommunications system'', il-kliem ''public telecommunications service'' jista' jqajjem possibbilta' ta' miżinterpretazzjoni.", "Naħseb li hawnhekk tista' ssir emenda.", "Jekk l-idea hija li l-kliem operattiv huwa ''telecommunications service'', naħseb li tista' ssir emenda li tgħid:", "\"means a person who is party to a contract with a provider of telecommunications service which is publicly available\".", "Jekk il-kliem ''publicly available'' inġibuh wara ma jkollniex taħwid fid- definizzjonijiet ladarba qed nitkellmu fuq ''telecommunications service'' li hu pubbliku.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jistaqsi jekk il-parti fejn hemm ''publicly available telecommunications services'' tfissirx id-definizzjoni ta' ''public telecommunications service\" li għandna aktar 'il fuq.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li kif qegħda din tista' tifhimha hekk.", "(Interruzzjonijiet) Peress li l-advisors qed jgħidu le, biex żgur ma jkunx hemm il-possibbilta' li din tiġi interpretata hekk, naħseb li nistgħu npoġġu l-kliem ''publicly available'' wara l-kliem ''telecommunication services'' u allura tbiddel l-istruttura u tħalli l-istess intiża.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Din ma tagħmilx differenza għalija u allura l-emenda tista' tiġi drafted accordingly.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Il-bieraħ jien qajjimt il-punt li hija ħaġa stramba li f'abbozz ta' liġi bħal dan iddaħħal definizzjoni ta' \"exclusive privilege\".", "Ir-risposta tal-Ministru dwar dan kienet li d-definizzjoni ta' \"exclusive privilege\" daħlet f'każ li ma jkunx se jitneħħa d-dritt ta' exclusive privilege.", "Il-Ministru qal ukoll li din hija konsegwenzjali, pero' meta fittixt fl-Att prinċipali l-frażi \"exclusive privilege\" ma sibtha imkien.", "Issa jien qed nistieden lill-Ministru jindikalna fejn hemm riferenza għal \"exclusive privilege\" biex ninkwadrawha aħjar.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bir-rispett kollu, jien ma qgħadtx indur it-text kollu, pero' nista' ngħid li l-iskop mhuwiex li tiddefinixxi kull kelma li teżisti fl-abbozz ta' liġi imma biex tagħti tifsira għall-applikazzjoni ta' l-abbozz ta' liġi li qed nitkellmu dwaru.", "Meta l-bieraħ tkellimna fuq \"exclusive privilege\" għedna li din id-definizzjoni qegħda tingħata bħala konsegwenza ta' l-emendi li għandna quddiemna u li ċerti drittijiet esklussivi li għandhom sal-lum l-operaturi se jitnaqqsu u wħud minnhom se jitneħħew.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien ma naqbilx ma' dak li qed jgħid il-Ministru għax meta tagħmel definizzjoni, wieħed jifhem li din se tintuża ripetutament fl-abbozz ta' liġi.", "Ngħid għalija l-bieraħ bqajt sorpriż li l- frażi \"exclusive privilege\" ma sibtha mkien.", "Forsi fil-liġi hemm kliem ieħor li għandu l-istess portata u ma tniżżilx fid-definizzjoni.", "Dan il- punt huwa importanti ħafna meta l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jneħħi l-exclusive privilege ta' ċerti kumpanniji.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt fil-liġi prinċipali l-kelma \"exclusivity\" teżisti fl-artiklu 38, pero' fl-emendi tat-Tieni Skeda li għandna quddiemna l-\"exclusive privilege\" jissemma diversi drabi.", "Apparti minn hekk f'paġni 708, 709 u 710 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna l- frażi \"exclusive privilege\" tissemma diversi drabi u qed tissostitwixxi s- sens ta' \"exclusivity\" kif inhi fil-liġi l-qadima.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk il-kelma \"privileġġ\" qed nużawha bħala right.", "Issa privileġġ mhuwiex right anzi huwa kontradizzjoni ta' right.", "Qabel konna qed nużaw il-kelma \"exclusivity\" bħala terminoloġija pero' issa, jekk fhimt tajjeb, din il-kelma qed tinbidel bil-frażi \"exclusive privilege\".", "Fl-opinjoni tiegħi din il-frażi hija żbaljata u allura jew għandna nħallu l-kelma \"exclusivity\" jew inkella nagħmlu \"exclusive right\" mill-ewwel.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien ma naqbilx ma' dan.", "Nistgħu nagħmlu dibattitu semantiku imma li l-gvern jagħti privileġġ lil xi ħadd, jirradika d-dritt ta' dak ix-xi ħadd li jippretendi kontra ħaddieħor.", "Il-privileġġ huwa mogħti min-naħa tal-gvern, pero' lil min tajtu mbagħad tagħtih dritt li jista' jissostanzjah versus terzi.", "Per eżempju, jekk jien tajt privileġġ ta' monopolju lil xi ħadd, il-monopolju jirradika dritt fil-kumpannija li qed teżerċita dak il-monopolju li ħaddieħor ma jeżerċitax kontra tagħha.", "Il-privileġġ huwa tal-gvern li jeżerċitah.", "Dan huwa l-kunċett kollu.", "Pero' jien ma nara l-ebda diffikultà li tbiddel \"privilege\" għal \"exclusive right\".", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiddispjaċini imma ma naqbilx ma' dak li għadu kif qal sieħbi għar-raġuni sempliċi li d-diversi operaturi li jeżistu fis-suq fil-preżent m'għandhomx xi dritt partikolari li ġej minn x'imkien, pero' hemm privileġġ mogħti mill-gvern li at any given moment jista' jitneħħielhom.", "Dan huwa l-kuntrarju tal-punt tad-dritt.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa ħawwadniha aktar is-sitwazzjoni!", "Jekk fhimt tajjeb il-Ministru qed igħid li issa għandhom privileġġ.", "Allura kif f'daqqa waħda privileġġ qed niddefinuh bħala dritt?", "Kif għadu kif qal il- Ministru Gatt, \"privileġġ\" jiddefinixxi xi ħaġa mill-perspettiva ta' min qed jagħti, waqt li \"dritt\" ikun mill-perspettiva ta' min qed jirċievi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-advisors qed jgħiduli li hawnhekk qed nużaw l- istess diċitura li użaw fl-Ingilterra.", "Għalhekk is-suġġeriment tagħhom huwa li nibqgħu nużaw il-kelma \"exclusive privilege\" għax dik tindika l- oriġini u mbagħad, minflok nagħmlu \"means the rights\", nagħmlu \"means the privilege\" biex nibqgħu konsistenti.", "B'dan il-mod \"dritt\" jiġi \"privileġġ\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-bieraħ issemmiet id-definizzjoni ta' \"telephony\" li tgħid hekk:", "\" \"telephony\" means the commercial provision for the public or direct transport of real-time speech ...\".", "Il-kliem \"or direct\" għalxiex qed jirriferu hemmhekk?", "Qed nistaqsi dan għax jien qed nifhem li telephony automatically hija riferibbli għal public transport, public telecommunications system, eċċ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien nissuġġerixxi li l-Ministru jikkonsidra li minflok \"direct transport\" idaħħal \"direct conveyance\" biex inkunu konsistenti mad-definizzjonijiet u l-intenzjonijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt jidher li l-kelma \"or\" fid-definizzjoni tal- kelma \"telephony\" trid tiġi \"of\".", "Fuq il-punt li ssemma li l-kelma \"transport\" għandha tiġi \"conveyance\" nista' ngħid jidher li m'hemmx diffikultà biex tibqa' kif inhi anke għaliex hemm definizzjoni ta' trasport li titkellem fuq conveyance.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk inħarsu lejn sub-paragrafu (a) ta' paragrafu (7) ta' partita 2 tat-Tieni Skeda insibu hekk:", "\"In paragraph (a) for the words \"transmission, by means of a telecommunications infrastructure\" there shall be substituted the words \"conveyance by means of a telecommunications system.\".\"", "Dan ifisser li hawnhekk apparti l-bidla minn \"infrastructure\" għal \"systems\", hemm il-bidla mill-kelma \"transmission\" għal \"conveyance\".", "X'inhi r-raġuni għal dan?", "Nixtieq nistaqsi wkoll għalfejn fit-test Ingliż daqqa ssib \"transport\" u daqqa ssib \"conveyance\" u fit-test Malti daqqa ssib \"trasport\" u daqqa ssib \"ġarr\"?", "MR CHAIRMAN: Il-Ministu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dwar il-kliem \"transmission\" u \"conveyance\" nitkellem aktar tard, pero' nista' ngħid li fil-verżjoni Maltija l-kelma \"trasport\" u l-kelma \"ġarr\" qed jingħataw l-istess definizzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien kont qed nifhem li l-kelma \"conveyance\" tintuża meta jkollok messaġġ jew spoken words u tuża \"carrier\" biex ikollok sens ta' conveyance.", "Min-naħa l-oħra bil-kelma \"trasport\" nifhem meta wieħed jgħaddi xi ħaġa minn port għal ieħor.", "Issa din il-kelma ma tispeċifikax x'tip ta' carrier qed tuża.", "Imbagħad għandna l-kelma \"transmit\" fejn wieħed jagħmel movement min-naħa għal oħra.", "Naħseb li dawk li fasslu dan l-abbozz ta' liġi użaw il-kelma \"conveyance\" biex idaħħlu l- kunċett li inti qed tuża infrastruttura minn taħt jew carrier frequency biex iġġorr spoken words jew visual image.", "Dan l-intervent qed nagħmlu biex jew nagħtu definizzjoni ta' x'qed nipprovaw nifhmu, jew inkella nużaw kelma waħda u nkomplu nużaw lilha ħalli l-abbozz ta' liġi jkun ċara.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-parir li għandi mil-lat legali huwa li l-kliem \"conveyance\", \"transport\" u \"transmission\" ifissru l-istess u sakemm m'hemmx kontradizzjoni f'dawn it-tifsiriet ma tinħassx il-ħtieġa li dawn jinbidlu u jsiru kollha bħal xulxin.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu mhux hekk.", "Fil-fatt id-definizzjoni tal-kelma \"convey\" tgħid hekk:", "\" \"convey\" includes transmit, switch and receive and \"conveyance\" shall be construed accordingly.\".", "Issa fl-istess ħin id-definizzjoni antika tal-kelma \"transmission\" fil-liġi eżistenti mhux qed titneħħa.", "Din id-definizzjoni tgħid hekk:", "\" \"transmission\" includes emission, switching and reception.\".", "Frankament issa se jkollna żewġ definizzjonijiet u naħseb li din hija taħwida.", "Barra minn hekk jibqa' l-argument li għadu ma ġiex iċċarat dwar il-kelma \"ġarr\" u l-kelma \"trasport\".", "Għalfejn daqqa nużaw waħda u daqqa nużaw l- oħra?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-definizzjoni tal-kelma \"transmission\" li se tibqa' l-istess hija ripetuta fil-kelma \"conveyance\" għax id-definizzjoni tal- kelma \"convey\" includes transmit.", "Mela jekk napplikaw it-terminoloġija \"transmit\" - transmit u transmission huma l-istess - li hemm fil-liġi eżistenti nistgħu nagħmluha hekk:", "\" \"convey\" includes emit, switch and receive ...\".", "Hawnhekk użajt il-kelma \"emit\" li hija d-definition tal-kelma \"transmit\".", "Għalhekk \"convey\" hija wider than \"transmit.\"", "Legalment il-kelma \"transmit\" means what is already defined u hawnhekk \"switching\" hija ripetuta darbtejn.", "Għalhekk \"switching\" nistgħu nnneħħuha għax qegħda in the original \"transmit\" u nagħmlu \" \"convey\" includes transmit and receive\" u niġu tajjeb.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma hemm xi raġuni teknika għaliha din?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nafx!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dawn huma l-istess definizzzjonijiet u daqqa nużaw \"convey\", daqqa nużaw \"transmit\" u daqqa nużaw \"transport\".", "Naturalment m'hemmx għalfejn ngħid li dawn mhumiex konsegwenzjali max-xogħol li għamilna taħt il-Malta Communications Authority Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jistaqsi x'raġuni teknika jista' jkun hemm li jkollna definizzjoni ta' \"conveyance\" u \"transmission\".", "Dawn huma żewġ definizzjonijiet li f'diversi aspetti jistgħu jfissru l-istess pero' tinħass il-ħtieġa li t-tnejn li huma jibqgħu inklużi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma jista' jagħtina eżempju ta' kif dawn iż-żewġ definizzjonijiet jistgħu jkunu useful in separate ways?", "Qed ngħid dan għax frankament jekk se tiddeċiedi li ddaħħal kunċett bħal dan, għandek iddaħħlu.", "Kulma għandu jagħmel il-Ministru hu li fi klawsola 2, fejn hemm \"the following definitions shall be deleted\", ineħħi \"transmission\" ukoll.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn qed indaħħlu din l-ambigwità u ma nistax nifhem għalfejn il-Ministru qed jgħid li ż-żewġ definizzjonijiet hemm bżonnhom.", "Apparti minn hekk nixtieq nerġa' nqajjem il-punt għalfejn bil-Malti daqqa qed nużaw \"trasport\" u daqqa qed nużaw \"ġarr\" u bl-Ingliż daqqa qed nużaw \"transmission\", daqqa nużaw \"conveyance\" u daqqa \"transport\".", "Issa safejn qed nara jien il-kelma \"trasport\" mhijiex definita.", "MR CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-definizzjoni tal-kelma \"transmission\" li hemm fit- Telecommunications Act tgħid hekk:", "\" \"transmission\" includes emission, switching and reception.\".", "Min-naħa l-oħra d-definizzjoni tal-kelma \"convey\" tgħid hekk:", "\" \"convey\" means transmit, switch and receive\".", "Hawnhekk wieħed jista' jgħid li ladarba l-kelma \"switch\" hija ripetuta fid- definizzjoni ta' \"convey\", għandna nneħħu l-kelma \"switch\" minn din id- definizzjoni.", "Pero' dawn m'humiex definizzjonijiet li huma exhaustive imma huma definizzjonijiet li jinkludu funzjoni partikolari.", "Issa qed ngħidu li l-kelma \"convey\" tinkludi fiha \"transmit and receive\" u l-kelma \"transmission\" tinkludi \"emission, switching and reception\".", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa ċara għax iż- żewġ definizzjonijiet fihom il-kelma \"includes\".", "Fil-fatt id-definizzjoni ta' \"transmission\" hija \"emission, switching and reception\" u d- definizzjoni ta' \"conveyance\" tinkludi \"transmission\".", "Dan ifisser li jekk fid-definizzjoni ta' \"conveyance\" għandna \"transmission\", awtomatikament għandna inkluż \"switching, emission and reception\" u m'għandniex għalfejn nerġgħu noqogħdu nsemmuhom.", "Għalhekk kif inhi qegħda, id-definizzjoni ta' \"convey\" diġà hija redundant u kulma għandu jagħmel il- Ministru hawnhekk hu li jagħmel \" \"convey\" includes transmit\" u jieqaf.", "\"Conveyance\" u \"transmission\" mean the same thing u m'għandniex nagħmluhom it-tnejn la t-tnejn ifissru l-istess.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi: What exactly are we gaining by putting on superfluities f'dan l-abbozz ta' liġi?", "Nispera li issa ma niġix akkużat li qed naħli l-ħin għax kieku l-gvern aċċetta l-proposta li għamilna l-bieraħ, kieku din id-diskussjoni qed issir bejn seba' min-nies f'sub-committee tal-parlament u l-parlament qed jiddiskuti affarijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien għadni kemm tkellimt ma' l-advisors u s- suġġeriment li tawni huwa li billi l-kelma \"convey\" hija wżata fl-abbozz ta' liġi u rridu nkunu ċari xi tfisser - fil-fatt qed naqblu mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li d-definizzjonijiet huma l-istess - għandna nagħmlu emenda fis-sens li \" \"convey\" means transmit\" u nieqfu hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa nixtieq nistaqsi lill-Ministru għalfejn daqqa qed nużaw \"convey\" u daqqa qed nużaw \"transport\".", "Ma nafx għalfejn joħolqu dawn il-problemi meta jkunu qed ifasslu abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk mhux qed nagħmlu Shakespeare u billi tkun ripetittiv ma jkun ġara xejn!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-suġġeriment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni nifhmuh u l- idea hi li nagħmlu \" \"transport\" includes conveyance\" imbagħad \"conveyance\" torbot ma' \"transmission\".", "Skond il-pariri tekniċi l-liġijiet barranin jużaw kemm \"conveyance\", kemm \"transport\" kif ukoll \"transmission\" u allura nżommu konsistenza f'dan is-sens.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, fid-definizzjoni tal-kelma \"telephony\" hemm il-kelma \"direct\" li fl-opinjoni tiegħi hija żejda u m'għandha l-ebda użu ħlief li ttellef is-sens kollu tad-definizzjoni.", "Fil- fatt jekk ikollok xi sistema ta' telefonija li ma tkunx diretta, fis-sens li jkun hemm ħafna interchanges, interfaxes u interconnections, wieħed jista' jinterpreta l-kelma \"direct\" bħala li tmur kontra l-użu ta' telefonija li tinvolvi switches u interconnections.", "Allura aħna qed nissuġġerixu minn din in-naħa tal-Kamra li biex dan l-abbozz ta' liġi jkun ċar din il-kelma titneħħa.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Buhagiar nifhmu, pero' l-ħtieġa tal-kelma \"direct\" fejn hi qegħda tirriżulta mill-fatt li \"telefonija\" għall-skopijiet ta' din id-definizzjoni jrid ikun messaġġ li jasal għand dak li jkun eżatt x'ħin jintbagħat jiġifieri ma jridx ikun hemm perijodu ta' ftit sekondi.", "Fil-fatt f'każ li l-messaġġ ma jasalx għand dak li jkun istantanjament malli jintbagħat, ma jibqax aktar telefonija.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien il-punt tal-Ministru fhimtu u allura naħseb li l-kelma \"direct\" mhijiex preċiża għax jekk wieħed ikun qed juża xi sistema ta' telefonija fejn ikun hemm transmission of spoken words li tgħaddi minn sistema ta' interconnection jew minn sistema ta' switches, wieħed jista' jinterpretaha li ma tkunx diretta.", "Għalhekk naħseb li l- kelma \"instantaneous\" tkun iżjed xierqa għall-ħsieb ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-pożizzjoni internazzjonalment hija li t- terminoloġija wżata hija \"direct\" u f'dan il-każ din il-kelma m'għandhiex tinbidel biex tiġi sostitwita b'kelma differenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jekk kelma tintuża f'liġijiet internazzjonali mhux bilfors nużawha aħna wkoll, speċjalment jekk din ma tkunx qed turi eżattament il-ħsieb tal-leġislatur.", "Pero' biex ma nkomplix intawwal mhux se nkompli ninsisti fuq dan il-punt.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ir-realtà hi li din hija terminoloġija wżata internazzjonalment u aħna rridu li f'dan is-settur partikolari nkunu in line ma' dak li qed jiġri internazzjonalment.", "Jekk indaħħlu kelma ġdida kulma nkunu qed nagħmlu hu li nikkonfondu d-definizzjoni proprja.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjzoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien se nistaqsi jekk l-ewwel fhimtx sew li se jkun hemm xi definizzjoni li tgħid \" \"conveyance\" means transmission\".", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, se nagħmlu emenda u ngħidu li \"\"conveyance\" means transmission\" u \" \"transport\" means transmit\" ukoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-punt tiegħi huwa li hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax in a way inkunu qed nirredikolaw il-meaning ta' subklawsola (a) ta' klawsola 7 ta' partita 2 tat-Tieni Skeda li qed tgħid li \"transmission by means of a telecommunications infrastructure\" shall be substituted by the words \"conveyance by means of a telecommunications system\".", "Jekk qed ngħidu li \"conveyance means transmission\" imbagħad \"transmission\" se nbiddluha għal \"conveyance\", is-substantive change li hawn fiha din hija li \"infrastructure\" se tinbidel għal \"system\".", "Qed ngħid dan għax jekk qed ngħidu li \"transmission means conveyance\" ma tantx tagħmel sens li nibdlu \"transmission\" għal \"conveyance\".", "Jekk tfisser l- istess ħalliha kif inhi.", "Nixtieq nirriferi wkoll għal subklawsola (b) ta' klawsola 7 ta' partita 2 tat-Tieni Skeda li qed tgħid li \"any means whatsoever\" għandha tiġi sostitwita bil-kliem \"means of a telecommunications system\".", "Naħseb li din għandha tiġi spjegata ftit għax qed tagħlaq.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li attwalment ir-restrizzjoni fid- definizzjoni qed issr għal tapposta għax peress li hawnhekk qed nitkellmu fuq sistemi ta' telekomunikazzjoni u mhux fuq sistemi ta' messaġġi antiki rridu nkunu ċari.", "THE CHAIRMAN: II-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu dan m'għandux x'jaqsam għax paragrafu (b) ta' artiklu 2 tat-Telecommunications (Regulation) Act tgħid li:", "\"a directory information service consisting in the provision by any means whatsoever of directory information ...\".", "Mela ''by any means whatsoever'' hija riferibbli għal ''directory information service'' u dan għalhekk huwa relatat mat-telecommunications regulation.", "Hawnhekk il-mezzi tekniċi antiki m'għandhomx x'jaqsmu.", "Kwalunkwe directory information service li huwa awtomatikament riferibbli għal telecommunications kif inhu propagat jista' jaqa' taħt telecommunications service.", "Għalhekk kif inhi tagħmel sens u mhux kif qed jiġi propost.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawnhekk ir-riferenza qegħda għal min jaqbad it- telephone u jċempel 190 biex jingħata xi numru li jkun qed ifittex.", "Għalhekk qed ngħidu li din it-tip ta' informazzjoni għandha tingħata ''by any means whatsoever'', mhux billi xi ħadd iwaddablek karta min-naħa għal oħra jew inkella xi ħadd jixgħel ma nafx xiex fuq il-bejt bħala sinjal min-naħa għal oħra.", "F'dan il-każ dan irid ikun qed jiġi trasmess fuq sistema ta' telekomunikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien mhux qed nifhem għalfejn \"directory information service\" għandha tkun ristretta għal \"telecommunications means\" eċċ.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk meta ngħidu ''directory information service'' inkunux qed nirriferu għall-abbonati tat-telephone.", "Dak li qed nifhmu biha din?", "Jien fhimt ħafna affarijiet aktar minn hekk inkluż, per eżempju, directories ta' l-internet, informatika u dawn l-affarijiet kollha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawnhekk qed nitkellmu fuq informazzjoni li wieħed jitlob fuq subscriber partikolari, kif nagħmlu llum permezz tal-190.", "Issa jekk dan is-servizz nestenduh għal servizzi li jistgħu jingħataw fuq direttorji oħrajn, xorta ma jistax jingħata permezz ta' sistemi li mhumiex sistemi ta' telekomunikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien ma rridx inwaqqa' l-argument għall-assurdita' imma nixtieq nistaqsi jekk allura d-direttorju tat-telephone hux se jkun kontra l-liġi?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawnhekk mhux qed ngħidu li d-direttorju tat- telephone ikun kontra l-liġi.", "Li qed ngħidu huwa li liġi bħal din trid tirregola l-affarijiet li jgħaddu minn fuq sistemi ta' telekomunikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Paragrafu (c) ta' subklawsola (7) ta' partita 2 tat-Tieni Skeda igħid li ''telecommunications service'' se tinkludi wkoll \"cable television, video on demand and interactive services, but excluding broadcasting as defined in the Broadcasting Act\".", "Dan ifisser li hawnhekk qed nillimitaw id-definizzjoni ta' ''telecommunications service'' b'dan il- mod?", "Qed ngħid dan għax peress li llum il-qasam tat-telekomunikazzjoni qed jiżviluppa b'mod mgħaġġel, 'il quddiem jaf ikun hemm ħafna hybrids ta' servizzi.", "Per eżempju, llum nafu li diġa' qed jitħaddmu servizzi fejn parti mill-internet jingħata permezz tal-mobile telephony.", "Il-punt tiegħi hu li ma naħsibx li din id-definizzjoni għandha tingħalaq b'dan il-mod għax l-implikazzjonijiet ta' dan is-servizz se jikbru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt jekk din id-definizzjoni npoġġuha fil- perspettiva tagħha nsibu li aktar qed inwessgħuha milli nagħlquha.", "Hawnhekk mhux qed ngħidu li din id-definizzjoni hija dawn it-tali affarijiet imma qed ngħidu li fost affarijiet oħra din tinkludi \"cable television, video on demand u interactive services\".", "Issa jekk l-Onor.", "Buhagiar jaħseb li hemm xi sistemi eżistenti li nistgħu inżiduhom, allura nżiduhom bil-qalb kollha.", "Din id-definizzjoni hija magħmula b'dan il-mod biex jekk għada jkun hemm xi sistema ġdida li tiġi skoperta tkun tista' tagħmel parti minnha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nixtieq ngħid ukoll li hawnhekk m'hawn l-ebda riferenza għal \"satellite transmissions\", għalkemm forsi din ma tapplikax at this point.", "Apparti minn hekk x'irid igħid il-Ministru b'interactive services?", "Naħseb li dawn huma sistemi fejn parti tittieħed min-naħa u parti tittieħed min- naħa l-oħra bħall-mobile telephony u l-internet services li semmejt qabel.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-definizzjoni ta' ''telecommunications service'' tgħid hekk:", "'' ''telecommunications service'' means any one or more of the following:", "a service consisting in the transmission, by means of a telecommunications infrastructure, of any form of telecommunications ...\".", "Huwa diffiċli li tagħmilha aktar wiesgħa minn hekk u l-emenda li għandna fil-prattika ma teskludi xejn minn dak li jista' jiġi żviluppat 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Meta ngħidu ''interactive services'', x'servizzi eżistenti nkunu qed nirriferu għalihom bħalissa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bħalissa l-aktar terminoloġija wżata li tirrappreżenta an interactive service huwa n-negozju li jsir permezz ta' l- e-commerce, l-e-business u affarijiet oħra li jeżistu fil-preżent, fejn dak li jirċievi messaġġ ta' negozju jkompli bl-azzjoni tiegħu biex jikkonkludi jew ma jikkonkludix in-negozju partikolari li jkun qed jagħmel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Issa se nitkellem ftit fuq id-definizzjoni ta' ''universal service obligation'', peress li hemmhekk qed nagħmlu alteration.", "Id-definizjoni oriġinali kienet tgħid hekk:", "'' \"universal service obligation'' means an obligation to provide telecommunications services that are designated by the regulator as basic services for social reasons at an affordable price or free of charge\".", "Safejn qed nifhem jien l-emenda qegħda sempliċement tbiddel il- punteġġatura.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt għamilna semicolon għax wara dik id- definizzjoni daħħalna definizzjoni oħra tal-kelma ''user''.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Min-naħa tiegħi dan hu l-aħħar punt li rrid nagħmel.", "Nixtieq nistaqsi jekk is-satellite transmisisons jaqgħux taħt dan l- abbozz ta' liġi jew inkella jaqgħux taħt il-Broadcasting Act, għax milli nista' niftakar il-Broadcasting Act ma tkoprix is-satellite transmissions u l-Ministru kellu jiċċekkja dwar dawn l-affarijiet.", "Naf li l-Ministru se jgħid li l-kontenut jaqa' taħt il-Broadcasting Act u t-transmission medium jaqa' taħt dan l-abbozz ta' liġi, imma kif inhi definita hawn mhux ċara daqs kemm qed jgħid hu.", "Per eżempju, naħseb li hemm il-possibbilta' li satellite transmissions of television content jaqgħu taħt dan l-abbozz ta' liġi u mhux taħt il-Broadcasting Act.", "Jien mhux qed inqajjem dan il-punt biex il-Ministru jirrispondini bilfors imma jkun tajjeb li nkunu ċari fuq dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dak li qed jissemma issa huwa xandir u jaqa' taħt il- Broadcasting Act", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq nirrimarka wkoll li \"systems of telecommunications\" qed niddefinuha b'mod li tinkludi \"speech, music and other sounds, visual images\" eċċ. Allura dan mhuwiex kontenut ukoll?", "Hemmhekk mhux qed nitkellmu biss fuq the means of propagation.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ta' min igħid li x-xandir f'dan is-sens mhuwiex servizz u allura s-servizz proprju jaqa' taħt il- Broadcasting Act.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk inħarsu lejn artiklu 3 tat-Telecommunications Act insibu li qed inbiddlu numru ta' riferenzi dwar il-mod kif nirregolaw dan is-settur.", "Per eżempju, l-ewwel emenda titkellem dwar il-fatt li telecommunnications regulator se tinbidel f'awtorita' kompetenti li tirregola t-telekomunikazzjonijiet u se nibqgħu sejrin b'riferenzi bħal dawn tul il-provisos kollha li għandna quddiemna.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Subartiklu 3(1) kif propost taħt partita 3 qed nieħdu bħala klawsola transitorja li sakemm titwaqqaf il-Malta communications authority u allura din issir regolatur.", "Qed nispeċifikaw kif il-ministru jinnomina lil min jagħmel il-funzjonijiet ta' regolatur taħt it- Telecommunications (Regulation) Act li għaddiet fl-1997.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi għalfejn din qed issir b'dan il-mod għax hawnhekk qed ngħidu li \"the Minister shall by order in the Gazette nominate a person or body to be the competent authority\", jiġifieri r-regolatur.", "Għalfejn qed tintagħżel din il-formola?", "Tajjeb li nagħmilha ċara li n-natura transitorja ta' subartiklu (1) toħroġ minn subartiklu (2), li qed jgħid li malli titwaqqaf il-Malta communications authority din issir regolatur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jifhem tajjeb li din hija miżura ta' transizzjoni fejn sakemm titwaqqaf din l-awtorità jkun hemm il-possibbiltà li jkun hemm persuni li jieħdu ħsieb il-funzjoni ta' l- awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Li hemm stramb ħafna f'din il-proposta huwa li qed nitkellmu fuq person or body li lanqas huwa public officer.", "Bħalissa l-liġi eżistenti tgħid li min se jkun regolatur irid ikun public officer.", "Pero' issa din insejniha kompletament u għal dan iż-żmien transitorju qed ninnominaw biss person jew body li jista' jkun Ċikku Flieles!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, peress li din hija funzjoni temporanja u transitorja qed ngħidu li jista' jagħti l-każ li minħabba xi diffikultajiet li għamilna riferenza għalihom matul id-dibattitu kollu, ikun hemm problema biex issib lil xi ħadd mis-servizz pubbliku biex jagħmel din il- funzjoni u allura ma rridux nillimitaw il-possibbiltà ta' għażla ta' persuni li jokkupaw din il-kariga.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwelnett dan iż-żmien ta' transizzjoni se jkun delikat ħafna u jista' jkun kruċjali ħafna l-mod kif jiġu stabiliti l- parametri tas-suq il-ġdid fil-qasam tat-telecommunications.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar żmien fejn se jkun hemm ċertu ċaqliq.", "Per eżempju, bħalissa hemm public officer skond il-liġi li huwa marbut b'ċerti constraints u l-constraints ta' dawk li se jiġu appuntati fil-Malta communications authority għamilnilhom jixbħu l-constraints tal-public officials.", "Issa allura f'daqqa waħda hawnhekk nistgħu, f'dan iż-żmien delikat ta' transizzjoni li jista' jitwal kemm jidhrilhom ċerti nies, nappuntaw lil xi ħadd li jista' jkun Ċikku Flieles li m'għandu l-ebda constraint ta' xejn u li jista' jkun appointee magħżul b'mod arbitrarju?", "Allura bħalissa hemm il-constraint li jkun public official; meta titwaqqaf il-Malta communications authority hemm il-constraints li daħlu meno male fil-liġi - għalkemm ma daħlux daqskemm kellhom jidħlu - u hawnhekk f'dan iż-żmien kruċjali l-ministru kważi għandu l-fakultà li jappunta lil min irid bla ebda terms of reference jew parameters kif jaħdem.", "Il-fatt li bħalissa din qegħda public official tillimita ċerti għażliet ta' nies u ċerti kompetenzi, pero' min-naħa l-oħra dan ma jfissirx li għandna niftħu coach and horses biex jista' jiġi nnominat kulħadd u jistgħu jiġu maqbuża ċerti parameters ta' kif jaħdem dan il-bniedem li effettivament se jkun regolatur fi żmien meta l-perijodu ta' transizzjoni hu mill-aktar delikat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Hawnhekk nixtieq nistaqsi kemm hu maħsub li se jkun twil dan il-perijodu transitorju?", "Fl-opinjoni tiegħi ladarba tgħaddi l- liġi ma naħsibx li dan għandu jkun perijodu transitorju twil.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li aktar ma jkun qasir il-perijodu transitorju aktar ikun aħjar u huwa importanti li wieħed jgħid li hawnhekk mhux qed neskludu li dan ikun public officer.", "Jien nifhem il-preokupazzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li dan huwa perijodu delikat u l-ministru responsabbli għandu r-responsabbiltà li attwalment jagħżel l-aħjar persuna li tkun available fil-pajjiż f'dak il-mument partikolari.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aħna mhux qed ngħidu li dan bilfors irid ikun public officer imma qed ngħidu li bħalissa r-regolatur tat-telecommunications huwa public officer u kienu ttieħdu kriterji sħaħ biex, jekk wieħed ma jkunx a public officer, għallinqas ikun qed jaħdem skond kriterji ta' trasparenza li jissodisfaw kriterji ta' public service.", "Aħna mhux qed ngħidu li dan bilfors ikun public officer imma qed ngħidu li f'dan iż-żmien ta' transizzjoni, bejn meta jiġu fis-seħħ dawn l-emendi u meta titwaqqaf il- Malta communications authority, qisu f'daqqa waħda qed nillaxkaw kollox u qed ngħidu li dan jista' jkun any person li jkun nominat mill-ministru mingħajr ma ndaħħlulu xi forma ta' constraint jew parameters għall-action tiegħu li jirriflettu l-istess konsiderazzjonijiet li hemm bħalissa bħala public officer u l-istess konsiderazzjonijiet li jista' jkun hemm 'il quddiem meta titwaqqaf il-Malta communications authority.", "Ma nistgħux kull darba ngħidu li l-ministru mhux se jkun daqshekk baħbuħ jew baħnan li jiftaħ idu, għax mhux dak argument.", "Nafu li dan iż-żmien ta' transizzjoni se jkun delikatissimu f'ċerti oqsma, nafu li se jkun hemm ċerti deċiżjonijiet jew guidelines li jingħataw li bilfors ikunu serji u delikati u Alla jbierek għal dak iż-żmien il-kriterji li għandna llum jew il-kriterji li se jkollna għada ma napplikawhomx.", "Ħadd mhu qed jisħaq li għandu jkun public officer, imma min-naħa l-oħra jrid ikun hemm ċertu ammont ta' kriterji li jirriflettu dawn il-konsiderazzjonijiet importanti.", "Lanqas ma nistgħu ngħidu li l-Malta communications authority mhux se ddum ma tiitwaqqaf.", "Fejn nafu x'se jiġri?", "Ħafna drabi the road to hell is paved with good intentions.", "Ħadd ma jista' jgħidilna li l-Malta communications authority se titwaqqaf għada jew pitgħada jew ix-xahar iddieħel u allura nispiċċaw li dan iż-żmien ikun għaddej u l-persuna appuntata Alla jbierek ma jkollha l-ebda constraints fuq il-ħidma tagħha u tista' tiddeċiedi u tmexxi hi fi żmien tassew delikat.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mhux qed nifhem għal kollox il-punt li qed jipprova jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar x'tip ta' constraints jixtieq li b'xi mod jiġu mposti fuq il-persuna li tkun qed taqdi din il-funzjoni f'dan il-perjodu transitorju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nistgħu nimponu fuqu l-istess parameters ta' constraints li ġew ikkonsidrati għall-membri ta' l-awtorità?", "Per eżempju, m'għandna xejn dwar il-mod kif taħdem din il-persuna, dwar is-segretezza tagħha u dwar ir-relazzjoni tagħha mal-Criminal Code.", "Din hija persuna li tidħol u toħroġ b'fiat ministerjali mingħajr ebda cover fuq l-action tagħha fl-aktar żmien delikat.", "Allura issa kif inhuma l-affarijiet hemm public official, tajjeb jew ħażin; meta titwaqqaf il-Malta communications authority ikollna ċerti constraints li tkellimna dwarhom, li mhumiex tajbin biżżejjed imma hemm qegħdin; u għal din il-persuna appuntata ad hoc m'hemm xejn.", "Li qed ngħid jien huwa li għallinqas l-istess kriterji li ġew ikkonsidrati u aċċettati għall-Malta communications authority representatives japplikaw ukoll għal din il-persuna.", "Biex tgħaxxaqha din tista' tkun ukoll kumpannija privata.", "Fl-opinjoni tiegħi teżisti soluzzjoni aktar sempliċi u ma nafx għalfejn qed noħolqu dan il-bniedem jew dan il-body li hu nnominat mis-sħab sakemm titwaqqaf il-Malta communications authority.", "Jiena nara li l-aktar ħaġa eleganti f'din il-ħaġa hija li r-regolatur eżistenti jibqa' sakemm titwaqqaf din l-awtorità, anke ħalli aktar ikun hemm push biex il-gvern isolvi l-problemi li jkollu jsolvi biex iwaqqaf il-Malta communications authority.", "Malli mbagħad titwaqqaf l-awtorita' jispiċċa r-regolatur bħala public official.", "Pero' minflok qed nikkomplikaw is-sitwazzjoni u qed ngħidu li jispiċċa l-public official minn regolatur, jidħol dan il-proxxmu l-ġdid u meta mbagħad titwaqqaf il-Malta communications authority jispiċċa l-proxxmu l-ġdid li m'għandu l-ebda parameters madwaru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bir-rispett kollu, i-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed imur ferm 'il bogħod minn dak li hawn miktub hawnhekk.", "Il-proxxmu li sal-lum huwa regolatur hu wieħed mill-proxxmi li hawn hawn Malta u bl-ebda mod mhu qed jiġi eskluż li dan ikun ir-regolatur eżistenti jew public official.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din hija risposta?", "Mela hawn qed ngħidu \"eskluż\" u \"inkluż\"!", "Dażgur li mhux eskluż li public official jista' jintgħażel hu, imma skużi mhux dak hu l-punt.", "Issa la d-diskussjoni qed iddur b'dan il-mod nixtieq nistaqsi għalfejn qed jinħass il-bżonn ta' din il-miżura transitorja.", "U ladarba se jkun hemm bżonn ta' dan it-transition arrangement, fejn jispiċċa l-public official preżenti u jiġi nnominat a person or body li jista' jkun hu u jista' ma jkunx biex imexxi r-regolazzjoni sakemm jidħol fis-seħħ il-Malta Communications Authority Act, għaliex ma norbtuħx lir-regolatur b'ċerti parametri?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nixtieq nissuġġerixxi li f'dan il-każ jiġu applikati l-istess esklużjonijiet li hemm għall-membri ta' l-awtorità.", "Pero' qed jgħiduli wkoll li hemm klawsola li tgħid li għal ċertu perijodu definit il-ministru jista' jeżerċita l-funzjonijiet ta' din il-persuna hu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-punt mhuwiex biss dwar l-esklużjonijiet imma dwar il-code of conduct li tkellimna dwaru fl-abbozz ta' liġi ta' qabel.", "Jiġifieri apparti minn kif jintgħażel u ma jintgħażilx dan il-bniedem, irridu naraw ukoll x'tip ta' constraints ikollu fuq l-imġiba tiegħu u dawn huma l-aktar affarijiet importanti.", "Imbagħad rigward il-parti fejn jidħol il-ministru rridu naraw l- implikazzjonjiet tagħha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ladarba r-regolatur huwa marbut bil-code of conduct kollu li hemm fil-liġi, l-liġi kollha se tapplika għalih.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan mhuwiex il-każ għax dan ir-regolatur temporanju se jkun qed jaħdem taħt it-Telecommunications Act, filwaqt li dan ir- regolatur temporanju se jkun qiegħed jaħdem fi żmien meta l-Malta communications authorty tkun għadha ma ġietx fis-seħħ.", "Mela dawk l- affarijiet li jirrigwardaw il-code of conduct tiegħu li qegħdin fil-Malta Communications Authority Act ma jistgħux japplikaw għalih għax din tkun għadha ma ġietx fis-seħħ u malli tiġi fis-seħħ xogħlu jispiċċa.", "Dak li joħroġ mit-Telecommunications Act fejn hemm li r-regolatur huwa public official ma japplikax għalih għax il-public official qed inneħħuħ min-nofs.", "Għalhekk mhux biss l-għażla tiegħu hija importanti imma jien ngħid li l- code of conduct li hemm fil-Malta Communications Authority Act li tkun għadha ma ġietx fis-seħħ fiż-żmien li jkun qed jopera għandu japplika equally għalih.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien qed nifhmu l-punt tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, pero' l-argument huwa li r-regolatur għandu funzjoni totalment differenti taħt il-liġi eżistenti li se tiġi emendata mill-awtorità taħt il-liġi l- ġdida.", "Ir-regolatur mhux qed jassumi l-funzjonijiet kollha ta' l-awtorità taħt il-liġi l-ġdida.", "Il-liġi l-ġdida għandha ħafna aktar poteri lejn l- awtorita' milli lejn ir-regolatur temporanjament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk fhimt tajjeb, il-liġi l-ġdida se taħdem b'mod li jista' jkun hemm regolatur għat-telecommunications biss bħala parti mill- awtorità.", "Effettivament li jiġri hu li l-awtorità tieħu over ir- regolamentazzjoni tat-telecommunications waħedha, imma l-mod kif l-awtorità teżerċita l-poteri tagħha qua regolatur fit-telecommunications, huwa l- istess mod kif ir-regolatur jopera fis-settur tiegħu.", "Il-punt tiegħi huwa li tkun xi tkun il-formola, min ikun qiegħed għal dan iż-żmien temporanju jeżerċita l-funzjoni ta' regolatur irid ikun marbut b'xi forma ta' kodiċi ta' imġiba li trid tixbaħ il-constraints u l- parametri jew ta' dak li hemm fil-Malta Communications Authority Act kif envisaged jew inkella ta' public official ħalli mhux biss ikun hemm it- trasparenza imma jkun hemm l-accountability u ċertu kontroll fuq l-imġiba.", "Dan hu l-punt tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li hemm ċerti klawsoli oħra li jixtieq jarahom riflessi minn liġi għall-oħra li jikkontrollaw the conduct of the regulator.", "Per eżempju, klawsola minnhom tgħid li r-reati kriminali envisaged għall-public official huma applikabbli f'dan il-każ.", "Ovvjament jekk ir-regolatur ma jkunx public official dak ma tistax tagħmilhomlu għax fil-Kodiċi Kriminali dawn huma reati speċifiċi marbuta mal-persuna ta' public official.", "Għalhekk jekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jindikalna liema huma dawn l-artikli wieħed jikkonsidrahom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien ma nistax nagħti risposta speċifika f'dan is- sens.", "Li nista' ngħid hu li fuq din il-persuna għandu jkun hemm rifless l-istess constraints li japplikaw għal public official fil-funzjoni tiegħu bħala regolatur.", "Bħala regolatur dan m'għandux ma jkun marbut b'xejn.", "Per eżempju, il-kwestjoni ta' professjonalità, il-kwestjoni ta' trasparenza, il- kwestjoni ta' informazzjoni, il-kwestjoni ta' konfidenzjalità u l-kwestjoni li dan irid isegwi ċerti proċeduri joħorġu mill-kuntest ta' public policy.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, naħseb li naqblu li dawn it-tip ta' constraints li jorbtu lill-uffiċjali l-oħrajn li se jkunu membri ta' l- awtorità jiġu mniżżla fil-letter of appointment tal-persuna li tkun.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Naħseb li suġġeriment ieħor li jagħmel sens u ma nafx kif ma ġiex ikkonsidrat biżżejjed huwa li r-regolatur eżistenti taħt il-liġi oriġinali jibqa' fis-seħħ sakemm tiġi fis-seħħ il-liġi l-ġdida.", "Jien ma nafx għalfejn kellha tidħol klawsola bħal din li permezz tagħha qed inħallu bniedem li jista' jkun differenti mir-regolatur jistenna awtorità ġdida tiġi nominata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nerġa' nirrepeti li mhux eskluż li r-regolatur eżistenti jkun f'din il-kariga f'dan il-perijodu ta' transizzjoni.", "Ħadd mhu qed jeskludi din il-possibbiltà.", "Huwa diffiċli li tintrabat b'liġi li tgħid li dan ir-regolatur se jieħu din il-funzjoni fil-perijodu transitorju.", "Ħalli nieħu każ estrem.", "Jekk Allaħares qatt ir-regolatur eżistenti ma jibqax f'din id-dinja x'nagħmlu?", "Niġu fil-pożizzjoni li ma jkun hemm ħadd min jeħodlu postu!", "Huwa propju għalhekk li qed ngħidu li r- regolatur huwa wieħed minn dawk il-persuni li jista' jikkwalifika ukoll għal dan il-għan.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Dawn it-tip ta' argumenti jġegħluni naħseb li wara xi klawsola innoċenti, biex ngħid hekk, ikun hemm xi ħaġa midfuna.", "Huwa veru li hawnhekk mhux qed neskludu l-possibbiltà li r-regolatur eżistenti jerġa' jiġi maħtur imma din ma teskludix il-possibbiltà li hemm xi ħsieb li jiddaħħal xi bniedem differenti, bil-komplikazzjonijiet u bid- diffikultajiet kollha li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Allura hawnhekk tqum il-mistoqsija: Għalfejn hemm il-possibbiltà li ddaħħal bniedem li jista' jkun differenti mir-regolatur eżistenti sakemm tiġi in vigore l- awtorità l-ġdida meta inti tista' tħalli r-regolatur eżistenti hemmhekk?", "Mhux argument li tgħid li dan jista' jiġi nieqes għax dan seta' ġie nieqes il-bieraħ, xahar ilu eċċ!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nerġa' ntenni li jekk Allaħares qatt jiġri xi ħaġa lil dan ir-regolatur, ma nkunu nistgħu naħtru lil ħadd għal dak il-perjodu partikolari u jkollna noqogħdu nbiddlu l-liġi biex naħtru lil xi ħaddieħor.", "Dan biex ma nsemmix li jista' jagħti l-każ li din il-persuna tkun at pensionable age.", "Fil-fatt dan huwa constraint li daħal wara mhux waqt it- tfassil ta' dan l-abbozz ta' liġi għax ir-regolatur ukoll wasal għall- pensjoni.", "Li qed ngħidu huwa li r-regolatur għandu jkun persuna ta' ċittadinanza Maltija li tgħix hawn Malta u possibbilment tkun available biex timla din il-kariga, pero' qed ngħidu ukoll li mhux qed nirrestrinġu lilna nfusna għal din il-kariga f'dan il-mument partikolari.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Klawsola 30 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid hekk:", "\"Il-membri ta' l-awtorità, il-membri tal-kumitati konsultorji u l- uffiċjali u l-impjegati kollha ta' l-awtorità għandhom jitqiesu li huma uffiċjali pubbliċi għall-iskop tat-tifsira tal-Kodiċi Kriminali.\".", "Jien Kap. 9 ma nafx preċiżament xi jkopri imma jekk ikopri l-imġiba ta' uffiċjal pubbliku kif għandna fil-Kostituzzjoni u din il-persuna jkollha dawk il-kriterji li bihom jimxi uffiċjal pubbliku, miżura bħal dik tkun biżżejjed biex tkopri lil dik il-persuna li tiġi appuntata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, aħna ma nsibux diffikultà li l-persuna li tkun qegħda f'din il-kariga partikolari ta' transizzjoni tkun koperta bl- istess regoli ta' klawsola 30 kif emendata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk qed nitkellmu dwar persuna li se tagħmilha ta' regolatur fi żmien transitorju, jiġifieri l-provvedimenti tal-Malta Communications Authority Act mhux se jkunu qed japplikaw.", "Il-persuna li se tinħatar bħala regolatur tat-telecommunications f'dan iż-żmien transitorju jrid ikollha f'dan il-kuntest xi ħaġa ad hoc li torbotha ma' dak li għadna kemm għedna.", "Pero' l-Malta Communications Authority Act ma tistax tapplika għaliha għax mhijiex membru ta' l-awtorità imma xi ħaġa bħalha.", "Naħseb li din hija proposta sempliċi u kulma trid huwa sentenza waħda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif diġà għedt aktar kmieni, jekk ikun hemm bżonn, fil-letter of appointment inniżżlu dawn il-kondizzjonijiet u nżidu wkoll li għall- perijodu ta' transizzjoni dan ikun meqjus ukoll bħala public official.", "Dwar dan m'hemm l-ebda diffikultà.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Il-Ministru għadu ma spjegalniex għalfejn ir- regolatur eżistenti m'għandux jibqa' hemmhekkk sakemm tidħol in vigore din l-awtorità'.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Issa jien se noqgħod nitkellem fuq l-affarijiet privati tar-regolatur preżenti!", "L-ewwel semmejt il-każ estrem li Allaħares qatt dan jista' jmut u għedt ukoll li dan qiegħed qrib ħafna l-età tal- pensjoni u ma nafx jekk ikunx lest li jibqa' jokkupa l-kariga.", "Issa dan x'iridni ngħidlu aktar?", "Forsi jridni nagħtih iċ-ċertifikat tat-twelid u ta' l-irtirar mix-xogħol!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien mhux qed nirriferi għar-regolatur bħala persuna imma għar-regolatur bħala uffiċċju u bħala kariga.", "Is-suġġeriment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien li l-funzjonijiet ta' l-uffiċċju tar- regolatur jibqgħu in vigore sakemm tiġi magħżula l-awtorità l-ġdida.", "Kulma qed nitlob jien huwa sempliċement spjegazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sfortunatament sal-lum l-istruttura tar-regolatur hija magħmula minn persuna waħda għax peress li l-liġi li għaddiet fl-1997 fir-realtà baqgħet fuq il-karta u ma waslet imkien, ma kienx hemm mod kif ikun hemm uffiċjali oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Onor. Membri, naħseb li aħjar nieqfu hawn għalissa għax sar il-ħin.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 21 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il- Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Nixtieq nibda billi l-ewwelnett nifraħ lil Maria Pace, tfajla ta' 15-il sena, li llum qed tingħata l-premju \"Papa Ġwanni XXIII\" għat-tjubija u għall-mod kif hija qed turi sensittivita' kbira lejn seħbitha, Maria Mamo, tfajla oħra ta' 15-il sena.", "Sfortunatament din it- tfajla għandha l-marda tal-kanċer u kif Maria Pace qed turi solidarjeta' magħha, hi wkoll minkejja li għandha problemi kbar ta' saħħa qiegħda turi l- mod pożittiv - dan ġie deskritt ukoll dalgħodu f'intervista li saritilha u anke lill-ġenituri tagħha mill-ġurnalisti tal-gazzetta \"The Times\" - ta' kif tħares lejn ħajjitha.", "Nixtieq nifraħ ukoll lill-ġenituri ta' dawn iż- żewġt itfal kemm għat-trobbija li huma tawhom kif ukoll għall-mod kif qed jissapportjaw lil uliedhom f'mumenti diffiċli bħal dawn.", "Sur President, naqleb is-suġġett u għal ftit minuti niffoka fuq konferenza dwar in-nisa li saret dan l-aħħar fl-Amerika.", "Ftit tal-ġranet ilu kelli l-opportunita' li nirrappreżenta lill-Gvern Malti ġewwa New York waqt konferenza organizzata mill-United Nations bl- isem ta' \"Beijing +5\" u, kif jindika l-isem, din il-konferenza kienet follow-up tar-raba' konferenza dinjija li kienet saret f'Beijing.", "Minn dik il-konferenza kienet ħarġet dikjarazzjoni kif ukoll ġie mfassal \"Platform for Action\", fejn il-gvernijiet ta' pajjiżi madwar id-dinja wrew l-impenn tagħhom biex l-iżvilupp tad-drittijiet umani tan-nisa f'kull qasam tas- soċjeta' jiġi mħares.", "Kienu diversi l-konferenzi li saru mhux biss fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti imma anke fl-IPU, fejn jiltaqgħu l-membri parlamentari - kif ukoll fi ħdan il-commonwealth - biex bi preparazzjoni għal din il-konferenza jsiru surveys u anke rapporti ta' evalwazzjoni ta' xogħol.", "Dawn saru fi ħdan l-istess Nazzjonijiet Uniti u tant kien hemm preparamenti kbar li nistgħu ngħidu li l-konferenza nnifisha kienet konferenza maratona fejn il-workshops kienu jibqgħu għaddejjin sat-3.00 a.m. u ġieli anke sa l-4.00 a.m. Id-diskussjoni kienet waħda ħajja u f'ċerti każi ukoll imqanqla, speċjalment meta kienu jiġu diskussi kwestjonijiet bħall-abort, id-dejn fenominali tal-least developed countries, il-problema ta' l-HIV u ta' l-AIDS, b'mod partikolari f'pajjiżi anqas żviluppati, u nista' nibqa' nsemmi.", "Hawnhekk il-parteċipazzjoni kienet tinkludi delegazzjonijiet minn kull rokna tad-dinja, kulħadd bil-problemi partikolari tiegħu, bil-kultura tiegħu, bl-avvanzi tiegħu u bl-ostakoli tiegħu, iżda l-għan aħħari ta' kulħadd kien li jkollna dokument li wieħed jista' jaħdem fuqu u li m'huwiex mimli retorika.", "Nistgħu ngħidu li d-dokument \"Platform for Action\", li kien ħareġ ħames snin ilu f'Beijing, intuża tajjeb f'diversi pajjiżi u serva ta' catalyst biex isir ċertu progress tanġibbli u irriversibbli.", "Forsi mhux fil- pajjiżi kollha ntuża bl-istess assidwita' u mhux fil-pajjiżi kollha seħħew l-istess avvanzi, iżda żgur li kien strumentali għal bosta nisa madwar id- dinja biex setgħu jgawdu drittijiet li kieku ma kienx jeżisti dan id- dokument ma kenux igawdu jew forsi kienu jieħdu aktar fit-tul.", "Mr Speaker, hawnhekk forsi jkun hawn min jgħidli: Mela nsejt li l-ifqar fost il-fqar madwar id-dinja huma n-nisa minkejja dan id-dokument li qed issemmi?", "Mela nsejt li l-akbar numru fost l-illitterati u fost dawk li għandhom l-anqas dħul huma n-nisa?", "Fil-fatt għad għandna nisa li għadhom qed jitħallsu ħafna anqas mill-irġiel għall-istess xogħol li jagħmlu, fost dawn hemm nisa li huma kapijiet ta' familja b'ġenitur wieħed u allura normalment id-dħul tagħhom ikun aktar baxx bil-konsegwenza li jbatu huma u anke dawk li jiddependu minnhom.", "Anke hawn nista' nibqa' nsemmi problemi li qed jiffaċċjaw nisa madwar id-dinja iżda la jiena ma nsejthom lil dawn u l-anqas il-konferenza.", "Il-fatt li għad hawn nisa li qed jiffaċċjaw problemi kbar, f'ċerti każi għall-fatt biss li huma nisa, għandu jsaħħaħna biex flimkien, nisa u rġiel, naħdmu u negħlbu dawn il-problemi li wara kollox l-effett tagħhom ma jaħkimx biss lin-nisa imma wkoll lill-uliedhom, lil dawk dipendenti minnhom u anke lis-soċjeta' in ġenerali.", "Għalija d-dokument li jrid joħroġ wara \"Beijing +5\" għandu jservina ta' handbook biex inkomplu dejjem nanalizzaw dak li jkun qed isir, naraw x'ikun inkiseb permezz tal-ħidma li tkun saret, naraw jekk it-triq li nkunu qbadna hijiex dik adattata għar-realtajiet tal- lum u fl-istess ħin nadottaw inizzjattivi oħra biex il-pass tagħna jibqa' wieħed sostnut.", "Nixtieq insemmi fiex jikkonsisti dan id-dokument u fuqhiex kienet din id-diskussjoni.", "L-ewwelnett tajjeb li nifhmu li d-dokument li kien maqbul f'Beijing ma nbidilx iżda saret evalwazzjoni tiegħu, ġew identifikati l-kisbiet li seħħew fuq 12 critical areas - kif imsejħa fid-dokument - iżda barra minn hekk ġew identifikati l-ostakoli li żammew lura lil ċerti pajjiżi milli jimplimentaw dak li kien miftiehem f'Beijing.", "Kien hemm partijiet oħra tad- dokument li jittrattaw l-isfidi ġodda li n-nisa qed iħabbtu wiċċhom magħhom illum.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu il-bidla mgħaġġla li qed isseħħ fil-qasam tat-teknoloġija, l-effett tal-globalizzazzjoni li qed tinħass dejjem iżjed kemm fil-pożittiv kif ukoll fin-negattiv u nkunu konxji ta' kemm nisa madwar id-dinja fil-qasam tekonoloġiku mhux biss ma jistgħux jisfruttaw l- opportunitajiet kbar li jagħti dan il-qasam għax f'pajjiżhom forsi ma jeżistux dawn it-teknoloġiji, iżda agħar minn hekk għax is-sistemi edukattivi tagħhom ma jippermettux li l-bniet ikollhom din it-tip ta' edukazzjoni.", "Fl-aħħar parti tad-dokument imbagħad insibu proposti ta' x'għandhom ikunu l-azzjonijiet u x'inhuma l-inizzjattivi li għandhom jittieħdu mill- gvernijiet biex jingħelbu l-ostakoli biex dan id-dokument \"Platform for Action\" verament jiġi implimentat b'kemm jista' jkun ħeffa.", "U jekk irridu li l-eżerċizzju jirnexxi, l-onus ma jaqax biss fuq il-gvernijiet imma fuq is-social partners, il-unions, l-NGO's u l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jekk iridu li verament nimxu 'l quddiem mhux biss għandhom jaħdmu flimkien imma għandhom ukoll jikkumplimentaw lil xulxin fil- policies li jittieħdu.", "Mr Speaker, nistgħu ngħidu li l-Gvern Malti qed jadotta dan id-dokument fit-totalita' tiegħu ħlief għal ħaġa waħda, u ċioe' fejn jidħol l-abort.", "Fil-fatt erġajna rriaffermajna l-pożizzjoni tagħna f'dan is-sens u din mhux l-ewwel darba li Malta qiegħda tagħmilha.", "Saret fil-Council of Europe, saret f'Beijing ħames snin ilu, saret fl-international conference on population and development u reġgħet ġiet irriaffermata issa fi New York.", "Pajjiżna dejjem esprima bl-aktar mod ċar li hu kontra l-abort u r-raġuni hi li dan huwa meqjus bħala qtil tal-ħajja umana, qtil ta' xi ħadd li żgur ma kellux għażla f'liema ġuf isib ruħu u li żgur ma jistax jiddefendi ruħu.", "Meta qed ngħidu li aħna kontra l-abort qed inkunu konsistenti.", "Aħna nemmnu li l-ħajja tibda mil-konċepiment, sew jekk huwa fil-fażi ta' l-embryo - bejn wieħed u ieħor ta' 12-il ġimgħa - sew jekk huwa foetus - sa madwar 25 ġimgħa - u sew jekk għandu potenzjal jgħix barra l-ġuf ta' l- omm.", "Qed nipproteġulu d-dritt tal-ħajja għax wara kollox dan hu l-istess bniedem li jibda ċ-ċiklu tiegħu mal-konċepiment u jkompli l-iżvilupp tiegħu fil-ġuf ta' l-omm u aktar tard barra l-ġuf ta' l-omm, sakemm jasal sal-mewt naturali.", "Dan hu dritt ta' kulħadd li għandu jiġi protett.", "Issa fl-istess waqt li pajjiżna kien qed jagħmel ir-riżerva tiegħu fil-United Nations, fil- gazzetti ssemma' l-pjan li għandha t-Tabiba Rebecca Gomberts mill-Olanda, li toffri servizz ta' abort lil dawk in-nisa li f'pajjiżhom l-abort huwa illegali u din qed tippjana li tiġi Malta wkoll.", "Jiena segwejt dak li ntqal fil-gazzetti u anke fil-website ta' \"Women on Waves\" u nistqarr bl-aktar mod ċar li jien kontra l-abort, imma b'daqshekk ma jfissirx li m'iniex sensittiva għall-fatt li jista' jkun hawn nisa li jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet diffiċli, li tant iħossuhom vulnerabbli li l- unika soluzzjoni li jaraw għalihom f'dak il-mument ikun l-abort.", "Irridu nirrikonoxxu ukoll li m'hijiex faċli li persuna tagħżel li tagħmel l-abort u dawn in-nisa għandhom bżonn tal-kompassjoni mhux tal-kundanna tagħna.", "Iżda fuq kollox għandna bżonn ta' strutturi biex iċ-ċans li jagħmlu l-abort ma tkunx l-unika triq li huma jqisuha possibbli għalihom fis-sitwazzjoni li jsibu ruħhom.", "Mr Speaker, problema ma tissolvhiex b'oħra imma tissolva billi wieħed janalizza xi jkun il-kaġun għaliex mara tasal li tabortixxi u jindirizza dawn il-problemi b'azzjonijiet pożittivi.", "Niġġieldu l-mentalita' abortista mhux billi nagħmlu l-kruċjati bil-kliem, mhux billi nkunu isteriċi jew billi nippruvaw inżeffnu l-Unjoni Ewropea fin-nofs - bħalma kien hemm f'artiklu ta' l-Onor.", "Hose' Herrera fuq \"l-orizzont\" - għax b'daqshekk ma nkunux qed niġġieldu din il-mentalita'.", "Irridu nipprovdu strutturi biex min ikun qed jiffaċċja l-problema jsib ħajt ta' kenn.", "Mr Speaker, l-aktar ħaġa importanti fil-mixja tagħna huma l-valuri tar- rispett tal-ħajja, il-valuri tar-rispett tad-dinjita' umana, valuri li fil- verita' kull familja għandha tgħaddi lil uliedha, iżda jekk nieqfu hawn inkunu qed indaħħlu rasna fir-ramel għax dan m'huwiex biżżejjed.", "L- edukazzjoni sesswali għandha portata daqstant ieħor importanti u m'għandhiex tingħata lit-tfal tagħna meta jkunu ta' eta' vulnerabbli, meta jkunu diġa' adoloxxenti u allura jkunu fl-eta' li jibdew jesperimentaw bis- sess imma għandha tingħata minn kmieni.", "S'issa din it-tip ta' edukazzjoni kienet nieqsa mill-iskejjel tagħna u nirrikonoxxi l-għarfien ta' din il- ħtieġa, anke kif espressa fil-curriculum nazzjonali.", "Numru 6 ta' dan id-dokument jitkellem proprju fuq l-edukazzjoni dwar is- sesswalita' umana u nsibu elenkati l-għerf, it-tagħrif, il-ħiliet u l- attitudnijiet li għandu jkollhom it-tfal u l-addoloxxenti tagħna.", "U dan jirrikjedi impenn mhux biss minn naħa tad-diviżjoni imma anke minn naħa ta' l-għalliema għax jekk ma jkunx hemm dan l-impenn, dan jibqa' biss biċċa għodda fuq karta.", "Għalhekk din trid tiġi trażmessa fl-iskejjel lit-tfal tagħna minn kmieni kemm jista' jkun.", "F'paġna 55 ta' dan id-dokument insibu li fost l-iżviluppi li jenħtieġ ikollhom dawn it-tfal tagħna minn kmieni kemm jista' jkun, hemm il-ħtieġa li jagħrfu l-firxa ta' mard marbut mas-sesswalita' u l-prevenzjoni tiegħu.", "Insibu forom differenti ta' kontraċezzjoni, insibu dwar is-sesswalita' u l- media, il-firxa sħiħa ta' identitajiet sesswali, l-istereotipi marbuta mas- sesswalita'; u mbagħad insibu li permezz ta' esperjenza kurrikulari l- istudenti jiżviluppaw ħiliet dwar l-abbuż sesswali u kif dawn għandhom jirrapportawh.", "Mr Speaker, l-importanza ta' l-edukazzjoni sesswali li twassal għal nuqqas ta' ħtieġa ta' abort mhux qed ngħidha jien li ma naqbilx ma' l- abort, iżda qalitha proprju s-Secretary of State Olandiża fi New York ftit tal-ġranet ilu.", "Din qalet hekk:", "\"Let us seriously deal with sexual education to young people so that pregnancies may be avoided.", "In the Netherlands we know that it works.\"", "Nixtieq hawn niġbed l-attenzjoni ta' Dott. Gomberts li l-mod kif in-nisa għandhom jingħataw l-empowerment huwa li jevitaw li joħorġu tqal.", "Irrid ngħid hawnhekk li fi ħdan id-dipartiment ta' l-edukazzjoni għandna unit apposta biex dawk it-tfajliet li joħorġu tqal jiġu ttrattati b'mod pożittiv u biex iħarsu lejn it-tqala tagħhom b'mod pożittiv ladarba din tkun bdiet.", "Nerġa' ngħid li problema ma tissolviex b'oħra.", "Ma nistgħux nrawmu mentalita' fejn ninkoraġġixxu l-permessivita', li tagħmel li trid u li jogħġbok għax mhux problema u mbagħad insolvulek il-problema billi nipprovdulek l-abort.", "Meta s-sess ikun abbużat, ir-riskji m'humiex biss ta' tqala imma huma wkoll relatati ma' mard infettiv li jiġi trasmess sesswalment.", "U dan ma jaffettwax biss lill-bniet iżda anke lis-subien.", "Mr Speaker, f'pajjiżna għandna l-family planning clinics u għandna clinics oħra li jittrattaw l-mard trasmess sesswalment, iżda din l-issue għandha tiġi ttrattata f'eta' ħafna iżgħar.", "Għandna nkunu preventivi aktar milli kurattivi.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel ukoll riferenza għall- ħtieġa li jiġi mwaqqaf id-dipartiment għall-adoloxxenti fil-qasam tas- saħħa.", "Naf li bħalissa hemm working group fi ħdan tliet ministeri u jiena nħeġġeġ biex dan il-unit jitwaqqaf kemm jista' jkun malajr.", "Anke s- servizzi ta' counselling, kemm fl-iskejjel kif ukoll fil-komunita', għandhom dejjem jibqgħu jiġu msaħħa, per eżempju s-servizzi li joffri l- SWDP.", "Insemmi wkoll il-bżonn li l-liġi ta' l-adozzjoni tiġi aġġornata u anke l-liġi tal-fostering li s'issa għadha ma teżistix iżda naf li qed isir xogħol fuqha.", "Bl-impenn ta' dawn id-diversi setturi rridu nikkumbattu l- mentalita' kontra l-abort li qed jiġi ssuġġerit li jidħol f'pajjiżna minn din it-tabiba Olandiża, u fil-qosor xtaqt nirriferi għal xi kummenti li għamlet u li qrajnihom fil-gazzetti.", "Din qalet li aħna qed nesportaw il-problema.", "Huwa minnu li għandna numru żgħir ta' nisa li jirrikorru għall-abort barra l-pajjiż.", "Il-problema ta' 'l hekk imsejħa esportazzjoni ma teżistix hawn għax l-abort huwa llegali imma teżisti f'pajjiżi oħra wkoll fejn l-abort huwa legalizzat iżda mhux laxk daqs pajjiżi oħra.", "Għandek l-Irlandiżi li jmorru l-Ingilterra, per eżempju, u l-Franċiżi li jmorru Spanja.", "Qrajt ukoll li s-servizz jingħata biss sa l-ewwel 12-il ġimgħa għax f'dan il-perijodu l-proċedura hija bla periklu u ssir fi żmien qasir.", "Din qalet li biex tagħmel abort tieħu biss ħames minuti jew għaxra, qisu ma jimporta xejn.", "Apparti mill-fatt li dan huwa xorta qtil, xi trid tgħid biha meta tgħid li dan huwa bla periklu?", "Forsi għall-omm hemm nuqqas ta' riskju fiżikament dak il-ħin imma lit- tarbija min se jipproteġilha d-drittijiet tagħha?", "Minn dokument li ħareġ il-Gvern Fillandiż naraw li għalkemm wieħed jista' jitkellem fuq \"safe abortion\", in-nisa li jabortixxu għandhom aktar ċans li jmutu fl-ewwel sena wara dik l-esperjenza min-nisa li jwelldu t-tarbija tagħhom.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmilha ċara li bl-ebda mod ma nixtieq nuża l-arma tal-biżgħa biex niġġustifika l-illegalita' ta' l-abort.", "Minn dak li qrajt fil-gazzetti, Dr Gomberts ma ssemmi xejn dwar it-trawma psikoloġika li tiġi wara l-abort.", "Bosta riċerkaturi jgħidulek li din it-trawma l-omm tibqa' ggorrha magħha għomorha kollu.", "U qed ngħid dan għax kif ġie rrapportat fil- gazzetta \"l-orizzont\" il-bieraħ, tingħata l-impressjoni li donnu xejn m'hu xejn u li dan il-proċess ma jġorrx miegħu konsegwenzi oħra meta nafu li dan m'huwiex minnu.", "Jekk wieħed jidħol fuq il-website ma jsib l-ebda limitu ta' żmien u kważi kważi din l-esperjenza fuq il-vapur \"Sea Change\" tpinġiha bħala ġita.", "Insibu hekk:", "\"It will be possible to sail to international waters, perform abortions and return, all in one day.\".", "U dan kollu free of charge.", "Mr Speaker, huwa forma ta' ingann, ngħid jien, li wieħed ipinġi l-abort b'daqshekk mod simplistiku għaliex huwa żgur li ma nistgħux ngħidu li hemm informed choice li tant jistħqu fuqha dawk li jsostnu li l-abort huwa dritt fundamentali.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nsellem lil dawk l-ommijiet li minkejja d- diffikultajiet kollha li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom meta kellhom tqala mhux ippjanata, kienu x'kienu ċ-ċirkostanzi, huma għażlu li jerfgħu r- responsabbilta' u taw iċ-ċans u d-dritt li dik it-tarbija tgħix.", "Din il- kwestjoni li nillegalizzaw l-abort m'għandniex nikkumbattuha billi nitfgħu l-problema taħt it-tapit bil-kundanni jew bl-isteriżmu imma billi flimkien naħdmu biex ikollna strutturi dejjem aktar sodi, biex dawk li jsibu ruħhom f'diffikulta' jsibu ħajt għal kenn u mhux jirrikorru għal abort f'pajjiżi barranin jew fuq xi vapur.", "Grazzi, Mr Speaker, u nixtieq niskuża ruħi ma' Dr Jean Pierre Farrugia li ħadtlu ftit mill-ħin tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, jiena ningħaqad mal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Helen D'Amato, fid-diskors meqjus u studjat tagħha dwar l- abort u rrid ngħid li jiena xxokkjajt ruħi meta qrajt fil-gazzetti li din it-tabiba Olandiża kienet se toffri servizz barra l-ibħra territorjali ta' pajjiżna, fost l-oħrajn, lil dawk in-nisa li ma xtaqux li jwelldu t-tarbija tagħhom f'pajjiżi fejn l-abort m'huwiex legalizzat.", "Jekk wieħed jirriferi għad-dokument \"In the Service of Life, Instrumentum Laboris\" li nħareġ mill- Vatikan aktar kmieni f'dan id-diċenju, insibu li f'kull sena li tgħaddi minn mindu l-abort ġie legalizzat fis-snin 60 fl-Ingilterra, isiru madwar 40 miljun każ ta' abort legali fid-dinja.", "Dan huwa ovvjament allarmanti ħafna.", "Il-Qdusija tiegħu, il-Papa Gwanni Pawlu II, fl-enċiklika tiegħu \"Centesimus Annus\", kien tkellem dwar \"the culture of death\".", "Wieħed irid joqgħod attent ukoll - jiena nzertajt tabib - li ma jużax forom li huma abortivi għall-iskop ta' contraception.", "Għaldaqstant huwa importanti li wieħed ma jużax intra-uterine devices li jikkonsistu f'coils li huma abortivaċenti, għas-sempliċi raġuni li jneħħu l-bajda meta din diġa' tkun fertilizzata.", "Tajjeb li wieħed jgħid li meta l-Partit Nazzjonalista kien qiegħed jiddiskuti r-reviżjoni tal-fehmiet bażiċi tiegħu fil-workshop li ken immexxi mill-Onor.", "Tonio Borg - proprju għax lill-Onor.", "Tonio Borg nqisuh bħala persuna li hi on a high moral ground u fejn jidħlu l-morali m'hemm l- ebda kompromess - tratta fost l-oħrajn il-kwestjoni ta' l-abort u l- kwestjoni ta' l-euthanasia.", "Dan id-dokument li diġa' rriferejt għalih jgħid ċar u tond li anke f'sitwazzjonijiet ta' sofferenza, ta' tbatija u ta' mard serju terminali, wieħed m'għandux jippretendi li jieħu post Alla u jtemm il-ħajja.", "Dan jgħid hekk:", "\"Life belongs to God alone and the mystery of suffering confronts us with the mystery of the person, which in turn reflects the very msytery of God.\"", "Huwa importanti wkoll, anke fejn jidħlu kunċetti oħrajn, bħal prokreazzjoni artifiċjali, li wieħed ma jkollux wastage ta' fertilised embryos.", "Allura filwaqt li jiena naf b'każi ta' koppji li ma setax ikollhom tfal u sabu dan il-mezz biex ikollhom it-tfal, ovvjament permezz taż-żerriegħa tal-missier stess, huwa importanti li ma' dawn il-każi ma jkunx hemm wastage ta' embryos u allura l-embryos kollha jiġu wżati.", "Dan ovvjament iġibna għar- rispett tad-dinjita' tal-bniedem, għad-dritt tal-ħajja mill-conception, mill-bidunett tal-ħajja sal-mewt naturali tal-bniedem.", "Huwa preokuppanti llum li meta tfittex informazzjoni dwar mard terminali fuq l-internet issib riferenzi pjuttost ta' spiss ta' euthanasia.", "Huwa importanti li dawn il- morali nżommuhom anke fejn jidħol il-każ tad-droga.", "Huwa ħażin ħafna li d- droga tiġi legalizzata għax b'hekk inkunu qegħdin nillegalizzaw mezz kif wieħed jinqered.", "Imma ħalli ndur għal suġġett ieħor, Sur President.", "Fl-aħħar aġġornament tiegħi kont irriferejt għall-problema tal-ġrieden li hemm fl-iskola primarja tal-Belt.", "U biex inkun etiku u fair mal- headmistress ta' din l-iskola għaddejt mall-ewwel l-informazzjoni li hi bagħtitli - fejn qaltli x'passi ttieħdu - lill-Ministru Louis Galea.", "Il- ministeru ta' l-edukazzjoni mall-ewwel informa lir-rodent section li marru jagħmlu l-velenu fil-klassijiet u l-għada filgħodu kienu jneħħuh malli t- tfal jidħlu fl-iskola, qabdu pest control agency kif ukoll ditta tat-tindif biex jgħinu lill-caretakers ta' l-iskola u t-teachers ħadu wkoll l- inizjattiva li jiddisinfettaw it-toys kollha kif ukoll l-cushions u xi oġġetti oħrajn.", "F'dan ir-rigward nixtieq insemmi żewġ problemi kbar.", "Maġenb l-iskola hemm il-Magdalene Chapel li qed tintuża għall-floats tal- karnival u l-materjal li jintuża jiġbed ħafna ġrieden.", "Barra minn hekk fil- bitħa ta' l-iskola hemm ukoll ħajt li ilu fi stat ħażin ħafna għal madwar 13-il sena; jiġifieri barra l-ġrieden hemm ukoll din il-problema.", "Għalhekk nemmen li huwa importanti li l-gvern jittratta dawn il-problemi kemm jista' jkun malajr għax it-tfal ma jistgħux joħorġu f'din il-bitħa.", "Irrid ngħid ħaġa oħra rigward petizzjoni li tressqet fil-5 ta' Ġunju mill- kollega tiegħi l-Onor.", "Jose' Herrera dwar il-fatt li r-residenti li joqogħdu viċin Dar il-Mediterran, fin-naħa t'isfel ta' Triq Sant'Ursola, ilhom jissapportu għal snin twal mużika li ddum anke wara s-1.30 a.m. Dan minħabba li r-restaurant tal-Mediterranean conference centre jinkera lill- privat u s-sala m'hijiex soundproof.", "Barra minn hekk qed ikollhom ukoll l- inkonvenjent li trakkijiet kbar jiġu minn filgħodu biex iħottu t-tagħbija minħabba r-receptions li jiġu organizzati u jibqgħu hemm sat-3.00 a.m. meta jerġgħu jibdew jiżbarazzaw l-affarijiet.", "Allura jkollok ħafna ħsejjes ta' flixken vojta, laned u tazzi, apparti għajjat u skart li huwa magħruf li jġib il-ġrieden.", "Għaldaqstant huwa importanti li dan kollu jiġi ttrattat u forsi s-soluzzjoni hi li tintuża n-naħa l-oħra ta' Dar il-Mediterran li tinsab faċċata tal-baħar.", "Jiena nappella lill-awtoritajiet tal- Mediterranean conference centre - kif għamel il-kunsill lokali f'Ottubru ta' l-1998 xejn inqas minn sena u nofs ilu - biex jieħdu ħsieb dawn l- affarijiet għax minkejja li huma wegħdu li se jagħmlu minn kollox biex dan l-inkonvenjent jieqaf, baqa' kollox l-istess.", "Il-ġimgħa l-oħra kien hemm ittra fuq \"The Malta Independent\" fejn bniedem magħruf ħafna - qed nirriferi għal Dr. Abela, li huwa soċjologu - qal ċar u tond li huwa diffiċli li tibqa' tgħix fil-Belt Valleta b'dawn l- inkonvenjenzi.", "Dan kien qiegħed jirriferi issa għall-parti ta' fuq ta' Triq Sant'Ursola fejn hemm catering establishment ieħor u confectionery oħra.", "Nafu li l-Belt għandha diversi funzjonijiet u fuq kollox għandha l- funzjoni residenzjali imma biex in-nies jibqgħu jgħixu hemmhekk iridu jiġu stmati minn kulmin għandu rwol kummerċjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Erbgħa, 21 ta' Ġunju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEBA BIL-MIKTUB", "WIED IL-QLEJGĦA - PLAKKA KOMMEMORATTIVA", "16807.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tat-tweġiba tal- mistoqsija parlamentari 12191 u oħrajn li jindikaw li kellha ssir plakka oħra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-plakka hija ordnata u kif tkun lesta terġa' teħel fil-post.", "JUNIOR LYCEUMS - EŻAMIJIET SEC", "16997.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fis-sessjoni ta' Mejju 1999 tas-SEC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-Junior Lyceum ta' Malta u Għawdex u mil-liema suġġetti?", "X'riżultati kisbu?", "Kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena tal-Junior Lyceums ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta", "KORSIJIET UNIVERSITARJI - ITALJA", "17016.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm studenti Maltin li se jgawdu minn boroż ta' studju tal-gvern Taljan u jibdew korsijiet universitarji fl-Italja fis-sena akkademika 2000-2001?", "F'liema suġġetti?", "ONOR.", "JOE BORG: Fis-sena akkademika 2000/2001 se jkun hemm 27 studenti li ser igawdu minn boroż ta' Studju tal-Gvern Taljan.", "Dawn huma kollha studenti li l-borża ta' studju tagħhom ġiet imġedda mis-sena ta' qabel.", "Is-suġġetti huma kif ġej:", "Chemical Engineering Psychology Restoration of:-Paintings Wood Monuments Ph.D. Zootechnological Science Conservation of monuments Anglo-Italian Literary Relations", "Veterinary Medicine Music Composition", "Construction in Cemento Armato Music: Pianoforte Harp Painting Communications", "SKEJJEL - B'BUĠIA - TFAL B'DIŻABILITA'", "17034.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' fl-iskola primarja 'A' ta' Birżebbuġa?", "X'tip ta' diżabilita' għandhom?", "Jirriżulta li hemm numru ta' tfal b'diżabilita' li l-ġurnata fl-iskola qed iqattgħuha ma' bankijiet u apparat ieħor miġbura f'xi kamra?", "L-iskola primarja 'A' għamlet xi talba biex tingħata xi kamra mhix użata fl-iskola primarja 'B'?", "X'ġara minn din it-talba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 14 tfal b'diżabilita` fl-iskola primarja 'A' ta' B'Bugia u li jqattgħu l-ġurnata fil-klassi tagħhom mat- tfal l-oħra tal-klassi.", "L-iskola primarja 'A' talbet li tingħata kamra li fil-preżent hija store fi skola B biex fiha jittieħdu t-tfal bi bżonnijiet speċjali meta dawn ikunu jenħteġilhom ftit tal-mistrieħ.", "Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex din il-kamra titbattal.", "ĊENTRU RESTAWR BIGHI - APPARAT", "17035.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' restawr sar s'issa fiċ-Ċentru tar- Restawr ta' Bighi li fih intuża' l-apparat li qabel kien jintuża mir- restawraturi tal-kotba tal-Biblijoteka Nazzjonali?", "F'hiex kienet tikkonsisti kull biċċa xogħol?", "Min ħadem b'dan l-apparat biex isir ix- xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-infomrazzjoni mitluba għadha ma waslitlix tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - YACHT MARINA", "17036.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16771 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Ekonomija u li issa ġiet riferuta lilek, u cioe': Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fl- 1999 jottijiet, laneċ u dgħajjes li sorġew fil-Yacht Marina ta' Għawdex?", "Kemm kien id-dħul minn din il-marina fl-1999?", "Kemm kienet in-nefqa biex titmexxa din il-marina f'dak li għandu x'jaqsam ma' pagi u provvista ta' servizzi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li in-numru ta` jottijiet u laneċ li sorġew fil-Marina ta` l-Imġarr, Għawdex matul is-sena 1999 kien ta` 2267 filwaqt li 165 dgħajsa għamlu użu mill-istess marina.", "Id-dħul matul l-1999 kien ta` Lm86,522.", "In-nefqa biex titmexxa` din il-marina f`dak li għandu x`jaqsam ma` pagi u provvisti ta` servizzi kien ta` Lm28,633.", "DR. JOE CANNATACI - ASSIGNMENTS", "17037.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-assignments differenti li ingħata Dr. Joe Cannataci mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u xi ħlasijiet u allowances ingħata għal kull assignment li ġie mqabbad jagħmel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORTI - TFAL", "17051.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal taħt is-sittax-il sena l-qorti din is-sena u fuq liema akkużi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u l-15 ta` Ġunju ta` din is-sena, ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq diversi reati 86 persuna taħt is-16-il sena.", "Dawn tressqu l-Qorti dwar ir-reati kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - SPLUSSIVI", "17052.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jużaw splussivi fil-baħar waqt sajd illegali f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq akkużi simili fl-istess żmien u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.", "PA - RESIDENT PARKING ZONES", "17053.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi l-Planning Authority qed tirrikmanda li jsiru resident parking zones, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti humiex se jħallsu għal dan u jekk iva kemm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-dettalji tar-Residents Parking Zones, fejn dawn se jiġu ntrodotti, għandhom jinħadmu individwalment għal kull lokalita'.", "Dawn l-iskemi jridu jiddaħħlu mill-kunsill lokali, iżda l- Awtorita' ta' l-Ippjanar toffri li tgħin sabiex dawn l-iskemi jiġu fis- seħħ.", "F'pajjiżi oħra fejn dawn l-iskemi qegħdin jiġu operati, hija normali li r- residenti jħallsu ammont nominali fis-sena.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "17054.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom hip and knee replacement illum u kemm ilhom jistennew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR", "17055.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati reati lill-pulizija li fihom intużat arma tan-nar din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar u d-19 ta' Ġunju ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 17-il rapport ta' reati li fihom intużat arma tan-nar.", "ĦABS ĊIVILI - SIGURTA'", "17056.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jitpoġġew membri ta' l-Armata madwar il- ħabs, bħala parti mill-miżuri ġodda ta' sigurta', u mhux pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-patrol ta' l-armata mal-ħabs kien isir regolari xi ftit ta' snin ilu.", "Id-diriġenti tal-ħabs huma tal-fehma li sakemm jittieħdu ċerta miżuri ta' sigurta' ġodda fil-ħabs se jkun hemm il-ħtieġa li jerġa' jirriżumi dan it-tip ta' patrol.", "DJAR - SKEMA \"J\"", "17076.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema \"J\" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi għar-rigward ta' l-aħħar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Skema 'J' kienet skadiet qabel l-1 ta' Ottubru, 1999.", "DJAR - SKEMA \"I\"", "17077.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li għamlu użu minn Skema \"I\" sabiex inkwilini f'residenzi governattivi jsiru sid ta' darhom għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Jista' jagħti l- lokalita' minn fejn l-applikanti jemanaw?", "Kemm minn dawn l- applikazzjonijiet jikkonċernaw djar, maisonettes jew flats?", "Kemm ġew milqugħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta", "DJAR - SKEMA V", "17088.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibilita' hemm li l-iskema V, u cioe' l-installar ta' lifts fi proprjetajiet tal- gvern, tiġi estiża għal-lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex u li wkoll ibatu minn turġien?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda għall-perjodu 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Il-lokalita'?", "Kemm ġew milqugħa u kemm rifjutati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għall-Persuni b'Diżabilita' li saret fis-sena 1999 l-Awtorita' tad-Djar estendiet din l- Iskema għall-blokki kollha tal-gvern madwar Malta u Għawdex fejn jgħixu persuni li għandhom problema ta' mobilita'.", "Bejn l-1 ta' Ottubru, 1999 u Ġunju 2000 l-Awtorita' tad-Djar irċiviet 16- il applikazzjoni.", "Sal-lum l-Awtorita tad-Djar issottomettiet sitt applikazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dawn jinsabu erba' fil- Furjana u tnejn fil-Pieta'.", "Ftit ġranet oħra, se tinħareġ sejħa pubblika għall-offerti għal dawn ix- xogħlijiet.", "Fl-istess ħin, ser jiġu sottomessi aktar applikazzjonijiet għall-installazzjoni tal-lift ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Kull applikazzjoni fejn tista' tiġi installata s-sistema tal-lift dan ser isir.", "Il-lokalitajiet huma:-", "|Lokalita' |Applikazzjoni | | | | |Floriana |2 | |Lija |1 | |Pieta' |2 | |Qormi |2 | |San Giljan |1 | |Tarxien |1 | |Ta' Xbiex |4 | |Valletta |3 |", "Hi l-intenzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar li aktar il-quddiem testendi din l-iskema għall-lokalitajiet oħra.", "DJAR - SKEMA W", "17089.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw taħt l-iskema W u cioe' sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar fi djar proprjeta' tal-gvern għall-perjodu 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa?", "Minn liema lokalita' ġew l-applikazzjonijiet?", "X'inhuma t-tip ta' familji li applikaw (ie. n-numru ta' persuni fil-familja?", "Kemm hemm djar mibnija qabel l-1960?", "Kemm hemm djar mibnija wara l-1960?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat fil- mistoqsija kien hemm 76 applikazzjoni taħt Skema W, li 42 minnhom ġew aċċettati u l-34 applikazzjoni l-oħra qed jiġu pproċessati.", "Minn dawk li ġew aċċettati 27 kienu jirrigwardaw postijiet mibnija qabel l-1960 u 15 wara l-1960.", "In-numru ta' membri fil-familji kien ivarja minn wieħed sa ħamsa.", "L-applikazzjonijiet saru mill-lokalitajiet kif ġej:", "Attard, Bormla, Fgura, Fleur-de-Lys, Floriana, Ħamrun, Marsa, Mosta, Paola, Pembroke, Rabat, San Ġwann, Sta Luċia, l-Isla, Tarxien, Valletta, Birgu u Żabbar.", "DJAR - SKEMA 3", "17090.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' skema 3, kemm kien hemm applikazzjonijiet għas-sena 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Jista' l-Ministru jgħid il-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm-il applikazzjoni ġiet rifjutata u fuq liema bażi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Skema Tlieta kienet skadiet qabel l-1 ta' Ottubru, 1999.", "DJAR - SKEMA 1", "17091.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' skema 1, kemm kien hemm applikazzjonijiet mill-1/10/99 - Ġunju 2000?", "Jista' l-Ministru jgħid il-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li mill-1 t'Ottubru, 1999 sakemm skadiet Skema I fis-7 ta' Ottubru 1999, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet tliet applikazzjoniet taħt din l-iskema, li kollha ġew aċċettati.", "Il- lokalitijiet minn fejn saru dawn l-applikazzjonijiet kienu:", "Balzan Msida San Ġiljan"]} {"filename": "20030211_869d_par.doc", "date": "2003-02-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 869 It-Tlieta, 11 ta' Frar, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 869", "It-Tlieta, 11 ta' Frar, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "869", "It-Tlieta, 11 ta' Frar, 2003", "WERREJ", "MINUTI 295", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 295", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 298", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 868 li saret fil-11 ta' Frar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UE – TARIFFA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' JUICES", "38249.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinformani ma' liema pajjiżi Malta se tkun eżentata milli tħallas tariffi, dazji u/jew kwoti fuq l- importazzjoni ta' xorb u juices wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Kemm fil- fatt hija t-tariffa, kemm huwa d-dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu Malti u fuq l-industrija lokali ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38236.", "Sur President, din l-interpellanza hija ta' l-istess ġeneru ta' mistoqsijiet li kont qed inwieġeb dalgħodu, iżda din id-darba tittratta l- importazzjoni ta' xorb u juices.", "Jiġifieri r-risposta tiegħi jafha l-Onor.", "Membru, pero' xtaqt nirrimarka li l-juices u x-xorb m'għandhomx jiġu affettwati u ladarba jitneħħew il-levies, il-prezz tagħhom se jkun irħas għall-konsumatur Malti.", "Għalhekk l-effett għandu jkun wieħed pożittiv mhux biss għal dik li hija importazzjoni imma anke fejn tidħol l-esportazzjoni.", "Irridu niftakru li aħna għandna min jesporta ammonti sinifikanti ta' juices lejn pajjiżi li m'għandniex trade agreement magħhom.", "Fil-fatt dawn il- prodotti ftit li xejn jiġu esportati lejn il-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea u allura issa se jkollna dan iċ-ċans li ngawdu b'mod sostanzjali minn riduzzjoni fit-tariffi.", "UE – TARIFFA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' TABAKK", "38250.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia)staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinformani ma' liema pajjiżi Malta se tkun eżentata milli tħallas tariffi, dazji u/jew kwoti fuq l- importazzjoni ta' tabakk wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Kemm fil-fatt hija t-tariffa, kemm huwa d-dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu Malti u fuq l-industrija lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38236, tajjeb li nfakkar li sal-lum min jimmanifattura prodotti tat-tabakk ikollu jħallas dazju ta' bejn 20% u 50% meta jiġi biex jesporta sigarri, tabakk u sigaretti lejn l- Unjoni Ewropea.", "Iżda meta nsiru membri ta' l-Unjoni, din it-tariffa titneħħa u allura għall-ewwel darba dan is-settur se jkun jista' jikkompeti ferm aħjar fis-suq Ewropew.", "Per eżempju, kulħadd għadu jiftakar l-Agio Tabacco li fil-passat kienet timpjega madwar 800 ruħ li mbagħad spiċċat biex kellha titlaq minn Malta.", "Fil-fatt din il-kumpannija kienet kostretta titlaq proprju għaliex mhux permess lilna li nesportaw lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni mingħajr tariffa, ġaladarba m'aħniex membri ta' l-Unjoni.", "Ċertament diġà sar investiment qawwi fis-settur tas-sigaretti u tat-tabakk u huwa mistenni li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, dan is-settur ikompli jissaħħaħ.", "UE – TARIFFA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' ANNIMALI", "38251.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinformani ma' liema pajjiżi Malta se tkun eżentata milli tħallas tariffi, dazji u/jew kwoti fuq l- importazzjoni ta' annimali wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Kemm fil-fatt hija t-tariffa, kemm huwa d-dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu Malti u fuq l-industrija lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Waqt li nirriferi għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 38236, l-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li aħna diġà nimportaw ħafna annimali mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naturalment ikollna nsegwu ċerti regoli għax fuq l-importazzjoni ta' l-annimali, wieħed irid iħares lejn il-mard u lejn dawn it-tip ta' affarijiet aktar milli lejn it-tariffa.", "Biss jien ċert li m'għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv f'dan is-settur, Sur President.", "UE – TARIFFA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' ĠOBON", "38252.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinformani ma' liema pajjiżi Malta se tkun eżentata milli tħallas tariffi, dazji u/jew kwoti fuq l- importazzjoni ta' ġobon cheddar u ġobon edam wara sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Kemm fil-fatt hija t-tariffa, kemm huwa d-dazju u kemm hija l- kwota li se tkun imposta fuq il-poplu Malti u fuq l-industrija lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 38236, ma nimmaġinax li għad baqa' min ma jafx li l-Gvern Malti nnegozja arranġament dwar l- importazzjoni ta' prodotti tal-ħalib biex il-prezz fis-suq lokali ma jiġix affettwat b'mod negattiv.", "Dan apparti li esportaturi Amerikani, Awstraljani u oħrajn iridu bilfors jieħdu in konsiderazzjoni li biex il- prodott tagħhom jibqa' kompetittiv se jkollhom joffru prezz tajjeb u attraenti għall-konsumatur.", "UE - TARIFFA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' MATERJA PRIMA", "38274.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari 38118 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal- mistoqsijiet, jien u nikkwota informazzjoni mill-website relattiva, il- Ministru beda jgħid li t-tariffi li jien kont qed nikkwota huma esaġerati u m'humiex veri, jista' jgħidilna x'inhi t-tariffa korretta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba tiegħi mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38118.", "UE – TARIFFA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "38275.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 38119 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal- mistoqsijiet, jien u nikkwota informazzjoni mill-website relattiva, il- Ministru beda jgħid li t-tariffi li jien kont qed nikkwota huma esaġerati u m'humiex veri, jista' jgħidilna x'inhi t-tariffa korretta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38274.", "AIR POLLUTION – NATIONAL EMISSIONS CEILING", "38452.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jispjega aktar fiċ-ċar jew jiżvela dak li jinstab fid- dokument li tqassam lill-membri tal-MEUSAC sabiex setgħu jiġu stabbiliti kwoti ta' emissions taħt dak li fir-regolamenti huwa msejjaħ bħala national emissions ceiling?", "Peress li fl-istess dokument il-gvern iddikjara li s-sena l-oħra kien qabbad konsulenti sabiex ilestu l-pjani li juru kif Malta se tasal għal dan it-target fl-2010, jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li qegħdin jagħmlu dan l-istudju?", "Jista' jgħid kemm se jitħallsu u kif ġew inkarigati, jekk hux direttament jew inkella b'xi call for tenders?", "Dan l- istudju tlesta?", "Jekk iva, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Malta meta beħsiebha tirratifika l-Gothenburg protocol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali) (f'isem il- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Membru jispeċifika aktar għal liema dokument qiegħed jirriferi, għalkemm ninsab informat illi x-xogħol fuq xi evalwazzjoni ta` national emissions ceiling sas-sena 2010 se jibda din is-sena, wara li jiġu magħżula l-konsulenti skond dawk il- proċeduri eżistenti.", "Il-Gothenburg protocol huwa wieħed mill-protocols li jaqa` taħt il-UN/ECE long -range transboundary air pollution convention.", "Il-protocols ta` din il-konvenzjoni qed jiġu rratifikati wieħed wara l-ieħor u dan il-protocol partikolari se jiġi rratifikat b`dan il-proċess ukoll.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Safejn naf jien dokument wieħed tqassam u allura ma nifhimx għalfejn il-Ministru qed joqgħod idur mal-lewża u jistaqsini għal liema dokument qed nirriferi.", "Forsi hemm xi dokument ieħor li ma nafux bih?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament ma nistax inwieġeb b'ċerta preċiżjoni għax m'għandix l-informazzjoni hawnhekk.", "Pero' ninsab konvint li jekk hemm xi dokumenti oħra ̧ żgur li l-ministru sieħbi ma jsib l-ebda problemi li jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jidher li hawn xi intopp, apparti li lanqas ma nafu għala l-ministru responsabbli mill-ambjent m'huwiex preżenti biex iwieġeb interpellanzi dwar materja hekk importanti.", "Jien ma nistax naċċetta dawn l- affarijiet u għalhekk qed nitlob quorum, Sur President.", "MR SPEAKER: Peress li hawn talba għal quorum, il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Il-Kamra ġiet sospiża fis-6.15 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara meta ġew magħduda l-Membri preżenti li kienu:", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi Josef Bonnici Leo Brincat Giovanna Debono Censu Galea Victor Galea Pace Austin Gatt Lawrence Gonzi Joe Mizzi", "MR SPEAKER: Peress li m'hawnx 15-il Membru preżenti, se naġġorna l-Kamra għal għada l-Erbgħa, 12 ta' Frar, fis-6.00 p.m., bl-istess aġenda li kellha tkun segwita fis-seduta tal-lejla.", "Fis-6.21 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITA' TAR-RIŻORSI – TESTS FUQ POTABLE WATER", "38453.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq ilma ħiereġ minn vitin u sorsi ta' ilma potabbli minn meta twaqqfet l-awtorita' tar-riżorsi?", "Kemm kienu l-ogħla livelli ta' nitrati u ta' salinita' u liema lokalitajiet kienu l-aktar milquta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "AMBJENT - LAQGĦAT TAL-KUMITATI", "38454.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħu l-IPPC committee, il-bio- safety co-ordinating committee u l-chemicals co-ordinating committee?", "Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-minuti ta' dawn il-laqgħat, inkluż ir-rakkmandazzjonijiet kollha li saru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-IPPC committee ltaqa` darbtejn.", "Dan il-kumitat huwa wieħed konsultattiv u ma jidhirlix li għandi għalfejn inpoġġi kopja tal-minuti tal-laqgħat fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-bio-safety co-ordinating committee u l-chemicals co-ordinating committee huma fil-fazi li jigu fformati.", "MEPA – FRINGE BENEFITS GĦALL-IMPJEGATI", "38455.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinvestiga u jagħti r-raġunijiet għala hemm diversi uffiċjali ta' l-ex dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent li jixtiequ jitilqu mill-MEPA?", "Kien hemm interess min-naħa tal-ministeru biex jinvestiga kienx hemm xi diskriminazzjoni favur uħud minn dawn l- uffiċjali?", "Meta se jintlaħaq fteħim bejn il-MEPA u l-UĦM sabiex jingħata l- aħħar pakkett, liema negozjati issa ilhom li bdew minn Diċembru 2001?", "Veru li filwaqt li mpjegati tal-MEPA li għadhom kif ġew ingaġġati diġa' ħadu l-fringe benefits u l-efficiency bonus, uffiċjali ta' l-ex dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent li kienu qegħdin jagħmlu xogħolhom ma ngħataw xejn?", "Kemm hemm uffiċjali ta' l-ex dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent li xorta waħda bbenefikaw minn dawn il-fringe benefits, inkluż karozza tal-kiri?", "Min huma?", "GĦaliex dawn il-fringe benefits ma ngħatawx lill-impjegati kollha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi hemm numru ta` uffiċjali ta' l-ex dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent li esprimew ix-xewqa li jibqgħu maċ- ċivil.", "Biss ma jidhirx li dawn l-impjegati ħadu din il-pożizzjoni minħabba xi diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom.", "Jidher li għad hemm xi punti li l-UĦM iridu jiċċaraw fuq il-ftehim kollettiv, kif ukoll fuq l- assimilazzjoni ta` uffiċjali ta' l-ex dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent.", "Il-kondizzjonijiet ta` impjieg li jgawdu l-impjegati ngaġġati mal-MEPA huma differenti minn dawk ta` l-impjegati maċ-ċivil.", "Sakemm l-offerta ta` impjieg ma' l-awtorita` tiġi aċċettata, l-uffiċjali ta' l-ex dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent jibqgħu taħt il-provvedimenti ta` impjieg maċ- ċivil.", "L-awtorita` ma allokatx fringe benefits lill-impjegati li ma kenux jibbenefikaw minn dawn l-istess provvedimenti fid-dipartiment ta' l- ambjent.", "MEPA – MPJEGATI FID-DIRETTORAT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT", "38456.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies klerikali fid-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent fil-MEPA?", "Jsita' jagħti breakdown ta' kemm hemm uffiċjali ambjentali, spetturi ambjentali u skrivani fi ħdan id- direttorat?", "Beda xi forma ta' taħriġ għal dawn in-nies?", "Meta se jibda t- twinning project li kellu jibda f'Ottubru 2002?", "GĦaliex ma bediex u ma twettaqx dan il-proġett?", "Min fil-MEPA huwa responsabbli għal dan?", "Kien hemm irrapportati xi każi ta' mismanagement?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-MEPA allokat sitt impjegati klerikali mad-direttorat għall-ħarsien ta` l-ambjent .", "Fid-direttorat ta` l-ambjent hemm 36 uffiċjal, 20 spettur ambjentali u 12-il uffiċjali klerikali.", "L-impjegati ġodda ġew assenjati ma` impjegati oħra sabiex jibda proċess ta` transfer of skills u taħriġ informali.", "Taħriġ formali huwa ppjanat li jsir bħala parti mit-twinning project u proġetti oħra fix-xhur li ġejjin.", "It-twinning project ġie ffirmat f`Jannar u se jibda fi Frar.", "Bejn Ottubru u Diċembru, il-firmatarji tal-proġett irrevedew id-draft u ċċirkolaw id- dokumenti għall-firem u għall-approvazzjoni finali mill-UE.", "M`hemm l-ebda rapport ta` mismanagement f`dan ir-rigward.", "KONVENZJONI DWAR ID-DIVERSITA' BIOLOĠIKA", "38457.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta Malta beħsiebha tirratifika l-convention on biological diversity u kif beħsiebu jwettaq in-situ u ex-situ management?", "Hemm xi pjani kif l-obbligi taħt din il-konvenzjoni se jiġu mwettqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Membru li Malta ffirmat il-ftehim fuq il-biodiversita` fit-12 ta` Ġunju, 1992 u rratifikatu fid-29 ta` Diċembru, 2000.", "Fit-28 ta` Ġunju, 2002 ġew ippubblikati regolamenti ta` l- 2002 li jinkorporaw il-konvenzjoni dwar id-diversita` bioloġika.", "Naturalment hemm pjani biex dawn l-obbligi jiġu mwettqa - u diġa` hemm uħud minnhom li daħlu fis-seħħ – u anke qegħdin jitħejjew pjani ta` azzjoni dwar il-ħarsien ta` l-ambjent naturali u anke dwar l-ispeċi li jkopru kemm dawk in situ kif ukoll dawk ex situ.", "SLIEMA - KAŻ TA' HOUSING", "38488.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għall-każ ta' housing li dettaji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi prospetti hemm li dan il-każ jiġi kkonsidrat favorevolment mid-dipartiment tal- housing?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi l-każ qed ikun ikkonsidrat.", "MFSA – CAPTIVE INSURANCE COMPANIES", "38493.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm ġew reġistrati captive insurance companies ma' l-MFSA minn kemm ilhom li daħlu l-provvedimenti relattivi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li taħt l-Att dwar iċ- Ċentru ta' Servizzi Finanzjari ta' Malta (Kap. 330), kienet ġiet reġistrata kumpannija waħda biss li l-kummerċ tagħha kien ta' captive insurance.", "Din il-kumpannija kienet biddlet l-istatus tagħha u ma baqgħetx topera fil- kummerċ ta' captive insurance.", "SAN ĠWANN – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "38495.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinvestiga qtugħ ta' dawl li ilu aktar minn ġimgħa fi Triq Agostino Matrenza, f'San Ġwann?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-ħsara ssewwiet dakinhar stess li sar ir-rapport lill-korporazzjoni Enemalta.", "SAN ĠWANN - DAY CENTRE", "38496.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jinfetaħ day centre f'San Ġwann?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa m'hemmx il-ħsieb li jinfetaħ day centre f'San Ġwann.", "ARRANĠAMENTI ĠODDA GĦALL-ĦRUĠ TA' VISAS", "38497.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38436 u jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li magħhom diġa' bdew iseħħu l-arranġamenti l-ġodda meħtieġa għall-ħruġ ta' visa għal min ikun ġej jew sejjer lejhom?", "ONOR.", "JOE BORG: Fl-1 ta' Ġunju, 2002 tneħħiet il-visa għal dawk il- persuni ta' nazzjonalita Ċiniża li għandhom passaport mill-ispecial administrative region ta' Hong Kong (SAR).", "Fl-1 ta' Ottubru, 2002 ġiet introdotta l-visa għal dawk il-persuni li għandhom passaport tal-British overseas citizens (BOC) u tal-British national overseas (BNO), kif ukoll għal dawk il-persuni li huma ċittadini ta' Antigua and Barbuda, Bahamas, Barbados, Belize, Botswana, Dominica, Fiji, Grenada, Guyana, Jamaica, Kenya, Kiribati, (x) Kuwait, Lesotho, Malawi, Maldives, Mauritius, (x) Northern Marianas, Nauru, (x) Papua New Guninea, St Kitts and Nevis, St Lucia, St Vincent and the Grenadines, (x) Saudi Arabia, Seychelles, Solomon Islands, Swaziland, Tanzania, Tonga, Trinidad and Tobago, Tuvalu, Vanuatu, Western Samoa u Zambia - ċittadini Maltin m'għandhomx bżonn visa biex jidħlu f'dawn il-pajjiżi ħlief għal dawk immarkati (x), fejn Maltin dejjem riedu visa biex jidħlu – u fl-istess data anke tneħħiet il-visa għal dawk il-persuni ta' nazzjonalita' Bulgara u Rumena.", "Fl-24 ta' Ottubru, 2002 ġiet introdotta l-visa għal persuni ta' nazzjonalita' ta' l-Afrika t'Isfel, filwaqt illi ċittadini Maltin m'għandhomx bżonn ta' visa biex jidħlu f'dan il-pajjiż.", "Fl-1 ta' Jannar, 2003 ġiet introdotta l-visa għal persuni ta' nazzjonalita Eġizzjana, Marokkina, Turka u Tuneżina.", "Fl-istess data ġiet introdotta l- visa għall-Maltin li jixtiequ jżuru l-Eġittu u t-Turkija u tneħħiet il-visa għall-Maltin li jixtiequ jżuru r-Rumanija.", "Fir-rigward tal-Bulgarija, il-Marokk u t-Tuneżija, ċittadini Maltin m'għandhomx u qatt ma kellhom bżonn visa biex jidħlu f'dawn il-pajjiżi.", "TIXRID TA' PORNOGRAFIJA", "38498.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li hemm persuni - fid-dipartiment tal-VAT - li għadhom jagħmlu użu illeċitu mis-servizz ta' l-internet għat- tixrid tal-pornografija waqt il-ħin tax-xogħol, minkejja li dan is-suġġett kien diġa tqajjem f'domanda preċedenti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kull min jinqabad - jew inqabad - jagħmel użu ħażin mis-servizz ta' l-internet, kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant fid-domanda tiegħu, ikun suġġett għal passi dixxiplinarji, naturalment wara li jiġi investigat il-każ.", "LOGĦOB TAS-SUPER-5 U L-GĦAQDIET SPORTIVI", "38529.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid jekk għadhomx jitqassmu flus tas-super-5 lill-għaqdiet sportivi?", "Jista' jgħid fis-sena 2002 lil min u kemm tqassmu u minn liema ministeru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħal kull sena, fl- 2002 tqassmu flus lil diversi għaqdiet sportivi mill-fond tas-super-5 u qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kif tqassmu dawn il-flus lill-għaqdiet.", "ŻABBAR: TRIQ HOMPESCH – ZEBRA-CROSSING", "38530.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se ssir pedestrian zebra- crossing fi Triq Hompesch, Ħaż-Żabbar, fejn hemm il-lights li saru dan l- aħħar, int u sejjer għal Wied il-Għajn, u dan minħabba li fl-ebda mument ma jista' jaqsam ħadd?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi ftit qabel il-lights imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, hemm pelican-crossing ħdejn il-housing estate kif ukoll zebra-crossing iktar 'il fuq f'Labour Road.", "Għalhekk ma jidhirx li hemm bżonn li jsiru faċilitajiet oħra f'din il-parti tal-lokalita'.", "CHARABANCS U MINIBUSES - SKEJJEL", "38531.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37994, jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika kemm saru vjaġġi permezz ta' charabancs u minibuses għall-ġarr tat-tfal ta' l-iskola?", "X'total għandu jitħallas?", "Jekk diġa' tħallas xi ħaġa, kemm u meta?", "Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali tiegħi għaliex it-tweġiba li tani m'għandha x'taqsam xejn ma' dak li dwaru jien staqsejt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'kull ġurnata skolastika bejn l-ewwel ġurnata tas-sena skolastika 2002 u l-Milied, saru 752 vjaġġ kull filgħodu u l-istess numru ta' vjaġġi kull wara nofsinhar.", "Is-somma dovuta għal dan is-servizz tammonta għal Lm408,500, li minnhom tħallsu Lm306,229.73 sa' l-aħħar ta' Diċembru 2002 waqt li Lm19,073 tħallsu f'Jannar 2003.", "PULIZIJA – MEMBRI TAL-KORP", "38532.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' membri fil-korp tal- pulizija?", "Kemm minnhom għandhom aktar minn 25 sena servizz?", "Jista' jgħid kemm matul din is-sena se jagħlqu l-eta' ta' l-irtirar?", "X'rank huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent hemm 1,790 membru fil- korp.", "Minn dawn hemm 154 li fil-preżent għandhom 25 sena servizz, filwaqt li hemm tliet kuntistabbli oħra li matul din is-sena se jilħqu l-eta` ta` l-irtirar.", "PULIZIJA – FOREIGN LANGUAGE ALLOWANCE", "38533.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fil-korp tal-pulizija hemmx min jieħu allowance talli jitkellem b'lingwa barranija?", "Kemm hemm u x'lingwa jitkellmu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi m`hemm l-ebda membru tal-korp tal- pulizija li qed jieħu allowance talli jitkellem b`lingwa barranija.", "UNIVERSITA' – EŻAMI TAL-MALTI FIL-LIVELL TAS-SEC", "38534.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi studjat jekk l-eżami tal-Malti fil-livell tas-SEC għandux jinqasam f'żewġ karti separati tal-lingwa u l- letteratura, kif isir fl-Ingliż?", "Jaf li numru ta' għalliema tal-Malti jippreferu li jsir hekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fl- uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FLORIANA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "38548.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il jum jirriżulta li nfetħet l- għassa tal-pulizija fil-Floriana matul Jannar 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Jannar 2003 dejjem kien hemm kuntistabbli - u xi drabi anke surġent - dettaljat fl-għassa msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Madankollu jista` jkun hemm drabi fejn l- esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu li min ikun għassa joħroġ fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f'ċerti ħinijiet.", "VALLETTA U FLORIANA – LIFTS F'APPARTAMENTI TAL-GVERN", "38549.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi hemm dwar l-istallar ta' lift f'68, Triq San Tumas Floriana u 131, Triq San Pawl, il-Belt, it-tnejn appartamenti tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li lift f'numru 131, Triq San Pawl, fil-Belt Valletta ġie ordnat u mistenni li jitlesta sa Ġunju ta' din is-sena.", "Dwar il-lift f'numru 68, Triq San Tumas, fil-Floriana, minħabba li m'hemmx spazju biex isir lift fit-tromba tat-taraġ, intalab permess jekk tistax tintuża l-bitħa wżata mill-ħwienet ta' taħt il-block.", "Peress li għad m'hemmx risposta għat-talba ta' l-awtorita' tad-djar, dan il-każ bħalissa qiegħed wieqaf.", "TOROQ - SINJALI TA' PARKEĠĠ", "38550.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji jsiru traffic signs ta' no parking except for loading/unloading u signs li jindikaw time-zones għall-ipparkjar f'żoni kummerċjali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-kriterji għal-loading u unloading, validi għal erba' sigħat ta' filgħodu u erba' sigħat ta' wara nofsinhar, huma għall-ħwienet ta' white goods, għall-ħwienet ta' l-għamara u għall-ħwienet li jbiegħu makkinarju goff u, meta jkunu għal gruppi ta' ħwienet, fil-każ ta' dawk il-hotels li għandhom aktar minn 70 sodda.", "Dawn jiġu approvati fuq rakkmandazzjoni tal-kunsilli lokali.", "It-time-zones għall-ipparkjar ta' vetturi huma ta' żewġ tipi, cioe dawk li jiġu approvati fuq rakkmandazzjoni tal-kunsilli lokali fuq bażi temporanja u għal toroq speċifiċi u mhux għal zoni sħaħ; u dawk permanenti għal skemi ta' parkeġġ residenzjali u kummerċjali, bħal fil-każ ta' l-iskema tar- Rabat, Għawdex.", "SPTAR MATER DEI - OUTPATIENTS", "38551.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' Il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-bini ta' l-isptar Mater Dei?", "Meta hu maħsub li jibda jingħata servizz lill-outpatients u lill- inpatients?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tliet fażijiet tal-bini huma maħsuba li jitlestew kollha sa l-2010.", "Hu ppjanat li l-outpatients jiftaħ f'Ġunju 2003 filwaqt li l-inpatients jibdew jemigraw lejn l-isptar Mater Dei fl- 2005.", "PTA – XIRI TA' CHARABANCS", "38552.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proprjetarji tax- charabancs użati iridux bilfors jieħdu sehem fl-iskema ta' xiri ta' charabancs ġodda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li permezz ta' l-avviż li ħarġet l- awtorita' dwar it-trasport pubbliku fil-Gazzetta tal-Gvern f'Diċembru 2000, dawk is-sidien tal-karozzi tal-linja li għandhom vettura li fuqha kien tħallas depożitu ta' Lm500 fl-1995, huma ntitolati sabiex ibiddlu x- charabanc eżistenti tagħhom ma' waħda ġdida.", "L-ammont totali ta' sidien li kienu poġġew l-imsemmi depożitu u li għalhekk iffirmaw il-ftehim sabiex ibiddlu x-charabanc tagħhom, huwa ta' 147 .", "S'issa biddlu x-charabanc il-qadima disa' sidien u għaldaqstant baqa' 138 charabanc li għad trid tinbidel.", "Is-sidien ta' dawn il-138 charabanc kollha aċċettaw li jieħdu sehem fl-iskema ta' xiri ta' charabancs ġodda.", "SPTAR SAN LUQA - INĊINERATUR", "38553.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: F'liema stadju wasal ix-shutdown ta' l-inċineratur fl-isptar San Luqa sabiex minfloku jibda jitħaddem dak b'sistema microwave?", "Jaqbel il- Ministru li l-proċess ittawwal iżżejjed għad-detriment tas-saħħa tar- residenti f'Tal-Pieta' u l-inħawi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Membru jaf żgur li kwalunkwe tender tal- gvern trid tgħaddi minn numru kumpless ta' proċeduri li għandhom l-għan li jiggarantixxu t-trasparenza għax jagħtu l-fakulta` lit-tenderer li joġġezzjona matul il-proċess.", "Fil-każ tas-sistema ta' l-ipproċessar ta' l-iskart kliniku - liema sistema mhux bilfors kellha tkun microwave - saru żewġ oġġezzjonijiet li tefgħu lura l-proċess b'aktar minn sena, peress li kellhom jinġiebu esperti barranin mill-Amerika; u f'każ minnhom riedu jsiru modifikazzjonijiet fis- sottomissjoni ta' tenderer minnhom.", "Il-proċess ta' l-għażla ġie konkluż numru ta' ġimgħat ilu iżda qabel ma seta' jingħata t-tender, sar impediment fil-qorti ċivili minn tenderer li reġa' waqqaf il-proċess kollu.", "Bħalissa d-diviżjoni tas-saħħa qegħda tistenna d-deċiżjoni tal-qorti f'dan il-każ.", "L-Onor.", "Membru jifhem li sakemm tiddaħħal is-sistema l-ġdida, minkejja x- xewqa tad-diviżjoni, ma jistax jingħalaq l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa għaliex dan huwa l-uniku metodu kif skart kliniku jista' jiġi pproċessat bħalissa."]} {"filename": "19990224_068d_par.doc", "date": "1999-02-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 68 L-Erbgħa, 24 ta' Frar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 68", "L-Erbgħa, 24 ta' Frar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "68", "L-Erbgħa, 24 ta' Frar, 1999", "WERREJ MINUTI 367", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 367", "TQEGĦID TA' KARTI 371", "MOZZJONIJIET MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TA' L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR GĦAS-SENA FINANZJARJA 1998/1999 372", "AĠĠORNAMENT 396", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 401", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 67 li saret fit-23 ta' Frar, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "PLANNING AUTHORITY - LUKANDI ĠODDA", "3339.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda, extensions u upgrading ta' lukandi eżistenti?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kull kategorija mistennija li jkollhom sodod?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Tweġiba għall-ewwel parti ta' din il-mistoqsija diġa' ngħatat fis-seduta nru.", "54 tal-21 ta' Jannar, 1999.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li, skond il- proposti li l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha quddiemha, in-numru ta' sodod f'lukandi ġodda huwa ta' 2,588 u dawk f'estensjonijiet għal lukandi eżistenti huwa ta' 1,490.", "Peress illi tnejn mill-41 applikazzjoni li hemm pendenti quddiem l- awtorita' ta' l-ippjanar huma outline development, m'huwiex possibbli li jingħata tagħrif dwar dawn it-tnejn.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk kienx hemm applikazzjonijiet li daħlu wara l-5 ta' Settembru, 1998?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid kemm huma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiddispjaċini li m'għandix din l-informazzjoni available hawnhekk pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil- miktub inkun nista' nagħtih tweġiba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt lill-ministru għall-politika soċjali, li huwa responsabbli mill-housing, l- Onor. Gonzi kien qalli li ma kienx ħareġ il-permess mill-awtorita' ta' l- ippjanar għall-bini ta' appartamenti addizzjonali fil-housing estate f'Ta' Ġiorni għal raġunijiet ta' konġestjoni.", "Issa f'paġna 22 tar-rapport ta' l-awtorita' tad-djar għall-1997/98 jingħad li l-permess inħareġ u xtaqt li l-ministru jispjega din il-kontradizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nixtieq verament nirrispondi din id- domanda supplimentari pero' m'għandix l-informazzjoni available hawnhekk u ma nistax inżomm l-informazzjoni dwar dawn l-applikazzjonijiet kollha f'moħħi.", "Illum teżisti faċilita' li hemm s-search fil-website ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar biex dak li jkun ikun jaf f'liema stadju tkun waslet l-applikazzjoni tiegħu, imma jekk l-Onor.", "Interpellant irid jagħmilli domanda bil-miktub jien lest li nirrispondih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li l-applikazzjoni Nru. 0933/96 mill- Kunsill Lokali ta' San Ġiljan dwar proġett ta' landscaping għall-inħawi ta' Ta' Ġiorni issa ilha tkarkar għal dawn l-aħħar tliet snin, jista' l- Ministru jara x'inhu jżomm lill-awtorita' ta' l-ippjanar milli toħroġ mill- aktar fis possibbli l-permess għall-bidu ta' dan il-proġett li huwa proġett ta' interess pubbliku?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Pulicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, jekk m'iniex sejjer żball diġa' saret mistoqsija parlamentari fuq dan is-suġġett u eventwalment risposta tingħata iżda safejn niftakar dan il-proġett qiegħed on recommendation għall-approval jew inkella diġa' għadda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li xi ġranet ilu s-segretarju parlamentari ħabbar li l-awtorita' ta' l-ippjanar qed tħejji pjan ta' żvilupp għall- inħawi tax-Chalet f'Tas-Sliema u anke l-embellishment steering committee kien ħejja pjan għal din l-area, jista' jgħid jekk hemmx xi konnessjoni bejn dawn iż-żewġ affarijiet?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fil-fatt l-istatement huwa korrett għaliex l- awtorita' ta' l-ippjanar kienet qed taħdem fuq development brief għax- Chalet u għall-inħawi ta' Qui-Si-Sana.", "Pero' d-development brief m'għandu xejn x'jaqsam mal-pjanti tal-layout għaliex il-brief jelenka l-policies li jridu jiġu segwiti fl-iżvilupp tal-proġett.", "Nista' ngħid li dak id-development brief issa tlesta u suppost li għandu jiġi diskuss mill-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar fil-laqgħa li jmiss jew ta' wara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cushieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSHIERI: Peress li s-segretarju parlamentari ħabbar li se toħroġ it-tender għall-iżvilupp tax-Chalet u peress li fil-preparazzjoni tal-pjanti u r-rapport li kien għamel l-embellishment steering committee kien ukoll ippropona li x-Chalet għandu jiġi żviluppat, jista' l-Onor.", "Pullicino jgħid jekk hemmx rabta bejn dak li kien qed jippjana l- embellishment steering committee flimkien mal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema - u dak li qal is-segretarju parlamentari, kif rapportat fil-ġurnal ''In- Nazzjon'' ta' xi ġimgħa ilu?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-unika ħaġa komuni huwa s-sit għaliex id- development brief fuq l-iżvilupp kien għadu ma sarx u sar issa mill- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Wara li jkun hemm konsultazzjoni pubblika dwar id-development brief għax-Chalet u għal Qui-Si-Sana, tittieħed id-deċiżjoni finali dwar id-development brief u mbagħad sta għall-gvern li joħroġ it- tender għal dak l-iżvilupp.", "Imma x-xogħol li sar mill-embellishment steering committee m'għandu xejn x'jaqsam mad-development brief.", "MR SPEAKER: L-Onor.Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSHIERI: Qabel ġie deċiż li toħroġ it-tender għall-iżvilupp tax-Chalet, kien hemm xi laqgħa jew saret xi konsultazzjoni ma' l- embellishment steering committee?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sal-lum tlesta d-development brief mill- awtorita' ta' l-ippjanar imma għadha ma ħarġitx it-tender.", "Jien informat li l-ministeru għall-ambjent qed iżomm laqgħat ma' l-embellishment steering committee u qed isiru laqgħat oħrajn min-naħa tad-direttorat ta' l-ippjanar ma' dan il-kumitat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cushieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri s-segretarju parlamentari jikkonferma li m'hijiex ħierġa tender għax-Chalet?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-unika ħaġa li għidt hija li sal-lum għadha ma ħarġitx it-tender.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cushieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: L-Onor.", "Pullicino qal li sar biss id- development brief u li t-tender għadha ma ssemmietx.", "Nitlob lis-segrtarju parlamentari jgħid jekk it-tender hijiex ħierġa jew le, għaliex fil- gazzetti ġie rrapportat li qal li t-tender ħierġa u sa ftit ilu kien qed jgħid li t-tender m'hijiex ħierġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien b'Malti ċar qed nitkellem!", "Jien għidt li sal-lum tlesta d-draft development brief, li wara se jkun hemm konsultazzjoni pubblika fuqu u ġaladarba tittieħed id-deċiżjoni toħroġ it- tender.", "Fil-fatt it-tender għadha ma ħarġitx għaliex l-ewwel irid ikun finalizzat id-development brief b'mod sħiħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cushieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSHIERI: Id-development brief li qed tħejji l-awtorita' ta' l-ippjanar jieħu in konsiderazzjoni li l-aċċess pubbliku għall-inħawi ma jiġix mittiefes?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien informat li se jkun hemm punti oħra rigward faċilitajiet għall-komunita'.", "TARXIEN: MISRAĦ BULEBEN - DAWL", "3244.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa f'Misraħ Buleben f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l- Onor. Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "Tajjeb li ngħid ukoll li s'issa din is-sena ġew approvati sitt lampi ġodda f'Ħal Tarxien.", "Is-sena li għaddiet kien hemm 23 talba pendenti u kienu saru tlieta biss.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid min għamel il-prioritajiet tal- lampi li twaħħlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-prioritajiet isiru b'konsultazzjoni mal-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk konsultazzjoni tfissirx li jiġi aċċettat dak li jgħidu l-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Meta jkun hemm talba biex titwaħħal bozza ġdida jridu jiġu segwiti ċerti regoli bħal, per eżempju, id-distanza li jkun hemm minn bozza għal oħra.", "Ladarba ma jkunx hemm dawn il-problemi jew xi problemi oħra tekniċi, il-kunsill lokali jingħata l-fakulta' li jagħmel il- prioritajiet huwa dwar fejn għandhom jitwaħħlu l-bozoz fil-lokalita'.", "M'hemmx dubju li l-kunsilli lokali huma l-iktar idonei biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn il-prioritajiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cushieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jieħu nota dwar bozza ma' Blokk B fi Triq Bertha K, f'Ta' Ġiorni li issa ilha maqtugħa żmien twil u ilha tiġi rrapportata kemm mir-residenti u kif ukoll mill-kunsill lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħtini l- indirizz bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: B'riferenza għat-tweġiba tal-Ministru dwar twaħħil ta' bozoz u talbiet pendenti, nixtieq inkun naf jekk il-bozoz li twaħħlu f'Ħal Tarxien sarux skond ix-xewqa tal-kunsill lokali jew inkella ġewx deċiżi mid- dipartiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li t-talbiet li saru mill-kunsill lokali kienu skond il-prioritajiet li għamlu huma stess.", "TARXIEN: TRIQ BIRŻEBBUĠA - DAWL", "3245.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.Silvio Parnis) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Birżebbuġa f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN: TRIQ ANĠLU MANGION - DAWL", "3246.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.Silvio Parnis) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Anġlu Mangion f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN: TRIQ DUN ĠWANN MAMO - DAWL", "3247.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Dun Ġwann Mamo f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN: TRIQ DUN KARM SANT - DAWL", "3248.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.Silvio Parnis) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN: TRIQ SAN ĠUŻEPP - DAWL", "3249.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq San Ġużepp f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa skada.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar computer scanners fl-uffiċċju tal-prim ministru u fid- dipartimenti li hu responsabbli għalihom l-uffiċċju tal-prim ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3573.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 45 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Ħlas lura ta' Taxxa tas- Sisa fuq Ħażniet Kummerċjali) (Emenda Nru. 2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar fax machines fil-ministeru ta' l-intern u fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministru ta' l-intern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3577; u", "Tabella li tagħti l-għadd ta' anzjani vittmi ta' reat matul Jannar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4420; u", "U f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar computer scanners fil-ministeru għall-affarijiet barranin u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministru għall- affarijiet barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3572.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar fax machines fil-ministeru għal Għawdex u fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3575.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Ministru Tonio Borg.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TA' L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR GĦAS- SENA FINANZJARJA 1998/1999", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi illi l-Kamra tapprova l- estimi ta' dħul u nfiq ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1998 sat-30 ta' Settembru, 1999 skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Onor.", "Membri li d-diskussjoni fuq din il- mozzjoni għandha tintemm illum.", "Għandi nifhem li l-ħin se jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil-winding-up għan- naħa tal-gvern.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nista' nkun naf kemm hemm kelliema għan- naħa tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Se nitkellmu jien, is-segretarju parlamentari u kelliem ieħor.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għamilt din id-domanda għaliex l-użanza hi li kemm jista' jkun nalternaw.", "Min-naħa tagħna se nitkellmu l-Onor.", "George Vella u jien.", "MR SPEAKER: Qed nifhem li hawn qbil li possibbilment talternaw.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din hija l-ewwel okkażjoni tiegħi bħala ministru responsabbli għall-awtorita' ta' l-ippjanar biex nippreżenta l- estimi.", "Fil-fatt nixtieq nibda proprju billi nfiehem xi tfisser li tkun ministru responsabbli għall-awtorita' ta' l-ippjanar, għaliex l-awtorita' ta' l-ippjanar m'hijiex dipartiment tal-gvern imma ngħatat ċerti rwoli minn dan il-parlament stess - għal dak li jirrigwarda permessi ta' żvilupp - li huma kważi ġudizzjarji u allura ħafna drabi l-awtorita' ta' l-ippjanar u l- organi li jaqgħu taħtha jaġixxu qishom tribunal li jiddeċiedi b'sistema ta' appelli u kontrolli fuq dak li jiġi deċiż u l-gvern m'huwiex tenut responsabbli dwar x'tiddeċiedi l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Dan qed ngħidu għaliex jiena xi kultant ma naqbilx ma' ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu fuq ċerti applikazzjonijiet u nimmaġina li l-ministru ta' qabli wkoll ma kienx jaqbel ma' ċerti deċiżjonijiet partikolari.", "Imma dan il-parlament ried li l-poter tad-deċiżjoni jitneħħa minn fuq persuna li tkun politika u jingħata lil awtorita' indipendenti.", "Issa nistgħu ndumu niddiskutu safejn għandha tasal din l-awtonomija pero' l-awtorita' ta' l-ippjanar, indipendenti kemm hi indipendenti, fir-rwol tagħha li tiddeċiedi permessi individwali ma tgħix f'vacuum imma tgħix f'pajjiż li għandu bżonnijiet soċjali.", "Fil-fatt il-liġi stess tagħti ċerti poteri ta' nomina lill-gvern tal-ġurnata proprju għaliex il-politika tal-gvern tal-ġurnata, għal dak li jirrigwarda miri u viżjonijiet għall-futur, hija aktar importanti għaliex inkella l-awtorita' ta' l-ippjanar tista' tiġi kkritikata li qed tarroga għaliha nnifisha poteri li fil-fatt m'għandhiex.", "Huwa importanti li nifhmu dan il-konċett għaliex ħafna drabi f'diskussjoni dwar l- awtorita' ta' l-ippjanar nħalltu dawn iż-żewġ affarijiet flimkien.", "Il-gvern huwa responsabbli li jara li l-organizzazzjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar b'mod effiċjenti u mbagħad flimkien ma' dan il-parlament huwa responsabbli li jara li jkun hemm il-fondi neċessarji sabiex din l- entita' tkun tista' taħdem u li dawn il-fondi jintużaw għall-aħjar skop possibbli.", "Jien nemmen f'użu tajjeb tal-fondi li jingħataw lill- awtorita' ta' l-ippjanar u ma naqbilx li għandu jkun hemm it-tqanċiċ.", "Pero' l-awtorita' ta' l-ippjanar ma tistax tgħid li hi awtonoma imma fejn jidħlu subventions ma tkunx awtonoma u tinjora dak li jixtieq dan il-parlament jew dak li jixtieq il-gvern.", "Għalhekk bħala politiċi għandna r- responsabbilta' li naraw li l-fondi li nagħtu lill-awtorita' ta' l-ippjanar jintużaw b'mod tajjeb u għal skopijiet ġusti.", "Hija responsabbilta' tagħna l-politiċi li naraw li l-liġijiet u l-policies ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar ma jkunux xi labirint tar-regolamenti li fih kulħadd idur u jagħqad u jiddetta x'għandu jsir, iżda r-regolamenti u l-policies għandhom iservu ħalli jkun hemm pjanifikazzjoni ta' l-iżvilupp u mhux reġimentazzjoni, bl-iskop li jintlaħaq dak il-bilanċ fin bejn żvilupp sostenibbli u ħarsien ta' l-ambjent, li ħafna drabi huwa diffiċli biex jintlaħaq.", "Mr Speaker, jiena naf li l-partiti politiċi jaqblu li jeħtieġ li ssir riforma fil-proċess ta' l-ippjanar, għalkemm jista' jkun li ma naqblux fil- metodi ta' kif nistgħu naslu għal din ir-riforma.", "Il-Gvern Nazzjonalista huwa marbut b'mandat elettorali - u dan insibuh f'paġna 23 tal-programm elettorali tagħna - li:", "\"Kull riforma li nistgħu nagħmlu għandu jkollha bħala skop li ssir reviżjoni sħiħa ta' l-istrutturi li ngħataw lill-awtorita' ta' l- ippjanar u ta' l-operat tagħha.", "Għad hemm burokrazija żejda li jeħtieġ li tinżabar u għad hemm dewmien mhux ġustifikat.", "Per eżempju, applikazzjonijiet għal bini f'żoni fabbrikabbli għandhom jiġu approvati fi żmien qasir.\".", "Fil-fatt il-Partit Nazzjonalista fil-gvern beħsiebu jagħmel riforma radikali fl-awtorita' ta' l-ippjanar li wara kollox welled huwa stess.", "Jien naħseb li fil-pajjiż jeżisti consensus ġenerali li l-awtorita' ta' l- ippjanar għandna bżonnha.", "Fil-fatt ħadt gost li saret l-ewwel laqgħa reġjonali f'dan il-proċess ta' riforma.", "Għal dawn il-laqgħat qed nistiednu mhux biss lill-planners u lill-periti imma qed nistiednu lill-kunsilli lokali, lir-rappreżentanti tal-partiti politiċi u lill-membri tal- pubbliku biex fi proċess wiesa', trasparenti u miftuħ nisimgħu dak li jkun qed jingħad.", "Naturalment mhux kulmin jitkellem ifisser li għandu raġun f'dak li jkun qed jgħid imma huwa importanti li nisimgħu lil kulħadd, għaliex qatt m'għandna nassumu pożizzjoni li nafu kollox f'dawn l- affarijiet.", "Dak li qed joħroġ minn dawn il-laqgħat huwa utli ħafna u qed nagħmluh biex inwettqu l-wegħda elettorali tagħna li kwalunkwe tibdil ma jsirx bil-bibien magħluqa jew inkella ma' korpi kostitwiti biss imma jsir b'konsultazzjoni ma' kulħadd.", "Dan il-proċess beda u se nkompluh u nisperaw li din is-sena nlestu l-proposti tagħna għar-riformi li rridu nagħmlu mhux biss fil-liġi imma anke fil-policies ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li għalkemm hemm xi wħud minnhom li jridu jinżammu u jissaħħu iktar, hemm oħrajn li addirittura jridu jinbidlu.", "Barra minn hekk, irid isir ukoll tibdil fl-organizzazzjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "F'din l- introduzzjoni se niffoka fuq punt wieħed biss u mbagħad fil-winding-up nirrispondi għall-kritika u għas-suġġerimenti li jkunu saru f'dan id- dibattitu li nispera li jkun wieħed oġġettiv u kostruttiv.", "Mr Speaker, kif diġa' għidt, huwa importanti li jkun hemm dixxiplina finanzjarja fil-fondi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Fl-estimi li għandna quddiemna qed nipproponu li għas-sena finanzjarja li qegħdin fiha nispiċċaw mingħajr deficit u dan irid isir billi l-fondi jintużaw għal skop tajjeb.", "Pero' dan ma jfissirx li, per eżempju, m'humiex se jsiru l- istudji neċessarji sabiex inkunu nistgħu naġġornaw u nniedu l-pjani lokali.", "Fil-fatt għal dawk li huma studji li se jwasslu għal-launching tal-pjani lokali u anke għar-reviżjoni tal-pjan ta' struttura qegħdin nallokaw madwar Lm0.25 miljun kontra l-ammont żgħir ta' madwar Lm2,000 li ġew allokati s- sena li għaddiet.", "Għal dak li hu personnel, iktar milli ndaħħlu nies ġodda ħlief għal dawk li jkunu assolutament neċessarji, bdejna nagħmlu deployment aħjar tan-nies li diġa' jaħdmu fl-awtorita' ta' l-ippjanar biex issir iktar enfasi fuq il-pjani lokali, għaliex ma jistax ikun li għaddew sitt snin minn mindu twaqqfet din l-organizzazzjoni u għadna daqshekk lura fil-pjani lokali.", "Nisperaw li din is-sena nagħtu spinta kbira lill-pjani lokali u se jkun hemm iktar impjegati ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li se jkunu qed jaħdmu fuq il-pjani lokali u anke fuq ir-reviżjoni tal-pjan ta' struttura.", "Naħseb li din is-sena se tkun importanti għall-planning authority, li għandha funzjonijiet importanti oħra barra l-permessi tal-bini u l- permessi ta' l-iżvilupp.", "Ħafna darbi nikkonċentraw ħafna fuq il-permessi ta' l-iżvilupp u ninsew funzjonijiet oħrajn importanti ħafna, bħalma huwa l- mapping unit, li jaħdem b'ċerta effiċjenza, u s-subject plans li jsiru biex issir pjanifikazzjoni aħjar.", "Per eżempju, dan l-aħħar tnieda waste management plan and project, pero' ħafna drabi dawn l-affarijiet li m'humiex kontroversjali ninsewhom u iktar niftakru liema permessi nħarġu u liema ma nħarġux.", "Nittama li din is-sena tkun sena ta' żvolta għall- awtorita' ta' l-ippjanar u ngħid bil-quddiem li dak li sar tajjeb, għamlu min għamlu, se jinżamm pero' dak li huwa ħażin se jinbidel.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, nibda biex ngħid li l-awtorita' ta' l- ippjanar kienet u għadha ta' l-akbar servizz għal pajjiżna.", "Meta wieħed iħares lejn il-mod kif ġie sfruttat l-ippjanar, żgur li jara differenza enormi bejn dak li dari kien jiġi ppjanat u dak li qed jiġi ppjanat illum.", "Għalkemm isir ħafna tgergir mill-pubbliku, jien ngħid li allaħares ma kenitx l-awtorita' ta' l-ippjanar li żammet dak l-iżvilupp sfrenat u bl- addoċċ li kien qed isir u li ma kien jixraq assolutament xejn għall- karatteristiċi ta' pajjiżna.", "Illum l-awtorita' ta' l-ippjanar hija ggwidata minn pjan ta' struttura, mgħoddi u approvat minn dan il-parlament, u qed timxi bi preċiżjoni għal dak li jirrigwarda preservazzjoni u konservazzjoni ta' l-ambjent.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet mhux biex noqgħod infaħħar lill-awtorita' ta' l-ippjanar għaliex jien membru fuq il-bord, anzi jien wieħed mill-kritiċi fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Dan l-ispirtu ta' preservazzjoni ta' l- ambjent daħal fil-Maltin, tant li ħafna huma dawk li jipprovaw jippreservaw ċerti karatteristiċi ta' l-irħula u ta' l-ibliet tagħna.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu ħsieb ukoll il-konservazzjoni tal-wirt arkitettoniku u tagħmel diversi surveys u studji oħra bħal, per eżempju, fuq il-widien.", "Jekk wieħed jaqra l-monitoring report li ħareġ għall-1996/97, jinduna kemm verament ħadmet l-awtorita' ta' l-ippjanar mhux biss billi approvat jew irrifjutat permessi tal-bini imma ħadmet f'oqsma oħra li għandhom x'jaqsmu ma' tourism and recreation; ma' mineral strategy, ma' warehousing u anke ma' industrial areas.", "Mr Speaker, irrid ngħid li l-awtorita' ta' l-ippjanar b'differenza għal diversi awtoritajiet jew korporazzjonijiet oħra m'hija ta' l-ebda piż finanzjarju fuq il-gvern u għalkemm il-gvern jgħaddilha subvention ta' madwar Lm1.5 miljun, min-naħa tagħha l-awtorita' ta' l-ippjanar tiġbor fees mingħand min japplika għall-permessi tal-bini li jammontaw għal madwar Lm1.2 miljun.", "Skond informazzjoni li ħarġet minn risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt jien stess kmieni dan ix-xahar, jirriżulta li fl-1998 l-awtorita' ta' l-ippjanar rritornat lill-gvern madwar Lm1.126 miljun.", "Pero' mill-banda l-oħra l-awtorita' ta' l-ippjanar qed tkun ta' piż psikoloġiku b'mod partikolari fuqna l-membri tal-gvern, minħabba d-dewmien li qed ikun hemm fl-ipproċessar ta' l- applikazzjonijiet.", "Fil-fatt fi żmien l-amministrazzjoni Laburista preċedenti emendajna l-liġi biex inħaffu l-ipproċessar ta' l- applikazzjonijiet.", "Illum qegħdin isiru public consultations - fil-fatt nhar is-Sibt attendejt laqgħa ta' konsultazzjoni fir-Rabat - li matulhom qed isiru xi suġġerimenti.", "L-ilmenti tal-pubbliku huma dwar id-dewmien fl- ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għaliex għadna lura wisq.", "X'inhi r- raġuni?", "Jien naħseb li l-awtorita' ta' l-ippjanar timpjega biżżejjed ħaddiema, periti u managers tħaffef ix-xogħol.", "Il-bieraħ fil-għaxija waqt li kont qed nipprepara d-diskors tiegħi bdejt naħseb għaliex ċerti requests li d- direttorat jagħmel lill-periti ma joħorġux kollha f'salt, meta jeżistu formoli apposta biex jintbagħtu f'każ li jkun hemm xi ħaġa nieqsa fl- applikazzjoni.", "Se nsemmi każ wieħed ta' persuna li riedet tagħmel sempliċi sign f'roundabout.", "Wara li bagħtet pjanta bl-isketch ta' dan is- sign, qalulha li trid l-approvazzjoni tal-kunsill lokali tar-raħal tagħha u wara li ġabet din l-approvazzjoni qalulha li trid ukoll il-permess tad- dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Dawn l-affarijiet qed joħolqu dewmien fl- ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għaliex, per eżempju, f'dan il-każ partikolari setgħu mxew ma' checklist u kienet tintbagħat talba waħda.", "Jien nibża' li d-dewmien huwa dovut ukoll għall-fatt li l-periti jdumu biex jirrispondu l-korrispondenza li tibgħatilhom l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jien naħseb li tagħmel tajjeb l-awtorita' ta' l-ippjanar li timxi fuq l- eżempju ta' l-awtorita' tad-djar u tibgħat formola waħda li turi x'ikun hemm nieqes fl-applikazzjoni li tkun saret.", "Ħaġa oħra li qed tikkawża dan id-dewmien hija li l-periti ma jibagħtux l- contribution fee ma' l-applikazzjoni u jħallu lill-impjegati ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar biex jaħdmulhom il-kontijiet biex huma ma jeħdux ir-responsabbilta' li jibagħtu inqas jew iżjed.", "Jien nappella biex nipprovaw insolvu dawn it-tip ta' problemi li qed joħolqu dewmien bla bżonn.", "Pero' l-pubbliku jrid jifhem li l-awtorita' ta' l-ippjanar trid timxi mal-pjan ta' struttura li ġie stabilit minn dan il-parlament.", "Naħseb li l-membri ta' l-oppożizzjoni fehmu x'ridt ngħid meta għidt li l-awtorita' ta' l-ippjanar qed tkun ta' piż psikoloġiku fuq il-membri tal-gvern għaliex huma wkoll għaddew minn din l-esperjenza u jafu xi pressjoni ssirilhom minn ċerti nies li jkunu qed jistennew xi permess tal-bini.", "Pero' wieħed irid jifhem li l-awtorita' ta' l-ippjanar ma tistax tmur 'l hinn minn ċerti parametri minħabba l-constraints li għandha.", "Jien naqbel li ċerti inkonsistenzi li jkun hemm f'ċerti deċiżjonijiet iridu jinqatgħu għaliex imbagħad bilfors jibdew jqumu ħafna mistoqsijiet, għaliex lit-tali jkunu tawh il-permess u lil ħaddieħor le.", "Huwa importanti li kulħadd jiftakar li l-awtorita' ta' l-ippjanar trid tinforza l-pjan ta' struttura li ġie deċiż u approvat minn dan il-parlament.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-pjanijiet lokali.", "Din l- issue ġiet diskussa kemm-il darba b'urġenza fil-board meetings u naf li anke l-Gvern Laburista kien insista biex joħorġu dawn il-pjani lokali ġodda għaliex ħafna nies qed japplikaw biex jibnu fuq art f'xi raħal jew belt li tkun tmiss mal-borderline ta' xi raħal jew belt oħra.", "Jien naħseb li anke l-joint office jista' jgħaddi art lill-gvern li tinsab fil-konfini kważi ta' kull raħal jew belt biex tintuża għal skop ta' housing.", "Jiena nittama li dawn il-pjani lokali jiġu ffinalizzati sas-sena 2001 jew l- aktar sa l-2002, ħalli jkunu jistgħu jiġu approvati minn dan il-parlament.", "Huwa importanti ħafna li jitlestew dawn il-pjani lokali, akkost li xi affarijiet oħra jitħallew jistennew.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech f'artiklu li kiteb f'\"The Times\" qajjem punt tajjeb u laqat il-musmar fuq rasu meta qal li kultant l-awtorita' ta' l-ippjanar timponi l-ideat tagħha fuq il-periti.", "Huwa veru li kif qed jgħid l-Onor.", "George Vella, kultant ikun hemm raġunijiet validi pero' naħseb li jkun żball li l-awtorita' ta' l-ippjanar tipprova timponi l-ideat tagħha fuq dak li jissottomettu l-periti fil-pjanti tagħhom, sakemm ma jkunux se jservu ta' ġid lil dak li jkun.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li fl-awtorita' ta' l-ippjanar għandna nies effiċjenti, istruwiti u kapaċi biżżejjed u naf li qed tagħmel ħafna ġid, pero' għad fadal ħafna xogħol x'isir b'mod partikolari fl-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar trid tikkonsidra wkoll li hawn ħafna nies li għandhom kontijiet pendenti mal-banek jew li għandhom flushom maqbudin fil-banek u għalhekk ma tistax iddum ma toħroġ il-permessi tal-bini speċjalment jekk ikun hemm xi konvenji jew inkella xi piż finanzjarju fuq l-applikant.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, illum qiegħed f'pożizzjoni xi ftit antipatika għaliex prattikament qegħdin nirrevedu s-sena ta' ħidma ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar li matulha bħala ministru kont responsabbli jien, ħlief għall-aħħar ftit xhur meta kien hemm bidla fil-gvern.", "M'iniex se nidħol f'ċerti dettalji u se nħalli lill-Onor.", "Joe Mizzi, li issa ilu sitt xhur isegwi l-ħidma ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, biex jagħmel dan pero' hemm xi punti ġenerali li xtaqt nikkummenta fuqhom, kemm minħabba l- esperjenza li kelli bħala membru tal-bord mill-bidu tat-twaqqif tagħha u kif ukoll peress li għamilt kważi sentejn responsabbli minnha.", "Nibda biex ngħid li minkejja l-idea li kienet u għadha tingħata b'mod ġenerali min-naħa tan-Nazzjonalisti u sħabhom, li l-Partit Laburista fil- gvern ma għamel xejn, li kisser kollox, li tefa' lil Malta lura u s-soltu paroli fil-vojt tal-propaganda partiġġjana, li permezz tagħha meta nkunu fuq din in-naħa ta' l-oppożizzjoni nipprovaw noskuraw lill-gvern u meta mmorru fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra naqilbu l-folja u ninsew dak kollu li nkunu għidna u nibdew nitkellmu b'lingwa differenti ...", "Jien m'iniex se nagħmel hekk għax minn din in-naħa ta' l-oppożizzjoni se nitkellem bl- istess mod kif kont nitkellem kemm meta kont għadni fl-oppożizzjoni qabel ma tlajna fil-gvern u bil-mod kritiku li kont nitkellem bih meta kont fuq in-naħa tal-gvern u pprovajt inpoġġi dik il-kritika fil-prattika.", "L- Onor. Tonio Borg qal li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu li l-planning authority tkun strument effiċjenti u li verament taqdi l-mission statement tagħha b'mod trasparenti u effiċjenti ħalli tkun iktar kredibbli.", "Mr Speaker, qabel inkompli rrid minn hawnhekk insellem liċ-chairman ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, is-Sur Alfred Fabri, li miegħu ħdimna id f'id.", "Huwa bniedem ta' responsabbilta' u minkejja li kien appuntat mill-Gvern Nazzjonalista, kien dejjem receptive għall-policies u għall-mod kif aħna konna qegħdin naraw li għandha tinbidel il-planning authority, bl-iskop li tkun iktar effiċjenti.", "Aħna ma qgħadniex b'idejna fuq żaqqna u ħallejna lill-planning authority taħdem kif trid.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet mhux bi ftaħir personali pero' dawn huma fatti u f'dan il-pajjiż għandna bżonn nitgħallmu nibnu fuq it-tajjeb li nsibu u mhux inkissru u niddistruġġu dak li jkun għamel ħaddieħor għall-gost tal-vendetta partiġġjana u biex nidhru ħelwin f'għajnejn il-partitarji.", "Jiddispjaċini ngħid li din m'hijiex politika serja għaliex politika serja tkun meta tkompli tibni fuq it-tajjeb li tkun sibt.", "Jien b'umilta' ngħid li meta kont responsabbli mill-awtorita' ta' l-ippjanar akkwistajt ċerta esperjenza u kont iffissat li lill-periti nagħtuhom iktar responsabbiltajiet, nagħtuhom iktar saħħa u nfittxu l-koperazzjoni tagħhom imma ma tantx qlajt grazzi għal dak li għamilt.", "Anzi meta m'ilux f'din il-Kamra għaddejt xi kumment bl-iktar mod bonarju, fis-sens li liċ- ċittadin għandna nirrispettawh u ma nisirquhx, il-kamra tal-periti kienet pronta ħarġet dikjarazzjoni l-għada - ma nafx għal liema motiv għaliex lanqas biss tawni ċ-ċans nibgħatilhom l-iscript tad-diskors tiegħi, kif talabni s-Sur Fenech Vella - biex tikkundanna dak li kont għidt jien hawn ġew.", "Imma meta rnexxieli ninvolvi lill-periti fit-tħaddim tal-planning authority u nagħtihom iktar power, fis-sens li setgħu jieħdu ċerti deċiżjonijiet, il-kamra tal-periti ma għamlet l-ebda dikjarazzjoni ta' rikonoxximent, allavolja kellhom żmien biżżejjed biex jagħmlu dan.", "Jien nitkellem b'mod ċar u b'mod sinċier għaliex l-ipokrezija ma togħġobniex u ngħid dak li nħoss.", "Irrid ngħid, Sur President, li għad hemm periti li ma jridux jerfgħu r-responsabbilta' għaliex ma jaqblilhomx.", "M'iniex qiegħed niddefendi lill- planning authority pero' ma nistgħux nibqgħu nippuntaw subgħajna lejha u nħallu lil dawk il-periti irresponsabbli - m'iniex qed ngħid għal kulħadd u għada jistgħu joħorġu dikjarazzjonijiet kemm iridu imma qed nara lill- Onor. Pullicino min-naħa l-oħra li qiegħed imejjel rasu wkoll pero' ma rrid bl-ebda mod indaħħlu miegħi - li m'humiex qed jagħmlu dak li għandhom jagħmlu bl-iskuża li ma jafux ir-regolamenti.", "Għalhekk jien kont esiġejt li l-periti jingħataw l-factbook bir-regolamenti ħalli jkunu jistgħu jaqdu lill-klijenti mill-aħjar li jistgħu.", "Jien m'iniex qiegħed hawn f'isem il- periti jew f'isem il-planning authority imma qiegħed hawn f'isem iċ- ċittadini, li min jaf kemm kienu jiġu jitkarrbu għandi għaliex kien jinżammilhom il-permess minħabba xi compliance notice.", "Fil-fatt din kienet waħda mill-ikbar uġigħ ta' ras li solvejna għaliex ma jistax ikun li bniedem imur għand il-perit u jibqa' jgħidlu li ma jafx ir-regolamenti.", "Illum il-fact book qiegħed għand kull perit u jekk lill-klijent jgħidlu li ma jafx, ma jkunx sinċier għax għandu r-regolamenti kollha u meta jkollu dubju jista' jaqbad mal-planning authority u jara x'inhu jiġri minn xi file partikolari.", "Meta kien qed jitkellem il-ministru, jien għaddejt kumment u għidt li kieku riedu l-periti setgħu jagħmlu tracking ta' xi file partikolari biex jagħtu sodisfazzjon lill-klijenti tagħhom.", "Jien m'iniex qiegħed hawnhekk biex niddefendi lill-planning authority u m'iniex se niddejjaq ngħid dak li għandi ngħid.", "Aħna għamilna dawn l-affarijiet għaliex konna nemmnu li ma tistax timxi jekk ma tibnix koperazzjoni bejn il-players li jridu jmexxu dan il-proċess, anke jekk ikollok l-aqwa organizzazzjoni.", "Jista' jkollok sptar miexi fuq ir-rubini imma meta t- tobba fil-privat ma jkunux iridu jikkoperaw u jkunu jridu jfixklu, l- isptar ma jaħdimx.", "Mr Speaker, waħda mill-famużi emendi li ressaqna hawnhekk f'Lulju ta' l- 1997 - Sinjur aħfirli, kont qisni Kristu quddiem Pilatu, b'disa min-nies min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li riedu jkissru u kienu negattivi għall-aħħar għax ma riedux jaraw progress min-naħa tal-Gvern Laburista - kienet dwar it-twaqqif tal-users committee.", "Jiddispjaċini ngħid li dak iż-żmien saret kritika distruttiva għall-aħħar dwar l-emendi li konna ressaqna wara diskussjonijiet man-nies, mal-periti u ma' l- uffiċjali tal-planning authority Kif qal il-ministru, it-tgergir tan-nies huwa ffokat l-iktar fuq il-kwestjoni tal-permessi.", "Fi żmienna aħna qgħadna nesperimentaw kif dawn il-permessi setgħu jkunu iktar aġevolati, pero' meta ressaqna l-emendi hawnhekk hell broke loose għaliex sistematikament kienu bdew jirredikolaw u jkissru kulma konna qed nagħmlu u għaddejna minn kalvarju sakemm dawk l-emendi għaddew mill-parlament.", "Min ried ifixkel ħaseb li jekk kemm-il darba il-Gvern Laburista kien se jagħmel xi ħaġa suret in-nies kien se jieħu xi kukkarda!", "Aħna ressaqna dawk l-emendi għall- ġid tal-poplu Malti u Għawdxi u nieħu gost ninnota mill-istatistika li tidher fir-rapport li dawk l-emendi kellhom effett pożittiv u kemm is-Sur Fabri u kif ukoll il-Perit Godwin Cassar għamlu riferenza ċara li t-tibdil fir-regolamenti u fil-proċedura li għamilna dwar l-ipproċessar tal-permessi taw riżultat pożittiv.", "Huwa fatt li dawk l-emendi li tant ġew ikkritikati mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista għadhom hemm u ma tneħħewx.", "Irrid ngħid li l-Gvern Laburista, li skond l-oppożizzjoni ta' dak inhar ma kien jaf jagħmel xejn u kien fallut, sab backlog ta' kważi 5,000 każ jistennew u fit-22 xahar li għamilna fil-gvern irnexxilna nniżżlu n-numru ta' permessi jistennew għal madwar 2,900 li huwa l-iktar numru baxx kemm ilha mwaqqfa l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Pero' dan il-gvern ta' rikonċiljazzjoni u tal- consensus neħħa l-membri li kien hemm fuq id-DCC, li la kienu nies politiċi u lanqas ħadd ma seta' jgħid xi ħaġa fuqhom u minflokhom daħħal nies ġodda.", "Fil-fatt lanqas tahom ċans jagħmlu xi ftit bridging-over biex ikun hemm kontinwita' bil-konsegwenza li minn xi tliet xhur 'l hawn in- numru ta' deċiżjonijiet meħuda fuq permessi beda nieżel.", "Mr Speaker, aħna għamilna wkoll pressjoni kbira fuq il-planning authority biex ma jkunx hemm ħela.", "L-Onor.", "Michael Bonnici bir-raġun jiftaħar li llum l-awtorita' ta' l-ippjanar m'hijiex piż finanzjarju fuq il-gvern, u iva, nieħu pjaċir ninnota fl-istatement of accounts li meta fl-1997 kien sar telf ta' Lm0.5 miljun telf, fl-1998 dan it-telf niżel għal Lm19,000.", "Jien niftakar kemm kienu jiġu jibku għandna biex inżidulhom is-subvention, imma aħna żammejna iebes minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja li kien jinsab fiha l-pajjiż u konna nsistejna li riedu jagħmlu iktar ekonomija.", "Fil-fatt l-enfasi li għamilna biex ma jkunx hemm ħela tat riżultati u l- planning authority baqgħet tiffunzjona.", "Jien nawgura li l-Gvern Nazzjonalista jibqa' jżomm din is-serjeta' u jibqa' jissikka għaliex meta għandek organizzazzjoni bħal din li għandha ħafna spejjeż - u l-affarijiet iqumu l-flus - faċli li wieħed jillaxka ftit.", "Imma kif qal il-ministru, għalkemm hija l-planning authority li tieħu d-deċiżjonijiet il-gvern huwa r-regolatur u għalhekk għandu l-obbligu li jara li l-planning authority - u mhux hi biss imma anke l-korporazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet l-oħra li jgawdu awtonomija - ikunu effiċjenti anke mil-lat finanzjarju.", "(Interruzzjonijiet) Issa kien hemm x'kien hemm, l-importanti huwa li l- planning authority baqgħet miexja, l-affarijiet essenzjali saru u daħal sens ta' ekonomija.", "Pero' kif għidt fil-bidu, il-problemi għadhom hemm u min jaħseb li l-planning authority fieqet huwa żbaljat u għadu 'l bogħod ħafna.", "Mr Speaker, qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex s'issa dan il-gvern segwa ħafna mil-linji tagħna kemm fil-kwestjoni ta' l-involviment tal- periti, kemm fil-kwestjoni li għandha titnaqqas il-burokrazija u kif ukoll fil-kwestjoni biex tinqata' darba għal dejjem l-interface bejn il-planning authority u l-environment protection department.", "Jien inwissi lill-gvern biex ma jħallix lil min kien jagħmel l-ostruzzjoniżmu fi żmienna min-naħa ta' l-environment protection department - u hawnhekk qiegħed nirriferi għad- direttur ta' dan id-dipartiment - li għal seba' xhur sħaħ lanqas ried jara l-environmental impact assessments mibgħuta mill-planning authority.", "Jien informat li llum dan il-bniedem reġa' lura fid-dipartiment ta' l-ambjent u nispera li ma jerġax jibda jfixkel.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex ma rridx li jbati l-poplu.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm distinzjoni bejn il-funzjonijiet tal-planning authority u dawk ta' l-environment protection department.", "Pero' jibqa' żewġ problemi kbar li huma l- enforcement u l-accountability tan-nies impjegati fil-planning authority.", "Jien ma nibżax ngħid li għad hemm ħafna nies li m'humiex integri fl- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Huwa diffiċli biex tippreżenta l-fatti imma kif jgħid il-Malti l-qasba ma ċċaqċaqx għal xejn u għalkemm kulħadd jaf min huma n-nies serji u integri, nemmen li ċerti ismijiet li jibqgħu jissemmew ripetutament ma jissemmewx għalxejn.", "Jien nemmen - u f'dik il-linja kont miexi - li biex ikollok sistema li qed taħdem tajjeb irid ikun hemm enforcement bis-serjeta'.", "Aħna konna għamilna ħafna xogħol mill-lat ta' enforcement u jien nistieden lill-gvern biex jara x-xogħol tajjeb li sar fid-dipartiment ta' l-enforcement, għaliex dak li sar ma kienx fl-interess tal-Partit Laburista jew tal- Partit Nazzjonalisa imma sar fl-interess tal-poplu Malti.", "Pero' fid- dipartiment ta' l-enforcement hemm duda kbira u jeħtieġ li ssir investigazzjoni serja biex jinqatgħu l-abbużi li saru fil-passat u li għadhom isiru sal-lum għaliex hemm ċerti nies b'responsabbiltajiet ta' ċerta entita' - jien ma nistax insemmi ismijiet hawnhekk u ma nixtieqx nitfa' dell ikrah fuq kulħadd - li qed iħassru t-tajjeb li jagħmel kulħadd.", "Ma jistax ikun li dawn in-nies jibqgħu huma biss fuq it-tali oġġett daqslikieku huma indispensabbli, u hemm bżonn li jkun hemm xi ħadd fuqhom ħalli ma jiġux f'pożizzjoni li ħadd ma jista' jmisshom, jew li ċertu xogħol irid isir bilfors minnhom, għaliex imbagħad għalhekk jibdew isiru l-abbużi.", "Jien nemmen li jrid ikun hemm xi ħadd li jkun lest li jieħu deċiżjonijiet amministrattivi.", "Bir-rispett kollu lejn il-Perit Godwin Cassar, li għandu ħafna pluses, nerġa' ntenni li ma nemminx li għandu jibqa' mgħobbi bir-responsabbilta' ta' l-amministrazzjoni proprja tal-planning authority u nħeġġeġ li għandu jinħatar xi ħadd fl-amministrazzjoni għar-raġuni li hemm bżonn li ssir ċerta dixxiplina fuq ċerti nies, ħalli l-poplu jkun jista' jgħid li fl- awtorita' ta' l-ippjanar verament teżisti l-accountability, is-serjeta' u t-trasparenza.", "Ma jistax ikun li tirċievi r-rapporti u ma tkunx tista' tipprovahom għaliex ikun hemm ċerti klikek li jgħattu lil xulxin minħabba interessi li ma jkunux dikjarati.", "Nafu li hemm ħafna periti li jaħdmu fil- privat u jekk tridu tiċċekkjaw tistgħu tmorru għandhom nhar ta' Sibt u tkunu tafu fejn qed jaħdmu u x'interessi għandhom.", "Issa dawn l-interessi ma jissarrfux fuq xi applikazzjoni ta' xi mezzanin jew ta' xi garaxx imma fuq proġetti kbar li jiswew flejjes kbar u allura jkun hemm minn fejn wieħed jieħu.", "(Interruzzjonijiet) Kellna ħafna rapporti pero' kien diffiċli ħafna li tipprovahom.", "Qiegħed nagħmel dan l-appell sinċerament minn qalbi u bl-ebda animu kontra ħadd u m'iniex qiegħed ngħid dawn l- affarijiet biex inħammeġ lill-planning authority, imma m'huwiex sewwa li ċerti nies li xebgħu jissemmew jibqgħu għaddejjin mingħajr ħadd ma jiċċensurahom.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li m'għandniex nibqgħu nippolitiċizzaw il-planning authority u, kif diġa' għidt, m'huwiex ta' dehen għalina li meta nkunu fuq din in-naħa tal-Kamra nitkellmu mod u meta mmorru fuq in- naħa tal-gvern nitkellmu mod ieħor.", "L-Onor.", "Michael Bonnici għadu kemm semma li l-Onor Francis Zammit Dimech - li huwa responsabbli għall- ambjent u allura ma nafx kemm għandu influwenza fuq il-planning authority - qal li l-awtorita' ta' l-ippjanar m'għandhiex timponi l-ideat tagħha fuq ċerti proġetti.", "Pero' jien niskanta kif l-Onor.", "Zammit Dimech issa qed jgħid dawn l-affarijiet għaliex meta konna fil-gvern u konna qed nagħmlu l-proġett ta' Buġibba - u għalhekk li m'għandniex inżeffnu l- planning authority fin-nofs - kien fost dawk li qalgħu l-irwiefen kollha għaliex ried jaf jekk il-permessi daħlux u min għamel il-pjanti.", "Illum, sitt xhur biss wara, f'forum fuq ir-riforma ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar organizzat mill-kunsill konsultattiv ta' l-industrija - li għalih kien preżenti wkoll l-Onor.", "George Pullicino - l-Onor.", "Zammit Dimech qal li l-planning authority m'għandhiex tindaħal f'affarijiet żgħar li jkun qiegħed jagħmel il-gvern għaliex il-periti tal-gvern m'humiex ċwieċ u dak li jkunu qed jagħmlu jagħmluh fl-interess tal-pubbliku.", "Jien nistaqsi: Imma dan hu l-istess bniedem li ftit xhur ilu kien qiegħed ikisser lill- Partit Laburista fil-gvern għaliex kien qiegħed jagħmel proġett ta' embellishment?", "Fil-fatt l-Onor.", "Zammit Dimech qal hekk:", "\"Fir-rigward ta' skemi ta' żvilupp jew proġetti tal-gvern, il-proġetti ta' żvilupp li jagħżel li jwettaq huma għall-ġid tal-komunita' u biex jitgawdew mill-pubbliku.", "Għaldaqstant fid-dawl ta' dan kollu naħseb li għandha tinstab sistema fejn proġetti bħalma huma dawk ta' embellishment ...\"", "- bħalma kien il-proġett ta' Buġibba -", "\" ... ikunu ttrattati b'mod differenti milli qed ikunu llum.", "Il- funzjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar hi li tara jekk il-pjanti li ġew ippreżentati jaqblux jew le mal-policies għal dik l-area u mhux li tiddisinja hi stess il-proġetti.\".", "U qagħad jikkritikahom li jindaħlu jekk il-madum ikunx aħmar, isfar, blu jew kannella.", "Fil-fatt jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Zammit Dimech u għalhekk aħna ma ridniex li l-burokrazija u l-interessi ta' ċerti nies fil- planning authority, li kellhom għanijiet partiġjani, jiġġammjaw b'kapriċċ dak li kien qiegħed jagħmel il-Gvern Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Imma allura għaliex ftit xhur ilu l-Onor.", "Membru tkellem b'mod differenti u kien kontra dak li kien qiegħed jagħmel Gvern Laburista?", "Dik hija inkonsistenza u, bħalma kont ngħid meta kont fuq in-naħa tal-gvern, nerġa' ntenni llum li hemm bżonn isiru riformi radikali fil-planning authority - u dan għidnieh ukoll fil-programm elettorali tagħna - u ċertament hemm bżonn li l-proġetti l-kbar li jinjettaw l-ekonomija tal-pajjiż jiġu ssorveljati permezz ta' laqgħat regolari, kif kont qed nagħmel fi żmieni, ikollhom channel u trattament speċjali għalihom fl-interess ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Huma l-proġetti l-kbar li jdawru r-rota u ma nistgħux inħallu sangisugi jidħlu f'dan il-proċess u joqogħdu jaraw kif se jerdgħu qabel ma jħallu l-proġett miexi.", "Mr Speaker, jien ma kontx nemmen lid- developers kollha li kienu jkellmuni - għaliex uħud minnhom mhux niskata melħ kont trid titfa' f'dak li jgħidu imma xkora sħiħa - pero' kien hemm min kien qed jindika bis-serjeta' fejn kien isir l-ostruzzjoniżmu.", "Fl- interess tal-pajjiż nisħaq li dawn l-affarijiet ma jistgħux ikomplu jsiru.", "Nagħlaq billi ngħid li filwaqt li fejn hemm bżonn l-awtorita' ta' l- ippjanar trid tiġi rrispettata u inkoraġġita biex ikun hemm iżjed ippjanar ikkontrollat.", "Irridu naraw ukoll li l-awtorita' ta' l-ippjanar taqdi l- mission statement tagħha ta' integrita', imparzjalita' u accountability u huwa obbligu ta' min qiegħed imexxi lill-pajjiż li jara li dawn l- affarijiet iseħħu bis-serjeta'.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Pullixino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, nixtieq nibda l-intervent tiegħi billi nirringrazzja lill-Onor.", "George Vella għax-xogħol li għamel fl- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Qed ngħid hekk għax kuntrarjament għal dak li forsi seta' fehem l-Onor.", "Vella meta kien ministru, meta minn din in-naħa tal-Kamra aħna konna nagħmlu l-kritika fuq l-emendi, speċjalment fl-istadju ta' Kumitat, dan m'għamilnihx b'animu distruttiv imma għaliex dehrilna li kellna nipproponu tibdil biex il-liġi li kien ippreżenta l-ministru ta' dak iż-żmien li temenda l-Att dwar Ippjanar ta' Żvilupp tkun aħjar.", "Irrid nibda d-diskors tiegħi fuq ton rikonċiljattiv għax nixtieq li l-Onor.", "Vella jifhem li kemm jien u kif ukoll l-Onor.", "Tonio Borg, aħna rikonoxxenti għax- xogħol pożittiv li pprova jagħmel b'dawk ir-riformi.", "Issa wieħed jista' jiddiskuti fejn wasalna jew ma wasalniex b'dawk ir-riformi imma ma naħsibx li għandi l-ħin biex nidħol f'dawn id-dettalji llum.", "Mr Speaker, jien naqbel ħafna ma' l-Onor.", "Vella meta qal li m'għandniex nippolitiċizzaw l-awtorita' ta' l-ippjanar pero' jien inżid xi ħaġa oħra u ngħid li l-proċess kollu ta' l-ippjanar m'għandux jiġi ppolitiċizzat għaliex m'huwiex fl-interess ta' pajjiżna.", "Rigward dak li qal l-Onor.", "Vella fil-konfront ta' l-Onor.", "Zammit Dimech, jien nista' ngħid li l- kritika ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet li l-Gvern Laburista ma kellux jipproċedi biex jagħmel proġetti mingħajr il-permessi meħtieġa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Fil-fatt illum aħna għadna qed niffaċċjaw problemi ta' xogħlijiet li saru fil-Qawra mingħajr il-permess ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar u għadna qed nipprovaw insibu soluzzjoni għal dawn il-problemi.", "Fil-programm elettorali tagħna aħna wegħidna li se nagħmlu riforma fl-awtorita' ta' l-ippjanar u fil-proċess kollu ta' l- ippjanar.", "Kif qal tajjeb il-ministru, din ir-riforma bdejniha billi qed nikkonsultaw mal-pubbliku biex naraw fejn irridu naslu.", "Aħna kommessi li nagħmlu tliet tibdiliet u l-ewwel waħda hija bidla istituzzjonali ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Wieħed irid jagħmel assessment fil-fond dwar dak li għandha jew m'għandhiex tagħmel l-awtorita' ta' l-ippjanar, dwar ir- relazzjoni tagħha fit-tfassil tal-policies, safejn għandha tasal hi u safejn għandu jasal il-parlament, u dwar tibdil ieħor li għandu x'jaqsam ma' proċeduri, mhux biss f'policies imma anke f'dak li huwa development control u organizzazzjoni in ġenerali.", "Għaldaqstant bdejna bl-erba' laqgħat reġjonali li waħda minnhom bdiet is-Sibt li għadda; se ssir laqgħa pubblika oħra s-Sibt li ġej ġewwa Santa Luċija għan-naħa t'isfel ta' Malta, se ssir oħra f'Għawdex u oħra fiċ-ċentru ta' Malta u qed nagħmlu wkoll numru ta' laqgħat mal-korpi kostitwiti ħalli nkunu nistgħu nisimgħu l- opinjoni tagħhom.", "Għal min ma jistax jattendi dawn il-laqgħat reġjonali qed nibagħtu leaflets sabiex dak li jkun ikun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-tibdil li jaħseb li għandu jsir fil-liġi eżistenti li dan il-parlament approva fl-1992.", "It-tieni tibdila li rridu nagħmlu tirrigwarda l-policies eżistenti.", "Nixtieq ngħid li bħala ministeru qed inżommu laqgħa kull ħmistax mal-kamra tal-periti u laqgħa oħra kull ħmistax mal-kamra tal-planners sabiex niddiskutu dawk il-policies li jinħtieġu jinbidlu fl-interess ta' kulħadd.", "F'dan l-istadju nixtieq nenfasizza li ġaladarba jinbidlu dawn il- policies, id-direttorat ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar irid jaderixxi għalihom.", "Jien m'għandix dubju li oriġinarjament ħafna mill-policies kellhom skop tajjeb imma l-esperjenza qed turina li ċerti policies iridu jinbidlu sabiex jirrispondu iktar għar-realtajiet tal-lum.", "Nixtieq li nżommu quddiem għajnejna li r-realta' tal-lum m'hijiex dik li kellna fl- 1990, fejn kellna kważi sitwazzjoni ta' chaos u kulħadd kien jagħmel li jrid b'laissez-faire kważi totali fil-qasam ta' l-ippjanar u allura bilfors riedu jiġu applikati brakes qawwija.", "Għalkemm għad fadal ħafna problemi, l-ilmijiet ikkalmaw ħafna u allura rridu neżaminaw mill-ġdid is- sitwazzjoni biex naraw jekk il-policies humiex jirrispondu għar-realta' tal- lum u jrid ikollna l-kuraġġ li nbiddlu.", "L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li nkunu inflessibbli u għalhekk huwa importanti li jkun hemm flessibbilta', kemm min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u kif ukoll min- naħa tal-pubbliku, ħalli nisimgħu lil xulxin sewwa.", "F'dawn il-laqgħat pubbliċi ħafna drabi n-nies qed jitkellmu fuq tibdil fil-policies u mhux fuq tibdiliet partikolari fil-liġi.", "Aħna kommessi li fi proċess parallel mat-tibdil fil-liġi, nirtokkaw u nirranġaw il-policies eżistenti.", "It-tielet tibdila li rridu naraw isseħħ hija fl-organizzazzjoni ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jiena nieħu gost inħabbar li kienet l-awtorita' ta' l-ippjanar stess li ħadet l-inizjattiva biex isir review min-naħa tal- management efficiency unit sabiex dawn janalizzaw fid-dettall il-proċeduri u l-organizzazzjoni ġenerali tad-direttorat ta' l-ippjanar kif ukoll ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar innifisha.", "Ovvjament wieħed irid jagħti ż-żmien neċessarju sabiex qabel xejn ikun hemm qbil fuq dawn it-tibdiliet biex eventwalment jibdew jiġu implimentati u naraw l-effett tagħhom.", "Jien ngħid li jekk jirnexxilna nagħmlu tibdil fil-liġi, nirtokkaw u nirranġaw il- policies u ssir organizzazzjoni aħjar fl-awtorita' ta' l-ippjanar inkunu mxejna ħafna.", "Pero' żgur li barra dawn it-tibdiliet trid issir bidla importanti fl-attitudini u din il-bidla ma ssir bl-ebda emenda fil-liġi.", "Lill-periti u lin-nies tekniċi fid-direttorat ta' l-ippjanar għidtilhom kemm-il darba li l-fatt li tkun kwalifikat biex titkellem fuq l-ippjanar ma jagħtik l-ebda poter żejjed biex tilgħabha tal-prima donna u tippretendi li l-opinjoni tiegħek hija l-unika opinjoni tajba.", "Jien naħseb li l-ikbar difett li jeżisti huwa n-nuqqas serju ta' komunikazzjoni, kemm min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u kif ukoll min-naħa tad-direttorat mal- pubbliku u vice versa kemm fuq bażi organizzattiva u kif ukoll bħala attitudni ġenerali ta' l-individwi.", "Mr Speaker, minn dawn il-laqgħat pubbliċi qed ninduna li n-nies huma favur li jkollna l-awtorita' ta' l-ippjanar pero' hija l-attitudni ta' ċerti persuni fl-awtorita' li ħafna drabi tgerrex u tantagonizza lill- applikanti.", "Għalhekk hemm bżonn li naħdmu ħafna fuq din il-kwestjoni u dan jista' jsir billi jingħata taħriġ lill-impjegati ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Fil-fatt illum attendejt għall-kors ta' taħriġ li l-awtorita' ta' l-ippjanar qed torganizza għall-istaff tagħha u nnotajt li dawn in-nies diġa' qed jitgħallmu jikkomunikaw.", "Jien kritiku ħafna għall-fatt li ħafna drabi d-direttorat u l-awtorita' ta' l-ippjanar iħossuhom ħafna iktar at ease jikkomunikaw bil-karti milli jinnegozjaw u jikkomunikaw direttament mal-persuni u għalhekk irridu nżidu l-abilitajiet tan-nies biex ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jikkomunikaw.", "Ħafna drabi l-importanti ma tkunx ir-risposta fiha nnifisha imma l-mod kif tagħti dik ir-risposta għaliex tista' tgħid \"le\" b'mod arroganti, fejn dak li jkun jippretendi li jaf kollox u tista' tgħid l-istess \"le\" billi lil dak li jkun tfiehmu b'lingwaġġ li jinftiehem.", "Jien wisq nibża' li ħafna drabi l-lingwaġġ li jintuża fil-korrispondenza li tintbagħat fid-djar tan-nies għadu ma jinftiehemx u xi kultant l-istess professjonisti u l-istess periti jsibuha diffiċli biex jikkomunikaw b'dik il-lingwa teknika u speċjalizzata li tintuża mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "M'għandniex nassumu li għaliex in- nies fl-awtorita' ta' l-ippjanar qed jifhmu allura l-poplu se jifhem ukoll.", "Huwa importanti ħafna li d-deċiżjonijiet tagħna mhux biss ikunu tajbin imma jinftiehmu b'mod tajjeb mill-pubbliku, għaliex jekk lanqas id-deċiżjonijiet tajbin ma jiġu apprezzati man-nies aħseb u ara d- deċiżjonijiet li xi kultant jkunu ħżiena kemm m'humiex se jiġu milqugħa b'mod tajjeb!", "Ma rridux ninsew li l-awtorita' ta' l-ippjanar u d-direttorat huma magħmula minn persuni umani, li huma soġġetti għall-iżball, pero' huwa importanti ħafna li nammettu l-iżbalji li nagħmlu.", "L-agħar ħaġa li jista' jiġrilek f'ħajtek hija li tkun inflessibbli u qatt ma tammetti l- iżball tiegħek.", "Jien nemmen li jekk ma jkunx hemm tibdil fl-attitudni allura t-tliet tibdiliet l-oħra li semmejt, anke jekk ikunu magħmula tajjeb, jikkollassaw.", "Mr Speaker, minn mindu l-poplu fdalna t-tmexxija ta' dan il-pajjiż f'Settembru li għadda rajna l-ħtieġa li jkun hemm servizzi ta' informazzjoni aħjar għall-pubbliku.", "Irrid nirringrazzja kemm lid- direttorat kif ukoll lill-awtorita' ta' l-ippjanar li fehmu l-ħtieġa ta' dawn is-servizzi u kkoperaw magħna biex jiġu implimentati dawn is- servizzi.", "Fil-bidu ta' Diċembru li għadda introduċejna l-faċilita' li wieħed ifittex fuq il-website, li diġa' kienet fuq l-internet, billi jittajpja n-numru ta' l-applikazzjoni tiegħu u mill-ewwel ikun jaf fiex tkun waslet l-applikazzjoni tiegħu.", "Minn nhar it-Tnejn li għaddew dan is- servizz ġie anke estiż għal dawk il-persuni li m'għandhomx is-servizz ta' l-internet.", "Jiena nieħu gost li dawn is-servizzi ġew implimentati għaliex fil-fatt meta konna għadna fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni, waqt l-aħħar diskussjoni ta' l-estimi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar f'dan il-parlament jien kont sħaqt li għandhom jidħlu dawn it-tip ta' servizzi.", "Illum sitt xhur biss wara, dawn is-servizzi ġew introdotti bis-serjeta'.", "Barra minn hekk, il-periti u l-avukati li jagħmlu użu mill-awtorita' ta' l-ippjanar ġew mogħtija kamra għalihom minn fejn jistgħu jieħdu numru ta' servizzi.", "Per eżempju, jekk perit irid ikun jaf x'tip ta' deċiżjonijiet ħa l-bord ta' l-appell dwar xi applikazzjoni partikolari jista' jagħmel dan billi jidħol fis-search facility fuq il-computer, jittajpja l-item li jkun irid u jitilgħulu d-deċiżjonijiet kollha tal-bord ta' l-appell dwar dak l- item partikolari.", "Din il-faċilita' ġiet apprezzata ħafna kemm mill-periti u kif ukoll mill-avukati għaliex tħaffilhom ix-xogħol li ħafna drabi jagħmlu biex jippreparaw ruħhom għall-każijiet ta' l-appell.", "Irrid ngħid minn issa li 'l quddiem dan is-servizz se jiġi estiż ukoll għal dawk id- deċiżjonijiet kollha li jieħu l-bord tal-kontroll ta' l-iżvilupp, ħalli kulħadd ikun jista' jfittex bl-iktar mod tajjeb u ta' malajr permezz tal- computer id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu.", "Jien deċiżament nemmen li t- tixrid ta' l-informazzjoni fost il-pubbliku huwa wieħed mill-aħjar metodi ta' accountability li jista' jsir fuq id-direttorat u fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar għaliex l-informazzjoni ma tibqax aktar il-monopolju u l- proprjeta' ta' ftit imma tinxtered u l-pubbliku ġenerali ikun jista' jfittex kull informazzjoni li jkollu bżonn, kull deċiżjoni u kull rapport li jlesti d-direttorat qabel ma jitla' għand id-development control committee, li huwa l-bord li jiddeċiedi l-applikazzjonijiet u wieħed ikun jista' jqabbel u jistaqsi għalfejn deċiżjoni ttieħdet mod u deċiżjoni oħra ttieħdet mod ieħor.", "Mr Speaker, aħna mpenjati wkoll li naraw li jkun hemm aktar element ta' trasparenza fix-xogħol ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Illum perit għandu l-fakulta' li mill-uffiċċju tiegħu, permezz tas-servizz ta' l-internet, jibgħat file bid-disinn tiegħu direttament lill- uffiċċju tad-direttorat ta' l-ippjanar u jkun jista' jipprintjahom ukoll.", "Matul dawn ix-xhur li ilna mmexxu dan il-pajjiż, aħna insistejna mad- direttorat u ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar li s-seba' pjani lokali jridu jitlestew kemm jista' jkun malajr.", "It-timeframe ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar kien li dawn il-pjani lokali jkunu lesti sas-sena 2003, pero' issa aħna qegħdin ngħidu li dawn il-pjani lokali jridu jkunu lesti mill-inqas sentejn qabel iż-żmien stabilit.", "Kif wegħidna fil-programm elettorali tagħna qabel l-elezzjoni ta' Settembru li għadda, dawn il-pjani lokali jridu jsiru malajr għax hemm ammont ta' żvilupp li għadu mdendel minħabba dawn l-istess pjani lokali.", "Irrid ngħid ukoll li bħala ministeru aħna m'aħniex qegħdin naqbdu u nagħmlu rubber stamping fuq dawn il-pjani lokali imma qegħdin nanalizzawhom fid-dettall.", "Punt ieħor li nixtieq nitkellem dwaru huwa t-tibdil fil-pjan ta' struttura.", "Fil-fatt fl-estimi ta' din is-sena qegħdin nivvotaw il-flus neċessarji mhux biss biex jitlestew il-pjani lokali imma biex issir ukoll ir-reviżjoni tal-pjan ta' struttura.", "Jien m'għandix dubju li din ir-reviżjoni hija neċessarja għaliex is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-pajjiż illum m'hijiex l-istess bħal dik ta' l-1992, pero' inutli li nitkellmu fuq il-ħtieġa li ssir reviżjoni jekk ma jkunx hemm flus ivvotati għal dan il-għan.", "Sur President, irridu nifhmu li meta qed nitkellmu fuq il-pjan ta' struttura m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa esklussiva ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, imma jidħlu playmakers oħrajn.", "Sfortunatament ikolli nistqarr li ħafna drabi x-xogħol preparatorju ta' informazzjoni tant meħtieġ għal forward planning li suppost isir mid-dipartimenti tal-gvern, mill-korporazzjonijiet tal-gvern u minn aġenziji oħra tal-gvern, sabiex jgħin lill-awtorita' ta' l-ippjanar tfassal is-subject plans - bħal, per eżempju, pjan għas-saħħa, pjan għat-turiżmu, pjan għall-industrija u pjan għat-telekomunikazzjoni - huwa nieqes u għalhekk jekk irridu li finalment ir-reviżjoni tal-pjan ta' struttura ma jkunx fiha biss l-għaġna ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar, irid ikun hemm iktar input min-naħa ta' dawn l- entitajiet tal-gvern.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex xi kultant il- pubbliku in ġenerali jipponta sebgħu biss lejn l-awtorita' ta' l-ippjanar u hawnhekk nixtieq għall-mument niddefendi xi ftit l-awtorita' ta' l- ippjanar għaliex il-proċess ta' l-ippjanar irridu nippretenduh ukoll minn dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji tal-gvern li għandhom ir- responsabbilta' li jaħdmu fuq sistema ta' forward planing u mhux nibqgħu niddeċiedu l-affarijiet skond l-emerġenza tagħhom.", "Jekk irridu li nkunu aktar kredibbli fil-proċess kollu ta' l-ippjanar huwa importanti ħafna li naħdmu iktar fuq forward planing.", "Mr Speaker, l-Onor.", "George Vella qal li l-każijiet pendenti biex jitilgħu quddiem id-DCC żdiedu.", "Huwa veru li n-numru ta' dawn il-każijiet żdied imma kif diġa' qal il-ministru, dan huwa dovut għall-fatt li f'diskussjoni li kellna mal-membri tad-DCC urejna l-ħtieġa li kemm jista' jkun min jitla' quddiem dik il-kummissjoni jingħata ċans jispjega l-proġett tiegħu, juri fejn irid jasal u jkun hemm aktar ħin aktar għan-negozjar mad- DCC.", "Kif diġa' spjegajt, huwa importanti li lil dak li jkun tispjegalu għaliex l-applikazzjoni tiegħu tkun qed tiġi rifjutata, jew inkella jekk ikunx hemm ċans li tiġi approvata b'xi tibdil żgħir.", "Mill-banda l-oħra aħna konxji li n-numru ta' każijiet ma jistax ikompli jiżdied u għaldaqstant wara diskussjoni li kellna mad-direttorat ta' l-ippjanar, se nimplimetaw deċiżjoni oħra li biha se jkun hemm iktar delega tal-poteri ta' din il-kummissjoni - u dan japplika għal ċerti każijiet li aħna jidhrilna li m'għandhomx għalfejn joqogħdu jitilgħu quddiem il-kummissjoni - sabiex il-każijiet li jitilgħu quddiem id-DCC jonqsu bejn wieħed u ieħor bi 30%.", "Jekk jirnexxilna nagħmlu dan inkunu wettaqna żewġ affarijiet importanti, fis-sens li nkunu tajna aktar ħin lil min ikun irid jidher quddiem il-kummissjoni u nkunu naqqasna l-burokrazija għal dawk li m'għandhomx għalfejn jitilgħu quddiem il-kummissjoni.", "Mr Speaker, huwa importanti li ngħid li aħna beħsiebna nżommu t-tibdiliet tajbin li saru mill-amministrazzjoni Laburista preċedenti pero' se nbiddlu dawk l-affarijiet li ma ħadmux.", "Fil-fatt nista' ngħid minn issa li Gvern Nazzjonalista huwa kontra t-tibdil li sar fil-liġi fl-1997 dwar il-vot sigriet fil-livell ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar pero' huwa favur id-dritt ta' l-individwu li jidher quddiem id-DCC u dan id-dritt m'huwiex se jingħata biss lil dak l-individwu li jkun qed japplika imma se nestenduh ukoll lil dawk li jkunu qed joġġezzjonaw għal xi żvilupp.", "Aħna rridu naraw li jkun hemm trasparenza u accountability bis-serjeta' u għalhekk se nagħtu d-dritt lura lill-pubbliku li jara l-pjanti u l-files bl-ikbar faċilita'.", "Jien ma neħux gost nisma' lill-Onor.", "George Vella jgħid li jaf ċerti affarijiet fuq ċerti nies u fl-istess ħin jgħid li ma jistax jgħidhom.", "Jien nistiednu li jekk irid jista' jgħaddi din l-informazzjoni lili jew lill-ministru ...", "(Interruzzjonijiet) Jien nassigura lill- Onor. Joe Mizzi li safejn inkunu nistgħu nieħdu l-passi neċessarji.", "M'għandix dubju li kieku l-Onor.", "George Vella kellu informazzjoni biżżejjed biex jipproċedi kontra ċerti nies kien jipproċedi.", "Sfortunatament, kif qal huwa stess, għalkemm kellu ċertu informazzjoni kien diffiċli ħafna biex jipproċedi kontra ċerti nies.", "Jien ngħidlu biss li jekk wara li nżidu l-informazzjoni tiegħu ma' l-informazzjoni li għandna aħna nkunu f'pożizzjoni li naġixxu, jien nikkommetti ruħi minn hawnhekk li naġixxu bis-serjeta' fl-interess tal-proċess ta' l-ippjanar u mhux biss fl- interess ta' l-istess awtorita' ta' l-ippjanar.", "Sa mit-twaqqif ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, aħna dejjem ridna li l- proċess ta' l-ippjanar jkun ċar u kredibbli u rridu nagħmlu ċertu tibdil biex inġibu 'l quddiem dan il-proċess li konna daħħalna f'pajjiżna kontra l-kurrenti negattivi li kellna.", "Jien stajt ngħid lill-Onor.", "Vella li meta konna fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni stajna attakkajna iktar lill- awtorita' ta' l-ippjanar u forsi l-partitarji tagħna kienu japprezzawna iktar, pero' aħna dehrilna li kellna nikkritikaw dak li kien qed isir ħażin.", "Illum wara li għadda l-perijodu ta' amministrazzjoni Laburista, aħna qed ngħidu li l-affarijiet pożittivi li saru se nżommuhom.", "Jien ngħid b'wiċċi minn quddiem li l-agħar ħaġa li jista' jiġrilek fil- politika hija li tkun inflessibbli u tagħmel ta' rasek, jew għaliex xi darba tkun għidt xi ħaġa tibqa' marbut magħha.", "Aħna bħala politiċi m'aħniex inflessibbli u jekk jidhrilna li l-affarijiet ikunu saru sewwa ma niddejqux ngħiduha u anke jekk illum nindunaw li xi darba nkunu għidna xi ħaġa li ma tagħmilx sens, ma niddejqux nammettu li konna żbaljati.", "Fil- ħajja politika għandu jistħi min ma jbiddilx u mhux min jipprova jgħid l- affarijiet kif ikunu.", "Nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nawgura li din id-diskussjoni dwar l-estimi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar tibqa' tkun waħda serja, kif kienet s'issa, għaliex l-iktar ħaġa importanti hija li l-proċess ta' l-ippjanar isir aħjar fl-interess nazzjonali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, l-Onor.", "Pullicino għadu kemm qal lill- Onor. George Vella li jekk għandu xi informazzjoni jgħaddihielu ħalli jżid ma' l-informazzjoni li għandhom huma u naħseb li jkun jaqbel jekk fil- winding-up il-ministru jgħidilna x'informazzjoni għandhom.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino, on a point of explanation.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien għidt ċar u tond li lili n-nies ukoll jgħiduli ċerti affarijiet, kif jgħidu lill-oppożizzjoni, pero' ħafna drabi bejn il-kliem u l-fatti jkun hemm baħar jikkumbatti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nibda billi nitlob biex jitressqu hawnhekk il-files PA 1417 ta' l-1998, PA 5111 ta' l-1995 u PA 1386 ta' l- 1998 ħalli nkunu nistgħu nitkellmu bil-fatti.", "Il-konċett ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar huwa validu pero' hemm bżonn li l-operat tagħha jinbidel drastikament u mhux biss isir iktar user friendly imma jkun ukoll sensittiv għar-realtajiet ekonomiċi u soċjali tal- pajjiż u jkun wieħed konsistenti u trasparenti.", "Pero' hemm bżonn li l- uffiċjali tagħha jkunu iktar kredibbli, għaliex sfortunatament kontra qalbi jkolli ngħid li hawn nuqqas ta' kredibilita' fil-Planning Authority.", "Il-Partit Laburista kien marbut li ladarba jkun fil-gvern jirristruttura l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-ilmenti li kienu jsiru fi żmien il-Gvern Laburista u li għadhom isiru issa kontra l-awtorita' ta' l- ippjanar juru li hemm xi ħaġa ħażina fl-operat tagħha u, kif qal l-Onor.", "George Vella, hemm nuqqas kbir ta' kordinazzjoni bejn l-awtorita' ta' l- ippjanar u l-ministeri u nuqqas kbir ta' konsistenza u kredibbilta'.", "X'kien qed jagħmel il-Gvern Laburista?", "Qabel l-elezzjoni li għaddiet il- Gvern Laburista kien qiegħed jagħmel evalwazzjoni tar-riżorsi kollha eżistenti ħalli fl-aħjar interess taċ-ċittadin ikollna istituzzjoni li tassew taqdi l-ħteġijiet ta' l-iżvilupp.", "Illum il-Gvern Nazzjonalista, biex taparsi juri li qed jagħmel xi ħaġa biex ibiddel l-operat ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u biex juri wkoll li qed ikun hemm consensus man-naħa ta' l-oppożizzjoni, qed jagħmel forma ta' konsultazzjoni pubblika pero' l-metodu li uża biex jinvolvi lill- oppożizzjoni huwa biex jgħaddi biż-żmien lill-oppożizzjoni u mhux veru ried jagħtiha ċ-ċans li tagħti sehemha wkoll.", "U se nispjega għaliex.", "Il- gvern qabad u ddeċieda min għandhom ikunu d-deputati Laburisti li għandhom jieħdu sehem f'dawn il-konsultazzjonijiet li qed isiru f'erba' reġjuni ta' pajjiżna biex jagħmlu diskors ta' għaxar minuti.", "Jekk verament jemmen li l- Partit Laburista jista' jagħti sehmu, kellu jħalli f'idejh biex jindika min għandu jieħu sehem f'dawn id-diskussjonijiet.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux u dan juri li l-gvern ried jinqeda bl-oppożizzjoni u xejn iktar!", "Sur President, jien ngħid li biex l-awtorita' ta' l-ippjanar tkun aktar responsabbli għandha tkun imġiegħla tħallas lill-applikant id-danni li jkun sofra minħabba deċiżjonijiet tal-bord ta' l-appell.", "Barra minn hekk, mil-lat amministrattiv l-awtorita' ta' l-ippjanar trid tkun mġiegħla tneħħi ċerti boards u jitnaqqsulha ċerti rwoli għaliex xi wħud mill- bordijiet - fosthom il-heritage advisory board - qegħdin effettivament itawlu l-proċess ta' l-ippjanar.", "Id-dipartiment tal-mużewijiet huwa konsulent formali mal-planning authority u naħseb li l-awtorita' ta' l- ippjanar m'għandhiex għalfejn toqgħod teżamina l-konsultazzjonijiet tad- dipartiment tal-mużewijiet.", "Se nsemmi l-każ ta' Villa de Fremaux fiż- Żejtun.", "Saru lmenti mill-kunsill lokali u saħansitra nfetħet kawża kontra t-twaqqigħ ta' dan il-bini, li jmur lura għal żmien il-Franċiżi, u eventwalment il-planning authority ammettiet li d-dipartiment tal- mużewijiet ma ġiex ikkonsultat.", "Issa suppost li dan il-bini kien skedat.", "Dan ġara bi żball jew kien hemm xi ħaġa tinten?", "X'investigazzjonijiet għamlet l-awtorita' ta' l-ippjanar biex turi l-kredibilta' tagħha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tinten dik il-biċċa!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mhux talli tinten, talli minkejja li suppost ħareġ enforcement notice xorta baqgħu jwaqqgħu dak il-bini.", "Din hija s-serjeta' ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar!", "Qalet li legalment ma setgħetx twaqqafhom għaliex laħqu ħarġu l-permess pero' ma qalitx li parti oħra tal-liġi tgħid li xorta setgħet twaqqafhom imma teħel id-danni.", "Allura biex ma neħlux id-danni ħallejna bini storiku bħal dak jaqa' u minfloku qegħdin jittellgħu numru ta' garaxxijiet!", "Fil-fatt il-file PA 5111 jittratta dan il-każ u nitlob lill-ministru biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l- poplu jkun jaf kif mexjin l-affarijiet fil-planning authority.", "Meta l- poplu jara affarijiet bħal dawn bilfors ma jkollux fiduċja fil-planning authority u sfortunatament la m'hu qed jittieħdu l-ebda passi kontra ħadd bilfors li jeħel kulħadd.", "Irrid ngħid ukoll li ċertu xogħol assenjat lid-direttorat ta' l- ippjanar - u hawnhekk qed nirriferi għall-parti teknika ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar - jista' jiġi assenjat lil dipartimenti oħra diġa' eżistenti.", "Per eżempju, it-transport planning unit jista' jiġi allokat fi ħdan id-dipartiment tat-toroq u l-environment management unit jista' jiġi allokat fi ħdan id-dipartiment tal-ħarsien ta' l-ambjent.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar għandha l-funzjoni li tgħasses u tiġbed l-attenzjoni meta jkun qed jitla' bini illegali.", "Nixtieq nistaqsi lill-ministru: Kemm-il inizjattiva ħadet l-awtorita' ta' l-ippjanar minn jeddha u mhux għaliex irrapportawlha jew għaliex deher xi artiklu fil-gazzetti biex tmur tagħmel enforcement?", "Jista' l-ministru jagħtini lista ta' kemm-il enforcement notice ħareġ u ma tteħdux passi bl-iskuża li ma sabux ta' min hi l-art?", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-liġi tipprovdi li għalkemm ċerti nħawi jkunu outside the development zone, jittieħdu in konsiderazzjoni għall-iżvilupp minħabba l-post fejn ikunu qegħdin, minħabba l-iżvilupp tal-madwar u għaliex jista' jkun hemm xi raġuni valida oħra biex joħroġ il- permess.", "Jien naħseb li l-iskemi ta' l-1988 dwar l-outside development zone għandhom ikunu riveduti biex ikun jista' jsir żvilupp fl-infill sites pero' rridu noqogħdu attenti li dawn l-infill sites ma jiġux estiżi għal xi affarijiet oħra għaliex diġa' qed jidher diġa' li hemm min se jabbuża mill-outside development zone minkejja li l-infill sites għadhom m'humiex eżistenti.", "U hawnhekk se nsemmi każ ieħor fil-Marsa li diġa' ssemma mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Fir-racecourse tal-Marsa kien hemm kamra li kienet qed tinbena illegalment u kienet inġibdet l-attenzjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u nħareġ enforcement notice.", "Wara li nħareġ dan l-enforcement notice jien stess mort il-planning authority u staqsejt jekk kienx hemmx applikazzjoni għall-permess.", "Min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar assigurawni li ma kienx hemm applikazzjoni għall-permess pero' minn mistoqsija parlamentari rriżulta li kien hemm applikazzjoni għall-permess.", "Dawn l-affarijiet saru b'kumbinazzjoni jew kien hemm xi taħwid?", "Il-mistoqsija dwar din il- materja saret mill-Onor.", "Carmelo Abela lill-ministru ta' l-edukazzjoni u fejn is-soltu jekk tkun xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-planning authority l-interpellant jintalab jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat - forsi din id-darba l-ministru rrisponda għaliex ir-racecourse taqa' taħtu bħala l-ministru responsabbli wkoll mill-isport - din id-darba l-Ministru Louis Galea rrisponda b'dan il-mod:", "\"Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq din il-kamra ġie miżmum.", "Dettalji jingħataw meta jinħareġ il-permess meħtieġ mill-awtorita' ta' l-ippjanar.\".", "Jiġifieri l-ministru qalilna li diġa' jaf li se joħroġ il-permess f'din l- area li qiegħda outside development zone u fejn mhux suppost joħroġ permess.", "(Interruzzjonijiet) Din il-kamra kienet qed tinbena biex jintlagħab il-logħob klandestin.", "Qed tiddefendih ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri hemm diffikulta' kbira biex joħroġ permess f'dan il-każ.", "(Interruzzjonijiet) Staqsih min ivvota favur tal-Garden of Eden!", "Faċċata qiegħed!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Dak ivvotalu lil tal-Garden of Eden.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'hemm l-ebda policy fil-pjan ta' struttura għal dak li għandu x'jaqsam ma' scrapyards.", "Nixtieq li l-ministru jinformana x'inhi tagħmel l-awtorita' ta' l-ippjanar biex twaqqaf u tikkontrolla l- iscrapyards għaliex m'hu qed isir xejn u min ried jagħmel scrapyard għamilha u min suppost twaqqaf xorta baqa' għaddej.", "Sur President, kif jaf kulħadd f'pajjiżna d-domanda għall-art hija għolja ħafna pero' l-art għall-iżvilupp hija limitata wkoll u għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li f'ċerti postijiet nibdew ngħollu fil-bini, għalkemm il-karatteristiċi ta' l-irħula tagħna għandhom jinżammu u jiġu protetti.", "Nixtieq insemmi xi ħaġa wkoll dwar żviluppi minuri.", "Jien nemmen li żviluppi minuri għandhom ikunu delegati immedjatament lid- DCC wara applikazzjoni lill-awtorita' ta' l-ippjanar li trid tkun iffirmata minn persuna professjonali li għandha warrant ta' perit u inġinier ċivili.", "Skond il-liġi kriminali l-periti jistgħu anke jeħlu l-ħabs dwar xogħlijiet ta' kostruzzjoni li jkunu ilhom 15-il sena u għalhekk m'għandhomx jonqsu milli jkunu jafu r-responsabbiltajiet legali tiegħu.", "Jien nemmen li l-periti għandhom jinżammu responsabbli u jistgħu jinstabu ħatja bħala kriminali jekk jagħtu informazzjoni ħażina lill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Barra minn hekk, wieħed jista' jgħaddi mingħajr il-case officers li bħalissa huma impjegati biex jipproċessaw dawn l- applikazzjonijiet u naħseb li mossa bħal din tkun tista' tgħin biex tqassar iż-żmien ta' l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni.", "Meta qed nirriferi għal żviluppi minuri li jistgħu jiġu delegati lid-DCC qed ninkludi tibdil fl- użu ta' ħwienet lokali, tibdil fuq barra u ġewwa ta' proprjeta' li ma tkunx skedata, bini tad-djar jew xi żieda fid-djar diġa' mibnija, twaħħil ta' dish antennas, billboards u tabelli ta' reklamar.", "Pero' nemmen ukoll li hemm bżonn jiqsar iż-żmien għall-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal żviluppi kbar.", "Fil-fatt jeżistu żewġ tipi ta' applikazzjonijiet għal żviluppi kbar - applikazzjoni għall-outline development permit u applikazzjoni għall-full development permit.", "Normalment żviluppaturi kbar jissottomettu outline development application għaliex hija relattivament irħisa u l-outline development permit jagħti indikazzjoni ċara jekk l-iżvilupp propost ikunx konsidrat favorevoli mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Il-proċess għal dawn iż-żewġ tipi ta' applikazzjonijiet huwa l-istess u parti mill-proċess ta' l- ippjanar jitlob li ssir konsultazzjoni sħiħa mal-konsulenti ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar u l-iżviluppatur irid jissottometti xi studji dwar l-impatt infrastrutturali fuq it-traffiku.", "Imbagħad ladarba tkun saret l-outline development application ġeneralment l-iżviluppatur jipproċedi biex jissottometti l-full development application u għal darba oħra l-awtorita' ta' l-ippjanar terġa' tirrepeti l-proċess li jkun intuża għall-outline development application.", "Jekk il-full development application tkun sottomessa fi żmien tliet xhur mid-data li l-permess għall-outline development plan ikun inħareġ, l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tqassar il-proċess ta' din l-applikazzjoni u tgħaddi mingħajr il- konsulenti u l-assessments l-oħra li jkunu ntużaw waqt il-proċess ta' l- ewwel applikazzjoni.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa issa dwar l-enforcement, Sur President.", "Jien nemmen li l-multi għal żvilupp illegali jridu jkunu klassifikati.", "Per eżempju, żvilupp illegali, bħalma huwa tibdil ta' gallariji minn ta' l- injam għal ta' l-aluminium jew twessigħ ta' xi tieqa, iridu jkunu magħmula biex jissanzjonaw l-iżvilupp fil-proċeduri wżati imma l-ebda multi m'għandhom jinħarġu.", "Min-naħa l-oħra nemmen li żviluppi illegali fuq skala kbira, bħalma huma żieda ta' sulari żejda, għandhom ikunu ta' żewġ tipi, dawk li għandhom ikunu sanzjonati u dawk li m'għandhomx ikunu sanzjonati.", "Per eżempju, fil-każ ta' l-aħħar il-bini jrid ikun imneħħi u dak li jkun jeħel multa kuljum u bini illegali li għandu jkun sanzjonat irid ikollu multa maħduma fuq il-valur kummerċjali tal-bini għaliex meta għandek żieda ta' sulari żejda fi blokk flats li jkun aktar mill-għoli permess f'żona ta' bini, it-tneħħija ta' dawn is-sulari żejda tkun teknikament diffiċli ħafna minħabba l-ħsara li tista' ssir lil xi flats oħra li jkunu mibnija ħdejhom bil-permess.", "Fl-opinjoni tiegħi, wieħed għandu jikkonsidra din l-evalwazzjoni li għamilt jien wara dawn il-ftit xhur li ilni nsegwi l-ħidma tal-planning authority u wara d- diskussjonijiet li kelli u rajt l-affarijiet kif inhuma mexjin.", "Jien nemmen li għad hemm nuqqasijiet kbar fejn jidħol l-enforcement.", "Minkejja li l-ispetturi tal-bini kemm-il darba jagħmlu enforcement fuq żviluppi ġodda, l-inizjattivi min-naħa tal-planning authority biex jinforzaw huma bla ma ħadd jirrapporta jew inkella mingħajr ma jkun hemm rapporti fil-gazzetti huma minimi.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari fejn tlabt in-numru ta' enforcement notices li nħarġu u nispera li jkunu f'pożizzjoni li jagħtuni din l-informazzjoni għaliex hemm affarijiet kbar li jridu jiġu rranġati fil-qasam ta' l-enforcement.", "Ħafna drabi għalkemm joħorġu l-enforcement notices, l-iżviluppaturi jkomplu jibnu mingħajr il- permessi meħtieġa.", "Dan ifisser li għad hemm nuqqas fid-Development Planning Act ta' l-1992 u fil-preżent l-uffiċjali ta' l-enforcement m'għandhomx poteri biżżejjed biex jipproċedu aktar u jiżvolġu dmirijiethom b'mod iktar effiċjenti.", "Jien nemmen li l-liġi għandha tiġi emendata biex dawn l-uffiċjali - u naħseb li hemm nuqqas ta' impjegati f'dan id- dipartiment - jkollhom il-poter li jkunu jistgħu jidħlu jiċċekkjaw il-bini u jimmoniterjaw l-iżvilupp li jkun tiela'.", "Barra minn hekk, trid tinħoloq sistema li twaqqaf ix-xogħol ta' żvilupp li jkun tiela' ladarba enforcement order tkun inħarġet.", "Fil-fatt l- amministrazzjoni Laburista preċedenti kienet fil-proċess li tintroduċi miżuri iebsa biex tikkastiga lil dawk l-iżviluppaturi li jkunu ddeċidew li ma jimxux mar-regoli u mal-permessi maħruġa mill-planning authority.", "Sabiex tiġi evitata din is-sitwazzjoni hemm bżonn li l-liġi tiddefenixxi eżattament it-terminu \"monitoring\".", "Dan ifisser li uffiċjal għandu jmur fuq il-lant tax-xogħol meta l-ġirien jibdew igergru dwar xi żvilupp illegali jew meta l-awtorita' ta' l-ippjanar tiddeċiedi li tagħmel xi rapport wara sempliċement telefonata anonima dwar bini li jkun tiela' b'mod illegali?", "Huwa importanti li nistabilixxu eżattament x'inhu mistenni minn uffiċjal ta' l-enforcement.", "Naħseb li hemm bżonn li jiġu introdotti liġijiet stretti li jkunu inforzati mill-pulizija sabiex żviluppatur jobdi r-regoli tal-planning authority u mhux jinjora kompletament lill-uffiċjali.", "Bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni li sinjur jista' jibnilek f'nofs pjazza bla permess u għaliex twaqqfu u toħroġlu enforcement order, jiftaħlek kawża l-qorti għaliex kapaċi jħallas, imbagħad min jaf meta tkun tista' twaqqagħhulu.", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Jien nara li joħorġu bosta enforcement orders fuq nuqqasijiet żgħar u l-planning authority m'hijiex qed tuża l-madwar 350 ħaddiem li għandha biex tieħu ħsieb il-problemi kbar li għandha u qed titlef ħafna mill-ħin prezzjuż tagħha fuq affarijiet minuri li m'humiex daqshekk importanti.", "Dan juri biċ- ċar li l-awtorita' ta' l-ippjanar hija b'saħħitha ma' min hu dgħajjef u bil-kuntrarju hija dgħajfa ma' min huwa b'saħħtu finanzjarjarment, jew qiegħed f'xi pożizzjoni għolja u miskin hu dak li forsi bena xi toilet jew xi biċċa kamra għall-familja għaliex mill-ewwel jittieħdu passi kontrih u jwaqqgħulu.", "Jien nemmen li l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tiffoka l- attenzjoni tagħha fuq affarijiet kbar għaliex dawn in-nuqqasijiet kbar qed jitfgħuha f'pożizzjoni mhux kredibbli.", "Barra minn hekk, jidher biċ-ċar li fejn hemm konflitti ta' interess m'hemm l-ebda trasparenza u ma jitteħdux passi u allura l-poplu bilfors iħares lejn l-awtorita' ta' l-ippjanar bħala dik l-istituzzjoni li minflok qed tgħinu qed tfixklu.", "Għal dak li jirrigwarda l-policies, jidher biċ-ċar li ma' ċerti nies il- policies jiġu interpretati mod u ma' ċerti nies jiġu interpretati mod ieħor.", "U se nagħti eżempju.", "Jien staqsejt għaliex fil-playing-field tax- Xgħajra se jingħata permess lil xi ħadd li għandu ristorant biex juża parti minn din il-playing-field biex jagħmel l-imwejjed meta qabel dan il- permess kien rifjutat.", "Forsi għaliex il-perit ta' min qed japplika għal dan il-permess huwa l-Onor.", "Jesmond Mugliett!", "Fi żmien l-amministrazzjoni Laburista dan kien għajjarna li f'Għawdex qed nagħmlu l-impjant għat- tħaffir taż-żejt bla permess, imbagħad irriżulta li kellna l-permessi meħtieġa.", "Imma meta l-partit tiegħu tela' fil-gvern u għamel xogħol konness mat-tħaffir taż-żejt ma tkellem xejn!", "Nista' nsemmi każ ieħor dwar bowsers tal-pitrolju fl-Imsida.", "Għalkemm qabel dan il-permess ġie miċħud, minħabba periklu ta' saħħa u minħabba raġunijiet ta' safety, issa se jagħtuh il-permess.", "Skond dak li qed nara mill-gazzetta, il-perit kien l- Onor. George Pullicino!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, on a point of explanation.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien m'għandi ebda diffikulta' li nesprimi l- opinjoni tiegħi fuq dan il-każ.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Biex tesprimi l-opinjoni tiegħek fuq il-każ għandek ċans fl-Aġġornament!", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq inkun naf kontx inti l- perit.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien kont il-perit fuq dan il-każ sal-ġurnata li ħadt il-ġurament ta' segretarju parlamentari.", "Kif diġa' għidt fi programm fuq it-televiżjoni, ma jidhirlix li huwa etiku li nesprimi l-opinjoni tiegħi fuq dan il-każ minkejja li oriġinarjament dik l-applikazzjoni kont għamiltha jien.", "S'issa l-Onor.", "Mizzi tkellem fuq każijiet li safejn naf jien ġew deċiżi u ma jidhirlix li huwa etiku lanqas li membru ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar jitkellem f'dan il-parlament - għalkemm milli jidher dan li qed jgħid diġa' qalu fil-pubbliku - fuq dan il-każ meta għadu lanqas tela' quddiem id-DCC.", "Għalhekk kif jien lest nimxi ma' l-etika, nippretendi li anke ħaddieħor hawn ġew jimxi ma' l-etika.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed nirriferi għal dawn iż-żewġ każijiet għaliex bħala membru ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar tlabt rapport biex inkun naf x'inhi l-policy fejn jidħlu l-playing-fields, ħalli nkun naf jekk min japplika biex jingħata spazju biex ipoġġi xi imwejjed u siġġijiet biex jipprovdi servizz ta' catering jistgħux jagħtuh permess.", "Tlabt rapport ieħor biex inkun naf x'inhi l-policy fir-rigward tal-każ tal-bowsers tal- pitrolju, peress li għall-ewwel il-permess ġie miċħud minħabba raġunijiet ta' saħħa u safety u issa dan il-permess qed jiġi approvat ukoll.", "Imma x'ġara?", "Sa tlett ijiem ilu kien għadu ma wasalli xejn ħlief għal xi karti li ttieħdu mill-files.", "Milli jidher ħasbu li jien xi imbeċċili!", "Imma meta għidt li fid-diskussjoni ta' l-estimi ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar se nitkellem dwar kif membru tal-bord qed jiġi ttrattat meta jitlob rapporti biex ikun jaf il-policies, kienu pronti bagħtuhomli llum.", "Pero' s-sabiħa hi li ftit ilu l-awtorita' ta' l-ippjanar kellha każ quddiemha fejn il-pulizija tat l-approvazzjoni tagħha għaliex qalet li kienu attrezzati kontra t-tifi tan-nar jekk jinqala' xi ħaġa u membru tal- bord oġġezzjona u qal li l-bord huwa obbligat li jgħid li m'huwiex safe.", "Jiena staqsejt għaliex fil-każ l-ieħor l-ewwel qalu li kienu kontra, imbagħad daret u min kien responsabbli mis-saħħa u mis-safety approva dak il-permess.", "Allura għall-każ li għall-bidu kien responsabbli għalih l- Onor. Pullicino ma qgħadniex nidħlu fil-merti tal-policy, imma fil-każ l- ieħor ...", "(Interruzzjonijiet) Fejn hi l-konsistenza?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino għandu point of explanation.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, dwar il-każ li qed isemmi l- Onor. Mizzi, li kont responsabbli għalih jien professjonalment qabel ma ħadt il-kariga ta' segretarju parlamentari, nixtieq ninformah li t-tibdil fid-deċiżjoni mid-dipartiment tas-saħħa saret fi żmien l-amministrazzjoni Laburista.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan jispjega l-fatt li l-klikka li kien hemm għadha hemm.", "Tista' tispjegali għaliex meta jien tlabt ir-rapport biex inkun naf jekk l-awtorita' ta' l-ippjanar ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Safejn naf jien illum qegħdin niddiskutu l-planning authority u la qed niddiskutu l-amministrazzjoni Laburista u lanqas l- amministrazzjoni Nazzjonalista!", "Rigward il-każ ta' Villa de Fremaux, la naf meta ħarġu l-permessi u lanqas jinteressani.", "In-nies li jridu jispjegaw l-inkonsistenza huma n-nies tal-planning authority u mhux il- gvern.", "Jien niċħad kategorikament kull konnessjoni fid-deċiżjoni li ttieħdet fil-każ tal-Garden of Eden u kif jaf kulħadd ħriġt mill-inkjesta scot-free.", "Safejn naf jien hawnhekk qegħdin nikkritikaw l-inkonsistenza u l-istramberiji fid-deċiżjonijiet tal-planning authority u mhux tal-gvern!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Irrid infakkar lis-segretarju parlamentari li jien ġbidt l-attenzjoni hawnhekk dwar il-conflicts of interest li hemm fl- awtorita' ta' l-ippjanar pero' ma nafx għal liema raġuni ma ttieħdu l-ebda passi.", "Per eżempju, semmejt il-każ ta' ċertu perit li qiegħda planning officer għan-naħa tas-south - m'hemmx għalfejn noqgħod insemmi isimha - u r-raġel tagħha qiegħed fid-DCC.", "Mela l-mara tivvettja l-files u r- raġel qiegħed fid-DCC!", "Dan m'huwiex conflict of interest?", "Ma ndaħħkux nies!", "L-aħħar darba semmejt każ ta' wieħed li applika biex iżid filata tal- garaxx meta kien diġa' nħareġ il-permess fuq filata inqas, għadda mill-GDO meta mhux suppost għadda, imbagħad wara li ndunaw sirna nafu rtirawlu l- permess.", "X'passi ħadtu kontra dan l-individwu li għamel dan l-abbuż?", "(Interruzzjonijiet) Veru li jien membru fuq il-bord ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar imma meta pprovajt nagħmel xogħli bħala membru għaddejt minn ħafna ostakli.", "Fil-fatt darba minnhom kont ingħatajt kopja tal-minuti tad- DCC fejn kien hemm imniżżel li:", "\"Il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilup ittrattat xi problemi li nħolqu fuq għaxar applikazzjonijiet imniżżlin hawn taħt wara li kienet diġa' ttieħdet deċiżjoni fuqhom u li ma kenux inklużi fl-aġenda tal- laqgħa.\".", "Fil-minuti tas-seduti ta' qabel kien hemm miktub li membru kellu konflitt ta' interess u kien telaq, pero' din id-darba meta tela' ma kienx iddikjara li kellu konflitt ta' interess u għalhekk jien tlabt biex nara l- file.", "Mort quddiem il-bord u għamilt mistoqsijiet diretti lil min kien konċernat.", "Fil-fatt kont iebes għaliex ridt li toħroġ il-verita' u dak li għidt jien kien kollu korrett.", "L-ewwelnett irriżulta minn nota - Red 34 fil-file - li dan il-file reġa' ntbagħat id-DCC għaliex ma kellux permess kif kien iddikjara.", "Issa fil-formola hemm miktub li jekk tiddikjara ħażin taqa' l-applikazzjoni, imma kien ġie deċiż li mill-point of view tal- planning din ma treġix.", "Allura għalfejn dawn l-affarijiet nagħmluhom fuq il-formola?", "Barra minn hekk, jien staqsejtu għaliex reġa' tela' u ma kienx iddikjara li kellu konflitt ta' interess.", "Issa din m'għandhiex x'taqsam mal-mod kif ipprovajt tinkuljunani meta għidtli li suppost naf li l-files ġieli jerġgħu jitilgħu quddiem id-DCC!", "Jien nitolbok biex tpoġġi File 1417 fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jkun jista' jara l- affarijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino, on a point of explanation.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kuntrarjament għal dak li qed jgħid l-Onor.", "Mizzi, jien informat li l-konflitt ta' interess ta' dawn il-persuni ġie minuted.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ħalli ngħidlek meta ġie minuted.", "Id-declaration li saret l-ewwel darba meta għadda l-permess ġiet minuted fil-11 ta' Diċembru.", "Fil-21 ta' Diċembru kien hemm nota fil-file,immarkata Red 34, li kienet tgħid li ma kellux permess, jiġifieri dan ma ddikjarax il- konflitt ta' interess.", "Issa jien nisfida lin-naħa tal-gvern li jekk fil-21 ta' Diċembru ġie ddikjarat li kien hemm konflitt ta' interess jien nirriżenja minn membru tal-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, pero' jekk ma teżistix din id-dikjarazzjoni s-segretarju parlamentari għandu jkun raġel u jirriżenja mill-kariga.", "(Interruzzjonijiet) Jekk trid tkun kredibbli mal-poplu għandek tpoġġi l-file fuq il-Mejda tal-Kamra!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li dan il-file jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-iskrutinju ta' kulħadd.", "Għall-informazzjoni ta' kulħadd, il-permess li qed jitkellem fuqu l-Onor.", "Mizzi jittratta deċiżjoni fuq pastizzerija!", "Ma nsib l-ebda diffikulta' li dan il-file jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Issa nistiednu jilqa' l-isfida li jekk fil-21 ta' Diċembru m'hemmx dikjarat li kien hemm konflitt ta' interess, jirriżenja minn segretajru parlamentari.", "Jekk hemm din id-dikjarazzjoni, jien lest li nirriżenja minn membru tal-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Mizzi.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Nipproponi li l-Onor.", "Mizzi jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mizzi jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Għadni qed nistenna lis-segretarju parlamentari jilqa' l-isfida tiegħi, ħalli l-poplu jkun jaf min huwa kredibbli.", "(Interruzzjonijiet) Jekk m'hemmx dikjarazzjoni dwar il- konflitt ta' interess, trid tirriżenja int u jekk hemm dikjarazzjoni nirriżenja jien.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, indirrizza lis-Sedja.", "Ma nixtieqx cross- debate.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Int għidt li hemm dikjarazzjoni, bħalma qal il-membru l- ieħor fuq il-bord li jirrappreżenta lill-gvern.", "Qed nisfidak biex tpoġġi l-file fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-poplu jara l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Il-poplu jibki meta jara l-ħniżrijiet u l-maniġġi li qed isiru fl-awtorita' ta' l-ippjanar.", "(Interruzzjonijiet) Għalfejn insemmi Għawdex?", "Għaliex meta saret l-inkjesta fuq il-każ ta' korruzzjoni ta' Għawdex minflok investigaw il-files investigaw lill- enforcement officer?", "Għaliex ma investigajtx u tara li dak li kont għidt jien kien kollu minnu?", "Dak inhar is-segretarju parlamentari pprova jikkuljunani meta qalli li jien nitkellem b'ħafna kuluri.", "(Interruzzjonijiet) Iva, nitkellem b'ħafna kuluri, speċjalment il-kuluri tal-qawsalla, għax hemmhekk inkun qed nitkellem fuq il-verita', imma min jitkellem b'kulur aħdar, kif titkellem int ...", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok indirrizza lis-Sedja.", "Il- ministru, on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Mizzi jissostanzja dak li għadu kif qal għaliex meta qed juża din il-kelma m'huwiex juża lingwaġġ parlamentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk jitkellem b'kulur wieħed ħdura toħroġ!", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, f'dan il-mument qed jagħmel point of order l- Onor. Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk huwa raġel ma jużax dak il-kliem!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien kont għidt li xi ħadd mis- segretarjat tiegħu mar ikellem liċ-chairman tad-DCC.", "Issa dan ġie kkonfermat, jiġifieri jien ma gdibtx.", "Issa dan x'imur jagħmel?", "Jien m'akkużajtux x'mar jagħmel u staqsejt lilu - pero' ma naħsibx li mar jgħid ir-rużarju! - u hu għamilha bi kbira għax qisni ridt ninsinwa xi ħaġa.", "Pero' dak inhar li jiena mort il-ħabs ta' Kordin, biex nara iben ta' waħda anzjana biex nagħmel att ta' karita', fil-ħin tal-mistoqsijiet supplimentari l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra kien akkużani li kont mort biex nagħmel kuntatt ma' l-ex-kummissarju tal-pulizija Pullicino.", "Dak inhar ma messitux il-kuxjenza!", "Dik ipokresija!", "Qed jiġri bħalma kien qed jiġri qabel l-elezzjoni, fejn l-ewwel jingħad mod u mbagħad wara l- elezzjoni jingħad mod ieħor.", "Per eżempju, fuq il-kwestjoni tat-tħaffir taż- żejt qabel l-elezzjoni bdew jgħidu li qed inħaffru għal xejn, imbagħad wara li telgħu fil-gvern baqgħu jħaffru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino, on a point of explanation.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, l-Onor.", "Mizzi staqsa din il- persuna x'kienet tmur tagħmel.", "Issa jien ħadt Aġġornament biex nispjega dan il-każ u nitolbu jaqra t-transcript ta' dak inhar biex ikun jaf x'għidt.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien għandi t-transcript quddiemi u nista' npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra biex ma joqgħodx jilgħabha tal-fidil anke hawnhekk!", "Issa se joqgħod jipprova jdawwarha kontrija għax jien għandi l-metodu tiegħi kif nitkellem, pero' jien ngħidlu li tankijiet vojta jagħmlu ħafna storbju!", "Meta tgħid il-verita' u toqros lil dak li jkun fil- laħam il-ħaj jipprova jostakolak u jtajrek, kif ipprovaw jagħmlu lili.", "B'dak id-diskors li sar fuqi dak inhar ipprovaw itellfuli l-kredibilita' tiegħi pero' llum ġejna f'salib it-toroq u l-poplu se jkun jaf min hu kredibbli.", "Is-segretarju parlamentari aċċetta li jpoġġi l-file fuq il- Mejda tal-Kamra pero' nerġa' nistiednu biex jilqa' l-isfida tiegħi, f'ġieħ l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, li jekk fid-data li semmejt jien ma saritx dikjarazzjoni dwar il-konflitt ta' interess, jirriżenja minn segretarju parlamentari.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Bonnici, ma rridx interruzzjonijiet.", "Onor. Mizzi, indirrizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk saret din id-dikjarazzjoni f'dik id-data jien nirriżenzja mill-planning authority, pero' jekk m'hemmx id-dikjarazzjoni l- Onor. Michael Bonnici u s-segretarju parlamentari responsabbli mill- awtorita' ta' l-ippjanar għandhom jirriżenjaw ukoll.", "Peress li ġie aċċettat li l-file jitpoġġa fuq il-Mejda, nista' nkun naf jekk hux se jitpoġġa jew le?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex tajtu żmien minn qabel biex ikun jista' jġib il-file.", "Il-file kien lest imma xorta ma ġabuhx u se joqogħdu jagħmlu bħat-tfal.", "L-iskop ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar huwa li żżomm is-sostenibilita' tal-pajjiż u taqdi liċ-ċittadin pero' minn dan kollu m'hu qed jiġri xejn, anzi liċ-ċittadin iż- żgħir qed tipprova tkissru.", "Kif diġa' għidt, l-awtorita' ta' l-ippjanar qed turi s-saħħa ma' min hu dgħajjef pero' ma' min hu b'saħħtu m'hi qed tagħmel xejn.", "M'iniex qed ngħid għal kulħadd imma hemm ċerti uffiċjali għolja li qed jipproteġu lil ċerti nies.", "L-aħħar darba semmejt każ ta' impressed driver - u jien ippretendejt li se jittieħdu pass kontra min għamel ċerti reati - li wara l-elezzjoni mar b'ħafna arja l-awtorita' ta' l-ippjanar u għamel li ried.", "X'passi ttieħdu kontrih?", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hija dwar il-parking.", "Kulħadd jaf kemm l-awtorita' ta' l-ippjanar tisħaq fejn jidħol il-parking u tesiġi li meta jkun se jsir xi bini jkun hemm spazju allokat għall-parking, pero' mbagħad tmur fil-bini ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar u x'ħin tiġi biex tipparkja ssib li ħaddiem t'hemmhekk stess għalaq nofs il-parking għaliex qabad u telaq il-karozza fil-parking area kif ried hu.", "Dawn huma n-nies li suppost qed jagħtu eżempju u jridu jagħmel enforcement fuq ħaddieħor!", "Jien għamilt rapport fuq dan il-każ u nixtieq inkun naf x'ġara.", "Dawn huma l-affarijiet li qed isiru fl-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Nerġa' nsostni li sakemm jkun hemm ċerti uffiċjali fl-awtorita' ta' l-ippjanar li qed joħolqu ċerta burokrazija żejda, billi joqogħdu jitolbu li jsiru diversi rapporti biex jieħdu l- commission ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onorevoli, kkonkludi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għad m'għandix provi ta' dawn l-affarijiet imma qed ngħidhom biex inżid ma' l-informazzjoni li qal li għandu s-segretarju parlamentari.", "Ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni li noqogħdu nħokku dahar xulxin.", "Dawn huma affarijiet li jidhru u kulħadd qed jgħidhom.", "Jien tlabt ukoll lista tal-periti li ħarġu l-permessi ħalli wieħed ikun jista' jagħmel evalwazzjoni ta' kif qed jimxu l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nagħlaq billi nerġa' nisfida lis- segretarju parlamentari li jekk irid jkun kredibbli mal-poplu jaċċetta li jekk f'dik id-data li semmejt jien m'hemmx dikjarazzjoni dwar il- konflitt ta' interess, jirriżenja flimkien mar-rappreżentant tan-naħa tal- gvern fuq il-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Onor.", "Tonio Borg biex jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, fil-ħin limitat li għandi m'iniex se noqgħod nitkellem fuq il-pastizzi jew fuq is-siġġijiet u l-imwejjed għaliex jien nemmen li ċerti affarijiet żgħar, b'mod partikolari dawk li huma ta' natura temporanja, lanqas għandhom ikunu suġġett ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Ma jfissirx li m'għandhomx ikunu soġġetti għall-kontroll pero' m'għandhomx ikunu suġġett ta' l-awtorita' ta' l-ippanar u għalhekk m'iniex se naqa' fit-tentazzjoni li noqgħod insemmi każijiet speċifiċi ħlief li ngħid li ċerti każijiet speċifiċi li ssemmew mill-Onor.", "Mizzi - u rrid ngħid li b'ħafna għajjat ma naslu mkien u ma jfissirx li min jgħajjat hawnhekk jew fl-awtorita' ta' l-ippjanar ikollu raġun - ġew deċiżi fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra.", "M'iniex qed ngħid li l-ex-ministru għamel żball għax, kif qal huwa stess, dawn l-affarijiet la ddeċidihom hu u lanqas influwenzahom imma li tattakka lili u lis-segretarju parlamentari fuq deċiżjonijiet li ttieħdu mill-awtorita' ta' l-ippjanar meta aħna konna fl-oppożizzjoni huwa ż-żejjed!", "Kieku l-Onor.", "Mizzi kien sinċier fi kliemu kien jgħid id-data meta ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet u mhux jgħidha fuq l- insistenza tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta jien staqsejt jekk ingħatawx il-permessi, is- segretarju parlamentari wieġeb li mhux suppost nitkellem fuq dawk il- każijiet għaliex għadhom ma marrux quddiem id-DCC.", "Allura kif il-ministru issa qed jgħid li l-permessi kienu ngħataw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li għidt jien.", "Mr Speaker, kif diġa' għidt, il-partiti politiċi jaqblu li għandu jsir ċertu tibdil fil-proċess ta' l-ippjanar.", "Aħna qegħdin naħdmu f'dan is-sens u mhux biss għamilna dak il-core group biex jippjana dawn l-affarijiet imma bdejna proċess serju ta' djalogu, fejn qegħdin niltaqgħu man-nies f'erba' laqgħat reġjonali.", "Se nagħmlu konferenza nazzjonali fil-25 ta' April ta' din is-sena biex niġbru l-kummenti kollha u se nipprovaw nagħmlu l-almu tagħna biex dawk l-affarijiet li jistgħu jiġu attwati nimplimentawhom din is-sena.", "Jien niftakar lill-ex-Ministru George Vella jgħid x'kienu l- proposti tal-Gvern Laburista u li jekk ma jirnexxux kienu se jipprovaw xi ħaġa oħra.", "Fil-fatt l-oppożizzjoni għadha kemm qalet li kienet beħsiebha tipproponi bidliet oħrajn barra dawk l-emendi li saru fl-1997.", "Pero' jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Vella meta jgħid li kienet saret kritika distruttiva meta ġew proposti l-emendi ta' l-1997.", "Jien l-ewwel wieħed niftakarni ngħid li konna kompletament favur dawk l-emendi li jnaqqsu l-burokrazija.", "Pero' issa qed ngħidu li se nbiddlu dawk l-emendi li ma konniex qbilna magħhom, fosthom tal-vot sigriet dwar id- deliberazzjonijiet tal-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp, u se jsiru ċerti affarijiet li meta saru kienu ferm differenti minn kif kienu ġew proposti u nbiddlu proprju bis-saħħa tal-kritika ta' l-oppożizzjoni.", "Sfortunatament wħud minn dawn l-emendi lanqas ħadmu.", "Ħalli nieħdu l- eżempju tal-presumed approval ta' l-applikazzjonijiet.", "Skond l-emendi ta' l-1997, jekk jgħaddi ċertu perijodu ta' żmien stabilit mil-liġi u l-awtorita' ta' l-ippjanar tkun għadha ma ddeċidietx xi applikazzjonijiet, dawn jiġu meqjusa li ġew deċiżi.", "Jien niftakarni nikkritika u nistaqsi lin-naħa tal-gvern ta' dak iż-żmien min kien se jiddeċiedi li dawn ġew deċiżi.", "Fil-fatt, safejn naf jien, sal-lum ma ħareġ l-ebda permess abbażi ta' dak l-artiklu għax għalkemm il-periti jsostnu li la jkun għadda l-perjodu ta' żmien il-permess suppost huwa presumed approved, l-awtorita' ta' l-ippjanar qatt ma toħroġ xi biċċa karta li turi li la dik l-applikazzjoni ma ġietx proċessata fi żmien il-perijodu stabilit allura l-permess huwa presumed approved.", "Minkejja li dawn l-emendi domna niddiskutuhom fil-parlment u l-liġi ġiet mibdula mill-istat oriġinali tagħha, għadna fis-sitwazzjoni li għandna artiklu tal-liġi li ma jfisser xejn.", "Kif qal l l-Onor.", "Pullicino, għalkemm il-liġi hija importanti ħafna, l-emendi m'humiex se jkunu biss dwar il-liġi imma se jsir tibdil fil- policies u fil-general development order.", "Waqt li kont qed nisma' l-kritika ta' l-Onor.", "Mizzi, meta beda jgħid x'għandna nneħħu mill-awtorita' ta' l-ippjanar, jien bdejt ngħid li m'hu se jifdal xejn minnha!", "Jien naqbel li għandna nneħħu ċertu burokrazija imma jekk jitneħħew ċerti organi, kif semma l-Onor.", "Mizzi, nistgħu nneħħu l-awtorita' ta' l-ippjanar kompletament.", "Jien naqbel li, per eżempju, il- GDO - li jagħti lista ta' affarijiet li m'hemmx bżonn permess sħiħ għalihom - jiġi estiż biex jinkludi affarijiet temporanji jew affarijiet żgħar li jkunu tħallew barra mil-lista oriġinali u dan jista' jsir b'deċiżjoni mill-awtorita' ta' l-ippjanar u m'hemmx bżonn ta' tibdil fil- liġi.", "F'waħda minn dawn il-laqgħat reġjonali qam wieħed jitkellem u staqsa għaliex l-alterazzjonijiet strutturali żgħar huma nklużi fil-GDO għar-rigward ta' residenzi biss u mhux ukoll għar-rigward ta' proprjeta' mhux residenzjali.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu niddiskutu u nappella lil kulħadd biex jattendi għal dawn il-laqgħat ħalli nkunu nistgħu nisimgħu s-suġġerimenti u l-ilmenti ta' kulħadd.", "M'hemmx għalfejn ngħid li jkun hemm min jiġi bil-każ partikolari tiegħu pero' jkun hemm min joffri s-suġġerimenti tiegħu wkoll.", "M'huwiex veru li, kif qal l-Onor.", "Mizzi, aħna qed nipprovaw nużaw l-oppożizzjoni.", "Lil kulmin noħorġulu invit jista' jiġi u jitkellem u għalkemm tlabna lil ċerti membri ta' l-oppożizzjoni biex jagħmlu l-intervent tagħhom dan ma jeskludix deputati jew kunsilliera oħrajn li jridu jipparteċipaw.", "Fil- fatt fl-ewwel laqgħa reġjonali ħadt gost nara persuni anke minn każini politiċi u ta' opinjoni politika differenti jiġu għan-nom ta' l-għaqdiet tagħhom u jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Nixtieq li anke d-deputati ta' l- oppożizzjoni jagħmlu dan pero' ma nistax nisforzahom u jekk iridu jħalluna nagħmluhom waħedna l-emendi u r-riformi, nagħmluhom u mbagħad joqogħdu jikkritikawna fil-parlament.", "Pero' jien nappellalhom biex jipparteċipaw f'dan il-proċess u jagħmlu l-kritika xorta waħda fil- parlament.", "Aħna rridu nagħmlu l-affarijiet minn isfel għal fuq u mhux minn fuq għal isfel.", "L-intenzjoni tagħna hija li l-emendi jolqtu l-leġislazzjoni u l- organizzazzjoni fi ħdan l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Nieħu gost li l- management efficiency unit beda jagħmel ir-review ta' l-organizzazzjoni, li hija importanti ħafna kemm għar-rigward ta' l-amministrazzjoni, li hemm bżonn tissaħħaħ fi ħdan l-awtorita' ta' l-ippjanar, u kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-policies.", "Kemm ilni ministru eżaminajt il-policies li jeżistu u nista' ngħid li għandna ċerti policies li huma tajbin u għandhom jissaħħu iktar pero' hemm policies oħrajn li huma anakronistiċi, jiġifieri għadda ż-żmien tagħhom u qegħdin jiġu kkritikati mhux mill-periti biss imma minn kulħadd.", "Qgħadt nisma' b'attenzjoni ċerti suġġerimenti li saru min-naħa ta' l- oppożizzjoni u naqbel li hemm lok għal ċertu tibdil fil-policies, fejn jidħlu filati u affarijiet ta' ċerti dettalji, li setgħu kienu tajbin meta saru imma bl-iżvilupp li hawn illum jistgħu jinbidlu biex jgħinu fix-xogħol ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar stess.", "Huwa faċli li tgħid li rridu nsaħħlu l-enforcement unit ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, imma qabel xejn irid ikollok il-kapaċita' li tinforza l-affarijiet li huma importanti u li huma inforzabbli.", "Jekk noħolqu labirint ta' regolamenti u policies li nafu minn qabel li m'humiex se jiġu inforzati, għax tant ikun hemm minnhom u tant ikunu jolqtu affarijiet żgħar li kważi jġibu reġimentazzjoni u mhux pjanifikazzjoni, inkunu qegħdin nagħmluhom biex noħorġu l-istop notices u ma jsir xejn.", "Il-problema m'hijiex biss li ssaħħaħ l-enforcement unit imma li wieħed jikkonċentra fuq l-affarijiet serji u fuq dawk l-affarijiet li huma inforzabbli.", "Jekk hemm regolamenti li għadda żmienhom u li qegħdin hemm biex l-awtorita' ta' l-ippjanar toqgħod tiġi kkritikata li m'hijiex tinforzahom, irid ikollna l-kuraġġ li nbiddluhom.", "Mr Speaker, issemmew il-height limitations.", "Jien nemmen li f'ċerti parametri raġonevoli hemm lok biex il-height limitations jinbidlu għax inkella se nispiċċaw li ħafna nies jitilqu mill-irħula u mill-ibliet biex imorru joqogħdu f'postijiet oħrajn.", "Per eżempju, f'Tas-Sliema hemm areas oħrajn barra dawk fuq il-front li qed imutu proprju minħabba dawn il- height limitations.", "Jekk joħorġu permessi biex jiżdied sular wieħed f'ċerti areas li ma joħolqux impatt negattiv fuq l-ambjent, inkunu qegħdin ngħinu biex in-nies jibqgħu jgħixu hemmhekk għaliex irridu nirrealizzaw li dak li kien aċċettabbli 20 sena ilu bħala kumdita' fid-dar illum m'huwiex aċċettabbli.", "F'pajjiżna aħna mdorrijin bi djar b'ċertu spazju u għalkemm m'għandniex naħlu l-ispazju li għandna, lanqas għandna nikkundannaw depressed areas fl-ibliet tagħna - għax iż-żgħażagħ tagħna ma jridux joqogħdu fi djar b'żewġ bedrooms - u ma nippermettux li dak li jkun japplika biex iżid sular fuq dak li għandu.", "M'iniex qed ngħid li dawn il- permessi għandhom jingħataw kullimkien, għax jista' jkun li f'ċerti areas tkun qed tagħmel iktar ħsara, imma jien ngħid li għandu jkollna l-kuraġġ li niddiskutu dawn l-affarijiet ħalli mhux kulħadd jibqa' jibni djar ġodda.", "Din hija d-direzzjoni li aħna rridu nagħtu lill-awtorita' ta' l-ippjanar u li noqogħdu nsemmu każijiet partikolari nkunu qed nagħmlu bħall-avukati li jfaħħru lill-imħallef meta jirbħu xi kawża u jikkritikawh meta jitilfuha.", "Jien ngħid li sakemm ma jiddeċiedix kollox bniedem wieħed se jkun hemm ċerti inkonsistenzi u jkun hemm lok għall-investigazzjoni jekk l- inkonsistenzi jkollhom ċertu pattern imma xi kultant anke l-istess imħallef daqqa jiddeċiedi mod u daqqa jiddeċiedi mod ieħor, aħseb u ara meta jkollok diversi nies li qed jieħdu deċiżjoni.", "Nagħlaq billi nsemmi l-kwestjoni tal-konflitt ta' interess għax ilni nismagħha u hemm bżonn li tingħata risposta tajba.", "L-uniċi nies li tista' tpoġġi fuq bord li ma jkollhomx konflitt ta' interess huma nies li ma rnexxewx.", "Jekk fuq id-DCC se tpoġġi periti li ma jipprattikawx jew li qatt ma jkunu qabdu fil-professjoni tagħhom allura jista' jkun li ma jkollokx konflitt ta' interess, imma sakemm tagħmel periti prattikanti - u huwa tajjeb li jkunu prattikanti għax ikunu jafu d-dinja tax-xogħol f'dan il- qasam - se jkun hemm dan il-konflitt ta' interess.", "Il-ħażin m'huwiex li jkun hemm konflitt ta' interess imma li jkun hemm konflitt ta' interess u ma jiddikjarawhx.", "Pero' safejn naf jien, għallinqas kemm ilni ministru jien, qatt ma ġara li xi ħadd kellu xi konflitt ta' interess u ma ddikjarahx.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mil-ministru ta' l-intern biex il-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għas-sena finanzjajra mill-1 ta' Ottubru, 1998 sat-30 ta' Settembru, 1999 skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division ttittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.20 p.m.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-ministru ta' l- intern biex il-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1989 sat-30 ta' Settembru 1999 skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 157 FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | | | | |", "KONTRA : 28", "L-Onor.", "| | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 1 ta' Marzu fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru. 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru. 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "U xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, ftit tal-ġimgħat ilu ltqajt ma' tmien nisa ta' etajiet differenti minn 20 sa 50 sena u wisq probabbli dawn in-nisa qatt ma kienu jsiru jafu lil xulxin kieku n-nuqqasijiet tagħhom lejn is-soċjeta' ma wasluhomx biex jiltaqgħu bejn il-ħitan tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "Dawn it-tmien nisa nisa huma residenti f'Kordin - u naħseb li llum ilkoll għadhom hemm - fejn qed jiskontaw sentenzi, min ta' xhur u min ta' snin jew qed jistennew sentenzi għar-reati li wettqu kontra s-soċjeta'.", "Nammetti li meta mort inżurhom xi xahar ilu, mort b'ċertu ammont ta' apprensjoni mhux biss għax kont sejra għall-ewwel darba f'post li jimla l-maġġoranza minna b'apprensjoni imma għax ma xtaqthomx jaħsbu li mort inżurhom b'sens ta' kurżita'.", "L-idea taż-żjara tiegħi nibtet minn sens ġenwin ta' concern għal dawn in-nies li dejjem ħassejt li għandhom bżonn ħafna għajnuna, u xtaqt nara kif b'xi mod jew ieħor stajt ngħinhom personalment.", "Mr Speaker, min jaħseb li l-faċilita' korrettiva ta' Kordin hija xi lukanda qed jiżbalja għaliex l-ewwel u qabel kollox ir-residenti huma nieqsa mil-liberta' personali, nieqsa mill-fakulta' li jagħmlu anke għażliet żgħar tul il-jiem, ix-xhur u s-snin li jgħaddu hemm ġew u mċaħħda milli jgħixu mal-familji u mal-ħbieb tagħhom fl-ambjent ta' l-għażla tagħhom għax qegħdin iħallsu għall-iżbalji li jkunu għamlu.", "Aħna nużaw ħafna kliem sabiħ biex inkunu politikament korretti imma l-verita' tibqa' li dawn in-nies huma priġunieri magħluqa bejn erba' ħitan u sottomessi għar-regolamenti u għall-ordnijiet imposti fuqhom minn ħaddieħor u mill- istituzzjoni li qegħdin fiha.", "M'iniex qed indaħħal l-ebda emozzjoni fl- argumenti tiegħi imma qed nistabilixxi l-fatti kif inhuma.", "Jien qatt ma qbilt ma' dawk li jibku għal min qed iħallas għad- deċiżjonijiet u għall- għażliet ħżiena tiegħu stess u fl-istess ħin jinsew lill-vittmi innoċenti ta' dawn l-għażliet u d-deċiżjonijiet.", "Imma bla dubju ta' xejn bħal ħafna oħrajn jiena naqbel li bniedem, hu min hu u qiegħed fejn qiegħed, għandu dritt għad-dinjita' tiegħu u, f'dan il-każ li qed insemmi llum, għandu dritt ukoll li joħloq futur ġdid b'opportunitajiet dejjem aħjar.", "Nemmen li kull bniedem għandu fih il-potenzjal li jagħraf li żbalja u jindem minn dan l-iżball imma biex biex jagħmel dan waħdu huwa ftit diffiċli speċjalment meta jkun ġej minn ċirkostanzi sfavorevoli.", "Għalhekk primarjament għandu bżonn l-għajnuna tas-soċjeta'.", "Id-division tan-nisa fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin m'hijiex xi waħda minn xi ktieb ta' Charles Dickens, anzi jien kont sorpriża bl-indafa pinna li hemm, bil-kmamar personalizzati, bil-kċina attrezzata u bil-makni tal-ħjata li hemm provduti għal min irid jużahom.", "Dan l-ambjent, li huwa 'il bogħod ħafna minn dak li kont imaġinajt u naħseb milli jimmaġinaw ħafna nies, huwa megħjun ħafna biex ikun aħjar milli seta' kien minn Miss Anna, li hija supervisor, u minn Sr. Maria u jidher biċ-ċar li r-residenti sabu għajnuna kbira u appoġġ sħiħ minn dawn it-tnejn min-nies li forsi ma sabux minn ħaddieħor.", "Meta hawn Malta bdejna nużaw it-terminoloġija politikament korretta ta' faċilita' korrettiva minflok ħabs u nirriferu għall-ħabsin bħala residenti, konna qegħdin inħarsu lejn l-introduzzjoni tal-konċett li jgħidilna li waqt li dawk li kisru l-liġi għandhom jiskontaw il-piena tagħhom, fl-istess ħin għandhom jiġu riabilitati biex meta jerġgħu joħorġu fis-soċjeta' ma jerġgħux jwettqu reat ieħor u jkunu jistgħu jinserixxu ruħhom fil-ħajja ta' kuljum.", "Dan l-approach illum jagħmel sens kemm mil- lat uman kif ukoll mil-lat soċjali għax il-ġustizzja m'għadhiex temmen fir- rivendikazzjoni, kif kienet fi żmenijiet, oħra imma qiegħda tħares lejn id- drittijiet u l-futur ta' dawk li jwettqu reati serji.", "Il-konċett tar- riabilitazzjoni huwa wieħed sabiħ u nobbli, imma mingħajr implimentazzjoni sħiħa jibqa' biss fl-ajru, kif jibqgħu dawk l-ideali u l-konċetti kollha li ma jsibux l-istrutturi meħtieġa.", "Fil-ftit sigħat li domt inżur lil dawn in- nisa pprovajt nara kif jgħaddu l-ħin tal-ġranet twal bejn dawn l-erba' ħitan u għalkemm uħud jagħmlu xi xogħol provdut minn fabbrika u kollha għandhom il-jobs allokati għalihom, huwa ovvju li jinħlew ħafna sigħat li żgur jistgħu jiġu utilizzati aħjar biex dawn in-nisa, speċjalment dawk li għadhom żgħażagħ, joħorġu bi skills ġodda li jgħinuhom fil-ħajja ta' barra.", "Ħassejt li hemm nuqqas ta' għajnuna reali li tista' tipprepara lil dawn in- nies għal ħajja barra mill-faċilita' korrettiva u milli nista' nifhem teżisti wkoll nuqqas ta' għajnuna fiċ-ċirkostanzi tar-residenti rġiel.", "Sur President, sfortunatament pajjiżna huwa nieqes mir-riżorsi umani ta' social workers u counsellors f'ħafna setturi.", "Naħseb min jismagħni nitkellem jgħid li jien iffissata li għandu jkun hemm social workers u counsellors kulimkien, pero' nħoss li għandna nuqqas kbir tagħhom f'dan il- pajjiż u hemm bżonn li jkollna iktar nies imħarrġa li jistgħu jgħinu lil dawk li għandhom problemi u li joħolqu problemi fis-soċjeta'.", "Nemmen li hemm lok għal iktar social workers u counsellors fost ir-residenti ta' Kordin għaliex huma ftit wisq ir-residenti li għandhom l-għajnuna tas- social workers meta ħafna huma dawk li jaslu biex iwettqu reati għaliex proprju kellhom problemi fil-familja, problemi soċjali u problemi personali oħra.", "Kif diġa' għidt, għandna wkoll nuqqas ta' counsellors.", "Ma nistax nifhem kif bniedem jista' jirrealizza l-gravita' u s-serjeta' tar-reat li jkun għamel jekk ma jkollux min jgħinu jifhem biċ-ċar is- serjeta' u l-gravita' ta' dak li jkun għamel u d-dannu li jkun wettaq mhux biss lill-vittmi tiegħu u lis-soċjeta' imma anke lilu nnifsu.", "Nixtieq li xi ħadd jista' jgħidli kif tfajla ta' 20 sena tista' tifhem li l- prostituzzjoni hija sfruttament u ħela ta' ħajjitha meta ma ssibx lil min ifehimha bl-expertise neċessarju li hi jixirqilha u kapaċi tgħix ħajja aħjar u li minkejja li qatt ma għarfet ħajja oħra minħabba ambjent familjari, għandu jkollha l-opportunita' li tgħix ħajja differenti u toħlom dwar il-futur tagħha bħalma jagħmlu tfajliet oħra li trabbew f'ċirkostanzi aktar fortunati.", "Wisq nibża' li l-maġġoranza tat-tfajliet u tan-nisa żgħażagħ b'police record, wara li jkunu skontaw s-sentenza tagħhom fil-faċilita' korrettiva joħorġu minn hemmhekk bla xogħol u mingħajr dar fejn joqogħdu, speċjalment meta jkun hemm nuqqas ta' qbil mal- familja.", "Dawn in-nies x'għażliet għandhom?", "Jiena nara li għandhom żewġ għażliet koroh: Jew jirrikorru għad-droga biex jinsew jew jaqgħu għall- prostituzzjoni biex jaqilgħu l-flus u jgħinu lil ħaddieħor jgħix tajjeb minn fuq daharhom.", "Sur President, laqatni l-fatt li n-nisa kollha li ltqajt magħhom qegħdin hemmhekk għax wettqu reati b'konnessjoni mad-droga, u dawn huma nisa kbar fl-eta', bi tfal imfarfrin - naħseb nanniet ukoll - nisa żgħażagħ bi tfal żgħar u anke nisa tqal.", "Issa dawn kollha jgħidulek li allaħares jaqbdu lil uliedhom jersqu lejn id-droga imma huma kienu jipprovduha għat-tfal ta' ħaddieħor u ma jistgħux jifhmu għaliex mill- ġustizzja u mis-soċjeta' qed jitqiesu kriminali agħar minn min ikun qatel.", "Jien ipprovajt nispjegalhom li tista' toqtol b'daqqa ta' sikkina, b'tir ta' pistola, b'pillola waħda u tista' toqtol bid-droga li twassal għall- mewt fil-ħajja, anke jekk mhux biex titfgħek taħt it-trab.", "Dawn in-nisa qaluli li dak li għamlu għamluh għal uliedhom għaliex kellhom problemi kbar.", "Pero' jien nistaqsi: Il-problemi li kellhom qabel ma daħlu l-ħabs, ġew solvuti f'dawn is-snin li qattgħu 'il bogħod mil-familji tagħhom?", "Ix-xibka li ħafna minnhom inqabdu fiha, se jerġgħu jinqabdu fiha ladarba joħorġu minn hemm ġew?", "Min se jgħinhom fil-problemi tagħhom meta joħorġu, ladarba ma teżistix sistema ta' after-care b'nies imħarrġa biex jgħinuhom jinserixxu ruħhom fis-soċjeta'?", "Is-soċjeta' lesta li tgħinhom u tagħtihom opportunitajiet biex jinserixxu ruħhom?", "L-ikbar problema li jsemmulek hija li meta joħorġu minn hemm ġew m'humiex se jsibu fejn jaħdmu għaliex ħadd m'hu se jafdahom u għalhekk se jsibu ruħhom bla flus.", "L-ikbar uġigħ ta' ras tagħhom huwa kif se jipprovdu l-flus biex jgħajxu t-tfal tagħhom għax għandhom qalbhom maqtugħa li se jsibu xogħol.", "Irridu nammettu li ftit huma dawk fostna li lesti jħaddmu nies li serqu, qatlu, mexxew id-droga jew kisru l-liġi b'diversi modi u li jagħtuhom opportunita' għal ħajja ġdida.", "Malta huwa pajjiż żgħir fejn kulħadd jaf lil xulxin.", "M'aħniex qegħdin l-Amerika fejn bniedem jista' jmur f'parti oħra tal-pajjiż u jkun jista' jibda jgħix ħajja ġdida.", "In- nuqqas ta' ħniena lejn dawn in-nies fis-soċjeta' tagħna tfisser li bniedem ikun ittimbrat u emarġinat għal ħajtu, kultant minn eta' żgħira li ma tgħinx lil dan bniedem isir verament membru sħiħ tas-soċjeta'.", "Għalhekk m'għandniex għalfejn niskantaw biċ-ċifra konsiderevoli ta' reċidivi li għandna f'dan il-pajjiż għax jekk qed isibu l-bibien ta' l-opportunitajiet magħluqin, allura jibqa' bieb wieħed biss miftuħ għalihom, dak li jerġa' jinstabat f'wiċċhom.", "Jiena tkellimt ma' persuna li lesta tħaddem nies li jkunu ħerġin mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin pero' jinħolqulha problemi oħra ma' l-impjegati l-oħra għax ma jeħdux pjaċir jaħdmu ma' dawn in-nies.", "Jiena ngħid li apparti l-altruwiżmu u s-sens nisrani li għandna nuru lejn kulħadd, jagħmel sens li noħolqu opportunitajiet ġodda lil min verament irid ibiddel ħajtu.", "Meta dawk li jidħlu darba fil-faċilita' korrettiva joħorġu u jirnexxilhom joħolqu ħajja aħjar u jagħtu kontribut sħiħ lis-soċjeta', nistgħu ngħidu li mil-konċett ta' riabilitazzjoni fl- aħħar għaddejna għall-implimentazzjoni.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Sur President, il- ġimgħa l-oħra, fid-diskors li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil- konferenza tal-FOI kkritka l-proċess li nieda dan il-gvern fit-twaqqif ta' kulleġġ vokazzjonali u qal hekk:", "\"Suddenly announcing that a quasi- tertiary vocational institute will be set up amounts to making policy on the hoof for the sake of grabbing a headline but would not take us nowhere.", "This commitment to education investment should not depend on grandiose policy shifts that are launched abruptly and implemented haphazardly.\"", "Jiġifieri l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li f'dan il-proċess kollu l- Gvern Nazzjonalista kulma jimpurtah huwa li jidher fil-gazzetti u fl- aħbarjiiet.", "Fid-diskors tiegħu kompla jgħid li:", "\"... nor should educational policy concentrate on the tertiary sector at the expense of the primary, secondary and secondary technical levels where the real effort should actually focus.", "Between 1987 and 1996 the concentration on tertiary education was carried to extremes and we are still suffering the consequences.\"", "Jiġifieri l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li bejn l-1987 u l-1996 l- edukazzjoni kkonċentrat iż-żejjed fuq is-settur terzjarju u għadna qed insofru l-konsegwenzi.", "Jien ma ġejtx hawnhekk biex nagħmel diskors fuq is- settur terzjarju, imma żgur li ma nistgħux ma niddefendux dak li għamel Gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1996.", "Jien kont għadni l-universita' fl-1986/1987 u kulħadd jaf li dak iż-żmien l-Universita' kienet kważi ghost town bi 800 student maqsumin nofs bin- nofs u l-korsijiet kienu limitati għaliex kien hemm in-numerus clausus.", "Il- pajjiż kien iġġammjat għax l-universita' ma kenitx toffri tagħlim biex ikollna nies imħarrġa biżżejjed.", "Naħseb li llum il-pajjiż qed igawdi mill-isplużjoni li kien hawn fil-qasam terzjarju u jekk għandna industrija li qed tuża inġiniera mħarrġa huwa grazzi għall-investiment li għamel Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien.", "Naħseb li l-Onor.", "Sant għamel dak id-diskors fil-konferenza tal-FOI biex ikun qal xi ħaġa ħalli b'headlines kbar jidher li qed jagħmel kritika li jħobb l-edukazzjoni imma l-kritika tiegħu kienet ibbażata fuq il-mod kif tħares lejn il-proċess b'mod negattiv.", "L- ewwelnett huwa tajjeb li naraw kif u meta nbeda l-proċess.", "Fil-fatt dan il-proċess inbeda fl-1996 meta l-Perit Michael Falzon kien ministru ta' l-edukazzjoni u kien involva ħafna nies mid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni li bdew iħarsu lejn aspetti varji li kellhom iwasslu għat- twaqqif ta' kulleġġ vokazzjonali.", "Il-proċess kien mexa mhux ħażin u kienet tlestiet anke discussion paper fejn bdew jitkellmu fuq liema livelli ta' edukazzjoni kellu jħares.", "Barra minn hekk, il-kumpless ta' Kordin kien ġie identifikat bħala l-kumpless prinċipali u bdiet issir diskussjoni dwar x'tip ta' ċertifikazzjoni kellha tingħata.", "Pero' dik id-diskussjoni ġiet mwaqqfa ħesrem minħabba li ġiet l-elezzjoni u nbidel il-gvern.", "Il-ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Evarist Bartolo, kellu proċess lejn xiex iħares u ma kellux għalfejn jibda mill-bidu bħalma kien beda l- Perit Michael Falzon u kieku ried seta' qabad dak il-proċess u f'sentejn kien iwaqqaf dan l-istitut għaliex jekk illum l-Onor.", "Alfred Sant jemmen li huwa bżonjuż għall-pajjiż, suppost li anke sentejn ilu kien jemmen li dan il-kulleġġ vokazzjonali kien bżonjuż għall-pajjiż.", "Minkejja li l-ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż-żmien diġa' kellu proċess lejn xiex iħares reġa' fetaħ il-proċess mil-ġdid.", "Pero' dan il-proċess ma nvolviex daqstant nies u għalkemm sar tfassil mill-ġdid ta' viżjoni u nkitbet white paper oħra lanqas tniedet diskussjoni fuqha.", "Il-white paper kienet tikkonċentra wisq fuq il-mod kif se ssir iċ-ċertifikazzjoni f'dan il-kulleġġ u minkejja li l-l-ex-ministru Bartolo kellu sentejn biex iwaqqaf dan il-kulleġġ, ma sar xejn.", "Fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista t-twaqqif ta' dan il- kulleġġ vokazzjonali jissemma bħala għan ewlieni ta' fejn irridu naslu fl- edukazzjoni.", "Għidna li fil-passat kien hemm enfasi fuq is-settur terzjarju u nafu li issa l-pajjiż għandu bżonn jifrex dik l-enfasi fuq oqsma oħra.", "Fil-fatt din il-ħidma fl-edukazzjoni tissemma anke fid-Diskors tal- President u fl-ewwel ġimgħat ta' ħidma tagħna fil-ministeru bdejna l- proċess biex inwaqqfu dan il-kulleġġ vokazzjonali.", "Aħna diġa' kellna żewġ stampi lejn xiex inħarsu magħmula minn żewġ ministri li kellhom il- validita' tagħhom bħala ministri ta' l-edukazzjoni u għalkemm kien hemm anke xi kuntrasti, is-sens komun jgħidlek biex tieħu t-tajjeb ta' dawn iż-żewġ proċessi li saru qabilna.", "Aħna waqqafna steering committee li l- Ministru Louis Galea inkarigani biex inkun chairman tiegħu u qegħdin involvu diversi nies minn setturi mħallta, fosthom nies li ġejjin mid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni, nies oħra li huma involuti fl-edukazzjoni imma m'humiex mid-diviżjoni u nies oħra minn barra.", "Dawn in-nies inqasmu f'ħames working groups li qed iħarsu lejn aspetti varji li jkollok bżonn biex twaqqaf dan l-istitut.", "L-ewwel working group se jħares lejn il- curriculum ta' dan l-istitut, cioe' l-metodu ta' tagħlim, is-sillabi tad- diversi korsijiet, iċ-ċertifikazzjoni li biha se joħorġu l-istudenti u x'għandhom bżonn bħala entry requirements.", "Working group ieħor se jħares lejn l-istrutturi amministrativi ta' dan il- kulleġġ.", "Fil-fatt dan il-kulleġġ se jkun magħmul minn diversi skejjel li ħafna minnhom diġa' jeżistu pero' l-Junior College, il-private sixth forms u l-ITS se jkunu esklużi għaliex il-Junior College u l-private sixth forms huma skejjel ta' aċċess għall-Universita' u minħabba l-investiment min-naħa tat-turiżmu fl-ITS ma jkunx ta' benefiċċju għal dak l-istitut li niġbruh taħt din l-umbrella.", "L-iskejjel li se jkunu nklużi taħt dan il- kulleġġ huma l-Paolino Vassallo, it-Technical Institute, il-Fellenberg, is- Secretarial School, il-Mother Theresa Pre-vocational School, in-Nautical School, l-Arts and Design, l-Agricultural College u l-iSchool for Hairdressing.", "Din il-lista ta' skejjel m'hijiex exhaustive għax wieħed irid iqis kif l-istudenti Għawdxin se jidħlu f'dan il-kulleġġ.", "Fil-fatt f'wieħed minn dawn il-working groups għandna rappreżentanza minn Għawdex biex nistudjaw kif l-Istitut Mikiel Anġ Refalo jista' jiġi nkluż.", "Irridu naraw ukoll x'forma ġuridika se jkollhom dawn l-iskejjel u kif se jaħdmu flimkien.", "It-tielet working group jittratta l-konsultazzjoni ma' oqsma interessati.", "Dan il-working group huwa importanti għaliex se jitkellem ma' l- industrijalisti biex jidentifika l-ħteġijiet ta' l-industrija li min-naħa tagħhom jgħidulna x'nuqqas ta' nies imħarrġa qed isibu.", "Min-naħa tiegħu dan il-working group jgħid lill-ewwel working group x'tip ta' syllabus u courses jrid jinkludi fil-kurrikulum.", "Dan il-working group irid jitkellem ukoll ma' għalliema, studenti, nies mill-ETC u nies mill-qasam tal- kummerċ.", "Ir-raba' working group se jħares lejn l-aspett fiżiku tal- kulleġġ.", "Kif diġa' għidt, qed inżommu l-kumpless ta' Kordin bħala l- kumpless prinċipali u qabbadna nies mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex jiżviluppawlna brief għat-tkabbir u għall- investiment fiżiku ta' dan il- kulleġġ.", "L-aħħar working group se jħares lejn in-natura legali ta' l- istitut.", "Sur President, żgur li aħna m'aħniex nikkonċentraw iż-żejjed fuq l- aspett terzjarju ta' dan l-istitut u qegħdin ngħidu li dan l-istitut se jsir biex ikollna an alternative route to higher education u mhux rotta alternattiva għall-universita', għax kieku nkunu qed nagħmlu istitut li jikkompeti mal-Junior College imma aħna nixtiequ li dan l-istitut idealment jikkompeti ma' l-univerista', ħalli meta student jagħlaq is-16- il sena jkun jista' jagħżel liema rotta se jagħżel, jekk hux dik akkademika jew ir-rotta vokazzjonali.", "Idealment dan l-istitut irid ikollu l-istima li tkun ġejja minn ċertifikazzjoni ta' ċertu livell fejn student ma jħarisx biss lejn il-prestiġju ta' degree imma jħares ukoll lejn il- prestiġju ta' ċertifikazzjoni vokazzjonali.", "Din il-parity of esteem se tkun xi ħaġa fundamentali għat-twaqqif ta' dan l-istitut.", "L-alternativa hija importanti għax pajjiżna għandu bżonn ikabbar it-taħriġ fl-oqsma tekniċi u f'dan l-istitut se ssir enfasi fuq it-taħriġ.", "Dan l-istitut għandna bżonnu biex ikollna streamlining taċ-ċertifikazzjoni għax għad hawn ħafna ċertifikazzjoni post-sekondarja li m'hijiex streamlined, biex ikollna x-sharing tar-riżorsi u biex jkollna introduzzjoni ta' ċertifikazzjoni li ma teżistix speċjalment f'oqsma operattivi.", "Qegħdin inħarsu wkoll lejn kif issir iċ-ċertifikazzjoni f'oqsma vokazzjonali barra minn Malta fejn jitkellmu fuq ħames livelli: level 1 operational, level 2 craft, level 3 technician, level 4 diploma and level 5 degree level.", "Aħna qegħdin ngħidu li level 3 u level 4 nistgħu nibdewhom mill-ewwel u qegħdin niddiskutu jekk għandniex indaħħlu Level 2.", "Sur President, aħna bdejna nħarsu wkoll lejn oqsma oħra kontroversjali u li ġew skirted minn ta' qabilna.", "X'se jsir mit-trade schools?", "Bħalissa hemm konflitt bejn l-ETC u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar min għandu jagħti ċ-ċertifikazzjoni f'oqsma vokazzjonali.", "X'korsiiet ġodda se nintroduċu?", "Kif se nagħmlu sinerġija ma' istituzzjonijiet f'Malta li diġa' jagħtu ċertifikazzjoni vokazzjonali, bħall-Institute of Banking?", "Aħna qed nitkellmu fuq dawn l-oqsma biex ikollna viżjoni ħafna iktar konkreta milli kellna s'issa.", "Nikkonkludi billi ngħid li t-target tagħna huwa li dan l-istitut jibda jopera f'Settembru jew f'Ottubru tas-sena 2000.", "Naħseb li aħna l-ewwel nies li qed ngħidu fejn irid jieqaf dan il-proċess ta' tfassil u meta jrid jibda jopera.", "Jien nifhem li m'huwiex se jkun lest kollox sa dak iż- żmien, imma l-istitut se jibda jopera għax verament irridu li dan il- kulleġġ vokazzjonali jagħti lil pajjiżna dak li għandu bżonn fl-istruttura u fil-progress tiegħu billi jħarreġ liż-żgħażagħ tagħna għad-dinja tax- xogħol b'mod relevanti.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 1 ta' Marzu fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "Fid-9.52p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "COMPUTER SCANNERS", "3572.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "COMPUTER SCANNERS", "3573.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "SAĦĦA - FAX MACHINES", "3574.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista'l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħid il-validita' ta' dan it-tip ta' mistoqsija.", "Japprezza li tinvolvi xogħol estensiv u ħin twil li d-dipartiment jista' juża b'mod ferm aħjar.", "FAX MACHINES", "3575.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha fax machines, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tagħha, dipartiment b'dipartiment?", "Tista' l-Ministru tgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 56 fax machines.", "5 minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, 7 fid- Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, 36 fid-Dipartiment tal-Customer Services u 8 fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.", "L-informazzjoni dwarhom hija kif tidher fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "FAX MACHINES", "3576.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines, kemm fil- ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fax machines li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn:", "Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi", "Ditta Meta nxtraw Prezz Canon 1990 Lm635 Lanier 1997 Lm595", "Dipartiment ta' l-Agrikoltura", "Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti OFX 200 1995 Lm264 Samsung SF 505 1994 Lm240 Samsung 1989 Lm200 Xerox 7220 1992 Lm241 Xerox 7235 1996 Lm241 Ricoh Fax 09 1992 Lm400 British Telecom BT-DF50 1996 Lm160 Xerox 7235 1995 Lm156 Muratec M800 1997 Lm155 Fenner FF1 1996 Lm161 Ricoh Fax 110 1998 Lm145 Muratec M800 1998 Lm155 Ricoh Fax 110 1997 Lm160 Xerox 7235 1996 Lm178 Triumph Adler FX505 1996 Lm129 Ricoh Fax RF02 1997 Lm295", "Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura", "Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 1995 Lm90 Ricoh 1996 Lm126 Ricoh 1997 Lm126.50", "Dipartiment tas-Servizzi Veterinarju", "Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 350 1991 Lm546", "Permanent Secretariat", "Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti 3200 1996 Lm395", "Segretarjat", "Ditta Meta nxtraw Prezz Lanier 4110 1997 Lm595 Sanyo SFX115 1998 Lm138", "FAX MACHINES", "3577.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "SKEJJEL SEKONDARJI - RUSSU", "4326.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-lingwa Russa fl- iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 in-numru ta' studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-lingwa Russa hu kif se nsemmi:", "Sena Skolastika Nru ta' Għalliema Nru ta' Studenti 1994/5 1 4 1995/6 1 6 1996/7 1 10 1997/8 1 7 1998/9 - - Fil-fatt ma jien xejn sodisfatt li qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex pajjiżna jassigura grupp regolari ta' persuni li huma kompetenti f'din il- lingwa.", "Beħsiebni niddiskuti mad-Diviżjoni u l-Istitut Kulturali Russu x'miżuri nistgħu nadattaw għal titjib f'dan ir-rigward.", "Fid-dinja tal-lum mhux biss hu importanti fih innifsu talli hemm opportunitajiet tajbin għal min jipposedi din il-lingwa.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA NISA", "4327.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement għalliema nisa fl-iskejjel primarji u sekondarji li qegħdin fl-aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bħalissa hemm 90 għalliema nisa fl- iskejjel ta' l-Istat li qegħdin fl-aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "4328.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement għalliema rġiel fl-iskejjel primarji u sekonarji li qegħdin fl- aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bħalissa hemm 39 għalliema rġiel fl-iskejjel ta' l-Istat li qegħdin fl-aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom.", "SKEJJEL - XGĦAJRA", "4329.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema fażi waslu x- xogħlijiet ta' estensjoni ta' l-iskola primarja tax-Xgħajra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab inforamt li x-xogħlijiet strutturali fuq l- estensjoni ta' l-iskola primarja tax-Xgħajra huma prattikament lesti u ngħata bidu għal xogħlijiet ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi kif ukoll ta' finatura li hu antiċipat li jkunu lesti lejn Ġunju ta' din is-sena.", "Wara jibdew xogħlijiet ta' tiġdid fl-iskola eżistenti.", "KALKARA - IMĦAŻEN", "4330.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'idejn min qegħdin l-imħażen li nbnew fl-aħħar żmenijiet tal-Kavallieri f'Malta ġewwa l-Bajja tar-Rinella, Kalkara, u jistax sussegwentement iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minn stħarriġ li sar mill-Estate Management Department ma jirriżultax li fil-Bajja tar-Rinella, Kalkara, hemm imħażen li nbnew fiż-żmien imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Mir-records tad-dipartiment u minn informazzjoni li nġabret mill-kunsill lokali, ma jidhirx li hemm xi mħażen fil-Bajja tar-Rinella, ħlief għal dak li nbena fi żmien l-Ingliżi u li kien magħruf bħala Ammunition Depot.", "Dan jinsab mikri lis-Sea Cadets Corps għal Lm25 fis-sena.", "SAĦĦA - REKLAMAR", "4331.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ingħataw permessi għar-reklami għall-mediċinali fil-mezzi tax-xandir jew fil-gazzetti lokali mid- Dipartiment tas-Saħħa tul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997, 1998 u Jannar 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi n- numru ta' permessi għar-reklami għall-mediċinali fil-mezzi tax-xandir jew fil-gazzetti lokali mid-Dipartiment tas-Saħħa huwa kif gej:", "SENA PERMESSI ------------------------------------- 1994 9 1995 13 1996 20 1997 24 1998 33 Jannar 1999 4", "SKEJJEL - INTERNET", "4383.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' l-introduzzjoni ta' l- Internet f'għadd ta' skejjel f'Malta u f'Għawdex?", "Meta se jasal l-Internet fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proġett ta' l-introduzzjoni ta' l- internet fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni flimkien mal-Maltacom PLC, Terranet Ltd u l-M.I.T.T.S qed jaħdmu f'kollaborazzjoni flimkien biex dan iseħħ fl-iqsar żmien possibbli.", "Kien hemm xi problemi tekniċi li issa ġew superati u għalhekk huwa maħsub li fi ftit ġimgħat oħra s-servizz ta' l-internet ikun fil-25 skola magħżula.", "PENSJONIJIET", "4384.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il- pensjonanta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx iż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja għall-1998 u lanqas ingħatat l- arretrati li kienu dovuti lil żewġha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata se tiġi nformata dwar il-pensjoni tagħha u ż-żidiet dovuti lilha.", "ĦAL FAR - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "4385.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li jmorru fiċ-Ċentru ta' Ħal Far?", "Kemm hemm vetturi biex iwassluhom?", "Fi x'ħin dawn il-vetturi suppost li jiġbru lil dawn il- persuni?", "Fi x'ħin fil-fatt qed jiġbruhom?", "Għaliex persuna miż-Żurrieq li suppost tinġabar għall-ħabta tat-8.00 a.m. qed imorru għaliha għall-ħabta tad-9.00 a.m. u din il-persuna ddum ħafna tistenna l-vettura fil-kesħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni b'diżabilita' li jattendu ċ- Ċentru ta' Ħal-Far huwa 82.", "Dawn qed iwassluhom 8 vannijiet provduti mill- Koperattiva tal-Minibuses: dawk li huma wheel-chair users qed jiġu mwassla minn 2 tail-lift vans.", "Il-vannijiet jibdew jiġbru lit-tfal fit-8.00 a.m., iżda żgur li jkun hemm dewmien fil-ġbir tal-persuni b'diżabilita' minn dar għall-oħra.", "Jiena nformat li l-van li jiġbor il-persuni b'diżabilita' miż-Żurrieq jaslu fiċ-Ċentru ta' Ħal-Far bejn id-8.45am u d-9.00am.", "Il-persuni b'diżabilita', inklużi dawk taż-Żurrieq, jinġabru kollha minn quddiem il-bieb tagħhom u għalhekk ħadd ma huwa mitlub li jistenna barra fil-kesħa.", "KULLEĠĠ VOKAZZJONALI POST-SEKONDARJU", "4386.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tfassil tal-Kulleġġ Vokazzjonali post- sekondarju?", "Min qed jieħu sehem fit-tfassil?", "Min ġie konsultat s'issa?", "Meta hu maħsub li jkun hemm l-ewwel abbozz ta' proposti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tfassil tal-Kulleġġ Vokazzjonali post sekondarju qed jiġi mħejji minn Steering Committee li twaqqaf għal dan l- iskop fit-3 ta' Diċembru, 1998.", "L-iSteering Committee huwa kompost hekk:", "Chairperson:Onor Jesmond Mugliett Segretarju Parlamentari", "Membri", "Ms Joyce PullicinoDirettur, Studji Oghla u Edukazzjoni ghall-Adulti", "Rev Prof Peter Serracino Inglott, Konsulent tal-Gvern", "Dr Joe Micallef Kap-Dipartiment Inginerija u Mikroelettronika, Universita'ta' Malta", "Dr Edward Warrington, Lecturer, Dipartiment Public Policy, Universita' ta' Malta", "Mr Franco Valletta, Konsulent, Rizorsi Umani,", "Mr Stephen EricCordina, Ufficjal Edukattiv, Studji Oghla u Edukazzjoni ghall- Adulti", "Ms Antoinette Caruana Manager, Riżorsi Umani, Playmobil Co. Ltd", "Dr Paul Heywood Kap, Malta Equivalence Information Centre", "Mr Alan Caruana, Konsulent, Pricewaterhouse Coopers", "Mr Robert Laurenti, Kap Ezekuttiv, Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig", "L-iSteering Committee qed jiġi megħjun minn dawn il-ħames Working Groups:", "1.", "Kurrikulu, Oqsma ta' Studji, Kwalifikazzjonijiet u Ċertifikati", "Dr Paul Heywood, Rev Prof Saviour Chircop, Ms Mary Vella, Mr Charles Galea Scannura, Dr Ronald Sultana Ing. Carmel J Azzopardi, Mr George Chase, Ing. Mario Cassar, Mr John Jones, Mr Paul Galea, Mr Robert Laurenti 2.", "Amministrazzjoni, Riżorsi Umani u Finanzi", "Ms Joyce Pullicino Mr Joseph Galea Mr Joe Sammut Ms Yvonne Pulis Mr Anthony Gellel Mr Kevin Sciberras Dr Edward Warrington Mr Alfred Buttigieg", "3.", "Konsultazzjoni ma' l-Istudenti, l-Industrija u l-Kummerċ", "Mr Charles Galea Scannura Mr Lino Zahra Mr Kevin Sciberras Mr Felix Grech Mr Sandro Spiteri Ms Antoinette Caruana Mr Stephen Debono Mr John Fernandez", "4.", "Kostruzzjoni, Infrastruttura u Faċilitajiet", "Il-Perit Joe Falzon Il-Perit Joe Spiteri Mr Paul Attard Mr Joe Bonniċi", "5.", "Struttura", "Rev Prof Peter Serracino Inglott Dr Paul Heywood Mr Stephen Cordina", "S'issa saret laqgħa ma' l-għalliema ta' l-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano, iċ-Ċentru għat-Taħriġ fl-Elettronika Fellenberg u l-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo.", "L-ewwel abbozz ta' proposti mistenni li jkun lest lejn it-tmiem tas-sena skolastika.", "SERVIZZ ĊIVILI - FTEHIM", "4387.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3886, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet tiswa lill-gvern kieku fil-ftehim tas-Servizz Ċivili ffirmat fl- 1998 daħħal ukoll lill-pensjonanti tas-Servizz li rtiraw qabel l-1996?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "NAXXAR - KLINIKA TAL-GVERN", "4388.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-persuni kollha li tul Jannar., 1999 kienu qed iqassmu l-mediċina mill-klinika tal-gvern fin-Naxxar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuna responsabbli għat-tqassim tal-mediċini fil-klinika tal-Gvern fin-Naxxar matul ix-xahar ta' Jannar, 1999 kienet l- istess persuna ħlief għal ġurnata waħda, id-19 ta' Jannar, 1999.", "VAT - REKLAMAR", "4415.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-gvern fuq advertising konness mad-dħul tal-VAT u l-amministrazzjoni tagħha qabel l-1 ta' Jannar u wara?", "Fiex intnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta` flus li nefaq il-Gvern fuq advertising konness mad-dħul tal-VAT u l- amministrazzjoni tagħha qabel l-1 ta` Jannar u wara hu kif ġej:", "Avvizi f`Gazzetti Lm 390.00 Spejjez ta` Produzzjoni Lm 30.00 Leaflets ta` Informazzjoni Lm2,709.00 Total Lm3,129.00", "VAT - REKLAMAR", "4416.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-ministeru fuq advertising konness mad-dħul tal-VAT u l-amministrazzjoni tagħha qabel l-1 ta' Jannar u wara?", "Fiex intnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ammont totali li tħallas għal reklamar sal-31 ta' Diċembru, 1998 in konnessjoni mad-dħul u l-amministrazzjoni tal-VAT kien ta' Lm2259.34c.", "Dan l-ammont intnefaq biex ġew reklamati laqgħat ma' dawk li jaħdmu għal rashom fejn ġie spjegat lilhom it-tħaddim tas-sistema.", "Rigward ammonti mħallsa wara l-1 ta' Jannar, 1999, l-informazzjoni għadha qed tinġabar", "VAT - LAQGĦAT", "4417.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ma' korpi kostitwiti jew mal-pubbliku interessat, self-employed, eċċ. in konnessjoni mal-VAT, kemm saru qabel id- dħul tal-VAT u kemm saru wara?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fis-Seduta 48 għall-mistoqsija Numru 2921 dwar laqgħat u konsultazzjonijiet li saru dwar id-dħul tal-VAT.", "Dawn il-laqgħat u konsultazzjonijet mmexxija kemm minn Ministri kif ukoll minn uffiċjali tal-Ministeru tal-Finanzi u tad-Dipartiment tal-VAT għadhom għaddejjin b`mod regolari u se jibqgħu sejrin sakemm tinħass il-ħtieġa.", "ĦABSIN - AMNESTIJI", "4418.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex qed tiġi kkonsidrata amnestija lill-ħabsin mal- bdil tal-President u mal-wasla tal-millenju?", "Jekk iva, min se jibbenefika?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - REATI", "4419.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati reati lill-pulizija matul ix- xahar ta' Jannar, 1999?", "X'tip ta' reati kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4266, f'Seduta 65.", "PULIZIJA - REATI", "4420.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni anzjani li kienu vittma ta' reat matul ix-xahar ta' Jannar, 1999?", "X'tip ta' reati kienu u kemm kellhom eta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fżdin is-Seduta.", "Din l-informazzjoni tkopri kull tip ta' reat in ġenerali u mhux biss attakki fuq l-anzjani.", "Dawn l-attakki fuq l- anzjani kienu jikkonsistu fi 15-il inċident u ċioe' 16% tat-total.", "KARNIVAL - KARRIJIET", "4634.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ippjanat li jipprovdi post addattat fejn jaħdmu lil dawk li jaħdmu l-karrijiet tal- Karnival, bil-għan li xogħlhom ma jintilifx minħabba l-maltemp?", "Jekk iva, meta huwa ppjanat li dan il-post jiġi pprovdut u fejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-risposti fuq l- istess suġġett li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4030 u 4287.", "Nixtieq inżid li diġa' ħadt passi biex il-proċeduri neċessarji ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar jiġu segwiti.", "UE - GĦAJNUNA LIL MALTA", "4635.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Issa li l-Gvern Nazzjonalista r- riattiva l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkalkola li l-Unjoni se tagħti flus lil Malta f'għotjiet u mhux f'self fis-sentejn li ġejjin?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea għandu jeżamina r-rapport ta' aġġornament tal-Kummissjoni dwar it-talba ta' Malta għar-rijattivazzjoni ta' l-applikazzjoni għal sħubija.", "Il-forma u l- ammont ta' għajnuna li Malta tista' tieħu mill-Unjoni jiġu diskussi fil- kontest tal-miżuri li jridu jittieħdu biex Malta tattiva l-provedimenti ta' l-acquis communautaire.", "SPIŻERIJI TAL-GVERN - MEDIĊINI", "4636.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Il-Ministru jaf li hemm min jieħu l-mediċini b'xejn mill-ispiżeriji tal- gvern u li dan l-aħħar qed iżommulhom riċetta ta' tlett xhur għal supply ta' xahrejn?", "Jekk jaf, x'inhi r-raġuni?", "Jekk ma jafx, x'se jagħmel biex dan ma jsirx aktar għaliex hemm lok ta' abbużi serji?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tibdil li sar fis-sistema ta' tqassim ta' mediċini mill-ispiżeriji tal-Gvern huwa mmirat biex jaġevola lill-pazjenti.", "Dawn issa m'għandhomx bżonn li jmorru fl-ispiżeriji kull xahar, iżda qed jingħataw ammont li jservi xahrejn.", "B'din is-sistema ġie deċiż li r-riċetti s-sofor, li kienu jinqasmu fi tlieta b'kull parti valida għal xahar mediċini, issa jibdew jitqiesu bħala riċetta waħda valida għall-perjodu ta' xahrejn.", "F'din is-sistema ma hemm lok għall-ebda abbuż għaliex wieħed jista' jivverifika li r-riċetti kollha għandhom il-partijiet kollha ntatti.", "Barra minn hekk, fuq ir-riċetta jkun hemm imniżżel l-ammont ta' mediċini li ġew mogħtija lill-pazjent.", "Is-sistema bdiet titħaddem f'Novembru 1998, għall-ewwel fil-Postalu f'xi distretti.", "Mill-ewwel bdew jidhru riżultati nkoraġġanti fin-nuqqas ta' ħela ta' ħin, l-ewwel għall-pazjenti fi kjus twal, u t-tieni għall-ispiżjara fil- mili ta' formoli.", "Għalhekk, is-sistema baqgħet tiġi mifruxa sakemm, issa, mill-1ta' Marzu 1999 se tibda titħaddem fl-aħħar żewg Health Centres - dawk tal-Mosta u tal-Furjana.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "4637.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li se terġa' tidħol is-sistema li ssir ir-riċetta għal mediċini b'xejn kull xahar u mhux għal tlett xhur kif inhi bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Le mhux veru.", "LIĠI TAS-SIGURTA' SOĊJALI", "4638.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk inbediex ix-xogħol fuq ir-reviżjoni tal-liġi tas-sigurta' soċjali?", "Jekk iva, f'liema stadju qiegħed ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-suġġeriment biex il-liġi dwar is-Sigurta' Soċjali tiġi riveduta biex tinftiehem aħjar minn kullħadd qegħda tiġi kkonsidrata.", "PENSJONI - ABBUŻI", "4639.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkola li hemm min qiegħed jabbuża mill- pensjoni, billi fl-aħħar snin tax-xogħol ikun tella' jew tellgħulu s- salarju aktar milli fil-fatt kien?", "Kemm huwa n-numru ta' pensjonanti u kemm dawn l-abbużi jinvolvu finanzi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "VAT - ŻRIERAGĦ/SUSTANZI", "4666.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm fil- fatt għolew il-prezzijiet tal-mediċini, żriegħ u sustanzi, eċċ li jużaw il- bdiewa u raħħala kawża tal-VAT?", "Peress li l-bdiewa qed jilmentaw li l-prezzijiet għolew ħafna, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra minn Jannar 'il hawn x'konsultazzjonijiet għamel id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma' dak tal-konsumaturi dwar din is- sitwazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-fatt il-prezzijiet effettivi għal bdiewa u raħħala tal-prodotti kollha li jiġu bżonn jixtru mhux talli ma għolewx bil- VAT iżda ċerti prodotti saħansitra raħsu.", "Dan għaliex fejn titħallas il 15% VAT fuq dawn il-prodotti minn bdiewa u raħħala reġistrati, huma kollha refundable.", "Dana b'kuntrast mat-taxxa inġusta tas-CET li permezz tagħha l- bdiewa u raħħala ma setgħux jieħdu lura t-taxxa kollha li jkunu ħallsu fuq l-istess prodott.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-agrikoltura u s-sajd huma kkunsidrati bħala exempt with credit.", "Dawk l-ispejjeż żejda li kienet imponiet fuq is-settur il-liġi tas-CET, issa permezz tas-sistema tal-VAT u refunds tneħħew.", "Infakkar ukoll li bis-sistema tas-CET, il-bdiewa u r-raħħala ma kenitx tingħatalhom lura t-taxxa (ETS) mħallsa fuq ix-xogħol magħmul lilu bħala servizz.", "DISTRETT NRU.", "12 - DAWL", "4667.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi preċedenti sabiex jitwaħħlu aktar bozoz/lampi/arbli ġodda flok dawk imsadda u manutenzjoni ta' xort'oħra fl-istreet lighting tat-12-il distrett, Rabat, Mġarr, St. Paul's Bay, Mellieħa u limiti tagħhom, jista' l-Ministru jinformani bil- programm ta' xogħlijiet għal Marzu, April u Mejju, 1999?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MUŻEWIJIET NAZZJONALI", "4668.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' visitaturi/turisti li huma rapportati li daħlu jżuru l-mużewijiet nazzjonali li għandna fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "X'kien id-dħul finanzjarju għal kull sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli fil-ħin opportun u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRASPORT PUBBLIKU", "4669.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3528, 3924 u 2670 dwar trattati ġodda ta' trasport pubbliku għal bliet u rħula tat-12-il Distrett, ma jħossx il-Ministru li l-informazzjoni fit-tweġibiet li ta m'humiex kompletament korretti peress li r-residenti ta' Għar Barka talbu diversi drabi matul dawn l-aħħar snin sabiex il-karozza tal-linja tgħaddi minn dawn l-inħawi tar-Rabat?", "Ma jħossx allura l-Ministru li jkun aktar ta' benefiċċju jekk jinforma lill-Kamra għaliex l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dejjem informat it- talba tar-residenti ta' Għar Barka fir-Rabat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li matul l-aħħar tliet snin ma saret l-ebda talba lill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku, wara li l- Assoċjazjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja ma kenitx laqgħat talbiet għal dan is-servizz fil-passat.", "MUŻEWIJIET NAZZJONALI", "4670.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonsidra l-Ministru li fil-futur għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb tfal, żgħażagħ u nies oħra tas-soċjeta' tagħna, ikun permess lilhom li jorganizzaw żjarat fil-mużewijiet nazzjonali matul il-ħin ta' fil-għaxija naturalment b'kordinament mad-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "Peress li dan il-bżonn jinħass sew, jista' l-Ministru joħroġ avviż sabiex ikun jaf min huma l-għaqdiet interessati u wara jipprova għal xahar din il- miżura u l-effett tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li l-proposta ta' l-Onor. kollega tiġi kkonsidrata mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "BIOAGRICOOP", "4671.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li l-Bioagricoop hija rikonoxxuta mill- IFOAM?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minn informazzjoni miġbura, il-Bioagricoop scrl ta' Bologna hija waħda minn 740 organizzazzjonijiet membri tal-IFOAM u hija akkredidata bħala organizzazzjoni li tista' tiċċertifika produzzjoni organika fost ħafna organizzazzjonijiet oħra.", "TAXXI - CAPITAL GAINS TAX", "4745.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inġabar boll u capital gains tax f'Għawdex f'trasferimenti ta' proprjeta' mmobbli minn Jannar sas-6 ta' Settembru, 1998 u mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ammont ta` dħul mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti ta` proprjeta` immobbli imħallas fl-Uffiċċju ta` Għawdex mill- 1 ta` Jannar, 1998 sas-6 ta` Settembru, 1998 kien ta` Lm492,566.77,0 u mis- 7 ta` Settembru 1998 sas-16 ta` Frar, 1999 kien ta` Lm335,035.16,0.", "L-ammonti ta` dħul mit-taxxa fuq qligħ kapitali mħallsa fl-Uffiċċju ta` Għawdex kienu ta` Lm160,005.50,0 għall-perjodu mill-1 ta` Jannar, 1998 sas- 6 ta` Settembru, 1998 u ta` Lm137,746 għall-perjodu mis-7 ta` Settembru, 1998 sas-16 ta` Frar, 1999.", "MERIDIEN PHOENICIA - KONFERENZA", "4799.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3526?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Konferenza u n-National Workshops li saru bejn il-11 u l-15 Jannar fil-Lukanda Meridien Phoenicia swew:", "1.", "Kiri ta' swali, facilitajiet u ikel: Lukanda Meridien Phoenicia", "a. Workshops 1 & 2 Partecipanti 23 b. Workshops 3 & 4 Partecipanti 20 c. Workshop 5 Partecipanti 19 d. Konferneza Nazzjonali Partecipanti 99", "2.", "Kiri ta' apparat ta' PA, Interpretazzjoni u Projection (5 ijiem) 3.", "Interpreti 4.", "Folders/Dokumentazzjoni u Back Board 5.", "Hlasijiet lill-Esperti Maltin 6.", "Spejjez Ohrajn", "Total 1 - 6 Lm4,345.82", "SPORTS FACILITIES - VOT KAPITALI", "4810.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa l-aħħar ta' Jannar mill-vot kapitali 13 - Sports facilities?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex intnefqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4700.", "UE PROGRAMMI", "4811.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4349 - EU Programmes sa l-aħħar ta' Jannar u fiex intnefqu?", "Fiex waslu t-taħdidiet dwar dawn l-istess programmi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa l-aħħar ta' Jannar, 1999 għadhom ma ntnefqux flus mill-Item 4349 - E.U. Programmes.", "SAĦĦA - UNIT", "4812.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu l-analisi neċessarji sabiex jiġu stabiliti l- parametri li fihom irid jopera l-unit li wegħda elettorali tal-PN Nru. 170 tagħmel riferenza għalih?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minkejja li għadhom għaddew biss ħames xhur mill- ħames snin mandat li għandu dan il-Gvern, diġa' saret laqgħa għolja fid- Diviżjoni biex jiġu stabbiliti prioritajiet, parametri u timeframes għat- twettiq tal-punti kollha fil-Programm Elettorali li jirrigwardaw din id- diviżjoni.", "Dwar punt 170 tal-Programm Elettorali, diġa' bdew il-proċeduri biex jiġi ngaġġat Venerioloġista, liema talba kienet ġiet rifjutata mill-Kabinett preċedenti.", "Id-dipartiment se joħroġ ukoll applikazzjoni biex persuna tmur issegwi kors speċjalizzat ta' tlett snin, fl-Ingilterra.", "Dan hu l-mod kif isir ippjanar serju.", "DIPARTIMENT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ/SPORT", "4813.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ikunu trasferiti għall-uffiċini ħdejn is-Segretarjat fil-Furjana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-trasferiment ta' l-uffiċini tad- Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-Furjana sar bejn l-aħħar ta' Diċembru, 1998 u l-bidu ta' Jannar, 1999.", "IMPROVEMENT TO PROPERTY - ITEM 60", "4814.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt Item 60 - Improvement to property sa l-aħħar ta' Jannar u fiex intnefqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nefqa mill-Item 60 - Improvements to Property tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport sa l-aħħar ta' Jannar, 1999 kienet ta' Lm19.47.", "Din in-nefqa saret biex inxtraw 15-il litru żebgħa."]} {"filename": "19990705_130d_par.doc", "date": "1999-07-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 130 It-Tnejn, 5 ta' Lulju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 130", "It-Tnejn, 5 ta' Lulju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "130", "It-Tnejn, 5 ta' Lulju, 1999", "WERREJ MINUTI 422", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 422", "TQEGĦID TA' KARTI 427", "STQARRIJA - PROMOZZJONIJIET FIL-MALTACOM 429", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA' MINURI (IT-TIENI QARI) 433", "CHILD ABDUCTION AND CUSTODY BILL (SECOND READING) 433", "AĠĠORNAMENT 444", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 450", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Numru 129 li saret fit-30 ta' Ġunju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "AFFARIJIET BARRANIN - MOBILE PHONES", "7856.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-ministeru?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li fl-1999 m'hijiex xi ħaġa straordinarja - u żgur li hekk għandu jkun - li ministru jkollu użu ta` mobile phone.", "Jien informat li fil-perijodu li fih kont nokkupa l-kariga ta` segretarju parlamentari - jiġifieri mill-24 ta` Settembru, 1998 sat-23 ta` Marzu, 1999 - in-nefqa fuq il-mobile phone li nagħmel użu minnu jien kienet ta` Lm335.38, li minnhom Lm225.00 kienu spejjeż tas-set innifsu.", "L-ispejjeż għall-kiri u sejħiet ikopru l-ħlasijiet li saru sat-23 ta` Marzu 1999.", "Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fid-dawl tal-każ tat-tliet Libjani li allegatament ġew imsawta, ittorturati u anke mhedda fil-ħabs ta' Kordin mill-pulizija Maltija u fid-dawl tat-trattament allegatament dispreġġattiv u kliem li sar lilhom rigward il-mexxej Libjan, jista' l-Ministru jgħid jekk minn meta sar magħruf dan il-każ kienx hemm xi kuntatti diplomatiċi min-naħa tal-Gvern Libjan permezz ta' l-Ambaxxata Libjana jew inkella min- naħa tal-Gvern Malti?", "MR SPEAKER: Din m'hijiex domanda relatata mad-domanda oriġinali u l- Ministru jista' jagħżel li ma jweġibhiex.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Assolutament m'hijiex domanda relatata mal-mistoqsija oriġinali pero' nista' ngħid li la min-naħa tal-Gvern Libjan u lanqas min- naħa ta' l-Ambaxxata Libjana ma saru xi kuntatti miegħi.", "Naf li din il- kwestjoni qiegħda f'idejn il-ministeru ta' l-intern u jekk l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf jekk sarux xi kuntatti ma' xi ħadd ieħor mill- ministeru għall-affarijiet barranin, nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub u nirrispondih.", "PRIM MINISTRU - MOBILE PHONES", "7857.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-ministeru?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l- ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999?", "Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li l-ispiża ta' l-użu tal-mobile phone tiegħi minn Settembru 1998 sa Marzu 1999 laħqet Lm273.89.", "Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mr Speaker, nixtieq inżid ngħid li nispera li ma hawn l-ebda membru ta' din il-Kamra li jissuġġerixxi li l-ministri m'għandux ikollhom mobile phone.", "In this day and age naħseb li jkun irresponsabbli min ma jużax il- mobile phone, kif kien irresponsabbli min ma wżax il-computer f'pajjiżna għal diversi snin biex imbagħad kien hemm ħafna catching-up xi jsir.", "Iż- żminijiet tal-lum jirrikjedu l-użu tal-mobile phone u allura ma nifhimx għalfejn qed isiru dawn id-domandi.", "MR SPEAKER : L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, fil-mistoqsija parlamentari li għamilt jien m'għedtx li xi ħadd għandu jeħodha bi kbira għax ministru jew prim ministru jagħmel użu minn mobile phone.", "Jien staqsejt kemm kienet l- ispiża ta' l-użu li sar mill-mobile phone u m'għandniex noqogħdu nipprovaw niżvijjaw.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naħseb li kulħadd għandu widnejn biex jisma' u għajnejn biex jara.", "Nafu li domandi ta' din il-kwalita', partikolarment mill-Onor.", "Interpellant, isiru biex imbagħad fil-media joqogħdu jitkellmu fuq il-ħela ta' flus għaliex il-prim ministru nefaq Lm273 f'mobile phone calls f'dawn it-tliet xhur.", "Lill-Onor.", "Cuschieri nirrakkmandalu biex jekk għandu interess li jagħmel dan it-tip ta' domandi jgħid x'inhu dan l-interess.", "Pero' naħseb li ma rridux wisq biex naslu għall-konklużjonijiet tagħna dwar għalfejn isiru domandi ta' din il- kwalita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, nistaqsi lill-Prim Ministru jekk iħossx li huwa fl-interess pubbliku jew le li nkunu nafu x'qed jonfqu l- ministri, is-segretarji parlamentari u kwalunkwe uffiċjal pubbliku mill- fondi pubbliċi.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Huwa fl-interess pubbliku li jkollok l- iskrutinju neċessarju ħalli jiġi żgurat li l-infiq ikun qed isir sewwa.", "Iżda li tistaqsi lill-prim ministru dwar il-kont tal-mobile telephone m'huwiex fl-interess pubbliku imma jew kurżita' li ma tagħmilx sens jew inkella hemm skopijiet oħra.", "INTERN - MOBILE PHONE", "7858.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-ministeru?", "Jista' jgħid ukoll jekk is-segretarju parlamentari huwiex jagħmel użu minn mobile phone?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid fiż-żewġ każijiet kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999?", "Jista' wkoll ipoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li fl-1999 m'hijiex xi ħaġa straordinarja - u żgur li hekk għandu jkun - li ministru u segretarju parlamentari jkollhom użu ta' mobile phone.", "Ninsab informat li l-ispiża totali sew bħala recurring charges, usage charges, connection charges u VAT rigward il-mobile phone tiegħi matul il- perijodu mill-10 ta' Settembru, 1998 sad-9 ta' April, 1999 kienet ta' Lm262.91, filwaqt li dik tas-segretarju parlamentari matul il-perijodu mill- 15 ta' Ottubru, 1998 sat-22 ta' Marzu, 1999 kienet tammonta għal Lm256.63.", "Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mr Speaker, inżid ngħid li mill-ammont ta' Lm262 kien hemm recurring charges ta' madwar Lm60.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li għaż-żminijiet tal-lum it- trasparenza hija importanti u allura m'għandux ikollu diffikulta' li jpoġġi kopja ta' l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Nistaqsi lill-Ministru wkoll jekk it-tip ta' mobile phone li għandu huwiex normali jew inkella GSM.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien lill-Onor.", "Interpellant tajtu d- dettalji tal-kont bil-liri u biċ-ċenteżmi.", "Jekk irid nista' npoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra wkoll dettalji dwar l-usage charge, il-VAT u l-connection fee għal kull perijodu.", "Jekk imbagħad irid xi ħaġa oħra jagħmilli domanda bil-miktub.", "Iva, il-mobile phone huwa GSM.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, ta' min jinnota li r-risposta għal dawn il-mistoqsijiet huma kollha identiċi - donnhom kollha għaddew minn taħt l-istess id - u l-ministri kollha rrifjutaw li jpoġġu rċevuti fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Jista' l-Ministru Tonio Borg jgħid jekk minn meta sar magħruf il-każ ta' l-allegat swat u tortura fuq it-tliet Libjani u kliem dispreġjattiv fil- konfront tal-mexxej Libjan, kienx hemm xi interventi min-naħa ta' l- Ambaxxata Libjana?", "Il-Ministru se jilqa' t-talba ta' l-oppożizzjoni biex dwar dan il-każ issir inkjesta bis-serjeta' u mhux sempliċement investigazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, fuq l-ewwel parti tad-domanda r-risposta hija li assolutament ma kien hemm l-ebda kuntatt mal-ministeru dwar il- kwestjoni li qajjem l-Onor.", "Interpellant u lanqas jien ma għandi xi prova f'dak ir-rispett.", "Pero' naturalment wieħed irid jistenna l-inkjesta tal- bord tal-viżitaturi tal-ħabs għaliex skond ir-regolament Nru. 103 tal-ħabs jeżisti bord tal-viżitaturi li wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu hu li jara li t-trattament ta' priġunieri jkun dak xieraq.", "Għalhekk għalissa m'hemmx għalfejn li jinħatar bord ieħor indipendenti meta hemm dan il-bord apposta bħala public watchdog biex jaqdi dawn il-funzjonijiet u d- dmirijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, f'Awissu ta' l-1998 kienet saret allegazzjoni dwar swat fuq ħabsin.", "Jista' l-Ministru jgħidilna - dakinhar kien fuq il-bank ta' l-oppożizzjoni - għaliex kien talab li ssir inkjesta indipendenti u ma għamilx riferenza għal dan ir-regolament?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, se nikkwota eżatt dak li kien qal l-Onor.", "Sant, li dakinhar kien prim ministru, meta ġie mistoqsi għaliex ma saritx inkjesta indipendenti.", "Huwa kien qal hekk:", "\"Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, fil-ħabs jeżisti l-bord tal- viżitaturi li wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu hu - skond regolament 103 subartiklu (1) tar-regolamenti tal-ħabs - li jissodisfa ruħu f'dak li hu trattament tal-prinġunieri.", "Għalhekk ma nħossx li hemm għalfejn jinħatar bord ieħor indipendenti meta hemm dan il-bord apposta bħala public watchdog biex jaqdi dawn il-funzjonijiet u d- dmirijiet.''.", "Din hija r-risposta li kien ta l-Prim Ministru Alfred Sant għad-domanda parlamentari numru 9780 f'seduta numru 143.", "Jiġifieri taħt amministrazzjonijiet differenti ġie aċċettat li r-regolamenti tal-ħabs jistabbilixxu bord ta' viżitaturi tal-ħabs, liema bord iservi ta' inkjesta uffiċjali u indipendenti.", "Fil-fatt f'dan il-bord hemm nies li ġew nominati u konfermati taħt gvernijiet differenti, inkluż tlieta li ġew nominati mill- gvern Laburista u li ġew konfermati anke minn dan il-gvern.", "Issa dawn qed jagħmlu l-inkjesta tagħhom dwar dak li allegatament ġara fil-ħabs.", "Nixtieq infakkar lill-Kamra li l-bord tal-viżitaturi tal-ħabs għandu ġurisdizzjoni biss fuq dak li jiġri ġewwa l-ħabs; għal dak li jiġri barra l- ħabs l-investigazzjoni ssir mill-pulizija.", "Fil-fatt f'dan il-każ hemm il- konklużjonijiet tal-pulizija u l-kummissarju diġa' ħabbar li se jittieħdu passi kontra xi nies.", "Wara li jkun hemm il-konklużjonijiet ta' dan il-bord tal-viżitaturi tal- ħabs, il-pulizija tieħu over - għaliex hija l-pulizija li għandha d-dritt li tmexxi l-prosekuzzjoni - u jekk ikun hemm raġunijiet u provi biżżejjed, min ikun responsabbli jittella' l-qorti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, imma għaliex f'Awissu ta' l-1998 f'dan il- parlament il-Ministru kien talab li ssir inkjesta indipendenti?", "Barra minn hekk, jista' l-Ministru jikkonfermali jekk iż-żewġ pulizija li allegatament kienu sawtu priġunier f'każ ieħor, humiex l-istess pulizija li allegatament ħadu sehem fis-swat din id-darba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-ewwelnett ma stajtx għamilt domanda f'Awissu 1998 għaliex dakinhar il-parlament kien xolt u fil-fatt l-aħħar seduta li saret fil-parlament kienet fil-15 ta' Lulju.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, huwa veru li meta jien kont shadow minister ta' l-intern kont għamilt domanda u waqt id-diskussjoni dwar il- budget għas-sena 1998 kont għaddejt lill-ministru ta' l-intern ta' dak iż- żmien ċertifikati mediċi li kienu jindikaw li xi ħadd issawwat fil-ħabs.", "Fil-fatt huwa kien għaddiehom lill-bord tal-viżitaturi tal-ħabs biex jagħmel l-investigazzjoni neċessarja.", "Meta mbagħad kien hemm mistoqsija dwar jekk hemmx possibbilta' li ssir inkjesta indipendenti kienet ingħatat din ir-risposta u ħadd ma kompla jinsisti fuq inkjesta uffiċjali.", "Irrid ngħid ukoll li l-bord tal-viżitaturi huwa mwaqqaf bir-regolamenti tal-ħabs u huwa indipendenti.", "Ħadd fil-bord tal-viżitaturi m'hu impjegat tal-ħabs imma huma persuni li jiġu nominati mill-gvern.", "Min-naħa l-oħra, kieku ssir inkjesta, il-maġistrat ukoll jiġi nominat mill-gvern u għalhekk tkun uffiċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fil-fatt il-kumment li kien għamel l-Onor.", "Borg ma kienx għamlu fil-parlament imma f'gazzetta lokali.", "Pero' xtaqt nerġa' nistaqsi lill-Ministru jekk iż-żewġ pulizija allegatament involuti dakinhar humiex l-istess pulizija li kienu involuti fil-każ li ssemma dan l- aħħar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien ma għandi l-ebda informazzjoni li xi nies li marru jaħdmu lura l-ħabs kienu involuti f'aġir abbużiv u dan huwa kkonfermat mhux mid-direttur tal-lum imma mid-direttur tal-ħabs li kien hemm kemm fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Jien ħadt il-garanzija tiegħu li dawn ma kienu involuti fl-ebda aġir abbużiv u naħseb li għandna noqogħdu fuq il-kelma tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li ma kien hemm l-ebda akkuża li dawn sawtu lil xi priġunier?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma għandi l-ebda informazzjoni f'dan is-sens imma għandi biss konferma mid-direttur tal-ħabs ta' dak iż-żmien li l-aġir ta' dawn it-tnejn min-nies, li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant, sakemm dam direttur hu - li jkopri l-perijodu minn Frar ta' l- 1997 sa madwar Jannar jew Frar ta' din is-sena - qatt ma rriżulta li kien kundannabbli.", "Issa, kif diġa' għedt barra minn dan il-parlament, irrispettivament mill-kondotta tajba jew ħażina ta' dak li jkun, il-liġi hi hemm għal kulħadd u jittieħdu passi kontra kull min jiksirha.", "Jekk ma kienx hemm ksur tal-liġi imma ksur ta' dixxiplina, allura jittieħdu passi dixxiplinari kontra l-persuna konċernata.", "Naturalment x'jammonta għal ksur ta' liġi tiddeċidih il-pulizija wara li tieħu parir mingħand l-avukat ġenerali.", "Dejjem hekk sar u fil-fatt diġa' sar hekk fil-konfront ta' l- allegat aġir abbużiv barra l-ħabs.", "Irrid ngħid li fit-28 ta' Ġunju l-kummissarju tal-pulizija fuq direzzjoni tiegħi beda investigazzjoni - għedtlu jien biex jibdiha - dwar jekk jeżistix xi ħjiel ta' aġir abbużiv fit-trattament ta' dawn il-persuni f'xi ħin meta dawn ġew arrestati f'Paceville, waqt il-mawra tagħhom fid- depot, waqt il-ħin ta' l-interrogazzjoni mis-CID, fiż-żmien li huma għaddew fil-lock-up tal-pulizija tal-Belt jew waqt it-trasferiment tagħhom fil-ħabs ta' Kordin.", "Din l-investigazzjoni saret bis-serjeta' kollha, ġew interrogati 'l fuq minn 35 pulizija u meta ntemmet l-investigazzjoni ttieħed il-parir ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali biex fil-fatt se jittieħdu passi kontra xi nies fuq l-akkuża li kkaġunaw feriti ta' natura ħafifa.", "Minn dan ir-rapport tal-pulizija jirriżulta wkoll li ċerti feriti li anke dehru fir-ritratti ġew magħmula mill-priġunieri stess waqt il-ħarba tagħhom mill-pulizija.", "Peress li jista' jkun hemm ħjiel li ċerti feriti oħra ta' natura ħafifa setgħu saru waqt li l-priġunieri kienu fil-kustodja tal-pulizija qabel ma marru l-ħabs, se jittieħdu passi kriminali.", "Naturalment imbagħad sta għall-qorti ppreseduta minn maġistrat indipendenti u imparzjali li tasal għall-konklużjonijiet tagħha.", "Għar-rigward ta' allegazzjonijiet dwar każiijiet li ġraw fil-ħabs, kif diġa' għedt, hemm bord uffiċjali mwaqqaf bil-liġi li qiegħed jagħmel l- investigazzjonijiet tiegħu, u malli jtemm ix-xogħol tiegħu mbagħad tieħu over il-pulizija biex tara jekk hemmx provi jew le u jekk l- allegazzjonijiet humiex fondati.", "Jekk jirriżulta dan, ikun min ikun jittella' l-qorti, jgħaddi proċess kriminali u jingħata smiegħ xieraq.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista, jekk jogħġbu, il- Ministru jgħidilna jekk jeżistux xi regoli ta' proċedura fuq kif isiru l- inkjesti mill-bord tal-viżitaturi?", "X'inhuma l-poteri investigattivi li għandu l-bord meta jmexxi l-investigazzjonijiet tiegħu u kif jirrigwardaw kwestjonijiet bħal dawn?", "Meta l-bord tal-viżitaturi jkun qed jagħmel l- inkjesta tiegħu, il-bord kollu jkun involut jew ikun involut biss sotto- kumitat tal-bord?", "U f'dak il-każ ir-rapport li jissottometti l-bord fuq l- inkjesta jiġi approvat mill-bord kollu jew inkella mis-sotto-kumitat tal- bord?", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll jekk kienx hemm okkażjonijiet oħra fejn każi ta' din is-serjeta' ġew mgħoddija lill-bord tal-viżitaturi biex jinvestigahom, aktar u aktar fil-kontest tal-fatt li t-terms of reference tal-bord tal-viżitaturi huma wiesgħa u hu magħmul aktar biex ikun hemm sorvelja soċjali fuq dak li jkun għaddej fil-ħabs?", "Meta wieħed jara l-iskopijiet ta' dan il-bord, jasal biex jistaqsi jekk dan fil-fatt għandux in-know-how investigattiv u l-poteri investigattivi biex kemm bħala sotto-kumitat u kemm bħala bord sħiħ ikun jista' jmexxi inkjesta bħal din.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-bord għandu xi tmien jew disa' membri li huma wkoll membri tal-kumitat Ewropew għall-prevenzjoni tat-trattament inuman u naħseb li għandhom esperjenza anke ta' ħabsijiet barra minn Malta.", "Fost dawn żgur li hemm nies li huma kapaċi jagħmlu din l-inkjesta u I-konklużjonijiet jiġu approvati mill-membri kollha tal-bord tal-viżitaturi tal-ħabs.", "Allegazzjonijiet simili li ġraw taħt l-amministrazzjoni preċedenti ngħataw lill-bord tal-viżitaturi tal-ħabs u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qal li sar hekk għaliex dan huwa l-public watchdog f'każijiet bħal dawn.", "Skond ċertifikati mediċi dakinhar irriżulta li kien hemm tbenġil.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 120 ta' l-1999 – Ordni ta' l-1999 dwar l-awtorita' tad-djar (trasferiment ta' proprjeta') (nru.", "6);", "Tabella li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali maqsuma skond il-lokalitajiet ta' l-applikanti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7948;", "Kopja ta' ċirkolari nru 25/99 maħruġa mill-uffiċċju tal-prim ministru fl-10 ta' Ġunju, 1999 dwar sigħat tax-xogħol imnaqqsa għall-ħaddiema tal-gvern u l-għoti ta' responsibility leave, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8166;", "Lista ta' kuntratti ta' xogħlijiet ta' tiswija li ngħataw mid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8496;", "Tabella li tagħti tagħrif dwar familji b'ġenitur wieħed li jirċievu allowance tat-tfal għas-snin bejn l-1990 u l-1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8499;", "Statistika dwar persuni b'diżabilita' reġistrati mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8503; u", "Kopja tar-rapport annwali tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' għas-sena 1999 u kopja tal-fuljett \"Indaqs\" tal- kummissjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8509.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Audit report and financial statements tal-kunsill lokali tas-Sannat għas-sena li għalqet fil-31 ta' Marzu 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8383.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar każijiet ta' mewt ta' persuni kawża ta' qtil volontarju, qtil mhux volontarju, overdosages, inċidenti tat-traffiku u inċidenti industrijali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7949; u", "Tagħrif dwar membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8382.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni dwar każ nru 213 – rapport 123; u", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni dwar każ nru.", "256 – rapport 122.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Il-Ministru Bonnici.", "STQARRIJA - PROMOZZJONIJIET FIL-MALTACOM", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, fit-30 ta' Lulju, 1998 ħarġet sejħa għal numru ta' promozzjonijiet fil-kariga ta' technical executive mal-Maltacom.", "Inħatar bord ta' l-għażla mill-general manager tal-Maltacom.", "Il-bord ta' l- għażla ngħata struzzjonijiet speċifiċi biex ilesti r-rapport tiegħu sa l- aħħar ta' Awissu 1998.", "Il-bord tal-għażla lesta r-rapport fil-31 ta' Awissu u nħarġu numu sostanzjali ta' promozzjonijiet.", "Kif il-Kamra taf, l- elezzjoni ġenerali saret fil-5 ta' Settembru, 1998.", "Appena tħabbru r-riżultati tal-promozzjonijiet saru ruxxmata protesti minn ħaddiema li ħassew li l-bord ta' l-għażla kien mexa magħhom b'mod inġust u diskriminatorju.", "Skond kif jipprovdi l-ftehim kollettiv bejn il- Maltacom u l-General Workers Union ġie mwaqqaf bord ta' l-appelli mill- promozzjonijiet magħmul minn tliet membri indipendenti, wieħed magħżul mill- Maltacom, wieħed magħżul mill-GWU u chairman li qablu fuqu ż-żewġ naħat.", "Fit-18 ta' Mejju, 1999 il-bord ta' l-appelli ppreżenta liċ-chairman tal- Maltacom l-ewwel rapport tiegħu li analizza 59 ilment minn fost 351 li għandu quddiemu.", "Kopja ta' dan l-ewwel rapport ġie mgħoddi lili miċ- chairman tal-Maltacom fit-28 ta' Ġunju, 1999 u għalhekk qiegħed nagħmel din l-istqarrija llum.", "Il-bord ta' l-appelli wasal għal dawn il-konklużjonijiet, fost oħrajn:", "1.", "\"The undue haste with which the process was carried out, the unprofessional way in which it was handled, the inadequate time allowed for a proper assessment of applicants as well as the criteria adopted was very much below the norm of a serious procedure.", "It created a great deal of dissatisfaction among employees resulting in a record number of appeals.\"", "2.", "\"The board notes that simple attendance at an in-house lecture or talk of a few hours was classified as a course and given the same value (2 marks) as coaurses lasting a week or longer and double the value of City & Guilds or \"O\" Level subjects which were given only 1 mark.\"", "3.", "\"The board found it strange that the majority of those with the highest academic and technical qualifications were given low marks in the interview - 15 or less out of 25\".", "4.", "\"From among those with the the minimum mark of 10, interviewed by the board there were several who in its (i.e. the appeals board) estimation had the personality, academic and technical qualifications and work experience that made it impossible to accept they could have responded so poorly.\"", "5.", "''The board feels that ideally the whole process should be scrapped and repeated in a more professional manner, with better criteria for evaluation of service, experience and qualifications and an interview designed to bring out the desired qualities for a technical executive.", "This would entail the withdrawal of appointments given which the board cannot recommend unless it is proved that there was fraud on the part of the appointee.", "Employees should not be penalised for errors, negligence or misjudgement of members of management\".", "Nistenna li ċ-chairman u l-bord tad-diretturi tal-Maltacom jagħtu tagħrif kemm jista' jkun malajr dwar il-persuni responsabbli għad-deċiżjonijiet żbaljati li ttieħdu fil-proċess kollu tal-promozzjonijiet li saru f'Awissu tas-sena l-oħra, jagħtu informazzjoni dwar ir-rimedji li se jaddottaw biex jissewwew l-inġustizzji mwettqa u jiżguraw li l-promozzjonijiet isiru fl- interess tal-Maltacom b'ġustizzja mal-ħaddiema kollha li minnhom jiddependi l-futur tal-kumpannija.", "Infakkar lill-Kamra li l-Maltacom illum hija kumpannija pubblika reġistrata fuq l-istock exchange anke barra minn Malta u amministrazzjoni ħażina jista' jkollha effetti negattivi fuq il-valur ta' l-ishma tal- kumpannija.", "Il-gvern għad għandu 60% ta' l-ishma fil-kumpannija u għalhekk għandu kull interess li l-amministrazzjoni tkun waħda li tispira fiduċja.", "Il-gvern għandu d-dmir ukoll li jara li titwettaq ġustizzja fil- promozzjonijiet mal-ħaddiema kollha tal-Maltacom.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imsemmi: \"Report on selection process for appointment of technical executive in terms of internal call for applications dated 30th July 1998\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi l-gven għandu 60% ta' l-ishma ta' din il- kumpannija, jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir wara dan l- eżerċizzju ta' għajb li sar fil-Maltacom?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: X'possibbilta' hemm li tiġi attwata r- rakkmandazzjoni tal-bord, jiġifieri li dan il-proċess kollu li sar jiġi annullat kemm jista' jkun malajr biex issir il-ġustizzja?", "Saru xi applikazzjonijiet lill-Ombudsman f'dan il-każ?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, l-ewwelnett jista' l-Ministru jikkonfermalna jekk sarux xi talbiet lill-Ombudsman fuq il-każi li tressqu quddiem dan il-kumitat?", "Jekk tressqu, liema kienu l-każi u fiex wasal il- proċess?", "Ġew deċiżi mill-Ombudsman?", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll min huma l-membri tal-bord li mexxa din l-inkjesta u fuq liema bażi ntgħażlu?", "Jista' jassigurana li l-għażla kienet mija fil-mija f'idejn il-bord tad-diretturi u li ma kien hemm ebda interferenza f'din l-għażla?", "Jista' jikkonfermalna li hu qatt ma ġie kkonsultat dwar min ikun membru fuq dan il-bord?", "Jista' jgħidilna meta kellu konoxxenza ta' dan ir-rapport u x'sar dwaru f'dawn is-sebat ijiem mit-28 ta' Ġunju 'l hawn?", "X'għamel il-Ministru min- naħa tiegħu fuq dan ir-rapport?", "Jista', jekk jogħġbu, jgħidilna wkoll kemm huwa n-numru ta' promozzjonijiet li jikkonċerna dan ir-rapport u fuq kemm ilmenti qed jagħmel dan it-tip ta' konklużjoni?", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk il-Ministru tkellimx dwar din il-kwestjoni mal-bord jew maċ-chairman tal-Maltacom.", "Min-naħa tiegħu x'pożizzjoni ħa bħala ministru?", "Finalment jista' jgħidilna jekk hux se jkun f'pożizzjoni li jirrispondina meta nitolbuh informazzjoni dwar ċerti deċiżjonijiet li qed jittieħdu fuq recruitment mill-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu u ma joqgħodx jinħeba wara l-punt li l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kien hemm pressjoni minn partitarji Nazzjonalisti li saħansitra għajru anke lill-ministru nnifsu għaliex ħassew li m'humiex qed jieħdu iktar milli ħaqqhom.", "Wieħed minn dawn kien Karmenu Dalli, uffiċjal fil-Maltacom li deherlu li saret inġustizzja miegħu.", "Dan kien minn ta' quddiem meta saret it-talba biex issir din l-inkjesta?", "(Interruzzjonijiet) B'ġurament dan kien qal fil-qorti li kien ħa promozzjoni meta ma kienx ħaqqu u lanqas kellu l-kwalifiki biex japplika għal din il-promozzjoni.", "Jista' l-Ministru jgħidli wkoll kif aġixxa l-Partit Nazzjonalista f'każijiet oħra qabel fejn kien irrapportat li saru inġustizzji fi promozzjonijiet?", "Kien hemm każijiet li marru quddiem l-Ombudsman u oħrajn li marru quddiem il-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' inġustizzji.", "Kemm kien hemm riżultati pożittivi favur il-ħaddiema?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iżjed mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Mario Galea?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, wara dan ir-rapport, jaħseb il-Ministru li ċ-chairman tal-Maltacom għandu jirriżenja?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jidhirlu li għandu jieħu passi dwar il-każi ta' inġustizzja li kienu saru mill-gvern Nazzjonalista u li ġew konfermati mill-qrati, mill-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji u anke mill-Ombudsman?", "X'passi beħsiebu jieħu l-Ministru kontra dawk li kienu responsabbli dakinhar?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru sabiex iwieġeb għad-domandi li sarulu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Grazzi, Mr Speaker.", "L-ewwelnett, irrid ngħid li dwar każi quddiem l-Ombudsman m'għandxi informazzjoni pero' l-pożizzjoni li normalment tittieħed hija li wieħed juża r-rimedji interni ta' l- organizzazzjoni u f'dan il-każ hekk ġara.", "Kien hemm madwar 351 impjegat li ressqu l-ilment tagħhom għand il-Maltacom biex jiġi kkonsidrat mill-board of appeals.", "Rigward min huma l-membri ta' dan il-bord nista' ngħid kif diġa' għedt fl- istqarrija, li dawn huma stabiliti fil-collective agreement.", "Wieħed huwa rappreżentant tal-GWU li, kif jidher fir-rapport li għadni kemm poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, huwa s-Sur A. Debono; ieħor huwa rappreżentant tal- kumpannija, is-Sur John de Gray, u l-ieħor huwa is-Sur George Paul Cardona, li hu ċ-chairman maqbul miż-żewġ naħat.", "Dan ir-rapport, li fih affarijiet inkwetanti ħafna u affarijiet li jiena tassew inħares lejhom bħala skandlu, huwa unanimu.", "Ġejt mistoqsi jekk jiena kontx konsultat jew kontx involut fil-ħatra ta' dan il-bord.", "Irrid ngħid li kienet saret protesta minn numru ta' ħaddiema fil-Maltacom dwar il-membru li kien se jirrappreżenta lill-Maltacom, liema protesta nġabet għall-attenzjoni tal-ministeru.", "Jiena kont bgħatt għaċ- chairman tal-Maltacom, tlabtu biex isib persuna aċċettabbli miż-żewġ naħat, u fil-fatt hekk sar.", "L-Onor.", "Sant imbagħad staqsa meta ġie għandi r-rapport.", "Dwar dan hemm spjegazzjoni bl-iktar mod ċar fl-istqarrija li tgħid li l-bord ta' l-appell spiċċa r-rapport tiegħu fit-12 ta' Mejju u skond il-ftehim kollettiv hemm xahar żmien biex dan jiġi ppubblikat.", "Dan ir-rapport ġie għandi proprju ġimgħa ilu, fil-5.00 p.m., meta kont staqsejt jekk kienx hemm xi konklużjoni dwar il-każi li kien qiegħed jisma' l-board of appeals.", "Madanakollu kont naf bih b'mod formali s-Sibt preċedenti, meta kelli laqgħa maċ-chairman staqsejtu fiex waslu l-affarijiet u qalli li kellu r-rapport quddiemu u li kien se jgħaddihuli.", "Peress li diġa' għadda iktar minn xahar minn mindu l-bord ħa din id-deċiżjoni, dan ukoll irid jiġi meħud in konsiderazzjoni f'dak li jistipula l-collective agreement.", "Kif intqal fl-istqarrija, jiena nistenna li ċ-chairman u l-bord tad- diretturi tal-Maltacom kemm jista' jkun malajr jagħtu t-tagħrif dwar il- persuni responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet żbaljati u nistennihom jgħidu wkoll x'rimedji se jaddottaw.", "Din hija ħaġa bażika.", "Meta wieħed jidentifika inġustizzji wieħed irid jara wkoll x'rimedji jistgħu jingħataw.", "Saret ukoll mistoqsija dwar in-numru ta' ħaddiema li kienu ħadu l- promozzjonijiet.", "Il-bord tal-promozzjonijiet ta 16-il promotion fil-kariga ta' technical executive.", "Il-board of appeals sab li kien hemm 18 oħra li kien ħaqqhom li jingħataw promozzjoni u minħabba l-mod kif saru l- affarijiet ma ħaduhiex.", "Żgur li l-proċeduri segwiti m'humiex aċċettabbli.", "Jiena, li ġej mid-dinja akkademika, ma nistax nifhem kif bniedem li jattendi kors ta' ftit sigħat jew ta' ġurnata, jingħata d-doppju tal-marki li jieħu xi ħadd li jkollu l-\"O\" level jew ċertifikat tas-City & Guilds.", "Jien nistaqsi lill-ommijiet xi jħossu kieku t-tfal tagħhom li jkunu għamlu snin jippreparaw għall-\"O\" levels u għas-City & Guilds jinqabżu minn xi ħadd li jkun attenda biss kors ta' sagħtejn.", "Dan huwa skandlu!", "Huwa skandlu li sar lejlet l-elezzjoni għax il-gvern preċedenti ma addottax il-prassi li kien uża l-gvern Nazzjonalista ta' qabel, li fiż-żmien ta' l-elezzjoni jissospendi proċeduri ta' promozzjonijiet, eċċ. Il-gvern ta' l-Onor.", "Sant kien tant modern, kien tant ġust u kellu tant valuri sodi li ħalla kollox għaddej, bir-riżultat li llum għandna dan ir-rapport skandaluż għal pajjiżna!", "Mr Speaker, din hija kumpannija kkwotata barra u ħaġa bħal din tirrifletti ħażin fuq il-kapaċitajiet ta' pajjiżna li jimmaniġġja kumpannija internazzjonali.", "Jiena diżappuntat ħafna u kont nippreferi ħafna li kieku dan il-bord ma sabx din is-sitwazzjoni.", "Dawn huma affarijiet li jħammru wiċċ il-Maltin kollha!", "Fuq organizzazzjoni li ftaħarna tant biha meta kienet qed tiġi pprivatizzata kellu jkollha dawn ir-riżultati!", "Mr Speaker, rigward punti oħra li tqajmu rrid ngħid li liċ-chairman informajtu llum stess li se nagħmel din l-istqarrija u spjegajtlu li l- gvern qed jistenna li l-ewwelnett ikun hemm rimedju, u t-tieni nett isir assessment ta' dawn id-deċiżjonijiet żbaljati.", "Nistenna li l-bord tal- Maltacom u ċ-chairman jieħdu l-azzjonijiet xierqa.", "Tajjeb li ngħid ukoll li meta saru dawn l-għażliet is-sena li għaddiet, lejlet l-elezzjoni, id-diretturi maħtura fil-Maltacom kienu kollha appuntati mill-gvern preċedenti.", "Dan ifisser li għalkemm teknikament kienu nbiegħu 40% tax-shares fil-korporazzjoni, il-bord tad-diretturi kien kollu politically appointed.", "Dan huwa aspett mill-iktar inkwetanti.", "Irrid ngħid ukoll li l-applikazzjonijiet għal dawn il-promozzjonijiet ħarġu fit-30 ta' Lulju, prattikament lejlet l-elezzjoni, u għalhekk il-bord ta' l-għażla spiċċa ġie sforzat biex ilesti r-rapport taħt pressjoni kbira proprju fil-31 ta' Awissu, jiġifieri ħamest ijiem qabel l-elezzjoni.", "Il-Maltacom illum qed titkellem dwar kif se tnaqqas il-cost structures tagħha, imma minħabba dan l-iskandlu l-ispiża aktar minn irdoppjat.", "Nerġa' ngħid, dan huwa skandlu li j'Alla qatt ma jerġa' jiġri.", "J'Alla fil-futur l- affarijiet isiru b'mod oġġettiv u bis-serjeta' u ma jkollniex sitwazzjonijiet fejn bord ta' l-appell, b'mod unanimu, jgħid li idealment \"the whole process should be scrapped and repeated\".", "Jien ma naħsibx li llum huwa possibbli li wieħed jerġa' jieħu lura l- promozzjonijiet li ngħataw, għax tkun qed tagħmel inġustizzja ma' dawk li m'għandhomx ħtija, imma naturalment wieħed irid jara li dawk li kien ħaqqhom jingħataw promozzjoni u ma ħaduhiex issa jeħduha ħalli b'hekk tissewwa l-ħsara.", "Dawn huma affarijiet li naturalment se jżidu l-ispiża mhux biss f'dan il-grad imma fi gradi oħra wkoll.", "Jekk hemm 18-il persuna li issa se jiġu promossi għal technical executive, ovvjament se jkun hemm numru ieħor li se jiġu promossi għall-gradi tagħhom.", "Din l-ispiża kollha se jkollha ssir sempliċement għax bord ta' l-għażla kien inkompetenti u uża kriterji mhux aċċettabbli, li jiddiskriminaw u li jħammru wiċċ il-Maltin kollha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA' MINURI", "CHILD ABDUCTION AND CUSTODY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-30 ta' Ġunju, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nixtieq inpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "Onor Membri: Iva.", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' pajjiżi li ffirmaw u/jew irratifikaw il-Konvenzjoni ta' The Hague dwar l-aspetti ċivili ta' sekwestru internazzjonali tat-tfal u l-Konvenzjoni Ewropea dwar ir-rikonoxximent u l- inforzar ta' deċiżjonijiet dwar kustodja tat-tfal.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Rita Law hija in possession.", "ONOR.", "RITA LAW: Grazzi, Mr Speaker.", "Kif kont qed ngħid l-aħħar darba, dan huwa abbozz ta' liġi importanti ħafna għax permezz tiegħu se nimxu fuq żewġ konvenzjonijiet li rridu nagħtu kashom u naraw eżattament kif se jolqtu lill-familji Maltin.", "L-ewwel waħda hija The Hague Convention, li dwarha subklawsola 3(1) tgħid hekk:", "\"F'din it-Taqsima ta' dan l-Att \"il-Konvenzjoni\" tfisser il- Konvenzjoni dwar l-Aspetti Ċivili fis-Sekwestru Internazzjonali ta' Minuri, li kienet ġiet iffirmata f'L-Ajja fil-25 ta' Ottubru, 1980 u li l-Artikli rilevanti tagħha huma miġjuba fl-Ewwel Skeda li tinsab ma' dan l-Att.\".", "Il-konvenzjoni l-oħra tissemma f'taqsima II, subklawsola 14(1) ta' l- abbozz fejn hemm li:", "\"F'din it-Taqsima ta' dan l-Att \"il-Konvenzjoni\" tfisser il- Konvenzjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Kustodja ta' Minuri u dwar ir- Restituzzjoni tal-Kustodja ta' Minuri li kienet ġiet iffirmata fil- Lussemburgu fl-20 ta' Mejju, 1980 u li l-Artikli rilevanti tagħha huma miġjuba fit-Tieni Skeda li tinsab ma' dan l-Att.\".", "Mela l-ewwel konvenzjoni tissalvagwarda kontra li minuri jittieħdu barra mill-pajjiż u l-oħra tirrikonoxxi u tinforza deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kustodja ta' dawn it-tfal.", "Dawn huma żewġ konvenzjonijiet importanti li hawn qbil dwarhom miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Personalment naħseb li qed jidħlu tard wisq f'pajjiżna.", "L-Ingilterra, per eżempju, ilha li rratifikat dawn il-konvenzjonijiet 19-il sena.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li din il-liġi hija meħuda, kelma b'kelma, mil-liġi Ingliża, ħaġa li jiena nħoss li m'hijiex ġustifikata għaliex peress li tittratta l- familja li hija istituzzjoni tant delikata, il-liġi kellha tiġi adattata għaċ-ċirkostanzi partikolari tal-pajjiż.", "F'każijiet fejn koppja, għal xi raġuni jew oħra, tiddeċiedi li tinfired jew inkella, agħar minn hekk, xi ħadd minnhom jiddeċiedi li jaħrab bit-tfal, irridu noqogħdu ferm attenti li naraw li kemm jista' jkun ma jkunx hemm tbatija żejda għat-tfal għax għalkemm dawn ħafna drabi ma jitkellmu xejn, ikunu qegħdin jixorbu dak kollu li jkun qed jiġri.", "Għalhekk li hemm bżonn li din il-liġi tagħti importanza kbira lill-minuri filwaqt li tikkonsidra d-diffikultajiet u l- problemi tal-ġenituri.", "Mr Speaker, qabel ma ngħaddi biex nitkellem ftit fuq l-abbozz ta' liġi xtaqt nagħti daqsxejn stampa wkoll tal-familji Maltin.", "Minn statistika li ġbart kemm mit-taqsima vjolenza domestika kif ukoll mid-dipartiment għall- ħarsien tal-familja jirriżulta li s-sena l-oħra kien hemm mhux inqas minn 242 persuna li talbu għall-għajnuna minħabba li wieħed mill-ġenituri ħarab bit-tfal.", "Minn din l-istatistika joħroġ ċar ukoll li l-maġġoranza, 97.1%, ta' dawk li talbu l-għajnuna kienu nisa.", "F'pajjiżna għandna wkoll numru kbir ta' koppji li qegħdin jitolbu separazzjoni u fil-fatt mir-risposta għal mistoqsija parlamentari li għamel dan l-aħħar l-Onor.", "Evarist Bartolo jirriżulta li f'Jannar ta' din is-sena kien hemm 28 talba għal separazzjoni, fi Frar kien hemm 42 filwaqt li f'Marzu kien hemm 39 talba.", "Barra dawn kien hemm ukoll numru ta' separazzjonijiet bonarji.", "F'din il- mistoqsija l-Onor.", "Bartolo talab ukoll informazzjoni dwar każi li jikkonċernaw persuni barranin.", "Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Gatt qal li ma teżisti ebda informazzjoni dwar kemm hawn persuni barranin miżżewġin Maltin involuti f'każijiet ta' separazzjoni.", "Dan jagħmilha aktar diffiċli biex wieħed jara x'hemm bżonn isir.", "Mr Speaker, bħala kelliema ta' l-oppożizzjoni għall-affarijiet tal- familja nħossni verament inkwetata meta nara kif qiegħed jagħqad il-globu tal-familja u se ngħaddi biex insemmi ftit mill-problemi reali li jiltaqgħu magħhom il-koppji żgħażagħ meta jiġu biex jifformaw familja.", "Kulħadd jaf li biex koppja jkollha d-dar tagħha trid verament taqta' bi snienha.", "Jiena tkellimt ma' żgħażagħ - binti stess għandha 21 sena - u nista' ngħid li kollha jgħidulek li l-perijodu tan-namur tagħhom iqattgħuh jaħdmu u jagħmlu l-overtime.", "Dan ifisser li l-familja tkun diġa' mixja zoppa minn qabel ma tkun ifformata.", "Barra minn hekk, dawn jidħlu fi djun kbar bil-konsegwenza li wara ż-żwieġ ikollhom jibqgħu jaħdmu t-tnejn biex ikomplu jħallsu d-dar, imbagħad jispiċċaw ikollhom it-tfal meta jkunu kbar, ħaġa li 'l quddiem ukoll tista' toħloq diffikultajiet.", "Problema oħra hija t-tip ta' trobbija li tista' tagħti koppja lit-tfal tagħha meta kemm l-omm u kemm il-missier ikunu jaħdmu.", "Jiena nħoss li t- trobbija għandha tingħata ħafna attenzjoni għaliex it-tfal tal-lum huma l- ġenerazzjoni ta' għada u jekk it-tfal ma jingħatawx pedament tajjeb u jiġu mgħallma l-valur ta' familja b'saħħitha, allura 'l quddiem se jitfaċċaw aktar problemi.", "Il-fatt huwa li f'dan l-abbozz ta' liġi ma sibt xejn dwar x'forma ta' benefiċċji se tingħata omm li ma tkunx miżżewġa bil-knisja.", "Illum il-ġurnata żdiedu ż-żwiġijiet bejn Maltin u barranin u sfortunatament diversi drabi, minħabba nuqqas ta' preparazzjoni dwar il-kultura u d- drawwiet differenti jinħoloq l-inkwiet f'dawn il-familji.", "Problemi oħra li ta' spiss niltaqgħu magħhom huma ta' nisa msawta sa minn qabel iż-żwieġ; u problemi minħabba li xi ħadd mill-koppja jkollu xi vizzju bħal ta' l- alkoħol, logħob ta' l-azzard jew droga.", "Ħafna drabi l-koppja tasal f'punt fejn jaraw li ma jistgħux ikomplu jkampaw mal-familja, u xi ħadd minnhom jitlaq, forsi anke bit-tfal, imbagħad miskina l-parti l-oħra li tibqa' hawnhekk.", "Mr Speaker, id-definizzjoni ta' \"minuri\" f'dan l-abbozz ta' liġi tgħid hekk:", "\"\"minuri\" tfisser persuna li ma tkunx għalqet is-sittax-il sena; \".", "Issa skond ktejjeb li ħareġ il-committee on social policies ta' l-Unjoni Ewropea, \"minuri\" tfisser:", "\"Ages in which children are legally entitled to carry out a series of acts in European member countries.\".", "Aħna m'aħniex fl-Unjoni Ewropea, pero' nixtieq inkun naf jekk il-gvern ikkonsidrax din id-definizzjoni.", "Jiena naħseb li tifel ta' 14-il sena jkun sensittiv ħafna għall-problemi li jkunu għaddejjin fil-familja tiegħu u għalhekk f'din il-liġi naħseb li huwa importanti li nħarsu lejn l-eta' li tikkostitwixxi minuri.", "Inħoss li jekk aħna ma nikkonsidrawx it-trawma li jkunu għaddejjin minnha dawn it-tfal, speċjalment jekk ikunu sekwestrati, inkunu qed inkattru l-problemi.", "Mr Speaker, jiena rajt liema huma l- istati kontraenti - għaliex biex titkellem b'ċerta preċiżjoni jrid ikollok il-fatti - u fil-fatt għamilt mistoqsija parlamentari dwar dan li ġiet imwieġba nhar l-Erbgħa li għadda.", "Pero' jien naħseb li rridu nagħtu kas ukoll il-problemi li jistgħu jinħolqu għal dawk il-pajjiżi li mhux se jkunu parti minn dawn il-konvenzjonijiet.", "Ħadt pjaċir nisma' li se tinħoloq central authority li se tkun il-bridge bejn Malta u l-Istat li fih ikun hemm il-ġenitur li jkun issekwestra t-tfal u se tkun il-point of reference minn fejn ikunu jistgħu jinkisbu ċerti dettalji.", "Jien naħseb li minbarra li tkun mezz ta' komunikazzjoni bejn iż- żewġ pajjiżi, din l-awtorita' għandu jkollha mezzi biex l-ewwelnett tipprevjeni l-problema.", "Per eżempju, appena jkun hemm applikazzjoni għal separazzjoni jew inkella meta xi ħadd imur jirrapporta għand is-social workers li hemm inkwiet fil-familja, l-awtorita' għandha tara li t-tfal ma jkunux imniżżlin fuq il-passaport tal-ġenituri għaliex inkella jkun faċli biex ġenitur jaqbad u jieħu lil uliedu miegħu barra l-pajjiż mingħajr il- kunsens tal-parti l-oħra.", "Ħaġa li jien personalment ma qbiltx magħha kienet it-tneħħija ta' l-embarkation card.", "Meta jien staqsejt dwar dan, it- tweġiba kienet li din tneħħiet biex jiġi ffrankat ix-xogħol.", "Jien inħoss li bit-tneħħija ta' din il-card jista' jingħata lok għal aktar abbużi.", "Jien naħseb ukoll li l-interpol tista' tagħti kontribut kbir f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Law, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru tkompli bid- diskors tagħha?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nipproponi li l-Onor.", "Law tkompli bid-diskors tagħha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Law tkompli tinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "RITA LAW: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "L-iskejjel ukoll jistgħu jgħinu f'każi ta' tfal li l-ġenituri tagħhom ikollhom problema bejniethom u jkun hemm il-biża' li xi ħadd minnhom se jitlaq bit-tfal.", "Bil-lezzjonijiet tal- PSE jew permezz ta' tagħrif li jkollhom il-kapijiet ta' l-iskola jista' jkun magħruf li ċerti tfal ikollhom problemi fil-familja.", "Fil-fatt issib kapijiet ta' skejjel li minn jeddhom jieħdu l-inizjattiva biex joqogħdu aktar attenti meta jmur xi ħadd għal dawn it-tfal speċjalment mhux fil- ħinijiet normali tal-ħruġ .", "Jiena naħseb li huwa importanti ħafna li l- kapijiet ta' l-iskejjel jingħataw informazzjoni mingħand id-dipartiment tal- welfare dwar tfal li jkunu f'periklu li jistgħu jiġu ssekkwestrati ħalli jkunu jistgħu joqogħdu aktar attenti għalihom.", "Mr Speaker, rigward il-good shepherd project irrid ngħid li fil-fehma tiegħi dan huwa proġett interessanti u bżonjuż u ngħid prosit lil min ħareġ b'din l-idea.", "Permezz ta' dan il-proġett qed jiġu identifikati dawk it-tfal li qatt ma marru skola u f'pajjiżna għandna numru sostanzjali ta' tfal li jew qatt ma marru skola jew inkella jkunu telqu kmieni mill-iskola.", "Wara li ngħaddu din il-liġi naħseb li għandna naraw xi jrid isir fuq il-liġi li twaqqaf il-Qorti tal-Familja għaliex dawn huma żewġ affarijiet marbuta flimkien.", "Fiż-żmien qasir li għamel fil-gvern, il-Partit Laburista kien ħadem ħafna biex jitħaffef il-proċess rigward il-liġi tal-qorti tal-familja li jien inħoss li tista' ttaffi xi ftit mill-problemi li jkollhom koppji li jkunu ilhom is-snin telgħin u neżlin il-qorti.", "Għax dan id-dewmien sabiex jiġu deċiżi kwestjonijiet bħal dawn jikkaġuna diffikultajiet finanzjarji u jaffettwa wkoll lit-tfal li diġa' jkunu għaddejjin minn trawma.", "Ħaġa li jien nikkonsidraha inġusta hija li meta mara tiġi msawta mir- raġel u tmur tirrapporta l-għassa, il-pulizija sempliċement imur jagħmel observation, jikkwieta l-affarijiet u l-għada qisu qatt ma ġara xejn.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-pulizija m'humiex qed jagħmlu xogħolhom.", "Barra minn hekk, minn informazzjoni li għandi jidher li se ssir riforma biex il- pulizija jingħataw training f'dan il-qasam ħalli jkunu jafu kif jaġixxu u biex jieħdu in konsiderazzjoni anke l-problemi tal-vittma u jkunu jafu anke lil liema għaqdiet għandhom jirrapportaw każijiet bħal dawn.", "Apparti minn hekk, fl-għases għandu jinżamm record tal-każijiet li jiġu rapportati, liema records imbagħad għandhom jiġu assessed minn persuni professjonali.", "Mr Speaker, kif diġa' għedt, meta wieħed iqabbel dak li qed isir barra minn Malta f'dan il-qasam ma' dak li qed isir f'Malta jinduna li l- affarijiet li qed inkopru b'din il-liġi, f'pajjiżi oħra daħlu ħafna żmien ilu.", "Għalhekk naħseb li l-ewwel li kellu jsir kien li wieħed jara x'tibdil kien hemm bżonn għaliex ma tistax tagħmel liġi li tkun kelma b'kelma bħal waħda li tkun iddaħħlet f'pajjiżi oħra 20 sena ilu.", "Mr Speaker, fil-kontest ta' l-edukazzjoni tat-tfal nixtieq nenfasizza l- importanza tal-lezzjonijiet PSE fl-iskejjel.", "Hija ħasra li dawn il- lezzjonijiet ma jibqgħux jingħataw lit-tfal wara li dawn jagħlqu l-eta' ta' 13 jew 14-il sena, għaliex dik hija eta' ferm diffiċli speċjalment meta dawn ikunu ġejjin minn familji li jkunu għaddejjin minn problemi.", "Ħaġa oħra li ma nistax nifhem hija kif fejn tidħol vjolenza domestika jrid ikun verament każ gravi biex familja tieħu l-permess mingħand il-qorti ħalli ma tibqax tgħix taħt l-istess saqaf.", "Jien inħoss li t-tfal m'għandhomx jitħallew jaraw vjolenza għax meta jikbru jkunu vjolenti huma wkoll u jpattuha lill-ewwel bniedem li jiġi quddiemhom.", "Nixtieq issa nitkellem ftit fuq l-abbozz ta' liġi nnifsu.", "Klawsola 5 tittratta l-awtorita' ċentrali u tgħid hekk:", "\"Il-funzjonijiet ta' l-Awtorita' Ċentrali taħt il-Konvenzjoni għandhom jiġu esegwiti mid-Direttur responsabbli għall-welfare u kull applikazzjoni magħmula taħt il-Konvenzjoni minn jew fl-isem ta' persuna barra minn Malta tista' tiġi indirizzata lill-Uffiċċju tad- Direttur responsabbli għall-welfare.\".", "Xi jfissru l-kliem \"kull applikazzjoni\"?", "Dan ifisser li tista' tmur tapplika n-nanna u z-zija!", "Jiena naħseb li wieħed għandu jiċċara ċerti dettalji biex ma jkunx hemm problemi wara.", "Barra minn hekk, fl-abbozz hemm riferenza għal artiklu 8 li mbagħad ma jidher imkien fl-abbozz stess.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of explanation.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Artiklu 8 huwa d-declaration clause u allura m'huwiex suġġett għall-parametri legali normali.", "Artikli bħal dawn ma jiġux inklużi fil-liġi ut sic imma huma applikabbli bħala parti mill-konvenzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Nirringrazzja lill-Ministru ta' l-ispjegazzjoni u ngħaddu għal punt ieħor.", "Chapter III, Article 8 jgħid li:", "\"The application shall contain -", "\"(a) information concerning the identity of the applicant, of the child and of the person alleged to have removed or retained the child;\".", "Jien nixtieq li wara l-kliem \"of the child\" jidħol ukoll il-kliem \"and a photograph, if possible\" għaliex inħoss li jkun tajjeb li jkun hemm iktar identification tal-wild.", "Fil-liġi hemm ukoll li d-dipartiment tal-family welfare se jkun jista' jagħmel ir-riċerka li jkun hemm bżonn mal-pajjiżi fejn l-omm jew il-missier ikunu telqu bit-tfal.", "Jien inħoss li l-persuna li tagħmel dan l-istudju għandha jkollha training professjonali u tkun studjat fil-fond ċerti problemi.", "Meta mbagħad wild jiġi mitlub biex jitla' l-qorti naħseb li għandu jkun akkumpanjat minn kuratur u mhux minn social worker għaliex xi kultant it- tfal ma jkunux kapaċi biżżejjed biex jgħidu l-verżjoni tagħhom tal-fatti u allura l-kuratur ikun jista' jagħmel dan għan-nom tat-tfal.", "Naturalment il-kuratur għandu jkun appuntat mill-qorti u jkun indipendenti minn kull aġenzija.", "MR SPEAKER: Onorevoli , ippermettili ninterrompik għaliex reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "RITA LAW: Nirringrazzja lill-Kamra talli għoġobha terġa' testendili l-ħin.", "Kif kont qed ngħid, huwa importanti li t-tfal jingħataw prijorita' għaliex huma jkunu għaddejjin minn trawma kontinwament, kemm meta jaraw l-inkwiet fil-familja kif ukoll waqt li jkunu qegħdin jixhdu fil- qorti.", "F'każi bħal dawn il-minuri huma bla leħen u għalhekk aħna rridu naraw li kemm jista' jkun ma jbatux.", "Wieħed iridi jiftakar li meta t-tfal ikunu sekwestrati jistgħu jkunu qegħdin 'il bogħod mill-omm jew mill- missier, ikunu qegħdin jgħixu f'kultura differenti minn dik li jkunu mdorrijin biha, u jista' jkun li jkollhom nuqqas ta' mħabba jew anke jgħixu ma' aggressur.", "Għalhekk ikun verament urġenti li d-dipartiment tal-family welfare jara fejn qegħdin dawn it-tfal u jara li jsir dak kollu possibbli biex dawn jitrabbew ma' min l-aktar li jistra' jrabbihom kif jixraq.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq insemmi wkoll il-case orders.", "F'Malta hawn medja ta' 300 tifel u tifla li qegħdin f'istituti jew djar tal-gvern għax il-ġenituri tagħhom ma jistgħux irabbuhom.", "Veru li l-persuni li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb dawn it-tfal huma dedikati ħafna u jieħdu ħsieb dawn mill-aħjar li jistgħu, pero' dawn ma jistgħu qatt jagħtuhom l-istess imħabba li jistgħu jagħtuhom il-ġenituri tagħhom.", "Barra minn hekk, xi drabi t-taħlit ta' tfal li jkun hemm jagħmilha diffiċli biex dawn jingħataw l- edukazzjoni mixtieqa.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa li skond ċifri li ħarġu mis-sezzjoni tal-family therapy service ta' l-SWDP, is-sena l-oħra kien hemm 550 każ ta' tfal li rċevew terapija, filwaqt li 152 tifel u tifla li daħlu fir- residential care tal-family service unit.", "Mr Speaker, fil-ħin li kelli pprovajt nuri kemm hija gravi l-problema li qed niddiskutu hawnhekk ħalli nkunu kemm jista' jkun sensittivi fil-mod kif nittekkiljaw din il-liġi.", "Jien naħseb li minkejja li wieħed jipprova jagħmel minn kollox biex lill-familji li jkunu għaddejjin minn problemi jipprova jnaqqsilhom il-piż, xorta jibqgħu jqumu d-diffikultajiet.", "Madanakollu biex dawn iż-żewġ konvenzjonijiet nipprovaw kemm jista' jkun inressquhom lejn ir-realtajiet fil-pajjiż irid ikun hemm il-will power tagħna l-membri f'din il-Kamra ġew u rridu nkomplu nagħmlu ħiltina biex dan il-mekkaniżmu li se jidħol permezz ta' din il-liġi nġibuh dejjem aktar prattiku.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nirringrazzjak.", "Sur President, il-famuż Blaise Pascal fil-ktieb \"Pensées\" jilmenta mill-fatt li fi Franza ta' żmienu l-liġi u l-qrati kienu jitbiddlu bħal meta kull darba li tkun se tivvjaġġa tbiddel iż-żiemel.", "Napuljun u ħafna mexxejja tan-nazzjonijiet Ewropej fis-seklu l-ieħor armonizzaw u kkodifikaw il-liġijiet muniċipali biex almenu f'pajjiż wieħed ikun hemm liġi waħda u sistema ta' qrati identika.", "L-uniformita' fil-liġi - għalkemm mhux neċessarjament ikun hemm uniformita' fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tagħha - ġabet avvanzi kbar fl-Ewropa kollha iżda għadna 'l bogħod minn armonizzazzjoni sħiħa tal- liġijiet u s-sistemi.", "Illum meta tivvjaġġa tbiddel ajruplani aktar milli kont tbiddel żwiemel dak iż-żmien.", "Imma qed jittieħdu passi biex almenu l- fatt li tbiddel ajruplan ma jkunx ifisser konfużjoni u evażjoni tal-liġi.", "B'dak li se nagħmlu permezz ta' dan l-abbozz dawn iż-żewġ konvenzjonijiet se jiżdiedu ma' numru ta' konvenzjonijiet oħra f'oqsma oħra li jwasslu għal uniformita' fil-liġijiet.", "Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-kamp l-aktar avvanzat tad-dritt internazzjonali privat.", "Dan huwa kamp interessanti għall-aħħar li jieħu ħsieb il-mod kif tiddeċiedi kawża meta jkun hemm dak li jissejjaħ element barrani għal-liġijiet nazzjonali.", "Hawnhekk wieħed irid jirrimarka li din il-problema ma ltqajniex magħha llum, imma hija problema li ltaqgħu magħha anke l-ġuristi ta' żmien Ruma repubblikana u Ruma imperjali.", "Dawn fehmu li l-bżonn ta' uniformita' fil-liġi u forsi kien minħabba f'hekk li n-nies kollha li kienu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Ruma kienu ngħataw id-dritt li jkunu ċittadini Rumani.", "F'kull pajjiż kellu jkun hemm dak li jissejjaħ il-jus civile, liema fattur żgur li għamel lill-Imperu Ruman famuż għall-organizzazzjoni amministrattiva, militari, ekonomika u anke kulturali tiegħu.", "Tul iż-żmenijiet l-Imperu Ruman tkisser u kull pajjiż żviluppa l-liġijiet differenti tiegħu.", "Minħabba f'hekk il-ġuristi moderni bdew iħarsu lejn id-dritt internazzjonali privat bħala mezz kif wieħed jista' joħloq ftit ordni f'din il-konfużjoni ta' liġijiet.", "Sur President, tkellimt fuq l-avvanz tad-dritt internazzjonali privat għaliex f'dawn il-konvenzjonijiet qegħdin nieħdu ħsieb żewġ affarijiet fundamentali.", "L-ewwelnett qegħdin nersqu lejn unifikazzjoni tas-sistema legali interna mas-sistema legali f'diversi pajjiżi Ewropej oħra, u t-tieni nett qegħdin nilleġislaw fuq id-dritt internazzjonali privat.", "Aħna nafu li fil-liġi tagħna m'għandniex kodiċi li jirregola dan id-dritt u għalhekk inħarsu lejn il-liġi Ingliża bħala t-triq li għandha turina kif nieħdu d- deċiżjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-suġġett.", "Permezz ta' dawn il-konvenzjonijiet qegħdin nagħmlu leġislazzjoni speċifika rigward regoli li għandhom jiġu applikati għad-dritt internazzjonali privat.", "Dan il-proċess ta' unifikazzjoni fil-liġijiet huwa parti minn proċess li qabdu organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Għal dan il-għan ir-rwol tal- Ġnus Maqgħuda, ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea u r-rwol tal-Kunsill ta' l- Ewropa kienu fatturi importanti ħafna.", "Kull min huwa intiż fil-liġi jrid jaċċetta li l-Unjoni Ewropea kellha l-mertu li tavvanza f'din id-direzzjoni u li ġġib uniformita' ikbar fil-liġijiet kollha applikabbli fil-komunita'.", "Dan iservi sabiex inaqqas id-diskrepanzi u problemi ta' liema drittijiet jeżistu f'pajjiż u liema jeżistu f'ieħor u jkun hemm numru ta' drittijiet li uniformi u ugwali f'kull pajjiż.", "Dawn l-avvanzi ma setgħux jitwettqu kieku dawn l-istituzzjonijiet ma kellhomx ġabra ta' ġuristi tajbin, u proprju dawn iż-żewġ konvenzjonijiet huma xiehda ta' ġenju ta' ħsieb.", "Nistgħu ngħidu li fil-maġġoranza tagħhom il-liġijiet fl-Ewropa jsegwu żewġ familji ta' ħsieb; il-familja tal-ħsieb li hija wirt id-dritt Ruman, u d-duttrina Anglo-Sassona.", "Minkejja li fuq diversi punti hemm konflitti bejn dawn is-sistemi ġuridiċi, it-tnejn qablu dwar dawn iż-żewġ konvenzjonijiet u għamlu avvanz tajjeb fil-liġi.", "Permezz tagħhom qed tissolva l-problema li tqum meta tiġi biex tapplika l-liġi rigward persuna li ġejja minn pajjiż ieħor.", "Wieħed irid jgħid ukoll li f'diversi liġijiet insibu konflitt bejn il-ħsieb ta' domiċilju u l-ħsieb ta' residenza.", "F'dan il-kuntest naraw li hawn enfasi kbira fuq l-idea ta' habitual residence, ta' post li wieħed jagħżel biex jgħix fih, li jidher li huwa inqas minn dak ta' domiċilju.", "Jidher li l-ġuristi ta' l-Ewropa kollha qegħdin jaqblu dwar dan.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jsemmix lill-ġurista Ġermaniż Savigny li f'wieħed mit-trattati tiegħu fuq id-dritt Ruman daħal fil-fond il-konċett ta' x'għandha tkun residenza f'pajjiż.", "B'dawn il- konvenzjonijiet illum qegħdin naċċettaw dan it-tagħlim li nkiteb fl-1849.", "Punt ieħor interessanti u li jimmerita attenzjoni huwa rigward l- indentifikazzjonni tar-residenza tal-minuri.", "Fil-fatt huwa aċċettat fid- dritt internazzjonali privat li l-minuri jsegwu jew id-domiċilju jew ir- residenza tal-ġenituri tagħhom, fis-sens li l-ġenituri jikkostitwixxu l- istatus legali għal dawn il-minuri.", "Taħt il-liġi tagħna u taħt liġijiet oħra din għandha kumplikazzjoni ulterjuri minħabba li l-patria potestas fuq il-minuri hija joint bejn l-omm u l-missier.", "Minħabba f'hekk meta ġenitur ikollu domiċilju mod u l-ieħor ikollu domiċilju mod ieħor tinħoloq problema għar-rigward ta' kif se tidentifika d-domiċilju jew ir-residenza tal- minuri.", "Fuq dan wieħed irid jgħid li artiklu 5 tat-tieni konvenzjoni jistabilixxi b'mod ċar li min għandu f'idejh il-kustodja tal-minuri mhux biss għandu x'jaqsam mal-kura tiegħu, imma għandu wkoll id-dritt li jiddetermina l-post ta' residenza tal-minuri.", "Dan huwa avvanz ieħor għax b'hekk jissolvew il-problemi legali li jiltaqgħu magħhom kemm il-qrati tagħna kif ukoll dawk fl-Ewropa.", "Ta' mn jgħid li pajjiżna dejjem kellu ċittadini li kkontribwew biex id-dritt privat internazzjonali jiġi stradat 'il quddiem, u se nagħti xi eżempji.", "Wieħed mill-ewwel każijiet ta' interess internazzjonali kien seħħ fil- qrati Alġerini fl-1889 fejn għall-ewwel darba kellha tittieħed deċiżjoni fuq il-problema tal-klassifikazzjoni tal-liġijiet.", "F'dan il-każ, koppja Maltija kienet marret tgħix fi Franza, ma kellhomx tfal, u wara li miet ir- raġel, il-mara talbet li tingħata kwart tal-ġid tiegħu skond kif kienet tgħid il-liġi Maltija.", "Minħabba f'hekk qam il-punt dwar jekk il-qrati fl- Alġerija kellhomx japplikaw il-liġi Franċiża jew dik Maltija u allura daħal il-punt ta' klassifikazzjoni għax wieħed ried jiddetermina jekk kemm-il darba l-qrati kenux se jiddeċiedu punt għar-rigward suċċessjoni jew inkella għar-rigward il-kwestjoni matrimonjali.", "Il-qrati Franċiżi - għaliex l- Alġerija dak iż-żmien kienet għadha taħt Franza - iddeċidew li l-kawża hija waħda ta' natura matrimonjali u l-armla ħadet kwart tal-wirt ta' żewġha.", "Aħna bħala pajjiż għenna biex jiġu stabiliti ċerti prinċipji fid-dritt internazzjonali privat.", "Sentenzi oħra li għamlu furur kienu dawk ta' Chapelle kontra Chapelle u ta' Lepre kontra Lepre fejn ċittadini Maltin għenu biex id-dritt internazzjonali privat javvanza aktar.", "Mr Speaker, huwa bi pjaċir li wieħed jgħid li dawn iż-żewġ konvenzjonijiet għamlu toroq ġodda fil-qasam legali.", "Fil-fatt dawn kissru u qed ikissru l-ħsieb ta' individwaliżmu eċċessiv.", "Meta pajjiżna jsir parti minn dawn il- konvenzjonijiet, aħna mhux biss nibdew nirrikonoxxu s-sentenzi u l- provvedimenti ta' qrati barranin, pero' nibdew nistennew li ħaddieħor jagħmel l-istess ħaġa bis-sentenzi tagħna.", "Mill-aspett soċjali wieħed irid jgħid li dawn il-konvenzjonijiet se jagħmlu rivoluzzjoni sħiħa.", "Qabel meta ġenitur kien jieħu minuri minn pajjiż għal ieħor, il-parti l-oħra kien ikollha l-obbligu hi stess li tmur tfittex lil uliedha barra minn Malta.", "Diversi Maltin kellhom imorru barra minn Malta u jonfqu flejjes kbar fuq private investigators biex jirnexxilhom isibu lill-minuri.", "Meta kien jirnexxielhom jagħmlu dan imbagħad kienu jsibu ħafna problemi legali biex jipprovaw almenu jottjenu aċċess għal dawn il-minuri.", "B'din il-konvenzjoni s-sitwazzjoni se tinbidel radikalment.", "Issa l-obbligu li l-minuri jiġi ntraċċat se jaqa' fuq l-istat.", "Id-direttur tal-welfare se jkollu l-obbligu li jieħu ħsieb li jsib lil dawn il-minuri u li huwa stess il-minuri barra minn Malta lejn il-ġenitur li jkollu d-dritt li jieħu ħsiebu.", "Wieħed irid jgħid ukoll li dawn il-konvenzjonijiet iħallu wkoll ċerta latitudni lill-qrati.", "Għalkemm skond it-tieni konvenzjoni aħna se nkunu qegħdin nirrikonoxxu s-sentenzi jew id-digrieti mogħtija minn pajjiżi oħra, fl-istess ħin il-qrati tagħna qed jitħallilhom id-dritt li jgħarblu dawk is- sentenzi qabel jaċċettawhom.", "F'dan id-dawl wieħed irid jgħid li ġeneralment ħrabna minn ħafna problemi li ġieli jżeffnu fin-nofs lill- ministeru għall-affarijiet barranin u problemi fejn ikun hemm taħwid ta' ideat bejn dak li huwa politiku u dak li huwa legali.", "Dawn iż-żewġ konvenzjonijiet isolvu ħafna minn dawn il-problemi darba għal dejjem.", "Wieħed irid jgħid ukoll li fuq din il-materja l-liġi tagħna ma kenitx daqshekk ċara.", "Jidher li l-qrati Ingliżi qabel ma ffirmaw din il- konvenzjoni kienu jħaddnu l-idea li jekk kemm-il darba jkun hemm xi dannu għall-minuri, dan għandu jerġa' jintbagħat lura lejn il-pajjiż minn fejn ikun ittieħed.", "Mhux l-ewwel darba li l-qrati Ingliżi - u ovvjament aħna segwejna din il-prattika - kważi ġġustifikaw l-aġir tal-ġenitur li jkun ħa lill-minuri f'pajjiż ieħor.", "Ħafna drabi din il-problema titlaq mill-fatt li f'kull pajjiż hemm ċerta sistema legali u ċerti valuri, u wieħed ikollu l- problema li jaħseb li mħallef għandu d-dritt li jiddeċiedi li pajjiż ieħor m'huwiex se jagħti rimedju tajjeb għal dak il-ġenitur li jkun ħa lill- minuri u ġabu f'pajjiżna ...", "Jidher li dan kollu l-liġi qiegħda taqbżu kompletament għax f'diversi partijet hemm ċar u tond li fl-ebda mument il- qrati Maltin m'għandhom jidħlu fil-mertu tal-kwestjoni.", "Mr Speaker, l-ewwel konvenzjoni tagħti d-dritt lill-ġenituri li jitolbu assistenza mingħand pajjiż ieħor biex isibu lil uliedhom.", "Mhux l-ewwel darba li jkun hemm kwestjonijiet bejn il-ġenituri, iqumu l-problemi u naħa jew oħra tiddeċiedi li tieħu l-liġi b'idejha.", "Fil-fatt fl-ewwel konvenzjoni - anke fit-tieni, imma b'mod speċjali fl-ewwel waħda - il- prinċipju li qed jiġi protett huwa proprju li ħadd m'għandu jieħu l-liġi b'idejh.", "Huma interessanti wkoll il-konċetti ġodda li qed jidħlu fil- liġi tagħna permezz ta' din il-konvenzjoni.", "Per eżempju, artiklu 3 jitkellem fuq kustodja mogħtija mhux biss lil xi persuna - jistgħu jkunu l- ġenituri, in-nanniet jew iz-zijiet - imma wkoll lil xi istituzzjoni jew enti oħra.", "Fis-sistema ġuridika Maltija huwa rari li l-kura tal-minuri tingħata lil entita' jew istituzzjoni u ma tingħatax lill-ġenituri.", "Huwa interessanti wkoll - għalhekk jiena fil-bidu għedt li hawnhekk għandna ġenju ta' ideat ta' ġuristi fl-Ewropa - il-fatt li mhux biss hemm il- possibbilta' li l-kustodja tingħata lil persuna waħda, imma anke li tingħata lil żewġ persuni.", "Meta wieħed qed jgħid żewġ persuni, ovvjament ma jridx jagħti x'jifhem li dawn ikunu l-ġenituri, imma jistgħu jkunu anke n-nanniet jew zijiet.", "Din hija triq ġdida li wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni.", "Mr Speaker, din il-konvenzjoni ma tipproteġix biss l-ordnijiet mogħtija mill-qrati imma tipproteġi wkoll l-ewwel l-operat tal-liġi, jiġifieri li l- ġenituri għandhom il-patria potestas fuq il-minuri.", "Hemm ukoll il- protezzjoni lil sentenza tal-qorti u ftehim.", "Aħna nafu li f'pajjiżna jsiru diversi kuntratti ta' separazzjonijiet li jispeċifikaw min ikollu l-kura tal-minuri.", "Artiklu 4 ta' l-ewwel konvenzjoni jgħid li:", "\"Il-Konvenzjoni tapplika dwar kull minuri li kien soltu joqgħod fi Stat Kontraenti minnufih qabel il-ksur tad-drittijiet ta' kustodja jew ta' aċċess.", "Il-Konvenzjoni ma tibqax tapplika meta l-minuri jagħlaq is-sittax-il sena.\".", "Jiena diġa' semmejt il-kwestjoni tad-domiċilju jew residenza u forsi ta' min jgħid ukoll li jidher li aħna se nibdew inħaddnu iktar fil-fond l-idea li fid-dritt internazzjonali privat wieħed irid jimxi bil-konċett tal- habitual residence u mhux b'dak tad-domiċilju.", "Dan jista' jkollu wkoll effett meta wieħed jikkonsidra li fil-liġi tagħna - speċifikatament fl-Att dwar iż-Żwieġ - hemm speċifikat li biex digrieti ta' divorzju li jingħataw f'pajjiżi barranin jiġu rikonoxxuti hawn Malta tingħata importanza iktar lid-domiċilju milli lir-residenza.", "Jidher li b'din il-konvenzjoni qegħdin niġu iktar in line mal-konċetti mħaddna fis-sistemi ġuridiċi fl-Ewropa.", "L-istess artiklu 4 jgħid ukoll li l-konvenzjoni ma tibqax tapplika meta l- minuri jagħlaq is-16-il sena.", "Issa skond il-liġi tagħna minuri huwa persuna taħt it-18-il sena u mhux taħt is-16-il sena u li fil-Kodiċi Ċivili hemm artiklu ad hoc li jgħid li f'ċerti mumenti ġenitur jista' jitlob l- assistenza tal-pulizija eżekuttiva biex jerġa' jinġieb lura minuri li jkun telaq mid-dar.", "Forsi l-ministru jħoss li dan il-punt jimmerita kumment għax jista' jkun li trid issir riżerva għar-rigward ta' artiklu 4 fejn tidħol l- eta'.", "Din tista' tkun xi ħaġa in teorija għaliex wieħed irid jgħid li apparti l-abbraċċament tal-konċetti ta' dritt internazzjonali privat, fl- istess liġi qegħdin inħarsu wkoll lejn l-abbraċċament tad-dottrini l-iktar riċenti dwar il-protezzjoni tal-minuri, u hemmhekk, b'mod ġenerali jingħad li l-minuri jista' jinstema' fil-qorti.", "Mr Speaker, ta' min jgħid ukoll li minkejja l-aġir ħażin ta' wieħed mill- ġenituri, dak li jkun ħa lill-minuri f'pajjiż ieħor kontra digriet tal- qorti jew kontra kuntratt miftiehem, il-qrati tagħna xorta waħda għandhom id-dritt li jisimgħu lil dan il-minuri u jekk jidhrilhom xieraq għall- interess suprem tal-minuri xorta ma japplikawx din il-konvenzjoni u l- minuri ma jintbagħatx lura.", "Dan huwa kuntrarju ta' dak li jeżisti fil-liġi tagħna, fejn fil-każ ta' l-addozzjoni minuri jrid ikollu 14-il sena biex ikollu d-dritt li jinstema' fil-qorti.", "Skond din il-konvenzjoni l-minuri għandu d-dritt li jinstema'.", "Din ovvjament hija xi ħaġa ta' min jikkonsidraha u jagħtiha l-piż li jixirqilha.", "Artiklu 7 ta' l-ewwel konvenzjoni żgur lil se jagħmel rivoluzzjoni.", "M'għandix dubju li d-direttur tal-welfare irid jorganizza ruħu sewwa f'dan il-kamp.", "Hawnhekk qed jingħad li meta minuri jitneħħa b'mod illeċitu, persuna li jkollha interess tista' tagħmel talba għall-assistenza u din l- assistenza għandha d-dritt li teħodha.", "Fil-fatt paragrafu (ġ) ta' dan l- artiklu jgħid hekk:", "\"fejn iċ-ċirkostanzi jkunu hekk jeħtieġu, li jipprovdu jew jiffaċilitaw l-għoti ta' għajnuna u pariri legali, inkluża l- parteċipazzjoni ta' avukati u konsulenti;\".", "Imbagħad paragrafu (ħ) jgħid:", "\"jipprovdu dawk l-arranġamenti amministrativi li jistgħu jkunu meħtieġa flokhom biex jiżguraw ir-ritorn tal-minuri qawwi u sħiħ;\".", "Jiġifieri d-direttur tal-welfare issa se jkollu fuqu l-obbligu li jidentifika fejn qiegħed il-minuri u li jagħmel l-istudju għar-rigward il- minuri.", "Aħna qed nagħmlu avvanz żgħir fuq il-konvenzjoni meta bl-artiklu preċedenti se nagħtu d-dritt lid-direttur tal-welfare li jitlob li jkun hemm persuna li titqabbad minnu li tagħmel rapport bil-miktub dwar kull ħaġa li jidhrilha li tkun rilevanti.", "Dan l-artiklu partikolari jagħti saħħa kbira u qed jaqleb ukoll is-sitwazzjoni għaliex permezz tiegħu huwa l- istat li qed jiġi obbligat li jipprovdi dawn l-affarijiet kollha.", "Aktar milli huwa ta' benefiċċju għal nies oħra fl-Ewropa, dan huwa ta' benefiċċju għalina l-Maltin għaliex wieħed jifhem li l-kobor ta' pajjiż ma jippermettilekx li ssib mill-ewwel lill-minuri.", "Permezz ta' din il- konvenzjoni, ċittadini Maltin se jkollhom id-dritt li jmorru b'wiċċhom minn quddiem jitolbu l-assistenza ta' pajjiżi oħra.", "Ta' min jgħid ukoll li l- assistenza tista' ma tkunx biss assistenza ġenerali imma anke assistenza finanzjarja u materjali sabiex il-minuri mhux biss jinstab imma anke jintbagħat lura hawn Malta.", "F'ċertu sens dan l-artiklu jġib rivoluzzjoni fil-ħsieb.", "Artiklu 8 ta' l- istess konvenzjoni, fost affarijiet oħra, jgħid li:", "\"Kull persuna, istituzzjoni jew enti oħra li tallega li l-minuri tneħħa jew inżamm bi ksur tad-drittijiet ta' kustodja, jista' japplika ...\".", "Dan huwa pass tajjeb għaliex joffri forma ta' protezzjoni anke għall- ġenituri li jispiċċaw vittmi ta' din l-inġustizzja.", "Mhux l-ewwel darba li jkun hemm it-theddid u allura dak il-ġenitur li jkun sab ruħu mingħajr il- minuri jispiċċa ma jitkellimx fuq is-sitwazzjoni bil-konsegwenza li l-aġir illegali jiġi mbierek.", "Issa l-liġi - u hawnhekk naqbel perfettament - tgħid li dak li jkun ma jkollux bżonn jagħmel il-prova ta' l-interess ġuridiku tiegħu.", "Sfortunatament f'partijiet oħra tal-liġi tagħna kull darba ngħidu li min jersaq quddiem il-qrati tagħna jrid juri li għandu interess fil-kwestjoni.", "Hawnhekk nistaqsi lill-ministru jekk jarax li dawn il-partijiet għadhom jiġu emendati għaliex tista' tinħploq problema ta' dewmien sakemm wieħed jeżamina jekk l-applikant għandux interess legali jew le.", "Barra minn hekk, il-konvenzjoni tgħid li wieħed irid jara l-mertu tal- kwestjoni kemm jista' jkun malajr għaliex id-dewmien ibiddel is- sitwazzjonijiet u jbiddel il-mod kif għandhom jiġu applikati ċerti liġijiet.", "Ovvjament jekk bniedem kien habitually resident fl-Ingilterra u jiġi jagħmel sena sħiħa hawn Malta, f'daqqa waħda jitqies li huwa habitually resident hawn Malta.", "Għandna imbagħad artiklu 13 li jgħid hekk:", "\"Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu ta' qabel, l-awtorita' ġudizzjarja jew amministrativa ta' l-Istat rikjest m'hiex marbuta li tordna r-ritorn tal-minuri jekk il-persuna, istituzzjoni jew enti oħra li topponi r-ritorn iġġib prova li - ...\",", "u fost raġunijiet oħrajn hemm li:", "\"(b) jkun hemm riskju kbir li r-ritorn tal-minuri se jesponih għal dannu fiżiku jew psikoloġiku jew inkella jqiegħed lill-minuri f'sitwazzjoni intollerabbli.\".", "Dan ukoll huwa avvanz iktar 'il quddiem għaliex għalkemm inti qed tgħid li ħadd m'għandu jieħu l-liġi b'idejh u li m'għandekx tbierek lil min jagħmel vjolenza, min-naħa l-oħra wieħed ma jistax iwebbes rasu u jgħid il-liġi hija dura lex et lex allura trid tibgħatu lura bilfors.", "Meta s-sitwazzjoni hija tali li l-minuri se jbati allura l-interess tal-minuri jirbaħ.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nipproponi li l-Onor.", "Mifsud Bonnici jkompli bid- diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Mifsud Bonnici jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li hija idea tajba ħafna li aħna se nidħlu u nagħmlu parti minn din is-sistema.", "Xtaqt nitkellem issa dwar artiklu 26 li għandu x'jaqsam ma' l-ispejjeż.", "Hawnhekk daħal il-kunċett li min ikun għamel l-illeċitu jista' jeħel l- ispejjeż tal-proċeduri kollha.", "Din hija wkoll parti rivoluzzjonarja u huwa avvanz kbir għax iġib ukoll sens ikbar ta' ordni u ta' ġustizzja fl- affarijiet.", "Ovvjament pajjiżna għamel ukoll ir-riżerva taħt artiklu 42 għal dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti spejjeż legali.", "Wieħed jifhem dan il- punt għaliex ċerti spejjeż jistgħu jaqbżu l-limitu ta' ċerta raġuni.", "Xtaqt nitkellem ukoll għar-rigward it-tieni skeda li hi l-konvenzjoni għar-rikonoxximent u infurzar tal-liġijiet u xtaqt nidħol fuq il-punt tad- deċiżjonijiet.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li sentenza mogħtija minn barra minn Malta għandha tiġi rispettata f'pajjiżna.", "Dan għal ċerti nies huwa loġiku, pero' fid-dritt internazzjonali privat dan m'huwiex proprju loġiku u rrid ngħid għaliex.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi jiena għidt li ċittadini Maltin kellhom sehem fl-avvanz tad-dritt internazzjonali privat.", "Wieħed minn dawn il-każi kien dak ta' Gray kontra Formosa, li ġie deċiż fl-1963 mill-qrati Ingliżi.", "Dan kien każ ta' Malti li żżewweġ l-Ingilterra, kellu tlett itfal, telaq lill-mara, suppost ġie hawn Malta għal vakanza, dan għamel żmien hawn Malta u abbandunahom kompletament.", "Fl-Ingilterra l-mara ottjeniet sentenza ta' manteniment ta' flus u meta ġew biex jesegwixxu din is-sentenza dan għamel kawża hawn Malta u ġie dikjarat li ż-żwieġ li hu kellu barra minn Malta huwa null billi ma kienx segwa l-formalitajiet tal- liġi ta' dak iż-żmien.", "Meta raw li l-qrati tagħna ma rrispettawx dik is- sentenza mogħtija minnhom, il-qrati Ingliżi qajmu ċertu furur u l-qorti ta' l-appell Ingliża ddeċidiet li tinjora s-sentenza mogħtija mill-qrati Maltin.", "Din is-sentenza ta' Gray kontra Formosa ħolqot ħafna problemi fil- kamp internazzjonali privat u fil-fatt din sabet segwitu l-Awstralja u l- Afrika ta' Isfel, pero' l-qrati Ingliżi mhux dejjem kienu ferħanin li jaċċettawha.", "Il-punt li qed nipprova nagħmel huwa li fl-artikli 9 u 10 ta' din il-konvenzjoni wieħed jara li minkejja li aħna qegħdin nintrabtu li nirrispettaw is-sentenzi mogħtija minn barra minn Malta, għandna ċerti ċirkostanzi fejn aħna nistgħu nirrifjutaw li naċċettaw dawn l-istess sentenzi.", "Fil-fatt jekk wieħed janalizza tajjeb isib li aħna qegħdin nabbraċċjaw dak li konna ngħidu qabel, jiġifieri li taħt id-dritt internazzjonali privat wieħed seta' ma jaċċettax sentenza li tkun ġiet ottenuta bi frodi, jew li tkun ġiet mogħtija kontra public policy, jew kontra l-prinċipji ta' dak li aħna nsejħu l-ġustizzja naturali.", "Il-każ ta' Gray kontra Formosa kien proprju stabbilixxa li l-qrati setgħu jirrifjutaw sentenza on grounds of public policy jew on grounds of natural justice.", "Qed insemmi dan il- punt għaliex paragrafu (a) ta' artiklu 10 tat-tieni konvenzjoni jgħid b'mod ċar li:", "\"jekk jinstab li l-effetti tad-deċiżjoni huma b'mod ċar inkompatibbli mal-prinċipji fondamentali tal-liġi li għandha x'taqsam mal-familja u mal-minuri fl-Istat indirizzat;\",", "allura dak il-pajjiż huwa ġustifikat li ma jaċċettax dawn is-sentenzi.", "Jekk per eżempju, il-kura u l-kustodja ta' minuri tkun ġiet mogħtija lil raġel li wara se jmur jifforma koppja ma' raġel ieħor, aħna nistgħu nirrifjutaw dik is-sentenza għax din il-ħaġa m'hijiex aċċettabbli taħt il- public policy Maltija.", "Jekk qorti barranija tassenja l-kustodja lil ġenitur li, per eżempju, jixrob jew jagħmel ċerti affarijiet li huma kontra l-public policy, taħt l-artikli 9 u 10 il-qorti Maltija għandha dritt ma taċċettax din is-sentenza.", "Mr Speaker, hawnhekk forsi wieħed jista' jgħid li dwar dan hemm konflitt fil-ħsieb għaliex f'paragrafu (3) ta' artiklu 9 hemm li:", "\"Taħt ebda ċirkostanza m'għandha deċiżjoni barranija tiġi eżaminata fil-meritu.\".", "Dan huwa veru, pero' hawnhekk qegħdin naċċettaw li għalkemm m'aħniex qegħdin nidħlu fil-mertu, pero' l-konsegwenzi ta' dak il-mertu - u ovvjament allura b'rifless għal mertu - jistgħu ma jiġux aċċettati.", "Interessanti wkoll li hawnhekk qed nerġgħu nabbraċċaw id-dottrini tad-dritt internazzjonali privat fir-rigward ta' alibi pendens jew forum non conveniens.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li jekk kemm-il darba jkun hemm sentenza mogħtija barra minn Malta waqt li diġa' hemm proċeduri hawn Malta wieħed jista' jirrifjuta li jirrikonoxxi s-sentenza mogħtija barra minn Malta.", "Mr Speaker, xtaqt nagħlaq billi ngħid li din il-liġi għandha portata kbira mhux biss għall-avvanz legali tad-dritt internazzjonali privat imma wkoll biex tnaqqas il-konflitti li jinħolqu f'każi meta Maltin ikunu miżżewġin barranin.", "Permezz ta' dawn il-konvenzjonijiet, kwestjonijiet ta' dan it-tip ma jibqgħux aktar kwestjonijiet ta' pajjiżi barranin imma jsiru xi ħaġa normali amministrattiva.", "Minħabba f'hekk jiena ma nistax ma nfaħħarx din il-liġi u niddikjara li se nivvota favur tagħha.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Gatt jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 6 ta' Lulju fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż- Żejt – it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta – it-Tielet Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, illum imiss lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni li tieħu l-aġġornament pero' qbilna li għandna nużaw ftit mill-ħin biex flimkien infakkru u nsellmu lill-artist Malti Esprit Barthet li l-mewt tiegħu tħabbret il-bieraħ.", "Il-gazzetti tal-lum taw importanza xierqa lil din l-aħbar u kien hawn vuċi waħda u espressjoni unanima ta' sentimenti ta' sogħba u fl-istess ħin ta' għarfien li proprju fl-aħħar ta' dan is-seklu Malta tilfet wieħed mill-aqwa artisti li kellha fis-seklu 20.", "Il-ġurnali kollha llum irrapportaw b'mod estensiv il-fatti ewlenin tal- ħajja ta' dan l-artist mit-twelid sal-mewt tiegħu u bħala ministru responsabbli għall-edukazzjoni u għall-kultura jidhirli li għandi nagħmel żewġ riflessjonijiet partikolari.", "Bħal ħafna artisti oħrajn, Esprit Barthet kien ukoll għalliem fl-iskejjel pubbliċi tagħna.", "Hu kien għalliem fl- iskejjel sekondarji, fil-liċeo, fis-sixth form, fl-iskola ta' l-arti u fil- polytechnic.", "Minn taħt idejh għaddew numru kbir ta' studenti li kellhom ix- xorti li jqattgħu ftit mill-ħin ta' ħajjithom ma' din il-figura intelliġenti, figura kreattiva, figura li fis-sempliċita' u fin-nuqqas ta' pretensjonijiet tagħha kienet mill-ewwel tixhed ħbiberija u mħabba kbira għal dak li jkun u għal pajjiżna.", "Kien ċar li Esprit Barthet irnexxielu jinfluwenza lil dawk li ħabbew il- pittura minn fost l-istudenti tiegħu mhux billi pprova jimponi l- karatteristiċi stilistiċi tiegħu, għax Barthet ma kienx it-tip ta' artist li jogħxa billi joħloq numru ta' segwaċi warajh, imma billi pprova jipperpetwa l-istili li hu żviluppa.", "Hu kien dak li għandu jkun fil-veru sens tal-kelma għalliem.", "Kien jipprova joħroġ minn fost l-istudenti tiegħu t-talenti li dawn ikollhom iktar milli jimpressjonahom biex ikunu segwaċi tiegħu.", "F'dan is-sens, naħseb li Esprit Barthet għandu jkun xempju għas- sistema u għall-għalliema ta' pajjiżna li x-xogħol tagħhom hu li jgħinu lill-istudenti jagħrfu kif huma stess jiżviluppaw il-ħiliet u t-talenti tagħhom.", "It-tieni riflessjoni li xtaqt naqsam ma' din il-Kamra hija li Esprit Barthet kien persuna li kkontribwiet għall-identita' nazzjonali tagħna.", "M'hemmx dubju li hu wera kapaċita' eċċezzjonali fil-mod ta' kif jiżviluppa l-arti tradizzjonali li nafu aħna.", "Barra minn hekk Barthet kien ukoll ewlieni fis-sens li ħadem biex jesplora lingwaġġ ġdid fl-arti moderna ta' pajjiżna.", "Bil-mod il-mod huwa kien kapaċi juri li kien espost għaliha, li kien miftuħ għaliha u li ma kienx persuna li kienet se tingħalaq fl-arti tradizzjonali.", "Bħalu kellna u għad għandna diversi artisti oħra.", "Mr Speaker, jien jidhirli li Esprit Barthet esplora wkoll l- interpretazzjoni tal-pajsaġġ Malti.", "Aħna mdorrija b'ħafna affarijiet fit- tond.", "Anke jekk immorru sat-tempji megalitiċi dawn narawhom hemm ukoll.", "Anke mill-arti barokka naraw li Barthet jesplora dan il-pajsaġġ tagħna li tant xorob mill-Afrika ta' Fuq u mill-pajjiżi Għarab.", "Huwa kien ukoll ritrattist kbir li pinġa ħafna personalitajiet.", "Bħall-artisti li jagħmlu dan ix-xogħol, fir-ritratti tiegħu wieħed ma jistax ma jilmaħx ukoll ir- ritratt ta' l-artist innifsu.", "Mr Speaker, naħseb li kien tajjeb li l-Oppożizzjoni ssuġġeriet li tissagrifika parti mill-ħin ta' dan l-aġġornament biex infakkru lil din il- figura importanti fil-qasam ta' l-arti ġewwa pajjiżna.", "L-arti ta' pajjiżna tilfet personaġġ kbir imma l-memorja u x-xogħol tiegħu se jibqgħu bħala patrimonju importanti ħafna fil-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, jixraq li dan il-parlament ifakkar lill-artist Esprit Barthet minħabba li l-ġid f'pajjiżna ma jitkejjilx biss bi statisika li naqraw fl-ekonomija ta' kemm qed nipproduċu fil-fabbriki, fil-banek, fil-lukandi u f'kull qasam ta' l-ekonomija tagħna.", "Ċertament, dak huwa importanti għaliex mingħajru l-livell ta' l-għajxien tagħna jaqa' lura imma hemm parti oħra mill-ħajja tagħna li Allaħares ma nagħtux kasha għax kieku l-ħajja li nkunu qed ngħixu tkun waħda fqira.", "Barthet kien persuna li f'dawn l-aħħar 70 sena f'pajjiżna kkontribwixxa biex iwassal l- arti lokali għal livelli ġodda u fl-istess ħin biddel tradizzjonijiet li kienu għamlu żmienhom.", "Hu ħadem bis-sħiħ biex joħloq anke arti ġdida f'pajjiżna u permezz ta' hekk irnexxielu anke jesprimi l-identita' nazzjonali tagħna mingħajr ma jinqata' mill-bqija tad-dinja.", "Kien proprju Esprit Barthet li nfetaħ qabel oħrajn għal dak li kien qed jiġri fil-bqija tad-dinja u li għen biex tiġġedded l-arti fostna.", "Mr Speaker, jiena kelli x-xorti li nkun wieħed mill-istudenti ta' Esprit Barthet.", "Għalkemm ma rnexxilux jagħmilni pittur huwa rnexxielu jġegħelni napprezza l-arti.", "Jiena niftakar lil dan il-bniedem nervuż, jippassiġġa fil- klassi, kemm jista' jkun jipprova jara kif iċarrat l-ingravata minn ma' għonqu.", "Minħabba f'hekk l-istil tiegħu kien li jkun bl-għonq miftuħ u b'maktur madwar għonqu.", "Jiena naħseb li kien hemm distanza kbira bejn x'kien jaħseb, x'kien iħoss u x'kien qed jaħdem hu u dak li konna naħsbu aħna li konna għadna naraw l-iskola bażikament bħala xi ħaġa tad-dwejjaq.", "Madankollu meta kien jiġi Esprit Barthet konna ninbidlu.", "Konna ninbidlu għaliex kien iressaqna lejn l-arti mhux billi jagħmel xi forma ta' brainwashing jew billi jgħidilna biex niffissaw fl-arti, imma kienet proprju l-imħabba tiegħu lejn l-arti li kienet taffettwana u tinfettana.", "Din hija proprju l-kelma li nixtieq nuża għax hu kellu entużjażmu u enerġija artistika li kienet timpressjonana.", "Niftakar li bis-saħħa tal- kotba personali tiegħu li kien iġibilna, aħna l-istudenti stajna nsiru nafu x'kien qed jiġri fuq il-kontinent u fl-iStati Uniti u stajna ninteressaw irwieħna fl-arti kontemporanja.", "Niftakar ukoll - u din hija waħda mill-affarijiet li bqajt nammirah għaliha tul ħajti - l-appoġġ u l-kuraġġ li kien jagħmlilna.", "Sintendi fost it-tfal ta' 12 u 13-il sena kien hemm uħud li kienu jippromettu - u llum huma artisti tajbin - u kien hemm dawk li ma kenux żguri li se jsiru artisti.", "Hu kien iħoss li l-espressjoni artistika u l-kreattivita' hija parti importanti ħafna mill-iżvilupp edukattiv tagħna u niftakar li kien jagħmlilna l-kuraġġ biex inpinġu fil-kbir - għax meta t-tfal jibżgħu, dawn ipinġu żgħir fuq il-karta - u b'ħafna kuluri", "Mr Speaker, lil Esprit Barthet kelli x-xorti nsir nafu aktar tard anke bħala bniedem uman.", "Jiena sirt nafu wkoll bħala missier tal-familja u bħala bniedem li minkejja li kien figura pubblika baqa' persuna privata u persuna qrib ħafna tal-familja tiegħu u ta' wliedu.", "Waħda mill-iktar affarijiet sbieħ kienet li kien diffiċli biex taqta' kemm kellu eta'.", "Jiena sinċerament ngħid li x'ħin qrajt l-obituaries u sibt li kellu fuq it-80 sena ħadt sorpriża!", "Naħseb li ismu, \"Esprit\", kien joqgħodlu tajjeb ħafna għax hu kien bniedem mimli b'dak l-ispirtu u b'dik il-qawwa.", "L-aħħar li rajtu ħaj kien fil-ftuħ tal-wirja ta' Antoine Camilleri.", "Hemmhekk kien ferħan jara x-xogħol ta' sieħbu l-bravu Antoine Camilleri.", "Peress li kont naf li kien għamel żmien marid mhux ħażin, kont staqsejtu jekk kienx qed jaħdem u hu qalli li kien qed jaħdem.", "Minkejja li kien ibati u minkejja li kien iweġġa' kien qed jaħdem bil-wieqfa.", "Dan kien l-uniku mod kif seta' jkompli jaħdem imma kien iddeċieda li jkompli jaħdem għaliex dik kienet ħajtu.", "Nistqarr ukoll - u din ngħidha b'ċerta sogħba - li l-aħħar darba li kellimtu kien ftit jiem ilu, fejn tkellimna bit-telephone u dan wera d- dispjaċir u l-uġigħ tiegħu għall-mod kif ittellgħet ir-rappreżentattivita' ta' l-artisti Maltin fil-biennale ta' Venezja.", "Ma naħsibx li Esprit kien it-tip li sempliċement ħa għalih għax ma ntgħażilx xi xogħol tiegħu imma l- kumment li għaddejna flimkien kien li xi ħaġa bħal din, li hija vetrina importanti għall-artisti Maltin fi sfera internazzjonali, l-artisti kienu jkunu aktar ferħanin kieku ngħatat pubbliċita' li kien se jkun hemm parteċipazzjoni min-naħa Maltija u dawn setgħu anke ġew avviċinati biex l- għażla mbagħad issir b'mod aħjar milli fil-fatt saret.", "Mr Speaker, ċertament li Esprit għandna nsellmulu u għandna nagħmlu minn kollox biex - u dan mhux bil-kliem, għaliex Esprit kien jitkellem l-aktar permezz tal-pittura tiegħu - nibnu fuq li ħallielna kemm fil-qasam ta' l- edukazzjoni kif ukoll fil-qasam ta' l-arti.", "Għandna nkomplu nagħmlu li nistgħu biex inkomplu fuq dak li għamlu nies bħalu fuq bażi individwali, li ħolqu spazji ġodda f'sistema edukattiva.", "Sfortunatament ħafna drabi din is- sistema qisha barracks tal-militar b'taħriġ għall-gwerra, jiġifieri għall- eżamijiet.", "Esprit kien jgħallem fi żmenijiet meta sfortunatament kienet għadha l-mentalita' - li għadha teżisti anke llum - li l-arti hija ħela ta' ħin għax l-iktar suġġetti importanti huma l-matematika, l-ingliż u oħrajn.", "Esprit għen biex l-arti tingħata l-importanza li jixirqilha.", "Dak li għamlu individwi bħal Esprit Barthet għandna naħdmu biex nagħmluh bħala parti strutturali u parti sħiħa mis-sistema edukattiva u għalhekk huwa importanti ħafna li barra li nfakkru lil Esprit Barthet bil-kliem kif jixraq, nimxu fuq l-eżempju tajjeb li ħallielna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, fil-pajjiż illum għaddejja diskussjoni mqanqla dwar il-kwestjoni tal-levies.", "Kif jaf kulħadd, reċentement il-gvern Nazzjonalista bagħat memorandum lill-korpi kostitwiti li ġie ppubblikat ukoll permezz tal-media fejn indika kif u meta se jitneħħew il-levies.", "Fil-frattemp, qed jingħad li l-kritika li qed tagħmel l-oppożizzjoni Laburista għat-tneħħija tal-levies hija waħda ta' ipokresija għax l-Partit Laburista fil-gvern ukoll kien se jneħħi l-levies.", "Għalhekk l-aġġornament li qed nieħu llum għandu l-għan li jindika d-differenza totali fil-mod kif kienu se jitneħħew il-levies u liema levies kienu se jitneħħew dak iż-żmien.", "Jiena rrid inwassal din id-distinzjoni sabiex iċ- ċittadin ikollu veduta aħjar dwar dan is-suġġett hekk importanti għall- ekonomija ta' pajjiżna.", "Nibda biex ngħid li madwar għaxar snin ilu ġew imposti levies fuq ċerti oġġetti importati sabiex prodotti li jiġu maħduma jew pproċessati f'pajjiżna jkunu jistgħu jikkompetu magħhom.", "Il-levies jikkonsistu f'taxxi li jeffettwaw diversi tipi ta' prodotti.", "Importanti li jingħad ukoll li meta tela' gvern Laburista fl-1996, l-ewwel ħaġa li għamel kienet li jara li l-gvern innifsu jottempora ruħu mal-liġi - ħalli nispjega x'qed ngħid.", "Għalkemm jeżistu l-levies, hemm ċerti prodotti li ma jsirux f'Malta imma li xorta tiġi mitluba eżenzjoni fuqhom.", "Dawn jaffettwaw bejn kwart u terz tal- levies.", "Issa meta jagħti eżenzjoni, il-gvern għandu l-obbligu li jippubblikaha fil-gazzetta tal-gvern sabiex min ikun qed jipproduċi jew jippjana li jipproduċi xi ħaġa jkun jaf b'dak li qed isir.", "Meta tlajna aħna fil-gvern konna sibna li din il-parti tal-liġi kienet qed tiġi injorata totalment.", "Aħna bdejna nippubblikaw din l-informazzjoni u dawk il-persuni li kienu effettwati tawna l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex aħna nkunu nistgħu namministraw aħjar dan il-qasam, u jiena nemmen li hekk għamilna.", "Issa ħalli nasal għal dak li qed jiġri llum u ngħid fiex jikkonsistu d- differenzi fil-politika li kienet parti mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista dwar il-levies u l-memorandum li ntbagħat reċentement lill-korpi kostitwiti dwar kif se jitneħħew dawn il-levies.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li l-mod ta' kif ġew informati l-korpi kostitwiti huwa indikattiv ta' kif il-gvern jamministra l-pajjiż.", "Meta aħna konna fil-gvern, b'mod kontinwu konna niltaqgħu - l-Onor.", "Alfred Sant, l-Onor.", "Leo Brirncat, jiena, l-Onor.", "George Vella u meta kienu jaffettwaw affarijiet ta' l-agrikoltura l-Onor.", "Noel Farrugia wkoll - mal-korpi kostitwiti sabiex aħna niddiskutu kontestwalment il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea u dik tal-levies.", "Konna nżommuhom informati mhux biss dwar il- politika tagħna bħala gvern imma wkoll b'dak li kien qed jiġri barra minn Malta.", "Aħna għamilna a concerted effort biex aħna li kellna r- responsabbilta' li niggvernaw, flimkien mal-persuni u l-għaqdiet li kienu se jiġu effettwati, noħolqu struttura li permezz tagħha jiġu żmantellati ċerti levies.", "Differenza oħra ta' sustanza bejn iż-żewġ policies hija li filwaqt li skond il-memorandum li ntbagħat minn dan il-gvern, il-levies ta' natura industrijali u ħafna mill-ħwejjeġ proċessati se jitneħħew sas-sena 2003 u l- prodotti agrikoli jitneħħew mas-sħubija, gvern Laburista kien għamilha ċara li l-levies jibdew jiġu żmantellati minn erba' snin sa seba' snin oħra.", "U għaliex kien importanti li ż-żmien ikun aktar twil?", "Dan kien importanti sabiex dawk l-industriji li jiġu affettwati jingħatalhom l-aktar nifs twil possibbli biex jagħmlu r-ristrutturar ta' l-ażjenda tagħhom.", "It-tielet differenza li jiena nara bejn iż-żewġ policies tikkonċerna l- qasam agrikolu.", "Kulħadd jaf li l-gvern Laburista kien qal - u baqa' jgħid anke fl-oppożizzjoni - li l-qasam agrikolu għandu jiġi meqjus bħala wieħed strateġiku.", "Fil-fatt aktar minn nofs il-levies jeffettwaw dan il-qasam.", "Aħna ma kellna ebda intenzjoni - u dan stqarrejnih aktar minn darba u nkludejnih fil-manifest elettorali - li jmissu l-levies li jipproteġu l- qasam agrikolu.", "Aħna għedna hekk għax ħassejna li l-ammont ta' persuni li kienu jiġu effettwati b'dan kien se jkun tremend - bejn wieħed u ieħor 3,000 ruħ - u dan il-pass kien iġib fix-xejn din l-industrija li għalkemm il-kontribuzzjoni tagħha għall-GDP mhux xi wieħed għoli ħafna huwa qasam essenzjali għall-għajxien tal-pajjiż.", "Illum, il-gvern preżenti mill-ewwel aċċetta li kif Malta tissieħeb, dawn il-levies itiru.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi hija li f'diversi okkażjonijiet il-Partit Laburista ġie kkritikat li kien qed jinnegozja biex jiżmantella l-levies u ma kien qed jieħu xejn in return.", "Bl-istess argument wieħed jista' jgħid li l-gvern introduċa xi ħaġa mingħajr ma akkwista xejn mingħand l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-gvern biddel is-sistema kif jiġbor it-taxxa u reġa' ntroduċa l-VAT - li hija taxxa u ferm ogħla mis-sistemi li kienu ntrodotti taħt il-gvern Laburista - biex jogħġob lill-Unjoni Ewropea, u baqa' ma akkwista xejn in return.", "Li ridna kien li nintroduċu dik li sejjaħna a free trade zone - u wżajna l-kelma \"trade\" minħabba raġunijiet legali, għax l- enfasi kellu jkun dejjem fuq a free industrial trade zone - u biex naslu għal dan ridna naħsbu biex niżmantellaw il-levies.", "Minkejja li ridna nagħmlu dan, aħna ridna nestendu ż-żmien kemm jista' jkun possibbli biex kif diġa' għedt, nagħtu n-nifs lil dawk l-industriji li se jiġu effettwati.", "Għaldaqstant aħna ppreparajna b'mod programmat l- iżmantellar tal-levies fuq bażi setturali.", "Ma qbadniex u għedna li rridu nneħħuhom.", "Illum mhux hekk qed jiġri.", "Illum hemm geġwiġija sħiħa u l- affarijiet jidher li qed isiru b'nuqqas ta' programmar.", "Aħna konna qsamna l-programm ta' l-iżmantellar tal-levies fi 13-il sezzjoni skond is- sensittivita' ta' l-oġġett.", "Aħna konna nafu li hemm ċerti oqsma - bħalma hu l-qasam ta' l-injam - li huma sensittivi ħafna u li għandhom bżonn għajnuna intensiva, u t-tul taż-żmien kien maħsub proprju biex dawn l-oqsma jingħataw iċ-ċans jirristrutturaw ruħhom.", "Huwa evidenti li r-ristrutturar ta' l-industrija hija parti integrali mill-politika tat-tneħħija tal-levies.", "Ma jistax ikollok politika li tneħħi l-levies u fl-istess ħin ma jkollokx programm professjonali biex tirristruttura l-industrija.", "Minħabba f'hekk, l-ewwel m'għamilna kif tlajna fil-gvern kien li fi ftit xhur waqqafna l-IPSE, li hu l-istitut għall- promozzjoni ta' l-industrija ż-żgħira.", "L-intenzjoni dejjem kienet li din għandha tkun il-mutur li tirristruttura l-industrija li minkejja l-kritika kollha li konna naqilgħu aħna pperswadejna lill-Unjoni Ewropea biex l- għajnuna finanzjarja taħt ir-raba' protokoll tintuża proprju għar- ristrutturazzjoni ta' l-industrija.", "Pero' dan ma kienx biżżejjed.", "Aħna ridna nuru li ma niddependux biss mill-għajnuna, imma lesti li ngħinu lilna nfusna.", "Kien għalhekk li ddeċidejna li 20% mill-fondi miġbura mill- privatizzazzjoni kellhom jiġu wżati għar-ristrutturizzazzjoni.", "Li tirristruttura l-industrija ma jfissirx li taqbad u tagħti l-flus lil xi azjenda imma jfisser ħafna iktar minn hekk; ifisser li tanalizza, li tagħti l-għajnuna professjonali f'management, li tintroduċi teknoloġija ġdida fil- produzzjoni u tfisser ħafna affarijiet oħra.", "Dawn huma affarijiet komplikati u komplessi pero' aħna konna bdejna neħduhom bis-serjeta'.", "Mr Speaker, dak li nisma' dwar l-IPSE llum jagħmilli qalbi sewda.", "Mingħajr ma trid, meta inti tkun fdat b'ċertu dekasteru dan isir amor proprju tiegħek.", "Minkejja kien hawn min għajjar lill-Partit Laburista li bl-IPSE ma sar xejn, jiena naħseb li dan ħadem b'mod tajjeb u b'mod professjonali.", "Sfortunatament illum hemm ċerta arja ta' demoralizzazzjoni totali u qed ngħid dan mhux bi kritika imma sabiex inġib għall-attenzjoni ta' l-amministrazzjoni preżenti l-fatt li jekk verament irid jieħu r- ristrutturar ta' l-industrija bis-serjeta', l-ewwel ma jrid jagħmel huwa li jieħu l-istituzzjonijiet f'Malta bis-serjeta'.", "Iżjed minn hekk, irid jieħu bis-serjeta' l-industrija f'pajjiżna.", "Jiena wisq nibża' li l-gvern preżenti m'għandux l-industrija bħala prijorita'.", "Dan huwa għajb għaliex l- industrija hija parti importanti minn dak li jipproduċi l-pajjiż; aktar minn 20% tal-produzzjoni tal-pajjiż ġejja mill-manifattura.", "F'pajjiżi oħra Malta hija magħrufa għal ħafna affarijiet imma ftit huma dawk li jirrealizzaw l-importanza tal-manifattura f'pajjiżna.", "Jien naħseb li l- aġenda tal-gvern preżenti għandha tinbidel u l-industrija tibda tingħata l- għarfien importanti għall-kontribut li tagħti lil pajjiżna.", "Sabiex jagħmel dan, il-gvern irid jagħraf l-isfida kbira li għandha quddiemha l-industrja bil-kwestjoni tal-levies u tar-ristrutturar.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid ngħid li m'huwiex veru li l-politika tal- gvern Laburista dwar il-levies hija l-istess bħal dik li għandu l-gvern preżenti.", "L-istil, il-metodu, kif ukoll is-sustanza huma differenti u għalhekk huwa ħażin li tipprova tgħid li l-Partit Laburista qed ikun ipokrita fil-kritika li jagħmel għall-gvern preżenti.", "Altru milli qed ikun ipokrita l-Partit Laburista b'mod sensibbli qed juri d-differenzi biex il- poplu Malti jiddistingwi bejn il-mod kif konna niggvernaw aħna u l-mod kif qed jiggverna dan il-gvern.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nibda billi ngħid li għamel ħażin l- aħħar darba l-Ministru John Dalli li, biex iwieġeb għall-kritika iebsa li għamiltlu fuq id-deċiżjoni li jiġi ttrasferit l-uffiċċjal tad-dwana David Scerri mit-taqsima tad-droga tad-dwana fl-ajruport, minflok attakka lili qagħad jattakka lil David Scerri li huwa mpjegat eżemplari.", "David Scerri ma kienx preżenti hawn biex iwieġeb għall-attakki li kienu qed isirulu u l- fatt li l-Ministru Dalli għażel li joqgħod jattakka lilu ta aktar arja lil min qed ikasbru lil dan il-ħaddiem eżemplari, lil min qed ikompli jheddu u jinsultah.", "Jekk il-Ministru Dalli ma jridx ikompli jkun aktar kompliċi fil- ħsara li qed issir lit-taqsima tad-droga fid-dwana ta' l-ajruport, u jagħti eżempju ta' serjeta' minflok jissiġilla hu stess u allura jsir kompliċi totalment mad-deċiżjoni ta' min neħħieh minn hemmhekk, dmiru hu li jibgħat lura lil David Scerri u li jiċċekkja sewwa l-affarijiet.", "L-ewwelnett, kulmin jaf lil David Scerri - u hemm nies min-naħa tal-gvern li jafuh sewwa - jaf li m'huwiex bniedem egoċentriku jew bombastiku li jgħid li kollox hu, fil-fatt lanqas ma kien hekk fil-każ tal-qbid ta' l- akbar kwantita' ta' kokaina fejn kien imdaħħal Queiroz.", "Jekk wieħed jaqra x-xhieda li ngħatat fil-qorti - mhux ir-rapport li bdew jiċċirkolaw fl- aħħar jiem li biex ikasbru u jumiljaw lil David Scerri bdew jgħidu li dan mhux veru kellu x'jaqsam mal-qbid tal-kokaina ta' Queiroz - isib kemm David Scerri kien strumentali u x'role importanti kellu f'dak il-qbid.", "Jekk il- Ministru Dalli jrid is-serjeta' għandu jiċċekkja jekk id-deċiżjoni li jtir David Scerri mit-taqsima tad-droga ta' l-ajruport itteħditx wara li xi ħadd - naħseb li jaf sewwa min - ipprova jumilja lil David Scerri u qabbdu jaħsillu l-karozza tiegħu u qallu li jekk ma jaħsilhiex itajru minn hemm u jista' jmur għand liema alla jrid għax mhux se jerġa' jġibu lura.", "Fil-fatt ftit wara hekk ġara.", "Jekk il-Ministru Dalli jħalli dan it-tip ta' theddid u dan it-tip ta' rikatt jiġri f'taqsima bħal din, allura jkun qiegħed jherri s-serjeta' li hemm bżonn li jkun hemm f'taqsima bħal dik.", "Meta tħalli presuna ta' dak it-tip tirrikattak u theddek b'dak il-mod, tkun qed tissogra affarijiet serji ħafna.", "Li jkun hemm xi ħadd li ħadem fid-dwana fil-bidu tas-snin 80 u għaliex ikun għen lill-Partit Nazzjonalista biex idaħħal u joħroġ affarijiet mid-dwana jħalluh jagħmel li jrid, żgur li m'hijiex serjeta'.", "Mr Speaker, huwa interessanti wkoll il-fatt li fit-tweġibiet li pprova jagħti l-Ministru John Dalli għal dak li għedt jien, ma semma xejn dwar l-X- ray machine.", "Hija ta' mistħija li pajjiżna għamel xahrejn sħaħ - Mejju u Ġunju - mingħajr X-ray machine għaliex l-unika waħda li hemm fid-dwana ta' l-ajruport li biha wieħed jista' jissorvelja x'jidħol fil-hand luggage, tħallit bil-ħsara.", "Dan ifisser li f'Mejju u f'Ġunju, mill-ajruport internazzjonali ta' pajjiżna d-droga setgħet daħlet bl-akbar faċilita' għax l-X-ray machine li ntużat ukoll biex tinqabad il-kokaina li kellu fil- luggage Queiroz, ma kenitx qed taħdem.", "Jien irrid inkun naf jekk fl- investigazzjonijiet li qal li ordna biex isiru xi ħadd qallux ta' min hi r- responsabbilta' li ħaġa importanti bħal dik, X-ray machine f'ajruport internazzjonali, għamlet xahrejn ma taħdimx.", "Mr Speaker, din hija xi ħaġa tal-mistħija u xi ħaġa suspettuża ħafna.", "Fl- interess ta' min kien li makna bħal dik titħalla xahrejn ma taħdimx?", "Min daħal f'dawn ix-xahrejn?", "X'daħħal miegħu?", "Dawn huma kollha affarijiet li bilfors tistaqsihom, u Alla jbierek il-Ministru tal-Finanzi John Dalli ħareġ jgħid li r-responsabbilta' tiegħu hija dik politika u hu m'għandux x'jaqsam mar-responsabbilta' amministrattiva u d-dettalji ta' kuljum.", "Mela fil-każ ta' l-HSBC fejn jidħlu l-miljuni, isib il-ħin biex juri l- interess personali kbir u jsegwi fl-akbar dettal xi jkun għaddej, u fil-każ tad-dwana jgħid li hija responsabbilta' politika u jifridha mir- responsabbilta' amministrattiva!", "Jiena ngħid li d-dmir tal-Ministru John Dalli hu li jibgħat lil David Scerri lura f'postu biex jagħti sinjal li ma joqgħodx għar-rikatt ta' nies prepotenti u biex juri li jagħti kas tas-serjeta'.", "Mr Speaker, l-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid hi li llum sar il-funeral ta' wieħed mill-aqwa edukaturi li kellna s'issa; Ġanni Cilia li huwa minn Ħaż- Żebbuġ imma li ilu jgħix fl-Imġarr mis-sena 1926.", "Dan kien bniedem magħruf bħala surmast u ddedika ħajtu għall-ġid fil-komunita', għax-xogħol fil- volontarjat, fil-parroċċa u fl-edukazzjoni.", "Fi żmien meta kont ministru responsabbli mill-edukazzjoni konna għamilna eċċezzjoni li semmejna l- iskola primarja ta' l-Imġarr għalih.", "Dan għamilnih bħala ringrazzjament żgħir għax-xogħol kbir li għamel tul l-94 sena tiegħu.", "Naħseb li huwa importanti ħafna li nies bħal Ġanni Cilia nsellmulhom anke minn hawnhekk għaliex huma ta' eżempju għalina lkoll biex nimpenjaw ruħna ħalli ntejbu s- soċjeta' tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 6 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gatt.", "Fid-9.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SERVIZZI EKONOMIĊI - MOBILE PHONE", "7859.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru?", "Jista' jgħid ukoll jekk is- Segretarju Parlamentari huwiex jagħmel użu minn mobile phone?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid fiż-żewġ każijiet kemm laħqet l-ispiża ta' dan l- użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu 1999?", "Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li fl-1999 mhijiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru u Segretarji Parlamentari jkollhom użu ta' mobile phone.", "Jiena nformat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq iż-żewġ mobile phones li nagħmel użu minnhom jien kienet ta' Lm533.17c.", "Iż-żewġ Segretarji Parlamentari fil-ministeru tiegħi jagħmlu użu minn mobile phone kull wieħed.", "In-nefqa fuq dawn iż-żewġ mobile phones matul l- istess perjodu kienet ta' Lm422.01c.", "EDUKAZZJONI - MOBILE PHONE", "7860.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru?", "Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari huwiex jagħmel użu minn mobile phone?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiż-żewġ każijiet kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu 1999?", "Jista' wkoll ipoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l- aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq il-mobile phone li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm715.60.", "Informat ukoll li s-Segretarju Parlamentari qiegħed jagħmel użu minn mobile phone li huwa proprjeta` tiegħu personali.", "L-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999 kienet ta' Lm270.20", "Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "POLITIKA SOĊJALI - MOBILE PHONE", "7861.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru?", "Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari huwiex jagħmel użu minn mobile phone?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiż-żewġ każijiet kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999?", "Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li fl- 1999, mhijiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta' mobile phone.", "Jien informat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq il-mobile phone li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm236.44.", "Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ĦABS CIVILI - PRIĠUNIERI", "7946.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri l-ħabs ta' Kordin li nstabu li kienu taħt l-effett tad-droga mill-5 ta' Settembru 1998, sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t- 18 ta' Ġunju, 1999, in-numru ta' priġunieri l-ħabs ta' Kordin li bħala rutina sarilhom test tal-urina kien ta' 359 li minnhom, 24 irriżultaw posittivi għad-droga.", "PULIZIJA - KAŻI TA' PROSTITUZZJONI", "7947.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqadu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Fejn inqabdu l-persuni nvoluti u x'kienu l-etajiet tagħhom?", "Kemm minnhom inqabdu aktar minn darba fil-passat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l- 15 ta' Ġunju, 1999, inqabdu 127 persuna, li l-eta` tagħhom tvarja minn 14 sa 44 sena, jittlajaw għall-skop ta' prostituzzjoni f'dawn il-lokalitajiet : Ħal Qormi, Gżira, Msida, Ta' Xbiex, Marsa, Qala, Valletta, Buġibba.", "Ninsab informat ukoll li 40 minnhom kienu diġa` nqabdu in konnessjoni ma dan it-tip ta' reat fil-passat.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "7948.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma t- talbiet pendenti għal social housing illum?", "Minn liema bliet u rħula huma dawk pendenti u kemm ilhom pendenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi mil-liema bliet u rħula huma l- applikazzjonijiet pendenti quddiem id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L- iżjed applikazzjoni li ilha, daħlet fl-1988 u l-iżjed waħda reċenti hi tas- 17 ta' Ġunju, 1999.", "PULIZIJA - PERSUNI MEJTIN", "7949.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mietu persuni sena b'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin kawża ta' qtil volontarju, qtil mhux volontarju, overdosages, suwiċidji, traffic accidents u industrial accidents?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mir-records disponibbli, t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TA' XBIEX:TRIQ L-IMRADD - WIRES TAT-TELEPHONE", "7950.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi ħafna wires tat-telephone qegħdin fuq il-bjut ġewwa Triq l-Imradd, Ta' Xbiex, u jidher li m'hemmx bżonnhom u qegħdin ta' inkonvenjent għar-residenti, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir dwar dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-inkonvenjent tal-wires tat-telefon li qegħdin fuq il-bjut fit-triq imsemmija, qed jiġi mistħarreġ u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi biex is-sitwazzjoni tiġi rranġata.", "Tajjeb jingħad li l- biċċa l-kbira tal-wires li għalihom qed issir riferenza, qed jipprovdu s- servizz u għalhekk mhux il-każ li jingħad li m'hemmx bżonnhom.", "SAĦĦA - OPERAZZJONI", "7951.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta se tiġi operata l-persuna mill-Imsida, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, billi din sejra għall-agħar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-operazzjoni meħtieġa m'hijiex ta` natura urġenti l-pazjenta qiegħda fuq il-waiting list.", "Id-data għall- operazzjoni tagħha għadha ma ġietx iffissata.", "SKEJJEL - BIGHI - GĦALLIEMA", "8047.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn se jintbagħtu l-għalliema ta' l-iskola tas- snajja' ta' Bighi fis-sena skolastika l-ġdida?", "Kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni magħhom dwar l-għeluq ta' dik l-iskola, peress li dawn qed jgħidu li ġew informati biss u mhux konsultati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-għalliema ta' l-iskola tas-snajja' - Bighi ġew offruti jindikaw il-preferenzi fejn jixtiequ jgħallmu s-sena d-dieħla.", "Safejn hu possibbli, ix-xewqa tagħhom tiġi rrispettata.", "Infakkar li d-deċiżjoni dwar l-għeluq ta' l-iskola ta' Bighi qed issir biex jitwettaq proġett ta' importanza fil-qasam edukattiv u ta' restawr, u wara li ġie kkonsidrat li kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jistgħu jiġu akkomodati fi skejjel oħra tas-snajja'.", "ORKESTRA NAZZJONALI - DIRETTUR-ĦADDIEM", "8048.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom mhux se tintlaqa' t-talba li l-mużiċisti ta' l-orkestra nazzjonali jkollhom direttur-ħaddiem li jirrappreżentahom fil-bord tat-tmexxija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn imkien ma jirriżulta li diġa' ġie deċiż li t- talba msemmija mhix se tintlaqa'.", "Il-kwestjonijiet kollha marbuta ma' l- Orkestra qed jiġu kkonsidrati.", "GĦAWDEX - DWEJRA - TURISTI", "8052.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara t-talba mill-GRTU li jinstab rimedju għas-sitwazzjoni li nħolqot b'ħafna sidien tad- dgħajjes li jġorru t-turisti fid-Dwejra, Għawdex jikkompetu kontra xulxin u jolqtu ħażin id-dħul ta' xulxin għax hemm ħafna minnhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-uniċi sidien ta` dgħajjes li qed joperaw servizz ta` ġarr ta` passiġġieri fid-Dwejra huma biss dawk it-tmien sidien li għandhom il-permess joperaw dan is-servizz.", "L-Awtorita` dwar it- Trasport Pubbliku qatt ma waslulha lmenti jew rapporti li hemm min qed jopera illegalment b`kompetizzjoni ma` l-operaturi li għandhom il-liċenzja meħtieġa.", "Dawn l-istess operaturi kkonfermaw ma` l-awtorita` li huma l- uniċi sidien li qed joperaw fid-Dwejra.", "GĦAWDEX - BEJJIEGĦA TAL-ĦAXIX", "8053.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-ministeru wara li nġibditlu l-attenzjoni li bejjiegħa tal-ħxejjex u frott f'Għawdex qed jintlaqtu ħażin ħafna minn bejgħ dirett li ma jgħaddix mill-pitkalija?", "X'laqgħat saru mal-GRTU dwar dan il-każ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din l-allegazzjoni ilha ssir għal dawn l-aħħar sentejn.", "Jiena nformat li kemm d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kif ukoll il-Ministeru għal-Għawdex qed jistħarrġu dawn ir-rapporti u qed iħejju pjan ta' azzjoni.", "Hekk kif jitħejja dan il-pjan, jiġi diskuss kemm mal-GRTU kif ukoll ma kull min hu interessat.", "PULIZIJA - KOLLUŻJONIJIET", "8094.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kollużjonijiet tat-traffiku rrapportati lill-pulizija bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' inċidenti fatali f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena ġew irrapportati lill-Pulizija 4,257-il kolliżjoni.", "Dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 8059.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "8095.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' priġunieri li din is-sena jtemmu s- sentenza tagħhom?", "Kemm minnhom huma nisa, rġiel u żgħażagħ taħt il-35 sena?", "X'għajnuna se jingħataw dawn sabiex isibu x'impjieg wara li jibdew ħajja ġdida fis-soċjeta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri li temmew is- sentenza tagħhom mill-1 ta' Jannar, 1999, sat-18 ta' Ġunju, 1999, kien ta' 41 raġel u tmien nisa.", "Minn dawn kien hemm 27 raġel u ħames nisa taħt il- 35 sena.", "Kien hemm ukoll 10 irġiel oħra, li disgħa minnhom kienu taħt il- 35 sena, li spiċċaw is-sentenza tagħhom iżda ma ġewx rilaxxati minħabba li kellhom każijiet oħra pendenti.", "Ninsab informat ukoll li n-numru ta' priġunieri li mistennija jiskontaw is-sentenza tagħhom bejn id-19 ta' Ġunju, 1999, sal-31 ta' Diċembru, 1999, hu ta' 42 raġel u mara waħda.", "Minn dawn hemm 30 raġel taħt il-35 sena.", "Hemm ukoll 22 raġel ieħor, li għaxra minnhom huma taħt il-35 sena, li mistennija jiskontaw is-sentenza tagħhom matul l-istess perijodu iżda mhux se jiġu rilaxxati minħabba li għandhom każijiet oħra.", "Fil-preżent qed isiru kuntatti mal-ETC u f'ċerti każi anke ma' kumpanniji privati biex jinstab impjieg għal dawk il-priġunieri li jinteressaw ruħhom f'dan ir-rigward.", "PERSUNI BARRANIN - PERMESS GĦAL XOGĦOL", "8096.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni barranin li bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena kellhom u għad għandhom il-permess li jaħdmu fil- gżejjer tagħna?", "Kemm kien l-istess numru matul l-istess perijodu għas-sena 1998, 1997, 1996 u 1995 rispettivament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-perijodu u s-snin speċifikata mill-Onor.", "Interpellant, in-numru ta' barranin li kellhom liċenzja ta' mpjieg u li isimhom deher fil-lista li tiġi ppubblikata kull xahar mid- Dipartiment ta' l-Informazzjoni kien kif jidher hawn taħt :", "Xahar / 1995 1996 1997 1998 1999 Sena", "Jannar 1,857 1,928 2,245 2,053 1,935 Frar 1,906 1,912 2,285 1,981 1,901 Marzu 1,878 1,949 2,282 1,991 1,944 April 1,920 1,966 2,399 1,980 1,979 Mejju 1,867 2,135 2,515 1,994 2,131", "PRIĠUNIERI LI TTIEĦDU FL-ISPTAR", "8097.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li kellhom jittieħdu l- isptar għall-kura mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Kemm minn dawn il-każijiet kienu konnessi ma' overdose jew xi natura ta' konsegwenza ta' drogi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' priġunieri li kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura mill-5 ta' Settembru, 1998, sad-19 ta' Ġunju, 1999, kien kif jidher hawn taħt : -", "908 - bħala out-patients li jinkludu dawk il-priġunieri li jkunu għadhom kemm iddaħħlu l-ħabs u bħala rutina jittieħdu l-isptar għal chest X- Ray;", "6 - inżammu għal xi jiem fis-St.", "Michael Ward għal kura;", "60 - inżammu għal xi jiem fl-isptar San Luqa għal kura;", "76 - ittieħdu l-iSptar Monte Carmeli - dan in-numru jinkludi dawk il- priġunieri li kienu għadhom kemm iddaħħlu l-ħabs u kellhom problemi in konnessjoni mal-vizzju tad-droga.", "Ninsab informat ukoll li ma kien hemm l-ebda każ minn dawn li kien konness ma' overdose.", "BIEDJA - PROTOKOLL BEJN MALTA U L-LIBJA", "8098.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat interministerjali bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd u l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin rigward il-protokoll bejn Malta u l-Libja għall-oqsma tal-Biedja u Sajd?", "Kemm saru laqgħat ma' l-Ambaxxatur Libjan għall-Malta dwar il- kontinwazzjoni ta' dan il-protokoll u xi żviluppi kien hemm?", "Kemm-il darba iltaqgħu iż-żewġ Ministri Malti u Libjan sabiex jitkomplew jiġu żviluppati l-għanijiet ta' dan il-protokoll?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-progress fl-implimentazzjoni tal-protokoll bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-Biedja u Sajd jiġi diskuss fil-laqgħat tal- Mixed Commission bejn iż-żewġ pajjiżi.", "BIEDJA - EXPORT FUND", "8099.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat sabiex jiġi kostitwit l-export fund mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Ma' minn saru dawn il-laqgħat, ma' liema għaqdiet tal-bdiewa u raħħala ltaqgħu l-membri ta' dan il-bord?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-pjan sabiex jitwaqqaf export fund għal prodotti tal- biedja qed jiġi fformulat.", "Wara jsiru d-diskussjonijiet meħtieġa.", "PROTOKOLL TALJAN - ĊENTRU TA' L-ISTUDJI TAR-RESTAWR", "8132.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma stmati li se jkunu l-ispejjeż totali biex jitmexxa ċ-ċentru ta' l-istudji tar-restawr fl-1999 u fis-sena 2000?", "Kemm se jkun hemm fondi mill-Protokoll Taljan għal dan iċ-ċentru fl-1999 u fis- sena 2000?", "Kemm se joħroġ fondi pubbliċi l-gvern għal dan iċ-ċentru fl- 1999 u fis-sena 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "STUDJI TAR-RESTAWR - STUDENTI", "8133.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fid-deċiżjoni dwar kemm se jiddaħħlu studenti fiċ-Ċentru ta' l-Istudji tar- Restawr, jista' l-Ministru jgħid b'liema kriterji ġew deċiżi n-numri?", "X'attenzjoni ngħatat għall-opportunitajiet ta' mpjiegi għal dawn il-persuni wara li jtemmu l-korsijiet li jkunu għażlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress i t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTACOM - LEGAL AFFAIRS SECTION - IMPJEGAT", "8162.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jikkonferma l-Ministru li l-kap preżenti tal-Legal Affairs Section tal- Maltacom huwa n-nutar li ismu qed jintbagħat separatement?", "Minn meta ilu jokkupa din il-kariga?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-persuna li għaliha qed issir riferenza ġiet impjegata bħala avukat fil-grad ta' Assistant General Manager (Legal Afffairs) b'effett mis-26 ta' Mejju, 1997.", "B'seħħ mill-15 ta' Jannar 1998, wara l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, il-persuna msemmija ġiet riabilitata bħala Nutar Pubbliku.", "MALTACOM - LEGAL AFFAIRS SECTION", "8163.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li wieħed mir-rekwiżiti għall- eliġibbilta' ta' dawk li xtaqu japplikaw għall-post ta' kap tal-Legal Affairs Section fil-Maltacom, l-aħħar darba li ħarġet is-sejħa, kienet li dak li jintgħażel kellu jkun avukat prattikanti?", "Jekk dan hu veru, kif inhu possibbli li dak li ntagħżel matul l-amministrazzjoni preċedenti huwa nutar li għadu sal-lum jaħdem fl-istess ħin ta' nutar bl-uffiċċju professjonali tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li f'April 1997 kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' post ta' Assistant General Manager (Legal Affairs).", "Il-persuna li ngħażlet kellha l-kwalifiki u r-rekwiżiti kollha mitluba.", "Peress li l-Maltacom kellha ħafna xogħol ta' kuntratti, l-Assistant General Manager (Legal Affairs) ingħata permess jutilizza l-warrant ta' nutar pubbliku li kellu fil-passat bil-patt illi x'ħin trid il-kumpannija tista' titolbu jirrinunzja għal din il-warrant ta' nutar.", "Bis-saħħa ta' dan, il-kumpannija ntroduċiet metodi effiċjenti sabiex tirkupra l-arretrati kbar li kellha billi, inter alia, introduċiet il-kuntratt magħruf bħala 'kostituzzjoni ta' debitu' fis-sistema tagħha.", "Dawn il-kuntratti, flimkien ma' kuntratti oħra, ġew ippubblikati minn din il-persuna.", "Rigward xogħol barra l-ħinijiet uffiċjali tal-kumpannija, tajjeb jingħad li peress li l-funzjoni ta' nutar hi dik ta' uffiċjal pubbliku skond l- Artiklu 11(1) ta' l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Cap 55.), nutar pubbliku huwa obbligat jagħti s-servizzi mitluba lilu.", "IMPJIEGI - GENDER GAP", "8164.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' l-hekk imsejjaħ gender gap f'pajjiżna, jiġifieri n-numru ta' nisa li jaħdmu meta pparagunat man-numru ta' rġiel li jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar ta' April 1999, in-numru ta' nisa li kienu jaħdmu kien ta' 38,970 u n-numru ta' rġiel kien 98,358.", "Din l-informazzjoni tiġi ppubblikata minn żmien għal żmien miċ-Ċentru Uffiċjali ta' l-Istatistika f'News Releases.", "EU - FOND SOĊJALI", "8165.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jagħti xi dettalji dwar kif u meta pajjiżna jista' jibbenifika minn NOW project (New Opprtunities for Women) mniedi mill-Fond Soċjali ta' l-Unjoni Ewropea, proġett imniedi mill-UE fl-1994 sabiex jiffaċilita' l-ħolqien ta' opportuntajiet ta' xogħol għan-nisa?", "ONOR.", "JOE BORG: L-inizjattiva NOW, li hi miftuħa biss għall-istati membri ta` l-Unjoni Ewropea, hu mistenni li tasal fi tmiemha fl-aħħar ta` din is- sena.", "Jien informat li fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea hemm il-ħsieb li tiġi proposta inizjattiva ġdida bl-isem ta` EQUAL li tkun tinkorpora l- għanijiet li għaliha kienet twaqqfet l-inizjattiva NOW.", "Jien ninsab infurmat ukoll li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tikkonsidra l-possibbilta` li l-pajjiżi applikanti jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fl-inizjattiva EQUAL.", "Jekk dan ikun il-każ Malta tkun tista tipparteċipa f`din l- inizjattiva bħala pajjiż applikant għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "8166.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti ftit dettalji ta' kif se titħaddem l-introduzzjoni tar-responsibility break fiċ-Ċivil?", "L- għoti o meno ta' dan il-break jiddependi mid-diskrezzjoni tas-segretarju permanenti konċernat?", "Huwa possibbli li tingħata stima tan-numru ta' dawk li huma beħsiebhom jibbenefikaw minn din l-inizjattiva?", "Meta jista' ħaddiem taċ-Ċivil japplika għal reduced working hours u meta ma jistax?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kopja ta' Ċirkolari Nru. 25/99, maħruġa mill- Uffiċċju tal-Prim Ministru u li tipprovdi ħafna mid-dettalji mitluba mill- Onor. Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Huwa diffiċli f'dan l-istadju li tingħata wkoll stima dwar in-numru ta' dawk l-impjegati li bi ħsiebhom jibbenifikaw mill-Iskema tar-Responsibility Break.", "IMPJIEGI - RESPONSIBILITY BREAK", "8167.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li sabiex iħeġġeġ lis-settur privat jintroduċi l-konċett tar-responsibility break bħalma ġara fiċ-Ċivil, is-settur privat jingħata inċentivi fiskali għal numru ta' snin, bħal ngħidu aħna tax credit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandix dubju li t-titjib li qed iseħħ fil- kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku, titjib li huwa riżultat tal-Ftehim Kollettiv li ġie konkluż f'Diċembru 1998 ftit wara l-bidla fl-Amministrazzjoni, jista' jkun ta' eżempju u ta' inċentiv għal titjib simili fis-settur privat.", "Ma naħsibx iżda li dan it-tip ta' titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' mpjegati fis-settur privat għandu jkun b'riżultat ta' x'inċentivi fiskali jew finanzjarji li jista' jipprovdi l-Gvern, dan għaliex s-settur privat jigwadanja minn miżura bħal din billi jżomm miegħu impjegati li jkun investa fit-taħriġ tagħhom u li oltrimenti jkollhom jirriżenjaw minħabba ċ- ċirkostanzi li jkunu għaddejjin minnhom.", "BORMLA - SAN ĠWANN T'GĦUXA", "8309.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir ix- xogħol fuq it-tromba fi Blokk 4B, San Ġwann T'Għuxa, Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li x-xogħol tat-tromba fi Block 4B, San Gwann t'Għuxa, Bormla huwa approvat iżda billi mhuwiex ta' natura urġenti, dan se ssir skond il-lista ta' prioritajiet li għandu d- dipartiment konċernat.", "MID-MED BANK - IMPJEGATI", "8310.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Issa li l-Mid-Med Bank ma għadux taħt il-kontroll tal-gvern, jista' l- Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm ingaġġ fil-futur ta' ħaddiema żgħażagħ Maltin?", "Se jibqa' jsir l-eżami kompetittiv jew sabiex tidħol bħala impjegat trid ikollok xi kwalifiki oħra barra dawk akkademiċi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma naħsibx li l-fatt li azjenda li tkun taħt il- kontroll tal-Gvern u tiġi privatizzata jkun ifisser li din mhux se tibqa' fil-bżonn li timpjega aktar ħaddiema żgħażagħ Maltin hekk kif jinħass il- bżonn, hekk kif sar fil-passat.", "Naturalment il-mod preċiż ta' kif isir dan l-ingaġġ jiddependi mis- sistema partikulari implimentata mill-management ta' din l-azjenda, liema materja ma tappartjenix aktar lill-Gvern.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD.", "8311.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7468, jista' l-Ministru jgħid kif għalqet is-sena finanzjarja 1996 tal-Gozo Channel, jiġifieri dik is-sena saru profitti jew sar telf mill-kumpannija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul is-sena finanzjarja 1996, li għalqet f'Settembru, il-Kumpannija Gozo Channel irreġistrat telf.", "BORMLA - PJAZZA SANTA MARGERITA", "8312.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li x-xogħol fuq Pjazza Santa Margerita issa beda pero' miexi bil-mod wisq, jista' l-Ministru jgħid x'time-frames iridu jinżammu sabiex dan il-proġett ikun jista' jitlesta?", "Jiġifieri meta suppost ikun lest il-proġett kollu?", "Meta se titlesta xi fażi minnu u fiex se tkun tikkonsisti?", "Meta jaħseb il- Ministru li jkun lest il-ground?", "Meta jaħseb li se jkun lest il-pitch u l- club tal-boċċi?", "Jikkonsidra l-Ministru li x-xogħol jitħaffef sabiex anke d- dar ta' l-anzjani li suppost tiftah din is-sena tkun f'ambjent nadif u mhux dawk il-ħafna trabijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li dan il-proġett ġie maqsum f'fażijiet u hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena d-dieħla.", "L- ewwel fażi tinkludi l-pavimentar ta' quddiem id-dar ta' l-anzjani u l- parkeġġ, u x-xogħol hu maħsub li jkun lest mad-dar ta' l-anzjani.", "It-tieni fażi tinkludi x-xogħol konness mal-ground u l-klabb tal-boċċi.", "SPORT COMPLEXES", "8313.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li ftit ilu ntqal li kellhom jinbnew tliet sport complexes u kien ġie kkummissjonat studju dwar l-aħjar area għal dawn il-complexes, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni fejn se jinbnew?", "Jekk fl- affermattiv, liema huma dawn is-siti magħżula?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat lil-istudju dwar il-bini tat-tliet ċentri sportivi mwiegħda mill-Gvern fil-Programm Elettorali ġie ffinalizzat minn kumitat maħtur apposta.", "Dan l-istudju jinkludi analiżi tal-faċilitajiet sportivi eżistenti li dan il-kumitat ħejja wara li eżamina talbiet minn diversi kunsilli lokali, żar diversi siti fin-Nofs in-Nhar, Tramuntana u Ċentru ta' Malta u kellu diversi laqgħat mal-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar is-siti fejn se jinbnew dawn iċ-ċentri sportivi hemm diversi fatturi oħrajn li joħorġu minn dan ir-rapport li għad iridu jiġu kkonsidrati.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "8314.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il familja bbenefikat mill-miżura tal-budget dwar familji li jaqilgħu aktar minn Lm10,000 fis-sena u għandhom ħamest itfal jew aktar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba minnu ma tistax tinġabar qabel ma jiġu finalizzati t- talbiet tal-allowance tat-Tfal li qegħdin jiġu reveduti fuq id-dħul għas- sena 1998.", "ŻABBAR - VENDA TAL-KAROZZI - ĠIBJUNI", "8334.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux pjanti tal-ġibjuni li hemm taħt fejn hemm il-venda tal-karozzi tal-linja f'Ħaż Żabbar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant li tagħmel id- domanda lill-Ministru konċernat.", "ŻABBAR - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "8335.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' esproprjazzjoni ta' art meħtieġa biex ikun jista' jitkompla l-proġett ta' regional park fl-area ta' Bieb is- Sultan f'Ħaż Żabbar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li hemm talba waħda għall- esproprjazzjoni ta' biċċa art privata in konnessjoni mal-proġett li qed tirriferi għalih l-Onor.", "Interpellanti.", "Jirriżulta lid-Dipartiment ta' l- Estate Management illi parti minn din l-art hija tal-Gvern, amministrata mill-Uffiċċju Konġunt.", "Saru rappreżentazzjonijiet ma' l-istess uffiċċju biex ikun hemm identifikazzjoni eżatta ta' din l-art, biex wara jkun jista` jiġi esproprjat il-kumplament ta' l-art meħtieġa għal dan il-proġett.", "TARXIEN - TRIQ IL-FIERES", "8336.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir it-tarmak fi Triq il- Fieres, Tarxien minħabba l-istat perikoluż u abbandunat li tinsab fih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M`għandi xejn x`inżid għar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 3264.", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN PAWLU BOFFA", "8348.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li ġnien Pawlu Boffa, f'Raħal Ġdid jiġi rranġat?", "Jista' jgħid x'inhu li qiegħed iżomm lill-gvern milli jieħu passi biex jirrimedja s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant qed ikun ikkonsidrat.", "QRATI - SENTENZI", "8378.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena u f'liema Qorti nqatgħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kawżi li nqatgħu bejn Jannar 1999 sa Mejju 1999 huma kiif jidher hawn taħt:", "|Qorti Kostituzzjonali | 9 | |Qorti ta' l-Appell |119 | |Prim'Awla tal-Qorti Ċivili|774 | |Prim'Awla tal-Qorti Ċivili| 22 | |(Sede Kostituzz) | | |Qorti tal-Maġistrati |909 | |(Malta) | | |Tribunal tat-Talbiet Żgħar|550 | |Bord li jirregola l-Kera | 28 | |Bord li jirregola l-Kiri | 12 | |tar-Raba' | | |Bord ta' l-Arbitraġġ | 1 li| | |ġiet | | |ċeduta|", "BORDIJIET GOVERNATTIVI - MEMBRI", "8381.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7885, tista' l-Ministru tagħti l-listi ta' nies li qegħdin fuq bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha skond kull bord?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija mogħtija fil-lista annessa.", "Lista Tal-Membri Ta' Bordijiet Governattivi Li Jaqgħu Taħt Ir- Responsabbilta' Tal-Ministeru Għal Għawdex", "Adult Training Centre", "Paul Zammit Claire Camilleri John Camilleri Michael Bajada Josephine Farrugia Edgar Galea Curmi Rev Manwel Curmi", "Sotto Kumitat - National Focal Point", "Joyce Dimech Claire Camilleri Kevin Sciberras Mario Zammit Noel Formosa Anthony Attard", "Elderly Day Centre - Management Board", "Joyce Dimech Claire Camilleri Paul Buttigieg Mario Camilleri Rev Manwel Curmi Paul Zammit", "Kunsill Tal-Kultura", "Mons Lawrence Sciberras Noel Formosa Joe Camilleri Joe Cini Charles Zammit Charles Bezzina Eucharist Camilleri Norma Camilleri (Miss) John Cremona Carmel Grech Saviour Grech Anthony Mizzi Rosabelle Pavia (Mrs) Kevin Sciberras", "Kumitat Festi Nazzjonali U Popolari", "Vincent Grech Dr Aaron Attard Hili Paul Zahra Charles Zammit Josephine Azzopardi (Mrs) George Borg Joe Cini John Cremona Stephen Mercieca Joseph Muscat Dr Michael Refalo Charles Said Joe M Attard Helen Cassar (Mrs)", "Its Management Committee", "Kevin Sciberras Ray Xerri Edwin Borg Ludgard Gatt George Borg Joyce Pullicino Marcell Bonnici Lino Borg Teddy Camilleri Edmund Theuma Amand Veranneman", "Kumitat Millennju", "Kevin Sciberras Charles Zammit Claudia Cassar Mons Lawrence Sciberras Vincent Grech Noel Formosa Paul Curmi Mario Zammit Paul Zahra Paul Galea Fr Charles Cini Dr Vicky Anne Cremona", "Kumitat Konġunt - Kunsilli Lokali", "Frank J Psaila Kevin Sciberras Joseph A Portelli Maurice Caruana Paul Buttigieg Harry Debono Noel Formosa", "Gozo Histocial, Heritage And Cittadella Advisory", "John Cremona Godwin Vella Mag Dr Paul Coppini Anton F Attard Perit Edward Scerri Alvin Scicluna George Azzopardi Anthony Ellis Anthony Zammit Rev Dr Joseph Bezzina Joe Attard Tabone Mgr Anton Gauci George Vella", "Gozo Agricultural, Cultural And Industrial Society", "Francis Mercieca Joe Cremona Carmel Portelli John Camilleri Alfred Portelli M'Ang Camilleri Godwin Vella Saviour Gatt Joe Abela Josephine Azzopardi Joe Cini Francis Saliba", "Kunsill Ġenerali Tas-Saħħa F'għawdex", "Profs Maurice N Cauchi Paul Buttigieg Emanuel Grech Dr Teddy George Farrugia MD Dr Salvino Galea MD Dr Patrick Sciberras MD Saviour Sciberras Noel Formosa Louis Attard Anastasio Degiorgio Joe Xuereb", "Gozo Sports Board", "Joe Bajada Mario Zammit Carmel Theuma Paul Galea Joseph Grech Lawrence Muscat M'Angelo Attard Joseph Attard Dr Chris Said Anthony Camilleri Raymond Gauci Mario Saliba Victor Attard Amand Veranneman William Portelli Vincent Farrugia Mark Buttigieg Dr Marlin Vella Marvic Bajada", "BORDIJIET GOVERNATTIVI - MEMBRI", "8382.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7883, jista' l-Ministru jagħti l-listi ta' nies li qegħdin fuq bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu skond kull bord?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-nies li qegħdin fuq bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministeru ta' l-Intern huma kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BORDIJIET GOVERNATTIVI - MEMBRI", "8383.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7882, jista' l-Ministru jagħti l-listi ta' nies li qegħdin fuq bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt it-responsabbilta' tiegħu skond kull bord?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "FABBRIKI", "8384.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu fabbriki ġodda din is- sena?", "Kemm jimpjegaw nies?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-perjodu bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, ma fetħet l-ebda fabbrika ġdida.", "Tajjeb jingħad li l-ftuħ ta' fabbriki ġodda huwa marbut ma' ħidma li trid tkun saret fuq medda ta' żmien qabel.", "Dan il-fatt juri biċ-ċar kif il- Gvern preżenti wiret sitwazzjoni xejn feliċi f'dan il-qasam", "BORMLA - TRIQ HANOVER", "8396.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa Triq Hanover biswit il-blokki tal-flats li jagħtu għal fuq Santa Liena f'Bormla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li xi xhur ilu saret stima tax-xogħol meħtieġ u bħalissa wieħed qed jistenna li jitlestew xogħlijiet oħra biex dan ix-xogħol ikun jista` jsir.", "BORMLA - TRIQ SANTA LIENA", "8397.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa Triq Santa Liena fid-dħul għal Triq il-Pellegrinaġġ f'Bormla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol ta` din it-triq se jsir max-xogħol ta` Triq il-Pellegrinaġġ.", "BORMLA - MASĠAR", "8398.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-masġar ta' quddiem il-Kwartier San Nikola, f'Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwel fażi tal-proġett tal-Kottonera Lines, jiġifieri dik imsejħa l-Park Reġjonali ta' Ħaż-Żabbar qed tkun riveduta flimkien ma' uffiċjali mis-Sezzjoni ta' Restawr fit-Taqsima tax- Xogħlijiet.", "Dan għaliex nemmnu li l-proġett tal-masġar ma jistax ma jkunx marbut ma' l-aspett ta' restawr tas-swar.", "Fl-istess ħin diġa' beda l-proċess fuq esproprjazzjoni ta' art privata u terminazzjoni ta' ċens ta' artijiet li jaqgħu fl-istess zona.", "Bdew ukoll il- preparamenti biex jinħarġu tenders għall-kostruzzjoni ta' boundary wall għall-masġar.", "Iżda x-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew ladarba l- esproprjazzjoni u t-terminazzjoni taċ-ċnus ikunu saru.", "BORMLA - KUMPLESS SPORTIV", "8399.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsir xi ħaġa fuq il-kumpless sportiv ta' quddiem De La Salle College, f'Bormla li ftit tas- snin ilu saħansitra l-gvern kien ibbaġittja somma flus għall-iżvilupp tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat lil-iżvilupp tal-kumpless sportiv ta' quddiem De La Salle College, Bormla irid jiġi kkonsidrat flimkien ma' żvilupp ta' siti oħra li dwarhom sar rapport mill-Kumitat li kien ġie appuntat biex jevalwa l-faċilitajiet sportivi eżistenti u jidentifika siti addattati għall-bini tat-tliet ċentri sportivi reġjonali.", "Nirriferi wkoll għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8313.", "BORMLA/FGURA - FTUĦ TA' MINA", "8400.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hux jippjana li jiftaħ il-mina ż- żgħira ta' ħdejn il-mina ta' San Nikola ta' bejn Bormla u l-Fgura, għal pedestrians minħabba l-periklu għal dawn meta jgħaddu mill-mina l-kbira?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jikkonsidra s-suġġeriment ta`l-Onor.", "Interpellant.", "BORMLA - SWAR", "8401.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għad-daħliet fis-swar ta' ħdejn l-iskola ta' Verdala jew Skola Ġużeppi Despott, f'Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-preżent immedjat ma kienx hemm pjani li jsir xogħol ħdejn l-iskola ta' Verdala jew Skola Ġużeppi Despott f'Bormla.", "Madankollu se jintbagħat uffiċjal tad-dipartiment konċernat biex nistabilixxu jekk hemmx bżonn urġenti ta' xi xogħol.", "PERSONAL SAVINGS RATIO", "8409.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xejriet tal-personal savings ratio tal-pajjiż (quarter - quarter) mill-1.1.96 'il quddiem?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Personal Savings Ratio jinħadem fuq bażi ta' sena u mhux fuq bażi ta' quarter.", "Iċ-ċifri relattivi għall-aħħar tliet snin huma kif ġej:", "1996 9.8 fil-mija 1997 8.1 fil-mija 1998 (stima) 6.6 fil-mija", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI", "8410.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Income Tax Department Re-engineering Task Force?", "Meta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Inland Revenue Department Re-engineering Task Force s'issa ltaqa` ħames darbiet f`dawn id-dati:", "20 ta` Jannar 1999 28 ta` Jannar 1999 3 ta` Frar 1999 10 ta` Marzu 1999 23 ta` Ġunju 1999", "UE - CUSTOMS UNION", "8411.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid għal liema sena qed jiġi targeted li jintlaħaq customs union mal-UE?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-kwestjoni tal-unjoni doganali mal-Unjoni Ewropea hija sorpassata mill-proċess li għandu jwassal għas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea u għalhekk l-otteniment ta` unjoni doganali huwa marbut mas- sħubija.", "PULIZIJA - LIĠI DWAR ID-DROGA", "8412.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Il-gvern kellu feed back mill-CARITAS dwar il-liġi proposta dwar id-droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fid-9 ta' Lulju ta' l-1997 ic-Chairman ta' dak iż- żmien tal-Kummissjoni kontra l-Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol (KADA) kien bagħat memorandum lill-Prim Ministru fejn, fost affarijiet oħra, issuġġerixxa li jsiru tibdiliet fl-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi (Kap 101) u konsegwenzjalment fl-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika (Kap 31) biex jipprovdi li jekk il-Qorti tkun sodisfatta li persuna li tinqabad timporta mediċini perikolużi għall-użu esklussiv personali tagħha, din il- persuna ma tintbagħatx bilfors il-ħabs.", "Fuq struzzjonijiet tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien dawn ir- rakkmandazzjonijiet ġew mgħoddija lill-Caritas, lill-Pulizija, lid- Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi u lill-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs biex dawn kollha jagħmlu l-kummenti tagħhom.", "Fil-każ ta' Caritas, huma kitbu lura fl-4 ta' Awissu, 1997, fejn qalu li huma jaqblu ma' l-emendi suġġeriti minn KADA.", "SERVIZZ ĊIVILI - TITJIB FL-EFFIĊJENZA", "8413.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid speċifikament għal liema taqsimiet tas-settur pubbliku u tal- koprorazzjonijiet parastatali kien qed jirreferi meta waqt diskors lill- Fond Monetarju Internazzjonali (l-IMF) qal li l-gvern tiegħu kien se jintroduċi miżuri biex jirrazzjonalizza u jagħmel streamlining tar-riżorsi u jtejjeb l-effiċjenza tas-settur pubbliku?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-riferenza hi għas-servizz pubbliku u ażjendi kollha parastatali li permezz ta` privatizzazzjoni u ri-organizzazzjoni fejn meħtieġ għandha titjib l-effiċjenza.", "LEVIES", "8414.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti tal-gvern lill-korpi kostitwiti għat-tneħħija tal-levies protettivi?", "Jista' jindika t-time-tables speċifiċi li ġew proposti settur b'settur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-proposti li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant għadhom fi stadju preliminari fejn il-Gvern qed jistenna l- kummenti tal-korpi kostitwiti.", "Għaldaqstant ma nħossx li jkun għaqli li dawn il-proposti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra qabel ma jiġu ffinalizzati taħt forma ta' rapport definittiv.", "TRASPORT - VINTAGE BUSES", "8425.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Il-Ministru jaħseb li wasal iż-żmien li l-vintage buses li huma antiki u qed jagħtu servizz utli u uniku lit-turisti m'għandhomx jibqgħu jiġu mġiegħla iħallsu depożitu ta' Lm10.00?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal- liema depożitu qed jirriferi peress li jien informat li ma jeżisti l-ebda depożitu ta` Lm10 fuq il-vetturi msemmija.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI - SPEJJEŻ", "8430.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti analisi ta' l-ispejjeż sena b'sena mill-1 ta' Jannar, 1993 sa Ottubru 1996 fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għal: secretarial fees (apparti impjegati fulltime tal-FMS); consultancy fees; professional fees; public relations?", "Min kienu l-persuni jew kumpanniji jew assoċjazzjonijiet li ħadu xi forma ta' ħlas taħt kull sezzjoni?", "Kemm kien il-ħlas għal kull persuna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI - IMPJEGATI", "8431.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, mill-1 ta' Jannar sal-lum, tatx xogħol lill-individwi għal xogħol segretarjali, konsulenza, professjonali jew ta' public relations lill-indiviwi li mhux impjegati jew għandhom kuntratt ma' l-istess fondazzjoni?", "Jekk fl- affermattiv, min kienu?", "X'xogħol ġie offrut lilhom?", "X'kien il-ħlas tax- xogħol li sar f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ix-xogħol li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tat lill-individwu mill-ewwel ta` Jannar sa llum hu kif ġej:", "Individwu Isem Ammont Tip ta` Kumpanija (Lm) xogħol", "Professional ITS Limited 40.00 Sage Support Services Nobel Mantrich 994.00 ISO 9002 Cert.", "Public Relations Marika Fsadni 150.00 Promotional Brochure and New Corporate Image", "GĦAWDEX - KUNSILL TAS-SAĦĦA", "8432.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri preżenti tal-Kunsill tas-Saħħa f'Għawdex u l-ID Card number tagħhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant rigward il-membri preżenti tal-Kunsill tas-Saħħa f'Għawdex hija mogħtija hawn taħt:", "| |Isem |Numru | | | |tal-Kart| | | |a | | | |tal-Iden| | | |tita' | |Chairman |Il-Professur|80436(G)| |- |Maurice N | | | |Cauchi | | |D/Chairman|Is-Sur Paul |26366(G)| |- |Buttigieg | | |Segretarju|Is-Sur |79650(G)| |- |Emanuel | | | |Grech | | |Membri |It-Tabib |43632(G)| |- |Salvino | | | |Galea MD | | | |Is-Sur |83040(G)| | |Saviour | | | |Sciberras | | | |It-Tabib |20864(G)| | |Patrick | | | |Sciberras MD| | | |It-Tabib |69551(G)| | |Teddy George| | | |Farrugia MD | | | |Is-Sur |32357(M)| | |Anastasio | | | |Degiorgio | | | |Is-Sur Louis|94546(G)| | |Attard | | | |Is-Sur Noel |30671(G)| | |Formosa | | | |Is-Sur Joe |375985(M| | |Xuereb |) |", "FONDAZZJONI TAS-SERVIZZI MEDIĊI - MEMBRI TAL-BORD", "8433.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'pagi, allowance u benefiċċji oħra qed jiġu offruti lil kull membru preżenti tal-bord tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond l-istatut eżistenti tal-FMS il-membri ma jirċevux rinumerazzjoni.", "Għalhekk ma ġewx offruti l-ebda pagi, allowance u benefiċċji oħra lill-membri tal-Bord tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi.", "SAĦĦA - KAROZZI ĠODDA", "8434.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru li għalih huwa responsabbli, mill-1 ta' Mejju, 1999 sal-lum?", "X'tip huma?", "Kemm ġew jiswew?", "Għal użu ta' min inxtraw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw mill-1 ta' Mejju, 1999 sal-lum huwa kif ġej:", "________________________________________________________________ Dept.", "Kemm inxtraw X'tip Kemm ġew Għall-użu ta' karozzi ġodda huma jiswew min inxtraw mill-1/5/99 sal-lum ________________________________________________________________ F.M.S. 2 Fiat Brava LM14,960 Impjegati ġodda: 1.9 TD SX Dr Kenneth Grech Perit Martin Attard Montalto ________________________________________________________________ Diviżjoni tas-Saħħa 1 KIA Klarus LM7669 Direttur Generali", "TRADE FAIR GROUNDS - STAND TAS-SAĦĦA", "8435.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: X'xogħol sar mill-privat fl-istand tas-saħħa fit-trade fair grounds bi preparazzjoni għat-Trade Fair Internazzjonali li qed issir bħalissa?", "F'kull każ kemm ġiet tiswa l-provvista ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI", "8453.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ftit accountants biss irċevew invit mis- segretarja privata tas-Segretarju Parlamentari biex nhar il-Ġimgħa 25 ta' Ġunju jissottomettu offerti ta' konsulenza biex tiġi riveduta l-istruttura u l-operazzjoni tal-pixxina nazzjonali?", "Għaliex ma ħarġux offerti pubbliċi kif isir is-soltu?", "Kif intgħażlu l-accountants/kumpanniji ta' accountants li ntbagħatilhom dan l-invit?", "Kemm issottomettew offerti?", "Kemm kienet kull offerta?", "Min intgħażel?", "Meta għandu jiġi sottomess ir-rapport finali ta' min intgħażel?", "X'kienu t-terms of reference li ngħataw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma nħarġitx sejħa pubblika għall-offerti biex isir servizz ta' konsulenza biex tiġi riveduta l-istruttura u l- operazzjoni tal-pixxina minħabba li skond ir-Regolamenti Finanzjarji eżistenti n-nefqa nvoluta biex jitwettaq dan is-servizz ma kienetx tirrikjedi li jsir hekk.", "Ta' min jgħid li din in-nefqa taqa' fil- paramentri stabbiliti fl-istess regolamenti finanzjarji li jippermettu lill- Ministru jew lis-Segretarju Parlamentari li jakkwista servizz dirett mis- suq liberu.", "L-erba' kumpanniji ta' accountants li ntbagħtilhom l-invit biex jissottomettu offerti ġew magħżula mill-paġni s-sofor.", "Is-segretarjat irċieva tliet offerti li d-dettalji tagħhom huma kif se nsemmi:", "Messrs G.F.C. Consult Ltd - Lm 490 Messrs Grant Thornton - Lm 950 Messrs Pricewater house Coopers - Lm1800", "Dawn il-prezzijiet ma jinkludux it-taxxa fuq il-valur miżjud.", "L-offerta li ġiet magħżula kienet l-orħos waħda jiġifieri dik ta' Messrs G.F.C. Ltd li huma mistennija li jissottomettu r-rapport finali fi żmien tlett ġimgħat.", "It-terms of reference huma simili għal dawk li normalment jiġu assoċjati ma' dan it-tip ta' eżerċizzju.", "SAĦĦA - SKEJJEL - TUCK SHOPS", "8454.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa biex jiġi żgurat li fit-tuck shops ta' l-iskejjel jinbiegħu ikel u minerali li huma tajbin għas-saħħa tat-tfal?", "F'liema skejjel saru?", "Kien hemm xi każi fejn instab li kien hemm xi irregolarita' f'bejgħ ta' prodotti li jinbiegħu?", "Saru xi spezzjonijiet fl- iskejjel tal-Knisja u dawk privati?", "Jista' jagħti l-figuri term b'term?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKOLA SPORT - COACHES", "8455.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li meta ħa sehem f'diskussjoni fuq Net TV nhar il-Ġimgħa 25 ta' Ġunju, is-Segretarju Parlamentari tiegħek lissen il-fatt li mhux kuntent bil-livell ta' ċerti coaches li qed jagħtu servizz fid-dixxiplina ta' Skola Sport, jista' l-Ministru jgħid x'qed jaħseb li jagħmel il-gvern qabel ma jerġgħu jibdew l-attivitajiet tax-Xitwa f'Settembru/Ottubru li ġej biex jgħolli dan il-livell?", "Il-coaches li jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet huma kwalifikati fid-dixxiplina tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qabel ma jiġu ngaġġati coaches biex jagħtu servizz fid-dixxiplini ta' Skolasport dawn jiġu mitluba jipproduċu ċertifikati u dettalji dwar l-esperjenza tagħhom.", "Sabiex il-Gvern ikompli jgħolli l-livell ta' Skolasport u jiġi provdut servizz aħjar, se jiġu organizzati diversi laqgħat speċjali u seminars dwar it-taħriġ bażiku tat- tfal ta' kull eta`.", "Dawn il-laqgħat se jsiru għall-coaches u coordinators fid-dixxiplini kollha li tħaddan Skolasport.", "COACHES BARRANIN", "8456.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li hawn numru ta' coaches barranin ta' esperjenza li qegħdin ingaġġati ma' għaqdiet diversi, ħafna minnhom bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku, jista' jiġi indagat jekk dawn il-coaches jistgħux jintużaw biex jgħinu lil coaches tagħna jakkwista esperjenza?", "Jistgħu jintużaw ukoll fl-iskejjel biex flimkien ma' għalliema tal-PE jgħinu fit-taħriġ mat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li l-kwestjoni tiġi kkonsidrata.", "SKEJJEL - SUĠĠETTI OBBLIGATORJI", "8457.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li l-Ministru żgura lil din il-Kamra kemm-il darba li huwa sodisfatt li kull skola qed timxi skond il-gwidi mogħtija mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni dwar is-suġġetti obbligatorji, u jien irċevejt ilmenti li dan mhux qed isir kullimkien, jista' jgħid jekk l-iskejjel privati kollha għandhomx dawn is-suġġetti: it-tagħlim ta' l-istudji soċjali li jwassal għal eżami tal-SEC u li dan qed jiġi mgħallem mill-primarji sal-ħames klassi tas-sekondarji; it-tagħlim tal-PSE fuq bażi regolari ta' mill-inqas sagħtejn fil-ġimgħa; u t-tagħlim tar-Reliġjon fuq bażi regolari li jrid iwassal li studenti jkunu jistgħu joqogħdu għall-eżami tal-SEC?", "Jista' jagħti lista ta' dawn l-iskejjel fejn dan qed isir u fejn mhux?", "Jista' jgħid kemm-il siegħa ta' tagħlim fil-ġimgħa qed isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub jenħtieġ żmien biex jinġabar u jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KULLEĠĠ TA' ST.", "EDWARD'S - TKEĊĊIJA TA' ĦADDIEMA", "8458.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex tliet ħaddiema fulltime u oħrajn part-time tkeċċew mill-Kulleġġ ta' St. Edwards's fil-Birgu ftit jiem ilu?", "Japprezza li bejniethom taw mal-50 sena servizz lil kulleġġ u li ta' l- eta' tagħhom se jkun diffiċli għalihom li jsibu xogħol ieħor?", "Peress li wieħed mill-ħaddiema kien ukoll manager fuq il-ħaddiema tal- manutenzjoni, dawk tat-tindif u jieħu ħsieb il-First Aid, jista' jiżgura li ħadd ma jiġi mpjegat fl-istess xogħol u grad?", "Jista' l-kulleġġ jinforma d- Dipartment tax-Xogħol dwar min se jagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tar- Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg ma jirriżultax li tliet ħaddiema tkeċċew mill-Kulleġġ ta' St Edwards, iżda jirriżulta li hemm il- ħsieb li xi xogħol jingħata b'kuntratt lil terzi persuni.", "Id-dipartiment informani li qed isegwi din is-sitwazzjoni biex ikun żgurat li ma jkunx hemm xi ksur fil-liġi tax-xogħol.", "BORMLA - TRIQ KOTTONIER", "8488.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid għandux xi pjan fuq iċ-ċimiterju ta' Triq Kottonier, Bormla biswit Triq il-Mitħna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma hemm l-ebda pjan mid-dipartiment tas-Saħħa li jiġi żviluppat is-sit imsemmi fil- mistoqsija.", "BORMLA - ASFALTAR TA' TOROQ", "8489.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq ta' Triq il-Mitħna u Triq Polverista f'Bormla humiex se jingħataw kisja tat-tarmac?", "Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li dawn it-toroq huma diġa' asfaltati r-resurfacing tagħhom irid isir mill-kunsill lokali.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "8490.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-istudenti li attendew għal eżamijiet tal-Junior Lyceum?", "Kemm minnhom kienu bniet u kemm minnhom kienu subien?", "Kemm kienu tfal li għaddew minn kollox?", "(Min kull eżami)", "Kemm kien hemm min weħel minn suġġett wieħed?", "Mil-liema lokal b'lokal kienu t-tfal li għaddew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din l-istatistika kollha se tkun fir- rapport li se jiġi ppubblikat fil-futur qrib u li kopja tiegħu titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "FIERA INTERNAZZJONALI", "8491.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-iskop li fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta li qegħda tittella' bħalissa fin-Naxxar qed jingħata spazju kbir għal stand ta' l-Unjoni Ewropea u stand fuq il-gżira ta' Malta ssib ftit li xejn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Gvern iddeċieda li din is-sena l-Padiljun ta' Malta fil-Fiera Internazzjonali fin-Naxxar bit-tema Il-Pass li jmiss, għandu jippromwovi l-ħidma li għamlet u qed tagħmel Malta li għandha twassal għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "FGURA: TRIQ IS-SUR - BOZOZ", "8492.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru addizjoni ta' bozoz fi Triq is-Sur, Fgura meta l-applikazzjoni għalihom ilha li saret xhur ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INTERNET", "8494.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Wara li ġie rrapportat li l-Viċi Prim Ministru qal li ħafna nies qed jgħaddu ħafna ħin fuq l-Internet u li l-Gvern għandu jagħmel xi ħaġa fuqha, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali, jekk din ix-xi ħaġa hijiex se tkun xi taxxa ġdida/addizzjonali fuq l-użu ta' l-internet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kwotazzjoni m'hijiex korretta.", "F'dak id- diskors saret enfasi fuq il-fatt li hawn min qiegħed iqatta' wisq ħin fuq l- internet u dan jista' jwassal għal addiction.", "Dan il-fenominu soċjali għandu jiġi studjat.", "CERA/IRA", "8495.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-liġijiet l-ġodda fuq iċ-CERA u l-IRA jiġu ppreżentati ġewwa l- Parlament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed isir xogħol fl-MCED fuq ir-reviżjoni taċ-CERA u l-Industrial Relations Act u għadni qed nistenna l-proposti konkreti mingħandhom fi żmien raġonevoli.", "HOUSING ESTATES - MANUTENZJONI", "8496.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta' manutenzjoni meħtieġa fil-Housing Estates, u jgħidilna liema xogħol sar mill-5 ta' Settembru sal-lum u kemm huwa pprogrammat li jsir xogħol ta' manutenzjoni sa l-aħħar tas-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn il-kuntratti ta' manutenzjoni ngħataw b'tender?", "Min ħa t- tender u għal kemm kien jammonta t-tender?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk it-tenders kenux ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalkemm inħoss li mhux prudenti li nippubblika d- dettalji ndividwali tal-każijiet kollha fejn saru jew huma approvati li jsiru xogħlijiet ta' manutenzjoni, nista' ninforma lil-Onor.", "Interpellant li minn Settembru ta' l-1998 sal-lum tlestew 1,478 xogħlijiet ta' tiswija mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar b'bini tal-Gvern f'diversi Housing Estates f'Malta.", "Ngħarrfu wkoll li huma approvati li jsiru 2,005 xogħlijiet (għalkemm dawn mhux kollha jitlestew sa' l-aħħar tas-sena).", "Sadanittant lista ta' kuntratti ta' xogħlijiet ta' tiswija li ngħataw mill-istess dipartiment f'dan il-perjodu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dawn il-kuntratti kollha ingħataw wara sejħa għall-offerti pubblikata fil-gazzetta tal-Gvern.", "ETC - PERSUNI BLA XOGĦOL", "8497.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies li hemm qegħda u li għandhom 'il fuq minn 40 sena, sabu mpjieg bl-għajnuna ta' l-ETC?", "F'liema settur sabu mpjieg?", "Kemm kienu ilhom qegħda u x'kien il- livell ta' skola tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika l- perjodu taż-żmien li qed jirriferi għalih fil-mistoqsija parlamentari tiegħu.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "8498.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inxtara għad- djar ta' l-anzjani b'sistema diretta b'kwotazzjoni, jew permezz ta' tenders mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Tista' l-informazzjoni tiġi mifruda fuq bażi ta' kull dar?", "Jista'jgħid kemm swew u mingħand min inxtraw l-oġġetti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għall-mistoqsija parlamentari numru 8498 qiegħda tinġabar.", "ASSISTENZA SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "8499.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-istess informazzjoni li ngħata għal mistoqsija parlamentari numru 7654 fuq medda ta' għaxar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġier fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SANTA LUĊIJA - GROUND TAL-FOOTBALL", "8501.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq il-ground tal- football f'St. Lucija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-1 ta' Settembru, 1998 il-club tal- football ta' Santa Luċija kienu ingħataw Lm5,200 biex ikopru spejjeż konnessi mal-bini ta' ħajt mad-dawra tal-ground u għar-resurfacing tal- pitch.", "Ma kien hemm ebda commitment mid-Dipartiment dwar xi xogħlijiet pendenti ma' dan il-club.", "SANTA LUĊIJA - BERĠA", "8502.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm attendew pazjenti fl-berġa ta' St. Luċija għas-snin 95/96/97/98/99?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-total ta` pazjenti li attendew fil-berġa ta` Santa Luċija fis-snin imsemmija huma:", "Sena Total 1995 2067 1996 1771 1997 1801 1998 1949 1999 (sa Mejju) 914", "PERSUNI NEQSIN MID-DAWL", "8503.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl fil-lokalita' ta' St. Luċija?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma b'diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Numru ta' persuni neqsin mid-dawl fil-lokalita' tal-Kunsill Lokali ta' Santa Luċja reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' - ħames persuni.", "Lista dettaljata ta' persuni b'diżabilita' reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta skond", "a) il-Kunsilli Lokali b) s-sess tagħhom c) l-eta tagħhom", "Din l-istatistika hi tal-persuni b'diżabilita' li l-informazzjoni dwarhom iddaħħlu fil-computers tal-Kummissjoni sal-25 ta' Ġunju, 1999.", "MALTACOM - EARLY RETIREMENT SCHEME", "8504.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsijiet parlamentari numru 7197 u 7000 li saru f'Mejju?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Rigward il-mistoqsija parlamentari numru 7000, jiena nformat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il- provvista ta' l-ilma fil-garaxxijiet imsemmija.", "Minn din l-invetigazzjoni irriżulta li m'hemm l-ebda garaxx fi Sqaq Rajżi li għandu l-provvista ta' l- ilma iżda m'għandux meter.", "F'din l-akkwata hemm pressjoni adegwata ta' ilma u l-Korporazzjoni ma' taf bl-ebda problema ta' nuqqas ta' ilma fil- viċinanzi.", "Dwar l-Early Retirement Scheme li għaliha saret riferenza fil-mistoqsija parlamentari numru 7197, jiena nformat li l-Maltacom kienet ħarġet ittra ċirkulari datata 5 ta' Mejju, 1999 u li kienet intbagħtet lill-ħaddiema tagħha.", "STA.", "LUĊIJA - BOZOZ", "8505.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx talbiet għal bozoz ġodda f'Santa Luċija?", "Jekk iva, f'liema toroq hemm it-talbiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta għandha talbiet għall-istallazzjoni ta' bozoz ġodda fit-toroq segwenti ta' Santa Luċija.", "Triq Klemantis, Triq il-Kahwiela, Triq ir-Rand, passaġġ bejn Triq Inez Soler u Triq Lellux, Triq il-Margeriti, Triq Bwieraq kantuniera ma' Triq Għeneb id-Dib, Triq Tursin il-Bir (quddiem Blokk A), Binja tal-Faqqani, passaġġ bejn Triq it-Tulipani u Triq iż-Żinnija, Trejqet iż-Żahar, Triq Gardenja kantuniera ma' Dawret it-Torri, Triq tal-Barrani, Triq il- Girasol\\Triq Ineż SOler, Triq Żnuber (ħdejn it-taraġ tal-pjazza), Dawret it- Torri (quddiem iċ-ċentru tal-ħwienet), Vjal l-Ewropa (daħla ta' Santa Luċija), Triq tal-Barrani (ħruġ u dħul ta' Santa Luċija), triq ħdejn il- Junior Lyceum, Triq Begonja kantuniera ma' Dawret it-Torri, Triq Begonja kantuniera ma' VJal l-Oleandri, Trejqet ta' Ġarnaw u Triq il-Qoton.", "MONUMENT GREAT SIEGE", "8506.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jassigura li madwar il-Monument tal-Great Siege ta' Antonio Sciortino quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja jiġi pavimentat qabel il- festa ta' 8 ta' Settembru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li se jsir kisi temporanju.", "Għar-rigward tal-paviment il-perit inkarigat iffinalizza l-pjanti u se ssir l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "KUMMISSJONI PERSUNI B'DIŻABILITA' - GĦAJNUNA", "8509.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha applikazzjonijiet il-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' għal għajnuna, x'tip ta' għajnuna intalbet u ngħatat u kemm-il applikazzjoni ġiet rifjutata u fuq liema kriterji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant tista' tinkiseb minn dawn iż-żewġ pubblikazzjonijiet pubbliċi.", "Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' - 1999; Indaqs - Fuljett tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' - paġna 5.", "Kopja ta' dawn il-pubblikazzjonijiet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-BUTTAR", "8510.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq il- Buttar, Wied il-Għajn inqalgħet xi għaxar xhur ilu biex ġew mgħoddija xi servizzi u baqgħat maqlugħa sal-lum?", "Jaf il-Ministru li għalkemm kien intefa' xi terrapien fil-gandotti dawn kollha reġgħu nqalgħu?", "Jaf il- Ministru li f'din it-triq hemm drawwa li jipparkjaw ix-xarabankijiet tat- turisti li żgur mhux qed jieħdu impressjoni tajba ta' dan l-iżdingar?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li din it-triq li taqa' taħt ir- responsabbilta' tal-gvern tiġi rranġata suret in-nies?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-asfalt ta` din it-triq se jsir bħala parti mill-proġett ta` l-embellishment tal-lokal.", "MONUMENTI - RESTAWR", "8518.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jiġi rranġat il-Monument tas-7 Ġunju?", "Fid-dawl ta' artikli li dehru fil-ġurnali jikkonsidra d-Dipartiment tal-Kultura li l-ismijiet tal-vittmi tas-7 ta' Ġunju, jitpoġġew fuq quddiem tal-monument, minflok fuq in-naħa ta' wara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li l-punti mqanqla fil-mistoqsija jingħataw il- konsiderazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti.", "BALZAN - TRIQ MONS.F.X.ZAHRA", "8519.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li titlesta Triq Mons. F.X. Zahra, Ħal Balzan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dan ix-xogħol qed isir mill- kunsill lokali.", "ŻABBAR - XOGĦLIJIET", "8527.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se ssir parti nieqsa minn Triq Lia ġewwa Ħaż-Żabbar (bejn Triq Qalb Imqaddsa u Triq il-Karmnu)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li kien hemm diffikultajiet tekniċi għal ħruġ ta` l-ilma minn din it-triq, id-Dipartiment tat-Toroq qiegħed ilesti l-pjanti meħtieġa u x-xogħol mistenni jibda wara li toħroġ sejħa għall-offerti.", "KALKARA - VILLA PORTELLI", "8528.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat tinstab Villa Portelli ġewwa l- Kalkara wara l-bidla fil-gvern f'Settembru 1998?", "Jista' jgħid x'sar bħala manutenzjoni minn Settembru 'l hawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li m'hemm xejn ġdid fl-istat ta' Villa Portelli minn Settembru 1998 'l hawn.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' tiswijiet meħtieġa, dawn jiġu indirizzati kull meta jinqala' l-bżonn.", "Rigward manutenzjoni, sar dak kollu li kien meħtieġ, inkluż manutenzjoni tas-soqfa, il-ġonna, tiswijiwt ta' aperturi u xogħol simili.", "Dan ix-xogħol jibqa' jsir fuq bażi ta' rutina.", "IKEL - TESTIJIET", "8529.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni għal-liema sustanzi kimiċi tossiċi isiru testijiet b'mod regolari fuq l-ikel u oġġetti li jiġu kkonsmati mill- bniedem?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-Sessjoni tat-Tossikoloġija fl-Isptar San Luqa tagħmel testijiet regolari fuq prodotti ta` l-ikel għall-materjali radjoattivi u li jistgħu jkunu ta` ħsara għall-bniedem.", "Fin-1998 ġew analizzati 63 kampjun.", "Testijiet oħra jsiru mid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel domanda lill-Ministru kkonċernat.", "DELIMARA - FANAL", "8530.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb li jsir mill-fanal ta' Delimara fil-Ponta ta' Delimara?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-fanal li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant huwa proprjeta` ta' l-Awtorita` Marittima u għalhekk nitolbu jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - GĦASSA TA' ĦAŻ-ŻABBAR", "8532.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li fil-preżent fl-għassa ta' Ħaż-Żabbar m'hemmx spettur, jista' l-Ministru jieħu passi biex din il-lokalita' (ir-raba' l-ikbar bħala popolazzjoni) ikollha spettur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Huwa maħsub li jiġi stazzjonat Spettur fl-Għassa ta' Ħaż-Żabbar hekk kif l-uffiċjali kadetti jieħdu l-kariga ta' spettur fil- futur qarib."]} {"filename": "20000530_304d_par.doc", "date": "2000-05-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 304 It-Tlieta, 30 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 304", "It-Tlieta, 30 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "304", "It-Tlieta, 30 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 133", "KUNSENS GĦAL ATTI 133", "MISTOQSIJIET TWEĠIBIET ORALI 133", "TQEGĦID TA' KARTI 138", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' MALTIJA GĦALL-GĦEMIL TA' STANDARDS (IT-TIENI QARI) MALTA STANDARDISATION AUTHORITY BILL (SECOND READING) 138 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI (IT-TIENI QARI) MERCHANT SHIPPING (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 153", "AĠĠORNAMENT 156", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 162", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 167", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 303 li saret fit-30 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:-", "Att Nru XIV ta' l-2000 – Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar l- Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi.", "MISTOQSIJIET TWEĠIBIET ORALI", "ETC - REĠISTRAZZJONI", "15504.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies inqatgħu minn fuq ir-reġistru tal-qgħad minħabba li jew (a) inqabdu jabbużaw peress li kienu qed jaħdmu; jew (b) intbagħtu għal intervista biex jaħdmu u ma attendewx; jew (c) ġew offruti xi forma ta' taħriġ mill-korporazzjoni u ma attendewx; jew (d) inqatgħu mis-sistema minħabba li naqsu li jirreġistraw; jew (e) inqatgħu għaliex sabu mpieg?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Hawn tabella li tagħti ċ-ċifri kollha għas-snin 1996 sa l-1999, separati kategorija kategorija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jirriżulta li għal xi raġuni jew oħra numru ta' persuni li l-għajxien tagħhom jiddependi mill-benefiċċji soċjali, inkluż ir-relief u l-pensjoni, qed jiġu nnotifikati illi dawn se jinqatgħulhom minħabba forsi xi differenzi żgħar fil-kontenut tal-formolat ta' l-applikazzjoni, u cioe' tas-sistemi li jobbligawhom li jkollhom dan it-tip ta' benefiċċju.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk huwiex informat b'dan u fejn jirriżulta li qed isir hekk?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, bħalma ddikjarajt pubblikament f'diversi okkażjonijiet, tajt ukoll avviż minn kmieni ħafna matul is-sena li għaddiet li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali kien se jsaħħaħ l- istruttura tiegħu biex ikun jista' jindirizza l-problema ta' l-abbuż mill- benefiċċji soċjali.", "Għall-ħabta ta' Marzu u April ta' din is-sena d- dipartiment waqqaf dak li qed jissejjaħ \"benefit fraud unit\", li l-iskop tiegħu huwa li jinvestiga każi fejn tkun qed issir frodi fil-konfront tal- gvern billi tkun imtliet dikjarazzjoni b'informazzjoni falza u f'ċerti ċirkostanzi anke ġuramentata.", "Ix-xogħol ta' din il-unit huwa li jinvestiga dawn il-każi u jekk jirriżulta li qed isir frodi fil-konfront tal-gvern, jiġu applikati l-miżuri kollha maħsuba fil-liġi dwar is-sigurta' soċjali fl- estensjoni sħiħa tagħhom, jiġifieri jekk jinstab li jkun qed isir frodi għal numru ta' snin mhux biss jitwaqqaf il-benefiċċju imma tiġi applikata dik il-liġi billi, jekk ikun il-każ, anke jittieħdu proċeduri kriminali għal dikjarazzjoni u anke għal ġurament falz.", "Naturalment irridu noqogħdu attenti għax jista' jkun li l-każi li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Farrugia jaqgħu taħt din il-kategorija fejn jirriżulta li jkun hemm frodi.", "Jiena ħabbart pubblikament li minn mindu twaqqaf dan il-unit ġew identifikati 250 każ, fejn il-benefiċċju twaqqaf għax irriżulta li ma dawn ma kenux intitolati għalih u qegħdin isiru l- investigazzjonijiet biex naraw kemm ilu għaddej dan il-frodi fil-konfront tal-gvern.", "Imbagħad hemm każi oħrajn li ma jaqgħux taħt din il-kategorija għax jista' jkun li d-dipartiment, fil-kors normali tax-xogħol tiegħu, jinduna illi b'mod innoċenti jkunu nbidlu ċ-ċirkostanzi ta' l-individwu u jkun tħallas pagament meta dan mhux suppost ikun tħallas.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk persuna li tkun qiegħda tirċievi ċ-ċekk tal-pensjoni tidħol f'dar ta' l-anzjani suppost tinnotifika lid-dipartiment, ħalli mbagħad il- pensjoni tagħha titwaqqaf u minflokha tibda titħallas allowance bil- parametri u l-kriterji tal-liġi.", "Ħafna drabi għal raġunijiet ovvji jgħaddi perijodu ta' żmien sakemm din in-notifika tilħaq tidħol fis- sistema, bir-riżultat li jkun ħareġ ċekk tal-pensjoni minflok joħroġ ċekk ta' l-allowance kif suppost u allura f'dak il-każ tkun trid issir rifużjoni lill-gvern.", "Id-dipartiment għandu diskrezzjoni kif jirkupra lura dak il- benefiċċju billi jew jaqta' 5% miċ-ċekk ta' l-allowance partikolari li tkun qiegħda tirċievi dik il-persuna u l-individwu jista' jagħżel li minn jeddu jirrifondi s-somma sħiħa lill-gvern.", "Hemm diversi metodi pero' dawk huma każi fejn hemm bżonn ikun hemm refund.", "Imbagħad hemm każi differenti.", "Jista' jirriżulta li persuna tkun irċeviet benefiċċju meta mhux suppost, mhux għax hi tkun iddikjarat sitwazzjoni falza imma għax ikun sar żball ġenwin mid-dipartiment stess.", "Infakkar lill-Kamra li f'dan il-każ il-liġi stess tpoġġi limiti u d-dipartiment ma jistax jitlob ħlas għal iżjed minn sentejn lura.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk jirriżulta li ħames snin ilu sar żball ġenwin, din id-darba min-naħa tad-dipartiment, il-liġi tpoġġi giljottina u l-massimu li d-dipartiment ikun jista' jitlob lura huwa ta' sentejn.", "Il-liġi tagħmel ukoll parametri ta' massimu kemm id-dipartiment jista' jieħu lura persentaġġ mill-benefiċċju li jkun qed jitħallas lill- individwu u dan irid ikun sa massimu ta' 5%.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq tliet kategoriji ta' każijiet, Sur President.", "Hemm il-kategorija fejn id-dipartiment ikun għamel żball hu; imbagħad hemm il-kategorija l-oħra, fejn l-individwu jkun naqas li jinforma lid- dipartiment bil-bdil taċ-ċirkostanza, pero' jkun jidher ovvju li huwa ġenwin, u f'dak il-każ hemm proċedura stabilita illi ma tpoġġix piż fuq l- individwu b'ċertu raġunament pero' trid issir ir-rifużjoni; u mbagħad għandek it-tielet kategorija ta' frodi b'ġurament falz li abbażi tiegħu ikun ingħata benefiċċju.", "F'dak il-każ hemm l-istruttura tad-dipartiment kollu kemm hu li tkun allura tapplika l-miżuri kollha.", "Jiena għedtha kemm- il darba u nerġa' nirrepetiha li dawn l-abbużi ma nistgħux nippermettuhom li jsiru għax min ikun qiegħed jabbuża jkun qiegħed mhux biss jisraq lill- gvern u lill-poplu Malti u Għawdxi, imma fil-proċess ikun qiegħed jagħmel xkiel lill-gvern milli jkun jista' juża dawk il-finanzi għal servizzi oħrajn li jistgħu jkunu ta' bżonn kbir għall-pajjiż.", "Irrid ninforma lill-Kamra li l-proċess ta' eżami ta' dawk li applikaw għall-benefiċċju taċ-children allowance qiegħed jiġi wkoll eżaminat u minn pressappoco 45,000 ruħ li applikaw, s'issa ġew analizzati madwar 20,000, jiġifieri kważi nofshom, u minn dawn 5,000 ġew indikati bħala każi li għandhom jiġu investigati ħafna iżjed fil-fond.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq inkun naf jekk jeżistux żewġ tipi ta' benefiċċji għal min ma jaħdimx u jekk wieħed minnhom huwiex skond it-test tal-mezzi.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk għal żewġ każi minn tlieta li semma' hux qed jintalab li jingħata r-refund kollu lura, speċjalment fejn il-każ ma jkunx daqshekk ġenwin.", "X'jifhem biha meta jgħid \"naqsu li jirreġistraw\", peress li mit-tabella li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jidher li hemm qabża sostanzjali bejn l-1996 u l-1997 għal 1998 u 1999 fil- każ ta' persuni li naqsu li jirreġistraw?", "Ma naħsibx li għax ikunu sabu xogħol peress li dawk li sabu xogħol imbagħad qegħdin taħt heading differenti fl-istess tabella.", "Jista' l-Ministru jispjega ftit din is- sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm benefiċċji li huma marbutin ma' means test u oħrajn li m'humiex, jiġifieri jiddependi l-liġi partikolari x'inhi.", "Il- liġi tistabilixxi wkoll kemm income jew capital jista' jkollok, fis-sens li hemm ceiling.", "Hemm benefiċċji li jiddependu mid-dħul ta' l-individwu u hemm oħrajn li jiddependu mid-dħul tal-household.", "Jiġifieri ma nistax inwieġeb b'mod ġenerali imma l-liġi stess, b'mod komplikat ħafna, tagħmel distinzjoni bejn dawn il-benefiċċji kollha.", "Waħda mill-affarijiet illi qegħdin nippruvaw nagħmlu - u nittama li tkun ukoll riżultat tal-proċess tal-kummissjoni għar-riforma fil-qasam tal-welfare - hi li naslu għal simplifikazzjoni kemm tal-liġi kif inhi kif ukoll tas-sistemi kollha biex kulħadd ikun jista' jifhem aħjar hu stess, mingħajr ma jkollu joqgħod jagħmel il-kuntrumbajsi mentali, x'drittijiet għandu, x'benefiċċji għandu u x'jista' jagħmel u ma jistax jagħmel.", "L-Onor.", "Abela staqsieni jekk fil-każi fejn jirriżulta frodi hux se jintalab refund.", "Iva, f'dawk il-każi fejn jirriżulta li qed isir frodi l- liġi se tiġi applikata bis-sħiħ.", "(Interruzzjonijiet) Le, fil-konfront tal- gvern m'hemmx kwestjoni ta' persentaġġ.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna ċ- ċirkostanzi ta' l-individwi pero' nerġa' nirripeti li l-istruzzjonijiet li tajt lid-dipartiment huma illi f'każi bħal dawn nimxu bi strettezza u nagħmluha ċara illi mhux se nippermettu li jkun hemm min jabbuża minn din is-sistema.", "It-tielet mistoqsija għandha x'taqsam mat-tabella li jiena qegħedt fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Jien ġejt mitlub nagħti informazzjoni dwar kemm minn dawk il-persuni li nqatgħu mir-reġistru tax-xogħol inqabdu jaħdmu bla ktieb tax- xogħol, kemm m'attendewx għal intervista, kemm m'attendewx għal taħriġ, kemm naqsu li jirreġistraw u kemm fil-fatt sabu mpjieg.", "Iċ-ċifra indikata għal dawk li naqsu jirreġistraw tirrappreżenta dawk il-każi fejn l- individwu jkun imissu jmur jirreġistra fit-tali ġurnata iżda jonqos li jmur jirreġistra mingħajr ma jkun ikkomunika ma' l-ETC jew ma' l-area office.", "Il-Kamra taf li wieħed mill-obbligi ta' dawk li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol hija li jmorru jirreġistraw kull tant żmien u min ma jmurx jirreġistra fil-ġurnata allokata jinqata' mir-reġistru.", "Waħda mill-affarijiet li qegħdin jiġu studjati fl-ETC bħalissa hija dwar kif nistgħu ntejbu s-sistema ta' reġistrazzjoni.", "Illum jeżistu metodi differenti minn dawk li ilna mdorrijin bihom għal snin twal, fejn persuna kienet imdorrija tirreġistra dejjem fl-istess ġurnata u allura faċli għaliha li tabbuża bil-kumdita' kollha.", "Aħna qegħdin inħarsu lejn din is- sistema u beħsiebna nbiddluha b'mod li l-ġurnata ta' reġistrazzjoni tibda tiġi ġġenerata at random u b'mod elettroniku.", "B'hekk l-individwu ma jkollux biss irċevuta bil-miktub li jkun mar jirreġistra f'dik il-ġurnata imma jkollu wkoll id-data u l-ħin ta' meta jrid jerġa' jmur jirreġistra.", "U dik id-data u l-ħin mhux se jkunu dejjem l-istess, anzi se jinbidlu minn ġimgħa għal oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ħalli mmur lura għat-tieni kategorija ta' każi li spjega l-Viċi Prim Ministru.", "F'dawk il-każi ġenwini fejn wara li l-applikanti jkunu għamlu d-dikjarazzjoni tagħhom - sew biex ikunu intitolati għal xi forma ta' benefiċċju, sew biex ikunu intitolati għar- relief u sew biex ikunu intitolati għall-pensjoni - jirriżulta illi jew għal raġuni ta' insurance jew għal raġuni ta' wirt jew għal xi raġuni oħra setgħu qabżu s-ceiling li rrifera għalih il-Viċi Prim Ministru, is-somma li trid titħallas lura se tinħadem b'mod proporzjonali għall-perijodu li l- applikazzjoni tkun ġiet iddikjarata ħażina u mbagħad isiru l-arranġamenti ħalli l-affarijiet jiġu lura għan-normal?", "Għax altru taqbeż is-ceiling bi ftit u altru taqbeż is-ceiling bl-eluf!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, fil-fatt f'dawn il-ġranet jiena tlabt analisi dettaljata ta' kif qed issir u b'liema kriterji qed issir din il-proċedura.", "Hemm każi fejn ir-refund isir b'5% tal-benefiċċju f'dak ix-xahar partikolari, hemm każi fejn ir-refund ikun qed isir b'10% jew bi 15% u l- massimu possibbli huwa ta' 30% taċ-ċekk partikolari.", "Nirripeti li qegħdin nitkellmu fuq dawk il-każi ġenwini.", "Issa mbagħad ġieli jkun hemm ammonti żgħar ta' Lm1, Lm5 jew Lm10 u prattikament f'dak il-każ ir-rifużjoni ssir b'mod immedjat, ħafna drabi jagħmilha l-individwu stess biex jiġi in order, pero' jkun hemm każi oħra fejn l-ammont jitla' għal Lm100, Lm200, Lm300 u anke eċċezzjonalment anke Lm500.", "F'dak il-każ wieħed irid jirrikonoxxi li ma tistax lil dak l- individwu tħallih ħames xhur jew sitta ma jirċevix iċ-ċekk tal-pensjoni u allura wieħed jitlob ir-rifużjoni ta' dak l-ammont ta' flus - mifrux fuq perijodu ta' sena, sentejn u ġieli anke iżjed - billi jitnaqqas parti minnu miċ-ċekk.", "L-individwu dejjem jiġi nformat - jiġifieri ċ-ċekk waħdu ġġenerat bil- computer jindika r-rata li tkun qiegħda titnaqqas - pero' anke hawn qegħdin naraw kif nistgħu ntejbu dan il-mod ta' komunikazzjoni ma' l- individwi.", "Għaddej proċess biex insaħħu l-area offices ħalli l-individwu jkun jista' jmur u jingħata spjegazzjoni dettaljata u personali mill- uffiċjali għar-raġuni ta' tnaqqis.", "WELFARE REFORM - KUMMISSJONI NAZZJONALI", "15817.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li mill- interim report imħejji mill-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma fil- welfare, jidher li ġew analizzati dawn ir-rapporti u/jew dokumenti:", "(i) Towards Sustainable Welfare Programmes and Pensions in Malta - E.P. Delia;", "(ii) Social Security in Malta; a Synopsis - Department of Social Security,", "(iii) The Pension dilemma - KPMG;", "(iv) Averting the Pension Crisis, The case of Malta - MCED Committee;", "(v) Pension Provision in Malta - Watson Wyatt, Worldwide;", "(vi) Averting the Old Age Crisis - World Bank; u", "(vii) pubblikazzjonijiet oħra;", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti u/jew dokumenti li din il-kummissjoni analizzat fil-proċess tax-xogħol li għamlet, biex wasslet għal interim report li ġie ppubblikat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- rapport \"Social Security in Malta, a Synopsis - Department of Social Security\".", "L-Onor.", "Interpellant talbitni npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra diversi dokumenti li ssemmew fl-interim report tal-kummissjoni nazzjonali għar- riforma fil-welfare.", "Fil-fatt id-dokumenti kollha li ssemmew ġew ippubblikati minn organizzazzjonijiet differenti, jiġifieri dawn huma dokumenti pubbliċi.", "Imma kien hemm rapport li tħejja mis-Sur Eddie Gatt, id-direttur tas-sigurta' soċjali, illi ġie ppreżentat lill-kummissjoni.", "Prattikament dan huwa synopsis tal-liġi dwar is-sigurta' soċjali, dwar il- benefiċċji, biex b'mod sempliċi l-membri tal-kummissjoni jkunu jistgħu jifhmu iżjed dak illi kien qiegħed jiġi diskuss.", "Dak id-dokument ma ġiex ippubblikat pero' deherli li m'hemmx diffikulta' li npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra u fil-fatt hekk qed nagħmel.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jgħidilna x'hemm wara r-rapporti li dehru fl-istampa li l-gvern m'huwiex qed jikkonsulta ma' l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti?", "Hemm xi breakdown ta' relationship bejn l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti u l-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Lanqas xejn, Mr Speaker.", "Jiena attendejt il- laqgħa ġenerali ta' l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti li nżammet nhar is- Sibt li għadda - kien hemm ukoll preżenti l-Onor.", "Karl Chircop u kont nippriferi li kieku d-diskors li għamel dakinhar kien aktar adattat għall- okkażjoni għax donnu ħaseb li konna qegħdin f'coffee morning għal dibattitu politiku; dan li qed ngħid għedtulu pubblikament - u anke fil- pubblikazzjoni ta' l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti hemm imniżżel id- diversi laqgħat li kellna flimkien u hemm imniżżel il-korrispondenza li għaddiet bejnietna.", "L-aħħar korrispondenza li għaddiet bejnietna tittratta talba li huma għamlu biex ikunu rappreżentati fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku.", "Irrispondejthom għal dik it-talba u faħħart il-fatt illi l-għaqda nazzjonali għall-pensjonanti qiegħda taqdi rwol importanti li għandu valur - il-gvern jagħtih valur - illi jgħin ukoll biex jinħoloq djalogu li jiċċara anke l-pożizzjoni fuq diversi issues li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-qasam.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pożizzjoni li adottat Malta fin-negozjati fuq is-seba' kapitoli li dwarhom saret rakkmandazzjoni sabiex tittieħed id- deċiżjoni formali fl-14 ta' Ġunju 2000 fuq livell ministerjali għall- għeluq proviżorju tan-negozjati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' MALTIJA GĦALL-GĦEMIL TA' STANDARDS", "MALTA STANDARDISATION AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-24 ta' Mejju, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR HELENA DALLI: Mr Speaker, it-twaqqif ta' standardisation authority ftit tas-snin ilu kien pass importanti 'il quddiem, partikolarment minħabba l-effett li din ħalliet fuq firxa kbira ta' consumer products u anke minħabba l-effett fuq il-kwalita' tal-ħajja li jgħixu l-Maltin.", "Diġa' tkellimna fuq kemm hemm bżonn li nimplimentaw ċerti standards u nafu wkoll kemm għandna bżonn standards li jassiguraw li l-prodotti tagħna ma jkunux ta' periklu għall-konsumatur.", "Din l-awtorita' trid tassigura l-livell tal- prodotti lokali u l-proċess tal-manifattura minħabba l-impatt ambjentali ta' dawn il-proċessi.", "Barra minn hekk trid tassigura wkoll l-istandards ta' prodotti li huma importati f'Malta għall-konsum.", "M'ilux smajt lil wieħed mill-ministri jitkellem dwar il-problema tal- Magħtab - qed insemmi l-Magħtab għax ċertament li dan għandu x'jaqsam ma' l- impatt ambjentali - u dan qal li biex inkunu nafu jekk il-miżbla tal- Magħtab hijiex ta' periklu għal saħħitna jridu jsiru ħafna studji u riċerki.", "Jien ngħid li kulħadd jaf li hemm standards internazzjonali u safety guidelines f'dan il-qasam li aħna nistgħu nimxu fuqhom.", "Meta nisma' ministru jitkellem b'dan il-mod nibda ngħid li dawk kollha skużi ta' min inqabad fuq sieq waħda, għaliex għandna linji ta' gwidi fuq xiex nimxu u allura f'dan il-każ żgur li m'għandniex għalfejn noqogħdu nagħmlu ħafna studji.", "Meta nisma' dak it-tip ta' diskors bilfors ngħid li dan m'huwiex lest jieħu l-azzjoni li hemm bżonn tittieħed u jippreferi joqgħod jinħeba wara skużi bħal dawn.", "L-istess nista' ngħid fir-rigward ta' l-effett li jħallu t-telephones ċellulari fuq saħħitna, speċjalment fuq il-moħħ.", "Xbajt naqra f'gazzetti u rivisti barranin twissijiet fuq din il-problema, imma donnu hawn Malta kollox jibqa' għaddej!", "Per eżempju, dan l-aħħar qrajt fuq kemm jagħmel dannu l-użu tal-hands - free kit - jiġifieri dak l-apparat li jikkonsisti f'wire, żewġ earphones u microphone li jitwaħħlu mal-mobile phone u inti tkun tista' tisma' permezz ta' l-earphones u titkellem ġo mikrofonu żgħir - pero' hawn Malta għadni qatt ma smajt b'xi warning fuq il-periklu ta' dan il-hands-free kit.", "Il-consumers association ta' l-Ingilterra f'survey li għamlet għall-magazine \"Which\" - rivista li tagħti pariri lill-konsumaturi dwar prodotti li għandhom jixtru jew prodotti li għandhom jevitaw - qalet li dan il-hands-free kit iżid l-exposure għar-radiation.", "Esperti indipendenti sabu li l-wires jaħdmu bħala aerial u għalhekk jgħaddu aktar microwave radiation fil-moħħ milli kieku t-telefon jinżamm fl- idejn.", "Issa aħna nafu li t-telefon ċellulari diġa' qegħdin jagħtu problemi ta' saħħa, aħseb u ara mbagħad għal min ikun qed jintuża dan il- hands-free kit.", "Dawn l-esperti ttestjaw żewġ kwalitajiet ta' hands-free kit, tad-ditta Phillips u ta' l-Ericsson, u sabu li l-ammont ta' radjazzjoni li tmur lejn ir-ras hija t-tripplu ta' meta inti tuża t- telefon f'idejk in the normal way.", "Jien naħseb li m'hemmx għalfejn tkun speċjalizzat fil-magnetics għax anke min għandu sempliċement ''O'' level fil-physics, jgħidlek li inti għandek device li jekk joħroġ ir-radjazzjoni u mbagħad dan tqabbdu ma' wire, ir-radjazzjoni se tinżel ġo dak il-wire.", "L-Ingliżi stess qed jistaqsu għaliex din l-informazzjoni damet daqshekk biex toħroġ, pero' issa li ħarġet qegħdin jagħtu parir lil dawk li jużaw il- mobile phone li minħabba r-radjazzjoni għandhom jevitaw li jużaw il-hands free kit.", "Hawn Malta jiena nara ħafna sewwieqa ta' karozzi taħsibhom qed jitkellmu waħedhom, pero' dawn effettivament ikunu qed jikkommunikaw permezz ta' dan il-hands-free kit.", "Jidher li hawn ħafna li ma jafux b'dan il-periklu u għadhom mhumiex konxji tal-ħsara li tista' tagħmlilhom ir- radjazzjoni.", "Jiġifieri importanti li nitkellmu fuq dawn l-affarijiet u niġbdu l-attenzjoni, ħalli ma jiġrilniex kif jiġri f'ħafna każi u forsi xi għaxar snin oħra nibdew ngħidu li hawn it-tali mard minħabba l-użu ta' dan il-hands-free kit, imma mbagħad ladarba l-marda tkun daħlet ikun tard wisq.", "Jiġifieri importanti li ngħidu dawn l-affarijiet minnufih li nsiru nafu bihom.", "Dan l-aħħar ukoll qrajt dwar studju li jgħid li l-exposure għall- pestiċidi u l-weedkillers fid-dar u fil-ġnien iżidu r-riskju li niżviluppaw il-Parkinson's disease.", "Dan qed jgħiduh xjenzati mill-university of medicine ta' California għax għamlu studju fuq 500 ruħ li għandhom il- Parkinson's. Lil dawn staqsewhom fuq l-użu tal-pestiċidi u l-weedkillers u sabu li dawk li kienu jużawhom għandhom iktar ċans li jiżviluppaw il- Parkinson's minn dawk li ma kenux esposti għal dawn il-pestiċidi.", "Iktar minn hekk, l-użu tal-pestiċidi fid-dar kien assoċjat bħala l-ikbar riskju u x-xjenzati qegħdin jgħidu li dawn il-kimiċi jagħmlu ħsara lin-nerve cells fil-parti tal-moħħ assoċjata ma' muscle tremor and stiffness, karatteristika tal-Parkinson's disease.", "Għandu mnejn li nisimgħu b'ċerti affarijiet u ma nagħtux kas għaliex ngħidu li l-aqwa li aħna moqdijin u minkejja li nkunu nafu bil-perikli xorta nibqgħu nużawhom.", "Dawn l-affarijiet jidħlu bil-mod u jridu jgħaddu s- snin biex naraw l-effett tagħhom, imma naturalment għal min ikun milqut imbagħad ikun tard wisq u jservi biss biex dawk l-affarijiet li jkunu qegħdin jikkawżaw din il-ħsara jitwaqqfu.", "Hekk ġara, per eżempju, fil- każ tat-thalidomide li kienet drug sintetika li kienet tintuża bħala sedattiv li kienu neħħewha mis-suq għaliex sabu li kienet qed tikkawża abnormalitajiet fit-tarbija li tkun għadha fil-ġuf ta' l-omm.", "Pero' ngħid li sfortunatament indunaw tard bil-ħsara li din kienet qed tagħmel tant li kien hemm min kellu konsegwenzi tassew koroh.", "Qed nagħti dawn l-eżempji u qed infakkar x'ġara fil-passat għaliex ma nistgħux inkunu kompjaċenti quddiem affarijiet li jġibu daqshekk ħsara u tbatija.", "Sur President, il-prekawzjoni rridu neħduha minn qabel u għandna nieħdu vantaġġ mill-fatt li aħna nistgħu nitgħallmu mill-istudji li jagħmlu pajjiżi oħrajn qabilna u nitgħallmu wkoll mill-iżbalji tagħhom u ma nirrepetuhomx.", "Imma minn kif qed nara l-affarijiet jiena, ma tantx jidher li qed napprofittaw irwieħna minn dan il-vantaġġ li għandna.", "Aħna għandna l-opportunita' li nieħdu vantaġġ mill-istandards, regolamenti u kodiċi ta' prattika tajba li diġa' jeżistu u li ħerġin mir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-affarijiet it-tajbin, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni, għandna nikkopjawhom u nagħmluhom tagħna, bħalma għamilna f'diversi oqsma oħra, speċjalment fejn jidħol il-qasam tal-liġijiet soċjali u fejn jidħlu l- kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Mr Speaker, għamilna hekk ukoll fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa.", "Meta konna fil-gvern aħna konna nħarsu ħafna lejn il-liġijiet li dawn għandhom fuq azzjoni pożittiva, per eżempju, fuq il-fastidju sesswali, fuq il-vjolenza domestika u fuq l-ugwaljanza u tgħallimna ħafna minn dawn il-liġijiet u ħadna ħafna minnhom.", "Naturalment meta nikkopjaw minn dawn il- liġijiet irridu nagħmlu b'mod li dawn ikunu jiffittjaw għaċ-ċirkostanzi tagħna.", "Żgur li biex joħorġu dawn il-liġijiet u r-regolamenti jkunu saru ħafna studji biex ikunu l-aħjar possibbli u allura jkun tajjeb li dak li hu tajjeb għalina, kif għedt qabel, nagħmluh tagħna.", "F'dan il-pajjiż ma nistgħux nibqgħu li donnu għalina kollox jgħaddi u dak li naraw u nisimgħu f'pajjiżi oħra ma nagħtux kasu.", "Inħobbu ngħidu li ta' barra kollox huwa tajjeb u nħarsu lejn l-affarijiet ta' barra bħala li huma tajbin żgur u fl- istess ħin ma jsirx wisq biex nipprovaw intejbu l-prodott tagħna ħalli jilħaq dak il-livell.", "Jien ngħid li din hija mentalita' kolonjali, legacy li ħallewlna l-kolonjalizzaturi.", "Niftakar li meta kont żgħira u kont tmur tixtri xi ħaġa kienu jgħidulek: Qis li l-oġġett li se tixtri jkun British- made għax ikun tajjeb żgur!", "Hekk konna mdorrijin dak iż-żmien.", "Mr Speaker, donnu għalina l-Maltin il-kwalita' m'hijiex daqstant importanti.", "Hawn min jargumenta li meta se napplikaw ċerti standards se jogħla l-prezz għall-produtturi.", "Dan jiġi jekk aħna nħarsu lejn ix-short- term biss u nagħmlu ħażin jekk inħarsu lejn ix-short-term biss, għaliex għandna nwessgħu l-vista tagħna u nħarsu lejn dimensjoni macro ekonomika u nħarsu wkoll lejn il-potenzjal tal-benefiċċji long-term kemm għall- produtturi, kemm għall-konsumaturi u kemm għall-ekonomija in ġenerali.", "Qed ngħid dan għaliex meta jkollna sistema formali ta' standards u testijiet dan ikollu wkoll effett tajjeb fuq l-ekonomija Maltija, għaliex inkunu qegħdin indaħlu kultura ta' iktar professjonalita' fl-iżvilupp tal-prodotti tagħna, fil-metodi tal-produzzjoni u fis-safety ukoll tal-prodott.", "Naf li din m'hijiex ħaġa faċli, imma nafu minn eżempji ta' fabbriki lokali li jipproduċu għas-swieq barranin.", "Meta nkunu barra minn Malta u nidħlu ġo xi ħanut u jkun hemm xi prodott u nindunaw li jkun magħmul Malta jagħmlilna unur għaliex ikun prodott ta' livell tassew għoli u tajjeb.", "Irridu naraw li jsir l-istess ukoll għall-prodotti li jsiru għas-suq lokali.", "Pero' rridu nsemmu wkoll li nies li jipproduċu għas-suq lokali ġeneralment ikunu kumpanniji żgħar u dawn għandhom ċerti limitazzjonijiet ta' kapital u allura jkollhom ħafna problemi sabiex jgħollu l-istandards tal-prodott tagħhom.", "Hawn ċerti kumpanniji li ma jifilħux għall- investiment li jridu jagħmlu biex jikkonformaw ma' ċerti standards u għalhekk qabel nikkreaw ċerti standards, hemm bżonn li naraw x'jista' jsir biex ngħinu lil dawn l-industriji ż-żgħar bħalma kien qed isir, per eżempju, permezz ta' l-IPSE.", "Lil dawn għandna ngħinuhom biex itejbu l- prodott u mhux jispiċċaw li biex ilaħħqu ma' l-istandards li jridhom jilħqu l-gvern, ikeċċu n-nies għaliex togħlilhom ħafna l-ispiża tal-produzzjoni u nispiċċaw li minflok intejbu l-istandards, infarrku ċerti industriji żgħar u mbagħad lanqas standards x'nikkontrollaw ma jkun hawn.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li naħseb li rridu noqogħdu ħafna attenti għaliha wkoll għaliex faċli tgħid li l-istandards m'humiex għoljin biżżejjed, imbagħad ma tagħmel xejn biex tgħin lil dak li jkun biex jgħollilhom.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu l-aktar fuq is-self-employed iż-żgħar li nafu kemm jagħtu kontribut siewi għall-ekonomija tagħna, b'sagrifiċċji kbar u kultant anke b'riskju kbir għax nafu kemm dawn jitolbu għajnuna mill-banek.", "La qed insemmi dan l-aspett, xtaqt naċċenna ftit għall-mod ta' kif qed jiġu ttrattati ċerti industrijalisti żgħar li għandhom overdraft ma' ċertu bank, liema bank issa huwa tal-barrani.", "Dawn il-klijenti li huma industrijali żgħar meta, per eżempju, kienu jaslu biex jagħtu l-pagi lill- ħaddiema u kienu jirrikorru għand il-bank dejjem kienu jinqdew.", "Il-manager kellu fiduċja fihom għax kien jafhom u kien jaf li dawn dejjem waslu fil- ħlas tagħhom, pero' illum m'għadx hemm dik il-fiduċja li kien hemm qabel lejn dawn il-klijenti u b'hekk qed ikollhom ħafna problemi.", "Dawn l- industrijalisti żgħar, li nafu kemm huma importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna, qed jaraw li fejn qabel kien ikollhom dik l-għajnuna b'ċerta flessibbilta', illum id-diriġenza tal-bank qiegħda timxi magħhom bil-punto e virgola u allaħares jaqbżu xi ġurnata fil-ħlas tagħhom għaliex m'għandhomx ċans li se jingħataw xi għajnuna.", "Dawn huma affarijiet li rridu nsemmuhom ukoll għax huma affarijiet li jinkwetawna, għax ma jawguraw xejn tajjeb għall-industrijalisti ż-żgħar.", "Dawn in-nies li jiġu jgħidulna bil-problemi li riċentement qegħdin jiffaċċajaw huma nies li jħaddmu nies oħrajn, għaliex għandhom drive u inizjattiva, imma sfortunatament mhux qed isibu l-appoġġ u l-għajnuna li tagħmlilhom il-kuraġġ li jkomplu jinvestu u jkomplu jtejbu l-prodott tagħhom biex jilħqu standards dejjem ogħla.", "Hemm bżonn naraw x'nistgħu nagħmlu dwar din il-kwestjoni biex dawn ma jaqtgħux qalbhom u jagħlqu, għaliex bħalissa dawn bibien magħluqa qegħdin isibu.", "Dawn qed jgħidu li jekk jibqgħu isibu din il-problema ikeċċu lil kulħadd 'il barra għax huma jistgħu isibu job ieħor.", "Soluzzjoni għalihom personali u għall-familja tagħhom isibu żgur għaliex dawn huma nies b'ċerta inizjattiva u mhux se joqogħdu b'idejhom fuq żaqqhom.", "Il-problema hija għal dawk il-familji tan- nies impjegati magħhom u jekk aħna m'aħniex se naraw kif nistgħu naħdmu madwar din il-problema se jkun hemm ir-riperkussjonijiet li diġa' qegħdin narawhom.", "Qegħdin naraw li ħafna minn dawn is-self-employed iż-żgħar qegħdin jaqtgħu qalbhom minħabba li m'għadx hemm dik il-flessibilita' u dik il-fiduċja li kellhom meta l-bank kien immexxi mod ieħor.", "Mr Speaker, irridu naraw ukoll li l-konsumaturi Maltin jkunu protetti minn imports li jkunu ta' kwalita' inferjuri, għax naturalment ħadd ma jrid li nkunu d-dumping ground ta' prodotti inferjuri barranin għax, apparti li inti ma tkunx qed tieħu prodott tajjeb, se toħloq ċerta kompetizzjoni inġusta għall-produtturi Maltin li ma jkunux jistgħu jbaxxu l- prezz tagħhom b'tali mod li jikkompetu ma' dan il-prodott.", "Jiġifieri huwa importanti li l-awtorita', kif naf ċerta li se tagħmel, tieħu ħsieb dawn l- affarijiet ukoll.", "Xtaqt insemmi wkoll pubblikazzjoni oħra li kont qed naqra dan l-aħħar tal- British Standards Institution, organizzazzjoni li ilha mwaqqfa mill-1901.", "Fil-fatt din hija waħda mill-eqdem standard-making bodies tad-dinja li l- logo tagħha huwa ''helping you build a better business''.", "Dawn jagħmlu ħafna xogħol sabiex jgħinu lin-nies li qegħdin fil-business jagħmlu l- business tagħhom aħjar.", "Per eżempju, is-sena l-oħra l-ammont ta' standards ġodda u standards riveduti li kellhom kien ilaħħaq 14,000.", "Kellhom ukoll 1,700 draft standard u dwarhom ħarġu ma nafx kemm-il white paper għall- kummenti tal-pubbliku.", "Barra minn hekk il-BSI hija wkoll responsabbli għat- training tan-nies li jridu jaħdmu f'dan il-qasam.", "Hawnhekk irrid ngħid li mhux billi nwaqqfu din l-awtorita', mhux billi qed naraw kif tista' tiffunzjona aħjar, imma rridu wkoll naraw li jkollna l- famużi riżorsi umani li dejjem insemmu u naturalment ir-riżorsi finanzjarji sabiex inħaddmu u nimplimentaw dak li qed ngħidu f'din il-liġi, għax inkella nistgħu ma nagħmlu xejn għax inkunu qed nidħku bina nfusna.", "X'jiswa li jkollok il-liġi fuqi l-karta meta ma jkollokx ir-riżorsi umani u dawk finanzjarji?", "Inkunu sempliċement qegħdin inwaqqfu awtorita' għax tkun ġibditilna l-attenzjoni l-Unjoni Ewropea permezz tar-rapport tagħha.", "Fil- fatt fl-aħħar rapport li ħarġet l-Unjoni qalet li fejn jirrigwarda l-EEC directives fuq toys, appliances li jaħarqu l-fuels, simple pressure vessels as in the field of motor vehicles u affarijiet ta' l-ikel u kimiċi, l-awtoritajiet Maltin mhumiex f'pożizzjoni li juru li jistgħu jikkonformaw ma' l-acquis u tkellmu wkoll fuq il-laboratorji u qalu li ma jistax ikun li bil-laboratorji li għandna ix-xogħol li qed insemmu jsir bis-serjeta'.", "La qed insemmu l-laboratorji, irrid ngħid li l-awtorita' mhux se tibqa' responsabbli għan-national standards laboratory għax din se ssir entita' għaliha.", "Ma nafx kemm kienet idea għaqlija li nisseparaw il-laboratorju nazzjonali minn din l-awtorita'.", "Li nista' ngħid hu li kieku l-laboratorju baqa' parti mill-awtorita' naħseb li kien jgħin fil-finanzjament u kien jitneħħa ftit mill-piż.", "Il-ministru qed ixengel rasu, ma' tantx hu ċert.", "(Interruzzjonijiet) Issa jgħaddi ftit taż-żmien u naraw min għandu raġun.", "Problema oħra li nara jiena hija li hemm nuqqas ta' kordinament bejn l- entitajiet differenti li jistgħu jkunu involuti fix-xogħol sabiex jiġu stabiliti l-istandards.", "Niftakar li meta aħna konna fil-gvern konna għamilna survey fuq in-numru ta' laboratorji li għandna f'Malta u nafu li d- dockyard u anke l-universita' għandhom apparat li jista' jintuża għaċ- ċertifikazzjoni ta' l-istandards u ma nafux jekk humiex qed jintużaw.", "Nafu wkoll li l-laboratories ta' l-Evans, sakemm ġew irranġati riċentement, kienu tali li ma tistax taħdem sewwa fihom.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea għandha raġun meta titkellem b'dak il-mod fuq is-sitwazzjoni tal- laboratorji u rridu naraw kif se nsolvu din il-problema wkoll.", "Mr Speaker, min isegwi dan is-suġġett, anke internazzjonalment, jara li qed issir transizzjoni fl-iżvilupp ta' l-istandards u fejn qabel dan l- iżvilupp kien iffokat fuq standards ta' affarijiet, jekk inħarsu lejn il- BSI naraw li qed ikun hemm żvilupp qawwi fil-qasam ta' l-istandards fis- settur tas-servizzi.", "Per eżempju, il-BSI ppubblikaw standards jew codes of guidance f'oqsma bħalma huma dawk tad-door security supervisors, dawk li aħna ngħidulhom bouncers.", "Il-Ministru qed jgħidli li din se jagħmilha.", "Qed jissettjaw standards ukoll għal kif jiġu handled complaints mingħand il- konsumaturi.", "Naħseb li dawn huma areas li għandna nidħlu fihom għaliex huwa importanti, speċjalment minħabba s-servizz li jingħata fl-industrija tat-turiżmu.", "Għalkemm ġieli jkollna tifħir għas-servizz li jingħata pero' jkollna ħafna complaints ukoll.", "Għalhekk huwa importanti li fil-qasam tas- servizzi nsaħħu l-istandards tagħna kif imiss.", "Mr Speaker, ta min jgħid li minkejja li l-istandards maħruġin fuq livell internazzjonali mill-international organisation for standardisation huma dawk dominanti, il-BSI xorta waħda ssemma' leħinha f'fora internazzjonali sabiex dawn l-istandards ikunu drafted b'mod li jkunu tajbin għall- ħteġijiet tal-businesses bbażati fir-Renju Unit.", "Hekk irridu nagħmlu aħna għax din hija xi ħaġa interessanti u tagħmel sens u rridu nirriflettu fuqha.", "Aħna rridu naraw x'qed jagħmlu fl-Ingilterra, x'qed jagħmlu fl- Ewropa u x'qed jagħmlu l-ISO, imbagħad napplikawh skond il-bżonnijiet ta' pajjiżna.", "Jiġifieri filwaqt li nsegwu dak li qed jiġri fid-dinja, irridu naraw li t-tibdil li nagħmlu jkun jaqbel mal-ħteġijiet ta' l-industrija tagħna jekk ma rridux infarrku kollox.", "Jiena ngħid li la tista' tagħmilha l-Ingilterra, ma naħsibx li nkunu qed ngħidu xi dagħwa jekk ngħidu li aħna għandna nagħmlu l-istess.", "Mr Speaker, xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-ambjent li jaħdmu fih ċerti ħaddiema u għandna naraw x'nistgħu nagħmlu biex dawn ma jkunux esposti għad- dħaħen, kimiċi u affarijiet oħra li huma ta' periklu għal saħħithom.", "Per eżempju, kulħadd jaf li ħaddiema li jkunu esposti għall-asbestos għandhom iktar ċans li jimirdu u anke jmutu qabel iż-żmien.", "Għaldaqstant huwa importanti li naraw li anke fuq ix-xogħol ikun hemm ambjent ta' standard tajjeb u li ma jpoġġix il-ħajja tal-ħaddiema fil-periklu.", "Sfortunatament għal min jaħdem f'dan l-ambjent ikollu jgħaddi ż-żmien biex niskopru dawn l- affarijiet - u aħna nafu li għandna ħafna nies li qegħdin jaħdmu f'dan l- ambjent - u meta nindunaw aktarx ikun tard wisq għax tkun saret ħafna ħsara għal saħħithom.", "Dalwaqt inġibu għad-diskussjoni il-liġi fuq l-occupational health and safety, xi ħaġa li għandna bżonnha ħafna, pero' anke fl-ambitu ta' dan l- abbozz li qegħdin niddiskutu llum naħseb li huwa importanti li niġbdu l- attenzjoni fuq l-istandard ta' l-ambjent li jkollhom jaħdmu fih ħafna ħaddiema Maltin.", "L-istandard ta' l-ambjent ta' fejn wieħed jaħdem jippreokkupani ħafna għax jekk dan ma jkunx tajjeb jista' jwassal, bħalma kemm-il darba wassal, li jkollna mwiet ta' nies li jkunu marru jagħmlu l- ġurnata tax-xogħol tagħhom biex jaqilgħu il-ħobża ta' kuljum.", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, ippermettili ninterrompik imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli.", "Min qed jipproponi?", "ONOR CHARLES MANGION: Mr Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Dalli tkompli bid-diskors tagħha.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Dalli tkompli tinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "ONOR JOE MIZZI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospa għall-ħames minuti.", "Fis-7.13 p.m. is-Seduta kienet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, qabel nibda nagħmel il-kummenti tiegħi dwar dan l-abbozz ta' liġi rrid ngħid li jien imdorri nitkellem fil-Kunsill ta' l-Ewropa, fejn id-deputati għandhom erba' minuti biss biex jagħmlu l- intervent tagħhom - ir-rapporteurs tal-kumitati għandhom seba' minuti - u naħseb li importanti li lkoll kemm aħna nitgħallmu li ngħidu dak li għandna ngħidu ngħiduh fi żmien raġonevoli mingħajr ħela ta' ħin.", "Għalhekk se nitkellem fuq punt wieħed biss li semmiet l-Onor.", "Helena Dalli għax huwa importanti that we put people's mind at rest peress li fuq il-kwestjoni tar-radjazzjoni mit-telephones, mit-televisions u affarijiet oħra hawn taħwid kbir.", "Importanti li nifhmu d-differenza kollha bejn dik li ngħidulha ionizing radiation u dik li ngħidulha non-ionizing radiation.", "L-ionizing radiation li toħroġ mill-X-rays u mill-cosmic rays u r-radio-active radiation huma perikolużi, pero' non-ionizing radiation, jiġifieri l-wavelengths li nużaw għall-komunikazzjoni tagħna ta' kuljum u r-radjazzjoni madwar cables ta' l- elettriku, hija tip ta' radjazzjoni differenti.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nħalltux iż-żewġ tipi ta' radjazzjoni.", "Din it-tip ta' radjazzjoni li ngħidulha non-ionizing radiation m'hijiex perikoluża għal saħħet il- bniedem.", "Għadu kemm irrisponda interpellanza l-ministru tas-saħħa fejn mingħajr ebda ekwivoku qal li n-non-ionizing radiation mhix perikoluża għas- saħħa, waqt li l-ionizing radiaton hi perikoluża għas-saħħa.", "Nistgħu mela ngħidu li aħna nilqgħu kontra l-X-rays u kontra r-raġġi l-oħra li jistgħu jagħmlu l-ħsara.", "Din il-kwestjoni nqalgħet ukoll meta l-Labour Party kien tella' antenna biex is-Super One ikun jista' jittrasmetti u kienu nqalgħu ħafna mistoqsijiet dwar jekk ir-radjazzjoni li qed titfa' l-antenna kenitx perikoluża għas-saħħa tal-bniedem u min kien qed jgħid iva u min kien qed jgħid le.", "Jien irriċerkajt is-sitwazzjoni - dak iż-żmien kont naħdem ma' l- occupational health and safety - u minn studji serji li saru jidher ċar li dik li nsejħuluha non-ionizing radiation tat-telephones, tat-television jew tar-radio ma tagħmel ebda ħsara lill-persuni umani.", "Ovvjament the situation is constantly under review, pero' minn studji li saru fl-Amerika u Western Europe, l-Awstralja u l-Canada qatt ma rriżulta li din in-non-ionizing radiation tista' b'xi mod tagħmel ħsara lill-bniedem.", "Ovvjament jiena nista' ngħid is-sitwazzjoni kif inhi s'issa, ma nistax ngħid jekk 'il quddiem jistax ikun hemm xi ħadd li jagħmel xi studju ieħor u jsib xi ħaġa li tista' tagħmel xi ħsara.", "Pero' ma naħsibx li huwa tajjeb li noqogħdu nallarmaw lin-nies u noħolqu paniku għalxejn.", "Jiena ngħid hu li ħażin li wieħed isuq waqt li jkun bit-telephone ma widnejh għax jista' jinvolvi ruħu f'xi ħabta u jmut minn effetti iktar immedjati.", "Jiena midħla sew tad-dipartiment tas-saħħa u ninsab ċert li meta dan jasal biex joħroġ stqarrija u jgħid li dik it-tip ta' radjazzjoni m'hemm l-ebda indikazzjoni s'issa li hija perikoluża, naħseb li wieħed għandu jistrieħ fuq dik l-informazzjoni.", "Jiġifieri huwa importanti li ma noqogħdux nimlew moħħ in-nies u t-tfal ta' l-iskola u nallarmawhom għalxejn għaliex din hija kwestjoni li rajniha fil-passat u qed nerġgħu narawha issa, pero' importanti li kulħadd ikun jaf il-fatti xjentifiċi x'inhuma.", "Mr Speaker, fuq il-kwestjoni ta' l-istandardisation irrid ngħid li aħna l- Matin għandna difett li naħseb huwa difett nazzjonali.", "Dan id-difett hu li għalina qisu kollox jgħaddi.", "Dan huwa difett tal-medjokrita' u naħseb li wasal iż-żmien that we go beyond ourselves u nipprovaw nirrimedjaw din is- sitwazzjoni.", "Dan huwa difett li baqa' magħna minħabba l-kolonjaliżmu għax aħna konna mdorrijin taħt gvernijiet kolonjali fejn ir-Reġina dejjem kienet terfa' l-piż hi, u aħna ftit li xejn konna mitlubin bħala nazzjon li nuru r- responsabbilta' fl-għemil tagħna u allura daħlet ċerta medjokrita'.", "Aħna bqajna ngħixu bil-kunċett ta' \"kollox jgħaddi\", u \"ejja ħa mmorru\" meta qegħdin ngħixu f'dinja li m'hijiex hekk, u dan wieħed jista' jarah b'mod ċar meta jsiefer u jara, biex ngħid hekk, kważi l-perfezzjoni kif isiru l- affarijiet.", "Nista' ngħid li din il-medjokrita', li hija timbru ta' pajjiżna, ħerġin minnha ftit ftit u issa jeħtieġ li nagħmlu sforz kollettiv biex neħilsu minnha għal kollox għaliex din il-medjokrita', fil-kultura fejn hemm kompetizzjoni bejn il-pajjiżi kollha tad-dinja, hija proprja l- kultura li tista' titfagħna lura.", "Hawn nixtieq nirriferi għad-diskors ta' l-Onor.", "George Vella, fejn qal li meta kien tabib tal-fabbriki kien jiltaqa' ma' persuni li jgħidulu li billi, per eżempju, il-ħjata tal-jeans tkun daqsxejn off-centre, għalihom t-tali jeans xorta jgħaddi, pero' mbagħad fil-fatt meta tiġi għall-quality control u meta tiġi biex tesporta dawn il-prodotti barra minn Malta - mhux qed ngħid għall-jeans biss imma qed ngħid għal kollox - dawn jiġu rifjutati u mibgħutin lura jew inkella agħar minn hekk jiġu ttimbrati li huma of poor workmanship.", "Mr Speaker, aħna m'aħniex poplu hekk, aħna fejn irridu nafu nkunu serji u jeħtieġ nibdew inkunu serji, anke billi nkejlu l-attivita' tagħna skond parametri fissi xjentifiċi li jeżistu fid-dinja tal-lum.", "Il- gvern għalhekk qed joħloq din l-istandardisation authority biex ikun hemm awtorita' li tista' tassigura li jkun hemm xi ħadd li qed jieħu ħsieb b'mod serju din l-istandardisation.", "Qed ngħid dan mhux għax se nidħlu fl-Unjoni Ewropea biss imma għax huwa importanti għalina fl-isfond tal-kultura globali li teżisti llum.", "Pero' jekk kienet l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea li ppreċipitat dan il-bord ta' standardisation, mela din hija ħaġa tajba u għandna ngħidu li hija ħaġa tajba, bħalma huma tajbin il-ħafna rikkmandazzjonijiet u standardisations u l-parametri kollha l-oħra li se jkollna ninforzaw għaliex huma parti mill-acquis ta' l-Unjoni.", "Dawn għandhom joffru lill-poplu Malti u Għawdxi kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Dan in- nuqqas ta' medjokrita' li titlob l-Unjoni Ewropea se jwassal biex pajjiżna jkollu ċerti parametri li jista' jkejjel bihom, ċerti standards fil-ħajja li jwasslu għal kwalita' ta' ħajja aħjar u l-ġid komuni tal-pajjiż jiżdied.", "Trid tispiċċa l-mentalita' li la jiena qed inħossni tajjeb ma jimportaniix minn ħaddieħor u niġi naqa' u nqum mid-dħaħen li nitfa' fit-toroq, mill- miżbla li nħalli warajja u mill-istorbju li qed nikkawża u min-nuqqas ta' regolamentazzjoni oħra.", "Nerġa' ngħid li dan irid jispiċċa u huwa tajjeb li qed inwaqqfu din l-awtorita' u messha ilha li saret, anke kieku m'applikajnix biex insiru membri ta' Unjoni.", "Il-poplu Malti jrid jammetti li fl-Unjoni Ewropea hemm ħafna affarijiet tajbin - hemm xi affarijiet ħżiena wkoll li qed jipprovaw jirranġawhom - li fuq medda ta' żmien jiena ċert li jħallu l-frott għall-poplu Malti.", "M'għandniex inħarsu lejn l-Unjoni bħala xi ħaġa li hija totalment tajba jew xi ħaġa li hija totalment ħażina.", "Din il-liġi qiegħda ssir għax hemm bżonn li nagħmlu sforz kollettiv biex nirranġaw is-sitwazzjoni preżenti biex inkunu nistgħu nikkompetu ma' pajjiżi barranin.", "Is-sitwazzjoni preżenti li qegħdin fiha m'hijiex qiegħda twassal biex ikun hemm standards sodisfaċenti għar-relazzjoni tagħna ma' xulxin, standards li jirregolaw dawk li llum ngħidulhom inter-related goods.", "Tajjeb ukoll li n-nies ikunu jafu li b'dak li jagħmlu qed jaffettwaw lin- nies ta' madwarhom u allura huwa importanti li dawn l-istandards jidħlu mhux biss biex inkunu nistgħu nkejlu magħna nfusna dak li qed nagħmlu, biex inkunu nafu jekk ilħaqnix the required standard, imma wkoll biex nassiguraw li dak li qed jirċievi s-servizz tagħna jkun moħħu mistrieħ mis- servizz li jkun qed jingħata, għaliex proprju dan is-servizz ikun jista' jiġi mkejjel skond standards li fil-fatt huma aċċettati mad-dinja kollha.", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea stabiliet li għandu jkun hemm dan it-tip ta' standardisation biex proprju jintlaħaq aħjar il-kunċett tal-ġid komuni, biex il-poplu kollu jkun f'pożizzjoni aħjar li jwettaq il-ħidma tiegħu, li jgħix il-ħajja tiegħu, li jkun jaf il-ħsara li qed jagħmel lil ħaddieħor u wkoll li ħaddieħor qed jagħmel lilu, u allura, bħal ħafna liġijiet ta' l- ambjent u bħal ħafna liġijiet ta' l-istandards, dan jista' jsarraf biss ta' ġid għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, bħal l-Onor.", "Michael Asciak, jjien ukoll xtaqt ngħid xi ħaġa dwar il-medjokrita'.", "Huwa assolutament minnu li l-poplu Malti għandu forsi l-marda jew it-tendenza li għalih kollox jgħaddi u kollox ejja ħa mmorru, l-aqwa li nbiegħu jew forsi l-aqwa li nagħmlu aktar qligħ, u ma jinteressaħx mill-kwalita' u mit-tip ta' servizz jew prodott li jkun qed jagħti.", "Għalhekk dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa abbozz pożittiv.", "L-Onor.", "Michael Asciak qal li l-medjokrita' tal-poplu Malti ġejja mir- raġuni li aħna mdorrijin taħt gvernijiet kolonjali, pero apparti din ir- raġuni, jiena naħseb ukoll li ċerti politiċi Maltin taw x'jifhem lill- poplu Malti, b'mod dirett jew indirett, li aħna bilfors irridu lil xi ħadd biex imexxina.", "Tant hu hekk li l-gvern qed iressaq ħafna abbozzi ta' liġi - dan li għandna quddiemna hu wieħed minnhom - mhux għax bilfors huma tajbin u pajjiżna veru għandu bżonnhom, imma għax hemm xi ħadd fi Brussels li għamlilna rapport u aħna rridu nimxu skond dak li hemm fir-rapport.", "L- iskop ewlieni li bħalissa qed ngħaddu b'għaġġla kbira ċerti liġijiet huwa biex inkunu konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din hi l-kritika tagħna.", "Aħna nafu li hemm ħafna liġijiet tajbin fl-Unjoni, imma jiena ma narax li hemm bżonn jiġi xi ħadd minn Brussels biex jgħidilna li rridu nadottaw dawn il-liġijiet.", "Jiena ngħid li jekk aħna m'aħniex kapaċi nagħmlu liġijiet skond ir-realtajiet ta' pajjiżna, u rridu li bilfors nagħmlu dawk il-liġijiet li jgħidilna ħaddieħor, ukoll inkunu qed indaħħlu mentalita' kolonjali.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed jgħid x'kien il-ħsieb tal-gvern Laburista fil-ftit xhur li għamel imexxi l-pajjiż dwar l-istandars li kellhom jintlaħqu kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku.", "Il-gvern Laburista kien jinkoraġġixxi kumpanniji privati u anke dawk pubbliċi sabiex japplikaw għaċ-ċertifikat ta' l-ISO, għax dak huwa ċertifakat li ġej mis- serjeta' u allura jagħti marka tajba lit-tali kumpanniji.", "Fil-fatt kemm is- Sea Malta kif ukoll il-kumpannija tal-Marsovin kienu kkwalifikaw għall-ISO.", "Dan juri li meta jkun hemm inkoraġġiment u forsi jkun hemm anke daqsxejn għajnuna u inċentiv, għandna kumpanniji li kapaċi jilħqu standards għoljin.", "Għalhekk wieħed irid jinkoraġġixxi aktar biex anke s-settur pubbliku jipprova jimmira għal-livell għoli fis-servizz li jagħti .", "Huwa importanti li pajjiżna jilħaq ċerti livelli kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku.", "Ma nistgħux nibqgħu b'dik il-mentalita' li għalina kollox jgħaddi.", "Hemm bżonn li nimmiraw għal standards għoljin u ta' kwalita'.", "Biex isir dan irridu nħarsu lejn kull settur b'mod iktar professjonali.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem daqsxejn fuq il-qasam sportiv, liema qasam lili jinteressani ħafna u ngħid li anke f'dan il-qasam wieħed irid idaħħal aktar professjonalita'.", "Forsi wieħed jgħidli: Imma dan x'għandu x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna?", "Jiena ngħid li anke l-qasam sportiv, f'dak li għandu x'jaqsam ma' equipment u affarijiet li jintużaw għat-taħriġ, wieħed għandu jkun aktar professjonali u forsi għada pitgħada din l-awtorita' li se titwaqqaf tkun tista' tagħti daqsxejn għajnuna lill- għaqdiet sportivi biex forsi xi darba jew oħra nkunu nistgħu nimmiraw ftit aktar fl-għoli, għax jekk ikollna affarijiet magħmulin bis-serjeta' u b'mod professjonali jista' jkollna riżultati aħjar.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Joe Cilia fid-diskors tiegħu semma xi ħaġa dwar il- mediċini sportivi, u hawn jiena nixtieq insemmi l-konferenza nazzjonali li l-kunsill ta' l-isport se jorganizza bejn id-9 u l-11 ta' Ġunju.", "Din il- konferenza se tkun qed tittratta proprju l-mediċina sportiva u naħseb li għandha tinteressa mhux biss lill-għaqdiet sportivi imma anke lill-istess sportivi.", "Jiena ħassejt li kelli nagħmel daqsxejn ta' riklam għal din il- konferenza għax ninsab ċert li se jkun seminar utli ħafna u li għandu jgħin sabiex l-istandard tal-mediċina sportiva f'pajjiżna jkun jista' jogħla wkoll.", "Mr Speaker, f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jingħad li l- awtorita' trid tesiġi li jkun hemm ċerti standards, imma l-problema li tqum hija proprju dwar l-infurzar ta' l-istandards.", "Naf li mhuwiex kompitu ta' din l-awtorita' għax hemm liġijiet oħra li jaħsbu għal dan u allura ma nafx jekk ikunx floku li l-awtorita' tara li meta jittieħdu passi permezz ta' liġijiet oħra, tali passi jkunu dawk mixtieqa u li fl-aħħar mill-aħħar il-mira ta' standards minimi tkun milħuqa.", "Ħaġa oħra importanti hija li ladarba din l-awtorita' se tkun iffinanzjata minn flus il-poplu, ikun xieraq li għallinqas darba f'sena l-parlament jiddiskuti l-operat ta' din l-awtorita'.", "L-awtorita' tippreżenta l- accounts tagħha quddiem din il-Kamra u jkun hawn diskussjoni li ma teħux iżjed minn żewġ seduti sabiex wieħed jara l-andament tat-tali awtorita'.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li nixtieq ngħid hija dwar dawk il-kumpanniji li jista' jkollhom xi diffikultajiet finanzjarji sabiex jikkonformaw ma' ċerti standards mixtieqa mill-awtorita'.", "Allura nixtieq nistaqsi jekk hux se jkun hemm xi għajnuna finanzjarja għal dawn il-kumpanniji sabiex isir ir- restructuring meħtieġ biex dawn ilaħħqu ma' ċerti standards.", "Fl-aħħarnett nawgura li din l-awtorita' tkun ta' servizz għall- konsumatur, għas-settur privat kif ukoll dak pubbliku.", "Nagħmel appell lill- konsumaturi biex fejn jaraw nuqqasijiet fis-servizzi li jingħataw jew xi difetti fil-prodotti manifatturati, jiġbdu l-attenzjoni ta' din l-awtorita' ħalli jittieħdu l-passi meħtieġa.", "Mhux biżżejjed li wieħed joqgħod igerger u jieqaf hemm għax biex ċerti liġijiet iħallu l-effett tagħhom, il- konsumatur irid jagħmel il-parti tiegħu wkoll.", "Għalhekk huwa importanti li l-konsumatur ikun mgħarraf iktar dwar din il-liġi.", "Nawgura wkoll li dawk kollha li se jaħdmu f'din l-awtorita' jagħmlu xogħolhom bi professjoni u dedikazzjoni u nispera li verament jintgħażlu persuni li jistgħu jagħtu kontribut.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, kif jaf kulħadd, il-progress li seħħ fil-pajjiż tul dawn l-aħħar għexieren ta' snin għenna biex ngħixu kwalita' ta' ħajja aħjar, imma l-istess progress jista' jġib miegħu problemi oħrajn.", "Każ tipiku huwa l-ammont enormi ta' motor vehicles li għandna jiċċirkolaw f'pajjiżna.", "Mingħajr l-iċken dubju ta' xejn dawn qed jaffettwaw il-kwalita' ta' l-arja, bħalma qed jaffettwaw il-kwalita' ta' l- arja l-emissions mill-power stations.", "Jiena li noqgħod il-Blata l-Bajda, viċin ħafna tal-power station tal- Marsa, nista' ngħid li minkejja l-isforzi kbar li għamlu diversi gvernijiet f'dawn l-aħħar snin, fejn fost oħrajn qlibna mill-użu tal-faħam għall-użu taż-żejt u ġew installati proċessi li bihom jonqos it-tinġis, meta wieħed ikejjel l-emissions li joħorġu mill-power station isib li għadna ma lħaqniex l-istandards li timponi l-Unjoni Ewropea.", "Jiena ngħid li għandna nesiġu li dawn l-istandards jiġu rispettati.", "Mhux se noqgħod nidħol fid- dettall ta' dan kollu għax diġa' tkellimt fuq hekk meta konna qegħdin niddiskutu l-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Per eżempju, semmejt sorsi alternattivi ta' l-enerġija li jistgħu jnaqqsu d-domanda minn fuq il-power station tal-Marsa, bit-tir li din l-istess power station tkun tista' fi żmien mhux imbiegħed tieqaf milli topera.", "Jiena jidhirli li dawn il- liġijiet li qed jiġu diskussi bħalissa huma liġijiet importanti ħafna għaliex dawn se jkomplu jgħinu sabiex wieħed jilħaq standards dejjem ogħla għal ġid ta' kulħadd.", "Sur President, irrid ukoll nitkellem dwar il-qasam tas-saħħa pubblika, partikolarment għal dak li jirrigwarda l-mediċini.", "Fil-fatt f'dan l-abbozz jingħad li wieħed mill-membri ta' din l-awtorita' għandu jiġi maħtur wara konsultazzjoni mal-kamra ta' l-ispiżjara.", "Huwa importanti ħafna li jkun hemm standards għoljin f'dan il-qasam.", "Jekk wieħed iħares lejn il-qasam tas-saħħa li jipprovdi s-settur pubbliku, irid jirrikonoxxi li l-gvern preżenti qiegħed jimpenja ruħu sabiex fi ftit snin oħra jkollna sptar ġdid ta' l-ogħla kwalita', u għalhekk din il-liġi żgur se tgħin biex jiġu pprovduti standards aħjar fejn tidħol kura ta' saħħa sekondarja.", "Fil- livell tal-kura primarja, fejn tidħol il-prevenzjoni, huwa importanti li ma nitkellmux biss f'termini ta' tobba u paramediċi imma għandna nħarsu lejn dan il-qasam b'mod iktar wiesa'.", "Per eżempju, permezz tal-health promotion unit il-gvern bħalissa qed iniedi kampanja dwar l-effetti tax-xemx fuq is- saħħa tal-bniedem.", "Meta wieħed iħares lejn din il-problema forsi ma jarahiex daqshekk serja għax ma tantx tikkawża mwiet - tikkawża biss mard tal-ġilda - pero' xorta huwa importanti ħafna li d-dipartiment tas-saħħa jiftaħ għajnejn il-pubbliku dwar dawn l-affarijiet.", "Irrid ngħid li kieku l- gvern kellu informazzjoni li hija reliable, informazzjoni li hija konklussiva dwar, per eżempju, il-ħsara li tista' ssir bl-użu tal-mobile phones, m'għandix dubju li permezz tad-dipartiment tas-saħħa l-gvern kien jagħti parir lin-nies biex joqogħdu attenti kif jużawh.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed l-ewwel ikollu l-fatti xjentifiċi qabel ma jaqbad u jfajjar kulma jaqra f'diversi rivisti.", "Sur President, fil-livell primarju tas-saħħa jiena naqbel li l-gvern ikollu inqas ċentri tas-saħħa miftuħin għal tant sigħat, imma fejn ikunu miftuħin dawn għadhom joffru servizz ta' standard għoli.", "Pajjiżna huwa pajjiż żgħir u m'huwiex tant importanti li jkollok nofs tużżana ċentri tas- saħħa miftuħin il-lejl kollu.", "Aħjar ikollok tlieta minnhom miftuħin li jkunu attrezzati biżżejjed sew bit-tagħmir meħtieġ u bir-riżorsi umani sabiex ikunu jistgħu verament joffru servizz ta' kura primarja effettiva u b'hekk ma nispiċċawx li għall-iċken ilment wieħed jispiċċa jirriferi l- pazjent direttament l-isptar u għaldaqstant ikompli jżid ma' l-iffullar fl- isptar ċentrali.", "Mhux sew li għal kull nitfa ta' lment tabib jibgħat pazjent l-out-patients department fl-Isptar San Luqa.", "Jiena ngħid li f'każi żgħar bħal dawn, tobba, infermiera jew paramediċi għandhom jerfgħu r- responsabilta' huma u jipprovaw isolvu l-problema huma.", "Jekk imbagħad jaraw li l-każ jeħtieġ kura aktar speċjalizzata, ovvjament hemm is-sistema li wieħed jista' jirriferi għand speċjalista.", "Mhux sewwa li minħabba nuqqas ta' human resources fiċ-ċentri tas-saħħa, nuqqas ta' tobba b'mod partikolari, dak li jkun jispiċċa li minflok ma jagħmel xogħlu kif suppost jirriferi l-biċċa l-kbira tal-pazjenti li jara l-isptar ċentrali.", "Huwa importanti wkoll li wieħed m'għandux jippretendi li għax is-servizz taċ-ċentri tas-saħħa huwa b'xejn, jesiġi li t-tabib taċ-ċentru tas-saħħa jmur fid-dar tal-pazjent, anke meta l-pazjent ikun jiflaħ imur iċ-ċentru tas-saħħa, għaliex meta tabib imur fid-dar tal-pazjent ikun qiegħed jinħela aktar ħin u minflok ma jaqdi tant pazjenti fiċ-ċentru tas-saħħa jkollu jmur għal pazjent wieħed f'dar partikolari.", "Id-dipartiment tas- saħħa xtaq li sabiex tabib jagħmel visti fid-djar irid ikun hemm ċerti kriterji u mhux għal kull ħaġa ta' xejn ikollu jinqala' miċ-ċentru tas- saħħa, imma l-MAM ma qablitx ma' dan.", "Pazjent irid ikollu kondizzjoni li tirrendih inkapaċi li b'ċertu element ta' safety jmur fiċ-ċentru tas-saħħa, u jekk dawn l-affarijiet mhux se ninsistu fuqhom l-istandards f'pajjiżna jistgħu jibqgħu neżlin.", "Ikun aħjar għal pajjiżna, anke politikament, li minflok ma nipprovaw nieħdu vantaġġ politiku minn kwalunkwe ċirkostanza li tinqala', wieħed jipprova jħares lejn il-problema reali kif inhi u naraw kif se nsolvuha.", "Nerġa' ngħid li biex insolvu l-problema ta' nuqqas ta' tobba fiċ-ċentri tas-saħħa, ikun aħjar li l-gvern ikollu inqas ċentri tas- saħħa miftuħin imma dawk li jkunu miftuħin ikunu qegħdin jagħtu servizz ta' standard għoli.", "Sur President, dan l-argument nista' nestendih ukoll fir-rigward ta' l- iskejjel tas-snajja'.", "X'kien qed jiġri fl-iskejjel tas-snajja'?", "Kien qed jiġri li dawk l-istudenti li ma jirnexxux fil-qasam tal-qari u tal-kitba jispiċċaw awtomatikament fl-iskejjel tas-snajja'.", "Dan m'għandux ikun.", "Is- snajja' huma importanti ħafna u li tkun taf sengħa ma jfissirx li inti qiegħed żvantaġġat ma' ħaddieħor.", "Per eżempju, nista' ngħid bla tlaqliq li jiena jiddispjaċini li m'iniex kapaċi nagħmel ċertu xogħol b'idejja.", "Jiena jiddispjaċini li ma kellix l-opportunita', meta kont skola sekondarja, li nkun nista' niżviluppa dawn il-kapaċitajiet.", "Allura huwa importanti li l-gvern ma jħallix l-iskejjel tas-snajja' jkunu s-cinderella ta' l-iskejjel f'pajjiżna.", "Dawn il-forom ta' tagħlim, għal dak li jirrigwarda żvilupp tas-snajja', għandhom ikunu parti mis-sillabu akkademiku fid-diversi skejjel sekondarji, fejn wieħed ikompli jitgħallem jikteb u jaqra u fl-istess ħin ikollu wkoll l-opportunita' li bi standards għoljin jitgħallem iktar is-snajja'.", "Ħadd ma jista' jgħid li l-ħaddiema ta' l-id f'pajjiżna m'humiex kapaċi.", "Il-ħaddiema ta' l-id f'pajjiżna huma kapaċissimi.", "Jiena kultant naħseb li din il-kapaċita' żviluppawha iktar bl- esperjenza tal-ħajja wara li telqu mill-iskola.", "Wieħed ma jistax jiġġeneralizza għaliex proprju l-ġimgħa l-oħra ħadt pjaċir nattendi għall-prize day fl-iskola Lorenzo Manche' fil-Furjana, fejn jattendu diversi żgħażagħ taħt is-16-il sena, li kienu pjuttost poor achievers għal dak li jirrigwarda suġġetti tradizzjonali fejn jidħol qari u kitba, imma li l-biċċa l-kbira tagħhom, jekk mhux kollha, li spiċċaw minn din l-iskola s-sena l-oħra u ġew għall-prize day din is-sena sabu fejn jaħdmu.", "Dan juri li anke l-poor achievers fis-suġġetti akkademiċi tradizzjonali, jekk ikollna skejjel ta' ċertu standard, jistgħu jkunu qed iġorru kapaċitajiet oħrajn li bihom ikunu jistgħu jsibu fejn jaħdmu anke permezz ta' l-iskills li jkunu żviluppaw.", "Huwa importanti li s-snajja' ma jibqgħux jingħataw l-impressjoni li huma xi ħaġa inferjuri bħalma kienu sal- lum.", "Il-ministru ta' l-edukazzjoni għandu kull raġun li jipprova li dan il- mezz ta' tagħlim importanti jtellgħu fl-ogħla livell ħalli l-istudenti kollha jiżviluppaw anke f'dan il-qasam biex b'hekk jgħinu ħalli jkollna aktar standards għoljin.", "Jiena ma rridx nieħu iktar ħin tal-Kamra, imma żgur irrid ngħid li nħossni kburi li dawn it-tip ta' liġijiet qegħdin jgħaddu minn dan il- parlament proprju f'dan iż-żmien meta jiena bħala membru tal-gvern nista' nagħti l-kontribut tiegħi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hemmx aktar rimarki, nistieden lis-Segretarju Parlamentri sabiex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari:) Sur President, jekk wieħed jipprova jiġbor ftit it-tip ta' kritika li saret, forsi wieħed jista' jgħid li l-kelliema kollha ħassew il-ħtieġa li jsemmu l-aspett ta' l- inforzar u l-aspett tal-piżijiet fuq l-industrija, partikolarment l- industrija taż-żgħir.", "Issemmiet ukoll il-mentalita' kolonjali u hawnhekk ovvjament jiżżeffen dejjem l-argument ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena ħadt dawn t-tliet aspetti għaliex b'xi mod jew ieħor huma konnessi mal-liġi, anke jekk indirettament.", "Fil-verita' d-diskorsi kollha li smajna kienu ħafna drabi jittrattaw fuq il-kunċett ta' livelli u kieku konna fuq il-bank ta' l-iskola nagħmlu xi essay nimmaġina li konna nitilfu xi marka jew tnejn ħriġna daqsxejn barra mis-suġġett!", "Jiena għandi nifhem li wieħed ikun tkellem b'dan il-mod għax ma jkunx fehem il-kunċetti li tinkorpora fiha l- liġi u mhux biex jaħli l-ħin tal-Kamra, u għaldaqstant nerġa' mmur lura u ngħid x'qegħdin nipprovaw nagħmlu permezz ta' din il-liġi.", "Sur President, l-ewwel ħaġa ma ninsewx li aħna m'aħniex qegħdin nivvintaw annimal ġdid.", "L-istandardisation authority kienet hemm diġa', kellha funzjonijiet li huma simili ħafna għal dawk li għandha llum, pero' kien hemm difett bażiku f'din il-liġi li għandu x'jaqsam ma' l-aspett tal- volontarjeta' ta' l-istandards.", "Issa kull darba li smajt lil xi ħadd jitkellem dwar standard ħadt l-impressjoni li fil-fatt qed jitkellem dwar livelli, meta fil-verita' d-definizzjoni ta' \"standards\" f'din il-liġi titkellem dwar speċifikazzjoni teknika.", "Ma titkellimx fuq livell bħal meta tgħid li qed tipprova tgħolli l-istandards, kif ngħidu b'lingwa ordinarja.", "Qegħdin nitkellmu dwar speċifikazzjoni teknika li tkun approvata minn korp ta' għemil ta' standards, jiġifieri mit-tip ta' awtorita' kif għandna aħna.", "Meta nitkellmu dwar standards inkunu qed nitkellmu dwar tip ta' speċifikazzjoni teknika li hija approvata minn dan it-tip ta' korp illi mhux bilfors tikkonforma miegħu.", "Hawnhekk jidħol l-aspett tal-volontarjeta' għax m'hemm l-ebda obbligu tal-konformita'.", "It-tliet tipi ta' standards jistgħu jkunu jew standard internazzjonali, jew standard Ewropew jew standard nazzjonali.", "Dawn huma t-tliet tipi ta' standards kontemplati f'din il-liġi.", "Sfortunament mid-diskorsi li saru jidher li assolutament ħadd ma fehem li qegħdin nitkellmu dwar dawn it-tipi ta' standards.", "Sur President, ħafna mill-kelliema li tkellmu, fosthom anke l-Onor.", "Helena Dalli, staqsew xi bżonn għandna li nagħmlu din l-awtorita' meta dawn l-istandards qegħdin hemm diġa' u nistgħu nieħdu ċertifikazzjoni minn xi awtorita' barranija, kif fil-fatt jagħmlu ħafna kumpanniji Maltin.", "Per eżempju, is-Sea Malta hija waħda mill-kumpanniji Maltin li applikat u ħadet l-ISO 9002 - naturalment l-għerf ma jikkonsistix biss f'li tieħu l-ISO imma anke li żżommu! - u huwa veru li hemm diversi kumpanniji li applikaw u ħadu din it-tip ta' ċertifikazzjoni, pero' biex ħadu l-ISO dawn daħlu f'ċertu ammont ta' spejjeż, għax biex iġġib ċertifikazzjoni minn awtorita' barranija trid tapplika barra u trid iġġib awdituri regolarment hawn Malta li jiċċertifikawlek, eċċ. Jiġifieri fil-prattika jekk inti se tagħmel awtorita' lokali li tista' tagħtik tali ċertifikazzjoni, l-ispejjeż se jkunu inqas u ftit jew wisq se jibqgħu hawn Malta, anke minħabba li l- awditjar isir regolarment.", "Jekk aħna naraw x'qegħdin nagħmlu issa nirrealizzaw li fil-verita' dak li hu mistenni li tagħmel l-istandardisation authority huwa li tippubblika u tagħmel tagħha dawk l-istandards li diġa' huma ppublikati fl-Ewropa u anke internazzjonalment.", "Naturalment l-ewwel parti ta' l-eżerċizzju se jkun li tippubblika dawk l-istandards li huma armonizzati, imbagħad wara tgħaddi biex tippubblika standards li huma internazzjonali bħal, per eżempju, l- ISO.", "Quddiemi għandi mazz karti li fihom hemm id-draft ta' l-istandards li se jiġu ppubblikati appena tgħaddi din il-liġi.", "Hemm madwar 4,000 standard li wieħed jista' jagħżel minnhom u joqgħod għalihom u m'għandna għalfejn noqogħdu nwerrwru lil ħadd.", "Aħna x'qegħdin ngħidu, Sur President?", "Aħna qegħdin ngħidu li l-gvern għandu jikkonċerna ruħu prinċipalment fuq l-aspetti ta' safety, per eżempju, u mhux fuq kif tilħaq dak il-livell ta' safety.", "Aħna konna mdorrijin b'sistema ta' standard orders, imma llum tlaqna minnu dak il-kunċett.", "Illum se mmorru għal kunċett li taħt liġi oħra, il-General Product Safety Act, Kap 225, se nsibu dawk l-ordnijiet li huma mandatorji, jiġfieri dawk l-ordnijiet li trid issegwihom bilfors għal raġunijiet ta' saħħa, ta' safety eċċ., pero' kif tilħaq dawk l-ordnijiet hija għażla ta' kull manifattur.", "Għalhekk il-manifattur għandu l- possibbilta' li jagħżel t-triq li tista' twasslu biex jissodisfa dik il- mandatory order.", "Mela l-mandatory orders huma dawk li huma imposti mill- gvern; imbagħad għandek dawk li aħna nsejħulhom voluntary standards, li jikkonċernaw mainly lis-settur ta' l-industrija.", "Allura huwa importanti li niddistingwu bejn standards volontarji, li tikkonċerna ruħha bihom din il- liġi, u l-mandatory orders, li huma standards - biex insejħulhom hekk għax m'huma standards xejn - li jaqgħu taħt liġi kompletament differenti, u għalhekk jiena forsi għedt li d-diskussjoni fil-kuntest ta' din il-liġi kienet xi ftit barra minn lokha.", "Ħalli nagħti eżempju prattiku dwar il-low voltage electrical equipment.", "Aħna kellna mandatory order, f'dan il-każ l-M37, li ħarġet mill- istandardisation authority, li ssostitwiet diversi standards oħra, li kienu l-M 17, l-M 28 u l-M 31.", "Issa dik il-mandatory order kulma tgħid huwa li l- low voltage electrical equipment għandu jkun safe.", "Il-manufacturer meta jiġi biex jagħżel kif se jagħmel a safe low volatage electrical equipment għandu 'l fuq minn elfejn standard minn fejn jagħżel u din hija l-qofol ta' kollox.", "Xogħol l-istandardisation authority huwa li tgħinek biex tagħżel dawk l-istandards u mhux li tinforzahom.", "L-inforzar m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-istandardisation authority u dan huwa aspett li huwa assolutament importanti u huwa għalhekk li hemm distinzjoni netta mal-laboratorju.", "Ix- xogħol tal-laboratorju u dak ta' l-awtorita' huma funzjonijiet kompletament differenti u tajjeb li wieħed iżomm dan quddiem għajnejh.", "L-awtorita' trid tkun f'pożizzjoni li tista' tagħti l-pariri u tiggwida u mhux se tkun hi li tagħmel it-testijiet.", "Sur President, fil-prattika aħna mdorrijin nixtru prodotti bis-CE marking fuqhom.", "Xi jfisser dan is-CE marking?", "Per eżempju, inti tmur f'xi ħanut u tixtri kitla ta' l-elettriku u fuqha jkun hemm is-CE marking.", "Fil-prattika din tfisser li l-manifattur qiegħed minn jeddu jerfa' r-responsabbilta' li qed jikkonforma ma' direttiva għal dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa u sigurta'.", "Ifisser ukoll li huwa ssottometta l-prodott tiegħu għal proċess ta' konformita' ma' standard ippubblikat, li naturalment huwa rikonoxxut minn standardisation body li għażel hu.", "Jiena ma tanx inħobb inġebbed l- eżempji, pero' ħa nagħti eżempju ieħor biex nifhmu l-kunċett.", "Jekk jiena rrid niftaħ ħanut bil-hamburgers nista' minn jeddi niftaħ tali ħanut basta noqgħod għal-liġijiet bażiċi li jimponili d-dipartiment tas-saħħa.", "Jekk nagħżel li jkolli ħanut tipo McDonald's jew Burger King, minn jeddi rrid nagħżel li noqgħod għall-istandards ta' dik id-ditta.", "Hemm tidħol il-volontarjita'.", "M'hemm ħadd li qed jimponili li noqgħod għal dawk il-livelli tad-ditta partikolari, pero' ladarba mbagħad nagħżel li noqgħod għal dawk il-livelli, int bħala konsumatur għandek dritt tippretendi li tmur hemm u ssib dawk l-istandards, għaliex jien qed nirriklama li qed noqgħod għal dawk il-livelli.", "Issa dan bħala eżempju huwa xi ftit imġebbed, pero' qed nużah għaliex kemm meta tkellimt barra mill-parlament kif ukoll mill-maratona ta' diskorsi li assistejt għaliha f'dan il-parlament, irrealizzajt li bħala kunċett m'aħniex qegħdin niftiehmu tajjeb.", "Meta qed ngħid li l-awtorita' mhijiex se tidħol fl-inforzar irrid nagħmel parentesi żgħira għaliex fil-fatt irriżervajt għaliha l-inforzar tal- conformity marking - aħna bħalissa, taħt il-liġi kif inhi l-Malta standardisation authority, għandna r-responsabbilta' ta' l-amministrazzjoni tal-General Product Safety Act, liema responsabbilta', meta niġu biex nemendaw dik il-liġi, se tgħaddi għal fuq dipartiment ieħor - u l-MSA se żżomm ir-responsabbilta' li tinforza l-conformity marking.", "Voldieri dak l- aspett tal-liġi bħas-CE marking stess li fil-fatt ikollu iktar karattru nazzjonali, se jkun responsabbilta' ta' l-MSA.", "Irrid ngħid li l-conformity marking se jiġi applikat għal dawk il-prodotti li għandhom karattru nazzjonali, bħall-bizzilla u l-ġbejniet.", "Il-produtturi ta' dawn l- affarijiet se jitolbu li tinħareġ ċertifikazzjoni mingħand l-awtorita' li l- prodott jikkonforma ma' standard li ovvjament se jkun nazzjonali.", "Fil-każ tal-bizzilla wieħed jista' jaħseb li jkun hemm conformity mark f'conformity mark, biex ikollok ċertifikat li għandek il-bizzilla ta' Malta u mbagħad ikollok ċertifikat li hija bizzilla ta' Malta magħmula Għawdex.", "Allura dik hija tip ta' conformity mark li tista' ssir u nimmaġina li malli min jipproduċi l-bizzilla jifhem l-importanza ta' dan, imur jiġri biex jagħmilha għaliex huwa mod ta' kif tipproteġi l-prodott Malti, kif tipproteġi l-artiġjanat Malti u kif lit-turist tiggarantilu li qed jixtri prodott ġenwin.", "B'dak il-mod tkun qed tiggarantixxi li min jaħdem dak il- prodott qed ikollu aċċess aħjar għas-suq għax fl-aħħar mill-aħħar aħna qegħdin nitkellmu fuq l-aċċess għas-suq.", "Meta tkellimna fuq inforzar kien hawn min ma fehemx l-iskop tal-liġi u wera l-preokkupazzjoni tiegħu li l-liġi ma tinforzax l-istandards.", "Jiena ngħidlu li s-suq se jġiegħlek tikkonforma ma' l-istandards mhux il-liġi.", "Ħa nieħdu eżempju ieħor.", "Per eżempju, id-ditta SKANSKA - kif nafu, din ġiet Malta biex tibni sptar - hija obbligata li tkun konformi ma' l-ISO u meta ġew biex jagħmlu s-subcontracting riedu jfittxu subcontractors li huma konformi bl-istess mod.", "Billi ma kienx hawn kuntratturi li kienu attwalment konformi b'dak il-mod, kellhom jaraw kif jagħmlu biex jaġġornaw is-sistemi tagħhom biex ikunu jistgħu japplikaw, kif fil-fatt għamlu, u akkwistaw dak it-tip ta' rikonoxximent.", "Qed ngħid dan biex nuri li l- kuntratturi li għandna m'għandhomx iħarsu biss lejn xtutna imma għandhom anke jħarsu barra, u meta tiġi biex tħares barra dan huwa assolutament neċessarju.", "Ma jistax kuntrattur jgħid li hu kuntrattur tajjeb għax, per eżempju, bena ħafna flats f'Buġibba!", "Mhux dak il-kriterju li jiġi mfittex meta tiġi biex taħdem ma' kumpanniji ikbar u għal kuntratti ikbar imma t- tip ta' audit li jiġi ma' dawn it-tip ta' ċertifikazzjoni.", "Għalhekk dan l- aspett tal-volontarjeta' huwa aspett bażiku meta niġu biex noħorġu differenza bejn il-liġi l-antika, li qegħdin nibdlu llum, u l-liġi l-ġdida.", "Differenza oħra hija għal dak li għandu x'jaqsam mal-possibbilta' li l- pajjiż jissieħeb b'mod sħiħ f'organizzazzjonijiet internazzjonali, anke bħal dawn li semmejna, l-ISO, l-IEC, is-SEN, is-SENELEC u l-ETSI.", "Din hija xi ħaġa li sal-lum ma kenitx possibbli, anke minħabba raġunijiet biex ngħidulhom hekk tekniċi.", "Kif għedna, biex jiġi fformulat standard hemm involuti spejjeż ta' expertise, spejjeż kbar li żgur pajjiżna ma jistax ilaħħaq magħhom.", "U allura naturalment kemm-il darba wieħed ikun assoċjat b'xi mod ma' dawn l-għaqdiet, ikun l-ewwel ħaġa qed jipparteċipa mill- bidunett fil-formolazzjoni ta' standards ġodda, standards internazzjonali li lilna se jolqtuna, irridu u ma rridux, u allura li wieħed ikun madwar l- istess mejda waqt li qed jiġu fformolati dawn l-istandards huwa vantaġġ, speċjalment jekk huwa tip ta' standard li lilna se jaffetwana.", "Huwa importanti li tkun tista' ssemma leħnek għax jista' jkollok argumenti li huma tajbin li bihom tinfluwenza lill-pajjiżi ferm ikbar minnek meta tiġi biex tifformola standards, u meta niġu għal ċertu tip ta' standards li qegħdin fi stadju ta' żvilupp bħal, per eżempju, fil-qasam tat-turiżmu, ta' l-E-commerce jew ta' l-IT, affarijiet li jolqtuna b'mod dirett, tajjeb li wieħed ikun jista' jipparteċipa fihom mill-bidunett.", "Differenza oħra li toħroġ mil-liġi hija d-distinzjoni li qed issir bejn il-proċess ta' l-istandardisation, jiġifieri l-pubblikazzjoni ta' standards volontarji, u attivitajiet oħra.", "Ngħid attivitajiet oħra għaliex l- istandardisation authority mhux biss tippubblika l-istandards imma tagħti pariri tekniċi lill-gvern, meta jiġi biex jagħmel regolamenti, u lill- entitajiet pubbliċi u privati.", "Se tagħmel akkreditazzjoni, jiġifieri tagħti rikonoxximent ta' ċertifikati ta' laboratorji eċċ., u tagħmel ċertifikazzjoni ta' prodotti, kumpanniji u persuni ma' standards volontarji u se tagħmel ukoll dak li hu magħruf bħala s-servizz tal-metroloġija, ix- xjenza tal-kejl.", "Jiena xtaqt forsi nispjega anke kif tista' tiġi organizzata l-awtorita'.", "Ma nafx huwiex il-post, pero' naħseb illi tajjeb li wieħed jifhem illi l- awtorita' se tinkorpora fiha diversi direttorati tekniċi li se jkunu responsabbli miċ-ċertifikazzjoni, mill-metroloġija, mill-istandardisation u min-notifiki li mbagħad ikollhom numru ta' technical committees li jaqgħu taħthom.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu niddistingwu l-awtorita' tagħna minn awtoritajiet oħra barra minn Malta, għax per eżempju, il-BSI, l-UNI u d-DIN ħafna drabi jkunu biss dar ta' pubblikazzjoni ta' standards jew kumpanniji kummerċjali ta' ċertifikazzjoni.", "Fil-fatt naħseb illi l-iktar li jagħmlu flus, għaliex ħafna minnhom ikunu self-supporting, huwa miċ- ċertifikazzjoni.", "Fil-każ tagħna aħna għażilna mudell li huwa kompletament indiġenu, kompletament oriġinali, li mhuwiex rifless fl-ebda pajjiż fid- dinja.", "B'daqshekk ma jfissirx li huwa tajjeb, għax ovvjament jista' jkun li l- esperiment ma jkunx tajjeb, pero' naħseb sar b'ħafna ħsieb u l-iskop huwa li niġbru ċerti funzjonijiet taħt l-istandardisation authority liema funzjonijiet f'pajjiżi oħra jsiru minn ħaddieħor.", "Dan qed ngħidu anke b'reazzjoni, ftit jew wisq, għall-kritika li saret illi qed noħolqu ħafna awtoritajiet u ħafna sparpaljar ta' riżorsi.", "Huwa proprju l-kontra.", "L- iskop ta' l-awtorita' ta' l-istandardisation huwa li tinkorpora fiha aspetti oħra biex, sa ċertu punt, tkun qed tikkordina funzjonijiet differenti.", "L-aspett ta' l-inforzar li se jsir mis-surveillance committee, li se jitwaqqaf, mhux se jkun immexxi mill-MSA.", "Hemm nisġa ta' entitajiet li se jagħtu sehemhom f'dan l-aspett tal-liġijiet tagħna, fosthom il- laboratorju, id-dipartiment tal-konsumatur u diversi dipartimenti oħra, bħal, per eżempju, l-agrikoltura, is-saħħa, it-trasport u l-komunikazzjoni li kollha se jkunu involuti f'din in-nisġa ta' l-awtorita'.", "Aspett ieħor li huwa differenti mil-liġi l-antika huwa dak li għandu x'jaqsam mal-pubblikazzjoni ta' standards bl-Ingliż.", "Kien hemm xi ftit kritika fuq dan ukoll.", "Meta aħna ngħidu se jiġu ppubblikati bl-Ingliż qed nitkellmu biss fuq it-titoli, u għalhekk jien għamilt riferenza għal dan id- dokument għax dan jirriferi, biss għat-titoli - għax jekk hija problema li tippubblika t-titoli b'żewġ lingwi, aħseb u ara kemm kienet tkun problema kieku kellna nippubblikaw l-istandard innifsu b'żewġ lingwi - pero' kwalunkwe regolament ieħor se jiġi ppubblikat bil-Malti wkoll b'mod normali.", "Meta wieħed iqis l-ammont enormi ta' standards li l-awtorita' qed tipprepara sabiex tadotta fix-xhur li ġejjin - nikkalkolaw li jeċċedu l- 15,000 - irid jieħu in konsiderazzjoni ukoll l-aspett tad-diffikulta' teknika li hemm biex tittraduċi.", "Anke meta ġejna biex nagħżlu t-titolu ħassejt li hemm diffikulta' fit-traduzzjoni u għadni m'iniex kuntent s'issa u għadni qed nispera li jqum xi ħadd u jikkritikah u forsi jipprovokani biex inbiddlu.", "Jiena ngħid li l-iskop huwa li ngħinu lill-industrija tagħna anke biex tħares 'il barra minn xtutna u m'għandux ikun hemm diffikulta' li t-titoli ta' l-istandards pubblikati jsiru bl-Ingliż biss.", "Din il-miżura ovvjament se tħaffef immens il-proċess ta' l-adozzjoni ta' dawn l-istandards u nassiguraw li l-manufattur Malti jkun jista' jirreferi b'mod formali għal dawk internazzjonali fl-istess ħin mal-manufatturi barranin li qed jagħmlu l-istess ħaġa.", "Differenza oħra hija li d-dikjarazzjoni falza tal- konformita' ma' xi standards volontarji issa se titqies bħala reat taħt it- Trade Descriptions Act.", "Kif għedna, qed indaħħlu l-kunċett ta' marka ta' konformita' ma' standards volontarji u għedna wkoll li din hija l-unika area fejn l-MSA żammet ċertu rwol ta' inforzar taħt din il-liġi.", "L-Onor.", "Coleiro semmiet xi standards dwar servizzi.", "Din hija area ġdida madwar id-dinja u qed nistennew żviluppi kbar fis-snin li ġejjin minkejja d- diffikulta' li teżisti biex wieħed ikejjel dawn l-istandards.", "L-ISO 9000, per eżempju, tista' faċilment tiġi applikata għal diversi servizzi fit- turiżmu u l-kostruzzjoni eċċ. L-istess nista' ngħid għal standards li huma ta' natura ambjentali, bħalma huma l-ISO 14000 u l-E.com management orders scheme.", "L-Onor.", "Farrugia semma l-istandards fl-agrikoltura.", "Kif għidna d- dipartiment ta' l-agrikoltura huwa rappreżentat mid-direttur fuq il-kunsill u jkun jista' jagħti sehmu wkoll.", "Kritika oħra kienet dwar l-għajnuna għall-industriji ż-żgħar.", "Issa l- funzjoni ewlenija ta' l-MSA se tkun li tgħin lill-imprenditur Malti sabiex jagħraf l-importanza ta' l-istandards u jibda jużahom.", "Għalhekk, kif rajna, prattikament kull forma ta' inforzar tneħħa mill-MSA biex tkun f'pożizzjoni aħjar li żżiomm ir-rwol ta' xi ħadd li jagħti l-pariri.", "Se jitwaqqaf ukoll id-direttorat taċ-ċertifikazzjoni li se jkun indirizzat l-aktar lejn kumpanniji u negozji żgħar li naħseb se jsibu hawnhekk vantaġġi kbar.", "Fl-aħħar nett nixtieq nirriferi għal xi kritika li saret mill-Onor.", "George Vella, b'riferenza għal dak li hemm fl-NPAA, u xtaqt niġbidlu l- attenzjoni għall-fatt illi dak li jidher fl-NPAA prattikament kollu jaqa' taħt Kap. 225 tal-Liġijiet ta' Malta u m'għandu x'jaqsam totalment xejn ma' l-istandardisation authority.", "Voldieri ma naħsibx li hemmhekk għandu jkollna diffikulta'.", "Li nistgħu ngħidu f'dan il-kuntest hu li Malta qiegħda taħdem flimkien ma' pajjiżi oħra kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea biex malajr kemm jista' jkun ikollna aċċess sħiħ għas-sistema ta' notifikazzjoni u informazzjoni dwar prodotti perikolużi u qed ngħid dan fil- kuntest tal-General Product Safety Act.", "Hemm sistema msejħa RAPEX - rapid exchange of information - li bħalissa hija limitata għal pajjiżi membri, pero' nisperaw li dalwaqt inkunu nistgħu nipparteċipaw f'sistema parallela li jgħidulha TRAPEX - temporary rapid exchange of information - u b'dan il- mod inkunu nistgħu nevitaw ħafna ittestjar ta' prodotti, xogħol li jirrikjedi ħafna flus u riżorsi umani u b'hekk wieħed ikun jista' japprezza aħjar il-vantaġġi ta' din il-liġi li tagħti l-possibbilta' lill-MSA li tipparteċipa anke f'dawn il-fora.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex iħassar u jilleġisla mill-ġdid b'emendi l-Att dwar l- Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards'' ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI", "MERCHANT SHIPPING (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.''.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Sur President, għandna quddiemna għad-diskussjoni emendi għall-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.", "Ngħid mill-ewwel li dan l- abbozz ta' liġi ilu jiġi ppreparat numru ta' snin, anke jekk forsi mhux fil- forma preċiża ta' dak li għandna quddiemna.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li wara li jgħaddi mill-parlament se jkompli jħalli effett pożittiv fuq ir- reġistru tal-vapuri merkantili għax fir-realta' se jifformalizza numru ta' inizjattivi.", "Fil-fatt l-awtorita' marittima diġa' qiegħda twettaq numru ta' inizjattivi li se jkunu fis-seħħ wara li tgħaddi din il-liġi.", "Sejrin ukoll nifformalizzaw numru ta' sistemi li fil-fatt l-awtorita' marittima, permezz tad-direttorat marbut mal-qasam tar-reġistrazzjoni tal-vapuri, diġa' pprattikat fiż-żmien li għadda.", "Forsi wieħed jistaqsi: Allura jekk diġa' hemm numru ta' affarijiet li qegħdin jiġu pprattikati fil-ħajja ta' kuljum, x'inhi r-raġuni li qegħdin inressqu numru ta' emendi marbutin ma' din il- liġi?", "Jiena ngħid li l-għan ta' dawn l-emendi huwa biex fir-realta' nagħmlu analisi iktar dettaljata dwar x'inhuma l-funzjonijiet tal-qasam marittimu għax qegħdin inħossu li l-leġislazzjoni f'dan il-qasam għandha tiġi updated, imġedda u f'ċerti aspetti tagħha anke emendata.", "Mr Speaker, nistgħu ngħidu li l-Att prinċipali għadda minn dan il- parlament fl-1973 u mbagħad kien emendat tliet darbiet f'perijodu pjuttost qasir - fl-1986, fl-1988 u fl-1990 - iżda minn dak iż-żmien sal-lum ma reġax intmess.", "Dan ma jfissirx li bejn l-1990 u llum ma kienx hemm bidliet fis-sistemi li bihom taħdem l-awtorita' marittima, u lanqas li matul dan il- perijodu ma nħassitx il-ħtieġa li jkun hemm bidliet fil-leġislazzjoni.", "Issa wasal iż-żmien li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi nkomplu npoġġu fil- prattika u nqiegħdu fuq bażi iktar soda dak li sar matul iż-żmien li għadda u nieħdu l-opportunita' li nagħmlu l-emendi neċessarji biex affarijiet li żviluppaw fil-qasam marittimu matul dan il-perijodu ndaħħluhom f'din il- liġi biex b'hekk inkunu qed naġġornaw il-leġislazzjoni marbuta ma' dan is- settur tant importanti għal pajjiżna.", "Mr Speaker, matul dawn l-aħħar għaxar snin l-awtorita' marittima ma kenitx qiegħda wieqfa fil-ħidma tagħha, anzi nista' ngħid li matul dan il- perijodu l-awtorita' kienet għaddejja b'bidliet kontinwi f'dak li huwa reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija.", "Permezz ta' tibdil kontinwu - u grazzi għax-xogħol tad-diversi persuni li ħadmu fl-istess awtorita' kif ukoll għax-xogħol tad-diversi persuni li kienu responsabbli fil-livell politiku matul dan il-perijodu - wasalna f'pożizzjoni biex illum, f'dak li għandu x'jaqsam ma' reġistrazzjoni ta' vapuri bħala Flag State, ninsabu fir-raba' pożizzjoni.", "Naturalment mhuwiex biżżejjed li nitkellmu fuq il-pożizzjoni li rnexxielna nakkwistaw u lanqas huwa biżżejjed li nitkellmu fuq l-ammont sostanzjali ta' tunnellaġġ li żdied, f'dik li hija reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija, imma huwa importanti wkoll li nidħlu fid-dettall tad-diversi operazzjonijiet li għamlet l-awtorita' marittima - u se jkollna ċ-ċans li nidħlu fid-dettall - biex setgħet tiġi assigurata bl-aħjar mod possibbli l-pożizzjoni ta' pajjiżna f'dak li huwa reġistrazzjoni ta' vapuri.", "B'dawn l-operazzjonijiet li l-awtorita' marittima għamlet matul dan iż- żmien qed ikompli jiġi garantit li l-kondizzjonijiet li jiġu imposti mill- istess awtorita' f'dak li jirrigwarda reġistrazzjoni ta' vapuri jkunu l- iktar kondizzjonijiet rigorużi li wieħed jista' japplika.", "Mr Speaker, ikolli ngħid li hija ħasra li ftit li xejn ikollna ċans li nitkelmu dwar dan is-settur.", "Ftit huma dawk in-nies li jafu x'inhuma l- funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' din l-awtorita'.", "Ftit huma dawk li jafu kemm hu serju x-xogħol li wettqet l-awtorita' matul iż-żmien li għadda.", "Dan huwa xogħol li sar mingħajr ebda daqq ta' trombi u jista' jkun li dan wassal li ma jkunx hawn informazzjoni biżżejjed dwar dan is-suġġett li hu tant importanti għall-ekonomija u l-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Jekk wieħed jipprova jagħmel riċerka dwar kemm mill-1990 sal-lum kien hemm diskussjoni fost il-pubbliku u fuq id-diversi mezzi ta' komunikazzjoni li għandna dwar dan is-suġġett ftit li xejn isib materjal.", "Id-diskussjoni fuq dan is-suġġett tqanqlet meta seħħ l-inċident tal-vapur Erika, liema vapur kien reġistrat taħt il-bandiera Maltija.", "Ara fuq dan il-każ kien hemm diskussjoni kbira kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn pajjiżna.", "Dan l- inċident wassal biex fl-aħħar ħames xhur kellha diskussjoni li ma kenitx waħda fl-ambitu ta' kemm hu importanti dan is-settur u kemm sar xogħol f'dan il-qasam matul is-snin li għaddew, imma sfortunatament kienet diskussjoni li tkaxkret f'direzzjoni negattiva.", "Kulħadd jiftakar ix-xejra li ħadet dik id-diskussjoni.", "Kieku wieħed poġġa din id-diskussjoni fil- perspettiva reali tax-xogħol li sar matul iż-żmien li għadda mill- awtorita', konna nistgħu naslu għal dibattitu ferm iktar utli dwar il- konsegwenzi li ħalla dan l-istess inċident.", "Qed ngħid dan mhux biex b'xi mod naħarbu minn xi responsabbiltajiet li seta' kellna - għax aħna m'għandniex naħarbu minn xi doveri internazzjonali li għandna - imma biex sempliċement nuri li d-diskussjoni dwar dan l-inċident messha ħadet xejra oħra.", "Mr Speaker, l-awtorita' marittima trid tassigura li fiż-żmien li ġej timplimenta l-konvenzjonijiet internazzjonali ta' l-international maritime organisation u ddaħħal fis-seħħ numru ta' konvenzjonijiet li forsi sal-lum għadhom mhumiex parti mill-istruttura legali ta' pajjiżna, pero' li ħafna minnhom l-istess awtorita' kienet diġa' qed timplimenta.", "Jiena konvint li l-miżuri li ħadet u li se tkompli tieħu l-awtorita' marittima għaż-żmien li ġej huma miżuri li permezz tagħhom, filwaqt li nissalvagwardaw il- pożizzjoni tagħna bħala Stat li għandu importanza kbira fil-qasam marittimu, fl-istess ħin irridu nkunu ċerti li nżommu l-pożizzjoni li akkwistajna f'dak li huwa reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija, mingħajr bl-ebda mod ma nnaqqsu r-responsabbiltajiet tagħna.", "L- emendi li għandna quddiemna se jpoġġu lill-awtorita' f'pożizzjoni li jkun jista' jifhimha kulħadd u jiena konvint li dan se jwassal biex id-dibattitu dwar dan is-suġġett minflok imur at a tangent, bħalma ġara fix-xhur li għaddew, jikkonċentra fuq il-vera attivita' li tkun qed isseħħ f'dan is- settur.", "Mr Speaker, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se ndaħħlu fis-seħħ konvenzjoni ta' importanza kbira li tittratta dwar il-kondizzjonijiet tax- xogħol tal-persuni li jaħdmu fuq il-vapuri merkantili.", "Qed nirriferi għall- konvenzjoni 147 ta' l-international labour organization, liema konvenzjoni, matul ix-xhur li għaddew kelli l-okkażjoni niddiskutiha ma' l-ITF, l- organizzazzjoni internazzjonali li tirrappreżenta dan is-settur fuq livell internazzjonali.", "Permezz tal-fatt li din il-konvenzjoni se tiġi integrata fil-leġislazzjoni ta' pajjiżna mhux biss se nkomplu nuru li aħna mexjin fid- direzzjoni t-tajba, imma wkoll li aħna nieħdu bis-serjeta' dak li jirrigwarda l-impjiegi tal-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam marittimu.", "Irridu nassiguraw ukoll li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu fuq dawn il-bastimenti jkunu l-ħin kollu mħarsa u aġġornati skond il- bżonnijiet li jkun hemm minn żmien għall-ieħor.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l- emendi li għandna quddiemna se jwasslu biex possibbilment numru ta' konvenzjonijiet oħra li huma marbutin mal-qasam marittimu u li kif għedt qabel huma diġa' pprattikati mill-awtorita' marittima fix-xogħol li tagħmel fil-ħajja ta' kuljum, ikunu parti integrali mil-leġislazzjoni tagħna.", "Mr Speaker, meta dan l-abbozz isir liġi pajjiżna se jkun f'qagħda li jirrikonoxxi li jistgħu jiġu mwaqqfa diversi shipping organisations u jipprovdi l-mekkaniżmu neċessarju f'dik li hija regolamentazzjoni.", "B'dan il- mod inkunu qed nagħtu l-possibbilta' li jiżdiedu l-opportunitajiet fl- industrija tax-shipping.", "Ninsabu f'mument fejn irridu nħarsu lejn iż-żmien li ġej b'entużjażmu biex il-leġislazzjoni tagħna tkun ukoll geared għall- ħteġijiet ġodda.", "Jiena konvint li l-awtorita' marittima se jkollha r- responsabbiltajiet ġodda tagħha f'dak li huwa l-qasam marittimu.", "Għandna organizzazzjoni li diġa' tat prova li hija kapaċi terfa' r- responsabbiltajiet tagħha u organizzazzjoni li kienet il-ħin kollu qiegħda tipprova tasal għall-bidliet neċessarji.", "Fir-realta' dan l-abbozz ta' liġi se jagħti l-opportunita' lil dawk l-organizzazzjonijiet li għandhom il- vapuri tagħhom reġistrati taħt il-bandiera Maltija li jkunu f'qagħda li jistgħu jgħidu, bl-iktar mod ċar, li huma għandhom il-vapuri tagħhom reġistrati taħt organizzazzjoni serja.", "Mill-banda l-oħra l-awtorita' se tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha u tagħti iktar direzzjoni f'dak li huwa xogħol u f'dak kollu li huwa meħtieġ għal dan is-settur tant importanti.", "MR SPEAKER: Ministru, ippermettili nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, 31 ta' Mejju, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, se nitkellem fuq il-bżonn ta' tibdil u titjib tas-sistema edukattiva biex ikollna iżjed tfal li jirnexxu u biex dawk li jirnexxu, jirnexxu aħjar milli qed jirnexxu.", "Nimmaġinaw ftit kieku waqt ħarġa ta' klassi ta' xi skola ħdejn il-baħar jegħreq student, ara kif il-ġurnali u l-mezzi tax-xandir ta' l-għada jew ta' dakinhar stess jimlew l- aħbarijiet b'din it-traġedja umana!", "Aħseb u ara kieku jinżlu jgħumu f'bajja it-72,645 student li għandna f'pajjiżna fl-età ta' bejn tlieta u 16- il sena u nsibu li ħafna minnhom qed jegħrqu u ma tgħallmux jgħumu minn età żgħira!", "Din it-traġedja qed tiġri f'pajjiżna però rari tiġi rrapportata mill-ġurnali, rari tiġi rrapportata mill-mezzi tax-xandir u rari nitkellmu dwarha.", "Dawn it-tfal m'humiex qed jegħrqu waħedhom u tajjeb li l-gvern jistaqsi lilu nnifsu x'responsabbiltà qed ikollu biex flok isalvahom jgħaddashom iżjed 'l isfel.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jekk nanalizzaw ftit in-nefqa ta' l-edukazzjoni din is-sena, insibu li l- gvern minflok qed jonfoq iżjed fuq is-sistema edukattiva governattiva għal dak is-settur ta' bejn 3 u 16-il sena qed inaqqas in-nefqa.", "Mhux se nagħmel paragun bejn x'kien jonfoq il-gvern Laburista u x'qed jonfoq issa l- gvern Nazzjonalista, imma se nitkellem fuq dak li qed jitlob il-ministeru ta' l-edukazzjoni stess u mbagħad x'jagħtih il-gvern.", "Għal din is-sena l- ministeru ta' l-edukazzjoni talab li jkollu Lm3.9 miljun għall-bini ta' l- iskejjel imma l-gvern tah Lm2.6 miljun biss.", "Għall-manutenzjoni ta' l- iskejjel il-ministeru ta' l-edukazzjoni talab Lm850,000 u ħa biss Lm750,000.", "Għall-computers u s-sistema ta' l-informatika l-ministeru ta' l- edukazzjoni talab Lm1.2 miljun u ngħata biss Lm1 miljun.", "Għat-tagħmir fl- iskejjel talab Lm1.2 miljun u l-gvern tah biss Lm0.5 miljun.", "Jiġifieri l- bżonnijiet huma kbar, il-bżonnijiet biex nimmodernizzaw l-iskejjel tagħna qed jikbru, imma l-gvern qed inaqqas in-nefqa tiegħu.", "Infakkar biss li fid-diskors tal-budget f'Novembru li għadda l-ministru tal-finanzi kien qal dan il-kliem, u nikkwota testwalment:", "\"Hemm lok kbir biex nikkontrollaw aħjar l-ispiża fl-iskejjel tal- gvern.\"", "Fid-diskors tiegħu semma n-nefqa fuq l-iskejjel tas-snajja' u dan il-qasam pinġieh bħala wieħed li qed iberbaq il-flus u li n-nefqa fuq l-iskejjel tas- snajja' hija esaġerata.", "Qal li għal kull seba' studenti hemm għalliem u kull student jiswa lill-gvern Lm720 fis-sena, però ma ssemmiex li din il- medja taħbi dak li jgħidlu rapport li sar għalih is-sena li għaddiet.", "Per eżempju, dan ir-rapport jgħid li fl-iskola tal-bini Ġilormu Cassar li fiha 165 student u staff ta' 89, kull student jiswa Lm2,341 kull sena, iżda f'Umberto Calosso fejn hemm 999 student jintnefqu biss Lm575 fuq kull student, ftit iżjed mill-Lm540 li jiswa lill-gvern kull student tal-knisja li l-ministru semmiehom bħala mudell tan-nefqa.", "Għalhekk jiena ngħid li m'hijiex kumbinazzjoni li se jibdew jittieħdu l-passi biex jibdew jingħalqu l-iskejjel tas-snajja'.", "Dan qed isir biex jiffranka l-flus minn fuq dahar it-tfal u ż-żgħażagħ li l-aktar għandhom bżonn.", "Jekk inħarsu lejn il-pajjiżi bl-aqwa żvilupp ekonomiku, pajjiżi bħal Singapore u l-Ġappun, insibu li l-aktar li mxew 'il quddiem u għandhom żvilupp ekonomiku qawwi huma dawk li investew l-iżjed fl-edukazzjoni primarja u sekondarja.", "Aħna għandna bżonn sforzi kbar biex intejbu l- edukazzjoni fl-età ta' bejn tlieta u 16-il sena.", "Għandna bżonn li nsaħħu ħafna s-sistema edukattiva li tagħmel differenza lit-tfal li jmorru fl- iskejjel tagħna, għax jien nistaqsi: Xi bravura hi li teduka lil min jinsab f'pożizzjoni tajba li jiġi edukat għax ġej minn familja fejn diġà hemm kultura tal-kotba, kultura tal-qari?", "Il-bravura hi li teduka lil min ġej minn ambjent diffiċli u li l-iskejjel tal-gvern ma jagħlqu l-bieb lil ħadd.", "Hawnhekk nixtieq insellem lill-għalliema, lill-assistenti kapijiet, lill- kapijiet u dawk l-uffiċjali fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li qed jaħdmu fl-aktar settur iebes ta' l-edukazzjoni, fejn imorru żewġ terzi tat-tfal fl- età ta' bejn tlieta u 16-il sena.", "Wara kollox l-iskejjel tal-gvern ma jagħlqu l-bieb lil ħadd, fihom insibu tfal b'ħiliet differenti, iżjed minn skejjel ta' setturi oħra.", "Irrid insellem lil min jaħdem fihom u jamministrahom għax naf li ħafna drabi jaħdmu f'ambjent diffiċli, jaħdmu u jaqdfu kontra l-kurrent, imma huma ddedikati biex jagħmlu differenza lit- tfal li jkunu fdati lilhom.", "Kif diġà għedt iktar kmieni, dawn qed jingħataw inqas flus u riżorsi milli jitolbu.", "Għalkemm se nikkonċentra fuq dak li għandu jsir fl- iskejjel tal-gvern, bl-ebda mod rrid nagħti jew inkompli nsaħħaħ il- preġudizzju li għandna kollox ħażin fl-iskejjel tal-gvern u kollox tajjeb fl-iskejjel tal-knisja u fl-iskejjel privati.", "Ir-realtà żgur li m'hijiex dik, hemm affarijiet tajbin, hemm affarijiet bi problemi fis-settur ta' l- iskejjel tal-gvern, kif hemm affarijiet tajbin u aspetti diffiċli u problemi fl-iskejjel tal-knisja u fl-iskejjel privati.", "Dawk li jaħdmu fost ħafna diffikultajiet fl-iskejjel tal-gvern sfortunatament minflok il-prosit u l-grazzi ħadu l-kritika fl-aħħar budget li qed jaħlu l-flus u li huma piż kbir fuq in-nefqa tal-gvern.", "Infakkar li fl-iskejjel primarji tal-gvern għandna jattendu 21,965 tifel u tifla.", "Tajjeb li ngħidu li minn rapporti tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni stess jirriżulta li 25% minnhom għandhom problemi u diffikultajiet fl- Ingliż, fil-Malti u fil-matematika.", "Irridu nistaqsu wkoll - għaliex huwa qasam importanti ħafna - x'qed jiġri fl-informatika, fl-użu tal-computers fl-iskejjel primarji?", "Qed nieħdu dak kollu li nistgħu nieħdu mill- computers fil-primarja, peress li lill-għalliema ma ħarriġnihomx biżżejjed, peress li m'hemmx sistema ta' appoġġ biex tara li tiżviluppa l- użu ta' l-informatika fl-edukazzjoni tagħna?", "Dawn il-kwart tat-tfal bi problemi u diffikultajiet fl-Ingliż, fil-Malti u fil-matematika jagħmlu progress meta jingħataw għajnuna fl-età ta' seba' snin fit-tieni klassi tal-primarja.", "Iżda l-għajnuna qed tingħata biss f'dik il-klassi, fit-tieni sena, u fit-tielet, fir-raba', fil-ħames u fis- sitt sena m'hijiex qed tingħata għajnuna u t-tfal jerġgħu jmorru lura.", "X'jiġri?", "Wara ħames jew sebgħa snin fi skola bejn tal-kindergarten u l- primarja nsibu li 20% minnhom lanqas biss jitressqu għall-eżami tal-junior lyceum.", "Minn 80% li jersqu jgħaddu biss in-nofs.", "Dan ifisser li 60% tat- tfal fl-età ta' għaxar snin ikunu diġà ddikjarati li fallew u fl-età daqshekk tenera ta' 10 u 11-il sena jingħalqulhom diġà ħafna oportunitajiet.", "Is-sistema tagħna taħdem b'mod li dawk li ma jgħaddux mill-eżami tal- Junior Lyceum jew li lanqas biss jersqu u jġibu inqas minn 15-il marka jmorru f'ċertu saff ta' skejjel sekondarji.", "B'kollox hemmhekk għandna 1,190 student.", "Jekk iġibu iżjed minn 15-il marka f'kull suġġett imorru fl- iskejjel sekondarji fejn għandna 8,080 student, ma' dawk s'intendi li m'għaddewx għall-junior lyceum.", "Insibu li f'ħafna minnhom tkun nieqsa l- ħila bażika tal-kitba, tal-qari, tat-tħaddim tan-numri u tal-computer.", "Għalhekk ma neħduhiex bi kbira li fil-qasam sekondarju nsibu assenteiżmu nkwetanti li għandu jħassibna u għandu jwassalna biex nieħdu passi ħalli naraw x'inhi din il-problema u x'għandna nagħmlu dwarha.", "Bejn wieħed u ieħor il-medja ta' l-assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji tagħna fost is- subien hija ta' 16%, fost il-bniet ta' 17% u f'tas-snajja' 18%, però din il- medja taħbi varjetà bejn skola u oħra.", "Per eżempju, f'uħud mill-iskejjel sekondarji tas-subien hemm waqtiet li jkunu xhur sħaħ fejn ir-rata ta' assenteiżmu tkun ta' 17%, 25%, 35% u 27%.", "Infakkar li wara li għalqu l-iskejjel tas-snajja' tal-bniet - għax dak li se jiġri issa b'tas-subien kellna diġà l-eżempju tiegħu fis-snin li għaddew u missna tgħallimna minn dak li ġara dakinhar - bla ma nbiddlu l-iskejjel sekondarji li bdew iżommuhom, wieħed mill-effetti kien li żdied l- assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji tal-bniet.", "Illum għandna skejjel sekondarji tal-bniet fejn l-assenteiżmu - u hawnhekk insemmi l-ogħla rati - jvarja minn 13%, 22% u anke 23%.", "Allura għandna problemi serji kemm fl- iskejjel tas-snajja' fejn għandna 1,320 student, fejn l-assenteiżmu jvarja wkoll bejn 16% u 19%, kif ukoll għandna problemi fl-iskejjel sekondarji.", "Mr Speaker, jekk irridu ntejbu u niftħu opportunitajiet ġodda għall- adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna jridu jinbidlu t-tnejn, kemm l-iskejjel tas- snajja' kif ukoll l-iskejjel sekondarji.", "Ma nistgħux nistennew li jagħlqu s-16-il sena dawn l-adoloxxenti biex nerġgħu nagħtuhom it-tieni opportunità jedukaw ruħhom, opportunità li għal xi raġuni jew oħra jkunu tilfu meta kienu fil-primarja jew fis-sekondarja.", "Jien ngħid li għandna bżonn nagħmlu bidliet fis-sillabu, fis-suġġetti, fil-metodu tat-tagħlim u r-rabta bejn is- suġġetti kollha.", "Hemm bżonn li jkunu iżjed prattiċi u jagħmlu sens suġġett ma' ieħor, hemm bżonn sħubija bejn l-iskejjel u l-oqsma tax-xogħol biex iċ- ċertifikazzjoni li jingħataw l-istudenti meta jkunu qed jattendu l-iskola tiġi rikonoxxuta meta jmorru jfittxu x-xogħol.", "Skond rapport li għandu l-ministeru ta' l-edukazzjoni stess insibu li fl- iskejjel tas-snajja' 70% mill-1,320 student isibu s-suġġetti diffiċli wisq u kkumplikati.", "Issa se jinżammu fl-iskejjel sekondarji fejn is-suġġetti huma iżjed diffiċli u astratti.", "Fl-iskejjel sekondarji ħafna mill- istudenti jġibu marki baxxi fis-suġġetti kollha u ma jgħaddux.", "Qed nikkwota rapport li sar mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni stess fejn f'ħafna mis-suġġetti ħafna mill-istudenti fl-iskejjel sekondarji jġibu marki li jvarjaw bejn 30 u 40.", "Qed ngħid dan kollu biex nuri li dawn l-iskejjel sekondarji fihom problemi daqs u kultant anke iżjed mill-iskejjel tas- snajja' u dawn il-problemi jridu jiġu ffaċċati u rridu nsibu soluzzjonijiet għalihom.", "Mhux faċli imma rridu nsibu soluzzjonijiet għalihom għax il- futur ta' eluf ta' żgħażagħ tagħna, il-futur ta' pajjiżna jiddependi ħafna milli jkollna edukazzjoni qawwija u tajba fil-kindergarten, fil-primarja u fis-sekondarja.", "Minn issa sa Ottubru li ġej m'hemmx ċans li tbiddel u tadatta l-iskejjel sekondarji għal dawn l-adoloxxenti li l-iskola kif inhi timbuttahom.", "L-aktar reazzjoni faċli hija li ngħidu li dawn l-adoloxxenti m'humiex tajbin għall-iskola.", "Iżda jekk aħna serji mhux hekk għandna ngħidu, għandna ngħidu bil-maqlub, li l-iskejjel kif inhuma m'humiex adattati għal dawn l-adoloxxenti.", "U l-akbar sfida li għandna hija kif se nbiddlu l-iskejjel, kif se nbiddlu s-suġġetti, kif se norbtuhom tajjeb ma' l-edukazzjoni teknoloġika b'mod prattiku, it-taħriġ ta' l-għalliema li hemm bżonn, il-bidliet fil-metodu tat-tagħlim, il-bidla fil-kultura sħiħa ta' l- iskola li hemm bżonn.", "Hawnhekk nixtieq infakkar kemm kellna esperjenza sabiħa f'Ottubru li għadda meta quddiem il-kumitat parlamentari dwar affarijiet soċjali konna ddiskutejna l-kurrikulu minimu nazzjonali, il-bidliet li hemm maħsuba fih u kif irridu nwettqu dawn il-bidliet.", "Fost l-isbaħ esperjenza - u smajna ħafna ideat tajbin mibnijin fuq l-esperjenza u d-dedikazzjoni - kellna l- għalliema li ġew minn diversi oqsma, minn diversi skejjel u qalulna x'għandu jsir.", "Sfortunatament jekk immorru lura 50 sena fl-istorja ta' l- edukazzjoni f'pajjiżna, għandna sensiela sħiħa ta' traġedji fis-sistema edukattiva tagħna minħabba bidliet li ddaħħlu kapriċċożament b'deċiżjonijiet fil-livell tal-politiċi.", "Dawn il-bidliet ma ġewx ippjanati sew, bidliet li ma nvolvewx fihom lil min irid iwettaq dawn il-bidliet, lill-għalliema, lill-assistenti kapijiet, lill-kapijiet u lill-uffiċjali ta' l-edukazzjoni.", "Għandna sensiela ta' bidliet fis-sistema edukattiva tagħna li aktar għamlu ħsara milli ġid, kienu kemm kienu tajbin l- intenzjonijiet.", "Il-politiċi bir-raġun m'għandhomx jiġu mkejla bl- intenzjonijiet, imma għandhom jiġu mkejla bir-riżultati u bl-atti konkreti li jagħmlu.", "Il-kapijiet ta' l-iskejjel li kienu ġew qalu ħafna affarijiet li għandna nagħtu kashom u nappella lill-ministru ta' l-edukazzjoni biex isib ftit ħin jerġa' jaqra l-minuti tas-seduti ta' Ottubru, b'mod partikolari tal-laqgħa tat-Tlieta, 26 ta' Ottubru fejn tkellmu dawn il- kapijiet.", "Huma kienu wissewna biex it-tibdil ma jsirx kif kien isir qabel, biex it- tibdil ikun maħsub sew, jiġi ppjanat sew, jingħata l-ħin biex it-tibdil jinħadem sew u ninvolvu lil kulħadd fih.", "Iżda sfortunatament meta jaraw kif qed isiru l-affarijiet issa, mhux ħaġa kbira li jikkonkludu li ġibniehom għalxejn.", "Il-gvern ma tax kashom u qed jgħaffeġ u qed iħawwad.", "Biżżejjed nikkwota kap minnhom li tmexxi skola sekondarja fejn din irriferiet għall-bidliet li rat jitwettqu fil-karriera tagħha:", "\"Il-miżuri kollha kienu implimentati mingħajr ħsieb, f'Ġunju u f'Lulju kien jingħad li l-iskola sekondarja se tkun għal kulħadd, imbagħad ridna nattwaw din id-deċiżjoni f'Settembru ta' wara.", "Xahrejn mhux biżżejjed biex wieħed jimplimenta miżura bħal din, la kien hemm pjanijiet, la kien hemm strutturi u lanqas in-nies ma kienu preparati.", "Jiena għallimt tfal ta' 14-il sena li f'Ġunju ħasbu li dik kienet l- aħħar ġurnata ta' l-iskola għalihom, mentri f'Settembru ta' wara kellhom jerġgħu jiġu l-iskola u kellhom imorru fi skola ġdida għax l- iskola li kienu jmorru fiha qabel ingħalqet.\"", "Din il-kap ta' skola kompliet tgħidilna:", "\"Jiena nispera li qabel ma l-kurrikulu jiġi implimentat jitwaqqfu l- istrutturi li hemm bżonn jitwaqqfu.\"", "Infakkar ukoll fi kliem ieħor importanti ħafna ta' kap ta' skola ta' snajja' li proprju fuq il-bidliet li hemm maħsuba għall-iskejjel tas- snajja' qalilna:", "\"Il-bidliet li ġew implimentati fl-aħħar 20 sena fil-qasam ta' l- iskejjel tas-snajja' sfaxxaw għaliex ma kien hemm l-ebda support min- naħa taċ-ċentru u allura fejn ma kienx hemm l-impenn min-naħa ta' l- għalliema l-programm ma mexiex.", "Jekk 'il quddiem irridu niggwadanjaw minnu, irid ikun hemm struttura organizzata, irid ikun hemm staff imħarreġ, u fit-teknoloġija iktar minn f'suġġetti oħra huwa aktar meħtieġ li l-istaff ikun trained bis-serjetà.\"", "Dan kien fil-working group tar-rapport dwar il-bidliet fl-iskejjel tas- snajja' li ssuġġerixxa timetable kif nidħlu fis-sekondarja.", "Infakkar li dan kien f'Ottubru 1999 fejn qal ukoll:", "\"Però wisq nibża' li għadu ma sar xejn.", "Is-sena 2000 qiegħda magħna u s-sena 2005 hija wkoll magħna u jekk ma jsirx tajjeb mill-bidu se jkollu jibqa' fit-trade schools.\"", "Għadda ż-żmien u kien biss f'Mejju li l-gvern iċċaqlaq biex jagħmel dawn il- bidliet, u dawn huma bidliet ta' malajr li jagħmlu ħafna ħsara.", "Milli qalu l-kapijiet m'hu qed isir xejn, qed jinstab ftit spazju biex taparsi jiftħu workshops, jitfgħu xi għodda fihom u jgħidu li din hija edukazzjoni teknoloġika.", "Il-grupp li fassal u ppropona r-riforma żgur mhux dan kellu f'moħħu u jekk wieħed jaqra l-minuti tal-kumitat isib li l-affarijiet kienu meqjusa aktar bil-għaqal.", "Dak li għandu għax jinkwetana hu li ħafna mill-istudenti qed joħorġu mill- iskejjel tagħna mingħajr il-ħiliet bażiċi, la dawk tradizzjonali u lanqas dawk ġodda.", "Għandna bżonn ta' tisħiħ fl-edukazzjoni tal-computer.", "X'jiswa li nfaqna miljuni ta' liri biex ikollna terminals fl-iskejjel tagħna, imbagħad m'għandniex biżżejjed għalliema biex jgħallmu l-computer?", "Se jkun diffiċli biex insibu min jgħallem il-computer għax il-pagi li għandhom l-għalliema huwa ħafna iżjed baxx milli hemm fis-settur privat u allura ma naħsibx li se tissolva din il-problema ta' nuqqas ta' għalliema fil-computers.", "Jien ngħid li hawnhekk għandna bżonn naħsbu b'mod ġdid u m'għandniex nibżgħu nagħmlu farming-out tal-computer education lill- kumpanniji privati li jagħtu courses tal-computer.", "Jien konvint li b'dan il-mod il-courses ikunu iżjed aġġornati, aktar x'jitlob is-suq u dawn għandhom in-nies biex jagħmlu dawn il-courses.", "Hemm kunsilli lokali li qed jorganizzaw dawn it-tip ta' courses li qed ikunu suċċess.", "Anke l-kapijiet ta' l-iskejjel stess qed jiġu mħarrġa fl-użu tal-computer minn kumpanniji privati.", "X'inhu ħażin li dawk l-istudenti li bħalissa qed jiċċaħħdu mit- tagħlim tal-computer, nagħtuhom l-istess opportunitajiet anke biex niżguraw li l-użu tal-computer ikun qed jiġi mħarreġ b'mod aġġornat u modern u mhux b'mod antikwat kif ġieli jiġri fl-iskejjel?", "Hawnhekk ta' min jara daqsxejn x'ġara f'Lisbona f'Marzu li għadda meta ltaqgħu l-kapijiet ta' l-Unjoni Ewropea u ddiskutew x'għandu jsir fil-qasam edukattiv biex l-Ewropa ma tibqax taqa' lura ma' pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, Singapore fejn imxew aktar 'il quddiem fl-informatika u fl-ekonomija l-ġdida, fl-ekonomija eletronika.", "Meta dawn iddiskutew biex jaraw kif se jimxu 'l quddiem ma qagħdux jiddiskutu kif se jdaħħlu l- istudji Ewropej fl-iskejjel tagħhom, imma ddiskutew u qablu fuq pjan ta' azzjoni biex fi żmien sentejn jifirxu l-użu ta' l-internet fost l-istudenti u l-għalliema ta' l-iskejjel kollha biex iħejjuhom għall-ekonomija l-ġdida.", "Kif kont qed ngħid ħafna miż-żgħażagħ tagħna qed joħorġu mingħajr il- ħiliet biex jgħixu u jaħdmu fis-seklu wieħed u għoxrin.", "L-aħħar rapport tal-bank ċentrali għal Marzu 2000 li għadu kemm tqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra jiġbidilna l-attenzjoni għall-qgħad strutturali.", "Dan jgħidilna kif fl-aħħar ta' Diċembru kien hemm 3,354 persuna bla xogħol ifittxu mpjieg elementari, impjieg bla snajja' meta għal dan it-tip ta' xogħol kien hemm biss 23 post battal, jiġifieri kellna 145 persuna bla sengħa għal kull impjieg elementari.", "Waħda mill-iktar affarijiet inkwetanti ta' pajjiżna hija li nofs in-numru biss ta' dawk li jagħlqu s-16-il sena qed ikomplu jistudjaw.", "Għalhekk għandna bżonn ta' rabta aħjar bejn l-edukazzjoni fil- faxx fl-età ta' bejn it-tlieta u 16-il sena u dak li jiġri wara.", "Waħda mill-affarijiet li tinkwetani fuq it-tibdil li qed isir - u dan deher diversi drabi meta konna qed niddiskutu f'din il-Kamra kif ukoll f'diskussjonijiet li jkolli ma' nies kemm fil-qasam ta' l-edukazzjoni kif ukoll fil-qasam tal-Korporazzjoni ta' Impjiegi u Taħriġ - hija li m'hu qed isir xejn, jew jekk qed isir qed isir ftit, biex ikollna dak li jissejjaħ il-GNVQ.", "Fuq l-NVQs qed nitkellmu, fuq ċertifikazzjoni ta' snajja' f'ċerti livelli għal dawk li jagħlqu s-16-il sena, imma x'qed isir għal dawk qabel jagħlqu s-16-il sena?", "Għandna bżonn sistema tajba ta' ċertifikazzzjoni biex lil dawn it-tfal li jagħmlu l-edukazzjoni tagħhom b'mod prattiku tagħtihom ċertifikazzjoni daqs dik akkademika, jiġifieri li nġibu flimkien iċ-ċertifikazzjoni ta' l-edukazzjoni akkademika u dik vokazzjonali.", "Hemm bżonn li s-suġġetti f'dawn l-iskejjel jiġu mgħallma b'mod differenti għax l- istudenti huma persuni differenti u għandhom bżonn jitgħallmu b'mod differenti.", "F'ħafna mill-iskejjel sekondarji għandna bżonn li t-tagħlim jidħol b'mod prattiku u għalhekk semmejt il-bżonn ta' sħubija ta' skejjel ma' postijiet tax-xogħol.", "Jiena ngħid li aħjar jagħmlu inqas suġġetti u jagħmluhom aħjar.", "Għal dawn l-istudenti li qed jaqgħu lura jkun kollu għalxejn li ngħollu l-livell meħtieġ għall-istituzzjonijiet edukattivi ta' wara s-16-il sena.", "Kif salvaw lil dawk li ma jġibux dawn il-kwalifiki?", "Kif se naħdmu magħhom biex nagħtuhom il-ħiliet bażiċi biex jaħdmu u jgħixu wara li jitilqu mill-iskola?", "Għandna bżonn li fl-iskejjel tagħna minn fuq s'isfel indaħħlu l-bidliet li jagħtu lit-tfal tagħna, liż-żgħażagħ tagħna l- ħila li jkunu kreattivi, il-ħila li jsolvu problemi reali.", "Irridu nagħtuhom il-ħiliet fl-ilsna differenti, fit-tħaddim tal-matematika u fl- informatika.", "Jekk wieħed jara r-rapport ta' l-eżaminaturi ta' l-eżami tal-junior lyceum, tas-Sec u tal-Matsec u anke ta' l-università jsib li anke l-aħjar studenti tagħna sakemm tgħidilhom jirriproduċu, jirrepetu dak li tgħallmu mill-kotba huma tajbin, imma l-problemi jibdew x'ħin tgħidilhom japplikaw għar-realtà dak li tgħallmu mill-kotba, dak li tgħallmu bl-amment.", "Għalhekk hemm bżonn ta' impenn iżjed mill-gvern biex jinvesti iżjed fl-età ta' bejn tlieta u 16-il sena, jinvesti iżjed fil-bini ta' l-iskejjel u fis- sistema ta' l-informatika, li bis-serjetà japoġġja l-proġett tal-literacy bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Hemm bżonn li kull skola titħalla jkollha l- pjan ta' żvilupp tagħha u jiġi appoġġjat mill-ministeru ta' l-edukazzjoni bis-serjetà u mhux naqbdu u nbidlulhom il-pjani tagħhom fin-nofs.", "Hemm bżonn li nsaħħu l-proġetti għall-iżvilupp tal-komunità fejn insaħħu r-rabta bejn l-iskola u l-komunità u nappoġġjaw lill-iskejjel tagħna b'kull mod, minn kull qasam għax il-futur ta' tant tfal tagħna, il-futur ta' pajjiżna jiddependi mix-xogħol li nagħmlu fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 31 ta' Mejju 2000, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EU - PROTOKOLL TALJAN", "16281.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni tad-dipartiment jekk wara l-2003, u cioe' wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, il- flus tal-protokoll Taljan ma jiġux applikati għaliex Malta tkun saret membru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant ukoll illi l-interess tad-dipartiment huwa li jsir u jigi attwat il-programm tal-MRL (Maximum Residues Limits).", "BDIEWA - SUSSIDJI", "16284.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ tal-vot ta' sussidji tal-CAP li jmur għall-bdiewa li jkabbru t-tabakk, zokkor, ross, qamħ, ġwież, laħam aħmar, ħalib u żebbuġ għas-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi sabiex ma nkunx kostrett li nġiegħel lill-uffiċjali tal-ministeru tiegħi jgħaddu ż-żmien tagħhom ifehmuħ dak li jrid ikun jaf, l-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub jidħol fil-website tal-Europa taħt DGVI.", "Hemmhekk kemm hu kif ukoll id-dinja kollha tista' tara l-informazjoni li qiegħed jitlob.", "Għall-kumdita' tiegħu, l-Onor.", "Interpellant għandu wkoll għad- dispożiżżjoni tiegħu s-servizz informattiv li qed tagħti b'xejn il-Malta Information Centre (MIC).", "BDIEWA - SUSSIDJI", "16285.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ tal-vot ta' sussidju tal-CAP għal sena li jmur għall-bdiewa li jkabbru varjetajiet ta' ħxejjex u frott bħal dawm imsemmija hawn taħt: frawli, ħawħ, dulliegħ, bettiegħ, pastard, kaboċċi, basal, patata, karrotti, tadam u ħass?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi sabiex ma nkunx kostrett li nġiegħel lill-uffiċjali tal-ministeru tiegħi jgħaddu ż-żmien tagħhom ifehmuh dak li jrid ikun jaf, l-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub jidħol fil-website tal-Europa taħt DGVI.", "Hemmhekk kemm hu kif ukoll id-dinja kollha tista' tara l-informazzjoni li qiegħed jitlob.", "Għal kumdita' tiegħu, l-Onor.", "Interpellant għandu wkoll għad- dispożizzjoni tiegħu s-servizz informattiv li qed tagħti b'xejn il-Malta Information Centre (MIC)", "CFP", "16286.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar- regoli/sistemi ġodda tas-CFP li jridu jkunu ġew fis-seħħ bejn is-snin 2003, 2005 u 2008 rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant suppost jaf li CFP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.", "DISTRETT NRU.", "12 - TOROQ", "16287.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li skond l-aħħar rapport dwar l-effiċjenza tal- kunsilli lokali, rriżulta li toroq arterji, rurali u urbani tal-bliet u rħula tat-12-il distrett, Mosta, Rabat, San Pawl u Mġarr huma fi stat inaċċettabli, jista' l-Ministru jara li fis-sitt xhur li ġejjin jieħu l- passi meħtieġa sabiex jirrimedja għal dan in-nuqqas li jikkonferma n-nuqqas ta' road safety f'dawn l-inħawi ta' Malta?", "Meta fil-fatt se jibdew ix- xogħlijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Matul ix-xhur li għaddew, għal l-ewwel darba, tfassal pjan dwar kif ix-xogħol fit-toroq ta' pajjiżna jista' jsir.", "Fil- fatt, parti minn dan ix-xogħol diġa' nbeda, filwaqt li ħarġu wkoll tenders għal xogħol ieħor.", "L-'area' indikata mill-Onor.", "Interpellant hi wkoll parti minn Malta, u għalhekk fihom se ssir xogħol skond il-pjan imfassal,fil-parti tiegħu li hi responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "NATIONAL INSURANCE", "16288.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas tal-NI bejn Jannar u April 2000?", "Huwa kkalkulat kemm suppost kellu jkun l-ammont li kellu jitħallas f'dan il- perjodu?", "Kemm fil-fatt huwa l-bilanċ li jrid jitħallas sabiex skond il- kalkoli tad-dipartiment dawn il-pagamenti jkunu normali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħlas tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali għal perijodu Jannar sa April 2000 u l-ammont li huwa kkalkolat li kellu jinġabar huma dawn:", "| |Janna|Frar|Marz|Apr|Total| | |r | |u |il | | | | | | | |Lm | | | | | | |milju| | | | | | |ni | |Ammont |8.10 |7.80|8.10|8.1|32.10| |imħallas | | | |0 | | |Ammont |9.50 |8.40|8.60|8.4|34.90| |proġettat| | | |0 | | |li | | | | | | |jitħallas| | | | | |", "Id-differenza ta` Lm2.80 miljun tista` tkun dovuta kemm minħabba varjazzjoni fil-postijiet tax-xogħol jew ħlas ta` pagi, kif ukoll ħlas mhux korrett tal-kontribuzzjonijiet dovuti.", "Għal dan il-għan id-dipartiment qed jiżviluppa sistemi ta` kontroll u inforzar biex kull kontributur, kif ukoll l-employers, iħallsu il-kontribuzzjonijiet korretti skond il-liġi fil- pront.", "BORMLA - SLUM CLEARANCE", "16344.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-postijiet f'Bormla li se jkunu mwaqqa' fi proġett ta' slum clearance fiż-żmien li ġej?", "Meta se jibda dan ix-xogħol u fejn se jintbagħtu l-familja milquta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bini li jmiss isir xogħol ta' twaqqigħ fuqu f'Bormla jinsab f'żewġ inħawi jiġifieri fi Triq San Gwann u fi Triq Hanover.", "L-ewwel sit huwa t-tielet blokk fil- proġett ta' Triq San Gwann u jinsab bejn Triq San Gwann, Triq Mariano Gerada, Triq San Mikiel, u Triq Santa Liena.", "Dan il-proġett huwa kopert bil-permess tal-bini u jonqos biss xi sitt familji biex jiġu pprovduti b'akkomodazzjoni alternattiva.", "Il-proġett l-ieħor jinsab bejn Triq Hanover, Triq San Mark, Triq l-Irlandiżi u Triq Santa Liena.", "F'dan it- tieni blokk (li huwa t-tielet fażi tal-proġett ta' Santa Liena) jgħixu diversi familji u d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għadu kemm applika għall-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ir-residenti se jingħataw post alternattiv jew f'Bormla stess jew barra Bormla skond il- postijiet li jkollu disponibbli d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET", "16345.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar minn xi dipartiment tal-gvern għal twaqqigħ u bini mill-ġdid ta' postijiet?", "Liema huma l-postijiet u toroq involuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bħalissa l-awtorita` ta` l-ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni waħda biss (PA 4450/98) li tikkonsisti fit- twqqigħ u bini mill-ġdid ta` postijiet residenzjali 53-42 Triq il-Wied, c/w Triq Garċin, Msida.", "SKEJJEL - EU INFORMATION", "16402.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-iskejjel tal- gvern qed jirċievu kuljum bl-E-Mail mingħand il-Malta-EU information centre lista ta' laqgħat li tinkludi wkoll suġġetti \"bħal ħwienet taż-żraben u standards\" \"ironmongers u standards\" u anke attivitajiet organizzati fil- każin tal-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-kontenut ta' din il-mistoqsija, jidher li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal pubblikazzjoni \"aġġornat\" li jippubblika l-Malta EU Information Centre.", "Informat li din il-pubblikazzjoni toħroġ kull ġimgħa u mhux kuljum.", "Din il-pubblikazzjoni titqassam lil nies li jitolbuha u, wkoll, kull min qiegħed fuq il-\"magnet\" u tippubliċizza attivitajiet li fihom ikunu involuti l-MIC u oħrajn li jitolbu li jkunu pubbliċizzati fl-aġġornat.", "SKEJJEL - UMBORTO COLOSSO", "16403.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-bini ta' l-iskola Umberto Colossa ta' Santa Venera?", "Kif se tibda tintuża minn Ottubru, 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-bini ta' l-iskola Umberto Calosso ta' Santa Venera huwa maħsub li jiġi konvertit sabiex jakkomoda Skola tas- subien Sekondarja Ġenerali (Area Secondary) ġdida, f'medda ta' snin.", "Informat ukoll li f'Ottubru 2000, ser jidħlu studenti fl-ewwel sena ta' l-iskola sekondarja ġenerali ġdida fil-bini ta' l-iskola Umberto Calosso, Santa Venera.", "SKEJJEL - SKOLA SEKONDARJA SAN ĠUŻEPP", "16404.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li l-iskola sekondarja tas-subien San Ġużepp ta' Kordin se tmur bl-istaff u bl-istudenti fil-bini ta' dik li s'issa hi l- iskola tas-snajja' Dun Ġwann Mamo, tal-Marsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "SKEJJEL - TECHNOLOGY EDUCATION", "16405.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn se jsiru f'kull każ il-workshops għat- technology education fl-iskejjel sekondarji tas-subien li se jżomm fihom l- istudenti li qabel kienu jridu jmorru fl-iskejjel tas-snajja'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed jitħejjew pjanijiet biex jinfetħu workshops fl- iskejjel sekondarji tas-subien skond kif ġej:", "Skola Kumment", "Vincenzo Borg Brared, Il-workshop ser jinfetaħ fil-home B'Kara economics block f'kamra li diġa' qed tintuża għal skop simili Lorenzo Gafa`, Fortini Il-workshop ser jinfetaħ fi blokk ġdid li qiegħed jinbena Antonio Bosio, Gżira Workshop tal-Crafts ser jiġi addatat u mkabbar għal dan l-iskop Frans X Attard, Marsa Qed jinbena blokk mill-ġdid li fih ser ikun hemm workshop Sir Temi Żammit, Mtarfa Ser jitlesta workshop ħdejn dak tal-Crafts Ġuże` D'Amato, Paola Kamra li fil-preżent qed tintuża għal Art u Crafts ser tiġi konvertita għal dan l-iskop Ġuże` Galea, Qormi Qed tiġi identifikata kamra Vincenza Buġeja, Ser jinbena workshop ħdejn dak tal- Santa Venera Craft Dun Karm Psaila, Żebbuġ Qed jiġi kkonvertit workshop li bħalissa mhux użat.", "VAT - REFUND", "16406.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid meta se tieħu r-refunds tal-VAT dovuti lilha l- persuna li d-dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-refund tal-VAT mitlub mill-persuna li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament ġie approvat u mibgħut lill-persuna kkonċernata.", "SKEJJEL - FGURA", "16407.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-assistent kap ta' l-iskola primarja B tal- Fgura qed jordna lit-tfal jattendu bil-kit ta' l-isports u jilbsuh taħt l- uniformi, meta bdiet is-sħana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola għandha t-tracksuit li jintlibes fuq il-P.E. Kit darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa tul iż-żmien tax- xitwa.", "Meta bdiet is-sħana, it-tfal ingħataw struzzjonijiet biex it-tracksuit ma jilbsuhiex aktar minħabba li ssaħħan.", "Ingħataw struzzjonijiet biex minflok jilbsu l-PE kit taħt l-uniformi jew jieħdu l-kit magħhom u jbiddlu fl- iskola qabel il-lezzjoni tal-PE.", "Xi ġenituri urew ix-xewqa li t-tfal imorru bix-shorts abjad mid-dar.", "L- amministrazzjoni ta' l-iskola ma taqbilx.", "L-amministrazzjoni tixtieq li t- tfal jidħlu fl-iskola u joħorġu minnha bl-uniformi.", "L-assistent kap ta' l-iskola, ma tax ordnijiet iżda segwa r-regolamenti ta' l-iskola.", "RESTAWR - INFIQ", "16453.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru fuq restawr is-sena l-oħra, fejn ġie restawrat u kemm intefaq fuq kull post imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VRT TEST", "16454.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru VRT tests is-sena l- oħra u din is-sena u kemm weħlu persuni jew karozzi kull xahar is-sena l- oħra u din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta` vehicle roadworthiness tests li saru s`issa u n-numru ta` vetturi li weħlu huwa kif spjegat hawn taħt:", "Xahar Numru ta` Testijiet Numru ta`vetturi li weħlufl-ewwel test", "Ottubru 5,384 1,484 Novembru 7,149 1,201 Diċembru 5,529 539 Jannar 8,469 1,006 Frar 8,487 874 Marzu 9,499 1,190 April 8,411 1,031", "FISHING BOATS", "16455.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati bħala part-time fishing boats u fishing boats illum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li r-reġistrazzjoni ta' opri tal- baħar bħala FMF u PTF taqa' taħt id-Dipartiment tal-Biedja u Sajd.", "Madanakollu, minn tagħrif miksub mill-awtorita', in-numru ta' bastimenti u dgħajjes oħra li jaqgħu taħt din ir-reġistrazzjoni huma hekk:", "F (Fulltime Fisher) 230 MF (Market Fisherman) 24 PTF (Part-time Fisher) 1350", "SAJJIEDA - PART-TIME", "16456.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn part-time fishermen illum?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 1,382 sajjieda part-time irreġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd.", "KAROZZINI - PERMESSI", "16457.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom permess għall- karozzini llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi hawn 87 persuna li għandhom permess tal-pulizija għall-karozzini.", "DROGA - TWELID", "16458.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal lill-ommijiet li kienu jabbużaw mid- droga din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li mill-bidu ta` din is-sena s'issa, ġiet notifikata fin-National Obstetric Information System (NOIS) tarbija waħda li twieldet lil omm li kienet tabbuża mid-droga.", "UE - NEGOZJATI", "16469.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Issa li qiegħed jingħad li fin-negozjat bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, se jingħalqu seba' mit-tmien kapitli li kienu qegħdin jiġu negozjati s'issa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dokumenti li juri l-pożizzjoni li adottat Malta fin-negozjati fuq dawn l- oqsma u li skond kif huwa mifhum hija aċċettata anke mill-EU?", "ONOR.", "JOE BORG: Id-deċiżjoni formali dwar l-għeluq tan-negozjati fuq seba' mit-tmien kapitoli li kienu qed jiġu negozjati s'issa, se tittieħed fil-laqgħa fuq livell ministerjali li għandha ssir fl-14 ta' Ġunju li ġej.", "Saret rakkomandazzjoni f'dan is-sens fid-deputies meeting li nżamm fil- 25 ta' Mejju, 2000.", "Il-common positions dwar dawn il-kapitoli huma dokumenti tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk sta għall-Unjoni Ewropea biex tippubblikhom.", "Rigward il-pożizzjoni li adottat Malta fin-negozjati fuq dawn is-seba' kapitoli, dawn se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W171.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li se nsemmi separatament għandha l-punti ġusti għal skopijiet ta' housing alternattiv?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-punti li għandha l-persuna ndikata huma skond il-kriterji li juża' d-dipartiment ma' l-applikanti kollha fuq il-lista.", "SIGURTA' - PENSJONIJIET", "W174.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament hijiex tieħu l-pensjoni li ħaqqha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-persuna ndikata minnu ġiet informata bil-miktub dwar l-ammont ta' pensjoni li qed tirċievi."]} {"filename": "20010306_507d_par.doc", "date": "2001-03-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 507 It-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 507", "It-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "507", "It-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 239", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 239", "TQEGĦID TA' KARTI 243", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU.", "2) (IT- TIENI QARI)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (SECOND READING) 243", "AĠĠORNAMENT 263", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 269", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 506 li saret fil-5 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦAJNUNA SOĊJALI - HELPERS", "23758.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi biex persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tingħatalha helper għax filwaqt li ilha ħmistax bla helper, anzjani oħra għad għandhom sigħat ta' helpers?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għal Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata se tingħata helper f'qasir żmien għax il-board diġa' approva sagħtejn fil- ġimgħa u l-appuntament mas-supervisor se jsir dalwaqt.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bil-permess tal-Viċi Prim Ministru xtaqt nagħmel domanda li għalkemm m'għandhiex x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali, tirringwarda wkoll l-anzjani.", "Kemm huwa minnu li l-anzjani li qegħdin f'San Vinċenz qegħdin jitilfu 60% tal-pensjoni li jirċievu, mhux biss dik li jirċievu mill-Istat imma anke pensjonijiet oħrajn?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, aħna dehrilna li jkun ġust li l- kalkolu tal-mezzi ta' dawk l-individwi li jagħmlu użu mis-servizz residenzjali li jipprovdi l-Istat biex tingħatalhom il-kura u l-attenzjoni kollha meħtieġa, ma jinkludix biss il-mezzi li huma jirċievu minn Malta imma jinkludi wkoll pensjonijiet oħra, bħal dik li jirċievu mill-Awstralja jew mill-Kanada.", "Fil-fatt din is-sistema ġiet ippubblikata anke permezz ta' avviżi legali li jirregolaw din il-proċedura.", "Pero' irrid infakkar żewġ affarijiet importanti, cioe' li jeżisti ceiling li permezz tiegħu l-massimu qatt ma jista' jinqabeż, ikun x'ikun id-dħul ta' l-individwu, u li s-60% li jinqatgħu mill-pensjoni ma jmorrux fil-fond konsolidat tal-gvern imma jmorru f'dak li jissejjaħ il-welfare fund, li mbagħad jintuża esklussivament għall-bżonnijiet ta' l-anzjani nfushom.", "F'dan il-kuntest irrid insemmi l-proġetti kollha li saru f'St. Vincent de Paule, partikolarment is-serenity wards li qegħdin fil-blokk il-ġdid li ġie inawgurat proprju erbat ijiem ilu.", "Dawn il-proġetti huma ta' fejda kbira u għamlu differenza kbira fil-kwalita' tal-ħajja li jgħixu l-anzjani f'din ir- residenza, speċjalment dawk l-aktar dgħajfa u li allura għandhom bżonnijiet partikolari.", "Kif kont qed ngħid, dawn il-proġetti jiġu ffinanzjati mill- welfare fund.", "Naħseb li mill-aspett ta' sens komun u aktar importanti mill-aspett ta' ġustizzja soċjali u ta' prijorita', din is-sistema hija tajba, qed taħdem u qed tagħti riżultati li finalment igawdu minnhom l-anzjani.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'kienet ir-raġuni li l-pensjonanti ma ġewx innotifikati minn qabel dwar il-persentaġġ li se jinqatgħalhom mill- pensjoni u kien biss riċentament li ġew mitluba jħallsu ammont sostanzjali ta' flus?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-anzjani ma ġewx mitluba jħallsu ammonti sostanzjali ta' flus.", "Dan huwa kalkolu fejn wieħed jiddikjara d-dħul kollu tiegħu biex tiġi stabilita r-rata li bniedem ikollu jħallas sa massimu ta' Lm6 kuljum, pero' hemm il-garanzija li min għandu pensjoni waħda u hija baxxa ħafna, fl-aħħar mill-aħħar jibqagħlu bilanċ tal-pensjoni f'idejh, jiġifieri hemm min iħallas ammonti sostanzjalment baxxi ħafna.", "Din id-deċiżjoni, li ilha li ttieħdet madwar sentejn, hija mibnija primarjament fuq il-ħsieb li min m'għandux minn fejn iħallas imma għandu bżonn ta' dan is-servizz, jieħdu xorta u ma jħallasx - jew inkella jħallas ammont baxx ħafna - mentri min għandu mezzi biżżejjed biex jagħmel tajjeb irid jagħti l-kontribut tiegħu lejn dan il-welfare fund – jiġifieri lanqas lejn l-Istat imma lejn il-welfare fund – għax wara kollox is-servizz li wieħed ikun qiegħed jieħu fid-dar residenzjali huwa servizz sħiħ.", "M'huwiex il-każ lanqas illi l-anzjani involuti ġew informati dan l-aħħar.", "Il-proċess biex jiġi kkalkolat x'inhi r-rata li trid tħallas lil persuna partikolari jinvolvi mili ta' formula mill-persuna nnifisha li trid tagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar id-dħul li għandha, wara tiġi kkalkulata r- rata u l-persuna partikolari tiġi informata dwarha.", "Dik hija l-pożizzjoni u m'hijiex kwestjoni fejn dawn qed jintalbu jħallsu xi ammonti ta' flus.", "IRZIEZET - TROBBIJA TA' TIĠIEĠ", "23759 L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l- irziezet li għandhom il-permessi meħtieġa biex irabbu t-tiġieġ?", "Ta min huma u fejn jinsabu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant li d-dipartiment tas-servizzi veterinarji jżomm reġistru ta' dawk li jrabbu t-tiġieġ għall-qatla u għall-bajd.", "Fil-preżent dan id- dipartiment qiegħed jagħmel spezzjonijiet fuq kull razzett biex fil-futur immedjat dawn jiġu liċenzjati skond ir-regolamenti eżistenti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru jħoss li għandu jagħmel stqarrija u jispjega x'inhuma l-miżuri li qegħdin jittieħdu fir-rigward ta' l-outbreak tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer?", "Għax minħabba l-kuntatti kbar li għandna mar-Renju Unit, mhux lanqas minħabba t-turisti, jidher ċar li għandna theddida kbira u allura nemmen li dan il-parlament għandu jkun informat dwar il-miżuri il qegħdin jittieħdu biex nevitaw dan il-periklu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nieħu gost nisma' lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jitkellem b'dan il-mod fir-rigward ta' l-outbreak tal-foot and mouth disease.", "Irrid infakkar li kif appena nxterdet l-aħbar li fl- Ingilterra feġġew każi simili, aħna mill-ewwel waqqafna l-importazzjoni tal- prodotti kollha tal-laħam minn dan il-pajjiż.", "Waqqafna wkoll l- importazzjoni ta' hay u straw u bdejna niċċekjaw dik il-merkanzija li tiġi packed f'dan it-tip ta' materjal.", "Anke fl-ajruport bdew jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha possibbli u daħlet ukoll is-sistema – kif rajna l-bieraħ fuq il-mezzi tax-xandir fil- press conference ta' Dr. Lino Vella, l-uffiċjal inkarigat minn din is- sezzjoni tal-veterinarji - li n-nies kollha li jiġu mir-Renju Unit jgħaddu minn fuq tapit biex iż-żraben jiġu disinfettati bil-għan li jiġi evitat li din il-marda tidħol f'pajjiżna.", "Jiena ċert li l-gvern lest li jieħu kwalunke' prekawzjoni oħra biex nevitaw li din il-marda tidħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi raġuni partikolari għala t-tapiti ma tqegħdux f'dik il-parti malli l-passiġġieri jinżlu mill-ajruplan biex żgur ma jkunx hemm traċċi ta' din il-marda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dawn l-affarijiet jitħallew f'idejn l-esperti u jidhirli li l-miżuri li ħa Dr. Lino Vella huma miżuri proprji.", "MR SPEAKER: Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: X'inhuma l-miżuri li jittieħdu jekk Allaħares qatt ikun hemm ċans li tiġi żviluppata xi problema f'pajjiżna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jekk Allaħares qatt din il-marda tmiss ix- xtut tagħna jinħarġu regolamenti oħra, bħall-fatt li l-importazzjoni kollha tkompli tiġi miżmuma milli tidħol f'pajjiżna u minbarra hekk jiddaħħlu r- regolamenti kollha neċessarji biex inkunu ċerti li din il-marda ma tinxteridx 'il barra minn xtutna.", "Per eżempju, l-Ingilterra ħadet il-passi biex din il-marda ma tinxteridx fuq il-kontinent Ewropew u għalhekk waqqfet l-esportazzjoni tal-prodotti kollha li joħorġu minn dawn l-annimali affettwati.", "F'każ li Allaħares qatt tfeġġ din il-marda, jkollna nieħdu miżuri simili.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Forsi spjegajt ruħi ħażin u l-Ministru ma fehemnix għal xiex qed nirriferi.", "Jeżisti xi pjan ta' kontinġenza f'dan il-pajjiż ħalli jekk ikun hemm ċans ta' outbreak inkunu nistgħu nittrattawh f'pajjiżna stess?", "Aħna ma nesportawx affarijiet, jiġifieri m'huwiex argument li tgħid li nwaqqfu l-esportazzjoni tagħna.", "Jien qed nistaqsi jekk għandniex pjan ta' kontinġenza, anke jekk Allaħares qatt ikun hemm l- anqas suspett ta' outbreak.", "Nispera li ma nagħmlux tlett ijiem nħarsu lejn xulxin, nibku u ngħeżżu snienna!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk Allaħares qatt il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer tfeġġ f'pajjiżna – ovvjament aħna qegħdin immorru fl-estrem, imma ma nagħmlux ħażin għax ma nafux x'se jiġri – għandna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha possibbli biex il-marda ma tkomplix tinfirex ma' pajjiżi oħra – anke permezz ta' safar – li jkunu għadhom m'humiex infettati.", "Dan nistgħu nagħmluh billi nevitaw ċerti affarijiet.", "Għalhekk li semmejt l- esportazzjoni għax jekk ċerta merkanzija tkun ippakkjata ġot-tiben, per eżempju, hemm iċ-ċans li din il-marda tinfirex aktar.", "Jekk ikollok materjal infettat jista' jiġri bħalma ġara fil-passat u allura l-annimali li jkunu nfettati għandhom jiġu maħruqa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jiena qed nagħmel dawn id-domandi għax naf li fil-passat damet ma ttieħdet ċerta azzjoni u mbagħad kien tard wisq.", "Id-domanda tiegħi hija din: Qed jiġi mħejji pjan ta' kontinġenza just in case?", "Għax minn dak li qed jgħid il-Ministru wieħed jassumi li jekk Allaħares qatt il-marda tfaqqa' hawn Malta f'xi post wieħed biss, qed nassenjaw ruħna li se tinfirex ma' Malta kollha u l-unika ħaġa konkreta li ssemmiet hi li ma nesportawx l-affarijiet tagħna.", "Allura nerġa' npoġġi l-mistoqsija tiegħi: Jeżisti jew qed jitħejja xi pjan ta' kontinġenza biex jekk Allaħares qatt ikollna anke skopjatura waħda, għallinqas isir sforz biex il-mard ikun contained?", "Jew diġa' hi konklużjoni teknika li jekk ikollna skopjatura waħda x'imkien, il-merħla kollha tagħna tiġi ssagrifikata u l-uniku pass li nistgħu nieħdu huwa li ma nesportawx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jekk Allaħares qatt f'pajjiżna jkollna l- foot and mouth disease l-ewwel pass li jittieħed hu li l-post fejn tkun faqqgħet il-marda jiġi contained u jittieħdu l-miżuri kollha ta' kwarantina.", "Pero' irrid infakkar li meta jkollok din il-marda ma tistax tkun ċert li dawn il-miżuri huma effettivi mija fil-mija għax din il-marda timxi anke fl-arja.", "Jekk inti għandek razzett in-naħa ta' Ħad-Dingli, per eżempju, u Allaħares qatt tfaqqa' din il-marda, tista' tmiss xi razzett ieħor li jinsab in-naħa t'isfel ta' Malta meta jonfoq ir-riħ.", "Ovvjament f'dak il-każ id-dipartiment lest li jieħu l-passi kollha neċessarji biex kemm jista' jkun dik il-marda tiġi contained fl-istess post fejn faqqgħet, il-materjal imniġġeż jiġi maħruq u nerġgħu nieħdu l-proċess b'mod iżjed strett milli ħadna fil-passat biex niggarantixxu kemm jista' jkun li din il-marda ma tinfirixx iżjed.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-Ministru li aktar milli ngħidu d- dipartiment għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji għandu jkun hemm pjan ta' kontinġenza lest, bl-affarijiet illi jridu jsiru immedjatament magħrufa minn kulħadd ħalli jekk allaħares qatt tiżbroffa xi ħaġa bħal din kulħadd ikun jaf x'għandu jagħmel u minnufih tirrombla l-attakk fuqha.", "Huwa veru dak li qed jgħid il-Ministru li din it-tip ta' marda timxi anke b'buffura riħ, imma jekk tħalli ħafna żmien jgħaddi jista' jiswielek aktar ta' deni milli kieku kellek tieħu l-passi ma' l-ewwel warning.", "Minn kif qed jitkellem il-Ministru wieħed jikkonkludi li jekk allaħares qatt tiżbroffa xi ħaġa x'imkien, kważi diġa' qed naċċettaw li ma nistgħu nagħmlu xejn u nirrassenjaw ruħna li l-meħrla kollha trid tmut.", "Naħseb li allura jkun utli li jkun hemm pjan ta' kontinġenza published, biex kulħadd ikun jaf x'se jsir jekk allaħares qatt tiskkoppja xi ħaġa ħalli ħadd ma jgerger, ħadd ma jaqa' lura u minnufih jittieħdu l-passi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena ċert li d-dipartiment tas-servizzi veterinarji għandu fil-pjan tiegħu l-passi li jrid jieħu jekk Allaħares qatt tfaqqa' din il-marda.", "Jiena hawnhekk m'għandix id-dettalji f'idejja pero' nista' ngħid li f'każ li jiġri dan, dak il-post fejn tkun feġġet din il-marda jkun ristrettissimu, kemm f'dak li huwa dħul kif ukoll għal dak li huwa ħruġ, u jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji li normalment jittieħdu biex nassiguraw li l-marda ma toħroġx minn dak il-post.", "Jiena persważ li d- dipartiment tas-servizzi veterinarji għandu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar x'passi għandu jieħu f'każi bħal dawn.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-Ministru li jekk jeżisti pjan ta' kontinġenza, dan għandu jiġi ppubblikat minn qabel?", "Ma jaħsibx ukoll li bħala parti mill-pjan ta' kontinġenza, il-gvern għandu jkollu l-miżuri mħabbra ħalli f'każ li jkun hemm bżonn li tinqered xi merħla, min ikun responsabbli minn dik il-merħla jkollu l-assigurazzjoni tal-gvern li se jkollu xi forma ta' kumpens?", "Jien nemmen li għandu jkun hemm inċentiv għax inkella jista' jiġri bħalma ġara fis-snin '70 meta ċerti affarijiet inħbew u l-problema sbroffat aktar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Donnu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jagħti wieħed x'jifhem li meta fis-snin '70 faqqgħet din il-marda, kien hemm min ħeba l- prodott tiegħu!", "(Interruzzjonijiet) Dan jikkonferma li dak iż-żmien ir- raħħala ma avżawx lid-dipartiment tas-servizzi veterinarji li kellhom dan l- outbreak minħabba li ma kenux se jieħdu l-kumpens dovut lilhom.", "Nerġa' ngħid li jiena persważ li d-dipartiment tas-servizzi veterinarji għandu pjan u jaf bil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu f'każ li tfeġġ din il-marda.", "Ovvjament dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru bħalma ġara fil-passat u bħalma qed jiġri fil-preżent fl-Ewropa, pero' m'għandniex ninfaxxaw rasna qabel ma naqsmuha.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Noel Farrugia qed isemmi l-għasafar.", "Manafx x'għandhom x'jaqsmu l-għasafar mal- marda ta' l-ilsien u d-dwiefer!", "MR SPEAKER: Onorevoli, ikkonkludi jekk jogħġbok għax sar il-ħin.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, qegħdin nitkellmu fuq il-marda ta' l- ilsien u d-dwiefer u m'hemmx għalfejn insemmu la għasafar u lanqas kukkudrilli!", "Jiena nista' nserraħ moħħ kulħadd illi l-gvern, permezz tas- servizz tal-veterinarju, qed jieħu l-miżuri kollha possibbli biex din il- marda ma tidħolx f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-għadd ta' persuni li marru f' bereġ tal-gvern bejn l- 1996 u l-2000 u l-ħinijiet li matulhom il-bereġ ikunu miftuħa, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24011; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali qiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tabella li turi l-finanzjament tal-kunsilli lokali bejn l-1994 u l- 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24009.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU.", "2)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-5 ta' Marzu, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, dwar dan l-abbozz ta' liġi saret ħafna pubbliċita` u partikolarment għall-kwestjoni ta' l-emenda kostituzzjonali dwar il-kunsilli lokali.", "Għalkemm il-ġimgħa l-oħra kont imsiefer naf li intervjena fuq dan l-abbozz il-ministru ta' l-intern.", "Naf ukoll li l-Onor.", "Tonio Borg ikkonċentra l-parti l-kbira tad-diskors tiegħu proprju fuq dawk l-emendi li għandhom x'jaqsmu mal-freedom of movement, u għalhekk illum wieħed jistenna li bħala l-kelliem ewlieni ta' l-intern għan-naħa ta' l- oppożizzjoni, jien nagħti l-kontribut tiegħi għal dawn l-emendi.", "Kieku xtaqt nitkellem ukoll fuq il-kunsilli lokali, pero` billi llum għandna gvern demokratiku li jemmen fid-demokrazija parlamentari jkolli nillimita l- intervent tiegħi għal 40 minuta għax ninsabu b'giljottina fuq rasna!", "Mr Speaker, dawn l-emendi li għandna quddiemna huma importanti ħafna, anke għaliex jenħtieġu żewġ terzi tal-vot ġewwa dan il-parlament.", "Il-bieraħ smajt lill-Onor.", "Michael Bonnici jgħid li m'huwiex soltu li nemendaw il-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Jekk m'iniex sejjer żball, l-aħħar li emendajna l-Kostituzzjoni ta' Malta kien ftit xhur ilu meta ġbarna l- liġijiet li għandhom x'jaqsmu maċ-ċittadinanza f'liġi waħda.", "F'dan il-każ ma kienx hemm bżonn il-vot taż-żewġ terzi ta' din il-Kamra imma kien jenħtieġ biss a bare majority ġewwa dan il-parlament, u għalhekk kellu raġun l-Onor.", "Bonnici jgħid li m'huwiex soltu li nemendaw il-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Anzi jien inżid ngħid ukoll li m'huwiex soltu li nemendaw sections mil-liġi li jkunu jenħtieġu a two-thirds majority.", "Artiklu 44 jgħid li ċittadin Malti ma jistax jiġi pprivat milli jkollu l- liberta` tal-moviment ġewwa Malta u Għawdex, u dan huwa wieħed mid- drittijiet u libertajiet kostituzzjonali tal-bniedem, skond kif ennunzjati fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Din hija the general rule, għax imbagħad hemm ċerti eċċezzjonijiet fejn ċerti restrizzjonijiet fuq din il-liberta` huma wkoll ikkontrollati mill-Kostituzzjoni.", "Jekk m'iniex sejjer żball, subparagrafu (iv) ta' subartiklu (b) ta' artiklu 44 kif propost fi klawsola 2 jgħidlek li f'ċerti ċirkostanzi nies li m'humiex Maltin - jiġifieri li ma tweldux Malta jew li ma ġewx reġistrati bħala Maltin - jistgħu jiġu kkonsidrati bħala ċittadini ta' Malta għall-finijiet tal-liberta tal- moviment ġewwa pajjiżna.", "Jien insibha xi ħaġa stramba li fil-Kostituzzjoni hemm klawsola li tgħid li mara barranija li tiżżewweġ ċittadin Malti tiġi kkonsidrata bħala ċittadina Maltiija awtomatikament għall-finijiet tal- freedom of movement, u issa nispjega għalfejn qed nenfasizza fuq il-kelma \"awtomatikament\".", "Forsi hawnhekk wieħed jistaqsi: X'inhi din li l-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid li hija mara barranija li tiżżewweġ ċittadin Malti li għandha dritt għall-freedom of movement?", "Għaliex raġel barrani li jiżżewweġ Maltija m'għandux ikollu dan l-istess dritt ukoll?", "Fil-fatt kellha tkun kawża kostituzzjonali li kien ippreżenta ċittadin barrani, Paul Stoner, li għamel kawża f'dan ir-rigward fejn qal: Mela sewwa, kif inhi l-Kostituzzjoni ta' Malta llum mara barranija - kemm jekk tkun Ingliża, kemm jekk tkun Franċiża, kemm jekk tkun Libjana, kemm jekk tkun Taljana, kemm jekk tkun Tuneżina kif ukoll jekk tkun Ċiniża - għax tiżżewweġ Malti tingħata l- freedom of movement awtomatikament, u rġiel ta' l-istess nazzjonalita' li għadni kemm iċċitajt li jiżżewġu ċittadina Maltija ma jkollhomx il-freedom of movement!", "Issa ħalli nitkellmu ċar hawnhekk.", "Ma jfissirx li min m'għandux id-dritt kostituzzjonali li jkollu l-freedom of movement ma jista' jiċċaqlaq imkien, anke għaliex jista' jingħata permess mil-principal immigration officer li jagħmel dan permezz ta' visa.", "F'subartiklu (3) ta' artiklu 217 ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni jissemmew dawk il-kategoriji ta' nies li għandhom dak li nsejħulu \"exempt status\", fosthom l-immigranti projbiti, l-ambaxxaturi, il-membri tal-forzi armati u min qiegħed f'Malta f'kapaċita` konsultattiva jew biex jagħti pariri lill- gvern fuq stedina tiegħu.", "Dawn in-nies għandhom forma inferjuri ta' freedom of movement, fis-sens illi l-liberta` tal-moviment għalihom m'hijiex protetta mill-Kostituzzjoni ta' Malta imma mil-liġi dwar l- immigrazzjoni.", "B'dan l-abbozz ta' liġi li qed jiġi propost mhux biss il- mara barranija li tiżżewweġ ċittadin Malti se tingħata d-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement imma anke r-raġel barrani li jiżżewweġ ċittadina Maltija, ikun minn fejn ikun ġej.", "Bidla oħra li qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hi li fejn qabel mara barranija li tiżżewweġ ċittadin Malti kienet tikseb id- dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement, issa b'dan l-abbozz ta' liġi dan id-dritt tal-freedom of movement m'hijiex se tieħdu maż-żwieġ imma se tieħdu wara li jgħaddu ħames snin mid-data taż-żwieġ.", "Issa hawnhekk hawn wieħed x'jogħmod.", "Kif għedt diġa', qabel raġel barrani li jiżżewweġ Maltija qatt ma kien jingħata d-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement imma issa se nagħtuh dan id-dritt, pero` dan jakkwistah wara ħames snin.", "Dan ifisser li għalkemm dan l-individwu jkun jista' jirrisjedi u jaħdem hawn Malta, ma jkunx protett kostituzzjonalment imma jakkwista dak id-dritt wara ħames snin.", "Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-mara hemm restrizzjoni għax filwaqt li kif inhi l-liġi bħalissa mara għandha d- dritt kostituzzjonali awtomatiku tal-liberta` tal-moviment, billi issa qed jiġi propost li dan id-dritt ikun jistgħu jakkwistawh il-konjuġi wara ħames snin, allura dan se jkun ifisser li inkwantu għan-nisa barranin miżżewġin Maltin, lil dawn se jitnaqqsilhom id-dritt awtomatiku li jiksbu l-freedom of movement malli jiżżewġu.", "Ħalli nġib eżempju biex dak li jkun jifhimni aħjar.", "Sal-lum dik il-mara barranija li żżewġet Malti sentejn ilu, bis-saħħa ta' artiklu 44 tal-Kostituzzjoni kienet tgawdi l-freedom of movement, pero` li se jiġri issa huwa li kif dan l-abbozz isir liġi, għat-tlieta minn ħames snin li għad fadal din se taqa' taħt l-exempt status; jiġifieri ma tibqax tiġi protetta mill-Kostituzzjoni imma terġa' tirrittjeni dak id-dritt kostituzzjonali wara li jgħaddu t-tliet snin li fadlilha.", "Bilfors li kellha ssir din ir-restrizzjoni għax ma kienx ikun jagħmel sens li raġel barrani li jiżżewweġ Maltija jkun irid jistenna ħames snin sakemm jakkwista l-freedom of movement - jiġifieri jagħmel ħames snin eżenti taħt il-liġi dwar l-immigrazzjoni - u mbagħad jottjeni l-freedom of movement kostituzzjonali wara ħames snin, filwaqt li mara kienet takkwista l-freedom of movement mal-ewwel.", "Naturalment dan l-abbozz ta' liġi qed jimmira sabiex tinħoloq ċerta ugwaljanza.", "Ta' min jgħid li meta konna qed nippilotaw dan l-abbozz ta' liġi aħna konna qed ngħidu li individwu barrani li jiżżewweġ Maltija għandu jdum tliet snin sabiex jakkwista l-freedom of movement, pero` l-gvern Nazzjonalista kien issuġġerixxa li jkun aħjar jekk dan il-perijodu jitwal għal ħames snin, u fil-fatt ġie stabilit il-perijodu ta' ħames snin.", "Meta f'dan il-parlament konna emendajna l-provvedimenti kostituzzjonali dwar iċ- ċittadinanza u konna għamilna liġi speċjali, konna wkoll għedna li individwu li jiżżewweġ ċittadina Maltija ma jistax jakkwista ċ-ċittadinanza ħlief wara li jgħaddu ħames snin, u allura nistgħu ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi huwa żvilupp loġiku u naturali li jsegwi l-emendi li saru għall- provisions kostituzzjonali dwar iċ-ċittadinanza.", "Mr Speaker, diskussjoni li għandha x'taqsam mal-freedom of movement tipprovoka wkoll diskussjoni dwar l-effett ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Il-gvern Nazzjonalista qiegħed jipprova jsieħeb lil Malta fl-Unjoni u allura jkun tajjeb jekk wieħed jispjega fuq fuq dwar x'effetti jkun hemm f'każ li Malta tissieħeb, u x'effetti jkun hemm mill-lat kemm kostituzzjonali u anke mil-lat tal-liġi dwar iċ-ċittadinanza.", "Ir-raġuni għal dan toħroġ minn artiklu 44 tal-Kostituzzjoni li biex jiġi mibdul jeħtieġ vot ta' żewġ terzi f'dan il-parlament.", "Dan jgħid li:", "\"No citizen of Malta shall be deprived of his freedom of movement and for the purpose of this section, freedom means the right to move freely throughout Malta, the right to reside in any part of Malta, the right to leave and the right to enter Malta.\"", "Issa d-dritt kostituzzjonali jispetta lil ċittadin Malti u lil ċittadin Malti biss għax dan huwa dritt kostituzzjonali.", "Issa jekk Malta tiġi biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jkollna nassistu għal overhaul ġenerali sia tal-Kostituzzjoni u sia ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni.", "Hemmhekk iridu jinbidlu ħafna u ħafna affarijiet.", "Għaliex allura kif japplika d-dritt kostituzzjonali għaċ-ċittadin Malti jew għal persuna barranija miżżewġa ċittadin Malti, u dan l-istess dritt kostituzzjonali ma japplikax għal ċittadin mill-Unjoni Ewropea?", "Issa artiklu 44 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jagħmilha ċara li l-uniċi nies li għandhom d-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement huma ċittadini Maltin.", "Issa jekk ċittadini ta' pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea se jiġu ekkwiparati maċ-ċittadin Malti, allura hawnhekk għandna bżonn immissu l-Kostituzzjoni u hemm bżonn ta' vot ta' żewġ terzi f'dan il- parlament.", "Hawn qed nittrattaw ma' artiklu 44, u jrid ikun hemm dibattitu fuq dan għaliex din hija kwestjoni kostituzzjonali li wiegħed għandu japprofondixxi.", "Hawn irridu nemendaw artiklu 44 u b'hekk nkunu qed ngħidu illi l-freedom of movement japplika wara ħames snin mid-data taż-żwieġ.", "Jekk il-gvern jasal biex idaħħal lil Malta fl-Unjoni, lil dak iċ-cittadin mill-Unjoni Ewropea se ngħidulu illi jista' jiċċirkola kullimkien għax għandu d-dritt kostituzzjonali li jiċċirkola kullimkien fl-Unjoni Ewropea, imma d-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement f'Malta jakkwistah biss wara ħames snin!", "(Interruzzjonijiet) X'se jsir minn dawn l-emendi li qed timbuttaw illum?", "Dawn se jkollna naraw kif inneħħuhom meta nafu li huma tajbin għaliex huma intiżi biex jevitaw kemm jista' jkun possibbli żweġijiet ta' konvenjenza illi qegħdin inaqqru t-tessut soċjali tal-familja Maltija.", "Bħalissa hawn min qed jinqeda b'familji Maltin sabiex ikun jista jidħol Malta, anzi jinqeda bil-Maltin sabiex imur f'xi pajjiż Ewropew, u għalhekk din hija kwestjoni li wieħed irid japprofondixxi.", "Li forsi għandu ħsieb illi jagħmel il-gvern biex forsi jibbajpassja l- parlament minħabba kemm il-Kostituzzjoni u kemm l-entrenched provisions ta' artiklu 44 tal-Kostituzzjoni, huwa li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni sabiex jagħti liċ-ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea l-exempt status.", "Dan ifisser li l-provisions ta' l-illegal immigration ma jkunux japplikaw għal ċittadin Malti u lanqas għal ċittadin mill-Unjoni Ewropea.", "Iżda xorta waħda f'dan il-kaz ċittadin mill-Unjoni Ewropea se jkollu kwalita' ta' ċirkolazzjoni libera inferjuri għal dak li għandu ċittadin Malti li huwa protett bil-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Ma nafx jekk dan huwiex diskriminatorju u wieħed irid jesplora jekk hemm din il-possibilita.", "Niftakru kif Paul Stoner ħassu ddiskriminat illi kellu exempt status imma ma kellux id-dritt kostituzzjonali taħt artiklu 44 tal-Kostituzzjoni.", "Id- diskriminazzjoni tinsab fil-fatt illi mara barranija li tiżżewweġ Malti għandha dritt kostituzzjonali tal-liberta' tal-moviment izda raġel barrani li jiżżewweġ Maltija m'għandux il-istess dritt, u b'dan l-argument Stoner rebaħ il-kawza quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.", "Evidentement ċittadin mill-Unjoni Ewropea ma jistax joqgħod bl-exempt status biss u ma jkollux id-dritt fundamentali tal-liberta tal-moviment li għandu ċittadin Malti, jekk skond it-Trattat ta' Maastricht iċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea huma ugwali għaċ-ċittadini li jkunu qegħdin fil- pajjiżi li huma msieħba.", "Naħseb li 'l quddiem se jkun hemm problemi kostituzzjonali f'dan ir-rigward.", "Ma nistgħux naqbdu u naqbzu artiklu 44, u jista' jkun hemm diffikultajiet għall-gvern għaliex biex tbiddel artiklu 44 għandek bzonn vot ta' zewg terzi fil-parlament.", "Hemm min jgħid - imma dan huwa dibattibli – illi peress li artiklu 44 f'dan il-qasam jirriferi għal sections tal-liġi, kulma jkollok bzonn hija a bare majority u mhux vot ta' zewġ terzi, izda fuq dan il-punt ikun hemm bzonn dibattitu għaliex hemm konfużjoni legali.", "Per eżempju, b'subartiklu (4) ta' artiklu 2 ta' dan l-abbozz tal-liġi qed jiġi propost illi minflok il-kliem:-", "\"... ta' artikolu 22 subartikolu (1) jew artikolu 25 subartikolu (1) ta' din il-Kostituzzjoni......\",", "għandhom jidħlu l-kliem:-", "\"...... ta' subartikolu (1) ta' artikolu 3 jew ta' subartikolu (1) ta' artikolu 5 ta' l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis- seħħ mal-bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar iċ- Ċittadinanza Maltija.\"", "L-Att dwar iċ-Ċittadinanza diġa' daħal in force b'vot ta' zewġ terzi u allura hawnhekk għandna taħwida legali per eċċellenza.", "Nerġa' ntenni li jekk eventwalment il-gvern jipprova jimbotta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea – jien ngħid li dan qatt mhu se jkun - rigward il-kwestjoni dwar il-liberta' tal-moviment lil ċittadini ta' l-Unjoni jkollna nerġgħu niltaqgħu f'dan il-parlament u niddiskutu bis-serjeta' kif dan se jolqot sia l-Kostituzzjoni ta' Malta u sia l-Att dwar l-Immigrazzjoni.", "Issa tajjeb li wieħed jgħid hawnhekk - għaliex meta nitkellmu fl- aġġornamenti, qisu l-pjaċir ta' ċertu gazzetti li kemm jista' jkun possibbli dak li ma jidhirx sabiħ minħabba l-effetti ta' sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea jeskluduh kompletament – u ħa nerġa' nirripeti dak li diġa' għedt f'aġġornament riċenti, ġaladarba qegħdin nitkellmnu dwar freedom of movement.", "Freedom of movement x'ifisser?", "Freedom of movement ma jfissirx biss illi ċittadin mill-Unjoni Ewropea jkun jista' jidħol, jiċċirkola liberament ġewwa pajjiżna, ma jiddikjarax il-passaport u ma jimliex embarkation card.", "Mill-freedom of movement joħorġu drittijiet oħrajn bħad- dritt li tirrisjedi ġewwa l-pajjiż u d-dritt li taħdem ġewwa l-pajjiż.", "Konsegwenza oħra tal-freedom of movement u li jaqa' taħt il-qasam ta' l- intern, huwa d-dritt li tixtri proprjeta' ġewwa pajjizna, tkun tista' tixtri kemm trid u jekk tixtrieha, għandek id-dritt li mhux biss tgħix fiha imma tkun tista' tispekulaha.", "Allura jekk qatt Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, irridu nagħmlu a general overhaul mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna iżda wkoll fl' Att dwar l- Immigrazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' exempt status.", "Mhux dan biss izda fejn illum ċittadin barrani, ġej minn liema pajjiz ġej, għandu bzonn il-permess mill-uffiċċju tal-prim ministru sabiex jaħdem f'Malta, jekk Malta tidħol fl'Unijoni, ma jkollux bzonn iktar jitlob dan il- permess.", "Il-kondizzjonijiet li hemm imposti ma sarux b'kapriċċ imma saru biex jipproteġu s-suq tax-xogħol.", "Mela bħalissa x'inhi s-sitwazzjoni?", "Jekk Taljan, Franċiż, Libjan, jew Tuneżin, per ezempu jrid jiġi jaħdem hawn Malta jrid jissodisfa zewġ kriterji.", "Hawn qed insemmi fatti, għaliex hawn diġa ħafna nies, mhux biss Tuneżini jew Libjani imma anki Sqallin li qed jaħdmu Malta illegalment, speċjalment fil-qasam tal-self-employed.", "Kif dawn in-nies diġa qed jaħdmu Malta, ma nistgħux ngħidu illi se jiġu biex jibilgħu s-suq għaliex diġa qed jaħdmu hawn.", "Izda kif semmejt, sabiex barrani jkun jista' jiġi jaħdem Malta jrid jissodisfa żewġ kriterji.", "L-ewwel kriterju huwa illi x-xogħol li jixtieq jagħmel barrani m'hemmx Maltin li jagħmluh jew il-Maltin ma jafux jagħmluh.", "It-tieni kriterju huwa illi waqt li l-barrani jkun qed jagħmel dak ix-xogħol, irid jgħallem liċ- ċittadin Malti sabiex 'il quddiem ikun jista' jagħmlu hu.", "Dawn huma l- kriterji.", "Mela ġaladarba qiegħed tagħmel dawk ir-restrictions, illi mhumiex hemm b'kapriċċ, dan ma jfissirx li jista' jiġi barrani, ikun min ikun, u jagħmel qualsiasi ġeneru ta' xogħol.", "Per eżempju, xogħol ta' waiter jaf jagħmlu Malti, xogħol ta' skrivana jafu jagħmluh il-Maltin, ix- xogħol li per ezempju isir f'dan il-parlament jafu jagħmluh il-Maltin u xogħol ġol-banek jafu jagħmluh il-Maltin.", "Dawn ix-xogħolijiet ma jistgħux jagħmluhom ċittadini barranin, ikunu ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew le.", "Kien hemm zmien fejn - ħa nieħu ezempju fqir - biex wieħed isajjar ikel Ċiniż kellek bżonn koki Ċiniżi, izda issa m'hemmx bzonn ta' dan għaliex il- Maltin jafu jagħmluh dan ix-xogħol.", "Mela biex persuna barranija tkun tista' taħdem hawn Malta trid tagħmel xogħol li ma jafx jagħmlu Malti, jiġifieri qui si tratta ta' speċjalizzazzjoni akuta.", "Imbagħad rigward kemm se nkunu severi, kemm se nkunu restrittivi, jew kemm se nkunu laxki fil-mod kif ninfurzaw dawn ir-regolamenti hija kwestjoni oħra.", "Għandi l-impressjoni illi qed nkunu laxk u li hawn barranin li anke bil-barka tal-gvern qegħdin jagħmlu xogħol li jafu jagħmluh il- Maltin.", "Dan qisna qed nagħmluh biex nippreparaw ruħna għal meta nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u allura ħa nibdew nillaxkaw minn issa!", "Hawn Sqalli - mhux se noqgħod insemmieh b'ismu hawnhekk - illi jagħmel xogħol ta' l- aluminium u ta' l-injam u ġej u sejjer Malta.", "Imbagħad ngħidu illi m'għandhiex għalfejn nibżgħu għaliex t-Taljani jew l-Isqallin mhux se jiġu hawn Malta biex naħdmu!", "Għalkemm forsi t-Taljani ma jiġux, izda l-Isqallin bil-qagħad kbir illi għandhom f'pajjizhom ma naħsibx illi se jiddejqu illi jiġu jaħdmu hawn Malta.", "Mhux se jiġu jaħdmu kollha hawn, u m'għandniex għalfejn li jiġu kollha, għaliex bħalissa is-suq tax-xogħol hawn Malta diġa qiegħed tajjeb, għaliex għandna gvern li m'huwiex kapaċi jsib xogħol għall- Maltin.", "Dak li jonqos hu illi jiġu l-Isqallin, u dawn lanqas biex jagħmlu xogħol ta' speċjalizazzjoni.", "Il-kriterji u r-restrizzjonijiet kollha sabiex tikseb liċenzja ta' xogħol biex taħdem ġo pajjiżna jtiru u l-barranin ikunu jistgħu jaħdmu ta' waiters, jew fil-banek u anke jekk iridu fil- parlament!", "Ma jkun hemm xejn li jwaqqaf barrani milli japplika mas-settur pubbliku, jiġifieri jista' jkun hemm domanda akbar fis-suq tax-xogħol tagħna.", "Dan issa huwa f'qasam wieħed, dak li għandu x'jaqsam max-xogħol, imbagħad hemm il-qasam ukoll tar-residenzi.", "Naturalment biex barrani jkun jista' jaħdem Malta jkollu jikseb the right to reside.", "Meta nissieħbu fl-Unjoni, iċ-ċittadini mill-Unjoni Ewropea jkunu eżenti taħt l-Att dwar l-Immigrazzjoni mill-kapitlu 3 li għandu x'jaqsam ma' l-immigranti projbiti u allura jkollhom id-dritt li jixtru.", "Ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea jagħtuk id-dritt illi tixtri għaliex din hija liberta' oħra, il-liberta tal-freedom of movement of capital.", "Din hija r-raġuni għaliex il-gvern Nazzjonalista qed jipprova jakkwista deroga permanenti, għalkemm ma nafx kemm ħa jirnexxielu.", "Aħna nixtiequ relazzjoni speċjali ma' l-Unjoni Ewropea, li qed ngħidulha a la carte menu, li ma teżistiex fl- Unjoni Ewropea.", "Din ir-relazzjoni speċjali trid tispjegha lilhom u mhux lilna, min-naħa tagħhom jew ġewwa jew barra, jew taċċetta r-regoli jew le, daqshekk kollox!", "Bħalissa barrani jista' jixtri proprjeta' hawn Malta imma jista' jixtri propjeta' waħda b'ċerti kondizzjonijiet, basta jakkwista l-permess għall- acquisition of immovable property.", "Jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni dan kollu jkollu jtir u barrani jkun jista' jiġi hawn Malta u jixtri proprjeta' waħda, jew anki tnejn, tlieta, erba' jew ħamsa, u jkun jista' jispekula wkoll.", "Ftit ilu kont qed inkellem lill-Ministru Joe Borg u qalli li din mhiex problema għaliex fid-Danimarka hemm reġuni fejn din ir-regola ma tapplikax.", "Imma l-Unjoni Ewropea diġa' qaltilhom li rigward il-housing, dik tad-Danimarka was a one-off case and will not happen again.", "L-Unjoni Ewropea ma taċċettax derogi permanenti dwar kemm wieħed jista' jixtri proprjeta' u jekk ikun irid jispekula u joqgħod jagħmel il-business, ikun jista' jagħmilha ukoll.", "Mr Speaker, issa jeżisti l-argument kuntrarju li aħna nistgħu nixtru proprjeta' barra minn pajjiżna.", "Issa nafu kemm qed isibuha diffiċli koppji Maltin, speċjalment żgħażagħ, illi jixtru proprjeta' hawn Malta minħabba prezzijiet ta' djar u artijiet li mhumiex irħas, aħseb u ara kemm se nixtru proprjeta' barra minn Malta!", "For God's sake ma noqogħdux ngħidu that there is the other side of the coin u li aħna nistgħu nagħmlu l-istess ħaġa.", "Nistgħu nbassru x'jiġri ġewwa pajjiżna, u dan jafu l-gvern għaliex kieku kien komdu u kalm dwar din il-kwestjoni ma kienx se joqgħod jiġri wara Verheugen u jitlob deroga permanenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' xiri ta' proprjeta'.", "Kieku din il-ħaġa mhux qed tinkwiethom ma jitolbuhiex, imma fil-fatt qegħda tinkwethom u allura tajjeb li f'din id-diskussjoni nidħol ftit jew wisq fil-qasam ta' l-Unjoni Ewropea.", "Rigward l-abbozz innifsu, Mr Speaker, dan jieħu ħsieb - u forsi anke b'mod naturali - li l-liberta tal-freedom of movement, minħabba il-ħames snin li wieħed għandu jistenna sabiex jakkwistaha, tapplika wkoll għal dak iċ- ċittadin jew ċittadina barranija li tiżżewweġ ċittadin Malti u matul dawk il-ħames snin ċ-ċittadin Malti jmut.", "Issa x'se jiġri minnu jew minnha dik il-persuna, titlef il-freedom of movement?", "Il-liġi qiegħda tipproponi illi li kieku baqa' ħaj, probabbli kienu jibqgħu miżżewġin għal ħames snin u allura mhux sew illi titlef il-freedom of movement.", "Dan veru, hekk għandu jkun, u naqblu magħha.", "Hekk jekk persuna barranija żżewġet Malti, u matul dawk il-ħames snin il-Malti jew il-Maltija jmutu, speċjalment jekk ikun hemm it-tfal, allura x'se jiġri minnha dik iċ-ċittadina barranija li żżewġitu jew dak iċ-ċittadin li żżewweġ ċittadina Maltija?", "Ma jkunx ġust illi l-barrani jew il-barranija tispiċċa mingħajr freedom of movement, speċjalment jekk ikollha t-tfal mill-persuna ċittadina Maltija li mietet.", "B'hekk il-liġi ħadet ħsieb sabiex il-freedom of movement ta' dan il-barrani jew barranija tidħol naqra fil-friża - biex insejħulha hekk - u wara ħames snin jerġa' jiskatta d-dritt kostituzzjonali.", "Però hawnhekk irridu noqogħdu attenti mill-abbużi għax jista' jkollok każ ta' mara avvanzata fiż-żmien u jkun hemm xi barrani jiżżewwiġha u ngħidu aħna din tmut wara sentejn.", "L-istess fil-każ ta' mara barranija li tiżżewweġ Malti li għandu 70 sena li jkun wasal biex imut.", "Ovvja għalfejn isiru dawn iż-żweġijiet!", "Dawn huma żweġijiet ta' konvenjenza li rridu noqogħdu attenti għalihom.", "B'din il-liġi, anke jekk imut iċ-ċittadin Malti matul dawk il-ħames snin, il-konjuġi l-oħra jew l-ieħor li jista' jkollu 30, 40 sena, ikun jista' jakkwista l-freedom of movement.", "Din hija provision li qiegħda wkoll fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza, jiġifieri jakkwista ċ-ċittadinanza u mbagħad ikollu dritt għall-freedom of movement awtomatikament għax ikun ċittadin Malti.", "Iżda fl-abbozz ta' liġi hemm propost proviso li jgħid li l-ministru responsabbli għall-ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija jista' jiddikjara li jkun kontra l-interess pubbliku li konjuġi jakkwista l-freedom of movement, u taħt l- Att dwar iċ-ċittadinanza jakkwista ċ-ċittadinanza b'dan il-mod.", "Allura f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn ikun ovvju li ż-żwieġ sar għal dak l-iskop, il- ministru għandu jeżerċita dak id-dritt.", "Imbagħad għandek każi fejn ikun hemm min huwa verament sinċier u jkun iħobb verament, imma dawn huma ċirkostanzi li mhux faċli tinduna min hu sinċier.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid ukoll xi ħaġa żgħira fuq il-kunsilli lokali, li wkoll għandha x'taqsam mal-kwestjoni tal-freedom of movement.", "Jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni, ċittadini mill-Unjoni Ewropea se jkollhom id-dritt li jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali hawn Malta.", "Bħalissa ċittadini Maltin biss jistgħu u jidhirli li by reciprocity l- Ingliżi u l-Irlandiżi, skond il-liġi dwar il-kunsilli lokali.", "Però jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni, imbagħad anke ċittadini mill-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiġu jivvotaw fl-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali tagħna.", "M'għandix ħin biex nespandi aktar fuqha din imma se nkunu qegħdin niftħu fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-gvern lokali anke għal persuni mill- Unjoni Ewropea.", "Din hija regola li toħroġ mit-Trattat ta' Maastricht.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz li qiegħed jittratta żewġ affarijiet differenti.", "Jien nixtieq niffoka fuq il-parti fejn l-abbozz qed jgħid li għandu jiġi miżjud kapitlu mal-Kostituzzjoni li jipprovdi li għandu jkun hemm gvern lokali f'Malta u, ladarba jidħol, dan jista' jitħassar biss mill-Kostituzzjoni jekk ikun hemm żewġ terzi tal- membri kollha tal-Kamra, jiġifieri 44 membru, li jaqblu li dan l-artiklu għandu jitħassar.", "Nagħraf ukoll l-importanza ta' l-emenda l-oħra li qed tiġi proposta għaliex konna qegħdin ngħixu f'anomalija fejn filwaqt li mara barranija setgħet tiżżewweġ raġel Malti u jkollha l-freedom of movement, raġel barrani ta' mara Maltija ma setax ikollu dan id-dritt b'mod kostituzzjonali.", "Huwa importanti wkoll it-terminu ta' ħames snin biex wieħed dejjem inaqqas l-abbuż.", "Nafu li saru abbużi u allura huwa importanti li dawn l-emendi jsiru.", "Però fil-ftit ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi xtaqt nitkellem dwar l-emenda biex jiġi entrenched il- prinċipju tal-kunsilli lokali fil-Kostituzzjoni.", "Mr Speaker, fl-1993 kien sar pass importanti fl-iżvilupp ta' pajjiżna meta għall-ewwel darba ġew introdotti l-kunsilli lokali.", "Kien pass importanti fil-proċess politiku ta' kif ikun amministrat pajjiżna, billi l- amministrazzjoni ma tibqax konċentrata f'idejn il-gvern ċentrali biss, imma parti minn dak il-poter jgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali eletti b'mod demokratiku minn residenti tad-diversi lokalitajiet.", "B'dan il-mod ċerti deċiżjonijiet li jeffettwaw il-ħajja ta' kuljum ta' kull wieħed u waħda minna jittieħdu kemm jista' jkun f'livell ta' komunità, f'livell aktar qrib ta' dawk li jgħixu fil-lokalitajiet differenti u li l-aktar li ikunu se jintlaqtu b'dawk id-deċiżjonijiet.", "U dan jagħmel sens peress li kull lokalità għandha l-ħteġijiet u l-prijoritajiet tagħha, għaliex għalkemm pajjiżna huwa żgħir, kull raħal għandu l-identità partikolari tiegħu.", "Jekk insemmu l-Iklin insibu li hija komunità magħmula iktar minn familji bit-tfal li għadhom żgħar u żgħażagħ, imbagħad jekk immorru fil-Furjana nsibu li għandek komunità fejn għandek iktar anzjani, allura l-ħteġijiet tagħhom huma differenti.", "Hemm ukoll id-differenza ta' fejn qegħdin fil- lokalità u x'tip ta' ambjent hemm madwarek.", "Per eżempju, is-Swieqi hija area iktar moderna fejn hemm iktar traffiku u iktar stabilimenti kummerċjali, allura għandhom bżonn ċerti ħteġijiet.", "Imbagħad jekk immorru l-Għargħur insibu area iktar rurali u area moderna wkoll, imma għandek raħal fejn wieħed irid jippriserva l-identità rurali tiegħu, fosthom l- isqaqien, li ma ssibhomx f'postijiet oħra bħalma huma l-Iklin u s-Swieqi.", "Mr Speaker, fl-1993 il-kunsilli lokali bdew bħala esperiment.", "Dak iż- żmien ħafna minna - u ngħid ħafna minna għaliex jiena kont waħda minnhom - dħalna għalihom bla esperjenza ta' xejn.", "Bdejna bi ftit dmirijiet u kull kunsill beda jiżviluppa l-ħidma tiegħu u tgħallimna on the way.", "Il-partit Nazzjonalista sa mill-bidu nett emmen li dan l-esperiment kellu jkun suċċess, u ħarsa madwarna tgħidilna li, iva, il-kunsilli lokali għamlu differenza u qed jagħmlu differenza fl-irħula u fl-ibliet tagħna.", "Forsi wħud aktar minn oħrajn, għax ma nistgħux ngħidu li l-kunsilli lokali kollha mxew bl-istess pass, iżda kullimkien tinħass il-preżenza tal-kunsilli lokali.", "Permezz tal-kunsilli lokali qed titrawwem ukoll kultura ġdida ta' aktar sens ċiviku lejn il-lokal.", "Meta wieħed jara x'tip ta' attivitajiet jagħmlu l-kunsilli lokali jsib li qegħdin joħorġu l-identità dejjem aktar fuq quddiem.", "Il-kunsilli lokali twaqqfu b'rispett lejn wegħda elettorali tal- Partit Nazzjonalista, u mhux għax kien rikjest.", "Il-kunsilli lokali twaqqfu għax Partit Nazzjonalista emmen fihom.", "Kien taħt amministrazzjoni Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1992 li kienet ħarġet il-white paper li saru diversi konsultazzjonijiet dwarha sakemm kien ippreżentat l-abbozz ta' liġi ta' l-1993 għall-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra.", "Mr Speaker, għalkemm il-Kostituzzjoni tagħna s'issa ma timponix li jitwaqqfu l-kunsilli lokali, iżda dan ipprevedietu għax insibu xi artikli fil-Kostituzzjoni li jagħmlu riferenza għall-possibbiltà li jkun hemm gvern lokali.", "U llum minn esperiment il-kunsilli lokali qed narawhom bħala esperjenza u rridu nagħmlu pass ieħor 'il quddiem; li mhux biss insibu riferenza għall-possibbiltà li jkun hemm kunsill lokali, iżda li dawn ikunu dritt tal-poplu Malti.", "Il-kunsilli lokali se jkunu entrenched fil- Kostituzzjoni ta' pajjiżna biex għada pitgħada dawn il-kunsilli lokali żgur ma jisfawx mhedda minn xi ħadd li forsi ma tantx ikollu grazzja magħhom u b'daqqa ta' pinna, b'maġġoranza sempliċi f'dan il-parlament jikkanċella l- liġi li tirregola t-twaqqif tal-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, forsi jkun hawn min jgħid li dawn saru parti mill-ħajja ta' kuljum ta' l-ibliet u l-irħula tagħna u allura ma nipprevedux li dawn jistgħu jitneħħew.", "Iżda hawnhekk nixtieq nistaqsi: Xi ħadd kien jipprevedi li l-finanzi tal-kunsilli lokali kienu se jitnaqqsu minflok jiżdiedu minn sena għal sena?", "Iżda dak li forsi ma ppreveda ħadd fil-fatt ġara għaliex taħt amministrazzjoni Laburista hekk ġara.", "Jekk wieħed jara kif ġraw l-affarijiet isib li l-kunsilli lokali bdew b'doveri sempliċi u l- finanzi kienu jirrigwardaw dawk id-doveri li kellhom, Lm4.8 miljun, is-sena ta' wara żdiedu għal Lm7.59 miljun, fl-1996 żdiedu għal Lm9.72 miljun, iżda mbagħad fl-1997 dawn il-finanzi naqsu, u fl-1998 reġgħu naqsu.", "L-għajta kienet \"nagħmlu iktar b'anqas\".", "Meta tnaqqsu dawn il-finanzi, allavolja l- Partit Laburista ma kienx qiegħed jipparteċipa hu b'mod dirett, bil- kandidati f'ismu, kellna galbu kbir għaliex b'inqas finanzjament dawn il- kunsilli lokali kellhom jagħmlu ħafna iżjed.", "Imbagħad fl-1999 reġgħu żdiedu l-finanzi u llum għandna Lm10.64 miljun li huma dedikati għax-xogħol li jridu jagħmlu l-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, il-Partit Laburista bil-kliem qalilna li jemmen fil-kunsilli lokali, iżda bil-fatti nafu x'kien il-ħsieb.", "Illum aħna qed nipproponu kapitlu qasir imma b'sinifikat qawwi, li jgħid li:", "\"L-Istat, filwaqt li jirrikonoxxi l-prinċipji ta' sussidjarjetà ...\"", "- għax fuq kollox dak huwa l-qofol tal-kunsilli lokali -", "\"...għandu jadotta sistema ta' gvern lokali li biha t-territorju ta' Malta jinqasam f'dak l-għadd ta' lokalitajiet ...\"", "- kif nafu, bdejna b'67 lokalità u llum għandna 68 għax żdiedet l-Imtarfa -", "\"... hekk kif jista' minn żmien għal żmien jiġi stabbilit b'liġi, b'dan li kull lokalità tkun amministrata minn kunsill lokali elett mir- residenti tal-lokalità ...\"", "- jiġifieri bil-prinċipju tad-demokrazija li dawk li jiġu eletti biex imexxu u jużaw fondi pubbliċi jkunu eletti b'mod demokratiku permezz ta' elezzjoni mir-residenti ta' dik il-lokalità -", "\"...u li jitwaqqaf u jitħaddem skond dik il-liġi li tista' minn żmien għal żmien tkun fis-seħħ.\"", "Għalkemm dan il-kapitlu jrid jidħol bl-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal- Kamra, jiġifieri ta' mill-inqas 44 membru ta' din il-Kamra, u biex jitneħħa mill-Kostituzzjoni jrid ukoll żewġ terzi tal-Kamra li jivvotaw favur dik l- emenda, dan mhux qed jorbot li ma tistax issir emenda fil-liġi dwar il- kunsilli lokali, għaliex nafu li mal-mogħdija taż-żmien l-affarijiet jevolvu ruħhom, u allura jkun jeħtieġ ċerti bidliet.", "Il-verita' hi li qed jingħata dritt bil-Kostituzzjoni, li hija l-ogħla liġi tal-pajjiż, allura anke l-istatura tal-kunsilli lokali se tkompli tissaħħaħ.", "Aħna nemmnu bis- sħiħ li min qiegħed fil-politika qed jagħti servizz u kulmin jipparteċipa fil-kunsilli lokali wkoll qed jagħti servizz.", "Id-demokrazija hija bbażata fuq l-eżistenza tal-partiti politiċi.", "Il-gvern ċentrali jamministra l- fondi pubbliċi, fondi miġbura mingħand kull wieħed u waħda minna, u l- kunsilli lokali qed jamministraw parti minn dawn il-fondi pubbliċi li qed jinqasmu fuq id-diversi lokalitajiet biex kull lokalità tgawdi u tuża l- fondi kif l-aktar jaqbel għaliha.", "Il-kunsilli lokali jamministraw mhux sold u tnejn.", "Kif għedt, għal din is-sena hemm biss biss kważi Lm11 miljun.", "Il-partiti politiċi m'għandhomx jabdikaw mid-dmir li huma wkoll jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju politiku, f'dan l-eżerċizzju ta' amministrazzjoni.", "F'dawn id-dibattiti qed nisimgħu kważi l-istess kritika u argumenti li smajna fl-1993, jiġifieri li l- partiti politiċi m'għandhomx jipparteċipaw fil-kunsilli lokali.", "Il-liġi ma tgħidx li l-partiti politiċi għandhom l-esklussività, ma tgħidx li huma l- partiti politiċi biss li jistgħu jipparteċipaw, u mill-esperjenza nafuha din.", "Għandhom dritt jipparteċipaw il-partiti politiċi, għaqdiet tar- residenti, gruppi ta' nies bħalma huma baned, daqskemm għandu dritt kull individwu li jipparteċipa fuq bażi personali, li allura jitqies bħala indipendenti.", "Mr Speaker, meta l-Partit Laburista ma kienx jipparteċipa bil-miftuħ fil- kunsilli lokali, bl-iskuża li l-kunsilli jkunu miċ-ċittadin għaċ-ċittadin, kien qiegħed joħnoq id-dritt għal dawk in-nies li liberament ma kenux marbuta ma' karru politiku.", "Illum li l-Partit Laburista dawwar ir-rotta, minkejja li qed jgħid li qed joħroġ il-kandidati tiegħu fuq qalbu, id- distinzjoni nistgħu ngħidu li hija netta.", "Ma rridux ninsew li fost l-hekk imsejħa kandidati indipendenti kellna numru minnhom li faċilment kienu identifikati bħala nies, mhux biss li kienu marbuta mal-karru politiku tal- partit Laburista, iżda kienu parti minn dak il-karru.", "Forsi ma kenux fl- eżekuttiv tal-partit, ma kenux fil-kumitati sezzjonali tal-partit, imma huma nies identifikati u wħud minnhom illum qegħdin f'din il-Kamra mal- Partit Laburista u oħrajn qegħdin jikkontestaw mal-Partit Laburista llum, issa li għandhom iċ-ċans bħalma għandhom kull dritt li jagħmlu.", "Għalhekk nistaqsi: X'sinifikat kellha l-faċċata ta' l-independenti dakinhar?", "Mr Speaker, ma jagħmilx sens li naċċettaw li jkollok grupp ta' nies li jingħaqdu flimkien, li jagħmlu parti minn għaqda jew banda, iżda mbagħad ma naċċettawx li jkollok grupp ta' nies li jiddeċiedu li jikkontestaw f'isem partit politiku.", "Mela filwaqt li naqblu li l-kunsilli lokali huma tajbin, u naħseb li naqblu wkoll li huma parti minn proċess politiku, f'din il- Kamra hawn min sal-lum għadu xettiku u għadu jrid iċaħħad id-dritt li grupp jipparteċipa f'isem partit politiku.", "Allura nsibu ruħna kulħadd kuntent u kulħadd liebes il-maskra.", "Meta fl-1993 u fl-1996 jien ikkontestajt għall-kunsill lokali taż-Żurrieq taħt il-lista tal-Partit Nazzjonalista, kulħadd kien jaf x'nirrappreżenta, iżda ma nistax ngħid l-istess għal oħrajn.", "Illum wieħed jista' jiddefinixxihom tassew il-kandidati li jagħżlu li joħorġu indipendenti għax kulmin jixtieq jikkontesta jista' jagħmel dan bil-libertà kollha taħt liema kappa jrid.", "Allura waħedha toħroġ il-mistoqsija, għaliex din ir-reżistenza kollha min-naħa tal-Partit Laburista meta minn naħa jgħid li ma jridx jippolitiċizza u qed joħroġ il-kandidati fuq qalbu, imbagħad wieħed jara l- posters li hemm fit-toroq bil-kliem kbar, jispikkaw, \"Ivvota Labour\".", "Ma kienx hemm il-kliem \"Ivvota għall-kandidati tal-kunsilli lokali f'isem il- Labour\", imma \"Ivvota Labour\", qishom posters ta' elezzjoni ġenerali.", "Fil-verità, filwaqt li jikkritikaw lilna li nagħmlu minn kollox għall- poter u li rridu niddominaw, dan mhux ħlief dak li verament iridu jagħmlu huma u tagħhom jagħtuh lilna.", "Irridu niftakru li meta ġew imwaqqfa l- kunsilli lokali konna għadna ħerġin minn sistema fejn kollox kien jiddependi mill-gvern u mill-ministru.", "U l-konċett tal-kunsilli lokali kien proprju kontra din is-sistema.", "Saru diversi affarijiet biex din tibda titkisser u tibda tiġi rimedjata, fosthom il-kunsilli lokali.", "Imma flok qalulna li huma ma ridux id-deċentralizzazzjoni, qalulna li dawn il- kunsilli ma jaħdmux f'pajjiż żgħir bħal tagħna, u aktar 'il quddiem qalulna li fuq kollox m'aħniex niddeċentralizzaw għaliex lill-kunsilli lokali fil- bidu ma tajnihomx poteri biżejjed.", "Qed nirriferi għad-dibattiti ta' l- 1993.", "Qalulna wkoll li pajjiżna huwa żgħir u mhux żgur għandna riżorsi umani biżejjed biex insostnu 67 kunsill lokali.", "Illum għandna 68, u flok qalulna li jibżgħu li ma jsibux kandidati biżżejjed, qalulna li ma jemmnux li għandhom jipparteċipaw.", "L-esperjenza qed turina li l-Partit Nazzjonalista dejjem sab il-kandidati, f'kull belt u raħal ikkontesta l-elezzjoni, dejjem żied in-numru ta' kandidati, dejjem żied in-numru ta' kandidati żgħażagħ u ta' kandidati nisa, jiġifieri m'aħniex qegħdin ngħidu xi faxxa waħda ta' nies li rnexxielu jsib il-Partit Nazzjonalista.", "Iżda għat-tieni darba konsekuttiva, mhux se jkun hemm bżonn elezzjoni għall-kunsill lokali ta' Ħal Safi.", "Il-Partit Nazzjonalista sab sitt kandidati u għandna bżonn ħamsa.", "Għalhekk waħda rtirat biex ma ssirx elezzjoni bejn is-sitta tal- Partit Nazzjonalista.", "Imma l-Partit Laburista ma sabx kandidati biex joħorġu għall-kunsill lokali ta' Ħal Safi li, bħal postijiet oħra, huwa raħal fejn hemm diversi nies ta' kulur politiku differenti.", "X'inhi r- raġuni?", "Nispera li ma jkunx hawn xi ħadd li jgħidilna li s-Safin qed jibżgħu mill-kandidati Nazzjonalisti.", "Mr Speaker, kif għedt, tul dawn l-aħħar seba' snin dawn il-kunsilli lokali rajniehom jiżviluppaw minn esperiment għal esperjenza.", "Mela kif irriferejt qabel, fost il-kritika li kienet saret meta tresqet il-liġi kien intqal li ċ-ċokon ta' pajjiżna ma setax ikun hemm deċentralizzazzjoni tal- poter u fl-istess nifs ingħad ukoll li l-kunsilli qed jingħataw ftit wisq poteri.", "Dakinhar fid-diskors tiegħu l-kap ta' l-oppożizzjoni fl-1993 nistgħu ngħidu li he set the tone u pprova jxejjen il-wegħda elettorali tal- Partit Nazzjonalista kif kienet tidher fl-1987, u kkwota mill-programm elettorali.", "Fost affarijiet oħra semma li l-kunsilli lokali kellhom ikunu responsabbli mill-indafa pubblika u mit-toroq, u qalilna: L-ironija tafu x'inhi?", "Li skond il-programm elettorali dawn għandhom ikunu responsabbli miċ-ċentri ta' l-anzjani, mill-kultura, użu ta' skejjel, bini pubbliku ieħor, jiftħu ġonna pubbliċi, il-wirt kulturali u storiku, li l-kunsilli jkunu ċentri ta' pariri u ta' tagħrif, u l-kap ta' l-oppożizzjoni kien qal li minn dan kollu l-gvern Nazzjonalista m'għamel xejn u li l-kunsilli se jkunu sempliċement għat-tindif u l-manutenzjoni tat-toroq u postijiet pubbliċi.", "Dakinhar il-kap ta' l-oppożizzjoni kien sejjaħ l-abbozz bħala wieħed nej fis-sens li ma sabx it-tip ta' deċentralizzazzjoni li qiegħed jimmira għaliha l-istess gvern.", "Mr Speaker, f'seba' snin ta' esperjenza nistgħu ngħidu li dakinhar il-kap ta' l-oppożizzjoni ħa xi ftit ta' falza stikka u tassew joqgħod il- proverbju, the proof of the pudding is in the eating.", "Mhux talli ma kienx abbozz nej, talli minn abbozz ġie mibdul f'liġi, mhux bil-kunsens tal-grupp Laburista li dakinhar kienu vvotaw kontra, u mhux biss qed iħalli l-frott, imma minn dak il-frott qed kull wieħed u waħda minna mix-xogħol tant ta' fejda li qegħdin jagħmlu dan in-numru sabiħ ta' voluntiera.", "Rajna l-poteri tal-kunsilli lokali jiżdiedu permezz ta' provvediment f'dik l-istess liġi, li kien jaħseb li l-poteri tal-kunsilli lokali kellhom jiżdiedu aktar kemm jgħaddi ż-żmien u aktar kemm jissodaw il-kunsilli.", "Kellek kunsilli li ħadu responsabbiltà fuq iktar affarijiet għax kienu iktar preparati.", "Issa, seba' snin wara, qed naraw li dak li għall-kap ta' l-oppożizzjoni kien jitqies bħala ironiku, bħala wegħda tal-Partit Nazzjonalista li ma nżammitx, qed narawha sseħħ quddiem għajnejna kuljum fl-ibliet u fl-irħula tagħna.", "Illum, apparti d-dmirijiet li joħorġu strettament mil-liġi, il- kunsilli lokali qed jassumu dejjem aktar rwol soċjali għall-benefiċċju ta' kull persuna fil-komunità.", "Hawnhekk nixtieq nirrimarka dwar proposta li nsibu fil-programm ta' ħidma tal-kandidati li qed joħorġu taħt il-listi tal-Partit Nazzjonalista fejn qegħdin jipproponu li fit-tliet snin li ġejjin isir studju biex jaraw x'inhuma d-diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom in-nies tal-lokalità tagħhom, biex imbagħad dawn isiru l-prijoritajiet għall-ħidma ta' dawn il- kunsilli.", "Mr Speaker, irridu napprezzaw li dawk li daħlu għal din l-isfida fl-ewwel kunsill, batew, ħadmu ħafna u kellhom ħafna x'jitagħlmu, u għadna qed nitgħalmu għaliex kull ġurnata hija esperjenza ġdida.", "Imma nixtieq nibda nsemmi dak li għall-kap ta' l-oppożizzjoni, kif għedt, kienet sitwazzjoni ironika u li qed narawha sseħħ kuljum illum il-ġurnata.", "Qed naraw kunsilli lokali jiftħu ġonna pubbliċi.", "Kellna każi fejn dan kien proprju l-ewwel ġnien pubbliku ta' lokal, bħal fil-każ ta' Ħal Għaxaq.", "Qed naraw ukoll li ġonna li kienu magħluqa u li kienu proprjeta' tal- gvern, bħal ġnien Sir Alexander Ball f'Ħal Safi u oħrajn jgħaddu f'idejn il- kunsilli lokali.", "Rajna tul dawn l-aħħar sentejn numru ta' proprjetajiet tal-gvern u bini ta' valur storiku jgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali.", "U hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-mitħna tax-Xarolla, li fl-ewwel kunsill, li jiena kont nagħmel parti minnu, kienet saret pressjoni kbira biex din il- mitħna li kienet qiegħda ġġarrab ħafna ħsara, tiġi restawrata, u ġiet restawrata.", "Ftit xhur ilu din għaddiet f'idejn il-kunsill lokali biex jużaha fl-aħjar interess tal-lokal, u din tinfetaħ mill-kunsill lokali nhar ta' Ħadd biex iżuruha n-nies, tintuża wkoll - għaliex jagħmel sens li dawn il-postijiet ikunu postijiet ħajjin - biex jingħataw lezzjonijiet ta' l- arti u tal-bizilla, u jsiru esebizzjonijiet ta' xogħol ta' tfal.", "Dawn huma kollha affarijiet pożittivi li qegħdin anke jrawmu kultura fil-lokalitajiet differenti, u dak li ġara fil-mitħna tax-Xarolla qed jiġri wkoll f'postijiet oħra.", "Mr Speaker, qed naraw kunsilli li jinvolvu ruħhom dejjem aktar fl-iskejjel tal-lokalita', mhux biss billi jipproponu min hu l-president tal-kunsill skolastiku, imma fit-tmexxija tal-libreriji.", "Għandna numru ta' libreriji li għaddew għand il-kunsilli lokali biex jamministawhom u ħafna kunsilli lokali qed jagħmlu ħafna investiment fix-xiri ta' kotba għal dawn il- libreriji u anke biex dawn il-libreriji jinfetħu għal ħinijiet itwal biex ikunu aċċessibbli aktar għan-nies tal-lokalita'.", "Issemmew anke l-faċilitajiet sportivi u bosta kunsilli qed jaħdmu biex itejbu l-faċilitajiet sportivi u s-sena li għaddiet beda wkoll il-proċess tad-devoluzzjoni ta' faċilitajiet sportivi.", "Barra minn hekk, diversi kunsilli ilhom għal numru ta' snin issa jiffinanzjaw trasport biex tfal ikunu jistgħu jattendu skola sajf nhar ta' Sibt li tkun organizzata mill- ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Mr Speaker, waħda mil-affarijiet ironiċi li ssemmew kienet li l-kunsilli lokali għandhom jieħdu ħsieb iċ-ċentri ta' l-anzjani.", "Illum, seba' snin wara, insibu numru ta' day centres għall-anzjani li huma b'kollaborazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali proprju għall-benefiċċju ta' l- anzjani.", "Infetaħ wieħed proprju dan il-weekend ġewwa Ħal Luqa.", "Hemm oħrajn ġoż-Żurrieq, ġo Ta' Sliema, u f'postjiet oħra.", "Iżda fejn m'hemmx dawn iċ- ċentri, il-kunsilli - u hawn fejn tidħol ir-reġjonalita' għax ma jistax ikun li jkollok ċentru ta' l-anzjani f'kull raħal, għaliex forsi minħabba d- daqs tar-raħal ma jagħmilx sens li jinfetaħ hemmhekk għax m'hemmx biżżejjed nies li se jkunu qed jiffrekwentawh - jipprovdu trasport għall-anzjani tagħhom biex ikunu jistgħu jattendu ċentri ta' l-anzjani fil-viċinanzi.", "Naf li din tiġri fil-lokalita' fejn ngħix jien.", "Il-kunsilli lokali ta' madwar iż-Żurrieq jorganizzawlhom it-trasport biex jieħdu l-anzjani tagħhom ġoċ-ċentru taż-Żurrieq, u allura jkunu jistgħu jgawdu minn din il- faċilità, barra n-numru ta' ħarġiet li jsiru.", "Mr Speaker, issemmiet il-kultura.", "Jien nemmen li l-kunsilli lokali qed ikunu promoturi tal-kultura fir-raħal tagħhom għax nisimgħu b'ħafna esebizzjonijiet tax-xogħol tan-nies tar-raħal, lezzjonijiet ta' arti., bizzilla, ganutell - ganutel huwa dawk il-fjuri tad-drapp u bil-lewlu - artiġjanat antik li kien qed jinqata', pero' llum qed narawh isir permezz tal-lezzjonijiet fl-irħula tagħna u it is being revived.", "Il-kunsilli lokali qed ikunu aktar relevanti għaż-żmien tal-lum u qed jipprovdu courses fil-computer, internet, e-mail.", "You name it, they have it.", "Anke fl-attivitajiet li jagħmlu, fosthom l-attivita' ta' jum ir-raħal u serati permezz ta' talent tan-nies li joqogħdu f'dik il-lokalita', qed jagħtu aktar sens ta' komunita'.", "Qed jingħataw ukoll servizzi ġodda.", "Per eżempju, irħula li ma kellhomx servizz ta' banek, permezz ta' għajnuna bejn il-kunsill lokali u banek lokali, dawn qed jagħtu s-servizz tal-bank fil- lokalita'.", "Jekk ma jgawdi ħadd minn dan is-servizz, qed igawdu minnu l- anzjani tagħna li jgħixu f'dawn il-lokalitajiet.", "Qed jingħata servizz importanti ħafna lin-nies li għandhom kirjiet tal-gvern, li flok joqogħdu jmorru minn kull raħal il-Baviera, illum imorru ġol-kunsill lokali tagħhom u jinqdew b'iktar faċilita' u inqas dewmien.", "Mr Speaker, is-segretarju ġenerali tal-Partit Laburista sejjaħ din l- emenda bħala gimmick però jien se ngħid x'inhi l-gimmick.", "Illum il-Partit Laburista jrid jieħu garanzija mingħand il-prim ministru li l-kunsilli lokali ma jagħmlux taxxa.", "Din irripetejnieha ad nauseam.", "Il-liġi tal- kunsilli lokali ma tħallix li l-kunsilli lokali jagħmlu taxxi.", "Dik hija ċara.", "Mela għalxiex qed jirriferu?", "Ħalli nsemmi dak li qed jagħmel il- kunsill lokali taż-Żurrieq.", "Dan qal li jekk inti trid tmur tara l-mitħna tax-Xarolla tħallas xi ħaġa żgħira biex tidħol.", "Forsi għal din it-tip ta' taxxa kien qiegħed jirriferi?", "Il-kunsilli lokali taż-Żurrieq qiegħed jagħmel lezzjonijiet ta' arti u ta' bizzilla li wieħed irid iħallas xi ħaġa għalihom.", "Għal din it-tip ta' taxxa qed nirriferu?", "Għax jekk dawn huma t- taxxi li qed jirriferu għalihom, infakkar li fil-kunsill lokali taż-Żurrieq hemm maġġoranza Laburista, allura niġbdulhom naqra widnejhom.", "Mela jekk mhux qed jirriferu għal dawn, allura ma jeżistux possibbiltajiet oħra fejn wieħed iżid it-taxxi għaliex il-liġi ma tagħtihomx dritt li jagħmlu taxxi għal-lokalità.", "(Interruzzjonijiet) Ix-shadow minister, l-Onor.", "Charles Mangion qed jgħidli, \"U ta' Birkirkara?\", u l-Ministru Gatt qed jgħidli: \"U tal-Marsa?\"", "Mela ġejna draw għax it-tnejn li huma mhux se jieħdu dak li jridu, għaliex il-liġi tal-kunsilli lokali ma tipprovdix biex il-kunsilli jkunu jistgħu jagħmlu t-taxxi fil-lokalità tagħhom!", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq billi nifraħ u nirringrazzja lil dawk in-nies kollha, ġejjin minn fejn ġejjin, qegħdin fejn qegħdin, li offrew is-servizz tagħhom favur il-kunsill lokali, mhux bħala istituzzjoni, imma tal-valur tal-kunsill lokali fix-xogħol li qed jagħmel favur tar-residenti tal-lokal.", "Dawn huma dawk li ngħidilhom \"in-nies ta' veru\", u għalhekk jiena nidħak meta nirċievu l-kartolini tan-nies li m'humiex ta' veru.", "U ma nistax ma nsemmihomx, għaliex għalkemm Jennifer Lopez u Ricky Martin huma nies ta' veru, però żgur li m'humiex nies ta' veru fil-kuntest tal-kunsilli lokali tat-22 lokalità ta' pajjiżna.", "Nammetti li huma nies ta' veru, Onor. Bartolo.", "Però żgur li with no stretch of the imagination ma tista' tgħid li dawn huma nies ta' veru fil-kuntest tal-kunsilli lokali li se jkollna l- elezzjonijiet għalihom fil-weekend li ġej.", "Mr Speaker, għalhekk aħna bħala partit għandna programm ta' ħidma li dawn il-kandidati f'isem il-Partit Nazzjonalista qegħdin jipproponu għal- lokalita' tagħhom.", "Huwa programm li wieħed għandu jaqrah qabel ma jagħmel l-għażla tiegħu lil min se jivvota.", "Nixtieq li l-elezzjonijiet li għandna nhar is-Sibt li ġej jagħtu sodisfazzjon lil kulmin qiegħed joffri li jkun ta' servizz għal-lokalita' tiegħu, u naturalment ix-xogħol jibda wara nhar is-Sibt, u jiena nawgura li dan ix-xogħol ikun ta' fejda b'risq ir- residenti ta' kull lokalita'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, kieku ma naqblux fuq il-prinċipju li l- kunsilli lokali għandhom jifformaw parti mill-Kostituzzjoni ma konniex se niġu hawnhekk nitkellmu fuq dan l-abbozz, però dan l-abbozz li għandna quddiemna jittekilja żewġ affarijiet l-ewwelnett l-effett ta' ċerti drittijiet li joħorġu mil-liġi ta' l-immigrazzjoni, li għandhom ikunu wkoll parti mill-Kostituzzjoni - u hawnhekk allura jidħlu ħafna implikazzjonijiet ta' nazzjonalita', freedom of movement, li huma wkoll drittijiet bażiċi, u dawn tkellmu fuqhom diversi kelliema u qanqlu ċerti punti validissimi – u t-tieni nett għandna l-entrenchment fil- Kostituzzjoni ta' l-eżistenza tal-kunsilli lokali, kif konstatat f'Att XV ta' l-1993.", "Mr Speaker, wieħed irid ikun pjuttost preċiż fl-għażla tal-kliem għax hawnhekk qegħdin nemendaw il-Kostituzzjoni li hija l-ogħla liġi tal-pajjiż, li kull liġi oħra mbagħad trid tkun konformi magħha.", "Jekk għandna rispett lejn il-Kostituzzjoni, wieħed irid jifhem li l-Kostituzzjoni m'hijiex chewing gum.", "L-ebda liġi m'hija chewing gum.", "Kull liġi, anke li tinbidel b'maġġoranza sempliċi, trid tkun mirquma u studjata ħalli tkun preċiża kemm jista' jkun.", "Imma jekk aħna nemmnu fis-supremazija tal-Kostituzzjoni, anke f'dan l-aspett irridu nkunu preċiżi ħafna.", "L-għażla tal-kliem irid ikun imneżża' minn kwalunkwe terminoloġija ta' natura politika, għax it- terminoloġija politika tmur kontra t-terminoloġija legali", "Għalkemm it-terminoloġija legali xi kultant tkun soġġetta għal diversi interpretazzjonijiet, wieħed jista' jimbotta biex kemm jista' jkun, din tkun preċiża u tinftiehem.", "Min-naħa l-oħra t-terminoloġija politika ħafna drabi tkun soġġetta għal perspettivi varji u differenti u tista' tinbidel ma' kull moviment politiku li jkun qawwi biżżejjed illi jagħti interpretazzjoni, sinifikat ġdid jew shade differenti għal dak l-istess konċett politiku.", "Għalhekk wieħed irid jikkonstata preċiż il-prinċipju li aħna rridu li jkun entrenched fil-Kostituzzjoni.", "Mr Speaker ̧ hawnhekk qed nistabilixxu l-prinċipju tas-setting-up tal- kunsilli lokali.", "Filwaqt li fil-Kostituzzjoni hemm numru ta' prinċipji u dikjarazzjonijiet li huma stabiliti, il-prinċipju li qed nistabilixxu hawnhekk qed nagħtuh forza aktar fis-sens li se jkun entrenched.", "Irrid ngħid li fil-prinċipju ta' kif irriduhom jiżviluppaw il-kunsilli lokali naqblu, għalkemm ma naqblux fuq ċerti dettalji u intrepetazzjonijiet.", "Il-liġi dwar il-kunsilli lokali tgħid li:", "\"The council shall be a statutory local government authority.\".", "Mela għandna awtorita' governattiva u statutorja li għandha personalita' ġuridika li tidħol f'kuntratti u f'ċerti obbligi u l-funzjonijiet u d- drittijiet tagħha joħorġu minn Att XV ta' l-1993.", "Hawnhekk ikun tajjeb li jingħad li xi ħames snin ilu xi kunsilliera bdew jgħidu li l-kunsilli lokali għandhom jiġu entrenched fil-Kostituzzjoni.", "Dak iż-żmien jien esprimejt l-opinjoni li l-ewwel għandna naraw kif dawn il- kunsilli lokali se jaħdmu u kont ħadt dik il-pożizzjoni mhux għax ma kellix fiduċja biżżejjed fil-kunsilli lokali, għax jien wieħed minn dawk li ilni nsegwihom mill-bidu u ngħid ċar u tond li nemmen fihom.", "Nista' ngħid li għalkemm hemm lok għal titjib, il-kunsilli lokali għamlu ħafna ġid u għandhom dimensjonijiet oħra li jridu jilħqu bħala awtoritajiet governattivi pubbliċi.", "Tajjeb li wieħed igħid li minkejja li fil-kunsilli lokali għandek nies ta' opinjonijiet diversi u minkejja li kultant ikun hemm xi battibekki bejn il-kunsilliera, ġeneralment dawn jaħdmu flimkien għall-ġid tal-komunita'.", "Ġieli jiġri wkoll li wieħed iħalli l-emozzjoni tal-qalb tirkeb fuq il-moħħ u l-affarijiet ma jimxux kif għandhom jimxu pero' wara kollox irridu naċċettaw il-fatt li kulħadd huwa uman.", "Pero' nerġa' ntenni li mhux kulħadd jagħmel hekk.", "Mr Speaker ̧ il-kunsilli lokali qatt ma kienu intenzjonati li b'xi mod iservu ta' għodda biex jiġu imposti taxxi fuq il-lokal.", "Biex il-parlament jgħaddi tassazzjoni jrid ikollok l-indirizz tal-President u diskussjoni fil- Kamra, pero' minkejja li kunsill lokali huwa awtorita' governattiva statutorja - qed nagħmel din id-distinzjoni ħalli meta nitkellmu fuq il- kunċett ta' gvern lokali ma jkunx hemm l-implikazzjoni illi l-gvern lokali huwa rikonoxxut bħala gvern nazzjonali – dan ma jistax jimponi taxxi.", "Il- kunsill lokali jista' jiġbor it-taxxi hu imma dan isir wara li l-gvern ikun iddelegalu dan il-poter.", "Kwalunkwe servizz li jrid jagħmel il-kunsill irid ikun kostitwit b'bye-law u dan irid jiġi approvat mill-ministru konċernat.", "Fil-fatt fil-laqgħa li saret mill-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali xi ġimgħatejn ilu ġie approvat li l-kunsilli lokali m'humiex l- għodda illi permezz tagħhom tista' tiġi imposta t-taxxa.", "Id-drittijiet u l- poteri li l-kunsilli lokali jistgħu jeżerċitaw iridu jkunu delegati lilhom bis-saħħa tal-liġi.", "Il-kunċett ta' gvern lokali huwa diġa' stabilit fil-liġi bħala a local government authority kostitwit taħt Att XV ta' l-1993.", "Hawnhekk qed ngħidu li għandna nirrikonoxxu l-kunsilli lokali u fl-opinjoni tiegħi kapitlu XA tal-Kostituzzjoni kif għandu jkun intitolat \"Kunsilli Lokali\".", "Fil-fatt dan il-kapitlu jgħid li:", "\"L-Istat, filwaqt li jirrikonoxxi l-prinċipji ta' sussidjarjeta' ̧ għandu jadotta sistema ta' gvern lokali li biha t-territorju ta' Malta jinqasam f'dak l-għadd ta' lokalitajiet hekk kif jista' minn żmien għal żmien jiġi stabilit b'liġi, b'dan li kull lokalita' tkun amministrata minn kunsill lokali elett mir-residenti tal-lokalita' u li jitwaqqaf u jitħaddem skond dik il-liġi li tista' minn żmien għal żmien tkun fis-seħħ.\".", "Mela hawnhekk qed nistabilixxu li l-entrenchment huwa ta' kunsilli lokali.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-kliem li hemm fit-test m'għandux jinbidel għax jagħmel sens u jorbot mal-liġi eżistenti illi fuqha qed naqblu.", "Per eżempju ̧ hawn min jargumenta li l-kunsilli lokali jew reġjonali f'pajjiżi kbar għandhom poteri kbar.", "Dawn għandhom il-poter, per eżempju ̧ li jieħdu deċiżjonijiet fuq l-ippjanar pero' fiċ-ċokon ta' pajjiżna jagħmel sens li jkollna awtorita' li tiddeċiedi l-planning hi u l-kunsill lokali jkun f'diskussjoni konsultattiva magħha.", "Matul dawn l-aħħar seba' snin tgħallimna li l-kunċett kif żviluppa maż-żmien jagħmel sens.", "Mr Speaker ̧ f'kapitlu XA kif propost f'dan l-abbozz ta' liġi hemm il- frażi:", "\"filwaqt illi jirrikonoxxi l-prinċipji ta' sussidjarjeta'.\".", "Legalment fuqhiex qed nitkellmu?", "Is-sussidjarjeta' hija tema politika li kienet żviluppat minn moviment politiku u din tfisser li inti jkollok poteri eżekuttivi li jistgħu jkunu amministrati aktar qrib iċ-ċittadin bil- ħsieb illi l-affarijiet ikunu aktar effettivi.", "Din tista' tiġi interpretata wkoll li inti jkollok feedback minn isfel għal fuq u b'hekk toħloq dik l-istruttura li hija aktar demokratika.", "Għalhekk is- sussidjarjeta' għandha ħafna interpretazzjonijiet u bħala tema politika l- interpretazzjoni tagħha tista' tvarja maż-żmenijiet.", "Il-ħsieb wara din l- emenda li għandna quddiemna huwa li l-kunsilli lokali jibqgħu jiżviluppaw.", "Huwa importanti li ma' l-andament taż-żmien l-att eżistenti għandu jibqa' jirregola d-dimensjoni u l-proċess tal-kunsilli lokali.", "L-esperjenza għallmitna li huwa importanti li jkollok id-devoluzzjoni tal-poter.", "Issa \"devoluzzjoni\" tfisser li x-xogħol jew il-poter li jkun qed jiġi eżerċitat mill-gvern ċentrali ngħadduh b'delega speċifika, bi ftehim bejn dipartiment tal-gvern u kunsill lokali jew b'forma oħra taħt din il-liġi, lill- kunsill lokali.", "Huwa l-gvern ċentrali li jiddetermina x'inhuma dawk il- poteri li jista' jiżvesti minn fuqu.", "Il-kelma \"devoluzzjoni\" hija sabiħa pero' din trid issir b'mod li jagħmel sens għan-nies.", "Mr Speaker, jagħmel sens, per eżempju ̧ li t-tiġdid tal-permessi u l- amministrazzjoni ta' faċilitajiet sportivi u ta' libreriji jibdew jieħdu ħsiebhom il-kunsilli lokali għax b'hekk ikollok aktar ordni, aktar superviżjoni u management aħjar.", "Pero' min-naħa l-oħra ma nafx kif il- kliniċi jistgħu jiġu delegati lill-kunsilli lokali.", "Qed ngħid dan għax riċentement ġie suġġerit li l-kliniċi li huma parti mill-istruttura tas- servizz tas-saħħa b'xejn jiġu delegati lill-kunsilli lokali.", "Jien ma rridx innaqqas mill-poter tal-kunsilli lokali imma ma nafx kif dawn il-kliniċi jistgħu jiġu maqlugħa 'l barra mill-kontroll tal-gvern ċentrali.", "Fil-fatt meta kien hemm ċerti inizjattivi mill-kunsilli lokali u nbnew xi kliniċi, ma kienx hemm il-personnel neċessarju biex dawn jitmexxew.", "Każ klassiku kien dak ta' Birkirkara - ma nafx kienx hemm xi ħaġa simili f'Tal-Pieta' wkoll – u meta n-nies bdew jaraw li din il-klinika mhu qed isservi għal xejn bdew jistaqsu għalfejn saret u saħansitra saret petizzjoni mir- residenti biex din il-klinika tinfetaħ.", "Fil-fatt il-kunsilliera tant kellhom pressure li offrew li jħallsu huma biex ikun hemm servizz ta' tabib sakemm ovvjament il-gvern ċentrali jsolvi l-problema tar-riżorsi.", "Wieħed jifhem l-intenzjonijiet kollha tajbin tal-kunsill lokali li jagħmel klinika sabiħa ħalli n-nies ikunu akkomodati aħjar pero' n-nies mhux dan biss iridu imma jridu wkoll tabib, nurse u xi ħadd li jagħtihom servizz tal-mediċina.", "Ladarba għandek dan in-nuqqas ta' riżorsi jagħmel aktar sens li jkun il- gvern illi jidentifika fejn jista' jagħmel kliniċi jew liema kliniċi reġjonali jew lokali jista' jiżviluppa.", "Il-kelma \"devoluzzjoni\" ma rridux nużawha bħala slogan u dan huwa importanti għax jekk kunsill lokali jwiegħed xi ħaġa lin-nies u din ma tasalx, ovvjament se jkollok reazzjoni kuntrarja li tolqot direttament lill-kunsill.", "Huwa ħażin illi meta nitkellmu fuq id-delega tal-poter tal-kunsill lokali nibdew nagħtu l- impressjoni illi dawn il-problemi se jsolvuhom kollha huma.", "Fl- amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna huwa importanti li wieħed jagħmel assessment ta' dak li jista' jagħmel il-gvern ċentrali u dak li tista' tiddelega lill-kunsilli lokali.", "Huwa importanti li nkunu nafu kemm tiġi tiswa delega lill-kunsill lokali u x'riżorsi jistgħu jiġu mgħoddija mill- gvern ċentrali.", "Dawn ir-riżorsi jistgħu jkunu umani u jistgħu jkunu fiżiċi għax jekk il-gvern ċentrali jnaqqas ir-responsabbilta' minn fuqu u jqassamha fi 13-il reġjun se jkun hemm xi riżorsi li jkunu underemployed.", "Issa dawk ir-riżorsi jistgħu jkunu mislufa lill-kunsill u dan huwa parti mill-proċess amministrattiv tas-switch tad-deċentralizazzjoni tal-poter mill-gvern ċentrali għall-kunsilli lokali.", "Naħseb li din il-problema rridu nittekiljawha billi nkabbru kemm nistgħu l-konċett ta' partnership mal-kunsilli lokali.", "Dan il-konċett bdejnih aħna fl-1997 u fil-qasam edukattiv kien suċċess.", "Per eżempju, riċentement qrajt li dan il-proċess se jitkompla u l-gvern ċentrali kien se jalloka l-flus li normalment jalloka għall-manutenzjoni ta' l-iskejjel pero' nħass li kien hemm nuqqas kbir fuq livell maniġerjali kif dan il-ġid, biex ngħidu hekk, se jilħaq il- lokalitajiet kollha.", "Din il-biċċa xogħol daħlu għaliha l-kunsilli lokali stess wara li għamlu ħafna żmien jistudjaw kif dan il-mudell se jiżviluppa u għamluha suċċess.", "Idea oħra kienet li tassenja lill-ħaddiema mal-kunsilli lokali.", "Dan huwa proċess diffiċli għax kultant ċerti ħaddiema jkunu reluctant pero' naħseb li hawnhekk ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom jinċentivaw ċerti ideat tajbin.", "Meta tkellmu miegħi dawn kienu jaqblu ma' dan il- prinċipju pero' għandi d-dubji tiegħi kemm dawn effettivament ħeġġew lin- nies biex jipparteċipaw.", "Per eżempju ̧ l-kunsilli lokali taż-Żejtun ̧ Tas- Sliema u n-Naxxar assenjaw magħhom il-ħaddiema u dan kien ta' benefiċċju kbir għax il-lokalitajiet iggwadanjaw mingħajr ma ħallsu spejjeż żejda anzi f'ħafna okkażjonijiet il-kunsill iffranka l-flus.", "Illum nitkellmu ħafna fuq globalizzazzjoni u fuq effiċjenza u allura m'għandniex niddejqu nħeġġu lill-kunsilli lokali biex jagħmlu aktar xogħol b'inqas flus.", "Mr Speaker ̧ minkejja l-ġbir ta' Lm100 miljuni aktar ta' taxxi, xorta waħda qed naraw l-ispiża pubblika tiela'.", "Għalhekk irridu nindirizzaw alternattivi oħra fl-amministrazzjoni pubblika u dawn jistgħu jittieħdu biss jekk kemm-il darba l- poter tad-delega jibqa' fl-att XV ta' l-1993.", "Id-delegi li jistgħu jitħaddmu aħjar fuq il-livell lokali għandhom jitħaddmu fuq il-livell lokali.", "Barra minn hekk huwa kompitu tal-gvern li jevalwa minn żmien għal żmien kif dawk il-poteri qed jaħdmu u jekk hux qed ikunu effettivi.", "Fl-aħħar budget kont semmejt id-delega tal-proprjeta' u kont għidt li jkun tajjeb kieku kull sena jew sentejn ikollna rapport mid- dipartiment, li jkun inġabar mill-kunsilli lokali, li jgħidilna kif tkun intużat il-proprjeta'.", "Bħala rappreżentanti tal-poplu għandna nkunu nformati tajjeb.", "Ladarba qed nagħmlu ġonna u faċilitajiet sportivi ̧ fost affarijiet oħra, għandu jkun hemm l-element ta' kontroll għax ma jagħmilx sens li ma nassessjawx kemm qed tkun effettiva d-devoluzzjoni tal-poter.", "Dan japplika għall-wardens li għamilna ma' Malta u Għawdex kollha.", "Aħna naqblu mal- prinċipju ta' law enforcement pero' llum ir-realta' qed tkun li ħafna kunsilli lokali dan aċċettawh mill-bidu u forsi ma ħasbux biżżejjed fuq l- implikazzjonijiet tiegħu.", "Illum il-kunsilli lokali qed ikunu short for cash u qed ikollhom jagħmlu riallokazzjoni ta' fondi.", "Importanti li naraw kif id-devoluzzjoni tal-poter laqtet lill-kunsilli lokali mill-aspett finanzjarju u jekk hux qed tilħaq għanijiet oħra bħalma huwa t-tindif u t- tisħiħ fl-ambjent.", "Mr Speaker, barra minn hekk huwa mportanti wkoll li ngħidu li f'dawn l- aħħar seba' snin, il-kunsilli lokali ngħataw madwar Lm70 miljun, li għalkemm ħafna minnu deher, jien inħoss li għandu jsir eżerċizzjoni tal- cost-effectiveness, jiġifieri studju dwar x'kien jiġri minn dawk il-flus kieku baqgħu f'idejn il-gvern u fiex intefqu meta għaddew għand il-kunsilli lokali.", "X'kien l-aħjar, li dawn il-flus għaddew għand il-kunsilli lokali jew li kieku ġew imħaddma mill-gvern ċentrali?", "Kien hemm duplikazzjoni ta' xi xogħol, jiġifieri li l-istess xogħol sar kemm mill-gvern ċentrali kif ukoll mill-kunsilli lokali?", "Kieku jsir dan l-audit tal-cost-effectiveness tal-flus li ngħataw lill-kunsilli lokali f'dawn is-seba' snin, inkunu nistgħu nieħdu idea ta' kif għandna nħarsu 'l quddiem fl-iżvilupp tal- kunsilli lokali għall-ġid tal-lokalitajiet u fl-aħħar mill-aħħar, għall-ġid tal-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, nibda' biex ngħid li għalkemm id- diskors li għadu kif għamel l-Onor.", "Mangion kien wieħed tajjeb, ċertu diskors li ntqal mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni ma jistax jibqa' għaddej.", "Il-fatt li qegħdin hawn illum jikkonferma kemm dan il-partit kellu viżjoni tajba meta fil-programm elettorali ta' l-1987, ippropona li jwaqqaf il- kunsilli lokali.", "Meta f'dak iż-żmien ħriġna bl-idea tal-kunsilli lokali, ma sibna l-ebda appoġġ, u din m'hijiex xi ħaġa kbira, għax ormai issa drajna li għal kull ħaġa innovattiva li joħroġ biha l-Partit Nazzjonalista, l-oppożizzjoni dejjem tkun lesta biex tħabbar il-maltemp bir-ragħad u s- sajjetti.", "Il-fatt li l-kelliem Laburisti jiġu hawn illum u jgħidulna li huma qatt ma kienu kontra l-kunsilli lokali, huwa inaċċettabbli.", "Il-Partit Laburista donnu nesa kemm kien kontra l-kunsilli lokali, tant li kien jgħid li dawn se jġibu l-firda u l-isparpaljar tal-flus.", "Disat ijiem qabel l-elezzjoni ta' Mejju 1987, għal domanda ta' ġurnalista mill-gazzetta \"The Sunday Times\", Dr Karmenu Mifsud Bonnici kien qal hekk: \"Bil-kunsilli lokali li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi fil- programm elettorali, taħwid se nkunu qed noħolqu għax il-qasma bejn tnejn li hawn f'Malta nkunu rridu nimmoltiplikawha għal 50 darba għax imbagħad ikollna gvern għal kull belt u għal kull raħal.", "Issa għaliex ma jagħmilx sens li pajjiż ċkejken bħal tagħna, kwart ta' kwart ta' belt f'pajjiż kbir, ma tistax inti tħottu biex tagħti setgħat għall- amministrazzjoni tar-raħal jew tal-belt f'idejn xi ħadd elett direttament mill-poplu biex jammistra dak ir-raħal jew dik il-belt?", "Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna huwa meħtieġ li ħafna affarijiet isiru kollettivament għax meta inti tibda tifrex, tkun qed tisparpalja aktar l-affarijiet.", "Biżżejjed diffiċli li ssib min hu kapaċi biex imexxilek dipartiment, aħseb u ara kemm se ssib nies kapaċi li jmexxu 45 jew 50 kunsill lokali!", "Diġa' diffiċli biex lill-ħaddiema taqsamhom f'dipartimenti jaħdmu flimkien b'mod effiċjenti, aħseb u ara jekk int se taqsamhom f'50 dipartiment jew 50 ċentru ta' amministrazzjoni!", "Ma jagħmilx lanqas sens li tgħid li dan hu mezz biex int teqred il- polarizzazzjoni fil-pajjiż.", "Fil-fatt mhux talli m'intix se teqridha billi ddaħħal il-kunsilli lokali, talli l-qasma li hawn fil-pajjiż tkun qed timmoltiplikaha għal 50 darba għax allura se jkun hemm gvern għal kull belt jew għal kull raħal.", "Il-polarizzazzjoni li hawn fuq bażi nazzjonali issa se nġibuha fuq bażi ta' kull belt u ta' kull raħal.", "Anke rigward il-votazzjoni, mhux biżżejjed li l-poplu jgħaddi mill- martirju ta' elezzjoni kull ħames snin?", "Issa rridu nkomplu ngħadduh ukoll minn elezzjonijiet oħra kull sena biex ikun jista' jivvota għall- gvern lokali?\"", "Allura quddiem diskors bħal dan, il-Partit Laburista se jibqa' jgħid li ma kienx kontra l-kunsilli lokali?", "Dan id-diskors ma vvintajtux jien, imma qalu l-ex Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici u kien ġie rrapportat f'paġni 1, 2 u 3 tal-gazzetta \"l-orizzjont\" tat-30 ta' April, 1987.", "Dan id- diskors juri biċ-ċar li l-Partit Laburista kien kontra l-kunsilli lokali.", "Il-fatt li l-Partit Laburista kellu change of heart mhix biċċa tagħna, pero' li nisimgħu lill-membri ta' l-oppożizzjoni jgħidu li aħna konna kontra l-kunsilli lokali, ma nistgħux nittollerawha.", "Aħna qatt ma konna kontra l-kunsilli lokali.", "Meta aħna għamilna l-espriment tal-kunsilli lokali, ovvjament kien hawn min ħaseb li konna qed noħolmu, imma ż-żmien tagħna raġun u l-oppożizzjoni naħseb li ndunat li kienet żbaljata fl- assessment tagħha.", "Min f'dak iż-żmien qalilna li konna qed noħolmu, illum qiegħed hawn biex jiddiskuti parti mir-realta' ta' dan il-pajjiż.", "Il- Partit Nazzjonalista dejjem joħroġ b'viżjonijiet ġodda għax irid pajjiż aħjar b'demokrazija aħjar.", "Jien naħseb li llum kulħadd jikkonferma, anke l- istess Partit Laburista, li l-deċiżjoni tal-ħolqien tal-kunsilli lokali kienet waħda tajba, u aħna nieħdu pjaċir li għal darba oħra, dan il-partit kien strumentali għall-bidla.", "Mr Speaker, permezz tal-politika tagħna aħna dejjem urejna t-triq li pajjiżna għandu jieħu.", "Fid-diversi inizjattivi li ħadna, sibna min ma qabilx magħna u min ried ifixkel.", "Fost l-oħrajn urejna t-triq lejn il- kunsilli lokali, il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, il-pluraliżmu fix- xandir, il-privatizzazzjoni, il-ftuħ ta' l-universita', il-bini tal-power station il-ġdida u ta' l-isptar il-ġdid, l-investiment fis-settur tat- telekomunikazzjoni u oħrajn.", "Wieħed jiskanta kif wara li tlaqna miż-żmien fejn jekk persuna kien ikollha cordless telephone kienet tiġi arrestata, irnexxielna nagħmlu dan kollu, u waħedna għax il-Partit Laburista dejjem ikkritikana f'dak kollu li konna nagħmlu.", "Aħna urejna li l-politika tagħna hija l-aħjar waħda biex dan il-pajjiż jitmexxa fid-direzzjoni t-tajba.", "Aħna dejjem ħadna inizjattivi ġodda u wara numru ta' snin, il-Partit Laburista dejjem induna kemma kellna raġun u li dak li kien bassar, fir-realta' irriżulta bil-kontra.", "Il-Partit Nazzjonalista mhux biss waqqaf il-kunsilli lokali waħdu, imma issa qed jaħdem biex dawn isiru aktar relevanti, jingħataw aktar poteri u responsabbiltajiet mill-gvern ċentrali, u biex elettorat juri aktar fiduċja fihom permezz tal-vot tiegħu.", "Għalkemm iż-żewġ partiti qed jaħdmu biex f'kull lokalita', ikunu huma li jkollhom il- maġġoranza, il-Partit Laburista, permezz tal-kampanja elettorali tiegħu qed jipprova jnawwar lill-kunsilli lokali billi jpinġihom f'dawl ikrah.", "Meta l-Onor.", "Alfred Sant tkellem dwar il-gwardjani lokali donnu ried ifaħħar lill-kunsill lokali ta' Ħad Dingli – dan għandu maġġoranza Laburista – wara li neħħa l-gwardjani.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qal li l- kunsilli lokali għandhom jitħallew jiddeċiedu huma jekk iridux jinforzaw il- liġi permezz tal-gwardjani lokali jew le.", "Il-gwardjani lokali huma għodda biex f'pajjiżna jkun hawn aktar ordni u sigurta' u biex il-liġijiet tagħna jiġu mħarsa u rispettati.", "Qabel l-introduzzjoni tal-gwardjani lokali kien hawn in-neighbourhood watch, inizjattiva li kienet ittieħdet minn diversi kunsilli lokali, imma issa permezz tal-gwardjani lokali l-istess għanijiet qed jintlaħqu b'rikonoxximent legali.", "Aħna ma neħdux pjaċir li l-Partit Laburista jfaħħar lil dawk il-kunsilli li neħħew il-gwardjani lokali, għax b'hekk minflok messaġġ favur id-dixxiplina nkunu qed inwasslu messaġġ favur l-abbuż u favur il-libertinaġġ.", "Bil-Malti aħna ngħidu li ħadd ma jrid il-pulizija wara biebu!", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel li jekk għandna siġra li qed tagħti l-frott imma għandha ftit friegħi ħżiena, li rridu nagħmlu hu li niżbruha u mhux naqilgħu s-sigra mill-għeruq.", "L-introduzzjoni tal- gwardjani lokali hija xi ħaġa pożittiva, u peress li l-esperiment għadu fil-bidu rridu nagħtu ċans biex naraw kif dawn jistgħu jaħdmu aħjar għax il- kunsilli lokali huma espressjoni ta' fiduċja fil-poplu.", "Kif diġa' għedt, kien il-Partit Nazzjonalista li ħareġ b'din l-idea u għalhekk lill-kunsilli lokali rridu nkomplu nsaħħuhom fl-interess tal-poplu u ta' pajjiżna, billi nagħtuhom aktar poteri, responsabbiltajiet u fondi.", "Il-fatti dejjem urew li l-Partit Laburista jibża' jafda lill-poplu u jibża' mill-ġdid.", "Meta ħriġna bl-idea li nintroduċu l-kunsilli lokali, il-prim ministru ta' dak iż-żmien kien qal li dawn se joħolqu ħafna taħwid bejn il- gvern ċentrali u l-gvern lokali, se jkun hawn ħafna ġlied u firda u li mhux se jirnexxielna nsibu nies kapaċi biex imexxu 50 gvern lokali.", "Pero' l- Partit Laburista ma jistax iwaħħal biss f'Karmenu Mifsud Bonnici, għax ħafna mid-deputati preżenti llum f'din il-Kamra kienu hawn fi żmien Dr Mifsud Bonnici u safejn naf jien ħadd ma qal li ma kienx jaqbel miegħu.", "Minn hawnhekk imbagħad il-Partit Laburista kien qal li se jneħħi d-dritt lill-partiti politiċi li jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, u wieħed jista' jgħid li meta dan il-partit kien fil-gvern, ma ta l-ebda responsabbiltajiet ġodda lill-kunsilli u saħansitra naqqsilhom il-fondi.", "Fil-ġranet li għaddew l-Onor.", "Austin Gatt qal li taħt gvern Laburista l- budget tal-kunsill lokali tal-Mosta tnaqqas b'Lm260,000, u llum bil-wiċċ tost kollu l-oppożizzjoni qed tgħajjar lil dan il-kunsill minħabba l- iżbilanċ li għandu.", "Ftit ilu f'Ħal Qormi, meta l-kap ta' l-oppożizzjoni kien qed jitkellem dwar il-kunsilli lokali, id-diskors tiegħu kien ta' \"aħna u huma\", fis-sens li l-kunsilliera Laburisti kollha mexjin tajjeb u l- kunsilliera Nazzjonalisti kollha mexjin ħażin.", "Jien naħseb li ladarba l- esperiment tal-kunsilli lokali immatura, l-istrateġija għandha tkun li għalkemm isiru l-elezzjonijiet u kull partit jipprova jtella' l-kunsilliera tiegħu, fl-aħħar mill-aħħar dawn iridu jaħdmu flimkien u f'ħafna każi iva ħadmu flimkien.", "Jien ma niddejjaqx ngħid li fil-kostitwenza tiegħi dejjem sindku Laburista kellna u nista' ngħid li ħdimt tajjeb ħafna ma' kull wieħed minnhom.", "M'għandniex għalfejn nimxu bl-istrateġija ta' \"aħna u huma\".", "Jiena konvint li kulħadd irid il-ġid tal-belt jew raħal tiegħu, u għalhekk għandna naħdmu flimkien u m'għandniex nibqgħu nisimgħu li f'dawk il-lokalitajiet b'kunsill lokali b'maġġoranza Laburista kollox sejjer tajjeb, waqt li f'dawk il-lokalitajiet fejn il-maġġoranza hija Nazzjonalista kollox miexi ħażin!", "Il-kap tal-Partit Laburista qed jipprova jnawwar il-fiduċja fil-kunsilli lokali, u għal darba oħra reġa sfida lill-gvern biex jgħid jekk il-kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalista humiex se jagħmlu taxxi jew le, meta jaf tajjeb li l-kwestjoni tat-taxxi hija qlajja.", "Ġie spjegat kemm-il darba li l- kunsilli lokali jagħmlu biss bye-laws biex jitolbu xi ħlas nominali għal xi servizzi li joffru.", "Kien hemm bye-laws li saru minn kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalista, imma saru bye-laws ukoll minn kunsilli b'maġġoranza Laburista, u ġew approvati, kemm taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kif ukoll taħt gvern Laburista.", "Allura għalfejn nibqgħu ngħidu li l-kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalists se jintroduċu taxxi ġodda meta ilna nafu li ma jistgħux jagħmlu hekk?", "F'risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 23,850, l-Onor.", "Austin Gatt qal li fost oħrajn, il-kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista taż-Żurrieq, iż-Żejtun, il-Marsa u Ħaż-Żabbar, għamlu bye-laws fuq reklamar fl-internet, reklamar dwar street furniture, skips, bins-on-wheels u użu ta' faċilitajiet amministrattivi.", "Huwa ħażin jekk talli ċ-ċittadini jattendu xi kors provdut mill-kunsilli lokali, iħallsu xi ħaġa żgħira?", "Ħażin li jekk persuna tħallas talli tagħmel reklam?", "Il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar għamel bye-law għall- korsijiet li se joffri, u għamel sew li għamel bye-law għax ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż jingħata kollox b'xejn.", "Jien ma naħsibx li l-Partit Laburista għandu għalfejn ikompli jgħid li l-kunsilliera Nazzjonalisti jintroduċu t-taxxi, iktar u iktar meta jaf li l-kunsilli lokali ma jistgħux jagħmlu ħlief bye-laws, irrispettivament xi tkun il-maġġoranza.", "Il-Partit Laburista għamel snin twal jitkellem kontra l-kunsilli lokali u kontra l-parteċipazzjoni tal-partiti politiċi.", "Fl-ewwel ta' Marzu 1998, l- Onor. Alfred Sant kien qal hekk fil-Birgu:", "\"Meta l-partiti politiċi joħorġu għall-kunsilli jkunu qed jeqirdu kull fiduċja tal-poplu fil-kunsilli\".", "Jumejn wara f'Għajn Tuffieħa reġa qal:", "\"Il-partiti li joħroġu għall-kunsilli mhux veru jridu l-ġid tal- kunsill\".", "Allura issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li l-Partit Laburista, peress li se jikkontesta l-elezzjonijiet lokali, ma jridx il-ġid tal- kunsilli!", "Fil-15 ta' Marzu 1998, f'Ħal Tarxien, Dr. Alfred Sant reġa' qal:", "\"Meta l-partiti joħroġu għall-kunsilli jkunu qed jifnu lill-istess kunsilli\".", "Allura bl-istess argument, illum il-Partit Laburista qed jifni lill- kunsilli lokali?", "Niftakar li waqt xi seduta, il-membri Laburisti qalu li l-partitarji tagħhom jinsabu mħawdin dwar il-kunsilli lokali.", "Mhux bilfors ikunu mħawwdin jekk il-Partit Laburista ilu jħawwad il-verżjoni u l-pożizzjoni tiegħu vis-a-vis l-kunsilli lokali sa minn meta twaqqfu!", "L-ewwel għamel bojkott u qal li ma jridx ikollu x'jaqsam magħhom, imbagħad għamel diskriminazzjoni bejn kandidati indipendenti Laburisti u kandidati verament indipendenti, tant li waqa' fl-assurdita'.", "Meta l-Partit Laburista qal li kien se jaħdem biss għall-kandidati indipendenti, anke hemm beda jagħżel lill-kandidati indipendenti li kienu mħajra u megħjuna jikkontestaw l- elezzjonijiet lokali minnu stess.", "Imbagħad f'daqqa waħda l-Partit Laburista qal li se jikkontesta l-elezzjonijiet lokali, imma ftit tal-ġranet ilu l- Kap Laburista qal li l-partit tiegħu m'għandux grazzja mal-kunsilli lokali.", "Naħseb li ma' Jennifer Lopez biss għandhom grazzja!", "X'jiġifieri m'għandhomx grazzja mal-kunsilli lokali?", "Mela din kwestjoni ta' grazzja?", "Din hija kwestjoni ta' x'wieħed jgħid lin-nies.", "Possibbli l-Partit Laburista ma jsib xejn pożittiv fil-kunsilli lokali?", "Għalfejn jibqa' kontinwament jgħid li f'dawk il-lokalitajiet fejn hemm kunsill lokali b'maġġoranza Nazzjonalista ħlief ġlied u firda m'hemmx, u li fost il- kunsilli Laburisti kollox plain sailing?", "Jiena nawgura li fost il-kunsilli lokali, kemm jekk b'maġġoranza Nazzjonalista kif ukoll jekk b'maġġoranza Laburista, ma jkunx hemm ġlied imma għaqda.", "Fil-maġġoranza tagħhom, il-kunsilli lokali huma magħqudin u qed jagħmlu xogħol tajjeb, irrispettivament jekk humiex dominati mil- Laburisti jew min-Nazzjonalisti - jien konvint li miż-żewġ naħat tal-Kamra, this is the feeling - pero' ma rridux ninsew li l-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid kellu jiġi xolt minħabba l-bsaten fir-roti li bdew jagħmlu l- kunsilliera Laburisti lil xulxin, u t-tilwim ta' bejniethom spiċċa l-qorti.", "F'Ħaż-Żebbuġ it-tilwim bejn il-kunsillieri Laburisti beda hekk kif tħabbar ir-riżultat, fejn kunsillier irriżenja qabel l-ewwel laqgħa - f'dan il-każ saħansitra kellhom jidħlu l-pulizija - u f'Bormla, l-ex sindku Joe Carbonaro, wara li rriżenja u akkuża lis-sindku l-ġdid b'arroganza, qal li tilef kull fiduċja li kellu fil-Partit Laburista.", "Fil-Qrendi l-kunsilliera Laburisti tlewmu bejniethom u l-Partit Laburista keċċa kunsillier wara li x'aktarx ma vvutax kif kien ordnat.", "F'Santa Venera wkoll kien hemm nuqqas ta' qbil bejn il-kunsilliera Laburisti.", "Il-kunsill lokali tas-Sannat ġie xolt minħabba nuqqas ta' qbil u f'Ħal Qormi, il-kunsilliera Laburisti ma kenux qed jidħlu għal-laqgħat biex ma jkunx hemm quorum.", "Jien ma neħux gost insemmi affarijiet bħal dawn, pero' meta nisma' lill-kap ta' l- oppożizzjoni jgħid li fejn hemm maġġoranza Nazzjonalista hemm diżastru u fejn hemm maġġoranza Laburista qisu hemm xi rose garden, ma nistax ma' ngħidx b'ċerti affarijiet.", "Kif diġa' għedt, is-sitwazzjoni hi - u nerġa' ngħidha b'wiċċi minn quddiem - li f'ħafna kunsilli lokali ż-żewġ naħat jaħdmu flimkien b'suċċess għall-ġid tal-lokalita'.", "Huwa importanti għalina li l-kunsilli lokali jkunu entrenched fil-Kostituzzjoni għax fis-snin '70 f'Għawdex kien hemm kunsill ċiviku u l-Partit Laburista dan neħħieħ għax nimmaġina li ma kellux grazzja miegħu!.", "Dan huwa biss eżempju wieħed imma kien hawn bosta affarijiet oħra li għalkemm ittieħdu for granted li se jibqgħu hemm, spiċċaw biex tneħħew.", "Issa b'din l-emenda kostituzzjonali ħadd ma jkun jista' jneħħi l-kunsilli jekk mhux b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Kamra.", "Fir-realta' politika ta' pajjiżna nafu li huwa mpossibbli li l-gvern ikollu 44 deputat, u għalhekk l-ebda gvern m'hu se jkun jkun jista' jneħħi lill- kunsilli lokali.", "Aħna nħossu li huwa importanti li nassiguraw li l-kunsilli lokali jidħlu bħala parti mir-realta' politika u mill-iżvilupp demokratiku ta' dan il-pajjiż.", "Huwa għalhekk li aħna, kif qal tajjeb il-bieraħ il-prim ministru fil-programm \"Monitor\" fuq Net Television, nieħdu pjaċir inkunu nafu kif se jivvota l-Partit Laburista.", "Nispera li l-Partit Laburista huwa favur din l-emenda, għax minn dak li ntqal snin ilu u minn dak li għadu jintqal sal-lum jidher li l-Partit Laburista huwa kontra l-kunsilli lokali, u dan qiegħed imniżżel iswed fuq l-abjad.", "Huwa importanti li l- Partit Laburista jieħu deċiżjoni dwar jaqbilx jew le mal-kunsilli lokali bil-fatti.", "Permezz ta' din l-emenda kostituzzjonali, il-gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista qed jgħid li flimkien mal-prinċipji tal-kunsilli lokali, qed jorbot element ieħor ta' ċerta importanza fundamentali, u cioe' l-mod ta' kif il-kunsilli lokali jiġu eletti.", "Dan il-gvern qed jipproponi li l- artiklu fil-Kostituzzjoni għandu jgħid ukoll li l-kunsilli lokali għandhom jiġu eletti ukoll b'mod demokratiku permezz ta' elezzjoni diretta.", "B'hekk il-kunsilliera jkunu eletti u mhux nominati minn xi ħaddieħor.", "Għalkemm bħalissa dan hu dak li qed isir, din hija liġi b'maġġoranza sempliċi li tista' titneħħa f'kull ħin.", "Għalhekk jekk din tiddaħħal fil-Kostituzzjoni, inkunu aktar fiż-żgur li dan l-iżvilupp demokratiku daħal biex jibqa'.", "Dan li qed nagħmlu llum huwa xhieda ta' kemm il-Partit Nazzjonalista jemmen fil- kunsilli lokali.", "Din id-diskussjoni hija xhieda li l-Partit Nazzjonalista mhux biss waqqaf il-kunsilli lokali meta l-Partit Laburista kien kontrihom, imma li kien dan l-istess partit tagħna li ħolom bihom, waqqafhom, baqa' jsostnihom u baqa' jżidilhom il-fondi u l-poteri sakemm issa se jagħmilhom parti mill-Kostituzzjoni tal-pajjiż.", "Din m'hijiex kumbinazzjoni.", "M'hijiex kumbinazzjoni li hawn partit li għalkemm jiġi mgħajjar li ma jafx x'inhu jgħid, joħroġ bl-idea tal-kunsilli lokali, iwaqqafhom, iżidilhom il-fondi u l-poteri u jdaħħalhom fil-kostituzzjoni.", "Dan juri biċ-ċar li aħna naqblu fil-kunsilli lokali b'konvinzjoni u mhux b'konvenjenza.", "Naħseb li din hi d- differenza prinċipali bejn iż-żewġ partiti.", "Illum kulħadd jirrikonoxxi l-fatt li l-kunsilli lokali saru parti mill- iżvilupp demokratiku ta' pajjiżna.", "Id-demokrazija rridu naħdmu għaliha u nieħdu ħsiebha kuljum, għax nistgħu nitilfuha f'tebqa t'għajn.", "Għalhekk naħseb li b'dawn l-emendi kostituzzjonali li se jaċċertaw li ma jkollniex xi terrimot meta jinbidel il-gvern, qegħdin nagħmlu pass tajjeb.", "Xi ħaġa tajba daqshekk tajba bħalma huma l-kunsilli lokali, għandha tkun hemm biex tibqa'.", "To be fair, safejn naf jien il-Partit Laburista għadu ma qalx li se jneħħi l-kunsilli lokali, imma l-attitudni ta' uħud mill-membri ma tantx tikkonvinċina.", "S'issa għadu ħadd ma ċaħad dak li kien qal l-ex prim ministru Laburista meta fit-30 ta' April ta' l-1987, kien semma' numru ta' raġunijiet għaliex ma jaqbilx li għandu jkun hemm il-kunsilli lokali.", "Naħseb li b'dan li qed nagħmlu, il-ħajja demokratika u l-iżvilupp demokratiku ta' pajjiżna se jibqa' mħares u garantit bil-Kostituzzjoni, dejjem jekk din il-Kamra tivvota favur din l-emenda kostituzzjonali.", "Il-kunsilli lokali huma espansjoni tad-demokrazija, tas-solidarjeta' u tas-sussidjarjeta'.", "Il-kunsilli huma mod ta' kif il-prim ministru u d- deputati ma jibqgħux jiġu mfittxija biex tinbidel xi bozza.", "Għal dawn l- affarijiet issa hemm il-kunsilli lokali, u għalhekk dawn huma wkoll espressjoni ta' fiduċja fil-poplu.", "M'huwiex biżżejjed li jinstabu persuni kompetenti biex imexxu imma dawn iridu jkunu magħżula miċ-ċittadini stess.", "Ftit taż-żmien ilu emendajna l-liġi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u għedna li issa l-poplu se jingħata l-faċilita' li jara x'inhu jiġri mill- applikazzjonijiet ta' l-awtorita ta' l-ippjanar, mill-kunsilli lokali.", "Aħna qed nippruvaw indaħħlu l-kunsilli lokali f'liġijiet oħrajn biex inżidu t-trasparenza u biex huma stess ikunu jistgħu jagħmlu skrutinju kif qed jagħmlu fir-rigward ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Mr Speaker, fil-ħin li kelli ppruvajt nagħti raġunijiet biżżejjed biex din il-Kamra tivvota favur dan l-iżvilupp daqshekk importanti fl-istorja demokratika ta' pajjiżna.", "Din l-emenda ma tistax tgħaddi jekk ikunu l- membri tal-gvern biss li jivvotaw favur, imma peress li hija kostituzzjonali trid tgħadd b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Kamra, jiġifieri hemm bżonn ukoll tal-voti ta' l-oppożizzjoni.", "Jien naħseb li jekk dan il-parlament jivvota favur din l-emenda, inkunu qed nagħmlu investiment importanti mhux biss fl-istorja tal-kunsilli lokali per se imma anke fl-iżvilupp demokartiku ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla t-Tlieta, 6 ta' Marzu 2001, fis-6.00 pm, b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, f'Awissu li għadda l-gvern ħabbar skema sabiex dawk li qegħdin jaħdmu raba' tal-gvern mingħajr titolu jingħatalhom dritt għal titolu.", "L-iskema għalqet fit-28 ta' Frar u għalkemm kien hemm min ikkritikaha u kien hemm min xewwex lill-bdiewa li ma jaqblilhomx japplikaw għaliha għax il-gvern kien qiegħed \"jisloħhom\", din l-iskema kellha daqshekk suċċess illi fi Frar biss daħlu madwar 5000 applikazzjoni.", "Dan ġara fl-aħħar xahar biss u nhar il-ġimgħa se nkun nista' nħabbar iċ- ċifra eżatta ta' kemm daħlu applikazzjonijiet minn Awissu sa Frar taħt din l-iskema li suppost il-bdiewa ma jaqblilhomx illi japplikaw taħtha, illi suppost il-gvern qed jisloħhom u illi se tgħolli l-qbiela tar-raba' nnifsu!", "Bla taqliq ngħid li hija gidba mill-bidu sa l-aħħar li tgħid li l-gvern għolla l-qbiela lil dawk li jħallsuha.", "Anzi l-iskema tagħti l-opportunita' lil dawk li ma jħallsux qbiela, jiġifieri dawk in-nies illi għalkemm qed jaħdmu art tal-gvern għal skop agrikolu m'għandhomx titolu, li għall-ewwel darba jibdew iħallsu l-qbiela ta' art agrikola lill-gvern u allura jkollhom l-ktieb ta' l-irċevuti u b'hekk għall-ewwel darba jkollhom titolu.", "Min huma dawn in-nies li qed jaħdmu art tal-gvern bla titolu?", "Ħafna minn dawn in-nies mhumiex nies li daħlu abbużivament fuq l-art tal-gvern, imma jkunu persuni illi kienu jaħdmu din ir-raba' ma' xi membru tal-familja li xi darba kellu titolu.", "Pero' bil-liġi tal-qbiela meta jmut dan il-membru tal- familja ma jintiredx il-ktieb tal-kera favorihom.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Meta jmut il-kerrej, il-liġi tal-qbiela tirrikonoxxi bħala l-kerrej ta' art agrikola lit-tfal tal-kerrej u lit-tfal tat-tfal.", "Bażikament dik hija r- regola.", "Mela jekk imut iz-ziju, iz-ziju lili ma jgħaddilix it-titolu tal- kera fuq art agrikola.", "Il-kuġin jew anke l-aħwa bejniethom ma jistgħux jgħaddu t-titolu tal-kera bejniethom meta jmut wieħed minnhom.", "Dawn lanqas ma jistgħu jmorru fuq il-gvern biex idawrilhom il-ktieb tal-kera minn fuq ħuhom għal fuqhom, għaliex bil-liġi tal-qbiela l-ktieb tal-kera jista' jiġi ttrasferit biss mill-missier għall-iben jew min-nannu għan-neputi, jew bil- maqlub jekk it-tifel imut jista' jdur ir-raba' fuq il-missier.", "B'hekk il- ktieb tal-kera jista' jiġi ttrasferit jew lill-axxendent jew lid- dixxendenti.", "Allura kellek sitwazzjonijiet matul iż-żmien ta' ħafna nies illi jaħdmu r-raba' taz-ziju u meta z-ziju jmut jew iz-zija tmut jew inkella ħuhom imut jew oħthom tmut, jibqgħu jaħdmu r-raba' għal snin twal iżda xorta waħda l-irċevuta tibqa' toħroġ fuq isem il-persuna li tkun mietet.", "Allura fil-prattika jfisser li dawn in-nies m'għandhomx titolu u fi kwalunkwe' ħin il-gvern jista' jgħidilhom li m'għandhomx titolu u li għandhom joħorġu 'l barra mir-raba'.", "B'din l-iskema, se nagħtu titolu lil mijiet ta' nies - jekk mhux eluf - illi qegħdin jaħdmu art tal-gvern, illi m'għandhomx titolu u għall-ewwel darba se nagħtuhom dan it-titolu bil-kera fenomenali ta' Lm4-it-tomna, għax din qalulha \"fenomenali\", jiġifieri daqs erba' pakketti sigarretti fis- sena.", "Minflok ma l-oppożizzjoni tgħid prosit ta' din l-iskema, toqgħod ixxewwex lin-nies illi l-gvern qiegħed jisloħ lill-bdiewa għaliex lil dawn il-persuni li m'għandhomx titolu, għall-ewwel darba qed nagħtuhom titolu b'Lm4-il tomna u jħallsu Lm50 darba biss.", "U biex inkomplu naġevolaw u ngħinu lill-bdiewa, qed ngħinu wkoll dawk li m'għandhomx il-ktieb tal-kera f'sitwazzjonijiet fejn xi ħadd minnhom qabad u daħal fuq art tal-gvern.", "Għax s'issa semmejt lil dawk li qed jaħdmuha għaliex kien jaħdimha xi ħadd membru tal-familja tagħhom li pero' il-liġi ma tirrikonoxxix li jintired il- qbiela.", "Pero' hemm sitwazzjonijiet ta' nies li qabdu u daħlu fuq art tal- gvern, barra mill-iskema ta' l-iżvilupp - jiġifieri ma jistgħux jinħarġu permessi tal-bini fuq dik l-area - u qed jaħdmuha għal skop agrikolu.", "Anke lil dawn in-nies, jekk ilhom jaħdmu r-raba' għal sentejn qegħdin nagħtuhom it-titolu wkoll tal-qbiela.", "Pero' għidna mhux lil dawk biss li m'għandhomx il-ktieb tal-kera rridu nipproteġu, fis-sens illi biex ngħinu l-iżvilupp ta' l-agrikoltura f'pajjiżna, nagħtuhom it-titolu tal-qbiela.", "Imma dehrilna wkoll li għandna nsolvu wkoll problema illi hija uġigħ ta' ras u nisperaw li nkunu f'pożizzjoni illi nsolvuha meta nibdew nipproċessaw dawn l- applikazzjonijiet, is-sitwazzjoni ta' raba' li tkun ta' persuna u tintired bejn ħafna ulied.", "F'dawn is-sitwazzjonijiet r-raba' jibqa' sħiħ u allura l-irċevuta tibqa' toħroġ fuq l-eredi ta' Ġanni Borg, per eżempju, dawn l-eredi jistgħu jkunu tnejn imma jistgħu jkunu ħmistax.", "Fil-prattika x'jiġri?", "Bejniethom l- aħwa, mingħajr ma jmorru għand nutar jew mingħajr ma l-gvern jirrikonoxxihom, jiftiehmu illi kulħadd jaħdem 'il biċċa tiegħu, pero' fil- fatt ma tkun tiegħu xejn, l-irċevuta ma tinħariġx fuq ismu imma tibqa' tinħareġ fuq missieru jew inkella l-eredi ta' Ġanni Borg.", "Allura għidna li din it-tip ta' qbiela illi l-avukati jsejħulha \"in solidum\", fejn hemm it- titolu fuq ir-raba' u fejn qed titħallas l-kera, jekk l-aħwa jixtiequ jaqsmu r-raba' biex kulħadd ikollu l-ktieb tal-kera fuq il-parti li jaħdem hu fuq ismu, jekk jiftiehmu, dan se jkun jista' jsir.", "Jekk l-aħwa jkunu jridu jibqgħu flimkien kemm għaliex ħuh ma jiffirmax jew inkella għax hekk jixtiequ, is-sitwazzjoni tibqa' l-istess.", "Pero' min irid li naqsmulu l- ktieb tar-raba', allura tibda' kera ġdida u kulħadd ikollu l-ktieb tar- raba' fuq l-art li qiegħed jaħdem.", "U informat li hemm numru konsiderevoli ta' nies li ibbenefikaw minn din l-iskema u issa qasmu r-raba' kulħadd skond il-biċċa li qed jaħdem.", "Fuq din jikkritikawna wkoll, Mr. Speaker!", "Għall-benefiċċju ta' dawk li xewxu li din l-iskema hija ta' żvantaġġ ngħidilhom li meta l-bdiewa ndunaw bil-vantaġġi kbar ta' din l-iskema, fl- aħħar xahrejn kellna queues twal ta' nies li lkoll riedu japplikaw taħt din l-iskema, skema li suppost hija żbaljata u li suppost qiegħda ġġib diżastru għall-bdiewa!", "Tant kien hemm nies li fil-31 ta' Jannar meta kellha tagħlaq oriġinarjament l-iskema, kellna nestenduha għax-xahar kollu ta' Frar u spiċċajna bin-nies wara l-bieb minn filgħodu kmieni, biex ma ngħidx li wħud minnhom fl-aħħar ġranet raqdu hemmhekk, sabiex ikunu jistgħu japplikaw.", "Imbagħad il-gvern ra li din l-iskema kienet ilha miftuħa ħames xhur u li ma setax jestendiha iktar u nqatgħet linja, kif fil-fatt ġara.", "Pero' iggarantejna lil kull min laħaq mar il-lands, anke jekk ma kellux kollox preċiż, illi naċċettawhom xorta waħda u mbagħad naraw wara jekk id- dokumenti meħtieġa u r-rekwiżiti ta' l-iskema ġewx osservati jew le.", "Mr Speaker, irrid ngħid li minħabba n-numru konsiderevoli ta' nies illi applikaw se nieħdu xi żmien sakemm nipproċessaw l-applikazzjonijiet kollha, għaliex għalkemm aħna favur l-iżvilupp tar-raba' pero' lanqas irridu lil min jabbuża.", "Jekk hawn xi ħadd li jaħseb li għalkemm abbuża se noħorġulu l- ktieb tar-raba', jew jekk hawn xi ħadd li jaħseb li m'aħniex se nieħdu passi għaliex ħa ġurament falz meta ddikjara li kien jaħdem ir-raba' meta dan mhuwiex minnu, dak qed jarralu.", "L-affarijiet iridu jsiru bis-serjeta' u meta dan il-parlament ta' d-dritt lil lands li mingħajr ħruġ ta' tender jagħti art agrikola lil min jaħdimha, xorta hemm limitazzjonijiet ċari li r- raba' trid tkun qiegħed taħdimha għal skop agrikolu.", "Min ħaseb li r-raba' se juzaha biex jonsob jew inkella għall-kaċċa sejjer żball għaliex dak m'huwiex permessibbli.", "Il-parlament ma jagħtix dritt la lill-ministru u lanqas lid-dipartiment illi jagħti b'kera għal dak l-iskop.", "L-uniku skop għal xiex id-dipartment jista' jagħti b'kera huwa għal skop agrikolu.", "Jistgħu jinħarġu għal skopijiet oħrajn imma mhux f'forma ta' skema iżda b'call for tenders.", "Hekk biss jistgħu jsiru l-affarijiet l-oħrajn, mentri għal skop agrikolu joħorġu taħt din l-iskema.", "U l-iskop hu li nimxu lokalita' lokalita' biex għall-ewwel darba nagħtu l-ktieb tal-kera lil ħafna nies illi sal-lum ma kellhomx it-titolu.", "Jiena nixtieq nagħlaq b'referenza oħra, Mr Speaker.", "Dan il-weekend id-deputy leader tal-Labour Party qal - nimmaġina li wara d-diskors li għamilt jien hawnhekk fil-parlament - illi mhux veru li l- Partit Laburista qatt kien kontra l-kunsilli lokali.", "Anzi jiena ġejt mgħajjar giddieb fuq il-fatt li għedt illi l-Partit Laburista kien kontra l- kunsilli lokali, u f'dan il-weekend, f'xi każin Laburista, l-Onor.", "George Vella qal li min jgħid illi l-Partit Laburista huwa kontra l-kunsilli lokali jkun qed jigdeb u jkun qed ixewwex.", "Mhux biex inkanta vittorja jew biex ngħid min kellu raġun u min ma kellux, pero' se nikkwota u npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt minn \"l-orizzont\" tat-30 ta' April, 1987.", "Qed nikkwota minn dibattitu televiżiv illi kien hemm bejn il-prim ministru ta' dak iż-żmien u kap tal-Partit Laburista, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, u l-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "Se nikkwota dak li rrapportat \"l-orizzont\" ħalli ħadd ma jgħid li qed nikkwota ħażin.", "Issa kulħadd jiġġudika min gideb, jekk hux jien jew inkella l-Onor.", "George Vella.", "Mhux jien se nagħmel ġudizzju imma jagħmlu l- poplu.", "Dr Karmenu Mifsud Bonnici kien ġie rrapportat li qal hekk:", "\"Issa għaliex ma jagħmilx sens li pajjiż ċkejken bħal tagħna, kwart ta' kwart ta' belt f'pajjiż kbir, ma tistax inti tħottu biex tagħti setgħat għall-amministrazzjoni tar-raħal jew tal-belt f'idejn xi ħadd elett direttament mill-poplu biex jammistra dak ir-raħal jew dik il- belt?\"", "Din hija d-domanda li staqsa Dr. Mifsud Bonnici, kap tal-Partit Laburista.", "Issa nisperaw li ħadd ma jiġi jgħidli li meta jitkellem kap ta' partit f'dibattitu televiżiv biex jikkritika proposta tal-Partit Nazzjonalista favur il-kunsill lokali, dik m'hijiex il-politika tal-Partit Laburista.", "Effettivament Dr. Mifsud Bonnici rrisponda d-domanda tiegħu stess u qal hekk:", "\"Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna huwa meħtieġ li ħafna affarijiet isiru kollettivament għax meta inti tibda tifrex, tkun qed tisparpalja aktar l-affarijiet.\"", "U kompla jgħid hekk ħalli jkompli jenfasizza kemm huwa kontra l-kunsilli lokali:", "\"Biżżejjed diffiċli li ssib min hu kapaċi biex imexxilek dipartiment, aħseb u ara kemm se ssib nies kapaċi li jmexxu 45 jew 50 kunsill lokali!\"", "Mela għal min għajjarni giddieb qed nagħtih risposta ċara.", "Iva, il- Partit Laburista kien kontra t-twaqqif tal-kunsilli lokali - mhux jekk jidħlux il-partiti jew le - u se nerġa' nikkwota: –", "\"Ma tistax tħottu (pajjiż) biex tagħti setgħat għall-amministrazzjoni tar-raħal jew tal-belt f'idejn xi ħadd elett direttament mill-poplu biex jammistra dak ir-raħal jew dik il-belt\"", "Dan id-dokument qed inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, Mr Speaker.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEKAER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nixtieq li fil-kwarta li fadlilna nirrispondi għal xi allegazzjonijiet li saru fil- konfront tiegħi xi ġimgħat ilu f'dan il-parlament, partikolarment mill- Onor. Joe Mizzi, fuq żewġ każi; wieħed fuq ix-xogħol li qed isir fil- kumpless sportiv tal-Kottonera, u l-ieħor fuq xi ħaġa li tinvolvi lili jew l-uffiċċju li jiena kont konness miegħu professjonalment.", "Nibda fuq ix- xogħol li qed isir fil-kumpless sportiv tal-Kottonera.", "L-Onor.", "Mizzi fl-20 ta' Frar għamel diversi allegazzjonijiet.", "Fost dawn il-allegazzjonijiet huwa u jitkellem hawnhekk waqt il-question time, l- Onor. Membru qal li x-xogħol ta' skavar li għaddej bħalissa fil-Kottonera seta' sar b'direct order.", "Qal li qed tintefa' ħamrija fil-baħar u qal ukoll li ma hemmx permessi għal tfigħ ta' materjal fil-baħar u li l- awtorita' ta' l-ippjanar kienet ħarġet avviż ta' twettiq, enforcement notice, sabiex jieqaf ix-xogħol.", "Imma llum drajna kif jagħmilhom ċerti allegazzjonijiet l-Onor.", "Mizzi, bl-allegazzjoni tieħu forma ta' mistoqsija u taparsi jistaqsi:", "\"Ma nafx kif ix-xogħol ingħata jekk mhux b'tender jew b'direct order?\"", "Dan huwa mod perikoluż kif qed issir il-politika li titfa' innuendo u titlaqha' hekk.", "L-Onor.", "Mizzi jaf kif sar ix-xogħol u jaf li din kienet public tender fejn kienet magħżula l-orħos offerta.", "Pero' l-Onor.", "Membru ma sabhiex bi tqila li jitfa' d-dubju f'moħħ min qed jisimgħu biex ipinġina li aħna stajna għamilna xi ħaġa ħażina fl-għoti tat-tender.", "Din mhi xejn ħlief sfaċċataġni ta' kif wieħed jagħmel il-politika.", "Anke għamel plejtu sħiħ li setgħet intefgħet ħamrija l-baħar, Mr Speaker.", "Nafu li l-ħamrija għandha prezz, għandha valur u allura aħna ppruvajna nibżgħu għaliha.", "Din il-ħamrija użajniha u tfajniha fi tliet postijiet, jiġifieri fil-Marsa, fil-Hibs ground u anke fil-masġar ta' Ħaż-Żabbar.", "Veru illi l-kuntrattur li kien qed jagħmel l-iskavar tefa' ftit materjal il- baħar, iżda f'dan il-każ kien qed juża l-permess speċifiku ta' kuntrattur ieħor biex jitfa' materjal ta' l-iskavar ġej mill-Kottonera f'postijiet indikati.", "Pero' l-Onor.", "Mizzi baqa' jagħmel dawn l-allegazzjonijiet u minkejja li hu qiegħed fuq il-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, qal illi l-awtorita' kienet ħarġet enforcement notice biex jieqaf ix-xogħol meta kien jaf li dan mhux minnu.", "Fil-fatt fuq din l-issue li qajjem l-Onor.", "Membru jien ħriġt stqarrija u ddikjarajt li ma nistax nifhem għalfejn l- Onor. Mizzi qed jagħmel dawn il-mistoqsijiet kollha, qisu għandu xi xewqa li jwaqqaf il-proġett.", "Jiena suspett wieħed għandi, Mr Speaker, li l-Onor.", "Mizzi qiegħed jara gvern Nazzjonalista li għandu wegħda primarja li anke jinvesti fil- faċilitajiet sportivi tal-Kottonera, pero' donnu li din qed tweġġgħu li kellu jkun il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li qed jagħmel dan ix-xogħol u li l-commitment tagħna qed nonorawh bis-serjeta'.", "Għamilna l-pjani, għamilna pjanti kbar u għamilna kumpless kbir, naħseb li se jkun l-isbaħ kumpless f'Malta.", "Qbadna r-ritmu, għandna programm u kapaċi nlestuh, anke ħafna qabel l-elezzjoni.", "Pero' din qed iddejqu lill-Onor.", "Mizzi għax kull darba li jaħseb li jista' jaqbad ma' xi ħaġa, jipprova jagħmel ostakoli biex forsi jwaqqaf il-proġett.", "Jien ngħid li verament qed juri kemm iħobbhom lin-nies tal-Kottonera l-Onor.", "Mizzi.", "Ma narawx illi n-nies tal- Kottonera jista' jkollhom faċilita' oħra fejn l-għaqdiet tal-lokal jistgħu jipprattikaw, imma għaliex dan il-proġett qed iwettqu l-gvern Nazzjonalista allura nippruvaw nostakolawh!", "Imbagħad meta jitkellem fil-pubbliku, l-Onor.", "Mizzi ma jsemmix la d- direct order u la jsemmi li ma kienx hemm permess għal tfigħ fil-baħar jew li mhux veru li qatt ma ħarġet enforcement notice imma jgħid li għandu l- provi li ntefgħet ħamrija l-baħar.", "Għalhekk l-ewwel sfida li nixtieq nagħmel lill-Onor.", "Membru hija illi jġib il-provi illi ntefgħet il-ħamrija l-baħar.", "Pero' nista' nassigura lin-nies kollha, lill-pubbliku sportiv Malti, li l-kumpless tal-Kottonera miexi, miexi tajjeb u nisperaw li anke minn hawn u ftit ġimgħat oħra, nibdew bil-kostruzzjoni proprja.", "Pero' nixtieq indur malajr malajr fuq it-tieni kontroversja li qajjem l- Onor. Mizzi, Mr Speaker.", "L-Onor.", "Mizzi qajjem kontroversja fuq każ li hemm għaddej bejn uffiċjal ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u xi ħadd li huwa kostitwent tiegħi.", "Anke meta kont imsiefer kont għajjart lill-Onor.", "Mizzi giddieb għaliex għamel allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħi u fil- konfront ta' l-uffiċċju li jiena kont konness miegħu, allegazzjonijiet totalment żbaljati u qarrieqa.", "Pero' ħalli ngħid ftit ftit kif kien dan il- każ.", "Avviċinani kostitwent fejn qalli: Ejja daqsxejn għax qed nagħmel xi xogħol u qegħdin ifixkluni ta' l-enforcement tal-planning authority.", "Mort nara dan ix-xogħol u deherli li ma kien hemm xejn sanzjonabbli, u li jekk issir applikazzjoni sempliċi wieħed ikun jista' jirregolarizza dawk il-ftit affarijiet li għandu u b'hekk ħadd ma jkollu fuq xiex jqabbad dufrejh.", "Pero' x'ġara?", "Saret din l-applikazzjoni pero' nqalgħu l-affarijiet u l- assurditajiet kollha li jistgħu jeżistu f'organizzazzjoni.", "Hemm dan l- uffiċjal li huwa l-avukat ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li spiċċa jagħmel injunction kontra l-istess awtorita' ta' l-ippjanar.", "Iżda l-Onor.", "Mizzi qal ukoll li jiena jew xi ħadd mill-uffiċċju li jiena kont konness miegħu bagħbasna l-pjanti u biddilna xi affarijiet biex dawn il-pjanti li kienu irregolari jiġu regolarizzati.", "Mela ħa ngħidlu eżatti x'kien il-każ.", "Dan l-individwu kellu żewġ permessi fuq il-proprjeta' tiegħu, il-permess oriġinali ta' meta nbniet il-bungalow u permess ieħor ta' meta għamel xi applikazzjoni għal xi alterazzjonijiet sentejn ilu, PA1112/98 – nista' ngħid li l-perit ta' dak il-permess m'huwiex jien, m'huwiex xi ħadd mill- uffiċċju li jien kont konness miegħu imma xi ħaddieħor – u f'dak il-permess kien hemm numru ta' affarijiet fejn xi ħadd kien qiegħed iwaqqa' u jżid.", "Hija n-norma fl-awtorita' ta' l-ippjanar li wieħed jagħmel ċerti kuluri fuq il-pjanti biex jindika fejn qed iwaqqa' u fejn qiegħed jibni.", "Imma waqt li l-perit li kien nkarigat dakinhar m'għamilx dawn il-indikazzjonijiet, l- uffiċjal li joqgħod maġenb dan l-individwu kien jaf eżatt x'qiegħed jagħmel.", "Tant kien jaf eżatt li kien iħabbatlu u kien jistaqsih x'qed jagħmel, u ġablu wkoll enforcement officer - mhux se nsemmi ismu għaliex kulħadd jafu - biex jiċċekkja jekk hux qed isir xogħol kif suppost, u qabbad ukoll kumpannija privata li tagħmel dan il-cladding mal-ħitan.", "Dan l- uffiċjal, l-avukat ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ċemplilhom biex jara jekk ix-xogħol kienx qiegħed isir skond is-sengħa, iżda qatt ma daħallu f'moħħu li l-kuluri fuq dik il-pjanta forsi ma kenux indikati.", "In-norma dwar il- kuluri m'hijiex xi ħaġa li hija tassattiva imma tagħmilha biss biex tgħin lill-uffiċjal li jkun qiegħed jiġġudika l-pjanta biex jifhem il-pjanta aħjar.", "Imma x'ġara?", "Meta saret applikazzjoni riċenti - għax dan l-uffiċjal ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar kien qal li x-xogħlijiet ma kenux qegħdin isiru kif suppost - dan qal li dik l-applikazzjoni saret biex tirregolarizza l-iżbalji li saru.", "Dan m'huwiex veru.", "Il-planning authority għandha proċeduri eżatti li jekk permess ikun ħareġ fuq informazzjoni żbaljata, dan jiġi withdrawn u l-persuna li hija nkarigata biex tirtira dawn il-permessi huwa dan l-istess uffiċjal ġarr ta' din il-persuna li naf jien.", "U dan l-uffiċjal qatt ma ħa passi biex dan il-permess ikun irtirat.", "Jiġifieri din l-allegazzjoni li l- Onor. Mizzi qed jagħmel li xi ħadd mill-uffiċċju Sant & Mugliett - jew jiena - bagħbas xi pjanti hija gidba totali, u għalhekk ngħid li l-Onor.", "Mizzi huwa giddieb u nistiednu jirrepeti barra dak li qal hawnhekk ħalli nkun nista'nħarrku.", "L-Onor.", "Mizzi kellu okkażjonijiet fuq ir-radju biex jitkellem fuq diversi affarijiet tal-planning authority u fuq il- kontroversji kollha li jitkellem fuqhom, iżda lanqas biss kellu d-diċenza li jsemmi dan il-każ.", "L-ewwelnett naħseb li lanqas biss qed jifhmu.", "Qed jitfa' ħafna murtali u ħafna ġigġifogu, iżda nibża' li lanqas biss qed jifhem il-każ, pero' jibża' jitkellem fuqu fil-pubbliku.", "L-Onor.", "Mizzi qal xi ħaġa oħra li hija serja daqs din.", "L-ewwel allegazzjoni serja kienet dik li għadni kif semmejt illi xi ħadd, jiena jew mill-uffiċċju ta' Sant & Mugliett bagħbas il-pjanti.", "It-tieni allegazzjoni ta' l-Onor.", "Mizzi kienet u nikkwota: \"Nerġa' ntenni li kien hemm enforcement officer, ma nistax nikxef min hu, li personalment kien iċempillu u jgħidlu biex iżomm bil-mod, iżomm lura.", "X'ġara?", "Spiċċajna biex naraw insibux triq oħra biex naqdu lil dan il-bażużlu!\"", "Jiena nistqarr solennement li jiena ma nafx min hu l-enforcement officer fuq dan il-każ u qatt ma kellimtu u lest li nieħu mitt affidavit fuqha.", "L- Onor. Mizzi allega wkoll li qed isir frame-up kontra dan l-individwu, iżda naħseb li dan l-individwu huwa kapaċi ħafna li jiddefendi ruħu.", "L-Onor.", "Mizzi għamel dawn iż-żewġ allegazzjonijiet u dawn neħodhom bis-serjeta'.", "Hu għamilli sfida biex nitkellem fil-pubbliku.", "Il-playing-field li qed jilgħab fiha l-Onor.", "Joe Mizzi jiena lest li nilgħab fiha wkoll skond fejn jagħżel hu.", "Jekk huwa se jitkellem hawn, jiena nitkellem hawn; jekk jitkellem barra, nofs siegħa wara jiena nitkellem barra.", "Pero' jiena ma nixtieqx inpoġġi lili nnifsi għall-ġudiżju tal-pubbliku meta hu m'huwiex lest li jagħmel l-istess.", "Dawn huma allegazzjonijiet serji li jiena nixtieq ikolli ċ-ċans li nieħu l-passi kollha meħtieġa dwarhom.", "L-ewwel allegazzjoni hija illi jiena kellimt u nfluwenzajt xi enforcement officer biex dan ma jagħmilx dak li suppost jagħmel.", "Jiena din il-ħaġa qatt ma għamiltha u qatt ma kellimt lil dan l-enforcement officer u lest ukoll li nieħu affidavit.", "It-tieni allegazzjoni hija li jiena jew xi ħadd mill-uffiċċju ta' Sant & Mugliett biddel jew bagħbas xi pjanti biex dawn jiġu regolari.", "Jiena lest li nitkellem fil-pubbliku.", "Jiena għandi stqarrija hawnhekk, lesta, ittajpjata illi anke lest nieħu affidavit fuqha.", "Pero' qabel ma l-Onor.", "Mizzi jitkellem fil-pubbliku, jiena ma nħossx li għandi nesponi ruħi.", "Pero' ta' min jgħid illi l-individwu illi s-Sur Mizzi qed jipprova jiddefendi huwa individwu li mhux sar frame-up kontrih, anzi kien dan l-individwu li kien qiegħed jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu.", "Dan l-individwu abbuża mill- pożizzjoni tiegħu meta qagħad iġib uffiċjali tal-planning authority biex jiċċekjaw xogħol li sar mill-ġirien - ma naħsibx li huwa dan ir-rwol ta' l- uffiċjali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar - u għamel insistenza kbira biex żewġ enforcement officers imorru barra mill-ħin normali jiċċekkjaw ix- xogħol.", "Qagħad iċempel lill-kuntratturi privati biex jiċċekkjaw u mbagħad għamel ukoll pressjoni fuq il-perit li kien qiegħed jaġġudika l-permess, applikazzjoni għal minor alterations, biex ma jittimbrahiex.", "U naħseb li dan huwa l-abbuż li hawn f'dan il-każ u mhux il-pożizzjoni tiegħi.", "Dwar l-involviment tiegħi f'dan il-każ m'għandix minn xiex nistħi.", "Dan huwa każ li dħalt fih biex ngħin kostitwent - u Allaħares ma nagħmilx xogħli - li kien qed iħoss il-makkinarju kollu ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar kontrih.", "Il-permess kien wasal biex ikun ittimbrat iżda xi ħadd fiżikament waqqafulu.", "Fil-bidu urejtu t-triq minn fejn jgħaddi, u Alla ħares ma ngħinux lill-kostitwenti tagħna b'dan il-mod għaliex allura għalfejn noħorġu għal politika?", "Għalissa nieqaf hawn, biss l-istqarrijiet tiegħi u l-affidavits huma ppreparati u hekk kif l-Onor.", "Mizzi jgħid l- ewwel kelma espliċita' fil-pubbliku, jiena nwiegħdu li siegħa wara ngħid tiegħi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RZIEZET - TROBBIJA TA' TIĠIEĠ", "23760.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu tul l-1999 u s-sena 2000 biex jiġi żgurat li rziezet li jrabbu t-tiġieġ qed jimxu skond iċ-ċirkolari tat- 12 ta' Lulju 1993 dwar 'Proċeduri għall-qtil ta' Broilers' iffirmata minn F. Farrugia?", "Xi rriżulta minn dawn il-passi jekk ittieħdu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li bħala miżuri u passi li ttieħdu wara din iċ-ċirkulari kien hemm li l-moviment ta' dawn it-tjur huwa kkontrollat permezz ta' karta roża li toħroġ mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji fuq isem il-Produttur.", "Din l-istess karta roża tibqa timxi mal- flieles sakemm dawn jinqatlu u terġa tispiċċa fid-Dipartiment.", "Din tasal fid-dipartiment meta tintbagħat mill-Proċessur li jkun qatel it-tjur.", "Inbeda wkoll proċess ta' spezzjonijiet fuq l-irziezet sabiex id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji ikun f'pożizzjoni li joħroġ liċenzji.", "Testijiet fuq laħam tat-tjur isiru regolarment kemm mill-proċessuri privati kif ukoll mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji.", "TROBBIJA TAT-TIĠIEĠ - SPEZZJONIJIET", "23761.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi spezzjonijiet saru tul l-1999 u t-2000 biex jiġi żgurat li l-irziezet li qed irabbu t-tiġieġ qed jimxu skond avviż legali 156 ta' l- 1989?", "Liema rziezet ġew spezzjonati?", "X'riżultati kien hemm wara dawn l- ispezzjonijiet, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "23761, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm l-avviż legali 156 ta' l-1989, joħroġ mill-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-Mard (Kap. 36), id-Direttur ta' l-Agrikoltura u Sajd huwa awtorizzat biex jinforza tali regolament, għaldaqstant nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi referuta lill-Ministru kkonċernat.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "23762.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 22800, jista' l-kap tad- dipartiment tal-farmaċija jgħid kemm hemm lab officers II fid-dipartiment tiegħu?", "X'kienu l-kwalifiċi li bihom ingħataw impjieg dawn l-lab officers II?", "Jikkonferma li l-grad ta' lab officers li jagħmlu jew li qed jagħmlu studju post-graduate huma dawk ta' lab officers II?", "Jikkonferma l-kap tad- dipartiment tal-farmaċija li l-istudji akkademiku post-graduate li għamlu l- lab officers II jaqa taħt l-lista tad-dmirijiet li jingħataw l-lab officers II meta jibdew l-impjieg tagħhom ma' l-Universita' ta' Malta?", "X'kwalifiċi post-graduate ġew inkorraġuti jistudjaw dawn il-ħames lab officers?", "Dawn l- istudji huma ta' natura akkademika u speċjalizzata f'aspetti ta' farmaċija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23713.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "23763.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22767, jista' l- kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid jekk m'humiex full-time jew part- time dawn is-sitt postijiet akkademiċi li nħolqu tul it-tmexxija tiegħu?", "Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti s-snin li fihom inħolqu dawn il-postijiet akkademiċi?", "Qabel saret it-talba għas-sena 2001, meta inħoloq l-aħħar post akkademiku fid-dipartiment tal-farmaċija?", "Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid jekk humiex full-time jew part-time dawn it-tlett postijiet akkademiċi ġodda għas-sena 2001?", "B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija nru.", "21549, għaliex in-nru. ta' staff permanenti fid-dipartiment tal-farmaċija huwa inqas minn dak ta' l-istaff temporanju?", "Jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li meta laħaq f'din il- pożizzjoni ma kien hemm l-ebda post akkademiku ieħor f'dan id-dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23713.", "VETERINARY SERVICES - RAPPORT", "23902.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt sewa lill-Ministeru r-rapport Veterinary Services and Rendering Plants as per contract of 20th July 2000?", "Minn liema kumpanija sar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara għall-liema rapport qed jirreferi.", "B.S.E", "23903.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kwalifiki għandu l-persuna li ntbgħatet titħarreġ fuq it-testijiet tal-B.S.E?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tekniku li ntbagħat l-Irlanda biex jiġi ttrenjat fuq it-testijiet tal-B.S.E, għandu diploma fi studju ta' l-Agrikoltura, għaxar snin in house training fil- laboratorju tas-Servizzi Veterinarji, u taħriġ ieħor taħt l-International Atomic Energy Agency.", "CASUAL CLEANERS", "23906.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-nru. ta' casual cleaners li daħlu fl-1992?", "Fejn qed jaħdmu llum u kemm huwa n-nru. tagħhom?", "Meta se jsiru tal-post dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Billi l-ħaddiema li għalihom qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant jinsabu fid-Dipartiment tal-Kura ta' l-Anzjani, nitolbu jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SAN LUQA - OVERDOSE - ALCOHOL", "23907.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-nru. ta' każi ta' overdose u alcohol eċċessiv rappurtati fl-isptar ta' San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas- sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Novembru 2000 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 197 każ ta' overdose u 59 każ ta' xorb eċċessiv.", "Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt:", "It-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji:", "Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44)", "Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)", "Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD- 10 codes Y10-Y14)", "|Sena |Kategor|Nru. | | |ija | | |Jan-Nov 2000|A |28 | | |B |0 | | |C |169 | | |Total |197 |", "It-tagħrif dwar in-nru. ta' pazjenti li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt.", "Il-każijiet jitqassmu f'żewġ kategoriji.", "Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkohol jew intossikazzjoni kkawżata mill-alkohol (ICD-10 code F10.0-F10.9).", "Kategorija B: Mard tal-fwied attribwit għall-alkohol (ICD-10 code K70).", "|Sena |Kategorija|Nru. | |Jan - Nov 2000|A |51 | | |B |8 | | |Total |59 |", "ADULT TRAINING CENTRES", "23918.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l- adult training centres għal persuni b'diżabilita' hux se jkunu f'qagħda li jieħdu l-istudenti li s-sena d-dieħla se jispiċċaw mill-special schools?", "Hemm xi pjani ġodda kif dawn l-adult training centres jistgħu jiżviluppaw programmi li jhejju aħjar lil dawn iż-żgħażagħ, kemm għal qasam tax-xogħol kif wkoll għall-oqsma oħra fil-ħajja?", "X'inhuma dawn il-pjani, jekk iva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħal ma ġara s-sena l-oħra, l-Adult Training Centres qegħdin jippreparaw biex ikunu f'qagħda li jieħdu l-istudenti li s- sena ddieħla ser jispiċċaw mill-Ispecial Schools.", "Bdew il-preparamenti biex titwettaq it-tranżizzjoni ta' dawn l-istudenti għal dawn iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum.", "Sabiex jitwettqu programmi ġodda, il-Ministeru ser iwaqqaf Ċentri żgħar fil- komunita' kif ukoll jingaġġa aktar support workers kif ukoll professional support workers.", "Biex is-servizzi jkomplu jitjiebu, qiegħed jitkompla t-taħriġ mogħti minn professjonisti lill-Care Workers kollha.", "SEXUAL HARASSMENT - WHITE PAPER", "23929.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkontempla l-possibbilta' li r-reat ta' sexual harassment fuq il-post tax-xogħol jiġi nkluż fil-white paper dwar emendi fil-kodiċi kriminali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-suggeriment tal-Onor.", "Interpellant jittiehed in kunsiderazzjoni.", "SKEJJEL - LATIN/GRIEG", "23930.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-nru. ta' studenti fl-iskejjel sekondarji tal-gvern li bħalissa qed jistudjaw il-Latin?", "Kemm hemm li qed jistudjaw il-Grieg?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat illi matul din is-sena ebda student ma talab li jiġi mgħallem il-Latin jew il-Grieg.", "KORS TAL-LIĠI - LATIN", "23931.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkontempla li l-Latin jerġa ' jsir obbligatorju għad- dħul fil-kors tal-liġi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Universita` ma tqisux prattikabbli li wieħed idaħħal il-Latin bħala element obbligatorju għad-dħul fil-kors tal- Liġi.", "RAĦAL ĠDID - POLIKLINIKA", "23932.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jindika meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol ta' tkabbir fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid?", "Fiex ser ikun jikkonsisti ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li x-xogħol ta' tkabbir taċ-Centru tas- Saħħa ta' Raħal Ġdid hu maħsub li jibda' f'Ġunju ta' din is-sena.", "F'dan il-proġett iċ-Centru tas-Saħħa ser jiġi kompletament ristrutturat u jiżdied sular bil-għan li jkun hemm tqassim aħjar ta' kliniċi, waiting areas, u reception area u dawn ikunu aktar spazjużi u komdi kemm għall- pazjenti u kemm għal min jaħdem fihom.", "Ser jiżdiedu kliniċi sabiex jiġu provduti servizzi ġodda.", "Iċ-Centru tas-Saħħa se jkun attrezzat b'furnishings u equipment ta' l-aħjar standard u ser ikun airconditioned.", "L-ispiżerija ser tikber u tkun tipprovdi waiting room għall-klijenti li llum ikollhom jistennew barra.", "GUDJA - BYPASS", "23933.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-arbli tad-dawl li twaħħlu fil-bypass tal-Gudja (inti u sejjer lejn tal-Barrani Road) jitwaħħlulhom il-bozoz mill- aktar fis?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "FILMS", "23934.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jindika kemm huwa n-nru. ta' films li huma mistennija jinġibdu f'Malta matul din is- sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jidhirli li f'dan l-istadju ma jkunx għaqli li wieħed jagħti dettalji bħal dawn.", "MAJJAL - IMPORTAZZJONI", "23935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani f'liema snin ġew approvati liċenzji għall-importazzjoni ta' majjal matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jinfurmani f'liema żmien ġew maħruġa permessi biex jiġi importat majjal fil-ġżejjer tagħna?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom ingħataw dawn il-liċenzji għall-importazjoni tal-majjal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li nħarġu permessi għall-importazzjoni tal-majjal fl-1995, 1996, 1997, 1999, 2000 u 2001.", "Dan sar minħabba fil-bżonn li tinqeda d-domanda tas-suq.", "SERVIZZI SOĊJALI - TELECARE", "23953.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jita' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata attenzjoni għall-installazzjoni mill-ġdid tas-servizz tat-telecare lill-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "23954.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata attenzjoni lill-każ tal-housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li toqgħod f'post substandard u ilha irreġistrata mal- housing 20 sena (Ref.", "HD 514/81)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ qiegħed ikun ikkunsidrat.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "23955.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata kunsiderazzjoni għall-każ ta' housing ta' single mother, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li qed toqgħod mal-ġenituri tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ qiegħed ikun ikkunsidrat.", "WSC", "23971.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ġibjuni f'Malta u f'Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu?", "Jista' jgħid ukoll kemm minhom jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-WSC?", "Jista' jgħid kull ġibjun x'użu qiegħed issir minnu u minn min?", "Jista' jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni u eventwalment manutenzjoni fuq kull ġibjun u kemm hemm rapporti pendenti biex issir tiswija fuq dawn il- ġibjuni u liema huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "WSC", "23972.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ġibjuni f'Malta u f'Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu?", "Jista' jgħid ukoll kemm minhom jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-WSC?", "Jista' jgħid kull ġibjun x'użu qiegħed issir minnu u min minn?", "Jista' jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni u eventwalment manutenzjoni fuq kull ġibjun u kemm hemm rapporti pendenti biex issir tiswija fuq dawn il- ġibjuni u liema huma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "CATERING FACILITIES MANAGER", "23976.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid meta nħatar il-Catering Facilities Manager fl-ITS b'kuntratt definit?", "Jista' jgħid ukoll:", "1) Saret sejħa għall-applikazzjonijiet?", "2) Meta ħarġet din is-sejħa u kemm applikaw?", "3) X'kien in-nru. tal-permess ta' l-ETC għal dan l-impjieg?", "4) X'kienu l-kwalifiki mitluba?", "5) Minn min kien kompost il-board tal-għażla?", "6) Minn kienet il-persuna li ntgħażlet?", "7) Meta kien iffirmat il-kuntratt mal-persuna magħżula?", "8) Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?", "9) Jista' jgħid ukoll f'hiex kien jikkonsisti dan il-kuntratt?", "10) Jikkonfermax li dan il-kuntratt intemm mal-ħatra ta' Catering Facilities Manager a-bażi tas-sejħa għall-applikazjonijiet li saret mill- MTA u li kien ippublikat fil-ġurnali fl-14 ta' Ġunju 2000?", "ONOR MICHAEL REFALO: Nistieden lill-Onor.", "Interpellant inkwantu għall-ewwel disa' partijiet tal-mistoqsija jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall- mistoqsijiet tiegħu numri 5939 u 6812.", "Dwar l-għaxar parti ġejt mogħti parir li nista' nikkonferma fl-affermattiv.", "SKEJJEL - SKOLA PRIMARJA TAS-SLIEMA", "23978.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tfal tal-iskola primarja ta' tas-Sliema ma' jitħalewx jidħlu fl-iskola jew fil-kurudur li hemm fil- madwar ta' l-iskola qabel ma' jibdew il-lezzjonijiet meta huwa loġiku li jekk dan jibda jsir, it-tfal ikunu aktar f'sigurta' minn xi eventwalita' ta' inċident tat-traffiku fit-toroq tal-madwar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru japprezza li l-ewwel konsideerazzjoni għandha tkun il-ħarsien u s-sigurta` tat-tfal.", "Dan hu bilfors kundizzjoniat mill-ħtiġijiet ta' l-iskola u l-ħinijiet ta' l-għalliema u l- ħaddiema kif stabbilit fil-Ftehim Kollettiv.", "Informat ukoll li t-tfal filgħodu ma jitħallewx jidħlu fl-iskola kmieni minħabba li mhix konswetudni li huma jinġiebu kmieni mid-dar.", "It-tfal meta jidħlu ma jistgħux jitħallew mingħajr superviżjoni, iżda meta tkun ix-xita huma jidħlu jistkennu fil-kuriduri.", "It-triq ta' quddiem l-iskola tkun magħluqa għat-traffiku bejn it-8.00 - 8.45 ta' filgħodu u jkun hemm ukoll pulizija f'dawn il-ħinijiet biex jiżgura li ma jgħaddux vetturi.", "FORZI MILITARI BARRANIN", "23996.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "22862, fejn iddikjara li mhux prattika normali li suldati ta' forzi militari barranin jitħallsu żejjed la fil-ħdud u lanqas fil-festi pubbliċi, jista' l-Prim Ministru jgħid kif mela l-forzi militari barranin li jaħdmu ħafna mill-qrib mal-forzi militari Maltin, eżempju s-suldati tal-Missjoni Taljana, jitħallsu żejjed kemm tal- ħdud kif ukoll tal-festi pubbliċi?", "Jista' għaldaqstant jikkonferma jekk ingħatax informazzjoni korretta għal mistoqsija tiegħi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jirriżultali li l-imformazzjoni li qed jagħti l-Onor.", "Interpellant mhux korretta.", "TRADING LICENCING DEPARTMENT - SPEZZJONIJIET", "24003.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk membri ta' l-ALE jew tat-Taqsima tal-Liċenzji (Trading Licencing Department) jew tad-Distrett mill-1994 'il hawn għamlux xi forma ta' spezzjonijiet fil-ħwienet u f'postijiet oħra ta' negozju f' Malta u f'Għawdex bl-iskop li jivverifikaw jekk tali postijiet humiex qed joperaw b'liċenzja valida, jekk il-ħlas kienx qed isir regolarment, jekk fil-fatt humiex skond il-konfini tal-Kunsilli Lokali eċċ u, jekk fl- affermattiv, fejn saru dawn l-ispezzjonijiet, meta saru, x'kien ir-riżultat tagħhom, x'passi ttieħdu, fejn instabu rregolaritajiet u humiex isiru follow-ups għalihom biex ikun assigurat li l-irregolaritajiet li nstabu jkunu kkorreġġuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi hija l-proċedura regolari illi l- Pulizija tagħmel spezzjonijiet fi stabbilimenti kummerċjali sabiex jinġabru arretrati li jista` jkun hemm fil-ħlas tal-liċenzji.", "Diskrepanzi fil- konfini tal-Kunsilli Lokali jiġu aggustati biss fuq struzzjonijiet mingħand id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "Kif diġa` għidt, dan huwa proċess kontinwu u għaldaqstant wieħed ma jistax jgħid kull meta saru.", "UNIT GĦAL AMBJENT AĦJAR", "24005.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta hu maħsub li l-unit għal Ambjent Aħjar tibda l-bini ta' culvert ġdid ta' l-ilma tax-xita fi Triq il-Kanun, il-Ħamrun, billi dak eżistenti ma baqax ilaħħaq ma' l-ilma tax-xita wara li minnu għadda cable ta' l-elettriku u billi dan qed jikkawża dannu għar-residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant qed ikun ikkunsidrat..", "SKEJJEL", "24007.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani definittivi tal-Gvern fir-rigward tal-bini fejn illum hemm l-iskola tas-snajja Umberto Colosso u l-iskola Sekondarja San Franġisk t'Assisi, Santa Venera, billi mill-1995 'il hawn taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet kien hemm bdil ta' ħsibijiet u ta' proġetti li s'issa ma ppermettewx lill-mexxejja ta' l-istess skola, lill-kunsill skolastiku u lill-kunsill lokali Santa Venera jwettqu l- proġett tagħhom ta' ċentru sportiv għall-użu ta' l-istess studenti u tal- komunita'", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li nhar il-Ġimgħa 23 ta' Frar, il-Kap ta' l- iskola Umberto Colosso/San Franġisk ta' Assisi u fl-istess ħin bħala Segretarju/Teżorier tal-Kunsill Skolastiku ta' dawn l-iskejjel, irċieva kopja ta' \"Draft No 1 - Design Brief for San Franġisk of Assisi Boys' Secondary School Sta Venera\" imħejji mill-periti konsulenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sabiex iservi bħala bażi ta' diskussjoni.", "Dan id- dokument ladarba jiġi finalizzat ikun jista' jwassal għall-applikazzjoni finali lill-Planning Authority biex dan il-proġett jista' jseħħ.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ", "24008.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq mill- 1994 'il hawn ġiegħelx kuntratturi jaqilgħu xogħol ta' resurfacing ta' toroq, ta' bini ta' bankini ġodda jew ta' ristrutturazzjoni ta' toroq minħabba xogħol ħażin minn kuntratturi u jekk fl-affermattiv fejn kien ix- xogħol li nqala u min kien il-kuntrattur", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li minn l-1994 'l hawn xogħolijiet fit- toroq indikati fit-tabella hawn taħt kienu formalment maqlugħa mid- Dipartiment.", "Barra minn hekk kien hemm diversi okkażżjonijiet oħra fejn waqt ix-xoghol, kuntratturi qalgħu partijiet mix-xogħol li kienu għamlu, għaliex ma kienux ta' standard iżda dan it-tip ta' xogħol ikun sar in step mall-proġett li jkun qed jiġi esegwit.", "Inqalgħu fis-sena:", "| Floriana - |Asfaltar Ltd|Mejju | |The Great | |1996 | |Siege Road | | | | Paola - |Polidano |Marzu | |Valletta |Bros |1999 | |Road | | | |Marsa - Near|C. Vella |Ġunju | |Millenia |Ltd. |1999 | |Service Road| | | |part of | | | |St Paul's |Polidano |Marzu | |Bay St John|Bros. |2000 | |the Baptist | | | |Street | | | |Mtarfa - |Bonniċi |April | |It-Torri |Bros. |1998 | |tal-Arloġġ u| | | |l-Militari | | | |Maltin | | | |Pembroke - |Zoqdi |Frar | |New access |Hydrorocks |2000 | |road to |(Penza | | |Hotels |Tarmac Ltd.)| | |Ħal Far - |General Road|Diċembru| |Ħal Far Road|Servicing |2000 | |Phase part | | | |of | | | |Salina Coast|Penza Tarmac|Novembru| |Road |Ltd. |1998 | |Removal of |Penza Tarmac|Frar | |defective |Ltd. |1999 | |works, | | | |outer | | | |Junction of | | | |Buġibba | | |", "KUNSILLI LOKALI", "24009.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni ta' kull Kunsill Lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "BEREĠ", "24011.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid tinżammx statistika tal-persuni li jattendu l-Bereġ tal- Gvern fid-diversi lokalitajiet?", "Jekk fl-affermattiv, kemm persuni attendew berġa, berġa u sena b'sena mill-1994 sa tmien is-sena li għaddiet?", "X'inhuma l-ġranet u l-ħinijiet li matulhom ikunu miftuħa dawn il-bereġ u s-servizzi li jingħataw fihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jżomm statistika tal-persuni li jattendu l-Bereġ tal-Gvern fid-distretti.", "Ir-rekords li għandna huma mill-1996 'il quddiem.", "Fil-Bereġ tal-Gvern jattendu tabib u nurse li jipprovdu servizz tat-tabib tal-familja (GP) u tan-nurse.", "F'xi bereġ jingħata wkoll servizz ta' Speech Therapy f'ħin differenti minn dak li jattendi t-tabib u n-nurse.", "Il-Bereġ li jipprovdu servizz ta' Speech Therapy huma: Sta.", "Lucia, Dingli, B'Bugia, Hamrun, Safi, St. Venera, Zebbug, Siggiewi (kollha darbtejn fil-ġimgħa) u Kirkop, Naxxar, Qrendi (darba fil-ġimgħa).", "L-istatistika mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "FORZI ARMATI - SEARCHES", "24018.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru air searches is-sena l-oħra u kemm huwa maħsub li qamu lil forzi armati s-sena l-oħra?", "Jista' jgħid kemm saru sea searches fl-istess perijodu u kemm swew?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFM - PROPRJETA'", "24020.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex xi parti minn proprjeta' tal-Gvern Malti u/jew ta' l-Armata tiġi konvertita biex tospita xi suldati u/jew advisors barranin li jistgħu jkunu hawn fuq xogħol uffiċjali?", "Jekk iva, fejn u kemm jista' jospita persuni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda pjan biex xi proprjetà tal-Gvern jew ta' l-Armata tiġi konvertita speċifikament sabiex tospita xi suldati u/jew advisors barranin li jistgħu jkunu hawn fuq xogħol uffiċjali.", "FRINGE BENEFITS - TAXXI", "24021.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jdaħħal il-gvern f'income tax fuq il- fringe benefits din is-sena?", "Jista' jagħti breakdown ta' din il-figura li se tinġabar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "23301.", "PULIZIJA - ATTI IMMORALI", "24022.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra u din is-sena talli wettqu atti immorali fil-pubbliku?", "X'weħlu f'kull każ?", "Kemm kellhom eta'?", "Ta' liema sess kienu u ta' liema nazzjonalita' kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-28 ta` Frar 2001, kien hemm 18-il persuna li tressqu l-Qorti talli wettqu atti immorali fil-pubbliku.", "Minn dawn 9 ingħataw sentenza sospiża, 4 weħlu multa, 1 ingħata probation; 1 ċanfira u twiddiba; 2 ġew liberati u każ ta` 1 li għadu pendenti quddiem il-Qorti.", "L-eta` ta` dawk imressqa kienet bejn is-16 u 46 sena.", "Minn dawn 15 kienu tas-sess maskili u 3 kienu tas-sess feminil.", "Kollha kienu Maltin, għajr 2 li kienu mill-Ukrajina.", "QRATI - PERSUNI SENTENZJATI", "24024.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-nru. ta' persuni sentenzjati għal xi perijodu ta' inkarċerazzjoni s-sena l-oħra?", "Kemm kienu Maltin u kemm barranin?", "Kemm kien in-nru. ta' persuni nvoluti li kienu ġejjin minn xi pajjiżi Għarab u kemm minn xi pajjiżi Ewropej?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23091.", "Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi n-nru. ta` persuni Maltin kien ta` 141, filwaqt li n-nru. ta` barranin kien ta` 35.", "Il- barranin kienu ġejjin:- 25 minn pajjiżi Għarab u l-10 l-oħra minn pajjiżi Ewropej.", "PULIZIJA - TRAFFIKAR TA' DROGA", "24025.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew misjuba ħatja persuni fuq traffikar ta' droga s- sena l-oħra?", "Kemm kienu Maltin u kemm barranin?", "X'weħlu f'kull każ individwali u minn liema pajjiż kienu kull wieħed?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 ġew misjuba ħatja 43 persuna fuq akkużi ta` traffikar ta` droga.", "Minnhom, 29 kienu Maltin, filwaqt li 14 kienu barranin.", "Il-barranin kienu kif ġej: 10 Libjani, 2 Franċiżi u 2 Olandiżi.", "Is-sentenzi mogħtija kienu kif ġej:-", "| | | |Sentenza ta` |Nru. ta` | |persuni misjuba |persuni | |ħatja |Barranin | | |Maltin | |Ħabs | 2 | | |3 | |Ħabs u multa | 4 | | |17 | |Ħabs, multa u | - | |konfiska |1 | |Ħabs, multa u | 6 | |tkeċċija |- | |Ħabs, multa, | - | |konfiska u |1 | |sentenza sospiża | | |Multa | - | | |6 | |Sentenza sospiża | - | |u multa |1 | |Sentenza sospiża | 2 | |u tkeċċija |- | | | 14 | | |29 | |TOTAL |43 |", "PITKALIJA - ĦXEJJEX U FROTT - PREZZIJIET", "24048.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-prezzijiet medji tal-ħxejjex u frott li l-bdiewa daħħlu fil-pitkalija ta' Għawdex u Malta matul is-sena li għaddiet?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-ħames snin li għaddew, sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba tinsab fir-risposta għall- Mistoqsija Parlamentari Nru. 24049.", "TAX COMPLIANCE UNIT", "24054.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23840?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li hemm erbatax il- impjegat mat-Tax Compliance Unit ingaġġati bħala self-employed minn barra iċ-ċivil.", "Se toħroġ fil-ġimgħat li ġejjien, sejħa pubblika għall- applikazzjonijiet taħt ir-regolamenti tal-PSC.", "Hemm każ wieħed ta' reklutaġġ miċ-ċivil li waqaf quddiem il-PSC minħabba li huwa każ ta' uffiċjal li ġa qiegħed fuq Performance Agreement fi grad simili.", "AIR MALTA - TRAINEE PILOTS", "24055.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23839?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li kienu applikaw 149 kandidat għal Trainee Pilots ma' l-Air Malta.", "L-eye hand co-ordination assessment sar lil 70 kandidat li għaddew mill-ewwel eżami ta' abbilta'.", "Minn dawn is-70 kandidat intagħżlu 15 li għaddew l-eye-hand co-ordination u personality assessment biex ikomplu bil-proċess għall-għażla.", "NEWTRALITA", "24057.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'kien wassal lill-Gvern Malti biex iġedded il- ftehim tan-newtralita' li kellha Malta mal-Unjoni Sovjetika, mar-Russja fl- 1993 wara li kien waqa ' l-ħajt ta' Berlin?", "ONOR.", "JOE BORG: L-Onor.", "Interpellant mhux korrett f'li qed jgħid.", "Fl- 1993 sar Protocol bejn Malta u l-Federazzjoni Russa li kien jikkonferma l- validita tal-akkordji kollha li Malta kellha mal-Unjoni Sovjetika, liema akkordji, kellhom ikomplu mal-Federazzjoni Russa.", "Dan kien Protocol proċedurali, iżjed milli ta' sustanza li jsir meta pajjiż jinbidel f'ieħor.", "Hekk kien ukoll sar meta iċ-Ċekoslovakkja saret ir-Repubblika Ċeka u r- Repubblika Slovakka.", "Jien infurmat li f'ċirkustanzi bħal dawn hija prassi ta' kull pajjiż li jadotta xi proċedura simili.", "SPTAR - FILE", "24076.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'sar minnu l-file ta' l-isptar tal-persuna li l- partikoalritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament li kien miet kawża ta' aċċident tat-traffiku u li l-file in kwestjoni huwa bżonjuż minħabba l- proċeduri fil-qorti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-file in kwestjoni għadu qiegħed jiġi mfittex għaliex sa issa għadu ma nstabx.", "DIPARTIMENT TAL-PHARMACEUTICAL SERVICES", "24077.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-ħaddiema fid-dipartiment tal-pharmaceutical services li qed jaħdmu reduced hours?", "X'inhu l-grad ta' kull ħaddiem li għandu din il-konċessjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-ħaddiema fid-Dipartiment tal- Pharmaceutical Services li qed jaħdmu Reduced Hours huma kif ġej hawn taħt:", "|Borg |-|Senior Pharmacy | |Jacqueline | |Technician | |Briscol |-|Senior Pharmacy | |Barbara | |Technician | |Catania |-|Clerk | |Michelle | | | |Formosa |-|Assistant | |Antonia | |Director | |Saliba Ruth |-|Clerk | |Sammut Maria |-|Executive | |Assunta | |Officer | |Zammit Rita |-|Pharmacy | | | |Technician |", "SPIŻERIJI TAL-GVERN - SHALATON DROPS", "24078.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk fl-aħħar xahrejn kien jeżisti nuqqas ta' Shalaton drops fl-ispiżerija tal-gvern?", "F'liema perijodu kien jeżisti dan in- nuqqas?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-mediċina Latanoprost eye drops (Xalaton) kienet nieqsa mill-ispiżerija tal-Out Patients ta' l-Isptar San Luqa fil-perjodu 1 Frar sa 28 ta' Frar 2001.", "SIR PAUL BOFFA - REATI KRIMINALI", "24079.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' reati kriminali bejn Ottubru 1998 sallum fl-isptar Sir Paul Boffa?", "Meta u x'tip ta' reati kienu?", "X'passi ttieħdu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn Ottubru 1998 u Frar 2001, il- Pulizija kellha 6 rapporti ta` reati kriminali fl-Isptar Paul Boffa.", "It- tagħrif dwarhom hu kif ġej:-", "| | | | |Data |Reat |Passi | | | |meħuda | |01.05|Impjegat instab |Tressaq | |.99 |li kellu |il-Qorti | | |fil-pussess |u ġie | | |tiegħu oġġetti |liberat | | |żgħar tal-ikel | | | |wara li kien | | | |ħareġ mill-post | | | |tax-xogħol | | |17.05|Raġel kellu |Tressaq | |.99 |argument |il-Qorti | | |vjolenti ma` |u nstab | | |impjegati ta` |ħati | | |l-isptar | | |09.08|Ħarba ta` |Għad mhux| |.99 |priġunier |konkluż | |22.11|Impjegat kellu |Tressaq | |.99 |argument ma` |il-Qorti | | |uffiċjal ta` |u nstab | | |l-isptar |ħati | |03.10|Rapport dwar |Għad mhux| |.00 |serq ta` file |konkluż | | |minn pazjenta | | |01.12|Pazjenta allegat|Għad mhux| |.00 |li impjegat ta` |konkluż | | |dan l-isptar | | | |kien għamel | | | |ġesti oxxeni u | | | |krudelta` | | | |mentali | | | |fil-konfront | | | |tagħha | |", "PART-TIMERS - INJURY ON DUTY", "24080.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna li taħdem part-time hix intitolata għal injury on duty?", "Jekk fl-affermattiv, xi drittijiet tkun intitolata għalihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond Artiklu 3 ta' Avviż Legali 61/86, impjegat part-time ikollu dritt għal injury leave, kemm il-darba dan l-impjieg ikun l-impjieg prinċipali tiegħu, skond kif imfisser fl-istess Avviż Legali, u l- impjegat ikun jaħdem għal mhux anqas minn għoxrin siegħa fil-ġimgħa.", "Impjegat part-time li jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet, ikollu dritt għal perijodu ta' injury leave, pro rata ta' l-anqas perijodu ta' injury leave li jkunu ntitolati għalih l-impjegati full-time li jaħdmu ma' l-istess prinċipal u suġġett għall-istess kundizzjonijiet.", "ITU", "24081.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jjista' l- Ministru jgħid x'ihi r-raġuni li fl-aħħar xhur qed ikun hemm ta' spiss nuqqas ta' flixoride inhaler fl-ispiżeriji tal-gvern", "Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji speċjalment wara li kien hemm każi ta' pażjenti jbatu bl-ażma li spiċċaw l-ITU minħabba li ma ngħatawx il-flixoride inhaler?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-kuntratt għax-'xiri' ta' Flixotide inhaler dam biex jinħareġ għaliex kien hemm il-problemi bl- offerti mitfugħa.", "Il-kuntratt ingħata f'Novembru 2000 b' delivery ta' tnax- il ġimgħa.", "Il-kuntrattur ta lill-GPS kwantitajiet żgħar bejn id-19/12/00 u t-08/02/01.", "Il-konsenja kollha kellha tasal sat-22/02/01.", "Peress li għadha ma waslitx il-GPS kellu jibda proċeduri biex jixtru 'on the account of'.", "ADMINISTRATIVE ASSISTANT", "24097.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid min ha l-promozzjoni ta' administrative assistant b'riżultat tas-sejħa ta' l-applikazzjoni li saret nhar is-16 ta' Awissu 2000 fl- Universita' ta' Malta", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li b'riżultat tas-sejħa ta' l-applikazzjoni li saret nhar is-16 ta' Awissu 2000 l-impjegati li se nsemmi ħadu l- promozzjoni ta' Administrative Assistant.", "Ms Gillian Cachia Ms Romina Tabone Mr Christopher Camilleri Ms Marina Plummer.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "24098.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma d-duties tal-laboratory officers II assenjati lilhom individwalment mill-Kap tad-Dipartiment tal-Famaċija fl-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23713 f'Seduta 506.", "IMPJIEGI - MANIFATTURA TA' L-GĦAMARA", "24102.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23730 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid kemm kien in-nru. ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura ta' l-għamara għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "23983 waqt is-Seduta nru.", "506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.", "IMPJIEGI - KOSTRUZZJONI", "24103.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23741 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid kemm kien in-nru. ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-kostruzzjoni (privat) għax-xahar ta' Settembru minn 1995 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "23983 waqt is-Seduta nru.", "506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.", "IMPJIEGI - MANIFATTURA TAT-TABAKK", "24104.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23740 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid kemm kien in-nru. ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura tat-tabakk għax-xahar ta' Settembru mill- 1995 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "23983 waqt is-Seduta nru.", "506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.", "IMPJIEGI - MANIFATTURA TA' L-IKEL", "24105.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23724 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid kemm kien in-nru. ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura ta' l-ikel mal-privat għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "23983 waqt is-Seduta nru.", "506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.", "IMPJIEGI - MANIFATTURA TAŻ-ŻRABEN", "24106.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23725 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid kemm kien in-nru. ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura taż-żraben għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal- lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "23983 waqt is-Seduta nru.", "506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.", "ENEMALTA", "24107.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex bozzoz li jinsabu fuq il-fondi 7 u 15 fi Triq San Karlu f'tas-Sliema jiġu mibdula peress li huma baxxi ħafna u bla effett meta f'din it-triq hemm nru. konsiderevoli ta' anzjani li jgħixu weħidhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "FLOODLIGHTING", "24108.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswa il-floodlighting tal-bastjuni u swar tal- Imdina?", "Jista' jgħid minn min sar ix-xogħol u kemm ġie jiswa?", "Jista' jgħid jekk inħarġietx tender jew inġabrux kwotazjonijiet?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid wkoll min ikkwota u minn ittenderja għal dan ix- xogħol u f'kull każ kemm kienet l-offerta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-Proġett għar- Riabilitazzjoni ta' l-Imdina għamel floodlights temporanji għall-faċċata tas-swar ta' l-Imdina.", "Dawn ġew imneħħija għaliex issa ħierġa t-tender għas- sistema kompluta.", "Is-sistema ta' floodlights temporanji saret b'tender li għaliha applika biss Vincent Mifsud Ltd.", "In-nefqa totali telgħet għal Lm6,880.", "WSC", "24121.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-WSC kelliex ilmenti dwar il-kwalita' ta' l- ilma fl-inħawi taż-Żonqor ġewwa M'Scala?", "Jista' jara l-kwalita' ta' l-ilma fl-inħawi msemmija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma kellha ebda ilment dwar il-kwalita' ta' l-ilma fl-inħawi taż- Żonqor ġewwa Marsaskala.", "Minn Ottubru li għadda s'issa, il-Korporazzjoni sarulha erba' lmenti dwar il-kwalita' ta' l-ilma f'Marsaskala.", "Dawn kienu fi Triq il-Qastan, Triq il- Qrempuċ, Triq l-Iskal u Triq Salvu Buhagiar.", "F'dawn il-każi, il- Korporazzjoni investigat l-ilmenti u ħadet l-azzjoni meħtieġa.", "M'SCALA - TOROQ", "24122.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq il-Batterija taz-Zonqor ġewwa M'Scala tingħata t-tarmac minħabba l-istat ħażin li tinsab fih u dan għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 23449.", "ENEMALTA", "24123.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jitlob lill-Enemalta sabiex jikkunsidraw li ssir bozza ġdida fi Triq il-Batterija taz-Zonqor ġewwa M'Scala eżattament f'dawra li tinsab għal nofs din it-triq fil-qrib ta' razzett?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "ETC", "24127.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23749?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għada qiegħda tinġabar.", "ĦAL QORMI - SIĠAR", "24170.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jaf il-Ministru li s-siġar li hemm biswit il-Housing Estate magħruf bħala ta' Pascarella fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, qed ikunu ta' detriment għal saħħet għad ta' residenti ta' l-area u fil-fatt uħud minn dawn ir-residenti saħansitra għandhom ukoll ċertifikati minn tobba fuq l-effett ta' dawn is-siġar fuq saħħithom?", "(Kopja ta' dawn iċ-ċertifikati qed ngħaddihom permezz ta' korrispondenza privata li qed nindirizza lil Onor Ministru) Jista' jgħid x'se jsir biex dawn is-siġar ma jibqgħux jaffettwaw saħħet in-nies?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed nieħu nota ta' dan l-ilment li qed tagħmel l- Onor. Interpellant.", "Ser ngħaddi ċ-ċertifikati mediċi, li rċevejt il-bieraħ 5 ta' Marzu 2001, lill-uffiċjal responsabbli ħalli dan l-ilment jiġi nvestigat.", "TAL-BLAT", "24171.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari nri.", "23806 u 23807 dwar l-area magħrufa bħala tal-Blat II f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex il-problema serja tal-ġrieden kbar li qed jinfestaw l-area, tiġi kkontrollata u mgħeluba", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li diversi trattamenti għal kontra l-ġrieden saru fl-inħawi tal-Blat II f'Ħal Qormi minn ħaddiema tar-Rodent Control ta` dan id-Dipartiment.", "Is-Sitwazzjoni sa tibqa` tiġi sorveljata sakemm il-problema tal-ġrieden tiġi kkonrollata u mgħeluba.", "BOUNDARY WALL", "24172.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "23808 dwar l- għalqa fuq in-naħa ta' ġewwa ta' Triq l-Industrija li tiġi fuq wara tal- fabbrika Dowty u li tintuża bħala miżbla, tiġi mdawwra b'boundary wall biex ikun ta' deterrent għal min qiegħed iwaddab l-iskart.", "Peress li fit- tweġiba tal-Ministru għall-Ambjent ġejt infurmata li l-post imsemmi huwa responsabbilita' tal-Malta Development Corporationi, jista' għaldaqstant jwieġeb?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PLAYING FIELD", "24173.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23810 dwar il- bini ta' playing field fl-area magħrufa bħala tal-Blat II f'Ħal Qormi, li kien intqal li kellha ssir Triq il-Imħażen c/w Triq l-Industrija, peress li fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Ċensu Galea irriferini għall-ministru konċernat.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-sit imsemmi mill-Onor.", "Interpellant jinsab f'qasam tad-djar tal-Gvern u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat."]} {"filename": "20001020_401d_par.doc", "date": "2000-10-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 401 Il-Ġimgħa, 20 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 401", "Il-Ġimgħa, 20 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "401", "Il-Ġimgħa, 20 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ", "IL-POST TAX-XOGĦOL (KUMITAT)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 5", "AĠĠORNAMENT 28", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 33", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 400 li saret fid-19 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MIA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19297.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-MIA mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) (f'isem il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000 daħlu 15-il ħaddiem ġdid ma' l-MIA, li 12 minnhom ġew magħżula mil-listi pprovduti mill-ETC u t-tlieta l-oħra wara sejħa li saret fil-ġurnali wara li nkiseb il-permess meħtieġ mingħand l-imsemmija korporazzjoni.", "REĠISTRAZZJONI ĊIVILI - TRANSFERS", "19298.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-passaporti?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-perijodu speċifikat mill- Onor. Interpellant ma sar l-ebda transfer fid-dipartiment tar- reġistrazzjoni ċivili u mhux fid-dipartiment tal-passaporti, kif hemm fid- domanda.", "Bħal f`kull dipartiment ieħor, trasferimenti minn u lejn id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.", "LANDS - TRANSFERS", "19299.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tad-dipartiment ta' l-artijiet?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn il-5 ta` Jannar u l-10 ta` Settembru 2000 ingħata transfer wieħed mid-dipartiment ta` l-artijiet.", "Bħal f`kull dipartiment ieħor, trasferimenti minn u lejn id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.", "KOMPETIZZJONI ĠUSTA - TRANSFERS", "19300.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tad-dipartiment tal-kompetizzjoni ġusta?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000 ma kien hemm l-ebda trasferiment ta' ħaddiema mill-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta.", "Matul l- imsemmi perijodu kien hemm impjegat wieħed li ġie ttrasferit ma' dan l- uffiċċju.", "Hija ħaġa normali li jekk fil-futur l-interessi ta' l-uffiċċju jesiġu li jsir trasferiment ta' mpjegati, allura dawn isiru.", "KUMMERĊ - TRANSFERS", "19301.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tad-dipartiment tal-kummerċ?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu msemmi sar trasferiment ta' skrivana waħda fuq talba tagħha stess.", "Trasferimenti fil-futur isiru jekk ikun hemm il-ħtieġa.", "CSA - TRANSFERS", "19302.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-casual social assistants?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li fil- perijodu indikat fil-mistoqsija saru 14-il trasferiment ta' casual social assistants, prinċipalment fuq talba ta' l-istess impjegati.", "Trasferimenti fil-futur isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ- ċirkostanzi prevalenti.", "BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA - GĦAJNUNA", "20026.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li applikaw għal xi forma ta' għajnuna matul din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): In-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li applikaw għal xi forma ta' għajnuna matul din is-sena hu ta' 1,089.", "MR SPEAKER (Onor. Anton tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, kemm minn dawn it-talbiet għandhom relazzjoni ma' investiment għal produzzjoni aktar sostenibbli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, mill-informazzjoni li għandi quddiemi jirriżulta li 902 huma talbiet ta' Maltin filwaqt li 187 huma ta' Għawdxin.", "Dawk li applikaw għal reviżjoni ta' nofs il-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali huma 1076, filwaqt li l-bqija applikaw għal self u għotjiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, hemm xi talba relatata mal-produzzjoni organika?", "Jekk dan m'huwiex il-każ, x'qed jagħmel id-dipartiment bil-għan li jinċentiva l-organic farming.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, is-sistema ta' għajnuna għadha bħalma kienet fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, u cioe' li l-bdiewa u r- raħħala jitolbu għal self b'imgħax sussidjat.", "Jien informat li saru diversi talbiet u li l-maġġor parti ta' dawn in-nies qegħdin jinqdew.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, x'qed isir biex naġġornaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħna ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea?", "Il-Ministru qiegħed jikkonsidra jekk 'il hemm mill-għajnuna li qed jingħad li se tagħti l- Unjoni Ewropea, joħroġx b'xi skema speċjali biex il-bdiewa, ir-raħħala u s- sajjieda jkunu jistgħu jwettqu l-bidliet mistennija minnhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ir-restructuring neċessarju xorta jrid isir f'dawn it-tliet oqsma, irrespettivament jekk nidħlux membri jew le fl- Unjoni Ewropea, sabiex b'hekk titjieb l-effiċjenza, tiżdied il-produzzjoni u tissaħħaħ il-kompetittivita'.", "Jien nista' ngħid li qed jiġu studjati u mfassla diversi proġetti biex ikollna produzzjoni b'inqas kimika u b'inqas velenu, u dawn se jiġu mwettqa billi l-bdiewa u r-raħħala jingħaqdu fi producer organisation, li allura tagħtihom aktar saħħa u fl-istess ħin l-għaqda tkun tista' tinforma lill- bdiewa liema huma l-aħjar prodotti li għandhom jiġu mkabbra fil-pajjiż u f'liema areas għandhom jiġu mkabbra.", "Ċertament li d-dipartiment irid ilesti u jfassal il-pedamenti għal dan kollu.", "Per eżempju, qed issir geographic information system biex naraw fejn l- aħjar li jinżergħu ċerti prodotti.", "L-Unjoni Ewropea diġa' pprovdiet euro 1 miljun lid-dipartiment biex ikun jista' jsir xogħol ta' integrated administrative control ta' l-art kollha li għandna fil-pajjiż.", "B'sistema ta' informatika, kull roqgħa art tiġi mmarkata ta' min hi, min jaħdimha, il- qisien tagħha, x'tip ta' ħamrija fiha, jekk hijiex ħamra jew bajda, il- conductivity ta' l-istess raba', jekk huwiex bagħli jew saqwi, kif ukoll jekk ir-raba' huwiex tal-bikri jew imwaħħar, ħalli b'hekk il-bdiewa jiġu magħquda taħt id-diversi producer organisations li d-dipartiment qed jipprevedi li se jkun hemm.", "Per eżempju, jista' jkollok producer organisation li tieħu ħsieb l-esportazzjoni tal-patata tar-rebbiegħa, jista' jkollok producer organisation li tieħu ħsieb it-tadam li jiġi mkabbar għall-għasir u oħra li tieħu ħsieb it-tkabbir taż-żebbuġ.", "Ladarba jkollna diversi producer organisations li jkollhom f'idejhom din l-għodda ta' l-informatika, li permezz tagħha jkunu jafu x'joffri r-raba' u x'potenzjal għandha kull biċċa art f'pajjiżna, jien persważ li l-bdiewa jkunu jistgħu jagħmlu l-operat tagħhom b'mod iżjed effiċjenti u għaldaqstant b'mod iżjed produttiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru qed jgħid li d- dipartiment rċeva euro 1 miljun biex jagħmel ċertu ħidmiet, imma l-gvern għandu xi skema għall-bidwi biex iwettaq dawn il-bidliet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iva, il-bidwi se jkollu l-għajnuna meħtieġa.", "Irrid infakkar li sa l-1996 Malta kienet minn ta' quddiem bħala kandidata ewlenija għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad ġara li kellna l- elezzjoni, inbidel il-gvern u min-naħa ta' pajjiżna ġiet iffriżata l- applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni.", "Pero' l-kandidati l-oħra minn Eastern and Central Europe baqgħu għaddejjin bl-applikazzjoni tagħhom, fasslu programm ta' għajnuna magħruf bħala s-SAPARD - special accession programme for agriculture and rural development - u bdew minn din is-sena jibbenefikaw minn madwar euro 520 miljun kull sena.", "Jiġifieri l-kandidati l-oħra kollha, minbarra Ċipru, minn issa sa l-2006 se jkunu ħadu bejniethom madwar euro 520 miljun mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiddispjaċini ngħid li meta aħna ffriżajna l-applikazzjoni tagħna għal sħubija fl-Unjoni tlifna ċ-ċans li nibbenefikaw minn dawn il-fondi.", "Irrid infakkar li dawn il-fondi qegħdin għall-agrikoltura biss, għax imbagħad hemm fondi oħra għat-telekomunikazzjoni, għat-trasport u għall- ambjent taħt l-IPSA.", "Allura wara li rriattivajna l-applikazzjoni għal sħubija u wara li ġejna aċċettati bħala kandidati, id-dipartiment fassal diversi proġetti.", "Bħalissa għaddejjin b'taħdidiet mal-ministeru tal- finanzi u l-ħsieb hu li proporzjon ta' dawn il-proġetti jiġu ffinanzjati minn pajjiżna - kif jiġri f'kull pajjiż - u l-parti l-oħra tiġi ffinanzjata mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri rridu nfasslu bil-għaqal dawk il-programmi li semmejt diversi drabi, nagħmlu pakkett apposta għall- agrikoltura u ninnegozjaw ma' l-Unjoni ħalli jkollna wkoll pre-accession packet permezz tal-pre-accession funds.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li kif qed jgħid il-Ministru pajjiżi mill-Ewropa tal-Lvant u mill-Ewropa Ċentrali diġa' qed jibbenefikaw mill-fondi ta' l-Unjoni, jista' jispjega għaliex la qabel l-1996 u lanqas issa, li l-gvern irriattiva l-applikazzjoni għal sħubija, l-Unjoni Ewropea ma estendiet l-iskema ta' eżenzjoni fuq l-esportazzjoni minn Malta ta' ċerti prodotti - fl-1995 kienu eżentati bi 33% u issa ġew eżentati b'77% - biex tkopri l-ħut li jitkabbar fil-fish farms?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, naħseb li m'aħniex qegħdin niffokaw tajjeb, fis-sens li fl-1995 is-SAPARD kien għadu m'huwiex operanti.", "L-ebda pajjiż fl-1995 ma kien beda jibbenefika mis-SAPARD, jiġifieri l-fond ta' euro 520 miljun li l-pajjiżi kandidati qegħdin igawdu minnu beda fis-sena 2000 u jibqa' jitħaddem sa l-2006.", "Dan l-aħħar ġara wkoll li l-Unjoni Ewropea neħħiet l-export subsidies għall-pajjiżi applikanti - per eżempju, fuq il-majjal - u rranġat biex ċerti prodotti ta' l-Unjoni jidħlu f'dawn il-pajjiżi mingħajr xkiel.", "(Interruzzjonijiet) It-tendenza hi li titneħħa l-protezzjoni fuq il- kummerċ kollu.", "Jiġifieri bis-sistema tad-double zero option, li ddaħħlet dan l-aħħar, l-Unjoni Ewropea tista' tesporta prodotti agrikoli lejn il- pajjiżi kandidati - u hemm lista ta' prodotti - kif mill-pajjiżi kandidati jistgħu jesportaw prodotti lejn pajjiżi msieħba fl-Unjoni mingħajr ma jħallsu levy.", "Imma dawn l-iżviluppi setgħu jseħħu għax dawn il-pajjiżi baqgħu għaddejjin bid-diskussjonijiet u bdew jibbenefikaw mill-fondi tas-SAPARD u ta' l-IPSA, u allura meta tara l-pakkett kollu tara li dawn waslu fil- pożizzjoni li jibdew ineħħu l-protezzjoni, bl-Unjoni Ewropea tesporta lejn dawn il-pajjiżi, kif ukoll dawn il-pajjiżi jesportaw lejn l-Unjoni, f'operat fejn il-levy ma tapplika fuq l-ebda naħa.", "Jiġifieri llum qegħdin li l-Unjoni tesporta ċerti prodotti lejn dawn il-pajjżi mingħajr ma titħallas levy u dawn il-pajjiżi jesportaw prodotti lejn l-Unjoni mingħajr ma jħallsu levy.", "Issa l-uniku prodott li jista' jiġi kkwanitifkat tajjeb hawn Malta hija l- patata tar-rebbiegħa li tiġi esportata lejn l-Unjoni.", "Kulħadd jaf li wara l-agreement li kellna fl-1998, ġie mtawwal iż-żmien li nistgħu nesportaw il-patata tar-rebbiegħa sa l-aħħar ta' Mejju.", "Dan huwa l-uniku prodott li s'issa nistgħu ngħidu li jista' jikkwalifika bħala esportazzjoni lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiġifieri f'dawn l-aħħar sentejn il- gvern għamel talba biex ikun eżentat bħalma huma eżentati dawn il-pajjiżi?", "Għax jekk fi żmienna l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni kienet iffriżata, f'dawn l-aħħar sentejn suppost li rriattivajtu l- applikazzjoni!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, pajjiżna ġie aċċettat formalment bħala candidate country f'Diċembru li għadda.", "Għalkemm xorta waħda konna qed nippreparaw, irridu nagħmlu tajjeb għal dak iż-żmien li tlifna billi nlestu l-economic impact assessments li hemm bżonn.", "Qegħdin nippreparaw pakkett ħalli dak li tlifna mis-SAPARD niddiskutuh ma' l-Unjoni Ewropea, bl-iskop li anke aħna nibbenfikaw mill-fondi ta' l-Unjoni bħala pre-accession packet.", "Pero' m'għandniex nippretendu li wara li tlifna sentejn, issa kemm infaqqgħu subajna u nirranġaw kollox!", "Dawn il-proġetti għandna nagħmluhom bis-serjeta', għandhom ikunu feasible, ippreparati sewwa bħalma ppreparahom ħaddieħor u niddiskutuhom mad-diriġenti ta' l-Unjoni Ewropea, ħalli bħall-pajjiżi l-oħra li kelhom dan il-pakkett speċjali - special programme għal pre-accession fil-kamp ta' l-agrikoltura - aħna wkoll nibbenefikaw mill-pre-accession funds.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "Ikompli mit-18 ta' Ottubru, 2000", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, rimarki x'nagħmlu għandna żgur, pero' xtaqna li l-ewwel jiġu spjegati ċerti affarijiet biex inkunu korretti f'dak li ngħidu.", "Jekk hemm bżonn, lesti anke nistennew sakemm jidħol Dr Gonzi, pero' ma nistgħux naqbdu nitkellmu fl-arja.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Chairman, fl-assenza tal- Viċi Prim Ministru se nippilota jien din il-liġi.", "Għalhekk jekk hemm xi domandi jiena lest li nweġibhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, l-aħħar darba l-Ministru Gonzi qalilna li kellu jikkonsulta ma' l-esperti dwar ċerti aspetti tal- tifsira ta' \"post tax-xogħol\" u aħna nixtiequ nkunu nafu f'dan il-mument x'ħareġ minn din il-konsultazzjoni.", "Ma jagħmilx sens li nduru għal klawsoli oħra mingħajr ma jkollna feedback dwar dak li ġie diskuss fl-aħħar seduta għax inkunu qed inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Biex inkompli ma' dak li għadha kif qalet l-Onor.", "Coleiro, qabel ma nkomplu bid-diskussjoni tagħna rridu nidħlu fil-qasam tax- xogħol li dwaru se tkun ibbażata l-argumentazzjoni tagħna.", "Dr. Gonzi kellu jikkonsulta ma' l-avukat ġenerali u ma' xi nies oħra biex jidentifikaw liema oqsma jaqgħu taħt it-terminu \"post tax-xogħol\".", "Jiena kieku xtaqt li nkompli fuq dak li kont qed ngħid nhar l-Erbgħa, jiġifieri fuq id-dipartimenti tal-gvern u fuq l-iskejjel, pero' qabel ma jgħidulna jekk dawn iż-żewġ oqsma humiex se jkunu koperti b'din il-liġi jew le, jien ma nistax inkompli.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, jekk il-problema hija biss dwar definizzjoni waħda minn lista twila ta' tifsiriet li fiha din il-liġi, naħseb li jkun aħjar kieku kellna nipposponu klawsola 2 u ngħaddu għal klawsola oħra.", "Id-definizzjoni ta' \"post tax-xogħol\" hija:", "\"kull fond, lok, faċilita', bastiment jew post jew imkien ieħor fejn isir xogħol jew li għalih il-ħaddiem ikollu aċċess waqt il-kors ta' l- impieg tiegħu u, mingħajr ħsara għall-ġeneralita' ta' dak hawn aktar qabel imsemmi, tinkludi fabbrika, ħanut, uffiċċju, lukanda, sptar jew klinika\".", "Jien ma nara l-ebda diffikulta', f'definizzjoni daqshekk wide-ranging, li mingħajr preġudizzju ngħaddu għal klawsola oħra minħabba din id-diffkulta' minima.", "Jien jidhirli, Mr Chairman, li għandna ngħaddu għal klawsola 3, li wara kollox hija enunzjazzjoni ta' prinċipji, imbagħad jekk f'xi klawsola partikolari jkun hemm riferenza għal din il-kwestjoni, wieħed ikun jista' jissospendi.", "Imma f'affarijiet oħra li m'għandhomx x'jaqsmu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Għalija ma jagħmilx sens li naqbżu kompletament klawsola 2 u ngħaddu għal klawsola 3 meta klawsola 2 għadha ma ġietx eżawrita.", "Kellha ssir konsultazzjoni ma' l-esperti legali dwar dik il-parti tal-Merchant Shipping Act li tittratta s-safety ta' l-ekwipaġġ ta' bastiment reġistrat hawn Malta.", "Iktar minn hekk, biex id-definizzjoni tkun iktar eżawrjenti, l-Onor.", "Rita Law ssuġġeriet postijiet oħra tax-xogħol, fejn imbagħad kien maħsub li biex din il-liġi tkun wiesa' kemm jista' jkun titneħħa din l-istess lista.", "L- oppożizzjoni diġa' offriet li lesta li tistenna basta x-xogħol isir sew.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, din m'hijiex l-ewwel darba li l-klawsola li tittratta t-tifsiriet titħalla għall-aħħar minħabba xi diffikultajiet żgħar ta' interpretazzjoni.", "Barra minn hekk, irrid ngħid ukoll li Dr. Gonzi bl-ebda mod ma kkommetta ruħu li se jressaq xi emenda imma qal biss li se jikkonsulta ma' l-avukat ġenerali.", "Jekk se niddefinixxu \"post tax- xogħol\" bil-mod ta' l-oppożizzjoni se nispiċċaw b'lista twila daqs dizzjunarju!", "Billi hawn xi affarijiet neqsin ma jfissirx li dawn m'humiex inklużi taħt dan il-prinċipju, għaliex id-definizzjoni ta' \"post tax- xogħol\" tinkludi:", "\"kull fond, lok, faċilita', bastiment jew post jew x'imkien ieħor fejn isir xogħol jew li għalih il-ħaddiem ikollu aċċess waqt il-kors ta' l- impjieg tiegħu u, mingħajr ħsara għall-ġeneralita' ta' dak hawn aktar qabel imsemmi, tinkludi fabbrika, ħanut, uffiċċju, lukanda, sptar\".", "Naħseb li din id-definizzjoni ma tistax tkun wiesa' iktar minn hekk, u l- fatt li fit-tieni parti tad-definizzjoni hemm xi ħaġa mħollija barra ma jagħmilx ħsara għall-ġeneralita' ta' dak fl-ewwel parti.", "M'iniex qed nipprova nkun legalistiku pero' d-definizzjoni kif inhi tkopri kollox, mhux dik il-lista biss.", "Jekk hemm xi ħaġa li m'hijiex qiegħda fl-ewwel parti tad-definizzjoni ma jfissirx li m'hijiex qiegħda lanqas fl-ewwel parti.", "Għalhekk issa niddeċiedu nipposponux jew nivvotawx fuq din il-klawsola, Sur President.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, jidhirli li qed niżvijaw lil kulħadd għaliex filwaqt li Dr. Gonzi kien qiegħed jargumenta b'ċertu mod u anke kien lest li jaħdem biex jinstab l-aħjar metodu, il-Ministru Borg qed jargumenta b'mod kompletament differenti.", "Jiena ma nagħtihx tort għaliex mhux talli ma kienx preżenti għas-seduta li għaddiet talli din il-liġi lanqas biss taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, u allura naturalment l-Onor.", "Borg qiegħed sempliċement jagħti l-opinjonijiet tiegħu.", "Pero' ma naħsibx li dan huwa l-mod ta' kif għandna nimxu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, jekk wieħed iħares lejn il-kontenut taż- żewġ klawsoli jinnota li kemm klawsola 3 kif ukoll paragrafu (b) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 2 qed jiddefinixxu \"post tax-xogħol\".", "Huwa veru li l-oppożizzjoni ma qablitx kompletament mal-wording, pero' jiena diġa' għedt lil Dr. Gonzi li l-kwestjoni kollha hija waħda ta' prijorita'.", "X'se nagħmlu, inpoġġu klawsola 3 qabel klawsola 2 jew namalgamaw klawsola 3 ma' klawsola 2, u neliminaw kompletament klawsola 3?", "Ma jagħmilx sens li nħallu klawsola 2 għal aktar tard jekk għadna lanqas biss stabilejna l- prijorita' ta' kif se naħdmu.", "Sfortunatament il-Viċi Prim Ministru, li suppost qiegħed jispjega din il-liġi, illum m'huwiex preżenti u għalhekk ma nistgħux inkomplu fuq dak li konna bnejna miegħu sa issa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, jiena nħoss li hija xi ħaġa inġusta li qed niddiskutu liġi meta l-ministru responsabbli m'huwiex preżenti, iktar u iktar meta r-risposti lesti li jagħtihom ministru ieħor li fl-aħħar seduta lanqas biss kien fil-Kamra.", "Jien ma nħossx li huwa sew li l-Onor.", "Borg qed jipprova jimla l-ħin billi jwieġeb għal xi ħaġa li diġa' tkellimna fuqha nhar l-Erbgħa, għaliex b'hekk mhux se nagħmlu progress.", "Għalhekk jiena nitlob għal soluzzjoni għaliex ma jistax ikun li nibqgħu naħlu l-ħin.", "Iktar minn hekk, lanqas nistgħu nkomplu nitkellmu qabel ma jkollna r- riżultat tal-konsultazzjoni li kellu jagħmel Dr Gonzi dwar jekk l-iskejjel u d-dipartimenti tal-gvern għandhomx jifformaw parti minn din il-liġi u dwar kif il-Merchant Shipping Act se taffettwa din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Chairman, jiena kont preżenti l-aħħar darba waqt is-seduta kollha.", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa stadju ta' kumitat u naħseb li għandi dritt nitkellem daqs ħaddieħor!", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "THE CHAIRMAN: Onor. Membri, nitlobkom iżżommu l-kalma.", "L-Onor.", "Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Chairman, jiena membru daqs kulħadd u ċertament li għandi dritt nitkellem.", "Fl-aħħar seduta, fuq insistenza ta' l- oppożizzjoni, Dr. Gonzi ressaq emenda mhux biex ikun hemm tibdil fis- sustanza imma biex ikun hemm tibdil fil-wording, biex ikunu kuntenti ż- żewġ naħat.", "Dr. Gonzi ssuġġerixxa li nħallu din il-klawsola fil-ġenb sakemm l-avukat ġenerali u l-espert tekniku ta' l-occupational and health and safety unit jaqblu fuq rewording.", "Għalhekk huwa fl-interess ta' l- oppożizzjoni li ngħaddu għall-klawsola li jmiss.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro mill- ewwel irreġistrat il-fatt li l-oppożizzjoni qed tinsisti li jkollna follow- up ta' dak li suppost li kellu jiġi diskuss f'dan l-istadju.", "Kieku l-Onor.", "Borg tkellem ftit mal-konsulenti, mal-Viċi Prim Ministru nnifsu u mad- deputati ta' din il-Kamra, kieku dawn id-diffikultajiet ma kenux jinqalgħu.", "(Interruzzjonijiet) Mr Chairman, jien inħoss li f'ċirkostanzi bħal dawn għandek tiċċensura lill-Onor.", "Hyzler għall-intervent tiegħu.", "Din il-liġi għandha numru ta' klawsoli u dawn id-diffikultajiet se jkomplu jinqalgħu jekk m'aħniex se nimxu mal-proċedura tas-soltu, kif issuġġeriet l-Onor.", "Coleiro.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HZYLER (Segretarju Parlamentari): L-Onor.", "Farrugia qed jgħid li jien intervjenejt meta l-Onor.", "Law u l-Onor.", "Coleiro ppruvaw jopponu lill-Onor.", "Asciak milli jitkellem.", "Huma qalu li ħadd m'għandu dritt jitkellem ħlief il-Viċi Prim Ministru.", "Din hija perverżjoni u għalhekk nitlob lis-Sedja biex tieħu ħsieb bis-serjeta' dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena ma kellix għalfejn nopponi lill-Onor.", "Asciak milli jitkellem.", "Nerġa' ngħid li aħna lesti nistennew lill-Viċi Prim Ministru biex ix-xogħol isir sew.", "Mela hawnhekk li jgħid il-gvern biss jgħodd!", "Fis-seduta li għaddiet ħloqna diskussjoni verament tajba u għalhekk nixtiequ li llum inkomplu fuq l-istess binarju u mhux nerġgħu nibdew mill-bidu u nħawdu l-bejgħa kollha.", "THE CHAIRMAN: Daħal il-Viċi Prim Ministru u nitolbu jintervjeni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, niskuża ruħi pero' jien ħadt ħsieb niddelega lill-Ministru Tonio Borg biex fl-assenza tiegħi imexxi d- diskussjoni hu.", "Imma issa nistgħu nkomplu u biex nagħmlu progress fuq dak li konna qed niddiskutu fis-seduta ta' qabel, se nirtira l-emenda għal klawsola 2 kif ippreżentajtha u se nissostitwiha b'waħda ġdida.", "Nitlob għall-permess biex nirtira l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Hawn il-permess biex tiġi rtirata l-emenda 'A'?", "Il-permess ingħata.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa b'din l-emenda l-ġdida qegħdin inbiddlu d- definizzjoni ta' \"post tax-xogħol\".", "Ħa naqrahielkom għalissa - u anke nagħtikom kopja tagħha - u mbagħad inressaqha b'mod formali wara li nkunu ddiskutejniha:", "(a) fit-tifsira ta' \"ħaddiem\" minflok il-kliem \"jew persuna li timpjega lilha nnifisha;\" għandhom jidħlu l-kliem \"u persuna li timpjega lilha nnifisha, iżda ma tinkludix l-ekwipaġġ ta' bastiment reġistrat Malta jew kull persuna oħra impjegata fuqu bħala parti mill-ekwipaġġ kollu tal-bastiment;\";", "(b) fit-tifsira ta' \"post tax-xogħol\" minnufih wara l-kliem \"jew imkien ieħor\", għandhom jidħlu l-kliem \"kemm jekk pubbliku jew privat,\";", "(c) fit-tifsira ta' \"post tax-xogħol\" għandu jitħassar il- kliem \"fabbrika, ħanut, uffiċċju, lukanda, sptar jew klinika, tarzna, barriera, sit ta' bini jew kostruzzjoni, triq, razzett, moll, vettura, inġenji ta' l-ajru jew bastiment,\";", "(d) fit-tifsira ta' \"post tax-xogħol\" minflok il-kliem \"iżda ma tinkludix bastiment li jsalpa fl-oċeani;\" għandhom jidħlu l-kliem \"vettura jew bastiment meta dak il-bastiment ikun ġewwa xi port f'Malta jew fl-ibħra interni jew territorjali ta' Malta, jew f'xi tarzna, port jew stallazzjoni simili f'Malta, minbarra bastiment tal-gwerra li jappartjeni lil xi stat barrani;\";", "(e) minflok it-tifsira ta' \"rappreżentant għas-saħħa u s- sigurta' tal-ħaddiema\" għandha tidħol din li ġejja:-", "\"\"rappreżentant għas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema\" tfisser persuna li tkun ġiet eletta, magħżula jew nominata, kif preskritt f'regolamenti, biex tirrappreżenta lill-ħaddiema fuq dak kollu li jirrigwarda l-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa jew is-sigurta' tagħhom fuq il-post tax-xogħol;\";", "(f) it-tifsira ta' \"suffiċjenti\" għandha titħassar; u", "(g) minflok it-tifsira ta' \"xogħol\" għandha tidħol din it-tifsira li ġejja:-", "\"\"xogħol\" tfisser kull dmir, attivita', ħidma jew servizz li jipproduċi prodott jew riżultat u li jkun bi skop ta' ħlas, għoti ta' oġġetti, ta' servizzi, ta' profitt jew ta' benefiċċju.\".", "(a) the definition of \"sufficient\" shall be deleted;", "(b) in the definition of \"worker\" for the words \"and a self-employed person;\" there shall be substituted the words \"and a self-employed person, but shall not include the crew of a vessel registered in Malta or any other person employed thereon as part of the ship complement;\";", "(c) for the definition of \"workers' health and safety representative\" there shall be substituted the following:-", "\"\"workers' health and safety representative\" means a person, elected, chosen or designated, as prescribed in regulations, to represent workers on all matters relating to the promotion and protection of their occupational health or safety;\";", "(d) in the definition of \"work place\" immediately after the words \"or location\" there shall be added the words \"whether public or private,\";", "(e) in the definition of \"work place\" there shall be deleted the words \"factory, shop, office, hotel, hospital or clinic, shipyard, quarry, building or construction site, road, farm, dock, vehicle, aircraft or vessel,\";", "(f) in the definition of \"work place\" for the words \"but shall not include a vessel on the high seas.\" there shall be substituted the words \"vehicle or vessel where such vessel is within a port in Malta or the internal or territorial waters thereof, or at any dockyard, harbour or other similar installation in Malta, other than a warship belonging to a foreign state.\"; and", "(g) for the definition of \"work\" there shall be substituted the following:-", "\"\"work\" means any duty, activity, task or service producing a product or result, and being performed for payment or in exchange for goods, for services, for profit or for benefit.\".", "Sur President, fi kliem ieħor qiegħed nilqa' s-suġġeriment ta' l- oppożizzjoni biex fid-definizzjoni ta' \"post tax-xogħol\" jiżdiedu l-kliem \"kemm jekk pubbliku jew privat\" li se jidħlu wara l-kliem \"jew imkien ieħor\".", "Qiegħed nilqa' wkoll is-suġġeriment li sar fl-aħħar seduta mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex fid-definizzjoni ta' \"post tax-xogħol\" neliminaw kompletament l-eżempji li hemm f'dik il-klawsola, jiġifieri minn \"fabbrika\" sa \"inġenji ta' l-ajru jew bastiment\".", "B'hekk id-definizzjoni ssir aktar wiesa'.", "Sur President, naħseb li b'hekk iż-żewġ diffikultajiet ta' l-oppożizzjoni ġew indirizzati.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naħseb li issa l-kollegi tagħna tan-naħa l- oħra jistgħu jifhmu aħjar l-insistenza tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Din l- emenda solviet kollox.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-interess tiegħi u ta' kulmin hawn preżenti huwa li ngħaddu din il-liġi malajr kemm jista' jkun.", "Għalhekk ejjew nimxu u ma neħlux fuq affarijiet bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: L-ikbar issue kienet fuq id-definizzjoni ta' \"post tax-xogħol\", imma milli jidher klawsola 2 kif emendata issa takkomoda l- veduti taż-żewġ naħat, u għalhekk aħna m'għandniex diffikulta' biex nipproċedu fuq din il-liġi.", "Il-kwestjoni ta' dalgħodu nqalgħet proprju għax il-Viċi Prim Ministru ma kienx preżenti fil-Kamra, pero' ħadd m'għandu għalfejn jieħu għalih fuq bażi personali.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Pero', for the record, jien ma kontx preżenti għaliex bħala viċi prim ministru u anke bħala ministru responsabbli mir- relazzjonijiet industrijali, flimkien mal-Prim Ministru u mal-Ministru Dalli kelli niltaqa' mad-delegazzjoni tal-GWU proprju hawnhekk fil-Palazz.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, qed nifhem sew li anke b'din l-emenda, xorta qegħdin neskludu bastiment li m'huwiex fil-port.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma rridux ninsew li hemm żewġ definizzjonijiet, waħda ta' \"ħaddiem\" u l-oħra ta' \"post tax-xogħol\".", "Id-definizzjoni tal- kelma \"ħaddiem\" tinkludi:", "\"u persuna li timpjega lilha nnifisha, iżda ma tinkludix l-ekwipaġġ ta' bastiment reġistrat Malta jew kull persuna oħra impjegata fuqu bħala parti mill-ekwipaġġ kollu tal-bastiment\".", "Din id-definizzjoni qed tgħid hekk għaliex ingħatajna l-parir li l-ekwipaġġ ta' bastiment reġistrat Malta huwa protett permezz tal-Merchant Shipping Act.", "Rigward id-definizzjoni ta' \"post tax-xogħol\", peress li l-eżempji kollha ġew eliminati, awtomatikament \"bastiment\" qed jaqa' taħt din id- definizzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jiġifieri fid-definizzjoni ta' \"post tax- xogħol\" m'hemm l-ebda riferenza għal \"bastiment\".", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'dan li għamilna, li eliminajna l-eżempji kollha, ħadd ma jista' jgħid li \"post tax-xogħol\" tapplika biss għall-eżempji msemmija u l-postijiet tax-xogħol l-oħra m'humiex koperti.", "L-intenzjoni tagħna hi li l-postijiet tax-xogħol kollha jkunu koperti u kkonsidrati bħala tali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Qiegħed nifhem sew li l-klawsola li kienet teżenta bastimenti tal-gwerra mill-provvedimenti tal-liġi ġiet eliminata?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Paragrafu (d) ta' l-emenda l-ġdida jgħid hekk:", "(d) fit-tifsira ta' \"post tax-xogħol\" minflok il-kliem \"iżda ma tinkludix bastiment li jsalpa fl-oċeani;\" għandhom jidħlu l-kliem \"vettura jew bastiment meta dak il-bastiment ikun ġewwa xi port f'Malta jew fl-ibħra interni jew territorjali ta' Malta jew f'xi tarzna, port jew stallazzjoni simili f'Malta, minbarra bastiment tal-gwerra li jappartjeni lil xi stat barrani;\";", "Nerġa' ngħid li dan sar għaliex skond il-liġijiet internazzjonali, bastiment tal-gwerra li jkun jappartjeni lil xi stat barrani huwa territorju u ġurisdizzjoni li Malta qatt ma jista' jkollha poter fuqu.", "Il- liġijiet internazzjonali qegħdin hemm biex anke aħna nsegwuhom, u għalhekk ma nistgħux ngħaddu liġijiet li jmorru kontra l-obbligi nternazzjonali ta' pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Allura fir-rigward ta' l-inġenji ta' l-ajru, m'hemmx bżonn li jsiru dawn it-tip ta' eċċezzjonijiet?", "Meta l-inġenji ta' l-ajru ma jkunux fiż-żona territorjali Maltija xorta se jitqiesu bħala post tax-xogħol?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Inġenji ta' l-ajru, bħal per eżempju l-ajruplani ta' l-Air Malta, l-istess bħall-vapuri, huma kkonsidrati bħala post tax- xogħol, u għalhekk, ikunu f'liema parti tad-dinja jkunu, huma obbligati li jħarsu l-liġijiet Maltin, mhux biss dawk dwar saħħa u sigurta' imma anke l- obbligi kollha mposti mill-Merchant Shipping Act.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa jiena ma tkellimtx biss fuq is-sajjieda li jaħdmu fl-ibħra territorjali Maltin, imma tkellimt ukoll dwar l-ajruport u għedt li jekk dan il-gvern jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, fl-ajruport internazzjonali ta' Malta jkunu jistgħu jidħlu ajruplani li jġorru l-missili u l-bombi.", "Jien ninsab inkwetata għall-ħaddiema ta' l-ajruport u għalhekk inħoss li l-ajruport għandu jkun inkluż f'din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: L-aħħar darba kellna diffikulta' dwar il- bastimenti tal-gwerra, fejn kif qal tajjeb l-Onor.", "Gonzi, peress li dawn huma koperti mil-liġi internazzjonali marittima, aħna ma nistgħux nagħmlu liġi biex tiżboq dik internazzjonali.", "Pero' li jinkwetawni huma persuni terzi involuti, bħal fil-każ ta' l-Esmeralda, fejn għalkemm ir-reat seħħ fuq l-art, una volta l-baħri involut tela' fuq il-vapur, ħadd ma kellu l- poter li jmur għalih.", "Veru li klawsola 6 ta' din il-liġi fiha paragrafu li jgħid li:", "\"min iħaddem jew jagħmel użu minn servizzi jew persuni kompetenti minn barra ma jkunx meħlus mid-dmirijiet applikabbli li joħorġu minn dan l- Att\",", "pero' ma nafx kemm din se tkun qed tkopri tajjeb l-interessi ta' persuni terzi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, reat jew ksur ta' liġi li jsir fit- territorju Malti jibqa' jitqies bħala tali.", "Fil-fatt il-każ ta' l- Esmeralda kien reat, imma l-problema f'dak il-każ kienet li l-pulizija ma kellhiex il-poter tarresta persuna f'territorju barrani.", "Pero' dan ma jħassarx il-fatt li r-reat twettaq u għalhekk imxejna bil-proċess ta' talba għall-estradizzjoni.", "Ir-risposta hija li f'każ ikun hemm involut bastiment tal-gwerra, din il-liġi xorta tapplika.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq nagħmel mistoqsija rigward ir- rappreżentant għas-saħħa u s-sigurta' għaliex avolja tressqet emenda, id- diffikulta' tiegħi xorta għadha ma ġietx iċċarata.", "Dan ir-rappreżentant minn min se jiġi elett, mill-ħaddiem jew mill-management?", "Veru li bil- frażi \"kif preskritt fir-regolamenti\" is-sitwazzjoni ċċarat xi ftit, imma issa min se jagħmel dawn ir-regolamenti, l-awtorita', il-management jew il- ħaddiema?", "Naħseb li f'dan ir-rigward hawn bżonn ta' spjegazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-intenzjoni hija li dan ir-rappreżentant jiġi elett mill-ħaddiema skond proċeduri li għad iridu jiġu stabiliti u ppubblikati f'legal notice mill-ministeru fuq rakkomandazzjoni ta' l- awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Id-definizzjoni tal-kelma \"xogħol\" tinkludi xogħol volontarju?", "Dawk il-persuni li jagħmlu xogħol mingħajr ħlas ma' xi għaqda filantropika, huma nklużi f'din id-definizzjoni?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-definizzjoni kif inhi tkopri kemm lil dawk li jagħmlu xogħol bi skop ta' ħlas kif ukoll lil dawk li jaħdmu jew jagħtu servizz mingħajr ħlas.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ma jidhirlux il-Ministru li d-definizzjoni tkun iktar ċara kieku kellna ndaħħlu l-kelma \"volontarjat\"?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalkemm nifhem x'inhi l-intenzjoni, ma naħsibx li huwa l-każ għaliex inkunu qed niżnaturaw il-kelma \"volontarjat\".", "Ma nixtieqx li x-xogħol bi ħlas u l-volontarjat jitqiegħdu fuq l-istess binarju.", "Kulmin jagħmel xi xogħol b'mod volontarju, anke jekk ikun mechanic, huwa kopert bil-liġi, u l-employer tiegħu xorta għandu r- responsabbiltajiet lejh daqslikieku qed iħaddem persuna bil-paga.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, jiena ma naqbilx ma' dan għaliex hawn Malta għandna madwar 400 għaqda volontarja.", "Minħabba f'hekk l-eżempju li ta l-ministru li jekk mechanic iweġġa' fuq il-post tax-xogħol ikun jista' jgħid li kien qed jaħdem b'mod volontarju, ma jreġġix.", "L-iskop ta' din il- liġi hu biex nipproteġu s-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax- xogħol, kemm dawk li jkunu qed jagħmlu xogħol bi gwadann finanzjarju kif ukoll jekk ikunu ħaddiema fuq bażi volontarja.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-Onor.", "Chircop fehmni ħażin għaliex jiena għedt li taħt din il-liġi x-xogħol volontarju huwa kopert, u allaħares ma jkunx, għaliex inkella jista' jiġri, kif għedt inti, li jkun hemm mechanic li biex jaħrab mir-responsabbilta' jgħid li kien qed jaħdem b'mod volontarju waqt li ġara inċident fuq il-post tax-xogħol.", "Naħseb li hemm bżonn li naqraw sew id-definizzjoni tal-kelma \"xogħol\".", "Din tgħid hekk: \"Xogħol\" tfisser \"kull dmir, attivita', ħidma jew servizz li jipproduċu prodott jew riżultat, u li jkun bi skop ta' ħlas, għoti ta' oġġetti, servizzi, profitt jew benefiċċju\".", "M'huwiex neċessarju li persuna tkun qed taħdem bi skop ta' ħlas imma tista' tkun qed tagħti servizz, benefiċċju jew saħansitra oġġett.", "Jiġifieri jekk persuna marret f'xi post tax-xogħol biex tagħmel delivery ta' xi makkinarju, f'dak il-mument ukoll tkun qed tiġi koperta mil-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Xorta naħseb li l-liġi m'hijiex daqshekk ċara f'dan ir-rigward.", "Tkun ċara jekk jitniżżel li x-xogħol jista' jkun qed isir bi skop ta' ħlas jew bla ħlas.", "Jekk il-ministru ma jridx jinkludi l-kelma \"volontarjat\" ma nsib l-ebda diffikulta', pero' d-definizzjoni kif inhi tagħti wieħed x'jifhem li l-persuna trid tkun qed tagħmel ix-xogħol bi ħlas.", "Jien naħseb li jista' jsir rewording ta' din is-subklawsola, anke mingħajr ma tiddaħħal il-kelma \"volontarjat\".", "Dan biex ikun jinftiehem li x-xogħol jista' jkun għall-gwadann finanzjarju jew b'mod benefiku.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, ser inżid emenda biex dan il-punt ikun iċċarat.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mhux biex inkompli nimmartella l-punt pero' fil-verżjoni Ingliża l-problema toħroġ iktar ċara.", "Il-verżjoni Ingliża turi biċ-ċar li l-volontarjat m'huwiex kopert għaliex tgħid \"in exchange for\", jiġifieri in exchange for all the categories that it mentions, like products, profits, goods etc.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, biex kollox ikun ċar kemm jista' jkun, se nressaq emenda oħra għad-definizzjoni ta' \"xogħol\", biex wara l- kliem ''bi skop ta' ħlas'' jiżdied il-kliem ''jew bla ħlas''.", "Fil-verżjoni Ingliża, għalkemm m'iniex kuntent sa barra, minflok il-kliem \"exchange for money\" se jiddaħħlu l-kliem \"for payment or for free or in exchange for\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li tinqata' l- kelma \"benefiċċji\" u jiddaħħlu l-kliem \"profitt jew le\".", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Pero' rridu noqogħdu attenti li ma noħolqux loopholes.", "L-Onor.", "Chircop qed jgħid li xi ħadd jista' jagħmel xogħol għal xi ħadd ieħor u ma jitħallasx bil-flus imma b'xi ħidma reċiproka, jiġifieri b'xi forma ta' benefiċċju.", "Għalhekk naħseb li jkun aħjar li l-kelma \"benefiċċju\" titħalla biex għada pitgħada żgur li ħadd ma jkun jista' jġib l-ebda skuża.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri biex inkunu preċiżi, id-definizzjoni tiġi taqra hekk: \"għoti ta' oġġetti, servizzi, profitt jew benefiċċju\".", "Pero' imbagħad id-diċitura kif tkompli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tkompli \"bi skop ta' ħlas, jew bla ħlas, għoti ta' oġġetti, servizzi\".", "ONOR.", "ALFRED SANT : Imma grammatikament kif torbot?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tkompli kif għedt.", "ONOR.", "ALFRED SANT: \"Għoti ta' servizzi\" huwa nominattiv ġdid.", "Galhekk naħseb li trid ssir \"għoti ta' servizzi, għoti ta' profitt u għoti ta' benefiċċji\".", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, hekk qed ngħidu, pero' taħseb li hemm bżonn li noqogħdu nirrepetu l-kliem \"għoti ta'\"?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħala diċitura teknika, \"għoti\" forsi le, imma \"ta'\" iva.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela jekk ningħata l-emenda lura nkun nista' nirranġaha għall-fini tal-grammatika.", "Naħseb li aħjar li nissostitwixxi l-paragrafu sħiħ, biex fil-verżjoni Maltija, id-definizzjoni ta' \"xogħol\" tiġi taqra:", "\"kull dmir, attivita', ħidma jew servizz li jipproduċi prodott jew riżultat, u li jkun bi skop ta' ħlas jew bla ħlas, għoti ta' oġġetti, ta' servizzi, ta' profitt jew ta' benefiċċju\",", "waqt li fil-verżjoni Ingliża tiġi taqra hekk:", "\"Work means any duty, activity, task or service, producing a product or result and being performed for payment or for free, or in exchange for goods, for services, for profit or for benefit\".", "Jekk m'hemmx oġġezzjoni nistgħu ninkorporaw dan l-arranġament fl-emenda sħiħa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Rigward il-kwestjoni tal-volontarjat jidher li ma fadal l-ebda diffikulta', pero' nixtieq nirrimarka dwar in-nuqqas ta' riferenza għall-ambaxxati fl-emenda li ppreżenta l-ministru.", "Dan sar bl- iskop li kemm jista' jkun fid-definizzjoni jitħalla a blanket statement?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Permezz ta' l-emenda li ressaqt ġew eliminati l- eżempji kollha biex tajna l-wisa' kollha ta' l-interpretazzjoni ta' \"post tax-xogħol\".", "Jiġifieri anke l-ambaxxati huma postijiet tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, nixtieq inkun naf ukoll jekk il-gvern jistax jagħtina rapport tad-diskussjonijiet li saru bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar l-employment packages.", "B'hekk aħna nkunu nafu xi ħsibijiet għandu l-gvern vis-a-vis l-ħaddiema u min iħaddem, apparti li għadni ma ngħatajtx risposta dwar is-sigurta' fl-ajruport.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, l-ajruport huwa definittivament kopert minn din il-liġi dwar is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema għaliex huwa post tax-xogħol bħall-oħrajn.", "Dwar it-tieni punt ta' l-Onor.", "Law, għalkemm nixtieq li niddiskutu dak is- suġġett, ma naħsibx li huwa direttament relatat ma' din il-liġi, speċjalment ma' din il-klawsola partikolari.", "Li nista' ngħid hu li jkun hemm bosta diskussjonijiet, mhux biss ma' l-Unjoni Ewropea imma fuq livell ħafna iktar wiesa', għaliex aħna nibbenefikaw mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħra li qed jgħaddu minn ċerti sfidi li jrid jgħaddi minnhom pajjiżna.", "Pero', bir-rispett kollu, naħseb li m'għandniex nidħlu f'dan il-qasam imma għandna niffokaw esklussivament fuq din il-liġi, fuq is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Naturalment minbarra dan il-qasam, dan il-parlament għad irid jiddiskuti fit-tul it-tibdiliet għal-liġijiet l-oħra li jirregolaw ix-xogħol, bħall- Conditions of Employment Regulation Act, iċ-CERA, u l-liġi dwar ir- relazzjonijiet industrijali, li għandhom bżonn jiġu aġġornati għaż- żmenijiet tal-lum.", "Pero' f'dan il-mument qed nitrattaw waħda mill-aktar kondizzjonijiet importanti tal-ħaddiema, jiġifieri s-saħħa u s-sigurta' tagħhom.", "F'dan il-każ sigurta' ma tfissirx job security imma sigurta' għas- saħħa tal-ħaddiema, għaliex is-sigurta' tal-kuntratt tax-xogħol se tiġi ttrattata f'liġijiet differenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nixtieq nagħmel żewġ punti dwar id- definizzjoni ta' \"ħaddiem\".", "L-ewwelnett, filwaqt li fil-verżjoni Ingliża għandna li \"\"worker\" includes a trainee, an apprentice and a self-employed person\", il-verżjoni Maltija tgħid \"student, apprendist jew persuna li timpjega lilha nnifisha\".", "L-argument tiegħi hu li \"student\" ma tfissirx \"trainee\", għax safejn naf jien \"trainee\" tfisser lavrant jew xi ħadd li qed jitħarreġ against payment, waqt li \"student\" tfisser xi ħadd li qed imur l-iskola.", "Għalhekk il-mistoqsija tiegħi hi kif se nittraduċu għall- Malti l-kelma \"trainee\".", "Jien nissuġġerixxi li tiġi taqra \"persuna li tingħata taħriġ\".", "Pero' l-kelma \"student\" għandha tkun hemmhekk xorta, għaliex student tfisser xi ħaġa differenti.", "(Interruzzjonijiet) Student jista' jkun trainee imma trainee mhux bilfors ikun student.", "(Interruzzjonijiet) Trainee huwa xi ħadd li qed jingħata taħriġ u student huwa xi ħadd li qed jingħata tagħlim.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma t-taħriġ jista' jiġi kkonsidrat bħala parti mit-tagħlim u allura dak ikun każ ta' student.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma t-taħriġ li jingħata student ma jkunx ta' post tax-xogħol, waqt li trainee jingħata taħriġ ta' post tax-xogħol by definition.", "Insomma, jekk il-gvern huwa kuntent b'din id-definizzjoni jista' jħalliha kif inhi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iktar għaliex ma naħsibx li hemm kelma preċiża.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien inħoss li kemm \"student\" kif ukoll \"trainee\" għandhom jiddaħħlu; jiġifieri l-kunċett ta' \"student\" għandu jidħol fil- verżjoni Ingliża, waqt li l-kunċett ta' \"trainee\" għandu jidħol f'dik Maltija.", "Biex inkunu preċiżi kemm jista' jkun, jien ngħid li fil-verżjoni Maltija għandha tiddaħħal \"trainee\" tiddaħħal bħala \"persuna li qed tingħata taħriġ\".", "Veru li din hija traduzzjoni litterali pero' naħseb li f'dan il-kuntest din hija l-iktar definizzjoni ċara.", "L-istess dwar id- definizzjoni ta' \"worker\" li tgħid \"and includes a self-employed person\".", "Nixtieq li xi ħadd min-naħa tal-gvern jispjegali x'inhi l-idea wara dan l- istatement, għaliex a self-employed person tista' tkun persuna li timpjega lilha nnifisha waqt li timpjega nies oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li aħjar nispjega dan il-punt għaliex huwa importanti ħafna.", "Personalment jien naf b'sitwazzjoni fejn persuna responsabbli mid-distribuzzjoni ta' prodott u li kienet impjegata ma' kumpannija, biddlet ir-relazzjoni tagħha ma' l-employer għal waħda ta' self- employed.", "Il-liġi dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol tapplika wkoll għal każi bħal dawn, fejn persuna self-employed tkun qed taħdem fuq post tax-xogħol.", "Jiġifieri l-employer ma jkunx jista' jaħrab mir-responsabbilta' minħabba li dik il-persuna ma tkunx impjegata miegħu.", "Avolja l-persuna tkun self-employed, ladarba tkun qed taħdem f'post tax- xogħol ta' ħaddieħor, xorta tkun qed tiġi kkonsidrata bħala a worker at a work place.", "Fil-fatt għandna ħafna self-employed ta' dan il-ġeneru.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nifhem li dan il-kuntest għandu jiġi covered, pero' ma naħsibx li qed ikun covered biżżejjed għaliex irridu nħarsu lejn każi oħra bħal, per eżempju, xi azjenda żgħira li tkun immexxija minn persuna waħda li tkun self-employed.", "F'dak il-każ dik titqies bħala ħaddiem fir-relazzjoni magħha nnifisha ta' employer, imma x'jiġri jekk din il-persuna tkun qed tħaddem direttament lil xi ħadd ieħor?", "Dan japplika wkoll għall-ħaddiema membri ta' xi koperattiva.", "Dawn it-tip ta' nies, meta jkunu employers u meta jkunu ħaddiema, kif se jkunu koperti?", "Jekk lil dawn in-nies qed niftħulhom tieqa biex ma jkunux jistgħu jaqilbu minn kategorija għall-oħra, fl-istess ħin ma nistgħux nippermettu li din it- tieqa xxekkel lin-naħa l-oħra.", "Ma nafx jekk iniex qed nispjega ruħi tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena naqbel perfettament mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni, anzi nżid li din il-ħaġa qiegħda miktuba b'tali mod li ma tippermettix li meta jaqblilha, persuna tista' tgħid li hi self-employed u meta ma jaqblilhiex tgħid li hi mpjegata.", "Il-liġi tobbliga kemm lil min iħaddem kif ukoll lill-ħaddiema, u dawn l-obbligi ma japplikawx biss vis-a- vis l-ħaddiema l-oħra fl-istess post tax-xogħol imma anke vis-a-vis terzi.", "Għalhekk id-definizzjoni hija maħsuba b'tali mod li tkopri lil min hu mpjegat u self-employed fl-istess ħin.", "L-aħjar eżempju li nista' nagħti huwa ta' persuna self-employed li tkun qed tagħmel xogħol b'kuntratt fuq xi post tax-xogħol partikolari.", "F'dak il-ħin dak is-self-employed ikollu relazzjoni kuntrattwali ma' min qed jixtri s-servizz tiegħu.", "Eżempju ieħor huwa dak tal-koperattivi.", "Jiena ma rridx nispiċċa fis-sitwazzjoni li bidwi self-employed, għax jinqalgħalu xi inċident, jgħid li hu mpjegat ta' xi koperattiva partikolari biex jaħrab mir-responsabbilta'.", "Hawnhekk aħna qed nagħmluha ċara li għall- iskop ta' din il-liġi u għall-iskop ta' l-obbligi li timponi fuq il-ħaddiem u fuq min iħaddem, id-definizzjoni ta' ħaddiem tinkludi wkoll lil dawk self-employed li fl-istess ħin ikunu qed jagħtu servizz lil ħaddieħor.", "Ma nistax ngħid li d-definizzjoni ta' \"ħaddiem\" tfisser dawk kollha li m'humiex self-employed, għaliex jien lis-self-employed irrid ninkludihom fiċ-ċirkostanzi kollha possibbli, bir-riżultat li l-obbligi tal-workers ikunu japplikaw ukoll għas-self-employed li f'xi ċirkostanzi partikolari jkunu qegħdin jagħmlu xogħol ta' ħaddiem.", "Jekk ma jsirx hekk, is-self- employed ikollhom iċ-ċans li jaħarbu mir-responsabbilita'.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena qed nifhem il-punt ta' l-Onor.", "Gonzi, pero' ppermettuli nindika subklawsola (1) ta' klawsola 6, fejn id-diċitura tad- definitions m'hijiex qed tintuża fil-mod ta' kif qed tiġi fformolata l- liġi.", "F'din is-subklawsola qed jintqal hekk:", "\"Min iħaddem għandu dejjem iħares is-sigurta'''.", "Kieku jiena kont inżid \"tal-ħaddiema li jħaddem\", imma f'din il-liġi mhux hekk qed jintqal, u din is-subklawsola tkompli hekk:", "\"tal-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati bix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu għal dik il-persuna li tħaddem\".", "Kieku tlaqna minn definizzjoni ċara li mbagħad nibqgħu nużawha b'mod koerenti right through kont nifhmu l-punt, pero' hawnhekk m'aħniex qed nużaw id-definizzjoni bl-istess konsistenza.", "B'hekk naħseb li qed jinħolqu xi xquq li se jagħtu lok għal żbilanċ fil-mod ta' kif tiġi implimentata din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli nipprova nispjega.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 6 titkellem dwar id-dmirijiet ta' l-employers meta bħalissa aħna qed nitkellmu dwar id-definizzjoni ta' \"ħaddiem\".", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ippermettili ftit Onor. Gonzi, għaliex ir-riferenza li qed nagħmel jien m'hijiex għal min iħaddem imma għal kif tkompli d- diċitura, cioe':", "\"il-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati bix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu għal dik il-persuna li tħaddem\", jiġifieri għall-ħaddiema.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hawnhekk għamilna bidla kbira mit-text tal-liġi ta' l-1994.", "Anzi l-intenzjoni tagħha hawnhekk hija li r-responsabbilta' ta' l- employer ma tkunx biss vis-a-vis l-ħaddiema tiegħu imma tkun mifruxa wkoll fuq terzi persuni li ma jkunux impjegati tiegħu u li b'riżultat ta' deċiżjonijiet, negliġenza jew nuqqas ta' ħarsien tar-regolamenti dwar is- saħħa u s-sigurta' minn dan l-istess employer, isofru xi danni.", "Klawsola 6 qiegħda hemm għal dan il-għan u huwa għalhekk li tgħid li:", "\"it shall be duty of an employer to ensure the health and safety at all times of all persons who may be affected by the work being carried out for such employer \".", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa għalhekk li m'aħniex niftehemu, għaliex it-text Malti jgħid li \"jistgħu jiġu affettwati bix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu\".", "Jiġifieri dawn il-persuni huma koperti biss bix-xogħol li qegħdin jagħmlu mhux bix-xogħol li qed isir.", "Erġa' aqraha din is- subklawsola.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, din tgħid:", "\"Min iħaddem għandu dejjem iħares is-saħħa u s-sigurta' tal-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati bix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu għal dik il-persuna li tħaddem\".", "ONOR.", "ALFRED SANT : By definition din tfisser dawk il-persuni kollha, bix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu, jiġifieri l-ħaddiema kollha.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ippermettili ftit għax hemm emenda li ċċirkolajtha diġa'.", "Naħseb li dik l-emenda għandna bearing fuq dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa t-traduzzjoni nbidlet mill-Malti għall-Ingliż u għalhekk il-punt tiegħi ma jgħoddx bħala eżempju.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-punt li għamel Dr. Sant dwar il-kelma \"self- employed\" u \"ħaddiem\" huwa importanti meta niġu għal klawsola 7, li titkellem dwar id-dmirijiet tal-ħaddiema.", "Fi kliem ieħor, jekk persuna self-employed qed taqa' taħt id-definizzjoni tal-kelma \"ħaddiem\", allura hija obbligata wkoll taħt klawsola 7 tal-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ippermettuli nerġa' mmur lura għat-tifsira ta' \"ħaddiem\".", "Nafu li f'liġijiet oħra jeżistu l-kliem \"self-employed\" u \"self-employable\".", "Iħoss il-Viċi Prim Ministru li wara l-kelma \"self- employed\" għandha tiżdied il-kelma \"self-employable\"?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, għaliex it-terminoloġija ta' self-employable ma tfisser assolutament xejn.", "Persuna tista' tkun jew self-employed, jew impjegata jew taħdem b'mod volontarju, liema tliet ġeneri ta' xogħol huma koperti b'din il-liġi.", "Jien naħseb li d-definizzjoni hija tajba kif inhi u m'għandniex għalfejn nemendawha biex inżidu l-kelma \"self-employable\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena xtaqt nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru dwar dik il-parti ta' l-emenda li qed telimina kompletament il-kelma \"suffiċjenti\".", "Ma nafx għalfejn f'daqqa waħda din id-definizzjoni qed tinqata' barra meta fl-opinjoni tiegħi se jkun hemm bżonn li jkollna ċerti benchmarks.", "Veru li forsi dik il-kelma ma tfisserx wisq, pero' min hu responsabbli - jiġifieri l-awtorita' bħala l-kappa nazzjonali u l- management bħala l-kappa tal-post tax-xogħol partikolari - nifhem qed jintrabat biha.", "Pero' mbagħad il-kelma \"suffiċjenti\" trid tkun supported b'guidelines jew b'regolamenti li trid toħroġ l-awtorita' minn żmien għal żmien.", "Jien naħseb li l-kelma \"suffiċjenti\" somehow iġġiegħel lil kulmin hu responsabbli biex jevolvi a sufficient policy of health and safety.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, aħna m'aħniex neliminaw il-kelma \"suffiċjenti\" mil-liġi.", "Li qed neliminaw huwa l-fatt li qatt ma nistgħu niddefinixxu b'regoli stretti t-tifsira tal-kelma \"suffiċjenti\".", "Illum din tista' tkun tfisser li wieħed għandu jilħaq ċerti standards waqt li tliet snin oħra tista' tfisser li wieħed għandu jilħaq standards ogħla għax ikunu saru xi żviluppi teknoloġiċi.", "Quddiem sitwazzjoni bħal din aħna kif nistgħu nippubblikaw regolament li jiddefinixxi l-kelma \"suffiċjenti\"?", "Id- definizzjoni f'din il-liġi li tgħid li \"\"suffiċjenti\" tfisser skond kif preskritt b'regolamenti magħmula taħt dan l-Att\", ma tagħmilx sens.", "Pero' l- importanti hu li m'aħniex qed neliminaw il-kelma \"suffiċjenti\" minn bnadi oħra.", "Il-kelma suffiċjenti se tibqa' u l-istandards se jiġu stabiliti, anke permezz ta' regolamenti differenti.", "Finalment jien naħseb li d-deċiżjoni ta' xi jkun suffiċjenti għandha tittieħed mill-istrutturi interni u, f'każ ta' inċident, jista' jkun li tittieħed anke mill-qorti.", "Aħna naħsbu li ma jagħmilx sens li b'xi mod jew ieħor nippubblikaw regolamenti li permezz tagħhom nistabilixxu x'inhu suffiċjenti meta nafu li dan huwa qasam li qiegħed il-ħin kollu jiżviluppa u li jista' jvarja skond il-każ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien naqbel mal-ministru li d-definizzjoni tal-kelma \"suffiċjenti\" m'hijiex sodisfaċenti.", "Pero' issa qed nara periklu ieħor minħabba l-fatt li għalkemm f'ħafna partijiet ta' din il-liġi qed nirrikonoxxu l-bżonn ta' regolamenti suffiċjenti għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, din il-kelma m'hijiex se tkun definita.", "Għalhekk jien nissuġġerixxi li minflok ma neliminaw din id-definizzjoni, inwessgħuha aktar u ngħidu li minħabba t-tibdiliet li qed isiru kontinwament fuq il- postijiet tax-xogħol, din id-definizzjoni mhux bilfors li tkun tapplika għal dak li jista' jkun suffiċjenti tas-sena d-dieħla.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jien naħseb li m'hemm l-ebda riskju għaliex ir-regolamenti huma tekniċi u dettaljati ħafna.", "Jekk wieħed jara r- regolamenti dwar il-video screens li għadhom kif ġew ippubblikati, jinduna kemm ir-regolamenti ta' dan it-tip huma dettaljati.", "Jiena nħoss li impossibbli li nagħtu definizzjoni ta' \"suffiċjenti\" meta fuq kollox nafu li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se tkun ta' mazzra għal ma' saqajna.", "Billi niddefinixxu l-kelma \"suffiċjenti\" ma nkunu qed insolvu xejn.", "L- importanti hu li r-regolamenti ppubblikati għas-setturi differenti jkunu tekniċi u dettaljati biżżejjed għaċ-ċirkostanzi partikolari.", "Min-naħa l-oħra, irridu noqogħdu attenti wkoll għaliex terminoloġija ġenerali f'qasam daqshekk tekniku u varjat hija perikoluża.", "\"Suffiċjenti\" fil-qasam tal-kostruzzjoni tfisser mod, waqt li \"suffiċjenti\" fil-qasam ta' l-informatika tfisser mod ieħor.", "Jiġifieri jekk se nibqgħu sejrin hekk, irridu nagħmlu definizzjoni li jew tkun adatta għall-oqsma kollha jew tkun tvarja skond is-settur.", "Għaldaqstant il-parir li għandi huwa li dan huwa impossibbli li jsir.", "THE CHAIRMAN: Mela qegħdin ngħidu li l-ewwel emenda li ressaq il-Viċi Prim Ministru għal klawsola 2 ġiet eliminata biex it-tieni emenda mressqa għall-istess klawsola issa tinkorpora fiha dak li kien hemm fl-emenda oriġinali flimkien ma' tibdiliet oħra.", "Nista' nitolbuk tressaq din it-tieni emenda b'mod formali, peress li anke daħlu xi corrections oħra waqt li konna għaddejjin bid-diskussjoni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandix diffikulta' nressaq l-emenda għal klawsola 2.", "Din tgħid hekk:", "\"B\" Fi klawsola 2:", "(a) fit-tifsira ta' \"ħaddiem\" minflok il-kliem \"jew persuna li timpjega lilha nnifisha;\" għandhom jidħlu l-kliem \"u persuna li timpjega lilha nnifisha, iżda ma tinkludix l-ekwipaġġ ta' bastiment reġistrat Malta jew kull persuna oħra impjegata fuqu bħala parti mill- ekwipaġġ kollu tal-bastiment;\";", "(b) fit-tifsira ta' \"post tax-xogħol\" minnufih wara l-kliem \"jew imkien ieħor\", għandhom jidħlu l-kliem \"kemm jekk pubbliku jew privat,\";", "(c) fit-tifsira ta' \"post tax-xogħol\" għandu jitħassar il-kliem \"fabbrika, ħanut, uffiċċju, lukanda, sptar jew klinika, tarzna, barriera, sit ta' bini jew kostruzzjoni, triq, razzett, moll, vettura, inġenji ta' l-ajru jew bastiment,\";", "(d) fit-tifsira ta' \"post tax-xogħol\" minflok il-kliem \"iżda ma tinkludix bastiment li jsalpa fl-oċeani;\" għandhom jidħlu l-kliem \"vettura jew bastiment meta dak il-bastiment ikun ġewwa xi port f'Malta jew fl-ibħra interni jew territorjali ta' Malta, jew f'xi tarzna, port jew stallazzjoni simili f'Malta, minbarra bastiment tal- gwerra li jappartjeni lil xi stat barrani;\";", "(e) minflok it-tifsira ta' \"Rappreżentant għas-Saħħa u s-Sigurta' tal-Ħaddiema\" għandha tidħol din li ġejja:-", "\"\"Rappreżentant għas-Saħħa u s-Sigurta' tal-Ħaddiema\" tfisser persuna li tkun ġiet eletta, magħżula jew nominata, kif preskritt f'regolamenti, biex tirrappreżenta lill-ħaddiema fuq dak kollu li jirrigwarda l-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa jew is-sigurta' tagħhom fuq il-post tax-xogħol;\";", "(f) it-tifsira ta' \"suffiċjenti\" għandha titħassar; u", "(g) minflok it-tifsira ta' \"xogħol\" għandha tidħol din it-tifsira li ġejja:-", "\"\"xogħol\" tfisser kull dmir, attivita', ħidma jew servizz li jipproduċi prodott jew riżultat u li jkun bi skop ta' ħlas jew bla ħlas, għoti ta' oġġetti, ta' servizzi, ta' profitt jew ta' benefiċċju.\".", "\"B\" In clause 2:", "(a) the definition of \"sufficient\" shall be deleted;", "(b) in the definition of \"worker\" for the words \"and a self-employed person;\" there shall be substituted the words \"and a self-employed person, but shall not include the crew of a vessel registered in Malta or any other person employed thereon as part of the ship complement;\";", "(c) for the definition of \"Workers' Health and Safety Representative\" there shall be substituted the following:-", "\"\"Workers' Health and Safety Representative\" means a person, elected, chosen or designated, as prescribed in regulations, to represent workers on all matters relating to the promotion and protection of their occupational health or safety;\";", "(d) in the definition of \"work place\" immediately after the words \"or location\" there shall be added the words \"whether public or private,\";", "(e) in the definition of \"work place\" there shall be deleted the words \"factory, shop, office, hotel, hospital or clinic, shipyard, quarry, building or construction site, road, farm, dock, vehicle, aircraft or vessel,\";", "(f) in the definition of \"work place\" for the words \"but shall not include a vessel on the high seas.\" there shall be substituted the words \"vehicle or vessel where such vessel is within a port in Malta or the internal or territorial waters thereof, or at any dockyard, harbour or other similar installation in Malta, other than a warship belonging to a foreign state.\"; and", "(g) for the definition of \"work\" there shall be substituted the following:-", "\"\"work\" means any duty, activity, task or service producing a product or result, and being performed for payment or for free or in exchange for goods, for services, for profit or for benefit.\".", "THE CHAIRMAN: Jekk m'hemmx aktar rimarki, se npoġġi l-mistoqsija fuq l- emenda \"B\" kif imressqa mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Applikabbilita' ta' l-Att.", "Clause 3 - Applicability of this Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 3 tagħmel dikjarazzjoni ġenerali u tgħid li l-Att huwa applikabbli għall-postijiet tax-xogħol kollha u għas-setturi kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati.", "Minħabba l-bidla li għamilna fid- definizzjoni, issa huwa ċar daqs il-kristall li \"postijiet tax-xogħol\" tfisser kemm dawk pubbliċi kif ukoll dawk privati.", "Iktar minn hekk, din il- klawsola tispeċifika wkoll is-setturi differenti għal meta per eżempju jkun qed jingħata servizz pubbliku f'post tax-xogħol privat.", "Din il-klawsola tagħmel eċċezzjoni u tgħid li din il-liġi ma tapplikax għall-attivitajiet li jkunu mmexxija minn membri tal-forzi armati, tal- korp tal-pulizija jew tal-protezzjoni ċivili.", "Pero' dan huwa standard f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u r-raġuni hija ovvja.", "Il-forzi armati, il-pulizija u l-protezzjoni ċivili huma servizzi speċjalizzati li minnhom infushom ifissru li x-xogħol tagħhom huwa ta' ċertu riskju.", "Pero' f'din il-liġi aħna xorta użajna liġijiet oħra bħala mudell u m'għedniex li din il-liġi ma tapplikax għal dawn is-servizzi u waqafna hemm.", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li \"fil-każ ta' membri tas-servizzi pubbliċi hawn aktar qabel imsemmija, is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem għandha tiġi assigurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies ta' l-iskop ġenerali ta' dawk is-servizzi.\".", "L-aħjar eżempju li nista' nagħti huwa tal-pumpieri li jmorru jitfu dar li ħadet in-nar.", "Normalment, biex is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem tiġi mħarsa, ħadd m'għandu jersaq lejn in-nar, pero' x-xogħol tal-pumpieri hu li jattakkaw in-nar biex jeqirduh, jiġifieri l-periklu għal dawn il-ħaddiema huwa evidenti.", "Mandankollu f'din il-klawsola xorta hemm proviso li jgħid li għalkemm huwa fatt aċċettat li f'dan il-każ, ix-xogħol tal-ħaddiem huwa li jiffaċċja l-periklu, min iħaddem xorta jibqa' obbligat li jara kif dan il-periklu jista' jitnaqqas per eżempju bl-ilbies protettiv, bl-għodda neċessarja u bit-taħriġ meħtieġ biex il-ħaddiem ikun jista' jagħmel xogħolu sew.", "Dan il- proviso jissalvagwarda, sakemm ikun raġonevolment possibbli, is-saħħa u s- sigurta' ta' dawn il-ħaddiema.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, għada pitgħada bilfors irid ikollna xi ħaġa li tispeċifika x'inhu \"raġonevolment possibbli\".", "Dan għaliex huwa faċli li wieħed jieħu bħala raġonevolment possibbli dak li jiġih f'moħħu dak il-ħin.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk f'dan ir-rigward huwiex se jkun hemm xi ħaġa speċifika għall-forzi armati, għall-korp tal- pulizija u għas-servizz tal-protezzjoni ċivili, għaliex fir-rigward tal- korp tal-pulizija kulħadd jaf li dawn għandhom ċerti karozzi li m'humiex up to standard u li l-pulizija fl-għases m'għandhomx protective clothing.", "Huwa faċli li ngħidu li dawn il-ħaddiema għandhom ikunu protetti, pero' fil- verita' kemm jiġu ċċekkjati l-armi użati mill-pulizija biex wieħed jara għadhomx jiffunzjonaw?", "Jien naħseb li jkun għaqli kieku jkun hemm kodiċi speċifika għal dawn il- korpi, anke minħabba l-fatt li dawn il-ħaddiema m'għandhom l-ebda union biex tirrappreżentahom u għalhekk m'għandhomx dik is-saħħa li għandhom il- ħaddiema ta' setturi oħra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien ukoll ninsab inkwetata fuq dawn il- ħaddiema għaliex billi dawn jagħmlu parti minn korp dixxiplinat, ma jfissirx li m'għandux ikollhom l-istess drittijiet bħall-ħaddiema l-oħra.", "Anzi kif qal tajjeb l-Onor.", "Farrugia, aħna għandna nagħtu attenzjoni partikolari lil dawn il-ħaddiema għaliex dawn qatt ma jistgħu jkunu unionised, jiġifieri ħadd ħliefna ma jista' jħares id-drittijiet tagħhom.", "Meta kont qed nagħmel ftit research biex nipprepara għal din il-liġi, ġew f'idejja studji Amerikani dwar is-sanitary facilities, dwar il-periklu għall-ħaddiema jekk dawn il-faċilitajiet ikunux up to standard u jekk l- istess ħaddiema jkollhom użu ristrett minn dawn il-faċilitajiet.", "(Interruzzjonijiet) Din m'hijiex xi ħaġa tad-daħk, għaliex jekk persuna ddum iktar minn siegħa minn meta nqalgħalha l-bżonn biex tagħmel użu mill- faċilitajiet sanitarji, tista' tiżviluppalha xi infezzjoni.", "Ftit tax-xhur ilu għamilt mistoqsija parlamentari prorpju dwar is- sanitary facilities li għandhom il-pulizija u s-suldati li jkunu stazzjonati f'fixed points.", "Huwa veru li dawn il-korpi għandhom ċerti sitwazzjonijiet antipatiċi ta' xogħol u minħabba f'hekk ma jistgħux isirulhom ċerti kumditajiet, pero' ma nistgħux nippermettu li dawn il- ħaddiema jkunu esposti għal xi riskji.", "Dawn ir-riskji jeżistu wkoll għat- tfajliet li jaħdmu f'fabbriki bi production lines u li minħabba f'din il- production ikunu allowed li jużaw it-toilet f'ċerti ħinijiet biss.", "(Interruzzjonijiet)", "Qed jindikawli li anke fl-iskejjel it-tfal ġieli ma jitħallewx imorru t- toilet jekk mhux waqt il-break.", "Jiena nifhem li dan isir bl-intenzjoni li jinqata' l-iskartar, pero' ma nistgħux nippermettu li biex naqtgħu l-abbużi nesponu lil uliedna għar-riskju ta' xi infezzjoni.", "Lura għall-korpi tal- pulizija, tal-forzi armati u tal-protezzjoni ċivili, jien naħseb li l- awtorita' għandha tieħu dawn l-affarijiet bis-serjeta', iktar u iktar għaliex dawn il-ħaddiema huma diġa' żvantaġġjati.", "Klawsola 3 tgħid li:", "\"is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema għandha tiġi assigurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies ta' l-iskop ġenerali ta' dawk is- servizzi.\".", "Jien naħseb li l-frażi \"raġonevolment possibbli\" qiegħda fl-istess sitwazzjoni tad-definizzjoni ta' \"suffiċjenti\" li tkellimna dwarha aktar kmieni, għaliex qed tipprova tgħid ħafna imma attwalment m'hi tgħid xejn.", "Min se jiddeċiedi li l-affarijiet ikunux raġonevolment possibbli?", "Jiena nibża' minn dawn il-kelmiet li jitħallew miftuħin beraħ, għaliex aħna għandna t-tendenza li għall-ewwel inkunu very excited, għaliex għandna liġi ġdida, sabiħa, eċċ., imbagħad wara li jgħaddi ftit taż-żmien nibdew nillaxkaw fuq ħafna affarijiet and we defeat the purpose ta' l-istess liġi.", "Għalhekk jien nixtieq li tkun stabilita linja ċara biex tiggwidana kif għandna nimxu.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-punti li qajmu l-Onor.", "Farrugia u l- Onor. Coleiro nistgħu ngħaqqduhom flimkien.", "L-Onor.", "Farrugia għamel suġġeriment tajjeb u jien naħseb li m'hemm xejn xi jżomm milli jkun hemm kodiċi ta' prattika li tkun aċċettabbli għal dawn il-każi.", "Jekk m'iniex sejjer żball, klawsola 9 tgħid li waħda mill-funzjonijiet ta' l-awtorita' hija proprju li tfassal kodiċi ta' prattika u sistemi biex tistabilixxi kriterji li jkunu jistgħu jgħinu biex nindirizzaw kemm dak li semma' l- Onor. Farrugia, jiġifieri li tiġi stabilita' xi ħaġa bħala gwida, kif ukoll dak li semmiet l-Onor.", "Coleiro, il-benchmark li wieħed ikun jista' jorbot miegħu.", "Nittama li kulħadd jifhem il-bżonn ta' klawsola 3, għaliex għalkemm huwa veru li x-xogħol ta' dawn il-korpi huwa perikoluż, l-ebda pajjiż ma jista' jgħaddi mingħajru.", "Pajjiżna jirrikonoxxi li dawn huma xogħlijiet riskjużi u inevitabbli, u huwa proprju għalhekk li xi kondizzjonijiet ta' dawn il- ħaddiema huma aħjar minn ta' ħaddieħor.", "Xi ħadd irid jagħmel dan ix-xogħol perikoluż u għalhekk ma nistgħux ngħaddu liġi li tgħid lill-pumpieri li biex ma jipperikolawx ħajjithom, m'għandhomx jersqu lejn in-nar.", "Huwa għalhekk li din il-klawsola partikolari tiddikjara b'mod ċar li dan l-Att ma japplikax għal dawn il-ħaddiema.", "Imma l-istess bħalma sar f'pajjiżi barranin, din il-liġi xorta ma tabbandunax lil dawn il-ħaddiema, u għalhekk timponi kriterju ġenerali ta' x'inhu raġonevolment aċċettabbli fis- sitwazzjoni.", "Hija l-awtorita' li se tistabilixxi dak li jista' jkun raġonevoli permezz ta' kodiċi ta' prattika skond klawsola 9.", "Eventwalment dan il-kodiċi ta' prattika, li din il-liġi tagħti wkoll definizzjoni tiegħu, jista' jservi ta' benchmark tajjeb mhux biss għal dawn l-oqsma imma għal oqsma oħra wkoll.", "Għalkemm din il-kategorija ta' ħaddiema qed tinqata' barra mill- applikazzjoni ta' dan l-Att, il-proviso qed jagħmilha ċara li għalkemm ix- xogħol huwa perikoluż, min hu responsabbli għal dawn il-ħaddiema xorta għandu d-dover li jnaqqas ir-riskju kemm jista' jkun u jekk jonqos milli jagħmel dan, xorta jkun accountable taħt din il-liġi.", "Jien naħseb li klawsola bħal din bilfors kellha tiġi nkluża f'din il- liġi, pero' l-punt ta' l-Onor.", "Farrugia huwa validu u iva, l-awtorita' stess għandha tiżviluppa kriterji ġenerali biex jgħinuna jkollna benchmarks f'dan il-qasam ukoll.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, nixtieq nuri s-sodisfazzjon tiegħi għall-mod ta' kif ġiet emendata klawsola 2, għaliex issa żgur li ġiet tagħmel iktar sens.", "Pero' nixtieq nirrimarka dwar ix-xogħlijiet part-time, każwali jew b'kuntratt definit.", "Sfortunatament, kif kulħadd jaf, f'pajjiżna matul dawn l-aħħar snin dan ix-xogħol qed jiżdied b'rata mgħaġġla ħafna.", "Jekk m'iniex sejjer żball hawn madwar 17,000 persuna li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol imma li sfortunatament il-kondizzjonijiet tax- xogħol tagħhom m'humiex tajbin daqs ta' dawk li jaħdmu on a full-time basis.", "Illum m'għadhiex il-prattika li l-foodchains biss iħaddmu persuni fuq bażi part-time, imma dan it-tip ta' xogħol qed isir anke f'ċerti stabbilimenti u saħansitra anke l-lukandi qed iħaddmu l-maġġoranza ta' l- istaff tagħhom fuq bażi ta' kuntratt definit biex hekk kif jiskadi dan il- kuntratt, l-employer jiffranka ħafna obbligi.", "Jien naħseb li quddiem din is-sitwazzjoni, l-awtorita' dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol għandha tagħti prijorita' lil dawn il-postijiet tax-xogħol li qed jisfruttaw id-drittijiet tal-ħaddiema.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar is-subcontracting, għaliex ħafna drabi jiġri li għalkemm kuntrattur partikolari jirbaħ tender, il-ħaddiema tiegħu ma jkunux kapaċi jagħmlu x-xogħol kollu u għalhekk jitqabbad kuntrattur ieħor biex jagħmel parti mix-xogħol hu.", "F'każ bħal dan, min se jkun responsabbli għall-ħaddiema tas-subcontractor?", "Din il-liġi tkopri l-interessi ta' dawn il-ħaddiema?", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk il-pulizija, is-suldati u l-ħaddiema tal- protezzjoni ċivili - għalkemm din il-liġi tirristrinġi d-drittijiet tagħhom - ikunux covered bil-provvedimenti ta' din il-liġi jekk jagħmlu xogħol part- time li ma jkollux x'jaqsam mal-ġeneru tax-xogħol prinċipali tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta hija sempliċi.", "Il-liġi ma tagħmilx distinzjoni bejn impjegat fuq kuntratt indefinit, definit, part-time jew każwali, u għalhekk tapplika taħt iċ-ċirkostanzi kollha.", "L-employers u l- ħaddiema għandhom l-istess responsabbiltajiet, hi x'inhi ċ-ċirkostanza li qed jaħdmu fiha.", "Jekk il-pulizija, is-suldati tal-forzi armati u l-ħaddiema tal- protezzjoni ċivili jkollhom part-time job li jkun ta' l-istess ġeneru xogħol, din il-liġi xorta ma tkunx tapplikha għalihom.", "Min qiegħed f'din il-kategorija ta' xogħol, irrispettivament jekk jaħdimx full-time jew part- time, ma jaqax taħt il-provvedimenti ta' din il-liġi.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jiġifieri l-ħaddiema li jaħdmu f'xi security corp ma' kumpannija privata wkoll m'humiex se jaqgħu taħt il-provvedimenti ta' dan l-Att?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-liġi tgħid ċar u tond li ma tkoprix lill-forzi armati, lill-korp tal-pulizija u lis-servizz tal-protezzjoni ċivili.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jiġifieri din il-liġi mhix tkopri l-ħaddiema fis- servizz pubbliku waqt li qed tkopri lil min jagħmel xogħol simili mal- privat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dawk huma x-xogħlijiet li ssemmi din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Għalkemm nifhem l-argument tal-Viċi Prim Ministru li juża lill-pumpiera bħala eżempju, ma nixtieqx li l-punt tiegħi jiġi minimizzat.", "Qed ngħid dan għaliex ftit xhur ilu għamilt mistoqsija parlamentari u xejn ma kont sodisfatta bir-risposta li ngħatajt.", "Jiena nittama li din l-awtorita' tkun proattiva għaliex ma tantx ħadt l- impressjoni li hawn wisq kuxjenza fuq dawn l-affarijiet.", "Nixtieq li l-punt tiegħi jittieħed in konsiderazzjoni għaliex jien ma tkellimtx fuq persuna waħda jew tnejn imma fuq l-eluf ta' nisa li jaħdmu fil-fabbriki fuq production lines.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, mhux l-ewwel darba li membri tal- forzi armati ntbagħtu fuq xi missjoni barra minn Malta.", "Jiena ċert li kulħadd jaf li reċentement xi suldati ntbagħtu fil-Kosovo u li 'l quddiem se jintbagħtu xi membri tal-forzi armati fl-armata ta' l-Unjoni Ewropea.", "Peress li f'każi bħal dawn il-membri tal-forzi armati m'humiex se jkunu qed jaħdmu f'territorju Malti u jista' jkun li jużaw apparat li ma jkunx ġie pprovdut minn Malta, x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawn il-ħaddiema?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, jekk se nkomplu nfittxu l-irqaqat m'aħna se nispiċċaw qatt.", "Ma' l-eżempju li ta l-Onor.", "Farrugia nista' nsemmi lill-missjunarji li jmorru jaħdmu barra minn Malta f'ambjent ta' periklu għal saħħithom!", "Il-liġi Maltija tapplika għal dak kollu li jaqa' taħt it-territorju Malti fil-parametri stabiliti, jiġifieri jekk avukat imur jaħdem f'pajjiż barrani, ikollu jimxi ma' u jkun protett skond il- liġijiet ta' dak il-pajjiż.", "Il-Parlament Malti m'għandu l-ebda dritt li jgħaddi liġijiet li jaffettwaw il-mod kif jaħdmu pajjiżi oħra.", "Għalhekk irridu nżommu quddiem għajnejna li hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu dwar liġi applikabbli għal dak kollu li jaqa' taħt it-territorju Malti u taħt ġurisdizzjoni Maltija.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk membri tal-forzi armati jintbagħtu mill-gvern fl-armata ta' l-Unjoni Ewropea, kemm jekk b'mod volontarju kif ukoll jekk le, ikunu covered minn din il-liġi anke jekk ma jkunux fit-territorju Malti?", "Jien naħseb li huwa tajjeb li niċċaraw punti bħal dawn li għalkemm għadna m'aħniex qed narawhom fil-prattika, fi ftit żmien ieħor jistgħu jsiru affarijiet ta' kuljum.", "Naħseb li huwa importanti li f'dan l-istadju nagħmlu l-affarijiet ċari biex għada pitgħada nkunu nistgħu nirriferu għal dak li qed jingħad bħalissa f'din il-Kamra.", "Apparti minn hekk, naħseb li dan ikun tajjeb ukoll għal min jagħmel il-ħsieb li volontarjament jingħaqad ma' din l-armata f'xi pajjiż ieħor, biex ikun jaf kemm u safejn hu protett mil-liġi Maltija.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, jekk se noqogħdu nagħmlu l-ipotesi u t-teoriji se nħawdu l-bejgħa kollha.", "Għal dawk il-membri tal-forzi armati li jkunu qed jiġru wara xi kriminali bil-patrol boat u jaqbżu t-three-mile limit, il-liġi tgħid li għal dak li għandu x'jaqsam mal-forzi armati, mal- korpi tal-pulizija u mas-servizz ta' protezzjoni ċivili, l-istess liġi m'hijiex applikabbli.", "Il-liġi tgħid li n-natura tax-xogħol tal-forzi armati, tal-pulizija u tal-protezzjoni ċivili tesponi lill-ħaddiema għal riskji.", "Issa jekk aħna ngħidu li dawn ir-riskji m'għandhomx jeżistu, allura nkunu qed ngħidu li l-forzi armati, il-pulizija u l-protezzjoni ċivili ma jistgħux joperaw.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: F'wieħed mill-eżempji li ta, il-ministru semma' l-oil rigs.", "Safejn naf jien, ir-regolamenti dwar min jaħdem fuq dawn ir- rigs kienu jgħidu li l-ħlasijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu ma' social services għandhom jitħallsu hawn Malta biex meta l-ħaddiem jieqaf mix- xogħol ikun jista' jieħu l-pensjoni.", "Ir-regolamenti kienu jgħidu wkoll li l-ħaddiem għandu jkun insured biex jiġrilu x'jiġrilu, kemm waqt li jkun fuq ir-rig kif ukoll waqt li jkun qed jivvjaġġa minn Malta għar-rig u vice- versa, hu u l-familja tiegħu jkunu protetti.", "Il-liġi kienet tgħid li għalkemm dawn il-ħaddiema Maltin ikunu se jaħdmu ma' kumpannija privata, l- ingaġġ tagħhom irid isir through l-Medserv biex din il-kumpannija jkollha record ta' kollox.", "Illum dan m'għadux isir u kulħadd qed jaħseb għal rasu.", "Kulħadd jaf li llum ir-rigs saru wisq perikolużi, jiġifieri jekk dawn il- ħaddiema m'humiex se jkunu covered, se jispiċċaw ħażin.", "Jien naħseb li għalkemm dawn in-nies se jkunu qed jaħdmu fuq rig barrani, il-gvern għandu jara li dawn ikunu covered mil-liġi Maltija, anke għaliex il-kuntratt tax- xogħol ikun sar proprju hawn Malta.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, dawn l-affarijiet li qed isemmi l- Onor. Debono Grech ma nbidlux.", "Ir-relazzjonijiet u l-kuntratti li jagħmlu dawk li jmorru jaħdmu fuq dawn ir-rigs għadhom l-istess u din il-liġi m'affettwat xejn minn dan.", "Il-punt li qam kien jekk il-liġi Maltija tistax tapplika għal oil rig reġistrat taħt bandiera barranija, u r-risposta hija le, għal vapur b'bandiera barranija japplikaw il-liġijiet tal-pajjiż li tiegħu jġorr il- bandiera.", "Pero' l-baħrin Maltin li jmorru jaħdmu fuq dawn l-oil rigs jew vapuri barranin, bl-ebda mod ma jkunu eżentati mill-obbligi tal-kuntratt li jkunu ffirmaw hawn Malta, jiġifieri mill-obbligi ta' insurance cover, safety of life at sea, u obbligi oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Debono Grech", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Safejn naf jien, jekk bniedem kien imur jaħdem il-Libja jew is-Saudi Arabia, ir-responsabbilta' kienet taqa' fuq l-aġent li jkun għamillu l-kuntratt biex imur jaħdem fuq ir-rig.", "Il-bandiera ma kellha x'taqsam xejn.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-kuntratti ma nbidlux, il- Gvern Malti huwa responsabbli għal dak il-ħaddiem u huwa l-Gvern Malti li għandu jfittex lill-aġent għad-danni.", "Il-bandiera li taħtha jkun reġistrat ir-rig m'għandhiex x'taqsam, għax fuq ir-rig ikun hemm ħaddiema ta' kull nazzjonalita'.", "Il-Partit Laburista kien għamel safeguard biex jiġri x'jiġri lill-ħaddiem, ir-responsabbilta' taqa' fuq l-aġent li jkun bagħtu jaħdem fuq ir-rig.", "Dan għamilnih għaliex kien qed jiġri li wara li l-aġent jibgħat lill-ħaddiema fuq ir-rig, ma kienx ikollu x'jaqsam iktar magħhom u jekk dawk kienu jweġġgħu jew jintilfu, ir-responsabbilta' ma kienet taqa' fuq ħadd.", "Aħna żammejna lill-aġent responsabbli għal dak kollu li jista' jiġri lill-ħaddiema għaliex fuq kollox l-aġent kien jitħallas talli jibgħat lin-nies jaħdmu fuq ir-rig.", "Qed ngħid dan mhux biex ningħata risposta issa imma biex ma jkunx hawn it- trouble li kien ikollna aħna mal-Libja, li ma kenitx tidħol responsabbli għall-ħaddiema Maltin li kienu jweġġgħu fuq ir-rigs, bil-konsegwenza li d- danni kien ibatihom il-Gvern Malti.", "Huwa veru li peress li dawk il- ħaddiema ma kenux iħallsu l-bolla ma kienu jkunu ntitolati għal xejn, pero' l-gvern xorta kien ikollu jagħtihom ir-relief.", "Għalhekk aħna ġegħelna lill-ħaddiema Maltin iħallsu l-bolla regolarment.", "Issa jekk dan m'huwiex qed isir, se jkun hawn il-problemi.", "Huwa ħażin jekk dawn l-affarijiet inbidlu u l-aġent m'għadux responsabbli għall-ħaddiema.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Chairman, xtaqt nitkellem ftit dwar il-fatt li minħabba raġunijiet ovvji, il-forzi armati, is-servizz tal-protezzjoni ċivili u l-korp tal-pulizija ma jidħlux f'din il-liġi.", "Naħseb li l- opinjoni tiegħi hija kemmxejn differenti minn dik tal-ministru għaliex jien tal-fehma li l-membri tal-forzi armati, il-pulizija u l-ħaddiema tal- protezzjoni ċivili, kemm jekk ikunu qed jaħdmu fuq l-art kif ukoll fuq il- baħar, għandhom jilbsu l-ilbies protettiv biex jipproteġu rwieħhom minn kull periklu.", "Kulħadd jaf kemm setgħu ġew evitati inċidenti kieku l- ħaddiema nvoluti kienu lebsin s-safety equipment.", "Għalhekk jien naħseb li għandu jkun assigurat li waqt ħidma perikoluża, il-pulizija, is-suldati u l- ħaddiema tal-protezzjoni ċivili għandhom jużaw l-ilbies protettiv.", "Aħna ma nistgħux nibagħtu lil dawn in-nies f'nofs il-periklu mingħajr ma nipprovdulhom l-ilbies protettiv.", "Nafu kemm ġraw konfronti bejn suldati Maltin u sajjieda Sqallin, fejn ġieli anke nfetaħ in-nar.", "Allura f'ċirkostanzi bħal dawn, is-suldati Maltin m'għandux ikollhom safety equipment bħal helmet u bullet-proof vest biex jipproteġu lilhom infushom?", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar il-protezzjoni li l-gvern jagħti lis-suldati u lill-pulizija Maltin li jmorru jagħtu servizz barra minn Malta.", "Il-Viċi Prim Ministru ssuġġerixxa biex ma nitkellmux fuq affarijiet li sa issa għadhom biss ipotesi, avolja kulħadd jaf li l-gvern Nazzjonalista miexi fid-direzzjoni ta' sħubija fil-partnership for peace u fl-organizzazzjoni militari li trid twaqqaf l-Unjoni Ewropea.", "Jekk aħna se nibagħtu lil dawn il-ħaddiema biex jagħtu servizz barra minn Malta, għandna nassiguraw li dawn ikunu covered min-naħa tal-gvern u li jkun protetti minn kull lat.", "La dan il-gvern miexi f'din id-direzzjoni, dawn l-affarijiet ma nistgħux insejħulhom ipotesi u għalhekk għandna naraw li l-ħaddiema Maltin li se jintbagħtu fuq din il-ħidma jkunu protetti kemm jista' jkun.", "Per eżempju, l-insurance tkopri lil ħaddiema bħal dawn?", "X'jiġri mill-familji ta' dawn il-ħaddiema jekk jitilfu ħajjithom f'pajjiż barrani minkejja li jkunu fuq missjoni ta' żamma tal-paċi?", "Jien naħseb li għandna nidħlu fid- dettal f'dawn l-affarijiet għaliex hawnhekk qed nitkellmu dwar persuni umani li huma ħaddiema daqs kull ħaddiem ieħor.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, jien nixtieq nibqa' nagħmel ħilti biex nagħmlu biċċa xogħol tajba, pero' ma jistax ikun li waqt id- diskussjoni nsemmu affarijiet li m'għandniex għalfejn insemmuhom.", "M'għandniex għalfejn insemmu l-partnership for peace u s-suldati li se jintbagħtu jiġġieldu barra minn Malta meta dawn huma kollha dikjarazzjonijiet kompletament żbaljati.", "S'issa l-ispirtu ta' dan il-gvern dejjem kien li juri solidarjeta' ma' pajjiżi barranin.", "Hija karatteristika Maltija li aħna ngħinu kemm lill-Maltin stess kif ukoll lill-barranin u għalhekk aħna jidhrilna li bħala pajjiż għandna nkunu lesti li ngħinu f'dak li jkun hemm bżonn għall-ġid ta' popli oħra.", "Meta l-Onor.", "Cuschieri ma kienx preżenti f'din il-Kamra ddiskutejna l- punt li għadu kif semma' hu u jien għedt li dan l-Att bilfors ikollu jaqta' barra mill-effett ta' din il-liġi lil dawk li xogħolhom hu li jiffaċċjaw il-periklu.", "Dan il-parlament ma jistax jgħaddi liġi biex jgħid lill- pumpiera biex ma jitfux in-nirien għax ikunu qed jipperikolaw ħajjithom.", "Jiena spjegajt ukoll li għalkemm din il-liġi ma tkoprix lil dawn il- ħaddiema, fiha proviso li jgħid li għalkemm din il-liġi tiddikjara li l- forzi armati, il-korp tal-pulizija u l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili ma jaqgħux taħt il-provvedimenti ta' din il-liġi, is-saħħa u s-sigurta' tagħhom xorta għandha tiġi żgurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies ta' l-iskop ġenerali ta' dawk is-servizzi.", "Dan kollu jien għedtu siegħa ilu, jiġifieri aħna ilna siegħa niddiskutu klawsola li wara kollox m'għandhiex tkun dibattibbli.", "Għalhekk jien nappella biex nimxu 'l quddiem għaliex din il-liġi tinħtieġ li tgħaddi malajr kemm jista' jkun.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, jekk ikun hemm min irid jagħti l-kontribut tiegħu f'dawn l-armati barranin b'mod volontarju, ikun protett mill-Gvern Malti?", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiena ma nafx x'qed jiġri pero' minn dak li għadu kif qal l-Onor.", "Gonzi, donnu li l-gvern biddel il-ħsieb dwar il- partnership for peace u dwar l-għaqda militari Ewropea.", "Apparti dan, il- punt ewlieni tiegħi hu jekk il-gvern huwiex se jidħol responsabbli, anke permezz ta' din il-liġi, għal dawk is-suldati li jintbagħtu jaħdmu barra minn Malta, irrispettivament jekk ikunux se jagħmlu xogħol umanitarju jew militari.", "THE CHAIRMAN: Dan l-argument diġa' ġie dibattitut u dwaru kien hemm risposta eżawjrita.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Chairman ippermettili ftit għaliex dan huwa l- punt li l-aktar li qed jippreokkupa lill-oppożizzjoni, jiġifieri jekk dawk il-ħaddiema li se jintbagħtu fuq xogħol barra minn Malta humiex se jkunu protetti mill-gvern.", "Huwa importanti li jkollna risposta ċara fuq dan għaliex wara kollox hawnhekk qed nitkellmu fuq persuni umani.", "Xi protezzjoni se jkollhom dawn il-ħaddiema, anke forsi permezz ta' xi insurance cover min-naħa tal-gvern?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, se nerġa' nispjega għall-aħħar darba li din il-liġi ma tittrattax is-sigurta' soċjali, l-insurance, il- kondizzjonijiet tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali.", "Għal dawn l- affarijiet għandna liġijiet oħra.", "Din il-liġi titkellem dwar is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Diġa' tkellimna dwar id-definizzjoni ta' \"post tax-xogħol\" u dwar id-definizzjoni ta' \"ħaddiem\", u issa qegħdin fil- klawsola 3 li tgħid li din il-liġi tapplika għall-postijiet tax-xogħol kollha privati u pubbliċi, minbarra l-korp tal-pulizija, il-forzi armati u s-servizz ta' protezzjoni ċivili.", "Naħseb li dan huwa ċar daqs il-kristall u jekk xi ħadd qed jaħseb li dan m'huwiex aċċettabbli, finalment dejjem nistgħu nieħdu vot.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Rigward il-frażi \"raġonevolment possibbli fil-qies ta' l-iskop ġenerali\", nixtieq nikkonferma li din tfisser li l- awtorita' fis-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol se tagħmel regolamenti, fejn ikun raġonevolment possibbli, biex tkopri lil dan il- grupp ta' ħaddiema, għax sakemm din il-frażi tfisser hekk, aħna nifhmu li f'ċerti ċirkostanzi l-ħaddiem ma jistax ma jagħmilx xogħlu biex jevita l- periklu.", "Pero' għalkemm dawn il-ħaddiema jkunu jafu għal xiex deħlin, xorta għandna nagħmlu minn kollox biex nimminimizzawlhom il-perikli.", "Peress li dawn il-ħaddiema m'humiex koperti la mis-Social Security Act u lanqas minn liġijiet oħra, l-awtorita' se taħdem biex tfassal regolamenti għas-saħħa u s-sigurta' tal-forzi armati, tal-pulizija u tal-ħaddiema tal- protezzjoni ċivili?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li dawn il-ħaddiema jħallsu l-bolla, id- drittijiet taħt il-liġi tas-sigurta' soċjali japplikaw għal dawn il- ħaddiema daqs kemm japplikaw għal ħaddiema oħra.", "(Interruzzjonijiet) Ir- risposta hija li din il-ħaġa ma vvintajnihiex aħna minn żniedna imma din hija s-sitwazzjoni ta' pajjiżi oħra li minnha aħna qed nitgħallmu.", "Iktar kmieni spjegajt li waħda mill-funzjonijiet ta' l-awtorita' - u li se tiġi diskussa madwar xahar ieħor - hija li tfassal regolamenti f'forma ta' kodiċi ta' prattika għal setturi differenti li jidhrilha hi skond iċ- ċirkostanzi.", "Jekk m'iniex sejjer żball, f'dawn l-oqsma diġa' jeżistu kodiċi ta' prattika.", "Per eżemju, ftit ilu kont mistieden għall- inawgurazzjoni ta' skola ta' taħriġ għall-pumpiera u kont sorpriż bir- regolamenti strettissimi li għandhom.", "Tant hu hekk li jekk xi pumpier jikser xi regola jiġi ddixxiplinat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Dikjarazzjoni ta' prinċipji.", "Clause 4 - Declaration of principles.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wasalna issa għal Taqsima II, li tittratta l- prinċipji u d-dmirijiet ġenerali ta' din il-liġi.", "Klawsola 4 tagħmel dikjarazzjoni tal-prinċipji ġenerali li l-liġi tikkonsidra bħala importanti.", "F'ċertu sens din il-klawsola qed tiddikjara l-mission statement ta' l-awtorita'.", "Għal din il-klawsola għandi din l-emenda:", "\"C\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 4, il-kliem \"u jiġi salvagwardat\" għandhom jitħassru.", "\"C\" In subclause (2) of clause 4, the words \"and safeguarded\" shall be deleted.", "Irrid ngħid li kemm din il-klawsola kif ukoll klawsoli 5, 6 u 7 jkopru d- dikjarazzjonijiet ta' prinċipji u d-dmirijiet ġenerali.", "Din il-klawsola qed tistabilixxi l-prinċipju li l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il- post tax-xogħol għandha titqies bħala materja ta' interess pubbliku.", "Subklawsola (2) imbagħad tgħid li l-awtorita' li qed tiġi stabilita' permezz ta' din il-liġi għandha tkun hi l-entita' responsabbli mill-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal-ħaddiema kollha fuq il-postijiet kollha tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, xtaqt li kieku dawn il- prinċipji ġenerali kienu ftit iktar wesgħin, għaliex per eżempju jien naħseb li wieħed mill-prinċipji ġenerali ta' din il-liġi għandu jkun l- aġġornament kontinwu ta' dan il-qasam li qiegħed jiżviluppa kontiwament.", "Iktar minn hekk, naħseb li mal-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal- ħaddiema għandu jiżdied il-ġid intellettwali.", "Jien naħseb li apparti milli ġġib 'il quddiem il-ġid tal-ħaddiema, l-awtorita' għandha tagħmel monitoring ukoll.", "Għalhekk naħseb li l-frażi \"u jiġi salvagwardat\" m'għandhiex titneħħa għaliex b'dik il-frażi jien qed nifhem proprju li l- awtorita' għandha tagħmel monitoring tal-ħarsien tar-regolamenti dwar is- saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema f'kull post tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nieqfu hawn għax sar il-ħin.", "F'nofsinhar id-diskussjoni fuq Klawsola 4 u Emenda \"C\" kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Ġimgħa, 20 ta' Ottubru 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, illum il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nużahom biex l-ewwelnett insellem lil sħabi l-ħaddiema membri tal-GWU li flimkien mal-mexxejja tagħhom iddeċidew li jagħmlu protesta qawwija biex juru l-għadab tagħhom għas-sitwazzjoni li pajjiżna jinsab fiha.", "Minn hawnhekk nixtieq insellmilhom u nuri wkoll id- dispjaċir tiegħi li ma kontx attwalment magħhom tul l-attivita` kollha, imma naturalment id-doveri parlamentari ġegħluni nkun hawnhekk ukoll.", "Din it-turija min-naħa tal-ħaddiema u l-familji Maltin u Għawdxin kienet importanti ħafna għaliex sfortunatament l-esponenti tal-gvern kontinwament jagħtuna stampa ta' qagħda li assoutament m'hijiex tinħass fil-pajjiż.", "Għandna tan-naħa l-oħra jitkellmu miċ-ċifri ta' l-istatistika, li tiġi interpretata kif donnha togħġob lill-esponenti tal-gvern, imma fil-verita` meta inti tmur fit-toroq ta' Malta u Għawdex u titkellem man-nies issib li s-sitwazzjoni hija kompletament bil-maqlub.", "Il-gvern jgħid kemm sejrin tajjeb, kemm irranka l-kummerċ, kemm l-ekonomija m'għadhiex staġnata u kemm qed jirnexxielna negħlbu d-djun u meta titkellem ma' mara tad-dar li għadha qed trabbi l-ewwel ħaġa li tgħidlek hija li tixtieq issib xi sagħtejn xogħol x'imkien għax il-paga tar-raġel lanqas biss isserviha għall- bżonnijiet ta' kuljum.", "Titkellem ma' pensjonanti jgħidulek li fejn qabel bil-pensjoni kienu jlaħħqu ma' kollox u saħansitra wħud minnhom kienu jgħinu lill-familji tat-tfal tagħhom illum spiċċaw huma jiddependu fuq it- tfal tagħhom għax lanqas għall-bżonnijiet mhu qed isservihom il-pensjoni.", "Titkellem ma' ħaddiema oħra jgħidulek li ma jifilħux jaħdmu iktar imma bilfors ikollhom għal job infittxu ieħor biex jipprovaw jkabbru d-dħul tal- familji tagħhom biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ħajja.", "Titkellem ma' min għandu ħanut tal-merċa jgħidlek li l-bejgħ tiegħu naqas b'mod drastiku.", "Titkellem ma' tal-ħaxix jgħidlek li hu bilfors ikollu jarma ġimgħa sħiħa biex forsi jbiegħ il-biegħa kollha.", "Titkellem ma' tal-laħam jgħidlek li l- bejgħ tiegħu naqas ukoll.", "Mr Speaker, issa jiena m'iniex insemmi xi wieħed li għandu ħanut tal-linef li għandu dritt ukoll li jaqla' x'jiekol, imma qed insemmi ħwienet li jbiegħu l-bżonnijiet ta' kuljum, għax kulħadd irid jixtri l-affarijiet ta' l-ikel għax dawn ma tistax tgħaddi mingħajrhom għax tiekol trid.", "Titkellem ma' ġenituri li għandhom tfal imorru fl-iskejjel ta' l-istat jgħidulek li ma jistgħux ilaħħqu ma' l-ispejjeż għax issa qed jitolbuhom biex iħallsu l-kotba u daqqa ġejjin għal ħaġa u daqqa ġejjin għal oħra u l-ispejjeż dejjem telgħin.", "Titkellem mal-pensjonanti u ma' l- anzjani jgħidulek li issa mhux biss qed isibu problemi meta jmorru l-isptar biex iġibu l-mediċini li għandhom bżonn b'xejn, għax id-dħul tagħhom huwa limitat, imma biex jagħmlu appuntament għal test mediku serju.", "Per eżempju, naf b'każ fejn kien hemm minn għamel test mediku serju f'Lulju u l- appuntament għar-riżultat għamluhulu għal Ottubru.", "Sal-bieraħ stess għamilt mistoqsija parlamentari biex nara x'inhu jiġri f'dawn ir-rigward.", "X'qed ikollhom jagħmlu dawn in-nies biex jinqdew mingħajr dan id-dewmien kollu?", "Min jista' jħallas qed ikollu bilfors idur għas-servizzi privati.", "Imma hemm min ma jistax għax jekk ma jkollokx il-but imfawwar bil-liri ma tkunx f'qagħda li tista' tħabbat il-bibien tal-kliniċi u l-isptarijiet privati.", "Jien naf b'nies li saħansitra ddejnu biex jikkuraw ruħhom għaliex ma setgħux jinqdew b'mod kif suppost u xieraq mill-isptarijiet tal-gvern.", "Mr Speaker, allura nħoss li kien verament f'waqtu li l-GWU ħadet l- inizjattiva biex illum daħlu l-membri ta' l-union mal-familji tagħhom u wrew lill-gvern li dak li qiegħed jgħid u jikkwota miċ-ċifri statistiċi biex juri li l-affarijiet sejrin tajjeb m'hux minnu.", "Il-poplu qed iħoss differenti u hija irresponsabbilta` kbira min-naħa tal-gvern Nazzjonalista li mhux qed jagħti widen ta' dak li verament il-poplu Malti u Għawdxi qiegħed iħoss.", "Naturalment il-poplu Malti u Għawdxi qed jippretendi li l- gvern għandu jġorr ir-responsabbilta` hu ta' l-iżball li għamel meta ddeċieda li juża l-politika, kif għadu għaddej biha sal-lum, tal-ħela u t- tberbiq li faqqret il-kaxxa ta' Malta u mhux qed ikompli jgħabbi lill- ħaddiema u lill-familji Maltin u Għawdxin bil-piż ta' taxxi ġodda.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt mal-ewwel nidħol fuq is-suġġett dwar każ li ġara fil-Mosta fil-konfront ta' sieħbi t-Tabib Pawlu Chetcuti Caruana.", "Dr. Chetcuti Caruana huwa tabib prattikanti u minħabba x-xogħol tiegħu jrid ovvjament juża l-karozza biex imur fil-klinika u jagħmel il- home visits tiegħu.", "Ta' min jgħid li snin ilu l-kummissarju tal-pulizija tah il-permess - qiegħed espost mal-windscreen tal-vettura tiegħu - li jista' jipparkja l-karozza waqt li hu jkun qed jagħmel xogħlu.", "Nonostante dan kollu l-gwardjani lokali tal-kunsill tal-Mosta tawh ticket fuq parking.", "It-Tabib Chetcuti Caruana kkontesta din iċ-ċitazzjoni quddiem it- tribunal u minbarra li sabuh ħati li pparkja l-vettura fejn mhux suppost weħħluh Lm20 oħra bħala danni ta' disprezz talli pprotesta u issa għandu multa ta' Lm30.", "Dan hu l-aġir tal-gvern Nazzjonalista.", "Jien hawnhekk għandi kopja tas-sentenza tat-tribunal lokali tal-Mosta datata 18 ta' Ottubru, 2000.", "Ovvjament Dr. Chetcuti Caruana se jappella mis-sentenza.", "Mr Speaker, ix-xogħol tal-gwardjani lokali mhuwiex dak li jġibu numru ta' kontravvenzjonijiet biex naraw kemm għamilna ċitazzjonijiet.", "Il-ħsieb wara l-ħolqien tal-gwardjani lokali kien biex jgħinu ħalli nżommu l-ordni pubbliku b'ċerta serjeta'.", "It-Tabib Chetcuti Caruana lanqas jista' jipparkja l-karozza tiegħu fi Triq il-Kostituzzjoni fejn għandu r-residenza u l-klinika għax meta l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet il-permessi ta' Casa Arkati lanqas biss għamlu underground parking u allura l-parking available jieħdu kull min jersaq lejn Casa Arkati.", "Barra minn hekk, il- bankina li hemm quddiem ir-residenza tiegħu hija l-unika bankina li ma dejqux.", "Kieku dejquha, bħalma dejqu oħrajn, kien jinħoloq parking space fejn dan it-tabib ikun jista' jipparkja.", "Dan għaliex?", "Għax Dr. Chetcuti Caruana huwa Laburist!", "Jiena deherli li dan il-każ għandi nqajmu hawn għax jien nara li saret diskriminazzjoni fil-konfront tiegħu u nitlob li l-każ jiġi nvestigat.", "Mr Speaker, min huwa responsabbli għall-gwardjani lokali jrid jibgħat il- messaġġ li għallinqas il-gwardjan ikun jaf jaqra.", "Jekk kemm-il darba hemm vettura b'tabella doctor on call u oħra bl-avviż tal-kummissarju tal- pulizija li jista' jieqaf u jagħmel ix-xogħol tiegħu bħala tabib, dan għandu jitħalla jagħmlu mingħajr xkiel u mhux ikun kostrett li jipparkja l- karozza tiegħu ħafna 'l bogħod minn fejn kien jipparkjaha għax normalment tabib ikun qed iġorr pakketti tal-mediċina u injections li tista' issirilhom il-ħsara.", "Dan irid ikun viċin tal-post u nappella lill- awtoritajiet biex jieħdu azzjoni kemm jista' jkun malajr biex dawn l- affarijiet ma jirripetux ruħhom.", "Fuq il-każ tiegħu ovvjament għandu r- rimedju ta' l-appell, imma dik hija xi ħaġa li tiġi ttrattata fil-qorti.", "Mr Speaker, diġa' ilu iktar minn xahar li ppreżentajt petizzjoni dwar il- bżonnijiet ta' servizzi bażiċi fi Triq il-Ħtajriet.", "Ir-residenti ta' din it- triq ilhom jgħixu hemm is-snin.", "Dawn ħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għas-servizzi tad-drenaġġ u servizzi oħra għadhom s'issa mingħajr is- servizz tad-drenaġġ u qed jużaw fossa.", "Agħar minn hekk, to add insult to injury, l-istess awtoritajiet issa qed jipprovaw iġibu lil dawk in-nies li qed jużaw din il-fossa taħt il-liġi tas-sanita'.", "Imma dan x'ġenn hu!", "Jekk kemm-il darba dawn ix-xogħlijiet għandhom isiru, x'qed nistennew!", "Per eżempju, hemm toroq in-naħa ta' fejn noqgħod jien, bi djar li ilhom lesti s- snin u b'oħrajn li lesta l-istess gvern u dalwaqt jiġu abitati min-nies li xtrawhom, li jinsabu fi stat diżastruż.", "Il-kappella li jużaw ir-residenti li qiegħda fuq in-naħa ta' Ta' Mlit għadha bi triq quddiemha li wieħed bil- kemm jista' jgħaddi minnha.", "L-uniku xogħol li kien sar kien fi żmienna - hawn sieħbi l-Onor.", "Charles Buhagiar, dak iż-żmien kien hu l-ministru responsabbli u jista' jikkonferma dan - għax konna għamilna ftit żrar biex wieħed ikun jista' jidħol għal din il-kappella.", "Issa għaddew sentejn u kollox għadu wieqaf.", "Mr Speaker, l-istess ħaġa nista' ngħid għall-housing estate tal-Mosta.", "Kemm ilu hemm dan il-kunsill Nazzjonalista ġol-Mosta wieħed jista' jmur jara f'liema stat jinsab dan il-housing estate.", "Dan l-aħħar, flimkien ma' Dr. Alfred Sant u xi oħrajn, konna qegħdin induru f'dan il-housing estate u stajna naraw it-telqa kbira li teżisti hemmhekk.", "Wieħed jista' jara il- ħmieġ u l-iżdingar kbir li hemm, b'ġebel t'appoġġi tal-flats se jaqa' b'periklu għar-residenti u lanqas biss hemm diċenza li wieħed jgħid se jieħu inizjattiva.", "Din hija s-sitwazzjoni tal-lokal u jidhirli li issa jrid isir xi ħaġa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dalgħodu l-GWU organizzat b'suċċess protesta sabiex turi l-qagħda kritika li jinsab fiha l-poplu tal-gżejjer tagħna.", "M'hemmx dubju li l-poplu qed iwieġeb għall-protesti li qiegħda tagħmel il-GWU u dan jikkonferma wkoll dak li kemm-il darba ntqal minn Tony Zarb, segretarju ġenerali ta' l-istess union, li dan għadu biss il- bidu għall-protesti oħra jekk il-gvern jibqa' jwebbes rasu.", "Dawn huma żmenijiet fejn l-attitudni tal-gvern qed iġġib piż kbir fuq is-soċjeta' u b'dawn il-protesti l-poplu qed juri li bħalissa għaddej minn sitwazzjoni kerha li mhux lesti li joqgħod għaliha.", "Dan il-gvern mhux talli mhux qed iwettaq dak li wiegħed fil-manifest elettorali tiegħu, talli kawża tal- politika li miexi biha - din kellha tkun politika ta' kuxjenza soċjali - il- poplu Malti u Għawdxi bħalissa qed jesperjenza l-agħar żmenijiet li qatt għadda minnhom.", "Ta' min wieħed ifakkar ukoll li l-ministru tal-finanzi, l-Onor.", "John Dalli, kien qal li bil-bidla fis-sistema tat-tassazzjoni, jiġifieri hekk kif mis-CET nerġgħu mmorru għall-VAT, kienu se jorħsu 'l fuq minn 40,000 prodott.", "Mhux talli dawn il-prodotti ma roħsux talli komplew jogħlew u barra minnhekk tnaqqru wkoll ħafna mill-benefiċċji li l-poplu kien intitolat għalihom.", "M'hemmx dubju dawn huma affarijiet li jolqtu l-iktar lil dawk bi dħul baxx u lil dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali.", "Ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-ħaddiem qed imur id-dar b'inqas flus fil-but għax bil-miżuri li ħa l-gvern qed jaqbad inqas paga u mbagħad qed naraw li ħafna mis-servizzi essenzjali fosthom dak tas-saħħa qed ikomplu jitnaqqru.", "Mr Speaker, illum il-ħaddiema, immexxija b'dixxiplina mill-GWU, iddikjaraw b'mod ċar li ma jistgħux ikomplu jgħixu f'sitwazzjoni bħal din u l-gvern irid jara x'se jagħmel biex il-poplu ma jibqax għaddej mit-tbatija li għaddej minnha bħalissa.", "Mr Speaker, iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat, il-lokal li ġej minnu jiena, qiegħed jinżamm miftuħ fil-ħinijiet meta l-ħaddiema jkunu fuq il-post tax- xogħol u meta t-tfal jkunu fl-iskejjel, imbagħad meta l-ħaddiema jirritornaw mix-xogħol u t-tfal jiġu lura mill-iskejjel dan iċ-ċentru tas- saħħa jsibuh magħluq għax qed jinżamm magħluq għal aktar minn 15-il siegħa kuljum.", "Minkejja li l-gvern dejjem jipprova jaħbi dawn l-affarijiet u jgħid li l-oppożizzjoni u l-GWU qegħdin jesaġeraw, bil-protesta ta' dalgħodu l- poplu Malti u Għawdxi wera lill-gvern li dawn huma affarijiet li qed iweġġgħuh.", "Meta gvern jieħu miżuri bħal dawn, la jkun qed juri kuxjenza soċjali u wisq anqas rispett lejn il-familji bi dħul baxx u li l-iktar li jkollhom bżonn ta' dan is-servizz.", "Dan it-tnaqqir fis-servizzi essenzjali se jkomplu jġib rabja u għadab għall-politika li dan il-gvern miexi biha.", "Mr Speaker, minkejja li qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien qal li se jmexxi lil pajjiżna aħjar u minkejja li qalu li ċ-ċittadini se jkollhom is-serħan il-moħħ hekk kif jitilgħu lura fil-gvern, jiena nista' nikkonferma għan-nom tar-residenti tad-distrett kollu li minnu jiena ġejt elett li llum dawn m'għandhomx dak is-servizz tas-saħħa tant tajjeb li kien jagħtihom gvern Laburista ftit tax-xhur ilu, u dan meta l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien jgħajjar lill-gvern Laburista li l-gvern tagħna kien bla kuxjenza soċjali.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex nitkellem dwar inizjattivi li proprju bdew illum u li huma kkordinati mill-Malta/Thuringen rural youth association biex ikun imħares il-wirt rurali.", "Din l-għaqda bejn żgħażagħ Maltin u Ġermaniżi għandha l-iskop li tieħu inizjattivi maħsuba biex f'pajjiżna jkun imħares il-wirt rurali u biex ikun hawn diskussjoni dejjem ħajja dwar dawk il-bidliet sostenibbli kemm fil-kampanja kif ukoll fl-inħawi rurali ta' pajjiżna biex b'hekk ikun iktar magħruf aħjar l-importanza ta' dan il- kunċett.", "Fil-fatt illum waslu Malta 30 student minn Thuringen li kollha jinsabu jagħmlu l-istudji tagħhom fuq l-iżvilupp ambjentali, rurali u agrikolu.", "Naturalment dawn se jkollhom ġimgħa mpenjata ħafna għax filwaqt li jkunu f'pajjiżna biex iżuru l-gżejjer tagħna u jiltaqgħu man-nies tal- kampanja u jieħdu l-esperjenza minn dak li jingħad kemm mill-gvern kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli fl-inħawi rurali ta' pajjiżna, se jkunu qegħdin ukoll iwettqu xi xogħlijiet oħra li jkunu kordinati ma' żgħażagħ Maltin.", "Jiena minn hawn nifraħ lil dawn żgħażagħ li b'mod konsistenti, minn sena għall-oħra, jorganizzaw programmi biex iġeddu din ir-rabta importanti bejn żgħażagħ Ġermaniżi u żgħażagħ Maltin.", "L-għan ta' dawn il-programmi huwa li jaġġornaw liċ-ċittadini f'pajjiżna dwar il-bidliet li jridu jsiru biex nassiguraw li jkollna kampanja mħarsa u żvilupp rurali li tabilħaqq jindirizza l-bżonnijiet kemm tal-poplu kif ukoll ta' dawk l-għaqdiet li jħarsu l-ambjent rurali.", "Mr Speaker, ninota li l-programm tax-xogħol li għandhom jinkludi kompetizzjoni ta' l-iscarecrow.", "Din il-kompetizzjoni li hija attivita' ta' divertiment u fl-istess ħin ta' tradizzjoni se ssir nhar is-Sibt ġewwa l- Baħrija.", "Kif kulħadd jaf l-iskop ta' l-iscarecrow huwa li jżomm l-għasafar milli jagħmlu ħsara fuq l-uċuħ tar-raba', pero' qiegħed hemm ukoll biex ifakkar li m'għandux jintuża bexx jew jintużaw sustanzi oħra artifiċjali.", "F'din l-attivita' tradizzjonali flimkien ma' dawn iż-żgħażagħ Ġermaniżi se jingħaqdu wkoll il-girl guides ta' Ħad-Dingli u tar-Rabat u anke l-iscout group tal-Mellieħa.", "Hemm ukoll numru ta' attivitajiet oħra fejn se jiġi mnaddaf dak li aħna nafuh bħala labatija tad-dejr fir-Rabat.", "Dan huwa wirt rurali li sfortunatament ma tantx jingħata importanza mill-awtoritajiet u ma tantx jinżamm f'kondizzjoni li t-turisti li tinteressahom l-istorja ta' pajjiżna jkunu jistgħu jżuruh u jsibuh f'ambjent nadif.", "Jidhirli li se jkunu mpenjati wkoll f'numru ta' inizjattivi ta' tħawwil ta' siġar, fosthom fejn il-ġnien tal-girna fil-Mellieħa.", "Dan apparti numru ta' diskussjonijiet u laqgħat li se jkollhom ma' nies li jgħixu fil- kampanja dwar prodotti tipiċi tradizzjonali li mdorrijin jipproduċu dawn in- nies.", "Peress li ftit li xejn isiru inizjattivi mill-ministeru ta' l- agrikoltura għal dawn l-għanijiet, tajjeb li napprezzaw dawn l-inizjattivi li qed jieħdu dawn iż-żgħażagħ Maltin u Ġermaniżi għaliex qisu li aħna naħsbu biss fil-familji li jgħixu fil-kampanja meta tkun xi ġurnata sabiħa u mmorru fil-kampanja biex nitpaxxew bis-sbuħija li joffri l-ambjent rurali f'pajjiżna.", "Ladarba qed nitkellem dwar dan is-suġġett irrid nifraħ ukoll lil min ħa l- inizjattiva li għall-ewwel darba jiġi organizzat l-festival tal-ġbir taż- żebbuġ li sar fil-Wardija.", "Dawn huma affarijiet importanti li jiġu organizzati, speċjalment min-nies li jgħixu fil-kampanja, għax m'hemmx dubju li dawn l-attivitajiet mhux biss ikomplu jsaħħu l-patrimonju Malti imma jkomplu jinħolqu iktar ideat konkreti għax f'pajjiżna hemm bżonn li ninvestu iktar biex il-kalendarju agri turistiku jkompli jkollu l-ispazju tiegħu fis-soċjeta'.", "Il-festival tal-ġbir taż-żebbuġ mhux biss ferraħ lill-komunita' tal-Wardija imma wkoll ta iktar support lill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar biex fil-ġejjieni jkompli jorganizza attivitajiet simili ma' bdiewa u ma' familji li jgħixu fil-kampanja.", "Dawn huma attivitajiet li jistgħu jiġu kkordinati wkoll mal-bqija tal-kunsilli lokali l-oħra, jiġifieri mal-kunsilli lokali tal-Mellieħa, ta' l-Imġarr, tar-Rabat u ta' Ħad-Dingli, għax dawn huma ta' benefiċċju kemm għall-istess kunsilli, kemm għan-nies li jgħixu fil-kampanja u kemm għat-turisti li meta jżuru pajjiżna jistennew li jkollhom l-opportunita' li jaraw dawn it- tip ta' festi hekk karatteristiċi u tradizjonali.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq billi nifraħ lill-management tar-restaurant magħruf bħala ''Il-Barri'' li jinsab fl-Imġarr għall-inizjattiva u xogħol li wettaq sabiex ix-shelter ta' żmien il-gwerra li hemm fl-Imġarr ġie rriabilitat bil-għan li jkompli jwassal messaġġ ċar lill-gvern kemm huwa importanti li l-wirt rurali f'pajjiżna ma jkomplix jiġi traskurat.", "Mr Speaker, jiena llejla semmejt dawn l-inizjattivi li qed jittieħdu min- nies li għandhom għal qalbhom il-wirt rurali ta' pajjiżna biex nuri lil dan il-parlament li għalkemm attivitajiet bħal dawn, li jsaħħu l-kunċett ta' l-agri turiżmu, ma tantx jingħataw jingħataw importanza u ma tantx jingħataw support xorta waħda għad hawn attivita' ħajja għaddejja biex pajjiżna verament iwettaq dawn il-bidliet meħtieġa biex ikomplu jikkaratterizzaw iktar dan il-kunċett li jrendi mhux biss għall-bdiewa u għan-nies tal-kampanja imma wkoll għall-ġid komuni tal-poplu tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla l-Ġimgħa 20 ta' Ottubru 2000, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mil-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "20027.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu fl-emerġenza ta' l- Isptar San Luqa matul din is-sena?", "Kemm minnhom kienu tfal u anzjani?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' persuni li ddaħħlu fl-emerġenza ta' l- Isptar San Luqa matul din is-sena xahar b'xahar huma:", "| Jannar | 8529 | | Frar | 8379 | |Marzu | 9289 | |April | 8797 | |Mejju | 9258 | |Ġunju | 8945 | |Lulju | 9389 | |Awissu | 9249 |", "Dawk li kienu tfal huma:", "|Ġunju 1000 | |Jannar 1068 | |Frar 1195 | |Marzu 1303 | |April 1025 | |Mejju 1058 |", "L-istatistika li tinżamm hija għat-tfal u adulti, u għalhekk ma hemmx records ta' l-anzjani.", "IMPJIEGI - INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "20028.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni rrapportati li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol matul din is-sena, xahar b'xahar, f'Malta u Għawdex separatament?", "Kemm minnhom kienu ħaddiema mal-gvern, mal-privat u/jew self-employed separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li għamlu talba għall-benefiċċju tal-korriment mill-1 ta' Jannar, 2000 sa l-aħħar ta' Settembru, 2000 huwa ta' 3881 f'Malta u 125 f'Għawdex.", "Minn dawn, 371 kienu ħaddiema tal-Gvern, 2532 mal-privat u 209 self- employed.", "Il-kumplament kienu ħaddiema tat-tarzna u kumpanniji parastatali.", "PULIZIJA - ĦRUQ TA' SIĠAR/GĦELIEQI", "20029.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' ħruq ta' siġar u għelieqi rrapportati lill-pulizija matul din is-sena?", "Kemm kien hemm każi fejn il- pulizija ressqet nies il-qorti għaliex instabu li kkawżaw xi vandaliżmu li wassal għal dan il-ħruq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija kellha 50 rapport li b`xi mod jirrelata dwar ħruq ta` siġar jew għelieqi.", "Minn investigazzjonijiet tal-pulizija s`issa, ma kienx hemm lok li jinbdew proċeduri quddiem il-qorti kontra xi persuni.", "QBIELA TAR-RABA' - BORD", "20030.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid minn min se jkun kompost il-bord ta' l-għażla tat-titolu ta' l-iskema ġdida tal-qbiela tar-raba'?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jikkjarifika xi jrid ifisser bil-\"bord ta` l-għażla tat-titolu\".", "QBILA - SKEMA ĠDIDA TAL-ĦLAS", "20031.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-iskema ġdida tal-ħlas tal-qbila u ta' l-imħażen tal- bdiewa, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati applikazzjonijiet s'issa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li s`issa ġew irreġistrati ħames applikazzjonijiet taħt l-Iskema ġdida tal-qbiela.", "EU - BIRD DIRECTIVE", "20119.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jaċċetta il- bird directive ta' l-Unjoni Ewropea kif inhi jew huwiex beħsiebu jitlob derogi jew eċċezzjonijiet dwar dan u x'inhuma?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "14533.", "F'dan l-istadju m'hemmx iżjed x'inżid ma dik it-tweġiba.", "CENTRAL OFFICE OF STATISTICS - COMPUTERS", "20205.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers mis-central office of statistics din is-sena?", "X'kien il-valur totali tagħom?", "Meta nħarġu t-tenders relattivi?", "Liema ditta ġiet magħżula biex tissupplixxi dawn il-computers?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul din is-sena l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika xtara 30 computer għall-valur totali ta' Lm17,428.", "Dawn il-computers inxtraw f'ħames okkażjonijiet differenti u dejjem saret sejħa għall-offerti.", "Id-dettalji relattivi huma kif ġej:", "|NUMRU TA'|VALUR |DATA |SSUPPLIXXI| |KOMPJUTER| | |ET | |S | | |IL-KOMPJUT| |MIXTRIJA | | |ERS | | 12 |Lm6,83|07.03.2|MITTS Ltd.| | |7 |000 | | | 15 |Lm7,89|16.05.2|P.D.K. | | |0 |000 |Inv.", "Ltd. | | 1 |Lm |17.08.2|Compuware | | |460 |000 |Ltd. | | 1 | |11.09.2|Pantalesco| | |Lm1,74|000 |Ltd | | |2 | | | | 1 |Lm |18.09.2|Compuware | | |499 |000 |Ltd. |", "EDUKAZZJONI - INFIQ", "20228.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "17756?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fondi taċ-ċentru Malti għar-restawr bdew ikunu allokati fl-Estimi Finanzjarji ta' din is-sena taħt Vot Kapitali III u Vot Rikorrenti 17 tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Matul is-sentejn ta' qabel il-fondi kienu jidhru taħt il-Vot tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Għaldaqstant fuq firxa ta' tlitt snin l-investiment fiċ-ċentru hu stmat li jammonta għas-somma ta' Lm1,914,560 maqsuma kif ġej:-", "A) Mill-Estimi 2000 Vot Kapitali III Lm400,000 Vot Rikorrenti 17 50,000 Virement fuq il-Vot III 446,000", "Mill-846,000 minfuqa fil-Vot Kapitali, madwar 146,000 joħroġhom il-Gvern Malti u madwar 700,000 huma rifondibbli mill-Gvern Taljan.", "B) Mil-Vot tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (1998 - 2000) Pagi eċċ għal Ħaddiema Industijali eċċ (sa 30/06/2000) Lm473,570.52,6 (sa 31/12/2000) 237,268.97,2 Safety Shoes 808.95,0 Scaffolding 677.36,0", "C) Dipartiment tad-Mużewijiet (1998 - 1999) Lm303,234.34 (Minn din is- somma parti ġew minfuqha fuq Villa Bighi filwaqt li s-somma ta' Lm212,300.50 ġiet trasferita liċ-Ċentru direttament wara li dan twaqqaf uffiċċjalment.)", "Il-voti antiċipati għaċ-ċentru Malti għar-Restawr jidhri fl-Estimi 2001 meta jiġu ppubblikat.", "Tajjeb wieħed ifakkar li dan il-proġett qed isir bl- għajnuna li qed jagħti l-Gvern Taljan taħt ir-Raba' Protokoll Finanzjarju bejn iż-żewġ pajjiżi.", "WSC - SAN PAWL IL-BAĦAR", "20229.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "18027?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul Lulju li għadda l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha tagħmel xi interventi fit- triq li għaliha qed issir riferenza.", "Dawn l-interventi kellhom isiru peress li kien ħiereġ xi ilma barra fit-triq.", "Kien hemm suspett ta' ħsara f'erbgħa bnadi ta' din it-triq, iżda fil-fatt il-ħsarat kienu tnejn biss u dawn issewwew mill-ewwel.", "Fiż-żewġ bnadi l- oħra ma rriżultat ebda ħsara.", "Peress li kien għad fadal xi ftit ilma li baqa' ħiereġ, kellu jsir intervent ieħor biex tissewwa ħsara oħra.", "Il-problema issa tidher li ġiet solvuta.", "TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - SERVIZZI", "20230.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "18300?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-taqsima tax-xogħlijiet, permezz tad- dipartiment tal-bini u inġinerija qiegħda tagħti servizz lid-divizjoni ta' l-edukazzjoni, bħalma tagħti lil kwalunkwe dipartiment tal-gvern.", "Dan tagħmlu fuq bażi regolari bħala id-dipartiment ewlieni tal-gvern li huwa attrezzat li jagħti dan is-servizz.", "Madanakollu hija l-prerogativa ta' kull dipartiment jekk jużax dawn is-servizzi jew le.", "Rigward il-proġett li qiegħed jirriferi għalieh l-Onor.", "Interpellant sa issa saru disinji preliminari u ġiet sottomessa outline development application lill-awtorita ta' l-ippjanar mit-taqsima tax-xogħlijiet.", "Sa issa d-diviżjoni ta' l-edukazjoni ma jidhirx li nfurmat lit-taqsima tax-xogħlijiet li s-servizzi tagħha m'għanhomx aktar validi.", "SKEJJEL - EQUIPMENT AND FURNITURE IN SCHOOL VOTE", "20231.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "17420?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA / PA - STABBILIMENTI ILLEGALI", "20233.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid matul l-aħħar sena x'passi ttieħdu (1) mill-pulizija (2) mill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar stabbiliment illegali ta' mastrudaxxa li l-isem qed jintbagħat separatament f'Għajnsielem li jinsab fil-post bejn Triq il-Ġnien u Triq Benghazi?", "Meta saru spezzjonijiet fuq il-post?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija ħadet passi quddiem il- qorti kontra persuna li nhar is-26 ta` Jannar 2000 kien instab li qiegħed jaħdem ta` mastrudaxxa fil-post imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Għal dak li jirrigwardja l-awtorita` ta` l-ippjanar, din għandha proċeduri ta` infurzar kontra l-użu tal-fond in kwestjoni.", "Il-każ jinsab pendenti, flimkien ma` numru ta` każi simili f`Għawdex sabiex issir azzjoni diretta fuqhom.", "F`dan il-każ saret spezzjoni fil-11 ta` Ottubru 1999 meta nħareġ l-avviż ta` nfurzar u saret spezzjoni oħra fis-16 ta` Marzu, 2000 qabel ma l-każ tpoġġa fil-lista għall-azzjoni diretta.", "SKEJJEL - SAĦĦA TA' L-ISTUDENTI", "20234.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu fil-bidu ta' din is-sena skolastika biex tidħol kuxjenza u jinbidlu mentalitajiet u mġieba biex ma jibqax ikollna tfal ta' l-iskola jġorru basktijiet tqal fuq daharhom bi ħsara għal saħħithom?", "ONOR LOUIS GALEA: Informat li fi Frar 2000 saret riċerka ġewwa l-iskejjel kollha, inklużi tal-knisja u l-indipendenti, wara li ntbgħatet ċirkulari OPS 3/2000.", "Din ir-riċerka kienet tikkonsisti fi kwestjonarju dettaljat u f'ispezzjoni ta' numru (random sample) ta' basktijiet ta' l-istudenti.", "Ħareġ rapport dwar ir-riċerka u kien approvat.", "Id-direttur ġenerali ltaqa' mal-kapijet ta' l-iskejjel primarji u spjegalhom ir-rakkmandazzjonijiet.", "Dawn sejrin jiġu ċirkolati fil-futur qrib.", "Wara sejjer ikun hemm kampanja pubbliċitarja għall-ġenituri.", "BUDGET 2001 - SMASH TV", "20250.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi nhar il- Ħadd 15 ta' Ottubru Smash TV xandar filmat sħiħ dwar konferenza politika li l-Ministru għamel bi tħejjija għall-Budget 2001, jista' jgħid jekk dan l- arranġament sarx bi ħlas jew le, u jekk iva x'kien l-arranġament kummerċjali nvolut?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma sar l-ebda ħlas minn fondi pubbliċi għal-inizjattiva li ħa Smash TV in konessjoni max- xandira li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "HEALTH AND SAFETY UNIT - SPETTURI", "20255.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ispetturi li jaħdmu fi ħdan il-health and safety unit u dawk li jaħdmu fi ħdan id- dipartiment industrijali u mpjiegi, għandhomx xi forma ta' insurance għalihom u għall-familji tagħhom?", "Jekk iva, x'forma ta' insurance hija?", "Jekk hemm xi spetturi li jaħdmu mad-dipartiment għall-impjiegi u relazzjoni industrijali (ex-dipartiment tax-xogħol) li m'humiex inxurjati, jista' l- Viċi Prim Ministru jara li dawn l-ispetturi jingħatalhom dan il-jedd bħal sħabhom tal-health and safety unit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-ispetturi indikati fil- mistoqsija huma assigurati taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, bħalma huma l-impjegati kollha fis-servizz ċivili."]} {"filename": "20010626_562d_par.doc", "date": "2001-06-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 562 It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 562", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "562", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 37", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 37", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT (IT-TIENI QARI)", "ENVIRONMENT PROTECTION BILL (SECOND READING) 41", "AĠĠORNAMENT 58", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 62", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 561 li saret fil-25 ta' Ġunju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI – AVUKATI BIL-KUNTRATT", "26614.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retainer mal- ministeru tiegħu jew ma' xi korporazzjonijiet u azjendi parastatali li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "X'inhuma r-retainers jew it-terms tal- kuntratt f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – KONTIJIET PENDENTI", "26631.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25353, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku, u anke sabiex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jinformaha, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi, kif ukoll sabiex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar- regolamenti?", "Il-Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Jekk l-informazzjoni tibqa` ma tingħatax, jista' jgħid għaliex meta din l-informazzjoni dwar infiq pubbliku hija importanti u l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25824.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il- parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor .", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li l-kunsill tar-Rabat, wara pressjoni mir- residenti, irċieva struzzjonijiet mingħand it-traffic control board biex Triq Borg Olivier issir one-way, jista' il-Ministru jgħid x'inhi s- sitwazzjoni issa bix-xufiera tal-karozzi tal-linja jiddikjaraw li m'humiex lesti josservaw dan it-tibdil?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Skond informazzjoni li għandi, din id-deċiżjoni ttieħdet wara li għal numru ta' snin kienu ilhom isiru diskussjonijiet bejn il-kunsill lokali tar-Rabat u t-traffic control board.", "GĦalkemm kull bidla ta' dan it-tip iġġib magħha reazzjonijiet kemm pożittivi kif ukoll negattivi, is-sistema tal-one-way se tiġi implimentata fil-jiem li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ifisser li l-public transport authority irtirat id- dikjarazzjonijiet li għamlet u li allura m'hijiex se tagħmel il- protesta li ddikjarat pubblikament li se tagħmel, u cioe' li x-xufiera m'humiex lesti li jaħdmu fuq ir-rotta tar-Rabat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien m'iniex konxju minn xi dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamlet il-public transport authority pero`, kif għedt aktar kmieni, naf li kull meta tkun se ssir xi bidla dejjem ikollok xi reazzjoni, pożittiva u negattiva.", "Meta ġie meqjus il-bilanċ kollu tat-talba li kien hemm u tas-sitwazzjoni tat-traffiku fir-Rabat, ittieħdet id-deċiżjoni li nibqgħu għaddejjin bil-programm tal-one-way.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk dan il-programm li qed jgħid li se jiġi implimentat fi ftit jiem oħra, jinkludix ukoll it- trasferiment tal-venda mis-Saqqajja għal Triq Santa Rita?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Is-suġġerimenti u l-kummenti li nirċievu dwar it- trasferiment tal-venda minn fuq is-Saqqajja għal Triq Santa Rita jew bil- kontra huma konfliġġenti għall-aħħar u jiddependu minn min ikun qed jagħmilhom!", "F'dan l-istadju, m'iniex informat jekk dan it-tip ta' arranġament huwiex inkluż mas-sistema tal-one-way fi Triq Borg Olivier u toroq oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li l- maġġoranza tan-nies ta' l-Imtarfa, tal-Baħrija u ta' dawk kollha fuq il- parti ta' wara tar-Rabat, jemmnu li aktar jaqbel li l-venda tkun fi Triq Santa Rita, hemm xi raġuni għala din mhux se tkun inkluża f'dan il- programm?", "Jew jista' jkun li l-ftit qed jiddominaw il-ħafna, anke jekk bid- diffikultajiet kollha li dawn il-komunitajiet qed jiffaċċjaw?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar dominanza tal-ftit fuq il-ħafna jew tal-ħafna fuq il-ftit.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar bidliet li kienu ġew implimentati wara talba speċifika mill- kunsill lokali tal-lokalita`, liema talba ġabet magħha kontroversji fuq diversi fronti.", "Meta sar it-trasferiment tal-venda minn Triq Santa Rita għal fuq is-Saqqajja, id-dipartiment kien irċieva diversi petizzjonijiet.", "Biċċiet minnhom kienu talbu li l-venda tkun f'Santa Rita u oħrajn talbu li din tibqa' fuq is-Saqqajja.", "Dan is-suġġett kien diskuss pubblikament u kien evidenti li kien hemm opinjonijiet diverġenti u li ma seta' qatt ikun hemm qbil bejniethom.", "L-arranġament li sar biex il-venda topera kemm minn Triq Santa Rita kif ukoll minn fuq is-Saqqajja huwa sodisfaċenti.", "Madanakollu mhux darba jew tnejn li jkun hemm karrozzi tal-linja li minkejja li suppost jitilgħu Triq Santa Rita biex jagħmlu t-trip mill-Imtarfa jew minn destinazzjonijiet oħrajn, jaqbżu din ir-rotta.", "Jien konvint li kieku l-arranġament li hemm bejn l-assoċjazzjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja, il-public transport authority u l-kunsill lokali kellu jiġi implimentat kif suppost, is-servizz ikun għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.", "Ċertament dawn id-diffikultajiet jinqalgħu għax ikun hemm min ma jaqdix id-doveri tiegħu kif suppost.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Irrid infakkar lill-Ministru li din il-venda kienet iċċaqalqet minn fejn kienet fuq pjan speċifiku u mbagħad kien sar ftehim bejn il-komunita` u l-kunsill biex din terġa' tiġi ttrasferita lura għas- Saqqajja.", "Il-poplu qed iħallas għas-servizz u allura jistenna li jiġi moqdi.", "X'inhi r-raġuni li din il-bidla m'hijiex se tiġi implimentata mal- bidliet li qegħdin isiru?", "Forsi l-Ministru m'huwiex konxju li s- sitwazzjoni kif inhi qed toħloq ħafna problemi, l-aktar għall-anzjani, żgħażagħ u studenti ta' l-Imtarfa, il-Baħrija u ta' dawk il-postijiet li jinsabu fil-periferija tar-Rabat?", "Għaliex se nħalluha tibqa' tkarkar din il-problema u lill-poplu se nħalluh jibqa' jistenna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nerġa' nirripeti li l-ftehim li naf li ntlaħaq bejn il-kunsill lokali, l-assoċjazzjoni tas-sidien tal-karozzi tal- linja u l-public transport authority jirrigwarda ż-żewġ vened fil-lokalita` tar-Rabat.", "F'ċerti ħinijiet il-venda kellha topera minn Triq Santa Rita u f'ħinijiet oħra kellha topera minn fuq is-Saqqajja, b'tali mod li ċ- ċirkolazzjoni ta' dawk ir-rotot taqdi l-bżonnijiet tal-persuni li joqogħdu fid-diversi lokalitajiet li jagħmlu mar-Rabat.", "Jien nemmen li la fuq is-Saqqajja u lanqas fi Triq Santa Rita ma tista' tagħmel venda tal-karozzi tal-linja li taqdi l-ħteġijiet tal-komunita` tar- Rabat, ta' l-Imtarfa u ta' l-inħawi li jagħmlu mar-Rabat.", "Jenħtieġ li jsir ftehim bejn kulmin hu involut ħalli naslu għal soluzzjoni biex il-venda tmur f'xi post ieħor.", "Madanakollu m'huwiex faċli li tasal għal din is- soluzzjoni.", "Nispera li d-diskussjonijiet ikomplu għaddejjin b'mod li jintlaħaq arranġament sodisfaċenti u jekk sadanittant jiġu osservati l-ħinijiet li hemm imposti llum b'schedule uffiċjali, jien konvint li l-komunita` Rabtija tinqeda aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi dwar xi ħaġa differenti mit-trasport pubbliku imma li taqa' taħt l-istess ministeru.", "Il-Ministru huwa informat li l-parti tan-nofs ta' Triq id-Daħla ta' San Tumas, fiż- Żejtun u Wied il-Għajn, ingħatat it-tarmac, bil-konsegwenza li n-naħa tal- bajja ta' San Tumas għadha fl-istat li kienet qabel u anke l-parti l-oħra li tagħti mir-ramla għaż-Żejtun għadha fl-istat li kienet qabel u prattikament għandek triq fejn parti minnha biss ingħatat it-tarmac?", "Għalkemm din it-triq taqa' taħt il-kunsill lokali, minkejja li jista' jingħad li hija arterja prinċipali, ir-roads department kemm huwa informat bis-sitwazzjoni?", "Sar xi kuntatt mal-kunsilli lokali rispettivi bit-tama li jekk beda x-xogħol ta' tarmac minn xi kunsill, dan jitkompla matul it-triq kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, segwejt il-korrispondenza li kien hemm fil-ġurnali dwar dan is-suġġett partikolari.", "Jien informat b'din il-biċċa tax-xogħol, fejn kunsill lokali ddeċieda li jagħmel parti biss mit-triq bit- tarmac u dan lili jwassalni biex nirrifletti fuq il-mod kif biċċiet mill- kunsilli lokali jaħdmu.", "Huwa faċli li kunsill lokali jaqbad trakk u jmur iwaddab żewġ pulzieri tarmac fuq parti minn triq li tkun fil-konfini tiegħu, biex mingħalih jaqdi d-doveri tiegħu lejn il-komunita`.", "Nirrepeti li ma naqbilx ma' dan it-tip ta' xogħol, iktar u iktar jekk, kif jien informat, ma sarux il-preparamenti neċessarji la mad-dipartiment tat- toroq, la mal-water services corporation u lanqas mal-korporazzonijiet l- oħra biex jaraw jekk hemmx bżonn jgħaddu xi servizz minn qabel.", "Jien ma nistax naqbel li jsiru dawn it-tip ta' xogħlijiet jekk irridu li l- problema tat-toroq, anke fil-livell tal-kunsilli lokali, tittieħed bis- serjeta`.", "Naf li jkun hemm pressjoni minn diversi nies u organizzazzjonijiet biex il-parti tat-triq tagħhom tingħata t-tarmac, pero` niżbaljaw meta naħsbu li nistgħu naġixxu on our own mingħajr kollaborazzjoni ma' ħadd f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "PBS – KONSULENZA FUQ BAŻI PART-TIME", "26632.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r- remunerazzjoni u x'inhuma l-perkaċċi li tirċievi mill-PBS il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jista' jgħid x'inhu x-xogħol tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-persuna li għaliha qed issir riferenza beda jagħti konsulenza lill-PBS fuq bażi part- time skond kuntratt ta' żmien definittiv li beda fl-1 ta' Jannar 2001.", "Bħala konsulent, huwa jagħti parir lill-bord tad-diretturi fuq diversi oqsma li għandhom x'jaqsmu max-xandir.", "Il-kwalifiki u l-esperjenza tiegħu fix-xandir huma ta' utilita` kbira għall-kumpannija, speċjalment inkonnessjoni mar-ristrutturazzjoni li qed twettaq bħalissa.", "Minħabba li l-kumpannija li tagħha huwa konsulent hija waħda kummerċjali, ma nħossx li jkun fl-interess ta' l-istess kumpannija li jiġi żvelat il- ħlas li qed jirċievi ta' din il-konsulenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: B'riferenza għad-deċiżjoni ta' l-universita` li tneħħi s-suġġett tal-Malti bħala wieħed mir-rekwiżiti biex student jibda l- kors tal-liġi - għalkemm naf li l-Ministru diġa` ddikjara ruħu li ma jaqbilx mad-deċiżjoni u napprezza wkoll li l-universita` hija awtonoma - jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi kuntatti bejn id-dipartiment ta' l- edukazzjoni u l-universita` biex din id-deċiżjoni terġa' tiġi kkonsidrata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, diġa` kelli kuntatti ma' l-universita`, anke formali, permezz tar-rettur ta' l-universita` fuq dan is-suġġett.", "L- universita` ġiet informata li l-gvern għandu riżervi serji ħafna fuq din id- deċiżjoni li huwa veru li ttieħdet numru ta' snin ilu u li saret f'ċertu sens magħrufa f'dawn l-aħħar ġranet.", "F'dan ir-rigward tajjeb li wieħed jirraġuna fis-sens li se ngħid.", "Il-gvern jirrikonoxxi bl-aktar mod prattiku u bl-aktar mod sħiħ l- awtonomija akkademika ta' l-universita` kif eżerċitata fl-ogħla organu tagħha mis-senat ta' l-universita`.", "Il-gvern m'għandu l-ebda interess u l- ebda ħsieb li b'xi mod inaqqas minn din l-awtonomija jew inkella li jkollu xi preżenza fil-mod ta' kif taħdem l-akkademja ta' l-universita`, kif jiġu stabiliti l-istandards, il-kwalifiki, kif isiru l-korsijiet, il-curricula, is-sillabi u l-eżamijiet.", "Dawn huma kollha ħwejjeġ li huwa rikonoxxut li l- universita` għandha tmexxi fl-awtonomija tagħha.", "Allaħares jasal xi mument meta fi ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-ħidma ta' l-universita` bħala l- ogħla istituzzjoni u taħriġ fil-pajjiż, xi gvern partikolari jipprova jidderieġi hu direttament jew indirettament.", "Pero` fejn jidħol l-ilsien Malti, li huwa l-ilsien nazzjonali, il-gvern ma jistax jirrinunzja għad-dmir fundamentali tiegħu li jkun is-sur ta' dan l- ilsien, l-iktar ħaġa evidenti u importanti fl-identita` tal-poplu Malti.", "Jekk il-poplu tagħna għandu xi ħaġa li tiddistingwih minn kull poplu ieħor tul l-istorja kollha tiegħu, huwa proprju l-ilsien Malti.", "Kieku aħna għall- argument kellna nitkellmu bil-Grieg, bl-GĦarbi jew bit-Taljan, l-identita` tagħna kienet tieħu sura totalment differenti.", "Aħna Maltin proprju għax nitkellmu l-ilsien Malti, distint minn kull ilsien ieħor fid-dinja.", "Il- Malti għandu n-natura u l-karatteristiċi tiegħu, għandu l-istruttura morfoloġika, grammatikali u l-letteratura li biha għandna għalfejn niftaħru.", "Allura meta l-ilsien Malti huwa preċiżament is-sies li fuqu tinbena l-identita` Maltija, l-universita` ma tistax tieħu deċiżjonijiet li ma jagħtux piż lil dan ir-rigward.", "Jien irrid nara li fir-rikonsiderazzjoni li qed tintalab tagħmel, l- universita` tieħu wkoll inkonsiderazzjoni l-fatt li għall-poplu Malti, l- ilsien Malti m'huwiex xi ħaġa li nħarsu lejh biss bħala xi entry requirement għall-univesita`.", "Iċ-ċittadini Maltin li jmorru l-universita` ta' Malta - isirux tobba, periti jew avukati irrelevanti - jenħtieġ li jkollhom pussess u għerf tajjeb ta' l-ilsien Malti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT", "ENVIRONMENT PROTECTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-25 ta' Ġunju, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, qegħdin nitkellmu dwar suġġett li jqajjem ħafna interess, mhux biss f'din il-Kamra imma fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nittama li meta ngħid il-poplu Malti u Għawdxi kollu nkun qiegħed ninkludi lil kull ċittadin, għax xi drabi nieħu l-impressjoni li hemm ċerti nies li għalihom l-ambjent ma jfisser xejn u ftit jagħtu kas ta' kif nistgħu nieħdu ħsiebu.", "Niftakar li l-iskola kienu jistaqsuna x'nifhmu bil-kelma \"ambjent\".", "It-tifsira li nsibu fi klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi hija wiesgħa, imma forsi wieħed jista' jinkludi wkoll dak li għadu kemm qal il-ministru ta' l-edukazzjoni dwar l-ilsien Malti.", "L-ilsien Malti huwa parti mill- ambjent ta' pajjiżna u ta' min wieħed juża kull mezz possibbli biex jikkonservah.", "Il-lingwa hija parti importanti mill-identita' tagħna bħala nazzjon.", "Dan qiegħed ngħidu biex nuri kemm l-ambjent huwa kważi kważi kull ħaġa li teżisti madwarna.", "Mhux l-affarijiet naturali biss jiffurmaw l- ambjent imma anke affarijiet oħra li jsawru lilna bħala poplu.", "Dan l- abbozz ta' liġi qiegħed jiffoka l-iktar fuq l-ambjent naturali, fuq l-arja, l-ilma, l-art u l-atmosfera.", "Fi kliem ieħor, dan l-abbozz ta' liġi jittratta dwar kull ħaġa li teżisti mhux biss taħt il-kappa tax-xemx imma anke 'l fuq minnha.", "Effetivament dan huwa suġġett ta' ħajja jew mewt.", "Daqshekk hu essenzjali li nifhmu l-importanza ta' l-ambjent.", "Jekk aħna bħala poplu rridu nibqgħu ngħixu tajjeb, hemm bżonn l-ewwel u qabel kollox nieħdu ħsieb l-ambjent.", "Jekk ma rridux li nirrendu l-ħajja tagħna miżerja, aħjar ma nkomplux nittraskuraw l-ambjent.", "Tkun verament ħasra jekk nagħmlu hekk għax fl- aħħar mill-aħħar inkunu qegħdin niddisprezzaw mhux biss lilna nfusna imma anke lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Għalhekk hemm bżonn li nieħdu azzjoni kemm jista' jkun malajr mingħajr aktar titubar u mingħajr ma noqogħdu nfittxu l-iskużi biex ma nagħmlu xejn.", "Nistgħu ngħidu li b'mod ġenerali, il-poplu Malti sar għandu ċerta kuxjenza fir-rigward ta' l- ambjent.", "Fejn qabel forsi ma konniex nagħtu kas ta' ċerti affarijiet, illum il-kuxjenza kibret għalkemm xorta waħda għadha ma kibretx biżżejjed, pero' huwa fatt li tul is-snin sar progress fil-mod ta' kif aħna bħala poplu bdejna nħarsu lejn l-ambjent ta' madwarna.", "Naturalment is-sezzjoni tal-poplu li l-iktar jinteressaha mill-ambjent huma ż-żgħażagħ, u dan bir-raġun.", "Naħseb li ż-żgħażagħ huma fost l-ewlenin li huma attivi fid-diversi għaqdiet ambjentali volontarji li nsibu f'dawn il- gżejjer.", "Tajjeb li wieħed ifaħħar u jinkoraġġixxi l-ħidma ta' dawn l- għaqdiet volontarji, li ħafna drabi mn'Alla jkun is-sehem tagħhom biex tittieħed ċerta azzjoni.", "Naraw żgħażagħ inaddfu qiegħ il-baħar mill- fliexken, mil-laned u bottijiet.", "Naraw żgħażagħ inaddfu l-bajjiet mill- ħmieġ li jħallu warajhom dawk li suppost imorru biex jiddevertu, l-iktar issa li qegħdin fl-istaġun tas-sajf.", "Kulħadd jaf li bħala poplu aħna niddependu ħafna mit-turiżmu u wieħed mill-fatturi naturali li l-iktar li jiġbed lit-turist lejn pajjiżna huwa proprju l-baħar, li sa ftit taż-żmien ilu konna ngħidu li ma kienx mittiefes mit-tinġis.", "Sfortunatament illum nafu li r-realta` hi bil-maqlub u għalhekk hemm bżonn li nkunu iktar konxji ta' kif nieħdu ħsieb il-bajjiet.", "Kif diġa' għedt, minkejja li f'dawn l-aħħar snin il-kuxjenza żdiedet, bħala poplu għad irridu nikbru f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-baħar u tax-xtajtiet, mhux biss biex ħaddieħor isib il-bajjiet nodfa imma anke għaliex sirna niddependu ħafna mit-turiżmu.", "Riklam ħażin jista` jkun ta` dannu kbir għal din l- industrija li tħaddem ħafna nies u li tħalli ammont ta' qliegħ sostanzjali.", "Jien naraha importanti li l-edukazzjoni f'dan is-sens tibda miċ-ċokon.", "Nifhem li l-maġġoranza ta' l-istudenti huma konxji tal-bżonn li nieħdu ħsieb l-ambjent, pero' hemm bżonn li l-edukazzjoni tinfirex sal-ġenituri u anke għall-kumplament tal-popolazzjoni.", "Nisħaq li dan huwa suġġett ta` ħajja jew mewt u ma nistgħux nibqgħu nilagħbu ma` l-ambjent ta` madwarna.", "Dan l-aħħar l-Onor.", "Mario Galea, l-Onor.", "Charles Mangion, l-Onor.", "Anthony Abela u jien attendejna għal konferenza tas-CPA, fejn fost is-suġġetti li ġew ittrattati kien hemm il-global warming u l-effett tiegħu fuq pajjiżi żgħar.", "Wieħed għandu jħares lejn l-effett li dan jista` jkollu fuq pajjiżi żgħar b'lenti differenti, anke minħabba l-fatt li l-pajjiżi ż-żgħar ħafna drabi qegħdin isofru l-konsegwenzi ta' prattiċi attwati mill-pajjiżi l-kbar u minn kumpanniji multinazzjonali b'potenzjal finanzjarju enormi u saħħa politika tremenda.", "GĦax għandhom il-flus mingħalihom li jagħmlu li jridu!", "Jien nittama li l-Kyoto agreement ikun pass ieħor 'il quddiem biex l- ambjent ta` madwarna jiġi mħares u l-effetti negattivi li qegħdin iseħħu bħalissa jonqsu jew adirittura jiġu eliminati.", "Xi ħaġa interessanti li ntqalet f'din il-konferenza kienet li teżisti soluzzjoni għal kull problema fil-qasam ambjentali.", "Hija xi ħaġa ta` konfort li nisimgħu dan għax ħafna drabi nisimgħu biss b`affarijiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent.", "L-espert li qal dan żied jgħid li biex wieħed jagħmel dan irid ikollu r-rieda, mhux biss rieda politika imma anke finanzjarja, bil-pajjiż ipoġġi flusu fejn l-iktar li hemm bżonnhom.", "Dan hu każ ċar li jikkonferma li l-liġijiet waħedhom, mingħajr ir-rieda politika ma jsolvu xejn.", "Billi qegħdin ngħaddu dan l-abbozz ta` liġi u billi issa se jkollna liġi iktar moderna u updated għaż-żmenijiet tal-lum, b'daqshekk ma jfisser xejn.", "Din hija l-parti l-iktar faċli ta' dak li wieħed jista' jagħmel fir-rigward tat-titjib ta' l-ambjent, għax ix-xogħol veru u proprju jibda appena l-liġi tidħol fis-seħħ.", "Tkun verament ħasra jekk ngħidu li għax fl-1991 għaddejna liġi dwar l-ambjent u issa qegħdin nagħmlu updating tagħha u qegħdin inwaqqfu awtorita`, nistgħu nserrħu rasna li l-problemi ambjentali se jissolvew!", "Sfortunatament minn dak li rajna s'issa f'dawn is-sentejn u nofs ta` amministrazzjoni Nazzjonalista, din ir-rieda u ħeġġa li qegħdin nipprospettaw ma tantx qegħdin narawha.", "Ir-raġunijiet għal dan ma nafx x'jistgħu jkunu għalkemm ir-riżultati huma ovvji għal kulħadd.", "Illum kulħadd huwa konxju tat-ħedla li tinħass fir-rigward ta' l-ambjent għax hawn telqa sħiħa.", "GĦalkemm wieħed jirrikonoxxi l-fatt li ċerti problemi jieħdu iktar fit-tul biex jiġu solvuti, is-sitwazzjoni ġenerali turi li għadna 'l bogħod milli noqorbu lejn ir-riżultati mixtieqa.", "Mhux se niddejjaq ngħid li huwa l-kompitu ta' kulħadd li jżomm l-ambjent ta' madwarna fi stat nadif u jekk narmi karta fl-art, jien inkun qed nagħmel ħsara lill-ambjent ta` madwari.", "Ovvjament l-ikbar responsabbilta` irid iġorrha l-gvern u fil-każ tal-gvern attwali, ftit jidher li għandu r-rieda li jibda jiċċaqlaq.", "Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-ftit xhur li l-Partit Laburista kien għamel fil-gvern, fejn fost l-oħrajn konna indirizzajna bis- serjeta` il-problema ta' l-impjant tar-riċiklaġġ f'Wied il-GĦajn.", "Nafu li qabel l-1996, bosta kienu l-karbiet biex din il-problema tiġi solvuta pero` l-affarijiet dejjem tħallew għal riħhom għax kien hemm min ipprova jfittex soluzzjonijiet grandjużi.", "GĦax kellu r-rieda, gvern Laburista solva din il-problema b'mod prattiku u għall-ġid ta` kulħadd.", "Dan m'hemmx għalfejn toqgħod twaqqaf awtorita` fuq oħra biex tispiċċa tirdoppja x-xogħol!", "L-isfortuna hi li permezz tat-twaqqif ta` din l- awtorita`, il-gvern se jkollu ċ-ċans li jsib skuża oħra biex itawwal iż- żmien qabel ma jibda jagħmel xi ħaġa, għax ma jrid xejn biex jgħid li l- awtorita` trid iż-żmien biex twaqqaf l-istrutturi tagħha u biex issib in- nies eċċ. U kemm se ndumu nwaqqfu awtoritajiet, Sur President!", "Dan l-aħħar għaddejna minn diversi esperjenzi ta` twaqqif ta` awtoritajiet differenti.", "Jekk inħallu ħafna żmien jgħaddi, inkunu qegħdin nirriskjaw li jinqalgħu problemi iktar serji minn dawk li għandna llum, u naturalment imbagħad nibdew nisimgħu lill-ministru responsabbli jgħid li mhux hu jaħti imma l-awtorita`!", "Żgur li fl-awtorita` ta' l-ippjanar hekk isir u minkejja li l-gvern jaħtar il-maġġoranza tal-bord u jista` jeżerċita kontroll, il- ministru dejjem jgħid li hemm l-awtorita` u terfa` r-responsabbilta` hi.", "Jien inħoss li r-responsabbilta` politika m'hijiex qiegħda tinġarr minn min għandu jġorrha.", "La l-poplu Malti fl-elezzjoni ġenerali wera fiduċja fil- Partit Nazzjonalista, ir-responsabbilta` politika għandu jġorrha min ġie elett f'isem dak il-partit u mhux l-awtoritajiet li qegħdin jitwaqqfu.", "Il- poplu ma jivvotax lil min imexxi l-awtoritajiet!", "L-isfortuna hi li qegħdin inwaqqfu dawn l-awtoritajiet kollha meta r-responsabbilta` politika tidher li hija nieqsa, għallinqas f`għajnejn il-poplu jew f'għajnejn min jiddeletta b'dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, il-bieraħ skantajt meta smajt membru tan-naħa tal-gvern jesprimi b'mod ċar l-isfiduċja tiegħu fil-ministru inkarigat u fil-gvern tiegħu għax m'humiex kapaċi jsolvu l-problemi ambjentali.", "Dan id-deputat wasal biex qal li biex insolvu l-problemi ta' pajjiżna rridu nsiru membri ta` l-Unjoni Ewropea u li ħadd m'hu se jikkonvinċieh mod ieħor.", "Skond dan l-istess Onor. Membru, jekk ma nisseħbux fl-Unjoni m`aħniex se nkunu kapaċi nsolvu l-problemi ambjentali li għandna.", "Jien nitbissem meta nisma' diskors bħal dan u nistaqsi lili nnifsi jekk din hijiex il-fiduċja kollha li l-Partit Nazzjonalista jgħid li għandu fil-poplu Malti!", "Stqarrija bħal din assolutament ma tagħmel ġieħ lil ħadd għaliex turi l-ikbar sfiduċja mhux biss fil-poplu Malti imma fil-persuni li l-istess poplu jeleġġi.", "Huwa l-poplu li f'elezzjoni ħielsa jeleġġi lin-nies li jrid li jmexxuh u jafda fihom bħala l-mexxejja tiegħu biex jieħdu l-azzjonijiet li jkun hemm bżonn.", "Il-Partit Laburista jirrikonoxxi l-fatt li l-Unjoni Ewropea għandha standard għoli f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni ta' l-ambjent, pero`l-Unjoni żgur li aħna ma narawhiex bħala l-unika soluzzjoni għal pajjiżna.", "In-Norveġja, l-Isvizzera u pajjiżi oħra, minkejja li m'humiex membri ta` l-Unjoni, xorta għandhom standard għoli fejn jidħol il-ħarsien ta' l-ambjent.", "Fil-fatt jidhirli li kien ministru tal-gvern Svediż li qal li l-Unjoni taħti li pajjiżi Skandinavi bi drive qawwija biex iħarsu l- ambjent, ma jimxux aktar 'il quddiem f'dan ir-rigward.", "Mingħajr ma nnaqqas mill-mertu tax-xogħol li tagħmel l-Unjoni f'dan il-qasam, pero' jekk aħna bħala poplu nħarsu lejn l-Unjoni bħala l-unika soluzzjoni nkunu qegħdin niżbaljaw.", "L-Unjoni tista' sservina ta' gwida iżda m'hijiex is-salvazzjoni tagħna.", "Tkun xi tkun it-triq futura tagħna bħala pajjiż, irridu nkunu aħna li jkollna r-rieda politika li nsolvu l-problemi ambjentali kbar u żgħar li għandna, u ejja ndaħħluha f'moħħna li ħadd m'hu se jsolvihomlna.", "Il-gvern Nazzjonalista spiss jirriferi għall-fondi li pajjiżna jista' jirċievi mingħand l-Ewropej u jpinġi l-Unjoni bħala xi bir miftuħ minn fejn jiġu gelgul flus għal kulmin ikun fil-bżonn.", "GĦalkemm l-Unjoni tagħti fondi taħt forma ta' self b'imgħaxijiet baxxi, wieħed irid jaħdem biex jakkwista dawn il-fondi.", "Li nafu hu li dawk il-fondi li kienu disponibbli għalina ntilfu għax dan il-gvern ma kienx kapaċi jattirahom lejh.", "Jekk din l-attitudni se tkompli fil-futur, il-fondi min-naħa ta' l-Unjoni m'hu se jaslu qatt għax kif qed ngħid, ħadd ma jagħtik flus ta' xejn u ħadd ma jieħu pjaċir jagħżaq fl-ilma, żgur mhux ta' l-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa l- oħra, lanqas m'għandna nagħtu l-impressjoni li fil-pajjiżi ta' l-Unjoni kollox ward u żahar u li l-pajjiżi membri m'għandhomx id-dnubiet tagħhom fil-qasam ambjentali.", "Hawn nista` nikkwota parti żgħira minn dak li qalet il-kummissarju għall-ambjent, Margot Wallstroem.", "Din qalet li se jsir seminar fejn se jissemmew dawk il-pajjiżi – speċi ta' name and shame – li mhumiex jadirixxu għall-urban waste-water directive ta' l-Unjoni Ewropea.", "Wallstroem qalet li:", "\"The vast majority of member states show major delays and shortcomings in the implementation of the urban waste-water directive.", "Thirty-seven large cities are still discharging untreated waste-water into the environment and many others are discharging large quantities of effluent after inadequate treatment.", "Almost all member states are very slow in providing the commission with information about the treatment of city sewage in their country.", "The environment would look different if legislation was enforced in member states.\".", "Dan kollu fi ftit kliem juri li minkejja li teżisti din id-direttiva, il- pajjiżi membri ta' l-Unjoni għadhom ikarkru saqajhom wara għaxar snin.", "Wallstroem tgħid li hemm madwar 37 belt Ewropea li għadhom jarmu untreated waste-water fid-drenaġġ.", "Dan juri kemm m'huwiex minnu dak li jisħaq fuqu l- gvern, u cioe` li jekk nissieħbu fl-Unjoni jiġu awtomatikament solvuti l- problemi li għandna.", "Ċertament li għandna nagħtu kas tad-direttivi li toħroġ l-Unjoni għax dawn jistgħu jkunu tajbin għal pajjiżna, iżda fl-aħħar mill-aħħar irid ikun il-Gvern Malti li jsib is-soluzzjonijiet għall- problemi li jeżistu u ma jkomplix ikarkar saqajh.", "Minbarra din id-direttiva li għadni kif semmejt, l-Unjoni Ewropea nidiet il- EuroMed partnership jew il-EuroMed action programme u x-short and medium- term priority environmentl action programme, li hu framework programme ta' azzjoni biex jiġi protett u mħares l-ambjent fil-Mediterran, fil-kuntest tal-EuroMed partnership.", "Aħna nafu li f'dan il-partnership mhux biss hemm kollaborazzjoni fuq livell ambjentali imma sas-sena 2010 trid tintlaħaq ukoll kollaborazzjoni ta' free trade area fuq livell ekonomiku.", "Qiegħed ngħid dan biex nuri kemm ikun żbaljat min jgħid li l-Unjoni tgħin biss lill- membri tagħha.", "Biex pajjiż jirnexxielu jingħata ċerti fondi mill-Unjoni jrid ikun kapaċi jagħmel proġetti bis-serjeta`.", "Taħt dan il-EuroMed partnership li kien tnieda f'Helsinki fit-28 ta` Novembru ta` l-1997, l- Unjoni qiegħda taħdem biex flimkien mal-pajjiżi membri u l-pajjiżi tal- Mediterran, ikun hemm koperazzjoni sħiħa favur proġetti għall-ħarsien ta' l- ambjent, bil-fondi meħtieġa għal dawn il-proġetti joħorġu mill-MEDA programme.", "Lura għall-aspett lokali, Sur President, nistgħu ngħidu li tul is-snin saru ħafna rapporti.", "GĦalkemm huwa importanti li jsiru rapporti u jsiru studji biex nidentifikaw eżatt x'inhi l-problema u kif nistgħu naslu għal soluzzjoni tajba, imma fl-aħħar mill-aħħar bir-rapporti biss ma naslu mkien.", "Irridu nieħdu deċiżjonijiet li jaqtgħu fil-laħam il-ħaj.", "Fil-bidu ta' dan id-diskors jien għedt li din hija kwestjoni ta` ħajja jew mewt.", "Jekk aħna nifhmu dan allura għandna nkunu lesti li nieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji.", "Naħseb li f'dan il-pajjiż wasal iż-żmien li dawn id- deċiżjonijiet u azzjonijiet jibdew jittieħdu, imma mhux jiġi l-gvern u jgħidilna li se jwaqqaf awtorita` oħra bħallikieku l-awtoritajiet se jsolvu l-problemi huma!", "Jiena frankament ngħid li dawn l-awtoritajiet iktar se jikkumplikaw ix-xogħol għax se jkollhom funzjonijiet li diġa` qegħdin f'idejn id-dipartiment għall-ħarsien ta` l-ambjent u f'idejn dipartimenti u awtoritajiet oħra.", "Il-probabbilta` hi li se nispiċċaw biex ikun hemm min jipprova jipproteġi u jibża` għall-imperu tiegħu ħalli ħadd ma jidħollu fl- għalqa.", "Sfortunatament f'soċjeta` żgħira dan jiġri spiss u hija xi ħaġa miskina li aħna bħala poplu, minkejja ċ-ċokon tagħna, ninqasmu u ma naħdmux flimkien fuq problemi ta` natura nazzjonali.", "Per eżempju, fi klawsola 5 ta' dan l- abbozz ta' liġi jingħad li se titwaqqaf kummissjoni biex tkun tista' taħtar kumitati konsultattivi - iktar kumplikazzjonijiet u iktar diskussjonijiet!", "Ma naħsibx li trid wisq biex tasal għall-konklużjoni li dan l-abbozz ta` liġi huwa nieqes minn azzjoni konkreta.", "Qegħdin naħlu ħafna enerġija biex inwaqqfu dawn l-awtoritajiet, li mbagħad min-naħa tagħhom dawn jerġgħu jaħlu aktar enerġija biex iwaqqfu l-istrutturi tagħhom u fl-aħħar mill- aħħar ftit li xejn ikun baqa' fondi biex jintefqu fuq il-problemi li jinqalgħu.", "Bħala waħda mill-funzjonijiet fi klawsola sebgħa, fejn qed nittrattaw id- dmir li l-gvern iħares l-ambjent u l-mod ta' kif se jagħmel dan, insibu li dmiru hu li jxerred l-informazzjoni u jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal- pubbliku.", "Din ħaġa tajba għax anke aktar kmieni jien stess semmejt il- ħtieġa ta` l-edukazzjoni, pero` rridu noqogħdu attenti li ma nħalltux l- affarijiet.", "Jiena diġa' għamilt riferenza għall-istandards tajbin li għandha l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' l-ambjent, pero' hemm pajjiżi oħra li għandhom standard ogħla minn dak ta` l-Unjoni, anke jekk dan ma jnaqqas xejn mill-mertu tal-pajjiżi membri.", "Iżda li ninqdew bil-qasam ambjentali biex niddottrinaw lit-tfal għal skopijiet politiċi partiġġjani meta nafu li jeżistu diffikultajiet kbar u meta nafu li bħala poplu għad għandna ħafna x'nagħmlu, hija ħaġa tal-mistħija, Sur President.", "Barra min hekk, dan l-abbozz ta` liġi se jkompli jikkomplika dawn l- affarijiet u se jiddupplika x-xogħol.", "Dan jidher ċar minn klawsola 12, fejn qiegħed jingħad li l-awtorita` li se titwaqqaf se tkun tista' tagħmel regolamenti għar-rigward ta' environment impact assessements, affarijiet li diġa` jaqgħu taħt ir-responsabbilta` ta' l-awtorita` ta` l-ippjanar.", "Veru li hawn għandna li l-awtorita' ta' l-ambjent tieħu preċedenza fuq l- awtorita` ta' l-ippjanar, imma issa rridu naraw kif dan se jsir fil- prattika biex awtorita` ma tmerix lill-oħra.", "Għalhekk dan ukoll huwa każ ta` dupplikazzjoni ta` xogħol u ta' ħolqien ta' kumplikazzjonijiet żejda.", "GĦal kull proġett validu u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent għandu jsir environment impact assessement, pero' jekk imbagħad ikun hemm konflitti bejn l-awtorita` ta` l-ambjent u l-awtorita` ta` l-ippjanar, Alla biss jaf x`kumplikazzjonijiet u x'dewmien se jinħolqu!", "Bl-ebda mod ma rrid ninftiehem li qiegħed niddefendi lill-ispekulaturi li mhux l-ewwel darba li għamlu ħsara lill-ambjent.", "Jien ngħid li dawn l-environment impact assessements għandhom isiru, imma ejja nifhmu li dan ix-xogħol diġa` jista` jsir bil-liġi ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar u huwa hawnhekk fejn qegħdin indaħħlu d-dupplikazzjoni għalxejn b'xejn.", "Il-fond dwar l-ambjent huwa xi ħaġa pożittiva, Sur President.", "Jien inħares lejh bħala xi ħaġa kollettiva, li aħna bħala poplu għandna nibdew nadottaw l-attitudni li l-ambjent huwa tagħna lkoll u allura għandna nikkontribwixxu b'diversi modi biex intejbuh.", "Imma xi ħaġa li qiegħda ddejjaqni huwa t- taħwid li jista' jkun hemm, fis-sens li hawn għandna li dan il-fond se jintuża` biex il-gvern jgħaddi fondi oħrajn lil din l-awtorita`.", "Irid ikun hemm distinzjoni bejn il-fondi li jiġu mgħoddija lil din l-awtorita` mill- pubbliku inġenerali jew minn għaqdiet, għax dawn ma jistgħux jintużaw għar- running costs ta` din l-istess awtorita`.", "Naħseb li hawnhekk ta` min wieħed jara l-affarijiet sew biex ma jkunx hemm taħwid fil-fondi.", "Fir- rigward tal-penali għal min jagħmel ħsara lill-ambjent, jien naqbel li ladarba nirrikonoxxu l-fatt li l-problema hija kbira, dawn il-penali għandhom ikunu ħorox.", "Nixtieq insemmi xi problemi li jolqtu 'l pajjiżna, b'mod partikolari lin- naħa t'isfel ta' Malta.", "Ilna ħafna żmien ngħidu li n-naħa t'isfel ta` Malta ġiet mgħobbija b'ħafna servizzi - power station għal waħda tnejn, l- impjant tar-riċiklaġġ u diversi mpjanti oħra.", "Minkejja d-diskors li jingħad dwar kemm din il-parti tal-gżira għandha tingħata attenzjoni speċjali, dan m'huwiex qiegħed isir u r-riżultat huwa telqa akbar milli nsibu f'postijiet oħra.", "GĦalhekk huwa importanti li nisħqu fuq il-fatt li din in-naħa ta' Malta għandha tingħata attenzjoni partikolari.", "Irridu nistudjaw il-problemi ta` saħħa li qegħdin jinħolqu, b'mod partikolari fost it-tfal, bħall-asthma u mard ieħor ikkaġunat minn problemi ambjentali.", "L- uniku pulmun li għandna n-naħa t'isfel ta' Malta huwa proprju Delimara, u nittama li x-xogħol fuq il-park nazzjonali jibda kemm jista' jkun malajr.", "Barra minn hekk, hemm ukoll il-ħtieġa li wieħed jikkonserva u jħares il- widien ħalli l-poplu jkollu fejn jirrikrea ruħu.", "Problema oħra ewlenija tirrigwarda l-iskart domestiku u l-iskart tal-bini.", "Il-ministru għall-ambjent ħareġ bi pjan għall-immaniġġjar ta' l-iskart, is- solid waste management plan li eżatt eżatt ma nafx f'liema stadju wasal.", "F'din il-Kamra kien issemma` il-bżonn li dan il-pjan ikopri mis-sena 2000 sas-sena 2009, pero' l-importanti m'huwiex li naslu sas-sena 2009 imma li nkunu nafu fejn wasalna.", "Il-ministru kien ħareġ jgħidilna li jħoss ruħu fid-dmir li jipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-Maltin.", "Kieku dan kien minnu, il-gvern kien imissu ilu li beda jagħmel xi ħaġa.", "Veru li l- ministru kien ħareġ ukoll jgħid li l-gvern għandu ''obbligi lejn il-ħarsien ta' l-ambjent fuq skala internazzjonali.\"", "Imma l-mistoqsija li tqum f'dan l-istadju hija dwar x'sar mis-sena 1990, is-sena li fiha Malta applikat għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "GĦaliex ma sar xejn?", "Huwa għalhekk li wieħed bilfors jasal għall-konklużjoni li dawn l-affarijiet se jsiru biss biex fl-apparenza nkunu konformi mal-liġi iżda mingħajr ma tittieħed azzjoni konkreta.", "Tkun verament ħasra jekk dan huwa l-ħsieb ta' min qiegħed imexxina, Sur President.", "Jeżistu imbagħad diversi problemi oħra, bħal dawk relatati mat-trasport u l- effetti tiegħu.", "Diġa' tkellimna dwar il-ħmieġ u t-telqa li hawn madwarna.", "Nittamaw biss li jerġa' jiġi l-Papa jew xi mexxej kbir ieħor ħalli forsi nnadfu xi ftit!", "Fir-rigward tat-tinġis mit-traffiku u mill-industrija, hemm bżonn li l-affarijiet isiru bis-serjeta`.", "Bħalissa iktar hawn bajjiet imniġġsa milli bajjiet tajbin għall-għawm!", "Niftakru li kien intqal li l- power station ta' Delimara ma kienet se tagħmel l-ebda ħsara lill-ambjent ta' madwarha, iżda llum nafu li l-bajjiet tan-naħa t'isfel huma mniġġsa proprju minħabba din il-power station.", "Barra minn hekk, konna anke ġejna mwiegħda li hekk kif titlesta l-power station ta' Delimara, dik tal-Marsa kienet se tingħalaq.", "Illum qegħdin naraw li minn dan kollu ma sar xejn u għalhekk huwa importanti li l-gwardjani lokali jagħtu iktar kas ta' l- affarijiet li jolqtu l-ambjent milli joqogħdu jinħlew wara ċ-ċuċati.", "Naħseb li mid-diskorsi u mill-wegħdiet m'aħniex neqsin, pero' l-ikbar bżonn huwa li tittieħed azzjoni b'mod urġenti biex tissewwa l-ħsara ambjentali.", "Jeħtieġ li nxammru l-kmiem u nagħmlu xi ħaġa bis-serjeta`, Sur President.", "L-oppożizzjoni Laburista ma tistax ma tivvotax kontra dan l-abbozz ta' liġi li l-gvern qed iressaq biex itawwal iż-żmien u jibqa' ċass ma jagħmel xejn.", "Jien nittama li fl-aħħar mill-aħħar, il-poplu qed jinduna li fir-rigward tal-qasam ambjentali hemm bżonn li ssir xi ħaġa u li jekk il-gvern preżenti m'huwiex kapaċi jagħmel dan, allura għandu jwarrab malajr kemm jista' jkun.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, qegħdin niddiskutu t-twaqqif ta' awtorita` għall-ambjent li aktar milli bħala struttura fiha nnifisha, naħseb li l-element l-aktar interessanti nsibuh fit-tliet proposti prinċipali li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi, u cioe` it-twaqqif ta' fond dwar l-ambjent, l-enfasi fuq id-dritt għall- informazzjoni u l-infurzar tal-provvedimenti tal-liġi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien ta' l-ambjent.", "Dan il-parlament qiegħed jiddiskuti dan kollu mhux għaliex qegħdin nibdew mill-bidu imma għaliex il-liġi li kienet saret fil-bidu tas-snin '90, aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar beda jidher evidenti l-bżonn ta' titjib fiha.", "Dik il-liġi hija l-bażi ta' dan kollu li qegħdin niddiskutu llum, imma ejja nammettu li l-proposti li għandna quddiemna bħalissa ta' ċerta portata.", "Jien nemmen li huma wkoll qabża fil-kwalita' biex l-ambjent jiġi mħares kif jixraq għaliex ma ninsewx li l-ambjent ta' madwarna m'huwiex tagħna.", "Aħna l-ambjent qegħdin biex nissalvagwardawh għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Nibda dan l-intervent billi niffoka dwar l-ewwel punt prinċipali ta' dan l- abbozz ta' liġi, Sur President, u cioe` il-proposta li jitwaqqaf fond dwar l-ambjent biex wieħed ikun jista' juża l-flus għal proġetti ambjentali.", "Ċertament li għandna bżonn ta' fond bħal dan.", "Filwaqt li naqbel mal-mod ta' kif dan qiegħed jitwaqqaf, nixtieq nagħmel suġġeriment dwar kif wieħed jista' jbiddel kemmxejn l-istruttura biex kemm jista' jkun jiddaħħal dejjem aktar l-aspett ta' l-inizjattiva privata u tar-responsabbilta` soċjali li wieħed jgħin fil-ħarsien ta' l-ambjent.", "Il-mod ta' kif dan il-fond qed jiġi propost li jitmexxa huwa tajjeb fl-opinjoni tiegħi, pero' jieb nara li m'hemmx biżżejjed element ta' kontribut min-naħa tal-privat.", "Jien nemmen bis-sħiħ li l-ħarsien ta' l-ambjent m'għandux ikun biss responsabbilta` tal- gvern imma hemm bżonn li anke s-settur privat jgħin mill-aħjar li jista'.", "Kien għalhekk li xi snin ilu kont ipproponejt it-twaqqif ta' environment bank, bil-ħsieb li l-korpi parastatali u l-azjendi privati jkunu jistgħu jissieħbu f'dan il-fond billi jwarrbu persentaġġ mill-profitt annwali tagħhom.", "Din li qed ngħid mhijiex xi ħaġa li qiegħed nivvinta jien imma hija esperjenza li għaddew minnha diversi pajjiżi Ewropej, esperjenza pożittiva li ilha tiġi mħaddma f'pajjiżi bħall-Ġermanja u l-Olanda.", "GĦalhekk nixtieq li fl-istadju ta' Kumitat, tinbidel kemmxejn l-idea tal- fond kif deskritta fil-liġi biex jiddaħħal aktar dan l-element ta' inizjattiva mill-privat.", "L-idea hi li mbagħad il-gvern jew jagħti persentaġġ ta' dak li jkun ta l-privat jew inkella jagħti l-istess ammont u hekk ikun qiegħed jitħaddem il-kunċett ta' public-private partnership fil- qasam ambjentali wkoll.", "Naturalment il-fond ma jkunx ġestit biss mill-gvern imma anke mill-privat u kull sena jitqassmu parti mill-flus li jkunu nġabru għall-proġetti mtella' l-aktar minn għaqdiet mhux governattivi.", "Jien b'qalbi kollha nemmen li għandna nwessgħu l-idea ta' dan il-fond billi nipprovdu l-opportunita` għall-parteċipazzjoni ta' azjendi privati.", "Meta wieħed jara l-esperjenza ta' pajjiżi oħra Ewropej isib li huma ħafna dawk l-azjendi privati li huma membri ta' dan il-fond ambjentali għax din isservihom ukoll ta PR għax b'hekk ikunu jidhru li qed jerfgħu parti mir-responsabbilta` soċjali.", "Nixtieq ħafna li f'pajjiżna din ir-responsabbilta` soċjali tiġi aċċettata iktar min-naħa tal-privat għax għalkemm l-element tal-profitt huwa importanti, daqstant ieħor huwa importanti li parti minn dak il-profitt imur għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "It-tieni punt prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa d-dritt għall- informazzjoni u infatti f'klawsola 23 insibu enfasi qawwija fuq l-aċċess għall-informazzjoni.", "Dan hu fil-linja ta' dak li ppreżentajna aktar kmieni matul din is-sena fir-rigward tat-tibdil tal-liġi dwar l-ippjanar, fejn daħħalna ħafna iktar l-aċċess għall-informazzjoni.", "Dan li qegħdin nagħmlu fil-liġi dwar l-ambjent huwa ċertament fil-linja ta' dik id-direzzjoni, biċ- ċittadin ikollu iktar informazzjoni dwar l-istat ta' l-ambjent.", "Illum jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-website ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar isib li l-informazzjoni hija kollha disponibbli.", "Meta sar il-launching ta' dawn is-servizzi ġodda fuq il-website ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, wieħed mill-uffiċjali ta' l-awtorita` kien qalli li rrendejna l-awtorita` ta' l-ippjanar għarwiena.", "Jiena għedtlu li l-awtorita` ta' l-ippjanar hija ffinanzjata primarjament mill-poplu u għalhekk il-poplu għandu dritt għal kwalunkwe tip ta' informazzjoni.", "Illum wieħed jista' jara r-rapport ta' kwalunkwe applikazzjoni, mhux biss dawk riċenti imma sa mit-twaqqif ta` l- awtorita` ta` l-ippjanar.", "Hemm bżonn li mhux biss nippermettu aċċess għall-informazzjoni imma li bħala gvern inkunu pro-attivi biex lill-pubbliku inġenerali nagħtuh informazzjoni dwar l-ambjent.", "Qiegħed ngħid hekk għax nemmen li xi kultant ikun hawn individwi li jagħmlu ċerta ħsara lill-ambjent mhux għax ikunu jridu imma għax m'għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar kif jagħmlu l- affarijiet sewwa.", "Għalhekk hemm bżonn li tingħata ħafna iktar informazzjoni pożittiva lill-pubbliku biex jitgħallem u jifhem x'għandu bżonn jagħmel biex l-ambjent ta' madwaru jmur 'il quddiem u mhux lura.", "Jiena hawn nieħu gost li fi ftit ġranet oħra, b'konsultazzjoni sħiħa mad- dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent, l-awtorita` ta' l-ippjanar se tkun qed tippubblika policy li magħha se jkun hemm ukoll spjegazzjoni sempliċi dwar x'tip ta' siġar għadhom jintużaw f'areas rurali u f'dawk urbani.", "Xi kultant in-nies ma jifhmux li jistgħu jkunu qegħdin iħawlu siġra f'post ħażin.", "Għalhekk hemm bżonn li tingħata iktar edukazzjoni lill-pubbliku inġenerali, edukazzjoni li tkun magħmula b'mod li tinftiehem minn kulħadd.", "Hemm bżonn li l-best practice jiġi iktar spjegat, Sur President.", "Kif qiegħed insemmi l-qasam tas-siġar, irrid ngħid li għaddejja koperazzjoni sħiħa bejn l-awtorita' ta' l-ippjanar, id-dipartiment ta' l- artijiet u d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent biex inkunu f'pożizzjoni li nagħżlu numru ta' siti fejn tkun tista' ssir afforestazzjoni u fejn jista` isir tħawwil ta' siġar, mhux dawk il-waħdiet li jitħawlu fis-centre strips, qishom xi kolonna ta' suldati!", "Hemm bżonn li dan il-pajjiż inġibuh iħaddar aktar għax il-ħdura hija essenzjali u għalhekk nieħu gost li hemm din l-attivita` sħiħa għaddejja bejn l- awtorita` ta' l-ippjanar, l-uffiċċju konġunt, id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent u dipartimenti oħra sabiex inkunu f'pożizzjoni li nistabilixxu fejn se jkunu dawn is-siti u x'tip ta' siġar jistgħu jitħawlu fihom.", "Biex dan il-proġett jirnexxi żgur li hemm bżonn ta' ħidma min-naħa tal-gvern ċentrali.", "F'din l-operazzjoni beħsiebna ninkludu wkoll il-ħidma tal-kunsilli lokali, l-inizjattiva ta' l-għaqdiet ambjentali u l-għajnuna tad-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "F'dan l-istadju rrid nagħmel aċċenn għall-fattur partikolari fil-pjan ta' struttura li kien ħareġ fil-bidu tas-snin '90 - lili personalment kien laqatni immensament imma sfortunatament inħoss li ftit avvanzajna fuqu – u qiegħed nirriferi għall-countryside management.", "Sfortunatament matul dawn l-aħħar 30 sena, il-kampanja rat wisq attakki ta` sfreġju u m'għadhiex dik il-kampanja li konna nafu fl-imgħoddi.", "Naħseb li hemm bżonn ta' ħafna iktar koperazzjoni biex ikun hawn tmexxija integrata tal-kampanja, kif jgħid tajjeb il-pjan ta' struttura.", "Huma proprju l-kampanja u x-xtajtiet li jagħmluna differenti minn pajjiżi oħra u jekk irridu nżommu l-identita` tagħna, jeħtieġ li anke hawnhekk nagħtu iktar impetus biex il-kampanja tiġi mħarsa filwaqt li nippruvaw nirrimedjaw għall-ħsara li saret.", "Kien prinċiparjament għalhekk li iktar kmieni din is-sena nidejna l-iskema tal- qbiela għax ħassejna li hawn wisq art agrikola li tul is-snin ma ġietx użata.", "Hemm bżonn li din l-art tiġi sfruttata aħjar jew għal skop agrikolu jew għat-tkabbir tas-siġar.", "Raġuni oħra ewlenija għala nidejna din l-iskema kienet għaliex lanqas biss hawn database tajba ta' min jaħdem l-art, Sur President.", "Permezz ta' din l- iskema issa se nkunu f'pożizzjoni li nkunu nafu min jaħdem ir-raba', għax naturalment biex nagħmlu countyside management irridu l-ewwel u qabel kollox inkunu nafu min qiegħed jaħdem l-art u fejn hi dik l-art li m'hijiex tintuża.", "Għalhekk permezz ta' din l-iskema ħloqna l-għodda neċessarja biex inkunu f'pożizzjoni li jkollna l-informazzjoni bażika ħalli nkunu nistgħu nħarsu u anke nirrestawraw il-kampanja.", "Huwa tajjeb ukoll li fi ħdan id- dipartiment tax-xogħlijiet jeżisti team ta' ħaddiema biex jibnu l-ħitan tas-sejjieħ, sengħa li kienet kważi mietet.", "Għamel sew id-dipartiment li għaqqad grupp ta' ħaddiema li qegħdin jiġu mgħallma kif jibnu l-ħitan tas- sejjieħ u forsi hemm bżonn li iktar nies jiġu mħarrġa f'dan it-tip ta' xogħol.", "GĦalhekk nappella lil kulħadd, inkluż l-oppożizzjoni u l-unions, biex ma jippruvawx jostakolaw il-flessibbilta` li ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħlijiet bħal dawn.", "Sħabna ta' l-oppożizzjoni m'għandhomx jaraw biss sa mneħirhom!", "Mr Speaker, il-poplu Malti għandu bżonn ukoll ta' iktar informazzjoni fir- rigward tal-qasam ta' l-enerġija.", "Hemm bżonn li kulħadd jiġi mgħallem kif jagħmel biex ma jaħlix l-enerġija elettrika, ħela li twassal għal aktar tinġis fl-arja.", "Jiena nemmen li d-dipartimenti tal-gvern għandhom ikunu minn ta' quddiem li jagħtu eżempju billi jkunu huma stess li jagħmlu audit tal-premises ħalli jaraw jekk jistgħux jaħlu inqas enerġija elettrika.", "Veru li saret moda li kulħadd jikkritika lill-awtorita` ta' l-ippjanar f'kollox, għax tajjeb li jkollok scapegoat, iżda xi ħaġa li nieħu gost li se tagħmel l-awtorita` din is-sena – fil-fatt ma nafx jekk diġa' bdietx tagħmlu dan – huwa energy audit tal-premises, biex tara fejn jista' jkun hemm inqas użu ta' enerġija, bl-użu tas-servizzi jibqa' l-istess.", "Hemm bżonn li dan isir mhux biss mill-awtorita` ta' l-ippjanar imma mid- dipartimenti kollha tal-gvern.", "L-awtorita` ta' l-ippjanar ma hi qed tagħmel xejn ta' barra minn hawn imma qed tagħmel dak li l-industrija privata diġa` għamlet.", "Per eżempju, l-ST Microelectronics għamlet eżerċizzju ta' energy-saving u naqqset persentaġġ qawwi ta' enerġija li qabel kienet terġa` - jekk m'iniex sejjer żball madwar 30% - u hemm bżonn li l-gvern jimita dawn l-eżempji pożittivi.", "Id-dipartimenti u l-aġenziji tal-gvern għandhom ikunu minn ta' quddiem li jimplimentaw affarijiet bħal dawn, Sur President.", "It-tielet pilastru ta` din il-liġi huwa l-infurzar tal-liġi, li jien nemmen li għandu jsir id f'id ma' l-aċċess għall-informazzjoni għax ma nistgħux nimxu b'waħda u mhux bl-oħra.", "M'għandniex ngħidu li l-poplu jifhem biss bil- frosta u allura m'għandux jiġi mgħallem, iżda hemm bżonn nimxu fuq iż-żewġ binarji.", "Sfortunatament hemm min ma jridx jitgħallem u hemm min irid jibqa' jagħmel il-ħsara u naturalment ma' dawk ikollna nimxu b'miżuri punittivi, pero' min jaf jagħmel aħjar u forsi jrid jagħmel aħjar għandu jiġi mgħallem.", "Barra minn hekk, qabel ma nitfgħu t-tort fuq l-individwu, irridu naraw jekk l-ewwel u qabel kollox it-tort huwiex tagħna - bħala stat, bħala aġenzija tal-gvern, bħala dipartiment tal-gvern - li ma informajniex biżżejjed lill-poplu.", "Jiena nieħu gost li f'din il-Kamra u fil-pajjiż inġenerali, kulħadd huwa favur l-infurzar tal-liġi.", "Naturalment lill-pulizija kulħadd iridhom sakemm ma jaslux sa wara biebu!", "Ir-responsabbilta` ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar taqa' fuq il-ministeru ta' l-intern u nista` nikkonferma li kull meta din l- awtorita` tiġi biex tinforza l-liġi fil-konfront ta' xi individwu, lil dan arah ġej b'kull skuża; iżda meta l-infurzar tal-liġi jkun fil-konfront ta' xi ħaddieħor, żgur li dak l-istess individwu jkun favur dak l-infurzar, basta mhux fil-konfront tiegħu!", "Din hi d-dikotomija ta' dan il-pajjiż, li kulħadd huwa favur il-ġustizzja sakemm ma tmissx lilu!", "Veru li smajna lil sħabna ta' l-oppożizzjoni jitkellmu wieħed wara l-ieħor favur il-ħarsien ta' l-ambjent u favur l-infurzar tal-liġijiet, imma jekk imqar naraw x'ġara meta per eżempju ġew introdotti l-gwardjani lokali, insibu li l-kap ta' l- oppożizzjoni kien qal li dawn m'għandux ikollhom is-setgħa li jagħtu ċ- ċitazzjonijiet imma għandhom biss jgħallmu lin-nies.", "Meta aħna nagħmlu pass kuraġġuż favur l-infurzar tal-liġi dejjem insibu lill-oppożizzjoni tilgħab għall-gallarija u minflok tgħidilna li mexjin fid-direzzjoni t- tajba, tipprova titħabbeb ma` dawk in-nies li jkunu qegħdin jinqarsu mill- infurzar li jkun qed isir.", "Eżempju ieħor ta' dan huwa l-VRT, Sur President.", "Meta dan il-kunċett iddaħħal f'pajjiżna, il-kelliema ta' l-oppożizzjoni ppruvaw jinħabbu man-nies li ma riedux jimxu mal-liġi, imbagħad meta kienu fil-gvern - u din hi l-ironija - spiċċaw biex ipproponew is-sistema tal- VRT huma stess!", "Jien ngħid li nkunu kredibbli meta naġixxu fuq l-infurzar tal-liġi u mhux meta nippriedkaw biss u mill-bqija noqgħodu għall- gallarija!", "Din bħal ta' l-għajjat u l-mutetti kollha li jiġi jagħmel l- Onor. Joe Mizzi f'din il-Kamra.", "Kull darba li nqallbu fir-records ħalli naraw x'għamel il-Partit Laburista fis-sentejn li għamel fil-gvern bejn l- 1996 u l-1998, insibu li d-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi spiċċa biex ma tax l-inġenji neċessarji lill-awtorita` ta' l-ippjanar biex din tkun tista` tħott bini illegali.", "X'differenza minn dak li għamel il-gvern Nazzjonalista fir-rigward ta' bini mingħajr permess!", "Din hi d-differenza ta' bejnietna, huma jparlaw u aħna naġixxu!", "Jien verament niskanta meta nisma' lill-Onor.", "Charles Buhagiar jgħid li ħażin li noħolqu awtorita` oħra meta għandna biżżejjed piki bejn l- awtorita` ta' l-ippjanar u d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "Imma minn tant nies proprju l-Onor.", "Buhagiar għandu jitkellem, hu li meta kien ministru tax-xogħlijiet m'għaddiex l-inġenji lill-awtorita` ta' l-ippjanar biex jitwaqqa' bini illegali?", "Proprju hu se jitkellem dwar il-pika!", "Jien ma nafx dakinhar min kien impika ma` min, jekk hux l-Onor.", "Charles Buhagiar ma' l-Onor.", "George Vella, li dakinhar kien responsabbli mill-awtorita` ta' l-ippjanar, jew bil-kontra!", "Il-fatt hu li d-dipartiment tax-xogħlijiet ma poġġiex għad-dispożizzjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar l-inġenji neċessarji biex din tħott bini li kien ittella' bla permess.", "Dawn huma fatti li ġraw, li ma nafx kemm jistgħu jżidu l-kredibilita` ta' l- oppożizzjoni.", "Meta aħna ppreżentajna l-liġi dwar l-ippjanar, waħda mill-kolonni prinċipali tagħha kienet it-tisħiħ ta' l-istess liġi.", "Nhar il-Ħadd li għadda, iċ-chairman ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar tkellem dwar il- loopholes li kien hemm fil-liġi u li issa qegħdin jiġu indirizzati.", "Jekk wieħed jara x'hemm propost fil-liġi l-ġdida jsib miżuri ebsin għal min jiddeċiedi li ma jimxix mal-permessi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, u mhux billi jiġi l-ħabib tagħna l-Onor.", "Mizzi u jdoqq il-kantaliena tas-soltu li l-awtorita` ta' l-ippjanar mal-kbir timxi mod u maż-żgħir timxi mod ieħor.", "Fejn kien l-Onor.", "Mizzi meta l-Onor.", "Anton Refalo bena villa tliet darbiet ikbar mill-permess li kienet tagħtu l-awtorita` ta' l-ippjanar!", "Jekk l- oppożizzjoni trid tkun kredibbli, għandha ġġiegħel lill-Onor.", "Anton Refalo jerfa` r-responsabbilta` politika ta' l-att li wettaq u tieħu miżuri kontrieh.", "Kif tista' l-oppożizzjoni tippretendi li tkun kredibbli meta deputat minn tagħha kiser il-liġi bl-aktar mod sfaċċat, u mbagħad joħroġ l- Onor. Joe Mizzi u jgħidilna li hu jikkundannah!", "Din hi l-kredibilita` tal- Partit Laburista!", "Bħala deputat ta' din il-Kamra, jien nippretendi li l-oppożizzjoni ġġiegħel lill-Onor.", "Anton Refalo jerfa' r-responsabbilta` politika tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Li naf fiċ-ċert hu li deputat Laburista aġixxa b'mod sfaċċat u l-Partit Laburista ma ħax il-miżuri li f'pajjiż ċiviliżżat wieħed jippretendi li għadhom jittieħdu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għidilna f'liema okkażjoni ttieħdu passi min-naħa tal-Partit Nazzjonalista?", "ONOR GEORGE PULLICINO: Mela ma ħadniex passi!", "Aħna neħħejna anke ministru imma fil-każ tiegħek kont int li ddeċidejt li titlaq, anke jekk imbagħad ingħatat verżjoni differenti tal-każ, Onor. Mangion.", "Imma ħa niġi għal xi ħaġa li jien naraha fundamentali, Sur President.", "Fir-rigward ta' l-ambjent kulħadd jitkellem b'mod ġenerali, imma fil- verita` kemm aħna lesti li nibdlu l-lifestyle?", "Lesti li naħdmu bis- serjeta` sabiex innaqqsu l-konsum ta' l-enerġija?", "Lesti nużaw inqas il- karozza privata u nagħmlu użu ikbar mis-servizz pubbliku, anki b'miżuri simili għal dawk li adottaw pajjiżi oħra?", "Lesti nużaw inqas plastic bags biex innaqqsu l-iskart?", "Lesti nużaw inqas plastic bottles u iktar ħġieġ?", "Lesti naċċettaw li anke jekk għandna l-art tagħna, ma nibnux fuqha u nillimitaw ruħna għal dawk l-areas li huma diġa` stabiliti?", "Lesti nħallsu aktar għall-materjal tal-bini biex l-isfreġju ambjentali li jħallu l- barrieri jiġi limitat?", "Lesti naraw minn fejn se jiġu l-flus għall-qasam ambjentali?", "Faċli titkellem favur l-ambjent imma rridu naraw minn fejn se jiġu l-flus biex dan jiġi rranġat!", "L-Onor.", "Carmelo Abela ssuġġerixxa li nieħdu l-flus mill-EuroMed, imma jien ngħidlu li jkun aħjar kieku kellu jikkompara l-flus ivvotati mill-Unjoni Ewropea għall-qasam ambjentali u dawk ivvotati għall-Euromed.", "Jekk l-Onor.", "Membru lest li jieħu ċ-chicken feed, aħna m'aħniex lesti li nieħdu l-loqom!", "Aħna jidhrilna li l-poplu Malti huwa daqs kull ċittadin ieħor Ewropew u għalhekk għandu jieħu mill- fondi kbar li tagħti l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, xtaqt li kieku semmejt xi punti oħra imma sfortunatament il-ħin ma jippermettilix u nittama li jkolli ċ-ċans li nagħmel dan fi stadju ieħor.", "Nagħlaq billi ngħid li l-importanti hu li dak li nagħmlu fil-qasam ambjentali ma naħsbux li se nagħmluh għalina biss.", "Irridu nwettqu l- obbligi li għandna biex nissalvagwardaw mhux biss il-ħajja u l-ambjent tagħna imma anke l-ħajja u l-ambjent tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Qegħdin niddiskutu l-ambjent fil-kuntest ta' abbozz ta' liġi li jwaqqaf awtorita' li tħares l-ambjent, iżda bħala kelliemi ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar l-intern inħossni fid-dmir li nitkellem dwar entita` oħra li suppost tħares l-ambjent.", "U hawn wieħed ma jistax ma jinnotax li b'dawn il-liġijiet li qegħdin ngħaddu u b'dawn il-ħafna awtoritajiet li qegħdin jinħolqu, se jkun hemm dupplikazzjoni ta' ċertu xogħol.", "Imma nibda billi nagħti ħarsa lejn x'suppost qiegħed jagħmel id- dipartiment tal-protezzjoni ċivili biex iħares l-ambjent, Sur President.", "Kif jaf kulħadd, l-Onor.", "George Pullicino huwa segretarju parlamentari fi ħdan il-ministeru ta' l-intern u għalkemm l-inkarigu tiegħu huwa aktar iffokat fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar, pero' meta nħarsu lejn id- dipartiment tal-protezzjoni ċivili żgur li jkollna nammettu li dan id- dipartiment qiegħed hemm biex iħares u jipprevjeni kontra ċirkostanzi li jistgħu jikkaġunaw ħsara lill-ambjent.", "Imma fil-verita' x'qiegħed isir fil- qasam tal-protezzjoni ċivili biex jitħares l-ambjent?", "Veru li għaddejna liġi u veru li twaqqaf dipartiment b'mod formali – fil-fatt kien diġa` jeżisti għalkemm mhux formalment – u anke smajna ħafna paroli u smajna ħafna affarijiet sbieħ, iżda meta mbagħad niġu biex naraw eżattament x'qiegħed isir fir-rigward tal-ħarsien ta' l-ambjent ma nsibu xejn.", "Jien nemmen li hemm bżonn li ħafna oqsma tal-protezzjoni ċivili jissaħħu, inkluż dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent, Sur President.", "Per eżempju, fil-liġi dwar il-protezzjoni ċivili nsibu din it-tifsira ta' ''diżastru'', u cioe`:", "\"ġrajja mhix prevedibbli li tikkaġuna jew thedded li tikkaġuna ħsara fil-ħajja jew fis-saħħa ta' għadd ta' bnedmin jew lill-proprjeta`....\",", "- u allura hawnhekk diġa' qegħdin immissu ma` l-ambjent għax proprjeta` tista' tkun minn abitazzjoni sa biċċa raba` -", "\"....jew lill-provvista ta' riżorsi vitali tal-popolazzjoni jew ħsara lill-ambjent ...\".", "Dan kollu jfisser li parti mill-mission statement u mir-rwol tad- dipartiment tal-protezzjoni ċivili huwa li jħares l-ambjent.", "Veru li d- diżastri ma jiġrux b'regolarita` imma ejja nammettu li bħalissa qegħdin ngħixu diżastru permanenti, monument għall-gvern Nazzjonalista.", "Fil-qasam ta' l-ambjent id-diżastru sar insostenibbli.", "Qegħdin fi stat fejn fil-veru sens tal-kelma pajjiżna krieh minħabba l-iżvilupp qawwi ta' dawn l-aħħar 25 sena.", "Imma x'suppost qiegħed jagħmel id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili fil-qasam ta' l-ambjent?", "Jekk inħarsu lejn il-funzjonijiet li d-dipartiment għandu skond il-liġi, naraw li jrid iħejji pjani ta' kontinġenza għal kontra xi diżastru kif ukoll dwar emerġenzi naturali, industrijali u oħrajn li jistgħu jinqalgħu.", "Jien nistaqsi xi pjani saru mid-dipartiment mhux biss fil-qasam tal- protezzjoni ċivili imma anke fil-qasam ta' l-ambjent.", "X'sar mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?", "Hemm funzjonijiet oħrajn li dan irid jaqdi.", "Mela sew hekk, ngħaddu l-liġijiet biex nikkuntentaw lill-Unjoni Ewropea u kollox jibqa` fuq il-karta!", "Ngħidu li għandna dipartiment tal-protezzjoni ċivili u mbagħad ma narawx x'qiegħed jagħmel għas-salvagwardja ta' l-ambjent, li hu parti mill-mission statement tiegħu.", "Xi prevenzjoni qiegħda tittieħed fir-rigward tat-tinġis tal-baħar, funzjoni oħra tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?", "Aħna nafu li minkejja li d- dipartiment suppost li għandu maritime unit, dan huwa ineżistenti.", "GĦalkemm għall-grazzja t'Alla, ma kienx hawn volum qawwi ta' tinġis fil- baħar li seta' jippreokkupana, speċjalment fl-istaġun turistiku, mili 'l barra minn xtutna, fl-ibħra territorjali Maltin, kien hemm tinġis qawwi, imma peress li ma kienx ġej miż-żejt ħadd m'għamel xejn dwaru.", "Safejn naf jiena – u hawnhekk hawn il-ministru li jista' jikkoreġini – fi ħdan il- ministeru għall-ambjent jeżisti pollution unit, pero' ma nafx jekk teżistix xi forma ta' kordinazzjoni bejn dan il-ministeru u d-dipartiment tal- protezzjoni ċivili, li suppost li twaqqaf biex iħares kontra dan it-tip ta' evenjenzi li jista' jkollna minn żmien għall-ieħor.", "Donnu li f'dan il- pajjiż ma nilqgħux għal dawn it-tip ta' diżastri.", "Funzjonijiet oħra tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili huma li jorganizza u jikkordina faċilitajiet ta' taħriġ u korsijiet għall-persunal, li jistgħu jinħtieġu f'każ ta' diżastru nazzjonali, reġjonali jew ta' emerġenza, jagħmel riċerka dwar vulnerabilita` u risk assessements u jġib 'il quddiem konoxxenza pubblika dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ċivili, jiġifieri anke dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent.", "Donnu li ma jsirx taħriġ veru u proprju għax jidhirli li l-uniku taħriġ li sar kien madwar tliet snin ilu, fejn skond informazzjoni li għandi, kienu mistiedna l-pollution unit tad-dipartiment ta' l-ambjent, flimkien ma' oqsma u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru ta' l-intern, fosthom il-pulizija u dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "(Interruzzjonijiet) L-eżerċizzju sar meta l-baħar kien kalm!", "Il-persuni li ħadu sehem f'dak it-taħriġ jgħidu li l-eżerċizzju sar meta l-baħar kien qisu żejt.", "U roqgħa żejt kemm tista` tiċċaqlaq f'baħar kalm!", "It-taħriġ imissu jsir meta l-baħar ikun imqalleb u r-riħ ikun qiegħed jonfoħ fid-direzzjoni ta' pajjiżna.", "Fi żmienna konna lestejna studju dwar is-servizzi protettivi u wara konna ħriġna bi strategic plan u anke b'action plan, li kien ħa ħsiebu l-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-istrategic plan dwar is-servizzi protettivi kien qiegħed jiġi implimentat, anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien ta' l-ambjent, iżda taħt gvern Nazzjonalista ma jidhirlix li dan ix-xogħol tkompla, jew jekk stess baqgħu għaddejjin bih sar biss xi xogħol minimu.", "Xi oġġettivi li kienu ġew milħuqa kienu:", "\"the preparation of a three-year strategic plan for all the units forming part of the protective services by identifying objectives and methods in reaching our aim\" - dan ilħaqnieh f'Novembru ta' l-1997 – u", "\" the holding of monthly conferences with all personnel informing them of what the targets are, when, where and how to achieve them\",", "target li ntlaħaq f'Settembru ta' l-1997.", "Naturalment f'dawn il-miri kollha kien hemm ukoll il-qasam ta' l-ambjent.", "Meta nitkellmu dwar l-ambjent ma nistgħux ma nsemmux it-tinġis fil-baħar, li normalment jinħoloq meta xi vapuri b'irresponsabbilta` kbira jarmu ż- żejt.", "Issa peress li Malta hi pajjiż żgħir, roqgħa żgħira żejt taf tinfluwixxi fuq il-maġġoranza tax-xtut tagħna.", "Nirringrazzjaw 'il Alla li ma kellniex inċidenti fejn xi vapuri nkaljaw jew kienu involuti f'xi kolliżjoni, għax f'dak il-każ il-periklu tat-tinġis miż-żejt kien ikun ħafna akbar.", "Qasam ieħor fejn id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili jeħtieġ li jħares aktar mill-viċin huwa l-qasam tar-raba'.", "Bħalissa ninsabu fis-sajf u ovvjament ix-xemx tkun qawwija u inċidenti ta' nirien fl-għelieqi jkollna bil-bosta.", "Jista' jkun pero' li n-nar jiġi kkaġunat minħabba traskuraġni, negliġenza jew xi att premeditat.", "Jien naf li l-fire-fighting section dejjem tkun pronta għal meta jaslilha xi rapport, pero' aħna rridu li possibbilment il-fire-fighting section ma jkolliex għalfejn toħroġ titfi n- nar in the first place.", "Naturalment importanti li n-nar jintefa', pero` id-dannu jkun laħaq sar u li tara l-uċuħ tar-raba' maħruqin u suwed bil- ġmied żgur li ma teħux pjaċir!", "Lanqas ma rridu li fil-widien isseħħ din it-tip ta' ħsara.", "Daqskemm huwa tajjeb li n-nar jintefa malajr kemm jista' jkun, daqstant ieħor huwa tajjeb li wieħed jipprevjeni milli jinqalgħu inċidenti ta' din ix-xorta.", "Per eżempju, xi ħaġa li lkoll nafu li m'hijiex qiegħda ssir huma l-patrols u l-ispezzjonijiet biex ċerti postijiet jiġu ċertifikati għall-fire-proof fitness tagħhom.", "Bħalissa l-festi laħqu l-qofol tagħhom u b'kollox f'Malta u f'GĦawdex hawn iktar minn 40 kamra tan-nar.", "Il-murtali li jinħarqu jħallu residwu fl-għelieqi tal-madwar.", "X'jista' isir biex wieħed jipprevjeni milli jkun hemm ħruq?", "Bħalissa l-ħaxix qed jinxef – jekk mhux diġa nixef - u allura iktar jista' jieħu n-nar malajr.", "Fl-inħawi ta' fejn jinħaraq in-nar tal-festi nsibu kemm proprjetajiet privati kif ukoll proprjetajiet tal-gvern u jekk m'għandniex kontroll fuq il-proprjetjiet privati, almenu għandu jkollna kontroll fuq dawk tal-gvern.", "Jien ngħid li tajjeb jagħmel id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li jniedi kampanja ta' awareness għal min għandu raba' privata biex kemm jista' jkun jieħu ħsieb jara li fl-għalqa ma jkollux ħaxix ħażin twil li jista' jkun il-kaġun ta' xi inċendju.", "GĦalkemm dan huwa parti mill-mission statement tas-servizzi protettivi, minn dan kollu mhu qiegħed isir xejn, Sur President.", "Nista' naqra mill-memorandum li kien sar meta kien qiegħed jiġi propost it- trasferiment tal-fire brigade mid-dipartiment tal-pulizija għad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fejn hemm miktub hekk:", "\"Ideally, therefore, and given the need to generally economise in view of the limited resources available on the island, the fire-fighting authority should provide the following services: fire-fighting and extinguishment of fires, advice in fire precaution, including inspections and certification of places as to their fire-proof fitness....\"", "Sfortunatament dan ix-xogħol m'huwiex qiegħed jitwettaq, anzi qiegħed jittieħed lightly.", "GĦalfejn m'għandhomx isiru dawn it-tip ta' patrols?", "Forsi d-dipartiment m'għandux flus biżżejjed għalihom?", "Aħna nitkellmu dwar protective services għax l-ewwel konsiderazzjoni għandha tkun il- prevenzjoni u mhux it-tneħħija tal-ħsara.", "Dawn huma l-affarijiet li d- dipartiment tal-protezzjoni ċivili jrid jieħu ħsieb.", "Jien ikkritikajt kemm- il darba lid-dipartiment - u m'iniex se noqgħod nikkritika lill-persuni b'mod individwali għax naf li s-Sur Peter Cordina jagħmel li jista' bir- riżorsi u bil-flus limitati li għandu – għax il-ħasra hi li minħabba l- ħtiġijiet ta' ekonomija, fl-istazzjon tax-Xemxija ma jkunx hemm biżżejjed ħaddiema għal mal-fire-engines filgħaxijiet.", "Ta' l-inqas għandu jkun hemm erba' persuni għal kull fire-engine, pero' m'huwiex qiegħed ikun hemm dan in-numru.", "X'se jiġri jekk tinqala' xi emerġenza li tkun qiegħda thedded l- ambjent?", "Bħal dak li qallu dawn l-evenjenzi filgħodu biss jinqalgħu u filgħaxija ma naħsbux għal dawn l-affarijiet!", "Ili sena u nofs li għamilt din il-kritika – dak iż-żmien li kienu nbidlu l- metodi tas-shifts u ta' l-overtime u meta d-dipartiment tal-fire-fighting neħħa kompletament l-overtime ta' filgħaxija - u minn dak iż-żmien 'il hawn ma nbidel proprju xejn.", "Nitolbu 'l Alla li ma jiġri xejn bil-lejl għax kif qiegħed ngħid, m'hemmx biżżejjed manpower għat-tħaddim tal-fire-engines.", "Illum qiegħed nerġa' ntenni din il-kritika.", "Issa l-ħofra m'għadiex ħrafa u donnu li qegħdin naraw kif nekonomizzaw minn hawn u nqaċċtu minn hemm, anki f'affarijiet li jeħtieġu attenzjoni u investiment kontinwu.", "U Alla jbierek qisu m'hu qiegħed jiġri xejn!", "Skond din il-liġi, suppost li jeżisti l-kunsill għall-protezzjoni ċivili intiż biex iħares l-ambjent u li fost il-funzjonijiet tiegħu, suppost li fl- ebda każ ma jiltaqa' inqas minn darba fi tliet xhur.", "Minn mindu twaqqaf dan il-kunsill suppost li għamel ħafna laqgħat u suppost li qiegħed jifformula, imexxi u jikkordina kull kwestjoni u prattika ta' politika nazzjonali dwar il-protezzjoni ċivili, jagħti pariri, jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-ministru dwar l-idonjeta` ta' persuna, japprova pjani ta' kontinġenza, linji direttivi u kodiċi assoċjati ma' emerġenzi u diżastri pubbliċi.", "L-unika darba li dan il-kunsill issemma' f'dan il- parlament kien biss waqt id-diskussjoni tal-liġi għax mill-bqija qatt ma ssemma' aktar!", "Ovvjament fir-rigward tal-protezzjoni ċivili jeżistu ħafna iktar affarijiet dwar xiex wieħed jiddiskuti.", "Iva, l-ambjent jilgħab ukoll parti importanti għax jissemma' fil-liġi dwar il-protezzjoni ċivili u huwa parti mill- mission statement li dan id-dipartiment qiegħed iħares.", "Allura wieħed jistaqsi: X'sar f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent, jekk forsi saru xi pjani ta' kontinġenza dwar salvataġġ?", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk id- drafters ta' l-Att dwar l-Ambjent rawx x'kien qiegħed isir fil-qasam tal- protezzjoni ċivili, għax jistgħu jinqalgħu ċerti kontradizzjonijiet.", "Per eżempju, taħt il-liġi li waqqfet id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, f'dak li għandu x'jaqsam ma' reati, hemm indikat li kulmin jidħol mingħajr awtorizzazzjoni f'xi żona li tkun indikata bħala żona fejn wieħed ma jistax jidħol minn uffiċjali tad-dipartiment, ikun ħati ta' reat minħabba l-fatt li jkun daħal f'dik iż-żona u jista` jeħel il-piena stabilita mil-liġi.", "Dan ifisser li l-uffiċjali tad-dipartiment tal-protezzjoni għandhom id- dritt jagħlqu żona biex ħadd ma jkun jista' jidħol u jekk xi ħadd jikser dik l-ordni u jidħol f'dik iż-żona projbita, ikun ħati li kiser dik il- liġi.", "Issa fi klawsola 25 ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna nsibu li l-ministru jista`:", "\"Jawtorizza uffiċjali ta' l-awtorita` li jkunu spetturi għall-finijiet ta' dan l-Att, u dawk l-ispetturi jistgħu hekk kif juru prova ta' l- identita` tagħhom biex jiżguraw it-tħaris ta' dan l-Att jew ta' kull regolament magħmul bis-saħħa tiegħu:", "jidħlu f'kull post (li ma jkunx post ta' abitazzjoni) jew jitilgħu fuq kull vettura jew bastiment li jkollu liċenzja taħt dan l-Att jew li jista' xort'oħra jkun preskritt\".", "Hawnhekk se niġu f'kontradizzjoni għax wieħed għandu d-dritt li jimponi kondizzjonijiet min-naħa tal-protezzjoni ċivili biex persuna ma tidħolx f'żona projbita.", "Jiġifieri f'każ ta' ħruq f'xi għelieqi jew tinġis f'xi xtut, l-uffiċjali tal-protezzjoni ċivili jistgħu jgħidu li dik iż-żona hija projbita u ma jħallu lil ħadd jidħol fiha, presumibilment għax ikunu qegħdin jaħdmu fuqha huma.", "Issa f'dan l-abbozz ta' liġi dwar l-ambjent, l-ispetturi li jaħtar il- ministru għandhom id-dritt li jidħlu f'kull post. Allura issa x'se jiġri bejn l-ispetturi ta' l-ambjent u l-uffiċjali tal-protezzjoni ċivili?", "Dawn se jiġu f'konflitt ma' xulxin, u min se jirbaħ minnhom?", "Min se jiddetermina jekk spettur jistax jidħol meta l-uffiċjal korrettiv jew id- dipartiment tal-protezzjoni ċivili ikun iddikjara li żona partikolari hija pprojbita għad-dħul?", "Ma nafx għalfejn noħolquhom dawn l-affarijiet!", "Huwa evidenti li qegħdin ngħaġġlu, bil-liġijiet ħerġin qishom pastizzi ħalli naqdu lil ta' l-Unjoni Ewropea!", "Veru każ li l-id il-leminija ma tafx x'inhi tagħmel l-id ix-xellugija!", "Issa forsi jiġi xi ministru u jgħid li dawk jistgħu jidħlu għal xi funzjoni partikolari u l-oħrajn jistgħu jirrifjutaw li jdaħħluhom għax qegħdin jagħmlu xi funzjoni għall-oħra!", "Imma come on, mhux it-tnejn għall-ambjent ikunu qegħdin jaħdmu!", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar xi ħaġa oħra u nitlob li xi ħadd forsi jilluminana dwar x'qiegħed isir fir-rigward ta' l-applikazzjoni għall-bini ta' impjant ta' riċiklaġġ minn wara dahar iż-Żebbuġin u s-Siġġiwien.", "Milli jidher, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi huma kkundannati u ddestinati li minn żmien għall-ieħor jiffaċċaw dawn it-tip ta' applikazzjonijiet, b'kull rispett lejn min imexxihom.", "Jien niftakar il-problema li kien hemm dwar impjant li kien qiegħed jiġi propost li jinbena qrib is-Siġġiewi u issa hawn dan il- waste recycling plant li apparentament se jinbena qrib Ħaż-Żebbuġ.", "Mill- informazzjoni li għandi, il-proċess fil-planning authority jinsab għaddej pero' b'ċertu kwiet, jiġifieri jista' jkun li f'daqqa waħda niġu ffaċċjati b'xi permess li joħroġ għall-għarrieda.", "Jien niftakar li f'din il-Kamra kont ippreżentajt petizzjoni ffirmata minn madwar 800 Żebbuġi, firem li ġbarnihom f'affari ta' 24 siegħa għax kien hemm bżonn li jintbagħat messaġġ ċar dwar il-preokkupazzjoni taż-Żebbuġin bit-twaqqif ta' dan l-impjant ta' riċiklaġġ.", "Jien residenti hemmhekk ukoll u ġenwinament ninsab ippreokkupat, anke għaliex fis-sajf ngħaddi ġranet sħaħ f'Wied il-GĦajn u niftakar bid-diżastru li kien inqala' hemmhekk bil- bini ta' impjant tar-riċiklaġġ, bl-irwejjaħ insapportabbli li kien ikun hemm.", "Minkejja li l-problema ġiet solvuta, xorta kultant għadhom jinxtammu ċerti rwejjaħ, anke jekk mhux b'mod daqshekk qawwi bħalma kienu jinxtammu fil-bidu.", "F'dan il-pajjiż kulma jonqosna huwa l-bini ta' impjant simili f'nofs il-gżira, li jkun jaffettwa lil Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u anke Ħal Qormi, speċjalment lir-residenti li jgħixu fl-outskirts ta' dawn l-irħula.", "GĦalhekk nitlob lil min hu responabbli biex jagħtina spjegazzjoni dwar fejn wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni.", "Jiena nittama li waqt is- smigħ ta' din l-applikazzjoni jkunu jistgħu jinstemgħu l-ilmenti ġenwini tar-residenti li se jiġu milquta.", "Sur President, f'dan l-intervent xtaqt inqajjem ftit punti dwar il-qasam tal-protezzjoni ċivili, fejn inħoss li hemm nuqqasijiet kbar u mhux biss b'mod ġenerali imma anke b'mod speċifiku.", "Barra minn hekk, għar-rigward ta' l-applikazzjoni li hemm pendenti bħalissa quddiem l-awtorita` ta' l- ippjanar biex jinbena mpjant tar-riċiklaġġ f'Ħaż-Żebbuġ, nittama li jkollna feedback mill-ministru dwar l-ilmenti ġustifikati tar-residenti ta' Ħaż- Żebbuġ, Ħal Qormi u s-Siġġiewi.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li x'ħin wieħed jaqrah jispiċċa jistaqsi lilu nnifsu x'hemm ġdid fih.", "Jekk wieħed jara għal xiex jaħseb dan l-abbozz ta' liġi, isib li dan jaħseb bażikament biex titwaqqaf awtorita` li jkollha d-dmir li tħares l-ambjent, biex titwaqqaf kummissjoni nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli, biex jitwaqqaf fond dwar l-ambjent u biex il-ministru jingħata ċerti poteri.", "X'ħin wieħed jasal biex iħares lejn il-funzjonijiet isib li m'hemm assolutament xejn ġdid li fl-aħħar mill-aħħar b'xi mod se jwassal għal bidla straordinarja, mil-lum għall-għada, fir-rigward ta' l-ambjent ta' madwarna, li jinkludi mhux biss il-pajsaġġ imma anke l-arja, il-baħar u l- kwalita' ta' l-ilma li nixorbu.", "Dawn huma oqsma verament sensittivi għax b'mod jew ieħor, tajjeb jew ħażin, jaffetwaw is-saħħa tal-bniedem.", "Issa jekk wieħed jipprova jaqra dan l-abbozz ta' liġi, in between the lines isib li hawn se nkunu qegħdin nagħtu l-fakulta` li jsiru legal notices u regolamenti dwar l-ambjent mingħajr il-bżonn ta' proċess parlamentari u dibattitu sħiħ fil-Kamra tad-Deputati.", "Jidher b'mod ċar u mingħajr ebda tlaqliq li dan l-abbozz ta' liġi huwa intenzjonat biex ir-regolamenti, il- liġijiet u d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jidħlu ħelu ħelu.", "Biex inħarsu l-ambjent u jekk verament nirrispettaw lilna nfusna, m'għandniex noqogħdu nistennew lil xi ħadd minn Brussels li jidderiġina, jiddeċiedi hu x'regolamenti għandna nadottaw jew jipprova jiġbdilna widnejna fejn ma nkunux qegħdin naslu.", "Jekk nirrispettaw lil pajjiżna għandu jkun id-dmir tagħna li naraw li l-ambjent jiġġedded, jimxi 'l quddiem u jiġi mtejjeb għall-ġid ta' kulħadd.", "Naħseb li wieħed mill-fallimenti tal-gvern preżenti hu li fl-aħħar sentejn u nofs ftit li xejn sar xogħol biex l-ambjent jinġieb 'il quddiem.", "Saru studji, saru rappporti, laqgħat, diskussjonijiet, press conferences u tressaq anke abbozz ta' liġi, imma żgur li qegħdin 'il bogħod ħafna minn dak li l-poplu Malti jixtieq li jara.", "Pajjiżna jiddependi fuq ċerti pilastri ta' l-ekonomija, fosthom it-turiżmu.", "Ambjent tajjeb u sabiħ żgur li jattira aktar turisti lejn dawn il-gżejjer, filwaqt li ambjent ikrah u żdingat jista' jwassal lill-istess turisti li qegħdin nippruvaw nattiraw lejn pajjiżna biex imorru lura lejn pajjiżhom u jkunu ambaxxaturi tal- malawgurju.", "U la qegħdin nitkellmu dwar l-ambjent, ma nistgħux ma nagħmlux riferenza għall-Magħtab, Sur President.", "M'iniex se nerġa' insemmi l-fatt li dawk il-ħafna turisti li jkunu sejrin lejn it-tramuntana ta' Malta jgħadduhom mill-coastroad u hekk kif jaslu ħdejn il-Magħtab, jispiċċaw jieħdu r-ritratti u l-filmati ta' din il-ġerħa li għandna.", "Iva, din hija ġerħa mhux biss mill-aspett viżiv imma agħar minn hekk, hija ġerħa għas-saħħa tal-poplu Malti u GĦawdxi kollu u mhux biss ta' dawk li jabitaw fil-viċinanzi għax b'mod dirett jew indirett, din qiegħda taffettwa lil kulħadd.", "Id-dħaħen u l-kimiċi li joħorġu minn hemmhekk qegħdin jaslu f'diversi partijiet tal-gżira, filwaqt li l-problema tad-diossina qiegħda taffetwa lill-pjanti, l-annimali u t-tjur.", "Safejn naf jien m'hawn xejn biex jittestja l-effett tad-diossina fuq ċerti prodotti, lanqas dawk li jiġu importati, Sur President.", "Nafu li f'diversi pajjiżi, anke Ewropej, irriżultaw problemi ta' saħħa proprju minħabba d-diossina.", "Barra minn hekk nafu wkoll - u issa anke d- dipartiment tas-saħħa qiegħed jikkonferma dan - li m'għandux isir għawm fil- viċinanzi tal-miżbla tal-Magħtab.", "Bażikament bejn is-Salini u Baħar iċ- Ċagħaq m'għandux isir għawm.", "Waħda mis-sitwazzjonijiet tad-daħk li rajna ftit taż-żmien ilu kienet it-tilwima dwar min għandu javża li f'dawn l- inħawi ma jistax isir għawm.", "Mhux it-turist biss imur jgħum għax il-baħar m'huwiex riservat biss għat-turisti!", "Naħseb li huwa d-dmir tad-dipartiment tas-saħħa li jiżblokka din is-sitwazzjoni farseska, għax ir-responsabbilta` tiegħu m'hijiex biss li jagħti l-kura lill-individwi imma li jara li ħadd ma jitpoġġa fil-periklu.", "Il-prevenzjoni mill-mard hija wkoll responsabbilta` tas-settur tas-saħħa u importanti li d-dipartiment tas- saħħa mhux biss joħroġ l-avviżi fuq il-mezzi tal-media, imma ankle jwaħħal it-tabelli neċessarji.", "Naturalment appena nsemmu l-Magħtab mill-ewwel jiġu f'moħħok id-dħaħen fl- arja, il-metalli li jinżlu fil-baħar u l-kolonja enormi ta' ġrieden li hemm.", "Imma hemm ħaġa li kważi qatt ma nisimgħu dwarha u li tirrigwarda l- ambjent arkeoloġiku.", "Għal min ma jafx, fi studju li kien sar fl-1994/1995 bejn il-kunsill lokali tan-Naxxar, il-mużew nazzjonali ta' l-arkeoloġija u l-ministeru tal-ġustizzja, il-Magħtab kien irrapportat bħala \"cultural site\".", "Fir-rapport tas-siti kulturali rriżulta li fil-Magħtab jeżistu barrieri li l-mod ta' kif inhuma mibnija u l-fatt li f'mill-inqas tnejn minnhom jeżistu oqbra mħaffra fil-ħitan, jindika li huma antiki ħafna, li jmorru lura sal-miġja tar-Rumani f'Malta, jiġifieri madwar elfejn sena.", "Bl-estensjoni tal-miżbla tal-Magħtab fl-aħħar tas-snin '80, l-iskart kollu li kien qiegħed jintrema hemm kien qiegħed iwassal biex jagħmel ħsara f'partijiet sostanzjali minn dawn il-barrieri antiki.", "Naħseb li dan huwa sfreġju bħalma kien sfreġju t-twaqqigħ tal-ġebel ta' l-Imnajdra.", "Bħalma huwa kundannabbli dak l-att vandalu, daqstant ieħor huwa kundannabbli d- dannu li qiegħed isir f'dawn il-barrieri.", "Għalkemm madwar seba' snin ilu dawn il-barrieri kienu tnaddfu, issa reġgħu imtlew.", "Jekk aħna għandna verament għal qalbna l-wirt arkeoloġiku ta' pajjiżna, żgur li għandna nippreservaw xi ħaġa bħal din.", "Fil-kwestjoni ta' l-Imnajdra, minkejja li kkundannajna dak l-att, ħadd ma rnexxielu jsib lil min kien responsabbli għalih, imma fil-każ ta' dawn il-barrieri nafu li dak l-isfreġju qiegħed jiġi kkawżat minn korporazzjoni tal-gvern.", "Ħalli nsemmi każ ieħor, Sur President.", "Is-sit bejn in-Naxxar u l-Mosta, magħruf bħala Tal-Wej, qiegħed eżattament bejn Santa Marija tax-Xagħra, San Pawl tat-Tarġa u Santa Margerita.", "Suppost li din l-area hija ppreservata biex hemmhekk ma jsir l-ebda xogħol, minħabba li hija area fejn hemm formazzjonijiet arkeoloġiċi u flora u fauna li fid-dinja huma rari.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, xi familji residenti fin-naħa ta' Santa Marija setgħu jinnotaw l-isfreġju li kien għaddej għax il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma riedet tgħaddi mainpipe kbir li jwassal l-ilma għan-naħa tal-Mosta.", "Xi ħadd iddeċieda li jibqa' għaddej dritt ħalli jħaffer linja iqsar u ma jkissirx it-tarmac – u forsi għall- ewwel wieħed seta` jasal biex jagħtih ftit raġun - imma tajjeb li ngħid ukoll li ċ-chairman ta' l-awtorita' għas-servizzi ta' l-Ilma joqgħod biswit dan il-post li qiegħed insemmi, u għalhekk żgur jaf bl-importanza arkeoloġika li għandu.", "Jekk wieħed jasal wasla sa Triq Ħannewija faċilment jista' jara l-passaġġ li jagħti għal Tal-Wej.", "Jien nistieden lill-ministru biex jekk irid, nieħdu fuq dan is-sit ħalli jara x'inhu għaddej.", "Meta l- ħaddiema tad-WSC twaqqfu mix-xogħol li kienu qegħdin jagħmlu tefgħu ġebel kbir f'nofs dan il-passaġġ, bil-konsegwenza li issa dan ma jistax jintuża.", "Ir-residenti li ġibduli l-attenzjoni għal dan kollu qaluli wkoll li ppruvaw ikellmu lill-kunsill lokali tan-Naxxar imma l-ogħla uffiċjali ta' dan il- kunsill għall-ewwel ma riedux jagħtu kas.", "Dan ġara t-Tlieta u jien issuġġerejt li jekk sa l-għada kollox jibqa' miexi kif kien ippjanat u l- kunsill lokali ma jagħtix widen, ngħajtu lill-media u nuru l-isfreġju li kien se jsir f'Tal-Wej.", "Meta l-ogħla uffiċjali tal-kunsill lokali tan- Naxxar saru jafu b'dan, ħadu passi u s'issa x-xogħol għadu wieqaf u ħadd ma jaf jekk dan il-kanal huwiex se jitħaffer u jekk se jsir, huwiex se jgħaddi minn Tal-Wej jew le.", "S'issa kulma nafu hu li x-xogħol għadu wieqaf u kollox hu pospost.", "Jien qed inqajjem dan il-każ hawnhekk għaliex importanti li qabel isir xi xogħol, isir assessement ta' minn fejn ikun għaddej u ta' xi ħsarat irriversibbli li jkun qiegħed jagħmel.", "Is- sitwazzjoni ta' l-Imnajdra b'mod jew ieħor ġiet irranġata, imma kieku f'Tal- Wej il-ħaddiema tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma baqgħu għaddejjin bil-kanal li kien qiegħed ftit metri 'l bogħod minn fdalijiet arkeoloġiċi, kien isir sfreġju għal dejjem.", "F'Tal-Wej insibu numru sostanzjali ta' cart ruts li jidhru delineati b'mod ċar.", "Meta wieħed iħares lejhom mill-għoli jara pjan sħiħ li minn hemmhekk iwassal saħansitra san-naħa tas-Salini.", "Hemmhekk hemm numru ta' oqbra Puniċi u xi għadajjar li kienu ġew imnaddfa madwar ħames snin ilu bis-saħħa tal-kunsill lokali ta' dak il-lokal.", "Meta ġew ingaġġati esperti biex jagħmlu apprezzament ekoloġiku tas-sit, irriżultat sitwazzjoni verament interessanti fejn instabu numru ta' insetti u shrimps, fosthom it-tadpole shrimp speċi rari mhux biss f'Malta imma anke fid-dinja, li l-aħħar li kien ġie identifikat f'Malta kien fl-1990.", "Meta din l-area ġiet imnaddfa u dawn l-għaddajjar reġgħu imtlew bl-ilma, instab li dawn it-tadpole shrimps, reġgħu faqqsu.", "M'iniex biħsiebni noqgħod insemmi n-numru ta' algae li wieħed isib hemmhekk, imma ngħid biss li rapporti oħra juru b'mod ċar li dawn it-tip ta' speċi kienu jeżistu f'dawn is-siti.", "Kieku l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma baqgħet għaddejja bil-proġett tagħha kienet tgħaddi eżatt minn nofs il-cart ruts, minn nofs l-oqbra u minn nofs dawn l- għadajjar fejn jikbru speċi rari u b'hekk kienet twassal għall-qirda totali ta' dan il-wirt.", "Minbarra dan, f'dan is-sit jeżistu wkoll numru ta' ġebel kbir li jindikaw il-possibbilta` li f'dik l-area kien hemm xi tempji.", "Fil-fatt f'din l-area wieħed għadu jista' jsib minkejja li sar ħafna serq, fdalijiet tal-fuħħar.", "Jien ngħid li m'għandniex għalfejn noqogħdu niskantaw għax kien hemm min ipprova jagħmel sfreġju fl-Imnajdra meta huwa l-gvern stess li qiegħed jagħmel sagrileġġ f'postijiet oħra ta' importanza arkeoloġika.", "Naf li ħadd m'hu innoċenti fir-rigward ta' dan il-qasam, imma meta jkun hemm rapporti li jikkonfermaw li dan huwa wirt arkeoloġiku u mbagħad ikun il-gvern stess li jagħlaq għajnejh għal ċerti proġetti, assolutament m'huwiex aċċettabbli.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem dwar l-ilma tax-xorb, u nibda billi ngħid li madwar sena ilu kont attendejt għal waħda mill-laqgħat li jsiru fi Brussels, fejn pajjiżna kien ġie kkundannat minħabba l-kwalita` ta' l-ilma u minħabba l-ammont ta' nitrati li fih.", "Din hija problema li l- gvern ilu jaf biha imma minkejja dan xorta għadna niġu pprovduti b'ilma ta' kwalita` inaċċettabbli.", "Wieħed mill-ġurnali lokali kien ħareġ b'din l- aħbar u wara kienu nqalgħu ċerti battikett bejnu u bejn id-dipartiment.", "Pero' dejjem jibqa' l-fatt li jgħid x'jgħid il-gvern, il-kwalita` ta' ilma li qiegħed jipprovdi lill-poplu Malti m'hijiex aċċettabli.", "Dan il-gvern qiegħed jiġi kkundannat u kkritikat għall-fatt li m'hu qiegħed jagħmel xejn speċjali f'dan ir-rigward, għall-mod ta' kif qiegħed jiġi ttrattat id- drenaġġ qabel jintefa' fil-baħar u għal dak li qiegħed jagħmel biex jirriċikla l-ilma tad-drenaġġ.", "Naħseb li dawn huma punti verament importanti, mhux biss għax jirrigwardaw lit-turiżmu jew lill-bajjiet fejn jgħumu l-Maltin u l-GĦawdxin imma anke għaliex m'hijiex l-ewwel darba li n-nies li jmorru jgħumu jispiċċaw b'infezzjonijiet fil-ġilda u fis-sistema gastro-intestinali minħabba t- tinġis.", "Jekk hemm xi ħadd li jaħseb li s-saħħa tal-bniedem ma tiddependix fuq l-ambjent, sejjer żball.", "L-ewwel u qabel kollox aħna nieħdu n-nifs mill-arja, fejn sfortunatament l-arja ta' pajjiżna fiha livell għoli ħafna ta' trab fin li jikkaġuna l-asthma, mhux biss fit-tfal imma anke fl-adulti.", "F'ċerti nħawi nsibu wkoll predominanza ta' barrieri filwaqt li f'inħawi oħra hemm il-power stations, li t-tnejn li huma jikkontribwixxu biex jitkattar fostna dan it-tip ta' mard.", "Ftit taż-żmien ilu kien inqala' ħafna għagħa dwar it-trab iswed fl-inħawi tal-Fgura.", "Ta' min jgħid li dan it-trab iswed huwa preżenti wkoll f'inħawi tal-Ħamrun.", "Minbarra l-istudju biex jiġi identifikat minn fejn ġej dan it- trab, x'sar f'dawn l-aħħar sentejn u nofs?", "Forsi għadna m'aħniex ċerti minn fejn ġej dan it-trab?", "X'qiegħed isir f'pajjiżna biex l-ambjent verament jimxi 'l quddiem?", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t- Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2001, fis-6.00 p.m., b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali – Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni t'Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputeriżżata - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, nibda billi bħala deputat u bħala Malti nagħti l-appoġġ tiegħi għal dak li ntqal fil-bidu ta' din is-seduta, meta saret mistoqsija parlamentari dwar il-pożizzjoni ta' l-ilsien Malti f'ċerti korsijiet ta' l-universita`.", "L-awtonomija ta' l-universita` għandha tkun rispettata, pero' nitlob li din il-materja tant sensittiva tiġi rrikonsidrata.", "Jien inħoss li l-ilsien Malti għandu jkun mitkellem u studjat tajjeb minn dawk li 'l quddiem iridu jħaddnu l-professjoni legali.", "Nafu tajjeb li l-professjonisti legali jagħmlu parti minn dik il-faxxa ta' nies li minnha joħorġu ħafna mexxejja u nies li xi darba jew oħra se jkunu f'pożizzjoni li jridu jħaddmu l-lingwa Maltija.", "Jien nista' ngħid li kull darba li niltaqa' ma' persuni barranin, speċjalment jekk ikunu ġejjin minn pajjiżi 'l bogħod minna, l-ewwel mistoqsija li dejjem jagħmluli tkun dwar x'lingwa nitkellmu, speċjalment jekk ikunu għadhom kif semgħuni nitkellem bil-Malti.", "GĦalhekk inħeġġeġ lis-senat ta' l-universita` biex jerġa' jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu u ma nagħmlux ħmerijet, imma xtaqt niddedika ftit minuti minn dan l-aġġornament biex nitkellem dwar ċerti problemi li aħna bħala deputati nsibu fix-xogħol tagħna, Sur President.", "Forsi l-media u l-poplu inġenerali ma japprezzawx biżżejjed - inkella jekk japprezzaw m'humiex mgħarrfin biżżejjed - dwar f'liema ċirkostanzi aħna noperaw minn hawnhekk.", "Per eżempju, naħseb li ftit huma dawk li jafu x'faċilitajiet ta' privatezza għandna aħna bħala membri, fis-sens ta' meta nġibu biex nagħmlu xi telefonata jew meta jkollna bżonn nitkellmu ma' xi ħadd waqt il-ħin tas-seduta.", "Biex inkellem persuna, ikolli nagħmel dan fil- preżenza ta' persuni oħra jew inkella fi kmamar li m'humiex adatti.", "Qegħdin nitkellmu dwar 65 deputat u għalhekk ta' min wieħed ipoġġi ftit bilqiegħda u jara x'soluzzjonijiet prattiċi jista' jsib ħalli almenu ntejbu ftit il-kondizzjonijiet li naħdmu fihom.", "Bħala persuna fil-politika, jien irrid inżomm ruħi aġġornat kemm jista' jkun dwar suġġetti differenti u llum il-ġurnata naħseb li kull deputat għandu jkollu aċċess għal librerija u għal post fejn ikun hemm il-kwiet.", "Nixtieq nagħmel enfasi dwar il-fatt li f'dan il-parlament m'hawnx post fejn wieħed jista' jipprepara bil-kwiet, jaqra u jagħmel riċerka bil-kalma kollha.", "Jiddispjaċini ngħid li l-postijiet li għandna allokati għaż-żewġ naħat tal-Kamra m'humiex attrezzati b'librerija fejn wieħed jista' jagħmel xogħol importanti filwaqt li ma jaħlix ħin.", "Naħseb li kull deputat għandu jkollu aċċess għall-internet, li m'hijiex xi ħaġa daqshekk impossibbli biex issir, Sur President.", "Tajjeb li wieħed jgħid li ħafna drabi, aħna bħala deputati niġu mitlubin nagħmlu xogħol barra mill-pajjiż.", "Per eżempju, jien qiegħed fuq il-Kunsill ta' l-Ewropa; hemm min qiegħed fuq il-commonwealth parliamentary association; hemm min qiegħed fuq l-international parliamentary union; u hemm min qiegħed fuq affarijiet oħrajn.", "Jien nemmen li huwa importanti ħafna li pajjiżna dejjem iżid fil-kuntatti.", "Inħoss li dawn il-kuntatti li nagħmlu jiswew mhux biss biex intejbu l-livell tagħna personali imma anke biex innaqqsu l-antagoniżmu żejjed bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jien nemmen li dawn il-kuntatti li nagħmlu ma' pajjiżi barranin huma mumenti importanti ħafna, mumenti li jħallu ġid li ma jistax jiġi kkalkolat.", "Għalhekk naħseb li hemm bżonn li wieħed iħares lejn ċerti faċilitajiet li l- membri parlamentari jistgħu jutilizzaw aħjar.", "Jien ngħid li l-fatt li aħna nistgħu mmorru barra minn Malta fuq delegazzjoni huwa privileġġ, għax ikollna l-opportunita` li niltaqgħu ma' deputati bħalna fejn mhux biss ikun hemm skambju ta' ideat imma fejn nibdew nirrealizzaw li kif jgħidu t- Taljani, tutto il mondo e` un paese.", "F'dawn id-delegazzjonijiet aħna naraw il-problemi li jiltaqgħu magħhom deputati barranin u mhux biss problemi ta' kostitwenza.", "Forsi hawn Malta aħna kultant ingergru għax in-nies jiġu għandna b'kull tip ta' problema, pero' meta nitkellmu ma' membri parlamentari barranin nindunaw li dan jiġri anke f'pajjiżi oħra, pajjiżi kbar, fejn il-kuntatt li għandu l-elettorat mad-deputat tiegħu huwa minimu.", "Illum nistgħu ngħidu li jitla' jew ma jitlax fil-parlament, deputat f'pajjiż Ewropew jiddependi mill-media campaign.", "Veru li hemm min jagħmel house visits bħalma nagħmlu aħna hawn Malta, pero' ħafna drabi n-numru ta' kostitwenti tant ikun kbir li ma jkunx possibbli għalihom li jagħmlu dan.", "GĦalhekk meta aħna mmorru f'pajjiżi barranin fuq dawn id-delegazzjonijiet, nirrealizzaw li kulħadd qiegħed jgħix fl-istess ambjent u kullimkien hemm l-importanza li deputat ikollu l- appoġġ meħtieġ.", "Biex forsi ninftiehem ftit aħjar, irrid ngħid li dan l- aħħar kelli okkażjoni nattendi għal diversi konferenzi u laqgħat barra mill- pajjiż.", "Minħabba ċertu nuqqas ta' flessibbilta` fl-ivjaġġar u f'affarijiet li huma relatati max-xogħol tagħna, kien hemm ħafna telf ta' żmien u ħafna frustrazzjoni fix-xogħol li ppruvajna nwettqu f'isem il- parlament u l-poplu Malti.", "Mr Speaker, is-suġġett proprju li xtaqt nitkellem dwaru llum huwa suġġett li nixtieq li nittrattah bil-mod ta' kif nifhmu jien, suġġett li ħafna drabi dwaru qegħdin nisimgħu qanpiena minn naħa waħda u qanpiena min-naħa l- oħra, x'aktarx mill-istess kelliem.", "Huwa suġġett jaħraq ħafna għax għalkemm meta jsiru ċerti mistoqsijiet parlamentari dwaru nispiċċaw niċċajtaw, il- problemi u d-diffikultajiet li fih dan is-settur huma sintomu ta' dak kollu li jgħaddi minnu pajjiż.", "Qiegħed nirriferi għall-biedja u s-sajd, li bla dubju ta' xejn huwa aspett mill-ħajja tagħna li l-iktar li jpoġġi problemi ta' better management.", "In-nuqqas ta' ħaddiema f'dan is-settur u l-fatt li dan in-numru qiegħed dejjem jonqos - mhux biss f'Malta imma fil-pajjiżi kollha li qabdu t-triq ta' l-industrijalizzazzjoni – qiegħed joħloq ċerti diffikultajiet u sfidi f'qasam dinamiku.", "Kollox jinbidel, imma f'dan il- qasam partikolari nistgħu ngħidu li għandek rivoluzzjoni ġejja u oħra sejra, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir tal-ħxejjex u ta' l- annimali.", "Il-problema hi li l-mard kapaċi jfeġġlek fejn l-anqas tkun qed tistennieh.", "Per eżempju, il-qasam tat-trobbija ta' l-annimali dan l-aħħar ta' spiss kien fl-aħbarijiet minħabba l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u l- mad cow disease, li tista' tiġi trasmessa fil-bniedem.", "Min-naħa l-oħra, il- klima tilgħab parti importanti fir-rigward tat-tkabbir tal-prodotti u taffettwa lil dan is-settur tal-biedja u s-sajd b'mod mhux mistenni.", "F'pajjiżna x-xogħol li qiegħed isir minn min jopera f'dan il-qasam, kemm qiegħed irendi?", "Il-bdiewa u s-sajjieda tal-lum kemm huma kapaċi jgħaddu x- xogħol tagħhom lil uliedhom?", "Illum il-ġurnata għadu possibbli li jsir dan, bil-problemi finanzjarji, bin-nuqqas ta' training u bin-nuqqas ta' opportunitajiet li jeżistu f'dan il-qasam?", "Hawnhekk qegħdin naraw l-effetti soċjali li l-bidliet li qegħdin iseħħu fid-dinja qegħdin iġibu f'dan il- qasam.", "L-isfidi li qiegħed jiffaċċja s-settur tal-biedja u s-sajd ġejjin min-natura ta' l-istess xogħol.", "L-agrikoltura trid taġġorna ruħha għall- prodotti l-ġodda u ovvjament waħda mill-aktar affarijiet li tbiddel in- natura ta' dan ix-xogħol hija d-domanda tal-konsumatur.", "Huma s-swieq li jiddeterminaw x'wieħed ikabbar u kif jaħdem.", "Sur President, wieħed irid jara x'rabta hemm bejn ix-xogħol kollu li jsir mill-produttur ewlieni f'dan il-qasam u numru kbir ta' industriji oħra li jiddependu minnu.", "Meta wieħed jibda jifhem dawn l-affarijiet jinduna li hemm ħafna iktar fatturi li jaffettwaw lil min qiegħed ikabbar il-prodott.", "Hemm l-isfidi tat-trasport.", "L-infrastruttura għal dak li huwa trasport hija importanti ħafna biex il-prodott jitwassal frisk għand il-konsumatur.", "Il-prodott irid ikun kompetittiv fil-konfront ta' prodotti oħrajn li jkunu ġejjin minn postijiet oħrajn.", "Dan hija xi ħaġa li f'pajjiżna taffettwana ħafna għax nafu li l-ħin li jasal fih il-prodott jiddetermina l-prezz li jġib.", "Quddiem dan kollu jien nara li l-agrikoltura lokali għandha ħafna sfidi quddiemha, irrispettivament jekk pajjiżna jisseħibx jew le fl-Unjoni Ewropea.", "Sfortunatament kull kamp politiku huwa entrenched fil-pożizzjoni tiegħu, bħall-armati ta' l-ewwel gwerra dinjija li nqabdu ftit mili 'l bogħod minn xulxin jippruvaw joqtlu lil xulxin.", "Il-politika Maltija fil-preżent hija entrenched f'pożizzjoni għamja li jew kollox favur jew kollox kontra.", "Jeħtieġ li nagħmlu l-kuraġġ u naraw kif fir-realta` l-Unjoni Ewropea se tolqot lil kull settur, kemm jekk inkunu membri kif ukoll jekk nibqgħu barra.", "Irridu nifhmu li aħna qegħdin naħdmu biex inkunu membri ta' l- Unjoni.", "Hawn min ma jarax din il-ħtieġa u jien nirrispetta l-opinjoni ta' dawn in-nies, imma f'ġieħ is-sewwa jeħtieġ li nifhmu li m'hemmx membri sħaħ u membri mhux sħaħ!", "Sħabna ta' l-oppożizzjoni jgħidulna li huma lesti li jiġġieldu biex ikollna l-aħjar kondizzjonijiet.", "GĦadna kif bdejna n- negozjati dwar il-pakkett ta' l-agrikoltura, iżda rrid ngħid li l- konklużjonijiet li qegħdin jaqgħu għalihom il-membri ta' l-oppożizzjoni m'humiex f'waqthom.", "Aħna rridu li jkollna pakkett tajjeb u nixtiequ li l- oppożizzjoni wkoll tagħti l-kontribut tagħha ħalli nakkwistaw l-aħjar kondizzjonijiet.", "Irrid nirrikonoxxi l-fatt li l-qasam ta' l-agrikoltura huwa diffiċli, anke għall-istess Unjoni Ewropea.", "Kulħadd jaf kemm hi problematika l-common agricultural policy.", "Naraw eżempju wara l-ieħor tal-problemi li jeżistu biex wieħed jiftiehem fuq livell reġjonali, aħseb u ara fuq livell mondjali!", "Nerġa' ngħid li dan kollu jinħoloq minħabba n-natura nnifisha tal-prodott - u huwa għalhekk li għamilt introduzzjoni kemmxejn twila – għax il-klima tal-Mediterran ma teżistix biss fil-Mediterran imma anke fl- Afrika t'Isfel u fl-Amerika t'Isfel, u allura għandek ħafna pajjiżi kompetituri fl-istess grupp li aħna nagħmlu parti minnu bħala reġjun.", "Idea oħra żbaljata li hawn tiġri fl-imħuħ ta' ħafna nies hija dik dwar l- effett tal-globalizzazzjoni.", "Jiena nħoss li dan qiegħed isir bi skop.", "Ħafna drabi l-oppożizzjoni qiegħda titfa' l-iżvantaġġi li pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni fl-istess keffa ta` l-effett li qiegħda ġġib il- globalizzazzjoni, li tfisser li llum il-pajjiżi tad-dinja tant ġew viċin xulxin li kulħadd qiegħed jagħmel il-kummerċ ma' min jaqbillu.", "Ftit ta' żmien ilu dħalt f'ironmongery żgħir biex nixtri xi fittings għall-kamra tal- banju.", "Peress li kien sar il-ħin ma kienx hemm klijenti oħra pero' xorta kelli nistenna biex ninqeda, u dan għaliex is-sid tal-ħanut kien qiegħed jagħmel biċċa negozju maċ-Ċina, pajjiż tant imbiegħed.", "Illum, bil-mezzi ta' komunikazzjoni li ġew żviluppati, imkien m'hu 'l bogħod u kollox hu possibbli li jsir.", "Qiegħed ngħid dan kollu biex forsi nifhmu li f'pajjiżna, l-effett tal- globalizzazzjoni se jkun qiegħed jinħas, irrispettivament minn jekk nisseħbux jew le fl-Unjoni Ewropea.", "It-tnaqqis tal-ħaddiema fil-qasam tal- biedja u s-sajd esperjenzajnieh fl-imgħoddi, ninsabu għaddejjin minnu bħalissa u se nibqgħu niffaċċjawh fil-futur, irrispettivament minn jekk inkunux Svizzera fil-Mediterran jew membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa` ngħid li fir-rigward ta' dan il-qasam, tagħmel differenza kbira bejn li nkunu membri jew ma nkunux.", "Ormai lill-kap ta' l-oppożizzjoni drajnieh idur qasam qasam u jsemmi d-diżgrazzi u t-traġedji kbar li kull settur se jkollu jgħaddi minnhom, jgħid hu.", "Dr. Sant isemmi l-industrija tal- majjali, l-industrija tat-tiġieġ, isemmi prodotti individwali u jgħidilna li ladarba nissieħbu fl-Unjoni, dak is-settur u l-ieħor iridu jispiċċaw.", "Ejja naraw verament x'se jkunu l-effetti tas-sħubija anke billi nifhmu li hemm gżejjer bħalna li huma membri ta' l-Unjoni.", "Kemm hawn minna li jafu li l-Greċja ngħatat fondi mill-Unjoni biex tissalvagwarda l-industrija tal- feta cheese?", "F'pajjiżna wkoll hawn industriji żgħar li bi ftit għajnuna u ristrutturazzjoni jistgħu jipproduċu prodotti ta' ċertu standard.", "Hemm bżonn li fir-rigward tal-biedja u s-sajd nibdew nimplimentaw programmi li jżidu l-ħaddiema f'dan is-settur, mhux kif qiegħda tgħid l-oppożizzjoni li dan il-qasam se jmut.", "Hemm bżonn ta' iktar ħaddiema għax dan huwa qasam li mhux biss jipprovdi l-ikel, jieħu ħsieb li l-art ma tintilifx u jnaqqas it-telf tal-ħamrija, imma jikkontribwixxi wkoll għat-turiżmu, li tant hu importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Dan għaliex minbarra li jipprovdi l-ikel, is-settur tal-biedja u s-sajd iżomm l-ambjent fi stat tajjeb.", "Din hija l-multifunctionality li teżisti f'dan il-qasam u li huwa mportanti li nħarsu lejha u mhux lejn l-aspett kummerċjali biss.", "Jien ma nixtieqx nara l-ikel jintrema, pero` m'għandux ikollna din l-istmerrija assoluta għas- sistema ta' l-agrikoltura f'tant pajjiżi membri ta' l-Unjoni li rnexxielhom jipproduċu iktar, bi kwalita` aħjar u b'inqas ħaddiema.", "Dan huwa suċċess.", "In-numru ta' nies li jaħdmu f'dan il-qasam huwa żgħir anke f'pajjiżna, imma minkejja ċ-ċokon tiegħu xorta kapaċi jipproduċi ċertu ammont ta' ikel.", "Huwa veru li pajjiżna jimporta ħafna prodotti, pero' huwa fatt magħruf li l- Unjoni kienet kapaċi tipproduċi ħafna prodotti hi stess.", "Fil-fatt ħafna mill-problemi nħolqu minħabba dan is-suċċess.", "Fl-opinjoni tiegħi, dak li huwa kompletament żbaljat huwa l-mod tat-tqassim, il-mod ta' kif jaħdem is- suq, imma dwar dan qegħdin isiru t-taħditiet.", "Għalhekk huwa importanti li nkunu preżenti meta jittieħdu ċerti deċiżjonijiet għax dawn żgur li lilna se jaffettwawna, irrispettivament inkunux membri ta' l-Unjoni jew le.", "Huwa importanti li nkunu preżenti ħalli aħna wkoll nagħtu sehmna.", "Issa nkunux ħamsa minn 600 jew sitta minn 800 m'huwiex importanti, l-aqwa li nkunu hemm.", "Hu importanti li pajjiżna jkun membru f'dawn il-fora biex ma jibqax entrenched fil-pożizzjoni tiegħu.", "Huwa minnu li fl-Unjoni Ewropea hemm ċerti diffikultajiet fil-qasam ta' l-agrikoltura u s-sajd, imma jeħtieġ li nħarsu b'mod iktar realistiku.", "Punt ieħor li jitqajjem min-naħa ta' l-oppożizzjoni huwa dak li f'waħda mill-konferenzi ta' l-Unjoni kien hemm ħafna pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq li għandhom association agreement ma' l-Unjoni.", "Dawn il-pajjiżi għandhom settur agrikolu li jħaddem persentaġġ ta' nies ħafna iktar għoli minna, pero' minkejja dan m'huwiex strateġikament u politikament mixtieq li pajjiżna jkun jiddependi kompletament min-negozju internazzjonali għall- provvista ta' l-ikel tiegħu, u dan minħabba n-numru ta' familji Maltin li l- għixien tagħhom jiddependi kompletament minn dan il-qasam.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nappella biex naraw sew xi tfisser għalina sħubija fl-Unjoni vis-à-vis il-qasam tal-biedja u s-sajd.", "Ħafna drabi nistgħu nipproġettaw pero' dejjem se jibqa' ħafna unknown variables.", "Jien nemmen li fir-rigward ta' dan il-qasam hemm ħafna iktar dwar xiex wieħed jixtarr qabel nieħu deċiżjoni aħħarija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal-lejla t- Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2001, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FINANZI - DONAZZJONIJIET", "26635.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25333, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku, u anke sabiex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' l-għoti ta' donazzjonijiet, jekk sar, sar b'ġustizzja, fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu, kif ukoll sabiex il-Kamra tkun assigurata li l- proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar- regolamenti?", "Il-Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25814.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd għal din ukoll.", "EDUKAZZJONI - DONAZZJONIJIET", "26636.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25334, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku, u anke sabiex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' l-għoti ta' donazzjonijiet, jekk sar, sar b'ġustizzja, fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu, kif ukoll biex il-Kamra tkun assigurata li l- proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar- regolamenti?", "Il-Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- mistoqsijiet parlamentari 25812 u 26445.", "TURIŻMU - DONAZZJONIJIET", "26638.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25331, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku, u anke biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' l-għoti ta' donazzjonijiet, jekk sar, sar b'ġustizzja, fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu, kif ukoll biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Il-Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - DONAZZJONIJIET", "26639.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25330, jista' il- Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku u anke sabiex il-Kamra tkun assigurata li t- tqassim ta' l-għoti ta' donazzjonijiet, jekk sar, sar b'ġustizzja, fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu, kif ukoll sabiex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Il-Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25824.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd għal din ukoll.", "EDUKAZZJONI INKLUŻIVA - KUMITAT MINISTERJALI", "26654.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kumitat ministerjali dwar l-edukazzjoni inklużiva ilu ma jiltaqa' minn Settembru 2000?", "X'inhuma l-kwestjonijiet kruċjali li jrid isib tarfhom dan il-kumitat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL TAL-GVERN - INTERNET", "26655.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar il- proġett ta' aċċess għall-internet fl-iskejjel tal-gvern?", "Min hu responsabbli mid-deċiżjonijiet biex websites sottomessi mill-għalliema jkunu nklużi jew le fil-website http://schoolnet.magnet.mt", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha steering committee dwar l-internet fl-iskejjel, chaired mid-direttur ġenerali ta' l-edukazzjoni, liema kumitat jieħu deċiżjonijiet dwar il- portal tal-website.", "F'dan il-portal hemm feedback form fejn l-għalliema jistgħu jissuġġerixxu sites oħra li fil-fehma tagħhom għandhom jiżdiedu mal- lista eżistenti.", "SKEJJEL TAL-GVERN - INTERNET", "26656.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-divizjoni ta' l- edukazzjoni li qed jaħdmu esklussivament fuq il-proġett ta' l-internet fl- iskejjel?", "Taħt liema dipartiment jaqgħu?", "Kemm hemm impjegati fl-istess diviżjoni li parti mir-responsabbilta` tagħhom hi dan il-proġett?", "Min huma?", "X'kariga għandhom?", "Minn meta bdew jaħdmu fuq dan il-proġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li m'hemm ħadd mill-impjegati fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li qed jaħdem esklussivament fuq il-proġett ta' l- internet fl-iskejjel.", "Dawk li għandhom parti mir-responsabbilta` tagħhom fuq dan il-proġett huma: Maria Mintoff, assistant head; Emile Vassallo, support teacher; Albert Vella, support teacher; u Pauline Azzopardi, Tania Briffa, Nancy Calleja, James Callus, Catherine Carabott, Tania Gatt, Dorita Maniscalco, Carmen Mifsud, Marica Saliba, Lorna Schembri, Mariangela Schembri Meli, Wilhelmina Scicluna u Joanne Spiteri, kollha ICT peripatetic teachers.", "SKEJJEL TAL-GVERN", "26657.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm skejjel se jkollhom aċċess għall-internet sa Ġunju 2001?", "Liema huma?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Jista' ipoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-pjan li hemm biex l-iskejjel kollha tal-gvern ikollhom aċċess għall-internet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa Ġunju 2001 l-iskejjel li se jkollhom aċċess għall-internet huma: Santa Theresa girls' junior lyceum; Maria Reġina girls' junior lyceum; Dun Ġużepp Żammit Brighella boys' junior lyceum; Ninu Cremona boys' secondary/junior lyceum; Agius De Soldanis girls' secondary/junior lyceum; Mikiel Anġ Refalo post-secondary; Carlo Diacono girls' junior lyceum; Sir Adrian Dingli girls' junior lyceum; Erin Serracino Inglott girls' secondary; Giovanni Despott boys' junior lyceum; F.X. Attard boys' secondary; Lily of the Valley girls' secondary; Fra Diegu Bonanno girls' opportunity centre; Lorenzo Gafa' boys' secondary; Paolino Vassallo post secondary; Giovanni Curmi higher secondary; arts & design centre; Margaret Mortimer girls' junior lyceum; Liċeo Vassalli boys' junior lyceum; San Ġużepp Ħaddiem; Mikiel Anġ Sapiano (technical institute); Salvatore Dimech; Kan.", "P. Pullicino girl's secondary; Fgura primary school 'A'; Fgura primary school 'B'; St Julians primary 'C'; Cospicua primary school 'A'; Cospicua primary school 'B'; Kalkara primary school 'C'; Senglea primary school 'C'; Marsa primary school 'B'; Vittoriosa primary school 'C'; Xgħajra primary school 'C'; Mosta primary school 'A'; u Mosta primary school 'B'.", "Dawn ġew magħżula prinċiparjament fuq policy li kienet ittieħdet fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, li kienet tat priferenza l-area tal-Kottonera.", "Intgħażlu l-iskejjel post-sekondarji maġġuri, jiġifieri dawk tan-Naxxar u ta' Raħal Ġdid.", "Kien hemm firxa ta' skejjel sekondarji u junior lyceums li ntgħażlu skond il-popolazzjoni ta' l-iskola jew minħabba l-fatt li huma mdaħħla f'diversi EU programmes.", "SKEJJEL TAL-GVERN - INTERNET", "26658.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'sistema ta' filtering qed tintuża biex jiġi mblukkat l-aċċess għal websites meqjusa bħala mhux adatti għat-tfal ta' l- iskejjel li ngħataw aċċess għall-internet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sistema li qed tintuża hija dik imsejħa walled garden jew white list u bħala sistema qed tintuża s-surf control, sistema li taħdem billi tħalli ċerti kategoriji biss ta' sites jidħlu.", "Kull kategorija fiha eluf ta' sites.", "Bħalissa l-kategoriji ta' sites li ġew enabled huma news, kids u education.", "Barra minn hekk, diversi sites magħrufa bħala li għandhom valur edukattiv ġew miżjuda ma' dawn il- kategoriji, e.g. is-site edukattiva tal-BBC, l-Encarta u l-Brittanica.", "Ta' min jinnota li din is-sena qegħdin fis-sena pilota u għalhekk kontinwament qed jiġu evalwati kategoriji oħra biex jiġu miżjuda ma' dawk eżistenti.", "GĦALLIEMA – TAĦRIĠ FL-UŻU TA' L-INTERNET", "26659.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'taħriġ ingħata jew qed jingħata lill-għalliema fl-użu ta' l-internet bħala għodda teknologika?", "X'taħriġ ingħata jew qed jingħata lill-għalliema fl-użu ta' l-internet bħala għodda ta' tagħlim ta' suġġetti oħra akkademiċi?", "Jista' jispeċifika eżattament in-natura tat- taħriġ, kif, meta, fejn, minn min u lil min ingħata?", "Xi pjani hemm għat- taħriġ ta' l-għalliema f'dan ir-rigward għall-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena ġew provduti korsijiet għall-għalliema rigward l-użu ta' l-internet fil-klassi.", "Għal dawn il- korsijiet applikaw numru konsiderevoli ta' għalliema.", "It-taħriġ sar minn dawk speċjalizzati f'dan il-qasam u sar fiċ-ċentru ta' l-informatika fil- Furjana kif ukoll fil-junior lyceum tal-Blata l-Bajda.", "Barra minn hekk, l-ICT peripatetic teachers qed iduru fl-iskejjel konċernati biex jgħinu lill-għalliema fl-użu ta' l-internet.", "-------"]} {"filename": "20020619_758d_par.doc", "date": "2002-06-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 758 L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 758", "L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "758", "L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 717", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 717", "TQEGĦID TA' KARTI 721", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI (IT-TIELET QARI)", "PRODUCERS' ORGANISATIONS BILL (THIRD READING) 722", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA (IT-TIENI QARI)", "EUROPEAN CONVENTION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 723", "AĠĠORNAMENT 743", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 749", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 757 li saret fit-18 ta' Ġunju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KLANDESTINI", "32590.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm klandestini nqabdu fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "Jista' jagħti l-informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu, 2002 il-pulizija qabdu 234 klandestin, filwaqt li matul l-istess xhur ta' bejn l-1997 u l-2001 ma kien hemm l-ebda każ.", "PORTIJIET - KONTROLL KONTRA L-MARD", "32591.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bl-azzjonijiet li qed jissoktaw sabiex fil-portijiet ta' Malta u Għawdex jiġu segwiti miżuri ta' kontroll ħalli f'pajjiżna ma tidhirx il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer?", "Jista' jgħid x'miżuri qed jittieħdu u meta saru spezzjonijiet matul dawn l-aħħar tliet xhur sabiex ikun assigurat dan il-kontroll?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalissa qegħdin isiru l-kontrolli normali fuq il- prodotti filwaqt li fid-dwana qed jiġi assigurat li l-ebda prodott ta' l- annimali ma jiddaħħal mill-passiġġieri.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru almenu jara li ċerti prekawzjonijiet f'dak li huwa ġarr ta' annimali minn razzett għal ieħor, jibqgħu jiġu segwiti?", "Lili jirriżultali li m'huwiex qed isir follow-up bis- serjeta` f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: F'pajjiżna għall-grazzja t'Alla l-ebda farm m'huwa mniġġeż bil-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.", "Kuntrarjament għal dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, lili jirriżultali li fl-irziezet kulħadd jieħu l-prekawzjonijiet kollha biex il-merħliet ma jiġux affetwati minn xi tip ta' mard.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, filwaqt li m'għandi l-ebda dubju mill- ħniena u mill-grazzja t'Alla, jista' l-Ministru jara li f'kull farm ikun hemm ilma disinfettant ħalli kull vettura li tidħol u toħroġ titnaddaf minn ċerta bacteria li tista' tikkaġuna mhux biss il-marda ta' l-ilsien u d- dwiefer imma kwalunkwe tip ta' mard ieħor?", "Mhux billi mingħalina li kollox miexi fuq ir-rubini!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-għan ta' kull min imexxi dan il-qasam hu li kemm jista' jkun ix-xogħol jimxi fuq ir-rubini.", "Napprezza li mhux kollox jimxi kif tkun tridu, pero' konvint illi r-raħħala jieħdu l- prekawzjonijiet kollha neċessarji biex jaraw li kemm jista' jkun l-operat jimxi smooth.", "Rigward l-ilma disinfettant, jiena persważ li r-raħħala jobdu u jesegwixxu d-direttivi li jinħarġu perjodikament mid-direttur ġenerali responsabbli mis-servizzi veterinarji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru ġentilment jinformana meta hu personalment f'dawn l-aħħar sitt xhur għamel spezzjonijiet biex jaċċerta ruħu f'dan is-sens?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, fid-dipartiment għas-servizzi veterinarji hemm tekniċi li jifhmu aktar mill-politiċi u huma jagħmlu l-monitoring u jaraw li l-irziezet jinżammu up to standard sabiex tiġi eliminata kull possibbilta' ta' mard.", "Fid-domanda tiegħu l-Onor.", "Interpellant staqsieni dwar l-azzjoni li qed tittieħed fil-portijiet biex jiġu segwiti miżuri ta' kontrolli ħalli ma tfeġġx il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.", "Is-servizzi veterinarji jagħmlu l-almu tagħhom biex iżommu din il-marda 'l bogħod minn xtutna u s'issa nistgħu ngħidu li għall-grazzja tal-ħanin Alla, din il-marda nżammet 'il bogħod.", "Is-servizzi veterinarji jieħdu l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha biex jassiguraw li l-ebda tip ta' mard ma jinġarr minn razzett għal ieħor.", "Barra minn hekk, jien perjodikament inżur l-irziezet – għax niġi mistieden mir-raħħala stess - u nista' ngħid li wħud minnhom tant jinżammu fi stat tajjeb li tkun qisek dieħel f'abitazzjoni residenzjali, pero' mhux se noqgħod insemmi liema huma l-irziezet li żort.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ewwelnett lill-Ministru ma tlabtux jgħidli liema kienu l-irziezet li żar imma staqsejtu jekk f'dawn l-aħħar sitt xhur marx hu personalment jispezzjona l-irziezet biex jara li qed jiġi sostnut il- pjan ta' kontinġenza tal-gvern dwar il-ħarsien mill-marda ta' l-ilsien u d- dwiefer u minn xi mard ieħor.", "Xtaqtu jgħidli wkoll jekk żarx il-portijiet għal dan l-istess skop.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, waqt li niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li d-domanda tiegħu oriġinali kienet tittratta fuq il-portijiet u mhux fuq l-irziezet, nerġa' nirrepeti li jiena nżur diversi rziezet u naf li ħafna minnhom jinżammu f'livell għoli ħafna.", "Rigward iċ-checking fil-portijiet, dan isir mill-uffiċjali kompetenti li jaħdmu fit-taqsima tas-servizzi veterinarji u nista' nikkonferma li dawn jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li din il-marda ma tidħolx f'pajjiżna.", "Meta madwar sena u nofs ilu fl-Ewropa kien hawn outbreak ta' din il-marda, konna ħadna l-miżuri kollha biex nassiguraw li l- marda ma tidħolx – naħseb li kienu aktar ebsin minn ta' pajjiżi oħra – u nistgħu ngħidu bi ftaħir li rnexxielna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li naqbel mal-Ministru li għandu joqgħod fuq dak li jgħidulu t-tekniċi li għandu fid-dipartiment, jista' jgħidilna min-naħa tiegħu x'passi ħa u x'konsultazzjoni għamel sabiex jinvestiga s- sitwazzjoni illi qed jiffaċċjaw is-sajjieda Maltin fil-kwestjoni tas-sajd tat-tonn, anke fir-rigward ta' dak li ġie rrapportat fil-ġurnali kemm il- bieraħ kif ukoll illum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, bħalissa l-istaġun tas-sajd tat-tonn qiegħed fl-aqwa tiegħu u ma nistax niċħad li ġieli jinqalgħu xi inċidenti.", "Imma rrid ngħid li jeżisti agreement bejn il-koperattivi tas-sajjieda Maltin u l-koperattivi tas-sajjieda Taljani biex f'każ li jinqala' xi inċident isir l-arranġament neċessarju.", "Irridu niftakru li hemm sajjieda li jistadu għat-tonn permezz ta' konz bis- sistema tal-long-lining, jiġifieri li jkun jikkonsisti fi xlief twil 'il fuq minn kilometru u miegħu jkun hemm ħafna snanar, filwaqt li sajjieda oħra jaqbdu t-tonn permezz ta' xibka, imbagħad dan jintefa' ġo gaġġa u din tiġi rmunkata minn tug boat.", "Ġieli jiġri li meta t-tug boat tkun qiegħda tirmonka l-gaġġa jinqabdu magħha l-konzijiet u ssir ħafna ħsara.", "F'dan it-tip ta' xogħol sfortunatament l-inċidenti jinqalgħu kull mument, u infatti, jien informat li l-bieraħ stess kien hemm erba' inċidenti u nqala' ieħor il-lejl li għadda.", "Fil-fatt għaddejjin proċeduri biex is-sajjieda jissetiljaw il-problema bejniethom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien nieħu gost nisma' lill-Ministru jkompli bil- follow-up tiegħu u jgħid li kollox miexi ħarir u kollox se jiġi rranġat!", "F'dan l-ispirtu u fid-dawl ta' dak li qed tgħid l-Unjoni Ewropea, u cioe' li biex ikun hemm aktar protezzjoni ta' l-istocks tal-ħut trid titnaqqas flotta, partikolarment fir-reġjun tal-Mediterran, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu tal-purse- seiners?", "Il-gvern iħares lejn il-purse-seiners bħala xi ħaġa distruttiva u għaldaqstant aħjar napplikaw ċerti mezzi selettivi oħra biex jinqabad it- tonn, jew huwa favur tagħhom?", "Veru li l-purse-seiners iġibu magħhom dawn id-diffikultajiet u ljieli koroh u ta' biża' – qed nikkwota minn \"l- orizzont\" ta' dalgħodu – għas-sajjieda Maltin u Għawdxin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant qed isemmi l-iljieli koroh u ta' biża'.", "Naturalment f'kull tip ta' xogħol għandek is-sabiħ u l-ikrah, iżda mhux għax jinqala' xi inċident tgħid li waqgħet id-dinja!", "Inċidenti kien ikun hemm fil-passat, għadu jkun hemm u se jibqa' jkun hemm.", "Sakemm inti għandek nies li jaħdmu b'apparat differenti tistenna li jkun hemm xi forma ta' inċident.", "L-importanti hu li jkun hemm l-irġulija, li dawn in-nies jiftehmu bejniethom u li ma jkunx hemm min joqgħod jippompja minn wara biex l-affarijiet nonfħuhom aktar milli hemm bżonn.", "L-Onor.", "Interpellant staqsa dwar diversi affarijiet, u anke semma l- overfishing.", "Fil-fatt il-pajjiżi tad-dinja kollha u mhux biss dawk ta' l- Unjoni Ewropea huma konxji minn din il-problema.", "Mela inti taħseb li fl- Amerika ta' Fuq, fl-Amerika t'Isfel, fl-Awstralja, fi New Zealand, fil- Ġappun u fil-bqija ta'l-Asja m'hemmx overfishing?", "Mhux kulħadd jaf li fid- dinja kollha jeżisti l-overfishing!", "L-Ewropa hija istituzzjoni serja biżżejjed u qiegħda tgħid li m'għandniex noqogħdu nparlaw biss dwar l- overfishing u ma nagħmlu xejn.", "L-Unjoni qiegħda tgħidilna biex ningħaqdu u nieħdu l-passi neċessarji.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma nafx kif is-Sedja tippermettilu jirrispondi b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Farrugia.", "Inti taf li ma nistax nindaħallu x'iwieġeb.", "X'inhi d-domanda tiegħek, jekk jogħġbok?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qed nitlob lill-Ministru jgħidli x'inhi l- policy tal-gvern fejn jidħlu l-purse-seiners, fil-kuntest tal-politika tal- Gvern Malti li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk il-Ministru m'huwiex lest li jirrispondi għad-domandi li qed nagħmillu ħalli nżommu din id- diskussjoni ħajja, jien niddikjara bil-quddiem li mhux se nagħmel aktar mistoqsijiet bħala sinjal ta' protesta għall-mod kif il-Ministru qed jirrendi bla sugu l-ħin tal-mistoqsijiet u anke għan-nuqqas ta' support min- naħa tas-Sedja.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, inti taf li għajjatlek ripetutament biex tagħmel domandi supplimentari u l-Ministru hu fid-dover li jwieġeb għalihom.", "Jien daqshekk nista' nagħmel u m'għandix triq oħra.", "Ikompli l- Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tant nimxu ta' nies minn din in-naħa li mill-ilsien u d-dwiefer issa morna għall-overfishing, għat-tonn u għall-purse-seiners, pero' jien ma nistenniex li jiġi bniedem, jagħmel set ta' mistoqsijiet - lanqas tkun taf fejn beda u fejn spiċċa – u jippretendi li nwieġbu.", "Jien nerġa' ngħid li l-overfishing mhux fl-Unjoni Ewropea biss isir imma fid-dinja kollha.", "Jien kont qed ngħid li l-Unjoni u l-pajjiżi l-oħra huma konxji mill-problema tal-qbid ta' ħut bla rażan.", "Issa x'qegħdin ngħidu fuq il-purse-seining, il-qbid tal-ħut permezz ta' xibka, xogħol li ilu jsir għal għexieren ta' snin?", "Jien kif nista' ngħid jekk dan il-mezz huwiex ħażin jew tajjeb?", "Il-qbid ta' ħut bix-xibka huwa tajjeb għal ċerti speċi ta' ħut u huwa ħażin għal ċerti speċi oħra.", "Nafu li hemm trawlers kbar li joħorġu 'l barra biex jistadu u qabel xahrejn, tlieta ma jerġgħux jirritornaw.", "Kull vapur ikollu fabbrika sħiħa fuqu u l-ħut li jinqabad jiġi ppakkjat u pproċessat ġol-laned u mhux iffriżat.", "Aħna għal dan it-tip ta' overfishing qed nitkellmu.", "Issa fil-Mediterran u anke fl-Amerika daħal il-kunċett li jkun hawn il-fish- farming tat-tuna.", "Jiena dan naqbel miegħu għax huwa l-mod kif tista' tgħin biex ma jkunx hawn overfishing fl-ibħra tad-dinja.", "Il-purse-seining jintuża biex wara li t-tonn ikun bejjed jintefa' ġol-gaġeġ, jerġa' jeħxien u jkun f'pożizzjoni li jitqatta' u jintbagħat lejn swieq differenti, b'mod partikolari lejn is-swieq tal-Ġappun u tal-Korea t'Isfel bi prezzijiet tajbin.", "Jien m'għandi xejn kontra dan it-tip ta' sajd pero' ma nistax ngħid li jiena kontra l-purse-seiners.", "Jekk il-purse-seining ikun ikkontrollat bil-għaqal skond parametri li ma joqtolx il-ħut kollu, jiena favur tiegħu.", "Pero' ejja naraw x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta dwar dan, Sur President.", "Qabel xejn f'pajjiżna m'għandniex overfishing.", "Aħna m'aħniex l-Italja, m'aħniex f'Norway, m'aħniex l-Ingilterra, m'aħniex il-Portugal u m'aħniex Spanja.", "In-nitfa tagħna taqdi l-ħteġijiet ta' pajjiżna u m'għandniex overfishing u allura rridu nagħmlu dak li qed jagħmel il-gvern.", "Il-gvern irid li l-area ta' madwar Malta tiġi ddikjarata bħala zona ta' konservazzjoni ħalli nassiguraw li din tkun area kkontrollata, li ġo fiha jbid il-ħut, il-bajd ifaqqas u ladarba jkollok il-ħut, ikollok l-industrija tas-sajd u jkollok is-sajjieda.", "Dan li qegħdin nagħmlu aħna.", "U għalhekk nhar is-Sibt li għadda l-gvern ħabbar li se jgħin finanzjarjament lis- sajjieda biex jara li din il-conservazation zone taħdem billi anke nikkontrollaw l-ammont ta' qbid f'din iz-zona.", "Fil-fatt il-gvern se joħroġ Lm2.4 miljun ħalli ċerti bastimenti li qabel kienu jistadu f'din iż-żona, jinħarġu 'l barra minn 25 mil u jistadu hemmhekk.", "Irridu niftakru li 80% tas-sajd isir barra mill-25 mil u allura l- gvern - naħseb għall-ewwel darba fl-istorja tas-sajd f'pajjiżna – qed jagħti din l-injection finanzjarja ħalli ċerti bastimenti nirranġawhom u nagħmluhom aktar safe biex ikunu jistgħu jistadu 'l barra.", "Għax biex tistad fiz-zona tagħna trid tkun f'ċerti parametri.", "Jiġifieri li tiġi tgħid li sajjieda barranin jiġu hawnhekk veru m'aħniex nifhmu x'qegħdin nagħmlu!", "Għax f'din iż-żona trid tistad kemm-il darba inti ma taqbiżx il- fishing effort u dan kollu se jiggarantixxi illi ż-żona ta' 25 mil madwar Malta, verament issir żona ta' konservazzjoni.", "Rigward jekk l-Onor.", "Interpellant iridx jagħmel aktar mistoqsijiet jew le nħalli f'idejh, għalkemm jien nista' ngħid li nieħu gost li jagħmilli l- mistoqsijiet.", "OVERTIME", "32617.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa overtime għamlet il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - minn Jannar ta' din is-sena 'l hawn?", "Kemm fil-fatt ilha mal-ministeru u jew mad-dipartiment din il-persuna?", "Kemm-il siegħa overtime għamlet din il-persuna matul l-1999, 2000 u l-2001?", "X'inhuwa r-rwol ta' din il-persuna fil-ministeru jew fid-dipartiment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-persuna li għaliha qed jirriferi l- Onor. Interpellant għandha rwol ta' security officer u ilha mal-ministeru mit-18 ta' Jannar, 2000.", "Din il-persuna għamlet 31 siegħa sahra bejn Jannar u Frar ta' din is-sena.", "Fis-snin 2001 u 2000 is-sahra li ħadem telgħet għal 485 u 363.5 siegħa rispettivament.", "GĦAJNUNA", "32618.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-urġenza tal-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jara li din il-persuna tingħata l-għajnuna meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni mitluba mill- Onor Interpellant hija ta' natura personali, u għalhekk għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13567.", "Mr Speaker, nieħu l-opportunita` biex niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri kollha - mhux ta' l-Onor.", "Farrugia biss għax ovvjament dawn it-tip ta' domandi jsiru miż-żewġ naħat tal-Kamra lili bħala ministru tas-saħħa - illi sakemm jibqgħu jsiru domandi li jitolbu particulars li jinvolvu s- saħħa ta' persuna, jiena ma nkunx f'pożizzjoni li nirrispondi jekk ma jkollix talba bil-miktub min-naħa tal-pazjent biex jiena nkun nista' niżvela ċerta informazzjoni illi tkun ta' ċertu grad ta' konfidenzjalita`.", "Qiegħed ngħid dan kollu għax nifhem li ż-żewġ naħat tal-Kamra jkunu taħt pressjoni mill-kostitwenti tagħhom stess.", "Pero` nitlobkom tifhmu l- limitazzjoni li għandi jien għax minkejja li jiena ministru tas-saħħa, m'għandix id-dritt li mmur inqalleb il-file ta' ħadd biex inkun naf x'inhu għaddej.", "U naħseb li m'huwiex fair fuq il-kostitwenti li jibqgħu jwasslu dawn it-tip ta' domandi, illi ħafna minnhom meta mbagħad nitlob biex tiġi segwita l-proċedura kif indikata hawnhekk, jiġifieri li jinġieb il-permess tal-pazjent stess, dawn rarament jaslu.", "Fil-fatt naħseb li fit-tliet snin u nofs li ili nirrispondi għal dawn it-tip ta' domandi, niddubita kienx hemm awtorizzazzjoni waħda!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi għas-sena 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI", "PRODUCERS' ORGANISATIONS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għall-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi ta' l- agrikoltura u tas-sajd\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għall-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA` FL-IKEL", "FOOD SAFETY BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi li xi klawsoli ta' l-abbozz ta' liġi dwar is-Sigurta` fl-Ikel jiġu kkunsidrati mill-ġdid fil-Kumitat.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li xi klawsoli ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam mas- sigurta` fl-ikel u biex iwaqqaf Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel, biex jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar l-infurzar fi ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel, u biex jirrevoka l-Att dwar Ħwejjeġ ta' l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb\" jiġu kkunsidrati mill-ġdid fil-Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi li l-konsiderazzjoni mill- ġdid ta' dan l-abbozz ta' liġi ssir fil-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' dan l-abbozz ta' liġi ssir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA", "EUROPEAN CONVENTION (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-28 ta' Mejju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nibda biex ngħid li dan l-abbozz ta' liġi assolutament m'huwiex xi wieħed kontroversjali imma huwa abbozz ta' liġi nobbli li jitkellem dwar id-drittijiet tal-bniedem bl-iktar mod wiesa'.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istorja, isib li d-drittijiet tal- bniedem għaddew minn evoluzzjoni kontinwa, liema evoluzzjoni għadha għaddejja sal-lum għax sal-lum għadhom qed jiġu miktuba konvenzjonijiet dwar id-drittijiet u l-obbligi l-ġodda li għandu jkollu l-bniedem fis- soċjeta` tal-lum.", "Fil-Kostituzzjoni ta' l-1961, jiġifieri qabel ma pajjiżna ħa l-indipendenza tiegħu, diġa' kienu ġew imdaħħla artikli tal-liġi b'dikjarazzjonijiet dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u dan juri kemm aħna, bħala pajjiż, dak iż-żmien konna diġa' qed inħossu l-ħtieġa li nissalvagwardjaw id- drittijiet tal-bniedem permezz tal-Kostituzzjoni, fosthom id-dritt tal- liberta` tal-bniedem.", "Fil-fatt matul is-snin tant baqa' jsir żvilupp f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem li meta Malta saret repubblika, inħasset il-ħtieġa li dik il-parti tal-Kostituzzjoni li titkellem dwar id-drittijiet tal-bniedem tiġi emendata ħalli tiġi aġġornata anke ma' l-iżvilupp konvenzjonali li kien qed isir permezz ta' diversi trattati internazzjonali, fosthom permezz tat-trattati li saru mill-kunsill ta' l-Ewropa.", "Huwa interessanti jekk wieħed isemmi li l-iktar agreement antik li sar dwar id-drittijiet tal-bniedem huwa dak l-agreement li kien sar fl-1949 mill-Kunsill ta' l-Ewropa, eżattament erba' snin wara l-aħħar gwerra dinjija, jiġifieri dak iż-żmien konna diġa' bdejna naħdmu f'dik id- direzzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li sena wara, ċioe` fl-1950, saret il- konvenzjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u dwar il- libertajiet fundamentali tiegħu.", "Mr Speaker, waqt li qed ngħid dan kollu, irrid infakkar li sa l-1964 pajjiżna kien għadu kolonja u allura kien għadu qed jiġi mitmugħ minn min kien qed jaħkmu.", "Fil-fatt anke l-protokolli li għandna quddiemna għad- diskussjoni llum jirriflettu dan kollu.", "Kien hemm Maltin li għax riedu jeżerċitaw id-dritt ta' l-espressjoni tal-kelma u d-dritt tal-liberta` tal- bniedem, spiċċaw biex ġew imkasbrin mill-ħakkiema f'pajjiżhom stess, u hawn qed nirriferi partikolarment għall-ħakkiema tar-Renju Unit.", "Ovvjament l- ebda pajjiż li jkun taħt kolonja ma jiġi trattat fuq l-istess binarju daqs li kieku kien ċittadin tal-pajjiż li minnu jkunu ġejjin il-ħakkiema, u fil- fatt minkejja li s-seba' protokoll tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad- Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali jgħid li ħadd m'għandu jiġi mkeċċi mit-territorju fejn jgħix minħabba xi miżura individwali jew kollettiva, kien hemm diversi każijiet fejn ġara dan.", "Fil-fatt wieħed mill-pilastri tal-partit Laburista, Manuel Dimech, kien ġie mkeċċi u eżiljat minn pajjiżu stess tant li mbagħad spiċċa biex miet barra mill-pajjiż, eżattament f'Lixandra ġewwa l-Eġittu.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll il-lista twila li wieħed isib fl-awla tal-qorti kriminali ta' Maltin li ġew imkeċċija minn pajjiżhom minħabba li ma kellhomx l-istess ideali tal- ħakkiema Ingliżi u allura spiċċaw ġew eżiljati fl-Uganda.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan huwa ksur lampanti tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta' sħabna Maltin, u t-tfal ta' dawn il-Maltin għaddew minn dulur kbir meta kellhom jgħaddu mingħajr il-preżenza tal-ġenituri tagħhom minħabba li ġew eżiljati, pero` minkejja li dawn il-familji ġew imkasbra, ħadd minn dawn sħabna l-Maltin ma ngħata rimedju.", "Fil-fatt hemm diversi pajjiżi Ewropej li mxew ħafna iktar mill-Ingliżi biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, u se nispjega għaliex qed ngħid dan.", "Per eżempju, meta l-Ingliżi daħlu fl-Unjoni Ewropea, li dak iż-żmien kienet għadha tiġi msejħa \"Komunita` Ewropea\", kienu sabu konflitt bejn il-liġi domestika, jiġifieri l-liġi ta' l-Istat, u l-community law, dik li llum tissejjaħ il-\"European Law\", u huma damu b'dan il-konflitt sa l-1998.", "Jien qed ngħid dan kollu biex nuri x'għamel dak il-pajjiż li kien jidhirlu li kien kapaċi jgħallem ħafna affarijiet, inkluż kif aħna għandna ngħixu bħala pajjiż demokratiku.", "Fil-fatt fl-1992, wara li kienu ttieħdu diversi deċiżjonijiet fil-konfront ta' l-Ingilterra, li daqqa kienet qed tmur favur u daqqa kienet qed tmur kontra l- obbligazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal- bniedem, kienet saret white paper biex finalment għadda dak li huma jsejħulu l-human rights act ta' l-1998.", "L-Ingliżi damu dawn is-snin kollha biex qagħdu għall-obbligazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tad- drittijiet tal-bniedem, aħseb u ara kemm dawn qatt urew a golden hand shake mal-poplu Malti għal dak li sar fil-konfront tal-Maltin li ġew imkasbra matul dawk is-snin li pajjiżna kien kolonja.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' preskrizzjoni imma hija kwestjoni ta' ġest ta' poplu li jkun konvint li jrid isewwi l-feriti li għamel lil dawk il-Maltin u l-Għawdxin li ma qablux ma' dak li kien qed jagħmel hu, anke għax illum il-konvenzjonijiet li għandna quddiemna jqisu dan it-trattament bħala degradanti.", "Fil-fatt illum għandna protokoll li jitkellem proprjament fuq ir-rimedju li għandu jingħata meta jkun hemm każijiet ta' tortura u ta' trattament inuman u degradanti.", "Ma naħsibx li l-Ingliżi jqisu l-mod kif ittrattaw lill- Maltin f'ċerti żmenijiet bħala xi unur.", "Per eżempju, sas-snin sebgħinijiet kellna sitwazzjoni fejn Malti u Ingliż li kienu jaħdmu fl-istess post tax- xogħol u li kellhom l-istess pożizzjoni, is-salarju ta' l-Ingliż kien ikun id-doppju jew it-tripplu tas-salarju tal-Malti.", "Mr Speaker, jien qed ngħid dan kollu għax inħoss li l-poplu Malti għandu jirrealizza kemm huwa importanti li llum qed nemendaw l-Att dwar il- Konvenzjoni Ewropea, liema konvenzjoni kien iffirmaha l-partit Laburista ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1987 u mbagħad irratifikaha l-partit Nazzjonalista meta tela' fil-gvern, kif wara kollox kien xieraq li jagħmel.", "L-Ingilterra huwa pajjiż li tista' titgħallem ħafna minnu, pero` teżisti ċerta reżistenza min-naħa ta' l-Ingilterra fuq dak li jiġi miftiehem fil- konvenzjonijiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar dak li għandu x'jaqsam mad- drittijiet tal-bniedem.", "Ġurista magħruf fil-kamp kostituzzjonali, jgħid li minn naħa l-gvern għandu jagħti s-sovranita` parlamentari tiegħu, filwaqt li min-naħa l-oħra għandu joħloq bilanċ biex ma jeskludix id-drittijiet li joħorġu mill-konvenzjoni Ewropea b'mod drakonjan, speċjalment meta dawn ma jkunux qegħdin jaħdmu f'armonija mal-liġi domestika, għax jista' jinħoloq konflitt.", "Fil-fatt meta ġieli nħoloq dan il-konflitt, bħal fil-każ ta' l- Ingilterra, kif semmejt diġa', il-qrati sabu ruħhom f'diffikulta` għax dawn huma obbligati li meta jkollhom kawża quddiemhom huma obbligati li japplikaw il-liġi.", "In the absence of the law, inti ma tistax tgħid li kien ikun aħjar li kieku l-liġi saret b'mod differenti, u allura l-Ingliżi kienu qed isibu ċerti diffikultajiet, fis-sens li ċerti deċiżjonijiet li kienu qed jittieħdu f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem ma kenux qed ikunu kompatibbli ma' l-iżvilupp Ewropew, bil-konsegwenza li l-poplu Ingliż kien qed ikollu jirrikorri għall-qrati Ewropej, partikolarment għall- qorti ta' Strasbourg, biex jingħata rimedju.", "Wieħed ma jistax ikollu poter ġudizzjarju ikbar milli tagħtih il-liġi, u allura l-qrati Ingliżi kellhom bilfors jaraw kif jipprovaw inaqqsu kemm jista' jkun il-konflitti li kienu jeżistu bejn il-liġi domestika u d-drittijiet li joħorġu mill-Konvenzjoni Ewropea ħalli ma jkomplux ikabbru l-ferita.", "Hawnhekk jien għandi lista ta' każijiet li seħħew minħabba dawn il- konflitti, pero` m'hemmx għalfejn insemmihom għax l-importanti huwa li wieħed jifhem li l-Ewropa bdiet tagħti l-lezzjonijiet lil dawn il-pajjiż, inkluż lil Malta, biex ma jsirux bużullotti u inġustizzji fil-konfront tad- drittijiet ta' kulmin qed jgħix f'pajjiżna.", "Mr Speaker, meta fl-1974 Malta saret repubblika, kienu saru diversi emendi fil-Kostituzzjoni, u fosthom, per eżempju, iddaħħal artiklu 37, li jitkellem proprjament dwar il-protezzjoni li għandu jingħata min titteħidlu xi proprjeta` tiegħu fl-interess pubbliku u ma jingħata l-ebda kumpens, għax gvern ma jistax jieħu any kind of property without compensation.", "Kemm ilu fil-gvern il-partit Nazzjonalista, jiġifieri kważi mill-1987 sal-lum jekk teskludi dawk is-sena u għaxar xhur li kien ħa l-gvern f'idejh il- partit Laburista, kien hemm diversi każijiet ta' nies li tteħditilhom il- proprjeta` u li sal-lum għadhom ma ġewx ikkompensati.", "Naturalment min-naħa l-oħra, jekk jien ikolli proprjeta` u l-gvern jeħodhieli minħabba li jkollu bżonnha għal skop pubbliku, bħal per eżempju, biex jiftaħ triq, ġaladarba nkun qed nikkontesta l-ammont ta' flus li jkun offrieli l-gvern, jien ma nistax nippretendi li nieħu kumpens għax ovvjament inkun irrid nistenna sakemm tiġi maqtugħa l-kawża, pero` hemm każijiet - u dan il-punt qajjimnieh kemm-il darba f'dan il-Parlament, speċjalment meta nkunu qed niddiskutu xi mozzjoni li tkun relatata ma' l- artijiet - fejn minkejja li l-gvern ħa xi proprjeta` għalih xi 20 jew 25 sena ilu, sal-lum is-sid ta' dik il-proprjeta` għadu ma ġiex ikkumpensat.", "Il-Kostituzzjoni stess tgħid li dan huwa ksur ta' wieħed mid-drittijiet tal- bniedem u huwa wkoll ksur tal-Konvenzjoni Ewropea, li titkellem f'dan ir- rigward.", "Ta' min jgħid li sal-lum ħarġu xi 187 konvenzjoni mill-Kunsill ta' l-Ewropa li jitkellmu dwar id-drittijiet diretti u indiretti tal- persuni f'dak li għandu x'jaqsam ma' proprjeta`.", "Mr Speaker, permezz tal-Konvenzjoni Ewropea, il-persuni Ewropej ingħataw diversi drittijiet, irrispettivament mis-sitwazzjoni li jinsab fiha l- pajjiż fejn jgħixu, fosthom id-drittijiet li persuna tgħix u taħdem.", "Per eżempju, hawnhekk ta' min isemmi wkoll artiklu 40 tal-Kostituzzjoni, li daħħal id-dritt li bniedem ikollu liema twemmin reliġjuż irid, anke jekk dan it-twemmin ma jkunx Roman Catholic.", "Il-maġġoranza l-kbira tal-Maltin u l-Għawdxin huma Roman Catholic, u huma kburin b'dan, pero` ċertament għandu jkollna rispett lejn persuni oħra li għandhom xi twemmin reliġjuż ieħor.", "Sfortunatament ġieli seħħew każijiet fejn frustieri tkeċċew saħansitra mill- pajjiż li kienu jgħixu fih minħabba li ma kellhomx l-istess twemmin reliġjuż li kellu l-poplu ta' dak il-pajjiż.", "Huwa veru li aħna hawn Malta dejjem konna pajjiż li tajna l-eżempju lid- dinja fit-trattament li nagħtu lil min huwa inqas ixxurtjat minna jew differenti minna, pero` dejjem jista' jkollna gvern li one fine day jiddeċiedi li dawk il-frustieri kollha li ma jħaddnux l-istess reliġjon li jħaddan il-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi jridu jitilqu minn Malta fi żmien xahar, irrispettivament minn jekk dawn għandhomx xi kapital hawnhekk.", "Madanakollu llum gvern ma jkunx jista' jagħmel dan b'kapriċċ u mingħajr proċess ġudizzjarju għax inkella jkun qed jikser is-seba' protokoll dwar il- Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.", "Mr Speaker, f'artiklu 42 tal-Kostituzzjoni ddaħħal ukoll id-dritt li persuna tkun membru ta' liema partit politiku u ta' liema organizzazzjoni trid.", "Ta' min jgħid li saru żviluppi oħra f'dan is-sens, fosthom per eżempju, li persuna lanqas ma tista' tiġi ddiskriminata fuq bażi ta' sess, reliġjon jew affarijiet bħal dawn, imma jien xorta waħda ngħid li dawn l- iżviluppi għandhom isiru f'sens iktar wiesa'.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Per eżempju, ġaladarba llum kulħadd sar iktar konxju tad-drittijiet li għandhom il-persuni b'diżabbilta` fiżika jew mentali - fil-fatt fis-sena 2000 għaddiet saħansitra liġi minn dan il-Parlament dwar opportunitajiet indaqs, li għalkemm hija liġi pożittiva, hemm lok fejn din tista' tiġi pperfezzjonata - fil-fehma tiegħi, id-dritt li persuna b'diżabbilta` fiżika jew mentali tiġi ttrattata daqs persuna b'saħħitha għandu jiġi rifless ukoll f'artiklu 45 tal-Kostituzzjoni, li jitkellem proprju dwar il- protezzjoni li għandu jkollha persuna minn diversi tipi ta' diskriminazzjoni, fosthom minn diskriminazzjoni abbażi ta' diżabbilta`.", "Permezz tal-konvenzjoni Ewropea, kemm pajjiżna kif ukoll pajjiżi oħra għandhom guideline lejn xiex iħarsu, u ma nistgħux ma ngħidux, per eżempju, li llum qed jinħass il-bżonn li anke r-refuġjati jiġu protetti.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li ġew f'pajjiżna rappreżentanti tal-Ġnus Magħquda, bħall-kummissarju tal-Ġnus Magħquda għar-refuġjati, biex jaraw jekk pajjiżna huwiex qed jagħmel dak kollu li huwa mistenni minnu fil-qasam tar- refuġjati.", "Per eżempju, ftit ilu anke pajjiżna għadda minn kriżi meta kien hemm dik il-kriżi tal-Jugoslavja għax peress li wħud mir-refuġjati Jugoslavi spiċċaw f'pajjiżna, dawn kellhom jingħataw id-drittijiet kollha ta' refuġjati li joħorġu kemm mill-UN convention dwar ir-refuġjati kif ukoll mill-protokoll ta' l-1976 dwar il-European Convention on sanitary protection of refugees.", "Fil-fatt il-Parlament Malti kellu saħansitra jaddotta liġi biex jissalvagwarda d-drittijiet tar-refuġjati.", "Mr Speaker, ċertament sa ftit snin ilu ħadd ma kien jobsor li pajjiżna kellu jiffaċċja problemi ta' reati internazzjonali li wasslu biex aħna wkoll ikollna trattati ma' diversi pajjiżi biex tissaħħaħ il-proċedura ta' l-estradizzjoni, daqskemm ħadd ma kien jobsor li l-problema tat-terroriżmu se tkun daqshekk qawwija li tixxokkja u tiskossja lill-ekonomija tad-dinja bil-konsegwenza li llum kull pajjiż qed jara kif jista' jittekilja l- problema mhux b'mod individwali imma b'mod kollettiv u fl-istess ħin b'sens ta' raġuni.", "Per eżempju, illum kull pajjiż qed iħoss il-bżonn li ssir konvenzjoni internazzjonali dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu b'ċertu ħsieb profond u mhux bl-id li qed tipprova tiddetta.", "Jiddispjaċini ngħid dan il-kliem, pero` din hija l-verita`.", "Jien ma nistax naqbel mal-mod kif l-Amerikani qed jipprovaw jiffaċċjaw il-problema tat-terroriżmu għax l- approach li qed jieħdu vis-a-vis t-terroriżmu ma jipprovdix spazju għal djalogu u għal understanding.", "Ikun ħafna aħjar għall-pajjiż ġenerali li wieħed jifhem lill-għadu tiegħu u jipprova jressqu lejh.", "Issa hawnhekk jien bl-ebda mod ma jien qed ngħid li niġġustifika t-terroriżmu.", "Fih innifsu, it-terroriżmu huwa att negattiv, u fil-fatt anke meta kont qed nistudja dan l-aspett, dejjem tgħallimt - u dwar dan ktibt kemm-il darba - li t-terroriżmu qatt m'għandu jiġi ġġustifikat, għall-ebda raġuni, lanqas għal raġunijiet politiċi, pero` dan ma jfissirx li min ikun qed jiġġieled it-terroriżmu m'għandux ifittex ir-raġuni li għaliha organizzazzjoni terroristika tkun qed taġixxi b'tant saħħa fil-konfront ta' ċerti pajjiżi.", "Il-kreazzjoni ta' movimenti kbar, bħal Al Qaeda, li huma mmexxija minn biljunarji, ma twildux ftit ġimgħat qabel il-11 ta' Settembru, 2001, u Bin Laden u sħabu ma ddeċidewx li jagħmlu dak li għamlu għal xi raġuni li l- Amerka għadha ma skopritx.", "Ċertament kien hemm proċess wara dan kollu, u ħafna intellettwali, inklużi Ewropej, sabu ruħhom f'pajjiżi bħalma huma s- Sudan, l-Eritrea u l-Etjopja, f'liema pajjiżi hemm faqar kbir.", "Uħud minn dawn l-intellettwali spiċċaw ukoll bejn il-kosta ta' l-Indja u l-Pakistan, fejn issa qed tfeġġ gwerra oħra li wieħed irid joqgħod attent li ma tisplodix min-naħa tal-Kashmir jew minn areas oħra ġo l-Afghanistan, li ovvjament huwa l-hot seat tagħhom minħabba li r-reġim tat-Taliban kien qed ikun konfortabbli ma' dawn in-nies.", "Dan kien proċess li kien ilu għaddej is-snin, u kemm l-Amerika kif ukoll l-Ewropa sa ċertu punt - u qed insemmi lill-Ewropa b'ċertu rispett - kienu jafu b'dan kollu.", "Fil-fatt l-Amerka tant kienet taf b'dan il-proċess li llum qed naqraw stejjer - u dawn l- istejjer m'huwiex qed jivvintahom xi artikolist li jqum filgħodu u jiddeċiedi li jikteb stejjer bħal dawn imma huma stejjer ibbażati fuq fatti - li jgħidu illi l-movimenti ta' ċerti gruppi ta' nies minn post għall- ieħor, it-trasferimenti tal-finanzi minn bank għall-ieħor, it-trasferiment ta' kapital minn post għall-ieħor u x-xiri ta' proprjeta` li kienet qed tiġi investita fl-Amerka ma sarux b'kumbinazzjoni imma saru minħabba l- laxkezza tal-gvern Amerikan.", "Huwa inutli li wieħed jipprova jiġġustifika li din kienet xi ħaġa li ħasdet lill-Amerka għall-għarrieda għax kien hemm ċirkostanzi li bihom, wieħed seta' jinduna x'kien se jiġri.", "Kulmin ikun qed imexxi jrid ikun jaf x'ikun qed jiġri taħtu u mhux jgħid li ma setax jinduna b'dak li kien qed jiġri meta l-verita` tkun illi min kien qed imexxi ma kellux l-inizjattiva biex jinduna.", "Fil-fatt dan hu li ġara fil-kamp internazzjonali, u dan l-iżvilupp tant kien rapidu li d-dinja ma kenitx ippreparata għat-tip ta' terroriżmu li twettaq, liema terroriżmu ħasad lid-dinja kollha, partikolarment lill-Amerka.", "L-ikbar ferita li ġarrbet l-Amerka ma kenitx dik li fil-11 ta' Settembru, 2001 twaqqgħu t- Twin Towers ta' New York u mietu dawk l-eluf ta' nies kollha - li diġa' hija traġedja kbira ħafna fiha nnifisha - imma li l-Amerka, li kellha l- aqwa sistema ta' sigurta`, fosthom bl-intelligence service li kellha, spiċċat id-daħka tad-dinja.", "L-Amerka, li kulmin kien iħares lejha kien jara fiha l-pajjiż li kien kapaċi jipproteġi lid-dinja, kważi kważi l- protettur divin tad-dinja, speċjalment wara li spiċċat il-cold war, wara l- waqa' tal-ħajt ta' Berlin u wara li sfaxxat is-sistema komunista fl-ex- Unjoni Sovjetika, f'daqqa waħda spiċċat l-umiljazzjoni tad-dinja għax il- morali Amerikana għadha lura biex tifhem il-morali tad-dinja li fadal.", "Mr Speaker, aħna nafu li llum il-valuri morali huma marbutin ħafna mal- ħsebijiet konvenzjonali.", "Illum kull pajjiż demokratiku jemmen li m'għandhiex tingħata death penalty, whatever is the crime, għax filwaqt li jekk bniedem jagħmel omiċidju, ikun għamel ħażin, jekk inti se toqtlu se tagħmel ħażin daqsu, u d-dinja demokratika kollha fehmet dan il-prinċipju minbarra l-Amerka.", "Fil-fatt minkejja li l-Kunsill ta' l-Ewropa ilu mill- 1983 li għamel is-sitt protokoll fuq il-konvenzjoni dwar id-drittijiet tal- bniedem li jitkellem fuq l-abolition of death penalty, illum, kważi 20 sena wara li sar dan il-protokoll, l-Amerka għadha tagħti death penalties, u dan minħabba li f'dan il-pajjiż teżisti problema kbira ta' morali.", "Is-sistema kapitalista fl-Istati Uniti tant hija qawwija u b'saħħitha li qed teqred il- valuri morali bażiċi.", "Il-ġirja għall-ġid, għall-kapital u għall-poter, li toħroġ partikolarment mill-politika Amerikana - anke minħabba li hemm shift minn tmexxija demokratika għal tmexxija repubblikana, speċjalment taħt il- President attwali Bush - qed twassal għall-qirda tal-valuri morali, u dan qed iwassal ukoll biex tinħoloq nuqqas ta' kuxjenza u nuqqas ta' understanding lejn il-bqija tal-popli kollha tad-dinja.", "Mr Speaker, wieħed bilfors ikun muġugħ meta jara li l-problemi fid-dinja qegħdin jikbru u mhux jonqsu mill-aħħar att terroristiku li sar f'Settembru ta' l-2001, liema att terroristiku ma ħalliex effetti negattivi fuq il- pajjiżi Ewropej biss, inkluż Malta, imma fuq id-dinja kollha, pero` filwaqt li naqbel li t-terroriżmu għandu jiġi miġġieled sew, żgur li r-riċetta Amerikana m'hijiex se twassal biex jinqered it-terroriżmu mid-dinja.", "Ir- riċetta Amerikana hija dik tas-soltu; li tmur u tkisser lil dak il-pajjiż li jkollok problemi miegħu, pero` l-affarijiet mhux hekk għandhom isiru.", "Biex l-affarijiet isiru bis-serjeta`, jien naqbel li l-Amerka għandha tikkundanna lil kulmin iwettaq atti terroristiċi, pero` mbagħad għandha tipprova tifhem ukoll x'qed iwassal biex isiru dawn l-atti terroristiċi.", "Malta għandha tkun minn ta' quddiem nett biex tiffirma l-konvenzjonijiet li jsiru rigward it-terroriżmu u biex tipprova toħloq a better network system mal-pajjiżi ġirien tagħha.", "Bla ebda dubju, għandu jiġi kkreat bank ta' informazzjoni mill-iktar fis possibbli filwaqt li jitwaqqfu rapid response units għal ċerti emerġenzi u jinħolqu expert investigative bodies permanenti li jkunu konġunti ma' pajjiżi oħra bi ftehim partikolari.", "M'għandniex nibqgħu bil-mentalita` li pajjiż huwa iktar b'saħħtu minn ieħor għax fil-verita` ħadd m'hu iktar b'saħħtu minn ħadd.", "Per eżempju, xi ħadd kien jgħid li l-Amerka m'hijiex b'saħħitha?", "Imma mbagħad, wara li sar l- att terroristiku tal-11 ta' Settembru, 2001 fi New York, kulħadd induna li l-Amerka ma kenitx b'saħħitha daqkemm wieħed kien jaħseb għax irriżulta li din għandha ċerta dgħjufija fis-sistema ta' sigurta` tagħha wkoll.", "Aħna, bħala pajjiż, għandna nagħtu eżempju lid-dinja billi nipparteċipaw fil- ġlieda kontra t-terroriżmu, pero` mhux b'viżjoni Amerikana imma b'viżjoni oħra; bil-viżjoni li konna nemmnu fiha anke meta konna ħafna iżgħar u meta konna għadna m'aħniex f'pożizzjoni li niffirmaw u nirratifikaw il- konvenzjonijiet.", "Mr Speaker, il-Maltin għamlu xogħlijiet kbar sa minn qabel ma pajjiżna kiseb l-indipendenza tiegħu, pero` sfortunatament ħafna minn dawn ix- xogħlijiet ma kenux qed jiġu apprezzati.", "Dak iż-żmien kien hawn diversi intellettwali Maltin li kellhom ħsibijiet profondi dwar kif iħarsu lejn il- problemi li kienu jeżistu fid-dinja dak iż-żmien, irrispettivament minn jekk dawn l-intellettwali kenux Nazzjonalisti jew Laburisti.", "Illum pajjiżna, bħala pajjiż sovran, indipendenti u ħieles, għandu l-liberta` kollha li jagħti l-kontribut tiegħu biex ikun hawn iktar ordni fid-dinja.", "Illum l-ordni qed jiġi mhedded kontinwament, u iktar tikber l-aggressjoni, l-ordni iktar se jiġi mhedded.", "Huwa żball li wieħed jiġġieled it- terroriżmu billi juri kemm huwa b'saħħtu.", "Il-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tiġġelidhiex biss billi turi kemm inti b'saħħtek.", "Kulħadd jafha l-istorja ta' David u Gulija, u naħseb li din l-istorja Biblika qed tiġi riflessa fid-dinja li qed ngħixu llum.", "Jien nispera li m'hawn ħadd li jaħseb li aħna nistgħu niġu protetti minn dak li qed jiġri fid-dinja billi nibżgħu nsemmgħu leħinna, billi nibżgħu ngħidu x'nemmnu li għandu jsir u billi nsellmu lil min bħalissa qed jidher li huwa b'saħħtu, u min jaħseb li b'daqshekk nistgħu naslu għal xi forma ta' soluzzjoni, ikun qed jagħmel żball.", "L-għaref huwa dak li jibqa' jemmen fil-morali - anke jekk il-morali li jkun jemmen fiha hu tkun differenti mill-morali ta' min hu b'saħħtu - u jwassal lil dak li hu b'saħħtu biex jemmen fil-morali li jemmen fiha hu.", "L-Islam hu fenomenu li jeżisti verament, u fil-fatt jekk inħarsu lejn l- istorja nsibu li fil-baħar Mediterran saru gwerer kbar li damu anke 30 sena minħabba l-kwestjoni tar-reliġjon Kattolika u Islamika.", "Jeħtieġ li kulħadd jirrealizza li jekk m'aħniex se nifhmu lil xulxin, fid-dinja qatt ma jista' jkun hawn paċi, u dawn huma affarijiet li rridu naħsbu ħafna fuqhom.", "Pajjiżna jrid iħares 'il quddiem għax b'hekk biss inkunu nistgħu ngħixu fil- paċi, u l-qasam ekonomiku tagħna b'hekk biss jista' jissaħħaħ.", "Il-baħar Mediterran dejjem kellu kwestjonijiet ta' kultura, speċjalment meta kien hawn il-kwestjonijiet ta' okkupazzjoni, bħal fi żmien ir-Rumani u meta l- pajjiżi Għarab irnexxielhom jokkupaw saħansitra lil Spanja, u l-esperjenza dejjem uriet li s-soċjetajiet għandhom jifhmu iktar lil xulxin.", "L-Ewropa qed tagħmel sew li qed tersaq lejn il-pajjiżi Għarab, u fil-fatt jien ħadt pjaċir meta smajt li hemm il-ħsieb li jitwaqqaf kummissarju fi ħdan il- Kunsill ta' l-Ewropa biex jara li l-Ewropa jkollha l-aqwa relazzjonijiet mal-pajjiżi Għarab.", "Pajjiżna għandu jagħti l-kontribut tiegħu wkoll biex ikun hemm ħbiberija iktar profonda bejn il-pajjiżi Għarab u l-pajjiżi Ewropej, anke għax wara kollox jekk il-kummerċ bejn il-pajjiżi Għarab u l- pajjiżi Ewropej jikber, dan ikun ta' benefiċċju wkoll għal pajjiżna.", "Mr Speaker, jien nemmen li għalkemm għandhom jibqgħu jeżistu ċerti regoli, il-liberta` tal-moviment għandha tiġi msaħħa.", "Per eżempju, ir-raba' protokoll li għandna quddiemna jitkellem fuq il-liberta` tal-moviment u jgħid li kulmin ikun fil-limiti tat-territorji ta' stat b'mod leġittimu għandu jkollu d-dritt għal-liberta` tal-moviment u l-liberta` li jagħżel ir- residenza tiegħu fil-limitu ta' dak it-territorju, u jien nemmen li l- Amerka tista' tagħmel kontrolli ta' sigurta` mingħajr ma tiddiskrimina.", "Wieħed jista' jipperfezzjona l-kontrolli ta' sigurta` tiegħu mingħajr ma jkun kattiv, anke għaliex meta persuna tinduna li qed tiġi trattata b'mod differenti minn ħaddieħor u tirrealizza li tkun qed tiġi ttrattata b'mod diskriminatorju, awtomatikament tinħoloq ċerta firda.", "Dan huwa proċess ta' understanding li bilfors trid tasal għalih.", "Allura bilfors irridu naqblu li m'għandha titqiegħed l-ebda restrizzjoni fuq eżerċizzju ta' drittijiet bħalma huwa, per eżempju, id-dritt tal-liberta` tal-moviment, ħlief dak li jkun skond il-liġi u li jkunu meħtieġa f'soċjeta` demokratika, f'kull interess, meta jkun hemm sigurta` nazzjonali jew is-sigurezza pubblika għaż-żamma ta' l-ordni.", "U allura ż-żamma ta' l- ordni trid tiġi aktar miftiehma.", "Irridu nifhmuha din.", "Ma tistax tifhem xi ħaġa fuq iż-żamma ta' l-ordni jekk ma tifhimx il-filosofija ta' soċjeta` u jekk ma tifhimx għaliex hemm nies li mhux jifhmu lilna l-Ewropej u lilna l- Mediterranji.", "Jiena nista' nimmaġina li l-west, l-Amerka u l-entourage kollha jifhmuni aktar milli jiena nista' nifhem il-madwar?", "Imma jiena nista` nitlaq dak kollu li qiegħed hemm, dak kollu li naf qed jiġri u dak kollu li jiena, bħala pajjiż, nista' nifhem aktar għaliex dak huwa b'saħħtu?!", "Dak huwa l-ħsieb kollu, Sur President.", "Il-protezzjoni tal-morali hija essenzjali ħafna fid-dinja tal-lum.", "U din m'hijiex kwestjoni ta' reliġjon biss.", "Hemm ftehim bejn kull tip ta` morali, sew jekk morali Kattolika sew jekk Lhudija kif ukoll jekk Iżlamika.", "X'imkien hemm raġuni li ngħidu: Imma din tajba u din ħażina.", "Din hija moralment tajba u din hija immorali.", "It-tliet reliġjonijiet huma b'saħħithom.", "Jekk nifhmu dan it-terrorriżmu jonqos, jekk mhux jispiċċa, għaliex imbagħad ma jkunx baqa' skop għalfejn dawn in-nies anke jissagrifikaw lilhom nfushom għat-twemmin li wassalhom biex jieħdu din il- pożizzjoni.", "Xi ħadd kien jobsru dan?", "L-ewwelnett huwa immorali li tagħmel suwiċidju.", "Qatt m'hu ġustifikat li tagħmel.", "Ovvjament jista' jkollok problema tal-moħħ li ma tkunx taf x'int tagħmel.", "Allura din il-persuna, biex ngħid hekk, tiġi in terms ma` Alla meta tasal fil-pożizzjoni li tagħmel suwiċidju.", "Imma llum mhux qed nitkellmu fuq dan it-tip ta` suwiċidju.", "Illum qed ngħidu li għandna nies li jaslu biex huma stess ikunu bomba.", "Persuna tidħol fi stabbiliment u jtajjar lilu nnifsu b'dak kollu li hemm fuqu u madwaru.", "Issa dan huwa fenomenu li qed narawh u qed jiżdied b'mod rapidu u ħadd m'hu qed jindirizza din il-problema.", "Kulma qiegħed isir huwa li jipprova jara li min qiegħed jagħmel it- terrorriżmu u jiġġelidlu.", "Dan huwa tajjeb, imma m'huiex biżżejjed.", "Irridu nifhmu din il-kultura li tiela'.", "Illum ma tistax tħares lejn soċjeta` demokratika, lejn id-drittijiet tal-libertajiet u oħrajn, lejn il- protezzjoni tas-saħħa ta' pajjiż, lejn l-ordni pubbliku, u lejn il- prevenzjonijiet ta' delitti u ta' reati mingħajr ma tifhem il-morali.", "Illum ninsabu f'sitwazzjoni ta' kriżi kbira ta' morali fid-dinja.", "Irrispettivament mill-konvenzjonijiet li nagħmlu, jiena naħseb li rridu ndaħħlu magħna pajjiżi ta` l-Ewropa, ta` l-Amerika, tal-Kanada u pajjiżi oħra minn kull parti tad-dinja li huma differenti minna f'dik li hija reliġjon, f'dik li hija politika u f'dik li hija kultura biex flimkien tiġi mfassla konvenzjoni dinjija taħt is-superviżjoni tal-Ġnus Magħquda biex jiġi protett dan kollu.", "Sur President, ovvjament aħna naqblu li llum meta qed nemendaw l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea għandha ninkuldu diversi protocols li jmorru lura anke sa l-1950.", "Qed nirriferi, per eżempju, għall-protocol li kien sar f'Ruma fl-4 ta' Novembru fl-1950, jew inkella t-tielet, ir-raba' u s-seba' protocol li kienu sar f'Pariġi fl-20 ta' Marzu ta' l-1952 u oħrajn li saru sa l-1984.", "Dawn issa saru parti mil-liġi.", "Dan huwa tajjeb u dan il- Parlament Malti jagħmel tajjeb li jendorsja dan kollu, u hemm aktar xogħol xi jsir.", "Jekk naraw x'konvenzjonijiet ġew ratifikati riċentement minn pajjiżna, insibu li fost oħrajn ġie ratifikat ir-raba protocol dwar il- Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem li jassigura d- drittijiet u l-libertajiet li huma nklużi fil-protocol.", "Dan ġiet ratifikat fil-5 ta' Ġunju ta' din is-sena.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq ftit ġranet ilu, u dan meta qed nitkellmu fuq protocol li jmur lura sa` l-1963.", "Jiġifieri ara kemm qegħdin lura.", "Jiena ngħid li f'dawn l-affarijiet għandna nkunu minn ta' quddiem biex verament nuru lid-dinja kollha li we stand there for the protection of these rights.", "Għandna nagħtu l-eżempju.", "Żgur m'għandniex nagħmlu bħall- Ingliżi li jibqgħu jħarsu u jħarsu u fl-aħħar jindunaw li jridu jagħmlu xi ħaġa.", "Għandna nkunu minn ta' quddiem anke fil-foresight ta' l-ordni pubbliku fid-dinja.", "Dak li qed naraw u naħsbu li jista' jsir għandna ngħiduh.", "Għandna ngħidu dak li naħsbu li jrid isir biex flimkien, mal-bqija tad-dinja, naraw li jkun hawn aktar protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u iktar sigurta` fid-dinja għax b'hekk jista` verament ikun hawn l-ordni pubbliku.", "Sur President, imbagħad hemm konvenzjonijiet oħrajn li wieħed jistaqsi għaliex għadna ma ffirmajnihomx.", "Għalkemm pajjiżna qatt ma qagħad lura f'dak li għandu x'jaqsam ma` sigurta` soċjali ma' l-anzjani - il-Partit Laburista kien dejjem minn ta' quddiem li jagħti l-protezzjoni għad- drittijiet tas-sigurta` soċjali lil dawk li huma in the old age bracket, jew inkella dawk li għandhom problema ta' invalidita` - sal-lum għadu ma rratifkax il-European Internal Agreement li jitkellem dwar is-social security schemes relating to old age, invalidity or survivals.", "Issa din il- konvenzjoni tmur lura sa l-1953.", "Mhux qed ngħid intom jew aħna, imma l- gvern s'issa għadu qatt ma ħaseb li jagħmel xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Dan ma jawgurawx tajjeb.", "Aħna rridu nimxu 'l quddiem u dak li hu ovvju rridu nendorsjawh.", "Waħda mill-affarijiet pożittivi kienet il-konvenzjoni Ewropea dwar il-prevenzjoni ta' inhuman torture u degrading treatment of punishment, konvenzjoni ta` l-1987.", "Jekk, per eżempju, l-addition convention protocol numru 10 insibu li sal- lum għadna ma firmajnihx.", "Din il-convention tmur lura sa l-1992.", "Jiġifieri diġa` ħadna għaxar snin fuqu.", "Kien proprju fil-25 ta' Marzu ta' l-1992 li dan il-protocol infetaħ għall-firma tal-pajjiżi.", "Illum dan għadu qiegħed hemm u Malta m'hijiex inkluża fost il-firmatarji.", "Sur President, l-istess meta niġu għal dak li għandu x'jaqsam ma' kwestjonijiet importanti li dan il-Parlament kemm-il darba ttekilja u li aħna bħala, Parlament Malti, nemmnu li għandu jsir xi ħaġa dwarhom.", "Qed nirriferi, per eżempju għall-mod kif għandu jiġi protett il-bniedem f'dak li huwa transplantation ta' l-organi u t-tissues tal-human.", "Illum hawn organizzazzjoni volontarja tad-donor support group, liema organizzazzjoni jiena nifforma parti minnha.", "Din organizzazzjoni li qiegħda ħafna għal qalbi għax nara li waħda nobbli.", "Din hija organizzazzjoni li tieħu ħsieb persuni li għandhom bżonn organi jew partijiet oħra tal-ġisem.", "Dawn jistgħu jiġu mgħoddija lil dawn il-persuni kemm min-nies li jkunu mietu b'xi diżgrazzja jew b'xi ħaġa oħra jew min-nies li jkunu għadhom ħajjin u jkunu lesti li jagħtu xi organu lil xi ħadd, ġeneralment tal-familja tiegħu, biex isalvah u jibqa` jgħix.", "Illum din hija xi ħaġa li ssir regolari f'pajjiżna.", "Pero` naħseb li huwa tajjeb li jkollna liġi biex nagħtu protezzjoni lil kulħadd f'dan ir-rigward.", "Niftakar li reċentement konna ltqajna mal-President tar-Repubblika u ġie diskuss li għandu jsir xi ħaġa f'dan il-Parlament – u din hija xi ħaġa li nistgħu naħdmu fuqha – fis-sens li d-dritt li persuna li wara mewtha tixtieq tħalli l-organi biex jintużaw minn xi ħadd li jkollu bżonn, għandu jkun regolat b'liġi.", "Dan huwa importanti għax wara l-mewt ta` persuna jista' jkun hemm il-problemi.", "Per eżempju, jiena nistaqsi: Jekk nieħdu l- artiklu tal-liġi ċivili li jirrigwardja l-wirt, il-ġisem tal-bniedem jista' jiġi kkonsidrat bħala proprjeta` mobbli?", "Ma nafx jien.", "Qiegħed nistaqsi biex tgħiduli.", "Dawn huma problemi li jinqalgħu u nqalgħu anke f'pajjiżna.", "Jista` jkollok persuna li d-donor support group joħroġlu card u jekk jiġrilu xi ħaġa u jmut, ikollu din il-card fuqu li biha jkun qed jagħti d-dritt u jistgħu jneħħulek li jridu.", "Imma jista` ikun hemm xi ħadd li jagħmel mandat ta' inibizzjoni fil-qrati u jżomm milli jittieħdu il-partijiet tal-ġisem ta' dik il-persuna għax jgħid li ma jridx li missieru jew ħuħ jindifen b'partijiet nieqsa minn ġismu.", "Dawn huma problemi li qegħdin hemm, apparti problemi oħra.", "Għandek, per eżempju, il-kwestjoni li ċerti organi jekk ma tagħmilx il-proċess fi żmien siegħa, sagħtejn kollox jispiċċa, ma tkunx tista` tagħmel użu minnhom.", "Dawn mhux bħad-demm, tista' tiffriżah.", "Anke l- għajn tal-bniedem jew parti mill-għajn fuq wara u r-retina tista' tippreżervahom sa ċertu ħin u tkun tista' tużahom għal ħaddieħor.", "Dawn huma ħsebijiet, ovvjament iktar profondi f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal- bniedem f'dik li hija biomediċina fuq transplantation ta' l-organi u tissues li hija xi ħaġa riċenti.", "Fil-fatt, għall-firem tal-pajjiżi, bdiet bdiet f'Jannar ta' din is-sena.", "Pero` tajjeb li aħna noqogħdu attenti li nevitaw li jkun hawn abbuż minn dawn l-affarijiet.", "Jiddispjaċini ngħid li hawn pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Indja li fihom hemm min jorganizza l-business minn fuq dawk li lesti li jagħtu l-organi.", "Hawn kummerċ illegali u m'hawn xejn li jżomm milli jsir tali kummerċ għax ħafna minn dawn l-affarijiet m'humiex regolati b'liġi.", "Ġieli jkollok persuna tkun lesta tħallas il-belli liri biex tingħata organu.", "Dan m'għandux isir.", "Qatt m'għandu jkun hemm il-flus fin-nofs meta xi ħadd iħalli lill- ġismu wara l-mewt biex ikunu jistgħu jintużaw l-organi tiegħu.", "Għalhekk semmejt l-issue tal-morali fil-bidu.", "Il-morali hija xi ħaġa li hija l-bażi ta' kollox u dan kollu għandu jiġi regolat b'liġi.", "Sur President, dwar dan qed isir ġid kbir bid-dibattiti u bix-xogħol li qed isir fil-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Jiena nħossni kburi bħala parlamentari Malti li Malta tipparteċipa ħafna fil-Kunsill ta' l-Ewropa.", "F'dawn il- konvenzjonijiet għandna naraw li nkunu iktar umani magħna nfusna.", "Il- Kunsill ta` l-Ewropa, li Malta saret membru tiegħu wara li saret indipendenti, kien twaqqaf biex proprju jsiru d-diskusjsonijiet kollha f'dak li għandu x'jaqsam mal-common concern, common action tal-pajjiżi permezz ta' konvenzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħajja ekonomika, soċjali, kulturali, xjentifika, legali, u amministrattiva u dak kollu li għandu x'jaqsam mar-realizzazzjoni tad-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-bnidem.", "Dan kollu huwa magħqud waħda ma' l-oħra anke ma` dak kollu li qed jiġri madwarna.", "Jiena jista' jkolli liberta` kollha li nagħmel li rrid, ngħid li għandi ngħid, nesprimi l-ħsebijiet tiegħi, ikolli dritt li ngħix, ikolli dritt tax-xogħol, ikolli dritt li niżżewweġ u jkolli dritt li jkolli d-dar tiegħi, pero` jekk id-dinja tkun qiegħda qed tispostja ruħha u tkun qed tattakka dawn id-drittijiet, anke b'mod indirett, il-pajjiż, il-kontinent ta` l-Ewropa u l-bqija tad-dinja għandhom jaraw kif jorganizzaw ruħhom biex dik il-ħsara ma ssirx.", "Imma l-ħsara tiġġieldilha mhux billi tagħmel ħsara inti – u hawn hija l-kwestjoni ta' filosofija kif qed tħares lejha d-dinja llum - imma trid tagħżel it-triq it-twila li tifhem u jekk ma tasalx għat-triq it-twila li tifhem, inutli li tiġi hawn u tagħmel liġijiet, inutli li tmur il-Kunsill ta' l-Ewropa u tagħmel konvenzjonijiet u jkun inutli wkoll li tmur fil-general assembly tal-Ġnus Magħquda u tgħid dak li għandek tgħid.", "Għaliex mhux qed jiftehmu l- Palestinjani u l-Lhud?", "Kemm sar diskors fuq id-dritt li l-Israel ikollu dritt ta' l-eżistenza u l-Palestina jkollha dritt għal Stat u l-eżistenza tagħha?!", "Għadhom sal-lum, għax m'hemmx common ground, l-ebda parti għadha ma waslet biex tifhem il-parti l-oħra bil-problemi kollha tal-persuni involuti.", "Ovvjament l-ideal hija li jkollok qaddis ma' qaddis jitkellem, imma llum mhux kulħadd qaddis u nafu li biex issir qaddis trid mill-inqas 30 sena wara l-mewt tiegħek.", "Il-verita` hi li l-isforzi biex wieħed jifhem huma l-iktar ħaġa importanti u sar kemm sar diskors fil-Ġnus Magħquda għadhom sal-lum bil-problemi kbar.", "Illum kważi qatgħet qalbha l-Ġnus Magħquda.", "Illum meta nitkellmu fuq il- problemi tal-Lvant Nofsani titsta` tgħid li sal-lum għadu ma sar xejn.", "Issa dawn nies li suppost għandhom id-drittijiet kollha tan-nies bħalna, bid- differenza li wieħed qed jgħix Ramallah u jien qed ngħix il-Mosta.", "Il- verita` hija li aħna t-tnejn nies li għandu jkollna drittijiet salvagwardjati.", "Imma x'sar?", "Xejn.", "Il-parteċipazzjoni tal-Ġnus Magħquda hija kważi non-existent f'dawn il-pajjiżi.", "Jekk mhux se jissaħħaħ dak kollu li hu komuni kollox se jisfaxxa.", "Ma jistax ikollok multiplikazzjoni ta' organizzazzjoni internazzjonali fejn wieħed jipprova jieħu l-poter ta' l- ieħor.", "Jekk ħadd m'hu se jifhem li fil-Ġnus Magħquda hemm bżonn li ssir rivoluzzjoni siekta biex terġa` tqum fuq saqajha u tibda tfisser xi ħaġa ħalli meta wieħed isemmi l-Ġnus Magħquda kulħadd ikun jaf li din tfisser ordni internazzjonali, allura l-isforzi kollha se jkunu għal xejn.", "Jekk dan se nħalluh jintelaq għal riħu qatt m'hu se naraw riżultati tajbin.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li tul l-istorja l-Ġnus Magħquda lagħbet parti importanti f'ħafna mill-kriżijiet mondjali, illum il-funzjonament ta' l- Ġnus Magħquda f'dik li huwa paċi pubblika, f'dik li hija ordni mondjali kważi m'hijiex parteċipi.", "Illum qegħdin naraw pajjiżi li jingħaqdu u jiddeċiedu li jattakkaw huma qabel ma jiddeċiedu l-Ġnus Magħquda.", "Per eżempju, jekk wieħed jara x'kien jiġri fil-Jugoslavia jsib li qabel ma kienu jiddeċiedu l-Ġnus Magħquda kienet tiddeċiedi l-Ewropa jew in-NATO.", "Dan m'huwiex dak li konna qegħdin nifhmu 30 u 40 sena ilu.", "Allura bilfors inti qed tagħti spazju għal xi ħaġa oħra minflok il-parteċipazzjoni kif kienet miftehma fl-oriġini tagħha.", "Sur President, jekk wieħed jitkellem fuq piena tal-mewt fi żmien gwerra, imbagħad jitkellem fuq l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt irridu naraw li dan jagħmel sens dejjem.", "Ma nistgħux niġġustifikaw xi ħaġa għax ikun jaqblilna hekk meta nafu li r-riperkussjonijiet tagħha se jkunu kbar.", "Illum kulħadd jaf x'qed jiġri fid-dinja.", "Il-biża` li hawn hija li ħadd m'hu qed jifhem lil ħadd.", "Illum kulħadd qed jipprova jkun il-big boss, jieħu d- deċiżjonijiet imbagħad naraw.", "Xi ħadd jista`, legalment, jipproċessa u jikkastigata persuna darbtejn.", "Bħalissa hawn avukati u kollha nafu li persuna ma tistax tiġi pproċessata darbtejn fuq l-istess każ.", "Imma jekk nafu li l-Amerika, għar-raġunijiet politiċi tagħha, tieħu pjaċir tagħmel dan anke fil-konfront ta' proċeduri li saru fl-Ewropa ma nistgħux aħna, bħala pajjiż, noqogħdu siekta, sempliċement għax qed tagħmilha l-Amerika.", "Din hi l-verita` u b'hekk jibda t-terroriżmu, għaliex inti tkun qed tweġġa` persuna aktar milli suppost għandek tweġġagħha, ovvjament għall-iżbalji li tkun għamlet.", "Niftakar li meta kont qed nagħmel it-teżi tiegħi fuq il-masters dwar dan, fuq it-terroriżmu stajt insemmi l-proċess li sar Malta, tajjeb jew ħażin, ta' Ali Rezaq.", "Dan il-hijack ta' l-Egypt Air kien l-agħar hijack ta` ajruplan li qatt sar fid-dinja.", "Dak kien massakru fl-iktar mod grandjuż.", "Kien sar butchering.", "Imma insa l-każ bil-konsegwenza kollha.", "Ali Resaq għadda l-proċedura hawn Malta u ngħata l-piena.", "Issa kemm kellu jagħmel il- ħabs f'Malta u għaliex inħeles wara seba` jew tmien snin m'iniex se nidħol fiha.", "Dik hija xi ħaġa interna li, tajjeb jew ħażin, pajjiżna għandu jġorr ir-responsabbilta' tagħha kollha, bħalma ġara.", "Qed ngħid hekk għax kulħadd jaf li wara dak il-każ il-konsegwenzi għal pajjiżna kienu kbar.", "Imma li, bħala pajjiż, tipprova tagħmel piracy billi tarresta ajruplan f'ajru spazjali ta' pajjiż ieħor, tisraq lill-persuna li suppost hija persuna ħielsa għall-fini tal-liġi u terġa' tarrestaha u mill- Ghana teħodha l-Amerka u terġa' tipproċessaha taħt l-istess reat imma b'deskrizzjoni oħra – hawnhekk il-kwestjoni kollha hija għaliex aħna ma kellniex il-liġi tal-hijacking imma huma għandhom – huwa xenarja fl-ordni internazzjonali li ma jagħmilx unur lill-ordni pubblika.", "Irridu nkunu qed nifhmu lil xulxin li dak li nemmnu japplika.", "Mhux sew li noqogħdu nidħku b'xulxin.", "Dawk li huma prinċipji legali japplikaw dejjem u kullimkien, m'humiex qegħdin sempliċement hemmhekk biex ngħidu li qegħdin hemmhekk u mbagħad ħadd ma josservahom.", "Issa jien mhux qed ngħid għaliex Ali Rezaq qiegħed il-ħabs fl-Amerka.", "Dik hija deċiżjoni li ħaditha l-Amerka u taf x'għamlet.", "Imma l-verita' hi li ħadd ma jista jiġi pproċessat jew jerġa' jiġi kkastigat għal darb'oħra fi proċeduri kriminali meta diġa` jkun hemm deċiżjoni.", "Sur President, issa fl-argumentazzjoni tal-protocol hawnhekk qegħdin nitkellmu wkoll fuq proċedimenti taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-istess Stat għal xi reat li dwaru tkun diġa` finalament ġejt liberat jew misjub ħati.", "Fil-fatt anke hemm konvenzjoni partikolari dwar id-double jeopardy.", "Sur President, l-istess ħaġa meta nitkellmu fuq il-kwestjoni ta' l- egwaljanza bejn il-konjuġi.", "Din hija xi ħaġa li kulħadd jeħodha ovvja li l- mara u r-raġel għandu jkollhom l-istess drittijiet u responsabbiltajiet f'dak li huwa dritt privat bejniethom.", "Illum f'pajjiżna għandna l-liġijiet li suppost qed jipproteġu lill-konjuġi u li qed jipproteġu b'ugwaljanza lill-koppji sew meta jkunu sejrin tajjeb fiż-żwieġ u anke meta jkun hemm problemi.", "Nafu li llum f'pajjiżna għandna soċjeta` fejn il-problemi fiż- żwieġ qed jikbru u mhux jonqsu.", "Ngħidu x'ngħidu l-verita` hija waħda, għandna kriżi kbira fost il-koppji.", "Pero` għallinqas fil-kriżi rridu naraw li d-drittijiet ta' kulħadd, sew tat-tfal kif ukoll tal-partijiet fiż- żwieġ, għandhom jiġu protetti.", "Fil-fatt artiklu 5 tas-seba` protokoll li qed indaħħlu f'dan l-abbozz ta` liġi jgħid hekk:", "\"Il-konjuġi għandhom igawdu egwaljanza fid-drittijiet u r- realzzjonijiet ta` xorta tad-dritt privat bejniethom, u fir- realazzjonijiet tagħhom ma' uliedhom, qabel iż-żwieġ ...\".", "Dan huwa punt importanti għaliex ġeneralment nitkellmu fuq drittijiet ta` l- ulied miż-żwieġ 'il quddiem.", "Jien ngħid li huwa tajjeb li dan il-protokoll qed jassigura dan il-prinċipju li anke qabel iż-żwieġ nafu li jibdew ċerti drittijiet u obbligi fil-konfront anke ta' ulied li jkunu qabel iż- żwieġ.", "Illum xi ħadd jista' jidħol u jgħid għaliex koppja kellha tarbija qabel iż-żwieġ u żżewwġet u din issa ġiet parti mill-familja?", "Huwa ħażin li kien hawn ċertu taboo u li sa ftit ilu kważi ridt taħbi lit-tarbija u lit-tifla wkoll.", "Imma llum nafu li dawn l-affarijiet isiru.", "Issa kemm hi healthy jew le, taraha l-koppja.", "Imma la jsiru rridu nagħtuhom id- drittijiet, irridu nagħtuhom il-protezzjoni.", "Għalhekk hija soċjeta` ħanina u għalhekk pajjiżna jrid ikun minn ta' quddiem anke f'dan l-ambjent li jrid jara li jkun hemm egwaljanza fid-drittijiet matul iż-żwieġ u anke fix- xoljiment tiegħu, meta jkun hemm il-kriżi.", "Sur President, l-iktar ħaġa importanti meta għandek l-egwaljanza bejn il- konjuġi hija li l-ġudikant meta jasal biex jagħti d-deċiżjoni jew id- direzzjoni tiegħu - mhux bilfors li tkun sentenza finali - hija li jrid iżomm f'moħħu għalkemm hemm dik il-leġislazzjoni li hemm dan l-artiklu ma jżommx lill-Istat milli jieħu dawk il-miżuri li huma meħtieġa fl-interess ta' l-ulied.", "Din hija xi ħaġa li nemmnu fiha.", "Pajjiżna jemmen ħafna li għandna nżommu dawn il-valuri tal-familja bl-iktar mod fil-quċċata.", "Dawn ma ssibhomx kullimkien u huwa tajjeb li din hija parti mill-konvenzjoni li qed nirratifikaw.", "Sur President, imbagħad għandek it-tielet skeda li titkellem fuq il- kwestjoni tal-konvenzjoni dwar il-validita` ta' sentenzi kriminali.", "Interessanti li paragrafu 22 tar- Rapport Spjegattiv għas-Seba' Protokoll jgħid hekk:", "\"Dan l-artiklu jipprovdi li l-kumpens li għandu jitħallas lil vittma ta` nuqqas ta' ġustizzja magħmula mill-qorti, taħt ċerti kondizzjonijiet.\".", "Dan huwa żvilupp importanti għax illum nafu li l-vittma qed tingħata aktar drittijiet fil-proċeduri.", "Din hija xi ħaġa pożittiva u hija xi ħaġa li wieħed għandu mhux jinkoraġġiha biss imma għandu jara li fir-realta` din issir fil-proċeduri.", "Anke l-emendi li saru fil-kodiċi kriminali jagħtu wisa` għal dan.", "Pero` imbgaħd ikompli jgħid hekk:", "\"Fl-ewwel lok, li persuna involuta kellha tkun instabet ħatja ta` reat kriminali b'deċiżjoni finali u tkun ġarrbet piena bħala riżultat ta` dak is-sejbien ta` ħtija.", "Skond it-tifsira li hemm fir-Rapport Spjegattiv tal-Konvenzjoni Ewropea fuq il-Validita` Internazzjonali ta` Sentenzi Kriminali, deċiżjoni finali \"jekk, skond il-frażi tradizzjonali, tkun daħlet f'ġudikat bħala res judicata.", "Dan huwa l- każ meta din tkun irrevokabbli, jiġifieri meta ebda rimedju ieħor ulterjuri ma jkun disponibbli jew meta l-partijiet ikun għamlu użu sħiħ minn dawk ir-rimedji jew ikunu ppermettew li t-terminu taż-żmien jiskadi mingħajr ma jagħmlu użu minnhom\".", "Isegwi għal daqstant li sentenza li ma tkunx ta` din ix-xorta ma titqiesx bħala waħda finali ....\".", "Dan ifisser li ma jkunx jista' jiġi applikat dan l-artikolu tal-protokoll li llum qed isir parti mil-liġi.", "Imbagħad paragrafu 23 ta` l-istess rapport spjegattiv jgħid hekk:", "\"Fit-tieni lok, dan l-artiklu japplika biss meta s-sejbien tal-ħtija ta' xi persuna jkun ġie jew rivertit jew inkella dik il-persuna tkun ingħatatilha l-maħfra ...\".", "Dan għaliex ovvjament aħna nafu li persuna li tkun misjuba ħatja tista', taħt raġunijiet partikolari - ovvjament wara li l-kabinett ikun iddeċieda u l-Prim Ministru jkun ta l-parir lill-President biex jagħmel dan – tingħata l-maħfra.", "Allura fin-nuqqas gravi ta' dan il-proċess ġudizzjarju jkollok din l-applikazzjoni, li taħt dan l-artiklu m'hemm l-ebda ħtieġa li jitħallas xi kumpens jekk dan is-sejbien ta' ħtija jkun ġie riverdit jew maħfur.", "X'qed ngħidu hawn?", "Għalkemm wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx, pero` dak li qed ngħidu huwa li l-paragrafi 22 u 23 tar-rapport spjegattiv għas-seba protokoll tal-konvenzjoni jagħti wkoll detall meta l-persuna li hija kkunsidrata bħala vittma tista' tingħata kumpens f'nuqqas ta' ġudizzju li jkun magħmul minn din il-qorti.", "Dan ifisser li hawn qed nidħlu fi drittijiet oħra li mhux bilfors ikunu drittijiet tal-persuni diretti għaliex meta nidħlu fuq vittmi - jien għandi għax nifhem li hekk hu l-każ – il-vittmi mhux bilfors huma l-persuni diretti.", "Jistgħu werrieta ta' dik il-persuna li tkun vittma ta' reat li jkollha dritt għal kumpens.", "Storikament nafu li sa ftit tas-snin ilu kien ikun possibbli li persuna li għandha d-dejn wieħed jista` jitfagħha l-ħabs.", "Ovvjament illum m'għadhiex possibbli għaliex kieku nitfgħu ħafna nies il- ħabs illum.", "Tant hawn dejn fil-pajjiż li nispiċċaw li l-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin ma tesagħhomx.", "Naħseb ikollna nagħmlu l-grounds tal- football kollha ta' Malta u npoġġu lin-nies kollha hemmhekk u nispiċċaw b' soċjetajiet sħaħ midjunin mitfugħin fil-ħabs.", "Kulħadd jaf li mhux sew li għax persuna spiċċat b'dejn titqies li qisha għamlet xi reat kriminali.", "Hemm proċeduri oħra jekk kemm-il darba persuna tkun għamlet dejn jew tkun daħħlet lil ħaddieħor f'dejn għaliex tkun għamlet truffa.", "Jekk tkun iffrodajt lil xi ħadd jew għamilt xi messa in scena, dik hija xi ħaġa ta' proċeduri kriminali.", "Imma hawn qed nitkellmu fuq id-dritt li persuna tibqa' libera nonostante l- fatt li jkollha dejn minħabba raġunijiet kontrattwali.", "Jekk wieħed imur sal- ħabs isib li strorikament kien hemm ukoll sezzjoni b'ċelel apposta għal dawk li jkunu mitfugħa l-ħabs minħabba li ma jkunux obbligaw ruħhom li jħallsu d-dejn.", "Din ilha li spiċċat minn pajjiżna.", "Pero' huwa tajjeb li din il-ħaġa nenforzawha kif qiegħda indikata f'artiklu 1 ta-raba' protokoll li hemm mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal- Libertajiet Fondamentali li jitkellem dwar il-projbizzjoni ta` priġunerija għal dejn għaliex dan huwa prinċipju li aħna konna diġa' daħħalna f'pajjiżna.", "Illum huwa illegali li inti tipprova tpoġġi bniedem il-ħabs għaliex ma ħallasx id-dejn li għandu jagħti.", "Dik huwa xi ħaġa purament ċivili u tibqa' ċivili mingħajr ma tingħata sanzjoni, piena jew forma kriminali minħabba l-obbligazzjoni kontrattwali.", "Allura ħadd m'għandu jiġi pprivat mil-liberta' unikament minħabba fl-inkapaċita' tiegħu li jwettaq obbligazzjoni kontratwali.", "Din hija xi ħaġa li ċertament naqblu magħha kompletament.", "Sur President, l-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar id-dritt ta' appell speċjalment f'materja kriminali.", "Qed ngħid speċjalment f'materja kriminali għax ċivilment għandna restrizzjonijiet anke f'pajjiżna.", "Per eżempju, fil- qrati tagħna speċjalment fit-tribunal għat-talbiet iż-żgħar, fejn illum il- ġurisdizzjoni telgħet għal Lm1,500, id-dritt ta' appell għadu ristrett.", "M'għadux miftuħ daqskemm kien miftuħ id-dritt ta' appell ċivilment meta l- kawżi kienu quddiem il-qorti tal-maġistrati, anke meta qed nitkellmu fuq kawżi sa Lm1,000, għaliex qabel il-qorti tal-maġistrati kienu jistgħu jisimgħu kawżi sa Lm1,000 u tkun tista' tappella anke fuq il-kwestjoni ta' fatt. Imma fuq dan il-każ ċertament nemmen li għandu jiġri xi ħaġa dwar dak li għandu x'jaqsam mat-tribunal għat-talbiet iż-żgħar.", "Pero' l-artiklu 2 tas-seba' protokoll jitkellem dwar id-dritt ta' appell f'materja kriminali.", "Ċertament wieħed għandu jara u jenforza li dan id- dritt ta' appell jiġi dejjem protett u għandu jkun dejjem protett għal dak li huwa akkużat.", "U rridu noqogħdu attenti li ma nwessgħux d-dritt ta' appell għal min ikun qed jakkuża.", "Għalkemm nafu li hawn din it-trend f'pajjiżna l-iktar li għandu jkun protett, kif dejjem huwa indikat fil- protokoll, huwa kull min jinstab ħati ta' reat kriminali.", "Min jinstab ħati ta` reat kriminali għandu jkollu d-dritt ta' appell, inklużi raġunijiet abbażi ta' dak l-eżerċizzju.", "U dan id-dritt jista' jiġi suġġett biss għall- eċċezzjonijiet dwar reati ta' xorta mhux kontravvenzjonali.", "Dan qed ngħidu biex noqogħdu attenti li f'pajjiżna ma mmorrux oltre dak li nemmnu fih u li dejjem ġie spjegat fil-konvenzjonijiet.", "Mill-banda l-oħra aħna ta' l-oppożizzjoni naqblu ma' dan l-Att għax ċertament huwa Att pożittiv fid- direzzjoni t-tajba f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp internazzjonali madwar id-dinja.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, dan l-abbozz ta` liġi li għandna quddiema huwa importanti ħafna għax fil-fehma tiegħi jagħti spunt għal riflessjoni f'waqtha dwar l-istat tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fid-dawl ta' anniversarju partikolari ta' ftit tal-ġranet ilu.", "Minn fejn tlaqna fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem f'dan il-pajjiż?", "Irridu bilfors u nħoss li għandna dmir li nimmarkaw il-mument tant importanti ta' Awissu ta' l-1987 għax, tista' tgħid, li kien il-mument li b'mod konkret tlaqna biex insaħħu l-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet tal- bniedem.", "Dakinhar, xahrejn u nofs wara l-elezzjoni l-gvern nazzjonalista bl-Att numru XIV ta' l-1987 impenja ruħu li l-ewwel liġi li jinkorpora fil- korp leġislattiv tagħna tkun l-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal- Bniedem.", "Din kienet l-ewwel liġi, u aħna niftaħru biha, li kien għadda l- gvern nazzjonalista.", "Qabel l-1987 we paid lip service għall-qasam, għall- protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.", "Qabel l-1987 il-gvern Malti kellu record li ma tantx wieħed seta' jiftaħar bih għax il-gvern Malti kellu record ta' sensiela ta' sentenzi maqtugħa mill-qorti kostituzzjonali ta' pajjiżna dwar ksur sfaċċat tad-drittijiet tal-bniedem anke mill-istrutturi ta' l-Istat stess, fosthom mill-pulizija.", "Minn hemmhekk tlaqna fl-1987.", "Qiegħed insemmi l-passat għax bilfors tħares lejn il-passat biex tara fejn wasalt.", "F'dawn l-aħħar snin għamilna passi importanti u dak li aħna bnejna u ksibna f'Awissu ta' l-1987, b'dik il-liġi importanti, illum jinsab minqux fil-blata kostituzzjonali ta' pajjiżna.", "Sur President, il-Konvenzjoni Ewropea kienet importanti għal żewġ raġunijiet prinċipali.", "L-ewwelnett il-qrati tagħna issa għandhom l-obbligu morali, mhux legali, li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw kawża ta' natura kostituzzjonali jixorbu mill-għajn ta' ġurisprudenza tal-qorti Ewropea li hija case law profikwa, voluminuża ħafna u żviluppata immens.", "Mela l-ewwel vantaġġ li għandna huwa li aħna l-avukati, jew pjuttost anke l-ġudikatura, meta nkunu qegħdin nittrattaw kawżi ta' natura kostituzzjonali nkunu nistgħu nagħmlu riferenza - u mn'Alla jkun hemm ħafna drabi - għall-avvanzi ferm aktar avant-garde minn tagħna f'dak li jiġri fil-qorti Ewropea ġewwa Strasbourg.", "It-tieni vantaġġ li huwa wieħed indirett - fil-fehma tiegħi l- ewwel wieħed kien vantaġġ dirett - huwa li fil-qorti Maltija l-ebda ġudikant Malti ma jazzarda jaqta' sentenza meta jaf li għandu jew se jkollu appell lill-qorti Ewropea ta' Strasbourg minħabba l-ġurisprudenza li jkun hemm fil-qorti Ewropea.", "Allura jekk il-prim awla tkun qatgħet kontra r- rikorrent - niftakar anke kawża partikolari - il-qorti kostituzzjonali tiddeċiedi favur ir-rikorrent proprju minħabba l-iskorta tal-ġurisprudenza tal-qorti Ewropea.", "Dawk naħseb li huma l-iktar żewġ vantaġġi li jiġuni f'moħħi meta nsemmi l-Konvenzjoni Ewropea.", "Sur President, la qed insemmu l-Konvenzjoni Ewropea naħseb li huwa xieraq li minn hawn insellmu l-Imħallef Giovanni Bonello li qiegħed jirrappreżenta lil Malta fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Naħseb inkun qiegħed inkun mild jekk ngħid li kien avukat tajjeb ħafna għax kien espert fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u kien hu who set the pace fl-iżvilupp każistiku tal-ġurisprudenza fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem f'Malta u verament qiegħed jagħmel unur u gieħ mhux biss lilu imma anke lil pajjiżna fil-Qorti Ewropea.", "Sur President, huwa tajjeb li l-ministru tal-ġustizzja qed jipproponi d- diskussjoni ta' dan l-abbozz ta` liġi proprju erbat ijiem wara l-15 ta' Ġunju.", "Il-15 ta' Ġunju, li kien s-Sibt li għadda, jaħbat ir-raba' anniversarju ta' meta fil-Parlament bdejna naraw ċerti xenati u allura nqala` dak l-inkwiet kollu qabel l-elezzjoni ta` l-1998 Kien proprju fil-15 ta' Ġunju 1998 meta l-Perit Mintoff qam u qal dak kollu li qal fil-konfront tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien.", "Pero' ferm iktar important minn hekk fil-15 ta' Ġunju ta' l-1802, mitejn sena ilu, il-Maltin b'espressjoni qawwija ħafna ta' patrijottiżmu u ta' self-determination iddikjaraw disa' drittijiet, disa' prinċipji li fil- fehma tagħhom, u anke tagħna, huma fundamentali għal kwalunkwe ġens u għal kwalunkwe nazzjon.", "Fil-15 ta' Ġunju ta' l-1802 il-Maltin sabu u għamlu l- ogħla forma ta' espressjoni kollettiva ta' poplu li kien qiegħed jipprova jasserixxi l-identita' tiegħu.", "Illum, with the benefit of hindsight, wieħed jargumenta u ċertament jirrifletti li setgħu aġixxew b'mod differenti għaliex jekk kien hemm żball kbir tal-Maltin fl-1802 kien dak tan-naiveté politika tagħhom li jitolbu lill-Kaptan Alexander Ball jippresjedi l-Kungress Nazzjonali biex fost oħrajn dawn jiddiskutu dawn id- drittijiet.", "Il-Maltin kien mingħalihom li l-Ingliżi ġejjin hawnhekk sempliċiment bħala ħbieb sinċiera, pero' kif nafu lkoll l-Ingliżi fil-fatt damu sa l-1964, sakemm ħadna l-indipendenza.", "Sur President, fid-diskors li se nagħmel se nieħu spunti mid-diskors eċċellenti tal-Professur Henry Frendo li se nagħmel fiċ-ċerimonja tal-11 ta' Ġunju, il-ġimgħa l-oħra, fit-tifħira tal-200 sena mid-dikjarazzjoni tad- drittijiet tal-Maltin organizzata fil-Palazz Presidenzjali ta' San Anton.", "Naħseb li huwa għajb li tliet kwarti tal-popolazzjoni ta' Malta ma tafx li b'dan l-avveniment ta' l-1802.", "Huwa għajb li l-Ingliżi pprovaw innessuhulna.", "Fil-fatt id-dokument oriġinali għadu sal-lum ma nstabx minkejja r-riċerka u l-isforzi kbar li saru.", "Pero' wara li telqu l-Ingliżi, dawk kollha konċernati, huma min huma, m'għandu jkollhom l-ebda skuża għall- fatt li l-istudenti tagħna – m'għandix dubju 99% minnhom - ma jafux b'din id-dikjarazzjoni ta' l-1802.", "Sur President, fid-diskors tiegħu l-professur Frendo qal hekk:", "\"Kien pass importanti ħafna dak ta' l-1802.", "Kien tentattiv kuraġġuż immens, edifikanti li xhed l-esistenza ta' klassi indiġina ta' nies struwiti u għorrief, delużi u mweġġa'.", "Ftit konfużi, pero' mneżża` mis-setgħa, imwarrba u mċaħħda mir-rispett dovut iżda mhux fatalisti.", "Mhux neqsin mill-istima tagħhom infushom jew mir-rieda persisteni għall-kisba ta' ħajja aħjar, għall-kisba saħansitra ta' pajjiż internament ħieles u ċivilment ġestit, awtonomu, jekk mhux indipendenti, minkejja ċ-ċokon ġeografiku u dgħjufija fiżika.\".", "Dak il-paragrafu li kkwotajt mid-diskors tal-professur Frendo jixhed kemm il- karta tad-dikjarazzjoni Maltija ma kenitx sempliċi dokument.", "Ma waqgħetx mis-sema, ma kenitx xi karta saħħara ta' xi dikjarazzjoni oħra formulata x'imkien ieħor minn ħaddieħor.", "Ma ninsewx li kien hemm tliet dikjarazzjonijiet prinċipali qabel l-1802, fi tliet pajjiżi prinċipali.", "Fl- Ingilterra kellek il-bill of rights ta' l-1689 fejn allura l-monarkija saret waħda kostituzzjonali u ma baqgħetx waħda assoluta fejn ir-re kien aktar jirrenja milli jiggverna.", "It-tieni dikjarazzjoni kienet diki Amerikana wara l-indipendenza ta' l-1776 u t-tielet waħda kienet id- dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Pariġi f'Awissu ta` l-1789.", "Mela allura d-dikjarazzjoni Maltija ta' l-1802 ġiet in the weight tat-tliet dikjarazzjonijiet importanti oħrajn, pero' ovvjament ma kenitx ikkuppjata.", "Kienet oriġinali, kellha l-identita' tagħha.", "Din id-dikjarazzjoni Maltija tikxef u tbaqbaq il-ħajja ta' poplu patrijott f'mument ta' żmien diterminanti.", "Kienet rikors lejn viżjoni fit-tul waqt trawma ta' inċertezza ġenerali u kif jgħid il-professur Frendo fid-diskors tiegħu, kienet il-grif fil-blat ta' pedament għall-futur.", "Id-dikjarazzjoni Maltija kien fiha 9 artikli prinċipali u tajjeb li wieħed jirrifletti fuq id-disa' artiklu.", "L-artiklu 9 jgħid hekk:", "\"Ebda bniedem, ikun min ikun, m'għandu juża l-awtorita' personali tiegħu fuq il-ħajja, il-proprjeta' jew il-liberta' ta' ħaddieħor.", "Il- poter jinsab biss fis-setgħa li tagħtih il-liġi u t-trażżin jew kastig jistgħu biss jingħataw skond kif titlob il-liġi.\".", "Dan qaluh il-Maltin fl-1802.", "Jiġifieri ara x'viżjoni kellhom.", "Mitejn sena ilu ġie asserit il-prinċipju, mill-Maltin, li ħadd m'hu 'l fuq mil-liġi.", "Kulħadd huwa ndaqs quddiem il-liġi u ħadd m'għandu dritt jieħu l-liġi b'idejh la fuq il-ħajja, la fuq il-proprjeta' u lanqas fuq il-liberta' ta' ħaddieħor.", "Dan l-artiklu huwa s-sunt tal-prinċipji fi tliet dikjarazzjonijiet Amerikana, Ingliża u Franċiża li semmejt.", "Fl-1802 aħna l- Maltin għedna li l-ebda bniedem m'għandu l-awtorita' personali fuq il-ħajja ta' ħaddieor.", "Din is-sentenza waħedha kif qal il-Professur Frendo - u nikkwota allura - tiġbor l-ispirtu kuxjentement liberali li fuqu hija mibnija d-dikjarazzjoni Maltija ta' mitejn sena ilu.", "Is-setgħa, tikkonkludi d-dikjarazzjoni, qiegħda biss fil-liġi u l-prevenzjoni u l-kastigg jistgħu jiġu eżerċitati biss f'obbidjenza għal-liġi.", "That was a quantum leap ahead.", "Kienet xi ħaġa rari fil-bidu tas-seklu dsatax li poplu li għadu ġej minn ħakma tal-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Gwann jasserixxi jew jipprova jasserixxi l-identita' tiegħu b'dawn il-kliem.", "Sur President, ovvjament kif anke kkonkluda l-professur Frendo, irridu nagħmlu ftit ta' awto-kritika, u mhux ftit.", "Baqagħlna x'naqdfu.", "L- identita' Maltija ma nibżgħux għaliha, ma bżajniex għaliha biżżejjed.", "Jekk l-Ingliżi pprovaw inessuna dik id-dikjarazzjoni sta għalina l-Maltin tal- lum niftakruha u nfakkruha.", "Ma nistgħux nibqgħu niddependu fuq il-pezzi bukkuni, il-hearsay, id-detto del detto biex insiru nafu l-istorja ta' pajjiżna.", "Suġġeriment li għamlu anke l-professur Frendo u nagħmlu tiegħi hawnhekk f'dan il-parlament huwa li għandna bżonn inizjattivi oħrajn biex nippromwovu l-identita` Maltija.", "Per eżempju, għandna fondazzjoni għall- istudji internazzjonali, pero' fondazzjoni għall-istudji Maltin m'għandniex.", "Għandna istitut Mediterranju, pero' istitut Malti m'għandniex.", "Id-dikjarazzjoni ta' l-1802 kienet inkoraġġanti pero' fl-istess ħin skonċertanti.", "Kienet inkoraġġanti għaliex fl-għeqqel tad-disgwid ta' dan l- abbandun missierijietna ltaqgħu flimkien u raw kif l-aħjar jagħtu l- espressjoni kollettiva għal dak li kienu qegħdin iħossu u kif l-aħjar bil- mezzi li kellhom ifasslu pjan għall-futur tagħhom.", "Pero' kienet skonċertanti, kif jgħid il-professur Frendo, għaliex għandna verament nibżgħu, ilkoll kemm aħna, li l-valuri li tesprimi d-dikjarazzjoni ftit li xejn huma magħrufa u ftit li xejn għadhom apprezzati.", "Il-liberta' u l- ġustizzja trid tiġġilidhom kuljum.", "Irridu niġġieldu għalihom ta' kuljum.", "Il- Professur Frendo kkonkluda d-diskors tiegħu billi qal hekk: \"Il-bajtra ma taqax f'ħalqek u anke meta tintrifes tinqabeż u titwarrab xorta waħda trid tissielet biex tissopravivi kontra sistemi, strutturi u interessi konfliġġenti jew indifferenti, u hekk tonora almenu l-amor proprju tiegħek stess.\".", "X'qegħdin ngħidu hawnhekk?", "Qegħdin ngħidu li l-bniedem miegħu nnifsu jrid jgħix u jrid jibża` għall-amor proprju tiegħu stess.", "Irridu nassiguraw u niġġieldu biex ir-realta` Maltija tingħaraf b'mod organiku, b'mod komplet u tiġi artikolata, arrkkita, komunikata u studjata.", "We owe it to our forefathers but we owe it to ourselves as well.", "Sur President, dan kien l-ewwel spunt li xtaqt nieħu biex nasal għad- diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi għax dak li l-Maltin ipprovaw jagħmlu fl-1802 diversi gvernijiet Maltin sussegwentement bnew fuqu, speċjalment bl-Att ta' l-1987 ta' Awissu.", "F'dak l-Att daħħalna bis-serjeta` d-dritt li ċittadin Malti jista' anke jmur fil-qorti Ewropea ta' Strasbourg u jfittex il-gvern Malti.", "Il-gvern Malti qiegħed lilu nnifsu taħt il-liġi, mhux 'il fuq mil-liġi.", "Dik kienet il-portata ta' l-Att ta' l-1987 li l- gvern Malti huwa taħt il-liġi, anke dik internazzjonali tat-tħaris tad- drittijiet tal-bniedem.", "Hawnhekk nixtieq nipproponi xi ħaġa li kont ipproponejt f'aġġornament naħseb 'il fuq minn sentejn ilu.", "Diversi drabi l-qrati tagħna jsibu u jiddikjaraw li ċerti liġijiet jew ċerti artikli ta' ċerti liġijiet huma kontra l-Kostituzzjoni.", "Niftakar kawża partikolari, inzertajt kont jien l- avukat, fejn il-qorti ma setgħetx tarresta xhud b'mod indefinittiv u allura dak l-artikolu tal-liġi li jagħti poter lill-ġudikant jarresta xhud għal żmien indeterminat ġie dikjarat li jmur kontra l-Kostituzzjoni.", "Kellna sentenza, jekk m`iniex sejjer żball, ta' l-Imħallef Magri fejn il-Prim'Awla qalet li dak l-artiklu tal-liġi fil-kodiċi ċivili li jiddiskrimina bejn tfal illeġittimi u tfal leġittimi, kwantu għal-leġittima li jistgħu jieħdu għaliex it-tfal illeġittimi għandhom jieħdu terz tal-leġittima li jieħu tifel leġittimu, huwa kontra d-drittijiet tal-bniedem.", "Dan kien kważi erba' snin ilu, jekk mhux sitta.", "Pero` l-artiklu tal-liġi għadu hemm u s- sentenza għadha hemm u hemm diversi sentenzi oħrajn u qed niftakar fi tnjen partikolari.", "Wasal iż-żmien li jitwaqqaf kumitat parlamentari ad hoc li jkun kompost mill-avukat ġenerali, mill-ministru tal-ġustizzja u x-shadow tiegħu mill-oppożizzjoni, ħalli jkun hemm rappreżentanza tajba, biex appena jkun hemm sentenza li tiddikjara artikolu tal-liġi li jmur kontra d- drittijiet jew kontra l-Kostituzzjoni ta' Malta jissejjaħ dan il-kumitat mill-ewwel biex jiġu abbozzati l-emendi mill-ewwel biex dak l-istat ta' illegalita` ma jibqax jippersisti għaliex illum qed ngħixu fi stat ta' illegaita` meta għandek artikolu tal-liġi li jiġi ddikjarat kontra l- Kostituzzjoni, liema artikolu tal-liġi għadu miktub kif kien fl-1854.", "Dak huwa mela s-suġġeriment umli tiegħi.", "Sur President, dan l-abbozz huwa importanti u verament ħaqqu tifħir il- gvern b'mod partikolari l-Ministru tal-Ġustizzja għal din il-quantum leap ahead fil-qasam tat-tħaris tad-drittijiet tal-bniedem.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Mhux qed ngħidu hekk, b'kumpliment a skapitu tal-verita` imma għax b'dan l-abbozz l-Istat Malti qed jintrabat – u dan irridu nissoffermawh u nagħmu enfasi fuqu - li jagħti kumpens ta' mhux iktar minn Lm10,000 għal dawk il-persuni, huma min huma Maltin jew le, li jkunu sofrew miscarriage of justice.", "L-Istat Malti għall-ewwel darba fl-istorja leġislattiva ta' pajjiżna qed jirrikonoxxi li huwa għandu responsabbilta` morali u responsabbilta` legali għall-persuna li tkun instabet ħatja ta' reat kriminali b'deċiżjoni finali, tkun ġarrbet piena bħala riżultat ta' dak is- sejbien ta' ħtija u l-Istat irid jikkummpensaha sa massimu ta' Lm10,000.", "Wieħed forsi jgħidli: Imma Lm10,000 biżżejjed?", "Jien ngħid li l-liberta` m'għandhiex prezz, pero` diġa` huwa healthy li għandna threshold ta' Lm10,000.", "Anzi jien nissusġġerixxi li għandu jkun hemm skala ta' kumpens.", "Bniedem li l-miscarriage of justice tiegħu ġiet skoperta wara ftit xhur li kien qed jiskonta sentenza ta` ħabs m'huwiex fl-istess pożizzjoni ta' bniedem li l-miscarriage of justice tiegħu ġiet skoperta 20, 25, 30 sena wara.", "Mela allura l-kumpens ta' wieħed m'għandux ikun daqs ta' l-ieħor għax il-ġustizzja tfisser, kif kien qal Cicerun, tagħti lil kulħadd skond kemm ħaqqu.", "Mela allura għandu jkun skala li dak li l-miscarriage of justice tiegħu tkun saret entro ċertu perjodu ta' żmien jingħata tant kumpens pero` dak li l-miscarriage of justice tiegħu ġiet skoperta wara tant żmien jingħata kumpens ogħla.", "Importanti li napprezzaw dan il-pass 'il quddiem.", "Dan huwa pass li leġislattivament huwa kuraġġjuż.", "L-Istat Malti qed jissoġġetta ruħu għal-liġi.", "Sur President, ħalli nagħmel suġġeriment ieħor.", "Jiena naħseb li kont l- ewwel wieħed f'dan il-Parlament, madwar tliet snin ilu, fejn f'aġġornament kont issuġġerejt xi ħaġa, mhux identika pero` ftit simili għall-kunċett tal- kumpens li hawn f'dan l-abbozz.", "Fil-qorti, mhux ta' kuljum jew ta' sikwit, għal Grazzja ta' Alla rari pero` once li jiġri anke għal wieħed huwa biżżejjed, ikollok bniedem akkużat li ma jkollux il-bail, il-ħelsien mill- arrest isir il-proċess tiegħu u jiġi liberat.", "Jista` jkollok proċess li ġie deċiż mill-qorti tal-maġistrat wara ftit xhur.", "Pero` jekk ikollok il- proċess deċiż mill-ġuri ċertament se jkun deċiż mhux wara ftit xhur imma forsi wara sena, sentejn, tlieta jew erbgħa.", "U jekk tiġi liberat mill-ġuri wara li tkun għamilt tliet snin imċaħħad mil-liberta` tiegħek?", "Jekk tiġi liberat wara sitt xhur taħt arrest preventiv?", "Il-liberta` tiegħek min se jagħtihielek lura?", "Dawk is-sitt xhur, dik is-sena jew dawk is-sentejn min se jagħtihomlok lura?", "U kien hemm każ, għax f'ġuri ta' Tuneżin deċiż akkużat bi traffikar ta' droga kien għamel erba' snin taħt arrest preventiv u f'April ta' l-1998 jew 1999 il-ġuri lliberah.", "Ma tantx kellna minnhom, nerġa' ngħid, pero` għalija anke għal wieħed huwa biżżejjed.", "Il-liberta` ta' bniedem wieħed hija importanti għaliex hija l-għeżeż ħaġa li għandna, mingħajrha m'aħniex li aħna.", "Sur President, xtaqt hawnhekk nikkwota lill-awtur Ingliż penalist, Blackstone li jgħid hekk:", "\"Better nine guilty persons be acquitted than one innocent person be found guilty.\".", "L-agħar forma ta' inġustizzja hija dik li ssir f'isem il-ġustizzja mela allura għandu jingħata kumpens għal għal dak l-akkużat li jkun ġie lliberat wara tant żmien, ikun hemm ikun, taħt arrest preventiv, għax dan ikun taħt arrest preventiv b'deċiżjoni soġġettiva tal-ġudikant u aħna ma nistgħux infittxu l-ġudikanti b'mod personali.", "Alla ħares għaliex tispiċċa l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Allura min irid jirrispondi?", "Irid jirrispondi l-Istat.", "Għandu jingħata kumpens, jew għallinqas tiġi mistħarrġa l-possibbilta`, għaliex once li l-gvern qed jieħu dan il-pass tas-sens ta' onesta` politika u legali li jingħata kumpens għal dak il- bniedem li jkun sofra miscarriage of justice, hija inġustizzja wkoll dik li inti tiġi liberat wara tant żmien taħt arrest preventiv.", "Miscarriages of justice isiru.", "Frame-up huwa miscarriage of justice.", "Huwa l-agħar forma ta' miscarriage of justice u kellna frame-ups f'dan il-pajjiż u kien hemm min bata.", "Kien hemm min mhux hu biss bata imma anke l-familja.", "Immaġinaw ftit, bniedem innoċenti tressqu għall-qorti umiljat, imċappas u akkużat b'delitt, forsi jkun delitt ta' omiċidju, meta ma għamlux u inti taf li ma għamlux u xorta tressqu l-qorti.", "Imma x'wiċċ għandek?", "Fejn hija l- kuxjenza?", "Pero` sfortunatament kien hemm ċirkostanzi f'dan il-pajjiż, mhux fi żmien il-Franċiżi jew fi żmien l-Ingliżi imma meta konna rajna f'idejna, meta konna indipendenti u saru dawn l-oxxenitajiet fil-qorti.", "Mhux qed nitkellem allura fuq affarijiet li qed nivvintawhom.", "U tajjeb allura li l- gvern qed jintrabat f'dan l-abbozz li jagħti kumpens għal min isofri miscarriage of justice għaliex, per eżempju, l-Ingilterra kellhom il- Gilford Four u l-Manchester Six li kienu frott il-gwerra ċivili ta' l- Irlanda.", "Dawk kienu miscarriage of justice li ġew skoperti wara 20 sena.", "Immaġinaw ftit, tagħmel 20 sena l-ħabs meta taf li ma għamiltx dak ir-reat.", "Ma tibqax bniedem.", "Titlef is-sens, tiġi umiljata d-dinjita` tal-bniedem.", "Allura tajjeb u ta' min ifaħħru dan il-pass.", "Kull min għandu għal qalbu l- qasam tad-drittijiet tal-bniedem irid jifraħ u juri s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-abbozz.", "Sur President, mhux se nidħol fi protokolli li se jiġu mehmuża għaliex inkun qed nirripeti dak li qalu ta` qabli.", "Imma rrid ngħid li qegħdin nirrikonoxxu li m'għandux ikun hemm priġunerija għal dejn, il-liberta` tal- moviment, id-dritt ta' appell f'materja kriminali u l-ugwaljanza bejn il- konjuġi, li aħna daħħalna fl-1989 u anke saħansitra emendejna l- Kostizzujoni fl-1990 biex jirrifletti dan il-protokoll.", "Dawn huma kollha affarijiet li għandna niftaħru bihom.", "Pero` l-qasam tad-drittijiet tal- bniedem huwa qasam in a permanent state of flux.", "Qatt ma tista' tgħid li wasalt fejn ridt.", "Dejjem hemm x'tilleġisla, dejjem hemm x'tiskopri.", "Jien naħseb li tajjeb li nirrikonoxxu dak li kien qal Cicerun ħafna u ħafna snin ilu meta qal li aħna rridu nkunu servi tal-liġi sabiex nistgħu nkunu nies ħielsa.", "Dak li kien qal Cicerun bl-għerf tar-Rumani u kemm għadu attwali.", "Aħna servi, jew pjuttost skavi tal-liġi sabiex b'hekk inkunu nies ħielsa.", "Inti tkun persuna ħielsa u libera għaliex tkun taħt il-liġi.", "Min jaħseb li mingħajr liġijiet se jkun bniedem ħieles se jkun żbaljat, u huwa żbaljat għaliex l-istorja qed turik.", "Pero` meta għandek qafas leġislattiv tajjeb inti għandek il-garanzija tala-liberta`, tal-ħelsien u tal-ġustizzja.", "Allura ċertament kull ċittadin ikun jista' jgħix b'mod aktar trankwil u aktar dinjituż għaliex jaf li l-Istat tiegħu, l-Istat Malti f'dan il-każ, qed ipoġġi lilu nnifsu taħt il-liġi, mhux 'il fuq mil-liġi.", "U din hija importanti li nifhmuha għaliex kien hemm żmien, mhux daqstant 'il bogħol 15 jew 20 sena ilu, li l-Istat kien jaħseb li hu 'l fuq mil-liġi.", "L-Istat kien jaħseb li l-ministru kien omnipotenti, li l-ministru kien omnixjenti, jaf kollox u ħadd ma jista' jmerih.", "Pero` għall-grazzja t'Alla dak iż-żmien għadda.", "Pero` rridu nkunu viġilanti għaliex il-passat jista' jkun mera tal- futur.", "Irridu nkunu viġilanti għax il-liberta` u d-demokrazija rridu niġġieldu għalihom kuljum.", "Ma nistgħux inkunu complacent f'din il- ġlieda, f'dan it-tħaris għad-drittijiet tal-bniedem.", "Sur President, jiena naħseb li dan huwa abbozz pożittiv li għandu jqiegħed 'il fuq fil-pedament il-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.", "Pero` ċertament ejjew nirrikonoxxu wkoll dak li għamlu ta' qabilna.", "Semmejt id- dikjarazzjoni ta' l-1802.", "Jien niftakar, kont għadni s-Sixth Form, meta kienu ħarġu posters bid-dikjarazzjoni nnifisha u tqassmu fost l-istudenti.", "Niftakar ukoll li hemm waħda partikolari f'uffiċċju partikolari l-qorti.", "Din id-dikjarazzjoni kelma b'kelma, bit-test awtentiku, bit-test oriġinali kienet tqassmet u kienet qajmet kuxjenza fuq dak l-istat ta' fatt. Ejjew nerġgħu nfakkruhom avvenimenti bħal dawk.", "Għaddew 200 sena u għandna dejn lejn dawk ta' qabilna għaliex araw ftit x'sagrifiċċju għamlu.", "Fl-imblokk tal-Franċiżi kienu mietu 20,000 Malti biex jiġġieldu u biex iġibu l- liberta` tagħhom.", "Immaġinaw ftit 20,000 minn popolazzjoni ta' Malta ta' dak iż-żmien.", "Pero` m'iniex se nidħol f'diskorsi storiċi għaliex inkella ma nispiċċa qatt.", "L-importanti hu li jekk irridu verament nirrikonoxxu lil dawk li ġew qabilna, mid-dikjarazzjoni li għamlu rridu nirrikonoxxu li hawn bżonn istitut għall-istudji Maltin, għall-identita` Maltija għaliex għandna teżor ta' realta` ta' identita` Maltija li ftit li xejn napprezzaw, anzi li nagħtu bis-sieq.", "Nagħmel imħatra ma' min irid li tliet kwarti ta' l-istudenti Maltin, jekk mhux tal-Maltin, ma jafux b'din id-dikjarazzjoni.", "Huwa importanti li f'affarijiet bħal dawn niġġieldu dan is-sens ta' kompjazenza, pero` napprezzaw l-iżviluppi leġislattivi li qed isiru għaliex qed ikunu żviluppi importanti u żviluppi li jagħmlu ġieħ lill-Istat Malti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Grazzi, Sur President.", "L-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "\"L-għan ta' dan l-Abbozz hu sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet ta' l- Att prinċipali għad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fondamentali protetti bir-Raba', s-Sitt u s-Seba' Protokolli li hemm mal- Konvenzjoni.\".", "L-ewwelnett nixtieq niddikjara li llum il-libertajiet fundamentali u d- drittijiet tas-sajjieda huma mhedda minn sajjieda oħra tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed ifakkar id- dikjarazzjonijiet li għamlu s-sajjieda Maltin u Għawdxin fis-snin 2001 u 2002 li fihom qalu li jħossu li l-gvern għandu jagħti s-sehem tiegħu biex jipproteġi d-drittijiet tas-sajjieda u l-libertajiet fundamentali tagħhom meta dawn ikunu qegħdin iwettqu l-mestjier tagħhom bejn sema u ilma aktar u aktar meta x-xogħol tagħhom huwa wieħed perikoluż u tal-biżgħa.", "Dawn jiddikjaraw li jinsabu mhedda kontinwament u għaldaqstant irrid nikkundanna l-aġir tas-sajjieda barranin li abbużivament qed iġibu fil- periklu l-ħajjiet, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-sajjieda Maltin u Għadwxin.", "Per eżempju, jien kont diżilluż meta smajt id- dikjarazzjonijiet li għamlu s-sajjieda Maltin u Għawdxin bejn il-lejl tat- Tnejn u t-Tlieta filgħodu fejn qalu li minkejja li bdew jgħajtu u anke kkommunikaw mas-sajjieda barranin biex jinformawhom li kienu deħlin fuq il- konzijiet tagħhom, dawn injorawhom totalment u baqgħu għaddejjin bil- konsegwenza li kkawżawlhom eluf kbar ta' liri f'danni u ħsarat.", "Sur President, inċident ieħor li ġara jumejn ilu jinvolvi għadd kbir ta' dgħajjes u tugboats tas-sajjieda barranin li wħud minnhom għamlu ġesti oxxeni wara li s-sajjieda Maltin informawhom li kienu se jgħaddu minn fuq il-konzijiet tagħhom.", "Bħala kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni għal dan il- qasam ma nistax ma nikkundannax dan l-aġir.", "Nixtieq nikkundanna wkoll l- aġir tal-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd li wara li dalgħodu staqsejtu xi mistoqsijiet dwar din il-pożizzjoni qal li kollox ġie rranġat u l-problemi ġew solvuti.", "Jien għandi nifhem li għandna nkunu realistiċi u saqajna ma' l-art għax jidher li dawn is-sajjieda qed jiġu mneżża' mid-drittijiet tagħhom.", "Il-membri ta' din il-Kamra għandhom jagħmlu osservazzjonijiet kbar għax ma jistax ikun li jiġru dawn l-affarijiet minn sajjieda oħrajn fir-reġjun tal-Mediterran, jiġifieri Taljani, Spanjoli u Franċiżi ̧ li suppost jirrispettaw il-liġijiet internazzjonali u d-drittijiet tal- bniedem.", "Ma jistax ikun li ma nipprotestawx għal dawn l-affarijiet li Allaħares qatt jistgħu jispiċċaw f'xi inċident fatali.", "Jien insostni li m'għandniex nistennew li jseħħu inċidenti fatali u allura nappella lin-naħa tal-gvern biex ma tibqax tieħu dawn l-affarijiet with a pinch of salt u bl- aktar mod diżonest u rresponsabbli.", "Dawn l-affarijiet qed jheddu l- ħobż, il-ħajjiet tan-nies u l-industrija tas-sajd tagħna u għaldaqstant wieħed irid ikun ċar u jrid jifforma opinjoni kategorika dwar dawn l- abbużi u dwar dan it-theddid li qed isir.", "Sur President ̧ minn hawnhekk nixtieq insellem il-mod qalbieni tas- segretarju tal-koperattiva ̧ is-Sur Raymond Bugeja, li ġab għal attenzjoni tal-gvern l-importanza li pajjiżna jipproteġi l-25 mil kosta tas-sajd għax skond hu ̧ din hija l-unika żona li fadlilhom fejn jistadu s-sajjieda tagħna.", "Is-Sur Bugeja mhux qed jagħmel dan biex jaġevola l-politika Laburista li qed jipproponi partnership ma' l-Unjoni Ewropea jew inkella biex jagħmel mażżra fuq il-viżjoni tal-partit Nazzjonalista dwar din is- sitwazzjoni fid-dawl tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa bniedem onest u responsabbli li qed jgħid il-verità sabiex bl-akbar għaqal jiddefendi l-interessi tal-membri tal-koperattiva tiegħu, l-interessi tal- bqija tas-sajjieda Maltin u Għawdxin kif ukoll l-interessi ta' l-industrija tas-sajd u l-industrija tal-bejgħ tal-ħut li tipprovdi provvistà sostanzjali ta' ħut frisk għall-konsumatur u għall-industrija tat-turiżmu.", "Sur President, jekk nirriflettu ftit dwar id-drittijiet tal-bniedem u l- libertajiet fundamentali żgur li nsibu aktar affarijiet importanti minn dan li qed ngħid imma ma jistax ikun li aħna bħala parlament ma nieqfus quddiem dawn in-nuqqasijiet, dawn l-abbużi u dawn l-inġustizzji sfaċċati li qed isiru fuq il-poplu tagħna.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq sajjieda li għandhom l-aktar vapuri sofistikati ̧ għandhom radars li jistgħu jevitaw kull periklu u l-aktar apparat sofistikat fid-dinja biex jistadu għal dan l-ispeċi u mbagħad niġu hawnhekk ngħidu li rridu li s-sajjieda tagħna jridu jiżviluppaw u jirristruturaw meta min huwa rristrutturat u żviluppat diġà ̧ qed jhedded il-ħajja tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Huwa għalhekk li dalgħodu jien ma komplejtx nagħmel mistoqsijiet fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari għax minkejja li l-ministru jaf li saru dawn l-affarijiet, qal li s-sajjieda rranġaw kollox bejniethom.", "Għalhekk nerġa' nsostni li ma jistax ikun li nieħdu dawn l-affarijiet with a pinch of salt u nħallu lis- sajjieda jgħumu waħedhom ̧ jekk ukoll ma jiġrix kif ġara s-sena l-oħra u jkollna niddeċiedu li nattakkawhom permezz tal-forzi tagħna minħabba xi rregolaritajiet li xi ħadd għaref seta' fehem li kien hemm.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal- libertajiet fundamentali minn ċittadini ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li suppost huma l-kapulavur ta' dawn l-affarijiet.", "Imbagħad għandna l-gvern Malti li qed jiġi mitlub biex ikun assistit mill-patrol boats ħalli dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Sur President ̧ meta jien nitkellem fuq id-drittijiet tal-bdiewa u tas- sajjieda forsi ma nibgħatx messaġġ tajjeb biżżejjed għaliex donnu li dawn is-setturi li minnhom jiddependi l-ikel tal-poplu Malti kollu ̧ ħadd ma jagħtihom il-valur li ħaqqhom.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll il-fatt li s-sena l-oħra u din is-sena s- sajjieda barranin għamlu ħerba sħiħa fil-konzijiet tal-Maltin u l-Għawdxin li huma konzijiet silettivi u mhux distruttivi.", "Ta' min igħid li l-mod kif jistadu s-sajjieda tagħna jġib ir-rispett tal-globu għax is-sajjieda tagħna ma jistadux għat-tonn bil-purse-seiners imma jistadu bil-konz u bis- sunnara u dan huwa mod rispettabbli lejn il-ħajja u lejn l-ispeċi tal- ħut.", "Meta tistad bil-konzijiet ma jiġrix kif jiġri fil-purse-seiners fejn jinqabdu wkoll speċi ta' annimali protetti fosthom il-frieken, id-dniefer u x-sharks bil-konsegwenza li meta tingħalaq il-purse-seiner, din tiġi qisha ballun u t-tonn tant jibda jagħti li ħafna drabi qabel jifga hu jkun ħoloq impatt mill-iktar distruttiv fuq l-ispeċi ta' l-annimali protetti tal- baħar l-oħrajn.", "Sur President, nisimgħu lil min igħid li l-politika Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran u l-politika Laburista ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea ma jifhimhiex.", "Pero' li ma jinftiehemx żgur huwa l-mod kif is-sajjieda barranin li huma protetti u ssussidjati mill-pajjiżi tagħhom li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea qed ikissru u jheddu d-drittijiet u l- libertajiet fundamentali tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk huwa mportanti ħafna li kif igħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ̧ nikkonċentraw fuq il-bżonnijiet tal-poplu u tal-gżira tagħna u nifhmu li ċ- ċirkostanzi ̧ id-daqs ġeografiku ta' pajjiżna u l-esperjenzi ta' pajjiżna huma tagħna u allura rridu nħarsuhom u nipproteġuhom.", "Iż-żmenijiet tal- lum li huma mimlija opportunitajiet, tensjonijiet u sfidi rridu nagħrfu nanalizzawhom b'mod nadif u b'mod ħieles.", "Għaldaqstant jien inħoss li għandi nikkjarifika l-messaġġ tal-mexxej Laburista jiġifieri li nikkonċentraw aktar fuq il-problemi tal-Maltin u l- Għawdxin.", "Hawnhekk nixtieq nistqarr li f'dak li għandu x'jaqsam mas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea qed isiru dikjarazzjonijiet foloz lill- poplu tagħna, dikjarazzjonijiet li ̧ fl-opinjoni personali tiegħi, qed jheddu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-poplu tagħna.", "Jien ngħid li l-MIC, il-Moviment IVA u xi ġurnali li għal xi raġunijiet jew oħra aktar jippromwovu l-ħsieb li Malta għandha tissieħeb fl-Unjoni Ewropea ̧ għandhom ikunu sostenibbli u maturi u jifhmu li l-Oppożizzjoni Laburista mhux qed tbeżża' bil-babaw imma qed twassal dak li qed tistudja biex tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tas- soċjetà tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Austin Gatt biex, jekk jogħġbu ̧ jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Erbgħa 19 ta' Ġunju, 2002 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Grazzi, Sur President.", "Ma kienx il-pjan tiegħi li nitkellem darbtejn fżdin is-seduta, pero` xtaqt li nieħu l-ewwel parti ta' dan l-aġġornament fuq xi ħaġa li diġa` aċċennajt għaliha waqt li kont qed nitkellem dwar l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu.", "Fil-15 ta' Ġunju 1802 il-Maltin għamlu dikjarazzjoni fejn elenkaw disa' prinċipji ta' importanza kbira fosthom id-dritt tar-rispett għal-liberta` tas-sentiment reliġjuż, allura ta' kuxjenza fejn ħadd u ħadd ma jista' jieħu l-liġi b'idejh u juża l-awtorita` personali tiegħu fuq il- ħajjet, il-proprjeta` jew il-liberta` ta' ħaddieħor.", "X'kienu l- avvenimenti li wasslu għal dik il-ġurnata?", "Ftit wara l-imblokk tal-Franċiżi, li fih kienu mietu 20,000 Maltin, twaqqaf il-congresso nazionale.", "Dan kien kungress illi ħa post l- Assemblea Nazzjonali nhar it-2 ta' Settembru, 1798.", "Il-Maltin qegħdu president - u naħseb dan kien l-iżball prinċipali tal-Maltin, ovvjament with the benefit of hindsight - lill-kaptan Alexander Ball.", "X'ġara sussegwentament u x'inhi l-importanza ta' din id-dikjarazzjoni?", "U għalfejn hija importanti fid-diskors tagħna vis-à-vis l-Unjoni Ewropea?", "Din id-dikjarazzjoni ġiet konċeputa, ifformulata u ffirmata anqas minn sentejn wara li l-Gran Brittanja kienet effettivament ħadet taħt idejha l-pussess tal-gżejjer Maltin mingħand Franza.", "Kien hemm negozjati fl-1801 fejn anke delegazzjoni Maltija li kienet immexxija mill-Markiż Testaferrata telgħet Londra u ltaqgħet ma' Lord Fobart sabiex jitolbu li l-gżejjer Maltin jitħallew fl-indipendenza tagħhom.", "Il-Maltin kienu qed jippruvaw jasserixxu ruħhom.", "Kienu qegħdin jippruvaw isibu xi forma ta' self determination.", "Din id-dikjarazzjoni Maltija ta' drittijiet wieħed jista' jħares lejha minn angolu storiku, akkademiku, filosofiku u anke ġuridiku komparattiv.", "Se nagħmel riferenza mhux darba jew tnejn għad-diskors li għamel il- Prof. Henry Frendo fl-okkażjoni li kien hemm fil-palazz ta' San Anton organizzata mill-kumitat festi nazzjonali u l-Universita' ta' Malta l- ġimgħa l-oħra.", "Hija stqarrija kompatta, pero` ċertament ma kienet xejn komuni fil-bidunett tas-seklu dsatax.", "Hawnhekk wieħed jista' jagħmel eżerċizzju komparattiv bejn din id-dikjarazzjoni Maltija u dik Ingliża, Amerikana u Franċiża.", "Dik Ingliża saret fl-1689, u hija l-bill of rights, wara li ġie approvat li l-monarkija Ingliża ma tibqax waħda assoluta imma ssir waħda kostituzzjonali fejn ir-re, iktar milli jirrenja, beda jiggverna.", "L-Amerikana saret fl-1776 u fost l-oħrajn kienet tissalvagwarda l-liberta` tal-kelma, il-liberta` ta' l-istampa, id-dritt tan-nies li jiltaqgħu u jinġemgħu u li jitolbu lill-gvern jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet.", "Kellek imbagħad dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u taċ-ċittadin ġewwa Pariġi tas-26 ta' Awissu 1789.", "Id-dikjarazzjoni Franċiża kienet forsi ftit aktar mirquma mit-tnejn ta' qabilha għaliex iddefiniet id-drittijiet tal-bniedem bħala inaljenabbli, jappartjenu lill- bniedem biss, ma jiddependux fuq il-fjat jew fuq il-bene plaċidu ta' xi ħadd jew ta' xi istituzzjoni.", "Kienet dikjarazzjoni ispirata mill-kitba ta' Jean Jacques Rousseau u bdiet billi stqarret li l-bnedmin jitwieldu ħielsa u ugwali fid-drittijiet tagħhom.", "Fiex jew kif tidħol id-dikjarazzjoni Maltija f'dan kollu?", "Id-dikjarazzjoni Maltija ta' l-1802, qabel xejn, hija frott ir-realta` Maltija fid-dawl ta' dak li kien qiegħed jiġri kemm f'Malta u kemm madwarna.", "B'esperjenzi ċertament m'humiex sbieħ f'moħħ il-Maltin, id-delegazzjoni rat kif applikat għal Malta l-prinċipji msemmija f'dawk it-tliet dikjarazzjoni.", "Dwar din id- dikjarazzjoni l-Profs.", "Frendoqal hekk:", "\"Id-dikjarazzjoni Maltija hija dokument storiku daqskemm hija wieħed politiku u filosofiku.", "Tentattiv kuraġġuż, edifikanti li jixhed l- eżistenza ta' klassi indiġena ta' nies struwiti u għorrief, delużi u mweġġa', ftit konfużi, imneżża mis-setgħa, maqbuża, imwarrba u mċaħħda mir-rispett dovut, iżda mhux fatalisti, mhux neqsin mill-istima tagħhom innifishom jew mir-rieda persistenti għall-kisba ta' ħajja aħjar, għall-kisba saħansitra ta' pajjiż internament ħieles u pjaċevolment ġestit, awtonomu jekk mhux indipendenti.", "Dan kollu huwa importanti għaliex il-Maltin qegħdin jipprovaw juru li l-poplu huwa sovran.\"", "Jiena għalhekk iktar 'il quddiem se niġi għad-diskors attwali fuq ir- referendum u l-validita` tar-referendum fuq l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Id-dikjarazzjoni Maltija ta' l-1802, kif qal ukoll il-Prof.", "Frendo f'dik l-okkażjoni, ma kenitx qed tikkopja x'qalu t-tliet dikjarazzjonijiet l-oħrajn, imma kienet unika, kellha l-identita` tagħha, u kienet rikors lejn viżjoni dejjiema waqt trawma ta' inċertezza ġenerali.", "Kienet il-grif fil-blata ta' pedament għall-futur.", "Mr. Speaker, kif diġa' għedt, Ball kien inħatar President ta' dak li fuq il- parir tiegħu kien beda jissejjaħ il-kungress.", "Bdew jiltaqgħu Sant Anton kull nhar ta' Tnejn fit-8:00 a.m. Kien hemm numru ta' nies fil-kungress Malti.", "Kellek nies ta' natura legali, jiena naf, bħal per eżempju n-Nutar Vitale għall-Imdina, in-Nutar Francesco Saverio Zarb għal Ħ'Attard, ekkleżjastiċi, pero` kellek ukoll individwi meqjuma fil-Belt jew ir-Raħal tagħhom, bħal per eżempju Michele Cachia taż-Żejtun u Filippo Castagna tal- Gudja.", "Il-Maltin ipprovaw jagħmlu mod biex il-pinna tkun aktar b'saħħitha mix-xabla.", "Ipprovaw jistrieħu fuq il-forza morali ta' dak li kien seħħ.", "Hemm ċara l-idea li t-tron kellu jirrenja mhux jiggverna, it-tron għandu joffri protezzjoni filwaqt li l-poplu Malti jgawdi l-awtonomija.", "Il-kunsill popolari tal-Maltin kellu jassumi r-responsabbilta` li jintaxxa u jilleġiżla bil-kunsens tat-tron.", "Mr. Speaker, jiena m'iniex se noqgħod nidħol fl-artikli wieħed wieħed, pero` rrid ngħid li fl-ewwel artiklu qegħdin nirrikonoxxu lir-re bħala is- sovrano signore.", "Irrid ngħid ukoll li fil-fehma tiegħi mbagħad l-aħħar tnejn huma importanti ħafna.", "Artiklu tmienja jgħid li kull bniedem ħieles għandu d-dritt li jagħżel ir-reliġjon tiegħu.", "Reliġjonijiet oħra għandhom għalhekk jiġu tollerati bħala dritt stabilit iżda l-ebda setta ma tista' tmaqdar, tinsolenta jew tħarbat lil dawk li jistqarru reliġjonijet oħrajn.", "Kemm kien importanti dan il-prinċipju 200 sena ilu li l-Maltin qegħdin jirrikonoxxu li ħadd m'għandu d-dritt iċaħħad lil ħaddieħor mil-liberta` tal-kuxjenza!", "Id-disa' artiklu, li fil-fehma tiegħi huwa assunt tal- prinċipji tat-tliet dikjarazzjonijiet li semmejt, jiġifieri ta' Franza, l- Amerika u l-Ingilterra jgħid li ebda bniedem, ikun min ikun, m'għandu juża l-awtorita` personali tiegħu fuq il-ħajja, il-proprjeta` jew il-liberta` ta' ħaddieħor.", "Il-poter jinsab biss fis-setgħa li tagħtih il-liġi u t- trażżin jew kastigi jistgħu jingħataw biss skond kif titlob il-liġi.", "Ħadd m'huwa 'l fuq mil-liġi, qed tgħid id-dikjarazzjoni, kulħadd huwa indaqs quddiem il-liġi, u allura ma tistax tieħu l-liġi b'idejk biex tieħu l- ħajja, il-liberta` jew il-proprjeta` ta' ħaddieħor.", "Dan l-artiklu waħdu jiġbor l-ispirtu konxjament liberali li fuqu hija mibnija d-dikjarazzjoni Maltija.", "Kif jirrikonoxxi Profs.", "Frendo, dwar dan hemm riflessjoni x'nagħmlu.", "Aħna l- Maltin illum qegħdin napprezzaw dak li sar 200 sena ilu, pero' qegħdin infakkru jew fakkarna biżżejjed dak li ġara 200 sena ilu?", "Huwa fatt li ftit Maltin jafu jew kienu jafu bl-eżistenza ta' dan id-dokument, u ċertament l- okkażjoni tal-ġimgħa l-oħra għenet ħafna għar-rikonoxximent ta' dak il-pass leġislattiv avantgarde ta' 200 sena ilu.", "Din id-dikjarazzjoni hija parti mill-istorja ta' Malta hija parti mill-identita` Maltija u fiha għandek lill-poplu Malti li qed jipprova jesprimi ruħu b'mod kollettiv.", "Din id- dikjarazzjoni kienet l-ogħla espressjoni kollettiva għal dak li kienu qegħdin iħossu l-Maltin, Sur President.", "Il-Maltin ħassew il-ħtieġa li jesprimu ruħhom u riedu lil ħaddieħor jirrikonoxxi l-espressjoni kollettiva tagħhom, li jaċċetta li għandhom dritt għall-espressjoni, li għandhom dritt jiddeċiedu għalihom innifishom, li għandhom dritt jaħsbu b'moħħhom u mhux iħallu lil ħaddieħor jaħseb għalihom.", "Apparti l-aspett legali u storiku, huwa proprju għalhekk li din id-dikjarazzjoni hija importanti.", "Ir-raison d'etre huwa l-istess.", "Mr. Speaker, il-Maltin qegħdin jgħidu li jridu nkunu stmati ta' poplu sovran, u referendum huwa l-istess ħaġa.", "Minn survey riċenti tal-''Malta Independent'' jirriżulta li 90% tal-Maltin - mela across party lines - iridu li l-partiti politiċi jirrikonoxxu r-riżultat ta' referendum.", "Aħna ntrabatna li nagħmluh u ntrabatna li nirrikonoxxuh.", "L-oppożizzjoni qed tgħid le pero` issa naraw x'qalet l-oppożizzjoni ftit tas-snin ilu, ħalli naraw jekk għadhiex konsistenti ma' dak li qalet ftit tas-snin ilu.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li kif qal il-Profs.", "Frendo fid-diskors tiegħu, għandna bżonn fondazzjoni għall-istudji Maltin.", "Bħalma għandna istitut Mediterranju u l-istitut għall-istudji internazzjonali, għandna bżonn ukoll fondazzjoni ta' l-istudji Maltin ħalli nirrikonoxxu aktar il-wirt storiku, kulturali u legali tagħna.", "Biex inkompli fuq ir-referendum irrid ngħid li kulħadd jaf kemm il-Partit Laburista huwa kategoriku li r-riżultat tar- referendum ma jorbtux.", "Dan huwa insult sfaċċat għall-intelliġenza u s- sovranita` tal-poplu Malti.", "Lil dak il-poplu Malti li qed jgħidlu li għandu jkollu rajh f'idejh, fl-istess ħin qed jgħidlu li m'għandux rajh f'idejh biex jiddeċiedi permezz ta' referendum.", "Dak huwa f'idejh bħala Partit Laburista.", "Mela bħala poplu m'għandekx rajk f'idejk fil-kwestjoni tar- referendum.", "Mr. Speaker, kulħadd jaf dak li ġie kkwotat li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni fil-25 ta' Marzu 1993 waqt diskussjoni ma' l-istudenti universitarji.", "Dakinhar kien qal li kieku kien favur l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien jagħmel referendum.", "Iktar tard, fit-12 ta' Diċembru ta' l-1995, dak iż-żmien id-deputat Joe Brincat, illum deputy leader, kien qal li fuq il-kwestjoni ta' l-Ewropa jrid ikun hemm għażla li trid tkun finalment mal-poplu b'referendum.", "Iktar tard f'artiklu tas-''Sunday Times'' f'Ġunju ta' l-1998 Joe Brincat kien qal hekk:", "\"Manifestos are mixed grills.", "Referenda are straight and more democratic.\".", "Dawn il-kwotazzjonijiet kemm-il darba smajnihom matul dawn l-aħħar ġranet, pero` jiena proprju l-bieraħt lura kont qed naqra - kif soltu nagħmel - id- dibattiti parlamentari ta' dawn l-aħħar ftit snin u sibt id-dibattitu fuq l- abbozz ta' liġi li jemenda l-liġi tar-referendum li sar f'Jannar ta' l- 1996.", "Naħseb li dan li se nikkwota għandu jiġi rifless mill-Maltin, għaliex m'hu konsistenti xejn ma' dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni llum.", "Fil-15 ta' Jannar 1996, waqt id-dibattitu fuq l-abbozz ta' liġi li jemenda l-liġi tar- referenda, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qal hekk, u se nikkwota:", "\"Tajjeb li ngħidu li bl-iżvilupp tad-demokrazija moderna, aktar ma jgħaddi żmien aktar il-logħba politika u l-proċess politiku jippernja ruħu fuq issue, fuq problemi u fuq kwestjonijiet li huma speċifiċi u li dwarhom, ħafna drabi, l-opinjoni pubblika tinqasam b'mod li mhux dejjem jirriflettu aspirazzjonijiet ideoloġiċi u appartenenzi li huma partiġġjani.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar il-metodu ta' referendum jinħass bħala xi ħaġa li tista' tirrispondi għall-bżonnijiet taċ- ċittadini biex jesprimu ruħhom b'mod relatat speċifikament ma' issue li tqum fil-pajjiż u fis-soċjeta`.\"", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"F'issues li jitqanqlu, ċ-ċittadini jkollhom diverġenza ta' opinjoni fuqhom li huma lil hinn mill-appartenenza politika tagħhom.", "Għalhekk il-prinċipju tar-referendum huwa tajjeb, speċjalment fiċ-ċirkostanzi moderni u li se jkomplu jiżviluppaw f'pajjiżna u f'soċjetajiet oħra wkoll.\"", "Dan qalu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'Jannar ta' l-1996, u ovvjament kien qed jesprimi l-opinjoni tal-partit.", "Dan m'huwiex kwalunkwe deputat imma huwa kap ta' partit.", "Kien qal – u dan f'dibattitu parlamentari - li l-prinċipju tar-referendum huwa tajjeb għaliex jagħti d-dritt u l-possibbilta` lill- poplu jiddeċiedi fuq issues speċifiċi.", "Allura għalfejn din l-inkonsistenza?", "Hawnhekk jingħad – u hekk hu - li r-referendum għandna nagħmluh għaliex il- poplu Malti għandu jkollu d-dritt li jiddeċiedi fuq issue waħda.", "Dan għaliex f'elezzjoni ma jiddeċidix fuq issue waħda imma jiddeċiedi fuq diversi fosthom fuq ambjent, fuq l-intern, fuq il-ġustizzja, fuq it-taxxi u fuq is-saħħa.", "Allura kif illum il-Kap ta' l-oppożizzjoni u l-partit Laburista qed jgħid li r-referendum ma jirrikonoxxiehx.", "L-inkonsistenza fejn hi?", "Ħa nkompli nikkwota, Sur President, mid-diskors tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni:", "\"Il-prinċipju tar-referendum jirrifletti dak li qed jiġri f'soċjeta` moderna, li aktar u iktar l-issues qegħdin ikunu cutting, jaqsmu l- barrieri ideoloġiċi.\".", "Din hi kwotazzjoni oħra mill-istess dibattitu:", "\"Il-prinċipju tar-referendum huwa prinċipju tajjeb u jrid jitħaddem, imma biex indaħħluh irridu ninfilzaw u jrid ikun kumplimentari ma' l- istruttura ta' demokrazija parlamentari li għandna.\"", "Dan huwa d-diskors tal-kap ta' l-oppożizzjoni, Sur President.", "Qal sewwa u kien korrett, kien ġust, li iktar ma s-soċjeta` tiżviluppa u ssir waħda moderna aktar il-poplu għandu jkun mitlub jagħti l-opinjoni tiegħu fuq issue partikolari anke across il-barrieri ideoloġiċi jew ta' partit.", "Biex inkun fair ma' l-oppożizzjoni rrid ngħid li l-Partit Laburista mar oltre minn hekk, għax f'Jannar ta' l-1996, kien ivvota kontra dan l- abbozz ta' referendum minħabba li huma riedu jmorru oltre mill- gvern.", "Il-gvern f'Jannar ta' l-1996, f'dan l-abbozz kien ippropona l- introduzzjoni tar-referendum abbrogattiv.", "L-oppożizzjoni mhux talli qablet, talli qalet li trid iktar minnhekk, u r-referendum għandu jkun wieħed propożittiv.", "Ħa nikkwota minn diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, Sur President, ta' l-għada, 16 ta' Jannar 1996.", "\"Il-prinċipju tar-referendum huwa prinċipju progressiv, modern u adatt għal kif qiegħda tiżviluppa d-demokrazija moderna, jiġifieri fejn il-politika tinħadem, aktar ma jgħaddi żmien ukoll, fuq bażi ta' issues li jqanqlu diskussjoni, kontroversja u anke qsim bejn iċ-ċittadini.", "Mhux fuq bażi neċessarjament ta' ideoloġija jew partit, imma bażi ta' kif jaraw ċerti issues speċifiċi.", "Allura hija ħaġa tajba li l-prinċipju tar-referendum jiġi aċċettat u rikonoxxut.\"", "Dan il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħidu.", "Mhux qed ngħidu jien jew il- Partit Nazzjonalista.", "Dak iż-żmien kien qed jgħid li huwa tajjeb li jiġi aċċettat u rikonoxxut u llum qed jgħid li ma jridux jirrikonoxxu r- riżultat tar-referendum fuq issue li qed taqsam il-barrieri politiċi.", "Issa l-Unjoni Ewropea hija suġġett mhux ta' partit imma ta' nazzjon.", "Mr.Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, għan-nom ta' l-Oppożizzjoni, kien issuġġerixxa dan:", "\"Aħna nħossu li r-referedum proposittiv għandu jidħol la qegħdin indaħħlu l-prinċipju tar-referendum min-naħa taċ-ċittadini.", "U għandu jidħol fil-qasam ta' miżuri li ma jkunux dehru jew tfaċċaw fil- programm tal-partit li jkun ingħata mandat elettorali.\"", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kompla b'dan il-mod - qed naqra mid- dibattitu parlamentari –:", "\"Referendum huwa miżura li għandna naqblu magħha, naċċettawha u nwessgħuha kif trid tagħmel l-oppożizzjoni, mhux biss b'sens abrogattiv li qed jgħid il-gvern, imma wkoll b'sens propożittiv li jagħti iktar ċans liċ-ċittadini jkollhom sehem dirett fit-tmexxija ta' ċerti deċiżjonijiet.\"", "Sur President, meta qrajt dawn id-dibattiti ma ridtx nemmen li qed naqra dan li qed ngħid.", "L-oppożizzjoni fl-1996 kienet qalet li l-ewwel ħaġa għandu mhux biss ikun hemm referendum abrogattiv, imma wkoll propożittiv.", "Kienet qalet li l-poplu għandu mhux biss jintalab japprova liġi imma anke jipproponi liġi.", "Ara kemm marru oltre mill-gvern.", "Ir- risposta tal-gvern dakinhar kienet li għandna naraw kif jaħdem ir- referendum abrogattiv u kif il-poplu jidra, we go on to the next step.", "Dakinhar il-gvern ma kienx qal le.", "Il-Prim Ministru kien qal le għal dak l- istadju.", "Dawn huma affarijiet tal-meravilja.", "Mela dak iż-żmien l-oppożizzjoni kienet qalet li l-gvern għandu jagħti ċ- ċans liċ-ċittadini li jkollhom sehem dirett fit-tmexxija ta' ċerti deċiżjonijiet imma llum qiegħda tgħid li ma tirrikonoxxix riżultat ta' referendum.", "Imma din x'onesta` hi?", "X'sens ta' konsistenza politika hija din?", "Lili dejjem qaluli li politiku serju huwa dak li jkun konsistenti f'kollox, fi kwalunkwe qasam, fi kwalunkwe settur, anke fil-professjoni tiegħu.", "Jekk tkun konsistenti takkwista l-istima imma jekk ma tkunx konsistenti titlef l-istima ta' sħabek u tas-soċjeta`.", "Inti ma tkunx avukat tajjeb għax taf il-liġi biss, imma għax għandek pattern ta' ħidma konsistenti u tkun leali dejjem u mhux leali biss quddiem ċerti ġudikanti jew quddiem ċerti każi u l-istess il-politiku jew il-partit politiku.", "Jakkwista kredibbilita` daqskemm ikun konsistenti.", "Hawnhekk għandek dikjarazzjoni awtentika tas-16 ta' Jannar ta' l-1996 li l-gvern għandu jagħti ċans liċ-ċittadin jipparteċipa aktar fil-ħajja demokratika.", "Intqal li ċ-ċittadin mhux biss għandu jintalab jabbroga, kif għandna fil-liġi tar- referendum illum, imma anke jipproponi u jfassal liġijiet billi jinġabru ammont ta' firem u ssir liġi.", "Dak li kienet qalet l-oppożizzjoni permezz tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnifsu.", "Kien qal li għandu jkun hemm il-vantaġġ ta' referendum ħalli l- poplu jkun ikkonsultat immaterjalment mill-ideoloġiji li għandu.", "Kien intqal li dan għandu jsir ħalli l-poplu jkollu sehem dirett fit-tmexxija tiegħu nnifsu.", "Issa llum l-oppożizzjoni qed tgħid lill-poplu li dak li qalet fl-1996 kien diskors għall-gallerija.", "Liema hija l-verżjoni t-tajba, dik tal-1996 jew dak li qed jintqal illum?", "Fuq ħaġa elementari, kardinali, ta' prinċipju bħal dan tista' ma tkunx konsistenti?", "Inti tista' tgħid illi l-VAT hija ħażina u issa tgħid li se tistenna lejlet l-elezzjoni biex imbagħad tara?", "Jekk hija ħażina, hija ħażina dejjem, u jekk hija tajba, hija tajba dejjem.", "F'dan il-pajjiż ma nistgħux nibqgħu nilagħbu l-logħba ta' l-opportuniżmu politiku.", "Għalhekk il-poplu jitlef u qed jitlef il- fiduċja fil-politika Maltija, minħabba li l-politiċi tagħna xi kultant, jew ħafna drabi f'ċerti dikjarazzjonijiet qegħdin juru li dak li kien tajjeb fl-1996 m'għadux tajjeb illum.", "Mr. Speaker, jiena semmejt survey riċenti fejn 90% tal-Maltin - 89.3% biex inkun preċiż - iridu li d-deċiżjoni f'referendum trid tkun rispettata mill-partiti politiċi.", "Jekk iċ-ċittadin jiġi l-ewwel, jekk ħadd m'hu għar- rimi, kif tista' tarmi d-deċiżjoni sovrana tal-poplu?", "Il-poplu qatt ma jista' jkun illeġġittimu, il-poplu huwa dejjem sovran.", "Jekk hemm tagħlima li għandna nitgħallmu mid-dikjarazzjoni ta' l-1802, dak il-pass kuraġġuż, avant garde, embrjoniku, imma ta' viżjoni u ta' twemmin fina nfusna bħala Maltin, din hija li l-poplu huwa sovran u l-għajta tiegħu trid tinstema'.", "Il-politiku għandu jagħti widen għall-għajta tal-poplu għax il-poplu huwa dejjem sovran.", "Il-poplu jiġi l-ewwel.", "Il-poplu jagħti l-leġittimita` lill-gvern hu min hu l-gvern.", "Gvern ikun illeġittimu jekk ma jkollux il-maġġoranza tal-poplu warajh.", "Fil-mument li jkollu l-maġġoranza tal-poplu warajh, gvern ikun wieħed leġittimu.", "Issa ħalliha li f'Settembru ta' l-1998 l-oppożizzjoni qalet li aħna gvern illeġittimu.", "Bil-maġġornaza li għandna kif nistgħu nkunu gvern illeġġittimu?!", "Kif qatt il-poplu jista' jkun illeġittimu?", "It flies in the face of logic and political corruptness dikjarazzoni bħal din.", "Sur President, filwaqt li nġib għall attenzjoni ta' kulħadd dikjarazzjoni bħal din ta' l-oppożizzjoni tal-15 u tas-16 ta' Jannar ta' l-1996, l- appell umli tiegħi u sinċier huwa: Ejja mmorru lil hinn mill- partiġġaniżmu politiku fl-issue ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din hija issue li se teffettwa mhux lilna biss imma lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Għalhekk l-għajta tal-poplu trid tinstema' u trid tingħata widen.", "U għajb għal dawk li qed jgħidu li lill-poplu ma jridux jisimgħuh.", "Għajb għal dawk li qed jgħidu li lill-poplu ma jimpurtahomx minnu u jiġu jaqgħu u jqumu minn dak li jgħid.", "Dik mhux demokrazija.", "Dik hija kollox barra demokrazija.", "Dak huwa bidu ta' dittatorjat.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PENSJONI", "32619.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitħallas il- pagament dovut lill-persuna li n-numru ta' l-ID tagħha qed jidher separatament, peress li l-pagament tal-bonus ma sarx mal-ħlas tal-pensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna indikata ġiet informata bl-eżitu tal-każ tagħha personalment.", "MOSTA - BOWSER ILMA", "32620.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata bowser ilma?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Peress li ma ngħatax l-isem tal-persuna u peress li l- indirizz lanqas ma jidher fir-reġistru elettorali, ma kienx possibbli li jsir kuntatt bit-telefon mal-persuna konċernata biex ikun jista' jintbagħtilha bowser ilma, kif talab l-Onor.", "Interpellant.", "VAT - RIĊEVUTA FISKALI", "34120.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'raġunijiet wasslu lill-gvern biex jgħid lit-tobba li m'hemmx għalfejn joħorġu iżjed irċevuti fiskali tal-VAT?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 31657 u 34170.", "KULLEĠĠ STELLA MARIS - GĦALLIEM", "34122.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament biex jgħallem l-edukazzjoni fiżika fil-kulleġġ Stella Maris?", "Jista' jgħid meta nkisbu l-kwalifiki li jintitolawh biex jgħallem f'dan il-kulleġġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna msemmija m'għandhiex il- kwalifiki meħtieġa biex tkun għalliema regolari u qed taħdem fuq bażi temporanju (casual).", "Kien ġie impjegat għax l-iskola ma sabitx persuna kkwalifikata.", "Din il-persuna trid terġa' tapplika biex tkun approvata mill-ġdid hekk kif tibda s-sena skolastika, u jekk ma jkunx hemm persuni kkwalifikati aktar minnha li japplikaw għall-post, tista' tingħata estensjoni ta' sena skolastika oħra.", "Din il-persuna titħallas mill-iskola u mhux mill-fondi ta' l-istat.", "MIA - IMPJEGATI", "34128.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu fl-MIA matul is-sena 2001 u din is-sena?", "Jista' jgħid x'inhu x-xogħol tagħhom u jekk ħarġux sejħiet jew ġewx imqabbda direttament?", "Jista' jgħid ukoll jekk humiex part-timers jew full-timers jew xi ħaġ'oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul is-sena 2001 u din is-sena l-MIA impjegat 23 ruħ, imqassmin kif ġej:", "GRAD 2001 2002", "Assistant Administrator 1 - Airport Attendant - 7 Clerk 5 1 Clerk (b'kuntratt) 1 - Customer Service Assistant 1 2 Senior Technician 1 - Technician - 2 TAS 1 - Tradesman 1 -", "L-ingaġġ sar kollu bl-approvazzjoni tal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ apparti dak tat-TAS li huma parti minn skema ta' apprentistat.", "TURIŻMU - KONSULENTI", "34137.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-ministeru li ġew maħtura bħala konsulenti?", "Min huma dawn il-persuni u x'inhu x-xogħol tagħhom?", "Jista' jgħid xi ħlas u x'benefiċċji oħra ġew maqbula ma' dawn il-persuni?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Fil-ministeru għat-turiżmu hemm tliet persuni maħtura bħala konsulenti, hemm is-Sur Lino Borg li huwa konsulent ma' l- istitut għall-istudji turistiċi b'salarju ta' Lm6,328 fis-sena; is-Sur George Micallef li huwa konsulent dwar il-prodott turistiku b'salarju ta' Lm7,383 fis-sena, u s-Sur Jean Micallef Grimaud li huwa konsulent dwar l- Unjoni Ewropea u jitħallas Lm2,000 fis-sena.", "MALTA RACING CLUB - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "34140.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'għajnuna ta l-gvern lil Malta racing club matul is-sena 2001 u matul din is-sena?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi ħsieb jew ftehim dwar għajnuna oħra fil-futur u x'inhi t-tip ta' għajnuna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta racing club ġew mogħtija Lm5,000 fl-2001 u Lm5,000 din is-sena mis-super-5 fund.", "Għar-rigward ta' fondi oħra u għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-ministru ta' l- edukazzjoni.", "KONVENZJONI EWROPEA - LAQGĦAT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "34148.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li ser jieħdu sehem fil- konvenzjoni tal-futur ta' l-Unjoni Ewropea fil-laqgħat tal-persuni żgħażagħ?", "Kif intgħażlu dawn il-persuni?", "ONOR.", "JOE BORG: Iż-żgħażagħ li ġew nominati mir-rappreżentant tal-gvern u mis-sostitut tiegħu huma Ilaria Flores Martin u Samuel Azzopardi.", "Huma intgħazlu minn ġurija wara li sar konkors apposta għaż-żgħażagħ li esprimew interess.", "Dan bħala riżultat tal-pubbliċita' li ngħatat permezz ta' stqarrija għall-istampa maħruġa fid-19 ta' Mejju 2002 , u abbażi tal- kriterji stabiliti fl-istess stqarrija."]} {"filename": "20000322_269d_par.doc", "date": "2000-03-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 269 L-Erbgħa, 22 ta' Marzu, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 269", "L-Erbgħa, 22 ta' Marzu, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.07 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "269", "L-Erbgħa, 22 ta' Marzu, 2000", "WERREJ MINUTI 368", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 368", "TQEGĦID TA' KARTI 373", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ID-DRITTIJIET TA' L-AWTUR (IT-TIENI QARI) COPYRIGHT BILL (SECOND READING) 373", "AĠĠORNAMENT 397", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 402", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 268 li saret fi-21 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX - XIRI TA' KAROZZI", "13337.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cushieri) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi li nxtraw mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tagħha u ngħataw b'donazzjoni lill- individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tagħha?", "Jekk fl-affermattiv, tista' l- Minstru tgħid lil min ingħataw, x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; kemm swew fi flus Maltin; u xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw din id-donazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa)(f'isem il-Ministru għal Għawdex) Jien informat li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin- negattiv.", "OPM - UŻU TA' KAROZZI", "13338.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi proprjeta' jew karozzi mikrija jew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid minn min qed jintużaw, minn meta bdew jintużaw, x'marka huma l-karozzi, meta nxtraw, kemm swew fi flus Maltin u xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali)(f'isem il-Prim Ministru): Fil-każ ta' membri tas-segretarjati ta' ministri u segretarji parlamentari, il-kriterji dwar l-użu ta' karozzi uffiċjali huma mniżżla fid-dokument \"engagement of staff for private secretariats\", li anke tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fil-każ ta' uffiċjali oħra fid-dekasteru tiegħi li għandhom ftehim jew kuntratt, l-użu huwa rregolat minn tali ftehim jew kuntratt.", "Il-karozzi uffiċjali kollha l-oħra għandhom jintużaw minn min għandu l-permess jagħmel dan.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi każ f'moħħu li jidhirlu li jien għandi nkun naf bih, nitolbu jagħtini l-informazzjoni rilevanti.", "AFFARIJIET BARRANIN - UŻU TA' KAROZZI", "13339.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi proprjeta' jew karozzi mikrija jew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid minn min qed jintużaw u minn meta bdew jintużaw; x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; kemm swew fi flus Maltin; u xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Fil- każ ta' membri tas-segretarjat ta' ministri u segretarji parlamentari, il- kriterji dwar użu ta' karozzi uffiċjali huma mniżżla fid-dokument \"engagement of staff for private secretariats\" li anke tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fil-każ ta' uffiċjali oħra fid-dekasteru tiegħi li għandhom ftehim jew kuntratt, l-użu huwa rregolat min tali ftehim jew kuntratt.", "Il-karozzi uffiċjali kollha l-oħra għandhom jintużaw minn min għandu l-permess jagħmel dan.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi każ f'moħħu li huwa jidhirlu li jien għandi nkun naf bih, nitolbu jagħtini l-informazzjoni rilevanti.", "FINANZI - UŻU TA' KAROZZI", "13340.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi proprjeta' jew karozzi mikrija jew mixtrija mill-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid minn min qed jintużaw u minn meta bdew jintużaw; x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; kemm swew fi flus Maltin; u xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.", "POLITIKA SOĊJALI - UŻU TA' KAROZZI", "13341.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cushieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi proprjeta' jew karozzi mikrija jew mixtrija mill-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid minn min qed jintużaw u minn meta bdew jintużaw; x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; kemm swew fi flus Maltin; u xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma nkriet u ma nxtrat l-ebda karozza mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn biex tintuża minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, qed jaslulna lmenti li numru ta' uffiċjali fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali mhux qed jingħataw servizz ta' trasport biex jagħmlu l-ispezzjonijiet li jkun hemm bżonn.", "Jista' l- Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm huwa minnu dan?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena m'għandi l-ebda rapporti f'dan is-sens.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal spezzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' reġistrar jew ma' mpjiegi, hemm l-ispettorat min-naħa ta' l-ETC li jieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Għar-rigward ta' uffiċjali jew ħaddiema tad- dipartiment tas-sigurta' soċjali m'għandi l-ebda lment.", "Jekk il-kollega tiegħi għandu xi informazzjoni partikolari nitolbu jgħaddihieli u fil-każ nivverifika u ninformah aktar tard.", "Anzi nista' nieħu din l-okkażjoni biex inwassal messaġġ, Sur President.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat bdiet inizjattiva biex insaħħu l-unit li hemm fid- dipartiment li huwa responsabbli mill-iċċekkjar u mill-ivverifikar ta' abbużi li jistgħu jkunu qed isiru minn persuni li jirċievu l-benefiċċji soċjali.", "Il-miżuri li qed jittieħdu se jkunu aktar effettivi għax nemmnu li abbużi minn servizzi li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' soċjali m'għandhomx ikunu aċċettabbli taħt l-ebda ċirkostanza.", "Bit-tisħiħ ta' dan l-eżerċizzju - qed ngħidha biex tkun on record - qed navżaw li dan l-abbuż mhux se jiġi ttollerat aktar u min jinqabad jabbuża se jiġi mitlub jirrifondi lura l-flus li jkun ħa.", "Barra minn hekk se jkun qed jiftaħ lilu nnifsu għal possibbilta' ta' proċeduri oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nerġa' lura għad-domanda tiegħi.", "Ma jaħsibx il-Ministru li jkun ta' ġid komuni jekk nikkonsidraw bis-serjeta' li s-servizz tat-trasport ikun available għall-inspectors biex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-kompitu tagħhom aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien naqbel li dan is-servizz għandu jkun aċċessibbli bl-aktar mod miftuħ possibbli.", "Meta f'nofs is-sena li għaddiet jien ħabbart li konna bdejna proċess għall-upgrading ta' l-area offices kollha tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali, kont spjegajt li l-iskop ma kienx biss wieħed kosmetiku.", "Dan ifisser li barra li l-ambjent se jiġi rranġat b'mod li jkun aktar komdu, kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-nies li jagħmlu użu mis-servizz, hemm l-iskop li dan l-uffiċju jsir fil-veru sens tal-kelma a one-stop shop.", "Barra minn hekk, il-ħsieb kien - u għadu - li jkun hemm delega sal- massimu possibbli tad-deċiżjonijiet mill-head office tad-dipartiment tas- sigurta' soċjali għall-area office partikolari, bl-iskop li l-individwu li japplika għal xi benefiċċju jkun jista' jieħu t-tweġiba dak il-ħin stess.", "Illum dan l-eżerċizzju qed isir b'mod differenti u sakemm isir il-proċess kollu qed jgħaddi perijodu ta' żmien mhux ħażin.", "Illum bil-faċilita' ta' l- informatika u tat-teknoloġija nistgħu nagħmlu passi kbar 'l quddiem u lill- individwu m'għandniex bżonn nitolbuh ċerti ċertifikati, anzi nistgħu nagħmlu aktar minn hekk.", "Bil-linkages li jeżistu bejn l-area offices tad-dipartiment tiegħi u d- dipartiment tat-taxxi interni, nistgħu nevitaw ċertu ġiri u forsi jirnexxielna nsolvu l-famuż ostaklu li dejjem isemmuli u li jien ma nistax naċċetta, cioe' l-fatt li teżisti xi forma ta' kunfidenzjalita' bejn id- dipartiment tas-sigurta' soċjali u d-dipartiment tat-taxxi interni.", "Jien ngħid li f'dawn il-każi m'hemmx kwestjoni ta' kunfidenzjalita', anzi nkunu qed intejbu servizz li finalment il-persuna partikolari tibbenefika ħafna aktar jekk ikollna sistemi ta' informatika li jitkellmu ma xulxin u jagħmlu exchange ta' informazzjoni bejn sistema u oħra.", "It-target tagħna huwa aċċessibbilta' aktar u qed nesploraw - din ngħidha b'ċerta kawtela - kif nistgħu nużaw il-kunsilli lokali bħala sors ta' informazzjoni fil-belt jew raħal partikolari fejn persuna tapplika għal xi pensjoni jew benefiċċju.", "Jiġifieri hemm l-iskop wiesgħa li l-kunsilli lokali jiġu integrati ma' dan il-proċess pero' irridu naħdmu bil-mod u naraw fejn naslu.", "L-Onor.", "Membru ssuġġerixxa li nipprovdu karozzi biex l-uffiċjali ta' l- area offices imorru fid-djar tan-nies.", "Għalkemm nifhem li l-intenzjoni hija tajba u li l-problema hija waħda ta' mobilita', trid issir analisi sewwa qabel ma nwettqu dan il-proċess.", "Jiena nifhimha li persuna li tkun għadha kif għaddiet minn trawma ma tkunx komda li toħroġ minn darha biex tmur tapplika għal xi pensjoni jew benefiċċju, pero' li jkollok uffiċjali jiġru minn post għal ieħor f'ċirkostanzi u f'mumenti differenti jirrikjedi riżorsa umana akbar minn dik li teżisti llum għax xi ħadd irid jibqa' l- uffiċċju.", "Trid tara wkoll jekk finalment jintlaħaqx l-għan li qed isemmi l- Onor. Membru u jekk hemmx metodi aktar sempliċi.", "Illum il-ġurnata nistgħu b'mod prattiku nevitaw ħafna ġiri billi dak li jkun iċempel l-uffiċċju, isir ix-xogħol kollu neċessarju u dak li jkun kemm imur jiffirma.", "Il-ħsieb tagħna hu li sa nofs din is-sena nkunu mxejna sew fir- refurbishment ta' tlieta mill-ħames area offices li għażilna u nittama li sa l-aħħar tas-sena nkunu għamilna x-xogħol fuq it-tnejn l-oħra wkoll.", "Barra minn hekk, nisperaw li jsir upgrading mhux biss ta' l-ambjent imma tas-servizz li jingħata minn dawn l-area offices, kif ukoll mill- kumplament ta' l-uffiċini li għandna mifruxin ma' Malta u Għawdex.", "AMBJENT - UŻU TA' KAROZZI", "13342.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi proprjeta' jew karozzi mikrija jew mixtrija mill-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid minn min qed jintużaw u minn meta bdew jintużaw; x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; kemm swew fi flus Maltin; u xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd)(f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Jien informat li l-karozzi kollha, kemm dawk mikrija u kemm dawk propjeta' tal-gvern, huma kollha wżati minn uffiċjali jew impjegati tad-dipartimenti jew tal-ministeru.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - GĦAJNUNA SUPPLIMENTARI", "14733.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' persuni li fil-preżent qed jieħdu l-benefiċċju ta' l-għajnuna supplimentari?", "Jista' jgħid kemm fil-mument hemm applikazzjonijiet pendenti sabiex persuni oħra jibbenefikaw minn dan il-benefiċċju ta' l- għajnuna supplimentari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent hemm 30,896 persuna li qed jieħdu l-allowance supplimentari.", "Bħalissa hemm 205 applikazzjoni pendenti, li kollha jonqoshom xi informazzjoni biex ikunu jistgħu jinħadmu u jinħarġu l-pagamenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, xtaqt nagħmel riferenza għal dawk li l-applikazzjoni tagħhom għal allowance supplimentari hija pendenti.", "Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li għandu jkun hemm time-frame ħalli applikazzjonijiet bħal dawn jiġu cleared?", "Bl-ebda disrispett lejn id- dipartiment, jien nemmen li talbiet bħal dawn m'għandhomx jibqgħu pendenti wara ċertu data, irrispettivament jekk ikunx hemm nuqqas min-naħa ta' l- applikant.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, anke hawn qegħdin naħdmu fuq charter li eventwalment se jkun ifisser li se jkollna perijodu ta' żmien stabilit li fih id-dipartiment ikun irid jipprovdi s-servizz, pero' ejja nammettu li 205 minn 31,000-il applikazzjoni m'humiex wisq.", "Jekk il-kollega tiegħi jinnota sewwa, it-tweġiba tgħid li dawn il-205 applikazzjoni pendenti kollha jonqoshom xi informazzjoni biex ikunu jistgħu jinħadmu u jinħarġilhom il-pagament.", "Dan ifisser li d-dipartiment ikun talab lill- applikant biex jipprovdih b'ċerta informazzjoni - tista' tkun dwar imgħaxijiet tal-bank jew xi informazzjoni oħra - jiġifieri hawnhekk it takes two to tango.", "Id-dipartiment jista' jgħaġġel daqskemm jgħaġġel l- applikant biex jagħti l-informazzjoni, u din hija problema li qegħdin niffaċċjaw fil-benefiċċji kollha, speċjalment fejn jidħlu ċ-children allowance.", "Nerġa' ngħid li hemm numru ta' applikazzjonijiet pendenti fejn id- direttur ikun talab aktar informazzjoni mingħand il-benefiċjarju u din l- informazzjoni ma tingħatax.", "Issa jekk se nagħmlu giljottina, irridu nifhmu li anke l-applikanti jridu jikkoperaw għax jekk dak li jkun ma jagħtix l- informazzjoni meħtieġa fit-tali data, l-uffiċjal ma jistax jibqa' bil-file miftuħ quddiemu u għalhekk it-talba tiġi rrifjutata.", "Bla dubju ta' xejn jeżistu każi fejn għal xi raġuni jew oħra l-informazzjoni ma tasalx, jiġifieri rridu noqogħdu attenti.", "Nerġa' nirrepeti li din il-problema qegħdin naffaċjawha l-aktar f'każi ta' children allowance, speċjalment fil-konfront ta' dawk li għandhom xi forma ta' negozju u kultant anke fil-konfront ta' dawk li jirċievu pensjoni tas-servizz minn barra l-pajjiż.", "Naħseb li għandu jkun hemm target dates li jorbtu lid-dipartiment biex janalizza u jassessja hu ħalli f'każ li dik l-informazzjoni ma tingħatax l-applikazzjoni taqa'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak, domanda supplimentari", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Jista' l-Ministru jara hux possibbli li dawn il- formoli kollha li jridu jimtlew isiru aktar user-friendly?", "Ħafna drabi l- informazzjoni li nagħtu fuq fl-income tax self-assessment form tkun marbuta ma' l-informazzjoni meħtieġa għal xi benefiċċju.", "Per eżempju, ġieli jitolbuk l-informazzjoni għas-supplementary allowance meta tkun għadek ma rċevejtx il-P3.", "Nistgħu naħsbu f'sistema li biha tinġabar l- informazzjoni kollha taħt kappa waħda?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, donnu huwa timbru li fejn tidħol is- sigurta' soċjali għandna t-talent u l-kapaċita' kif nikkomplikaw l- affarijiet!", "Wieħed mill-akbar sfidi li kull ministru li kien responsabbli minn dan il-qasam kellu quddiemu kien li jipprova jissimplifika l- affarijiet, għax skond l-esperti dan qisu kastell tal-karti tal-logħob u malli ċċaqlaq karta waħda minn isfel kapaċi jaqagħlek il-kastell kollu kemm hu!", "U allura xi tfisser din is-simplifikazzjoni?", "Nemmen li nistgħu nissimplifikaw ħafna affarijiet, inkluż il-liġi nnifisha u qegħdin naħdmu biex dan isir.", "Għar-rigward tal-mili ta' formoli, nittama li dan ikun parti mill- proċess kemm ta' dak li għadni kif semmejt, ta' l-upgrading tas-servizzi li aħna nixtiequ nagħtu, kif ukoll tal-proċess li qegħdin għaddejjin minnu biex noħolqu charter f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalita' ta' servizzi li nipprovdu fid-dipartiment.", "Jien naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Membru li ċerti formoli jistgħu jiġu ssimplifikati.", "Jekk insolvu darba għal dejjem l- kwestjoni tal-faċilita' li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jkollu sistema ta' l-informatika li titkellem elettronikament mas-sistema ta' informatika tad-dipartiment tat-taxxi interni u neleminaw darba għal dejjem il-kwestjoni tal-kunfidenzjalita' f'xi forma jew oħra, niggarantixxi li nkunu nistgħu ntejbu l-livell tas-servizz b'persentaġġ qawwi.", "Ħalli nagħti eżempju sempliċi.", "Illum bit-tibdil li sar fis-sistemi ta' kif nimlew il-formola tat-taxxa, u ċioe' ta' l-FSS, qed ikollna aktar effiċjenza biex persuna tkun taf x'inhi l-pożizzjoni tagħha għal sena partikolari.", "Jekk dan ikun ifisser li se jkollu s-sena ta' qabel settled, għal skopijiet ta' children allowance se nkunu nistgħu nieħdu l-informazzjoni meħtieġa billi sempliċement nagħfsu buttuna u ma jkollniex għalfejn lil dak li jkun nitolbuh kopja tal-P3 biex naraw x'inhi l-pożizzjoni tiegħu mad-dipartiment tat-taxxi interni.", "B'dan il-mod se tingħata risposta ħafna iżjed kmieni matul is-sena u wieħed ma jkollux għalfejn jistenna sa Awissu biex ikun jaf xi dritt għandu fuq iċ- children allowance.", "B'hemm se niffrankaw ħafna ħin u ntejbu l-effiċjenza.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il- Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar qbid ta' oġġetti ta' marka falza matul Jannar u Frar 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14840.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ID-DRITTIJIET TA' L-AWTUR", "COPYRIGHT BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Sur President, illum qegħdin nipproponu liġi ġdida dwar id-drittijiet ta' l-awtur, jew aħjar kif insibuha bil-lingwa Ingliża, terminoloġija li normalment nużaw, il- copyright.", "Il-copyright huwa dak id-dritt esklussiv ta' min jikkrea biċċa xogħol artistika jew letterarja, li naturalment trid tkun oriġinali, li l- awtur tagħha jippermetti lil min jikkopjaha, indipendentement mill-valur jew mill-kwalita' ta' dik il-biċċa xogħol.", "Il-protezzjoni ta' dan id-dritt huwa relatat ma' proċedimenti li jistgħu jittieħdu normalment b'saħħa ta' xi liġi.", "Naturalment id-domanda li tqum hija għaliex għandna bżonn nipproteġu dawn id-drittijiet ta' l-awtur.", "Fil-Konvenzjoni ta' Berna nsibu definizzjoni tal-protezzjoni tad- drittijiet ta' l-awtur li tgħid hekk:", "\"Copyright for its part constitutes an essential element in the development process.", "Experience has shown that the enrichment of the national cultural heritage depends directly on the level of protection afforded to literary and artistic works.", "The higher the level, the greater the encouragement for authors to create; the greater the number of a country's intellectual creations, the higher its renown; and the greater the number of productions in literature and arts, the more numerous their auxiliaries in the book, record and entertainment industries.", "Indeed, in the final analysis the encouragement of intellectual action is one of the basic requisites of all social, economic and cultural development.\"", "Jiġifieri l-ħarsien ta' dawn id-drittijiet huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' pajjiż, ukoll għal dak li forsi nistgħu nsejħulu l-arrikkiment tal- kultura.", "Huwa pjuttost ovvju li l-inqas ħaġa li pajjiż għandu jagħmel biex jinkoraġġixxi l-kreativita' huwa li jipproteġi lil min bil-ħila tiegħu jikkrea xogħlijiet.", "Aħna għandna l-obbligu li nħarsu lil dawk l-awturi ta' kreativita', dawk in-nies li bil-ħila tagħhom jippermettu li l-pajjiż tagħna javvanza f'dawk l-oqsma li jiddistingwuna minn ħaddieħor.", "Illum forsi ngawdu l-wirt kulturali ta' missierijietna, forsi wkoll bis-saħħa tal- protezzjoni li kienu jingħataw dawk il-persuni li jikkreaw dawn ix- xogħlijiet, u naħseb li għandna l-obbligu wkoll li nieħdu miżuri biex dawk il-ġenerazzjonijiet ta' warajna jgawdu wkoll mill-kreativitajiet tal- ġenerazzjoni tagħna billi nħarsulhom id-drittijiet tagħhom u ninċentivawhom biex jikkreaw.", "Sur President, kif nafu, il-liġi ta' l-awtur insibuha f'Kap. 196, jiġifieri l-Copyright Act, promulgata fil-bidu tas-seklu l-ieħor, preċiżament fl-1911.", "Għal skopijiet ta' records wieħed ifakkar li dan l- Att kien ġie emendat diversi drabi w aġġornat sostanzjalment, partikolarment fl-1967, u sussegwentement fl-1974, 1977 u 1983.", "Issa aħna ngħidu li dawn l-emendi ma kenux suffiċjenti biex iħarsu kontra l-ksur tad- dittijiet ta' l-awtur li fis-snin '80, speċjalment meta tneħħew ir- restrizzjonijiet ta' l-importazzjoni, assumew proporzjon enormi w alarmanti.", "Infakkru li mal-liberalizzazzjoni tas-suq konna ġejna invaduti b'video recorders u computers, li naturalment magħhom ġabu din l-industrija ġdida.", "Fil-fatt rajna t-twelid ta' industrija ġdida f'Malta - ġdida sa ċertu punt, għaliex ovvjament l-industrija tal-piraterija mhijiex industrija totalment għal Malta - l-industrija tal-piraterija, industrija li minkejja ċ-ċokon tagħna jidher li għamlitilna isem ħażin madwar id- dinja, isem li forsi jkun aħjar li naraw kif nikkumbattuh u forsi bl- għajnuna ta' Alla nneħħuh għal kollox ukoll.", "Saru diversi attentati biex jinqered dan l-abbuż, anke b'liġijiet oħra, u hawnhekk ta' min isemmi partikolarment il-Broadcasting Act, fejn kien ġie introdott il-kunċett ta' responsabbilta' kriminali fil-ksur tad-drittijiet ta' l-awtur.", "Fl-1992 kienu saru emendi għal Kap. 9, jiġifieri għall-Kodiċi Kriminali, fejn żdiedu l-pieni tar-reati taħt l-Att tax-Xandir u wkoll tressqu 'l quddiem il-provvediment taħt dak l-istess Att.", "Fill-fatt f'dik is-sena, fl-1992, kienu saru diversi emendi.", "Kienet ġiet emendata s- Supplies and Services Act, anzi preċiżament ir-regolamenti li jaqgħu taħtha fejn kienet ġiet projbita l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' merkanzija li tikser il-copyright.", "Fl-istess sena wkoll ġew emendati l- protection of copyright regulations, taħt Kap. 128, jiġifieri l-Police Licences Act.", "F'dawk ir-regolamenti min kien jittraffika f'merkanzija bi ksur tal-copyright setgħet titteħiedlu t-trading licence.", "Fl-istess sena wkoll kienet ġiet emendata l-Copyright Act stess.", "Is- software tal-computer beda jitqies bħala xogħol litterarju, u allura daħal taħt il-kappa ta' xogħol litterarju.", "Fl-1997 kellna l-Avviż Legali Nru. 46, imsejjaħ il-cpyright extension of applications regulations.", "B'dawn ir-regolamenti l-protezzjoni tad- drittijiet ta' l-awtur ġiet estiża għaċ-ċittadini, persuni domiċiljati u entitajiet residenti f'pajjiżi oħra msieħba fid-WTO ta' dak iż-żmien.", "Aktar kmieni din is-sena għaddejna minn dan il-parlament il-liġi li tissejjaħ Intellectual Property Rights (Cross-Border Measures) Act, liġi li saħħħet il-poter tad-dwana billi, apparti li d-dwana sa dak iż-żmien kellha l-poter li ma tħallix merkanzija jew prodotti jidħlu f'Malta li jiksru l- copyright, issa ngħatat ukoll il-poter li tikkonfiska l-merkanzija.", "Sal-bieraħ filgħaxija stess għaddejna mit-Tieni Qari l-ligi tax-xandir, u qed nirriferi partikolarment għal artiklu 40 tal-liġi attwali tax-xandir - provvediment li jmur kontra l-Konvenzjoni ta' Berna għalkemm strettament aħna ma konniex marbutin biha, billi t-trasmissjonijiet li konna nirċievu b'mod terrestri minn stazzjonijiet bħar-RAI ma kenux ikkonsidrati retransmissions jew rebroadcasts taħt il-Copyright Act u allura ma konniex ikkonsidrati li qegħdin niksru l-copyright - li issa qed jiġi sostitwit b'artiklu ġdid.", "B'hekk id-distinzjoni bejn satellite transmission u terrestrial transmission ser tispiċċa u allura niġu qegħdin naqblu ma' l- obbligi anke internazzjonali għax inkunu qed nissodisfaw il-provvedimenti ta' l-agreement tat-TRIPS, li aħna obbligajna ruħna li niġu naqblu miegħu sa l-1 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Fil-fatt aktar tard, naturalment fl- istadju ta' kumitat, se nipproponi emenda għal dan l-abbozz li għandna quddiemna, għax jikkontempla tħassir ta` artiklu 40, li meta ġie abbozzat ma kienx għadu ċar liema liġi ser tgħaddi l-ewwel.", "Pero, fl-istadju ta' kumitat, naħseb li nipproponu li artiku 40 tal-Broadcasting Act jitħħassar, peress li dan diġa' jidher li ħadna ħsiebu mod ieħor.", "Iżda minkejja dawn l-isforzi kollha, il-liġi tagħna baqgħet ma tkoprix dak kollu li fid-dinja tal-lum kien hemm bżonn li nkopru, dejjem jekk wieħed jagħti kas li jieħu kont ta' l-iżviluppi li qegħdin iseħħu.", "Fl- aħħar mill-aħħar aħna nitkellmu dwar liġi ħajja li bilfors trid tirrikonoxxi u trid tagħti kas l-iżviluppi li jkunu qegħdin isiru madwarna, speċjalment f'dinja li qed tinbidel kontinwament.", "Ċertament irridu napprezzaw l-impatt ta' l-iżviluppi li seħħew f'dawn l-aħħar 20 sena, partikolarment fil-qasam tal-photocopiers, tal-video cassettes, tal-video recorders u tal-computers.", "Dawn illum insibuhom kullimkien u dawn jiffaċilitaw immens l-ikkupjar u t-tixrid ta' materjal ikkupjat.", "Il- business software alliance tikkalkola li 38% tas-software li jintuża madwar id-dinja huwa kkupjat illegalment u jikkalkolaw li fl-1998 il-piraterija swiet lill-industrija tas-software telf ta' Lm4 biljun.", "Dan ifisser inqas impjiegi, inqas innovazzjoni u fuq kollox ifisser prezzijiet ogħla għal dawk il-konsumaturi li jagħżlu li jixtru prodott oriġinali - għax hemm min ikun irid jixtri prodotti oriġinali u jkun lest li jħallas xi ftit aktar għalihom - imma jkollhom iħallsu aktar għar-raġuni li s-suq ikun inondat bil-piraterija.", "Hemm ukoll il-fatt li l-equipment anċillari llum sar popolari ħafna, fis-sens li nsibu faċilment affarijiet bħal scanners, digital cameras u disc recorders li huma wkoll iservu biex jiffaċilitaw l- ikkupjar.", "L-internet ukoll żied sew l-opportunita' tal-piraterija, kważi kull żvilupp pożittiv xi ftit jew wisq ikollu l-effetti negattivi tiegħu.", "Illum wieħed jista' jagħmel downloading ta' poeżija jew ta' l-enċiklopedija Brittanica kollha, bl-istess faċilita' u bl-istess ħeffa.", "Wieħed jista jikkopja kanzunetti ta' ħames minuti jew rock operas ta' tliet sigħat bl- istess faċilita'.", "Għalhekk ngħid li l-internet jista' jservi wkoll bħala theddida għad-drittijiet ta' l-awtur billi jiffaċilita' t-tixrid ta' materjal ikkupjat illegalment.", "Ma' dan hemm ukoll ix-xandara pirati, il- pirate broadcasters.", "Dawn jaqbdu u jittrasmettu kwalunkwe xogħol awdjo- viżiv mużikali jew trasmissjoni, basta jkollhom udjenza.", "Barra minn hekk dawn lanqas għandhom il-biża li jinqabdu mid-dwana jew minn xi raid fuq il- monti!", "Il-liġi tagħna ma hija ċara xejn fuq dan is-suġġett u din wieħed jifhimha, għax ovvjament il-piraterija speċjalizzata hija fenomenu modern, u din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn qed nindirizzaw din il-problema.", "Bil-liġi l-ġdida dawn l-azzjonijiet ser jitqiesu illegali, ser niddikjarawhom illegali mingħajr tlaqliq, għalkemm id-diffikulta li taqbad dawn il-pirati hi-tech, biex insejħulhom hekk, tibqa' waħda ta' sfida kbira.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-obbligi internazzjonali tagħna, Sur President.", "L-ewwelnett hemm il-Konvenzjoni ta' Berna u hemm bżonn li nissodisfaw l- obbligi taħt din il-konvenzjoni.", "Il-liġi ta' kwalunkwe pajjiż dwar il- copyright normalment tirregola atti li jsiru jew li jitwettqu f'dak il- pajjiż stess u għaldaqstant ma tipprovdix protezzjoni għaċ-ċittadini tiegħu fi Stat ieħor.", "Qabel nofs is-seklu 19 il-protezzjoni tal-copyright kienet prattikament ineżistenti fuq il-front internazzjonali u fil-fatt dak iż-żmien il-pajjiżi kienu bdew jidħlu fi trattati bilaterali biex jipprovaw ipattu għal dan in-nuqqas.", "Kien għalhekk li biex setgħet tiġi garantita l- protezzjoni taċ-ċittadin, għaxar pajjiżi waqqfu l-international union for the protection of literary and artistic works, meta kienu ffirmaw din il- famuża Konvenzjoni ta' Berna, il-konvenzjoni għall-protezzjoni ta' xogħlijiet litterarji u artistiċi.", "Illum din tħaddan fiha madwar 142 pajjiż membru u hija miftuħa għall-pajjiżi kollha u hija amministrata mill-WIPO, aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Hemm ukoll il-world trade agreement li kien sar f'Marrakech fl-1994 u li huwa maqsum fi tliet oqsma prinċipali, li huma il-general agreement on tariffs and trade, (il-GATT), il-general agreement on trade and services u l-agreement on trade related aspects of intellectual property rights (it-TRIPS).", "It-TRIPS huwa dak li jikonċernana llum, għaliex huwa l-ftehim li jkopri dawk l-hekk imsejħa drittijiet ta' proprjeta' intelletwali.", "Fil-fatt it-TRIPS iġġiegħel lill- firmatarji mhux biss li joqogħdu għall-Konvenzjoni ta' Berna iżda għall- obbligi l-oħra li mhumiex koperti b'din il-konvenzjoni.", "Ma ninsewx li Malta kienet founder member tal-WTO, u konna intrabatna mat-TRIPS, u allura indirettament intrabatna mal-Konvenzjoni ta' Berna.", "Għal din ir-raġuni wkoll il-liġi tagħna ma kenitx waħda sodisfaċenti.", "Qed nipproponu wkoll numru ta' drittijiet ġodda li nsibuhom f'pajjiżi oħra, Sur President.", "L-ewwel wieħed huwa dak li jissejjaħ neighbouring rights, dak li bil-Malti nsejħulhom drittijiet relatati, għaliex wieħed jifhem li biex awtur iwassal ix-xogħlijiet tiegħu għand il-pubbliku jkun hemm bżonn l-input u l-intervent ta' ħaddieħor.", "Per eżempju, jekk int kittieb ta' kanzunetta, normalment ma jkollokx il-vuċi biex twassalha u allura jkollok bżonn xi ħadd li jkantahielek.", "Filwaqt li l-copyright ikun ta' l-awtur tal-kanzunetta, dak il-performer ikollu ċerti drittijiet ukoll, drittijiet relatati li għandhom jiġu protetti wkoll.", "Biex inkomplu fuq dan l-eżempju, apparti min jikteb u min ikanta, ikollok min jirreġistra l- kanzunetta u jkollok it-televiżjoni jew ir-radju li jwassal dik il- kanzunetta għand il-pubbliku .", "Dawn kollha jista' jkollhom xi tip ta' drittijiet konnessi, għalhekk ġie żviluppat dan il-kunċett li jirrikonoxxi dan l-input jew dan is-sehem li ħaddieħor jagħti lill-awtur.", "Dawn huma sa ċertu punt drittijiet simili għal dawk ta' l-attur iżda ma jkunux drittijiet ewlenin, billi ovvjament l-awtur jżomm id-drittijiet ewlenin.", "Dawn id-drittijiet jingħataw lill-artisti, lill-producers u lix-xandara w l-liġi li kellna s'issa kienet ibbażata fuq is-sistema Brittanika u ma taqbilx mal-prattika internazzjonali.", "Din il-liġi kienet tipproteġi sound recordings, films u broadcasts tas-cinema taħt il-copyright u mhux taħt drittijiet relatati.", "Barra minn hekk ma kienet tingħata l-ebda protezzjoni lill-artisti.", "Żvilupp ieħor huwa klassifika oħra ta' drittijiet li nsejħulhom sui generis rights.", "Dawn huma ntiżi li jipproteġu l-kontribuzzjonijiet ta' oqsma ġodda ta' xogħlijiet li jkun diffiċli li wieħed jinkorpora taħt il- metodi tradizzjonali ta' protezzjoni, per eżempju, dawk li jinvestu fil- ħolqien ta' databases jew dawk li joħolqu l-integrated circuits u s-semi- conductor topogrophies.", "L-idea hi li noħolqu drittijiet biex inkopru dawn ir-realtajiet ġodda li l-liġi tagħna sal-lum ma tkoprix.", "Tajjeb li nfakkar li Malta mhijiex barra mid-dinja u trid tirrifletti dak li jiġri madwarha, u l-industrija w l-kummerċjanti tagħna jrid ikollhom l-istess għodda.", "Għalhekk għal dawn ir-raġunijiet li qed insemmi u għal dawn l-iżviluppi li seħħew, anke barra minn xtutna , kien hemm il-bżonn li nilleġislaw b'mod li nżommu t-tajjeb tal-liġi li kellna.", "Fil-fatt ibbażajna fuq il-liġi l- antika, filwaqt li pprovajna nintroduċu provvedimenti ġodda fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, provvedimenti li jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħna u li jipprovdu forom ġodda ta' protezzjoni taħt id-drittijiet sui generis u drittijiet relatati.", "Fl-abbozzar saret riferenza għal din il-Konvenzjoni ta' Berna, kif ukoll għal Konvenzjoni ta' Ruma, for the protection of performers, producers of phonogram and broadcasting organisations, il-world trade agreement, preċiżament it-TRIPS, il-WIPO copyright treaty u l-WIPO performances and phonograms treaty.", "Peress li Malta għad trid xi darba tissieħeb mal-Unjoni Ewropea, u peress li din ta' l-aħħar tagħti importanza kbira għal dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-copyright, neighbouring rights u sui generis rights, ħadna in konsiderazzjoni diversi direttivi ta' l-Unjoni f'dan il-qasam u se nelenkahom, ċioe' l-council directive 87/54/EEC on the legal protection of topographies of semi-conductor products; council directive 92/100/EEC on rental rights and lending rights and on certain rights related to copyright in the field of intellectual property; council directive 93/83/EEC on the coordination of certain rules concerning copyright and rights related to copyright applicable to satellite, broadcasting and cable transmission; council directive 93/93/EEC harmonising the term of protection of copyright and certain related rights; and council directive 96/9/EEC of the European Parliament on the legal protection of databases.", "Dawn id-direttivi elenkajthom biex min hu interessat li jaqra d-debates isib ukoll riferenza faċli għalihom.", "Ma' dan ukoll ittieħed il-parir tad-WIPO, tad-WTO u tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Niġi issa biex indur dawra mal-punti saljenti, biex insejħulhom hekk, tal-liġi.", "L-ewwel ħaġa li kellna nagħmlu hi li nbiddlu sostanzjalment it-taqsima tad-definizzjonijiet u nżidu numru kbir ta' definizzjonijiet.", "Barra minn hekk kellna nemendaw oħrajn biex nirriflettu l-kambjamenti li ser isiru bid- dħul fis-seħħ ta' dan l-Att.", "L-ewwel definizzjoni hi dwar xogħol artistiku, artistic works.", "Dan l-abbozz jipproponi kambjament, fis-sens li dawn ix-xogħlijiet jinkludu numru ta' eżempji mingħajr ma jagħlaq il-bibien għal xogħlijiet oħra, kif kien fil-każ tal-liġi l-antika.", "L-iskop huwa li jippermetti xogħlijiet oħra mhux inklużi fid-definizzjoni li jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-copyright.", "Id-definizzjoni ta' \"xogħlijiet awdjo- viżivi\", audio-visual works, tissostitwixxi dik ta' \"film ċinematografiku\" u hija ntiża li tirrifletti aħjar it-teknoloġija moderna; hija wiesgħa biżżejjed biex tinkludi fi ħdanha xogħlijiet multimedia kkreati mill-użu tal-computer u li jikkombinaw xbieha li jagħtu impressjoni ta' moviment bil- ħsejjes.", "Biddilna d-definizzjoni ta' \"awtur\".", "Din issa tinkludi dawk biss li jikkreaw xogħlijiet protetti bil-copyright u b'hekk qed jiġu esklużi producers u sound recordings u xogħlijiet awdjo-viżivi, kif ukoll broadcasters, li taħt dan l-abbozz qed jiġu protetti taħt il-kappa ta' drittijiet relatati.", "Id-direttur prinċipali ta' xogħol awdjo-viżiv qed jingħadd ma' l-awturi, u dan minħabba l-kontribuzzjoni artistika tiegħu għall-prodott finali.", "Definizzjoni oħra li biddilna hija dwar ix-xandir.", "Id-definizzjoni ta' \"xandir\" qed teskludi minnha xandir bil-fili, b'hekk ix- xandir ifisser biss għal skopijiet ta' din il-liġi xandir mingħajr fili, inkluż xandir bis-satellita.", "Din id-definizzjoni tirrifletti l-Konvenzjoni ta' Berna.", "Peress li bil-liġi tal-lum l-awtorita' tax-xandir u l-organiżżazzjoni tax- xandir kienu qishom ħaġa waħda, kien hemm ċerta konfużjoni u għalhekk issa saret distinzjoni bejniethom.", "Billi \"cable retransmission\" inqgħalet 'il barra mid-definizzjoni ta' xandir bil-fili, kien hemm bżonn ta' definizzjoni speċifika anke biex tkopri l-iżvilupp fil-qasam tal-cable.", "Introduċejna definizzjoni ta' \"collecting society\" u għalhekk dawn it-tip ta' għaqdiet ser ikunu jistgħu jieħdu ħsieb id-drittijiet tas-sidien u kien hemm bżonn niddefinuhom.", "Iddefinejna \"collective work\", żidna definizzjoni ta' xogħol kollettiv għal xogħol li jkun sar minn iżjed minn persuna waħda.", "Hemm definizzjoni ġdida ta' \"commercial exploitation\" fil-konfront ta' drittijiet sui generis bħal integrated circuits.", "Dwar id-definizzjoni ta' \"communication to the public\", żidna definizzjoni biex tinkludi mhux biss komunikazzjoni bil-fili w mingħajr fili iżda wkoll interactive transmission bħal, per eżempju, permezz ta' l- internet, u din biex tirrifletti d-definizzjoni tal-WIPO.", "Is-servizz li jingħata minn dawk li nsejħulhom service providers qed jiġi eskluż mill- iskop ta' protezzjoni; jiġifieri dawn ma jkollhomx kontroll effettiv ta' dak li qed jiġi downloaded jew uploaded u allura qed jiġu esklużi minn din id-definizzjoni.", "Fir-rigward ta' \"communication to the public via satellite\", daħħalna definizzjoni biex tkopri dan il-fenomenu ġdid, jiġifieri trasmissjoni minn xandara permezz tas-satellita.", "Meta saret il- liġi fl-1911, lanqas fl-immaġinazzjoni ta' Jules Verne ma konna għadna ħlomna li nittrasmettu b'dan il-mod.", "Din id-definizzjoni tolqot ir- reponsabbilta' għal trasmissjoni illegali u allura dak li jkun jista' jiġi mfittex għal dawn it-tip ta' infringements.", "Dwar \"computer programming\" inżammet definizzjoni wiesgħa ta' programmar minħabba l-biża' li sakemm jirnexxilna naslu għal xi definizzjoni, it-teknoloġija tkun tant tbidlet li dik id-definizzjoni ma tkunx għadha applikabli.", "Daħħalna d-definizzjoni ta' \"database\" kif ukoll dik ta' distribuzzjoni ta' \"fixation\" - użajna l-kelma \"fixation\" għax ma sibniex kelma aħjar - ta' self ta' xogħlijiet litterarji.", "Issa hawnhekk ukoll, bħal fil-każ ta' xogħlijiet artistiċi, m'għamilniex lista komprensiva iżda tajna biss eżempji ta' x'jista' jkun inkluż f'definizzjoni ta' xogħlijiet litterarji.", "Dan għamilnieh dejjem bil-ħsieb li nippermettu xogħlijiet li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni li jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-copyright ukoll.", "Taħt din id-definizzjoni daħħalna l-kunċett ta' diżabilita' perċettiva bħala eċċezzjoni għall-ksur ta' drittijiet ta' l-awtur, u għalhekk kellna ndaħħlu definizzjoni ad hoc li ħadniha mill-liġi Kanadiża.", "Din l- eċċezzjoni bażikament hija ntiża sabiex dawk l-atti li bħala regola qed jiksru l-copyright, kemm 'l darba jsiru fuq talba ta' persuna b'diżabilita' perċettiva jew minn xi organiżżazzjoni li taġixxi għall- benefiċċju ta' persuna ta' dan it-tip, bla profitt, ma titqiesx li qed tikser il-copyright.", "Dan dejjem sakemm ix-xogħol konċernat ma jkunx kummerċjali għal persuni b'din it-tip ta' diżabilita' Naħseb hija eċċezzjoni pożittiva u wieħed jifhem ir-raġuni anke soċjali warajha.", "Introduċejna d-definizzjoni ta' \"performances\" u \"performers\".", "Bl- introduzzjoni tad-drittijiet għall-artisti, kellna ninkludu definizzjoni ta' artisti, ta' performers.", "Fil-fatt f'xi partijiet minn dan l-abbozz saret riferenza għalihom bħala persuni ta' performance, persuni li jagħtu spettaklu.", "Għal dawn kellna definizzjoni apposta għalihom u għal xi raġuni ma ġietx ripetuta kullimkien.", "Jiena naħseb li fl-istadju ta' kumitat aħjar nipproponi xi tibdil zgħir biex id-drafting ikun aktar unit.", "F'dan il- kuntest naħseb irridu naghmlu l-istess għal dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet relatati, fejn ukoll f'xi partijiet qed jissejħu drittijiet konfinanti.", "Jiġifieri għall-finijiet ta' drafting hemm daqxejn ta' diskrepanza żgħira li naħseb ikun aħjar li nikkoreġuha biex wieħed ikun iżjed unit.", "Peress li daħal il-kunċett ta' rental fil-liġi, daħħalna definizzjoni ġdida ta' renta u l-istess għamilna għas-semi-conductor products u semi- conductor topographies.", "Issa taħt ix-xogħlijiet eliġibbli għad-drittijiet ta' l-awtur ser insibu xogħlijiet artistiċi, awdjo-viżivi, letterarji, mużikali u qed jiġi introdott għall-ewwel darba il-processor database.", "Kif għedna qabel, ir-reġistrazzjoni tas-smigħ, jiġifieri sound recordings, kif ukoll ix-xandir, ser jitneħħew minn hawn u jitqiegħdu taħt drittijiet relatati.", "Il-fotografija wkoll tneħħiet u qed tingħata protezzjoni bħala xogħol artistiku.", "Il-protezzjoni s'issa kienet tingħata lill-Maltin biss, anzi lil persuni domiċiljati f'Malta u lill-entitajiet reġistrati f'Malta.", "Din il-protezzjoni qabel setgħet tiġi estiża awtomatikament skond il- provvedimenti tat-TRIPS.", "Tibdila sostanzjali oħra tikkonċerna l-perijodu ta' protezzjoni.", "Qabel il- perijodu ta' protezzjoni kien ta' 25 sena mill-mewt ta' l-awtur jew minn meta x-xogħol kien sar aċċessibbli għall-pubbliku.", "Issa fil-każ ta' xogħol protett mill-copyright dan il-perijodu qed jiġi estiż għal 70 sena, u dan skond direttiva ta' l-EU f'dan il-qasam.", "L-idea hi biex id-drittijiet jingħataw għal żewġ ġenerazzjonijiet, jiġifieri għall-ħajja ta' l-awtur u għal dik tal-werriet tiegħu.", "Il-fotografija, kif għedna, issa ser tingħata l-istess protezzjoni, u allura ser tiġi rikonoxxuta bħala xogħol artistiku u tkun protetta għal perijodu ta' 70 sena wkoll.", "Id-dritt li jagħtik il-copyright qed jiġi elenkat f'artiklu 7 bil-ħsieb li jkun biss mingħajr dan id-dritt li jkun jista' jawtoriżża jew jipprojbixxi li ssir f'Malta r-riproduzzjoni, il-kiri, id-distribuzzjoni, it-traduzzjoni, inkluż fil-lingwaġġ differenti, il-wiri għall-pubbliku kif ukoll ix-xandir jew ix-xandir mill-ġdid, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-trasmissjoni bil-cable.", "Dan id-dritt ta' awtoriżżazzjoni jew projbizzjoni ta' ritrasmissjoni bil-cable ta' xandira televiżiva jkun biss eżerċitabbli permezz ta' collecting society.", "Dan aħjar narawh fil-kuntest ta' artiklu 40 l-antik tal-Broadcasting Act.", "Artiklu 40 jistipula li dawk ix-xandiriet bil-cable illi ma jiġux trasmessi bis-satellita ma jitqisux għall-fini ta' dan l-artiklu.", "Skond dan l-artiklu dawn ma jikkostitwixxux xandiriet pubbliċi u b'hekk kull xandir bil-cable ta' trasmissjonijiet li jaslu hawn terrestjiralment ma jitqiesx li seta' jikser id-drittijiet ta' l-awtur.", "Issa l-bieraħ għaddejna mit-Tieni Qari l-liġi l-ġdida tax-xandir, fejn artiklu 40 ġie sostitwit, u għalhekk id-definizzjoni ġdida tax-xandir, kif għedna qabel, ser tiġi tinkludi kull tip ta' xandir.", "B'dan il-mod din il-liġi li qegħdin niddiskutu issa tista' tirrimedja għal din is-sitwazzjoni.", "Li qegħdin nagħmlu wkoll f'dan il-kuntest huwa li d-drittijiet ta' l-awtur, fil-każ ta' xandiriet bil-cable, jistgħu jiġu eżerċitati biss kif qed ngħid u permezz ta' collecting society.", "Billi ovvjament hemm numru ta' eċċezzjonijiet għad-drittijiet ta' l-awtur, dawn jiġu estiżi u modifikati biex jirriflettu u jibbilanċjaw il-liġijiet il-ġodda.", "L-iskop ta' eċċezzjonijiet bħal dawn huwa biex jibbilanċja jew jinstab dak il-bilanċ bejn id-dritt ta' l-awtur għal kumpens u l-periklu li dak ix-xogħol forsi ma jitgawdiex iżżejjed.", "Qed nirrikonoxxu għall-ewwel darba dawk li nsejħulhom drittijiet morali ta' l-awtur, jiġifieri li l-awtur, indipendentement jekk żamm jew ma żammx id-drittijiet ekonomiċi, ikun jista' jwaqqaf azzjonijiet fil-konfront tax- xogħol tiegħu li jistgħu jagħmlu ħsara anke lill-unur jew ir-reputazzjoni tiegħu.", "L-awtur ġieli għadda d-dritt ekonomiku tax-xogħol tiegħu lil ħaddieħor, pero' xorta waħda ma jintitolax lill-persuna li tagħmel tibdil li jista' jimmassakralu x-xogħol u jagħmillu l-ħsara għar-reputazzjoni tiegħu.", "Dwar id-drittijiet relatati, għall-ewwel darba wkoll l-artisti qed jingħataw id-dritt li jawtoriżżaw jew jipprojbixxu atti dwar l-ispettakolu tagħhom.", "Kif għedt aktar kmieni, id-drittijiet tal-producers u x-xandara m'għadhomx jaqgħu taħt il-coyright iżda taħt id-drittijiet relatati.", "Dawn fil-liġi tal-lum huma aktar estensivi bil-provvedimenti tal-copyright, u l- perijodu ta' protezzjoni f'dan il-każ huwa ta' 50 sena filwaqt li fil-liġi eżistenti kien ta' 25 sena.", "Apparti d-drittijiet ekonomiċi, l-artisti qed jingħataw drittijiet morali bl-istess mod kif qed jingħataw drittijiet morali lill-awtur stess.", "Niġi għad-drittijiet sui generis dwar id- database.", "Kif għedt qabel, id-databases issa jistgħu jkunu eliġibli għall- protezzjoni taħt il-copyright iżda dan biss kemm-il darba l-kontenut tagħhom, minħabba s-selezzjoni jew l-arranġament, jista' jitqies li hu kreazzjoni intelletwali ta' l-awtur.", "Per eżempju, jekk xi ħadd jagħmel lista tal-membri parlamentari ma jkun qed jeżerċita l-ebda kreazzjoni intelletwali, pero' jekk wieħed kellu jagħmel database u jattribwixxi lil kull membru tal-parlament is-suġġetti li jkun tkellem dwarhom matul is-snin u jikklassifikahom bis-suġġett, allura bid-database tiegħu jista' jitlob il- protezzjoni taħt il-copyright għaliex ikun ikkontribwixxa kreattivament għall-ġbir ta' l-informazzjoni għal dik id-database.", "Id-drittijiet li qed jiġu protetti bħala sui generis huma ntiżi li jirrikonoxxu l-isforzi ta' min jinvesti f'database mingħajr ma jkun għamel xi input intelletwali.", "Fil- kreazzjoni ta databases hemm ċertu investiment li għandu jkun protett u dan id-dritt ma jkunx jista' jiġi protett taħt il-copyright.", "Dritt ieħor sui generis huwa dak li jikkonċerna s-semi-conductor topographies.", "Dan huwa żvilupp ta' dawn l-aħħar snin u allura kellna nirreaġixxu wkoll għalih.", "Dan sar bl-iskop li din it-tip ta' teknoloġija tkompli tavvanza, għaliex ma ninsewx illi wieħed mill-iskopijiet ewlenin tal-copyright huwa biex jippermetti wkoll l-avvanz tat-teknoloġija, fis- sens li jinkoraġġixxi lil min ikun kreattiv biex jasal għal teknoloġija aqwa.", "Dawn is-semi-conductor chips jikkonsistu, skond id-definizzjoni li għandna, f'saffi ta' materjal semi-conductor li jipprovdu circuit elettroniku li jintuża biex jitħaddem programm ta' computer.", "Dawn l- intergrated circuits huma manufatturati skond pjanti dettaljati ħafna jew dik li tissejjaħ topografija, li huwa fil-fatt frott ta' kreazzjoni intelletwali u normalment riżultat ta' investiment qawwi, kemm finanzjaru kif ukoll mil-lat ta' expertise.", "Kif wieħed jista' jobsor, it-talba għal dawn it-topografiji ġodda hija enormi.", "L-iskop huwa li d-daqs tagħhom dejjem jiċkien waqt li l-funzjoni tagħhom dejjem tiżdied u ssibhom kullimkien.", "Illum dawn jintużaw f'kollox minn arloġġi sa ajruplani.", "Hawn ukoll it-TRIPS tesiġi l-protezzjoni tagħhom u l-perijodu ta' protezzjoni f'dan il-każ huwa ta' 15-il sena.", "Dwar il-kontravvenzjonijiet, naturalment dawn kellna nestenduhom biex jiġu jkopru jew aħjar jirriflettu d-drittijiet il-ġodda li qegħdin nintroduċu.", "Hemm il-copyright board dwar id-drittijiet ta' l-awtur, li ser jibqa' kif kien, iżda kif għedna qabel ser inżidu funzjoni importanti.", "Din hija li l- collecting society jew proprjeta' tad-drittijiet ta' l-awtur jew drittijiet relatati jkunu jistgħu jagħtu liċenza dwar trasmissjoni jew xandir bil- cable taħt kondizzjonijiet li jidhrilhom.", "Issa jista' jkun il-każ li dawn jesiġu kondizzjonijiet jew patti mhux raġonevoli jew inkella jirrifjutaw li jagħtu liċenza.", "Fil-każ ta' cable transmission, aħna xtaqna li nsibu soluzzjoni għal din it-tip ta' problema u allura ħsiebna li jkun għaqli li fejn tqum kwestjoni bħal din, il-każ ikun jista' jiġi riferut lill- copyright board, u dan jista' jordna li tinħareġ liċenza taħt kondizzjonijiet u patti li jidhirlu l-bord.", "Dan it-tip ta' rimedju huwa ristrett biss għal xandiriet u pprovdejna li l-ministru jista' jwaqqaf dan ir-rimedju b'regolamenti meta jidhirlu.", "Nixtieq ngħid li hemm il-ħsieb li ċ-chairman tal-bord ma jibqax imħallef jew maġistrat prattikanti.", "Hija l-politika tal-gvern li kemm jista' jkun lill-ġudikatura ma nkomplux ngħabbuha b'xogħlijiet li m'mhumiex strettament xogħol ta' qorti, allura forsi f'dan il-każ wieħed jaħseb aktar f'maġistrati u mħallfin li m'humiex fil-kariga.", "Fl-aħħar għandna s-setgħa ta' l-awtur u tas-sidien l-oħra tad-drittijiet ta' l-awtur li jawtoriżżaw lill-collecting society tamministralhom id- drittijiet tagħhom.", "Hemm taqsima sħiħa ta' regoli li ta' min wieħed jagħtihom daqqa t'għajn ukoll.", "Nistieden lill-kollegi tiegħi biex jidħlu fihom iżjed fil-fond u nirriserva li fl-għeluq nikkummenta dwar is- suġġerimenti li jistgħu jsiru.", "Nirringrazzjakom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għalkemm ir-raġuni primarja li għaliha qed jilleġisla dan il-gvern hija biex ikun jista' jintrabat mal- liġijiet ta' l-acquis communautaire - u kulħadd jaf li l-liġi li għandna quddiemna llum, flimkien ma' dak tad-trademarks u tal-patents jifformaw parti integrali mill-programm nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis communautaire - biss forsi mhux kulħadd huwa konxja li fiż-żmien qasir li għamilna fil-gvern, konna ħejjejna ħafna xogħol preparatorju mhux fuq din il-liġi biss imma fuq it-tliet liġijiet li għadni kemm irriferejt għalihom.", "Naħseb illi l-fatt li l-gvern Laburista kien qed jilleġisla dwar dawn is-suġġetti, jibgħat messaġġ ċar lill-poplu Malti li ċerti tibdiliet jistgħu jseħħu mingħajr il-bżonn li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "U dan ma japplikax biss għal dan il-qasam iżda wkoll għal diversi liġijiet f'setturi oħrajn, bħal-liġijiet tal-konsumatur u liġijiet fil-qasam ambjentali.", "Mhux ta' b'xejn li rriżulta - jekk, per eżempju nieħdu l-qasam ambjentali - li l-pajjiżi ta' l-EFTA, bħal Sweden u oħrajn, meta daħlu fl-Unjoni sabu li saħansitra kellhom standards ambjentali ogħla minn dawk li kienet qed titlob minnhom l-Unjoni Ewropea.", "Minn naħa l-oħra, għalkemm in-national pan for the adoption of the acquis communautaire jipprovdi għal raft sħiħa ta' leġislazzjoni li suppost tgħaddi minn dan il-parlament sas-sena 2003, jien naħseb li għal raġuni ta' tattika aktar milli ghal raġuni strateġika, il-gvern Nazzjonalista qabad ma' liġijiet bħal dawn it-tlieta li għandna quddiemna, l-ewwelnett għaliex m'humiex ta' natura kontroversjali, u t-tieni biex jibgħat messaġġ psikoloġiku biex jagħti l-impressjoni li wara kollox, minkejja dak kollu li qed tgħid l-oppożizzjoni, u għalkemm l-overhaul leġislattiv illi għandu quddiemu l-Parlament Malti jista' jkun wieħed twil, tqil u impenjattiv, fis- sustanza dan l-eżerċizzju m'għandux joħloq mewġ għoli.", "Jekk qed ngħidu għal-leġislazzjoni li għandna quddiemna dan huwa l-każ, għax nerġa ngħid li ma nħossx li l-leġislazzjoni hija ta' natura kontroversjali, għalkemm fl- istadju ta' kumitat ikun hemm xi punti li forsi wieħed jista' jitlob kjarifika dwarhom u forsi anke jissuġġerixxi emendi.", "Iżda jien insostni, Sur President, li nkunu qed inqarqu bl-elettorat Malti jekk nagħtuh l- impressjoni li r-raft ta' leġislazzjoni li għandu quddiemu dan il-parlament ser tkun xi easy passage.", "Jekk naraw id-diversi oqsma li dan il-parlament ser ikollu jittratta, anke jekk wieħed jaqra' fuq fuq in-national plan for the adoption of acquis innifsu, wieħed jara li hemm ħafna għadam x'wieħed igerrem.", "Hemm ħafna leġislazzjoni kontroversjali li għad trid tiġi dibattuta fit-tul u hemm ħafna punti ta' kontroversja qawwija, li bla dubju ta' xejn se joħorġu l-kuntrast qawwi li jeżisti bejn il-pożizzjoni tal-Partit Laburista u dik tal-Partit Nazzjonalista bħala gvern ta' pajjiż applikant u prospettiv għal sħubija fl-Unjoni.", "Iżda qabel ma niġi għal- liġi li għandna quddiemna llum, għokritni għajnejja dwar aspett ieħor, aspett li fil-fehma tiegħi juri l-għaġla li dan il-gvern inqabad fiha biex ifittex jeħles kemm jista' jkun malajr il-leġislazzjoni, speċjalment leġislazzjoni li forsi m'hijiex ta' natura kontroversjali.", "Proprju jumejn ilu dan il-parlament approva mill-ewwel qari tliet liġijiet - qed nirriferi għal-liġi dwar il-ħarsien tad-database, il-liġi dwar il-komunikazzjonijiet u transazzjonijiet elettroniċi u liġi dwar l- abbuż mill-computers - li skond il-programm nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis, il-gvern huwa marbut li l-ewwel jippubblika white paper dwarhom qabel iġibhom hawn għad-diskussjoni.", "Ikun hemm min jgħid li billi ressaqna l-ewwel qari nistgħu xorta nippubblikaw white paper, iżda jien insib interessanti l-kronoloġija li għażel dan il-gvern għax kont nippretendi li f'ordni kronoloġika għall-inqas l-ewwel kienet toħroġ il-white paper u mbagħad isir l-ewwel qari.", "Għalhekk wieħed iħares b'ċertu interess ħa jara l-white paper li ser iressaq il-gvern u jekk il-gvern fil-leġislazzjoni li qed nirriferi għaliha - mhux dik tal-lum imma dawk il-liġijiet li semmejt issa - hux se jkollu l-istess konsultazzjoni wiesgħa li għamlu diversi pajjiżi qabel ġew biex jilleġislaw dwar suġġetti li huma delikati fihom infushom, b'mod partikolari s-suġġett tad-data protection.", "Jekk naraw kif illeġislaw dwarhom f'diversi pajjiżi, anke fl-Unjoni Ewropea, meta ġew biex jarmoniżżaw il-leġislazzjoni tagħhom nazzjonali ma' dik ta' l-Unjoni kien hemm konsultazzjoni twila, estensiva u fil-fond mal-partijiet kollha kkonċernati.", "Niġu issa għal-liġi li għandna quddiemna llum, Sur President, iżda qabel nidħol fid-dettall naħseb li meta għandna tliet liġijiet bħal dawn li jikkonċernaw il-copyright, it-trademarks u l-patents ma nistgħux ma nitkellmux dwar il-piraterija u l-ħtieġa ta' enforcement.", "Jien dejjem insostni li inutli li dan il-parlament joħroġ b'liġijiet sbieħ, liġijiet mirquma tajjeb, meta l-enforcement fil-pajjiż huwa problema.", "Diġa' qam dan il-punt meta konna qed niddiskutu mal-Ministru Dalli l-liġi li tittratta l-aspett tal-copyright vis-à-vis id-dwana - kienet aktar liġi biex ngħid hekk finanzjarja milli liġi li taqa' taħt il-ministru għas- servizzi ekonomiċi - u dakinhar il-Ministru stess ammetta li minkejja l- provedimenti kollha tal-liġi, l-enforcement kien dgħajjef għall-aħħar.", "Mhux ta' b'xejn li hemm dan it-tħassib dwar dak li qed jiġri f'pajjiżna minn diversi gvernijiet barranin, mhux biss fl-Unjoni Ewropea imma anke gvernijiet oħra, fosthom dak ta' l-Istati Uniti.", "Illum sieħbi għadu kif staqsa dwar kemm inqabdu items b'marki foloz, x'kienu l-oġġetti, f'liema kwantita', ta' liema marka kienu, fejn inqabdu u x'passi ttieħdu.", "L-aktar ħaġa li tispikka fir-risposta li ħadna proprju llum huwa l-faqar fir-range ta' items li ġew maqbuda meta kulħadd jaf x'piraterija lampanti hawn fil-pajjiż.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għaliex b'kollox kien hemm seba' każi biss ta' piraterija li fuqhom il- pulizija tefgħu l-ispotlight.", "L-ammont involut huwa tad-daħq għax kellek CDs and videos, 16-il video, 19-il music CD u 6 playstations - u l- ministru qalilna li fuq dan il-każ partikolari għadu ma tressaq ħadd il- qorti u l-każ għadu qed jiġi investigat - instabu 58 biċċa tal-ħwejjeġ tal- marka Nike, Addidas, Reebok u oħrajn; instabu wkoll 81 satellite smart cards tat-Tele+, li f'dan il-każ il-persuna tressqet il-qorti; każ ieħor jikkonċerna 34 CDs u qalulna li l-każ għadu qed ikun investigat; u fl- aħħar il-pulizija elevat 179 CDs u playstations u anke hawn l- investigazzjoni għada għaddejja.", "Għamlu raid fuq wieħed u kulma sabulu one video cassette u film, u anke f'dan il-każ flok ħadu l-passi kontra tiegħu taparsi għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.", "Sieħbi s-segretarju parlamentari semma' l-piraterija li jkun hemm fil-ħwienet, fuq il-monti u l- postijiet bħal dawn.", "Jiena ngħid illi jekk ser nagħmlu spring-cleaning sew, irridu nagħtu ħarsa madwarna u nibdew minn istituzzjonijiet governattivi u parastatali.", "Qed ngħid hekk għax għandi informazzjoni li f'diversi dipartimenti tal- gvern u f'diversi ażjendi parastatali, għandek ħafna li qegħdin jużaw software li huwa piratat.", "Dan il-punt kont diġa' għamiltu fil-parlament fl- 1992, fiż-żmien li l-Avukat Joe Fenech kien ressaq liġi biex jemenda l-liġi tal-copyright ħa tkun tista' tibda tipprovdi għal computer sofware.", "L- informazzjoni li għandi hija li s-sitwazzjoni ftit li xejn tjiebet minn dak iż-żmien 'l hawn u għalhekk naħseb li wara dan kollu, huwa ta' tħammir il- wiċċ li l-gvern tal-ġurnata qed jipprova jilleġisla biex idaħħal aktar enforcement u serjeta' fil-pajjiż.", "Il-liġi li għandna quddiemna llum hija liġi li fiha ħafna branki u l-gvern Laburista kien qed iħares lejha b'attenzjoni kbira.", "Id-dipartiment ta' l-intellectual property tal-gvern, għall-inqas fi żmienna, ma kienx xi dipartiment kbir iżda kien dipartiment li jaħdem b'mod produttiv ħafna u l-output kien wieħed mhux sodisfaċenti biss iżda kien output ta' ċertu livell.", "Jien nawgura li dan l-output jinżamm u m'għandix nifhem li m'għandux jinżamm.", "Biex nagħti ftit riferenzi, il-leġislazzjoni li għandna llum tmiss ħafna branki, fosthom ir-regolamenti tal-world Intellectual property organisation, il-WIPO, il-Paris Convention for the protection of industrial property, il-Berne Convention for the protection of literary and artistic works, il-universal copyright convention, kif ukoll il-world trade organisation agreement on trade related aspects of intellectual property rights, it-TRIPS.", "Ovvjament li qed taħseb li tagħmel Malta huwa li ġġib fis-seħħ il-provvedimenti pertinenti ta' dan il-ftehim tad-WTO, li tiegħu aħna wara kollox membri sħaħ.", "Il-gvern tal-ġurnata, għal raġunijiet politiċi, qed jipprova jżewweġ direttivi ta' l-Unjoni Ewropea ma' l-obbligi mposti fuqna taħt it-TRIPS agreement illi għadni kif semmejt.", "Veru li kien sar ċertu xogħol taħt gvern Laburista, biss biex inkun fair ma tantx konna lħaqna ġibna leġislazzjoni fil-parlament.", "Fil-fatt dak iż-żmien niftakar li konna għaddejna emenda żgħira għal-liġi tat-trademarks iżda, kif jistgħu jikkonfermaw l-impjegati ta' dak id-dipartiment - għax dan wara kollox riżultat tax-xogħol tagħhom - kellna ħafna xogħol ieħor għaddej fuq tliet binarji, ċioe' dak tat-trademarks, tal-copyright u tal-patents, grazzi għal dan l-uffiċċju żgħir iżda effettiv li għadni kif għamilt referenza għalih.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares ftit lura jsib li f'Jannar ta' l-1997, l- uffiċċju tal-proprjeta' industrijali kien diġa' bagħat abbozz tal-Copyright Bill għall-vetting u konna anke għamilna konsultazzjonijiet mal-Copiamalt sabiex nieħdu ċerti aspetti importanti in konsiderazzjoni.", "Sa tmiem l-1996 il-Patent Act il-ġdida kienet kważi lesta filwaqt li kien diġa qed isir xogħol fuq il-liġi tat-trademarks.", "Fl-istess waqt id-dipartiment kien għaddej jikkomputeriżża s-sistema tal-proċeduri tat-trademarks.", "Biex in- nies tagħna jkunu mħarrġin ferm aħjar, aħna dejjem approvajna li l- uffiċjali tad-dipartiment jieħdu sehem attiv fil-WIPO committee of experts f'Ginevra, kemm f'dak li huwa fformular ta' l-international patent law treaty kif ukoll fil-protokoll li jkopri konvenzjonijiet marbutin mal-liġi tal-copyright.", "Mhux dejjem kien possibbli li noqogħdu nibagħtu lin-nies tagħna għal kull laqgħa li kienet issir, u għalhekk tajjeb li wieħed jgħid li kien sar xogħol fejjiedi wkoll permezz ta' follow-up work u anke permezz ta' monitoring li kien sar min-naħa tal-missjoni diplomatika tagħna bbażata f'Ginevra.", "Tajjeb li wieħed jinnota li f'dan id-dipartiment hemm nies li huma speċjaliżżati fis-suġġett, fosthom hemm min għandu l-MSc fil-management of intellectual property mill-Universita' ta' Londra, u jiena nħeġġeġ lill- gvern biex ikompli jibgħat aktar nies biex jispeċjaliżżaw fl-intellectual property għaliex jiena nemmen li huwa settur ta' tkabbir għall-ġejjieni.", "Bħalissa qed naqra ktieb ta' Wilfred Hutton, \"On the Edge\", li jitkellem b'mod fanatiku fuq l-intellectual property, u jgħidlek li r-rwol ta' l- intellectual property fis-soċjeta' moderna se jkun xi ħaġa li jiżboq l- irwol li għandha l-produzzjoni llum u r-rwol li kellha l-manifattura fis- snin ta' l-imghoddi, tant kemm huwa a growth sector, kemm fuq livell kwantitattiv imma forsi aktar fuq livell kwalitattiv.", "Biex niġi lura għad-dipartiment pjuttost zgħir ta' l-industrial property li għandna Malta, aħna konna tajna l-go-ahead, Sur President, biex ikun hemm restructuring u anke riorganizzazzjoni ta' l-uffiċċju kkonċernat.", "Mingħajr ebda ftaħir - qed ngħidu biss for the record - jekk wieħed jara l- programm ta' ħidma li kellna fis-sena 1997 -1998, wieħed isib fost oħrajn dawn il-punti li sejjer insemmi.", "Kien hemm tkomplija ta' drafting of trademark law sabiex tkun tista' tiġi approvata mill-parlament, kien hemm fully-automated trademark procedures sabiex tiġi msaħħa s-sistema tal- komputerazzjoni; kien hemm xogħol ta' tħejjija għall-accession għall-WIPO patent coperation treaty; kien hemm kollaborazzjoni għaddejja mal-European patent office bil-għan li naderixxu għall-European patent convention; kien hemm parteċipazzjoni kontinwa li semmejt aktar kmieni fil-WIPO committee of experts meetings f'Ginevra; u kien hemm ratifika ta' l-artikli sostantivi tal-Konvenzjoni ta' Berna dwar ħarsien ta` xogħlijiet litterarji u artistiċi fejn tidħol il-copyright.", "Kien hemm it-taħriġ li semmejt aktar kmieni li kien isir fuq bażi regolari għall-istaff members f'dan ix-xogħol, ħalli titkattar mhux biss l-effiċjenza fis-servizzi offruti imma titkattar anke n-know-how tal-personnel involuti f'dan id-dipartiment speċjaliżżat.", "Konna qed naħsbu wkoll dwar xi ħaġa li jidher li dan il-gvern ma tantx ħaseb fuqha, cioe' t-tnedija ta' copyright awareness campaign.", "Konna qed naħsbu li din nagħmluha fl-istess żmien li tiġi introdotta l-liġi tal- copyright.", "Għaliex konna qed nagħmlu dan?", "Għaliex aħna nifhmu li dan is- suġġett huwa pjuttost xott u akkademiku imma tajjeb li l-pubbliku jkun konxju li dan huwa suġġett li lilu jolqtu mill-viċin, kemm jekk huwa produttur kif ukoll konsumatur.", "Għalhekk aħna ħassejna li jkun inutli li din il-Kamra tagħmel leġislazzjoni twila, elaborata, dettaljata u xjentifika biex issaħħaħ il-liġi tal-copyright kif qed isir illum, meta għall-pubbliku, li forsi ftit li xejn qed isegwina minn barra dan il- parlament, qajla jkun hemm awareness adegwata għall-copyright legislation li tkun għaddejja.", "Għalhekk il-ħsieb tagħna kien li nniedu a copyright awareness campaign fl-istess żmien li tiġi introdotta l-liġi tal-copyright.", "Sakemm ma sfuġġitlix ma jidhirlix li l-gvern għandu xi ħaġa simili f'moħħu, biss ovvjament il-gvern għandu prijoritajiet oħrajn u fosthom hemm l-għaġla biex jilleġisla skond l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dwar il-copyright innifisha naħseb importanti li nuru b'mod popolari, b'mod li jifhimna kulħadd, kemm din qiegħda għal xogħlijiet oriġinali li jkunu saru f'diversi oqsma, Sur President, fosthom l-oqsma litterarji, l- oqsma drammatiċi, dawk musikali, dawk artistiċi, kif ukoll oqsma oħrajn intelletwali.", "Dan jgħodd kemm għal dawk li huma xogħlijiet ippubblikati kif ukoll anke għal xogħlijiet li m'humiex ippubblikati.", "Meta l-parlament kien illeġisla fl-1992 kien daħħal ċerti emendi biex jinkludi l-computer sofware, imma tajjeb li wieħed jgħid li dan kollu m'huwiex marbut biss mal- computer software jew ma' sound recordings u motion pictures, għax ħafna nies qabel kienu jaħsbu li copyright tfisser biss dawn it-tliet setturi.", "Jien naħseb li biex in-nies jifhmuna aħjar, forsi jkun tajjeb li ngħidu wkoll flok x'jista' jigi kopert mill-copyright, x'ma jistax jiġi kopert mill-copyright ħalli nkunu aktar ċari ma' xulxin.", "Ma jistgħux jiġu koperti mill-copyright xogħlijiet li m'għandhomx forma tanġibbli ta' espressjoni fissa, jiġifieri titli, trademarks, ismijiet, frażijiet qosra, slogans, disinji, ideat, proċeduri, metodi, sistemi, proċessi, kunċetti, prinċipji u skoperti, discoveries jew innovations.", "Xogħlijiet li jikkonsistu kompletament f'tagħrif li huwa proprjeta' komuni u li ma għandu ebda authorship oriġinali, bħal biex ngħid hekk, standard calendars, dawk iċ-charts tal-heights and weights, u tape measures u rules ma jikkwalifikawx għal dak li huwa copyright.", "Tajjeb li ngħidu li għalkemm reġistrazzjoni ssaħħaħ il-protezzjoni, kull xogħol maħluq privatament li hu oriġinali u li jkun sar wara ċertu data għandu jkun protett kemm jekk jiġi notifikat jew le.", "Il-copyright - u din aċċenna tajjeb għaliha s-segretarju parlamentari - hija ħaġa li fl-aħħar mill-aħħar iżżomm għoli l-ġid maħluq mill- kreativita'.", "Għalhekk, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali, naħseb li jekk wieħed iħares lura lejn il-liġijiet tal- copyright - anke f'dan il-parlament dwar il-liġijiet imorru lura għall-1911 - għadu jsib li l-leġislazzjoni tal-copyright dejjem nibtet jew iffjoriet jew avvanzat jew ipprogrediet hekk kif nibtu teknoloġiji ġodda u anke hekk kif żviluppaw swieqi ġodda.", "Dan qed ngħidu biex l-ewwelnett niċċaraw li mhux l-Unjoni Ewropea biss li tagħti importanza lid-drittijiet tal- copyright u anke għall-ġlieda kontra l-piraterija.", "Jiena nemmen li din hija kawża li għandu jabbraċċha kulħadd, kulmin jemmen fil-kreativita', fl- investiment, fil-ħolqien ta' l-impjiegi u forsi, b'mod partikolari, kulmin jemmen ukoll fid-diversita' kulturali, iżda importanti li nħarsu anke lejn l-impatt tat-teknoloġiji l-ġodda, aktar u aktar illum li qed ngħixu fl-era ta' l-informatika.", "Il-copyright wara kollox ma tħarisx biss il-kreativita' artistika iżda wkoll dik intraprenditorjali kif ukoll, fl-aħħar mill-aħħar, u għalhekk semmejt il-konsumatur l-ewwel, il-fiduċja tal-konsumatur innifsu.", "Biex nagħti eżempju ta' l-intenzjoni ta copyrighted goods, jekk niedħu l-Unjoni Ewropea nnifisha nsibu li hemmhekk huwa kkalkolat li l-copyrighted goods jammontaw għal bejn 5% u 7% tal-GNP, il-prodott gross nazzjonali ta' l- Unjoni Ewropea.", "B'kollox hemm xi ħames direttivi li aċċenna għalihom is- segretarju parlamentari li huma anke marbutin mal-kunċett ta' suq wieħed jew waħdieni Ewropew.", "Imma tajjeb li wieħed jgħid li tant evolvew l- affarijiet tal-copyright fiż-żmenijiet tal-lum - u kien hemm evoluzzjoni, l- aktar b'mod partikulari fl-Istati Uniti li dejjem kienet il-field leader f'dan il-qasam - illi llum inti ma ssibx biss involuti awturi imma ssib involuti operaturi fit-telekomunikazzjoni, issib involuti internet access and service providers, issib involuti pubblikaturi, issib involuti software u databases, li aċċenna għalihom is-segretarju parlamentari, produtturi ta' programmi awdjo-viżivi, amministrazzjonijiet pubbliċi u ssib fl-aħħarnett involuti anke l-konsumaturi u anke dawk li huma users.", "Jiena ngħid li meta wieħed jara din il-firxa wiesgħa, bla dubju ta' xejn jasal għall-konklużjoni - u naħseb li m'hemmx għalfejn ikollna liġi bħal din quddiemna biex naslu għal din il-konklużjoni - li hawn għandna prova ċara oħra li bit-teknoloġiji l-ġodda d-dinja qiegħda kulma tmur tiċkien - mhux qed ngħid l-Unjoni Ewropea imma d-dinja - u ssir waħda aktar inter- dipendenti jum wara l-ieħor.", "Meta materjal protett jiġi kkonvertit f'forma elettronika u trasmess anke b'mod diġitali, forsi hemm it-tendenza li jsir aktar vulnerabbli għall- isfruttament ta' l-ikkupjar mill-imgħoddi.", "Jien hawnhekk nista' nsemmi diversi metodi ta' sfruttament li jista' jsir; għandek l-iscanning li jista' jsir ta' printed works, l-istoring ta' digitalised material, kemm meta jiġi għal dak li huwa text u anke għal dak li huwa music videos eċċ. Għalhekk naħseb li hu importanti fis-soċjeta tal-lum, il-leġislazzjoni tkun ċara kemm jista' jkun, ħalli b'hekk ikollna definizzjoni ċara li jifhimha kulħadd ta' x'inhuwa eżattament protett jew le li din it-tip ta' leġislazzjoni.", "Effettivament apparti minn definizzjoni ċara, hemm bżonn anke ta' reassessment ta' dawk li huma drittijiet eskussivi ta' riproduzzjoni bla limitu, għaliex inti għandek id-dritt esklussiv li huwa limitat għad-dritt ta' rimunerazzjoni, ta' ħlas, dak li jissejjaħ a legal licence, imma mbagħad għandek ukoll dak li jissejjaħ a fair use, li jippermetti ċerti atti ta' riproduzzjoni mingħajr ma jidħol il-ħlas fin- nofs.", "Illum li qed ngħixu f'era diġitali, jidħlu fin-nofs ukoll ċerti servizzi li huma on demand, u dawn ħafna drabi huma kkaratteriżżati minn materjal li jkun storjat f'forma diġitali, kemm jekk qed nitkellmu dwar networks u anke jekk qed nitkellmu dwar servizzi li huma interattivi.", "U dan kollu, kif għedt aktar kmieni, huwa proprju li jagħti lok u joħloq dimensjoni ġdida anke għall-piraterija nnifisha.", "Iżda tajjeb li wieħed jgħid li d-digitalisation mhux biss iġġib riskji ġodda għal rights holders tal-copyright, iżda tagħmilha aktar faċli anke biex tamministra u tikkontrolla ċerti atti ta' sfruttament diment li jkun hemm ċertu access control, ċertu identification u ċertu anti-copying devices.", "Għalhekk naħseb illi hemm il-bżonn ta' armoniżżazzjoni ta' ċerti aspetti ta' copyright fis-soċjeta' li qed ngħixu fiha llum, li hija s- soċjeta' ta' l-informazzjoni.", "Illum nibtu ħafna prodotti w anke servizzi ġodda ta' proprjeta' intelletwali.", "Jiena tajt ħjiel tal-ftit items li ġew maqbuda mill-awtoritajiet, bħal CDs, CD-roms, digital video discs u anke playstations.", "Niġu issa dwar l-eżenzjonijiet li hemm bżonn għal żewġ oqsma, dik tar-riċerka u dik ta' l-edukazzjoni.", "Fil-Kanada kienu għamlu saħansitra charter ta' dawn id-drittijiet u kienu jsejħulu charter of the rights for creators.", "Fl-1993, il-President Amerikan, kien ħoloq an information infrastructure task force, li fis-sustanza kienet white paper bit-tir li temenda l-liġi Amerikana dwar il-copyright, u biex ikun jista' japplikaha anke għall-era diġitali li l-Amerikani ilhom żmien twil li daħlu fiha.", "Huwa importanti li fost affarijiet oħra, it-tagħlim tat-tfal fl-iskejjel, fis-snin formattivi tagħhom, għandu jkollu provvedimenti u tagħlim dwar x'inhuma dawk l- affarijiet li jolqtu l-copyright, il-patents u t-trademarks, ħalli tidħol kuxjenza dwar l-implikazzjoni ta' dan kollu, anke fost it-tfal fis-snin formattivi tagħhom.", "U dan qed ngħidu għax illum iż-żagħżugħ sa minn ċkunitu - anzi sa minn tfulitu, anke fil-każ ta' Malta - għalih il-computer u l-internet isir għodda u mhux biss ġugarell, anke fl-eta' formattiva tiegħu.", "Naħseb li jekk nagħtu ħarsa lejna nfusna, kemm għal dawk li huma computers u anke l-internet, tajjeb li nistaqsu kemm daħlu dawn il-kunċetti f'pajjiżna, kemm għandna familji li għandhom personal computer fid-dar, kemm hemm familji li huma kkonnettjati ma' l-internet, kemm qed jinbiegħu computers fis-sena, kemm minnhom għandhom modems jew CD-Rom drives u x'inhi r-rata tat-tkabbir ta' internet users fi gżiritna.", "Qed nitkellmu fuq metodu ġdid ta' komunikazzjoni, li huwa l-computer- mediated communication, komunikazzjoni tal-massa, komunikazzjoni forsi inter-personali imma komunikazzjoni li hija trasmessa instantanjament.", "Din tista' tiġi storjata għal użu aktar tard u tista' tintbagħat jew lil reċipjent wieħed jew b'mass mailing list, skond skeda li tkun pre-arranged.", "Dan kollu qed ngħidu biex nuri li l-internet għandu implikazzjonijiet soċjali, politiċi, kulturali, ekonomiċi u naħseb li nagħmlu ħażin jekk aħna ningħalqu fina nfusna u ma nżommux ruħna aġġornati ma' dawn l-iżviluppi, għaliex jiena nemmen li anke f'dan il-qasam hemm relazzjoni, għalkemm forsi ambivalenti, bejn il-liġi tal-copyright u t-teknoloġija tal- komunikazzjoni.", "Barra minn Malta, il-copyright infringements fl-internet għadhom kif bdew jersqu l-każi tagħhom fil-qrati internazzjonali.", "Jiġifieri jekk forsi ma kellniex każi daqstant numerużi f'pajjiżna - niddubita kellniex - ma jfissirx li aħna neċessarjament qegħdin lura, anzi jfisser il-konferma li anke fil-kamp internazzjonali dawn l-affarijiet għadhom fl-infanzja tagħhom.", "Imma jiena naħseb li l-aktar aspett importanti li għandna nittrattaw illum huwa li nirrealiżżaw li huwa imperattiv li kull wieħed minna jkun konxju ta' diversi affarijiet.", "Għandu jkun konxju ta' l-obbligi, tad- drittijiet u anke tad-dmirijiet tiegħu dwar il-copyright minn żewġ aspetti, kemm bħala konsumatur u anke mill-aspett tal-produttur.", "Il-protezzjoni tal- copyright tibda appena xogħol oriġinali jieħu forma ta' espressjoni tanġibbli, waqt li fatti u ideat miġbura f'xogħol li jiġi copyrighted ma jistax ikollhom il-protezzjoni tal-copyright għaliex l-espressjoni tal- fatti u l-ideat biss tista' tiġi protetta.", "Għalhekk tajjeb li ngħidu x'inhuma d-drittijiet esklussivi ta' min ikollu l-copyright, ta' min hu copyright holder.", "Dawn id-drittijiet esklussivi jekk niftakar sew huma ħamsa, ċioe' d-dritt li jirriproduċi x-xogħol li jkun għamel; id-dritt li jħejji xogħol derivattiv ibbażat fuq dak oriġinali; id-dritt li jiddistribwixxi kopji tiegħu; id-dritt li jagħti wirja pubblika dwar dan ix- xogħol; u d-display pubbliku tax-xogħol li jkun responsabbli għalih.", "Imbagħad hemm dawk li jissejħu l-public domain works, li huwa settur importanti ħafna, li ma jistgħux jaqgħu fil-kategorija tal-copyright.", "Dawn huma xogħlijiet li jkunu tilfu jew forsi anke skadielhom il-copyright.", "Kif għedt aktar kmieni, għandek xogħlijiet li di natura m'humiex suġġetti għall- copyright infushom, bħal ideat, ċerti fatti u titli, u għandek xogħlijiet li jistgħu jiġu prodotti minn ħaddiema f'ażjendi governattivi waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Ikunu kemm ikunu kreativi, dawk suppost ma jkunux suġġetti għall-copyright (Interruzzjonijiet) Ma jfissirx li jekk inti tpoġġi xogħol copyrighted fuq l-internet tkun awtomatikament qed tpoġġiħ fid-dominju pubbliku, għaliex ħafna huma taħt l-impressjoni li jekk tagħmel dan inti tkun qed tissuġġettaħ għall-public domain.", "Imbagħad għandek, min- naħa l-oħra, każi fejn bniedem ma jkollux għalfejn jikseb il-copyright holder's permission applikabbli fis-settur ta' l-edukazzjoni għolja.", "Limitazzjoni importanti fil-qasam akkademiku hija dik li tissejjaħ il- fair use doctrine.", "Fil-fatt l-erba' fair use factors ewlenin jiddependu fuq l-għan u l-karattru ta' l-użu, in-natura tax-xogħol li jkun kopert mill- copyright, l-ammont u s-sustanza tal-porzjon użat u l-effett ta' l-użu tax- xogħol bil-copyright fuq is-suq potenzjali tiegħu.", "Ħalli nagħmilha ċara biex ma niġux miżinterpretati.", "L-użu edukattiv waħdu ma jfissirx li dan huwa każ awtomatiku ta' fair use, għaliex ħafna jaħsbu li jekk inti ser tuża oġġett jew xogħol għal skopijiet edukattivi, dan jikkwalifika awtomatikament għal fair use.", "Dan m'huwiex neċessarjament il-każ.", "Naħseb li rridu nistabilixxu l-fatt, ħalli ħadd ma jifhimni ħażin, li biex ikun hemm fair use huwa mportanti li l-użu jsir minn non-profit education sector u mhux wieħed li jkun ta' natura kummerċjali.", "Importanti wkoll jekk ix- xogħol ikunx tekniku u xjentifiku aktar milli espressjoni kreativa, bħalma ngħidu aħna jkunu plays, poeżiji jew fiction, jiġifieri xi xogħol fittizju.", "Il-prattika turi li aktar ma tuża oġġetti minn source bil-copyright, ovvjament iċken ikunu ċ-chances tal-fair use.", "Jiena ngħid li l-effett ta' l-użu fuq is-suq potenzjali jitkejjel mhux jekk l-istudju jitteħiedx b'mod iżolat iżda jekk l-użu tiegħu fis-suq ikunx wieħed mifrux jew le.", "Il-fair use doctrine, biex inkun għedt kollox, hija xi ħaġa fiha nnifisha kontroversjali u anke barra minn Malta spiss hija suġġetta għal litigazzjoni taħt il-liġijiet tal-copyright li wieħed isib f'diversi pajjiżi.", "Issa x'inhuma l-aktar tliet aspetti li jikkwalifikaw xogħol għal fair use?", "Dawn huma jekk tintuża minn impjegat f'istituzzjoni edukattiva li tkun non-profit making, jekk tintuża fl-iskop ta' l-impjieg u jekk min jużaha kellu xi raġuni valida biżżejjed biex jemmen li kien qed jagħmel fair use b'mod effettiv.", "Jekk nieħdu mbagħad għalliema u studenti f'istituzzjoni edukattiva li m'hijiex profit-making, dawn jistgħu jagħtu anke wirja jew display ta' xogħol copyrighted waqt it-taħriġ fl-ambitu tal-klassi.", "Biss inti mbagħad għandek regoli differenti jekk ikun qed jintuża materjal li għandu x'jaqsam ma' xandir jew materjal li għandu x'jaqsam ma' trasmissjoni.", "Jista' jkollok, per eżempju, xogħol awdjo-visiv li ma jkunx jista' jintwera kollu aktar minn darba mingħajr il-permess meħtieġ jew mingħajr ma jkun kopert minn xi forma ta' liċenzja.", "Meta inti titfa' materjal bil-copyright fuq l-internet, dan qisu bħal meta tkun qed tippubblika jew tiddistribwixxi xogħol simili, Sur President.", "Jiġifieri dan huwa dritt normalment riservat għal copyright holder.", "Dan japplika wkoll għal meta jkollok materjal, kif spjegajt iktar kmieni, bil-copyright li inti tkun poġġejt fuq l-internet innifsu.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Ma tistax, per eżempju, titfa' fuq l-internet il-mużika jew il-kliem ta' CD favorit tiegħek, tagħmel scanning ta' l-image li tkun sibt sempliċement għax tkun għoġbitek, jew tuża karattru anke ta' xi cartoons jew xi prodotti oħra li jkun ħoloq ħaddieħor.", "Hemmhekk ikun qed isir abbuż tal-copyright.", "Illum billi l-linkage bejn copyright u internet hija xi ħaġa kumplessa , anke f'pajjiżi oħrajn ferm iktar avvanzati minna teknoloġikament, bdew jinbtu dawk li huma internet copyright guidelines.", "Meta xi ħadd jitfa' xogħol fuq l-internet mingħajr il-permess meħtieġ, dan ikun responsabbli għal kulma jiġi kkopjat, distribwit, alterat, displayed jew anke mogħti f'wirja.", "Tajjeb li nenfasiżżaw li l-copyright law ma tkoprix biss materjal testwali, għax ħafna jaħsbu li l-copyright law tkopri biss text u kliem, imma fil-fatt il-copyright law tista' tkoprilek diversi affarijiet oħra, tista' tkoprilek ritratti, cartoons, mużika w anke clips minn filmati, minn movies.", "Min-naħa l-oħra, billi jkollok f'idejk xogħol copyrighted, ma jfissirx li dan ikun għamlek awtomatikament a copyrighted holder.", "Per eżempju, anke l-e-mail fih innifsu huwa copyrighted - teknikament qed ngħidu mhux qed ngħid x'jiġri fil-prattika - u ma tistax tuża messaġġ e- mail ta' ħaddieħor biex tgħaddih b'mod mifrux lill-għadd kbir ta' persuni mingħajr il-permess meħtieġ.", "Dawn huma komplikazzjonijiet legali li tajjeb li wieħed jixtarrahom, għalkemm ovvjament il-monitoring tagħhom u l- enforcement tagħhom mhuwiex xi ħaġa faċli, iktar u iktar meta qed insibuha diġa' diffiċli biex nimmoniterjaw affarijiet tanġibbli , bħalma semmejt, l- affarijiet li nsibu fis-swieq lokali, fil-ħwienet lokali, u anke fost bejjiegħa lokali bħal smart cards, play stations, CDs u affarijiet oħra simili.", "Ma' l-internet jidħol ukoll l-aspett tal-multi-media, u din nħoss li għandi nenfasiżżaha, għax illum bl-informatika li għandna, anke f'pajjiżna stess, il-multi-media skills, il-computer skills u wkoll l-internet skills saru il-life skills tas-seklu 21.", "Meta nitkellmu fuq multi-media production, biex jifhimna aħjar min qed jismagħna, irridu nfakkru li din tinvolvi użu ta' aktar minn media waħda.", "Ħafna drabi jkollok taħlita ta' texts, ta' kliem, ta' stampi, ta' film clips u anke taħlita ta' sound u dawn fil-prattika jistgħu jinvolvu bċejjeċ ta' mijiet jekk mhux ukoll eluf ta' copyrighted materials differenti.", "Ghalkemm l-Istati Uniti għandhom leġislazzjoni fuq l-edukazzjoni ferm iktar liberali u inqas ripressiva milli hemm fl-Unjoni Ewropea, xorta ħassew il-ħtieġa li joħolqu fair use guidelines for educational multi-media.", "L-ewwelnet tajjeb li wieħed jgħid li l-guidelines, kif timplika l-kelma fiha nnifisha, ma jfissirx li huma liġi u m'għandhomx is-saħħa ta' liġi, imma l-fatt li għandek linji gwida fuq dan is-suġġett naħseb li fiħ innifsu jpoġġik on the right track minflok iħallik fid-dlam u jħallik forsi tiġi anke miżgwidat.", "Għalhekk dan kollu qed ngħidu għax importanti, Sur President, li anke aħna fiċ-ċokon tagħna ma nħallux it-teknologija tagħmina.", "Il-copyright law tapplika għal dak li daqslikieku għandu materjal miksub minn librerija pubblika.", "Jekk tifrex il-copyrighted material fuq l- internet bla permess tkun dħalt f'komplikazzjonijiet akbar.", "Fil-fatt bħalissa ħafna pajjiżi qed jirrevedu l-liġijiet tal-copyright tagħhom proprju biex ikunu jirriflettu t-teknoloġiji l-ġodda, u għalhekk l-appell tiegħi lill-gvern huwa li issa mhux sempliċement għax ser ngħaddu din il- leġislazzjoni biex niġu konformi ma' l-acquis nieqfu hemm.", "Jien ngħid li l- gvern għandu jibqa' jżomm dejjem abreast fuq dan is-settur, jibqa' jżomm ruħu aġġornat, jibqgħu jsiru l-emendi neċessarji as we go along, għax din hija leġislazzjoni li ma tistax taffordja li tibqa' waħda statika.", "Il-biża tiegħi hi li l-gvern tant għandu liġijiet x'iressaq quddiemu li din iktar milli qed iressaqha minħabba l-valuri intrinsiċi tal-copyright, tat- trademarks u tal-patents, qed iressaqha l-aktar ħalli jkun neħħa minn nofs tliet liġijiet li marbut li jressaq minħabba l-obbligi tiegħu fuq il- kwestjoni ta' l-avis.", "Nibqgħu fuq l-aspett tal-copyright.", "Għandek l-ippubblikar elettroniku, u hawnhekk mhux biss qed nitkellem dwar online publishing imma wkoll dwar CD Roms u teknoloġiji relatati bħas- CDI.", "Dan l-online publishing huwa settur importanti għaliex iġib flimkien diversi komponenti, iġib flimkien il-publisher, il-qarrej, l-awtur u anke l- editur mhux biss f'djalogu kontinwu iżda f'ċerti sinerġija bejnithom li hija importanti ħafna.", "Is-segretarju parlamentari għamel tajjeb li semma' wkoll l-element morali għax nemmen li l-element morali jidħol fin-nofs, speċjalment meta wieħed jiġi biex jinforza d-dritt tal-copyright.", "F'Malta għandna t-tendenza li meta nitkellmu dwar abbużi ta' proprjeta' intelletwali, dejjem ngħidu għax fuq il-monti u għax ħwienet tal-videos u CDs, iżda kellna eżempju tipiku tal-Melita Cable TV, meta ġieli ttrasmettew materjal mingħajr ma kellhom il-permess meħtieġ tas-source originali.", "L-informazzjoni li għandi, dejjem subject to correction, hija li dan l- aħħar għollew ċerti rati għax kienu qed jittrasmettu ċerti stazzjonijiet mingħajr il-permess, u kien issa biss li rregolariżżaw il-pożizzjoni tagħhom u kien b'riżultat ta' dan li kellhom jgħollu r-rati ta' kontribuzzjoni għas-subscribers, naturalment biex jagħmlu tajjeb għar- rights il-ġodda li kellhom jibdew iħallsu għall-aċċess għal dawn l- istazzjonijiet.", "Issa meta qed insemmi l-Melita Cable TV, li għandhom il- monopolju fil-qasam tal-cable, u meta qed insemmi d-dipartimenti governattivi, naħseb li importanti li qabel niffokaw fuq tal-monti u fuq tal-ħwienet tal-videos, nagħtu ħarsa daqxejn madwarna u naraw min qed igawdi ċerti monopolji u naraw anke l-gvern innifsu kif jista' jnaddaf daru f'dan is-suġġett.", "Fil-qasam tas-satellite dishes, imbagħad għandna mare magnum sħiħ, fejn għandek mhux biss ħafna smart cards użati li huma piratati imma għandek sistema li diġa' ħarbet u hija sistema li qiegħda badly out of control.", "Meta ġejna għad-diskussjoni tal-liġi preċedenti, li kien ressaq il- Ministru Dalli dwar id-dwana, kont diġa' kkwotajt minn dokument tad- dipartiment tal-kummerċ Amerikan, fejn dan qal li għandu għajnejh fuq pajjiżna minħabba l-piraterija qawwija li teżisti fil-multi-media u fis- setturi awdjo-viżivi.", "Sfortunatament l-ikkopjar f'era diġitali sar eħfef u irħas u forsi aħjar għax illum tista' tikkopja video anke direttament minn fuq DVD.", "Ghalhekk il-qofol huwa jekk il-piraterija hijiex tolqot is-suq tal-copyright owner.", "Jista' jkun li l-copyright owner ma jkunx ibbażat f'Malta imma naħseb li meta aħna qed nipprovaw nipproġettaw image ta' pajjiż żviluppat u mhux ta' pajjiż tat-tielet dinja - għalkemm nemmen li anke fil-pajjiżi żviluppati għad hemm ħafna piraterija, kif semmejt iktar kmieni, anke fl-Unjoni Ewropea nnifisha - importanti li ntejbu l-image tagħna nfusna u nagħmlu enforcement qawwi ħalli ntejbu l-isem ħażin li pajjiżna għandu mhux biss ma' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea imma b'mod partikolari ma' diversi copyright holders ġewwa pajjiżi l-Istati Uniti.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ippermettili, Onor. Brincat, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nipproponi li l-Onor.", "Brincat ikompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER : Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il- mistoqsija hija li l-Onor.", "Brincat ikompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u l-Kamra kollha.", "Sur President, ma stajtx ma nagħmilx riferenza għall-aspett tat- TRIPS agreement li semma' s-segretarju parlamentari għax, minkejja ħafna ftehim ieħor li għamilna riferenza għalihom, kemm minn naħa tiegħu u kemm minn naħa tiegħi, dan huwa forsi l-aktar ftehim multilaterali komprensiv f'dik li hija intellectual property.", "Interessanti li anke t-TRIPS agreement jagħmel enfasi kbira ħafna dwar il-ħtieġa ta' enforcement, u għalhekk qed nitkellem ħafna b'enfasi fuq l-enforcement għax sfortunatament, għalkemm il-liġijiet tagħna veru għandhom bżonn jiġu aġġornati, il-weakest link tagħna hija l-enforcement - mhux qed nitkellem fuq dan il-qasam biss iżda fuq kull qasam, ngħidu aħna, fejn għandu x'jaqsam ma' l-exhaust fumes tal-karozzi - u għalhekk importanti li jekk aħna rridu li nittieħdu bis-serjeta', mhux biss irridu naġġornaw il- liġijiet tagħna iżda importanti li l-enforcement ikun wieħed qawwi, wieħed li jaf bih kulħadd u wieħed li jdaħħal ċertu biża' ta' passi punittivi jekk wieħed ma jimxix mal-liġijiet tal-pajjiż.", "Il-copyright protection kif inhi għandha testendi għall- spressjonijiet u mhux kif semmejt iktar kmieni għall-ideat, proċeduri u affarijiet oħra simili.", "Il-provvedimenti għal computer programmes huma l-istess bħal xogħlijiet letterarji protetti taħt il-Berne Convention, u l- limitazzjonijiet li japplikaw għal xogħlijiet letterarji, ovvjament jistgħu jiġu applikati anke għal computer programmes.", "Fuq id-databases tajjeb li wieħed jgħid li l-istess protezzjoni għad-databases tapplika anke fejn databases jinkludu data li mhux soltu tkun protetta fiha nnifisha taħt il- copyright.", "Għalhekk il-provision li databases għandhom jiġu protetti tant hija wiesgħa li din tgħidlek li hija regardless mill-forma li jkun fiha, kemm jekk tkun database li hija machine - readable u anke jekk tkun database li tkun saret taħt xi forma oħra.", "Fuq dan is-suġġett hemm bżonn li niddeterminaw l-impatt ekonomiku tal-piraterija f'dan il-qasam u hawnhekk mhux qed nitkellem strettament fuq Malta imma qed nitkellem anke fuq linji internazzjonali.", "Fir-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tidher li miexja f'żewġ direzzjonijiet għax min-naħa tidher li miexja lejn l-armoniżżazzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali, mhux biss fuq copyright imma anke fuq trademarks, ċerti patents u ċertu biotechnology inventions, u anke lejn il-ħolqien ta' dawk li jissejħu unitary rights at community level, li hija l-community trademark.", "Dwar dan forsi jkollna ċans nitkellmu meta niġu għat-tieni liġi li tirrigwarda t-trademarks.", "Iżda l- Unjoni hija mħassba mhux biss għax titlef il-flus iżda għax ser titlef l- impjiegi.", "Fil-fatt dan l-aħħar sar eżerċizju ta' studju biex jaraw kemm intilfu jobs u sabu li b'kollox f'sena ntilfu madwar 100,000 impjieg minħabba l-piraterija li hemm fl-Unjoni Ewropea ta' diski, mediċini, tesseri, fwejjaħ, CDs u arloġġi.", "Min jaħseb li l-piraterija hija xi ħaġa li ssibha biss fl-Asja jkun sejjer żball għax anke fl-Unjoni Ewropea l- piraterija hija mifruxa ħafna, tant li tiswa ammont sostanzjali ta' telf ta' mpjiegi kif għadni kemm ikkwotajt ftit ilu.", "Aspett importanti li laqatni meta kont qed nagħmel ftit homework fuq din il-liġi, Sur President, huwa li minflok wieħed iħares lejn il-gvern biss biex jgħasses l-abbużi potenzjali f'dan il-qasam, dieħel il-kunċett ta' dak li jessejjaħ support għal private sector monitoring.", "Naħseb li hawnhekk ukoll importanti li mhux nippretendu li l-gvern biss jagħmel il-monitoring imma li jkun hemm set-up, framework, qafas, anke istituzzjonali, li fih ikollu input mis-settur privat.", "Fil-fatt barra minn Malta nsibu li jsir xogħol fejjiedi ħafna f'dan ir-rigward minn diversi trademark holders associations u anke dawk li jissejħu collecting societies, li mhux biss għamel riferenza għalihom is-segretarju parlamentari fl-intervent tiegħu imma hemm riferenza għalihom anke fil-liġi nnifisha.", "Importanti wkoll li jkun hemm taħriġ f'dan is-settur, li jiena semmejtu fil-bidu nett ta' l- intervent tiegħi, u naħseb li jekk għandna nikkopjaw xi ħaġa mill-Ewropa, hija proprju li jkun hemm programmi estensivi ta' taħriġ u kampanji intensivi biex iqajmu kuxjenza pubblika dwar dan is-settur li forsi ħafna jsibuh xott u settur forsi akkademiku wisq.", "Illum deħlin diversi aspetti, Sur President, li jiffaċilitaw kemm is- sigurta' u kemm l-awtentikar ta' affarijiet li jistgħu jkunu piratati.", "Għandek dawk li jissejħu security holograms, optical devices, smart cards, magnetic systems u microscopic labels.", "X'inhu l-għan ewlieni soċjali tal- ħarsien tal-copyright u d-drittijiet relatati miegħu?", "L-għan ewlieni huwa li jinkoraġġixxi u jippremja x-xogħol kreativ ta' min ikun ħolqu.", "Meta ngħidu xogħol kreativ mhux qed nitkellmu biss dwar id-drittijiet ta' l- awtur innifsu, għax jistgħu jkunu drittijiet tal-performer, attur, kantant, mużiċista, producer ta' phonogram records, sound recordings u broadcasting organisations.", "Meta jkollok intellectual property regime li qed jiffunzjona dan suppost - u nerġa ngħid suppost għax xejn ma jimxi bil- loġika, anke f'dan is-settur - jiffaċilita' t-trasferiment ta' teknoloġija f'diversi forom, ta' investiment dirett barrani, joint ventures jew ukoll permess ta' licensing.", "X'inhu l-importanti?", "L-importanti huwa li jkun hemm fine-tuning, billi wieħed joħloq bilanċ bejn l-interessi leġittimi ta' dawk li huma right holders u dawk li huma l-users u l-benifiċjarji ta' dan il-copyright.", "Illum li qed ngħixu f'soċjeta' ta' l-informatika, importanti iktar minn qatt qabel li jkollna qafas regolatorju ġenerali u flessibbli, adatt għall-information society li qed ngħixu fiha.", "Hemm bżonn li jkollna protezzjoni diġitali għal long demand transmissions, irridu nħarsu lejn id- distribution rights ta' l-awturi, nħarsu lejn l-impatt tal-multi - channel broadcasting u nħarsu wkoll lejn protezzjoni armoniżżata ta' dawk li huma drittijiet morali.", "Naf li bħalissa għaddejjin negozjati anke fi ħdan il- WIPO biex jipprovdu opportunita' ta' ftehim internazzjonali b'mod bilanċjat ma' l-armoniżżazzjoni tal-komunita' nnifisha.", "Meta aħna konna fil-gvern, Sur President, kellna konsultazzjonijiet mal- Kopjamalt, li hija a Maltese reproduction rights organisation, kemm għal dak li għandu x'jaqsam mal-copyright innifsu u kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni kollettiva tar-riproduzzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur li jeżistu f'pajjiżna.", "Issa peress li minn dak iż-żmien 'il hawn għaddew kważi tliet snin, naħseb ikun tajjeb li l-ministru fil-winding- up jaġġornana jekk sarux konsultazzjonijiet ma' din l-organiżżazzjoni lokali għad-drittijiet ta' riproduzzjoni ta' copyrighted material u jekk iva f'liema stadju waslu l-affarijiet.", "Qed ngħid hekk għax din hija organiżżazzjoni li, jekk niftakar sew, meta konna ltqajna magħhom way back fl-1996/1997, kienu spjegawlna kif l-għaqda kienet twaqqfet fl-1992 u kienu jiġbru fi ħdanhom diversi għaqdiet ta' ċerta importanza, bħal ngħidu aħna, l-għaqda letterarja, l-akkademja tal-Malti, il-press club, l-għaqda kittieba Maltin u anke l-photographers society.", "Għaqda bħal din taħdem b'diversi għanijiet, li tiżgura li taħdem fl-interessi tal-membri tagħha, li l-accounts ikunu kkontrollati u l-fondi miġbura jkunu mqassma kif suppost.", "Tir ieħor ta' dawn l-għaqdiet kien li anke jidħlu għal ċerta koperazzjoni ma' collecting societies li jeżistu barra l-pajjiż.", "Sal-lum ma kienx hemm organiżżazzjoni Maltija biex tmexxi d-drittijiet mekkaniċi ta' collective administration of rights u lanqas jidher li kien hemm organiżżazzjoni lokali li tamministra l-performing rights, imma naħseb kulma għandna sal- lum huwa aġent li jirrappreżenta l-performing rights society tar-Renju Unit.", "Għalhekk tajjeb li wieħed jara kif dawn l-affarijiet jistgħu jiġu msaħħa għall-benefiċċju tal-kompożituri lokali, ħalli anke dawn ikunu jistgħu jibdew jibbenefikaw mill-performing rights royalities li jinġabru f'dan il-pajjiż.", "Niftakar li meta konna ltqajna ma din l-għaqda huma stess kienu qalulna: Aħna ma rridux nidħlu fil-kwestjoni jekk Malta għandhiex tidħol fl-Unjoni Ewropea jew le, iżda kif narawha aħna, regardless mill-applikazzjoni Maltija għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-armoniżżazzjoni tal-copyright legislation tagħna ma' ċerti EU requirements għandha tiġi kkonsidrata abbażi tal-merti tagħha.", "Għalhekk il-gvern Laburista kien mexa f'din id- direzzjoni minkejja li tul is-snin dejjem kellu pożizzjoni ċara li ma jiffavorixxix sħubija fl-Unjoni bħala waħda mill-options tiegħu għall- ġejjieni.", "Nikkonkludi hawn, Sur President, ħalli nagħti ċ-ċans lill- kollegi tiegħi.", "Jiena ngħid il-liġi li għandna quddiemna hija liġi li kienet meħtieġa, saret taħt liema ċirkostanzi saret u saret għal liema raġuni saret, hija liġi li hija long overdue, liġi li għandha tinkorraġġixxi t-tkattir tal- kreativita', liġi li tħares id-drittijiet ta' l-awtur imma, kif semmejt aktar kmieni, testendi iktar minn hekk għax tinvolvi kompożituri, performers, l-era diġitali u diversi oqsma oħrajn.", "Nerġa ngħid ikun tajjeb li l-gvern, mhux issa iżda wara li jgħaddi l-liġi neċessarja, iniedi kampanja user - friendly li permezz tagħha ċ-ċittadin komuni, li forsi ftit jaf jew ftit jinteressaħ x'jinvolvi l-copyright, isir iktar konxju ta' x'inhuma d-drittijiet, id-dmirijiet u l-obbligi tiegħu, kemm bħala producer u bħala user tal-copyright.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, fis-seduti li ġejjin ħa naraw jittressqu quddiem dan il-parlament diversi abbozzi dwar protezzjoni ta' proprjeta' intelletwali.", "Fil-fatt għandna kemm iddiskutejna abbozz ta' liġi li jagħti ċerta protezzjoni f'dan il-qasam.", "Fis-seduti li ġejjin, apparti din tal- copyright, ser naraw anke abbozzi oħrajn fuq trademarks u anke fuq patents.", "Ħafna drabi dawn it-termini nitfixkluhom u nużawhom ħażin, qisu waħda tfisser l-oħra, imma fir-realta' kull waħda għandha postha, għalkemm kollha jistghu jinġabru taħt l-umbrella tal-proprjeta' intelletwali.", "Niġu issa għall-copyright.", "Sal-lum kellna leġislazzjoni li kienet il-Copyright Act, pero' meta wieħed jaqra x'fih l-abbozz li għandna quddiemna - u anke l-abbozzi l-oħra li semmejt - jinnota li bdejna nqalbu ftit il-qiegħa.", "Huwa veru li bħala kunċett dan l-abbozz huwa wieħed tajjeb u li minħabba t-teknoloġija li qed tiżviluppa wieħed irid jagħti aktar saħħa f'din id-direzzjoni, pero' ma nafx kienx hemm il-bżonn li ssir liġi ġdida jew setgħetx tissaħħaħ il- Copyright Act eżistenti.", "U meta wieħed iqabbel dak li għandna quddiemna ma' dak li hemm diġa', naħseb li jasal għall-konklużjoni li donnu l-gvern xtaq jibgħat xi messaġġ barra minn xtutna dwar id-direzzjoni li miexi fiha, biex jaġġorna ċerti liġijiet in konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' pajjiżna għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid li dawn huma kunċetti tajbin u aħna wkoll naqblu li għandhom bżonn jissaħħu u anke jinżammu aġġornati għaż-żmenijiet tal-lum, iżda rridu noqogħdu attenti f'dak li nagħmlu.", "Qed ngħid hekk għax ikun inutli li wieħed iressaq abbozzi tekniċi li sfortunatament ħafna drabi the common man in the street isibhom tedjanti u allura ma jsegwihomx.", "Mr Speaker, f'din il-liġi hemm madwar 13-il taqsima, li wħud minnhom ġew spjegati mis-segretarju parlamentari fl-introduzzjoni li għamel.", "Illum il- kunċett tal-copyright huwa ferm iktar wiesa' milli kien sa ftit żmien ilu.", "Il-copyright kien jitqies bħala forma ta' protezzjoni għall-kreativita' tal- bniedem u huwa marbut ma' l-intellett, mal-kreativita' u mal-kapaċita' tal- bniedem li joħloq xi ħaġa.", "Jiena ngħid li din hija ħidma favur is-soċjeta' in ġenerali, għaliex il-kreativita' timbotta lis-soċjeta' biex timxi 'l quddiem, iżda fl-istess ħin għandu jkun hemm liġijiet li jgħinuna biex infasslu.", "Fil-fatt il-copyright hija proprjeta' intanġibbli u oriġinarjament kienet meqjusa għall-kotba u għal-letteratura.", "Illum dawn l- affarijiet kibru u għandek magazines, mapep u affarijiet bħal plays, motion pictures, televiżjoni, computer software, pittura, ritratti, skulturi, kompożizzjonijiet mużikali u ħafna affarijiet oħra.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa mingħajr limiti.", "Il-copyright tipprova tħares id-drittijiet tal- publisher, ta' l-awtur jew ta' sid il-kreazzjoni intelletwali.", "Ovvjament wieħed jiltaqa' ma' ċerti diffikultajiet għax waqt li jrid jinżamm il- bilanċ fit-tixrid tal-kreativita' fis-soċjeta' in ġenerali, fl-istess ħin trid tingħata l-protezzjoni xierqa għal dak li jikkrea l-bniedem.", "Fil-fatt meta tiġi għall-copyright jinqalgħu b'mod l-iktar enfatiku dawn it-tip ta' diffikultajiet.", "Dan qed ngħidu għax sakemm idea ma tkunx waslet f'xi forma tanġibbli, din tkun għadha xi ħaġa in arja u allura ma tkunx tista' tiġi protetta.", "L-istess jista' jingħad għall-ismijiet, għax ma tistax tagħti copyright għall-isem, kemm ta' individwu, kemm ta' lokalita' kif ukoll ta' xi titlu.", "Qed ngħid dan għax huwa importanti li l-liġi li għandna quddiemna tagħti definizzjonijiet ċari f'dawn l-oqsma.", "Fil-fatt l-ewwel taqsima ta' dan l-abbozz hija proprju ntiża għad-difinizzjonijiet u naħseb li din hija ħaġa tajba.", "Meta niġu għat-tieni taqsima tal-copyright, wieħed jara li d-drittijiet ta' l-awtur huma spjegati b'mod l-aktar speċifiku.", "Jekk wieħed iqabbel l- liġi li sal-lum għada fis-seħħ ma' dak li qed jiġi propost jinnota li hemm l-istess affarijiet, bid-differenza li ċerti xogħlijiet bħal sound recordings u broadcasts issa qegħdin jitpoġġew taħt taqsima partikolari u qed insejħulhom drittijiet relatati jew neighbouring rights.", "Qed naraw ukoll żieda importanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' databases.", "Illum it- teknoloġija tal-computer u ta' l-internet tant hi żviluppata li ħolqot kwantita' ta' possibilitajiet u opportunitajiet għal kwalunkwe soċjeta' u individwi u għalhekk huwa importanti li jkun hemm il-protezzjoni.", "Għalkemm jinqalgħu diffikultajiet, kif spjega tajjeb il-kelliem ta' qabli, dik tad- databases hija ċertament area li għandha tiġi protetta u wieħed irid jaħdem iktar fuqha.", "Jien ngħid li apparti li dawn qed jiġu introdotti f'dan l- abbozz partikolari, wasal iż-żmien li pajjiżna jikkonċentra aktar fuq data information u data collection, billi forsi tiġi introdotta leġislazzjoni partikolari li tindirizza dan il-qasam.", "Huwa veru li b'dan il-mod jista' jkun hemm ċertu overlapping imma madanakollu wieħed jawgura li f'dan il- qasam naraw aktar affarijiet li jtejbu s-sitwazzjoni.", "Mr Speaker, huwa importanti wkoll li jkun stabilit perijodu ta' protezzjoni għad-drittijiet favur l-awtur, inkella wieħed jista' jkun fil- periklu li ma jkunx jaf jekk huwiex se jinfrinġi l-copyright jew le u anke jinżamm lura f'dak li jista' jmexxi 'l quddiem.", "Fil-fatt l-infringements jidhru elenkati f'artiklu 7 ta' dan l-abbozz u dawn huma r-riproduzzjoni, is-self, forma ta' renta jew kiri, id-distribuzzjoni, l-emendi, ix-xandir u l-wiri.", "Hawnhekk wieħed jasal għal dawk li huma drittijiet morali ta' l- awtur, li fejn, per eżempju, bniedem ikun ingħata drittijiet li jirriproduċi jew li jerġa' jippubblika xogħol li jkun bil-copyright, pero' ma jkollux dritt li jagħmel tgħawwiġ ta' dak li ġie protett.", "Dan qed ngħidu għax biex verament copyright tkun qed tingħata t-tifsira li għandha bżonn, ir-riproduzzjoni trid tkun forma leali u mhux taqbad u ddawwar dak li oriġinarjament kien fl-intenzjoni ta' l-awtur.", "Niġu għat-taqsima fuq id-drittijiet relatati.", "Taħt din it-taqsima ġew introdotti persuni fl-ispettaklu, produtturi u anke xandara.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li ma tistax tiġi evitata pero' jiena ma nafx għaliex dawn tpoġġew f'taqsima partikolari u ma nafx x'differenza ser tagħmel minn dik li kien hemm qabel, madankollu naħseb li x-xandir u d-dinja ta' l- ispettaklu huma varjeta' enormi u żgur li jixraq li tingħatalhom protezzjoni.", "Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li dawn it-tip ta' drittijiet jistgħu jiġu ttrasferiti u għandhom jitqiesu bħala proprjeta' immobbli, jiġifieri daqslikieku dawn kienu proprjeta', xi biċċa art jew xi ħaġa simili.", "Il-copyright jista' saħansitra jintiret permezz ta' testment u dispożizzjonijiet testamentali u anke permezz ta' xi liċenza għad- drittijiet.", "L-abbozz jitkellem fuq żewġ oqsma partikolari li diġa' semmejt, fejn wieħed għandu x'jaqsam ma' databases u l-ieħor mal-computers.", "Il-computer jippermetti lil dak li jkun li jagħmel downloading ta' dak li hemm storjat fil-memory tal-computer, apparti l-kapaċita' li għandu ta' storage ta' volumi sħaħ fi spazju relattivament żgħir.", "Dawn huma l-attrazzjonijiet tal- computer, pero' wieħed irid isib il-bilanċ li meta jiġi biex jikkopja fuq diskette irid ikollu l-liċenza.", "Jien ngħid li f'Malta hawn proporzjon wisq żgħir ta' nies li jużaw programmi bażiċi oriġinali li huma liċenzjati.", "Anke meta tmur għand l-aġent biex issewwi l-computer, dan jispiċċa biex jitolbok għal-liċenza għax jistħi jgħidlek li huwa mhux liċenzjat.", "Dawn huma realtajiet li jeżistu u għalhekk irridu nenfasizzaw proprju fuq il- liċenzjar ta' software u affarijiet marbutin mat-teknoloġija.", "Dritt sui generis ieħor partikolari li semma' l-ministru huwa t- topografija ta' prodotti semi-conductors.", "Hawn Malta għandna l-St.", "Microelectronics, nofs l-esportazzjoni tal-pajjiż ħierġa minn hemm u allura żgur li hawn interess li tingħata protezzjoni simili.", "L-abbozz jitkellem ukoll dwar kontravvenzjonijiet imma sfortunatament dawn ser jkunu puniti skond skala preskritta mill-ministru u għad m'għandna xejn quddiemna f'liema direzzjoni mexjin.", "Jekk ikun hemm mala fede din tista' tinkludi r- restituzzjoni tal-qligħ - u din hija ħaġa sewwa - għalkemm bniedem li jkun abbuża mid-dritt tal-copyright ta' xi ħaddieħor jista' jibqagħlu l-qligħ fil-but u dan jista' jkun punit ukoll.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa importanti li niftħu iktar din il-branka.", "Meta nitkellmu fuq infringements, wieħed bilfors irid iħares lejn infringements fuq drittijiet intelletwali u waħda mill-ewlenin hija dik li jgħidulha abduction.", "Dan huwa każ meta wieħed jaqbad xogħol li tkun ipproduċiet persuna oħra u jipprova jgħaddih daqslikieku kien xi biċċa xogħol tiegħu.", "Bil-mezzi teknoloġiċi li għandna llum il-piraterija saret xi ħaġa aktar faċli u għalhekk importanti għalina li jkun hemm protezzjoni għal dawn it-tip ta' drittijiet, għalkemm illum nafu li b'photocopiers u video recorders wieħed faċilment jista' jdur mal- liġi, u diffiċli ħafna li wieħed jikkontrolla dawn l-abbużi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet ta' brands u żgur se jkollna ħafna iktar x'ngħidu dwar dan fil-liġi dwar it-trademarks, b'mod partikolari anke f'dak li jaffettwa l-qasam tal-kummerċ u tan-negozju.", "Mr Speaker, diġa' saret riferenza għall-konvenzjonijiet ta' Berna u ta' Ġinevra, u nista' nżid dik ta' Buenos Aires u l-Pan-American Convention li kienet tfasslet fl-1910.", "Tajjeb li jingħad li llum kollox huwa taħt l- umbrella tal-WIPO, il-world intellectual property organisation, li kif spjega tajjeb is-segretarju parlamentari, hija aġenzija internazzjonali li taħdem biex jiġu protetti d-drittijiet legali ta' invenzjonijiet, trademarks u kreazzjonijiet oriġinali.", "Fil-fatt il-WIPO tippromwovi agreements internazzjonali li jikkonċernaw il-copyright, bħal patents, trademarks, kreazzjonijiet oriġinali ta' kull tip li wieħed jista' jimmaġina, u fl-istess ħin tforni ċerta informazzjoni teknoloġika u assistenza għal pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.", "Din l-aġenzija speċjali, li l-bażi tagħha tinsab f'Ġinevra, illum tifforma parti mill- United Nations u għandha mseħbin fiha aktar minn 110 pajjiż.", "Din l- organizzazzjoni bażikament tamministra żewġ trattati li kienu ġew iffirmati fit-tmeninijiet u li sal-lum huma s-sisien tal-protezzjoni.", "Fil-fatt wieħed mit-trattati huwa mmirat għall-copyright, filwaqt li l-ieħor aktar għandu x'jaqsam ma' patents, trademarks, kreazzjonijiet oriġinali u oħrajn.", "Naturalment jinqalgħu polemiċi f'każ ta' infringements u kontravvenzjonijiet u għalhekk twaqqaf bord - dan kien jeżisti wkoll anke taħt il-liġi preċedenti - li huwa fformat minn maġistrat jew avukat li jkun ilu fil-prattika għal mhux anqas minn seba' snin bħala chairman, żewġ membri u anke sostituti partikolari.", "Mr Speaker, bażikament jiena dort dawra fil-qosor dwar il-punti li wieħed seta' jqajjem fuq din il-liġi.", "L- appell tiegħi huwa l-enfasi fuq l-awareness min-naħa tal-pubbliku.", "Sfortunatament il-konsumatur lokali għadu jippreferi li jkollu oġġett li jkun pirated għax isibu ħafna orħos u anke aktar reachable.", "Allura biex tkun effettiva l-copyright, irridu nuru lill-konsumatur illi veru tista' tħallas irħas għall-prodott imma dan jista' joħloqlok diffikultajiet oħrajn.", "Jekk il-konsumatur ma jkunx konxju, ħafna drabi jaqa' fin-nassa ta' min irid iqarraq u ta' min irid jagħmel qligħ faċli.", "L-appell tiegħi m'huwiex biss għal dak li għandu x'jaqsam mal-copyright imma anke għal abbozzi oħrajn li għad iridu jittressqu quddiem din il-Kamra in konnessjoni mat-trademarks u l-patents.", "Għandha ssir kampanja li tikkonċerna b'mod partikolari l-konsumatur, dwar il-bżonn li tingħata protezzjoni xierqa għall-kreativita' u x-xogħol ta' dawk in-nies li jkunu mpenjaw ruħhom fih fis-soċjeta'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kritika fundamentali li ssir għal liġijiet bħal dawn, kemm dawk ispirati mill-mudell Amerikan kif ukoll dawk li huma ispirati mill-mudell ta' l-Unjoni Ewropea, hi li jsir ħafna kliem li dawn il-liġijiet qegħdin hemm biex jipproteġu l-kittieba u lil min hu fil-qasam tal-kreazzjoni kulturali, iżda meta wieħed jiġi biex janalizza fil-fond isib li fl-aħħar snin l-enfasi ċċaqalqet mil-lat tal-kreazzjoni għal fuq il- kummerċjalizzazzjoni tal-kreazzjoni, ċioe' għal fuq l-interessi kummerċjali ta' l-industrija ta' l-informazzjoni u l-industrija tal-kultura u tad- divertiment.", "Qed ngħid dan għax kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Unjoni Ewropea ssir il-kritika li l-aktar lobby organizzat fil-qasam tal-kreazzjoni kulturali hu proprju dak ta' l-industrija u mhux tal-kittieba, tal-performers jew ta' dawk li joħolqu.", "Dan għaliex proprju l-industrija tieħu dawk ix-xogħlijiet letterarji, xogħlijiet ta' spettaklu u xogħlijiet kreattivi u tikkummerċjalizzahom.", "Fil-fatt din il-liġi l-aktar li tipproteġi hija l- industrija li tikkummerċjalizza t-tagħrif, l-attivita' kulturali u l- kreazzjonijiet.", "Fil-fehma tiegħi, kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Unjoni Ewropea, u anke f'pajjiżna, il-leġislaturi mxew 'il quddiem biex jipproteġu l-interessi kummerċjali ta' l-industrija f'dan il-qasam u kważi m'għamlu xejn biex jipproteġu l-interessi ta' dawk li jkollhom sehem mill-proċess tal-kreativita' u l-proċess tal-produzzjoni kulturali.", "Dan qed ngħidu għax għandna bżonn li ngħaddu liġijiet li bihom noħolqu klima - għax mhux biżżejjed li tgħaddi liġijiet imma trid toħloq ukoll il- klima - li tgħin biex ikun hawn aktar kreazzjonijiet kulturali.", "Waqt li nagħmlu tajjeb li nipproteġu d-drittijiet tal-pubblikaturi u d-drittijiet ta' l-awturi, irridu nħarsu wkoll drittijiet oħra.", "Wara kollox għandna linji gwida fuqiex nistgħu nimxu, anke mill-UNESCO stess, per eżempju fil- qasam tal-kotba.", "Hemm proposti fuqhiex wieħed jista' jaħdem biex ikun hemm sistemi ta' proposti leġislattivi u anke ta' inċentivi finanzjarji u ekonomiċi biex issaħħaħ il-produzzjoni tal-kotba, l-industrija awdjo-viżiva u l-produzzjoni tas-software.", "Jiġifieri waqt li nagħmlu tajjeb li nipproteġu d-drittijiet ta' l-industrija li qed tikkumerċjalizza l- kreazzjonijiet u l-produzzjonijiet kulturali u artistiċi jkun tajjeb jekk nibdew naħsbu wkoll bis-serjeta' fuq proposti kemm leġislattivi kif ukoll ta' natura oħra biex insaħħu l-proċess ta' kreazzjoni biex dak li jkun ikollu klima favorevoli u biex anke jiġi riċepit u aċċettat.", "Bir-raġun meta kien qed jitkellem is-segretarju parlamentari, semma' anke l- importanza ta' dan l-abbozz għall-wirt kulturali tal-pajjiż.", "Jiena nixtieq nagħmel żewġ punti dwar dan il-qasam u rrid nitkellem dwar is-sitwazzjoni tal-biblijoteka u dik ta' nuqqas kbir ta' arkivju ta' materjal awdjo-viżiv.", "Jekk m'aħniex se nieħdu ħsiebhom, lanqas l- industrija m'hi se jkollha x'tipproduċi biex ikollna liġijiet biex jipproteġuha.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jintilfu dawn il-prodotti u ma jagħmilx sens illum li ma jkollniex arkivju awdjo-viżiv.", "Hemm bżonn li jibda jinbena arkivju serju ta' materjal awdjo-viżiv għaliex ma jistax ikun li jkollna biss materjal miktub.", "Dwar il-biblijoteka rrid ngħid li hemmhekk hemm żvilupp li fil-fehma tiegħi huwa ħażin ħafna u perikoluż u nispera li għadna fil-ħin biex jiġi reversed.", "Qed ngħid għad-deċiżjoni bla sens li ttieħdet li jiġi żarmat il-unit ta' restawr ta' kotba fil- biblijoteka u jiġi ttrasferit lejn iċ-ċentru ta' restawr f'Ta' Bighi.", "Jekk dan it-tagħmir se jittieħed Bighi, x'se nagħmlu bil-kotba li għandna bżonn nieħdu ħsieb fil-biblijoteka?", "It-teżori kbar li għandna rridu nieħdu ħsiebhom bis-serjeta' u hija ġennata li minn hawn u ftit ieħor il- bookbinders li hemm fid-dipartiment tal-biblijoteka se jsiru restawraturi u mhux se jkollhom equipment fuq xiex jaħdmu.", "Jiena nistaqsi wkoll fuq il-legalita' ta' pass bħal dan.", "Jista' equipment tar-restawr tal-biblijoteka, li huwa proprjeta' pubblika u proprjeta' tal-gvern, jittieħed fiċ-ċentru ta' restawr f'Bighi?", "Dan jafu li ma jistgħux jagħmluh pero' ingħatalhom parir legali li dan l-equipment jiddikjarawh bħala surplus u allura jkun jista' jittieħed Bighi.", "Din hija ġennata.", "Kif tista' tiddikjarah surplus meta dak l-uniku equipment li għandna?", "Dan l-equipment se jiġi ttrasferit għal Bighi biex inkomplu niżviluppaw il-megalomania ta' dak li jekk ma jagħtix il-permess hu, ma jsir l-ebda xogħol ta' restawr!", "Din hija ġennata u nispera li għadna fi stadju li din id-deċiżjoni ma titteħidx għax din se tagħmel ħsara kbira.", "L- impjegati li hemm il-biblijoteka huma mpjegati tal-gvern u dawn mhux se jmorru ċ-ċentru ta' restawr għax għadhom lanqas biss jafu x'entita' hi.", "Minħabba f'hekk iċ-chief restorer u erba' restorers li hemm fil-biblijoteka se jispiċċaw mingħajr equipment u barra minn hekk ta' min jgħid ukoll li f'Ta' Bighi m'hemmx min jużah.", "Din hija ġennata mil-kbar nett, pero' nixtieq issa nsemmi xi punti oħra fuq il-biblijoteka.", "F'dawn l-aħħar xhur sar xogħol ta' installazzjoni ta' fire-fighting equipment fil-biblijoteka, pero' dan ix-xogħol mhux qed isir taħt is- sorveljanza teknika meħtieġa biex isir bis-serjeta'.", "Is-sajf li għadda nfaqa' pipe ta' l-ilma u b'riżultat t'hekk xi 400 ktieb saritilhom il-ħsara u kellu jsir xogħol estensiv ta' restawr fuqhom.", "Sirt naf ukoll li qed jgħaddu pajpijiet li taħthom hemm kotba u dokumenti imprezzabbli, jiġifieri jekk ikun hemm xi leakage dawn se jixxarbu.", "Aħna nafu li l-linka wżata f'ħafna mid-dokumenti li għandna diġa' hija problema fiha nnfisha.", "Din toħloq reazzjoni kimika li therri l-materjal li tkun użata fuqu u allura rridu noqogħdu aktar attenti biex nirrestawraw li għandna.", "Għandna wkoll nikkonservaw dan il-wirt kulturali biex ngħadduh f'forma elettronika għal ta' warajna.", "Apparti minn hekk huwa importanti li dak ix-xogħol li qed isir hemmhekk isir taħt sorveljanza.", "Jiena ma rrid nitfa dubji fuq ħadd imma li jkollok nies li qed jgħaddu s-sistemi tat-tifi tan-nar u jpejpu qalb dawk il-kotba fil-melitensia tal-biblijoteka hija ġennata perfetta.", "Fejn għandek dawk id-dokumenti imprezzabli, ma tagħmilx sens li n-nies jidħlu u joħorġu.", "Wara kollox diġa' għosfru mill-biblijoteka ta' Malta ħafna dokumenti importanti li sabu ruħhom jew f'kollezzjonijiet privati jew għand nies biex ikabbru l-wirt finanzjarju tagħhom.", "Dawn l-affarijiet irridu nieħdu ħsiebhom u nkunu serji fihom.", "Nerġa nappella biex id- deċiżjoni li ttieħdet fuq l-equipment tiġi reversed għax ser tagħmel ħafna ħsara.", "Issa niġi għall-bżonn li nibnu arkivju awdjo-viżiv.", "Li f'pajjiżna nibdew naħsbu bis-serjeta' biex ikollna arkivju tal- prodotti awdjo- viżivi hija responsabilita' ta' min imexxi x-xandir pubbliku, ta' min imexxi l-istazzjonijiet privati u anke ta' entitajiet oħra.", "Sfortunatament ħafna materjal tal-PBS ta' żmien Xandir Malta u ta' żmien ir-Rediffusion diġa' meqrud.", "Jiena naf nies li marru biex jagħmlu riċerka fuq nies li kienu reġistrati fuq tapes u qalulhom li dawn it-tapes ma jafux fejnhom.", "M'għandniex nibqgħu nerfgħu biss materjal miktub u materjal dokumentat għax dan huwa mod ristrett ħafna ta' kif aħna rridu nibnu l-memorja storika ta' dan il-pajjiż.", "Hawnhekk nieħu l-okkażjoni biex insellem lil min qiegħed imexxi l-arkivju li għandna Santu Spirtu, ir- Rabat, għaliex minkejja li żgur li jixtieq li jkollu riżorsi ħafna aħjar milli għandu, qed jagħmel biċċa xogħol tajba.", "Pero' rrid ngħid li rridu nieħdu bis-serjeta' x'qed jiġri fil-melitensia tal-biblijoteka għax hemmhekk għandna problemi serji.", "Jiena ma nistax nifhem x'inhi r-raġuni li l-Ministru Louis Galea ma reġax ħatar il-bord ta' nies li kellna - nies li żgur li ma għażilnihomx fuq il- lealta' politika tagħhom, għax ħafna minnhom kieku lanqas konna nagħżluhom - u kulmin jagħmel riċerka fil-qasam ta' l-istorja u juża l-biblijoteka huwa skantat u skandalizzat b'dak li qed jiġri u bid-deċiżjoni li ttieħdet.", "Il-persuna li ħadet over fit-tmexxija tal-biblijoteka għandna ħila amministrattiva imma m'hijiex persuna teknikament kompetenti fil-qasam biblijotekarju u allura aħna konna ħtarna bord ta' tmexxija biex jissorvelja x'qed jiġri u jara li l-affarijiet mexjin sew.", "Iżda l- ministru, fis-sapjenza kbira tiegħu, għal xi raġuni li jafha hu biss, dan il-bord ħallih jiskadi u ma reġa' ħatar xejn minfloku.", "Minħabba f'hekk illum kollox jinsab mitluq u kollox fi stat skandaluż.", "Mr Speaker, ħaġa li s'issa ma ssemmietx fid-diskussjoni hija li jkun tajjeb li nipproteġu l-informazzjoni u naraw kif nieħdu passi biex nipproteġuha.", "F'pajjiżna għandna nuqqas totali ta' strateġija ta' kif nużaw u naħżnu l-informazzjoni.", "Għandna problemi serji wkoll bil-liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' x'għandna nżommu bħala informazzjoni.", "L- inventarji u l-arkivji ta' dipartiment tal-gvern u postijiet oħra pubbliċi qed jinfaqgħu b'materjal, karti u informazzjoni li għandha tinżamm u ħafna informazzjoni li għandha tintrema.", "Min qiegħed fil-postijiet fejn hemm l- inventarji ma jaf xejn.", "Barra minn hekk m'hemmx policy fuq x'inżommu u x'ma nżommux.", "Li qed jiġri hu li s-sitwazzjoni m'hijiex kontrollata u jidher li m'hemm l-ebda inizjattiva fuq ix-xefaq biex naraw x'informazzjoni se nżommu għall-arkivji u kif se nagħmlu biex inżommuha.", "Aħna konna ġibna xi nies bl-għajnuna tal-bank ċentrali, li kienu għamlu proposta ta' kif għandhom isiru l-affarijiet, pero' kien hemm xi kapijiet taċ-ċivil li ma xtaqux li dawn l-esperti jersqu lejhom għax kienu jindunaw bit-taħwid u bil- konfużjoni kbira li hemm fil-mod kif jinżammu d-dokumenti.", "Jiena nappella biex naraw x'se nagħmlu għax is-sitwazzjoni hija bla kontroll u għandna konfużjoni sħiħa.", "M'għandniex naħsbu li għax issa daħħalna l-computer terminals solvejna l-problema kollha.", "Ħafna mit- terminals u l-internet mhux qed jintużaw biex jagħmlu xogħol tal-gvern u naf li hemm ministri li huma nkwetati fuq l-użu eċċessiv ta' l-internet u l- logħob tal-karti li jsir fuq dawn it-terminals.", "Li naf żgur hu li ntefqu miljuni ta' liori biex nikkomputerizzaw is-sistemi tagħna, imma billi takkwista l-hardware u billi tagħmel terminal fuq l-iskrivanija b'daqshekk ma jfissirx li għamilt il-bidliet kulturali meħtieġa biex dak il-computer isir għodda importanti fil-ġbir, fl-ipproċessar u fit-tqassim ta' l- informazzjoni.", "Dan jidher, per eżempju, mill-mistoqsijiet parlamentari li nagħmlu.", "Li kieku għandna sistema vera ta' database u ta' komputerizzazzjoni tat-tagħrif, kieku t-tagħrif kollu jingħata.", "Aħna nfaqna miljuni kbar ta' liri fil-computers u sadanittant ħafna materjal għadu jinġabar manwalment minn fuq il-cards u jekk tistaqsi lill-kap taċ- ċivil kemm għandu ħaddiema fuq il-kotba tiegħu, bis-sinċerita' naħseb lanqas ikun jista' jwieġeb.", "Mr Speaker, inċidentalment illum suppost kellu jsir xi forma ta' ċensiment biex ikunu jafu kemm hawn impjegati tal-gvern fuq il-kotba tiegħu, qalulhom biex ma jeħdux leave u f'ċerti dipartimenti kellhom jgħoddu manwalment kemm jidhru ħaddiema fuq il-kotba taċ-ċivil, u dan meta aħna investejna miljuni kbar ta' liri fil-computers.", "Nerġa' ngħid li dan juri li l-akkwist tal-hardware m'huwiex biżżejjed biex iddaħħal bidla kulturali fil-pajjiż, għax irid ukoll ikun hemm taħriġ ta' kif tuża l- computer u jrid ikun hemm ukoll strutturi ta' management ta' x'se tagħmel b'dik l-informazzjoni u kif se tużaha.", "F'dan jiena nara vojt kbir.", "Nerġa' ngħid li tajjeb li jgħaddu liġijiet bħal din imma rridu naraw anke l- affarijiet f'qafas aktar ġenerali.", "Mr Speaker, is-segretarju parlamentari semma' il-piraterija u li aħna għamilna żmien mhux ħażin magħrufin għall-piraterija.", "Inċidentalment wieħed mill-ewwel kotba deskrittivi li għandna dwar Malta nkiteb madwar 450 sena ilu u jitkellem fuq kemm Malta kienet magħrufa għall-pirati, dwar kif serviet bħala bażi ta' pirati u dwar il-fatt li għamilna sekli ngħixu b'dan il-mod.", "Ma konniex weħidna u lanqas illum m'aħna weħidna.", "Waqt li l- pajjiżi avvanzati jagħmlu kjass mhux ħażin fuq il-pajjiżi li qegħdin jżviluppaw, fuq is-serq u fuq il-pirateriji, ta' min wieħed isemmi li, per eżempju, anke fl-Istati Uniti stess, 29% tal-mużika li tinbiegħ fl-Istati Uniti għall-valur ta' xi Lm130 miljun huma prodotti pirated.", "Fir-Russja mbagħad hemm xi 62%, b'valur ta' Lm180 miljun li huma piratati.", "Interessanti wkoll il-fatt li anke fl-Unjoni Ewropea nnifisha, li daħħlet liġijiet biex tħares dawn l-affarijiet, insibu li l-piraterija hija qawwija ħafna.", "Per eżempju, l-illegalita' fil-Greċja tavviċina s-26%.", "Il-ksur tal- liġijiet f'dan il-qasam fi Spanja huwa ta' 74% u fl-Irlanda huwa ta' 71%.", "Dawn huma pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u din qed insemmiha għax kultant tiltaqa' ma' nies li jgħidulek li biex aħna nsiru ċivilizzati hemm bżonn nissieħbu fl-Unjoni.", "Qed ngħid dan għax fl-Unjoni - u hemm min ilu mill- bidu, bħall-Italja - jinbiegħu ħafna prodotti tal-piraterija.", "Per eżempju, f'pajjiżna hawn tip ta' piraterija permezz ta' satellita li tinħadem l- Italja.", "Qed ngħid dan biex ma jkollniex konklużjonijiet mgħaġġlin u faċli li għax sempliċement tidħol fl-Unjoni Ewropea f'daqqa waħda se ssir ċivilizzat, se tibda tħares il-liġijiet u se tibda timxi kif suppost.", "Hemm inħawi sħaħ fl-Unjoni Ewropea fejn għadhom 'il barra mill-qafas tal- legalita'.", "Wara kollox ma tistax tbiddel lilek innifsek sempliċement għax tidħol f'xi organizzazzjoni imma t-tibdil jrid isir b'mod intern.", "Barra minn hekk, l-infurzar tal-liġijiet huwa importanti daqs it-tfassil tajjeb tagħhom.", "Aħna f'pajjiżna ninqalgħu mhux ħażin biex infasslu liġijiet imma mbagħad x'ħin niġu biex ninfurzawhom ħafna drabi nfallu.", "Jekk ma jkunx hemm ir-rieda politika li tħaddem il-liġijiet għalxejn niġu hawnhekk ngħaddu l-liġiijet.", "Jissemma' wkoll li l-industriji li jipprovdu l-informazzjoni jħossu li għandhom bżonn il-protezzjoni, jafu li l-liġijiet mhux biżżejjed u li huma stess qed jiżviluppaw teknoloġiji biex kemm jista' jkun jaqtgħu mill-użu illegali tal-prodotti tagħhom.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li qed tinkwetahom hi li l-użu ta' teknoloġji biex tikkontrolla l-abbuż u anke l-liġijiet jistgħu jagħmlu l-prodotti tagħhom inaċċessibbli jew għax jiġu jiswew ħafna jew għax ikun diffiċli biex tużahom.", "Barra minn hekk, fuq livell internazzjonali hemm id-differenza bejn pajjiżi sinjuri u pajjiżi fqar, u l-vantaġġ tat-teknoloġija jista' jkun fattur li aktar milli se jressaq il-pajjiżi lejn xulxin, aktar se jservi biex tiżdied id-differenza fuq livell internazzjonali bejn pajjiż u ieħor.", "Dan qed ngħidu għax dawk li jipproteġu l-prodotti kultant ikunu nkwetati minħabba li minn banda jista' jkollhom prodott inaċċessibbli, minħabba l-protezzjoni, u mill-banda l-oħra jridu jaqtgħu l-abbuż.", "Barra minn hekk għandhom wkoll il-problema li jinħadmu l-istess prodotti, s'intendi mhux dejjem ta' l-istess kwalita', f'locations differenti, fejn il-prezz joħroġ b'orħos.", "Din il-ħaġa toħolqilhom problemi għaliex huma stess qishom qed iwaqqgħu l-ġebla fuq saqajhom għaliex qed jirrestrinġu s- suq tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru ta' l-Intern biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, l-Erbgħa, 22 ta' Marzu fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Grazzi Mr Speaker.", "Xtaqt li l-ftit ħin li għandu niddedikah għal xi inizjattivi taż-żgħażagħ li nħoss li l-fatt li llum l-għada tal-jum nazzjonali taż-żgħażagħ, allura nista' ngħid għadni relevanti biex nitkellem dwaru.", "Inizjattivi ta' żgħażagħ li jseħħu f'pajjiżna bis-saħħa ta' numru sostanzjali ta' nies ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, xtaqt li l-ftit ħin li għandi llum niddedikah għal xi inizjattivi taż-żgħażagħ - il-bieraħ kien il-jum nazzjonali tagħhom - li jseħħu bis-saħħa ta' numru sostanzjali ta' nies dedikati li qed jagħtu ħafna mill-ħin ħieles tagħhom b'sagrifiċċju personali, mingħajr ħlas naturalment, u anke ħafna drabi wkoll b'sagrifiċċju għall-familja tagħhom.", "Qed nirriferi partikolarment għall- ħidmiet li jwettqu l-girl guides association f'Malta, li dan l-aħħar kelli l-opportunita' li nattendi żewġ attivitajiet tagħhom.", "Waħda minn dawn l- attivitajiet kienet dik li sejħulha t-thinking day, fejn ġabru t-tfal kollha membri ta' l-assoċjazzjoni fi Pjazza San Ġorġ, proprju hawnhekk quddiemna.", "Din kienet attivita' kulturali u ta' edukazzjoni, kienet attivita' mill-isbaħ u jiena personalment nista' ngħid li rajt entużjażmu mhux biss fit-tfal infushom imma anke fl-istess adulti li jieħdu ħsiebhom.", "Xtaqt nitkellem proprju fuq ix-xogħol li qed tagħmel il-girl guides association għaliex inħoss li rridu nkunu aħna li nġibu assoċjazzjoni bħal din għall-konoxxenza ta' kulħadd.", "Wara kollox m'hemmx dubju li l-ħidma sfieqa li qegħda twettaq din l-assoċjazzjoni se tħalli effett enormi 'l quddiem fost iż-żgħażagħ li għada pitgħada se jkunu ċ-ċittadini u l- mexxejja ta' pajjiżna.", "Attivita' oħra li attendejt riċentement tal-girl guides association xi ħmistax-il ġurnata ilu kienet proprju l-international convention li fil- fatt saret ġo lukanda f'Malta, convention marbuta ma' inizjattivi edukattivi ġodda li fil-fatt il-girl guides association se tkun qed tniedi fis-snin li ġejjin.", "Irrid ngħid li din kienet konvenzjoni interessanti immens, fejn għal darb' oħra wieħed seta' jara l-entużjażmu tal-mexxejja tal-girl guides association, miġburin flimkien fuq bażi ta' weekend, bil- għan li jiddiskutu u anke jiddeċiedu fuq ċerti riformi biex l- organizzazzjoni tagħhom dejjem tkun waħda aġġornata u waħda li tkun qrib ir- realtajiet tat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin.", "Il-konvenzjoni li saret proprju fl- 10 ta' Marzu kellha l-għan ewlieni li tibni programm edukattiv li jkun marbut aktar mar-realta' Maltija u mhux aktar ma' ċerti realtajiet li forsi jixbħu aktar ir-realta' ta' pajjiżi 'l bogħod mix-xtut tagħna.", "Fil-fatt xtaqt ukoll insemmi din il-konvenzjoni għaliex l-għan tal-girl guides association hu ukoll li jintroduċu sistema ġdida ta' kif huma jgħaddu ċerti ħiliet lit-tfal u liż-żgħażagħ membri tagħhom.", "Dawn kienu qegħdin jiddiskutu l-idea ta' learning by doing.", "Din hija sistema li m'hemmx dubju tista' ġġib b'mod effettiv ukoll ċerta edukazzjoni inklussiva għaliex meta tuża din is-sistema tkun aktar miftuħ u tkun aktar aċċessibbli għal intellett, għal ħiliet u għal kapaċitajiet differenti.", "Mr. Speaker, il-ħidma tal-girl guides association hija ħidma importanti ħafna u jixirqilha kull rikonoxximent, kull apprezzament u kull appoġġ.", "M'hemmx dubju li x-xogħol li qegħdin jagħmlu mat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin bniet huwa xogħol li jissarraf aktar 'il quddiem fil-ħajja u jidher ċar li l-attivitajiet tax-xorta li torganizza l-girl guides association jinteressaw biżżejjed lit-tfal biex dawn ikunu jistgħu jinżammu 'l bogħod minn affarijiet li jista' jkollhom effetti negattivi fuqhom.", "Per eżempju, il-preokkupazzjoni ta' xi ġenituri hi li t-tfal huma mlebilbin għat- television u jaħlu ħafna żmien fuq video games jew inkella mal-play- station.", "Dan jista' jkollu effett negattiv fuq it-tfal u l-attivitajiet li jorganizzaw assoċjazzjonijiet bħal dik tal-girl guides - naturalment hemm assoċjazzjonijiet oħra li qegħdin jaħdmu fuq dan il-livell - huma attraenti biżżejjed biex iġiegħlu lit-tfal ibiddlu daqsxejn minn din ir-rutina.", "Barra minn hekk ukoll, il-ġenituri Maltin u Għawdxin huma preokkupati ħafna mill-fatt li t-tfal jistgħu jispiċċaw vittmi tad-droga, minħabba l- peer pressure li s-soċjeta' tagħna qed toħloq fuq uliedna, u b'attivitajiet bħal dawn inkunu qegħdin nagħtu ċerti safeguards biex lit-tfal ntellgħuhom inklinati għal ċerta lifestyle li żżommhom 'il bogħod minn dawn il-vizzji li sfortunatament qed jherru lis-soċjeta' tagħna, bħalma s-susa tagħmel lill-injam.", "Apparti minn hekk, l-inizjattivi li jieħdu l-girl guides association qed idaħħlu sens ta' sharing fit-tfal, li jżommhom 'il bogħod minn ċertu egoiżmu sfrenat li sfortuntament jinbet kemm minħabba l-peer pressure u kemm minħabba l-kultura konsumista li llum teżisti fostna.", "M'hemmx dubju li l-ħidma li qed tagħmel il-girl guides association qed tagħti ħafna frott lill-pajjiż u jixirqilha kull tifħir u kull appoġġ.", "Minn hawnhekk jiena rrid insellem lil dawk il-leaders nisa, li ħafna minnhom huma ommijiet u oħrajn huma xebbiet, li qed jagħtu ħafna mill-ħin ħieles tagħhom u qed jiddedikaw ħafna minn ħajjithom proprju biex jagħtu servizz kbir ħafna lil uliedna u lil pajjiżna.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq inizjattiva oħra fost iż-żgħażagħ, l-inizjattiva scoops li qed iddaħħal ċerti valuri ta' veru fiż-żgħażagħ tagħna, inizjattiva li bdiet madwar ħames snin ilu fl-iskejjel sekondarji u hija mmirata għal studenti subien u bniet minn Form III 'l fuq fl-iskejjel sekondarji.", "Fil-15 ta' Jannar jiena attendejt għal-laqgħa ġenerali ta' din il-koperattiva mxerrda f'diversi skejjel ta' Malta u kont impressjonata ħafna bil-ġid li qed isir.", "Hawnhekk nixtieq insellem lil dawk l-għalliema u kapijiet ta' l-iskejjel li jiddedikaw il-ħin ħieles tagħhom għal dawn iż-żgħażagħ ħalli jtellgħuhom f'dan l-ambjent ta' sharing li jnissel fihom spirtu li jaqsmu ma' xulxin.", "Din il-koperattiva tagħti wkoll sens ta' entrepreneurship lill-istudenti, xi ħaġa li f'dan il-pajjiż għandna bżonn ħafna u ħafna.", "M'hemmx dubbju li din it-tip ta' inizjattiva qed tgħin ħalli għada pitgħada f'dan il-pajjiż ikollna ċittadini li jkollhom aktar spirtu ta' kuraġġ biex jilqgħu wkoll għall-isfidi li dejjem qed jiżdiedu fil-ħajja ta' kuljum.", "Dan apparti l- fatt li wieħed jibda wkoll jiffamiljarizza liż-żgħażagħ mad-dinja tax- xogħol li qed tinbidel minn ġurnata għall-oħra minħabba l-avvanz teknoloġiku.", "Jekk minn ċkunithom aħna naqbdu liż-żgħażagħ f'dawn it-tip ta' inizjattivi inkunu qegħdin ngħinu mhux biss biex l-iskola tiġi meqjusa bħala l-post fejn inti toħroġ b'ċerti kwalifiki, paper qualifications, imma wkoll biex l-iskola tkun meqjusa wkoll bħala l-post minn fejn iż-żgħażagħ joħorġu b'aktar life skills.", "Mr Speaker, m'hemmx dubju li inizjattivi bħal dawn iseħħu proprju għaliex ikun hemm min lest jiddedika ruħu.", "Barra l- għalliema u l-kapijiet ta' l-iskejjel, irrid insemmi wkoll il-bord tal- koperattivi li bl-armonija fix-xogħol bejniethom qed jirnexxielhom jagħmlu ħafna ġid liż-żgħażagħ u qed jagħtu servizz qawwi lil pajjiżna.", "Tant nara importanza u relevanza f'din it-tip ta' inizjattiva, li nixtieq li inizjattiva bħal din ma tibqax marbuta biss ma' żgħażagħ li huma fil-livell ta' Form III 'l fuq, imma jekk hu possibbli tinfetaħ aktar u tinżel aktar 'l isfel.", "Naturalment inizjattiva fuq il-livell primarju trid tieħu xejra differenti, imma naħseb li hemm bżonn naħsbu wkoll biex nibdew nindirizzaw ukoll dan il-livell.", "Ħalli ma tkunx xi ħaġa marbuta as such ma' ċertu tip ta' xogħol imma almenu tkun inizjattiva biex innisslu fit-tfal minn eta żgħira l-idea ta' sharing u l-idea li aħna mhux biss individwi imma aħna wkoll soċjeta' li rridu ngħixu fi spirtu ta' fraternita' bejnietna.", "Dan għandu jsir biex l-idea li pajjiżna huwa tagħna lkoll titnissel miċ- ċokon nett fit-tfal, biex meta mbagħad għada pitgħada jsiru adulti u mexxejja ta' dan il-pajjiż ikollna awgurju aħjar minn dak li għandna llum, fejn inkunu nistgħu niddiskutu bejnietna bħala Maltin għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr. Speaker, il-ġimgħa l-oħra n-national committee on breast screening ippreżenta r-rakkmandazzjonijiet tiegħu lill-ministru tas- saħħa.", "Irrid infakkar li kif inbidel il-gvern fl-1998, din in-naħa tal- Kamra kienet għamlet pressjoni qawija - kemm permezz tad-deputati nisa, kemm permezz tal-kelliemi ewlieni għas-saħħa u kemm permezz ukoll tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni - biex il-gvern il-ġdid jaħdem fuq programm ta' breast screening limitat għal dawk in-nisa li huma high-risk.", "Din il-pressjoni saret għax gvern Laburista kien kommess - kif fil-fatt anke joħroġ mill- programm elettorali tal-Partit Laburista ta' l-1998 - li fis-sena 2000 għandu jibda programm għal dawn in-nisa.", "Barra minn hekk, din hija wkoll xi ħaġa li qiegħda tirrakkmanda l-world health organisation għal dawk il- pajjiżi illi għandhom inċidenza għolja tal-kanċer tas-sider, bħalma għandu pajjiżna.", "Mr. Speaker, dak iż-żmien il-ministru tas-saħħa tal-gvern Nazzjonalista kien tkellem kontra dan u kien irreżista dawn it-talbiet - u dan huwa kollu recorded fid-debates tal-parlament u partikolarment fir-risposti li tana l- ministru waqt il-question time - u fil-fatt kien iddeċieda li jwaqqaf kumitat biex jagħtih pariri fuq x'għandu jagħmel.", "Effettivament twaqqaf in- national advisory committee for breast screening u dan kellu jippreżenta r- rakkmandazzjonijiet tiegħu f'Ġunju li għadda.", "Fil-fatt dan ir-rapport ħareġ issa, jiġifieri wara li għaddew sena u tliet xhur, u dan ir-rapport juri kemm il-Partit Laburista kien qiegħed jagħmel proposti serji, proposti li jistgħu jitħaddmu.", "Mela wara li aħna fi żmienna konna ħadna dak iż-żmien kollu biex ħejjejna dawk ir-rakkmandazzjonijiet, dan ir-rapport li kkummissjona l-Ministru Deguara qiegħed jikkonferma illi l-gvern Laburista fuq kollox kellu raġun.", "Dan ifisser li ħadna sena u tliet xhur biex nirrakkmandaw dak illi kien diġa' qiegħed jaħdem fuqu l-gvern Laburista, jiġifieri li nibdew programm ta' screening fis-sena 2000.", "Ta' min jgħid ukoll li minħabba li ntilef dan iż-żmien kollu, il-programm ta' screening għal dawk in-nisa li huma f'riskju għoli għandu jibda f'April tas-sena 2001.", "Dan huwa programm li permezz tiegħu se jitwaqqaf breast care unit fl- isptar tal-gvern u ssir kampanja massiva ta' edukazzjoni.", "Issa li għadda dan iż-żmien kollu xogħolna huwa li nagħmlu pressjoni biex l-affarijiet li hemm rakkmandati fir-rapport iseħħu.", "Naturalment m'għandniex inkunu kuntenti li lestejna r-rapport u daqshekk, pero' jeħtieġ illi ssir pressjoni mhux minna l-parlamentari biss imma anke mis-soċjeta' ċivili.", "Hawnhekk irrid insemmi l-inizjattiva li ħadet il-fondazzjoni GEM biex tiġbor petizzjoni sabiex tħeġġeġ lill-gvern sabiex għallinqas jibda programm limitat ta' screening.", "Jiena nħeġġeġ għaqdiet oħrajn, bħalma huma n-national council of women, illi kemm-il darba tkellmu fuq dan is-suġġett, sabiex huma wkoll jagħmlu pressjoni ħalli dan il-programm jiġi implimentat, biex kemm jista' jkun f'qasir żmien jibda jingħata dan is-servizz.", "Jiena ngħid li għal affarijiet bħal dawn għandna bżonn illi jkollna dak li nsejħulu l-women's lobby.", "Mhux billi ngħaddu l-liġijiet jew nagħmlu r- rapporti u r-rakkmandazzjonijiet, għax biex iseħħu l-affarijiet irid ikun hemm pressjoni wkoll mis-soċjeta' ċivili.", "Wara kollox min ikun għaddej minn tbatija jkun jaf x'jiġifieri u għalhekk jeħtieġ li ssir aktar pressjoni.", "Jiddispjaċini ngħidha imma minn hawn naraw li sfortunatament dan il-gvern iġib il-vantaġġ politiku qabel l-interess tan-nies illi qegħdin ibatu.", "Saħansitra anke fuq kwestjonijiet ta' ħajja u mewt, dan il-gvern jagħżel li jkun politiku u minflok ikompli jibni fuq ta' qablu għall-ġid tan-nies, l- ewwel jibda jgħid illi l-affarijiet m'humiex tajbin, imbagħad isiru ħafna kumitati biex fuq kollox wara jirriżulta li dak li kien kommess fuqu gvern Laburista kien tajjeb.", "Issa minn dan kollu la qed ibati l-Partit Nazzjonalista u lanqas il-Partit Laburista m'hu qed ibati imma qed ibatu biss dawk in-nies illi għaddejjin minn din il-problema partikolari u għandhom bżonn l-għajnuna.", "Mr. Speaker, l-istess qiegħed jiġri fuq l-emendi għal-liġi fejn tidħol il-vjolenza domestika.", "Għaddew sena u nofs u għadna nistennew biex dawn l- emendi jersqu fil-parlament, u dan meta l-ministru kellu ħafna mix-xogħol lest fi żmien Laburista.", "Bħalma ġara fil-każ tal-breast screening, dan il- gvern għażel li jħalli ż-żmien jgħaddi biex imbagħad forsi jkun jidher li x- xogħol sar minnu, mingħajr ma ġab quddiem għajnejh it-tbatija li għaddejjin minnha dawn in-nisa, li bħall-erwieħ tal-purgatorju qed jistennew ftit tal- protezzjoni.", "Jiena ngħid li n-nisa mhux tislim iridu, kif għażel li jagħmel il-ministru dan l-aħħar, għax it-tislim m'hu se jtaffi l-ebda tbatija.", "In-nisa jridu azzjoni konkreta biex tonqsilhom it-tbatija u jgħixu ta' nies.", "Għalhekk issa li għaddew sena u nofs, inħeġġeġ biex il-ministru jwarrab il-partiġġjaniżmu u jressaq dawk l-emendi meħtieġa ħalli għallinqas dawn in-nisa jkollhom ftit protezzjoni mil-liġi.", "Eżempju simili li juri l-mod kif jagħmel il-politika dan il-gvern hija l- kwestjoni ta' postijiet ta' kenn għan-nisa.", "Ix-xogħol rigward dawn il- postijiet sar fi żmien gvern Laburista, kien sar fuq parir ta' esperti li jaħdmu f'dan il-qasam, pero' l-ministru għall-politika soċjali kien għażel li jissospendi b'mod indefinit il-ftuħ ta' dan il-post ta' kenn.", "Issa għaddew sena u nofs u dawn in-nisa u t-tfal tagħhom għadhom mingħajr post fejn jitfgħu rashom jekk jiġu mkeċċija minn darhom.", "Jiena jkolli ngħid li l- ministru bilfors li ma jitkellimx ma' dawn in-nisa għax kieku żgur li l- attitudni tiegħu tkun differenti.", "Assolutament ma nistax nifhem kif ipprefera jħalli dan iż-żmien kollu jgħaddi milli jkompli fuq xi ħaġa mibdija minn gvern Laburista!", "Eżempju ieħor huwa dak tat-twaqqif tal-qorti tal-familja.", "Anke f'dan il- każ kien hemm ħafna xogħol lest mill-gvern Laburista u anke hawnhekk rajna lill-ministru kull darba jgħidilna li se titwaqqaf din il-qorti tal-familja pero' jibqa ma jiġri xejn.", "L-ewwel qalilna li se titwaqqaf f'Novembru, imbagħad qalilna fil-bidu ta' din is-sena pero' sal-lum għadna ma smajna xejn.", "Meta nara dawn l-affarijiet bilfors ikolli ngħid li l-ministri ma jiltaqgħux man-nies u allura ma jarawx il-martirju li jkunu għaddejjin minnu dawn in-nies meta jitilgħu l-qorti, b'familja sfaxxata, u biex tkompli tgħaxxaqħa jkollhom jgħaddu minn martirju ieħor ta' proċess fil- qorti.", "Dan biex ma nsemmux dak li jgħaddu minnu t-tfal, li huma l-parti illi m'għandhomx ħtija f'dan kollu, u hawn qed nirriferi kemm fil-każi ta' vjolenza domestika, fejn ġeneralment flimkien ma' ommhom ikollhom jitilqu barra mid-dar u jaraw fejn se jitfgħu rashom, kif ukoll fil-każi fil-qrati fejn ikollhom jaraw lil ommhom u lil missierhom ikomplu jiġġieldu.", "Meta tara dan kollu tasal għall-konklużjoni li we cannot underestimate din il- problema.", "Xtaqt insemmi wkoll eżempji oħra konkreti, fejn bil-kliem dan il- gvern jgħid mod imma għall-fini ta' strateġija politika l-affarijiet jagħmilhom b'mod differenti, Mr Speaker.", "Xtaqt fil-fatt niddedika l-aħħar ftit minuti li fadal fuq il-petizzjoni li wassalna lil dan il-parlament il- bieraħ, illi kienet miġbura minn Mario Degabriele minn Ħaż-Żabbar u ffirmata minn residenti Żabbarin li joqogħdu fl-inħawi taċ-ċimiterju ta' Ħaż-Żabbar.", "Din il-petizzjoni hija proprju fuq l-estensjoni ta' dan iċ- ċimiterju.", "Nista' ngħid li dawn in-nies ukoll għaddejjin minn ħafna tbatija minħabba l-estensjoni ta' dan iċ-ċimiterju.", "Dawn huma nies bħalna u bħal ħaddieħor li bena daru bl-għaraq ta' xbinu, u dawn użaw tista' tgħid kull sold li kienu ħadmu għalih tul ħajjithom biex ikollhom dar ta' nies għalihom u għall-familja tagħhom, imma issa se jsibu rwieħhom kważi jgħixu ġo ċimiterju.", "Ta' min jgħid li b'din l-extension il-ġdida li qed tiġi proposta, dan iċ-ċimiterju se jwassal sa għaxar metri biss 'il bogħod mill- area residenzjali, minkejja li anke l-liġi tas-sanita' tgħid li dan m'huwiex permess li jsir.", "Barra minn hekk, ta' min wieħed igħid li diġa' kien sar tkabbir taċ-ċimiterju fl-1994 u dak iż-żmien ukoll ir-residenti ta' dawk in-naħat kienu għamlu petizzjoni lill-Arċisqof u anke lill- planning authority, iżda ħadd ma kien ta kashom u x-xogħol kien baqa' għaddej xorta.", "Mr. Speaker, nista' nżid li l-permess għal din l-estensjoni l-ġdida għall- ewwel kien ġie rrifjutat, għaliex l-extension hija f'buffer zone li tissepara ċ-ċimiterju mid-djar, pero mbagħad kien hemm talba għal rikonsiderazzjoni, il-vot għadda b'erbgħa kontra tlieta u l-permess inħareġ.", "Issa huwa veru li meta xtraw l-art u bnew darhom, dawn in-nies kienu jafu illi se jkunu viċin taċ-ċimiterju; li ma kienux jafu kien li kienu se jispiċċaw ġewwa ċ-ċimiterju!", "Fil-fatt minn dak iż-żmien iċ- ċimiterju kompla dejjem jikber b'tali mod li issa se jispiċċaw imissu maċ- ċimiterju.", "Jiena ngħid li rridu nagħmlu minn kollox biex it-talba ta' dawn in-nies għas-sospensjoni ta' l-estensjoni taċ-ċimiterju ma terġax taqa' fuq widnejn torox, bħalma ġara sitt snin ilu.", "Għandna nagħmlu dak kollu illi nistgħu sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jgawdu l-proprjeta' tagħhom, kif wara kollox għandu d-dritt li jagħmel kulħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 22 ta' Marzu, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦAJNUNA SOĊJALI - SKA", "14734.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' Maltin u Għawdxin li fil-mument jieħdu l-benefiċċji ta' l-SKA?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' talbiet pendenti għal dan il-benefiċċju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' Maltin u Għawdxin li fil-mument jinsabu jirċievu l-għajnuna għal mard huwa ta' 14,289.", "In-numru ta' talbiet pendenti huwa ta' 146.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "14735.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' Maltin u Għawdxin li fil-mument jinsabu jieħdu l-benefiċċji soċjali tar-relief u tal-pensjonijiet separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' Maltin u Għawdxin li fil-mument jinsabu jirċievu l-Għajnuna Soċjali huwa ta' 10,645, filwaqt li 4,234 persuna oħra jirċievu l-Pensjoni ta' l-Eta'.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "14736.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmana liema huma dawk it-toroq fil-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar li huma fir-responsabbilta' tal- gvern ċentrali u li se jingħataw t-tarmac matul din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bħalissa qed isir xogħol ta` tqegħid tal-wearing course f`Mosta Road, Triq San Pawl u Triq San Ġorġ.", "Xogħolijiet f`toroq oħra isiru skond il-prijoritajiet tax-xogħol li għandu d-dipartiment.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "14737.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformana liema huma dawk it-toroq f'Burmarrad u fil-Wardija li huma fir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali li se jingħataw it-tarmac matul din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq fil-preżent qed isewwi l-ħsarat li saru bil-maltemp ta` din ix-xitwa fil-Wardija, kif ukoll qed isiru spezzjonijiet fit-toroq li għadhom mhux asfaltati f`Burmarrad biex jiġi deċiż prijorita` tax-xogħlijiet fl-inħawi.", "IMTARFA - XOGĦLIJIET FIL-BYPASS", "14738.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformana meta se jitkomplew ix- xogħlijiet fuq il-bypass ta' l-Imtarfa?", "Kemm swew s'issa dawn ix- xogħlijiet fuq din it-triq u kemm mistennija li tiswa meta tkun ffinalizzata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħlijiet waslu biex jitlestew hekk kif titlesta` parti ta` ħajt biex jilqa t-tafal milli jaqa` fit-triq, u jingħata l-aħħar wiċċ fil-parti t`isfel tat-triq.", "Bħalissa l-ammont ta` xogħol li sar hu stmat li jiswa Lm65,000, u meta t- triq tkun lesta kollha, inklużi ż-żewġ kareggjati, ix-xogħol hu stmat li jitla madwar Lm200,000.", "ŻURRIEQ - XOGĦLIJIET", "14795.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinvestiga u jasal għal mod kif il-pjazza taż-Żurrieq ma tegħreqx kull meta tagħmel ix-xita, u dan billi l-ilma li jinżel minn Triq San Mikiel jiġi dirett għal banda oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-lokal imsemmi mill-Onor.", "Interpellant huwa responsabbilita' tal-kunsill lokali.", "Il-problema ta' għargħar hija responsabbilita' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "SAN ĠILJAN - TRIQ PATRICK BAYDON", "14796.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi fi Triq Patrick Baydon f'San Ġiljan hemm ħsarat fis-sistema tad- drenaġġ tant illi d-drenaġġ qiegħed jiskula għal ġo l-għelieqi adjaċenti għal din it-triq, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn id- dipartiment konċernat għadu ma ħa l-ebda azzjoni, minkejja illi saru diversi rapporti mis-sidien ta' l-għelieqi in kwestjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li saret manutenzjoni fil- main tad-drenaġġ tat-Triq P. Brydon, San Ġiljan.", "Ġew imsewwija wkoll xi manholes li nkissru mit-trakkijiet kbar li għaddew minn fuqhom waqt xogħlijiet ta' kostruzzjoni fil-housing estate ta' biswit.", "Dan ix-xogħol sar fl-24 ta' Frar li għadda u minn dak iż-żmien s'issa ma daħlux rapporti iżjed ta' fawran fl-għelieqi ta' madwar.", "ŻURRIEQ - TRIQ L-GĦADIR", "14797.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Għadir fiż-Żurrieq se tingħata wiċċ issa li għaddew aktar minn 12-il sena minn meta din it- triq infetħet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq indikata mill-Onor.", "Interpellant hija asfaltata w peress li l-manutenzjoni tagħha ssir mill- kunsill lokali nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ŻURRIEQ - TRIQ LUCA ZURKI", "14798.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-vultaġġ tal-kurrent elettriku fi Triq Luca Zurki, Żurrieq, ikun wieħed stabbli u mhux tant baxx illi ma jsostnix lanqas fridge, bil-konsegwenza li r-residenti qegħdin isofru finanzjarjament minħabba l-ħsara li ta' spiss tiġrilhom fl-appliances?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentri numru 14791 dwar l-istess suggett waqt is- Seduta Nru. 268.", "PTA - XUFIERA", "14835.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' xufiera li qed jaħdmu bħala xufiera fuq il-karozzi tal-linja?", "Kemm-il siegħa suppost jaħdmu fil-ġimgħa?", "X'inhi l-medja ta' sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa?", "Kemm hija lanqas paga ta' xufier tal-karozzi tal-linja?", "Kem hu l-ħlas meta xufier jaqbeż is-sigħat permessi mil-liġi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bħalissa hemm 2572 individwu li jipposjedu tag maħruġa mill-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku li biha jistgħu jsuqu karozza tal-linja, coach, red mni van jew white window van.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal public transport wages council wage regulation order, 1969` (Avviż Legali Nru. 34 ta` l-1969).", "VETTURI - LIĊENZJI", "14836.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Matul l-1999, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sidien li ma ħallsux il-liċenzja għall-vettura tagħhom fiż-żmien stipulat?", "Kemm-il vettura ġiet irrapportata bħala skrappjati matul l-istess żmien?", "Kemm-il sid itella' l-qorti għaliex baqa' ma ħallasx il-liċenzja għal vettura tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Rigward l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13252.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jien informat li mhix il-prattika tad- dipartiment li jtella' lis-sidien tal-vetturi il-Qorti għax ma jħallsux il- liċenzja tal-vetturi tagħhom.", "F`każijiet bħal dawn id-dipartiment jimxi skond il-proċedura kif spjegata fl-istess risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 13252.", "WSC - KONTIJIET", "14837.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14313 dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma, jista' l-Ministru jgħid kemm fil- fatt kienu l-ilmenti li waslu dwar dawn il-kontijiet?", "Peress li hemm partijiet mill-mistoqsija li ma weġibx għaliha, jikkonferma l-Ministru li: (a) xi kontijiet tnaqqsu b'mod sostanzjali u kemm kien in-numru ta' dawn il-kontijiet; u (b) jista' jgħid b'liema mod il- gvern preżenti irreveda t-tariffi peress li xorta waħda ħafna mill- kontijiet huma ħafna ogħla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "SPTARIJIET - SERVIZZI", "14838.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Matul l- 1999 u fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena kemm-il persuna barranija wżat is- servizzi tal-isptarijiet Maltin/Għawdxin u kienet rikoverata hemm?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu?", "Kemm minnhom intalbu jħallsu għal kura u x'kien l-ammont?", "Liema huma dawk il-barranin li huma eżenti mill-ħlas għaliex hemm ftehim dwar dan bejn il-Gvern Malti u dak tal-pajjiż tal-persuna partikolari?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni dwar is-sena 1999 ingħatat fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru12772 f'Seduta Nru. 226.", "Dwar l-ewwel xahrejn tas-sena 2000 il-figuri kienu:", "Sptar Nru ta` Pazjenti Somma li ntalbu Somma li jhallsu ħallsu --------------------------------------------- San Luqa Informazzjoni għadha qed tinġabar", "Boffa 4 310.30 178", "Monte 4 Kollha ezenti Karmeli mill-hlas", "Mal-lista ta` pajjiżi li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 12772 irid jiżdied il-Brazil.", "Il-barranin li huma eżenti mill-ħlas għaliex hemm ftehim dwar dan bejn il-Gvern Malti u pajjiżhom huma persuni mir-Renju Unit u mill-Awstralja.", "VRT TEST", "14839.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14317, jista' l-Ministru jgħid jekk mill-4230 vettura li weħlu mill-VRT test mindu ġiet introdotta, kemm reġgħu għamluh u kemm kien hemm li xorta m'għaddewx?", "X'jiġri meta vettura ma tgħaddix minn dan it-test għal aktar minn darba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t- Testijiet ma jżommx din it-tip ta' statistika.", "Jekk vettura ma tgħaddix mill-Vehicle Roadworthiness Test tista` terġa tagħmel test ieħor sakemm tgħaddi.", "PULIZIJA - ĦWEJJEĠ B'DITTI FOLOZ", "14840.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel xahrejn kemm inqabdu ħwejjeġ, żraben, eċċ ta' marka msemmija li fil-fatt kienu ta' marka falza?", "X'kienu l-oġġetti li nqabdu?", "F'liema kwantitajiet?", "Ta' liema marka kienu ikkuppjati?", "Fejn inqabdu?", "X'passi ttieħdu kontra dawk li nqabdu?", "X'sar mill-oġġetti li nqabdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għal Jannar u Frar tas-sena 2000, hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-oġġetti kollha li jidhru fit-tabella qegħdin fil-pussess tal-Pulizija ħlief għas- sigaretti li ġew sekwestrati mill-Maġistrat Inkwirenti.", "ŻURRIEQ - TRIQ ĦAL MILLIERI", "14877.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-għalqa li qegħda tagħti għal fuq Triq Ħal Millieri fiż-Żurrieq, tiġi mnaddfa mill-ħmieġ li ġie mitfugħ fiha u li faċilment jista' jġib mard fuq it-tfal li jmorru jilagħbu fiha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-dipartiment konċernat biex l-area li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant titnaddaf fil-futur qarib.", "PULIZIJA - QORMI - PATROLS", "14903.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiżdiedu l-patrols tal- pulizija f'Ħal Qormi, partikolarment fl-areas diżabitati bħan-naħat ta' Triq iċ-Ċawsli, eċċ.?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kemm il-pulizija tad-distrett kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda kemm fl-akwati tat-triq imsemmija kif ukoll fit-toroq l-oħra.", "ŻURRIEQ - ĦAL MILLIERI", "14906.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jaf il- Ministru li l-għalqa li tagħti għal fuq Triq Ħal Millieri fiż-Żurrieq hija miżbla u li l-ħmieġ li ġie mitfugħ fiha jista' jġib mard fuq it-tfal li jmorru jilagħbu fiha?", "Jista' jgħid x'possibbilta' hemm li din tiġi mnaddfa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14906, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara spezzjonijiet li saru, min uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa, ġie kkonstatat li fil-post indikat, 'għalqa li tagħti għal fuq Triq Ħal Millieri', jeżisti ftit imbarazz imxerred kif ukoll xi materjal ieħor tal-bini.", "Peress li l-għalqa indikata hija privata u s-sid mhux magħruf, l-investigazzjoni qiegħda titkompla biex jinstab is-sid u jnaddaf l-għalqa in kwestjoni.", "Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ġie kkuntattjat fuq dan ir-rigward, biex jekk għandhom x'informazzjoni dwar is-sid ta` din l-għalqa, tiġi irreferuta lid-dipartiment.", "TA' QALI - CRAFTS VILLAGE", "14967.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet dwar il-Crafts Village ta' Ta' Qali?", "X'kienet ir-reazzjoni ta' dawk li jistgħu jintlaqtu?", "Meta huwa mistenni li jibda x-xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "VODAFONE - TNAQQIS TAT-TARIFFI", "14968.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal- Vodafone għal tnaqqis fit-tariffi għall-użu tal-mobile telephone?", "Meta se tiġi ffinalizzata din it-talba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li din it-talba għadha pendenti għand ir-regolatur.", "LUQA - NEGOZJI ŻGĦAR", "14969.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-allokazzjoni ta' siti għal negozji żgħar li saru f'Ħal Luqa, jikkonferma l-Ministru li malli tħaffru dawn is-siti nstabu diversi cables ta' servizzi u kellu jieqaf ix-xogħol?", "Kemm-il każ hemm minn dawn?", "Kemm kien id-dewmien involut?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "NEGOZJI", "14970.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-gvern biex jitwaqqaf one stop shop għal negozji?", "X'sar s'issa f'din id-direzzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-unit li se titwaqqaf fuq il-kunċett ta` one-stop- shop waslet fil-proċess ta` l-għażla ta` uffiċjali għaliha.", "Kif jintemm dan il-proċess, il-unit tibda bil-funzjoni u s-servizzi tagħha.", "NEGOZJI", "14971.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk hux minnu li f'ċerti tipi ta' negozji (ez. bar) nisa ma jistgħux jiġu maħtura bħala substitute anke jekk tkun il-mara tas- sid tas-suq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li r-Regolamenti biex jinżammu l-Ordni Pubbliku u d-Deċenza fil-Ħwienet għall-Bejgħ ta` Nbid, Birra jew Likuri Spiritużi, ma kienux jippermettu li nisa jkunu mpjegati bħala substitutes jew rappreżentanti fi ħwienet tax-xorb.", "Pero` fl-1993 din il-preklużjoni kienet tneħħiet.", "NEGOZJI ŻGĦAR", "14972.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitressaq quddiem il-parlament l-abbozz ta' liġi li jirregola n-negozji ż-żgħar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent mhux possibbli li wieħed jispeċifika data.", "Madanakollu ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xoghol fuq din il- materja jinsab fi stadju avvanzat."]} {"filename": "19931110_193d_par.doc", "date": "1993-11-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 193 L-Erbgħa, 10 ta' Novembru, 1993 Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 Stampat fuq karta riċiklata IS-SEBA' PARLAMENT", "Seduta Nru. 193", "L-Erbgħa, 10 ta' Novembru, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.14 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 193", "L-Erbgħa, 10 ta' Novembru, 1993", "WERREJ", "MINUTI...................................................................... ..............................................680", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI..................................................................680", "TQEGHID TA' KARTI FUQ IL- MEJDA................................................................684", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA T-TAXXA FUQ", "L-INCOME (EMENDA NRU.", "2)", "INCOME TAX (AMENDMENT NO.", "2) BILL", "It-Tinei Qari ............................................................................ ..........................", "685", "AĠĠORNAMENT................................................................. ................................712", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL- MIKTUB......................................................", "718", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 192 li saret fid-9 ta' Novembru, 1993 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET", "TWEĠIBIET ORALI", "FURJANA - ALTERAZZJONIJIET FID-DIPARTIMENT TAX-XOGHLIJIET", "10736.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schemebri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Ix-xogħol estensiv li fih saru alterazzjonijiet dan l-aħħar u cioe' fi Block C, Dipartiment tax-Xogħlijiet Furjana, kemm sewa lill-Gvern?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa ta' dan kollu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 12556 (Seduta 176)", "MINISTERI - NEFQA F'XOGĦLIJIET", "10737.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm kienet in-nefqa globali tax-xogħlijiet li saru fid-diversi Ministeri li se nsemmi:", "Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin; Ministeru tal-Ġustizzja; Ministeru tal-Finanzi; u Ministeru tas-Servizzi Soċjali?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa li saret f'kull Ministeru?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-ispiża tax-xogħlijiet li saru fl-uffiċċji tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin mid-Dipartiment ta' l- Estate Management tat-Taqsima tax-Xogħlijiet laħqet Lm2,176.", "Fil-Ministeru tal-Ġustizzja ntnefqu Lm1,485 għal xogħol ta' tikħil u tibjid.", "It-Taqsima tax-Xogħlijiet ma għamlet l-ebda xogħol fil-Ministeri tal- Finanzi u tas-Servizzi Soċjali.", "L-ammonti ndikati ma jinkludux xogħlijiet li setgħu ġew ordnati direttament mill-Ministeri.", "Barra minn dan sar xogħol ta' servizzi u njam mid-Dipartiment tal- Manifattura u Servizzi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "L-informazzjoni dwar il-valur ta' dawn għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - ALTERAZZJONIJIET", "10738.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm kienet in-nefqa globali biex saru xogħlijiet ta' riabilitazzjoni u alterazzjonijiet fil-Ministeru għall- Ambjent biex jospita lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru?", "Fiex kien jikkonsisti x-xogħol?", "Ħarġu tenders?", "Min kien responsabbli għax-xogħol?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa tax-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-nefqa globali għal xogħlijiet ta' riabilitazzjoni fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent kienet ta' Lm86,662.", "Ix-xogħlijiet kienu jkopru stallazzjoni ġdida tad-dawl u l-ilma, aperturi ġodda, kisi ta' ħitan, partitions u bibien għall-uffiċini, madum, tapiti u purtieri, soffitti u stallazzjoni ta' air-conditioners.", "Fejn kien il-bżonn u l-ħtieġa nħarġu tenders jew quotations biex isiru x- xogħlijiet.", "Kien hemm ukoll każi fejn inxtara materjal biss biex il- ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet setgħu jagħmlu x-xogħol.", "Infatti l-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet għamlu ħafna mix-xogħlijiet li kien hemm bżonn.", "Dawn jinkludu l-istallazzjoni tad-dawl u l-ilma, kisi, tibjid u żebgħa, l-aperturi ta' l-injam kif ukoll l-għamara ta' l- uffiċini u tqegħid ta' madum ta' l-art u tal-ħajt.", "L-ispiża ta' l-infiq hi maqsuma hekk:", "|Xogħol ta' |Lm12,117| |alterazzjonijiet, | | |żebgħa, tibjid, kisi, | | |madum, irħam | | |Xogħol ta' aperturi u |Lm18,000| |għamara | | |Stallazzjoni tad-dawl u | | |l-ilma | | | ġdida (inklużi |Lm | |l-fittings) |3,200 | |Tapiti, purtieri |Lm | | |5,609 | |Partitions, soffitti u |Lm35,156| |bibien | | |Sistema ġdida |Lm | |tat-telephones |3,000 | |Air-conditioning |Lm 9,580|", "Barra x-xogħol li sar fis-sular li fih hemm l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti din l-ispiża tkopri wkoll uffiċini fis-sular t'isfel fejn hemm l- uffiċċji tad-Direttur Ġenerali (Proġetti Speċjali) u parti mill-istaff tal- Ministeru.", "TARXIEN - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "10739.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se ddum magħluqa l-għassa ta' Ħal Tarxien?", "Billi l-Gvern kien wiegħed li l-għases se jkunu miftuħa l-ħin kollu, jista' l-Ministru jagħti l-ħinijiet u l-ġranet li fihom l-għassa ta' Ħal Tarxien tkun miftuħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Huwa ttamat li din l-għassa tinfetaħ fuq bażi permanenti u regolari hekk kif jispiċċa l-kors ta' trainees li hemm bħalissa fl-Akkademja u jitqassmu fid- Distretti tal-Pulizija.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Din il-famuża għassa ta' Ħal Tarxien ilna nitkellmu dwarha hawnhekk.", "Anke fl-elezzjoni li għaddiet tqassmu ħafna fuljetti minn kandidati f'dawk l-inħawi li saħansitra pinġew il-post fejn ġejja din l-għassa u l-aħħar li tkellimna dwarha hawnhekk, għidna li l-post huwa prattikament lest.", "Fil-fatt kellu jittieħed wieħed mill-flats tal-Gvern li għadhom kemm inbnew.", "Issa jista' almenu jgħidilna kemm se jdum il-kors ta' dawn il-kadetti l-ġodda li se jilħqu?", "Għax fit-tweġiba m'hemmx żmien speċifikat.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kors li għandna bħalissa huwa maħsub li jispiċċa f'Jannar li ġej u nittama li l-Kummissarju tal-Pulizija jkun f'qagħda li jimplimenta l-informazzjoni li tani biex inwieġeb din il-mistoqsija.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jifhem li d-deployment tal-membri tal-Korp ma jsirx minni imma jsir mill-Kummissarju tal-Pulizija, fid-diskrezzjoni tiegħu skond kif jara l-esiġenzi tal-Korp tal-Pulizija f'dak il-mument.", "Mill-informazzjoni li tani jirriżulta li huwa qiegħed jaħseb biex mill- pulizija li jilħqu wara dan il-kors li għaddej bħalissa jkunu jistgħu jiġu deployed nies għall-iskop imsemmi fil-mistoqsija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari mhux tant fuq il-ftuħ ta' l-għases imma fuq ir-refurbishment tagħhom, għaliex speċjalment it-turisti l-għases l-ewwel li jfittxu malli jkollhom diffikulta'.", "Jien ngħid li rridu nagħtu kas tas-sitwazzjoni li jinsabu fiha ħafna mill-għases, fejn hemm żdingar, traskuraġni u ġieli l-bandiera, per eżempju, tkun nofsha ħamra u nofsha sewda bil-ħmieġ li jkun fiha.", "Apparti dan, wasal iż-żmien li jkollna teams żgħar ta' nies biex iduru dawn l-għases regolarment biex jieħdu ħsieb l-upkeep tal-faċċata tagħhom kif ukoll il-furnishings ta' ġewwa.", "Jien spiss ikolli ħafna okkażjoni nidħol ġo għases, u assolutament jidher li hemm bżonn isiru ċerti affarijiet għax m'hemmx skrivanija waħda suret nies, il-boards imnittnin, eċċ. Jiġifieri hemm ċertu impressjoni ta' traskuraġni.", "Nispera li l-Ministru jieħu dan l-ilment in good part għaliex dan qed nagħmlu peress li malli wieħed jidħol f'dawn l-għases iħosshom jimbottawh.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan li qiegħed jgħid l-Onor.", "Membru diġa' ġie nnotat mill-Pulizija nnifisiha u anke mill-Gvern in ġenerali.", "Tant inħasset il- ħtieġa li wieħed jikkorreġi din l-image ta' l-għases tal-pulizija u anke s- servizz li jingħata minnhom, illi fil-fatt bħala parti mill-eżerċizzju ta' titjib fis-servizzi li jrid jagħti l-Gvern lill-pubbliku, sar studju fuq l- għases kollha ta' Malta u Għawdex u barra li dan l-istudju sar skond il- bżonnijiet ta' kull għassa, ġie maqbul ukoll x'corporate image għandhom ikollhom l-għases tal-pulizija.", "Prattikament l-ewwel xogħol li sar kien fuq l-għassa ta' Tas-Sliema u bħalissa għaddej xogħol fuq l-għases taż- Zurrieq, tas-Siġġiewi u għases oħrajn li qed jirreferi għalihom anke l- Ministru ta' l-Ambjent, bħall-għassa taż-Żurrieq, per eżempju, li minħabba li s-saqaf tagħha kien fi stat perikoluż, qed jirranġawha.", "Fil-fatt se jitkompla x-xogħol fuqha, se tinbidlilha l-għamara u se jsirilha xogħol ta tibjid.", "Naturalment hemm ukoll il-ħsieb li tidħol it-teknoloġija ta' l- informatika mhux neċessarjament f'kull għassa imma f'kull ċentru tal- Pulizija f'diversi lokalitajiet għall-aħjar servizz tal-pubbliku.", "L- ilmenti tiegħek huma lmenti f'waqthom, pero' r-ritmu ta' xogħol f'dan ir- rigward naħseb li issa għaddej b'mod tajjeb u nittama li fis-sentejn li ġejjin inkunu nistgħu nduru l-għases kollha kemm huma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, nibqgħu fuq il-kwestjoni ta' l-għassa ta' Ħal Tarxien.", "Jiena għamilt mistoqsija kemm lill-Ministru Galea u kemm lill-Ministru ta' l-Ambjent fejn issuġġerejt illi peress li Ħal Tarxien illum espanda mhux ħażin, speċjalment lejn in-naħa taż-Żejtun, u peress li maġenb il-knisja hemm biċċa għalqa li ilha hemm - din qegħda bejn ħafna aħwa - il-Gvern forsi jista' jikkonsidra li jeħodha biex hemmhekk jagħmel l-għassa u allura tkun qrib il-knisja u tintlaħaq tajjeb ukoll l-area tan- naħa ta' Bulebel.", "Għax jekk l-għassa se tersaq aktar lejn Raħal Ġdid ma naħsibx li l-iskop tagħha se jkun qed jintlaħaq għall-bżonnijiet ta' Ħal Tarxien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ħsieb mhuwiex li l-għassa tal-Ħal Tarxien tibqa' fejn qegħda llum.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Membru, il-pulizija qegħda tikkonsidra alternattivi oħrajn inkluż il-post li semma hu.", "Jekk qed nifhem is-sitwazzjoni tajjeb - pero' din ma ngħidhiex bħala xi deċiżjoni - donnu jidher li l-Pulizija qed ittendi favur is-soluzzjoni li huwa semma, jiġifieri li tieħu dik il-proprjeta' li hemm fejn il-knisja ta' Ħal Tarxien biex tiġi konvertita f'għassa tal-pulizija għax dak il-post huwa aktar ċentrali.", "Pero' rrid ngħid li minħabba l-mod kif żviluppa u qed jiżviluppa Ħal Tarxien, hemm ukoll lokalita' oħra li qed tiġi kkonsidrata.", "Din tista' ma tiġix meqjusa bħala li hija fiċ-ċentru ta' Ħal Tarxien kif nafuh illum, jiġifieri l-parti l-antika, pero' jekk tieħu Ħal Tarxien kollu kif żviluppa, fil-fatt tiġi taqdi l-bżonnijiet ta' nħawi ġodda illi ġew żviluppati fl-aħħar 15-il sena.", "UFFIĊINI - NEFQA FUQ XOGĦLIJIET", "10740.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet li saru:-", "1) fl-uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija f'Portes Des Bombes;", "2) fl-Akkademja tal-Pulizija f'St. Elmo Barracks;", "3) fil-Kon-Kattidral ta' San Gwann (xogħol ta' restawr); 4) f'għases tal-Pulizija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infomat li ħafna mix-xogħlijiet fl-uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija f'Portes des Bombes u fl-Akkademja tal-Pulizija f'St. Elmo Barracks tħallsu direttament mill-Management System Unit u mill- Pulizija u saru qabel ma twaqqaf l-Estates Management Department fi ħdan it- Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Pero' riċentement dan id-Dipartiment ħallas Lm800 għal xi xogħlijiet oħra li saru f'dawn iż-żewġ lokalitajiet.", "Peress li x-xogħol fuq l-għases tal-Pulizija ta' Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Siġġiewi, iż-Żurrieq u l-Gudja għadu ma spiċċax għad ma jistax jingħata dettalji tan-nefqa.", "Rigward ix-xogħol ta' restawr fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann, liema xogħol kien eventwalment imħallas mill-Komunita' Ewropea, il-valur tax- xogħol kollu li sar kien Lm455,468,022.", "KERREJIET", "10741.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l- proġett ta' slum clearance fil-Belt Valletta, fil-Hamrun u f'Ħal Tarxien?", "Fiex se jikkonsisti?", "Meta se jitlesta?", "Kemm hu mistenni li jintnefqu għal kull lokalita'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-proġett tas-slum clearance fil-Hamrun beda.", "Il- blokk eżistenti twaqqa' u x-xogħol tal-bini l-ġdid inbeda wkoll u għandu jitlesta f'sena.", "Dan il-blokk se jkun jikkonsisti fi 11-il appartament u store.", "Ix-xogħol tal-Belt hu maqsum f'żewġ siti.", "Waħda minnhom fil-kantuniera bejn St. Ursula Street u Old Hospital Street li diġa' twaqqgħet u x-xogħol irid jitlesta fi żmien sena wkoll.", "Is-sit l-ieħor hu l-blokk bejn Old Wells Street, St. Nicholas Street u St Ursula Street.", "Dan għadu ma twaqqax sakemm jinħarġu r-residenti li fadal fih.", "Meta dan isir il-bini l-ġdid - li jinvolvi 38 appartament u 9 garaxxijiet - irid jitlesta f'sena u nofs.", "GĦall-istess raġuni - jiġifieri li għad iridu jinħarġu xi nies - ix- xogħol ta' Ħal Tarxien għadu ma bediex.", "Dan se jinvolvi l-bini ta' tmint idjar u 18-il appartament u 11-il garage.", "L-istima tax-xogħol fuq dawn il-proġetti hija:", "|Valletta (St |Lm | |Ursula Street) |38,750 | |Valletta (Old |Lm313,247| |Wells Street) | | |Hamrun |Lm117,534| |Tarxien |Lm272,167|", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Se nerġa' naqbad fuq il-parti li tirrigwarda lil Ħal Tarxien u li dwarha diġa' saret mistoqsija parlamentari; qed ngħid għall- inħawi ta' wara l-knisja.", "Fil-fatt it-tweġiba li kont ingħatajt tikkonċerna l-aħħar nies li fadal jgħixu fi djar li huma proprjeta' tagħhom.", "Qed nirreferi għall-familja Seguna.", "Issa dan inzerta veru mument ħażin għal din il-familja għax il-kap tal-familja qed imut u dawn ingħataw post f'Sta Luċija meta uliedhom u l-familja kollha jgħixu f'Ħal Tarxien u allura qalbhom marbuta m'hemmhekk.", "Kif qal il-Ministru, hemmhekk telgħin numru ta' djar.", "Allura għaliex m'hijiex policy tal-Gvern li meta tittieħed proprjeta' lil individwu dan ikollu l-ewwel preferenza fuq il-bini ġdid li jkun tiela'?", "Dawn ikunu kuntenti anke jekk jingħataw post se jaqa' u jirranġawh huma, l-aqwa li jibqgħu f'Ħal Tarxien.", "Pero' dawn se titteħdilhom proprjeta' li hija tagħhom u se jingħataw post band'oħra.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Segretarju Parlamentari): Fil-fatt l-Onor.", "Cilia diġa' għamel mistoqsija parlamentari fuq l-aħħar inkwilin li għad fadal f'dan il-post.", "Kif jaf l-istess Interpellant, il-familja li ssemmiet, jiġifieri l-familja Seguna, hija familja - safejn naf jien - ta' tnejn min- nies li ġiet offruta flat ġdid li għadu m'okkupah ħadd, biex tmur toqgħod fih.", "Dan il-flat huwa f'Sta Lucia, ftit metri 'l bogħod minn fejn joqogħdu fil-preżent.", "L-istess familja qegħda tindika post ieħor li huwa tal-privat u rekwiżizzjonat pero' li huwa wkoll okkupat minn persuna oħra.", "Il-familja Seguna trid li din il-persuna li qed tokkupa l-post indikat minnha tgħaddi ċ-ċavetta lilha u b'hekk tkun tista' tokkupa dan il-post.", "Mr Speaker, mhuwiex possibbli li nħallu arranġamenti ta' dan it-tip jiġru, u dan għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett mhijiex policy li nies jagħtu ordnijiet lil xulxin, u t-tieni jista' jkun li dan il-post fih ċerti ħsarat u aktar u aktar mhijex policy tagħna lin-nies li noħorġu mill-post tagħhom nagħtuhom post imkisser, anke jekk jgħidu li lesti jirranġawh.", "Aħna qegħdin noffru post ġdid lil din il-familja.", "Fil-fatt il-familja Seguna ġiet informata li fil-ġranet li ġejjin trid toħroġ għaliex inkella jkollna nieħdu passi; ma nistgħux nibqgħu nistennew il-bonavolonta' tal-familja Seguna li tiddeċiedi hi f'liema mument toħroġ mill-post.", "Il-proġett irid jitlesta - anke skond l-insistenza ta' l-istess Onor. Cilia - għax issa ilna numru ta' xhur nistennew.", "Lil din il-familja Seguna offrejnielha diversi postijiet u nispera li finalment tifhem li dan qed nagħmluh anke fl- interess ta' l-inħawi.", "Lanqas nistgħu nippretendu, kif qed jippretendu xi wħud mill-membri ta' din il-familja, li jekk indumu sena jew sentejn biex nibnu l-postijiet l-ġodda, huma jmorru f'post mingħajr ma jħallsu ebda kera.", "Kull min jidħol f'post ġdid irid iħallas l-kera u mhux jippretendi li ma jħallas xejn.", "MR SPEAKER; Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "TQEGHID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 147 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendew ir-Regolamenti biex Jinżammu l-Ordni Pubblika u d-Diċenza Pubblika fil- Ħwienet għall-Bejgħ ta' Nbid, Birra jew Likuri Spiritużi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Refalo f'isem l-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokument maħruġ mill-Komunita' Ewropea dwar l-isports, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 13599.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA T-TAXXA FUQ L-INCOME (EMENDA NRU.", "2)", "INCOME TAX (AMENDMENT NO.", "2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-9 ta' Novembru, 1993.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa in possession.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-bieraħ kelli l-opportunita' li nitkellem dwar in-naħa li għandha x'taqsam ma' l-income tax f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kelli ċ-ċans ngħid li wieħed mill-vizzji l-kbar tal-mod kif qed jopera l-Ministru tal-Finanzi, l-Onor.", "John Dalli u t-team tiegħu huwa li m'għandhom l-ebda mappa wiesgħa u ġenerali ta' fejn sejrin.", "Ħafna mill- affarijiet li qed jagħmlu fil-qasam tat-taxxa huma kontradittorji bħal, per eżempju, it-taħwida li daħlu fiha f'dak li għandu x'jaqsam mad-double taxation agreement, vis-a-vis l-inċentivi ta' taxxa li hemm fl-Industrial Development Act u vis-a-vis l-offshore provisions u kif dawn jaffettwaw lid- double taxation agreements.", "Kelli ċans ngħid ukoll li hemm kontradizzjoni kbira bejn il-mod kif qed jimxu bl-inċentivi ta' l-income tax u dak li jingħad dwar il-ħtieġa li jkun hemm aktar ħin ta' leisure għall-ħaddiema u għall-impjegati; kontradittorji anke fis-sens li qed indaħħlu forma ta' diskriminazzjoni soċjali bejn min għandu aċċess għal overtime u min m'għandux.", "Min għandu aċċess għal overtime jista' jibbenefika mill- inċentivi ta' taxxa li qegħdin jiġu offruti u min m'għandux dan l-aċċess ma jistax jibbenefika minn inċentivi simili.", "Imbagħad konna wasalna biex nitkellmu ftit fuq l-għoli tal-ħajja, li kienet xi ħaġa li semma l-Ministru - parti kbira mid-diskors tiegħu kien fuq l-għoli tal-ħajja - u għidt li jien kont nistennih jitkellem aktar fuq it-taxxa tal-VAT li wiegħed għas- sena d-dieħla u fil-fatt mhix se tidħol is-sena d-dieħla, u kont nistennih jitkellem aktar ukoll fuq il-vroma li għamlu hu u t-team tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni u l-introduzzjoni ta' l-hekk imsejħa capital gains tax.", "It-taħwid li kien hemm f'dawn l-aħħar xhur nimmaġina li kienu record anke fl-Amministrazzjoni preżenti.", "Allura tajjeb li nħarsu ftit lejn il-problema ta' l-għoli tal-ħajja kif spostaha l- Ministru l-bieraħ u kif qed jipprova jispostaha jew ma jispostahiex l-Gvern innifsu b'mod ġenerali.", "M'hemmx dubju, Sur President, li bħalissa għaddejja kampanja sħiħa biex mingħalihom jaljenaw lill-poplu mill-għoli tal-ħajja li qed jippreokkupa lill-maġġoranza kbira taċ-ċittadini f'Malta u GĦawdex.", "Mhux veru li l- Partit Laburista qiegħed jipprova jqanqal kuxjenza fuq l-għoli tal-ħajja.", "Il-kuxjenza qegħda hemm b'qawwa kbira u tinħass sew.", "Jien nazzarda ngħid li kien il-poplu li xewwex lill-Partit Laburista biex jieħu azzjoni fuq din il-problema ta' l-għoli tal-ħajja u mhux bil-maqlub.", "Imma l-Gvern għadu lanqas induna x'qed jiġri fil-pajjiż u ntilef f'kampanja ta' sforzi biex mingħalih jaljena lill-poplu mill-problema ta' l-għoli tal-ħajja.", "Il- bieraħ kellna parti minn din it-teknika meta wara li ilu sentejn bil- qiegħda fuq l-ewwel parti tar-rapport ta' l-Imħallef Anastasi dwar Mid-Med Bank Ltd, u mbagħad sena bil-qiegħda fuq it-tieni parti ta' dan ir-rapport, u disa' xhur bil-qiegħda fuq it-tielet parti, il-bieraħ il-Prim Ministru għoġbu jiddepożitahom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din hija tattika trasparenti - mingħalih - biex jaljena lill-poplu mill-problema ta' l-għoli tal-ħajja, għax jekk hemm xi ħaġa li jmissha saret, kienet li dawn ir- rapporti jiġu ppubblikati minnufih wara li waslu għand il-Gvern.", "Għax jekk rapporti bħal dawn iridu jittieħdu bis-serjeta' u jitqiesu bħala rapporti serji, id-dmir tal-Gvern kien mhux li joqgħod bil-qiegħda kif għamel għal sena u tmien xhur, imma li minnufih iġib dawk ir-rapporti a konjizzjoni tal- poplu.", "Jidher ċar li din kienet parti minn tattika ta' aljenazzjoni maħsuba biex mingħalihom jiddevjaw l-attenzjoni tal-poplu minn fuq l-għoli tal-ħajja.", "Bl-istess mod tattika oħra li se tintuża hija l-hekk imsejħa diskussjoni irrelevanti li se jipprova jdaħħal il-Gvern fuq it-taparsi tibdil fil-Kostituzzjoni li suppost ġie maħsub u mfassal mill-Partit Nazzjonalista, imma li fil-fatt ġie mfaqqas mill-Management Systems Unit, mill-MSU.", "Dan huwa mod kif mingħalihom jispostaw l-attenzjoni u jiddevjaw id-diskussjoni minn fuq din il-problema ta' l-għoli tal-ħajja li hija topika u ċentrali għall-pajjiż.", "Ovvjament hemm pjan orkestrat, anke permezz tal-PBS, li huwa x-xandir nazzjonali - jew taparsi nazzjonali - maħsub biex jiddevja l-attenzjoni minn fuq il-problema ta' l-għoli tal- ħajja.", "Allura l-Ġimgħa suppost li se jkun hemm konferenza stampa mill- Prim Minstru biex taparsi jispjega x'inhuwa t-tibdil fil-Kostituzzjoni.", "Pero' dalgħodu rċevejt taparsi stedina mingħand is-Sur Godfrey Grima, fejn qalli li diġa' jaf li se ssir din il-konferenza stampa mill-Prim Ministru u li, b'għaġeb kbir, se jorganizza parti mill-programm tiegħu \"Dahrek mal- Ħajt\" tal-ġimgħa d-dieħla, fuq it-tibdil fil-Kostituzzjoni.", "Il-ġimgħa li għaddiet ukoll kien hemm dak il-professur l-ieħor, il-Professur Henry Frendo - li xi darba kien eżiljat u issa reġa' ġie lura wara li kien refuġjat - li minn fuq il-mezzi tax-xandir nazzjonali tkellem dwar it- tibdil kostituzzjonali.", "Jiġifieri f'daqqa waħda l-media makers tal-Gvern qed joħolqu dawn it-tip ta' xinxilli biex jiddevjaw l-attenzjoni.", "U hawn jien nagħmilha ċara ...", "(Interruzzjonijiet) L-ewwelnett għandhom raġun ma jagħmlux televiżjoni tagħhom!", "Pero' l-aktar bniedem li skantani kien il- ġurnalista Godfrey Grima li jippoża ta' wieħed professjonali u miftuħ għal kulħadd imma jidher ċar li jagħmel front għall-interessi tal-Gvern.", "Fi żmien meta qed joqrob il-Budget u fi żmien meta jekk hemm topic li huwa ta' interess għal kulħadd, dan huwa preċiżament it-topic ta' l-għoli tal-ħajja, il-ġurnalista - u din se nibda ngħidhielu issa - taċ-ċomb, Godfrey Grima, minflok jagħti lill-poplu diskussjoni fuq l-għoli tal-ħajja - jekk irid tabilħaqq ipoġġi lil xi ħadd dahru mal-ħajt - jiftaħar fuq topic li għażel il-Gvern biex jaljena lill-poplu.", "Dalgħodu meta waslitli l-istedina tas- Sur Godfrey Grima, il-ġurnalista taċ-ċomb, biex nieħu sehem f'dan il- programm \"Dahrek mal-Ħajt\" fuq il-proposti għal bidliet Kostituzzjonali, jien infqajt nidħak u bgħattlu risposta lura fejn għidtlu: Għax ma tagħmilx il-programm fuq l-għoli tal-ħajja?", "Imma s-Sur Godfrey Grima baqa' jinsisti fuq din il-ħaġa u allura għalija kkonferma mill-ġdid li minkejja l- ħafna claims u argumenti li għamel, m'hu qed iservi għal xejn ħlief bħala frontman għall-organizzazzjoni pubbliċitarja tal-Gvern preżenti.", "Għalija min jaħdem b'dan il-mod m'huwiex ġurnalista professjonali, kif jikklejmja, imma - u ċertament li hu hekk f'dan il-każ - huwa ġurnalista taċ-ċomb.", "Jien qed ngħid minn issa li dan l-isforz biex taparsi jaljenaw l-attenzjoni minn fuq l-għoli tal-ħajja mhux se jirnexxi, għax din m'hijiex xi ħaġa li, kif jippretendi l-Gvern, qed tinbena b'mod artifiċjali, imma bil-maqlub.", "Il-problema ta' l-għoli tal-ħajja qed iħossuha n-nies, iċ-ċittadini komuni, il-ħaddiema, l-impjegati, l-anzjani u dawk in-nies li jiddependu mill- assistenza soċjali biex jgħixu.", "Jidher ċar li l-Gvern qed jipprova jħares in-naħa l-oħra u lil dawn in-nies taparsi ma jismagħhomx biex jibqa' għaddej fit-triq tiegħu.", "Sur President, m'hemmx għalfejn tkun xi għaref mill-kbar jew xi gradwat fl-ekonomija biex tifhem għaliex f'din l-aħħar sena l-għoli tal-ħajja rranka b'dan il-mod.", "Ir-raġunijiet qegħdin hemmhekk u l-poplu kollu jifhimhom.", "Ir-raġuni bla dubju ta' xejn hija d-deċiżjoni żbaljata li l- Gvern ħa s-sena li għaddiet meta żvaluta l-lira.", "Din kienet deċiżjoni żbaljata, mgħaġġla u immatura u deċiżjoni li wasslet għall-effetti li kellha twassal għalihom.", "Meta l-bieraħ il-Ministru Dalli beda jitkellem dwar il-kwestjoni tar-riċessjoni, bilfors kelli nidħak għax fis-snin tmenin dan kien wieħed minn dawk li għalihom il-kelma riċessjoni qisha ma kenitx teżisti, qisu dak iż-żmien ir-riċessjoni ma kellha l-ebda impatt fuq l-ekonomija ta' Malta.", "Dak iż-żmien, l-Onor.", "Dalli kien wieħed minn dawk li jargumentaw li l-Gvern Laburista tas-snin tmenin ma kienx qed jiffaċċja riċessjoni internazzjonali kbira, u allura l-Onor.", "John Dalli u sħabu kienu jargumentaw li l-problemi ekonomiċi ta' dak iż-żmien ma kenux tort tar-riċessjoni internazzjonali fuq is-swieq tagħna tat-turiżmu, ta' l- industrija u ta' l-esportazzjoni, imma kienu tort tal-mod kif kien imexxi l- Gvern Laburista.", "Dak iż-żmien il-kelma riċessjoni ma kenitx teżisti fil- vokabularju tal-Ministru Dalli.", "Imma l-bieraħ ġara bil-maqlub, għax f'daqqa waħda l-Onor.", "John Dalli reġa' għamilha ċara kemm hija importanti r- riċessjoni - issa skopra r-riċessjoni - u għalih l-argument kollu favur l- iżvalutar tal-lira ġej mill-eżistenza tar-riċessjoni.", "Dan l-argument skond l-istatistika stess tal-Gvern huwa żbaljat għax jekk se naċċettaw l- istatistika tal-Gvern, irridu ngħidu li kemm sas-sena li għaddiet kif ukoll sal-lum, l-istatistika tal-Gvern kienet turi li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esportazzjoni Maltija, kemm tat-turiżmu kif ukoll ta' l-industrija, ir-riċessjoni ma kenitx teżisti.", "Allura l-eżempju u r-raġuni tar- riċessjoni lili ma jikkonvinċunix, aktar u aktar meta jintużaw minn bniedem bħall-Onor.", "John Dalli, li fis-snin tmenin kien parti minn klikka li għaliha r-riċessjoni internazzjonali ma kellha l-ebda tifsira.", "Imma din kienet l-ewwel raġuni għaliex il-ħajja għoliet u ż-żieda fil-prezzijiet irrankat, Sur President.", "Matul dawn l-aħħar snin, minkejja r-retorika kollha ta' kompetizzjoni ħielsa u suq ħieles, kien hawn ukoll aċċellerazzjoni fil-pajjiż ta' cartelisation, il-ħolqien ta' cartels, jiġifieri ftehim minn taħt bejn azjendi privati li jiftiehmu bejniethom dwar kif effettivament jidħku bil- poplu billi jżommu l-prezzijiet fissi u ma jniżżluhohmx, anzi jekk hemm bżonn itellgħuhom.", "Cartel importanti fil-farmarċija, cartel importanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjoni ta' l-ikel u cartel importanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjoni ta' affarijiet bħal spare parts ta' karozzi, huma affarijiet li jolqtu direttament lill-but tal-konsumatur.", "Ħaġa bħal din tant hija magħrufa tajjeb illi jekk nieħdu l-farmaċija nsibu eżempji ċari ta' nies li qed jimmanipulaw il-ftehim moħbi bejniethom biex iżommu l-prezzijiet għolja jew biex jgħolluhom.", "X'inhi r-rabta mat- tmexxija tal-Gvern f'ħaġa bħal din?", "Ir-rabta hija ċara.", "Ħafna minn dawn in-nies li huma involuti fil-cartels u fil-camorri huma nies li jagħtu fondi sostanzjali lill-Partit Nazzjonalista jew lil nies li huma attivi fil- Partit Nazzjonalista.", "M'hemmx dubji dwar din il-ħaġa.", "Dan il-fenomenu ta' cartelisation tant issa jidher ċar fil-pajjiż illi jekk wieħed jaqra between the lines id-diskors li għamel il-bieraħ il-Ministru Dalli jifhem li anke hu qed iħoss din il-ħaġa u jifhem ukoll li jekk ma ssirx xi ħaġa, il-cartelisation tal-pajjiż tkompli tiskredita kompletament kull ħsieb li f'dan il-pajjiż jista' jkun hawn tabilħaqq xi forma ta' kompetizzjoni ħielsa, xi forma ta' kompetizzjoni privata effettiva.", "Sur President, aktar minn hekk, il-bieraħ l-Onor.", "John Dalli f'daqqa waħda reġa' beda jitkellem - għalija għalhekk tilef ħafna mill- kredibilita' tiegħu kemm teknika kif ukoll professjonali - fuq l-isforz li ried jagħmel biex jissorvelja l-fair trading fil-pajjiż.", "Din semmieha fil- Budget is-sena li għaddiet u m'għamel assolutament xejn fuqha.", "Issa, sens wara, bdew jidhru xi reklami fil-gazzetti dwar xi seminar li se jsir.", "Imma eżattament il-politika ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż tista' tibqa' titmexxa b'dan il-mod?", "Kollox qed jitħalla għaddej għal rasu u mbagħad meta jqumu l-kriżijiet wieħed jipprova jidħak bil-poplu u jaljenah billi jagħmel dawn l-eżerċizzji fir-relazzjonijiet pubbliċi ħalli taparsi qed issir xi ħaġa.", "Ħaġa bħal din ma tistax tibqa' sejra għax il-poplu jinduna li l-Gvern qed jitmejjel bih, aktar u aktar imbagħad meta tidħol it- tielet problema f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet.", "U l-poplu jifhem li l-kontrolli li suppost hawn fil-pajjiż fuq il-prezzijiet u li l-Gvern suppost qiegħed jamministra, assolutament ma jeżistux.", "Tant ma jeżistux illi ħafna drabi n-nies jiftakru f'dak li qalilhom il-Prim Ministru nnifsu xi xhur ilu: Ħalli jogħlew il-prezzijiet!", "Kien hemm min anzi ċapċaplu dak il-ħin meta qal hekk.", "Jiġifieri l-mentalita' inflazzjonista li daħħal il- Gvern fil-pajjiż hija underpinned u sostnuta min-nuqqas ta' implimentazzjoni serja tas-sistema ta' kontrolli fuq il-prezzijiet li taparsi u li suppost teżisti, imma effettivament ma teżisti xejn.", "Allura jien ma neħodhiex bi kbira li, per eżempju, meta l-ġimgħa li għaddiet il- Ministru Dalli ħareġ l-istqarrija tiegħu biex jgħid kif qegħdin llum il- prezzijiet ta' ċerti prodotti, bħal corned beef, te u affarijiet oħra, dawn ma kienu assolutament xejn il-prezzijiet attwali li l-konsumatur isib meta jmur jixtri fil-ħwienet.", "Effettivament jirriżulta illi l-prezzijiet attwali huma mill-anqas minn 15% sa 20% aktar għolja minn dawk li semma l- Ministru Dalli bħala l-prezzijiet attwali.", "Ħaġa bħal din minnufih tnaqqas il-kredibilita' tal-Ministru tal-Finanzi u l-Gvern tiegħu, jiġifieri li dawn huma l-prezzijiet tal-lum meta dan mhuwiex veru, anzi l-prezzijiet li qed jiffaċċja l-konsumatur huma ferm ogħla minn hekk.", "Il-bieraħ il-Ministru Dalli prova jirrapezza din l-istorja meta qal li aħna qegħdin nitkellmu dwar corned beef Exeter li huwa ta' kwalita' tajba u li ma kienx jinstab fl-1981 u allura l-prezzijiet li ġew ikkwotati huma prezzijiet ta' corned beef ta' livell baxx.", "Jiena ngħidlu li l-prezzijiet li kkwota forsi kienu ta' corned beef li seta' xtara bil-kuntrabandu jew ta' corned beef skadut u nista' nassigurah illi l-prezzijiet tal-corned beef li ta għal dak li jirrigwarda l-1981 ma kenux jirreferu għal corned beef skadut jew bil-kuntrabandu imma għal corned beef ta' prima kwalita' li kien jeżisti f'Malta dak iż-żmien; forsi hu ma jafx għax kien imsiefer dak iż-żmien.", "Allura meta tara li anke Ministru tal-Finanzi jipprova jirrapezza b'dan il-mod ikollok bilfors tgħid li għandu dahru mal-ħajt u li l-politika tiegħu falliet bil-kbir.", "Hemm raġuni oħra, Sur President, għaliex għolew il-prezzijiet u għaliex il-pajjiż jaf li għolew il-prezzijiet.", "Din hija li l-Gvern innifsu b'deċiżjoni konxja u b'deċiżjoni deliberata iddeċieda li jżid il- prezzijiet tas-servizzi jew il-prodott li jipprovdi.", "Din għamilha b'mod konsistenti u b'mod illi mhuwiex politikament diċenti għax ma ħabbrux minn qabel, fil-Budget kif kien isir fl-imgħoddi, imma għamilha minn taħt u pass pass kif isiru l-affarijiet.", "Fil-fatt ġimgħa wara l-oħra u xahar wara l- ieħor, il-poplu kien qiegħed jinduna u kien qiegħed iġarrab prezzijiet li dejjem telgħin f'dak li għandu x'jaqsam ma' permessi, liċenzji, miżati, eżamijiet, telephones, ilma, elettriku u l-bieraħ semmejt ukoll il- prezzijiet taż-żbir tas-siġar.", "Rikorrentement, konsistentement darba, ġimgħa wara l-oħra u xahar wara l-ieħor, mingħajr ma jħabbarhom fil-Budget, il-Gvern kien u għadu jżid il-prezzijiet tas-servizzi u l-prodotti li jipprovdi.", "Imma l-poplu mhuwiex injorant jew imbeċilli u, jgħid xi jgħid il-Ministru John Dalli, jaf u jara x'inhu jiġri, jifhem x'inhu jiġri, iħoss l-għoli tal-ħajja u tal-prezzijiet fil-ħajja ta' kuljum u allura bilfors li ċ-ċittadin joqmos.", "Sur President, diġa' semmejt - nerġa' nsemmihom - ir-raġunijiet għaliex il-ħajja għoliet u ħadd ma jista' jinnega li għoliet.", "Dawn huma l- iżvalutar tal-lira, il-mod kif l-ekonomija sfat cartelised f'camorri, il- fatt illi l-kontrolli fuq il-prezzijiet mhumiex jinżammu mill-Gvern u assolutament kollox mar abandon ship f'dawn l-affarijiet.", "Il-Gvern innifsu qed iżid il-prezzijiet tas-servizzi u l-prodotti li jipprovdi huwa stess.", "Allura dan iġibna għall-mistoqsija li jekk il-ħajja qed togħla, b'kemm qed togħla?", "Jekk il-prezzijiet qed jogħlew, b'kemm qed jogħlew?", "Dan minnufih iwassalna għall-konsiderazzjoni ta' dak l-indiċi l-aktar skreditat li bħalissa hawn fil-pajjiż, jiġifieri l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet li huwa mħejji mid-Dipartiment ta' l-Istatistika tal-Gvern.", "Ħadd m'għadu jemmen f'dan l-indiċi, la l-ħaddiema, la l-impjegati, la l-pensjonanti u lanqas l-anzjani.", "Xi xhur ilu tkellimna kontra tiegħu bħala Partit Laburista u qalu li qed nipprovaw inkesksu kontra l-unions.", "Imbagħad effettivament kulħadd irrealizza li mhux hekk kien, imma li dak li konna qed naħsbu u ngħidu aħna kienu qed jgħiduh u jaħsbuh l-unions ukoll.", "Dawn tkellmu kontra l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet u qalu li ma jitwemmix, u dan mhux il-General Workers' Union biss qalitu imma qaluh l-unions l-oħra wkoll.", "Kien hemm rappreżentanti tas-sidien li qalu l-istess ħaġa u saħansitra kien hemm ċerti ministri li taw x'wieħed jifhem li huma wkoll iħossu li l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet mhux qed juri l-ħajja kif inhi realment.", "Is-sentiment li l-għoli tal-ħajja qiegħed jaħrab minn idejn il- Gvern u li l-prezzijiet qed jiżdiedu u li ħarbu minn idejn il-Gvern huwa sentiment ġenerali li skatta anke b'mod ċar fl-aħħar Konferenza Ġenerali tal-Partit li hemm fil-gvern meta riedu jaljenaw lid-delegati tagħhom fuq ċerti affarijiet imma d-darsa tuġa' u l-problema ta' l-għoli tal-prezzijiet - minkejja l-isforzi kolli li saru - ħarġet hemmhekk ukoll.", "Mr Speaker, x'qed jgħid l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet?", "L-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet qed jgħid li għalkemm il-ħajja għoliet xi ftit, ċertament li m'għolietx b'rata li hija daqstant qawwija.", "Jekk wieħed jieħu l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet minn Settembru tas-sena li għaddiet sa Settembru ta' din is-sena jsib li dan kien jaqra 101.71 filwaqt li l-aħħar indiċi li ħareġ għal Settembru ta' din is-sena jaqra 107.71.", "Jiġifieri sena b'sena qed juru qabża ta' sitt punti li jittraduċu ruħhom f'qabża perċentwali ta' 5.9% f'sena waħda.", "Jekk imbagħad tikkalkolah fuq il- perjodu bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, issib li l-qabża hija minn 103.12 għal 107.71, jiġifieri qabża ta' madwar 4.8%.", "Dawn il-figuri assolutament ma jimpressjonawx lill-poplu għaliex dan iħares lejn kemm il- lira kienet tiswa qabel u kemm tiswa llum.", "Il-poplu jagħmel il-kalkoli tiegħu mhux fuq iċ-ċifri imma fuq kemm jonfoq bil-lira li għandu fil-but.", "Ċertament li ħadd ma jaqbel li f'din is-sena l-valur tal-lira li għandu fil-but naqas biss b'xi ħames jew sitt ċenteżmi, għaliex fil-fatt il-valur naqas ħafna u ħafna iktar.", "Dan in-nies jgħiduhulek b'mod ċar u dettaljat anke meta jitkellmu fuq kemm il-lira qed tlaħħaq jew ma tlaħħaqx meta jiġu biex jixtru prodotti u servizzi li suppost li jipprovdilhom il-Gvern.", "Jien ma nistagħġibx li l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet huwa diskreditat bil- mod kif fil-fatt huwa diskreditat u r-raġuni hija li qasam li ħallewh jaqa' u li f'dawn l-aħħar snin ma tawh l-ebda attenzjoni kien preċiżament id-Dipartiment ta' l-Istatistika fejn hemm diżorganizzazzjoni u telqa kbira u fejn assolutament lanqas qed ilaħħqu max-xogħol kurrenti tagħhom.", "L-ilment klassiku - anke min-naħa tan-negozjanti u rappreżentanti ta' l- industrijalisti - huwa li l-istatistika uffiċjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' kummerċ u ma' affarijiet ta' natura ekonomika qed tiġi pubblikata tard sew, anke sentejn wara u allura meta toħroġ din l-istatistika m'hijiex qed tkun relevanti għall-ħteġijiet kurrenti.", "Din it-tip ta' kritika, li hija kritika ġustifikata ħafna, ilna żmien nisimgħuha.", "Effettivament id- Dipartiment ta' l-Istatistika tħalla jiżmantella ruħu u ma sar l-ebda ħsieb biex dan id-dipartiment jingħata aktar fondi, staff u attrezzaturi.", "Forsi l-unika ħaġa li baqgħet toħroġ regolarment kienet preċiżament l- indiċi uffiċjali tal-prezzijiet, għal raġunijiet politiċi ċari.", "Issa meta wieħed ikun jaf kif isir l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet jifhem minnufih kif it-tħejjija u l-implimentazzjoni tiegħu m'humiex serji, u m'humiex serji b'mod konsistenti u b'mod li jdaħħal problemi sistematiċi fil-kejl tal-prezzijiet.", "Allura l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet, b'mod regolari u sistematiku qiegħed konsiderevolment lura fuq il-ġibda reali tal- prezzijiet.", "M'hemmx dubju li anke l-mod kif tinġabar ċerta informazzjoni m'huwiex korrett imma vizzjat, u dan ma ġarax darba jew darbtejn imma qed jiġri b'mod sistematiku għax m'hemmx kontrolli serji fuq il-mod kif jinġabru l-prezzijiet.", "Allura kull darba li joħroġ l-indiċi - meta joħroġ fil-ħin, għax din is-sena kien hemm xhur fejn l-indiċi uffiċjali tal- prezzijiet ħareġ anke erba' xhur tard - jinħass l-ilment li l-indiċi uffiċjali qiegħed jirrapporta dwar il-livell tal-prezzijiet b'mod li m'huwiex konsistenti ma' l-esperjenza tal-poplu.", "Din ħarġet ċara għax f'dawn l-aħħar xhur smajna lill-Ministru nnifsu jammetti li l-indiċi uffiċjali m'huwiex adegwat għal dak li qed iħoss il-poplu u qed jinġabu żewġ raġunijiet għal dan.", "Jien semmejt l-aktar waħda mportanti cioe' li l- mod kif tinġabar l-informazzjoni mhux serju, mhux xjentifiku u mhux tajjeb għax huwa vizzjat.", "Ir-raġuni l-oħra li tissemma u fiha parti mir-raġun, hi li l-indiċi uffiċjali preżenti huwa bbażat fuq il-profil ta' konsum li kien jeżisti daqs ħames snin jew sebgħa ilu u naturalment biż-żmien dan inbidel.", "Allura jeħtieġ li l-profil ta' konsum jerġa' jiġi evalwat mill- ġdid qabel ma wieħed ikun jista' jasal għal miżura aktar korretta u preċiża ta' dak li qed iġarrab il-poplu.", "Mr Speaker, jien nibqa' ngħid li għalkemm naqbel ma' l-argument li l- profil inbidel - għax huwa veru - inħoss li l-aktar raġuni valida għaliex l-indiċi tal-prezzijiet mhux korrett huwa l-mod vizzjat kif jitmexxa d- Dipartiment ta' l-Istatistika u kif qed tinġabar l-informazzjoni dwar il- prezzijiet, l-informazzjoni reali u mhux dik li toħroġ mill-kotba.", "Din tidher ċara wkoll mill-iżball żbaljun li għamel l-istess Minsitru Dalli l- ġimgħa li għaddiet fil-press release li ħareġ, suppost bil-prezzijiet tal- corned beef u prodotti oħra fejn irriżulta ċar li l-informazzjoni kienet skorretta u ma kenitx preċiża.", "Jekk wieħed jaqbel li l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet mhux korrett ikollu problema quddiemu għax allura wieħed jistaqsi : X'inhi l-istima li nistgħu nagħmlu?", "Kif nistgħu nistmaw b'mod tendenzjali r-rata vera ta' l-għoli tal-prezzijiet?", "U hawnhekk qamet il- kontroversja kollha - ħafna minnha artifiċjali - dwar il-pilot study li kkummissjonati l-Fondazzjoni Ġuże' Ellul Mercer.", "Il-pilot study kien maħsub biex f'terminu ta' xahrejn jagħti informazzjoni tendenzjali fuq bażi ta' sample żgħir li jagħti indikazzjoni dwar x'inhi r-rata vera ta' l-għoli tal-prezzijiet.", "Nixtieq li l-ewwel nibda mil-lat personali għax bħas-soltu l-propaganda tan-naħa tal-Gvern tiddeletta sew li meta jkun hemm problema jew tqum kontroversja, minflok jittekiljaw il-qalba tagħha jipprovaw jiżlogawha u jiżbilanċjawha għal affarijiet personali.", "Il-bieraħ ħadt gost - għax għamiltha apposta u l-Ministru Dalli daħal fiha kif stennejt jien - li meta semmejtlu lil ħuh in konnessjoni mal-LIMSUK qam minnufih jitkellem fuqu.", "U tan-naħa tal-Gvern għamlu l-istess ħaġa, minflok iffokaw fuq x'qed jgħid l-istudju kummissjonat mill-GEM, minnufih ipprovaw idawru - dażgur li ma daħħaltx whisky! - u jiżlogaw l-istorja fuq il-professjoni u l- involviment ta' ħija f'dan l-istudju.", "Hu ma kellux involviment professjonali f'dan l-istudju u allura l-ħafna botti redikoli tas- Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Austin Gatt huma assolutament out of place u huma denji tiegħu u ta' ħadd aktar.", "Aktar minn hekk, ir- realta' ta' l-istudju hija li dak huwa studju maħdum mhux biex ikun minflok indiċi uffiċjali - kieku indiċi uffiċjali huwa maħdum b'mod serju - imma biex jagħti tendenzi u juri eżattament x'inhuma l-affarijiet li qegħdin tabilħaqq jagħfsu fuq l-għoli tal-ħajja.", "B'dan il-mod kellu jiġi kkonsidrat u min joħroġ u jgħid li huwa studju tad-dilettanti għandu risposta ċara quddiemu.", "Studju tad-dilettanti huwa studju li ma jsibx l- approvazzjoni tal-poplu meta jasal għar-riżultati.", "Jekk il-maġġoranza kbira tal-poplu tifhem li r-riżultati ta' studju bħal dan huma aktar qrib il-ħajja tagħha mill-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet li suppost jinħadem b'mod aktar xjentifiku, allura hemm xi ħaġa ħażina u wieħed ikollu jistaqsi liema tabilħaqq huwa x-xogħol ta' dilettant, jekk hux ix-xogħol li jsir fuq l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet bis-suppost riżorsi u bis-suppost inċentiviżmu li għandu l-Gvern, jew inkella l-istudju magħmul bħala pilot study li sar biex jipprova jiskopri x'inhuma t-tendenzi fiċ-ċaqliq tal- prezzijiet attwali, jiġifieri mhux iċ-ċaqliq li jitkellmu dwaru tan-naħa tal-Gvern b'mod żlugat li lanqas ikun jikkorrispondi għar-realta'.", "Mr Speaker, ir-risposta tiegħi toħroġ ċara fis-sens li jekk l-indiċi uffiċjali huwa skreditat - u hekk hu - allura x-xogħol dilettantesk wieħed jattribwih lil min hu responsabbli għall-indiċi uffiċjali, f'dan il-każ il- Ministru Dalli u t-team tiegħu, li kif kelli okkażjoni nispjega l-bieraħ, anke fil-qasam tat-taxxi qed imexxu l-politika finanzjarja u ekonomika ta' dan il-Gvern b'mod dilettantesk.", "GĦalhekk minflok ma jipprovaw jaraw ftit il-problema eżattament kif inhi u kif tinħass, anke permezz ta' studju pilota - imisshom huma stess għamlu użu minn pilot study f'din il-ħaġa - jipprovaw iwaddbu kollox taħt it-tapit, jipprovaw jaljenaw u jkunu kompliċi ma' sforzi - ngħidilhom jien - oxxeni li jippersonalizzaw u jkunu ta' attakk personali.", "Nerġa' ngħid li l-bieraħ apposta semmejt lil ħu l-Onor.", "John Dalli fil-LIMSUK ħalli nara kif jirreaġixxi u ħadt gost li rreaġixxa kif irreaġixxa.", "Jien ngħidlu li dik ir-reazzjoni turi eżattament x'jiġri meta wieħed jippersonalizza l-affarijiet.", "Sur President, issa se nitkellem fuq ir-riżultati tal-pilot study.", "Il- pilot study x'għamel?", "Ħa sample ta' 24 familja ...", "(Interruzzjonijiet) Kieku kien hemm 48 familja kienu jkunu ħafna aktar ...", "Ma ngħidilhomx \"imbeċilli\" lil dawn in-nies, lanqas ma ngħidlu mbeċilli l-mod kif isiru l- affarijiet, għax dawn huma 24 familja li jgħixu f'dan il-pajjiż, li jġarrbu l-ħajja kif jgħixuha l-pensjonanti, il-ħaddiema u l-impjegati f'dan il- pajjiż, u ċertament mhux kif jgħixuha l-ministri.", "Allura l-esperjenza ta' 24 familja diġa' tiswa biex wieħed ikollu indikazzjoni ta' kif sejrin l- affarijiet.", "Il-pilot study kummissjonat mill-GEM ħares lejn il-basket ta' l-ikel, fejn wara li neħħew minnu l-ħxejjex u l-frott - għax dawn huma staġjonali fl-impatt tagħhom - bir-raġun u b'mod xjentifiku kkonċentraw fuq dik il-parti li ma tvarjax skond l-istaġun biex jaraw li b'mod stabbli kif qed jevolvu l-prezzijiet.", "Ir-riżultati li ħarġu jindikaw li t-tendenza hija li ż-żieda fil-livell tal-prezzijiet ta' l-ikel f'din ir-range ta' prodotti li teskludi l-ħxejjex u l-frott staġjonali, hija ta' 13%.", "Kif għidt l-ewwel, hemm il-prezz ta' l-oġġetti u l-profil ta' konsum li tagħmel familja fil-ħajja regolari tagħha.", "U meta ġie evalwat il-profil ta' konsum ta' dawn il-familji bil-livell ta' prezzijiet li kienu saru, waslu għall-konklużjoni li t-tendenza għall-għoli tal-ħajja fuq l-ikel, apparti l-ħxejjex u l-frott, kienet ta' 15%.", "Bħala order of magnitude il- livell tal-prezzijiet ta' l-ikel għola bi 13%, filwaqt li ż-żieda fuq il- kont ta' l-ikel hija ta' 15%.", "L-għaref - għax hekk se jkolli ngħidlu - Ministru tal-Finanzi John Dalli, qal li dan kien mod imbeċilli kif tagħmel studju bħal dan.", "Forsi qal hekk għax ma qabilx mal-konklużjonijiet; għandu kull dritt jaħseb hekk, imma nista' ngħidlu li l-maġġoranza kbira tal- ħaddiema, impjegati, pensjonanti, anzjani u min jiddependi fuq l-assistenza soċjali fil-pajjiż, ma jqisux ir-riżultati li nkisbu minn dan l-istudju bħala mbeċilli, anzi jaqblu li s'issa dak it-tip ta' studju għalihom huwa aktar korrett fl-indikazzjoni li jagħti dwar l-għoli tal-ħajja mill-indiċi uffiċjali ppreżentat mill-Ministru għaref u mhux imbeċilli John Dalli.", "Ħaġa bħal din lill-poplu bilfors tweġġgħu għax spiċċajna f'sitwazzjoni fejn bl-implikazzjonijiet ta' dak li qed jgħid l-għaref u mhux imbeċilli Ministru John Dalli, qed jakkuża lill-poplu Malti u GĦawdxi li huwa poplu mbeċili.", "GĦalija din aktar u aktar turi l-mod kif il-Gvern qed jinqata' mill-ħajja tal-poplu kif tabilħaqq qed jgħixha.", "L-għaref u mhux imbeċilli Ministru John Dalli qed jingħalaq fil-figuri li jagħtuh u mhux qed jifhem x'inhi l-ħajja li qed jgħix tabilħaqq il-poplu.", "Qed jagħmel żball l-għaref u mhux imbeċilli Ministru John Dalli meta jaħseb li l-poplu ma jifhimx dak li jkun qed jiġri, u ma jirealizzax li ċerti tattiċi u metodi kif jiġu ppreżentati l-affarijiet ikunu maħsuba biex jidħku bih u biex mingħalihom idaħħluh f'xi xkora.", "Per eżempju, ir-retorika ġdida li ħarġet u smajnieha mingħand il-Ministru mhux imbeċilli John Dalli, kienet dwar il- household budgetary survey.", "Il-bieraħ qalilna li hemm bżonn li nagħmlu survey u studju ġdid ħalli naraw kif nistgħu ntejbu u nemendaw l-indiċi uffiċjali.", "Il-fatt li hemm bżonn ta' indiċi uffiċjali ġdid ilu jissemma xi sitt xhur, imma għaġeb ta' l-għeġubijiet ir-riklami fuq il-household budgetary survey, fejn se jikkuntattjaw ma nafx kemm-il elf famija, bdew ifaqqsu din il-ġimgħa.", "GĦax f'daqqa waħda xi ħadd mill-uffiċjali ta' l-għaref u mhux imbeċilli Ministru John Dalli rrealizza li se ssir dimostrazzjoni nazzjonali ta' protesta konta l-għoli tal-ħajja, u forsi ħasbu li waħda mill-affarijiet li setgħu jsiru biex imewtu l-effetti tagħha kienet proprju li jgħidu li bdew jippreparaw household budgetary survey.", "Din hija l-istess bħall-kwestjoni tal-fair trading, fejn wara li ntqal ħafna kliem fuqha, jgħaddi ż-żmien, jibqgħu ma jagħmlu xejn u meta mbagħad jasal iż-żmien biex issir xi ħaġa jkun tard wisq.", "Allura biex jirrapezzaw jibdew bir-relazzjonijiet pubbliċi, jiġifieri r-reklami.", "Jidhirli li ma' dawn ir-reklami ħarġu wkoll stqarrija li qalet li s-survey se jsir fuq ma nafx kemm-il elf familja, jiġifieri se jsir bis-serjeta' u bil-kbir, u li minn dan is-survey imbagħad jittieħed sample żgħir ta' familji, ħalli jkunu jistgħu jibnu l-indiċi uffiċjali l-ġdid.", "Intqal ukoll li biex tinbena l-informazzjoni meħtieġa se jkun hemm bżonn ta' sena xogħol.", "Allura jekk ix-xogħol jibda mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla, irridu sena sħiħa sakemm tinġabar l- informazzjoni, ħalli jkun jista' jsir il-household budgetary index il-ġdid.", "Imma biex din l-informazzjoni tkun tista' tintuża jrid isir aktar xogħol ħalli l-informazzjoni tinbena f'xi forma ta' indiċi li fuqu wieħed ikun jista' jaħdem.", "Biex dan isir hemm bżonn ta', mill-inqas, sena xogħol oħra, jiġifieri qed nitkellmu fuq time horizon ta' mill-inqas sentejn biex tinġabar l-informazzjoni ħalli jkun jista' jinbena l-indiċi l-ġdid, u mbagħad ikun hemm perjodu ta' żmien ieħor li matulu jiġi tabilħaqq mibni dan l-indiċi l-ġdid mill-informazzjoni li tkun inġabret.", "Sadanittant, x'se jaħseb il-poplu mbeċilli?", "Dan se jistaqsi lill-Ministru tal-Finanzi għaref u mhux imbeċilli John Dalli: X'se jiġri in the meantime, waqt li supppost ikun qed isir l-indiċi uffiċjali l-ġdid?", "Il-bieraħ stennejt li l-Ministru mhux imbeċilli John Dalli għallinqas jispjegalna ftit il-mod kif se jirrispondi għal din il-problema.", "Jiġifieri hemm qbil li l-indiċi uffiċjali preżenti mhux tajjeb u allura qed jingħad li fis-sentejn li ġejjin suppost li jsir sforz biex jinbena indiċi uffiċjali ġdid u aktar serju.", "Imma x'se jiġri f'dawk is-sentejn?", "Kif se jitkejjel b'mod serju l- għoli tal-ħajja biex il-poplu jista' jaċetta r-riżultat bħala validu?", "Hemm ċerti indikazzjonijiet - li se nitkellem dwarhom aktar 'il quddiem - li juru li hemm ċans tajjeb li l-għoli tal-prezzijiet se jkompli jirranka.", "Għalhekk fis-sentejn li ġejjin, sakemm isir il-household budgetary survey il-ġdid se jkun hemm bżonn ta' mezz awtentiku u serju li għallinqas ikun maqbul minn kulħadd kif jitkejlu l-prezzijiet Il-bieraħ il-Ministru tal-Finanzi li mhuwiex imbeċilli imma huwa għaref minflok kellimna dwar din il-problema reġa' rrepeta r-retorika li jixtieq li jkun hemm qbil fuq din il-ħaġa, li hemm bżonn li jkun hemm consensus fuq din il- ħaġa u li kulħadd għandu jagħti l-kontribut tiegħu fuq din il-ħaġa, imma fuq il-prattiċita' tagħha, fuq il-metodu ta' kif se jagħmel din il-ħaġa b'mod li ma jkunx imbeċilli ma qalilna assolutament xejn.", "Il-poplu li mhuwiex imbeċilli - mhux kif jaħseb il-Ministru - qiegħed jistaqsi kif se jkun imkejjel l-għoli tal-ħajja b'mod awtentiku, b'mod li jkun maqbul u b'mod li jkun aċċettat li tabilħaqq ikun metodu li jagħti l-għoli tal-ħajja veru.", "Għalkemm il-Ministru Dalli dam jitkellem ma kellu assolutament xejn xi jgħid f'dan ir-rigward.", "Min-naħa l-oħra kellu ħafna xi jgħid fuq l-incomes policy u naħseb li pproġetta ruħu - kif ipprova jagħmel - bħala l-arkitett ta' l-incomes policy.", "Ilna ħafna nisimgħu l-kelma \"storika\" madwar din l- incomes policy, donnu din kienet xi ħaġa storika bħall-Assedju l-Kbir.", "Il- problema hija li l-bieraħ il-Ministru m'aċċettax illi l-problema hija li l- incomes policy falla bl-aktar mod xjentifiku.", "Meta jkun hemm partners li ma jaċċettawx aktar li jimxu fuq ftehim - storiku kemm hu storiku - bħal dan - u l-unions kollha, mhux il-General Workers' Union, imma anke il-UHM u s-CMTU, mhumiex jaċċettaw li jimxu fuqu għax mhumiex jaċċettaw l-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-pagi li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' l- incomes policy - diġa' jkun jidher ċar li l-incomes policy jkun falla.", "Issa mhux dawn biss indikaw li l-incomes policy falla f'dan is-sens, anzi dan jidher mill-mod kif jitkellmu ċerti sidien, ċerti negozjanti u ċerti rappreżentanti u kultant anke ċerti Ministri tal-Gvern.", "Mela dan l- incomes policy storiku li l-Ministru għaref mhux imbeċilli John Dalli l- bieraħ reġa' deher ċar li jaċċetta l-paternita' tiegħu, falla.", "Allura jekk kien tajjeb daqshekk - kif semma l-bieraħ il-Ministru John Dalli - għaliex falla?", "Jien naħseb li waħda mir-raġunijiet kardinali għaliex falla hija preċiżament din li għadna kif iddiskutejna, illi l-incomes policy huwa marbut ma' l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet u l-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet ma jitwemminx minn kulħadd.", "Mela din il-corner- stone ta' l-incomes policy \"storika\" skond il-Ministru għaref u mhux imbeċilli John Dalli hija mkissra u mxaqqa.", "Għalhekk l-incomes policy li huwa marbut magħha se jfalli.", "Imma apparti minn din ir-raġuni hemm affarijiet oħra f'dan l-incomes policy li mill-bidu dehru mxaqqa u l- esperjenza wriet li fil-fatt mhumiex iżommu l-piż li qed jitwaddab fuq l- incomes policy storiku.", "Per eżempju, il-kejl ta' l-għoli tal-ħajja li fuqu tiġi kkalkolata ż-żieda fil-pagi tas-sena ta' wara kellu jwassal sa Ġunju.", "Mela minn Ġunju sa Ġunju jsir il-kejl ta' l-għoli tal-ħajja skond l-indiċi uffiċjali li huwa diġa' vizzjat, u mbagħad iż-żieda fil-pagi taħt l-incomes policy tidħol minn Jannar ta' wara sa Ġunju tas-sena li tkun għaddiet.", "Għalhekk hemm żmien ta' sitt xhur li huwa vojt u li l-incomes policy fiż- żieda tal-pagi ma jkoprihx għax l-incomes policy jgħid li l-pagi jiżdiedu minn Jannar biex jirriflettu ż-żieda fil-prezzijiet li tkun seħħet sa Ġunju ta' qabel.", "L-unions qajmu din il-biċċa xogħol u qed jinsistu - skond ma qalu pubblikament - li għallinqas iż-żieda fil-pagi għandha tkun marbuta maż-żieda fil-prezzijiet li tkun seħħet sa Settembru ta' qabel.", "Issa dan jista' jinħass bħala dettall tekniku importanti speċjalment fi żmien meta tkun qed tirranka l-inflazzjoni.", "Pero' marbuta ma' dawn iż-żewġ affarijiet li semmejna s'issa għalija hemm raġuni ħafna aktar importanti.", "Din ir-raġuni hija preċiżament li l-Gvern, fl-implimentazzjoni ta' l-incomes policy, ma ħadimx u m'aġixxiex in good faith anzi - u naħseb li għal dan huwa responsabbli l-Ministru tal-Finanzi għaref u mhux imbeċilli John Dalli - uża l-incomes policy b'mod li turi bad faith biex ikun jista' jimplimenta l-politika finanzjarja tiegħu skond kif ried hu.", "B'ċertu mod wieħed jista' jgħid li dan daħħal lill-unions u lis- sidien fis-sqaq tiegħu u fl-ixkora, kif ried hu, biex imbagħad ikun jista' jkollu idu ħielsa biex jagħmel ċerti affarijiet.", "Ħalli nispjega x'irrid ngħid.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif tista' tagħmel incomes policy bħal dan mingħajr ma tkun qiegħed tikxef idejk, bħala Gvern, biex tgħid eżattament xi tkun il-fasla ġenerali tal-politika finanzjarja u ekonomika tiegħek.", "Meta inti dieħel għal ftehim li bih tgħid x'se tkun iż- żieda fil-pagi għall-għoli tal-ħajja tas-sena d-dieħla - u dan ikun marbut ma' żidiet fil-prezzijiet - għallinqas f'moħħok irid ikollok il- fehma li ż-żieda fil-prezzijiet is-sena d-dieħla se tkun ftit jew wisq żieda raġjonevoli u naturali.", "Għalhekk din iż-żieda mhux se tkun provokata mill-politika stess tal-Gvern.", "Jekk inti union u lest in good faith li taċċetta incomes policy bħal dan, jiġifieri li torbot il-pagi tas-sena li għaddiet maż-żidiet fil-prezzijiet li tkunu ġraw sa Ġunju jew sa Settembru li jkunu għaddew, la l-Gvern huwa partner f'dan l-incomes policy, għallinaqas f'moħħok irid ikollok il-fiduċja li l-Gvern mhux se jaqbad u jdaħħal miżuri li bihom jaċċellera hu stess ir-rata raġjonevoli u naturali taż-żieda fil-prezzijiet.", "Għaliex jekk il-Gvern ikollu dan f'moħħu, allura huwa fid-dover li jikxef il-karti tiegħu mas-sidien, man-negozjanti u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema u jgħidilhom x'ikun beħsiebu jaħgmel is- sena ta' wara.", "Din imkien ma narawha fl-incomes policy u jiena l-bieraħ stennejt li l-Ministru għaref u mhux imbeċilli John Dalli jispjegalna ftit għaliex uża l-attitudni li uża f'dawn l-aħħar snin meta ġie biex jimplimenta l-politika ta' l-incomes.", "Jiena naħseb li kemm min-naħa tan- negozjanti u tas-sidien kif ukoll min-naħa ta' l-unions, matul dawn l-aħħar sentejn jew tlieta ħadmu taħt l-umbrella ta' l-incomes policy b'rieda tajba.", "Pero' l-Gvern, jiddispjaċini ngħid, m'għamilx hekk; il-Gvern daħħal lit-tnejn l-oħra fl-incomes policy tiegħu imbagħad ħass li kellu idu libera biex jagħmel dak li jrid.", "U nispjega għaliex u nagħti eżempju ta' żewġ każijiet ċari fejn ġrat din il-ħaġa.", "L-ewwel każ kien meta ttieħdet id-deċiżjoni ta' l-iżvalutar tal-lira s-sena li għaddiet.", "Jekk hemm xi ħaġa li żgur se tipprovoka żieda mhux raġjonevoli u mhux naturali fil- prezzijiet, din hija żgur l-iżvalutar tal-lira.", "Meta tiżvaluta l-lira tkun qiegħed bl-istess mod tinjetta fl-ekonomija żieda sostanzjali fil- prezzijiet.", "F'ekonomija bħal tagħna, fejn l-importazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tammonta għal aktar minn 100% tal-GNP u fejn l-esportazzjoni tal- goods and services f'ħafna każi tammonta għal kważi 90% tal-GNP, ma tistax tikkonċepixxi l-idea li tinjetta żvalutar tal-lira b'10% b'mod li ma jkunx hemm rankatura sostanzjali fil-prezzijiet.", "Issa meta qiegħed back to back mal-ftehim ta' l-incomes policy u tagħmel żvalutar tal-lira b'dan il-mod, tkun qed turi bad faith mal-unions u man-negozjanti għaliex l-ewwel tkun qed torbtilhom iż-żieda tal-pagi maż-żieda fil-prezzijiet li ġraw sa Ġunju ta' qabel, imbagħad wara li tkun irbatthom f'daqqa waħda tfaqqgħalhom żvalutar tal-lira ta' 10%.", "Fejn hi l-good faith f'ħaġa bħal din?", "Issa fil- każ tan-negozjanti din hija problema inqas milli hija fil-każ tal-ħaddiema għaliex il-ħaddiema jkollhom jiffaċċjaw l-għoli tal-ħajja li jirriżulta mill-iżvalutar tal-lira fuq il-bażi ta' pagi li ġew aġġustati skond l- indiċi uffiċjali sa Ġunju tas-sena li tkun għaddiet.", "Jiġifieri bħala konsumaturi se jintlaqtu doppjament, se jintlaqtu għaliex dak li mingħalihom ħadu sa Ġunju diġa' tnaqqsilhom b'10% u se jintlaqtu wkoll mill- fatt li l-livell ġenerali tal-prezzijiet, b'deċiżjoni tal-Gvern, se jiżdied b'ritmu li m'għadux aktar naturali u raġjonevoli.", "Ara fil-każ tan- negozjanti, l-affarijiet jidhru isbaħ, għax wieħed jista' jibbeniefika minn apprezzament ta' stocks li għandhom, u allura jagħmlu profitti li jissejħu windfall.", "Wieħed jista' jagħmel claim li f'termini tal-lira Maltija, d- dħul tagħhom minn barra se jiżdied u allura jagħmlu aktar profitti.", "GĦalhekk in-negozjanti m'għand-homx għalfejn igergru daqstant minħabba l- iżvalutar tal-lira Maltija.", "L-istess ħaġa ma tistax tingħad għall-ħaddiema u jiena ngħid li dan il-mod kif mexa l-Gvern wera nuqqas ta' fiduċja, betrayal of trust li ftehim bħal dan suppost li huwa mibni fuqha.", "Imma dan huwa eżempju wieħed biss ta' x'ġara.", "Imbagħad hemm ħaġa oħra li hija aktar lampanti minn hekk, il-mod kif il- Gvern, wara li rabat l-incomes policy b'dan il-mod, beda huwa nnifsu jżid il-prezzijiet ta' servizzi u prodotti essenzjali tiegħu.", "Issa wieħed jista' jgħid - u f'dan il-każ ikun żbaljat jekk jgħid hekk - li l-iżvalutar tal-lira tista' tkun emerġenza imma fil-każ tas-sena li għaddiet ma kienx hemm emerġenza.", "Barra minn hekk il-Gvern għandu d-dmir li kemm jista' jkun jaħbi kollox u ma jurix l-affarijiet għax żvalutar tal-lira jista' jfisser li jkun hemm nies li jkollhom inside knowledge u japprofettiw ruħhom minn dak li jkun ġej.", "Imma fil-każ ta' meta l-Gvern ikun qiegħed iżid il- prezzijiet ta' servizzi u prodotti tiegħu b'mod ċar, il-problema żgur li ma teżistix.", "Issa x'inhuwa jiġri, Sur President?", "Wara li l-Gvern rabat dan iċ-ċoff ta' l-incomes policy bdew joħorġu żidiet fil-prezzijiet min-naħa tal-Gvern li b'mod ċar u sostanzjali kienu jaffettwaw il-prezzijiet li jkollu jħallas għalihom il-konsumatur.", "U dan mhux fuq affarijiet żgħar, iżda fuq it-telefon, fuq l-ilma, l-elettriku u l-posta.", "In-nuqqas ta' fiduċja tidher aktar u aktar minn kif bdew isiru dawn iż-żidiet fil- prezzijiet.", "L-unions bdew jargumentaw - fl-opinjoni tiegħi korrettement - illi l-kont taż-żieda fil-prezzijiet sa Ġunju mhuwiex aċċettabbli u mhuwiex tajjeb biżżejjed, imma għandu jiġi estiż sa Settembru, jiġifieri flok nieqfu f'Ġunju, nieqfu f'Settembru, u l-Gvern - anke jekk m'aċċettax din il- ħaġa - diġa' beda jieħu l-prekawzjonijiet tiegħu.", "U l-Gvern qal li at worst, taħt l-incomes policy kif jista' jkun, is-sena d-dieħla se nibdew norbtu l-għoli tal-pagi maż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti u servizzi tagħna sa Settembru.", "U din ħarġet ċara.", "Per eżempju, ir-rati tat- telephones meta għolew, Sur President?", "Ir-rati tat-telephones għolew mill- 1 ta' Ottubru.", "Il-posta meta se togħla?", "Mill-1 ta' Jannar.", "Meta qed jingħad li se tibda ż-żieda fil-prezz ta' l-ilma?", "Mill-1 ta' Jannar, tkun xi tkun iż-żieda.", "Din hija tip ta' approach li timmina l-fiduċja fl- incomes policy.", "GĦax Gvern li jaf li għandu dan il-ftehim, jaf li se jkun hu li se jżid ir-rata tal-prezzijiet is-sena dieħla permezz ta' deċiżjonijiet tiegħu, u ma jikkomunikahomx minn qabel ħalli wieħed ikun jista' jinfilzahom fil-ftehim aħħari, mhuwiex jidħol fi ftehim bħal dan b'mod li jispira fiduċja.", "Minkejja l-kliem sabiħ kollu li qalilna l-bieraħ il-Ministru tal-Finanzi - għaref u mhux imbeċilli - John Dalli, jiddispjaċini ngħidlu, li storiku kemm jippretendi li huwa storiku l-ftehim ta' l-incomes policy, u importanti kemm jippretendi li huwa importanti, li ir-raġuni ewlenija għaliex falla l-incomes policy huwa preċiżament il-mod kif mexxa hu.", "Hawnhekk kultant jistema' li huwa ġeneruż u ġentili, imma l- impressjoni li jagħti u anke l-mod kif jaħdem l-affarijiet hija ta' arragonza determinata li tibqa' għaddejja bħal romblu.", "U ħaġa bħal din mhux biss turta imma toħloq l-isfiduċja fil-pajjiż u mbagħad kollox jibda jikkrolla u anke r-riżultati juru dan.", "GĦal żmien twil il-Ministru għaref u mhux imbeċilli tal-Finanzi ippretenda li ma kellux problemi bl-indiċi uffiċjali tal-prezzijiet u li l-indiċi uffiċjali jagħti stampa ċara ta' kif inhuma l-affarijiet.", "Kien il-bieraħ li beda jitkellem fuq il-ħtieġa li dan l-indiċi uffiċjali kellu jinbidel.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension beix tkompli titkellem.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "SALVU SANT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor Alfred Sant ikompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nixtieq inkun naf kemm beħsiebu jkompli bid-diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: L-extension li ngħatat hija ta' nofs siegħa.", "Imbagħad wara din in-nofs siegħa, jintalab il-leave of House.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iva, imma jien qed nistaqsi jekk hux beħsiebu jieħu n-nofs siegħa, jew huwiex se jdum aktar.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nittama li f'nofs siegħa nkun eżawrejt l-argumenti kollha, u għandi ħafna aktar argumenti xi ngħid.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiġifieri taħseb li tieqaf?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nittama.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Aħna diġa' tkellimna l-bieraħ u llum fuq is- Second Reading ta' dan l-Abbozz u għalkemm m'hawnx ftehim fuq kemm tieħu d- diskussjoni, xtaqna indikazzjoni ta' kemm se ddum u naraw min se jitkellem min-naħa tagħna.", "Galhekk nixtieq li tgħidli jekk hux se tieqaf sa nofs siegħa oħra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nittama li sa nofs siegħa oħra nkun lest, pero' nista' nwissik minn issa li hawn ħafna kelliema min-naħa tagħna li jixtiequ jitkellmu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk wara nofs siegħa ma tkunx lest, ikun hawn oġġezzjoni.", "Qed ngħidlek biex tirregola ruħek.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Napprezza li dawn l-affarijiet li qed insemmu bilfors issibuhom oġġezzjonabbli għax huma affarijiet delikatissimi għalikom.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nixtieq li ma jagħmilx rimarki bħal dawn.", "Naħseb li l-argumenti li qed jagħmel hawn, il-poplu qed jismagħhom ad nauseam bir-rapporti li jaqra fil-ġurnali u kull fejn jitkellem.", "GĦandu nofs siegħa oħra mingħajr ma noġġezzjonaw, iżda wara nofs siegħa, noġġezzjonaw.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Sur President l-argumenti li smajna l-bieraħ huma argumenti ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Dan huwa kollu out of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, mhux out of order.", "Jien nista' nopponi; m'inix nopponi, pero' nista' nopponi.", "U l-impressjoni tiegħi hi li qisni ma nistax nopponi.", "Kif qed titkellem is-Sinjorija Tiegħek, qisni jien ma nistax nitkellem.", "MR SPEAKER: Le, għandek id-dritt kollu li topponi u f'dak il-każ inpoġġi l-mistoqsija.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiġifieri s-Sinjorija Tiegħek trid tpoġġi l- mistoqsija fis-sens li tara jekk il-Kamra taqbilx.", "Jien qomt nitkellem biex ninforma lill-Kamra li se naqbel purche' wara din in-nofs siegħa m'aħniex se nagħtu aktar estensjonijiet.", "Jien għandi d-dritt li nagħmel dan.", "MR SPEAKER: Hemm estensjoni ta' nofs siegħa.", "L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-argumenti li ilu jisma' l-poplu ad nauseam huma l- argumenti dwar incomes policy fallut li l-bieraħ il-Ministru għaref u mhux imbeċilli John Dalli reġa' rrepeta ad nauseam.", "Naħseb li l-argumenti jinstemgħu ad nauseam miż-żewġ naħat.", "Forsi tajjeb li jekk l-argumenti jkunu dehru ad nauseam fil-gazzetti jiġu repetuti hawn ħalli min għandu r- responsabilita' li jirrispondi għalihom bis-serjeta', jirrispondi bis- serjeta' u jekk mhux lest li jagħmel dan, jidher quddiem il-poplu li fil- fatt mhux lest li jirrispondi għalihom bis-serjeta'.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Waħda mill-affarijiet li jorbtu ma' dan kollu hija preċiżament il- problema ta' fejn sejrin minn hawnhekk.", "Il-falliment ta' l-incomes policy attwali ġej mill-fatt li, kif diġa' għidt, l-unions, fost oħrajn, ma jistgħux jaċċettaw li l-indiċi tal-prezzijiet uffiċjali kif inhu bħalissa, jintuża biex ikejjel iż-żieda li suppost tingħata fil-pagi.", "Diġa' għidna li l-mistoqsija hija x'kejl se jintuża.", "Hawnhekk qed tqum id-dilemma tal- Gvern.", "Il-Gvern ma jistax jibqa' jinjora li, ad nauseam kemm huma ad nauseam l-argumenti, il-klima ġenerali fil-pajjiż hija li l-Gvern falla fit- target li l-prezzijiet jibqgħu stabbli.", "Il-prezzijiet f'dan il-pajjiż mhumiex stabbli, imma qed jogħlew b'rata ħafna aktar qawwija milli qed jippretendi l-Gvern u milli qed jindika l-indiċi uffiċjali.", "Allura ż- żlugatura kollha qegħda fil-mod kif se jiġu mpostati u ffokati l- affarijiet.", "GĦax żgur li l-ħaddiema, l-impjegati u nies oħra mhumiex se jaċċettaw żieda li tkun ta' Lm1.50 jew Lm1.25.", "Min jipproponi xi żieda bħal din ikun qed jaħseb li jista' jimponi dittatura fil-pajjiż.", "U diġa' qed jitqanqlu l-possibilitajiet.", "Per eżempju, diġa' jidher li waħda mill- possibilitajiet - u din smajnieha through the grapevine - hija li għal darb'oħra jkun hawn żvalutar tal-lira.", "Ara fejn qed inwasslu l-affarijiet!", "Issemmiet l-option ta' żvalutar tal-lira ta' bejn 5% u 10%.", "Issa ħaġa bħal din mill-ġdid terġa' tirranka u taċċellera l-inflazzjoni.", "L-iżvalutar tal-lira, kif wissejna s-sena li għaddiet, wassal għad-diżgwid soċjali li jeżisti bħalissa fit-tmexxija imprenditorjali u azjendali tal-pajjiż u qed tinħoloq mill-ġdid klima ta' spekulazzjoni.", "Bħas-sena li għaddiet din il- klima ta' spekulazzjoni qed iżżid ċerta sfiduċja u anke ċerti maniġġi li qed nisimgħu bihom.", "Jien nistieden lill-Ministru tal-Finanzi għaref u mhux imbeċilli John Dalli biex jinvestiga informazzjoni li waslitli llum, li l- bieraħ mil-Lombard Bank kien hemm transazzjoni ta' nofs miljun lira fi trasferiment ta' fondi barra minn Malta bħala spekulazzjoni fuq l-iżvalutar tal-lira li qed jissemma.", "Nista' ngħidlu wkoll li l-bniedem li huwa konness ma' din it-transazzjoni - mill-ġdid qed nidħol personali - huwa t-tifel ta' Ministru tal-Gvern preżenti.", "Jien qed nistieden lill-Ministru jinvestiga din il-ħaġa.", "Ħaġa bħal din tindika t- tip ta' inċertezza li deħlin fiha bil-falliment ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Point of order.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: On a point of order.", "Dan li qed jgħid l- Onor. Sant naturalment qed jgħidu bir-responsabilita' kollha.", "Jien nista' nagħti garanzija mill-aktar assoluta li m'hi se ssir ebda devaluation u għalhekk issa nitlob lill-Onor.", "Alfred Sant jagħtini l-isem ta' din il- persuna biex immedjatament inkun nista' ninvestiga.", "L-allegazzjoni li qed jagħmel fuq tifel ta' Ministru u allura tirrifletti fuq il-Ministru - għax l-allegazzjoni hi li x'imkien, jiġifieri fil-Kabinett, qed tiġi diskussa d- devaluation tal-lira, xi ħadd għadda din l-informazzjoni u tifel ta' Ministru approfitta ruħu minnha - irid jissostanzjaha.", "Pero' biex nuri kemm id-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa politikament irresponsabbli, jien hawnhekk niddikjara bl-aktar mod assolut li mhux veru se jkun hawn żvalutar tal-lira.", "Inżid ukoll li dan qatt ma ġie diskuss jew maħsub, u l-Gvern bl-ebda mod remot ma kkonsidra l-miżura tad-devaluation.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien qed nagħti l-informazzjoni lill-Prim Ministru u nistiednu biex jinvestiga t-transazzjoni li saret il-bieraħ għall-valur ta' nofs miljun lira mil-Lombard Bank.", "L-ismijiet huma relatati ma' din it- transazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'inix se nsemmi ismijiet pubblikament.", "Iċċekkja inti u jekk trid ngħaddilek l-ismijiet privatament.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nispiċċa u mbagħad ikompli wara.", "(Interruzzjonijiet) Din it-tip ta' spekulazzjoni hija għaddejja bħalissa u naħseb li tkompli tiżdied wara li l-Prim Ministru issa aġixxa bil-mod kif aġixxa.", "GĦax dan jindika li se jsolvi l-problemi li qed joħloq il-falliment tal-politika tiegħu bit-teatrini!", "U dawn it-tip ta' teatrini, Sur President, m'għadhomx jitwemmnu għax issa għadda ż-żmien minn fuqhom.", "Inutili li ndaħħlu lill-poplu, liċ-ċittadini u lill-ħaddiema fi triq li at the end of it jaslu fi proċess li jkollhom ibatu r-riżultati u l- konsegwenzi tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu għalihom mill-Gvern; mil-lum għal għada jsir żvalutar tal-lira u mbagħad trid tibqa' ġġorr il-piż tagħha, filwaqt li l-Ministru tal-Finanzi jinsisti li din il-ħaġa mhix qed issir, li l-prezzijiet mhumiex qed jiżdiedu, li mhux qed ikun hemm pressjoni miż-żieda fil-prezzijiet fuq il-ħajja tal-familji!", "Hawnhekk irid isir l-isforz min-naħa tal-Gvern; irid juri li mhux bit-teatrini - għax it- teatrini spiċċa żmienhom - imma bir-realta' ta' qbil fuq żieda fil-pagi u żieda fil-benefiċċji soċjali li jkun sostanzjali biżżejjed ħalli jpatti għall-għoli tal-ħajja li qiegħda tiġri fil-pajjiż ...", "Hawnhekk fejn toħroġ il-problema kollha, Sur President, għaliex il-klima li dan il-Gvern qed idaħħal fil-pajjiż hija li min hu minn fuq qiegħed tajjeb u min hu minn taħt jispiċċa emarġinat u jkompli jinżel, jitnaqqas u jitbaxxa.", "Din hija l- problema.", "Qed jitħalla jiżdied id-distakk fil-pajjiż bejn min hu tajjeb u bejn min mhux qiegħed tajjeb u l-logħba kollha qed tkun li min qiegħed 'l isfel jispiċċa politikament emarġinat u allura mhux konsidrat bħala xi ħadd li ta' min isostni u ta' min jikkonsidra aktar.", "Din hija xi ħaġa li qed tiġri.", "U inutli, per eżempju, nitkellmu fuq il-pagi medji u noqogħdu niftaħru kemm żdiedu.", "Il-problema hija li hemm nies li qegħdin ikollhom ibatu sewwa minħabba r-riżultat tal-politika tal-Gvern li mhux qed tikkontrolla l-prezzijiet u li ma ħallietx atmosfera ta' prezzijiet stabbli fil-pajjiż.", "U t-teatrini m'għadhomx jikkonvinċu aktar.", "Issa jekk il-Gvern telaq fuq din it-triq li hija t-triq ta' ħafna gvernijiet konservattivi fl- Ewropa li jemarġinaw lil min hu minn taħt u jqegħduh fil-ġenb, affari tiegħu imma naħseb li attitudni bħal din tmur kontra s-slogans kollha li smajna dwar solidarjeta' għax preċiżament is-solidarjeta' trid turiha ma' min hu minn taħt mhux ma' min huwa aktar qawwi minnek u aħjar minnek.", "U bħalissa dawk li huma minn taħt huma n-nies li qed ikollhom jgħixu fuq l- assistenza soċjali.", "Hemm nies li qegħdin jgħixu fuq assistenza soċjali u li qegħdin jibqgħu lura milli jlaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja.", "Dawn qegħdin jiġu emarġinati u mhumiex ilaħħqu man-nifs ta' l-għoli tal-ħajja.", "Dan l- Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddiskutu dwar l-income tax fuq l-overtime, lil min se jgħin?", "Jien diġa' għidt li se jgħin lil min diġa' għandu aċċess għall-overtime u għall-part-time jobs.", "Dan bl-ebda mod m'hu se jgħin lil min ma jħallasx income tax għax qiegħed minn taħt.", "Min ma jħallasx income tax mhux se jibbenefika minn dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Min ma jdaħħalx biżżejjed u allura ma jħallasx income tax, m'hu se jibbenefika assolutament xejn minn dan l-Abbozz.", "Allura hawnhekk qegħdin ntkellmu fuq miżuri li se jgħinu lil min diġa' qiegħed ekonomikament tajjeb.", "U dan huwa l-pattern kollu ta' dak li qiegħed jingħad.", "Biex niffaċċjaw l-għoli tal-ħajja, jew se nikkontrollaw l-għoli tal-ħajja u ma nħallux il-prezzijiet jiżdiedu jew inkella jekk nitilqu fit-triq li telaq fuqha l-Gvern u tabilħaqq nemmnu fis- slogan tas-solidarjeta', irridu nieħdu miżuri attwali u miżuri veri biex nikkumpensaw lill-ħaddiema u lill-pensjonanti li qegħdin fuq l-assistenza soċjali, għall-għoli tal-ħajja li qed ikollhom jiffaċċjaw.", "U jien s'issa m'inix qed nara din ir-rieda min-naħa tal-Gvern.", "Il-Gvern qiegħed imexxi s- slogan li \"I'm alright Jack\" u kulħadd qiegħed tajjeb u b'dan il-mod qiegħed inessi lil min mhuwiex qiegħed tajjeb.", "Fl-istess ħin, qiegħed jipproklama s-slogans ta' solidarjeta'.", "Jekk nidħlu fuq din il-linja, irridu ngħidu li meta nitkellmu fuq żidiet fil-pagi, qed jitqajjem l- argument li l-industriji u l-azjendi privati ma jifilħux ċerti żidiet fil- pagi.", "Dan mhux veru.", "F'din l-aħħar sena jew sentejn kien hemm tendenza li biha s-sehem tal-profitti fil-kejk nazzjonali żdied.", "Iċ-ċifri tal-Bank Ċentrali li semmejt il-bieraħ juru li s-sehem fil-value added ta' l- industrija tal-profitti żdied relattivament ma' dak is-sehem li jmur għall- pagi u għas-salarji.", "Fl-Economic Survey li għadu kemm ħareġ għall-ewwel tliet xhur ta' din is-sena minn Jannar sa Marzu, insibu li x-share fil-GDP tal-profitti mit-trading bħala perċentwal żdied fuq is-sena li għaddiet.", "Dan jindika mill-ġdid li dan il-ħafna kliem li ċerti azjendi ma jifilħux għal ċerti żidiet huwa kollu kliem maħsub biex jaljena u jbiddel il-fehma tal-poplu.", "Waħda mill-affarijiet ta' skantament hija li l-għaref u mhux imbeċilli Ministru tal-Finanzi John Dalli jiġi jgħidilna hawnhekk li għandu qalbu mal-ħaddiema u jġorr qalbu fuq il-pavru tal-ġlekk favur il-ħaddiema u mbagħad meta tanalizza l-outcome u r-riżultat ta' l-operat tiegħu, għall- kuntrarju ssib li l-bilanċ u l-kontroll ta' tqassim tal-ġid maħluq f'dan il- pajjiż qiegħed imur min-naħa tal-ħaddiema lejn min jikkontrolla l-azjendi.", "M'hemm xejn ħażin li l-profitti jkunu xierqa u garantiti f'soċjeta' bħal tagħna, imma fi żmien fejn il-konsumatur, il-ħaddiem, qiegħed ikollu jġorr il-piż ta' l-għoli tal-ħajja, ċertament li l-piżijiet iridu jinqasmu ugwalment.", "U jekk hemm piż li qed iġorr il-ħaddiem, dan irid jinġarr bl- istess mod min qiegħed jipparteċipa u jieħu l-profitti.", "Imma mhux hekk qed jiġri.", "Fl-għoli tal-ħajja l-piż qed ikollu jġorru l-ħaddiem, l-impjegat, min qiegħed fuq l-assistenza soċjali, u min jappartjenti fil-profitti mhux qiegħed ikollu jġorr l-istess piż, anzi qiegħed imur aħjar.", "U dan taħt it- tmexxija finanzjarja ta' l-għaref u mhux imbeċilli Ministru tal-Finanzi John Dalli!", "Issa fl-aħħar il-bieraħ b'kumbinazzjoni ħarġet titkellem il- Federazzjoni ta' l-Industriji fuq din il-ħaġa.", "Fl-aħħar il-Federazzjoni ta' l-Industriji sabet il-leħen!", "Din ikkritikat lill-Gvern li qiegħed ixerred ottimiżmu żejjed fil-pajjiż u kkritikat lill-Oppożizzjoni li qiegħda żżid l-aspettattiva għal żidiet fil-pagi li mhumiex ġustifikati.", "Ħaġa bħal din lili tgħaġġibni għaliex il-Federazzjoni ta' l-Industriji ilha teżisti għal dawn l-aħħar 40 jew 50 sena u ċertament li kienet teżisti f'dawn l-aħħar sena jew sentejn.", "U ċertament li bħala Federazzjoni li qiegħda hemm biex tipproteġi 'l-industrija, wieħed kien jistenniha tieħu ċerti pożizzjonijiet pubbliċi li jiftiehmu ċari ma' dak li qed tgħid illum.", "Imma mhux hekk ġara.", "Meta matul dawn l-aħħar xhur żdiedu ċerti tariffi anke min-naħa tal- Gvern, per eżempju fuq it-telephones, ma smajna assolutament l-ebda żiffa ta' kelma min-naħa tal-Federazzjoni ta' l-Industriji biex tikkummenta fuq dawn l-affarijiet.", "Meta kien hemm proposti, per eżempju ...", "(Interruzzjonijiet) Hawn min qed jgħid għaliex marru tajjeb fuq l-overseas calls.", "Mhux veru.", "Bħala bilanċ, hemm setturi kbar ta' l-industrija li marru ħażin miż-żieda tat-tariffi fuq it-telephones.", "Mhux kulħadd jagħmel kuntatt regolarment ma' barra.", "L-industriji żgħar lokali jużaw it- telephone għal hawn Malta ħafna iktar milli għal barra.", "Minflok ma l- Federazzjoni ta' l-Industriji tkellmet fuq dawn l-affarijiet, baqgħet siekta, u baqgħet siekta wkoll fuq affarijiet li qed jidhru madwarna, ngħidu aħna li bil-mod kif il-Ministru tal-Finanzi għaref u mhux imbeċilli John Dalli mexxa ċerti affarijiet, per eżempju fuq il-levies, qed jagħlqu industriji u lanqas tawhom ċans li jaġġustaw b'ċerta serjeta' għal din il- bidla fl-environment.", "Per eżempju, hemm theddida kibra fuq kumpannija żgħira ta' l-azzar, il-Hompesh Steel, li f'daqqa waħda se titlef il- protezzjoni li għandha u lil din minflok li tawha ċans tirristruttura ruħha qed jipprovaw jaraw kif ibiddlulha kollox malajr kemm jista' jkun mingħajr ċaqliqa protesta jew ta' diskussjoni pubblika min-naħa tal-Federazzjoni ta' l-Industriji.", "Din hija l-istess ħaġa li ġrat fil-każ tal-fabbrika Edible Oil.", "Mill-ġdid l-istrutturazzjoni li taparsi kellha ssir fuq bażi ta' pjan, issir mil-lum għal għada u l-Federazzjoni ta' l-Insdustriji ma tgħid assolutament xejn dwar dan.", "Allura issa kif tiġi fl-aħħar minuta l- Federazzjoni ta' l-Industriji u tippretendi li titwemmen li qed titkellem b'mod responsabbli u kredibbli fuq dan il-każ?", "Fl-opinjoni tiegħi la qiegħda tagħmel ħaġa u lanqas qiegħda tagħmel oħra.", "Allura meta dawn jiġu fl-aħħar minuta, lejlet il-Budget, qishom in-nies li jħabbru l-mewt ta' Apollonius jew ta' Hamlet fl-aħħar play ta' Shakespeare, biex jgħidu dawn l-affarijiet, bilfors ma jkunux kredibbli u ma jirriflettux eżattament il- kuxjenza ta' dak li jkun għaddej.", "Allura m'hemmx dubju li kollox ma' kollox ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-Ministru tal-Finanzi falla fil- politika li kien qiegħed jipproponi f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta.", "Jgħid xi jgħid il-Ministru, il-politika tiegħu wasslet għal inflazzjoni reali u huwa l-poplu \"imbeċilli\" ta' dan il-pajjiż li qed jifhem li għandu problema bl-għoli tal-ħajja.", "U quddiem dan it-taħwid li għaddej, il-poplu bilfors ikollu jgħid li hu jrid dak li ħaqqu u li mhux se jaċċetta aktar it-teatrini, ir-retorika u l-istatistika li ħafna drabi hija informazzjoni falluta bħal meta jgħid li l-corned beef iqum \"daqshekk\" u jkun iqum ħafna iktar.", "Sur President, preċiżament dan huwa l-ħsieb u din hija l-intenzjoni wara d-dimostrazzjoni nazzjonali ta' protesta li jrid jorganizza l-Partit Laburista.", "Din se nagħmluha b'mod li nuru tabilħaqq x'inhuwa l-polz tal- poplu.", "Għalhekk hawn din l-aspettattiva u dawn l-isforzi kollha min-naħa tal-Gvern sabiex jaljenaw lill-poplu b'issues li huma irrelevanti għall- qagħda tal-lum.", "Tan-naħa tal-Gvern jafu li l-pressjoni popolari kontra l- għoli tal-ħajja qiegħda hemm u inutli li jużaw il-mezzi ta' propaganda li għandhom, konxji jew le, magħrufa jew le, minn taħt u minn ġewwa, ħalli jipprovaw jiddevjaw l-attenzjoni tal-poplu mill-issue vera li preċiżament hija issue li tirrifletti biċ-ċar fuq il-kredibilita' tal-mod kif imexxi dan il-Gvern, il-kredibilita' tat-targets li jpoġġi 'l quddiem, il- kredibilita' ta' l-informazzjoni li jgħaddi u l-kredibilita' ta' kif dak li jgħid li se jagħmel iwettqu bis-serjeta'.", "Qed joħorġu każ wara l-ieħor fejn il-Gvern jgħid li se jagħmel ħaġa, imbagħad mhux talli ma jagħmilhiex, talli jibni madwaru forma ta' relazzjonijiet pubbliċi li taħbi li ma jkun għamel xejn jew li dak li jkun għamel ikun falla.", "Jista' jfalli fil- kwestjoni tad-dħul fl-Ewropa, fil-kwestjoni tal-qrati, fil-ġlieda kontra l- korruzzjoni, fit-tmexxija tal-ħabsijiet u dejjem iwaħħal f'ħaddieħor, pero' fl-aħħar mill-aħħar il-problema hija li f'ċerti oqsma ma tistax tibqa' tfalli mingħajr ma tipprovoka r-reazzjoni tal-poplu.", "U dan huwa qasam fejn bilfors se jkun hemm ir-reazzjoni tal-poplu jekk se nibqgħu mexjin b'dan il- mod.", "Minkejja l-ħafna kliem sabiħ dwar fiduċja, il-mod kif mexxa l- Ministru Dalli ma jaspirax fiduċja, anzi juri li kull ħaġa li saret bejn l- unions, is-sidien u l-Gvern f'dawn l-aħħar snin kienet ibbażata fuq qerq, u fix-xahar ta' Novembru 1993 dan il-qerq, issa wassal għal għoli tal-ħajja li qed jolqot b'mod ħażin ħafna lill-iktar nies li l-inqas jistgħu jissaportuh.", "Wasalna f'sitwazzjoni fejn il-politika finanzjarja u ekonomika tal-Gvern tfisser li qed jieħu l-iktar lil min għandu l-inqas u jagħti iktar lil min għandu l-iktar.", "Ħaġa bħal din tfisser inġustizzja soċjali minkejja l-ħafna kliem sabiħ ta' solidarjeta', u din hija r-raġuni għaliex għad-dimostrazzjoni nazzjonali ta' protesta ta' nhar il-Ġimgħa fil- Belt jien konvint li l-poplu \"imbeċilli\" kollu ta' Malta u Għawdex se jara s-sens u t-tifsira ta' dak li qed nagħmlu, se jifhem li l-Ministru għaref u mhux imbeċilli John Dalli qed imexxi politika falluta, u l-poplu se jkunu preżenti l-Belt biex jagħti appoġġ lill-għajta tagħna kontra l-għoli tal-ħajja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jien mhux se nirreferi għall-Kap ta' l-bħala Oppożizzjoni \"għaref\" u \"mhux imbeċilli\" għaliex personalment ma naħsibx li dan huwa diskors parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru għall-istudju kien qed jgħid u mhux għall-persuna.", "Naħseb li wieħed għandu jiffoka fuq x'inhi l-problema b'mod oġġettiv u jiddispjaċini ngħid li llejla din l-oġġettivita' ma ħarġet imkien, anzi smajt ħafna half truths.", "Se nieħu l-każ li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-fatt li l- industrija għandha minn fejn tħallas għaliex il-profitti żdiedu.", "Jien fittixt fl-istatistika u ħdimt ftit percentages biex nara din iż- żieda x'kienet u x'qiegħed iberren f'moħħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Waqt li kont qed inqalleb il-kotba għaddili minn moħħi li hija pjuttost attitudini marxista li tiffoka fuq ix-share tal-GDP li jmur lejn il- ħaddiema u fuq ix-share tal-GDP li jmur lejn il-profitti.", "Jekk toqgħod tanalizza t-ton tad-diskussjoni meta ssemma x-share li jmur lejn l- industrija, u x-share li jmur lejn profitti, issib li hemm kontradizzjoni waħda wara l-oħra u din hija diska li ssibha fil-kitba marxista.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li fl-aħħar sentejn ix-share ta' l-income tal- ħaddiema as a percentage of the GDP naqas.", "Jien fittixt fl-istatistika u sibt li fl-1991 ix-share ta' l-income tal-ħaddiem kien ta' 56.1% u x-share tal-profitti kien ta' 43.9%, filwaqt li fl-1992 ix-share ta' l-income tal- ħaddiema naqas għal 56.0% u x-share tal-profitt tela' għal 44%.", "U staqsejt lili nnifsi: Imma possibbli li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid fuq il- gazzetti li la żdied ix-share tal-profitti l-industrijalisti għandhom minn fejn iħallsu?", "Possibbli li hawn min huwa rresponsabbli daqshekk f'pajjiżna li jgħid li għandna nagħtu żidiet sostanzjali fil-pagi, imbagħad l-hekk imsejjaħ Labour Party lanqas darba ma jsemmi l-impiegi?", "Lanqas biss saret referenza waħda għall-kreazzjoni ta' l-impiegi.", "L-iżvalutazzjoni tal-Lira Maltija mhux biss għenet biex nipproteġu l-impiegi imma għenet ukoll biex jiżdiedu l-impiegi.", "Infatti fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena żdiedu 1,200 impieg u dawn l-impiegi ma żdiedux fis-settur pubbliku kif kien għamel il-Gvern Soċjalista qabel l-elezzjoni ta' l-1987 meta kkrea 8,000 impieg - għalija kien l-ikbar skandlu - imma ġew ikkreati fis-settur privat.", "Is-sena li għaddiet is-settur privat ma kkreax daqshekk impiegi fl- ewwel sitt xhur u kellna problema għaliex l-iżvalutazzjoni tal-Lira Maltija ma saritx b'kapriċċ imma saret għaliex kien hemm taqlib kbir li bilfors kellna nirrispondu għalih.", "Komplejt infittex fl-istatistika u sibt li fl-1989 ix-share ta' l-income tal-ħaddiema kien ta' 54.6%, fl-1990 tela' għal 55.4%, fl-1991 baqa tiela' sa 56.1% u kif diġa' għidt fl-1992 nieżel b'0.1%.", "Issa il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid fil-gazzetti li l- industrija tiflaħ tħallas għaliex ix-share tal-profitti żdied b' 0.1%.", "Pero' x'inhi s-sustanza?", "Il-verita' hi li dawn ix-shares ta' l-income tal- ħaddiema jvarjaw skond il-business cycle.", "X'irrid ngħid?", "Jekk immorru lura għas-sena 1982 meta l-ekonomija kienet maħkuma mir- riċessjoni, dan ix-share tal-ħaddiema kien 60%, imma kellna 10,000 ruħ qegħda.", "Allura biex inkunu onesti u niffokaw fuq dawn ix-shares ma nħarsux lejn il-parti li naħseb tinteressa lil l-hekk msejjaħ Partit Laburista u ma nħarsux lejn il-qgħad?", "Mhux billi 60% tal-GDP kien qed jgħaddi għand il-ħaddiema, għax fil-verita' l-kejk kien naqas u tant naqas li kellna record ta' 10,000 ruħ qegħda.", "Jiena niskanta kif il-Kap ta' l- Oppożizzjoni joħorġilna b'dawn iċ-ċifri mingħajr ma jagħmel naqra analiżi u jqabbel sena m'oħra.", "Dan għamel plejtu sħiħ fuq 0.1% u pperikola l- impiegi f'dan il-pajjiż għax meta joħroġ b'dan it-tip ta' diskors ikun hemm min jemmnu u jipprova jitlob żidiet sostanzjali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni bbaża fuq 0.1% u ma ħarisx 'l bogħod biżżejjed meta taħt Gvern Soċjalista kellna 10,000 ruħ qegħda waqt li 60% tal-GDP kien sejjer għand il- ħaddiema.", "Jien irrid ngħid li fil-fatt dawn ix-shares ivarjaw skond jekk għandekx riċessjoni u skond jekk għandekx espansjoni fl-ekonomija.", "GĦaliex?", "Hemm raġuni ekonomika għaliha din.", "Meta inti jkollok riċessjoni hemm tendenza li l-ewwel impatt ikun fuq il-profitti u l- profitti jinżlu sewwa, allura la jinżel x-share tal-profitti jitla' x-share li jmur għand il-ħaddiema.", "It-tieni nett ġieli jkun hemm kumpanniji li forsi jżommu ċertu nies impjegati żejda u dawn iżommhom in production fis- sens li kif tespandi l-produzzjoni jistgħu jerġgħu jidħlu lura.", "Jekk jitilfu ċertu nies tas-sengħa, il-kumpanniji ma jkunux jistgħu jerġgħu jirrispondu għad-domanda tas-suq.", "F'kelma oħra m'għandniex nħarsu biss lejn din il-figura tax-share biex nargumentaw li tista' tingħata żieda sostanzjali mingħajr ma nħarsu aktar fit-tul u 'l hemm mill-ponta ta' imneħirna.", "Irridu nħarsu x'ġara fuq medda taż-żmien u irridu noqogħdu attenti jekk l-ekonomija kenitx f'riċessjoni jew le għax din taffettwa l- persentaġġ u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf li taffettwaha għax studja l- ekonomija u għalhekk jien ma nistennix li jkollna dawn it-tip ta' kummenti nejja.", "Dan kien kumment nej meta qal li x-share tal-ħaddiema naqas b'0.1% u dak tal-business żdied b'0.1% u allura beda jargumenta li għandu jkun hemm żidiet sostanzjali.", "Dan huwa attentat biex is-sistema titlef il-kompetittivita' tagħha.", "Jien ngħid li dan l-argument kollu fuq ix-shares huwa argument li ma jixraqx lil dan il-Parlament u lanqas lill-poplu Malti.", "Ma jixraqx lill- poplu Malti li jiġi trattat b'dan il-mod dwar il-prezzijiet fuq l-istudju li sar mill-GEM.", "Ma jixraqx lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jikkwota figuri li huma ħżiena - bil-provi huma ħżiena.", "Huwa semma li l-ħajja għoliet b'13%.", "Jien il-Ħadd li għadda ktibt fuq dan is-suġġett f'\"Il- Mument\" u jekk forsi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma qrahx l-artiklu tiegħi nerġa' nirrepeti l-argument hawnhekk.", "Jekk wieħed jara kif ħarġet il- figura ta' 13% isib li dawn ħadu average tal-percentage increases.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Fl-istudju tal-GEM hemm li l-breadroll għola b'1c - minn 2c għal 3c - jiġifieri jien naħdimha li l-prezz żied b'50% iżda l- istudju għal xi raġuni jgħid li l-prezz żied b'36%.", "Imbagħad hemm li per eżempju, oġġett minn Lm1 sar Lm1.10c, jiġifieri flok Lm1 wieħed qed jonfoq 10c aktar u fuq oġġett ta' 2c qed jonfoq 1c aktar, pero' bħala perċentwali għandek wieħed 50% u l-ieħor 10%.", "Tagħmel sens li tieħu average ta' dawn iż-żewġ percentages?", "Jien ngħid li dan huwa qerq meta wieħed jagħmel din it-tip ta' aritmetika f'dawn l-affarijiet għaliex wieħed ma jistax jagħmel average ta' percentages fuq oġġetti li għandhom valur jew bażi diffferenti.", "Jien illum qgħadt attent ħafna biex nara jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni hux qed juża 13% jew 15%, għaliex hemm parti oħra mill-istudju li tipprova tikkoreġi għal dan id-difett li tieħu l-averages, tgħoddhom u tasal f'konklużjoni li assolutament hija ħażina.", "Jien ngħid li l-poplu Malti u l-Parlament ma jistħoqqlux jiġi trattat b'dan il-mod fejn jiġu mpoġġija figuri li naturalment mil-lat tekniku ma jagħmlux sens.", "Fuq dan qed nibbażaw din il-kampanja u din is-suppost dimostrazzjoni għal għoli tal- ħajja?!", "Niġi issa biex nitkellem fuq il-figura ta' 15% fejn hemm tabella oħra u għaġeb ta' l-għeġubijiet issib li l-istess oġġetti f'tabelli differenti ma jaqblux.", "Jien ma nistax nifhem kif jista' jkollok l-istess oġġetti fl- istess studju u minn tabella għall-oħra jkollok diskrepanzi serji.", "Per eżempju, skond tabella ssib li l-prezz fuq l-ikel fir-ristoranti żdied minn Lm3.55 għal Lm5 - żieda qawwija - imbagħad fit-tabella l-oħra, li kienet talludi għall-istess ikla - u jekk kellhom 24 ruħ ma nafx kemm-il ikla seta' kellhom - il-prezz żdied minn Lm1.72 għal Lm5.", "Allura dan x'logħob hu?", "Jien għidt forsi ħadu żball jew kien hemm xi typing error, imma meta ħdimt il-kalkolazzjonijiet kollha sibt li ma ħadux żball għax fil-fatt il- percentages ġew maħduma fuq dawn iċ-ċifri żbaljati.", "Nieħdu każ ieħor.", "Is-sigaretti għolew din is-sena?", "Mela kif f'tabella minnhom insibu li għolew minn 43c għal 49c u f'tabella oħra nsibu li għolew minn 43c għal 50c?", "Kif jista' wieħed jieħu bis-serjeta' dan it-tip ta' studju meta jkun hemm dawn id-diskrepanzi?", "Jien qed insemmi s-sigaretti għaliex huwa l- iktar oġġett fil-lista li tista' tidentifikah bl-iktar mod ċar u l-iktar mod faċli, imbagħad issib li għandek dawn l-iżbalji.", "Hemm każi fejn minflok żdiedu, naqsu f'dawn it-tabelli u naqsu b'mod redikolu.", "Din id- darba wkoll ħsibt li hemm xi typing errors u rreġistrajthom fil-computer tiegħi biex nikkalkola l-percentage imma ma deherx li hemm typing error.", "F'tabella minnhom issib li t-te' bil-ħalib żdied minn 13c għal 15c, imbagħad f'tabella oħra hemm li dan naqas minn 13c għal 10c.", "Imma dan żdied jew naqas!", "F'tabella nsibu li l-colas żdiedu minn 10c għal 12c imbagħad f'oħra hemm li dawn naqsu minn 46c għal 13c.", "Possibli li min għamel l-editing ta' dan ix-xogħol ma ndunax, għax dan huwa xogħol ta' editur u ta' konsistenza interna.", "Jien għadni ma bdejtx nitkellem fuq is- sample u fuq kif użaw il-memorja, imma qed nitkellem fuq ħaġa li tant hija sempliċi għax naħseb xi ħadd b'inqas minn \"O\" level standard għandu jkun kapaċi jara li żewġ tabelli jaqblu.", "Mela aħna għandna dimostrazzjoni ta' l- għoli tal-ħajja fuq dawn it-tip ta' riżultati.", "Jien naħseb li rridu noqogħdu attenti kif nippreżentaw l-affarijiet lill- poplu Malti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma' li l-poplu Malti mhux ġifa u li għandu jiġi trattat b'mod iktar matur.", "Allura meta f'dan il-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, jiġu wżati figuri li huma daqshekk ħżiena mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li għandu academic background, kif jista' jkun li wieħed jieħu dawn l-affarijiet bis-serjeta' meta hu qed jgħidilna li kien hemm żieda fl-għoli tal-ħajja ta' 13% jew 15%?", "Ma jistax ikun.", "Imbagħad tibda tqalleb il-paġni u ssib li dawn minflok ma għamlu studju kif suppost u raw x'kienu l-prezzijiet f'Jannar u f'Settembru u qabbluhom flimkien, staqsew lil dawn l-24 familja - kif qalu llum stess - x'jiftakru li kienu l-prezzijiet fl-aħħar xahrejn.", "Kif tista' tiftakar x'kienu l- prezzijiet!", "Forsi pakkett tas-sigaretti tiftakar kemm jiswa, imma anke dan ġabu l-prezz tiegħu ħażin, allura kif jista' jkollok fiduċja li dawn se jiftakru kemm kien il-melħ, il-laħam, it-tonn taż-żejt, it-te' u l-kafe'!", "Kif jista' jkun dan!", "Dawn qed jipprovaw jgħaddu ż-żmien bin-nies għax hemm inkonsistenza fit-tabelli, hemm dikjarazzjoni li parti mill-affarijiet huma bbażati fuq il-memorja u hemm prezzijiet li huma ħżiena.", "Jien se ngħid għaliex huma ħżiena għax qabbadt lin-nies jiċċekkjaw xi prezzijiet inġabru u sibt li f'dan l-istudju hemm tendenza ...", "Imma qabel aħjar nispjega daqsxejn xi jfissru dawn iż-żewġ tabelli.", "Dik it-tabella li ħarġet bl-għoli ta' 13%, fil-fehma tiegħi hija assolutament garbage, għax ma tistax tieħu average ta' percentages mingħajr ma tagħti l-importanza ta' dik iż-żieda.", "Din hija ħrafa.", "Jien illum stennejt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux se jsemmi 13% imma stennejtu li se jsemmi 15%.", "Ir-riżultat li ħareġ bih ta' 13% huwa redikolu u ma jistax jiddefendih b'mod tekniku għax m'huwiex riżultat xjentifiku.", "Allura jien illum stennejtu se juża 15% li wara kollox ma jaqbillux.", "GĦaliex?", "GĦax meta taqbad it-tabella ta' 15% issib li tant hemm ereżiji li kellhom raġun tal-Labour Party fir-riklami jagħmlu 13% biss, għax 15% m'hi 15% xejn, meta ssib li għandek il-colas li suppost qed jonqsu minn 46c għal 13c u l-ikla qed tiżdied minn Lm1.72 għal Lm5.00 u li dawn ma jaqblux mar-riżultati l- oħra.", "Imma għallinqas dawn fit-tabella pprovaw jieħdu l-importanza ta' l- oġġett kif suppost u jien bdejt inqabbel daqsxejn l-istatistika.", "Ridt nara x'jiġri minn din il-famuża 15% jekk insib dawn id-difetti fit-tabella tagħhom u nikkoreġihom.", "Per eżempju, sibt li l-prezz tal-beef for broth skond il-GEM tela' minn Lm1.82 għal Lm2.28.", "Skond ir-riżultati ta' l- istatistika uffiċjali miġbura minn grupp professjonali taħt bord tripartitiku li jinkludi l-unions u anke l-employers, il-prezz tal-beef for broth minn Lm2.14 tela' għal Lm2.25.", "Jiġifieri fl-aħħar prezz m'hemmx differenza kbira, bejn Lm2.28 u Lm2.25.", "Pero' bħalma sibt f'oġġetti oħra, il-prezz ta' Jannar skond l-istudju tal-GEM huwa underestimated sewwa.", "Allura bilfors li l-figura finali ta' l-għoli tal-ħajja tkun għolja, għaliex l-ewwelnett qed tibbaża fuq il-memorja u kulħadd jaf li ma jistax ikun li wieħed jibbaża fuq il-memorja meta se tikkonsidra 130 oġġett.", "Barra minn hekk wieħed irid jara wkoll għaliex ħarġet din il-figura ta' 15%.", "Din ħarġet għaliex fil-fatt il-prezzijiet ta' diversi oġġetti f'Jannar kienu ogħla minn dawk ikkonsidrati fl-istudju li sar, u dan qed ngħidu bil-provi.", "Per eżempju, insibu li skond il-GEM il-prezz tal-fniek f'Jannar kien ta' Lm2, imma fil-fatt skond l-istatistika tal-Gvern ta' Jannar 1993, il-fniek kienu jinbiegħu bil-prezz ta' Lm2.67.", "F'Settembru 1993, skond l-istudju tal-GEM, il-prezz tal-fniek kien ta' Lm2.70, filwaqt li skond l-istatistika tal-Gvern il-prezz kien ta' Lm2.84.", "Hawnhekk jidher li m'hemmx diffferenza kbira, jiġifieri d-differenza l- aktar li tispikka hija fil-prezzijiet ta' qabel.", "Mela jista' jkun li toqgħod tmur għand xi 24 familja biex tistaqsihom kemm nefqu fuq ċerti oġġetti, jew kemm kien jiswa fenek f'Jannar biex imbagħad tqabbel dak il- prezz mal-prezz ta' Settembru?", "Dawn iridu jgħaddu biż-żmien!", "Għax jien hekk ikolli nikkonkludi.", "Kif jista' jkun li l-affarijiet ma jsirux aktar bis-serjeta'?", "Għaliex qed issir din it-tip ta' diskussjoni fil-Parlament?", "Għaliex jien għandi niġi hawn u noqgħod ngħid li qed jużaw teknika ħażin u tabelli li fl-istess studju ma jaqblux ma' xulxin u li l-fatt li qed jużaw il-memorja huwa ħażin?", "Għax imbagħad x'jibqagħlek mill-istudju?", "Ħalli ngħidilkom x'jibqagħlek.", "Jien dħalt fid-dettall oġġett oġġett u sibt li kien hemm għaxar oġġetti li deherli li kellhom il-prezz ta' Jannar ħażin, skond kif tindika l- istatistika uffiċjali.", "Meta ħadt il-prezzijiet reali kif kienu f'Jannar u dawk ta' Settembru, sibt li l-figura ta' 15% sfumat fix-xejn, u niżlet għal 6.7%.", "Jiġifieri meta kkorreġejt il-prezzijiet ta' l-iktar oġġetti prinċipali ta' dan l-istudju tal-GEM, jien sibt li l-figura ta' 15% niżlet għal 6.7%.", "Meta mbagħad staqsejt lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika kemm żdiedu l-prezzijiet ta' l-ikel, inkluż il-ħxejjex, minn Jannar sa Settembru, ir-risposta kienet li dawn żdiedu b'madwar 6.1% jew 6.2%.", "Jiġifieri meta wieħed jikkorreġi dawn l-affarijiet, isib li qiegħed isir ħafna plejtu u għagħa fuq xejn.", "Għaliex minkejja li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni tant ikkritika l-indiċi tal-prezzijiet, u qal li ma jitwemminx u li huwa ħażin, meta jien ipprovajt nikkorreġi l-iżbalji li għamel l- istudju tal-GEM, minnu ħriġt figura li hija simili għal dik indikata fl- indiċi uffiċjali.", "Allura x'tibda taħseb meta ssib ruħek f'din il- pożizzjoni?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li hu ma jemminx il- prezzijiet tal-Gvern, imma meta tikkorreġi d-difetti li hemm fil- prezzijiet ta' l-istudju tal-GEM, tasal għal figura simili għal dik li ppubblika l-Gvern.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Allura fuq xiex se jkun hemm dimostrazzjoni?", "Mr Speaker, jien li forsi għandi background daqsxejn tekniku, dawn l-affarijiet inħosshom ħafna għax inħoss li jekk wieħed għandu jagħmel biċċa xogħol, għandu jagħmilha sewwa u mhux jagħmel ħaġa nejja.", "Jien ma kontx qed nistenna lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - wara li ħafna minn dak li qed ngħid illum ktibtu l-Ħadd li għadda - jiġi hawn u jerġa' joħroġ bl-istess argumenti ta' żieda ta' 13% u 15% fil-prezzijiet għax din hija ħaġa li assolutament ma tagħmilx sens.", "Issa ħalli niġi għal ftit fatti li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma semmiex.", "Jien diġa' rreferejt għall-kwestjoni ta' l-impiegi u għidt li donnu dan l- argument sparixxa mid-diskors tiegħu.", "Jien bil-paċenzja kollha qgħadt nisma' l-ħin kollu, kemm il-bieraħ u anke llum, u nista' ngħid li ma semma xejn fuq l-impiegi u fuq il-fatt li ġew ikkreati impiegi.", "Allura l-Labour Party fiex spiċċa?", "Spiċċa biex ma jitkellimx fuq iż-żieda fil-labour.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Qed nitkellmu fuq l-għoli tal-ħajja u ma nitkellmux fuq kemm ġew ikkreati mpiegi.", "Possibbli waqajna f'dan il- livell, illi l-Labour Party jinjora kompletament il-labour u jħares biss lejn l-għoli tal-ħajja?", "Hu semma lill-Konservattivi.", "Jien jidhirli li l- Konservattivi jħarsu ħafna lejn l-inflazzjoni; għalihom huwa goal ekonomiku li twaqqa' l-inflazzjoni, anke jekk biex tagħmel hekk tikkrea l-qgħad.", "Imma l-Labour Party mhux hekk qed jgħid illum.", "Il-Labour Party qed jgħid ...", "L-impiegi ma jissemmew xejn!", "Qed jgħidu li jridu żieda sostanzjali għaliex ix-share tal-labour naqas b'0.1% .", "Kif jista' jkun li wieħed jieħu dawn l-affarijiet bis-serjeta'!", "Jien inħobb inħares lejn medda ta' snin għaliex wieħed ma jistax iħares biss minn xahar għal xahar, u dan japplika anke għall-prezzijiet.", "Ma tistax tqabbel Jannar ma' Settembru, u din nitkellem fuqha aktar tard.", "F'Jannar isir ċertu xiri u f'Settembru jinxtraw affarijiet oħra.", "Per eżempju, l-għeneb ma ssibux f'Jannar.", "Allura meta tipprova tkejjel l-inflazzjoni trid tqabbel like with like, jiġifieri jekk se tieħu disa' xhur, trid tqabbilhom mad-disa' xhur ta' qabel.", "Imma mhux hekk ġara għaliex l-istudju tal-GEM iddeċieda li jqabbel Jannar ma' Settembru minflok ma ħa l-average u qablu ma' l-average ta' qabel.", "Kieku sar hekk ir-rata ta' inflazzjoni bejn wieħed u ieħor kienet tkun fuq il-4%, rata iktar realistika.", "Iżda biex żgur nesaġerawha - għax donnu l-unika għajta li baqgħalu l-Partit Soċjalista hija l-għajta tal- Konservattivi ta' barra to control inflation almost at all costs ...", "Dik hi l-għajta li qed nisma' jien u dwar l-impiegi xejn.", "Ħalli nħarsu daqsxejn lejn l-impiegi.", "Kif diġa' għidt, fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, ġew ikkreati 1,200 impieg u fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet ġew ikkreati madwar 30 impieg fis-settur privat.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li kellna slowdown.", "Jiġifieri meta wieħed iħares lejn l-iżvalutazzjoni jara li din kellha effett fuq l-impiegi.", "Kellha effett fuq il-prezzijiet pero' ejja ma nesaġerawhiex u ma noħorġux bi studji nejja għax għada dawn jistgħu jipperikolaw l-iżvilupp ekonomiku tagħna.", "Noqogħdu attenti għax din jiena nsejħilha rresponsabilita'.", "Jekk wieħed jiġi u jagħtini studju li mhux tajjeb, li nista' nsiblu d-difetti u t-toqob left, right and centre u jibbaża l-kritika tal-partit tiegħu fuq dan l-istudju, jibbaża kampanja sħieħa fuq dan l-istudju u jibbaża talbiet għall-pagi fuq dan l-istudju, talbiet li jkunu esaġerati, allura nkunu qegħdin nikkreaw il-qagħad aħna stess.", "Imma din tagħmel sens?", "Aħna qatt m'aħna se nikbru f'dan il-pajjiż?", "Qatt m'aħna se nkunu f'pożizzjoni li nieħdu sitwazzjoni iktar realistika u oġġettiva?", "Donnu l-Kap Soċjalista tant qisu ma jafx fejn se jmur għax fl- incomes policy forsi mhuwiex imdaħħal, manafx, imma ħlief attakk kontra l- incomes policy ...", "L-incomes policy kien suċċess għax għall-ewwel darba ġibna it-tlett partijiet soċjali fuq mejda waħda u wara ħafna diskussjonjiet ħriġna b'sistema li twassal għall-tiġdid fil-pagi li jkunu żidiet responsabbli li għandhom link mal-produttivita'.", "Jiena waqt li qed inqalleb sibt referenza għall-parir li fl-1955 kien ta Lord Balogh lil ex Prim Ministru Mintoff u nixtieq naqra silta minnu għax naħseb li għandu ħafna relevanza għas-sitwazzjoni tal-lum.", "Hemm wieħed x'jogħmod u jitgħallem minnu allavolja kien fl-1955 u naħseb li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni llum għandu x'jitgħallem.", "Dan kien ġie indirizzat lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Mintoff u jgħid hekk:", "\"While writing this report we have kept before us the fact that your Government favours integration.", "As we know you are aware, fiscal integration and equalisation of wages can only be gradual.", "British taxes and social services have been gained by raising productivity.", "Malta's moral case is that she should be enabled to do the same, not that she should be given these standards before earning them.", "It is far better for Malta that a British contribution to Maltese developments should take the form of a transfer between governments which can be chanelled into sectors which most need it, rather than from immediately increased wages paid by the services which would actually prove a handicap on a developing economy.", "Then as productivity rises, successive steps towards fuller economic and financial parity can be taken.\"", "Hawnhekk hawn x'tiżen u hawn x'tiżen ħafna wkoll.", "Allavolja kien l-1955, Lord Balogh tana parir tajjeb.", "Tawna parir li aħna ma nistgħux b'mod artifiċjali ngħollu l-pagi tagħna, u tan-nies li jaħdmu mas-Servizzi Ingliżi, għax din kienet twassal għal sitwazzjoni fejn we would outprice ourselves mal-produttivita' tagħna, mhux billi hemm baqra tista' taħlibha biex ngħid hekk.", "Wieħed irid joqgħod attent għax l-iżvilupp ekonomiku tagħna huwa bbażat fuq bilanċ delikat bejn il-pagi, il-produttivita' u iva, ir-rata tal-kambju għax ir-rata tal-kambju tagħmel impatt kbir fuq kif iħarsu lejna l-investituri barranin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff, bil-permess ta' l-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Ma jiddispjaċikx jekk ninterrompik daqsxejn ħalli inti wkoll tkun tista' tinterpreta aħjar l-istorja ta' Lord Balogh u żmenijietna.", "L-ewwelnett kull wieħed li kien jagħti l-pariri lill-Gvern Malti - u kien tajjeb - l-ewwel kien jgħid il-parti tiegħu, aħna konna ngħidu tagħna u mbagħad konna naraw x'għandha tkun it-triq it-tajba.", "Imbagħad fl-aħħar, meta jgħaddi ż-żmien, konna naraw morniex tajjeb jew le.", "Lord Balogh kien jgħid il-parti tiegħu imma ara ma tmurx taħseb li dak li kien jgħid kien ikun vanġelu għalina.", "Lanqas għalih ma kien ikun vanġelu għax kien jibdel l-ideat tiegħu l-għada.", "Jiġifieri din ma nafx għaliex qed tikkwotha.", "Jista' jkun biex tipprova ssaħħaħ l-argument tiegħek imma l- bqija manafx għalfejn qed tgħidha.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "Jekk kien hawn bniedem fid-dinja li faħħar lill-Gvern Soċjalista għall- economic policies tiegħu kien Lord Balogh.", "Hu lill-Gvern faħħar mhux lilu nnifsu.", "Ħalli niġi għall-konklużjoni.", "Inti llum qed tipprova tgħid illi l-cost of living ma telgħax.", "Fuq kollox mhux x'tgħid inti u x'tgħid il-GEM jgħodd imma x'jgħidu n-nies għax huma joħorġu l-flus.", "Issa jekk il-GEM tkun qed tgħid il-verita', in-nies jemmnuha u jekk intom qegħdin tgħidu l-verita' ...", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa li jgħodd fin-dinja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din m'hijiex kwestjoni ta' xjenza.", "Jien li nħossni xjenzat ma nistax ...", "(Interruzzjonijiet) Int lanqas ħallejtni nispiċċa!", "Dażgur li lil Balogh indaħħlu għax dan qed jagħti parir sewwa meta qed jgħid li l-pagi m'għandhomx jiżdiedu aktar mill-produttivita'.", "Dak hu li qed jgħid Balogh, li kien ikun żball kieku l-pagi tagħna żdiedu biex ilaħħqu ma' ta' l-Ingliżi f'dik il-cocoon artifiċjali.", "(Interruzzjonijet) Hekk kien jiġrilna, tant konna nkunu out-priced li l-politika ta' l- emigrazzjoni konna nżiduha u mhux innaqqsuha.", "(Interruzzjonijiet)", "Kont qed ngħid li meta tikkorreġi l-iżbalji ta' l-istudju tal-GEM dan jiġi jaqbel ma' l-indiċi tal-Gvern.", "Jiġifieri li qed ngħid jien huwa li din hija fantasija jew sħaba.", "Jien m'inix se mmur nagħmel voxpop fuq l- għoli tal-ħajja għaliex jekk wieħed jogħġbu jixtri ġlekk tal-ġilda u l- ieħor jogħġbu jixtri ġlekk ordinarju, il-prezzijiet se tqabbilhom flimkien?!", "Imma din xjenza?!", "Jekk wieħed jagħmel hekk ikun taż-żufjett.", "Ikun taż-żufjett li wieħed imur jistaqsi lil xi ħadd xi xtara llum u xi xtara f'Jannar jekk ma jkunx ċert li qed iqabbel like with like.", "Aħseb u ara kif wieħed jista' jibbaża fuq 130 oġġett!", "Jiġifieri l-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja jien naraha bħala case closed.", "Il-GEM għamlet żball u jekk tikkorreġih issib li r-riżultat jaqbel ma' l-indiċi uffiċjali.", "Jiġifieri dan huwa fuss għalxejn.", "M'hemmx għalfejn isiru dawn id- dimostrazzjonijiet - naturalment isiru kemm iridu imma għalija huma bla sens.", "(Interruzzjonijiet) Jien għandi l-kalkolazzjonijiet kollha u nista' ngħidlek li kkorreġejt l-istudju tal-GEM għal dawn l-iżbalji li fih, li huma ovvji ...", "L-indiċi żdied b'6.7%.", "Onor. Mintoff, m'intix se tidħak bija u tgħidli li qed ngħid li l-ħajja m'għolietx meta fil-fatt qed ngħid li minn Jannar sa Settembru għoliet b'6.7%.", "Imma mhux b'15%.", "Jien hawnhekk irrid niġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li meta tqabbel Jannar ma' Settembru ma tridx tinsa l-istaġjonalita' ta' l-oġġetti għaliex f'Jannar tixtri oġġett u f'Settembru tixtri oġġett ieħor.", "Allura int trid tieħu l-average.", "(Interruzzjonijiet) Imma mhux int qomt tinterrompini!", "Dażgur li lil Balogh indaħħlu.", "Hemm lezzjoni importanti ħafna x'jitgħallem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax allavolja dan il-parir ingħata 40 sena ilu, dan kien parir tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) GĦollejtu l-pagi?", "Daqs ta' l-Ingliżi għollejtuhom?!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, tindirizzawx lil xulxin.", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Daqs ta' l-Ingliżi għollejtuhom il-pagi?", "Mr Speaker, se nispjega ftit kemm għolew il-pagi f'dawn l-aħħar sitt snin.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma fl-1955 ...(GĦajat) GĦax Balogh kien ta parir tajjeb u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni llum imissu jimxi ma' dak il- parir.", "U jekk int ma smajtx minn dak il-parir għamilt ħażin.", "(Interruzzjonijiet) Pero' ħalli nkompli fuq x'għamiltu fl-aħħar Amministrazzjoni.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Qed tkun prużuntuż minn issa!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inkun prużuntuż għax qed nikkwotalek minn studju ndirizzat lilek?!", "MR SPEAKER: Onorevoli indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, ħalli nsemmi ftit kemm żdiedu l-pagi bejn l-1987 u l-1992.", "F'dan il-perjodu l-pagi żdiedu bi kważi Lm20 fil- ġimgħa.", "B'kemm żdiedu fis-sitt snin ta' qabel?", "Dawn żdiedu b'Lm1.63 fil- ġimgħa!", "(Interruzzjonijiet) Jien qed inqabbel sitt snin ma' sitt snin.", "(Interruzzjonijiet) U żgur li dan huwa mod xjentifiku; mhux sitt ma' sitt snin trid tqabbel?", "Mr Speaker, jien kemm il-bieraħ kif ukoll illum qgħadt bil-paċenzja kollha nisma' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem u nippretendi li llum almenu jħalluni nwassal il-messaġġ tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma qed noffendi lil ħadd.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Mintoff ikollu ċans jirrispondi darba oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk dan huwa rapport indirizzat lilek!", "Jekk inħarsu lejn kemm żdied id-dħul totali mill-impiegi, insibu li fl- aħħar sitt snin dan żdied b'medja ta' Lm25 miljun fis-sena.", "Ejjew nitkellmu fuq kemm hu aħjar il-but tal-ħaddiem, għax huwa importanti li nitkellmu wkoll fuq kemm żdied l-income u ma nitkellmux biss fuq il-fatt li żdiedu xi ftit il-prezzijiet.", "Jekk inqabblu din iż-żieda li kien hemm fid- dħul mill-impiegi fl-aħħar sitt snin mas-sitt snin ta' qabel - bilfors irrid nqabbel biex nara jekk il-figura ta' Lm25 miljun fis-sena tikkomparax tajjeb jew ħażin - insibu li qabel kien hemm żieda medja ta' Lm0.7 miljun fis-sena.", "Jjiġiferi mhux talli l-impiegi żdiedu b'aktar minn 10,000 fis- settur privat, talli d-dħul tal-ħaddiema żdied b'mod massiv.", "Irridu nżommu kollox fil-perspettiva tiegħu, għax kultant nibża' li l-Kap ta' l- Oppożżizzjoni qed jinsa li l-verita' hija li l-ħaddiema marru aħjar u jafu li marru aħjar.", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦalkemm veru li jkun hemm xi ftit żieda fil-prezzijiet minħabba l-inflazzjoni, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - u issa qed ninterpretah fuq dan l-istudju half-baked li diġa' rreferejt għalih - qed jagħmel attentat biex jesaġera ż-żieda fl-għoli tal-ħajja.", "U jiena ngħid li dan huwa attentat immatur, għax illum m'għandniex nimxu hekk, m'għandniex nimxu fuq l-impressjonijiet, fuq l-immaġinazzjoni jew inkella ngħixu fis-sħab, iżda rridu nirringrazzjaw 'lAlla li s'issa r- riċessjoni internazzjonali rnexxielna niskapolawha.", "GĦalija - u anke għall- Gvern - jkun l-akbar sodisfazzjon jekk jirnexxilna ngħaddu minn din ir- riċessjoni mingħajr ma nsofru l-effetti tagħha.", "Mr Speaker, veru li fl-1981 u fl-1982 kien hemm riċessjoni u veru li din kellha impatt fuq l-ekonomija lokali, pero' rridu naraw ukoll li dak iż- żmien minflok ma ttieħdet id-deċiżjoni li suppost ittieħdet u ġiet żvalutata l-lira Maltija, ġew imposti wage freeze u price freeze, filwaqt li l-exchange rate baqgħet dejjem tissaħħaħ u aħna bqajna nitilfu l-impiegi u l-qgħad baqa' tiela' sakemm ilħaqna record ta' 10,000 ruħ qegħda.", "Imma llum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jagħmel dimostrazzjoni meta fil-fatt il- ħaddiem qed jaqla' iktar u hemm record ta' ħaddiema, u dan qed jiġri f'sitwazzjoni ta' riċessjoni internazzjonali!", "Jiena ngħid li għandu jkun hemm ċertu bilanċ fil-mod kif wieħed iħares lejn l-affarijiet.", "L-interess nazzjonali jirrikjedi li wieħed jieħu pożizzjoni responsabbli u mhux jipprova jitfa' feles fil-ftehim li hemm bejn it-tliet partijiet soċjali billi jesaġera problema u jippreżenta studju żbaljat dwarha, imbagħad jirriżulta li minn dik il-problema esaġerata fil-fatt m'hemm xejn.", "Niġi għat-tieni punt prinċipali fejn il-Bill li qed niddiskutu jagħti tnaqqis fit-taxxa.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li dan it-tnaqqis fit- taxxa qed jingħata lil min hu f'pożizzjoni finanzjarja tajba.", "Dan mhuwiex vera għaliex fil-fatt hemm tax credit ta' Lm1.50 fil-ġimgħa għal kulħadd u għal min qiegħed jibbenefika mill-inċentivi li hemm għall-part-time, it- tax credit tiegħu tonqoslu għal Lm1 fil-ġimgħa u jidħol benefiċċju ieħor.", "Minn hawn nikkonkludi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma qrahx sew l-Abbozz għax dan huwa spjegat ċar u tond.", "Mhux vera li din iż-żieda ma affettwatx lil kulħadd.", "Aħna konna nafu li se jkun hemm xi ftit effett ta' l-inflazzjoni u għalhekk għażilna nnaqqsu t-taxxa biex intaffu dik il- ftit piena li jista' jkun hemm minħabba l-iżvalutazzjoni.", "Is- solidarjeta' li semma il-Kap ta' l-Oppożizzjoni imissu jaraha f'dawk l- 1,200 impjegat ġdid li hemm illum u li ma kienx hemm is-sena li għaddiet.", "Dik hi s-solidarjeta' u mhux billi noqogħdu nxewwxu u ngħidu li l- prezzijiet splodew meta ma jkun minnu xejn.", "Is-solidarjeta' aħna għandna nuruha bil-fatti u bl-eżempji u mhux billi nużaw ħafna affarijiet li mhumiex veri.", "Mr Speaker, nkompli ngħid li l-attakk li sar fuq l-incomes policy ma rnexxiex.", "Kont qed nħares lejn iċ-ċifri ta' ġranet mitlufa minħabba azzjoni industrijali u sibt li fihom hemm bidla drammatika.", "Il-bidla li kien hemm hija tassew impressjonanti għax waqt li fl-1989 kien hemm 6,598 man-days lost minħabba azzjoni industrijali, fl-1990 kien hemm 4,485, fl- 1991kien hemm 459 u fl-1992 kien hemm 99 man-days lost.", "Altru li ħadmet l-incomes policy, għax ma kellniex sitwazzjoni fejn kien hemm bżonn industrial unrest iżda kellna industrial peace.", "Iż-żidiet fil-pagi ma ġewx mitfugħin darba fis-sena fil-Budget iżda ġew miftehma b'mod responsabbli bejn min iħaddem u l-unions.", "B'danakollu żidna l-impiegi b'mod sostanzjali.", "Jiġifieri din il-kritika kollha li hawn fuq l-incomes policy jien naħseb li hija misplaced u wieħed għandu jipproċedi bl-istess pass, bl-istess moviment ħalli jkollna ftehim bejn it-tliet partijiet soċjali biex b'hekk jkollna sitwazzjoni ħafna aħjar fil-pajjiż.", "Dan nistgħu nuruh bil-prova.", "Mr Speaker, jien nixtieq nikkummenta wkoll fuq affarijiet li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar kif it-tnaqqis fit-taxxa huwa sussidju.", "Jien nixtieq inkun naf jekk il-ħaddiema tat-Tarzna jħossux li t-tnaqqis fl- income tax huwiex qed imur għat-Tarzna jew hux qed imur f'buthom.", "Nixtieq nistaqsi wkoll lill-ħaddiema l-oħra ta' Malta kollha jekk dak li qed jibbenefikaw hux sejjer f'buthom.", "Kemm sejjer sussidju għand l- industrija?", "Jien naħseb li jekk wieħed igħid li t-taxxa fuq l-overtime huwa sussidju lill-industrija jkun qed jiżbalja.", "Wieħed irid jifhem li l- politika ekonomika tal-Gvern hija li kemm jista' jkun nibqgħu kompetittivi.", "Il-fatt li naqqasna l-valur tal-lira ħadem u dan nistgħu narawh mill- impiegi.", "Biex itaffi l-effett tagħha l-Gvern naqqas il-piż tat-taxxa għal kull min iħallas it-taxxa u aktar u aktar għal min jagħmel l-overtime biex jippremja lil dawk li qed jaħdmu aktar.", "Il-verita' hija li mill-overtime u mill-part-time work hemm element ta' ekonomija moħbija li qed nipprovaw inġibuha fil-beraħ.", "Barra minn hekk peress li l-ħaddiema kultant kienu qed isibu li t-taxxa diġa' tkun laħqitilhom il-35% allura ma jkunux daqshekk willing li jibqgħu għaddejjin bl-overtime.", "MR SPEAKER: Onor. Bonnici, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Bonnici jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Xi ħadd qalilna li aħna m'għandniex politika ċara.", "Imma kemm-il darba se nnaqqsu t-taxxi biex intaffu l-effett fuq il-ħaddiem?", "Din il-ħaġa għamilniha xi tliet darbiet u kull darba kellha effett pożittiv għaliex żiedet it-take-home-pay tal-ħaddiema u hemm bżonn li l- ħaddiema jirrealizzaw li dan huwa l-importanti.", "Dan kollu żamm il-costs tagħna baxxi u aktar kompetittivi.", "Din hija sistema politika ekonomika moderna u l-Gvern qed jużaha biex iżomm lill-pajjiż kompetittiv.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li mhux veru li kien hemm bżonnha d-devaluation u qal ukoll li l-qagħad ma kienx tiela'.", "Allura għandna noqogħdu nistennew li jkollna 10,000 ruħ qegħda qabel ma nieħdu l-passi li għandna bżonn?", "Dan ma jkunx aġir responsabbli min-naħa tal-Gvern.", "Mr Speaker, l-emenda li għandna quddiemna tipprovdi għal bidla u dan huwa esperiment.", "Aħna qed ngħidu li jekk jista' jkun għandna noħorġu n-nies mill-ekonomija moħbija - l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li din hija diskriminazzjoni - għax fil-fatt min qed jaħdem f'din l-ekonomija moħbija qiegħed jaħdem f'sitwazzjoni li mhijiex protetta mis-social system.", "B'dan il-mod wieħed jista' jiġi sfruttat bil-pagi u ma jkunx jista' jirrikorri faċilment għal-liġi u għall-Gvern u lanqas ikun covered b'social security filwaqt li min jaħdem fl-ekonomija aperta jkun qiegħed jipparteċipa f'din is-sistema kollha.", "Id-diskriminazzjoni ssir kontra min jaħdem fl-ekonomija moħbija għax jista' jiġi sfruttat mentri meta wieħed jaħdem fl-apert iwassal għal sitwazzjoni li hija aktar aċċettabbli għax ikun qed jagħti kontribut fit-taxxa pero' jkun qiegħed ukoll ...", "Per eżempju, fil-qasam tat-turiżmu jista' jkun hemm min ikun irid jaħdem mingħajr ktieb tax-xogħol imma issa dan m'għandux raġuni fiskali għal dan għax it-tax-break li hemm għal min jaħdem dan it-tip ta' xogħol qiegħed jinkoraġġixxi li jsir kollox fil-miftuħ u mhux joqgħod jidħak bih innifsu.", "Aħna naħsbu wkoll li in the longer term, din il-miżura se twassal għal żieda fid-dħul tal-Gvern għaliex jekk dawn in-nies kollha li llum qed jaħdmu minn taħt jirrealizzaw li t- taxxa mhijiex daqshekk kiefra joħorġu jaħdmu fil-miftuħ.", "Jien naħseb li s-sitwazzjoni tkun aħjar fejn id-dħul mit-taxxa jkun ġdid.", "Jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li hemm bżonn li jkun hemm aktar responsabbilta' f'ċerti kummenti fuq il-pajjiż; hemm bżonn ukoll li ma nitfgħux stimi bl-addoċċ; hemm bżonn li nirrealizzaw li mill-aspett ekonomiku waqt riċessjoni s-sitwazzjoni hija sitwazzjoni prekarja; hemm bżonn nirrealizzaw li jrid ikun hemm responsabbilta' mill-partijiet kollha u hemm bżonn li niġbdu ħabel wieħed.", "Ma jistax ikun li noqogħdu ngħidu li l-ħajja għoliet b'mod li ma jkunx veru.", "Jien m'inix ngħid li l-ħajja m'għolietx għax fil-fatt għoliet - għal dan se jkun hemm kumpens - imma l- impiegi żammejnihom.", "L-incomes policy jipprovdi wkoll għal dan il-kumpens.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li hemm ċertu delay meta wieħed jieħu ż- żieda għall-għoli tal-ħajja u meta tiġi mkejla.", "Din id-delay kienet ġiet introdotta apposta biex nagħtu ħafna aktar stabbilita' fis-sens li l- industrija tkun qegħda f'pożizzjoni li tista' tippjana aktar bil-quddiem.", "Issa qegħda tiġi diskussa u wieħed jara s-sitwazzjoni kif tkun.", "Pero' din mhijiex xi ħaġa kbira.", "Jien ma nistax nifhem kif wieħed jista' jallega li qed isir xi daħk fil-wiċċ u li l-Gvern qed jipprova jittajmja xi żidiet li jridu jingħataw f'xi korporazjzonijiet biex din jaħrabha.", "Mhux xorta tilħqu fl-aħħar?!", "Li rrid ngħid huwa li qegħdin nisimgħu ħafna kummenti li mhumiex fondati bħall-prezzijiet tal-ĠEM li sfortunatament mhumiex mibnija b'mod xjentifiku u b'mod tajjeb.", "U jekk l-Oppożizzjoni qegħda tibbaża l- kampanja tagħha fuq dawn il-figuri jien ngħidilhom li għandhom għax ikunu diżappuntati għaliex l-istudju tal-ĠEM ma sarx sewwa.", "Dan kellu jkun studju xjentifiku u studju li jinvolvi ħafna aktar minn 24 ruħ.", "Il-Kap ta' l-Opppożizzjoni semma l-Household Budgetary Survey li llum jinvolvi madwar 6,000 preliminary interviews.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jispjega x'qed isir.", "Meta jsir Household Budgetary Survey - huwa tajjeb li dan isir kull ħames snin u huwa wkoll pass 'il quddiem minn dak li kien jiġri qabel għaliex l-aħħar Household Budgetary Survey sar fl-1989, dak ta' qablu sar fl-1981 u ta' qablu, jekk m'inix sejjer żball, sar fl-early 70's - waħda mill-problemi li tiltaqa' magħhom hija li ġġiegħel l-familji jipparteċipaw għaliex inkella jkollok sitwazzoni fejn ma jkollokx sample kbir biżżejjed.", "Fl-aħħar household budgetary survey kellna madwar 1,300 familja li pparteċipaw.", "Din id-darba l-iskop huwa li jkollna 3,000 familja li jipparteċipaw u biex nilħqu dan it-target qed jiġu ntervistati 6,000 familja li ġew magħżula at random.", "Issa kien hemm xi gazzetta li l-fatt li l-familji ġew magħżula at random iddeskrivietu bħala li ġew magħżula bl- addoċċ imma dan m'hu veru xejn.", "At random tfisser li kull bniedem li jista' jivvota fir-reġistru elettorali għandu an equal chance of being chosen.", "Pero' naturalment ġew meħuda in consideration il-lokalitajiet biex ikollna rappreżentanza li tirrifletti l-popolazzjoni tal-lokalita'.", "Il- household budgetary survey qiegħed isir għaliex kif qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, kultant ix-xirja li wieħed jagħmel tinbidel.", "Irrid ngħid li d-deċiżjoni li jsir dan il-household budgetary survey ittieħdet f'nofs din is-ena u l-ippjanar għalih beda jsir f'Lulju.", "Il-kampanja ta' advertisements li tinkoraġġixxi lin-nies biex jipparteċipaw qed issir issa proprju għaliex aħna rridu nibdew bl-indiċi l-ġdid minn Jannar.", "Jiġifieri wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll li mis-6,000 familja li qed jiġu ntervistati fuq tliet ġimgħat se jintagħżlu 3,000 li jridu jipparteċipaw u li jaqgħu taħt il-kondizzjonijiet li huma stabbiliti b'mod internazzjonali biex ngħid hekk.", "Hemm ukoll il-bord tripartikiku u allura kollox qed isir bil-kunsens tiegħu u - fejn ikun hemm bżonn - ukoll bis- suġġerimenti tiegħu għaliex fuq dan il-bord hemm nies ta' ċertu esperjenza.", "Jiġifieri dawn l-interviews qed isiru u ladarba jintagħżlu l-familji jkollok scale fejn l-interview tkun dettaljata fuq it-tip ta' spiża ta' dik il-familja biex b'hekk wieħed ikollu l-basket il-ġdid.", "Nista' ngħid li meta wieħed jaqleb il-basket, wieħed ma jridx jinsa ....", "L-esperjenza tal- passat tgħallmek li għalkemm ikun hemm bdil, ix-xhare li jkun hemm fl-ikel jonqos.", "Per eżempju, mill-Household Budgetary Survey ta' l-1981 għal dak ta' l-1988/89 issib li x-share li kien hemm fl-ikel minn 41% naqas għal madwar 38%.", "Jiġifieri kif l-income qed jiżdied, il-porzjon li qed imur għall-ikel qed jonqos.", "Din hija xi ħaġa li wieħed jistenniha, issir f'pajjiżi oħrajn u issa qed issir f'Malta wkoll.", "Kulma se jagħmel iI-Household Budgetary Survey huwa li se jipprovdi basket ġdid ta' l-affarijiet li l-prezzijiet tagħhom jiġu monitored.", "Din hija xi ħaġa importanti llum speċjalment f'ambjent ta' liberalizzazzjoni fejn hawn aktar oġġetti li nistgħu nixtru li ħames snin ilu forsi ma kienx hawn.", "Pero' dan ma jfissirx li dawn il-prezzijiet ma kenux qegħdin jinġabru għaliex fil-fatt fil-Household Budgetary Survey preżenti meta nħass il-bżonn, saru brand surveys biex jidentifikaw kemm minn dawn il- brands qegħdin jinxtraw għaliex, per eżempju, jekk inhu te jew kafe issa hemm iżjed minn brand waħda.", "Jiġifieri wieħed ma jridx jaqbad u jikkonkludi li l-Household Budgetary Survey preżenti mhuwiex relevanti u allura l-indiċi mhux tajjeb.", "Dan m'hu minnu xejn.", "Dan qed isir u qed isir b'mod mgħaġġel biex bit-teknoloġija tal-lum isir inputting dirett biex kemm jista' jkun naqtgħu ż-żmien minn meta jsir household budgetary survey għal meta jiġi introdott l-indiċi ġdid.", "Din qegħda ssir biex naġġornaw l- indiċi li għandna li fil-fatt jindika l-istess żieda li jien wasalt għaliha skond l-indiċi tal-GEM meta wieħed jikkorreġi l-iżbalji li fih.", "Jiġifieri wieħed ma jistax jgħid li l-indiċi li għandna mhuwiex tajjeb u ma jistax jiġi aċċettat.", "Jien naħseb li jekk wieħed irid ikun jaf meta l- indiċi tal-prezzijiet żdied b'iktar minn 6 punti f'sena, ikollu jmur lura s- snin meta tneħħiet is-sistema tar-ration u l-prezzijiet flimkien mal-pagi telgħu 'il fuq.", "Fil-fatt wara li ġara hekk, kellna l-problema tal-qgħad għaliex jekk m'inix sejjer żball is-sistema tar-ration tneħħiet lejn l- aħħar tas-sebgħinijiet u fil-bidu tat-tmeninijiet kellna żieda sostanzjali fil-qgħad.", "U in parti dan ġara għaliex il-pagi żdiedu b'mod qawwi iktar milli kienet tiflaħ l-industrija ta' dak iż-żmien.", "Din is-sitwazzjoni ġiet aggravata bir-rata tal-kambju.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-Household Budgetary Survey se jiġi komplut f'sena minħabba l-istaġjonalita' tal- prodotti, pero' ħadd m'għandu jassumi, kif qed jagħmel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, li se tgħaddi sena oħra biex jinħadem u mbagħad jidħol fis- sena ta' wara.", "L-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod, imma l-pjan huwa li kif jidħlu n-new items li se jifformaw il-basket il-ġdid, mill-ewwel isir shift fuq dawn l-oġġetti.", "Pero' jkun tajjeb li wieħed jgħid li r-Retail Price Section ta' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika hija manned minn 16-il operatur li meta jkun hemm bżonn anke jixtru l-prodotti, speċjalment fejn jidħol il-ħaxix u l-frott għaliex dawn il-prodotti mhux kemm taqbad u tieħu l-prezzijiet tagħhom, imma tiddependi ħafna l-kwalita' tagħhom.", "Barra minn hekk, qed isir monitoring bis-serjeta' u jien ngħid li mhux sewwa li meta għandna bord tripartitiku li qed imexxi dan ix-xogħol, jiġi l- Kap ta' l-Oppożizzjoni u jagħmel dawn it-tip ta' rimarki qishom mhux qed jagħmlu xogħolhom sewwa.", "Jien naf li qed isir xogħol bis-serjeta' u b'mod trasparenti.", "Veru li jista' jsir aħjar kieku kien hemm iktar riżorsi, imma qed isir b'mod xjentifiku tajjeb għaliex il-prezzijiet qed jinġabru anke minn xiri dirett u qed naslu għal indiċi li jirrifletti l-għoli tal- ħajja.", "Jien nistaqsi: Meta l-indiċi tal-prezzijiet żdied b'iktar minn 6 punti f'sena f'dawn l-aħħar 20 sena?", "Jien ngħid li kważi qatt ma żdied b'daqshekk, forsi qabel kien jiċċaqlaq b'inqas, imma llum l-affarijiet qed jittieħdu bis-serjeta' u naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kienx fair meta kkritika dan ix-xogħol siewi u tripartitiku li qed isir mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika.", "Il-Partit Soċjalista qisu qed iħossu left out għaliex mhux qed jipparteċipa f'dawn l-affarijiet.", "Imma jien naħseb li r- risposta m'għandhiex tkun li nesaġeraw fl-affarijiet, imma għandha tkun mod ieħor.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq billi ngħid ukoll li meta l-Kap ta' l- Oppożizzjoni semma l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika qal li xi individwi mill-qasam tal-kummerċ ilmentaw li l-pubblikazzjonijiet ma joħorġux on time.", "Jien m'inix se nidħol fil-kwestjoni meta kien hemm żmien li l-istatistika waqgħet lura - għalkemm kien hemm raġunijiet tekniċi - pero' rrid niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra għall-fatt li f'dawn l-aħħar tliet xhur ġew ippubblikati t-Trade Statistics ta' l-1991 kollha, it-Trade Statistics sa l-ewwel nofs ta' l-1992 u se jiġu ppubblikati wkoll it-Trade Statistics tat-tieni nofs ta' l-1992 u ta' l- ewwel quarter ta' l-1993.", "Li ġara huwa li peress li kien hemm bidla mis- sistema l-antika ta' klassifikazzjoni għas-sistema l-ġdida, in-numru ta' items tant sploda li peress li l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma kienx kompjuterizzat sewwa għal dan ix-xogħol, inħoloq ċertu bottleneck.", "Fil-fatt bl-assistenza siewja ta' l-MSU irnexxilna niżblukkaw din is- sitwazzjoni u nsibu soluzzjonijiet u llum qed nimxu bi programm fejn l- istatistika tiġi pubblikata b'mod regolari, b'mod effiċjenti u b'sistemi moderni permezz tal-computers, għalkemm niftakar żmien meta kien hawn min jgħid li l-computers m'għandniex bżonnhom.", "Meta wieħed jidħol f'sitwazzjoni teknika bħalma hi l-istatistika, wieħed irid jiftakar li fl- 1987, għal raġunijiet li jien qatt ma fhimthom, id-Dipartiment ta' l- Ekonomija ta' l-Universita' ġie magħluq u ma nfetaħx qabel l-1988.", "Illum mill-Universita' ħerġin gradwati fl-ekonomija - hawn għatx kbir għalihom - li għandhom xi esperjenza fl-istatistika u fl-ekonometrika.", "Huwa veru li għandna nuqqas ta' skills fl-istatistika, pero' ma naħsibx li huwa sewwa li wara li saret din l-ereżija, niġu kkritikati li d-Dipartiment ta' l- Istatistika mhuwiex strutturat b'mod modern meta għal tul ta' żmien aħna konna f'sitwazzjoni fejn ma kienx hemm statistiku wieħed li jifhem sewwa fid-Dipartiment ta' l-Istatistika.", "Qed isir ħafna xogħol mill-Istatistika u naħseb li mhux sew li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitfa' dell ikrah fuq dan id-Dipartiment meta qal li mhumiex effiċjenti.", "Qed jaħdmu, qed isir updating u r-riżultat diġa' qed jidher.", "Nixtieq ngħid ukoll li huwa veru li ċerti publikazzjonijiet qegħdin lura, pero' jekk wieħed iħares lejn l- Economic Survey, li llum qed joħroġ kull tliet xhur u li fih ġabra ta' l- istatistika kollha ta' l-ekonomija, isib li l-istatistika fondamentali qed tiġi pubblikata bl-iktar mod up to date possibbli milli qatt kien isir qabel.", "Jiġifieri naħseb li ma jkunx fair meta wieħed igħid li l- istatistika hija caught behind.", "Fl-aħħarnett, Mr Speaker, nixtieq ngħid li b'din il-bidla fl-istruttura tal-taxxa se jiżdiedu wkoll il-pensjonijiet.", "Dan ukoll huwa att ta' solidarjeta' għaliex aħna nafu li kemm jista' jkun għandu jiġi protett il-purchasing power tal-pensjonanti.", "Fil-fatt l-iżvalutazzjoni affettwat ukoll il-prezz ta' xi mediċini, speċjalment dawk li jiġu minn pajjiżi bħall-Iżvizzera, il-Ġermanja, il-Belġjum u Franza, pajjiżi li l-munita tagħhom għoliet u llum għandhom qgħad ta' 11% u għandhom ekonomija li qed timxi bir-reverse.", "Il-verita' hija li għalkemm il-prodotti li jiġu minn dawn il-pajjiżi għolew, se jkun hemm żidiet ukoll fil-pensjonijiet sabiex b'hekk inkunu qed nagħtu kumpens.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cila.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, jien dejjem tgħallimt li l-ekonomija huwa wieħed mill-aktar suġġetti li verament iħalli diverġenzi ta' opinjoni - jista' jikkorreġini s-Segretarju Parlamentari - pero' fil-fatt hawnhekk aktar smajna diskors ta' ekonomista tat-text books milli ta' ekonomista tal-ħajja.", "X'inhi d-differenza?", "Almenu issa wasalna fl-istat li hawn qbil ġenerali fil-pajjiż li l-ħajja għoliet.", "Sa ftit xhur ilu f'dan l-istess Parlament l-attitudni lejn l-Oppożizzjoni bilkemm ma kenitx li aħna qed nitilfu moħħna u li aħna giddibin għax nitkellmu fuq l-għoli tal-ħajja.", "Dak iż-żmien kienu jgħidu li din hija biss storja ta' partiġġjaniżmu politiku u llum għandna s-Segretarju Parlamentari li jiġi hawnhekk u jgħidilna li mhux qed jgħid li l-ħajja m'għolietx anzi qed jiftaħar li għoliet b'6%!", "Qal li tant huma realistiċi li qed jgħidu li f'dawn l-aħħar 20 sena l-ħajja qatt ma għoliet b'6%.", "Ir-realiżmu huwa li tant hija realta' li l-ħajja għoliet anke mill-indiċi tal-Gvern li ma tistax tiġi b'xi żewġ miżuri f'dan il-Parlament, lejlet protesta nazzjonali li se ssir ġewwa l-Belt il-Ġimgħa, biex tipprova tpinġi qagħda bħallikieku l-qasam finanzjarju ta' pajjiżna huwa għaddej mill-aqwa żmenijiet tiegħu.", "Forsi fit-text books ta' l-ekonomista hekk jidher imma fit-textbooks tal-poplu Malti għadna ħafna 'l bogħod minn din is-sitwazzjoni li qed nipprovaw inpinġu hawn ġew.", "Jiġifieri rridu naraw kollox fl-ambitu tal-qasam finanzjarju ġenerali tal-pajjiż.", "Meta l-Ministru introduċa dan l-Abbozz ta' Liġi tkellem fit-tul u fost l- affarijiet li semma fil-qasam tat-taxxi, qal kemm sejrin 'il quddiem.", "Qal li neħħejna t-taxxa tas-suċċessjoni, imma ma semmiex li fl-istess seduta li tneħħiet din it-taxxa inħolqot taxxa oħra, il-causa mortis, taxxa li proprju kif jgħid l-isem tagħha bil-Latin, kawża minħabba l-mewt.", "Mela llum il-ġurnata jiena ngħid li almenu l-Oppożizzjoni veru hija f'sensiha.", "Jien naħseb li l-ikbar sakra li hawn f'dan il-pajjiż bħalissa hija tal- Gvern għaliex mhux qed jirrealizza x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż minkejja li l-poplu qed jitkellem kuljum - u hu li jemmen fil-pluraliżmu jista' jiftaħ ir-radjijiet kollha, mhux is-Super 1 biss, u jara l-poplu fuq xiex qed jitkellem - ...", "Fl-istess ħin daħħal il-capital gains tax u din ma daħħalhiex bħala taxxa għal dawk li kienu jagħmlu l-qliegħ min-negozju ta' l-artijiet u tal-bini għaliex dawn kienu diġa' taxxabbli bis-sistema li kien hawn - jekk kienx qed jaqbadhom jew le l-Gvern hija kwestjoni oħra - imma daħħalha bħala regola ġenerali għal kulħadd.", "Rajna wkoll li dan il- Gvern sar espert fil-qasam tal-levies.", "Qabel l-1987 lanqas ħadd qatt ma kien semagħha l-kelma levy; qisha inħolqot kelma ġdida fil-vokabularju Malti u llum kulħadd sar jaf xi tfisser għaliex din daħlet f'kollox, kemm fuq l-ikel - jiġifieri meta bniedem imur jiekol mal-familja tiegħu fi stabbiliment tal-catering - ...", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi lussu.", "Il-Gvern mhux talli ma naqqasx il-levy għal 5% wara li kien hawn xi għajdut li sejra ħażin, talli għamilha aktar kategorika fuq l- istabbilimenti kollha u b'hekk kompla jagħti daqqa 'l isfel lill-qasam finanzjarju ta' pajjiżna.", "Veru li skond l-avis tal-Komunita' Ewropea għandna naqilbu ta' taħt fuq l-ekonomija ta' pajjiżna biex ikollhom ċans jikkonsidrawna, pero' jien ma nafx b'liema serjeta' u responsabilita' jistgħu jitkellmu fuq il-VAT.", "Bħal dan iż-żmien sena, eżattament fil-Budget, il-Gvern qal li kellha tiġi ntrodotta l-VAT u f'daqqa waħda sena wara qed jingħad li l-VAT mhijiex tajba.", "Fil-fatt il-VAT se tiġi ntrodotta fl-1995 minflok fl-1994.", "Issa dan għalfejn?", "Minkejja li l-Gvern qed iħoss li bil-miżuri li hu stess qed idaħħal waħda wara l-oħra fil-pajjiż mhux qed jagħti nifs lill-poplu, aktar qed jagħmilha diffiċli lill-ċittadin biex ilaħħaq mal-ħajja ta' kuljum.", "Dawn qalu li s-cealing tat-taxxa fuq l-income minn 65% naqqsuh għal 35%.", "Issa din mhux lil dawk li jaqgħu taħt kategoriji għoljin laqtet?", "Il-ħaddiem li għandu l-average wage x'ibbenefika minn dawn il- miżuri?", "Tkellimna ħafna fuq il-cost of living pero' jien ngħid li ma tistax tissepara t-taxxi tal-Gvern, l-indiċi ta' l-inflazzjoni, l-istandard of living u l-għoli tal-ħajja.", "Kulħadd jitkellem kif jaqbillu, imma jekk wieħed ipoġġi kollox flimkien, ir-riżultat aħħari jkun ir-realta' ...", "Per eżempju, x'jiswa li ngħidu li qed jinħolqu mpiegi ġodda jekk in-nies mhux qed ilaħħqu ma' mpieg wieħed biss?", "MR SPEAKER: Onor. Cilia, skadielek il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE CILIA: Nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 15 ta' Novembru, 1993, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-Sena Finanzjarja 1993/1994.", "Ordnijiet tal-Gurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru. 2) - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil- Prostituzzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol - it-Tieni Qari; u Xi agenda oħra li tista' tiġi kommunikata aktar tard.", "PERMESS TAL-KAMRA TAĦT ORDNI PERMANENTI NRU 172", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, f'dan l-istadju rrid nirreferi għal P.L. 866 - samples ta' drogi - li fis-seduta 182 tat-12 ta' Ottubru, 1993, ġew imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra mill-kollega tagħna l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Jiena tkellimt ma' l-Onor.", "Evarist Bartolo u nitlob il-kunsens tal-Kamra biex a tenur ta' artiklu 172 ta' l-iStanding Orders is-Sinjorija Tiegħek tkun tista' tgħaddi dawn is-samples lill-awtoritajiet konċernati taħt id-debiti salvagwardi.", "MR SPEAKER: Hemm il-kunses tal-Kamra?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien nikkonferma dak li qal il-Leader of the House.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mela hemm il-kunsens fit-termini ta' Standing Order Nru. 172.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Bonniċi.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, illum ħadt pjaċir bl-istqarrija li ħareġ id-Dipartiment tas-Saħħa li fiha qal li f'Malta ma teżistix dik l- epidemija li qed tissejjaħ influenza meningitis li diżgrazzjatament preżentement hawn ħafna xnigħat fuqha.", "Matul din il-ġimgħa bħala paramediku u wkoll għaliex diversi nies jiġu għandi għal xi pariri, jiena ndagajt fuq il-vaccine li tiġi mportata minn barra u x'inhu l-konsum tagħha.", "Jiena rajt li din il-vaccine, li hija magħrufa bħala Hib ġiet importata għall-ewwel darba f'Malta f'Ottubru ta' l-1992.", "Sa Ġunju li għadda kien hawn biss aġent wieħed lokali li jimportaha u sa Ġunju 1993, din ma kienx hawn domanda kbira għaliha.", "Pero' minn Ġunju 'l hawn, wara xi kumment fuq wieħed mill-istazzjonijiet tar-radju li għandna f'Malta, fejn issemmiet din il-vaccination u forsi xi ħadd qal li wieħed għandu joqgħod attent minn din il-marda li jista' jkun hawn f'pajjiżna u rrakkommanda li t- tfal jiġu mlaqqma, id-domanda għal din il-vaccine żdiedet.", "Mr Speaker, l- ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li wieħed irid joqgħod attent ħafna meta jsiru ċerti kummenti fuq ir-radjijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, bil-permess ta' l-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq din il- kwestjoni għaliex lilna bħala tobba kissritna.", "Ma nixtieqx nieħu ħin minn ta' l-Onor.", "Bonnici, pero' huwa importanti li ngħidu dawn l-affarijiet ħalli l-poplu jkun informat.", "F'Ġunju stess meta nqala' dan il-każ uniku f'San Tumas, jien ikkuntattjat lis-Sanita' għaliex immedjatement ġew familji li kienu madwar din it-tarbija għaliex it-tabib konċernat allarmahom biex imorru jtaqqbu lit-tfal - u dan ma ntqalx mir-radju - ...", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Pero' sar kumment fuq ir-radju.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma dan il-kumment sar ħafna iktar tard.", "Meta kkuntattjajt lis-Sanita', qaluli li ma kienu jafu b'xejn, imma peress li kelli l-interess tal-pazjenti li kienu qed jistaqsuni u ma stajtx nirrispondihom kellimt direttament lill-Ispeċjalista Vassallo Agius li qalli illi li kieku din it-tarbija kellha ħuha taħt l-erba' snin kien ikun hemm ċertu periklu għalih, imma li l-barranin assolutament m'għandhom x'jaqsmu xejn.", "Pero' fl-opinjoni tiegħi, baqgħet għaddejja din il-mewġa ta' serq ta' flus f'vaccine lit-tfal u għalhekk din il-ġimgħa ċempilt lil Dr John Cachia tas-Sanita', iddiskutejna din il-kwestjoni qalli li m'għandu l-ebda informazzjoni mingħand il-konsultenti li hemm xi allarm barra dak il-każ uniku ta' Ġunju li kellna bħalu kemm-il darba, u wegħidni li se jiddiskutiha ma' min hu interessat biex jagħmlu dikjarazzjoni.", "U llum ħarġet stqarrija f'dan is-sens mis-Sanita'.", "Infatti t-Tnejn għamilt parliamentary question lill-Ministru Louis Galea f'dan is-sens biex nikkalmaw lill-poplu u nnaqqsu dan is-serq ta' flus li qed isir.", "Nirringrazzjak talli tajtni ċans nitkellem għaliex din il-kwestjoni qed tinkwetani ħafna.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jien m'inix tabib, u ħadt pjaċir bl-intervent f'waqtu ta' l-Onor.", "Vella.", "Irrid ngħid li l-ġenituri m'għandhomx għalfejn jallarmaw ruħhom fuq din il-ħaġa.", "Infatti nhar it-Tnejn, 8 ta' Novembru, il-Ministru Louis Galea rrisponda mistoqsija ta' l-Onor.", "Mario Galea fejn qal:", "\"Id-Dipartiment tas-Saħħa jikkon-ferma li bħalissa f'Malta m'hawn l- ebda epidemija kaġunata mill-Haemophilios Influenzae u għaldaqstant jixtieq iserraħ ras kulħadd li m'hemm l-ebda periklu għas-saħħa pubblika.\".", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn l-ommijiet kollha jitkellmu fil-ħwienet dwar il- bżonn li jtaqqbu lit-trabi ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena minn hawnhekk nassoċja ruħi mal-kummenti ta' l- Onor. Bonnici u nitlob lill-Medical Council sabiex jara x'kien il-każ ta' dawk it-tobba li kienu qegħdin jieħdu l-flus bil-quddiem biex jibbukkjaw l- injections għan-nies.", "Insemmi biss inċident wieħed - biex ma neħux aktar mill-ħin ta' l-Onor.", "Bonnici - ta' omm li ċemplitli fil-għodu u nofsha mbeżżgħa staqsietni bħal parir għaliex peress li kienet beħsiebha tixtri par żarbun lit-tewmin tagħha biex jekk fil-każ li dak li kienet qed tisma' huwa minnu, minflok tagħmel hekk tmur tagħtihom l-injection.", "Dawn huma inċidenti li jdejquk u jġegħluk tistaqsi għaliex qed isir dan il-gwadann ta' flus minn fuq in-nies u għaliex qed jallarmaw lill-poplu fuq ħaġa li hija tant sensittiva.", "Aħna nafu li l-poplu Malti jagħmel minn kollox f'każ ta' saħħa speċjalment għall-ulied u jekk ikun hemm bżonn anke jinżgħu id- deheb biex iġibu l-flus.", "Dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru fil- professjoni medika u minn hawnhekk nappella - u naħseb li l-Onor.", "Bonnici jassoċja ruħu miegħi - lill-Medical Council sabiex jitkellem fuq din il- biċċa xogħol u mhux iħalliha teskala b'mod allarmanti.", "Jien nista' ngħid li n-naħa ta' fejn noqgħod jien hemm paniku sħiħ.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, jien nista' ngħid li n-naħa tagħna wkoll hemm paniku kbir għaliex l-ommijiet kollha ġġennu fuq din il-ħaġa.", "M'hemm l-eba raġuni għal allarm u nispera li l-press release li ħareġ id- Dipartiment tas-Saħħa sserraħ moħħ kulħadd.", "Jien ħadt pjaċir ħafna bl- intervent ta' l-Onor.", "Vella u jekk irid jagħmel xi intervent ieħor jien lest li nagħtih il-permess sabiex b'hekk inkunu nistgħu nserrħu moħħ il- poplu Malti li m'għandux għalfejn jallarma ruħu.", "Jien ċert li fejn jidħlu affarijiet ta' saħħa la hemm politika u lanqas piki; jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jara li hemm xi struzzjonijiet, b'mod speċjali minn organizzazzjonijiet dinjija bħall-World Health Organisation, nistgħu nibqgħu ċerti li dan jieħu l-prekawzjonijiet kollha possibbli.", "Dan l- istess bħal meta snin ilu kien hawn l-għajta dwar il-cholera; id- Dipartiment kien nefaq ħafna flus biex imbagħad in-nies lanqas biss kienu resqu biex jinjettaw ruħhom kontra l-cholera għaliex il-Gvern kien serrħilhom rashom li qed jieħu l-prekawzjonijiet kollha.", "Jiġifieri nerġa' ngħid li m'hawnx bżonn ta' allarm.", "Jiena fuq dan l-aktar li ridt nitkellem, pero' nistgħu naraw affarijiet oħra bħal dawn kemm jaffettwaw lill-poplu Malti.", "Per eżempju jiena qrajt ir-rapport li sar mill-Onor.", "Grech u l-Onor.", "Louis Buhagiar dwar is-settur tas-saħħa fl-isptarijiet.", "Jiena nifhem li l-kritika għandha ssir u aħna nieħdu pjaċir meta ssir imma hemm bżonn li meta ssir il-kritika, issir b'mod kostruttiv ħafna.", "Veru li fl-Isptar San Luqa u fi sptarijiet oħra hemm ħafna x'wieħed jirranġa.", "L-isptar mhuwiex xi lukanda imma bħal lukanda jew kwalunkwe post ieħor li jilqgħu n-nies, hemm bżonn li jsirulhom maintenance u kura kontinwament.", "Kull kumment żgħir li jsir jagħmel effett kbir fuq il-poplu Malti.", "Wieħed għandu kull dritt jagħmel il-kritika tiegħu imma meta mbagħad, per eżempju, jgħidulek li:", "\"... the main operating theatres are never cleaned.\",", "wieħed jistaqsi jekk hux possibbli li s-swali ta' l-operazzjonijiet li suppost li jkunu sterili, li anke meta tidħol fihom trid tieħu l- prekawzjonijiet meħtieġa billi tilbes overcoat u xi ħaġa f'rasek, \"are never cleaned\"?", "Jien iċċekkjajt dawn l-affarijiet u nista' nżid li dak li ntqal m'hu veru assolutament xejn.", "Kummenti bħal dawn ibeżżgħu lill-poplu, għax dak li jkun sejjer għal xi operazzjoni jibża' jmur meta jisma' li l- kamra fejn isiru l-operazzjonijiet ma tinħasilx.", "Dan m'hu veru assolutament xejn.", "Imma kif naqbdu u nitfgħu t-tajn b'dan il-mod irresponsabbli meta nafu x'effett jista' jħalli fuq il-poplu Malti?", "Per eżempju fir-rapport li semmejt intqal ukoll li:", "\"... overcrowding is also being caused by a number of chronically ill patients, mostly elderly people who are more in need of rehabilitation but have no place to go to.\".", "Dan il-fenomenu huwa veru.", "Ġewwa l-Isptar San Luqa jmorru nies - ġeneralment ikunu anzjani - li jkollhom xi mard kroniku ħafna u uliedhom jew ir-relatives tagħhom ma jkunux jistgħu b'xi mod jieħdu ħsiebhom kif għandu jkun, b'mod speċjali dawk li jkunu bed-ridden, biex joqogħdu hemm sakemm ikun hemm bżonn li jeħduhom St. Vincent De Paule, Boffa Hospital jew postijiet bħala dawn.", "Issa dan mhux dejjem huwa possibbli li jsir.", "Veru li kultant l-isptarijiet ikunu overcrowded imma dan m'hu tort ta' ħadd.", "Meta hemm St. Vincent De Paule Hospital li huwa mimli sa snienu, modernizzat, sabiħ u organizzat - għad hemm ħafna xi jsir imma qed isir ħafna wkoll - l-Isptar Boffa huwa overcrowded ukoll u mbagħad hemm l- Isptar Zammit Clapp fejn imorru dawk l-anzjani li jkun għad trid issirilhom xi ftit tat-terapija ...", "Jien nifhem li dawn l-isptarijiet huma full up u nifhem li din l-ageing society se toħloq ċerti problemi, bħalma huma dawn huma l-problemi li qed insemmi.", "Imbagħad jiġu jikkritikaw l-isptar San Raffaele u jgħidu li:", "\"San Raffaele Hospital will be paid for out of taxpayers' money ...\"", "- u din hija ovvja -", "\"... and given to foreigners to run.\".", "Dan m'hu veru xejn.", "Fir-rapport ikompli jingħad hekk:", "\"It will be run like the Zammit Clapp Hospital, only for those who can afford to pay\", said Professor Fenech.\".", "Dan m'hu veru xejn.", "Min imur l-Isptar Zammit Clapp ma jħallasx.", "Għaliex ngħidu dawn l-affarijiet?", "Għaliex qegħdin nitfgħu t-tajn lejn is-sistema tas-saħħa?", "GĦaliex ngħaddu ċerti kummenti, bħal per eżempju li, \"at the Out-Patients Department people are made to wait for hours\"?", "Jien nifhem li kultant ċertu diagnosis li ssir minn professur tieħu fit-tul aktar minn oħrajn u wieħed irid jistenna.", "Illum il-ġurnata l-appuntamenti ma jagħtuhomx kollha għat-8.00 a.m. jew għad-9.00 a.m. imma jagħtuk ħin u jgħidulek li qabel 12.00 p.m., per eżempju m'għandekx għalfejn tmur.", "Imbagħad intqal ukoll li \"equipment and disposable gloves are lacking and everything ends at 2.30 p.m\".", "Il-ġimgħa l-oħra l-Onor.", "Edwin Grech għamel mistoqsija dwar kif inxtraw l-ingwanti disposable, liema tender ħadu u x'costs kien hemm.", "Allura kif qed jgħidu li m'hemmx?", "Altru li hemm, tant li saret mistoqsija biex jaraw kif inxtraw.", "GĦalfejn noqogħdu nitfgħu t- tajn?", "Dan ħsara jagħmel.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi, fis-saħħa pubblika m'għandhiex tidħol politika għax kulħadd jixtieq li ċ-ċittadini Maltin ikunu aktar b'saħħithom.", "Kien għalhekk li l-Gvern għamel appell lill-Oppożizzjoni - u din ma laqgħetux - biex tieħu sehem fil-pjan tar-riforma tal-qasam tas- saħħa.", "Aħna jiddispjaċina rigward dan għax ridna li huma wkoll jieħdu parti f'dan il-programm biex nuru kemm il-Gvern li jemmen bid-djalogu, irid li din il-ħaġa tkun above politics u li kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu għal dawn l-affarijiet, b'mod speċjali fis-saħħa.", "Mr Speaker, jien nagħmel appell lill-Oppożizzjoni, għax għalkemm huwa tard għad għandhom ċans jidħlu fil-programm li qed jagħmel il-Gvern li huwa ta' ġid u li jrid jitkompla.", "Anke kieku għada pitgħada jispiċċa l-Gvern Nazzjonalista u jkun hemm Gvern Laburista, dan ikollu jkompli fuq dan il- programm.", "Ma rridux noqogħdu nġibu ħafna skużi u argumenti.", "Waħda mir- raġunijiet għaliex l-Isptar San Luqa huwa crowded hi proprju minħabba li kienu għalqu ċerti clinics u sptarijiet li kellna fl-imgħoddi.", "Mhux billi jgħidu li l-Blue Sisters telqu; huma kienu l-kaġun li keċċewhom u għalhekk illum il-ġurnata ġejna f'sitwazzjoni bħal din.", "Forsi tistaqsu: GĦaliex il- Partit Nazzjonalista ma ħasibx malli tela' fil-gvern biex jibni dawn l- isptarijiet?", "Jien ngħid li biex tipprogramma sptar trid il-preparamenti; b'sempliċement kelma jew bil-bakketta maġika mhux se jsir sptar, għax dawn l-affarijiet jiedħu tul ta' żmien.", "Mr Speaker, jien nittama li l-Oppożizzjoni tifhem dawn l-affarijiet u ma tagħmilx affarijiet bl-addoċċ.", "Jien meta kont naħdem fid-Dipartiment tas- Saħħa, anke sħabi stess li huma Nazzjonalisti jew mill-Independence Print ġieli kienu jgħiduli biex nagħtihom l-informazzjoni, imma kont ngħidilhom: \"Le, dik hija ħaġa serja.", "F'dawn l-affarijiet ma tidħolx politika u ma nistax nagħti ċerta nformazzjoni\".", "Jien kont nimxi ta' raġel u llum il- ġurnata wkoll hekk nagħmel.", "Mhux biex niftaħar bija nnifsi, imma ċerta informazzjoni li kien ikolli - kont wieħed milli kien ikolli ċerta informazzjoni - ma kont ngħaddiha lil ħadd għax meta toħroġ ċerta informazzjoni, ħsara tista' ssir u mhux ġid.", "Jien nittama li l-Oppożizzjoni tkun aktar responsabbli f'dak li tgħid u ma tallarmax lill-pubbliku dwar ċerti affarijiet fl-isptar, anzi għandha tagħti l-kontribut tagħha biex dak li għandu jsir isir.", "Per eżempju, issemma li hemm xi nemel, cockroach u affarijiet oħra.", "Dawn kullimkien issibhom; anke fl-iktar dar nadifa jidħol in-nemel - għax jekk ikollok kullimkien magħluq in-nemel anke mis-switches jgħaddi - u ċerti nsetti oħra.", "Dawn m'hemmx kontroll fuqhom b'mod speċjali meta aħna l-Maltin għandna l-vizzju misħut li lin-nies fl-isptar neħdulhom dik il-kwantita' kbira ta' ikel biex jekk l-ikel li jagħtuhom ma jkunx tajjeb ikollhom x'jieklu!", "Ġieli jkollhom gaxin sħiħ u ħafna drabi l-aktar li jintrema huwa dak li jġibu l-qraba tal-pazjenti għaliex ftit minn dawk li jkunu l-isptar jieħdu pjaċir jieklu dawk il-borom kollha fniek, tiġieġ, qali, eċċ. Dan m'huwiex ikel adattat għall-pazjenti.", "Jekk il-pazjent meta kien id-dar nhar ta' Ħadd forsi kien jiekol hekk mhux bilfors li jiekol l-istess meta jkun l-isptar; hemmhekk hemm bżonn ta' ċerta dieta.", "Waħda mill- affarijiet li jikkaġunaw dawn l-insetti hija l-ikel żejjed li jġibu lill- pazjenti.", "Mr Speaker, jien nemmen li l-Gvern qed jagħmel il-mezzi kollha possibbli f'dan il-qasam tas-saħħa u ta' kontribut kbir, fost affarijiet oħra biż-żieda fin-numru ta' tobba u paramediċi.", "Lill-paramediċi nkoraġġihom kemm bis-salarju li tahom kif ukoll b'inċentivi oħra u jien nittama li għada pitgħada - dan jieħu ftit taż-żmien - jkollna sistema ta' saħħa adegwata għall-bżonnijiet ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, jien nixtieq nibda billi nassoċja ruħi mal-kummenti li għamel il-kollega u ħabib tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici dwar l-allarm li qed jinħoloq dwar il-Vaccine Haemophilious Influenzae Type B. Fil-fatt il-mistoqsija parlamentari kont għamiltha proprju għaliex għalkemm kien hawn daqshekk domanda għal din il-vaccine, l-aġent kien dannu qed jagħżel li jimporta ammonti żgħar minnha.", "Litteralment spiċċajna b'waiting- list ta' nies jistennew din il-vaccine.", "Fil-fatt jien ukoll kelli mmur nibbukkjaha minħabba li l-mara tiegħi nħakmet minn dan l- allarm u riedet isserraħ moħħha u tagħti l-vaccine lill-baby tagħna.", "GĦalhekk spiċċajna biex immorru nibbukkjawha għand l-ispiżjar.", "Pero' wara kollox irriżulta, kemm minn stqarrija ta' l-Onor.", "Louis Galea meta wieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi kif ukoll minn stqarrija li ħarġet illejla mid-Dipartiment tas-Saħħa, li ma kienx hawn lok għal allarm għax ma kienx hemm każi allarmanti ta' dawn it-tip ta' infezzjonijiet.", "Pero' huwa interessanti li wieħed ikun jaf, per eżempju, għaliex din il- vaccine kienet qed tiġi mportata f'ammonti daqshekk żgħar.", "Intant, Mr Speaker, fil-ftit ħin li fadalli xtaqt li nagħmel ftit kummenti fuq assoċjazzjoni li hawn f'Malta li forsi ftit hawn min jaf biha u li tissejjaħ TAMA, jiġifieri Thalassaemia Awareness Maltese Association.", "Teżisti marda, jew aħjar difett, fil-produzzjoni taċ-ċelloli l-ħomor tad-demm li tissejjaħ Thalassaemia.", "Dan id-difett ...", "Qed nagħmel distinzjoni apposta bejn difett fil-produzzjoni taċ-ċelloli u marda għaliex hemm żewġ tipi ta' Thalassaemia, li huma t-Thalassaemia Minor u Thalassaemia Major.", "Min ikollu t-Thalassaemia Minor ma jfissirx li jkun marid, imma jekk koppja li t-tnejn ikollhom Thalassaemia Minor jiżżewġu u jkollhom it-tfal, hemm riskju li xi wħud mit-tfal tagħhom ikollhom Thalassaemia Major, u f'dak il-każ ikollhom komplikazzjonijiet li jistgħu jkunu serji ħafna.", "Huwa interessanti l-fatt li din il-marda, jiġifieri t- Thalassaemia, teżisti fil-pajjiżi tal-Mediterran, apparti li teżisti anke fl-Indja u fis-South East Asia; pajjiżi fejn qabel kienet teżisti l-marda tal-malarja, fosthom f'Malta, u t-Thalassaemia teżisti wkoll f'Malta.", "Meta f'pajjiżna kien hawn il-malarja, din ma kenitx titfejjaq u fil-fatt ħafna nies kienu jmutu bil-malarja, imma għal raġuni medika, min kellu t- Thalassaemia ma kienx jimrad bil-malarja.", "Allura f'dawn il-pajjiżi kien hemm ħafna nies li qabdithom il-marda tal-malarja u mietu u għixu dawk ma setax ikollhom il-malarja għax kellhom it-Thalassaemia.", "GĦalhekk f'dawk il- pajjiżi, fosthom Malta, ħafna min-nies li kien fadal kienu dawk li kellhom it-Thalassaemia.", "Ftit ilu kont mistieden għal attivita' ta' fund-raising li għamlet din l-assoċjazzjoni TAMA fejn kien hemm numru ta' nurses li talbuni biex ngħid xi ħaġa dwar dan is-suġġett fil-Parlament u b'hekk forsi nkun ta' għajnuna sabiex tiżdied l-awareness dwar din il-marda.", "Huwa sinifikattiv il-fatt li waħda minn dawk li qed imexxu l-assoċjazzjoni TAMA, għandha din il-marda u bħalissa tinsab għall-kura fl-Ingilterra, u meta sħabha qalulha li jien kont se nagħmel intervent fil-Parlament, bagħtitli fax mill-Ingilterra biex tagħtini ftit informazzjoni dwar din l-assoċjazzjoni.", "Din il-persuna hija nurse miżżewġa u għandha tifla.", "Minn hawnhekk irrid nifirħilha għall- ħidma li qed tagħmel b'risq il-pazjenti li għandhom it-Thalassaemia f'Malta, u fl-istess ħin nawguralha fejqan ta' malajr.", "Mr. Speaker, l-assoċjazzjoni TAMA tgħid li hawn 4% tal-Maltin li għandhom dan id-difett tat-Thalassaemia.", "Fit-Thalassaemia clinic hemm reġistrati biss xi 20 każ, u dan ifisser li jista' jkun li hawn numru ta' nies li għandhom it-Thalassaemia imma they don't go forward għall-kura jew għax ma jafux jew inkella minħabba l-istigma.", "Irrid nagħmilha ċara li l-iskop tad- diskors tiegħi assolutament mhuwiex li nallarma lin-nies, far from it.", "Kif għidt fil-bidu, min ikollu t-Thalassaemia Minor bl-ebda mod ma jkun marid, u fil-fatt jgħix ħajja normali.", "Ir-riskju jeżisti meta tnejn li għandhom it-Thalassaemia Minor jiżżewġu għax meta dawn ikollhom it-tfal, hemm ċans - għax mhux bilfors - li t-tfal ikollhom Thalassaemia Major, u f'dak il-każ jibdew il-problemi.", "F'Malta lit-trabi li jitwieldu fl-isptar kif ukoll fil- kliniċi privati qed jagħmlulhom screening tad-demm biex jaraw jekk għandhomx Thalassaemia.", "F'Ċipru, fejn hemm ċentru kbir tat-Thalassaemia, jagħmlu screening anke tal-koppji qabel ma jiżżewġu - u jidhirli li huwa bil-liġi li l-koppji jridu joqogħdu għal dan it-test - biex jekk it-tnejn ikollhom Thalassaemia Minor ikunu avżati li hemm il-possibilita' li jekk jiżżewġu, uħud mit-tfal tagħhom ikollhom Thalassaemia Major.", "Mr Speaker, hemm bżonn ta' iktar awareness u informazzjoni - u dan hu li qed tipprova tagħmel l-assoċjazzjoni TAMA - imma iktar minn hekk hemm bżonn li ngħinu lil min għandu t-Thalassaemia.", "Irrid ngħid li hawn numru ta' Maltin li għandhom it-Thalassaemia Major li l-kura tagħha - u naħseb li ta' min jagħti din l-informazzjoni - hija permezz ta' blood transfusions.", "L-iskop tiegħi mhuwiex li b'xi mod nagħti lecture dwar it-Thalassaemia, imma li, kif diġa' għidt, nipprova nagħti dan il-kontribut ċkejken biex kemm jista' jkun ngħinu lill-Assoċjazzjoni TAMA f'din il-ħidma tagħha biex tipprova tqajjem awareness u tinforma aktar liċ-ċittadin f'dan ir-rigward.", "F'Malta għandna t-Thalassaemia Clinic li taħdem ukoll f'kordinazzjoni mat- TAMA u bħalissa din l-Assoċazzjoni qed tipprova tagħmel kampanja ta' awareness.", "Pajjiżi barra minn Malta joħorġu newsletters apposta għall- pazjenti li għandhom din il-marda, u fost dawn il-pajjiżi nista' nsemmi Ċipru u anke l-Ingilterra fejn il-United Kingdom Thalassaemia Society toħroġ Newsletter Review.", "Hawn Malta wkoll rajt xi fuljetti li ħarġu mit- TAMA b'kollaborazzjoni mal-Health Information Unit.", "Prattikament hemm bżonn isir aktar u l-ewwelnett hemm bżonn ta' awareness, imma mhux hekk biss; din l-Assoċjazzjoni għandha bżonn l-għajnuna tagħna.", "Bħalissa f'diversi ġurnali - u din kienet waħda mir-raġunijiet għaliex qed nagħmel dan id-diskors - qed jidher appell mit-TAMA biex in-nies jikontribwixxu fondi.", "Dawn fetħu bank account fejn min irid jista' jiddepożita l- kontribuzzjoni tiegħu ħalli din l-Assoċjazzjoni jkollha l-fondi għal kampanja biex tipprova tgħin lill-pazjenti bit-Thalassaemia.", "Nista' ngħid li din l-għaqda talbitni nagħmel appuntament mal-Ministru Galea biex jiġi diskuss xi bżonnijiet għandhom il-pazjenti tat-Thalassaemia - u jidhirli li l-laqgħa se ssir fis-16 ta' Novembru - apparti li l-Onor.", "Rizzo Naudi, u qablu anke l-Onor.", "Hyzler, ilhom jipprovaw jagħtu l-għajnuna tagħhom għal dan l-iskop.", "Nerġa' ngħid li huwa d-dover tagħna lkoll li nipprovaw ngħinu lil din l-Assoċjazzjoni fil-ħidma li qed tipprova twettaq.", "Dawn mhux biss għandhom bżonn ta' iktar fondi biex ikunu jistgħu jgħinu lill-pazjenti li jmorru barra għall-kura u lill-qraba tagħhom, imma għandhom bżonn aktar fondi wkoll għaliex huma stess iridu jidħlu sħab mal-Gvern fl-investiment li hemm bżonn isir biex jiżdiedu l-faċilitajiet għall-pazjenti tat- Thalassaemia.", "Dawn qed qed jitolbu li jsir xi forma ta' day centre għal dawn il-pazjenti u qed jitlobu li jsir aktar screening biex ikollna aktar informazzjoni dwar min huma l-Maltin li għandhom din il-marda, għax kif għidt, jista' jkun li hawn min għandu t-Thalassaemia Minor u għadu ma jafx.", "Din l-Assoċjazzjoni tixtieq li jkun involut ukoll psychologist biex dawn il-pazjenti jingħataw anke kura psikoloġika, għax jista' jkun li hawn min għandu din il-kumplikazzjoni jew difett imma ma jmurx għall-kura għax għad hawn ċertu stigma, qisha hija xi ħaġa tal-mistħija li tmur it-Thalassaemia Clinic.", "It-TAMA tixtieq ukoll li kull tant żmien tibda toħroġ rivista għall-pazjenti li jbatu mit-Thalassaemia.", "Barra minn Malta joħorġu dawn it- tip ta' rivisti.", "Nista' nsemmi, per eżempju, l-\"Asthma News\" li tintbagħat lill-pazjenti li jbatu mill-ażma u fil-fatt jien nirċeviha għax kont ktibtilhom biex jibdew jibgħatuhieli peress li bħala nurse jinteressani dan is-suġġett.", "Issa t-TAMA wkoll tixtieq li tipprova toħroġ gazzetta għall- pazjenti li jbatu bit-Thalassaemia.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li kelli pprovajt nagħmel dan l-appell biex ngħinu lil din l-Assoċjazzjoni, li titmexxa fuq bażi volontarja, fost oħrajn minn numru ta' nurses.", "Bħalissa qed jiġuni f'moħħi nurses ħabrieka bħal Sharon Martinelli u Louise Grech li wkoll jaħdmu fuq bażi volontarja.", "Jien minn hawnhekk nawgura lit-TAMA mhux biss li jkollha suċċess fil- ħidma tagħha imma li ssib l-għajnuna li għandha bżonn kemm min-naħa ta' l- awtoritajiet - u jien konvint li din l-għajnuna ssibha - kif ukoll min-naħa tal-pubbliku.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET", "IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RABAT - DJAR", "13249.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: B'referenza għall-Interpellanza tiegħi numru 5592 dwar problemi ta' Housing fir-Rabat, jista' l-Ministru jinformani x'ġie mistħarreġ dwar din il-problema?", "X'inhuma l-alternattivi tal-Gvern għal din il-problema?", "Meta huwa proġettat li jibdew dawn l-iżviluppi?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-problemi ta' Housing fir-Rabat qed jigu mistharrga bhal f'kull post iehor.", "Meta jitlesta dan l-istharrig inkunu nistghu niehdu l-mizuri necessarji halli jitkompla l-programm ta' bini ta' djar ghall-poplu.", "GIRGENTI - PROĠETTI", "13250.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi dwar il-proġetti f'Tal- Girgenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Diġa' saru numru ta` nterventi u inizjattivi li huma maħsuba fil-proġett tal-Girgenti (eż. Tindif madwar Għar il-Kbir, fl- inħawi ta` Dingli Cliffs etc.)", "Bħalissa wkoll id-Dipartiment ta` l-Ambjent qed jaħdem mad-Direttorat ta` l-Ippjanar u b`konsultazzjoni mas-Segretarjat tat-Turiżmu biex jitfasslu numru ta` country walks minn u madwar il- Girgenti u l-Buskett.", "Sfortunatament iżda għadu ma kienx possibbli li din il-ħidma tiġi kkordinata b`mod integrat kif maħsub fil-proġett oriġinali.", "Il-problema prinċipali hija n-nuqqas ta` riżorsi umani fid-Dipartiment ta` l-Ambjent u l-pressjoni ta` prioritajiet oħra.", "Iżda l-pjan oriġinali għadu u jibqa` validu.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "13263.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba ta' l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12786, nixtieq ngħid li meta tlabt għar-rapport annwali tad-Dipartiment ta' l-Ostetriċe u Ġinekoloġija, ir-risposta mill- istess Ministru kienet li dan ir-rapport kien għal użu intern tad- Dipartiment jew l-Isptar, u bqajt mingħajr kopja, għalhekk nitlob l- Ministru biex jirrispondi d-domanda barra minn hekk ir-rapport ma jkunx biżżejjed biex jirrispondi d-domanda tiegħi kif poġġejta jiġifieri \"operazzjonijiet magħmul mill-konsulenti fuq bażi individwali\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inkun grat jekk l-Onor.", "Membru jirreferini fl-liema tweġiba għidtlu li \"ir-rapport kien għal użu intern tad-Dipartiment jew l- Isptar\" peress li mill-File tal-mistoqsija parlamentari numru 12786 dan ma jirriżultalix.", "L-informazzjoni li ġejt mogħti hi li dan ir-Rapport Annwali għandu disseminazzjoni pjuttost wiesgħa.", "DINGLI - TINDIF", "13275.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsir it-tindif meħtieġ u li tiġi żviluppata s- central strip li hemm fi Triq il-Mediterran, f'Ħad Dingli?", "Billi dawn l-inħawi li huma qrib il-ground tal-football tar-raħal ta' Ħad Dingli huma frekwentati regolarment mill-pubbliku, jista' l-Ministru jara li jiġu mdawwla aktar?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment konċernat jara x`jista` jagħmel dwar l-ilment f`l-ewwel parti tal-mistoqsija.", "Minn investigazzjoni li saret instab li hemm bżonn ta` erba` bozoz biex l- inħawi ta` ħdejn il-ground tal-football ta` Ħad Dingli jiġi mdawwal tajjeb.", "Din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "DINGLI: GROUND TAL-FOOTBALL-ĦITAN IKKUNDANNAT", "13276.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi wieħed mill-ħitan tal-ground tal-football f'Ħad Dingli huwa kkundannat, jista' l-Ministru jara li jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa mmedjatament qabel tiġri xi traġedja?", "Billi jirriżulta wkoll li jeħtieġu diversi manutenzjonijiet oħra f'dan il- ground, jista' l-Ministru jirrimedja bix-xogħlijiet li hemm pendenti?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jinvestiga u jara x`jista` jagħmel dwar l-ilment ta` l- Onor. Interpellant dwar il-ħitan tal-ground imsemmi.", "Billi l-faċilitajiet sportivi jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal- Ministeru ta` Kultura u Żgħażagħ l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l- ilment tiegħu lil dan il-Ministeru.", "UNIVERSITA' - CERTIFICATE IN NURSING PRACTICE", "13341.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'wassal biex id-Dipartiment tas- Saħħa ma jibqax jonora l-kondizzjonijiet li l-istess dipartiment kien offra lill-istudenti li bdew il-kors fl-Universita' ta' Certificate in Nursing Practice?", "Skond dan il-kuntratt DH/Circular No 68/93 dawk l-istudenti li kienu ġew sponsorjati mid-dipartimenti kellhom jiġu mogħtija Paid Study Leave.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-informazzjoni li għandu l- Onor. Interpellant hija żbaljata.", "Id-Dipartiment baqa' jonora l-offerta li kien għamel u fil-fatt dawn l-istudenti dejjem baqgħu jgawdu paid study leave għal dan il-kors.", "SPTARIJIET - NUQQAS TA' TIĠIEĠ U BAJD", "13342.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega kif in-nuqqas ta' tiġieġ u bajd eżistenti bħalissa qiegħed jaffettwa l-kwalita' ta' l-ikel għal pazjenti fl- Isptarijiet ta' l-Istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li minkejja xi nuqqas ta' tiġieġ u bajd, l-ikel imqassam lill-pazjenti fid-diversi sptarijiet ma ġie effettwat kważi xejn.", "Dan għaliex ġew maħsuba alternattivi adegwati li jkunu skond id-dieta meħtieġa mill-marid.", "NUQQAS TA' TIĠIEĠ U BAJD", "13343.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex reġa' jeżisti nuqqas kbir ta' tiġieġ u bajd fil-ħwienet u supermarkets?", "L-informazzjoni li għandi hi li t-tiġieġ sparixxew għal kollox u l-bajd issibhom biss bi prezzijiet ferm iktar għola?", "X'qiegħed jagħmel il-Ministru biex din is-sitwazzjoni tirranġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l- produzzjoni tal-broilers qegħda tlaħħaq mad-domanda u għalhekk ma tinħasx il-ħtieġa li ssir xi mportazzjoni.", "Għar-rigward tal-bajd, il-Ministeru diġa' ta parir lid-Dipartiment tal- Kummerċ biex tiġi mpurtata kwantita' suffiċjenti biex tiġi milqugħa d- domanda.", "Diġa' ġew importati fl-aħħar tliet xhur 164,000 tużżana bajd u issa ħarġu liċenzji biex jiġu mpurtati wkoll 135,000 tużżana bajd fi ftit ġranet oħra.", "Huwa maħsub li sa nofs Diċembru s-sitwazzjoni tal-bajd terġa' tiġi normali għaliex jibdew ibidu dawk it-tiġieġ li ġew mfaqqsa fl-ewwel ġimgħat ta' Ġunju.", "SPTARIJIET - HEALTH ASSISTANTS", "13344.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern li joħroġ l- appointments ta' dawk il-Health Assistants li spiċċaw il-kors u għaddew mill-eżami f'Jannar 1992?", "Minn dak inhar 'l hawn madwar 200 minn dawn il- Health Assistants għadhom jitħaddmu bħal casuals.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nerġa' nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li ħatriet mal-Gvern isiru fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Fil-kaz tal-Health Assistants il-Kummissjoni għadha qed tiffinalizza l-proċedura.", "UNIVERSITA' - DIPLOMA FIL-MEDICAL & LABORATORY SCIENCE", "13345.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Minn informazzjoni li għandi numru sostanzjali ta' studenti weħlu mill-eżami ta' xi suġġetti fit-tieni sena tal-kors għad- Diploma fil-Medical & Laboratory Science.", "Milli jidher dawn l-istudenti mhux se jitħallew jkomplu l-kors ta' diploma li issa wasal fit-tielet sena.", "Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex dawn l-istudenti jitħallew ikomplu l-kors?", "F'dan il-kors hemm ħafna ilmenti mill-istudenti li l-kors mhux strutturat tajjeb u hemm nuqqas ta kordinazzjoni speċjalment fejn tidħol esperjenza prattika fid-diversi laboratorji.", "Hemm studenti li ma ntbagħtu qatt f'xi laboratorju bħal fil-Mikrobioloġija u Biokimika, allura marru ħażin f'dawn is-suġġetti fl-eżami.", "Hemm bżonn li l-istudenti f'dan il-kors jingħataw esperjenza prattika fis-sessjonijiet kollha tal- Laboratorju u mhux jitħallew jaħdmu f'laboratorju wieħed għal tul ta żmien.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Dawn l-istudenti weħlu għat-tielet darba l- eżamijiet annwali tagħhom.", "Dan l-eżami huwa wieħed teoretiku u m'għandu x'jaqsam xejn mal-fatt li dawn l-istudenti għamlu jew m'għamlux prattika biżżejjed.", "Qed isiru sforzi biex dawn l-istudenti jittrasferixxu għal kors ta' livell ta' certificate.", "RABAT - TISWIJA TA' TOROQ", "13374.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jirriżulta li Triq Dun Mikiel Callus, ir-Rabat tenħtieġ li tiġi asfaltata?", "Billi l-istat tat-triq qed joħloq inkonvenjenza kbira lir-residenti, jista' l-Ministru jirrimedjha bix-xogħlijiet meħtieġa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li Triq Dun Mikiel Callus, Rabat hija nkluża fil-programm ta` asfaltar ta` toroq ġodda u ssir skond il- prioritajiet ta` xogħol f`toroq f`Malta.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ITTRA MIBGĦUTA LILL-KUMMISSARJU", "13375.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'kienu l-iżviluppi ta' l-ittra mibgħuta lill-Kummissarju ta' l-Artijiet nhar il-11 ta' Frar, 1992 mill-engineer Joseph Bondin POI dwar F. Mifsud tat-tenent 50454, Vol.", "VIII Folio 156?", "Meta se jitwettqu x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li skond il-kondizzjoni 19 tal- ftehim tal-kera t-tiswijiet kollha relattivi għall-fond huma a karigu ta` l- inkwilin.", "KOMUNITA' EWROPEA - EFFETT FUQ L-ISPORTS MALTI", "13598.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10884 dwar x'miżuri qed jieħu l-Ministeru għall-preparament għad-dħul ta' Malta fis- Suq Komuni, kif qed jaspira l-Gvern tal-ġurnata?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Ministeru qed isegwi sew l-iżviluppi li qed isiru mill-Komunita f`dan il-qasam biex meta jkun il-waqt ikun jista` jieħu l-passi meħtieġa biex jikkonforma ma' dawn l-iżviluppi.", "KOMUNITA' EWROPEA - EFFETT FUQ L-ISPORTS MALTI", "13599.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10885 dwar kif hu maħsub li jintlaqat l-isport f'Malta bid-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea li għamiltlu fit-30 ta' Mejju, 1993?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Meta Malta tidħol fil-Komunita' Ewropea, l-isport Malti jrid jiġi ambjentat skond regolamenti w liġijiet tal-Komunita'.", "Skond l-aħħar dokument maħruġ mill-Komunita', minħabba li l-isport huwa kkonsidrat bħala industrija, diversi aspetti tal-attivitajiet sportivi saru konformi ma` liġijiet tal-Komunita w huma suġġetti għall-istituzzjonijiet legali tal-Komunita'.", "Bis-suq individwali, l-innovazzjonijiet radikali proposti huma:", "a) Moviment liberu ta` kull individwu;", "b) L-għarfien reċiproku ta` kwalifikazzjonijiet minn pajjiżi diversi;", "c) L-applikazzjoni ta` regolamenti Ewropej dwar il-kompetizzjoni għal- trasmissjonijiet permezz ta` TV.", "Il-Komunita m`għandha l-ebda intenzjoni li tindroduċi regolamenti dettaljati fuq kul aspett ta` l-isport.", "Il-prinċipju ta` sussidjarita` japplika f`dan il-qasam.", "Dan ifisser li l-Komunita' tieħu passi biss meta jkun jidher meħtieġ li azzjoni fuq livell Komunitarju ikun aktar effettiv milli fuq livell nazzjonali.", "Kopja ta` dokument dwar il-suġġett maħruġ mill-Komunita' tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "FOOTBALL GROUNDS", "13600.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Liema huma dawk il-grounds tal-football f'pajjiżna li mhumiex konformi mar- regoli stabbiliti mill-FIFA?", "Għalfejn mhumiex in konformi ma' l-istess regoli dawn il-grounds?", "Veru li l-Ministru sarulu rappreżentazzjonijiet ta' grounds tal-football li l-MFRA jew għaqdiet oħrajn tar-referees opponew li jirrefjaw fuqhom minħabba dawn in-nuqqasijiet?", "Minn min u għal-liema raġunijiet?", "Meta saret din l-osservazzjoni u x'sar dwarhom minn dak iż-żmien 'l hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Safejn hu magħruf ma saru l-ebda rappreżentazzjonijiet kif semma' l-Onor. interpellant.", "UNIVERSITY SPORTS HALL - TENDERS", "13601.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kemm intefgħu tenders għall-bini ta' l-University Sports Hall?", "Minn min u għal kemm ammonti f'kull każ?", "Lil min ġie aġġudikat dan ix-xogħol?", "Meta hu marbut il-kuntrattur li jlesti dan il-bini?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - VOLLEYBALL PITCHES", "13602.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 10940 u 11396 li sal-lum għadu ma weġibx?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Diġa` weġibt għal din il-mistoqsija.", "Ma kien hemm l-ebda offerti għal dan ix-xogħol.", "Bħalma diġa` għidt din il-kwalita ta` materjal intużat fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti u ngħataw b`direct order bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi in vista ta' l- urġenza tal-bżonn kif ukoll billi l-art ġiet tiswa` madwar Lm4,000 anqas mill-istima oriġinali.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - VOLLEYBALL PITCHES", "13603.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11619 dwar premises tal- Ministeru fi Triq ir-Repubblika jista' l-Ministru jispjega għalfejn uffiċjali tal-Ministeru tiegħu qed jiltaqgħu ma' nies konnessi ma' l- isports regolarment f'dan l-appartament jekk mhux proprjeta'/allokat lill- Ministeru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nixtieq nippreċiża li t-Taqsima ta` l-iSport fi ħdan il-Ministeru tikkonsisti f`żewġ sezzjonijiet: waħda dik ibbażata fil- Kumpless Sportiv tal-Marsa, u l-oħra dik fil-Ministeru.", "L-ewwel waħda ma ċċaqalqietx.", "Kienet is-sezzjoni li qabel kienet fil-Ministeru, l-Furjana, li ġiet t-trasferita għal Casa Gaspe, fi Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta.", "Din id-dar (mhux appartament) ġiet allokata lill-Ministeru tiegħi u fiha hemm ukoll it-Taqsima Kultura, barra dik is-sezzjoni ta` l-isport li diġa semmejt.", "SKEJJEL - SERVIZZ TAL-LIBRERIJI", "13710.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Intqal li l-iSchools Library Service se tibda servizz ta' video tapes għall-iskejjel.", "Dan beda?", "Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7118, kien intqal ukoll li trolleys għall-kotba, xkaffar, siġġijiet u mwejjed se jiżdiedu fil- libreriji ta' l-iskejjel.", "Kemm tlestew trolleys u xkaffar u f'liema skejjel tqiegħdu?", "Beda jopera s-servizz ta' nhar ta' Sibt fil-għodu mill-iSchools Library Service għall-għalliema?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Bdew jinxtraw il-videotapes edukattivi, u s'issa nxtraw madwar 200.", "Dawn għad iridu jiġu katalogati u jsir proċessar ieħor.", "Il-ħsieb hu li dan is-servizz jibda jiffunzjona mill-estensjoni li qed tinbena meta din tkun lesta.", "Is-siġġijiet u l-imwejjed għal-libreriji ta' l-iskejjel inxtraw wara li nħarġet \"tender\", u tqassmu lit-Teacher Librarians li kienu ordnawhom.", "Għamara oħra għadha ma saritx għax l-impjegati tal-\"workshop\" żgħir tad- Dipartiment tal-Bibljoteki u Arkivji qed jagħmlu xogħol ieħor fl-Arkivju Nazzjonali.", "It-tweġiba għat-tielet parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv għax l- uffiċjal inkarigat mil-libreriji ta' l-iskejjel għadu ma ssottomettiex rapport dettaljat dwar it-tħejjijiet meħtieġa biex il-laqgħat ta' nhar ta' Sibt għall-għalliema jkunu organizzati tajjeb.", "UNIVERSITA' - EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA", "13711.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li qagħdu għar-resits tal-Matrikola fl-Universita' f'Settembru li għadda?", "Kemm minnhom qagħdu għar-resit fil-:", "a) Malti;", "b) Ingliż; u", "c) Matematika fil-livell Ordinarju u f'dak avvanzat?", "Kemm għaddew u kemm ġabu marki minn 1 sa 5, f'kull marka għaliha?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: F'Settembru 1993, 900 student ressqu għall- eżamijiet tal-Matrikola Avanzata u Intermedja.", "Fl-istess sessjoni resqu 1,604 student għall-Eżami taċ-Certifikat fl-Edukazzjoni Sekondarja.", "It-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija tidher hawn taħt: MATRIKOLA AVANZATA", "a) Malti - 139 kandidat (2B, 40C, 32D, 23E) b) Ingliż - 53 kandidat (2B, 6C, 17D, 18E) ċ) Matematika - 39 kandidat (1B, 1D, 1E)", "Għaddew f'livell ta' SEC:- Ingliż 4, Matematika 8", "Weħlu:- Malti 42, Ingliż 6, Matematika 28.", "ĊERTIFIKAT FL-EŻAMI TA' L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA", "a) Malti - 700 kandidat (30 Grad 3, 75 Grad 4, 125 Grad 5, 224 Grad 6, 137 Grad 7.", "Mhux klassifikati: 101).", "b) Ingliż - 791 kandidat (20 Grad 3, 93 Grad 4, 175 Grad 5, 217 Grad 6, 186 Grad 7.", "Mhux klassifikati: 100).", "ċ) Matematika - 329 kandidati (3 Grad 3, 8 Grad 4, 33 Grad 5, 104 Grad 6, 108 Grad 7.", "Mhux klassifikati: 73).", "Nota:- Il-figuri tal-Matematika (Livell Avanzat) jinkludu tliet fergħat tas-suġġett.", "F'kull suġġett kien hemm għadd ta' kandidati assenti.", "ORGANIZZAZZJONIJIET SPORTIVI - BINI TAL-GVERN", "13712.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: F'seminar pubbliku dwar l-isports int kont impenjajt ruħek li se tgħaddi lill-Organizzazzjonijiet Sportivi proprjeta' tal-Gvern li huma qed jużaw bla titlu fuqha.", "X'sar mill-intenzjoni tiegħek?", "Meta beħsiebek tressaq liġi apposta biex il-kliem tiegħek isir fatti?", "Liema huma dawk l-organizzazzjonijiet sportivi li qegħdin f'bini tal- gvern bla titlu?", "F'liema bini qegħdin f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Risposta tingħata f`seduta oħra", "PULIZIJA - KAŻI MHUX SOLVUTI", "13713.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l- investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-mewt ta' Carmel Frendo nhar il-25 ta' Frar, 1990?", "X'qed iżomm milli dawn l-investigazzjonijiet jiġu mitmuma?", "F'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar:", "1) il-qtil tal-Baruni Sant'Cassia;", "2) it-tqegħid tal-bomba fil-karozza ta' l-Avukat George Cutajar fi Triq Birkirkara f'San Ġiljan;", "3) l-isplużjoni fil-lanċa La Vallette f'Ottubru ta' l-1991; u", "4) il-mewt taż-żgħażugħ Eddie Borg f'Villa Bonnici?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-istħarriġ tal-Pulizija fil- każijiet imsemmija għadu sejjer.", "Fil-każ tal-mewt ta' Carmelo Frendo l- istħarriġ sal-lum eskluda li kien hemm xi terzi persuni nvoluti.", "DROGA - EMENDA FIL-LIĠI DWAR", "13714.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jikkonsidra l-Ministru li jsir it-tibdil meħtieġ fil-liġi biex meta tinqabad id-droga mill-pulizija din tinqered wara li:", "a) jiġi nformat il-Maġistrat;", "b) jittieħdu d-dettalji tad-droga maqbuda;", "c) jittieħdu ritratti tad-droga maqbuda;", "d) jittieħdu stqarrijiet bil-ġurament; u", "e) id-droga in kwestjoni tiġi spezzjonata anke mid-difiża?", "Jikkonsidra li jekk l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali jaqbel ma' tibdiliet fil-liġi, ma jkun hemm l-ebda suspett li meta l-każ jiġi għall- ġuri ġieli anke snin wara, ma jkun hemm l-ebda suspett li xi ħaġa intilfet jew li xi droga tista' tinbidel billi bħala eżempju xi eroina issir terra?", "Wara li d-droga tiġi kkonfiskata mill-Qorti, din meta tinqered f'liema stadju tal-proċeduri?", "Kif tinqered u min ikun preżenti?", "Fl-ewwel disa' xhur tas-sena kemm-il droga inqerdet u ta' liema tip kienet?", "Dejjem kien hemm preżenti xi ħadd mill-Qorti bħal Maġistrat?", "Dejjem kienu sodisfatti li l-ammont maqbud fil-fatt inqered?", "ONOR.", "JOE FENECH: Kwantu għall-paragrafu enumerati (a) sa (d) diġa' jezistu d-dispozizzjonijiet tal-Kodici Kriminali dwar l-'in genere' u, meta xi persuna tkun giet imressqa l-Qorti u akkuzata, hemm id-dispozizzjonijiet ta' l-Artikolu 22 E tal-Kap.", "101 u l-Artikolu 120 (2A) tal-Kap.", "31, zewg artikoli dawn li dahlu fl-1986.", "Illi kwantu għal paragrafu enumerat (e), hu evidenti li spezzjoni simili mhix appplikabbli fi proceduri dwar l-'in genere' proprju għax f'dawk il-proceduri ma jkunx hemm akkuzat u għalhekk anqas difiza.", "Jekk id-dispozizzjonijiet tal-ligi jigu skruplozament osservati m'għandhomx jinbtu s-suspetti li għalihom qed jaccenna l-Onor.", "Interpellant.", "Għal dak li jirrigwarda l-istadju li fih tinqered id-droga, kif tinqered u min ikun prezenti, m' hemmx regola fissa fi proceduri dwar l-\"in genere' peress li hawn il-ligi thalli fil-gudizzju prudenti tal-magistrat inkwirenti.", "Meta pero', si tratta ta' proceduri fejn persuna hi akkuzata, japplika l-Artikolu 22E diġa' msemmi.", "L-unika droga li nqerdet fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienet id- droga esebita fil-guri 'Ir-Repubblika ta' Malta vs Francesco Queroz'.", "Kien hemm presenti l-Imhallef bl-istaff tiegħu u l-ispetturi.", "Mhux cara l-ahhar mistoqsija għal min qed tirreferi b' 'kienu'.", "Kemm il- Magistrat kif ukoll l-Imhallef jiehu l-miżuri kollha u jagħti l- istruzzjonijiet mehtiga sabiex ikun żgurat li l-ammont maqbud jigi kollu meqrud.", "ĦANDIKAPPATI - BINI AĊĊESSIBBLI", "13715.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Mindu saret il-wheelchair cade f'Ġunju li għadda fil-Belt biex titqajjem kuxjenza dwar in-nuqqas ta' aċċessibilita' għall-bini pubbliku fil-Belt Valletta, x'miżuri konkreti ttieħdu biex il-bini pubbliku jsir aktar aċċessibbli għan-nies fil-wheelchair?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se jsir programm ta` rampi kif intalab.", "Fil-fatt l-Uffiċċju tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta diġa' għamel l-ewwel rampa, dik ta` quddiem il-Kon Kattidral ta` San Ġwann u qed jiġu ppjanati numru ta` rampi oħrajn.", "Kif jidher sewwa minn dik ta` quddiem il-Kon Kattidral l-istandards internazzjonali jitolbu li r-rampa tkun ta` 1:12 u mhux dejjem faċli li ssir din it-tip ta` rampa fi spazji żgħar.", "Ir-rampa li jmiss għandha tkun dik tal-Qorti iżda diġa' instabu diffikultajiet dwar fejn din tista` ssir.", "SELF-EMPLOYED - FAMILY ALLOWANCE", "13751.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm self-employed li jieħdu l-family allowance?", "Id-dipartiment jagħmel investigazzjonijiet fuq id- dikjarazzjonijiet li jagħmlu dawn is-self-employed?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fuq stharrig li sar f'Mejju 1993, irrizulta li 11,398 persuna jiehdu l-Allowance ta' Genitur, li minnhom 2,946 huma persuni li jahdmu ghal rashom.", "Illum dan l-istess percentagg ta' 25.85% jaghti n-numru ta' 2,712 persuna fuq l-10,494 li hadu c-cekk f'Ottubru.", "Id-Dipartiment kull sena jitlob, lil kull persuna li tircievi dan il- beneficcju, biex taghmel dikjarazzjoni tad-dhul kollu taghha.", "PULIZIJA - TAQSIMA TA' L-INFURZAR TAL-LIĠIJIET,TAĦRIKIET", "13761.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi ma tgħaddix ġurnata waħda li ma taqrax dwar is-suċċessi kontinwi li qed jiġu reġistrati mit-Taqsima ta' l-Infurzar tal-Liġijiet tal- Pulizija, tista' ġentilment tagħti lista ta' kemm ġew imħarrka u mixlija persuni l-Qorti minn din it-Taqsima tal-Pulizija dwar:-", "a) ksur ta' regolamenti u liġijiet minn sidien ta' speedboats; b) ksur ta' regolamenti u liġijiet dwar kaċċa u nsib; u c) ksur ta' regolamenti u liġijiet dwar rimi ta' skart, ġarr ta' materjal mikxuf, rimi ta' ħamrija u liġijiet oħra ambjentali?", "Tista' tagħti l-figuri ta' l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-Taqsima ta' 'Administrative Law Enforcement', tal-Pulizija ressqet dawn il-persuni l-Qorti:", "|a) |Ksur ta' regolamenti u |72 | | |liġijiet minn sidien ta' | | | |'speedboats' | | |b) |Ksur ta' regolamenti dwar|17 | | |Kaċċa u Nsib | | |c) |Ksur ta' liġijiet dwar |189| | |l-Ambjent | |", "Numru ta' karozzi li tneħħew mit-toroq, fl-istess perjodu kien ta': 293 u n-numru ta' spezzjonijiet rigward ksur tal-liġijiet tal-Ambjent kien ta': 310.", "PULIZIJA - TRAFFIC WARDENS", "13762.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Hemm xi ħsieb biex jiġu ntrodotti t-Traffic Wardens f'Malta u Għawdex?", "Billi s'issa fejn skejjel li jattendu tfal jintbagħat Pulizija biex jieħu ħsieb it-traffiku, jista' jsir arranġament biex sakemm tiġi studjata l- introduzzjoni ta' Traffic Wardens, l-enforcement officers ma' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku jibdew jieħdu ħsieb dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għalissa m'hemmx il-ħsieb li jkunu ntrodotti Traffic Wardens f'Malta u Għawdex.", "Pero' din il-possibbilita' se tkun studjata.", "In-numru ta' Enforcement Officers diġa' hu wieħed baxx ħafna biex ilaħħaq max-xogħol ta' infurzar tal-liġi fost is-setturi kollha tat-trasport pubbliku u għalhekk hu mpossibbli li dawn jitqabbdu jagħmluha wkoll ta' traffic wardens.", "PULIZIJA - DISTRETTI", "13763.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment jagħti lista tad-Distretti tal- Pulizija?", "Kif inhuma mqassmin f'diviżjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Distretti u diviżjonijiet tal-Pulizija huma kif se ngħid:", "|Dis|Diviż|Lokalitajiet | |tre|jonij| | |tt |iet | | | | | | |1 |A |Valletta, Floriana | | |B |'water' | |2 |C |Qormi | | |D |Żebbuġ, | | | |Siġġiewi,Lapsi | |3 |E |Paola, Fgura,Albert | | | |Town, | | | |Laboratory | | | |Wharf,Corradino | | | |Ind.", "Est., Għajn | | | |Dwieli | | |F |Luqa, Tarxien,Santa | | | |Lucia, | | | |Marsa Ind.", "Estate | |4 |G |Bormla, | | | |Kalkara,Senglea, | | | | Vittoriosa | | |H |Żabbar, | | | |M'Scala,Xgħajra | |5 |I |Żejtun, Għaxaq, Gudja| | |J |B'Buġia, M'Xlokk | | |K |Żurrieq,Qrendi | | | |Mqabba, | | | |Kirkop, Safi | |6 |L |Sliema, Gżira | | | |Kappara, | | |M |Msida, Pieta', Ta' | | | |Xbiex | | |N |SanĠiljan,Paċeville,S| | | |an Ġwann, | | | |Swieqi,St Andrews, | | | |Ta' l-Ibraġġ, High | | | |Ridge | |7 |P |Ħamrun, Marsa,Santa | | | |Venera, | | | |Gwardamangia | | |Q |Rabat, Dingli, Mdina,| | | |Ta' Qali (minbarra | | | |l-Pitkali) | |8 |R |B'Kara, | | | |Lija,Balzan,Attard | | | |(jinkludi l-Pitkali) | | |S |Naxxar, | | | |Għargħur,Madliena, | | | |Baħar iċ-Ċagħaq | |9 |T |Mosta, Mġarr, | | | |Bidnija,Wardija, | | | |Burmarrad, Għajn | | | |Tuffieħa | | |V |SanPawl | | | |il-Baħar,Buġibba,Qawr| | | |a, | | | |MellieħaCirkewwa, | | | |Marfa, | | | |Manikata | |10 |Z |Għawdex u Kemmuna. |", "YACHTS U LANEĊ - REĠISTRAZZJONI BARRA MINN MALTA", "13784.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi hemm diversi sidien Maltin ta' yachts u laneċ lussużi li jirreġistraw il- lanċa jew yacht barra minn Malta u b'hekk jiskappaw l-iskrutinju tad- Dipartiment tat-Taxxi meta jiddikjaraw qligħ baxx, jidhirlu l-Ministru li d- dipartiment għandu jagħmel investigazzjoni issa fix-xitwa meta l-Yacht Marina u berths oħra tal-yachts huma mimlija daqs bajda b'yachts Maltin?", "Billi jidher li ħafna minn dawn ma jħallsux taxxa jew iħallsu ftit, ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li d-dipartiment jibgħat uffiċjali tiegħu biex jieħu lista tal-yachts u ta' min huma u l-ismijiet jiġu mqabbla mad-dikjarazzjonijiet li jagħmlu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u b'hekk tiżdied l-effiċjenza fil-ġbir tat-taxxa?", "Jaf il-Ministru li f'Napli dan l-aħħar uffiċjali tal-Gvern u l-Pulizija għamlu raid kbir fuq sidien ta' yachts reġistrati barra l-Italja u kellhom riżultat pożittiv ħafna fil-qbid ta' dawk li kienu qed jevitaw it-taxxi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ċerti miżuri li qed jittiehdu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, inkluż is-sistema ġdida ta'komputeriżazzjoni, għandhom jgħinu biex minbarra li x-xoghol b'lura jkun aġġornat, xogħol iehor li l-llum qiegħed ikun ta' piż kbir fil-ħidma tad-Dipartiment, jkun jista' jsir b'iżjed effiċenzja b'użu inqas ta' riżorsi umani.", "B'hekk id-Dipartiment ikun f'pożizzjoni aħjar li jalloka iżjed uffiċjali ta'riċerka u stħarriġ fid-dettal tal-prospetti tat-taxxa ta' dawk li jkollu d-dipartiment aktarx ma jkunux qed jagħmlu dikjarazzjonijiet eżatti.", "Id-dipartiment huwa konxju mill-hidma tal-uffiċjali Taljani f'Napli biex jikkumbattu l-evażjoni tat-taxxi.", "Is-suġġeriment magħmul mill-Onor.", "Interpellant gie nnotat.", "SELF-EMPLOYED - DIKJARAZZJONI TA' QLIGĦ", "13803.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm aktar minn 62% tas-self-employed li jħallsu l-bolla li jiddikjaraw li jaqilgħu anqas minn Lm3000 fis-sena?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Skond l-ahhar statistika migbura mid-Dipartiment dwar il-hlas ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Socjali mis-self- employed f'April 1992, 62.76% tas-self-employed hallsu kontribuzzjonijiet fuq dhul sa Lm1,861 fis-sena ta' qabel, 13.42% hallsu fuq dhul ta' bejn Lm1,861 u Lm2,391 fis-sena ta' qabel u 8.59% hallsu fuq dhul ta' bejn Lm2,391 u Lm2,921 fis-sena ta' qabel.", "SELF-EMPLOYED - DIKJARAZZJONI TA' QLIGĦ", "13804.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi l- Ministru Hyzler iddikjara li 62% tas-self-employed li jħallsu l-bolla jiddikjraw li jaqilgħu anqas minn Lm3000 fis-sena u billi l-Interpellant hu mgħarraf li 25% biss minn dawk is-self-employed li jimlew il-formola tat- taxxa jgħidu li jaqilgħu anqas minn Lm3000 fis-sena, jidhirlu l-Ministru li hemm diskrepanza kbira f'dan il-persentaġġ?", "X'koperazzjoni hemm jew se jkun hemm bejn iż-żewġ dipartimenti tax-xogħol u tat-taxxa biex dan il-qerq jinqata'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-dipartiment tat-Taxxi Interni jeżamina il-każi tas- \"Self Employed\" u hafna drabi l-ammonti ddikjarati jiġu miżjuda bi qbil mat-taxpayer.", "F'każi fejn dan il-qbil ma jaslux għalih, id-Dipartiment jistma il-qligħ u joħroġ \"best of judgment assessement\".", "Qed isir studju biex naraw kif, fil-kuntest tal-ligi jista' jsir kordinazzjoni aħjar milli għandna illum bejn iż-żewġ dipartimenti.", "COMMONWEALTH - LAQGĦA TAL-PARLAMENTARI NISA", "13805.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Għaliex Malta ma kenitx rappreżentata fil-laqgħa tal-Parlamentari nisa tal-Commonwealth li saret f'Ċipru f'Settembru li għadda?", "Meta Malta għandha Membru Parlamentari waħda mara, ma jaħsibx il- Viċi Prim Ministru li konferenzi bħal dawn għandha tiġi nkoraġġita biex tattendihom?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Bejn is-6 u l-10 ta` Settembru li għadda kien hemm il-laqgha ġenerali annwali tas-CPA f`Ċipru li fiha pparteċipat delegazzjoni parlamentari Maltija.", "Id-delegazzjoni Maltija, magħmula mir-rispettivi gruppi parlamentari kienu Dr. L. Gauci Borda, s-Sur L. Cuschieri, u s-Sur Lino Spiteri.", "Ma jirrizultalix li kien hemm xi laqgha ad hoc tal-parlamentari nisa tal- Commonwealth f`Cipru f`Settembru li għadda.", "UNIVERSITA' - GRECH MAX", "13809.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru ġentilment jara għaliex filwaqt li l- istudenti tat-tieni sena tal-B.", "Educ intbagħtu jgħallmu kollha Għawdex waqt it-teaching practice, is-Sur Max Grech ġie allokat fl-iskola Sekondarja ta' Raħal Ġdid?", "Jekk ir-raġuni hi li s-Sur Grech hu l-uniku wieħed li għandu suġġetti li jiġu mgħallma f'livell Sekondarju, jikkonsidra d-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni li għallinqas dan jintbagħat f'post ieħor viċin ir-rotta tat- triq taċ-Ċirkewwa (eż: Mosta) u mhux Raħal Ġdid li hu ħafna 'l bogħod miċ- Ċirkewwa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Sur Max Grech ġie allokat fl-iskola sekondarja tal-bniet tal-Mosta għat- teaching practice peress li għandu suġġetti li jiġu mgħallma f'livell sekondarju.", "SELF-EMPLOYED - EVAŻJONI TAT-TAXXA", "13810.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Meta hu magħruf li s-self-employed, li jinkludi l-professjonisti ħallsu biss ftit aktar minn Lm6 miljun f'taxxa tas-sena li għaddiet, ma jidhirlux il- Ministru li dan juri li hemm evażjoni qawwija ta' taxxa minn dawn il- kategoriji?", "Meta hemm nies f'ċerti snajja' li jaqilgħu Lm20,000 fis-sena, ċerti professjonisti jaqilgħu Lm500 kuljum u hemm ċerti self-employed li jgħixu life style ta' sinjuruni, x'qed isir mid-Dipartiment tat-Taxxa biex jinqabdu dawk li qed iqarrqu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Infakkar lill-Onor Interpellant li dak li qiegħed jgħid mhux xi fenominu riċenti.", "Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni bis- sistema il-ġdida komputeriżżata li issa qiegħed idahhal se jkun f'pożizzjoni biex iġib ix-xogħol li għandu lura aġġornat u biex ikun f'pożizzjoni ahjar biex jikkumbatti l-evażjoni tat-taxxa.", "SKEJJEL LI JGĦALLMU L-INGLIŻ - TRATTATTIVI", "13876.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi f'Jannar kont għidt li t-trattattivi dwar il- ħolqien ta' Bord bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, it-Turiżmu u l- FELTOM dwar skejjel li jgħallmu l-Ingliż kienu fi stadju avvanzat, xi żviluppi kien hemm tul dawn l-għaxar xhur?", "Kemm irċieva ilmenti d-Dipartiment tax-Xogħol dwar allegati abbużi f'dan il-qasam?", "Kemm saru prosekuzzjonijiet?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LUKANDA VERDALA", "13877.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi nhar il-1 ta' Novembru, 1993 inti għidt li eventwalment l-MDC se toħroġ sejħa għat-tenders għal bejgħ tal-lukanda Verdala, x'se jsir dwar is- seba' proposti għax-xiri tal-lukanda li inti kont irreferejt għalihom nhar il-21 ta' Ġunju, 1993 f'mistoqsija parlamentari numru 11156?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Fit-twegiba tiegħi tal-mistoqsija parlamentari numru 13500 għidt li l-MDC qegħda tieħu passi biex tifdi c- cens ta' l-art fejn hemm il-Lukanda Verdala.", "Is-sejħa gdida għal-offerti li se ssir mill-MDC ser tkun għall- bejgħ tal-propjeta \"freehold\".", "Għal din ir-raguni kull min ikun interessat għandu jagħmel offerta gdida.", "L-ebda waħda minn dawk is-seba offerti ma giet accettata.", "SKEJJEL - STUDENTI MINGĦAJR GĦALLIEMA", "13878.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: It-tfal tal-Primary School Form 6C, Msida li diġa' ilhom xi tliet ġimgħat bla għalliema, kemm se jdumu bla teacher?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-għalliema tal-klassi tas-sitt sena Ċ ta' l- Iskola Primarja ta' l-Imsida waqgħet fl-iskola u ħarġet bis-sick leave.", "F'lokha fl-4 ta' Novembru intbagħtet għalliema oħra.", "IMPIEGI - PART-TIMERS FIL-QASAM TURISTIKU", "13879.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13678?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-għadd ta' part-timers li jaħdmu bil-ktieb tax-xogħol fil-qasam turistiku u li huma reġistrati mal-Korporazzjoni huwa ta' 2,645.", "It-tip ta' xogħol li jagħmlu hu klassifikat taħt dawn il-kategoriji:-", "Consultant Director, Manager, Chief Executive Managers f'restaurants u hotels Shopkeeper General Manager f'restaurants u hotels Engineer, electrical equipment services Medical Doctors Nursing services Accountants Composers, musicians and singers Civil Engineering technicians Electrical engineering technicians Teachers Bookkeepers Musician, street club, singers and dancers Clowns, magicians, acrobats u oħrajn Athletes, sports persons and related assisstant professionals Stenographers and typists Word-processor and related operators Secretaries Accounting and bookkeeping clerks Storekeeper Bus inspectors, transport Clerks, general office clerks Cashiers and ticket clerks Receptionists and information clerks Telephone switchboard operators Housekeepers and related workers Cooks Waiters, Waitresses Barman Child-care workers Hairdressers, barbers, beauticians u oħrajn Protective services Salesman/woman Salesperson, street stall Carpenters and joiners Fitter Musical-instrument makers and tuners Handicraft workers in wood and related material Bakers, pastry-cooks and confectionery makers Sewers, embroiderers and related workers Car, taxi and van drivers Bus drivers Street food vendors Domestic helpers and cleaners Helpers and cleaners in offices, hotels eċċ. Helper, others Hand-launderers and pressers Building caretakers Watchman, security Labourers Assembling labourers Outworkers.", "KALKARA - DAWL FIT-TOROQ", "13904.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti direttiva sabiex bozza maqtugħa fi Triq Anġlu Agius, il- Kalkara (ħdejn dar JoeRose) tiġi mibdula?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt li jittieħdu passi dwar l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "DROGA - TRAFFIKAR TA'", "13915.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kellux xi rapporti li xi membru ta' din il-Kamra kellu xi nvolviment jew konnessjoni ma' nies involuti fit-traffikar tad-drogi?", "Hekk ir-risposta hi fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jidhirli li l-Interpellanza tikser l-Ordnijiet Permanenti ta' din il-Kamra.", "B'danakollu nagħżel ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv."]} {"filename": "19990302_070d_par.doc", "date": "1999-03-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 70 It-Tlieta, 2 ta' Marzu, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 70", "It-Tlieta, 2 ta' Marzu, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "70", "It-Tlieta, 2 ta' Marzu, 1999", "WERREJ MINUTI 478", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 478", "TQEGĦID TA' KARTI 481", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI)(IT-TIENI QARI) LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 482", "AĠĠORNAMENT 506", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 510", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 69 li saret fl-1 ta' Marzu, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "TARXIEN - VJAL SIMMONS - DAWL", "3256.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Vjal Simmons ħdejn dar Nru. 78 f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l- Onor. Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru x'inhu jsir rigward il-pelican lights li kellhom jitwaħħlu fejn id-daħla ta' Raħal Ġdid, fejn illum hemm il-lights.", "Għalkemm twaħħal l-arblu u hemm kollox lest, il-pelican lights għadhom ma twaħħlux.", "Xtaqt nistaqsi wkoll lill-Ministru għalfejn il-bozoz li hemm fejn iċ- ċimiterju m'humiex jinxtegħlu.", "Nista' ngħidlu li minħabba f'hekk filgħaxija qed ikun hemm min jabbuża mid-droga f'dak il-post.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Rigward il-pelican lights u d-dawl ta' fejn iċ- ċimiterju, nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex iħallili nota ħalli nkun nista' nistaqsi dwarhom.", "Rigward il-bozoz li qed jintalbu bħalissa f'Ħal Tarxien nista' ngħid li mill-1 ta' Jannar 'il hawn twaħħlu tmienja; fi Triq il-Fieres, fi triq il- Ġdida, bejn Triq Dun Karm Sant u Triq l-Assedju l-Kbir, fi Triq id-Dejma, fi Triq Annetto Caruana, fi Triq Francesco Crispi, kantuniera ma' Triq Ġużeppi Montebello, u f'żewġ toroq oħra li m'għandix id-dettalji dwarhom.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li wieħed dejjem jiżgura li fil-lokalitajiet kollha kemm jista' jkun, ikun hemm dawl adegwat.", "Jien jirriżultali li fis- snin riċenti, b'mod partikolari s-sena li għaddiet, kien hemm domanda kbira għal bozoz fit-toroq, pero' nista' ngħid li f'dawn il-ftit xhur li ilna fil- gvern, f'Ħal Tarxien waħħalna bozoz kważi tliet darbiet daqs li twaħħlu matul is-sena li għaddiet kollha.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant irid japprezza li dan diġa' huwa pass 'il quddiem u jiena nwiegħed li aktar 'il quddiem inkomplu nwaħħlu aktar bozoz.", "Naturalment m'huwiex possibbli li jitwaħħlu l-bozoz kollha ta' kullimkien f'daqqa għaliex minbarra l-ispiża hemm ukoll il-fattur li n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fuq it-twaħħil ta' bozoz huwa limitat, u fix-xhur tax- xitwa dawn ikunu mpenjati daqsxejn iżjed minħabba li jkun hemm aktar ħsarat.", "Wieħed jittama li nkunu nistgħu naqdu d-domanda kbira li hemm għal bozoz anke f'postijiet oħra, liema domanda fil-fehma tiegħi tirrifletti fuq l-amministrazzjoni preċedenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jista' l-Ministru għallinqas jagħti indikazzjoni dwar meta ħerġin il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt kemm-il darba għidt li ħafna mill- kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-industrija u tal-lukandi diġa' ħarġu.", "Rigward il-kontijiet domestiċi, l-ewwel se joħroġ statement dwar il- pożizzjoni ta' kull household, imbagħad huwa ttamat li għall-aħħar ta' Marzu jew bidu ta' April jibdew joħorġu l-ewwel kontijiet.", "Dan id-dewmien ġie kkawżat minħabba komplikazzjonijiet fis-software u minħabba li kellu jsir ċertu tindif tad-data, għaliex it-tibdiliet li kienu qed isiru minn ġimgħa għal ġimgħa kienu qed jikkawżaw ħafna problemi.", "Rigward il-metodu ta' pagament irrid ngħid li l-perijodu se jiġi mifrux fuq ċertu tul ta' żmien għall-heavy users, filwaqt li għall-kontijiet domestiċi se nipprovaw inżommu l-perijodu ta' erba' xhur erba' xhur - naturalment wara li joħorġu l-ewwel kontijiet, jiġifieri dawk sa Marzu, 1998 - mingħajr ma ngħabbu lill-konsumatur b'piż li ma jkunx jista' jerfa'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jista' l-Ministru jassigurana li dawk li bir-rati kif kienu qabel kellhom roħs fil-kontijiet tagħhom, m'humiex se jiġu mitluba jħallsu d-differenza?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni li għandi jien hija li l-kontijiet raħsu prattikament għall-biċċa l-kbira tal-households, pero' jista' jkun hemm xi każijiet li kienu qed iħallsu għall-meter biss u peress li ċ-charge tal-meter għoliet bi ftit, jista' jkun li fejn hemm postijiet li jkunu magħluqa ċ-charge tal-meter tiġi kemm kemm aktar għolja.", "Issa hawnhekk irridu niftakru li ċ-charge tal-meter qiegħda Lm12 fis-sena għall-ilma u Lm12 fis-sena għad-dawl - qabel kienu Lm8.60 għad-dawl u Lm3.60 għall-ilma - u allura jekk wieħed iqabbel iż-żieda li semmejt aktar qabel mar-roħs li se jkollhom bir-rati l-ġodda, mal-ewwel jinduna li l-kont xorta waħda jiġi orħos.", "Qed isiru l-isforzi kollha biex kemm jista' jkun dawk li suppost ikollhom tnaqqis, fil-fatt jingħatalhom.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li d-domestic consumers iridu jiżguraw li jkunu nformaw lill-customer care section tal-water services corporation b'xi bidliet li jkun hemm għaliex jista' jkun li, per eżempju, dak li jkun ikun spiċċa bla xogħol jew ikun hemm xi twelid fil-familja u allura t-tariffa tkun trid tinbidel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk jippermettili l-Ministru, xtaqt nagħmel domanda oħra relatata ma' dan is-suġġett.", "Dan l-aħħar smajna ħafna li hemm il- ħsieb li tiddaħħal xi sistema ta' arloġġi li jaħdmu bil-cards.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk kemm-il darba dan huwiex minnu, u jekk huwa hekk allura jafx il-ministru bir-rapporti li saru f'pajjiżi oħra fejn ġie evalwat l-impatt soċjali ta' dawn l-arloġġi u ħareġ li kien hemm każi fejn anzjani nstabu mejtin bil-kesħa għaliex ma kellhomx biex iħallsu l-gass u allura ma xegħluhx.", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna jekk din il-miżura hijiex se tiġi nforzata fuq kulħadd jew jekk hijiex se tkun optional, fis- sens li jdaħħalha min irid.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, fil-fatt dan huwa punt interessanti ħafna.", "Jien sibt li l-bord preċedenti kellu ħsieb li dawn il-meters bil- cards jiġu ntrodotti b'mod wiesa' u allura tkun tista' tittaffa l-problema tal-cash flow pero' nista' ngħid li jien ma qbiltx ma' din is-sistema.", "Jien jidhirli li f'każijiet fejn ikun hemm nies - u hemm nies, kemm individwi u anke nies fil-kummerċ - li jkunu qed jabbużaw u ma jħallsux il-kontijiet għal darba wara l-oħra, ikun jagħmel sens li lil dawn ninstallawlhom meter bil-cards.", "Is-sistema kif inhi llum qiegħda b'tali mod li jekk dak li jkun ma jħallasx il-kontijiet għal darba wara l-oħra jaqtgħulu s-supply, ħaġa li naturalment tikkaġuna ħafna diffikultajiet.", "Issa jien qed ngħid li f'dawk il-każi, id-direzzjoni tal-gvern għandha tkun li jikkonsidra xi sistema li minflok jiġi maqtugħ id-dawl, jitpoġġa meter fejn dak li jkun ikun irid jixtri l-cards minn qabel.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li din m'hijiex xi ħaġa li għandek bilfors timponiha fuq il-konsumaturi kollha.", "Mr Speaker, ħaġa li forsi dak li jkun jistaqsi hija x'jiġri jekk il-card tispiċċa filgħaxija.", "Din hija ħaġa li l-Enemalta qed tħares lejha u qed tara kif dawn jista' jkollhom sistema fejn id-dawl ma jinqatax mill-ewwel imma jagħtik iż-żmien neċessarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Onorevoli, jien m'iniex qed nirriferi biss għal dawk li tkun spiċċatilhom il-card filgħaxija imma għal dawk il-familji li jkunu f'ċirkostanzi finanzjarji tali li forsi dak il-ħin ma jkollhomx flus f'idejhom - jista' jkun li tkun għada ma waslitx il-paga, jew inkella jkollhom xi spejjeż oħra - u ma jkollhomx biex jixtru l-card.", "Dawn huma affarijiet li ġraw barra minn Malta u għalhekk qed insemmihom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt din hija r-raġuni għaliex inħoss li l- meters bil-cards m'għandhomx ikunu r-regola imma l-eċċezzjoni.", "L- eċċezzjoni fil-fehma tiegħi għandha tkun li jew għaliex l-individwu jrid hekk - għaliex forsi m'huwiex kapaċi jagħmel budgeting - jew inkella għaliex ikollok defaulter.", "Mill-bqija ma naħsibx li għandna jkollna sistema li timponi dan it-tip ta' piż, biex ngħid hekk, li wieħed bilfors irid jixtri l-cards minn qabel inkella ma jkunx qiegħed f'pożizzjoni li jkollu dawl.", "Madanakollu jeżistu sistemi li anke jekk tuża l-cards, id- dawl ma jinqatax mal-ewwel imma jagħti ħamest ijiem ċans sakemm jinqata', imbagħad dak li jkun ikun jista' jagħmel arranġament ma' l-Enemalta.", "Jien naf b'każijiet ta' individwi li jiġu jkellmuni u jgħiduli li m'għandhomx flus biżżejjed biex iħallsu l-kont.", "Allura f'dan il-każ x'tagħmel?", "Taqtagħlu d-dawl?", "Jien ngħid li għandu jkun hemm arranġament li għallinqas tara x'piż ikun jiflaħ dak li jkun u timxi ma' dak il-programm.", "Is- soċjeta' għandha tkun ħanina wkoll b'mod li tifhem dawn is-sitwazzjonijiet mingħajr ma tippermetti l-abbużi.", "Ovvjament ikun hemm min jabbuża għaliex jirraġuna bil-mod li l-gvern qatt ma jaqta' l-provvista tad-dawl, ħaġa li m'hijiex minnha għaliex hemm każijiet fejn inqatgħet il-provvista.", "Għalhekk jien naħseb li għandha tingħata aktar attenzjoni biex b'hekk ikollna soċjeta' li mhux taqbad u timponi ċerti miżuri, għaliex jista' jagħti l-każ li jkun hemm makni li jkunu relatati mas-saħħa u allura ma tistax taqbad u taqta' d-dawl bl-amment.", "Dan li qed ngħid jgħodd ukoll għas-servizz tat-telefon għaliex, per eżempju, f'każ ta' sptar privat trid tħalli xi mezz ta' komunikazzjoni.", "Fil- fatt meta ġraw dawn il-każi jien tajt instructions biex dawn l- istituzzjonijiet jiġu ttrattati b'dan il-mod.", "Madanakollu xorta waħda naħseb li s-serjeta' titlob li l-kontijiet jitħallsu xi darba.", "Jiġifieri jrid ikun hemm arranġament u wieħed iżomm miegħu mingħajr ma noħolqu diffikultajiet bla bżonn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar fax machines fl-OPM u fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3586; u", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-administrative secretary lill-kmandant tal-forzi armati fis-6 ta' Jannar 1977, dwar servizz pensjonabbli fil- forzi armati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5064.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi li ġew mibdula bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-1 ta' Marzu, 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4649.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' karozzi reġistrati f'Malta u Għawdex skond iċ-ċilindraġġ, bejn l-1995 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4951;", "f'isem il-Ministru tal-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar fax machines fil-ministeru għall-politika soċjali u fid- dikasteru li għalih hu responsabbli l-ministru għall-politika soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3584;", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar spezzjonijiet li saru fi stabilimenti ta' l-ikel bejn il- 5 ta' Settembru 1998 u s-17 ta' Frar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4681; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar computers fil-ministeru għal Għawdex u fid-dikasteru li għalih hi responsabbli l-ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 3588.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kondizzjonijiet dwar liċenzja ta' barriera f'Wied Għomor, Swieqi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4435;", "Lista li turi l-għadd ta' vetturi u muturi wżati mill-korp tal- pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5000; u", "Tagħrif dwar għasafar maqbuda mill-pulizija jew mid-dwana matul l- 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5082.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI)", "LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-1 ta' Marzu 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat huwa in possession.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, kif kont qed ngħid il-bieraħ, jien naħseb li għandha tittieħed kull opportunita' minn din il-Kamra biex il- qagħda finanzjarja tal-gvern tiġi diskussa, jekk mhux għal ħaġa oħra almenu ħalli jkun hemm a better understanding ta' dak li qed jipprova jagħmel il- gvern innifsu.", "Il-bieraħ jien tkellimt ukoll dwar meta kienet ġiet emendata din il-liġi fl-1991 min-Nutar Bonello du Puis.", "Infakkar li dakinhar bħala Oppożizzjoni Laburista konna diġa' wissejna li l-Gvern Nazzjonalista kien tefa' l-pajjiż f'pożizzjoni fejn kieku kellu jmur bħala individwu għand il-bankier tiegħu jitolbu biex jisilfu l-flus kien itellqu 'l barra, għaliex f'dawk it-tliet snin u nofs il-qagħda finanzjarja tal- gvern kienet diġa' marret ħażin ħafna.", "Din hija xejra li baqgħet tevolvi tul is-snin disgħin.", "Dawn fil-fatt huma x-xejriet li wassluna għall-kollass li kellna fil-finanzi pubbliċi fis- sena 1996, meta ssejħet elezzjoni bikrija mill-Gvern Nazzjonalista.", "Din hija r-raġuni għaliex l-istrateġiji tal-budget għas-sena li qegħdin fiha bħalissa huma biss eku ta' dak li kien hemm fil-budget tas-sena 1993 - jekk m'iniex sejjer żball dak kien l-ewwel budget li ppreżenta l-Ministru Dalli - budget li l-miri tiegħu dakinhar ma kenux laħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.", "U x'kienu l-miri ewlenin dakinhar?", "Il-miri ewlenin tal-Gvern Nazzjonalista fl-1993 kienu li jindirizzaw il-problema tad-deficit, il- welfare gap u anke n-nies żejda mal-gvern li kienu ddeterminaw dak iż-żmien kemm kienu żejda jew le.", "Dakinhar il-gvern kien moħħu wkoll biex inissel ċerta kultura fost il-poplu biex jixtru kemm jifilħu stocks tal-gvern u tant kien għatxan biex jirnexxilu li kien anke ħareġ bi slogan \"Invest for growth\", bħallikieku dak li jkun kien qiegħed jinvesti f'xi shares jew ishma ta' xi kumpannija partikolari.", "Sur President, aħna nixtiequ li din il-Kamra jkollha aktar okkażjonijiet biex tiddiskuti l-mod kif qed tiġi managed is-sistema finanzjarja bħalissa, għaliex inħossu li hija xi ħaġa rikjesta minn interess nazzjonali iktar minn xi interess partiġġjan tagħna bħala n-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Dan qed ngħidu fis-sens li s-self li qed jagħmel il-gvern, aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar qed ikun ta' piż qawwi fuq ir-riżorsi finanzjarji li hawn fil- pajjiż.", "U minħabba f'hekk qed ikun hemm dak l-effett, li fis-sistema finanzjarja jissejjaħ il-crowding out effect, li bih minħabba t-talba li jagħmel il-gvern għal-likwidita' tal-banek ikun qiegħed inaqqas l-ispazju li fih is-settur privat produttiv ikun jista' jibbiddja għar-riżorsi finanzjarji li jkunu available fil-pajjiż.", "Billi l-crowding-out inaqqas l- ispazju li fih is-settur privat u dak produttiv jista' jibbiddja għar- riżorsi finanzjarji li hawn fil-pajjiż, ovvjament se tiġi sitwazzjoni fejn jixxuttaw il-flus li se jkun hemm available, iktar u iktar meta inti għandek gvern - bħalma huwa l-gvern tal-lum - li huwa committed li jniedi programm - mhux biss intensiv imma estensiv ukoll - ta' privatizzazzjoni.", "Iżda anke dwar dan, m'hemm xejn ċar, Sur President.", "U ngħid għaliex qed ngħid hekk.", "Illum fuq il-privatisation kulma qed nisimgħu huwa biss dak li kultant jidher f'xi artiklu spekulattiv f'\"The Malta Independent\" u f\"The Times\", liema informazzjoni ma nafx jekk tkunx leaked jew inkella purament spekulattiva.", "Jien ngħid li l-mod kif qed jidhru dawn l-artikli, li ma joffru xejn konkret imma biss spekulazzjoni, fil-fehma tiegħi aktar inisslu inċertezza fil-pajjiż.", "Waħda mill-mistoqsijiet li qiegħed jistaqsi kulħadd fuq il-privatisation hija x'inhi l-politika ta' dan il-gvern rigward din l- issue; jekk hijiex l-istess politika li kellu l-Gvern Nazzjonalista fl- imgħoddi meta kien responsabbli mill-finanzi n-Nutar Bonello du Puis, jiġifieri li jimxi fid-direzzjoni ta' l-hekk imsejħa popolarizzazzjoni ta' l-ishma jew jekk huwiex se jagħfas l-aktar fuq alleanzi strateġiċi.", "Sur President, qed ngħid dan, għaliex jekk wieħed jaqra sew l-aħħar budget, jara li l-enfasi tal-gvern hija iktar fuq dawk li huma alleanzi strateġiċi.", "U jien naħseb li anke għas-settur bankarju wieħed għandu jistaqsi din il- mistoqsija ħalli jkun jaf x'tip ta' tħejjijiet hemm min-naħa tal-gvern f'dan ir-rigward.", "Sur President, ftit ilu kont staqsejt lill-ministru tal-finanzi jekk kienx twaqqaf il-privatisation office li kien ġie mwiegħed fil-budget.", "Huwa kien qalli li kien għadu ma twaqqafx imma li kien hemm tħejjijiet biex dan isir.", "U għalhekk jien nerġa' nistaqsi: Meta se jsir dan?", "Minn min se jkun kompost?", "Min huma l-barranin li se jiġu nvoluti direttament f'dan il- proċess ta' tħejjija għall-privatizzazzjoni ta' l-industriji jew azjendi tal-pajjiż?", "Jien ngħid li dan kollu huwa importanti għaliex hemm bżonn li l-gvern jimxi anqas bil-politika tas-silenzju u tal-ħabi ħalli nkunu nafu kemm fil-fatt qed ikun kongruwenti, konsistenti u anke in line ma' dak li ddikjara li se jagħmel fil-ġejjieni.", "Importanti wkoll li s-sistema finanzjarja ma tiżviluppax qisha pressure cooker, fejn tiżdied il-pressjoni filwaqt li l-għatu dejjem jinżamm magħluq.", "Hawnhekk nixtieq li nagħmel riferenza għat-treasury clearance funds li kien semma l-ministru fid-diskors tiegħu tal-budget.", "L-użu tat-treasury clearance funds għal receipts u transfers temporanji huwa mezz baġitarju normali, użat kostantament mit-teżor u mhux xi manipulazzjoni diabolika kif ipprova jpinġiha l-gvern aktar kmieni din is-sena.", "Per eżempju, fl-1995 - l-aħħar sena sħiħa li għamel fil-gvern il-Partit Nazzjonalista - kienu ħarġu bi Lm28 miljun f'advances u daħlu pagamenti ta' Lm11.5 miljun, bil- bilanċ fit-treasury clearance fund advance accounts jitla' minn Lm23.9 miljun għal Lm40.7 miljun fl-istess sena.", "U jien nistaqsi: Jekk il-Gvern Nazzjonalista deherlu li kellu jinkludi t-treasury clearance fund advances ta' l-1998 fil-fond konsolidat, għaliex ma kienx għamel l-istess fl-1995 u fis-snin l-oħra ta' qabel meta kien fil-gvern hu stess?", "Aħna konna diġa' lmentajna li hemm stonatura, fis-sens li l-ħlas lura tas-self maħruġ mill- gvern illum qed jiġi mniżżel bħala financing minflok bħala revenue, filwaqt li l-ħruġ ta' self ġdid permezz ta' treasury clearance funds m'huwiex imniżżel bħala financing minflok bħala infiq.", "Sur President, dwar id-dejn pubbliku nitkellmu meta jkunu jridu tan-naħa l-oħra pero' jgħidu x'jgħidu, ir-record qiegħed f'idejhom għaliex bejn l- 1986 u l-1996 huma kabbru d-dejn pubbliku bi tmien darbiet.", "Il-proposta tal-gvern li jwaqqaf l-użu tas-sinking funds fuq self lokali, fil-fehma tiegħi huwa l-apiċe ta' l-imprudenza fl-amministrazzjoni fiskali, għaliex jekk wieħed jara t-track record tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern isib li dan dejjem niżżel u ċekken l-importanza ta' dawn il-fondi speċjali.", "Fil- fehma tiegħi l-gvern qed jagħmel dan mhux biex jimxi fil-passi ta' l- Ewropej iżda biex jagħmel kif għamel fil-budget ta' din is-sena, jiġifieri jħott is-sinking fund investments bi Lm8 miljun ħalli bihom ikun jista' jiffinanzja n-nefqa kurrenti.", "Jien ngħid li għad jiġi żmien fejn ma jkollna ebda riżerva minn fejn inħallsu d-dejn lokali.", "U hawnhekk jien nistaqsi: Meta ninsabu lejlet leġislazzjoni oħra li biha l-gvern se jagħti dritt lilu nnifsu li jissellef Lm100 miljun, huwa prudenti li ma jiġix allokat ċenteżmu wieħed biss biex jagħmel tajjeb għall-Lm100 miljun li l- gvern se jawtorizza lilu nnifsu li jissellef minn din il-Kamra?", "It- tweġiba, Sur President, inħalliha għall-pubbliku li qed jismagħna jew għal min isegwi x'jiġri f'din il-Kamra mill-ġurnali u l-mezzi l-oħra tal-media.", "L-aġir tal-gvern dwar is-sinking funds qed ikun inkonsistenti, anke vis-a- vis il-pożizzjoni pubblika li ħa l-Gvern Nazzjonalista dwar il-pensjonijiet f'dawn l-aħħar ġranet, u ngħid għaliex.", "Mela dwar il-pensjonijiet il- gvern qed jgħidilna li rridu nieħdu passi minn issa biex nagħmlu tajjeb għal dak li rridu niffaċċjaw 20 jew 25 sena oħra, filwaqt li fis-sinking funds li jistgħu jagħlqu qabel dak iż-żmien qed jgħid li m'għandniex għalfejn ninkwetaw, m'hemmx għalfejn nipprovdu għalihom minn issa, iżjed u iżjed jekk se jiġu rolled over wara li jagħlaq iż-żmien tagħhom.", "Sur President, jekk nanalizzaw il-qagħda finanzjarja tal-gvern tul is- snin insibu li d-deterjorament sar f'nofs is-snin tmenin, kif kien ġie rifless fil-posterity fund.", "Il-bilanċ ta' dan il-fond fil-fatt kien tela' 'l fuq b'rata mgħaġġla bejn l-1981 u l-1985, b'nofs il-profitti tal-Bank Ċentrali jiġu ttrasferiti annwalment lil dan il-fond.", "Bejn l-1985 u l-1987 dawn il-kontribuzzjonijiet bi qligħ tal-Bank Ċentrali kienu niżlu għal 5%, hekk kif aktar revenue kien qed jiġi allokat biex jirriduċi d- deterjorazzjoni tal-bilanċ tal-fond konsolidat.", "Fil-fatt il-posterity fund ġieli ġie utilizzat biex jaffettwa ċerti advances lill-korporazzjonijiet parastatali mingħajr ma jintmiss il-fond konsolidat.", "Jekk niflu l-qagħda sew, insibu li l-Gvern Nazzjonalista rrikorra għal debt financing proprju mill-1987 'il quddiem.", "Sas-sena 1991 id-dejn f'dawk li huma local development registered stock kien diġa' laħaq xi ħames darbiet il-livell ta' dak li kien fl-1987.", "Jekk il-gvern irid imexxi bil-prudenza, irid jimmira li jasal għal sitwazzjoni fejn in-nefqiet rikorrenti jiġu ffinanzjati mid-dħul ordinarju tal-pajjiż, bid-debt financing ma jeċċedix in-nefqiet fuq l-investiment.", "Studju li kien sar mill-econometric unit tal-Bank Ċentrali - studju li huwa pubbliku u m'huwiex kunfidenzjali - kien wera li l-capital outlays ma tridx teħodhom superfiċjalment għaliex ħafna drabi dawn ikollhom kontenut ta' nefqa rikorrenti qawwija minħabba l-labour content li jiġi ngaġġat fuq proġetti ta' investiment.", "Filwaqt li sa l-1986 il-funding requirement tas-settur pubbliku kien jiġi minn dak li kien ġemma' l-pajjiż, minn dak iż- żmien 'il hawn id-dejn lokali ġie utilizzat bħala s-sors ewlieni għad- deficit financing ta' pajjiżna.", "Għalhekk jien naħseb u nemmen li ma jagħmilx sens li wieħed jaħseb li jirrazzjonalizza l-welfare programmes tal- pajjiż meta għad hemm ħafna xi jsir biex ir-riżorsi tas-settur pubbliku jiġu utilizzati b'mod aktar cost-effective, b'użu aktar produttiv ta' l- istess riżorsi.", "Effettivament mill-1987, il-gvern induċa lis-settur bankarju biex jissostitwixxi d-deposit assets li kellu mal-Bank Ċentrali bi strumenti marbuta mad-dejn nazzjonali tal-pajjiż.", "Jien ngħid li l- gvernijiet, b'mod partikolari dak Nazzjonalista, għadhom ma ntebħux li l- utilizzar effiċjenti tar-riżorsi tas-settur pubbliku għandhom jingħataw prijorita' biex din is-sitwazzjoni ma tibqax tipprevali.", "Sur President, il-bieraħ għedt - u dan nerġa' nirripetih illum - li kien kollu għalxejn li l-gvern ħarab mid-dibattitu ekonomiku ta' jumejn propost mill-oppożizzjoni għaliex iddur kemm iddur diffiċli taħrab mir-realta' li tkun qiegħed tgħix fiha.", "Dan l-aħħar, bħala partit ta' l-oppożizzjoni, kellna taħdidiet mal-korpi kostitwiti ewlenin, fosthom il-Kamra tal-Kummerċ u l-General Retailers and Traders Union, u nista' ngħid li ilna żmien twil ma naraw tħassib daqstant serju min-naħa tagħhom dwar il-qagħda ekonomika tal-pajjiż.", "Nies fin-negozju jgħidulek li ilhom ħafna ma jkollhom ix-xhur ta' Jannar u Frar ebsin daqskemm kienu din is-sena.", "Imbagħad jiġi l-Prim Ministru u jgħidlek li għalkemm ir-rota bdiet iddur, forsi m'hijiex qed iddur bl-istess għaġġla li wieħed kien jimmaġina jew jippretendi!", "Jew inkella jiġi l-Ministru Dalli u jwaħħal fl-għadd kbir ta' ħwienet li qal li qed jiftħu bħala skuża biex ikun jista' jgħid li din il-kritika hija mibnija fuq perception żbaljata li ġejja minn kompetizzjoni akbar fil- pajjiż!", "Sur President, Il-fatti juru ħaġa waħda: In-negozju huwa staġnat, flus fl-idejn m'hawnx, ħadd ma jrid iħallas, l-exposure mal-banek huwa wieħed allarmanti u ħafna negozjanti qed jirrikorru għal-barter u tpartit minflok għal xiri konvenzjonali.", "Fil-fatt ir-rapport ta' Moody's ta' ftit ilu wera ċar li dan il-gvern m'għandux ir-riċetta biex ipoġġi l- ekonomija u l-finanzi fuq saqajhom, tant li l-gvern ġie akkużat b'żewġ affarijiet.", "Ġie akkużat li qed iqarreb id-dejn lejn 60% tal-cake nazzjonali tal-pajjiż, filwaqt li ntqal ċar u tond li r-riċetta tiegħu tal- budget m'hijiex adegwata biex tindirizza l-problemi finanzjarji tal-pajjiż.", "Fir-rapport tagħhom, Moody's urew ukoll ċertu xettiċiżmu dwar il-pjan ta' sitt snin tal-Gvern Nazzjonalista biex iniżżel id-deficit għal livell aċċettabbli.", "Jekk imbagħad nieħdu l-avis innifsu ta' l-Unjoni Ewropea, naraw li dan jitkellem dwar id-deficit kważi f'termini identiċi għal dawk ta' l-IMF u juri li anke li kieku kellna nissieħbu fl-Unjoni Ewropea għada, xorta għadna snin 'il bogħod milli nikkwalifikaw għal sħubija fl-għaqda monetarja minħabba l-qagħda finanzjarja ħażina tagħna.", "Interessanti li wieħed jinnota wkoll li fl-update ta' l-avis ma jdoqqux il-kantliena tal-Partit Nazzjonalista li l-ħofor nibtu fl-1996 meta tela' l-Gvern Laburista.", "Għall- kuntrarju, fl-avis update jintqal li mill-1994 sa l-1997 is-self tal-gvern żdied b'erba' darbiet, filwaqt li meta jitkellmu dwar dejn pubbliku, mingħajr ma jinkludu s-self tal-korporazzjonijiet jgħidu li dan tela' minn 33.2% tal-GDP fl-1993 għal 50.8% fi tmiem l-1997.", "Jekk inkomplu nħarsu lejn l-avis update, Sur President, insibu li meta jitkellmu dwar il-kont kurrenti ta' pajjiżna jgħidu ċar li dan qaleb minn bilanċ pożittiv fil-bidu tas-snin disgħin għal deficits kbar ta' madwar 11% fl-1995, jiġifieri dejjem fiż-żmien meta kien hemm Gvern Nazzjonalista fil- poter.", "Għalhekk jien ngħid li l-famuża għajta ta' \"Ġid, Fiduċja, Direzzjoni\" illum spiċċat għajta fid-deżert għaliex ħadd m'għadu jsemmi dawn it-tliet ingredjenti li fuqhom suppost inbniet u ntrebħet il-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Il-Gvern Nazzjonalista issa ntebaħ li l-avis update tant impona piżijiet kbar ekonomiċi u soċjali fuq pajjiżna li biex jonora dawn l-obbligi kollha se jkollu jkisser il-wegħdiet elettorali li huwa rebaħ l-elezzjoni ġenerali fuqhom.", "Sur President, għalkemm jien niftakar li qabel, tan-naħa l-oħra - kemm fil-gvern kif ukoll fl-oppożizzjoni - kienu jpinġu lill-Unjoni Ewropea bħala club li ma nistgħux naffordjaw li noqogħdu 'l barra minnu, illum il- kelma \"club\" donnu qed iddejjaqhom għaliex il-poplu jaf li min jidħol fi club mhux jagħmel il-kondizzjonijiet hu iżda jkollu joqgħod għar-regoli kif se jkollu jagħmel il-Gvern Nazzjonalista, kif deher ċar mill-avis update li ħareġ 15-il ġurnata ilu.", "Din l-istess bħal tal-fondi strutturali għax l- ewwel kien hemm tellieqa bejn min jonfoħ l-aktar il-fondi strutturali li se nirċievu - kellna lil Dr. Arnold Cassola ta' l-Alternattiva, lil Dr. Simon Busuttil tal-Moviment Ewropew u lill-Onor. de Marco li qabel l- elezzjoni bdew ifajru figuri li varjaw minn Lm65 miljun għal Lm100 miljun - u issa l-avis ħareġ jgħidilna li billi m'għandniex statistika aġġornata għadu kmieni wisq biex wieħed iqis jekk Malta tkunx eleġibbli jew le għal xi fondi strutturali.", "U dan minkejja li ftit ilu Dr. Simon Busuttil, waqt seminar organizzat minn Dr. John C. Grech, kien qal li fi żmien ftit jiem, appena joħroġ l-avis update, inkunu nafu kemm kienet se tkun kbira l- għajnuna strutturali li konna se nirċievu.", "U biex inkun fidil u leali lejn dak li qal Dr. Simon Busittil waqt dan is-seminar dwar l-integrazzjoni Ewropea - li nerġa' ngħid kien sar madwar tliet ġimgħat qabel ħareġ l-avis update - se nikkwotah eżatt.", "Huwa qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"A clear picture of the extent to which the European Union will be helping Malta specifically to gear up for membership is only likely to emerge with the publication of the Commission's updated report on Malta.\".", "U jien inqabbel dan it-tbassir ma' dak li effettivament ħareġ fl-avis update li ma tefa' ebda dawl fuq l-għajnuna strutturali li Malta suppost għandha tkun eleġibbli għaliha.", "U la qed nitkellmu fuq l-avis update forsi jkun tajjeb li fil-winding-up tiegħu, il-ministru jgħidilna xi ftit ukoll fuq in-nuqqas ta' indipendenza li l-Unjoni Ewropea tħoss li hemm fit- tmexxija tal-Bank Ċentrali.", "Fil-fehma tiegħi, fattur li żgur mhux qed jgħin f'dan ir-rigward huma d- diskorsi fil-pubbliku li kontinwament jagħmel l-Onor.", "Josef Bonnici - ovvjament għandu dritt jesprimi ruħu, m'iniex qed ngħid li m'għandux jesprimi ruħu - bħal dak li sar fil-konferenza ta' l-FOI, fejn kompla jisħaq u jgħid li r-rati ta' l-imgħax hemm bżonn jinżlu.", "U jien nistaqsi jekk dak li ġara fil-monetary policy committee tal-Bank Ċentrali setax kien influwenzat mill-istatements pubbliċi li kien qed jagħmel il-gvern f'dawn l- aħħar ġimgħat u minn editorjali li nkitbu ripetutament fil-ġurnal \"In- Nazzjon\" biex jagħmlu pressjoni diretta fuq il-Bank Ċentrali sabiex dan iċaqlaq il-pożizzjoni tiegħu dwar ir-rati ta' l-interessi.", "U dan qed ngħidu l-iktar, Sur President, għaliex minn informazzjoni li għandi, filwaqt li l-MPC ħafna drabi jasal għal ċerti deċiżjonijiet tiegħu f'forma ta' kunsens, għandi għaliex nifhem li din id-darba l-MPC inqasmu bejniethom u naqsu li jirreġistraw qbil unanimu meta ġew biex jieħdu pożizzjoni dwar ċaqliq f'rata ta' l-interessi f'dawn l-aħħar jiem.", "Jien ngħid li dan kollu, anke l-attitudni u r-reazzjoni - jew in-nuqqas ta' reazzjoni - li kien hemm min-naħa tal-gvern għall-update ta' l-avis, juri li l-gvern jinsab fi stat ta' paniku għaliex hu mingħalih li se jikseb eċċezzjonijiet mill-Unjoni Ewropea saħansitra qabel jibdew in-negozjati, kif qed jittama li jagħmel l-Onor.", "Bonnici dwar il-fish farming.", "Fl-aħħar joint parliamentary committee meeting - li attendejna għalih ir- rappreżentanti taż-żewġ naħat tal-Kamra - smajna diversi drabi uffiċjali għoljin jgħidulna ċar u tond li ħadd m'għandu jippretendi ħafna derogi u eċċezzjonijiet fin-negozjati li jista' jkun hemm ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fil- fatt kien hemm pajjiżi li għamlu diversi talbiet speċifiċi u t-tweġiba uffiċjali min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea kienet li milli għedna m'hemm xejn.", "Sur President, ħaġa oħra li dwarha l-Gvern Nazzjonalista jidher li qiegħed iħalli l-poplu fid-dlam tirrigwarda l-problemi istituzzjonali ta' l- Unjoni Ewropea li għad iridu jintegħlbu qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni jista' jittieħed bis-serjeta'.", "Irridu nifhmu u nirrealizzaw li mhux bilfors li għaliex tibda tinnegozja jfisser li tkun se tissieħeb fl-għaqda.", "Ħalli ngħid għaliex qed ngħid dan.", "Fl-istat ta' paraliżi li tinsab fih l-Unjoni Ewopea minħabba l-enlargement problems u anke minħabba l-budgetary problems tagħha, ma trid xejn biex tibda tinnegozja ma' diversi pajjiżi - m'iniex qed nirriferi speċifikament għal Malta imma anke għal pajjiżi oħra - tikkonkludi t-taħdidiet, imbagħad tħallihom għal snin sħaħ imdendlin jistennew fil-queue sakemm tkun komda tiftaħ il-bibien tagħha mill-ġdid.", "U jien nidħak, jew nitnikket, meta nisma' nies kompetenti bħall-Onor.", "Joe Borg - li nifhem li għandu reading tajba ta' l-inside mechanics ta' l- Unjoni Ewropea - jgħidu li hemm ċans tajjeb li sas-sena 2003 Malta tkun daħlet membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-kwestjoni m'hijiex jekk Malta tkunx daħlet jew le imma jekk ikunx fil-fatt daħal xi ħadd, għaliex titkellem ma' min titkellem jgħidlek li l-aktar data realistika għat- tkabbir hija bejn is-snin 2006 u 2008, u ovvjament ħadd m'hu jiggarantixxi li aħna bilfors se nkunu fost ta' l-ewwel.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, qabel taħseb dwar tkabbir, l-Unjoni għad trid tagħmel konferenza inter-governattiva oħra fejn għandhom jiġu kkonsidrati ir-re-weighting tal- voti fil-Kunsill Ewropew, id-daqs tal-kummissjoni, u anke jekk is-sistema tal-votazzjoni għandhiex issir waħda ta' qualified majority voting biex tinkiser l-arma tal-veto.", "Sur President, nixtieq li mingħajr ma ntawwal nikkwota silta qasira minn studju li għadu kif għamel think tank Ingliż li jispeċjalizza dwar studji Ewropej.", "Dan qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"The renewed application of Malta makes the matter of the representation of micro states in the council pressing.\".", "U dan għaliex hemm diversi pajjiżi li jħossu li mhux kull pajjiż għandu jkollu dritt għall-presidenza jew dritt għall-kummissarju jew kummissarji fl-Unjoni Ewropea.", "Jien kont qed nippretendi wkoll li f'xi stadju ieħor, forsi anke fil-kuntest ta' din id-diskussjoni, il-gvern jagħtina xi ftit ħjiel dwar l-impatt li l-introduzzjoni tal-VAT kellha fuq l-ekonomija tal- pajjiż.", "Dan qed ngħidu minħabba li din hija item prominenti li tiġi featured anke fl-avis ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma l-gvern mhux talli m'għamel xejn minn dan talli wasalna fl-aħħar ta' Frar u l-ministru għadu jokrob u jgħid pubblikament - u nikkwota minn statements li dehru fl- istampa lokali - li \"l-liġi tal-VAT trid tkun inforzata b'mod effiċjenti u diċenti\", ammissjoni ndiretta li fl-ewwel xahrejn tal-ħajja tagħha, mill- ġdid dan ma kienx qiegħed isir.", "Wieħed mill-argumenti li dan il-gvern iħobb iġib huwa li jsemmi l-pajjiżi li qallbu għas-sistema tal-VAT ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea, u l- impressjoni li dejjem jagħtu hija li kulħadd dejjem daħħal il-VAT mingħajr tbatija ta' xejn u ma jafux b'pajjiżi li daħħlu l-VAT u kellhom xi taqlib jew xi konsegwenzi negattivi.", "Jiena hawnhekk nitlob il-permess sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra cutting minn pubblikazzjoni li titkellem proprju dwar dan.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Estratt mill-pubblikazzjoni \"Agence France-Presse\" dwar l-effett tad- dħul tal-VAT fil-Vietnam.", "Din il-cutting minn pubblikazzjoni li ġġib id-data tal-25 ta' Frar, titkellem dwar id-diffikultajiet kbar u l-impatt negattiv li kien hemm fuq il-kummerċ meta l-Vietnam riċentement ġie biex idaħħal is-sistema tal-VAT.", "Forsi jkun hawn min jgħid li l-Vietnam huwa pajjiż imbiegħed ħafna minna imma l-Gvern Nazzjonalista jħobb iġib l-eżempju billi jgħid li l-VAT mhux biss daħħluha pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, imma daħħluha wkoll diversi pajjiżi oħra li huma barra l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk, Sur President, naħseb li għandna kull dritt li nsemmu eżempji ta' pajjiżi li huma barra l- Unjoni Ewropea wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Issa semmieha inti fil-winding up tiegħek; għandek kull dritt.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi li l-Onor.", "Brincat ikompli bid-diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE CILIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Brincat ikompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Sur President, kont qed ngħid li minkejja l-ħafna ftaħir li l-VAT II kienet se tkun aktar user friendly mill-VAT I, il-poplu issa ntebaħ li ri- introduzzjoni ta' din it-taxxa serva għal għan wieħed biss, biex kompla ġġammja n-negozju fil-pajjiż.", "Jien ma nafx b'liema wiċċ jiġi l-Prim Ministru jitkellem - kif tkellem fil-bidu tax-xahar li għadda f'waħda mill- konferenzi bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali - u jgħid li kulma għolew bil-VAT kienu biss ftit oġġetti, u dan għamluh marġinalment għaliex skond hu, ħlief għall-Partit Laburista, kulħadd huwa tal-fehma li l- VAT m'hijiex taxxa inflazzjonarja.", "Jien naħseb li trid tkun wiċċek daqsxejn tost biex wara li tkun ilek fil-gvern għal aktar minn sitt xhur tibqa' twaħħal fil-gvern preċedenti għall-inċertezza u n-nuqqas ta' fiduċja li hawn fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Li jmissu qal l-Onor.", "Fenech Adami kien li fil-kampanja elettorali wiegħdu negozju qawwi u ri-attivat u ġid fost il- poplu, u llum ftit xhur wara, il-poplu diġa' ntnebaħ li ġie ngannat.", "Sur President, ilna xhur nistennew il-famuża kick start ta' l-ekonomija.", "Il-gvern preżenti mingħalih li kapaċi jċaqlaq l-ekonomija b'ħafna rettorika u platitudes li hawn żieda fl-ottimiżmu fil-pajjiż.", "U jien nistaqsi: Fejn qiegħed l-ottimiżmu?", "Fost in-negozjanti?", "Fil-kostruzzjoni?", "Fost l- esportaturi?", "Fost il-konsumaturi?", "Jien niġbed l-attenzjoni tal-ministru għall-editorjal li nkiteb dan l-aħħar f\"The Malta Business Weekly\" - ġurnal li għalkemm għandu ċerta serjeta' u integrita' ma tistax tgħid li jxaqleb lejn il-Partit Laburista - fejn sar appell lill-gvern sabiex jiftaħ għajnejh.", "Dawn qalu lill-gvern li billi jiftaħar dwar ottimiżmu akbar m'huwiex se jċaqlaq l-ekonomija tal-pajjiż.", "Aktar minn hekk, dawn komplew wissewh li jekk l-ekonomija m'hijiex se tiċċaqlaq malajr, l- ottimiżmu jista' jinbidel f'pessimiżmu, imbagħad il-possibbilta' li ddur ir- rota u jkun hemm business turnaround issir xi ħaġa aktar remota.", "Sur President, jien kont preżenti għal diversi laqgħat li saru bejn il- Partit Laburista u l-Kamra tal-Kummerċ u dejjem iddjalogajna b'mod miftuħ, anke meta ma konniex qed naqblu fuq kollox, iżda qatt ma niftakar laqgħa bħalma kellna ftit ilu, fejn il-President tal-Kamra tal-Kummerċ qalilna, quddiem l-istampa preżenti, li l-ekonomija Maltija kienet qed tiffaċċja defiċjenza kbira u akuta ta' cash in hand u li s-sitwazzjoni x'aktarx li kienet se tmur għall-agħar fix-xhur u fil-ġimgħat li ġejjin.", "Huwa qal li kien hemm nuqqas serju ta' likwidita' fil-pajjiż, bl-ekonomija tiffaċċja credit squeeze qawwija.", "Jien ngħid li kliem bħal dan għandu jaħsad u għandu jħasseb lil kulħadd u l-gvern jagħmel ħażin jekk jagħżel li jgħaddas rasu fir-ramel u jinjora l-kliem tas-Sur Farrugia u ta' nies oħra li esprimew ruħhom pubblikament dwar dan is-suġġett diversi drabi.", "Sur President, ċerti Nazzjonalisti bdew imexxu l-kelma li sakemm jibdew in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, ċerta inċertezza setgħet tibqa' tipprevali.", "Jien nistaqsi: Xi jfisser dan?", "Li jekk in-negozjati jdumu ma jinfetħu sar-rebbiegħa tas-sena d-dieħla, allura għandu jibqa' kollox staġnat minn issa sa dakinhar?", "L-ekonomija, l-industrija u l-kummerċ żgur ma jistgħux jitpoġġew fuq l-ixkaffa sempliċement għaliex in-negozjati għadhom ma nfetħux.", "Jekk il-gvern ma jeħux azzjoni pożittiva, inutli joqgħod jokrob fuq deficits, welfare gap u fuq settur pubbliku over-manned kif spiss qiegħed jagħmel.", "Il-fatti juru li l-parlament kien ilu xolt minn Lulju u f'dawn it-tmien xhur lanqas twieled proġett wieħed biss minn dawk li kien fassal u ppjana Gvern Laburista.", "Jien nixtieq nikkwota minn ġurnal ieħor, din id-darba minn \"The Times\" - apposta qiegħed nikkwota minn ġurnali li m'għandhomx simpatija għall-Partit Laburista, sabiex ma nkunx biased fil-kwotazzjonijiet li nkun qiegħed nislet; naħseb li ma nkun qiegħed nikxef l-ebda sigriet jekk ngħid li f'dan il-ġurnal ġieli jgħaddu x-xhur mingħajr ma jkun hemm lanqas editorjal wieħed li jsib xi ħaġa xi jfaħħar dwar il-Partit Laburista - fejn fil-bidu ta' Frar ta' din is-sena kien inkiteb editorjal bl-isem ta' \"Radical Surgery Needed\", liema editorjal kien baraxx sħiħ kontra l-mod li bih qiegħed imexxi dan il-gvern.", "L-editorjal qal li dan il-gvern ma rnexxielux iqajjem l-ekonomija, li taħtu żdied il-qgħad - fil-fatt illum erġajna smajna ċifri ġodda tal-qgħad kif jidher miexi lejn il-figura ta' 8,000 - li l-kostruzzjoni hija wieqfa u li l-konsum iċċattja ruħu.", "L-aktar osservazzjoni f'waqtha li għamel dan l-editorjal kienet, li jekk fl-ewwel ftit xhur ta' gvern ġdid lanqas issib traċċi ta' ħeġġa, allura se jkun aktar diffiċli biex l-affarijiet jinbidlu aktar ma jgħaddi ż-żmien, anzi l- probabbilita' hija li l-istaġnar jista' biss jaggrava ruħu.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien, imma qalitu \"The Times\", fejn qalet ukoll li wieħed jippretendi li gvern ġdid juri ċertu dinamiżmu, pero' minflok hawn staġnar li jista' biss ikompli jaġġrava ruħu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "Kompli, Onor. Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dan il-gvern illum qiegħed jiġi kkritikat mill-istess alleati tiegħu għan-nuqqas ta' ideat wara li ilu fit-tmun biss ftit xhur.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Dalli u Onor. Vella jekk jogħġobkom, ħallu lill-Onor.", "Brincat ikompli jitkellem.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien rajta ferm allarmanti li \"The Times\" ħarġet issejjaħ għal demm ġdid fl-amministrazzjoni tal-pajjiż wara biss ftit xhur li dawn ilhom fil-gvern.", "Jien din rajtha stramba ħafna, iżjed u iżjed meta qed tgħid li hemm bżonn demm ġdid fit-tmun tal-pajjiż meta l-elezzjoni ilha li saret biss ftit xhur ilu.", "Jien ngħid li r-raġuni vera hija li l-Partit Nazzjonalista ħataf il-poter f'idejh mingħajr ma kien lest biex jiggverna u l-Prim Ministru kompla ggrava l-problema billi ħatar l-istess team li kien ġie sfiduċjat fl-1996.", "Fi kliem ieħor, minflok ma l- Gvern Nazzjonalista offra s-soluzzjoni, irriżulta li kien hu stess il- problema ewlenija li għandu jiffaċċja l-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet)", "Għalhekk jien nikkonkludi, Sur President, billi ngħid li din il-liġi li għandna quddiemna llum se tkompli toħloq l-inċertezza u ddgħajjef il- prospetti li nibdew ingawdu xi qawmien ekonomiku, minħabba fil-messaġġ imtappan li qed tifrex fost is-soċjeta' Maltija, messaġġ li joħloq biss ċpar u jkompli jbiegħed l-iżvolta ġdida li għandna bżonn sabiex in-negozju jibda jiċċaqlaq u l-investiment jibda jinħass.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, l-abbozz ta' liġi li qegħdin nitkellmu fuqu llum jirrigwarda emenda għall-Ordinanza dwar Self Lokali.", "L-oġġettiv wara din l-emenda - kif mistqarr fl-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l- istess abbozz - huwa sabiex ineħħi l-ħtieġa tat-twaqqif ta' fond ta' ammortizzament għal kull self li jsir taħt il-liġi prinċipali.", "Ħalli naraw x'kienet il-pożizzjoni sal-lum il-ġurnata.", "Sal-lum artiklu 6 tal-liġi prinċipali jorbot lill-ministru tal-finanzi li kull darba li jiġbor fondi taħt din l-ordinanza, irid jispeċifika b'direttivi pubblikati fil-gazzetta tal-gvern l-ammont li se jissellef, il- metodu tas-self, ir-rata ta' l-imgħaxijiet, id-dati tal-pagamenti ta' l- imgħaxijiet, id-data tal-fidi ta' l-istock jew tat-titoli kkonċernati u jekk l-imgħaxijiet ikunux eżenti minn xi taxxa jew dazji eżistenti.", "Dan l- artiklu jirriferi wkoll għar-rata ta' approprjazzjoni mid-dħul tal-gvern bħala kontribuzzjoni lejn is-sinking fund li sal-lum kien jiġi stabilit biex jiġi mifdi s-self.", "Din ta' l-aħħar qiegħda tiġi modifikata b'din l- emenda li għandna quddiemna llum billi qed jiddaħħal il-kliem \"jekk ikun il- każ\".", "Hawnhekk naħseb li jkun tajjeb li nispjegaw ftit x'inhuma s-sinking funds b'mod sempliċi u naraw x'inhu l-konċett warajhom ħalli b'hekk kulħadd ikun jista' jifhem.", "Il-gvern, bħal kull entita' oħra kummerċjali, jimmira lejn l-istat li jkun self-financing, jiġifieri jara kemm għandu ħruġ biex jekk jista' jkun ikollu l-istess ammont - preferibbilment aktar - bħala dħul ħalli b'hekk ikun jista' jamministra l-pajjiż.", "Pero' ħafna drabi fir-realta' dan ma jiġrix u għalhekk il-gvern ikollu jirrikorri lejn self mis-suq, u biex jagħmel tajjeb għal dan is-self u l-imgħaxijiet li jkollu jħallas fuqu, sal- lum kellna l-kunċett ta' fond li fih kull sena jiġu mwarrbin xi ftit mill- flus iġġenerati.", "Dan ikun speċi ta' repayment programme, jew kif għażel li jsejjaħlu tant tajjeb il-ministru fl-introduzzjoni tiegħu, karus.", "Dan huwa l-karus li kien jintuża sal-lum, u li f'daqqa waħda l-gvern qiegħed jgħid li m'għadx għandna lok għalih bis-sistemi ta' kif qed jitmexxew il-finanzi fil-pajjiż illum.", "Pero' jien ngħid li s-sinking fund huwa aktar minn hekk għaliex apparti milli jaħseb b'mod għaqli għall-ħlas lura ta' self u imgħaxijiet fuqu, huwa mezz ta' kif torbot lill-gvern biex jagħmel ċerta awto-dixxiplina.", "Mr Speaker, il-gvern qed jagħi l-idea li llum il-flus tista' taqbad u tinvestihom f'affarijiet li jirrendulek aktar.", "Din hija idea sabiħa pero' ma naħsibx li fiċ-ċirkostanzi li qed jiffaċċja l-pajjiż illum għandna nagħtu dan l-eżempju lill-poplu tagħna u ngħidulu biex iwarrab il-kunċett tat-tifdil u jmur jinvesti flusu band'oħra.", "Jien ngħid li l-istat li tinsab fih l-ekonomija tagħna jitlob differenti.", "Jekk il-gvern m'huwiex se jibqa' jfaddal biex ikun jista' jħallas lura d-dejn li għandu, se jkun qed jiffaċċja ċerti perikoli.", "Bis-sinking fund il-gvern ikun qed iwarrab sabiex ikun jista' jħallas id-djun li jkun daħal għalihom hu, u issa f'daqqa waħda qegħdin ngħidu li din il-forma ta' awto-dixxiplina fuq il- gvern se tiġi mwarrba.", "U jien hawnhekk nistaqsi jekk fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja li jinsab fiha pajjiżna llum, huwiex ġustifikat li dan isir.", "Jien ngħid li żgur li le u nemmen li l-gvern għandu jkun ta' eżempju fil-miżuri li jieħu, liema miżuri għandhom ikunu għaqlin.", "Mr Speaker, wara li tispiċċa d-diskussjoni fit-Tieni Qari ta' dan l- abbozz ta' liġi, se niġu ppreżentati bit-tieni abbozz li jittratta dwar self lokali u li permezz tiegħu l-gvern beħsiebu jissellef madwar Lm100 miljun.", "Jiġifieri bħalissa qed niddiskutu dan l-abbozz fejn qed ngħidu li mil-lum 'il quddiem mhux se jkollna l-bżonn aktar sinking funds, imbagħad il-gvern se japplika din il-liġi mill-ewwel u se jressaq abbozz ieħor biex ikun jista' jissellef Lm100 miljun.", "Hawnhekk nixtieq intenni l- argument li mhux talli s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż titlob aktar għaqal u serjeta', talli titlob ukoll li ssir diskussjoni - kif tlabna aħna min-naħa ta' l-oppożizzjoni fil-kumitat permanenti dwar ix- xogħol tal-Kamra - miftuħa.", "Jien ċert li ħadd minna ma jixtieq jara lil pajjiżna jfalli jew imur għall-agħar, għaliex fl-aħħar mill-aħħar, jekk se nagħmlu xi ħaġa llum se jkollna niffaċċjawha lkoll kemm aħna għada.", "Aħna tlabna li jkun hawn dan id-dibattitu għaliex din hija xi ħaġa li qiegħda tinkwieta mhux biss lil din in-naħa tal-Kamra imma lis-settur kummerċjali, lill-unions, lin-negozjanti, lir-rappreżentanti tagħhom u lill-kumplament tal-poplu.", "Huwa żgur li meta l-poplu jismagħna nitkellmu fuq il-qagħda finanzjarja u ekonomika mwiegħra li jinsab fiha pajjiżna jkun irid ikun jaf aktar, u b'dibattitu bħal dak li tlabna aħna jkun jista' jsib ir-risposti għad-domandi tiegħu.", "Sur President, f'dan id-diskors tiegħi tal-lum nixtieq nillimita ruħi għal punt li jista' josservah kulħadd; cioe' l-bżonn ta' aktar dixxiplina u kontrolli riġidi fuq il-finanzi tal-gvern.", "Saret ukoll riferenza għal dan fl-avis update ta' l-Unjoni Ewropea, liema għaqda l-gvern qed jaspira li jdaħħalna fiha.", "Il-gvern għandu kull dritt jaspira għal dan pero' jrid ikun realistiku u ma jistax jitlaq mill-punt li ma jikkalkolax aktar dak li qed jiġri fil-pajjiż.", "Minkejja li ma ġejniex mogħtija l-opportunita' għal dibattitu bħal dan, aħna se nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex fid-dibattiti dwar dawn iż-żewġ abbozzi ta' liġijiet, noħorġu l-argumenti tagħna.", "Kif diġa' għedt, anke fl-istess avis update ta' l-Unjoni Ewropea, il-gvern qed jiġi mwissi li s-sitwazzjoni ta' l-iżbilanċ finanzjarju ma' tistax tibqa' sejra kif inhi.", "Imma donnu li n-naħa l-oħra tal-Kamra, xi ħaġa li tkun ġejja mill-Oppożizzjoni Laburista jittrattawha b'mod li qisu aħna qed noħolmu, imma meta l-istess ħaġa tiġi minn barra, jeħduha bis-serjeta'.", "Jekk naqbdu s-silta ta' l-avis li titkellem dwar l-ekonomija u l-finanzi, naraw li m'hi xejn ħlief ċertifikat lill-Oppożizzjoni Laburista ta' dak li ilha tgħid minn qabel l-1996, sostnietu meta kienet fil-gvern, u qed tkompli tgħidu llum.", "Sur President, l-avis update qiegħed jgħid ċar u tond li l-gvern irid jiġbor aktar revenue u fl-istess ħin jara li l-infiq tiegħu jiġi kkontrollat b'ċertu għaqal.", "Allura jien nistaqsi lill-gvern: B'dan il-mod se nersqu lejn dawn l-affarijiet, billi nwarrbu s-sinking funds?", "Dan il- pajjiż ilu ma jkollu bilanċ favorevoli fil-budget tiegħu 16-il sena u l- gvern preżenti llum qed jirrikonoxxi dan il-fatt.", "Jiġifieri li l-iżbilanċ finanzjarju huwa wieħed strutturali qed jiġi aċċettat minn kulħadd, anke minn dawk li sa ftit taż-żmien ilu kienu jagħmlu bħall-ostrich, ideffsu rashom fir-ramel u jgħidu li ma jeżistux problemi.", "Sas-sena li għaddiet dan id-deficit strutturali kien tela' għal Lm771 miljun, jew 75% tal-GDP, jiġifieri ta' dak kollu li jipproduċi l-pajjiż, filwaqt li għas-sena li ġejja huwa stmat li se nħallsu madwar Lm50 miljun - li jammonta għal kważi Lm1 miljun fil-ġimgħa - f'imgħaxijiet.", "Iddur fejn iddur, din hija r- realta' ekonomika u finanzjarja ta' pajjiżna llum.", "Fl-aħħar budget li ġie ppreżentat sar ħafna logħob bil-figuri biex jonfħu l-figura tad-deficit kemm jista' jkun ħalli b'hekk juru kemm kienet ħażina l-qagħda finanzjarja li wirtu mingħand Gvern Laburista.", "Minkejja dan kollu - ikollna ċans nitkellmu dwar dan fid-diskussjoni dwar l-abbozz ta' liġi li jmiss - fost figuri oħra ssemmiet il-figura ta' Lm11 miljun li marru għas-sinking fund.", "Mr Speaker, jien nerġa' ngħid li l-emenda proposta f'dan l-abbozz ta' liġi m'hija xejn ħlief eżempju ċar ta' nuqqas ta' ppjanar finanzjarju u monetarju serju min-naħa tal-gvern.", "Il-gvern qiegħed jieħu miżuri kontradittorji għal dak li jgħid li jrid jasal għalih.", "Ħalli naraw x'kienu l-ewwel miżuri li ħa dan il-gvern fl-ewwel ftit xhur ta' l- amministrazzjoni tiegħu.", "Mela meta anke fl-avis update qed jingħad li għal dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas ta' pagi u salarji għall-ħaddiema tas- servizz pubbliku hemm bżonn li naraw kif nagħmlu biex innaqqsuhom, il-gvern żied is-salarji tal-personnel kollu tal-ministeri u s-segretarjati parlamentari b'mod fenomenali.", "Kemm għajruna lilna għaliex wara sena u nofs fil-gvern tajna żieda lis-segretarji privati tal-ministri u tas- segretarji parlamentari!", "Jiġifieri l-fatt jibqa' li dan il-gvern jippriedka mod imbagħad jieħu miżuri kompletament bil-kontra.", "U dan apparti wkoll iż-żidiet kbar li kien hemm f'infiq ieħor rikorrenti bħalma huwa safar u affarijiet simili.", "Sur President, l-appell tiegħi f'dan l-istadju huwa ta' aktar serjeta' min-naħa tal-gvern.", "Tgħid x'tgħid in-naħa tal-gvern, il-miżuri li qegħdin jiddaħħlu fil-pajjiż m'huma qed jagħmlu xejn ħlief li jiġġammjaw l- ekonomija.", "Kif diġa' qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Brincat, il-mod li bih iddaħħlet il-VAT II iġġammja aktar l-ekonomija minflok ma taha l-ħajja li tant għandha bżonn.", "Dan il-gvern qed iħalli l-prezzijiet jogħlew bla rażan, qed jintaxxa aktar lill-ħaddiema u fl-istess ħin intrabat mal-karru ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea b'għamad quddiem għajnejh u bil- politika ta' come what may.", "Sur President, fis-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna llum, il-gvern m'għandux jistenna li din in-naħa tal-Kamra twarrab ir-realtajiet ekonomiċi u finanzjarji ta' pajjiżna minn quddiem għajnejha u tissana miżuri bħal din li għandna quddiemna llejla, liema miżura qed tippermetti aktar laxkar u anqas dixxiplina.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum jitkellem dwar id-dejn pubbliku li qiegħed jhedded il-futur ta' dan il-pajjiż.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn l-imgħaxijiet li kull sena l-gvern irid iħallas mid-dħul tiegħu, jara kif dawn jinsabu telgħin.", "Jekk taqta' s-servizzi soċjali, issib li l-akbar nefqa tal-gvern m'hijiex sejra lejn l-edukazzjoni, jew lejn is-saħħa, jew lejn l-iżvilupp ta' l-infrastruttura fil-pajjiż, jew lejn dak li għandna bżonn sabiex intejbu l-ħajja tagħna f'kull qasam, imma sejra lejn il-ħlas ta' l- imgħaxijiet fuq id-dejn.", "Mill-estimi li għamel il-gvern stess għal din is- sena jirriżulta li minn kull lira li se jonfoq mill-inqas 10c se jmorru għal dan il-għan, nefqa li hija akbar anke minn dik li ssir għall- edukazzjoni ta' wliedna.", "Ingħad li għar-rigward tal-pensjonijiet resqin lejn sitwazzjoni mhix sostenibbli, aħseb u ara kemm huwa sostenibbli l- ammont li jrid jitħallas kull sena għall-imgħaxijiet fuq id-dejn pubbliku!", "Bħalissa l-gvern qed jonfoq 3c minn kull lira fuq pensjonijiet, filwaqt li s-sena d-dieħla, kif diġa' għidt, se jkun qed jonfoq 10c minn kull lira fi ħlas ta' imgħaxijiet fuq id-dejn.", "Forsi jkun hawn min jgħid li d-diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi għandha tkun waħda qasira għaliex dan huwa sempliċement dettall tekniku li għandu jinteressa biss lil min jara l-kontijiet u jaħdem il-figuri, pero' jien ngħid li din hija diskussjoni marbuta mal-qalba ta' l-għajxien u tal- qasam soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna.", "Kull lira li l-gvern joħroġ biex iħallas l-imgħaxijiet fuq id-dejn hija lira meħuda minn oqsma oħra u l-fatt li pajjiżna diġa' wasal fi stadju fejn waħda mill-akbar nefqiet tiegħu tmur biex tagħmel tajjeb għall-politika ħażina li mexa biha l-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami bejn l-1987 u l-1996, speċjalment fis-snin disgħin ...", "F'dawk is-snin il-Prim Ministru kien derra l-ewwel lill-ministri tiegħu, imbagħad lill-poplu kollu kemm hu, li jista' jonfoq u jonfoq mingħajr ma jagħti kas għaliex xi darba l-flus jiġu minn x'imkien.", "B'dik it-tip ta' mentalita' kisser dak kollu li kien inbena u faqa' l-kaxxa tal-pajjiż.", "Il-ministru tal-finanzi, li jħobb jirriferi għall-ixkora mtaqqba tat- tarzna u jgħid li l-gvern qed jitfa' l-flus fiha, huwa l-inqas wieħed li jista' jitkellem b'dan il-mod għaliex huwa responsabbli hu wkoll għall- ixkora mtaqqba tal-gvern.", "Proprju bil-miżura li qiegħed jieħu b'abbozz ta' liġi bħal dan, qiegħed ineħħi arma u qiegħed ukoll jibgħat sinjali li m'hemmx għalfejn ikollna brejkijiet, għaliex is-sinking funds huma biss għodda ta' management finanzjarju biex tfaddal.", "U mhux billi noqogħdu ngħidu li dawn jgħoddu biss għad-dejn li jsir fil-pajjiż għaliex għal dawk ta' barra se nħallu s-sinking funds, għaliex jekk wieħed jara kemm il-gvern jissellef minn barra u kemm jissellef lokalment, mal-ewwel jinduna li ħafna mis-self isir proprju lokalment u mhux minn barra.", "Jiġifieri l-gvern qiegħed ineħħi għodda li min imexxi l-finanzi, kemm jekk ikun f'kumpannija privata u kemm jekk ikun f'kumpannija pubblika - anzi aktar u aktar meta dak li jkun suppost li jkun qiegħed jamministra l-ġid tal-pajjiż - iżommha f'idejh biex ikun prudenti u biex dejjem ifakkar lilu nnifsu li hemm id- dejn xi jħallas.", "Qed ngħid dan għaliex b'din il-miżura li qiegħed jieħu l- gvern, li jneħħi dan it-tfaddil biex iħallas id-dejn aktar 'il quddiem, qiegħed jgħaddi l-messaġġ li mhux se jkun f'pożizzjoni li jħallas dan id- dejn u meta jasal il-waqt biex jagħlqu sempliċement se jitfgħu għas-snin ta' wara.", "Kieku qegħdin nitkellmu fuq dejn li sar b'investiment u li minnu se jgawdu l-ġenerazzjonijiet futuri ma narawhiex bi kbira li dawn jagħtu sehemhom biex jifdu dak id-dejn, imma hawnhekk qed nitkellmu fuq dejn li sar bl-addoċċ minħabba l-mod ta' kif mexa dan il-gvern fis-snin disgħin u kif se jkompli jimxi issa minkejja l-ħafna diskors li jsir fuq serjeta' u fuq il-fatt li rridu noqogħdu attenti kif nonfqu.", "Nistennew sa l-aħħar ta' din is-sena meta l-ministru tal-finanzi jerġa' jiġi hawn biex iressaq il-budget għas-sena 2000 u naraw x'se jirraportalna fuq kif sejra n-nefqa tal-gvern.", "Qed ngħid dan għaliex is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-gvern issa hija tali li jekk jagħmel dak li wiegħed fil-programm elettorali tiegħu jkollu jżid in-nefqa u dan meta suppost qiegħed jieħu miżuri biex jibda jfejjaq il-ferita kbira li fetaħ huwa stess fis-snin disgħin.", "L-indikazzjonijiet juru li din il-ferita mhux biss m'hijiex se titfejjaq din is-sena, talli se tkompli tikber.", "Fil-fatt l-iktar ħaġa inkwetanti li teżisti fil-pajjiż hija li r-rata li biha qiegħed jiżdied id-dejn hija ikbar minn kemm qiegħed jiżdied il-ġid nazzjonali.", "Ix-xejra ta' kif sejjer l-iżvilupp turi li l- ekonomija qed tikber biss bin-nofs tar-rata li qiegħed jiżdied id-dejn.", "Sitwazzjoni bħal din, fejn għandek żbilanċ kbir bejn kemm idaħħal il-gvern u kemm joħroġ, hija diġa' ħażina imma mbagħad issir agħar meta l-gvern, biex jipprova jirranġa daqsxejn is-sitwazzjoni, jasal biex jipprivatizza u jbigħ il-ġid tal-pajjiż.", "Jekk din is-sena l-gvern se jipprivatizza xi kumpannija pubblika jew xi bank - kif qed jgħid li se jagħmel - u jdaħħal kemm qed jistma li jdaħħal, Lm60 miljun, lanqas biss iservuh biex iħallas l-imgħaxijiet tad-dejn li għandu jagħti, liema imgħaxijiet se jitilgħu għal madwar Lm67 miljun.", "Kieku l-gvern qiegħed ibigħ il-kumpanniji pubbliċi biex fost affarijiet oħra l-flus li jdaħħal jerġa' jinvestihom biex il- pajjiż imur aħjar u titjieb il-kwalita' tal-ħajja kieku wieħed jifhimha, imma dan il-bejgħ ta' l-assi m'huwiex qed isir b'dan l-iskop.", "Jekk is- sitwazzjoni tibqa' sejra hekk, allura pajjiżna se jiffaċċja żmenijiet koroh ħafna għaliex wara erba' jew ħames snin, il-gvern ma jkollux aktar ishma f'kumpanniji pubbliċi xi jbigħ.", "U minflok ma l-gvern jgħaddi l-messaġġ u jgħid li l-livell tad-dejn f'pajjiżna mhux aċċettabbli u li l-pajjiż ma jistax jibqa' sejjer hekk, jiġi hawnhekk u jressaq abbozz biex aktar iħoll it-tmexxija, biex aktar jidher laxk, u biex aktar jagħti l-impressjoni li m'hemmx problemi, messaġġi li kollha jagħmlu ħafna ħsara.", "Nerġa' ngħid li sakemm inti qiegħed tiddejjen u fl-istess ħin qiegħed tinvesti sabiex l-ekonomija tal-pajjiż tikber u tkun qed iddaħħal flus biżżejjed biex tkun tista' tħallas lura dak id-dejn allura kollox sew, imma meta inti qiegħed tiekol minn ġewwa biex tħallas dak id-dejn u l-ekonomija tal-pajjiż m'hijiex tikber biżżejjed u għandek ammont limitat ħafna ta' kumpanniji li tista tipprivatizzahom biex iddaħħal il-flus, allura ċertament tkun qiegħed iżżid ħafna u ħafna il-problemi tal-pajiż.", "Id-dejn jgħerri il-ġid tal-pajjiż u jċaħħad lill-pajjiż minn investiment f'oqsma soċjali li tant għandu bżonn, pero' l-akbar inkwiet ikun meta l-pajjiż ikun jidher li m'huwiex f'pożizzjoni li jħallas lura b'konsistenza l-imgħaxijiet fuq id-dejn.", "Għalhekk dan l-abbozz ta' liġi jkompli jagħmel ħsara fit- tmexxija tal-pajjiż għaliex qed ikompli jmexxi l-mentalita' li kellna fis- snin tmenin u fis-snin disgħin, li tista' tonfoq aktar milli taqla' imbagħad xi darba l-flus jiġu minn x'imkien.", "Din hija l-mentalita' li wasslet lil pajjiżna għas-sitwazzjoni li jinsab fiha llum.", "Ftit ilu l-Prim Ministru qal li fis-sena 2001 għandu bomba għaliex biss biss il-pagi tal-ħaddiema fis-settur pubbliku se jitilgħulu b'madwar Lm37 miljun.", "Bħalikieku l-bomba waqgħet mis-sema jew għamilhielu ħaddieħor, ma kienx jaf biha!", "X'serjeta' hi din li minn naħa waħda toħloq allarm u inkwiet fost l-anzjani għaliex tgħid li ma tafx x'se jiġri fil-futur rigward il-pensjonijiet, imbagħad min-naħa l-oħra tieħu passi li jkomplu jgħarrqu s-sitwazzjoni u jkomplu jkissru l-finanzi tal-pajjiż?", "Jekk il- gvern iżomm il-wegħdiet li għamel fil-programm elettorali, liema wegħdiet kollha jiswew ħafna flus, se jkompli jkabbar il-problema u se jkompli jagħmel iktar ħsara lill-finanzi u lill-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment meta l-gvern jinsab f'pożizzjoni li minn naħa waħda jgħid li jrid jimxi lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea u min-naħa l-oħra, bil-passi li jieħu, qed ibiegħed lilu nnifsu minn dik l-għażla.", "Sħabi diġa' rriferew għall-problemi fil-finanzi pubbliċi li r-rapport aġġornat ta' l-Unjoni Ewropea nnifsu rrifera għalihom.", "Konna ilna sentejn nisimgħu kif il-Partit Laburista fil-gvern kien qiegħed jivvinta l-problemi tal-ħofor, bħallikieku kien xi gost tagħna li ngħidu li sibna problemi finanzjarji kbar li kien ħalla warajh il-Gvern Nazzjonalista.", "Sur President, minflok ma l-Partit Nazzjonalista fis-sajf ta' l-1996 ħareġ dawk il-problemi fil-beraħ u qal lill-elettorat u lill-pajjiż kollu x'inhuma, ħeba l-verita' u ħareġ programm elettorali bbażat fuq gideb sistematiku.", "Jekk wieħed janalizza l-programm elettorali ta' l-1996 isib li dan huwa mimli gideb sistematiku għaliex filwaqt li minn ġewwa dawn kienu jafu li l-finanzi tal-pajjiż huma mkissrin - fil-fatt il-ministru tal- finanzi nnifsu kien kiteb lil sħabu u qalilhom li s-sitwazzjoni ħarbet mill- kontroll u li l-pajjiż se jispiċċa bi żbilanċ it-triplu ta' dak li kien qiegħed ibassar meta ressaq il-budget għall-1993 ...", "Dak iż-żmien l-Onor.", "Dalli kien kien għamel diversi tbassir, fosthom li fil-ħames snin ta' wara kellu jżomm l-iżbilanċ taħt it-3% u li l-impjieg fis-settur pubbliku bħala perċentwali tat-total workforce kellu jkun bejn 25% u 30%.", "Dan kien tbassir li ma wassal għal xejn u jekk dak li ġara bejn l-1992 u 1996, bit- tbassir kollu li sar, huwa indikazzjoni ta' x'se jiġri wara s-sena 1998/1999 bil-figuri u ċ-ċifri kollha li għandna f'dan il-ktieb, nistgħu nimmaġinaw kif se jkunu l-affarijiet tlieta jew erba' snin oħra!", "Mela hemmhekk kellna sitwazzjoni fejn il-Gvern Nazzjonalista kien jaf li għandu żbilanċ qawwi fil-finanzi pubbliċi imma minflok ma ħareġ dik il-verita', sejjaħ elezzjoni u ħareġ bi programm elettorali li ma kien jindirizza xejn u lanqas biss isemmi l-problema ta' l-iżbilanċ u tad-dejn.", "Minkejja li kienu jafu li hemm problema, ħarġu bi programm elettorali li kien qed iwiegħed ir-rigali.", "Għandna partit li jilgħabha dejjem ta' Father Christmas bil-Milied jiġi kuljum iqassam, iqassam u jkompli jqassam.", "L-istess sitwazzjoni rripetiet ruħha fl-1998 għaliex il-programm elettorali ta' l-1998, bħal dak ta' l-1996, huwa bbażat fuq politika ta' onfoq, onfoq u kompli onfoq u wegħdiet oħra li m'humiex sostenibbli f'sitwazzjoni fejn l-ekonomija u l-ġid tal-pajjiż m'huwiex jikber biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-infiq u d-dejn bl-addoċċ u għall-imgħaxijiet li rridu nħallsu.", "Dan huwa aktar inkwetanti għaliex aktar ma ngħaddu biex nilliberalizzaw u nneħħu l-kontrolli fuq il-kapitali biex b'hekk in-nies iċaqalqu l-flus minn hawn u jeħduhom x'imkien ieħor - s'issa l-aktar li salva lil dan il-gvern f'dawn ix-xhur li għaddew kien il-fatt li r-rati ta' l-imgħax barra l-pajjiż huma baxxi - aktar se naslu fis-sitwazzjoni li waslu fiha pajjiżi oħra fejn in-nies lanqas jibdew jafdaw aktar id-dejn li jagħmel il-gvern u jibdew jistaqsu jekk il-gvern huwiex se jkun kapaċi jħallas dak id-dejn li qed jagħmel.", "Sur President, mill-elezzjoni 'l hawn ħlief tgħajjir u demolizzazzjoni totali tal-mexxej Laburista ma smajniex, ħaġa li tista' tagħmilha biex taħbi l-problemi li jkollok imma li fl-aħħar mill-aħħar ma ssolvi l-ebda problema, anzi tkompli tħammeġ aktar il-klassi politika.", "Fis-sitwazzjoni diffiċli li kien sab ruħu fiha l-Gvern Laburista, fejn beda jieħu miżuri diffiċli biex jibda jiffaċċja l-problemi li wiret mingħand il-Gvern Nazzjonalista ta' qablu, il-Partit Nazzjonalista mhux talli qagħad gallerija imma talli kompla jxerred il-politika popolistika li m'hemmx bżonn miżuri iebsa, li konna tlifna l-boxxla u li aħna kattivi, qalbna iebsa u bla kuxjenza soċjali.", "U issa rridu naraw il-miżuri li se jieħu l- Gvern Nazzjonalista biex minn naħa waħda jiffaċċja s-sitwazzjoni ta' żbilanċ kbir u dejn pubbliku li qed ikompli jikber, u min-naħa l-oħra jwettaq il-wegħdiet li għamel fil-programm elettorali, wegħdiet li kollha jiswew il-flus.", "U allura l-mistoqsija hi: Minn fejn ġejjin dawn il-flus?", "Imbagħad hemm ukoll l-obbligi li tpoġġi fuqu l-Kummissjoni Ewropea - jekk irid li akkost ta' kollox jidħol fl-Unjoni - bil-kriterji u l-passi li pajjiżna jkollu jieħu biex jimxi skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Inutli tingħata l-impressjoni li l-Unjoni Ewropea se tbiddel ir-regolamenti tagħha biex taddattahom għall-bżonnijiet tagħna għaliex fir-realta' dan ma jsirx.", "Fil-fatt lill-pajjiżi applikanti l-oħra, l-Unjoni qed tgħidilhom ċar li huma jafu x'inhuma r-regolamenti tagħha u jridu jkunu huma li jaddattaw ruħhom għalihom.", "L-Unjoni Ewropea m'hijiex se tbiddel ir- regolamenti tagħha għal dawk li japplikaw u m'għandniex noqogħdu nagħtu l- impressjoni li qisna se mmorru ninnegozjaw fuq xi monti niġġebbdu fuq il- prezz u fuq il-kondizzjonijiet.", "Nerġa' ngħid li fil-miżuri diffiċli li kellu jieħu l-Gvern Laburista, il-Partit Nazzjonalista ma wera l-ebda sens ta' responsabbilta' nazzjonali.", "Fil-fatt xi ftit tal-jiem ilu l-ministru tal-finanzi nnifsu qalilna: X'tippretendu, li se nkunu forċina?", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb li wieħed jirrifletti fuq kliem bħal dan.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "John Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien noġġezzjona għall-mod kif l- Onor. Bartolo qed jimmiżinterpreta l-kumment li għamilt jien.", "Meta jien għamilt dak il-kumment, għamiltu fuq il-problema politika li kellhom u mhux fuq il-miżuri li kienu qed jieħdu.", "Li jiġi hawnhekk l-Onor.", "Membru u jaqbad u jgħawweġ b'dan il-mod id-diskors tiegħi m'huwiex etiku u mhux sewwa.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien nirrepeti u nsostni dak li għedt għaliex dak li qed jgħid il-ministru ma jbiddel xejn minn dak li għedt jien.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan ibiddel ħafna minn dak li qal!", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le, xejn ma jbiddel!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux sew li jieħu kliem out of context.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: U x'out of context!", "Kelma waħda kien hemm.", "ONOR JOHN DALLI: Dik hija gidba u l-Onor.", "Bartolo huwa mdorri jagħmel dawn l-affarijiet.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dażgur Ii mdorri nagħmilhom!", "Issa nerġa' nirrepetiha ħalli tifhimha sewwa!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, meta tieħu l-kliem out of context tkun qed tigdeb.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ministru tal-finanzi qed jiddispjaċih li qal dak id-diskors għaliex dak huwa diskors li nħaraq fuqu hu stess.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien ma jiddispjaċini xejn li għedt dak id-diskors għaliex dak kien intiż biex ngħid lill-oppożizzjoni li fil-froġa politika, fejn ma kellhomx il-ħila jżommu partit magħqud u gvern fi 22 xahar, ma kellhomx jistennew lilna, dak iż-żmien min-naħa ta' l-oppożizzjoni, biex nagħmlulhom forċina u nżommuhom fil-gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, dak li qiegħed jgħid il-Ministru Dalli ma jbiddel xejn mis-sens li fih jien kont qed nikkwotah għaliex il- problemi politiċi u t-tensjonijiet fil-Partit Laburista nħolqu minħabba l- miżuri iebsa li konna qed nieħdu.", "U l-miżuri iebsa li konna qed nieħdu kienu minħabba d-diżastru finanzjarju li anke l-ministru tal-finanzi, l- Onor. John Dalli, huwa responsabbli għalih, mhux billi jiġi hawnhekk jippoża ta' xi pampalun li se jirranġa l-finanzi pubbliċi.", "Kien hu li bejn l-1992 u l-1996 kien responsabbli għall-mod kif il-finanzi pubbliċi tal- pajjiż infaqgħu.", "(Interruzzjonijiet) Fqajtuhom intom u ma kellhomx id- diċenza u s-sinċerita' li l-memo li inti bgħatt lil sħabek tqassmuh ma' l- elettorat biex tgħidulhom bid-diżastru li kien jeżisti fil-finanzi pubbliċi!", "Minflok ma għamiltu hekk, mortu għall-elezzjoni u ħriġtu bi programm elettorali giddieb, fejn wegħedtu ħafna affarijiet li ma kontux f'pożizzjoni li twettquhom!", "U l-istess ġara fl-1998, Sur President.", "Dawn telgħu bi programm elettorali li m'humiex f'pożizzjoni li jwettqu, mhux biss minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja li ħolqu huma stess fis-snin disgħin imma anke għaliex il-miżuri iebsa li jkollhom jittieħdu biex il- pajjiż jadegwa ruħu għall-kriterji, ir-regolamenti u l-liġijiet ta' l- Unjoni Ewropea se jkunu ħafna iżjed iebsa minn dawk li kellu jagħmel il- Partit Laburista fil-gvern.", "Fil-kummenti tagħha, il-kummissjoni mhux biss semmiet il-problema tad-deficit fil-finanzi pubbliċi imma semmiet ukoll il- problema tal-korporazzjonijiet pubbliċi, fejn qalet li huma ineffiċjenti u li dawn iridu jitmexxew qishom kumpanniji privati, jiġifieri jridu jiċċarġjaw prezzijiet kummerċjali u jagħmlu l-qligħ.", "U aħna għad irridu naraw xi tkun ir-reazzjoni ta' l-elettorat meta l-Partit Nazzjonalista fil- gvern ikollu l-kuraġġ jieħu dak il-pass li jagħmel il-prezz ta' l-ilma u tad-dawl skond il-prezz tal-produzzjoni u ta' l-amministrazzjoni ta' dawk il-korporazzjonijiet.", "Xi mument jew ieħor il-Partit Nazzjonalista fil- gvern se jkollu jiffaċċja din ir-realta' għax ma tistax tkompli tuża kliem sabiħ maċ-ċittadini u tgħajjar lill-avversarji politiċi tiegħek biex issolvi dawn il-problemi.", "L-akbar problemi li qed ikollhom jiffaċċjaw ħafna pajjiżi li lliberalizzaw ir-rati u neħħew il-kontrolli, hi li n-nies stess li kienu qed jinvestu f'dawk il-pajjiżi qegħdin iċaqilquhom lejn pajjiżi oħra.", "U għalhekk il-gvern għandu r-responsabbilta' kbira li ma jħallix il-klima finanzjarja tiddeterjora, għaliex imbagħad veru nkunu qbadna t-triq għan-niżla aktar milli diġa' qbadnieha.", "Biex Gvern Nazzjonalista jibda jieħu l-miżuri li hemm bżonn biex isewwi din is- sitwazzjoni se jkollu bżonn ta' ħafna forċini u appoġġi.", "Żgur li fost il- forċini mhux se jsib il-programm elettorali tiegħu stess, għaliex ħafna mill-wegħdiet li hemm fih se jkollhom jinħarqu u minflok b'forċina jispiċċa b'foxxna, jinħaraq u jinxtewa fuqha!", "Sur President, il-kapaċita' ma titkejjilx b'kemm tkun taf tiftaħar li se tonfoq flus imma titkejjel billi dawk il-flus tkun taf kif se ġġibhom ħalli b'hekk tkun tista' twettaq il-wegħdiet li tkun għamilt.", "Smajna ħafna gideb sistematiku dwar kemm ġejjin flus mill-Unjoni Ewropea - kieku kellhom jiġu dawk il-miljuni kollha probabbli kienet titwettaq it-tbassira ta' Nostradamus li Malta tegħreq - u kif se din se ssolvilna l-problemi kollha, qisha l-Unjoni Ewropea qiegħda hemm biex issolvilna l-problemi finanzjarji tagħna.", "Niftakru li fis-16 ta' Awissu li għadda, fil-Fgura, l-Onor. de Marco kien qalilna li ġejjin Lm100 miljun u allura ma kellniex għalfejn ngħollu r-rati tad-dawl u l-ilma u ma kienx hemm għalfejn nieħdu miżuri iebsa.", "Dan ma kien xejn ħlief gideb, gideb u gideb u xi darba jew oħra dan il-gideb jisplodi f'wiċċ min ħadmu.", "Wieħed kien jistenna li fil-budget għall-1999 insibu dawn il-Lm100 miljun biex il-gvern stess ma kienx ikollu għalfejn jgħolli l-bolla, il-petrol, is-sigaretti u ma kienx ikollu għalfejn jagħfas biex idaħħal aktar flus mill-VAT u mill-income tax.", "Dawn il-Lm100 miljun intużaw biss għall-kampanja elettorali biex inkomplu nagħtu idea żbaljata, l-istess idea li għad iddawwar aktar nies kontra l-Unjoni Ewropea.", "Mhux sewwa li toqgħod twiegħed xi Eldorado li ma jeżistix.", "Biex tidħol fl-Unjoni Ewropea trid turi li għandek ekonomija tajba u avvanzata u li kapaċi tikkompeti fil-first division ta' l-Ewropa.", "Pero' aħna qed nagħtu l-idea li aħna xi pajjiż \"Oliver Twist\", immorru bil-bieqja ġo Brussels biex ngħidulhom \"agħtuna ftit ieħor\".", "Dik hija l-agħar dehra li tista' tagħti, pero' dan il-partit li tant jiftaħar li hu Ewropew qed ikompli jagħti din l-idea terzo mondista li qisu l-pajjiżi avvanzati qegħdin hemm biex iwieżnu u jsolvu l-problemi ta' min ikun qed imexxi fil- pajjiżi l-oħra.", "Jien ngħid li jekk m'aħniex se nipprovaw indaħħlu l-mentalita' li l- pajjiż għandu bżonn jibda jonfoq skond kemm jiflaħ, u li spiċċa dak ż-żmien li xi ħadd isolvilek il-problemi tiegħek, allura pajjiżna 'l quddiem se jiffaċċja problemi serji.", "Is-soċjeta' u l-ekonomija tagħna għandhom bżonn li jimmodernizzaw imma ma jistax ikun li jibqa' jkollna f'rasna xi twemmin maġiku li xi forza jew xi aġenzija barranija se ssolvilna l-problemi tagħna.", "Irid ikollna l-kuraġġ li niffaċċjaw u nsolvu l-problemi tagħna, nibnu fuq il-kapaċita' tagħna, noħolqu klima fejn pajjiżna jkun jista' jiġbed l-investiment, u ndaħħlu l-mentalita' fil-poplu li ħadd m'hu se jiġi hawn sempliċement għaliex inkunu fl-Unjoni Ewropea jew għax inkunu barra mill-Unjoni Ewropea.", "Jekk wieħed iħares lejn kif qed jiċċaqlaq l- investiment fl-Unjoni Ewropea, jara li dawk li qabel kienu jinvestu f'ċerti pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, fejn il-cost of production żdied ħafna, bħal per eżempju l-Ġermanja, qed iċaqilquhom lejn Wales u Scotland, u minn hemmhekk, peress li l-cost of production żdied ħafna, diġa' qed iċaqilquhom lejn l-Ungerija u l-Polonja, minħabba li hemmhekk l-ispejjeż tal- produzzjoni huwa kwart ta' dak li għandhom f'Wales u Scotland.", "Ma jistax ikun li pajjiżna jibqa' joħlom li xi ħadd se jsolvilu l-problemi tiegħu.", "Irridu nkunu aħna li bis-sinċerita' ngħidu x'inhuma l-problemi, niffaċċjawhom, nieħdu l-miżuri li jkun hemm bżonn nieħdu, u ma noqogħdux nidħku bl-elettorat, inwiegħdu kollox lil kulħadd meta nafu li m'aħniex f'pożizzjoni li nwettqu dawk il-wegħdiet.", "Sur President, bil-pass li qed jieħu l-gvern b'dan l-abbozz ta' liġi qed ikompli jibgħat l-agħar sinjal li jista' jibgħat għaliex qed ikompli jibgħat il-messaġġ li d-dejn mhux problema għax inkomplu nissellfu u mbagħad xi darba l-problemi jitranġaw waħedhom.", "Pajjiżi oħra li mxew f'din it-triq tan-niżla spiċċaw fis-sitwazzjoni fejn mhux biss l-investiment mhux qed jersaq aktar lejhom, talli n-nies li jgħixu f'dak il-pajjiż stess tilfu l-fiduċja tagħhom fil-gvern u qegħdin jiddepożitaw il-ġid tagħhom x'imkien ieħor.", "Allaħares pajjiżna jasal f'dik is-sitwazzjoni.", "Huwa għalhekk li jien ngħid li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ma naslux f'dik is- sitwazzjoni għaliex jekk l-ekonomija ta' pajjiżna ma teħux ir-ruħ u jkompli jikber id-dejn pubbliku, inkomplu nagħmlu s-sitwazzjoni ħafna iktar diffiċli, u dan meta pajjiżna tant għandu bżonn li jinvesti fl-edukazzjoni u fl-oqsma kollha ta' dan il-pajjiż sabiex titjieb il-kwalita' tal-ħajja tagħna speċjalment il-futur tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR JOSEF BONNICI: Grazzi, Sur President.", "Bil-mod kif tkellmu l-parti l-kbira tal-membri ta' l-oppożizzjoni juri biċ-ċar li dawn għadhom qegħdin jipprovaw jiġġustifikaw il-miżuri li ħadu meta kienu fil-gvern.", "Illum qed nitkellmu fuq abbozz pjuttost tekniku - il-prattika llum hija li ma tkomplix bis-sistema tas-sinking funds imma tagħmel rolling-over biex timmaniġġa d-dejn aħjar - u ma' l-ewwel dan qed jiġi mpinġi min-naħa l-oħra bħala li qegħdin f'xi xifer jew li qegħdin f'sitwazzjoni orribbli.", "Ħalli nibda biex nindirizza xi punti li tqajmu dwar l-ekonomija.", "L-Onor.", "Bartolo għadu kif qalilna li l-miżuri iebsa li ħa l-Gvern Laburista kienu importanti għaliex b'hekk biss stajna nevitaw diżastru finanzjarju.", "Meta jien nisma' diskors bħal dan bilfors li ngħid li sħabna tan-naħa l-oħra m'humiex jifhmu sewwa kif timxi l-ekonomija.", "Għaliex meta wieħed jgħid li qed jipprova jiġġustifika l-miżuri ta' l-għoli fit-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma, liema miżuri kienu qegħdin jimbottaw is-sistema tal- costs tagħna 'l fuq b'ammonti inkredibbli - saħansitra kien hemm setturi fl-industrija li l-kont tagħhom kien se jiżdied b'1,000% u iktar - bilfors ikollu jgħid li dawn assolutament tilfu t-triq meta kienu qegħdin fil- gvern.", "Fl-istess waqt li l-Onor.", "Bartolo qed igħid li huwa importanti li l- costs tagħna nżommuhom kompetittivi għaliex inkella jinħolqulna d- diffikultajiet, il-miżuri li ħa l-gvern preċedenti kienu se jagħmlu proprju dan għax kienu se jitfgħu l-ekonomija tagħna fi staġnar għal snin twal.", "Intqal ukoll li aħna ma żammejniex il-wegħdiet li għamilna.", "Fejn ma żammejniehomx?", "Billi rrivedejna t-tariffi ma jfissirx li l-Enemalta marret il-baħar.", "Kieku, per eżempju, l-amministrazzjoni preċedenti mxiet b'aktar għaqal fil-mod kif għamlu l-hedging taż-żejt, kieku l-Enemalta llum tinsab f'pożizzjoni ħafna aħjar.", "Imma sfortunatament mhux hekk ġara għax il-gvern preċedenti kien beda jieħu deċiżjonijiet mingħajr ma jiżen sewwa l- impatt soċjali u ekonomiku tagħhom.", "Konna qisna mexjin out of control f'dawn l-oqsma, dak li jagħmel sens intesa u twarrab u minflok bdew jittieħdu miżuri li komplew inaffru t-tkabbir ekonomiku.", "Jien m'iniex qed ngħid dan sempliċement biex nuri kemm konna sejrin ħażin għaliex jekk wieħed iħares lejn l-economic survey li ġie ppreżentat mal-budget jara diversi tabelli li juru għaliex l-ekonomija tagħna staġnat u għaliex trid tieħu ż-żmien sakemm tirkupra.", "Kemm l-Onor.", "Bartolo kif ukoll l-Onor.", "Leo Brincat semmew l-importanza ta' l-investiment - anzi l-Onor.", "Bartolo qal li huwa tajjeb li tiddejjen sabiex tinvesti għaliex b'hekk tkun qed tkabbar il-produttivita' tiegħek - imma dawn donnhom li ma rawhx l-economic survey għaliex kieku rawh kienu jifhmu għaliex illum għandna dan it-tip ta' effett fuq l-ekonomija tagħna.", "Nista' nirriferi għal paġna 114 ta' l-economic survey - li turi kemm isir investiment fil-manifattura - fejn insibu li filwaqt li fl-1995 kien hemm Lm30.6 miljun u fl-1996 kien hemm Lm31 miljun f'investiment, fl-1997 dan l- investiment naqas kważi bin-nofs u niżel għal Lm16.9 miljun u fl-1998 reġa' niżel għal Lm15.2 miljun.", "Mela mhux ta' b'xejn li l-ekonomija staġnat.", "Kulħadd jaf li l-investiment li tagħmel tieħu l-frott tiegħu s-sena ta' wara.", "U llum qegħdin nieħdu l-frott tan-nuqqas ta' investiment li sar taħt il-gvern preċedenti.", "Dawn huma ċifri li ġew ippubblikati taħt l- amministrazzjoni preċedenti, liema ċifri huma prova tal-gwaj ekonomiku li ġab fuqna l-gvern preċedenti.", "Il-gvern preċedenti kien ikkrea sitwazzjoni fejn tant naqqas il-fiduċja, li r-reazzjoni ta' diversi setturi ta' l- ekonomija - qed nitkellem dwar il-qasam tal-manifattura - kienet li jnaqqsu l-investiment tagħhom b'mod drammatiku.", "U hawnhekk irrid ngħid li l-effett huwa ferm ikbar minn dak li joħroġ minn dawn iċ-ċifri, għaliex il-parti l- kbira ta' l-investiment li kien qed isir - madwar żewġ terzi minnu - kien ġej minn kumpannija waħda.", "Jiġifieri l-investiment fil-bqija tal-pajjiż iġġammja.", "Fil-fehma tiegħi ġġammja l-ewwelnett għaliex kien hemm ħafna skossi wara xulxin u spiċċajna f'sitwazzjoni fejn, per eżempju, għal dak li jirrigwarda l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-industrija tagħna kienet se tiffaċċja żidiet astronomiċi, u ġġammja wkoll għaliex ma kienx hemm il- fiduċja.", "Mr Speaker, smajna ħafna diskors fis-sens li l-investiment minn barra huwa importanti u jekk ma jkollokx sitwazzjoni ekonomika tajba, il- kapital jaħrab mill-pajjiż.", "Imma ħalli naraw x'ġara f'dawn is-sentejn li għaddew.", "Jekk inħarsu lejn in-net investment income from abroad insibu li filwaqt li fl-1997 dan kien ta' madwar Lm22 miljun fis-sena, is-sena li għaddiet dan żdied biss b'Lm5.2 miljun, jiġifieri niżel għal kwart ta' dak li kien is-sena ta' qabel.", "Jien ċert li dan naqas għaliex kellna outflow ikbar ta' flus mill-pajjiż minħabba l-miżuri żbaljati li ttieħdu mill-Gvern Laburista preċedenti, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' capital assets declaration fejn il-gvern għamel froġa għaliex ħareġ jgħid mod, ipprova jikkoreġieha u fl-aħħar spiċċa ma jistax iwettaq dak li kien qal, bir- riżultat li beżża' lil ħafna nies u ċ-ċifri juru bil-provi li kellna outflow konsiderevoli ta' flus minn pajjiżna.", "Jien niftakar lill-Onor.", "Spiteri - dak iż-żmien ma kienx ministru tal-finanzi - jikteb u jgħid li dik il-capital assets declaration form kif introdotta mill-gvern preċedenti kienet miżura nejja għal kollox u ħalliet il-ħsara.", "Ir-realta' llum hija li issa aħna qegħdin nieħdu l-benefiċċji ta' dik il-ħsara.", "Mr Speaker, s'issa tkellimt biss fuq l-investiment tal-manifattura, fejn għidt li dan naqas bin-nofs, pero' issa se nitkellem dwar l-investiment globali ta' l-ekonomija.", "Jekk wieħed iħares lejn it-tabella li hemm f'paġna 24 ta' l-economic survey isib li fl-1997 l-investiment totali fl- ekonomija kollha - inkluż it-turiżmu, is-settur finanzjarju, il- manifattura u s-setturi l-oħra kollha, anke dawk tal-kummerċ - naqas fl- b'10.9%, filwaqt li fis-sena ta' wara kompla naqas b'4.1%.", "U allura hawnhekk wieħed jibda jara l-istampa ċara li bdiet ħierġa taħt amministrazzjoni preċedenti, stampa ta' staġnar across the board fl- ekonomija tagħna.", "L-effett kien li bdejna kull sena ma noħolqux impjiegi biżżejjed, bir- riżultat Ii l-qgħad tela' minn madwar 5,600 għal iktar minn 7,000.", "Naturalment biex tirkupra dan it-telf kollu ta' mpjiegi wieħed jistenna li tieħu ż-żmien.", "M'hemmx dubju li meta l-investiment iġġamja fis-sentejn preċedenti l-pajjiż ġie f'pożizzjoni fejn il-ġenerazzjoni tal-ġid ixxellfet sewwa.", "U importanti li dan nifhmuh u mhux billi issa f'daqqa waħda għaliex qegħdin fl-oppożizzjoni tan-naħa l-oħra joħorġu jgħidu: Qed taraw xi staġnar ekonomiku hawn!", "Dażgur, jekk dan huwa l-frott tal-gvern preċedenti!", "Sa l-1996, l-investiment kien għadu għaddej b'ritmu qawwi waqt li s-sena ta' wara l-investiment naqas f'kull settur ta' l-ekonomija u reġa' naqas fl-1998 u llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn qegħdin naraw il- konsegwenzi ta' dan kollu.", "Huwa importanti illi ngħidu wkoll xi tfisser realment din is-sitwazzjoni.", "Illum għadhom jiġu nies għandi, fosthom sidien ta' fabbriki li jgħiduli: Isma', aħna konna qed ninvestu, esportajna parti mill-produzzjoni tagħna, suppost ħadna lura d-dazju li ħallasna fuq l-importazzjoni, pero' taħt is- sistema tas-sisa dan ir-refund qatt ma ġie u konsegwenza t'hekk dawn illum kellhom inaqqsu l-investiment tagħhom.", "Diversi setturi u oqsma ta' l- ekonomija ġew affettwati b'mod negattiv minħabba s-sistema ta' tassazzjoni żbaljata li ntroduċa l-gvern preċedenti.", "Dażgur li l-effett ta dan ikun tnaqqis fl-impjiegi, kif kellna f'dawn l-aħħar sentejn u dażgur li l- ekonomija ma tikbirx bl-istess ritmu!", "Dan huwa l-frott u r-riżultat dirett ta' fiscal policies żbaljati u tat-tgħaffiġa li saret bil-capital assets declaration form, li allavolja l-Gvern Laburista spiċċa biex ma applikahiex il-ħsara xorta laħqet saret.", "Dawn il-piżijiet kollha, piżijiet ta' l-ilma, tad-dawl u dawn l-affarijiet kollha li qed insemmi wasslu biex il-ġid jitkattar b'ritmu ferm inqas u l-investiment niżel għall- inqas livelli li niftakar, kważi li jistgħu jitqabblu ma' dawk tal-bidu tas-snin tmenin.", "Allura bilfors li r-riżultat ikun wieħed negattiv għall- aħħar.", "L-oppożizzjoni titkellem ħafna fuq l-EU u hawnhekk, Mr. Speaker, donnhom li huma mħawdin waħda sew għaliex bil-mod kif ipoġġu l-argumenti tagħhom, hija xi ħaġa li tassew ma tixraqx lill-poplu Malti.", "L-ewwelnett wieħed għandu jistaqsi x'jgħid ir-rapport ta' l-EU fil-verita?", "Dażgur li rridu nagħmlu t-tibdiliet, imma dawn it-tibdiliet kemm huma differenti minn dak li kienet qiegħda tirrikjedi l-free trade area?", "Jien niltaqa' spiss mal- constituted bodies u ma' diversi kumpanniji u kollha jgħiduli li l-Ewropej dejjem sostnew bl-iktar mod qawwi li mhux veru dak li kien jgħid l-Onor.", "Alfred Sant li s-settur agrikolu kien se jiġi eskluż.", "L-istess kien jingħad għas-settur ta' l-ikel.", "Dawn kienu jafu li kellhom bżonn jagħmlu xi tibdiliet pero' bi free trade area dawn it-tibdiliet kien se jkollhom jagħmluhom mingħajr ma jkollhom opportunita' għal aċċess akbar.", "Ħalli nerġa' nagħti eżempju.", "Aħna nipproduċu diversi prodotti bhal margarine, żejt, gallettini, ħut u ħafna affarijiet oħra ta' l-ikel u meta dawn niġu biex nesportawhom lejn l-Ewropa hemm taxxa ta' mill-inqas 15% jew iktar.", "Dik hija s-sitwazzjoni reali.", "Bi free trade area dawn il-prodotti ma kienx se jkollhom aċċess akbar milli jista' jkollhom bi sħubija.", "Anzi issa li erġajna qegħdin on track hemm il-possibbilta' li wieħed jinnegozja ċertu tnaqqis minn qabel, bħalma fil-fatt kien qed isir qabel Ottubru 1996.", "Per eżempju, fil-każ tal-fishfarms, li bħalissa qegħdin f'diffikulta', kien hemm diġa' ċertu qbil ma' l-Ewropa li t-taxxa tinżel għal 7%.", "Sfortunatament, kif il-gvern preċedenti waqqaf l-applikazzjoni għal sħubija u reġa' daħħal id-dazju, iġġamja kollox.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jirriżultalu l-Ministru li l-industrija lokali ta' l-akwakultura ngħatat parir li ladarba hemm pajjiżi oħra bħall-Iżvizzera, fejn it-taxxa fuq dan it-tip ta' ħut hija ta' 6%, allura l-imprenditur Malti jaqbillu jdawwar l-esportazzjoni tal-ħut lejn dawn is-swieq?", "ONOR JOSEF BONNICI: Onor. Farrugia, naf x'qed ngħid għax f'idi għandi d- dokumenti.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Sur President, dak li qal il-Ministru fuq is-suppost ftehim li l-Ewropej iniżżlu t-taxxa għal 7% huwa kollu duħħan fl-arja, bħal ħafna dħaħen oħra fl-arja li kellhom.", "(Interruzzjonijiet) Mela nsejt kemm semmejtu miljuni!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, f'idi għandi dokument, black on white, li jindika li min-naħa ta' l-Unjoni Ewropa kienu lesti jnaqqsu d- dazju fuq l-exports tal-fishfarms għal 7% u intkom din qbadtu u armejtuha għax ħallejtu kollox fil-friża.", "(Interruzzjonijiet) Għandi d-dokumenti u wrejthomlkom anke meta intom kontu fil-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Qegħdin tassew titfixklu f'saqajkom stess!", "Is-sitwazzjoni hi li kellna dan l-arranġament u d-dokumenti attinenti li juru dan jien kont poġġejthom fuq il-Mejda tal-Kamra meta kontu daħħaltu s-sistema tas-sisa.", "Jien kont għedtilkom: Isma', hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn konna qegħdin ninnegozjaw fuq il-birra, fuq il-gallettini u fuq il-ħut u l-commitment kien black on white min-naħa ta' l-Ewropa.", "In the first instance it- tariffa kienet se tonqos minn 15% għal 7.5%, sakemm finalment nissieħbu bħala membri.", "Dak kollu li konna ħdimna għalih tlifnih minħabba fihom b'dannu kbir għall-fishfarms lokali li ma jistgħux jikkompetu ma' prodotti oħra minn pajjiżi bħall-Greċja.", "Din m'hijiex xi ħaġa li qed ngħidha llum għax għedtha meta intom kontu fil-gvern u ma nistennix li llum ikolli din ir-reazzjoni min-naħa taghkom għaliex din hija reazzjoni li ma titwemminx.", "This is black on white!", "Issa qegħdin nippruvaw nirkupraw is-sitwazzjoni u qegħdin nipprovaw nerġgħu naqbdu t-triq li telliftuna.", "Meta wieħed iħares lejn l-Ewropa m'hemmx biss il-pressjoni tal-fishfarms.", "Hemm diversi oqsma fl-ekonomija tagħna li għandhom x'jaqsmu, speċjalment dak tas-settur protett ta' l-ikel, u s-sitwazzjoni reali hi li dan is- settur m'għandux aċċess miftuħ għall-Unjoni Ewropea.", "Bi free trade area jimponulek sitwazzjoni fejn il-protezzjoni ikollok tibda żżarmaha qabel ma jikkonċedulek aċċess akbar.", "Aħna qed ngħidu li jrid ikollna forma ta' protezzjoni b'mod li meta din titnaqqas ikollna wkoll aċċess akbar għas- swieq ta' l-Ewropa.", "Dik hi l-pożizzjoni għaqlija li għandna nieħdu fl- interess ta' pajjiżna.", "Kulħadd jaf li l-protezzjoni xi darba jew oħra trid tispiċċa u ż-żmien wasal biex nibdew naħsbu mhux biss biex ntejbu s- sitwazzjoni ekonomika imma biex nghinu wkoll is-setturi li bagħtew ħafna.", "Bil-paroli wieħed jista' jgħid li jrid iżda meta tħares lejn iċ-ċifri ppubblikati għad-diversi oqsma fl-ekonomija ta' pajjiżna, issib l-istess sitwazzjoni.", "Per eżempju, is-settur tal-beverages naqqas il-bejgħ minn Lm29 miljun fl- 1997 għal Lm25 miljun fl-1998 u dan meta wieħed normalment jistenna li minn sena għal oħra f'dan is-settur ikollok tkabbir.", "U meta wieħed iħares lejn is-settur domestiku tat-tessuti, jara li anke hawnhekk naqas il-bejgħ għax minn Lm6 miljun niżel għal Lm5.4 miljun.", "Inkompli biex insemmi is-settur tal-paper and printing, fejn il-bejgħ niżel minn Lm16 miljun fl-1996 għal Lm14 miljun fl-1997.", "Kellna tnaqqis f'kull settur f'dak li huwa local sales u konna ilna ma naraw dan it-tip ta' tnaqqis ghal żmien twil.", "Dan it- tnaqqis kien ġej mhux għax il-gvern b'xi mod jew ieħor naqqas id-deficit tiegħu - fil-fatt d-deficit kabbru - imma kien ġej minħabba lack of confidence min-naħa tas-suq lokali u għaliex ġiet introdotta sistema ta' tassazzjoni li kellha effett negattiv fuq l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Sur President, madanakollu l-iktar li l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jimmislijdjaw lill-Kamra huwa meta jitkellmu dwar il-fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid illi waqt il-laqgħa tal-joint parliamentary committee li kellna ftit ilu, Van der Linden qal bl-iktar mod ċar illi parti mill-fourth financial protocol ġie estiż għal din is-sena għaliex bil-friża li kien hemm il-programmi kellhom jinbidlu u ma kienx se jkun hemm a fifth financial protocol, jiġifieri mis-sena d-dieħla ma kien se jkun hemm l-ebda arranġament finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea.", "L-unika ħaġa li aħna stajna niggwadanjaw taħt il-free trade area minn fondi li jieħdu pajjiżi oħra, speċjalment dawk li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea, kienu l-MEDA funds tal-Mediterran.", "Issa lilna qalulna li bil-pożizzjoni li qegħdin nieħdu aħna nikkwalifikaw għal pre-accession aid, bħalma jikkwalifikaw għal din l- għajnuna pajjiżi oħra.", "Allura b'hekk se nkunu ftaħna bieb ieħor ta' assistenza finanzjarja biex permezz tagħha nkunu nistgħu niżviluppaw l- ekonomija ta' pajjiżna.", "Nistgħu nħarsu lejn ċerti pajjiżi li qegħdin fl-istadju tal-pre- accession, bħal ngħidu aħna s-Slovakkja, biex nagħmlu ċerti kalkoli primarji, pero' minħabba li l-Unjoni Ewropea għadha qed tiffinalizza l- programm ta' għajnuna li tingħata lil dawk il-pajjiżi li jkunu għadhom ma daħlux membri fl-Unjoni, wieħed għadu ma jistax jgħid eżattament kemm se tkun iċ-ċifra li se tingħatalna bħala għajnuna.", "Li nista' ngħid biss huwa li meta dan l-aħħar kien hawn delegazzjoni Portugiża f'pajjiżna, dawn qalulna li l-għajnuna li kienu jingħataw meta kienu għadhom fl-istadju ta' pre-accession kienet tammonta għal madwar 4% tal-GDP tagħhom.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-Irlanda, allavolja kien hemm żmien meta dan il-pajjiż kien jingħata 6% tal-GDP.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li fil-każ tagħna 6% tal-GDP jammontaw għal somma ta' Lm60 miljun u 4% tal-GDP jammontaw għal aktar minn Lm40 miljun.", "Għalhekk filwaqt illi bil-free trade area ma stajniex nikkwalifikaw għal dawn il-fondi, bid-deċiżjoni li aħna ħadna li nirriattivaw l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea se jerġa' jkollna aċċess għal dawn il-fondi.", "Kien hemm min ippretenda li mill-għada ta' l-elezzjoni l-Unjoni Ewropea kienet se tagħtina xi Lm60 miljun jew Lm70 miljun pero' min għandu ħjiel dwar kif taħdem l-Unjoni Ewropea jaf li dawn l-affarijiet jieħdu ż-żmien.", "Irridu nifhmu li l-għajnuna li tagħti m'hijiex xi switch illi tista' tixegħlu u titfih meta trid.", "L-ewwelnett wieħed irid ifassal diversi programmi għax, per eżempju, il-programmi ta' ristrutturazzjoni l sibt imħejjija għall-qasam ta' l-industrija ma kenux adegwati.", "Fil-fatt l- Unjoni Ewropea stess qalet li dawn il-programmi ma kenux adegwati u għalhekk aħna kellna nibdew naħdmu fuqhom mill-ġdid biex nirranġawhom għax aħna mhux affarijiet lesti sibna imma ħafna affarijiet fl-arja.", "Sur President, ta' min isemmi wkoll li l-aċċessjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea għandha tagħmel lil pajjiżna iktar attraenti għall- iktar ħaġa li falla fiha l-gvern preċedenti, li huwa l-investiment minn barra.", "Kif għidt diġa', taħt il-gvern preċedenti kien hemm falliment kbir f'dan il-qasam u konna qed nirriskjaw illi f'pajjiżna jkollna l-istess diżastru ekonomiku li kien sar fl-1980, ukoll taħt Gvern Laburista.", "Kif nistgħu ma ngħidux illi f'dak il-perijodu pajjiżna kien għaddej minn diżastru ekonomiku meta l-investiment fil-manifattura, sena wara l-oħra, kien qed jonqos bin-nofs, meta l-investiment globali ta' l-ekonomija naqas b'10% u meta l-investiment finanzjarju ta' pajjiżna naqas b'75%?", "Jien kemm-il darba spjegajt kif ir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea se tagħmel lil pajjiżna iktar attraenti pero' milli jidher kont qed nitkellem mal-ħajt.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Il-Ministru għadu kif qal li ma kien hemm ħadd min-naħa tal-Partit Nazzjonalista li qal illi malli nirriattivaw l- applikazzjoni ta' Malta għall-Ewropa se jiġu xi Lm100 miljun.", "Ma jafx li dan id-diskors kien qalu l-Onor. de Marco!", "ONOR JOSEF BONNICI: Skużi, imma dan intom qed tgħiduh!", "(Interruzzjonijiet) Issa jkollok iċ-ċans kollu titkellem, Onor. Cuschieri, u tista' tuża l-ħin tiegħek biex forsi tgħallimna xi ħaġa!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli, Onor. Bonnici, għax dan mhux point of order.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR JOSEF BONNICI: Il-verita' hi li r-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta fetħitilna bieb li qabel kien magħluq, pero' jaħasra Onor. Membri ta' l-oppożizzjoni din ma jridux jifhmuha u jridu biss jintilfu fid-diskors, bħalma ntilfu fid-diskors fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Jien ma nistax nemmen li llum il-ġurnata sħabna tan-naħa l-oħra għadhom qed jgħidu li d-deċiżjoni li ħa l-Gvern Laburista fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienet waħda tajba meta dik il-miżura kienet se tifga l- qasam ta' l-agrikoltura, kienet se toħnoq l-industrija u kienet se tpoġġi t- turiżmu f'livell inqas kompetittiv, minbarra li ovvjament kienet se ġġib effett negattiv fuq il-konsumaturi.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri intom tridu tiġġustifikaw dik is-sitwazzjoni wkoll!", "Illum lill-Onor.", "Bartolo, li huwa bniedem illi għandu ċerta pożizzjoni fil-Partit Laburista u huwa viċin ħafna tal-mexxej tal-Partit Laburista, smajtu jgħid illi huwa veru li dawn kienu miżuri iebsa pero' kellhom jittieħdu.", "Kif għandhom l-ardir li jipprovaw jiġġustifikaw il-pożizzjoni li ħa l-gvern preċedenti?", "(Interruzzjonijiet) Ammettu li għamiltu żball!", "Il-kap tagħkom stess ammetta u qal: Isma', ħadna żball għaliex ma messniex żiedna dawn il- kontijiet b'aktar minn 20%.", "Allura kif illum bqajna nisimgħu l-istess diskors?", "Jien ma nistax nifhem kif wara li żbaljajtu, għamiltu foul kbir u aħna rrivedejna dak l-iżball, intom bqajtu tinsistu li m'aħniex inwettqu l- wegħdi tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Il-verita' hi li ma tafux x'qed tgħidu, Onor. Cuschieri!", "(Interruzzjonijiet) Aħna wettaqna dak li wegħidna billi naqqasna t-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma nixtieqx interruzzjonijiet.", "Kulħadd għandu ċ-ċans li jitkellem.", "ONOR JOSEF BONNICI: Dan juri li dak li qed ngħid jien qed iniggeż, Sur President!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli, Onor. Bonnici.", "ONOR JOSEF BONNICI: Sur President, l-Onor.", "Cuschieri qed jgħid li aħna ma wettaqniex dak li wegħidna pero' jien inħalli lill-poplu jiddeċiedi dan.", "Din l-intolleranza lili tissorprendini u jkolli nasal għall-konklużjoni li l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra m'għandhomx ma' xiex jiggranfaw.", "Jien lill- Onor. Membru tan-naħa l-oħra ngħidlu biex joqgħod jisma' bil-kwiet.", "Kif qed jgħid il-Ministru Dalli, jidher li dan in-New Labour m'huwa new xejn imma huwa old hat għax qabel l-istess kien jiġri!", "(Interruzzjonijiet) Isimgħuh, issa qed jgħidilna li aħna sfiduċjati mill-poplu!", "Sur President, jekk hawn xi ħadd li huwa sfiduċjat mill-poplu dan huwa l-Partit Laburista li wara biss 22 xahar, filwaqt li l-kap tagħhom kien qed jgħid li se jirbħu b'maġġoranza ikbar, fil-fatt ħadu tkaxkira waħda u tajba.", "Sur President, għaliex it-triq ta' l-aċċessjoni għal sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea tipprovdi iktar opportunitajiet?", "Per eżempju, wieħed jista' jagħmel diversi argumenti fuq il-valur miżjud għaliex il-kondizzjonijiet tal-valur miżjud fil-qasam tal-manifattura huma ħafna iktar attraenti, tant li għandna kumpanniji li telqu minn Malta minħabba li pajjiżna għadu m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Biżżejjed ngħid illi filwaqt li, per eżempju, il-valur miżjud li jrid jitħallas minn kumpannija tat- televisions li qiegħda f'pajjiż li m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea huwa ta' 65%, il-valur miżjud li jrid jitħallas minn kumpannija li tbiegħ l- istess prodott imma li tkun qiegħda f'pajjiż illi huwa membru ta' l-Unjoni huwa ta' 45%.", "Illum bit-tendenza li hemm illi wieħed iġib il-prodotti tiegħu minn diversi pajjiżi tad-dinja, inqas ma jkollok constraint għoli fuq il-valur miżjud iktar għandek flessibbilta'.", "Aħna għandna eżempju ċar ta' dan li qed ngħid għax, kif għedt diġa', f'pajjiżna kellna kumpannija tat-televisions li kienet tħaddem mijiet ta' nies u kellha titlaq minn hawn u tmur topera fi Spanja, fejn hemm inqas value added bħala imposta min- naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa każ ta' black on white u għalhekk jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra ma jarawhomx dawn l-affarijiet.", "Dawn huma każijiet li jidhru bl-iktar mod ċar għal min irid jarahom pero' hawn min jagħżel li jinjorahom kompletament.", "Lanqas biss jirrikonoxxu l-argument, qisni qed nitkellem mal- ħajt.", "Fuq l-istess argument hemm il-problema ta' l-accumalation tal-value added.", "Hemm ċirkostanzi fejn prodott nofsu magħmul it-Tuneżija, ma nistgħux inkomplu nipproċessawh hawnhekk u nesportawh lejn l-Ewropa.", "Dan mhux permessibbli bis-sitwazzjoni tal-lum.", "Ma nistgħux ngħoddu l-valur miżjud f'pajjiż ieħor mal-valur miżjud hawn Malta biex nesportaw lejn l- Ewropa, mentri pajjiż membru ta' l-Unjoni ma jkollux din id-diffikulta'.", "Dawn huma kollha miżuri li jkomplu jżiedu l-investiment u wieħed irid iħares lejn il-kreazzjoni tal-ġid u l-kreazzjoni tal-ġid hija xi ħaġa komplessa.", "Wieħed irid jara r-raġunijiet kollha għaliex għandu jiġi kkreat il-ġid u sfortunatament dak Ii għaddejna minnu fl-aħħar sentejn ma serviex biex jikkrea l-ġid, anzi serva biex inaqqas il-kreazzjoni tal-ġid.", "Mr Speaker, issa din il-miżura li aħna qed nintroduċu llum permezz ta' dan l-abbozz hija a mere technicality u m'hemmx għalfejn tiġi interpretata bħala xi ħaġa irresponsabbli għaliex m'hijiex.", "Hija technicality li aħna qed ngħidu: Isma', id-dejn lokali you can roll over u allura m'għandekx bżonn is-sistema tas-sinking funds.", "Allura jkun iktar għaqli biex intejbu s-sitwazzjoni finanzjarja u napplikaw dawk is-sinking funds b'mod li nkunu nistgħu nfejqu s-sitwazzjoni tad-deficit li, iva, hija sitwazzjoni li hija waħda ta' ċertu tħassib, għaliex wieħed irid ikun f'pożizzjoni li kemm jista' jkun inaqqas id-deficit li għandna.", "Id-deficit qiegħed f'livelli għoljin u għandna programm fuq diversi snin biex aħna naslu għaċ-ċifri li nixtiequ, ħalli żgur ma jkollniex għalfejn nieħdu azzjoni estrema kif għamel il-gvern preċedenti, li saħansitra spiċċa jintaxxa lil min jieħu l- mediċini b'xejn 50c, biex mingħalih li b'xi mod jiffranka l-flus - jew bħalma għamel, per eżempju, fit-tariffi tal-Gozo Channel li poġġa piż mhux żgħir fuq it-trasport bejn Malta u Għawdex; jew bħalma għamel f'diversi oqsma oħra li beda jżid iċ-charges left, right and centre - għax il- politika tiegħu kienet intaxxa, intaxxa u intaxxa u nesa kif il-ġid jiġi ġġenerat.", "Il-ġid jiġi ġġenerat billi wieħed ikollu politika ekonomika stabli, mingħajr ċaqliq bla bżonn, politika ekonomika maħsuba, politika ekonomika li tagħti inċentiv biex jiġi kkreat il-ġid, imbagħad il-gvern ukoll ikun imissu parti minn dak il-ġid li jkun ġie kkreat.", "Imma l-gvern preċedenti l-iżball li għamel kien li pprova jieħu kemm jiflaħ.", "Tagħtu rasu biex jipprova jieħu kemm jiflah u in the process iġġamja l-iżvilupp ekonomiku.", "Din il-politika żbaljata għadna qed insofru minnha u jekk il- Bambin irid inkunu nistgħu negħlbuha wkoll.", "Imma naturalment id-dannu li sar huwa wieħed li qiegħed hemm, bil-provi, fiċ-ċifri li ġew pubblikati u li jien ikkwotajt u l-proċess biex insewwuh m'hemmx dubju li jieħu ż-żmien.", "Mr Speaker, jien nixtieq nirrispondi għal żewġ punti oħra li ssemmew mill- Onor. Membri tan-naħa l-oħra.", "Xi ħadd qal li ma nistgħux nieħdu fondi mill- Ewropa għaliex m'għandniex statistika aġġornata u allura ma nikkwalifikawx.", "Hawnhekk reġa' hawn it-taħwid.", "L-ewwelnett irrid ngħid illi fl-1996, meta jien kont ministru responsabbli mill-istatistika, kont bdejt eżerċizzju fejn stajna nqabblu ċ-ċifri tagħna tal-GDP ma' ta' ħaddieħor u żviluppajna indiċi, il-purchasing price index.", "Sfortunatament dan ix-xogħol ma tkompliex għal diversi raġunijiet, fosthom il-kwestjoni ta' fondi u raġunijiet oħra.", "Illum se nerġgħu naqbdu t-triq biex nibnu dan l-indiċi.", "L-avis kulma qed jgħid huwa li biex aħna nkunu nistgħu nitqabblu aħjar irid ikollna dan l-indiċi.", "Dan l-indiċi konna bdejna naħdmu fuqu imma sfortunatament il-gvern preċedenti ffriża l-applikazzjoni u ma ħarisx b'ċerta importanza lejn dawn l-iżviluppi.", "Allura rridu nerġgħu ntaffu l- ħsara li saret u għal darb` oħra nippjanaw kif se negħlbu dawn il-problemi.", "Dan l-indiċi jista` jsir u jieħu ż-żmien biex isir għaliex biex toħroġ indiċi bħal dak ma tistax tagħmlu f'xahar jew f'xahrejn imma trid tagħmlu f'perijodu daqsxejn twil biex wieħed ikollu comparability u dan qed naħdmu fuqu.", "L-istess meta wieħed jitkellem fuq affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-pass lejn l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, ħalli nsemmi każ ieħor.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan l-aħħar beda jitkellem fuq l-SGS, li llum saret l-ST Micro Electronics.", "Issa l-Onor.", "Sant qed jgħid illi din tkun mhedda fl-Ewropa.", "Jien dan ma nistax nifhmu għaliex l-istess kumpannija għandha fabbrika ġewwa Catania li tħaddem 2,000 ruħ - fejn hi din it- theddida li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni? - u tieħu Lm50 miljun fi grants mill-Unjoni Ewropea.", "Aħna ma nistgħux neħduhom għalissa dawn il- grants.", "Mhux hekk biss, għax infakkar jien li kien hemm proġett ta' riċerka - kien se jiġi partially financed mill-Unjoni Ewropea taħt il- fourth financial programme - li tar mar-riħ.", "Illum il-kumpannija qed terġa' tistaqsi, bħalma għamlet taħt il-gvern preċedenti - u kemm-il darba kitbet lill-ministru responsabbli - biex dawn il-fondi jerġgħu jiġu riattivati.", "Illum il-kumpannija qed terġa' titlob biex jekk jista' jkun tieħu sehem minn dawn il-fondi, li huma allokati mill-Ewropa għall-membri jew għal dawk li se jissieħbu, biex b'hekk tkun tista' tkompli bil-proġett ta' riċerka li kellha ppjanata.", "U m'aħniex qed nitkellmu fuq lira jew tnejn imma qed nitkellmu fuq mijiet ta' eluf ta' liri.", "Illum qegħdin f'pożizzjoni fejn l-istess kumpannija qed tgħid: Dażgur li jaqbillek tkun fl-Ewropa!", "Dawn huma faċilitajiet sinifikanti għalina u bid-deċiżjoni li kien ħa l-gvern preċedenti li jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea rnexxielu jiffriża u jistaġna kollox.", "Dan huwa eżempju ieħor fejn sfortunatament il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jżerżaq lil din il-fabbrika fin-nofs meta il-messaġġ li jien qed nieħu huwa proprju l- oppost.", "L-ST Micro Electronics huma well aware li l-Ewropa toffri benefiċċji li wieħed qatt m`huwa ser ikollu ċans jieħu bit-triq li kien qabad il-gvern preċedenti.", "Naturalment, din hija xi ħaġa li tiġi njorata min-naħa l-oħra meta ma jarawx kif ukoll jagħmlu biex iħawdu l-affarijiet.", "Ħalli nsemmi każ ieħor, dak ta' l-iżvilupp tal-freeport.", "Kull investiment li nagħmlu fil-freeport aħna qed inġorruh fuq spallejna.", "Issellifna flus minn barra li jammontaw għall-mijiet ta' miljuni ta' dollari, filwaqt li l-pajjiżi l-oħra li huma kompetituri tagħna ma ssellfux minn barra iżda ngħataw somom ta' madwar Lm30 miljun jew Lm40 miljun biex jinvestuhom.", "L-istess jingħad għas-setturi bħal dak ta' l-ilma.", "Minħabba l-investiment li kellu jsir u minħabba l-fatt illi llum aħna m'aħniex membri kellna nisselfu u b`hekk qed inġorru ċertu piż biex nipproduċu l- ilma.", "Kieku aħna konna membri, ħafna minn dak il-piż kien jiġi ffinanzjat mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma issa tgħajjarx lil dan il-gvern għax ma għolliex l-ilma - jew tiġix tgħidilna li kieku qegħdin fl- Ewropa dan ma nistgħux nagħmluh.", "Tassew meta wieħed jargumenta b'dan il- mod ikun qed jaqleb il-loġika ta' taħt fuq.", "Onestament, nistieden lil tan- naħa l-oħra biex jikkonsidraw l-affarijiet b'mod oġġettiv.", "L-Ewropa toffri l-isfidi u jien ngħid illi dawn m'humiex differenti minn dawk tal- free trade area.", "Rigward is-settur ta' l-agrikoltura, nista' ngħid li l- update report ta' l-avis stess jgħid li jridu jinstabu metodi kif il- common agriculture policy tiġi wżata għas-settur agrikolu ta' Malta.", "Taħt il-free trade area dan mhux biss ma kienx il-każ imma kienu qed jgħidulna biex inżarmaw il-protezzjoni u li ma nistgħux nieħdu l-benefiċċji tal-common agriculture policy.", "Issa min-naħa l-oħra qed jgħidulna li din ma tapplikax għalina għaliex aħna żgħar.", "Issa naraw kif pajjiżna jista` jieħu xi ħaġa minn dan.", "Naturalment wieħed irid jinnegozja u jittratta skond iċ-ċirkostanzi tagħna pero' minflok ma sar hekk tan-naħa l-oħra qalu li huma jridu free trade area.", "Meta ħareġ black on white x'inhi l-free trade area kulħadd beda jinduna illi din it-triq ma twassal imkien.", "Mr Speaker, jiena tkellimt fuq dawn il-punti mhux għaliex għandhom x'jaqsmu ma' dan l-abbozz ta' liġi imma għax tqajmu min-naħa l-oħra.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed tekniku u jien ma naħsibx illi wieħed għandu jpoġġi d- diskussjoni bil-mod kif għamlet in-naħa l-oħra.", "Ma naħsibx li wieħed għandu jipprova jgħid li din hija irresponsabbilta', kif qal l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq is-sinking funds.", "Meta inti għandek rolling-over tad-dejn għandek tipprova timmassimizza r- riżors finanzjarju li għandna u mhux tikkrea sistemi li llum il-ġurnata lanqas għadhom jintużaw f'pajjiżi oħra.", "Dak huwa li qed nagħmlu u din mhijiex irresponsabbilita' u lanqas għandha toħloq xi kontroversja.", "Illum il-prattika hija illi s-sinking funds ma tużahomx b'dan il-mod imma tużahom bħallikieku qed tpoġġihom f'account.", "Aħna konna qed niġu f'pożizzjoni fejn il-gvern kien qed jissellef u parti minn dan is-self kien qed ipoġġih il-bank biex meta jagħlaq iż-żmien suppost iħallas id-dejn li jkun issellef.", "Pero' s-sistema aċċettabbli llum il-ġurnata hija li jkollok rolling-over u għalhekk ma jkollokx bżonn toqgħod twarrab il-flus b'dan il- mod.", "Dawk il-flus li twarrab tista' tużahom biex tnaqqas id-defiċit u ttaffi l-problema li għandna llum minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja li żviluppat.", "Mr Speaker, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li s-sistema ekonomika hija waħda komplessa.", "F'dawn l-aħħar sentejn is-sistema ekonomika tagħna ġiet ixxukkjata u naturalment biex tirkupra sewwa tieħu ż- żmien.", "Tan-naħa l-oħra tkellmu rigward il-kummerċ.", "Kif nafu lkoll, matul Jannar u Frar il-kummerċ dejjem ikun daqsxejn baxx u wieħed irid jagħti ċans sabiex s-sistema ekonomika terġa' tibda ddur bir-ritmu li aħna konna mdorrijin bih.", "Huwa veru li f'dawn l-aħħar sentejn batejna ħafna fejn jidħol ir-ritmu ekonomiku imma bil-mod il-mod, nerġgħu nirpiljaw billi niżviluppaw politika ekonomika tajba u sensibbli.", "B`hekk nerġgħu nagħtu l- fiduċja u nerġgħu nżidu r-ritmu ekonomiku għall-ġid ta' kulħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR JOSE' HERRERA: Qabel ma nitkellem fuq l-abbozz ta' liġi nixtieq nirrispondi għal ftit mill-kummenti li għamel il-kollega tiegħi, il- ministru tal-finanzi.", "L-Onor.", "Dalli qalilna li dan huwa abbozz ta' liġi tekniku u qal li ħafna mid-diskors li sar minn din in-naħa ma kienx to the point, imbagħad ħela kważi siegħa jirribatti dak li qalu l-kollegi tiegħi ta' din in-naħa.", "L-Onor.", "Dalli qal ukoll li dan huwa abbozz ta' liġi ta' ftit artikli u ma kienx il-każ li wieħed jifrex id-dibattitu, kif fil-fatt ġara, u li wieħed jiddibatti l-qagħda ekonomika tal-pajjiż.", "Pero' nfakkar lill-kollegi tagħna illi okkażjonalment il-Partit Laburista ikollu bilfors japprofitta ruħu mill-okkażjoni.", "Qed ngħid dan għaliex?", "Meta l-Partit Laburista fil-gvern, ben konxju tal-qagħda ekonomika prekarja u ben konxju tar-responsabbiltajiet li għandu lejn il-poplu in ġenerali, għamel ħiltu kollha biex iressaq dibattitu quddiem dan il- parlament ħalli tiġi diskussa l-qagħda prekarja ta' l-ekonomija tagħna, l- Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kienet opponiet.", "Aħna pprovajna nressqu d-dibattitu fuq il-qagħda ekonomika tal-pajjiż darbtejn pero' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma laqax it-talbiet tagħna.", "Għalhekk nagħmlu sew li meta f'dan il-parlament ikollna dibattitu fuq materja li tkun se tolqot b'mod dirett jew indirett lill-ekonomija tal- pajjiż nitkellmu b'responsabbilta' kbira għax dak ikun l-uniku ċans li jkollna għax b'hekk inkunu qed inqajmu l-problemi eżorbitanti li qed jiffaċċja dan il-pajjiż mil-lat ekonomiku.", "Fil-fatt il-kollegi tiegħi, l- Onor. Evarist Bartolo, l-Onor.", "Joe Cilia u l-Onor.", "Leo Brincat ħadu l- opportunita' li jgħidu l-verita'.", "L-oppożizzjoni ma kellhiex wisq kelliema pero' issa f'daqqa waħda għandha kelliema għaliex meta f'dan il-parlament niddibattu materja li b'xi mod tikkonċerna", "In-naħa tal-gvern ma kellhiex wisq kelliema, pero' issa f'daqqa waħda dawn qegħdin jitkellmu għaliex meta hawnhekk niddibattu materja li b'xi mod tikkonċerna finanzi dawn iħobbu jagħmlu kollox minn wara l-kwinti ta' dan il-parlament.", "U se ngħid għaliex qed ngħid hekk.", "Kull darba li niġu hawnhekk biex nitkellmu dwar affarijiet li jiftħu dibattitu fuq il-qagħda finanzjarja u ekonomika tal-pajjiż bħal, per eżempju, l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju, il-membri tal-gvern jitilqu jiġru qishom żwiemel tat-trott.", "Għalhekk aħna l-membri tal-Partit Laburista fl-oppożizzjoni għandna l-obbligu morali li niggranfaw ma' qualsiasi opportunita' li jkollna sabiex niddibattu l-qagħda finanzjarja u prekarja ta' dan il-pajjiż.", "Illum ma tantx għad fadal ħin biex nitkellem u allura se nagħmel biss l-introduzzjoni, pero' meta darba oħra nerġgħu niltaqgħu nieħu l-opportunita' - kif fil-fatt għamlu sħabi kollha - li mingħajr ma noħroġ barra mis-suġġett, nitkellem dwar il-qagħda ekonomika u finanzjarja ta' pajjiżna.", "Il-membri tal-gvern donnhom qabżu u bdew jitkellmu f'daqqa waħda għaliex semmejna l-kwestjoni ta' l-Ewropa, donnu din hija l-unika ħaġa li tinteressa lill-ministri tan-naħa.", "Dawn jaħsbu li ċ-ċirkostanzi kollha tal- pajjiż jevolvu madwar l-Ewropa u qisu s-setturi kollha fil-pajjiż jinsabu weqfin jaraw x'se jiġri minn din l-imbierka applikazzjoni ta' Malta - f'hekk biss huma interessati dawn u saħansitra huma lesti li jbiddlu kollox radikalment, lesti jikkompromettu ruħhom fuq kollox u lesti jċedu fuq kollox purche' din il-ħolma tagħhom issir realta'.", "Kif issemmi l-Ewropa jibdew jaqbżu l-kelliema kollha tan-naħa l-oħra, anke l-heavyweights.", "Malli l-kollegi tiegħi l-Onor.", "Bartolo u l-Onor.", "Brincat semmew l-impatt ekonomiku li jista' jkollu dan l-avis update, minħabba ċerti riformi li jrid bilfors jagħmel pajjiżna, ġew hawnhekk il-heavyweights kollha u bdew jipprovaw iċekknu l-problemi manifesti li hemm biex ma jmurx ikun hemm xi ambaxxatur li jaqra xi ħaġa jew inkella tidher xi ħaġa għada fuq il- gazzetti u forsi nħallu xi togħma ħażina.", "Din hi l-biża' tagħhom, għalhekk tkellmu (Interruzzjonijiet) Iridu bilfors jikkontrattaw l-argumenti tagħna fuq il-kwestjoni ta' l-Ewropa.", "L-iktar ħaġa li ħarqet lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici - kelliem abbli ħafna, u being an economist iħobb ikun tekniku ħafna biex jimpressjona ...", "L-Onor.", "Dalli jħobb jitkellem down to earth pero' l-Onor.", "Bonnici jħobb ikun tekniku ħafna meta jiġi biex jispjega ċerti affarijiet, u peress li l-maġġoranza tan-nies m'humiex ekonomisti u ma jifhmux fit-teknikalita' tal-liġi, allura x'aktarx li jimpressjonaw ruħhom bil-figuri u bil-kliem tekniku li jħobbu jsemmu l- ħbieb tiegħi tan-naħa l-oħra, speċjalment dawk li huma ekonomisti.", "(Interruzzjonijiet) Mhux inti l-iktar, m'iniex qed immaqdar lilek.", "Inti tekniku daqs sieħbek, jekk mhux iktar, pero' hu jħobb ikun tekniku ż- żejjed.", "(Interruzzjonijiet) U din hija t-tattika tan-naħa tal-gvern.", "Minflok ma pprovaw jispjegaw ir-riperkussjonijiet ta' l-avis update b'mod sempliċi u li jifhmu kulħadd, ibbumbardjaw lin-nies bi statistika kkumplikata, b'riassunti tekniċi u b'rapporti voluminużi li ma jispiċċaw qatt.", "L-Onor.", "Bonnici l-aktar li għamel plejtu kien fuq kumment li għamel sieħbi l-Onor.", "Bartolo fuq il-kwestjoni tar-rati tad-dawl u l-ilma, u pprova jiġġustifika ċerti affarijiet billi qagħad jilgħab bit-teknika.", "L- Onor. Bartolo bl-iktar mod sempliċi qal - kif qalu kelliema oħra ta' l- oppożizzjoni - li skond l-avis update, biex issir membru ma jistax ikollok kumpanniji parastatali li l-eżistenza tagħhom tkun tiddependi fuq sussidji governattivi.", "Meta aħna - niftakarni li kont ħadt sehem f'dibattitu dwar dan fuq stazzjon tar-radju - konna spjegajna u għidna li l-iskop tal- kumpanniji parastatali kien wieħed kummerċjali, tan-naħa l-oħra kienu jgħidulna li hemm ukoll is-social aspect, u li l-gvern m'huwiex qiegħed hemmhekk biex jagħmel il-flus imma qiegħed hemm biex jibbilanċja.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Dalli sabiex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Marzu 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Grazzi, Mr Speaker.", "Il-ġimgħa l-oħra ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Dolores Cristina titkellem dwar in-nisa li hemm fil- faċilita' korrettiva ta' Kordin, fejn semmiet il-bżonnijiet tagħhom, xi jħossu u anke l-mod kif jistgħu jiġu mgħejjuna.", "Illum jien ukoll nixtieq nitkellem u nsemmi grupp ieħor ta' nisa li għalkemm m'humiex priġunieri f'xi istituzzjoni bħal dik ta' Kordin, huma priġunieri tas-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha meta ż-żwieġ tagħhom għal xi raġuni jew oħra jfalli.", "Ħafna drabi dawn huma nisa mingħajr vuċi u qed nagħmel enfasi fuq in-nisa għaliex huma normalment in-nisa li jbatu l-konsegwenzi ta' meta żwieġ ifalli.", "M'iniex qed ngħid li l-irġiel ma jbatux ukoll imma speċjalment f'dak li jidħol manteniment huma n-nisa li jbatu, anke minħabba li ħafna drabi dawn in-nisa ma jkunux jistgħu jaħdmu għaliex ikun għad għandhom it- tfal żgħar.", "Qabel xejn nixtieq ngħid li nemmen bi sħiħ li qabel ma tittieħed id- deċiżjoni minn koppja sabiex tibda l-proċeduri ta' separazzjoni, għandu jkun hemm impenn miż-żewġ naħat biex kemm jista' jkun ma jaslux għal dak il- punt.", "Dan l-impenn ma jistax jiġi min-naħa tal-mara biss jew min-naħa tar- raġel biss imma jrid ikun impenn totali min-naħa tat-tnejn.", "Aħna nafu li f'ċerti każi jkunu waslu f'ċertu punt li ma jkunx għad fadal triq oħra ħlief li jibdew dawn il-proċeduri fil-qorti.", "U qabel ma nidħol fuq l- argument tal-manteniment xtaqt li nagħmel daqsxejn ta' parentesi.", "Ħafna drabi nisimgħu jissemmew ċifri ta' kemm hemm każijiet ta' separazzjoni l-qorti pero' jien nemmen li wasal iż-żmien li nagħmlu analisi sew ta' dawn in-numri u naraw eżattament kemm hemm minn dawn il-każijiet li huma rrapportati darbtejn, kemm minnhom huma fitizzji, u kemm minnhom inbdew u ma tkomplewx u anke naraw x'inhi r-raġuni għaliex dawn ma tkomplewx.", "Jista' jkun li dawn ma tkomplewx għaliex intlaħaq ftehim bonarju, jew għaliex ikun hemm rikonċiljazzjoni, jew għaliex il-partijiet ikunu qatgħu qalbhom.", "U huwa hawnhekk fejn teżisti l-ikbar problema.", "Imma ħalli nerġa' lura għall-argument tal-manteniment li xtaqt niddiskuti.", "Mr Speaker, ħafna nisa jsibu ruħhom f'diffikultajiet kbar sakemm jiġi stabilit l-ammont li għandu jingħata bħala manteniment u anke sabiex jiġbru l-istess manteniment.", "U forsi hawnhekk fejn tidħol l-akbar uġigħ ta' ras.", "Imbagħad is-sitwazzjoni tkompli taggrava ruħha meta l-mara jkollha ulied żgħar u jkollha tieħu ħsiebhom u tmantnihom waħedha.", "Ħafna drabi dawn in- nisa ma jkunux jaħdmu għaliex meta jkunu żżewġu jkunu għażlu li ma jibqgħux jadħmu u allura ma jkollhomx tifdil fuq isimhom jew dħul ieħor min-naħa tagħhom.", "Minħabba f'hekk sakemm ikunu għadhom il-qorti, ikollhom biss l- assistenza soċjali.", "Diversi drabi tisma' b'każijiet fejn biex jiġi akkordat dan il- manteniment ikollhom idumu telgħin u neżlin il-qorti għal xhur jekk mhux ukoll snin sħaħ.", "Naturalment dan ifisser aktar tbatija għall-mara, għaliex apparti mill-ispejjeż ta' kuljum biex tmanti lil uliedha, ikollha wkoll l-ispejjeż ta' l-avukati u forsi anke l-miżati ta' l-iskejjel tat- tfal jekk dawn ikunu jmorru ġo skola privata.", "Imbagħad ikun hemm każi fejn minkejja li l-qorti tordna li jingħata l-manteniment, dan jibqa' ma jingħatax u allura jkun hemm bżonn ta' aktar rikorsi, li jiġbu magħhom aktar spejjeż.", "Jien nitkellem ma' nisa li jinsabu f'din is-sitwazzjoni kif ukoll ma' social workers li jieħdu ħsieb nies li jkunu qegħdin f'sitwazzjonijiet bħal dawn, u kollha jgħidulek kemm hu diffiċli biex ir- raġel iħallas il-manteniment, speċjalment meta dan ikun self-employed.", "Nafu b'każi fejn il-mara tagħmel rikors wara ieħor għaliex ma jkunx qed jingħatalha l-manteniment, ir-raġel jidher quddiem il-maġistrat, pero' għalkemm jiġi mwissi li jekk jibqa' ma jagħtix il-manteniment se jiġi mitfugħ il-ħabs, dan ħafna drabi ma jiġrix u allura donna qegħdin nagħtu l- messaġġ li dak li jkun jista' jibqa' jagħmel hekk.", "Jiena minn hawnhekk inħeġġeġ sabiex il-mekkaniżmu li tista' tuża l-qorti sabiex dan il- manteniment jitħallas, jintuża to the full.", "Ikun hemm ukoll każijiet fejn ir-raġel jitlaq l-impjieg li jkollu ħalli jkun jidher li mhux qed jaħdem - ħaġa li l-qorti ftit li xejn tista' tagħmel dwarha - u jkun jista' jgħid li m'għandux minn fejn iħallas il- manteniment.", "Tajjeb li niftakru li l-manteniment mhux xi rigal jew pjaċir lill-mara u lill-ulied; il-missier għandu responsabilita' b'mod partikolari fil-konfront ta' l-ulied li huma tiegħu daqskemm huma ta' l-omm.", "Id-dmir tal-manteniment ta' l-ulied huwa tar-raġel daqskemm huwa tal-mara iżda ħafna drabi qed tkun il-mara li ġġorr dan il-piż.", "U hawnhekk kont preċiża meta wżajt il-kliem \"ħafna drabi\" għaliex ma rridx ngħid li kulħadd jagħmel hekk, ikun hemm każijiet fejn l-affariijet jimxu kif suppost u b'mod ġust.", "Mr Speaker, ħafna drabi sfortunatament jiġri li dawn in-nisa li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet bħal dawn jgħejjew u f'ċerti każi jaslu wkoll biex jagħmlu ftehim bonarju fejn iktar iva milli le jispiċċaw jaċċettaw kondizzjonijiet li ma jkunux jaqblu lilhom, sempliċement biex jeħilsu għaliex ma jkunux jifilħu għal aktar.", "Imbagħad ikun hemm oħrajn li ma jaslux għal ftehim bonarju u lanqas ma jkomplu l-proċeduri bil-qorti.", "Dawn jipprovaw ifendu għal rashom u f'ħafna każi ma jkunux jistgħu jieħdu l- assistenza soċjali u lanqas ikunu jistgħu jibbenefikaw minn skemi, bħal per eżempju, dik tal-housing authority, għaliex la jkollhom proċeduri għaddejjin il-qorti, la jkollhom ftehim bonarju u lanqas ikollhom separazzjoni.", "Mr Speaker, il-problemi mbagħad ikomplu jikbru meta dawn in-nisa jkollhom ukoll jitilqu mid-dar matrimonjali minħabba li jkunu qegħdin isofru vjolenza fiżika jew psikoloġika.", "Hawn min lil dawn in-nies isejħilhom vittmi pero' jien inħobb insejħilhom survivors għaliex il-mod kif jirnexxilhom irawmu fihom infushom ċerti coping skills huwa inkredibbli.", "Ħafna drabi dawn in-nisa jaslu biex jitolbu l-għajnuna, mhux wara l-ewwel xebgħa li jaqilgħu imma wara li jkunu ilhom is-snin isofru fil-kwiet, jipprovaw jaraw kif se jsolvu s-sitwazzjoni tagħhom.", "U hawnhekk tajjeb li wieħed jistaqsi jekk huwiex ġust li min qed isawwat jibqa' jgawdi d-dar u min ikun qiegħed jissawwat ikollu jitlaq u jara kif se jfendi għal rasu.", "Nixtieq li hawnhekk insemmi każ ta' mara li kellha titlaq mid-dar minħabba l-vjolenza, fiż-żmien meta din kienet tqila.", "Sadanittant il-qorti ħarġet il-manteniment ta' l-ewwel wild, pero' sal-lum għadu ma ġiex stabilit il-manteniment għat-tarbija, li llum diġa' għandha sena u nofs.", "Jiġifieri wieħed jista' jimmaġina f'liema sitwazzjoni tinsab din il-mara, li la tista' toħroġ taħdem hi minħabba li għad għandha tarbija żgħira u lanqas jingħatalha l-manteniment biex tkun tista' tgħajjixha, anzi għandha aktar spejjeż għaliex għadha l-qorti tiġġieled għalih.", "U sadanittant ir- raġel għandu d-drittijiet tiegħu ta' missier, jiġifieri għandu aċċess għat- tfal, inkluż għat-tarbija li għaliha għadu mhux qed iħallas il-manteniment.", "Mr Speaker, anke meta joħroġ id-digriet tal-manteniment innifsu, il-qorti għandha toqgħod ferm attenta biex tara li dan ma jkunx diskriminatorju, u se nispjega għaliex qed ngħid hekk.", "Jien qrajt digrieti ta' manteniment li jingħata bħala lump sum u ma jagħtix ċans ta' aġġustament awtomatiku f'każ li jkun hemm żidiet għall-għoli tal-ħajja jew żidiet oħra.", "Dan ifisser li l-mara jkollha ta' kull darba tagħmel rikors u tidħol fi spejjeż żejda sabiex isir dan l-aġġustament.", "Jien personalment naf b'każ ta' koppja anzjana li huma separati - allura l-pensjoni tinħareġ b'mod separat skond id-digriet tal-qorti - li minħabba l-fatt li l-qorti tat lil din il- mara lump sum bħala manteniment, meta jkun hemm żieda fil-pensjoni, din il- mara jkollha tagħmel rikors il-qorti biex tkun tista' tibbenefika minnha.", "Naturalment id-digriet jista' joħroġ mod ieħor - u rajt digrieti oħra li ħarġu mod ieħor - fejn tingħata lump sum, imma mbagħad ikun hemm provvediment biex meta jkun hemm żidiet għall-għoli tal-ħajja, il-parti l- oħra tieħu persentaġġ tagħha.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi huwa l-mod kif jinħareġ il-manteniment.", "Ħafna nisa li jkunu qegħdin jgħixu bil-manteniment u jkollhom tfal għadhom żgħar, ħafna drabi jkunu qegħdin jgħixu wkoll fuq l-assistenza soċjali.", "Issa jekk id-digriet joħroġ somma waħda bħala manteniment mingħajr ma jiġi speċifikat jekk dak l-ammont huwiex tal-mara waħedha, jew tal-mara u ta' l-ulied, jew inkella ta' l-ulied waħedhom, allura dik is-somma tinqata' mill-assistenza soċjali.", "Ħalli nagħti eżempju ta' dan li qed ngħid.", "Mara b'wild wieħed għandha assistenza soċjali ta' Lm30.63 fil-ġimgħa.", "Issa jekk din għandha manteniment ta' Lm20 mingħajr ma jkun speċifikat jekk dan huwiex għaliha jew għal uliedha jew jekk huwiex maqsum bejn it-tnejn, allura dan jinqata' kollu kemm hu mit-Lm30.63 li semmejt u l-familja tispiċċa bi dħul li bih ma tkunx tista' tlaħħaq ma' l-ispejjeż ta' kuljum.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nappella lil kulmin b'xi mod jaħbat ma' dawn in-nies - il-qorti, l-avukati, is-social workers, il-pulizija, l-awtorita' tad-djar, u l-qasam soċjali - sabiex jittrattaw lil dawn in-nisa b'mod mill-aktar uman u bl-inqas inkonvenjent ta' spejjeż.", "Dawn in-nies ikunu għaddejjin minn trawma kbira u ma nistgħux nibqgħu nittrattawhom biss bħala numru għal skop ta' statistika għaliex jekk nagħmlu hekk nitilfu kull sens ta' proporzon.", "Għandna nittrattawhom bħala individwi bi problemi, u s-soċjeta' għandha tgħinhom f'dan iż-żmien mill-aktar iebes u mhux tfixkilhom.", "Dalwaqt reġa' wasal Jum il-Mara u huwa tajjeb li filwaqt li nitkellmu dwar l-achievements u l-qabżiet kbar li għamlu n-nisa tul dawn l-aħħar snin, dwar nisa li rnexxielhom jilħqu l- ogħla postijiet fid-decision-making u fil-business - affarijiet li kollha huma pożittivi u huwa proprju l-empowerment li jieħdu n-nisa li jista' jgħinhom biex anke ma jsibux ruħhom f'diffikultajiet bħalma semmejt illum - insellmu wkoll lil dawk in-nisa li forsi nhar it-Tnejn, 8 ta' Marzu se jkunu qegħdin il-qorti jiġġieldu għall-manteniment tagħhom u ta' wliedhom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, bħal bieraħ ħames snin dan il- Parlament approva l-Att Nru. VII ta' l-1994 dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, u huwa tajjeb li wieħed jara x'sar ta' benefiċċju minn dik il-liġi sal-lum.", "Naturalment din il-liġi kellha diversi għanijiet, fosthom li tinħatar kummissjoni sabiex tħares kemm jista' jkun il-ħidma ta' dak li għandu jsir sabiex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol.", "Din il-liġi tagħti wkoll il-fakulta' lill-ministru għall-politika soċjali sabiex jaħtar spettorat li l-funzjoni tiegħu hija li jara li jkun hemm dak kollu meħtieġ biex jiġu protetti l-ħaddiema mill-perikli li jista' jkun hemm fuq il-postijiet tax-xogħol u li jieħu dawk l-azzjonijiet li jidhirlu xierqa biex ma tkomplix issir ħsara lill-ħaddiema fuq il-post tax- xogħol tagħhom.", "Mr Speaker, din kienet waħda mil-liġijiet li kien introduċa f'pajjiżna l- Gvern Nazzjonalista sabiex tieħu post il-Factories' Ordinance li kienet saret fi żmien gvern kolonjali.", "Din l-ordinanza kienet ġiet emendata diversi drabi u fl-aħħar kien Dr. Ugo Mifsud Bonnici, illum President ta' Malta, li ntroduċa din il-liġi speċifika sabiex tħares l-interessi tal- ħaddiema u anke ta' min iħaddem, għaliex minbarra li l-liġi tgħid li min iħaddem għandu jipproteġi lill-ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, twissi wkoll lill-employer sabiex jieħu ħsieb tiegħu nnifsu.", "Jiġifieri din il-liġi ssemmi l-obbligu tal-ħaddiema, ta' min iħaddem u anke tal-ministru responsabbli li jagħmel ir-regolamenti wara konsultazzjonijiet ma' l-istess kummissjoni maħtura b'din il-liġi.", "Tajjeb li wieħed jgħid li matul dawn il-ħames snin ħarġu diversi legal notices li jitkellmu dwar il-kundizzjonijiet ta' mpjiegi, b'mod speċjali, taż-żgħażagħ fejn hemm stipulat il-ħinijiet li fihom għandhom jaħdmu dawk li jkunu għadhom ma għalqux it-18-il sena, u anke dawk l-affarijiet li m'għandhomx jiġu esposti għalihom fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Mr Speaker, matul dawn il-ħames snin ħarġu wkoll regolamenti li jitkellmu dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol għan-nisa tqal, fosthom li meta mara toħroġ tqila għandha hi stess tavża b'dan lill-employer tagħha b'ċertifikat mediku, u l-employer għandu jipproteġiha minn dawk il-perikli li jista' jkun hemm fuq il-post tax-xogħol.", "Ħarġu wkoll regolamenti dwar l-għajnuna medika, u ħareġ ukoll il-code of practice dwar l-industrija tal-bini.", "Għalkemm dan għadu code of practice, jiġifieri m'humiex regolamenti, ilhom li ħarġu kważi sena u għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li dawn isiru regolamenti.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li għalkemm fil-fabbriki jsiru inċidenti, l-aktar li jsiru inċidenti huwa fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Per eżempju, jien għadni nara nies jaħdmu fuq planki ta' l-injam u b'ċertu apparat m'huwiex up to standard.", "Aħna nafu li dalwaqt ġejjin f'Malta proġetti kbar ta' bini, u nispera li magħhom ikollhom marbuta l-ħarsien tar-regolamenti dwar perikli fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Qegħdin nibnu sulari għoljin ħafna u qegħdin nużaw ħafna makkinarju li qabel ma konniex nużawh bħal, per eżempju, cranes u gafef kbar, inġenji moderni li jaħdmu b'tekonoloġija moderna, pero' ma nafx kemm nafu xi protezzjoni għadha tittieħed fl-użu ta' dawn l-inġenji.", "Għalhekk jien ngħid li wasal iż-żmien li dan il-code of practice ta' l- industrija tal-bini joħroġ f'forma ta' regolamenti.", "Jekk hemm bżonn, bħalma jsiru laqgħat ta' taħriġ għal diversi affarijiet, isiru wkoll laqgħat biex il-ħaddiema f'din l-industrija tal-bini jiġu protetti.", "L-avis update ta' l-Unjoni Ewropea li ġie ppreżentat il-ġimgħa l-oħra, ukoll isemmi l-avvanz kbir li għamlet Malta fl-Occupational Health and Safety Promotion Act ta' l-1994, u jgħid dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"The new regulations aim to bring health and safety practice in Malta more into line with relevant EU provisions.\".", "Għalkemm hawnhekk qed jiġi mfaħħar l-avvanz li għamilna f'din il-materja, jekk wieħed iħares lejn il-kondizzjonijiet ta' l-impjiegi u l-ħarsien tas- saħħa u s-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol li toħroġ l-Unjoni Ewropea, jara li għadna lura ħafna u rridu naħdmu ħafna aktar għaliex l-istess Unjoni Ewropea għandha regolamenti riġidi ħafna fejn jidħlu l-health and safety tal-ħaddiema f'din l-industrija.", "Mr Speaker, jien nikkonsidra l-impjiegi f'Malta bħala maqsumin f'erba'; hemm il-ħaddiema tal-gvern, il-ħaddiema tal-korporazzjonijiet, il-ħaddiema tal-privat, u l-ħaddiema self-employed li jkollhom family business.", "Fil- każ ta' dawn ta' l-aħħar, ma tantx nara li tittieħed attenzjoni speċjali għall-ħarsien u s-sigurta' kemm tagħhom infushom bħala self-employed kif ukoll tal-membri tal-familja li jkunu qegħdin iħaddmu.", "Jien nagħmel enfasi speċjali fuq il-fatt li dawn in-nies għandhom ikollhom it-tagħrif meħtieġ, jekk hemm bżonn anke jintbagħtilhom id-dar materjal promozzjonali sabiex ikunu jafu d-dmirijiet tagħhom.", "Mr Speaker, settur ieħor ta' ħaddiema li naħseb li hemm bżonn li jieħu aktar prekawzjoni waqt ix-xogħol tagħhom huma dawk li jaħdmu fit-toroq.", "Għalkemm dawn jagħmlu sinjali għat-traffiku minn ċertu bogħod, ma jilbsux ċerti lbies, bħalma jilbsu l-ħaddiema ta' l-Enemalta, it-Telemalta u anke tal-Melita Cable Television, liema lbies ikun apposta biex speċjalment bil- lejl ikunu jidhru.", "Jien minn hawnhekk nappella lid-diretturi responsabbli mill-ħaddiema tat-toroq sabiex dawn jinsistu li jintlibes dan l-ilbies protettiv.", "Artiklu 2 ta' din il-liġi jgħid li l-gvern ukoll għandu jħares lill-ħaddiema tiegħu mill-perikli li jista' jkun hemm fuq il-post tax- xogħol tagħhom.", "Mr Speaker, l-aħħar ħaġa li xtaqt insemmi tirrigwarda l-abbuż sesswali li qed nisimgħu ħafna bih fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Dan it-tip ta' abbuż m'huwiex kopert bil-liġi, u jien nispera li ma jdumux ma joħorġu regolamenti dwar dan.", "Jien ħallejt dan is-suġġett għall-aħħar sabiex jibqa' f'moħħ dak li jkun ħalli forsi fl-aħħar ikun hawn ukoll xi forma ta' protezzjoni għan-nisa u t-tfal minn dan l-abbuż li qed isir fuq il- postijiet tax-xogħol.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa, 3 ta' Marzu 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Dalli.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAL TARXIEN - DAWL", "3257.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Palma ħdejn dar Nru. 32 f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ĦAL TARXIEN - DAWL", "3258.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-MInistru jara li tiwaħħal lampa fi Triq Leonardo Abela f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ĦAL TARXIEN - DAWL", "3259.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq ġdida fi Triq Xintill f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ĦAL TARXIEN - DAWL", "3260.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa wara t-Tempji Neolitiċi u l- Kappella ta' l-Erwieħ f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ĦAL TARXIEN - DAWL", "3261.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Dun Gwann Barbara ma' Triq N. Caruana Dingli f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "FAX MACHINES", "3584.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir- responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l- Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "FAX MACHINES", "3585.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - FAX MACHINES", "3586.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid- dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - COMPUTERS", "3587.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid- dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna xogħol li l-ministeru ma huwiex f'pożizzjoni li jagħmel għax għandu affarijiet ħafna aktar importanti x'jagħmel.", "Jekk l-Onor.Interpellant għandu xi raġuni speċifika għaliex irid ikun informat rigward xi kompjuters partikolari, jagħtini d-dettalji biex imbagħad tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - COMPUTERS", "3588.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha computers fil-ministeru kif ukoll fid- dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tagħha, dipartiment b'dipartiment?", "Tista' l-Ministru tgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 201 computers.", "13 minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, 32 fid- Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, 134 fid-Dipartiment tal-Customer Services u 22 fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.", "L-informazzjoni dwarhom hija kif tidher fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - COMPUTERS", "3589.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Computers li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn: Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi:", "Ditta Meta nxtraw Kemm swew Hyndai Ġunju 1998 Lm467 Mitac Jannar 1998 Lm420 Mitac Jannar 1998 Lm420 Horizon Ġunju 1998 Lm467 GEM Qabel Jannar 1996 Lion Ottubru 1998 Lm543 Matrix Qabel Jannar 1996 Capital Qabel Jannar 1996 GEM Ġunju 1992 Lm800 Fujitsu Settembru 1998 Lm564 Horizon Ottubru 1998 Lm450 GEM Ġunju 1992 Lm800 Capital Qabel Jannar 1996 Fujitsu Frar 1998 Lm400 Mitac Qabel Jannar 1996 Horizon Lulju 1998 Lm497 CAF Qabel Jannar 1996 Fujitsu Frar 1998 Lm420 Matrix Ottubru 1998 Lm430 Horizon Novembru 1997 Lm435 Capital Qabel Jannar 1996 Horizon Novembru 1997 Lm435 Lion Novembru 1998 Lm430 Horizon Diċembru 1994 Lm682 Matrix Diċembru 1998 Lm420 Horizon Marzu 1995 Lm750 CAF Ġunju 1992 Lm800 Hyndai Qabel Jannar 1996 Dual Group Awwissu 1996 Lm850", "Dipartiment ta' l-Agrikoltura: Ditti Horizon Mitac 486DX DFI 386 Horizon 386 IBM 286 Sendom 500 CAF E.C. Mitac Star LC 4521 Star XB 250 DFI Redstone Lucid A600 Capital Citizen Cedar (Notebook) Speedcam Fujitsu Spectrum Lion Pentium Wintech 1433 Escom Lion Zenith 100 Laptop 486 Gem Capital 486 Matrix Pentium Fujitsu Pentium Lion 486 Olivetti Pentium Escom Pentium EX486", "In-numru ta' computers li għandu dan id-dipartiment huwa 97.", "Dawn il- computers inxtraw bejn is-snin 1992-1998.", "L-ispiza ta' 34 computers kienet ta' madwar Lm14,945.35.", "(Dawn il-prezzijiet ivarjaw bejn Lm300 u Lm900 kull computer).", "63 computers l-oħra inxtraw permezz tal-MITTS (jew MSU).", "Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura: Ditti 4 Capital 2 Mitac 86DX 1 Fujitsu 3 Horizon 1 Confident 1 NEC (laptop) 1 Bios 1 Reed Professional 1 Fujitsu (laptop)", "F'dan id-dipartiment hemm 15-il computer li nxtraw bejn l-1996 u l-1998.", "L- ispiża ta' 13 minn dawn il-computers kienet ta' Lm5,630 inkluż il-ħlas lill MITTS.", "Il-Computer Bios ġie mogħti bħala donation mill-Malta Mariculture Ltd., il-computer tad-ditta Reed Professional tħallas mill-COPMED.", "Dipartiment tas-Servizzi Veterijarji:", "Ditta Meta nxtraw Kemm swew Horizon 1997 Lm660 Matrix 1995 Pentium Vision 1995 Lm500 Semio Compro 1997 Lm506 Tatung 1995 Vision 486 1998 Lm990 Mitac Pentium 1998 Lm614 Laptop Star 1995 Laptop Fujitsu 1998 Lm1156 Semio 1997 Lm506 Mitac 1997 Lm990 Capital 1995 Lm550 Matrix 1995 Horizon Genius 1997 Lm660 Tatung 1997 Tatung 1997 Tatung 1995 Lm600 Fujitsu 1995 Lm600 Capital 1996 Lm550 Daewoo 1997 Lm970 Bio Vision 1995 Mitac 1996 Gem 1996 Vegas 1992", "Il-ħlas tal-computers l-oħra saru permezz tal-MITTS jew inxtraw ma' oġġetti oħra.", "Segretarjat Permanenti: Ditta Meta nxtraw Kemm swew Horizon Pentium 1998 permezz MITTS *Bla ditta *Horizon *Mitac *Capital *CAF *KT Technology", "*Dawn il-computers huma antiki u records ta' meta nxtraw u kemm swew ma għandix.", "Segretarjat:", "Computers ġodda li nxtraw mis-Segretarjat huma ħamsa (5): Ditta Ammont Meta nxtraw Kemm swew Horizon 4 Diċembru 1998 Lm437 Fujitsu(laptop) 1 Diċembru 1998 Lm1590", "MĠARR - SITI STORIĊI", "4345.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' l- Imġarr, Malta, ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4343 f'Seduta 69.", "SENGLEA - SITI STORIĊI", "4346.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fil-Belt ta' Senglea, ta' natura storika, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l- imsemmija dipartimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: NirrIferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4343 f'Seduta 69.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET", "4347.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-proposta li l-Lands Department ma jibqax aktar ġewwa l-Auberge de Baviere, Valletta hijiex qed tiġi studjata u jekk iva, xi progress sar fuq dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Auberge de Baviere ma jiġborx fih il-Land Department biss, iżda hemm ukoll id-Dipartiment ta' l-Estate Management u l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tat-Taqsima ta' l-Artijiet u Kostruzzjoni.", "Ma naf bl-ebda proposta biex il-Land Department ma jibqax aktar jopera mill- Auberge de Baviere, Valletta.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET", "4348.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista tad-dibattitu parlamentari li sar is-sena l-oħra waqt l- approvazzjoni tal-mozzjoni tal-Lands Department, jista' l-Ministru jikkonsidra li jwaqqaf kumitat ad hoc sabiex dan jistudja u jipprepara mozzjoni aħjar u aktar progressiva għas-snin li ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi kkonsidrat.", "TURIŻMU - GWIDI LIĊENZJATI", "4349.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm gwidi liċenzjati matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?", "Kemm huma rġiel u kemm nisa?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li l-għadd ta' gwidi liċenzjati bejn is-snin 1994 u 1998 kien:", "Irgiel Nisa Total", "1994 146 302 448", "1995 158 334 492", "1996 153 338 491", "1997 159 357 516", "1998 157 368 525", "TURIŻMU - GWIDI LIĊENZJATI", "4350.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm gwidi liċenzjati fil-lingwa Ġappuniża, Ċiniża, Russa u Fjamminga tul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?", "Kemm hemm irġiel u kemm nisa?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li l-għadd ta' gwidi liċenzjati fil-lingwa Ġappuniża, Ċiniża, Russa u Fjamminga fis-snin 1994 sa l-1998, maqsumin bejn irġiel u nisa, kien kif jidher hawn taħt:", "SENA LINGWA IRGIEL NISA", "1994 Russu 5 3", "1995 Russu 5 5 Fjamminga 1 -", "1996 Ġappuniż - 1 Russu 4 5 Fjamminga 1 -", "1997 Ġappuniż - 2 Russu 5 11 Fjamminga 2 -", "1998 Ġappuniż - 2 Russu 5 11 Fjamminga 2 -", "SPTAR MONTE CARMELI - MANUTENZJONI", "4395.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kif inhu organizzat ix-xogħol tal-manutenzjoni fl-Isptar Monte Carmeli?", "Kemm hemm ħaddiema?", "Kemm hemm min jissorvelja u jorganizza x-xogħol?", "X'inhu l-budget għal dan ix-xogħol?", "X'inhuma r- riżultati miksuba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-Isptar Monte Carmeli huwa mqassam f'ħames sezzjonijiet.", "1.", "Is-sezzjoni tal-Mastrudaxxi fejn hemm Supervisor u Technical Officer;", "2.", "Is-sezzjoni taż-Żebbiegħa b'Supervisor u Technical Officer.", "3.", "Is-sezzjoni tal-Mechanical/Electrical/Upholsterer b'Supervisor.", "4.", "Il-Boiler House b'Technical Officer.", "5.", "Is-sezzjoni tal-Blacksmiths b'Supervisor.", "In-numru ta' ħaddiema li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet huwa 43 minbarra s-Supervisors, it-Technical Officers u s-Senior Technical Officers.", "B'dan il-mod il-livell tax-xogħol jinżamm tajjeb kemm jista' jkun.", "Il- budget tas-Sezzjoni tal-Manutenzjoni jifforma parti mill-budget ta' l- Isptar Monte Carmeli.", "SPTAR MONTE CARMELI - IMPJEGATI", "4396.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jispjega kif fl-Isptar Monte Carmeli t-transport supervisor jidħol jagħmel xogħol overtime ta' telephone operator u l-assistant technical officer jidħol jagħmel xogħol overtime ta' transport supervisor?", "Fuq liema bażi jitqassam dan l-overtime?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minħabba li kien hawn operators bis-sick leave fl- istess żmien, saru arranġamenti proviżorji biex is-servizz jibqa' miexi.", "Ta' min jgħid ukoll li preżentament qed jiġu kkonsidrati miżuri addattati biex is-servizz jibqa' jitmexxa mingħajr il-bżonn ta' overtime.", "Fl-ambitu ta' dawn il-ħtiġijiet inqalgħet okkażjoni waħda fejn din il-persuna għamlet xogħol ta' overtime ta' Transport Supervisor.", "SPTAR MONTE CARMELI - KĊINA", "4397.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jiżgura li l-kċina ta' l-Isptar Monte Carmeli tinżamm nadifa peress li qed jasluli rapporti li qed ikun hemm il-ħmieġ anke fil-hot trolleys?", "Huwa sodisfatt bil-livell ta' l-indafa ma' l-isptar kollu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fuq l-inkarigu li ngħata lill-FMS, biex tissorvelja l-kwalita' tax-xogħol fil-kċina, isiru rapporti regolari dwar l-istat tal- kċina ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "L-aħħar rapport jindika għal darb'oħra titjib sostanzjali fl-indafa.", "Se jkompli jingħata taħriġ lill-istaff tal- kċina f'forma ta' korsijiet qosra.", "Rigward it-trolleys, ninsab informat li se jinbeda programm ta' manutenzjoni fuqhom.", "Bħala parti mir-ristrutturar tal-ħaddiema fl-Isptar Monte Carmeli, qed jiġu ndividwati metodi mekkaniċi li permezz tagħhom tkompli titjieb l-indafa.", "SKEJJEL - UFFIĊJALI EDUKATTIVI", "4398.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Waqt li tiġi rispettata l-awtonomija ta' l-iskejjel tal-Knisja, jista' jsir sforz mill-uffiċjali edukattivi kompetenti ma' ċerti skejjel tal-Knisja - l- isem ta' l-iskola qed jintbagħat separatament - peress li huwa kontroproduċenti li fil-ħames klassi tal-primarja, f'eta' daqshekk żgħira, l-istudenti huma mistennija jagħmlu 18-il eżami fil-perijodu ta' bejn is-27 ta' Jannar - 11 ta' Frar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment, Ippjanar u Żvilupp (li fih jinkorpora t-Taqsima ta' skejjel mhux statali) għamel l-indaġini dwar il- fatti li semma' l-Onor.", "Interpellant.", "Mill-indaġini ġie konstatat li l- iskola tagħmel tests, u mhux eżami, waqt il-ħin tal-lezzjonijiet tas- suġġett konċernat.", "Informat ukoll li n-numru ta' tests jitla' daqshekk għax isiru f'aspetti differenti ta' l-istess suġġett, per eżempju:", "1.", "Religion 2.", "Matematics - (a) Mechanical; (b) Problems; 3.", "Maltese - (a) Reading; (b) Dictation; (c) Gramar; (d) Comprehension; (e) Composition 4.", "English - (a) Dictation, seen and unseen; (b) Spelling; (c) Grammar; (d) Comprehension (e) Reading; (f) Composition 5.", "Science 6.", "History 7.", "Geography", "Jien informat li kull test jieħu lezzjoni (jiġifieri 45 minuta) u, wara, jkompli x-xogħol normali tal-klassi.", "SKEJJEL - STUDJI SOĊJALI", "4399.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li wasluli ħafna lmenti dwar l-informazzjoni esaġerata li l- istudenti tal-primarja qed jintalbu li jkunu jafu bl-amment fl-Istudji Soċjali (5 u 6 klassi), jista' jerġa' jsir sforz ma' l-għalliema (tal-gvern u tal-knisja) biex ma jibqgħu joqtlu dan is-suġġett u jgħabbu lill- istudenti bit-tensjoni li jitgħallmu minn testi f'dan is-suġġett li m'humiex tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-isfond tar-reviżjoni tas-sillabu tal- primarja li sar fl-1997, l-għalliema kellhom jikkonċentraw fuq l-iżvilupp tal-ħiliet, tal-fehma u ta' attitudnijiet u valuri u mhux fuq ħafna tagħrif.", "L-eżamijiet li saru wara jirriflettu dawn it-tibdiliet.", "Għalhekk l-użu ta' testi oħra li m'humiex tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni huma żejda.", "Minn Settembru 1999, l-għalliema tas-Sitt Sena se jibdew jirċievu noti- gwidi uffiċjali dwar il-kontenut tas-Sillabu ta' l-Istudji Soċjali kif kien rivedut fis-sena skolastika l-oħra.", "Matul is-sena skolastika 1999-2000, dawn in-noti gwida se jkopru s-sillabu kollu tas-Sitt Sena Primarja.", "Il- ħsieb ta' dawn in-noti jkun li jħaffef ix-xogħol, kemm għall-għalliema u aktar u aktar għat-tfal fil-klassi.", "Aktar 'il quddiem isiru noti simili għall-Ħames Sena.", "Minn Settembru ukoll se jaslu fl-iskejjel tliet programmi fuq CD-ROMS rigward il-Ġeografija fir-Raba', il-Ħames u s-Sitt Sena.", "Il-materjal f'dawn is-CD-ROMS se jkun verament fil-livell u għall-gost tat-tfal tagħna f'dawk is-snin.", "Dawn se jkunu prodotti mid-Diviżjoni u bl-ebda mod mhu se jkunu kummerċjali.", "WIED GĦOMOR - BARRIERA", "4435.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet li bihom tista' topera l- barriera f'Wied Għomor li qed tinkwieta lir-residenti tas-Swieqi?", "X'qed tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar it-talbiet tar-residenti tas-Swieqi li huma mħassbin dwar kif qed tolqotilhom ħajjithom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-kondizzjonijiet biex topera l- barriera li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant huma kif jidhru fit- tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "L- Awtorita' ta' l-Ippjanar, fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha mill-liġi, tieħu l-passi kollha li huma meħtieġa sabiex tassigura li l-qtugħ tal-blat f'din il-barriera isir b'mod kontrollat.", "Fil-fatt l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħadet passi biex jiġi mnaqqas l-ammont ta' splussiv li jintuża għall-qtugħ tal-blat.", "Barra minn hekk, kull ħruq ta' splussiv li jsir f'din il-barriera hu moniterjat permezz ta' sismometru biex jiġi stabilit jekk l-esplussiv li qiegħed jintuża jistax jikkawża ħsara għall-bini li jinsab qrib din il- barriera.", "Ninsab informat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li l-awtorita' qiegħda f'kuntatt mal-Pulizija sabiex il-kondizzjonijiet tal-liċenzja jiġu mħarsa.", "BORDIJIET/KUMITATI", "4646.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni li ġew mibdula mill- 5 ta' Settembru 'il hawn?", "Min kienu l-membri qabel ma nbidlu?", "Min huma l- membri issa?", "X'remunerazzjoni qed jieħdu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.", "BORDIJIET/KUMITATI", "4647.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat- tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il- Ministeru għat-Turiżmu li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn?", "Min kienu l-membri qabel ma nbidlu?", "Min huma l-membri issa?", "X'remunerazzjoni qed jieħdu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Membru għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 794 fis-Seduta 10, informat li r-remunerazzjoni li l-membri tat-tliet organizzazzjonijiet jieħdu rispettivament hi kif ġej:", "L-'Executive Board' tan-'National Tourism Organisation - Malta' 'Chairman' - Lm5,000 fis-sena Membri (ħlief iż-żewġ rappreżentanti ta' l-Air Malta) - Lm1,000 fis-sena", "Din hi l-istess rimunerazzjoni li kienet tittieħed qabel il-5 ta' Settembru 1998.", "Il-'Hotels and Catering Establishments Board' ---------------------------------------------", "Qabel l-1 ta' Jannar 1999: Lm4 kull seduta liċ-'Chairman' u Lm5 lill- Membri.", "Wara l-1 ta' Jannar 1999: Lm8 kull seduta liċ-'Chairman' u Lm6 lill- Membri.", "L-'Institute and Tourism Studies' ---------------------------------", "'Chairman' - Lm750 fis-sena Membri (ħlief dawk maħtura 'ex ufficio) - Lm500 fis-sena", "Qabel il-5 ta' Settembru, 1998, iċ-Chairman kellu onorarju ta' Lm1,800 fis-sena u l-Membri (ħlief dawk maħtura ex ufficio) kienu jitħallsu Lm750 fis-sena.", "BORDIJIET/KUMITATI", "4648.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat- tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il- Ministeru għall-Ambjent li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn?", "Min kienu l-membri qabel ma nbidlu?", "Min huma l-membri issa?", "X'remunerazzjoni qed jieħdu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ħlief għal bidla fiċ- Chairman tal-Building Industry Consultative Council ma kien hemm l-ebda tibdil fil-Bordijiet jew Kumitati tat-tmexxija li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent.", "Iċ-Chairman ta' qabel il-5 ta' Settembru, 1998 tal-Building Industry Consultative Council kien il-perit Martin Debono filwaqt li ċ-Chairman il- ġdid huwa l-perit Robert Musumeci.", "Ir-remunerazzjoni ta' dan ta' l-aħħar hija l-istess bħalma kienet tal- predeċessur tiegħu.", "BORDIJIET/KUMITATI", "4649.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat- tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il- Ministeru tal-Finanzi li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn?", "Min kienu l-membri qabel ma nbidlu?", "Min huma l-membri issa?", "X'remunerazzjoni qed jieħdu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "BORDIJIET/KUMITATI", "4650.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn?", "Min kienu l-membri qabel ma nbidlu?", "Min huma l-membri issa?", "X'remunerazzjoni qed jieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-bordijiet li nħatru s'issa fi ħdan il- Ministeru ta' l-Edukazzjoni mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn huma:", "* Il-Kumitat Festival tal-Kanzunetta Maltija/Kanzunetta għall-Ewropa", "* Il-Bord tal-Commonwealth Scholarships u Fellowhips", "* Il-Kumitat ta' Tmexxija tal-Malta Racing Club", "Kif weġibt fil-mistoqsija parlamentari numru 791, bid-differenza li s- Segretarju tal-Bord tal-Commonwealth Scholarships u Fellowhips inbidel u ġie maħtur is-Sur Anthony Żammit.", "Flimkien ma dawn ġew maħtura wkoll:", "* Il-Bord ta' l-Eżamijiet Pubbliċi Lokali", "Kompożizzjoni tal-Bord ta' qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali:", "Chairman Dr Victor Borg Grech LL.D. Membri Is-Sur Joseph R. Grima Is-Sinjorina Mary A. Muscat Is-Sur Joe Buhagiar Is-Sur Paul Sultana Segretarju Is-Sur Joe Scerri", "Bord kif maħtur fis-17 ta' Frar 1999", "Chairman Is-Sur Sebastian Debono Membri Is-Sinjorina Doris Borg Is-Sur John Gatt Is-Sinjorina Frances Sammut Is-Sur Victor Sammut Segretarju Is-Sur Joseph Scerri", "Bord tad-Diretturi Public Broadcasting Services Limited", "Chairman Is-Sur Maurice Zarb Adami Viċi Chairman Is-Sur Tony Mallia Membri Is-Sur Richard J. Aquilina Is-Sur Michael Fenech Is-Sinjorina Louise Vassallo.", "BORDIJIET/KUMITATI", "4651.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn?", "Min kienu l-membri qabel ma nbidlu?", "Min huma l-membri issa?", "X'remunerazzjoni qed jieħdu?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-kompożizzjoni ta' l-uniku bord li jaqa' taħt il- ġurisdizzjoni tiegħi, jiġifieri l-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Voice of the Mediterranean, ma nbidlitx minn wara l-Elezzjoni ta' Settembru, 1998 'il hawn.", "Il-Kunsilliera li jservu fuq dan il-Bord ma jirċievu ebda remunerazzjoni għax-xogħol li jagħmlu.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "4678.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa matul ix-xahar ta' Jannar u x'kienu l-każijiet?", "Kemm fil-fatt huwa n- numru ta' pazjenti li qed jistennew għall-operazzjoni, kas b'kas?", "Kemm huwa mistenni li jsiru operazzjonijiet minn fuq il-waiting list?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BEEF INTERVENTION SCHEME", "4679.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-prezz tal-Beef Intervention Scheme għal din is-sena 1999?", "Kemm-il sejħa ta' offerti ħarġet u kemm kien hemm tenders f'kull sejħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kien hemm żewġ sejħiet għall-offerti iżda ma kienx hemm quoters.", "Fil-mument għaddejjin diskussjonijiet mal-proċessuri biex isir arranġament biex il-laħam tal-Beef Intervention Scheme jittieħed bi prezz relatat ma dak tal-laħam importat.", "ĊANGA FRISKA", "4680.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien it-tunnellaġġ tal- qatla taċ-ċanga friska fil-Biċċerija matul Diċembru, 1998 u Jannar, 1999?", "Kemm minn din iċ-ċanga marret għall-Beef Intervention Scheme u xi prezz inbiegħet?", "Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għax-xhur ta' Diċembru, 1997 u Jannar, 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-qatla taċ-ċanga u x-xiri taħt il-Beef Intervention Scheme kien skond it-tabella hawn taħt:", "Qatla Beef Intervention Scheme Prezz Diċembru 1997 148,461 kgs 30,961 kgs 65c/kg Jannar 1998 134,617 kgs 36,070 kgs 78c5/kg", "Diċembru 1998 118,375 kgs 23,332 kgs 78c5/kg Jannar 1999 120,185 kgs 23,202 kgs Ma sarx bejgħ", "SAĦĦA - SPEZZJONIJIET", "4681.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' spezzjonijet li saru mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq stabbilimenti ta' l-ikel mill-5 ta' Settembru 'il hawn, xahar b'xahar?", "F'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex saru dawn l- ispezzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 l'hawn, id-Dipartiment tas-Saħħa għamel 10,679 spezzjoni fi stabbilimenti ta' l-ikel f'Malta u Għawdex imqassmin skond l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Peress li l-Onor.", "Interpellant ma speċifikax it-tip ta' stabbiliment ta' l-ikel, l- informazzjoni li qed tingħata tirrigwarda spezzjonijiet f'dawn il- kategoriji ta' stabbilimenti li jipprovdu l-ikel.", "Dawn huma:-", "fran mtieħen tad-dqiq fabbriki ta' l-għaġin fabbriki tad-tadam ħwienet li jaħdmu u/jew ibiegħu l-ħelu fabbriki tal-laħam fabbriki tal-minerali restaurants u snack bars ħwienet tal-kafe ħwienet tal-laħam fabbrika tal-prodotti tal-ħalib ħwienet tax-xorb irziezet tal-baqar u mogħoż ħwienet tal-merċa cold stores kjoskijiet irziezet għat-trobbija tat-tiġieġ fabbriki tal-inbid biċċeriji tat-tiġieġ bejjiegħa bl-ingrossa vetturi li jġorru l-ħalib vetturi li jġorru l-laħam vetturi li minnhom jinbiegħ il-ħobż bejjiegħa tal-ħaxix ħwienet fejn jinbiegħ tiġieġ u bajd ħwienet tal-ħut", "SAFAR MINISTERJALI", "4682.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra ministerjali saret mill-5 ta' Settembru 'il hawn?", "X'kienu l-okkażjonijiet, ma min saru l-laqgħat u xi żviluppi nkisbu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Saret safra ministerjali waħda fl-okkażjoni tal-Green Week Berlin.", "Saru laqgħat ta' ntroduzzjoni mal-Kummissarju ta' l-Agrikoltura u Żvilupp Rurali ta' l-Unjoni Ewropea - Franz Fischler, mal-Ministru Federali tal- Ikel, Agrikoltura u Foresti tal-Ġermanja Karl-Heinz Funke u mal-Ministru tal-Politika Agrikola tal-Italja - Paolo di Castro.", "Ma dawn ġiet diskussa r-riattivazzjoni tal-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "It-tlieta wrew il-ħerqa sabiex jibdew id-diskussjonijiet.", "Saru laqgħat kordjali ma diversi Ministri oħra fosthom tal-Isvizzera, tas- Slovenja, tal-Estonja, u tal-Indja.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - XOGĦLIJIET", "4683.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi kkalkolata n-nefqa tax-xogħlijiet li qed isiru fil-bini tal-Ministeru?", "Xi programm ta' xogħlijiet twettaq s'issa u kemm kienet in-nefqa?", "Kemm tħallas u/jew jonqos li jitħallas overtime lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li qed jaħdmu dawn ix-xogħlijiet fil-bini tal-Ministeru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalma jaf wisq tajjeb l-Onor.", "Interpellant, l- uffiċini tal-Ministeru ma kienux ta' standard bħall-uffiċini simili.", "Biżżejjed jingħad li l-partitions ta' l-aluminium f'Ministeru, l-fatt li diversi soqfa kellhom il-concrete cover ta' taħt ix-xibka li kien qed jinqala' u għaldaqstant kien ta' periklu, l-fatt li la ma kienx hemm segregazzjoni organizzata bejn nies li jaħdmu fil-Ministeru u nies li jiġu bżonn l-istess Ministeru, dawn il-fatturi weħidhom jindikaw il-ħtieġa li l- uffiċini tal-Ministeru jiġu mnaddfa w upgraded kif jixraq għaż-żminijiet tal-lum.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li x-xogħol bħal irranġar ta' soqfa, xogħol ta' plumbing u dawl elettriku, manifattura ta' bibien, xogħol ta' tibjid u żebgħa, u xogħol ieħor relatat ġie maħdum mill-ħaddiema tal- Ministeru.", "Bħalissa ma tistax tiġi kwantifikata l-istima peress li għad fadal xogħol li jrid isir mill-ħaddiema tal-Ministeru w allura jfisser li għad iridu jinġabru l-ispejjeż tal-materjal li għad irid jiġi wżat.", "PITKALIJA - SECURITY/PULIZIJA", "4865.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-pulizija fil-Pitkalija?", "X'inhu x-xogħol tas-security fil-Pitkalija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Xogħol il-Pulizija fil-Pitkalija huwa xogħol normali tal-Pulizija jiġifieri li żżomm il-Bon Ordni.", "Xogħol is-security huwa li jara li jiġu osservati l-ħinijiet stipulati tad- dħul u l-ħruġ fil-Pitkalija.", "Ħafna drabi għal dan ix-xogħol is-security ikunu assistiti mill-Pulizija.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li fis-sistema ta' restructuring li qed isir fi ħdan il-Ministeru kollu, se tiġi mwaqqfa security section li taħdem fuq roster.", "Din is-sistema se telimina l-użu tal-Pulizija f'postijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru.", "PITKALIJA - XIRI", "4866.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prijoritajiet li jingħataw lill- Għawdxin fis-sajf u fix-xitwa biex jidħlu jixtru qabel ix-xerrejja kollha Maltin fil-Pitkalija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xerrejja Għawdxin li jiġu jixtru mill-Pitkalija kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa huma stmati l-istess bħal Maltin.", "Fil- każ li jkollna konferma mill-Gozo Channel li l-vapur mhux jaħdem regolari, ix-xerrejja Għawdxin jingħataw l-opportunita' li jixtru qabel il-ħin sabiex jilħqu l-vapur.", "PITKALIJA - XIRI", "4867.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jaf il-Ministru li fil-ħin tas-1.30 p.m. meta suppost li jinfetħu l-bibien tal-Pitkalija għal vendituri biex jixtru, diġa' jkun hemm xerrejja Maltin bit-trakkijiet mimlija u lesti biex joħorġu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ilment tiegħek li jista' jkun hemm xi vendituri tal- ħaxix li jidħlu u jixtru l-ħaxix qabel ma' jinfetħu l-bibien tal-pitkalija fis-1.30 p.m. ġie nnotat u qiegħed jiġi nvestigat.", "BORMLA - TRIQ SAN ĠWANN", "4947.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Peress li x-xogħol ta' slum clearance fi Triq San Ġwann, Bormla issa beda, jista' l-Ministru jikkonferma li dan il- proġett kien diġa' proġettat u mfassal mill-Awtorita' tad-Djar fil-programm tagħha tas-sena l-oħra?", "Jikkonferma wkoll il-Ministru li fis-sajf tas-sena 1998 ittellgħet exhibition dwar dan il-proġett mill-Awtorita' tad-Djar fil- Każin tal-Banda San Ġorġ ta' Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva nikkonferma li l-proġett ta' Triq San Gwann, Bormla huwa inkluż fl-estimi ta' l-Awtorita' tas-sena l-oħra kif nikkonferma wkoll li l-esibizzjoni dwaru dehret fil-każin tal-Banda ta' San Ġorġ Bormla fis-Sajf ta' l-1998.", "Biss ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ewwel xogħol ta' kejl tal-bini affettwat minn dan il-proġett inbeda fis- Sajf ta' l-1995 u l-pjanti bdew jitħejjew proprju f'dak iż-żmien.", "Fil-fatt l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet saret f'Marzu ta' l- 1997, jiġifieri madwar sena u nofs wara.", "Dan qed ngħidu biex nuri li dan il-proġett ilu ġej u fil-fatt l-ewwel tħejjijiet saru fil-leġislatura ta' bejn l-1992 u l-1996.", "Jibqa' l-fatt li l-proċess għat-twaqqiegħ beda issa, taħt dan il-Gvern, wara ħafna telf ta' żmien bla bżonn matul l- amministrazzjoni Laburista.", "Nappella lill-Onor.", "Membru biex ma noqgħodux nargumentaw dwar min kellu l-idea oriġinali u nieħu pjaċir ninnota li fuq il-ħtieġa ta' dan it-tip ta' proġetti fil-Kottonera, hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "TARZNA TA' MALTA - SUSSIDJU", "4948.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif se jaġixxi l-gvern għat-talbiet tal-EU rigward it-tnaqqis ta' ħaddiema minn mas-Servizz Pubbliku u dwar is-sussidju lit- tarznari tagħna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dwar l-amministrazzjoni pubblika, ir- rapport ta' l-Unjoni Ewropea jispeċifika:", "'The executive's institutions function smoothly.", "The civil service numbers 30,500 employees in central government, which represents approximately 20% of the working population.", "There is scope for improving the efficiency and effectiveness of the public administration.'", "Għal dak li għandu x'jaqsam mas-sussidju lit-tarznari tagħna, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4622.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "4949.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi jrid ikun id-dħul sabiex persuna tkun tista' tikkwalifika għall-benefiċċju tal-mediċini b'xejn?", "Liema huma l-iskedi li joffri d- Dipartiment tas-Saħħa għall-mediċini b'xejn?", "U liema mediċiuna tingħata taħt kull skeda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ewwel żewg domandi ta' din il-mistoqsija jikkonċernaw il-Ministeru tal-Politika Soċjali u għalhekk il-mistoqsija għandha ssir lill-Onor.", "Ministru kkonċernat.", "Dwar it-tielet domanda, ninforma l-Onor.", "Interpellant li kull pazjent jingħata mediċini addattati skond il-bżonnijiet partikolari tiegħu.", "BIRGU FEST", "4950.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jsir il-Birgu Fest?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li l-Birgu Fest ma jsirx kull sena u li, skond l-Events Action Plan ta' l-NTOM, edizzjoni oħra tal-Birgu Festival hija ppjanata għal Settembru 2001.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "4951.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi reġistrati f'Malta u Għawdex imqasssma skond iċ-ċilindraġġ, sena b'sena mill-1995 sal- lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta` karozzi reġistrati f`Malta u Għawdex imqassma skond iċ-ċillindraġġ, sena b`sena mill-1995 sa l- 1998 huwa kif muri fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "DJAR - XIRI TA' DJAR", "4952.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex tkun tista' tixtri l-appartament li tgħix fih?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li, skond ir-Reġistru Elettorali, il- persuna ndikata mill-Onor.", "Membru toqgħod f'appartament ieħor fl-istess inħawi u mhux f'dak imsemmi fid-dettalji mibgħuta separatament mal- mistoqsija.", "Ma jirriżultax li saret xi talba għax-xiri ta' din ir-residenza.", "FURJANA - SPECIAL EDUCATION CENTRE", "4981.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna drabi ħadd ma jwieġeb it-telephones li hemm fl-iSpecial Education Centre tal-Furjana u wkoll min qed imexxi dan iċ-Ċentru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ċ-Ċentru Edukazzjoni Speċjali tal-Furjana għandu żewġ linji tat-telefon (231567 - 233698) u linja oħra għall-fax machine.", "Iż-żewġ linji tat-telefon huma mqabda ma' sistema tat-telefon imsejħa EPABX li tqassam dawn il-linji f'sitt extensions oħra.", "B'hekk jekk iż-żewġ persuni li jaħdmu f'dan l-uffiċċju jkunu qegħdin jirrispondu t- telefonati, ikun baqa' erba' linji vojta li naturalment ħadd ma jkun jista' jweġibhom.", "Mill-bqija tat-telefonati l-oħra kollha, jiġu imwieġba kemm hu umanament possibbli.", "Billi dan huwa Ċentru ta' Ħtiġijiet Speċjali, u fuq kollox Dipartiment tal-Gvern, huwa impossibbli li tinjora sejħa għal għajnuna, direzzjoni jew ordni.", "Bħalissa dan iċ-ċentru hu mmexxi minn Education Officer u skrivan.", "SKEJJEL - ST.", "ANDREW'S", "4982.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa b'kollox il-hydrotherapy pool li hemm fl-iskola San Miguel, f'St. Andrews u għaliex din il-pool għadha mhux qed tintuża mit-tfal b'diżabilita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-flus kollha għal Hydrotherapy Pool inġabru minn Kumitat imwaqqaf apposta msejjaħ Hydrotherapy Pool Committee li ħallsu wkoll il-kontijiet kollha għal dan il-proġett.", "Il-Gvern daħal biss biex iwettaq bini strutturali.", "Dan ix-xogħol sar mill-istudenti ta' l- iskola tal-Bini, Girolomo Cassar.", "Billi dan kien kumitat privat m'għandniex fil-pussess tagħna ċ-ċifri ta' kemm sewa dan il-proġett.", "Kien hemm sponsor li ħallas minn butu għat-taraġ li jrid jintuża f'din il- Pool.", "Ix-xogħol ma sarx kif mixtieq u jrid jinbidel.", "L-istess sponsor qiegħed f'kuntatt mal-kuntratturi biex dan ix-xogħol isir malajr kemm jista' jkun biex fl-inqas żmien possibbli dan il-post jibda jintuża.", "SKEJJEL - CASE CONFERENCE", "4983.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' uliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-Isptar San Luqa?", "U jekk le, għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li -Ċentru Edukazzjoni Speċjali tal-Furjana mhux f'pożizzjoni li jagħti tweġiba.", "Din il-mistoqsija għandha tiġi mgħoddija liċ-Chairperson CDAU, Sptar San Luqa, G'Mangia.", "PULIZIJA - VETTURI", "5000.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu vetturi (light u heavy vehicle) l-Korp tal- Pulizija?", "X'ditta u tip ta' vetturi huma u x'inhi s-sena ta' manifattura tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bħalissa l-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minn 262 vettura ta' diversi ditti, li fil-maġġor parti tagħhom ġew manifatturati matul dawn l-aħħar 15-il sena.", "Dawn il-vetturi jinkludu vannijiet, trakkijiet, jeeps, bowsers, buses u karozzi.", "Barra minn dawn, il-Pulizija tagħmel użu minn 74 mutur.", "Tabella dwar dawn il-vetturi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR", "5001.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn bħalissa armi tan-nar liċenzjati fil-pajjiż?", "Kemm minn dawn huma shotguns/rifles?", "Kemm huma hand guns?", "Fil-każ ta' dawn ta' l-aħħar, kemm huma revolvers u kemm automatic/semi automatic?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-25 ta' Frar, 1999, in-numru ta' armi tan-nar liċenzjati kien ta' 54,888 li fosthom 40,635 huma snieter, 2,042 huma rifles, filwaqt li 6,755 huma hand guns.", "Minn dawn ta' l-aħħar, 3,386 huma revolvers, 2,699 huma pistoli filwaqt li l-kumplament huma tipi oħra ta' hand guns, bħal flare guns, starting pistols, etc.", "WSC - KONTIJIET", "5002.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kemm dawk ta' azjendi privati u ħwienet kif ukoll dawk privati (tad-djar)?", "Kemm se jkun il-perjodu li fuqhom se jinħadmu l-kontijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kontijiet tal-heavy consumers (industrijali/hotels u kummerċjali) diġa' bdew joħorġu.", "Għal dak li jirrigwarda konsumaturi domestiċi, fi ftit ġranet oħra se tintbagħtilhom ittra li fiha jkun spjegat il-kreditu li se jieħdu bħala riżultat tat- tariffi l-ġodda.", "Għal bidu ta' April jirċievu kont li jkun għal perjodu ta' xahrejn u nofs.", "Dawn ikunu xahrejn u nofs li jmiss wara l-perjodu li għalih nħareġ l-aħħar kont.", "Il-kontijiet għall-konsumaturi domestiċi wara dak li jmiss se jibqgħu joħorġu għal perjodu ta' erba' xhur.", "Naturalment dawn joħorġu xi ftit aktar spiss minn kull erba' xhur biex jiġi rkuprat iż-żmien li fih ma ntbagħtux kontijiet.", "SERVIZZ ĊIVILI - EXECUTIVE OFFICER", "5003.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu l-eżamijiet għall-grad ta' Executive Officer fi ħdan is-Servizz Pubbliku fid-dawl tat-talbiet li qed isiru mill-Unions u minħabba l-fatt li dawn l-eżamijiet ilhom ma jsiru għal aktar minn ħames snin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li ma hemmx il-ħsieb li jsir eżami mmedjat biex jimtlew postijiet ta' Executive Officer.", "Għalkemm dan l-eżami ilu ma jsir, minn żmien għal żmien, impjegati fil- gradi ta' Clerk jilħqu Executive Officers skond il-provvedimenti tal-Ftehim dwar il-General Service Grades.", "Fl-aħħar ftit xhur saru madwar 50 Executive Officer b'dan il-mod.", "SERVIZZ ĊIVILI - POST TA' ASSISTANT DIRECTOR", "5004.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ntlaqgħet għall-postijiet vakanti ta' Assistant Director fi ħdan is-Servizz Pubbliku?", "Kemm-il vakanza teżisti u kemm applikaw għal kull vakanza, waħda waħda?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta, bejn wieħed u ieħor, se jsiru l-intervisti għal postijiet imsemmija hawn fuq?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat illi l-informazzjoni li tista' tingħata f'dan l-istadju hija li hemm 135 post vakant ta' Assistenti Diretturi.", "Dan minħabba l-fatt li s-sejħa għall-applikazzjonijiet tagħlaq fis-16 ta' Marzu.", "Ninsab informat ukoll li bejn wieħed u ieħor l-intervisti mistennija jibdew għall-ħabta ta' April/Mejju.", "PULIZIJA - VETTURI", "5005.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li vetturi tat-tip commercial se togħlilhom il-liċenzja tal-pulizija?", "Jekk se tiżdied b'kemm se tiżdied?", "Jekk se jkun hemm żieda, din se taffettwa lis-self-employed ukoll, anke dawk li għandhom vettura jew vetturi li jħaddmu n-negozju tagħhom bihom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ŻEJTUN - VILLA DE FREMEAUX", "5023.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għal Villa De Fremeaux fi Triq Santa Katarina, fiż-Żejtun, billi kien hemm kawża l-qorti dwar dan il-bini li fiha kien anke imdaħħal il-Kunsill Lokali taż- Żejtun, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill ingħatax sodisfazzjoni ta' x'se jsir l-aktar wara l-ħsara li saret fil-faċċata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-Kunsill Lokali Żejtun għadu qed jistenna tweġiba mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għall-protesti li għamlu wara l-ħruġ għall-permessi għall-iżvilupp fil-fond ta` Villa de Fremaux.", "KALAXLOKK - ĦADDIEMA", "5024.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk qed jiġu msejħa sabiex jippreżentaw ruħhom għal medical test dan l-aħħar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li wara talba tad-Direttur tax-Xogħol lill-kumpanija, xi ħaddiema tal-Kalaxlokk qed jintbagħtu l-Occupational Health and Safety Unit biex isirilhom eżami mediku skond l-Att numru VII ta' l-1994 għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol.", "ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION", "5025.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li l-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta tiġi ristrutturata jew forsi privatizzata fil- futur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għad ma hemm l-ebda pjan dwar ristrutturizzazzjoni jew privatizzazzjoni tal-Petroleum Division ta' l-Enemalta.", "SINGLE PARENT FAMILIES - BENEFIĊĊJI", "5026.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jibbenefikaw single parent families u familji oħra li qed jirċievu ċ-children's allowance permezz taż-żewġ emendi li tressqu fil-budget li ġie ppreżentat tliet xhur ilu, li proprju jikkonċernaw single parent families kif ukoll tibdil fil-liġi taċ-children's allowance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-istima mill-ġdid ta' kull sena biex jiġi stabilit id-dritt ta' l-allowance tat-Tfal skond id-dħul dikjarat għas-sena 1998 hi mistennija li titlesta għal-ħabta ta' Lulju ta' din is-sena, f'liema xahar jiġi dovut il-pagament li jmiss wara r-reviżjoni msemmija.", "Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tkunx tista' tinġabar f'dan l-istadju.", "AFFARIJIET BARRANIN - INFIQ TA' FLUS", "5027.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l- flus li ntnefqu?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-ammont totali li tħallas għal xogħlijiet li saru, jew għal xiri ta' provvisti u materjal li nkiseb bejn il-5 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Frar, 1999, biex jiġu rranġati u arredati aħjar l-uffiċini tal-Ministeru kien ta' Lm4,538.35.", "Sakemm ma ningħatax raġuni valida l-għala qed tintalab din l-informazzjoni, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont itemized mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - INFIQ TA'FLUS", "5028.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar il-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsijam, nirriferi għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2652.", "Dwar it-tieni parti, sakemm ma ningħatax raġuni valida l-għala qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont itemized mitlub fit- tieni parti tal-mistoqsija.", "MALTACOM - ĦADDIEMA", "5060.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jistħarreġ kif il-persuna ex Telemalta employee (id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) ilu li spiċċa mix- xogħol għal aktar minn sena u għadu ma ħax il-pensjoni tas-Servizz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Uffiċċju tal-Personnel tal- Maltacom għadda l-informazzjoni kollha meħtieġa lid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali fl-14 ta' Jannar, 1998.", "PACEVILLE - BINI TA' TORRI", "5061.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4463?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Permezz ta' kuntratt iffirmat fl-20 ta' Ġunju, 1998, Maltacom p.l.c. biegħet l-art li kellha f'San Ġiljan lill-Malta Government Investments Ltd u għaldaqstant kull proġett intiż għal dawk l- inħawi sar proprjeta' tal-Gvern Malti.", "Min-naħa tiegħu, il-Gvern huwa marbut li jiddiskuti ma' Maltacom p.l.c. xi proġetti ntiżi fuq din l-art peress li l-kumpannija għad għandha l-Exchange ta' St. George's fuq din l- art.", "In kwantu għan-nefqa ta' pjanti u marketing li sar, mhux prudenti li f'dan l-istadju tingħata din l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant minħabba n-natura kummerċjali ta' l-istess informazzjoni.", "Madankollu minn dejjem kienet il-policy dikjarata tal-kumpannija, sa minn meta ġie mniedi l- proġett, li din in-nefqa kellu jagħmel tajjeb għaliha il-consortium li finalment jingħata l-inkarigu tal-proġett.", "FORZI ARMATI - SULDATI", "5064.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4709, jista' l-Prim Ministru jagħti r- raġuni/raġunijiet għaliex iż-żmien li dawn is-suldati għamlu fil-Korp tal- Pijunieri ma jgħoddx fir-rigward ta' pensjoni?", "Jista' jgħid ukoll liema liġi jew regolamenti qed jikkwota u jpoġġi kopja tas-silta kkwotata fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirrepeti dak li diġa' għidt fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4709, jiġifieri li s-servizz li suldati kienu taw fil-Korp tal-Pijunieri ma jgħoddx bħala servizz fil-Forza Regolari tal- Forzi Armati għall-fini ta' pensjoni.", "Dan skond ir-Regolament Numru 24(2) tar-Regolamenti dwar Nominazzjonijiet u Kondizzjonijiet tas-Servizz (Forza Regolari) ta' l-1970 kif emendat b'diversi Avviżi Legali u kkonfermat mill- Uffiċċju tal-Prim Ministru dak iż-żmien bl-ittra OPM/449/75 tas-6 ta' Jannar 1977, li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta għall-konvenjenza tal-Onor.", "Membru.", "KAĊĊA/INSIB", "5077.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi fil-programm elettorali tal-partit fil-gvern kien imwiegħed illi r- regolamenti tal-kaċċa u nsib ma kienx hemm għalfejn jitbidlu ladarba l- Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern, anzi jekk ikun hemm tibdil dan ikun għall-aħjar, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb illi jtejjeb ir-regolamenti li hemm fis-snin li ġejjin?", "Kif se jinbidlu għall- aħjar jekk se jsir xi tibdil?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5076 (Seduta 69).", "KAĊĊA/INSIB", "5078.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jikkonferma l-Ministru li kemm-il darba l-gvern iċedi għal talbiet ta' l-UE u Malta taddotta r-regolamenti tal-kaċċa u nsib skond Bord Directive, ikollhom isiru tibdiliet kbar fir-regolamenti msemmija fis-sens li: 1) insib għal għasafar ta' l-għana ikollu jieqaf (b'ta' l-għana imfisser għasafar bħall-isponsun, il-ġojjin, il-virdun, taż-żebbuġ, l-apparell u l- gardell); 2) kaċċa f'Marzu, April u Mejju jkollha tieqaf; 3) kaċċatur irid jispara b'senter jew b'taż-żewġ jew inkella jista' jispara sa żewġ tiri u mhux tlieta bħalma għandu llum fuq kull tajra, b'tir fil-kanna u l-ieħor fil-magazine jekk is-senter ikun tat-tip awtomatiku; 4) ikun hemm restrizzjonijiet kbar fuq kaċċa ta' fuq il-baħar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5076 (Seduta numru 69).", "AZJENDI/KORPORAZZJONIJIET", "5079.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-azjendi, korporazzjonijiet jew entitajiet fejn il-gvern għandu sehem maġġoritarju li qed jieħdu sussidju mill-istess gvern illum?", "Kemm ħadu kull wieħed sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm timpjega persuni kull entita' msemmija?", "X'se tkun il-policy tal-gvern rigward dawn is-sussidji rigward timeframes biex jitneħħew dawn is-sussidji fid-dawl tar-rapport ta' l-UE fuq Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UE - RAPPORT FUQ MALTA", "5080.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Fid-dawl tar-rapport li għadu kemm ħareġ fuq Malta mill-UE, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-oġġetti mportati li għandhom levy fuqhom illum?", "Kemm hi l-levy fuq kull oġġett?", "Kif u fuq liema time scale beħsiebu jimxi l-gvern biex dawn il-levies jitneħħew fid-dawl tar-rapport riċenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tinsab fil-Local Manufacturers Promotion Act ta' l-1989 u l-emendi relattivi kif pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwar time scale.", "KAĊĊATURI/NASSABA", "5081.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi u nassaba liċenzjati llum?", "Kemm hawn pendenti?", "Kemm ġew milqugħa applikazzjonijiet ġodda kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bħalissa hawn 11,092 persuna li għandhom liċenzja ta' kaċċa jew insib, filwaqt li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti hu ta' 286.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi din l-istatistika ma tinżammx.", "PULIZIJA - GĦASAFAR MAQBUDA", "5082.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid xi jsir mill-għasafar maqbuda mill-pulizija jew mid- dwana li jinqabdu jiddaħlu llegalment f'pajjiżna?", "Kemm inqabdu s-sena l- oħra u x'tip kienu?", "Kemm mietu waqt li kienu taħt idejn il-pulizija?", "Fejn intelqu dawn l-għasafar, kemm intelqu u x'tip ta' kontroll isir mid- Dipartiment ta' l-Intern biex jiżgura li ħadd ma jabbuża u jieħu għalih minn dawn l-għasafar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-għasafar maqbuda mill-Pulizija jew mid-Dwana li jkunu ddaħħlu Malta llegalment jistgħu jiġu liberati jew jintbagħtu kwarantina.", "Informat ukoll illi matul l-1998 il-Pulizija kienet involuta fil-qbid ta' 2,377 għasfur ta' diversi razez, kif murija fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm imutu għasafar waqt li jkunu miżmuma għand il-Pulizija.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jien informat illi l-għasafar jintelqu fil-ġonna ta' San Anton jew tal-Buskett jew inkella f'xi ġonna pubbliċi oħra, fil-preżenza tal-perit nominat mill-Qorti u uffiċjali mid-Dipartiment ta' l-Ambjent u d-Dwana.", "MALTACOM - PANDER PLACE", "5085.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4465?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5061.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA GĦAWDXIN", "5086.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet li jirregolaw lill-Għawdxin li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa, li m'humiex mediċi jew paramediċi, rigward ħinijiet ta' tluq lura lejn id-dar tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Billi l-kondizzjonijiet li għalihom qed jirriferi l- Onor. Interpellant huma applikabbli għall-ħaddiema kollha fis-Servizz Pubbliku, nitolbu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTA", "5087.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nhar it-Tnejn, 22 ta' Frar, 1999 fil- għodu, persuna qrib id-90 sena li għandha marda serja tħalliet għal aktar minn tliet sigħat tistenna fil-waiting room tad-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa minkejja li kienet muġugħa u b'nefħa f'saqajha u f'wiċċha u minkejja li ma kienx jidher li hemm emerġenzi qed jiġu ttrattati f'dak il-mument?", "Għandi informazzjoni li din il-persuna kellha tittieħed f'post ieħor għax ma setgħetx tissaporti iżjed.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor Interpellant jgħaddili, b'mod kunfidenzjali, aktar dettalji dwar il-każ imsemmi ħalli nkun nista' ninvestiga bid-dettal.", "Fil-jum imsemmi marru fid-Dipartiment ta' l- Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa 'l fuq minn 359 persuna.", "SKEJJEL - TA' L-ISTAT - CANTEENS", "5113.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod jingħataw il-canteens ta' l-iskejjel ta' l-Istat?", "Dawn jingħataw b'direct allocation jew inkella b'sejħa pubblika għall-offerti?", "Kull meta jingħataw u liema skejjel bħalissa għandhom bżonn lil xi ħadd biex jimla' canteen li hu vakant?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hija policy tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni li t-tmexxija tat-Tuck Shop tingħata kemm jista' jkun f'idejn il-Kunsill Skolastiku.", "Fejn dan ma jkunx possibbli, kull kap ta' skola għandu għażla kif spjegata hawn:", "Fuq sistema li nbdiet sentejn ilu, kull skola sekondarja, tas-snajja' u post-sekondarja tiġi mitluba tiddikjara kif se tmexxi t-tuck shop fl-iskola rispettiva.", "Kull skola tista' tagħżel li t-tuck shop jitmexxa:", "1. mill-Kunsill Skolastiku;", "2. b'kuntratt wara sejħa pubblika għall-offerti maħruġa mill-iskola flimkien mal-Kunsill Skolastiku;", "3. b'kuntratt wara sejħa pubblika għall-offerti maħruġa mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni.", "L-offerti għall-canteens jinħarġu darba kull sena skolastika.", "Dawn jinħarġu għall-ħabta ta' Lulju.", "Bħalissa m'hemm ebda skola li għandha bżonn lil xi ħadd biex jimla canteen li hu vakant."]} {"filename": "20011207_663d_par.doc", "date": "2001-12-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 663 Il-Ġimgħa, 7 ta' Diċembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 663", "Il-Ġimgħa, 7 ta' Diċembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.04 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "663", "Il-Ġimgħa, 7 ta' Diċembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 70", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 70", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN 76", "AĠĠORNAMENT 110", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI BIL-MIKTUB 111", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 662 li saret fis-6 ta' Diċembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦELUQ TA' HSBC BRANCH", "30128.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani jekk sarx stħarriġ dwar kif iċ-ċittadini ta' l-Imġarr jistgħu jingħataw servizz alternattiv wara li l-HSBC għalaq il-branch tiegħu f'dak il-lokal?", "Jekk iva, x'inhija s-sitwazzjoni?", "Jekk le għaliex?", "Jikkonsidra l-Ministru li jsir stħarriġ bħal dan?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, il-bank li qed jirriferi għalih huwa entita` privata u l-gvern ma jidħolx fl-operat, la ta' din l-entita` partikolari u lanqas ta' xi entita` privata oħra.", "Tajjeb jingħad li r-regolarizzazzjoni tal-banek taqa' taħt ir- responsabbilta` tal-Ministeru tal-Finanzi.", "ATM", "30129.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani jekk kienx hemm żvilupp dwar l-istallazjoni ta' ATMs fl-Imtarfa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "27196 dwar l-istess materja.", "PRODOTTI TAL-BIEDJA", "30130.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 29866, jista' l-Ministru jwieġeb fid-dettall u jagħti breakdown ta' kemm tħallset levy prodott, prodott, inkluż sigaretti, xorb eċċ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammonti miġbura, kapitlu b'kapitlu mill-1 sal-24 għas-snin 1999, 2000 u 2001 (sat-30 ta' Settembru).", "MOBILE PHONES", "30131.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża tal-mobile phones tal-ministeru u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tal-ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-ispiża tal-mobile phones tal- ministeru u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena kienet ta' Lm 1,862.70.", "L-ispiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena kienet hekk:", "1997 Lm 68.57 1998 Lm 1,548.59 1999 Lm 3,507.43 2000 Lm 3,578.61", "MOBILE PHONES", "30132.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża tal-mobile phones tal-ministeru u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Peress li l-mistoqsija mitluba tkopri anke l-ambaxxati, ikollna bżonn ftit tal-ħin sakemm tinġabar l-informazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li qed nitkellmu fuq spejjeż pubbliċi, jista' l-Ministru jgħid apparti l-voti vvotati għall-MIC, kemm fondi oħra jinħarġu mill-ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu, għal kumpanniji privati jew kumpanniji ta' pubbliċita` għal reklamar u programmi mtella' b'konnessjoni ma' informazzjoni dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Il-fondi li għandhom għal reklamar u informazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea, kollha joħorġu mill-Malta-EU Information Centre.", "Dan ma jfissirx li jekk il-ministeru jkun irid jgħin lil xi għaqdiet ta' studenti, ma jgħinhomx f'xi pubblikazzjoni li jagħmlu għal xi konferenza li jkunu se jorganizzaw u allura ma nistax nagħti garanzija assoluta li f'dawn l-attivitajiet ma jkunx hemm xi aspetti li ma jkollhomx dimensjoni Ewropea.", "Fil-fatt dawn ilhom isiru għal numru ta' snin.", "Pero` dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni in konnessjoni ma' l- Unjoni Ewropea speċifikament u dak li għandu x'jaqsam ma' affarijiet li jaqgħu taħt il-ministeru ta' l-affarijiet barranin, joħroġ mill-fondi allokati lill-MIC.", "Imbagħad hemm aspett ieħor li forsi ta' min wieħed isemmih.", "Id- delegazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għandha fondi li minnhom tista' tipprovdi lill-korpi kostitwiti u anke lil għaqdiet ta' studenti biex jagħtu informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea u dawn m'għandniex x'naqsmu magħhom aħna.", "Jista' jkun ukoll li jsiru inizjattivi bejn id-delegazzjoni ta' l- Unjoni Ewropea u l-MIC, per eżempju, dwar il-futur ta' l-Unjoni Ewropea, bħall-attivita` li saret diġa` u li bħala mistieden speċjali kien hemm il- Ministru Franċiż Pierre Moskovici.", "Din l-inizjattiva saret bejn l-MIC, il- Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-delegazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u allura l-ispejjeż ikunu nqassmu bejniethom it-tlieta.", "Jista' jkun hemm ukoll ministeri oħrajn partikolari li jagħmlu attivitajiet jew inizjattivi li għandhom xi dimensjoni Ewropea u ovvjament dawk jaqgħu taħt il-budget tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li l-Ministru semma l-MIC u nvolviha f'kollox u peress li din ma tidhirx li għandha l-fiduċja assoluta tal-poplu Malti fix-xogħol li qed twettaq imma donnha aktar qed tieħu xeħta ta' linja favur l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u m'hijiex essenzjalment ċentru ta' informazzjoni li jgħid il-pożittiv u n-negattiv, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li għaqdiet oħra li jaraw il-parti negattiva tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea humiex se jibdew jingħataw l-istess fondi, bħalma tingħata l-MIC?", "Il-fondi ta' l-MIC jiġu kollha mill-fondi pubbliċi jew hemm xi voti li jiġu min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Il-premessa ta' l-Onor.", "Interpellant hija żbaljata.", "L- MIC tipprovdi informazzjoni oġġettiva li tingħata lil kulmin jitlobha, jista' jkun partitarju Nazzjonalista, jista' jkun partitarju Laburista, jista' jkollu xaqliba favur l-Unjoni Ewropea u jista' jkollu xaqliba kontra l-Unjoni Ewropea.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant isemmi każi speċifiċi fejn l- MIC kienet biased fl-informazzjoni li tat, allura hemmhekk imbagħad wieħed irid jara imma din ġiet imwaqqfa biex tagħti l-informazzjoni b'mod oġġettiv u hekk qed tagħmel.", "Entitajiet oħra - li jistgħu jkunu partiti, jistgħu jkunu għaqdiet rappreżentattivi, u jistgħu jkunu gruppi li huma favur jew kontra - iridu jew jipprovdu l-fondi mir-riżorsi tagħhom, jew inkella jiġu allokati lilhom fondi li l-gvern Jalloka speċifikament għal għaqdiet rappreżentattivi wara li jagħmlu project proposal u dan jiġi analizzat.", "Dawn l-għaqdiet – bħalL- UĦM, GWU, Chamber of Commerce, Federation of Industry, GRTU, Federation of Employers u għaqdiet oħrajn – jiġu allokati dawn il-fondi mbagħad iridu jagħmlu rapport dwar kif nefqu l-flus.", "Is-sena l-oħra ġiet allokata somma ta' flus – li ma kenitx kbira - lill-moviment tas-CNI u ta' l-IVA.", "Peress li dawn is-somom li qed insemmi huma żgħar, għandi nifhem li l-bulk ta' l- ispejjeż biex is-CNI u l-IVA jagħmlu l-propaganda li qed jagħmlu, iridu jsibuhom huma.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: F'dan kollu li qed jinkwadra l-Ministru, kif jiġi deċiż li jingħaddu fondi pubbliċi mill-MIC jew minn xi tip ta' vot ieħor tal-ministeru lill-kumpanniji privati, bħal per eżempju l-kumpannija Where's Everybody, biex ittella' programmi favur l-isħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, bħall-programm partiġġjan - m'hemmx mod ieħor kif issejjaħlu – \"Viva Malta\"?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Jekk il-programm \"Viva Malta\" huwiex partiġġjan jew le jarah l-Onor.", "Interpellant.", "Li hu żgur hu li għandu fost l-ogħla viewerships fil-pajjiż, jiġifieri jidher li jekk huwa partiġġjan xorta waħda huwa programm li ssegwih parti kbira minn dawk li jsegwu x-xandiriet pubbliċi.", "Hemm l-awtorita` tax-xandir ukoll li timmoniterjah u l-Onor.", "Interpellant jista' joqgħod ċert li kieku dan kellu jkun programm partiġġjan, kif qed jimmaġinah hu, l-awtorita` tax-xandir żgur li kienet tintervjeni.", "Għaldaqstant din l-allegazzjoni li qed issir mill-Onor.", "Interpellant niċħadha kompletament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-Ministru qiegħed jiċħad li l-kumpannija Where's Everybody tagħmel programmi mħallsa mill-fondi pubbliċi, bħalma huwa \"Viva Malta\" u \"Xarabank\" biex taqdi l-opinjoni pubblika tal-gvern tal- ġurnata.", "(Interruzzjonijiet) Issa jien bħala prova ta' dan li qed ngħid, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra għas-sodisfazzjon tal-Ministru ...", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ippermettili ftit, Onor. Cuschieri.", "Fil-ħin tal- mistoqsijiet ma jsirux statements imma domandi.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra opinion poll - li se jixxandar illejla - li sar b'mod partiġġjan u li wasal fil-kwartieri ġenerali tal-Partit Nazzjonalista qabel ma ġie mxandar, biex jimmanipula l-opinjoni pubblika minn kumpannija pubblika li titħallas mill-gvern.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Dan m'huwiex il-ħin li jitqiegħdu karti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "Hawn permess biex jitqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' opinion poll magħmul minn Where's Everybody għall-programm televiżiv \"Xarabank\" datat 6 ta' Diċembru, 2001, dwar budget perception and voting intentions.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, jien kont qiegħed nirrispondi l- mistoqsija li saret dwar il-MIC u f'daqqa waħda daħal \"Viva Malta\" li huwa programm li kkummissjonat l-MIC.", "L-Onor.", "Cuschieri għamel l-allegazzjoni li dan huwa partiġġjan u jien ċħadtha u nerġa' niċħadha kompletament.", "Fil- fatt in-nies li jipparteċipaw fih kemm-il darba jieħdu l-issues mill-aspett negattiv.", "Imbagħad saret riferenza għal \"Xarabank\" li l-MIC m'għandu x'jaqsam assolutament xejn miegħu u m'għandu x'jaqsam assolutament xejn ma' l-Unjoni Ewropea.", "Allura dan kollu li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant huwa kompletament irrilevanti.", "MOBILE PHONES", "30133.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal- mobile phones tal-ministeru u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Ninsab informat li l- ispiża tal-mobile phones tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi hu kif gej:-", "Ministeru u Dipartiment 1997 Lm 1,623.02 1998 Lm 3,084.53 1999 Lm 3,683.00 2000 Lm 5,049.97", "Jannar – Novembru 2001 Lm 5,230.24", "ITS 1997 Nil 1998 Nil 1999 Lm 522.30 2000 Lm 2,965.06", "Jannar – Novembru Lm 1,403.07", "PATROL BOATS - PATROL", "30224.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm patrol boats jaħdmu u kemm minnhom jagħmlu patrol kuljum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jien informat li bħalissa hemm ħames patrol boats u SAR launch li jaħdmu fl-iskwadra marittima tal-Forzi Armati.", "Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal- mistoqsija għandha tkun ippubblikata.", "FORZI ARMATI", "30225.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm attendew suldati għall-kors ta' B1 clerk li sar riċentament fil-Forzi Armati?", "Kemm weħħlu u f'liema parti ta' l-eżami weħħlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li b'kollox, għall-kors ta' B1 Clerk attendew 14-il student.", "Sebgħa għaddew mill-ewwel mill-eżami kollu filwaqt li sebgħa oħra weħlu minn parti waħda.", "Skond l-AFM trade regulations dawn is-sebgħa setgħu joqogħdu għal-re-sit, kif fil-fatt għamlu, u għaddew kollha.", "FAM - VEJJIKOLI", "30226.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm vejjikoli ta' l- FAM illum?", "Kemm għandhom żmien u kemm hemm minnhom weqfin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-Forzi Armati għandhom 176 vettura li d-data tal-manifattura tagħhom tvarja bejn l-1969 u l-2000.", "25 minn dawn il-vetturi se jinbiegħu fuq parir ta' board of survey.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Infakkar lill-Prim Ministru li ma weġibx għat- tieni parti tad-domanda u cioe` kemm minn dawn il-vetturi ma jaħdmux.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena għedt li 25 minn dawn il-vetturi se jinbiegħu fuq parir ta' board of survey u dan ifisser li huma beyond repair b'mod sostenibbli u allura m'humiex serviceable aktar.", "SISTEMA TA' RADIOS", "30227.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tiswa lill-Armata s-sistema ta' radios li se titwaħħal dalwaqt?", "Kemm kien hemm offerti għat- tender?", "Intagħżlet il-kumpannija li se tagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li s-sistema li se ttejjeb is- sistema ta' komunikazzjoni fin-new operation/rescue co-ordination centre, li kieku mixtrija kompluta kienet stmata li tiswa madwar Lm800,000, se tqum lill-Gvern Malti Lm126,000 peress li l-Gvern Taljan ta bla ħlas telecommunication equipment consoles u multiplexor system.", "Il-Gvern Malti se jixtri microwave link system kompatibbli ma' l-apparat fl-għotja.", "Intalbu quotations minn ħames kumpanniji.", "Il-Forzi Armati rċevew tliet offerti u l-kumpannija li se tagħmel ix-xogħol intgħażlet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-kumpannija li ntgħażlet hija dik li tefgħet l- orħos offerta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'għandix id-dettalji quddiemi pero` għandi nifhem li l-għażla tkun saret abbażi tar-regoli viġenti li jkun hemm f'dawn il-kuntratti.", "FAM", "30228.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati posted ma' l-iskwadra marittima ta' l-AFM illum?", "Kemm minn dawn huma inġiniera?", "Kemm kien in-numru ta' suldati li spiċċaw minn din is-sezzjoni din is-sena?", "X'kien xogħolhom u x'rank kellhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li bħalissa fl-iskwadra marittima hemm disa' fizzjali u 186 suldat.", "Minn dawn ta' l-aħħar hemm b'kollox 37 tekniċi ta' żewġ kategoriji diversi (engine fitter u engine driver marine).", "Matul din is-sena spiċċa 11-il wieħed u l-gradi tagħhom ivarjaw bejn bombardier u warrant officer class 1.", "FIZJALI - KORSIJIET", "30229.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti li qed jagħmlu ex-uffiċjali li qed jagħmlu korsijiet għal promozzjoni ta' fizzjali?", "Xi kwalifiki għandhom fis-suġġett li qed jgħallmu u kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-ex-uffiċjali tal-Forzi Armati qegħdin jgħallmu l-Istorja Militari.", "Huma għandhom background u esperjenza militari kif ukoll esperjenza fit-tagħlim ta' dan is-suġġett.", "Huma tlieta u jitħallsu Lm580 bejniethom għall-kors kollu.", "PULIZIJA", "30243.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Joseph Sammut) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm jinqata' mill-paga ta' kull uffiċjal tal-pulizija għall-fond tal- pulizija?", "Kemm hu l-bilanċ preżenti ta' dan il-fond?", "X'sar bil-flus f'dawn l-aħħar sentejn?", "Kemm se tingħata l-familja ta' Roger Debattista, l- pulizija li nqatel waqt il-qadi ta' dmirijietu, minn dan il-fond?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Intern): Ninsab informat li l- membri tal-korp tal-pulizija jħallsu kontribuzzjoni kull tliet xhur u mhux tinqatalhom mill-paga.", "Din il-kontribuzzjoni tvarja skond il-grad u titqassam kif ġej:", "|Grad |Ammon|Mutu|Gener|Police|Offi| | |t |al |al |Associ|cers| | |Imħal|Help|Fund |ation |` | | |las |Lm |Lm |Lm |Mess| | |Lm | | | |Lm | |Kuntis|6.00 |1.50|3.00 |1.50 |Xejn| |tabbli| | | | | | |/ | | | | | | |Surġen| | | | | | |t | | | | | | |Spettu|9.00 |1.50|3.00 |1.50 |3.00| |r | | | | | | |Supret|9.30 |1.50|3.00 |xejn |4.80| |endent| | | | | | |Ass. |10.05|1.50|3.00 |xejn |5.50| |Kummis| | | | | | |sarju | | | | | | |Deputa|10.05|1.50|3.00 |xejn |5.50| |t | | | | | | |Kummis| | | | | | |sarju | | | | | | |Kummis|10.05|1.50|3.00 |xejn |5.50| |sarju | | | | | |", "Il-bilanċ preżenti tal-general fund huwa ta' Lm7,672.54.", "Minn dawn il- fondi, fost affarijiet oħra, jiġu ffinanzjati għotjiet lill-familjari ta' membri u ex membri tal-korp u cioe` titħallas is-somma ta' Lm1,350 lill- familja ta' membru tal-korp li jmut waqt li jkun għadu jservi fil-korp, tkun xi tkun il-kawża tal-mewt tiegħu, jew Lm670 fil-każ ta' ex membru tal- korp li jkun baqa' jħallas il-kontribuzzjonijiet ta' Lm6 fis-sena.", "Jiġu ffinanzjati wkoll attivitajiet soċjali u sportivi għall-membri tal-korp u t- tfal tagħhom, kif ukoll għal ex membri tal-Korp.", "Minn dan il-fond, il- familja ta' Roger Debattista ingħatat is-somma ta' Lm1,350.", "Ma' dan wieħed irid iżid li l-Kabinett iddeċieda li jħallas somma kapitali lill-armla ta' l-ex kuntistabbli Debattista, liema somma ġiet ikkonsenjata lilha diġa`.", "Apparti dan, l-armla tirċievi pensjoni tar-romol kemm taħt l-Att dwar is- sigurta` soċjali kif ukoll taħt l-ordinanza tal-pulizija u pensjoni speċjali għall-familjari ta' min imut fil-qadi ta' dmirijietu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fi żmien gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l- 1998 kienu għaddejjin diskussjonijiet biex titwaqqaf speċi ta' insurance għall-membri tal-korp biex ikunu covered f'każ ta' inċidenti li jistgħu jħalluhom jew b'diżabilita` jew inkella, bħalma ġara f'dan il-każ sfortunat, jitilfu ħajjithom biex b'hekk tkun tista' tiġi mantnuta l- familja tagħhom jew huma stess fil-każ li jibqgħu ħajjin.", "Jista' l- Ministru jgħid jekk dawn id-diskussjonijiet baqgħux għaddejjin u jekk ġietx introdotta din it-tip ta' insurance?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant japprezza li m'għandix din l- informazzjoni quddiemi u għaldaqstant nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat, li llum jinsab fuq xogħol ieħor, sabiex ikun jista' jirrispondih f'ħin ieħor.", "MIC", "30244.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Joseph Sammut) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma lil din il- Kamra kemm intnefqu flus mill-MIC għall-ktejjeb li jispjega pass pass x'ħareġ min-negozjati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-persuni?", "Kemm intnefqu flus fil-pustaġġ?", "ONOR.", "JOE BORG: L-ispiża sabiex jiġi stampat il-ktejjeb, li jispjega pass pass x'ħareġ min-negozjati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-persuni, hija kif jidher hawn taħt:", "|Xogħol ta' artwork |LM | | |402.50 | |Stampar |LM | | |10996.00 | |Fondi pprovduti |LM | |mill-Unjoni Ewropea |7700.00 |", "L-ispiża totali maħruġa mill-MIC għall-istampar kienet ta' Lm3698.50.", "L- ispiża għall-pustaġġ ta' dan il-ktejjeb laħqet is-somma ta' Lm5797.23", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Sur Presdient, f'isem il- Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammonti ta' flus miġbura mil-levy fuq prodotti għas- snin bejn l-1999 u Settembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30130.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-mozzjoni ta` proċedura Nru. 258 tas-26 ta` Novembru 2001, il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u l-kelliema ta` l-oppożizzjoni, bl- aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 52 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,428,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 52 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2002.", "VOT XIV - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 462,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2002.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 52", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Personal Emoluments", "Item 11", "Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm13,769\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm13,768\"; u", "Ħassar minn Budget Line Item 6459 – Malta/EU Information Centre – iċ-ċifra ta' \"Lm900,000\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm9\".", "Delete the figure \"Lm13,769\" and substitute therefor the figure \"Lm 13,768\"; and", "In Budget Line Item 6459 – Malta/EU Information Centre – delete the figure \"Lm900,000\" and substitute therefor the figure \"Lm9\".", "Mr Chairman, qabel ma nibda bl-intervent tiegħi dwar il-budget li jikkonċerna l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin xtaqt nagħmel kummenti ġenerali li l-oppożizzjoni qiegħda tagħmel b'mod konsistenti fuq il-voti kollha.", "Il-linja ta' kritika li qbadna hi li quddiemna għandna budget nieqes minn prinċipji ta' importanza assoluta fl-andament tal-pajjiż bħalissa minħabba l-fatt li huwa budget mingħajr inizjattiva.", "Barra minn hekk jonqos ukoll l-element soċjali għaliex huwa budget mingħajr wens.", "Naħseb li din hija riflessa fit-tliet snin ta' ħidma ta' gvern li fl- opjinjoni tagħna kienu tliet snin moħlija.", "Dan jirrifletti ruħu aktar fil-ħidma tal-politika barranija tal-gvern għaliex jekk wieħed jagħmel analiżi tax-xogħol li sar minn dan il-gvern jirrealizza li persentaġġ sostanzjali tax-xogħol f'dan il-ministeru sar minn eżerċizzju ta' ħidma biex jiġi adottat korp legali ta' l-Unjoni Ewropea, l-acquis.", "F'dawn it-tliet snin saru affarijiet pożittivi li l- oppożizzjoni qablet magħhom, fosthom liġijiet li adottaw direttiva jew regolament ta' l-Unjoni Ewropea li f'ambitu lokali jagħmel sens.", "Din is-sena kien hemm emendi għall-Merchant Shipping Act li jagħmlu sens għax aħna rridu li l-bandiera Maltija tkun konxja mill-esiġenzi ambjentali u jkollha reputazzjoni tajba.", "Kien hemm okkażjonijiet oħrajn fejn ġew preżentati liġijiet quddiem dan il-parlament li qbilna magħhom, però mhux kollha kienu hekk.", "Il-parti l-kbira ta' dawk il-liġijiet li ġew adottati ma kellhomx effett pożittiv fuq l-andament lokali.", "U l-oppożizzjoni tibża' wisq li dan għadna ma bdejniex inħossuh biżżejjed u se jinħass aktar 'il quddiem.", "Ħafna mix-xogħol li qiegħed isir qed isir minħabba pressjoni mill- Unjoni Ewropea.", "Dan ikkonfermatu l-kummissjoni stess fir-rapport regolari li għamlet dwar Malta li nikkwota minnu aktar 'il quddiem.", "Però l-impenn ta' dan il-ministeru sfoka ruħu mir-rwol li kellu mill-bidu tiegħu għal konċentrazzjoni fuq settur wieħed biss.", "Dan wassal biex ma jkunx hemm inizjattivi ġodda f'dan is-settur.", "Jekk wieħed jara d-diskors tal-budget tal-Ministru John Dalli u l-economic survey ippreżentat miegħu, u jekk wieħed jara wkoll l-estimi tal-budget allokat għal dan il-ministeru m'hemmx għalfejn ikun ekonomista jew espert finanzjarju biex jirrealizza li m'hemmx inizjattivi ġodda.", "L-ikbar inizjattiva li hemm - u għamilna riferenza għaliha fl-emenda li għamilna għal dan il-vot l-Onor.", "Vella u jien - għas-sena d-dieħla hija dik li nagħtu Lm900,000 lill-MIC, Lm600,000 iżjed milli kienu allokati għaliha s-sena li għaddiet.", "U aħna nafu x'qed jagħmel l-MIC.", "Aħna ma naqblux mal-gvern li l-MIC huwa ċentru ta' informazzjoni biss għax ċentru ta' informazzjoni m'għandux jagħti informazzjoni lopsided, imma jrid jagħtiha fid-dawl ta' dak li jkun qed jiġri fil-pajjiż.", "L-MIC qiegħed jaqdi l-funzjoni li riedu jaqdi dan il-gvern, jiġifieri li jippromwovi s- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea bħala l-unika triq li teżisti bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u l-aħjar triq li jista' jkun hemm.", "L-MIC mhux qed isemmi l-possibbiltà li jkun hemm tip ta' ftehim differenti ma' l- Unjoni Ewropea.", "Meta jkun hemm pajjiżi Ewropej, li m'humiex fl-Unjoni Ewropea, bħan-Norveġja, l-Islanda, l-Issvizzera u pajjiżi oħrajn li jaslu għal xi tip ta' ftehim ma' l-Unjoni Ewropea, dan ma jissemmiex.", "Jissemmew biss ċerti milestones li jkunu għamlu pajjiżi li huma diġà membri jew inkella li huma kandidati għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "L-MIC huwa ċentru ta' informazzjoni ta' gvern li jrid li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea malajr kemm jista' jkun.", "Din hija r- riflessjoni ta' kif qed iġib ruħu l-gvern fin-nefqa pubblika.", "Fl-aħħar mill-aħħar dawn huma flus pubbliċi u l-kritika tagħna hija li l-fondi pubbliċi għandhom jintnefqu skond dak li jeħtieġ il-pajjiż.", "Hija interessanti t-twist li l-gvern qed jagħmel riċentement fuq in-nefqa pubblika għax dan l-aħħar qed jgħid li hemm xi fondi li nġibuhom mill- Unjoni Ewropea li nistgħu nużawhom għaċ-ċentru ta' informazzjoni jew għal bżonnijiet oħra.", "Per eżempju l-bieraħ kont qed nisma' lill-ministru għas- servizzi ekonomiċi jispjega kif il-gvern ġab għajnuna mill-Unjoni Ewropea biex ikun ikkummissjonat espert tekniku Spanjol sabiex iservi bħala konsulent ta' l-IPSE.", "Però din xorta hija nefqa pubblika.", "Hawn xi ħaġa li tingħata b'xejn?", "Jekk l-Unjoni Ewropea qed tgħin lill-pajjiż permezz ta' fond, ikun kemm ikun, dan huwa inkluż f'dak li pajjiżna jrid jagħti lura lill-Unjoni Ewropea, allura xorta hija nefqa pubblika.", "Sur President, ma nistgħux inġibu argumenti quddiem din il-Kamra fejn nispjegaw li peress li hija għajnuna mill-Unjoni Ewropea, allura nistgħu niskapriċċaw il-flus kif irridu!", "Irridu nkunu trasparenti anke f'din it- tip ta' għajnuna, żgħira kemm hi żgħira.", "Illum m'aħniex qed nitkellmu fuq Lm100 miljun, imma fuq eluf.", "Sirna iżjed raġonevoli u fl-aħħar bdejna nitkellmu b'mod li jagħmel iktar sens f'dan id-dibattitu dwar ir- relazzjonijiet futuri ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fl-aħħar nistgħu nkunu iżjed prattiċi, però xorta waħda ma nistgħux nonfquh kif irridu bl- iskuża li dan huwa fond ta' għajnuna.", "Xorta jrid ikun hemm accountability.", "Dan huwa prinċipju kardinali li nsibuh fl-istituzzjonijiet demokratiċi kollha, l-aktar fil-pajjiżi Ewropej stess.", "L-Unjoni Ewropea stess issostni li fondi pubbliċi għandhom jiġu amministrati b'mod trasparenti.", "Irridu naraw li l-fondi li qed noħorġu joħolqu bilanċ ma' l-ispejjeż amministrattivi li jrid jagħmel dan il-pajjiż.", "Veru li jista' jkun hemm xi fondi, u dan aħna qatt ma ċħadnieh, però se jkun hemm tpaċija ta' l- ispejjeż li se nonfqu biex amministrattivament inkunu kapaċi nħaddmu dawn il-fondi?", "Irridu naraw li jkun hemm dan il-bilanċ ukoll.", "U għalhekk huwa importantissimu l-obbligu ta' trasparenza u accountability.", "Sfortunatament it-trasparenza li hija nieqsa f'dan is-settur hija nieqsa wkoll fl-informazzjoni dwar in-negozjati u dwar il-progress jew nuqqas tiegħu li qed iseħħ fin-negozjati.", "U bħala oppożizzjoni l-uniku mezz kif inkunu nafu x'qed isir fin-negozjati li għaddejjin bħalissa huwa jew minn inside information mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin, jew minn missjonijiet diplomatiċi li għandna barra minn Malta, jew mill-media, jew minn stqarrijiet tal-kummissjoni, tal-parlament Ewropew jew inkella ta' istituzzjonijiet oħrajn Ewropej.", "Dan huwa ħażin ħafna.", "Ir-raġuni li l- oppożizzjoni Laburista ma aċċettatx li tipparteċipa fil-MEUSAC hija skuża.", "Il-MEUSAC huwa post fejn ma nistgħux inkunu kompatibbli.", "Ma nistgħux nipparteċipaw f'kumitat li aħna ma naqblux ma' l-għan prinċipali tiegħu.", "Però aħna mhux hekk qed ngħidu.", "L-oppożizzjoni trid tkun taf x'inhu jiġri fin-negozjati għax wara kollox f'dan il-parlament aħna rappareżentanti tal-poplu u rridu nagħtu rendikont lil min tellagħna hawnhekk.", "Irridu nkunu accountable anke f'dan is-sens.", "Bir-rispett kollu lejn il-ministru, aħna nindunaw li lanqas l-informazzjoni - din id-darba mhux li dieħla mill-Unjoni Ewropea għal Malta dwar in- negozjati - li sejra minn Malta lejn l-Unjoni Ewropea m'hija korretta.", "L- Unjoni Ewropea m'hijiex informata tajjeb.", "Riċentement kien hawn Madame Fontaine f'Malta u bħala oppożizzjoni ltqajna magħha.", "L-għada, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt, dan kollu għax aħna kkritikajna l-fatt li Fontaine, President tal-Parlament Ewropew, ma kenitx informata li f'April ta' l-1998 fil-Lussemburgu konna wasalna biex nibdew ninnegozjaw pakkett ġdid ma' l-Unjoni Ewropea.", "Din suppost kienet informata ħafna iżjed minn hekk.", "Jien iddispjaċieni u bqajt imbellah li l- Viċi Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-abbatini tiegħu ħarġu jgħidu: X'għarukaża!", "Iktar minn kull ħaġa oħra, huwa attakk fundamentalista l-fatt li tiġi twisted b'dan il-mod il-perception ta' dan il-pajjiż barra minn Malta, tant li nies li jkunu se jiltaqgħu magħna lanqas biss ikunu informati b'dak li għamel il-gvern Laburista ta' ftit żmien ilu.", "Dan m'huwiex sewwa!", "Agħar minn hekk huwa l-fatt li tkun misfed minn Malta stess.", "Sur President, se nikkwota mir-rapport tal-European Commission li ħareġ minn Brussell fit-22 ta' Ottubru li għadda.", "Dawn huma background notes, supplimentari għar-rapport.", "Per eżempju, fl-ewwel paġna nsibu:", "\"We note with satisfaction that the backlog of judiciary cases seems to have decreased, and that serious steps have been taken to prepare the implimentation of the legislation of refugees.\".", "Nirriferi għall-ewwel parti, li tgħid li l-każ ġudizzjarji naqsu, li assolutament m'huwiex veru.", "Irrid ngħid ukoll li din il-kwotazzjoni ma tgħid li t-tariffi tal-qrati għolew, u allura l-aċċess tal-poplu għall- ġustizzja ġie minimizzat.", "Il-European Commission tgħid", "\"as regards social policy we note with satisfaction that progress is achieved in the fields of labour law and health and safety at work.\".", "Huwa tajjeb li ngħaddu liġijiet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal- ħaddiema, li jkunu jagħmlu sens, pero' l-implimentazzjoni tagħhom fejn hi?", "Din ukoll hija nformazzjoni li rridu ngħaddu lill-Unjoni Ewropea, mhux nieqfu dejjem nofs triq.", "Punt ieħor li ridt nagħmel hu dwar in-negozjati nnifishom.", "Naħseb li m'hu qed nagħmlu xejn ħażin billi nikkritikaw l-andament tagħhom, kważi across the board, u nikkritikaw kif dawn qed jiġu tackled min-naħa tan- negozjaturi.", "Fil-foreign affairs committee, aħna konsistentement nistaqsu xi studji għamel il-gvern biex jara li l-pożizzjonijiet li qed jieħdu n- negozjaturi huma kompatibbli ma' dak li nifilħu f'dan il-pajjiż?", "Aħna ma naqblux li jkun hemm ħafna daqq tat-trombi u li niġu minn Brussels u ngħidu li għamilna rebħa kbira.", "Aħna rridu li jkun hemm studji serji, mhux fl- iscreening biss, issa, għax nemmnu li issa n-negozjaturi se jkollhom għadam iebes x'jomogħdu, speċjalment fl-oqsma ta' l-ekonomija u ta' l-industrija, li huma l-aktar żewġ setturi li għandhom impatt fuq l-implikazzjonijiet ta' sħubija sħiħa.", "Aħna nemmnu li jekk ir-regoli ta' l-acquis jiġu applikati mingħajr riserva, l-impatt se jkun negattiv ħafna.", "Għalhekk għandna niddiskutu dawn l-affarijiet ukoll, u ma niddiskutux biss fatt komplut, qisu kollox miexi fuq ir-rubini, qisu m'hemm problemi ta' xejn.", "Nerġa' nikkwota mill-istess rapport tal-Kummissjoni Ewropea, fejn f'paġna 2, b'riferenza għall-CAP, jgħid li \"as regards agriculture, we understand that Malta faces particular difficulties to adopt to the CAP because of its specific needs.", "However time has come for Malta to take crucial decisions.\".", "Imma f'din il-Kamra qegħdin niddiskutu dawn id-deċiżjonijiet kruċjali?", "Id-debate pubbliku, huwa konċentrat fuq dawn l-affarijiet?", "Fejn hu d-dibattitu dwar dan is-settur?", "X'qed jingħad lill-pubbliku?", "L-ironija hi li għalkemm id-diskussjoni pubblika qiegħda tonqos, kien hemm żieda ta' Lm600,000 fil-vot tal-MIC.", "Ironija oħra hi li d-deċiżjonijiet tan- negozjaturi qed jiġu mplimentati, u l-poplu għad irid jiddeċiedi.", "X'se jiġri meta jasal il-mument ta' l-għażla?", "X'se jagħżel il-poplu?", "Fil-foreign affairs committee jsiru maratoni ta' seduti fejn nisimgħu x'għandhom xi jgħidu l-ministri b'mod individwali, naraw x'jaħsbu l-esperti tekniċi u nanalizzaw il-kapitli u l-miżuri li jkunu magħluqin proviżorjalment.", "U aħna nistaqsu jekk sarx xi studju dwar l-impatt finanzjarju ta' ċerti tariffi u miżuri li jridu bilfors jiġu ntrodotti.", "Ir- risposta hija le, ma sar l-ebda impact assessment, jew jekk sar, ma ġiex ippreżentat u aħna ma nafux bih.", "Fuq il-Mejda tal-Kamra ġew imqiegħda biss xi studji li kienu saru fi żmien il-proċess ta' l-iscreening, u iktar minn studji dawn kienu ċejċa għall-ħbieb.", "Għalhekk jagħmel ħażin gvern Laburista ġdid jekk ma jarax kif saru dawn l-istudji, kif ġew commissioned u għalfejn saru ċerti ħlasijiet, għax dawn ma kienu xejn għajr eżerċizzju ta' cut, copy and paste ta' volumi kbar ta' direttivi u informazzjoni mill- websites ta' l-Unjoni Ewropea, bi ħlas ta' eluf kbar ta' liri.", "Aħna rridu naraw kif saru dan it-tip ta' studji u x'rilevanza għandhom għall-proċess tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, wara li sar il-proċess ta' screening, spiċċa kollox.", "Dażgur, għax il-proċess ta' screening huwa faċli, u jinvolvi biss li wieħed jgħid x'inhuma l-liġijiet.", "Imma aħna mhux dak irridu naraw.", "Aħna rridu naraw analiżi dettaljata, studju komparattiv li jgħid fejn hemm problema, fejn kollox miexi tajjeb, x'irridu naddottaw, fejn hemm bżonn ta' transitory provision, fejn hemm bżonn deroga.", "Imma minn dan kollu, ma sar assolutament xejn.", "F'din il-ġimgħa ddiskutejna l-qasam tat-trasport u aħna l-membri ta' l- oppożizzjoni tlabna lill-gvern biex għal dak li għandu x'jaqsam mal-land transport, mat-trasport marittimu u ma' l-air transport, jgħidilna kif per eżempju l-heavy vehicles se jkollhom iħallsu fee ta' madwar Lm700 biex l- vettura tagħhom tkun skond l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan m'għednihx aħna, imma qaluh l-esperti tekniċi stess.", "Għidulna x'se jkun l- impatt ta' din il-fee!", "Għidulna x'se jkun l-impatt fuq il-bandiera Maltija u fuq il-handling fl-ajruport!", "Għidulhomlna dawn l-affarijiet ħalli nkunu nafu min se jidħol għar-responsabbilta` politika!", "Mr Chairman, il-kummissjoni Ewropea tagħmel l-overall assessment tagħha fuq ir-regular report.", "Il-poplu Malti wkoll qed jagħmel dan l-overall assessment, u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jidher biċ-ċar kemm dan l- overall assessment huwa negattiv.", "Fir-rigward tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-gvern Nazzjonalista beda bl-istilel, bil-maġija u bil-mijiet tal-miljuni, u issa wasal biex imexmex l-għadma.", "Nagħlaq billi ngħid li anke għal dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-settur, ir-riflessjonijiet ta' l-oppożizzjoni dwar il-budget huma ċari ħafna.", "Dan huwa budget mingħajr inizjattiva, budget ta' gvern li qed jorqod quddiem il- problemi tal-pajjiż u li m'huwiex kapaċi jagħmel sens lanqas fil-politika tiegħu stess, f'dan il-każ il-politika barranija.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nixtieq kieku nibda billi nitkellem direttament dwar il-policy, pero', peress li din hija l-unika darba f'sena fejn ikollna l-opportunita` li nitkellmu dwar dan il-ministeru - li għandu budget ta' Lm9 miljun, b'head office li jonfoq madwar Lm4 miljun u b'żewġ ambaxxati, waħda f'Londra u l-oħra fi Brussels, li bejniethom jonfqu kważi Lm1 miljun - naħseb li nkun aħjar li nibda billi nikkummenta ftit dwar l- amministrazzjoni tiegħu, u ngħaddi għall-policy iktar tard.", "Sur President, illum nafu li għandna foreign office li sar ministeru mimli b'għexieren ta' nies ingaġġati fuq kuntratti, u li qed ikunu ta' piż kbir fuq il-kaxxa ta' Malta.", "Il-kuntratti ta' dawn il-ħaddiema huma ġenerużi, anke dawk tal- messaġġiera, fejn dawn jieħdu madwar Lm100 allowance fix- xahar, imbagħad wara nofsinhar ma jkun hemm ħadd minnhom fil-ministeru.", "Anke l-konsulenti, b'eċċezzjoni ta' xi wieħed, qed jagħmlu xogħol li liberalment jista' jagħmlu ħaddieħor.", "Dawn qed jitħallsu b'madwar Lm5,000 fis-sena, u ħadd minnhom ma jdum għal iktar minn siegħa kuljum fil- ministeru.", "Id-direttorat ta' l-Unjoni Ewropea, li issa xogħlu kważi ttieħed kollu mill- MIC, ingħata d-doppju tal-fondi biex jaħdem, u ngħata wkoll iktar ħaddiema.", "Nafu li l-kap tiegħu tant huwa indipendenti u bilanċjat, li llum il-ġurnata sar ħaġa waħda mat-team li jifformola l-policy, u sar anke membru tat-team li jmur jinnegozja mal-gvern fi Brussels.", "Nafu li teżisti tellieqa għall-postijiet fil-ministeru, li għada pitgħada, jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, jistgħu jingħataw lil nies privileġġjati.", "Ħafna minn dawn in-nies diġa' qed jintbagħtu għal korsijiet organizzati mill-istess Unjoni Ewropea.", "Nafu wkoll li qed jiġu appuntati ambaxxaturi,", "Nafu wkoll li ġew appuntati ambaxxaturi, kemm residenti kif ukoll le, għal pajjiżi qrib u anke imbiegħda, li magħhom ftit li xejn għandna kuntatti, bħal per eżempju l-Asja, Singapore u s-South Africa.", "Jien ngħid li l- ambaxxati Maltin li qed jinfetħu f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea m'humiex qed jinfetħu fl-interess ta' Malta, imma sempliċiment biex nagħmlu kumpliment lil dak il-pajjiż, u qed niġu naqgħu u nqumu mid-deficit kbir finanzjarju li għandu pajjiżna.", "Jien m'iniex se nagħmel kif kien jagħmel il-Ministru Borg meta kien fuq din in-naħa tal-Kamra, u nikkritika personalment lill-ambaxxaturi.", "Dak iż-żmien l-Onor.", "Ministru kien megħjun ħafna mill-pupazzi tal-gazzetti li jikbtu bl- Ingliż, u kull ħaġa li kienet tiġri kienet tiġi sploduta fil-gazzetti u ripetuta ad nauseam.", "Imma issa, qatt ma nisimgħu bl-inkwiet li kellu kummissarju għoli Malti fl-Awstralja, mal-komunita` Awstraljana u anke ma' l-awtoritajiet Awstraljani.", "Il-gazzetti lanqas ma rrapportaw l-inċident ta' l-ambaxxatur il-ġdid, ferħan bih innifsu, li għamel charge lill-first secretary għax dan ma qamx bilwieqfa meta daħal hu fil-Kamra, avolja kien qed jaħdem fuq il-computer.", "Ma smajniex per eżempju bil-ġlied li kellu s- sena l-oħra l-kummissarju għoli Malti f'Londra maċ-chaplain tal-komunita` Maltija, Fr. Raymond Falzon, Franġiskan, meta suppost kienu qed isiru laqgħat biex isiru festi biex tiġi ċelebrata t-8 ta' Settembru.", "Dan il- ġlied spiċċa b'rimarki personali, ċiniċi u abbużivi, u rapporti dwaru waslu għand il-Ministru u għand il-Prim Ministru, imma Alla jbierek, ħadd ma rrapporta xejn.", "Mr Chairman, għalkemm fi ħdan il-ministeru qed jiġu ngaġġati uffiċjali bħala maturi, dawn qed jintbagħtu immedjatament barra għal iktar taħriġ, jew mill-ġdid fl-Universita` jew inkella f'posting, imbagħad kulħadd igerger li fil-ministeru m'hemmx biżżejjed ħaddiema.", "Fi kliem ieħor, għandna foreign office fejn fl-opinjoni tiegħi jeżisti taħwid, nuqqas ta' interess u nuqqas ta' inizjattiva, speċjalment fid-direttorat tal- bilaterali.", "U dan bir-raġun, għax min qed imexxih m'għandha l-ebda interess ieħor ħlief li tieħu dak li kien imwiegħed lilha, u ċioe` li ssir ambaxxatriċi, u fil-fatt qed jingħad li se tintbagħat fil-Portugall.", "Jien naf ukoll b'assistent tad-direttorat, li f'daqqa waħda intbagħat Moscow biex postu jieħdu xi ħadd ieħor, li jekk m'iniex sejjer żball kien ġej minn Kastilja.", "Sur President, li jinkwetani f'dan id-direttorat huwa li skond m'hu qed jingħad, ġew ittraskurati għall-aħħar dawk li huma msejħa briefs, li huma rendikonti ta' relazzjonijiet diplomatiċi li pajjiżna jkollu ma' pajjiżi oħra, u li fihom hemm miktub l-istorja diplomatika ta' pajjiżna.", "Jien nawgura li ġejt informat ħażin, pero' rrid nistaqsi jew huwiex veru li dawn qed jiġi ttraskurat.", "Nistaqsi wkoll jekk jinżammux minuti meta delegazzjonijiet Maltin iżuru pajjiżi barranin jew meta meta delegazzjonijiet barranin jiġu hawn Malta?", "Jien naf li uffiċjali diplomatiċi, l-aktar ambaxxaturi Maltin, waqgħu f'apatija kbira quddiem dan it-taħwid kollu.", "Uħud minnhom saħansitra waslu biex jikkontribwixxu f'artikli fil-gazzetti tal-partit Nazzjonalista u anke fl-independent press.", "Dawn l-artikli ġew ikkontestati għax inkludew materjal kunfidenzjali li ġie f'idejn l-ambaxxaturi, fosthom wieħed in partikolari, li allura kiser l-etika professjonali.", "Qed nirreferi b'mod partikolari għall-artiklu li deher fl-1 ta' Lulju 2001, imsemmi \"Imnajdra and Unesco\", miktub minn korrispondent speċjali li kulħadd jaf min hu imma kulħadd jibża' minnu, jew aħjar mill-kitbiet anonimi tiegħu u minn dak li jaf dwar dawk li ma jridux ikollhom x'jaqsmu miegħu, imma xorta jkollhom jaċċettawh.", "Meta nisma' b'dan kollu, jien nistaqsi jekk il-ħidma li qed issir minn dawn l-ambaxxaturi u r-riżultati miksuba jiġġustifikawx il-miljuni ta' liri li qegħdin nonfqu fuqhom.", "Oġġettiv politiku primarji tal-Ministeru għall- Affarijiet Barranin huwa, u hawnhekk nikkwota,", "\"establishing, maintaining and where appropriate, enhancing diplomatic relations, particularly with a view to promoting trade, investment, tourism, health, agriculture, air services and avoidance of double taxation and negotiating bilateral agreement in these and other fields.\".", "Jekk inħarsu lejn ir-riżultati, minkejja din il-ħidma kollha u dan id-daqq tat-trombi, insibu mod ieħor, li t-turiżmu f'pajjiżna qiegħed jonqos, l- investiment sparixxa, l-esportazzjoni qed tonqos, swieq ġodda ma jeżistux.", "Allura jien nistaqsi jekk fiex qed tissarraf il-ħidma ta' dawn l-ambaxxati kollha u l-infiq ta' miljuni kbar ta' liri.", "Sur President, nixtieq nistaqsi wkoll meta se tinfetaħ l-ambaxxata Spanjola f'pajjiżna.", "Il-Prim Ministru għadu kemm ħabbrilna li issa se tinfetaħ l- ambaxxata ta' l-Olanda, u jien infakkar fil-paroli li kien sar meta l-gvern Laburista kien niżżel il-livell ta' rappreżentanza ta' l-ambaxxata Spanjola, u skond l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, din kienet ingħalqet minħabba f'hekk.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn għaddew tliet snin, u sal-lum għadna ma smajna assolutament xejn.", "Dan żgur li m'huwiex tort ta' l- ambaxxatur li hemm bħalissa, għax dan hu wieħed mill-ambaxxaturi li verament jagħmel ix-xogħol tiegħu b'kuxjenza u b'serjeta`.", "Mr Chairman, se ngħaddi issa biex nitkellem dwar kif qed jiġu amministrati l-fondi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Kif qal tajjeb il-kollega tiegħi, kollox huwa indirizzat, kif jgħidu l-objectives, \"to enhance Malta's relationship with the European Union, leading to membership in the Union\".", "Jien nistaqsi xi bżonn kien hemm li jinħoloq il-MIC, u iktar minn hekk, xi bżonn kien hemm li għas-sena d-dieħla jingħata kważi Lm1 miljun, jekk id-direttorat ta' l-Unjoni Ewropea, li m'huwiex immexxi minn nies b'orjentament partiġġjan dikjarat, f'paġna 349 ta' l-estimi huwa deskritt bħala li", "\"serves as an excellent source of information for the general public and interested bodies\".", "Nerġa' ngħid, jekk il-European Union information directorate huwa deskritt bħala \"serves as an excellent source of information\", x'kellna x'nambu l- MIC?", "Dan biex ma nsemmix l-eluf kbar ta' liri oħra li huma vvutati biex jintefqu mid-direttorat ta' l-Unjoni Ewropea, u l-flus ivvotati taħt in- national programme for the adoption of the acquis.", "Ma' dawn irrid insemmi wkoll il-flus li l-istess kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea se tagħti, taħt il-programm imsejjaħ Communication Strategy, biex jintefqu fi probaganda favur is-sħubija fl-Unjoni.", "Dan huwa xogħol u spejjeż doppji.", "Dan il-gvern x'ried, li jkollu struttura b'nies leali lejn il-partit Nazzjonalista, li jkunu lesti jagħmlu dak li jkun hemm bżonn biex jimbuttaw il-politika tagħhom u konvenjentement ikunu mħallsa minn flus il- poplu?", "Dan il-gvern irid nies bħal Dr. Simon Busuttil u l-ex ġurnalista Carmel Attard, li kien tant jiskrupla meta fi żmien amministrazzjoni Laburista kienet tissemma' l-Libja, u li issa marlu l-iskruplu kollu?", "Dawn in-nies, lejliet l-elezzjoni, lill-partit Nazzjonalista qdewh mill-koxxa, u probabbilment illum qed jiġu kkumpensati tal-pjaċiri li kienu għamlulu.", "Sur President, wissejt u nerġa' nwissi li gvern Laburista, wara l-elezzjoni li jmiss, m'huwiex se jonora kuntratti ta' mpjiegi permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, ta' nies li mill-MIC qed jiġu mwiegħda li jiddaħħlu jaħdmu f'dan il-ministeru.", "Qed ngħid dan biex kollox ikun ċar, ħalli imbagħad ħadd ma jgħid li għamilna xi vendikazzjoni.", "Nerġa' nagħmilna ċara li l-partit Laburista fil-gvern, wara l-elezzjoni li jmiss, m'huwiex se jonora kuntratti ta' din ix-xorta.", "Għall-probaganda favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, dan il-gvern għandu flus kemm irid, imma għall-komunitajiet Maltin barra minn xtutna, minkejja l-paroli u d-dikjarazzjonijiet fl-estimi li jgħidu \"to extend support to Maltese communities overseas\", ma vvota lanqas lira waħda vvutata, avolja dan qiegħed imniżżel fl-objectives.", "Mr Chairman, fir-rigward tal-politika ġenerali, inkun qed naħli l-ħin tal- Kamra jekk noqgħod nirrepeti li l-għan prinċipali ta' dan il-gvern huwa s- sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox.", "Mhux biss, imma politika ta' sħubija li m'għandha l-ebda politika alternattiva fil-każ li dan l-għan ma jintlaħaqx.", "Biex intefqu ħafna riżorsi fuq din il-politika, kemm finanzjarji kif ukoll riżorsi umani, ġew ittraskurati oqsma politiċi oħra, li huma ta' mportanza massima għall-politika barranija ta' pajjiżna.", "Hija tal-mistħija li l-gvern, li jgħid li huwa ispirat minn prinċipji demokristjani, ma weġibx għas-sejħa ta' għajnuna fil-kampanja Europe against Poverty and Social Exclusion, imnedija mill-kunsill ta' l-Ewropa bejn l-1999 u din is-sena, bil-għan li jiġi mnaqqas jew eliminat il-gap ta' djun bejn il-pajjiżi ta' l-Afrika u l-kumplament tad-dinja.", "Pajjiżna ma bagħat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja, jew ta' l-inqas token sum, għax għal dawn l-affarijiet, probabbilment m'għandux flus.", "Ara għal ta' l-MIC għandu flus.", "Sur President, ħaġa oħra ta` min jinnotaha hija li s-sena d-dieħla Malta se jkollha l-viċi presidenza u anke l-presidenza tal-Kunsill ta` l-Ewropa.", "Din tiġri darba kważi kull 20 sena bil-membership li hemm illum u fil-budget, iddur kemm iddur, ma ssib l-ebda Lm1 ivvotata għal dan l-avveniment u inkarigu daqshekk prestiġjuż.", "Jiena naħseb li din għandha tkun opportunita` tad-deheb għal Malta biex tagħti kontribut għall-ħarsien tal- prinċipji demokratiċi u biex tippromwovi r-rwol ta` pajjiżna bħala ċentru ta` paċi li attivament jaħdem biex iġib aktar sigurta` u stabbilita` fir- reġjun imqalleb tal-Mediterran.", "Ikun tajjeb li fid-diskors tiegħu l- Ministru jgħidilna x'inizjattivi u xi programmi għandu ppreparati l-gvern għal dan l-avveniment, għax okkażjoni bħal din ma tiġikx darba kull ġimgħa.", "Sur President, irrid ninnota wkoll li fil-Ġnus Magħquda diġa` tlifna l- awtonomija tal-vot tagħna bħala pajjiż sovran u diġa` qegħdin nivvotaw kif tgħidilna l-Unjoni Ewropea.", "Għallinqas hekk jidher minn dak li naqraw fir- rapporti u mill-ftit li nisimgħu, għax minkejja li darba konna mwegħdin li d-dikjarazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha li tivvota fihom Malta fil- Ġnus Magħquda kienu se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra dan ma seħħ qatt.", "L-istess qegħdin nagħmlu fuq issues ta` politika internazzjonali.", "Qed nivvotaw kif jiddettaw l-interessi ta` l-Unjoni Ewropea u mhux kif ikun fl- aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Pero` fuq nota posittiva rrid ngħid li huwa ta` sodisfazzjoni li pajjiżna għadu jgawdi b'mod konkret minn għajnuna li ġejja mill-Istati Uniti b'riżultat tat-titjib fir- relazzjonijiet li ħadu spinta kbira 'l quddiem bejn l-1996 u l-1998 fiż- żmien meta aħna konna fil-gvern.", "Dak iż-żmien kien verament tneħħa l- għanqbut li kien ilu jikklejma li neħħa l-Prim Ministru, imma fil-verita` ma kien neħħa xejn.", "Huwa wkoll ta` sodisfazzjon li wieħed jinnota l-interess ġdid li dan il- gvern qed juri fir-realazzjonijiet ta` pajjiżna maċ-Ċina.", "Il-konversjoni mill-preġudizzji li l-Partit Nazzjonalista kellu kontra l-poplu Ċiniż fil- passat issa jidher li hija konversjoni totali u jiena nawgura li mill- paroli, u mis-sempliċi viżiti ta` ministri ġejjin u sejrin iċ-Ċina, ngħaddu għall-fatti ta` investiment, aktar rabtiet kommerċjali u aktar kuntatti li jħallu l-frott u jagħmlu l-ġid lill-komunita` Maltija.", "Sur President, dwar il-Mediterran ukoll nixtieq ninnota li hemm sinkronija bejn il-politika taż-żewġ partiti u nħoss li hemm għalqa fejn il-gvern għandu jieħu aktar inizjattivi minn rajh u ma joqgħodx biss marbut mal- konfini tal-politika Ewro-Mediterranja ta` l-Unjoni Ewropea.", "Biex nagħti eżempju, insemmi t-twaqqif tal-Euro-Mediterranean Parliamentary Forum fiż- żmien meta aħna konna fil-gvern.", "Dan kien twaqqaf hawn Malta u sal-lum għadu jiffunzjona.", "Fil-fatt proprju ftit tal-ġimgħat ilu konna Brussells biex nattendu għat-tielet laqgħa tiegħu għax ġie msejjaħ minn Madame Fontaine u anke mill-Co-President Marokkin ħalli tiġi diskussa l-problema tat-terroriżmu fil-Mediterran.", "Sur President, ta` min jgħid ukoll li fuq inizjattiva li ħadet żmien ilu Malta wara ħidma sfiqa li wettaqna bħala delegazzjoni Maltija matul dawn l- aħħar xhur u snin, illum wasalna lejliet li naraw li naraw titwieled assemlea parlamentari Mediterranja fi ħdan l-IPU.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja, b'mod partikolari, lill-ambaxxatur Alfred Zarb għall-mod ta` kif ħadem u kif dejjem għen u ta l-pariri tiegħu liż-żewġ naħat ħalli dan l- avveniment iseħħ.", "Din hija assemblea li taf tkun ta` ġib kbir għall-kisba tal-paċi fir-reġjun tal-Mediterran.", "Sur President, ħalli issa niġi għall-kwestjoni ta` l-Unjoni Ewropea.", "Jiena diġa' għedt li l-gvern preżenti qiegħed jinnegozja minn pożizzjoni ta` żvantaġġ għax l-Unjoni Ewropea diġa` taf, minn didikjarazzjonijiet ripeturi li għamel dan il-gvern – u sieħbi diġa` għamel riferenza għaliha – li huwa m'għandux politika alternattiva għas-sħubija.", "Huma jieħdu għalihom meta aħna ngħidu hekk.", "Imma l-fatti juri li qegħdin nitkellmu fuq sħubija akkost ta` kollox għax il-gvern m'għandux alternattiva politika oħra.", "U meta inti qed tinnegozja u ma` min qed tinnegozja jaf li inti m'għandekx alternattiva, ovvjament ikompli jinsisti ħalli fl-aħħar mill-aħħar ikollok taċċetta dak li qed joffrilek hu.", "Pero` meta nirriflettu dwar x'qed jiġri naraw li bil-politika tiegħu l-gvern qiegħed litteralment isallab lill- pajjiż.", "Dan il-gvern ittraskura kollox u ffoka biss fuq is-sħubija.", "Telaq dak kollu li huwa importanti u għax jemmen, ovvjament b'mod żbaljat, li s- sħubija se tkun is-soluzzjoni għall-problemi kollha li għandna tefa` kollox wara spallejh u qal: Issa meta xi darba nsiru membri dawn il-problemi jsolvuhomna huma.", "Jekk iddur dawra ma` dwarek tara kif kollox huwa traskurat.", "Qed jiffoka fuq ħaġa waħda għax jemmen li fl-aħħar mill-aħħar se nsiru membri u hemmhekk insibu s-salvazzjoni ta` kollox.", "Għaliex qed ngħid li b'din il-politika sallab lill-pajjiż?", "Sallab lill-pajjiż għax meta wieħed jara kemm miljuni kbar ta` flus dan il-gvern jonfoq biex iwaqqaf l- istrutturi amministrattivi li jitolbu minn pajjiżna l-implimentazzjoni tar- regolamenti ta` l-Unjoni Ewropea wieħed jirrealizza li dawn, wara kollox, huma flus li qegħdin joħorġu mill-bwiet tal-Maltin.", "Dan l-infiq qiegħed ikompli jagħfas fuq il-poplu u qegħdin inkabbru l- ferita tad-dejn nazzjonali.", "Dawn mhux qed tagħmel tajjeb għalihom l-Unjoni Ewropea mill-mijiet ta` miljuni li darba l-gvern wegħedna li se jkunu ġejjin mill-istess Unjoni.", "Il-gvern kull darba qiegħed iżid it-taxxi u jgħid lill-poplu biex idaħħal idejh fil-but u jħallas għax għandi bżonn nonfoq għax inkella l-Unjoni Ewropea tgħidlu li għadu lura u li jrid iħaffef bħalma għamlet fir-rapporti li ħarġet dan l-aħħar.", "Bħlama diġa` għedt dawn m'humiex miljuni li ġejjin mill-Lm100 miljun li l-Onor.", "Borg u sħabu kienu wegħdu li se jiġu mill-Unjoni Ewropea qabel l-elezzjoni ta` l- 1998, imma ġejjin minn bwiet il-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan il-gvern qed isallab lill-pajjiż biex nintgħoġbu man-nies ta` Brussells għax diġa` qegħdin inwettqu politika li tmur kontra l-ispirtu tal-Kostituzzjoni tagħna u li m'hijiex fl-interess ta` pajjiżna, imma fl-interess biss ta` min qed jgħajtilna biex immorru miegħu.", "Sur President, huwa interessanti li wieħed jinnota li ta` dan għadna ma ħadna assolutament xejn mill-Unjoni Ewropea.", "Ħafna wegħdiet, kmandi ta` x'għandna nagħmlu, rapporti, wieħed wara l-ieħor u dikjarazzjonijiet minn politiċi li qatt ma jkunu resqu lejn pajjiżna li hekk kif jiġu jagħmlu 24 siegħa hawn, oħroġ il-għaġeb, dawn isiru esperti fuq pajjiżna u jkunu jafu x'inhu l-aħjar għalina u alla ħares xi ħadd imerihom għax jgħidulek imbeċilli u ma tifhimx.", "Dawn jiġu bid-don ta` l-għerf u f'24 siegħa minn erba` biċċiet karti li jkunu kitbulhom jiġu jgħidulna x'għandna nagħmlu.", "Ħafna drabi dawn ikunu mitmugħin informazzjoni li tkun nofs veritajiet, biex ma ngħidx gibed jew inkella fatt mgħawġa.", "Ma rridux ninsew li dawn ikunu ġew informati b'ħafna affarijiet mill-akkolti tal-gvern, min-nies bħalma huma ta' l-MIC u mill-gazzetti.", "Meta aħna mmorru Brussels għall-JPC jagħtuna dossier li jkun fih x'qalu l-gazzetti ta` Malta.", "Jiena naqbad nidħak u fl-istess ħin ngħid kemm huma msieken dawk li qegħdin jitimgħu lilhom innifishom din it-tip ta` propoganda u jemmnu dawn l-affarijiet.", "Sur President, ħalli nagħti eżempju ta` kif qed isir il-qerq.", "Hawnhekk għandi l-ħarġa numru 100 ta` L-Aġġornat li jeditja seħibna Carmelo Attard.", "F'din il-ħarġa hemm artiklu intitolat \"Lm11.3 miljuni b'Lm6.8 miljuni mill- Unjoni Ewropea għad-dħul tal-liġijiet ta` l-Unjoni Ewropea\".", "F'dan l- artiklu hemm l-istima għas-sena 2002 li tiġi Lm11,326,000 u jgħidilna li mill-Unjoni Ewropea ġejjin Lm6,748,000.", "Issa dan m'hu se jieħu xejn il- poplu Malti minnhom.", "Dawn sempliċiment biex inwaqqfu l-istrutturi.", "Għax jekk il-Ġermanja jew Franza għandha bżonn 2,000 struttura għal dawk il- miljuni ta` nies, aħna fiċ-ċokon tagħna meta nsiru membri xorta rridu nagħmlu dawk l-istrutturi kollha, għandna jew m'għandniex biex nagħmluhom.", "Irridu nagħmluhom ħalli nissodisfaw dak li jgħidu ta` Brussels.", "Issa kif iqarraq bin-nies dan l-artiklu?", "Dan iqarraq bin-nies għax min jaqrah jifhem li għas-sena 2002 l-Unjoni Ewroepa minn Lm11.3 miljuni li rridu noħorġu biex nagħmlu l-istrutturi se tagħtina Lm6.8 miljuni.", "Dan huwa qerq għax fil-kolonna s-Sur Attard qed jinkludi kollox f'daqqa għax jistħi jniżżel f'kolonna għaliha l-miżerja ta` Lm3 miljuni li hemm allokati għas-sena 2002.", "Dan qed jiġbor kollox flimkien ħalli jidhru aktar minn Lm6 miljuni.", "Veru li xorta m'humiex Lm100 miljun jew Lm200 miljun għax ta' sentejn kienu jiġu Lm200,000, imma għamilhom flimkien ħalli ma jissemmewx il-figuri miżeri li jiddandnu bihom tan-naħa l- oħra.", "Jiġifieri hawnhekk naraw kemm qegħdin jiġu mitmugħma informazzjoni żbaljata u tad-daħk.", "Tant hu hekk li meta mbagħad wieħed jara paġna 12 ta` l-estimi jsib li t-total tal-pre-accession funds għas-snin 2000, 2001 u 2002 jammonta għal Lm8.4 miljuni.", "Għal tliet snin dawn u mhux kif ta l- impressjoni s-Sur Attard li se ningħataw Lm6.8 miljuni għas-sena 2000.", "B'min ħaseb li se jidħak?!", "Jidħak b'dawk iċ-ċwieċ li jirċevu dawn l- affarijiet u jibilgħu kollox.", "Min jara dawn l-affarijiet jinduna x'inhi l-logħba ta` dawn in-nies li l- ministru għadu kemm qal li m'humex ispirati politakment u partiġġjanament.", "Jiena ngħidlek li dawn ippatentjati mal-Partit Nazzjonalista u mhux partiġġjani biss.", "Kieku l-ministru ried ikun serju u ried jagħmel uffiċċju li veru jqassam il-propaganda bis-serjeta` ma kienx jagħmel lil dawn in- nies.", "Jiena ngħid li għandhom id-dritt kollu li personalment iżommu dik l- opinjoni partiġġjana politika.", "Imma mhux tiġi tpoġġihom hemmhekk biex dawn issa qegħdin jagħtu informazzjoni imparzjali lill-poplu.", "Nerġa' ngħid li filwaqt li hawn is-Sur Attard qed jipprova jagħti l-impressjoni li l-fondi li se toħroġ l-Unjoni Ewropea huma ta` sena, mentri huma ta` sentejn, minn paġna 12 ta` l-estimi joħroġ ċar li l-Unjoni se toħroġ Lm8.4 miljuni għall- tliet snin.", "Ma tantx hemm differenza!", "Qegħdin Lm292 miljun inqas minn dawk imwiegħda lill-poplu Malti mill-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta` l-1998.", "Lm100 miljun fis-sena għall-tliet snin iġibu Lm300 miljun jekk minnhom naqtgħu Lm8 miljuni jibqa` Lm292 miljun.", "Żball żgħir hemm!", "Sur President, meta nitkellmu fuq il-fondi ta` min jirrealizza wkoll li dawn it-Lm8.4 miljuni għal tliet snin huma inqas mid-Lm9.1 miljuni li konna nirċievu mir-raba` protokoll finanzjarju li kellna ma` l-Italja.", "Issa hemm il-ħames protokoll u hekk kif insiru membri ta` l-Unjoni dan jintielf ukoll.", "U ma ninsewx li din l-għajnuna finanzjarja mill-protokoll finanzjaru ma` l-Italja konna qed nibbenefikaw minnu bis-saħħa tan- negozjati li kien għamel il-gvern Laburista ta` dak iż-żmien.", "Jiena nistaqsi: Għaliex qed inpoġġu dawn il-figuti hekk?", "Għax mill-programm li kellu jsir fis-sena 2000 u fis-sena 2001 ma sar xejn u allura hemm flus akkumulati.", "X'inhi l-istorja?", "Ġibna minnhom jew ma ġibniex?", "Għadhom available jew m'għadhomx?", "Għax se fejn naf jien is-sistema ta` organizzazzjonijiet bħalma hi l-Unjoni Ewropea, jekk inti tkun tlift l- allotment li għandek għal dik is-sena rari biex iġorru għas-sena ta` wara, trid toqgħod titallab u titkarrab u tagħmel ħafna talbiet.", "Għalhekk nixtieq inkun naf mingħand il-Ministru jekk il-programmi li kellhom isiru fis-sena 2000 u s-sena 2001 ġewx traskurati u issa ġejja l-għaġġla.", "Sur President, fl-estimi għandna wkoll ivvotati miljuni ta` liri f'ministeri differenti sempliċiment bħala national programme for the adoption of the acquis.", "Dawn m'għandna l-ebda breakdown fuqhom, ma nafux x'se jsir minnhom, mentri voti oħrajn b'somom ħafna inqas minnhom issib li hemm breakdown tagħhom.", "Hawnhekk għandna bejn Lm11 miljun u Lm14 miljun, ma nafx kemm hi eżatt il-fugura, mqassma fuq ministeri differenti u m'għandna assolutament l-ebda beakdown tagħhom.", "Sur President, waqt li pajjiżna għaddej minn dan kollu u qegħdin nagħmlu din il-polemika kollha jiena nixtieq nistaqsi lill-gvern tal-lum lejn liema Ewropa miexi għax jiena konvint li lanqas hu ma jaf lejn liema Ewropa miexi.", "Dan qed ngħidu bl-ikbar serjeta`.", "Bħalma ma jafux il-pajjiżi applikanti l-oħra u kważi kważi lanqas il-pajjiżi diġa' membri fl-Unjoni, jiena konvint li l-gvern lanqas jaf lejn liema Ewropa miexi.", "Jiena dan qed ngħidu fid-dawl ta` l-iżviluppi li qed isiru u fid-dawl tad-diskussjoni li se tinfetaħ dwar il-futur ta` l-Ewropa.", "Dwar din id-diskussjoni hawn Malta għamilna taparsi seminar fuqha.", "Kienet ġiet delegazzjoni mill-Belġju li magħha tkellimna għal nofs siegħa hawn ġew, fil-kamra tal-kumitati, u tajnihom l-impressjoni li aħna qed niddiskutuh il-futur ta` l-Ewropa.", "Tajnihom l-impressjoni li aħna għandna ideat ċari, nafu x'irridu u nafu fejn irridu mmorru.", "Jien ngħid li l-gvern ma jafx liema Ewropa miexi lejha.", "Sur President, il-gvern biex jikkonsla jgħidilna li l-Unjoni Ewropea se tagħtina ċ-ċans li nsemmgħu leħinna fid-diskussjonijiet tal-konferenzi li hemm ippjanati li jsiru fis-snin li ġejjin fejn suppost jiġi diskuss il- futur ta` l-Ewropa.", "Imma jiena ngħid: Possibbli li l-gvern jemmen li aħna se jkollna dik is-saħħa, kemm bħala pajjiż applikant jew sfortunatament bħala membri, jekk għada pitgħada nissieħbu fl-Unjoni, li lil dawn inġegħluhom jibdlu it-triq li qed jagħżlu huma biex inġegħluhom jaċċettaw il-viżjoni tagħna għall-Ewropa?", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Possibbli ma jafx il-gvern lil fejn qiegħda tiġbed l-Unjoni Ewropea u fejn qegħdin jiġbdu l-pajjiżi l-kbar bħalma huma Franza u l-Ġermanja?", "Jaf x'irid il-gvern?", "Għax hawn Malta għadu qatt ma ddiskutiha din.", "X'irid il-gvern?", "Irid li jkollna nbaxxu rasna għal dak li jgħidu l-kbar u skond fejn jimxu huma mmorru aħna?", "Jaf l-interessi tagħna kif se jiġu milquta?", "Jaf aħna x'ikun jaqblilna bħala pajjiż żgħir?", "Fi kliem ieħor jekk il-gvern qed jemmen li se nkunu aħna li ma nħalluhomx jiżviluppaw l-Unjoni f'direzzjoni politika partikolari naħseb li huwa żbaljat jew inkella għandu illusions of grandeur li aħjar wieħed jara kif jagħmel u jeħles minnhom.", "Jekk qiegħed jimmaġina li se jdawwar ir-rotta li diġa' jidher li qegħdin jieħdu l- pajjiżi l-kbar naħseb li sejjer żbaljat.", "Possibbli li l-gvern ma jirrealizzax li aħna jkollna nadattaw ruħna għall-forma ta` unjoni li jkunu jridu jagħtuha dawk li wellduha u li wassluha sa fejn qiegħda llum bix- xogħol tagħhom?", "U din jagħmluha fl-aħjar interessi tagħhom.", "Jiena għadni nisma` f'widnejja lil Vedrin meta konna Versailles – inti kont preżenti jekk m'iniex sejjer żball – meta kien qed jirrispondi lil xi ħadd dwar il- posponiment tad-dati tad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Niftakar li dan kien ħatfu u qallu: Aħna m'hu qed nipposponu xejn għax aħna ma wegħedna dati lil ħadd u jekk intom qaed taħsbu – kien qed jindirizza lill-pajjiżi applikanti kollha – li se ndaħħlukom qabel aħna nkunu lesti biex tkissru dak kollu li aħna tant bnejna b'tant sagrifiċċju sejrin żbaljati.", "Dan kien x`qal Vedrin meta xi ħadd bil-biżgħa kollha staqsa jekk hemmx xi data tentattiva meta se jissieħbu fl-Unjoni.", "Jiġifieri dawn qed jagħmluha ċara.", "Il-pajjiżi l-kbar bħalma huma Franza, il- Ġermanja u l-Italja qed jgħidu li l-Unjoni Ewropea bnewha huma, ħadmu għaliha u għamlu s-sagrifiċċji huma u jħossu li għandhom id-dritt sagrosant li jifformawha kif jaqbel lilhom u mhux kif jaqbel lilna.", "Jiġifieri min jaħseb li aħna b'xi mod se nbiddlulhom ir-rotta li għażlu huma sejjer żbaljat.", "Ikun aħjar li minn issa naraw l-Ewropa fejn miexja u naraw jekk ikunx jaqblilna li nissieħbu magħha jew le.", "Dan huwa diskors li qatt ma sar.", "L-ebda dibattitu ma sar fuqu biex wieħed ikun jaf f'liema Ewropa deħlin.", "Għax l-Ewropa tas-sittinijiet kienet mod, l-Ewropa tas-sebgħinjiet kienet mod ieħor, ta` qabel is-Single Act kienet mod ieħor, ta` wara Amsterdam kienet mod ieħor, ta` wara Nizza se tkun differenti u probabbilment l-Ewropa ta` wara l-konferenza li għad trid issir se tkun Ewropa totalment differenti.", "Sur President, jiena ngħid li sal-lum il-gvern għadu ma esprimiex ruħu formalment dwar l-Ewropa li jixtieq jara fil-futur.", "Għalhekk jiena nistaqsi: X'Ewropa tixtiequ taraw?", "Federazzjoni ta` Stati Membri separati, federazzjoni tip l-Istati Uniti ta` l-Amerika, president Ewropew elett direttament miċ-ċittadini b'poteri ta` president bħal dak Amerikan?", "Tridu Parlament Ewropew li jkollu s-saħħa li joħnoq il-parlamenti Ewropej?", "Għax bħallissa għaddej dibattitu qawwi rigward l-eżistenza tas-saħħa leġislattiva tal-parlamenti nazzjonali fil-konfront tas-saħħa li qed jikklejmja li għandu jkollu l-Parlament Ewropew.", "Meta ftit tal-ġimgħat ilu konna fil-laqgħa tal-Euro-Mediterranean Parliamentary Forum ġewwa Brussells minkejja l-ftehim li kien sar hawn Malta rigward kif għandha tkun il- parteċipazzjoni tar-rappreżentanti mill-Parlamenti Ewropej, mill-pajjiżi tal-Mediterran u mill-Parlament Ewropew rajna l-arroganza tal-Parlamentari Ewropew li bagħtulna ittra, fil-kumitat li laqqgħet apposta Nicole Fontaine ħalli niddiskutu r-regolamenti, fejn fiha qalulna: Tiddiskutu kemm tiddiskutu intom, aħna mhux se naċċettaw it-tibdil li se tagħmlu.", "Dan huwa l-mod kif jaħdmu dawn.", "Dan juri li l-membri tal-Parlament Ewropew għandhom kilba kbira biex jiedħu l-poter minn idejn il-membri li jirrappreżentaw il-parlamenti nazzjonali.", "Jiġifieri din hija l-Ewropa li mexjin lejha.", "Ħalli nkunu nafu fejn sejrin mhux billi noqogħdu nsemmu l-flus, il-fondi, l-obbligi u d-drittijiet.", "Irridu nitkellmu wkoll fuq tmexxija.", "Irridu nkunu nafu min se jkun jikkmandana.", "Irridu nkunu nafu x'saħħa se jkollna aħna bħala parlament u fejn se niddilwixxu rwieħna.", "Ikun tajjeb li wieħed jitkellem fuq dawn l- affarijiet.", "Jiena nistaqsi: Kemm hu lest il-gvern li jipproteġi s-saħħa ta` dan il-Parlament kontra s-saħħa tal-Parlament Ewropew?", "X'saħħa se jkollna aħna?", "Se nispiċċaw qisna kunsill lokali fl-Ewropa nittimbraw il-liġijiet li jiġu mill-Unjoni?", "Il-Ministru bħali jaqra u jaf li t-tgergir huwa li l- parlamenti nazzjonali ma jlaħħqux biex jiddiskutu, jagħmlu emendi u jibgħatu lura r-reazzjonijiet tagħhom għal-leġislazzjoni li tkun qiegħda tiġi mgħoddija mill-Parlament Ewropew.", "Sur President, jiena nixtieq ukoll inkun naf x'inhuma l-opinjonijiet tal- Ministru fuq iċ-charter tal-fundamental rights.", "Jista` l-Ministru jgħidilna jekk aħna naqblux ma` dak li hemm fiha, għax ta` min ikun jaf?", "Naqblu jew ma naqblux li din tkun il-bażi ta` kostituzzjoni Ewropea kif qed jingħad, ħalli mbagħad nibdew nibnu s-super State Ewropew fuq il-bażi ta` din il- kostituzzjoni?", "Għax nitkellmu ħafna fuq kemm se jiġu flus u fuq ħafna affarijiet oħra, imma fuq dan ma nitkellmu xejn u dan huwa wkoll suġġett importanti li hemm bżonn nitkellmu dwaru.", "Ara dawk li li jiktbu fuq il- gazzetti bl-Ingliż, dawk li jiġbdulhom l-ispaga minn Kastilja dawn l- affarijiet qatt ma jsemmuhom.", "Lill-poplu Malti ma jgħidulux li l-gvern qed jipprova jieħdok f'dan ix-xenarju li għada pitgħada trid tkun qiegħed tgħix ġo fih.", "Ara f'pajjiżi oħra dan id-diskors ilu jsir u qed joħloq ħafna reazzjonijiet.", "Fil-fatt qed naraw li f'pajjiżi kandidati, bħal, per eżempju, il-Polonja fejn kellek movimenti li kulħadd irid imur għal sħubija issa diġa` qed joħorġu movimenti li qed jgħidu: Nidħlu fl-Unjoni Ewropea meta nkunu nistgħu nidħlu u mhux għarkobbtejna bħalma qed nagħmlu aħna, jissoġġettawna għar-regolamenti tagħhom, jaqbel u ma jaqbilx, u jkollna nidħlu.", "Illum fil-Polonja qed jiżviluppa moviment li qed jgħid li jekk hekk bżonn nistennew.", "Din hija xi ħaġa li qed tfaqqas anke fir-Repubblika Ċeka u anke f'postijiet oħra għax qegħdin jaraw li din m'hijiex istituzzjoni li se tadatta ruħha għalik u se taċċettak għax tridek tmur magħha.", "Le, għandha r-regolamenti u wara li tissodisfahom iddaħħlek.", "Mela dawn wara li għadhom ħerġin minn taħt il-madmad komunista għal dawk is-snin kollha u issa qed jieħdu ftit tan-nifs u daqsxejn tal-liberta` f'daqqa waħda se jerġgħu jgħabbu lilhom infushom b'dawn ir-regolamenti u dawn ir- restrizzjonijiet kollha!", "Sur President, lill-ministru nistaqsih: Saru xi studji biex il-poplu jkun jaf kif se jiġu affettwati l-istrutturi soċjali u leġislattivi ta` pajjiżna taħt xenarji differenti?", "Ara ma jiġix xi civil servant u jgħidli li hu m'huwiex il-politiku bħalma qaluli din il-ġimgħa meta kont qed nistaqsi x'se jkun l-impatt bl-implimentazzjoni tal-VRT kollu f'temp ta` erba` snin.", "Jiena naqbel miegħu.", "Imma x'kien li ġiegħel lil min jiddeċiedi li dan għandu jiġi implimentat fuq medda ta` erba` snin u mhux sitt snin jew tmien snin?", "Meta staqsejt jekk sarx studju ħalli naraw l-impatt fuq l-ambjent, fuq kemm karozzi se jitneħħew mis-suq, kemm karozzi se jiġu importati, kemm se tkun l-ispiża u x'se jkun l-impatt soċjali fuq min mhux kapaċi jixtri karozza oħra għax tneħħuhielu min irrispondini qalli li hu m'huwiex politiku.", "Imbagħad jiena għedtlu: Inti civil servant u suppost tagħmel ix- xenerji differenti - worst case scenario, best case scenario - u mbagħad nagħżel jiena bħala politiku.", "U hekk għandu jkun f'dan il-każ.", "Jien nippretendi li għandhom isiru l-istudji ħalli l-poplu Malti jkun jaf x'impatt se jkollu dan it-tibdil, sija jekk l-Ewropa ssir federazzjoni ta` Stat indipendenti, sija jekk issir federazzjoni tip ta` l-Istati Uniti ta` l-Amerika u sija jekk ikollna president Ewropew elett direttament mill- poplu.", "Għandu l-poplu Malti, li qed jiġi mexxi minn imnieħru lejn din l- Unjoni Ewropea, ikun jaf dawn l-istudji x'joħroġ minnhom u kif jiġi milqut pajjiżna f'dawk iċ-ċirkostanzi?", "Jiena naħseb li aħjar wieħed jirrifletti ftit fuq x'qal il-Prim Ministru Belġjan, Guy Verhofstadt.", "Dan qed jgħid, bi qbil mal-Germanja u jekk m'iniex sejjer żball ma` Franza wkoll, li jemmen li għandna mmorru għall-iktar strutturi magħqudin, għall-iktar federazzjoni u anke mmorru oltre` s-sigurta` u nagħmlu d-difiża komuni b'affarijiet li se nsemmi aktar 'il quddiem.", "Fuq dawn l-affarijiet irridu nirriflettu ħalli naraw jaqbillux pajjiżna.", "Mela Verhofstadt jitkellem għalina?", "Mela Schroeder jitkellem għalina?", "Mela l-Prim Ministru Franċiż jitkellem għall-Maltin?", "Aħna rridu naraw is-sitwazzjoni tagħna kif se tintlaqat.", "Jiena ngħid li mexjin bl-amment basta niġu aċċettati bħala membri ħalli nissodisfaw l-oġġettiv politiku li għamilna bħala partit fil- gvern, u din qed ngħidha mhux bħala akkuża imma bħala stat ta` fatt.", "Qegħdin mhedijin biss biex naraw li nnaqqsu kemm nistgħu mil-lista li ma tsipiċċa qatt ta` regolamenti u liġijiet li jriduna ndaħħlu f'pajjiżna, l- importanti li noqorbu dejjem lejn sħubija lejn l-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad jiġi r-rapport fejn jgħidulna \"hemmhekk\" mhux ħażin, \"hemmhekk\" tirdu taqdfu u \"hemmhekk\" għadkom lura.", "U iktar ma jkollna progress report tajjeb iżjed nieħdu pjaċir.", "Qisu għandek tifel ta` l-iskola li jieħu pjaċir iwaħħlulu l-istars għax mar tajjeb fil-matematika, mar tajjeb fl- Ingliż, mar tajjeb fil-Malti imma mbagħad hemm oħrajn li fihom irid jagħmel daqsxejn sforz mhux ħażin.", "Meta wieħed jara dawn l-affarijiet minn dan l-angolu jinduna li fejn ma jimportana mill-effetti li dan l-eżerċizzju qed ikollu.", "Jiena semmejt il- każ tal-VRT u sieħbi semma każi oħra u żgur m'aħniex qegħdin naraw l-impatt li dawn l-affarijiet se jkollhom fuq il-poplu Malti u Għawdxi, dan minkejja s-sagrifiċċji kollha li l-poplu Malti qed jiġi mitlub li jagħmel u li diġa` għamel.", "Jidher li minkejja kollox qatt m'hu se tissodisfahom lil dawn għax l-aħħar rapporti li ħarġu ma nistgħux ngħidu li huma rapporti bl-istars.", "Ir- rapporti jgħidu li għad hemm ħafna oqsma li bihom għadhom m'humiex sodisfatti u li l-gvern għad irid jagħmel ħafna u ħafna aktar, speċjalment fl-oqsma ta` l-agrikoltura u l-ambjent.", "Dan biex ma nsemmix oqsma oħra bħal, per eżempju, il-kwestjoni ta` l- allinjament tal-VAT fejn qed jimbottaw lill-gvern biex idaħħal il-VAT addirittura fuq affarijiet ta` l-ikel u fuq mediċinali.", "Barra minn hekk dawn qed jimbottaw lill-gvern biex ineħħi s-sussidju anke min fuq l-ilma li bih il-bdiewa jsaqqu r-raba` tagħhom u anke minn fuq it-trasport tal- prodotti agrikoli bejn Malta u Għawdex u viċi-versa.", "Dawn l-affarijiet ma jgħiduhomlux lill-poplu Malti.", "Għiduhom dawn l-affarijiet ħalli jkun jaf għal xiex dieħel il-poplu Malti u mhux ninħbew wara l-laqgħat u wara r- ritratti.", "Sur President, meta jiġu s-sinjuri, li spiss jiġu mill-Unjoni Ewropea, fuq kollox ikellmuna.", "Fuq ħaġa waħda biss ma jkellmuniex, fuq il-fondi.", "Fuq l- għoti tal-fondi ma jgħidu xejn.", "Jiġifieri min kien jaħseb li l-Unjoni Ewropea hija xi baqra li taħleb il-liri jiena konvint li llum jaf li l- affarijiet fl-Unjoni Ewropea ma jsirux b'dan il-mod.", "Tal-Partit Nazzjonalista riedu jqarrqu bil-poplu meta qalu li se jibdew ġejjin Lm100 miljun fis-sena mill-Unjoni, imma mill-esperjenza llum l-poplu tgħallem li l-affarijiet m'humiex hekk.", "Nerġa' ngħid meta nitkellmu magħhom dawn jitkellmu fuq kollox u jgħidulna x'irridu nagħmlu, imma assolutament m'għandekx ċans li dawn se jagħtuk xi Euro żejjed.", "Anzi mhux talli ma jgħidulniex li se jagħtuna l-fondi, talli jekk tara r-rapport tas-sena 2001 dwar Malta li għadu kemm wasal f'paġna 74 jingħad hekk:", "\"Malta should continue its efforts to set up effective instruments to combat VAT and customs duty fraud so that the financial interests of European communites can be protected.\".", "Qegħdin jgħidulna biex aħna nagħmlu r-regolamenti u noqogħdu attenti ħalli naraw l-interessi tal-komunita` ta` l-Unjoni jiġu protetti.", "Jiġifieri skond dawn ir-rapporti l-gvern Malti diġa` qiegħed isir strument tal-ġbir tal- flus biex jibgħathom fil-kaxxa ta` l-Unjoni Ewropea.", "Dawn mhux qed jgħidulna biex ngħidulhom x'għandna bżonn ħalli jagħtuna, imma qegħdin jgħidulna biex nagħmlu l-affarijiet b'mod effettiv fejn jidħol il-VAT u dazji ħalli nissalvagwardjaw l-interessi tad-dħul finanzjarju ta` l-Unjoni Ewropea.", "Għaliex?", "Għax parti minn dak id-dħul imur fil-fondi ta` l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, ħalli issa naraw xi prezz irridu nħallsu jew xi prezz diġa` qed inħallsu biex nissodisfaw din l-ossessjoni tal-Partit Nazzjonalista.", "Sal-lum, bl-aġir tal-gvern, diġa` rmejna n-newtralita` ta` pajjiżna.", "Fl- opinjoni tiegħi rmejniha din.", "Progress Report 2001 f'paġna 72 jingħad hekk:", "\"Malta has shown a keen interest in the development of European security and defence policy as part of the common foreign and security policy.\".", "Imbierek Alla!", "Għandna armata bħal dik aħna!", "Il-Ministru, f'isem il-Prim Ministru, mar jippoppa sidru qalb il-ministri tad-difiża u qalilhom li aħna lesti li nkunu magħhom.", "(Interruzzjonijiet) Għandek ritratt ukoll, għandek biex tiftaħar bih.", "Nista` nassigurak li ma noħlomx li nkunu f'dak ir-ritratt.", "Ara membri serji bħad-Danimarka żammew lura, għax fil-pajjiż għandhom dissent u qalu li jistgħu jibqgħu barra minnha.", "Issa t-trattat ta` Amsterdam u anke dak ta` Nizza – u hawn jien nakkuża lill-gvern – għad fihom il-possibilita` li pajjiż anke membru għalissa – u nissottolinja l- kelma \"għalissa\" – jista` ma jeħux parti f'dawn il-policies jekk kemm-il darba l-kostituzzjoni tiegħu ma tippermettilux.", "Minkejja dan kollu meta f'pajjiżna għandna ċerta dissent u għandna ċerta opinjoni li rridu nirrispettawha ma ngħidux ejja ma nidħlux fiha din.", "Le, immorru hemm, nibagħtu military attach( fl-ambaxxata ġewwa Brussels u nieħdu parti u noffru li se nagħmlu l-parti tagħna.", "In-newtralita` tlifniha wkoll meta dan il-gvern, bi skop, fetaħ it-tarznari tagħna għat-tiswija tal-vapuri tan-navy Amerikana ħalli jkisser il- Kostituzzjoni taħt il-messaġġ li n-newtralita` għalina m'hijiex daqshekk importanti.", "Immorru nippożaw fil-laqgħat tal-ministri tad-difiża fi Brussels u nwegħdu li se nibgħatu fully trained platoons at the disposal of European rapid reaction force u ngħidulhom ukoll: Government is fully committed to this project and has allocated the necessary funds to bring it to fruition.", "Għal dawn l-affarijiet għandna flus, għall-MIC għandna flus imma għal affarijiet oħra m'għandniex.", "Tant hu hekk li issa dan il-gvern ġie kkritikat mill-Isqof t'Għawdex li qal li mhux sewwa li l-Fondazzjoni Arka ġie miċħudha minn dak li wieħed kien jistenna li l-gevrn għandu jagħtiha.", "Apparti dan, il-ministru wegħedhom ukoll – u jista` jmerini jekk mhux veru – li sas-sena 2003 nibagħtu żewġ platoons oħra.", "Għax ma tibgħatx l-armata kollu mill-ewwel!", "Qalilhom ukoll – u hawn qiegħda d-daħka - li wara dak li seħħ fil-11 ta` Settembru saħansitra saħħaħna l-miżuri tagħna kontra t- terroriżmu.", "Kieku kellu video tal-programm ta` Bondicini naħseb li kienu jemmnuh!", "(Interuzzjonijiet) Le, ma kienx partiġġjan dak, imma kienu jidħku kieku ħadtulhom.", "Li ma qalx il-Ministru lill-poplu huwa li wara li attenda għal dik li hi msejħa EU Capabilities Improvement Conference sitt pajjiżi li ħadu sehem f'dik il-konferenza fil-kuntest tal-European Technology Acquisition Programme ftehmu dwar l-akkwist ta' combat aircraft, surface to air u air to air unmanned aircraft, unmanned fighter planes u conventional cruise missles.", "Jiena nistaqsi: Dawn għal Peterberg's tasks?", "B'dawn tgħin lill-popli li jkunu fid-diffikultajiet?", "B'dawn tifred lill-kumbattanti u żżomm il-paċi?", "Il-Ministru hemm kien preżenti fil-konferenza u jaf dawn fuq hiex kienu qed jitkellmu.", "Possibbli li ma tafux li deħlin f'politika ta` difiża li anke jrid ikollha n-nuclear defence issa għax hemm Franza mdaħħla fin-nofs?", "Possibbli li meta qed jitkellmu u jagħmlu kordinazzjoni ma` min jimmanifattura l-armamenti fl-Ewropea biex jakkwistaw minn dawn il- hardware ma tafux lil fejn mexjin u tibqgħu ssemmu l-Peterberg's tasks?", "Jiena nidħak meta nisma` dawn l-affarijiet.", "Issa nidħak ukoll, jew aħjar nibki meta nara l-gvern jiftaħ il-portijiet tagħna, bħalma għamel, għall- vapuri militari u dawn jistgħu jidħlu meta jridu.", "Tlifna l-kontroll kompletament.", "Hawn irrid nistaqsi jekk hux veru li meta jidħlu l-vapuri Amerikani fil-port ikunx hemm diġa' pulizija militari Amerikani pajżana fl- għassa ta` San Ġiljan biex jgħinu lill-Pulizija Maltija jekk kemm-il darba jinqala' l-inkwiet.", "Erġajna spiċċajna bħas-sittinijiet meta kont tarahom jppassiġġaw bil-lembuba f'idejhom ħdjen Strada Stretta biex iżommu l- kontroll.", "Differenza waħda hemm, li llum qed ikunu pajżana.", "Sur President, ħallejna jidħlu bastimenti fil-portijiet tagħna li kienu għadhom ġejjin mill-gwerra ta` l-Afghanistan, liema gwerra llum marret oltre mill-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Illum il-gwerra ta` l-Afghanistan nafu li hija gwerra biex tpoġġi fil-post gvern li jmexxi l-pajjiż wara dawk is-snin kollha ta` inkwiet li kien hemm fl-Afghanistan.", "Pero` li bastiment tal-gwerra li għadu ġej sħun mill-gwerra nħallih jidħol fil-portijiet tal- pajjiż tiegħi, meta pajjiżi huwa newtrali, hija tal-mistħija għall-gvern tal-ġurnata.", "Aħna ma ridniex noqogħdu nagħmlu protesti.", "Issa li nkunu fil- gvern inbiddlu l-policy.", "Imma nerġa` ngħid din hija mistħija għall-gvern tal-ġurnata li jarmi l-Kostituzzjoni bil-mod kif qed jarmiha.", "Iktar minn hekk – u hawn ngħid li għandu jkun hemm kundanna kbira fuq dan il-gvern - meta jiena u l-Ministru konna fil-programm Bondicini, l- Assistent Kummissarju Ingliż, f'intervista li ġiet mxandra f'dak il- programm, qal li l-programm tal-viżita tal-vapuri militari Ingliżi f'Malta minkejja dak li seħħ fil-11 ta` Settembru ma tbiddilx.", "Kien diġa` ppjanat li għall-ewwel darba f'pajjiżna sottomarin nukleari.", "(Interruzzjonijiet) Iva, oqgħodu għamlu hekk.", "Il-Ministru u l-gvern li hu jifforma parti minnu ġew jaqgħu u jqumu mill-periklu li ssoġġettaw għall-poplu Malti.", "U m'iniex ngħaġġibhom.", "Ħalli ngħidlek kemm mhux qed ngħaġġibhom.", "Il-ministru, li approva d-dħul tas-sottomarin, jiftakar x'inkwiet kien inqala' f'Ġibilta` f'Mejju, 2000 meta hemmhekk daħal sottomarin bħal dak li daħal Malta.", "Jaf li dan is-sottomarin u oħrajn tal-klassi Swiftsure, flimkien ma` tal-klassi Trafalgar sena biss ilu kienu fiċ-ċentru ta` kontravvenzjoni fl-Ingilterra u saret inkjesta min-Nuclear Powered Warships Committee wara li nstab li dawn kienu soġġetti għall-ħsara istantanja f'dak li hu magħruf bħala l-primary circuit coolant, dak li jkessaħ ir-reattur nukleari?", "Din hija xi ħaġa li jekk ma tkunx indunajt biha mill-ewwel jaf ikollok effett diżastruż.", "Jaf il-Ministru, li ta l-permess lil dan is- sottomarin biex jidħlol Malta, li saru ħafna dibattiti twal u mistoqsijiet parlamentari f'ħafna okkażjonijiet fil-House of Commons?", "Jista` jaqbad il- Hansard u jara kemm-il darba kien hemm dibattiti u mistoqsijiet parlamentari mill-membri li jirrapreżentaw lin-nies li joqgħodu maġenb Davenport u minn dawk li jirrapreżentaw lin-nies li joqgħodu maġenb Portsmouth ħalli jaraw li n-nies tagħhom ikunu assigurati li ma jgħaddux mill-periklu li għaddew in-nies ta` Ġibilta` minħabba dawn it-tip ta` sottomarini li ilhom mibnijin mis-sittinijiet jew mill-bidu tas- sebgħinijiet.", "Il-ministru jaf li l-pajjiżna m'huwiex mgħammar b'mollijiet – u naf x'jien ngħid – li jiġu kklassifikati \"X\" jew \"Z\" skond il-faċilitajiet li jkollhom biex jekk allaħares qatt sottomarin li jkun qiegħed fil-port tiġrilu l- ħsara jkun jista` jittrakka magħhom?", "Jaf jew ma jafx li m'għandniex dawn il- faċilitajiet?", "Jaf li pajjiżi serji, bħal Hobart fl-Awstralja, għandhom dak li jsejħulu special plan for visits of nuclear powered ships to Hobart?", "Għaliex f'pajjiżi oħra jagħmlu dan il-fuss kollu u aħna sirna qisna l- latrina tal-Mediterran?", "Il-latrina sirna aħna.", "Trid tidħol?", "Idħol.", "Trid tibagħtu?", "Ibagħtu, mhux xorta.", "Ġewwa Hobart għandhom ukoll – ara x'serjeta` u mhux bħal Malta – nuclear powered warships visits committee li jagħmel l- eżami tat-talba, jinforma lis-setturi kollha biex f'każ ta' inċident ikun kulħadd alerted.", "Mela kif nagħmlu aħna, kollox bil-moħbi.", "Ikun hemm ta' \"TheTimes\" jieħdu pjaċir iġibulna r-ritratti tiegħu, qisu daħal xi convoy tal-gwerra u kulħadd ferħan għax daħal sottomarin nukleari.", "Qed nagħmel enfasi fuq dan kollu għax din hija politika li tweġġa'.", "Din hija politika intiża apposta biex tkisser dak kollu li hemm fil-Kostituzzjoni.", "Inkompli nagħmel il-mistoqsijiet.", "Jaf il-Ministru li ta l-permess bl-addoċċ?", "Nixtieq inkun naf jekk min hemm responsabbli tahx jew le l-parir dwar x'irid jagħmel.", "Jaf li hemm dik li jgħidulha l-Australian Radiation Protection and Nuclear Safety Agency li għandha dak li hu msejjaħ The 2000 Reference Accident used to assess the Suitability of Australian Ports for Visits by Nuclear Powered Warships?", "Jafhom dawn l-affarijiet?", "Jaf li d- dinja konxja mill-problemi ta` vapuri nukleari u sottomarini b'reatturi nukleari li huma ta` theddida għall-popli, jew għalina l-importanti li nseftru lin-nies?", "Imisskom tistħu meta tagħmlu dawn l-affarijiet.", "Kieku kont jiena lill-Kummissarju Ingliż kont ngħidlu: Isma` dak li ma tridux intom f'pajjiżkom, dak li intom fil-parlamament Ingliż tgħidx kemm għamiltu paroli fuqu u tgħidx kemm kien hemm mistoqsijiet li ma ġewx risposti minħabba li tiġi nvokati is-segretezza ta` l-Istat, għax jgħidulek li hemm id-difiża fin-nofs, ma rriduhx li jseħħ f'pajjiżna.", "Imma le, jiġu hawn u għax hawn gvern bla sinsla, gvern dgħajjef jibqgħu deħlin qisu m'hu qed jiġri xejn.", "L-importanti li jgħidulna kemm sejrin tajjeb magħhom.", "Hekk jitlob ir-rispett u s-serjeta` lejn l-interessi taċ-ċittadini ta` dan il- pajjiż.", "Staqsi lill-Franċiżi jekk għadhomx idaħħlu sottomarini fil-port ta` L'Orient, port li kien attrezzat apposta għas-sottomarini, wara li snin ilu n-nies għamlu ħafna protesti.", "Ara daħlux iktar?", "Illum qegħdin jirrinovawh dan il-port, qed jagħmlu restructuring tiegħu u jagħtuh pjan ta' żvilupp ġdid, imma sottomarini nukleari ma jistgħux jidħlu.", "Issa qegħdin nitkellmu fuq port li kien magħruf għal dawn l-affarijiet.", "Sur President, dan huwa wieħed mill-benfiċċji li l-poplu Malti qed jieħu mill-ossessjoni li l-Partit Nazzjonalista għandu biex isieħeb lill-Malta fil-Unjoni Ewropea.", "Ħalli naraw x'qed jieħu iktar minn din il-politika.", "Hemm min hu ffissat u qed jgħidilna li bis-sħubija l-ħaddiem se jkollu aktar ħarsien tad-drittijiet soċjali u aktar ħarsien tas-saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Jiena nfakkar li taħt gvernijiet Laburisti Malta dejjem qieset u fasslet il-libsa tagħha skond id-drapp li kellah.", "L- iżvilupp soċjali, taħt gvernijiet soċjalisti. kien wieħed ambizzjuż u kien ibbażat u adattat fuq il-European Social Charter, mhux ivvintat, sa ma laħaq il-livell meta Malti saret parti minn din iċ-charter f'Mejju, 1988.", "Il-każ ta` Malta huwa każ totalment differenti minn ta` dawk il-pajjiżi applikanti l-oħra.", "Aħna nemmnu li Malta għandha potenzjal li tkompli fit- triq ta` l-iżvilupp soċjali u ekonomiku mingħajr l-indħil u mingħajr l- isfurzar ta' l-ebda isitituzzjoni barraninja, bħalma għamlet waħedha fil- passat.", "Illum qed naqraw li xi moviment tan-nisa feraħ lill-gvern għall- benefiċċju tal-maternita`.", "Dan kollu għax tahom ġimgħa extra bla ħlas.", "Ara dawn ma tkellmux meta l-Partit Laburista tahom tlettax-il ġimgħa bil- ħlas.", "Dan biex nuri daqsxejn xi żbilanċ hawn f'dan il-pajjiż.", "Jiena ngħid lill-Ministru: Jekk intom veru kontu temmnu li deħlin fl-Unjoni Ewropea fl- 1995, kif kienu jgħidu sħabek, veru li kontu deħlin b'għajnejkom magħluqin.", "Jekk tara r-rapporti li hemm illum li jindikaw kemm għad fadal affarijiet x'isiru jiena ngħid li ma kontux tafu x'jiġifieri tidħlu fl-Unjoni Ewropea u tiffaċċjaw il-kompetizzjoni li jsib ma` wiċċu minn jidħol għas-sħubija.", "Issa jekk ma kontux tafu kontu responsabbli għax suppost li tkunu tafu.", "Jekk min-naħa l-oħra kontu tafu u ma tkellimtux allura ridtu tqarrqu bil- poplu bħalma għamiltu bil-ħrafa tal-Lm100 miljun fis-sena.", "Irrid ngħid li għall-industrija ż-żgħira, li suppost irridu naġevolawha u nimbuttawha, kellu jkun gvern Laburista li fl-1996 li waqqaf l-IPSE.", "Sa l- 1996 in-naħa l-oħra, minkejja l-paroli kollha fuq l-Unjoni Ewropea, ma kienu għamlu l-ebda studju dwar l-impatti li se jkollha s-sħubija fuq pajjiżna.", "U l-ftit li kienu għamlu ħbewhom fil-kxaxen ħalli l-poplu ma jkunx jaf għal xiex dieħel.", "Moħbija fil-kxaxen ta` l-iskrivaniji kienu ħalli żgur ma jkunx hemm informazzjoni.", "Il-Ministru jaf għal-liema rapporti qed nirreferi.", "Qed nirreferi għar-rapporti li kien għamel primarjament hu meta kien imexxi d-direttorat ta` l-Unjoni Ewropea u kien għaddihom lill-predeċessur tagħna t-tnejn, l-Onor.", "Guido de Marco.", "Issa anke ingaġġajtu esperti fil-mod kif jagħmlu brainwashing ħalli jikkonvinċu lill-poplu kemm hija tajba s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea u bil-wiċċ tost kollu qegħdin tiġu quddiem dan il-Parlament biex titolbuh jivvota kważi Lm1 miljun mill-flus tal-poplu biex bihom tilluppjaw l-opinjoni pubblika.", "Nistgħu aħna b'xi mod xi darba naċċettaw dan?", "U għalhekk fl- emenda tal-bidu għedna li barra l-Lm1 tas-soltu rridu nnaqqsu l-flus li qed jiġu vvotati għall-MIC.", "Għax hija oxxenita` li tiġi hawnhekk titlob kważi Lm1 miljun biex tagħtihom lil xi ħadd ħalli jagħmel brainwashing lil parti mill-poplu favur il- politika tal-gvern tal-ġurnata.", "Jien ngħid li dan huwa eżerċizzju ta' propaganda mill-iktar żbilanċjat u one-sided, u din in-naħa tqisu bħala l- iktar eżerċizzju anti-demokratiku.", "Sur President, jien ngħid ejjew inkunu demokratiċi u ejjew ninvestu l- istess ammont ta' flus biex iż-żewġ naħat politiċi jippromovu l-politika tagħhom biex verament nuru li nemmnu fid-demokrazija.", "Il-politika tal- gvern tal-ġurnata lill-pajjiż ġabitu għarkobbtejh, midjun, mitluf u ma jafx fejn hu sejjer u biex jifdi dejnu qiegħed ibigħ l-assi li kellu u li kien żviluppa b'tant tbatija matul is-snin.", "Daħħlu sens ta` inferjorita` fost il-poplu u jriduh jemmen li tant issa qiegħed ħażin li għalih triq waħda biss hemm biex jinfeda, dik tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Daħħlu sens ta` inċertezza li qiegħed inaffar l-investiment minn pajjiżna u bl-ardir kollu jgħidu li l-investiment qiegħed jiġi mnaffar minħabba l-Partit Laburista.", "Tfajtu lil min qiegħed fin-negozju f'taħwid kbir għaliex l-ekonomija ġġammjat, it-taxxi żdiedu u l-flus ixxuttaw mill-idejn.", "Lill-bdiewa qed jipprovaw jilgħabuhom u jgħidulhom li l-affarijiet se jirranġaw.", "Imma dawn m'humiex boloh daqskemm jaħsbuhom u qed jindunaw li dawn iridu jgħattulhom ix-xemx bl-għarbiel.", "Sur President, l-istess lis-sajjieda.", "Qed jipperikolawlhom ħobżhom għaliex qegħdin jissugraw li jitnaqqrulhom 13-il mil mill-25 mil esklussiv għas- sajd li jgawdu llum.", "Qegħdin jagħtu lok biex ix-xogħol li għandu l-Malti llum jittieħed mill-barranin.", "Qegħdin ipoġġu ras il-ħaddiema tat-tarzna taħt il-mannara tal-burokratiċi ta' Brussels biex jekk kemm-il darba fiż- żmien stipulat ma jkunux konformi mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea dawn iniżżlu l-mannara.", "Bil-politika barranija tagħhom qegħdin jipprovaw jiftħu t-triq biex il-proprjeta` Maltija u l-art Maltija eventwalment tinxtara anke mill-barranin.", "Tan-naħa l-oħra qed isegwu politika li twassal biex anke ċċaħħad lill-eluf ta' ċittadini Maltin u Għawdxin mill-passatemp tradizzjonali tagħhom.", "Jien ngħid li b'din il-politika se joħolqu kundizzjonijiet fejn togħla l- ħajja, jogħlew il-pagi, jogħla l-prezz tal-produzzjoni u anke l-prezz ta` l- għoti tas-servizzi.", "Dan iwassal biex titlef il-kompetittivita` u jkisser lis-settur industrijali u anke dak turistiku.", "Qegħdin jaħdmu biex iżarmaw is-servizzi soċjali għaliex hekk qed jgħidulhom minn Brussesl, u dan nikkonfermah.", "F'paġna 47 tar-rapport jgħid ċar u tond li:", "\"The authorities need to put public finances in a sustainable medium term path.", "The reform of the social security system needs to be considered in this perspective.\".", "F'liema perspettiva?", "Inneħħu u nnaqqsu d-dejn billi nagħmlu l-ekonomiji mis-servizzi soċjali?", "Jirrispondi l-ministru.", "U dan id-diskors kien ripetut eżatt, kelma b'kelma, fir-rapport ta' Ursula Stenzel fil-Parlament Ewropew u anke f'27 tal-Progress Report dwar Malta.", "Tan-naħa l-oħra, biex ibenġluha, jgħidu li se jġibu l-fondi mingħand l-Unjoni Ewropea.", "U jiena ngħidilhom: Daqskemm ħriġtu ta` rġiel bil-wegħda tal-Lm100 miljun se toħorġu ta` rġiel b'dawn il-wegħdiet vojta li qed tagħmlu.", "Il-poplu għandu dritt li jkun jaf il-verita` u lill-bdiewa għandkom tgħidulhom dwar dak li qed tinnegozjaw ma' ta` Brussels u tgħidilhom li dak li qed tipprovaw tinnegozjaw m'huwiex fl-aħjar interess tagħhom.", "L-istess għandkom tgħidu lil Għawdxin li dak li wegħtuhom, fondi speċjali separati għalihom, m'hu se jimmaterjalizza xejn minnu dan.", "Qalulkom ċar.", "Dak kontu wegħidtuh biex taqbdu xi erba` mzazen.", "Għandkom ukoll tiftħu għajnejn l-istudenti u turuhom li wara t-tlellix tal-programmi ta` l-istudji għalihom, bħala studenti, hemm realtajiet oħra li għad jirriżultaw fil-ħajja tagħhom ta` kuljum fosthom l-għoli tal-ħajja, l-għoli fil-prezzijiet tal-proprjeta`, kompetizzjoni mal-barranin, sew f'dak li hu xiri ta` proprjeta` kif ukoll f'dak li hu xogħol u anke affarijiet oħra.", "Sur President, tan-naħa l-oħra, qed isegwi politika barranija li lil dan il- pajjiż se tiswielu miljuni ta' liri kbar, sempliċement biex jitwaqqfu strutturi amministrattivi li huma mitluba mil-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, li jifilħu għalihom pajjiżi kbar imma li lilna jkissruna bil- piżijiet li jġibu fuqna.", "Huwa għal dawn ir-raġunijiet li l-Partit Laburista ma jaqbilx ma` sħubija fl-Unjoni Ewropea u jrid jsegwi politika barranija differenti minn dik li hija politika msejsa fuq il-flessibbilta` u r-realtajiet ta' pajjiżna, politika li tqarribna lejn l-Unjoni Ewropea mingħajr ma nidħlu għall-piżijiet li jgħaffġuna u politika li tagħtina ċans li pajjiżna jiżviluppa gradwalment il-potenzjal verament tiegħu kompetittiv.", "Fil-bidu kienu jgħidulna li m'hemmx triq oħra, issa jammettu li hemm triq oħra imma jgħidu li m'hijiex tajba.", "Waqt li jgħidu li ma fehmux l-għażla tagħna jitkellmu u jħarrfu b'awtorita` dwar kif il-politika tagħna se taffetwa ħażin lill-poplu.", "Il-Partit Laburista għażel triq li biha rajh jibqa' f'idejh.", "Għażilna linja politika li biha nevitaw dawk il-miżuri kollha li jwasslu għat-tnaqqir tal-kompetittivita` industrijali u tal- kummerċ tagħna.", "Bil-politika tal-Partit Laburista l-bdiewa u s-sajjieda jibqa' jkollhom dik il-protezzjoni li għandu bżonn is-settur tagħhom.", "Hija politika li lit-tarznari ma npoġġulhomx rashom taħt il-mannara, politika li ma ddaħħalna fl-ebda allejanzi militari u nibqgħu ngawdu s-sovranita` u n- newtralita` tagħna.", "Sur President, bil-politika ta' Malta bħala Svizzera fil-Mediterran xorta jinfetħu l-opportunitajiet ta` l-esportazzjoni tal-prodotti tagħna lejn swieqi Ewropej.", "Fl-istess ħin jibqgħalna wkoll l-opportunitajiet biex nesploraw il-ftuħ ta` kummerċ industrijali ħieles ma` pajjiżi oħra.", "Bil- politika tagħna ħadd ma jiġi bi dritt f'pajjiżna biex joħdilna x-xogħol.", "Ħadd ma jiġi biex ineħħi s-sovranita` tal-Parlament tagħna.", "Jibqgħalna ħafna flessibbilta` u tibqa` f'idejna anke l-politika monitarja.", "Min jgħid li waħedna ma naslux għandu mentalita` kolonjali.", "Min jgħid li l- Malti waħdu m'huwiex kapaċi li jwettaq il-bidliet meħtieġa għandu sens ta` infejorita`.", "Il-Partit Laburista la għandu sens ta` inferjorita` u lanqas għandu mentalita` kolonjali.", "Il-Partit Laburista jemmen fil-kapaċita` tal- Maltin u jaf li morna aħjar fl-istorja tagħna kull meta konna rajna f'idejna.", "Għalhekk jemmen li l-futur tagħna għandu jibqa` wieħed li d- destin tiegħu jibqa` f'idejn il-Maltin.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin li fadal huwa kollu għad-dispożizzjoni tan- naħa tal-gvern.", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, il-kelliema ta` l-oppożżizzjoni semmew ħafna rapporti waqt id-diskors tagħhom.", "Jiena persuna li nemmen fir- rapporti, nemmen li għandna nagħmluhom, nemmen li għandna nippubblikawhom u nemmen li l-poplu għandu jaf għalxiex inhu dieħel.", "Jien naħseb li l-poplu qiegħed jifhem għax l-informazzjoni għal xiex inhu dieħel qiegħda tasal.", "Jien kelli l-opportunita` nitkellem dwar rapporti li l-ġimgħa li għaddiet meta hawnhekk kien hawn l-estimi ta' l-awtorita` tad-djar u għedt li għandu jsir ukoll rapport fuq l-impatt tas-sħubija fuq l-akkomodazzjoni soċjali.", "Fil-ġurnal \"l-orizzont\" kont ġejt irrapportata li għedt li bi sħubija fl- Unjoni Ewropea s-settur ta' l-akkomodazzjoni soċjali hawn Malta jmur għall- aħjar.", "Jien ma għandi l-ebda idea u żgur li m'għedtx dan.", "Pero` apparti dan, nixtieq li fl-ewwel ftit minuti ta' l-intervent qasir tiegħi nagħmel riferenza għall- Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin li ftit li xejn għadu ssemma hawn ġew dalgħodu.", "Jien kemm-il darba għedt, kemm mal-kollegi ta` din in-naħa u kemm ma' ta` l-oppożizzjoni li dan il-kumitat jeħtieġ li jiffunzjona aħjar milli ffunzjona s'issa.", "Hawnhekk m'iniex se nidħol fid-dettalji għaliex il-ħin limitat u ma jippermettilix imma naħseb li għad irridu nħarsu anke lejn il-kompożizzjoni tal-membri ta' dan il-kumitat.", "Naħseb li rridu nħarsu iktar fil-fond lejn it-terms of reference ta' dan il-kumitat aktar bir-reqqa biex naraw kif dejjem nistgħu nibnu kumitat aktar b'saħħtu, aktar proattiv u aktar fuq il- linji ta` kumitati simili ta` parlamenti oħra.", "Nemmen li għandna ħafna potenzjal, pero` hemm ħafna nuqqasijiet li sfortunatament qegħdin ifixklu.", "Sur President, jien kelli opportunita` nara wkoll kif jaħdmu kumitati f'pajjiżi oħra, kemm minn materjal li tawni ambaxxati ta` pajjiżi barranin kif ukoll minn żjara li għamilt fil-parlament ta` Franza.", "Il-kumitat dwar l-affarijiet barranin t'hemmhekk għandu aktar minn 70 membru.", "Għal kull laqgħa jkun hemm biss madwar 12-il persuna preżenti għaliex ikunu hemmhekk skond l-agenda u skond l-interessi personali tagħhom, pero` jiltaqgħu regolarment kull ġimgħa.", "Dawn għandhom struttura ta` kważi mini ministry, ħalli ngħid hekk, bini għalih, segretarjat għalih b'għexieren ta' impjegati, riċerkaturi, budget għalih u aċċess għal ħafna faċilitajiet.", "Issa jien bl-ebda ma nistenna li aħna fiċ-ċokon tagħna u bir-riżorsi limitati tagħna naspiraw li jkollna kumitat ta` dan it-tip.", "Minn hawnhekk nixtieq insemmi li pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiżi applikanti għandhom żewġ kumitati separati b'membri differenti.", "Dawn għandhom kumitat dwar l-affarijiet barranin u kumitat dwar l- affarijiet Ewropej.", "Aħna ma għandniex dan il-lussu.", "Aħna għandna kumitat wieħed b'seba' membri li wieħed minnhom huwa l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u s-sitt membri l-oħra huma part-timers b'impenji ta' xogħol ieħor.", "Is-sena li għaddiet ̧ f'isem il-kumitat ̧ jien kont ktibt lis-Sedja ta' dan il-parlament u elenkajt lista ta' nuqqasijiet u bżonnijiet li għandu dan il- kumitat.", "Aħna ma tlabniex affarijiet ta' barra minn hawn imma għidna biss li għandna bżonn aktar għajnuna u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill- membri ta' l-istaff ta' uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra għall-għajnuna li jagħtuna.", "Pero' jien ninsisti li hemm bżonn aktar għajnuna.", "Għal ma nafx kemm-il darba għidna li m'għandniex uffiċċju li fih inkunu nistgħu nżommu d-dokumenti relatati ma' dan il-kumitat u jekk wieħed ikun irid ifittex il-minuti jrid imur jistaqsi lil ħaddieħor u jaqla' pandemonju.", "Barra minn hekk m'għandna l-ebda għajnuna f'dik li hija riċerka u la għandna aċċess għal materjal ta' riċerka ̧ la għandna aċċess għall-gazzetti barranin u lanqas għandna aċċess għall-pubblikazzjonijiet.", "Jien inħoss li nistgħu naħdmu ħafna aħjar u nappella lis-Sedja biex forsi fl-aħħar tinnota r-rikjesti tagħna.", "Sur President, dan l-aħħar irrid infakkar li l-kumitat ingħata l-mandat minn dan il-Parlament li jkun monitoring body parlamentari dwar l-impatt soċjali u ekonomiku lokali wara l-atti terroristiċi li seħħew f'Settembru li għadda fuq Washington u New York.", "Aħna għadna fil-fażi preliminarja tat- tfassil għal raġunijiet loġistiċi pero` nittama li fil-jiem li ġejjin ikollna l-opportunita` li naslu għal ċerti deċiżjonijiet importanti u bażiċi biex meta niġu lura wara r-recess tal-Milied inkunu nistgħu nibdew naqdu d-dmiritijiet tagħna.", "Sur President, jien hawnhekk nixtieq nagħmel kumment qasir dwar il-kritika ħarxa li saret min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar flus allokati fil-budget biex inkunu konformi ma' l-acquis u saħansitra ntqal li l-gvern qed jixxaħħaħ fuq l-ispiża fuq infiq għas-saħħa tal-poplu u qiegħed jaħli l- flus biex jipprepara l-pajjiż għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Dan l- argument, bħal ħafna argumenti oħra, jiddependi minn liema naħa tħares lejh.", "L-oppożizzjoni hija kontra sħubija fl-Unjoni Ewropea jiġifieri għall- oppożizzjoni kull sforz li jsir f'dik id-direzzjoni huwa ħela ta' riżorsi.", "Il-gvern impenja ruħu favur sħubija sħiħa, għalkemm dan m'għamlux akkost ta' kollox kif qal l-Onor.", "Vella.", "Fit-triq lejn sħubija jridu jsiru ċerti preparamenti għax mingħajrhom m'hemmx eliġibilta` għal sħubija.", "Mela x-xogħol kollu li sar u li għad irid isir fis-snin li ġejjin, bl-użu tar-riżorsi meħtieġa, kemm umani, kemm finanzjarji kif ukoll oħrajn, għall- gvern Nazzjonalista m'huma xejn inqas u m'hu xejn iktar minn investiment għall-futur tal-pajjiż.", "Jien minn hawnhekk nistaqsi: Imma x'qed tippretendi l-oppożizzjoni?", "Li ma nagħmlu xejn!", "F'dan il-każ ix-xejn iwassal għax-xejn.", "Il-gvern preżenti hawnhekk qiegħed iqis li post Malta huwa fl-Unjoni Ewropea u għaldaqstant irid isir ix-xogħol meħtieġ biex dan iseħħ.", "Għall-oppożizzjoni dan kollu jibqa' ħela imma għall-gvern dan huwa investiment.", "Nixtieq insemmi ftit il-kalkolu li sar min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-flejjes allokati fil-budget għall-compliance ma' l-acquis communautaire.", "Nixtieq nemmen hawnhekk li bi żvista ma ċċarax liema fondi ħerġin mill-Kaxxa ta' Malta u liema ħerġin mill-but ta' l-Unjoni Ewropea, li nsejħulhom il-pre-accession funds.", "Per eżempju, in-nefqa ta' Lm850,000 fl-uffiċċju tal-Prim Ministru tinkludi Lm0.5 miljun mill-pre-accession funds u n-nefqa ta' Lm690,000 fil-ministeru għall-politika soċjali tinkludi Lm280,000 minn dawn l-istess fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta nħarsu lejn il-ministeru ta' l-edukazzjoni insibu wkoll is-somma ta' Lm1.8 miljun pero` kważi Lm1 miljun minn dan I-ammont ġejjin ukoll mill-għajnuna ta' l- istess Unjoni Ewropea.", "Meta wieħed iħares lejn il-ministeru tal-finanzi jsib li aktar minn tliet kwarti tas-somma meħtieġa għax-xogħol relatat f'dan il-ministeru ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Insibu wkoll li aktar minn nofs l-ispiża tal-ministeru għall-ambjent ġejjin minn hemm.", "Ma naħsibx li dawn huma dettalji żgħar li wieħed jista' jinsihom malajr.", "Sur President, irrid inħares ftit lejn in-negozjati ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea li issa waslu fi stat avvanzat.", "Fil-fatt għalaqna 19 mid-29 kapitlu sostantiv u s'issa, minkejja l-kritika ħarxa u n-negattivita` li rajna anke qabel ma saru n-negozjati, naħseb li t-tip ta' negozjaturi Maltin irnexxielhom jagħmlu xogħol tajjeb u Malta wkoll ingħatat numru ta' perijodi tranżitorji li ħafna ma kenux jemmnu jew forsi jittamaw li konna se nirbħu.", "Malta għadha ma fetħitx negozjati fuq il-kapitli ta' l- agrikoltura pero` ma ndumux wisq ma naraw dan il-kapitlu jinfetaħ.", "Probabbilment dan jinfetaħ il-ġimgħa d-dieħla.", "Nafu wkoll - din irridu ngħiduha minn quddiem - li dan mhux se jkun kapitlu faċli x'jinnegozjaw.", "Bħalma dan ma kienx faċli għall-pajjiżi kandidati oħra mhux se jkun kapitlu faċli għalina.", "Jien dan l-aħħar kont qed insegwi d-dibattitu f'din il-Kamra dwar il-vot tal-ministeru tal-biedja u sajd.", "Segwejt ukoll ħafna mill-madwar 2,000 mistoqsija bil-miktub li saru lill-Ministru Ninu Zammit u ngħid il-verita` li mhijiex ħaġa ħafifa li tifhem dak li jkunu qed jgħidu, speċjalment meta l-ministru u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni jkunu qed ifettqu fuq ħafna dettalji.", "Din il-ġimgħa smajt lill-Ministru Ninu Zammit jgħid li l-mara tad-dar tiddetermina s-suq meta tagħmel ix-xirja tal-familja.", "Issa jien, apparti li jien membru parlamentari ta' din il-Kamra, jien ukoll omm ta' erbat itfal u mara tad-dar ukoll.", "Filwaqt li bħala membru parlamentari jien ninteressa ruħi fil-futur tal-biedja u s-sajd għaliex nara li huwa settur li jipprovdi, apparti minn affarijiet oħra, sors ta' għajxien ta' ħafna ħaddiema Maltin, ninteressa ruħi direttament fuq l-impatt li dak li nagħmlu aħna se jkollu fuq il-prezzijiet u fuq kif dawn se jaffetwa lill- konsumatur Malti.", "Naħseb li jien ninteressa ruħi ħafna iktar mill- maġġoranza ta' membri hawn ġew u biex ngħid il-verita` s'issa għadni ma smajtx ilħna biżżejjed jaqbżu għall-konsumatur meta nkunu qed niddiskutu l- agrikoltura.", "Fl-opinjoni tiegħi l-istampa ta' kif sħubija fl-Unjoni Ewropea se tolqot il- biedja hawn Malta għadha mhijiex ċara l-ewwelnett għax għad iridu jsiru n- negozjati u t-tieni nett għaliex dan huwa settur li qed ikun il-mira ta' politika partiġġjana qawwija.", "Dwar il-biedja ta' Malta u Għawdex nixtieq ngħid li biex Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea bilfors li trid issir riforma f'dan is-settur.", "Jeħtieġ li nintegraw ruħna f'sistema li toħloq opportunitajiet u din hija sfida kbira.", "Waħda mill-akbar sfidi hija t- tneħħija tal-levies minn fuq prodotti agrikoli u ħwejjeġ ta' l-ikel oħra li nimportaw mill-Unjoni Ewropea.", "It-tneħħija tal-levies verament tfisser li l-prodott lokali jkun qed iħares lejn kompetizzjoni qawwija.", "Issa biex inkun politika wkoll irrid ngħid li t-tneħħija tal-levies kienet fuq l- aġenda tal-partit Laburista qabel l-1996.", "Dak iż-żmien kien intqal li l- levies kienu spiċċaw bħala taxxi li kienu qed jgħollu l-prezzijiet tal- prodotti lokali.", "Issa llum il-partit Laburista qed jgħid li meta jerġa' jkun fil-gvern jerġa' jdaħħal il-levies li jkun neħħa gvern Nazzjonalista.", "Pero' rrid ngħid ukoll li s-settur ta' l-agrikoltura ilu li wasal għal riforma u sħubija jew le ̧ din ir-riforma xorta waħda rridu narawha jekk dan is-settur ma rridux inkomplu nmermruh.", "Jekk wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni preżenti b'onesta` sħiħa ngħidu li s-settur qiegħed pjuttost fi state of decline fejn il-konsumatur iħallas b'mod dirett u indirett prezz għoli għall-prodott li mhux dejjem ikun ta' kwalita' tajba biżżejjed.", "Issa jekk hawnhekk qed ngħidu li biex nipproteġu l-prodott lokali niċħdu lill-konsumatur minn prezzijiet differenti, prezzijiet orħos u minn għażla akbar naħseb li ma nkunux qed nagħtu lill-konsumatur a fair deal.", "Il-gvern, biex jgħin lil dan is-settur se jagħti għajnuna diretta u mis- sena d-dieħla fuq mhedda ta' tliet snin se jingħataw Lm8 miljun, mhux biex kif qalu gazzetti ta' xejra Laburista l-bdiewa ma jindunawx x'qed jiġri fis- settur imma biex ġenwinament tingħata l-għajnuna meħtieġa għat-tibdil.", "Se ninnegozjaw ukoll għajnuna mill-Unjoni Ewropea indirizzata speċifikament lejn dan is-settur skond il-ħteġijiet tas-settur lokali u din tibqa' tingħata wara sħubija.", "Se jsiru wkoll negozjati għall-perijodu ta' transizzjoni sabiex ċertu tibdil isir bil-mod.", "Naħseb li l-bottom line ta' dan kollu jibqa' li rridu nistennew sakemm jispiċċaw in-negozjati imma l-ammont ta' negattivita` min-naħa ta' l-oppożizzjoni rawmet biża' esaġerata f'settur li minnu nnifsu huwa wieħed tradizzjonalist u li jibża' mill-bidla.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni smajna kemm-il darba li fuq numru ta' prodotti – meta nsemmi dan il-qasam niftakar l-aktar fl-Onor.", "Noel Farrugia għax huwa l-aktar membru min-naħa l-oħra li jkollu battibekki mal-ministru - partikolarment dawk ta' materja prima li tidħol hawn Malta minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea ̧ irridu nimponu tip ta' levy ġdida li hija imposta mill-Unjoni Ewropea fuq dawn il-prodotti.", "Wieħed irid jgħid li dan jista' jwassal biex ikollna impatt negattiv fuq prodotti essenzjali bħaz-zokkor ̧ qamħ u prodotti marbutin magħhom.", "Pero' biex dan jiġi evitat se ninnegozjaw arranġamenti speċjali u jeħtieġ li nistennew, naraw x'riżultat ikollna minn dawn in-negozjati u mbagħad irid ikun il-poplu Malti u Għawdxi li jieħu d-deċiżjoni dwar sħubija f'referendum, li l-Prim Ministru diġa` kkommetta ruħu għalih hawn Malta stess u mhux kif intqal din il-ġimgħa fuq Super I TV li dan semmih fl-Olanda.", "Jien nixtieq nagħmel riferenza speċifika għal tweġiba li ta ftit tal-ġimgħat ilu għal mistoqsija li saritlu diretta fuq dan is-suġġett.", "Qabel nagħlaq nixtieq insemmi wkoll il-Euro-med partnership.", "Fil-kumitat tagħna u anke bħala pajjiż naħseb li dan l-aħħar iffokajna ħafna aktar fuq il-Mediterran.", "L-Onor.", "Vella semma li aħna hawn Malta mbottajna biex isir it-tieni forum għall-membri parlamentari mill-pajjiżi membri u fil-fatt dan il-forum kien sar fi Brussels pero` hawnhekk nixtieq ngħid li fis-snin sebgħin, aħna bħala Maltin, urejna impenn lejn il-paċi fil-Mediterran.", "Il- mexxej ta' dak iż-żmien irnexxielu jqiegħed lir-reġjun tal-Mediterran fuq l- aġenda internazzjonali u l-politika tagħna tibqa' li nagħtu l-aqwa kontribut.", "Per eżempju ̧ 15-il xahar ilu konna kważi qegħdin naraw il- possibbilta` ta' soluzzjoni pero' llum il-qagħda hija waħda mwiegħra.", "Fil- fatt f'dawn l-aħħar ġimgħat rajna vjolenza u attakki koroh li fihom sfaw mejta numru kbir ta' ċivili mejta.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid ngħid ukoll li dak li seħħ fl-Istati Uniti f'Settembru li għadda xxokkjana lkoll u lkoll ħassejna ruħna aktar vulnerabbli pero` wriena wkoll li ma nistgħux ninjoraw problemi ta' popli li minn jum għall-ieħor u minn sena għal oħra qegħdin jgħixu 'l bogħod mid- demokrazija, mill-ġustizzja u mid-drittijiet baċiżi.", "Hemm bżonn li lkoll kemm aħna nagħmlu sforzi ġodda biex neliminaw problemi eżistenti li qegħdin inaqqsu mill-iżvilupp tal-poplu u mis-sigurta`.", "Aħna fuq l-għatba tagħna għandna l-Lvant Nofsani, għandna l-problema tal-poplu Palestinjan, għandna d-diviżjoni ta' Ċipru, hemm ir-relazzjonijiet ħżiena bejn il-Greċja u t- Turkija u hemm il-problemi fil-Balkani.", "Minkejja ċ-ċokon tagħna m'għandniex nimminimizzaw l-effett tas-sehem tagħna.", "Aħna bħala żewġ partiti politiċi f'din il-Kamra dejjem ħdimna flimkien fir- reġjun tal-Mediterran u jien personalment ngħid li fil-kontribut li għamilt fuq is-suġġett, kemm hawn Malta kif ukoll barra minn Malta, qatt ma naqqast mill-importanza tal-viżjoni politika tal-partit Laburista li fis-snin sebgħin għaraf il-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni internazzjonali fil- Mediterran.", "Fil-fatt dejjem ħdimna flimkien f'fora dwar il-Mediterran u meta aktar kmieni din is-sena rajt li d-delegazzjoni tal-partit Laburista, li nżammet hawn Malta ̧ kienet nieqsa mill-forum għan-nisa parlamentari iddispjaċieni għax proprju on home grounds ma rnexxilniex nuru l-għaqda li teżisti fil-ħidma tagħna fil-Mediterran.", "Din kienet verament kienet ħasra.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, meta tisma' lill-oppożizzjoni titkellem fuq l-Unjoni Ewropea ̧ l-ewwel kliem li jiġuk f'moħħok huma \"lamentazzjonijiet dipressivi\".", "Qed ngħid hekk għax ħlief riferenzi għall- caos u diżastri li jistgħu jiġru jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewopea ma tismax.", "Issa dawn il-lamentazzjonijiet qed isiru għalxejn għax il-konċett li qed tinnegozja fuqu jinvolvi l-ekonomija, il-politika soċjali u l- politika ġenerali u qed tevita din it-tip ta' dipressjoni li qed tirriferi għalih l-oppożizzjoni.", "Malta mhux qed tidħol fi free trade area b'għajnejha magħluqa fejn taċċetta l-konċett ta' liberalita` assoluta fl- ekonomija, bħalma jrid jagħmel il-partit Laburista.", "Il-pożizzjoni tal-Malta Labour Party fuq l-Unjoni Ewropea hija waħda ħażina u dan jgħiduh il-Maltin u l-barranin.", "Din hija ħażina wkoll fundamentalment minn etika politika nisranija u jien nixtieq li l-Malta Labour Party jiftaħ għajnejh.", "Meta nħarsu lejn id-dokumenti li nkitbu waqt il-Konċilju Vatikan II fl-1960 insibu dokument partikolari li jismu \"Pacem in terris\" li kien ħareġ il-Papa Gwanni XXIII u kuntrarjament għall-etika politika tas-sussidjarjetà li tkellmet fuqu l-Knisja insibu hekk:", "\"We are thus driven to the conclusion that the shape and structure of political life in the modern world and the influence excersised by public authority in all the nations of the world are unequal to the task of promoting the common good of all peoples.\".", "Il-ġustizzja u l-paċi fuq livell globali ma jistax jiġi ottenut billi nħarsu egoistikament lejn il-bżonnijiet ta' l-Istat biss.", "Dak huwa l-fatt u dik hija l-pożizzjoni li jrid jiggranfa magħha l-Malta Labour Party.", "Il- konċett ta' l-Istat nazzjon żviluppa f'dawn l-aħħar 300 sena f'ċirkostanzi storiċi imma llum dan il-konċett irid jinbidel.", "L-ebda stat nazzjon ma jista' jeżisti jekk iħares lejh innifsu biss egoistikament.", "Fid-dinja tal- lum trid tkun altruwista u mhux dipressiv.", "Illum jeżisti proċess ta' globalizzazzjoni li qiegħed jagħfas fuq il-pajjiżi tad-dinja kollha u fl- opinjoni tiegħi ̧ dan huwa proċess importanti u tajjeb.", "Niftakar li ftit ilu l-Onor.", "George Vella semma lil Theilard De Chardin, li kien qal li fl-istorja tal-bniedem se jibda jkun hemm evoluzzjoni fil-ħsieb politiku fuq bażi globali, li huwa sejjaħlu the new age.", "Aħna nafu li llum il-proċess ta' globalizzazzjoni qed iseħħ b'mod mgħaġġel, u huwa biżżejjed li nħarsu lejn il-World Trade Organisation u lejn is-sistemi ta' l- informatika u ta' l-informazzjoni biex nikkonfermaw dan.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li d-dinja qed tiżviluppa bidliet ekonomiċi u politiċi kbar.", "Issa hawn jien nistaqsi: X'għandu jkun ir-rispons ta' pajjiż, anke ta' pajjiż żgħir bħal tagħna, quddiem din ir-realta`?", "Illum l-interessi ta' stat nazzjon huma l-iktar imfittxija meta dan l-istat nazzjon ikun kapaċi jgħaddi altruwistikament biex is-sovranita` ta' pajjiżu tinqasam ma' pajjiżi oħra li jemmnu u jaġixxu b'mod kulturali viċin ħafna ta' pajjiżu, bażikament dak li nsejħulu reġjunaliżmu, pero` dan ir-reġjunaliżmu ma jrid jilqa' biss għall-isfidi ekonomiċi, kif irid il-Partit Laburista.", "Jien ma ngħidx li l-free trade area hija xi ħaġa kompletament ħażina.", "Hemm ħafna pajjiżi Ewropej, fosthom in-Norveġja u Iceland, li bbażaw il- ftehim tagħhom fuq free trade area, imma rridu nifhmu li fid-dinja tal-lum dan m'huwiex biżżejjed, lanqas etikament, għax fid-dinja globalizzata tal- lum trid tilqa' wkoll għall-isfidi politiċi u soċjali, u huwa hawnhekk fejn il-Partit Laburista qed jonqos.", "Il-Partit Laburista qed jinnega l-isfidi jew is-safety nets soċjali fuq bażjon reġjunali fil-konfront ta' politika dinjija.", "Għalhekk jien ngħid li dak kollu li semmiet l-Oppożizzjoni ssir realta` biss jekk aħna ninqatgħu għalina weħidna.", "Jekk nagħmlu hekk nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn minkejja li jkollna free trade area, jinħolqulna l-istess problemi ekonomiċi li llum qed tbeżża' bihom l- Oppożizzjoni.", "Din hija r-realta`.", "Il-pajjiżi kollha li kienu fl-European free trade area, fosthom l-Ingilterra u l-Awstrija, għajr għal xi żewġ pajjiżi jew tlieta li għandhom il-ġid - per eżempju, aħna nafu li Norway għandhom iż-żejt - illum huma membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea għax indunaw li l-European free trade area kien biss qafas ekonomiku u huma riedu joħolqu wkoll qafas politiku u soċjali.", "Issa se nagħmel punt li fl- opinjoni tiegħi, li kieku nagħlaq bih u nieqaf hawnhekk, ikun biżżejjed.", "L-etika politika nisranija titlob li partit politiku jew pajjiż ma jħarisx biss lejn il-konfini ta' l-istat nazzjon tiegħu u jillimita ruħu f'dak il- livell imma huwa importanti li jħares oltre biex jorbot is-sovranita` ma' dik tar-reġjun li jkun qed jgħix fih, u dan għandu jagħmlu kemm għall-ġid tiegħu kif ukoll għall-ġid ta' wliedu u tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax aħna nafu li dan il-proċess, li nerġa' ngħid Theilard De Chardin sejjaħlu \"the new age\", se jibqa' japprofondixxi ruħu iktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Issa nixtieq nikkwota teologu nisrani famuż, Reinhold Neibuhr, li għalkemm kien Amerikan, kien ġej minn familja Ġermaniża u kienu spiċċaw l-Amerka biss wara l-gwerra.", "Fil-fatt dan jgħid li:", "\"A modern democracy requires a more realistic philosophical and religious basis; not only in order to anticipate and understand the perils to which it is exposed but also to give it a more persuasive justification.\",", "jiġifieri l-etika nisranija fil-politika titlob li aħna nagħrfu dan għall- fini tal-ġustizzja u tal-paċi u nħarsu lil hinn mill-konfini ta' dak li jirriżulta li huwa l-istat nazzjon, li aħna wkoll responsabbli għalih.", "Stat ta' moħħ li jikkonfina partit jew pajjiż li jħares biss 'il ġewwa huwa wieħed ta' paranoja, a panaroid state of mind.", "Dan il-gvern, flimkien ma' l-Ewropa kollha, irid stat ta' moħħ altruwista.", "Aħna rridu nfittxu l-ġid tagħna u dak ta' madwarna biex flimkien, b'solidarjeta`, infittxu l-aħjar avvanz ta' dak li huwa ta' l-ikbar ġid komuni għall-poplu tagħna u għar- reġjun kollu.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, jien inħossni kburi li nifforma parti minn partit li jemmen dak li jgħid u li jgħid dak li jemmen, u fil- fatt jekk wieħed janalizza l-ħidma ta' dan il-ministeru matul dawn l-aħħar 12-il xahar isib li jekk hemm xi ħaġa li tispikka, hija proprjament din.", "Huwa l-kredu tagħna li aħna nkunu leali ma' dak li nkunu wegħdna li se nagħmlu.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax meta wieħed iħares lejn il-mixja ta' Malta lejn l-Unjoni Ewropea jsib kemm verament Malta tagħna qed tkun assertiva.", "Malta is being assertive in its negotiations.", "Meta wieħed jara lil din il-blata tagħna, minkejja l-irwiefen ta' l-Oppożizzjoni interna u minkejja l-ġeremiji interni li għandha, ...", "Kemm qalulna li mhux se jirnexxielna nġibu kummissarju u ġibnieh!", "Kemm qalulna li mhux se jirnexxielna nġibu arranġament għall-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tat- trasport, bħad-drivers tal-karozzi tal-linja, tat-taxis u l-burdnara - ma rridux ninsew li l-kelma Maltija \"burdnara\" hija l-ewwel kelma li daħlet fil-vokabularju tal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea - u rnexxielna nġibu arranġament speċjali biex nissalvagwardjaw l-interessi ta' dawn il- ħaddiema!", "Kemm qalulna li m'aħniex se jirnexxielna nġibu arranġament fuq l- influss tal-ħaddiema u ġibnieh!", "Jien ngħid li dan huwa biżgħa irreali, li m'huwiex se javvera ruħu, imma minkejja dan, biex nissalvagwardjaw ruħna kontra din il-biżgħa fiergħa aħna rnexxielna nġibu arranġament li jirrigwarda ċ-ċaqliq ħieles tal-persuni u li kienet l-Awstrija biss li għamlet bħalu.", "Issa ħalliha li sal-lum l-Awstrija għadha qatt ma ħasset il- bżonn li tagħmel użu minn dan l-arranġament, pero` aħna xorta waħda dehrilna li għandna nġibu s-serħan tal-moħħ lill-poplu tagħna b'arranġament speċjali f'dak li hu ċaqliq ħieles tal-persuni.", "Għalaqna 'l fuq minn nofs il-kapitli, u ma rridux ninsew li bdejna sentejn wara l-pajjiżi l-oħra.", "Imxejna ħafna, pero` kemm konna nimxu iktar li kieku dawk is-sentejn li għamel fil-gvern il-Partit Laburista, bejn l-1996 u l-1998, ma ntilfux!", "Ta' min jgħid li matul dawn l-aħħar 12-il xahar il-MEUSAC iltaqa' 19-il darba u fi tliet snin iltaqa' għal iktar minn 50 darba.", "Saru wkoll 27 laqgħa informali ma' 120-il organizzazzjoni, korpi kostitwiti, unions u assoċjazzjonijiet fuq medda ta' tliet xhur, minn April sa Lulju ta' din is- sena.", "Dan apparti l-bosta laqgħat tekniċi ta' tħejjija fuq il-position papers.", "Il-gvern alloka Lm228,000 bħala għajnuna finanzjarja lill- organizzazzjonijiet rappreżentattivi sabiex dawn iħejju rwieħhom għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u jsiru iktar midħla ta' l-acquis.", "Minn dan il-ministeru joħroġ ħafna ġid.", "Fil-fatt jien naħseb li dan huwa tip ta' ministeru li m'huwiex faċli li tikkwantifika l-ġid li joħroġ minnu, imma minkejja dan, il-poplu kollu jibbenefika mill-programmi ta' assistenza li jingħataw lil pajjiżna permezz tal-ftehim li dan il-ministeru jilħaq ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Per eżempju, grazzi għall-ħidma ta' dan il-ministeru rnexxielna niksbu assistenza mill-aġenzija internazzjonali, u permezz ta' din l-assistenza se nkunu nistgħu nixtru makkinarju għall-Isptar Boffa u nintroduċu programm biex titjieb id- distribuzzjoni ta' l-ilma fil-gżejjer Maltin.", "Se jsiru wkoll diversi programmi speċjalizzati barra minn Malta għal diversi Maltin, speċjalment għal dawk żgħażagħ, u dawn il-programmi se jsiru fil-qafas tal-programmi li toffri l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa l-kejl soċjali tagħna.", "Bħalissa fl- Unjoni Ewropea jinsab għaddej żvilupp interessanti li tista' taqsmu fi tlieta; fit-tqassim tal-kompetenzi, fl-issimplikar tat-trattati u fl- istatus taċ-charter tad-drittijiet fundamentali, u aħna rridu nipparteċipaw f'dan il-proċess għax se jeffettwana żgur.", "Fil-fatt fil-25 ta' Lulju li għaddew il-kummissjoni Ewropea ħarġet white paper dwar it-tmexxija ta' l- Unjoni Ewropea biex jiġu proposti mezzi kif iċ-ċittadin Ewropew jista' jipparteċipa iktar fit-tmexxija ta' din l-unjoni.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-progress report li ħarġet il-kummissjoni Ewropea dwar Malta.", "Dan il-progress report li ħarġet il-kummissjoni Ewropea dwar Malta huwa ċertifikat prima classe ta' kemm Malta hija avvanzata iktar minn ħaddieħor.", "Meta kont qed nipprepara d-diskors li għamilt il-bieraħt lura dwar il- Ministeru għall-Politika Soċjali u kont qed nagħmel ftit riċerka sirt naf li Malta ntgħażlet mill-Unjoni Ewropea bħala mudell li għandu jiġi emulat biex pajjiżi kandidati oħrajn bħal Malta joħolqu strutturi għas-saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-fatt aħna lill-qasam tas-saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol tajnieh imbottatura kbira proprju permezz tat-twaqqif ta' awtorita`, grazzi għall-imbottatura l-oħra li ħadna meta konna qed ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea.", "Matul is-sena 2000 l-Unjoni Ewropea approvat assistenza finanzjarja kemm lil Malta kif ukoll lil Ċipru bir-riżultat li s-sena l-oħra Malta ħadet Euro 6 miljun, din is-sena ħadet Euro 7.5 miljun, is-sena d-dieħla se tieħu Euro 9.5 miljun, fl-2003 se tieħu Euro 8.5 miljun u fis-sena 2004 se tieħu Euro 6.5 miljun.", "Dan għaliex?", "Għax qed nippreparaw l-administrative capacity biex inkunu nistgħu nimplimentaw l-acquis.", "Fil-fatt il-gvern waqqaf direttorat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jikkoordina x-xogħol kollu konness ma' l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea, liema direttorat qed jikkontribwixxi għal iktar koordinament bejn il-ministeri u l-bini ta' esperjenza dwar il-proċeduri meħtieġa.", "Barra minn hekk l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-għajnuna finanzjarja lejn Malta tiġi implimentata bis- sistema hekk imsejħa \"EDIS\", jiġifieri \"extended decentralised implementation system\".", "Dan ifisser li tul il-proġett l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-fondi se jibqgħu esklussivament f'idejn il-gvern Malti.", "Din id-deċiżjoni ttieħdet sabiex Malta tidra tamministra fondi ta' l-Unjoni Ewropea u jkollha l-istituzzjonijiet meħtieġa ħalli b'hekk, wara s-sħubija, tkun tista' tamministra l-fondi strutturali u fondi oħrajn li jiġu mill- Unjoni Ewropea.", "Fil-25 t'April ta' din is-sena Malta u l-kummissjoni Ewropea ffirmaw memorandum biex jitwaqqaf fond nazzjonali għal Malta.", "Għalhekk issa l-unjoni se tittrasferixxi xi flus f'dan il-fond u l-gvern se jkun jista' juża dawn il-fondi biex iwettaq il-proġetti miftehma.", "Ta' min jgħid li l-kontroll ta' dan il-fond huwa f'idejn in-national authorising officer, li se jkun il-ministru tal-finanzi jew ir-rappreżentant tiegħu.", "F'dan l-isfond, kull sena Malta u l-kummissjoni Ewropea se jfasslu programm nazzjonali għall-użu ta' dawn il-fondi skond il-prijoritajiet ta' l- accession partnership u skond kif Malta tipprogramma biex taddotta u timplimenta l-acquis.", "Kull programm nazzjonali jikkonsisti f'diversi proġetti ta' għajnuna teknika u amministrattiva bil-għan li jgħin lil Malta tipprepara ruħha għas-sħubija.", "Ta' min jgħid li fost l-oħrajn dan il- programm jalloka Euro 900,000 biex jgħin lil Malta tipparteċipa fi programmi ta' edukazzjoni u taħriġ, bħal Socrates II, Leonardo II u Youth for Europe.", "Waqt li fis-sena 2000 ġew allokati Euro 5 miljun għal tliet proġetti, fosthom għal għajnuna biex tissaħħaħ il-kapaċita` amministrattiva fl-agrikoltura, fis-sena 2001 ġew allokati Euro 8 miljun għal seba' proġetti, bħal per eżempju, għal għajnuna teknika fis-settur tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, biex jinbnew strutturi meħtieġa ħalli Malta tipparteċipa fil-politika reġjonali ta' l-unjoni u biex Malta tipparteċipa fil-programmi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ ta' l- unjoni.", "Twaqqaf ukoll uffiċċju tal-koordinatur nazzjonali li jrid jassigura li l-għajnuna mogħtija qiegħda tiġi wżata skond strateġiji u pjanijiet ċari sabiex ma jkunx hemm sparpaljar ta' fondi.", "Għalija huwa xokkanti li fl-istħarriġ li għamel il-Ministru Josef Bonnici, liema stħarriġ qiegħdu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, kien hemm tabella li tindika li Malta baqagħlha 75 sena oħra biex tilħaq il-livell ta' l- għajxien ta' l-Irlanda, tal-Portugall, ta' Spanja u tal-Lussemburgu, li huma l-iktar pajjiżi fqar fl-Unjoni Ewropea.", "Lanqas it-tfal tat-tfal tagħna m'hu se jkunu għadhom ħajjin sa dak iż-żmien!", "Allura dan li jrid il- Partit Laburista?", "Jien għalhekk ngħid li l-Membri tan-naħa l-oħra qegħdin f'time warp.", "Mhux ta' b'xejn li Goran Persson, il-Prim Ministru Svediż, qalilhom li jridu l-istess ħaġa li riedet l-Isvezja 30 sena ilu!", "Il- politika tal-Partit Laburista hija politika ta' retromarcia.", "L-istatistika li kkwota l-Ministru Josef Bonnici fl-istħarriġ li għamel ma ħarġithiex xi organizzazzjoni f'Malta, bħall-MIC, imma ħariġha l-International Monetary Fund.", "Ta' min jgħid ukoll li skond din l-istatistika, bejn l-1990 u l-1998 filwaqt li l-Portugall żied il-livell ta' għajxien tiegħu b'27%, Malta żiditu b'7% biss.", "Aħna rridu l-aħjar għal pajjiżna, u għalhekk għażilna din it-triq, li tissejjaħ \"sħubija fl-Unjoni Ewropea\".", "Kemm issemmiet l-MIC!", "Aħna nisfidawhom, jew aħjar nistednuhom ...", "Għax fil-fehma tiegħi, il-kelma \"sfida\" għandha konnotazzjonijiet koroh.", "Aħna mhux bħall-Membri tan-naħa l-oħra; ngħajru lil min jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem \"Taliban\".", "Jien ma nifformax parti minn dak il-partit li jgħajjar lil dak li ma jaqbilx miegħu \"miġnun\".", "Jien ma nifformax parti minn dak il-partit li jgħid lill-barrani biex jiċċekkja moħħu jekk dan jgħidilna li l-politika tagħna hija fantaxjenza.", "Imma issa ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Qatt xi darba ġie pprovat li l-MIC qal nofs verita`?", "Ara aħna, ipprovajna li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal ferm agħar minn nofs verita` meta fid-diskors tal-budget tiegħu qal li konsulent ta' l- IPSE qed jitħallas eluf ta' liri mill-gvern Malti biex nogħġbu lil ta' Brussels.", "Issa kif qal il-bieraħ il-Ministru Josef Bonnici, il-verita` hi li dan il-konsulent Spanjol qed jitħallas mill-Unjoni Ewropea u l-gvern Malti m'hux qed joħroġ ċenteżmu wieħed għal dan il-għan.", "F'dan l-isfond ta' negozjati, jien nistieden lill-membri tan-naħa jsemmulna mqar ħaġa waħda biss li aħna ksibna frott dawn in-negozjati u li se tkun ta' dannu għal pajjiżna, pero` meta nistiednu lill-membri tan-naħa l-oħra biex jagħmlu dan, dejjem nibqgħu bla risposta.", "Sur President, ovvjament dan il-ministeru m'huwiex responsabbli biss mill- affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea imma huwa responsabbli wkoll minn affarijiet oħra, fosthom mill-politika Mediterranja.", "Ikun tajjeb jekk ngħid li matul dawn l-aħħar 12-il xahar, dan il-ministeru kompla jaħdem biex jimplimenta l-proposta inizjali Maltija sabiex ikollna assemblea parlamentari ta' l-istati tal-Mediterran.", "Huwa veru li din il- proposta diġa' kienet saret ftit ta' snin ilu, pero` matul dawn l-aħħar 12- il xahar ġie konkretizzata fl-ambitu` ta' l-IPU.", "Ta' min jgħid ukoll li matul dawn l-aħħar 12-il xahar Malta ffirmat 24 ftehim bilaterali - iktar mid-doppju tas-sena l-oħra - u 20 konvenzjoni fil-qasam unilaterali - tnejn iktar mis-sena l-oħra - liema konvenzjonijiet kienu jittrattaw dwar bosta affarijiet interessanti, fosthom dwar diżarm, terroriżmu u traffikar tad- droga.", "Insomma, matul dawn l-aħħar 12-il xahar sar ħemel xogħol.", "Il- konklużjoni x'inhi, speċjalment in vista ta' dak li ġara fil-11 ta' Settembru?", "Qed insemmi dak li ġara fil-11 ta' Settembru għax aħna m'aħniex qed ngħixu weħidna.", "No country can afford being an island, aħseb u ara jekk tkun gżira!", "Fil-11 ta' Settembru nbidel il-palk internazzjonali u aħna, bis-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, irridu nkunu fil-port ta' kenn mill-irwiefen internazzjonali.", "Irridu nkunu f'għaqda ta' pajjiżi bl-istess intenzjonijiet, like-minded, li bejniethom huma forza għall-istabilita` internazzjonali.", "Irridu nkunu fis- salott tad-deċiżjonijiet, mhux fuq l-għatba, fejn jaħkmu l-irwiefen, kif irid il-partit Laburista bl-hekk imsejħa alternattiva science fiction.", "F'dan l-istadju nixtieq ngħid li meta f'Jannar li għadda, delegazzjoni Maltija ħadet sehem fil-parlament Ewropew, intqal lilna li fuq il-Malta desk, biex jinnegozjaw u jitrattaw il-każ ta' Malta hemm 30 persuna min- naħa tal-kummissjoni Ewropea, pero' bejn l-1996 u l-1998, fuq il-Malta desk kien hemm biss persuna waħda.", "Dan ifisser li Malta qed takkwista importanza kbira u qed tiġi stmata ferm aħjar minn qatt qabel.", "Sur President, qabel ma nagħlaq dan l-intervent nixtieq nikkwota xi ħadd lil xi ħadd li naħseb li jgawdi l-istima tagħna lkoll, u ċioe` lill-Papa.", "Fl-10 ta' Ġunju tas-sena li għaddiet, il-Papa ltaqa' ma' l-ambaxxatur Franċiż tas-Santa Sede, u fost pronunzjament li diversi drabi għamel dwar l- Unjoni Ewropea, f'din il-laqgħa, il-Papa qal hekk:", "\"The European Union is both a venture and a challenge.", "It opens the door to a future of peace and solidarity, and to ever closer collaboration between the continents, different countries and with the whole world.\".", "Dan huwa dak li aħna rridu għal pajjiżna, li nissieħbu f'għaqda ta' pajjiżi bbażati fuq il-paċi u l-istabilita`.", "Kemm Fontaine kif ukoll Prodi kemm-il darba qalu li dawn l-aħħar ħamsin sena kienu l-ewwel ħamsin sena ta' paċi assoluta fl-Ewropa.", "Hekk hu, dan huwa fatt li ma jmerih ħadd, u huwa dak li aħna nixtiequ għal pajjiżna, speċjalment wara dak li ġara fl-11 ta' Settembru li għadda.", "Sur President, meta l-gvern Nazzjonalista jintrabat ma' l-Unjoni Ewropea biex jidħol għal ċerti obbligi, ma jkun qed jagħmel xejn ħlief li jintrabat mal-poplu Malti biex jipprovdi kwalita` ta' ħajja aħjar.", "Jekk aħna nieqfu fejn aħna u ħaddieħor jibqa' jaqdef 'il quddiem, se naqgħu wisq lura u se nispiċċaw waħedna.", "Għalhekk hemm bżonn li nkomplu mexjin f'din it-triq li qbadna.", "Aħna rridu nkunu l-Lussemburgu tal-Mediterran.", "Jien niddejjaq nagħmel paraguni ma' pajjiżi oħra, pero' la ħaddieħor isemmi l-Isvizzera, jien insemmi lil-Lussemburgu.", "Aħna lil dak il-pajjiż irridu nippruvaw nemulaw, pajjiż li bejn wieħed u ieħor, bħala popolazzjoni għandu l-istess dimensjonijiet tagħna.", "Malta hija Maltija fl-identita` tagħha, hija Mediterranja fil-pożizzjoni ġeografika tagħha u hija Ewropea fil-vokazzjoni tagħna.", "Huwa fuq it- tripliċita` ta' l-identita` Maltija li bi pjaċir ngħid li dan il-ministeru ħadem matul dawn l-aħħar 12-il xahar.", "Sur President, peress li fil-bidu ta' dan id-dibattitu, l-oppożizzjoni pproponiet tnaqqis ta' Lm1 mill-paga tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin bħala nuqqas ta' fiduċja, naħseb li aħna għandna nipproponu żieda ta' Lm1 bħala turija ta' fiduċja fil-ħidma li qed issir.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, din is-sena naħseb li nistgħu niddikjarawha bħala sena rekord għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, għax nistgħu ngħidu li għamilna rekord f'kull qasam tal-ministeru, kemm fil-qasam tar- relazzjonijiet bilaterali kif ukoll fil-qasam tar-relazzjonijiet multilaterali f'dak li għandu x'jaqsam mal-Mediterran u b'mod partikolari ma' l-Ewropa.", "Nibda dan l-intervent billi nirringrazzja minn qalbi lill-istaff kollu ta' dan il-ministeru, li matul is-sena ħadem bla heda.", "Jien ninsab ċert li kieku ma kinetx għall-ħidma intensiva, li xi kultant b'diffikultajiet enormi, jagħmlu dawn il-ħaddiema, kieku żgur li ma konniex niksbu dawn ir- riżultati kollha.", "Qed ngħid dan anke in vista tal-fatt li għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin, is-sena li ġejja, bħal kull sena, se tkun impenjattiva ħafna, fejn fiha rridu nintensifikaw il-ħidma tagħna fl-oqsma kollha, f'dawk bilaterali u multilaterali, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- istruttura tal-ministeru, fis-servizzi korporattivi, fil-protokoll, fil- konsolari u bla dubju ta' xejn, fir-rigward tal-Mediterran, waqt li rridu nikkonċentraw b'mod speċjali fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan għaliex is-sena li ġejja se tkun dik is-sena li tħoll u torbot il-futur tal-pajjiż.", "Fis-sena li ġejja se jkun determinanti dwar jekk pajjiżna għandux jissieħeb fl-Unjoni Ewropea jew le, għax huwa matul is-sena d-dieħla li aħna rridu ntemmu n-negozjati kollha biex inkunu ma' l- ewwel grupp ta' tkabbir.", "Tliet snin ilu, id-deċiżjoni tal-poplu kienet li jawtorizza lill-gvern biex ikompli bin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea u wara jagħmel referendum biex l- istess poplu Malti u Għawdxi jiddeċiedi dwar il-futur ta' pajjiżu, dwar jekk Malta għandhiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jew le.", "Biex nagħmlu dan hemm bżonn li fis-sena d-dieħla ntemmu n-negozjati kollha, u ntemmuhom b'suċċess, b'mod li b'wiċċna minn quddiem inkunu nistgħu nitolbu lill-poplu biex jivvota fuq il-pakkett li nkunu nnegozjajna.", "Għaldaqstant dan jinvolvi impenn partikolari fl-oqsma kollha tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mad-direttorat dwar l- Unjoni Ewropea u il-MIC.", "Aħna flimkien ma' l-istrutturi kollha ta' dan il- ministeru, fosthom dak dwar ir-relazzjonijiet bilaterali, irridu naħdmu bħala team wieħed u nagħmlu l-almu tagħna kollu biex nottjenu dan ir- riżultat.", "Qabel ma nispjega fil-qosor dak kollu li għamlu d-direttorati differenti fi ħdan il-ministeru matul din is-sena, filwaqt li ngħid x'inhuma t-targets tagħhom, xtaqt nikkummenta dwar ċerti partijiet mid-diskors ta' l-Onor.", "George Vella.", "L-Onor.", "Membru għamel riferenza għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu fil- ministeru fuq bażi kuntrattwali, u qal li din hija xi ħaġa eċċezjonali, li tista' tmur kontra r-regolamenti.", "F'dan ir-rigward nixtieq ngħid li l- istaff tal-ministeru li jaħdem fuq bażi kuntrattwali ....", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bir-rispett lejn il-verita', jiena m'għedtx li l- ingaġġ ta' ħaddiema fuq bażi kuntrattwali jmur kontra r-regolamenti, imma għedt biss li dawn il-ħaddiema qed ikunu ta' piż fuq il-kaxxa ta' Malta.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, il-ħaddiema li huma ngaġġati fuq bażi kuntrattwali huma staff tas-segretarjat.", "Illum, is-setup tas-segretarjat huwa trasparenti u r-regoli dwaru tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Is- segretarjat huwa struttura li llum teżisti f'kull ministeru, u allura, peress li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin m'għandu xejn inqas minn ministeri oħra, huwa għandu ħaddiema bħala parti mis-segretarjat ingaġġati fuq bażi kuntrattwali, bħala uffiċjali pubbliċi, li fuq deċiżjoni tal- public service commission, bdew jaħdmu fid-direttorat dwar l-Unjoni Ewropea fuq bażi ta' kuntratt.", "F'dan il-ministeru hemm ukoll numru ta' konsulenti minħabba n-natura speċjalizzata tax-xogħol li jagħmel.", "Saret riferenza wkoll għal xi ambaxxatur ġdid li ta charge lill-first secretary għax dan ma qamx bil-wieqfa meta hu daħal fil-Kamra.", "Ikolli ngħid li jiena ma nafx b'dan l-inċident, iċ-charge ma waslitx għandi u għaldaqstant se nistaqsi ftit biex nara jekk dak li qal l-Onor.", "Vella seħħx rejalment jew le.", "Mr Chairman, l-Onor.", "Vella għamel ċerti allegazzjonijiet li jien nikkonsidrahom bħala bla bażi u bla bżonn.", "Qed nirreferi għad-diskors li ntqal fir-rigward tat-tellieqa għal postijiet li eventwalment isiru għall- Unjoni Ewropea.", "L-istruttura ta' l-Unjoni Ewropea hija tali li l- kummissjoni in partikolari toħroġ call for applications, u kull min ikollu l-esperjenza, jista' japplika.", "Jien nimmaġina li se japplikaw kemm ħaddiema tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kif ukoll ħaddiema mid-direttorat dwar l-Unjoni Ewropea, minn ministeri oħra u anke minn barra s-servizz pubbliku.", "Fir-rigward ta' dawn l-allegazzjonijiet, irrid ngħid li huwa inġust li nippruvaw nitfgħu dell ikrah fuq in-nies li qed jaħdmu minn qalbhom, xi kultant against all odds, biex jaslu għar-riżultati li fl-aħħar mill-aħħar il-gvern irid jottjeni.", "Ovvjament, huwa d-dover tagħhom, bħala uffiċjali pubbliċi li jaħdmu biex jilħqu u jippromwovu l-għanijiet tal- gvern, imma jien ma naqbilx li għandna nagħmlu dawn it-tip ta' allegazzjonijiet li ma jagħmlu xejn ħlief ħsara.", "Ikolli ngħid li tagħmel ħsara wkoll l-allegazzjoni simili li saret fil- konfront tal-foreign office, fejn intqal li dan huwa mħawwad ġmielu.", "Jien, li mmexxi l-foreign office, m'għandix dik l-impressjoni, anzi, kif għedt fil-bidu, inħoss li l-ministeru qed jaħdem bis-sħiħ u r-riżulati fil-fatt qed jinkisbu.", "L-Onor.", "Vella qal li m'humiex qed jinżammu minuti meta jiġu delegati barranin f'Malta jew meta delegazzjoni barranija żżur xi pajjiż ieħor.", "Jien nista' ngħid li kemm-il darba ġew f'idejja kopji tal-minuti, u iktar minn hekk, fid-dossiers li jiġu ppreparati, spiss ikun hemm estratti mill- minuti, jiġifieri fir-realta`, il-minuti qed jinżammu.", "Ovvjament, minħabba l-kunfidenzjalita`, dawn il-minuti ma jkunux disponibbli għal kulħadd, imma ċ-ċirkolazzjoni tagħhom tkun xi ftit ristretta.", "Allura jista' jkun li s- sorsi ta' informazzjoni ta' l-Onor.", "Vella m'humiex f'dak iċ-ċirku li fih jaslu l-minuti.", "Mr Chairman, nixtieq ngħid ukoll li saret mistoqsija dwar jekk f'pajjiżna hijiex se tinfetaħ ambaxxata Spanjola u f'dan ir-rigward xtaqt ngħid li bil- politika tal-partit Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran, żgur li hawn Malta ma tinfetaħ l-ebda ambaxxata barranija għax ħadd m'hu se juri interess f'Malta jekk din ma tkunx parti minn entita` ferm ikbar, u ċioe` parti mill-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk jien m'għandix dubju li fis-snin li ġejjin f'pajjiżna se naraw ambaxxati ġodda, kemm ta' pajjiżi membri fl- Unjoni kif ukoll ta' pajjiżi li għad li ma jkunux membri, iħossu l-bżonn li jkollhom ambaxxata f'pajjiżna peress li dan ikun wieħed mill-membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "Għalhekk, bħala tweġiba għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Vella, jiena ngħid li fis-snin li ġejjin mhux l-ambaxxata Spanjola biss se tinfetaħ f'pajjiżna, imma anke ambaxxati ta' pajjiżi oħrajn.", "Sur President, se ngħaddi issa biex nagħti ħarsa lejn id-diversi direttorati fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, u nibda proprju bil-qasam bilaterali.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi għamel riferenza għall-fatt li bejn Ottubru 2000 u Novembru ta' din is-sena, Malta ffirmat mhux inqas minn 40 ftehim bilaterali, u dan m'għamilnihx għall-gost, imma għax dawn il- ftehim jiffokaw fuq tliet materji prinċipali, fosthom it-tneħħija tat-taxxa doppja.", "Fil-fatt nista' ngħid li llum, għandna network qawwi ta' dan it- tip ta' ftehim, li maż-żmien se jkompli jikber u jitqawwa, għax il-pajjiżi li jixtiequ jagħmlu parti minn dan in-network ta' double tax agreement qegħdin jiżdiedu u mhux jonqsu.", "Bl-istess mod sar focus partikolari fuq ftehim dwar il-protezzjoni u l- promozzjoni ta' l-investimenti, ftehim li jimxi id f'id mad-double tax agreement.", "Barra minn hekk, kien hemm impenn qawwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalita` organizzata.", "Quddiemi għandi lista ta' agreements li ġew konklużi matul il- perjodu li semmejt, u nixtieq li nqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ftehim bilaterali ffirmati bejn Ottubru 2000 u Novembru 2001;", "Mr Chairman, f'dan l-intervent xtaqt nagħmel riferenza wkoll għall-fatt li bħala ministeru, spiss niġu kkritikati dwar is-safar.", "Li rrid ngħid hu li s-safar huwa parti essenzjali mix-xogħol tagħna.", "Iva, minkejja t- teknoloġija moderna, aħna jkollna bżonn nieħdu sehem regolari f'diversi fora, b'mod partikolari f'fora multilaterali, biex niddiskutu u nieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "F'dan ir-rigward nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra lista ta' dawn iż-żjarat, biex forsi l-oppożizzjoni tirrealizza li l- focus ta' dawn iż-żjarat ma kienx esklussivament l-Unjoni Ewropea, imma kien kemm-il darba marbut ma' fora multilaterali, mal-Mediterran u mat- tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u żjarat minn personalitajiet barranin f'Malta matul l-2001;", "Mr Chairman, lura għall-ambaxxati, irrid ngħid li f'Lulju ta' din is-sena infetħet ambaxxata Maltija f'The Hague, li ġiet inawgurata uffiċjalment ilbieraħt lura, fl-okkażjoni taż-żjara tal-Prim Ministru fl-Olanda, fejn kellu anke laqgħat bilaterali mal-Prim Ministru ta' l-Olanda u udjenza mar- reġina ta' dak il-pajjiż.", "Ġie inawgurat ukoll il-bini ġdid ta' l-ambaxxati Maltin f'Beijing u f'Berlin, fejn f'Beijing morna f'ambaxxata ferm iktar preżentabbli u spazjuża, waqt li minn Bonn morna f'Berlin peress li din ta' l-aħħar issa saret il-kapitali l-ġdida tal-Ġermanja.", "F'Ottubru li għadda nfetaħ uffiċju ġdid fi Strasbourg, bi preparazzjoni għal meta Malta tassumi l-viċi presidenza tal-kumitat tal-ministri bi preparazzjoni għal meta Malta tassumi l-viċi-presidenza tal-kumitat tal-ministri.", "Hawnhekk xtaqt anke nagħmel riferenza għal dak li qal l-Onor.", "George Vella – jidhirli li l- Onor. George Vella kien – li Malta mhijiex qed tagħmel dak li hemm bżonn sabiex inħejju ruħna għall-viċi-presidenza tal-kumitat tal-ministri li tibda f'Mejju tas-sena 2002, u mbagħad f'Novembru nassumu l-presidenza tal- kunsill tal-kumitat tal-ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropea.", "Fir-realta` għamilna dak li hemm bżonn bi preparazzjoni għal dan.", "Fil-fatt minflok qed noperaw mill-uffiċċju fil-bini tal-Kunsill ta' l-Ewropa, kif kellna qabel, illum għandna bini ġdid u staff permanenti fl-ambaxxata Maltija fi Strasbourg.", "Dan jagħti servizz mhux biss fuq livell ta' gvern imma anke, fejn ikun hemm bżonn, fuq livell ta' delegazzjonijiet parlamentari li jattendu biex jieħdu parti f'fora differenti tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Nagħlaq dwar il-qasam tar-relazzjonijiet bilaterali billi ngħid x'inhuma l- oġġettivi għas-sena d-dieħla.", "L-ewwel oġġettiv huwa li nkomplu fil-ħidma tagħna sabiex nipprovaw nikkonkludu u niffirmaw iżjed ftehim u iżjed akkordji mal-pajjiżi differenti biex inkomplu ntejbu u nkabbru n-network f'dawk l-agreements li Malta għandha interess partikolari.", "Din hija ħidma integrali tad-direttorat bilaterali fi ħdan il-ministeru ta' l-affarijiet barranin li beħsiebna nkomplu nintensifikawha biex nagħtu iżjed servizz lill-pajjiż fl-areas li jinteressawh iżjed direttament.", "Se nkomplu fil-ħidma tagħna biex insaħħu iżjed il-kuntatti, il-koperazzjoni u r-relazzjonijiet li għandna ma' pajjiżi individwali.", "Il-kollega tiegħi staqsa jekk hux qed jiżdied il-kummerċ u n-negozju.", "Il-ministeru għall- affarijiet barranin jagħmel il-ħidma tiegħu kollha biex nipprovaw kemm jista' jkun nagħtu l-kontribut tagħna dwar dan.", "Infatti bdejna proġett flimkien mal-METCO u l-MDC biex nittrejnjaw in-nies tagħna ħalli jkunu jistgħu jippromwovu lil Malta fis-settur kummerċjali.", "Nispera li anke f'setturi oħrajn, bħalma huma t-turiżmu, ix-shipping u l-financial services nibdew inħarrġu lin-nies tagħna biex ikunu jistgħu jippromwovu l-interessi ta' Malta fil-kuntatti u fil-laqgħat li jkollhom anke fil-qasam kummerċjali.", "Sur President, ngħaddi issa għal dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet multi-laterali.", "F'dan ir-rigward riċentement ħafna, wara l-attakki terroristiċi li seħħew fil-11 ta' Settembru kontra l-Istati Uniti, għamilna impenn iżjed qawwi biex niġġieldu b'mod effettiv kontra t-terroriżmu.", "Fil- fatt waqt li minn 13-il konvenzjoni, li b'xi mod jew ieħor għandhom x'jaqsmu mat-terroriżmu, Malta kienet irrattifikat biss sitta, mill-11 ta' Settembru 'l hawn irratifikajna sitta oħra.", "Illum għandna 12 minn 13-il konvenzjoni rratifikata u nispera li l-oħra nirratifikawha fi żmien qasir ħafna.", "Pero` naħseb li l-landmark – ħalli ngħid hekk – tar-relazzjonijiet mult- laterali matul din is-sena kien is-suċċess li kellna f'diversi kandidaturi li Malta daħlet għalihom.", "Ta' min isemmi hawnhekk il-fatt li fit-23 ta' Novembru Malta reġgħet ġiet eletta fil-Kunsill ta' l-IMO għas-snin 2003 u 2004 meta ġabet l-ikbar numru ta' voti, jiġifieri 110 fuq il-kandidati f'kategorija \"C\".", "Ta' min isemmi wkoll li f'Marzu li għadda l-Imħallef Agius ġie elett fuq l-International Criminal Tribunal ta' l-ex-Yugoslavia għall-perijodu ta' erba' snin.", "Fl-1 ta' Jannar l-Imħallef Patrick Vella beda t-terminu tiegħu ta' erba' snin fuq il-kumitat għad-drittijiet tal-bniedem u Malta ġiet eletta membru ta' l-ECOSOC għas-snin 2001 u 2002 b'effett mill-1 ta' Jannar 2001.", "Dan juri li min-naħa tad-direttorat għar-relazzjonijiet multi-laterali qed isir xogħol bla heda flimkien ma' l-ambaxxati tagħna fil-pajjiżi differenti, b'mod partikolari ma' l-ambaxxati tagħna fi New York u f'Ġinevra sabiex il- kandidati li nressqu, sew jekk huma individwali u anke jekk tkun kandidatura tal-pajjiż innifsu, nottjenu s-suċċess li nkunu qed nipprovaw naħdmu għalih.", "Ta' min jgħid li matul din is-sena l-kandidaturi kollha li ressaqna ġibna s-suċċess mixtieq fihom.", "Fil-qasam tar-relazzjonijiet multi-laterali nixtieq nagħmel riferenza għax- xogħol mingħajr heda li jsir f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tagħna fil-Ġnus Magħquda.", "B'kollox Malta ffirmat jew irratifikat 26 ftehim multi-laterali bejn Novembru tas-sena 2000 sal-lum u fost dawn insibu l- ftehim fuq straddling fish stocks.", "Permezz ta' din ir-ratifika ġie fis- seħħ il-ftehim li huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar importanti fil-qasam tal-liġi internazzjonali tal-baħar.", "Fil-fatt kienet it-30 firma, jew ratifika, li bis-saħħa tagħha dan il-ftehim ġie fis-seħħ.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll il-protokoll ta' Kyoto dwar il-climate change.", "F'dan ir-rigward iktar tard nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument ieħor li jagħti l-ftehim kollha li ġew iffirmati minn Malta fil-perijodu bejn Novembru 2000 u Novembru 2001.", "Nixtieq ukoll nagħmel riferenza għall-fatt li Malta co-sponsored 23 riżoluzzjoni tal-kumitat prinċipali tan-Nazzjonijiet Uniti u numru ieħor ta' kumitati.", "Dawn huma riżoluzzjonijiet li jkunu ġew proposti fi ħdan in- Nazzjonijiet Uniti, fi ħdan l-Assemblea Ġenerali, fi ħdan il-kumitati differenti, il-first, second, third, fourth and fifth committee u Malta co- sponsored numru minnhom.", "Għalhekk iktar 'il quddiem nitlob il-permess tal- Kamra sabiex inqiegħed ukoll dan ir-raba' dokument fuq il-Mejda tal-Kamra li jagħti l-lista tar-riżoluzzjonijiet li ġew sottomessi minn Malta.", "Sur President, xtaqt nagħmel riferenza wkoll għall-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Commonwealth, b'mod partikolari l-fatt li l-esperti fit- teknoloġija fil-high level review group tal-Commonwealth ltaqgħu għall- ewwel darba f'Malta bejn il-15 u s-16 ta' Jannar 2001.", "Matul is-sena 2001 ġew organizzati erba' korsijiet taħt il-Malta/Commonwealth Third Country Training Programme li issa ilu jsir b'suċċess għal seba' snin in fila.", "Nista' nibqa' għaddej imma minħabba fil-ħin aħjar nipprova nkun iżjed konċiż.", "Nagħmel riferenza biss għall-parteċipazzjoni effettiva li għamlet Malta fl-organizzazzjoni għas-sigurta` u koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, fil-Kunsill ta' l-Ewropa, u anke f'organizzazzjonijiet oħra, kif qal anke l- Onor. Jason Azzopardi, bħalma hija l-International Atomic Energy Authority.", "Qabel ma ngħaddi għal aspetti oħra tal-ministeru għall-affarijiet barranin, xtaqt nagħmel riferenza għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji.", "L-Onor.", "George Vella qal li Malta ma tatx kontribuzzjoni għal każ speċifiku li għamel riferenza għalih, pero` ta' min jgħid li għamilna kontribuzzjoni għal skopijiet umanitarji, bħalma huma għajnuna finanzjarja lill- Afghanistan, lil El Salvador u lill-Indja.", "Lil dawn kollha tajniehom għajnuna finanzjarja minħabba f'diżastri jew naturali jew inkella minħabba f'konflitti li seħħew hemmhekk.", "Ovvjament l-għajnuna finanzjarja li tajna kienet skond il-mezzi finanzjarji tagħna.", "Bejniethom dawn jammontaw għal kważi Lm50,000.", "Sur President, l-objettivi għas-sena 2002 huma biex inħejju ruħna għall- parteċipazzjoni fil-laqgħa tal-kapijiet tal-gvern tal-Commonwealth is-sena d-dieħla, is-summit dinji ta' l-iżvilup sostenibbli li se jsir f'Johannesburg fis-sena 2002 u affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan.", "Xtaqt insemmi wkoll ix-xogħol bla heda tad-direttorat għas-servizzi koperattivi, is-sezzjoni tal-protokoll u dik konsulari.", "Matul is-sena kellna reklutaġġ għal second secretaries ġodda, reklutaġġ għal iżjed uffiċjali ma' l-EU directorate u mal-MIC, saru korsijiet ta' taħriġ.", "Fl- informatika għamilna website ġdid u għamilna anke database għall-Maltin residenti barra.", "U hawnhekk nixtieq ngħid li għalkemm m'hemmx vot speċifiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-Maltese migrants barra minn Malta, pero` qed nieħdu diversi passi biex intejbu l-kuntatti u s-servizz li nistgħu nagħtu lill-emigranti Maltin.", "Ta' min isemmi wkoll ix-xogħol dwar il-boroż ta' studju, il-laqgħa ta' kull sena ta' l-ambaxxaturi - li reġgħet bdiet isseħħ mis-sena l-oħra - ix- xogħol ta' restawr tal-faċċata u xogħol ieħor li l-ministeru huwa imdaħħal fih.", "Fil-qasam Mediterranju xtaqt nagħmel riferenza għall-fatt li Malta ħadet sehem fil-konferenza Ewro-Mediterranja li seħħet fi Brussell fil-Belġju fejn il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni internazzjonali wara li dawk l- atti terroristiċi li seħħew fuq l-Amerka fil-11 ta' Settembru.", "Malta ħadet sehem ukoll f'laqgħa ministerjali dwar il-kummerċ u l-industrija, tkomplew numru ta' seminars oħrajn li Malta hija mdaħħla fihom u pparteċipajna bi sħiħ fil-fora differenti tal-Mediterran, b'mod partikolari l-Western Mediterranean Forum u l-Forum Mediterranju.", "Irrid insemmi wkoll l- għajnuna ta' natura loġistika li l-Unit tal-Mediterran fi ħdan il-ministeru jipprovdi f'dak kollu li għandu x'jaqsam mad-dimensjoni parlamentari tal- fora Mediterranji.", "Għas-sena 2002 l-għan tagħna huwa li taħt il-Presidenza Spanjola aħna nkomplu naħdmu biex il-proċess ta' Barċellona kemm jista' jkun jinbidel f'partnership iżjed milli f'parteċipazzjoni, li fl-aħħar mill-aħħar huwa l- għan oriġinali ta' dan il-Euro-Med Partnership.", "Beħsiebna nkomplu nospitaw numru ta' konferenzi taħt id-diversi djalogi reġjonali u nkomplu nisħqu fuq il-bżonn li jiġi finalizzat id-dokument li jista' jwassal għal assemblea parlamentari ta' l-Istati tal-Mediterran.", "Niġi issa għall-aspett ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett xtaqt nirrispondi għal xi punti li qajjem l-Onor.", "Chris Cardona.", "Huwa qal li l-parti l- kbira tal-liġijiet saru minħabba pressjoni mill-Unjoni Ewropea u mhux għaliex huma ta' ġid għall-pajjiż.", "Din l-osservazzjoni li għamel m'hijiex ipprovata mill-fatti għax mid-diversi liġijiet li ressaqna quddiem il- parlament kien hemm każi eċċezzjonali fejn l-oppożizzjoni vvotat kontra.", "Tista' tgħid li fil-maġġoranza enormi tal-liġijiet kollha li ressaqna l- oppożizzjoni vvotat favur.", "Inġibdet l-attenzjoni wkoll għall-vot ta' Lm900,000 għall-Malta-EU information centre.", "Għal dan inwieġeb li l-gvern irid jinforma lill-poplu bl-iżjed mod komplet possibbli u għaldaqstant ħass in-neċessita` li din is- sena, li se tkun is-sena ta' qabel ir-referendum, għandna nivvotaw somma adegwata biex iċ-ċentru ta' l-informazzjoni jkun jista' jipprovdi l- informazzjoni li jkun hemm bżonn biex il-poplu Malti jkun jaf eżattament id- dettalji kollha dwar l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' nagħmel appell hawnhekk.", "Kull min ikollu bżonn informazzjoni jista' jmur għand iċ-ċentru ta' l-informazzjoni u jieħu l-informazzjoni kollha li jixtieq.", "Illum qed isir ħafna storbju fuq is-somma ta' Lm900,000, iżda nixtieq infakkar li meta l-oppożizzjoni tal-lum kienet fil-gvern u ħadet id- deċiżjoni storika li twarrab il-VAT u minflokha ddaħħal is-CET, kienu ntnefqu mal-Lm250,000 għal dak l-aspett biss.", "Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari numru 10897 dwar ir-riklami li saru fuq Super 1 Television u TVM.", "Jiġifieri meta wieħed iqis li għall-informazzjoni li ngħatat fuq perijodu daqshekk qasir - biex suppost jiġi spjegat lin-nies id- differenza bejn il-VAT u s-CET, biex jiġi spjegat id-diżastru li dħalna fih - infaqna Lm250,000 fuq riklami tas-Super 1 Television u TVM, u jekk wieħed idaħħal ma' dawn spejjeż oħrajn li saru fuq il-gazetti lokali, fuq leaflets u fuq pubblikazzjonijiet oħra dwar is-CET, jien naħseb li s-somma ta' Lm900,000 li vvotajna hija somma konservattiva ħafna ħdejn is-somma li fil-fatt intnefqet għall-famuża CET.", "Inkompli ftit fuq l-Unjoni Ewropea.", "Nista' ngħid li mil-lat tekniku aħna għaddejjin bin-negozjati sabiex matul is-sena d-dieħla naslu biex nagħlqu s- suġġetti li dwarhom qed ninnegozjaw.", "Qegħdin fil-fażi delikata tan- negozjati minħabba l-fatt li rridu ninnegozjaw bis-sħiħ fuq il-kapitoli dwar il-kapital, dwar ir-residenzi sekondarji, dwar il-ġustizzja u l- affarijiet interni.", "Hemm ukoll il-kapitlu importanti dwar it-tassazzjoni, fejn għandna l-kwestjoni li qed ninnegozjaw bis-sħiħ fuqha dwar il-VAT fuq l-ikel u l-mediċinali .", "THE CHAIRMAN: Nitlobkom biex jekk jogħġobkom iżżommu ftit tas-skiet.", "ONOR.", "JOE BORG: Qegħdin ninnegozjaw biex dawn nagħlquhom b'suċċess.", "Matul is-sena d-dieħla beħsiebna intemmu wkoll in-negozjati dwar l- agrikoltura, dwar il-politika reġjonali, dwar l-ambjent, eċċ. Is-sena d- dieħla se nagħmlu l-almu tagħna kollu biex in-negozjati ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea ntemmuhom u ntemmuhom b'suċċess.", "Dan jinvolvi ħidma kontinwa sew mis-segretarjat tan-negozjati, sew mill-EU directive u anke mill-ministeri kollha kkonċernati.", "Fuq il-lat politiku rrid ngħid li dak li għandu x'jaqsam man-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea għamilna l-almu tagħna kollu biex ninvolvu parteċipazzjoni estensiva kemm jista' jkun.", "Saru diversi laqgħat ta' konsultazzjoni b'mod partikolari mid-direttorat ta' l-Unjoni Ewropea.", "Saru laqgħat fi ħdan il-Malta-EU Steering and Action Committee fejn l-għaqdiet rappreżentattivi kollha ddiskutew dak li għandu x'jaqsam mal-proċess ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u mbagħad ittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Naħseb li wieħed jista' jgħid li l-għaqdiet rappreżentattivi kollha f'dan il-pajjiż ġew involuti u, skond il-feedback li għandna, huma ħassewhom imdaħħla b'mod integrali fil-proċess tan-negozjati sabiex ħejjejna l- pożizzjoni tan-negozjati tagħna.", "L-Onor.", "George Vella għamel riferenza għall-fatt li fuq livell parlamentari ma kienx hawn diskussjoni.", "Fuq livell parlamentari fejn stajna saret diskussjoni bis-saħħa tal-foreign affairs committee u l-fatt li l- oppożizzjoni dehrilha xieraq li ma tipparteċipax fil-Malta-EU steering and Action Committee mhijiex tort tagħna.", "Kieku pparteċipat b'mod effettiv fil-Malta-EU Steering and Action Committee kien ikollha l-okkażjoni kollha biex tipparteċipa f'dan ir-rigward.", "Sur President, iktar tard nixtieq inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri l-kapitoli kollha li s'issa għalaqna, jiġifieri 19-il kapitolu, fejn hemm ukoll lista ta' l-aspetti kollha li ġew negozjati.", "Issa l-Onor.", "Vella qed jgħid li ssibha fuq l-internet.", "Filli tgħidulna li ma nagħtux l-informazzjoni u issa mhux talli qed nagħtu l-informazzjoni, talli kapaċi ssibha fuq l-internet, allura kważi kważi m'hemmx għalfejn inqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn huma l-kontradizzjonijiet li tidħlu fihom!", "Hemm bżonn timxu b'mod iżjed effettiv f'dan il-parlament sabiex minflok ma nħawdu moħħ il-poplu nipprovduh bl-informazzjoni kollha neċessarja.", "Dan id-dokument juri l-perijodi transizzjonali li nnegozjajna u rnexxielna nakkwistaw s'issa u juri kemm il-gvern irnexxilu jinnegozja b'mod effettiv fil-qasam tal-free movement of goods and persons.", "Nafu bis-suċċess li kellu l-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-moviment tal-persuni, fil-qasam tat-trasport, fil-qasam tal-politika soċjali u l-impjieg u fil-qasam ta' l- enerġija.", "Wieħed jawgura li fix-xhur li ġejjin ikollna suċċess fin- negozjati li mexjin bihom f'oqsma differenti bħalma huma b'mod partikolari fil-qasam tal-kompetizzjoni fejn beħsiebna ninnegozjaw bis-sħiħ biex inġibu l-perijodu transizzjonali li hemm bżonn fil-kamp tat-tarznari tagħna, fil- qasam ta' l-agrikoltura fejn beħsiebna ninnegozjaw bis-sħiħ biex ikollna pakkett speċjali li jagħti l-garanziji meħtieġa u s-serħan tal-moħħ li hemm bżonn għall-bdiewa tagħna, fil-qasam tas-sajd biex ninnegozjaw arranġament li jserraħ moħħ is-sajjieda u jagħti prospetti tajba għal futur tas-sajd Malti, fil-qasam ta' l-ambjent fejn beħsiebna ninnegozjaw perijodu transizzjonali li hemm bżonn biex b'hekk l-istandards tal-pajjiż ikunu jistgħu jogħlew u jilħqu dawk ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent.", "Kien hemm diversi aspetti oħra li xtaqt nidħol fihom pero` l-ħin qed jagħfas.", "Xtaqt insemmi, per eżempju, ir-rapport li għamlet il-kummissjoni din is-sena, liema rapport ta ċertifikat li x-xogħol li qed isir fil-pajiż huwa xogħol tajjeb u fejjiedi.", "Dan id-dokument għadna kemm qegħednih fuq il-mejda tal-kamra u kmieni s-sena d-dieħla beħsiebna nippreżentaw dokument iktar aġġornat.", "Qed nirreferi għan-National Programme for the Adoption of the Acquis bil-parteċipazzjoni tagħna fil-konferenza Ewropea u f'diversi konferenzi oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nagħlaq billi ngħid li s-sena d-dieħla se tkun is-sena kruċjali determinanti għal dak li għandu x'jaqsam man-negozjati ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Beħsiebna ninnegozjaw bis-serjeta` kollha biex inġibu l-aħjar pakkett possibbli għalina ħalli meta mmorru bir-referendum quddiemu, il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista' jiddeċiedi dwar jekk il- futur ta' Malta għandux ikun fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew inkella għandux ikun futur fejn nispiċċaw bħal qasba nixxejru mar-riħ.", "Aħna rridu li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea għall-ġid tal-pajjiż u għall-futur ta' wliedna u ta' ulied uliedna.", "Mr Chairman, qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konvenzjonijiet u protokolli internazzjonali li Malta ffirmat jew issieħbet fihom bejn Novembru 2000 u Novembru 2001;", "Tabella li turi r-riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda Ko-sponsorjati minn Malta;", "Tagħrif dwar il-parteċipazzjoni ta' Malta fi programmi ta' l-Euromed taħt il-fondi tal-MEDA matul l-2001; u", "Tabella li turi l-kaptili li ngħalqu proviżorjament in konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 52 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Chris Cardona.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura numru 258 tas-26 ta' Novembru, 2001 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kumitat kien sospiż fin-12:30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 52 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Chris Cardona.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "333", "FAVUR : 28", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Attard Montalto |Farrugia Michael| |John | | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu |", "KONTRA : 34", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 52 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,428,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 52 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 52 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XIV - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 462,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XIV għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 52 u XIV tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, il-Ġimgħa, 7 ta' Diċembru, 2001 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2002", "Id-Disa' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni", "THE DEPUTY SPEAKER Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal- lejla, il-Ġimgħa, 7 ta' Diċembru, 2001 bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Numru 258.", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI BIL-MIKTUB", "MAGAZINE ON-SITE", "30245.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lil din il-kamra kemm-il darba ħareġ il-magazine On- Site?", "Kemm-il kopja saret?", "Kemm swiet kull pubblikazzjoni ta dan il- magazine?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 25545, 29794 u 29863.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - RATI", "30263.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'rati ta' abbużi jirriżultaw min dawk li kienu jieħdu benefiċċji soċjali li mhumiex intitolati għalihom?", "Jista' jagħti r-rati benefiċċju, benefiċċju, minn dak li rriżulta minn investigazzjonijiet tul is-sena 2000 u 2001 s'issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "MATSEC - STUDENTI GĦAWDXIN", "30267.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin applikaw għall-eżamijiet tal- Matsec għas-sessjoni ta' Mejju 2002?", "Kemm f'suġġetti differenti?", "Kemm f'livelli differenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru jaf li għas-sena 2002 l- applikazzjonijiet għadhom qegħdin jiġu milqugħa u għad iridu jkunu pproċessati.", "Għad irid ikun hemm ukoll sejħa għall-'applikazjonijiet tard'.", "KORSIJIET UNIVERSITARJI - DEGREES", "30268.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm daħlu studenti għall-korsijiet universitarji f'livell ta' degrees mill-1991 sal-lum?", "Kemm minn Malta u kemm minn Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MATSEC", "30270.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għall-eżamijiet Matsec", "1) SEC 2) Intermediate 3) Avvanzat", "suġġett b'suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi għat-tweġiba għall-Misoqsija Parlamentari Numru 30267.", "DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI AMBJENTALI", "30271.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ambjentali biex f'każ li jerġa jidħol denfil f'xi bajja lokali jieħu ħsieb kemm jista' jkun biex id-denfil jgħix u jikseb is-saħħa meħtieġa biex jerġa' jgħum 'il barra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent qed jieħu passi biex jikkordina l-Protokol dwar ic- Cetacei mfassal mill-istess Dipartiment b'konsultazzjoni ma' għadd ta' entitajiet oħra fosthom NGO's ambjentali.", "ŻBRUFFAR TAD-DRENAĠĠ", "30272.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi żbuffar tad-drenaġġ kien hemm matul din is-sena fl- inħawi tal-Mellieħa u x'passi ttieħdu biex jissewwa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar."]} {"filename": "19991209_204d_par.doc", "date": "1999-12-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 204 Il-Ħamis, 9 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 204", "Il-Ħamis, 9 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "204", "Il-Ħamis, 9 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 126", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 126", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESPONSABBILTA' ĊIVILI U KUMPENS GĦAL", "TINĠIS MIŻ-ŻEJT (KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT U TIELET QARI)", "OIL POLLUTION (LIABILITY AND COMPENSATION) BILL", "(COMMITTEE STAGE RECONSIDERATION AND THIRD READING) 131", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT 133", "AĠĠORNAMENT 165", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MITKUB 166", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 203 li saret fis-7 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TARMAK", "11119.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix- xogħol ta' tarmak fi Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar huwiex lest?", "Jekk m'huwiex lest jista' jgħid meta se jitkompla?", "X'fadal xi jsir u meta se jitlesta?", "Jekk ix-xogħol huwa lest, jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu biex ix-xogħol ħażin li sar jerġa' jsir mill-ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li x-xogħol li għad irid isir fi Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar jikkonsisti f'bdil ta' parti mill-main tad-drenaġġ u tqegħid ta' wearing course.", "Dan ix-xogħol se jsir wara li tiġi allokata t-tender għax-xogħol, kif dehret fil-gazzetta tal-gvern.", "Ix-xogħol mistenni li jibda wara l- festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif jaf il-Ministru, hemm triq li mill-Kalkara tagħti għall-Birgu, li effettivament inġarret mill-baħar bil-maltemp u, għalkemm fil-gazzetti qrajt li din it-triq se terġa' ssir mill-kunsill lokali, ma nafx kemm huwa possibbli għall-kunsill li jagħmel dan ix-xogħol.", "Jista' l-Ministru jispjega eżattament x'se jiġri u jekk ix-xogħol hux qed jitqies bħala wieħed urġenti?", "Qed nistaqsi għaliex jekk allaħares qatt tiġri xi disgrazzja xi naħa jew oħra, nispiċċaw li ma nkunux nistgħu nidħlu jew noħorġu minn hemm!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt jien ukoll qrajt fil-gazzetti li x- xogħol se jsir mill-kunsill lokali tal-Birgu.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma mortx fuq il-post biex nara l-ħsara li saret imma mir-ritratti li rajt naħseb li jrid isir bini anke mal-baħar, u wisq nibża' li l-kunsill lokali m'huwiex attrezzat biżżejjed biex jagħmel dan it-tip ta' xogħol.", "Fil-fatt irrid nitkellem mad-direttur tad-dipartiment tat-toroq ħalli flimkien mal-marine section ta' l-awtorita' marittima jsir dan ix-xogħol, għaliex ma naħsibx li huwa xogħol li jista' jagħmlu l-kunsill lokali, peress li l-major works tkissru għal kollox u allura jrid ikun il-gvern ċentrali li jidħol responsabbli għal dan ix-xogħol.", "GŻIRA - RAZZETT", "11120.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk bini f'forma ta' razzett li jinsab fi Triq Sliema, Gżira kantuniera ma' Triq Reġjonali - eżattament quddiem ir-ristorant Papa' Mario - huwiex proprjeta' tal-gvern?", "Jekk huwa proprjeta' tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid kemm ilu okkupat u min qed jokkupah preżentement?", "B'liema mod il-proprjeta' msemmija għaddiet għand l-inkwilin preżenti?", "Kemm qed titħallas kera kull sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) : Ninsab informat li skond ir- records tad-dipartiment għat-tmexxija ta' proprjeta' tal-gvern, ir-razzett li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant m'huwiex proprjeta' tal- gvern.", "SANTA VENERA: PALAZZ L-AĦMAR - MANUTENZJONI", "11121.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa u immedjati biex isir tibjid fil-komun, issir il-manutenzjoni tal-bieb ta' barra u jsir il-madum fl-entratura ta' block B tal-Palazz l-Aħmar, bini tal-gvern, Santa Venera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid-dipartiment tal- bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "VAT - SPEZZJONIJIET", "11122.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-1 ta' Jannar, 1999 saru spezzjonijiet minn spetturi tal-VAT għall-evażjoni ta' l-istess taxxa?", "Kemm minnhom saru lill-professjonisti, kemm minnhom saru lill- ħwienet u kemm minnhom saru fuq konsumaturi?", "Kemm inqabdu jabbużaw u kemm ittellgħu l-qorti jew ittieħdu xi forma oħra ta' passi kontrihom?", "F'liema lokalitajiet saru dawn l-ispezzjonijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill-1 ta' Jannar sal-10 ta' Novembru 1999 saru 6,498 spezzjoni mill-ispetturi tal- VAT, li minnhom 5,898 saru lil tal-ħwienet u 141 lill-professjonisti.", "L- ispetturi tal-VAT ma jagħmlux spezzjonijiet lill-konsumaturi għax dawn ta' l-aħħar ma jaqgħux fl-iskop tal-liġi tal-VAT f'dan ir-rigward.", "Fl-istess perijodu kien hemm 1,005 każ li ġew rapportati b'abbuż tal- liġi, li erbgħa minnhom kienu ta' professjonisti.", "Minn dawn il-każi ttieħdu passi bil-qorti kontra 73 persuna reġistrata, 546 ġew mitluba jħallsu compromise fine ta' Lm50 u għad iridu jittieħdu passi kontra 386.", "Kien hemm ukoll 553 każ ieħor li qed jiġu investigati biex tinħarġilhom stima ta' taxxa, 94 minnhom professjonisti.", "Il-lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex li fihom saru l-ispezzjonijiet jidhru fil-lista mehmuża u mmarkata Dok.", "A.", "QRATI - AMNESTIJI", "11123.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw amnestiji mit-12 ta' Mejju, 1987 'il hawn?", "Jista' jgħid f'kull każ x'kienet l-okkażjoni u kemm kien it-tnaqqis?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru ta' l- intern peress li jien informat li r-records relattivi jinżammu mill- awtoritajiet tal-ħabs.", "PRIĠUNIERI - AMNESTIJI", "11124.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu l- priġunieri li gawdew minn amnestiji mit-12 ta' Mejju, 1987 'l hawn?", "Jista' jgħid f'kull każ kemm tnaqqsu ġranet lil kull priġunier?", "ONOR.", "TONIO BORG: Wieħed jifhem li m'huwiex prudenti li jingħataw l- ismijiet ta' individwi li jinsabu fil-ħabs.", "Lanqas m'huwa prattikabbli li jiġu eżamati madwar 8,000 file sabiex jiġi stabilit kemm-il ġurnata ta' priġunerija inħafru b'kollox lil kull priġunier.", "Dwar il-bqija tad-domanda, nagħmel riferenza għall-informazzjoni simili li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11774, fejn fuq il-Mejda tal-Kamra tqiegħdu l-amnestiji kollha li ngħataw mill-1971 'l hawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li m'huwiex possibbli li wieħed jirriferi issa għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11774, jista' l-Ministru jgħidilna kemm-il amnestja ngħatat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-memorja niftakar li kienet saritli domanda mill- Onor. Mario Galea, simili għad-domanda preċedenti li rrisponda l-ministru tal-ġustizzja, bid-differenza li l-Onor.", "Galea talab kemm ingħataw amnestiji mill-1971 u l-Onor.", "Cuschieri talab mill-1987, u jien qbadt u tajthom kollha.", "Jekk m'iniex sejjer żball kienu ngħataw minn 15 sa 20 amnestija pero' naf li l-amnestiji kienu jvarjaw.", "L-ewwel amnestija li ngħatat fl-1971 kienet minħabba bidla fil-gvern - u kien hemm lista ta' individwi mal-proklama - u ngħatat amnestija oħra meta sar l-Isqof ta' Għawdex; ingħataw żewġ amnestiji meta laħaq President tar-Repubblika; u ngħatat amnestija oħra meta sar tibdil fil- Kostituzzjoni fuq in-newtralita' u l-indħil barrani f'Jannar ta' l-1987.", "Xi wħud minnhom kienu xahar għal kull sena priġunerija, oħrajn kienu xahar flat rate lil kulħadd u l-aħħar waħda li ngħatat kienet fit-12 ta' Diċembru, 1996.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif jaf il-Ministru, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet jekk għandhiex tingħata amnestija minħabba l-millennju - s'intendi jien diġa' għamilt l-opinjoni tiegħi pubblika - u nixtieq inkun naf x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ma rridx naħrab id-domanda pero' jien m'iniex responsabbli għall-għoti ta' l-amnestiji.", "Irrispondejt id-domanda fuq l-amnestiji għaliex meta joħorġu amnestiji jinżamm record fil-ħabs u allura kien iktar faċli għalija milli għall-ministru tal-ġustizzja li nagħti din l-informazzjoni, peress li l-awtoritajiet tal-ħabs jirċievu l- warrant tal-President tar-Repubblika bl-amnestija vera u proprja u dawk l- amnestiji jiġu reġistrati kollha l-ħabs.", "Pero' jien m'għandix il-poter kostituzzjonali li nagħmel rakkomandazzjoni lill-President tar-Repubblika għall-għoti ta' xi amnestija.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-proċedura li dejjem ġiet segwita minn gvernijiet differenti hija li għar-rigward ta' amnestiji normali l- parir jingħata mill-ministru tal-ġustizzja u għar-rigward ta' amnestiji ġenerali, fejn ikunu nvoluti reati konnessi mad-droga, ġeneralment id- deċiżjoni tittieħed mill-kabinett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma nistax nifhem kif il-ministru tal-ġustizzja tefagħha fuqek u issa int erġajt tfajtha fuq il-ministru tal-ġustizzja, qiskom qed tilagħbu l-ping-pong!", "(Interruzzjonijiet) Naf li l-ministru ta' l-intern ikollu aċċess għal ċerta informazzjoni pero' ma jidhirlix li l- ministru tal-ġustizzja kellu jirrispondi bil-mod kif irrisponda.", "Għalhekk issa nixtieq nistaqsi lill-ministru tal-ġustizzja - żgur li qiegħed f'pożizzjoni li jgħid x'inhi l-opinjoni tal-gvern dwar dawn l-amnestiji - jekk itteħditx xi deċiżjoni dwar l-amnestija għall-millennju u, jekk għadha ma tteħditx deċiżjoni, jaħsibx hux se jmexxi 'l quddiem l-għoti ta' din l-amnestija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Onor.", "Mizzi jaf x'inhi l-opinjoni tiegħi mhux biss dwar l-amnestija għall-millennju imma anke dwar l- amnestiji in ġenerali għaliex stqarrejtha pubblikament.", "Amnestijia ġenerali tiġi mogħtija tradizzjonalment mill-kabinett u m'hijiex deċiżjoni ta' xi ministru partikolari.", "Ma jidhirlix li hija l-prattika li wieħed jitkellem hawnhekk dwar xi jkun qed jiġri fil-Kabinett pero' nista' ngħid li s'issa m'hemm l-ebda deċiżjoni li tingħata amnestija ġenerali għaliex ovvjament kieku ġiet imħabbra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru li d-deċiżjoni tittieħed mill-kabinett pero' jkun hemm rakkomandazzjoni mill-ministru responsabbli favur jew kontra.", "F'dan il-każ, x'inhi r-rakkomandazzjoni tal-ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma naqbilx mal-premessa li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant.", "Safejn naf jien - issa jista' jkun li l-prattiċi jkunu differenti - l-amnestiji ġenerali jingħataw b'deċiżjoni tal-kabinett u ma naħsibx li kwalunkwe ministru jista' jressaq il-proposta tiegħu.", "Fil- prattika, il-proċedura fil-każ ta' l-amnestiji partikolari hija li jekk priġunier jitlob amnestija fuq sentenza li ma jkollhiex x'taqsam ma' drogi, id-deċiżjoni finali tkun tal-ministru partikolari.", "F'każ li s- sentenza mogħtija lill-priġunier ikollha x'taqsam mad-droga, il-ministru tal-ġustizzja jressaq il-proposta tiegħu lill-kabinett li jiddeċiedi fuq rakkomandazzjoni tiegħu.", "Fil-każ ta' amnestiji ġenerali, fejn mhux qed nitkellmu fuq l-użu tal-prerogative of mercy partikolari u allura ma jkunux jaqgħu taħt il-maħfra tal-piena, issir diskussjoni ġenerali fil- kabinett u mhux fuq rakkomandazzjoni ta' xi ħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli f'każ ta' amnestija partikolari, kif jidħol bħala ministru tal-ġustizzja u x'say għandu f'dawn l-affarijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-każ ta' amnestija partikolari ssir petition lill- President tar-Repubblika, li min-naħa tiegħu jirriferi dik il-petition lill-ministru tal-ġustizzja.", "Wara li kien sar ir-rapport minn Dr Edgar Mizzi - fil-każ li kien inqala' ta' l-Onor.", "Charles Mangion - kienet ġiet stabilita ċerta proċedura għand min tmur, u normalment din il-petition tmur għar-rakkomandazzjoni tal-ministru ta' l-intern, tmur għand il- pulizija, jekk tkun involuta importazzjoni ta' xi affarijiet illegali tmur għand id-dipartimenti konċernati li kollha jagħtu l-parir tagħhom u fl- aħħar tmur għand l-attorney general għall-parir finali.", "Wara li l- attorney general jagħti l-parir tiegħu tmur għand il-permanent secretary li jagħti l-parir tiegħu wkoll u l-file jitla' għand il-ministru tal- ġustizzja.", "F'każ li s-sentenza ma jkollhiex x'taqsam mad-drogi, id- deċiżjoni finali jeħodha l-ministru li jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-President u mbagħad il-President jiddeċiedi fuq il-parir li jkun ingħata.", "F'każ li l-petition tkun tirrigwarda każ fejn il-priġunier ikun ġie misjub ħati ta' xi reat konness mad-drogi, il-ministru huwa marbut li jmur quddiem il-kabinett bir-rakkomandazzjoni tiegħu.", "SKEJJEL - VOT KAPITALI", "11907.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema skejjel u bini ieħor huma mistennija li jintnefqu ż-Lm2.6 miljun ivvotati bħala nefqa kapitali għas-sena 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Id-dettalji mitluba jkunu jistgħu jitħabbru wara aktar verifiki.", "EDUKAZZJONI - COMPUTERS", "11921.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Meta tqis li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha 3,500 mis-7,500 computer li hemm fid-dipartimenti tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw IT facilitators lid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saru diversi talbiet sabiex jingħataw IT facilitators għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Il-kwestjoni qed tiġi diskussa mal-MITTS u fil-futur għandha tittieħed azzjoni f'dan ir-rigward.", "VETTURI IMPRESSED", "11925.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11821 - oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru - u jgħid x'inhu n-numru ta' nies impjegati bħala impressed mal-gvern?", "Kemm hemm vetturi li huma kkalkolati bħala impressed?", "Kemm intuża fuel, petrol u diesel matul dawn l-ewwel 11-il xahar?", "X'kontrolli hemm biex jiġi żgurat li jintuża biss dak il-fuel li jkun hemm bżonn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond l-informazzjoni li għandu dan il-ministeru, fl-aħħar ta' Ottubru ta' l-1998 kien hemm 724 vettura impressed bis-sewwieq f'numru ta' ministeri u dipartimenti tal-gvern kif ukoll f'numru ta' organizzazzjonijiet parastatali.", "M'huwiex il-kompitu ta' dan il-ministeru li jżomm record dwar kemm jintuża fuel, iżda nista' ngħid li l-fuel jiddependi mid-daqs tal-makna tal- vettura u mill-ammont ta' mili li tkun għamlet il-vettura għal vjaġġi uffiċjali.", "Kull impressed driver huwa obbligat li jżomm logbook li fuqu jiġi reġistrat kull vjaġġ li jsir u li jiġi ffirmat mill-uffiċjal li jkun qed jinqeda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dawn is- 724 vettura impressed, fis-sens li jgħid kemm minnhom huma trakkijiet, kemm minnhom huma vejikoli żgħar u kemm minnhom huma vannijiet?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk u jekk l-Onor.", "Interpellant jogħġbu jagħmilli mistoqsija speċifika bil-miktub inkun nista' nwieġbu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jista' l-Ministru jikkummenta fuq il-pjani li kien ħabbar il-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu, meta qal li xufiera impressed kienu se jsiru tal-post?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta li ta l-Prim Ministru fis-seduta ta' nhar it-Tlieta li għaddew filgħaxija, meta kien qiegħed wieġeb għall-mistoqsijiet supplimentari u spjega l-pożizzjoni kif inhi s'issa, cioe' li hemm rapport li għadu kif tlesta u ġie ppreżentat issa.", "Jiġifieri għall-mument naħseb li m'hemm xejn x'inżid ma' dak li ġie rrapportat lill-Kamra fl-aħħar seduta li kellna.", "FINANZI - KIRI TA' KAROZZA", "11926.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-risposta li ta l-ministeru tal-finanzi lill-awditur ġenerali dwar il-mistoqsijiet imqajma fir-rapport għall-1998 li l-kiri tal-karozza tal-ministru se tqum Lm25,678 u għaliex ġiet mikrija flok mixtrija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi tweġiba oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien kont għamilt mistoqsija dwar dan il- każ u ma nafx għalfejn domt ma ngħatajt tweġiba.", "Issa li l-awditur ġenerali ġibed l-attenzjoni dwar dan l-ammont, ma jidhirlux il-Ministru li l-mistoqsija li għamilt jien dak inhar ma saritx għalxejn, kif kien ġie nsinwat?", "Ma jidhirlux il-Ministru li jien għamilt sew li għamilt dik il- mistoqsija meta issa anke nġibdet l-attenzjoni ta' l-awditur dwar dan il- każ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, onestament ma niftakarx x'ingħad dakinhar.", "Li naf huwa li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar u naturalment ir-risposta ngħatat meta setgħet tingħata.", "Ma nistax nikkumenta iktar fuq din il-problema għaliex ma niftakarx eżattament x'kienu l-issues.", "Irrid ngħid ukoll li l-mistoqsija qed tirriferi għal-leasing tal-karozzi mill-ministeru tal-finanzi u għalhekk naturalment wieħed irid jikkonsidra l- economics tagħhom.", "Din hija xi ħaġa li l-ministeru tal-finanzi jħares lejha u jeżamina x'ikun jaqbel u allura hija xi ħaġa li naturalment jrid jittratta wkoll ma' l-awditur, kif tqajjem fir-rapport ta' l-awditur, għal sistema daqsxejn differenti minn dik tradizzjonali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESPONSABBILTA' ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT", "OIL POLLUTION (LIABILITY AND COMPENSATION) BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, qabel ma ngħaddu għall-ewwel item ta' l-aġenda, nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex l-Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal tinġis miż-Żejt - Abbozz Nru. 25, li ġie rapportat lill-Kamra wara li tlesta x-xogħol fuqu fil-Kumitat għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi - jiġi kkonsidrat mill-ġdid, din id- darba mill-Kumitat tal-Kamra kollha, għal xi emenda żgħira li hemm bżonn issir.", "Mr Speaker, nista' nikkonferma li għandi l-kelma tal-Whip ta' l- oppożizzjoni li m'għandux ikun hemm diffikulta' dwar din it-talba.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi li l-Kamra tikkonsidra mill-ġdid fi stadju ta' Kumitat Klawsola 9 ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi r-rikondizzjoni ta' klawsola 9 ta' l-Abbozz ta' liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem-con.", "FIL-KUMITAT", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, j ippresjedi.", "Klawsola 9 - Tħassir ta' l-Att Nru. XV ta' l-1991", "Clause 9 - Repeal of Act No. XV of 1991", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fi klawsola 9 fil-fatt kellna żball, fis-sens illi t-translation mill-Malti għall-Ingliż ma kenitx kompleta u għalhekk se nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Fit-test Ingliż tas-subklawsola 2 ta' klawsola 9 wara l-kliem \"of the said Convention\" għandu jiżdied il-kliem \"and occurring before the coming into force of this Act,\".", "\"B\" In the English text of subclause 2 of clause 9, after the words \"of the said Convention\" there shall be added the words \"and occurring before the coming into force of this Act,\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 9, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta klawsola 9 mgħoddija b'emenda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bil-permess tal-Kamra, nitlob li ngħaddu għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Responsabilita' Ċivili u Kumpens għal Tinġiz miż-Żejt.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi biex Malta taċċedi għall-Protokoll ta' l-1992 li jemenda l- Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1969 dwar Responsabbilta' Ċivili għal Ħsara mit-Tinġis biż-Żejt, u l-Protokoll ta' l-1992 li jemenda l- Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1971 dwar it-Twaqqif ta' Fond Internazzjonali għal Kumpens għal Ħsara mit-Tinġis biż-Żejt, u għall- implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-Protokolli\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MinisterU għall-Ambjent", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, j ippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 111 tas-17 ta' Novembru, 1999 il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl- aħħar nofs għan-naħa tal-gvern.", "Nitlob issa lill-Ministru għall-Ambjent biex iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nipproponi:", "VOT 30 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm20,868,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 31 - AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,631,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 - Ambjent, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT V - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm7,965,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 30 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of political office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,531\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 10,530\".", "Delete the figure \"Lm 10,531\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,530\".", "Mr Chairman, illum quddiemna għandna estimi ta' ministeru li bla dubju ta' xejn l-ħidma tiegħu hija mmirata sabiex ittejjeb l-ambjent fiżiku ta' pajjiżna, billi l-ewwelnett jieħu ħsieb li l-ambjent ma jitħammiġx la bl- iskart likwidu u lanqas bl-iskart solidu, u t-tieni nett billi jsebbaħ l- ambjent billi nwettqu proġetti ta' tisbiħ u ta' tisħiħ għall-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Fil-fatt fl-introduzzjoni tad-diskors li kien għamel il- ministru s-sena li għaddiet kien ikkonferma dan li qed ngħid jien meta qal li:", "\"Nimmaġina li naqblu li dan huwa ministeru li jolqot bl-aktar mod viżibbli l-ħajja f'pajjiżna u anke jekk mhux dejjem naqblu fuq l- inizjattivi li jittieħdu, naħseb naqblu li l-ministeru għall-ambjent irid ikun fulcrum ta' attivita' u ta' mpenn.\"", "Sur President, fil-fatt se nagħmel id-diskors tiegħi fuq dawn il-parametri li l-ministru ssettja għall-ministeru tiegħu.", "Sfortunatament ħafna drabi l-ambjent fiżiku ta' pajjiżna tiġrilux ħsara mhux biss mill-atti tal-bniedem imma anke mill-elementi tan-natura.", "Wieħed minn dawn l-elementi li żgur jagħmel ħsara lill-ambjent fiżiku ta' pajjiżna huwa l-istormwater.", "F'dan il-pajjiż ilna żmien twil nitkellmu fuq il-bżonn li jsir xi ħaġa ħalli nillimitaw il-ħsarat, l-inkonvenjenzi u xi kultant anke l-imwiet u l-inċidenti traġiċi li jiġru meta tagħmel ħafna xita.", "Pero' rrid ngħid li kien gvern preċedenti Laburista li kien ħa ħsieb li jagħti bidu għal inizjattiva ppjanata biex jittekilja din il- problema u fost l-affarijiet l-aktar importanti kien ta bidu għall- formulazzjoni ta' national stormwater master plan u kien waqqaf l- istormwater systems management unit sabiex jieħu ħsieb din il-problema partikolari.", "Apparti dan kollu bħalma trid tagħmel f'ħafna affarijiet oħrajn, konna pprovdejna wkoll fondi sabiex din il-problema tibda tiġi tackled u bi pjaċir ninnota illi din l-istruttura li kienet frott il- ħidma ta' gvern Laburista bdiet tagħti ċerti riżultati, kif fil-fatt se naraw aktar 'il quddiem.", "Naturalment il-Ministru Zammit Dimech huwa konxju mill-problema li joħloq l-ilma tax-xita f'pajjiżna u fil-fatt waqt żjara li kien qiegħed jagħmel lill-kunsill lokali ta' l-Iklin meta laħaq ministru, kien qalilhom li fil-każ tagħhom huwa jorbot l-problema ta' l-ilma tax-xita ma' problema akbar li hemm f'Birkirkara għaliex kif kulħadd jaf meta tagħmel ħafna xita l-wied ta' Birkirkara jegħreq.", "Waħda mill-kawżi ta' din il-problema hija li hemm żewġt idjar mibnijin proprju fil-wied li huma ta' obstruction għall- flow ta' l-ilma u fil-fatt gvern Laburista kien beda proċedura biex dawn iż-żewġt idjar jiġu esproprjati u eventwalment jitwaqqgħu.", "Se nikkwota dak li qal il-ministru lill-kunsill lokali ta' l-Iklin, skond kif rapportat minn \"The Times\" tal-5 ta' Diċembru, 1998:", "\"The buildings obstruct the flow of stormwater and are holding back plans to embark on the stormwater programme in the area.", "Work on the Birkirkara stormwater plan was expected to start early next year, he said.\".", "Jiġifieri l-ministru kien qal lill-kunsill lokali ta' l-Iklin li fil-bidu ta' din is-sena kellu jieħu ħsieb sabiex dawn id-djar jitwaqqgħu, ħalli b'hekk jingħata bidu għall-pjan li ried isir.", "Effettivament dawn id-djar għadhom hemm sal-lum u għalkemm ma kellniex inċidenti traġiċi f'dik l- area, saret ħerba sħiħa fil-wied ta' Birkirkara bix-xita li għamlet xi ġimgħatejn ilu.", "Ċertament li l-Ministru Zammit Dimech qatt ma naqas li jitkellem fuq din il-problema.", "Per eżempju, fit-2 ta' Frar, 1999 il-ministru kien żar xogħol li kien ippjanat minn gvern Laburista preċedenti ħdejn ir-roundabout ta' fejn il- fabbrika Lowenbreau - u għamel sewwa gvern Nazzjonalista li kompla jaħdem fuq dan ix-xogħol - fejn it-triq kellha togħla ħalli jkun hemm iktar spazju taħt it-triq u l-ilma tax-xita jgħaddi b'iktar faċilita'.", "Sfortunatament l-uffiċjali li kienu nkarigati minn dan ix-xogħol ma ndunawx li meta għollew ir-roundabout ħolqu benniena għall-ilma li jkun ġej min-naħa tal-posta u fil-fatt bix-xita li għamlet dan l-aħħar waqaf ħafna ilma hemmhekk u hemm bżonn li ssir culvert ħalli dak l-ilma li hemm mar- roundabout jitneħħa.", "Imma nieħu pjaċir li dan ix-xogħol sar għaliex għallinqas il-problema li kien hemm fit-tarf tal-wied ta' Ħal Qormi ġiet solvuta.", "Meta l-ministru kien qiegħed fuq dan il-lant tax-xogħol, hemmhekk ġie rapportat minn \"in-nazzjon\" li qal hekk:", "\"Qed jittieħdu passi biex jitkompla l-proġett ta' l-Imsida u biex jingħataw prijorita' x-xogħlijiet f'Għajn Tuffieħa u f'Burmarrad.\".", "Jien naħseb li għalxejn nistaqsi lill-ministru x'għamlu fl-Imsida, f'Burmarrad u f'Għajn Tuffieħa biex isolvu l-problema ta' l-ilma tax-xita għax, apparti li tkomplew xi ftit xogħlijiet li kienu proposti minn qabel, effettivament ftit li xejn sar xogħol sabiex tissolva din il-problema; u jiddispjaċini ngħid li matul din is-sena anke dawk ix-xogħlijiet li kienu ħarġu tenders għalihom taħt l-amministrazzjoni preċedenti baqgħu ma sarux.", "Per eżempju, nista' nsemmi l-proġett kbir li kien għamel gvern Laburista għall-bini ta' żewġ pontijiet ġewwa Wied is-Sewda u kulħadd jiftakar kif kien tnaddaf dan il-wied min-naħa ta' Wied Inċita sa Ħal Qormi biex titkabbar ir-retention capacity ta' dan il-wied u jżomm aktar ilma.", "Fil- fatt dawn iż-żewġ pontijiet kellhom jinbnew wieħed ħdejn farmhouse privata u l-ieħor ħdejn il-pumping station tal-water services corporation f'Tal- Ħlas u għalkemm ħarġet it-tender ħafna xhur ilu dawn il-pontijiet għadhom ma nbnewx.", "Meta tara li xogħol propost ma tkompliex jew ix-xogħol propost ma jsirx b'mod tajjeb jew inkella ma jingħatax l-attenzjoni li tkun tistħoqqlu, allura tibda tistaqsi kemm huwa mpenjat bis-serjeta' dan il- gvern biex jagħmel dawn ix-xogħlijiet.", "Jien naf li l-ministru kapaċi jagħmel ħafna diskors sabiħ li naqlagħlu l-kappell għall-mod ottimist kif iħobb jitkellem fuq dawn l-affarijiet - u dejjem jgħid li kollox miexi 'l quddiem imma effettivament mid-diskors għall-fatti hemm qabża kbira.", "Wara l-ewwel xita li laqtet lil pajjiżna f'Novembru, skond kif ġie rapportat minn \"The Times\", il-ministru qal:", "\"Nevertheless, averting flooding in the roads is a priority for the government and we are doing our best to deal with it.\"", "Issa jien ma nafx xi tfisser \"we are doing our best to deal with it\", imma jekk tfisser li m'intom tagħmlu xejn, allura you're doing your damn best għax verament m'intom qed tagħmlu xejn biex issolvu l-problema!", "Imbagħad bilkemm ma riedx jieħu l-mertu li kellna inqas problemi minkejja x-xita qawwija li għamlet dakinhar minħabba x-xogħlijiet li twettqu kemm kien ilu ministru hu!", "Dan m'hu veru xejn u biżżejjed wieħed jara l- mistoqsijiet parlamentari li saru f'din il-Kamra biex ikun jaf effettivament x'sar matul din is-sena.", "Issa rrid infakkar li jeżisti stormwater management unit, immexxi mis-Sur Joe Farrugia, wieħed mill-iktar ħaddiema kapaċi li hemm fid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi u li għandu ħeġġa għax-xogħol.", "Il-ministru sab struttura lesta biex jaħdem u allura ma kellux skuża li ma setax jaħdem.", "Pero' x'għamel b'dawn in-nies?", "Sa Ġunju li għadda lanqas ried jaċċettahom miegħu u riedhom jerġgħu jmorru mar-roads department, imbagħad minn Lulju 'l hawn indunaw li dawn in-nies għandhom potenzjal u bdew jagħtuhom xi ftit xogħlijiet x'jagħmlu 'l hemm u 'l hawn.", "Sa Novembru li għadda kulma għamlu dawn in-nies kienu li naddfu erba' ġibjuni, wieħed il- Furjana, tnejn l-Imsida u wieħed iż-Żejtun u bnew tul ta' 568 metru ta' culvert ġdid.", "Dan ifisser li matul din is-sena ma sarux biżżejjed xogħlijiet biex tissolva l-problema ta' l-istormwater.", "Niftakar li s-sena li għaddiet lill-ministru kont għedtlu li b'Lm60,000 li kienu ġew allokati fil-budget għal din is-sena biex jintnefqu fuq dan ix-xogħol ma setax jaħdem.", "Dakinhar il-ministru kien qalli li kien beħsiebu jara minn fejn se jġib iktar fondi biex iżidhom ma' dawn is-Lm60,000.", "Pero' milli jidher dawn il-fondi ma ġabhomx għaliex kieku wettaq ħafna iktar xogħol.", "Irrid infakkar ukoll li fi żmien gvern Laburista, taħt is-Sur Joe Farrugia, fi żmien 12-il xahar ntnefqu iktar minn Lm1.5 miljun f'xogħol ta' culverts u tindif ta' widien.", "Fil-fatt saru kilometri sħaħ ta' culverts ġodda, sar tindif f'ħafna ġibjuni li qatt ma kienu tnaddfu jew kienu ilhom ħafna żmien ma jitnaddfu u kienet kważi tlestiet l-ewwel fażi tat-tindif ta' Wied is-Sewda.", "Dan juri biċ-ċar l-impenn li kellu gvern Laburista biex isolvi din il-problema.", "Irridu nammettu li l-problema ta' l-ilma tax-xita taffettwana b'mod ħażin pero' inutli li jkun biss il-ministeru għall-ambjent li jimpenja ruħu biex isolvi din il-problema għaliex il-ministeri l-oħra wkoll jistgħu jagħtu sehemhom.", "Għalhekk hemm bżonn li jitkompla l-istormwater master plan - għaliex milli jidher dan waqaf - mill-water services corporation, il- planning authority trid tibqa' tinsisti li f'kull bini ġdid irid ikun hemm ħażna għall-ilma tax-xita li jaqa' fuqu u l-kunsilli lokali għandhom jimpenjaw ruħhom li jnaddfu l-culverts u l-ġibjuni fil-lokalitajiet tagħhom.", "Forsi xi ħadd jgħidli li l-kunsilli lokali m'għandhomx fondi biżżejjed biex jagħmlu dan ix-xogħol imma jekk ma jimpenjawx ruħhom bis- serjeta' li jnaddfuhom l-ilma tax-xita li jaqa' fuq dak il-lokal partikolari jibqa' sejjer għat-toroq arterjali u jispiċċa f'lokalitajiet oħrajn.", "Fi żmien gvern Laburista, is-Sur Farrugia kien idur il-lokalitajiet kollha ta' Malta flimkien mal-kunsilli lokali biex jara s-sistema ta' culverts u ġibjuni li li kellhom għax il-gvern ma kellux records ta' dawn l-affarijiet.", "U hawnhekk verament nixtieq nappella lill-ministru biex mid-diskors jgħaddi għall-fatti ħalli xi darba nsolvu din il-problema ta' l-ilma tax-xita.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li b'Lm70,000 li qed jiġu vvotati din is-sena ftit li xejn jista' jsir xogħol f'dan il-qasam.", "Jekk verament nemmnu li rridu nipprovdu soluzzjonijiet fit-tul għal dan il- qasam, irridu nagħmlu investiment aktar qawwi imma bil-fondi li ġew budgeted għal dan il-qasam ir-rota - il-kelma li ntużat mill-ministru fid- diskors tal-budget għal din is-sena - minflok se ndawruha 'l quddiem se ndawruha lura!", "Mr Chairman, it-tieni problema li nixtieq nitkellem fuqha u li tikkonċerna wkoll lil dan il-ministeru hija l-problema kbira ta' l-iskart.", "Apparti li l-problema ta' l-iskart taffettwa l-ambjent, hija marbuta f'ċertu sens ukoll mal-problema ta' l-istormwater għax ħafna drabi l- iskart li jintefa' b'mod irresponsabbli fit-toroq, fl-areas pubbliċi u fil- widien tagħna jispiċċa joħnoq il-widien u l-culverts u meta tagħmel ix-xita dawn ma jkunux jistgħu jaħdmu sewwa.", "Fil-fatt il-ministru huwa wkoll konxju minn din il-problema tant li f'wieħed mill-ewwel diskorsi li għamel kien qal li se jagħmel:", "\"... launching of a national clean-up campaign so that by mid-December government will have carried out a general clean-up of the whole country\".", "Issa Diċembru 1998 ġie u mar u minn dakinhar 'l hawn ħmieġ kellna fit- toroq u ħmieġ għad hawn!", "Imbagħad skond kif rapportat mill-ġurnal \"in- nazzjon\" għaxart ijiem wara l-ministru reġa' tkellem fuq l-istess ħaġa u reġa' qal li:", "\"fi żmien qasir kellha tibda kampanja nazzjonali ta' tindif li kienet se tkun fuq bażi permanenti u waħda sostnuta.\"", "Sur President, għaddiet is-sena 1998, dħalna fl-1999 u f'daqqa waħda l- ministru rrealizza li dak li kien wiegħed ma twettaqx u kellu jerġa' jagħmel launching ta' kampanja oħra, din id-darba flimkien mal-ministru responsabbli mit-toroq.", "Fil-fatt fis-27 ta' Awissu ta' din is-sena waqt żjara fil-post fejn kienet qed issir din il-kampanja ġdida ta' tindif, il-ministru reġa' rripeta d-diskors li kien għamel sena qabel, fejn reġa' qal li din il- kampanja kienet se tkun waħda permanenti u kellha sservi ta' eżerċizzju biex innaddfu lil pajjiżna.", "Jien ngħid li inutli noqogħdu ngħidu ħafna diskors sabiħ li se nagħmlu ħilitna biex innaddfu pajjiżna imbagħad fl- istess ħin ma nkunu qegħdin nagħmlu xejn biex inwaqqfu l-istrutturi li hemm bżonn sabiex isir dan ix-xogħol.", "Issa l-ministru biex forsi jasal biex iwettaq din il-wegħda li għamel għat-tieni darba f'temp ta' sena, ħa lis-Sur Joe Farrugia, li kien qed jieħu ħsieb l-istormwater systems management unit u tefgħu fuq it-tindif ta' Malta.", "Jien naf li s-Sur Farrugia huwa bniedem kapaċi ħafna pero' ma naqbilx li kellha tiżżarma knisja li kienet bdiet tiffunzjona mhux ħażin biex tinbena oħra, u fl- opinjoni tiegħi, il-ministru ma kellux jirrikorri għal dan il-mezz jekk ried iwaqqaf struttura għat-tindif f'pajjiżna.", "Fil-fatt anke l-editorjal ta' \"The Times\" tas-6 ta' Ottubru ta' din is-sena - żgur li m'hijiex il- portavoce tal-Partit Laburista - meta kien qed jikkummenta fuq dak li ried iwettaq il-ministru b'dan il-unit ġdid ta' tindif ta' areas pubbliċi, qal hekk:", "\"Is it not really sad for government to have to announce that a unit has been set up to clean up main areas?", "We need to move from words to deeds!\"", "Dan il-ġurnal qed jistaqsi lill-ministru kemm se jdum jagħti dealines li se nnaddfu lill-pajjiż u jibqa' ma jsir xejn.", "Aħna naqblu li hemm bżonn titwaqqaf din l-istruttura pero', apparti minn hekk, trid issir leġislazzjoni li ma tippermettix lil min huwa irresponsabbli li jerġa' jħammeġ fejn ikun tnaddaf, u iktar importanti minn hekk, dik il-leġislazzjoni trid tiġi enforced.", "Jien ngħid li l- enforcement li għandna bħalissa fuq ir-rimi ta' skart f'areas pubbliċi huwa tad-daħk.", "Tant hu hekk, li skond domanda parlamentari fl-aħħar ħames snin tressqu biss 69 persuna l-qorti fuq rimi ta' skart barra u wara li nstabu ħatja weħlu biss Lm10!", "Issa meta wieħed iqis l-ammont ta' skart li jintrema' barra jirrealizza li 69 persuna f'ħames snin m'huma xejn.", "Aħna ngħidu li apparti li rridu nieħdu ħsieb li nnadddfu pajjiżna, irridu nagħmlu enforcement li effettivament ikun ta' deterrent għal min iħammeġ.", "Issa wieħed irid iqis ukoll x'se tagħmel bl-iskart li jinġabar f'pajjiżna, flimkien ma' skart ieħor li jinġabar mill-koperattiva għall-indafa pubblika.", "M'iniex se noqgħod nidħol fil-kwestjoni li kien hemm din is-sena bejn il- koperattiva għall-indafa pubblika u l-gvern fuq il-ġbir ta' skart, pero' nagħmel parentesi żgħira u ngħid li l-gvern dam ħafna biex irreaġixxa għal dik is-sitwazzjoni, tant li kien qed jipperikola li f'pajjiżna jkun hawn xi epidemija meta tqis l-ammont ta' skart li tħalla jinġema'.", "Fid-19 ta' Lulju l-ministru f'wieħed mid-diskorsi li jħobb jagħmel qalilna li kien qed isir pjan ta' strateġija dwar l-immanniġġjar ta' l-iskart u pjan ta' implimentazzjoni ta' l-istess strateġija.", "U jien nistaqsi: Kien hemm għalfejn isir pjan ta' strateġija meta taħt il-ministeru għall-ambjent ta' qabel kien diġa' tħejja pjan ta' x'għandu jsir u kienu bdew jiġi implimentati wkoll ċerti soluzzjonijiet, uħud minnhom on a short term u oħrajn li kienu on a long term.", "Per eżempju, waħda mill-problemi li kellna kienet li l-impjant ta' composting ma kienx jintuża għax kien jarma ħafna riħa qawwija u aħna dehrilna - u naħseb li fuq dan jeżisti qbil bejn kulħadd - li l-iskart organiku fil-pajjiż, kemm dak domestiku u kif ukoll dak li jiġi mis-siġar u mill-ħaxix li jinqata', għandu jiġi composted.", "L- impjant li kien inbena minn gvern Nazzjonalista preċedenti ma setax jintuża u allura sibna soluzzjoni, l-hekk imsejħa ecopod, li permezz tagħha għelibna din il-problema.", "Aħna dehrilna li ladarba kienet instabet soluzzjoni, is-sistema kellha titwessa' ħalli jekk jista' jkun l-iskart domestiku li għandna f'Malta jiġi trattat b'din is-sistema li kienet qed tagħti riżultati tajbin.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja lil dak li kien id-direttur tad- dipartiment u li għadu d-direttur sal-lum, is-Sur Vince Magri, li tant ħa interess sabiex dawn l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Jien ċert li ma kienx daparti tiegħu li s-sistema ma ġietx estiża ħalli tkopri l-iskart kollu li nipproduċu f'pajjiżna.", "Minkejja li l-proċess tal-composting ilu jaħdem għal kważi sentejn mingħajr ma jrewwaħ, sal-lum għadna nittrattaw biss 20% ta' l-iskart domestiku f'pajjiżna.", "Għalhekk nerġa' nistaqsi: Kien hemm għalfejn li tagħmel strateġija fuq l-iskart biex testendi din is- sistema u tagħmilha tajba biżżejjed biex tikkejterja għall-iskart domestiku kollu li nipproduċu f'pajjiżna?", "Jien nista' ngħid ukoll li saru tentattivi mid-direttur li rnexxew biex parti mill-iskart jiġi riċiklat.", "Fil-fatt kienu ħarġu tenders ħalli mhux biss il-karti, il- ħġieġ u l-metall, imma ħafna partijiet oħrajn mill-iskart jiġu riċiklati!", "Li jrid isir huwa li dak il-pilot project ta' riċiklaġġ jitwessa' ħalli jiħħendilja aktar materjal.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li aħna konna bdejna nagħmlu xi ħaġa wkoll fuq il-problema tal-Magħtab.", "Kif kulħadd jaf, il-landfill f'Tal-Magħtab minnha nnifisha qed toħloq ħafna problemi għaliex dalwaqt tilħaq il-capacity tagħha u dan ifisser li minbarra li trid tingħalaq u jinstabu sistemi alternattivi ta' x'irridu nagħmlu bl-iskart li jiddaħħal hemm, irridu nikkontrollawha.", "Wieħed mill- mezzi ta' kontroll li konna daħħalna fi żmienna kien il-polluter pays principle - xi ħaġa li pprova jagħmel gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 imma ma rnexxilux - fejn għidna li min ikun irid idaħħal l-iskart fil- Magħtab irid iħallas 35c fuq kull tunnellata skart, għaliex ridna ndaħħlu ċerta mentalita' fl-imħuħ tan-nies li jekk se tħammeġ lill-pajjiż, trid tħallas.", "Fil-fatt fl-istate of the environment report - m'iniex se nikkummenta fuqu għax naħseb li se jitkellem fuqu l-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Mizzi - lill-ministru qalulu li s-soluzzjonijiet għall-problemi ambjentali jridu jkunu bbażati fuq il-polluter pays principle.", "Pero' jidher li għallinqas s'issa l-ministru għadu ma għamel xejn, anzi qiegħed jittratta l-kwestjoni tal-Magħtab b'velvet gloves.", "Ta' min ifakkar li fl-aħħar 12-il xahar daħlu 'l fuq minn 1,125,000 tunnellata ta' skart fil-Magħtab u sa Ottubru li għadda l-gvern kellu jieħu Lm432,000 mingħand il-kuntratturi li daħlu l-iskart fil-Magħtab.", "Issa jien ma nistax nifhem kif fil-budget ta' din is-sena l-ministru tal-finanzi kkalkola li d-dħul tal-gvern mill-Magħtab se jkun Lm150,000 meta sa Ottubru ta' din is-sena kellu jiġbor Lm432,000.", "Dan ifisser li l-gvern m'huwiex se jimpenja ruħu biex dak li kellu tiġbor sa Ottubru li għadda, jipprova jiġbru?", "Jien inħoss li jekk il-gvern għandu jiġborhom dawn il-flus jekk verament irid jagħmel xi ħaġa oħra biex l-iskart f'pajjiżna jibda jiġi ttrattat.", "Jiena ċert li jekk jiġbor dawn il- Lm432,000, is-sistema ta' composting bl-ecopod tkun tista' faċilment tiġi estiża għall-iskart domestiku ta' Malta kollha.", "Ma nistax nifhem kif il-ministru tal-finanzi dejjem jinsisti li dak kollu li huwa dovut lill-gvern irid jinġabar imbagħad f'dan il-każ ma jagħmilx ħiltu kollha biex jiġbor dawn il-mijiet ta' eluf kbar ta' liri!", "Mr Chairman, irrid nirrimarka wkoll li l-ministru l-ewwel qal li l-pjan fuq il-waste management se jkun lest sa Novembru u issa qed jgħid li se jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Nittama li jkun lest sa l-aħħar ta' din is-sena għaliex sadanittant l-iskart qed ikompli joħolqilna problema u bħalma qallu tajjeb Dr. Johnson tal-Greenpeace meta ġie Malta, fil- Magħtab għandna a toxic time bomb li tista' tikkawża ħafna danni.", "Jien niskanta kif dan il-gvern li qed jippretendi li jidħol fl-Unjoni Ewropea ma jieħu l-ebda azzjoni fuq il-kwestjoni ta' l-iskart f'pajjiżna!", "M'iniex se noqgħod nitkellem fuq il-proċess ta' screening li sar dan l-aħħar ma' l- Unjoni fuq kwestjonijiet ambjentali, pero' Dr. Johnson meta żar lill- ministru qallu li \"anyone who runs a dump like that - kien qed jirriferi għall-miżbla tal-Magħtab - is heading on a collision course with the European Commission.\".", "Pero' minkejja li jafu dawn l-affarijiet kollha, fil-budget għas-sena d-dieħla ma nsibu xejn li b'xi mod jista' jagħti indikazzjoni li se jibdew jittekiljaw din il-problema bis-serjeta', ħlief li l-ministru qiegħed jgħid li dan il-pjan ta' waste managment hemm bżonn jitlesta sa l-aħħar tas-sena.", "Mr Chairman, kif diġa' għidt aħna mplimentajna l-polluter pays principle ġewwa l-Magħtab meta għamilna fee ta' 35c fuq kull tunnellata ta' skart li jidħol hemmhekk imma konna se ndaħħlu wkoll dan il-prinċipju fuq l-iskart likwidu li jitwaddab fis-sistemi ta' pajjiżna.", "U forsi tajjeb li wieħed jerġa' jsemmi l-istorja tas-sewage tariffs li saru fil-pajjiż għaliex għalija dak li ġara fuq l-istorja ta' dawn it-tariffi kien l-iktar att irresponsabbli li qatt sar fl-istorja politika ta' pajjiżna u rrid ninkwadrah fl-ispeech tiegħi għax bla dubju f'dan l-att kien involut ħafna il-ministru.", "Fil-fatt fid-debate fuq l-estimi ta' l-1998 meta jien kont ministru tal-public works, l-Onor.", "Zammit Dimech meta kien qed jitkellem fuq il-funds li l-gvern kellu jieħu mill-European Investment Bank, kien qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Naturalment il-gvern japprezza jekk xejn il-fattur li aħna konna nnegozjajna faċiltajiet finanzjarji tajbin ma' l-EIB aktar minn ECU40 miljun li llum jista' jibbenefika minnhom il-gvern preżenti, bħalma konna nibbenefikaw minnhom aħna.\".", "Aħna konna apprezzajna l-fatt li kienu ġew negozjati dawn il-fondi pero' rrid ngħid li parti minn dawn il-fondi ġew negozjati sabiex jintużaw speċifikament ħalli f'pajjiżna jinbnew l-impjanti għat-trattament tad- drenaġġ.", "Dawn l-impjanti kienu neċessarji mhux biss għaliex aħna firmatarji tal-Barcelona convention - konvenzjoni li dan l-aħħar irratifikajna xi erba' protokolli oħra tagħha - imma għax konna nemmnu li kien hemm bżonnhom biex f'pajjiżna jsir użu mis-second class water li nipproduċu.", "Jiġifieri mid-dehra gvern Nazzjonalista kien jemmen f'dan ukoll għax fil-fatt ried jibnihom dawn l-impjanti u dak li kien ministru ta' l-affarijiet barranin kien innegozja f'isem il-Gvern Malti ma' l-EIB u, kif kulħadd jaf, meta tieħu loan mingħand bank dan jagħmillek il- kondizzjonijiet u jekk tieħu loan mill-EIB, li hija istituzzjoni ta' l- Unjoni Ewropea, dawn se jagħmlulek il-kondizzjonijiet tagħhom ukoll.", "U x'kienu dawn il-kondizzjonijiet?", "Waħda mill-kondizzjonijiet kienet tgħid li d-dipartiment tad-drenaġġ kellu jiġi nkorporat fil-water services corporation u l-kondizzjoni l-oħra kienet li kellha tiddaħħal tariffa fuq id-drenaġġ.", "Nittama li issa l- ministru ma jiġix jgħid li hu ma kienx jaqbel magħha għaliex jiena hawnhekk għandi ittra tas-17 ta' Novembru, 1995 iffirmata mill-permanent secretary tal-Ministru Zammit Dimech, is-Sur John A. Bonnici, indirizzata lill-ministeru tal-finanzi, li tgħid hekk:", "\"With reference to your letter dated 27th October ...\"", "- li nkitbet mill-finanzi fuq dan is-suġġett tal-fondi -", "\"... may I inform you that the proposed outlines by the European Investment Bank are acceptable as they are in line with the policy of the ministry of the environment.\".", "Dan ifisser li f'Novembru ta' l-1995, il-Ministru Zammit Dimech, kien jaqbel li kellhom jidħlu t-tariffi fuq id-drenaġġ.", "Fil-fatt ġew negozjati b'dan il-mod u ġie ffirmat il-ftehim!", "Aħna ridna nkomplu fuq il- proġett li kien nbeda minn gvern Nazzjonalista preċedenti għaliex aħna qatt ma għedna li dak li kien qed isir tajjeb ma konniex se nkomplu fuqu u meta morna biex ninnegozjaw mal-EIB qalulna li l-Gvern Malti kien intrabat li sa Ġunju 1998 jiddaħħlu dawn it-tariffi.", "Għalhekk ma kellniex triq oħra x'nagħżlu ħlief li naraw il-pożizzjoni tal-gvern kif kienet sa dakinhar, rajna li l-pożizzjoni ma kenitx tajba, konna nafu li dawn kienu fondi b'rata ta' imgħax tajba - għaliex dawn l-ECU30 miljun kienu bit-3% bħala self fuq perijodu twil ta' żmien - u allura dehrilna li kellna nagħmlu użu minnhom.", "Bħala parti minn dan il-ftehim riedu jiddaħħlu t- tariffi u effettivament it-tariffi ddaħħlu - u kemm intqal diskors fuq dawn it-tariffi tad-drenaġġ u li aħna anti-soċjali pero' nittama li l- Partit Nazzjonalista ma jibqax għaddej b'dan id-diskors - u kien hemm anke flus x'jitħallsu.", "X'kienu dawn il-fees?", "Konna qed nitkellmu fuq Lm3 fis-sena għal min jaħli ftit ilma, Lm9 fis- sena għal min jaħli ilma kemm suppost u Lm24 fis-sena għal min irid jaħli l-ilma.", "Pero' l-Partit Nazzjonalista għoġbu joħloq kapital politiku minn din il-kwestjoni u beda jgħid li aħna anti-soċjali!", "Fil-fatt qabel l- elezzjoni ta' l-1998 il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li jekk jitla' fil-gvern kien se jneħħi dawn it-tariffi - u fil-fatt din kienet waħda mill-wegħdiet elettorali li wettqu n-Nazzjonalisti għaliex dawn il-fees tad- drenaġġ neħħewhom - imma b'konsegwenza t'hekk tilfu loan ta' ECU30 miljun mill-EIB.", "U għalhekk jien ngħid li dan kien att mill-iktar irresponsabbli għaliex il-Partit Nazzjonalista kien jaf xi ftehim kellu ma' l-EIB u kien jaf li jekk ineħħi t-tariffi se jitlef din il-loan.", "Issa llum il-ministru tal-finanzi qed imur jissellef bis-6% u bis-7% minn Malta stess biex jagħmel il-proġetti kapitali!", "Allura din m'hijiex irresponsabbilta' kbira min-naħa tal-gvern?", "Mr Chairman, dawn ħasbu li wara l-elezzjoni se jmorru għand l-EIB u jgħidulhom li la wiegħdu lill-poplu Malti li se jneħħu dawn it-tariffi se jkollhom ineħħuhom, pero' l-EIB ma tidħolx f'dawn l- affarijiet u għalhekk irtirat is-self li suppost tat lil pajjiżna.", "Mr Chairman, dawn huma n-nies li jridu jmorru jinnegozjaw ma' l-Ewropa f'isem pajjiżna!", "Il-bieraħt lura smajna lill-Ministru Josef Bonnici f'dan il- parlament jgħid li se jiġu ħafna miljuni mill-Ewropa meta lanqas il- miljuni li ftehmu fuqhom ma rnexxilhom iġibu!", "Il-Ministru Joe Borg f'risposta għal domanda parlamentari li saritlu qal li b'effett mid-data tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta tkun intitolata għall-fondi sostanzjalment akbar, bħala fondi strutturali, fondi oħra bħala grant u fondi mill-EIB f'forma ta' self.", "Allura meta kellhom iċ- ċans li jieħdu self mill-bank Ewropew ma ħaduhx u issa jridu jidħlu fl- Ewropa biex jieħdu s-self!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Il-Partit Nazzjonalista ma setax ikun iktar irresponsabbli minn hekk għaliex kien jaf li meta kien qed jagħmel din it-tip ta' wegħda kien se jagħmel ħsara lill-pajjiż.", "Issa spiċċajna f'sitwazzjoni li m'għandniex flus biex nagħmlu dawn l- impjanti għat-trattament tad-drenaġġ.", "Il-Ministru Zammit Dimech f'wieħed mill-ħafna diskorsi li jagħmel qal li fi żmien sitt snin mhux se nibqgħu nippumpjaw ilma mill-baħar li ma jkunx ittrattat.", "Pero' jien nixtieq inkun naf minn fejn ġejjin il-flus għaliex skond l-estimi li l-Ministru Dalli ppreżenta b'ħafna pompa din is-sena, se jintnefqu Lm3 miljun biex nagħmlu sistema aħjar tad-drenaġġ meta fis-sentejn ta' ammistrazzjoni Laburista ntnefqu Lm3.7 miljun kull sena, u mbagħad fl-1999 li kienet l-ewwel sena ta' gvern Nazzjonalista reġgħu naqqsu l-budget għal Lm3.1 miljun u din is- sena qed jivvotaw Lm3 miljun.", "B'min irid jipprova jidħak il-Ministru Dalli?", "Trid issolvi l-problema tad-drenaġġ u tivvota inqas flus mis-sena ta' qabel!", "Kif se jinbnew l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ?", "Jien nerġa' nisħaq li l-ebda diskors sabiħ m'hu se jgħinna nsolvu l-problemi li għandna u meta l-gvern jagħmel dawn it-tip ta' affarijiet, ikun qed juri kemm huwa irresponsabbli.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem issa fuq il-qasam tat-tisbiħ ta' pajjiżna, li wkoll jaqa' taħt dan il-ministeru.", "Irrid infakkar li waħda mill-affarijiet li kien għamel gvern Laburista kif tela' fil-poter kienet li ta bidu għall-proġetti ta' tisbiħ u ta' titjib f'areas turistiċi u fil- fatt konna waqqafna action committees, l-ewwel wieħed għal Buġibba - għax dan kien l-iktar post li kellu bżonn attenzjoni - imbagħad konna waqqafna action committee ieħor għan-naħa t'isfel tal-pajjiż, cioe' għal Wied il- Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa u kellna l-ħsieb ukoll li nwaqqfu action committee għal San Ġiljan, Tas-Sliema u Paceville.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-manifest elettorali tiegħu kien qal li se jkompli b'dawn l-action committees ħalli nkomplu nsebbħu lill-pajjiż.", "Pero' ta' min ifakkar ukoll li l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni pprova jagħmel li seta' biex ixekkel lill-gvern Laburista ta' dakinhar fix-xogħol li kien qiegħed jagħmel u saħansitra ġejna akkużati mill-Onor.", "Zammit Dimech li konna qegħdin nagħmlu xogħol mingħajr il-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar!", "Imbagħad din is-sena, meta l-Ministru Zammit Dimech mar jiitkellem fuq l- awtorita' ta' l-ippjanar, f'seminar li sar mill-building industry consultative council qal hekk - u se nikkwota -", "\"Dr. Zammit Dimech said the PA should understand that government was not a property speculator.", "The projects that government carried out had the community's interests at heart.\".", "Jiġifieri l-ministru lill-awtorita' lill-ippjanar qed jgħidilha li l-gvern m'huwiex spekulatur u għandha tħallih jaħdem!", "Allura dak iż-żmien il- gvern Laburista kien spekulatur, bid-definizzjoni tiegħu, u issa l-gvern Nazzjonalista m'għadux spekulatur!", "Imma apparti dan, il-gvern Nazzjonalista ried jimxi fuq dak li kien sar mill-gvern preċedenti.", "U jiena nieħu pjaċir li matul ix-xhur li għaddew gvern Nazzjonalista kompla bix-xogħlijiet li kienu qegħdin isiru ġewwa Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa u tkomplew ukoll xi xogħlijiet ġewwa Buġibba.", "Imma jiddispjaċini ninnota nuqqas ta' mpenn u nuqqas ta' ħeġġa fuq dawn ix-xogħlijiet!", "Fil-fatt jekk tħares lejn il-flus ivvotati għal dawn il-proġetti faċli tinduna li m'hemmx impenn serju biex jitkomplew.", "Per eżempju, fl-ewwel fażi tal-proġett ta' Buġibba, il-public works department waħdu - jiġifieri m'iniex ninkludi d-dipartiment tat-toroq u l-utilities - nefaq madwar Lm2 miljun fuq l-ewwel fażi tal-proġett ta' Buġibba u fuq l- upgrading tat-tieni fażi tal-proġett ta' Buġibba u l-bidu tal-proġett għas- south ta' Malta nefaq Lm1.5 miljun oħra.", "F'din is-sena li qegħdin fiha l- ministru ftaħar meta mar iżur il-proġetti tas-south li se jkunu ntnefqu iktar minn Lm1 miljun.", "Dan ifisser li fuq tliet lokalitajiet il-gvern Nazzjonalista se jkun nefaq Lm1 miljun u l-gvern Laburista fuq l-ewwel fażi ta' lokalita' waħda kien nefaq Lm2 miljun!", "Sur President, x'insibu f'dan il-budget?", "Minkejja li l-gvern jgħid li jemmen li dan ix-xogħol irid isir, f'dan il- budget insibu li fuq tliet proġetti, cioe' ta' Buġibba, ta' Wied il- Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa u ta' Tas-Sliema u San Ġiljan se jintnefqu Lm900,000.", "Qbadna t-triq għan-niżla u r-rotta ddur bil-kontra qiegħda u mhux fid-direzzjoni t-tajba!", "Ta' min jinnota wkoll kif tqassmu dawn il- flus: Fuq Buġibba se jintnefqu Lm200,000 - u skond il-breakdown li għandi hawnhekk dawn se jintnefqu biex jitħallsu xogħlijiet li diġa' saru u mhux biex isir xogħol għas-sena d-dieħla - fuq Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa se jintnefqu Lm200,000 oħra u fuq il-proġett ta' Tas-Sliema se jintnefqu Lm500,000.", "Issa meta kont qiegħed nara x'sar matul din is- sena laqatni l-fatt li l-action committees bdew jissejħu embellishment committees u għedt li bilfors li hemm xi spjegazzjoni warajha u fil-fatt malajr sirt naf x'inhi r-raġuni għaliex meta rajt x-xogħol propost għas- sena d-dieħla ndunajt li m'huwiex xogħol biex jiġu ġġenerati mill-ġdid dawk l-areas partikolari imma huwa xogħol purament ta' tisbiħ.", "Ħalli nispjega iktar ruħi.", "Meta aħna għamilna l-proġett ta' Buġibba, m'għamilniex biss il-promenade sabiħ bir-railings, bil-madum u bis-siġar imma rajna x'inhuma l-problemi li kien hemm f'Buġibba, fosthom it-traffic management biex tidħol ġo Buġibba u għamilna intersections ġodda, għamilna triq ġdida għal ġol-Qawra, għamilna parking areas ġodda biex noħolqu barrier fiżiku bejn in-nies u l-karozzi, ħalli n-nies jkunu jistgħu jgawdu iktar il-post, ħadna ħsieb l-ilma tax- xita u l-problemi li joħloq hemmhekk u dawn l-affarijiet kollha.", "Il- proġett ta' Buġibba kien proġett ħolistiku u bl-istess mod ttekkiljajna Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Birżebbuġa fejn, minbarra l-promenade, f'Birżebbuġa saru ħafna toroq residenzjali u ħafna affarijiet oħrajn.", "Imma sfortunatament is-sena d-dieħla se jsir biss xogħol kosmetiku biex insebbħu l-post.", "Issa s-sens komun jiddettalek li jekk se tagħmel xogħol kosmetiku għallinqas tagħmlu fejn l-aktar hemm bżonn.", "Jien ma nsib l- ebda diffikulta' li jsir xogħol kosmetiku f'Tas-Sliema imma ċerti li hemm bżonn li jsir aktar xogħol, per eżempju, fil-bajja ta' San Ġorġ, ġewwa Paceville, għaliex li kieku ma kienx għat-triq il-ġdida li għamilna aħna kieku lanqas tista' tidħol.", "Jien naħseb li l-problemi kbar li hemm ġewwa Paceville jistħoqqilhom attenzjoni ħafna aktar milli jistħoqqilha Tas-Sliema għax Tas-Sliema kif inhi tgħaddi imma Paceville ma jgħaddix.", "Jiġifieri f'dan il-każ mhux talli tħawdu l-prijoritajiet, talli l-konċett li bdejna bih intilef totalment għax fejn qabel konna qed nitkellmu fuq proġetti biex insolvu problemi b'mod ħolistiku, issa l-gvern qed jitkellmu biss fuq proġetti ta' facelifts lill-promenades.", "Aħna ma nistgħux naqblu ma' dawn l-affarijiet għaliex jidhrilna li dawn il-proġetti li kienu jagħmlu sens għal pajjiżna jridu jsiru bis-serjeta'.", "Aħna jidhrilna wkoll li dan m'huwiex mod serju kif tittratta dawn il-postijiet li huma tant imfittxija kemm mill-Maltin u kif ukoll mit-turisti.", "Għaldaqstant għal darb'oħra jidher biċ-ċar li tlifna t- triq u d-direzzjoni għaliex anke dak li ġie mwiegħed m'huwiex qiegħed jitwettaq.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li aħna konna niġu kkritikati ħafna fuqha - u forsi bir-raġun ukoll - kienet li ċerti xogħlijiet li kienu jitkomplew matul l-istaġun tas-sajf kienu joħolqu inkonvenjenzi lit-turisti u lin-nies li jużaw dawn l-areas.", "Għalhekk il-gvern Nazzjonalista ħareġ bl- idea tajba li fix-xhur tas-sajf ma jsirx xogħol ta' kostruzzjoni fis-siti li huma magħrufa bħala areas turistiċi u fost l-oħrajn dawn kellhom ikunu Buġibba, il-Qawra, San Pawl, Paceville, Tas-Sliema, San Ġiljan, Wied il- Għajn, Birżebbuġa, Marsaxlokk u ġewwa Għawdex.", "Pero' minkejja li kien hemm ċirkolari tal-kabinett li kienet tgħid li ma setgħux isiru dawn ix- xogħlijiet, xorta baqgħu għaddejjin bix-xogħlijiet ta' l-embellishment li kienu nbdew mill-gvern ta' qabel matul is-sajf kollu.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem issa fuq il-proġetti kapitali li huma tant għal qalb il- Ministru Zammit Dimech u fuq dawn hemm ħafna x'wieħed jgħid.", "L-ewwelnett irrid ngħid li kienet għaqlija d-deċiżjoni ta' gvern Nazzjonalista li jkompli fuq pjani għall-proġetti kapitali li kien ħalla warajh gvern Laburista.", "Fil-fatt illum qed naraw li l-proġetti kapitali li kienu nbdew minn gvern Laburista preċedenti qed jitkomplew minn dan il- gvern bid-differenza li xi wħud minnhom inbidlu xi ftit, fosthom il-proġett tal-Kottonera li nitkellem fuqu iktar tard.", "Il-ministru jħoss li s- suċċess li għandu jkollu fil-ministeru tiegħu jiddependi jekk dawn il- proġetti kapitali jsirux jew le u fil-fatt jitkellem ħafna fuqhom fil- pubbliku.", "Illum jien lill-ministru qed niġġudikah fuq dak li qal u mhux fuq dak li għamel.", "Per eżempju, fis-27 ta' Ottubru, 1998, f'intervista li kien ta lil \"The Times\", qal hekk:", "\"We have made great progress with the MIDI consortium. \"", "- kien qed jirriferi għall-proġett ta' Manoel Island -", "\"Discussions are at a very advanced stage and it is possible to sign an agreement by the end of December.\".", "Jiġifieri l-ftehim kellu jiġi ffirmat sa Diċembru tas-sena li għaddiet pero' kulħadd jaf li għad irridu nagħmlu dibattitu fil-parlament dwar dan is-suġġett.", "Dwar il-proġett tal-cruise passenger terminal intqal hekk:", "\"If this schedule is maintained, Dr. Zammit Dimech said that Government expects to sign an agreement with the selected consortium by the first half of January\".", "Pero' Jannar ta' din is-sena ġie u għadda u l-ftehim ma ġiex iffirmat dak inhar kif kien imwiegħed.", "Fl-istess ġurnata, din id-darba f'\"in-nazzjon\" fuq il-proġett tal- Kottonera l-ministru ġie rapportat li qal li:", "\"Il-gvern jinsab impenjat li sa l-aħħar tas-sena jew sa nofs Jannar li ġej ikun iffinalizza l-ftehim dwar il-proġett ta' Manoel Island u ta' l-iżvilupp integrat tax-xogħol fil-Kottonera.\".", "Jiġifieri dan kellu jsir f'Jannar li għadda u l-ministru tant kien ferħan bil-proġett li f'artiklu li kiteb f'\"The Times\" fit-28 ta' Diċembru, 1998 li semmih \"Projects 1999\", kien qal hekk:", "\"1999 will be the year of commencement of these projects\".", "Jiġifieri l-proġetti tal-Kottonera, ta' Manoel Island, tal-cruise passenger terminal u tal-connection kollha kellhom jindew din is-sena.", "F'dan l-istess artiklu, b'riferenza għal St. James Cavalier qal li:", "\"We must see that the first phase of the art centre is completed by the end of 1999.\".", "Qal ukoll li x-xogħol fuq il-proġett ta' Manoel Island kellu jibda qabel is- sajf ta' din is-sena.", "Fl-1 ta' Jannar, 1999 reġa' deher artiklu ieħor tal-ministru f'\"The Times\" intitolat \"Malta in 1999\" li kien jgħid hekk:", "\"By March we should have evaluated the ''Connections'' proposal meant to create horizontal and vertical links within and between Sliema, Valletta and Cottonera.\".", "Nixtieq inkun naf x'sar minnu dan il-proġett għax donnu ntesa!", "Imma f'dan l-istess artiklu dwar St. James Cavalier qal ukoll:", "\"While the Pompidou Centre will have a massive re-opening party of its own on December 31st, we are aiming for the inauguration of St. James Cavalier as a cultural hub, enjoined to visit and participate in the events that will unfold.\".", "ll-ministru qed jgħidilna li għall-aħħar tas-sena għandu jinfetaħ St. James Cavalier.", "Nittama li jitlesta u jinfetaħ u mhux isir biss xi soft opening għaliex jiena naf bix-xogħol li qed isir hemmhekk!", "X'qal aktar?", "Fit-13 ta' Lulju ta' din is-sena, meta kien qed jitkellem mal-GRTU, il- Ministru Zammit Dimech qal li l-proġett taċ-ċentru nazzjonali ta' l-arti se jkun ukoll il-proġett tal-millennju tal-gvern u qal li x-xogħol f'St. James Cavalier miexi b'ritmu mgħaġġel u li din il-fażi mistennija tkun inawgurata fl-aħħar jum ta' din is-sena.", "Fit-3 ta' Awissu ta' din is-sena reġa' ġie rrapportat f'\"The Times\" li qal hekk:", "\"The first phase of the arts centre should be open by end of the year.\"", "Fl-1 ta' Novembru li għadda ġie rrapportat mill-ġurnal \"in-nazzjon\" li qal hekk:", "\"LiIl-Ministru Zammit Dimech staqsejnih ukoll dwar il-proġett ta' St. James Cavalier u qal li riċentement kellu laqgħa mal-kuntratturi kollha li qegħdin jaħdmu fuq dan il-proġett u f'dik il-laqgħa enfasizza li dak il-proġett irid jitlesta sa l-aħħar tas-sena, għax dan huwa rigal kulturali li l-gvern se jgħaddi lill-poplu Malti u Għawdxi fl-okkażjoni tal-bidu tat-tielet millennju.\".", "Imbagħad jien għamilt domanda lill-ministru jekk il-proġett ta' St. James Cavalier huwiex se jitlesta u jekk dak li se jitlesta huwiex se jintuża fil- ċelebrazzjonijiet tal-millennju.", "Ir-risposta li ngħatajt mill-ministru fit- 22 ta' Novembru li għadda kienet tgħid hekk:", "\"St. James Cavalier m'huwiex se jintuża għaċ-ċelebrazzjonijiet tal- millennju imma se jkun ir-rigal tal-gvern lill-poplu Malti fil-bidu tal-millennju l-ġdid.\".", "Mr Chairman, irrid nammetti Ii l-ministru rnexxielu jħawwadni għaliex ma nafx x'qed jgħid u nixtieq li jgħidilna jekk hux se jitlesta jew le!", "Mir- risposta li tana qisu qed jgħid li se jitlesta għall-bidu tal-millennju l- ġdid imma m'huwiex se jitlesta sal-millennju!", "Jekk m'huwiex se jitlesta sal-millennju ma jkun ġara xejn ħlief li l-ministru jkun għamel wegħda oħra u ma twettqitx!", "Imma nappellalu biex ma jipprovax jgħaġġel lill- kuntratturi biex jgħid li lesta fil-ħin għaliex jistgħu jagħmlu ħafna xogħol ħażin - u jien naf x'jiġifieri meta tgħaġġel lill-kuntratturi għaliex għaddejt minnha - u z-zalza tiġi ogħla mill-ħut!", "Il-kuntratturi għandhom jitħallew jaħdmu bil-ħin tagħhom u jlestu kif għandhom ilestu u mhux joqogħdu jgħaġġluhom biex taparsi jlestu u jagħmlu soft opening f'St. James Cavalier!", "Imma minn kif fhimt ir-risposta li ta l-ministru, donnu li l-proġett ta' St. James Cavalier intefa' lura.", "La qed nitkellmu fuq St. James Cavalier ma nistax ma norbotx dan il- proġett mal-masterplan ta' city gate li jinkludi wkoll l-opera house, il- bus terminus u city gate nnifisha.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-ministru b'ħafna pompa ħabbar li dan il-proġett se jiswa Lm30 miljun u fl-istess nifs ħabbar li ħatar perit partikolari li tah f'idejh id-disinn tal- proġett.", "Dan ifisser li dan il-perit partikolari, li huwa ħabib tal- ministru, ingħata direct order ta' Lm2 miljun!", "L-affarijiet ma jistgħux isiru b'dan il-mod u saħansitra l-kamra tal-periti qalet lill-ministru li trid issir kompetizzjoni għad-disinn ta' dan il-proġett u mhux jingħataw b'Lm2 miljun xogħol f'direct order lil perit li jfettillu jagħżel il- ministru!", "Dawn huma affarijiet sewwa?", "Nixtieq li l-ministru jgħidilna wkoll fiex wasal il-proġett tal-''Connections'' li għalkemm għamel żmien jikteb fuqu donnu li f'dawn l-aħħar disa' xhur intesa!", "Dan il-proġett se jsir jew m'huwiex se jsir?", "Intgħażel min għandu jagħmel dan il-proġett?", "Mr Chairman, il-ministru kien wieħed minn dawk li l-aktar ikkritikaw il- proġett tal-Kottonera meta kienu fl-oppożizzjoni għaliex skond hu ma kienx se jkun proġett tajjeb.", "Għalkemm kien għamel dik il-kritika kollha, lanqas laħaq daħal fil-gvern li ma bediex jimpenja ruħu fuqu u fil-fatt fil- 11 ta' Novembru tas-sena li għaddiet qalilna li kien qed jiltaqa' mal- consortium u mal-kunsilli lokali - allavolja meta aħna staqsejna lill- kunsilli lokali qalulna li l-ministru ltaqa' darba waħda biss magħhom dwar dan il-proġett - u kien qal li dan il-proġett kien se jkun tliet darbiet ikbar minn dak li kien se jsir fi żmien gvern Laburista.", "Fid-19 ta' Diċembru ġie rapportat minn \"The Times\" li qal hekk:", "\"Cottonera project to cost Lm20 million.\".", "Imbagħad sa l-10 ta' Jannar ta' wara, skond kif ġie rapportat mill-ġurnal \"il-mument\", il-ministru ħareġ jgħid li dan il-proġett kien se jiswa madwar Lm14-il miljun.", "Fit-13 ta' Lulju beda jitkellem fuq it-timeframes ta' dan il-proġett u fil-frattemp saret id-diskussjoni fuq dan il-proġett fil-parlament u għadda.", "Meta tkellem mal-GRTU l-ministru qal li l-mira tal-gvern kienet li sa l-aħħar ta' din s-sena jkun inbeda x-xogħol fuq dan il-proġett u meta kiteb artiklu dwar il-laqgħa li kellu mal-GRTU l-ministru qal hekk:", "\"Dwar dan il-proġett żgur li mhux qed nitkellmu aktar fuq dak li nixtiequ naraw li jsir imma fuq kif se naraw bl-aktar mod konkret il- bidu tax-xogħlijiet fuq il-post probabbilment sa l-aħħar tas-sena.\".", "Jiġifieri x-xogħol fuq il-proġett tal-Kottonera kellu jibda sa l-aħħar ta' din is-sena.", "X'qal aktar fuq dan il-proġett?", "Fil-31 ta' Lulju qal hekk:", "\"If the process with the planning authority is speeded up, we expect to start works by the end of the year.\".", "Il-ministru baqa' jagħti commitments ġurnata wara l-oħra dwar meta kellu jinbeda l-proġett tal-Kottonera, pero' l-isbaħ waħda ntqalet fil-25 ta' Ottubru, 1999 meta kien qed jikkummenta fuq min kien involut f'dan il- proġett.", "Aħna konna kkritikajna ħafna lill-gvern li f'dan il-proġett ma kienx hemm investiment barrani.", "Il-gvern qalilna li l-investiment barrani kien se jiġi u li kien sar ftehim mal-Cottonera waterfront group li kien se jkun iffirmat minn rappreżentanti ta' Camper & Nicholsons sabiex dawn jidħlu fil-proġett, pero' qatt ma smajna xejn aktar fuq din l-istorja u ma nafux jekk daħlux jew le fil-proġett.", "Issa l-aħħar waħda li qal il- ministru hija li x-xogħol fuq il-proġett tal-Kottonera forsi jibda sa Ġunju li ġej.", "Pero' jien, li bħal sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi rajt is-submissions li saru lill-planning authority, b'mod partikolari mill-Cottonera waterfront group, nista' nassigura lill-ministru li l-awtorita' ta' l- ippjanar lanqas f'sentejn m'hi se tagħtihom permess għaliex tant huma ħżiena u ta' livell baxx - fil-fatt jien qatt ma rajt submission agħar minn dik - li għamluha ċara li jekk m'humiex se jkunu konformi mal- kondizzjonijiet tal-kuntratt, il-planning authority qatt m'hu se tasal biex toħroġ il-permessi.", "Trid tkun miġnuna l-planning authority biex tagħti permessi fuq is-submissions li għamlu!", "Imma dawk jarawh huma għaliex dik mhux affari tiegħi.", "Issa l-ministru ġie jiftaħar li kabbar il-proġett imma jiddispjaċini ngħidlu li kien hemm ħaġa li ma tax kasha.", "Meta konna qed nitkellmu fuq dan il-proġett tal-Kottonera, aħna konna qed narawh bħala an urban regeneration exercise biex permezz ta' l- investiment li jsir fil-lokalita' nqajmu mill-ġdid l-ħajja u l-jobs f'dik l- area.", "Fid-diskussjoni tal-budget tas-sena li li għaddiet il-ministru ftaħar li fit-tkabbir ta' dan il-proġett, inkludew ukoll il-Kalkara.", "U x'se jsir fil-Kalkara?", "Mr Chairman, fil-Kalkara se tinbenda boat repair yard!", "Il-proġett tant ġie mkabbar li se jwassal għal over-development hemmhekk u l-ministru jrid jiftakar li hemmhekk għandek parametri li minnhom infushom jillimitaw, bħat-traffiku, il-parking u d-densita' eżistenti tan-nies li joqogħdu hemmhekk.", "Il-ministru mingħalih li għaliex se jinbnew xi 110 appartament - għalkemm issa diġa' telgħu għal xi 200 - se jkollu proġett aħjar.", "Dan m'hu veru xejn għax il-proġett ma tikkalkolahx fuq id-daqs tiegħu imma tikkalkolah fuq l-impatt soċjali li jista' jkollu!", "Jien ngħid li l-impatt soċjali li se jkollu l-proġett tal-Kottonera kif propost mill-ministru, se jkun ħażin ħafna.", "U ż-żmien għad jagħtina parir.", "Mr Chairman, il-ministru kien qal ukoll li l-ftehim fuq il-proġett ta' Manoel Island kellu jiġi ffirmat sa l-aħħar tas-sena li għaddiet u f'Novembru ta' l-1998 kien qal:", "\"Manoel Island works to begin next year.\".", "Jiġifieri din is-sena suppost beda x-xogħol fuq Manoel Island.", "Mr Chairman, għandi ruxxmata ta' kwotazzjonijiet mid-diskorsi u mill-kitba li jħobb jagħmel il-ministru fejn dejjem iwiegħed imma minn dak li jwiegħed ftit li xejn jissuċċedi.", "U hawnhekk nixtieq insemmi l-affarijiet li ġew imwiegħda fuq ir-rehabilitation project tal-Belt li kien inbeda minn gvern Laburista u li suppost kellu jitkompla taħt dan il-gvern.", "Skond il- ministru, l-aħħar fażi ta' dan il-proġett li kellu jkun id-dawl, kellu jsir sa Frar ta' din s-sena.", "Pero' wara li għamiltlu domanda parlamentari, ġejt informat li lanqas it-tender kienet għadha ma ġiet aġġudikata, aħseb u ara kemm sar ix-xogħol.", "Nixtieq insemmi xi ħaġa oħra li tikkonċerna wkoll il-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.", "Jekk hemm ħaġa li tkerrah lil Belt bla dubju ta' xejn huma l-wires tat- telephones imdendlin ma' kullimkien!", "Issa gvern Nazzjonalista preċedenti korrettement kien laħaq ftehim ma' l-European Union biex jingħata għotja ta' ECU2 miljun sabiex isir il-proġett tat-tneħħija tal-wires tat-telephone mill-Belt Valletta.", "Kif tlajna aħna fil-gvern sibna din il-ħaġa u jien personali ltqajt diversi drabi ma' sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi li kien responsabbli mill-Maltacom sabiex inwettqu dan il-proġett.", "Pero' dan il- proġett mhux talli ma twettaqx talli issa tajna anke l-permess lill- Melita Cable biex jimlew kullimkien bil-cables u bil-kaxxi tagħhom.", "Irridu jew ma rridux innaddfuha l-Belt Valletta?", "Meta jien staqsejt x'ġara minn dak il-proġett li kellna flus allokati għalih mill-European Union, il- Ministru Josef Bonnici rrispondieni li dawk il-flus tlifnihom għax ma użajnihomx!", "Prosit!", "Dawn huma n-nies li jridu jidħlu fl-Ewropa, li jridu jġibu l-flus lejn il-pajjiż u mbagħad il-flus li jkollhom f'idejhom jitilfuhom!", "L-ewwel tlifna self ta' ECU30 miljun mill-EIB għax ma riedux jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li għamlulna u issa tilfu għotja ta' ECU2 miljun mill-European Union minħabba l-ineffiċjenza li wrew fil-proġett tat- tneħħija tal-wires tal-Belt Valletta.", "Jiddispjaċini ngħid li b'dan it-tip ta' aġir min-naħa tal-gvern ma nafx fejn irridu naslu.", "Sur President, għandi ħafna aktar xi ngħid fuq dan il-ministeru pero' qed jagħmluli s- sinjali li sarli l-ħin u allura jkolli nagħlaq.", "Ngħid biss li meta tqabbel il-performance ta' dan il-ministru ma' l- affarijiet li qal huwa stess, bla dubju ta' xejn jkolli ngħid li dan il- ministru falla skond il-kejl tiegħu stess għax it-targets li huwa ssettja lilu nnifsu ma laħaqhomx.", "Pero' l-aktar ħaġa li tinkwetani mhux li dan il- ministru falla fit-targets li huwa għamel fuqu nnifsu, imma meta tara l- budget li għandna għal din is-sena, ir-rota m'aħniex se ndawruha 'l quddiem għaliex f'ħafna mill-każi fejn kien hemm bżonn ta' finanzjament jew ma sarx il-finanzjament jew inkella tnaqqas u dan ifisser li żgur m'aħniex se nixmu fid-direzzjoni t-tajba.", "Jien nixtieq nagħti parir lill-ministru, bħala kollega ħabib tiegħi, biex jiddedika inqas ħin lill-kitba ta' l- artikli u lid-diskorsi sbieħ li jagħmel u juża l-ħin tiegħu b'mod aktar għaqli biex jipprova jsib soluzzjonijiet għall-problemi kbar li għandu pajjiżna minħabba l-isfidi u l-progress li qed inħabbtu wiċċna magħhom.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, id-diskors tal-budget preżentat mill- Ministru Dalli jagħmel riferenza ċara għall-fatt li l-Unjoni Ewropea tidħol sewwa fejn jidħol l-ambjent.", "Għalhekk bir-raġun kollu kelli seba' mitt sena biex inkun naf kemm se jieħu l-ambjent mill-Lm100 miljun miljun li kellhom jiġu mill-Ewropa appena nirrattivaw l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni, pero' nista' ngħidlek li ma sibt xejn dwar dawn il- Lm100 miljun!", "Imbagħad kien hemm min ġab l-iskuża li ma ħadniex dawn il- fondi għaliex gvern Laburista kien iffriża l-proċess biex Malta tidħol fl- Unjoni.", "Veru li jiena smajt din l-iskuża min-naħa tal-gvern imma jiena nista' ngħid ukoll li kont preżenti meta sar diskors uffiċjali mill- ministru ta' l-affarijiet barranin waqt konferenza ta' l-iSpeakers mill- pajjiżi li qed jistennew biex jissieħbu fl-Unjoni, fejn iddikjara li l- friża li kien għamel gvern Laburista ma affettwat bl-ebda mod negattiv.", "Din hija kummiedja u huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Irrid ngħid ukoll li waqt diskussjoni li saret dwar l-ambjent f'dan il- parlament jien kont għamiltha ċara li nidħlu jew ma nidħlux fl-Ewropa, l- ambjent xorta rridu nieħdu ħsiebu pero' l-Onor.", "Zammit Dimech ippersista li bilfors irridu nidħlu fl-Unjoni biex nirranġaw l-ambjent.", "Pero' fid- diskors tiegħu stess ikkontradixxa lilu nnifsu għaliex l-ewwel qal li l- Unjoni tidħol fil-kuntest ta' l-ambjent u mbagħad qal li m'hijiex se ġġegħilna nagħmlu xi tibdil li ma jkunx fl-interess tagħna.", "Qal ukoll li jekk nidħlu fl-Unjoni jkun hemm aktar għassa fuq l-ambjent pero' dak li hemm bżonn isir irid isir għaliex ikun jaqbel lil pajjiżna u mhux biex nogħġbu lil xi barranin.", "Allura lill-poplu Malti qed tgħidlu li m'huwiex kapaċi jieħu ħsieb l-ambjent ta' pajjiżu tant li rridu nidħlu fl-Unjoni jekk irridu ntejbu l-ambjent!", "Barra minn hekk, lill-poplu Malti qed jipprovaw ibellgħuhielu li l-effett tal-proċess li bdejna biex nidħlu fl- Unjoni diġa' qed jidher għaliex l-ambjent qed jitjieb.", "Imma dawn l- affarijiet qed jgħidhom biss il-Partit Nazzjonalista għaliex il-poplu Malti jaf li meta l-ministru qal li se jingħata wiċċ ġdid lil Malta, kien qiegħed jgħid il-ħmerijiet.", "Saħansitra partitarji Nazzjonalisti qed jiktbu fil-gazzetti li qatt ma kien hawn daqshekk ħmieġ fil-pajjiż daqs illum, pero' l-ministru jibqa' jgħaddas rasu fir-ramel u jibqa' jgħid l-istess affarijiet.", "Inutli li l-ministru joqgħod jgħid li aħna ppreparati sewwa fil- qasam ta' l-ambjent biex nidħlu fl-Unjoni għaliex hawn għandi rapport quddiemi maħruġ mill-istess Unjoni li jgħid hekk:", "\"No progress has been made on nature protection nor has there been much progress on water protection, air quality, waste management, industrial pollution, control and risk management.\".", "Pero' l-ministru jibqa' jsostni li l-proċess għal sħubija sħiħa fl-Unjoni miexi sewwa!", "Dan m'huwiex sewwa.", "Jiena naf illi d-direzzjoni tal-gvern Nazzjonalista għadha l-istess bħalma kienet qabel l-elezzjoni, pero' l- poplu qed jiġi ngannat għax jgħidulu mod u jagħmlu mod ieħor.", "Fil-fatt l- istess Unjoni Ewropea qalet lill-kontinġent kbir li ntbagħat għall- iscreening li fil-qasam ta' l-ambjent għadna 'l bogħod.", "Insemmi, per eżempju, l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Jien nista' nikkonferma li meta kienet qed issir id-diskussjoni dwar l- ambjent fil-Belt, il-ministru wiegħed li sa Novembru kellu jkun lest ir- rapport dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart u li kien se jkun hemm programm fuqxiex nimxu.", "Din hija s-sistema tal-Partit Nazzjonalista li jgħid ħafna affarijiet pero' meta jiġi għall-fatti ma jagħmel xejn!", "U jekk il-gvern jaħseb li l-poplu huwa daqshekk kretin li jibla' kollox, sejjer żball għaliex il-poplu qed jiżen x'inhu jsir.", "Jien nista' ngħid li fi żmien sena u tmien xhur ta' gvern Laburista sar wisq iktar xogħol għall- immaniġġjar ta' l-iskart milli qatt sar fl-għaxar snin li dam fil-gvern il- Partit Nazzjonalista qabel l-1996 u f'din is-sena li ilhom fil-gvern.", "Il- gvern qed jaġixxi b'mod irresponsabbli f'dan il-qasam u lill-poplu jipprova jagħtih x'jifhem illi l-ambjent għandu x'jaqsam biss mas-siġar u man-natura u ma' l-indafa u affarijiet sempliċi bħal dawn, meta jaf li l- ambjent ikopri ħafna affarijiet iktar importanti minn hekk bħal, per eżempju, l-effett tal-ħsejjes fuq l-ambjent u l-air pollution.", "X'sar dwar dawn l-oqsma fid-disa' snin li għamiltu fil-gvern?", "Tant ma sar xejn li min kien responsabbli fid-dipartiment ta' l-ambjent illi suppost kellu jara x'ried isir biex inkunu nafu t-tinġis fl-arja kien jostakola kull darba biex ma joħorġux it-tenders għal xiri ta' apparat li jkejjel it-tinġis fl-arja.", "Issa kulħadd jaf li kien hemm min ried jagħtina l-flus biex nagħmlu dawn l-affarijiet pero' għal snin sħaħ baqa' ma sar xejn!", "Meta tela' l-Partit Laburista fil-gvern mill-ewwel qabad il-barri minn qrunu u ra x'inhu jżomm u min qed iżomm!", "U dawn l-affarijiet nistgħu nuruhom bil-fatti u l-ministru tant jaf għal min qed nirriferi li qed iħares lejn individwu li jaf min kien responsabbli u qed jidħak!", "Jiġifieri qed jikkonferma dak li qed ngħid jien!", "Mr Chairman, aħna konna ġibna speċjalisti biex isir it-tendering għal dan l-equipment għaliex aħna nemmnu li biex l-affarijiet isiru bis-serjeta' jrid ikun hemm ippjanar tajjeb.", "Fil- fatt l-ewwel ħaġa li għamilna kienet li tlabna biex isir state of the environment report għaliex ridna nkunu nafu f'liema stat ambjentali kien jinsab pajjiżna ħalli nkunu nafu x'hemm bżonn isir u dan ir-rapport kien kważi lest meta konna għadna fil-gvern.", "Pero' malli tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern minflok irringrazzja lil dawk in-nies li taw sehemhom biex isir dan ir-rapport, tajjarhom minn hemm.", "(Interruzzjonijiet) Dak huwa l-grazzi li tajtuhom!", "Nista' nġiblek il- provi.", "Imbagħad fid-diskussjoni li saret ġewwa l-Belt dwar l-ambjent il- ministru ġie jiftaħar li dan ir-rapport dalwaqt se jiġi ppubblikat.", "Jekk il-ministru verament għandu għal qalbu l-ambjent imissu ilu li ppubblikah għaliex dan ir-rapport ilu lest.", "Aħna naqblu illi rridu nagħtu kas ukoll u naraw kif se nsolvu l-problemi ambjentali li jinħolqu minn proġetti li jkunu ilhom li saru pero' fl-istess ħin trid tħares 'il quddiem u tara li l- proġetti li jkunu se jsiru fil-futur ma jħallux impatt ambjentali negattiv u, bħal eżempju, nista' nsemmi l-proġett tat-tħaffir tal-bir taż-żejt ġewwa Għawdex.", "L-ewwel ħaġa li għamel il-gvern Laburista kien li biddel l-istil tal-kuntratti għat-tħaffir taż-żejt biex ikun aktar iebes fejn jidħol l- ambjent.", "Fil-fatt il-kondizzjonijiet tant kienu stretti li l-istat ambjentali f'din il-lokalita' f'Għawdex reġa' għall-istat naturali li kien qabel ma beda l-proġett.", "Dak huwa l-ippjanar serju!", "Issa aħna ma konniex qed inħarsu lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea pero' l-affarijiet xorta għamilnihom bis-serjeta'.", "Proġett ieħor li nixtieq insemmi huwa dak tal-protezzjoni ċivili.", "Issa l-ministru jaf daqsi li l-Unjoni Ewropea tagħmilha ċara li hemm konnessjoni diretta bejn l-ambjent u l-protezzjoni ċivili.", "Fil-fatt aħna mill-ewwel ippjanajna li nġibu opri tal-baħar li jkunu jistgħu jikkejterjaw għal xi diżastru li jinqala' fuq il-baħar - bħal, per eżempju, jekk ikun hemm xi bastiment li qed iġorr iż-żejt u jinqasam - li jkunu kapaċi joħorġu f'kull maltemp, li jkunu attrezzati biex jitfu ħruq li jista' jinqala' fuq bastimenti tal-passiġġieri fil-port u jekk bastiment jinqalagħlu xi ħaġa huwa u dieħel fil-port jkunu jistgħu jagħtu l- ewwel għajnuna ħalli l-port ma jingħalaqx u ma jinħolqux problemi oħra.", "Dawn huma l-pjani serji illi għamel gvern Laburista li kien iħares lejn l- interessi ta' pajjiżna u mhux lejn id-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni.", "Il- ministru jaf illi għad fadal ħafna xi jsir biex il-liġijiet ta' pajjiżna nġibuhom in line ma' dak li titlob l-Unjoni u inutli li tingħata l- impressjoni li m'hemmx x'isir għaliex iridu jsiru ħafna affarijiet u għandna bżonn il-flus biex nimplimentaw ċerti affarijiet.", "Qed isiru ċerti restrizzjonijiet illi pajjiżna għadu m'huwiex preparat għalihom u dawn l-affarijiet li jridu jsiru jpoġġu lill-industrija ta' pajjiżna fi kriżi bil-konsegwenza li jista' jkollna ħafna nies li jispiċċaw bla xogħol.", "Jien ngħid li pajjiżna ma jiflaħx għal dawk l-ispejjeż kbar li jridu jsiru biex niġu in line ma' dak li titlob l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dan ma japplikax biss għal pajjiżna imma skond artiklu li deher dwar il-laqgħa li għadha kemm saret, dawk il-pajjiżi li qed iħarsu biex jidħlu membri fl-Unjoni jridu jonfqu biljuni kbar ta' liri biex jiġu in line ma' dak li qed titlob l-Unjoni u t-tibdil kbir li jrid isir fil- liġijiet irid iż-żmien biex isir.", "Imbagħad forsi jiġi xi ħadd min-naħa tal- gvern u jgħid li ma jkun ġara xejn billi nitilfu xi ftit impjiegi, affarijiet li ma jitwemmnux!", "Naħseb li n-naħa l-oħra nsiet meta kienet tgħid li l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna hija mibnija fuq ix-xogħol.", "Jekk bniedem jispiċċa bla xogħol, se jiġi affettwat ukoll l-ambjent li fih jgħix għaliex ma jistax jibqa' jgħix bl-istess mod kif kien jgħix qabel u allura jista' jibda jħares lejn il-ħajja b'mod differenti minħabba l-pożizzjoni li jkun sab ruħu fiha.", "Għalhekk huwa importanti li naraw li l-interess ta' pajjiżna jiġi l-ewwel.", "Meta gvern Laburista kien jgħid li hemm bżonn nieħdu passi biex nibdew insolvu l-problemi li kellu l-pajjiż quddiemu, waqt li l-Partit Nazzjonalista kien jgħid li mhux veru jeżistu l-ħofor għaliex għalihom l-Unjoni hija s-soluzzjoni ta' kollox.", "Il-gvern Nazzjonalista qed iħares biss lejn l-Unjoni meta hemm alternativa oħra li ma toħloqx dawn il-problemi għal pajjiżna.", "Mr Chairman, xtaqt li tkellimt ħafna iktar fid-dettall dwar l-ambjent pero' l-ħin ma jippermettilix u għalhekk ikolli ngħaddi għal punt ieħor li huwa importanti wkoll għaliex jikkonċerna parti sostanzjali mill- popolazzjoni tagħna - qed nirriferi għall-kaċċa u l-insib.", "Fil-fatt f'pajjiżna għandna madwar 32,000 persuna li għandhom liċenzja għall-kaċċa u 11,000 persuna oħra li għandhom liċenzja għall-insib.", "Issa t- tradizzjoni ta' l-insib u l-kaċċa hija parti mill-kultura ta' pajjiżna - u jien ngħid li jekk bniedem ikun okkupat b'xi ħaġa jkollu inqas ċans li jaqa' f'xi vizzju - imma apparti hekk, huwa importanti li nitkellmu fuq x'konsegwenzi jista' jkollhom il-kaċċa u l-insib fuq l-ambjent.", "Meta l- Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni kien għamel diskussjonijiet ma' kulħadd biex jara kif jista' jinstab bilanċ bejn it-tradizzjoni u l-aspett ambjentali u kien wiegħed pubblikament x'kellhom ikunu r-regolamenti tal- kaċċa u l-insib jekk jitla' fil-gvern.", "Fil-fatt meta tela' fil-gvern żamm kelmtu u dak li wiegħed għamlu.", "Imma x'għamel il-Partit Nazzjonalista?", "Qabel l-elezzjoni ta' l-1992 l-Onor.", "Eddie Fenech Adami kien qal li l-kaċċa u l-insib ma kenux se jintmissu pero' wara li tela' fil-gvern bidel ir- regolamenti.", "Imbagħad qabel l-elezzjoni li għaddiet qal li r-regolamenti li kien daħħal il-gvern Laburista kien se jżommhom - jiġifieri qabel magħna li aħna konna kapaċi nżommu bilanċ bejn l-aspett ambjentali u t- tradizzjoni - imma qal ukoll li jekk niġu biex nidħlu fl-Unjoni t-tibdil li jkun irid isir ikun għall-aħjar.", "Irrid ngħid ukoll li l-wegħda li saret lill-għaqdiet tal-kaċċa u l-insib li jkunu mdaħħlin fid- diskussjonijiet importanti ma nżammetx għax safejn naf jien dawn ma kenux inklużi fil-kontinġent li ntbagħat biex jiddiskuti l-proċess ta' screening fil-qasam ta' l-ambjent.", "(Interruzzjonijiet) Mela issa spjegali.", "Fil- MEUSAC ħalluhom jieħdu sehem imma fejn jidħlu deċiżjonijiet iktar importanti m'għandhomx ċans jidħlu!", "Ta' min ifakkar ukoll li l-Unjoni Ewropea stess fis-second avis kienet qalet li:", "\"It is important that Malta fully transposes the acquis communautaire as far as the birds directive is concerned.\"", "Fil-fatt wieħed mill-esperti li tqabbdu biex jagħmlu l-iscreening, is-Sur Busuttil, waqt diskussjoni tal-GWU qal ċar u tond li mhux se jkun hemm derogi.", "Dawn l-affarijiet qalhom bniedem li huwa partitarju tan-naħa l- oħra u mbagħad jipprovaw idendlu l-karotta lill-kaċċaturi li dawn l- affarijiet m'humiex problema.", "Fil-fatt fl-10 ta' Novembru l-għaqda tal- kaċċaturi ħarġet stqarrija fejn staqsiet jekk fid-dawl ta' dak li qed jiġri, il-wegħda li r-regolamenti tal-kaċċa u l-insib jinbidlu biss għall- aħjar hijiex se tinżamm.", "Pero' ma ngħataw l-ebda risposta u kulma ntqal kien li Malta hija konformi mal-konvenzjoni ta' Berna - bħal dak li qallu ma nafux li Malta hija konformi mal-konvenzjoni ta' Bern - biex ikomplu jħawdu u jingannaw.", "Jidher ċar li dak li qed jgħid il-gvern Nazzjonalista li biex intejbu l-ambjent irridu nkunu membri sħaħ ta' l- Unjoni, m'hi xejn ħlief kummiedja u twaqqa' għar-redikolu lill-poplu Malti u Għawdxi, bħallikieku l-poplu Malti u Għawdxi m'huwiex kapaċi jirranġa l- ambjent ta' pajjiżu!", "Jekk il-gvern Nazzjonalista m'huwiex kapaċi għandu jieħu t-tort hu imma mhux jipprova jwaħħal fil-poplu Malti li m'huwiex kapaċi jtejjeb l-ambjent ta' pajjiżna.", "Issa wara li l-gvern qal dan id-diskors, fl-istess diskors tal-budget - jekk m'iniex sejjer żball f'paġna 2 - qed jiddikjara li biex tbiddel u tgħaddi l-liġijiet biex tirranġa l-ambjent m'hemmx għalfejn nkunu membri fl- Unjoni.", "Allura dak li ilu jgħid il-Partit Labuirsta huwa korrett u qed jiġi kkonfermat fid-diskors tal-budget stess!", "Nappella lin-naħa l-oħra biex ma tkomplix tinganna lill-poplu u fejn jidħol il-qasam ta' l-ambjent għandna nkunu magħqudin għaliex ma jagħmilx sens li qasam sensittiv bħal dan jiġi ppolitiċċizzat billi ngħidu li l-ambjent jittjieb jekk nidħlu fl- Unjoni Ewropea għaliex dan m'hu veru xejn.", "F'dan il-qasam irid jagħti sehmu kulħadd u nappella lin-naħa l-oħra biex ma tużax il-propaganda biex tinganna għaliex il-poplu għandu dritt ikun jaf il-verita'.", "Jiddispjaċini ngħid li t-taħwid fejn jidħol l-ambjent huwa fenominali u qabel nagħlaq nixtieq insemmi biss is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-PCCU - tista' tgħid li m'huwiex jiffunzjona - u allaħares kellha tinqala' xi diżgrazzja bħalissa fil-portijiet tagħna.", "Din hija s-serjeta' li biha tridu tmexxu lill- pajjiż?", "Dawn huma l-affarijiet li għandu jkun jaf il-poplu Malti.", "Nispera li l-poplu Malti u Għawdxi joqgħod jirrifletti ftit mhux biss fuq il-kwestjoni ta' l-ambjent imma fuq il-kwestjonijiet kolha tal-pajjiż u jara jekk dak li għedt jien huwiex minnu jew le.", "Sfortunatament il-gvern Nazzjonalista lill-poplu Malti qed jurih id-debba u jqabbiżlu l-ħmara għaliex b'dak li qed jagħmel qed jikkuljuna l-intelliġenza tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin għad-dispożizzjoni ta' l- oppożizzjoni issa skada u l-ħin kollu li għad fadal huwa għan-naħa tal- gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Chairman, meta wieħed jiġi biex jitkellem fuq il-qasam ta' l-ambjent, li huwa qasam pjuttost vast, irid jipprepara ruħu minn qabel x'ikun se jgħid.", "Pero' wara li smajt b'attenzjoni kbira x'kellha xi tgħid in-naħa l-oħra, ma nafx ikollix nikkummenta li dak li smajt dalgħodu juri li għandna oppożizzjoni li l-kritika tagħha hija tal- biki.", "Qed ngħid hekk għax ma nistax nifhem kif ċerti kwestjonijiet li jolqtu dan il-qasam baqgħu ma ssemmewx u nispjega aktar 'il quddiem x'qed nipprova ngħid.", "Il-qasam ta' l-ambjent ma jikkonċernax biss dan id- dipartiment imma jikkonċerna l-attivita' kollha fil-ħajja tal-bniedem.", "Ħafna drabi l-effett fuq l-ambjent ikun iktar ġej minn industriji oħrajn, kemm dawk governattivi u kif ukoll dawk privati, u biex nuri kemm il-gvern Nazzjonalista jieħu ħsieb l-ambjent se nsemmi l-kwestjoni tas-simenterija, xi ħaġa li ma ssemmietx miż-żewġ kelliema ta' l-oppożizzjoni fis-siegħa u nofs li damu jitkellmu.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien ma nibżax insemmi din il-kwestjoni u nħoss li l-ambjent li dejjem joħloq il-Partit Nazjonalista f'dan il-pajjiż huwa li ma joħnoqx il- parteċipazzjoni tal-pubbliku kollu, fosthom anke tal-kunsilli lokali, li twaqqfu mill-Partit Nazzjonalista bi pjan serju biex jagħtu l-kontribut tagħhom fl-oqsma kollha.", "F'qasam bħal dan il-gvern ma jistax jimponi id tal-ħadid għax għandek ħafna fatturi li jaħdmu kontra xulxin, fosthom il- fattur ta' l-iżvilupp u l-progress fil-pajjiż.", "Fil-fatt l-Onor Charles Buhagiar spiċċa d-diskors tiegħu billi qal li l-Partit Nazzjonalista fil- gvern irid jieħu ħsieb u jrid joqgħod attent għall-isfidi kbar u l-progress kbir li ġej fil-pajjiż.", "Allura x'għandna fil-pajjiż, staġnar jew progress?", "Qed nagħtu kas jew m'aħniex nagħtu kas ta' l-ambjent?", "Għadna ta' l- oppożizzjoni jridu jiddeċiedu kif se jagħmlu l-kritika tagħhom għaliex meta tagħsarha din tista' tpoġġiha fi ftit kliem, cioe' li m'aħniex nagħmlu biżżejjed.", "Imma fl-istess ħin kritika bħal din hija ġustifikazzjoni tax- xogħol li qed isir f'dan il-qasam.", "Mr Chairman, bdejt id-diskors tiegħi u għedt li quddiemna għandna oppożizzjoni tal-biki għar-raġuni li l-problema tiegħi hija li tant hawn attivitajiet għaddejjin - u jiena ċert li bħali tan-naħa l-oħra għandhom kopja tar-rapport annwali ta' dan id-dipartiment; veru li ħafna minnhom huma laqgħat u konsultazzjonijiet, imma dawn huma wkoll parti mill-proċess tax-xogħol li jrid iwettaq dan id-dipartiment - li f'din in-nofs siegħa ta' diskors mhux biss se jkolli ngħaġġel imma se jkolli naqbeż sezzjonijiet sħaħ ta' xogħol li qed isir minn dan id-dipartiment.", "Pero' dawn l-affarijiet ma ssemmewx min-naħa l-oħra u l-kelliema ta' l- oppożizzjoni pprovaw jaqbdu l-linja tal-kap tagħhom u ddefendew x'għamel gvern Laburista f'kull qasam fit-22 xahar li għamlu fil-gvern.", "M'iniex qed ngħid li huwa ħażin li wieħed jiddefendi dak li jkun għamel, imma ċertament aħna qegħdin ngħixu llum bl-isfidi tal-lum u bl-isfidi li ġejjin quddiemna.", "Mr Chairman, dan il-ministeru huwa responsabbli mix-xogħlijiet ta' infrastruttura u l-proġetti u jrid jara wkoll kif se jsolvi l-problema ta' waste management, li ċertament hija waħda mill-problemi li dan il-pajjiż se jkompli jiffaċċja, bħalma jiffaċċjaw pajjiżi oħrajn, minħabba d-densita' għolja tal-popolazzjoni u minħabba l-progress fil-qasam industrijali u fil- qasam turistiku, li ċertament it-tnejn li huma jiġġeneraw iżjed waste.", "F'paġna 100 tad-diskors tiegħu l-ministru tal-finanzi għamel enfasi fuq il- proġetti kapitali, fosthom dawk tal-Kottonera, ta' Manoel Island u Tigne', il-cruiseliner terminal u t-Lm3 miljun li se jintnefqu fuq il- proġett għat-trattament tad-drenaġġ.", "Barra minn hekk, jissemmew il- promenades turistiċi fin-naħa t'isfel ta' Malta - cioe' Marsascala, Birżebbuġa u Marsaxlokk - ta' Buġibba u l-bidu tal-proġett f'Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Kif diġa' għedt, dawn it-tip ta' proġetti mhux biss juru rabta ma' l-ambjent imma għandhom ukoll rabta mat-turiżmu, kemm dak li ġej minn barra u kif ukoll dak lokali, għax aħna lkoll nixtiequ li jkollna l- aħjar ambjent.", "U hawnehkk jien irrid nagħmel enfasi li ma narax differenzi kbar fil-policies li ġew adottati mill-Partit Laburista meta kien fil-gvern u dawk li qed jiġu adottati mill-gvern Nazzjonalista.", "Huwa tajjeb li f'dan il-qasam ikun hemm politika ta' kontinwita' għax anke minn dak li rajt fir-rapport jidher ċar li dan huwa dipartiment li qed jikber u jiżviluppa b'ħeffa kbira u għandu bżonn ta' tibdil fl-istrutturi.", "Fil- fatt ħafna mill-istrutturi f'dan id-dipartiment għadhom qed jibdew jiżviluppaw u x'imkien fir-rapport qrajt li d-dipartiment kellu xi diffikulta' għax ma kellux in-nutar tiegħu.", "Ċertament li dawn huma affarijiet li wieħed irid isemmihom biex juri kemm dan huwa dipartiment dinamiku, li qed jirrispondi għall-ħteġijiet tal-pajjiż minn ġurnata għal oħra, minn xahar għal ieħor u minn sena għal oħra.", "In-naħa l-oħra għamlet riferenza bl-iktar mod derogatorju dwar il- pożizzjoni tal-partit fil-gvern li jrid jidħol fl-Unjoni Ewropea vis-a-vis l-ambjent, pero' fuq dan l-aspett nitkellem iktar 'il quddiem.", "Se nibda mill-aspett legali, x'sar u x'naħseb li jista' jsir iktar f'dan il-qasam matul is-snin li ġejjin.", "Huwa veru li wieħed jista' jitkellem fuq l- investiment, in kwantu ta' flus, pero' ħafna drabi nafu li m'humiex il- flus biss li jtejbu l-kwalita' ta' l-ambjent imma hija l-kordinazzjoni li l-id ix-xellugija tkun taf x'inhi tagħmel l-id il-leminija.", "Aħna dejjem ngħidu li r-riżorsi ta' pajjiżna huma limitati imma jien nista' ngħid li f'kull qasam li ħdimt dejjem kellna r-riżorsi u fejn m'għandniex ir-riżorsi għandna l-kuntatti internazzjonali.", "Il-ġimgħa l-oħra kelli l-okkażjoni li nkun Franza fuq delegazzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa, flimkien mal-kollega tiegħi min-naħa l-oħra, l-Onor.", "Debono Grech, fejn rajna wieħed miċ-ċentri li qed jikkalabora mat-taqsima ta' l-ambjent, is-CEDRE ta' Franza.", "Jiena ngħid li r-riżorsi tagħna m'għandhomx ikunu limitati speċjalment fejn jidħlu riżorsi ta' consultancy u riżorsi ta' state-of-the-art technology għax illum għandna l-kuntatti u rridu nużawhom tajjeb.", "Mr Chairman, il- biża' tiegħi hi li ma nkunux kapaċi nagħmlu t-talbiet tagħna kif suppost ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ħafna drabi meta nitkellem man-nies tal-finanzi jgħiduli li ċerti dipartimenti ma jkunux nefqu il-budget li jingħatalhom għaliex ma jkunux kapaċi jagħmlu t-talbiet tagħhom kif suppost u kif jitlob il-protokoll.", "U din hija waħda mill-isfidi ta' l-uffiċjali fid- dipartimenti governattivi.", "Jien nemmen li l-impenn politiku żgur qiegħed hemmhekk u jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra, id-direzzjoni hija ċara għaliex aħna rridu li pajjiżna jkollu l-aħjar ambjent.", "Għaliex?", "Inutli li noqogħdu ngħidu li għandna economic growth u li għandna żieda fil-produzzjoni industrijali jekk meta niġu biex nieħdu l-mistrieħ tagħna fl-ambjent ta' madwarna - kemm l- ambjent fuq l-art u kif ukoll l-ambjent fuq il-baħar - ma nsibu xejn ħlief tkissir u tifrik.", "Għalhekk huwa fl-interess tal-kwalita' tal-ħajja taċ- ċittadini tagħna li aħna nimxu f'din it-triq u fid-direzzjoni li qed jagħti l-gvern.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt il-proġett tas-simenterija għaliex jien nemmen li dan m'huwiex adattat għal pajjiżna.", "Għalkemm nemmen li llum iż-żewġ partiti jimpenjaw ruħhom favur l-ambjent pero' rrid ngħid ukoll li fuq il-każ tas-simenterija l-partiti politiċi damu ftit ma ħadu stand li jkunu favur l-ambjent u rrid nammetti li kienu diversi pressure groups fil-pajjiż u diversi individwi li wrew sensittivita' lejn l-ambjent globali billi ressqu l-issues tagħhom favur l-ambjent.", "L-oppożizzjoni qalet li l-gvern Nazzjonalista jrid jinganna lin-nies pero' dan m'hu veru xejn għaliex il-gvern irid juri x'inhuwa l-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ħarsien ta' l-ambjent.", "Fil-fatt għad hemm diversi proġetti li jissemmew f'dan ir-rapport annwali li għadhom ma sarux u niddubita kemm se jsiru minħabba l-pożizzjoni li jista' jieħu d-dipartiment ta' l-ambjent u ma jkun fiha xejn ħażin li ma jintlaħaqx qbil fuq ċerti miżuri ta' xi proġett partikolari.", "Naħseb li l-iktar ħaġa importanti hija li jkun hemm diskussjoni b'saħħitha u intelliġenti fuq x'inhu l-aħjar u x'mhuwiex l-aħjar u fl-aħħar mill-aħħar jirbaħ il-metodu demokratiku ta' l-iktar opinjoni valida.", "Wieħed ma jiskantax li f'dan il-qasam tinqala' kontroversja u fil-fatt nisimgħu diversi opinjonijiet mill-istess xjenzati li jkunu jifhmu fil- qasam tagħhom.", "Per eżempju, dwar it-teknoloġija li għandha tintuża fl- immaniġġjar ta' l-iskart organiku kien hemm diversi opinjonijiet u ħafna drabi d-deċiżjonijiet jittieħdu skond l-aħħar teknoloġiji li jkunu available u jiddependi ħafna mit-tibdil li jkun qed isir.", "L-importanti huwa li aħna li qegħdin fil-politika nkunu sensittivi lejn dan it-tibdil u nimplimentaw dawk il-proċeduri li jkunu xjentifikament ipprovati u li jagħtu riżultat effiċjenti anke mil-lat finanzjarju.", "Mr Chairman, din is-sena wegħda elettorali oħra meta daħal fis-seħħ ir- regolament dwar l-insurance fuq l-armi.", "Ir-rapport annwali jsemmi l-clean air technology centre u jgħid li wieħed irid ikompli jevolvi n-national waste management strategy.", "Fil-fatt matul din is-sena stess saru avvanzi favur l-ambjent fejn jidħol l-iskart ta' l-isptarijiet u saret spiża kbira biex iċ-ċumnija fl-Isptar San Luqa ma tibqax tagħmel ħsara lill-ambjent.", "Dawn m'humiex affarijiet faċli li wieħed jista' jagħmilhom mil-lum għal għada, kemm minħabba ċerti practices u kif ukoll minħabba li tkun trid toffri alternattiva suret in-nies għat-tibdil li tkun qiegħed tagħmel, pero' mexjin fil-linja li nnaqqsu ċertu skart partikolari fl-isptarijiet li jitlob soluzzjonijiet partikolari.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li huwa importanti li jsir updating tal- liġijiet tagħna.", "Huwa veru li dan it-tibdil ma jridx isir biss għaliex irridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea imma jien inqis li huwa ta' vantaġġ li tkun qed tagħmel dan it-tibdil fil-liġijiet tagħna biex tilħaq l-għan li tissieħeb fil-qafas ta' l-Unjoni.", "Meta wieħed ikun qed jipprepara ruħu għal xi eżami jkun qed jirriforma ruħu waqt li jkun qed jistudja u meta jgħaddi mill-eżami sempliċiment ikollu konferma tax-xogħol li jkun għamel.", "L-istess ħaġa pajjiżna għaddej minn dan il-proċess ta' screening tal- liġijiet biex meta nidħlu membri nkunu nistgħu nħarsu lura lejn dan il- proċess b'sodisfazzjon.", "Mr Chairman, m'għandix ċans li nidħol fil-qasam tal-bio-diversita' u liema huma l-ispeċi protetti pero' huwa importanti li l-poplu tagħna jkun mgħarraf fuq il-wirt naturali ta' pajjiżna u m'huwiex biżżejjed li lit-tfal tagħna ngħallmuhom fuq il-ġiraffi, l-iljunfanti u l-annimali l-kbar għaliex aħna għandna wkoll siġar, pjanti, annimali u ħut li għandna bżonn nieħdu ħsiebhom.", "Jien nemmen li meta tkun tifhem fuq xi ħaġa u tkun mgħarraf fuqha tkun tista' tapprezzaha iktar u għalhekk inħeġġeġ lil dan id- dipartiment biex jagħmel dokumentarji u affarijiet oħra li jistgħu jilħqu l-maġġoranza tal-poplu ħalli l-poplu iktar konxju mill-ambjent ta' madwaru u jkun jista' japprezzah iktar.", "Huwa veru li l-figura ta' xummiemu hija importanti ħafna għat-tfal tagħna pero' rridu noħolqu iktar metodi effettivi ħalli wieħed verament jibda jifhem u jibda jaċċetta għaliex ċerti affarijiet m'għandhomx isiru, sija jekk ikun proġetti fuq l- art u sija jekk ikunu proġetti fil-baħar.", "Kif kont qed ngħid, huwa importanti li l-liġijiet tagħna jiġu updated biex ikunu in line mal-massa tal-liġijiet li għandha l-Unjoni Ewropea, li żgur m'għamlithomx b'kapriċċ.", "Nafu li ċerti pajjiżi, speċjalment dawk tan- naħa ta' fuq ta' l-Ewropa, għandhom rispett kbir lejn in-natura.", "Forsi xi ħadd jgħidli li l-aspett naturali f'dawn il-pajjiżi huwa ħafna ikbar minn dak li nsibu f'pajjiżna u hawnhekk forsi fejn naqbel ftit mal-linja li kultant tieħu l-oppożizzjoni meta tgħid li l-ewwel irridu naraw l-interessi tagħna.", "Huwa veru li aħna ma nistgħux inwarrbu ħafna tradizzjonijiet li għandna f'pajjiżna imma jekk nibdew minn issa nedukaw lit-tfal tagħna - per eżempju, m'huwiex sewwa li jinqabdu ċerti għasafar għax dawn għandhom il-pattern tal-migration tagħhom; anke ċerti annimali li jkunu fi stat ta' riproduzzjoni m'għandhomx jinqabdu f'dak iż-żmien - inkunu qed nagħmlu ġid kbir lill-ambjent ta' pajjiżna.", "Naħseb li meta wieħed ifiehem u jispjega, jiġbed lejh dik is-sezzjoni li tkun qed turi reżistenza u li tħares lejn ċerti konvenzjonijiet bħala xkiel.", "Irridu nifhmu li ċerti konvenzjonijiet, bħalma hija l-konvenzjoni ta' Berna, jiġu ffirmati għall-ġid tal-fawna u l- flora, ħalli l-ambjent naturali jkompli jitgawda minn uliedna.", "Barra minn hekk, illum nafu kemm qed isiru studji fuq il-ġenetika għaliex ma nafux x'potenzjal jistgħu jkollhom dawn l-ispeċi.", "Kull speċi li tiġi estinta tintilef darba għal dejjem u jista' jkun li jkun hemm xi speċi ta' pjanti jew annimali li jistgħu jservu lill-bniedem fil-ġlieda tiegħu kontra l- mard u problemi oħra relatati mas- saħħa u allura rridu nifhmu iktar kemm għandna bżonn nieħdu ħsieb dan il-wirt.", "Wieħed mill-oqsma li dan id-dipartiment iħares lejh b'mod iktar ħolistiku huwa l-qasam tar-riservi naturali, siti naturali u l-habitat.", "Id- dipartiment ta' l-ambjent juri ċertu sensittivita' favur l-ambjent meta jkunu qed isiru ċerta attivitajiet fil-pajjiż, bħalma huwa l-filming, li jista' jkollu impatt fuq l-ambjent.", "Fil-fatt meta jkun qed jinġibed xi film hawn Malta jsiru inspections min-naħa ta' l-ambjent biex ma ssirx ħsara fuq l-ambjent u f'ċerti każi anke ttieħdu ċerti miżuri waqt il- filming proper.", "Aħna nixtiequ li l-industrija tal-films tkompli tiżviluppa, għaliex b'hekk inkunu qegħdin nirreklamaw l-ambjent permezz taċ- ċinema, pero' huwa wkoll fl-interess ta' l-istess industrija tal-films li l- ambjent jibqa' sabiħ u għalhekk wieħed irid jara li jkun hemm simbiosi bejn iż-żewġ attivitajiet u mhux waħda taħdem kontra l-oħra.", "Naħseb li din hija d-direzzjoni li trid tingħata minn fuq pero' huwa importanti wkoll li wieħed jara x'ikun mixtieq mil-partijiet involuti għaliex, kif diġa' għedt, għalkemm ħafna drabi l-parir tekniku huwa importanti - u nneħħi l- kappell lil min hu tekniku f'dan il-qasam u rrid nisma' l-veduti ta' kulħadd b'attenzjoni kbira - irridu naraw min se jintlaqat minn attivitajiet bħal dawn u kif se jiġi affettwat l-ambjent.", "Mr Chairman, f'dan ir-rapport jissemma wkoll l-eco-tourism.", "Huwa veru li m'għandniex foresti u muntanji imma ċertament li t-turist li jżur pajjiżna jista' jsib xi ħaġa li tinteressah f'din iż-żona Mediterranja.", "Tissemma wkoll il-land desertification u l-land degradation li qed issir mal-Mediterran kollu, u peress li parti sostanzjali ta' l-art f'Malta hija diġa' mibnija, jagħmel tajjeb id-dipartiment li jkompli jħares ambjenti speċifiċi, speċjalment il-widien li jissemmew f'dan ir-rapport, bħal Wied Ħażrun, Wied Għollieq, Wied Blandun, Borg in-Nadur f'Birżebbuġa, il-Balluta f'Marsaxlokk u l-visitors centre fis-Simar.", "Nieħu pjaċir ninnota wkoll li qed isir ħafna xogħol biex diversi speċi ta' siġar, pjanti u annimali jerġgħu jiġu integrati fl-ambjent naturali ta' pajjiżna għaliex ħafna minnhom huma endemiċi għal pajjiżna.", "Jien naqbel ukoll li kemm jista' jkun nibdew proċess biex inneħħu dak li m'huwiex parti mill-flora u l-fawna Maltija għax la m'huwiex parti minn dak l-ambjent ekoloġikament ma jagħmilx sens u ħafna drabi jista' jagħmel anke ħsara.", "Din hija d-direzzjoni li għandu jagħti l-gvern f'dan il-qasam.", "Nixtieq nara iktar siġar jitħawlu għax nemmen li dawn mhux biss isebbħu l- pajjiż imma jaffettwaw il-livell ta' ilma li jinżamm fil-ħamrija u inqas ħamrija tinġarr fil-baħar.", "Nixtieq li d-dipartiment ta' l-ambjent, flimkien mad-dipartiment ta' l-agrikoltura, ikollu iktar saħħa fi ħdan il- kabinett ħalli jkun jista' jwettaq din il-ħidma.", "Meta insemmi dawn l- affarijiet dejjem jiġini f'moħħi l-Israel li rnexxilu jdawwar id-desert tan- Negev f'art għammiela.", "Aħna n'għandniex għalfejn noqogħdu ngergru li għandna ftit art jew li m'għandniex ħamrija għaliex ħamrija u ilma għandna, u kif għedt iktar kmieni fid-diskors tiegħi, nistgħu nġibu konsulenza mill-Unjoni Ewropea biex ir-riżorsi li għandna jintużaw b'mod aħjar.", "Mr Chairman, qed isir ukoll ħafna xogħol fuq pollution control u qegħdin naħdmu ma' ċentru fi Franza - li huwa kważi uniku anke f'dak il- pajjiż enormi - li lest jgħinna nagħmlu pooling tar-riżorsi tagħna.", "Jien nemmen ukoll li jista' jsir użu aħjar mir-riżorsi fl-universita', fid- dipartimenti u f'entitajiet mhux governattivi u volontarji, li ħafna drabi ma jkollhomx il-finanzi imma jkollhom nies li jistgħu jagħtu l-ħin tagħhom.", "F'dan ir-rapport tissemma wkoll bħala waħda mill-prijoritajiet il- ħidma li qed issir biex titnaqqas l-air pollution.", "Ma niddejjaqx ngħid, allavolja minn din in-naħa tal-Kamra, li kont diżappuntat li f'dan il- budget ma saritx diskriminazzjoni pożittiva dwar l-użu tal-petrol mingħajr ċomb.", "Nafu li l-petrol biċ-ċomb huwa sors ta' inkwinament li jista' jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem billi jżidlu l-livell ta' ċomb fid-demm u nispera li 'l quddiem jinstab rimedju għal dan.", "Jien nixtieq nara li fejn jidħol l-ambjent ikollna politika nazzjonali li tintlaħaq b'consensus bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex fejn jidħol l-ambjent la jeżisti gvern blu u lanqas gvern aħmar.", "Huwa importanti li f'dan il-qasam ikun hemm programmi fit-tul - m'iniex qed ngħid li x-short-term jew medium-term plans m'humiex bżonjużi wkoll - għaliex pajjiżna wasal fi stat ta' żvilupp avvanzat ħafna u naħseb li issa wasal iż-żmien li nroddu lura lill- ambjent dak li ħadnilu għal tant snin.", "Qabel nagħlaq nixtieq insemmi wkoll il-countryside, fejn insibu l-ħitan tas-sejjieħ li jien inqishom wieħed mir-riżorsi verament sbieħ ta' pajjiżna.", "Fil-fatt bi pjaċir ninnota li mal-gvern ġie rikonoxxut il-grad ta' bennej f'dan il-qasam għaliex il-bini tal-ħitan tas-sejjieħ mhux biss iservi biex isebbaħ l-ambjent imma huwa mod prattiku ta' kif nistgħu nutilizzaw ir-riżors tal-ġebla tal-gagazza, li tifforma l-ħajt tas- sejjieħ, li huwa tant tipiku għal pajjiżna.", "Jien naħseb li jekk nippreservaw u nżidu l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ u nkomplu nħawlu siġar Maltin, bħall-ballut, iż-żnuber, il-ħarrub, ir-rummien, il-lewż u siġar oħrajn, l-ambjent f'pajjiżna jkompli jisbieħ.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi. aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, l-ewwelnett irrid nirringrazzja lill-membri miż-żewġ naħat tal-Kamra li ħadu sehem f'dan id- dibattitu fuq qasam li jidher li lkoll naqblu li huwa wieħed kruċjali għal pajjiżna.", "Ilkoll nifhmu li r-responsabbiltajiet tal-ministeru għall- ambjent jestendu 'l hinn minn dak kollu li jolqotna fil-ħajja tagħna ta' kuljum, kemm jekk nieħdu d-definizzjoni ta' ambjent b'mod limitat, kif jaffettwalna l-kwalita' tal-ħajja tagħna, u kif ukoll jekk inħarsu lejn id- definizzjoni tal-ministeru bir-responsabbiltajiet li għandu, li jinkludu t- taqsima tax-xogħlijiet pubbliċi u l-proġetti kapitali.", "Imma ħalli nibda billi nirrispondi għall-kummenti li saru mill-Onor.", "Buhagiar u l-Onor.", "Mizzi.", "Irrid ngħid li apprezzajt ukoll il-kummenti ta' l-Onor.", "Agius, b'mod partikolari fuq il-qasam ambjentali.", "L-Onor.", "Buhagiar qasam l-intervent tiegħu f'ħames oqsma u beda biex irrifera għall-istormwater.", "Naħseb li huwa evidenti li dan il-qasam jeħtieġ impenn totali mid-diversi players li huma nvoluti f'dan il-qasam.", "L-Onor.", "Buhagiar fost l-oħrajn semma l-kunsilli lokali u l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Naturalment bil-liġi li waqqfet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u anke b'regolamenti taħt dik l-istess liġi, illum player importanti ħafna fuq l-istormwater management bilfors trid tkun il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Jekk irridu li fil-pajjiż mhux biss nipprovaw niddevjaw l-ilma mit-toroq tagħna biex ma jkollniex flooding fit- toroq, imma nipprovaw li f'xi każi jsir anke użu mill-ilma li jinġabar b'dan il-mod, naturalment il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha rwol kbir f'dan is-sens.", "Fil-fatt dan ix-xogħol mill-korporazzjoni kien isir fi żmien gvern Laburista preċedenti u għadu jsir issa permezz ta' l- istess konsulent għat-tfassil ta' l-istormwater masterplan.", "Skond avviżi riċenti li dehru fil-gazzetti nafu wkoll li l-korporazzjoni beħsiebha jkollha anke konsulenzi akbar f'dan is-settur.", "U hawnhekk irrid ngħid li jien ma naqbilx mal-kumment li għamel l-Onor.", "Buhagiar meta b'riferenza għas-Sur Joe Farrugia qal li żarmajna knisja biex poġġejnih f'oħra meta neħħejnih mill-istormwater systems management unit u bgħatnih fis-sezzjoni tat-tindif għaliex fil-fatt dan ma kienx il- każ.", "Meta twaqqfet is-sezzjoni għal ambjent iktar nadif, aħna dehrilna li kien jagħmel sens li tiġbor f'post wieħed il-ħaddiema li kienu responsabbli mill-istormwater u titfa' magħhom nies oħra li jkunu aktar fuq xogħol ta' tindif taħt id-direzzjoni ta' l-istess persuna.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Buhagiar żgur jara li jagħmel sens li jkollok din ir- rabta bejn in-nies li huma responsabbli mit-tindif madwar il-pajjiż kollu u n-nies li huma responsabbli mill-manutenzjoni tas-sistemi li għandna madwar il-pajjiż kollu, bħal culverts, għaliex meta dawn is-sistemi jkunu miżmuma tajjeb ifissru ambjent iktar nadif.", "Pero' huwa importanti li nagħrfu li f'dan il-qasam irid ikun hawn ownership ċar u ma nistgħux nibqgħu naħsbu li n-nies ta' dan il-unit jistgħu jirriżolvu kull problema ta' flooding immaġinabbli.", "Kultant issir ċerta kritika fis-sens li jkun hawn min jassumi li f'pajjiżna jkollna dak it-tip ta' temp li kellna dan l-aħħar matul l- istaġun tax-xitwa kollha u allura jibda jgħid li suppost għandna xi sistema ta' mini taħt it-toroq tagħna kollha biex il-volum ta' ilma tax- xita jinġabar mill-ewwel u preferibbilment jintuża għal xi sistema ta' second-class water mingħajr ma jinħela xejn u kollox isir b'mod awtomatiku!", "Bir-rispett kollu, jien ngħid li meta jkollok t-tip ta' maltemp li kellna dan l-aħħar - u hawnhekk nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għax-xogħol li wettqu l-ħaddiema tal-unit għall-ambjent nadif għax naf b'liema impenn personali ħadmu u d-diffikultajiet li ħadmu fihom fis- sigħat twal ta' fil-għaxija fejn taw l-għajnuna tagħhom anke waqt il- maltemp - trid tintervjeni kif tista' f'dawk iċ-ċirkostanzi u ma tistax tgħid li tagħmel kemm tagħmel xita anke jekk tagħmel b'mod straordinarju, aħna se nkunu iktar bravi mid-dinja kollha u dak l-ilma se niġbruh mill- ewwel.", "Naħseb li l-aħbarijiet ta' barra lkoll kemm aħna narawhom u naraw l-effett tal-maltemp fuq pajjiżi oħrajn u nafu li f'pajjiżna nieħdu ħafna miżuri biex nagħtu r-rimedji kollha li nistgħu.", "Naturalment wieħed irid jiddistingwi bejn maltemp straordinarju u maltemp regolari li jkollok skond il-klima tagħna u nifhem li wieħed irid jippjana b'dak il-mod pero' wieħed irid jagħmel ukoll il-pjani tiegħu fuq bażi ta' ppjanar serju u realistiku.", "F'dan l-istadju partikolari nixtieq nirriferi wkoll għad-dipartiment tad- drenaġġ, li ssemma mill-oppożizzjoni b'mod partikolari, minħabba l-famuża taxxa ta' Lm24 sena li kien għamel il-gvern ta' qabel u li kienet se tolqot il-parti l-kbira tal-familji Maltin u mhux kif intqal li ħafna mill- familji kienu se jħallsu bir-rata ta' Lm3 jew Lm9 fis-sena għax dawk kienu verament numru żgħir.", "Donnha li l-oppożizzjoni qed jiddispjaċiha li aħna neħħejna din it-taxxa anti-soċjali minn fuq il-familji Maltin.", "Pero' f'dan l-istadju rrid nagħmel riferenza għad-dipartiment tad-drenaġġ f'sens ieħor għaliex f'dan il-pajjiż għandna fattur ieħor li jmur kontra r-regolamenti u l-liġijiet ta' pajjiżna fejn għalkemm is-sistema tad-drains li tiġbor l- ilma tax-xita minn fuq il-bjut tagħna jew anke f'partijiet oħra tal-bini tagħna suppost hija komunikata direttament għat-triq jew komunikata b'mod differenti anke b'overflow tal-bjar, issa daħlet it-tendenza li kulħadd jikkomunika mas-sistema tad-drenaġġ u allura s-sistema tad-drenaġġ fil- pajjiż mhux biss qed tkopri l-flow normali tad-drenaġġ skond in-numru ta' units fit-triq, f'belt jew raħal u skond l-iżvilupp li jkun qed isir - għaliex jekk jiżdied il-bini, jekk jiżdiedu l-lukandi, jekk jiżdiedu ristoranti u faċilitajiet oħra, trid tagħmel l-upgrading tas-sistema - imma donnu hawn il-mentalita' li din is-sistema trid tiġbor l-ilma kollu tax-xita mill-bjut, dak li jfur mill-bjar u kollox irid imur f'sistema waħda.", "Ħalli nagħti eżempju sempliċi.", "Jekk tkun qed tgħaddi ilma f'reċipjent li jkollu drain għalih bħalma huwa sink fid-dar u f'daqqa waħda tibda tiftaħ il-viti kollha għal ġo fih, se jkollok overflow għas-sempliċi raġuni li d-drain tiegħu ma jkunx jista' jlaħħaq mal-volum ta' ilma li jkun ġej.", "Issa kull sistema taħdem b'dan il-mod u għalhekk huwa importanti li nirrikonoxxu li ma nistgħux nirriżolvu anke dak li qed isir kontra r- regolamenti fil-pajjiż.", "Mr Chairman, apparti li l-unit għal ambjent aħjar baqa' jagħmel xogħol ta' manutenzjoni ta' culverts, xogħol ta' manutenzjoni fit-toroq arterjali u inħawi oħra pubbliċi, inklużi xogħlijiet konnessi mas-sistemi ta' l-ilma tax-xita, irrid niftaħar li bl-iskop li nipprovdu servizz ta' indafa dan il-unit ġdid twaqqaf b'mod permanenti.", "L-esperjenza ta' l- ewwel xhur ta' dan il-gvern, li naħseb hija wkoll l-esperjenza ta' l- Onor. Buhagiar, turina li hemm bżonn bidla fil-mentalita' tal-poplu tagħna għaliex ma jistax ikun li nipprovaw innaddfu l-pajjiż biex jidher aħjar u kif appena jitlesta x-xogħol ta' tindif f'temp ta' ftit sigħat ikun hemm min b'irresponsabilita' kbira minflok iċempel għas-servizz b'xejn tal-bulk refuse jaqbad u jitfa' saqqijiet u bċejjeċ ta' għamara f'postijiet li jkunu għadhom kemm ġew imnaddfa, boroż ta' l-iskart jintefgħu 'l hemm u 'l hawn meta hemm ħinijiet speċifiċi meta dawn jinġabru u skart ta' terrapien u materjal ieħor ta' kostruzzjoni minflok jittieħed il-Magħtab jintrema fi bnadi oħra.", "Aħna naqblu li hemm bżonn leġislazzjoni iktar iebsa u iktar enforcement u fil-fatt jien kelli laqgħat ma' uffiċjali tal-pulizija f'dan is-sens.", "Irrid ngħid li ħafna drabi qed ikun hemm uffiċjali tal-pulizija jassistu lin-nies tal-unit għal ambjent nadif fil-ħidma tagħhom fil-għaxija għaliex donnu li jekk tibda tinforza dak li huwa l-iktar elementari f'daqqa waħda xi ħadd jaħseb li qisek qed tagħmel xi ħaġa ħażina.", "Ħalli nispjega iktar ruħi.", "Jekk xi ħadd ikun se jorganizza disco jew xi ħadd ikun irid jipprovdi xi servizz isib postijiet pubbliċi bħalma huwa t- tunnels ta' Santa Venera u jaqbad u jwaħħal l-avviżi u jagħmel free advertising mingħajr ma jimportah li qed iħammeġ l-ambjent!", "Se nirrakkonta każ ieħor fejn żewġ persuni, kompetituri ta' xulxin kienu jwaħħlu reklami dwar xi servizz ta' ħitan fuq il-fil u naturalment in- nies tagħna kienu jmorru fil-għaxija bi pressure bowsers biex jaqilgħu dawn ir-reklami.", "Fil-fatt kieku l-pulizija ma ntervjenitx fil-ħin biex tieħu passi kontra min ried jippersisti b'dan l-abbuż il-każ seta' ħa xejriet iktar serji għaliex mid-dehra dawn iż-żewġ kompetituri bdew jaħsbu li l- azzjoni kienet qed issir minnhom stess billi wieħed jaqla' l-posters ta' l- ieħor!", "Din il-mentalita' trid tinqata' pero' biex tinqata', il-ħidma tagħna trid tkun kontinwa.", "Dan il-unit għal ambjent nadif twaqqaf bl-iskop li jaħdem b'mod regolari speċjalment fit-toroq prinċipali tagħna, f'toroq ta' importanza u ta' interess turistiku, jiġifieri m'hijiex se tkun a one-off campaign.", "Minn hawn nixtieq insellem lil dan il-unit li jħaddan fih iktar minn 200 ħaddiem għax-xogħol li qiegħed jagħmel pero' ma jistax ikun li jkollok lil dawn il- ħaddiema qed inaddfu lil pajjiż u mbagħad il-kumplament tal-pajjiż qiegħed hemm biex iħammeġ!", "Jien ngħid li l-involviment tal-kunsilli lokali huwa importanti u naqbel ukoll li jekk hemm bżonn ta' leġislazzjoni iktar stretta ssir ukoll pero' l-liġijiet eżistenti jridu jiġu inforzati.", "Kien hemm uffiċjali tal-pulizija li tkellmu miegħu b'mod frank - u m'iniex se ngħid dawn l-affarijiet biex nitfa' xi dell ikrah fuq xi ħadd jew biex ngħid li huwa tort tal-korp tal-pulizija imma din hija mentalita' li ilha teżisti f'pajjiżna - u qaluli li l-Litter Act l-iktar li tiġi inforzata meta jkun hemm xi pulizija tat-traffic li jagħti xi ticket lil xi driver għaliex ikun kiser ir-regoli tat-traffiku u min-naħa tiegħu d-driver jissupervja ma' l-uffiċjal tal-pulizija u jwaddab il-karta ma' l-art u l- pulizija jerġa' jagħmillu ċitazzjoni għaliex ikun kiser il-Litter Act, forsi iktar għaliex ikun affettwalu s-sens ta' irġulija tiegħu.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet mhux biex innaqqas b'xi mod mill-importanza tagħhom imma biex nenfasizza li l-inforzar tal-liġijiet eżistenti jrid isir u rridu nagħtu s-sehem tagħna b'mod nazzjonali jekk irridu nsolvu din il-problema u rridu li dan il-unit ikompli bil-ħidma tiegħu.", "Fost xogħol ieħor, il-unit għal ambjent nadif naddaf 12-il kilometru ta' culverts u se jibqa' jipprovdi dan is-servizz anke lill-kunsilli lokali pero', kif qal anke l-Onor.", "Buhagiar stess, il-kunsilli lokali ma jistgħux jassumu li dan m'huwiex xogħol tagħhom imma għandhom jagħtu l- lista lil dan il-unit li jagħmel il-prijoritajiet tax-xogħol li jkun irid isir u jekk ikun hemm xi spejjeż, il-kunsilli lokali jħallsu biex issir il-manutenzjoni minn dan il-unit.", "Barra minn hekk, dan il-unit biddel 350 slab, sewwa u naddaf 1,421pit, neħħa ħaxix ħażin minn 85 kilometru tul ta' toroq, naddaf bl-idejn 90 kilometru tul ta' toroq u b'makkinarju mekkaniku naddaf 52 kilometru tul ta' toroq, b'kordinazzjoni mad- dipartiment tat-toroq għamel 118-il kilometru ta' sinjali tat-toroq bl- użu ta' makkinarju, sewwa 166 central strip, mela 1,206 ħofra - iktar tard nitkellem fuq il-ħofra ekonomika - u fil-jiem li għaddew sewwa ħsarat ikkaġunati mill-maltemp li laqat lil pajjiżna.", "U minn hawnhekk jien nixtieq nirringrazzja lil dawk il-ħaddiema li marru taħt pontijiet strateġiċi f'Ħal Qormi, il-Marsa, l-Imsida u f'toroq oħra biex neħħew materjal li kien qed joħloq inkonvenjent għat-traffiku, neħħew min-nofs ġebel ta' ħitan ta' sejjieħ li twaqqgħu bil-maltemp u saħansitra f'każ minnhom kellhom jintervjenu biex ineħħu karozza li kienet maqbuda taħt wieħed minn dawn il-ħitan tas-sejjieħ li waqgħu.", "Barra minn hekk, matul din is-sena dan il-unit kompla jagħmel xogħol marbut ma' stormwater fi Pjazza San Ġakbu f'Ħaż-Żabbar, għamel sistemi simili fi Triq Santa Liena u fi Triq San Franġisk f'Tas-Sliema, f'Kennedy Drive fis-Salina, fi Triq Sant'Anna f'Wied il-Għajn u fi Triq l-Erba' Mwieżeb fil-Qawra u se jibda wkoll it-tieni fażi ta' tħaffir ta' mina għall- ilma tax-xita bejn Triq Birkirkara u t-Telgħa ta' Birkirkara f'San Ġiljan.", "Irrid ngħid ukoll li dan il-unit jikkalkola li qala' madwar 1,200 posters u streamers li twaħħlu minn nies irresponsabbli.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Buhagiar meta qal li hemm bżonn iktar enforcement u dak kien l-appell tiegħi lill-uffiċjali tal-pulizija pero' lanqas nippretendi li Malta ssir police state b'pulizija f'kull kantuniera biex jara li ħadd ma jarmi l- iskart barra jew li ħadd ma jwaħħal posters fejn mhux suppost.", "Jien nittama li meta jibdew jiffunzjonaw il-local wardens li se jkunu miġbura b'mod reġjonali l-enforcement jiżdied iktar.", "Fil-fatt il-penali li se jinġabru taħt din is-sistema ta' inforzar taħt il-Litter Act se jgħaddu għand l-istess kunsilli lokali permezz ta' tribunali li se jitwaqqfu s-sena d-dieħla.", "Mr Chairman, saritli domanda dwar il-proġett ta' Ħal Qormi.", "Jien ninsab informat li ħarġet tender biex isir culvert fir-roundabout u crossing iktar 'il fuq biex l-ilma ma jasalx sar-roundabout.", "Rigward il- proġett ta' l-istormwater f'Birkirkara, irrid ngħid li waħda mid-djar kienet twaqqgħet u mhux tħallew it-tnejn kif intqal mill-Onor.", "Buhagiar u d-dar l-oħra għadha ma twaqqgħetx għaliex il-pjanti dwar x'se jiġri minn dan il-bini li saru mill-kunsill lokali ta' Birkirkara bil-kollaborazzjoni tat-taqsima xogħlijiet flimkien ma' l-awtorita' tad-djar qegħdin għall- approvazzjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Fil-fatt dan il-proġett jipproponi li l-bini li jitwaqqa' jkun sostitwit b'bini ieħor għal skop residenzjali pero' li jkun kostruwit b'mod li l-flow ta' l-ilma tibqa' għaddejja u l-problema tiġi eliminata.", "Huwa veru li dan il-proġett forsi m'huwiex se jsir fit-terminu oriġinali kif kien ippjanat pero' nafu wkoll li ċertu xogħol ma jistax isir mingħajr il-permess ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "U hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li b'riferenza għal dak li qal l-Onor.", "Buhagiar fuq il-proġett ta' embellishment f'Buġibba jien qatt m'għidt li m'għandniex nagħmlu l-isforzi kollha biex il-proċess ta' l-ippjanar ikun wieħed iktar mgħaġġel u naħseb li għada fid-diskussjoni ta' l-estimi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar żgur se jissemma li l-gvern qed jieħu miżuri konkreti f'dan ir-rigward.", "Mr Chairman, se ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-problema ta' l-iskart f'pajjiżna.", "L-ewwelnett ma nistax naċċetta li nibqa' nisma' l-istess kritika min- naħa ta' l-oppożizzjoni, li żgur m'hijiex ġustifikata, li meta sar l- istrajk mill-koperattiva ta' l-indafa pubblika, il-gvern dam ma rreaġixxa.", "Dan assolutament m'huwiex minnu.", "Il-gvern kien ħa azzjoni mill-ewwel minkejja li mingħajr ebda spjegazzjoni ta' xejn - u fil-fatt sal-lum għadna ma nafux x'kienet ir-raġuni u forsi jekk tingħata fil-futur nipprova nifhimha - f'daqqa waħda l-GWU tat direttiva lin-nies li huma impjegati biex jiġbru l-iskart biex ma joħorġux bħala strike-breakers!", "Imbagħad donnha tħajret ukoll il-UĦM u tat direttiva lill-impressed drivers pero' minkejja dan kollu b'għajnuna ta' ħaddiema li fehmu li f'dak kien il-mument kellhom jagħtu sehemhom favur il-pajjiż, f'qilla ta' sajf li kieku ma ħadniex il-miżuri li ħadna seta' jkun hawn problemi gravi għal pajjiżna, bl- għajnuna tal-membri tal-forzi armati ta' Malta u bl-għajnuna tal-membri tal- pulizija li taw is-sehem sħiħ tagħhom - u llum minn hawnhekk irrid nirringrazzja lil dawn il-ħaddiema kollha - il-gvern mhux biss ta rimedju għall-ġbir ta' l-iskart imma ironikament matul l-istrajk inġabar iktar milli jinġabar meta ma jkunx hemm strajk.", "Forsi r-raġuni għal dan kien li l-ħaddiema taw sehemhom bis-serjeta' jew forsi għaliex waqt l-istrajk kien hemm elementi fil-pajjiż - m'iniex qed nitfa' lil kulħadd f'borża waħda - li minflok ħarġu inqas skart ħarġu iżjed!", "Pero' ħalli nkompli issa fuq il-kwestjoni ta' l-istrateġija kollha ta' l-immaniġġjar ta' l- iskart.", "Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Buhagiar, jien ma nistax naqbel miegħu meta jgħid li jien l-pjan kien tlesta fi żmien il-gvern preċedenti u kulma kelli nagħmel kien li nimxi fuqu għaliex assolutament dan ma kienx il-każ.", "Per eżempju, dwar il-problemi ta' l-irwejjaħ li kienu joħorġu mill- impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant'Antnin waqt il-proċess tal-fermentazzjoni kien ġie deċiż li waqt dan il-proċess jinġabar l-iskart u jitpoġġa f'boroż issiġġilati tawwalin u l-problema ta' l-irwejjaħ f'ċertu sens nistgħu ngħidu li tiġi ttrattata b'dan il-mod.", "Jiena ma ngħidx li hija riżolta b'mod komplut b'dan il-mod għax naħseb li l-Onor.", "Buhagiar jaqbel miegħi li għall-pajjiż b'mod nazzjonali jeżistu sistemi industrijali iktar avvanzati, li l-unit cost tagħhom huma aħjar u sistemi li jużaw inqas spazju għaliex issa spiċċajna li b'dawn il-boroż imlejna l-area kollha ta' l-impjant ta' Sant'Antnin u kellna nqiegħdu wħud minnhom f'Wied Fulija u fil-Magħtab.", "M'iniex qed ngħid li bħala miżura temporanja hija ħażina u naturalment aħna se nkomplu b'din is-sistema.", "Pero' ma jagħmilx sens li l- Onor. Buhagiar jiġi jgħid li jien ma kelli xejn x'nagħmel għax sibt il- boroż ta' l-ecopod u għax beda jsir il-pjan biex jintużaw xi barrieri - għalkemm ma semmihiex direttament imma nifhem li din kellu f'moħħu - għat- tfigħ ta' terrapien għaliex nafu li fil-prattika ma ġara xejn minħabba li qamu ħafna kwestjonijiet dwar min għandu jagħmel il-management ta' tfigħ ta' terrapien fil-barrieri, fosthom jekk dan għandux isir mis-sid tal- barriera u jekk isir minnu, f'liema spiża amministrativa jrid jidħol u kemm irid per unit biex jagħmlu u jekk iridx ikun hemm xi sorveljanza fuqu.", "Faċli li tgħid li t-80% ta' l-iskart fil-pajjiż li ġej mis-settur tal- kostruzzjoni - u s-sena li għaddiet kellna iżjed li ġie minn dak is-settur u dan jirrifletti li kien hemm iktar attivita' fis-settur tal-kostruzzjoni - jintefa' fil-barrieri li ma jintużawx u tispera li xi darba jiġu riabilitati.", "Dan jagħmel sens biss jekk verament it-terrapien jibqa' biss terrapien u ma jintefax miegħu materjal ieħor bħal fridges jew materjal ta' xi sistema ta' dawl li jinqala' meta jitwaqqa' xi bini għaliex f'dak il- każ għandek ir-ram jew xi prodotti oħrajn li qed jitħalltu mat-terrapien - anke jekk dan ma jsirx b'xi intenzjoni malizzjuża - u l-barriera ma tibqax tajba għax kif jaf l-Onor.", "Buhagiar ħafna mill-barrieri tagħna qegħdin fuq il-livell tal-water-table tal-pajjiż u allura jistgħu jinħolqu problemi kbar.", "Allura trid tiddeċiedi jew li din il-barriera tkun kontrollata b'mod assolut u jekk jista' jkun b'sorveljana mill-gvern jew inkella tkun landfill sanitarja li għaliex tkun lined il-materjal mħallat ma joħloqx problemi.", "Issa l-esperjenza li kellu l-gvern preċedenti, li ma rnexxilux jattwa dan il-pjan, u l-esperjenza ta' dan il-gvern urewna li dan il-proġett ma jistax isir mis-sidien tal-barrieri waħedhom, anke jekk ikun hemm l-iktar intenzjonijiet tajba immaġinabbli u allura llum aħna qed nipproponu lis-sidien tal-barrieri li l-landfill tkun kontrollata min-nies tal-gvern u allura l-unit rate irid jonqos għax issa m'għandhomx għalfejn jirkupraw l-ispejjeż ta' l-amministrazzjoni biex jagħmlu użu mill-barriera u b'dak il-mod xorta jitħallsu ta' l-użu ta' dik il-barriera u meta l- barriera timtela u tiġi riabilitata billi jsir ġnien fuqha jew xi ħaġa oħra naturalment il-proprjeta' tibqa' tas-sid tal-barriera.", "Fil-fatt qed nipprovaw naħdmu dan il-pjan ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex din l- istrateġija titwettaq, pero' s-soluzzzjoni m'hijiex biss li sempliċement inkomplu nsibu l-boroż biex nisiġġilaw l-iskart domestiku li jidħol fl- impjant ta' Sant'Antnin, parti mit-terrapien nkomplu nitfgħuh fil-barrieri u nżidu l-fee biex indaħħlu xi forma ta' polluter pays principle għaliex dawn huma biss sintomi żgħar minn issue li hija ferm iktar komplessa.", "Bħalma ngħid fid-diversi laqgħat li jkolli - u forsi jixraq li għall- ewwel darba nirripeti l-argument hawn ġew - meta nitkellmu fuq strateġija ta' l-iskart irridu nammettu li din hija strateġija fejn għandek sensiela ta' components u qabel ma narawhom interrelated ma' xulxin u l-istrateġija verament tkun waħda integrata, m'aħniex se nirriżolvu l-problema.", "Ħalli nagħti ftit eżempji għax anke jien li nagħmel diversi laqgħat fuq dan is- suġġett nirriskja li ninsa xi ħaġa u nibda billi nsemmi s-sistema tal-ġbir ta' l-iskart mid-djar.", "Is-sistema li għandna f'pajjiżna hija tajba?", "Għandu jkun hemm separation ta' l-iskart fil-livell tal-household?", "Jekk se ssir din is-separation fil-livell tal-household, se ssir bil-ġranet biss jew se ssir b'sistema ta' boroż mogħtijin mid-dipartiment li jkollhom colour coding biex forsi xi darba ndaħħlu mentalita' favur il-ħarsien ta' l-ambjent?", "Kif jista' jitħaddem b'mod iktar effiċjenti l-ġarr ta' dan l- iskar ladarba jkun separat?", "U l-kumplament ta' l-iskart x'se jiġri minnu?", "Se jmur kollu l-Magħtab?", "U l-landfill tal-Magħtab se tibqa' kif inhi jew se nnaqqsuha biex xi darba tingħalaq għal kollox?", "U minflok il- Magħtab x'se nagħmlu?", "Dawn huma l-components kollha ta' din l-istrateġija.", "Ir-recycling se nagħmluh biss għall-compost jew se naraw xi prodotti oħra bħal ħġieġ u karta nistgħu nirriċiklaw f'Malta u nagħmlu by-products minnhom?", "L-Onor.", "Buhagiar qal li l-ammont ta' skart li mistenni jidħol il- Magħtab sa l-aħħar tas-sena se jaqbeż il-1,200,000 tunnellata pero' jien nixtieq nagħti breakdown tiegħu u ngħid li minn dawn il-1,200,000 tunnellata, għandek 152,000 tunnellata ta' skart ta' djar u lukandi, 93,000 tunnellata ta' skart ta' industrija u skart ieħor imħallat, 950,000 tunnellata skart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni u diġa' daħlu 140,000 vettura fil-Magħtab.", "X'inhuma r-rimedji li se nagħtu għal dan kollu?", "Għalhekk qed nitkellmu fuq pjan ta' strateġija għall-immaniġġjar ta' l- iskart għaliex illum diversi ditti li huma speċjalizzati internazzjonalment kollha jmorru għand il-gvern, ikun min ikun, u jgħidulu li l-problema ta' l-iskart mhux biss tista' tiġi riżolta imma l-iskart huwa opportunita' ekonomika għax illum issib materjal minnu li jista' jiġi riċiklat u allura hemm il-flus involuti, tista' tagħmel by-products oħra, per eżempju, mit-terrapien tista' tagħmel materjal iktar iebes bħala bażi għat-toroq u jekk tuża ċerti sistemi tista' toħroġ sors ta' ilma jew enerġija.", "Naturalment m'huwiex faċli biex pajjiż jagħżel minn dawn l- options kollha u għalhekk trid tkun dħalt f'dawn il-komponenti kollha qabel ma tasal biex ikollok strateġija għall-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Għalkemm il-gvern kien qal li din l-istrateġija kellha tkun lesta sa l- aħħar tas-sena pero' nispera li sa Jannar tas-sena d-dieħla nkunu nistgħu nagħtu dawn il-guidelines kollha.", "Illum ditti kummerċjali li huma serji mil-lat ambjentali lesti li jagħmlu l-management ta' l-iskart, speċjalment il-parti tar-riċiklaġġ u anke parti mit-terrapien, inaqqsu jew jeliminaw l-użu tal-Magħtab u jgħidu x'użu alternattiv jista' jsir mill-Magħtab u mbagħad jew ikun hemm gain ekonomiku għal min jagħmel l-iżvilupp għaliex ikollok siti li jistgħu jintużaw għal żvilupp kummerċjali ieħor, mhux l-inqas is-sit tal-Magħtab, jew inkella minflok ma l-Gvern jidħol fi spiża kapitali jidħol fi spiża rikorrenti billi, per eżempju, iħallas għal kull tunnellata ta' skart li tkun ġiet handled jew trasformata f'compost jew fi prodotti oħra.", "Fil- fatt ma nkun qed nikxef l-ebda sigriet jekk ngħid li kien hemm interess minn diversi ditti Maltin u ntwera anke interess minn ditti Amerikani, Ingliżi, Taljani u Franċiżi li ġew u għamlu preżentazzjonijiet ripetuti u għalhekk se nibdew b'dokument ta' konsultazzjoni għax aħna ma jinteressaniex biss l-aspett kummerċjali imma rridu nkunu nafu x'inhuma l- opinjonijiet tal-NGOs u għaqdiet ambjentali oħra u wara li d-dokument ikun finalizzat, ikun hemm il-proċess ta' tendering internazzjonali għal għażla ta' min irid jagħmel is-sistema kollha jew components differenti minnha pero' li jkunu magħqudin fi strateġija waħda.", "Dan hu l-impenn tagħna għas- sena l-ġdida u naħseb li jixraq li nibdew il-millennju f'dan is-sens.", "Kif diġa' għidt, huwa intenzjonat li dan id-dokument ikun lest għall- aħħar ta' Jannar tas-sena l-ġdida pero' rrid ngħid ukoll li internament fid-dipartiment diġa' għandna dokumenti fit-tul dwar kif irridu nimxu f'dan ir-rigward u għandna wkoll linji gwida dwar it-tip ta' proċess li rridu nsegwu għaliex il-preferenzi tagħna huma li l-miżbla tal-Magħtab tingħalaq kemm jista' jkun malajr, tinħoloq miżbla ġdida li tkun fuq prinċipji jew ta' control landfill jew sanitary landfill u li dan il-pjan iħares ukoll lejn il-persentaġġi ta' l-iskart domestiku u dak li m'huwiex domestiku.", "Jiena tlabt lid-direttur ġenerali biex flimkien ma' diretturi oħra fit-taqsima xogħlijiet u anke ma' nies oħra li jaħdmu fil-qasam ta' l- ambjent - meta jkunu flimkien ġieli ngħidilhom it-tliet Vinces, għaliex huma Vince Magri, Vince Cassar u Vince Gauci - jaraw x'inhuma l-punti prinċipali li dan il-pjan irid jindirizza.", "Mr Chairman, nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed kopja ta' dan il-pjan fuq il-Mejda tal- Kamra anke bħala impenn ċar tal-gvern f'din id-direzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Pjan għall-immaniġjar ta' l-iskart (Solid waste management plan).", "Mr Chairman, qabel ngħaddi biex nirrispondi għall-kummenti li saru mill- Onor. Buhagiar dwar il-qasam tad-drenaġġ nixtieq nagħmel riferenza qasira għall-kummenti li saru minn Dr. Johnson tal-Greenpeace.", "Jien nirrispetta l-background xjentifiku tiegħu pero' rridu nifhmu fuq xiex inkunu qed nitkellmu.", "Wara l-avveniment ta' l-abseiling li l-Greenpeace għamlu mal- lukanda fejn kienet qed issir il-konferenza tal-ministri tal-littoral states tal-Mediterran u tal-contracting parties tal-Barcelona Convention, stednuni fuq ir-Rainbow Warrior tagħhom biex niddiskutu diversi suġġetti u jien mort - ma nafx jekk kenux qed jippretendu li mmur wara l-abseiling event - bil-qalb kollha u waqt id-diskussjoni fejn konna pjuttost franki ma' xulxin beda jagħtini l-perċentwali ta' kontaminazzjoni fil-miżbla tal- Magħtab apparagun man-normal u jien għidtlu li ma nistax nifhem kif tista' tipparaguna r-ratio ta' kontaminazzjoni ġewwa miżbla ma' park nazzjonali mimli bis-siġar u tlabtu jgħidli f'pajjiżi oħra madwar id-dinja x'inhu l- perċentwali ta' kontaminazzjoni fid-dumps tagħhom u mhux x'inhu r-ratio mal- foresti tagħhom ħalli nkun nista' nqabbel like with like.", "Ħalli nagħti eżempju iktar faċli.", "Jien ma nistax nidħol f'dar ta' xi ħadd u nippretendi li l-livell tal- kontaminazzjoni fil-living room li ħafna drabi tinżamm nadifa jew fis- salott li dejjem jinżamm magħluq jew mgħotti u fid-dustbin ikunu l-istess għax il-livell ta' kontaminazzjoni fid-dustbin hija mitt darba iktar milli jkun hemm fil-kumplament tad-dar.", "Li rrid ngħid, Mr Chairman, huwa li r- ratios iridu jinħadmu bis-serjeta' u rridu naraw ukoll fejn jittieħed il- kampjun għax ironikament sakemm jibqa' jmur perċentwali għoli ta' terrapien lejn il-Magħtab, il-livell ta' kontaminazzjoni jkun inqas.", "Ħalli nagħti eżempju ieħor.", "Jekk wieħed jaqbad ftit wire tar-ram fil-bitħa tiegħu u jaħarqu m'huwiex se jkollu l-istess riżultati ta' kontaminazzjoni li jkollu minn skart iieħor, jiġifieri rridu naraw preċiżament fuqxiex inkunu qed nitkellmu.", "Mr Chairman, m'iniex qed nipprova niminimizza l-problema tal-Magħtab li issa ilha magħna madwar 30 sena, anzi aħna rridu nirriżolvuha bis-serjeta' tant li se nagħmlu dawn is-sejħiet, anke b'għajnuna teknika li qed toffrilna l-Unjoni Ewropea.", "Meta sar l-iscreening ma' l-Unjoni Ewropea fil-ġranet li għaddew ġewwa Brussels qalulna li Malta għamlet progressi kbar fil-qasam tal-liquid waste management pero' għadha lura fis-solid waste management.", "Jien m'iniex se niġi hawn u ngħid mod ieħor għaliex l- iscreening isir b'mod miftuħ, b'mod trasparenti u joħorġu l-istqarrijiet kemm min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea u kif ukoll min-naħa Maltija.", "Din hija l-isfida li għandna quddiemna bħalissa u għalhekk irridu li tkun indirizzata permezz ta' pjan ta' strateġija ċar li jħares lejn l-aspetti kollha.", "Mr Chairman, se nitkellem issa fuq l-aspett tad-drenaġġ.", "L-Onor.", "Buhagiar ddeskriva l-aġir tal-gvern preżenti meta neħħa t- taxxa ta' Lm24 fis-sena li kienet se tolqot numri kbir ta' familji f'pajjiżna bħala l-ikbar att irresponsabbli tiegħu - u għamel riferenza partikolari għalija - u għalhekk jien bilfors ikolli ngħid li din id-darba l-oppożizzjoni ddeċidiet li fil-budget tagħmlilna ħafna kumplimenti sbieħ.", "Pero' li nisma' li tlifna l-fondi tal-loan mill-EIB għax neħħejna din it- tariffa, ma naċċettahiex għaliex dan assolutament m'hu minnu xejn.", "Id- diffikulta' prinċipali li qamet ma' l-EIB ma kenitx minħabba li aħna neħħejna t-tariffa għax l-EIB jagħmel sistemi differenti ta' cost recovery u hawnhekk irrid ngħid ukoll li meta l-Onor.", "Buhagiar ikkwota x'għidt jien mill-Oppożizzjoni meta huwa kien ministru ma qarax id-diskors kollu tiegħi għaliex kieku kien isib li dak inhar jien kont ikkwotajt minn rapport li sar mill-Prof.", "Edward Scicluna biex nuri li l-gvern Laburista mhux veru kellu idejh marbuta u ma seta' jagħmel xejn ħlief din it-tariffa, anzi kellu options differenti ta' kif jagħmel cost recovery mingħajr ma jgħabbi lill-pajjiż b'taxxa anti-soċjali bħal dik.", "Allura l-problema ma kenitx it- tneħħija tat-taxxa in kwestjoni, imma t-timelimits li kien għad- disbursements ta' dawn il-loan funds għaliex meta taqbiżhom il-bank ma jkunx jista' jagħtik disbursement.", "Fil-fatt l-ewwel loan agreement li aħna sibna meta tlajna fil-gvern kien jistipola li l-iktar data 'l bogħod biex isiru disbursements kienet id-9 ta' Diċembru 1998 u wara ma setax jibqa' jagħmel iktar disbursements ta' fondi jekk il-proġett ma jkunx mexa bir-ritmu taż- żmien li kien ippjanat.", "Issa aħna ħadna l-ġurament tal- karigi tagħna fit-8 ta' Settembru u fi żmien xahrejn jiena ma stajtx inpatti għaż-żmien li nħela fi żmien il-gvern Laburista li daħħal dik it- tariffa anti-soċjali pero' ma żammx ir-ritmu tax-xogħlijiet tal-masterplan tad-drenaġġ li kien miftiehem u li taħtu ried jitlob disbursements lill- EIB.", "Għalhekk dak il-kuntratt partikolari kellu jiġi kkanċellat.", "Naturalment aħna m'aħniex qed neskludu li nħarsu lejn agreements oħra fil-futur meta naraw ukoll x'investiment ikun jista' jsir u fil-fatt kellna konferma anke mill-EIB li għad nistgħu ninnegozjaw agreements sussegwenti biex wieħed ikopri l-kumplament tat-twettiq ta' dan il- masterplan.", "Aħna disposti li niddiskutu loan agreements sussegwenti pero' aħna m'hu se naċċettaw qatt li xi ħadd jimponi fuqna, kif fil-fatt aħna qatt ma aċċettajna, li ndaħħlu tariffa anti-soċjali kif għamel gvern Laburista.", "Qabel l-elezzjoni aħna wegħidna li nneħħu din it-tariffa għaliex konna konxji li kapaċi nwettquha u fil-fatt dak li ġara.", "Il- masterplan għas-sistema tad-drenaġġ se jitkompla u l-għan tagħna huwa li sas-sena 2004 is-sistema ta' l-outflows tas-sistema tad-drenaġġ fil-baħar tkun sistema ttrattata.", "Irrid ngħid ukoll li matul is-sena l-oħra kienet konkluża l-konsulenza dwar l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fit-tramuntana ta' Malta u x-xahar li għadda ngħatat it-tender dwar il-konsulenza għall- impjant fin-nofsinhar ta' Malta.", "Matul is-sena d-dieħla għandhom jitlestew id-disinji dettaljati ta' l-impjant li se jsir fit-tramuntana ta' Malta u tingħata wkoll it-tender biex isiru x-xogħlijiet.", "Sadanittant mistennija tittieħed deċiżjoni dwar fejn se jinbena impjant simili f'Ras il-Ħobż f'Għawdex u d-disinji dettaljati u l-għoti tat-tender għall-bini ta' dan l- impjant mistennija jsiru matul is-sena d-dieħla.", "Barra minn hekk, huwa ppjanat li s-sena d-dieħla jsiru madwar 10 kilometri oħra ta' estensjonijiet, apparti l-11-il kilometru li saru s-sena li għaddiet.", "Fil- fatt fuq dawn l-affarijiet ma tantx kelli domandi u allura nassumi li l- Onor. Buhagiar huwa b'mod ġenerali sodisfatt bil-performance tad-diversi dipartimenti tat-taqsima xogħlijiet u dan huwa kumpliment ukoll għad- diretturi u heads of unit li hawn preżenti għaliex l-Onor.", "Buhagiar irringrazzjahom b'mod prattiku ħafna.", "Niġi issa għall-kwestjoni ta' l- embellishment.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li fi żmien gvern Laburista ntnefqu b'kollox Lm2.7 miljun fuq il-proġett ta' Buġibba u mbagħad staqsieni għaliex se nibdew minn Tas-Sliema qabel Paceville.", "Issa l-gvern preċedenti kien dejjem isemmi l-ħofor b'riferenza għad-deficit nazzjonali pero' rrid infakkar ukoll li kien hu stess li fuq medda ta' sentejn żied is-self nazzjonali b'Lm250 miljun u nixtieq inkun naf x'sar b'mod konkret b'dan id-dejn kollu għaliex kieku ma kenux għal dawn il-kważi Lm3 miljun li ntnefqu fuq il-proġett ta' Buġibba kieku l-gvern Laburista verament jista' jgħid li m'għandu xejn x'juri.", "Din hija r-realta'.", "Għalkemm għad hemm lok għal iktar tisbiħ f'dan il-proġett u fil-fatt aħna neħħejna anke l-ħajt li kien sar li kien qisu l-ħajt ta' Berlin pero' b'mod ġenerali nistgħu ngħidu li dak il- proġett kien tajjeb u se nkomplu naħdmu fuqu pero' rridu nkomplu embellishments oħra f'tourist areas oħra.", "Fil-fatt aħna komplejna bl- istess order of priorities li kellu l-gvern preċedenti li wara Buġibba mmorru għas-south ta' Malta, jiġifieri Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Birżebbuġa u wara nibdew il-proġett ta' embellishment f'Tas-Sliema u San Ġiljan.", "B'riferenza għal dak li qal l-Onor.", "Buhagiar li jmissna nagħtu iktar attenzjoni lil Paceville milli lil Tas-Sliema, irrid ngħid li l- gvern preżenti żgur m'huwiex se jibni torri ta' 65 sular biex jikkompeti mal-Chrysler building fi New York pero' se jindirizza l-problemi ta' Paceville wkoll.", "Irrid ngħid ukoll li l-flus budgeted għas-sena d-dieħla huma biżżejjed biex nagħmlu x-xogħlijiet li jkollna nħallsu għalihom is- sena d-dieħla għaliex m'għandi l-ebda dubju li skond l-istaggering ta' l- ippjanar ikun hemm ċerti xogħlijiet li jitkomplew fis-sena ta' wara u għalhekk il- pagament tagħhom isir ukoll fis-sena ta' wara.", "Jiġifieri għalina dawn huma proġetti importanti ħafna u beħsiebna nagħtuhom il- prijorita' li tixirqilhom.", "Mr Chairman, l-Onor.", "Buhagiar kkritikana wkoll għaliex xi xogħlijiet - u nassumi li kien qed jirriferi għal Marsaxlokk - tkomplew matul l-istaġun tas-sajf.", "Issa kif diġa' rrispondejnih kemm jien u kif ukoll il-ministru tat-turiżmu, ix-xogħol f'Marsaxlokk tkompla fuq talba tan-nies stess tal- lokal għaliex kif qalulna huma l-attivita' kummerċjali f'Marsaxlokk hija iktar qawwija fix-xitwa billi huwa villaġġ marbut mas-sajd u għandu l- karetteristiċi partikolari tiegħu u allura ma kienx jagħmel sens kieku x- xogħlijiet ma tkomplewx fis-sajf.", "Naturalment anke fejn waqqafna x-xogħol għaliex konna qed nistennew il-proċess ta' l-ippjanar in-naħa l-oħra tal- Kamra ma qagħditx lura milli tikkritikana pero' aħna naġixxu billi nagħmlu dak li jidhrilna li hemm bżonn biex il-proġetti ta' tisbiħ fil-pajjiż flimkien ma' titijib fit-traffic management, titjib fis-sistema ta' l-ilma u titjib fis-sistema tal-parking ikomplu jsiru.", "Fil-fatt dak li se jkompli jsir f'Marsaxlokk, Birżebbuġa u Wied il-Għajn u f'Tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville, dejjem fil-limiti tar-riżorsi tal-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Aħna m'aħniex se nagħmlu bħall-gvern preċedenti li flok il-ħofra beda jagħlaqha, intefa fiha u ħaffirha iżjed!", "(Interruzzjonijiet) Il-gvern preċedenti kien agħar mill-maltemp li kellna l-ġimgħa li għaddiet għaliex minflok ipprova jirranġa l-ħofra nazzjonali, kompla jkabbarha billi żied id-dejn u għabba lill-pajjiż b'taxxi anti- soċjali!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Onor. Zammit Dimech, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Imbagħad jiġu quddiem dan il-Parlament u jipprovaw jiġġustifikaw x'kienu qed jagħmlu.", "U hawnhekk nixtieq nibda nsemmi l-proġetti kapitali.", "L-ewwelnett irrid ngħid li huwa veru li ġieli ndikajt termini ta' żmien li llum irriżultaw f'termini itwal u se nibda billi nirriferi għall-proġett ta' Manoel Island.", "Naturalment id-data li kont tajt meta kkalkolajt li stajna nikkonkludu fiż-żmien li kont semmejt oriġinarjament ma kenitx data preċiża pero' rrid ngħid hawn ukoll li kieku kelli noqgħod fuq l-espressjonijiet tan-naħa l-oħra tal-Kamra li qabel l- elezzjoni kienu tgħid li tlaqna u wasalna - fil-fatt l-Onor.", "Sant kien iħobb juża l-espressjoni \"tlaqna, tlaqna, tlaqna\" - ....", "Jien nappella lill-media indipendenti u lill-pubbliku in ġenerali biex jaraw x'sar mill- gvern Laburista fi 22 xahar li għamel fil-gvern qabel ma nkalja il- Kottonera fejn inħela jagħmel ir-rapporti fuq il-ħofra tad-dejn nazzjonali u fuq il-ħofor ta' l-entitajiet pubbliċi fil-pajjiż u jqabblu ma' dak li sar f'dawn il-15-il xahar li għaddew ta' gvern Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Saħansitra fil-kampanja elettorali l-Partit Laburista kien jgħid li l-proġett ta' Manoel Island kien lest għall-firma.", "Għalhekk kif tlajna fil-gvern jien mort nara d-draft tal-kuntratt u għidt li la dan il-proġett kien lest għall-firma jien kelli nimpenja ruħi biex fl-ewwel tliet xhur tal-gvern il-ġdid nirriżolvu dak li kien fadal.", "Jien ma stajtx nifhem xi ħlewwa ta' qalb qabdithom fl-aħħar meta kulma kien jonqoshom kien li jiffirmawh.", "Mr Chairman, l-ikbar problema fil-proġett ta' Manoel Island u Tigne' kienet il-kwestjoni tat-80 familja li kienu joqogħdu f'Tigne'.", "(Interruzzjonijiet) Le, fadal ħin, naħseb li l-Onor.", "Vella ma jafx li tawwalna ftit il-ħin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Kompli, Onorevoli, inżomm il-ħin jien.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qabel l-1996 jien kont ftehimt ma' 71 familja minnhom u kien fadal li jinlaħaq ftehim mad-disa' l-oħra.", "Meta erġajna tlajna fil-gvern fl-1998 jien ippretendejt li almenu kien laħqu ftehim ma' xi wħud minnhom pero' r-risposta li kelli kienet li fi 22 xahar il-gvern Laburista ma kien laħaq ftehim ma' l-ebda familja minn dawk id- disa' li kien għad fadal!", "(Interruzzjonijiet)", "Ħalli niġi issa għall-proġett tal-Kottonera.", "L-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li jien ma niġix hawn biex niddefendi xi pjanti jissottomettu l- consortia imma niddefendi l-kuntratt ta' Lm16 miljun li sar minn dan il- gvern għall-proġett ta' riġenerazzjoni vera għall-area tal-Kottonera.", "L- ewwelnett d-developers kollha fil-bidu jipprovaw jagħmlu applikazzjonijiet - li aħna nistgħu ma naqblux magħhom - to test the waters, pero' fil- laqgħat li kelli mar-rappreżentanti ta' kull konsorzju, ma' l-uffiċjali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u ma' l-uffiċjali tat-taqsima xogħlijiet il- messaġġ kien wieħed ċar, cioe' li l-obbligu tagħhom kien illi jiltaqgħu bejniethom biex jirriżolvu dak li kien hemm bżonn isir għall-Kottonera u lil min se jagħmel il-proġett aħna għidnilhom li jridu jagħmlu t-titjib kollu meħtieġ biex isir proġett li jixraq lill-estetika u lill-valur storiku u artitisku ta' l-inħawi kollha tal-Kottonera.", "Mr Chairman, jien kburi li dawn il-laqgħat bdew isiru.", "Id-data ta' l-għeluq għas- sottomissjonijiet ta' l-outlines kienet it-8 ta' Settembru u llum li diġa' għaddew xahrejn saru diversi laqgħat.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nistiednek tikkonkludi, Onorevoli.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Parti mir-responsabilita' tal-planning authority hi li tiltaqa' ma' dawn il-consortia u tgħidilhom fejn ma taqbilx u fejn irid isir titjib.", "Il-gvern preċedenti pprova jorbot lill-awtorita' ta' l-ippjanar li tgħid iva għal kollox, mentri aħna ma rbatna lil ħadd għaliex l-awtorita' ta' l-ippjanar trid tagħmel dak li hemm bżonn.", "(Interruzzjonijiet).", "Mr Chairman, nikkonkludi dan id-diskors tiegħi billi nirriferi għall- proġett ta' St. James Cavalier.", "(Interruzzjonijiet) Aħna wegħidna li fl-aħħar tas-sena se ninawguraw dan il-bini u mhux niftħuh għaliex hemm differenza u din m'hijiex kwestjoni ta' soft opening kif implika l-Onor.", "Buhagiar għaliex irridu li dan ikun ir-rigal kulturali tal-gvern lill- poplu Malti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Zammit Dimech, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, ma rridx iżjed interruzzjonijiet.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se ninawguraw dan il-bini għall-bidu tal- millennju pero' fil-bidu tas-sena l-ġdida se jitkompla x-xogħol fuq partijiet oħra.", "Aħna kburin li għall-bidu tal-millennju se nagħtu rigal lill-poplu Malti li se jkun sewa kważi Lm4 miljun - il-gvern preċedenti kien nefaq biss Lm30,000 f'dan il-proġett - u kburin ukoll li kellu jkun il- gvern preżenti biex jaqbad ix-xogħol bir-ritmu li jixraq ħalli nagħtu r- rigal li jixraq tassew lill-poplu Malti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil- kumitat ta' provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 30 imressqa mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru. 111 tas-17 ta' Novembru, 1999 din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi fin-12.34 p.m. intalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 30 imressqa mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "204", "FAVUR : 30 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA: 33 L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se nqoġġi l-mistoqsija fuq ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 30 - Ministeru għall-Ambjent.", "VOT 30 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm20,868,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "205", "FAVUR : 33", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA : 30 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 30 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 31.", "VOT 31 - AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,631,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 - Ambjent, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 31 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT V - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm7,965,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot V għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 30, 31 u V taħt il-Ministeru għall-Ambjent ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali biex iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Diċembru, 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta; u", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-1999/2000.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – it-Tieni Qari; --------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti.", "L-arranġament għad-dibattitu ta' għada dwar l-awtorita' ta' l-ippjanar huwa bħas-soltu, jiġifieri li l-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra bl-introduzzjoni tal-gvern u l-għeluq min-naħa tal-gvern u bil- votazzjoni li tissejjaħ f'nofsinhar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, il-Ġimgħa, 10 ta' Diċembru, 1999 bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.44 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MITKUB", "RAPPORT TA' L-AWDITUR ĠENERALI", "11927.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għar-rapport ta' l-awditur ġenerali għall-1998, paġna 60 u 61, fejn u għand min instabu ż-żewġ oġġetti - glazed vase and a mahogany table- li kienu nieqsa u nstabu?", "X'sar mis-sitt oġġetti l-oħra nieqsa?", "Fejn waslet l-investigazzjoni dwarhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-glazed vase instab fl-uffiċċju ta' l-awdituri interni, filwaqt li l-mahagony table instabet fl-uffiċċju tas- segretarju permanenti.", "Informat ukoll li s'issa għadhom ma ġewx misjuba s- sitt oġġetti l-oħra nieqsa.", "MELLIEĦA - FERGĦA TAL-POSTA ĠDIDA", "11929.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat li tinfetaħ fergħa tal-posta fil-Mellieħa?", "Meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Wieħed mill-għanijiet fil-pjan strateġiku tal- Maltapost huwa l-immodernizzar ta' l-uffiċini tal-posta madwar Malta.", "Naturalment il-pjan jinkludi żieda fin-numru ta' fergħat skond il-ħtieġa u l-fondi ppjanati.", "Huwa l-ħsieb tal-kumpanija li tiftaħ fergħa ġdida fil- Mellieħa."]} {"filename": "20001205_448d_par.doc", "date": "2000-12-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 448 It-Tlieta, 5 ta' Diċembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 448", "It-Tlieta, 5 ta' Diċembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "448", "It-Tlieta, 5 ta' Diċembru, 2000", "WERREJ", "MINUTI 320", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 320", "TQEGĦID TA' KARTI 324", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IS-SITT JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI 324", "AĠĠORNAMENT 349", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 349", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 447 li saret fl-4 ta' Diċembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PITKALIJA - DĦUL", "21621.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena mill-pitkalija ċentrali?", "Jista' jinformana x'kien l-istess dħul għall-bdiewa fl-istess perijodu għas-snin 1997 u 1998 rispettivament u separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Id-dħul tal- bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' l-1997, l-1998 u din is-sena mill- pitkalija ċentrali kien kif ġej:", "|1997 |Lm4,048,197| |1998 |Lm4,411,188| |2000 |Lm4,029,737|", "Mr Speaker, irrid ngħid li għalkemm dawn iċ-ċifri ġew miġbura mill- uffiċjali tad-dipartiment tiegħi, ma nkunx qed nikser l-ebda sigriet jekk ngħid li wisq nibża' li dawn m'humiex iċ-ċifri reali.", "Bħalma rriżulta meta konna qegħdin nagħmlu t-taħdidiet mas-sajjieda fuq il-mod ta' kif kellu jinħadem l-ammont ta' diesel li kellu jingħata lis-sajjieda - u konna rranġajna, bi qbil magħhom, li l-valur ta' ħut iddikjarat fil-pixkerija ma kienx l-ammont reali u allura konna żidnih b'50% - fil-każ tal-ħxejjex li jidħlu fil-pitkalija s-sitwazzjoni hija l-istess u għalkemm l-ammont mhux se nżiduh b'50%, kulħadd jaf li l-volum huwa ħafna akbar.", "Bħalma kelli ċ-ċans naċċenna l-bieraħ, fil-pitkalija mexjin bi programm li nirranġaw l-operat kollu, li jsir il-point of sale u li jiddaħħal il- bar-coding, ħalli b'dan il-mod inkunu nistgħu nassiguraw kemm jista' jkun li jkollna stampa aktar ċara u eżatta tal-prodott li jgħaddi mill-pitkalija - naturalment qatt m'aħna se nkunu mija fil-mija perfetti - kif ukoll tal- valur ta' l-istess prodott.", "Barra minn hekk, 'il quddiem il-bdiewa se jibdew jingħataw income supplement fuq l-ammont ta' prodotti li jdaħħlu fil-pitkalija.", "Ladarba jkollna l-informazzjoni kif ukoll id-data dwar ir-raba' attwali li l-istess bdiewa jikkultivaw, bis-saħħa ta' dak li semmejt il-bieraħ, tal-GIS, inkunu nistgħu nfasslu sistema kif lill-bdiewa nkunu nistgħu ngħinuhom.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jagħtina x'nifhmu li ż- żieda ta' kważi Lm0.5 miljun li kien hemm mill-1997 sa l-1998 u t-tnaqqis ta' kważi l-istess ammont li kien hemm bejn l-1998 u l-2000, huma ċifri mbagħbsa u m'humiex korretti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, dan l-aħħar fil-politika Maltija beda jiddaħħal il-kliem \"tbagħbis fin-numri\".", "Jien hawnhekk qed nitkellem ta' raġel u qed ngħid x'naf jien.", "Illum wasalna fi żmien fejn ħadd m'għadu jidħaq b'ħadd.", "Jekk aħna nafu li mhux il-prodott kollu li jiddaħħal fil- pitkalija ...", "(Interruzzjonijiet)", "Jien għedt li dejjem hekk kien u hekk għadu sal-lum, u allura se nagħmlu sistema biex dan l-abbuż jinqata', ħalli qabel xejn kulħadd ikun jaf x'qed jiddaħħal fil-pitkalija, biex inkunu nafu l-ammonti reali tal-prodotti li qed nipproduċu, inkunu nafu l-prezzijiet li qed jiddaħħlu bihom dawn il- prodotti u nkunu nafu l-prezzijiet li jinbiegħu lix-xerrejja, ħalli anke l- mara tad-dar tkun taf b'liema prezz għandha tixtri l-prodott.", "Mr Speaker, irridu niftakru li l-mara tad-dar hi tixtri u tħallas għall- prodotti u allura jenħtieġ li jkollha l-informazzjoni neċessarja.", "Ikun tajjeb kieku din tiftaħ it-television u ssir taf li sa nofsinhar fil- pitkalja ddaħħlu tant prodotti, b'tant prezz u nbiegħu b'tant prezz.", "Jekk hi tkun taf li t-tadam grade A, per eżempju, inbiegħ lix-xerrej għall-prezz ta' 20c il-kilo, tkun taf li għandha tħallas tiegħu bejn wieħed u ieħor 35c il-kilo.", "Nerġa' ngħid li din id-data ma kenetx eżatta fil-passat, sal-lum għadha m'hijiex u nisperaw li fil-futur qarib din id-data tkun eżatta kemm jista' jkun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li bejn Jannar u Settembru ta' l-1998 u l-istess perijodu ta' sentejn wara, iċ-ċifra niżlet minn Lm4,411,000 għal Lm4 miljun.", "Iva, jista' jkun hemm min ma jbiegħx direttament fil-pitkalija imma jbiegħ x'imkien ieħor, pero' imbagħad dan it- tnaqqis jirriżulta mill-istess ħaġa jew għax il-prodotti agrikoli ma ġabux daqstant prezzijiet kompetittivi fis-suq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, f'dan il-file m'għandix id-dettalji eżatt ta' dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt għandi nota li għas-sena 1999 id-dħul kien tela' għal Lm4,400,000, pero' kulħadd jaf li dawn iċ-ċifri m'humiex eżatti.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid il-breakdown eżatt, jiena lest li nipprovdihulu.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "21624.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana kemm-il metru ta' ħitan tas-sejjieħ ġew irranġati bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena mid-dipartiment ta' l- agrikoltura, inkluż il-proġett ta' Chadwick Lakes?", "Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-perijodu tas-snin 1997 u 1998 separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena id- dipartiment irranġa 556 metru kwadru ta' ħitan tas-sejjieħ.", "L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar il-perijodu 1997 u 1998 għad trid tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra, peress li ma jirriżultax li kienu jinżammu records.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien ma nemminx li ma kenux jinżammu records, u anke nista' nikkonfermalu - għax jien attent fuq xogħli u dawn l-affarijiet nafhom - li kienu saru 'l fuq minn 1,000 metru kwadru ta' ħitan tas-sejjieħ.", "Pero' kien hemm xi raġuni li dawn ix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni ma baqgħux daqshekk konsistenti?", "Għax fl-opinjoni tiegħi jirriżulta li kien hemm tnaqqis fix-xogħol li twettaq.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, id-draft reply li għandi - l-Onor.", "Interpellant jafha l-proċedura - saret mill-individwu responsabbli minn dawn l-affarijiet, li ħadem ukoll ma' l-Onor.", "Farrugia meta hu kien ministru.", "Għalkemm l-Onor.", "Membru qed jgħid li kienu jinżammu r-records, ir-risposta hi li f'dawk iż-żmenijiet ma kenux jinżammu records.", "Jien xorta waħda nkarigajt lil min huwa fuq dan il-mestier biex jiġbor l- informazzjoni kollha, jekk din teżisti, u malli jkolli l-informazzjoni ngħaddihielu.", "ĦAMRIJA", "21625.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana kemm-il metru ta' ħamrija ngħatat lill- bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Jista' jagħti t-tagħrif għall-istess perijodu tas-snin 1997 u 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena tqassmu 5,145 metru kubu ta' ħamrija lill-bdiewa.", "Jidher li ma nżammewx records għall-istess perijodu għas-snin 1997 u 1998.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma jistax ikun li ma jinżammux records!", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fil-front page tal-ġurnal \"in-nazzjon\" kien ġie rrapportat li kienet inġarret xi kwantita' ta' ħamrija għal ċertu prezz.", "Allura lanqas din ma tirriżultalu lid-dipartiment?", "Għax din irriżultat lill-pubbliku in ġeneral Malti u Għawdxi u konna anke tkellimna dwarha!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din ir-risposta ġiet drafted minn Anthony Borg u tgħid li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ngħataw 5,145 metru kubu ta' ħamrija, jiġifieri roughly qisek għandek tomna raba' b'ħames metri għoli ta' ħamrija.", "Din hija l-informazzjoni li għandi hawnhekk u jiddispjaċini ngħidlek li fi żmienek, meta inti kont ministru, ma kenux jinżammu records.", "Dak li għandi miktub hawnhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xi statistika żgur li hemm għax fil-ġurnal ''in- nazzjon'' kien intqal li nġarret kwantita' ta' ħamrija li swiet ċertu prezz.", "Allura għandi nifhem li anke d-dipartiment għandu l-informazzjoni dwar kemm ħallas għal dik il-kwantita' ta' ħamrija.", "Infakkar lill-Ministru li dik il-ħamrija kienet tinġarr wara li titħammel mill-proġett tar- riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa, u allura bilfors kellna nqassmuha dak iż-żmien.", "Jiġifieri tiġix tgħidli li m'hemmx statistika dwarha din!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien ma rridx noqgħod nidħol fl-irqaqat ta' dan is- suġġett, pero' nerġa' ngħidlu li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq area ta' tomna raba' b'ħames metri għoli.", "Kien hemm żmien meta kienu nġarru xi 200 metru kubu ta' ħamrija - jista' jkun li m'hijiex l-istess li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru - li tagħha kien sar il-ħlas.", "Għandi idea żgħira li kien hemm storja dwar xi ħamrija li kienet inġarret u kienu tħallsu tant flus għall-ġarr tagħha.", "Pero' hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ammont ta' ħamrija li ngħata lill-bdiewa għal din is-sena u nerġa' ngħid li skond l- informazzjoni li għandi l-bdiewa ngħataw ftit iżjed minn 5,000 metru kubu ta' ħamrija.", "WSC - SPIERI TA' L-ILMA", "21626.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jitwaqqaf kumitat bejn id-dipartiment ta' l- agrikoltura, il-water services corporation, id-dipartiment tad-drenaġġ u r- rappreżentanti tal-bdiewa sabiex tiġi studjata l-problema kbira li hawn f'Malta u f'Għawdex fejn ħafna spieri ta' l-ilma ġieri qed jitħallat magħhom id-drenaġġ?", "Dan qed ikun ta' detriment għall-bdiewa li jsaqqu l- uċuħ tar-raba', peress li qed ikollhom jonfqu ħafna flus biex jixtru ilma tajjeb għat-tisqija tal-prodotti.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-dipartiment ta' l-agrikoltura m'għandu l-ebda rapporti minn bdiewa dwar drenaġġ li tħallat ma' l-ilma ta' l-ispieri.", "Malli jkollna xi rapporti, ninvestigaw il-każ mal-water services corporation u d-dipartment tad-drenaġġ.", "Jien naf li l-Onor.", "Noel Farrugia jinkwieta li hawn ċertu spieri li huma kkontaminati bid-drenaġġ - u bir-raġun jinkwieta - u dan jgħodd kemm għal dawk li jinsabu fuq l-upper perched aquifer, jiġifieri fuq l-aquifer li hemm taħt Had-Dingli u r-Rabat, kif ukoll dawk li jinsabu fis-sea level aquifer.", "Jekk wieħed jgħaddi minn ġol-mini li għandna taħt it-toroq, jinnota ilma ħadrani nieżel minn mal-ħitan.", "Dak ġeneralment ikun ilma tad- drenaġġ, li ovvjament joħroġ minħabba leakages fil-katusi, għax bħalma għandna ċertu ammont ta' leakages fil-katusi ta' l-ilma tax-xorb, daqshekk ieħor jista' jkollna leakages fil-katusi tad-drenaġġ.", "Huwa veru li għandna ċerti spieri li l-ilma li jittella' minnhom ikun jidher li miegħu hemm imħallat id-drenaġġ - ovvjament il-bdiewa joqogħdu attenti u jikkontrollaw li dan ma jsirx - minħabba r-riħa u l-kulur ta' l- istess ilma u jekk tanalizzah tkun tista' tikkonferma.", "Fil-fatt għandna diversi boreholes li kienu saru illegalment pero' li ġew legalizzati fi żmien meta sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia kien ministru u hemm uħud minn dawn li jkollhom ukoll livell għoli ta' nitrates peress li jidħol ġo fihom l- ilma tad-drenaġġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qed jgħid li m'għandux rapporti pero' qed jgħid li jaf bil-problema u li se jitkellem meta jasallu r-rapport mingħand il-water services corporation.", "Imma bir-rispett kollu, m'ilux għamilt mistoqsija fuq l-ispiera ta' Sonok, illi hija parti li ma kenitx mniġġża bid-drenaġġ.", "Hemm ukoll il-problema Tal-Qammieħ u allura għandi nifhem - mhux biex noħloq polemika - li din is-sitwazzjoni tenħtieġ li tiġi indirizzata.", "Jiena nifhem li l-Ministru ma jista' jagħmel xejn, pero' żgur li hemm bżonn li ngħollu l-kejl ta' l-infurzar u tal-management li teħtieġ din il-problema f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li jien m'iniex qed inwaħħal fil-Ministru jew qed ngħid li qed jaħbi xi ħaġa, pero' dawn huma affarijiet li ħadd ma jista' jinnegahom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Meta bidwi jinduna li l-ilma li jkun qed itella' mill- ispiera jkun fih xi rwejjaħ tad-drenaġġ għandu żewġ options; jew jissiġilla l-istess spiera bil-concrete u ma jtellax ilma minnha ...", "(Interruzzjonijiet) Pero' hemm min ma jkunx lest li jinformana għax jibża' li jinqatagħlu s-sors ta' l-ilma imma mbagħad issib nies li jkunu ġenwini u jinformawna.", "Ovvjament fejn ikollok spiera li minnha ttella' ilma tax- xorb, dawn jingħalqu u jiġu ssiġillati.", "Safejn naf jien, meta kont responsabbli minn dan il-qasam, kull meta kien ikollna xi spiera li mill-analisi kien jirriżulta li l-ilma jkollu livell għoli ta' nitrates u elementi oħra, l-ispiera kienet tiġi ssiġillata u ma jibqax jittella' ilma minnha.", "Pero' wieħed irrid ipoġġi saqajh ma' l-art u jirrealizza li l-ebda bidwi li għandu borehole biex isaqqi minnha ma jieħu gost li dak is-sors ta' l-ilma jispiċċa.", "Jien inħeġġeġ lill-bdiewa biex fejn ikun hemm każi bħal dawn jiġu minn rajhom u jinformaw lil min huwa responsabbli ħalli tingħata l-aħjar attenzjoni u dik il-problema tkun tista' tiġi rranġata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura bl-agri-ecological survey, jiġifieri barra li nagħmlu analisi tal-karatteristika tal-ħamrija nagħmlu wkoll analisi tal- kwalita' u l-livell ta' l-ilma, ma jirriżultax jekk l-ilma jkunx ikkontaminat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Li nista' ngħid hu li anke f'dan l-aspett il- ministeru tal-biedja għandu jkun attrezzat aħjar peress li ġaladarba llum ir-reġistrazzjoni ta' l-ispieri kollha li hawn fil-pajjiż hija obbligatorja, tibda ssir l-analisi fuqhom kollha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar indirizzi affettwati minn proġetti li se jsiru ta' slum clearance, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21866.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IS-SITT JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru 172 tas-17 ta' Novembru 2000, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jieħu żewġ seduti bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil-gvern jieħu s- seduta ta' llejla.", "Nistieden issa lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Chairman, se nressaq dawn ir-riżoluzzjonijiet:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 11,955,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2001.", "VOT 38 - POLITIKA EKONOMIKA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 744,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Politika Ekonomika, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 39 - KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,181,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Kummerċ, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 40 - STATISTIKA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,307,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Statistika, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 41 - KONSUMATUR U KOMPETIZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 448,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Konsumatur u Kompetizzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT VIII - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 29,556,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2001.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 39,835\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 39,834\".", "Delete the figure \"Lm 39,835\" and substitute therefor the figure \"Lm39,834\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, jien beħsiebni naqsam id- diskors tiegħi fi tnejn, parti għal dawk l-affarijiet li ma tantx ikollna opportunità niddiskutu fil-parlament< u l-parti l-oħra għall-oqsma ta' l- industrija u tal-manifattura.", "Nibda biex ngħid li meta aħna konna fil-gvern kellna slogan li kien jgħid li l-mutur ta' l-ekonomija għandu jkun il-privat.", "Dan kien proprju għaliex jidher ċar li l-gvern għandu sehem kbir wisq fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Għandu sehem direttament bil- ħafna nies impjegati miegħu, bil-ħafna xogħlijiet kapitali, u mbagħad għandu faxxa tal-privat li tiddependi minnu peress li din tieħu xogħol mingħandu, li hija parteċipazzjoni indiretta.", "Barra dan, il-gvern jipparteċipa b'mod dirett fl-ekonomija tal-pajjiż permezz ta' l-azjendi, tal-korporazzjonijiet u tal-kumpanniji tiegħu.", "Waħda minn dawn l-azjendi hija l-freeport li huwa wieħed mill-akbar investimenti li Malta qatt għamlet.", "M'hemmx għalfejn ngħid li llum il-freeport igawdi l-post ewlieni fost l- affarijiet li nqisuhom importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Il- freeport mhux biss huwa importanti għaliex jagħmel ix-xogħol ta' trasbord, imma wkoll għaliex permezz tiegħu l-industriji Maltin tista' tgħid li huma komunikati ma' aktar minn mitt port madwar id-dinja.", "Meta aħna konna fil- gvern bdejna ninnegozjaw sabiex il-freeport ta' Malta jinkera lil investituri minn Singapore.", "In-negozjati kienu daħlu fil-fond tant li anke kienu bagħtu team qawwi biex jagħmlu due diligence ta' din l-azjenda.", "L-idea tagħna kienet li permezz ta' dan il-ftehim insiru parti minn azjendi strateġiċi mhux biss fil-Mediterran imma fid-dinja kollha.", "Il-firxa tal- freeport ta' Malta kienet se titwessa' filwaqt li ssir parti mill-akbar chain ta' freeports li kienet teżisti.", "Meta mbagħad inbidel il-gvern, kien hemm informazzjoni li l-port authority ta' Singapore ma baqgħetx interessata aktar li tikri l-freeport.", "Kif smajna fil-budget debate tas-sena l-oħra, il-gvern beda jimxi fi triq oħra u l-freeport kellu jiġi privatizzat din is-sena.", "Nafu wkoll li nqalgħu xi ntoppi, iżda n-negozjati għadhom għaddejjin.", "Dwar dan forsi l- ministru jinformana aktar tard.", "Li nafu s'issa hu li hemm il-ħsieb li l- freeport ta' Malta jiġi privatizzat is-sena li ġejja.", "Meta wieħed ikun se jipprivatizza l-port ewlieni ta' Malta irid joqgħod attent mhux biss għal dak li għandu x'jaqsam mat-trasbord, imma anke għall-handling ta' u għall- esportazzjoni ta' l-istess cargo.", "Importanti li wieħed ma jorbotx din l- azjenda ma' xi operatur ta' vapuri għaliex, jekk jagħmel hekk, ikun qiegħed jitfa' kollox u jieħu r-riskju kollu ma' dik il-linja.", "M'hemm xejn ħażin li l-freeport juża linji differenti, għax hemm diversi linji li jistgħu jingħataw l-opportunità biex jipparteċipaw.", "Anzi jien naħseb li tkun ħaġa pożittiva.", "Wieħed irid joqgħod b'seba' għajnejn meta jiġi biex jipprivatizza ġojjel bħal dan.", "Tajjeb wieħed jgħid li meta l-partit Laburista kien fil-gvern konna lħaqna record fin-numru ta' containers ta' 20 pied li daħlu fil-freeport, għaliex konna lħaqna ċ-ċifra antiċipata sentejn qabel iż-żmien.", "Dan awgura tajjeb għall-mod kif konna qegħdin immexxu, iżda jidher li r-rata ta' espansjoni ma nżammitx u ġiet rallentata.", "Tajjeb li l-ministru jispjega jekk kienx hemm xi raġuni partikolari għal dan.", "Għax fil-freeport ma jsirx biss it-trasbord, imma hemm żewġ investimenti oħra, waħda minnhom hija l- oil tanking.", "Meta konna fil-gvern, aħna konna bdejna ninnegozjaw ma' l-oil tanking sabiex din tinvolvi ruħha aktar fis-sistemi ta' enerġija fil-port ta' Marsaxlokk.", "Fil-port ta' Marsaxlokk hemm diversi azjendi u l-oil tanking kienet interessata li tinvolvi ruħha direttament sabiex ikun hemm aktar ko- ordinazzjoni bejniethom.", "Per eżempju, kien hemm maħsub li jsir pipeline taħt l-ilma bejn l-oil tanking li qiegħda fix-xifer tal-freeport u Delimara.", "Din kienet lesta wkoll li tiżmantella t-tankijiet tal-gass a spejjeż tagħha - minħabba l-ambjent u l-periklu - u tpoġġihom fil-barriera li kienet saret ħdejn il-freeport minn fejn inġab il-materjal, jew parti minnu, biex inbena l-istess freeport.", "Naf li l-gvern Nazzjonalista kompla b'dawn id-diskussjonijiet wara li ħa l-amministrazzjoni f'idejh fl-1998 u jkun interessanti kieku wieħed jinforma lill-Kamra jekk l-iżvilupp baqax għaddej jew waqafx għal kollox.", "Kumpannija oħra hija dik tal-warehousing.", "Meta konna fil-gvern il- warehouses li kien hemm fl-area tal-freeport kienu chock-a-block u kellna domanda aktar milli kien hemm post. Għalhekk ippjanajna li nibnu għaxar warehouses oħra ta' daqs enormi, iżda jidher li dan il-pjan miet fuq ommu.", "L-idea tagħna kienet waħda kemmxejn ambizzjuża fis-sens li konna qegħdin inżommu taħdidiet mal-linja nazzjonali taċ-Ċina sabiex huma jużaw lil Malta mhux għat-trasbord biss, jekk hu possibbli, imma biex il-prodotti tagħhom ikunu showcase f'pajjiżna u aħna, minflok nitħallsu b'kera, nibdew nitħallsu skond il-bejgħ ta' dawn l-oġġetti.", "Aħna kkalkolajna li l-qligħ għall-pajjiż kien se jkun sostanzjali, ferm akbar milli wieħed juża l- metodu tradizzjonali tal-kera.", "Jidher li din l-idea tpoġġiet fuq l-ixkaffa minħabba l-intenzjoni tal-privatizzazzjoni tal-freeport.", "Mr Chairman, l-istess jista' jingħad dwar it-taħdidiet li kien hemm mal- linja taċ-Ċina li m'għandix dubju li eventwalment se jkollha l-akbar flotta fid-dinja.", "Aħna għandna l-iżvantaġġ li għalkemm qegħdin ftit mili 'l bogħod mit-traġitti prinċipali tal-vapuri, u meta dawn jiġu l-freeport ma jkollhomx għalfejn idawru r-rotta tagħhom b'wisq mili, aħna m'aħniex parti mill-kontinent Ewropew.", "Allura ħafna drabi, meta jkun hemm it-trasport għall-Ewropa - u hawn qed nirriferi speċifikament għall-mod kif taħdem il- linja Ċiniża - huma jmorru direttament fil-kontinent.", "Għalhekk inħolqot l- idea - u tajjeb infakkar li l-ftehim ta' ko-operazzjoni kien ġie ffirmat meta kien hemm gvern Laburista - li l-freeport jipparteċipa f'port ieħor fuq il-kontinent, dak ta' Brindisi.", "Jidher ċar li l-freeport kompla f'din id-direzzjoni u meta nara affarijiet ta' kontinwità fl-isfera ekonomika jien napprezzahom għax nifhem li din hija xi ħaġa essenzjali għal dik li hija kunfidenza kummerċjali.", "Il-gvern jipparteċipa wkoll b'mod dirett permezz tal-kumpannija MIMCOL.", "Meta aħna konna fil-gvern konna qegħdin naraw l-investimenti li l-gvern għandu f'din l-azjenda biex inkejlu jekk humiex strateġiċi jew le, ħalli mbagħad niddeċiedu għandniex nilliberalizzaw jew jipprivatizzaw Nieħdu eżempju wieħed.", "Il-Medserv konna pprivatizzajnieha kompletament.", "In- negozju tal-casino ġie liberalizzat.", "Il-MIMCOL għandha diversi kumpanniji oħra importanti.", "Waħda minnhom hija s-Sea Malta.", "Naf li sar investiment fis-Sea Malta li qiegħed jiġi realizzat permezz ta' dan il-vapur li nxtara.", "B'danakollu nħoss li kienet tkun ħaġa tajba kieku wieħed jiġi nformat x'inhuma l-prospetti għal din il-linja u l-linja l-oħra tal-Med Feeder li għandha investiment fiha.", "Meta konna fil-gvern kien hemm investitur Ażjatiku li kellu interess kbir li jinvesti fis-Sea Malta.", "Dak iż-żmien aħna bdejna nanalizzaw kemm din kienet importanti bħala asset strateġiku għal pajjiżna.", "U wieħed ikun grat lejn il-ministru jekk kemm-il darba jinformana jekk kienx hemm xi żviluppi f'dawn it-taħdidiet.", "Kumpannija oħra importanti li nħolqot ma' l-iżvilupp ta' Marsaxlokk hija t-Tug Malta.", "Din toffri servizzi tajbin, prezzijiet kompetittivi, fost l- orħos li jeżistu madwarna.", "Tajjeb li wieħed jirrealizza li meta nfetaħ il- port ta' Marsaxlokk ix-xogħol ta' din il-kumpannija kiber b'mod enormi, għalhekk għandna bżonn investiment għax biex wieħed jixtri t-tugs irid ħafna flus.", "Fl-istess ħin, huwa essenzjali li aħna noffru servizz li jkun effiċjenti.", "Kumpanniji oħrajn li l-gvern huwa direttament involut fihom huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-qmuħ u ċ-ċereali, li huma l-uniċi żewġ prodotti li għadhom b'sistema li tixbah lil dik tal-bulk-buying.", "Kien hemm il-ħsieb li l-Medigrain u l-Kordin grain silos jiġu amalgamati.", "Il-gvern Laburista kellu l-problemi bil-grain silos f'Kordin kif kellu wkoll il-gvern preċedenti Nazzjonalista.", "Sadanittant sar investiment u l-utilità tagħhom baqgħet żgħira għax meta kienu nbnew il-prezz taż-żejt kien għoli, u allura t-trasbord taċ-ċereali u l-qamħ kien jagħmel sens.", "Wara li l-prezz taż- żejt niżel dawn ma setgħux jaħdmu to capacity.", "Illum il-prezz taż-żejt reġa' għola, għalhekk ikun interessanti jekk wieħed jesplora kif jista' jiżviluppa dan il-qasam.", "Jiena m'iniex se noqgħod nidħol f'kumpannija, kumpannija, għaliex hemm diversi.", "Imma jekk il-ministru fid-diskors tiegħu jinformana fuq xi kumpanniji oħrajn u fejn waslu - bħal Chambrai u oħrajn - wieħed żgur li jieħu gost jisma' uffiċjalment x'inhu jsir.", "Dan qed ngħidu għaliex għandna naqra ta' anomalija kif niddibattu l-affarijiet fil-parlament fejn jidħlu ċerti entitajiet, bħall-Enemalta.", "Dawn għandhom dibattitu għalihom, imbagħad entitajiet importanti bħall-freeport u l-MIMCOL m'għandhomx seduta partikolari ddedikata għalihom, allura wieħed ikollu jistenna l-budget biex jitkellem dwarhom.", "Fi żmieni kellna wkoll id-dipartiment ta' l-industrija, li issa prattikament huwa xolt - forsi ġie ristrutturat - u r-raġuni li ngħatat hija li l-funzjonijiet tiegħu tnaqqru.", "Mr Chairman, ilna s-snin nitkellmu u niddiskutu li għandna jkollna laboratorju u kienet ittieħdet deċiżjoni dwar dan.", "Ilkoll nafu li l- uffiċċju ta' l-istatistika kien qiegħed jaħdem b'diffikultà kbira minħabba nuqqas ta' riżorsi umani u kultant minħabba nuqqas ta' ko-operazzjoni min- naħa ta' l-industrija.", "Hemm il-qasam tal-levies li kulħadd jaf li llum jew għada kien se jispiċċa, imma fi żmien il-gvern Laburista konna se nagħtu aktar nifs għax konna qed ngħidu li għandu jispiċċaw fuq medda ta' seba' snin.", "Iżda l-gvern preżenti mexa fuq medda ta' tliet snin f'dawk li huma levies industrijali.", "Allura meta wieħed jara dipartiment li l-funzjonijiet tiegħu kienu se jibdew jitnaqqru, bilfors li kellu jaħseb biex dan id- dipartiment jingħata rwol ġdid.", "U x'kien ir-rwol li jiena kont issuġġerejt?", "F'Malta għandna tradizzjoni qawwija ta' crafts u l-idea kienet li dan id- dipartiment ikun iddedikat għal dan il-għan.", "Postijiet fejn isiru dawn il- crafts, bħal Ta' Dbieġi f'Għawdex u Ta' Qali kellhom jiġu direttament taħt dan id-dipartiment li kellu jattrezza ruħu sabiex ikun jista' jiffoka sew fuq dan il-qasam.", "Ħafna drabi l-crafts f'pajjiżna, peress li parti minnhom kienu jaqgħu taħt id-dipartiment ta' l-industrija u parti taħt l-MDC kellhom ċerti problemi, kif jidher li għad għandhom sal-lum dawk li hemm f'Ta' Qali.", "Min hu responsabbli għandu jara li jsir crafts village kif inhu xieraq bla dewmien, l-ewwelnett għax huwa importanti li ċerti crafts inżommuhom ħajjin, u t-tieni nett anke minħabba l-qasam turistiku.", "L-MDC għandha diversi rwoli importanti, imma fost l-iktar importanti huwa dak ta' investment promotion.", "Għandha wkoll ir-rwol tal-management of industrial estates.", "Kellha wkoll ir-responsabbiltà tal-crafts village li għadni kemm semmejt, u l-micro industry estate ta' Ħal Luqa li fi żmienna konna qegħdin niżviluppawh u li għadu jiżviluppa - ħaġa pożittiva għax turi ċerta kontinwità.", "Aħna konna qassamna plots fil-qasam ta' Ħal Far, imma milli jidher ittieħdet xi deċiżjoni differenti, għaliex għadu ma bediex ix- xogħol.", "Imbagħad għandek l-industrial estates il-kbar, bħall-Marsa, Bulebel, ix-Xewkija u San Ġwann.", "Ma' dawn wieħed jista' jżid l-industrial estates f'postijiet privati, bħal dak ta' ħdejn Ħal Qormi.", "U tajjeb li ġew ivvotati somom ta' flus biex dawn jiġu żviluppati.", "Iżda jiena naħseb li trid tittieħed deċiżjoni dwar il-funzjoni ta' l-MDC li hija responsabbli mill-kostruzzjoni tal-fabbriki, kif ukoll mill- manutenzjoni tagħhom.", "Issa aħna nafu li waħda mill-iżjed inċentivi attraenti f'pajjiżna hija l-prezz irħis li wieħed joffri fabbriki b'kera jew b'ċens lill-industrijalist.", "Jien ngħid li jkun pass għaqli kieku din il-funzjoni tiġi separata kompletament mill-investment promotion.", "Forsi ssir xi entita' ġdida li tkun self-sufficient peress li l-firxa ta' artijiet li jaqgħu taħt l-MDC m'hijiex żgħira.", "Jien naħseb li b'dan il-mod l-MDC nnifisha tkun tista' tiffoka aħjar fuq l-investment promotion.", "Għax anke jekk tara n-numru ta' mpjegati li hemm fl-MDC konnessi ma' l- investment promotion u mal-management of estates, biex ngħid hekk, issib li hemm skwilibriju kbir.", "U dwar dan inħossni żgur li m'għandux ikun hemm diżgwid.", "Dan l-aħħar tkellimna wkoll - f'aġġornament jekk m'iniex sejjer żball - dwar iż-żieda fl-esportazzjoni.", "Għalkemm wieħed jieħu pjaċir jara li l- pajjiż ikun qiegħed jiżviluppa billi jtejjeb l-esportazzjoni tiegħu, irridu nammettu li l-esportazzjoni ġejja prinċipalment minn qasam wieħed, li kultant jiġi definit - bħal fi news release 81 ta' l-2000 - taħt machinery and transport equipment.", "Hawnhekk jidher ċar li fabbrika waħda partikolari, ST Microelectronics - mhux waħedha imma in partikolari - qiegħda tikkontribwixxi b'mod qawwi imma żbilanċjat għaż-żieda fl- esportazzjoni.", "Biex nieħu eżempju, fil-qasam ta' l-ikel kien hemm żieda ta' 1.7% meta tikkompara s-sena 2000 mas-sena 1999, waqt li fil-machinery and transport equipment kien hemm żieda ta' 184%.", "Jiġifieri jeżisti skwilibriju kbir bejn oqsma differenti ta' l-industrija, bħalma huma l- beverages and tobacco, crude materials, chemicals u oħrajn, u dan il-qasam ta' machinery and transport equipment.", "Huwa importanti li wieħed ikompli jespandi l-qasam tal-microelectronics għaliex din hija tip ta' industirja tajba għal pajjiżna, imma min-naħa l-oħra rridu nifhmu li jkun tajjeb li niddiversifikaw kemm jista' jkun, sabiex ma norbtux il-karru tagħna ma' azjenda waħda, kif fil-fatt għamilna b'mod ġenerali fl-ekonomija tal- pajjiż.", "L-ekonomija tal-pajjiż m'għandhiex tiddependi la mit-turiżmu, la mis- servizzi u lanqas mill-industrija biss, imma jaqblilna li din il-firxa tiġi applikata wkoll fejn tidħol kull tip ta' manifattura.", "Bħalissa l- industrija f'pajjiżna għaddejja minn fażi importanti.", "Kulħadd jaf u japprezza li l-manifattura għal pajjiżna għandha importanza kbira, u jiena nawgura li l-gvern preżenti jagħtiha l-istess importanza li kien jagħtiha l- gvern Laburista.", "Għal raġunijiet ovvji l-gvern Laburista kien jagħti importanza lill-manifattura daqs l-aspetti l-oħra ta' l-ekonomija.", "Hemmhekk għandek il-kontribut ewlieni għall-GDP għaliex in-numru ta' impjegati fil-manifattura jlaħħqu 'l fuq minn 30,000.", "Il-manifattura hija parti mit-tessut ta' l-ekonomija tal-pajjiż u għalhekk din għandha tiġi żviluppata.", "Dan jista' jseħħ billi naraw il-vantaġġi li għandna u nipprovaw nisfruttawhom kemm jista' jkun.", "Meta investitur jiġi biex jiddeċiedi fejn se jinvesti jqis tliet affarijiet prinċipali.", "L-ewwelnett jara li fil-pajjiż ikun hemm stabilità politika għax, jekk jinvesti f'post fejn m'hemmx stabilità politika, l- investiment li jkun ħareġ jista' jitilfu.", "It-tieni nett, investitur jara li jkunu available ir-riżorsi umani, il-ħaddiema li huma ta' ċertu livell kif huma f'pajjiżna.", "Fl-aħħarnett jara s-sitwazzjoni tat-taxxa għall- investiment tiegħu.", "Biex pajjiżna jippromwovi l-industrija għamel diversi liġijiet, l-aħħar waħda kienet l-IDA ta' l-1998 li kienu saru diversi emendi għaliha.", "L-aħħar emendi li saru kienu fl-1997 li ppromwovejthom jiena.", "Kien hemm inċentivi marbutin ma' l-esportazzjoni u ma' l- investiment, fosthom is-soft loans, training grants u factory space li kien irħis.", "Riċentement il-ministru ppubblika liġi ġdida li ser temenda l-IDA u sirna nafu li filwaqt illi ċerti partijiet importanti se jinbidlu, oħrajn se jinżammu.", "Skond l-istess gvern l-inċentivi se jservu sabiex jiżdied l- investiment.", "Se jkun hemm anke innovazzjoni teknoloġika u żvilupp ta' labour force li huwa skilled.", "Issa meta wieħed iqabbel il-liġi li kellna mal-liġi kif ġejja u kif din qiegħda tiġi promoted, jiddubita kemm bil-liġi l-ġdida se jiġi aktar investiment.", "U nispjega għaliex iżjed 'il quddiem.", "Il-liġi li għandna quddiemna se tinbidel sa ċertu punt f'dik li ngħidulha an enabling act fejn, permezz ta' legal notices, il-ministru se jkun jista' jintroduċi regolamenti jew jemendahom.", "Ir-raġuni li qiegħed jagħti l-gvern hija biex ikun hawn aktar flessibilità.", "Normalment f'ċerti oqsma jaħdmu l- enabling acts, imma f'dan il-qasam ma nafx kemm hu għaqli li nintroduċu sistema simili.", "Huwa veru li kollox jiddependi mill-mod kif titħaddem.", "Il- ministru jista' jdaħħal skemi ġodda ta' inċentivi u jekk dawn jirriżultaw pożittivi, allura l-liġi tkun inħadmet tajjeb, imma jekk dawn jirriżultaw fin-negattiv, żgur li wieħed jirrealizza kemm kien ikun aħjar kieku dawk l- iskemi ġew diskussi fil-parlament fejn kulħadd seta' jagħti l-kontribut tiegħu.", "Jiena nemmen li anke fejn jidħlu l-legal notices, tista' ssir ukoll diskussjoni dwarhom f'din il-Kamra.", "Il-liġi titkellem fuq legitimate expectations u tirriferi għal intrapriżi li diġà jeżistu u li qegħdin jibbenefikaw jew jistgħu jibbenefikaw minn dak li l-liġi, kif inhi llum, diġà qiegħda toffrilhom.", "F'dawk li huma inċentivi ta' taxxi, dawn se jkollhom l-opportunità li jżommu l-benefiċċju preżenti.", "Dan ifisser li hawn qegħdin nerġgħu naraw kontinwità tal-liġi kif saret fl-1997, fejn dawk il-kumpanniji li jiddeċiedu li jespandu f'Malta - u kien hemm diversi, fosthom l-ST Microelectronics - ikunu jistgħu jibqgħu jibbenefikaw u jindunaw li dak li ppjanaw se jibqa' on target.", "Iżda se tingħata wkoll opportunità għal min irid jaqa' taħt skemi oħrajn.", "Il-liġi se tneħħi d-distinzjoni bejn dawk li huma export oriented u dawk li m'humiex.", "Dan huwa fattur pożittiv u nista' ngħid li meta aħna konna nitkellmu mal-constituted bodies konna diġà wrejniehom l-intenzjoni li għandu jkun hemm tibdil fil-liġi f'dan is-sens.", "Semmejt il-constituted bodies biex wieħed ikun jista' jivverifika jekk dak li qed ngħid hux minnu jew le u mhux għax bħalissa qed insemmu din il-liġi.", "Il-liġi tagħmel distinzjoni importanti bejn dak li ssejjaħ target sectors u n-non target sectors.", "It-target sectors huma dawk l-affarijiet manifatturati li l-gvern jixtieq jara l-espansjoni u l-promozzjoni tagħhom, li huma l-machinery and equipment, ir-rubber and plastics, l-optical instruments, il-pharmaceuticals, l-electronic goods, u hemm xi oħrajn.", "Il- gvern qed jgħid li dawk li jaqgħu taħt dawn it-target sectors se jkollhom taxxa ta' 5% għall-ewwel seba' snin, ta' 10% għat-tieni sitt snin, ta' 15% għall-ħames snin ta' wara, u mbagħad it-taxxa tkun skond dak iż-żmien partikolari.", "Mr Chairman, jekk l-ammont ta' fabbriki ġodda li ġew f'dawn is-sentejn kien negliġibbli - u fil-maġġoranza tagħhom kienu kważi fabbriki li ġew approvati fi żmien il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 - allura kif issa se nimponu taxxa meta nafu li, għalkemm kellna liġi li kienet toffri ċerti inċentivi fuq l-esportazzjoni, xorta kien daqstant diffiċli biex jinġieb investiment barrani minħabba l-kompetizzjoni qawwija mill-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali peress li dawn għandhom il-pakketti tagħhom?", "Barra dan, illum ma rridux ninsew li għandna kompetizzjoni wkoll mill-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq, bħalma huma t-Tuneżija u l-Marokk, għalkemm l-ST Microelectronics għandha żewġ fabbriki l-Marokk.", "Biex wieħed ikun anke konsistenti jrid jgħid li se jingħataw investment credits ukoll.", "Għall-kbar dawn se jkunu ta' 50% filwaqt li għaż-żgħar se jkunu ta' 65% bħala massimu.", "S'issa semmejt x'inhuma t-target sectors li l-gvern qed jippromwovi, imma mbagħad hemm ukoll dawk li jgħidulhom in-non-target sectors.", "Fil-fatt, din id-distinzjoni ssir u taqsam l-industrija fi tnejn.", "Fejn qabel l- industrija kienet maqsuma bejn export oriented u non-export oriented, illum din tinqasam bejn it-target sectors - dawk is-setturi li l-gvern jixtieq jippromwovi għaliex identifikahom li huma aktar adattati għall-pajjiż - u n- non target sectors.", "Issa fil-każ ta' dawn hemm il-ħsieb li tiżdied il- value added eliġibbli għal taxxa ridotta ta' income tax, fuq il-profit increment li tiġi kkalkolata skond formola fl-istess liġi.", "Se jingħataw ukoll investment allowances u reduced tax rate on reinvested profits li l- massimu jkun - u dan l-investiment allowance li jinsab fil-liġi se tiżdied - sa 50% fuq plant and machinery u 20% għall-industrial building structures.", "Mela, din l-aħħar parti li għadni kemm semmejt li tifforma parti mil-liġi kif inhi, se tiġi amplifikata.", "Illum kulħadd japprezza l-importanza tas-small and medium enterprises.", "Il-liġi fil-fatt tirriferi għall-SMEs speċifikament u jidher li l-mod kif dawn ġew deskritti saru biex ikunu in line mal-politika jew mal-policies li hemm fl-EU.", "Wieħed dejjem jistenna li l-għajnuna li tingħata lill-SMEs għandha tkun akbar minn dik li tingħata lill-kbar ħalli wieħed iħeġġiġhom, u fl-istess ħin jgħinhom biex jiżviluppaw dejjem aktar.", "Wieħed ma jridx jinsa lanqas lill-industrija ċ-ċkejkna li timpjega ftit nies fejn, fil- fehma tiegħi, hemm ukoll lok għal added incentives.", "Aħna konna għamilna l-IPSE - u dwar dan probabbilment se jitkellem aktar tard iktar fid-dettall il-kollega tiegħi - imma l-liġi tikkomprendi anke sistema ta' protezzjoni akbar meta dawn jitħallsu għal xogħolhom minn debituri ħafna akbar minnhom.", "Iżda wieħed għad irid jara kemm din se tirnexxi għax hemm ukoll dak li jissejjaħ discounting.", "Dan ifisser li inti tmur f'bank u tipprova tbigħlu dak li jkollok tieħu, però l-bank minflok li jagħtik lira b'lira, jagħtik forsi 90c jew 80c għal kull lira.", "Għalhekk għedt li ħaġa bħal din wieħed irid jara kif se tiżviluppa.", "L-importanti li l-inċentivi li kien hemm fl-IDA dwar training u job creation ikunu ndukrati u żviluppati sabiex ikunu jistgħu jħallu l-frott fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Rimarka oħra li nixtieq nagħmel hija dwar is-soft loans li jidher li se jispiċċaw, fis-sens li se tinbidel is-sistema.", "Se jkollok interest subsidiaries u se jkollok loan guarantees simili għal kif kien sar għall- industrija ż-żgħira.", "Imbagħad għandek ukoll qasam ieħor li huwa indikat li se jsir għalkemm donnu li mhux se jiġi attivat għalissa.", "Dan huwa l-qasam tal-grants li kienu parti mill-qasam industrijali ta' pajjiżna fis-snin sittin, iżda minn dak iż-żmien 'l hawn bdew jiġu phased out.", "Ir-raġuni kienet li meta saret analiżi tal-grants instab li jkun aħjar jekk dawn jispiċċaw.", "B'danakollu, forsi hemm il-ħsieb li dawn jerġgħu jiddaħħlu għaliex pajjiżi kompetituri tagħna għandhom sistemi li jistgħu jinkorporaw tip ta' grants anke b'mod indirett.", "Sadanittant, jiena xorta waħda nissuġġerixxi lill-gvern biex joqgħod attent ħafna kif juża dawn il-grants, għaliex dawn jistgħu jagħtu lok għal xi abbużi.", "Jista' jkun hemm min jipprova jieħu l-grants mingħajr ma jkollu tassew l-intenzjoni li jiżviluppa l-industrija tiegħu.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar l-industriji t'Għawdex li forsi għandhom xi ftit żvantaġġ peress li hemm il-baħar jifridna.", "Min-naħa l-oħra, meta titkellem ma' investituri li għandhom xi azjenda f'Għawdex, dawn ifaħħru ħafna l-ħaddiema Għawdxin għall-mod kif iġibu ruħhom u għall-mod kif japplikaw l-iskills li għandhom.", "Għalhekk jiena ċert li jekk ikun hemm inċentivi addizzjonali biex jiġi faċilitat l-investiment f'Għawdex, dan għandu jkun pass pożittiv ħafna.", "Nikkonkludi billi nagħmel riferenza għall-industrija u l-Ewropa.", "Kif kulħadd jaf, jekk kien hemm qasam li aħna konna qegħdin naħdmu biex ikollna rabta ma' l-Ewropa, dan kien proprju fil-qasam ta' l-esportazzjoni u importazzjoni ta' prodotti industrijali.", "Aħna għamilna ħilitna kollha biex jintlaħaq ftehim ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-free trade għaliex jekk wieħed jara l-persentaġġi ta' l-esportazzjoni u ta' l-importazzjoni mill- Ewropa, malajr jinduna kemm ftehim simili jiggarantixxi biex il-prodotti tagħna jinbiegħu fl-Ewropa u viċe versa mingħajr ma jinqala' xkiel bla bżonn.", "U din l-integrazzjoni industrijali bejn l-Ewropa u Malta kienet żgur pass fid-direzzjoni t-tajba għaliex il-pajjiż kien se jibbenefika ħafna minnha.", "Fl-istess ħin, ma kenux se jiġu imposti ċerti obbligazzjonijiet li llum pajjiżna se jkollu jagħmel, jekk isir membru sħiħ ta' l-Ewropa.", "Waħda mill-affarijiet li żgur qiegħda tinkwieta lill-industrijalist Malti hija t-taxxa li tiġi imposta fuq materja prima li ma tiġix mill-Ewropa.", "Filwaqt li issa l-industrijalist jista' jibbenefika minn tariffa ridotta, skond il-liġijiet ta' pajjiżna, u jipproduċi dak li qiegħed jimmanifattura bil-materja prima skond il-prezz li jġibha, jekk nidħlu bħala membru sħiħ dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Irrid infakkar lill-kollega tiegħi li ħafna mill-fabbriki Tedeski kienu ġew Malta mhux biss għaliex Malta dak iż-żmien kienet post fejn il-ħlas għall-ħaddiem ma kienx għoli daqs ta' postijiet oħra fl-Ewropa, imma wkoll minħabba l-fatt li kien hemm din l-eżenzjoni ta' taxxa fuq materja prima kemm-il darba din tiġi riesportata.", "Hawnhekk wieħed irid joqgħod attent ħafna għax dan huwa fattur li bl-ebda mod m'għandu jiġi injorat.", "Hemm fatturi oħra li huma importanti, imma wieħed ma jistax jidħol fihom fid- dettall għaliex dan il-qasam kellna opportunita' niddiskutuh f'diversi dibattiti oħrajn.", "Kif għedt fil-bidu, jien ipprovajt nikkonċentra fuq oqsma li ma kellniex u ma jkollniex l-opportunità niddibattuhom, bħall-freeport u investimenti oħra tal-poplu, filwaqt li t-tieni parti tad-diskors tiegħi ikkonċentrajtu dwar is-sitwazzjoni preżenti li għandna fix-xena tal-manifattura, ta' l- industrija u dwar il-liġi l-ġdida li qiegħda tkun promossa f'dan il- parlament.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, kull sena niġu hawnhekk u nintalbu napprovaw l-estimi għas-sena d-dieħla, dak li jissejjaħ il-budget.", "Il- budget huwa eżerċizzju ta' tmexxija serja, u biex tmexxi serjament trid tara kif taħdem u ssolvi l-problemi b'mod differenti.", "Ovvjament il-budget irid jagħti direzzjoni ekonomika lill-pajjiż u jara li f'dak kollu li jagħmel jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna għax il-budget m'huwiex sempliċement fatt li l-gvern jagħti jew jieħu, imma iżjed importanti minn hekk, irid ikun eżerċizzju ta' tmexxija serja.", "Iżda biex isir dan, kif għedt, irid ikun hemm direzzjoni ekonomika li eventwalment tissarraf billi tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku.", "Din hija fundamentali ħafna.", "Xejn ma jimxi 'l quddiem fil-pajjiż jekk il-budget ma jagħtix direzzjoni u ma jippromwovix l-iżvilupp ekonomiku.", "Barra minn hekk, il-budget irid juri u jkun konformi mal-politika tal-gvern u jara li jilħaq l-aspettattivi popolari f'kull settur.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq is-settur ekonomiku u dan is-settur fih ħafna diviżjonijiet, però b'mod ġenerali l-budget irid jara x'inhuma l-aspettattivi tal-poplu u jipprova jkun sensittiv għalihom.", "Dan huwa importanti ħafna.", "Mr Chairman, ma jistax ikun li inti tagħmel eżerċizzju ta' tmexxija serja jekk twarrab dak li jgħidlek il-poplu u ma tagħtix kas x'qed iħoss il- poplu.", "Importanti li waqt li l-budget juri direzzjoni ekonomika, iżomm ruħu aġġornat il-ħin kollu b'mod sensittiv ma' l-aspettattiva tal-poplu.", "Il-budget irid ikun leali ma' dak li jkun qiegħed jgħid il-poplu.", "Il- ministru tal-finanzi, il-gvern, il-kabinett kollu irid ifassal budget skond dak li jkun qed jgħid il-poplu.", "Sadanittant, il-budget għandu jżid l- effiċjenza nazzjonali.", "Dan huwa importanti f'kull pajjiż, iżjed u iżjed f'pajjiżna, billi kemm aħna hawn ġew, il-media u ħafna nies jiddiskutu kemm hu meħtieġ li pajjiżna jkun effiċjenti.", "Din hija xi ħaġa fundamentali.", "Il- budget irid jippromwovi l-effiċjenza nazzjonali, u saħansitra fid-diskors tal-budget stess hemm ħafna dikjarazzjonijiet li bil-fomm il-ministru tal- finanzi qed jgħid li jixtieq jara ħafna iżjed effiċjenza nazzjonali.", "Iva, il-budget għandu jagħti direzzjoni kif nistgħu nwasslu lil pajjiżna biex ikun iżjed effiċjenti.", "Ma nistgħux inżidu l-attività ekonomika u fl-istess ħin ma nindirizzawx l-effiċjenza nazzjonali.", "Għalhekk, il-budget irid jara u jħeġġeġ din l-effiċjenza nazzjonali.", "Imbagħad il-budget irid ikun ukoll onest.", "Onest f'dak li jipproġetta.", "X'jiswa li jkollok diskors tal-budget li kulħadd jgħid kemm kien sabiħ, imbagħad l-effetti tiegħu, kemm dawk li jidhru u anke dawk li ma jidhrux, imorru kontra dak id-diskors li jkun sar, billi jkun hemm affarijiet moħbija jew affarijiet li jinqraw bejn il-linji li jolqtu lill-poplu b'mod kuntrarju għal dak li jkun ingħad?", "Għaldaqstant, il-budget irid ikun onest anke kif jidher fil-proġettazzjoni tiegħu.", "Iżjed minn hekk, ma jfisser xejn li jkollna diskors tal-budget sabiħ u li jkollna anke figuri sbieħ, jekk imbagħad min iħaddem il-budget - il-gvern stess - ma jħaddimx id- dikjarazzjonijiet tal-budget, u ma jħaddimx sew il-flus li jiġu vvotati ħalli l-budget iħalli l-effett tajjeb tiegħu.", "Ovvjament, min iħaddem il- budget għas-sena ta' wara, importanti li jkollu nies bil-għaqal, nies li mhux biss għandhom l-intenzjoni politika, imma li jkollhom l-għaqal ta' management, li jkunu jafu jmexxu l-affarijiet tal-gvern 'il quddiem.", "Inutli jkollok budget u flus ivvotati f'kull settur jekk min qed imexxi dawk il-flus - il-ministri, is-segretarji parlamentari, l-uffiċjali tal- gvern - ma jkunx għaqli biżżejjed biex imexxi d-dikjarazzjoni ta' dak il- budget partikolari.", "Il-budget, nerġa' ngħid, ma jridx ikun biss eżerċizzju ta' politika, imma jrid ikun ukoll eżerċizzju ta' tmexxija serja.", "Mr Speaker, dan il-pajjiż m'għandux bżonn paroli sbieħ; kulma għandu bżonn hija tmexxija serja.", "Bħalissa pajjiżna għaddej minn żmenijiet li bilfors kulħadd irid jaqdef biex nimxu 'l quddiem.", "Għaddejjin minn sitwazzjoni ta' globalizzazzjoni fejn kull pajjiż qed jinfetaħ għal pajjiż ieħor, fejn l-unika ħaġa li tagħtik l-edge fuq il-kompetituri tiegħek hija l-effiċjenza.", "Hemm bżonn il-produttività u l-kompetittività, għax jekk ma nkunux kompetittivi ma nkunux tajbin, ma nkunux għaqlin biżżejjed.", "Illum mill-ewwel se ssib pajjiżi oħra li jisirqulek il-ħobża ta' kuljum, li jisirqulek is-swieq, u ovvjament bħala riżultat ta' dan, jekk ma tkunx għaqli biżżejjed, tispiċċa biex tbati int u jbati miegħek il-poplu kollu, minħabba li jonqos l-istandard of living.", "Allura, bir-raġun kollu, nistennew li bħala riżultat tal-budget, għandna naraw aktar investiment barrani fil-pajjiż.", "Din hija xi ħaġa fundamentali speċjalment għal pajjiż żgħirbħal tagħna u mingħajr riżorsi, pajjiż b'poplu għaqli iva, iżda li ma jistax jgħaddi mingħajr investiment barrani.", "Barra minn hekk, il-budget irid jindirizza wkoll il-problema kbira tad- deficit li bħalissa għandna f'dan il-pajjiż, li issa ilna nitkellmu fuqha tul dawn l-aħħar snin.", "Però hawn nixtieq infakkar lill-membri f'din il- Kamra, u lil dawk li qegħdin jisimgħuna, li fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti din il-problema kbira tad-deficit ma kienet tissemma xejn.", "Iżda llum dan il-gvern qiegħed jgħidilna li fil-fatt din hija l-ikbar problema li għandu pajjiżna.", "Issa tan-naħa l-oħra qegħdin jitkellmu mod ieħor.", "Qegħdin jgħidulna li ħafna mill-affarijiet li laqtu ħażin lill- poplu huma kollha riżultat tal-miżuri li ttieħdu biex fl-aħħar mill-aħħar nindirizzaw din il-problema, li għal ħafna snin kienet injorata kompletament minnhom.", "Hawn qiegħed nirriferi għall-gvernijiet ta' qabel l- 1996, meta allaħares l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet issemmi li kellna xi problema finanzjarja fil-pajjiż għax kont tkun qisek qed tgħid xi taboo!", "Fil-verità kellu jkun il-gvern Laburista ta' wara l-1996 li ġab awareness ta' din il-problema fost il-poplu tagħna; ħaġa li donnha li niżlet tajjeb mal-gvern preżenti li qiegħed jindirizzaha huwa wkoll.", "Mr Speaker, hemm bżonn li f'pajjiżna jkollna servizzi li jkollhom il- valur ta' dak li jintalab għalihom.", "Iktar ma jgħaddi żmien dan il-pajjiż iżjed qed jiddependi fuq is-servizzi li jingħataw lill-barranin ħalli b'hekk jinġieb il-valur tal-munita barranija.", "Għalhekk, huwa importanti li l-budget jindirizza anke din il-problema, biex naraw li l-poplu qiegħed jiġi edukat ħalli jkun kapaċi jagħti l-aħjar servizzi possibbli.", "Hawn nixtieq nistaqsi jekk humiex sejrin jintlaħqu dawn l-aspettattivi li tkellimt fuqhom, permezz ta' dan il-budget?", "Dan il-budget jindirizza dawn il-problemi?", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa budget ta' ngann; huwa budget mirage, kif issemma diġà f'din il-Kamra, minħabba li jagħti l-impressjoni li huwa budget tajjeb - kif ipprovaw ibellgħuha lill-poplu l-membri tal- gvern li sostnew li dan huwa verament budget soċjali - imma meta tanalizzah, issib li dan huwa budget li se jitfa' aktar tbatija fuq il- poplu.", "Fi kliem ieħor, huwa kontinwazzjoni ta' sensiela ta' budgets li għakksu lill-poplu, hekk kif il-Partit Nazzjonalista ħa f'idejh il-gvern.", "F'daqqa waħda l-gvern Nazzjonalista donnu ġie konxju mill-problema tad- deficit li wara kollox ħoloq hu stess u qiegħed jipprova jnaqqsu billi impona iżjed taxxi fuq il-poplu.", "U m'iniex qiegħed nirriferi għal dan il- budget biss, imma għall-budgets kollha li saru minnu mill-elezzjoni ta' l- 1998 'l hawn għax dan huwa kontinwazzjoni ta' sensiela ta' budgets li dejjem qegħdin iwaqqgħu il-mannara fuq il-poplu.", "Se nfisser ruħi biex nuri kemm dan li qed ngħid huwa minnu.", "Mad-daqqa t'għajn dan il-budget jagħti l- impressjoni li m'huwiex daqshekk iebes bħall-budget infami tas-sena l-oħra, imma meta wieħed jifli sewwa l-end result tiegħu, isib li l-għan prinċipali tiegħu hu li jinġabru iżjed taxxi minn fuq il-poplu tagħna.", "Tant hu hekk, li dan il-budget se jiġbor madwar Lm56 miljun - u qed inkun konservattiv hawnhekk - aktar mis-sena l-oħra.", "Issa jekk kien hemm budget li tul dawn l- aħħar forsi għaxar snin weġġa' serjament lill-poplu Malti, kien preċiżament il-budget tas-sena l-oħra.", "Tant hu hekk li saru ħafna lmenti u protesti dwaru.", "Dawn ma sarux biss min-naħa ta' l-oppożizzjoni, imma jiena ċert li anke n-naħa tal-gvern irċeviet privatament numru sostanzjali ta' ilmenti mill-votanti Nazzjonalisti nfushom.", "Imma t-turija ta' kemm kien verament iebes il-budget tas-sena l-oħra ovvjament laħqet il-climax tagħha fid- dimostrazzjoni kbira li organizzat il-GWU u li fiha ħadu sehem ħafna nies.", "Mhux biss, imma nistgħu ngħidu li dak li sar f'dan il-budget kien riżultat tal-protesti li għamel il-poplu tagħna għall-budget tas-sena li għaddiet.", "B'danakollu, għalija dan il-budget huwa aktar ta' piż minn dak ta' qablu għax, jekk wieħed jiftakar sew x'kien fih il-budget tas-sena l-oħra, wieħed isib li meta tħabbret iż-żieda tan-national insurance - dik li tissejjaħ il- bolla - din iż-żieda kellha tiġi phased fuq bażi ta' sentejn, jiġifieri bdiet is-sena l-oħra imma se tieħu sentejn biex titwettaq.", "Minn Jannar tas- sena d-dieħla l-ħaddiema kollha, l-employers kollha, se jiġu mitluba li jitgħabbew iżjed bil-piż ta' żieda fil-bolla li ġiet imħabbra mhux f'dan il- budget li qegħdin nitkellmu dwaru, imma fil-budget tas-sena l-oħra.", "Piż ieħor simili huwa dak li jirrigwarda l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imma dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem.", "Meta ġew maħsuba u meta ġew ikkalkolati ż-żidiet li dan il-gvern ħaseb li jagħmel f'Novembru tas-sena 1998, dawk iż-żidiet kienu ġew ipprogrammati li jiżdiedu kull sena.", "Jiġifieri, għalkemm ma tħabbar xejn f'dan il-budget, mis-sena d-dieħla l- poplu se jerġa' jitgħabba bil-piż tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Dan l-atteġġjament il-gvern irrepetih anke f'budgets ta' qabel l-1996 meta fihom ma kien jissemma xejn, imbagħad matul is-sena kienu jidħlu t- taxxi baxx baxx.", "L-istess qed jiġri fil-budget preżenti.", "Riżultat ieħor li l-gvern ma ħasibx għalih, jew forsi ħaseb għalih ukoll, huwa l-fatt li bħala riżultat ta' xi żidiet li qegħdin jingħataw f'dan il-budget - waħda minnhom iż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja ta' Lm1.50 li aħna nsostnu li missha kienet iżjed - ħafna nies li qabel kienu ntitolati għall-benefiċċji soċjali, se joħorġu mill-faxxa tagħhom u se jidħlu f'xibka ta' aktar taxxi.", "Dan ifisser li f'dan il-budget se jkun hemm nies li se jieħdu ż-żidiet, imma mingħajr ma jafu, eventwalment, meta jinħadmu kemm ikunu daħħlu miż- żidiet ta' l-għoli tal-ħajja u minn dawk tal-benefiċċji soċjali se jsibu li minflok ikunu marru 'l quddiem, se jkunu marru lura.", "Is-sena l-oħra l- budget ukoll kien fih xi żidiet ta' l-għoli tal-ħajja, imma meta mbagħad ġiet is-sena ta' wara u bdew jinħassu l-effetti ta' dak il-budget, ħafna nies spiċċaw imorru d-dar b'paga inqas, jiġifieri wara li kienu ngħataw l- impressjoni li kienu ħadu xi żidiet, spiċċaw agħar minn qabel.", "Issa hekk se jiġri wkoll.", "Dan hu x'naħseb jien dwar il-budget li ġie ppreżentat din is-sena.", "Sur President, illum qegħdin nitkellmu dwar il-vot tal-ministeru għas- servizzi ekonomiċi, li miegħu hemm marbutin il-water services corporation u l-Enemalta.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l-korporazzjoni Enemalta huma żewġ muturi importanti ħafna għall-ekonomija, għall- infrastuttura, għall-industrija, għall-kummerċ u għas-settur domestiku ta' pajjiżna.", "Riċentement iddiskutejna fid-dettal il-voti ta' dawn il- korporazzjonijiet u fid-diskussjoni ta' bejnietna qbilna f'ħafna affarijiet li jolqtu lil dawn il-korporazzjonijiet; bħal ngħidu aħna fejn jidħlu l- effiċjenza, id-dedikazzjoni u ħwejjeġ oħra.", "Imma mbagħad meta wieħed jara kif dan il-budget qiegħed jittratta dawn l-affarijiet isib li dan l-istess budget imur kontra dak li nidhru li naqblu fuqu.", "Jien lest li nġib ħafna eżempji biex nuri kemm dan il-budget mhux biss ma jurix tmexxija tajba, imma talli qiegħed jittradixxi dak kollu li nħossu u dak kollu li naqblu fuqu f'dan il-parlament.", "Naħseb li lkoll niftakru dawk iż-żminijiet meta f'dan il-parlament ma kienx hawn qbil dwar x'inhi l-prijorita` fil-qasam ta' l-ilma.", "Hawnhekk qed nirriferi għaż-żmenijiet ta' qabel l-1995 meta l-oppożizzjoni kienet issostni li għalkemm hu importanti li l-pajjiż jipproduċi iżjed ilma, daqstant ieħor hu importanti li jkollu sistema tajba ta' distribuzzjoni biex l-ilma ma jinħeliex.", "Fil-fatt il-kollega tiegħi li kien jitkellem fuq dan is-suġġett kien jagħmel enfasi kbira li m'hux sew li f'dan is-settur inkomplu nibnu iktar impjanti tar-reverse osmosis mingħajr ma nindirizzaw il-problema tad-distribuzzjoni.", "Eventwalment din il-problema bdiet tiġi indirizzata, bdiet tittieħed bis-serjeta` u llum tinsab taħt il-kontroll tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Diġa' spjegajt kemm hu importanti li l-budget jagħti direzzjoni u jgħin sabiex tiżdied l- effiċjenza nazzjonali.", "Minħabba li aħna pajjiż iżolat mingħajr riżors ta' l-ilma, dan l-ilma qed jiġi jiswiena l-miljuni tal-lir.", "Fil-fatt jekk wieħed jifli l-estimi ta' dan il-budget li qegħdin nitkellmu dwaru nsibu li l-gvern qiegħed joħroġ miljuni kbar biex jissussidja dan il-qasam hekk importanti għalina.", "Kien hemm żmien fejn għal kull tliet galluni li konna nipproduċu konna nitilfu tnejn, jiġifieri 66% ta' dak li konna nipproduċu kien jintilef fit- trab.", "Eventwalment din il-problema bdiet tiġi ttekiljata u bdiet tingħata iżjed importanza lis-settur tal-leakage control.", "Saħansitra l-istess gvern Nazzjonalista qabel ma' din id-direzzjoni, u minn dak li jikteb il-ministru fil-media kif ukoll minn dak li jingħad f'dan il-parlament jidher li hemm qbil li l-problema tal-leakage control għandha tiġi indirizzata u tingħata iżjed importanza.", "Din it-tip ta' policy qiegħda tagħti r-riżultati tagħha tant li m'għadniex nitilfu daqstant ilma.", "Jekk m'iniex sejjer żball, fil- preżent qegħdin nitilfu madwar 50% ta' l-ilma li nipproduċu, pero` xorta waħda għadna ma wasalniex fejn nixtiequ naslu.", "Hemm livell li inti tipproġetta jew tipprova tippjana li tilħaq - dak li jgħidulu economic leakage control level - li ma jkunx cost effective, u dan hu li tkompli tfittex u tikkontrolla l-leakage meta tasal f'dak il-livell, pero` għad fadlilna ħafna u ħafna x'naqdfu biex nilħqu dan il-livell.", "Għaliex qed ngħid dan kollu?", "Fil-pajjiż fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma nsibu ma' l-2,000 kilometru ta' pipes tal-mains li l-biċċa l-kbira minnhom huma tal-ħadid, minbarra li hemm ukoll 1,400 kilometru ta' service pipes - meta ngħid service pipes qed nirriferi għal dik il-connection li tgħaddi mill-main għal ġod-dar - li huma tal-ħadid ukoll.", "Suppost li din il-problema bdiet tiġi indirizzata iżda sfortunatament, meta wieħed ifittex fl-estimi ta' dan il-budget isib li f'daqqa waħda donnu l-gvern qed ibiddel id-direzzjoni ta' dak li kien miftiehem.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn paġna 247 ta' l- estimi jsib li filwaqt li fl-1999 ġew mibdula 70 kilometru minn dawn il- pipes - li ħafna minnhom ikunu msadda u jkunu kaġuni tal-leakage ta' l-ilma - is-sena li għaddiet ġew mibdula biss 45 kilometru.", "Dan għalija hu sinjal ta' nuqqas ta' impenn mill-gvern biex jindirizza din il-problema, li safejn naf jien hemm qbil li din għandha tingħata l-prijorita` tagħha.", "Jekk imbagħad wieħed iħares lejn is-sena d-dieħla jara li hemm proġettat li dan it-tibdil ta' mains se jkompli jonqos għal 38 kilometru.", "Il-punt tiegħi hu li hemm nuqqas ta' kongruwenza.", "Fi kliem ieħor f'dan il-budget qed isir il- kontra ta' dak li nafu li hemm bżonn li jsir f'pajjiżna.", "Jekk wieħed imbagħad iħares lejn kemm hemm ivvotati flus biex din il-problema tiġi indirizzata jinduna li filwaqt li fl-1999 ġew minfuqa actual expenditure ta' Lm3.9 miljun, fis-sena 2000 ġew approvati Lm2.3 miljun biss, u għas- sena d-dieħla - skond dawn l-estimi - qegħdin nipproġettaw li nonfqu madwar Lm1.67 miljun, jiġifieri għandna f'moħħna li s-sena d-dieħla nonfqu inqas min-nofs ta' dak li attwalment infaqna fl-1999.", "Huwa veru li rridu naraw kif nikkontrollaw id-deficit fil-pajjiż; huwa veru li għandha tkun prijorita` nazzjonali li dan il-pajjiż jindirizza dik li tissejjaħ il-ħofra; imma inti m'għandekx tipprova tnaqqas biex imbagħad tiġi tiftaħar li tkun naqqast id-deficit b'mod kontro-produttiv.", "Dan huwa eżempju tipiku ta' dik il-mara li tipprova tixtri xi ħaġa bl-irħis imma mbagħad tiġiha bl-għoli.", "Għaldaqstant nittama li dan il-parlament - gvern u oppożizzjoni - ħa t-tagħlima li dan ma jagħmilx sens.", "Nittama li l- esperjenza tal-passat għallmitulna dan.", "Għaddejna biżżejjed minn martirju u minn infiq żejjed ta' flus bla bżonn minħabba li kien hawn il-ħela.", "Issa meta nafu li hemm qbil fuq dan kollu jiddispjaċina meta naraw li xorta waħda qegħdin isiru affarijiet li jmorru kontra l-loġika minħabba li l- ministru tal-finanzi jinsab f'paniku sħiħ biex inaqqas il-problema tad- deficit.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax il-ministru qed jipprova jisraq jew iqanċeċ minn dak li m'għandux iqanċeċ, u jekk din il-problema ma jindirizzahiex se jispiċċa jbati hu stess minħabba li eventwalment il-gvern se jkollu jkompli joħroġ iktar flus u allura l-voti vvotati se jkunu biss flus fil-ħela.", "Huwa inutli li tipprova tiffranka f'affarijiet fejn għandek bżonn tagħmel investiment, l-kontroll tal-leakages huwa investiment.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu f'dak li huwa investiment għall-ħażna ta' l- ilma.", "Dan l-aħħar, meta kien hemm il-qtugħ tad-dawl minħabba trouble fil- power station tal-Marsa, rajna sezzjonijiet kbar tal-gżira li spiċċaw mingħajr ilma mmedjatament.", "Bir-raġun kollu rajna wkoll lil ħafna residenti, negozjati u kummerċjanti min-naħat ta' Pembroke, ta' San Ġiljan u Tas-Sliema jilmentaw li din hija sitwazzjoni intollerabbli u li areas kummerċjali bħal dawk m'għandhomx ibatu minn qtugħ ta' l-ilma għal ħinijiet twal minħabba sempliċement problema li nqalgħet fil-power station tal- Marsa.", "Issa aħna nafu li din il-problema nħolqot minħabba li ma kienx hemm ħażna kbira biżżejjed ta' ilma f'dawk in-naħat.", "F'dan il-parlament ilna ħafna ngħidu li f'dawk in-naħat hemm bżonn li jkun hemm ħażna qawwija ta' l- ilma u kien hemm anke pjani biex jinbena ġibjun ġdid f'Ta' Xwieki.", "Naf li kien hemm anke diriġenti tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma li qablu ma' dan il-proġett, minħabba li dan huwa proġett li jagħmel sens, ħalli kif immedjatament ikun hemm qtugħ fid-dawl, ir-residenti ma jbatux ukoll il-qtugħ ta' l-ilma bħala konsegwenza kważi mmedjata.", "Kultant meta jkollok qtugħ tad-dawl, jaf jagħmel ġurnata, jaf jagħmel tnejn, jew tlieta, imma jekk ikollok ħażna kbira biżżejjed ta' l-ilma din kapaċi taqdik sakemm il-ħsara tiġi msewwija.", "B'hekk il-poplu ma jbatix minn xi ħaġa tant essenzjali bħalma hu l-ilma.", "Jien naħseb li din mhix għajr loġika u meta fittixt fl-estimi xtaqt li kieku sibt xi flus ivvotati biex jibda jinbena dan il-ġibjun f'Ta' Xwieki, imma fil-fatt ma sibt xejn u nibża' ngħid li dawk ir-residenti t'hemmhekk se jibqgħu soġġetti għal dan il-qtugħ ta' l- ilma minħabba dan in-nuqqas ta' investiment f'dawk in-naħat.", "L-oppożizzjoni ilha titkellem dwar dan il-proġett imma min-naħa tal-gvern ma jidhirx li hemm impenn biżżejjed biex dan isir.", "Kulma nsibu huma xi flus li ġew ivvotati biex isiru xi tiswijiet f'ġibjun u xi flus għall- proġett tat-telemetry.", "Dan huwa proġett li ssemma ħafna f'dan il-parlament u li n-naħa ta' l-oppożizzjoni taqbel miegħu.", "Huwa proġett li bih il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tkun tista' tippjana iżjed, tkun tista' tara kif inhuma mqassma r-riżorsi u kif dawn qegħdin jinħadmu.", "In- naħa tal-gvern ukoll ilha ssemmieh dan il-proġett, imma sfortunatament minkejja li s-sena l-oħra ġew ivvotati flus għalih - u l-istess sar din is- sena - madanakollu jidher ċar li nqalgħu xi problemi minħabba li ma kienx hemm koordinament tajjeb biżżejjed bejn il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l-aġent li ġie mitlub jissuplixxi l-apparat għal dan il-proġett.", "Jien nittama li bil-flus li qed niddedikaw din is-sena, almenu s-sena d- dieħla nibdew naraw il-bidu tiegħu.", "Jien inħossni ċert li dan il-proġett jagħmel lill-korporazzjoni iżjed effiċjenti fit-tħaddim tar-riżorsi tagħha u tagħraf iżjed x'arranġamenti għandha tagħmel biex is-settur ta' l-ilma f'pajjiżna jkun iżjed effikaċi.", "Nixtieq li iktar tard il-ministru jispjega daqsxejn kif fl-estimi hemm flus ivvotati għal sistema ta' reverse osmosis plant meta d-direzzjoni u t- tmexxija ta' dawn ir-reverse osmosis plants suppost li qiegħda tingħata mill-Malta desalination services.", "Nixtieq ukoll li l-ministru jispjegali kif bħala produzzjoni relattiva għall-produzzjoni ta' l-ilma li qiegħda tagħmel l-impjant tar-reverse osmosis tal-Marsa, bħala proporzjon qiegħda tingħata iżjed flus minn impjanti oħrajn.", "Wieħed irid ifakkar li f'dan il- pajjiż jeżistu ħafna impjanti tat-tisfija ta' l-ilma bir-reverse osmosis.", "Hemm l-impjant taċ-Ċirkewwa, tal-Marsa, ta' Pembroke, u ta' Lapsi.", "Kien hemm anke l-impjant ta' Tigne`, imma issa dan ingħalaq.", "Skond dak li kien hemm miktub fir-rapport tal-water services corporation, l-impjant tal-Marsa kien l-iktar wieħed effiċjenti minħabba li kien qed juża brackish water u jipproduċih f'ilma tax-xorb.", "L-effiċjenza titkejjel f'kemm jintuża dawl elettriku biex jiġi prodott metru kubu ta' l-ilma, u minn dan il-lat l- impjant tar-reverse osmosis tal-Marsa kien l-iżjed wieħed effiċjenti.", "Issa bħala vot ta' flus dan qiegħed jingħata vot sproporzjonat u għalhekk nixtieq li l-ministru jgħidilna x'inhi d-direzzjoni tal-gvern f'dan ir- rigward.", "Dan l-impjant se jiġi rehabilitated, se jingħata l-importanza li tixraqlu, jew se nibqgħu ngħidu li dan l-impjant kellu l-ilma tiegħu kontaminat?", "Minn hawnhekk nixtieq li l-ministru jgħidilna x'inhuma l-pjani tal-gvern għaliex jekk l-idea tal-gvern hi li dan l-impjant jingħalaq, allura ma narax għaliex wieħed għandu jiddedikalu iżjed flus.", "Ta' min jgħid kelma anke dwar il-kwalita` ta' l-ilma.", "Fil-fehma tiegħi din jistħoqqilha t-tieni prijorita` mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma.", "L-ewwel prijorita` hija l-kontroll tal-leakages - minħabba li rridu korporazzjoni iżjed effiċjenti - pero` t-tieni prijorita` tirrigwarda proprju l-kwalita` ta' l-ilma.", "Din hija importanti peress li rridu li l- poplu tagħna jkollu kwalita` ta' l-ilma aċċettabbli.", "Kemm il-world health organisation kif ukoll l-Unjoni Ewropea għandhom l-istandards tagħhom ta' kif għandha tkun il-kwalita` ta' l-ilma fil-pajjiżi rispettivi.", "Naturalment il-livelli ta' aċċettazzjoni tal-WHO huma ħafna inqas minn dawk mistennija mill-Unjoni Ewropea peress li l-WHO tinkludi ħafna pajjiżi li m'għandhomx l-istandards of living u l-iżvilupp li għandhom pajjiżi Ewropej.", "Aħna nistennew li l-poplu tagħna jkun konformi ma' l-istandards Ewropej.", "Jekk wieħed jara x'qalet l-Unjoni Ewropea dwar il-kwalita` ta' l- ilma tagħna fir-rapport li ħareġ din is-sena, f'paġna 52 isib li fil-fatt l- Unjoni Ewropea m'hix kuntenta f'dan ir-rigward.", "Barra minn hekk, fl-istess paġna l-Unjoni Ewropea tikteb u tgħid: ''with regard to water quality, no progress has been made.'', jiġifieri inkwantu għall-kwalita` ta' l-ilma m'għamilna l-ebda progress.", "Din hija xi ħaġa li għandha tingħata l-importanza li jixirqilha minn dan il-gvern.", "Għalhekk għandhom jiġu ddedikati iżjed flus u iżjed riżorsi biex il-kwalita` ta' l-ilma f'pajjiżna tilħaq jew tipprova tilħaq il-kwalita` indikata mill-Unjoni Ewropea.", "M'iniex se noqgħod ngħid li għalija dan hu sinjal tal-falliment tal-gvern - minkejja li qiegħed jitkejjel bix-xiber tal-gvern stess, peress li dan qiegħda tgħidu l-Unjoni Ewropea innifisha li magħha dan il-gvern irid rabta sħiħa - imma madanakollu nerġa' ngħid li għalija dan hu sinjal ta' falliment nazzjonali.", "Sadanittant jekk wieħed iħares lejn dawn l-estimi jsib li ftit li xejn hemm iddedikati flus, inizjattivi u pjanijiet biex f'pajjiżna jkollna kwalita` aħjar ta' ilma.", "Sur President, niġi issa għall-problema tal-għargħar li dwarha nitkellmu ħafna wkoll f'din il-Kamra.", "Deputati miż-żewġ naħat jitkellmu sikwit dwar dik li tissejjaħ stormwater problem.", "Diversi kelliema jilmentaw kif din tolqot lil-lokalita` tagħhom, u jien, bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni f'dan il-qasam, ma nistax nibqa' lura milli nirriferi għaliha.", "Ġieli kellna mwiet, ġieli kellna ħsarat kbar fil-pajjiż, imma l-punt tiegħi huwa dan.", "Għalkemm sikwit nitkellmu dwar din il-problema, madanakollu meta wieħed iħares lejn il-budget isib li l-ministru tal-finanzi moħħu biss biex inaqqas id-deficit.", "Din hija ħaġa tajba, pero` fl-istess waqt m'għandhomx jitwarrbu proġetti li huma ta' fejda għall-pajjiż.", "Dan huwa eżempju ieħor, bħal dak li semmejt dwar il-qasam tad- distribuzzjoni ta' l-ilma, fejn il-ministru tal-finanzi jiġi hawnhekk u jiftaħar li naqqas id-deficit, imma ma jgħidx li dan għamlu a skapitu ta' proġetti importanti, proġetti li saħansitra jkun hemm qbil dwarhom fuq iż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Meta jien ipprovajt infittex dwar xi flus hemm ivvotati biex tiġi kkontrollata l-problema ta' l-għargħar sibt li dan il- vot kien inkluż ma' dawk li jaqgħu taħt il-ministeru għall-ambjent.", "Hawn jiena nħares lejn vot 7,045.", "Hemmhekk insibu li fl-1999 il-gvern nefaq is- somma ta' Lm94,000 li kien ivvota, iżda s-sena l-oħra kienet approvata biss is-somma ta' Lm70,000.", "Mhux biss, imma fl-estimi ta' din is-sena, filwaqt li qegħdin jiftaħru li naqqsu d-deficit, hemm ivvotata biss is-somma ta' Lm40,000.", "Dan ifisser li jekk kien hemm gvern li ħa dan is-suġġett bis- serjeta` li tixraqlu, dan kien żgur gvern Laburista, li mhux biss ivvota l- flus, li mhux biss qabel li jkun hemm il-flus, imma għamel ix-xogħol u r- riżultati qegħdin narawhom b'għajnejna.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għall-proġett li kien sar f'Ħal Qormi biex tiġi kkontrollata din il-problema, għax din hija problema u hemm bżonn li tiġi indirizzata bil-mod li jixirqilha.", "Fuq kollox, m'hux sew li filwaqt li kellna gvernijiet li ħaduha bis-serjeta`, issa minħabba li rridu nikkontrollaw din il-problema kbira li ħoloq l-istess gvern Nazzjonalista - il-problema tad-deficit - niġu nidħku bil-poplu u mmorru kontra l- aspettattivi tiegħu, kif diġa' spjegajt.", "Nerġa' ngħid li din m'hijiex serjeta`.", "Fuq kollox qed insemmi każ li fih m'hemmx involuti ħafna flus in kwestjoni; qed nitkellmu fuq ftit eluf ta' liri fost il-miljuni kbar li l- gvern jiddedika f'budget.", "Pero` dan hu eżempju ta' kemm dan il-gvern mhux qiegħed jieħu l-affarijiet bis-serjeta`, eżempju li tista' tirripetih f'setturi oħra, f'dipartimenti oħra, f'ministeri oħra, li biex jidher li qed jikkontrolla problema li ħoloq hu nnifsu, qiegħed iwarrab fil-ġenb proġetti daqstant importanti.", "Sur President, l-istess ħaġa tista' tingħad dwar il-qasam tad-drenaġġ.", "Qiegħed nindirizza dan is-suġġett minkejja li jaqa' taħt vot ta' ministeru ieħor, u dan qed nagħmlu minħabba li wieħed irid jindirizza s-sitwazzjoni ta' l-ilma f'dan il-pajjiż b'mod globali u komprensiv.", "Id-drenaġġ, l-ilma tax-xita u r-reverse osmosis flimkien joħolqu problema waħda, li għandha tkun indirizzata b'mod komprensiv.", "Għalkemm dan il-vot jinstab fid- dipartiment għall-ambjent hawnhekk ukoll wieħed isib li l-affarijiet m'humiex qegħdin jittieħdu bis-serjeta` minħabba li f'dawk li huma impjanti tat-treatment tad-drenaġġ qed jiġu vvotati inqas flus; kif wieħed jista' jara fil-vot 7,042.", "Il-bieraħ smajt lill-ministru għall-agrikoltura u sajd jgħid kemm kien importanti fl-amministrazzjoni preċedenti s-segretarju parlamentari għad- dipartiment ta' l-ilma.", "L-Onor.", "Ninu Zammit kien jaf x'inhu jgħid fuq dan is-suġġett u waħda mill-affarijiet li qal, u li anke jien tkellimt dwarha kemm-il darba f'dan il-parlament, hija l-problema dwar il-miljuni kbar ta' galluni ta' ilma li għandna fid-drenaġġ tagħna.", "Jekk nirreklamaw dan l- ilma tajjeb inkunu qegħdin innaqqsu l-problema fuq l-ilma ta' l-ewwel kwalita` u nkunu qegħdin nipprovaw innaqqsu l-produzzjoni ta' l-ilma bis- sistema tar-reverse osmosis, sistema ta' produzzjoni li tiswa lill-gvern ħafna u ħafna miljuni ta' liri.", "Ilkoll naqblu li għandna nindirizzaw din il-problema ħalli nużaw dik il-kwantita` kbira ta' ilma li bi ftit trattament ikun jista' jintuża bħala second class water.", "Madanakollu meta mbagħad wieħed iħares lejn l-estimi jsib l-istess bħalma sibna fil-qasam tad-distribuzzjoni ta' l-ilma u bħalma sibna fil-kwestjoni ta' l-istorm water masterplan; hemm inqas flus ivvotati għal dan il-proġett, li ċertament huwa wieħed fejjiedi.", "Sadanittant il-ministru tal-finanzi jiġi jgħidilna li naqqas id-deficit imma ħalla barra proġetti importanti bħal dawn, proġetti li wara kollox huma investiment.", "Il-ħmerija hi li min m'hux għaqli dawn ma jqishomx li huma affarijiet li m'għandekx tqanċeċ bihom.", "Issa jekk kien hemm xi ħaġa li turi mhux biss in- nuqqas ta' għaqal - għax in-nuqqas ta' għaqal tkellimt biżżejjed fuqu - imma wkoll l-ipokresija li jimxi biha l-gvern Nazzjonalista u li jmur kontra l-interessi nazzjonali u saħansitra kontra l-loġika - basta jakkwista ftit voti - hija preċiżament il-politika ta' dan il-gvern fil- qasam tar-riċiklaġġ tad-drenaġġ.", "Hawnhekk jien se mmur lura għall-ftehim li kien sar fl-14 ta' Diċembru ta' l-1995 bejn il-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 u l-European Investment Bank.", "Dakinhar il-gvern Nazzjonalista kien intrabat ma' l-EIB li jissellef somma sostanzjali ta' flus b'interess baxx ħafna biex jagħmel l-impjanti tar-riċiklaġġ ta' l-ilma tad-drenaġġ importanti fil-pajjiż.", "Issa tan-naħa l-oħra jafu li kien hemm dan il- ftehim, li kellu jżid it-tariffa tad-drenaġġ.", "Madanakollu meta l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien implimenta dan il-ftehim u għamel it-taxxa fuq id-drenaġġ, huma ħarġu minn din in-naħa - għax dak iż-żmien kienu hawnhekk - qatta bla ħabel jattakkaw lill-gvern u jkesksuh mal-poplu talli kien daħħal dik it-taxxa tad-drenaġġ.", "Jiena tlabt kopja ta' dan il-ftehim, li kien iffirmat minn Dr. Guido de Marco, illum President, countersigned mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami, Prim Ministru, u min-naħa ta' l-EIB kien hemm ċerta P. Jenny Mathas.", "Jien flejtu sew dak il-ftehim u fi klawsola 6.09 sibt dan li ġej dwar it- tariffi:", "\"The borrower ...\"", "- jiġifieri l-Gvern Malti -", "\"... undertakes to include within a reasonable period of time a tariff for waste water collection and treatment in water tariff.", "This waste water tariff shall cover operation and maintenance cost, as well as acid depreciation and financial cost as identified in the above cost accounting system.\".", "Dan juri li l-gvern Nazzjonalista kien aċċetta huwa wkoll li jagħmel it- tariffa tad-drenaġġ.", "Din hija xi ħaġa ċara u tonda.", "Allura għaliex intefgħet daqshekk ħtija fuq il-gvern Laburista?", "Għal darb'oħra, hawn għandna sinjal ċar ta' ipokresija min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, li keskes lill-poplu kontra l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien.", "Niftakar il-kwestjoni tal-liġi tan-national tourism authority.", "Il- ministru li llum huwa inkarigat mill-ministeru tat-turiżmu kien issekonda l- mozzjoni mressqa dak iż-żmien mill-Perit Karmenu Vella.", "Imma mbagħad inqalbet il-folja u huma stess spiċċaw biex ivvotaw kontrieha.", "Jien ngħid li din it-tip ta' ipokresija tmur kontra l-interess nazzjonali.", "Nafu li pajjiżna għandu bżonn il-flus; pajjiżna għandu problema finanzjarja u kull sold li jġib b'interess baxx, merħba bih.", "Imma mbagħad li tagħmel dak kollu kontra, li tikser ir-regolamenti tiegħek stess u tiflef il-flus biex dawk il-flus ma jersqu qatt iktar lejn gżiritna dan żgur li m'hux sew.", "Illum wasalna f'sitwazzjoni fejn fil-qasam tat-trattament tad-drenaġġ morna lura bħal granċ u ma jidher li qegħdin assolutament nagħmlu xejn; anzi qegħdin immorru kontra l-loġika li tiġi ppriedkata miż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Dan huwa eżempju ċar ta' inkonsistenza ta' nuqqas ta' realiżmu, ta' nuqqas ta' tmexxija serja li tispikka anke f'dan il-budget.", "Imma fuq kollox, dan hu riżultat tal-politika żbaljata ta' dan il-gvern.", "Issa ħalli nagħmel kelmtejn dwar il-flus ivvotati f'dan il-ministeru għal dak li huwa n-NPAA.", "Dan huwa programm dwar kif il-gvern se jersaq lejn iktar liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, u jekk m'iniex sejjer żball, f'dan il- ministeru hemm voti, wieħed ta' Lm95,000 għall-consumer and competition u wieħed għall-economic policy ta' Lm235,000.", "Issa din is-somma hija parti minn somma ta' Lm10 miljun li l-ministru tal-finanzi qiegħed jivvota biex il-pajjiż jaddotta l-liġijiet ħalli pajjiżna jersaq qrib lejn dawk Ewropej.", "Il-punt tiegħi huwa dan.", "Meta għandna pajjiż li għandu ħofra, meta għandna pajjiż li qiegħed jaspira biex jingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea, meta n-naħa tal-gvern kienet tippriedka tant bil-miljuni kbar li kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea; possibbli allura għandna negozjaturi hekk fjakki li m'humiex kapaċi jġibu dawn il-flus bħala għajnuna minn din l-Unjoni Ewropea?", "Għandu joħroġ dawn il-flejjes kollha l-poplu tagħna?", "Dawk il- Lm100 miljun li konna qegħdin niġu mwiegħda regolarment qabel l-elezzjoni u li kellhom jgħinu lill-poplu Malti ma jitgħakkisx iżjed fejn qegħdin?", "Jiena ngħid li jekk in-negozjaturi li qegħdin nistrieħu fuqhom m'humiex kapaċi jġibu affarijiet daqstant sempliċi, li pajjiżi oħrajn li bħalna qegħdin jaspiraw li jkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea rnexxielhom iġibuhom aħseb u ara mela kemm dawn in-negozjaturi se jkunu kapaċi jġibu kondizzjonijiet tajbin biex meta xi darba ningħaqdu bħala membri sħaħ, għallinqas ikunu iżjed kapaċi jikkompetu ma' dawk il-pajjiżi stabiliti li ilhom żmien twil membri sħaħ!", "Jiena kont nippretendi, bir-raġun kollu, li dawn in-negozjaturi kienu kapaċi għallinqas iġibu dawn is-somom.", "Kif allura wieħed jista' jistenna li dawn se jiksbu l-kondizzjonijiet li pajjiżna tant għandu bżonn biex ikun kapaċi jgħix f'dik il-klima Ewropea?", "Għandi f'moħħi derogi fil-qasam ta' l-agrikoltura, tat-tarznari, u oħrajn, li għalina huwa perijodi ta' tranżizzjoni importanti ħafna.", "Dan huwa eżempju kemm anke fil-konfront ta' l-Unjoni Ewropea, dan il- budget qed jindika kemm aħna fjakki fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, u dan, Sur President, ma jawgurax tajjeb għal pajjiżna.", "Inti għandek korp ekonomiku, korp politiku - qed ngħid għall-Unjoni Ewropea - li bir-raġun kollu jiġbed lejh.", "Jekk xejn, hemm pajjiżi oħra li jekk iċċedi xi ħaġa trid iċċedi lilhom ukoll.", "Kemm huwa importanti li f'dawn in-negozjati, ladarba dan il-gvern at all costs irid jingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea, ikollu għallinqas negozjaturi tajbin!", "Madanakollu jidher ċar li dan m'hux il-każ.", "In-negozjaturi tagħna huma fjakki u ma jawgurawx tajjeb għan- negozjati li għad iridu jsiru iżjed 'il quddiem.", "Niġi issa għall-korporazzjoni Enemalta, fejn fl-opinjoni tiegħi s-sena l- oħra sar l-ikbar falliment.", "Għalhekk għedt li inutli jkollok biss budget li jindika u jqassam il-flus u forsi li jagħti xi direzzjoni importanti wkoll.", "Importanti wisq iżjed li jkollok nies li jkunu għaqlin biżżejjed biex il-politika jaġġustawha skond il-ħtieġa tal-pajjiż u abbażi tal- ħtiġijiet relatati internazzjonalment.", "Nibda biex ngħid li l-korporazzjoni Enemalta bejn l-1998 u l-1999 kienet għamlet qligħ ta' Lm6.25 miljun.", "Din is-sena minħabba l-kriżi internazzjonali taż-żjut li kellna u minħabba li l-gvern Malti m'għarafx jitgħallem mill-eżempju għaqli li tah il-gvern Laburista preċedenti, il-korporazzjoni Enemalta, minn pożizzjoni ta' qligħ spiċċat f'waħda ta' telf.", "Din hi sfortuna għax din il-korporazzjoni mhux suppost tagħmel telf.", "Għas-sena d-dieħla hemm maħsub li l-korporazzjoni se tagħmel qligħ ta' Lm28,000.", "Mela minn pożizzjoni ta' qligħ ta' Lm6.25 miljun, din is-sena l-korporazzjoni se tagħmel telf kbir, u dan minkejja li fil-budget tas-sena l-oħra l-poplu ġie mgħobbi b'iżjed taxxi fuq il-konsum tal-petrol.", "Jekk wieħed iħares lejn l-estimi ta' l-Enemalta għal din is-sena jsib li jekk m'iniex sejjer żball, it-turnover tal-korporazzjoni żdied minn Lm106 miljun għal Lm116 miljun, u dan meta l-konsum reali fuq il-prodotti baqa' kważi l-istess, jiġifieri dik iż-żieda ta' kważi Lm10 miljun kienet riżultat ta' żieda fil-prezzijiet.", "Dan għax il-gvern Nazzjonalista m'għarafx iġedded ftehim li kien qiegħed jagħmel tant ġid lill-pajjiż.", "Minħabba f'hekk spiċċajna f'pożizzjoni fejn il-korporazzjoni qiegħda titlef u l-gvern, bħala riżultat tas-sitwazzjoni internazzjonali taż-żejt, din is- sena ser jispiċċa jissussidjaha minflok jieħu mingħandha.", "Iva, il-gvern se jissussidja lil din il-korporazzjoni bis-somma ta' Lm2.9 miljun, kważi bi Lm3 miljun.", "Dan ifisser li minflok ma l-poplu ġie mitlub biex joħroġ iktar flus - għax il-gvern induna li l-poplu hu mgħobbi biżżejjed bit-taxxi - issa se jkun il-gvern innifsu li se jagħmel dan; għalkemm fir-realta', għall-poplu dan ma jfisser xejn.", "Jien nerġa' nirrepiti li dan kollu ġabu b'idejh il-gvern, li ma ġeddidx il-ftehim tal-hedging agreement.", "Minn dan l-iżball għandna nitgħallmu lkoll kemm aħna.", "Hemm bżonn nitgħallmu li qatt m'għandna nipprovaw nieħdu vantaġġ politiku a skapitu tal-pajjiż.", "Din hija xi ħaġa fundamentali.", "Minn dak li ġara mill-hedging agreement, mit-telf kbir li sofra l-pajjiż, irridu nitgħallmu li l-politika għandna ninsewha meta jkun hemm fin-nofs l-interess nazzjonali.", "Fi kliem ieħor m'għandniex inħalltu l-politika ma' l-interess nazzjonali.", "It-tieni tagħlima li aħna l-politikanti rridu nieħdu - u kulħadd irid jeħodha għax kulħadd jista' jkun f'pożizzjoni ta' gvern - hija li ma rridux inkunu arroganti ma' min hu taħtna u nippretendu li għax aħna fuq ifisser li nistgħu nagħmlu kollox, u hawn qed nirriferi speċjalment għal meta nagħmlu hekk ma' nies li jkunu ġew appuntati minn gvern differenti għax fil- fatt dan li ġara f'dan il-każ partikolari.", "Kien hemm chairman ta' l- Enemalta li ta parir ta' espert professjonali internazzjonali lill-gvern; imma għax dan kien appuntah gvern differenti, peress li kienet għadha kif għaddiet l-elezzjoni, allura dan l-individwu ġie ttrattat b'mod arroganti.", "M'għandna qatt naslu sa hawn!", "It-tielet tagħlima li rridu nieħdu, Sur President, hi li l-ebda ministru m'għandu jinjora pariri professjonali minħabba li forsi hu jaħseb li jaf iżjed mill-esperti li jkollu.", "Barra minn hekk nagħmlu ħażin jekk inġibu l- politika qabel ir-raġuni.", "L-ewwel irridu nużaw moħħna għax eventwalment jista' jagħti l-każ li dak li għal perijodu ta' żmien politikament jidher sabiħ, imma wara jaf ikun mod ieħor, kif fil-fatt ġara f'dan is-settur.", "Kellna l-ministru responsabbli, li għax ra li forsi kien hemm xi vantaġġ politiku li seta' jieħu, ipprova jieħdu bil-konsegwenza li mbagħad l- affarijiet marru żmerċ.", "Minn hawnhekk joħroġ b'mod ċar li min jimxi kontra dak li tgħidlu l-loġika, eventwalment jispiċċa biex ibati hu stess għax ir- rota taf iddur kontrik!", "Fl-aħħarnett meta xi ħadd jagħmel żball għandu jammetti li jkun żbalja u mhux jissokta jiddefendi dak li ma jista' qatt ikun difiż.", "M'għandniex niddefendu dak li huwa indefensible!", "Sur President, niġi issa għall-kwestjoni tal-prezzijiet tad-dawl u l- ilma.", "M'iniex se ntawwal ħafna fuqha din minħabba li diġa' tkellimna dwarha kważi kull meta nitkellmu f'dan is-settur.", "Ta' min jgħid pero` li minkejja dak kollu li nkiteb, speċjalment mill-ministru responsabbli, il- fatti jibqgħu fatti u dawk id-dikjarazzjonijiet li għamilna jibqgħu rekordjati u reġistrati.", "Il-gvern Nazzjonalista, qabel l-elezzjoni ta' l- 1998, kien wiegħed affarijiet li mbagħad ma wettaqhomx, bħal per eżempju, li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kellhom jiġu bħalma kienu qabel.", "Ċertament m'hijiex serjeta` li qabel l-elezzjoni twiegħed ċerti affarijiet u mbagħad meta tieħu l-gvern f'idejk il-wegħdi li tkun għamilt ma żżommhomx.", "Din hija xi ħaġa serja ħafna u l-poplu għandu jeħodha bħala tali għax jekk partit ikun wegħdu xi ħaġa u ma tahielux, dan ifisser li dak il-partit ikun daħak bih.", "Tkun ħaġa tajba jekk il-gvern preżenti jżomm dan kollu quddiem għajnejh.", "Imma iżjed minn hekk, meta darb'oħra tkellimt jien għedt li fil-fatt il-gvern Nazzjonalista daħak bil-poplu darbtejn, u kien eżattament dan dak li żvela l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-ġimgħa l-oħra meta poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-figuri ċari u tondi dwar kif il-gvern Nazzjonalista ta' din il-leġislatura qarraq bil-poplu, anke f'dak li huwa aġġustament tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Mela r-retail price index dwar il-fuel light and power, f'Lulju ta' l- 1996 - jiġifieri qabel l-elezzjoni ta' l-1996 meta l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma kienu għadhom kif kienu - l-indiċi kien 99.96.", "Meta l-gvern Laburista għolliehom, aġġusta dan l-indiċi u tellgħu minn 100.62 għal 132.78; jiġifieri għamel l-aġġustament biex il-poplu jgawdi minnu fl-għoli tal-ħajja, kif rifless minn dan l-indiċi.", "Huwa veru li fl-1998 il-gvern Nazzjonalista aġġusta l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma, imma ma ġabhomx bħalma kienu qabel l-1996.", "Dan kulħadd jaqbel miegħu.", "Fil-fatt ġabhom ogħla minn dak li wiegħed, imma xorta aġġusta r-retail price index billi minn 133.14 niżżlu għal 98.78.", "Issa din hija daħka fil-wiċċ għax inti qiegħed tgħollilu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma iżjed u mbagħad iġġiblu r- retail price index inqas minn kif kien qabel.", "Il-ministru għas-servizzi ekonomiċi, fil-gazzetta \"The Sunday Times\" ta' nhar il-Ħadd li għadda, ipprova jagħti xi forma ta' spjegazzjoni imma ngħid għalija lili ma kkonvinċinix.", "Tkellem b'mod ġenetiku ħafna mingħajr ma ta l-ebda spjegazzjoni għal dan il-punt.", "Naturalment ħass li kellu għallinqas jipprova jagħmel hekk għax fehem li m'hijiex ħaġa sew li tipprova tidħak bl- elettorat, pero` naħseb li kulmin qara dak li kiteb ma ħassux sodisfatt għax il-Ministru Bonnici ma tax spjegazzjoni kif saru dawn il-manuvri u dan it-tbagħbis fil-figuri.", "Mela l-argument tal-kap ta' l-oppożizzjoni għadu jgħodd xorta waħda u l-gvern Nazzjonalista jista' jgħid li qarraq bil-poplu darbtejn.", "Sur President, jekk hemm xi ħaġa li hemm bżonn nieħdu bis-serjeta` s-sena d-dieħla hija ċertament il-kwestjoni tal-qtugħ tad-dawl.", "Jien naf li l- korporazzjoni Enemalta u l-ministru huma mpenjati ħafna biex dak li ġara din is-sena ma jerġax jiġri s-sena d-dieħla.", "Huwa veru li fid-diskors dwar l-Enemalta, il-ministru pprova jagħti l-impressjoni li dak il-qtugħ li sofrejna minnu din is-sena kien xi ħaġa serja ħafna.", "L-importanti hu li dawk l-inċidenti li ġraw din is-sena u li kulħadd jaf kemm kienu serji u x'effett setgħu kellhom fuq l-industrija ma jerġgħux isiru.", "Naf li l- ministru japprezza, pero` hawnhekk irridu konferma li ma nsibuhiex fl- estimi.", "Il-gvern irid jieħu din il-kwestjoni tal-qtugħ tad-dawl bis- serjeta` u ma jmurx bl-impressjoni li pprova jagħti f'dan il-parlament; li dak li ġara kien bħal sajjetta fil-bnazzi, għax kif spjegajt jien, fil- kwestjoni ta' l-Enemalta kien hemm ħafna indikaturi matul din is-sena li wrew x'seta' jseħħ.", "Din hija problema indolenti, il-ħin kollu magħna, u jekk ma nittrattawhiex bis-serjeta` nerġgħu nispiċċaw b'wiċċna aħmar nar!", "Barra minn hekk, tbati l-industrija lokali biex ma nsemmix ukoll l- inkonvenjent li jkunu jridu jgħaddu minnu dawk il-ħafna familji li jispiċċaw bla dawl.", "Fil-ftit ħin li għad baqagħli rrid nagħmel kelmtejn dwar il-petroleum division.", "Fil-budget li qegħdin nitkellmu fuqu hemm dikjarat ċar u tond li mill-bidu ta' l-2002 il-poplu se jibda jkollu prezzijiet ta' petrol u ta' diesel li jkunu jirriflettu l-prezzijiet internazzjonali.", "Din hija xi ħaġa li superfiċjalment tagħmel sens, imbasta l-prezz lokali tal-fuel li jixtru s-sewwieqa jkun verament jirrifletti l-prezzijiet internazzjonali.", "Pero` wieħed irid jistudja miżura bħal din minħabba li tista' ddaħħal element ta' spekulazzjoni f'dawk li jbigħu l-fuel.", "Waqt li għal ħafna snin l-Enemalta kienet tiddependi minn dan it-tibdil fil-prezz internazzjonali taż-żejt - jiġifieri meta l-prezz kien jinżel l-Enemalta kienet tagħmel il-qligħ u meta l-prezz kien jogħla l-Enemalta kienet tagħmel it-telf - imma mbagħad kollox ma' kollox, kienet tispiċċa tibbilanċja l-affarijiet.", "Kienet tibbilanċjahom aħjar kieku din għamlet il-hedging agreement.", "Għalhekk issa wieħed irid jara kif dak li jiġri fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt, bis-sistema l-ġdida li qed jipproponi l-gvern fil-bidu ta' l-2002, jidħolx fostna l-element ta' spekulazzjoni fejn jidħlu x-xiri u l-bejgħ ta' petrol.", "Ma rridux minn sistema li tatna tbeżbiża kbira ħtija ta' l-iżbalji li għamilna, naslu biex nagħmlu żball ieħor u ndaħħlu sitwazzjoni li tista' toħloq xi tip ta' spekulazzjoni.", "Sur President, hemm bżonn ukoll li tintwera iżjed serjeta` f'dik li hija distribuzzjoni tad-dawl.", "Minn dak li qal il-gvern wieħed jinnota n-nuqqas ta' serjeta` li teżisti f'dan il-qasam.", "Meta mar id-dawl fit-23 ta' Ġunju l-iskuża tal-ministru responsabbli kienet li t-tunnel bejn il-Marsa u Delimara ma sarx tort tal-gvern Laburista.", "Jien ċert illi kieku l-ministru staqsa lil sieħbu, kien isir jaf li kien gvern Nazzjonalista ta' qabel l- 1996 li waqqaf dan il-proġett.", "B'danakollu issa nittama li dan il-proġett iseħħ.", "Suppost li anke s-sena l-oħra kellna flus ivvotati għalih, iżda xorta baqa' ma sar xejn.", "Jekk il-ministru jaħseb li dan il-proġett - u jien naqbel miegħu - huwa daqstant importanti biex ikollna iżjed flessibbilta` u biex iż-żewġ power stations ikunu jistgħu jiġu iżjed aġġustati għad-domanda tal-pajjiż, allura għandu jara li dan il-proġett jittieħed b'iżjed serjeta`.", "S'issa, minn dak li sar ma narawx li l- affarijiet qegħdin jittieħdu bis-serjeta`.", "Dan qiegħed nibbażah minn dak li qiegħed isir fil-Mosta.", "It-tunnel mill-Marsa għal Mosta ilu s-snin li tlesta, imma l-investiment u l-affarijiet oħra ma mxewx b'ħeffa biżżejjed biex in-naħa ta' fuq ta' Malta ma tiġix soġġetta għal qtugħ ta' dawl.", "Għalhekk fil-qasam tad-distribuzzjoni rridu naraw li jkun hemm iżjed serjeta` fl-Enemalta biex ma jkollniex sitwazzjoni fejn minkejja li għandna power station ġdida nispiċċaw bħalma spiċċajna fit-23 ta' Ġunju fejn kellna power station ġdida li spiċċat wieqfa, għax għalkemm għandha l-potenzjal li taħdem b'danakollu minħabba sistema ta' distribuzzjoni ħażina ma tistax tagħti l-kurrent li jkun meħtieġ.", "Sur President, se nsemmi xi ħaġa żgħira dwar dak li ngħad fil-budget dwar is-solar water heaters.", "Intqal li l-VAT fuq is-solar water heaters se titnaqqas minn 15% għal 5%.", "Din hija miżura tajba u minn din in-naħa tal- Kamra - jien personalment - ilna ninsistu li dan il-pajjiż f'dik li hija enerġija alternattiva hemm bżonn li nieħdu l-affarijiet iktar bis-serjeta`.", "Il-gvern Laburista ta' l-1997, minkejja l-problemi kollha li sab, indirizza din il-problema wkoll, tant li kien ħa miżura biex inaqqas is- sisa fuq is-solar water heaters.", "Nerġa' ngħid, hija ħaġa tajba li f'dan il- budget se jittieħed dan il-pass biex għallinqas jibda jsir xi ħaġa f'dan il- pajjiż ħalli nibdew nużaw enerġija alternattiva.", "Issa se ngħid kelmtejn dwar l-istreet lighting biex nuri li anke hawnhekk il-figuri tal-gvern ma jittiħdux bis-serjeta` imma jiġu biss manipulati biex sempliċement jidhru sbieħ.", "Nafu li bejn l-1998 u l-1999 f'dak li huwa street lighting infaqna Lm2.18 miljun, iżda din is-sena, għal xi raġuni jew oħra - għalhekk tlabt lill-ministru jispjegahieli meta konna qegħdin nitkellmu fuq l-Enemalta - in-nefqa ta' l-istreet lighting niżlet għal Lm1.158 miljun.", "Safejn naf jien, għalkemm vera kien hemm xi qtugħ tad-dawl fit-toroq, id-dwal fit-toroq ma nqatgħux.", "Lanqas ma ntużaw bozoz ta' energy-saving appliances.", "Għalhekk ma nistax nispjega kif in-nefqa ta' l- istreet lighting niżlet minn Lm2.18 miljun għal Lm1.158 miljun.", "Forsi dan hu sempliċement eżerċizzju biex innaqqsu l-ispejjeż, biex taparsi nnaqqsu d- deficit?", "Jekk hemm xi spjegazzjoni oħra, nistenna lill-ministru jispjegahieli għax jien ma nistax nifhem kif dan il-gvern qiegħed jgħid li se jieħu l-piż tad-dawl tat-toroq meta kulma hemm iddedikat hu Lm1 miljun biss.", "Mela jew hemm xi gidba kbira jew inkella l-gvern beħsiebu jnaqqas l- ispiża fid-dawl tat-toroq.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li dan huwa budget b'kontinwazzjoni ta' sensila ta' budgets li jagħfsu l-poplu u għalkemm fih ma ssemmewx miżuri iebsin bħal dawk li ttieħdu fil-budget preċedenti, imma xorta hemm implikati piżijiet kbar fuq il-poplu tagħna.", "Semmejt il- kwestjoni tal-bolla u dik tad-dawl u l-ilma.", "Hawnhekk jidher ċar li l- gvern inqabad f'sitwazzjoni prekarja li ħoloq huwa stess, speċjalment bin- nuqqas ta' għaqal, anke f'dan is-settur ta' l-ilma u l-enerġija.", "Il-gvern wera nuqqas ta' għaqal qabel l-1996, u issa hu ppressat min-naħa l-oħra minħabba li għandu poplu magħkus, magħfus, sforz it-taxxi li mpona fuqu, speċjalment f'dawn l-aħħar sentejn.", "Ngħid ukoll li waqt li fuq il-karta dan il-budget jidher wieħed newtrali, fil-fatt xorta waħda se jkompli jagħfas b'qawwa kbira fuq il-poplu.", "Fl-istess ħin għandna budget li m'huwiex jindirizza verament il-problemi nazzjonali, anzi qiegħed jaħrabhom biex sempliċement jidher li qiegħed jindirizza l-problema ewlenija tad- deficit.", "Dwar dan ġibt ħafna eżempji kif fil-fatt qiegħed jitnaqqas l- infiq u l-investiment f'affarijiet li hemm qbil fuqhom.", "Għalija, dan huwa budget li totalment jaħrab mill-bżonnijiet tal-pajjiż.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR JOE CILIA: Sur President, jekk wieħed iħares lejn il-budget ppreżentat għas-sena li ġejja, jista' jgħid li se jkollna budget li se jkompli jagħsar l-ekonomija tagħna b'xejn inqas minn Lm56 miljun f'taxxi, li minnhom Lm13-il miljun se jkunu żieda fl-income tax, Lm19-il miljun se jkunu żieda fil-famuża bolla balla, Lm11-il miljun mill-VAT, Lm6 miljun iktar f'liċenzji, taxxi u multi, u Lm6 miljun oħra iktar fuq dwana u sisa.", "Dawn huma ftit punti li nixtieq insemmihom biex niddeskrivi l-budget li l- gvern tal-ġurnata qed jintitola bħala wieħed fid-direzzjoni t-tajba; u jien dan li se nipprova nagħmel, nuri din id-direzzjoni fejn se teħodna u ma teħodniex.", "Fl-opinjoni tiegħi, meta wieħed jara dan il-punt biss li l-ekonomija se jkunu nxtorbu minnha Lm56 miljun f'taxxi iktar fis-sena li ġejja hu sinjal ċar fejn dan il-budget ser jeħodna.", "Se jkollna żgur ekonomija iktar xotta f'dak li għandu x'jaqsam ma' likwidita`.", "Jien nista' ngħid li matul din is- sena, fid-diversi inkontri li kellna ma' għaqdiet statutorji bħall-kamra tal-kummerċ, il-GRTU u l-federation of industry, dawn kollha kellhom kumment komuni meta tkellmu dwar il-kummerċ u l-qasam ekonomiku f'pajjiżna.", "Huma kkummentaw dwar kemm jinħassu n-nuqqas tal-likwidita`, in-nuqqas ta' cashflow u n-nuqqas ta' fondi f'idejn il-pubbliku, biex ir-rota kummerċjali tagħna tibqa' ddur.", "Irridu ngħidu li kull munita għandha żewġ naħat.", "Hawnhekk rajna biss dak li għandu x'jaqsam mal-ġbir skond ma jipproponi dan il-budget, li fil-fehma tal-gvern huwa fid-direzzjoni t-tajba.", "In-naħa l-oħra tal-munita turina dak li għandu x'jaqsam man-nefqa pubblika.", "Fil-fatt tajjeb li wieħed jgħid li n-nefqa pubblika matul is-sena li ġejja mistennija tiżdied f'dak li huwa rikorrenti b'xejn inqas minn Lm50 miljun.", "Issa meta wieħed iħares lejn l- infiq kapitali se jsib tnaqqis ta' madwar Lm9 miljun.", "Ta' min jgħid ukoll li madwar terz ta' Lm53 miljun minn din in-nefqa kapitali hija mmirata sempliċement għal subventions, sussidji u entitajiet parastatali u governattivi.", "Fuq kollox, meta wieħed iħares lejn dan il-punt jinduna li f'dak li huwa nfiq rikorrenti wieħed ma tantx jista' jistenna lura minnu, għax ovvjament dawn imorru fuq id-day-to-day running cost u affarijiet oħra li l-gvern ikollu jħabbat wiċċu magħhom matul is-sena.", "Imma f'dak li huwa nfiq kapitali r-raġuni turik li normalment dan huwa tip ta' nfiq li fl-aħħar mill-aħħar forsi ma tarahx immedjatament imma tara l-frott tiegħu matul is- snin.", "Sadanittant, daqqa t'għajn lejn il-bilanċ turina li filwaqt li r- raġuni tgħidlek li l-infiq kapitali għandu jkun kontrollat, min-naħa l- oħra, fejn jidħol l-infiq rikorrenti, il-gvern għandu l-obbligu li jarah li jonqos.", "Madanakollu s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja li jinsab fiha l- pajjiż qegħdin narawha sejra dejjem lura.", "Hawn ma rridux ninsew id-diversi proġetti li, biex ngħid hekk, għadhom fl- arja.", "Għad irridu naraw x'għad irid jiġri meta dawn isiru realta`.", "Għalhekk sal-lum hu diffiċli li wieħed jifhem sew dan l-infiq kapitali li ħafna drabi qiegħed jonqos minflok jiżdied.", "Meta naraw l-attivita` ekonomika in ġenerali, li hi magħmula minn manifattura, agrikoltura, sajd u turiżmu, nindunaw li meta wieħed jagħmel il-kontijiet isib li fl-aħħar mill- aħħar għal din is-sena se jkollna żbilanċ kummerċjali ta' Lm303 miljun u li l-bilanċ tal-pagament finalment se jlaħħaq għal madwar Lm89 miljun.", "Dawn huma ċifri li joħorġu kollha minn dan il-budget li l-gvern tant qiegħed jiftaħar bih.", "Barra dan, tajjeb li ngħidu wkoll li l-inflazzjoni minn 1.7% fl-1999 telgħet għal 2.7% fl-2000, u l-public debt servicing, l-imgħaxijiet fuq id- dejn li jkollu l-gvern se jkun tela' għal Lm54 miljun.", "Il-gvern diġa' qal, fl-aħħar fid-diskors li smajna, li fil-viċin irid jissellef Lm100,000 miljun oħra biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċ ta' din is-sena, u parti għal tas-sena d-dieħla.", "Meta nisma' dawn l-affarijiet bilfors niddubita kemm dan il-budget huwa fid-direzzjoni t-tajba.", "Fl-istess waqt niftakar x'kien jingħad mhux wisq ilu kemm fil-pajjiż kif ukoll f'din il-Kamra, u kemm kien isir tgħajjir lill-gvern Laburista għax dan kien jissellef biex isostni l-infiq tiegħu.", "Imma llum il-ġurnata dawn l-affarijiet saru qishom m'huma xejn.", "Nixtieq ngħid li l-enfasi f'dan il-budget baqgħet fuq it-tkabbir tad-dħul tal-gvern, filwaqt li fil-prattika ftit li xejn jidher li se jkun hemm tnaqqis ta' nfiq pubbliku.", "Qisek għandek karus li titfa' kemm titfa' flus ġo fih donnok qatt m'għandek xejn għax il-karus huwa bla qiegħ.", "Hawn m'hawnx ħjiel ta' kontroll serju lanqas.", "Xi jfisser dan?", "Ormai il-gvern tal-ġurnata qiegħed jipprova jimita lill-gvern Laburista, li madwar erba' snin ilu kien iddeċieda li jirrestrinġi l-infiq rikorrenti b'madwar 5% fuq is-sena preċedenti.", "Kienu ssemmew is-safar, l-ospitalita` u areas bħal dawn fejn il-gvern innifsu - ministri u s-segretarji parlamentari ta' quddiem nett - kellu jagħti eżempju biex dan l-infiq jiġi kkontrollat.", "Il- miżuri li qiegħed jgħid li se jieħu dan il-gvern jixbhu ħafna lil dawn.", "Mela allura kien għamel sew dak inhar il-gvern Laburista li beda jissikka ċ- ċinturin.", "Għalhekk jien nawgura lill-gvern preżenti li fejn jidħol infiq pubbliku huwa wkoll jagħmel l-istess.", "Pero` hemm miżuri oħra li dan il- gvern għandu jieħu vis-a-vis it-trażżin ta' nfiq pubbliku ħalli dan ikun enfatiku u kif jixraq.", "Sur President, meta wieħed iħares lejn il-figuri f'dan il-budget isib li hemm madwar 48% - kważi nofs il-GDP - li jmur għall-infiq tal-gvern.", "Mela nofs dak li jipproduċi l-pajjiż se jmur għal dan il-għan.", "Għalija din m'hijiex sitwazzjoni sostenibbli.", "F'ekonomiji moderni madwar id-dinja huwa aċċettat li din ir-ratio, biex ngħid hekk, m'għandhiex tkun iktar minn madwar 35% tal-GDP u f'ekonomija żgħira bħal tagħna l-average għandu jkun ta' madwar 39%.", "Tajjeb allura li wieħed jara sew x'ikun qed jiġri fis-suq.", "Jien ċert li dan se jsib li l-money supply komparata mas-supply totali fil- goods and services, tindikalu li gradwalment sejrin lura.", "L-istess jista' jingħad dwar id-domanda li bħalissa hawn fis-suq; li qiegħda taqa' b'mod konsistenti.", "Biżżejjed wieħed iħares ftit madwaru fil-jiem li ġejjin, jiem ta' nfiq u ta' xalar iktar mis-soltu.", "Jekk wieħed jitkellem ma' tal-ħwienet dawn żgur ser jgħidulu - bil-fatti u mhux bil-figuri jew bil-kontestazzjoni bejn naħa u oħra, kif forsi jista' jkun hemm f'din il-Kamra - fejn sejrin.", "Sadanittant il-gvern, biex jilħaq l-għan tiegħu li jnaqqas id-deficit, iddeċieda li jiġbor iktar flus mingħand il-poplu.", "Din it-48% tal-GDP - l- ammont ta' l-infiq tal-gvern - hija ekwivalenti fis-sena 2000 għal madwar Lm706 miljun li minnhom qishom Lm608 miljun kienu rikorrenti u Lm97 miljun kienu kapitali.", "Din is-sena l-ekonomija ipproduċiet bejn wieħed u ieħor madwar Lm1.5 biljun.", "Bħalma għedt, f'ekonomiji moderni biex inkunu sostenibbli, dawn ir-ratios ikun aħjar jekk inqabbluhom ma' dak li qed jiġri f'pajjiżi oħrajn.", "Biżżejjed ngħidu li din ir-ratio fil-United Kingdom hija ta' 39%, fil-Ġappun ta' 38% u fl-Istati Uniti ta' 29%.", "F'pajjiżi iżgħar, bħalma diġa' għedt, l-average hija ta' 39%.", "Jekk inħarsu lejn Iceland insibu li hija ta' 33%, l-Irlanda, li tant nisimgħu dwarha, hija ta' madwar 30% u l-Korea ta' Isfel hija ta' madwar 25%.", "Punt ieħor li nixtieq nitkellem dwaru - għalkemm diġa' semmejtu waqt l- estimi tal-ministeru tal-finanzi huwa dak li jirrigwarda l-privatisation plans tal-gvern li mexjin bil-mod wisq.", "Biżżejjed ngħidu li matul din is- sena diversi entitajiet kellhom ikunu ormai ipprivatizzati u llum l- aspirazzjonijiet tagħhom għadhom qegħdin fuq il-kotba tal-gvern.", "Dan ċertament iħalli l-costs tiegħu fuq l-ekonomija tagħna.", "Il-cost- effectiveness fuq is-settur pubbliku, fl-opinjoni tiegħi, m'huwiex qiegħed jiġi tackled b'mod xieraq, b'financial management pubbliku tajjeb.", "Barra minn hekk, jekk inħarsu lejn dik l-entita` li dan il-gvern tant jieħu gost meta jsemmiha, l-Unjoni Ewropea, żgur li din mhijiex qiegħda tagħtina eżempju tajjeb f'dan il-kontest.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea għandha din ir-relazzjoni li semmejt, infiq pubbliku in konnessjoni mal-GDP ta' 45%.", "Jien naħseb li kien ikun tajjeb li l-gvern jissettja t-targets tiegħu kif jista' jniżżel din il-GDP ratio biex l-għafsa ma tkunx daqstant qawwija fuq it-taxpayer Malti in ġenerali, speċjalment fuq is-settur privat.", "Għalhekk il-poplu kien japprezza iktar kieku l-gvern innifsu wera li anke hu qiegħed jagħmel il-parti tiegħu.", "L-inflazzjoni li rriferejt għaliha hija tali li hija iktar relatata ma' government costs, mal-pressures li qiegħda titfa' l-costs governattivi li ħassejna s-sena li għaddiet u li l-effetti ħafna drabi ma jkunux immedjati imma jieħdu l-korsa tagħhom.", "L-inflazzjoni hija relatata iktar mid-demand totali li hawn fil-pajjiż.", "Irridu niftakru li tagħna hija inflazzjoni cost- pushed u mhux demand-pull inflation.", "Illum iktar minn qatt qabel għandna problemi ta' likwidita` u anke riżervi ta' investiment ta' intraprendituri Maltin li huma ftit għal dawk li huma espansjoni u investiment.", "Meta niġu għat-tax evasion u jitħabbru ċ-ċifri sikwit nisimgħu ħafna diskors b'enfasi partikolari fuq is-self-employed u fuq in-negozjant iż-żgħir, li l-income li dawn jiddikjaraw ikun kollu marbut mat-tax evasion.", "Jien m'iniex xi wieħed minn dawk li nħares lejn is-self-employed bħala xi qaddisin, imma żgur ma naqbilx ma' diskorsi bħal dawn.", "Min irid ikun sinċier miegħu nnifsu jaf li hemm diversi nies - speċjalment fir-retail sector - li għandhom dik it-toqba żgħira li ħadmu għaliha, li rriskjaw biex investew għaliha.", "Dawn mhux talli ma baqgħux piż fuq il-gvern, imma talli taw kontribut biex joħolqu dan l-impjieg, forsi jekk mhux għalihom biss imma anke għal xi persuna kultant tal-familja li tista' tkun impjegata magħhom.", "Barra minn hekk, mhux ta' min jinsa s-sigħat twal li dawn in-nies jaħdmu u finalment dak li jdaħħlu ma jkunx ħlief low income, li jirrifletti t-tbatija li teżisti f'dan is-settur.", "B'daqshekk, miniex ngħid li ma jkunx hemm xi tax evaders.", "Irrid ngħid ukoll li jekk wieħed jara x'inhu pproġettat, isib li l-GDP ser jiżdied b'7%, imma ma jintqalx jekk il- government expenditure hijiex se tkun madwar 9% iktar tal-GDP.", "Nistqarr bla tlaqliq li l-iktar qasam li jinteressani huwa dak ta' l- intrapriżi ż-żgħar.", "Hawn tajjeb li wieħed jgħid li minn qisu 23,000 intrapriżi żgħar, f'Malta biss hawn 45 minnhom li jimpjegaw iktar minn 200 ruħ, jiġifieri bejn wieħed u ieħor, madwar 94%.", "Dawn insejħulhom micro- businesses.", "Irrid ngħid li l-IPSE toffri skemi interessanti li huma pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Madanakollu ħafna drabi dak li jiġri huwa li l- businesses iż-żgħar jippreferu li jutilizzaw il-fondi li għandhom iktar direttament biex jottjenu dawk l-inizjattivi u dawk il-miri li jkunu ssettjaw fuqhom infushom.", "Hawnhekk tinħass il-ħtieġa ta' policy reading sħiħa li tieħu in konsiderazzjoni u tirrikonoxxi d-differenza li hemm bejn dak li ngħidulu unincorporated business - negozju ta' bniedem li jkun għal rasu - u businesses oħrajn li jkunu taħt xi forma ta' ditti - meqjusin bħala incorporated.", "Ħafna drabi l-policies li qegħdin joħorġu mhumiex jilħqu l-objettivi li jkunu mmirati għalihom jew inkella agħar minn hekk, ikunu wisq burdensome u magħġunin b'tali mod li meta wieħed jiġi biex jimplimentahom isibhom diffiċli ħafna.", "Rigward ir-registered self-employed sa Ġunju ta' din is-sena kien rapportat li kien hemm madwar 16,121 persuna, u dawn aktarx li issa żdiedu.", "Xi ħaġa stramba hi li jien sikwit niltaqa' ma' dawn in-nies, li għalkemm fir-realta` huma self-employed, madanakollu fl-istatistika ma jidhrux bħala tali.", "Ħafna drabi dawn jidhru bħala impjegati ma' kumpannija żgħira li tkun tagħhom stess li tkun sole owned.", "Għalhekk, meta naraw dawn it-tipi ta' kumpanniji sole owned - ħafna drabi bl-accountancy costs li dejjem jogħlew - tajjeb li nistaqsu kemm minnhom fil-fatt ikunu ġew likwidati, kemm minnhom ikunu fallew, kemm minn dawn is-self-employed ikunu nies li ddeċidew li aħjar għalihom li jkomplu l-business mhux b'mod inkorporat, imma li jerġgħu jidħlu taħt il-kappa tas-self-employed minħabba l-cost li jirrikorri fuqhom.", "Imma dwar dawn in-nies ftit li xejn nisimgħu.", "Sur President, il-gvern iddefinixxa l-budget ta' din is-sena bħala wieħed ta' direzzjoni t-tajba.", "Meta tkellimt man-negozjanti, tafu kif iddefinixxuh?", "Budget li ta daqqa ta' ħarta lin-negozji ż-żgħar.", "Dan forsi għax jidher li l-mira ta' dan il-gvern fil-budget hija l-middle class bracket and low income bracket, li ovvjament għandhom impatt fuq l- ekonomija b'mod ġenerali.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jara x'hemm ġdid f'dan il-budget.", "Rajna d-dħul amministrattiv min-naħa tal-gvern li b'daqqa ta' pinna - minkejja li l-fringe benefits kienet ilha 48 sena fil-liġi tat- taxxa tagħna - issa dawn spiċċaw.", "Jiena ngħid li wieħed għandu joqgħod attent meta jiġi biex jieħu deċiżjonijiet bħal dawn.", "M'iniex ngħid - u qed inkun ċar fuqha din - li min għandu jħallas it- taxxa ma jħallashiex; anzi, għandna naħdmu flimkien biex dan isir, bħalma għamilna fit-tfassil ta' tax compliance unit bil-laqgħat privati li din in- naħa kellha mal-Ministru John Dalli.", "Madanakollu rridu noqogħdu attenti meta niġu biex nimplimentaw miżuri bħal dawn għax fl-opinjoni tiegħi din għad tħalli konsegwenzi kbar anke fis-settur privat.", "Lanqas kien hemm nifs biex wieħed jista' jinnegozja l-pakkett li ħafna drabi jkun hemm fl- industrija privata bejn ċertu tip ta' ħaddiema u l-employers tagħhom.", "Dan jista' twassal biex saħansitra f'pajjiżna jkollna brain drain, l-aktar jekk Malta għad tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad apparti dan kollu, l- istess gvern qiegħed iħabbar li se jonfoq Lm10 miljun oħra biex jimplimenta l-NPAA bil-għan li jasal għal din is-sħubija.", "Punt ieħor fil-budget ta' din is-sena li jolqot b'mod qawwi lis-settur tas-self-employed se jkunu l-famużi benchmarks, fejn kull kategorija ta' negozju se tibda tiġi kkalkolata skond il-bejgħ u l-profitt ta' l-istess kategorija.", "Hawnhekk bilfors li wieħed jiftakar fil-kritika li kienet issir lill-famużi ex officio, għaliex finalment il-konċett hawnhekk hu; li se jkollok struttura governattiva li se tkun hi li tissuġġerixxi l-livell ta' taxxa li jkollha titħallas minn kategoriji ta' negozju differenti.", "Barra dan, min jaqa' taħt il-minimum status se jiġi investigat awtomatikament.", "Jiena inħoss li pass bħal dan se jagħti lok għal ċerti inġustizzji peress li mhux se jkun hemm spjegazzjonijiet ċari għaliex wieħed ma jkunx jista' jaqa' taħt ċerti livelli.", "Il-gvern qiegħed jgħid li se jħares iktar fil-bogħod lejn dawn il-benchmarking exercises.", "Qiegħed jgħid ukoll li finalment se tiġi żviluppata sistema ta' taxxa minima li kull settur ikollu jħallas biex jeżerċita n-negozju u l-professjoni tiegħu.", "Pero` li jiskantani huwa li s'issa ftit li xejn ħarġu stqarrijiet pubbliċi minn organizzazzjonijiet fil-pajjiż.", "Smajna wkoll l-iffissar li se jkun hemm fuq il-prezz tal-prodotti taż- żejt mis-sena 2002.", "Qisu dan il-gvern il-budget se jagħmlu sentejn sentejn.", "Donnu li jaħseb minn sena għal sena biex jara jsibx naqra nifs ħalli ma jidhirx daqstant ikrah dwar ċerti miżuri li jkun ħa.", "Smajt lill- Onor. Buhagiar jitkellem b'mod abbli ħafna dwar dan il-qasam.", "Jidher li l- gvern qiegħed jipprova jidħol mit-tieqa fejn ma jirnexxilux jidħol mill- bieb.", "Imma x'se jfisser dan kollu għall-konsumatur u għan-negozjant ma nafux.", "Li hu ċert hu li jekk dan il-gvern m'huwiex se jbiddel it-tendenzi tiegħu f'dan ir-rigward, allura m'hemmx dubju li se jkollna żidiet sostanzjali li se jagħtu daqqa 'l isfel sew lill-ekonomija u m'humiex se jħalluha tiġġenera l-frott mixtieq minna lkoll.", "Jien m'iniex se nidħol fid- deċiżjoni li ħa l-Ministru Bonnici dwar il-hedging agreements; dik smajna ħafna fuqha.", "Naf ukoll li kull ministru jrid jieħu ċerti deċiżjonijiet, imma mbagħad irid ukoll jerfa' l-piż ta' dawk id-deċiżjonijiet li jkun ħa.", "Sadanittant ma smajna xejn fuq il-VAT refunds.", "Nafu li hemm ħafna talbiet u qiegħda ssir pressjoni biex dawn jingħataw fl-iqsar żmien possibbli għax in-negozjant ikollu bżonn il-cashflow.", "Li rajna kien li fuq is-servizzi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni fejn kien hemm VAT refunds dawn se jispiċċaw; ħaġa li żgur tmur 'il bogħod ħafna minn dak li kien intqal meta ġiet introdotta l-VAT.", "Illum ir-realta` turi li qegħdin f'sitwazzjoni fejn ir-refunds qegħdin idumu wisq ma jaslu għand min għandu dritt għalihom, u dan qiegħed jikkrea cashflow problem lil diversi persuni.", "Ġieli qegħdin jgħaddu xhur biex wieħed jieħu xi VAT refund u jien ngħid li n-negozji ż-żgħar lesti li jħallsu qabel dak li għandhom jagħtu, basta jingħataw qabel dak li għandhom jieħdu bħala VAT refunds.", "Naf li din it- tip ta' filosofija ġiet issuġġerita lill-gvern, imma madanakollu ma ġietx aċċettata.", "Irrid ngħid ukoll li kien hemm miżuri oħra li frankament iħawduk; bħal dawk li jikkonċernaw it-travel agents.", "Għalija din hija diskriminazzjoni ċara li forsi jiddiskrivuha aħjar minni l-association of travel agents, meta, filwaqt li qegħdin nipprovaw ninkoraġixxu l-kompetizzjoni fis-suq, fl- istess ħin qegħdin ngħidu li min ibigħ l-istess prodott - biljetti ta' l- ajr - jekk dawn tixtrihom mingħand l-airlines ikunu mingħajr VAT jew inkella mingħajr dan il-mark-up tal-VAT, u jekk tixtrihom mingħand l-aġent dan irid iħallas il-VAT.", "Allura mhix ovvja kif ser tkun l-għażla tal- poplu?", "Imma possibbli, b'dan il-mod irridu ninkoraġġixxu l-kummerċ f'pajjiżna?", "Hekk isiru l-affarijiet?", "Fuq kollox l-attitudni ta' dan il- gvern issa drajnieha.", "Meta jaħsel jieħu deċiżjoni, isodd widnejh u ma jiċċaqlaqx minnha.", "Sur President, m'iniex se nidħol fuq kwestjonijiet ta' VAT u kif din laqtet lil stabbilimenti ta' l-ikel, fabbriki u skejjel.", "Dawn it-tipi ta' impożizzjonijiet fihom infushom naħseb li huma kundannabbli.", "Imma ejjew inħarsu ftit lejn il-policies ta' dan il-gvern.", "Jidher li nfetaħ is-small business unit din is-sena, u jien diġa' għamilt il-kritika tiegħi dwaru.", "Jien nemmen li din hija entita` li suppost kellha l-opportunita` li tinvolvi iktar is-settur privat, flimkien mal-famużi partnerships.", "Fi ftit kliem, kienet opportunita` tad-deheb.", "Dan peress li s-sehem tas-self- employed fl-ekonomija hu importanti ħafna, iżda l-gvern għażel li dan il- unit iżommu bħala xi ħaġa governattiva.", "Ma rridx ninsa ngħid li ma smajna xejn fuq ir-restructuring.", "Niftakar li fil-budget l-ieħor ħlief restructuring tiela' u restructuring nieżla ma smajniex!", "Din is-sena, Alla jbierek, il-kelma restructuring ngħidlek li lanqas biss intużat darba fid-diskors ta' sagħtejn u nofs li l-ministru tal- finanzi għamel dwar il-budget.", "Dawn huma kollha strateġiji wżati minn dan il-gvern biex jipprova jaħrab ir-realtajiet li jkunu qegħdin jiġru warajh.", "Jinsa li b'daqshekk mhux se jeħles mill-mewġ tal-maltemp.", "Min-naħa l-oħra nistqarr li ħadt pjaċir nisma' lill-ministru tal-finanzi jirriferi għal dik li sejjaħ burokrazija fid-diskors tal-budget.", "Hawnhekk qed jgħid li: ''se titkompla r-reviżjoni tal-proċeduri kollha burokratiċi biex naqtgħu kemm nistgħu l-ispejjeż li din iġġib magħha''.", "Jien niftakar li meta s-sena l-oħra tkellimt dwarha, tan-naħa l-oħra bil-kemm ma bdewx jidħku għax qalu: Kif spiċċajna, ta' l-oppożizzjoni jitkellmu fuq mili ta' formoli!", "Issa kulmin jaħdem f'dan is-settur jaf kemm huma importanti r- regularity burdens u l-compliance costs li qed ikollhom jiffaċċjaw is-self- employed.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li jekk wieħed iħares lejn dan il-qasam jirrealizza li time is money.", "Għalhekk il-ħin għandu jkun iktar dedikat biex il-business jiffjorixxi iktar milli biex wieħed jidħol f'affarijiet burokratiċi.", "Ċerti studji li saru juru li dawk is-small businesses li jimpjegaw inqas minn għaxar persuni, il-compliance costs huma madwar erba' darbiet iktar minn dawk tal-larger enterprises.", "Għaldaqstant jien nissuġġerixxi li jsir screening ta' regolamenti ġodda biex jassessjaw l- impatt li se jkollhom fuq is-small businesses.", "Jeħtieġ ukoll li r-regoli jkunu iktar friendly speċjalment fejn jidħlu formoli, dokumenti u dawk li huma compliance procedures.", "Imma x'rajna minn fuq?", "Din is-sena rajna lill-gvern idaħħal liġi wara l- oħra dwar safety, prodotti u standards.", "M'iniex ngħid li dawn il-liġijiet huma ħżiena; tant hu hekk; li aħna tajna l-kontribut tagħna.", "Imma meta naħsbu dwar affarijiet bħal għajnuna u x'konsiderazzjonijiet għandhom jittieħdu, tista' tgħid li ma ssib litteralment xejn.", "Fil-fatt il- compliance costs per employee huma madwar 7.9% tat-tax contribution fil-każ ta' dawk l-azjendi li jkollhom minn wieħed sa erba' impjegati; u madwar 2% għall-kumpanniji li jimpjegaw iktar minn 200 ruħ.", "Barra minn dan hemm differenza - għalkemm hawn diversi minn dawn, imma m'iniex se nintilef fuqhom - jekk ikun hemm experience propriety jew le f'dawn l-oqsma.", "Pero` jiddispjaċik tara li sal-lum ma jeżistux kontro-miżuri min-naħa tal-gvern biex jasal għal xi forma ta' għajnuna.", "Ħaġa oħra stramba u li ma ssemmietx tikkonċerna l-liġi dwar l- introduzzjoni ta' l-ID amendments dwar is-small business promotion.", "Sieħbi kellu l-okkażjoni li jidħol fiha u jien nittama li għad ikolli l-okkażjoni nagħmel dan ukoll meta jkollna d-dibattitu f'din il-Kamra.", "Pero` ma ssemma xejn dwar il-liċenzji fil-kummerċ.", "Smajna ħafna dwarha din, imma fid- diskors tal-budget ma saritx riferenza għaliha.", "Forsi jkollna ftit iktar illuminazzjoni dwar dan min-naħa tal-gvern iżjed 'il quddiem.", "Nagħlaq billi ngħid li hemm diversi anomaliji li s-self-employed qegħdin isofru minnhom, iżda jidher ċar li l-gvern hu iktar preokkupat minn kif se jiġbor iktar milli kif jista' jtejjeb il-klima li għandu jkun hemm fil- qasam tal-kummerċ.", "Tant hu hekk li ħafna drabi dawn l-anomaliji li qegħdin jagħmlu tant ħsara lis-self-employed il-gvern qiegħed jinsiehom u ma jidher imkien f'dan il-budget li dawn ser jiġu solvuti.", "Biżżejjed insemmi l- pensjonijiet u affarijiet simili.", "J'Alla 'l quddiem il-gvern għad jagħtina iktar dawl dwarhom.", "Nikkonkludi billi ngħid li dan il-gvern laqqam dan il-budget bħala wieħed fid-direzzjoni t-tajba.", "Sadanittant l-istess gvern ma qalx li dan huwa budget tajjeb.", "Allura bilfors wieħed jistaqsi: Tgħid il-gvern m'huwiex konvint li dan hu budget tajjeb?", "Forsi jimmira li jkun u fl-aħħar jasal għal dak li jrid, imma anke fit-titolu li ta huwa stess jidher li donnu hemm id-dubji.", "Ngħid għalija, dan il-budget iktar milli narah se jservi ta' għodda biex jixpruna l-kummerċ kif għandu jkun, se jservi aktar ta' morsa lill-ekonomija u għal ftit nifs li għad baqa' f'dawn l-oqsma.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Għalissa nieqfu hawn u nkomplu llejla.", "Fin-12.30 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornta, skond il- mozzjoni ta' proċedura.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t- Tlieta, 5 ta' Diċembru, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2001", "It-Sitt Jum Stabbilit (Kont)", "Voti tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 5 ta' Diċembru, 2000 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 172.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PITKALIJA - DĦUL", "21621.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena mill-pitkalija ċentrali?", "Jista' jinfurmana x'kien l-istess dħul għall-bdiewa fl-istess perijodu għas-snin 1997 u 1998 rispettivament u separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-dħul tal-bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is- sena, 1997, u 1998 mill-Pitkalija Ċentrali kien kif ġej:", "2000 Jannar Settembru Lm4,029,737 1997 -do- Lm4,048,197 1998 -do- Lm4,411,188", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "21624.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana kemm-il metru ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rapportati lill-bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena mid- dipartiment ta' l-agrikoltura, inkluż kemm-il metru ta' ħitan tas-sejjieħ tkomplew mill-ħaddiema fuq il-proġett taċ-Chadwich Lakes?", "Jista' jagħti l- istess tagħrif għall-perijodu tas-snin 1997 u 1998 rispettivament u separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, id- dipartiment irranġa 556 metri kwadri ta' ħitan tas-sejjieħ.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar il-perjodu 1997 u 1998, meta hu stess kien Ministru, għad trid tinġabar u tingħatalu f'xi seduta oħra.", "ĦAMRIJA", "21625.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana kemm-il metru ta' ħamrija ngħatat lill- bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-perijodu tas-snin 1997 u 1998 rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena tqassmu 5,145 metri kubi ta' ħamrija lill-bdiewa.", "Jidher li ma nżammewx rekords għall-istess perijodu tas-snin 1997 u 1998.", "SPIERI TA' L-ILMA", "21626.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jitwaqqaf kumitat bejn id-dipartiment ta' l- agrikoltura, il-Water Services Corporation, id-drenaġġ u rappreżentanti tal- bdiewa sabiex tiġi studjata l-problema kbira li hawn f'Malta u f'Għawdex fejn ħafna spiri ta' l-ilma ġieri qed jitħallat mad-drenaġġ b'detriment għall-bdiewa li jsaqqu l-uċuħ tar-raba' u qed ikollhom jonfqu ħafna flus biex jixtru ilma tajjeb għat-tisqija tal-prodotti tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Riċentement id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma kellu l-ebda rapporti minn bdiewa li tħallat id-drenaġġ ma' l-ilma ta' l- ispejjer.", "Malli jkollna xi rapporti, ninvestigaw il-każ mal-W.S.C. u id- Dipartment tad-Drenaġġ.", "INDUSTRIJA TAL-FNIEK - DEMEL", "21686.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21133?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għad trid tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RABAT - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "21687.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinfurmana jekk kienx hemm xi żviluppi dwar iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat?", "Jirriżulta li mis-sena d-dieħla xi servizzi li jingħataw f'dan iċ-ċentru se jiġu xxiftjati fiċ-ċentru l-ġdid li mistenni jinfetaħ fl- Imtarfa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma hemm l-ebda żvilupp ġdid dwar iċ-Centru tas- Saħħa tar-Rabat, apparti l-introduzzjoni ta' servizz ta' klinika tal- Podoloġija li saret dan ix-xahar.", "Mhux se jinfetaħ xi Centru tas-Sahha l-Imtarfa, imma qed jiġi studjat il- ħsieb li xi servizz li jingħata fiċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat jiġi provdut ukoll fil-premises li għandu d-Dipartiment tas-Saħħa fiċ-Centru Civiku ta' l-Imtarfa sabiex ikunu moqdija aħjar ir-residenti ta' hemm hekk.", "Dan is- servizz xorta jibqa' jingħata fiċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat bħall-lum.", "INCOME TAX - REFUŻJONIJIET", "21813.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm baqa' refużjonijiet ta' income tax x'jitħallsu mill- gvern għas-snin ta' qabel l-1998 separatament sena b'sena minn meta dawn huma dovuti u bħala totali globali?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet u miri ta-gvern biex dawn it- taxpayers jirċievu lura ħlasijiet dovuti lilhom?", "Kemm minn dawn huma dovuti lill-self-employed, kumpanniji/ditti kummerċjali separatament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tingabar u ser tinghata f'xi seduta ohra.", "BANEK - KONTIJIET", "21816.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hawn flus f'kontijiet bearer mal-banek qabel dawn twaqqfu?", "Kemm kien hemm bearer accounts li baqgħu miftuħin fejn ma kenux identifikati s-sidien tagħhom, x'sar mill-bilanċi rilevanti mill-banek lokali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngharraf l-Onorevoli Interpellant li f'Dicembru ta' l- 1999 il-Bank Centrali hareg direttiva lill-banek kummercjali sabiex ma jifthux aktar kontijiet bearer u jiehdu hsieb jghalqu dawk ezistenti sa Gunju tas-sena 2000.", "Tajjeb nghidu li mill-1994 l-hawn kull min jiftah kont bearer kien jigi identifikat skond ir-Regolament ta' l-1994 kontra l-Hasil ta' Flus.", "Il-kontijiet bearer pero' xorta baqghu trasferibbli u kien ghalhekk li l-Bank Centrali hareg din id-Direttiva f'Dicembru 1999.", "Fl-ahhar ta' Dicembru 1999 il-banek kellhom 8,137 kont bearer f'ammont ta' Lm29 miljun lira.", "Sa Ottubru li ghadda kien ghad fadal 2,890 kont b'ammont ta' Lm4 miljun lira li s-sidien taghhom ma gabruhomx mill-banek.", "Il-flus ghadhom fil-banek sakemm is-sidien taghhom jirrikorru fil-banek biex jigbruhom.", "Din hija sitwazzjoni li tezisti f'kull tip ta' accounts fejn il- banek izommu dawn il-kontijiet bhala Dormant jigifieri kontijiet li ma hemmx caqlieq fuqhom.", "ŻONI INDUSTRIJALI", "21817.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn u liema huma ż-żoni industrijali ta' pajjiżna?", "Kemm hemm u liema areas ġew identifikati biex jiġu żviluppati bħala żoni industrijali ġodda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta tamministra tnax-il zona industrijali mqassmin f'dawn il-postijiet - Ħ'Attard, Bulebel, Ħal-Far, Ħal-Kirkop, Kordin, il-Marsa, il-Mosta, l- Mrieħel, Ricasoli, Ħal-Safi, San Gwann u x-Xewkija Għawdex.", "Minbarra dawn, hemm tlitt zoni oħra, tnejn ta' l-artiġjanat u waħda għan- nies tas-snajja.", "Iz-zoni ta' l-artiġjanat jinsabu f'Ta' Qali u f'Ta' Dbieġi u l-oħra ġewwa Ħal-Luqa.", "Peress li l-pjanijiet dwar zoni ġodda għadhom ma ġewx definiti, ma jkunx prudenti li f'dan l-istadju jingħataw dettalji.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "21818.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata l-ispiża biex jiġi żviluppat mill-ġdid it-Ta' Qali Crafts Village?", "Meta huwa mistenni li dan il-proġett jibda u jiġi fi tmiemu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-proġett tal-Villaġġ tas-Snajja' f'Ta' Qali għadu għaddej u għaldaqstant ma jkunx prudenti li f'dan l-istadju jingħataw dettalji.", "PULIZIJA - KONTRAVENZJONIJIET", "21819.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet għal rimi ta' skart/littering sena b'sena mill-1996 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:", "|1996 |199|199|199|2000*| | |7 |8 |9 | | |31 |50 |35 |72 |49 |", "*sat-30 ta` Novembru.", "SWATAR - KAROZZA MITLUQA", "21821.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li titneħħa l-karkassa ta' karozza li tinsab abbandunata u kollha ħmieġ b'konsegwenzi għas-saħħa ta' dawk li jkunu fl-inħawi, li tinsab faċċata tal-Price Club, fis-Swatar fejn jipparkjaw il-karozzi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l- Onor. Interpellant tneħħiet.", "MSIDA BOAT HOUSE", "21856.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "21696, l-Imsida Boat House hija murija fl-istat dilapidat tagħha fl-aħħar ħarġa ta' Vigilo ta' Din l-Art Ħelwa.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-boathouse li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant qiegħda f`Tal-Pieta`.", "Ninsab infurmat li qiegħed jiġi kkunsidrat x`inhuwa l-aħjar mod biex tiġi kkonservata l-boathouse imsemmija.", "SKEJJEL - CARRIER", "21864.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jinformana jekk ħarġitx xi ordni mill-Ministeru biex it-tfal tal- Primarja ma jeħdux il-basket ta' l-iskola fuq il-carrier?", "Jekk le, jaf l-Ministru li hemm xi skejjel li mhux qed jippermettu tfal li jmorru l-iskola bil-carrier?", "Jista' l-head ta' l-iskola jżomm lit-tfal milli jagħmlu hekk meta dan jista' jevita problemi fid-dahar tat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kumitat Dwar il-Basktijiet ta' l-Iskola ħareġ rapport fejn irrakkomanda li minħabba raġunijiet ta' saħħa, il- \"carrier bags\" m'għandhomx jintużaw mit-tfal.", "Għaldaqstant id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bagħtet ċirkulari lill-Kapijiet ta' l-Iskejjel fejn tat parir sabiex dawn il-carrier bags ma jintużawx.", "Madanakollu huwa fid- diskrezzjoni ta' l-istess kapijiet ta' l-iskejjel jekk jipprojbixxux immedjatament dawn il-basktijiet jew inkella, wara diskussjonijiet mal- Kunsilli Skolastiċi, jippermettux l-użu ta' dawn il-Basktijiet sa' l-aħħar ta' din is-sena skolastika.", "VALLETTA - DĦUL TA' VETTURI", "21865.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "21590 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex tapplika l- liġi li vetturi bħal trakkijiet ma jistgħux jidħlu ġewwa l-Belt Valletta?", "Jekk iva, x'inhuma l-ħinijiet projbiti?", "Jista' jgħid kemm kien hemm persuni li kissru l-liġi mill-1996 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi trakkijiet u vetturi kbar oħra ma jitħallewx jidħlu l-Belt Valletta f`dawn il-ħinijiet - bejn is-7.30a.m. u s- 2.00p.m. u bejn l-4.00p.m. u t-8.00p.m.", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma ta` statistika.", "TOROQ - SLUM CLEARANCE", "21866.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "21653?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra."]} {"filename": "20010216_496d_par.doc", "date": "2001-02-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 496 Il-Ġimgħa, 16 ta' Frar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 496", "Il-Ġimgħa, 16 ta' Frar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "496", "Il-Ġimgħa, 16 ta' Frar, 2001", "WERREJ MINUTI 533", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 533", "TQEGĦID TA' KARTI 536", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻI LEGALI NRI 261 U 262 TA' L-2000 537", "AĠĠORNAMENT 556", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 561", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 495 li saret fil-15 ta' Frar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SLIEMA - SKOLA PRIMARJA", "23455.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ir-riabilitazzjoni tal-bini ta' l-iskola primarja ta' Tas-Sliema?", "X'xogħol mistenni li jsir fis-snin 2001, 2002 u 2003 sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ninsab informat li skond il-pjan preżenti, it-taqsima tax-xogħlijiet qiegħda tħejji offerta għal xogħlijiet fl-iskola msemmija.", "Fl-2001 hu mistenni li jsir xogħol ta' żarmar tat-taraġ ta' ġewwa u l- armar tiegħu mill-ġdid.", "Fl-2002 jingħata bidu għar-ristrutturar tal- faċċata filwaqt li jinbdew ix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni fuq ġewwa, xogħlijiet previsti li jintemmu sa l-aħħar ta' l-2003.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jaf il-Ministru, dan l-aħħar kellna protesti min-naħa ta' l-għalliema u min-naħa tal-unions ta' l-għalliema dwar l-istat ta' ċerti skejjel.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'upgrading u x'investiment qed isir biex nilqgħu għal din id-diffikulta`?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett ikun tajjeb jekk wieħed jirrimarka li l-protesti li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Farrugia saru fir-rigward ta' ħames skejjel biss mill-130 skola li għandu l-gvern.", "Wieħed irid iżomm ukoll quddiem għajnejh li l-biċċa l-kbira ta' l-iskejjel tal-gvern għandhom ambjent sodisfaċenti li fihom isir tagħlim ta' kwalita`, għalkemm nifhem li ċerti nies għandhom immaġni xi ftit baxxa ta' l- iskejjel tal-gvern.", "M'għandniex niġru bl-impressjoni li l-iskejjel privati u tal-knisja huma kollha perfetti, għaliex anke dawn l-iskejjel għandhom ċerti difetti.", "Tajjeb ukoll li aħna, bħala Kamra tad-Deputati, nikkritikaw in- nuqqasijiet li għandhom l-iskejjel ta' l-Istat, pero` għandna nitkellmu wkoll fuq il-ħafna affarijiet tajba li għandhom dawn l-iskejjel.", "Sfortunatament ċerti nuqqasijiet li għandhom l-iskejjel tal-gvern ma jistgħux jissolvew mil-lum għal għada.", "Per eżempju, m'huwiex tajjeb mil- lat ta' saħħa li fil-Marsa hemm skola viċin il-power station, u fil-fatt il- gvern qed jaħdem biex isib is-soluzzjonijiet li hemm bżonn.", "Fid-diskors tal-budget il-gvern ħabbar li beħsiebu jwaqqaf organizzazzjoni ġdida għall-bini, refurbishment u maintenance ta' l- iskejjel.", "Għal dan l-iskop se jiġu ddedikati iktar minn Lm60 miljun fuq firxa ta' tmien snin.", "B'hekk il-gvern qed juri li ma nistgħux nattakkaw il- problemi billi noqogħdu nġantu imma billi jkollna pjan sħiħ li jħares lejn l-iskejjel kollha, u anke jkollna terminu ta' żmien li fih inkunu nistgħu ngħollu l-ambjent fiżiku ta' l-iskejjel tagħna għal-livell meħtieġ.", "Naturalment mhux talli m'aħniex se naslu fi tmien snin, imma talli lanqas fi 30 sena m'aħna se naslu għax minbarra li għandna l-problema tal- finanzi, għandna wkoll il-problema li għadna lura ħafna milli nkunu kapaċi ninvestu bi ħsieb u bi pjan.", "Sal-lum l-esperjenza turina li f'dan ir- rigward għadna lura ħafna; qed nidħlu għal proġetti li qed jiswewlna ħafna u qed indumu żżejjed biex inwettquhom.", "Nispera li fil-ġranet li ġejjin ikollna ċ-ċans nitkellmu fuq l- istrateġija ġdida li beħsiebna nadottaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri sal-lum id-dipartiment ta' l-edukazzjoni għad m'għandux pjan biex matul din is-sena jittekilja n-nuqqasijiet li jirriżultaw f'dawk l-iskejjel li fuqhom saru l-protesti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, m'iniex qed ngħid hekk.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk ngħid li kellna protesta ħdejn l-iskola Lorenzo Gafa`, fejn għaddej xogħol massiċċ u fejn il-gvern qed jinvesti qrib il-Lm0.5 miljun.", "Fil-fatt ta' min jgħid li x-xogħol fuq din l-iskola wasal fi tmiemu.", "Irrid niċċara wkoll il-fatt li l-protesti fuq din l-iskola ma sarux għaliex il-gvern qed jittraskura din l-iskola imma għaliex meta bdew iħaffru, il-ħaddiema sabu li jridu jħaffru ħafna iktar fil-fond biex isibu l-pedamenti u dan ittardja l-kuntratt tax-xogħol b'madwar sitt xhur.Anke l- problema li għandna fl-iskola ta' l-Imtarfa m'hijiex marbuta ma' l- istruttura ta' l-iskola jew inkella mal-lokal tagħha imma ma' l-ambjent ta' l-iskola nnifisha.", "Kif għedt diġa', anke l-iskola tal-Marsa għandha dawn it-tip ta' problemi.", "Ta' min jgħid ukoll li minkejja li l-junior lyceum ta' Santa Luċija għadha lanqas hi lesta kollha, dawk il-partijiet li tlestew madwar tliet snin ilu m'hijiex qed issirilhom maintenance mal-ewwel għax filwaqt li aħna kapaċi nieħdu deċiżjoni u nwettqu l-proġetti, sfortunatament x'ħin niġu biex nagħmlu l-maintenance tagħhom naqgħu mal-ewwel.", "Ċertament li ma naqbilx ma' min jgħid li l-gvern qed inaqqas l-ispiża f'dan is-settur.", "Fil- fatt il-budget kapitali tal-ministeru ta' l-edukazzjoni huwa t-tieni l- ikbar budget kapitali - għax l-iktar budget kapitali huwa dak tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi - fejn qed jiġu ddedikati miljuni kbar ta' liri.", "Naturalment l-argument ta' l-oppożizzjoni li hemm bżonn nagħmlu iktar jibqa' validu, u l-gvern qed jaqbel li hemm bżonn nagħmlu iktar, pero` qegħdin ngħidu wkoll li hemm bżonn nonfqu l-flus b'mod effettiv, b'mod serju u b'mod ippjanat, skond l-ispecifications tal-kuntratti, u jeħtieġ ukoll li l-kuntratturi josservaw l-obbligi tagħhom fi żmien raġonevoli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien se nerġa' mmur lura għall-interpellanza oriġinali.", "Ix-xogħol li hemm ippjanat li jsir se jsir waqt il-vaganzi?", "Għax jien nimmaġina li jekk dan ix-xogħol isir fl-istess żmien meta t-tfal ikollhom l-iskola, dan ikun ta' periklu għal kulħadd.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Waħda mir-raġunijiet li għaliha dan ix-xogħol se jieħu ħafna żmien hija minħabba li ma nistgħux naqbdu u nagħlqu l-iskejjel biex isir ix-xogħol li hemm bżonn isir imma x-xogħol irid isir waqt il- vaganzi tas-sajf.", "Normalment meta ċertu xogħol ikun jista' jsir waqt il-ħin ta' l-iskola, aħna nistaqsu lill-kap ta' l-iskola u lill-għalliema jekk aħniex se nfixklu l-proċess ta' tagħlim u jekk dawn jgħidulna li m'hu se jkun hemm ta' l-ebda tfixkil, isir ix-xogħol meħtieġ.", "ĦAMRUN - JUNIOR LYCEUM", "23456.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bla għalliema regolari tal-Franċiż fil-junior lyceum tas-subien tal-Ħamrun?", "Dawn meta se jkollhom l-għalliema meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fil-junior lyceum tas-subien tal- Ħamrun m'hemm l-ebda student li m'għandux għalliem regolari.", "Kien hemm perijodu fejn waħda mill-għalliema kienet fuq sick leave pero` l- lezzjonijiet ingħataw minn għalliema oħra.", "M'hemm l-ebda ħtieġa ta' iktar għalliema f'din l-iskola.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ippermettili ndur fuq suġġet ieħor.", "Fid- dawl ta' dak li qed jgħid il-gvern, jiġifieri li l-Unjoni Ewropea tissussidja u tippromwovi ħafna l-kunċett ta' żvilupp rurali, l-istudenti bdew jitħarrġu f'dan it-tip ta' qasam?", "Jekk bdew, x'inhuma l-pjani għal dan il-kulleġġ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, kif diġa' kelli l-opportunita` ngħid, f'dan il-kamp qed isir dak li hu magħruf li qed isir.", "L-iżviluppi se jidhru fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "It-taħriġ tal-ħaddiema fil-qasam tal- biedja, fil-qasam ta' l-ortikoltura u fil-qasam ta' l-agrikoltura se jsir permezz ta' l-iżvilupp ta' istitut speċjalizzat - the institute of agri- business studies - u l-ħabib tiegħi żgur li jifhem iktar milli nifhem jien u żgur jaf x'firxa kbira għandu dan is-suġġett.", "Sal-lum biċċiet mill- istudji jsiru fl-istituti ta' l-universita`, filwaqt li studji oħra jsiru f'dawk li qabel kienu jissejħu trade schools u fil-kulleġġ tal-biedja.", "Dawn l-istrutturi, speċjalment dawk li sal-lum għadhom jaqgħu taħt id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni, m'humiex adegwati.", "Jiddispjaċini ngħid li f'dan il-kamp la qed inħarrġu lill-istudenti tajjeb biżżejjed, la aħna organizzati biżżejjed u lanqas qed nattiraw lill- istudenti biżżejjed.", "L-Onor.", "Farrugia jaf x'armata ta' nies għandu bżonn il-pajjiż biex nosservaw l-standards li l-poplu tagħna għandu bżonn biex jassigura li l-ilma li nixorbu u l-ħobż, il-laħam u l-ħut li nieklu jkun tal-kwalita` li suppost ikun.", "Xi kultant aħna nieħdu l-ikel u x-xorb for granted u meta nisimgħu fuq l-aħbarijiet li f'xi pajjiż tkun żviluppat epidemija għax in-nies kienu qed jieħdu ilma kkontaminat, aħna lanqas biss taqgħalna f'moħħna x'inhu ilma kkontaminat għax imdorrijin b'ċerti standards.", "Imma nistgħu nserrħu moħħna fuq dak li għandna llum?", "Ir- risposta tal-gvern hi \"le\", ma nistgħux inserrħu moħħna fuq dak li għandna llum imma għandna ngħollu l-kwalita` tal-ħajja tagħna u noffru iktar salvagwardji għas-saħħa tal-poplu tagħna.", "Waħda mil-linji li se naqbdu hija li fil-kulleġġ ta' l-arti, tax-xjenza u tat-teknoloġija se jkun hemm l-institute of agri-business studies, li jpoġġi t-taħriġ ta' dawn in-nies fuq bażi soda u konsistenti.", "Sfortunatament parti mit-taħriġ m'aħniex nagħtuh għax irridu nġibu esperti minn barra biex inkunu nistgħu nagħtuh.", "Issa l-Unjoni Ewropea se tgħinna f'dan?", "Dażgur li se tgħinna l-Unjoni Ewropea!", "Fil-fatt għalkemm aħna għadna fil-bidu nett, qed nuru li kapaċi nissottomettu proġetti edukattivi tassew interessanti tant li l-Unjoni qed tqishom bħala validi, aħseb u ara jekk nidraw nuru iktar serjeta`.", "L- Unjoni għandha tkun ta' għajnuna strateġika sabiex inkunu nistgħu nakkwistaw dawn l-istrutturi u dan it-titjib fl-istandards għall-poplu Malti u Għawdxi fl-iqsar żmien possibbli.", "ĦOBŻ – SUSSIDJU", "23457.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jara min fil-familja minn San Ġiljan, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu sal-lum ma ħax l-Lm10 tal-ħobż li suppost ħa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minn stħarriġ li għamel id-dipartiment tat-teżor jirriżulta li waħda minn dawn it-tlieta min-nies tħallset flimkien ma' persuna oħra permezz ta' ċekk li kien jammonta għal Lm20 u li ssarraf fit-8 ta' Frar, 2000.", "Fil-każ tal-koppja l-oħra, id-dipartiment hu informat li dawn il-persuni ma' rċevewx il-kumpens ta' Lm10 minħabba li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ma kellhiex informazzjoni korretta dwar liema persuni kienu qed jgħixu fl-indirizz indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Għaldaqstant se jittieħdu l-passi neċessarji ħalli l-ħlas dovut lil dawn il-persuni jinħareġ fil-ġranet li ġejjin.", "ĦAMRUN - SKOLA PRIMARJA", "23459.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkollhom għalliem regolari l-istudenti tal- klassi 6C ta' l-iskola primarja Dun Ġorg Preca, Ħamrun?", "X'qed isir biex l- istudenti ma jkomplux jitilfu ħin prezzjuż biex jiġu edukati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-istudenti tal-klassi 6C ta' l- iskola primarja Dun Ġorġ Preca, Ħamrun, għandhom għalliema regolari li ilha magħhom mill-bidu tas-sena skolastika.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Traskrizzjoni tad-diskors li għamilt jien lin-nazzjon fil-15 ta' Frar 2001;", "Kopja ta' ittra li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bagħat lili fil-5 ta' Frar 2001;", "Kopja ta' ittra li s-Sur Karmenu Vella, segretarju tat-taqsima professjonali u servizzi tal-GWU, bagħat liċ-chairman tal-Malta Drydocks fis-7 ta' Frar 2001; u", "Kopja ta' żewġ press releases li l-GWU ħarġet fil-15 ta' Frar 2001, dwar tiswija mit-Tarzna ta' Malta fuq bastiment tan-navy Amerikana; flimkien ma'", "Kopja tar-riżenja li l-kunsill tat-tarzna bagħat lill-ministru għas- servizzi ekonomiċi fil-15 ta' Frar, 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport li juri r-riżultat tas-survey nazzjonali mniedi mill- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilta` fl-1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23562; u", "Ktieb intitolat \"Design guidelines - access for all\" maħruġ mill- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilta` f'Diċembru 2000 sabiex jgħin periti jiddisinjaw bini miftuħ għall-pubbliku u ta' użu maġġuri, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23565.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' impjegati fl-Isptar Monte Carmeli, flimkien ma' l-għadd ta' sigħat li ħadmu overtime matul l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23463.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻI LEGALI NRI 261 U 262 TA' L-2000", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, illum qed niddibattu xi ħaġa li tmur fl-istess kurrent ta' bniedem li jopponi għat-tibdil.", "It-tibdil huwa xi ħaġa neċessarja u ż-żmenijiet jgħallmuna li ċerta prattika ma tistax tibqa' ssir.", "F'din il-mozzjoni qed niddibattu sistema li sa ftit żmien ilu kienet titħaddem fir-reġistru pubbliku u din inbidlet għall- aħjar, pero` jidher li għad hawn min jaħseb li kif konna qabel konna aħjar.", "Din hija xi ħaġa żbaljata għall-aħħar għax jekk wieħed jara ftit il-legal notice in kwestjoni u jara l-mod tajjeb li qed titħaddem biha s-sistema tar- riċerki llum jifhem li dak li sar mill-gvern sar b'pass kbir 'il quddiem.", "Jien nifhem li xi drabi n-nies jidraw f'ċerta prattika u diffiċli biex taqlagħhom minnha, imma meta wieħed jagħmel l-affarijiet abbażi ta' l-ordni u tal-loġika, ir-raġuni għandha tipprevali.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem għaliex il-membri tan-naħa l-oħra qed jilmentaw fuq il-miżuri l-ġodda, liema miżuri, kif għedt diġa', qed jaħdmu tajjeb.", "Ċerti drabi wieħed jieħu l-impressjoni li hemm dak li l-Ingliżi jsejħulu \"running with the hare and hunting with the hounds\"; min-naħa waħda niġu kkritikati kemm-il darba li ma nagħmlux dixxiplina u ordni u min-naħa l-oħra, meta nagħmlu d-dixxiplina u l-ordni jkun hemm min jgħid: X'għamiltulna!", "Dan huwa żbaljat bħala linja għax fil-politika trid tagħżel il-linja tas-sewwa, linja li tiġbed 'il quddiem, u f'dan is-sens dak li għamel dan il-gvern; li għażel li jimxi b'linja 'l quddiem, li jagħmel linja tas-sewwa, linja li biha bniedem ma jkollux diffikulta` biex jottjeni dokument legali.", "U x'inhu dan id- dokument legali?", "Ħalli nispjega.", "Aħna nitolbu r-riċerki u għal min ma jafx, ir-riċerki huma dawk id- dokumenti li juru dak li bniedem x'ikun xtara u x'ikollu dejn fuq il- proprjeta`tiegħu.", "Aħna nħaddnu sistema ta' ipoteki ġenerali u ipoteki speċjali.", "Bl-ipoteka ġenerali wieħed iqiegħed piż fuq il-proprjeta` in ġenerali ta' persuna filwaqt li l-ipoteka speċjali tkun marbuta mal- persuna, imma fuq proprjeta` partikolari.", "Mir-riċerki wieħed ikun jaf għal xiex inhu dieħel.", "Per eżempju, jekk jien inkun se nixtri post, inkun nixtieq inkun naf mingħand min se nixtrih u jekk kemm-il darba l-bejjiegħ ikollux xi dejn fuq il-post.", "Imma jien kif nista' nserraħ moħħi li meta mmur l-insinwa, dawn se jgħiduli preċiżament x'għandu u x'm'għandux jagħti l-bejjiegħ?", "Għalhekk aħna qed indaħħlu sistema ġdida, liema sistema tagħti liċ-ċittadin is-serħan tal-moħħ li jkun jaf jekk hemmx dejn u għal kemm jammonta eżattament dan id-dejn.", "Fejn ix-xerrej ikun nefaq daqstant flus biex jixtri post, huwa m'għandux jaraha bi kbira li jonfoq xi ħaġa oħra tal- flus biex isirulu dawn ir-riċerki.", "Qabel is-sistema kienet alla mano, jiġifieri wieħed kien isib lil xi ħadd jaħdem l-insinwa u kien jitolbu jagħmillu pjaċir u jagħmillu r-riċerki hu, pero` llum iż-żminijiet inbidlu u qed jinħass il-bżonn li jkollna sistema aħjar billi wieħed ma jibqax jiddependi minn jekk l-impjegati ta' l-insinwa jagħmlulux pjaċir billi jagħmlulu r-riċerki meħtieġa.", "Bis-sistema l-ġdida, jiġifieri bis-sistema komputerizzata li daħħalna, il- possibbilta` li wieħed jiżbalja fir-riċerka li jkun qed jagħmel naqset konsiderevolment.", "Barra minn hekk b'din is-sistema min qiegħed jagħmel ir- riċerka qiegħed jagħti wkoll garanzija li r-riċerka li hu qed jagħmel hija waħda tajba.", "Din il-garanzija hija fundamentali għaċ-ċertezza legali.", "L- iżbalji jagħmilhom kull uman, imma jekk inhu possibbli, wieħed għandu jċekken il-marġni ta' dan l-iżball, u l-gvern preżenti hekk qiegħed jagħmel; qiegħed jikkoreġi l-iżbalji li kienu jsiru qabel.", "Mr Speaker, l- ewwel darba li jkun hemm każi ta' nies li wara li jixtru l-proprjeta`, isibu li l-bejjiegħ m'huwiex il-proprjetarju, jew inkella li hu ma jkunx l- proprjetarju ta' din il-proprjeta`.", "Issa, permezz ta' dawn ir-riċerki, kulħadd se jkollu ċar quddiem għajnejh xi proprjetajiet għandu t-tali, u din iċ-ċertezza hija neċessarja għall-kuntratti u għax-xogħol li jsir min- nutar pubbliku.", "Irrid infakkar li r-riċerki m'humiex ir-responsabbilta` legali tan-nutar imma hija responsabbilta` tal-parti li tkun se tagħmel il-kuntratt.", "In- nutar qiegħed hemm biex jirċievi l-kuntratt, u n-nutar jista' jirċievi u jiġi eżentat milli jdaħħal fil-kuntratt il-provenjenza, jiġifieri minn fejn tkun ġejja l-art in kwestjoni.", "Għalhekk il-provenjenza m'hijiex fl- interess tan-nutar imma hija fl-interess tan-nies li jkunu se jintrabtu fil- kuntratt, jiġifieri ta' min ikun se jixtri, ta' min ikun se jidħol għal ċerti debiti jew ta' min ikun se jislef xi ħaġa tal-flus lil ħaddieħor.", "Per eżempju, jekk xi ħadd ikun se jsellef xi flus lil persuna, u din il- persuna tgħidlu li hi għandha t-tali proprjeta`, min ikun se jsellef il- flus ikun jista' jagħmel ir-riċerki neċessarji biex jara jekk dik il- proprjeta` li jkun semmielu tkunx verament tiegħu jew le.", "Għall-ewwel darba nistgħu ngħidu li bdejna dan is-seklu tajjeb għax għandna ċ-ċertezza, u ċ-ċertezza hija ferm iktar importanti għal min jaħdem fis-sistema legali.", "Ħafna drabi nintalbu biex nagħtu l-pariri, imma aħna nagħtu l-pariri wara li naraw id-dokumenti legali.", "Ovvjament aħna ma nkunux nistgħu nagħtu l- pariri fuq kuntratti mingħajr ma narawhom.", "Għalhekk dawn il-miżuri l-ġodda m'għandhom jiġu żarmati jew imkissra bl-ebda mod.", "Kont qed nitkellem fuq il- bżonn li jsiru r-riċerki, Sur President.", "Illum aħna daħħalna sistema fejn id-direttur huwa marbut li jagħtik ir- riċerki f'ċertu żmien.", "Per eżempju fil-każ ta' riċerka għat-testmenti, iċ- ċertifikat irid jintbagħat fi żmien seven working days.", "Qabel kont tagħmel l-ordni għal dawn id-dokumenti legali li toħroġ l-insinwa u ma kienx ikunx hemm rabta ta' meta dawn id-dokumenti jiġu lura, jiġifieri tagħmel l-ordni u meta jiddeċiedu li jagħmluha, jagħmluha, mentri llum il-ġurnata d- direttur huwa marbut bil-liġi li jagħtik ċerti riċerki fi żmien stipulat.", "Ta' min jgħid li l-liġi tagħmel diversi klassifikazzjonijiet tat-tipi ta' riċerki li qegħdin nitkellmu fuqhom u għal kull tip ta' riċerka, id- direttur irid jgħaddilek l-informazzjoni u jekk kemm-il darba, għal xi raġuni jew oħra, ikun hemm diffikulta`, ikun irid jagħtik spjegazzjoni għaliex ma jistax jagħtik l-informazzjoni neċessarja.", "Din is-sistema se ġġib ukoll pożizzjoni aħjar fl-aspett finanzjarju għax il-gvern se jdaħħal iktar flus minnha, Sur President.", "Illum in-nutara għandhom l-irċevuti biex juru x'daħħlu u ma daħħlux, u fuq il-flus li qed jintnefqu l-gvern qed idaħħal il-VAT, apparti l-income tax li qed tiġi imposta fuq is-soċjeta` Eureka Ltd., li minnha l-gvern qed jerġa' jdaħħal il-flus.", "Qabel l-ammont li l-gvern kien jirċievi għal dawn ir-riċerki kien wieħed miżeru ħafna tant li kważi kien tal-mistħija.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Tonio Borg qed jinformani li f'sena sħiħa l-gvern kien idaħħal Lm200 minn dawn ir-riċerki.", "Illum is-sitwazzjoni nbidlet kompletament għax l-informazzjoni kollha hija aċċessibbli għall- pubbliku bil-mod intelliġenti ta' kif l-Eureka Ltd. qed tqiegħdha għad- dispożizzjoni.", "Kulmin hu involut fid-dinja tat-teknoloġija jaf kemm ikunu involuti flus biex tinbena s-sistema tal-computer ħalli wieħed ikun jista' jieħu din l-informazzjoni.", "Għalhekk wieħed ma jifhimx biżżejjed għaliex din is-sistema għandha tiġi kkritikata u għaliex wieħed għandu jagħmel daqshekk għagħa fuqha.", "Huwa veru li għall-bidu sistema ġdida ddum biex tindara, pero` maż-żmien din is-sistema tasal biex tindara wkoll.", "Meta l-bieraħ kont qed nisma' lil xi ħaddieħor jitkellem, issemma li 70% jew 80% tar-riċerki li jintalbu huma taħt l-Lm20, jiġifieri l-flus li qed iħallas il-poplu għal din ir-riċerka hija assigurata.", "Fi kliem ieħor, illum min jagħtik din it-tip ta' informazzjoni qed jassigurak li din hi l- informazzjoni eżatta.", "Mhux biss, imma kulmin ordna r-riċerka għandu l- vantaġġ li jingħata fotokopja ta' dik ir-riċerka u tan-nota ta' l-insinwa fejn għandek miktub l-ipoteka kif daħlet u ma daħlitx.", "Din hija importanti ħafna għax ċerti drabi, meta jkun qed jagħmel ir-riċerki taqbiżlu servitu' fuq proprjeta'.", "Dik is-servitu' taf tfisser li jitħassar kuntratt jew li dak li jkun jixtri l-proprjeta' u jsib li ma jistax jagħmel ċerti affarijiet biha.", "Darba kelli kawża fejn wieħed xtara proprjeta' li fuqha kien hemm servitu' li ma jistax jibni iktar minn żewġ sulari.", "Dan ma kienx jaf biha, għamel il-pjanti, beda jtella' u meta wasal biex jibda t-tielet sular żammewh u sab li mhux biss tilef il-flus imma li min kien begħlu nzerta kien bniedem barrani li siefer u kellu d-diffikulta' biex ikun jista' jġib lura l-flus.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li l-poplu bata minnhom.", "Issa dan inzerta bniedem fin-negozju li tilef minn din l-operazzjoni u qala' fuq oħra, imma meta jkunu nvoluti nies tal-familja li jagħmlu operazzjoni waħda, l- investiment tagħhom jispiċċa jintilef kollu.", "F'dan il-każ x'kienet tagħmel koppja se tiżżewweġ u li tkun trid ittella' kamra tal-ħasil fuq il-bejt?", "Il- punt huwa li b'din is-sistema qegħdin innaqqsu r-riskju lill-poplu li jieħu falza stikka.", "Wara kollox fl-aħħar tal-ġurnata l-poplu jinteressah li jekk se jixtri jew ibiegħ xi proprjeta', l-operazzjoni ssir skond l-ordni u skond il-ġustizzja.", "Jekk kemm-il darba ma jkollokx din is-sistema tkun qed tippermetti lil min irid jisraq jew jiffroda biex jaħrab mis-sistema.", "Biex nagħlaq niddikjara li se nivvota kontra l-mozzjoni tal-ħbieb tiegħi tan-naħa l-oħra.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, smajt b'interess dak li qal il-kollega l-Onor.", "Mifsud Bonnici, pero' bir-rispett kollu jekk ikollna n-numri mal- photocopies biss ma nagħmlu xejn.", "Wieħed ma jistax ma jinnotax li l- mozzjoni li għandna quddiemna titkellem fuq iż-żieda fit-tariffi li tolqot u timpinġi fuq l-ispiża ta' individwu li jkun irid jikkonkludi kuntratt.", "Sfortunatament id-diskussjoni dwar din il-mozzjoni aktar kienet dwar iż- żewġ affidavits tal-benefiċċjarji ta' din is-sistema li huma n-Nutar Joe Tabone u l-Avukat John Cassar milli kienet dwar l-għan ekonomiku tagħha.", "Mr. Speaker, li r-riċerki jkunu uffiċjali m'hijiex xi ħaġa ħażina.", "Meta kont ministru jiena kont għedt li fil-public registry rridu nagħmlu bħalma għandna l-land registry għax hemm bżonn li n-numri jkunu uffiċjali.", "Għal dan il-għan fi żmieni kien inħatar kumitat li kien jinkludi l-kunsill notarili, l-avukat min-naħa tal-banek, kien hemm Dr Grima, is-Sur Harry Spiteri, f'isem id-direttur ta' l-insinwa, u s-sur Charles Armeni, bniedem b'madwar 30 sena esperjenza fl-insinwa.", "Hawnhekk ta' min igħid li dawn iż-żewġ affidavits ipprovaw iħammġu lis-Sur Charles Armeni.", "Issa jiena lil dan il-bniedem nafu personalment, huwa ħabib tiegħi, u nixtieq niddefendih għax huwa ħaddiem eżemplari ħafna.", "U dan ma ngħidux jien għax huwa ħabib personali tiegħi imma s-Sur Godfrey Demarco li kien permanent secretary meta kont ministru jien u anke wara, li fir-rigward tas-Sur Armeni kiteb hekk:", "\"In this respect I wish to point out that this officer performs his duties in a most satisfactory manner and always in the observance of current rules and regulations.", "I feel that he fully deserves such additional compenstion.\"", "Dan kien qed jirriferi għaż-żieda li min ikun membru fis-segretarjat tal- ministru normalment jirċievi fix-xahar għal sigħat extra.", "Hanwhekk l- istess permanent secretary jagħti l-ikbar ċertifikat lil dan l-individwu.", "Jiena qed niddefendih għax ovvjament kien impjegat fis-segretarjat tiegħi u niddefendih għax-xogħol u ħidma li kien jagħmel bl-ikbar diliġenza.", "Ħadd m'għandu dritt li jipprova jitfa' dellijiet fuq nies ta' dan it-tip u llum għandi affidavits oħrajn li għamel l-istess Sur Armeni u li għamel xi ħaddieħor li nsemmih iktar 'il quddiem li jikkonfermaw l-integrita' ta' l- istess Sur Armeni.", "Irrid ngħid li dan il-kumitat avviċina lill-Eureka minħabba problema dwar kif se tindiċja like names bħal Francis, Francesco u Frenċ.", "L-insinwa kienet ilha madwar 20 sena tagħmel il-microfilming tan-noti ta' l-insinwa, kien hemm din il-problema li lanqas tal-MITTS ma kien irnexxielhom isolvu u apparentement l-Eureka kellhom xi soluzzjoni.", "Wara li kien hemm diskussjoni ma' dan il-kumitat, is-Sur Armeni avviċina lil Dr. Tabone u qallu li l-gvern irid jagħmel is-sistema ta' l-insinwa uffiċjali u jħaddimha hu taħt il-kontroll tiegħu.", "F'dan il-każ ħadd ma kien se jkollu ċ-ċwievet.", "Dawn ikunu f'idejn il-gvern u jikontrollahom il-gvern biss permezz tal-permanent secretary jew id-direttur.", "Kien hemm ukoll proposti erba' sistemi oħra li pero' ma kenux daqshekk avvanzati.", "Dawn riedu jkunu approvati mil-MITTS.", "Dan jikkonfermah il- permanent secretary Demarco.", "Il-MITTS, li kienet l-espert min-naħa tal- gvern, ukoll ipproponiet sistema min-naħa tagħha, pero' ovvjament wieħed ikun irid jara liema huma s-sistemi fis-suq ħalli wieħed jagħżel l-aħjar waħda minnhom.", "Il-ħsieb ma kienx li noqogħdu nivvintaw ir-rota mill-ġdid imma kien li navvanzaw.", "Dan huwa l-mod kif l-affarijiet żviluppaw u kien f'dan l-ambjent li n-Nutar Tabone ġie approached mis-Sur Armeni.", "Dan l- approach ma sarx għal xi skopijiet ulterjuri u dan jikkonfermah fid- dikjarazzjoni tiegħu li kienu qalulu biex jibgħat ittra ħalli jinfetaħ il- file u jimxu bil-proċeduri kollha.", "Dan biss kien hemm.", "Pero' issa llum x'ġara?", "Mr. Speaker, illum il-gvern taparsi xtara s-sistema mingħand in-nutar Tabone, imbagħad qallu biex jerġa' jeħodha, jużaha hu u l-kumpens tal-gvern ikun monopolju ta' għaxar snin.", "B'dan il-mod id-dħul kollu tieħdu din il- kumpannija tan-Nutar Tabone li se jkollha wkoll id-dritt li kull sentejn iżżid it-tariffi.", "Mhux hekk biss, imma l-gvern għamillu l-uffiċċju, għamillu l-computers u tah l-attrezzaturi kollha.", "Il-gvern qal li ma ħallas xejn meta xtara din is-sistema.", "Ma ħallas xejn meta tagħtih lura l- użu tagħha esklussiv għal għaxar snin?", "Dan qed ngħidu ħalli ħadd ma jaħseb jew jiġri bl-idea li kien hawn xi att tal-karita' min-naħa ta' din il- kumpannija.", "Mr. Speaker, l-istess affidavit, biex ikompli jħammeġ lil dan l-individwu - u dan donnu lilu biss jimplika - u biex ikompli joħloq l-ispin - qal li wara Ottubru s-Sur Armeni avviċinah u qallu li hemm xi klijenti li lesti li jixtru sehem mill-kumpannija u jħallsu cash.", "Issa biex niċċara din il-ħaġa darba għal dejjem jiena staqsejt lis-Sur Armeni dwar min avviċinah u dan qalli li kien in-Nutar Mario Bugeja.", "Issa jiena dalgħodu kellimt lin-Nutar Mario Bugeja u dan bil-ġiri għamilli affidavit fejn qal hekk: \"Jiena, hawn taħt iffirmat, niddikjara bil-ġurament li jien kellimt lil Charles Armeni u għedtlu li kelli klijenti tiegħi li kienu interessati jinvestu fil-kumpannija Eureka Services Limited u li kienu lesti li jħallsu cash.\"", "Issa dan mhux kollox, għax dan fl-affidavit kompla żied li:", "\"Minn dakinhar sal-lum, minħabba ż-żidiet enormi fit-tariffi, għandi iktar klijenti li huma interessati.\"", "Dan qed ngħidu ħalli jekk hemm xi spin din tispiċċa.", "Dak kien l-iskop wara l-ispin u lilna mhux se joqogħdu jgħallmuna jew ipoġġulna l-bżieq fuq imneħirna.", "Mr. Speaker, lil dawn in-nies, għax kienu għamlu xi ħaġa li kienet fid- direzzjoni t-tajba, aħna konna estendejnilhom l-id tal-ħbieb.", "Ma qgħadniex inħarsu lejn il-kulur politiku tagħhom.", "Il-gvern kellu l-policy u ried jevalwa dak li għandhom huma bħalma ried jevalwa sistemi oħrajn.", "Imbagħad kien hemm il-MITTS li hija l-espert fl-IT – għax la jien u lanqas il-membri tal-kumitat m'huma esperti f'dan il-qasam – li kellhom jiddeċiedu huma liema hi l-aħjar waħda.", "Din kienet it-triq, u m'hemmx għalfejn noħolqu l- ispin.", "Mr. Speaker, din hija sitwazzjoni li żviluppat minn Ottubru ta' l-1999 meta l-ministru konċernat kien talab lill-ministru tal-finanzi biex b'direct order jagħżel lill-Eureka.", "Jiena ma nafx jekk kienx hemm evalwazzjoni mill-MITTS dwar sistemi oħrajn, pero' jekk kien hemm wieħed jieħu gost li jkollna r-rapport li għamlet l-istess MITTS dwarhom.", "Hawnhekk kellna aċċettazzjoni li se tingħata direct order li tmur ħafna iktar beyond dak li għandu awtorita' jagħti ministru u allura ried li jkollu l-approval tal-ministeru tal-finanzi.", "Is-sitwazzjoni fil-qosor jew l-essenza ta' dan il-ftehim fl-opinjoni tiegħi hija li minflok utilizzajna iktar lill-ħaddiema fil-public registry se nibdew inqabbdu kumpannija.", "Issa jiena mhux se noqgħod ngħid li ma kienx hemm il-problemi fil-public registry.", "Nafu li kien hemm problema.", "Ovvjament kien hemm reżistenza li jkun hemm in-numri b'mod uffiċjali għax aħna bħala nutara konna nqabbdu lill-ħaddiema fil-public registry biex jagħmlulna r- riċerki.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li f'20 sena li ili naħdem ir-riċerki dawn tawni riċerki tajbin.", "(Interruzzjonijiet) Żbalji fir-riċerki sibna wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Mela jien qed ngħidlek li s-sistema kienet perfetta?!", "(Interruzzjonijiet) Pero' issa ejja ma nagħtux l-impressjoni li żviluppajna s-sistema perfetta!", "Mr. Speaker, li rrid ngħid hu li dawn il-ħaddiema issa ġew esklużi kompletament minkejja l-esperjenza li għandhom.", "Issa għalkemm in-nuqqas qiegħed hemm, ta' min igħid li x-xogħol kien endorsed minn żmien twil mill- MPO.", "Dan għaliex kien hemm ċirkolari antika li tirrikonoxxi dan.", "Huwa veru li kien hemm reżistenza min-naħa tagħhom li tiġi introdotta s-sistema imma lilhom trid tużahom.", "Illum in-nies li għandhom l-iktar esperjenza prattikament m'huma użati xejn.", "Dawn sempliċement qegħdin jiġu użati min- naħa tal-gvern biex jagħmlu inputting u jgħinu lill-kumpannija.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li barra l-monopolju ta' għaxar snin, din il-kumpannija għandha wkoll klawsola li jekk il-gvern iħassar mhux il- kuntratt intier, imma anke parti mil-kuntratt, il-gvern irid iħallas penali ta' Lm1 miljun.", "Jiddispjaċini nsemmi dan.", "Jiena għamilt sena u 15-il xahar ma semmejtux, ħalli ħadd ma jgħid li jiena qed inkun personali, imma la daħlu personali ....", "(Interruzzjonijiet) Lm1 miljun penali!", "Anke jekk il- gvern iħassar il-klawsola li jagħmlu l-photocopies huma, il-gvern jeħel penali ta' Lm1 miljun.", "Min-naħa tagħhom, jekk huma ma jikkompletawx jew għal xi raġuni jew oħra jonqsu, safejn naf jien fil-kuntratt m'hemm ebda penali ta' Lm1 miljun li jridu jħallsu lill-gvern.", "Dan barra l-monopolju ta' għaxar snin!", "Mr. Speaker, jiena rrid inneħħi minn moħħ kulħadd li aħna rridu mmorru lura għas-sistema l-antika.", "Matul dawn il-15-il xahar kont issuġġerejt li għandna nkabbru s-sistema b'tali mod li tkun operator-friendly lejn in- nutar.", "Jiena xtaqt li nintegraw ir-riżorsi li hemm ħalli jkun hemm sistema iktar effiċjenti.", "Ovvjament jiena ma' ssuġġerejtx dan bil-ħsieb li jkun hemm din iż-żieda strepituża fit-tariffi li diġa' ġew elenkati diġa' mill- kelliema ta' qabli.", "Fil-fatt il-kuntratt huwa one-sided favur l-operatur u din hija r-realta'.", "Mr. Speaker, jiena nerġa' ntenni li m'għandniex nattakkaw b'mod mhux ġustifikat impjegat ċivili sempliċement għax dan kien jaħdem f'segretarjat ta' ministeru fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Hawnhekk apparti l- affidavit tan-Nutar Mario Bugeja li kien qallu biex iwassal il-messaġġ, hemm ukoll l-affidavit tas-Sur Carmel Armeni biex jirribatti l-pożizzjoni tiegħu, għax importanti li issa dan ma jiġix ikkastigat minħabba xi affidavit.", "Għax jekk bniedem ma jagħmilx xogħlu, tiġbidlu l-attenzjoni, imma jien qiegħed insostni li dan l-affidavit sar għal motivi politiċi.", "M'għamiltux int ministru.", "Imma rrid niddefendi lil din il-persuna li għadha taħdem l-insinwa għax ħaddiem li jagħmel dmiru sew u jkun kompetenti għandu jiġi difiż, ikun min ikun.", "Mr Speaker, apparti dan, wieħed forsi jista' jgħid li l-oġġezzjonijiet li qed jitqanqlu min-naħa ta' l-oppożizzjoni, tqanqlu minħabba xi forma ta` sour grapes.", "Dan m'hu veru xejn, assolutament xejn minn dan.", "Tant hu hekk li matul din is-sena - u jien ngħid li l-problema kienet ta` l-atteġġjament ta' min kien qed jopera s-sistema - numru konsiderevoli ta' nutara waqqfuni fit-triq u qaluli biex nitkellem fuq din il-problema fil-parlament.", "U jiena kont għedtilhom ċar u tond li ma ridtx nitkellem u mbagħad huma jmorru jagħmlu xi stqarrija għall-kuntrarju ta' dak li ngħid jien.", "Allura għedtilhom jagħmlu l-complaints tagħhom bil-miktub u jiffirmawhom in-nutara ħalli jkolli dikjarazzjoni bil-miktub.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq l- operaturi, mhux qed nitkellem fuq il-Partit Laburista, mhux qed nitkellem fuq ir-rapporti ta' \"l-orizzont\" jew tal-\"KullĦadd\", qed nitkellem fuq in- nutara li bilkemm hemm 2% minnhom li huma Laburisti.", "Dawn ħbieb tiegħi u nikkollabora mill-iktar magħhom ilkoll, imma dan huwa stat ta' fatt. Jiġifieri dawn tkellmu bħala l-operaturi tas-sistema għax kienu qed iħossu li s-sistema ma kenitx qed tiżvillupa b'mod favorevoli għalihom.", "Fost il-complaints li tqanqlu minn dawn in-nutara ssemmew id-drittijiet li kellu n-nutar qabel l-1999, fejn kellu aċċess sħiħ hemmhekk.", "Hekk żviluppat il-konstwetudni, għalkemm wieħed jista' jaqbad il-klawsola tal- liġi rilevanti u jgħid li dan ma setax isir.", "Imma fir-realtà, bħala uffiċjal pubbliku, in-nutar kien jagħmel ir-riċerka, jekk ried jagħmel ir- riċerka hu personali.", "Ċertament li din ma tkunx uffiċjali, imma kellu l- aċċess biex jagħmilha.", "Fil-prattika, ikun iblah dak in-nutar li jmur jagħmilha hu meta jaf li jista' jordnaha uffiċjalment, imma dawk huma d- drittijiet ta` aċċess.", "Ħafna drabi qabel kuntratt jien inkun irrid niċċekkja dak il-ħin stess jekk numru ta' ipoteka ikunx ġie kkanċellat.", "Qabel konna nieħdu dan is-servizz, imma llum ma nistgħux.", "Tajjeb li tinħoloq xi sistema biex dan ikun jista' jsir, għax fil-prattika nkunu qed inżidu l-effiċjenza.", "Qabel kien hemm ħinijiet available fejn taqbad iċċempel u tinqeda.", "(Interruzzjonijiet) Le, issa mhux qed nitkellem fuq ir-riskju, imma fuq il-complaints li qajmu n-nutara għaliex tilfu xi drittijiet li kellhom qabel l-1999.", "Ejja naraw x'inhuma l-complaints tan- nutara li qegħdin elenkati hawnhekk - li issa npoġġihom fuq il-mejda tal- Kamra ħalli jkunu available għal kulħadd - ħalli nipprovaw nagħmlu sistema aħjar.", "Mr Speaker, imbagħad jissemma wkoll l-aċċess għal indiċijiet manwali, mhux indiċijiet li huma alfabetiċi.", "L-indiċi jkun skond l-isem ta' l- individwu, dejjem hekk kien irregistrat, għax l-indiċi huwa l-iktar ħaġa importanti li hemm fl-insinwa.", "L-insinwa hi ibbażata fuq l-isem filwaqt li l-land registry huwa bbażat fuq il-proprjetà, allura l-indiċi jrid jidħol fl-isem u mhux jagħtik xi tmien volumi ta' l-insinwa.", "Immagina tkun trid tfittex Borg f'xi tmien volumi!", "(Interruzzjonijiet) Imma dawn realtajiet!", "Għalhekk qed ngħidlek li jekk wieħed jirranġa dawn l-affarijiet is-sistema tkun aħjar.", "Tajjeb li jkun hemm available anke l-lista tan-numri biss, għax aħna għandna riċerki sħaħ ta` kumpanniji fuq medda ta` għoxrin sena.", "Per eżempju, jekk issemmi l-Easysell hemm tnax-il volum akkumulati.", "Għalhekk in-nutara talbu li jkun hemm lista tan-numri biss u mbagħad jooqgħdu jiċċekkjaw numru numru.", "Mhux tordna l-photocopies ma' dawn il- listi u tispiċċa tiġik xi Lm2,000!", "Hija iktar prattika li wieħed iħallas tal-lista u mbagħad jagħmel it-tariffa kemm irid iħallas in-nutar, imma jagħtini lista uffiċjali u mbagħad kompitu tan-nutar jew ta' l-avukat li jiċċekkja n-numri.", "Din it-talba qed jagħmluha l-istess nutara.", "Mr Speaker, kien hemm ukoll l-iżbalji fil-komputerizzazzjoni, imma żbalji dejjem jinqalgħu, imma wieħed jagħmel ħiltu ħalli dawn l-iżbalji jimminimizzahom, iktar u iktar meta l-gvern issa qed jagħti garanzija.", "Issa jidher li ġie ikkonstatat li huwa l-gvern li għandu r-responsabbiltà assoluta tar-riċerki u bl-ebda mod l-operatur.", "L-istess nutara semmew il- konflitt ta` interess li jista' jkun hemm mill-users, l-aċċess għar- reġistru pubbliku u items oħra li jolqtu l-operat tas-sistema kollha b`mod reali.", "Ċertament huwa kompitu tal-gvern li jagħti widen għal dak li qegħdin jgħidu l-operaturi, li huma n-nutara.", "Mr Speaker, tajjeb ngħid ukoll li l-kunsill nutarili sejjaħ laqgħa għal għada s-Sibt fuq din il- petition u nħeġġeġ lin-nutara kollha li ffirmaw hawnhekk f`din il-petition biex imorru.", "Anke d-Deputat Nazzjonalista n-Nutar Tony Abela ffirma hawnhekk.", "Qed ngħid dan mhux biex insemmih u nimplikah, imma biex nuri li dawn huma problemi reali u jiltaqa' magħhom kulħadd.", "Nagħlaq l-intervent tiegħi billi ngħid x'kien dak li l-iktar xpruna din id-diskussjoni tal-lum.", "Il-mozzjoni tressqet minħabba l-fatt li dan l- avviż legali Nru. 260 tas-sena 2000, it-tariffi fir-registru pubbliku għolew sostanzjalment.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed isemmi li fil-kuntratt li hemm ma' l-Eureka, dawn żammew d-dritt li jgħollu t-tariffi tagħhom u f'Jannar tas-sena d-dieħla huma se jgħollu t-tariffi tagħhom fil-konfront tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-gvern se jassorbi ż-żieda hu, kif donnu qed jimplika l-ministru, allura mhux se jagħmel il-gwadann li suppost.", "(Interruzzjonijiet) Iva, bil-kriterju tal-minimum wage.", "Imma meta t-tariffa kienet Lm1.50 u għoliet għal Lm5 mill-ewwel, kien hemm żieda sostanzjali.", "Issa qed jgħidu li jżidu skond l-għoli tal-ħajja.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-minimum wage suppost tirrifletti l-għoli tal- ħajja.", "Jekk qed tgħid li l-minimum wage ma tirriflettx l-għoli tal-ħajja tkompli ssostni l-argument tagħna kemm il-miżura li adotta l-gvern mhix ta' min jogħqod fuqha.", "Jien qed ngħid li ż-żieda fil-minimum wage suppost għandha tirrifletti l-għoli tal-ħajja.", "Issa jekk din ma tagħmilx hekk, nieħu gost li l-ministru ġie jaqbel magħna li qed ngħidu li dawk l-indiċi tal-prezzijiet li jagħti l-gvern mhux ta' min jorbot fuqhom.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għedtlekx hekk jien.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kollox sew, imma jien għamilt iż-żewġ għażliet.", "Mela kollox huwa ffokat fuq iż-żidiet li reġgħu saru f'temp ta' sena fuq dawn is-servizzi li jingħataw mir-registru pubbliku.", "Nerġa' ntenni li s- sena d-dieħla hemm il-possibbiltà li jerġgħu jiżdiedu jekk il-gvern ma jassorbix iż-żidiet hu.", "Il-ministru donnu qed jagħti l-impressjoni li l- gvern se jassorbihom hu.", "L-impatt ta' dan kollu huwa li l-cost ta` servizz qed jimpingi fuq il-livell ta' l-għajxien għax magħhom trid iżżid iż-żidiet strepitużi li saru riċentement fit-tariffi tal-qorti u ż-żidiet li saru fil- planning authority.", "Mhux se nsemmi tat-turiżmu wkoll għalkemm jagħmlu effett ukoll.", "Imma dawn it-tliet affarijiet marbutin mad-drittijiet tal- proprjetà se jnaqqru mil-livell ta' l-għajxien għax żdiedu b'mod eżorbitanti.", "U dan qed jolqot ħażin soċjalment lill-massa tal-ħaddiema.", "Inutli noqogħdu nġibu l-eżempju ta' dak li qed jagħmel kuntratt ta` Lm100,000.", "Mela l-massa tan-nies tagħmel kuntratt ta' Lm100,000?", "Mill- esperjenza tiegħi l-maġġor parti huma l-għarajjes li jkollhom ibatu dawn l- ispejjeż.", "Dak li jagħmel kuntratt ta' Lm100,000 u Lm200,000 ma tantx se joqgħod igerger fuq ir-riċerki, imma min hu first-time buyer kull sold se jħossu piż.", "U l-għan ewlieni ta' din l-mozzjoni kien li nattakkaw din il- miżura.", "U l-iżvolta li ħadet imbagħad fuq il-livell personali żviluppat per kawża ta' dawk iż-żewġ affidavits li pprovaw iħammġu persuna li, forsi għax hija civil servant, ma tantx tista' titkellem, imma li ċertament għandha d-drittijiet tagħha li għandhom jiġu prottetti.", "Mr Speaker, nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra affidavit maħluf mis-Sur Armeni, affidavit tan-Nutar Mario Bugeja, kif ukoll ittra tar-rakkommandazjoni tal-permanent secretary fir-rigward tas- Sur Armeni li tirrifletti x'tip ta' persuna huwa u x'tip ta' ħaddiem ċivili hu.", "Grazzi.", "Mr Speaker: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, jien segwejt dak li ntqal fis-seduta tal-bieraħ u dak li ntqal illum u l- konklużjoni tiegħi hija xejn ħlief għeneb qares.", "Għeneb qares għax problema perennali li ilha fil-pajjiż għal għexieren ta' snin, aħna bil- fatti u mhux bil-paroli - mhux nagħmlu l-istudji u ma nikkonkluduhomx - għamilna l-istudji u wettaqna.", "Kellna l-kuraġġ inwettqu sistema minkejja li nistgħu niġu kkritikati.", "Għad hemm diffikultajiet u kommessi li, kif diġà solvejna ħafna minnhom, inkomplu insolvuhom.", "Ma jaqtgħulniex qalbna l- problemi li hemm!", "La ma qtajniex qalbna biex nagħmlu t-trapass minn sistema li kienet arkajka biex morna għal sistema ġdida, effiċjenti u tirrispondi għall-ħtiġijiet veri ta` llum, la kellna l-kuraġġ nagħmlu dik il-qabża, ċertament li mhux se jaqtgħulna qalbna d-dettalji organizzattivi li għad hemm.", "Minn hawnhekk ngħidu lill-kamra tan-nutara li aħna kommessi li ntejbu dak li għamilna.", "Veru li l-kamra tan-nutara qed tgħid li hemm affarijiet x'irridu ntejbu, aħna nammettu li hemm affarijiet li għadhom mhumiex irfinuti, u fix-xhur li ġejjn, kif għamilna fil-ġimgħat u xhur li għaddew, inkomplu ntejbu din is-sistema.", "Imma din is-sistema ċertament ħarġitna mill-Medju Evu u daħħlitna biex nirrispondu għall-ħtiġijiet tas-sena 2000 u wara s-sena 2000 b`sistema teknoloġika li tagħmel sens għal-lum.", "Jien ngħid li aħna kellna l-kuraġġ kif talbitna li jkollna anke l-oppozizzjoni, għax irrid infakkar li fid-dibattitu dwar il-ministeru ta' l-intern fil- budget ta' l-1999, fis-16 ta' Diċembru 1998 l-Onor.", "Gavin Gulia kien qal, u nikkwota:", "\"Għalhekk nawgura lill-gvern preżenti jkollu l-kuraġġ iwettaq din l- amalgamazzjoni anke minħabba aspetti li jaf dwarhom kulħadd.", "Huwa importanti wkoll li dan il-kambjament isir bl-inqas uġigħ possibbli.\"", "Naħseb li l-iktar ħaġa importanti f'din il-kwotazzjoni hija l-frażi \"minħabba aspetti li jaf dwarhom kulħadd.\"", "Huwa ċar li dakinhar l-Onor.", "Gulia kien jaf x'kienu l-aspetti li jaf dwarhom kulħadd, għax il-gvern li kien għadu ħiereġ minnu hu kien jafhom ukoll u kien qed jipprova wkoll isib soluzzjoni għal din il-problema.", "Huma ma waslux, wasalna aħna, imma għallinqas ikollhom id-diċenza li jiġu hawnhekk u jgħidu li aħna kellna l- kuraġġ li nagħmlu dan il-kambjament.", "U għamilnieh, kif talabna l-Onor.", "Gulia, \"bl-inqas uġigħ possibbli\".", "Uġigħ hemm, mela m`hemmx!", "Mhux f'dinja qed ngħixu!", "Meta tbiddel b'mod serju, mhux tibdil kosmetiku, uġigħ ikun hemm, imma ċertament li dan huwa l-inqas uġigħ possibbli.", "Tlaqna minn sistema medjevali, sistema abbużiva fejn kienu jgawdu l-ftit ħaddiema li kienu jaħdmu fis-sistema arkajka medjevali, u l-komunità in ġenerali tittewweb.", "Il-gvern kien idaħħal Lm200 fis-sena fuq ir-riċerki kollha li jsiru fil-pajjiż.", "Imissna nistħu li kellna dik is-sistema li l- gvern idaħħal Lm200 fis-sena fuq 17,000 kuntratt insinwat li kien isir f'pajjiżna!", "Tal-mistħija!", "Iva kellna l-kuraġġ ninqatgħu minn dik is- sistema u nidħlu f'sistema li tixraq għal-lum.", "Issa jekk m`hawnx min jaċċetta dan, allura ngħidulu li għadu jgħix il-bieraħ u l-poplu jiġġudikah għall-fatt li mhux talli mhux qed iħares 'il quddiem, imma talli għadu jgħix il-bieraħ.", "Għedt li hemm problemi organizzattivi.", "Ejja niddiskutuhom u nipprovaw insolvuhom billi nsibu l-alternattivi għax s'issa, fid-diskussjoni kollha li kien hawn, l-oppożizzjoni bħas-soltu ikkritikat biex tipprova toħloq spin politiku.", "Għall-ispin politiku tajbin!", "Mela għeneb qares għax dak li pprovaw jagħmlu ma laħqux għamluh huma u wettaqnieh aħna.", "U issa qed jipprovaw jieħdu spin mill-ftit uġigħ li hemm fis-sistema għax għamilna dan il-pass kbir, ta' kuraġġ, li talbitna li jkollna l-oppożizzjoni.", "Dan huwa spin politiku li jekk ma juri xejn, juri biss dak li hija l-oppożizzjoni, diżonestà politika.", "Mr Speaker, ippermettili nirrepeti, mingħajr ma nkun partiġjan iżżejjed, li sfortunatament l-oppożizzjoni qed tkun diżonesta politikament meta titkellem fuq dan l-issue għax hija sistema amministrattiva li anke hi xtaqet li tagħmel meta kienet fil-gvern.", "Hi ma waslitx, imma aħna wasalna, u anke huma kienu jafu li meta tagħmel it-trapass se jkun hemm l-uġigħ, tant li l-Onor.", "Gavin Gulia f'Diċembru ta' l-1998 kien qalilna \"tagħmel dan il-kambjament bl-inqas uġigħ possibbli\".", "Kienu jafu li jkun hemm l-uġigħ imma d-differenza hija li aħna għamilnieha u għalkemm veru hemm l-uġigħ, imma aħna kommessi li nsolvuh flimkien mal-kamra tan-nutara.", "Issa għamilna wkoll il-complaint registration form biex in-nutara jkunu f'pożizzjoni li jgħidu eżattament x'inhuma l-problemi ħalli nsolvuhom.", "Kif taf il-Kamra tan-Nutara, diġà solvejna wħud mill-problemi li kien hemm, u nkomplu nsolvu.", "Jien niskanta kif f'dan il-pajjiż kellna sistema arkajka medjevali għal għexieren ta' snin, għexna biha u issa nippretendu li f'daqqa waħda s-sistema ġdida totalment innovattiva tkun perfetta mill- bidu.", "Mr Speaker, fil-kuntratt għedna li r-riżultat ta' meta inti titlob ir- riċerka jrid jngħata sa għaxart ijiem.", "Jekk wieħed jara x'inhu jiġri b'din is-sistema jsib li bħala average, ir-riċerka qed tingħata fi żmien sitt ijiem.", "Jiġifieri anki t-terminu li għamilna fil-kuntratt li għallinqas ir- riċerki jingħataw f'għaxart ijiem, dan qed ikun aħjar minn dak li ġie stabbilit għax sitt ġranet qedgħin jgħaddu bħala average biex wieħed jieħu r-riċerka li jkun talab.", "Issa se nikkummenta daqsxejn fuq xi punti li tqajmu l-bieraħ, u fuq dak li ġie rrapportat illum fuq il-media.", "\"L-orizzont\" illum qaltilna: \"Talli tagħfas buttuna tħallas Lm6\".", "Kienet qed tikkwota lill-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "M'hu veru xejn!", "Tista' tara d-data fuq il-computer b'xejn, imma jekk inti tagħmel l-applikazzjoni biex tingħata r-riżultat uffiċjali, trid tħallas, u trid tħallas għax inti tkun qed tieħu riżultat.", "Veru jista' jkun li r-riżultat ikun nil, imma dak ukoll huwa riżultat.", "Hawnhekk l- oppożizzjoni qed tkun diżonesta għax l-affarijiet li huma ċari kristall qed tipprova tgħawwiġhom b'xi mod biex tipprova tagħmel gwadann politiku.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Anġlu Farrugia qal li jekk wieħed ikun irid jagħmel riċerka Għawdex u oħra Malta jrid iħallas id-doppju.", "M'hu veru xejn, u l- Onor. Farrugia aħjar jiċċekkja l-fatti qabel ma jitkellem.", "Qabel hekk kienet, u min jaf x'kont tħallas!", "Fuq kollox huwa tad-daħk il-fatt li hawnhekk qed nitkellmu fuq tariffi meta m'hemmx ma' xiex nikkomparawhom għax ħadd ma jaf x'kien jitħallas.", "Ma kienx hemm tariffa, allura x'qed inqabblu, dawn it-tariffi uffiċjali ma' tariffi tal-baħħ?", "L-Onor.", "Farrugia qed jgħid li jekk wieħed jagħmel riċerka Għawdex u oħra Malta, irid iħallas id-doppju.", "M'hu veru xejn.", "Anzi, mhux talli mhux hekk, talli tjieb is- servizz b'mod li issa ssir riċerka waħda u tħallas darba.", "Dawn huma l- fatti.", "Mr Speaker, qalulna wkoll li m'għandniex rispett lejn in-nutara.", "Anzi, tejjibna l-affarijiet għax għandna l-ikbar rispett lejn in-nutara u l-gvern huwa kommess li anke jagħmel l-indiċi kollu on line għan-nutara biss, għax dawn huma uffiċjali pubbliċi.", "Din hija prova li aħna bil-fatti u mhux bil- paroli, nirrispettaw lill-professjoni nutarili f'dan il-pajjiż.", "U l- ministeru laqa` t-talba tal-Kamra tan-Nutara biex ikollhom aċċess għas- central database.", "Dawn huma l-affarijiet li aħna qed naħdmu fuqhom.", "Issa l-oppożizzjoni jkollha l-paċenzja li tagħtina ċ-ċans intejbu l-affarijiet minn kif inhuma.", "Punt ieħor huwa l-problemi ta' l-e-mail.", "Onor. Farrugia, il-problema ta` l-e-mail hija fatt, imma mhix problema tar-reġistru pubbliku biss.", "Għad hemm il-problema li l-MITTS tuża s-sistema tas-software Teamware filwaqt li ħafna nies, inkluż jien, li jużaw l-internet, jużaw is-sistema outlook jew sistemi tal-Microsoft jew kumpanniji oħrajn.", "Allura sal-lum m'hemmx kompatibilità bejniethom, għalkemm jeżistu wkoll compatibility solutions, u fuq dawk qegħdin naħdmu.", "Per eżempju, l-awtorità ta' l-ippjannar, kellha tixtri u tħallas eluf kbar ta` liri biex xtrat software tat-Teamware biex ikun kompatibbli mas-sistema li hemm.", "Kif għamlet l-awtorità ta' l- ippjannar nsolvuha wkoll din, bil-fatti nsolvuha.", "Issa għandna sistema li bil-fatti qed turina li hija aħjar, għax anke l-ġranet biex wieħed jieħu riżultat tar-riċerka huma medja ta' sitt ijiem, għalkemm fil-kuntratt jistipula għaxart ijiem.", "Allura dan juti li effettivament wasalna.", "Veru fadlilna xi problemi, imma issa nkomplu ntejbu s-sistema.", "Mr Speaker, qalulna li ppersonalizzajna d-diskussjoni, imma jiddispjaċini ngħid li mhux hekk ġara.", "Ma konniex aħna li ppersonalizzajna d-diskussjoni għax l-ewwel argumenti saru min-naħa l-oħra.", "Il-bieraħ id-diskussjoni ġo dan il-parlament ġiet ippersonalizzata l-ewwel mill-oppożizzjoni.", "Wara kien hemm kummenti minn din in-naħa, imma l-istarting shots fuq il- personalizzazzjoni min-naħa l-oħra ġew il-bieraħ.", "Dalgħodu l-Onor.", "Charles Mangion qalilna li l-gvern xtara s-sistema, taha lura lill-operatur u qallu biex jużaha hu għal għaxar snin u l-qligħ jieħdu kollu hu.", "Issa ejja nkunu onesti.", "L-Onor.", "Mangion qiegħed jipprova jbellagħhielna li daqshekk sempliċi!", "Ma jafx li l-operatur hu marbut li jagħmel l-inputting tad-data kollha?", "Qisu għax għandek sistema ta' software ta' kompjuter ma tridx tagħmel l-inputting u l-inputting qisu m'hu xejn, tagħfas xi buttuna waħda u tidħol id-data kollha fis-sistema!", "Jiġifieri l-valur miżjud ta' inputting tad-data kollha, ta` qabel kollu u ta' issa, dak qisu m'hu xejn!", "(Interruzzjonijiet) M'hu veru xejn!", "Onor. Gavin Gulia, nitolbok tara x'inhu għaddej għax allura lanqas int għadek ma taf.", "Inti tieħu r-raw data imma mbagħad trid tagħmel l-inputting.", "Issa ejja nitkellmu fuq il-ħlasijiet.", "Kull invoice qed tavviċina għall- medja ta' Lm19.", "Qed nitkellem fuq l-ordnijiet invoiced mill-perjodu tat-18 ta' Jannar sat-13 ta' Frar ta' din is-sena.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq invoice, mhux qed nitkellem fuq ordni, għax int jista' jkollok invoice li tinkludi tnejn jew tlieta.", "Il-ħlas medju mitlub fuq kull invoice huwa ta' Lm19.20,7 biex inkun preċiż.", "Jekk taħdimha fuq l-order tiġi Lm11.35.", "Dawn huma l-fatti u dawn trd tikkomparahom ma' tariffi baħħ għax it-tariffi ma nafux x'kienu.", "Kienu hidden f'sistema medjevali u arkajka.", "U issa għandi kumment ta' l-aħħar, Sur President.", "L-Onor.", "Charles Mangion, bħala membru tal-Partit Laburista, akkuża lill- gvern li daħħal taxxi hawn u taxxi hemm għax l-oppożizzjoni għamlet sajf sħiħ tgħidilna li ġejjin ħafna taxxi fl-aħħar budget, u meta ma rathomx fil- budget kompliet tgħid li żdiedu t-taxxi fil-pajjiż, anke jekk ma daħlux fil- budget.", "Lanqas kellu l-ardir jipprova jagħti xi ċifra u mbagħad ġie jsemmi ż-żidiet ta` l-awtorità ta' ipjannar.", "Tafu x`inhuma d-differenzi fiż- żidiet?", "Jien nistaqsi lilkom jekk tafuhomx, jew qed tparlaw, tparlaw, mingħajr ma tafu.", "(Interruzzjonijiet) Mela ħalli ngħid x'inhuma ż-żidiet.", "Dawn iż-żidiet kellhom isiru għax mill-1992 qatt ma kien hemm xejn żidiet.", "(Interruzzjonijiet) X'mgħamiltux żidiet intom!", "Intom għamiltu żieda fuq id-drenaġġ, fuq id-dawl u fuq l-ilma!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debates.", "Onorevoli, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ħalli ngħidlek x`inhuma ż-żidiet ta` l-awtorità ta` l-ippjanar u meta tridu nagħmlu dibattitu fuq dawn biss ukoll.", "Meta tridu agħmlu mozzjoni u niddiskutuha wkoll din.", "M`għandna xejn x'naħbu aħna.", "Anzi ħalli ngħidlek x'inhuma ż-żidiet.", "Biex tibni dar kont tħallas Lm60 meta tapplika lill-awtorità ta' l-ippjannar u issa żdiedet għal Lm70.", "Żidiet kbar, immaġina!", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek Onor. Colerio, issa min ikun se jibni d-dar fin-nefqa kbira li jkollu se jħoss l-Lm10 iktar?", "(Interruzzjonijiet) Ara x'għamilna aħna!", "Din hija d-differenza bejnna u bejnkom.", "Fis-sentejn li kontu fil-gvern, intom li tgħidu li intom moviment tal-ħaddiema - tal-ħaddiema aħna, mela intom! - għamiltu taxxa fuq l-ilma, fuq id-dawl u d-drenaġġ għal kulħadd indaqs, għandu x'għandu, imma aħna lil min jibni dar jew flat żdnielu Lm10!", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Meta qed jagħmel riferenza għaż-żidiet fuq it- tariffi tad-dawl u l-ilma fis-sentejn li konna fil-gvern, irid jgħid ukoll li aħna ħadna miżura li min ma jkunx jiflaħ kellu t-tnaqqis fir-rati.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR GEORGE PULLICINO: Taf x'inhi d-differenza, Mr Speaker?", "Huma l- ewwel għamluha indaqs għal kulħadd u mbagħad għax żelqu fuq ix-xatt tal- Kottonera u waqa' l-gvern ...", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jien ma tellift lil ħadd u issa joqogħdu kwieti u jħalluni nispiċċa l-argument.", "Filwaqt li huma fil-bidu għamlu taxxa fuq kulħadd, int x`int, meta waslet l- elezzjoni għax waqqgħu l-gvern tagħhom stess u ma kenux kapaċi jmexxu, waqt il-kampanja elettorali pprovaw ibenġluha.", "Niftakar darba minnhom - kien is-Sibt wara nofsinhar - ġie l-Onor.", "Louis Buhagiar u qal illi se jbiddlu t-tariffi biex forsi jikkonvinċu lill-Perit Mintoff jivvota favur il-proġett tal-Kottonera.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Coleiro qed tgħidli li mhu veru xejn.", "(Interruzzjonijiet) In-nies jafuhom dawn il-fatti u ġġudikawhom fl-aħħar elezzjoni għax f'sentejn sħaħ urew ipokrezija kbira.", "Id-differenza li hemm bejn it-tariffi tagħna u t- tariffi tagħhom hija li huma għamluhom għal kulħadd xorta, jiġiferi pensjonanta u min għandu villa jrid jerfa' l-istess piż; waqt li t-tariffi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li għamilna aħna għal min jibni dar jew flat minn Lm60 tellajniha għal Lm70 u min jibni villa minn Lm500 żidnihielu għal Lm750, jiġifieri żidna l-ħlas b'Lm250.", "Dan ifisser li min jiflaħ iħallas għandu jerfa' l-piż u min ma jiflaħx it-tariffa żidnihielu biss Lm10.", "Din hija d-differenza bejnna u bejnhom.", "Jien ma kontx beħsiebni niddiskuti dan il-punt imma la dan semmieh l-Onor.", "Charles Mangion kelli nsemmih biex in-nies ikunu jafu.", "Mr Speaker, jien se nispiċċa b'dak li bdejt.", "Dak kollu li qed tipprova tagħmel l-oppożizzjoni f'dawn it-tliet seduti huwa biss eżerċizzju ta' spin politiku u eżerċizzju ta' tinwiħ ta' għeneb qares, pero' issa n-nies draw x'kapaċi tagħmel l-oppożizzjoni.", "Wara li tan-naħa l-oħra ma waslux għax waqa' l-gvern, aħna kellna l-kuraġġ li talab li jkollna l-Onor.", "Gulia f'Diċembru ta' l-1998.", "Flimkien mal-kamra tan-nutara aħna qed inkomplu nnaqqsu ħafna mill-problemi organizzattivi li kien hemm ta' sistema ġdida.", "Aħna konvinti li flimkien mal-kamra tan-nutara l-problemi li għad fadal beħsiebna nsolvuhom flimkien.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi?", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, hawnhekk qisna qed nassistu għal xi farsa jew traġedja għax l-estremitajiet li tisma' u tara huma tal-biża'!", "Per eżempju, l-Onor.", "Pullicino semmielna l-ispin politiku.", "L-ispin politiku qed jagħmilha l-gvern hawnhekk għax minkejja li ġejna niddiskutu Legal Notice 261 u Legal Notice 262, il-membri tan-naħa tal- gvern jitkellmu biss fuq Legal Notice 261.", "Dawn mhumiex legal notices li jolqtu biss lin-nutara jew il-professjoni legali imma jolqtu l-aktar lill- poplu.", "Għalhekk dawn il-legal notices li għandna quddiemna għad- diskussjoni mhumiex immirati biss għal kif se jiffunzjona n-nutar ġol- public registry, bir-rispett kollu.", "Fil-verita', l-effett ta' dawn il- legal notices se jibda jġorru l-poplu li fil-massa assoluta huwa ħaddiem u mhux billi jiġi hawnhekk l-Onor.", "Pullicino jimpressjonana li skedaw it- tariffi.", "Illum is-segretarju parlamentari ngħaqad mal-bqija tal-kelliema tal-gvern u minflok uża l-kelma \"taxxi\" uża l-kliem \"tariffi\" jew \"kontribuzzjonijiet\".", "Mur ara billi ġie jimpressjonana għaliex fuq il-vilel il-planning authority għamlet taxxa ħafna akbar minn fuq l-appartamenti u minn fuq id-djar!", "Bħallikieku f'dan il-pajjiż jinbnew il-vilel il-ħin kollu u kullimkien.", "Il-maġġoranza kbira tal-poplu tagħna huwa ħaddiem u ħaddiem ma jibnix vilel imma jibni appartament u djar diċenti.", "Għalhekk il- massa tad-dħul li se ddaħħal il-planning authority se tkun miż-żieda ta' Lm10 minn fuq dahar il-ħaddiema.", "Jekk l-Onor.", "Pullicino ma jafx għax huwa komdu ngħidlu li ħaddiem li jkun qed jibni d-dar tiegħu, Lm10 jħossha anzi jikkalkula kull sold.", "Pero' jien ma ġejtx biex nitkellem fuq il-planning authority għax jekk il-Bambin irid, ikollna ċ-ċans aktar 'il quddiem.", "Mr Speaker, jien l-iktar ħaġa li skandalizzatni f'dak li smajt min-naħa tal-gvern s'issa hija li kkonċentrajna fuq Legal Notice 261, li titkellem dwar it-tibdil fil-proċess ta' ristrutturar ġdid u s-sistema ġdida tax- xogħol fil-public registry.", "Ma jafux il-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra li ż-żidiet fit-tariffi se jġorrhom il-poplu, għax il-public registry jiġi bżonnha prattikament kulħadd; jiġu bżonnha ż-żagħżugħ u ż-żagħżugħa, l- għarus u l-għarusa, dik il-familja li se tipprova tixtri dar diċenti u dik il-familja li trid tmur l-awtorita' tad-djar li forsi trid tmur biex titlob benefiċċju taħt l-iskema tal-manutenzjoni.", "Il-public registry jiġi bżonnha kulħadd, mill-kbir saż-żgħir.", "Jien għalhekk skantajt kif jiġi dan il-gvern jakkuża lilna bl-ispin politiku.", "Per eżempju, l-Onor.", "Jason Azzopardi semmielna d-diżonesta' pero' ħadd ma jindenja ruħu min-naħa tal- gvern jitkellem fid-dettall fuq kif dawn il-legal notices se jolqtu lin- nies.", "Dawn qed jitkellmu biss fuq iż-żidiet bħala dħul għall-gvern għax issa s-sistema inbidlet u għax qabel ma kienx qed jiddaħħal ċertu ammont ta' flus mill-operat tal-public registry.", "L-Onor.", "Pullicino qal li l-oppożizzjoni qed tikkompara t-tariffi li qed jiġu introdotti b'Legal Notice 262 mal-baħħ għax qabel kien hemm l-abbuż.", "Allura jekk skond l-Onor.", "Pullicino kien hemm l-abbuż, għandna nikkastigaw liż-żgħir!", "U mhu veru xejn li aħna qed nipprovaw nipproteġu l-abbuż, kif qal l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Aħna xbajna nagħmlu statements u dejjem konna kontra l-abbużi.", "Aħna qatt ma ddejjaqna naffrontaw sidirna u nħallsu anke prezz politiku biex niġġieldu kontra l-abbuż.", "L-ispin politiku qed tagħmlu n-naħa tal-gvern li qed tagħmel ħsara lill-poplu għax qed tipprova tpinġi lill-oppożizzjoni Laburista bħala oppożizzjoni li qed tipproteġi l-abbuż.", "Dan mhu veru xejn.", "Il-gvern li tant għajjat b'kunsens u mhux kunsens, imissu jaħtaf kull opportunita' ħalli flimkien niġġieldu l-abbuż u mhux għax nitkellmu b'dan il-mod fuq l-effetti soċjali li se jkollhom dawn il-miżuri fuq il-poplu niġu attakkati bi spin politiku u b'diżonesta' u li aħna qed nipprovaw nipproteġu l-abbuż.", "Dan mhu veru xejn.", "In-naħa tal-gvern, li qabel l- elezzjoni tant għajtet bil-kuxjenza soċjali, kellha tkun hi li daħħlet dawn it-tariffi u taxxi permezz ta' legal notices u ma kellhiex il-kuraġġ ....", "Lill-Onor.", "Pullicino ngħidlu li hawnhekk imisshom urewh il-kuraġġ.", "Dawn il-miżuri jmisshom introduċewhom fil-budget u mhux meta kienu bil- hangover tad-drinks tal-Christmas biex imbagħad jgħidu li kellna budget ħanin!", "Hemm qiegħda d-diżonesta' politika u l-ispin politiku.", "In-naħa tal- gvern li tant għajtet bil-kuxjenza soċjali għandha tgħidilna x'kuxjenza soċjali fihom dawn it-tariffi.", "Jien mhux se nidħol fil-legaliżmi u fuq il-mod kif jaħdem nutar għax dawk ħallejthom f'idejn sħabi n-nutara u l-avukati, pero' jien nitkellem għan- nies u fuq affarijiet prattiċi ħalli kulħadd jifhem l-effetti ta' dawn l- affarijiet.", "Mhux sew li hawnhekk niġu nigdbu u ngħidu li meta tmur inti, imur in-nutar f'ismek jew inkella jmur klijent jew kumpannija biex jagħmlu applikazzjoni għar-riċerka fl-insinwa, mhux veru jridu jitħallsu Lm6, id-doppju ta' dak li kien jitħallas qabel.", "Dan mhux aħna qed ngħiduh imma qed igħidu kull min imiss mar-reġistru pubbliku, u mbagħad jiġi hawnhekk l-Onor.", "Pullicino b'wiċċu minn quddiem u jgħidilna li mhux veru.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dan il-gvern joqgħod isemmi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u ma jgħidx l- istorja kif inhi.", "Għax ma jsemmux iż-żidiet fuq il-kontijiet tad-dawl u l- ilma li qed jirċievi l-poplu bħalissa!", "Tan-naħa l-oħra l-affarijiet jagħmluhom bil-finesse.", "Ara aħna morna upfront quddiem il-poplu u għidnielu li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk u mill-ewwel daħħalna l-miżuri korrettivi.", "Illum il-pensjonanti u l-familji li għadhom qed irabbu qed ikollhom iħallsu kontijiet esaġerati, għax tan-naħa l-oħra jagħmlu l- affarijiet b'mod fin ħalli dak li jkun jieħu d-doża bil-mod.", "Issa li għaddiet l-elezzjoni u li tan-naħa l-oħra huma mwaħħlin mas-siġġu tal- poter, m'għandhomx għalfejn jitkellmu bil-kuxjenza soċjali.", "Mr Speaker, jien nixtieq li fil-winding up il-ministru jgħidilna kemm għamel social impact assessments fuq kif se jintlaqtu l-għarajjes, il- familji u x-xebbiet li jkunu daru bil-ġenituri minħabba ż-żidiet li għamlu fuq ir-riċerki.", "Per eżempju, dawk ix-xebbiet li jkunu daru bil-ġenituri tagħhom ikollhom bilfors jagħmlu causa mortis meta dawn il-ġenituri jiġu nieqsa għax ikun irid isir kuntratt għall-akkwist tal-proprjeta' tal- familja tagħhom pero' issa dawn se jkollhom iħallsu aktar għax it-tariffi għolew.", "Għalhekk għandna nisimgħu xi ħsieb soċjali kien hemm wara dawn it- tariffi u mhux biex inġibu s-sistema effiċjenti jfisser li rridu neħduha minn fuq dahar iż-żgħir.", "Min għandu l-eluf xejn m'hu se jħoss minn dan kollu imma ż-żgħir kollox iħoss ̧ anke ċenteżmu.", "Pero' minkejja li dwar dan ma smajna xejn min-naħa tal-gvern il-poplu qed iħosshom dawn l-affarijiet.", "Il-poplu qed jara l-qerq ta' l-għajjat fieragħ, opportunista u partiġġan biex jinħataf il-poter u llum għaddejjin minn fuq ras kulħadd u ma jagħtu kas ħadd.", "Mr Speaker, għadna ma smajna xejn kif se jintlaqtu dawk il-familji li minħabba l-constraints finanzjarji tagħhom ma jaffordjawx jagħmlu manutenzjoni tad-dar tagħhom u allura se jkollhom iduru fuq l-awtorita' tad-djar biex tagħtihom skema tal-maintenance.", "Illum dawn biex jagħmlu riċerka qed iħallsu Lm3.", "(Interruzzjonzijiet) M'hu veru xejn għax jien mhux hekk ġejt informata.", "Mela allura agħmluha ċara għax taf kemm jiġru l- affarijiet f'dan il-pajjiż!", "Tgħidu ħaġa u mbagħad tmur ġod-dipartiment u ssir oħra!", "Lanqas komunikazzjoni ma teżisti, imbasta niftaħru bl-e- government!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-riċerka jagħmilha l-gvern biex jikkonsulta jekk dak li jkun ikollux proprjeta' u dik it-Lm3 se tibqa Lm3 bil-VAT b'kollox kif kienet qabel.", "Issa jekk jirriżulta li dak li jkun ikollu ħafna noti dan għandu jħallas tagħhom.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Coleiro, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fil-winding-up il-ministru għandu jispjega lill-poplu ħaddiem fiex dieħel b'dawn il-legal notices għax s'issa smajna biss fuq effiċjenza tas-sistema u fuq in-nutara kemm se jkunu tajjeb.", "Lil dawk ix-xebbiet li jkunu daru bil-ġenituri tagħhom u li se jkollhom jidħlu biex jagħmlu causa mortis biex jakkwistaw il-proprjeta' għax ma jgħidulhomx kemm se jkollhom iħallsu aktar.", "Issa dawn ix-xebbiet ġeneralment ikunu qegħdin jgħixu bid-daqsxejn tal-pensjoni.", "(Interruzzjonijiet) U x'le, le!", "Dażgur li jfittxu!", "Meta nitkellmu fuq id- dipartimenti tal-gvern dejjem tidħol il-kwestjoni tal-\"jekk\".", "Dejjem il- ''jekk'' tiddomina.", "Issa nittama li l-ministru jispjegalna kollox u dak li jispjega ġol-Kamra jasal fid-dipartimenti għax jien tgħidx kemm-il darba jgħiduli affarijiet.", "Per eżempju, xi uffiċjali mill-housing authority qaluli li sar agreement mal-BOV u l-HSBC li min jingħata post b'xiri jista' jmur il-bank u jieħu l- loan kollha.", "Dan ifisser li jekk post jiswa Lm20,000, il-bank jagħtih Lm20,000 sħaħ u mhux persentaġġ minnhom.", "Jien mort ma' konstitwenta tiegħi f'bank biex inġibu loan - għax fl-aħħar din ħadet post - pero' lil din qalulha li ma jistgħu jagħtuha kemm qed titlob.", "Imbagħad erġajt mort il- housing authority u qaluli hekk.", "Minkejja li nitkellmu ħafna fuq e- government jidher li ma kienx hemm komunikazzjoni bejn il-housing authority u l-banek.", "Issa jien ma nafx fejn hemm blockage.", "J'Alla dak li se jgħid il-ministru jasal fejn għandu jasal.", "Għalhekk huwa importanti li l- iskrivani jkunu informati għax inkella jibqgħu mexjin fuq il-linji li kellhom qabel.", "Mr Speaker, jien nixtieq li l-ministru fil-winding-up jispjega kif se jintlaqtu l-koppji għarajjes - il-problema tal-homelessness f'dan il- pajjiż hija realta' - li jkollhom idabbru rashom u jkollhom saqaf fuq rashom.", "Il-ministru għandu jgħidilna x' social impact assessment għamel biex wasal biex għamel legal notice 262 li tipproponi dawn iż-żidiet kbar fit-tariffi.", "Dawn huma taxxi ġodda.", "(Interruzzjonijiet) Iva, fuq is- social housing nitkellem għax il-każi mhux jonqsu qegħdin imma jiżdiedu.", "(Interruzzjonijiet) L-aħħar kelma tiegħek se tkun mhux tiegħi u allura qed nitolbok tweġibni.", "Per eżempju ̧ jien naf b'każ ta' mara separata bi tliet ġuvintur li ħadd ma jaħdem u ma tieħu manteniment ta' xejn għax ir-raġel tagħha Alla m'għamlu.", "Dawn ilhom jgħixu ġo kerrejja kundannata għal dawn l-aħħar 22 sena l-housing bil-konsegwenza li din l-omm imtliet bl-arthritis.", "Għalhekk jien ħadtha biex tagħmel skema ta' maintenance forsi xi darba tinqeda, pero' lil din il-mara qalulha li ma jistgħux jgħinuha u lanqas toilet ma jistgħu jagħmlulha għax il-post nofsu taħt l-art.", "Issa din għandha 98 punt il-housing, jiġifieri din suppost qiegħda mhux ta' l-ewwel imma ta' qabel ta' l-ewwel, pero' wara 22 sena għadha f'din is-sitwazzjoni.", "Issa jekk xi darba lil din il-mara forsi tagħtuha xi post, kif se tħallas għar- riċerki żejda meta din il-mara mhux qed tgħix bil-qies imma bil-karita'?", "(Interruzzjonijiet) Jien dan li jinteressani.", "Jien mhux se nitkellem fuq legal notice 261 għax fuqha dik hemm sħabi l-avukati u n-nutara.", "Jien se nitkellem fuq dak li jħoss il-poplu.", "Dik hija r-responsabbilta' tiegħi f'dan il-parlament, li nieħu l-aspett u d-dimensjoni soċjali ta' dawn l- affarijiet.", "Minkejja l-ħafna għajjat dwar kuxjenza u mhux kuxjenza tan-naħa l-oħra ma jagħtux kas id-dimensjoni soċjali.", "Per eżempju ̧ jien ma nafx kif mara separata li spiċċat ġo shelter ħalli ma tħallix lit-tliet uliedha jaraw lil missierhom jittaqqab bid-droga u li qed tfittex il-ħniena tal-gvern biex tingħata post, kif se ġġorr il- piżijiet ġodda ta' Legal Notice 262.", "Per eżempju, jien naf b'koppja miżżewġa li minħabba li għandha żewġ ulied b'diżabilta' severa qed jagħmlu their utmost biex isibu post aċċessibbli għaż-żewġt itfal tagħhom għax jafu li jekk se joqogħdu jiddependu mill-gvern jilħqu jixjieħu.", "Qed jagħmlu dan qabel ma jkun tard wisq u jkun impossibbli li jerfgħuhom it-taraġ.", "Igħidli dawn kif jistgħu jħallsu t-tariffi l-ġodda li ġew introdotti b'dawn il-legal notices!", "Għalhekk nitlob lill-ministru jgħidli x'social impact assessment għamel fuq dawn it-tip ta' każijiet.", "(Interruzzjonijiet) Jien diġa' għidt li jekk intom ridtu tneħħu l-baħħ u l-abbuż m'għandux jiġi kkastigat il-ħaddiem.", "Kellkom taraw min qed jabbuża u tagħmlu xogħlkom u mhux tikkastigaw lill-poplu ħaddiem.", "(Interruzzjonijiet) F'kollox hekk qed tagħmlu għax intom tafu li l-massa tal-pajjiż huwa ħaddiem.", "Mhux sew li l-ħofor timlewhom minn fuq iż-żgħar.", "Ara l-kbir dejjem jiżgiċċa!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: M'għamilna xejn!", "Jien bid-diskors tiegħi l- ministru qed ngħinu ħalli jwieġeb għax dawn huma l-affarijiet li qed jistaqsu n-nies.", "In-nies ma jistaqsux kif jaħdmu n-nutara fil-public registry.", "In-nies iħossu ż-żidiet tat-taxxi tal-gvern u jekk ma jkollhomx minn fejn iħallsu jkollhom jingħasru u jnaqqsu mill-bżonnijiet tagħhom inkella jkollhom jiddejnu.", "Jekk għandek il-bżonn trid tara x'se tagħmel jew tkompli tintagħsar u tnaqqas mill-bżonnijiet li jkollok jew inkella tkompli tiddejjen.", "Il-ministru għandu jgħid x'social impact assessment għamel biex jara kif Legal Notice 262 se tolqot, per eżempju ̧ lil ħafna ommijiet tfaljiet li qed jiżdiedu f'pajjiżna u qed ifittxu biex ikollhom saqaf fuq rashom ħalli jibdew ħajjithom mat-tfal tagħhom.", "Il-ministru għandu jgħidilna x'social impact assessment għamel dwar kif dawn iż-żidiet se jolqtu lil dawk l-anzjani u persuni b'diżabilita' li għandhom bżonn joħorġu mid-djar fejn qegħdin u jfittxu dar aċċessibbli u addattati għalihom.", "B'hekk nifhmu aħjar x'inhu l-iskop tal-gvern.", "Hawn qiegħed l- ispin politiku u l-partiġġjaniżmu politiku li kull darba din il-Kamra jkollha tassisti għalih min-naħa tal-gvern.", "Għax hawn erba' korrotti jabbużaw, minn fuq dawn jipprovaw igħidu li aħna qed nipproteġuhom!", "Aħna ma nipproteġux lil min hu ħalliel.", "Aħna nipproteġu liż-żgħir, lill- ħaddiem, lill-familji Maltin u lil dawk li m'għandhomx vuċi.", "Aħna konna lesti li flimkien ma' tan-naħa l-oħra niġru wara min jabbuża u dan iċ-ċans imisshom ħatfuh.", "Mela l-kunsens fejn jaqblilhom iriduh.", "Lil tan-naħa l- oħra ngħidulhom biex jiġru wara min jabbuża għax aħna ma rridux min jerda' minn flus il-poplu u minn fuq dahar il-ħaddiem.", "(Interruzzjonijiet) Meta qbadt ir-retail price index ta' din is-sena u ħarist lejn il-commodity group tal-housing tas-sena li għaddiet sibt li kull darba li ġie monitored il-commodity group tal-housing, dan dejjem għola.", "Per eżempju, f'Jannar tas-sena 2000 dan żdied b'1.65%, f'Mejju żdied b'0.37%, f'Awissu tas-sena 2000 żdied b'1.27% u f'Novembru żdied b'1.05%.", "Qed ngħid dan biex ma jiġix l-Onor.", "George Pullicino jgħidilna li min qed jibni appartament jew dar diċenti se jħallas Lm10 biss aktar.", "Jekk inhu komdu hu ma jħosshomx Lm10 imma l-poplu ħaddiem u familja li qed trabbi u trid dar diċenti kollox tħoss.", "Li jkollok dar diċenti huwa dritt fundamentali jiġifieri hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq kapriċċi.", "Dawn l- affarijiet mhux il-partit Laburista qed igħidhom imma qed tgħidhom l- istatistika uffiċjali tal-gvern.", "Nittama li l-ministru jirrispondina fuq x'tip ta' social impact assessments għamel għal kategoriji differenti ta' nies.", "(Interruzzjonijiet) Kemm se ddumu tipprovaw tbellgħu r-ross bil- labbra lin-nies!", "Imisskom tistħu!", "Il-poplu ma jtellax gvern biex dan joqgħod jgħaddi minn fuq rasu!", "(Interruzzjonijiet) Inti m'intix qiegħed hawnhekk biex toqgħod tgħid x'suppost għamel il-gvern ta' qabel.", "Int għandek ir-responsabbilta' ta' ministru tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Marie Louise Coleiro, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien m'iniex qed nindirizza lill-Onor.", "Tonio Borg bħala persuna imma qed nindirizzah fil-kapaċita' tiegħu ta' ministru tal-gvern.", "Il-gvern għandu r-responsabbilta' li ma joqgħodx iwaħħal f'denbu, imma li jkun onest u sinċier u minbarra li jara li s-sistemi jkunu effiċjenti u li l-amministrazzjoni titjieb, għandu d-dmir li jara li l- poplu ma jitgħaffiġx partikolarment f'dawn iż-żminijiet fejn l-għafsa fuq iż-żgħar u fuq dawk ta' klassi medja qed tkun kbira wisq.", "Jien tkellimt b'dan il-mod partikolarment dwar il-qasam tal-housing għax kif diġa' għedt, wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem huwa li jkollu abitazzjoni diċenti.", "Assolutament m'huwiex aċċettabbli l-fatt li l-inadequate housing huwa kklassifikat bħala wieħed mit-18-il forma ta' faqar li hawn f'pajjiżna.", "Huwa għalhekk li meta nkunu qed nintroduċu affarijiet ġodda, irridu nagħmlu s-social impact assessments.", "Din hi r-responsabbilta' ta' kull gvern, għax hu huwa l-azzjonista.", "Ir-responsabbilta' tagħna bħala oppożizzjoni hija li niġu hawn u nitkellmu dwar dak kollu li jkun qed jolqot lill-poplu.", "Aħna qegħdin hawn biex nitkellmu f'isem il-poplu, u jekk ma nagħmlux dan inkunu qed nonqsu bil-kbir mid-doveri tagħna.", "Mr Speaker, ridt nistaqsi wkoll ma' min saret konsultazzjoni dwar dan.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Anġlu Farrugia staqsa jekk in-nutara ġewx ikkonsultati.", "Jien m'iniex se nitkellem għan-nom tan-nutara għax għal dawk diġa' tkellmu l-kollegi tiegħi.", "Jien se nitkellem għan-nom tal-poplu in ġenerali.", "Kien hemm konsultazzjoni ma' l-awtorita' tad-djar, mad-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali u ma' l-MCED?", "Alla jbierek dan il-gvern li rebaħ l- elezzjoni bl-għajjat tad-djalogu, wara li għaddiet l-elezzjoni, beda jgħaddi minn fuq ras kulħadd u jippubblika l-avviżi legali fi żmien il- Milied, meta ħadd ma jkun qed jagħti każ ta' xejn.", "Issa li hawn is-segretarju parlamentari responsabbli mill-fair trading office, nixtieq nistaqsi jekk dan l-uffiċċju huwiex se jkun proattiv u jibda' jagħmel assessments, evalwazzjonijiet u analiżi soċjali ta' dan it- tip t'affarijiet.", "Peress li l-Gvern Malti jimita lil ħaddieħor f'kollox, jien qed nassumi li bħalma l-fair traiding office ta' l-Ingilterra joħroġ minn żmien għal żmien evalwazzjoni ta' kif jintlaqtgħu ċerti gruppi vulnerabbli, bħall-persuni b'diżabilita', l-anzjani u l-familji b'ċerti piżijiet, il-fair trading office Malti jagħmel l-istess.", "Bit-taxxi ġodda li qed jintroduċi dan il-gvern, jien naħseb li dan l-uffiċċju għandu xogħol għal 10 snin sħaħ.", "Mr Speaker, xbajna nisimgħu lill-Viċi Prim Ministru jitkellem dwar il- gender impact assessments li qed isiru fuq il-liġijiet.", "F'dan l-istadju jien nixtieq li anke l-Onor.", "Tonio Borg jgħidilna x'gender impact assessment għamel fuq Avviż Legali Nru. 262.", "(Interruzzjonijet) Fl- 1992/1993, skond il-liġi, in-nisa Maltin ġew komparteċipi f'dak li jsir fil- komunjoni, jiġifieri l-irġiel ma setgħux jibqgħu jagħmlu trasferimenti, ipoteki, ibiegħu jew jixtru xi proprjeta' mingħajr l-approvazzjoni tan-nisa tagħhom.", "Allura din il-liġi li tat spinta lin-nisa Maltin ......", "(Interruzzjonijiet) Dawn affarijiet tad-daħk!", "Allura jien se noqgħod ngħid li konna aħna li tajna d-dritt tal-vot u elf dritt ieħor lin-nisa Maltin?", "Jien ma rridx indaħħak u ngħaddi ż-żmien.", "Jien ngħid li għandi ngħid b'mod fattwali.", "(Interruzzjonijet) Issa, minħabba t-tariffi l-ġodda li ġew fis-seħħ, in-nisa ġew burden fuq il-komunjoni, għax jekk familja tiddeċiedi li tixtru proprjeta' jew tipoteka xi ħaġa biex tieħu loan mill- bank, ir-riċerki jridu jsiru kemm dwar ir-raġel kif ukoll dwar il-mara.", "Huwa għalhekk li jien irrid li l-Ministru ta' l-Intern jgħid x'gender impact assessment għamel il-gvern dwar l-avviż legali nru.", "262.", "Ilbieraħ, fl-introduzzjoni tiegħu għal din il-mozzjoni, l-Onor.", "Farrugia semma' l-iskedar tat-tariffi u llum, l-Onor.", "Pullicino ftaħar bl-iskedar li għamlet l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jekk mingħalina li bil-mod li bih qed isir l-iskedar, iż-żgħir qed ikun moqdi, sejrin żball.", "Għalhekk jien nappella lill-gvern biex jagħti kas mhux biss ta' x'tgħid il-mozzjoni, imma anke tal-proposti li tressqu minn din in-naħa tal-Kamra, partikolarment dik dwar l-iskedar li semma' l-Onor.", "Anġlu Farrugia, biex ta' l-inqas fil-każ tal-koppji jkun hemm ħlas wieħed.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, ħadt gost nisma' l-intervent ta' l- Onor. Coleiro li ttrattat din il-mozzjoni mil-lat soċjali.", "Jien naħseb li huwa mportanti li anke meta nkunu qed niddiskutu xi mozzjoni li tirrigwarda liġi teknika, nisimgħu kelliema li ma jkunux tekniċi imma li jkunu jistgħu jservu ta' portavoce għall-poplu mil-lat soċjali.", "Sinċerament naħseb li l- lat soċjali ta' kull dibattitu huwa iktar importanti mil-lat legali u tekniku, għax kultant nintilfu f'ħafna teknikalitajiet u ninsew li n-nies t'hemm barra jkunu qed affettwati b'mod avvers u b'mod dirett.", "Il-mozzjoni li għandna quddiemna hija t-tielet waħda li ġiet ippreżentata mill-Partit Laburista f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt din is-sena, jien ippreżentajt mozzjoni għal dak li jirrigwardja r-regolamenti li kien għamel il-ministru tal-finanzi dwar il-Borża ta' Malta waqt li l-Onor.", "Anġlu Farrugia ppreżenta mozzjoni għal dak li jikkonċerna t-tariffi ġodda tal- qrati.", "Issa l-Onor.", "Gavin Gulia u l-istess Onor. Farrugia ressqu t-tielet abbozz ta' liġi f'dan is-sens.", "In-natura ta' dan it-tip ta' mozzjonijiet hija tali li l-gvern, jekk ikun hemm liġi prinċipali li tagħtih il-poter li jagħmel hekk, għandu d-dritt li joħroġ avviżi legali, pero' peress li l- parlament huwa sovran għal dak li jikkonċerna l-leġislazzjonijiet, skond il- Kostituzzjoni tagħna u skond l-Interpretation Act, dan għandu d-dritt li jissindika r-regolamenti u l-bye-laws li jgħaddi l-gvern tal-ġurnata.", "Dan għaliex meta l-ministru jgħaddi l-bye-laws, għalkemm ikun qed jagħmel dan fuq skorta ta' liġi, xorta jkunu qed jinħarġu mingħajr dibattitu parlamentari.", "Allaħares il-ministri ma jkollhomx il-poter li joħorġu regolamenti, għax kieku kull liġi jew kull regolament iridu bilfors jgħaddu minn dan il-parlament, kieku ma nlaħħqu qatt max-xogħol li jkollna.", "Pero' mill-banda l-oħra hija xi ħaġa kurjuża kif f'medda ta' ftit xhur biss, dan il-parlament qed jiġi nvitat biex jissindika u jirrevedi leġislazzjoni sussidjarja li qed jagħmel il-gvern.", "M'hijiex ħaġa normali li jsiru daqshekk mozzjonijiet, u fil-fatt, meta ġejt biex inressaq il-mozzjoni tiegħi, irriżultali li mozzjonijiet ta' dan it-tip huma rarissimi.", "Dawn il-mozzjonijiet qed jitressqu għax aħna nemmnu li għalkemm f'soċjeta' demokratika huwa aċċettabli li l-gvernijiet ikollhom dan il- poter - u f'dan il-każ il-liġi tagħti l-poter lill-ministru konċernat li jgħaddi leġislazzjoni sussidjarja u li jirrevedi t-tariffi - il-gvern Nazzjonalista qed jesaġera.", "L-oppożizzjoni qed tħoss li l-gvern qed isib ruħu komdu li minflok iressaq ċerti liġijiet b'impatt soċjali u politiku quddiem il-parlament għad-dibattitu, qed jara hemmx xi klawsola fil-liġi prinċipali li tagħti lill-ministru dawn it-tip ta' poteri, u jgħaddi leġislazzjoni sussidjarja.", "Sakemm il-leġislazzjoni sussidjarja ma jkollhiex xi impatt soċjali kbir imma tkun tittratta affarijiet ta' kuljum bħal kjarifiki, regolamenti fuq liċenzji, eċċ., ma jkun ġara xejn, imma meta l-gvern jibda jinqeda bil-poter li għandu u l-liġi sussidjarja ma tibqax aktar sussidjarja imma tkun sostanjali b'impatt soċjali qawwi, allura aħna noġġezzjonaw.", "Jekk il-gvern jifformola liġi li tkun se tolqot liċ-ċittadin fil-laħam il-ħaj u tkun se ġġib kambjament soċjali kbir, irid iressaqha quddiem il-parlament għad-dibattitu.", "Il-messaġġ tagħna bħala oppożizzjoni hu li għal kull liġi sussidjarja li tħalli dan it-tip ta' impatt u li ma titressaqx quddiem dan il-parlament, aħna se nressqu mozzjoni u niddibattuha xorta waħad.", "Għalxejn il-gvern jipprova jagħmel xi ħaġa minn wara dahar dan il-parlament, għax aħna bħala oppożizzjoni qegħdin għassa fuq dak kollu li jsir u jekk ikun hemm xi ħaġa li aħna jidhrilna li kellha titressaq quddiem il-parlament, ngħaddu mozzjoni dwarha bla ebda riserva.", "Din il-mozzjoni, li kif diġa' għedt ġiet imressqa mill-Onor.", "Gulia u mill-Onor.", "Farrugia, għall-ewwel forsi tidher teknika, b'ħafna skedi, imma meta wieħed jaqra r-regolamenti tal- liġi jsib li ma fihom xejn speċjali.", "Il-punt hu li l-ewwelnett, il-kritika li saret mill-oppożizzjoni fi żmien il-budget, jiġifieri li l-gvern għandu l-vizzju li jżejjen il-budget b'affarijiet sbieħ biex imbagħad jagħmel it- taxxi sussidjarji permezz ta' leġislazzjoni sussidjarja, ġiet vindikata.", "Veru li aħna mill-ewwel indunajna x'kien se jiġri u fil-fatt ftit wara l- budget bdew ħerġin dawn il-famużi avviżi legali ta' natura fiskali, magħmulin b'ċertu ħażen minn wara dahar il-parlament.", "Din hija l-kritika prinċipali li qed nagħmlu aħna bħala oppożizzjoni, jiġifieri li meta l- gvern se jgħolli l-ħajja b'mod indirett billi jżid ċerti tariffi, bħala partit aħna nesigu li dawn jiġu dibattuti fil-parlament.", "Din hija l- pożizzjoni tal-Partit Laburista u hija l-ewwel raġuni għaliex qed inressqu din il-mozzjoni.", "Sur President, it-tieni raġuni għaliex tressqet din il-mozzjoni hija waħda bis-sustanza.", "Dawn it-tariffi ġodda li qed jiġi proposti m'humiex xi tariffi de minimis imma huma tariffi li se jżidu sostanzjalment l-ispiża ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mar-reġistru pubbliku.", "L-iskop tiegħi m'huwiex li nirrepeti dak li qalu l-kelliema ta' qabli, pero' mill-analisi li saret mill-kelliema esperti f'dan il-qasam jidher ċar li ż-żidiet huma sostanzjali tant li jimmeritaw rikonsiderazzjoni u dibattitu parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Anke sempliċi riċerka dwar wirt minn Lm2.50 se titla' għal Lm5!", "Dan mhux qed ngħidu jien jew l-Onor.", "Farrugia imma qed jgħiduh in- nutara Nazzjonalisti, x'uħud minnhom saħansitra membri fil-partit.", "(Interruzzjonijiet) Sħabek qed jaqblu mal-kritika tal-Partit Laburista!", "Aħna nafu li n-nutara rreaġixxew u bir-raġun, għax dawn huma l-iktar nies tekniċi u l-iktar li japprezzaw l-ispejjeż ġodda li se jsiru.", "Anke l- akkademja notarili għamlitha ċara li hija kontra dawn it-tariffi għax saru mingħajr l-ebda konsultazzjoni u iktar u iktar għax se jżidu l-ispejjeż b'ammont konsiderevoli.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb, int qed tgħid li t- tariffi m'għolewx u jien qed ngħid li għolew!", "Jekk din hija r-risposta tagħhom, allura nistgħu sempliċement nikkalkolaw it-tariffi kif kienu qabel u kif ġew issa.", "It-tielet osservazzjoni tirrigwarda l-kwestjoni tad-dipartiment tar- reġistru pubbliku li l-funzjoni tiegħu ġiet ikkontrattata u mogħtija lil kumpannija privata.", "Dan ifisser li d-dipartiment tar-reġistru pubbliku bażikament ġie qisu regolatur għax ix-xogħol ta' kuljum se jibda jitħaddem .....", "(Interruzzjonijiet) Din x'raġuni hi?", "Misskom keċċejtuhom jew tajtuhom transfer!", "Il-punt hu li dan id-dipartiment, li fin-natura tiegħu m'huwiex wieħed kummerċjali, ma jirrikjedix il-bżonn li jiġi pprivatizzat, għax ix- xogħol li jagħmel ma jistax ikun iktar ċivili u pubbliku minn hekk.", "Fil- fatt ix-xogħol ta' nutar pubbliku tant hu ta' natura ċivili li ma jistax jipprattika l-professjoni tiegħu fil-qasam tal-kummerċ.", "(Interruzzjonijiet).", "Fil-pajjiż hawn ċerti areas li għalkemm in-natura tax- xogħol tagħhom hija waħda pubblika, fil-prattika qed jiġu managed minn kumpannija privata kummerċjali b'intenzjoni ta' qligħ.", "Għalhekk fil- prinċipju ta' dan kollu l-oppożizzjoni Laburista ma taqbilx.", "Id- dipartiment tar-reġistru pubbliku sar qisu regolatur, jiġifieri l-istaff tiegħu qiegħed hemm biex sempliċiment jikkontrolla x-xogħol li se jibda jsir minn kumpannija privata.", "L-ewwelnett jien ma nistax nifhem x'se jibdew jagħmlu ħafna mill-impjegati li kienu jagħmlu ċertu xogħol.", "Għandi nifhem li dawn se jiġu ttrasferiti f'dipartimenti u f'ministeri oħra.", "Naħseb li kienet tkun idea tajba kieku fil-kuntratt li sar, din il- kumpannija ntrabtet li tassorbi numru mill-ħaddiema tad-dipartiment tar- reġistru pubbliku mal-privat.", "Sur President, parti mill-qligħ minn dawn it-tariffi se jgħaddi f'idejn il-privat.", "Dwar dan ukoll kienet saret kritika li fl-opinjoni tiegħi hija ġustifikata.", "Aħna bħala partit ma naqblux mal-kummerċjalizzazzjoni ta' servizz pubbliku u soċjali.", "Aħna m'aħniex kontra l-kummerċjalizzazzjoni li ssir bis-serjeta' u bil-galbu, pero' assolutament ma naqblux mal- kummerċjalizzazzjoni ta' servizz pubbliku.", "Per eżempju, aħna ma naqblux li biex ikun hemm gwadann kummerċjali għandhom jiżdiedu l-piżijiet fuq iċ- ċittadin.", "Il-kritika tagħna hija waħda sempliċi.", "Aħna qed ngħidu li jekk il-gvern irid jgħaddi dawn ir-regolamenti, jiddibattihom hawn ġew u jirrikonsidra l-aspetti negattivi tagħhom.", "Dan hu s-sabiħ tal-parlament, li hekk kif tiġi proposta liġi ġdida, issir kritika akkanita miż-żewġ naħat biex fl-aħħar mill-aħħar isiru ċerti emendi u riformi.", "Id-dibattitu politiku fil-parlament ma jsirx bħala formalita', avolja għal dan il-gvern iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar din il-ħaġa qed issir xi ħaġa formali peress li jkun diġa' ddeċieda xi jrid jagħmel minn qabel!", "Fil-fatt il-parlament, meta jivvettja u jgħarbel ikun qed iservi għal skop ieħor, jiġifieri li jsiru l-cross debates u jiġu fformolati l-emendi meħtieġa.", "Meta mbagħad tgħaddi leġislazzjoni kif qed jgħaddi l-gvern dan l- aħħar, jiġifieri b'sempliċi daqqa ta' pinna mingħajr konsultazzjonijiet u mingħajr l-ebda riflessjoni, tibda dieħla s-suppervja.", "Huwa hawnhekk fejn neħlu, għax jekk oġġett ikun laħaq intqal, jekk il-commitment ikun diġa' ngħata, meta jinfetaħ id-dibattitu u kulħadd jibda' jagħmel il-kritika tiegħu, il-gvern ikun f'pożizzjoni ferm iktar diffiċli biex terġa' jirrikonsidra ċerti aspetti għax politikament iħoss li jkun qed jaqa' għaċ- ċajt.", "Kif jaf kulħadd, primarjament il-parlament twieled biex jikkontrolla t- taxxi, l-iskop tiegħu hu li jiddibatti t-taxxi li jkunu se jiġu implimentati.", "L-essenza tal-parlament hija t-taxxi li jiġu imposti fuq il- poplu.", "Il-parlament m'għandux funzjoni iktar importanti minn din u huwa għalhekk li jsiru ċ-ċerimonji tal-budget.", "Għalhekk meta aħna ngħaddu leġislazzjoni sussidjarja li tkun forma ta' tassazzjoni nkunu qegħdin borderline mal-prinċipji demokratiċi.", "Meta wieħed jikkonsidra li l-gvern qed jesaġera f'dak li għandu x'jaqsam ma' leġislazzjoni sussidjarja u qed jidħol fit-tassazzjoni u jilleġisla f'aspetti fiskali, allura naturalment l- oppożizzjoni għandha d-dover morali li toġġezzjona.", "Jekk ma nagħmlux hekk, kieku min jaf kemm il-poplu Malti jkollu jiffaċċja aktar leġislazzjonijiet ta' din in-natura!", "Għal min ma jafx il-bye-laws ma jiġux ippubblikati fil-gazzetti, lanqas jekk ikunu importanti ħafna, u għalhekk irridu nkunu aħna li noqogħdu attenti għal affarijiet bħal dawn.", "Jien nista' ngħid li l-bye-laws li attakkajt jien kienu ġew ippreżentati meta kien riesaq ir-recess tas-sajf, jiġifieri kieku kulħadd baqa' sieket, dawn ir-regolamenti li l-intenzjoni tagħhom kienet li jbiddlu radikalment il-liċenzja tal-brokers, kienu jiġu fis-seħħ mingħajr ħadd ma kien ikun jaf.", "Aħna bħala oppożizzjoni rridu litteralment noqogħdu għassa għal dak li jkun qed jiġi ppreżentat.", "(Interruzzjonijiet) Allura inti taqra l-gazzetti kollha?", "Ejjew inkunu prattiċi, kulħadd jipprova juża t-tattika li jżellaq l-affarijiet mingħajr ħadd ma jinduna bihom.", "Huwa perikoluż li wieħed jipprova jżellaq ċerti regolamenti jew xi liġi sussidjarja, għax jekk jgħaddu 28 ġurnata u ma ssir l-ebda kritika dwarha, imbagħad ma jkun jista' jsir xejn.", "Aħna bħala oppożizzjoni qed nistiednu lill-membri tal-gvern biex jimxu iktar bil- galbu.", "Il-parlament qed jiddelegahom bħala ministri b'ċerti poteri, u Allaħares ma jkunx hekk għax inkella ma jkunux jistgħu jiffunzjonaw.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar ma dan il-post jiġi ffaċċjat b'leġislazzjoni prinċipali, iktar se jkun hemm bżonn ta' leġislazzjoni sussidjarja.", "Aħna qed ngħidu lill-membri tal-gvern biex ma jkunux arroganti, imma fir-rigward ta' ċerti issues juru insensittivita', speċjalment meta l-issues se jolqtu lill-but.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Coleiro għamlet sew li tkellmet dwar il-kwestjoni tal-housing, għax il-ministru qal li r-riċerki se jiżdiedu għax naturalment, qabel ma jakkorda xi proprjeta' lil xi ħadd, id-dipartiment irid ikun jaf x'assets għandha dik il-persuna li tkun se tingħata l- proprjeta'.", "S'hemmhekk qed naqblu perfettament.", "Li ma naqblux huwa dwar il- fatt li l-ħlas irid isir skond in-notamenti, jiġifieri l-ispejjeż se jiżdiedu.", "Il-ministru qal li xejn m'hu se jiżdied għax jekk jirriżulta li l-persuna li tkun se tirċievi l-proprjeta' ikollha ħafna proprjetajiet, ma messhiex applikat in the first place, jiġfieri skond il-ministru, din se jkun ħaqqha li tiġi penalizzata.", "Pero' dan m'hu veru xejn għax in-notamenti jistgħu jkunu passivi u allura jista' jirriżulta li għax persuna jkollha ċerti debiti .....", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun the other way round.", "Iva, il-gvern m'huwiex qed jieħu ħsieb il-kwestjoni tal-housing li qed toħloq problemi kbar.", "Mr Speaker, jiena naħseb li din il-liġi qed tkompli żżid mal-problema tal- housing.", "Kien il-Partit Nazzjonalista li kkrea l-kriżi għax per eżempju meta żied it-taxxa kapitali fuq il-proprjeta', il-prezz sploda 'l fuq.", "Fir- rigward tal-housing, il-Partit Nazzjonalista huwa partit totalment anti- soċjali, għax ħlief żidiet fit-taxxi m'għamilx.", "Imissu jistħi l-gvern Nazzjonalista meta jiftakar f'liema stat wassal lill-qasam tal-housing.", "Hawn Malta hawn 25,000 persuna li qed jgħixu f'faqar kbir u ma jistgħux jixtru xi proprjeta' fejn jabitaw għax il-prezz tal-bini sploda 'l fuq, grazzi għat-tassazzjoni li ntroduċa l-Partit Nazzjonalista.", "Dan il-gvern assolutament m'huwiex sensittiv għal din il-problema u l-Onor.", "Coleiro għalhekk tkellmet dwar dan.", "MR SPEAKER: Onor. Herrera, ikolli nwaqqfek hawn għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "HERRERA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Ministru Tonio Borg biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, il-Ġimgħa, 16 ta' Frar 2001 fis-6.00 p.m., b'din l-Aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali;", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tat-Tabakk; u", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni ta' l-Onor Gavin Gulia u l-Onor Angelo Farrugia għat-tħassir ta' l- Avviżi Legali Nri 261 u 262 ta' l-2000 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) – Tielet Qari; u Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni – (Tielet Qari).", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr. Speaker, nieħu l-okkażjoni f'dan l-aġġornament biex nitkellem dwar l-effett tal-kunsilli lokali fuq il-ħajja u fuq s- soċjeta' Maltija.", "Jidher li llum in-nies aċċettaw aktar lill-kunsilli lokali bir-riżultat li saru jippretendu aktar minnhom.", "In-nies aċċettaw lill-kunsilli lokali bħala sistema ta' gvern aktar effiċjenti u effettiv f'dik li hija amministrazzjoni fuq livell lokali u reġjonali.", "Min-naħa l- oħra pero' meta jitkellem fuq id-devoluzzjoni ta' poter lill-kunsilli lokali wieħed ma jistax ma jgħidx li dan huwa proċess tajjeb, pero' biex ikunu jistgħu jeżerċitaw dawk id-delegi u dak il-poter b'mod effettiv u effiċjenti l-kunsilli lokali jrid ikollhom l-għodda.", "L-effett ta' dan kollu jkun li aktar ma jgħaddi ż-żmien in-nies aktar se jippretendu mingħand il-kunsilli lokali.", "U hawnhekk jien nappella lill- kunsill lokali li jinformaw lir-residenti dwar x'inhuma l-limiti tal-poteri u x'inhuma r-responsabbiltajiet li għandhom.", "Il-fatt li jkun qed jagħti informazzjoni lir-residenti tal-lokalita' partikolari jgħin mhux biss biex il-kunsill jaħdem aħjar jew biex inaqqas il-kritika negattiva imma biex il- kunsilli jkollhom l-effett li jfehmu aktar lin-nies safejn jistgħu jaslu.", "Dan jgħin ukoll biex ir-residenti min-naħa tagħhom jifhmu u jikkollaboraw aktar mal-kunsill.", "Xi jfisser dan kollu?", "Ifisser li l-eżerċizzju ta' parteċipazzjoni fuq il-livell lokali hija importanti ħafna.", "B'parteċipazzjoni ma rridx infisser biss il-laqgħa annwali ġenerali li bil- liġi l-kunsill irid jagħmel għal-lokal kull sena.", "Dik hija sempliċement laqgħa statutorja li fiha tingħata informazzjoni fuq il-ħsieb ta' xi jkun jew x'ma ma jkunx se jagħmel il-kunsill għal dak il-perjodu partikolari.", "Aktar importanti minn hekk il-parteċipazzjoni timplika li kull jkun hemm djalogu dwar kull deċiżjoni jew prospett li l-kunsill ikun se jieħu.", "Jekk xi deċiżjoni tkun se tolqot biss parti mil-lokalita', jkun importanti li l- kunsill jitkellem mar-rappreżentanti ta' dik l-area u li jifhem verament x'inhuma l-problemi tar-residenti.", "Għaliex qed ngħid dan, Mr Speaker?", "Ħafna drabi l-pjani li jkunu jridu jattwaw il-kunsilliera jkunu pjani bbażati fuq rapport tekniku.", "Huwa tajjeb li dawn ikunu bbażati fuq rapport tekniku pero' jien nemmen li dak l-istess rapport tekniku għandu jkun imsaħħaħ bir-realtajiet li n-nies ta' dik il-lokalita' jkunu għaddejjin minnhom.", "Per eżempju dan japplika għal meta wieħed jagħmel traffic management schemes.", "Dawn huma ħaġa tajba pero' għandhom isiru fil- perspettiva tar-realtajiet ta' dik il-lokalita' partikolari.", "Hija ħaġa kważi naturali li f'ħafna rħula f'Malta u Għawdex ikollok iċ-ċentru tar- raħal bi struttura pjuttost antika u bit-toroq u sqaqien li jgħaddu min- naħa għall-oħra mhux b'daqstant simetrija.", "F'dawn l-irħula kollox ikun iffukat lejn il-pjazza u lejn il-knisja pero' mbagħad ikollhom partijiet fuq il-periferiji b'housing estates ġodda jew ippjanar ġdid li ħafna drabi jkollu formazzjoni tat-toroq differenti.", "Issa meta wieħed jiġi biex jagħmel traffic management irid jagħmel l-istudju bejn żewġ ambjenti differenti f'lokal wieħed ħalli jintegra kemm jista' jkun is-sistema.", "Din il-ħaġa tiffaċilita' aktar it-traffiku.", "F'ċertu ċirkostanzi fejn dan ma jsirx ġieli jinqalgħu problemi li wieħed ikun jista' jelimina kieku mqar jisma' r- rispons tar-residenti.", "Din it-tip ta' inter-activity bejn ir-residenti u l- kunsilliera ċertament tkabbar l-appoġġ tar-residenti lejn il-kunsill tagħhom.", "Mr. Speaker, element ieħor ta' importanza partikolari huwa l-ambjent.", "Hija responsabbilta' li qed tiġi assunta mill-kunsilli lokali li jaġixxu ta' tarka biex jipproteġu l-interessi tar-residenti meta xi proġett nazzjonali jkun se jkollu xi impatt fuq il-lokalita' tagħhom.", "Kellna każi fejn diversi kunsilli flimkien irnexxilhom iġiegħlu lill-awtoritajiet ċentrali jieħdu azzjoni.", "Hawnhekk wieħed jiftakar fl-isforz kollettiv tal- kunsilliera meta kienet inqalgħet il-problema tas-simenterija.", "Il-kunsill kien għamel l-istudji u r-rapporti tekniċi, għamel awareness sħiħa u kordinata fost ir-residenti u ovvjament dawn l-azzjonijiet taw il-weight neċessarju fid-deċiżjoni li ma jingħatax il-permess.", "Nista' nsemmi wkoll il- kunsilli tan-nofsinhar u tal-lokalitajiet milquta bil-famuż trab iswed.", "Dawn ġiegħlu lill-gvern jieħu għallianqas passi temporanji.", "Wieħed jaspira li jekk din hija problema tal-power station għandhom jitteħdu passi aktar fit-tul ħalli din il-problema ambjentali tissolva.", "Ngħid għalija għandna nirringrazzjaw l'Alla li hemm din l-awareness dwar l-ambjent li qiegħda dejjem tikber u tiżdied fost in-nies.", "J'Alla din l-awareness dwar l-ambjent tiżviluppa f'edukazzjoni akbar fejn kull wieħed u waħda minna jibda jibża' għall-ambjent fl-aspetti kollha tiegħu, mhux biss fit-tindif imma ukoll bħala fuel emission minn karozzi li ma jiffunzjonawx tajjeb, ħmieġ fil- baħar u impuritajiet fl-ilmijiet tagħna.", "Mr. Speaker, ma nistax ma nsemmix ukoll il-pożizzjoni li qed jieħu l- kunsill ta' Ħal Kirkop kollettivament, kemm nazzjonalisti u kemm laburisti, fuq kwestjoni li m'hijiex waħda politika imma hija waħda ambjentali.", "Min- naħa tar-residenti ta' Ħal Kirkop hemm il-biża' mhux biss dwar il-periklu li jista' jkun hemm imma wkoll dwar l-impatt li jista' jkollha fabbrika fuq il-proprjeta' tal-lokalita'.", "Din hija ħaġa reali.", "Dawn huma nies li nvestew il-life savings tagħhom biex ikollhom id-dar tagħhom u issa dawn jinsabu inkwetati jekk dan hux se jkollu impatt negattiv fuq il-valur tal- proprjeta' tagħhom.", "Fil-fatt meta wieħed imur hemmhekk u jiltaqa' magħhom tista' tgħid li dan il-kumment jitressaq minn kulħadd.", "F'dan il-każ ta' min jgħid ukoll li l-kunsill qed jinforma lilu nnifsu anke b'rapporti tekniċi u bil-parteċipazzjoni li qed ikollu fl-ippjanar.", "Fl- aħħar mill-aħħar hija l-awtorita' ta' l-ippjanar li tiddeċiedi jekk dik l- ażjenda għandhiex tmur hemmhekk jew le.", "Il-fatt li l-MDC approvat is-sit hija xi ħaġa kompletament irrelevanti għax l-MDC tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fuq assessments ta' natura ekonomika u industrijali.", "L-ambjent huwa kwestjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, u kellna mhux każ wieħed jew tnejn fejn l-MDC tkun approvat fabbrika u l-awtorita' ta' l-ippjanar ma toħroġx il-permess fuq raġunijiet ambjentali.", "Il-ballun qiegħed f'idejn l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Min-naħa l-oħra l-kunsill huwa raġjonevoli ħafna u lest li jiltaqa' madwar mejda u jara jekk hemmx alternattivi oħra li jnaqqsu l-impatt negattiv waqt li jintlaħaq ukoll l-għan industrijali.", "Mr. Speaker, dan nistgħu ngħiduh ukoll fil-każ tal-freeport.", "Il-freeport jagħti servizz kbir lill-pajjiż pero' ċertament għandu impatt negattiv fuq il-bajjiet ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa.", "Jiġifieri lanqas tkun ħaġa ħażina li l-freeport jassumi r-responsabbilta' tiegħu ħalli jieħu l-passi neċessarji biex jissalvagwardja l-ambjent tal-baħar u jikkontribwixxi biex isebbaħ l-ambjent ta' dawk l-inħawi.", "U huwa dan it-tip ta' awareness fuq l- ambjent li jrid ikollna u mhux sempliċiment ngħidu lin-nies li m'għandhomx iħammġu.", "Għandu jkun hemm assjem ta' ħsieb dwar l-ambjent u f'dan ir- rigward l-impatt tal-kunsilli lokali huwa wieħed pożittiv ħafna.", "Ħaġa oħra tajba li l-poplu għandu jifhem huwa l-kunċett tar-reġjonalita' tal-kunsilli lokali.", "Gvern Laburista fl-1997 beda jippromwovi dan l-aspetti bil-qawwi, u dakinhar kien hemm in-naħa Nazzjonalista li kienet ikkritikatu.", "Aħna konna ninsistu li s-sistema ta' l-enforcement bilfors trid tiġi ntrodotta fuq livell reġjonali.", "Effettivament illum hekk qed isir pero' xorta żviluppaw ċerti difetti u nuqqasijiet minħabba l-fatt li l- approach ma kienx wieħed ħolistiku u komprensiv li jikkomprendi b'mod kordinat il-forzi nazzjonali kollha.", "Tajjeb li wieħed isemmi ukoll il-pjan soċjo-ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta li kien ikopri l-problemi soċjali, ekonomiċi, ambjentali, ta' saħħa u ta' housing li jolqtu lil din l-area li hija highly industrialised.", "Kollox kien motivat u maħdum flimkien minn 12-il kunsill bl-għajnuna mill-gvern ċentrali.", "Kull kunsill ħass li l-awtonomija tiegħu ma ġietx mittiefsa filwaqt li fehem ukoll l-importanza li jkollok a partnership relationship fi proġett daqstant kbir.", "U din il-partnership relationship ġiet implimentat f'medja ta' 12-il xahar fejn hemmhekk ġie mfassal pjan komprensiv li jista' jiġi maħdum fuq medda ta' 10 snin.", "Bil-partnership relationship li ntelħqet mhux biss ġew sollevati l-problemi li kien hemm imma wkoll instabu s-soluzzjonijiet.", "Ħaġa pożittiva li ħarġet minn din ir-relazzjoni kien il-kumitat maħtur u magħżul b'konferenza ġenerali biex jiffissa l-parametri ta' l- implimentazzjoni tal-pjan kif ukoll jikkalkula l-ispiża finanzjarja tiegħu.", "Għal kull gvern din hija informazzjoni meħtieġa biex ikun jista' jieħu d- deċiżjonijiet tiegħu.", "L-isfortuna hija li dan il-gvern jidher li abbanduna dan il-pjan u mill-1998 dan il-kumitat lanqas biss ġie kkonsultat darba.", "Mr. Speaker nagħlaq billi ngħid li ċertament li hemm elementi negattivi li wieħed ma jista' jagħlaq għajnejh għalihom.", "Huwa tajjeb li n-nies jifhmu li fil-bilanċ ta' dan kollu l-aspett posittiv tal-kunsilli qiegħed hemmhekk u qiegħed jinħass.", "Dan qed ngħidu għaliex huwa tajjeb li fl-elezzjoni li jmiss in-nies toħroġ biex tivvota u tappoġġja lill-kandidati tagħha.", "Nirringrazzjak.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għal din is-sena l-gvern Nazzjonalista naqqas il- budget ta' l-edukazzjoni fil-qasam universitarju.", "In-nefqa kapitali minn Lm2 miljuni niżżilha għal Lm800,000.", "Mhux talli għamel dan, imma l-gvern iddeċieda wkoll li jneħħi x-xogħol tas-sajf għall-istudenti.", "Fil-fatt fl- 1999 il-Gvern Nazzjonalista kien ivvota Lm544,000, ftit iktar minn Lm0.5 miljun għax-xogħol tas-sajf ta' l-istudenti.", "Għas-sena li għaddiet din is- somma minn Lm0.5 miljun niżżilha għal Lm300,000.", "Imbagħad jekk naraw xi flus se jivvota għall-istudenti tas-sajf li ġej, insibu li l-gvern m'hu qed jivvota xejn.", "Fil-fatt, il-vot għal student remuneration for summer projects lanqas biss jidher fil-budget għas-sena 2001.", "U x'se jagħmel minflok il-gvern?", "Se jonfoq Lm150,000 fuq skolasajf, meta s-soltu jonfoq Lm25,000.", "B'hekk se jkun żied Lm125,000 oħra biex b'kollox jiġi qed jonfoq Lm150,000.", "F'Diċembru li għadda meta konna qegħdin niddiskutu l-budget f'din il- Kamra kont staqsejt lill-gvern ir-raġuni ta' dan iżda l-gvern baqa' ma weġibx u bil-moħbi qed ineħħi x-xogħol tas-sajf għall-istudenti.", "Hawn wieħed irid jistaqsi jekk il-Lm125,000 li qed iżid għal skolasajf humiex se jintnefqu fuq l-istudenti kollha ta' l-universita'.", "Allura ta' min jistaqsi jekk fl-iskolasajf, li s-soltu tkun miftuħa biss għall-istudenti ta' l-edukazzjoni, humiex ser jieħdu sehem ukoll studenti ta' fakultajiet oħrajn.", "Iva, b'dan il-mod, il-gvern qed ineħħi x-xogħol tas-sajf għall- istudenti.", "Tajjeb li wieħed jiftakar li l-Kummissjoni Galdes, li l-gvern Nazzjonalista kien waqqaf wara l-elezzjoni li għaddiet, fil-fatt kienet irrikmandat li s-Lm600,000 li l-gvern jonfoq fuq ix-xogħol ta' l-istudenti fis-sajf ineħħihom u jitfagħhom fuq l-istaġuni l-oħra matul is-sena akkademika.", "Ta' min jgħid ukoll li l-gvern tal-Partit Nazzjonalista matul dawn is-sentejn li għaddew se jkun neħħa anke l-bonus lill-istudenti barra li se jkun naqqas drastikament l-ispiża fuq ix-xogħol tas-sajf minn Lm0.5 miljun għal Lm125,000 matul is-sajf li ġej biex b'kollox titla' għal Lm150,000.", "B'hekk il-gvern Nazzjonalista ma jkunx żamm il-wegħda li jerġa' jdaħħal l-istipendji sħaħ kif kienu qabel l-1997.", "Mhux biss ma jkunx żamm dik il-wegħda elettorali, iżda talli bit-tnaqqis li għamel, tnaqqis tal- bonus u tax-xogħol fis-sajf, se jkun ġab l-istipendju ta' l-istudenti qrib ħafna kif kien fi żmien il-gvern Laburista fl-1998.", "U dak iż-żmien nafu xi protesti kbar kien hawn mis-sezzjoni miltuqa fil-pajjiż, iżda llum ħadd ma qiegħed jitniffes, lanqas il-kunsill ta' l-istudenti universitarji.", "Nistaqsi: Xi jmiss?", "Għaliex qed nistaqsi din il-mistoqsija?", "Għax s'issa l-gvern se jkun neħħa x-xogħol tas-sajf u se jkun ħalla biss xogħol fi skolasajf.", "Għalhekk qed nistaqsi xi jmiss!", "Irrid infakkar li l- Kummissjoni Galdes, minbarra t-tneħħija tax-xogħol tas-sajf ta' l- istudenti, minbarra t-tneħħija tas-Lm600,000 mix-xogħol tas-sajf biex jitfagħhom fuq l-istipendji, tgħid li fis-sena 2003 għandha ssir reviżjoni ta' l-istipendju.", "Tgħid meta ssir din ir-reviżjoni, se jiġi kkonsidrat jekk l-istudenti jibdewx iħallsu biex jitgħallmu l-universita'?", "Fil-fatt, għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hekk ikun hemm bżonn li jsir.", "Dħul fl- Unjoni Ewropea jfisser li l-kondizzjonijiet li bihom jitgħallmu l-istudenti Maltin iridu jkunu bħal dawk li jingħataw lill-istudenti li jiġu minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk wieħed mill-pariri li għandha l- universita' hu li t-tagħlim jibda jsir bi ħlas.", "Dan għaliex ma tkunx tista' tgħid lill-istudenti Maltin jiġu jitgħallmu bla ħlas meta l-istudenti mill- Unjoni Ewropea jkollhom iħallsu ammont ta' flus biex jitgħallmu fl- universita' tagħna.", "Allura jew l-universita' tkun bla ħlas għal kulħadd, kemm għall-istudenti Maltin kif ukoll għall-istudenti mill-Unjoni Ewropea inkella kulħadd ikollu jibda jħallas.", "Is-sena li għaddiet smajna li kien hemm 300 student minn pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea li kienu interessati li jiġu jistudjaw hawn Malta.", "Probabbli dik il-figura kienet tkun ferm iktar kieku wrew interess fil- bidu.", "Allura l-gvern għandu parir li t-tagħlim fl-universita' jsir bi ħlas kemm għall-istudenti Maltin kif ukoll għall-istudenti li jiġu minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien għalhekk qed nistaqsi din il-mistoqsija lill- gvern, biex il-poplu jsir jaf hux se jimxi fuq ir-rakkmandazzjoni tal- Kummissjoni Galdes u jdaħħal il-ħlas għall-istudenti li jmorru l- universita' meta jerġa' jirrevedi l-istipendji fis-sena 2003.", "S'intendi pass bħal dan ma naħsibx li l-gvern Nazzjonalista jissogra jagħmlu meta l- elezzjoni ġenerali tkun daqshekk fil-qrib!", "It-tieni suġġett li nixtieq nitkellem fuqu llum huwa l-inkwiet u l- problemi kbar li qiegħed joħloq l-istabiliment ''Pescatore'' lill-ġirien tiegħu f'San Pawl il-Baħar.", "Is-soltu tmiem il-ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, nassoċjawh maż-żmien tal-mistrieħ.", "Kulħadd ikun qed jistenna dawn il-jiem ta' mistrieħ biex imbagħad nerġgħu niċċarġjaw il-batterija għall-ġimgħa ta' wara.", "Pero' tmiem il-ġimgħa għall-ġirien ta' l-istabbiliment ''Pescatore'' f'San Pawl il-Baħar m'huwiex żmien ta' mistrieħ, imma huwa żmien fejn jibdew jinkwetaw li jkun reġa' wasal is-Sibt filgħaxija minħabba l-ħsejjes u l-istorbju li jikkaġuna dan l-istabiliment.", "Dan l-istabiliment qed jopera discos illegalment li jibdew f'xi l-11.00 p.m. u jibqgħu sejrin sa xi s- 1.30 a.m. u s-2.00 a.m..", "Ħtija ta' dan il-ġirien qegħdin ibatu ħafna għax meta joħorġu dawk li jattendu għalihom jibdew jivvandalizzawlhom il-karozzi billi jagħmlulhom diversi ħsarat fihom, iħammġu l-ambjent u jagħmlu ħafna storbju fis-sigħat bikrin ta' filgħodu.", "B'hekk dawn qegħdin iħossuhom verament iddiżgustati għax fuq kollox ilhom ix-xhur jilmentaw minn din il- problema u sadattant l-ilmenti tagħhom donnhom li qegħdin jaqgħu fuq widnejn torox.", "Nistqarr li meta ltqajt ma' dawn ir-residenti ħassejtni nistħi li jien membru parlamentari.", "Ħassejtni nistħi li niġi assoċjat ma' klassi politika li qisha tħossha impotenti quddiem problemi bħal dawn.", "U dan li qed jiġri fil-każ tal-''Pescatore''.", "Dan qed jiskredita s-sistema politika ta' pajjiżna, jiskredita u jwaqqa' għaż-żufjett is-sistema amministrattiva tagħna, barra milli qiegħed iwaqqa' għaż-żufjett ukoll il-pulizija, l- awtorita' ta' l-ippjanar u lill-gvern.", "Għax dawn ir-residenti, iċ- ċittadini ordinarji, ċittadini normali m'għandhom xejn kontra s-sid tal- ''Pescatore''.", "Huma jixtiquh jaħdem bil-permess li għandu li jsiru tiġijiet fih u li jiftaħ bħala restaurant imma dan qed jopera llegalment bħala disco, il-ġirien jirrapportaw lill-pulizija u lill-awtorita' ta' l- ippjanar u jibqa' ma jiġri xejn.", "Minħabba f'hekk dawn bilfors li jħossuhom imwarrbin u mċaħħdin mid-drittijiet tagħhom.", "Għalhekk ħassejtni nistħi bħala membru parlamentari meta ltqajt magħhom għax ħassejt li anke jien kompliċi, impotenti, qisni ma nistax ngħinhom.", "Allura dawn bilfors jidbew jiskreditaw il-politika kollha kemm hi, jibdew jgħidu li l-politiċi qegħdin hemm għalxejn, li l-politiċi m'għandhom saħħa ta' xejn, filwaqt li s-sid ta' \"Pescatore'' jiftaħar li għandu saħħa u ħbieb minn kull naħa u kullimkien u għalhekk la l-pulizija u lanqas l-awtorita' ta' l-ippjanar ma jistgħu għalih.", "M'huwiex sew li l-pajjiż imexxuh ftit nies li għandhom kuntatti u mażuneriji tajbin.", "Jiena nistaqsi: Sewwa li jkun hemm xi ħadd li jikser il-liġi, jiġi rrapportat u minn fuq jhedded lill-pulizija stess?", "Kien hemm pulizija li ġibidlu l-attenzjoni li qed jopera bla permess u dak qallu li kien se jagħmillu kawża u jfittxu għad-danni talli ma ħalliehx jopera.", "Imma din xi ħaġa tal-ġenn, għax ma tistax twaqqaf pulizija b'dan il-mod.", "Dan jikser il- liġi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, jitilgħu l-uffiċjali jwaqqfuh, jisfida li se jkompli u sadattant għad għandu strutturi llegali.", "Jista' dan is-sid tal-''Pescatore'' jagħmel li jrid?", "Jidher li dan huwa parti minn dik il- mażunerija fil-pajjiż li hija omnipotenti, li tgawdi immunita', li tgawdi protezzjoni, li tista' tikser il-liġi.", "Nerġa' ngħid, il-ġirien qed iħossuhom umiljati li m'għandhom protezzjoni mingħand ħadd, għax jipprotestaw kemm jipprotestaw, xorta jibqgħu jsofru l-vandaliżmu fuq il- karozzi tagħhom, il-ħmieġ fejn jgħixu, l-istorbju, u saħansitra jdoqqulhom il-qanpiena tal-bieb fis-1.30 a.m. jew fis-2.00 a.m. biex jinkuhom u biex ipattuhielhom.", "Il-mistoqsija tiegħi hija: Għaliex dan qed igawdi din il-protezzjoni kollha?", "Nistaqsi lill-ministru responsabbli kemm mill-pulizija kif ukoll mill-awtorita' ta' l-ippjanar: Għaliex l-Onor.", "Tonio Borg qed jipproteġi dan il-ksur tal-liġi?", "Għaliex qed jipproteġi dan l-abbuż?", "Huwa l- ministeru tiegħu li huwa responsabbli għal dak li qed isir f'dan il-lokal.", "L-Onor.", "Tonio Borg għandu jispjega għaliex qiegħed jipproteġi dan l-abbuż, dan il-ksur ta' liġi li qed iwaqqa' għaż-żufjett lill-politiċi, lill- pulizija, lill-awtorita' ta' l-ippjanar u qiegħed jiskredita lill- amministrazzjoni u lill-gvern, meta dan jiftaħar li jgawdi l-immunita' u li jista' jagħmel li jrid.", "Jekk aħna rridu nsiru pajjiż ċivilizzat, pajjiż immexxi skond il-liġi, l-affarijiet għandhom isiru bil-permess u mhux jibqgħu jsiru kif qegħdin isiru fil-''Pescatore''.", "Dak li qed isir f'dan il- lokal għandu jieqaf immedjatament.", "Hekk għandu jsir, mhux biss għal San Pawl il-Baħar, iżda kullimkien.", "Il-pajjiż jixraqlu jitmexxa b'mod aktar ċvilizzat.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla l-Ġimgħa, 16 ta' Frar 2001, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - ĦAMRUN - SKOLA PRIMARJA", "23459.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkollhom għalliem regolari l-istudenti ta' klassi 6c ta' l-iskola primarja Dun Gorg Preca, Ħamrun?", "X'qed isir biex l- istudenti ma jkomplux jitilfu ħin prezzjuż biex jiġu edukati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti ta' klassi 6C ta' l-iskola primarja Dun Ġorġ Preca, Ħamrun, għandhom għalliema regolari li ilha magħhom mill-bidu tas-sena skolastika.", "SPTAR MONTE CARMELI - IMPJEGATI", "23463.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm impjegati f'kull qasam fl-Isptar Monte Carmeli?", "Matul is-sena 2000 kemm kien hemm minnhom li għamlu sahra?", "Kemm għamlu sahra f'ħin u fi ħlasijiet?", "Min huma dawk li għamlu s-sahra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - APPLIKAZZJONI", "23482.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni HAV78/99 quddiem l-awtorita' tad-djar, tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-awtorita' tad-djar għaddiet lid-direttur tal-kuntratti t-tender documents ħalli ssir sejħa pubblika għall-offerti għal stallar tas-sistema tal-lifts fil-blokk indikat u fi blokki oħra.", "ĦARUF - IMPORTAZZJONI", "23514.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jikkonferma l-Ministru li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha kwota u dazji kbar fuq l-importazzjoni ta' New Zealand lamb?", "Jista' jinforma l- Kamra kemm huma l-kontrolli u dazju li timponi l-Unjoni fuq l- importazzjoni ta' dan il-prodott?", "X'se tkun il-pożizzjoni tal-Maltin u l- Għawdxin f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Unjoni Ewropea timponi kwota u dazji fuq l-importazzjoni ta' meat of sheep or goats fresh, chilled or frozen li magħhom jaqa' l-lamb.", "Mill-banda l-oħra hemm kwoti taħt id-WTO illi taħthom ir-rata ta' dazju tkun zero.", "Wieħed jista' jgħid li bħala pajjiż fornitur, New Zealand għandha madwar 80% tat-total tal- kwantita' taħt il-kwota li hija allokata lill-pajjiżi fornituri.", "EXPORT REFUND", "23515.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Fid-dawl tal-fatt li l-export refund fuq l- importazzjoni tal-laħam aħmar importat fil-gżejjer tagħna mill-pajjiżi ta' l-Unjoni jintilef wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni - u dan b'detriment li jisplodi l-prezz għall-konsumatur lokali inkluż għall- industrija tat-turiżmu - jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan se jaffettwa l-familji li jiddependu mill-benefiċċji soċjali u kif se jaffettwa l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin fil-lukandi u ristoranti kemm-il darba dawn ma jibqgħux kompetittivi, dejjem kawża ta' l- isplużjoni ta' prezzijiet fuq firxa ta' prodotti ta' ikel oħra li jikkawża t-telf ta' l-export refund wara li l-Malta ssir membru ta' l-UE?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "16101 f'Seduta 299.", "IMTARFA - DAR TA' L-ANZJANI", "23532.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-ilmenti li tqajmu dwar id-djar ta' l-anzjani fl-Imtarfa fil-ġurnal \"l-orizzont\" f'paġna 10 nhar l-Erbgħa 7 ta' Frar 2001?", "Jista' jgħati breakdown tal-ħaddiema/staff li kien hemm matul l-1999, 2000 u din is-sena sabiex imexxu d-dar ta' l-anzjani fl-Imtarfa?", "Jista' jinformana bis-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għal mistoqsija parlamentari nru.", "23532 qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - VILLA CASSAR TORREĠĠIANI", "23546.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar ix-xogħol li qed isir f'Villa Cassar Torreġġiani fi Triq il-Kbira, San Ġiljan?", "Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ir-rapporti u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-awtorita` ta` l-ippjanar irċeviet ħames rapporti b`kollox.", "Tnejn permezz ta` ittri, tnejn permezz tat-telefon u wieħed permezz tal-gazzetti.", "L-ewwel rapport, permezz ta` ittra, kien rigward ammont ta` ħamrija li niżel fil-baħar.", "Minn spezzjoni li saret fuq il-post dan ma rriżultax.", "It-tieni rapport kien permezz tat-telefon rigward hoarding li ttella` u li b`riżultat ta` dan tnaqqsu żewġ postijiet għal parkeġġ ta` karozzi.", "Dan il-hoarding kien kundizzjoni fil-permess u kellu jittella` biex ikun ta` sigurta` għall-pubbliku.", "It-tielet rapport kien permezz ta` ittra rigward ilma li kien qiegħed jintefa` ġol-bajja tal-Balluta.", "Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li l-ilma li kien qiegħed jintefa` kien ilma nadif li kien ġej mill-wied.", "Ir-raba' rapport bit-telefon kien jikkonsisti f`li: ma kienx hemm il- permess imwaħħal; li kienu qed jibdew ix-xogħlijiet qabel is-7.00 a.m.; li kienu qed iħaddmu xi pompi bil-lejl; li l-post kien qed ikun imdawwal bil- lejl; li t-trakkijiet kienu qegħdin iħallu ħafna trab warajhom.", "L-awtorita` mill-ewwel ikkuntattjat lill-perit inkarigat, il-Perit Martin Xuereb, u ordnatlu li jitwaħħal kopja tal-permess kif mitlub fl- istess permess.", "Ivverifikat rigward ix-xogħlijiet li kienu qed jibdew qabel is-7.00 a.m. Il-perit tal-proġett informa lill-awtorita` li darba biss ħadmu qabel il-ħin indikat minħabba xogħol ta` emerġenza.", "Ivverifikat rigward l-istorbju tal-pompi, u dan ma rriżultax.", "Rigward li l-post m`għandux jiddawwal bil-lejl ma hemm l-ebda kundizzjoni f`dan is-sens, u rigward l-inġenji li kienu qed iħammġu t-triq l-awtorita` ma setgħetx tieħu passi minħabba li ma kien hemm l-ebda kundizzjoni fil-permess, biss ġibdet l-attenzjoni ta` l-applikant inkarigat.", "Il-ħames rapport fil-gazzetti kien rigward twaqqiegħ ta` bini ta` Villa Cassar Torreggiani.", "Fil-fatt l-annex tal-bini in kwestjoni kellu jaqa` skond kif kien approvat.", "Peress illi kellu jitneħħa ġibjun bħala parti mill-pjanti approvati, parti żgħira ħafna mill-villa ċediet u ġiet żmantellata biex ma tkunx ta` periklu.", "L-awtorita` immedjatament ivverifikat ir-rapporti u talbet lis-sid, flimkien mal-perit, biex jagħmlu method statement ta` kif ser terġa` tiġi ripristinata l-biċċa żgħira li ċediet u li ġiet żmantellata.", "Dan il-method statement diġa` ġie sottomess lill-awtorita` u x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.", "ŻJARA TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA", "23554.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jieħdu ħsieb iż-żjara li l-Qdusija tiegħu l-Papa ser jagħmel f'Malta f'Mejju li ġej?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-arċidjoċesi ta' Malta u l-Gvern qed jikkordinaw l-organizzazzjoni taż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa.", "Il- kumitat organizzattiv tal-gvern hu magħmul mir-rappreżentanti ta' dipartimenti u entitajiet li soltu jkunu nvoluti f'viżti statali u hu mmexxi mill-assistent personali tiegħi.", "PROBATION OFFICERS", "23555.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm probation officers?", "Kemm ġew ingaġġati probations officers matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm hemm studenti l- Universita' li qed jagħmlu l-kors ta' probation officer?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent hemm għaxar probation officers jaħdmu mal-faċilita` korrettiva ta` Kordin.", "Dawn ġew ingaġġati kif ġej:", "|1996 |xejn | |1997 |xejn | |1998 |xejn | |1999 |3 (b`effett minn 1998) | |2000 |8 (waħda minn dawn ma | | |komplitx) |", "Ninsab informat ukoll illi fil-preżent ma hemm ħadd jagħmel il-kors ta` probation officer.", "DRUGS COURT", "23556.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jwaqqaf drugs court f'Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li \"le\".", "FEMALE DECISION MAKERS", "23558.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar dan l-aħħar dwar female decision makers fis-servizz pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirriferi l- mistoqsija tagħha lill-Prim Ministru.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "23561.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li ħejja s-segretarjat tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita dwar ir-riżorsi umani li għandha bżonn il- kummissjoni biex taqdi sew il-funzjonijiet tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' ħejjiet rapport dwar ir-riżorsi umani li l-kummissjoni għandha bżonn biex taqdi sew il-funzjonijiet tagħha.", "F'dan ir-rapport il-kummissjoni stabiliet li bħala minimu għandha bżonn żewġ ħaddiema oħra, wieħed jew waħda fil-livell maniġerjali u ieħor jew oħra fil-livell ta' uffiċjal tas- servizzi.", "Dan ir-rapport jorbot mal-ftehim kollettiv.", "Minħabba li għadhom għaddejjin diskussjonijiet dwar dan il-ftehim bejn il- kummissjoni, il-UĦM u l-ministeri tal-finanzi u dak għall-politika soċjali, ma nħossx li jkun għaqli jekk f'dan l-istadju jiġi ppubblikat aktar tagħrif.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "23562.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tas-survey nazzjonali li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' nediet matul s-sena 1992?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' ppubblikat żewġ analiżi tas-survey nazzjonali li nediet mill-1992 wieħed ippubblikat fl-1994 u ieħor fl-1999.", "Kopja ta' l-aħħar survey tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Barra minn hekk dan is- survey qiegħed ukoll fuq il-homepage tal-kummissjoni bl-indirizz www.knpd.org.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "23565.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li madwar 110 applikazzjoni għall-iżvilupp ma ġewx rakkomandati mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' matul is- sena li għaddiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-1 ta' Jannar 2000 il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' bdiet tivvettja l-applikazzjonijiet lill-awtorita' ta' l-ippjanar għall-Iżvilupp ta' bini miftuħ għall-pubbliku u ta' użu maġġuri.", "Matul din is-sena l-kummissjoni vvettjat 251 applikazzjoni li minnhom:", "a) ġew rakkomandati - 8 b) ġew rakkomandati b'kundizzjoni - 98 c) ma ġewx rakkomandati - 110", "Ir-raġunijiet għaliex dawn ma ġewx rrakkomandati huma diversi iżda dawk prinċipali huma:", "a) li dawn m'għandhomx aċċess għal bini adekwat għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti;", "b) m'għandhomx lift jew il-lift mhux tajjeb għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti;", "c) m'għandhomx faċilitajiet sanitarji tajbin għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti.", "Il-kummissjoni ppubblikat ktieb bl-isem \"access for all - design guidelines\" biex tgħin lill-periti jiddisinjaw dan il-bini b'tali mod li meta jiġu vvettajti mill-kummissjoni dawn ikunu jistgħu jiġu approvati.", "Kopja ta' dan il-ktieb li jinsab ukoll fuq il-web-page tal-kummissjoni bl- indirizz www.knpd.org tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- seduta.", "IMPJANT TA' SANT ANTNIN", "23583.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu wieqaf l-impjant ta' Sant Antnin?", "X'ikkawza dan il-waqfien?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat illi l-impjant ta' Sant'Antnin ilu wieqaf madwar 18-il ġurnata, peress li r-rising main li jipprovdi d-drenaġġ għar-reċiklaġġ mill-pumping station tal-Marsa żvilluppa ħsarat.", "Għad baqa' ftit ġranet oħra sakemm l-ilma jsir ta' kwalita' aċċettabli għat-tisqija minħabba l-proċess bioloġiku biex dan jissaffa.", "IMPJANT TA' SANT ANTNIN", "23584.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jingħataw ilma mill-impjant ta' Sant Antnin il-bdiewa ta' Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "23583.", "IMPJANT TA' SANT ANTNIN", "23585.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni mill-impjant ta' Sant Antnin matul l-1999 u 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat illi l-impjant ta' Sant'Antnin ipproduċa 1,660,000 metru kubu ta' ilma riċiklat għat-tisqija fl-1999 u 2,008,707 metru kubu fis-sena 2000."]} {"filename": "19990208_061d_par.doc", "date": "1999-02-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 61 It-Tnejn, 8 ta' Frar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 61", "It-Tnejn, 8 ta' Frar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "61", "It-Tnejn, 8 ta' Frar, 1999", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 6", "MOZZJONIJIET ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GĦAS-SENA 1998/99 7", "AĠĠORNAMENT 27", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 32", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 58", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 60 li saret l-Erbgħa 3 ta' Frar, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "QRATI - INKJESTI PENDENTI", "2722.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali pendenti li għadhom ma għalqux?", "Għal-liema maġistrat jappartjenu l-akbar numru ta' inkjesti li għadhom ma għalqux?", "Kemm inqatgħu kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bejn Novembru 1997 u Novembru 1998?", "Kemm inqatgħu sentenzi mill-Prim Awla, Qorti ta' l- Appell Ċivili għall-istess perijodu?", "Kemm saru u nqatgħu ġurijiet matul l-istess perijodu?", "Kemm ingħataw deċiżjonijiet kriminali ta' kompetenza ta' aktar minn sitt xhur ħabs għall- istess perijodu u kemm hemm minnhom li ilhom differiti għas-sentenza għal aktar minn tliet snin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): B'riferenza għall-ewwel parti tad-domanda qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, salv li l-Maġistrat Grixti u l-Maġistrat Mizzi rrifjutaw li jagħtu din l- informazzjoni.", "Rigward it-tieni u t-tielet parti tad-domanda l-informazzjoni mitluba diġa' ngħatat f'Seduta Nru. 46.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista', jekk jogħġbu, jikkonfermalna li l-Prim Ministru ftit ġimgħat ilu rċeva ittra mingħand is-Sur Busuttil Leaver u s- Sur Simon Debono ta' l-MUBE dwar informazzjoni li għandha x'taqsam ma' servizzi finanzjarji f'pajjiżna?", "Jista', jekk jogħġbu, jikkonfermalna li din l-ittra u l-mod kif intbagħtet huma konformi ma' kif f'pajjiżna, taħt il-Professional Secrecy Act, ċerti affarijiet jiġu żvelati lill- awtoritajiet kompetenti?", "Jista' jikkonfermalna li fil-fatt hu għadda din l- informazzjoni u din l-ittra lill-persuni li isimhom jissemma fiha?", "Jista' jekk jogħġbu jgħidilna x'inhu l-background għall-azzjoni li ħa hu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittri konċernati?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nikkonferma li rċevejt ittra fuq letterhead ta' l-MUBE u ffirmata minn dak li kien il-president u minn dak li kien is-segretarju, li kien fiha allegazzjonijiet serji ħafna.", "Għalhekk immedjatament jien ħassejt l-obbligu illi din l-ittra ngħaddiha lill-awtoritajiet kompetenti - jiena bħala prim ministru m'iniex awtorita' kompetenti - li huma l-Malta financial services centre u l-gvernatur tal- Bank Ċentrali.", "Peress ukoll li kien hemm allegazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu anke reati, jien deherli li nibgħat kopja lill-kummissarju tal-pulizija.", "Din l-ittra b'dawn l-allegazzjonijiet intbagħtet lili bħala prim ministru minn union permezz ta' fax fuq il-computer u jien kont naf li din ġiet interċettata b'mod legali minn persuni oħra.", "Kif għidt, peress li l- allegazzjonijiet kienu gravi, jien kelli nieħu passi immedjati u deherli li kelli nagħti opportunita' lill-persuni li kontra tagħhom kien hemm allegazzjonijiet hekk serji li jkunu jafu b'din l-inizjattiva ta' żewġ persuni li kitbu bħala uffiċjali ta' union.", "Ma jidhirlix li din l-ittra ġiet pubblikata pero' qabel ma npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, nixtieq li jkolli parir mingħand l-avukat ġenerali.", "Nixtieq ngħid li jien kelli l-parir illi dik l-ittra ma ġietx komunikata lili taħt il-provvedimenti fejn hemm obbligu, per eżempju, fuq impjegati tal-banek li jagħtu kull informazzjoni li jsiru jafu biha, li tista' tkun ksur tal-liġijiet finanzjarji ta' pajjiżna.", "Din ma kenitx dik il-kwalita' ta' informazzjoni fejn hemm l-obbligu li tiġi komunikata lill-awtorita' kompetenti imma ġiet komunikata lili meta kienu se jsiru l-elezzjoniijet fis-seduta ġenerali tal-Mid-Med Bank.", "Dak inhar il-gvern kien innomina persuni biex jiġu eletti skond ix-shareholding tiegħu u din l-ittra kienet kontra wieħed mill-persuni li kien qed jiġi nnominat min-naħa tal-gvern.", "Fil-fatt dan diġa' kien fil-bord ta' qabel pero' kien qed jerġa' jiġi propost biex ikun elett direttur.", "Jien deherli li ma kienx hemm żmien x'jintilef - jien qed nitkellem mill- memorja pero' kważi ċert li l-fatti huma korretti - għax l-ittra rċevejtha dak inhar stess wara nofinhar.", "Tant hu hekk li l-ewwel darba li jien rajt din l-ittra kien hawnhekk fil-parlament, jiġifieri għall-ħabta tas-6.00 p.m. pero' kienet waslet xi sagħtejn qabel fl-uffiċċju u, kif għidt, is- seduta ġenerali kienet se ssir dak inhar stess.", "Naturalment kulħadd jaf, għax din hija ħaġa pubblika, illi saru diversi kawżi ta' malafama abbażi ta' dik l-ittra u jirriżulta wkoll - pero' ma nafx iċ-ċirkostanzi kif inhuma - li l-persuni li kienu president u segretarju tal-union m'għadhomx f'dik il-kariga.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jidhirlu l-Prim Ministru illi peress li l-awtoritajiet statali nvoluti fl-allegazzjonijiet li saru kienu jiddependu minn diversi dikasteri, fosthom dikasteri illi jaqgħu taħt Kastilja - bħal, per eżempju, il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, il-banek, l-MFSC, eċċ - taħt il-Professional Secrecy Act l-unika awtorita' kompetenti f'każ bħal dan kien bilfors il-prim ministru li taħtu jirrapportaw dawn l-istanzi differenti?", "Jikkonsidra l-Prim Ministru li l-fatt illi din l-ittra spiċċat direttament quddiem il-persuni li dwarhom saru l-allegazzjonijiet li mbagħad waslu biex jagħmlu libell, kien minnu nnifisu att illi jikser il- Professional Secrecy Act?", "Qed ngħid dan għax persuni li kellhom jiġu nvestigati skond allegazzjonijiet li saru, ġew informati minnufih b'dawn l- allegazzjonijiet biex imbagħad ikunu jistgħu jressqu libell, meta nafu li l- proċeduri li jirrigwardaw libell jipprevalu, jnaqqsu jew m'għandhomx l- istess tip ta' rigorożita' bħall-proċeduri li jsiru investigazzjonijiet minn qabel mill-pulizija.", "Jista', jekk jogħġbu, jgħidilna x'inhuma l-investigazzjonijiet li saru mill-pulizija fuq il-każ imsemmi u x'kienu r-riżultanzi ta' l- investigazzjonijiet li saru?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma naqbilx ma' dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni li l-awtorita' kompetenti f'dan il-każ huwa l-prim ministru, għaliex fil-liġijiet li jitkellmu fuq il-konfidenzjalita' ta' materja li taqa' taħt il-liġijiet finanzjarji hemm ċar li l-awtorita' kompetenti la huwa l-prim ministru u lanqas xi ministru ieħor.", "Għalhekk jien ma kontx l- awtorita' kompetenti assolutament.", "Dwar il-fatt jekk kienx żbaljat jew le li filwaqt li ssir l-inkjesta tiġi kkomunikata l-allegazzjoni lill-persuni nvoluti, nista' ngħid li dan m'hu ksur ta' ebda obbligu ta' kunfidenzjalita', anzi għall-kuntrarju jiena ħassejt li din kienet materja urġenti ħafna, minħabba ċ-ċirkostanzi li diġa' spjegajt, li dakinhar stess li kien hemm l-elezzjoni tad-diretturi tal-bord tal-Mid-Med Bank.", "Il-ġudizzju tiegħi kien illi kien ħażin ħafna illi dawn iż-żewġ persuni li kellhom kariga uffiċjali fil-union tagħhom jikkomunikaw miegħi biex jgħiduli li t-tali persuna m'għandix inqegħedha fuq il-bord tal-Mid-Med Bank pero' nista' nqegħedha x'imkien ieħor.", "Jiena mill-ewwel ma tajtx kredibilita' lil din il-kwalita' ta' informazzjoni u deherli li kelli naġixxi kif fil-fatt aġixxejt.", "L-aħħar mistoqsija kienet dwar ir-riżultati ta' l-inkjesti li saru.", "Nista' ngħid li ma ġewx komunikati lili riżultati ta' inkjesti pero' dan ma jfissirx li m'hemmx riżultati.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista', jekk jogħġbu, jieħu l-inkarigu l-Prim Ministru li jindaga ftit fi ħdan il-korp tal-pulizija dwar ir-riżultati ta' investigazzjonijiet li jsiru fuq affarijiet li jmorru kontra l-liġi fil- qasam tas-servizzi finanzjarji?", "Jista' jindaga wkoll jekk hemmx ċertu nuqqas ta' sodisfazzjon fi ħdan il- korp tal-pulizija f'dawn l-areas li jinvestigaw każijiet bħal dawn u dwar il-mod - forsi anke b'mod okkult - kif jiġu mwaqqfa l-investigazzjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel sentejn prim ministru u nimmaġina li matul dan iż-żmien kellu każijiet fejn deherlu li l- pulizija jaġixxu b'mod okkult.", "Jiena m'għandix din l-esperjenza anzi jiena għandi fiduċja fil-kummissarju tal-pulizija u fl-uffiċjali li jaqgħu taħtu għax ninsab ċert li dawn jaqdu dmirhom.", "Irrid inżid illi l-aktar indaġni li tista' ssir - jien ċert illi saret - hija mill-awtoritajiet kompetenti li għandhom obbligu preċiż fil-liġijiet finanzjarji dwar każijiet bħal dawn u jekk tirriżultalhom xi ħaġa li tikser il-liġijiet finanzjarji, huma stess żgur li jinformaw lill-awtoritajiet tal-pulizija biex isiru l-proċeduri kriminali neċessarji.", "MINISTERI - FURNISHINGS", "2835.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet is-somma li ntnefqet biex ġew irranġati l-uffiċini tal-ministri, uffiċċju b'uffiċċju, minn Settembru 'l hawn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Minn Settembru 'l hawn intnefqu Lm11,124.77 biex ġew irranġati l-uffiċini kif jidher hawn taħt:", "Rigward il-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jistaqsi lill-ministri direttament.", "| |LM | |uffiċċju tal-prim | | |ministru |3,880.87*| |uffiċċju tal-prim | | |ministru fil-parlament |2,495.00 | |uffiċċju tas-segretarju | | |parlamentari |4,748.90 | | |11,124.77|", "*Kważi x-xogħol kollu relatat ma' din l-ispiża sar mid-dipartiment għall- manifattura u s-servizzi jiġifieri xi għamara li tiġi ordnata - bħal żewġ skrivaniji - ma ssirx minn xi manifattur privat, bħal Fino jew xi ħaddieħor, imma mingħand dan id-dipartiment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jekk il-Prim Ministru nefaq Lm11,000, nimmaġina li l- ministri l-oħra nefqu bejn wieħed u ieħor l-istess somma.", "Jidhirlu l-Prim Ministru li għandu jkun hemm kontroll sħiħ fuq dan l-infiq meta wieħed iqis li dawn il-flus iridu jitħallsu mill-poplu u meta, minħabba dan l-infiq ta' flus, jistgħu jonqsu xi servizzi soċjali u jiżdiedu xi taxxi?", "Fl-opinjoni tiegħi għandu jkun hemm kontroll assolut u mhux ma' kull bidla fil-gvern kulħadd jaqbad u jonfoq flus il-poplu bl-addoċċ.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Interpellant li għax intnefqu dawn il-flus fl-uffiċċju tiegħi, ifisser li ntnefqu xi ammonti simili fl-uffiċini tal-ministeri l-oħra kollha.", "Jekk jagħmel mistoqsija parlamentari dwar dan ikollu r-risposta li qed jitlob.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Borg meta qal li m'għandhomx jintnefqu flus fuq affarijiet bla bżonn.", "Per eżempju, l-għamara ġdida li kien hemm qabel fl- uffiċċju tiegħi f'Kastilja - li għal raġunijiet li naturalment m'iniex se nikkritikahom il-prim ministru li daħal warajja xtara - qed tintuża fl- uffiċċju tas-segretarju parlamentari.", "Jista' jkun li l-Onor.", "Borg qed jgħid li l-prim ministru li kien hemm qabel kien missu ma xtarax għamara meta diġa' kellu l-għamara fl-uffiċċju tiegħu!", "Sur President, jien għandi d-dettalji kollha ta' x'intnefaq.", "Per eżempju, kif diġa' semmejt, id-dipartiment tal-manifattura u s-servizzi għamel fibreboard ceiling, two desks, one wooden staircase - kien hemm part payment ta' Lm3,550 mill-gvern għall-gvern, jiġifieri minn dipartiment ieħor tal-gvern - operational armchairs li jqumu Lm163 u brass handles and locks, peress li kienet saret electronic lock li jien ma kellix bżonn u erġajna għamilna locks normali.", "L-ammont l-ieħor li huwa sostanzjali fl-infiq tiegħi huwa tapit li qiegħed fl-uffiċċju tiegħi f'Kastilja li sewa Lm2,400.", "Dan huwa tapit kbir ħafna u nnegozjaw ħafna biex waslu għal dan il-prezz.", "Fil-fatt jien għandi d-dettalji kollha.", "Ma naħsibx li nista' ngħid li f'dan il-każ kien hemm xi ħela jew tberbiq ta' flus anzi nixtieq inserraħ moħħ l-Onor.", "Interpellant li l-gvern huwa attent li ma jintnefqux flus għalxejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-urġenza li jintnefqu aktar minn Lm2,000 għal tapit fl-uffiċju tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma semmejtx urġenza assolutament imma qed ngħid li l-uffiċċju tal-prim ministru għandu jkun attrezzat kif jixraq lill- prim ministru tal-pajjiż.", "Jekk l-Onor.", "Cuschieri jiġi sa l-uffiċċju tiegħi nurih it-tapit illi qiegħed hemm għal kulmin jidħol fil-kamra l- kbira.", "Fl-uffiċċju tiegħi hawnhekk, proprju fejn għandi l-iskrivanija u fejn noqgħod jien, hemm fitted carpet li ilu hemm ħafna snin u ma missejtux pero' fil-kamra l-oħra fejn jiġu n-nies u jkollna l-laqgħat ma kien hemm ebda tapit u nxtara tapit.", "Ma naħsibx li b'daqshekk sar xi żvarjun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jekk il-Prim Ministru jħoss li dan it-tapit m'huwiex ħela, jista' jagħti spjegazzjoni dwar is-somma ta' flus li tlaħħaq kważi Lm2,000 li ntnefqet fi 15-il ġurnata fuq xorb alkoħoliku?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nassigurah li ħadd mill-ministri m'hu alkoħoliku!", "Dan ix-xorb intuża għall-mistednin u nassigurah li aħna ma qgħadniex niftħu l-fliexken u narmuhom.", "Jien ma jidhirlix li din iċ-ċifra ta' Lm2,000 tajtha jien f'xi risposta pero' huwa fatt li jkun hemm riċevimenti illi fihom, kif inhi l-użanza kullimkien, ikun hemm xorb alkoħoliku wkoll.", "Ma naħsibx li b'dan it-tfettiq se nnaqqsu l-miljuni kbar ta' self li kellu jirrikorri għalihom il-Gvern ta' Malta - mingħajr ma nagħmel distinzjonijiet liema gvern kien - imma naħseb li jekk inżommu daqsxejn l- affarijiet fil-perspettiva tagħhom ikun aħjar għall-pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Borg.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Il-Prim Ministru jidhirlu li m'għandux ikun hemm kontroll fuq dan l-infiq?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, l-Onor.", "Borg ma jistax jagħmel allegazzjonijiet bħal dawn.", "Jien għidt li għandu jkun hemm kontroll fuq dan l-infiq u mhux li m'għandux ikun hemm kontroll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Il-Prim Ministru kif beħsiebu jikkontrolla dan l- infiq?", "Jaf li f'pajjiżi oħra bħall-Kanada qiegħed ikun hemm infiq esaġerat fejn ministru qed jonfoq miljuni ta' flus biex jirranġa l-uffiċċju tiegħu?", "Jiena jidhirli li għandu jkun hemm kontroll assolut fuq dawn l- affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma nirrispondix għall-gvern tal-Kanada u għalhekk ma nafx dan x'qed jonfoq!", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "3859.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' uffiċjali pubbliċi fl-ewwel ħames gradi taċ- ċivil, maqsumin f'irġiel u nisa, meta daħlu fis-servizz pubbliku u f'liema grad u kemm ilhom fil-grad li għandhom illum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "HELENA DALLI: In vista tal-konvenzjoni għall-eliminazzjoni tad- diskriminazzjoni kontra n-nisa, illi tirrileva li hemm nuqqas ta' nisa f'dawk il-livelli li rriferejt għalihom fil-mistoqsija tiegħi oriġinali, se tittieħed xi forma ta' azzjoni pożittiva biex tiġi rrimedjata din is- sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Illum bl-evoluzzjoni li kien hawn fil-pajjiż għal dak li jirrigwarda t-tagħlim, kulmin irid u kull min hu kapaċi jista' jmur l-Universita'.", "Nista' ngħid li hemmhekk nofs il-popolazzjoni ta' l- istudenti huma nisa.", "Jien m'għandix dubju illi l-parteċipazzjoni tan-nisa f'kull qasam, anke f'dak ta' l-amministrazzjoni pubblika, għandha tikber.", "Ma naħsibx illi li wieħed jadotta policy ta' positive discrimination huwa l- aħjar mod kif wieħed jassigura l-parteċipazzjoni ta' aktar nisa.", "Naturalment ma neskludix li jista' jkun hemm xi każijiet idoneji fejn jistgħu jkunu applikati l-prinċipji ta' diskriminazzjoni pożittiva pero' nixtieq nafferma illi effettivament fil-collective agreement li għadu kif sar hemm dispożizzjonijiet, bħal responsibility break u affarijiet oħrajn, li huma intiżi biex jinkoraġixxu lin-nisa li jkomplu jaħdmu fis-settur ta' l-amministrazzjoni pubblika.", "Jien m'għandix dubju li peress li llum il- preparazzjoni li qed ikollhom in-nisa hija daqs ta' l-irġiel, m'għandi l- ebda dubju li s-sitwazzjoni sejra tinbidel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż formali mill-uffiċċju tiegħi datat 29 ta' Jannar, 1999 lill- kunsill lokali ta' Sannat, skond l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali;", "Tagħrif dwar każijiet kriminali li ġew riferuti lill-PSC, każijiet quddiem il-bord ta' dixxiplina ta' l-istess kummissjoni, u każijiet ta' tkeċċija minħabba assenteiżmu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3834; u", "Tabella li turi l-għadd ta' impjegati fid-dipartiment ta' l- informazzjoni bejn l-1994 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3977.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 26 ta' l-1999 - ordni ta' l-1999 dwar l-awtorita' tad-djar (trasferiment ta' proprjeta'); u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "lista li tagħti r-rati ta' kirjiet li ddaħħal l-Universita' għas-sala Sir Temi Zammit u s-swali l-oħra fi ħdan is-centre for communications technology, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4467; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt mogħti għax-xogħol ta' ristruttura ta' kanal għall- ilma fi Mdina Road, Żebbug, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4352.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 28 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-Raba' Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru. 29 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw is-Sitt Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud; u", "Avviż Legali Nru. 30 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw il-Ħmistax-il Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Emenda Nru 2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 23 ta' l-1999 - ordni ta' l-1999 dwar apparat elettriku ta' vultaġġ baxx (Ordni Nru. M37 ta' l-1999);", "Avviż Legali Nru. 24 ta' l-1999 - ordni ta' l-1999 dwar kompatibilita' elettromanjetika (Ordni Nru M38 ta' l-1999); u", "Avviż Legali Nru. 27 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti fuq il-provvista tal-kurrent elettriku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar reati rrapportati lill-pulizija bejn l-1989 u l-1998 u dettalji tar-reati rapportati xahar b'xahar matul l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3836;", "Tagħrif dwar l-użu ta' karozzi mill-impjegati ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar bejn l-1994 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4242; u", "Estratt mill-ftehim kollettiv ta' l-impjegati ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar fejn jirrigwarda l-kondizzjonijiet, benefiċji u bonuses kuntrattwali li għandhom il-membri tal-management tad-direttorat ta' l- ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4243.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 25 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 dwar solventi estrattivi fi ħwejjeġ ta' l-ikel; u", "Rapport tar-riżultat tal-bord ta' inkjesta datat 25 ta' Jannar, 1999 dwar \"festa saħħa\" li saret fil- 21 ta' Awissu, 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Josef Bonnici.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GĦAS-SENA 1998/99", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi illi l-Kamra tapprova l- estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru ta' l-1998 sat-30 ta' Settembru ta' l-1999, skond l-Att XVI ta' l-1977 dwar il-Korporazzjoni Enemalta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri li d- diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu żewġ seduti u l-ħin għandu jinqasam indaqs bejn il-membri tal-gvern u l-membri ta' l-oppożizzjoni, bil- winding-up għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Grazzi, Mr Speaker.", "Il-Korporazzjoni Enemalta hija waħda mis-sisien ewlenin ta' l-ekonomija ta' pajjiżna għax il-provvista tad- dawl hija essenzjali għall-industrija u għat-turiżmu.", "Ma jistax jonqos illi f'din id-diskussjoni wieħed jitfa' l-attenzjoni tiegħu fuq l-Enemalta, biex inkunu nistgħu naraw sewwa sew mhux biss xi problemi sibt jien meta ħadt ir-responsabbilta' tal-korporazzjoni imma wkoll inħarsu lejn x'beħsiebna nagħmlu din is-sena u forsi wkoll iktar fit-tul.", "Għalkemm hemm ħafna problemi ta' natura essenzjali se nibda nitkellem fuq il-problemi prinċipali.", "Kulħadd jaf bil-problema li ħoloq il-gvern preċedenti meta b'nuqqas ta' ħsieb ipprova jintroduċi tariffi tad-dawl - naturalment anke ta' l-ilma, pero' llum qegħdin niffokaw fuq it-tariffi tad-dawl - illi ma kienx sar studju dwarhom minn qabel.", "Fil-budget li tressaq f'Novembru ta' l-1997 kien ġie propost tibdil fis-sistema tat-tariffi tad-dawl, liema proposti xxukkjaw is-sistema ekonomika għaliex min-naħa kien hemm żidiet sostanzjali fuq households u min-naħa l-oħra kien hemm żidiet ukoll fuq l-industrija u t-turiżmu.", "Sfortunatament il-gvern \"modern u trasparenti\" li kien hemm qabel ma kienx għamel l-analisi li missu għamel.", "Illum hemm ħafna min jgħid, anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni, li kien sar żball min-naħa tal- gvern ta' Alfred Sant imma l-fatti huma fatti.", "Il-fatti huma illi fil- budget ta' Novembru 1997, is-sistema tat-tariffi proposta kienet waħda illi ma kenitx maħsuba, ma kenitx meqjusa u ma kenitx adattata għall-ħteġijiet ta' pajjiżna imma kienet sistema soċjalment inġusta li kienet titfa' piż kbir fuq kulħadd.", "Jien nemmen li din it-tariffa wasslet għall-bidla fil- gvern għaliex meta l-poplu vvota fil-5 ta' Settembru 1998, din kienet waħda mill-affarijiet li kienet f'moħħu u għalhekk kienet waħda mill-ewwel affarijiet li l-gvern il-ġdid ried jittratta b'urġenza kbira.", "Ir-reviżjoni li għamilna aħna fis-sistema tat-tariffi l-ġodda diġa' tħabbret u jien mhux se noqgħod nidħol fid-dettall tagħha - peress li b'risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "1856 poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura ta' dawn l-istess tariffi - pero' nixtieq nilllimita ruħi għal ftit minuti biex ngħid xi ħaġa fuq l-impatt li kien hawn qabel permezz taż-żidiet li kienu ġew imposti mill-gvern ta' Dr. Sant.", "Bit- tariffi l-qodma, familja ta' erba' min-nies illi f'sena tikkonsma bejn wieħed u ieħor madwar 5,145 unit - din ir-rata ta' konsum hija kemm kemm iktar mill-medja għax għal raġunijiet li nitkellem fuqhom iktar tard, naħsbu illi l-medja qiegħda forsi daqsxejn baxxa - u li kull erba' xhur il- kont tad-dawl kien jiġiha bejn wieħed u ieħor Lm42.30, bit-tariffi li kien ippropona l-gvern preċedenti kien ikollha tħallas madwar Lm70.67, żieda massiċċa ta' 67%, żieda li bilfors toħloq indiġestjoni kbira u uġigħ ta' żaqq kbir għall-familji Maltin.", "Bil-mod kif kienet qed tiġi introdotta din il-miżura, donnu kien qed jidher illi l-piż kien qed jintefa' mhux biss fuq dawk li jifilħu jħallsu imma iktar u iktar fuq dawk illi kienu jifilħu l-inqas.", "Issa bir-reviżjoni l-ġdida li ntroduċejna aħna f'Novembru li għadda, kont ta' familja ta' erba' min-nies li tikkonsma dak l-istess ammont ta' units li semmejt qabel se jitla' għal madwar Lm47.32, jiġifieri żieda ta' Lm5 biss fuq il-kont il-qadim.", "Aħna naħsbu li din iż-żieda tista' tiġi absorbed mingħajr ma jkun hemm effett kbir fuq il-poplu tagħna.", "Il-verita' allura hija illi ż-żieda li aħna qegħdin nikkontemplaw hija ta' madwar 11.9%, imqabbla ma' żieda ta' 67% li l-gvern preċedenti b'mod xejn għaqli kien qed jipproponi.", "Sur President, s'issa jien tajt eżempju ta' familja above average pero' issa se nagħti eżempju ta' familja average ta' erbgħa min-nies li tikkonsma madwar 4,116-il unit fis-sena.", "Qabel ma ġew introdotti t-tariffi l-għolja f'Novembru, 1997 familja ta' erbgħa min-nies kienet tħallas madwar Lm33.56, iżda bis-sistema li daħħal il-gvern preċedenti l-kont kull erba' xhur kien se jitla' għal Lm52.15 u bit-tariffi li pproponejna aħna il-kont issa se jiġi biss Lm33.60.", "Dan ifisser li bejn wieħed u ieħor kont ta' familja average se jkun l-istess bħat-tariffi l-qodma, jiġifieri prattikament il-kont tad-dawl ma nbidilx.", "Dik hija l-kuxjenza soċjali.", "Jekk tieħu xi ħadd li qed jikkonsma 25% iktar mill-medja - din probabbilment hija rata ta' konsum aktar realistika - iż- żieda se tkun biss ta' madwar Lm5.02 kull erba' xhur, jew 11.9% aktar fuq il-kontijiet il-qodma, jiġifieri se jkun hemm tnaqqis sostanzjali minn dak li kien qed jipproponi l-gvern ta' qabilna.", "Jien naħseb illi hawnhekk qegħdin inwettqu wegħda essenzjali illi għamilna fil-programm elettorali u qegħdin ukoll insewwu l-ħsara li għamlet din iż-żieda fit-tariffi fuq l- ekonomija u fuq il-familji tagħna.", "Mr Speaker, il-Korporazzjoni Enemalta ilha ma tiġbor flus mill-kontijiet domestiċi kważi sena minħabba din it-taqliba xejn maħsuba li ntroduċa l- gvern preċedenti, imma issa qed nistennew illi f'dan ix-xahar joħorġu l- kontijiet għall-industrija u għat-turiżmu.", "Mill-informazzjoni li għandi, l-industrija u r-reverse osmosis plants jagħmlu madwar 33% tal-konsum ta' l- elettriku kollu, u l-azjendi kummerċjali u t-turiżmu jagħmlu madwar 33% oħra, jiġifieri 66% tad-dħul ta' l-Enemalta jiġi mill-industrija, mill- kummerċ u mit-turiżmu, kif ukoll mir-reverse osmosis plants.", "Il-kontijiet għal dawn is-setturi għandhom jibdew joħorġu dan ix-xahar - għalkemm nista' ngħid li wħud minnhom diġa' bdew joħorġu - u l-kontijiet għall-households għandhom jibdew joħorġu f'nofs jew fit-tielet ġimgħa ta' Marzu.", "Naturalment f'dan it-taqlib kollu ried isir tibdil sħiħ fil-programm u wieħed jifhem li tieħu ż-żmien biex tagħmel l-aġġustamenti neċessarji u tipprova s-sistema qabel ma finalment toħroġ il-kontijiet proper.", "Hawnhekk nixtieq ngħid illi fl-aħħar qegħdin back on track u għandna tariffi illi huma realistiċi għax filwaqt li ma jifgħu piż esaġerat fuq ħadd, se jibdew jiġġeneraw ċertu dħul għall-Enemalta u b'hekk nispera li nkunu nistgħu negħlbu ċerti diffikultajiet li l-korporazzjoni kellha tgħaddi minnhom.", "Per eżempju, tajjeb li ngħid li fl-aħħar tas-sena l-Enemalta kellha tissellef Lm5 miljun biex tkun tista' tħallas il-pagamenti dovuti minnha, inkluż il-kontribuzzjonijiet tal-bolla ta' l-NI u spejjeż fuq l- imgħaxijiet.", "It-tieni problema li forsi ma ssemmietx wisq hija li s-sistema tal- combined cycle li kellha tibda taħdem f'April tas-sena l-oħra - l-apparat waħdu ġej jiswa madwar Lm35 miljun - għadha ma bdietx topera u qed ikollna nbatu delay wara delay u naturalment dan qed jikkaġunalna problemi ta' natura finanzjarja.", "Effettivament l-ispiża tal-ġenerazzjoni tad-dawl kienet stmata li se tonqos b'mod sostanzjali - peress li bażikament il- combined cycle għandu tliet turbini, li tnejn minnhom jaħdmu bil-gas oil jew bid-diesel, u bis-sħana li dawn iż-żewġ turbini jiġġeneraw tkun tista' tħaddem l-isteam turbine - għax b'din is-sistema se nkunu qed inżidu l- effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija minn madwar 30% għal madwar 48%, iżda sfortunatament dan it-tnaqqis fil-cost structures ma kellux iseħħ.", "Sfortunatament ukoll għall-ħabta tal-Milied kien hemm splużjoni f'partijiet mill-pipes li huma connected ma' xi pompi u l-ħsara li kellna naturalment tieħu ż-żmien biex tissewwa u ma naħsibx li dan l-impjant se jkun qed jaħdem qabel Mejju jew Ġunju.", "Dawn id-delays qed ikunu ta' dannu għall-Enemalta u għal pajjiżna għax dan ifisser li sakemm jibda jaħdem dan l-impjant, mhux biss qed ikollna naħsbu biex inħallsu l-imgħaxijiet fuq il- capital outlay imma lanqas m'aħna nieħdu l-effiċjenza illi tant għandna bżonn biex inkunu nistgħu nnaqqsu l-ispiża u ntejbu s-sitwazzjoni dwar it- tniġġiż ta' l-ambjent - għax ta' min igħid ukoll li dan l-impjant għandu l- vantaġġ kbir li juża fuel li huwa ħafna iktar nadif - għalkemm nista' nikkonferma li qed isir every effort biex kemm jista' jkun insolvu malajr din l-aħħar problema.", "It-tielet problema li sibna quddiemna u li naħseb hija serja ħafna hija dik dwar ix-xiri taż-żejt.", "Is-sena l-oħra l-gvern preċedenti f'mument minnhom qal li se jirrevedi t-tariffi tad-dawl għar-raġuni li kien roħos iż- żejt minn barra.", "Għalkemm huwa veru li kien roħos iż-żejt, il-verita' hija li kien sar ċertu hedging u ntrabatna li nħallsu prezz li rriżulta aktar għoli mill-prezz tas-suq.", "Naturalment ħadd ma jista' jipprevedi l-futur bl- eżatt pero' mill-esperjenza tas-sena l-oħra nafu illi l-hedged price tal- fuel oil kien madwar $US 70 kull tunnellata metrika.", "Iżda ġara li s'Awissu l-prezz tal-fuel oil on the open market kien attwalment nieżel għal $US54 u din kif tistgħu taħsbu ħolqietielna problema.", "Issa s-sabiħa hi li f'Awissu ta' l-1998 reġa' kien hemm hedging agreement għas-sena 1999 u l- prezz miftiehem kien ta' $US 66.5 per metric ton, illi kien diġa' ogħla mill-prezz fis-suq dakinhar, pero' nifhem li seta' kien hemm ċerta stennija illi l-prezz taż-żejt kien jaf jogħla iktar minn hekk.", "Iżda għal darb'oħra jirriżulta illi filwaqt li l-prezz taż-żejt f'Settembru kien $US 66 u f'Ottubru kien $US 67, minn dak iż-żmien 'l hawn il-prezz kompla qabad it-triq tan-niżla.", "Fil-fatt f'Novembru l-prezz taż-żejt niżel għal $US 60.9, f'Diċembru niżel għal $US 51, f'Jannar tela' għal $US 56.8 u l- ġimgħa l-oħra l-prezz niżel ma' l-art għax niżel għal $US 50.5.", "Jiġifieri bħalissa l-fuel oil qegħdin inħallsu tiegħu 34% aktar minħabba l- arranġamenti li saru f'Awissu tas-sena l-oħra.", "Sur President, fil-fehma tiegħi dan għandu implikazzjonijiet serji fuq pajjiżna, aktar u aktar meta l-Enemalta għandha turnover ta' 'l fuq minn Lm100 miljun fis-sena.", "Naturalment kien hemm żmien meta ma kien isir hedging xejn u dak kien ħażin, pero' jien naħseb li s'issa ma kellniex riżultati illi nistgħu nħarsu lejhom b'sodisfazzjon, anzi rridu ngħidu illi matul din is-sena spiċċajna nixtru fuel oil bi prezz iktar għoli milli nistgħu nsibuh on the open market.", "Issa jista' jkun li għad jiġri xi ħaġa u l-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali jogħla, imma naħseb illi r-realta' hi li l-prezz taż-żejt donnu naqas għal ċertu żmien.", "Fil-fatt ftit ġimgħat ilu kellna talba biex isir hedging għas-sena 2000 u jien kelli ċerta diffikulta' biex niddeċiedi għaliex deherli li m'għandux ikun il-ministeru illi jiddeċiedi għax dan xogħol li jitlob professjonalizmu sofistikat ħafna.", "Lili qaluli li kienet qed issir ċerta pressjoni biex naħtfu l-okkażjoni imma l-punt li rrid nagħmel hu li ma kellniex informazzjoni biżżejjed u kien ikun ferm aħjar li dan it-tip ta' xogħol isir b'mod iktar għaqli u b'advice minn barra, ħalli dan ma jkunx advice influwenzat minn xi ħadd li jrid ibigħlek.", "Naħseb li f'din is-sitwazzjoni l-Enemalta trid twaqqaf kumitat biex jieħu ħsieb l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' hedging u jekk hemm bżonn jieħu pariri minn barra.", "B'hekk ikollna sitwazzjoni fejn pajjiżna ma jiġix penalizzat, kif jiddispjaċini ngħid ġara f'dawn l-aħħar sentejn.", "Jista' jkun li dan ix-xogħol qatt ma kien sar qabel imma jien ngħid li f'pajjiżna hawn istituzzjonijiet li fuq ċerti prodotti - mhux qed nirriferi għaż-żejt - u fuq exchange rates, eċċ. jagħmlu dan it-tip ta' hedging.", "Din mhijiex xi ħaġa ġdida għax hija xi ħaġa li ssir kemm fil- privat, kemm fis-settur kummerċjali kif ukoll fil-Bank Ċentrali, u naħseb li għandha tkun sfida kbira għalina għas-sena 2000 ħalli ma nerġgħux nirrepetu l-iżbalji li saru.", "Din mhijiex xi ħaġa żgħira imma għalija hija priorita' għaliex inħoss li mhuwiex aċċettabbli li mad-daqqa ta' pinna nitilfu 24%, bħalma qed jiġri bħalissa.", "Wieħed jista' jargumenta li jekk il-prezz jerġa' jogħla on balance tista' ma tkun tlift xejn, pero' milli qed nara naħseb li we missed the bus u ma konniex preparati biżżejjed biex inkunu nistgħu niżguraw li din l-entita' daqshekk importanti għal pajjiżna li tiġġenera d-dawl tkun qiegħda fl-iktar pożizzjoni protetta biex la jkollha fluctuations esaġerati u lanqas nispiċċaw f'pożizzjoni li aħna nkunu qed inħallsu prezz ferm ogħla minn dak tas-suq.", "Allura jien naħseb li trid issir analisi serja mill-korporazzjoni biex tarma ruħha b'dan it- tip ta' pariri ħalli fuq ħaġa daqshekk essenzjali tkun kapaċi tieħu l-aħjar advice professjonali.", "Jien m'inix konvint li hekk ġara u m'iniex konvint li kien hemm biżżejjed ħsieb u pariri.", "Għalhekk irridu niżguraw li din il- problema nsolvuha.", "Sur President, jien tkellimt fuq tliet problemi prinċipali.", "Peress li ma rridx nieħu fit-tul u għandi ħafna punti oħra x'nagħmel, nixtieq ngħaddi biex ngħid li hemm bżonn li għall-Enemalta jiġi kkreat korp regolatur għax ma jistax ikun li aħna nkunu f'pożizzjoni fejn intrapriża kummerċjali tkun qiegħda tirregola lilha nnifisha.", "Għalhekk se nimpenjaw ruħna biex tiġi drafted leġislazzjoni li twaqqaf regolatur għas-settur ta' l-enerġija.", "Huwa importanti li kemm jista' jkun ikollna iktar trasparenza għax ma jistax ikun li jkollna l-konfużjoni li l-id il-leminija ma tkunx taf x'inhi tagħmel l-id x-xellugija jew li jkollok lil min jipprova jagħmel affarijiet li ma jmissux qed jagħmel.", "(Interruzzjonijiet) Dwar is-suq lokali tal- fuel qed nipprova nifhem dan is-suq hekk kumpless għaliex l-aktar ħaġa li tispikka fih huma ċerti sistemi, regoli u ftehim li żgur li ma jipproduċux a level playing-field.", "Jien qed ngħid li l-Enemalta għandha tiftaħ diskussjonijiet ma' dawk interessati, partikolarment mal-GRTU, biex nirristrutturaw is-settur.", "Punt ieħor importanti ħafna huwa dwar il-problema tas-serq ta' dawl.", "Milli qed nara u milli qed nisma' jidher li hemm ammont sostanzjali ta' serq pero' huwa diffiċli li tkun taf eżattament kemm - fil-fatt min jgħid 10%, min igħid 15%, min igħid 20% u min jgħid li hemm ħafna iktar serq - imma li huwa żgur huwa li hemm numru sostanzjali ta' households, ta' kummerċjanti u ta' businesses li b'mod jew ieħor qed isibu l-mod kif jisirqu d-dawl.", "Għalhekk li aktar kmieni bdejt nieħu mhux biss il-medja tal-konsum imma l-medja plus 25%, għaliex naħseb li jekk tipprova tara kemm familja ta' erbgħa tikkonsma f'sena bilfors ikollok tikkonkludi li din teċċedi l-average.", "Naturalment dan l-abbuż irid jieqaf u hemm pjan long- term u ieħor short-term li rridu narawom jitħaddmu.", "Permezz tal-pjan short-term se nħarsu lejn l-istallazzjoni tad-dawl, speċjalment fejn is- supply tal-gvern jiġi connected mal-meter.", "Apparentement dan jista' jkun punt ta' defiċjenza fis-sistema ta' l-elettriku in terms ta' abbuż u rridu li kemm jista' jkun is-sistema fejn is-supply tad-dawl jiġi connected mal- meter tkun waħda li tnaqqas it-tbagħbis li jista' jsir.", "Irrridu nħarsu wkoll lejn a longer-term measure, li tħares lejn l- introduzzjoni ta' meters differenti li huma inqas suġġetti għall-abbuż.", "Jien mhux se noqgħod nitkellem fuq l-affarijiet tekniċi li informawni dwarhom pero' jirriżulta li kultant ċerti difetti jirriżultaw għax il- meters li jinxtraw ikunu l-irħas fis-suq u allura jkunu suġġetti għall- abbuż.", "Fil-fehma tiegħi mhuwiex aċċettabbli li jinsteraq 10%, 15% jew 20% ta' l-elettriku li jkun qiegħed jiġi ġġenerat.", "Dan mhuwiex ġust u minn hawnhekk qed nagħti warning li se nagħmlu ħilitna biex innaqqsuh.", "Min qiegħed jabbuża għandu jieqaf għaliex se nieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn.", "Dan kontra l-liġi u hemm penali sostanzjali għal min jinqabad jisraq id-dawl.", "Ma jistax ikun li f'pajjiżna jkun hemm min hu onest u jħallas, u jkun hemm min jabbuża mis-sistema u jisraq id-dawl.", "Il-pjan long-term huwa wieħed li jinvolvi l-introduzzjoni ta' meters differenti li huma iktar elettroniċi u inqas mekkaniċi.", "Dawn idaħħlu l-possibbilta' li wieħed jaqra l-meter b'mod iktar effiċjenti għax illum qed jiġu analizzati proposti biex wieħed ikun jista' jagħmel query dwar il-konsum ta' kull meter f'kull household permezz tat-telefon.", "It-target tagħna, li ċertament mhux se jintlaħaq f'sena, huwa li nkunu f'pożizzjoni li l-metering tad-dawl ikun jista' jsir b'mod effiċjenti u b'mod li jnaqqas l-abbuż.", "Jekk tagħmel query dwar il-konsum tad-dawl on a daily basis naħseb li ċertu ammont ta' abbuż jonqos.", "Ħaġa oħra li qed tiġi kkonsidrata matul din is-sena hija l-istrateġija dwar il-meters ġodda li qed jiġu introdotti.", "Dawn jissejħu multi-tariff meters għax jippermettu li tintuża aktar minn tariffa waħda.", "Issa jirriżulta, bħalma ġara f'dawn il-ġranet ta' kesħa, li l-ħin li fih l-iktar jintuża dawl ikun bejn is-6.00 p.m. u d-9.00 p.m. Jien ma nistax nifhem kif f'dawn iċ-ċirkostanzi l-Enemalta għadha ma ħarġet l-ebda statement biex familji ma jużawx, per eżempju, il-washing machines dak il-ħin.", "Qed ngħid dan għaliex meta inti jkollok demand kbira tista' teċċedi l-allowance li jkun hemm għas-safety.", "Il-multi-tariff meter system tintroduċi l-konċett li wieħed jista' jixxifjta l-higher demand għal bil-lejl.", "Per eżempju, mal- water heater tista' tagħmel timer li jintefa', ngħidu aħna, fil-5.00 p.m. u ma jerġax jixgħel qabel id-9.00 p.m. B'hekk tkun qiegħed tnaqqas il-load minn fuq il-power station u din tkun tista' taħdem b'mod ħafna iktar effiċjenti.", "Ikun aħjar għall-power station li jkollha load pjuttost stabli milli jkollha load f'daqqa, għax f'dak il-każ jew trid iddaħħal into operation parti mill-mekkaniżmu li mhuwiex effiċjenti li tistartjah, jew inkella trid iżżomm konsum għaddej iktar milli għandek bżonn.", "Meta jien rajt il-graphs tal-konsum sibt li għandna bżonn a new approach u fil-fehma tiegħi għandu jkollna a dual tariff.", "It-tariffa ta' bil-lejl għandha tkun irħas mit-tariffa ta' bi nhar u jekk wieħed ikun jista' juża ċerti appliances bħal water heaters bil-lejl ikun qed igħin biex l-Enemalta tkun tista' timmaniġja l-load aħjar u ma jkollhiex bżonn investiment kapitali daqshekk kbir.", "B'hekk l-użu tal-fuel ikun aktar effiċjenti, kemm biex nipproteġu l-ambjent kif ukoll għax inkunu qegħdin inraħħsu l-cost tal- produzzjoni, xi ħaġa li finalment għandu jgawdi minnha kulħadd.", "Jekk tixxiftja d-demand se tkun iktar effiċjenti u allura l-ispiża tal- produzzjoni tad-dawl tonqos through a better management system.", "Din hija xi ħaġa essenzjali li rridu naħdmu fuqha, minkejja li mhijiex se ssir mil- lum għal għada għax l-istudji għadhom qed isiru.", "Nista' ngħid li f'pajjiżi oħra din is-sistema diġa' daħlet.", "Ħaġa oħra li qed tiġi kkonsidrata hija dik li jkun hawn meters bil-card.", "Waħda mill-problemi li għandna hija tad-defaulters għax bl-approach tradizzjonali tagħha, l-Enemalta wara tliet xhur, sitt xhur jew disa' xhur li tkun ilek ma tħallas taqtagħlek is-supply.", "Jien naħseb li jkun ħafna iktar ġust jekk f'każijiet bħal dawn tibdel il-meter u tagħmel wieħed li jaħdem bil-card u lid-defaulter iġġiegħlu jixtri l-card minn qabel u allura ma jkollokx għalfejn taqta' d-dawl lil ħadd.", "Spiss nirċievi telefonati dwar dawn l-abbużi - jien ċert li l-ministri ta' qabli kienu jirċievu dawn it-telefonati wkoll - u nista' ngħid li hemm min ilu jabbuża mill-1983 meta għad hawn min għadu bix-xemgħa u ma jafx x'inhu dawl elettriku u allura m'huwiex ġust li jintefa' l-piż fuq dik il-parti tal-poplu li hija onesta.", "Irridu niżguraw li jkun hemm a fair deal għax naturalment l- Enemalta trid iddaħħal il-flus ta' l-elettriku li tiġġenera u f'sitwazzjonijiet bħal dawn insibu mezz biex dak li jkun jippjana l-finanzi tiegħu aħjar ħalli s-supply ma jkollux għalfejn jinqata'.", "Mr Speaker, hemm ukoll in-neċessita' li ssir mina bejn Delimara u l-Marsa u hemm spiża kapitali allokata għal dan ix-xogħol.", "Once li ssir mina bħal din ma jkollniex għalfejn kull darba noqogħdu nħarbtu t-triq biex ngħaddu l- cables.", "Dan huwa investiment neċessarju jekk verament irridu nieħdu l-full benefit tal-power station ta' Delimara, għax hemm bżonn li jkollna sistema ta' trasmissjoni bejn il-power station ta' Delimara u dik tal-Marsa.", "Għalhekk il-mina ta' Delimara għandha ċerta priorita'.", "Barra minn hekk hemm ċertu equipment fejn tispiċċa t-tunnel tal-Mosta li għadu ma sarx u jrid isir.", "Hemm problema wkoll dwar il-Year 2000 bug li qiegħda tiġi analizzata.", "Skond rapporti li għandi, sat-26 ta' Marzu nkunu kważi ċerti li l-power station mhux se tieqaf taħdem meta tiġi biex taqleb is-sena u tkun kemm jista' jkun Y2K bug-free.", "Hemm programm dwar il-customer care - li dwaru jitkellem iktar tard il-kollega tiegħi, l-Onor.", "George Hyzler - u hemm proposti biex jiġu riveduti r-regulations tas-supply ta' l-elettriku u hemm diversi punti oħra li rridu nħarsu lejhom.", "Jien informat li fl-aħħar se nkunu f'pożizzjoni li fil-power stations tal-Marsa u Delimara nkunu nistgħu nużaw fuel b'inqas sulphur.", "Naturalment l-ewwel irid isir investiment għax jekk il-pajpijiet tas-supply ma jkunux imsaħħa ma jkunx hemm flow tajba biżżejjed peress li se nużaw fuel b'inqas sulphur.", "Allura hawnhekk irridu nimxu lejn sistema fejn il-fuel ikun ta' kwalita' aħjar u dan huwa ta' vantaġġ għall-ambjent.", "Nixtieq ngħid ukoll li fil-fuel additive qed jintuża l-PEP u r-riżultati s'issa wrew li dan inaqqas l-emissions u jżid l-effiċjenza.", "Jien nixtieq ngħid ukoll li qed nikkonsidraw sistema differenti għall- bdil ta' bozoz għax issa dawn se jgħaddu f'idejn il-kunsilli lokali.", "Jien għandi rapporti li jindikaw li hemm ħafna bozoz ġodda li qed ikunu difettużi.", "Għalhekk irridu nsibu sistema li min jieħu t-tender tal-bozoz ikun jista' jagħti garanzija dwar il-lifetime u r-reliability tagħhom u din ma tkunx on paper biss.", "Ma jistax ikun li nħarsu biss lejn l-irħas cost mingħajr ma nieħdu dan kollu in konsiderazzjoni.", "Jien ma rridx intawwal iktar imma nixtieq ngħid li skond ir-revised estimates, frome the sale of electricity qegħdin ngħidu li se ndaħħlu Lm41 miljun, bir-rati il-ġodda li pproponejna aħna.", "Bit-tariffi li kien ippropona l-gvern preċedenti, l-istima tad-dħul kienet titla' minn Lm38 miljun għal Lm48 miljun, jiġifieri kien ikun hemm żieda ta' Lm10 miljun.", "L- istima li għandna aħna għas-sena d-dieħla hija ta' madwar Lm42.9 miljun.", "Din hija żieda ta' madwar Lm4.37 miljun fuq is-sistema tat-tariffi l- antika, li hija iktar digestible għas-sistema ekonomika tagħna.", "Dan huwa pass 'il quddiem u jista' jkun pass konservattiv bħala stima pero' wieħed aħjar ikun għaqli u jagħmel stimi kawti għaliex finalment f'dan il-każ, sakemm ikollok l-ewwel bills, ma tkunx ċert mija fil-mija dwar ir-revenue implications.", "Sur President, dan huwa settur importanti ħafna għal pajjiżna u jien nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema ta' l-Enemalta li jagħtu l-kontribut tagħhom u nħeġġiġhom biex dan il-kontribut iżiduh għaliex irridu noffru servizz aħjar lil pajjiżna.", "Pajjiżna jixraqlu sistema ta' dawl li kemm jista' jkun tkun reliable, għalkemm hemm ħafna faults li qed jiġu msewwija malajr.", "Ma nkun qed ngħid xejn straordinarju jekk ngħid li għad hemm ħafna x'isir f'dan is-settur.", "Jien nispera li fis-snin li ġejjin inkunu nistgħu ntejbu dan is-servizz tant essenzjali għal pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, kif għadu kif qal il-ministru, m'hemmx dubju li dan huwa settur importanti ħafna għall-ekonomija, għall-kummerċ u għas-settur domestiku, jiġifieri l-qasam ta' l-enerġija mhuwiex importanti biss għax nixegħlu d-dawl.", "Tajjeb li wieħed jgħid li 33% tal-produzzjoni elettrika tmur għas-settur industrijali.", "Jekk ma jkollniex korporazzjoni b'saħħitha u jekk il-provvista tad-dawl ma tkunx suffiċjenti tbati l- ekonomija tal-pajjiż, ibati s-settur kummerċjali, ibati t-turiżmu u jbati l-pajjiż kollu kemm hu.", "Il-verita' hi li dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-ekonomija Maltija huwa direttament imsejjes fuq il-Korporazzjoni Enemalta u korporazzjonijiet oħra li niġu għalihom iżjed 'il quddiem.", "Għalhekk hemm bżonn li wieħed jieħu dan is-settur bis-serjeta' vera li jixraqlu u mhux b'serjeta' superfiċjali.", "Jekk dan is-settur ma jmurx kif nixtiequh, eventwalment l-iżjed li se jbati huwa ż-żgħir u mhux sempliċement għax iħallas xi tariffi għolja imma peress li meta tiġi għall-crux tas-suġġett tbati l-industrija, ibati s-settur kummerċjali u jbati t-turiżmu u allura l- iżjed li jbati jkun il-ħaddiem.", "Wieħed jista' jikkonsidra dan is-settur bħala l-ossiġnu ta' l-ekonomija għax, kif għidt, jekk ma jkollokx provvista kostanti ta' dawl fil-pajjiż allura kollox jieqaf.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li l-livell ta' l-għajxien tal-familji Maltin żdied on average in parallel u ma' l-użu ta' l-enerġija.", "Dan is-settur huwa importanti wkoll għax ir- reverse osmosis plants huma direttament dipendenti fuq il-produzzjoni ta' l- enerġija.", "Fil-fatt insibu li 20% tal-produzzjoni ta' l-enerġija mill-power stations tmur għall-produzzjoni ta' l-ilma.", "Dan ifisser li jekk dan is- settur se jkollu problemi, se jikkaġuna problemi oħrajn fis-settur ta' l- ilma li huwa importanti ħafna wkoll.", "Fl-istess waqt li qegħdin nitkellmu fuq il-produzzjoni ta' l-enerġija wieħed ma jistax jinsa l-importanza u l-effett li dan is-settur jista' jkollu fuq l-ambjent u fuq is-saħħa taċ-ċittadin.", "Huwa tajjeb li tgħid kemm huma importanti d-dawl u l-ilma għall-ekonomija imma fl-istess ħin ma tistax titkellem fuq il-produzzjoni ta' l-enerġija on its own mingħajr ma tieħu in consideration l-aspett daqstant ieħor importanti ta' l-ambjent u tas-saħħa.", "Dawn huma ż-żewġ oqsma li huma relatati ħafna mill-qrib, speċjalment f'ċerti żoni tal-gżira.", "Huwa importanti li wieħed jitkellem fuq il-ħarsien ta' l-ambjent u r-relazzjoni tiegħu ma' dan is-settur fuq bażi iżjed wiesgħa.", "Filwaqt li f'dan is-settur huwa importanti li jkollok politika aġġornata li tagħmel sens u huwa importanti wkoll li min ikun qiegħed imexxi jkollu viżjoni ċara ta' fejn irid jasal, huwa neċessarju li n-nies li jmexxu l-Enemalta jkollhom l-abilita' maniġerjali li bil-policies li jħaddmu jkunu kapaċi jittrasmettu l-messaġġ politiku tal-gvern tal- ġurnata.", "Għalhekk huwa importanti li jkollok ħaddiema li jkunu trained u flessibbli biżżejjed u jkunu kuntenti u motivati fuq il-post tax-xogħol ħalli l-affarijiet imorru 'l quddiem.", "F'dan il-qasam ma tistax tipprova ssib soluzzjonijiet għal ġimgħa, xahar u sena oħra mingħajr ma tħares aktar 'il quddiem fuq firxa itwal.", "Is-soluzzjonijiet tal-problemi ma jridux ikunu intiżi biss għal xi kapital jew għal xi gwadann politiku, għax jekk ikollok din it-tip ta' politika u tirraġuna biss biex togħġob lil ftit nies, jiġifieri biex tirbaħ jew tiskorja politikament, eventwalment se ġġib il-ġebla fuq saqajk.", "Huwa importanti li l-Enemalta taqdi l- funzjonijiet tagħha u tkun korporazzjoni b'saħħitha, u mhux korporazzjoni taparsi, sabiex tkun tista' tinvesti.", "Per eżempju, meta l-ġimgħa l-oħra l- ministru għas-servizzi ekonomiċi ġie mistoqsi fil-parlament għalfejn it- Triq tas-Salini li minn Baħar iċ-Ċagħaq tagħti għal San Pawl il-Baħar ma ġietx imdawla, irrisponda billi qal li finanzjarjament il-korporazzjoni ma tistax tagħmel dan - issa hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq miljuni imma fuq ftit bozoz - u allura minn hawnhekk nindunaw li jekk il-korporazzjoni ma tkunx b'saħħitha finanzjarjament se jispiċċa jbati ċ-ċittadin.", "Minn dak li għadu kif qal l-Onor.", "Josef Bonnici, meta elenka l-problemi li hu jara fil- korporazzjoni, jidher li żgur mhux qed jara l-affarijiet fil-proporzjon kif fil-fatt huma.", "Fil-fatt semma l-problema tat-tariffi, il-problema tal- combined cycle, il-problema tad-dawl li jinsteraq, il-problema tal-hedging, il-problema tal-Year 2000 bug u fuq il-problemi l-kbar ma semma xejn.", "Sur President, jien se nitkellem fuq il-problemi veri li qed tiffaċċja l- Enemalta.", "L-ewwelnett nixtieq ngħid li għandna problema politika, fis-sens li reġa' għandna gvern li għal snin twal mexxa ħażin dawn il- korporazzjonijiet.", "Tant hu hekk li meta tlajna aħna fil-gvern f'Ottubru 1996, tgħabbejna b'korporazzjoni falluta mhux biss finanzjarjament, kif se nuri iżjed 'il quddiem, imma wkoll falluta moralment fuq livell maniġerjali.", "Waħda mill-problemi l-kbar li għandha din il-korporazzjoni hija li d-direttivi politiċi li qed tingħata ġejjin minn gvern li f'dan il- qasam huwa fallut mill-ideat.", "Ma nistax ma ngħidx li bejn l-1992 u l- 1996, il-Gvern Nazzjonalista ta' Fenech Adami kellu track record li ġab din il-korporazzjoni f'falliment totali.", "Meta tela' Gvern Laburista fil-poter mill-ewwel fehem il-problemi li sab fl-Enemalta u daħal għalihom bir-ras għax induna li jekk ma jaqbadx il-barra minn qrunu, jispiċċa biex iġib il- ġebla fuq saqajh.", "Fil-fatt fil-ftit żmien li għamilna fil-gvern ħdimna b'tali mod u b'tali għaqal li l-frott kien diġa' beda jidher.", "Bil-maqlub, Gvern Nazzjonalista kien ħalla dawn il-korporazzjonijiet f'sitwazzjoni ta' ħorrox borrox u issa reġa' qabad l-istess triq.", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini li jkolli nagħmel dan l-istatement imma mir-risposti għal mistoqsijiet parlamentari li nagħmlu sħabi u jien, jidher ċar li l-Ministru Josef Bonnici għadu lanqas indenja ruħu jipprova jifhem il-problemi li l- pajjiż qed jiffaċċja f'dan il-qasam.", "Min illejla sema' lill-ministru jelenka dak li jaħseb hu huma l-problemi tal-korporazzjoni,mill-ewwel nduna kemm l-Onor.", "Bonnici f'dawn il-ħames xhur lanqas biss wasal biex jifhem verament x'inhuma l-problemi.", "Il-verita' hi li l-ministru m'għandux direzzjoni politika f'dan il-qasam.", "Per eżempju, l-Onor.", "Josef Bonnici ma semma xejn dwar il-problema finanzjarja kbira li tinsab fiha l-Korporazzjoni Enemalta u jien ċert li jekk jipprova jikkonsulta ruħu mal-membri l-ġodda tal-managerial board mill- ewwel jgħidulu li din hija l-ikbar problema li l-Enemalta qed tiffaċċja.", "Filwaqt li l-Gvern Laburista kien qed jipproponi soluzzjonijiet li jagħmlu sens, bħal f'kull każ ieħor il-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien moħħu biss biex ifixkel, jinganna u jara kif jisraq il-poter.", "Din kienet l-intenzjoni tal-Partit Nazzjonalista matul is-sentejn ta' Gvern Laburista.", "Meta ħadna t-tmexxija tal-korporazzjoni f'idejna u pprovajna nġibu l- affarijiet 'il quddiem b'soluzzjonijiet li jagħmlu sens, il-Partit Nazzjonalista mhux talli ma fehemx x'konna qegħdin nagħmlu, talli kompla jinganna lill-poplu, ifixkel u jagħmel dak kollu possibbli biex jisraq il- poter, minkejja li kien hemm provi ċari li t-track record tiegħu, speċjalment mill-1992 u l-1996, kien terribbli.", "Is-soluzzjonijiet li kien sab il-Gvern Nazzjonalista spiċċaw biex fallew lill-pajjiż u lill- korporazzjonijiet.", "Meta tan-naħa l-oħra raw lill-Partit Laburista jaqbad il-barri minn qrunu f'dan il-qasam, lanqas biss ħamlu li jaraw ir-riżultat tas-soluzzjonijiet li adottajna aħna u, ngħiduha kif inhi, m'hemmx soluzzjonijiet oħra.", "Issa l-Gvern Nazzjonalista reġa' qabad il-policies li bihom falla l-korporazzjoni u l-unika ħaġa li baqa' hija li jagħtiha d- daqqa tal-mewt.", "Tajjeb li wieħed jgħid li bejn l-1992 u l-1996 Gvern Nazzjonalista rnexxielu jisraq mill-korporazzjoni, jiġifieri jieħu b'forma ta' dividends, madwar Lm55 miljun biex jipprova jaħbi d-deficit strutturali kbir li kellu.", "Dan wassal lil dawn il-korporazzjonijiet f'sitwazzjoni tal-biki, fejn lanqas biss kienu kapaċi jaqdu dmirijiethom sewwa skond il- liġi.", "F'Ottubru ta' l-1997, l-Onor.", "Leo Brincat, dak iż-żmien ministru tal- finanzi, irrapporta dwar il-findings ta' l-MSD Consulting Group dwar l- andament finanzjarju ta' l-Enemalta.", "L-MSD Consulting Group kienu qed ibassru li l-korporazzjoni kien se jkollha iġġarrab telf ta' madwar Lm18 miljun fis-sena għal matul it-tliet snin ta' wara - jiġifieri 1998, 1999 u 2000 - u li l-projected capital expenditure, kif maħsub mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti, kien biss il-minimu meħtieġ sabiex l-Enemalta tibqa' għaddejja bix-xogħol tagħha ta' kuljum.", "Dan kien ifisser li l-flus li kellha l-korporazzjoni lanqas biss kienu biżżejjed biex isostnu l-ħidma ordinarja ta' l-istess korporazzjoni.", "F'dan l-istat ta' falliment sibniha l-Enemalta meta ħadna l-gvern f'idejna f'Ottubru 1996.", "Il-konsulenti finanzjarji ta' l-Enemalta stess kienu qed jgħidulhom li l-korporazzjoni lanqas biss kellha flus biex tkompli taħdem u twettaq l-obbligi sempliċi tagħha.", "Ir-rakkmandazzjoni finali ta' l-MSD Consulting Group kienet tgħid li l-qagħda kif proġettata minn Gvern Nazzjonalista preċedenti ma kenitx waħda sostenibbli u li kien hemm bżonn jittieħdu miżuri drastiċi u mmedjati biex il-korporazjoni tinġieb lura minn xifer l-irdum.", "Dan kien l- assessment ta' l-MSD Consulting Group fuq il-Korporazzjoni Enemalta u bażikament is-sitwazzjoni għadha l-istess.", "Imbagħad jiġi l-ministru responsabbli minn dan is-settur, li suppost huwa intiż sewwa fuq dawn l- affarijiet, u lanqas biss isemmi l-problemi finanzjarji kbar li għandha l- Enemalta!", "Tajjeb li wieħed igħid li filwaqt li fl-1994 l-assets ta' l-Enemalta kienu jammontaw għal Lm54.5 miljun, minħabba direzzjoni politika żbaljata ta' Gvern Nazzjonalista dawn baqgħu dejjem sejrin lura tant li fl-1995 niżlu għal Lm44 miljun, fl-1996 niżlu għal Lm39.1 miljun u fl-1997 komplew niżlu għal Lm36.2 miljun.", "Din kienet is-sitwazzjoni li wiret il- Gvern Laburista.", "Ta' min igħid ukoll li l-loan li l-korporazzjoni kienet ħadet mis-Sumitomo Bank kienet intenzjonata biex tiffunzjona phase 2B tal- power station ta' Delimara, pero' fil-fatt il-flus intużaw biex jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema, jiġifieri bħala recurrent expenditure.", "Dik ma kenitx sitwazzjoni sostenibbli u għalhekk fil-bidu jien għidt li qbilt mal- ministru li dan huwa settur importanti ħafna u li min imexxih għandu jara li din il-korporazzjoni tkun finanzjarament b'saħħitha għax inkella jbati s- settur industrijali, ibati s-settur kummerċjali, tbati l-ekonomija tal- pajjiż u jbati ċ-ċittadini.", "Nerġa' nirrepeti li jien niskanta kif il- ministru ma ndenjax ruħu jsemmi din il-problema kbira finanzjarja li qed tiffaċċja l-Korporazzjoni Enemalta.", "F'Awissu ta' l-1997 il-gvern kien avvanza s-somma ta' Lm10 miljun lill-Korporazzjoni Enemalta biex jgħinha tħallas parti mil-loan li qegħdin nitkellmu fuqha.", "Nerġa' ngħid li dak inhar l-MSD Consulting Group qalu ċar u tond li s-sitwazzjoni ta' l- Enemalta titlob miżuri drastiċi u li f'ambjent kummerċjali s-sors ewlieni li jiffinanzja l-ispiża tal-korporazzjoni huwa l-bejgħ tal-prodotti u s- servizzi tagħhom.", "Dan il-gvern ma jirraġunax hekk.", "Dan il-gvern jirraġuna qisu żiemel b'nuċċali blind folded għax jissellef hu biex ikompli jsellef lill-kumpanija mingħajr ma jagħti direzzjoni tajba biex l-affarijiet jimxu kif suppost.", "Issa ħalli nħarsu ftit lejn l-estimi li qed niġu mitluba nivvutaw fuqhom.", "F'paġna 4 tal-financial statements hemm li n-net current liabilities tal- group huma aktar minn Lm44 miljun u tal-korporazzjoni huma Lm45 miljun.", "Dan juri ċar li l-Korporazzjoni Enemalta mhux qed tiġġenera working capital biżżejjed biex tħallas il-pagi u ħlasijiet immedjati oħrajn.", "Dawn huma l-problemi finanzjarji kbar li verament qiegħda taffaċċja l- korporazzjoni, imbagħad jiġi l-ministru hawnhekk u jitlobna biex nivvutaw favur dawn l-estimi.", "Sfortunatament għandna ministru mgħobbi b'affarijiet oħra - l-Onor.", "Josef Bonnici huwa responsabbli minn ħafna affarijiet - u m'għandniex segretarju parlamentari li huwa ddedikat għal dan il-qasam.", "Minkejja li għandna korporazzjoni mifnija bi problemi kbar, qisu qatt ma ġara xejn, anzi jiġi l-ministru hawnhekk u jitkellem fuq affarijiet oħra bħall-Year 2000 bug u l-hedging - nitkellem fuq il-hedging aktar 'il quddiem, mela le! - u ma jsemmix dawn il-problemi enormi li qed taffaċċja l-Korporazzjoni Enemalta.", "Jekk wieħed iħares lejn paġna 5 u jara l-cashflow statement isib li għal sena wara l-oħra, il-korporazzjoni qiegħda tonfoq aktar milli ddaħħal.", "Fil- fatt fl-1997 il-korporazzjoni kellha cash deficit ta' Lm13.5 miljun.", "Issa fil-projected cashflow ta' l-estimi ssib li għas-sena 1997/98 u għas-sena 1998/99 il-gvern se jkollu jkompli jissellef Lm94 miljun oħra, li minnhom kulma se jonfoq fuq investiment kapitali huwa Lm28 miljun biss.", "Dan ifisser li għall-korporazzjoni se nissellfu Lm94 miljun u fuq bażi ta' capital investment se nonfqu Lm28 miljun.", "Mela kellu raġun l-Onor.", "John Dalli meta fid-diskors tal-budget qal li qegħdin nissellfu biex nieklu!", "Dan huwa eżempju klassiku.", "Bħalissa qegħdin nissellfu biex inħallsu l-pagi tal- ħaddiema u l-immediate liabilities u parti biss minn dan is-self qed tmur f'investiment kapitali li huwa tant importanti għal korporazzjoni bħal din biex tkompli tavvanza u taqdi l-funzjonijiet tagħha kif stipulati fil-liġi.", "Jien ma nafx kif din il-korporazzjoni tista' tibqa' sejra hekk u kif jista' jkollna ministru li jiġi hawnhekk u dawn il-problemi ma jsemmihomx.", "Dan huwa l-istess gvern ta' bejn l-1992 u l- 1996 - l-Onor.", "Josef Bonnici kien ukoll jagħmel parti minn dan il-gvern - li kien jgħidilna li kollox sejjer tajjeb u li l-problemi li hemm huma żgħar, imbagħad il-problemi l- kbar lanqas biss isemmihom la f'dan il-parlament u lanqas barra.", "Il-poplu għandu jkun jafhom dawn l-affarijiet.", "Issa jekk wieħed iħares ftit lejn paġna 15 ta' l-estimi jsib li d-dejn li l-korporazzjoni qed tagħmel mill-banek kompla jikber.", "Tant hu hekk li biex l-Enemalta żammet fuq saqajha kellha tissellef flus kbar u dan is-self tela' minn Lm8.5 miljun għal kważi Lm40 miljun.", "Parti minn dan id-dejn kien imtaffi minn self ta' Lm9 miljun mingħand il-gvern.", "Dan ifisser li l- korporazzjoni qed tiddejjen mill-banek u mill-gvern u lanqas biss hija kapaċi tinvesti flusha.", "Il-ministru hawnhekk ammetta li ninsabu f'dawn id- diffikultajiet u jien insostni li dan jirrifletti nuqqas ta' tmexxija serja u jirrifletti wkoll infiq bl-addoċċ li ilu sejjer is-snin.", "Din mhijiex opinjoni tiegħi biss imma hija opinjoni ta' nies u consultant groups li huma intiżi f'dan il-qasam.", "Dawn qed jgħidu li għandna problema kbira finanzjarja li hija riżultat tat-traskuraġni fil-management ta' din il-korporazzjoni.", "Jekk inħarsu lejn Appendix I insibu li fi żmien Gvern Laburista t-telf niżel minn Lm4.5 miljun għal Lm3 miljun u dan huwa riżultat ta' kemm ħadem dak il-gvern.", "Minkejja li l-Gvern Laburista wiret din is-sitwazzjoni, beda jsolvi din il-problema bid-diffikultajiet kbar li kien jiltaqa' magħhom u rnexxilu jnaqqas it-telf.", "Dik hija s-serjeta'.", "Aħna ma tkellimniex biss fuq żieda fit-tariffi, għalkemm dan kien is-suġġeriment li għamlu l-konsulenti li tqabbdu jinvestigaw din il-korporazzjoni.", "Kif spjegajt qabel, dawn qalulna li f'korporazzjoni li tagħmel sens kummerċjalment, trid taqa' fuq is-servizzi biex tieħu l-ħlasijiet tagħhom.", "Huwa veru li trid iżżomm f'moħħok il-kuxjenza soċjali, u li din hija korporazzjoni li għandha funzjoni soċjali imma trid u ma tridx trid taqa' għas-servizzi wkoll għax jekk tiddejjen minn min hu midjun, ħin jew ieħor se twaqqa' l-ġebla fuq saqajk u jispiċċa jbati l-pajjiż kollu.", "Jekk inħarsu lejn l-interessi bankarji fuq dan is-self li sar għal sena wara sena matul l-amministrazzjoni Nazzjonalista nsibu li din il- korporazzjoni qed ikollha tħallas Lm6.1 miljun.", "Din il-korporazzjoni ġralha bħalma ġralu pajjiżna li llum qed iħallas Lm50 miljun f'imgħaxijiet fuq id-dejn li sar matul is-snin ta' tmexxija ħażina.", "Ta' min igħid li dawn il-flus ma jinkludux l-imgħaxijiet li diġa' ġew kapitalizzati.", "Imbagħad filwaqt li qed niġu mitluba biex nivvutaw dwar dawn l-estimi, l- Ministru Bonnici ma jsemmi xejn dwar dawn il-problemi kbar.", "Fl-istess paġna hemm provision għal Lm250,000 fil-profit and loss account for bad and doubtful debts.", "Dawn d-doubtful debts ma ġewx speċifikati u jien inħoss li biex inkunu serji u trasparenti - anke l-ministru semma t-trasparenza - hemm bżonn li dawn għandhom jiġu speċifikati b'mod aktar korrett.", "Ta' min igħid ukoll li meta l-Gvern Laburista ta' Dr Karmenu Mifsud Bonnici niżel mill-poter fl-1987, kien ħalla korporazzjoni li sena wara l-oħra kienet qed tirrendilu l-flus u kienet qed tagħmel l-investiment meħtieġ biex tkompli l- funzjoni prinċipali tagħha, dik li tipprovdi l-enerġija lil dan il-pajjiż.", "Pero' minħabba t-tmexxija ħażina Nazzjonalista bejn l-1992 u l-1996 spiċċajna b'korporazzjoni falluta.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il-management tal-korporazzjoni.", "L-ewwelnett huwa importanti li tagħti direzzjoni politika tajba lil din il- korporazzjoni u li jkollok nies kapaċi u li jimmaniġġjaw tajjeb.", "F'April ta' l-1995 - tajjeb li nfakkar lill-Kamra li dan is-suġġett diġa' tqajjem hawnhekk - jiġifieri sena u nofs qabel l-elezzjoni, l-korporazzjoni qabbdet kumpannija barranija Ingliża biex tagħmel senior managerial audit dwarha.", "Ir-riżultat ta' dan il-management audit kien li l-appointments ta' fuq nett kienu jsiru fuq kriterji politiċi u mhux skond is-sengħa u l- esperjenza li jkollok, kemm inti kapaċi fil-qasam tal-management, kemm mexxejt kumpanniji kummerċjali oħrajn, kemm għamilt suċċess u xi track record għandek fil-qasam tal-kummerċ u management ta' kumpanniji kbar.", "Issa din il-kumpannija barranija żgur li m'għandhiex interess li titfa' dawl ikrah fuq in-naħa l-oħra jew dawl sabiħ fuq din in-naħa.", "Il-Gvern Nazzjonalista hekk kien u għadu jimxi, kif se nuri iżjed 'il quddiem.", "Jekk tkompli taqra dan ir-rapport issib li konklużjoni oħra kienet li f'dan il- qasam kien hemm nuqqas serju ta' accountability fil-mod kif jitmexxew l- affarijiet.", "Dan ifisser li minkejja li fil-parlament jitkellmu fuq l- accountability u fuq it-trasparenza, meta niġu għall-prattika nsibu li l- Gvern Nazzjonalista jiġi kkritikat dwar nuqqas serju ta' accountability fil- mod kif jitmexxew l-affarijiet.", "Dawn huma l-problemi kbar politiċi u maniġerjali li qed tiffaċċja l-korporazzjoni.", "Riżultat ieħor ta' dan l-istudju jagħmel riferenza għall-bord ta' dixxiplina li kien hemm.", "Intqal li dan il-bord ma kellu l-ebda snien għax id-deċiżjonijiet kienu jittieħdu minn fuq, jiġifieri mis-segretarju parlamentari.", "Irriżulta wkoll li kien hemm sistema li jekk jitteħdux passi dixxiplinarji kontrik jew le jiddependi mill-kulur politiku tiegħek u dwar x'jidhirlu l-ministru jew is-segretarju parlamentari.", "Dan kollu wassal biex ikun hemm apatija fost il-ħaddiema u jien għalhekk fil-bidu tkellimt fuq kemm huwa importanti li jkollok ħaddiema motivati tajjeb, ħaddiema ttrejnjati u ħaddiema li jagħtu kont ta' xogħolhom.", "F'din is-sitwazzjoni kienet tinsab il-Korporazzjoni Enemalta u sfortunatament illum ninsabu fl- istess sitwazzjoni.", "Fil-fatt minn dan l-istudju rriżulta wkoll li nstab li kien hemm ħafna elementi fil-management li ma kenux kapaċi jmexxu mingħajr direzzjoni ċara jew appoġġ dirett.", "Dan ifisser li l-ministru jew xi ħaddieħor mhux talli kienu joqogħdu jgħidu lin-nies fil-management x'għandhom jagħmlu u ma jagħmlux, talli dawn l-istess nies riedu s- sostenn u l-appoġġ għax inkella ma kenux jagħmlu xogħolhom.", "Din kienet is- sitwazzjoni tal-management ta' dak iż-żmien u din hija l-korporazzjoni li wiret il-Gvern Laburista.", "Jekk wieħed jaqra ftit mid-direct statements ta' dan l-istudju jsib hekk:", "''The majority of the people interviewed see too much government interference.''", "Mela skond dan l-istudju, il-gvern kien jindaħal f'kollox dwar it- tmexxija ta' din il-korporazzjoni.", "Kwotazzjoni oħra hija din:", "''Almost everyone is unclear as to what the aims and objectives of the corporation are, in other words what the corporation is trying to achieve and how it is going to achieve it.''", "Ħadd ma jaf fejn trid tasal il-korporazzjoni u ħadd ma jaf fejn sejjer.", "Dan kompla hekk:", "''This clearly perceived lack of corporate direction means that there are no departmental aims and objectives.''", "Dan ifisser li d-dipartiment la għandu pjanijiet u lanqas direzzjonijiet.", "''In turn this means that there is a common lack of understanding as to what people are accountable for.''", "Din hija s-sitwazzjoni miskina li qiegħda fiha l-Korporazzjoni Enemalta.", "Dan id-diskors mhux qed ngħidu jien jew qed igħidu l-Partit Laburista imma qed tgħidu kumpannija indipendenti li qabbdet l-Enemalta stess.", "F'dan l-istudju hemm ukoll li:", "''It is worth noting that this is the worst case of cloudy accountability the associates have ever come across these past 15 years.''", "Dan huwa ċ-ċertifikat li ħadet il-Korporazzjoni Enemalta matul l- amministrazzjoni preċedenti imma l-Gvern Nazzjonalista donnu ma jitgħallem qatt għax wara dan ir-rapport ħażin, meta ħa l-poter f'idejh f'Settembru l- 1998, b'daqqa ta' pinna neħħa n-nies li kien hemm fil-bord maniġerjali li għamel il-Gvern Laburista u għamel in-nies tiegħu, li għażilhom fuq bażi politika.", "Biex wieħed jara daqsxejn x'kienu l-kriterji li Gvern Laburista deherlu li kienu f'posthom biex jagħżel lin-nies li jkun hemm bżonn, ikun tajjeb li jħares ftit lejn ic-chairman's statement ta' l-annual report ta' l-Enemalta Corporation.", "Jien se nikkwota x'kiteb Mr Martin Bonello Cole fir-rapport tiegħu.", "Dan qal hekk:", "''The change process from a state-owned monopoly to a commercial enterprise is an arduous task, painful but necessary to achieve the desired ends.''", "Dan qed jgħid li minkejja li hemm problemi kbar huwa importanti li nidħlu għalihom b'ruħna u ġisimna ħalli nirranġawhom u naslu fejn irridu.", "Il- Gvern Laburista m'għażilx chairman li għandu background politiku imma għażel bniedem li ġej mis-settur kummerċjali biex jipprova jsolvi dawn il- problemi.", "Dawn huma l-kriterji li għażel Gvern Laburista biex verament jieħu din il-korporazzjoni bis-serjeta' u biex verament jirranġa s- sitwazzjoni.", "Ic-chief executive, Mr Tua, li ġie maħtur mill- amministrazzjoni Laburista qal hekk:", "\"The Chairman and I have never been directly involved in a Malta Government or government-owned body.", "We come from a culture where decisions are taken rapidly and where decisions are driven by the commercial needs of the organisation.''", "Dawn kienu l-kriterji li kien jadotta Gvern Laburista biex jara li jkollu management serju.", "Għall-Gvern Laburista ma kienx importanti jekk jafekx politikament u jekk intix xi kandidat jew attivist Laburista imma kien juża kriterji raġonevoli, loġiċi u kummerċjali kif verament għandha titmexxa korporazzjoni ta' din l-importanza.", "Il-Gvern Nazzjonalista neħħa n-nies tajbin u poġġa minflokhom kandidati u attivisti Nazzjonalisti li kultant ma kellhom l-ebda viżjoni.", "Jien ngħid li sfortunatament uħud minn dawn in- nies li hemm fil-bord m'għandhomx għal qalbhom l-interess tal-kumpannija imma għalihom l-importanti hu li jġibu l-interessi personali tagħhom iżjed 'il quddiem.", "Jien illum se nieqaf hawn fuq dan is-suġġett u nispera li l- affarijiet ma jimxux ħażin b'detriment kbir għall-korporazzjoni.", "Jien nispera li n-nies li għandhom x'jaqsmu ma' din il-korporazzjoni jkollhom interess wieħed, dak li jmexxu l-korporazzjoni 'l quddiem.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar l-enerġija għax il-Gvern Nazzjonalista m'għandu l-ebda idea ċara kif pajjiżna għandu verament jimxi f'dan il- qasam.", "Dan l-aħħar għamilt mistoqsija parlamentari u staqsejt lill- ministru jekk jistax jgħid lill-Kamra x'inhi l-politika tiegħu dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna.", "Għal mistoqsija serja bħal din, minflok ma l- ministru ġie hawnhekk u tana elenku ta' x'inhi l-viżjoni moderna tiegħu dwar l-użu ta' l-enerġija f'dan il-pajjiż, ħa l-okkażjoni biex bħalma jagħmel ħafna drabi, jitkellem fuq suġġetti totalment irrelevanti.", "Dan ifisser li m'hemm l-ebda viżjoni politika u l-ebda ħjiel ta' iniżjattivi ġodda għal dan il-qasam.", "Kif għidt qabel, peress li dan il-qasam huwa importanti ħafna, huwa importanti wkoll li jkollna ministru jew segretarju parlamentari li jindirizzaw ruħhom lejn il-problemi u l-isfidi ta' dan is- settur li fuqu tiddependi l-ekonomija tal-pajjiż.", "Per eżempju, s-Sur Ronnie Vella li huwa d-distribution manager ta' l-Enemalta, kien ġie rapportat li qal hekk:", "''The problem with our energy situation is that it is politically not economically driven.''", "Dan ifisser li waħda mill-problemi kbar li qed jara dan is-senior manager ta' l-Enemalta huwa li f'dan il-qasam ta' l-enerġija hemm indħil politiku u l-ebda sens ta' kif timxi azjenda kummerċjali.", "Imbagħad illejla jiġi l- ministru jitkellem fuq demand management u jgħid li għandha tidħol id-dual tariff system u li rridu ngħallmu lin-nies biex kemm jista' jkun jibdew jużaw id-dawl matul il-lejl u mhux matul il-ġurnata!", "Meta jien għamilt mistoqsija parlamentari lill-ministru dwar jekk il-waters services corporation għandhiex struzzjonijiet biex tuża iżjed il-kurrent elettriku matul il-lejl ħalli ma jkunx hemm dak il-peak demand matul il-ġurnata, dan ma kienx kapaċi jagħtini risposta.", "Dan ifisser li m'hawn viżjoni ta' xejn u tan-naħa l-oħra jitkellmu biss fl-arja u fil-baħħ.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Buhagiar, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Buhagiar ikompli jinstema'.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar ikompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Sur President, kont qed ngħid li dan il-gvern qed juri li għandu nuqqas ta' serjeta' u nuqqas ta' viżjoni.", "Hawnhekk jintqal ħafna diskors imma meta naslu għall-fatti lanqas inkunu nafu x'inhuma l- prijoritajiet.", "Jekk qed nitkellmu fuq demand management biex innaqqsu l- peak demand matul il-ġurnata, il-gvern bilfors irid jieħu miżuri immedjati.", "Per eżempju, l-ewwel miżura li jista' jieħu l-gvern hija li jagħti d- direzzjonijiet li jkun hemm bżonn biex il-WSC li, kif għidt, tuża madwar 20% tad-dawl elettriku, tibda taħdem matul il-lejl biex tnaqqas id-demand matul il-ġurnata.", "Minn dak li qal il-ministru naraw kemm verament tan-naħa l-oħra huma fqar mill-ideat u kemm jaraw biss sal-ponta ta' mneħirhom.", "Sfortunament għandna korporazzjoni li moħħha biss biex tara kif sena wara l- oħra tiġġenera iżjed elettriċita' mingħajr ma tikkonsidra ideat ġodda.", "Dik hija l-unika viżjoni li għandha l-Enemalta.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq in- nuqqas ta' viżjoni dwar l-użu ta' enerġija alternattiva.", "F'ċerti pajjiżi l-użu ta' enerġija alternattiva jagħmel parti sostanzjali mill-operazzjoni ta' l-enerġija.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn Sweden isib li kważi 25% ta' l-enerġija li tintuża fil-pajjiż ġejja minn sorsi ta' enerġija alternativa.", "Insibu wkoll li fl-1995 fil- Portugal, li wieħed jista' jikkomparah ma' pajjiżna, kellhom kważi 16% ta' l-enerġija ġejja minn użu ta' enerġija alternattiva, jiġifieri mhux minn ħruq ta' żejt jew faħam.", "Nista' nsemmi wkoll lil Spanja, fejn għandhom kważi 6% ta' l-enerġija ġejja minn użu ta' enerġija alternattiva u l- Lussemburgu li l-perċentwali tiegħu huwa 1.4%.", "Imbagħad meta tħares lejn Malta ssib li l-perċentwali tagħna tinżel għal xejn u dan minkejja li għandna pajjiż maħruq bix-xemx kważi s-sena kollha.", "Aħna nistgħu nużaw ix- xemx biex niġġeneraw parti mill-bżonnijiet tagħna ta' l-enerġija, bħalma jagħmlu pajjiżi oħrajn, pero' l-gvern u l-korporazzjoni ma jsemmu xejn dwar dan.", "Pajjiżi oħra bħal Ċipru u Iżrael jaraw kif jagħmlu biex jużaw enerġija alternattiva ħalli jnaqqsu d-domanda mill-power stations u l-ħruq ta' żejt u faħam li jagħmel ħażin għas-saħħa tan-nies tal-pajjiż.", "Per eżempju, f'Iżrael hemm madwar miljun solar water heater, jiġifieri 93% ta' l-ilma kollu jissaħħan b'din is-sistema, u f'Ċipru ssibu fuq kull dar.", "Nerġa' ntenni li minkejja li l-Ministru Bonnici ġie jitkellem fuq dan il- qasam, ma semma l-ebda viżjoni dwar kif l-Enemalta tista' tipproduċi iżjed enerġija b'mezzi alternattivi imma tkellem biss dwar kif tista' tipproduċi iżjed enerġija.", "Fil-bidu ta' din il-leġislatura f'din il-Kamra kien ġie ppreżentat ktieb li jismu ''Malta Energy Revolution'' u jien nħeġġeġ lill-Enemalta biex takkwista kopja għax fih diversi suġġerimenti tajbin.", "Jagħmel ħafna sens li jkollna korporazzjoni li jkollha viżjoni biex tibda tuża enerġija alternattiva li ma tirrikjedix flus u mhux biss tħares sal-ponta ta' imneħirha u tara kemm se tkun kapaċi taħraq żejt u tipproduċi elettriku b'mod konvenzjonali.", "Irridu niftakru li iżjed ma nipproduċu elettriku bil-metodu konvenzjonali iżjed nitilfu flus.", "Illum jekk nużaw is-sistemi alternattivi li semmejt u li huma ppruvati f'pajjiżi oħrajn bħalna fil- Mediterran, mhux biss niffrankaw il-flus u ma nispiċċawx b'korporazzjoni midjuna imma nkunu qed inħarsu l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini.", "Minkejja l-problemi finanzjarji kbar li kien sab, il-Gvern Laburista kien diġa' ħoloq ċerti inċentivi biex jeduka lin-nies ħalli dawn jibdew jużaw is- solar water heaters u niffrankaw madwar 7% tas-saħħa tal-kurrent elettriku.", "Pero' dan il-gvern dawn l-affarijiet importanti ma jsemmi xejn dwarhom.", "Fil-fatt mill-mistoqsija parlamentari li għamilt jidher li l-ministru m'hu intiż xejn dwar dan is-suġġett.", "Irridu nitkellmu wkoll dwar kif ngħallmu lill-poplu jikkonserva jew juża tajjeb l-enerġija li nipproduċu.", "Hawnhekk tajjeb li nsemmi li l-Onor.", "Fenech Adami kien ġie rapportat li qal hekk fil-ġurnal \"The Times\" tat-30 ta' Settembru, 1995:", "\"Today the conservation of energy is the key to sustainable development.", "We need to ensure that better use is made of the resources we have available.\"", "Hekk kien qal il-Prim Ministru preżenti tliet snin u nofs ilu.", "Issa jien nistaqsi: X'għamel il-gvern u l-korporazzjoni matul dawn it-tliet snin u nofs dwar l-użu tajjeb ta' l-enerġija u dwar is-sustainable development?", "Jien jiddispjaċini ngħid li f'dan il-qasam ma sar xejn.", "Nerġa' nħeġġeġ lil min hu inkarigat f'dan il-qasam biex iħares sew lejn dan il-ktieb, forsi nbiddlu l-viżjoni stereotipata li għandna dwar l-użu ta' l-enerġija.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar l-energy audits.", "Meta staqsejt lill-ministru konċernat kemm jaħseb li tintuża enerġija għar-refrigeration, għall-air-conditioning, għal-lighting u fil-kċina ma kienx kapaċi jagħtina risposta pero' qalli li tqabbdet kumpannija Franċiża, l-EDF, li qed tagħmel dan it-tip ta' studju biex inkunu nafu fejn verament sejra l-enerġija u kif nistgħu nikkonservawha.", "Barra minn hekk huwa importanti li l-pubbliku jkun edukat dwar l-użu tajjeb ta' l-enerġija.", "Jekk nużaw l-enerġija biex insaħħnu d-djar tagħna huwa importanti li l- pubbliku jkun jaf li dak m'huwiex mezz effiċjenti kif tuża l-enerġija imma f'dan il-qasam il-korporazzjoni ma titkellem xejn.", "Huwa importanti wkoll li f'pajjiżna ndaħħlu apparat li jutilizza tajjeb l-enerġija.", "Irridu niftakru li kull meta nużaw l-enerġija elettrika nkunu qegħdin nitilfu l- flus għax il-gvern ikun qed jissussidja.", "Għalhekk irridu naraw li l- enerġija nużawha tajjeb biex ma nkomplux għal sena wara l-oħra nitilfu l- miljuni kbar ta' liri f'dan il-qasam.", "Per eżempju, nistgħu ndaħħlu l- energy efficient bulbs.", "Dawn huma bozoz li l-enerġija jużawha b'mod tajjeb.", "Huwa importanti wkoll li nkomplu nsusu fuq il-fatt li ma jkomplix jinħela ilma.", "Għal ħafna żmien konna spiċċajna naħlu 60% tal-produzzjoni ta' l- ilma fit-toroq, fid-drenaġġ u fil-pajpijiet ta' l-ilma.", "Dan ifisser li konna nonfqu dawk il-flus kollha biex il-WSC tkun tista' tipproduċi l-ilma, imbagħad 60% ta' l-ilma jinħela!", "Għal ħafna snin f'din is-sitwazzjoni konna.", "Niftakar illi l-Onor.", "Charles Buhagiar kien dam jitkellem fuq din il-problema għal ħafna snin u meta niġu għall-estimi tal-WSC nitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "M'għandniex nibqgħu nkomplu nipproduċu l-ilma bl-addoċċ imma għandna noqogħdu attenti biex ma nitilfux l-ilma u biex nużaw tajjeb l-enerġija elettrika.", "Irridu anke ndaħħlu l-konċett li d-djar jinbnew b'mod tajjeb biex jippreservaw l-enerġija għax kemm fix-xitwa kif ukoll fis- sajf qed nużaw ħafna elettriku biex inżommuhom sħan jew kesħin.", "Per eżempju, peress li llum il-ġurnata kulħadd qed iqabbad l-air-conditioner biex daru jew l-uffiċċju tiegħu jkunu protetti mis-sħana, ovvjament aktar ma jgħaddi żmien aktar qed ikun hemm użu ta' enerġija.", "Kif diġa' għidt, l- Enemalta mhux biss trid tara li tipproduċi iżjed enerġija imma trid tara wkoll kif nistgħu nikkonservawha - kif indika l-Prim Ministru preżenti tliet snin u nofs ilu iżda l-korporazzjoni m'għamlet xejn dwar dan - u kif nistgħu nużaw enerġija alternattiva kif jagħmlu pajjiżi oħrajn li mhumiex żviluppati aktar minna.", "Jekk wieħed iħares lejn il-lista ta' pajjiżi li hemm f'paġna 13 ta' dan il-ktejjeb isib li Malta qiegħda fl- aħħar post għax ma tuża ebda enerġija alternattiva.", "Jekk irridu nitkellmu bis-serjeta' dwar dan is-suġġett irridu naraw li jkollna viżjoni, li sfortunatament jidher li dan il-gvern m'għandux f'dan il-qasam.", "Wieħed irid jitkellem ukoll dwar l-ambjent għax dan huwa suġġett li f'dan il-qasam ma tistax tħallih barra.", "Fil-fatt mir-rapport annwali jidher li l- korporazzjoni hija konxja mit-tinġiż ta' l-ambjent li tikkawża hi stess.", "Din tgħid hekk:", "\"As a producer of energy, Enemalta has the duty to protect the environment for this and future generations.\"", "Mela suppost li l-korporazzjoni hija kommessa li tipproteġi l-ambjent għan- nies tal-lum u għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Ikun tajjeb li naraw jekk il- korporazzjoni hux qed timxi ma' dan il-mission statement tagħha jew hux qed tagħmel xi froġa oħra, anke rigward il-protezzjoni ta' l-ambjent.", "Fl- earth summit li sar f'Rio de Janeiro fl-1992 fejn kien hemm 115-il pajjiż li ffirmaw il-climate treaty - Malta ffirmat ukoll - kien hemm qbil li sas- sena 2000 dawn il-pajjiżi għandhom inaqqsu l-carbon dioxide emissions li jagħmlu ħsara lill-ambjent u lill-atmosfera sal-livelli li kien hawn fl- 1990.", "Il-korporazzjoni m'għamlet xejn biex tasal għal dan il-għan u ma ħsibniex biex nużaw enerġija alternattiva ħalli nnaqqsu l-użu ta' fossil fuels u l-carbon dioxide emissions, bil-konsegwenza li mhux biss se jbatu l- ġenerazzjonijiet tal-lum imma se jbatu ġenerazzjonijiet futuri u dan imur kontra l-mission statement ta' l-istess korporazzjoni.", "Jekk aħna rridu noħorġu rġiel ma' sħabna li ffirmaw dik il-konvenzjoni rridu nibdew minn issa nużaw tajjeb l-enerġija u naraw minn fejn inġibu enerġija oħra li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u lil saħħet iċ-ċittadini.", "Sfortunatament lanqas hawnhekk ma naraw li l-gvern qed juri xi interess bil-policies li qed jgħabbi lill-korporazzjoni bihom.", "Il-ministru ma semma assolutament xejn dwar dan.", "Pajjiżi oħrajn bħalna, li mhumiex żviluppati iżjed minna, qed jieħdu dawn l-affarijiet b'serjeta' kbira u jiffirmaw dawn il- konvenzjonijiet li mhumiex sempliċement biċċiet ta' karta imma għandhom sens loġiku ħafna.", "Aħna spiċċajna lura ħafna f'dan il-qasam.", "Jekk wieħed iħares lejn ktejjeb ieħor li ġie ppreżentat dan l-aħħar f'din il-Kamra, li jismu ''Malta at a Glance'', maħruġ mis-central office of statistics, isib li paġna 20 titkellem fuq l-emissions ta' gassijiet tossiċi.", "Per eżempju, issemmew emissions ta' sulphur dioxide u s-sulphuric acid, li l-ministru jaf kemm jagħmel ħsara lill-ambjent, lis-saħħa taċ- ċittadin u anke lill-ġebla Maltija.", "Gassijiet tossiċi oħrajn li joħorġu mill-impjanti tal-power stations u minn sorsi oħrajn li għandna fil-pajjiż huma n-nitreous oxide, metane, carbon monoxide, carbon dioxide, nitrogen dioxide u ammonia.", "Insibu li 62% minn dawn il-gassijiet tossiċi joħorġu mill-power stations tal-Marsa u Delimara u 16.6% joħorġu mill-vetturi li għandna fil-pajjiż kollu.", "Studju ieħor jismu ''Atmospheric Sulphur Dioxide Pollution in Malta - A Preliminary Study''.", "Parti minn dan l-istudju huwa kkwotat f'paġna 3 tal- ktieb li semmejt qabel, ''Malta Energy Revolution'', li jitkellem dwar il- ħsara kbira li ssir liċ-ċittadini u lill-pajjiż mis-sulphur dioxide.", "F'dan il-ktieb hemm hekk:", "\"The results presented in this work indicate that the air quality in Marsa, Hamrun and Paola, that is areas proximate to the Marsa power station, is being adversly affected by the emission of sulphur dioxide from the stocks of the power station.''", "Dan ifisser li kulħadd qed jammetti li fil-Marsa, l-Hamrun u Raħal Ġdid qed issir ħsara kbira liċ-ċittadini minħabba s-sulphur dioxide emissions.", "Hawnhekk irridu nieħdu dawn l-affarijiet b'iżjed serjeta' għax waħda mir- raġunijiet li l-Partit Nazzjonalista ried jagħmel power station ġdida f'Delimara kienet li dak iż-żmien kien inkwetat dwar it-tinġis ta' l- ambjent fl-areas tal-Marsa, Raħal Ġdid, il-Ħamrun u l-Belt.", "Fil-fatt fil- mozzjoni li kienu ppreżentaw kienu qalu hekk:", "\"Since the power station at Marsa cannot be expanded and is already polluting in a manner which is unacceptable the environment of a densely populated area ...\"", "Fil-Marsa, Raħal Ġdid, il-Hamrun u l-Belt kien hemm livell ta' tinġis ta' l- ambjent li ma kienx aċċettabbli għas-saħħa taċ-ċittadini u llum, li għadda dan iż-żmien kollu, insibu li l-power station ta' Delimara qed tipproduċi inqas enerġija minn dik tal-Marsa.", "Fil-fatt mingħajr ma neħdu in konsiderazzjoni l-combined cycle, insibu li l-power station ta' Delimara tiġġenera 194MW ta' enerġija u l-power station tal-Marsa tiġġenera 272 MW.", "Dan ifisser li minkejja li għadda dan iż-żmien kollu u minkejja li kienu jgħidu li kienu nkwetati minħabba l-pollution, xorta għadna niddependu fuq il-power station tal-Marsa.", "Dan huwa falliment tal-politika tal-Gvern Nazzjonalista għax huwa evidenti li l-oġġettivi li kellu snin ilu ma laħaqhomx.", "Dawn l-affarijiet irridu neħduhom bis-serjeta' u mhuwiex biżżejjed li jiġi l-ministru u jgħid żewġ kelmiet żgħar fuq is-sulphur content.", "Is-sulphur content tal-fuel li jintuża fil-Marsa power station huwa għoli mmens u mhux veru li jkun biżżejjed jekk isiru xi alterazzjonijiet fis-sistema biex jinħaraq dan il-fuel.", "Bħalissa qegħdin nużaw fuel li għandu sulphur content għoli ħafna u qed jagħmel ħafna ħsara liċ-ċittadin.", "Minn studji mediċi li saru jirriżulta li n-nies li joqogħdu n-naħat ta' l-Imsida, il-Marsa, Raħal Ġdid u l-Ħamrun ibatu minn mard respiratorju, bħall-asthma, chronic bronchitis u kanċer fil-pulmun iżjed minn nies oħrajn li jgħixu f'dawn il-gżejjer.", "Dawn l-affarijiet irridu neħduhom bis-serjeta' u għandna nieħdu l-passi mmedjati biex nirranġaw is- sitwazzjoni u mhux niġu nitkellmu hawnhekk b'mod superfiċjali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Buhagiar, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: |va)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "Mr Speaker, meta l-ministru ġie jitkellem hawnhekk għamel plejtu sħiħ, biex mingħalih jiskorja xi goal politiku, għax qal li l-light fuel oil fih 1.8% sulphur content.", "Issa l-light fuel oil jintuża minn sezzjoni żgħira ħafna tas- settur kummerċjali.", "Saħħet il-poplu għandna neħduha bis-serjeta' u mhux niżżuffjettaw biha b'dan il-mod.", "Hawnhekk ta' min igħid li l-power station tal-Marsa taħraq żejt li fih 3.5% sulphur content u dan juri n-nuqqas ta' viżjoni u n-nuqqas ta' serjeta' tal-gvern preżenti dwar dan il-qasam u dwar l-użu ta' l-enerġija.", "Issa, Sur President, se ngħid xi ħaġa dwar il-power station ta' Delimara.", "Illejla l-ministru semma l-kwestjoni tal-combined cycle - fil-fatt kemm- il darba semmiha f'dan il-parlament - u donnu li jrid jagħti tort lill- ħaddiema għaliex din is-sistema għada ma bdietx topera.", "Il-verita' hi li l-combined cycle għadha ma bdietx titħaddem minħabba l-kumpanniji barranin li tqabbdu biex jinstallawha.", "Barra minn hekk, nafu li kien inqala inċident għall-ħabta tal-Milied, li ħadd ma kellu kontroll fuqu, u allura mhux se nkun daqshekk iblah u nikkritika lill-ministru għaliex ma kienx kapaċi jinawgura l-impjant il-ġdid f'Jannar jew Frar ta' din is-sena.", "Jien mhux se nipprova niskorja punt politiku fuq ħaġa bħal din għaliex naf li biex tkun serju ma tridx tkun partiġjan.", "Ħaġa oħra sorprendenti kienet meta b'risposta għal mistoqsija ta' l-Onor.", "Joseph Cuschieri, dwar jekk kienx hemm problema bis-sisien tal-power station ta' Delimara, il-ministru stqarr li ma kien jaf xejn.", "Meta mort jien personalment u tkixxift maċ-chief technician inkarigat mill-power station ta' Delimara, dan lili qalli li ma jistax ikun hemm l-iżvilupp mixtieq minħabba li hemm problema strutturali fis-sisien.", "Jekk il-ministru mingħalih li m'hemmx problemi, ngħidlu li jaqbillu jmur jitkellem ma' min jaf l-affarijiet sew.", "Jidher li l-ministru f'dan il-qasam m'hu intiż xejn u ma jafx x'inhu jiġri.", "Qed ngħid dan għaliex jista' jkun li xi darba wieħed ikun irid jestendi l-faċilitajiet li hemm fil-power station ta' Delimara - m'iniex qed ngħid li hemm bżonn li jsir hekk - u allura kont nippretendi li l-ministru jkun jafhom dawn l-affarijiet u mhux jiġi hawnhekk u jispara risposti off the cuff.", "Mr Speaker, għandna sitwazzjoni fejn l-Enemalta tidher li hija l- produttur u r-regolatur fl-istess ħin tas-settur ta' l-enerġija.", "Jekk irridu nirregolaw dan il-qasam kif suppost, irridu bilfors naraw li jkun hemm istituzzjoni nazzjonali indipendenti, għaliex inkella se nispiċċaw b'korporazzjoni blindfolded, li tħares biss lejn direzzjoni waħda.", "F'paġna 7 tal-''Malta Energy Revolution'' hemm li għandu jkun hawn istituzzjoni indipendenti dwar l-użu ta' l-enerġija u li l-funzjonijiet tagħha għandhom ikunu li tiggarantixxi provvista suffiċjenti ta' enerġija mingħajr perikli, li tiggarantixxi l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija alternattiva, li bil-mod il-mod innaqqsu l-użu ta' fossil fuels - biex forsi xi darba nkunu konformi ma' dak li ffirmajna f'Rio de Janeiro - u li nużaw l-enerġija b'mod iżjed loġiku.", "Jien naqbel mas-suġġeriment ta' dan il-ktejjeb, jiġifieri li għandha ssir istituzzjoni indipendenti li tirregola l-ħidma tal-Korporazzjoni Enemalta u tagħtiha xi forma ta' direzzjoni u jekk m'iniex sejjer żball, anke l-ministru semma xi ħaġa f'dan ir-rigward fl-introduzzjoni tiegħu.", "Sur President, huwa importanti li l-korporazzjoni żżomm kuntatt li jagħmel sens mal-konsumatur.", "Jien informat li xi darba kien hemm il-ħsieb li jinfetaħ customer care centre - nixtieq li l-ministru jgħidli x'sar minnu dan - biex l-Enemalta tkun f'pożizzjoni aħjar li tkun taf x'inhuma l-bżonnijiet tal-konsumatur u tkun tista' tedukah dwar l-użu tajjeb ta' l- enerġija.", "Huwa importanti li l-korporazzjoni tkun sensittiva għad- domandi tal-konsumatur, ħalli tibda tadatta l-produzzjoni tagħha skond is- sistema ta' demand management.", "F'dan ir-rapport ma tantx issemmiet ir- relazzjoni li għandha l-Korporazzjoni Enemalta mal-konsumatur u mal- kunsilli lokali.", "Il-ġimgħa l-oħra rajna kemm l-id ix-xellugija tal-gvern ma tafx x'inhi tagħmel l-id il-leminija.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li meta ġie mistoqsi x'se jsir dwar il-bozoz tat-Triq il-ministru qal li qed jistenna r-rakkmandazzjonijiet ta' studju li sar dwar dan is-suġġett, ftit ġranet qabel is-segretarju parlamentari, l-Onor.", "Austin Gatt, f'din l- istess Kamra u ftit siġġijiet 'il bogħod mill-ministru qalilna li l- kunsilli lokali ngħataw l-inkarigu li jieħdu ħsieb l-istreet lighting ta' kullimkien.", "Sfortunatament il-gvern f'dan il-qasam m'hu qed juri li huwa intiż xejn u ma jafx x'inhu jiġri, bil-konsegwenza li qed ibatu ċ-ċittadini - jekk xi ħadd imur għand il-kunsilli lokali jew għand il-membri parlamentari jilmenta fuq xi bozza ma jasal mkien - u peress li m'hemmx biżżejjed ingranaġġ bejn is-sezzjonijiet tal-gvern preżenti.", "Jekk wieħed iħares lejn il-mistoqsijiet parlamentari jsib li l-istreet lighting huwa qasam traskurat immensament u l-iskużi li jġibu huma li l-korporazzjoni m'għandhiex bozoz, li m'għandhiex ħaddiema biżżejjed u li għandha problemi finanzjarji.", "Imbagħad jiġi l-ministru hawnhekk u jitkellem fuq kollox, saħansitra fuq il-year 2,000 bug, u ma jkunx kuraġġuż biżżejjed biex jgħidilna x'inhuma l-problemi veri ta' l-Enemalta.", "Il-Gvern Laburista kien jgħid x'inhuma verament il-problemi li dan il-pajjiż qed jiffaċċja pero' issa għandna l-istess gvern li kellna bejn l-1992 u l-1996 li jgħid kollox barra l-verita'.", "Nerġa' ngħid li minħabba dan kollu qegħdin ibatu ċ-ċittadini u l-kunsilliera, li l-ħin kollu jridu jiffaċċjaw lin-nies u ma jkunux jistgħu jaqduhom.", "Dan kollu juri li l-korporazzjoni m'hijiex sensittiva għall-bżonnijiet taċ-ċittadin.", "Din hija l-verita'.", "Hawnhekk tidħol il-kuxjenza soċjali għax aħna rridu nkunu kapaċi nżommu korporazzjoni b'saħħitha biżżejjed biex taqdi liċ-ċittadini fil-bżonnijiet tagħhom pero' dan m'aħniex nagħmluh.", "Il-ministru semma wkoll ix-xiri taż-żejt.", "Nafu li l-ex-chairman tal- korporazzjoni kien ħareġ bl-idea li jdaħħal is-sistema tal-hedging - forma ta' ftehim ma' kumpanniji taż-żejt għall-istabilizzar tal-prezz - u bħala riżultat ta' dan ix-xogħol l-Enemalta marret aħjar milli kienet qed tistenna, imbagħad jiġi l-ministru bil-benefiċċju tal-hindsight jikkritika din is-sistema għall-mod kif żvolġew l-affarijiet!", "L-ewwelnett qatt qabel ma kienet għada tħaddmet sistema bħal din, għax fil-fatt din is- sistema ġiet varata minn bniedem business-oriented, li kien ġie appointed chairman ta' l-Enemalta, għall-viżjoni kummerċjali li jħaddan.", "(Interruzzjonijiet) Wara kulħadd bravu!", "Kieku l-ministru jkun jaf x'se jiġri bil-quddiem, kieku m'għandux għalfejn jiġi hawnhekk imma jaqbillu jmur jilgħab bix-shares fuq l-istock exchange u malajr isir l-akbar miljunarju fid-dinja.", "Is-sistema ta' management li daħħal l-ex-chairman iffrankat lill-Enemalta flus kbar u inutli niġu hawnhekk u nikkritikaw nies li kellhom ċerta viżjoni biex mingħalina niskorjaw politikament.", "Jien ngħid li l-korporazzjoni għandha titkellem direttament ma' min jissupplixxi ż-żejt għax jiddispjaċini ngħid li għandi informazzjoni li bħalissa l- korporazzjoni qed tipprova tasal fi ftehim ma' brokers taż-żejt u mhux direttament ma' kumpanniji bħax-Shell u t-Texaco.", "Jien ngħid li biex l- Enemalta tieħu prezz tajjeb u żejt ta' kwalita' tajba għandha tagħmel trattattivi diretti ma' kumpanniji li jissupplixxu ż-żejt.", "B'hekk inkunu nistgħu nindirizzaw il-problema tat-tinġis ta' l-ambjent, minħabba li nkunu kapaċi nużaw żejt b'kontenut anqas ta' kubrit, bl-istess prezz jew bi prezz orħos milli qegħdin nagħmlu bħalissa.", "Suġġeriment ieħor li nixtieq nagħmel lill-Enemalta huwa li l- korporazzjoni tara li dawk l-insurance surveyors li timpjega magħha biex imorru jispezzjonaw iż-żejt li tkun se tixtri, jagħmlu xogħolhom tajjeb u they are to be held accountabe ħalli l-korporazzjoni tieħu ż-żejt li tkun qed tħallas għalih u mhux tispiċċa tħallas għal żejt tajjeb u bħala riżultat ta' xogħol ħażin tieħu żejt ta' kwalita' ħażina, jiġifieri tħallas għad-debba, kif jgħid il-Malti, u mbagħad tieħu l-ħmara.", "Skond informazzjoni li għandi, dan huwa li qed jiġri fl-Enemalta.", "Il-ministru semma s-serq tad-dawl u qal li din hija problema kbira pero' għadni sorpriż kif għadu ma semma xejn dwar il-problema finanzjarja kbira li għandha l- Enemalta.", "Jien ma ġejtx preparat biex nitkellem fuq dan is-suġġett pero' tajjeb li wieħed jgħid li taħt Gvern Laburista, l-unaccounted for electricity naqas minn 12% għal 8%.", "Meta l-Onor.", "Ninu Zammit staqsa lill- Onor. Leo Brincat kif kien irnexxielu jniżżel l-unaccounted for electricity minn 12% sa 8%, ir-risposta sempliċement kienet li l-Gvern Laburista żied is-superviżjonijiet u l-qari tal-meters eżistenti u ma qagħadx isemmi meters speċjali u connections ta' meters li għandu suspett fihom.", "Il-ministru għamel eloġju sħiħ dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma li ħabbar Gvern Nazzjonalista biex jipprova jiskorja goal politiku ieħor pero' ma qalx li skond kalkoli li saru mill-Enemalta stess, kważi 60,000 familja ma kienx se jkollhom żieda bit-tariffi li kien qed jipproponi l-Gvern Laburista.", "Din hija l-informazzjoni li għandi jien mill-korporazzjoni stess.", "Biex il-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-elezzjoni jiskorja politikament spiċċa jagħfas fuq dawk il-ftit li verament irċevew kontijiet tad-dawl għoljin u rnexxielu jesaġerahom biex dawn is-60,000 familja li ma kienx se jkollhom żidiet fit-tariffi tad-dawl u l-ilma ma dehrux imma dehru biss dawk il-ftit li rċevew kontijiet għoljin.", "Hawnhekk ta' min igħid li l- intenzjoni tal-Gvern Laburista kienet li l-kontijiet tad-dawl jogħlew bejn 20% u 30% biss - u mhux kif semma l-ministru - pero' minħabba problemi li kienu jeżistu qabel l-1996 fis-sezzjoni minn fejn joħorġu l-kontijiet, sfortunatament ħarġu kontijiet esaġerati.", "Filwaqt li l-Gvern Laburista jerfa' r-responsabbilta' ta' dawk il-kontijiet esaġerati li ħarġu, xorta jgħid li parti kbira minn dak li ġara ġie kkawżat minħabba s-sitwazzjoni kaotika li kienet u għadha teżisti fis-sistema tal-billing tad-dawl u l- ilma.", "Ta' min jgħid li s-sistema tal-billing hija konċentrata fil-water services corporation.", "Qabel l-1996 ipprovaw jaġġornaw is-sistema li kien hemm pero' minflok aġġornawha, għamluha aktar kaotika minn qabel.", "Fil-fatt qabel l-1996 il-pajjiż kien ilu sena sħiħa ma jirċievi kontijiet tad-dawl u ilma.", "Imbagħad tela' Gvern Laburista u l-kontijiet ħarġu - ġieli ħarġu kontijiet esaġerati iżjed milli kien qiegħed jagħti struzzjonijiet il- gvern - u llum qegħdin fl-istess sitwazzjoni.", "Issa inutli jiġi l-ministru jgħidilna li fi Frar jew f'Marzu ħerġin il-kontijiet għax f'ħames xhur ta' Gvern Nazzjonalista l-kontijiet għadhom ma ħarġux.", "Illejla, bil-pompa kollha, il-ministru qalilna li l-kwestjoni tat-tariffi ġiet mirbuħa.", "Fil-fatt din il-kwestjoni ma ġiet mirbuħa xejn għax il- kontijiet għadhom ma ħarġux u minkejja li r-rati ġew riveduti, il-poplu xorta qed jibża' mill-kontijiet.", "Fil-fatt ħafna familji m'humiex preparati għal dawn il-kontijiet li se joħorġu.", "Jekk il-ministru mingħalih li solva l-problema tat-tariffi tad-dawl u l-ilma, ngħidlu li ma solva xejn għax ix- xokk fuq il-familji Maltin għadu ġej.", "Minħabba dan id-dewmien fil-ħruġ tal- kontijiet, l-Enemalta għandha cash flow problem enormi u l-ħin kollu qed tissellef il-flus mingħand il-gvern biex tħallas il-pagi tal-ħaddiema u affarijiet essenzjali.", "Issa qed igħidulna li m'għandhomx bozoz, m'għandhomx pajpijiet u affarijiet biex jirranġaw l-apparat.", "Dawn id- defiċjenzi kollha huma riżultat tas-sitwazzjoni kaotika li hemm f'dan id- dipartiment.", "Dawn l-affarijiet irridu nirranġawhom u mhux mingħalina solvejna l-problema u fil-fatt ma nkunu solvejna xejn.", "Fil-budget il-ministru ma qalilniex li fil-prezz tal-leaded petrol hemm żieda ta' 8.3% u fuq l-unleaded petrol hemm żieda ta' 18%.", "Lill-poplu raħħsulu t-tariffi tad-dawl u l-ilma u għollewlu l-petrol.", "Jekk bniedem li juża l-unleaded petrol jonfoq Lm5 fil-ġimgħa se jkollu jħallas 90c aktar; jekk jonfoq Lm6 se jkollu jħallas Lm1.09 aktar; jekk jonfoq Lm7 se jidħol fi spiża ta' Lm1.27 aktar; jekk jonfoq Lm8 se jħallas Lm1.45 aktar; jekk jonfoq Lm10 se jidħol fi spiża aktar ta' Lm1.81; jekk jonfoq Lm15 se jibda jħallas Lm2.72 iżjed u jekk jonfoq Lm20 se jħallas Lm3.63 aktar fil- ġimgħa.", "Il-ministru ma semma xejn dwar dan il-piż li bih għabbew liċ- ċittadini imma semma biss li raħħsu t-tariffi tad-dawl u ilma.", "Fil- budget ma ssemma xejn dwar il-ħsara li jagħmel il-petrol biċ-ċomb fuq is- saħħa taċ-ċittadin, speċjalment fuq moħħ it-tfal.", "Ta' min igħid li l- pajjiżi Ewropej kollha għandhom rati preferenzjali fuq l-unleaded petrol pero' dan il-gvern Alla jbierek qabad u għolla l-prezz.", "Nerġa' ngħid li l- Gvern Nazzjonalista raħħas ħaġa u għolla oħra, imbagħad jiġi l-ministru hawnhekk u b'mod propagandistiku jibda jsemmi t-tariffi tad-dawl.", "Issa nispera li jiġi xi kelliem min-naħa tal-gvern u jispjega x'kienet ir- raġuni li għollew il-petrol.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-ministru għamel plejtu sħiħ għax roħos il- pitrolju pero' minn dan gawdew in-nies li jabbużaw minnu u li bih jagħmlu ħsara liċ-ċittadin.", "Il-verita' hi li meta għollejna l-pitrolju, l-użu tiegħu naqas u żdied l-użu tad-diesel.", "M'huwiex veru li l-pitrolju jintuża l-aktar mill-anzjani biex isaħħnu d-djar tagħhom għax dawn jibżgħu jużawh.", "Il-biċċa l-kbira ta' l-anzjani jużaw il-kurrent elettriku biex isaħħnu darhom.", "Dan kollu jfisser li biex taparsi raħħasna xi ħaġa spiċċajna nissussidjaw lin-nies li jabbużaw mill-pitrolju.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar id-diviżjoni tal-gass, Sur President.", "Jekk wieħed iħares lejn appendiċi 8 tal-financial estimates, isib li fl- 1996 il-Kumpannija Enemalta tilfet Lm532,000 u fl-1997 tilfet Lm747,000.", "Dan ifisser li sar iżjed telf minn qabel u jien inħeġġeġ biex id-diviżjoni tal-gass issir iktar effiċjenti u biex l-impjant jiġi mmodernizzat.", "Kulħadd jaf li d-diviżjoni tal-gass hija ta' periklu għar-residenti ta' Birżebbuga u għalhekk trid issir xi ħaġa biex saħħet iċ-ċittadin tiġi mħarsa.", "Irridu naraw li dawn in-nies jiġu protetti minn dan l-impjant li huwa ta' periklu, antikwat u ineffiċjenti.", "Jekk wieħed iħares lejn appendiċi 8 jsib li l-biċċa kbira tat-telf li qed isir ġej mis-sezzjoni tad- distribuzzjoni tal-gass.", "Jien ninkoraġixxi lill-management ta' l-Enemalta biex jaraw li din l-korporazzjoni tagħmel xi ħaġa biex dan it-telf ma jkomplix isir.", "Illejla smajna li hemm nuqqas ta' ċilindri u regolaturi tal-gass għax peress li l-korporazzjoni tinsab fis-sitwazzjoni prekarja li ħalliha l-Gvern Nazzjonalista, dawn qegħdin out of stock.", "Hawnhekk tidħol verament il-kuxjenza soċjali għax jekk il-korporazzjoni tkun managed b'mod effiċjenti u ma jsirx tberbiq ta' flus, l-affarijiet essenzjali nsibuhom.", "Illum il-korporazzjoni qiegħda spiċċat f'sitwazzjoni li għandha turnover ta' Lm100 miljun.", "Aħna dejjem nitkellmu fuq l-istess ħaġa, jiġifieri kemm aħna kapaċi nipproduċu enerġija, meta pajjiżi oħrajn qed jieħdu l- affarijiet ferm iżjed bis-serjeta'.", "Minn hawnhekk jien inħeġġeġ biex kulħadd jieħu dan il-qasam verament bis-serjeta' u mhux ħsiebna hu biss li niskorjaw politikament u li nħarsu sal-ponta ta' mneħirna.", "Jien inħeġġeġ biex il-ministru jkun iżjed serju f'dawn l-affarijiet u jidħol iżjed fid- dettall ta' dan is-suġġett.", "Jekk m'għandux ħin biżżejjed għal dan għandu jara li jkun hemm xi ħadd responsabbli li jiddedika l-ħin tiegħu għal dan il-qasam, għax eventwalment ibati ċ-ċittadin li jmur jitkarrab għal dawn il-bżonnijiet bażiċi li jkollu bżonn.", "Jien nixtieq nikkonkludi billi ngħid li rridu niftakru li l-Gvern Nazzjonalista kien ukoll falla f'dan il-qasam bejn l-1992 u l-1996.", "Dan mhux jien ngħidu imma jgħiduh il-konsulenti stess li tqabbdu fl-aħħar ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti - l-Onor.", "Edwin Vassallo ma kienx hawn - qabel l-1996.", "Il-fatt li l-Gvern Nazzjonalista mexxa ħażin il- korporazzjoni qiegħed imniżżel iswed fuq l-abjad pero' tan-naħa l-oħra għadhom ma tgħallmu xejn għax reġgħu qabdu l-istess triq ħażina li kienu qabdu matul l-aħħar ħames snin li kienu għamlu fil-gvern.", "Issa biex mingħalih itaffi t-tariffi tad-dawl u l-ilma l-gvern se joħroġ iżjed flus.", "Dan ifisser li dawn qed imorru kontra s-suġġerimenti tal-konsulenti tal-korporazzjoni stess, li qed jgħidulhom li biex il-korporazzjoni tiġi fuq saqajha trid bilfors tibbilanċja l-ħruġ mad-dħul, jekk ma tridx li toqgħod tmur kull darba għand il-gvern u tgħidlu li m'għandhiex flus biex tħallas lill-ħaddiema u biex tixtri ċ-ċilindri tal-gass u biex tixtri l- bozoz.", "Din m'hijiex tmexxija serja u sostenibbli u jien inħeġġeġ lill- Gvern Nazzjonalista biex ibiddel totalment il-viżjoni li għandu f'dan il- qasam u jiftaħ għajnejh fuq dak li għidt jien.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Vassallo, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Intom għollejtu l-prezz tal-petrol!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Buhagiar, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, il-gvern għolla l-petrol u fuq dan ma kienu semmew xejn fil-programm elettorali.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vassallo, donni qed inniggżek b'dan li qed ngħid!", "MR SPEAKER: Onor. Buhagiar, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, jien inħeġġeġ biex f'dan il-qasam ikollna iżjed ideat ħalli flus il-poplu nonfquhom tajjeb.", "B'hekk din il- korporazzjoni, li hija importanti għall-industrija, għas-settur kummerċjali u għas-settur domestiku ta' pajjiżna tkun iżjed b'saħħitha.", "Nerġa' ngħid li jekk il-korporazzjoni ma tkunx b'saħħitha, ma tkunx tista' taqdi l- funzjoni tagħha skond il-mission statement tagħha stess u jispiċċaw ibatu ċ-ċittadini u dawk in-nies li jifilħu l-anqas.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 9 ta' Frar, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1998/1999 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – it-Tielet Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, jien nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nikkwota minn artiklu li laqatni u li ġie ppubblikat nhar il-Ħadd li għadda, 31 ta' Jannar fil-ġurnal \"It-Torċa\" minn Dr Joe Brincat.", "L-aħħar parti ta' dan l-artiklu li kellu t-titlu \"Alfred\" tgħid hekk:", "\"Forsi fl-aħħar nintebħu li s-sewwa kien dak li pprova jdaħħal Alfred Sant, għax dak kien is-sewwa, imma n-nar tinduna li jaħraq meta tħossu u jasal żmien meta n-Nazzjonalisti jistgħu jħossuh.\"", "Jien naħseb li dan il-paragrafu huwa summary ta' dak kollu li l-Partit Laburista, matul is-sentejn jew inqas li dam fil-gvern tgħallem bil-kbir.", "Bħalma jaf kulħadd, il-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern bl-għajta ta' fiduċja, ġid u direzzjoni.", "Issa li għadda ftit żmien mhux ħażin nistaqsi jien: Fil-gżira Għawdxija ġibna fiduċja, ġid u sens ta' direzzjoni?", "Jien m'iniex se ngħid kif qal membru min-naħa l-oħra li jrid illi lill- Għawdxin il-gvern jagħtihom is-solar heaters.", "Jien mhux se nagħmel bħalma għamel membru min-naħa l-oħra, meta jien kont segretarju parlamentari, li kien jiġi ma' l-Arċipriet tal-Katidral biex jagħmlu car park fiċ- Ċittadella.", "Illum jien nixtieq li dan jieħu affidavit u jgħidilna l- istorja ta' kif twaqqgħu l-kmamar li kien hemm fejn iċ-Ċittadella bl- inġenji tal-gvern.", "Nixtiequ jgħidilna jekk kienx imdaħħal jew jafx min kien imdaħħal biex dawn il-kmamar jitwaqqgħu ħabta u sabta bil-lejl, imbagħad ipprovaw iwaħħlu fil-gvern sempliċement biex jakkwistaw il-voti.", "Kulħadd jaf li lill-Kapitlu tal-Katidral konna eżentajnihom mill-bolla meta xtraw il-każin l-antik tas-Soċjeta' Leone u kulħadd jaf li konna aħna li lill-Katidral konna bgħatnielu nies mal-gvern biex jaħdmu fil-librerija u tajnihom kull għajnuna possibbli.", "Ikun tajjeb li nfakkruhom dawn l- affarijiet tal-passat.", "Jien se ngħid xi ħaġa fuq il-ministeru għal Għawdex.", "Mr Speaker, naħseb li kemm inti, meta kont ministru għal Għawdex, kif ukoll jien, li komplejt warajk, it-tnejn irnexxielna nħallu l-għaqda fost l- Għawdxin u ma qgħadniex naraw il-kulur politiku ta' ħadd.", "Aħna dak li kien tajjeb ħallejnih u dak li kien ħażin warrabnieh.", "Jien naħseb li din hija d-direzzjoni ta' kif għandek tamministra l-gżira Għawdxija.", "Illum x'inhi d- direzzjoni?", "Illum fil-gżira Għawdxija mhux il-Laburisti biss ġew imwarrbin imma wkoll dawk li m'humiex ma' l-Onor.", "Giovanna Debono.", "Dan kulħadd jafu.", "Mr Speaker, nies li qabel kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' personali tiegħek, li kienu kapaċi jaħdmu u li meta konna fil-gvern aħna konna ħallejnihom fejn kienu, illum twarrbu sempliċement għaliex ma vvotawx lill- ministru għal Għawdex.", "Din hija ħaġa ħażina u jien nikkundannaha.", "Jien għalhekk meta jistednuni għal xi functions ma mmurx għaliex ma rridx inkun kompliċi f'din il-messa in scena, fejn taparsi kollox miexi ħarir u fil- fatt hemm diskriminazzjoni sfrenata.", "Illum id-diskriminazzjoni mhijiex bejn Laburist u Nazzjonalist imma hija wkoll bejn Nazzjonalist u Nazzjonalist.", "Jien qed ngħid il-verita' għax dak li nħoss ngħidu.", "Mhuwiex sew li tgħid li kollox huwa miexi tajjeb u li qed issir ġustizzja ma' kulħadd imbagħad minn ġewwa tkun qed tnawwar.", "Dan huwa dak li qed jiġri fil-gżira Għawdxija.", "Issa ħalli nagħti ftit eżempji.", "Fil-kunsill ta' l-Universita' kien hemm bniedem Laburist, is-Sur Horace Mercieca, bniedem integru u kapaċi, u għalkemm kellu r-responsabbilta' ta' l-edukazzjoni fil-gżira Għawdxija, għal xi raġuni jew oħra tneħħa mill- kunsill.", "Issa dan kien bniedem li kien afdat kemm minnek, Mr Speaker, kif ukoll minni.", "L-istess ġara lis-Sur Joe Camilleri, li kien president tal- kunsill tal-kultura.", "Minflok dan il-bniedem li huwa Laburist, kapaċissimu u għalih il-kultura tiġi l-ewwel u qabel kollox, issa hemm Mons Sciberras.", "Jien m'għandi xejn kontra l-Mons Sciberras, anzi kont jien l-ewwel wieħed li meta kien jiġi ħdejja biex ikellimni dwar ix-xiri tal-każin ta' Sannat, ħdimna flimkien biex tingħata l-eżenzjoni mill-bolla.", "Pero' mhuwiex sew li tneħħi bniedem biex minfloku tqiegħed lil ħaddieħor.", "Fil-qasam tal-kultura hemm nies li kellhom simpatija lejk, Mr Speaker, pero' lil dawn neħħewhom mill-karigi li kienu jokkupaw.", "B'dan il-mod irridu namminstraw lill-gżira Għawdxija!", "Ilkoll kemm aħna rridu nkunu solidali biex ngħidu li dan mhuwiex il-mod kif irridu nimxu f'Għawdex.", "Aħna rridu li jkun hemm l- għaqda li kont bdejt int, Mr Speaker, u li komplejt jien warajk.", "Dan illum jafu kulħadd.", "Per eżempju, jien lis-segretarju privat li kellu l-ministru, jiġifieri lis-Sur Borg, għamiltu fit-traffic control board għax huwa bniedem kapaċi u ma qgħadx nara jekk hux blu jew aħmar.", "Dan ħadem ħafna u jien kont ferħan bir-riżultati li ta.", "Imma hekk qed jimxi l-ministeru li hemm illum?", "Sal-lum ix-xarabank tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni għadha mingħajr driver għax dak li sabu huwa Laburist u ma bagħtux għalih.", "Nista' nsemmi wkoll l-istipendji u l-vouchers.", "Jien niftakar kemm ġew studenti jgħajtu u jsaffru quddiem il-bieb tas-segretarjat għax riedu l-istipendji.", "Dawn l- istudenti Illum qegħdin aħjar għax neħħewlhom il-vouchers u l-istipendji għaliex taparsi raħħsulhom il-vapur?", "Jew fi żmienna kienu aħjar meta kellhom il-vouchers?", "Kemm ftaħru u għajtu bil-catamaran!", "Sal-lum dan il- catamaran għadu ma ħadimx u lanqas naħseb li se jaħdem, pero' l-ministru għal Għawdex tgħidx kemm ftaħret u qalet li meta jitla' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, dan se jibda jaħdem mill-għada.", "Ta' min igħid ukoll li l-proċess li bdejt int, Mr Speaker, u komplejtu jien - nista' ngħid li għaraqna l-għaraq tad-demm biex nattwawh - biex kemm jista' jkun l-Għawdxin jaħdmu f'Għawdex, illum kissritu u m'hijiex beħsiebha tkomplih.", "Per eżempju, xi clerks kienu qed jiġu mgħallma biex jitilgħu jaħdmu fis-social security department, pero' mbagħad ħadu minnhom biex imorru jaħdmu fil-ministeru u l-proċess li semmejt tkisser.", "Dak li qed jiġri fil-gżira Għawdxija!", "Aħna m'għamilna vendikazzjonijiet ma' ħadd.", "Aħna konna nafu x'kien qed jiġri fil-public works department, konna nafu min kellu t-telefon dirett għal barra u min kien jitlaq mix-xogħol fil- 11.00 a.m. biex imur ma' sħabu jieħu l-kafe', pero' ma tkellimniex u ħallejna kollox miexi bil-mod u llum dan l-istess bniedem jgħajjat li lill- Laburist ma tridx taqdih.", "Mela l-Onor.", "Debono taħseb li ma nafux x'inhu jiġri fil-ministeru jew m'għandniex ħbieb?", "Ħalli nsemmi każ ieħor.", "Qabel l-elezzjoni fil-Munxar kissru tliet bankini li nzertaw ta' tliet Laburisti u sal-lum għadhom m'għamluhomx.", "Ara l-bankina tas-Sur Borg, li huwa s-segretarju tagħha, għamluha fix-Xlendi u l-bankina tad-driver tagħha fiż-Żebbuġ għamluha wkoll, ma qagħdux iħarsu lejn il-kulur politiku.", "Imbagħad tiġi tgħid li dawn l-affarijiet mhux veru qed jiġru!", "Kienet inbdiet il-prattika li dawk li jaħdmu fil-ministeru, meta jinbidel il-gvern imorru jaħdmu f'post li jridu huma pero' nista' ngħid li l-watchman li kien jaħdem miegħi għadu ma jafx fejn sejjer għax tħalla għal riħu.", "Dawn ikunu għamlu ħafna xogħol u sagrifiċċji kbar.", "Sal-lum jien kont għadni ma tkellimtx imma issa ddeċidejt li ngħid kif qiegħda titmexxa l-gżira Għawdxija.", "Ħafna pulizija ngħataw transfers għal xejn b'xejn u t- tobba li kien hemm fil-bord tneħħew u tpoġġew oħrajn.", "Ara taħsbu li aħna ma nafux min qiegħed jgħaddi bord!", "Ara taħsbu li billi aħna ma nitkellmux ma nkunux nafu x'inhu jiġri fil-gżira Għawdxija!", "Ara taħsbu li ma nafux bl-indħil sfaċċat fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja!", "Ara taħsbu li ma nafux x'inhu jiġri fil-qorti ta' Għawdex u fil-pulizija biex l-affarijiet jitgħawġu minflok jiddrittaw!", "Naħseb li kulħadd jaf kif qiegħda tiġi amministrata l-gżira Għawdxija.", "Sakemm jibqgħu jiġru dawn l-affarijiet, jien l-ewwel wieħed, Mr Speaker, ngħid li l-ministru mhux se jkollha l- fiduċja tiegħi.", "Jien akkwistajt 'il fuq minn 4,000 vot u lil dawn in-nies ngħidilhom li sakemm l-affarjiet jibqgħu mexjin kif inhuma, m'hemmx ċans ta' għaqda, għaliex l-eżempju jrid jibda minn fuq.", "Jien nibqa' ngħid li m`għandhomx jibqgħu jifirdu u minn barra donnu qishom qaddisin.", "Hemm bżonn li lill-poplu Għawdxi ngħaqqduh, kif tajt l-eżempju int, Mr Speaker, u kif komplejna aħna, u hemm bżonn ukoll infiehmuh x'inhuma l-problemi veri tiegħu.", "Aħna nemmnu - din dejjem għidtha jien u temminha int ukoll, Mr Speaker - li l-Għawdxin iridu jsolvu l-problemi kbar tagħhom huma għax l- ebda Malti m'hu ġej isolvihom.", "Huwa diffiċli l-Malti jifhem il-problemi tagħna.", "Qed ngħid dan għax minflok mhu qed nipprovaw nirranġaw l- affarijiet li huma tant vitali għall-gżira Għawdxija, qed naqdu lill- individwi personali bil-konsegwenza li l-gżira tagħna sejra lura.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq is-central strips.", "Qabel kont tieħu pjaċir tara dawk is-central strips sbieħ u nodfa.", "Minjaf kemm konna nbatu biex naqilgħu l-palm u naraw kif insebbħu lil Għawdex, pero' f'dawn l- erba' xhur li l-Partit Nazzjonalista ilu fil-gvern ma sar xejn f'Għawdex u l-proġetti li kienu se jsiru f'Marsalforn, fil-Qbajjar, fix-Xlendi u fiż- Żewwieqa intremew u kollox qed jispiċċa.", "Imbagħad taparsi qabbdu tnejn min- nies biex jagħmlu l-inspections pero' dawn imorru fuq il-Laburisti biss u lin-Nazzjonalisti jħalluhom u ma jagħmlulhom xejn.", "Din hija d- diskriminazzjoni sfaċċata li hemm fil-gżira Għawdxija u għalhekk Għawdex sejjer lura u se jkompli jmur lura.", "Per eżempju, din il-ġimgħa li għaddiet id-dawl kollu ta' l-isptar intefa'.", "Hawnhekk ta' min igħid li l-kumitat li kien jiltaqa' biex jaraw x'equipment għandu jinxtara qatt ma ltaqa' taħt din l-amministrazzjoni.", "Issa qegħdin f'sitwazzjoni li l-equipment li jkun għall-gżira Għawdxija jittieħed Malta.", "Dan huwa l-mod kif qed tiġi amministrata l-gżira Għawdxija.", "Minkejja li minn barra kollox jidher sabiħ, m'hemm sustanza ta' xejn għax minn ġewwa kollox huwa mnawwar.", "Dan huwa ħażin u hemm bżonn li min għandu widnejn jisma'.", "L-interess tal-poplu Għawdxi għandu jiġi qabel l- interess tal-Partit Nazzjonalista, qabel l-interess tal-Partit Laburista u qabel l-interess ta' kulħadd.", "Il-konċett reġjonali li bdejt int, Mr Speaker, u komplejna fuqu aħna għalkemm taħt forma differenti illum twarrab għaliex taparsi għandna l-kunsilli lokali pero' tagħsar kollox u ma ssib xejn.", "Illum kollox huwa smokescreen u kollox huwa intenzjonat għall-voti.", "Dan huwa ħażin u ma nistgħux inħallu lill-gżira Għawdxija tibqa' sejra lura.", "Ix-xogħol kollu li għamilt int, Mr Speaker, u li warajk komplejtu jien, sejjer il-baħar u hemm bżonn li lill-Partit Nazzjonalista niġbdulu l-attenzjoni dwar dan.", "Qed jiġri li wara li tkun ħdimt, ħabbilt moħħok u ġġelidt biex forsi jsir xi ħaġa, jiġi ta' warajk u jkisser dak kollu li tkun għamilt biex forsi jakkwista l-voti.", "Ħadd ma jista' jgħid li dan mhuwiex veru għax illum il- gżira Għawdxija miexja bla sens ta' direzzjoni, bħal vapur bla boxxla li ma jafx fejn hu sejjer.", "Minkejja li suppost kellna nkomplu naħdmu biex lil Għawdex nagħmluh destinazzjoni turistika jidher li mhu qed isir xejn.", "Qed ngħid dan għax il-ġawhra ta' heliport li bdejt int, Mr Speaker, u li komplejt naħdem fuqu jien, qed jiġi abbandunat.", "Jien kont iġġelidt mal- planning authority biex hemmhekk nagħmlu VIP room għaliex jien kont nemmen li meta t-turist jiġi bil-helicopter u jara l-heliport jieħu impressjoni tajba tal-gżira Għawdxija.", "Il-bieraħ bil-lejl jien għaddejt il-heliport u sibt li l-VIP room lanqas komplewha u ħallewha kollha ħaxix, għalkemm issa għamlu ftit tarmak.", "Kif għidt fid-diskors tal-budget m'hemmx kontinwita' fix-xogħol għax għandna poplu maqsum.", "Għalxejn tipprova tibgħat żewġ inspectors fuq il-ħaddiema u ġġegħelhom jaħdmu għaliex lill-ħaddiem trid timmotivah u tagħtih il-ħerqa biex jaħdem.", "Huwa importanti li lill-ħaddiem ma ssawtux għax dan joqgħodlok sal-4.45 p.m. ma jagħmel xejn bil-pala f'idu u x-xogħol ma jsirx.", "Dan mhuwiex il-mod kif taħdem.", "Mr Speaker, jien nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi għax irid jitkellem sieħbi.", "Hemm bżonn li lill-Għawdex nagħtuh direzzjoni u jien illum tkellimt b'dan il-mod għax ninsab imweġġa'.", "Jien l-affarijiet nosservahom, inkun naf x'inhu jiġri u kapaċi naħseb u nara.", "Illum jien immaturajt ftit għax l- esperjenza ta' sena u tmien xhur fis-segratarjat għallmitni ħafna affarijiet.", "Minkejja li jien għamilt xi żbalji, dejjem kelli intenzjoni waħda, dik li niġġieled għad-drittijiet tal-poplu Għawdxi kollu, m'hemmx Nazzjonalist jew Laburist.", "Jien li jdejjaqni huwa meta bniedem jipprova jagħmel il-gambetti, ma jkunx irid jaħdem jew ixewwex lil sħabu.", "Ma jistax ikun li nkomplu mexjin kif aħna għax kollox qed jiġi abbandunat u ħadd mhu qed jagħti sens ta' direzzjoni.", "Illum il-ministru li hija responsabbli minn Għawdex m'hijiex tal-poplu Għawdxi kollu imma hija biss ministru ta' sezzjoni ta' nies li vvotawlha u ta' ħadd u ħadd iżjed.", "Qed ngħid dan għax nies Nazzjonalisti li huma kapaċi - jien mhux se nsemmihom - tneħħew minn fejn kienu - bħalma tneħħa, per eżempju, l-viċi- president tal-kumitat tal-kultura - għaliex sempliċement ma vvutawx lill- Onor. Giovanna Debono.", "Dan huwa ħażin.", "Kulħadd jista' joffri xi ħaġa u hemm bżonn li nifhmuhom dawn l-affarijiet.", "Jekk forsi jien weġġajt lil xi ħadd jiskużani.", "Hemm bżonn li dawk l-affarijiet li kemm int, Mr Speaker, kif ukoll jien ħdimna għalihom - u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjak - jitkomplew u min għandu għajnejn jiftaħhom.", "Hemm bżonn ukoll nifhmu l- problemi ta' din il-gżira bis-serjeta' u ninsew darba għal dejjem il-voti għaliex għalina Għawdex għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jien nikkondividi dawn il-ħsebijiet tal-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Anton Refalo, għaliex sinċerament nemmen li għandna nsostnu dak li huwa tajjeb.", "F'dawn il-ġranet, 98% tal-ħwienet iż- żgħar li hemm fil-Qawra għamlu petizzjoni u talbuni biex inressaqha quddiem il-parlament.", "Is-sidien ta' dawn il-ħwienet qed ixommu riħa ta' partiġjaniżmu qawwi - dan jista' jwassal għal emenda fir-regolamenti dwar ix-shops and hawkers business hours regulations li, kif taf int, Mr Speaker, jirregolaw il-ħinijiet meta ħanut jiftaħ u jagħlaq - għax hemm ħwienet fl-area tal-Qawra li ilhom jabbużaw is-snin u dejjem jiġu protetti.", "F'Ġunju jew Lulju ta' l-1997 jien kont ktibt lill-Ombudsman - ovvjament kulħadd jibża' mill-vendikazzjonijiet - biex jinvestiga u jara għaliex ċerti ħwienet qed jibqgħu miftuħin, anke fil-ġranet li suppost ikunu magħluqa, b'detriment għal ħwienet oħra.", "Dan qalli li kellu jinvestiga.", "Issa biex l-Ombudsman ikun f'pożizzjoni feliċi u ma jħossux skomdu li jinvestiga, jien qed nippreżenta dokument li għaddewli s-sidien tal-ħwienet tal-Qawra kollha, minbarra 2% minnhom..", "Fil-fatt, kif diġa' għidt, din il-petizzjoni li se nippreżenta, iffirmawha 98% tas-sidient tal- ħwienet li hemm fil-Qawra.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Farrugia jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Talba minn sidien ta' ħwienet żgħar dwar ħinijiet ta' ftuħ u għeluq tal-ħwienet.", "Dawn in-nies kulma qed jitolbu huwa li jiġu protetti mil-liġi u li jkun hemm enforcement tagħha.", "Jien ċert li dawk li ffirmaw din il-petizzjoni u li talbu l-interventi tal-parlament biex jiġu protetti bil-liġi m'humiex kollha Laburisti jew kollha Nazzjonalisti.", "Dawn huma nies serji li jridu li l-affarijiet jimxu b'mod serju.", "F'dan il-parlament irridu nimxu 'l quddiem.", "Huwa veru li kultant hawnhekk ma tantx ikun hawn sitwazzjonijiet feliċi imma dan ikun ta' għajb għalina.", "Jien jiddispjaċini li kultant niżbalja wkoll imma l-ispirtu ta' dan il-parlament għandu jkun li nagħmlu l- ġid lil pajjiżna.", "Allaħares ikun hawn xi ministru - hawnhekk qed nirriferi għaż-żewġ naħat tal-Kamra - li jagħmel xi ħaġa biex jogħġob lil xi ħadd personali u b'xi mod jipprova jmiss ir-regolamenti.", "Din hija ħaġa serja u jien inħeġġeġ lill-Ombudsman biex jinvestiga dan il-każ li fuqu kont ktibtlu fuq fit-23 ta' Ottubru, 1997.", "Mr Speaker, minn hawnhekk nixtieq nagħti l-aħħar tislima lir-Re Hussein tal-Ġordan, Alla jagħtih il-ġenna Ħabib tiegħi li huwa avukat u li huwa dilettant ta' l-amateur radio - hawn ħafna Maltin li għandhom dan id- delizzju - qalli li meta darba minnhom ir-Re Hussein kien għaddej minn fuq Malta beda jitkellem miegħu bir-radju.", "Ir-Re Hussein qallu li kien kburi b'dan il-pajjiż fil-Mediterran għax il-poplu Malti huwa poplu ħabbrieki, poplu li jħobb il-paċi u poplu li dejjem kellu parteċipazzjoni tajba fil- politika dinjija mal-medda tas-snin.", "Illum jien niġġustifika l-biki li hawn fir-reġjun tagħna minħabba t-telfa ta' dan ir-raġel kbir, li meta kellu biss 17-il sena kellu jieħu t-tmexxija ta' pajjiżu f'idejh u allura dan żgur li għadda minn ċerti esperjenzi.", "Ftit minuti ilu l-Onor.", "Anton Refalo qal li jħoss ruħu aktar matur wara l- esperjenza li għadda minnha, allura ara kemm kellu jimmatura malajr ir-Re Hussein li mill-eta' ta' 17-il sena kellu jmexxi lil pajjiżu, li ma kellu riżorsi ta' xejn.", "Fil-fatt il-Ġordan huwa wieħed mill-ftit pajjiżi Għarab li m'għandu riżorsi ta' xejn imma minkejja dan kollu llum dan il-pajjiż immordernizza ħafna ruħu u għandu ekonomija stabbli, kollu mertu tar-Re Hussein, li kien kapaċi jaspira preżenza qawwija kull fejn ikun.", "Per eżempju, nafu li biex dan l-aħħar ġie ffirmat it-trattat ta' paċi bejn il- President Arafat u l-Prim Ministru Netanjahu kellu jagħti sehem kbir ir-Re Hussein u dan minkejja li kien marid bil-kanċer.", "Jien minn hawnhekk insellimlu u nawgura lis-suċċessur tiegħu, ir-Re Abdullah, biex jibqa' miexi fuq il-passi ta' missieru ħalli l-Mediterran ikun reġjun ta' paċi.", "Jien ninsisti fuq il-paċi fil-Mediterran għaliex Malta għandha rwol importantissimu x'tilgħab.", "Fil-Mediterran għandna problemi li ilhom is- snin u jien nemmen li Malta tista' tkun aktar parteċipi biex l-affarijiet jitranġaw.", "Per eżempju, il-problema tal-Libja ilha tkarkar is-snin u minħabba fiha qed ibatu kemm l-Għarab, li huma ġirien u aħwa magħna, kif ukoll il-Maltin.", "Għandna wkoll il-problema ta' l-Iraq.", "Illum ma rridux ninsew li biex nassiguraw li jkollna l-paċi fil-Mediterran, aħna stess irridu naraw x'nagħmlu biex dawn il-pajjiżi jirranġaw il-problemi tagħhom ma min hu dominanti fis-Security Council tal-Ġnus Magħquda.", "Illum sar ħafna żvilupp u hawnhekk nixtieq ngħid li kelli l-unur li nkun ma' sieħbi, l-Onor.", "George Vella, u ma' membri oħra min-naħa tal-gvern għall-ewwel parliamentary forum ta' l-Euro-Med li sar fi Brussels.", "Hemmhekk ħassejna l-ħtieġa kollha kemm aħna li l-Libja għandha tkun parti wkoll minn dan il- Euro-Med forum.", "Jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li għandu jinżamm seminar reġjonali fil- Mediterran biex tiġi implimentata l-chemical weapons convention fejn nistiednu pajjiżi bħall-Iraq biex jiddjalogaw u jagħtu l-verżjonijiet tagħhom.", "B'hekk nipprovaw intaffu xi ftit il-problemi li għandhom dawn il- pajjiżi.", "Nixtieq ngħid ukoll li għandna nieħdu dak il-messaġġ tar-Re Hussein, meta kien għaddej minn fuq pajjiżna, fejn qal li Malta għandha ħafna x'toffri.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, t- Tlieta, 9 ta' Frar 1999, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QRATI - ĠURIJIET PENDENTI", "3957.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti quddiem il-qrati ta' pajjiżna sa l-aħħar ta' Diċembru 1998 li qed jistennew il-każ tagħhom quddiem il-qorti?", "X'kien il-każ/reat marbut ma' kull wieħed minn dawn?", "Kemm minnhom jittrattaw ċittadini Maltin u ċittadini barranin separatament?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li kien hemm 58 ġuri pendenti quddiem il-Qrati Kriminali sa' l-aħħar ta' Diċembru 1998.", "Dawn huma:", "8 ġurijiet b'akkużi ta' omiċidju volontarju 15 ġurijiet b'akkużi ta' tentattiv ta' omiċidju 1 ġuri b'akkuża ta' omiċidju nvolontarju 10 ġurijiet b'akkużi ta' serq kwalifikat 1 ġuri b'akkuża ta' riċettazzjoni 1 ġuri b'akkuża ta' stupru 1 ġuri b'akkuża ta' korruzzjoni ta' persuna taħt l-eta' 2 ġurijiet b'akkużi ta' splużjonijiet 15 ġurijiet b'akkużi ta Importazzjoni/traffikar tad-droga 2 ġurijiet b'akkużi ta' frodi 1 ġuri b'akkuża ta' falsifikazzjoni ta' dokument 1 ġuri b'akkuża ta' ħasil ta' flus Mill-15 il-każ ta' droga hemm ħames każi ta' persuni mhux Maltin.", "Hemm persuna oħra barranija li hija akkużata b'falsifikazzjoni flimkien ma' Malti.", "Il-ġurijiet l-oħrajn jikkonċernaw persuni Maltin.", "TARXIEN - TRIQ IL-FIERES - DAWL", "3202.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Fieres quddiem Triq Dun Ġwann Mamo f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL FIT-TOROQ", "3203.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fit-telephone booth li tinsab mal-ġenb tal-Knisja Parrokjali ta' Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - TRIQ DUN MIKIEL VELLA - DAWL", "3204.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Dun Mikiel Vella kantuniera ma' Triq Xintill f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - TRIQ JOSEPH BURLO' - DAWL", "3205.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Joseph Burlo' f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - TRIQ MARIO SCHEMBRI - DAWL", "3206.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Mario Schembri ħdejn id-dar ta' Kejka f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - TRIQ IL-VITTMI TAL-GWERRA - DAWL", "3207.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - GĦOTJA TA' RIGALI", "3311.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: It-tweġiba hi fin-negattiv.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - GĦOTJA TA' RIGALI", "3312.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fl-okkażjoni tal-Milied 1998, l-impjegati kollha fis-Segretarjat Privat u dawk fis-Segretarjat Permanenti ingħataw rigal żgħir bħala apprezzament għax-xogħol tagħhom.", "L-ispiża totali laħqet is-somma ta' Lm445.60.", "Irrid ngħid li dan sar skond il-prattika tul l-aħħar snin, inklużi s- sentejn taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "MINISTERU TAL-FINANZI - GĦOTJA TA' RIGALI", "3313.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal- Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma ngħatawx rigali lill-individwi fl-okkażjoni tal- Milied 1998.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - GĦOTJA TA' RIGALI", "3314.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ebda rigal ma ġie mixtri għall-okkażjoni tal-Milied 1998.", "MINISTERU TAL-POLITIKA SOĊJALI - GĦOTJA TA' RIGALI", "3315.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3315, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ngħataw l-ebda rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - GĦOTJA TA' RIGALI", "3316.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Jista' jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "KALKARA - BIEB IS-SALVATUR - RESTAWR", "3776.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport min-naħa tal-kultura rigward l-ispejjeż involuti fir- restawr tal-Bieb is-Salvatur ġewwa l-Kalkara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li ma jirriżultali l-ebda studji proprju fuq is-suġġett, tlabt l-awtorita' kompetenti tagħtini opinjoni nformata fuqu.", "KALKARA - ASFALTAR TA' TOROQ", "3777.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk matul din is-sena kurrenti hemmx previst li t-toroq li qegħdin jdawru l-Appartamenti Indipendenza l- Kalkara jsiru billi hemm ħafna ilmenti mir-residenti li huma aktar milli ġustifikati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "TA' XBIEX - GARAXXIJIET", "3831.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla ix-xogħol fuq il-garaxxijiet li hemm taħt Ta' Xbiex Terrace, Ta' Xbiex?", "Għaliex waqaf ix-xogħol?", "Kemm ilu wieqaf?", "X'jista' jsir biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti li jużaw din it-triq in kwestjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn informazzjoni li għandi dawn il- garaxxijiet huma proprjeta' privata.", "PRODOTTI - GĦOLI FIL-PREZZ", "3832.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret mill- ministeru dwar id-diversi prodotti li għolew mill-bidu tas-sena 'l hawn?", "X'se jagħmel il-gvern ma' dawk li jinstabilhom li qegħdin jgħollu l- prezzijiet meta mhux suppost?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-ministeru, permezz tal-mekkaniżmu fi ħdanu, jinsab għaddej kontinwament b'eżerċizzju li permezz tiegħu isir monitor tal- prezzijiet tal-prodotti.", "Fejn jinstab li xi prezz huwa aktar mili suppost, mingħajr ġustifikazzjoni, bħala miżura primarja tinġibed l-attenzjoni biex tali prezz jiġi aġġustat.", "VAT - DĦUL", "3833.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdaħħal flus il-gvern mill-VAT matul din is-sena minn fuq il-cable television, min fuq il-bejgħ ta' tickets taċ-ċinema, minn fuq il-bejgħ ta' ikel mir-restoranti?", "Kemm ġabar il-gvern minn fuq is-CET is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu fil-mistoqsija parlamentari numru 3833 hija kif ġej:", "VAT 1999 CET 1998 (stima) (attwali)", "Bejgh mir-Restoranti Lm1.45 miljuni Lm1.04 miljuni Bejgh mic-Cinemas Lm0.31 miljuni Lm0.16 miljuni Bejgh ta` Cable Television -- --", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li:", "1.", "L-istima tad-dħul mill-VAT fl-1999 hija bbażata fuq id-dħul mill-istess VAT bejn Lulju 1996 u Ġunju 1997 (fl-aħħar 12-il xahar tas-sistema tal-VAT ta` qabel) u hija ikkalkplata daqslikieku s-sistema l-ġdida tal-VAT matul din is-sena (1999) hija fully operational.", "2.", "Iċ-ċifra mogħtija jistgħu jinkludu fihom dħul ta` taxxa minn attivitajiet oħra, barra l-attivitajiet imsemmija, li l-persuni reġistrati kkonċernati jistgħu jkunu għamlu.", "3.", "Rigward id-dħul minn fuq il-cable television, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li hemm persuna waħda reġistrata li faċilment tista` tiġi ddentifikata, u għaldaqstant, jekk tingħata, tkun qed tingħata informazzjoni kummerċjali ta` natura konfidenzjali.", "PSC - PERSUNI MRESSQA", "3834.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu mpjegati tal-Gvern quddiem il-PSC is-sena li għaddiet?", "Fuq xiex tressqu?", "Minn liema dipartmenti tal-gvern kienu?", "Kemm inqatgħu każi s-sena l-oħra?", "X'kien ir-riżultat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant u li ġiet mgħoddija lili, qegħda tingħata fuq tliet tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dawn it-tabelli juru l-figuri kemm ta' każijiet ġodda kif ukoll ta' każijiet konklużi fl-1998.", "A. każijiet kriminali li dwarhom għaddejjin proċeduri fil-Qorti;", "B. każijiet dixxiplinarj serji li dwarhom għaddejjin proċeduri quddiem il-Bord ta' Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku; u", "C. każijiet ta' tkeċċija minħabba assenteiżmu.", "IMPJIEGI - PERSUNI BOARDED-OUT", "3835.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded- out persuni minn bordijiet tal-gvern is-sena l-oħra?", "Kemm kienu mpjegati tal-gvern, kemm tal-privat?", "X'eta' kellhom dawk boarded-out?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jista' jagħti biss l-istatistika ta' persuni li ġew boarded-out taħt il-provedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Dwar din l-istatistika nirreferi lill-Onor.", "Interpellant lejn it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 3823.", "Skond l-informazzjoni li għandu d-dipartiment, mit-840 persuna li ġew boarded-out matul l-1998, 235 kienu ġejjin mis-settur governattiv, 470 mill- privat u 135 persuni li kienu jaħdmu għal rashom (self-occupied).", "PULIZIJA - REATI", "3836.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati rrapportati lill- pulizija sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?", "Kemm kien hemm xahar b'xahar is- sena li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fiż-żewġ tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KALKARA - TISWIJA TA' TRIQ", "3892.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani jekk ġiex ippreżentat rapport rigward l-istat tat-triq li tibda minn Triq il-Missjoni Taljana u li tgħaddi quddiem il-Kunvent tal-Kapuċċini, sa l-aħħar ta' Triq Santa Liberata, l-Kalkara wara l-aħħar domanda parlamentari li għamilt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq ġiet spezzjonata u jirriżulta li fiha ħafna ħofor u żrar maqlugħ.", "Qed issir konsiderazzjoni jekk din il-ħsara hijiex qed tiġri minħabba kostruzzjoni ħazina tat-triq jew hija sempliċiment ħsara tal-wiċċ biex ikun jista jiġi ppjanat ix-xogħol meħtieġ.", "MMA - IRMIĠĠI", "3925.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rmiġġi li se żżid l-Awtorita' Marittima matul din is-sena?", "F'liema nħawi ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiżdiedu l-irmiġġi fin-naħa ta' fuq ta' Malta, partikolarment f'San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li sal-lum, l-Awtorita` Marittima għad m`għandix pjani li tagħmel irmiġġi f`xi inħawi.", "L-Awtorita` Marittima minn żmien għal ieħor tirċievi applikazzjoni għal irmiġġi temporanji f`kull bajja ta` Malta, inklużi San Pawl il-Baħar u l- Mellieħa.", "Sakemm ma jkunux f`xi żona riżervata għall-għawwiema, dawn l- applikazzjonijiet dejjem ġew milqugħa.", "MMA - INSTITUTE OF MARINA STUDIES", "3926.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-proposti/draft li ħejjiet l-Awtorita' Marittima sabiex jiġi mwaqqaf l-Institute of Marina Studies, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern huwiex se jkompli jiżviluppa dan il-ħsieb?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fl-1994 bdew diskussjonijiet bejn l-Awtorita` Marittima u l-Ministeru ta` l-Edukazzjoni biex ikun hemm kordinazzjoni kontinwa dwar courses u servizzi oħra li tipprovdi l-Iskola Nawtika.", "B`riżultat ta` dawn it-taħdidiet, li damu sejrin sa l-1998, twaqqaf kumitat b`rappreżentanti miż-żewġ naħat li eventwalment wassal biex ħarġet l-idea li jitwaqqaf Istitut għall-Istudji Marittimi.", "Il-Kumitat fassal Statut proviżorju kif ukoll Business Plan, iżda ma ntlaħaqx ftehim dwar frame work legali biex jista` jitwaqqaf dan l-Istitut.", "Il-Gvern qiegħed jeżamina s-sitwazzjoni biex ix-xogħol li sar ma jisfax fix-xejn.", "BREAKWATERS", "3927.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għax-xogħlijiet maħsuba li jsiru mill- amministrazzjoni preċedenti, cioe' sabiex isir ir-refurbishment tal- breakwater tal-Veċċa u tal-moll ta' Buġibba, jista' l-Ministru jikkonferma mal-Kamra li x-xogħlijiet se jiġu attwati?", "Jekk fl-affermattiv, meta u kemm hija n-nefqa vvotata għal dawn ix-xogħlijiet ta' refurbishment?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li għas-sena finanzjarja 1998-99, l- Awtorita` Marittima vvutat is-somma ta` Lm60,000 għal xogħol fuq il- Breakwater ta` Bugibba u tal-Veċċa.", "Diġa sar survey fuq il-moll ta` Buġibba u ser toħroġ Tender biex isir dan ix-xogħol ta`tiswijiet sa s-sajf li ġej.", "Hemm il-ħsieb li jsir survey fuq il-moll tal-Veċċa din is-sena biex ix- xogħolijiet ta` tiswija jitwettqu mill-aktar fis.", "Dan juri li l-amministrazzjoni preżenti qed tieħu x-xogħol meħtieġ bis- serjeta.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-BIEDJA U SAJD - RAPPORT", "3939.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għar-rapport li tħejja bejn l-uffiċjali Maltin, il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Biedja u Sajd u l-FAO dwar l-iżvilupp tal- biedja u sajd fil-gżejjer tagħna taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jkompli jimxi u ċioe' jiżviluppa s-settur tal-biedja u sajd abbażi ta' dan ir-rapport?", "Jekk iva, x'laqgħat saru mill-5 ta'Settembru 'l hawn bħala kontinwazzjoni ta' dan ir-rapport u minn kienu l-uffiċjali nvoluti?", "Minn kienu r-rappreżentanti tal-FAO li ġew Malta matul 1998 għal dan l- impenn u min huwa mistenni li jiġi mill-FAO matul din is-sena?", "X'kordinament qed isir ma' l-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l- universita'?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena nfurmat li tħejjew żewġ rapporti wieħed minn uffiċjal għoli u l-ieħor mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Biedja u Sajd.", "Uffiċjali oħra qed jippreparaw numru ta' rapporti dwar policies partikolari sabiex jiġu analiżżati minn konsulenti maħtura mill-FAO skond il-proġett msejjaħ Advice of Selected Agricultural Policy Issues.", "Hemm bżonn li dawn ir-rapporti issa jiġu adattati u emendati fid-dawl tar- riattivazzjoni tal-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Minn dawn ir-rapporti kollha wara analiżi retta jiġi ppreparat dokument wieħed li jagħti direzzjoni ċara għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura f'Malta.", "Saru diversi laqgħat bejn l-uffiċjali Maltin sabiex jiġu finaliżżati r- rapporti ndividwali.", "F' 1998 ġew Malta 4 konsulenti tal-FAO w uffiċjal tal-FAO, dawn kienu:", "1.", "Gerard Gagnon - Team Leader/International Senior Policy Advisor 2.", "Dick Quick - Marketing/Trade Specialist 3.", "Paul Munro-Faure - Land Market and Land Tenure Specialist 4.", "Richard A J Roberts - Rural Finance Specialist 5.", "Tomasz Lonc - Backstopping Officer.", "Matul din is-sena l-istess konsulenti huma mistennija jerġgħu jiġu Malta.", "L-esperti tal-FAO jingħataw l-opportunita' li jiddiskutu mad-diriġenti ta' l-Istitut tal-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta.", "DJAR - MELLIEĦA, TA' PIRELLU - PETIZZJONI", "3960.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għal petizzjoni mressqa mir- residenti ta' Blk A, Ta' Pirellu, Mellieħa, jista' l-Ministru jinformana bis-sitwazzjoni u cioe' l-iżviluppi tal-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tlabt li ningħata l-informazzjoni kollha relevanti biex niddeċidi x'għandu jsir.", "IMPORTAZZJONI - ĦASS", "3961.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet/laqgħat saru bejn id- Dipartiment ta' l-Agrikoltura, l-koperattivi u l-għaqdiet tal-bdiewa sabiex ittieħdet id-deċiżjoni li 18,000 tunnellata ħass jiġu importati b'eżenzjoni ta' 35c il-kilo?", "Meta saru dawn il-konsultazzjonijiet/laqgħat u min kien preżenti mill-koperattivi u għaqdiet tal-bdiewa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DOI - IMPJEGATI", "3977.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm u hemm preżentement impjegati ġewwa d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (DOI) tul dawn l-aħħar ħames snin u jista' jindika jekk minnhom kienx hemm min kien bi grad universitarju?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TURIŻMU - KUMITAT INTERMINISTERJALI", "4013.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid min se jkun jipparteċipa fil-kumitat interministerjali dwar it-turiżmu?", "Kemm se jkun qed jiltaqa' regolarment?", "Iltaqa' s'issa?", "X'ġie deċiż?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-Kumitat Interministerjali huwa magħmul minn dawn l-uffiċjali:", "Is-Sur Louis Naudi Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turiżmu [Chairman]", "Is-Sur Paul Mifsud Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Ambjent", "Is-Sur Josie Brincat Assistent Kummissarju tal-Pulizija", "Is-Sur Joseph Portelli Direttur (Projects and Development), Ministeru għal Għawdex", "Is-Sur Victor Rizzo A/Direttur, (Kunsilli Lokali)", "Is-Sur Joe Borg Viċi President Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali", "Is-Sur Joe Vella Assistent Personali tal-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni", "Is-Sur Anthony Pace A/Direttur (Mużewijiet)", "Is-Sur Joseph Magro Conti Awtorita' ta' l-Ippjanar", "Is-Sur Antoine Schembri Assistent Direttur (Turiżmu) [Segretarju]", "Il-Kumitat iltaqa' l-ewwel darba fit-12 ta' Jannar 1999 u jiltaqa' darba fil-ġimgħa u aktar jekk ikun hemm ħtieġa.", "S'issa ltaqa' tliet darbiet.", "Jiena nfurmat li bħalissa l-Kumitat l-aktar li qed jaħdem huwa dwar il- beach cleaning u dwar it-tindif ta' miżbliet f'inħawi prominenti.", "BORMLA - KAPPELLA TAL-KONSERVATORJU", "4018.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra f'liema stadju waslet il-Kappella tal-Konservatorju ġewwa Bormla u cioe' jekk kemm-il darba hijiex se tinfetaħ kif stabilit jew inqalgħax xi dewmien imprevist?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ix-xogħol fil-kappella tal-Konservatorju ġewwa Bormla huwa fi stat avvanzat u hemm il-ħsieb li din tkun lesta fi żmien sitt ġimgħat oħra.", "BORMLA - JOB CENTRE", "4019.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra f'liema stadju wasal il-ftuħ ta' l-hekk imsejjaħ Job Centre f'Bormla, proġett ta' Gvern Nazzjonalista, u ċioe' jekk kemm-il darba hux se jinfetaħ kif stabilit jew inqalgħax x'intopp imprevist?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara li saret sejħa pubblika għall-tenders sabiex jiġi re-furbished il-post, il-kuntrattur li ġie assenjat lilu l-proġett beda x-xogħol minnufih.", "Sakemm ma jinqalgħux xi ntoppi imprevvisti ir-Regional Job Centre ta' Bormla għandu jibda jiffunzjona fil-bidu ta' April ta' din is-sena.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "4105.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi beda jieħu d-dipartiment tat-taxxi interni biex jiġbor is-Lm6 miljun arretrati li għandhom jagħtu kumpanniji privati bħala kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali?", "Kemm hemm kumpanniji b'kollox li għandhom jagħtu dawn l-arretrati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-dipartiment tat-Taxxi Interni ha r-responsabilita` tal-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali mill-1 ta` Jannar 1998.", "L-arretrati mis-sidien (privati jew kumpanniji privati) ġew mitluba permezz ta` demand letters tliet darbiet matul l-1998.", "Demand Letter oħra għal arretrati ser tintbgħat fi Frar biex tkopri arretrati li baqa` għall-1998.", "Dan ser isir f`din id-data peress li l-pagamenti ta` Diċembru 1998 jmiss li jsir sa l-aħħar ta` Jannar 1999.", "Dan ifisser li għall-1998 l-enforcement sar fuq medja ta` kull tliet xhur.", "Għall-1999 qed jinkiteb software biex is-sistema awtomatikament toħroġ reminder kull xahar għal dawk il-pagamenti li ma jkunx saru x-xahar ta` qabel.", "Dan ir-reminder ikollu s-somma stmata li trid titħallas u l-penali relattiva.", "Dawk li jħaddmu irreġistrati taħt numru uniku u jistgħu ikunu kemm sidien privati kif ukoll kumpanniji.", "SKEJJEL - SUPPLY KINDERGARTEN ASSISTANTS", "4106.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn intbagħtu jaħdmu t-48 supply kindergarten assistants li bdew ix-xogħol fuqhom fil-25 ta' Jannar, 1999?", "Kemm tfal bi bżonnijiet speċjali qed jilħqu dawn it-48?", "Għad fadal tfal bi bżonnijiet speċjali li għadhom ma bdewx l-iskola din is-sena għax m'għandhomx assistenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn 48 supply kindergarten assistants li ntbagħtu mat-tfal bi bżonnijiet speċjali fil-25 ta' Jannar 1999:", "8 irrifjutaw ix-xogħol 1 waiting list 39 l'oħra ġew ippustjati f'dawn l-iskejjel:", "B'Bugia 'A' Primary School B'Kara 'A' Primary School B'Kara 'B' Primary School Dingli Primary School Fgura 'A' Primary School Gżira Primary School Ħamrun School Street Primary School Ħamrun Vincenzo Buġeja 'A' Primary School Kirkop Primary School Lija Primary School Mosta 'A' Primary School Mqabba Primary School Msida Primary School Paola 'A' Primary School Paola 'B' Primary School Pembroke primary School Pieta' Primary School Qormi St Goerge 'A' Primary School Qrendi Primary School Rabat 'A' Primary School Safi Primary School San Ġwann 'A' Primary School San Ġwann 'B' Primary School St Julian's Primary School St Paul's Bay Primary School St Venera 'A' Primary School Tarxien 'A' Primary School Xgħajra Primary School Cospicua Girls' Secondary School Paola Boys' Secondary School Qrendi Visually Impaired", "Dawn is-supply kindergarten assistant qed jieħdu ħsieb 44 tfal.", "Minn dawk it-tfal li sa issa irċevejna rapport mill-iStatementing Board hemm tifel wieħed (KG) li għad ma jistax jidħol l-iskola għax is-supply Kindergarten Assistant li ntbgħatet biex tgħin li dan it-tifel irrifjutat ix-xogħol u ma hemm ħadd iżjed li jista' jintbgħat.", "Id-Diviżjoni bdiet il- proċess biex toħroġ sejħa għal supply kindergarten assistants.", "MDINA REHABILITATION COMMITTEE", "4107.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jwaqqaf l-Imdina Rehabilitation Committee?", "Se jitwaqqaf matul l-1999?", "X'riżorsi hemm allokati għalih?", "Min se jkun ir-rappreżentant fuqu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan il-Kumitat se jitwaqqa din is-sena, u r- riżorsi allokati għalih jammontaw għal Lm200,000.", "MUŻEWIJIET - PROĠETTI", "4108.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li matul l-1999 se jkunu qed jimpenjaw ir-riżorsi umani u finanzjarji tad-dipartiment tal-mużewijiet?", "X'se tkun in-nefqa f'kull proġett?", "F'liema stadju ta' twettiq jinsabu dawn il-proġetti u f'liema stadju se jkunu waslu sa l-aħħar ta' l-1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proġetti huma dawn li se nsemmi:", "1.", "National Museum of Archeology Lm115,603 2.", "Hypogeum Lm 16,292 3.", "Maritime Museum Lm 960 4.", "Ghar Dalam Lm 24,886 5.", "Fine Arts Lm 11,000 6.", "Hagar Qim u Mnajdra Lm 17,000 7.", "Ethnography Museum Lm 16,300 8.", "War Museum Lm 10,000 9.", "Caravaggio Project Lm 8,000 10.", "Bighi Restoration Centre Lm180,000 11.", "Ticketing System Lm100,000", "Il-proġetti bin-numri 3, 5, 7, 8 u 11 jinsabu fl-istadju tal-bidu, in-numri 1, 6 u 10 qegħdin f'nofs il-proġett, filwaqt li n-numri 2,4 u 9 jinsabu fi stadju avvanzat.", "Sa l-aħħar ta' l-1999 il-proġetti bin-numri 3, 5, 6, 7 u 8 ser ikun għad baqalhom xogħol konsiderevoli xi jsir, in-numri 1, 4, 10 u 11 ser ikunu fi stat avvanzat filwaqt li l-proġetti bin-numri 2 u 9 għadhom ser ikunu lesti.", "Ta' min wieħed isemmi li l-maġġor parti tal-proġetti m'humiex intenzjonati li jitlestew fl-1999 għaliex huwa ppjanat li jitwettqu fuq numru ta' snin.", "DJAR - TITJIB FL-AKKOMODAZZJONI", "4109.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet s'issa għall-iskema li ħareġ il-gvern li biha jsir titjib fl-akkomodazzjoni minn kuntrattur li jagħżel l-inkwilin waqt li jħallas il- gvern?", "Minn fejn kienu l-applikazzjonijiet?", "Kemm minnhom ġew aċċettati?", "X'valur ta' xogħol sar u min kienu l-kuntratturi magħżula?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, l-Awtorita' tad- Djar kienet ilha tirċievi lmenti minn individwi li jkunu applikaw taħt xi waħda mill-iskemi biex jagħmlu xogħolijiet strutturali jew titjib fid-djar residenzjali, fis-sens illi l-kuntratturi kienu qiegħdin jitolbu depożitu jew saħansitra ħlas minn qabel għax-xogħol li jkun ġie awtorizzat taħt xi waħda mill-iskemi eżistenti.", "Peress li l-Awtorita' tad-Djar tħallas is-sussidju meta tkun ċerta li sar ix-xogħol kif awtoriżżat, kien qiegħed jiġri li dawk il-familji li ma setgħux ilaħħqu mal-piż finanzjarju, kienu qed jiġu żvantaġġati.", "Kien għalhekk li l-Awtorita' ħarġet sejħa pubblika (mhux skema) indirazzata lil kuntratturi li kienu lesti jaħdmu x-xogħol mingħajr ma jitolbu depożitu minn qabel, u dan in vista ta' garanzija mogħtija mill-Awtorita stess li l- ħlas isir meta x-xogħol jiġi ċertifikat li jkun tlesta.", "L-Awtorita' ma tidħolx fl-għazla tal-kuntrattur.", "Li jiġri hu li meta tiġi mitluba minn xi applikant taħt xi waħda mill-iskema tagħha, l-Awtorita tad- Djar tibgħat lill-applikant il-lista sħiħa tal-kuntratturi u jkun l-istess applikant li javviċina lil dawn il-kuntratturi.", "Meta jintgħażel il- kuntrattur (u f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm diffikultajiet finanzjarji) l-Awtorita tiggarantixxi lill-kuntrattur il-ħlas tax-xogħolijiet li jsiru u li jkunu approvati minnha.", "Għalhekk, peress li ma teżistix \"skema\" speċifika, imma jeżisti servizz mifrux fuq l-iskemi kollha applikabbli, il-mistoqsija kif magħmula mill- Onor. Interpellant m'hijiex korretta.", "PENSJONANTI", "4191.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Qormi, Ħal Luqa u Santa Venera li jirċievu xi forma ta'pensjoni?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.", "PA - IMPJEGATI", "4242.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2683?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2683 hu kif jidher fit- Tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ninsab infurmat ukoll li ħadd mill-impjegati ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar m'għandu karozza u car allowance fl-istess waqt.", "In-numru ta` karozzi u xufiera impressed huwa ta` 22.", "DIRETTORAT TA' L-IPPJANAR - MANAGEMENT", "4243.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2684?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dettalji tal-kundizzjonijiet, benefiċċji u bonuses kuntrattwali li għandhom il-membri tal-Management tad-Direttorat ta' l- Ippjanar huma skond il-Ftehim Kollettiv li kopja tas-sezzjoni relevanti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-Performance Bonus għal gradi tal-Professjonisti huwa wkoll regolat mill- Ftehim Kollettiv u jammonta sa massimu ta' 15% tas-salarju annwali.", "Fil- każ tal-Clericals & Technicals, il-massimu huwa ta' żieda waħda fl- increment.", "Il-proċess jinvolvi differenzi bejn il-ħaddiema skond il- Performance Review.", "Wara li jitestew il-Performance Reviews u jsiru rakkomandazzjonijiet għal bonus, dawn jiġu mgħoddija lill-Bord għal approvazzjoni.", "Mhux fl-interess ta' sistema ta' performance review li d- dettalji tal-bonuses jiġu ppublikati għax jista' jservi biex joqtol l- inċentiv ta' dawk l-impjegati li jaħdmu tajjeb filwaqt li jkun kontro produċenti għall-oħrajn.", "PBS - PROGRAMMI", "4244.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni u jgħid għaliex is-sensiela televiżiva ta' \"Fredu l-Fra\" li ġiet iffilmjata kollha għal TVM twaqqfet milli tiġi mxandra?", "Il-Ministru kien responsabbli għal din id-deċiżjoni?", "Din id- deċiżjoni kienet deċiżjoni politika fi sfera għal kollox kulturali?", "Jaħseb il-Ministru li l-pubbliku għandu jkun imgħarraf biż-żamma ta' din is- sensiela peress li l-istess spettatur kien ġie aċċertat uffiċjalment permezz ta' \"Il-Gwida\" nhar l-20 ta' Settembru, 1998 li din is-sensiela kellha tkun fl-iskeda ta' Jannar, 1999?", "Jaqbel il-Ministru li t- telespettatur Malti għandu jiġi rispettat u mogħti spjegazzjoni ta' deċiżjoni, meta għadu sal-lum jistaqsi jekk is-sensiela ta' \"Fredu l-Fra\" hijiex se tintwera minn TVM fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Ministru lanqas biss kien jaf li jeżisti \"Fredu l- Fra\" aħseb u ara kemm seta' jindaħal f'xi deċiżjoni kif bi tmasħin qed jallega l-Onor.", "Ħabib tiegħi.", "Informat li s-sensiela Fredu l-Fra ġiet iffilmjata kollha.", "Tul l-aħħar xhur tas-sena li għaddiet kien hemm għadd kbir ta' produzzjonijiet lokali li ħolqu prijoritajiet differenti għad-diriġenti tal-PBS u għalhekk iddeċidew li s-sensiela ma tiġix editjata għalissa.", "Ix-xogħol ta' post- produzzjoni tressaq b'ċertu żmien biex il-kwalita' tkun l-aħjar possibbli.", "Ix-xogħol fuqha qed jiġi ppjanat u s-sensiela tixxandar aktar 'il quddiem.", "\"Fredu l-Fra\" jieħu gost tassew li qabel biss wiċċu xiref fost il-poplu tagħna diġa' sab minn fost ir-Rappreżentanti tiegħu min iħarislu l-ġejjieni tiegħu.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "4245.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC xahar b'xahar bejn Settembru 1998 u Jannar 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li marru jirreġistraw għax- xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ matul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 1998 kien ta' 1,234, 1,353, 1,212, 1,071 rispettivament.", "PULIZIJA - SERQ MINN KNEJJES", "4246.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' serq irrapportati lill-pulizija minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi, xahar b'xahar bejn Settembru 1998 u Jannar 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta' każi ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi li ġew irrapurtati lill-Pulizija, xahar b'xahar, bejn Settembru 1998, u Jannar 1999, kienu kif ġej : -", "Xahar Każi", "Settembru 4 Ottubru 14 Novembru 9 Diċembru 3 Jannar 4", "PULIZIJA - REATI", "4247.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid, mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 kemm kienu rrapportati xahar b'xahar każijiet ta' stupru, korruzzjoni ta' minorenni u attentati fuq il-pudur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta' offiżi li speċifika l- Onor. Interpellant kien kif ġej : -", "Xahar u Sena Stupru Korruzzjoni ta' Attentat fuq Minorenni il-pudur", "Settembru 1998 xejn 2 3 Ottubru 1998 xejn 1 2 Novembru 1998 1 1 1 Dicembru 1998 xejn xejn xejn Jannar 1999 2 xejn xejn", "KALKARA - EX-BRUNO STORES - LAMPA", "4278.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta biex titneħħa lampa li hemm fuq store ex-Bruno Stores, Kalkara u titwaħħal floodlight bħal m'hemm ħdejn ir-Regatta Club, biex l-area li hija suġġetta għal xi atti vandali tkun imdawla aħjar u jitnaqqas ir-riskju ta' xi att vandalu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li għalkemm jidher li l-provvista ta' dawl li hemm bħalissa hija adegwata, t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SKEJJEL - MIKIELANG SAPIANO", "4279.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-iskola Mikielang Sapiano Technical Institute, l-istudenti fl-apprenticeship course tal-Micro Computer Technology fit-tieni sena, wara tliet xhur tal-course kienu mingħajr teacher fil-Micro Computer?", "Ma jaħsibx il-Ministru li trid issir xi ħaġa mmedjata meta l-istudenti waslu għall-eżamijiet peress li dan qed jikkawża li jtellfu l-interess fl-istudenti fil-qasam indikat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa mill-bidu tas-sena skolastika 1998- 1999 is-suġġett Microcomputer Technology ġie assenjat lil għalliem Part- Time li huwa mpjegat ma' kumpanija parastatali.", "Dan l-arranġament ilu fis- seħħ għal dawn l-aħħar snin.", "Sfortunatament, fil-bidu tas-sena skolastika, kien hemm diffikulta' dwar ir-release ta' dan u ta' persuni oħra mill- kumpannija tagħhom.", "Sakemm twittew id-diffikultajiet għaddew xi ġimgħat.", "Ninsab infurmat ukoll li dan l-għalliem kellu bżonn jattendi għal xi konferenzi u d-dipartiment ħaseb u ra li biex jagħmel tajjeb għan- nuqqasijiet li kien hemm, sar ftehim biex dan l-għalliem jagħti xi lezzjonijiet, anki waqt il-vaganzi tal-Milied.", "Huwa maħsub li safejn huwa possibbli jiġu mogħtija lezzjonijiet iżjed biex jikkumpensaw għan- nuqqasijiet li kien hemm u li dwarhom id-dipartiment ma kellu ebda kontroll.", "TARZNA - ĦLAS TA' ARRETRATI", "4280.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu l-gvern jħallas l-arrears dovuti lill- impjegati kollha tat-tarzna f'taxxa mħallsa żejda minnhom, u li wħud minnhom għandhom jieħdu f'mijiet ta' liri Maltin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-ħlas tar-refunds hu regolat mill-provvista ta` fondi maħsuba għal dan il-għan.", "L-ammonti dovuti lill-ħaddiema tad-Drydocks ma jkunux ikkunsidrati għalihom waħedhom iżda jifformaw parti mill-ammont totali ta` refunds li d- dipartiment għandu jagħti lil taxpayers oħra.", "KARNIVAL - KUMITAT AWTONOMU", "4286.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern kompliex bl-inizjattiva tal-Gvern Laburista preċedenti li jkun hemm kumitat awtonomu li jorganizza l-Karnival minflok kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Festi Nazzjonali biex titnaqqas il- burokrazija?", "Minn min huma komposti l-Kumitat tal-Karnival u dak tal-KFN separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li s'issa ma kien hemm ebda tibdil fil- kompożizzjoni tal-kumitati msemmija minn kif ħalliehom l-Onor.", "Membru f'Settembru 1998, għadni ma tajt ebda ħsieb dwar x'inhu l-aħjar tibdil fl- organizazzjoni f'dan il-qasam.", "KARNIVAL - IMĦAŻEN", "4287.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparazzjonijiet għall-imħażen biex fihom jibdew jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival minflok Sant'Iermu li ħejja l- aħħar Gvern Laburista?", "X'taħdidiet kellu l-ministeru/segretarjat biex jistgħu jinħarġu f'post adegwat dawk li jaħdmu l-karrijiet tal-karnival f'Sant'Iermu u biex din il- fortizza tiġi riabilitata bħala attrazzjoni turistika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4030.", "KARNIVAL - FEDERAZZJONI INTERNAZZJONALI", "4288.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet/taħdidiet li kienu bdew taħt Amministrazzjoni Laburista biex f'pajjiżna titwaqqaf is-sedia ta' Federazzjoni Internazzjonali għall-Karnivali fil-Mediterran?", "Il-gvern tal- ġurnata beħsiebu jsegwi din l-idea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Awissu, 1998 delegazzjoni tal-Kumitat tal-Karnival komposta mis-sinjuri George Zahra, Vincent Scicluna u Joseph Sapiano marret Viareggio u Nizza sabiex isiru diskussjonijiet preliminari dwar it-twaqqif ta' tali Federazzjoni u din għamlet rapport fejn ġie rakkomandat li delegazzjoni minn dawn iż-żewġ kumitati jiġu Malta ħa jkomplu jiddiskutu.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "4289.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol (part 2) fl-aħħar ta' Jannar 1999?", "Għal-liema tip ta' xogħol qegħdin jirreġistaw għax-xogħol dawn il- persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.", "WSC - KONTIJIET", "4290.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4083?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma huwa mistenni li jibdew jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.", "Dawn il-kontijiet ma nħarġux aktar qabel minħabba tibdil fis-sistema tal-kontijiet.", "DJAR - KAŻ NRU.", "H 01380", "4291.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' Housing H 01380, f'Ħaż-Żebbuġ jingħata l-attenzjoni peress li dan hu każ li ilu pendenti ħafna u l-applikant qiegħed jgħix fi stat mill-aktar miżeru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni ndikata qed tiġi kkonsidrata kif inhu xieraq.", "Irrid ngħid pero illi kull applikazzjoni li tinsisti fuq lokalita' waħda biss bħala preferenza iddgħajjef ħafna l- argument tal-\"bżonn urġenti\".", "KALAXLOKK - ĦADDIEMA", "4292.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies illum mal-Kalaxlokk li huma sekondati minn dipartmenti u korporazzjonijiet tal-gvern?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li n-numru ta' persuni minn dipartimenti u korporazzjonijiet tal-gvern li bħalissa huma sekondati ma' Kalaxlokk huwa ta' tlieta (3).", "NAXXAR - PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "4295.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni u r-raġuni għaliex il- kurrent elettriku qed jinqata' fuq bażi regolari f'ħafna postijiet fosthom Triq il-Forga u Triq il-Mitħna, Naxxar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - ĦADDIEMA", "4296.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mad-dipartimenti diversi li jħaddan il-Ministeru għall-Ambjent?", "Jista' l-Ministru jgħid illum, fejn hu mpjegat kull ħaddiem irrispettivament inkluż dawk fil-ministeru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "BIRKIRKARA - PROĠETTI", "4299.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti qed jaħdem fuqhom il-ministeru li għandhom x'jaqsmu ma' Birkirkara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li xi proġetti li l-Ministeru ħadem fuqhom li għandhom x'jaqsmu ma' Birkirkara huma:", "(i) Konklużjoni tax-xogħlijiet u 'handing over' taċ-Ċentru Ċiviku ġdid f'Birkirkara.", "(ii) Xogħol ta' twessiegħ f'xi partijiet tal-kanal ta' l-ilma fl-inħawi ta' Cane Street.", "BIRKIRKARA - ĊENTRU ĊIVIKU", "4300.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinfetaħ Ċentru Ċiviku f'Birkirkara?", "Liema dipartimenti tal-gvern se jkunu f'dan iċ-ċentru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li bħalissa qiegħed isir handing over lid-dipartimenti li se jokkupaw dan iċ-ċentru.", "Dan il-bini se jiġi okkupat minn dawn id-dipartimenti:", "1.", "Kunsill Lokali Birkirkara li jinkludi Day Care Centre", "2.", "Dipartiment tas-Saħħa li jinkludi wkoll il-Podoloġija", "3.", "Dipartiment tas-Servizzi Soċjali", "4.", "Uffiċċju tas-Sanita'", "5.", "Librerija Pubblika.", "KUNSILLI LOKALI - KANDIDATI", "4301.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, mill-1993 'il quddiem ikkontestaw kandidati fit-23 kunsill lokali fejn se jsiru l-elezzjonijiet f'Marzu li ġej?", "Tista' l- istatistika tingħata skond il-partiti, jew gruppi?", "Kemm minn dawk li ġew eletti fl-ewwel elezzjoni reġgħu ikkontestaw it-tieni elezzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - LAQGĦAT", "4302.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali kemm saru laqgħat tal- kunsilli lokali, f'kull lokalita' fit-23 post fejn hemm l-elezzjonijiet tal- kunsilli f'Marzu li ġej?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant il-laqgħat tal- kunsilli lokali huma miftuħa għall-pubbliku.", "Għaldaqstant, nissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-kunsilli tal-lokalitajiet rispettivi.", "UFFIĊĊJU TA' L-AVUKAT ĠENERALI", "4303.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi struttura teżisti fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali?", "Kemm hemm postijiet battala u f'liema karigi huma?", "Xi skala huma dawk il-postijiet battala?", "X'miżuri qed jittieħdu biex dawn il-postijiet battala jimtlew?", "Jaħseb il-Prim Ministru li waħda mid-diffikultajiet f'dan il-post huwa li l-pagi u l-kondizzjonijiet m'humiex attraenti?", "Jekk iva, x'jaħseb li għandu jsir?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-complement stabbilit xi snin ilu għall- Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali hi kif ġej:", "|Avukat Ġenerali |1 | |Deputat Avukat Ġenerali |1 | |Diretturi Legali |2 | |Assistenti Avukati Ġenerali |4 | |Avukati Anzjani |4 | |tar-Repubblika | | |Avukati tar-Repubblika |2 | |Legal Officer |5 | |Junior Legal Officer |3 | |Prokuratur Legali Anzjan |1 | |Prokuraturi Legali |4 |", "Bħalissa l-postijiet ta` 2 Diretturi Legali (Skala 3), 2 Assistenti Avukati Ġenerali (Skala 4), Avukat Anzjan tar-Repubblika (Skala 5) u 2 Avukati tar- Repubblika (Skala 6) huma battala.", "Saru diversi sejħiet għal applikazzjonijiet għal dħul fl-Uffiċċju ta` l- Avukat Ġenerali fil-passat iżda l-interess minn barra s-servizz dejjem kien limitat għal gradwati ġodda li jidħlu fi grad ta` Junior Legal Officer.", "Għalkemm fl-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali jitħallsu allowances ta` ħmistax fil-mija fuq l-iskala tal-pagi stabbilita minħabba l-pressjoni tax-xogħol fl-istess Uffiċċju jidher illi bl-iskali preżenti m'hux possibbli illi jiġu mħajjra avukati ta` esperjenza, u biex jinżammu fis-servizz avukati wara li jkunu akkwistaw l-esperjenza, u biex jimtlew ċerti postijiet battala.", "Jidher ukoll illi l-complement stabbilit fil-passat m'hux ideali u qiegħed isir studju biex jiġi definit aħjar ix-xogħol li għandu jsir minn dak l- uffiċċju u n-numru ta` uffiċjali f''kull grad li jkunu meħtieġa biex dak ix- xogħol ikun jista` jkompli jsir mingħajr pressjoni żejda fuq minn ikun qiegħed jagħmlu.", "Qiegħed jiġi studjat ukoll x'jista` jsir biex il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'dak l-uffiċċju jiġu mtejjba.", "B'hekk il-Gvern ikollu f'dan l-Uffiċċju iż- żieda ta` nies meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol dejjem aktar kumpless u speċjalizzat li hu meħtieg flimkien man-nies preżenti, li għandu jingħad qegħdin jagħmlu minn kollox biex nonostante il-limitazzjonijiet li jridu jiffaċċjaw, jagħtu servizz mill-aqwa lil Gvern.", "DIPARTIMENT TAL-ĠUSTIZZJA", "4304.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi preparamenti għaddejjin biex jitwaqqaf id-Dipartiment tal- Ġustizzja?", "X'se tkun il-funzjoni ta' dan id-dipartiment?", "Xi struttura se jkun fih?", "Meta se jitwaqqaf?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li bħalissa fid-diviżjoni tal- Ġustizzja qed isir studju flimkien mal-Management Efficiency Unit biex jidentifika l-oqsma li għandhom ikunu responsabbilta' tad-Dipartiment tal- Ġustizzja meta jitwaqqaf kif suppost.", "Sal-lum ħafna mill-funzjonijiet tad-Dipartiment tal-Ġustizzja twettqu jew mill-Ministeru tal-Ġustizzja jew mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali jew minn xi kummissjoni.", "Il-ħsieb tal-Gvern hu li jidentifika dawn il- funzjonijiet u jistruttura dipartiment li jkun jista' joffri servizz aħjar u kontinwita' amministrattiva.", "DJAR - ATTARD", "4351.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'possibiltajiet hemm li f'Bienja 7, Ent.B, Triq l-Imsaġar, Ħ'Attard, jiġi stallat lift li huwa ta' bżonn għal xi numru ta' residenti?", "X'inhi l-policy tad-dipartiment dwar dawn il-lifts (fejn huwa prattikabbli) fi flats tal-gvern?", "Kemm ġew allokati flus fl-estimi tad- djar għal dan l-iskop?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond il-kondizzjonijiet tal-ħarġa relattiva dwar Binja 7 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Awissu 1991, hemm din il- kondizzjoni:", "TAL-FUKLAR ATTARD", "Dawn l-appartamenti qed jinbiegħu fi stat ta' semi-shell.", "Huma kompluti fuq barra, inklużi twieqi, bibien prinċipali, kontra bjut u partijiet komuni.", "Fuq ġewwa, is-servizzi tad-dawl, ilma u drenaġġ huma pprovduti lesti.", "Kull entratura hija pprovduta b'bokka tal-lift imma l-lifts jiġu mixtrija mill-benefiċjarji.", "ŻEBBUĠ - XOGĦLIJIET", "4352.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' ristruttura ta' kanal għall-ilma fi Mdina Road, Żebbuġ u kif avżat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Diċembru 1998, Advert No. 197?", "Jista' l-Ministru jagħtina kopja tal-kuntratt u tal-kondizzjonijiet annessi miegħu li kopja tagħhom ingħatat lill-kuntrattur li ħa l-offerta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol jikkonsisti f'modifikazzjoni ta' passaġġ ta' l-ilma eżistenti min-naħa għall-oħra tat-triq u li finalment jispiċċa ġo passaġġ li jagħti għall-wied ta' Ħal-Qormi.", "Il-pjan huwa li jkun hemm sistema li l-ilma, li normalment jinġabar wara kull xita f'din il-parti ta' Mdina Road, ikollu mnejn jgħaddi aktar malajr u b'hekk tonqos l-inkonvenjenza li teżisti bħalissa.", "Kopja tal-kuntratt għal dan ix-xogħol tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA", "4361.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni li ġġib id-data tal-21.4.97 għal sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata f'isem il-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l- applikazzjoni bid-data tal-21ta' April, 1997 f'isem il-persuna, li d- dettalji tagħha ingħataw separatament, qiegħda fid-942 post fil-waiting list għall-applikazzjonijiet għall-akkwist ta' qabar fiċ-ċimiterju ta' l- Addolorata.", "MSIDA - ĦAŻNA TA' PITROLJU", "4362.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4097, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji d-Dipartiment tas-Saħħa ta l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta ta' ħażna ta' pitrolju fi Triq is-Snajja', l-Imsida li hija ta' periklu kbir għar-residenti fl-inħawi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-Dipartiment tas-Saħħa ta r-rimarki tiegħu lill- Awtorita ta' l-Ippjanar fl-24ta' Ġunju, 1998 dwar kostruzzjoni ta' garaxx fil-livell ta' basement, garaxx f'livell tal-pjan terran u bini ta' dar għall-akkomodazzjoni f'livell ta' l-ewwel sular.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "4363.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-disinjaturi magħżula mill-kuntratturi li qed jibnu l-isptar l-ġdid f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif imsemmi fil-Memorandum of Understanding id- disinjaturi huma Skanska Malta J.V.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID - DISINJATURI", "4364.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid ma' min fid-Dipartiment tas-Saħħa, iltaqgħu d-disinjaturi l-ġodda f'Tal-Qroqq sal-ġurnata tal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-disinjaturi l-ġodda ltaqgħu mad-diretturi klinici u mad-Diretturi Amministrattivi.", "SAĦĦA - PHARMACY TECHNICIANS", "4365.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta ħarġu l-aħħar applikazzjonijiet għal Pharmacy Technicians fis-settur tas-Saħħa?", "Kemm applikaw biex jidħlu fis-settur governattiv?", "Min kienu?", "Meta applikaw?", "Meta saru l-interviews?", "Meta ġew ippubblikati r-riżultati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tingħata tweġiba f'seduta oħra.", "PSC - SENIOR PRINCIPALS", "4366.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4228, jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-PSC approvat li t-tliet senior principals li fl-aħħar jiem ingħataw l- appointment ta' Assistant Principal Radiographers, jingħataw l-appointment ta' Assistant Principal Radiographers?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għamlet ir-rakkomandazzjoni biex it-tliet persuni msemmija jingħataw l-appointment ta' Assistant Principal Radiographers fl-1 ta' Diċembru, 1998.", "ORKESTRA NAZZJONALI - BANDISTI", "4375.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fid- dawl ta' dak li jgħid il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista u fid- dawl tad-diskriminazzjoni li kienet saret mill-gvern preċedenti, x'inhi l- pożizzjoni tal-bandisti ta' l-Orkestra Nazzjonali?", "Wara Ottubru 1999, meta jiskadi l-kuntratt tagħhom dawn il-bandisti, x'se jsir minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa qed nikkonsidra l-kwestjoni kollha ta' l- Orkestra Nazzjonali u nittama li fil-ġranet li ġejjin nibda npoġġi f'posthom miżuri li fuq firxa ta' żmien jagħtu bażi u qafas aħjar għal din l-orkestra.", "ŻEJTUN - TISWIJA TA' TRIQ", "4376.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi ffurmata Triq il-Minzell, fiż-Żejtun għaliex minkejja li din hi abitata għadha fi stat diżastruż tant li n-nies qed ikollhom jgħaddu minn triq privata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jipprepara biex joħroġ sejħa għal offerti għax-xogħlijiet indikati mill- Onor. Interpellant, meta jiġi assigurat li x-xogħol ta` servizzi jkun lest.", "ŻEJTUN - TRIQ SAN ĠIRGOR", "4377.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3974 u ċioe' jista' ġentilment jara għaliex Triq San Girgor, Żejtun (b'mod partikolari fuq in- naħa tal-lemin) għadha maqlugħa sal-lum u ilha hekk minn Settembru?", "X'jista' jsir biex din il-bankina li tiġi wżata minn għadd ta' residenti u anzjani ma tibqax fl-istat li hi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet, jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil- fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.", "PORTES DES BOMBES - DAWL", "4378.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Portes Des Bombes m'għadux floodlit?", "Għaliex monument bħal dan jitħalla mingħajr dawl u fuq kollox konsegwenza ta' hekk jista' jkun hemm periklu għat-traffiku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEBBUĠ - DAWL", "4379.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jordna li jittieħdu passi sabiex jiġi nforzat id-dawl fi Triq Sindku P. Vella, Ħaż-Żebbuġ, partikolarment minn ħdejn \"Camler\" għall-kumplamentt ta' l-area madwar, peress li diversi familji f'din it-triq qegħdin isofru inkonvenjenzi minħabba d-dawl baxx li jista' jagħmel ħsara lill-apparat domestiku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel l-istimi neċessarji sabiex it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "BIRŻEBBUĠIA - KONTRADA TAL-PAPA", "4402.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li fil-kontrada tal-Papa, Birżebbuġia, fil-parti li qegħda tiġi mnaddfa u mħammla sabiex jiġu kkostruwiti diversi units, jara li tiġi allokata parti għal ħwienet u outlets oħra simili peress illi din l- area hija sprovista minn kull servizz domestiku simili?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "BIRŻEBBUĠIA - TRASPORT PUBBLIKU", "4403.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif, meta u b'liema mod se jibda: jiġi miljorat; jiġi assigurat; u jitjieb u jitwal is-servizz tat- trasport pubbliku minn u lejn l-kontrada tal-Papa f'Birżebbuġia peress illi jirriżulta li dan is-servizz f'din in-naħa ftit jew xejn qed iservi l-iskop li ġew maħluqa għalih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s-servizz ta` karozzi tal-linja via l-inħawi magħrufa Tal-Papa f`Birżebbuġa kien inbeda fuq bażi sperimentali fl-1995.", "Għalkemm għadu jopera sal-lum, f`Settembru ta` l- 1997 tnaqqsu l-vjaġġi peress li s-servizz ftit li xejn kien jintuża.", "Ma jidhirx li d-domanda għal dan is-servizz żdiedet minn dak iż-żmien `l hawn.", "Madanakollu ser nieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku tinvestiga wkoll din it-talba.", "BIRŻEBBUĠIA - RECREATIONAL AREA", "4404.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fejn huwa maħsub li jiġi riservat bħala green area u żviluppat f'recreational area, fil-Kontrada tal-Papa, Birżebbuġia peress illi jidher li mhux se jitħalla spazju għall-iżvoġġ tat-tfal?", "Jista' l-Ministru jgħid meta tali xogħlijiet fuq tali spazju se jibdew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "BIRŻEBBUĠIA - DAWL", "4405.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li Triq Wied il-Buni, f'Birżebbuġia tiġi mdawla peress li jidher li d-dipartiment konċernat m'għandux interess li jsolvi din il-problema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR", "4406.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija oħra preċedenti li kienet akkompanjata minn ittra miktuba u ffirmata mill-istess individwu indikat u fformat f'ittra li qed tintbagħat separatament.", "Jista' l-Ministru jiċċara l-pożizzjoni peress illi jidher ċar li xi ħadd, u żgur mhux il-bnieden hawn ffirmat peress illi hu personalment kien jaħdem fl- istess dipartiment u allura jaf il-proċedura sew, qiegħed jirrapporta b'mod skorrett l-informazzjoni f'din il-kwestjoni?", "Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Irrid nagħmilha ċara li billi xi ħadd jindika post vojt lid-Dipartiment tad-Djar, dan ma jfissirx li jkun rebaħ lotterija.", "Il- post jiġi allokat skond il-bżonn u mhux skond min ikun l-ewwel wieħed li jiskopri post vojt.", "Barra minn dan, lanqas ma hu aċċettabbli li żewġ inkwilini jinnegozjaw ma xulxin dwar bdil ta' postijiet lill-gvern.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "4423.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-eluf ta' familji li bħalissa qegħdin igawdu mill-iskema ta' sussidju fuq ħlas ta' kontijiet ta' dawl u l-ilma humiex se jkomplu jgawdu minn din l-iskema?", "Kemm hu n-numru ta' familji li llum igawdu minn din l-iskema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dritt għas-sussidju fuq ħlas ta' kontijiet tad- dawl u l-ilma huwa regolat minn Avviżi Legali li jinħarġu mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u għalhekk, l-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "PA - LAQGĦAT", "4427.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li s-seduta tat-28 ta' Ottubru, 1998 ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanr, li kienet qegħda tiltaqa' għall-aħħar darba ltaqgħet fil-pubbliku?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li din l-aħħar seduta kellha ssir fil-magħluq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill Onor. Interpellant għall-Art 13 (5) ta` l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp u għall-Art 8 ta` l-ewwel skeda ta` l-istess att li jistipula meta laqgħa tal-bord tinżamm fil-pubbliku.", "Ninsab informat li l-bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma ltaqax fit-28 ta` Ottubru, 1998.", "L-aħħar laqgħa tal-bord il-qadim saret fit-2 ta` Ottubru, 1998, li matulha ġew approvati l-minuti tal-laqgħa ta` qabel, u dan qabel ma l-bord aġġorna sine die.", "MARSA - PERMESSI GĦAL BINI", "4428.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-bini bla permess ta' kamra li tinsab fil-korsa tal-Marsa u li tagħti ġo Racecourse Street, Marsa quddiem London Yard?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li appena s-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar saret taf bl-iżvilupp in kwestjoni, inħareġ Stop and Enforcement Notice (ECF 23/99) fil-15 ta' Jannar, 1999, liema avviż ġie servut direttament lil persuna nkarigata minn dan ix-xogħol.", "Sussegwentement, l-istess persuna ssottomettiet applikazzjoni (PA 356/99) sabiex tissanzjona dan l-iżvilupp.", "Is-Sezzjoni ta' l-Infurzar dwar l-Ippjanar ser tibqa' ssegwi l-każ sakemm jiġi eżawrit il-proċess kollu skond il-liġi.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-BA RELIGOUS STUDIES", "4429.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4078, jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li ma kienx hemm karta ta'l-eżami, jista' ikun hemm xi abbuż, aktar u aktar wara li ħareġ ir-rapport dwar il-Matsec fejn ġie suġġerit titjib?", "Min kien responsabbli għal dan il-kors u allura għal dan it-test?", "X'passi ttieħdu sabiex ħaġa bħal din ma terġax tiġri u jekk hux se jkun hemm konsegwenzi għal min għamel dan it-test?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li l-Onor.", "Membru jaf li l-lecturer responsabbli għal dan l-unita' ta' studju, u allura għal dan it-test, kien ir-Reverendu George Deguara. filwaqt li ma nistax nifhem x'abbuż jista' jimmaġina l-Onor.", "Interpellant, ir-rapport dwar il-Matsec m'għandu l-ebda rilevanza għal dan il-każ.", "Nerġa nirriferi għar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4078.", "Fil-każ ta' test l-universita' issostni li m'hemm xejn straordinarju li lecturer jiddetta l-mistoqsija.", "Għalhekk jien informat li la ttieħdu passi u lanqas ma hemm il-ħsieb li jittieħdu passi sabiex ħaġa bħal din ma terġax tiġri, anzi mhux eskluż li darb'oħra xi test ieħor jingħata bl-istess mod.", "Dan peress li la hemm regolament li jipprojbixxi li dan isir u lanqas ma hemm lok li jkun hemm xi regolament jew provvediment ieħor li jipprojbixxi lil lecturer li jiddetta mistoqsija ta' test.", "PRESIDENT'S CUP", "4430.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tlugħ tal-poloz tal-final tal- President's Cup li se ssir fl-14 ta' Frar, 1999 fil-Marsa Race Course, se jitilgħu fuq l-istazzjoni televiżi tal-PN?", "Fuq liema kriterju ġie magħżul dan l-istazzjon u min kien responsabbli għal din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Marsa Racing Club iddeċieda li jagħti d- dritt tat-tlugħ tal-poloz tal-final tal-President's Cup lin-NET TV minħabba li dan hu l-uniku stazzjon televiżiv li qiegħed jagħti trażmissjonijiet diretti tal-programmi tat-tiġrijiet.", "Informat ukoll li dan kien l-uniku stazzjon li għamel talba biex ixandar dawn il-poloz diretti.", "BOLLI/POSTAL ORDERS", "4431.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istock books tal-bolli, stationery u postal orders tas-sena 1998 tal-Victoria BPO u tax-Xagħra BPO, Għawdex għadhomx jeżistu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-istock books tal-bolli, stationery u postal orders tas-sena 1998 tal-fergħat imsemmija, jinsabu għand l-Account Holders ta' l-istess fergħat.", "MIA - ĦLAS TA' XOGĦOL", "4432.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Malta International Airport ħallset flus u għal-liema xogħol lill-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "Min huma s-sidien ta' din il-kumpannija?", "Qatt kien hemm xi sid li kien jiġi minn wieħed mid-direttur ta' l-MIA?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-ħlas li sar mill-MIA lill-kumpannija li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, huwa dan:", "1995 - Lm5022.79c 1996 - Lm1424.53c 1997 - Lm 880 1998 - Lm1905", "Dan il-ħlas sar in konverżjoni mas-software għall-Main Accounting and Passenger Service Charge.", "Ma nħossx li jkun etikament korrett li msemmi l-ismijiet tal-persuni li huma l-proprjetarji tal-kumpannija.", "MIA - ĦLAS TA' XOGĦOL", "4433.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset flus, u dan għal-liema xogħol, il-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament, fl-MIA meta ġiet imqabbda għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kumpannija li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant tħallset dawn l-ammonti:", "1995 - Lm 357.23c 1996 - Lm2103.88c 1997 - Lm1421.80c 1998 - xejn", "Dan il-ħlas ikopri l-kera u charges ta' GSM mobile telephone użat miċ- Chairman ta' l-MIA waqt li dan ikun barra minn Malta.", "Dan is-servizz tal- GSM mobile telephone ma kienx ipprovdut lokalment fis-snin imsemmija.", "SKEJJEL - G. DESPOTT JUNIOR LYCEUM", "4434.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx xi forma ta' inkjesta dwar il- qagħda fil-G.", "Despott Boys Junior Lyceum fil-Cottonera?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, tista' l-Kamra tkun taf x'sar minn dak ir-rapport u jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jinforma lill-Kamra x'azzjoni ttieħdet jew qed tittieħed mill-ministeru u/jew mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni bħala riżultat ta' dak ir-rapport biex tiġi rranġata l- qagħda f'dik l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dwar il-qagħda fil-G.", "Despott Boys Junior Lyceum fil-Kottonera jiena tlabt li jsir rapport dwar is-sitwazzjoni f'dik l-iskola minn persuni esterni għad-Diviżjoni.", "Ġew imqabbda il-Management Efficiency Unit ta' l-OPM, li ppreżentaw rapport ftit ġimgħat ilu.", "Tajt ukoll struzzjonijiet lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex teżegwixxi dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex titjieb is-sitwazzjoni.", "SAĦĦA - KLINIĊI TAD-DENTISTI", "4442.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula speċifikament il- kliniċi wżati mid-dentisti għall-ħlas ta' Lm100 fis-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minħabba li x-xogħol li jsir fil-kliniċi tad- dentisti u tal-veterinarji huwa simili għal dak li jsir fi kliniċi mediċi li fihom isiru day cases, ġie adottat l-istess parametru ta' ħlas ta' liċenzji.", "Għaldaqstant mhux korrett li jingħad li l-ħlas ta' Lm100 għal- liċenzja gie adottat speċifikament għal kliniċi użati mid-dentisti.", "ŻEBBUĠ - PROĠETT", "4443.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx ħsieb għal xi proġett biex itaffi mill-problema ta' flooding li qed jiffaċċjaw r-residenti taz- zona \"Tad-Dawl\" ta' Ħaż-Żebbuġ, peress li dawk ir-residenti sofrew minn ħsarat konsiderevoli fil-proprjeta' tagħhom, partikolarment fil-maltemp ta' Jannar ta' l-1998?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din il-problema li d-dipartiment huwa konxju tagħha, ġiet mgħoddija lill-konsulenti ta' l-iStorm-Water Master Plan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Dawn għamlu studju profond, u għaddew rapport b'suġġerimenti preliminarji li qegħdin jiġu kkonsidrati mid-dipartiment.", "Ir-residenti milquta kellhom laqgħa ma' rappreżentanti tal-Ministeru għall-Ambjent u tad-dipartiment fejn ġie spjegat lilhom dan kollu.", "PA - CONTRIBUTION FEE", "4444.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddiet flus l-Awtorita' ta' l-Ippjanar lill- Gvern minn dak li tiġbor l-istess awtorita' bħala contribution fee fuq permess ta' bini għas-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ammont ta' flus li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaddiet lill-gvern minn contribution fees fuq permessi ta' bini li jinġabru mill-istess awtorita' għas-snin speċifikati mill-Onor.", "Interpellant kien kif ġej : -", "|Sena |Ammont | | |Lm | |1993 |1,183,239 | |1994 |1,558,260 | |1995 |1,362,969 | |1996 | 914,589 | |1997 |1,042,731 | |1998 |1,126,574 |", "WIED IL-GĦAJN - TINDIF", "4445.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex plot f'area residenzjali fi Triq G. Pesci, Wied il-Għajn, ma jibqax iservi ta' miżbla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tindif ta' plots privati huma responsabbilta' tas-sidien u li huma marbutin li jtellgħu ħajt madwar dawn il-plots.", "ŻABBAR - \"TAL-FATA\" - DAWL", "4446.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li kamra tal-watchmen impjegati mal-PW fl-area magħrufa bħala \"Tal-Fata\", Żabbar, ikollha servizz tad-dawl?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li saret applikazzjoni lill- Korporazzjoni Enemalta għal dan l-iskop.", "SERVIZZ PUBBLIKU - FTEHIM KOLLETTIV", "4447.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-gvern li għadhom ma ħadux l- arretrati dovuti skond l-aħħar ftehim kollettiv?", "X'inhi r-raġuni wara dan id-dewmien u meta se jkun ħadhom kulħadd?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor Interpellant mitlub jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.", "DJAR - TISWIJIET", "4448.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex isir xogħol mill-Housing Const. and Maintenance Department fi Flat 8, Blk 7, Triq De Opertis, Birgu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "Jien informat li m'hemm ebda talba pendenti għal xogħlijiet fil-flat proprja ħlief għat-tikħil tal-faċċati u tibjid tat- tromba.", "Jien informat li dawn ġew inklużi fil-programm ta' xogħlijiet tad- dipartiment.", "SKEJJEL - EXEMPTION MILL-ISKOLA", "4449.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy sabiex studenti jiġu exempted mill- iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li applikazzjonijiet biex studenti jiġu exempted mill-iskola jiġu kkonsidrati fuq dawn il-kriterji: li l-istudent ikun qorob biex jagħlaq is-16-il sena; jew, li l-istudent ikun lesta l-kors ipprovdut mill-iskola; jew, li jkun hemm raġunijiet umanitarji serji.", "SKEJJEL - BORMLA", "4450.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sena d-dieħla jkun hemm klassi tar-repeaters tal-Year 6 (jekk ikun il-każ) fl-iskola primarja ta' Bormla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-faċilita' li jirrepetu l-Year 6 tingħata lit-tfal ta' l-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex.", "Id-diviżjoni tara li jkun aktar ta' benefiċċju li tfal i jirripetu jkunu fi klassijiet għalihom billi l-ħteġijiet tagħhom ma jkunux l-istess bħal ta' dawk li se jagħmlu l-eżami għall-ewwel darba.", "Għalhekk, sa fejn hu prattikabbli, fejn ma jkunx hemm biżżejjed repeaters f'lokalita' waħda biex tifforma klassi dawn jingħaqdu ma' repeaters oħra fi skola viċin.", "PACEVILLE - BINI TA' TORRI", "4463.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom għadhiex bil-pjani tagħha għal Millenium ġdid viż bini ta' torri ta' 70 sular fl-exchange ta' San Ġiljan/Paceville?", "Jekk fl-affermattiv, fiex waslu l-konsultazzjonijiet ma' l-intrapriżi li kien hemm diskussjonijiet magħhom?", "X'tagħrif jista' jagħti aktar il-ministru dwar dan il-proġett?", "Kemm kienet in-nefqa ta' pjanti, disinji u marketing, li sar, inkluż il- brochure li miegħu kien hemm il-video?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - KIRJIET", "4467.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iddaħħal f'kirjiet l-Universita' ta' Malta?", "Jista' jgħid f'kull każ kemm hu l-ammont ta' kirjiet li ddaħħal u fiex tikkonsisti kull waħda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-rati ta' kirjiet li ddaħħal l-Universita' għas- sala Sir Temi Żammit u għas-swali l-oħra fi ħdan is-Centre for Communicatons Technology (CCT) huma elenkati fl-iskeda li tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "PENSJONIJIET", "W11.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna minn San Gwann li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex tieħu l-pensjoni kollha li ħaqqha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-każ li għalih għamel riferenza l-Onor.", "Interpellant ġie nvestigat u nista' nikkonferma li r-rata tal- pensjoni mħallsa fil-każ hija korretta u li l-persuna kkonċernata ġie nformat wkoll dwar dan.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W12.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-file no. H 14402, fejn l-applikanti qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien nformat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali.", "PENSJONIJIET", "W14.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna msemmija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li toqgħod il-Gżira se tieħu l-pensjoni kollha li ħaqqha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna msemmija fil-mistoqsija tiegħu ġiet nformata dwar il-każ tagħha."]} {"filename": "20000111_217d_par.doc", "date": "2000-01-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 217 It-Tlieta, 11 ta' Jannar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 217", "It-Tlieta, 11 ta' Jannar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "217", "It-Tlieta, 11 ta' Jannar, 2000", "WERREJ MINUTI 668", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TARZNA TA' MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA DOCKYARD (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 674", "AĠĠORNAMENT 698", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 704", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 216 li saret fil-11 ta' Jannar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "UE - ZOKKOR - EXPORT REFUND", "12113.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "12000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Il-mistoqsija li għaliha qed issir riferenza weġibtha waqt is-Seduta Nru. 211.", "UE - BUTIR - EXPORT REFUND", "12114.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "11999?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-mistoqsija li għaliha qed issir riferenza weġibtha waqt is-Seduta Nru. 211.", "MELLIEĦA - POMPA TAL-PETROL", "12115.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-applikazzjoni tal- pompa tal-petrol fi Triq Louis Wettinger, kantuniera ma' Triq Qasam tal- Barrani, il-Mellieħa, jista' l-Ministru jinformani jekk l-Enemalta għandhiex applikazzjoni għal xi żvilupp ta' pompa f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-korporazzjoni Enemalta għandha talba biex tinbena pompa tal-petrol fl-inħawi msemmija u fil-preżent din l- applikazzjoni qed tiġi pproċessata mill-awtorita ta' l-ippjanar.", "XOGĦOL - PERSUNI BOARDED OUT", "12125.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew boarded out bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm minnhom kienu nisa u kapijiet ta' familja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, il-pensjoni taħt l-iskema kontributorja titħallas lill-persuna assigurata u mhux lill-kap ta' familja.", "Għaldaqstant id-dipartiment ma jżommx statistika dwar kemm minn dawn in-nisa li jirċievu l-pensjoni ta' l-invalidita' huma kapijiet ta' familja.", "UE - EXPORT REFUND - SUNFLOWER/OLIVE OIL", "12144.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "12004?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-mistoqsija weġibtha waqt Seduta Nru. 211.", "SAJD - DUTY-FREE DIESEL", "12153.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi li saru fil-laqgħa li kellu mal-koperattiva tas-sajd dwar it-talba tagħhom għal duty-free diesel, skond Kap. 395 tal-Liġijiet ta' Malta?", "Meta fil-fatt se jiġu rikonoxxuti t-talbiet ta' dawn is-sajjieda skond l-Avviż Legali Nru. 91/97?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Tajjeb li l-Onor.", "Membru jkun jaf li t-talba tas-sajjieda tirrigwardja dazju tas-sisa, filwaqt li Kap. 395 u l-Avviż Legali Nru 91\\97 jirrigwardjaw it-taxxa tac-CET, li kienet fis-seħħ bejn l-1 ta` Lulju, 1997 u l-aħħar ta` l-1998.", "Għalhekk kull riferenza għal din l-leġislazzjoni fir-rigward tat-talba tas-sajjieda hi kompletament out of context.", "Tant hu hekk li anke fi żmien l- amministrazzjoni Laburista, id-diesel użat fuq biċċiet tal-baħar għal skopijiet ta` sajd kien suġġett għad-dazju tas-sisa.", "Fir-rigward tas-suġġett in kwestjoni, saret laqgħa bejn il-koperattiva nazzjonali tas-sajd u rappreżentanti tal-ministeru tal-finanzi u tal- ministeru tal-biedja u sajd - preseduta mill-ministru responsabbli mill- biedja u sajd - li fiha ġew iċċarati xi punti u l-koperattiva ġiet mitluba tforni ċerta informazzjoni.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' il-Ministru Ninu Zammit - nispera li jiena in order - jaġġornana dwar l-eżitu ta' din il-laqgħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Biedja u Sajd): F'din il-laqgħa, li għaliha attendew uffiċjali tal-ministeru tal-biedja u sajd, uffiċjali tal- ministeru tal-finanzi u rappreżentanti tas-sajjieda, is-sajjieda ntalbu ċerti dettalji bħal qisien ta' bastimenti, kapaċita', volum tat-tankijiet tal-fuel u dettalji oħra.", "S'issa din l-informazzjoni għadha ma waslietx għand id-direttur tas-sajd.", "SAĦĦA - NURSING AND MIDWIFERY BOARD", "12157.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid min huma l-membri kollha tan-nursing and midwifery board?", "Kemm u liema huma dawk eletti u dawk maħtura mill-gvern?", "Min hu r-reġistratur tal-bord u min hu ċ- chairman?", "Min minnhom jitħallas u kemm hu s-salarju ta' kull wieħed li jitħallas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Il-membri tal-bord ta' l-infermiera u l-qwiebel huma dawk kif pubblikati fil-Gazzetta tal- Gvern tad-9 ta' Jannar 1999 u l-5 ta' Marzu, 1999 rispettivament.", "Ħadd mill-membri m'għandu salarju iżda ċ-chairman jitħallas bir-rata stabilita mid-dipartiment għal kull laqgħa li jattendi minħabba li m'huwiex uffiċjal pubbliku jew fis-servizz ċivili.", "SAĦĦA - DIRETTORAT TAN-NURSING", "12158.", "L-ONOR.", "CRISTINA DOLORES (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost id- direttorat tan-nursing u x'inhuma l-gradi tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara): Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-direttorat tan-nursing huwa kompost minn Nicolina Farrugia, director nursing services; Emmanuel Saliba, nursing officer; u Maria Montebello, staff nurse.", "WSC - DETECTORS - ROSTER", "12161.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari nru.", "12019?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-mistoqsija li għaliha qed issir riferenza weġibtha waqt is-Seduta Nru. 211.", "ZABBAR - SQAQ ĦAS-SAJJIED - BOZZA", "12175.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari nri.", "11273 u 12032, jista' l-Ministru jgħid meta saret din l- inspection, minn min saret u xi grad jew kwalifiki kellu biex jiddeċiedi hu jekk hijiex qed issir jew tistax issir ħsara bil-lampa li hemm imwaħħla ma' dan ir-razzett antik?", "Kien hemm xi perit biex jiddeċiedi dwar dan?", "Billi m'huwiex veru li hemm lampa oħra fil-viċin, hemm il-possibbilta' li l-foreman jagħmel appuntament miegħi biex inżuru l-post flimkien?", "Jista' l- Ministru jinvestiga r-risposta li ngħata mill-Enemalta għax jirriżulta li din ma tirriflettix ir-realta'?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-ispezzjoni saret fis-27 ta` Dicembru 1999 mill-Perit Carmelo Busuttil, il-perit tal-korporazzjoni.", "Naħseb li l-aktar persuna kompetenti li tista` tgħaddi opinjoni u parir dwar materja ta` struttura ma tista` tkun ħadd għajr perit.", "Ta` min jgħid li dwar din il-materja l-perit imsemmi ikkonsulta wkoll lill-inginier u lill-foreman tad-distrett.", "Kif diga` għedt fit-twegiba għall-mistoqsija nru.", "12032, tezisti lampa fil-viċinanzi tal-bini li għalih qed issir riferenza.", "Huwa minnu li din il- lampa bħalissa mhux qed tiffunzjona pero`ninsab informat li fi zmien qasir is-sitwazzjoni se tigi rimedjata.", "GĦAWDEX - XIRI TA' KAROZZI", "12209.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid il-marka jew ditta ta' dawn il-karozzi u kemm swew flus?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Qed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant rigward il-karozzi li nxtraw mid-dipartiment u s-sezzjonijiet tal-ministeru għal Għawdex bejn l- 1987 u l-1996.", "|Dipartiment/Sez|Marka |Prezz | |zjoni | |Lm | |Segretarjat |Mercedes |8644 | |Privat |Benz 190 | | | |Hyundai |4970 | | |Excel | | |Segretarjat |Hyundai |4500 | |Permanenti |Excel | | |Dipartiment |Kia |4491 | |għas-Servizzi |Mentor | | |Korporattivi | | | |Dipartiment |Kia |4434 | |tal-Customer |Mentor | | |Services | | | |Dipartiment |Skoda |3410 | |tal-Proġetti u |Foreman | | |Żvilupp |GLX 135 | | | |Kia |4491 | | |Mentor | |", "TURIŻMU - XIRI TA' KAROZZI", "12210.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid il-marka jew ditta ta' dawn il-karozzi u kemm swew flus?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Tweġiba dettaljata tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - XIRI TA' KAROZZI", "12211.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn 1987 u 1996 mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid il-marka jew id-ditta ta' dawn il-karozzi u kemm swew flus?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): L- informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "BIEDJA U SAJD - XIRI TA' KAROZZI", "12212.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid il-marka jew ditta ta' dawn il-karozzi u kemm swew flus?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bejn l-1987 u l-1996 inxtraw 18-il karozza mill- ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu.", "Hawn taħt hawn il-lista ta' dawn il-karozzi flimkien mal-marka u kemm ġiet tiswa kull waħda:", "|Nru |Għamla |Prezz | |tar-Regist| |Imhalla| |razzjoni | |s | | | |Lm | | | | | |AAL809 |Hyundai |4000 | | |Lantra GLS | | |ABD846 |Nissan Sunny |4000 | | |2.0 LX | | |GVN088 |Dacia 1310 |1461 | | |TLX | | |GVN089 |Dacia 1310 |1461 | | |TLX | | |GVN090 |Dacia 1310 |1461 | | |TLX | | |GVN091 |Dacia 1310 |1461 | | |TLX | | |GVN092 |Dacia 1310 |1461 | | |TLX | | |GVN093 |Dacia 1310 |1461 | | |TLX | | |GVN095 |Skoda Foreman|3699 | | |Special | | |GVN096 |Skoda Foreman|3510 | | |135 GLX | | |GVN273 |Dacia 1310 |1461 | | |TLX | | |GVN274 |Dacia 1310 |1461 | | |TLX | | |GVN275 |Skoda Felicia|3055 | | |LX | | |H-5053 |Mercedes Benz|11700 | | |200 | | |HAD591 |Hyundai |4800 | | |Lantra | | |KAC934 |Audi A4 |8450 | |M-0849 |Skoda Foreman|3350 | | |135 GLX | | |W-8992 |Daewoo Racer |4000 |", "AMBJENT - XIRI TA' KAROZZI", "12213.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid il-marka jew ditta ta' dawn il-karozzi u kemm swew flus?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għall-Ambjent): Tlabt lid-dipartiment konċernat biex jiġbor l- informazzjoni mitluba.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - XIRI TA' KAROZZI", "12214.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid il-marka jew ditta ta' dawn il- karozzi u kemm swew flus b'mod separat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Il-karozzi li nxtraw bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu tahtu kienu dawn:-", "|Ministeru - Head |NIL |---- | |Office | | | |Dipartiment |Hyundai |4,000| |tal-Kunsilli |Landra | | |Lokali | | | | |Skoda |3,091| | |Combi | | |Qrati ta' Malta |Toyota |4,579| | |Corolla | | | |Alfa |6,400| | |Saloon | | | |164 | | | |Peugeot |8,500| | |Toyota |7,030| | |Carina | | |Uffiċċju ta' |Alfa 33 |4,800| |l-Avukat Ġenerali| | | | |Alfa 33 |4,800| | |Honda |9,604| | |Accord | | | |20EX | | | |Hyundai |4,408| | |Excel GLS| | |Kummissjoni |Fiat |2,605| |Permanenti Kontra|Punto | | |l-Korruzzjoni | | | |Kummissjoni |NIL | | |Permanenti | | | |għar-Riforma | | | |tal-Liġi (ġiet | | | |xolta | | | |fil-31.3.99) | | | |Kummissjoni |NIL | | |għar-Reviżjoni | | | |tal-Liġi | | |", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IŻ-ŻONQOR - DAWL", "12215.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari nru.", "12098?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li d-dawl fl-inħawi msemmija ġie ċċekkjat mill-korporazzjoni Enemalta fis-17 ta' Diċembru 1999 u fil-fatt dakinhar inbidlu erba' lampi fi Triq iż-Żonqor.", "GĦAWDEX - ĊITAZZJONIJIET", "12216.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru.", "12102 - oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għal Għawdex - u ċioe' dwar kemm-il ticket inħareġ mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Diċembru 1999 mill-pulizija ta' Għawdex minħabba parking ħażin jew double parking ħdejn id-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi?", "Kemm-il raid għad- drogi sar mill-pulizija ta' Għawdex f'din id-diskoteka mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ottubru 1999?", "Meta saru dawn ir-raids?", "U mil-liema uffiċjal tal-pulizija tmexxew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u l-1 ta` Diċembru ta` l-1999 il-pulizija ta` Għawdex ħarġu 169 traffic offence ticket għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku fil- lokalita` li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.", "Ninsab informat ukoll li għalkemm ma sarux raids speċifikament għar- raġuni ndikata fil-mistoqsija, il-pulizija dejjem kienu preżenti u għamlu tfittxijiet kif meħtieġ meta kienet tiġi organizzata xi attivita` fil-lokal li saret riferenza għalih.", "SPTAR SAN LUQA - ARLOĠĠ", "12236.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Rita Law) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għala l-arloġġ li jinsab inti u ħiereġ mill-Isptar San Luqa ilu żmien twil ma jiffunzjona?", "Jista' jara li dan l-arloġġ jissewwa peress li huwa importanti għal min juża l-karozzi tal- linja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Nitlob l-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din id-domanda lill-ministru kkonċernat.", "FGURA - TRIQ L-GĦARNUQ - TARMAC", "12237.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Rita Law) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq l-Għarnuq, fil-Fgura ngħatat t-tarmac sa nofsha u mhux kollha?", "Hemm ħsieb li titkompla, u meta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-kisi ta` toroq ġodda bit-tarmac m`huwiex responsabilta` tal-kunsilli lokali jew tal- ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali.", "Għaldaqstant nissuggerixxi li l- mistoqsija ssir lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru konċernat jinsab hawnhekk, jista' jgħidilna jekk ix-xogħol fuq Hompesch Road, il-Fgura hux se jsir b'mod komplet, jiġifieri mill-pedamenti, kif sar fil-parti l-oħra, u mhux tingħata biss kisja fil-wiċċ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, għalkemm hawnhekk m'għandix id- dokumentazzjoni meħtieġa nista' ngħid li hemm tender li proprju titkellem dwar ix-xogħol kollu meħtieġ.", "Din għalqet ftit tal-ġranet ilu u hu mistenni li tiġi aġġudikata fil-ġranet li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li fil-Gazzetta tal-Gvern kien hemm riferenza li Zabbar Road se tinbena mill-ġdid, jista' jkun li hemm xi żball?", "Għax din it-triq diġa' sar ix-xogħol neċessarju fuqha, bħall-culverts għall-ilma tax- xita.", "Nixtieq inkun naf jekk hux qed jirriferu għall-parti l-oħra ta' Hompesch Road u jekk din it-triq hux sempliċement se ssirilha kisja fil- wiċċ.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ix-xogħol se jsir b'kontinwazzjoni max- xogħol eżistenti u m'għandna l-ebda ħsieb li għal xejn b'xejn inkissru triq li tkun diġa' saret.", "Naturalment it-tender ħarġet kif ħarġet, design and build, biex proprju jiġi ċċekkjat dak kollu li hemm bżonn.", "Issa jekk issirx bl-istess mod li saret il-biċċa l-oħra jew inkella b'xi mod ieħor ma nafx, imma l-importanti hu li t-triq issir kif għandha ssir.", "BORMLA - TARAĠ - RAILINGS", "12238.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Rita Law) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Peress li r-residenti qegħdin jitolbu li jsir railing tal-ħadid fit-taraġ bejn Hanover Street u Eagle Street, f'Bormla, jista' l-Ministru jikkonsidra din it-talba minħabba li f'dawn l-akkwati joqogħdu persuni ta' eta' kbira?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, l-esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerilu jirriferi din il-mistoqsija lill-kunsill lokali tal-lokalita' peress li l-funzjoni li qed jirriferi għaliha hija waħda mir- responsabbiltajiet tiegħu.", "FESTI TAL-MILLENNJU - INFIQ", "12239.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma li r-regolamenti finanzjarji ġew il-ħin kollu osservati fl-ispejjeż kollha li ntefqu in konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, ġie mwaqqaf kumitat ad hoc taħt il-ministeru ta` l-edukazzjoni biex jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta` dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.", "Kull uffiċjal pubbliku huwa konxju li infiq pubbliku għandu jsir skond ir-regolamenti finanzjarji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tal-finanzi kienx rappreżentat fuq dan il-kumitat u fuq liema livell?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-ministeru tal-finanzi ma kienx rappreżentat fuq dan il-kumitat ad hoc.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jaħsibx il-Ministru illi meta kien hemm nefqa bħal dik involuta, kien ikun xieraq illi l-ministeru tal-finanzi jkun rappreżentat fuq dan il-kumitat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, ma naħsibx li l-ministeru tal-finanzi kellu jkun rappreżentat fuq dan il-kumitat għax jekk naqbdu din ir-regola, allura l- ministeru tal-finanzi jrid ikollu xi 500 ruħ biex ikun rappreżentat fuq kull nefqa li ssir!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk saretx talba mid- dipartiment jew inkella mill-istess kumitat li twaqqaf għaċ- ċelebrazzjonijiet tal-millennju sabiex jiġi reinstated il-ground tal- football tal-Furjana fejn saru l-attivitajiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'dan l-istadju ma jien informat bl-ebda talba li saret.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-informazzjoni li għandu nżammux in line in-nefqiet li kienu ġew budgeted?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena s'issa m'għandi l-ebda informazzjoni, la li turi li n-nefqa nżammet in line u lanqas li ġiet maqbuża b'xi mod.", "FESTI TAL-MILLENNJU - INFIQ", "12240.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju?", "Kemm ingħataw direct orders fit-tħejjijiet għal dawn il- festi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tagħrif mitlub qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TARZNA TA' MALTA", "MALTA DOCKYARD (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta, Kap 207\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, illum quddiemna għandna għall- konsiderazzjoni l-emendi għall-Att dwar it-Tarzna ta' Malta.", "Din hija s- sitt darba mill-1963 'il hawn li din il-Kamra ntalbet tikkonsidra bidliet fil-liġi dwar it-tarzna ta' Malta, darbtejn minnhom f'dawn l-aħħar tliet snin.", "M'hemmx dubju li t-tarzna ta' Malta jew aħjar it-tarznari ta' Malta - għaliex irridu nikkonsidraw iż-żewġ tarznari f'daqqa bħala parti mid- diskussjoni ta' dan l-abbozz - jikkostitwixxu attivita` ekonomika importanti ħafna għal pajjiżna, mhux biss għaliex huma responsabbli għall- għajxien ta' tant mijiet u eluf ta' familji - fil-fatt għandna madwar 3,000 ħaddiem fil-Malta Drydocks u 800 oħra fil-Malta Shipbuilding - imma anke għaliex it-tarznari servew tradizzjonalment bħala font għat-taħriġ tal- ħaddiema f'diversi oqsma fl-interess tal-pajjiż kollu.", "Pero` minkejja dan, il-problema tat-tarznari ilha taffettwa lil pajjiżna għal mill-anqas dawn l-aħħar 40 jew 45 sena u hija problema bażikament konsistenti għal dak li hu l-operat u l-pożizzjoni finanzjarja tat-tarznari u s-sussidju li dawn jirrikjedu mill-gvern.", "Jien ngħid li l-problema tat-tarznari hija waħda nazzjonali, li dan il-pajjiż irid jibda jittratta b'mod għaqli u matur u b'mod li bih forsi nibdew naraw xaqq ta' dawl għaliex minbarra l-familji u l-ħaddiema kollha nvoluti fil-ħidma tat-tarznari, hemm ukoll il-fatt li t- tarznari jieħdu parti kbira tal-Port il-Kbir, riżors li fil-pożizzjoni strateġika ta' pajjiżna rridu nsibu mezz kif nutilizzawh b'mod iktar effettiv.", "Madankollu wieħed irid jifhem li t-tarznari għaddejjin minn problemi kbar - u ilhom għaddejjin hekk taħt gvernijiet differenti - liema problemi qed jilħqu livell li qegħdin saħansitra jaffettwaw l-operat ta' pajjiżna għax qed jaffettwaw b'mod partikolari l-finanzjament tal-gvern u qed jaffettwaw anke l-andament tat-tassazzjoni ġaladarba għadna ma sibniex soluzzjoni biex inkunu nistgħu ngħidu li t-tarznari qed isiru vijabbli.", "Mr Speaker, meta bdejt nipprepara għal dan id-diskors ħarist lejn id- diskussjoni li saret kważi tliet snin ilu, proprju fi Frar ta' 1997, meta l- prim ministru ta' dak iż-żmien, Dr. Alfred Sant, ressaq bidliet għal-liġi tat-tarzna.", "Meta wieħed iħares lejn l-elenku tal-problemi li semma Dr Sant stess u jħares lejn il-problemi li qed tiffaċċja t-tarzna llum mal-ewwel jinduna li minkejja l-isforzi kollha li saru għad hemm ħafna problemi li huma simili.", "Per eżempju, fl-opening statement li kien għamel Dr. Sant kien qal li fit-tarzna hemm shortfall finanzjarju kbir u qal ukoll li kien sab sitwazzjoni fejn kull xahar jirċievi rikjesta mill-kunsill tat-tarzna biex il-gvern jgħaddi mijiet ta' eluf ta' liri f'pagi, peress li r-riżorsi tat-tarznari ma kenux biżżejjed biex ikunu jistgħu jitħallsu l-pagi.", "Dak iż-żmien kien hemm il-bżonn li joħorġu mingħand il-gvern madwar Lm0.7 miljun jew Lm0.8 miljun fix-xahar biex isostnu lit-tarznari, u jien nista' ngħid ngħid li s-sitwazzjoni ftit li xejn inbidlet meta dan il-gvern daħal għall-piż tat-tmexxija f'Settembru ta' l-1998.", "Jirriżulta li fil- fatt il-problema finanzjarja ma tjebitx u minkejja l-isforz li sar mill- gvern preċedenti biex anke jemenda l-liġi tat-tarzna, u minkejja wkoll il- fatt li kien hemm is-support ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż- żmien - fil-fatt konna ivvotajna favur il-bidliet li kienu qegħdin isiru fil-kunsill tat-tarzna - xorta waħda bqajna niffaċċjaw il-problemi.", "Sur President, f'din is-sena u ftit xhur li aħna ilna fil-gvern, diversi drabi kien hemm il-ħtieġa li jien nipparteċipa fil-laqgħat tal-kunsill tat- tarzna għaliex l-affarijiet ma kenux mexjin sew.", "Kien hemm u għad hemm id- diffikultajiet li sfortunatament ma bdejniex insibu ċ-ċavetta għal kif nistgħu nirrisolvuhom, u dawn l-emendi li qed nipproponu huma parti minn strateġija biex aħna nkunu nistgħu ntejbu l-operat tal-Malta Drydocks u fl- istess ħin inħarsu lejn il-Malta Shipbuilding b'mod li nkunu nistgħu nieħdu s-sinerġija ta' bejniethom u ntejbu l-pożizzjoni tagħhom it-tnejn.", "Pero` ħalli nibda nitkellem ftit dwar il-problema finanzjarja tat-tarznari u l- effett li din qed ikollha fuq il-finanzi tal-gvern u fuq l-andament ekonomiku ta' pajjiżna.", "Fil-fatt jien hawnhekk għandi tabella - aktar 'il quddiem inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - li bażikament tagħti rendikont tas-sitwazzjoni finanzjarja tul is-snin kif tirriżulta llum.", "Per eżempju, insibu li sal-31 ta' Diċembru, 1999 it-tarzna kellha Lm76.8 miljun li kienu due to government, u dan minbarra li tul dawn l-aħħar disa' snin il-gvern għadda lit-tarzna madwar Lm65 miljun.", "Jiġifieri matul dawn l-aħħar għaxar snin il-gvern avvanza lit-tarzna, bejn loans u għotjiet, madwar Lm142 miljun.", "Ovvjament biex il-gvern seta' jagħmel tajjeb għal dan il-finanzjament kellu bilfors jissellef.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn il-balances due to government min-naħa tal-Malta Shipbuilding naraw li f'dawn l-aħħar għaxar snin il-gvern sellef lil din it-tarzna Lm144 miljun oħra.", "Jiġifieri jekk ngħoddu ż-żewġ ċifri flimkien insibu li sa l- aħħar tas-sena li għaddiet il-gvern għadda lit-tarznari Lm286 miljun, parti kbira minnhom bħala self u parti sostanzjali oħra bħala grant.", "Dawn huma ċifri li bilfors irridu nittrattawhom bis-serjeta` u bilfors irridu naraw l- importanza tagħhom u neżaminaw xi rridu nagħmlu biex inkunu nistgħu nsolvu din il-problema nazzjonali.", "U qed insejjaħ din il-problema nazzjonali għall-fatt li jekk nieħdu dan l-ammont ta' Lm286 miljun bħala persentaġġ tad-dejn kollu nazzjonali, jiġifieri ta' Lm811 miljun, naraw li 35% tad- dejn nazzjonali ġej minħabba s-self u l-għotjiet li għamel il-gvern lit- tarznari fis-snin disgħin.", "Fil-fehma tiegħi hija xi ħaġa tal-biża' li terz mid-dejn nazzjonali qiegħed jiġi direttament identifikat bħala li ġej mill- problema tat-tarznari ta' Malta.", "Ċertament li din hija problema li l- ewwelnett irridu nirrikonoxxuha u rridu wkoll nagħmlu programm biex almenu ma nħalluhiex tikber u forsi b'hekk nkunu nistgħu innaqqsu minn dan il-piż.", "Issa meta qed ngħid dan kollu m'iniex insemmi l-fatt li sa l-1987, meta kien hemm ukoll il-Partit Laburista fil-gvern, kien adotta policy - fil-fehma tiegħi perikoluża ħafna - fejn minflok ma l-gvern isellef il-flus lit-tarznari kien jibgħathom jissellfu mingħand il-banek.", "U fil-fatt illum hemm akkumulat bejn iż-żewġ tarznari Lm44 miljun oħra - over and above il- Lm286 miljun - self mill-banek.", "U l-gvern li beda jopera f'Mejju ta' l- 1987 iddeċieda li ma jistax ikun naħbu l-problema b'dan il-mod biex il- finanzi tal-gvern ikunu jidhru aħjar milli fil-fatt ikunu.", "Minħabba f'hekk il-gvern kien qiegħed jimmina s-settur finanzjarju b'self għat-tarznari, liema self żgur li ma kienx jista' jitħallas lura.", "Fl-1987 gvern Nazzjonalista ddeċieda li din il-prattika assurda li nisfurzaw lit-tarznari jmorru jissellfu mingħand il-banek biex ma jidhirx id-deficit fuq il-kotba tal-gvern kellha tieqaf, pero` l-ammonti li kien hemm naturalment għadhom outstanding u fil-fatt il-gvern qed iġorr ukoll il-piż ta' l-imgħax ta' dan is-self li sar mill-banek.", "Jien m'iniex qed ngħid dan kollu bl-intenzjoni li nikkritika u nattakka xi settur partikolari imma għaliex din hija r- realta`.", "Jekk wieħed jikkalkola l-imgħax li jrid jitħallas fuq id-dejn li nistgħu nattribwixxu għat-tarznari jsib li dan jammonta għal Lm20 miljun fis-sena, liema ammont jirripeti ruħu fid-deficit ta' kull sena.", "Per eżempju, fl- 1999 huwa stmat li t-tarzna se jkollha bżonn sostenn ta' Lm14.8 miljun.", "Din hija ċifra akbar minn tas-sena ta' qabel għaliex parti minnha hija dovuta għall-pagi li kellhom jitħallsu f'arretrati, peress li l-ftehim kollettiv li suppost sar fl-1996 fil-fatt kien baqa' ma sarx.", "Ma' dawn l- Lm14.8 miljun hemm imbagħad madwar Lm6.3 miljun li qed imorru għax- shipbuilding u allura Lm21 miljun mit-total tad-deficit tal-gvern nistgħu nattribwuhom direttament għas-sussidju li qed jagħti l-gvern lit-tarznari.", "Jekk dawn inżiduhom ma' l-Lm20 miljun li jitħallsu f'imgħaxijiet fuq id- dejn akkumulat naslu għaċ-ċifra nkwetanti ferm ta' Lm41 miljun jew 33% tad- dejn nazzjonali għall-1999.", "Ċertament meta ċ-ċifri jikbru b'dan il-mod żgur li l-problema ma tibqax waħda settorali, fejn wieħed jista' jirraġuna u jittama li s-sena ta' wara l-affarijiet forsi jmorru aħjar, imma tiġi problema li tista' twassalna għal kriżi nazzjonali jekk ma neħdux ħsieb nirranġawha.", "Dan kollu qed ngħidu, Sur President, għaliex hemm bżonn li l- problema tat-tarznari narawha fl-isfond li l-livell tal-problema li qed niffaċċjaw illum akkumulat matul is-snin.", "Naturalment din m'hijiex problema li se tiġi solvuta mil-lum għal għada pero` rridu nagħmlu programm biex insolvuha, u huwa f'dan l-isfond li f'dawn l-aħħar xhur preparajna business plan li qed jara - f'dan il-każ b'mod partikolari għat-tarzna pero` hemm business plan ieħor għax- shipbuilding - kif nistgħu nkunu f'pożizzjoni li nsibu soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.", "Jien ngħid li s-sitwazzjoni tat-tarznari llum hija tali li jakk ma nsolvuhiex id-dejn nazzjonali se jibqa' jikber b'rata li m'hijiex sostenibbli.", "Fejn qabel l-1987 kellna l-periklu li l-mod li bih kien qed jingħata s-self kien se jimmina s-settur finanzjarju - u allura kellna nwaqqfu dik it-tendenza li nitfgħu il-piż fuq il-banek - illum wasalna fi stadju fejn ma nistgħux inkomplu għaddejjin bl-istess ritmu għaliex inkella se nkunu qegħdin nimminaw il-finanzi ta' pajjiżna in ġenerali.", "Allura f'dan l-isfond irridu nħarsu lejn il-mezzi kollha li hemm bżonn jittieħdu biex inkunu nistgħu nsolvu l-problema u qegħdin fil-fatt inħarsu lejn riformi meħtieġa biex inkunu nistgħu nsalvaw is-sitwazzjoni.", "Jiena nerġa' nirriferi għad-diskors li kien sar fil-parlament proprju tliet snin ilu, fejn l-Onor.", "Sant kien tkellem fuq il-problema finanzjarja, waqt li l-Onor.", "Fenech Adami kien daħal fid-dettall dwar il-problema tat- tarznari u kif din kienet bdiet mis-snin ħamsin.", "Minn dan naraw li l-mod kif bih kellna nibdew insolvu l-problemi tat-tarznari huwa l-istess bħal dak li qed nipproponu llum.", "Per eżempju, jissemma li għandu jkun hemm kontroll finanzjarju u fil-fatt Dr. Sant dak iż-żmien kien qal li: \"F'dak li għandu x'jaqsam ma' kontrolli finanzjarji aġġornati, it-task force minnufih ħadet miżuri u ddaħħlu sistemi ta' kontroll li għalkemm għadhom m'humiex aġġornati mija fil-mija, issa resqin biex għallinqas xahar b'xahar nerġgħu niġu għal sistema fejn it-tarzna jkollha dawk li jissejħu management accounts aġġornati\".", "Nistgħu ngħidu li sal-lum għadna ma lħaqniex din il-mira u fil-fatt waħda mill-emendi li qed nipproponu hija sabiex il-kunsill tat-tarzna kull xahar jagħti rapport finanzjarju lill-ministru li jindika l-andament tat-tarzna fix-xahar ta' qabel u b'hekk wieħed ikun jista' jagħmel monitoring aħjar tas-sitwazzjoni.", "Mr Speaker, ma jistax ikun li nibqgħu ngħidu li se jsiru bidliet, kif kien qal Dr. Sant dak iż-żmien, u tliet snin wara nsibu li jkunu għadhom ma seħħewx u li fil-fatt ikunu mietu fuq ommhom.", "Meta għandek problema daqshekk serja kont nistenna li din tingħata prijorita` mill-kunsill preżenti, imma sfortunatament parti mill-problema - żgur li mhux l-unika problema li hemm - hija li l-kunsill ma setax jiffunzjona b'tali mod biex għallinqas jara li l-financial reporting ikun regolari.", "Issa qed indaħħluha fil-liġi li kull xahar għandu jkun hemm rapport għax-xahar ta' qabel.", "Fil-fatt fil-liġi qed indaħħlu wkoll klawsola li tgħid li f'Settembru għandhom isiru budgetary projections għas- sena ta' wara.", "Issa jen naf bid-diffikultajiet li wieħed ikollu biex jagħmel projections meta wieħed ikun qed jittratta ordnijiet jew tiswijiet ta' vapuri, imma ma jistax ikun li s-sitwazzjoni tkun open-ended u ma jistax ikun li nkunu f'pożizzjoni fejn il-budget qisu ma jeżistix.", "Għadna sal-lum f'sitwazzjoni fejn il-problema finanzjarja m'hijiex quantified bil- quddiem.", "Fid-diskussjoni dwar l-emendi għal din l-istess liġi, Dr. Sant kien tkellem ukoll dwar l-overtime u qal li wieħed irid joqgħod attent kif dan jingħata.", "Dr Sant kien qal:", "\"..... biex wieħed ikun jaf li x-xogħol ikun qed isir b'mod li t- tarzna mhux titlef ferm iktar milli se ddaħħal, u allura b'hekk tkun f'pożizzjoni li ma teħux xogħol li jagħmlilha iktar ħsara milli ġid\".", "Irridu naħdmu within budgetary constraints, bid-diffikultajiet kollha li dan iġib miegħu.", "Altru li ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'sistema ta' an open chequebook, għaliex il-gvern ma jistax isostni sistema finanzjarja bħal din.", "Għalhekk aħna rridu niżguraw li s-sistema finanzjarja tkun tali li jkun hemm monitoring kontinwu u li dan isir b'mod għaqli.", "Fil-fatt jekk nieħdu l-Appledore report - li kien ġie kkummissjonat mill-gvern preċedenti u li ġie ffinalizzat fl-4 ta' Lulju ta' l-1997 - naraw li wieħed mill-punti prinċipali li għamel kien li għandu jkun hemm:", "\"....... a strategic support unit to advise the council and monitor peformance in the business financial human resources and industrial relations issues against the agreed improvement programme and to provide high calibre financial human resources and business planning support to MDD shiprepair and enterprises as required\".", "Dan ma sarx - għallinqas sakemm daħal dan il-gvern - u mis-sena li għaddiet aħna bdejna nagħtu dan is-support permezz tal-MIMCOL.", "Jien deherli li bil-problema tat-tarznari kif inhi ma jistax ikun li f'dak li għandu x'jaqsam ma' financial control systems, f'dak li għandu x'jaqsam ma' human resources u f'dak li għandu x'jaqsam ma' business planning nibqgħu niddependu biss fuq ir-riżorsi tat-tarzna.", "L-iskop tagħna huwa li l-MIMCOL tagħti consultancy services, kif diġa` għamlet meta daħlet fl-aspetti finanzjarji tal-collective agreement.", "Għall-ewwel darba qed ikollna sitwazzjoni aktar ċara ta' l-aspetti finanzjarji tat-tarzna għaliex sfortunatament bqajna nġorru sistemi daqsxejn antikwati.", "Veru li teżisti problema ta' computerisation, li ma tippermettix li jsiru ċertu tip ta' accounts biex wieħed ikun jista' jagħmel management aħjar, pero` iċ- ċifri bażiċi baqgħu neqsin u llum qed nibda nara xaqq ta' dawl għaliex bl- assistenza tal-MIMCOL f'dan il-qasam qed ikollna rendikont aħjar.", "B'hekk issa ninsabu f'sitwazzjoni fejn nistgħu nagħmlu business plan - fil-fatt diġa` għandi l-ewwel draft tiegħu - liema pjan irid jiġi diskuss mal- ministeru tal-finanzi fil-ġimgħat li ġejjin u jrid jiġi stabilit x'assistenza se jkollha bżonn it-tarzna sabiex fuq perijodu raġonevoli - fil-fatt l-Appledore report kien qed jissuġġerixxi ħames snin - minflok ma jkollha bżonn sussidju ta' Lm14 miljun, kif kellha bżonn fl-1999, it- tarzna tasal għal subsidy requirement ta' madwar Lm0.9 miljun.", "It-target tagħna hu li kemm jista' jkun nimmiraw għal break-even position.", "Jiena naħseb li dan huwa possibbli pero` nitkellem iktar tard fuq xi jrid isir u fuqxiex qed nippjanaw sabiex naslu għal sitwazzjoni tali.", "Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li tkellem dwarha l-Appledore report - u li d-diskors ta' Dr. Sant tliet snin ilu ma daħalx fil-fond fuqha - hija l-istruttura tal-kunsill.", "Qed ngħid li ma daħalx fil-fond għaliex Dr Sant tliet snin ilu kien qal li l-parir li kellu kien li l-kunsill għandu jiġi mibdul b'mod li minflok ikun hemm tmien membri eletti, ikun hemm erbgħa eletti u erbgħa appuntati mill-gvern, biċ-chairman ukoll appuntat mill- gvern.", "Jien naħseb li dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba għaliex waħda mill-problemi li ilha tissemma għal żmien twil hija l-problema tal-kunsill.", "Fil-fatt jien se mmur lura għal rapport interessanti ta' ftit faċċati li nkiteb għaxar snin ilu minn ċertu David Lincol li kien għamel 32 xahar bħala konsulent fit-tarzna u dan jgħid li:", "\"Unless infinite financial resources are available it must be dubious whether present system and composition of council can continue for long.", "For the yard to be run profitably it will be necessary to effect changes in working practices and skills.", "Given the average person's resistance to change, particularly in Malta, it seems that the plans necessary would be heavily opposed by the workers who would lobby their representatives to stop the change\".", "Mr Speaker, kien Dr Sant li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kien qal li se jħalli t-tarzna mmexxija mill-kunsill u mill-ħaddiema imma meta mbagħad daħal fil-gvern sab li kien hemm problema vera bil-mod kif il-kunsill tat- tarzna kien qiegħed jamministra l-affarijiet u bin-nuqqas ta' kapaċita` tal- kunsill li jintroduċi l-bidliet neċessarji biex ikollna bidla fis- sitwazzjoni.", "Dr Sant għamel l-ewwel attentat u aħna, min-naħa ta' l- oppożizzjoni, konna tajna s-support tagħna lil dan l-attentat u vvotajna favur li jkun hemm din il-bidla fil-kunsill.", "Pero` jidher li l-esperiment ta' l-aħħar tliet snin ma ħadimx u l-problema finanzjarja tat-tarzna baqgħet magħna, kibret u llum wasalna f'sitwazzjoni fejn irridu nerġgħu naraw kif topera l-istruttura tal-kunsill u x'għandha tkun il-kompożizzjoni tiegħu.", "Jiena konvint li l-Onor.", "Sant - li dak iż-żmien kien responsabbli għat-tarzna - jaqbel mal-fatt li l-kunsill għandu jkun involut fl-overall policy u mhux fuq id-day-to-day management.", "Waħda mill-problemi li bqajna niffaċċjaw kienet biex il-kunsill - mhux il- membri kollha imma ċertament dawk eletti - jibda jħares lejn dan ir-rwol ġdid biex fit-tarzna jkollna an overall management policy.", "Sadanittant skond dan l-Appledore report, il-kunsill kellu, jinvolvi ruħu:", "\"....... in agreeing targets for the individual business units within MDD; approving the business plans of these individual businesses; monitoring the performance of the organisation against these; and reporting to government\".", "Iżda l-kunsill li għal dawn l-aħħar tliet snin kien kompost minn erba' membri eletti, erbgħa li jirrappreżentaw lill-gvern u chairman nominat ukoll mill-gvern, simply did not manage to deliver fuq dawn il-punti bażiċi.", "Il-parir li għandi jien miċ-chairman preżenti - u anke minn diversi nies oħra interessati fit-tarzna, minn gruppi ta' ħaddiema u anke mill-union - hu li l-istruttura preżenti tal-kunsill m'hijiex waħda adegwata li tista' twassal għal dak li għandu jagħmel il-kunsill, li jiżviluppa l-policy, li jieħu ħsieb it-targets ta' individual business units, li japprova u jiżviluppa l-business plans bl-għajnuna tas-support unit u li jkun f'pożizzjoni li jagħmel monitoring tal-performance.", "U din hija waħda mill-main motivating factors għal dawn il-bidliet li qed nagħmlu.", "Jiena qrajt fid-dettall id-diskors li kien għamel tliet snin ilu Dr. Sant u sibt li r-raġuni li ta għall-bidla tal-kunsill bażikament kienet li kienu ngħataw dan il-parir mit-task force li kienet twaqqfet.", "Issa jiena mmur daqsxejn iktar lura u ngħid li s-sistema ta' self-management li kien hemm qabel ma saru l-bidliet tliet snin ilu kienet waħda mill-aspetti responsabbli għall-problemi li ffaċċjajna u li għadna niffaċċjaw.", "Għalhekk il-gvern ipprova jnaqqas in-numru ta' ħaddiema eletti u ħatar aktar nies b'ċerti kapaċitajiet.", "Irrid ngħid li dan l-esperiment ta' worker participation kien beda fil-bidu tas-snin sebgħin, pero` meta gvern Nazzjonalista fl-1968 kien waqqaf id-Drydocks Corporation Act l-intenzjoni kienet li l-bord ikun bħal kwalunkwe bord ta' korporazzjoni oħra.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol f'ħafna dettalji u polemiċi pero` irrid ngħid li dak iż-żmien - u jien niftakru sew dak iż-żmien għaliex kont student l- universita` u niftakar dawn id-dettalji bl-aktar mod ċar - xi ħadd kien iddeċieda li jesperimenta bis-sistema tat-tarzna - bħalma kien hemm esperimenti bis-sistema ta' l-edukazzjoni u bin-nationalisation tal-banek - liema experimentation ma ħadmitx u llum kulħadd jaf li sistemi bħal dawn u oħrajn, bħal ta' l-istudent ħaddiem - liema sistema kienet ispirata mis- sistema Ċiniża tal-Cultural Revolution u li ħalliet diżastru kbir fiċ- Ċina, tant li anke huma kellhom jabbandunawha - kellhom jitwarrbu.", "Fil- fatt is-sistema ta' l-istudenti ħaddiema f'Malta kienet twarrbet meta nbidel il-gvern fl-1987.", "Is-sistema li biha ninnazzjonalizzaw il-mezzi tal- produzzjoni biex dawn suppost jagħmlu profitt u b'dak il-profitt jitħallsu l-benefiċċji soċjali hija sistema bażikament skorretta għaliex meta inti tinnazzjonalizza tkun qed toħnoq l-inizjattiva privata u tispiċċa biex minflok dawk l-intrapriżi jkunu qegħdin jagħtuk kontribut, jispiċċaw piż ukoll.", "U l-istess ħaġa ngħid għas-self-management għax is-self- management falla, Mr Speaker.", "Jiena niftakar li dak iż-żmien kien hawn anke Gerald Kesster - fil-fatt jiena kont assistent tiegħu - u dħalna fl-aspetti tas-self-management li kien hemm fil-Jugoslavja u malli pprovajna nintroduċuhom f'Malta dawn ma ħadmux.", "Sfortunatament ir-riżultati juru li meta jkollok sistema fejn bord ikun kompost kompletament mill-ħaddiema - u anke kif inhu issa, fejn nofsu huwa kompost minn rappreżentanti tal-ħaddiema - ma tkunx tista' tagħmel ir- riformi u ma tkunx tista' timxi biżżejjed 'il quddiem.", "U din hija waħda mir-raġunijiet - I like to call a spade a spade u m'iniex se noqgħod ngħid li xi ħadd tani parir, kif kien ġara fil-passat, għalkemm fil-fatt veru kien hemm min tani parir u kien hemm ħafna li tawni parir - għalfejn jien ninsab konvint li s-sistema futura m'hijiex waħda ta' self-management.", "B'daqshekk m'aħniex qed ngħidu li m'għandux ikun hemm rappreżentanza tal- ħaddiema fil-kunsill tat-tarzna - għandu jkun hemm kif hemm fl-Air Malta u f'korporazzjonijiet oħra bħall-freeport - imma qed ngħidu li m'għandux ikun hemm nofs il-bord magħmul mill-ħaddiema, speċjalment meta bil-provi qed naraw li s-sitwazzjoni ma tjebitx.", "Mr Speaker, jiena rrid ngħid ukoll li s-sitwazzjoni fl-1997 tant kienet gravi li l-Appledore report kien ippropona draft agreement, liema agreement kellu jiġi ffirmat bejn il-prim ministru ta' dak iż-żmien, Dr. Alfred Sant, u l-GWU u l-kunsill tat-tarzna.", "Dan l-agreement bażikament jitkellem dwar kif se nimxu 'il quddiem u kif se nkunu nistgħu nsolvu l-problemi.", "Naturalment dan ma ġiex iffirmat pero` fih hemm sentenza partikolari li tindika kemm dak iż-żmien is-sitwazzjoni kienet gravi.", "Din is-sentenza tgħid hekk:", "''It is the government's intention to see the Drydocks as a profitable enterprise making a contribution to State funds.", "However in the event that this is not or cannot be achieved the government reserves the right to take any appropriate action, including the closure of the Drydocks.''.", "Dan x'inkiteb fl-Appledore report li ħareġ fl-1997.", "Jiġifieri dak iż-żmien is-sitwazzjoni tant kienet gravi li l-unika soluzzjoni li kienu qed jaraw kienet li jkun hemm agreement iffirmat bejn it-tliet partijiet involuti u li jekk dan l-agreement ma jseħħx jingħalqu t-tarznari.", "Allaħares naslu sa hemm!", "Dan il-gvern ċertament irid li lit-tarznari jimbuttahom 'il quddiem u jġibhom fuq saqajhom.", "Mr Speaker, dan id-draft agreement kien propost wara rapport pjuttost estensiv - liema rapport naħseb li għandu l-merti tiegħu u għandu ħafna punti tajbin - u llum aħna rridu naraw is-sitwazzjoni kif inhi u nipprovaw biex kemm jista' jkun intejbu s-sitwazzjoni, ħalli ma naslux għal dik l- estremita` li kienet qed tiġi proposta taħt il-gvern preċedenti.", "Ċertament li m'hijiex l-intenzjoni ta' dan il-gvern u ta' l-ebda naħa tal-Kamra li naslu għal dik l-estremita` pero` hemm bżonn li nifhmu li l-problema finanzjarja qed tilħaq livelli insostenibbli.", "Jiena nixtieq li fuq dawn il- bidliet li hawn fl-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum ikollna l- kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Aħna qed nipproponu bidliet li jkomplu jibnu fuq dak li għamel gvern preċedenti, liema bidliet aħna konna ngħidu li huma neċessarji pero` ma setgħux isiru fi żmien meta fil-gvern kien hemm il-Partit Nazzjonalista.", "Hemm bżonn li jsiru dawn it-tibdiliet jekk ma rridux li niffaċċjaw kriżi nazzjonali.", "Minbarra t-tibdil fil-kompożizzjoni tal-kunsill, punt ieħor li rridu nitkellmu fuqu - u li fil-fatt Dr. Sant tkellem fuqu wkoll - huwa dwar il- ħtieġa ta' bidla fil-work practices.", "Hawnhekk se nerġa' nikkwota mid- diskors li kien għamel Dr. Sant tliet snin ilu fi Frar ta' l-1997 meta qal:", "\"Ngħaddi issa għal dak li jirrigwarda deċiżjonijiet dwar relazzjonijiet industrijali.", "L-ewwelnett jibdew negozjati bejn il- management u l-GWU li jwasslu għal ftehim kollettiv sħiħ u uffiċjali.", "X'inhu l-punt hawn?", "Jirriżultalna li fil-fatt fit-tarzna, bid- differenza ta' azjendi oħra, m'hemmx ftehim kollettiv ġenerali li jorbot lit-tarzna b'mod ġenerali.", "F'azjendi oħra, kbar jew żgħar, hemm collective agreement sħiħ imma fit-tarzna m'hemmx.", "U allura rajna li tajjeb li din tiġi regolarizzata u għaldaqstant se jibdew dawn it- tip ta' negozjati għal ftehim kollettiv ġenerali li jorbot lit-tarzna kollha kemm hi\".", "Fil-fatt jiena rrid ngħid li dan il-ftehim kollettiv baqa' ma sarx mill- gvern preċedenti, u wara sajf sħiħ ta' diskussjonijiet estensivi min-naħa tal-management u ċ-chairman tat-tarzna biex ikollna abbozz ta' ftehim li jbiddel ċerti prattiċi - u veru li hemm prattiċi li se jinbidlu - wasalna biex niffirmaw dan il-ftehim kollettiv, fejn sfortunatament kellna wkoll nitgħabbew bil-piż ta' l-arretrati għall-aħħar tliet snin peress li l- ftehim kien baqa' mdendel.", "Anzi meta ħadt ir-responsabbilta` tat-tarzna, l- informazzjoni li kelli kienet li kienu għadhom lanqas biss bdew id- diskussjonijet dwar il-ftehim kollettiv.", "Jiena naqbel ma' dak li kien qal f'din il-Kamra Dr. Sant, jiġifieri li jrid ikollok ftehim kollettiv li jidħol fil-work practices, fil-proċeduri ta' dixxiplina u fil-proċeduri li jnaqqsu kemm jista' jkun il-ħela ta' ħin - dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem - u huwa żgur li l-ftehim kollettiv huwa strument importanti biex aħna nkunu kapaċi naġġornaw il-work practices li hemm fit-tarzna u nkunu nistgħu ngħidu li qegħdin inpoġġu l-pożizzjoni fuq sisien sodi.", "Fil-ftehim kollettiv li se jiġi ffirmat għada hemm bidliet sinifikanti fil-work practices għax se jkun hemm aktar flessibbilta` u inqas telf ta' ħin.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet hawnhekk għaliex huwa importanti li jkollna delivery fuqhom.", "M'huwiex possibbli li t-tarzna ttejjeb il-pożizzjoni tagħha jekk dan il-ftehim kollettiv maqbul bejn iż-żewġ naħat is not put in place ħalli nibdew nipprattikaw dak li qed niftehmu dwaru.", "Jiena konvint li hekk se jiġri għaliex jidher li hemm rieda tajba miż-żewġ naħat.", "U wara diskussjonijiet twal din is-sena wasalna biex ikollna ftehim kollettiv li jintroduċi proċeduri ġodda u kodiċi ta' dixxiplina.", "U rridu niftakru hawnhekk li jekk ma jkollokx proċeduri ta' dixxiplina tajbin biżżejjed u jkun hemm xi ħadd li jkun qed jabbuża, dak ikun qed iservi ta' eżempju ħażin għall-oħrajn u tispiċċa biex ikollok sitwazzjoni ta' free-for-all, b'kulħadd jagħmel li jrid.", "Jien m'iniex qed ngħid li s-sitwazzjoni tal-lum hija hekk, għaliex għall-grazzja t'Alla din is-sena kien hemm titjib, pero` kulħadd irid jifhem li ma jistax ikun li fit-tarzna jkollna sitwazzjoni fejn ma jkollniex proċeduri ta' dixxiplina serji.", "L-istess imbagħad jista' jingħad dwar il-proċeduri tas-sick leave, għax ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni li għaliex jasal l-istaġun tal- kaċċa, numru esaġerat ta' ħaddiema simply don't show up u joħorġu bis-sick leave.", "Ma jistax ikun li nisperaw li npoġġu lit-tarzna fuq sisien sodi jekk din ma tkunx kapaċi teżerċita kontroll f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Għalhekk aħna daħħalna section dwar proċeduri rigward sick leave.", "Intlaħaq ukoll ftehim bejn il-management tat-tarzna u l-GWU, li jinħatar kumitat aċċettabbli għaż-żewġ naħat li jevalwa kull ċertifikat ta' mard li jkun hemm fit-tarzna, u jekk jinqabad wieħed li ma jkollux ċertifikat ġustifikat, allura bl-iktar mod ċar dak irid jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu inkella ma jkollux għalfejn ifittex xogħol hemmhekk.", "Hemm imbagħad proċeduri dwar l-arbitraġġ.", "Jekk aħna se nibqgħu fis- sitwazzjoni fit-tarzna fejn għal kull problema jkun hemm waqfien mix- xogħol, ma nkunux nistgħu nilħqu d-deadlines u nagħmlu dak kollu li hemm bżonn biex inġibu l-klijenti lura, kif għall-grazzja t'Alla reġgħu bdew ġejjin lura.", "Fil-fatt nista' ngħid li reġgħu bdew ġejjin lura vapuri u klijenti li kien ilhom ma jersqu lejn it-tarzna għal madwar għaxar snin jew 15-il sena.", "U dawn reġgħu bdew ġejjin lura għaliex issa daħal l-element tad-dixxiplina.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri ta' l-overtime tas-sena li għaddiet - din problema oħra għat-tarzna, għaliex l-atitudni fil-passat donna kienet li l-overtime jitqies bħala parti mill-paga - mal- ewwel jara li kien hemm tnaqqis ta' madwar 22%.", "Jiena ngħid li hemm ir- rieda min-naħat kollha pero` minbarra r-rieda jrid ikollok ukoll dixxiplina, proċeduri ċari u anke ftehim fuq l-istess proċeduri.", "U kien għalhekk li aħna mal-ewwel bdejna naħdmu dwar ftehim kollettiv għaliex naħsbu li dan huwa importanti għaliex joffri l-qafas fuqhiex aħna nkunu nistgħu nibbażaw is-sistemi li jirregolaw dawn it-tip ta' issues.", "Niġi għal punt ieħor - li wkoll kien tkellem dwaru Dr. Sant - dwar kif se ntejbu l-pożizzjoni tat-tarzna f'dak li għandu x'jaqsam ma' kuntatti biex jinġieb ix-xogħol, ħaġa li l-gvern stess jista' jgħin fiha.", "Fid- diskussjoni li kellna f'dan il-parlament tliet snin ilu, Dr Sant kien qal hekk:", "\"Punt ieħor li aħna bħala gvern m'għandna l-ebda riżerva jew dubju li se nwettquh hu li bil-kuntatti tiegħu ma' gvernijiet oħra, il-gvern jgħin sabiex jakkwista xogħol għat-tarzna.", "Diġa` għaddejjin kuntatti ma' pajjiżi fil-Lvant Nofsani u pajjiżi oħra ħalli l-interess tagħhom li jkollhom tiswijiet fuq ċerta bażi regolari ma' tarzna li jista' jkollhom fiduċja fiha, jiġi ggwidat u attirat lejn it-tarzna ta' Malta.", "Dawn l-isforzi bdejniehom u se nibqgħu għaddejjin bihom u ninsabu fiduċjużi li fiż-żmien li ġej inkunu nistgħu mmexxuhom 'il quddiem biex jagħtu l-frott\".", "Jien nista' ngħid li dan il-gvern ukoll qiegħed jagħmel l-almu tiegħu biex niġbdu x-xogħol lejn it-tarzna.", "Fil-business plan tat-tarzna qegħdin ngħidu li l-ewwel target għal din is-sena huwa li jiżdied it-turnover tas- sena 2000 bi Lm3 miljun.", "U forsi hawnhekk wieħed jistaqsi jekk din hijiex realta` jew fantasija u jekk aħniex qed inkunu ottimisti ż-żejjed li nistennew li t-turnover jiżdied bi Lm3 miljun.", "Fil-fatt aħna qegħdin naħsbu li għandna nsostnu dan ir-ritmu kull sena għall-ħames snin li ġejjin.", "M'hijiex ħaġa faċli pero` jiena konvint li nkunu nistgħu nagħmluha.", "Sur President, jekk wieħed iħares daqsxejn lejn x'ġara fil-passat, mal- ewwel jinduna li filwaqt li fl-aħħar tas-snin tmenin sa nofs is-snin disgħin it-turnover tat-tarzna kien qed ikun ta' ftit iktar jew anqas minn Lm20 miljun - fl-1989 kien Lm25 miljun, fl-1990 kien Lm26 miljun, fl-1991 kien Lm24 miljun, fl-1992 kien ta' Lm22 miljun, fl-1993 kien ta' Lm19 miljun u fl-1994 kien ta' Lm18 miljun; hawnhekk ` kien diġa qed ikollna indikazzjonijiet li kien qed jonqos pero` kien għadu ta` livell sinifikanti - is-sena li għaddiet it-turn over kien biss ta' Lm14.6 miljun, jiġifieri kważi naqas bin-nofs ta' dak li kien fil-bidu tas-snin disgħin.", "Jien ma narax għalfejn m'għandniex inkunu kapaċi biex fuq medda ta' snin nerġgħu ntellgħu dan it-turnover għal li kien, anzi nżiduh aktar.", "Fil-fatt il-pariri li għandna minn esperti u min-nies li qegħdin fil-qasam tax- shipping hu li l-potenzjal tat-tarzna llum huwa ferm u ferm akbar, u allura qegħdin nipproġettaw li minbarra work practices u management aħjar - għaliex hemm problemi fil-management li m'humiex żgħar - nkunu f'pożizzjoni biex it-tarzna jkollha żieda ta' Lm3 miljun fit-turnover, kif qegħdin ngħidu fil-business plan.", "Mr Speaker, forsi hawnhekk ikun hawn min jistaqsi x'qed jagħmel il-gvern dwar dan għax allavolja l-gvern m'huwiex il-marketing division tat-tarzna, pero` xorta waħda naħseb li jista' jgħin.", "Per eżempju, dan ix-xahar se nikkonkludu agreement mal-kumpannija Nuova Opinione li għamlet xogħol għall- Korporazzjoni Enemalta, li bis-saħħa tiegħu t-tarzna tista' for the next three years tagħmel bidding għal xogħol ieħor ta' madwar Lm2 miljun fis- sena.", "U dan m'aħniex ngħiduh fl-arja - naturalment illum ħadd ma jagħtik kuntratt u jgħidlek li x-xogħol huwa garantit imma trid tagħmel bidding għalih -pero' għall-grazzja t'Alla bdejna mexjin 'il quddiem.", "Is-sajf li għadda pprovajna with a small order minn barra ta' Lm150,000, li kienet tikkonsisti f'kostruzzjoni ta' apparat forma ta' sellum li jintuża f'ċerti impjanti bħal power stations.", "Dan ix-xogħol sar fil-ħin, il-klijenti ħarġu sodisfatti u nistgħu ngħidu li għaddejna mit-test, għax dawn jittestjawk bħalma ttestjawna wkoll nies oħra li ġew min-naħa ta' l-Amerikani.", "Pero` rridu bl-iktar mod possibbli inżidu x-xogħol fit-tarzna minn kull aspett.", "It-tarzna għandha l-potenzjal li żewġ terzi miż-żieda pproġettata fit- turnover tiksibhom permezz ta' kuntratti tal-gvern, u anke għaliex kien hemm xi delay fid-delivery ta' xi parts għall-power station u parti mill- penali ttrasformajniha f'offerti għal iktar xogħol għat-tarzna.", "(Interruzzjonijiet) Ngħiduha kif inhi, illum ma tantx għandek ċans għal kuntratti għax anke l-Gvern Ċiniż m'għadux sempliċement jgħidlek li se jagħtik ix-xogħol imma jgħidlek li trid tkun kompetittiv u dan minħabba l- ħafna tarznari li għandhom fiċ-Ċina.", "Mr Speaker, aħna għandna kuntatti mal-gvern Ċiniż biex isir ċertu xogħol ta' immuntar u wara ż-żjara li jien għamilt fiċ-Ċina, il-gvern Ċiniż għoġbu jalloka lil Malta grant ta' Lm150,000, li għalkemm hija żgħira hija indikata biex tiġi wżata biex inkunu nistgħu nżidu x-xogħol għat-tarznari.", "U jien nixtieq li ma jkollniex aktar kummenti dwar safar ta' ministri.", "Jien nista' ngħid li għalija s-safar huwa impenn; kultant jirnexxielek tikseb dak li tkun immirajt għalih u kultant le, imma f'dan il-każ nista' ngħid li hemm kuntatti għaddejjin bejn it-tarzna u kumpannija Ċiniża biex nakkwistaw xi xogħol minn hemmhekk.", "Pero` dan m'huwiex biżżejjed u fil- fatt ftit ġimgħat qabel il-Milied ġie ffirmat an enabling agreement - u jiena nitlob li dan narawh b'mod oġġettiv - man-navy Amerikana biex isir xogħol fuq vapuri awżiljari.", "U hawnhekk irrid ngħid li għalkemm fil-press kien hemm ħafna dikjarazzjonijiet dwar li dan jimponi fuqna li ma nkunux nistgħu nagħmlu xogħol għal ħaddieħor, nista' ngħid li dan m'huwiex minnu.", "Aħna nagħżlu x-xogħol li rridu nagħmlu.", "U qegħdin f'pożizzjoni li jista' jkun hemm bidding għal dan it-tip ta' xogħol.", "Allura għaliex din l- opportunita' għandna nagħtuha bis-sieq?", "Jiena ngħid li hemm ħafna iktar xi jsir u li l-għan tagħna huwa li nwaqqfu marketing unit aktar professjonali għaliex waħda mill-affarijiet li laqtitni hija li fit-tarzna l-marketing effort huwa limitat wisq.", "Ma jistax ikun li jkollok intrapriża ta' 3,000 ruħ u l-marketing ma jkunx qed isir bl-iktar mod qawwi u effettiv.", "Aħna rridu li bl-għajnuna tal- MIMCOL ikollna marketing unit li tkun veru qed iġġib ix-xogħol lejn it- tarzna u ddur lill-klijenti u tmur għand l-aġenti u mhux noqogħdu nistennew li jċemplulna huma.", "Aħna għandna ħafna agency agreements u rridu niffittawhom u niġru warajhom għaliex illum m'huwiex faċli li ġġib ix- xogħol.", "Tant m'hemmx xogħol li hemm tarznari oħra li qegħdin jagħlqu u allura ma jistax ikun li noqogħdu nċiċċu u nistennew li x-xogħol jiġi għandna.", "(Interruzzjonijiet) Nista' ngħid li fl-agreement mal-GE Nuova Opinione - għax Nuova Opinione hija sussidjarja tal-GE - hemm speċifikat li l-valur miżjud se jkun ta' bejn 30% u 40% ta' l-ammont li semmejna; valur li skond kif qaluli, f'dan il-qasam huwa raġonevoli.", "Issa ħalli ngħaddi għal punt ieħor li ħoloq ċerta kontroversja bla bżonn.", "Fix-shipbuilding jiena sibt sitwazzjoni - u rridu naħsbu fix-shipbuilding għaliex hemmhekk hemm jaħdmu 800 ħaddiem - fejn dawn kienu qegħdin jadħmu biss fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u kull darba li mmur hemmhekk il- ħaddiema jistaqsuni meta se jkollhom xi xogħol ieħor.", "Jien nista' ngħid li allavolja sar effort kbir min-naħa tal-management tax-shipbuilding, sfortunatament sal-lum għad m'għandniex ordnijiet u allura hemm bżonn li naħsbu daqsxejn għall-futur u mhux nistennew sakemm nispiċċaw il-vapuri tal- Gozo Channel u niġu f'pożizzjoni fejn ikollna 800 ħaddiem mingħajr xogħol produttiv.", "U mill-indikazzjonijiet kollha li għandna jidher li x- shipbuilding trid iħares mhux biss lejn il-bini tal-vapuri imma anke lejn alternative work, u l-istess trid tagħmel it-tarzna għax ma tistax tħares biss lejn ix-shiprepair imma trid tħares lejn alternative work.", "Fil-fatt l- Appledore report jitkellem dwar ''an enterprises division'' li s'issa hasn't taken off; la jien, la t-tarzna u lanqas il-kunsill m'aħna sodisfatti bil-mod kif sar ix-xogħol hemmhekk, u allura bdejna niżviluppaw strateġija fejn naraw jekk hemmx lok li nimxu lejn ċerti strutturi ta' bini limitati li nistgħu nispeċjalizzaw fihom.", "Pero` biex nagħmlu dan irridu nkunu f'pożizzjoni li nirrazzjonalizzaw l-operat taż-żewġ tarznari flimkien għaliex ma jagħmilx sens li jkollok - kif sa ċertu punt sibt jien; u qed ngħid dan bl-ebda kritika għal ħadd imma sempliċement għaliex meta jkollok żewġ entitajiet kompletament indipendenti hekk jiġri - shipbuilding u tarzna li jkunu qed jikkompetu għall-istess xogħol.", "Ċertament mhux lok li jkollna duplikazzjoni u bl-intenzjonijiet tajba kollha wieħed forsi jgħid li allura għandna nagħmlu marketing division waħda u nibqgħu kif aħna, pero` jien ngħid li dan il-metodu ma jaħdimx.", "Mr Speaker, hemm bżonn li nqarrbu liż-żewġ tarznari iktar lejn xulxin.", "B'daqshekk m'iniex qed ngħid li se naqbdu lit-800 ħaddiem tax-shipbuilding u ninfilsawhom fl-iskali tad-drydocks - allaħares nagħmlu hekk! - imma qed ngħid li għal-long term il-viżjoni tagħna hija li jkollna a holding company bi tliet separate units, ċioe' waħda shiprepair, oħra shipbuilding - jekk insibu xogħol għax-shipbuilding, għalkemm jiena fiduċjuż li nsibuh pero` mhux fuq livell li jokkupa 800 ħaddiem - u oħra enterprises section għaż-żewġ postijiet.", "U l-vantaġġ ta' dan huwa li aħna nkunu f'pożizzjoni li nistgħu nużaw ir-riżorsi taż-żewġ tarznari b'mod iktar għaqli u konsistenti.", "Per eżempju, jiena tkellimt mal-kumpannija Ulstein - ix- shipbuilders li qegħdin jagħmlu supervision fuq il-bini tal-ferry boats tal- Gozo Channel - u qaluli li għalkemm huwa veru li x-shipbuilding għandu ċertu sengħa differenti mix-shiprepair, bħalissa ċerti partijiet mill- vapuri li qed jinbnew huma maħduma mit-tarzna u dawn huma l-iktar partijiet komplikati għaliex fihom it-tundjaturi u fihom ċerta diffikulta`.", "Aħna ngħidu li huwa possibbli li liż-żewġ tarznari tqarribhom lejn xulxin għaliex hemm ħafna sinerġija - mhux biss fil-marketing - li wieħed jista' jiżviluppa bejn iż-żewġ tarznari.", "Irridu nħarsu wkoll lejn użu aħjar tar- riżorsi umani bejn iż-żewġ tarznari.", "Per eżempju, għaliex għandu jkollna żewġ training departments, wieħed fix-shipbuilding u ieħor fit-tarzna?", "Għaliex dawn ma nistgħux narawhom bħala training centre wieħed?", "L-istess imbagħad jista' jingħad għall-purchasing and stocking section.", "Hemm każi fejn it-tarzna tordna għaliha u x-shipbuilding tordna għaliha u b'hekk ikun hemm ċerta duplikazzjoni, ħaġa li ma tagħmilx sens.", "Ħaġa oħra li wieħed ta' min isemmi hija li ż-żewġ tarznari għandhom lista ta' x'makkinarju addizjonali jixtiequ li jkollhom meta diġa` hemm duplikazzjoni fil-makkinarju u meta nistgħu nirrazzjonalizzaw aħjar l- investiment kbir li hemm fit-tarzna.", "Per eżempju, ix-shipbuilding għandha dock - li huwa investiment kbir - u għandha makkinarju bħal pipe benders ....", "Jiena m'iniex bniedem tekniku pero` bil-mod il-mod tibda taqbad ftit 'l hawn u 'l hemm u tibda tistaqsi għaliex għandna nkunu f'pożizzjoni li qisu għandna żewġ entitajiet li huma kompletament separati u nidduplikaw l- affarijiet.", "L-istess jista' jingħad għall-ispazju.", "It-tarzna għandha spazju aktar limitat għal ċertu xogħol filwaqt li x-shipbuilding għandha spazju aktar għal ċertu xogħol ieħor u allura jagħmel sens li npoġġu aktar liż-żewġ tarznari flimkien biex ikunu jistgħu verament jaħdmu flimkien.", "Għalhekk wara diskussjonijiet ma' diversi esperti fil-qasam u wara l-pariri li ngħatajt miċ-chairman - pariri li ilu jagħtihomli min-nofs is-sena li għaddiet meta rċevejt l-ewwel ittra dwar it-tibdil neċessarju fil-kunsill u dwar kif il-problemi taż-żewġ tarznari nistgħu nħarsu lejhom b'mod iktar magħqud - il-gvern iddeċieda li hemm bżonn li jkollna żewġ tarznari qed joqorbu lejn xulxin.", "U din se nagħmluha mingħajr ebda skossi u mingħajr ma noħolqu problemi u b'mod koerenti.", "L-intenzjoni tagħna hi - raġuni oħra għalfejn qed inressqu dawn l-emendi - li l-kunsill tat-tarzna jkun kompost bil-mod kif inhu tax-shipbuilding, jiġifieri jkun hemm worker director wieħed u li kemm jista' jkun l-istess membri jkunu fuq iż-żewġ bordijiet u t-tnejn ikollhom l-istess chairman.", "Irridu nibnu biex nimxu 'l quddiem magħqudin flimkien għaliex fl-għaqda nkunu b'saħħitna filwaqt li bid- diviżjoni nkunu dgħajfin.", "Jien ngħid li jekk wieħed jeżamina dan il-punt b'mod razzjonali u jeżaminah fuq diversi aspetti tas-snajja' u tas- sinerġija li jista' jkollok bejn iż-żewġ tarznari, jiena konvint li nistgħu naslu.", "Mr Speaker, hemm ħafna affarijiet oħra li wieħed jista' jsemmi pero` ma rridx intawwal ħafna.", "Irrid ngħid li l-bidliet l-oħra li hemm fil-liġi huma bidliet rilevanti pero` forsi ta' inqas portata mill-bidla fil-kompożizzjoni tal-kunsill.", "Qegħdin nipproponu wkoll li titneħħa l-kondizzjoni li hemm fil-liġi attwali li d-deputy chairman bilfors irid ikun elett u qegħdin ngħidu li any member jista' jkun deputy chairman.", "Qegħdin ngħidu wkoll min jista' joħroġ għall- elezzjonijiet - hemm ċerti eżenzjonijiet li diġa` kienu hemm qabel pero` aħna qed inżidu magħhom - u qed ngħidu li ċ-chief executive u l-human resources manager ma jistgħux ikunu kandidati għall-elezzjonijiet għaliex dan ovvjament ma jagħmilx sens, naturalment dan minbarra dawk li kien eżenta l-gvern preċedenti, jiġifieri l-financial controller, id-deputy general manager u l-general manager.", "Qegħdin inbiddlu wkoll it-terminu tal- membri eletti.", "Fuq pariri li rċevejna wasalna għall-konklużjoni li perijodu ta' erba' snin huwa twil wisq u jkun iktar għaqli li jkollna membri eletti kull sentejn.", "Qegħdin imbagħad nipproponu bidliet fl- accounting practices u qed ngħidu li jrid ikollna rapporti b'mod regolari, u qegħdin inbiddlu wkoll xi ħaġa li fil-fehma tiegħi kienet daqsxejn assurda u fil-fatt hija waħda mill-affarijiet li tat messaġġ ħażin.", "Sur President, attwalment il-liġi tgħid hekk:", "\"The council shall meet in Malta at such times as may be necessary.", "The council shall ordinarily meet twice a week and there shall not be an interval of more than six weeks between one meeting and another\".", "Jekk ikollok kunsill li jiltaqa' twice a week, dan ikun qisu qiegħed il-ħin kollu involut fil-management, u dan proprju jmur kontra l-idea li l-kunsill tat-tarzna għandu jkun qed iħares aktar lejn policy.", "U d-distinzjoni bejn il-kunsill u l-management hija xi ħaġa li ssemmiet anke fir-rapport ta' Baldacchino, fejn jingħad li ma jistax ikun li jkollok board members li jkunu qegħdin jipprovaw imexxu direttament huma għaliex dan joħloqlok diffikultajiet kbar.", "Jekk inti jkollok board members li jkunu qed jidħlu fid-day-to-day running tal-management, se tinħoloqlok id-diffikulta` li l-management jispiċċa mingħajr poter għaliex il-kunsill ikun qiegħed jissettja l-policy mbagħad meta jiġi għall-esekuzzjoni jkun qiegħed jidħol direttament huwa wkoll.", "Jiena konvint li min-naħa ta' l-oppożizzjoni l- instructions kienu wkoll, anke taħt il-gvern preċedenti, li l-kunsill m'għandux ikun involut fid-day-to-day management.", "Dan it-tip ta' provvediment li jgħid li l-kunsill għandu jiltaqa' darbtejn fil-ġimgħa kien qed iżid din id-direzzjoni, li fil-fehma tagħna hija waħda żbaljata, u allura aħna qed nipproponu li l-kunsill m'għandux jiltaqa' inqas minn darba kull erba' ġimgħat, imbagħad inħallu n-neċessita` tiggwida s-sitwazzjoni.", "Nixtieq ngħid hawnhekk li f'dan l-abbozz ta' liġi hemm transitory provision li permezz tagħha, hekk kif tgħaddi din il-liġi, il-membri eletti jkun skadilhom it-terminu tagħhom u allura jkun hemm bżonn li jsiru elezzjonijiet biex jiġi elett worker director fuq il-kunsill, u għalhekk jien nappella biex ma ndumux wisq għaddejjin bid-diskussjoni.", "Dan minħabba l-fatt li rridu nintroduċu l-bidliet li hemm bżonn malajr kemm jista' jkun u minħabba l-fatt li rridu nappuntaw kunsill ġdid taħt chairman wieħed għaż- żewġ tarznari u nibdew l-proċess ta' rationalisation bejn iż-żewġ tarznari, biex inkunu nistgħu nimxu 'il quddiem u nippjanaw l-affarijiet aħjar b'mod li jkattar il-ġid, iżid ix-xogħol u b'mod li nkunu qegħdin nimxu skond il- business plan li għandna u bil-mod il-mod innaqqsu t-telf billi nżidu l- effiċjenza u t-turnover.", "Minbarra dawn l-emendi hemm ukoll xi emendi konsegwenzjali bħal, per eżempju, li minflok il-liġi tkun tgħajjat lill- prim ministru, tkun tgħajjat lill-ministru responsabbli.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-gvern għandu fiduċja fil- kapaċitajiet tan-nies tat-tarzna u ninsabu ċerti li bi tmexxija tajba jiġi aktar xogħol lejn it-tarzna.", "Pero` biex dan iseħħ it-tarzna trid tkun aktar effiċjenti u fil-fatt waħda mill-affarijiet li se nibdew naħdmu fuqha hija li nagħmlu programmi biex insaħħu l-management skills, ħaġa li fid- debate ta' tliet snin ilu issemmiet kontinwament.", "Aktar qabel jien għedt li din is-sena kien hemm tnaqqis ta' 20% fl-overtime, pero` kien hemm ukoll tnaqqis fl-ammont ta' xogħol u għalkemm il-vapuri xorta waħda ħarġu fil-ħin u l-klijenti kienu sodisfatti u ma kienx hemm penali, is-sitwazzjoni finanzjarja għadha waħda prekarja.", "Allura aħna rridu nkomplu nsaħħu dawn il-bidliet, irridu nkomplu ntejbu s-sitwazzjoni taż-żewġ tarznari u rridu nkomplu mexjin b'mod li din il-problema li laħqet livelli li m'humiex aktar sostenibbli, bi programm ta' assistenza fuq medda ta' snin, inqarrbuha aktar lejn a break-even position.", "Dak huwa t-target tagħna, liema target aħna naħsbu li huwa possibbli li nilħquh.", "Jekk inħarsu lejn ix-xogħol li ġibdet it-tarzna mill-Mediterran din is-sena, insibu li din irnexxielha tiġbed biss madwar 1.7% tax-xogħol kollu li jgħaddi minn ma' xtutna.", "Dan kollu juri li t-targets tagħna m'humiex ottimisti wisq u bl-għajnuna ta' kulħadd nistgħu nilħquhom u b'hekk inkunu nistgħu verament nibdew folja ġdida billi nibdew naraw titjib anke fir-riżultati finanzjarji.", "Sur President, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li għamilt riferenza għalihom aktar kmieni.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għajnuna finanzjara tal-gvern lill-Malta Drydocks sal-31 ta' Diċembru 1999 u lill-Malta Shipbuilding sat-30 ta' Settembru 1999; u", "Analysis of actual turnover tal-Malta Drydocks bejn l-1989 u l-1998 u l-projected turnover għas-snin bejn l-1999 u l-2004.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT(Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, m'hemmx dubju li meta qed nitkellmu fuq it-tarzna qed nitkellmu fuq suġġett ta' l-akbar importanza, kemm nazzjonali kif ukoll ekonomika u soċjali.", "Effettivament qed nitkellmu dwar it-tarznari għaliex fl-iżvilupp tat-tematika tiegħu l- ministru daħħal mhux biss it-tarzna ta' Bormla imma anke lix-Shipbuilding.", "Qegħdin nitkellmu hawnhekk dwar azjendi li bejniethom jimpjegaw aktar minn 4,000 ruħ, azjendi li jaħdmu direttament fuq l-iktar asset strateġiku li għandu pajjiżna, jiġifieri l-portijiet, u qegħdin nitkellmu dwar il-mod kif dawn l-azjendi se jirristrutturaw u jimmodernizzaw irwieħhom u kif se jsiru kompetittivi u vijabbli, jekk qatt se jsiru vijabbli.", "Jiena nara li dan is-suġġett huwa importanti anke għall-fatt li jmur 'il hinn mis-suġġett tat-tarznari, għax it-tarznari jien narahom xi ftit bħala xbiha tal-pajjiż kollu kemm hu.", "Għax irridu nżommu quddiem għajnejna li waqt li pajjiżna jrid jimmodernizza ruħu, jiżviluppa u jiġġedded u anke jżomm l-identita' tiegħu, irid ukoll ikun vijabbli.", "U naħseb li wieħed mill-iżbalji li ta' spiss isiru hu li nħarsu lejn it-tarznari bħala li huma l-qrada li qiegħda terda' ħafna mir-riżorsi tal-pajjiż - fil-fatt hekk għamel in a way il-ministru - u ninsew li għandna setturi oħra li wkoll għandhom din it-tip ta' problematika, u li l-immodernizzar, it-tiġdid u r- ristrutturar irid isir f'ħafna oqsma oħra u jrid isir b'ċertu sens ta' serjeta`, dixxiplina u anke sagrifiċċju.", "Issa jien ngħid li dan kollu jrid isir f'kuntest fejn l-affarijiet ikunu trasparenti, li jinftehmu u jkunu ppjanati u maħsuba b'mod li jagħqdu waħda ma' l-oħra.", "Jekk qed nifhem is-sens ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, jidher li fundamentalment hemm żewġ bidliet li qed jiġu proposti; l-ewwel bidla hi dik li filwaqt li wara l-emendi li kien daħħal gvern Laburista fl-1997 il- kunsill tat-tarzna llum jinsab kompost minn erba' diretturi appuntati mill- gvern, erba' diretturi oħra eletti mill-ħaddiema u chairman appuntat mill- gvern, issa dan se jiġi magħmul minn tmienja min-nies li kollha jkunu appuntati mill-gvern - inkluż iċ-chairman, li jkun wieħed minn dawn it- tmienja - ħlief għal wieħed li jkun direttur elett mill-ħaddiema.", "Din hija l-ewwel bidla li qed tiġi proposta.", "It-tieni bidla li qed tiġi proposta b'mod sostanzjali - issa m'iniex qed nitkellem dwar dettalji - hija li l- kunsill tat-tarzna jkun marbut li darba fix-xahar, regolarment wara li jiskadi x-xahar, jibgħat management accounts lill-ministru responsabbli mit- tarzna - issa jekk dan ikunx il-prim ministru jew xi ministru ieħor dak huwa dettall - u li darba fis-sena qabel tidħol is-sena finanzjarja li jmiss, jippreżenta għall-approvazzjoni tal-ministru responsabbli mit-tarzna l-budget tat-tarzna.", "Dawn huma ż-żewġ bidliet li għandna f'din il-liġi.", "U jiena ngħid li quddiem il-problematika kollha tat-tarzna ta' Bormla u tat- tarzna tal-Marsa qisna qed nitkellmu fuq kastell kbir fejn filwaqt li naċċettaw li għandna bżonn intejbuh, inġedduh u nsaħħuh, kulma qed nipproponu hu li nagħmlu rixa fuq il-bieb ta' barra!", "Mid-diskors li għadna kemm smajna, fl-opinjoni tiegħi, bl-ebda mod ma ħareġ xi forma ta' ħsieb magħqud, l-ewwelnett dwar fiex jinsabu t-tarzna ta' Bormla u t-tarzna tal- Marsa preżentement, u anke dwar x'inhi l-istrateġija b'mod konkret - mhux billi jgħidulna li hemm business plan - u kif dan li qed jintqal li se jsir huwa daqshekk kruċjali għall-bidliet li għandhom bżonn iwettqu t-tarznari.", "Jiena nammetti li jien wieħed minn dawk diżappuntati bin-nuqqas ta' progress fit-tarzna, speċjalment f'dawn l-aħħar sena u tliet xhur, u meta nisma' lill-ministru jgħid li kien hemm progress għaliex l-overtime naqas b'20%, l-ewwel domanda li tiġini f'rasi hija jekk dan naqasx b'relazzjoni mat-turnover, għax m'huwiex kriterju li tgħid li naqas l-overtime u daqshekk.", "Anke aħna fi żmienna konna naqqasna l-overtime fit-tarzna - u min jaf kemm kienu ċempluli nies id-dar u jgergru u jilmentaw miegħi għaliex konna għamilna premura li l-overtime jingħata meta jkun hemm ix- xogħol - għax effettivament fl-1997 kien naqas daqsxejn ix-xogħol u naqas sew l-overtime, imbagħad fl-1998 kien tela' x-xogħol u kien tela' l- overtime ukoll.", "Jiġifieri meta jiġi l-ministru hawnhekk u jgħid li għamilna progress għaliex din is-sena l-overtime naqqasnih b'20%, jiena bilfors nistaqsi x'inhi l-iskala ta' valuri li qegħdin naħdmu biha.", "Fil- fatt qabel tkellem il-ministru, l-aktar informazzjoni riċenti li kellna għad-dispożizzjoni tagħna dwar l-operat tat-tarznari ta' Bormla u tal-Marsa kienet ġejja preċiżament mill-economic survey għal Jannar/Settembru ta' l- 1999, dak li ġie ppubblikat mal-budget ta' din is-sena.", "Issa f'dak li għandu x'jaqsam mat-tarzna ta' Bormla hemm stqarrija ċara ħafna li xogħol fuq tiswija bejn Jannar u Settembru tas-sena li għaddiet paragunat ma' Jannar u Settembru tas-sena ta' qabel naqas b'Lm2.3 miljun.", "Fil-fatt fl-ewwel disa' xhur tas-sena 1999, il-bejgħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' tiswija ta' vapuri kien ta' Lm8.7 miljun, filwaqt li fl-ewwel disa' xhur tas-sena 1998 dan kien jammonta għal Lm2.3 miljun aktar.", "U apparti minn hekk, l-economic survey jammetti wkoll li fl-istess perijodu ta' żmien - jiġifieri meta tiġi biex tqabbel Jannar u Settembru ta' l-1999 ma' Jannar u Settembru ta' l-1998 - kien hemm tnaqqis ukoll f'xogħol ieħor industrijali li t-tarzna tagħmel minbarra x-xogħol ta' tiswija, għax fl- ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet it-tarzna biegħet b'Lm1.7 miljun b'xogħol industrijali, filwaqt li fl-ewwel disa' xhur tas-sena ta' qabel kienet biegħet b'Lm0.7 miljun aktar.", "Jiġifieri b'kollox fl-ewwel disa' xhur ta' l-1999 it-tarzna biegħet bi Lm3 miljun inqas f'xogħol milli biegħhet fl-ewwel disa' xhur ta' l-1998.", "U jiena kont nistenna li għallinqas ikollna spjega għal din il-ħaġa biex almenu nibdew minn x'imkien.", "Sur President, tliet snin ilu dan il-parlament iltaqa' hawnhekk biex ibiddel l-istrutturi tat-tarzna, ħalli nimxu pass 'il quddiem u t-t-tarzna nagħmluha vijabbli għal kulħadd, għall-ħaddiema tagħha u għall-pajjiż kollu, u two years down the road stajna ngħidu li konna għamilna avvanz 'il quddiem.", "Fl-1997 il-ħaddiema kienu qed jilmentaw - u bir-raġun - li ma kellhomx xogħol u flimkien mal-kunsill tat-tarzna aħna stinkajna biex inġibu x-xogħol u fil-fatt fl-1998 ix-xogħol kien tela'.", "Imma llum qed naraw li fl-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet ix-xogħol naqas bi Lm3 miljun.", "Issa l-economic survey jgħid li r-raġuni ġejja mill-fatt li x- xogħol kien aktar kompetittiv fil-Mediterran - tajba din, u se jibqa' jkun iktar kompetittiv u diffiċli x-xogħol fil-Mediterran! imma allura d- domanda li rridu nistaqsu hawnhekk hija: B'liema mod ħadmu l-istrutturi tat- tarzna fl-aħħar sena u tliet xhur?", "X'sar biex tabilħaqq inżommu l- business għaddej?", "Jiena stennejt li se jkollna risposta fuq dan imma ma kellna assolutament l-ebda risposta, u stennejt ukoll li minn din ir- risposta l-ministru jorbot is-soluzzjonijiet li ħiereġ bihom.", "U x'inhi s- soluzzjoni tiegħu?", "Is-soluzzjoni tal-ministru hi li jneħħi l-erba' ħaddiema diretturi, ipoġġi wieħed u mmexxu.", "U ejja!", "Veru li fl-1997 gvern Laburista kien ippropona li fejn qabel il-kunsill tat-tarzna kien kollu elett mill-ħaddiema, inkluż iċ-chairman, dawn naqsmuhom fi tnejn, nofs bin-nofs - nofs ikunu eletti mill-ħaddiema u n- nofs l-ieħor appuntati mill-gvern, biċ-chairman ukoll appuntat mill-gvern - imma dik id-deċiżjoni ħadniha f'qafas ċar ta' x'kienet il-problema.", "Il- problema kienet li s-sussidju lit-tarzna kien beda tiela' minn Lm10 miljun fl-1992 għal kważi Lm17 miljun fl-1996, u ma kien aċċettabbli għal ħadd li nibqgħu sejrin hekk.", "Jiena dak iż-żmien kont ngħid li bi Lm17 miljun tista' tibni tliet skejjel u nofs, u għalhekk konna għedna li hemm bżonn li naħdmu fuq din il-problema b'mod li kulħadd iġorr xi ħaġa.", "U jekk il-gvern se jġorr xi ħaġa jrid ukoll jassumi r-responsabbilta' għal ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu, kemm id-deċiżjoni li jonfoq, kemm id-deċiżjoni li jissussidja u anke d-deċiżjoni li jagħfas il-brake, u dan mingħajr ma nimminaw il-prinċipju tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema - hawnhekk fejn daħal l-opportuniżmu Nazzjonalista imma din tistenniha fil-lotta politika - billi nħallu fosdqa f'dak li nagħmlu li tista' terġa' tinfetaħ meta l- affarijiet jimxu 'il quddiem.", "Sur President, aħna konna għedna wkoll li s-soluzzjoni m'hijiex biss li sempliċement nibdlu l-kunsill tat-tarzna għaliex mhux dik kienet il- problema.", "Fil-fatt dħalna għal diskussjonijiet sħaħ u twal ma' rappreżentanti tal-ħaddiema fuq il-kunsill tat-tarzna u ma' rappreżentanti tal-unions ħalli naslu għal pjan sħiħ, liema pjan ma kienx sempliċement immirat biex nibdlu l-istruttura tal-kunsill tat-tarzna - kif jidher li hu llum - imma dik kienet biss parti minn pjan ħafna aktar wiesa'.", "Qabel ma aħna ġejna quddiem il-parlament - u anke wara - ix-xogħol kollu tagħna kien maħsub biex nispustjaw u nagħmluha ċara li across the board kellu jkun hemm bidliet b'diskussjoni, bi pjan programmat, li fih ikun hemm l-involviment ta' kulħadd.", "Fil-fatt qabel ma ġejna bl-emendi hawnhekk - jidhirli li kienet il-festa ta' San Pawl, għaliex kellna wkoll problema dak iż-żmien minħabba li l-oppożizzjoni ma kenitx riedet li l-parlament jiltaqa' dakinhar - konna għamilna xahrejn jew tlieta b'diskussjonijiet għaddejjin il-ħin kollu mal-union u mal-kunsill tat-tarzna.", "U konna ħadna saffi differenti ta' xogħol, ta' elementi ta' bidliet li riedu jsiru u fil-fatt nista' nsemmihom hawnhekk.", "Fid-diskors tiegħu l-ministru semma' l-work practices u fil-fatt dik kienet waħda minnhom.", "Aħna ħriġna protokoll ta' madwar 37 miżura li fuqhom kellna naħdmu ħalli nbiddlu l-work practices.", "Qbilna wkoll, bħala parti mill-pakkett, li se nikkummissjonaw rapport internazzjonali u indipendenti ta' kif nistgħu nirristrutturaw it-tarzna biex inġibuha f'pożizzjoni li tkun tista' timmodernizza ruħha.", "Dħalna wkoll f'impenn li nġibu, skond il- bżonn, management ġdid minn barra.", "Dwar dawn l-affarijiet kien hemm qbil imma kienu kollha parti minn pakkett u dawn it-tibdiliet aħna spjegajnihom, anke quddiem dan il-parlament.", "Konna qbilna wkoll li rridu nimxu lejn restructuring operattiv tat-tarzna - mhux sempliċement taparsi nagħmlu holding company u joint services - li jimplika ristrutturar anke tal-positions kollha tal-ħaddiema fil-post, dejjem bi qbil mal-union.", "Parti mill-pakkett kellu x'jaqsam ukoll ma' impenn min-naħa tal-gvern li jinvesti f'makkinarju u komputerizzazzjoni ġdida għat-tarzna, skond programm li jiġi mfassal, u min-naħa tagħna konna qbilna wkoll li bħala parti mill-ipprogrammar li ried isir, ikun hemm taħriġ ġdid għat-tarzna u jkun hemm anke programm ta' reklutaġġ ta' żgħażagħ ġodda, ħalli jibdlu u jirranġaw l-iżbilanċi li hemm fl-etajiet u fis-snajja' tat-tarzna.", "Allura ma nistgħux, kif għamel il-ministru, inqabblu dak li pprovajna nagħmlu aħna sentejn jew tlieta ilu ma' dak li qed isir illum.", "Għaliex illum aħna sempliċement smajna dwar bidla fil-kunsill tat-tarzna, dwar li jkun hemm xi forma ta' ġemellaġġ f'ċerti areas bejn it-tarzna ta' Bormla u dik tal- Marsa, u smajna wkoll b'xi kuntratti żgħar li qed jipprova jagħmel il- gvern.", "Imma bir-rispett kollu din m'hijiex serjeta`, għax ma nistgħux aħna niffaċċjaw din l-akbar sfida tal-pajjiż b'dan il-mod leġġer u nippretendu li għax issa se nbiddlu l-kunsill - anke hawnhekk hawn żball loġiku ta' ħsieb - allura sibna soluzzjoni mill-aqwa.", "Il-ministru qed jgħid - u ifhimha din, Sur President! - li jekk ikollna kunsill fejn ikun hemm membru wieħed biss elett u l-oħrajn ikunu appuntati mill-gvern, allura se jkun hemm trasparenza sħiħa u l-affarijiet se jimxu aħjar.", "Imma fit-tarzna mhux b'dan il-mod hu magħmul il-bord?", "Għandek diretturi appuntati mill-gvern, inkluż iċ-chairman, u għandek worker director wieħed.", "Hemm problemi jew m'hemmx problemi finanzjarji fil-Malta Shipbuilding?", "Dażgur li hemm!", "Mela jekk is-soluzzjoni se tkun sempliċement li tbiddel il-bord tat-tarzna biex tagħmlu bħal tal-Malta Shipbuilding, bil-ħsieb li ma jkunx hemm problemi finanzjarji ta' diżgwid u taħwid, dan assolutament ma jreġix għaliex il-problemi maniġerjali ta' tmexxija, ta' organizzazzjoni u ta' ristrutturar huma kbar fix- shipbuilding - u kienu kbar fix-shipbuilding - daqskemm huma kbar jew kienu kbar fit-tarzna ta' Bormla.", "Mela l-fatt li tbiddel l-affarijiet b'dan il- mod ma tkunx qed tindirizza l-problema vera.", "B'dan, nerġa' ngħid, tkun qisek qed tipprova tirranġa kastell sħiħ billi tagħmel rixa fuq il-bieb ta' barra!", "(Interruzzjonijiet) Jiena nista' ngħidlek kif imxejna min-naħa tagħna wara li għaddejna l-bidliet minn hawnhekk.", "Aħna għamilna l-bidliet b'tali mod li għedna li malli l-affarijiet jitjiebu u jaslu fi stat li jkunu stabbli, inkunu disposti mija fil-mija li nerġgħu nagħtu t-tmexxija kollha tat-tarzna lura lill-ħaddiema.", "Dan kien l-impenn min-naħa tagħna.", "Aħna nafu li kien hemm tal-union li bdew jgħidu li aħjar kieku l-affarijiet ma jkunux hekk imma l-valur tagħna kien - u naħseb li huwa valur li mhux ta' min wieħed jarmih 'l hemm - li fejn jista' jkun il-ħaddiema jmexxu l-azjenda b'mod li huwa vijabbli.", "X'hemm ħażin fiha din?", "Dan il-liberaliżmu sfrenat, li issa qisu f'daqqa waħda sar l-uniku mod kif tkejjel it-tmexxija ekonomika u soċjali, diġa` beda jiqras, kif stajna naraw f'Seattle ftit ilu.", "Jien niftakar għaxar snin ilu meta kont inkun f'seminars organizzati minn Michael Frendo u Serracino Inglott - fejn kien jingħad ħafna kliem dwar il-parteċipazzjoni u mhux parteċipazzjoni, dwar il-poter f'idejn il-ħaddiema u dwar il-fatt li dak iż- żmien kellna gvern li kien se jmexxi b'dan il-mod - u jiena kont ngħidilhom li l-mod kif kienu qed jitkellmu kien kollu fantasija, għaliex stajt nara kif kienu ġejjin l-affarijiet; u l-affarijiet bdew jinqalbu sew.", "(Interruzzjonijiet) Daqskemm l-affarijiet ma nqalbux fil-Mid-Med Bank meta dan il-bank ġie pprivatizzat għax anke l-worker director tilfu l-ħaddiema!", "U allura jiena ngħid li din li f'daqqa waħda n-neo-liberaliżmu totali sar il-mod li bih jitkejlu l-affarijiet - forsi anke l-unions jaqblu ma' dan - huwa żball.", "Aħna naħsbu li għandna nħallu marġini miftuħ, u hekk għamilna.", "(Interruzzjonijiet) Onorevoli, l-impenn tagħna kien li meta naslu - kif kellna kull kuraġġ li naslu - biex it-tarznari ta' Malta jerġgħu jieħdu r- riħ tagħhom - u hemm fejn jieħdu r-riħ tagħhom - konna se nkunu disposti biex ikunu mill-ġdid il-ħaddiema li jmexxu l-azjenda filwaqt li l-assi jibqgħu tal-poplu.", "Għaliex irridu li nżommu l-oriġinalita` tal-kunċett li għandu x'jaqsam mat-tarzna.", "Sur President, l-azjenda bħala assi baqgħet tal-poplu u t-tmexxija tal- ħaddiema kienet it-tmexxija ta' l-assi u mhux l-ownership.", "L-oriġinalita` tal-liġi li llum qed nemendaw hija li filwaqt li l-assi jibqgħu ta' l- Istat, it-tmexxija tagħhom tkun mija fil-mija f'idejn il-ħaddiema.", "Huwa veru li ħaġa bħal din ma ħadmietx tajjeb daqskemm stennejna u huwa veru wkoll li kien hemm bżonn ta' passi biex ħaġa bħal din nerġgħu nġedduha, imma li naqtgħulha rasha għal dejjem le.", "Jiena l-ewwel wieħed li ma naqbilx ma' dan u lanqas naħseb li jaqbel miegħu l-Partit Laburista.", "Jekk għal li ġej l-affarijiet jerġgħu jinfetħu b'mod li ħaġa bħal dik tkun tagħmel sens u tkun tajba, m'hemm xejn ħażin li jerġa' jsir hekk.", "U jien nagħmilha ċara u nerġa' ngħid li l-bidla li għamilna fl-istruttura tal-bord tal-kunsill tat-tarzna kienet parti minn pakkett - ma kenitx hi biss ir- rixa fuq il-bieb ta' barra - aktar u aktar għaliex żammejna wkoll il-bilanċ erbgħa b'erbgħa, b'chairman appuntat mill-gvern.", "Sur President, imma aħna ma waqafniex hemm - dwar dan jien stennejt ukoll li jkun hemm xi forma ta' rendikont min-naħa tal-ministru - imma mxejna minn hemm u mxejna bil-kbir.", "L-ewwelnett tlaqna fuq strateġija li kif konna wegħedna li se nagħmlu, kkummissjonajna r-rapport Appledore u dan ħareġ bi strutturi ċari ta kif se naħdmu.", "Dan ir-rapport ġie ffinalizzat f'Lulju ta' l-1997 u fost affarijiet oħra r-rapport Appledore għamilha ċara li hemm bżonn li r- ristrutturar tat-tarzna jsir billi jkollok sezzjoni ta' tiswija tal-vapuri li tkun streamlined, imbagħad il-bqija tal-workforce jibqgħu parti integrali mit-tarzna, jidħlu għal sezzjoni oħra li tkun parti integrali mit- tarzna, li tkun maħsuba għal proġetti ġodda.", "Dik kienet l-istrateġija.", "Imbagħad il-ħsieb kien ukoll li fit-twettiq ta' din l-istrateġija jkunu nvoluti s-setturi kollha konċernati, il-ħaddiema u l-unions tagħhom, il- management u dawk kollha li għandhom x'jaqsmu mal-management.", "Huwa veru li dan il-proġett ħa ż-żmien biex isir imma dan ġara għaliex ma ridniex ngħaddu l-affarijiet bil-għaġġla, għalkemm stajna kieku ridna nagħmlu hekk.", "Dan il-proċess m'huwiex wieħed teknoloġiku biss imma huwa proċess uman, proċess soċjali, li jinvolvi relazzjonijiet personali, u allura mhux il-każ li toqgħod issabbat u taqta' minn hemm u taqta' minn hawn imma trid tiltaqa' u terġa' tiltaqa', u tlaqqa' u terġa' tlaqqa', biex bil-mod il-mod iġġib lin-nies flimkien.", "Huwa ovvju li kien hemm min ma fehemx - u kellna reżistenzi, mela le! - imma trid tibqa' tiltaqa' u terġa' tiltaqa'.", "Aħna stajna naqtgħu mill-ewwel u ngħidu li hekk irridu imma mhux dak kien l- approach tagħna.", "U waħda mit-tentazzjonijiet tkun li tgħid: U iva, ħalliha t-tarzna, agħtiha l-ħabel kemm trid għax xi darba l-ħabel jinqata'!", "Hemm min isemmihom u jgħidhom dawn l-affarijiet u hemm anke min jarahom bħala strateġija.", "Hemm min jgħid: X'nambuha t-tarzna?", "Inħarsu lejha bħala Kalaxlokk u ħames snin, sitt snin, seba' snin, tmien snin down the road u daqshekk!", "Hemm min jgħid dawn l-affarijiet allavolja dawn ma jiġux pubblikati fil-gazzetti u ma jiġux dikjarati fil-mass meetings u minn fuq it-trakkijiet, imma aħna nemmnu li hemm strateġija u valur ieħor.", "Irridu jew ma rridux li nsostnu lit-tarzna f'pajjiżna u li nżommu x- xogħol tat-tarznari għaddej?", "U l-istrateġija li ħdimna biha aħna li - u jien kont nittama li tkun l-istrateġija ta' dan il-gvern ukoll imma issa qed niddubita bil-kbir - li t-tarznari nżommuhom għaddejja bit-tajjeb u mhux billi nippumpjawlhom Lm17 miljun fis-sena għaliex dak huwa impossibbli u żgur li ġġiegħel lin-nies iduru kontra tagħhom.", "Aħna ridna li naħdmu bil- galbu u bil-qies biex l-affarijiet jinbidlu b'tali mod li t-tarznari jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem u jkunu, jekk mhux vijabbli f'sens neo-liberali tal-kelma, vijabbli f'sens soċjali u nazzjonali tal-kelma.", "Aħna konna appuntajna kumitat, li kien presedut minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, li kellu l-impenn li f'laqgħat għaddejjin dejjem mal-unions, mal-management u mal-kunsill tat-tarzna, jalloka u jirranġa l-istrutturi, anke bin-nies li kienu se jkunu hemmhekk, f'dak li għandu x'jaqsam max-shiprepair u l- operazzjonijiet il-ġodda, u konna mxejna.", "Ix-xogħol kien lest, imma mbagħad f'Mejju ta' l-1998 ġraw il-ħmerijiet li ġraw fil-parlament u l- affarijiet iġġamjaw.", "Jiena kont nistenna li għallinqas il-ministru jgħidilna jekk baqax impenjat fuq dak il-proċess, jgħidilna jekk dak il- proċess baqax miexi 'l quddiem u anke jgħidilna x'sar dwaru.", "Jien naħseb li waħda mill-mistoqsijiet kbar li għandha ssir hija x'sar mill-istrateġija li kien adotta l-kunsill tat-tarzna, jiġifieri l- implimentazzjoni tar-rapport Appledore.", "Għadna mexjin fuq l-istrutturi u l-binarji tar-rapport Appledore?", "U rrid infakkar hawnhekk li waħda mill- affarijiet li wettaqna kienet li nġibu managers ġodda minn barra, wara li nirristrutturaw it-top management, ħalli jkunu jistgħu jieħdu f'idejhom min- naħa x-shiprepair u min-naħa l-operazzjonijiet il-ġodda.", "Jien għandi r- riżervi tiegħi fuq ċerti għażliet li saru - Allaħares kulħadd jaqbel ma' kulħadd! - u għandi wkoll il-ġudizzji tiegħi fuq kif saru ċerti affarijiet, imma anke hawnhekk jiena stennejt li se nirċievu rendikont min-naħa tal- ministru.", "L-istrutturi l-ġodda fit-tarzna, jekk hemm strutturi ġodda, kif qegħdin jaħdmu?", "Il-ministru qal li aħna ma konniex ġibna xogħol biżżejjed meta, kif diġa` għedt, fl-economic survey hemm rapportat li fid-disa' xhur tas-sena li għaddiet, bin-Nazzjonalisti fil-gvern, it-turnover tat- tarzna naqas bi Lm3 miljun, u dan skond il-ministru minħabba l-fatt li x- xogħol fil-Mediterran naqas, raġuni li assolutament ma naċċettahiex.", "Jien ngħid li smajt b'raġunijiet oħra bħal, per eżempju, li ma kienx hemm organizzazzjoni tajba ta' kif isir il-bejgħ u li ma kienx hemm affjatament tajjeb bejn il-manager il-ġdid li ddaħħal fuq ix-shiprepair u kif isir ix-xogħol u t-tiftix għax-xogħol.", "Jista' jekk jogħġbu l-ministru jilluminana fuq dawn l-affarijiet?", "Għax effettivament f'din l-aħħar sena jew sena u nofs morna lura in terms ta' bejgħ, in terms ta' kif it-tarzna qiegħda tippenetra.", "Allura jiena nibqa' skantat meta jiġi hawnhekk il- ministru u jgħidilna li se jkollna business plan u permezz ta' dan il- business plan se nakkwistaw vijabilita` f'affari ta' ħames snin and we break even.", "Għaġeb ta' l-għeġubijiet!", "Dan huwa l-ministru li ppreseda fuq tarzna li diġa' tilfet Lm3 miljun f'bejgħ fl-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet, u issa qed jipprospetta li s-sena d-dieħla u s-sena ta' wara u s-sena ta' wara t-tarzna se żżid il-bejgħ b'Lm3 miljun, imbagħad b'Lm6 miljun, imbagħad b'Lm9 miljun - u ejja!", "Jekk il-ministru ma jispjegalniex eżatt kif se jsiru l-affarijiet, allura jkollna ngħidu li din li qed jgħid il-ministru hija ċajta in bad taste.", "Ara fil-każ tagħna, aħna konna spjegajna b'mod preċiż għax ir-rapport Appledore jgħidlek x'għandu jsir, kif u għaliex.", "Imma minn dan kollu din id-darba m'għandna xejn għax niġu hawnhekk u sempliċement l-ministru jgħidilna li l-affarijiet mexjin u se jimxu 'l quddiem għaliex se jkollna business plan!", "Imma għalfejn qed nipprovaw nidħku b'xulxin meta l-business plan huwa biss biċċa karta?", "Fuq liema bażi qed ngħidu li l-projections qegħdin hemm, taparsi telgħin?", "Fuq bażi ta' dan il-biċċa kuntratt?", "L-affarijiet ma jsirux hekk u ma tistax tikkonvinċi lil ħadd b'dan il-mod.", "Imbagħad fl-istess qafas ta' diskors nsemmu l-Malta Shipbuilding, għaliex ma tistax titkellem dwar it-tarzna ta' Bormla mingħajr ma titkellem dwar it-tarzna tal-Marsa.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li qabel tkellem il-ministru, l-informazzjoni li kellna dwar ix-shipbuilding kienet ġejja mill-economic survey għal Jannar/Settembru 1999, fejn jingħad li fl-ewwel disa' xhur ta' l-1999 il- bejgħ żdied minn Lm1.7 miljun għal Lm2.6 miljun meta mqabbel ma' l-ewwel disa' xhur tas-sena ta' qabel.", "Issa din m'hemmx dubju li ma tfisser xejn għaliex kemm fl-1998 kif ukoll fl-1999 ix-xogħol li sar kien fuq il-vapuri tal-Gozo Channel.", "Allura l-punt huwa li xogħol ġdid bħala xogħol ġdid ma ġiex u allura hawnhekk imbagħad jien nitlob lill-ministru jispjegalna jekk baqax għaddej bir-riformi li pprovajna ndaħħlu aħna.", "Meta aħna konna fil- gvern anke fix-shipbuilding dħalna għall-problema li kien hemm; u l- problema li kien hemm kienet li l-produttivita` kienet baxxa b'mod ta' l- għaġeb, bl-ebda kontroll ta' xejn, bl-ebda management ta' xejn u taħwid straight over the line.", "Dak li kien hemm, Sur Ministru!", "Aħna konna ftiehemna li anke hawnhekk irridu nagħmlu l-istrutturar tal-kumpannija għaliex il-problemi tax-shipbuilding huma differenti minn dawk tat-tarzna ta' Bormla, għax filwaqt li l-problema tat-tarzna ta' Bormla ġejja minn żbilanċ ta' etajiet u ta' snajja' tekniċi - jiġifieri hemm snajja' tekniċi f'ċerti areas li huma aktar minn dak li hemm bżonn u f'areas oħra huma anqas minn dak li hemm bżonn - fit-tarzna tal-Marsa l-problema hija bil- maqlub.", "Il-problema fit-tarzna tal-Marsa hija li l-eta` medja hija iktar baxxa relattivament mit-tarzna ta' Bormla, u dan għaliex il-gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1990 u l-1995 kien qed jagħti l-flus lin-nies - jiġifieri s-soluzzjoni Kalaxlokk - biex jitilqu mill-kumpannija u ġara li kienu telqu l-aktar nies imħarrġa, l-aktar nies teknikament mgħammra u l- aktar nies żgħażagħ.", "Allura shipbuilding spiċċat b'rata għolja ta' nies li għandhom xogħol ta' tip klerikali u xogħol ta' tip li m'huwiex tekniku, u nies li huma teknikament maqbuda fi snajja' meħtieġa hemm ftit.", "Dan wassal għal żbilanċ kbir fil-mod kif jaħdmu l-impjegati tax-shipbuilding u fil- mod kif imexxu u jorganizzaw l-affarijiet.", "Li aħna konna bqajna nisħqu fuqu huwa li jkun hemm ristrutturar tal- management hemmhekk ħalli l-mod kif joħorġu l-kmandi u jingħataw l- istruzzjonijiet, u l-mod kif teknikament jinżamm kontroll minn fuq jinbidlu u jitjiebu.", "Aħna mbuttajna u għalkemm ma nistax ngħid li wasalna għaliex bħas-soltu kien hemm ħafna komplikazzjonijiet, nemmen li konna resqin u konna wasalna u konna anke bdejna nidentifikaw min se jkun li jista' jmexxi b'mod tekniku u b'mod maniġerjali li huwa kompetenti fl-istrutturi tekniċi tax-shipbuilding.", "Meta mbagħad daħal il-gvern preżenti, ma nafx għaliex damu x-xhur jittitubaw jekk għandhomx jikkonfermaw in-nies li kienu misjuba - naħseb li kienu qed jiċċekkjaw mal-Partit Nazzjonalista fejn joqogħdu biex jaraw jekk għandhomx it-tesseri jew jekk it-tfal tagħhom jew in- neputijiet tagħhom jiġux minn xi ħadd li huwa mal-Partit Laburista! - u allura ntilef iż-żmien.", "Imma għallinqas il-bidu ta' l-istrutturi li poġġejna jidher li taw riżultat.", "Għax jiena ngħid li s-sena li għaddiet żdiedu s-sales mhux għaliex żdied ix-xogħol minn barra imma għaliex il- produttivita` tax-shipbuilding żdiedet grazzi għall-fatt li għallinqas konna bdejna naħsbu bis-serjeta` fuq dan ix-xogħol.", "U m'għandha x'taqsam xejn mal-fatt ta' jekk għandekx erba' worker directors jew worker director wieħed jew għandekx il-worker directors kollha fuq il-kunsill.", "Il- ministru ħa gost joqgħod jgħidilna kemm ħareġ flus u kemm ġew sussidji u kemm tilfu flus il-Malta Shipbuilding u l-Malta Drydocks.", "Ix-shipbuilding hija kumpannija fejn għandha direttur ħaddiem wieħed u l- oħrajn kollha, inkluż iċ-chairman, huma appuntati mill-gvern.", "It-tarzna ta' Bormla hija korporazzjoni fejn għandek chairman u erba' diretturi appuntati mill-gvern u erba' oħra eletti mill-ħaddiema.", "Allura fejn hi l-loġika li tgħid li jekk imorru għad-diretturi kollha appuntati mill-gvern ħlief wieħed se jmorru aħjar?", "Assolutament ma tagħmilx sens din il-ħaġa.", "U tajjeb li nifhmu mill-ġdid li fil-każ tat-tarzna ta' Bormla aħna bħala gvern Laburista konna għedna li nagħmlu erbgħa b'erbgħa plus chairman għar- raġuni li ħassejna d-dmir u d-dover li f'partnership mal-ħaddiema tat- tarzna nidħlu għax-xogħol kollu meħtieġ, għar-responsabbiltajiet kollha meħtieġa, għall-istrateġija tat-tul kollha meħtieġa biex it-tarzna ta' Bormla nġibuha back on an even keel.", "U ridna nerfgħu r-responsabbilta` magħhom, dejjem b'impenn li aktar 'il quddiem, jekk jiżviluppaw iċ- ċirkostanzi, inħallu tieqa miftuħa għax aħna lesti li nerġgħu ngħaddu t- tarzna ta' Bormla lill-ħaddiema.", "Hawnhekk irrid ngħid li ċerti presuppożizzjonijiet u ċerti punti kif jiġu spustati l-affarijiet iwerċuni lili, Sur President.", "Ħalli nitkellem, per eżempju, fuq din l-istorja kollha tas-sixth fleet Amerikana, li min-naħa l- oħra u mill-media ta' l-Ingliż ġiet preżentata qisha kienet xi trovatura kbira, qisha kienet xi ħaġa li żgur se tiftaħ orizzonti ġodda għat-tarzna.", "Bir-rispett kollu, min jitkellem hekk ma jafx x'qed jgħid.", "Ħalli l-ewwel nibda mill-punt kostituzzjonali.", "Aħna m'għandniex dubju mill-pariri legali li għandna li din tmur kontra n-newtralita` ta' Malta, kif miktuba fil- kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Biddlu l-kostituzzjoni u ma tmurx kontra n- newtralita`!", "Imma mbagħad aktar minn hekk il-ħsieb stess li se niftħu t- tarzna ta' Bormla għas-sixth fleet Amerikana tmur kontra l-loġika kummerċjali ta' tarzna bħal dik għax fil-fatt ittellef ix-xogħol u mhux iżżidu.", "U qed nitkellem mill-esperjenza, fis-sens ta' x'għamilna aħna u ma' xiex iltqajna aħna meta konna fil-gvern u anke mill-esperjenza ta' x'qalulna l-esperti.", "Jien kemm-il darba tkellimt fuq bażi konfidenzjali ma' l-esperti ta' Appledore - din m'intix se ssibha miktuba Prof. Bonnici, għaliex dawn wara li jiktbu u jiltaqgħu man-nies kienu jiġu jitkellmu miegħi u ma kienx ikun hemm segretarju biex jieħu l-minuti, ħalli jkunu jistgħu jitkellmu kif jaħsbu li għandhom jitkellmu - u dawn kienu jagħmluha ċara li ċerti affarijiet ma jsirux għax jew din se tkun tarzna kummerċjali jew se tkun tarzna militari, jiġifieri in terms ta' kif jiġi organizzat ix-xogħol, ta' kif se tagħmel marketing tax-xogħol u ta' kif se tmur tisposta ruħek quddiem in-nies u tgħidilhom biex jagħtuk ix-xogħol.", "M'hu veru xejn li għaliex għandek iċ-ċertifikat tas-sixth fleet se ġġib jew tattira lin-nies.", "Mill-esperjenza tiegħi stess nista' ngħid li fl-Amerika stess jgħidulek li jekk ikun hemm il-flotta Amerikana, allura dik tingħata preċedenza fuq xogħol ieħor f'każ li jinqala' xi ħaġa.", "Fl-Amerika stess jaħdmu hekk.", "Is- Senat u l-Kungress Amerikan il-ħin kollu jiġġieldu biex in-navy Amerikana tmur issewwi fil-portijiet tagħhom, u jitolbu wkoll esklussivita` u joħorġu liġijiet u regolamenti biex ċertu ammont ta' xogħol fuq il-flotot tan-navy Amerikana, anke jekk tkun qiegħda fl-Oċean Paċifiku, jekk ikun aktar minn ċertu ammont irid imur fil-port tagħhom.", "U sewwa jagħmlu li jagħmlu hekk, imma dan jagħmluh bil-ħsieb ċar li port li qed jagħmel dak ix-xogħol huwa militari u l-kummerċjal jiżgiċċa minnu għaliex jafu li jekk tinqala' xi ħaġa l-militar għandu preċedenza.", "U dik ma jriduhiex.", "Apparti minn dan, minħabba f'hekk it-tarzna tista' titlef ix-xogħol anke fil-kontest ta' pajjiżi oħra li tista' tieħu x-xogħol mingħandhom.", "Issa l-bravi ta' \"The Times\" u ta' \"The Malta Independent\" meta semmejna dawn l-affarijiet qalu li tal-Labour dejjem moħħhom fil-Libja.", "Bħallikieku l-Libja biss teżisti fid-dinja u l-Libja biss tista' tagħti x-xogħol lit- tarzna!", "Ċertament ikollhom ir-riżervi tagħhom il-Libjani jekk it-tarzna tmiss jew tiċċappas - uża liema kelma trid - mas-sixth fleet Amerikan.", "Jeżistu flotot oħra bħal, per eżempju, dik ta' l-Iran.", "Waħda mill-ewwel laqgħat li jien kelli wara li ħadna l-gvern f'idejna kienet mal-Viċi President ta' l-Iran u konna tkellimna preċiżament fuq din il-ħaġa.", "Issa forsi jkun hawn min jgħid: Ara naqra x'biża', niċċappsu ma' l-Iran!", "U ejja, tkunux vavi, grow up!", "Bħalissa l-Ingilterra qed tagħmel minn kollox biex tilqa' lill-Viċi President ta' l-Iran u biex l-Ingliżi jagħtuh l-aqwa trattament għaliex jafu li jista' jkollhom ix-xogħol mill-Iran.", "Imbagħad minbarra l-Iran hemm ukoll l-Iraq, għaliex mhux il-Libja biss teżisti fid- dinja.", "Dażgur li l-Libja hija importanti imma mhux il-Libja biss teżisti!", "Meta konna fil-gvern aħna kellna trattattivi għaddejjin ma' l-Iraq dwar kif nistgħu eventwalment ikollna kuntratti magħhom fuq dawn l-affarijiet.", "U ma konniex waħedna qed nagħmlu dan għaliex kien hemm ukoll il-Franċiżi, il-Ġermaniżi u t-Taljani li qed jagħmlu l-istess ħaġa.", "Meta konna nibagħtu lin-nies tagħna biex imorru Baghdad, u dawn kienu jmorru l-Ġordan biex minn hemmhekk jieħdu karozza għal Baghdad, kien ikun hemm problema għaliex it-Taljani u l-Ġermaniżi kienu jieħdu t-taxis kollha qabilhom.", "Dawn huma affarijiet li rridu nqisuhom, u rridu nqisuhom aktar u aktar fis- sens li dawn m'humiex se jiktbulek u jgħidulek li jekk inti taħdem ma' l- Amerikani, huma m'humiex se jibagħtulek aktar vapuri.", "Dażgur li m'humiex se jgħidulek hekk imma s-sinjal jagħtuhulek, imbagħad tifhem jekk trid tifhem u jekk ma tridx tifhem affari tiegħek.", "Ejjew inkunu aktar saqajna ma' l-art u nifhmu x'qed nagħmlu.", "Jiena għalhekk jiddiżappuntani ċ-chairman tat-tarzna għaliex dawn l- affarijiet kien jgħidhomli meta konna fil-gvern u jien dejjem għedtlu li ma kienx jaf x'inhu jgħid.", "U nibqa' ngħidlu li ma jafx x'inhu jgħid.", "Mela għaliex taparsi għandek kuntratt man-navy Amerikana jfisser li żgur se jiġi aktar xogħol?", "Min jaf x'se jiġri issa?", "Nistennew u naraw!", "Min jirraġuna hekk ma jkunx qed jara l-implikazzjonijiet marketing-wise, kemm ma' kumpanniji kummerċjali li se jagħmlu l-evalwazzjoni tagħhom ta' kif se taffettwa l-prospetti tagħhom meta jiġu jaħdmu għandek u kemm ta' pajjiżi oħra li għar-raġunijiet tagħhom - għandhom kull dritt ikollhom ir- raġunijiet tagħhom, strateġiċi jew ta' differenza ma' l-Istati Uniti - jibqgħu lura.", "Dawn huma l-affarijiet li tajjeb li ngħiduhom u ngħiduhom bl- aktar mod straight, mingħajr ma noqogħdu nduru mal-lewża.", "Għalhekk jien ngħid li meta tħares lejn dak li qed jiġi propost u tpoġġih fil-qafas ta' x'inhu għaddej ikollok bilfors mhux biss tiskanta u tistgħaġeb imma anke titħasseb għaliex qisna qegħdin f'sitwazzjoni fejn qed tidħol mentalita` ta' I'm alright Jack, l-affarijiet jistgħu jimxu; qisu ħiereġ il-ħabel, il- ħabel idur u f'daqqa waħda jeħel ma' x'imkien u tibqa' imdendel!", "Bl-istess mod, l-argument l-ieħor li pprova jiżgiċċa ftit minnu llum il- Prof Bonnici, dwar kif tista' toħloq sinerġija - għalkemm ma jidhirlix li ntużat din il-kelma, għaliex ma naħsibx li tasal sal-livell tiegħu, għax aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jaqagħlu l-livell intellettwali l-Prof.", "Bonnici ...", "L-argument qed ikun qisu li b'shipbuilding min-naħa u b'shiprepair min-naħa l-oħra nkunu qegħdin f'pożizzjoni li noħolqu xi ħaġa ġdida.", "Dan m'hu veru xejn.", "To be fair irrid ngħid li jiena kont naħseb bħalu, u waħda mill-ewwel ideat li konna ħsibna fiha - u din kienet ilha ġejja - kienet li kellna ngħaqqduhom flimkien.", "To be fair ukoll, meta fl- 1994 kien sar l-abbozz ta' ftehim bejn il-gvern Nazzjonalista u l-GWU li kien jitkellem fuq dawn l-affarijiet, jiena kont żammejt ħalqi magħluq fuq dan il-punt għaliex a priori, jekk tħares lejh minn barra, taħseb li jagħmel sens.", "Imma din m'hijiex politika u lanqas hija ideoloġija imma hija xi ħaġa li toħroġ mit-tmexxija tan-nies, ta' l-istrutturi u tat- teknoloġija.", "Allura meta mbagħad il-fatti juru mod ieħor trid taċċetta r- realta`.", "L-esperti ta' Appledore lili kienu qaluli straight and plain f'wiċċi - ma nafx kitbuhiex x'imkien imma konna tkellimniha kemm-il darba; (Interruzzjonijiet) il-Prof.", "Bonnici qed jgħid li ma sabhiex - li t- teknoloġija tal-bini tal-vapuri u t-teknoloġija tax-shiprepair huma differenti, is-swieq għalihom huma differenti u l-mod kif jiġu organizzati l-affarijiet huma differenti.", "U allura Appledore kienu qalulna minnufih biex ma ngħaqqdux waħda ma' l-oħra u kienu tawna pariri sħaħ u qawwija kontra li ssir din il-ħaġa.", "Din m'għandhiex x'taqsam aktar ma' ideoloġija u lanqas ma' politika imma hija r-realta` ta' kif inhuma l-affarijiet, ta' kif isir ix-xogħol fil-qasam tal-vapuri.", "Li mbagħad twebbes rasek u tgħid \"mhux hekk\", ma jagħmilx sens.", "U jien l-ewwel wieħed kont bdilt l-opinjoni tiegħi.", "Aktar minn hekk, kien hemm l-esperjenza diretta ta' x'kellna għaddej kemm fit-tarzna ta' Bormla kif ukoll fit-tarzna tal-Marsa, li allura kompliet tikkonvinċina li dawn l-affarijiet ma jagħmlux sens.", "Bejn l-1997 u l-1998 kien hemm xogħol li kien qed isir fit-tarzna tal-Marsa min-nies tat-tarzna ta' Bormla, u kien hemm xogħol ieħor li kien qed isir fit-tarzna ta' Bormla min-nies tat-tarzna tal-Marsa.", "U kien hemm problemi kbar biex dawn l- affarijiet jimxu 'l quddiem, mhux għaliex il-ħaddiema ma setgħux jaqblu flimkien imma għaliex l-istrutturi tat-tmexxija, il-kultura tat-tmexxija, it-teknoloġija kif kienet mgħallma fix-shipbuilding u kif kienet maħduma fit-tarzna ta' Bormla ma kenux jiffittjaw.", "Apparti mbagħad mill-iskali ta' pagi u mill-inċentivi li kienu jingħataw, li anqas u anqas kienu jiffittjaw.", "Allura kien hemm diżgwid totali u l-produttivita` u x-xogħol ħafna drabi għalhekk kien jaqa' lura.", "Tant ma kienx hemm ingranaġġ - nerġa' ngħid li dan mhux tort tal-ħaddiema u ħafna drabi lanqas tort tal- management - li l-affarijiet ma setgħux jimxu 'l quddiem.", "Issa jiġi l-Prof Bonnici jgħidilna li ż-żewġ azjendi għandhom iħarsu lejn il-mod ta' kif isibu s-swieq flimkien.", "Din mhijiex ir-realta' għax is-suq tat-tiswija tal- vapuri huwa differenti minn dak tal-bini tal-vapuri.", "Dan turih l-Unjoni Ewropea stess bil-politika tagħha għaliex għandha politika differenti bejn it-tiswija tal-vapuri u l-bini tal-vapuri.", "Imbagħad għandna l-argument li dan se jipprova jagħmel sinerġija fil-bini ta' l-ispares.", "Bir-rispett kollu ngħidlek li se jkollok taħwida magna, akbar minn dik li dġa` hemm.", "Aktar u aktar għaliex il-mod li bih iridu jaħdmu l-managements se jkunu qegħdin joborxu ma' xulxin.", "Anke bl-idea l- oħra, jekk fhimt sewwa, ta' holding company b'chairman wieħed, se tirriduċu liċ-chairman tad-drydocks u liċ-chairman tax-shipbuilding - li se jkun l- istess persuna u qed jgħidu li se jkun is-Sur Cassar White - għal pupu finanzjarju.", "Iċ-chairman tat-tarzna irid ikun chairman li jkollu grip u grinta mhux biss fuq in-naħa finazjarja u tal-marketing imma anke fuq in- naħa tal-produzzjoni.", "U malli tappunta wieħed biex jagħmel iż-żewġ affarijiet għaż-żewġ kumpanniji tkun qed tfotti kollox.", "L-uniku mod kif jien nista' nispjega dan ix-scenario huwa billi ngħid li dan huwa scenario maħsub biex ikollna implosion sħiħa fiż-żewġ sistemi, biex is-sistemi tant ikomplu jikkrollaw li ma nkunux nistgħu nimxu 'l quddiem.", "M'hemmx soluzzjoni oħra.", "Jien kont nistenna li jkollna rendikont suret in-nies dwar is-sezzjoni ta' l-operations il-ġodda għaliex din hija waħda mill-akbar areas fejn għandna fallimenti.", "Imma dwar dan il-ministru ma qalilna xejn u issa ħareġ b'din l-idea li ċ-chairman ikun l-istess wieħed għaż-żewġ kumpanniji u jmexxi żewġ kumpanniji ta' dan it-tip!", "Imma dan kif se jkun f'pożizzjoni li jista' jżomm linja u bilanċ serju bejn żewġ entijiet li għandhom affarijiet li qed jiġbduhom 'il bogħod minn xulxin?", "Jien minn hawnhekk nissuġġerixxi lill-gvern sabiex jerġa' jħares lejn din l-proposta anke għaliex jekk stess qed issir with the best of intentions, hija t- triq li se twassal għal problemi kbar u se toħloq problemi kbar.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' politika issa imma hija kwestjoni ta' management, ta' teknoloġija, ta' kif ikunu organizzati l-affarijiet u jkun kemm ikun tajjeb iċ-chairman li jintgħażel, qed tpoġġuh fuq missjoni impossibbli.", "Sur President, forsi jkun tajjeb li hawnhekk inpoġġu dan kollu fil-qafas tal-politika Ewropea tal-gvern, għaliex jien personalment ma nistax nifhem lill-ministru meta jgħid li se jkun qed jagħmel business plan għat-tarzna li fuq ħames snin se twassal biex it-tarzna tkun kompletament vijabbli.", "Kieku din qed jgħidha bħala mod kif itella' l-moral nifhimha imma dan qed jgħidha għaliex qisu jridna nemmnuha.", "Imbagħad jgħidli li aħna konna għedna l-istess ħaġa u li kellna draft contract preparat mill-Appledore - liema rapport aħna konna għadna ma flejnihx kompletament - li jgħid li jekk ma naslux konna lest li nagħlqu t-tarzna.", "Imma din x'għandha x'taqsam ma' proposta li issa qed tkun formali?", "Sa ħames snin oħra bil-business plan tal-gvern, kemm se naslu biex it-tarzna nagħmluha vijabbli?", "Hawn xi ħadd f'dan il-parlament jew barra minnu li jista' jemmen li sa ħames snin, bil- business plan tal-gvern, it-tarzna se ssir vijabbli?", "Jien l-ewwel wieħed ma nemminhiex u jekk il-gvern jemminha jagħmel dan għaliex jaqbillu.", "Jien naqbel li għandna nagħmlu minn kollox biex it-tarznari ma jiqbgħux għaddejjin bis-sussidju għoli li kellhom sentejn ilu u li reġa' għandhom illum, imma li mbagħad tgħid li tlieta, erba', ħames snin down the road it- tarzna se tkun f'pożizzjoni li ma jkollhiex bżonn sussidju ngħid li dan li qed jingħad jista' jkollu intenzjoni waħda biss, ċioe' l-intenzjoni li bih jippaċifikaw lill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex jgħidulhom li ninsabu mexjin fit-triq li anke f'dan il-qasam se nkunu konformi mal- politika ta' l-Unjoni.", "Jien nerġa' ngħid - naħseb li sħabi jkollhom ċans jispjegaw aktar fid-dettall l-implikazzjonijiet tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mat-tarznari - li l-implikazzjonijiet huma li jingħata jew ma jingħatax żmien ta' transizzjoni, hemm regoli ċari li kieku Malta Allaħares qatt tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, kemm it- tarzna ta' Bormla kif ukoll it-tarzna tal-Marsa jkollhom jissodisfaw.", "It-tarzna ta' Bormla żgur li jkollha tissodisfa l-kondizzjoni - jekk ikunx hemm perijodu ta' transizzjoni jew le huwa immaterjali - li ma jkunx hemm sussidji bbażati fuq pagi; jiġifieri li jekk ma jkollhomx xogħol ma jitħallsux u ma jitħallsux lanqas jekk ikun hemm telf.", "Imbagħad għal dak li għandu x'jaqsam mat-tarzna tal-Marsa għall-bini tal-vapuri, ikun hemm jew ma jkunx hemm żmien ta' transizzjoni, il-politika ta' l-Unjoni Ewropea hija formali u m'hemmx sussidji għall-pagi.", "Li jkun hemm biss huwa li jkollok sussidji fuq il-kuntratti li ġġib, liema sussidju ma jkunx aktar minn 5% ta' l-ammont li jiġi jiswa l-vapur.", "Dan ifisser li meta ma jkunx hemmx xogħol għat-tarzna tal-Marsa dik it-tarzna ma tista' tieħu l-ebda għajnuna u l-ebda sussidju.", "Dik hija l-verita'.", "Allura ejja nkunu serji fil-mod kif nippreżentaw l-affarijiet għaliex li ngħidu li f'ħames snin b'dan il-business plan mirakuluż se naslu għall-punt fejn se jkun hemm vijabilita` totali, m'hu xejn aktar ħlief eżerċizzju fil-qerq, Sur President, qerq maħsub biex jipprova jgħatti l-isfidi u l-problemi u biex ikun hemm taparsi min jgħid li se nġibuha żewġ ukoll.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li nitkellmu, naħdmu u nirriflettu fuq din il-ħaġa.", "Issa meta nkunu għedna u rajna dan kollu, nistgħu effettivament nifhmu x'inhija l- istrateġija tal-gvern fuq it-tarznari?", "Jien personalment stennejt li llum ikollna spjega ċara ta' x'inhi l- istrateġija li miexi biha l-gvern.", "Meta aħna konna fil-gvern, tajjeb jew ħażin, għamilna jew m'għamilniex għedewwa, dejjaqna jew ma dejjaqniex lin- nies, almenu kellna x-xogħol għaddej, żidna l-bejgħ u żidna t-turnover tat- tarzna, liema turnover issa reġa' naqas.", "Jien nixtieq inkun naf aktar fid- dettall x'inhi on the ground l-istrateġija li biha miexi dan il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam, per eżempju, ma' xogħol ġdid u proġetti ġodda.", "Għadna mexjin bl-istrateġija li nipprovaw indaħħlu proġetti industrijali ġodda fit- tarzna?", "X'inhu jsir biex jidħlu proġetti industrijali ġodda fit-tarzna?", "X'inhuma l-inizjattivi li ħarġu bihom?", "X'pakketti ta' inċentivi qed jagħti l-gvern biex jimxi 'l quddiem?", "X'inhu l-investiment li qed jaħseb fuqu l- gvern ħalli tabilħaqq it-tarzna timxi 'l quddiem?", "Jien issa nista' ngħid xi ħaġa oħra wkoll b'mod konfidenzjali - għalkemm issa m'għadhiex konfidenzjali - li konna tkellimna dwarha ma' Appledore.", "Wieħed mill-impenni tagħna kien li bħala parti mill-pakkett ta' kif inbiddlu t-tarzna, bis-sagrifiċċji li konna qed nistennew u nitolbu, konna qed naħsbu f'investiment ġdid għal attrezzaturi għat-tarzna.", "Jien l-ewwel wieħed kont inqis - u sħabi kważi aktar minni - li la qegħdin nitolbu dak it-tip ta' xogħol u dak it-tip ta' sforz, kellna nkunu lesti biex anke parti mill-fondi ta' privatizzazzjoni nibdew niddedikawhom eventwalment ħalli nkunu nistgħu ninvestu aktar fit-tarzna u ntejbu l-attrezzaturi taż- żewġ tarznari.", "Imma Appledore qalulna biex dik it-tip ta' triq nagħmluha aktar 'il quddiem u biex ma nibdewx ninvestu minn issa, għaliex bl- istrutturar u bl-arranġament li stajna nagħmlu b'dak li hemm diġa` fit- tarzna stajna nagħmlu titjib operattiv, kummerċjali u teknoloġiku, li mbagħad minnhom jagħmel aktar sens, jekk jimxi 'l quddiem, li ninvestu.", "U allura din kienet eżattament il-linja li konna qegħdin nieħdu, fis-sens li l-ewwel aħdem ħalli ddaħħal proġetti ġodda u ttejjeb l-operazzjoni fuq it- tiswija, imbagħad minn hemmhekk imxi 'l quddiem ħalli tkun tista' tinvesti għat-tajjeb.", "Fuq dan illum ma smajna assolutament xejn.", "Sur President, huwa veru li l-kunsill attwali tat-tarzna seta' ffunzjona aħjar u jien għandi l-kritika tiegħi x'nagħmel lejn il-kunsill - għaliex sar xogħol tajjeb u sar xogħol anqas tajjeb - u naċċetta r-responsabbilta` li kont jien ukoll li għażilt lil min għażilt, imma mbagħad hemm ukoll ir- responsabbilta` tal-gvern għaliex il-gvern ma jistax joqgħod gallerija.", "Il- kunsill huwa responsabbli lejn il-gvern.", "U min-naħa tal-gvern x'kienu l- esiġenzi u t-talbiet li poġġew fuq il-kunsill, u x'kienu l-aspettattivi li stennew mill-kunsill bħala investiment, strateġija, arranġamenti, tmexxija u bidliet f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol?", "U x'irranġa jew ma rranġax il-gvern biex jekk, per eżempju, manager tan-new operations ma jrendix għallinqas ikun hemm xi ħadd held accountable?", "X'irranġa jew ma rranġax il- gvern biex jekk hemm problema f'dak li għandu x'jaqsam ma' marketing ikun hemm xi ħadd li huwa accountable?", "Jekk l-investimenti mhux se jsiru u l- gvern jaħseb li għandhom isiru jew jaħseb li m'għandhomx isiru, għandu jkollna stqarrija min-naħa tal-gvern.", "Il-kunsill jirrispondi lix- shareholders - f'dan il-każ lill-gvern - u x-shareholder jara x'jaħseb, xi jrid u xi strateġija għandu.", "Minn dan kollu, Sur President, illum ma smajna xejn.", "Dan allura aktar u aktar jikkonferma li l-proposti li għandna quddiemna llum m'humiex proposti li nistgħu naqblu magħhom.", "M'humiex proposti li nistgħu naqblu magħhom għar-raġuni li kummerċjalment, ekonomikament u nazzjonalment ma jagħmlux sens għall-problema li għandna quddiemna, imma aktar u aktar għaliex qishom parti minn strateġija li hija maħsuba biex jimbuttaw aktar lit-tarzna lejn ix-xifer biex imbagħad il- gvern jaħsel idejh.", "M'huwiex ipprovat li l-kunsill b'xi mod jaħti għall- problemi li għandha t-tarzna, anzi nerġa' ngħid li l-kunsill tax- shipbuilding li huwa strutturat differenti ffaċċja problemi analogi.", "Mela allura mhux dik hi l-problema, aktar u aktar imbagħad jekk wieħed iħares lejn il-metodi ta' kontroll li qed jiġu ssuġġeriti.", "Jien semmejt li quddiemna għandna żewġ proposti, ċioe' l-proposta li l- kunsill ikun kollu maħtur mill-gvern ħlief għal wieħed, u l-proposta l-oħra mbagħad li l-ministru konċernat jibda jirċievi l-management accounts kull xahar mingħand it-tarzna u qabel isir budget irid jirċievi dak il-budget u japprovah.", "Dawk huma ż-żewġ proposti ta' kontroll fil-liġi.", "U jien hawnhekk ngħid: Imma dan logħob bil-karti!", "Jien nimmeravilja ruħi kemm dan il-gvern huwa inkoerenti f'dak li jagħmel.", "Dalgħodu konna qegħdin ngħaddu l-liġi li għandha x'taqsam mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`, fejn ukoll hemm pċrovvediment ġdid dwar il-budget ta' din l- istess kummissjoni.", "F'dik il-liġi jingħad li l-budget tal-kummissjoni jimxi 'l quddiem jekk ikun approvat mill-ministru responsabbli mill- kummissjoni u mill-ministru tal-finanzi.", "Fil-fatt klawsola 28 tgħid hekk:", "\"If approved by the Minister and by the Minister of Finance, such business plan shall be the approved budget of the Commission.\".", "Jien staqsejt lill-ministru li kien qed jippilota l-liġi jekk hemmx għalfejn noqogħdu nirriferu għall-ministru konċernat u l-ministru tal- finanzi - għaliex b'hekk se nkunu qed noħolqu preċedent kbir - imma huwa qalli li din hija xi ħaġa li tagħmel sens u li hekk jaħsbu li għandha tkun.", "Jien komplejt ngħidlu li l-ministru konċernat mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` u l-ministru tal-finanzi jifformaw parti mill-istess kabinett u allura m'hemmx għalfejn fl-istess liġi tagħtihom cross- referencing it-tnejn li huma, imma l-ministru qalli biex ma noqgħodx nipprova nniggeż u ndaħħal il-politika.", "Naturalment huwa qalli hekk għaliex jien staqsejtu jekk dan hux qed jiġri minħabba dak li ġara fl- universita`, fejn dawn kienu ffirmaw collective agreement imbagħad il- ministru tal-finanzi ma approvahx.", "Sur President, issa quddiemna għandna liġi li titkellem dwar bidliet fit- tarzna u mill-ġdid għandna klawsola li tirrigwarda l-approval tal-budget u għaġeb ta' l-għeġubijiet - bir-rispett kollu lejn il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`, għaliex dawk kulma għandhom huwa biss budget ta' madwar Lm100,000 filwaqt li l-budget tat-tarzna jinvolvi madwar Lm15 miljun - din id-darba din il-klawsola tgħid hekk:", "\"The council shall not later than the 30th December of each year forward to the minister responsible for the Malta Drydocks for his approval the budget in respect of the following financial year.", "The minister responsible for the Malta Drydocks may require the council to make such modifications to the budget as he may deem appropriate.\"", "Mela fil-każ tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` jridu jkunu l- ministru konċernat u l-ministru tal-finanzi li japprovaw, biex iżommu kontroll strett, u fil-każ tat-tarzna fejn għandna nvoluti Lm15 miljun jew aktar huwa approvat biss mill-ministru responsabbli mit-tarzna.", "U jien nistaqsi: Fejn hi l-koerenza għal dan kollu?", "Dan juri aktar u aktar li s- sinjali minn kullimkien huma mħarbta.", "Sur President, qed insemmi din għaliex fl-opinjoni tiegħi l-problema li għandna quddiemna hi li dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti sinjali mħarbta ta' min lit-tarzna jaraha bħala qrada; jekk jista' jagħmlilha l-faxex ħalli ma jkunx jista' jħoss xejn, jagħmlilha.", "U l-inkoerenza mbagħad tidħol anke fil-mod kif xogħol ta' bini, xogħol ta' tiġdid u xogħol tat-tul li jrid isir fit-tarznari jiġi njorat.", "F'din l-aħħar sena, Onor. Bonnici, it- tarzna mhux talli ma marritx 'il quddiem talli marret lura, u dan minkejja li daħħalna strutturi ġodda fi żmienna.", "Huwa veru li int żammejthom dawn l- istrutturi imma trid ukoll tistaqsi lilek innifsek dan għaliex u mhux billi twaddab il-bżar fl-għajnejn.", "Waddab kemm trid bżar fl-għajnejn imma jekk tabilħaqq dan il-gvern irid futur tat-tul fit-tarzna, irid jaħdem bis- serjeta` u mhux jagħmel biss rixa fuq il-bieb ta' barra tal-kastell!", "Dak mhux talli m'huwiex biżżejjed talli jagħti s-sinjali ħżiena kollha.", "Kif diġa` għedt, Sur President, it-tarznari huma forsi l-aktar azjenda importanti f'pajjiżna imma wkoll huma qishom ix-xbiha ta' pajjiżna fit- tiġdid li għandhom, fil-mod kif iridu jipprovdu xogħol li jkun tabilħaqq vijabbli, fil-mod kif tabilħaqq iridu jimxu 'l quddiem u fit-tiġdid iżommu dak ix-xogħol, u fil-mod kif iridu jipprovdu opportunitajiet ġodda.", "Sur President, aħna se nkunu qed nivvutaw kontra dan l-abbozz ta' liġi għaliex minflok dan qed jiffaċċja l-problemi u l-isfidi u jimxi 'l quddiem, qed jipprova jidħak bihom, ibegħedom minn quddiemu u jippretendi li ma jeżistux.", "Qiegħed anzi jikkonsagra ċerti problemi u qiegħed jimbotta ċerti problemi li se jkunu ta' deni kbir għall-ħaddiema tat-tarzna u għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Kien hemm żmien u għad hemm żmien fejn dan li qed ngħid jien idum ma jiġi mifhum - forsi mhux kulħadd jifhmu mill-ewwel - u ċert li l-propaganda se tkun għaddejja all out biex tipprova tnassas, tbiddel, tqarraq, tħawwad u tippreżenta l-affarijiet b'mod differenti.", "Meta jkun hemm strateġija tat-tul mhux kulħadd jifhimha u mhux kulħadd jifhem il-ħtieġa tagħha imma d-dover tagħna huwa li nagħmlu kulma nistgħu.", "Kif diġa` għedt, aħna wkoll kellna min tana parir biex inħalluhom it- tarznari.", "Dawk qalulna li wara kollox, jekk jispiċċaw, il-gvern Laburista jkollu problema anqas fiż-żmien li ġej.", "Imma aħna ngħidu le, dak m'huwiex it-target tagħna.", "Aħna m'aħniex lesti li naqblu ma' strateġija li timmina minn taħt lit-tarznari.", "L-istrateġija tagħna se tkun waħda li nibqgħu ngħidu l-verita`, iebsa kemm hi iebsa u meta l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb ngħidu li sejrin tajjeb.", "U jiddispjaċini li llum kelli ngħid li ħafna mill-affarijiet ma jidhrux li sejrin tajjeb jew mhux qegħdin jiġu pprospettati tajjeb u min-naħa tagħna l-impenn jibqa' dak li fuq bażi tat- tul it-tarzna nipprovdulha futur li jkun tabilħaqq futur tat-tul.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ridt ninformak li għada filgħodu nkompli d-diskussjoni jien bl-intervent tiegħi.", "MR SPEAKER: Mela l-Onor.", "George Vella huwa in possession.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 12 ta' Jannar 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita` – it-Tielet Qari.", "--------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, issa li dħalna f'seklu ġdid u anke f'Għawdex spiċċaw il-festi tal-millennju - ftit ftit anke qed insiru nafu kemm flus intnefqu; il-bieraħ ingħatat l-informazzjoni li ntnefqu Lm9,200 għat-tinda, Lm1,500 għall-pasturi u Lm1,127 għall-presepju - ikun tajjeb jekk nieqfu ftit u nirriflettu u nistaqsu lilna nfusna fejn sejrin.", "Quo vadis?", "Jien dejjem għedt, u nerġa' ngħid, li fejn jidħol Għawdex u l- ministeru għal Għawdex - liema ministeru tgħidx kemm damu jiftaħru bih meta reġgħu ħadu l-poter f'idejhom in-Nazzjonalisti - qegħdin naraw li kollox jinsab miexi mingħajr pjan u kulħadd jaħseb biss għal dak il-mument u kollox sejjer lura.", "Sur President, jien nappella lill-ministru sabiex tara li dak ix-xogħol siewi ħafna li l-gvern Laburista kien għamel fix-Xlendi, f'Marsalforn, fiż- Żewwieqa u f'Tal-Qbajjar issirlu l-manutenzjoni meħtieġa.", "Xi tliet ijiem ilu nżilt ix-Xlendi u sibt li hemmhekk il-fanali huma kollha sadid.", "Kull ħaġa li titkisser titħalla miksura u din it-telqa mhux biss tinħass f'dawn il-postijiet fejn il-gvern Laburista kien għamel ħafna xogħol imma anke fiċ- ċentru tar-Rabat fejn, per eżempju, il-bieraħ stess inkissret bollard u tħalliet fit-triq.", "Ix-Xewkija wkoll hemm lamp-posts li ma jixegħlux u ilhom hekk sena u nofs, bir-riżultat li sejrin lura bħall-granċ.", "Inwaqqfu bordijiet, kumitati, kummissjonijiet, associations bħall-GTA u ċ-chamber of commerce, l-importanti li nidhru fuq il-media li taparsi qegħdin nagħmlu xi ħaġa mbagħad insibu li kollox huwa bluff u l-problemi reali li għandna fil- gżira Għawdxija ninjorawhom, inħalluhom jikbru, il-kritika ta' l- oppożizzjoni ma nagħtux kasha u nibqgħu sejrin għal riħna u Għawdex tagħna ftit ftit jaqta' lura.", "Jiena niftakar li wara li l-ħruġ fil-gazzetta tal-gvern ta' l- applikazzjonijiet għall-casual clerks, lill-ministru għal Għawdex kont għedtilha li kienet qed tagħmel dan biex taqdi erbgħa minn tagħha u kont wissjtha li kienet se ġġib chaos kbir għaliex b'hekk ħafna clerks Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta - dawn daħlu jaħdmu b'eżami u mhux b'sempliċi interview - sejrin jinqabżu.", "U jien il-bieraħ irċevejt petizzjoni datata 17 ta' Diċembru, 1999 indirizzata lill-ministru għal Għawdex fejn grupp sħiħ ta' dawn il-clerks - u hawn lista tagħhom - qegħdin jgħidu hekk:", "\"We are a group of Gozitan clerks who have now been for four years serving in government departments in Malta having to cross over everyday with all the hardship that such daily travelling entails.", "We have been claiming our right to be detailed for work in Gozo for a very long time now but things seem to be moving very slowly.", "It has now come to our notice that casual substitute clerks will shortly be employed on a definite contract to replace clerical staff on long unpaid leave.", "It is felt by all of us that this is unjust in our regard to have new clerks deployed in Gozo at our expense when everyone knows that we have and are still having to face the daily hardships of going to Malta for work.", "We are therefore requesting that a way be found through which any casual substitute engaged be detailed in Malta in our stead and we be given the opportunity of working in Gozo as replacement for the staff on long leave.", "We are very much grateful for the concern you have always shown towards Gozitan employees ...\"", "- ma nafx din kif qaluha! -", "\" ...", "We are sure that you will be giving us your welcome support in this cause ...\"", "- mhux hekk! -", "\"... and that you will use all your good office to ensure that we all finally find suitable work in Gozo.", "We take this opportunity to wish you and your family a joyous Christmas and a happy New Year.\".", "Mr Speaker, lil dawn il-clerks jien ngħidilhom li jistgħu jibqgħu ċerti li m'għandhomx ċans tiġu jaħdmu Għawdex.", "Hemm bżonn li l-UĦM, li dawn il- clerks jifformaw parti minnha, turi x'taf bħalma kienet turi x'taf fi żmien il-gvern Laburista, u tiġġieled għad-drittijiet tagħhom għaliex bl-ebda mod il-ministru m'hi sejra tara kif tirranġa li lil dawn il-casuals tibgħathom Malta u iġġib Għawdex lil dawk li huma verament clerks.", "Dan huwa l-mod kif dan il-gvern permezz tal-ministeru għal Għawdex qed jaħdem; inaqqar ftit ftit id-drittijiet u l-affarijiet li huma ġusti għall-Għawdxin biex jinqdew dawk li huma tal-klikka, mhux tal-Partit Nazzjonalista, kif dejjem għedt, imma tal-klikka tal-ministru għal Għawdex.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar il-kumpannija Gozo Channel.", "Kif kulħadd jaf, f'din il-kumpannija dan l-aħħar daħlu jaħdmu partita nies u jien nistaqsi u nisfida lill-ministru sabiex iġġibilna hawnhekk id-dettalji tan-nies kollha li daħlu jaħdmu, għaliex kulħadd jaf li ħafna minn dawn ġew mis-safar bil-promessa tax-xogħol u tqabbdu mal-ewwel jaħdmu mal-Gozo Channel.", "Għalxejn tipprova l-ministru - kif għamlet il-bieraħ b'risposta għal domanda ta' l-Onor.", "Rita Law - tipprova taħbi u tgħid li dawn tqabbdu jaħdmu wara proċess formali u wara għażla mill-ETC.", "Jien minn hawnhekk ngħidilha - u ngħidilha anke barra mill-parlament biex jekk trid tħarrikni - li dan m'hu veru xejn għax dawn iddaħħlu jaħdmu għaliex kienu bażużli tagħha.", "Hemm uħud minnhom li lanqas kellhom is-seaman certificate - u jien nisfidaha biex tiġi hawnhekk fil-parlament u tgħid li dan li qed ngħid m'huwiex veru - u kien għadhom kemm ġew minn barra.", "Issa ħarġet ukoll li se jerġgħu jgħabbu lill-Gozo Channel b'ħaddiema oħra u qegħdin jivvintaw li jridu nies fil-customer service, iridu deck and office engineers, customer service officers u cabin service assistants.", "Dan kollu se jgħabbi lill- kumpannija Gozo Channel b'ħafna nies, imma l-aqwa li naqdu lil dawk li huma tal-ministru!", "M'huwiex veru li qiegħda ssir ġustizzja u ftit taż-żmien ieħor naraw kif lil din il-kumpannija erġajna għabbejniha b'dejn kbir wara li, kif jaf kulħadd, il-gvern Laburista kien għamel ħiltu biex jerġa' jpoġġiha fuq saqajha.", "Imma milli jidher dawn l-affarijiet qed ikomplu jirrepetu ruħhom u qegħdin isiru inġustizzji kbar mal-poplu Għawdxi, mhux biss mal-Laburisti imma anke man-Nazzjonalisti fejn, b'oxxenita` kbira, bniedem li għadu ġej mis-safar jitqabbad jaħdem mal-Gozo Channel, imbagħad l-uffiċjali ta' l-ETC jiġru wara d-dgħajjef u jipprovaw jaqtgħu n-nies minn fuq ir-reġistru nies biex taparsi juru li f'Għawdex m'hemmx qgħad!", "Mr Speaker, punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar l-istrike tal-Gozo transport association, liema strike issa ilu sejjer għal żmien twil.", "Hawnhekk il-ministeru reġa' wera li huwa inkapaċi biex isolvi din il- problema tal-bus owners fil-gżira Għawdxija.", "Hemm ukoll il-problema kbira l-oħra tal-Gozo tours association fejn, filwaqt li l-ministeru kien waqqaf din l-association u ħareġ jgħid li din issa se ssolvi l-problemi kbar li għandna fil-gżira Għawdxija għar-rigward il-qasam turistiku, milli jidher din qiegħda hemm għall-isem biss għaliex m'għandha funzjoni ta' xejn.", "L- istess membri ta' din l-association jgħidu li huma ma ġew konsultati qatt.", "L-unika ħaġa li forsi saret kienet li nfetaħ tourist office f'Malta għall- gżira Għawdxija, u dan meta nafu li jekk verament għandna turisti ta' kwalita`, dawn kemm sempliċement jaqbdu helicopter u jiġu Għawdex.", "Ngħid għalija lanqas ma nista' nifhem kif Għawdex ma jistax jieħu share min-negozju li dawn il-cruise liners iħallu meta jidħlu Malta.", "Il-feedback li kelli jien kienet li ċertu ministru fil-kabinett qed jopponi li cruise liners jiġu fil-gżira Għawdxija.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx diffikulta` u lanqas skuża li tgħid li dan il-cruise liner ma jidħolx fil-port għaliex min mar fuq dawn il-cruises jaf li hemm ħafna portijiet fejn dan il-cruise liner ma jidħolx, imma dan għandu l-boats tiegħu u t-turisti jkunu jistgħu jinżlu hemmhekk.", "Jien nappella lill-ministru sabiex mhux toqgħod tagħmel dawn l-associations imma tagħfas fuq il-gvern sabiex tara kif minn dawn il- cruise liners li qegħdin jidħlu almenu nieħdu x-share żgħir tagħna ħalli fl- aħħar forsi nibdew inqajmu l-famuża ekonomija.", "Niġi issa għall-Gozo chamber of commerce.", "Mr Speaker, jien attendejt għal din il-laqgħa u ħassejtni ddispjaċut għall-fatt li s-Sinjorija Tiegħek ma kenitx preżenti.", "Jien staqsejt dwar dan u r-risposta li ħadt kienet li inti ma kontx ġejt mistieden - jien din naraha bħala ħaġa ta' stmerrija għaliex jien nammira x-xogħol tajjeb li int għamilt għall-gżira Għawdxija - għalkemm m'għandix konferma ta' dan.", "Pero' rigward din il-Gozo chamber of commerce irrid ngħid li din hija messa in scena oħra li m'hijiex se taħdem.", "Ċertament li nemmen li hemm bżonn li l- kummerċ fil-gżira Għawdxija nagħtuh spinta 'l quddiem pero' ma nemminx li għandna noqogħdu nagħmlu dawn il-kummiedji, fejn nidhru niffirmaw kuntratti u nagħmluha ta' xhieda aħna l-membri parlamentari biex taparsi għamilna xi ħaġa għall-ġid tal-gżira Għawdxija.", "Jekk din iċ-chamber of commerce m'aħniex se nagħtuha s-snien - u s-snien tagħtihomlha billi tagħtiha l- finanzi - din m'hijiex se taħdem.", "Ma tistax inti tippretendi li jkollok bniedem bħal John Magro jagħmel l-uffiċċju tiegħu hu u joħroġ l-ispejjeż kollha hu!", "Jekk dan il-gvern verament jemmen li Għawdex huwa reġjun u li għandu jkollu say fl-ekonomija globali tal-gżira Maltija, hemm bżonn li din iċ- chamber of commerce tiġi rikonoxxuta b'liġi u tingħata sehem mill-budget tal-gvern.", "Milli jidher din kienet biss għaqda fejn, wara ħafna insistenza, iċ-chamber of commerce ta' Malta fl-aħħar aċċettaw li jkun hemm rappreżentant ta' Għawdex f'Malta.", "Pero` milli jidher il-gvern din mhux beħsiebu jagħtiha l-mezz biex timxi u tagħti spinta lill-ekonomija Għawdxija.", "U jien aktar naħseb il-ħażin milli t-tajjeb u ngħid li din hija għaqda oħra li bħal ta' qabilha qiegħda hemm biss biex isservi ta' smokescreen, ta' paraventu biex għamlet ftit pubbliċita` lill-ministeru għal Għawdex u xejn iktar.", "Mr Speaker, għedt u nerġa' ngħid li hemm bżonn li fejn jidħlu d- drittijiet tal-poplu Għawdxi nimxu bis-serjeta`.", "F'Għawdex mhux biss qegħdin isiru ħafna inġustizzji imma hemm każijiet fejn qed ikun hemm indħil fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Illum m'iniex se nkompli nispjega u nelabora fuq dan imma jien naf ċert - u għandi l-provi - li hemm min qiegħed jindaħal fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Dawn l-affarijiet huma ħżiena u nerġa' ngħid li hemm bżonn li l-qrati nħalluhom għalihom.", "Dawn huma indipendenti u ma nistgħux nibqgħu mexjin bil-mod li nindaħlu f'kollox basta nakkwistaw il-voti.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li aħna biss għasafar tal-passa.", "Il- ministru għal Għawdex hija biss għasfur tal-passa, qiegħda hemm bil-voti tal-poplu Għawdxi biex tara li d-drittjiet ta' l-Għawdxin jiġu mħarsa u mhux biex tara kif se tikseb aktar voti.", "Hemm bżonn niġġieldu aktar għad- drittijiet ta' l-Għawdxin għaliex ftit ftit qegħdin naraw li Għawdex qed jitlef l-identita` tiegħu.", "Ngħid għalija jien ninsab diżilluż dwar il-fatt li l-kunċett reġjonali li tant u tant ħdimna għalih illum spiċċa fix-xejn.", "Illum m'hemmx dik il-willingness li tiġġieled għad-drittijiet ta' l- Għawdxin, kollox miexi għal rieħu, kollox miexi waħdu, bir-riżultat li għandek ekonomija staġnata, kummerċ staġnat, qgħad kbir u nies li ma jafux x'sejrin jagħmlu.", "Jien naħseb li aktar minn Malta, f'Għawdex illum teżisti telqa kbira u diżordni sħiħ; ħaddiema tal-gvern ma jridu jagħmlu xejn, dixxiplina fuq il-ħaddiema mkien, kulħadd jagħmel li jrid, ħadd ma jikkmanda lil ħadd, il-bażużli ma jmorrux għax-xogħol, basta li l-ministru għal Għawdex takkwista aktar voti.", "Dan l-aġir tefagħna l-baħar fi żmien sena, aħseb u ara jekk inkomplu sejrin b'dan ir-ritmu!", "Mr Speaker, hemm bżonn għalhekk li aħna lkoll flimkien, jekk qegħdin naraw bis-serjeta` li l-affarijiet sejrin ħażin, niġbdu l-attenzjoni tal- ministru u tal-gvern - kif wara kollox għamel anke l-Onor.", "Galea Pace meta tkellem hawnhekk fid-diskussjoni tal-budget, fejn lill-gvern tah messaġġ ċar, u jien ammirajt ħafna l-mod li bih tkellem - sabiex verament inkomplu niġġieldu għall-identita` u għall-ġid tal-poplu Għawdxi.", "Grazzi.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra xi dokumenti li semmejt aktar kmieni.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' petizzjoni, datata 17 ta' Diċembru 1999, indirizzata lill- ministru għal Għawdex u ffirmata minn skrivani Għawdxin jaħdmu Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nixtieq inwassal il-preokkupazzjoni tar-residenti li jgħixu qrib il-Pescatore Restaurant, f'San Pawl il-Baħar, li huma nkwetati li b'xi mod is-sid ta' dan il-post se jirnexxilu jġibha żewġ, jew bit-tajjeb jew bil-ħażin, jew mill-bieb jew mit-tieqa, biex jibdel l-użu ta' dan il-post minn restaurant għal diskoteka.", "Dawn ir- residenti huma mħassbin ħafna għaliex ilhom is-snin jirreżistu kull sforz biex l-inħawi tagħhom jitħarbtulhom minn mill-Pescatore irid jagħmel diskoteka.", "Dan il-post jinsab fil-qalba tar-raħal ta' San Pawl il-Baħar, fil-parti l-antika, u ċertament m'hijiex parti turistika u storbjuża imma hija parti residenzjali.", "Allura huwa bir-raġun li r-residenti li jgħixu f'dawn l-inħawi huma nkwetati li qed jaraw ċerti maniġġi u qed jibżgħu li fl-aħħar mill-aħħar dan il-post jispiċċa jinbidel f'diskoteka.", "Issa min hu midħla ta' dawn l-inħawi jaf li dawn l-inħawi m'humiex attrezzati biex jilqgħu fihom influss qawwi ta' karozzi li jiġu hemm biż- żgħażagħ biex jiddevertu.", "Fil-fatt f'postijiet fejn hemm diskoteki, ir- residenti jispiċċaw priġunieri fi djarhom għaliex it-toroq kollha jispiċċaw meħuda minn min imur bil-karozza hemmhekk, bir-riżultat li jkun hemm ħafna storbju, ħmieġ u karozzi pparkjati bl-addoċċ.", "Nerġa' ngħid li dan il-post m'huwiex attrezzat biex jilqa' fih mijiet ta' persuni li jmorru hemmhekk biex jiddevertu iżda sfortunatament teżisti konfużjoni sħiħa dwar x'qed jiġri tant li r-residenti kienu anke ffirmaw petizzjoni u kitbu lill- awtorita` ta' l-ippjanar biex meta jiġu biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-fatt jekk minn restaurant għandux permess li jsir diskoteka, huma jkunu preżenti għal-laqgħat.", "Fil-fatt id-deċiżjoni li fil-bini għandhom isiru il- bidliet strutturali kollha meħtieġa biex isir diskoteka ttieħdet f'Awissu u r-residenti rċevew ittra biex tinfurmahom dwar dan f'Diċembru.", "Hemm imbagħad il-mistoqsija l-kbira dwar kif ittieħdet dik id-deċiżjoni u b'liema tip ta' raġunament waslu għaliha.", "U l-biċċa tkompli tikkomplika ruħha għaliex kien hemm mument fejn l-ewwel is-sid applika għand l- awtorita` ta' l-ippjanar biex jibdel l-użu minn restaurant għal diskoteka, imbagħad irtira l-applikazzjoni tiegħu għaliex qal li hu diġa` għandu l- permess biex jorganizza discos.", "Fil-bidu jien għedt li r-residenti huma mħassbin u rrabbjati li dan is-sid se jirnexxilu jġibha żewġ u jekk mhux se jidħol mill-bieb se jidħol mit-tieqa, proprju għal dan il-fatt.", "Għax meta ra li l-awtorita' ta' l-ippjanar qiegħda tgħid li l-post u l-inħawi m'humiex attrezzati biex issir diskoteka fihom, irtira l-applikazzjoni biex jipprova jġib permess mingħand il-bord tal-liċenzji tal-pulizija ħalli jkun jista' jagħmel diskoteka.", "Issa hawnhekk huwa interessanti li wieħed ikun jaf li madwar sentejn ilu dan is-sid kien kera l-post għal serata - liema serata swiet aktar minn Lm50,000 biex tiġi organizzata - u min kera dan il-post mhux talli ma kienx informat li hemmhekk ma kienx hemm liċenzja biex tiġi organizzata lejla ta' divertiment, mużika u żfin, talli kien informat bil-maqlub, jiġifieri li l-post kellu l-permessi kollha meħtieġa biex tiġi organizzata serata ta' dak it-tip.", "Dan ħallas ħafna flus biex iġib l-apparat tas-sound system, biex jikri d-deejays u biex iġib lil min kien se jipprovdi d- divertiment, biex imbagħad f'daqqa waħda tfaċċaw il-pulizija u qalulu li kienu se jwaqqfuh għaliex il-post ma kellux permess biex isiru dawn it-tip ta' serati.", "U jien ukoll għandi ftit mistoqsijiet x'nagħmel.", "Il-post għandu jew m'għandux permess biex fih isiru dawn id-discos?", "Għaliex issa s-sid qed jgħid li diġa` għandu l-permessi meħtieġa u għalhekk qed jirtira l-applikazzjoni minn quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar?", "Kif jgħid li għandu l-permess meta xi ħadd li pprova jorganizza serata ta' żfin u mużika f'dak il-post ġie mwaqqaf u l-pulizija qalulu li ma setax jagħmel dan għaliex il-post ma kienx kopert minn permess li jippermettilu jagħmel serata simili?", "Dawn il-mistoqsijiet kollha qed iqajmu dubji serji anke minħabba li dan is-sid iħobb jiftaħar li għandu ħafna nies li jgħinuh - fil- fatt isemmi nies fil-korp tal-pulizija jew fil-ministeru ta' l-intern u jgħid li se jirranġawlu - u għalhekk se jġibha żewġ.", "Mr Speaker, dawn huma affarijiet li jagħmlu ħsara u jkomplu jxerrdu fost in-nies l-idea li f'pajjiżna l-affarijiet ma jimxux bil-liġi u bir-regolamenti, iżda jimxu b'mod ta' kemm jirnexxilek issib ħbieb u nies li jkunu lesti jaqbżu għalik u jbiddlu r-regolamenti u l-liġijiet biex iġibha żewġ.", "Imbagħad m'għandniex għalfejn ninħasdu aħna l-politiċi li jkun hemm min ikollu opinjoni fqira tagħna meta jarana nħawwdu u ngħawwġu l-affarijiet biex nipprovaw naqdu lil dak u lill-ieħor.", "Jien nappella biex kemm fil-korp tal-pulizija, kemm fl-awtorita` ta' l- ippjanar, kif ukoll fil-ministeru ta' l-intern l-affarijiet isiru kif suppost u jiġi mħares id-dritt tar-residenti hemmhekk li qegħdin jgħixu fil- kwiet.", "Nerġa' ngħid li hemmhekk m'huwiex fil-qalba ta' xi post ta' divertiment jew ta' xi post turistiku imma huwa post residenzjali u suppost li l-awtorita` ta' l-ippjanar tieħu anke passi biex tħares il-bini għaliex huwa bini li għandu wirt storiku.", "Fil-fatt l-awtorita` ta' l-ippjanar innifisha kienet ħadet deċiżjoni li l-post tneħħilu strutturi li kienu sarulu għaliex ma jmorrux ma' dak il-post u jekk jitneħħew dawk l- istrutturi l-mużika ta' ġewwa u l-istorbju ta' ġewwa jinstema' iżjed min- nies ta' barra.", "Għalhekk f'isem il-mijiet ta' residenti ta' l-inħawi li huma inkwetati b'dak li qed jiġri, nappella biex l-affarijiet isiru bis- serjeta` u ma jsirux bil-manniġġi u bil-manuvri.", "Mr Speaker, xtaqt issa nitkellem ftit fuq sitwazzjonijiet li għadna qed niffaċċjaw f'diversi skejjel u istituzzjonijiet edukattivi - qed nirriferi għall-kwestjoni tan-nuqqas ta' għalliema.", "Per eżempju, jien kont ixxukkjat il-bieraħ meta ċempilli missier ta' studenta tal-junior college u qalli li mill-bidu tas-sena skolastika, bintu qatt ma kellha lezzjoni ta' l-Ingliż intermediate.", "Issa s-sena skolastika ilha li bdiet mhux ħażin u ninsabu resqin lejn nofsha u assolutament m'huwiex aċċettabbli li għad għandna studenti li huma mċaħħdin milli jiġu mgħallma kif suppost.", "Jeżistu mbagħad sitwazzjonijiet oħra fejn teachers joħorġu tqal jew ikunu fuq sick leave għal perijodu twil ta' żmien u l-istudenti jitħallew mingħajr għalliema.", "Bħala eżempju nista' nsemmi l-klassi 6B ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa.", "Il-ġenituri ta' dawn l-istudenti jinsabu nkwetati - fil-fatt diġa` tkellmu mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, fejn talbu li t-tfal tagħhom tintbagħtilhom għalliema - għaliex ftit xhur oħra dawn it-tfal iridu joqogħdu għall-eżamijiet.", "Għandna wkoll nuqqas ta' għalliema f'diversi suġġetti fl-iskejjel post-sekondarji tekniċi u vokazzjonali; qed nirriferi għall-iskola Mikiel Anġ Sapian u l-Fellenberg Institute.", "La qed nitkellem fuq dan is-settur, ta' min wieħed jistaqsi ftit fejn waslu l-pjani għall-ftuħ ta' dan il-kulleġġ ġdid.", "Dan huwa kulleġġ li suppost se jiftaħ - għallinqas mid-dikjarazzjonijiet li smajna - f'Ottubru ta' din is-sena u għalkemm forsi jista' jkun li jkun hemm jaħseb li għad fadal żmien, fil-fatt m'għad fadal xejn għaliex meta tiġi biex tiftaħ kulleġġ bħal dan, ma tkunx qed tiftaħ xi bieb jew tikxef irħama, imma jkun hemm bżonn li wieħed jaħseb għal sillabi ġodda u istituzzjoni ġdida li għandu bżonn pajjiżna fil-qasam tax-xjenza, l-arti u t-teknoloġija.", "U allura jiena nistaqsi: Fejn waslu l-pjani?", "Fejn wasal ix-xogħol konkret biex dan il-kulleġġ ikun jista' jiftaħ?", "Fejn waslet il-konsultazzjoni ma' min hu nvolut f'dan il-qasam biex, nerġa' ngħid, l-affarijiet ma jsirux bil- mod mgħaġġel kif kienu saru meta nfetaħ il-junior college ta' l-Imsida?", "Hemm bżonn li l-konsultazzjonijiet isiru bis-serjeta`, bir-reqqa u b'mod aktar għaqli minn kif saru meta kien infetaħ il-junior college ta' l- Imsida.", "Ta' min wieħed hawnhekk jistaqsi wkoll min se jmexxi dan il-kulleġġ ġdid u jekk huwiex veru li l-persuna li l-gvern kien qed jaħseb fiha u kien anke wasal biex jiffirma kuntratt magħha biex tmexxi dan il-kulleġġ il-ġdid, fi żmien il-vaganzi tal-Milied telqet minn Malta għaliex għal xi raġuni jew oħra ma kenitx kuntenta bil-kuntratt li kienu se jagħtuha.", "Aħna qed inqajmu dawn il-mistoqsijiet issa ħalli jkunu jistgħu jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jekk se nagħmlu xi ħaġa nagħmluha bis-serjeta`.", "Nerġa' ngħid li l-ftuħ ta' istituzzjoni edukattiva m'huwiex sempliċi qtugħ ta' żigarella u kxif ta' irħama iżda jitlob ħafna impenn, liema impenn għandna bżonnu biex ma jiġrix bħalma ġara fil-każ tal-ftuħ tal-junior college.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 12 ta' Jannar, 2000 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PROF.", "JOHN DAVID MOONEY - ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-MILLENJU", "12241.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għas-servizzi u l-mawra/mawriet f'Malta tal-Prof.", "John David Mooney in konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Prof.", "John David Mooney ta s-servizzi tiegħu bla ħlas.", "Il-ħlas li sar kien għal żewġ mawriet tiegħu f'Malta, li jinkludi spejjeż ta' akkomodazzjoni u vjaġġar, kien jammonta għal Lm4,173.15.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - ARRANĠAMENTI FINANZJARJI", "12242.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma l-arranġamenti finanzjarji li daħal għalihom il-gvern biex akkwista premises ġodda temporanji għad-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-Furjana?", "Kif ġie ddentifikat is-sit konċernat?", "Minn min ġew immexxija t-trattattivi u n-negozjati għall-akkwist ta' dan il-fond kemm min-naħa tal- gvern kif ukoll min-naħa tas-sidien privati tal-fond?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-arrangamenti finanzjarji li daħal għalihom il-Gvern biex akkwista il-premises temporanji ġodda fil-Furjana huma il-ħlas ta` kera ta` Lm8,400 (eskluż il-VAT) kull sena għal tlett snin.", "Id-Dipartiment kellu bżonn għal żmien temporanju post ieħor bħala riżultat ta' l-introduzzjoni tas-sistema tas-self Assessment.", "Din ġabet magħha it- twaqqif ta` sezzjonijiet ġodda fi ħdan id-Dipartiment tat-Taxxi Interni flimkien ma` proċeduri u sistemi ta` xogħol differenti minn tal-passat.", "Id- Dipartiment ma kellux post fejn iżomm dawn is-sezzjonijiet ġodda u fl- istess ħin jibqa` għaddej bix-xogħol ta` qabel.", "Billi dan il-fond kien għadu kif tbattal, u jinsab eżatt quddiem Block 4 tad-Dipartiment fejn normalment imorru l-maġġoranza tan-nies li jkollhom bżonn jinqdew fuq it-taxxa, saru arranġamenti biex il-post jinkera għal tlett snin sa kemm ikunu jistgħu jitlestu xi xogħolijiet fuq Block 4.", "Il-pożizzjoni u l-kundizzjoni ta` dan il-post offrew lid-dipartiment il- vantaġġ:", "1. li jkun f`pożizzjoni li jokkupa l-post fl-iqsar żmien posibbli għax ma kienx ilu li tbattal, kien diġa` jintuża bħala uffiċċju u għalhekk ma kienx hemm il-bżonn ta` xi xogħlijiet kbar;", "2. li jkun jista` jingħaqad mas-sistema tal-computers tad-dipartiment bl-inqas spejjeż għall-infrastruttura tagħha;", "3. li jkun jista` jagħmel supervizjoni tajba; u", "4. dan huwa importanti ħafna, li l-pubbliku ma jkollux skariġġ żejjed jew ħafna ġiri bla bżonn jekk ikollu l-bżonn ikun f`xi uffiċċju ieħor tad-dipartiment jew il-Cash Office biex jinqeda.", "It-trattativi għall-akkwist ta` dan il-fond kienu mmexxija mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni min-naħa tal-gvern u s-Sur Joe Schembri għan-naħa tas- sidien privati.", "Il-Kuntratt tal-kera sar min-Nutar tal-gvern.", "-------------"]} {"filename": "20000606_309d_par.doc", "date": "2000-06-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 309 It-Tlieta, 6 ta' Ġunju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 309", "It-Tlieta, 6 ta' Ġunju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "309", "It-Tlieta, 6 ta' Ġunju, 2000", "WERREJ MINUTI 336", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 336", "TQEGĦID TA' KARTI 340", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI (IT-TIENI QARI) MERCHANT SHIPPING (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 340", "AĠĠORNAMENT 357", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 362", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 308 li saret fis-6 ta' Ġunju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KARROTTI - PREZZ MEDJU", "16374.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju ta' kilo karrotti bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?", "Jista' jagħti l-informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant illi l-prezz medju ta' kilo karrotti bejn l-1997 u l- 2000 kien kif ġej:", "| |1997 |1998 |1999 |2000 | |Janna|5.35c|17.60|8.53c|12.55| |r | |c | |c | |Frar |5.77 |28.40|8.33 |20.59| |Marzu|5.09 |29.13|5.93 |19.74| |April|10.39|24.77|6.76 |18.43| |Mejju|13.34|15.94|10.12|16.20|", "Ta' min ifakkar li l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq, mill-għaqal u mill-bżulija tal-bidwi innifsu skond kif jippermetti t-temp.", "ENEMALTA - LAMPI ĠODDA", "16381.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "15926 għall-11-il distrett ukoll?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li matul it-tliet xhur li gejjin l-Enemalta qed tippjana li twaħħal lampi ġodda fit-toroq tal-lokalitajiet hawn taht indikati li jifformaw il-11-il distrett:", "|LOKALITA|TRIQ |DATA | |' | | | |Mosta |Triq Wied |Gunju | | |il-Ghasel | | | |kantuniera | | | |mar-Razzett | | | |tal-Markiz | | |Gharghur|Triq Ghaxqet |Lulju | | |il-Ghajn | | | |Triq El-Kiet |Awissu | |Naxxar |Il-Kosta |Awissu | | |tas-Salina | | | |(Fazi 3) | | | |Triq | | | |il-Kappella | | | |ta` San | | | |Mikiel | | |Iklin |Triq il-Wied |Gunju | | |Triq Guzi |Gunju | | |Bonnici | | | |Triq Anton |Lulju | | |Manwel | | | |Caruana | | | |Triq ic-Citru|Gunju |", "MALTA U L-LIBJA - BIEDJA U SAJD", "16382.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li saru dwar il-protocol ta' koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u s-sajd bejn Malta u l-Libja mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Kemm ġew delegazzjonijiet mil-Libja sabiex jiġu diskussi l-iżviluppi fis-setturi varji?", "Kemm marru delegazzjonijiet Maltin fil-Libja sabiex ikompli jiġi diskuss u żviluppat l-għan li jsaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi f'dan is-settur?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi ma ġiet l-ebda delegazzjoni mil-Libja sabiex jiġi diskuss il-protocol ta' koperazzjoni fl- oqsma tal-biedja u s-sajd mill-5 ta' Settembru 'il hawn.", "Minn Malta marret delegazzjoni waħda lejn il-Libja bejn it-18 u l-21 ta' Ottubru 1999.", "Nirriferi l-Onor.", "Interpellant ukoll għar-risposta li tajtu għad-domanda Nru. 10894.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Karl Chircop, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Peress li taħt l-amministrazzjoni Laburista kien qed isir xogħol biex ikun hemm għajnuna reċiproka f'dan il-qasam agrikolu, jista' l-Ministru jgħid jekk matul din l-amministrazzjoni sarx xi ħaġa f'dan ir-rigward bejn Malta u l-Libja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn ma kien hemm l- ebda koperazzjoni ta' sustanza fl-oqsma tal-biedja u s-sajd bejn Malta u l- Libja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-gvern għadux jirrikonoxxi l-istess għanijiet ta' dan il-protocol?", "Jista' jagħtina informazzjoni dwar l-arranġament, ix-xogħlijiet u n-negozjati li kienu bdew biex l-attivita' f'dak li għandu x'jaqsam ma' koperazzjoni bejn il-Libja u Malta fl-oqsma ta' l-agrikoltura u s-sajd tiġi żviluppata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jirriżulta li kien hemm xi taħditiet żgħar fir-rigward l-attendenza ta' studenti li għamlu korsijiet dwar it- trobbija tal-ħut, pero' quddiemi m'għandix l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor.", "Interpellant u nwiegħdu li l-ġimgħa d-dieħla nġibhielu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li fil-protocol li semma' kienu qed isiru numru ta' diskussjonijiet għal dan il-għan - fil-fatt kien hemm kumpannija, li għandha taħt ir-responsabbilta' tagħha numru ta' attivitajiet marittimi fil-Libja, li kienet anke bdiet tiddiskuti mad-Drydocks kuntratt ta' 'l fuq minn $US100 miljun għall-bini u manutenzjoni ta' trawlers u anke xogħlijiet oħra fuq opri tal-baħar - u billi wkoll fl-istess protocol kien hemm indikat l-importanza li ż-żewġ pajjiżi jagħrfu jiżviluppaw numru ta' attivitajiet ekonomiċi, fosthom anke li Malta tesporta lejn il-Libja 1,000 għoġol li dwarhom kien hemm anke diskussjonijiet dwar il-beef intervention scheme - kif jaf il-Ministru, għalkemm din l-iskema qiegħda hemmhekk biex tipproteġi lir-raħħala, dawn jilmentaw li jieħdu xi ħaġa żgħira biss minnha - allura qed jgħid li f'dan ir-rigward ma sar xejn aktar mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ikolli nistqarr li wħud mill-affarijiet li semma' l- kollega tiegħi ġieli ssemmew waqt il-management meetings, pero' m'għandix l-informazzjoni quddiemi u mwiegħdu li sal-ġimgħa d-dieħla niġborha u nkun nista' nagħtih risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, peress li l-Ministru għadu ma kkonfermax jekk il-gvern hux qed jirrikonoxxi l-għan ta' dan il-protocol, jiġifieri li Malta u l-Libja jiżviluppaw aktar il-koperazzjoni ta' bejniethom biex ikollna provvista garantita ta' ikel, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern attwali għandux l-interess u għandux dan l-istess għan li qed nitkellem fuqu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien inħeġġeġ kull forma ta' koperazzjoni bejn dawn iż-żewġ pajjiżi ġirien għax dan huwa ta' ġid għaż-żewġ naħat, pero' m'għandix l-informazzjoni tal-protocol li qed jirriferi għalih l- Onor. Farrugia u nwiegħdu li sal-ġimgħa d-dieħla nidħol f'dan il-protocol, nara x'fih u nkun nista' nagħtih risposta dwar dak li qed jistaqsini fuqu.", "VITIKOLTURA - SCIENTIFIC OFFICERS", "16409.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tekniċi u scientific officers ġew seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tal-vitikoltura mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Min se jkun responsabbli mill-aġġornament li jrid isir sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din hija standard question oħra fuq diversi sezzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ministeru tal-biedja u s-sajd.", "Dawn jinkludu t-trobbija tal-fniek, l-ortikoltura, il-vitikoltura, is-sezzjoni tal-frott frisk, l-agrikoltura, is-sezzjoni tat-tadam, is-sezzjoni tal- ħaxix, eċċ. Iva, lill-Onor.", "Interpellant nista' ngħidlu li mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn ma kienx hemm tekniċi u scientific officers li ġew seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tal-vitikoltura.", "Naturalment id-direttur ġenerali ta' l-agrikoltura huwa responsabbli għad- dipartimenti kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien naħseb li l-Ministru jrid jirrispetta li l-gvern fl-aġenda tiegħu għandu bidliet serji xi jwettaq sabiex ikun konformi kemm ma' l-acquis communautaire kif ukoll mat-tibdil li magħha se ġġib il-politika komuni agrarja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għaldaqstant għandi nifhem li sabiex inkunu konsistenti ma' dawn il-bidliet irid ikollna numru ta' scientific officers imlaħħqa.", "Peress li l-Ministru mar iċ-CIHEAM u ltaqa' mal-ministri t'hemmhekk, jista' jagħtina rendikont dwar il-ħidma tiegħu f'dan ir-rigward ħalli naraw kif se nimlew il-vojt li għandna fid-dipartiment ta' l-agrikoltura, vojt li ma ħolqux hu, ma ħloqtux jien u ma ħalqu l-ebda ministru preċedenti imma jeżisti.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien naqbel ma' l-għan sinċier li qed jesprimi sieħbi l-Onor.", "Farrugia, pero' l-mistoqsija m'għandha x'taqsam xejn ma' l- acquis.", "Aħna li qegħdin nagħmlu u li l-Onor.", "Farrugia jaqbel miegħu mija fil-mija huwa li nirrikonoxxu li għandna nuqqas serju ta' scientific officers, agricultural officers u fisheries officers u l-ministeru qed jieħu l-passi kollha meħtieġa biex nagħmlu korsijiet apposta ħalli nħarrġu nies f'dawn l-oqsma.", "Għaldaqstant fil-ministeru se jinbeda kors għal fisheries officers u concurrently qegħdin nieħdu l-passi meħtieġa biex nibdew ukoll korsijiet biex jiġu mħarrġa agricultural officers kif ukoll scientific officers.", "L-Onor.", "Membru qed jistaqsini kemm scientific officers jew tekniċi ġew seconded jew impjegati.", "L-ewwelnett trid tara minn fejn se ġġibhom dawn is- scientific officers u dawn l-agricultural officers, pero' dan m'għandux x'jaqsam ma' l-acquis.", "Nerġa' ngħid li diġa' ħadna l-passi biex nagħmlu korsijiet apposta sabiex jiġu mħarrġa fisheries officers - dawn ilhom is- snin ma jiġu mlaħħqa - kif ukoll agricultural officers u scientific officers fl-oqsma tal-biedja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-Ministru qed jikkonferma li għandna nuqqas ta' uffiċjali.", "Issa jien qed nistaqsi kif jista' qatt il- gvern jallinja ruħu mat-tibdil li hemm bżonn isir biex dan is-settur partikolari tal-vitikoltura jiġi konformi ma' l-istandards tas-CAP jekk il- gvern m'għandux u mhux qed iħarreġ uffiċjali tekniċi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, din mhix kwestjoni ta' acquis u lanqas hija kwestjoni ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea għax xorta rridu nħarrġu nies f'dan il-qasam u, bħalma se nibdew kors apposta biex jiġu mħarrġa fisheries officers minn Settembru 'l quddiem, anke fis-sezzjoni tal- vitikoltura u f'sezzjonijiet oħra ta' l-agrikoltura se nagħmlu korsijiet apposta biex inħarrġu nies f'dawn l-oqsma.", "L-Onor.", "Membru jrid japprezza, bħalma japprezza kulmin huwa involut fil- qasam tal-biedja u s-sajd, li għal diversi snin taħt l-ebda gvern ma kienu qegħdin jiġu mħarrġa nies ta' dan il-livell u issa dan ż-żmien wasal.", "Jien nistqarr li f'ċerti oqsma ta' l-agrikoltura, b'mod partikolari fil- vitikoltura, hemm nuqqas serju ta' nies imħarrġa f'dan il-qasam.", "ORTIKOLTURA - SCIENTIFIC OFFICERS", "16410.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tekniċi u scientific officers ġew seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni ta' l-ortikultura mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Min se jkun responsabbli mill-aġġornament li jrid isir sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din hija standard question oħra li tagħmel riferenza għal diversi sezzjonijiet li jinkludu t-trobbija tal-fniek, l- ortikoltura, il-vitikoltura, is-sezzjoni tal-frott frisk, l-agrikoltura, is-sezzjoni tat-tadam u s-sezzjoni tal-ħaxix.", "Ninsab informat illi mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn ma kienx hemm tekniċi u scientific officers eċċ. li ġew seconded u/jew impjegati fis- sezzjoni ta' l-ortikoltura.", "Naturalment id-direttur ġenerali ta' l-agrikoltura huwa responsabbli għad- dipartimenti kollha.", "Irrid inżid ngħid li kieku hemm nies tekniċi u scientific officers imħarrġa f'dawn l-oqsma jien stess kont nitlob li jiġu seconded jew impjegati mad-dipartiment, pero' jiddispjaċini ngħid li m'hemmx u nerġa' nirrepeti li l-ministeru qed jieħu l-passi neċessarji biex bħalma setgħu tħarrġu nies biex jikkwalifikaw bħala fisheries officers, anke fl-oqsma ta' l-agrikoltura jkollna korsijiet li permezz tagħhom ikollna nies speċjalizzati fid-diversi oqsma tad-dipartiment tal-biedja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformani jekk sarux diskussjonijiet ma' l-istitut ta' l-agrikoltura ta' l-universita' mill-5 ta' Settembru 'l hawn dwar is-sitwazzjoni li qed jikkonferma hu stess, u cioe' ta' nuqqas ta' scientific officers?", "Xi żviluppi kien hemm u x'inhi l- pożizzjoni llum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Saru diversi diskussjonijiet mad-dipartiment li hemm fl-universita'.", "Is-suġġett ittella' kważi regolarment fil-management meetings li jkollna fil-ministeru u bħalma diġa' ġie ffissat u lest il- qafas kif se jitmexxa l-kors ta' taħriġ tal-fisheries officers, nista' nserraħ moħħ l-Onor.", "Farrugia li anke fil-qasam ta' l-agrikoltura u fil- qasam tal-biedja hemm il-pjani mfassla biex fix-xhur li ġejjin inkunu f'pożizzjoni li nistgħu noħorġu call for applications biex nies kwalifikati jkunu jistgħu jiġu mħarrġa ħalli jispeċjalizzaw fid-diversi oqsma li hemm fil-ministeru ta' l-agrikoltura.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' barranin li nqabdu jaħdmu illegalment f'Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16586.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI", "MERCHANT SHIPPING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mll-31 ta' Mejju 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, l-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huma biex jaġġornaw il-provvedimenti eżistenti li jirrigwardaw il-proprjetà u l-iffinanzjar ta' bastimenti Maltin u dawk li jirregolaw l-impieg fuq bastimenti Maltin, u biex jipprovdu għat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet ta' bastimenti u sabiex il-gvern ikun jista' jaċċedi għal ċerti konvenzjonijiet internazzjonali u jimplimentahom.", "Ovvjament l-oppożizzjoni Laburista hija favur kull pass li jiġi diskuss f'dan il-parlament bil-għan li jsaħħaħ iktar l-attivita' ekonomika tal-gżejjer tagħna u favur kull inizjattiva li f'pajjiżna toħloq opportunitajiet ta' impjiegi.", "Pero' wieħed irid joqgħod attent ukoll għall-pass li pajjiżna jista' jagħmel f'dan ir-rigward u għal-limitazzjonijiet li għandna.", "Mela filwaqt li l- oppożizzjoni tifhem l-importanza tal-bidliet li jridu jsiru sabiex dan is- settur jissaħħaħ aktar din tifhem li dan kollu jrid isir fid-dawl taċ- ċokon ta' pajjiżna.", "Sur President, wieħed irid jifhem li llum għandna gvern li l-aġenda tiegħu hija li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Allura l-oppożizzjoni bilfors trid tesprimi ċerti riżervi li jkunu ċari u spjegati b'mod li jinftiehmu mal-partijiet soċjali kollha involuti.", "L-oppożizzjoni taqbel li jsiru bidliet biex iġibu 'l quddiem dan is-settur ekonomiku pero' daqstant ieħor hija xettika speċjalment dwar dak li għandu x'jaqsam mas- sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Jgħid x'igħid il-gvern, raġuni ewlenija għalfejn qed jitressaq dan l-abbozz ta' liġi hija t-target date li l-gvern għandu li sa ċertu żmien jagħmel update tal-liġijiet kollha li jolqtu lid-diversi setturi, speċjalment dawk is-setturi li se jintlaqtu ħażin bħal dan li qed niddiskutu.", "Għalhekk meta nafu li ċerti abbozzi ta' liġi qed jersqu hawnhekk bil-għaġġla għaliex il-gvern għadu ossessjonat li sas-sena 2003 Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, wieħed bilfors ikollu jagħmel riferenzi għal dawn in-nuqqasijiet.", "Jekk ma noqogħdux attenti mill-bidliet li rridu nagħmlu sabiex insiru membri sħaħ ta' l- Unjoni Ewropea nistgħu nħarbtu l-opportunitajiet ta' xogħol li għandna f'pajjiżna u ħafna affarijiet li jirrigwardaw l-attività ekonomika tagħna jistgħu jirriżultaw b'mod negattiv.", "Wieħed irid jirrealizza li l-Unjoni Ewropea tbiddel ħafna deċiżjonijiet li tkun ħadet biex timxi maż-żmenijiet pero' hawnhekk ibati ż-żgħir.", "Ta' min jgħid li l-oppożizzjoni Laburista għadha ma semgħetx biżżejjed mingħand il-gvern dwar l-iżvantaġġi li jista' jkun hemm fil-qasam tal- bastimenti u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-konvenzjonijiet fiċ- ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li bil- limitazzjonijiet li għandna dejjem irnexxielna nisfruttaw dan il-qasam tal- bastimenti, dejjem irnexxielna naraw kif il-provvedimenti jiġu aġġornati skond ma titlob il-prattika fil-gżejjer tagħna u dejjem rajna li dak li nilleġislaw jagħti aktar saħħa lil dan is-settur ekonomiku bil-għan li jipproteġi u jiggarantixxi n-nies tax-xogħol.", "Aħna nemmnu li l-poplu tagħna jista' jkollu livell tajjeb ta' għajxien jekk kemm-il darba l- attività ekonomika ta' pajjiżu trendi b'mod li l-ewwel tħares l-interessi tal-bżonnijiet soċjali tiegħu.", "Aħna xettiċi ħafna li dan it-tibdil qed isir biex jakkomoda l-aġenda tal-gvern biex idaħħal lill-pajjiżna membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea u mhux biex naraw x'aġġornamenti rridu nagħmlu u x'investimenti rridu ntejbu biex nassiguraw aktar dipendenza u aktar riżultati pożittivi fis-snin li ġejjin.", "Il-poplu Malti u Għawdxi huwa konxju li matul dawn l-aħħar 20 xahar l-interessi tiegħu ġew abbandunati għax id-dipartimenti kollha tal-gvern kollha kienu qed jaħdmu b'mod attiv fuq il-proċess ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Jien mhux se noqogħod nitkellem dwar x'jaqbel u x'ma jaqbilx imma aħna niġu hawnhekk biex nirrappreżentaw liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u rridu nkunu leali lejn il-Kostituzzjoni tagħna.", "Għalhekk il-gvern m'għandux ikompli joħloq diskussjoni f'dan il-parlament li aktar tkun tinteressa l- aġenda tiegħu sabiex isieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea milli jkun qed jagħmel abbozzi ta' liġijiet li permezz tagħhom ikun hawn aktar opportunitajiet ta' xogħol għall-ħaddiema Maltin u jissaħħaħ aktar l- investiment.", "Żgur li l-kelliema ta' warajja se jagħtu aktar tagħrif dwar l- implikazzjonijiiet li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se ġġib fuq dan is-settur li għandna esperjenza tajba tiegħu għaliex aħna gżira fiċ- ċentru tal-Mediterran u allura nistgħu nattiraw kummerċ mill-erbat irjieħat tad-dinja.", "Qed ngħid dan għax il-Mediterran huwa magħmul minn pajjiżi li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea, pajjiżi li jifformaw l-Afrika u pajjiżi li jifformaw id-dinja Għarbija.", "Il-poplu tagħna jrid igawdi l-indipendenza tiegħu u jrid li jkollu dritt għax-xogħol u dritt li jsaħħaħ l-investiment u l-ekonomija tiegħu ħalli jkun jista' jassigura ambjent soċjali aħjar.", "Peress li l-gvern mhux qed ikun aġġornat u stabbli biżżejjed biex jagħti ċerti spjegazzjonijiet il-poplu mhux qed ikun informat biżżejjed.", "Per eżempju, filwaqt li l-gvern dejjem ċaħad li l-politika komuni ta' l- agrikoltura mhux veru hija għolja għall-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea - tant hu hekk li meta jien tkellimt fuq hekk kien hawn min qal li jien għidt il- ħrejjef - illum huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li fl-introduzzjoni ta' l-Aġenda 2000, l-Unjoni Ewropea qed tirrikonoxxi li trid tagħmel bidla sħiħa għaliex jekk il-common agricultural policy se tibqa' għolja ma tistax tibqa' kompetittiva, bil-konsegwenza li toħloq aktar problemi fis-suq intern tal-komunita'.", "Fil-fatt din qalet hekk:", "''The current level of the common agricultural policy is too high for the EU to meet international undertakings and to be able to take advantage of an expanding world market, with the risk that surpluses will appear again and create an intolerable budget cost and the market share may be lost within the community and on the world level.''.", "Mela filwaqt li l-oppożizzjoni Laburista dejjem ikkonfermat li l-politika komuni tal-biedja se ġġib splużjoni fil-prezzijiet, in-naħa tal-gvern dejjem ċaħdet dan u qalet li qed inbeżżgħu lin-nies bil-babaw.", "Din hija sitwazzjoni li ma nistgħux nibqgħu nittollerawha għall-ġid tal-poplu tagħna għaliex filwaqt li dak li nagħmlu jrid jilqa' l-isfidi tal- globalizzazzjoni, l-ewwel u qabel kollox irid jieħu ħsieb id-drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżna.", "Aħna nafu li l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li l-gvern idaħħal iktar l-interess ta' organizzazzjonijiet oħra, f'dan il-każ is-sistemi ta' l-Unjoni Ewropea, li skond l-istess gvern hija l-unika triq għal pajjiżna biex dan ikompli jiżviluppa.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi: Il-gvern kemm qed jipproġetta li se jinħolqu opportunitajiet ta' impjiegi ġodda?", "Il-gvern kemm qed jieħu ħsieb li dan l-abbozz ta' liġi se jsaħħaħ aktar is-settur ekonomiku biex ma jkunx hemm impatt fuq l-impjiegi eżistenti?", "Per eżempju, qabel ma kien hemm gvernijiet Laburisti il-Mid-Med Bank, illum l-HSBC, ma kienx tal-Maltin imma kien ta' l-Ingliżi kif inhu llum.", "Qed ngħid dan biex infakkar li l-gvernijiet Laburisti dejjem riedu jsaħħu l-istrutturi tar-repubblika ta' pajjiżna li hija mibnija fuq ix-xogħol.", "Aħna ridna li l-Mid-Med Bank ikun il-bank tal-Maltin biex l-impjegati Maltin u Għawdxin ikollhom opportunitajiet ta' xogħol, l-opportunitajiet fejn jgħollu l- livell ta' l-għajxien tagħhom u l-opportunitajiet li jitgħallmu u jintegraw aktar fix-xenarju finanzjarju.", "Jien qed inpoġġi dawn l-argumenti quddiem il-gvern għax dan mhuwiex ifiehem lill-poplu li pprivatizza xi ħaġa li wiret mingħad gvernijiet Laburisti.", "Ta' min ifakkar li matul is-snin li kien hemm il-Mid-Med Bank l-opportunitajiet ta' mpjiegi fil-banek żdiedu għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, għal-Laburisti u għan- Nazzjonalisti u ħloqna grades għal managers u għal executive managers.", "Apparti minn hekk saħħaħna l-kurrikulu edukattiv ta' pajjiżna ħalli l- familji Maltin u Għawdxin jinvestu fl-edukazzjoni ta' wliedhom ħalli dak li l-gvern kien qed iħejji jkun sostnut għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.", "Pero' llum dan il-gvern ipprivatizza dan il-bank u kieku dan ma kienx tal- Maltin ma kienx jiġi privatizzat.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Farrugia.", "Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, jien nifhem li kultant wieħed forsi joħroġ barra mis-suġġett, pero' l-Onor.", "Farrugia qed jgħid affarijiet li assolutament m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Dawn l-affarijiet jista' jgħidhom waqt il-ħin ta' l-aġġornament u mhux issa.", "MR SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru tan-naħa ta' l- oppożizzjoni biex jorbot id-diskors tiegħu ma' l-abbozz ta' liġi li l- Kamra għandha quddiemha.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nimmaġina li l-Ministru jemmen li jien għandi d-dinjita' tiegħi ukoll u dak li niddiskutu f'dan il-parlament niddiskutuh fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin li għandhom id-dritt tax- xogħol.", "Kif għedt fil-bidu ta' l-introduzzjoni tiegħi, il-gvern qed jagħmel dawn il-bidliet biex igħaġġel il-programm leġislattiv tiegħu u mhux biex biex verament tiġi mħarsa l-indipendenza tal-poplu tagħna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Lill-Onor.", "Farrugia nixtieq ngħidlu li l-kelliem ta' qablu, l-Onor.", "Jose' Herrera, diġà ddikjara li l-oppożizzjoni taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi u mhux qed nifhem minn fejn bdejna u fejn se nispiċċaw.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Anke jien għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi li l- oppożizzjoni hija favur ċerti bidliet li jseħħu f'dan il-qasam, pero' ma nistgħux ma ngħidux li għandna riżervi kbar fuq ċerti aspetti li l-gvern mhux qed jirrikonoxxi.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li fil-kunsill ġenerali tagħhom kien hemm kritika li l-politika tal-gvern mhix tieħu ħsieb l- interessi tal-poplu u l-gvern kellu wkoll kritika mis-self-employed iż- żgħar.", "Jien nirrispetta l-punt tal-Ministru pero' kulma qed nipprova ngħid huwa li f'dan il-parlament il-gvern qed ikun weak u mhux qed jirrealizza li aħna rridu noqogħdu attenti għall-impatt li jistgħu joħolqu dawn il- bidliet.", "Barra minn hekk ma rridux inġibu fix-xejn ċerti vantaġġi li jgawdu llum il-ħaddiema Maltin li jaħdmu f'dan is-settur.", "Mr Speaker, wieħed irid jirrealizza li filwaqt li l-HSBC sar sid totali ta' dak li qabel kien il-Mid-Med Bank, illum qed nisimgħu li hemm xi diffikultajiet bejn il-unions u l-HSBC dwar impjegati u uffiċjali għolja li sabu ma' wiċċhom il- barranin imexxu diviżjonijiet partikolari.", "Kieku l- gvern fehem x'inhi d-direzzjoni ta l-oppoziżżjoni dwar il-privatizzazzjoni ma kienx ikun hawn dawn id-diffikultajiet u kien jifhem li l-oppożizzjoni qed titkellem b'mod konsistenti u b'mod li jirrispetta l-indipendenza tan- nies tax-xogħol.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi artiklu partikolari li jista' jinqala' quddiem xi avukat, maġistrat jew imħallef għax jien la jien avukat, la maġistrat u lanqas imħallef.", "Jien bħala bniedem li ngħix mal-ħaddiema li jinteressani hu li niddefendi l-opportunitajiet ta' l- impjiegi.", "Il-gvern qed jgħaġġel kemm jista' biex ilaħħaq mal-bidliet li jirrikjedi l-abbozz leġislattiv ta' l-aġenda tiegħu ħalli jkun konformi mal-liġijiet u r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u mhux qed ikollu ħin biex jaħseb għal ċerti affarijiet.", "Allura wieħed bilfors irid jagħmel riferenza għal ċerti punti.", "Ir-responsabbiltajiet li se jkollu pajjiżna meta jagħmel ċerti bidliet li semmew l-esperti, ġew analizzati mill-gvern?", "Se jkun possibbli għall- gvern li jlaħħaq ma' ċerti obbligi?", "Aħna m'għandna l-ebda interess li nħarbtu l-aġenda tal-gvern imma bilfors irridu nqajmu ċerti punti.", "Peress li pajjiżna huwa gżira mdawwar bil-baħar għandu ħafna vantaġġi rigward dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-settur bħal, per eżempju, il-portijiet.", "Dan il-qasam joħloq ħafna opportunitajiet ta' xogħol u allura meta wieħed ibiddel il-liġijiet għandu jagħtu garanzija fuq l-impjiegi u l-investiment għax is-sitwazzjoni attwali f'pajjiżna hija li hawn nuqqas ta' attività ekonomika u nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol.", "Illum il-poplu jinteressah li jkun hawn attività ekonomika soda u aktar opportunitajiet ta' xogħol u allura jien nistaqsi: Dan l-abbozz ta' liġi suppost qed isir biex joħloq aktar opportunitajiet ta' xogħol, biex Malta tkun tagħmel parti mill-globalizzazzjoni u biex tkun konformi ma' l-Unjoni Ewropea pero' dan x'ifisser f'pounds, shillings and pence għal pajjiżna?", "Jien naħseb li dan ma jfisser xejn għajr li se nidħlu għal ċerti responsabilitajiet li għadhom mhumiex iċċarati mill-gvern.", "Fl-opinjoni tiegħi il-bidliet li jrid jagħmel il-gvern se jkunu ta' żvantaġġ għalina.", "Jien l-ewwel għalhekk għidt li meta l-gvern jitkellem fuq privatizzazzjoni jkun qed ibigħ l- għaqal li ħallew gvernijiet Laburisti.", "Wara li l-gvern Laburista waqqaf it-Telemalta, l-Enemalta, il-Mid-Med Bank u l-Air Malta, dawn iridu jipprivatizzaw.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi jekk kienx hemm xi tibdil fl-aġenda tagħna tal-lejla għax ma nafx id-diskors ta' l-Onor.", "Farrugia kif jirrelata ma' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il- Bastimenti Merkantili.", "MR SPEAKER: Iva, jien diġà ġbidt l-attenzjoni li aħna qegħdin fit-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Bastimenti Merkantili u għal darba oħra nerġa' nappella biex l-Onor.", "Membru joqgħod għas-suġġett li għandna quddiemna.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li l-ħabib tiegħi tan-naħa l- oħra ma kienx preżenti għall-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u allura ma semax l-ilmenti tas-self-employed iż-żgħar.", "Li nixtieq nisma' mingħand il-gvern hu kif dan l-abbozz ta' liġi se joħloq aktar investiment u aktar opportunitajiet ta' xogħol.", "Aħna nemmnu li dak li nilleġislaw għandu jagħti sura ekonomika lil dan l-investiment imma min-naħa l-oħra rridu niftakru li dak li jsir għandu jsir b'mod li jrendi għall-ġid komuni.", "S'issa l-gvern għandu l-appoġġ ta' l-oppożizzjoni dwar il-bidliet li rridu nagħmlu dwar il-provvedimenti eżistenti li jirrigwardaw il-proprjetà u l- iffinanzjar ta' bastimenti Maltin u dawk li jirregolaw l-impjiegi fuq bastimenti Maltin, imma l-gvern irid jiċċara kemm dan l-abbozz ta' liġi se jinċentiva mpjiegi u investiment.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li I-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Noel Farrugia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, naħseb li dan l-abbozz ta' liġi rridu narawh fl-isfond ta' l-isforzi ta' Stati żgħar bħal Malta, li diġà għandhom żvantaġġi kbar minħabba ċ-ċokon tagħhom u problemi oħrajn biex jidħlu għal ħidmiet ekonomiċi differenti, fosthom il-qasam tar- reġistrazzjoni tal-vapuri.", "Jien beħsiebni nittratta dan l-abbozz ta' liġi f'dan il-qafas għax naħseb li rridu nagħtu kas l-isfidi kbar li għandu pajjiż żgħir bħal tagħna biex jorbot flimkien erba' prinċipji u jsib bilanċ bejniethom.", "Naħseb li dan huwa bilanċ diffiċli imma nħoss li meta jonqos xi aspett minnhom ikollok il-problemi.", "L-erba' prinċipji li qed nirriferi għalihom huma l-importanza ta' l- iżvilupp ekonomiku qawwi, għax mingħajr it-tkattir tal-ġid u ħolqien ta' l- impjiegi l-poplu jmur lura; il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali, għax b'hekk il-ġid li jinħoloq igawdu minnu ħafna nies, biex ma jkunx hemm min jaqa' lura u ma jkollux kwalità tajba tal-ħajja, u barra minn hekk irridu nagħtu kas ukoll il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' min jaħdem fuq dawn il- vapuri li jkunu qed itajru l-bandiera Maltija għaliex mhux l-ewwel darba li naqraw b'sidien egoisti li biex jagħmlu l-flus, ma jimpurtahomx mill- kondizzjonijiet tax-xogħol li jkunu qed jaħdmu fihom nies minn inħawi oħra tad-dinja, li forsi jkunu wkoll ta' razza differenti - dawn in-nies għandna nikkonsidrawhom bħala aħwa tagħna u nagħtu kas li l- kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom ikunu tajbin - il-ħarsien ambjentali, prinċipju li qed isir dejjem aktar importanti u fil-qasam tal-bastimenti merkantili l-ħarsien ambjentali għandu mportanza kbira, kemm lokali u kemm minħabba l-obbligi tagħna fid-dinja kollha kemm hi, għaliex illum aktar u aktar nafu kemm dan m'għadux biss ir-responsabilità ta' pajjiż wieħed - inutli tagħti kas biss il-kosta tiegħek għaliex dak li jagħmel ħaddieħor jista' jaffettwak u fil-każ li jkollok vapuri differenti jbaħħru f'inħawi differenti tad-dinja, ir-responsabilità tal-ħarsien ambjentali tikber ukoll - u s-sovranità nazzjonali, prinċipju indispensabbli għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi ż-żgħar.", "Hawn min jgħid li l-proċess ta' globalizzazzjoni u ta' internazzjonalizzazzjoni, ta' ħolqien ta' blokki reġjonali u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali qed jagħmlu s-sovranità nazzjonali kunċett antikwat.", "Jien naħseb bil-maqlub għax aktar ma jkun hawn pressjoni u żvilupp ta' forzi biex il-pajjiżi jiftħu l-ekonomiji tagħhom lejn xulxin u biex jadottaw regolamenti internazzjonali aktar se jkun hemm bżonn li pajjiżi żgħar bħal tagħna jħaddmu b'mod serju s-sovranità nazzjonali.", "Dan ma jsirx b'xi mod folkloristiku ta' l-innu, tal-bandiera u tal-Kap ta' l- Istat iżda billi żżomm f'idejk il-poter deċiżjonali tad-deċiżjonijiet li tieħu li jirrigwardjaw il-mod kif timxi u l-mod ta' futur li tkun trid tibni għalik u għall-poplu tiegħek.", "Meta nitkellmu fuq sovranità attiva u sovranità nazzjonali b'dan il-mod, bl-ebda mod mhu qed ngħidu li rridu ninqatgħu mill-bqija tad-dinja u ma nagħtux kas ir-regolamenti internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu żviluppati.", "Pero' rridu nagħtu kas ħafna - naħseb li għall-qasam partikolari li qed nitkellmu dwaru, dan jgħodd ħafna u naħseb li l-esperjenza għandha tgħallimna - kif se nibnu r- relazzjonijiet u r-rabtiet tagħna mal-bqija tad-dinja għax illum lanqas għadu possibbli li tinqata' mill-bqija tad-dinja.", "Waħda mill-affarijiet li kontinwament jilmentaw dwarha pajjiżi żgħar daqsna meta jiltaqgħu bejniethom, per eżempju, f'xi konferenzi tal- Commonwealth tal-pajjiżi ż-żgħar, hi l-kolonjaliżmu ekonomiku u d-dominanza ta' regolamenti u organizzazzjonijiet internazzjonali li jiddettaw lill- pajjiżi ż-żgħar x'għandhom jagħmlu fid-diversi oqsma tagħhom, fosthom is- servizzi finanzjarji, l-kwestjoni tar-reġistrazzjoni ta' bastimenti merkantili u t-turiżmu.", "L-aktar ħaġa inkwetanti li toħroġ minn dan l- iżvilupp hu li l-pajjiżi l-kbar għandhom ferm aktar mezzi biex jinfluwenzaw kif isiru r-regolamenti.", "Ta' min jgħid li r-regolamenti internazzjonali mhumiex imfassla jew żviluppati b'xi mod oġġettiv jew b'xi mod newtrali imma ġo fihom se ssib l-interessi ta' min fassalhom.", "Meta jiġri hekk ir- regolamenti jkunu mfasslin b'mod li mhux veru jkunu qed joħolqu level playing-field għall-players f'dak il-qasam u jkunu qed jaġevolaw lill- pajjiżi l-kbar.", "Minbarra hekk, il-pajjiżi l-kbar għandhom aktar mezzi biex jinfurzaw dawn ir-regolamenti pero' l-aktar ħaġa inkwetanti huwa d-double standards tal-pajjiżi l-kbar li mhux biss ifasslu u jinfurzaw ir- regolamenti iżda jippriedkaw lill-pajjiżi ż-żgħar x'għandhom jagħmlu u jgħidulhom li jridu jħarsu r-regolamenti internazzjonali imbagħad huma stess ma jħarsuhomx.", "Huwa importanti li nagħtu kas dawn it-tliet aspetti għaliex mhux l-ewwel darba li kellna esperjenzi fejn ikun ġara xi ħaġa lil xi vapur irreġistrat taħt il-bandiera Maltija u mill-katina sħiħa ta' kumpanniji li huma sidien tal-vapuri, kumpanniji li jispezzjonaw il- vapuri u awtoritajiet tal-portijiet isibu l-aktar ħolqa dgħajfa minħabba ċ- ċokon tagħha bħal Malta u jipprovaw jgħabbu fuqha l-ħtija ta' dak li jkun ġara.", "Barra minn hekk dawn jaqbdu mal-bandiera Maltija u jagħtuha l-aġġettivi koroh u negattivi kollha li jistgħu jagħtuha.", "Dan huwa tip ta' bullying tal-pajjiżi l-kbar fuq il-pajjiżi ż-żgħar.", "Għalhekk aħna għandna d-dritt li nħarsu l-interessi tagħna.", "Filwaqt li llum irridu nieħdu ħsieb l- ambjent bħala dinja sħiħa, filwaqt li għandna responsabbiltajiet biex nagħmlu dak li nistgħu nagħmlu biex inħarsu l-ambjent u dawk li jtajru l- bandiera tagħna ma jkunux ta' theddida għall-ambjent u filwaqt li għandna r-responsabilità internazzjonali biex naraw li l-kondizzjonijiet tax- xogħol ta' dawk li jaħdmu fuq bastimenti merkantili li jtajru l-bandiera tagħna jkunu diċenti, m'għandniex nadottaw regolamenti li jkunu ta' ħsara għalina u m'għandniex inħallu lil min jintimidana f'xi qasam ekonomiku li jkun importanti għall-vijabilità ekonomika ta' dan il-pajjiż.", "Ma jfissirx li għax dawn ir-regolamenti qegħdin f'konvenzjonijiet internazzjonali jew għax igħidulna pajjiżi kbar, għandna naqbdu b'mod awtomatiku mingħajr ġudizzju jew ħsieb kritiku u nadottawhom għalina.", "Bħala pajjiż żgħir nafu li l-oqsma li fihom nistgħu nirnexxu ekonomikament huma limitati u dan japplika għal pajjiżi barranin żgħar ukoll.", "Għalhekk ma' l-iżvantaġġi naturali tagħna m'għandniex inżidu żvantaġġi oħra li nadottaw għalina regolamenti li permezz tagħhom nispiċċaw telliefa jew minn taħt.", "Jien ngħid li waħda mill-akbar dgħjufijiet li ġejja minn kultura ta' sekli sħaħ ta' kolonjaliżmu hija l-isfiduċja fina nfusna u l- kumpless ta' inferjorità li għax qed jgħidulna hekk il-barranin jew għax qed jgħidu hekk pajjiżi kbar jew għax igħidu hekk regolamenti internazzjonali, ninsew l- interess tagħna.", "Dan qatt m'għandu jkun mhux biex ningħalqu f'xi arroganza iżolana jew f'xi arroganza ta' min jagħlaq widnejh biex ma jismax imma għaliex kif il-pajjiżi l-kbar iħarsu l-interessi tagħhom u għandhom ħafna mezzi biex jagħmlu dan, aħna għandu jkollna wkoll il-fiduċja fina nfusna, l-kuraġġ li naħsbu b'moħħna u naraw b'għajnejna u li nkunu nafu x'inhu l- interess nazzjonali tagħna u niddefenduh akkost ta' kollox.", "L-akbar dgħjufija tal-pajjiżi ż-żgħar mhijiex sempliċement li m'għandhomx armata jew qawwa militari biex tiddefendi l-interessi tagħhom.", "Ħafna drabi l- akbar dgħjufija tal-pajjiżi ż-żgħar hi li għandhom kultura nazzjonali dgħajfa, f'sens modern, li ma tħallihomx jiddefendu l-interessi tagħom.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti li biex inħarsu u niżviluppaw il- vijabilità ekonomika tagħna, m'għandna qatt inħallu blokki reġjonali - tista' tkun l-Unjoni Ewropea jew xi blokk reġjonali ieħor - jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jimponulna liġijiet u regolamenti li jnaqqsulna l-opportunitajiet biex inkattru l-ġid, biex noħolqu l-impjiegi u li ma jħalluniex infasslu l-ħajja ekonomika tagħna skond l-interessi tagħna u skond ir-realtajiet partikolari tagħna.", "Jekk inħarsu madwarna fid-dinja nsibu ħafna eżempji fejn pajjiżi kbar ma jeħdux gost b'pajjiżi bħal Malta li jkunu żviluppaw ir-reġistru tal-vapuri u l-flotta tal-bandiera tagħhom u allura jinqdew bir-regolamenti internazzjonali biex jipprovaw ikissru l-flotta u l-ħidma ekonomika li jkunu bnew il-pajjiżi ż-żgħar.", "Din narawha tiġri l-aktar fil-qasam tal- vapuri u fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Naraw ħafna sforzi minn pajjiżi kbar li jaraw x'jagħmlu biex jirrestrinġu, jillimitaw, inaqqsu u jċekknu l-ispazju għall-pajjiżi ż-żgħar li diġà għandhom spażju mċekken, li diġa' għandhom żvantaġġi fiċ-ċokon u fid-daqs tagħhom, u l-pajjiżi l-kbar ikunu jridu jkomplu jnaqqsulhom dawn l-opportunitajiet billi jimponulhom regolamenti li ma jgħoddux għall-pajjiżi ż-żgħar u li ħafna drabi dawn ikunu jiswew ħafna flus biex tħaddimhom u allura jkun diffiċli għal dawk il-pajjiżi ż-żgħar li jħallu dak is-settur sostenibbli.", "Allura aħna rridu noqogħdu attenti li ma nħallux dan jiġri fl-ebda qasam speċjalment fil- qasam partikolari li qed nitkellmu dwaru.", "Per eżempju, minkejja li ċ-Channel Islands jagħmel parti mit-territorju tar- Renju Unit dawn mhumiex fl-Unjoni Ewropea għaliex ma jridux jitilfu l- ispazju li għandhom fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Fil-fatt mhux l- ewwel darba li kien hemm min ipprova jrażżnilhom u jċekknilhom dan l- ispazju u jikkritikahom li m'humiex iħaddmu r-regolamenti internazzjonali li għandhom iħaddmu biex jirregolaw dan il-qasam.", "U mbagħad issib li dawn il-gżejjer żgħar jirregolamentaw is-servizzi finanzjarji tagħhom b'aktar serjetà mill-pajjiżi l-kbar.", "Pero' l-pajjiżi l-kbar ma jaħmlux jaraw ħidma ekonomika bħal din timxi 'l quddiem u tirnexxi u jien mhux l-ewwel darba nsib li fil-qasam tar-reġistrazzjoni tal-vapuri l-attitudini tal-pajjiżi l- kbar lejna tkun simili għal dik li juru lejn iċ-Channel Islands fis- servizzi finanzjarji tagħhom.", "Per eżempju, fost dawk li kien jikkritika liċ-Channel Islands għall-mod kif imexxu s-servizzi finanzjarji tagħhom kien hemm Günter Verhuegen, bniedem li rajnih fostna wkoll meta kien ministru għall-affarijiet Ewropej tal-gvern ta' Schröder.", "Fil-fatt liċ-Channel Islands kien qalilhom biex jimxu mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea pero' dawn ġibdulu l-attenzjoni u qalulu li huma ma kenux membri u kważi ssuġġerewlu jigdem ilsienu, għalkemm użaw kliem differenti.", "Dawn qalulu biex iħallihom imexxu l- ekonomija tagħhom b'mod li jagħmel sens għalihom għax iridu li d- deċiżjonijiet strateġiċi ta' pajjiżhom jeħduhom huma.", "Għalhekk naħseb li jagħmlu sewwa l-Maltin li jirraġunaw bl-istess mod.", "Minkejja li aħna rridu nġeddu l-ħidmiet ekonomiċi tagħna u rridu nkunu in linja mar- regolamenti internazzjonali, ma rridux li dawn ikunu mposti fuqna biex iżidulna l-iżvantaġġi u l-problemi.", "Aħna rridu nerfgħu r- responsabbiltajiet internazzjonali tagħna iżda huwa kruċjali aktar minn qatt qabel - fil-fehma tiegħi aktar kemm nitkellmu fuq il-globalizzazzjoni isir aktar importanti - li l-poter deċiżjonali ta' kif niżviluppaw il- ħidmiet ekonomiċi tagħna għandu jibqa' f'idejna.", "F'diversi laqgħat ta' pajjiżi ż-żgħar jissemma' kif l-akbar theddid għas- sovranita' ekonomika tal-pajjiżi ż-żgħar ikun ġej minn blokki reġjonali jew minn pajjiżi kbar qrib tagħhom.", "Pero' nistgħu naraw li hemm pajjiżi żgħar li jemmnu fihom infushom u rnexxew fil-qasam ekonomiku u rnexxew biex itejbu l-kwalita' tal-ħajja tan-nies tagħhom.", "Hawnhekk nixtieq insemmi lil Singapore li emmen fih innifsu, telaq minn sitwazzjoni diffiċli ħafna ta' żvilupp ekonomiku baxx ħafna u ta' razez u gruppi etniċi kontra xulxin pero' wara 35 sena rnexxielu jibni ekonomija vijabbli għalih mingħajr ma ngħaqad ma' xi blokk reġjonali qrib tiegħu jew ma' xi pajjiż kbir qrib tiegħu.", "Dan minkejja li anke Singapore għadda minn kull illużjoni li jgħaddi minnha pajjiż żgħir li jkun kolonja, li jaħseb li s-salvazzjoni tiegħu tinstab f'li jingħaqad ma' pajjiż ikbar minnu jew ma' xi blokk reġjonali qrib tiegħu.", "Singapore għadda mill-illużjoni ta' l- integrazzjoni, wettaqha, sar biċċa mill-Malasja imma mbagħad reġa' nfired minn dan il-pajjiż u reġa' mar għall-indipendenza nazzjonali tiegħu għax sab li pajjiż żgħir aktar għandu ċans li jiżviluppa meta jibqa' indipendenti u sħiħ fih iniffsu milli meta jsir biċċa żgħira minn xi ħaġa ikbar minnu.", "Nerġa' ngħid li jekk il-pajjiżi ż-żgħar iħallu lill-pajjiżi l-kbar jiddettawlhom ir-regoli ta' kif għandhom jimxu jsibu li jmorru lura għax, kif diġa' għedt, ħafna drabi l-pajjiżi l-kbar huma stretti mal- pajjiżi ż-żgħar ħafna iżjed milli huma stretti magħhom infushom, donnu li r- regolamenti internazzjonali qegħdin hemm biex jobduhom il-pajjiżi ż- żgħar.", "L-aktar pajjiżi li jippriedkaw x'għandhom jagħmlu l-pajjiżi ż-żgħar ikunu hemm stess li ma jħarsux dawk ir-regolamenti.", "Per eżempju, il-Franċiżi ppruvaw jippriedkawna ħafna, kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn pajjiżna, x'għandna nagħmlu u x'missu għamilna fil-każ tal-vapur \"Erika\" li nfaqa' barra l-kosta Franċiża f'Diċembru li għadda.", "Filwaqt li wieħed ċertament li jiddispjaċih għal dak li ġara u għall-ħsara ambjentali li saret fil-kosta Franċiża, m'għandniex naċċettaw li neħlu b'dak kollu li ġara dakinhar.", "Qed ngħid dan għax dawn ipprovaw jitfgħu r- responsabbilta' kollha fuqna u min jippriedka jagħmel tajjeb ukoll li jipprattika dak li jippriedka.", "Din hija xi ħaġa li tgħodd ukoll għall- Franċiżi għax dawn ma tantx jistgħu jilagħbuha wisq tal-verġni f'dan il- qasam.", "Għalhekk nerġa' nsostni l-importanza li pajjiżi żgħar bħal tagħna jibqgħu sovrani u jibqgħu bil-poter deċiżjonali f'idejhom għaliex b'hekk biss għandhom ċans li jżommu l-vijabilita' ekonomika tagħhom u b'hekk biss ma jaqgħux lura fi żvantaġġ akbar biex jiżviluppaw lilhom nfushom.", "Meta f'dan il-parlament niddiskutu abbozzi ta' liġi bħal dawn, mhux biss fil- qasam tal-bastimenti merkantili imma fl-oqsma l-oħra kollha li jirregolaw l- attivita' ekonomika tagħna, irridu noqogħdu attenti biex ma nadottawx għalina regolamenti mfassla għal realtajiet oħra b'għajnejna.", "Aħna tal-Partit Laburista nemmnu li għandna nsaħħu r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea iżda dawn m'għandhomx ikunu billi aħna nidħlu membri sħaħ fil-klabb u jkollna bilfors noqogħdu għal regolamenti li ma jgħoddux għalina.", "Ċertament hemm regolamenti li jgħoddu għalina u li huwa tajjeb li aħna nimxu fuqhom imma m'għandniex naddottaw regolamenti li huma ta' ħsara għalina.", "L-uniku mod kif ma nimxux b'dawn ir-regoli mhuwiex li nipprovaw ninnegozjaw għaliex mhux veru li min jidħol membru fl-Unjoni Ewropea jista' jinnegozja xi ħaġa.", "Ma nimxux b'dawn ir-regoli billi ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea imma nfasslu ftehim u qafas ta' relazzjonijiet mibnija skond ir-realta' u l-interessi tagħna.", "Dan ikun ta' ġid għaż-żewġ naħat u fl-aħħar mill-aħħar jibqa' f'idejna l-poter li dawn ir-rabtiet infassluhom skond l-interessi u r-realta' partikolari tagħna.", "Għalhekk meta nadottaw regolamenti u liġijiet internazzjonali huwa importanti li dejjem inżommu l-interess nazzjonali fuq quddiem għaliex fil-ġirja li għandu l-gvern bħalissa biex idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox u malajr kemm jista' jkun, mhux veru li qed jinnegozja imma qed jaċċetta kollox.", "Meta tgħid iva għal kollox u meta taċċetta r-regolamenti kollha tal-klabb li ma tkunx taf kif se jkunu ma tkunx qed tinnegozja imma tkun qed iċċedi kollox.", "Per eżempju, meta nistaqsu x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern fit-tali qasam in-naħa tal-gvern tweġibna biss li dawk huma affarijiet li l- Unjoni Ewropea għadha qed tiddeċiedi dwarhom.", "Dan ifisser li qegħdin fis- sitwazzjoni redikola li għad hawn min irid jidħol f'organizzazzjoni fejn għadu ma jafx eżatt kif se tiżviluppa u x'regoli ġodda se jkollha.", "Din hija organizzazzjoni li se jkollha regoli li inti ma kontx hemm biex tfassalhom jew tinfluwenzahom.", "Nerġa' ngħid li bħala pajjiż żgħir fi blokk reġjonali kbir, ftit għandek ċans tinfluwenza u tfassal l-affarijiet skond l-interess tiegħek.", "Meta nittrattaw x'rabtiet norbtu ma' blokki reġjonali u kif nadottaw regolamenti internazzjonali għandha dejjem inżommu quddiem għajnejna l-interessi tagħna biex dak li nagħmlu jkun fl-interess ta' pajjiżna u fl-interess tal-poplu tagħna.", "Hemm bżonn li nsaħħu l-ħidma ekonomika ta' pajjiżna u li nkattru l-ġid biex intejbu l-kwalita' tal- ħajja, biex niżviluppaw il-qasam soċjali tagħna u biex ikollna opportunitajiet ta' mpjiegi għaż-żgħażagħ tagħna.", "Din l-ekonomija ma tistax tkun b'saħħitha jekk minflok inżidu l-opportunitajiet limitati tagħna nnaqqsuhom u nrażżnuhom.", "Li naqbdu b'mod għami u b'mod mhux kritiku naċċettaw qafas ta' obbligi internazzjonali li ma jkunux jgħoddu għalina, mhux inżidu l-attivita' ekonomika u l-opportunitajiet għal pajjiżna nkunu iżda nkunu qegħdin innaqqsuhom.", "U meta nnaqqsu l-opportunitajiet għal vijabilita' ekonomika ta' pajjiżna nkunu qed innaqqsu l-opportunita' għat- tfal u ż-żgħażagħ tagħna u nheddu bis-serjeta' l-futur ta' pajjiżna.", "Wieħed mill-oqsma li żviluppa fl-aħħar snin u li ħoloq ammont ta' ġid f'pajjiżna kien proprju dan il-qasam li qed niddiskutu.", "Aħna favur li nġeddu dan il-qasam u li nerfgħu r-responsabbilta' internazzjonali tagħna dwar il-ħarsien ambjentali u dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' min jaħdem f'dan il-qasam imma m'għandniex naċċettaw li pajjiżi akbar minna jimponu fuqna kif għandna nimxu f'dan il-qasam li ma jkunx għall-ġid tagħna jew għall-ħarsien ambjentali tagħna.", "Nerġa' ngħid li min jitkaża bina f'dan il-qasam ma tantx ta xiehda ta' ħarsien ambjentali u ħafna minn dawk li kkritikawna, inkluż il-Franċiżi, ma tantx jaqbadhom id-deni biex iniġġsu l- ambjent u jisplodu bombi nukleari u bombi kimiċi biex jippruvawhom.", "Għalhekk m'għandniex għalfejn inħossuna intimiditi li dawn jikkritikawna għal dak li jiġri minħabba l-bandiera Maltija.", "Jien mhux qed ngħid dan bħala xi insensittivita' lejn kull meta jkollna xi vapuri bil-bandiera tagħna li jniġġsu l-ambjent u l-baħar.", "Nafu li s-sistema ekoloġika tad- dinja hi marbuta flimkien u meta jiġri xi diżastru ambjentali eluf ta' mili 'l bogħod minna għandna nħossu li dan ġara wara biebna, imma fl- istess ħin dawn il-konsiderazzjonijiet irridu nibbilanċjawhom bl-interessi nazzjonali tagħna.", "Għalhekk huwa importanti li bħala gżejjer żgħar inżommu l-poter f'idejna biex ma' l-iżvantaġġi li għandna minħabba ċ-ċokon ma nżidux żvantaġġi oħrajn li jkomplu jċekknuna u jirrestrinġu l-ħidma ekonomika tagħna għaliex inkunu qed naddottaw regolamenti u liġijiet li ma jgħoddux għalina.", "Mr Speaker, insibu li fl-għaqdiet u fil-blokki internazzjonali, il- pajjiżi l-kbar ma jurux sensittivita' lejn il-gżejjer żgħar u ma joqogħdux jaraw jekk ir-regolamenti li jkunu qed japplikaw ikunix se jġibuhom fi żvantaġġ kbir, ikunux se joħolqulhom spiża kbira biex jimxu magħhom jew inkella jkunux se jheddulhom il-ħidma tagħhom.", "Il-pajjiżi l-kbar ma jagħtux kas dawn l-affarijiet.", "L-interessi nazzjonali tagħna aħna rridu nieħdu ħsiebhom u aħna nafu x'inhuma u mhux se nistennew lill-barranin, huma min huma, jgħidulna huma x'inhuma l-interessi tagħna.", "L-interessi tagħhom iħarsuhom huma għax għandhom ħafna mezzi iktar minna biex iħarsuhom.", "Il-mezzi li għandna huma sens ta' dinjita' nazzjonali u sens interess nazzjonali għax aħna għandna l-kapaċita' li naħsbu b'moħħna u li naraw l-affarijiet b'għajnejna u skond l-interessi tagħna mingħajr ma nħallu lil min jimponielna minħabba l-inferiority complex tagħna.", "Nerġa' ngħid li ħafna drabi fil-ħarsien tar-regolamenti internazzjonali l- pajjiżi l-kbar jużaw id-double standards u jkunu aktar ebsin fuq il-pajjiżi ż-żgħar milli fuqhom infushom.", "Dawn jippretendu li l-pajjiżi ż-żgħar jimxu skond dawn ir-regolamenti internazzjonali sa l-iċken dettall imbagħad huma stess ma jħarsuhomx.", "Bħalma l-pajjiżi l-kbar ifittxu l-interessi tagħhom il-pajjiżi ż-żgħar irid ikollhom il-kuraġġ fihom infushom biex ifittxu l- interessi tagħhom ukoll u ma jħallux il-kolonjaliżmu ekonomiku ġdid imqartas fi kliem differenti u fi kliem sabiħ jaħkimhom.", "Sakemm il- globalizzazzjoni tfisser li d-dinja ssir aktar waħda u li r-regolamenti jorbtu lil kulħadd skond l-interessi u d-diversita' nazzjonali tagħhom kollox sew imma meta l-globalizzazzjoni tfisser biss one way fejn il-kbar jimponu fuq iż-żgħar, dik m'hijiex globalizzazzjoni imma hija kolonjaliżmu u imperjaliżmu.", "U llum l-akbar theddida għall-iżvilupp sostenibbli tal- pajjiżi ż-żgħar ġejja minn din il-forma ġdida ta' dominju fuq il-pajjiżi ż- żgħar.", "Illum pajjiż kbir mhux bilfors jibgħat is-suldati biex jaħkmuk u jkunu ta' theddida għalik imma biżżejjed jimponilek regolamenti li jpoġġuk fi żvantaġġ u li jkunu mfassla skond l-interessi tiegħu mingħajr ma jagħti kas l-interessi partikolari tiegħek.", "Iridu jkunu l-pajjiżi ż-żgħir li jħarsu l-interessi tagħhom għaliex huma jafu ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom qed jgħixu; huma jafu l-problemi li jiltaqgħu magħhom, huma jafu r-realta' partikolari li jgħixu u huma jafu d-diffikultajiet kbar li kellhom biex jeħilsu lilhom infushom u biex jibdew jibnu ekonomija li tkattar il-ġid, li toħloq l-impjiegi u li jibqgħu jgħixu f'arthom u mhux ikollhom jemigraw bl-eluf.", "Ħafna drabi fil-passat, minħabba nuqqas ta' opportunitajiet, eluf ta' nies ta' gżejjer żgħar - mhux Malta biss - kellhom iħallu dawn il-gżejjer.", "Għalhekk huwa importanti li fid-deċiżjonijiet li nieħdu nħarsu l-erba' prinċipji li semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħi.", "Huwa importanti li filwaqt li naraw li jkollna żvilupp ekonomiku qawwi naraw li miegħu nħaddmu l-ġustizzja soċjali biex ma jkunx żvilupp ekonomiku mibni minn fuq l-inġustizzji minn fuq dahar xi ħaddieħor.", "Huwa importanti wkoll li l-ġid li joħroġ minn dan l-iżvilupp ekonomiku qawwi jitqassam b'mod ġust biex itejjeb is-servizzi tas-saħħa, il- kwalita' ta' l-edukazzjoni u biex jagħti ħajja tajba lill-anzjani fil- pajjiż.", "Għalhekk huwa mportanti li jkun hemm servizzi soċjali li jieħdu ħsieb il-ġid tan-nies li jgħixu f'dawn il-gżejjer.", "Barra minn hekk, ir-responsabbilta' tagħna hija li kemm f'pajjiżna, kif ukoll fil-bqija tad-dinja, nagħtu sehemna fil-ħarsien ambjentali.", "Jekk l- iżvilupp ekonomiku u l-ġustizzja soċjali ma jkunux magħquda mal-ħarsien ambjentali u tkun qed tgħarraq l-arja u l-baħar u tkun qed tivvelena l-art li tgħix fiha ma tkunx tista' tgawdi la l-iżvilupp ekonomiku u lanqas il- ġustizzja soċjali.", "Dawn it-tliet prinċipji jridu jkunu marbuta wkoll mas- sovranita' nazzjonali li l-pajjiżi l-kbar jagħmluha awtomatikament anke jekk ma jsejħuliex hekk.", "Huwa mportanti li f'idejna nżommu l-poter ta' x'niddeċiedu u li dak li niddeċiedu niddeċieduh b'moħħna skond l-interessi tagħna, kemm meta niġu biex nittrattaw ma' blokki reġjonali qrib tagħna, ma' pajjiżi oħra li rridu nagħmlu l-kummerċ magħhom u mal-bqija tad-dinja kif ukoll meta niġu biex naddottaw regolamenti internazzjonali, anke f'dan il-qasam li qed niddiskutu.", "MR SPEAKER: Onor. Bartolo, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "RITA LAW: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Evarist Bartolo jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fis-7.15 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Inkomplu bis-seduta.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili u fil-prinċipju l- oppożizzjoni taqbel miegħu, għalkemm hemm xi punti saljenti li jkun tajjeb li wieħed iqajjimhom waqt dan id-dibattitu fl-interess ta' pajjiżna mingħajr ħadd ma jiġbdilna l-ispaga u fl-interess tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin li l-għajxien tagħhom jiddependi minn dan il-qasam.", "Fil-passat jien ħdimt fuq il-bastimenti u nista' nifhem id-diffikultajiet ta' ħaddiem li jkun jaħdem fuq bastiment u d-diffikultajiet, kif qed igħid l-Onor.", "Edwin Vassallo, li jiltaqa' miegħu bastiment waqt it-tbaħħir.", "Hawnhekk jidħol il-prinċipju ta' dan l-abbozz ta' liġi li b'xi mod qed jipprova jtejjeb ir-regolamenti f'dan il-qasam u jagħmilhom aktar prattiċi u moderni speċjalment wara l-kritika fil-każ tal-vapur ''Erika'' u dwar dan wieħed għad irid jara aktar fil-fond jekk din il-kritika hijiex ġusta jew le.", "Smajna kemm-il darba li kien hemm inċidenti fuq bastimenti li jtajru bandiera Maltija u allura naħseb li dan l-abbozz ta' liġi ngħata spinta 'l quddiem min-naħa ta' l- awtoritajiet konċernati.", "Mr Speaker, l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "''L-għanijiet ta' dan l-abbozz huma biex jaġġornaw il-provvedimenti eżistenti li jirrigwardaw il-proprjetà u l-iffinanzjar ta' bastimenti Maltin u dawk li jirregolaw l-impieg fuq il-bastimenti Maltin, u biex jipprovdu għat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet ta' bastimenti u sabiex il-Gvern ikun jista' jaċċedi għal ċerti konvenzjonijiet internazzjonali u jimplimentahom.''.", "Dan huwa suġġett vast ħafna u jien ngħid li għalkemm fil-prinċipju dawn l- affarijiet huma tajba, l-għaġġla li bih tressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem din il-Kamra tqanqal ċerti mistoqsijiet fosthom jekk dan hux qed jitressaq wara li pajjiżna ġie kkritikat, speċjalment min-naħa tal-gvern Franċiż, dwar il-każ ta' l-Erika.", "Dan huwa qasam li jrendi flus kbar u jipprovdi mpjiegi sostanzjali u kif qal sieħbi l-Onor.", "Bartolo, dak li nagħmlu għandna nagħmluh bil-pass tagħna u kif jaqbel l-ewwel u qabel kollox l-interessi ta' pajjiżna.", "Naħseb li meta jkollna abbozz ta' liġi ta' din il-kwalità għandu jkun hemm aktar diskussjonijiet u konsultazzjonijiet u hemm bżonn naraw li kulmin huwa involut f'dan il- qasam jagħti l-kontribut tiegħu biex dak li nagħmlu nagħmluh fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Dan l-abbozz ta' liġi jolqot ukoll l-awtorità marittima li l-operat tagħha kemm-il darba ġie mfaħħar f'dan il-parlament, għalkemm bla dubju jista' jiġi mtejjeb.", "Jien nemmen li l-aktar ħaġa mportanti li wieħed irid jara huwa li ma nħallux lil min jabbuża mill-bandiera ta' pajjiżna u għalhekk ċerti punti minn dan l-abbozz ta' liġi fil-prinċipju tagħhom huma tajbin.", "Għalkemm donnu li l-gvern u l-oppożizzjoni qed jaqblu fuq il- prinċipju ta' kif l-affarijiet huma mexjin f'dan il-qasam, mhux fuq id- dettalji nfushom, jidher ċar li hemm bżonn bidla radikali fl-interess ta' pajjiżna, fl-interess tal-ħaddiema tagħna u fl-interess tal-qasam marittimu.", "L-ewwel u qabel kollox għandna nassiguraw l-impjiegi u x-xogħol tal-ħaddiema tagħna.", "Nafu li l-qasam tal-bastimenti merkantili huwa qasam sensittiv u f'pajjiżna ilu jeżisti kważi eluf ta' snin.", "Dan huwa qasam li matul iż-żmien kompla jinbena u meta pajjiżna ħa rajh f'idejh, dan il- qasam ġie mtejjeb b'tali mod li jħalli l-ġid għan-nazzjon kollu u ma nistax nifhem kif ċerti nies li huma kapaċi f'dan il-qasam mhux qed jiġu utilizzati.", "Qed ngħid dan għax ftit tal-ġranet ilu kelli ċ-ċans niltaqa' ma' wieħed li ħadem ma' kumpanniji kbar barra minn Malta u minkejja li pprova jagħti l- kontribut tiegħu lil pajjiżna - ta' min igħid li dan huwa kważi ġenju f'dan il-qasam - ma ngħatax iċ-ċans u llum jinsab bla mpjieg.", "Jien nittama, għalkemm m'inix daqstant konvint, li dak li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi mhuwiex qed isir biex nidhru sbieħ ma' l-Unjoni Ewropea, speċjalment issa li fi ftit xhur oħra jkun hemm il-presidenza Franċiża u nafu kemm il- Franċiżi kkritikawna fuq il-każ ta' l-Erika.", "Jien ngħid li rridu nimxu bil-pass tagħna u dik hija d-differenza bejn il-politika tal-gvern preżenti li jrid li nkunu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea u l-politika tal-partit Laburista li jrid Svizzera fil-Mediterran.", "Filwaqt li bi sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea, rridu jew ma rridux, ikollna nadottaw ir-regoli kollha tagħha u nafu li ftit hemm ċans li l-Unjoni Ewropea tagħti id-derogi li kienet tagħti fil-passat, bil-politika Laburista jkollna l-aqwa relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea u ma' pajjiżi u kontinenti oħra skond il-pass tagħna u skond dak li jaqbel lil pajjiżna mingħajr ma jimponu fuqna.", "Jien nemmen li bil-politika Laburista t-toroq ta' x'nagħmlu fl- interess ta' pajjiżna huma aktar wiesgħa u vasti u bil-politika tal-gvern preżenti, anke f'dan il-qasam, it-toroq li għandna quddiemna huma ristretti u rridu nadottaw dak li tgħid l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent li b'dak li nkunu qed nagħmlu ma nkunux qed nagħmlu ħsara lil xi qasam partikolari, f'dan il-każ il-qasam tal-bastimenti merkantili.", "Per eżempju, wara l-inċident tal-bastiment \"Erika\" pajjiżna ġie kkritikat b'mod u manjiera qisu hu kien responsabbli għal dak li ġara meta kulħadd jaf li ma kienx u dan juri li l-mod li bih targumenta din in-naħa tal-Kamra jagħmel sens.", "Hawnhekk tara kif pajjiżi kbar ikunu lesti li jattakkaw pajjiżi żgħar għaliex il-ħuta ż-żgħira qatt ma belgħet lil ħuta kbira; l- aqwa li l-interessi tagħhom jiġu salvagwardati.", "Għalhekk huwa tajjeb li l- inċident ta' l-\"Erika\" jkun mudell ta' x'jista' jiġri jekk eventwalment pajjiżna jimponulu ċerta politika li tmur kontra l-interessi tagħna.", "Aħna nemmnu li għandu jkun hemm tibdil f'dan il-qasam imma dan għandu jkun fl- interess tagħna u bil-pass tagħna u mhux imponut minn xi ħadd.", "Dak li jagħmlu pajjiżi kbar jagħmluh biex jissalvagwardaw l-ewwel u qabel kollox l- interessi tagħhom u mhux l-interessi ta' l-Unjoni Ewropea nnifisha jew l- interessi ta' xi pajjiż żgħir bħal Malta.", "Lil Malta tista' tipparagunaha ma' gżejjer żgħar oħra li m'humiex fil-Mediterran u hawnhekk nixtieq insemmi l-gżejjer ta' Jersey, l-Isle of Man u Wales.", "Imbagħad hemm in-Norveġja li f'dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea dawn dejjem imxew skond l-interessi tagħhom u mhux skond l- interessi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta titkellem ma' nies li jkunu ġejjin minn gżejjer żgħar, li forsi jkunu ftit ikbar u ftit iżgħar minn Malta u li wħud minnhom huma fil-qalba ta' l-Ewropa, issib li l-maġġoranza tagħhom lanqas biss joħolmu li jsiru membri sħaħ.", "Fil-fatt dawn jaqblu li peress li huma żgħar għandhom jadottaw il-politika li taqbel lilhom fl-interess tagħhom.", "Dawn huma konvinti, bħalma hija konvinta din in-naħa tal-Kamra, li kif inhuma l-affarijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea fil-preżent, żgur ma jaqblilhomx li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea bħala membru sħiħ imma jemmnu li għandu jkollhom l-aqwa relazzjonijiet magħha.", "Fil-fatt dawn għandhom diversi ftehim ta' kooperazzjoni f'diversi oqsma ma' l-Unjoni Ewropea u hawnhekk nixtieq insemmi l-financial sector u l-qasam tal-bastimenti merkantili.", "Pero' dawn jafu li jekk jidħlu bħala membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea se jinbelgħu.", "Jien naqbel ma' din il-linja u nixtieq li pajjiżna jadottaha għalih ukoll.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nsemmi lin-Norveġja li għandha l-oqsma tal- bastimenti merkantili, tal-ħut u taż-żejt kbar sostanzjalment u huma vitali għall-ekonomija tagħha din tħares lejn l-interessi tagħha u l-poplu Norveġiż għal darba, darbtejn, tlieta qal le għal sħubija sħiħa ta' pajjiżu fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk nistenna li kull membru f'din il-Kamra jħossu d-dover li dak li jagħmlu jagħmluh fl-aħjar interess ta' pajjiżhom.", "Per eżempju, llum ħafna qed jistaqsu, u bir-raġun, kif il-gvern preżenti qabel mas-seba' kapitli tan-negozjati u mbierek Alla ma sab l-ebda problema minn dak li ġie miftiehem.", "Ovvjament la taqbel ma' kollox il-kapitli jingħalqu malajr imma jkun tajjeb li l-poplu Malti jingħata l-informazzjoni kollha ta' dak li ġie miftiehem biex naraw jekk dan huwiex fl-interess tal- poplu Malti u Għawdxi.", "Jien nemmen li rridu nħarsu lejn il-potenzjal qawwi tal-ħaddiema tagħna li mas-snin bnew setturi sħaħ mix-xejn meta pajjiżna kien maħkum u tejbuhom meta pajjiżna ħa rajh f'idejh.", "Dan kollu rridu nibżgħu għalih.", "Għalhekk irridu nkunu ċerti f'dak kollu li nagħmlu, speċjalment f'qasam bħal dan, u m'għandniex nirriduċu ruħna għal ossessjoni waħdanija.", "Bħala wieħed mill-iżgħar deputati ma rridx nara li nkunu ħadna pass li jkun sewa qares għal pajjiżna jew pass li jkun qiegħed jaħmi l-imrar għall- ġenerazzjonijiet futuri.", "Jien nixtieq nara li dak li jsir f'dan il-pajjiż isir fl-interess tal-pajjiż u mhux minħabba xi ossessjoni politika.", "Fl- opinjoni tiegħi l-maġġoranza tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea ma jgħoddux għal pajjiżna, pero' Allaħares il-gvern jemmen li m'hemm xejn li jgħodd għal pajjiżna.", "Naħseb il-gvern jemmen li hemm xi regolamenti li jgħoddu għalina u jien għalhekk niskanta kif il-gvern qabel fuq kollox u għalaq is-seba' kapitli malajr biex iħaffef il-proċess ħalli nissieħbu fl- Unjoni Ewropea kemm jista' jkun malajr.", "Jien dan jinkwetani speċjalment f'settur vitali għal pajjiżna bħal dan, settur li jħalli ċertu dħul lejn pajjiżna.", "Jien nemmen li ħafna minn dawn il-konvenzjonijiet huma tajbin għax jagħmlu ħafna ġid lil baħar ta' din il-pjaneta li ngħixu fiha u għalhekk huwa fl-interess ta' kulħadd li dawn il-konvenzjonijiet jiġu adottati u mhux biss jibqgħu miktubin fuq il-karta.", "La qed nitkellmu fuq il-qasam tal-bastimenti nixtieq nitkellem ftit dwar it-tarznari ta' pajjiżna.", "Nafu li fil-qasam tal-bastimenti merkantili t- tarznari ta' pajjiżna għandhom role importanti x'jagħtu, speċjalment it- tarzna ta' Bormla li tilqa' fi ħdanha numru ta' bastimenti għat-tiswija u għall-manutenzjoni.", "Jien nixtieq li dawn il-bastimenti li tista' tgħid li jiġu minn madwar id-dinja kollha, ssirilhom aktar sorveljanza mill- awtoritajiet Maltin għax jekk iseħħ xi diżastru fuq tanker taż-żejt, per eżempju, l-mezzi li għandna huma limitati.", "Għalhekk tkun ħaġa tajba li jkun hemm mezz kif l-awtoritajiet Maltin ikunu ċerti mill-kwalità tal- bastimenti qabel dawn jidħlu f'pajjiżna.", "B'hekk nassiguraw li dak li jkun ġej f'pajjiżna ma jkunx ta' periklu għax jekk Allaħares qatt jiġri aċċident f'pajjiżna dan iġib diżastru u l-ekonomija ta' pajjiżna u l-qasam tat-turiżmu jaqilgħu daqqa ta' ħarta.", "Ta' min igħid li ż-żewġ tarnari, ċ-chairmen tagħhom, il-membri tal- bordijiet kif ukoll il-ħaddiema qed jagħtu kontribut kbir lil pajjiiżna.", "Fil-passat jien kelli l-opportunità sabiħa li naħdem ma' dawn in-nies għax dak iż-żmien ma nistax ninsieh.", "Illum jien nista' nifhem aħjar it-tbatija li jgħaddu minnha l-ħaddiema biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom u mit-tertiq il-qalb li dawn isibu ruħhom fih minn żmien għal żmien u minn fuq kultant il-media u mezzi oħra f'pajjiżna jaraw kif se jimminaw lit-tarznari u lil dawn il-ħaddiema li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn hemmhekk.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex insellem lil dawk il-ħaddiema kollha li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol speċjalment fit-tarznari għaliex nafu l-periklu kbir li jiffaċċjaw dawn il-ħaddiema.", "Ikun tajjeb li wieħed jistaqsi wkoll x'inhi s-sitwazzjoni taż-żewġ tarznari fil-preżent.", "Ikolli ngħid li fuq it-tarzna ta' Bormla ftit li xejn għandi informazzjoni imma fuq it-tarzna tal-Marsa nista' ngħid li malli l-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk jispiċċaw ix-xogħol li qed jagħmlu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel dawn ma jkunx fadlilhom xogħol ieħor x'jagħmlu.", "Jien nixtieq inkun naf x'qed jagħmel il-bord tat-tarzna tal- Marsa u l-gvern biex jinġieb ix-xogħol għal 800 ħaddiem li l-għajxien tagħhom jiddependi minn hemmhekk.", "Kif issemma kemm-il darba f'din il-Kamra fi żmien gvern Laburista kien wasal biex jintlaħaq ftehim bejn il-gvern Malti u l-gvern Libjan dwar trawlers tas-sajd li kellhom jinbnew fit-tarzna tal-Marsa li sal-lum għadhom ma waslux.", "Illum il-prospetti ta' xogħol fit- tarzna tal-Marsa ħadd ma jaf x'inhuma.", "Naf li hemmhekk hemm nies kapaċi, nies li għandhom sengħa kbira u li għandhom kontribut kbir x'jagħtu u r- riorganizzazzjoni fuq il-post tax-xogħol qed issir b'mod tajjeb u bil-pass kif jaqbel lill-azjendi nnifisha.", "Pero' jien nixtieq inkun naf x'qed isir biex jinġieb ix-xogħol għal din l-azjenda li tħaddem 800 ruħ.", "Jien ngħid li huwa d-dover tagħna u d-dover b'mod partikolari tal-gvern li jara li x-xogħol f'din l-azjenda jkun assigurat u li jġib ix-xogħol għal dawn it-800 familja għax ma nixtieqx li t- tarzna tal-Marsa tagħlaq il- bibien ħesrem minħabba nuqqas ta' xogħol.", "Għalhekk hemm bżonn naħdmu għal aktar opportunitajiet ta' xogħol f'dan il-qasam, speċjalment fil-qasam tat- tarznari.", "Nerġa' ngħid li dan l-abbozz ta' liġi għandu jassigura l- impjiegi u d-dħul li pajjiżna għandu minn dan il-qasam.", "Jien ngħid li meta naslu fi stadju ta' kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi rridu nevalwaw kull klawsola biex naraw jekk dawn igħoddux għalina.", "Jien nixtieq nieħu l-opportunità biex minn hawnhekk nappella lill- Ministru - naf li dan il-qasam huwa għal qalbu - biex fl-istadju ta' kumitat dak li jingħad minn din in-naħa tal-Kamra jkun ikonsidrat bis- serjetà għax bħal oqsma oħra dan huwa qasam ta' importanza kbira għall- ekonomija ta' pajjiżna.", "Għalhekk m'għandniex inħallu ċerti ossessjonijiet iħassru dak li huwa ta' interess għal pajjiżna.", "Naf li kull ministru li kellu taħtu dan il-qasam ħadem bis-sħiħ u ta l-kontribut tiegħu biex imexxi dan il-qasam 'il quddiem u jkabbar il-flotta li ttajjar il-bandiera Maltija.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Cuschieri, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Cuschieri jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Joseph Cuschieri jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ma tantx jien f'sikti pero' la qed nitkellmu fuq il-qasam tal-baħħara nħoss li għandi nitkellem.", "Peress li jien għamilt żmien naħdem fuq il-baħar u għext mal-baħħara dan il-qasam baqa' ġo fija għax naf kemm dawn in-nies jiltaqgħu ma' avventuri, tbatija u inċidenti u naf x'responsabilitajiet ikollhom.", "Hawnhekk kien hawn min qal li dan l-abbozz ta' liġi se jġib aktar serjetà fuq il-bastimenti li jirreġistraw taħt il-bandiera Maltija u se jagħti lok li l-baħħara Maltin ikollhom aktar ċans għall-impjieg pero' jiddispjaċini ngħid li din ma nemminhiex.", "L-ewwelnett tajjeb infakkar li mill-qedem pajjiżna kien imsemmi għall- baħħara u għas-servizz li jagħti pajjiżna lill-baħħara, lill-bastimenti u lill-attivitajiet tal-baħar.", "Pajjiżna dejjem kien iċ-ċentru tal-baħar sa minn żmien il-Feniċi.", "Pero' sa ftit tas-snin ilu, meta jien kont fuq il-baħar, niftakar ukoll li kien hemm tip ta' bastimenti li minkejja li ma kenux seaworthy kienu jbaħħru xorta u l-baħħara Maltin kienu jissugraw ħajjithom biex iġibu l-għajxien għall-familja tagħhom.", "Imbagħad meta beda jgħaddi ż-żmien, id-dinja kollha bdiet issir konxja dwar dan kemm fl- interess ta' min għandu l-bastimenti kif ukoll fl-interess tal-baħħara stess.", "Fl-antik kont tisma' ħafna stejjer ta' baħħara li tilfu ħajjithom fuq il-bastimenti għax minkejja li dawn kienu jafu li kienu qegħdin fil- periklu dawn kienu jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex iġibu l-għajxien għall- familja tagħhom.", "Għalhekk biż-żmien bdew deħlin kondizzjonijiet aħjar għall-baħħara u sigurtà u aktar kontrolli biex il-bastimenti jkunu seaworthy.", "B'hekk jiġu evitati ħafna diżgrazzji bħal meta jintilfu xi bastimenti bil-konsegwenza li l-baħħara jitilfu ħajjithom.", "Maż-żmien il- bastimenti bdew isiru b'makkinarju modern biex il-kumpanniji li għandhom il- bastimenti setgħu jnaqqsu l-ammont ta' nies fuq il-baħar u jnaqqsu wkoll l- ispejjeż.", "Barra minn hekk il-bastiment jimxi iktar u jasal aktar fil-ħin u dak ifisser flus.", "Niftakar meta kont naħdem fuq il-baħar konna ngħidu \"more days more dollars\" pero' s-sid ma jgħidx hekk.", "Niftakar ukoll li min kien għarus jew kellu t-tfal kien jgħid \"more days more dolours\", jiġifieri kien hemm żewġ interpretazzjonijiet.", "Kif kont qed ngħid is-sidien tal- vapuri bdew isibu metodi biex inaqqsu l-ispejjeż u biex il-bastiment jimxi aktar f'inqas ħin.", "Imbagħad bdew deħlin ukoll il-containers biex ikun jista' joqgħod iktar cargo u biex il-cargo ikunu jistgħu jħottuh fil- portijiet f'inqas ħin u allura l-baħħara riedu jkunu kapaċi u trained aktar.", "Fil-fatt wara l-baħħara bdew jintalbu l-qualifications.", "Ta' min igħid li kien hemm ċerti bastimenti li ma bdewx ikunu konformi ma' dawn l- affarijiet għax peress li kellhom bastimenti antiki li kienu jinxtraw minn ċerti kumpanniji ta' ħorrox borrox, biex ngħid hekk, kienu jħaddmu nies li ma kellhomx qualifications u esperjenza biżżejjed u kienu jirreġistraw il- bastimenti taħt il-bandiera Panamiża li kienet flag of convenience.", "B'hekk minflok il-kumpannija kienet tmur aħjar għax kienet tqanċeċ kienet tmur għall-agħar għax issir xi diżgrazzja.", "Dan ifisser li diżgrazzja fuq il- baħar mhux bilfors isseħħ għax ikollok bastiment li ma jkunx seaworthy imma tista' tiġri wkoll għax ma jkollokx baħħara kwalifikati u ta' esperjenza.", "Kif għedt diġà, minkejja li dan l-abbozz ta' liġi jagħtik x'tifhem li se nsolvu l-problemi, li se nkunu aktar serji u li se nagħtu aktar impjiegi lill-baħħara l-fatti mhumiex hekk u se ngħid għaliex.", "Per eżempju, fejn qiegħda l-protezzjoni li se nagħtu lill-baħħara u fejn se noffrulhom aktar impjiegi?", "Ta' min igħid li qabel, il-baħħara, speċjalment il-baħħara Maltin, kien ikollhom preferenza biex jaħdmu fuq bastiment Maltin imma llum dawn litteralment marru l-baħar.", "Illum m'hemm xejn li jipproteġi jew li jagħti preferenza lill-baħħara Maltin biex ikunu jistgħu jaħdmu fuq bastimenti reġistrati taħt bandiera Maltija u din hija ħasra.", "Per eżempju, il-Partit Laburista fil-gvern li kien jaf bil-kondizzjonijiet ebsin biex il- bastimenti jkunu seaworthy u li l-baħħara ried ikollhom aktar qualifications u esperjenza dan mill-ewwel qabad il-barri minn qrunu u għamel skola nawtika biex iħarreġ u jgħallem l-uffiċjali ħalli dawn iġibu ċertifikati ta' l-aqwa standard u jkunu jistgħu jaħdmu fuq bastimenti li ma jkunux Maltin biss.", "Barra minn hekk il-Gvern Malti kien ifforma l- kumpannija Sea Malta biex ikollu bastimenti ħalli jkun jista' jilqa' għad- domanda tal-pajjiż, biex ikun hemm dik il-link ma' pajjiżi oħra permezz ta' cargo vessels u biex inħaddmu baħħara Maltin li għal snin twal għamlu unur lill-pajjiżna mad-dinja kollha.", "Il-gvern Laburista kien ħa dawn l- affarijiet bis-serjetà pero' x'insibu llum?", "Illum kulma jmur il-bastimenti qed inaqqsu mill-crew għax illum għandhom ħafna affarijiet awtomatiċi u aktar apparat sofistikat.", "Per eżempju, fejn qabel kellna radio room b'xi 20 apparat, illum b'sempliċement tliet biċċiet apparat żgħar għandek communication aħjar minn qabel.", "Fejn qabel kellek fizzjal responsabbli mit-telecommunication, illum dan m'għadx baqa' bżonnu.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet biex nuri f'liema stadju wasalna.", "Pero' min-naħa l-oħra jrid ikollok nies imħarrġa aktar li jridu jkopru ċerti areas iktar milli kienu jkopru qabel.", "Għalhekk kienet importanti l-iskola nawtika li għamel gvern Laburista.", "Pero' llum x'inhu jiġri?", "Illum din l-iskola li kienet tilqa' fiha studenti minn pajjiżi barranin tfarrket.", "Illum m'hu qed nagħmlu xejn biex il-ftit crew li għandna jaħdem fuq bastimenti merkantili reġistrati taħt il-bandiera Maltija u ħafna baħħara kwalifikati ta' esperjenza spiċċaw jagħmlu xogħol mhux konness mal-baħar.", "Imma l-ironija hi li filwaqt li qed nagħtu lil wieħed x'jifhem li f'dan il-qasam mexjin b'ritmu mgħaġġel u li aħna xempju ta' pajjiżi oħrajn f'dan il-qasam qed nagħmlu l-affarijiet bil-kontra.", "Per eżempju, il-bastiment tal-Gozo Channel li nbena dan l-aħħar u li suppost inbena b'equipment u b'inġenji moderni u allura suppost fuqu jkun hemm inqas nies, fil-fatt għandu crew aktar mill-bastiment Queen Elizabeth.", "Dawn l-affarijiet ma jitwemmnux!", "Nerġa' ntenni li bastiment ma jegħreqx biss għax ikollu xi difett imma għax xi membri tal-crew ma jkunux kwalifikati u ta' esperjenza.", "Illum ħafna kumpanniji li għandhom bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija jħarsu lejn crew li jitħallas ftit.", "Per eżempju, minkejja li llum il-baħħara suppost ikollhom il-qualifications u l-esperjenza huwa fatt magħruf li ħafna bastimenti jħaddmu l-Filippini li jieħdu ftit paga u min huwa intiż fuq il-baħar jaf li qed ngħid il-verità.", "Per eżempju, għal deep-sea ocean-going vessel il- membri tal-crew jrid ikollhom ċerti qualifications; jekk il-bastiment ikun tal-cargo ikollok bżonn ċertu ammont u jekk il-bastiment ikun tal- passiġġieri jkollok bżonn ammont ieħor.", "Ta' min isemmi wkoll li l-baħħara fuq bastiment tal-cargo jrid ikollhom aktar qualifications mill-baħħara fuq bastiment tal-passiġġieri.", "Jekk bastiment ikun coastal irid ikollu ċerti kondizzjonijiet u jekk ikun bastiment coastal u tal-cargo għandek bżonn ċertu ammont ta' crew bl-esperjenza.", "Jekk imbagħad naraw x'qed jagħmlu fil-Gozo Channel insibu li qed nidħku bina nfusna.", "Fil-Gozo Channel sar bħall-proverbju ta' Mawmettu li għajjat lill-muntanja u meta ma ġietx u mar hu.", "Qed ngħid dan għax wara li daħħlu nies mingħajr qualifications u mingħajr esperjenza tawhom kors.", "Fejn qatt smajna li xi ħadd ingħata ċ-ċans li joqgħod għall-eżami u li jingħata ċertifikat jekk ma jkollux l-esperjenza!", "Suppost trid tibda minn isfel imma fil-Gozo Channel tibda minn baħri!", "Mal-Gozo Channel kollox jiġri!", "U Alla jbierek meta titla' fuq vapur tibda taħbat mal-crew kullimkien u tliet kwarti minnhom ma jafux x'inhuma jagħmlu meta l-crew suppost ikollu ċerti responsabbiltajiet u esperjenza minħabba s-safety.", "Pero' l-isbaħ waħda hija li wieħed li għandu ċerti qualifications u ċerta esperjenza ma jilħaqx bosun imma xi ħadd li m'għandux esperjenza imma jaf lill-Onor.", "Giovanna Debono jilħaq!", "Dawn x'affarijiet huma, affarijiet li ma jitwemmnux!", "(Interruzzjonijiet) Int qatt ma tkun taf xejn!", "Inti tagħti l-ordni biss!", "Taf għalxiex qed nirriferi għax anke f'dan il-qasam qed iddaħħlu l-politika.", "Minflok daħħaltu s-serjetà għax hawnhekk tidħol ir-responsabilità tal-passiġġieri sfortunatament il-crew, l-esperjenza u l- qualifications marru l-baħar, aktar u aktar taħtek.", "Dan qed ngħidu b'responsabbiltà għax naf x'qed ngħid.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, on a point of personal explanation.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sur President, la l-Onor.", "Mizzi qed isemmi s- serjetà nista' ngħidlu li s-serjetà li hemm illum fil-Gozo Channel kważi ma kienet teżisti qatt qabel.", "Kulmin jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer u jirkeb il-vapur jista' jgħid li qatt daqs illum ma kien hemm ordni, dixxiplina u indafa fuq il-Gozo Channel.", "Dik hija l-verità u dan mhux qed ngħidu jien imma qed igħidu u jarah kulħadd.", "Dwar l-allegazzjonijiet li semma qabel nista' nassigurah li dan mhu minnu xejn.", "Fil-fatt id-dħul tal-ħaddiema sar b'interview, skond kif jitolbu r- regolamenti l-ETC eċċ.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Aħna ma nħarsux biss lejn l-indafa.", "Is-serjetà titlob li naraw li ma jkunx hemm inċidenti u meta jinqala' xi ħaġa nkunu kapaċi nsalvaw il-ħajja.", "Il-Ministru ma semmietx il-qualifications u l-esperjenza li huma tant importanti f'dan il-qasam.", "Huwa veru li l-ETC qed tibgħat għal dawk il-baħħara li qed jirreġistraw u li għandhom il-qualifications u l-esperjenza u tikkomparahom ma' oħrajn li għandhom esperjenza aktar fuq boat drill u fire drill, per eżempju, imma hemm nies li Allaħares jinqala' xi ħruq għax jekk jibagħtuhom fuq il-poppa jmorru fuq il-pruwa għax lanqas jafu fejn hi l-poppa u fejn hi l-pruwa!", "Per eżempju, darba l-ex-Ministru Ugo Mifsud Bonnici daħħal wieħed u meta qalulu biex imur fuq il-poppa ma kienx jaf fejn qiegħda u beda jħares lejn id-dar ta' Dr Ugo Mifsud Bonnici f'Bormla forsi jgħidlu fejn hi l-poppa!", "Meta tisma' dawn l-affarijiet tidħak imma dawn m'humiex affarijiet taċ-ċajt.", "Jien għedt lil persuna biex tistaqsi persuna oħra li taħdem mal-Gozo Channel fejn qiegħda l-poppa u sibt li din lanqas biss taf x'inhi!", "Issa din suppost qed taħdem abbord u f'każ ta' boat drill jew fire drill tkun taf fejn hu f'postha.", "Dawn l- affarijiet irridu nsemmuhom u mhux nagħtu x'wieħed jifhem li b'dan l- abbozz ta' liġi se ntejbu l-affarijiet u se noffru l-impjiegi.", "Ta' min jgħid ukoll li l-bastiment tal-Gozo Channel li nbena fis-sena 2000 għandu l-istess problemi li kellhom bastimenti tmien snin ilu u l- ammont ta' crew li hemm fuqu llum huwa l-istess daqskemm kien ikun hemm tmien snin ilu meta suppost hemm nofs in-nies.", "Dawk kummiedji, dik effiċjenza!", "Donnu li issa l-politika qed tagħmel pressjoni biex iħaddmu n- nies li ġew imwiegħda li jaħdmu meta dawn m'għandhomx qualifications u esperjenza daqs ħaddieħor.", "Illum jien qed nitkellem mill-esperjenza għax hemm ħafna baħħara kapaċi u ta' esperjenza mal-Gozo Channel li huma mweġġgħin.", "Dawn huma baħħara li baħħru fl-oċean atlantiku u kienu bosun fuq bastimenti li kienu jġorru l-passiġġieri fil-baħar atlantiku imma mhumiex tajbin biex ibaħħru bejn Malta u Għawdex għax forsi ma jafux lill- Onor. Giovanna Debono jew lil xi ħaddieħor Nazzjonalist!", "Ta' min isemmi wkoll li l-gvern kien ħareġ il-flus biex igħallem lill- kaptana Maltin u biex nuri li jien mhux qed nitkellem politikament irrid ngħid li wieħed mill-iktar kaptana kapaċi f'Malta huwa Għawdxi Nazzjonalist u jien għandi fiduċja fih pero' anke lil dan taw bis-sieq.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok ikkonkludi għax sar il-ħin.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien il-gvern Laburista li nsista biex il-baħħara Maltin jistudjaw u jsiru master mariners.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir għadda mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUIGA: Mr Speaker, nassoċja ruħi ma' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Abela, pero' għan-nom ta' sħabi fuq din in-naħa tal-Kamra irrid nuri d-diżapprovazzjoni tiegħi u ta' sħabi għall-fatt li filwaqt li konna qed niddiskutu l-emendi u d-diversi klawsoli ġodda li daħlu, din il-Kamra ma kellhiex l-opportunità li tiddiskuti l-kunċett tat-teleshopping bħala parti mir-regolamenti dwar aktar setgħat lill-prim ministru biex jintroduċi regolamenti li jkunu konformi ma' l-EU directives u lanqas iddiskutejna ċerti affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' frekwenzi.", "Il-Kamra ma kellhiex ix-xorti li tiddiskuti dan kollu u spiċċajna f'kumitat ta' sitta min-nies, biċ-chairman sebgħa, li rridu niddiskutu s-second reading u l-committee stage u dan żgur mhuwiex fair għal dan il-parlament.", "Fil-fatt ċerti kunċetti importanti f'dan l-abbozz ta' liġi ma ġewx maturati biżżejjed f'din il- Kamra biex ikun hawn diskussjoni iktar wiesgħa fil-pubbliku dwarhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Ġunju 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il- Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Tielet Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, xtaqt nieħu ftit ħin minn dan l- aġġornament biex nirrispondi għad-diskors li sar dalgħodu mill-Onor.", "Karl Chircop dwar rapport li għandu jiġi preparat minn wieħed mill-konsulenti ta' l-FAS li l-ETC ġabet mill-Irlanda.", "Qabel xejn irrid ngħid li jekk m'iniex sejjer żball, din il-ġimgħa stess saritli mistoqsija parlamentari fejn ġejt mitlub mill-Onor.", "Chircop biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li ppreparaw l-FAS.", "Jiena weġibt dik il-mistoqsija billi għedt li l-proċess għadu għaddej u għalhekk ir-rapport ta' operations review ta' l-ETC għadu mhux finalizzat.", "Fit- tweġiba tiegħi għedt ukoll li ma jidhirlix li meta jitlesta dan id-dokument għandu jiġi pubblikat, u għamilt din ir-riżerva għax għadni ma nafx preċiżament x'se jgħid dan id-dokument u jekk hux se jidħol fid-dettal dwar l-operazzjoni ta' l-ETC, partikolarment dwar l-ispettorat u dwar kif jinqatgħu l-abbużi, u x'proċeduri tuża l-ETC biex jinqatgħu l-abbużi ta' min ikun qed jirreġistra għax-xogħol.", "Għax jekk dak huwa l-każ, jien jidhirli li dik il-parti m'għandix nagħmilha pubblika għalkemm ma jkolli ebda diffikulta' li ngħaddi kopja tar-rapport lill-Onor.", "Chircop fuq bażi kunfidenzjali.", "Irrid ngħid li l-ftehim bejn l-ETC u l-FAS sar fi Frar ta' din is-sena u skond dak il-ftehim minn dakinhar sal-lum ġew tmien konsulenti, kollha speċjalizzati f'oqsma differenti, li kellhom l-inkarigu li jagħmlu rapport lill-ETC fuq il-qasam li kienu mitluba jeżaminaw.", "Fost dawn it-tmien konsulenti kien hemm Sean Smith, li wasal Malta fil-21 ta' Frar u dam hawnhekk sat-3 ta' Marzu.", "Xi ħmistax-il ġurnata wara din id-data Smith ikkonkluda dak li qed jissejjaħ bħala first report, li huwa abbozz ta' rapport wara li ltaqa' mal-ħaddiema ta' l-ETC u mar-rappreżentanti tal- unions u tal-korpi kostitwiti biex jistudja l-opinjoni tagħhom fuq il-qasam tax-xogħol f'pajjiżna, fuq l-isfidi li għandna quddiemna u fuq il-qasam ta' ristrutturazzjoni li ilna għaddejjin bih għal perijodu ta' żmien kemmxejn twil.", "Minħabba u in vista ta' dawn il-konsultazzjonijiet, Smith ipprepara rapport wieħed minn diversi rapporti li s'issa għadhom fl-istadju ta' first report u dan ir-rapport flimkien mar-rapporti l-oħrajn iridu jiġu kkonsolidati mill-FAS biex finalment ikun ippreżentat ir-rapport finali.", "L-Onor.", "Chircop għoġbu jikkwota siltiet minn dan ir-rapport u poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fotokopja tiegħu, pero' poġġa biss estratt minn dan ir- rapport, jiġifieri minn paġna 18 sa 28, u jidher li l-fotokopja lanqas tkopri dak kollu li hemm f'dawn il-paġni.", "Waqt id-diskors tiegħu l-Onor.", "Membru għamel riferenza partikolari għal sentenza li hemm f'dan ir-rapport taħt it-titlu \"Redundancy\", li tgħid hekk:", "\"There is expectation that there will be redundancies in the event of Malta joining the EU as trade levies and barriers are removed.\"", "L-Onor.", "Chircop għamel plejtu sħiħ fuq din is-sentenza mingħajr ma fehem li r-rapporteur kien qed jirrapporta l-feeling, il-kuntatt u l-kummenti li sarulu waqt li kien qiegħed jagħmel dawn il-konsultazzjonijiet u kien qed jirrapporta wkoll li fost l-operaturi ekonomiċi f'pajjiżna kien hemm ċetu ħsieb li jista' jkun li minħabba ristrutturazzjoni li kienet qed issir u anke minħabba jew b'effett tat-tneħħija tal-levies, jista' jkun hemm redundancies.", "Għalhekk fir-rapport tiegħu dan il-konsulent ta l-opinjoni u s-suġġerimenti tiegħu dwar kif l-ETC tista' twieġeb għal din il-biża' li teżisti u anke biex l-ETC tkun proattiva u hi stess tieħu l-inizjattiva biex tkun tista' twieġeb għal dan il-proċess ta' ristrutturazzjoni.", "Minn kmieni s-sena li għaddiet, jiġifieri minn qabel ma bdiet din il- konsulenza, l-ETC kienet diġa bdiet tieħu diversi inizjattivi.", "L-ETC diġa' qed tagħmel monitoring mill-viċin ta' l-effett ta' dawn il-levies u fil- fatt f'idejja għandi rapport li jagħmel analisi ta' x'impatt kien hemm fuq il-qasam ta' l-impjiegi mat-tneħħija ta' l-ewwel grupp ta' levies.", "Irrid ngħid li l-analisi u l-istatistika s'issa qed turina li mhux talli l- impjiegi ma naqsux anzi pjuttost żdiedu.", "Ir-rapport dwar l-ewwel grupp ta' levies li tneħħew s'issa jgħid li l-effett finali fis-setturi li kienu involuti direttament bejn Settembru 1999 u l-aħħar ta' April tas-sena 2000, irriżulta li mhux talli l-impjiegi ma naqsux, talli żdiedu b'66 persuna.", "L- uniċi kumpanniji li naqqsu l-impjegati kienu kumpanniji partikolari li għall-prudenza mhux se nsemmi min huma, pero' kumpannija partikolari li kienet ilha għaddejja minn diffikultajiet finanzjarji għal dawn l-aħħar ħames snin naqqset il-workforce tagħha bi 30.", "Kumpannija oħra naqqset 19-il impjegat għax il-post fejn kienet topera inħaraq, u kumpannija oħra naqqset ħames impjegati għax ukoll kienet ilha għaddejja minn problemi finanzjarji għal perijodu ta' żmien, u għalhekk dehrilha li jkun aħjar li tnaqqas l-impjegati biex tkun tista' tibqa' kompetittiva.", "Mill-bqija, l-analisi li saret mill-ETC tindika bl-iktar mod ċar li dan l-ewwel grupp ta' levies bl-ebda mod ma affettwa l-qasam ta' l- impjiegi f'pajjiżna, anzi bil-kontra, għax irriżulta li f'ċerti oqsma l- opportunitajiet ta' xogħol żdiedu.", "Naturalment l-ETC qed tkompli ssegwi l- iżviluppi f'dawn l-eżerċizzji ta' ristrutturazzjoni li qed isiru f'pajjiżna, eżerċizji li pajjiżna jrid jgħaddi minnhom bilfors jekk irid isir kompetittiv.", "Jekk l-Onor.", "Karl Chircop jew xi kelliem ieħor ta' l- oppożizzjoni qed jippretendi li pajjiżna ma jgħaddix minn dan il-proċess ta' ristrutturazzjoni biex naħbu rasna fir-ramel u naħsbu li b'daqshekk inkunu qed nipproteġu l-impjiegi, allura naħseb li l-oppożizzjoni għadha ma fehmet assolutament xejn.", "Irrid ngħid ukoll li nsib stramb ħafna l-fatt li f'mument meta pajjiżna qed jirreġistra suċċess wara l-ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien ta' l-impjiegi, jiġi l-Onor.", "Karl Chircop u jipprova jimminimizza dan il- proċess ta' ħolqien ta' impjiegi, riżultat ta' l-attivita' ekonomika li ilha għaddejja f'pajjiżna għal diversi xhur, u jipprova jdgħajjef dawn is- suċċessi.", "Jien niskanta kif l-Onor.", "Chircop jikteb artiklu fuq \"l- orizzont\" u jgħid li l-qagħad f'pajjiżna għadu ta' 8,000 ruħ meta ilna nippubblikaw statistika li turi li l-qagħad ilu nieżel b'ritmu mgħaġġel ħafna għal numru mhux ħażin ta' xhur.", "Fuq perijodu ta' 12-il xahar - u allura m'għandhomx x'jaqsmu l-istaġuni - jirriżulta li taħt l- amministrazzjoni preżenti nħolqu 2,200 impjieg full-time u 2,600 impjieg part-time.", "Dan ifisser li f'sena ħloqna 4,800 impjieg, minbarra li l- impjiegi fis-settur privat żdiedu b'2,300 u s-self employed żdiedu b'500.", "Dan kollu mingħajr ma ħloqna l-ebda korp tax-xogħol, l-ebda \"Dirgħajn il- Maltin\", imma ħloqna biss attivita' ekonomika.", "Jien kont nippretendi li għallinqas l-oppożizzjoni tirrikonoxxi d-direzzjoni li ta dan il-gvern, il- fiduċja li ħoloq u l-ġid li qed jikkrea billi joħloq opportunitajiet ta' xogħol għall-Maltin.", "Għad fadlilna x'naqdfu, għax il-qgħad għadu jlaħħaq is-7,000, imma aħna se nibqgħu nagħmlu ħilitna kollha biex inkomplu nnaqqsu din iċ-ċifra biex jekk jista' jkun kulħadd isib xogħol u jaqla' l-għixien tiegħu.", "Dawn iċ-ċifri huma impressjonanti għaliex il-labour supply, jiġifieri dawk in-nies li qegħdin ifittxu x-xogħol, minn Ottubru 1998 sa Mejju 2000 żdied b'2,295 ruħ, jiġifieri minn 144,660 ruħ tela' għal 146,955 ruħ.", "Nerġa' nirrepeti li l-labour supply hija ċ-ċifra li turi li n-nies mhumiex qed jibqgħu d-dar għax qatgħu qalbhom li jsibu impjieg imma qegħdin jirreġistraw biex jinstabilhom ix-xogħol.", "Dan jikkuntrasta bil-qawwi ma' dak li kien ġara taħt l-amministrazzjoni Laburista meta bejn Novembru 1996 u Settembru 1998, jiġifieri f'perijodu ta' 22 xahar, il-labour supply li kienet tammonta għal 146,465 ruħ, niżlet b'1,805 ruħ, indikazzjoni li n- nies kienu qed jaqtgħu qalbhom li jsibu xogħol.", "Sadanittant taħt l- amministrazzjoni Laburista, avolja l-labour supply kien qed jonqos, il- qagħad minn Novembru 1996 sa Settembru 1998, minn 6,058 tela' għal 7,184, żieda ta' 1,126 ruħ fi 22 xahar, mentri taħt l-amministrazzjoni tagħna jiena kburi li wara ħidma ta' 18-il xahar, erġajna tajna direzzjoni lil dan il-pajjiż u niżżilna l-qagħad f'livell li huwa inqas minn dak li ħalla il- Partit Laburista f'Settembru 1998.", "Sadanittant pajjiżna ħoloq impjiegi għal dawk iż-żgħażagħ kollha li bdew ifittxu x-xogħol u għal dawk kollha li kellhom ibiddlu x-xogħol minħabba l-proċess ta' ristrutturazjoni.", "Pajjiżna ħoloq l-opportunitajiet għal min irid ifittex ġenwinament xi xogħol li jkun addattat għall-kapaċitajiet tiegħu, bid-diffikultajiet kollha li rridu niffaċċjaw, għax nifhmu li huwa diffiċli li fil-proċess ta' ristrutturazzjoni tħarreġ nies biex jaħdmu xogħolijiet differenti minn dawk li kienu imdorrijin jagħmlu qabel.", "Bejn Ottubru 1996 u Awissu 1998, fejn f'dan il-perijodu l-pajjiż kien immexxi minn gvern Laburista, kien hemm total ta' 4,090 sensja.", "Huwa għalhekk li ma naċċettax li l-Onor.", "Karl Chircop jagħmel ħafna diskorsi immirati biex b'xi mod inaqqas is-suċċessi li qed jiġu reġistrati mill-ETC u minn dan il-gvern in ġenerali, li qed jaħdem b'ħiltu kollha biex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem u biex jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "Għalhekk mhux sew li jiġi hawnhekk u jagħmel stqarrijiet bil-mod li għamel dalgħodu u jikkwota minn rapport li wara kollox hu stess ma fehemx il-kontenut tiegħu u l-messaġġ li qed joħroġ minnu.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid hi li ma nistax ma nirreaġixxix għall-artiklu li deher f'\"it-torċa\" ta' nhar il-Ħadd li għadda, intitolat \"Mijiet ta' Familji f'Baħar ta' Inkwiet\".", "Qabel xejn irrid niddeċiedi jekk din il- gazzetta hijiex il-vuċi tal-GWU jew hijiex il-vuċi tal-Partit Laburista.", "Dan l-artiklu, li m'huwiex iffirmat, donnu qed jiġġustifika l-abbużi kollha li saru għal snin sħaħ fil-qasam tal-benefiċċji soċjali.", "Jien nistenna li minn gazzetta li suppost tirrappreżenta l-opinjoni tal-GWU, li tant ħambqet li hemm bżonn li nikontrollaw l-abbużi, tgħid li fl-aħħar f'dan il-pajjiż qed jittieħdu azzjonijiet konkreti biex jinqatgħu l-abbużi u biex indaħħlu kultura ta' serjeta' biex kulħadd jifhem li ma jistax jibqa' jisraq flus il-poplu għad-dannu tal-gvern u ta' dawk li huma l-iktar dgħajfa.", "Minflok ma' l-GWU tappoġġja lill-gvern f'din l-inizjattiva, insibu artiklu li prattikament jiġġustifika l-abbużi li jsiru.", "Peress li -\"it-Torċa\" tirrifletti kemm l-opinjoni tal-GWU kif ukoll l-opinjoni tal- Partit Laburista, allura iktar u iktar nikkundanna lill-oppożizzjoni li ma teħux pożizzjoni ċara u tgħid li taqbel mal-gvern li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jinqatgħu l-abbużi u biex jinqatgħu t-teatrini ta' dgħufija li warajhom ikun hemm moħbija forza finanzjarja qawwija.", "Dan mhux aċċettabbli, u jiena ili nagħti avviż minn kmieni s-sena li għaddiet ftit wara li sirt ministru, li mhux se nħalli din is-sitwazzoni kif inhi, għax inħoss li hu d-dmir u r-responsabbilta' tiegħi lejn pajjiżi, speċjalment lejn dawk li huma l-iktar dgħajfa, li ma nħallix li dan l-abbuż ikompli jsir.", "Għalhekk għedt li min qed jisraq lill-gvern se jsib quddiemu l-forza tal-liġi u l-forza tal-ministeru u tad-dipartiment, biex dawn l- abbużi f'dan il-pajjiż jispiċċaw darba għal dejjem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, is-Sibt li għadda l-fondazzjoni ĠEM li tappartjeni għall-Partit Laburista organizzat seminar fuq il-waste management.", "Mid-diskors li qassam il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fil-parti fejn kien qed isemmi l-organizzazzjonijiet li hu jaħseb li m'għandhomx jitwieldu aktar, qal li:", "\"A case in point is the planning authority which has on the whole done more harm than good during its years of existence.\"", "Veru li hemm ħafna fuq xiex wieħed jista' jikkritika lill-awtorita' ta' l- ippjanar, imma xorta nemmen li dan l-istatement huwa esagerat u jnaqqas il- kredibilita' tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u tal-partit tiegħu.", "Veru li huwa faċli li tikkritikka, imma nemmen li l-politiku qiegħed hemm primarjament biex jara x'inhuma l-esiġenzi ta' din is-soċjeta' u jmexxi lill-pajjiż 'il quddiem.", "Kif diġa' għedt, hemm ħafna x'wieħed jista' jikkritika iżda huwa żball kbir li jsiru statements ġeneriċi u esaġerati bħal dawn, li jnaqqsu l- kredibilita' lil min ikun qalhom.", "Dak l-istatement huwa irresponsabbli wkoll għax jaqta' qalb dawk in-nies li fl-awtorita' jaħdmu bis-sħiħ.", "Naħseb li meta nikkritikaw lill-awtorita' ta' l-ippjanar, kemm in-naħa tal-gvern kif ukoll l-oppożizzjoni, nagħmlu dan biex l-awtorita' tmur għall-aħjar, imma safejn naf jien kien hawn understanding bejn iż-żewġ partiti li minn mindu twaqqfet l-awtorita' ta' l-ippjanar, ġie stabbilit ħafna iktar kontroll fil-pajjiż.", "Ma jfissirx li hawn kontroll fuq kollox imma huwa żgur li żdiedet id-dixxiplina fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Ma ninsewx - għax jista' jkun li n-nies jinsew u jista' jkun li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jinsa wkoll - x'kienet is-sitwazzjoni tal-pajjiż qabel ma twaqqfet l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Kien hawn litteralment taħwid kbir u kien hemm anke min igawdi u japprofitta ruħu minn dak it-taħwid, u għal grazzja tal-Mulej, minn mindu twaqqfet l-awtorita' ta' l-ippjanar, ġiet stabilita aktar dixxiplina u b'hekk l-awtorita' illum ma tikkontrollax biss l-applikazzjonijiet tal-privat imma tikkontrolla wkoll dawk tal-gvern stess.", "Illum ħadt gost naqra l-editorjal ta' \"The Times\" li tkellem fuq il- proġett taċ-Ċirkewwa u qal li l-awtorita' ta' l-ippjanar għamlet tajjeb li nsistiet fuq il-kondizzjonijiet ta' kif jinbena l-moll taċ-Ċirkewwa.", "Dan ikompli jsaħħaħ il-fatt li mat-twaqqif ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar f'pajjiżna żdiedet is-serjeta'.", "Hemm bżonn iżda li tkompli tonqos il- burokrazija u aħna determinati li nkomplu nagħmlu dan anke billi nbiddlu l- liġi, li fil-fatt f'dan ix-xahar stess se jkun ippubblikat l-abbozz ta' tibdil tagħha.", "Se jkun hemm tibdiliet fil-policies biex isiru aktar relevanti u jagħmlu l-ħajja ta' l-applikanti aktar faċli.", "Finalment se nkomplu ninsistu ma' l-awtorita' fuq il-bżonn ta' ri-organizzazzjoni fost il-ħaddiema tagħha biex tiżdied l-effiċjenza fi ħdan l-istess awtorita'.", "Naħseb li lanqas l-Onor.", "George Vella, li huwa membru ta' l-oppożizzjoni, ma jaqbel ma' esaġerazzjoni bħal dik li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien irrid ngħid li għamel tajjeb il-Partit Laburista li meta kien fil- gvern, lill-awtorita' ta' l-ippjanar ma ħatthiex imma pprova jbiddilha.", "L- Onor. Vella ppropona tibdil li fejn hu tajjeb aħna se nżommu u fejn ma kienx tajjeb se nbiddlu.", "Imma jien naħseb li iktar milli nħarsu lejn il- passat, għandna nħarsu wkoll lejn il-futur ta' dan il-pajjiż, u għalhekk għandna nneħħu l-ħażin ta' mat-tajjeb li għandna u nkomplu ntejbu dak it- tajjeb li hemm.", "Laqtitni wkoll parti oħra mid-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qal:", "\"Let us in their stead be prepared to put up new structures even if based on former departmental models.\"", "Hawnhekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid biex nikkuppjaw mudelli li kellna fil-passat, u għalhekk nistaqsih jekk din hijiex xi nostalġija għall- PAPB, li kellna qabel l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Għax jekk inhu hekk ngħidlu li aħna m'għandna l-ebda nostalġija għat-taħwid, għall-abbużi u għall-iskandli li kienu jsiru qabel ma twaqqfet l-awtorita' ta' l-ippjanar, u għalhekk m'għandna l-ebda skop li nikkuppjaw il-mudell tal-PAPB.", "Jien niftakar x'kien jiġri meta kien hemm il-PAPB, kif bl-ebda ippjanar ta' xejn inħolqu rħula f'nofs il-kampanja qishom mushrooms, irħula li faqqsu minn imkien għax xi ministru kien iddeċieda li joħroġ il-permess għall-bini.", "Dan huwa eżempju ta' kif kien in-nuqqas ta' ppjanar u l-eżerċizzju ta' poter abbużiv li kellna fil-qasam ta' l-iżvilupp ta' l-art.", "Kulħadd jaf kif f'pajjiżna spiċċajna biex għaqqadna l-irħula kollha ma' xulxin permezz ta' dak li jissejjaħ ribbon development.", "Nieħu gost li jsiru seminars fuq il-waste management - ċertament li hemm bżonn li nsibu soluzzjonijiet għall-problema tal-Magħtab - imma rridu noqogħdu attenti li nikkalkulaw l-affarijiet.", "Ninħtieġu wkoll il-volonta' politika biex nieħdu d-deċiżjoniiet kuraġġużi li hemm bżonn li jittieħdu għall-ġid ta' dan il-pajjiż, speċjalment għall- ġenerazzonijiet ta' għada, imma biex isir dan għandna bżonn ukoll il-flus.", "Per eżempju, quddiemi għandi rapport ta' proġett ta' riabilitazzoni li qed isir bħalissa ġewwa Zagreb fil-Kroazja, proġett ta' riabilitazzjoni ta' landfill ta' tmenin ettaru, ftit ikbar minn tal-Magħtab li fiha 75 ettaru, li se tiġi tiswa mal-Lm35 miljun.", "Jiena nemmen li hemm bżonn tal-kuraġġ politiku u li dak li hu tajjeb ngħidulu li huwa tajjeb u li ma ngħidux l-affarijiet b'mod esaġerat biex nippruvaw nieħdu xi vantaġġ politiku.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Ġunju 2000, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VITIKULTURA - SCIENTIFIC OFFICERS", "16409.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u scientific officers, eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis- sezzjoni tal-vitikultura mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Min se jkun responsabbli mill-aġġornamenti li jridu jsiru sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act, Cap 187?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din hija \"standard question\" oħra li tagħmel rIferenza għal diversi suġġetti/sezzjonijiet li jinkludu: trobbija tal-fniek; ortikoltura; vitikoltura; sezzjoni tal-frott frisk; agrikoltura; sezzjoni tat-tadam; sezzjoni tal-ħaxix; eċċ.", "Ninsab informat illi mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn ma kienx hemm tekniċi u scientific officers eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tal-vitikoltura.", "Naturalment id-direttur ġenerali ta' l-agrikoltura huwa responsabbli għad-dipartimenti kollha.", "ORTIKULTURA - SCIENTIFIC OFFICERS", "16410.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u scientific officers, eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis- sezzjoni ta' l-ortikultura mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Min se jkun responsabbli mill-aġġornamenti li jridu jsiru sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act, Cap.187?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din hija \"standard question\" oħra li tagħmel riferenza għal diversi suġġetti/sezzjonijiet li jinkludu: trobbija tal-fniek; ortikoltura; vitikoltura; sezzjoni tal-frott frisk; agrikoltura; sezzjoni tat-tadam; sezzjoni tal-ħaxix.", "Ninsab informat illi mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn ma kienx hemm tekniċi u scientific officers eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni ta' l-ortikoltura.", "Naturalment id-direttur ġenerali ta' l-agrikoltura huwa responsabbli għad- dipartimenti kollha.", "TROBBIJA TA' FNIEK - SCIENTIFIC OFFICERS", "16411.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u scientific officers, eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis- sezzjoni tat-trobbija tal-fniek mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Min se jkun responsabbli mill-aġġornamenti li jridu jsiru sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act, Cap.", "187?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din hija \"standard question\" oħra li tagħmel riferenza għal diversi suġġetti/sezzjonijiet li jinkludu: trobbija tal-fniek; ortikoltura; vitikoltura; sezzjoni tal-frott frisk; agrikoltura; sezzjoni tat-tadam; sezzjoni tal-ħaxix; eċċ.", "Ninsab informat illi mill-5 ta' Settembru 'l hawn ma kienx hemm tekniċi u scientific officers eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis- sezzjoni tat-trobbija tal-fniek.", "Naturalment id-direttur ġenerali ta' l-agrikoltura huwa responsabbli għad- dipartimenti kollha.", "PA - ĊIMITERJU TA' PEMBROKE", "16482.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm se jiġi estiż iċ-ċimiterju ta' Pembroke?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf l-Onor.", "Membru fis-6 ta` Mejju ġie varat l- abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet (North Harbours).", "L- Awtorita` ta` l-Ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess ta` konsultazzjoni pubblika.", "Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.", "Nitlob lill-Onor.", "Membru jirreferi għal proposta NHPE08 ta` dan il-pjan.", "SERVIZZI FINANZJARJI", "16483.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'kien fih il-questionnaire li ġie ppreżentat mill-financial stability forum meta analizzaw lil Malta bħala ġurisdizzjoni fil-qasam tas- servizzi finanzjarji?", "X'kienet ir-raġuni li l-gvern Malti dam daqstant biex irreaġixxa għall- klassifikazzjoni ta' pajjiżna bħala group II jurisdiction, meta r-rapport tal-working group ġie endorzjat mill-FSF nhar is-26 ta' Marzu, 2000 u r- rapport ġie maħruġ għall-pubbliku nhar il-5 ta' April, 2000?", "Min kienu l-membri tal-working group li ħadmu fuq id-dossier ta' Malta?", "X'laqgħat saru mal-working group u fuq liema livell saru?", "Malta meta ġiet avviċinata għall-ewwel darba in konnessjoni ma' dan l- eżerċizzju?", "X'inhi r-reazzjoni tal-gvern Malti dwar il-fatt li: il-fond monetarju internazzjonali qed jitgħabba bir-responsabbilta' biex jiżgura li Malta, flimkien ma' ġuridizzjonijiet oħra taderixxi għall-istandards mitluba mill- FSF; x'inhu l-menu of incentives li l-FSF qed tirriferi għalih meta titkellem dwar l-applikazzjoni ta' ċerti standards mill-pajjiżi konċernati; iċ-chairman tal-forum qed ifittex l-appoġġ ta' l-awtoritajiet nazzjonali tal-G7 u tal-G20 flimkien ma' l-IMFs international monetary and financial committee għar-rakkmandazzjonijiet tal-grupp?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-survey kien jinkludi 12-il mistoqsija li jinkludu:", "Min jilliċenzja l-banek, kumpanniji tal-insurance u securities - kemm hawn kumpanniji b`kollox u x`volum ta` business għandhom", "Kif jiġu ivvettjati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji minn barra minn Malta", "X`xogħol issir mill-host supervisor kemm fuq il-post kif ukoll off site u kemm ikun hemm nies involuti f`dan l-eżerċizzju", "L-aċċess għal dokumentazzjoni dwar persuni liċenzjati kif issir is- superviżjoni f`xogħol li jaqsam il-fruntieri.", "X`misuri għandha Malta fil-kamp tal-ħasil tal-flus u jekk Malta qatt ġiet evalwat f`dan irrigward", "Jekk l-entitajiet lokali humiex ikkontrollati bl-istess mod bħal barranin u l-abilita li tingħata informazzjoni lis-supervisors barranin", "Jekk Malta għandiex diffikultajiet b`xi supervisors lokali partikolari.", "Malta ippreżentat ir-risposti tagħha għall-questionnaire fid-29 ta` Diċembru, 1999 u r-rapport ippreżentat kien jinkludi il-kummenti u l- opinjonijiet tal-Bank Ċentrali, l-Borża ta` Malta u l-MFSC.", "Għalkemm ir-rapport tal-working group kien ippublikat fil-5 ta` April 2000, il-klassifikazjoni tal-OFCs ma` kienitx tagħmel parti minn dan ir- rapport.", "Il-Malta Financial Services Centre saret taf bl-intenzjoni li jikklassifikaw lil Malta f`grupp II meta iċ-ċentru irrċieva fax mingħand l- FSF, nhar it-Tnejn 22 ta` Mejju 2000.", "Fl-ittra tiegħu Mr Crockett qal", "`...The Forum concluded that it would be in the public interest to release a grouping of OFCs based on the results of the survey....", "The attached embargoed text will be publicly released on 26 May, identifying the placement of jurisdictions....`", "L-MFSC ikkonkludiet ir-risposta għal din il-fax fi żmien 24 siegħa u fit- 23 ta` Mejju, ippreżentat id-draft lil Bank Ċentrali u l-MSE.", "Il-versjoni finali ġiet mibgħuta (b`fax u courier) mingħand il-Bank Ċentrali fl`24 ta`Mejju.", "Il-membri li ħadmu id-dossier ta` Malta kienu l-Bank Ċentrali ta` Malta, l-Malta Financial Services Centre u l-Malta Stock Exchange.", "Għan-naħa ta` l- FSF dawn huma ddeljati fir-rapport tal-5 ta` April, 2000.", "Il-working group ta` Malta ltaqgħu bejniethom meta ddiskutew d-dossier qabel ma ġie sottomess lil FSF.", "L-FSF qatt ma avviċinat il-working group fuq il-questionnaire, u għalhekk ma setax jkun hemm negozjati dwar ir- rapport tagħha, inkuż l-klassifikazzjoni ta` Malta.", "Fi kliem ieħor, l-FSF ddeċida waħdu, mingħajr l-edba konsultazzjoni mal-partijiet involuti sabiex jistabilixxi din il-klassifikazzjoni.", "Il-working group ta` Malta ġie avviċinat fis-27 ta` Novembru, 1999 meta intbagħatet il-questionnaire.", "L-istrategija tagħna hija ibbasata fuq kopperazjoni bil-miftuħ, bl- onesta u t-trasparenza.", "Aħna dejjem ikkoperajna fil-qasam ta` superviżżjoni finanzjarja.", "Minkejja l-fatt li aħna nemmnu li Malta ġiet ikkategorizzata ħażin bħala OFC u wkoll ġiet ikkategorizzata ħażin mat-tieni kategorija ta` jurisdizzjonijiet, aħna xorta lesti li nipprovdu kull assistenza meħtieġa mill-IMF.", "Nixtiequ nieħdu din l-opportunita` biex nuru lil IMF li bil-kontra ta` x`turi l-klassifikazzjoni mogħtija lilna, l-infrastruttura, s-superviżjoni, r-risorsi li huma mogħtija lis-superviżjoni u l-livell ta` koperazzjoni ta` Malta m`huwiex inferjuri minn ta` jurisdizzjonijiet oħrajn.", "Ir-rakmandazzjoni numru 5 tar-rapport tiddentifika ħames inċentivi li r- rapport jiddiskrivi bħala `...Disclosure type incentives...", "Membership type....", "Provision of assistance....", "Supervisory incentives and Other official incentives.....` L-inċentivi jinkludu azzjonijiet posittivi bħalma huwa it-training, secondments u assistenza finanzjarja.", "L-inċentivi jinkludu wkoll azzjonijiet negattivi bħalma huma aktar reporting requirements.", "Iċ-chairman tal-FSF informana li `...all members of the G20 have committed to undertake assessements of their financial sectors...` Aħna nafu wkoll li kopji tar-rapport ġew mogħtija lil ministri u l-gvernaturi tal-G-7 u tal-G-20 kif wkoll lil kap tal-World Bank u tal-IMF.", "Għalhekk wieħed jista` jassumi li ċ-chairman tal-forum qiegħed ifittex l-appoġġ ta` dawn l-awtoritajiet nazzjonali.", "MARIA BUGEJA CANCER SUPPORT FOUNDATION", "16484.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħadet għajnuna finanzjarja tul l-aħħar snin il-Mara Bugeja Cancer Support Foundation?", "X'rapporti finanzjarji ġew sottomessi lill-awtoritajiet dwar l- operat ta' din il-fondazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-Maria Bugeja Cancer Support Foundation irċeviet is-somma ta' Lm5,000 fis-sena, fis-snin 1997, 1998 u 1999.", "Il-kumitat maħtur biex jagħtini l-pariri dwar kif se jitqassmu l- fondi ta' l-NGO's għal din is-sena għadu qed iħejji r-rapport finali.", "Ninsab informat ukoll li din il-fondazzjoni tippreżenta lill-NGO rapporti kemm dwar kif intnefqu l-fondi mogħtija lilha mill-Gvern kif ukoll dwar evalwazzjoni tas-servizzi li tagħti lill-klijenti mingħajr ħlas.", "Din il-Fondazzjoni ppreżentat ukoll audited accounts għas-snin imsemmija.", "EU", "16485.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Issa li ġew konklużi bosta kapitli fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha dwar il-kapitli miftiemha ma' l-Unjoni Ewropea ħalli l-poplu jkun jaf ma' xiex u dwar xiex intrabat s'issa l-Gvern Malti ħalli jsir jaf effettivament xi ftiehem ma' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16469 u għad-dokumenti li ġew mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra minni fis-Seduta Nru. 303 tat-30 ta' Mejju, 2000.", "TAX COMPLIANCE UNIT", "16486.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid minn liema bini qed joperaw l-uffiċjali tat-Tax Compliance Unit?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sakemm isiru arrangamenti għal post permanenti, t-Tax Compliance Unit qiegħed jopera minn appartament f`Valletta Buildings Triq Nofs in-Nhar, Il-Belt.", "MALTA RACING CLUB - XOGĦLIJIET", "16544.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat xi xogħol fil-Malta Racing Club?", "Jekk iva, x'inhuma dawn il-proġetti?", "Fiex waslu dawn il-proġetti?", "Il-gvern ħareġ flus għal dawn il-proġetti?", "Jekk iva, kemm inħarġu flus s'issa u kemm se jinħarġu fil-futur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li diġa' tlestew disinji biex isiru entratura u enclosure ġodda fil-Malta Racing Club.", "L-applikazzjoni għall-entratura diġa' ġiet mibgħuta lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Huwa maħsub ukoll li 'l quddiem tiġi mdawla l-korsa.", "Ma sar ebda commitment min-naħa tal-gvern biex joħroġ flus għal dawn il-proġetti.", "TEŻOR - ĊEKKIJIET", "16569.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm cheques qed jistennew biex jintbagħtu mit- Teżor sa tmiem Mejju, 2000?", "X'kien il-valur tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi s-sistema ta` ipproċessar taċ-ċekkijiet addottata mid-Dipartiment tat-Teżor tipprovdi sabiex ix-xogħol kollu involut mill-waqt illi fih issir it-talba għall- pagamenti mid-dipartimenti tal-gvern sal-mument meta ċ-ċekkijiet jiġu finalizzati jkun wieħed mill-iqsar possibbli.", "Tittieħed kull prekawzjoni sabiex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn mill-mument ta` l-istampar taċ- ċekkijiet sakemm dawn jiġu finalment impustati lill-pubbliku u għaldaqstant in-numru ta` ċekkijiet jistennew biex jintbagħtu jkun wieħed minimu f`kull ħin.", "ETC - ĦADDIEMA BARRANIN", "16586.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex ħaddiema ta' nazzjonalita' barranija li qed jaħdmu f'pajjiżna b'mod illegali, ma jkomplux jagħmlu dan?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti statistika li għandha l-ETC dwar kemm instabu ħaddiema ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu b'mod illegali f'dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn żmien għal żmien, il-korporazzjoni tirċievi rapporti ta' nies barranin li qed jaħdmu Malta mingħajr permess.", "Kull fejn hu possibbli l-korporazzjoni tinvestiga dawn il-kazi hi stess u fejn jirrizulta xi ksur ta' liġi tieħu l-passi neċesarji.", "Il-Korporazzjoni dejjem titlob l-għajnuna tal-pulizija kull meta spetturi tal-ETC jiltaqgħu ma barranin bla permess guq lantijiet tax-xogħol.", "Waqt il-qadi normali ta' dmirijiethom, l-ispetturi tal-ETC dejjem ikunu attenti għal kull ksur ta' liġi, jiġi minn fejn jiġi u jsir minn min isir.", "L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija hi kif tidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - ŻEJTUN", "16587.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u meta se jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex soqfa perikolużi u toilets li jinsabu fl-iskola primarja B fiż- Zejtun, jiġu rranġati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tender għax-xogħol ta' rranġar tal- faċilitajiet sanitarji fl-iskola Primarja 'B' taż-Żejtun qiegħed jiġi pproċessat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Hu previst li x-xogħol isir tul il-vaganzi tas-sajf li ġej.", "SKEJJEL SPEĊJALI - SPORTS", "16588.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel f'din is-sħana qawwija li tiġi organizzata sports day għall-istudenti ta' l-iskejjel speċjali fl-ewwel ġimgħa ta' Ġunju meta x'xemx tant hi qawwija u l-Marsa m'hemmx protezzjoni mir-raġġi tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li, għalkemm hemm il-ħsieb li wara xi snin wieqfa, se terġa' tibda ssir l-isports day għall-istudenti ta' l-iskejjel speċjali, ma kienx maħsub li din issir f'Ġunju u lanqas ma ħarġet xi ċirkolari f'dan is-sens.", "Ovvjament meta tittieħed deċiżjoni dwar id-data ta' din l-attivita`, (x'aktarx fl-ewwel parti tas-sena skolastika li jmiss) is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru jkun fost dawk li jkunu kkonsidrati.", "SKEJJEL - ĠENITURI/GĦALLIEMA", "16589.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm każi fejn ġenituri daħlu u għamlu fiżikament għall-għalliema fl-iskejjel?", "X'passi ttieħdu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li ssir talba biex jinġabar it-tagħrif mitlub.", "GOZO CHANNEL - VAPUR ĠDID", "16590.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Issa li l-vapur il-ġdid tal-Gozo Channel qiegħed jopera regolarment, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-unit costs ta' kull vjaġġ meta mqabbla mal-vapuri l-oħra tal-kumpannija?", "Jista' jagħti breakdown ta' kif inhuma komposti dawn il-unit costs?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tqabbil mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu kmieni biex wieħed jagħmlu peress li l-vapur MV Ta` Pinu għadu mhux qed jaħdem fuq l-istess skeda bħall-vapuri l-oħra tal-kumpannija.", "Ta` min jghid ukoll li l-vapur MV Ta` Pinu għandu parametri differenti meta mqabbel mal-vapuri l-oħra.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "16591.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tintlaqa' t-talba ta' l-istaff mhux akkademiku tal-Junior College li jkollhom rappreżentanza fil-bord li jmexxi l-kulleġġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tat-talba waslitli ftit ġranet ilu u ser tiġi kkonsidrata fil-mument opportun.", "SKEJJEL - IMSIDA - SKOLA MATER DEI", "16592.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-użu tal-bini ta' l-iskola Mater Dei ta' l-Imsida?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'dan l-istadju l-bini ta' l-iskola Mater Dei, Msida se jibqa' jservi bħala skola għal persuni bi bżonnijiet partikolari.", "KONSULENTI - KUNTRATTI", "16593.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu fi tmiemhom il-kuntratti preżenti ta' konsulenti bħas-Sur Alex Manche?", "Jista'jagħti t-tagħrif f'kull każ?", "Xi ħsieb għandu l-gvern dwar il-futur ta' dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "16624.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil- ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l- azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-General Workers Union?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m`hemm l-ebda ittra maqbuda b`riżultat ta` l-azzjonijiet industrijali li GWU qed tieħu kontra l-miżura tal-budget tas-sena 2000 imħabbra f`Novembru tas-sena l-oħra.", "OPM - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "16626.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil- ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l- azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-gvern u jekk humiex għaddejjin diskussjonijiet bejn il-partijiet biex tinstab soluzzjoni għal din il-kwestjoni?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret f'dan is-sens u meta saret l-aħħar laqgħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi bħalissa m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma l-Onor.", "Interpellant li, fost l-oħrajn, il-gvern qiegħed jirnexxilu jassigura li l-pubbliku jintlaqat mill-inqas mill-azzjonijiet tal-union.", "M'hemmx diskussjonijiet għaddejja mal-GWU dwar l-azzjonijiet industrijali.", "Il-laqgħat li saru mal-GWU ġew irrapportati fil-media.", "BIEDJA U SAJD - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "16627.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.", "AMBJENT - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "16628.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil- Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l- azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti- soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bħalissa hemm 350 ittra u 124 acknowledgement maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma l-Onor.", "Membri li, fost l- oħrajn, il-gvern qiegħed jirnexxilu jassigura li l-pubbliku jintlaqat mill- inqas mill-azzjonijiet ta' l-union.", "M'hemmx diskussjonijiet għaddejja mal- GWU dwar l-azzjonijiet industrijali.", "Il-laqgħat li saru mal-GWU ġew irrapportati fil-media.", "INTERN - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "16629.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil- ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l- azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bħalissa m`hemm l-ebda ittra maqbuda fil- posta b`riżultat ta` l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "16630.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti- soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li billi l- informazzjoni għada qed tinġabar, risposta tingħata f`seduta oħra."]} {"filename": "19990928_146d_par.doc", "date": "1999-09-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 146 It-Tlieta, 28 ta' Settembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 146", "It-Tlieta, 28 ta' Settembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.06 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "146", "It-Tlieta, 28 ta' Settembru, 1999", "WERREJ MINUTI 234", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 234", "TQEGĦID TA' KARTI 238", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAT- TRASFERIMENT TA' SERVIZZI MILL-AIR TRAFFIC CONTROL CORPS U MILL-AIRPORT COMPANY TAL-FORZI ARMATI TA' MALTA GĦAL MALTA INTERNATIONAL AIRPORT p.l.c.", "239", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL- GVERN (IT-TIENI QARI)", "DISPOSAL OF GOVERNMENT LAND (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 240", "AĠĠORNAMENT 258", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 266", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 145 li saret fis-27 ta' Settembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "FILMS - KUMMISSJONI", "8548.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet maħtura l-kummissjoni nazzjonali tal-films?", "Min huma l-membri tagħha u b'liema kriterji ġew maħtura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Il-gvern ma ħatar l-ebda kummissjoni nazzjonali tal-films.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jgħidli jekk hemmx il-ħsieb li tinħatar din il- kummissjoni, peress li fil-gazzetta kien hemm indikazzjoni li saret diskussjoni dwarha u kien hemm anke ritratt tas-Sur Walter Bonnici?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jista' jkun li fil-gazzetti kien hemm xi rapport f'dan ir-rigward pero', kif diġa' għedt, ma ġiet maħtura l-ebda kummissjoni nazzjonali dwar il- films.", "Jista' jkun li 'l quddiem - pero' din għad trid tiġi kkonsidrata - ikun hemm lok li jinħatar film commissioner imma mhux kummissjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-fatt qed ikun hemm ilmenti illi meta jiġu biex jiġbdu film hawn Malta jiltaqgħu ma' ħafna problemi, speċjalment meta jkunu jridu jużaw art pubblika u jiġu bżonn xi permess minn xi dipartiment tal- gvern.", "Jaf il-Ministru jekk saritx diskussjoni dwar dan l-aspett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien semmejt il-possibbilta' li jinħatar film commissioner għax hemm bżonn li jkun hemm persuna nkarigata biex tieħu ħsieb il-problemi li jistgħu jinqalgħu, bħal meta jintalab permess biex tiġi wżata art tal-gvern, kif ukoll meta jiġu biex jużaw postijiet bħar- Rinella u postijiet oħra ta' valur storiku.", "Qed nanalizzaw kif tkun l-aħjar struttura f'dan is-sens, biex kemm jista' jkun nippromwovu dan is-settur tant importanti għal pajjiiżna.", "MOBC - ĦADDIEMA BARRANIN", "8549.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu ma' l-MOBC u kumpanniji sussidjarji tagħha?", "Jista' l-Ministru jgħid meta bdew jaħdmu, x'salarji, x'allowances u x'kondizzjonijiet għandhom?", "Kemm huwa ż- żmien li jkopri l-kuntratt tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li x-xogħol li jagħmlu dawn il-barranin ma jsirx minn ħaddiema Maltin?", "Jista' jgħid jekk minn dawn il-ħaddiema barranin hemmx xi ħadd li kien involut f'xi inċident akkumpanjat bi vjolenza?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li ma hemm l-ebda ħaddiem barrani mpjegat ma' l-MOBC pero' hemm erba` ħaddiema barranin jaħdmu mal-kumpanija Sant'Iermu shipping, kumpanija sussidjarja ta' l-MOBC.", "Dawn huma:", "superintendent/chief engineer li ġie mpjegat fuq bażi full-time b'seħħ mill-1 ta' Settembru 1992, b'salarju ta' Lm746.58c fix-xahar;", "chief engineer li ġie mpjegat fuq bażi full-time b'effett mit-18 ta' Lulju 1994, b'salarju ta' Lm695 fix-xahar; chief engineer li ngħata kuntratt ta' xahrejn b'seħħ mill-1 ta' Ġunju 1999 u jirċievi salarju ta' $US2600 fix-xahar; u", "chief officer li ngħata kuntratt ta' tliet xhur b'effett mill-21 ta' Mejju 1999, b'salarju ta' $US1900 fix-xahar.", "Il-kumpannija ma sabitx uffiċjali Maltin bi kwalifiki u esperjenza fuq tankers u xogħol ta' bunkering.", "Dawn il-barranin ġew ingaġġati wara li l- kumpannija għal diversi drabi kitbet lill-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ - u anke ġabet avviżi fil-ġurnali - sabiex timpjega chief engineer u chief officer mingħajr suċċess.", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija t-tweġiba hija fin-negattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħidli f'liema data l-ewwel vapur li qed jinħadem fil-Malta Shipbuilding għall-Gozo Channel se jibda jopera?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dan jiddependi minn żewġ fatturi.", "Meta l-vapur jiġi delivered lill-Gozo Channel mhux biss irid ikun in a finished state imma jridu jkunu sarulu t-testijiet kollha u dan huwa ttamat li jsir sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Trid issir ukoll prova tal-vapur mill-Gozo Channel u jsir ċertu training, minħabba l-fatt li dan huwa differenti mill-vapuri l-oħra.", "Huwa ttamat illi sa Frar tas-sena d-dieħla dan il-proċess ikun ġie kkompletat u allura l-ewwel vapur mibni f'Malta għall-Gozo Channel ikun jista' jopera mill-aktar fis possibbli.", "L-intenzjoni hi li dan il-vapur jibda jaħdem minflok wieħed mill-vapuri l- oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li malli jibda jopera dan il-vapur, se jieqaf jaħdem wieħed mill-vapuri li qed joperaw bħalissa.", "Imma issa l-moll taċ-Ċirkewwa u dak ta' l-Imġarr se jkunu f'pożizzjoni li jilqgħu l-vapur il-ġdid?", "Il-Ministru għadu kif qal ukoll li jridu jsiru l-provi fuq il-vapur.", "Jikkonsidrax li dawn il-provi jsiru waqt li l-vapur ikun qiegħed on a test run, ħalli forsi jibda jaħdem qabel iż-żmien stipulat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Meta jiġi replaced il-vapur irridu nkunu ċerti illi jkollna kollox qed jopera sew.", "Naturalment fix-xitwa d-domanda għat- trasport bil-baħar minn Malta għal Għawdex u lura ma tkunx qawwija daqskemm tkun fis-sajf u l-intenzjoni tal-Gozo Channel hi li meta jibda jopera l- vapur il-ġdid, vapur minn dawk li qed jintużaw bħalissa ma jkollux bżonn jopera aktar.", "Pero' naħseb li rridu nħallu naqra' flessibbilta' sakemm l- operazzjoni tibda sseħħ b'mod regolari u nkunu f'pożizzjoni illi terz mil- load li hemm bħalissa tkun qed tinġarr mill-vapur il-ġdid.", "Voldieri d-dati u affarijiet oħra rridu nħalluhom għad-deċiżjoni tal-bord tal-Gozo Channel biex dawn joperaw bl-aktar mod għaqli u jkollna aktar flessibbilta'.", "Naturalment hemm bżonn isir it-taħriġ fuq dawn il-vapuri l-ġodda.", "Jiena m'iniex daqshekk espert fil-handovers u l-commissioning li jsiru pero' nifhem li l-Malta Shipbuilding tkun trid tagħmel ċerti testijiet fuq il- vapur qabel ma dan jiġi uffiċjalment handed over lill-Gozo Channel.", "Jekk f'dak l-istadju jistax isir it-taħriġ ukoll wieħed irid jara.", "Jista' jkun li ċertu taħriġ jista' jsir pero' l-prijorita' trid tkun illi dan il-vapur jiġi commissioned u jekk ikun hemm xi aġġustamenti li jridu jsiru, isiru fl- aqsar ħin possibbli.", "Dwar id-domanda l-oħra ta' l-Onor.", "Interpellant, nista' nikkonferma li l- mollijiet se jiġu aġġustati biex il-vapur ikun jista jitrakka kif jitrakkaw vapuri oħra, jiġifieri bla diffikulta'.", "Huwa ttamat ukoll illi l-permessi tal-planning authority ikunu ħarġu biex tkun tista' tinbena struttura temporanja sakemm il-moll, speċjalment it-terminal taċ-Ċirkewwa, jiġi aġġustat u x-xogħol jinbeda biex isir breakwater, sabiex il-port taċ- Ċirkewwa ikun protett mill-maltemp ferm aktar milli huwa llum.", "Min-naħa tal-Gozo Channel u min-naħa ta' min qed jieħu ħsieb il-port taċ- Ċirkewwa, qed jiġi żgurat illi s-separazzjoni bejn il-passiġġieri u l- karozzi tkun tista' sseħħ minn meta l-vapur jibda jopera.", "Quddiem il- planning authority għad hemm l-applikazzjonijiet pendenti u qegħdin nistennew risposta mingħandhom, pero' l-intenzjoni hi li kollox jitlesta se meta jibda jopera l-vapur.", "Naturalment hemm żviluppi oħra ta' natura aktar permanenti li jridu jsiru pero' dawk iridu jistennew ix-xogħol ippjanat għall-port taċ-Ċirkewwa kif ukoll għall-port ta' l-Imġarr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru qed jagħmel riferenza għal numru ta' inġiniera barranin li ġew impjegati minħabba li l-postijiet vakanti fl-MOBC ma mtlewx mill-Maltin, xtaqt inkun naf jekk il-kumpannija hijiex qed tikkonsidra illi tniedi courses speċjalizzati għall-ħaddiema tagħha u anke għal studenti oħra bil-għan li l-MOBC - jew anke xi kumpannija oħra Maltija - tkun tista' tagħmel użu minn dawn l-inġiniera.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena dejjem favur li l-ewwel nipprovaw insibu nies mil-lokal biex jagħmlu dan ix-xogħol speċjalizzat ta' bunkering - naturalment irid ikollhom ċerta esperjenza u ċertu taħriġ - pero' m'huwiex dejjem faċli li ssib nies adatti.", "Issa skond l-informazzjoni li għandi l- MOBC qegħdin repeatedly jagħmlu request għal recruitment imma ma jsibux nies adatti.", "Fil-fatt ċerti kuntratti joħorġu għal perijodu qasir, f'każ li jkun hemm l-opportunita' li jinstabu xi Maltin li jkunu mħarrġa sew f'dan il-qasam.", "Dan m'huwiex qasam faċli u qed nitkellmu fuq operazzjonijiet delikati ta' bunkering, li jitolbu wkoll ċerta esperjenza.", "Naturalment wieħed irid jesplora l-possibbilta' li jittrejnja n-nies għal dan il-qasam, għalkemm kultant tittrejnjhom u xorta titlifhom.", "Lill- kumpannija niġbdilha l-attenzjoni biex tara tistax torganizza taħriġ f'dan il-qasam, għax naħseb li din hi xi ħaġa li fil-fehma tiegħi l-kumpannija għandha tikkonsidra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti ta' xogħol għall-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding, wara x-xogħol fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?", "Xtaqt nistaqsi lill-Ministru wkoll jekk hemmx strateġija u pjan ta' xogħol fit-tul għall-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding, jew aħniex qed nimxu qisna b'għajnejna mgħottijin u ħadd ma jaf fejn sejjer?", "X'benefiċċji se tiggwadanja l-Malta Shipbuilding bid-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt il-bord tal-Malta Shipbuilding qed iħejji pjan ta' strateġija biex jara x'bidliet hemm bżonn iseħħu biex l-ewwelnett il-Malta Shipbuilding tkun ħafna aktar produttiva u effiċjenti u tkun taf x'tip ta' xogħol għandha timmira għalih.", "Diġa' saru diversi tentattivi biex jinġieb xogħol lejn pajjiżna iżda s'issa għadna qegħdin nistennew ir- riżultati.", "Naħseb li jkun għaqli li wieħed jistenna sakemm dan il-pjan jitħejja u nkunu f'pożizzjoni li nassessjaw aħjar l-ordnijiet għall-Malta Shipbuilding.", "Rigward l-aħħar mistoqsija, l-industrija tax-shipbuilding għandha ċerta saħħa fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dan l-aħħar kien hemm il-possibbilta' li l-Unjoni tieħu pożizzjoni daqsxejn difensiva għax kellha rapporti ta' unfair competition min-naħa ta' ċerti pajjiżi mill-far east.", "Ix- shipbuilding fl-Unjoni għandha diversi oqsma - hemm dak tal-cruise liners, dak tal-platforms, dak tal-vapuri normali u dak tal-vapuri kummerċjali - u kulħadd isib in-niċċa tiegħu.", "Naturalment aħna m'għandniex navy, jiġifieri ix-shipbuilding tagħna qatt ma tista' topera u tipprovdi vapuri għalina biss.", "Għalkemm il-kumpannija qiegħda tibni vapuri għall-Gozo Channel, ma naħsibx li din hija tip ta' operazzjoni illi tista' ssostni fit-tul.", "Minbarra hekk irrid ngħid ukoll illi l-istruttura kif inhi bħalissa qed tipprovdi xogħol fuq vapuri - għalhekk tirrikjedi pjan strateġiku - li qiegħed jiġina ferm għoli u ħafna aktar milli kien ippjanat u anke minn dak li jitolbu shipyards oħra.", "Allura jekk hu possibbli wieħed irid isib in- niċċa tiegħu biex ikun jista' jopera b'mod vantaġġuż għal pajjiżna u b'hekk ikollna industrija li tkun viċin ħafna ta' l-industrija l-oħra li għandna, dik tad-drydocks, li wkoll tagħmel xogħol ta' shipbuilding.", "Fil-fatt il-Malta Drydocks qed tibni wkoll partijiet ta' vapuri u allura f'din l-istrateġija wieħed irid jara x'se tkun il-ħidma tad-drydocks, skond business plan li qed jiġi ppreparat, biex wieħed jikkonsidra l-kwadru kollu li għandu x'jaqsam max-shiprepair u x-shipbuilding.", "Naħseb illi għandu jkun hemm kordinazzjoni ferm aħjar bejn iż-żewġ tarznari u hemm ukoll il- bżonn li jsir daqsxejn ta' reassessment tal-faċilitajiet li hemm u kif wieħed jista' jimmassimizza l-użu tagħhom miż-żewġ tarznari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid kemm żmien se jieħu dan il-pjan li għadu kif semma' u jekk huwiex il-ħsieb tal-management jew tal- gvern li jkun hemm tnaqqis tal-ħaddiema fil-Malta Shipbuilding?", "Forsi hemm xi ħsieb min-naħa tal-gvern li jgħaqqad il-Malta Shipbuilding u l-Malta Drydocks flimkien?", "Il-Ministru qal li għaddejjin tentattivi biex jinġieb xogħol ġdid għall- Malta Shipbuilding.", "Jista' jgħid x'kien is-sehem tal-gvern biex jgħin lill- Malta Shipbuilding tiffaċilita' l-kuntatti li kellha biex jinġieb xogħol ġdid?", "Nixtiequ jgħidli wkoll x'inhi r-raġuni li l-vapuri fil-Malta Shipbuilding qed iqumu ħafna aktar milli kieku kellhom jinħadmu f'tarznari oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa mal-Malta Shipbuilding hemm madwar 800 ħaddiem.", "Jekk hemmx ħaddiema żejda ...", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiena m'għedtx li hemm ħaddiema żejda!", "Jien staqsejt jekk fil-pjan li qed jiġi ppreparat hemmx il-ħsieb li jitnaqqsu l- ħaddiema.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-pjan li qed jitfassal wieħed irid jara l- pożizzjoni tal-ħaddiema, speċjalment ta' dawk li huma produttivi u dawk li jissejħu indirect labour, u jara wkoll jekk għandniex the right split.", "F'dan l-istadju nixtieq nistenna ħalli naraw daqsxejn x'ikun ir-riżultat qabel ma wieħed jitkellem fuq dan it-tip ta' pjan.", "Il-pjan tal-gvern hu li jkun hemm business plan li tkun vijabbli u li tagħmel sens.", "Nerġa' ngħid li diversi drabi x-xogħol li jsir fix-shipbuilding qed iqum aktar minn dak ippjanat u kultant aktar minn dak li jsir f'tarznari oħra.", "Ir-raġunijiet għal dan huma diversi pero' jirriżulta wkoll li l- produttivita' m'hijiex għolja daqskemm għandha tkun u bħalma hemm f'tarznari oħra barra minn Malta.", "Wieħed irid jara x'inhi r-raġuni għal dan, x'għandna nagħmlu biex nirranġaw is-sitwazzjoni u kif nistgħu norganizzaw ix-xogħol b'mod illi naslu f'pożizzjoni li x-shipbuilding tkun kompetittiva.", "Fuq l-aħħar vapur ix-xogħol miexi on time u tnaqqsu ċerti spejjeż, pero' għad fadal ħafna x'isir biex l-operat tax-shipbuilding jitjieb u l-ażjenda tkun tista' tikkompeti b'mod qawwi ma' xogħol minn barra.", "Dwar x'qed jagħmel il-gvern biex iġib ix-xogħol irrid ngħid li anke fiż- żjara li kelli fiċ-Ċina ħarisna lejn dan il-qasam - naturalment il-Malta Shipbuilding ġieli bniet vapuri għaċ-Ċina - u jirriżulta illi hemm ċerti diffikultajiet illi mhux faċli li wieħed jissuperahom.", "Per eżempju, f'dawn l-aħħar għaxar snin jew ħmistax-il sena ċ-Ċina bniet faċilitajiet għax- shipbuilding tagħha illi huma ferm aktar kompetittivi minn dawk illi nistgħu noffru aħna u allura m'huwiex faċli li jirnexxielek tirbaħ xogħol minn dan is-suq.", "Pero' d-drydocks għall-ewwel darba daħlet f'diskussjonijiet biex tara tidħolx għal xogħol ta' immuntar ta' gantry cranes.", "Jiena dejjem insemmi li ż-żewġ tarznari għandhom jaħdmu aktar id f'id - u f'kull żjara li jkolli dejjem nipprova ninkludi lil xi ħadd mit-tarznari; mhux bilfors miż-żewġ tarznari f'daqqa, anke biex inżommu l-ispiża tas- safar taħt aktar kontroll, għax ma jidhirlix li għandu jkollna rappreżentati miż-żewġ tarnzari kull darba - għax wara kollox iż-żewġ tarznari għandhom jaħdmu if f'id.", "Nista' ngħid li hemm anke tentattivi biex nidħlu fi swieq ġodda ħalli wieħed jara jistax jinġieb xogħol ta' bini ta' platforms.", "Pero' il-bottom line jrid ikun illi dan ix-xogħol ikun jagħmel sens ekonomiku u ma nispiċċawx nissussidjaw bin-nofs jew bi tliet kwarti il-valur tax-xogħol.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' persuni li applikaw biex jidħlu fid-dar għall-anzjani ta' Bormla, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9406.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar l-item \"others\" - tidher taħt \"total revenue\" u taħt \"total expenditure\" - kif tidher fl-istatistika tal-finanzi tal-gvern pubblikata fid-29 ta' Lulju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W75 tas-seduta numru 145 tas-27 ta' Settembru 1999.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-eżamijiet tal-junior lyceum 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W59 tas-seduta numru 145 tas-27 ta' Settembru 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar persuni mpjegati ma' l-Air Malta bejn it-8 ta' Settembru 1998 u t-8 ta' Settembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9409.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar roadblocks li saru mill-pulizija bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8553.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAT- TRASFERIMENT TA' SERVIZZI MILL-AIR TRAFFIC CONTROL CORPS U MILL-AIRPORT COMPANY TAL-FORZI ARMATI TA' MALTA GĦAL MALTA INTERNATIONAL AIRPORT p.l.c.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasferimenti ta' servizzi mill- Air Traffic Control Corps u mill-Airport Company tal-Forzi Armati ta' Malta għal Malta International Airport p.l.c.\".", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasferimenti ta' servizzi mill-Air Traffic Control Corps u mill-Airport Company tal-Forzi Armati ta' Malta għal Malta International Airport p.l.c.\" ikun moqri l- Ewwel Darba?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL- GVERN", "DISPOSAL OF GOVERNMENT LAND (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-27 ta' Settembru 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg huwa in possession.", "ONOR.", "TONIO BORG : Grazzi, Mr Speaker.", "Il-bieraħ għedt li emenda prinċipali li tiggarantixxi iktar kontroll u trasparenza fit-trasferiment ta' l-artijiet tal-gvern hija l-emenda li kull trasferiment ta' art tal- gvern li ssir permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari ma tistax tibda tiġi diskussa f'dan il-parlament jekk qabel ma tmurx quddiem il-kumitat tal- kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika, li kien twaqqaf fl-1997 bil-liġi dwar l-awditur ġenerali.", "Max-xogħol li għandu bħalissa - jiġifieri li jagħmel auditing ta' l-accounts tal-national audit office - dan il-kumitat se jingħatalu l-inkarigu wkoll li jeżamina u jagħmel rapport fuq jekk jaqbilx ma' xi riżoluzzjoni parlamentari li tkun se tiġi proposta.", "Dan il-kumitat jista' jipproponi wkoll l-emendi tiegħu għal dik ir- riżoluzzjoni u għal kuntratti jew skritturi privati li bihom il-gvern ikun se jittrasferixxi xi drittijiet personali jew reali fuq art tal-gvern.", "Dan il-kumitat parlamentari huwa kompost mil-Leader of the House, miċ-Chairman tal-Public Accounts Committee, minn żewġ membri min-naħa tal-gvern u wieħed min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Din se tkun l-ewwel darba li kull trasferiment ta' art li jsir b'riżoluzzjoni parlamentari ma jistax jibda jiġi diskuss f'dan il-parlament jekk qabel ma jmurx quddiem dan il-kumitat parlamentari.", "Dan il-kumitat parlamentari se jkollu perijodu ta' xahar sabiex jgħarbel ir-riżoluzzjoni, jeżamina l-iskrittura privata jew l-att pubbliku tat-trasferiment u jagħmel ir-rapport tiegħu.", "Jekk jinqabeż il-perijodu ta' xahar, il-gvern m'għandux jiġi mpedut milli jressaq mozzjoni f'dan il- parlament.", "Jekk fi żmien xahar għal xi raġuni jew oħra l-kumitat parlamentari ma jagħtix il-parir tiegħu jew ma jagħmilx ir-rapport tiegħu, allura l-ministru jkun jista' jressaq ir-riżoluzzjoni quddiem din il-Kamra, imma sakemm ma jkunx għadda l-perijodu ta' xahar il-ministru jrid jistenna l-verdett ta' dan il-kumitat.", "Jekk il-membri tal-kumitat jaqblu unanimament mal-proposta li jkun qed jagħmel il-ministru responsabbli mill-artijiet, allura f'dak il-każ ma jkunx hemm lok għal diskussjoni f'dan il-parlament, pero' xorta waħda jkun hemm votazzjoni fuq dik ir-riżoluzzjoni.", "Jekk, per eżempju, il-ministru ta' l-artijiet ikun irid iressaq mozzjoni biex ground tal-football jingħata lil soċjeta' sportiva, allura f'dak il-każ jibgħat dik ir-riżoluzzjoni bil-kuntratt fil-kumitat tal-Kamra u jekk il-kumitat tal-Kamra jaqbel unanimament ma' dik il-proposta, allura dan il-parlament jivvota fuqha mingħajr ma jkun hemm bżonn ta' diskussjoni.", "Jekk ma jkunx hemm qbil unanimu, allura l-kumitat jirriferi l-każ lill-parlament fejn ikun hawn dibattitu sħiħ dwar dik il-mozzjoni.", "Mr Speaker, din hija l-ewwel darba li dan qiegħed isir b'liġi.", "Qed ngħid hekk għaliex fil-kwestjoni tat-trasferiment ta' art fil-Kottonera kienet saret xi ħaġa simili billi r-riżoluzzjoni ġiet diskussa f'kumitat tal- Kamra.", "Dan sar mhux għax il-gvern kien obbligat legalment li jagħmel hekk imma għax kien hemm ftehim li jsir hekk.", "Issa din il-ħaġa mhux se tibqa kwestjoni ta' jekk ikunx hemm ftehim jew le imma dan il-proċess se jkun obbligatorju għax il-gvern qiegħed jgħid li għandu jsir hekk sabiex ikun hemm iktar kontroll u iktar trasparenza.", "Trid jew ma tridx ir-riżoluzzjoni trid tmur bilfors quddiem dan il-kumitat tal-Kamra.", "Dan ifisser li se jibda jkollna eżami iktar akkurat tal-provvedimenti mil-lat legali u mil-lat ekonomiku ta' jekk art tal-gvern għandhiex tiġi ttrasferita u taħt liema kondizzjonijiet għandha tiġi ttrasferita.", "Mr Speaker, emenda oħra importanti hija dik li tolqot il-kunsilli lokali.", "Sal-lum il-liġi tgħidlek li proprjeta' tal-gvern tista' tiġi mogħtija lil enti mwaqqfa b'liġi.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-liġi kif inhi llum isib li kull trasferiment li jsir lil enti morali mwaqqfa b'liġi jista' jsir mingħajr il-bżonn ta' riżoluzzjoni parlamentari u mingħajr il-bżonn ta' sejħa għal offerti.", "Fil-fatt art tal-gvern spiss tingħata lil xi korporazzjoni jew inkella lill-awtorita' tad-djar mingħajr il-bżonn ta' ħruġ ta' tender għaliex dawn huma enti morali mwaqqfa b'liġi.", "Minkejja li dejjem kien possibbli li art tal-gvern tingħata lil kunsill lokali mingħajr il-bżonn ta' ħruġ ta' tender, jew mingħajr riżoluzzjoni parlamentari, dan qatt ma ġara u, kif għedt il-bieraħ, kien taħt dan il-gvern li ġie organizzat id-dipartiment tal-kunsilli lokali biex jattwa policy importanti.", "Għax fil-kampanja elettorali aħna konna għedna li se nattwaw din il-policy u fil-fatt hekk għamilna.", "Bl-inizjattiva li ttieħdet mill- ministeru responsabbli mill-kunsilli lokali - flimkien mad-dipartiment ta' l-artijiet - diġa' ġiet trasferita proprjeta' tal-gvern lill-kunsilli lokali u fil-pipeline hemm diversi proposti oħrajn fejn id-dipartiment ta' l-artijiet se jgħaddilhom art b'titlu ta' kera.", "Sa hawnhekk ma kien hemm bżonn ta' ebda bdil ta' liġi; kulma kien hemm bżonn kienet biss il-volonta' politika fejn lill-kunsilli lokali mhux nafdawhom bl-iskart u bl-ambjent biss!", "Sur President, lill-kunsilli lokali m'għandniex noqogħdu ngħabbuhom bl-obbligi mingħajr ma nagħtuhom xi drittijiet.", "Taħt dan il-gvern nieħu pjaċir ninnota li lill-kunsilli lokali tajnihom ukoll id-drittijiet u fost dawn tajnihom id-dritt li jamministraw proprjeta' tal-gvern.", "Per eżempju, ingħata l-ġnien Ċiniż lill-kunsill lokali ta' Santa Luċija u ngħata ġnien ieħor lill-kunsill lokali ta' Ħal Safi.", "Barra dawn hemm diversi proposti oħrajn li ħafna minnhom diġa' ġew approvati mid-dipartiment tal-kunsilli lokali u li se jiġu approvati wkoll mid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Il-proposta ġdida f'dan l-abbozz hi li kunsill lokali jkun jista' jittrasferixxi lil ħaddieħor proprjeta' li tkun ingħatatlu mill-gvern.", "Sal-lum dan seta jsir pero' kien kważi impossibbli li jsir minħabba li jkun hemm bżonn ta' riżoluzzjoni parlamentari biex art tal-gvern mogħtija lill-kunsill lokali tingħata mill-kunsill lokali lil xi ħaddieħor.", "Li qegħdin nissuġġerixxu għal dan il-għan huwa li nagħmlu emenda sabiex ma jkunx hemm bżonn ta' riżoluzzjoni parlamentari biex art tal-gvern mgħoddija diġa' lill-kunsill lokali tkun tista' tiġi ttrasferita lil terzi.", "Issa se nneħħu dak ir-rekwiżit, pero' biex isir dan it- trasferiment ikun hemm bżonn il-permess espress tad-dipartiment ta' l- artijiet.", "Barra minn hekk, id-dipartiment ta' l-artijiet ikun jista' jimponi kwalunkwe kondizzjoni ma' dak il-permess.", "Nista' ngħid minn issa wkoll li din se nagħmluha għal meta jkun hemm trasferiment ta' sustanza, jiġifieri mhux sempliċement każ ta' kirja għal ġurnata, biex issir lejla Maltija f'xi ġnien.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet naturalment jimponi obbligu ta' sejħa għal offerti.", "Barra minn hekk, għal proġetti li huma ta' natura ikbar, id-dipartiment jista' jitlob ukoll li hu jieħu sehem mill- profitti.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu biex nuri li m'hijiex l-intenzjoni li nħallu lil kulħadd jagħmel li jrid.", "L-intenzjoni hija li ġaladarba għandna l- kunsilli lokali li huma eletti mill-poplu, dawn nafdawhom anke bi trasferiment ta' art tal-gvern li nkunu tajnihom, mingħajr il-bżonn li kull darba rridu nressqu riżoluzzjoni f'dan il-parlament.", "Jiena naħseb li din hija a feather in our cap u nista' nassigura lill-Kamra li se nibqgħu nżommu l-kontrolli neċessarji.", "Li se nneħħu hija din il-formalita' żejda li niġu quddiem il-parlament b'riżoluzzjoni biex dan isir.", "Din l-eċċezzjoni se tingħata biss lill-kunsilli lokali, jiġifieri l-entities tal-gvern l-oħrajn xorta waħda se jibqgħu obbligati li jsegwu l-proċedura tar-riżoluzzjoni parlamentari.", "L-awtorita' tad-djar biss diġa' kellha din it-tip ta' eżenzjoni u issa qed indaħħlu wkoll lill-kunsilli lokali.", "Emenda oħra importanti li forsi mad-daqqa ta' għajn tista' ma tindunax biha imma li se tbiddel ftit il-pożizzjoni legali, hija d-definizzjoni ta' x'inhu trasferiment.", "Hawn għandna deskrizzjoni pjuttost dettaljata ta' x'inhu trasferiment.", "Il-liġi kif inhi llum - qed nirriferi għal chapter 268 - tipprovdi li:", "''\"disposal\" means the transfer or grant of any land under any title whatsoever, excluding, however ...\"''", "- mela jekk hi \"excluding\", mhuwiex trasferiment; jekk mhux trasferiment, allura m'għandekx bżonn toħroġ call for tenders -", "\".... any renewal of any such lease whether tacit or expressed and whether on the same or on new terms and conditions .\".", "Mela jekk kirja tagħlaq u tiġġedded, anke taħt kondizzjonijiet ġodda, m'hemmx bżonn ta' ħruġ ta' tender.", "Li qed nipprovaw nagħmlu huwa li nagħlqu ftit ċerti loopholes li nħolqu maż-żmien.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li malli tgħaddi din il-liġi, trasferiment se jinkludi kull jedd reali jew personali f'xi art jew fuqha, sew jekk taċitu jew espress, b'pattijiet u kondizzjonijiet ġodda.", "Jekk il-kondizzjonijiet se jkunu ġodda allura", "inti għandek bżonn ta' permess minn dan il-parlament jew inkella jkollha toħroġ tender.", "F'każ ta' art mgħoddija b'riżoluzzjoni parlamentari, anke jekk ma jinbidlux il-kondizzjonijiet imma sempliċement jiġġeddu, allura trid terġa' tiġi quddiem dan il-parlament.", "Dan qed nagħmluh biex ma jkunx hemm bdil ta' kondizzjonijiet mingħajr l-approvazzjoni ta' dan il- parlament.", "Sal-lum dan kien possibbli li jsir pero' issa qed ngħidu li aħna rridu nagħmlu aktar kontrolli u jekk ikun hemm il-bżonn ta' xi tibdil, dan irid isir bil-proċedura tas-soltu.", "Jista' jagħti l-każ li wieħed ma jindunax mill-ewwel bid-differenzi - u jekk jaqrahom jista' anke jitfixkel bit-terminoloġija legali li tintuża - pero' din l-emenda qed issir biex ebda konċessjoni ma tiġi żnaturata b'mod li jiġi vvantaġġjat xi ħadd mingħajr ma dan il-parlament jerġa' jeżerċita kontroll fuqha.", "Mr Speaker, se nintroduċu wkoll proviso ġdid għal artiklu 2 tal-liġi fuq id-definizjoni ta' x'inhu trasferiment.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet għandu ċerti każijiet fejn art ġiet esproprjata mill-gvern, fl-interess pubbliku, bl-iskop li jsir xi proġett pero' dak il-proġett ikun baqa' ma sarx.", "F'dan il-każ l-interess pubbliku jkun jirrikjedi li din l-art tingħata lura.", "Issa biex il-gvern jagħtiha lura irid jerġa' joħroġ tender jew inkella jgħaddi riżoluzzjoni parlamentari.", "Il-gvern iddeċieda li f'każijiet bħal dawn ikun inġust li art li tkun ittieħdet mingħand xi ħadd kontra l-volonta' tiegħu jispiċċa jeħodha ħaddieħor, u allura qegħdin ngħidu li f'każi bħal dawn biss - jiġifieri f'każ li tkun saret esproprjazzjoni taħt l-ordinanza dwar akkwist ta' artijiet għal skopijiet pubbliċi - il-gvern jista' ma joħroġ tender xejn u jerġa' jagħti lura dik l- art lis-sidien jew lill-eredi tagħhom u dawn jerġgħu jħallsu lura l-kumpens li jkunu rċevew, flimkien ma' l-imgħax ta' 5%.", "Hemm ukoll artijiet li kienu ttieħdu fl-1983 taħt il-Building Development Act.", "Il-gvern ta' dak iż-żmien kien għadda liġi biex ċerti chunks ta' artijiet jittieħdu b'liġi mingħand is-sidien.", "Naturalment f'dik il-liġi kien hemm stabilit ukoll kumpens - jekk tista' ssejjaħlu kumpens! - pero' jiena m'iniex se nidħol f'dak il-mertu.", "Issa biex il-gvern jagħti lura dik l-art, irid isir kuntratt u għalhekk qegħdin f'sitwazzjoni li qed nitfgħu l-melħ fuq il-ferita.", "Biex jieħu art il-gvern m'għandux bżonn kuntratt imma biex jagħtiha lura jrid isir kuntratt, u biex isir kuntratt iridu jsiru r- riċerki biex naraw min kien il-proprjetarju.", "Minħabba f'hekk qegħdin niddiskutu l-possibbilta' li nressqu liġi f'dan il-parlament biex dawk l- artijiet tal-BDA li l-gvern m'għandux bżonn iktar, jagħtihom lura bl-istess mod li ħadhom.", "Allura se nerġgħu ndawru l-arloġġ lura għall-1983 pero' dan irridu nagħmluh limitatament, ċioe' għal dawk il-ftit artijiet li l-gvern jidhirlu li għandhom jingħataw lura sabiex nevitaw il-burokraziji li għad hemm.", "Ma rridux ninsew li l-BDAs kellhom a green belt madwarhom u meta l- parlament neħħa l-liġi tal-BDAs spiċċajna xorta waħda b'dawn il-pockets ta' artijiet, li hawn min lanqas jaf jekk humiex tal-gvern jew inkella tal- privat.", "Issa li qegħdin ngħidu hawnhekk huwa limitat għall- esproprjazzjonijiet li jsiru taħt l-ordinanza dwar l-akkwist ta' artijiet għal skopijiet pubbliċi u m'għandu x'jaqsam xejn mal-BDAs.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li ma jkunx hemm bżonn ħruġ ta' tenders biex nagħtu lura proprjeta' esproprjata li l-gvern m'għandux bżonn iktar.", "Mr Speaker, kif qiegħda l-liġi llum, meta dan il-parlament jiġi biex jgħaddi riżoluzzjoni dwar policy - jiġifieri mhux riżoluzzjoni biex art speċifika tingħata lil xi ħadd għal xi proġett partikolari - dejjem tinqala' ċerta konfużjoni fl-interpretazzjoni ta' kemm iddum dik il-policy parlamentari.", "L-ewwel ħaġa li għamel dan il-parlament wara l-elezzjoni kien proprju li ġedded riżoluzzjoni parlamentari dwar policy fejn id-dipartiment jista' jagħti proprjeta' tal-gvern mingħajr il-bżonn ta' ħruġ ta' tender.", "Il-gvern jista' jagħti proprjeta' b'kumpens talli tkun ittieħdet proprjeta' b'inkwilinat minn xi ħaddieħor; per eżempju, jekk jien inkun qiegħed f'post b'kera u l-gvern jaqlagħni minnu u jagħtini post ieħor b'kera, allura f'dak il-każ m'hemmx bżonn li tinħareġ tender.", "Każ ieħor li nista' nsemmi wkoll huwa x'jiġri f'każ ta' estensjoni ta' proġett industrijali.", "F'każ bħal dan, jekk jiġi pprovat li huwa fl-interess komuni li ssir dik l-estensjoni, allura ma jkunx hemm bżonn li tinħareġ tender.", "Fil-fatt hemm lista twila, f'policy approvata minn dan il-parlament li telenka l-każijiet li jirrikjedu ħruġ ta' tender.", "Il-liġi kif inhi llum tgħidlek li din it-tip ta' riżoluzzjoni għandha ħajja ta' sena u fil-fatt wieħed mill-iskopijiet għalfejn qegħdin inressqu din il-liġi huwa proprju biex nirranġaw din il-kwestjoni.", "Aħna qegħdin ngħidu li minn issa 'l quddiem din għandha tkun valida għal perijodu ta' tliet snin.", "Fil-prattika din diġa' qiegħda hekk għaliex li kien qed jiġri kien li l-ewwel darba li tgħaddi r-riżoluzzjoni jkollha validita' ta' sena, imbagħad din tiġi mġedda għal perijodi ta' tliet snin.", "Dan jiġri għax il- liġi tgħidlek li kuntratt:", "\"May be renewed by a subsequent resolution or resolutions for a further period or further periods of one year or three months respectively or for such other period as may be specified in the resolution.\"", "L-ewwel policy saret fl-1976 u dejjem ġiet imġedda għal tliet snin, imma issa aħna għegħdin ngħidu li għandna nużaw lingwaġġ iktar sempliċi, ċioe' li dawn ir-riżoluzzjonijiet kollha jsiru għal perijodu ta' tliet snin u jiġġeddu kull tliet snin.", "Qegħdin ngħidu wkoll li r-riżoluzzjonijiet kollha li ġew imġedda bis- sistema l-antika se jitqiesu bħala validi u kull riżoluzzjoni li hemm pendenti llum titqies daqslikieku għaddiet taħt din il-liġi.", "Fl-ewwel ġimgħa ta' Novembru li għadda l-parlament approva policy li kienet skadiet waqt li l-parlament kien jinsab xolt u allura kien hemm bżonn li tiġi mġedda.", "Issa aħna qed ngħidu li dik ir-riżoluzzjoni se titqies daqslikieku għaddiet taħt l-emendi l-ġodda u allura jkollha validita' ta' tliet snin u tibda tiġġedded għal tliet snin.", "Din tista' tiġġedded għal inqas minn tliet snin imma mhux għal aktar.", "Ir-riżoluzzjonijiet parlamentari l-oħra li kellhom validita' ta' tliet xhur issa se nagħtuhom validita' ta' sena.", "Jiena naħseb li din il-ħaġa mhux biss hija raġonevoli imma biha qed nirrikonoxxu wkoll stat ta' fatt.", "L-aħħar emenda li qegħdin nipproponu hija att korrettorju.", "Meta kienu qed jinfdew iċ-ċnus temporanji u perpetwi tal-joint office, ir-riżoluzzjoni parlamentari li kienet tissanzjona dak it-trasferiment kienet skadiet.", "Donnu ħadd ma kien induna li skadiet u allura xorta waħda baqa' jsir il- fidi taċ-ċens mingħajr din ir-riżoluzzjoni parlamentari.", "Biex nissanaw dik is-sitwazzjoni - ħalli ħadd ma jqajjem xi punt f'xi qorti li dawk kienu nulli - qegħdin ngħidu li:", "\"The provisions of the principal Act shall not apply and shall be deemed to have never applied to transfers made by the Joint Office between the 23rd July, 1997 and the 31st July, 1998\".", "Nagħlaq billi nittama li jkollna diskussjoni interessanti dwar dan l- abbozz.", "Jiena nibqa' nsostni li ż-żewġ pilastri prinċipali ta' dan l-abbozz huma l-faċilita' li se nagħtu lill-kunsilli lokali li jistgħu jistrasferixxu lil terzi, taħt ċerti kontrolli, u l-fatt li kull riżoluzzjoni parlamentari se jkollha bżonn bilfors li tgħaddi mill-għarbiel ta' kumitat ta' din il-Kamra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, in-naħa ta' l-oppożizzjoni taqbel ma' dan l- abbozz ta' liġi pero' xorta waħda għandna r-riżervi tagħna għaliex meta niġu għall-prattika jistgħu jseħħu ċerti abbużi.", "Jien niftakar li l- oppożizzjoni Laburista kienet ikkritikat lill-gvern Nazzjonalista għaliex kienu ngħataw ċerti artijiet b'riżoluzzjoni tal-parlament li mbagħad jidher li sar abbuż minnhom.", "Per eżempju, sar abbuż fuq art li ngħatat lill-Yellow Garage, imma minkejja dan ħadd ma ġie f'dan il-parlament biex jiġu rranġati l-affarijiet, allavolja dik l-art kienet ingħatat lil ħaddieħor.", "L-istess ġara fil każ tal-każin tal-football ta' Birkirkara, li mbagħad spiċċa biex ingħata lil McDonald's. Minħabba f'dawn it-tip ta' abbużi l-oppożizzjoni kienet qajmet il-punt li għandu jsir kumitat apposta biex jiddiskuti fid- dettal ċerti riżoluzzjonijiet dwar għoti ta' artijiet.", "Dan qed ngħidu biex nuri li din l-idea ħarġet minn din in-naħa, bħalma ħarġet ukoll l-idea minn din in-naħa li jekk ikun hemm tibdil fil-kondizzjonijiet, il-kuntratt għandu jerġa' jiġi quddiem dan il-parlament.", "Barra minn dawn l-emendi, il- gvern se jirranġa wkoll il-metodu kif tingħata lura l-art esproprjata.", "Din hija xi ħaġa tajba wkoll pero' jiena ninsab preokkupat minħabba li anke f'dan il-każ jistgħu jsiru ċerti abbużi.", "Intqal ukoll li qabel jiġu quddiem dan il-parlament, ir-riżoluzzjonijiet se jiġu diskussi f'kumitat tal-Kamra.", "Il-Ministru qal li għalkemm ħadd ma obbligah, il-gvern diġa' għamel dan fil-każ ta' l-art in konnessjoni mal- proġett tal-Kottonera.", "Imma l-verita' x'inhi?", "Il-verita' hi li minflok għen biex joħorġu ċerti affarijiet, dan il-kumitat serva ta' għodda li biha l-gvern Nazzjonalista seta' jagħmel ostruzzjoni biex ċerti affarijiet ma joħorġux.", "Dan qed ngħidu għax minkejja li hija idea tajba li jkun hemm kumitat li jidħol fl-affarijiet, dan m'għandux jintuża kif ġie użat kemm fil-każ tal-Kottonera, kif ukoll fil-każ tal-bejgħ tal-Mid-Med Bank.", "Biex din il-ħaġa taħdem, min ikun fil-gvern irid josserva ċerti affarijiet.", "Naturalment, li r-riżoluzzjonijiet jiġu diskussi f'kumitat qabel ma jiġu f'dan il-parlament fil-prinċipju huwa tajjeb.", "Issa skond dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu, jekk jintlaħaq qbil unanimu fil-kumitat parlamentari allura r-riżoluzzjoni tiġi fil-Kamra sempliċement għall-vot.", "Fl-opinjoni tiegħi hemmhekk se tkun qed tintilef opportunita' biex din il-Kamra tiddiskuti l-operat tad-dipartiment ta' l- artijiet b'mod ġenerali.", "Naturalment meta niġu biex niddiskutu riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' art, hija l-prassi li din il-Kamra tiddiskuti wkoll l- andament tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Per eżempju, jien niftakar li meta kienet tressqet il-liġi biex it-Telemalta tiġi pprivatizzata, tan-naħa l- oħra kkritikawna li ma kienx se jkun hemm iktar lok għall-parlament li jiddiskuti l-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Dakinhar tgħidx xi pressjoni kienet saret mill-oppożizzjoni Nazzjonalista biex għallinqas darba fis-sena nagħmlu diskussjoni dwar dan is-suġġett fil-parlament.", "Min-naħa tagħna aħna għedna li konna lesti nikkonsidraw din il-ħaġa bis-serjeta' - u veru konna qed nikkonsidrawha bis-serjeta', li darba fis-sena f'dan il-parlament jibda jkollna diskussjoni fuq it-telekomunikazzjoni - imma issa donnu li dak li l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet iġġieldet għalih fil-każ tal-qasam tat- telekomunikazzjoni qed itir mar-riħ għax se mmorru f'kumitat biex niddiskutu hemmhekk u, jekk kulħadd jaqbel, ir-riżoluzzjoni tiġi f'din il- Kamra għall-vot u xejn aktar, u allura se ntellfu milli ssir diskussjoni fuq l-andament tax-xogħol fid-dipartiment ta' l-artijiet.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk qed ngħidlek li fil-prinċipju hija liġi tajba imma jien qed nara wkoll in-negattiv tagħha.", "Nerġa' ngħidlek li min-naħa tagħkom kien hemm insistenza meta kienet tressqet il-liġi tat-telekomunikazzjoni u għalhekk illum qed ngħid hekk jien.", "Jiġifieri issa lill-parlament qegħdin nimpeduh milli jiddiskuti l- andament tax-xogħol tad-dipartiment ta' l-artijiet - dejjem f'każ li jkun hemm qbil fil-kumitat parlamentari fuq xi riżoluzzjoni partikolari dwar trasferiment ta' art - għax ir-riżoluzzjoni tiġi f'din il-Kamra biss għall- vot.", "Din hija xi ħaġa preokkupanti, u għalhekk qed ngħid li minkejja li fil-prinċipju naqblu fuq din il-liġi, hemm ċerti affarijiet li l-esperjenza turina, anke dik riċenti, li għandna noqogħdu attenti minnhom għax gvern Nazzjonalista, ħalli ngħid hekk, ma jiddejjaqx igħawweġ ċerti affarijiet kif jaqbel lilu, bħalma ġara fil-każ tal-proġett tal-Kottonera u anke fil- każ tal-bejgħ tal-Mid-Med Bank.", "Għaddejna minnha din l-esperjenza f'dawn l-aħħar xhur, kif għadni kemm għedt.", "L-istess ħaġa tippreokkupana fejn jidħol trasferiment ta' art lill-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, kif qal il-Ministru, b'din il-liġi jew mingħajrha l-gvern xorta seta' jgħaddi artijiet lill-kunsilli lokali imma issa l-kunsilli se jingħataw il-poter li jittrasferixxu dik l-art lil terzi.", "Fil-prinċipju l- oppożizzjoni taqbel ma din il-ħaġa pero' temmen ukoll li jista' jkun hemm manuvrar politiku f'ħaġa bħal din.", "Jista' jagħti l-każ li l-maġġoranza tal- membri ta' kunsill lokali jkunu Laburisti u allura jekk il-gvern ikun irid jista' jagħmel l-ostakli lil dak il-kunsill.", "(Interruzzjonijiet) Iva, politikament jista' jostakolah u din il-ħaġa ġrat.", "Per eżempju, fi żmien il- gvern Laburista l-kunsill lokali tal-Kalkara kien ingħata biċċa minn Bighi wing biex jużaha għall-komunita' tal-Kalkara.", "(Interruzzjonijiet) Jiena mhux qed nitkellem bl-addoċċ u nista' nurik il-korrispondenza li għandi.", "Dakinhar konna sibna intopp żgħir minħabba li hemmhekk kien hemm kamra li kienet okkupata minn kumitat tal-festa - lili daħħluni biex niddiskuti ma' dan il-kumitat tal-festa biex naraw jistgħux jevakwaw dik il-kamra u jingħataw post ieħor - u niftakar li dan il-kumitat kien oppona ħafna għaliex qal li m'hemmx post ieħor fejn jista' jingħatalu.", "Jien kont indikajtlu postijiet oħra bħal, per eżempju, ir-Ricasoli, pero' l-kumitat xorta sab diffikulta' u minħabba f'hekk kont qed nipprova nsib post fiċ- ċentru tal-parti ta' fuq tal-Kalkara.", "Dan il-post alternattiv ma nstabx u jien min-naħa tiegħi ħassejt li dawn m'għandhomx jitwarrbu minn hemmhekk u jmorru 'l bogħod u allura dawn baqgħu hemm.", "Imma x'ġara?", "Meta nbidel il- gvern kien hemm indikazzjonijiet li din l-art se tingħata lill-kunsill pero' mbagħad il-ministru responsabbli mill-edukazzjoni okkupaha hu għal skopijiet oħra.", "Daħlet il-politika wkoll fil-każ tal-kamra tal-kumitat tal-festa li kien hemm problemi fuqha.", "Jidher li dawn issa se jaċċettaw dik il-parti tar- Ricasoli li kont offrejtilhom jiena u ma aċċettawx.", "Jekk dan il-post kien ħażin qabel, issa kif ġie tajjeb?", "Allura f'dan il-każ ma jidhirx ċar li hemm manuvrar politiku li permezz tiegħu l-kunsill lokali tal-Kalkara ġie mċaħħad minn dan il-post f'Bighi?", "Dan kien se jkun l-uniku post fejn il- poplu tal-Kalkara kien se jmur biex jirrikrea ruħu pero' dan kollu ġie miċħud lilu minn dan il-gvern.", "Jiena semmejt dan l-eżempju biex nuri kemm jista' jkun hemm manuvrar politiku.", "Jista' wkoll isir manuvrar meta lill-kunsilli lokali tgħaddilhom art u dawn jittrasferuha lil terzi b'tender.", "F'dan il-każ jista' jsir manuvrar mad-dipartiment ta' l-artijiet biex jiġi ppreferut xi ħadd.", "Illum nafu kif isiru dawn l-affarijiet.", "Qabel tressqet din il-liġi jiena kont avviċinat mill-Onor.", "Tonio Borg biex nagħtu l-kummenti tagħna u wara li kkonsultajt ruħi mal-kelliem ewlieni tagħna dwar il-kunsilli lokali, lill-ministru weġibtu li aħna ridna nkunu żguri li ma jkunx hemm abbużi min-naħa tal- kunsilli.", "Huwa veru li aħna rridu nagħtu ċerti responsabbiltajiet lill- kunsilli imma min-naħa l-oħra lanqas irridu li jkun hemm min jabbuża.", "U għalkemm bil-kitba ngħatajt garanzija li dawn l-affarijiet mhux se jsiru, jiena xorta waħda għandi d-dubji tiegħi.", "Dan qed ngħidu għax jiena niftakar li kien hemm min talab biċċa art biex jaħdmiha bħala ġnien u din it-talba ġiet rifjutata.", "Meta nqalbet il-folja reġgħet saret l-istess talba u lill-applikant tawh il-parir biex japplika għand il-planning authority ħalli jmexxuhielu.", "Dawn l-affarijiet juru li għalkemm fil-prinċipju din il-liġi hija tajba pero' meta niġu għall- prattika qed ikun hemm affarijiet li juru fiċ-ċar li qed ikun hemm intriċċi politiċi.", "Forsi tgħidli: Imma allura ma tagħmel xejn?", "Jiena ngħid li l- affarijiet għandhom isiru pero' jrid ikun hemm mezz ta' kontroll.", "Jiena nemmen li għandu jkun hemm kumitat li jissorvelja u jara li l-affarijiet jimxu sew.", "Mr. Speaker, jiena nistenna wkoll li l-ewwel interess li għandu jkollu d- dipartiment ta' l-artijiet huwa li jimxi mal-liġijiet tal-pajjiż.", "Qed ngħid dan għaliex kien hemm każi fejn id-dipartiment mar kontra r-regolamenti u minkejja dak kollu li tgħid il-planning authority, id-dipartiment qabad u ta proprjeta' lil terzi direttament hu.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-Forti Ricasoli, fejn min ħa dan il-post qabad u daħal hemmhekk bla ma kien hemm ħadd jissorveljah u beda jkisser ċerti aperturi u għamel ċertu ammont ta' ħsara.", "Kieku ma nġibditx l-attenzjoni ta' dipartimenti oħra biex jidħlu jaraw dawn l-affarijiet, kieku hemmhekk kien isir rebus.", "Jiena nemmen li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru.", "Kien hemm min applika wkoll biex jagħmel luna-park fuq art tal-gvern u għaliex id-dipartiment ta' l-artijiet tah il-go ahead, dan beda jarma t-tinda u l-affarijiet l-oħra mingħajr ma ġab permess mingħand l-awtorita' ta' l-ippjanar, naturalment għad-detriment taċ-ċittadini tal-lokal li min-naħa tagħhom għamlu diversi complaints.", "Id- dipartiment ta' l-artijiet għandu jara li jimxi mal-liġi biex fl-interess taċ-ċittadin l-affarijiet isiru kif suppost.", "Ċertament li ma nistax nifhem kif minflok iħares l-interess nazzjonali jħares l-interess ta' individwi.", "Per eżempju, id-dipartiment ta' l- artijiet jaf li huwa fl-interess taċ-ċittadin li Xrob l-Għaġin f'Delimara jsir park nazzjonali.", "Allura kif id-dipartiment ikun huwa li japplika biex dak il-park nazzjonali jingħata lil individwu?", "Allura issa spiċċajna li d- dipartiment ta' l-artijiet minflok jara l-interess nazzjonali, jara l- interess individwali jew l-interess politiku għax ikun hemm xi ħadd min- naħa tal-gvern li jkollu interess personali f'dawn l-affarijiet?", "Dawn x'affarijiet huma?", "Kif id-dipartiment ta' l-artijiet iħalli jsiru affarijiet li jaf li m'għandhomx isiru?", "Kif jista dan id-dipartiment jimbotta biex isiru affarijiet li huma kontra l-policy ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Barra minn hekk, mhux l-ewwel darba li l-gvern stess iġib riżoluzzjoni fil-parlament mimlija kontradizzjonijiet għax ikun fiha provvedimenti li jmorru kontra xi policy ta' l-istess awtorita' ta' l-ippjanar.", "Din il-ħaġa ġrat fil-każ tal-proġett tal-Kottonera, iżda minkejja dan il-gvern xorta waħda ġie f'dan il-parlament u qagħad jippressa u jimbotta biex ċerti affarijiet isiru.", "Allura issa dawn il-ħneżrijiet se tapprovahom l- awtorita' ta' l-ippjanar fuq pressjoni politika?", "Fost affarijiet oħra jiena nsemmi l-bini li tiela' fejn is-swar, meta nafu li mhux suppost isir bini hemm, u nsemmi l-iżvilupp fuq in-naħa ta' l-Isla, li mhux suppost isir minħabba l-problema tat-traffiku.", "Allura d-dipartiment ta' l-artijiet ma setax ġibed l-attenzjoni tal-gvern dwar dawn l-affarijiet?", "Jiena ngħid li għalkemm naqblu ma' din il-liġi fil-prinċipju, minnha joħorġu ħafna affarijiet li wieħed għandu għalxiex jinkwieta dwarhom.", "Mr Speaker, jiena niftakar li f'dibattitu parlamentari fil-bidu ta' din il-leġislatura kont għamilt suġġeriment dwar proċedura li għandu jimxi biha d-dipartiment ta' l-artijiet meta jkun hemm art tal-gvern u xi ħadd ikun irid jagħmel xi żvilupp jew xi tibdil fuqha.", "Jien ngħid li f'każ hekk id- dipartiment ta' l-artijiet jista' jitlob lil dak li jkun biex japplika lill- planning authority.", "S'intendi biex japplika dan se jagħmel l-ispejjeż pero' mbagħad wara li jlesti kollox ma jfissirx li dan għandu xi garanzija li l-art se jeħodha hu.", "Minħabba f'hekk jiena kont għamilt is-suġġeriment li d-dipartiment ta' l-artijiet għandu jagħmel l-applikazzjonijiet neċessarji ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar, iħallas hu u min jieħu l-art imbagħad iħallas l-ispejjeż lid-dipartiment.", "Jien ngħid li d-dipartiment mhux qed ikun effiċjenti mhux għax hemm xi nuqqasijiet min-naħa tal- ħaddiema imma għax huwa maqsum f'diversi sezzjonijiet u minħabba f'hekk qed ikun hemm sparpaljar ta' riżorsi.", "Jien nemmen li dawn is-sezzjonijiet għandhom jiġu amalgamati biex ikun hemm iktar effiċjenza.", "Barra minn hekk, ħaġa li ddejjaq lin-nies hija l-burokrazija eċċessiva.", "Jien nemmen li jekk id-dipartiment jiġbor dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-artijiet taħt kappa waħda dan ikun aktar effiċjenti.", "Mr. Speaker, nixtieq nagħlaq billi nerġa' ntenni dak li għedt fil-bidu li fil- prinċipju aħna naqblu ma' din il-liġi pero' wisq nibża' li se jkun hemm ukoll affarijiet li jsiru minn taħt b'mod politiku biex tiggwadanja naħa politika u jiggwadanjaw xi nies tal-qalba.", "Kif diġa għedt, jiena nemmen li wieħed għandu jara li jitwaqqaf kumitat li fih ikun hemm rappreżentanza miż-żewġ naħat biex jara li l-affarijiet ma jiġux abbużati.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi li, kif diġa' qal il-Ministru Borg fl- introduzzjoni tiegħu, jinvolvi ħafna lill-kunsilli lokali.", "Il-Ministru għamel xi rimarki fuq il-politika ta' dan il-gvern fir-rigward tal-kunsilli lokali, f'dak li għandu x'jaqsam ma' artijiet, u jien xtaqt li ninkwadra proprju l-emendi li qed jiġu proposti f'dan is-sens.", "Dan il-gvern, li issa ilu sena bil-mandat li ngħata, sab sitwazzjoni xejn feliċi fir-rigward tal-kunsilli lokali.", "Konna preċeduti minn gvern li bil- fomm kien jgħid li jemmen fil-kunsilli lokali pero' f'sentejn ta' amministrazzjoni ma tantx kien benvist mill-kunsilli lokali stess.", "Dan ġara mhux biss għaliex sena wara oħra naqqas il-finanzjament lill-kunsilli pero' għaliex f'sentejn sħaħ ma rnexxilux jittrasmetti l-kliem li kien jgħid f'politika vera favur il-kunsilli.", "Fost affarijiet oħra gvern Laburista kien igħid li jemmen fil-kapaċitajiet tal-kunsilli pero' f'sentejn sħaħ kien hemm biss żewġ inizjattivi li ttieħdu fir-rigward tal-kunsilli lokali, ċioe' l-involviment tal-kunsilli lokali mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, f'dik li hija tiswija ta' l-iskejjel, u l-inizjattiva biex xi ħaddiema tal- gvern volontarjament jitħajru jmorru jaħdmu mal-kunsilli lokali.", "Din ta' l- aħħar kienet inizjattiva li ma rnexxietx pero' dan ma kienx tort tal-gvern preċedenti imma kien tort taċ-ċirkonstanzi li qed jaħdem fihom iċ-ċivil f'Malta.", "Barra minn hekk, minħabba ċertu kliem li kien jingħad kemm mill- Partit Laburista kif ukoll minn ministri oħra li ma kenux responsabbli għall-kunsilli lokali - u wisq iktar mill-prim ministru ta' dak iż-żmien - intbagħat messaġġ negattiv ħafna lill-kunsilli lokali.", "Ingħata messaġġ li l-kunsilli lokali ma kenux fdati biżżejjed, li hemm bżonn iktar ċentralizzazzjoni u ngħata messaġġ, anke jekk inkonxjament, li l-kunsilli lokali kienu kważi kważi żejda pero' tollerati.", "F'dik is-sitwazzjoni aħna dehrilna li kien kruċjali li nirrestawraw il-fiduċja mhux biss bil- kliem iżda bil-fatti wkoll.", "Naħseb li ħadd ma kellu bżonn li jikkonvinċi ruħu kemm il-Partit Nazzjonalista għandu għal qalbu l-kunsilli lokali.", "Wara kollox kien il- Partit Nazzjonalista li għal elezzjoni wara l-oħra nkluda l-konċett tal- kunsilli lokali fil-programm elettorali tiegħu.", "Kien il-Partit Nazzjonalista li waqqafhom u kien il-Partit Nazzjonalista li ppjana l- iżvilupp tagħhom.", "Issa sentejn wara dak li ġie perceived mill-kunsilli stess u mill-poplu in ġenerali bħala rigress, aħna ridna nagħtu messaġġ ċar ta' inkoraġġament lill-kunsilli lokali.", "Biex għamilna hekk mhux biss żidna l-finanzjament tal-kunsilli lokali iżda fittxejna wkoll oqsma fejn nistgħu nagħtu iktar responsabbiltajiet u nagħtu iktar opportunitajiet ta' żvilupp lill-kunsilli lokali.", "Aħna mhux biss ridna nagħtu messaġġ li dan il-gvern lest li jżid il-finanzjament pero' kien importanti ħafna li nagħtu l- messaġġ li għax għandna fiduċja fil-kunsilli lokali, lesti nafdawlhom ukoll ċerti responsabbiltajiet.", "Illum m'huwiex il-waqt li noqgħod nidħol fid- diversi inizjattivi li ħadna b'suċċess pero' inizjattiva ta' importanza kbira kienet li aħna għedna lill-kunsilli lokali li huma kapaċi biżżejjed biex jamministraw art pubblika.", "Mr. Speaker, l-art f'Malta hija asset li jekk użata tajjeb jista' jkollha mhux biss skop soċjali imma jista' jkollha wkoll impatt finanzjarju tajjeb għall-kunsilli lokali.", "Il-gvern huwa l-ikbar landowner li jeżisti f'Malta u l-akbar stramberija li teżisti hija li jekk xi ħadd fil-privat ikollu żewġt itmien jew tlieta dan kapaċi jsir sinjur, u l-gvern, li għandu eluf ta' tmien, mhux kapaċi jemula lill-privat u jsir altru minn sinjur.", "Il-gvern għandu ħafna art u ħafna bini li jew mhux jiġi utilizzat jew inkella qed jiġi utilizzat ħażin.", "Fost dawn insibu garaxxijiet b'element storiku wżati biex tinżamm fihom għamara antika li għandha bżonn tintrema u postijiet storiċi mitluqa għaliex ħadd ma jieħu ħsiebhom.", "Forsi l-użanza tal- gvernijiet hija li nibnu post ġdid - u, bħala eżempju nista' nsemmi s-suq tal-Belt jew is-civic centre ta' Birkirkara - u nonfqu l-mijiet ta' l-eluf u mbagħad m'għandniex sistema interna kif jiġu vvotati l-flus għall- maintenance tagħhom.", "Bħala proprjeta' dawn il-postijiet jibqgħu għand il- lands u jekk ikun hemm bżonn xi xogħol suppost li jmorru jagħmluh il-works division, pero' fir-realta' dawn iridu jsibu l-availability biex dak ix- xogħol jagħmluh.", "B'dan il-mod tibqa' sejjer bejn Qajfas u Pilatu u l- affarijiet dejjem sejrin lura.", "F'dan il-kontest kien jagħmel ħafna sens li l-gvern jiżviluppa politika fejn jgħid li diversi postijiet għandhom ħafna importanza għall-kunsilli lokali u allura l-gvern għandu jafda l-amministrazzjoni tagħhom lill- gvernijiet lokali.", "Huwa veru li kulħadd jiżbalja pero' ċertament il- maġġoranza tal-poplu tagħna ma tiżbaljax u allura l-gvern m'għandux jibża' li jkollu fiduċja f'nies li bħalna ġew eletti mill-poplu.", "Minħabba f'hekk u b'rieda soda aħna ħloqna policy ta' devoluzzjoni ta' art pubblika favur il- kunsilli lokali.", "Aħna għedna li taħt ċerti kondizzjonijiet aħna lesti li ngħaddu titlu legali - li jista' jvarja minn titlu ta' sempliċi management għal titlu ta' kera u għal titlu ta' ċens - lill-kunsilli lokali.", "Il- background ta' din il-policy għandu ħafna importanza għax huwa espressjoni oħra ta' fiduċja fil-kapaċitajiet tal-kunsilliera tagħna.", "Aħna nemmnu li l- kunsilliera kapaċi joħolqu proġetti vijabbli u kapaċi jamministraw tajjeb dawn il-postijiet.", "Aħna nemmnu wkoll li m'għandux ikollna din il-ħafna biża' - kif anke ġiet espressa f'din il-Kamra - li xi ħadd jabbuża.", "Ċertament l-abbuż huwa parti mill-ħajja ta' kuljum u jridu jinħolqu l-parametri u s-salvagwardji kollha neċessarji biex dawk responsabbli jinqabdu u jitrażżnu.", "Jiena ngħid li allaħares nitilqu mill-prinċipju li għaliex ikollna l-abbużi allura ma nagħmlu xejn.", "Dan il-prinċipju kien karatteristika ta' l-amministrazzjoni Laburista fir-rigward tal-kunsilli lokali.", "Kien hemm dejjem dan id-dubju u kienu jsiru mistoqsijiet bħal: Imma dawn kapaċi jamministraw?", "Imma dawn effiċjenti biżżejjed?", "Għandhom is-saħħa amministrattiva biex imexxu dawn il- proġetti?", "Dawn id-dubji wieħed jista' jesprimihom anke' fil-konfront ta' diversi dipartimenti tal-gvern u korporazzjonijiet, pero' ma jfissirx li għax għandna dawn id-dubji ma nagħmlux dak il-pass oltre.", "Wara kollox l- istorja riċenti tagħtina raġuni għax uriet li l-kunsilli lokali huma kapaċi jwettqu din it-tip ta' amministrazzjoni.", "Mr Speaker, malli aħna żviluppajna din il-policy fassalna dokument - u anke tqassam lill-kunsilli lokali kollha - li jispjega x'inhi l-policy u x'inhu l-ħsieb.", "Fassalna wkoll proċedura dettaljata kif nistgħu naħdmu, fejn bażikament konna qed ngħidu: Isma', jekk inti fil-lokal tiegħek għandek biċċa art jew bini li taħseb li tista' tintuża għal skop li għalih huwa mwaqqaf il-kunsill jew għal għan li huwa għan soċjali li tibbenefika minnu l-komunita', il-gvern huwa lest li jgħaddilek l-amministrazzjoni ta' dan il-fond.", "Lill-kunsilli lokali għednilhom ukoll li jekk huma jkunu kapaċi joħolqu xi introjtu finanzjarju, dak l-introjtu jmur għall-kunsill lokali.", "Konna nafu li qed nitkellmu fl-astratt pero' dak l-astratt issa rridu nwassluh għall-konkret.", "Konna nafu wkoll li l-proġetti se jvarjaw minn amministrazzjoni ta' ġnien li jeżisti diġa' għal proġetti ħafna ikbar.", "Konna nafu wkoll li l-kunsilli lokali ma jistgħux jidħlu għal proġetti kbar waħedhom u allura ridna noħolqu proċess li nippermettu li l-kunsilli lokali jidħlu fi sħab mal-privat.", "Ridna noħolqu l-possibbilta' wkoll li minflok jidħlu fi sħab mal-privat, il-kunsilli lokali jgħaddu t-titlu lil ħaddieħor taħt ċerti kondizzjonijiet biex proġett partikolari jiġi amministrat mill-privat waqt li jinżamm taħt il-kontroll tal-kunsilli lokali.", "Proċeduri li ġew imfasslin ħadu ħsieb li niżguraw kemm jista' jkun il- vijabilita' ta' dawn il-proġetti.", "F'dawn il-proċeduri hemm diversi stadji li jridu jiġu sodisfatti.", "L-ewwelnett iridu jiġu sottomessi business plans li jridu jsiru minn kumpanniji ta' awdituri rikonoxxuti.", "Iridu jsiru wkoll projections ta' tliet snin u ħames snin u jrid ikun hemm ukoll l- approvazzjoni tad-dipartiment ta' l-artijiet, li jrid jiżgura mhux biss li l-art qed tintuża għall-iskop li tkun ingħatat pero' li minn proġetti kummerċjali anke l-gvern ikollu l-introjtu tiegħu.", "Barra minn hekk irid isir monitoring tal-progress ta' dawn il-proġetti, kif ukoll naraw il- vijabilita' finanzjarja tagħhom biex niżguraw li l-kunsilli lokali ma jidħlux għal riskji li ma jistgħux jimmaniġġjaw.", "Ċertament din hija opportunita' kbira għall-kunsilli lokali.", "Tant hija opportunita' kbira li jien nieħu gost li minn mindu fassalna u nidejna din il-policy xi sitt xhur ilu, daħal diġa' numru sabiħ ta' applikazzjonijiet.", "Irrid ngħid ukoll li aħna rrestrinġejna kull kunsill għal applikazzjoni waħda.", "Ma rridux li niddevolvu numru f'daqqa ta' artijiet lil kunsill wieħed għax irridu naraw li proġett jimxi tajjeb qabel ma ngħaddu għall-konsiderazzjoni ta' xi devoluzzjoni oħra.", "Nista' ngħid li s'issa diġa' għandna applikazzjonijiet mill-Gudja, mill- Kalkara, minn Ħaż-Żabbar, minn Ħal Luqa, mix-Xagħra Għawdex, mill-Mosta, mill-Qala', mir-Rabat Għawdex, minn San Lawrenz, min-Nadur, minn Birkirkara, mill-Isla, minn Ħal Qormi, mill-Imqabba, mill-Pieta', mill- Gżira u minn San Ġwann.", "Dan huwa numru tajjeb ta' applikazzjonijiet u, kif qal il-Ministru qabli, diġa' ġew iffirmati żewġ kuntratti, wieħed ta' Santa Luċija u wieħed ta' Ħal Safi.", "Dawn huma proġetti li jvarjaw minn amministrazzjoni ta' playing fields jew recreational areas jew ġonna li diġa' jeżistu għal proġetti li huma iktar ambizzjużi.", "Per eżempju, il- kunsill ta' Birkirkara jixtieq jagħmel mużew tal-ferrovija fl-istazzjon.", "Il-Mosta jixtiequ jagħmlu underground carpark fuq art tal-gvern u l-kunsill ta' San Ġwann jixtieq juża post li qed jintuża mid-dipartiment tal-foreign affairs bħala store.", "Dan il-post huwa mitħna ta' qabel il-gwerra, li tista' tiġi wżata fil-heritage trail illi qed jiżviluppaw f'San Ġwann stess.", "F'dan il-mument din il-mitħna għadha qed tiġi wżata minn dan id- dipartiment u jiena ma naħsibx li jagħmel wisq sens li tibqa' tintuża b'dan il-mod.", "Il-kunsill ta' Tal-Pieta' jixtiequ li jibdew jamministraw il- carpark li diġa' jeżisti ħdejn l-isptar.", "Dan il-carpark li nbena a spejjeż tal-gvern ma huwa amministrat minn ħadd.", "Fil-fatt hemm xi ħadd li jmur fuq il-post li jagħmilha ta' parker imma jopera mingħajr liċenzja.", "Ikun jagħmel ħafna iktar sens li l-kunsill lokali ta' Tal-Pieta' jamministra dan il-post.", "Barra minn dawn kellna applikazzjonijiet oħrajn li ġew eżaminati u ma dehrilniex illi wieħed jista' jilqagħhom.", "Waħda minnhom - semmiha proprju l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Mizzi - hija tal- kunsill lokali tal-Kalkara.", "Biss l-Onor.", "Membru ma kienx għal kollox preċiż meta qal illi l-gvern preċedenti approva li l-kunsill tal-Kalkara jingħata parti minn Bighi biex jużah bħala l-uffiċċju tiegħu.", "Fil-verita' il-gvern preċedenti kien esprima l-idea li jagħmel hekk pero' f'sentejn sħaħ qatt ma sab il-ħin biex jgħaddi t-titlu tal-post lill-kunsill lokali tal-Kalkara.", "Fir-realta' naħseb li l-Onor.", "Mizzi jaf ukoll il-problema tal-Kalkara x'kienet.", "Il-problema tal-Kalkara kienet illi l-post fejn il-kunsill tal- Kalkara xtaq li jagħmel l-uffiċini tiegħu u xi faċilitajiet oħra huwa l- istess post li l-ministeru ta' l-edukazzjoni identifika fejn għandu jitwaqqaf ċentru għar-restrawr.", "Dan huwa ċentru li se jitwaqqaf bejn il- Gvern Malti u l-Gvern Taljan.", "Se jkun hemm il-finanzjament mill-protokoll Taljan għalih u se jkun ċentru ta' studji Mediterranji.", "Jiena naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Mizzi li d-dipartiment ta' l-artijiet għandu jkun konxju ta' l-interess nazzjonali u f'dan il-każ dan hu proprju li ġara.", "Kien hemm l-interess tal-kunsill lokali tal-Kalkara, kien hemm l-interess nazzjonali li jitwaqqaf dan iċ-ċentru Mediterranju għar-restawr u meta tibbilanċjahom it-tnejn flimkien naħseb illi t-tnejn naqblu li l-interess nazzjonali għandu jipprevali.", "Mr. Speaker, jiena nassigura lin-naħa l-oħra tal-Kamra li aħna m'aħniex qed ngħidu li l-kunsilli lokali jiktbulna u aħna nagħtuhom blank cheque.", "Aħna se niżguraw - u l-kunsilli lokali jafu li żgurajna għaliex bgħatna lura numru ta' talbiet - li l-ewwel irridu nieħdu ħsieb l-interess nazzjonali.", "Biex nieħdu ħsieb l-interess nazzjonali l-ewwel pass li nagħmlu qabel ma naċċettaw xi talbiet huwa li niċċekkjaw mad-dipartiment ta' l-artijiet jekk xi dipartiment jew enti oħra jkunx esprima xi interess f'dik il-proprjeta'.", "Jiena naħseb li anke l-kunsilli lokali stess jaqblu li għandu jipprevali l-interess nazzjonali.", "Jekk ma jirriżultax li jkun hemm xi dipartiment jew xi enti pubblika li għandha interess f'dik il- proprjeta', allura nibdew nitkellmu mal-kunsilli lokali dwar użu ta' dik il- proprjeta'.", "Nista' nassigura lill-ħabib tiegħi tan-naħa l-oħra li kemm-il darba l-kunsill lokali tal-Kalkara jsib post ieħor, inkun jien l-ewwel wieħed illi ngħinhom biex jakkwistawh jekk ikun possibbli.", "Jiena naħseb li jkun aħjar jekk noqogħdu attenti u niżnu ftit l-affarijiet qabel ma nitkellmu.", "L-Onor.", "Mizzi qal li kien hemm interess politiku li aħna lill-kunsill lokali tal-Kalkara ma nagħtuhx l-uffiċini li xtaq hu.", "Dan juri li l-Onor.", "Membru m'huwiex tant in touch la mal-kunsill tal-Kalkara u wisq inqas mal- kunsilli lokali l-oħra.", "Kieku kellna l-interess li ma nagħtux xi proprjeta' lil xi kunsill lokali għax immexxi minn maġġoranza li hija tal- Partit Laburista, żgur li wieħed mill-ewwel kuntratti li ffirmajna ma kienx ikun mal-kunsill lokali ta' Santa Luċija.", "Il-kunsill lokali ta' Santa Luċija kien ħaqqu jieħu l-ġnien taċ-Ċiniżi, kien ilu de facto joħroġ il- flus għalih, kellu pjan kif se jamministrah u kien ħaqqu jieħdu.", "Nista' nassigurakom li meta nittrattaw aħna ma neħdux in konsiderazzjoni jekk kunsill ikollux maġġoranza Nazzjonalista jew ikollux maġġoranza Laburista.", "Mr Speaker, ħaġa li dejqitni fid-diskors ta' l-Onor.", "Mizzi kienet meta qal li jaqbel fil-prinċipju pero' hemm bżonn li jsiru mega strutturi biex nikkontrollaw x'jagħmel kulħadd.", "Jew se nafdaw lill-kunsilli lokali bl- istess kriterji li nagħmlu f'dan il-parlament, jew inkella l-kunsilli lokali tagħna qatt m'hu se jkollhom il-kapaċita' li jikbru.", "Ma jistax ikun li għax ngħaddu biċċa art lil kunsilli lokali - u din se ssir bil-proċeduri kollha tat-tendering, bl-aċċess għal kull karta li jkun hemm fit-tenders u bid-dritt ta' appell mit-tenders, jiġifieri għandek it-trasparenza kollha fil-proċess - allura rridu nwaqqfu xi kumitat parlamentari biex nikkontrollaw kollox.", "Per eżempju, il-kunsill lokali tan-Nadur iridu li jkollhom f'idejhom - sinċerament ma nafx xi jridu jagħmlu fih - iċ- ċimiterju tan-Nadur.", "Jiena ma naħsibx illi hemm xi problemi kbar biex dan jingħatalhom.", "Allura dan irridu ngħadduh minn xi tip ta' PAC ieħor?", "It- talba biex isir recreational area f'San Lawrenz - issa din l-area fiha bejn wieħed u ieħor daqs din il-Kamra - trid tintlaqa' billi ngħaddu xi PAC ieħor?", "Ejja nkunu prattiċi.", "Forsi dawn huma l-affarijiet li jiddistingwu lilna min-naħa l-oħra tal-Kamra fuq il-kunsilli lokali.", "Jiddispjaċini ninnota li n-naħa l-oħra tal-Kamra għadha wisq marbuta ma' l-idea li kienet espressa f'din il-Kamra minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici li l-kunsilli lokali huma lok għall-korruzzjoni.", "Jiena ngħid li l-ħajja kollha hija lok għall-korruzzjoni.", "Il-kunsilli lokali m'huma ebda eċċezzjoni għal ħadd, la huma iktar u lanqas huma inqas minn kull enti oħra.", "Dawn għandhom it-tentazzjonijiet tagħhom u għandhom il- preġji tagħhom u allaħares nibqgħu bl-idea li ma nistgħux nafdaw lill- kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali għamlu ġid enormi f'dan il-pajjiż u għamlu xogħol illi kien ilu ma jsir bejn 27 u 30 sena.", "Dawn daħlu wkoll għal affarijiet li l-gvern kien irrinunzja għalihom.", "Kellhom problemi enormi u l-ikbar problema li għandhom hija ta' personalita'.", "Din hi l- verita'!", "L-ikbar problemi li għandhom mhijiex fejn ingħata tender jew min ingħata dak il-kuntratt imma l-akbar problema li għandhom hija li dawn jiġġieldu personalment bejniethom għax jiena lanqas ngħid li jiġġieldu politikament.", "Dan hu li qed jagħmel ħafna deni lill-kunsilli lokali u dan hu li għandna bżonn nimmaniġjaw ħafna aħjar.", "Jiena ngħid li allaħares nitilqu bil-premessa li għax dawn kunsilli lokali, allura ma nafdawhomx!", "Aħna m'għandniex ngħidu bil-fomm li nafdawhom u mbagħad noħolqu ħafna strutturi li permezz tagħhom noħonqulhom kull inizjattiva li jistgħu jieħdu.", "Lanqas għandna noqtlu l-inizjattivi li jistgħu jieħdu bil-burokrazija, kif wara kollox qed jiġri.", "Il-problemi li jiltaqgħu magħhom il-kunsilli lokali mhumiex mad-dipartiment tiegħi - għax aħna nqassmu l-flus fl-aħħar tas-sena wara li jsir il-budget imbagħad administratively m'għandniex xogħol - imma huma fid-delivery times ta meta jkollhom bżonn xogħlijiet minn dipartimenti oħra.", "Hija l-burokrazija kbira tal-gvern li qed toħnoq lill-kunsilli lokali u waħda mill-problemi li jista' jkun li ffaċċjaw f'dan il-qasam tad-devoluzzjoni hija proprju din il-burokrazija li jridu jgħaddu minnha.", "Per eżempju, għadni kif għedt li l-kunsill lokali ta' San Ġwann irid post illi qed jiġi wżat mid-dipartiment ta' l-affarijiet barranin.", "F'dak il-każ it-talba li ssir trid tmur għand id-dipartiment ta' l- affarijiet barranin biex isibu alternative site.", "Spiss jiġri li lil dawn tiktbilhom, tkellimhom u tibgħatilhom reminder, xahar wara xahar, pero' ma jiċċaqlaq ħadd.", "Jekk din se tibqa' l-mentalita' allura nkunu qed noqtlu l-inizjattivi.", "Dan la hu tort tiegħi bħala ministru u lanqas huwa tort tal- ministru preċedenti.", "Kulma nista nagħmel hu li naqbad il-file u mmur jien stess fid-dipartiment biex inġib l-approval.", "Jekk verament nafdaw lill- kunsilli lokali u jekk verament nemmnu li huma tajbin għal pajjiżna ejja nimxu magħhom.", "Huwa veru li għandna nagħmlu s-salvagwardji raġonevoli kollha u jiena ngħid li dan l-iskop ilħaqnih bil-proċedura li aħna qegħdin nissuġġerixxu.", "Jekk ngħaddu art lil xi kunsilli lokali u dan ikun irid jagħmel proġett ma' terzi jew jgħaddi t-titlu in parti jew sħiħ lil terzi, irid l-ewwel jissottometti l-proġett dettaljat lid-dipartiment tal-kunsilli lokali.", "Il- proposti għal dan il-proġett ikunu available pubblikament u wara li l- proġett jiġi approvat mid-dipartiment tal-kunsilli lokali, dan jgħaddi għand id-dipartiment ta' l-artijiet li jimponi l-kondizzjonijiet tiegħu.", "Wara dan, il-proġett jiġi diskuss f'din il-Kamra jew f'kumitat ta' din il- Kamra, u qabel ma jgħaddi dak it-titlu jew parti minnu tkun trid toħroġ tender li tkun pubblika.", "Mela l-karti relattivi se jkunu pubbliċi, l-award tat-tender tkun pubblika, l-appelli mit-tenders se jkunu pubbliċi u allura jiena jidhirli li se jkollna trasparenza biżżejjed.", "Ma jidhirlix li għandu jkun hemm sottokumitat ieħor ta' din il-Kamra li jkompli jikkontrolla.", "Ir- regolamentazzjoni hija neċessarja pero' imbagħad l-over regulation toqtol l- inizjattiva.", "L-appell tiegħi huwa li nifhmu li dak li qed isir qed isir għaliex nemmnu li din hija opportunita' tajba li nerġgħu nuru fiduċja fil-kunsilliera lokali tagħna.", "Lil dawn qed nagħtuhom opportunita' biex l-ideat li għandhom ikunu verament jistgħu jisfruttawhom u jħaddmuhom.", "Lil dawn m'għandniex noħonquħom b'ħafna burokrazija, li fl-aħħar mill-aħħar toqtol l- inizjattiva vera.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Grazzi, Sur President.", "Ċertament aħna naqblu li nħallu l-inizjattiva f'idejn il-kunsilli lokali imma biex nagħmlu hekk irridu naraw li l-gvern ċentrali jkun jista' jikkordina x-xogħol aħjar - u din hija xi ħaġa li aċċenna għaliha wkoll il-Ministru Gatt - tramite l- ministeri u d-dipartimenti kollha tiegħu.", "Issa permezz ta' din il-liġi l- kunsilli lokali se jkunu jistgħu jakkwistaw u jiddisponu minn art pubblika.", "Fi kliem ieħor hawnhekk qed inpoġġu l-kunsilli lokali fuq l-istess livell tal-housing authority pero' b'differenza, għax il-housing authority hija korporazzjoni maħluqa ad hoc, b'miri preċiżi li tamministra akkomodazzjoni soċjali.", "Barra minn hekk kull sena aħna niflu l-operat tagħha dwar kif tiddisponi minn proprjeta' u kif tamministra l-beni.", "Issa fil-każ tal- kunsilli lokali dan l-argument ma jreġix.", "Hawnhekk qegħdin insaħħu liġi biex inkabbru t-trasparenza u l-iskrutinju fuq il-gvern ċentrali, pero' dan għandu jsir ukoll fir-rigward ta' entijiet pubbliċi oħra, bħalma huma l- kunsilli lokali.", "Hemmhekk ukoll wieħed għandu jkollu l-istruttura li tassigura trasparenza sħiħa u accountability.", "Jiena nħoss li din il-Kamra jew inkella l-kumitat nazzjonali tal-verifika b'xi mod jew ieħor għandhom jaraw jekk ċerta proprjeta' tkunx qed tiġi amministrata kif għandha tiġi amministrata.", "Meta aħna nitkellmu hekk ċertament li m'aħniex qegħdin ngħidu li m'għandniex fiduċja fil-kunsilli lokali.", "Aħna qed ngħidu li l-kunsilliera qed jieħdu d-deċiżjonijiet fl- interess pubbliku u dawn għandhom jeħduhom bl-ikbar trasparenza.", "Min qiegħed fil-ħajja pubblika jaf li jagħmel x'jagħmel u jipprova kemm jipprova biex ikun ċar u trasparenti, dejjem isib lil xi ħadd jakkużah u allura jkun tajjeb li wieħed joħloq din l-istruttura.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li għandha tinħoloq struttura li toħnoq l-inizjattiva imma qed ngħidu li din għandha tkun struttura li faċilment tkun tista' tivverifika u tiċċertifika li jiġu esegwiti l-proċeduri stabiliti.", "Huwa importanti li tiġi assigurata t-trasparenza għax b'hekk ma joqogħdux isiru ħafna allegazzjonijiet.", "Sur President, tajjeb li wieħed jgħid ukoll li fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti ma kien hemm l-ebda nuqqas ta' fiduċja fil- kunsilli lokali.", "Lanqas huwa veru l-kliem li jingħad li aħna ma ridniex ngħinu lill-kunsilli lokali.", "Huwa veru li għal sena wara l-oħra konna kostretti li nillimitaw l-allokazzjoni ta' fondi - u dan ma ħadniex gost nagħmluh - imma dan għamilnih minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja.", "Din is- sitwazzjoni ta' deficit illum hija aċċettata minn kulħadd u m'għadhiex ħrafa.", "Aħna sempliċement ridna naċċertaw irwieħna li s-servizzi li kienu diġa' devoluti fuq il-kunsilli lokali jiġu amministrati u implimentati b'mod effiċjenti u b'mod li ċ-ċittadin jgħid li l-eżistenza tal-kunsilli lokali tfisser titjib fil-livell tal-ħajja.", "Jiena dan biss kont inpoġġi quddiem għajnejja meta kont nitkellem mal-kunsilli lokali.", "Per eżempju, aħna għamilna ħidma sħiħa flimkien ma' l-awditur ġenerali - u din ħaditilna 15-il xahar - biex nibdew noħolqu kriterji fuq il-value for money dwar il-kuntratti li jamministraw u jħaddmu l-kunsilli.", "Konna bdejna nagħmlu eżerċizzju wkoll - li tlesta fl-aħħar tas-sena l-oħra jew fil-bidu ta' din is-sena - dwar kemm jiswew is-servizzi li jkun jeħtieġ kull kunsill ħalli wieħed ikun jista' jippjana aħjar l-allokazzjoni ta' finanzi.", "Konna wkoll bdejna nipprovaw noħolqu sistema li tikkordina l-kunsilli lokali mad- dipartimenti tal-gvern u mal-korporazzjonijiet.", "Il-Ministru Gatt semma' l- inizjattiva li ħadna mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni rigward il- manutenzjoni ta' l-iskejjel.", "Din il-ħaġa tat ir-riżultati u nista' ngħid li kulħadd apprezza t-titjib li sar.", "Jiena nista' ngħid li n-nies faħħru din l- inizjattiva u għalihom il-kunsilli lokali bdew ifissru xi ħaġa.", "L-istess mudell konna bdejna nattwawh mad-dipartiment ta' l-agrikoltura, li għandu ħafna personnel u għandu l-għodda.", "Flimkien mal-kunsilli lokali dan id- dipartiment kien qiegħed jidentifika siti żdingati u mitluqin biex jiġu żviluppati.", "Barra minn hekk konna qed nitkellmu kontinwament ma' l-Onor.", "Charles Buhagiar, li dak iż-żmien kien il-ministru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, biex naraw kif se ngħinu lill-kunsilli lokali u fl-istess waqt nutilizzaw aħjar ir-riżorsi tal-gvern ċentrali.", "Sur President, issemmiet ukoll l-iskema ta' l-assenjazzjoni ta' ħaddiema.", "Din il-ħaġa kienet ħolqitilna problemi kbar pero' bis-saħħa ta' ċerti kunsilli s-sistema kienet bdiet tiffunzjona.", "Bil-mod il-mod u b'ċerta edukazzjoni ċertament konna naslu li fil-maġġoranza tagħhom il-kunsilli kien ikollhom minn dawn il-ħaddiema, li fuq kollox jagħtu servizz tajjeb lill-istess kunsill u jgħinu lir-residenti fil-lokal.", "Aħna qatt ma ttantajna nimponu fuq il-kunsilli - kif ġara riċentement - li t-toroq jibdew jagħmluhom huma imbagħad wara jiċċarġjaw lid-dipartiment.", "Il- kunsilli llum tgħabbew b'din ir-responsabbilta' u ma huma jitħallsu qatt u, safejn naf jien, m'intomx tesiġu fuq id-dipartiment li dan iħallas lill- kunsill.", "Jiġri wkoll li l-kuntrattur ma jissodisfax it-termini tal-kuntratt tiegħu, jitħallas xorta u minħabba f'hekk il-kunsill ikollu joqgħod jiffaċċja lir-residenti f'dik il-lokalita'.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-liġi nnifisha.", "Din hija liġi li fil-prinċipju naqblu magħha u, għal min ma jafx, l-ewwel darba li saret liġi li tirregola kif il-gvern jiddisponi minn proprjeta' pubblika kien fl-1976.", "F'dik is-sena kienet saret il-Land Disposal Act, fejn l-eżekuttiv impona kontroll fuq il-mod kif huwa stess jittrasferixxi l- art lil terzi.", "Ovvjament din kienet ħaġa neċessarja għax hawn qegħdin nitkellmu fuq art li la hija art tal-ministru u lanqas hija art tal-gvern imma tappartjeni lill-poplu Malti kollu.", "Għal dan il-għan twaqqfet il- housing authority, li tamministra proprjeta' għal skopijiet ta' housing soċjali.", "Twaqqfet ukoll l-MDC, li tiddisponi minn proprjeta' pubblika, biex tħajjar aktar investiment industrijali f'pajjiżna.", "In konnessjoni ma din il-liġi wieħed jista' jitkellem ukoll fuq l-iskopijiet ekonomiċi ta' trasferiment ta' art u proprjeta'.", "Per eżempju, mhux l-ewwel darba li f'din il-Kamra tressqet riżoluzzjoni biex isir trasferiment ta' art bl-iskop li fuqha tinbena lukanda.", "Dan isir biex jiġi mgħejjun it-turiżmu.", "Kellna wkoll każijiet ta' trasferimenti illi jkun aħjar jekk forsi ma niftakrux fihom.", "Eżempju ta' trasferiment ta' dan it-tip kien il-każ ta' Chambrai.", "Illum dan il-post huwa litteralment in shambles minħabba l-konfużjoni tar-riżoluzzjoni li kienet ġiet approvata minn dan il-parlament.", "Kwalunkwe trasferiment ta' proprjeta' pubblika jrid ikun marbut ma għan ekonomiku jew soċjali.", "Minn dan toħroġ l- importanza li jkun hemm element ta' kontroll ħalli d-deċiżjonijiet li jieħu l-eżekuttiv mhux biss ikunu sanċiti mil-liġi imma jkunu wkoll deċiżjonijiet kemm jista' jkun trasparenti.", "Għal dan il-għan hemm ċerti tibdiliet li jirfinaw il-kriterji ta' trasferiment ta' l-art.", "Per eżempju, id-definition clause tgħid li t-tiġdid tad-drittijiet fuq art - kemm personali u anke reali - jekk isiru fuq termini ġodda, iridu jiġu kkonsidrati bħala trasferiment ta' art.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi: Imma jekk inti għandek tiġdid fuq l-istess kondizzjonijiet, għaliex m'għandux jiġi kkonsidrat bħala trasferiment?", "Nista' nagħti eżempju ta' wieħed li jkun ħa proprjeta' b'ċens għal 30 sena.", "Jekk dan iċ-ċens se jerġa jiġġedded bl-istess kondizzjonijiet, għaliex m'għandniex naraw għaliex dik l-art qed terġa' tiġi mogħtija lil dak l-individwu bl-istess kondizzjonijiet?", "Jiena nħoss li jekk jerġa' jsir tiġdid, wieħed irid jiġġustifika jekk it-tiġdid għandux isir bl-istess kondizzjonijet.", "Fil-klawsola ta' wara hemm li jekk ikun sar trasferiment ta' proprjeta' b'riżoluzzjoni tal-parlament, anke jekk isir tiġdid bl-istess kondizzjonijiet, dik ir-riżoluzzjoni trid terġa' tiġi sottomessa fil-parlament, peress li dak il-każ jiġi kkonsidrat bħala trasferiment; u la qegħdin nirfinaw il-liġi jiena naħseb li għandna nieħdu ċerti konsiderazzjonijiet, anke fejn jidħol tiġdid.", "Illum il-valur tal- proprjeta' qed jiżdied minn ġimgħa għal oħra u jiena għalhekk għedt li wieħed għandu jara jekk tiġdid bl-istess kondizzjonijiet għandux ikun ġustifikat.", "Jiena nissuġġerixxi li kwalunkwe renewal - hu kif inhu, taċitu jew espress, anke bl-istess kondizzjonijiet - għandu jiġi kkonsidrat bħala trasferiment ta' proprjeta'.", "Tajjeb li nikkonsidraw ukoll il-klawsola fejn il-housing authority u l- kunsilli lokali qed jiġu esklużi mill-obbligi li timponi din il-liġi.", "Din il-ħaġa kienet teżisti diġa fil-każ tal-housing authority minħabba l-fatt li din hija awtorita' statutorja u issa l-kunsilli lokali qegħdin jitpoġġew fl-istess keffa.", "Il-housing authority għandha skop soċjali u funzjoni li hija determinata bil-liġi u biex l-iskopijiet tagħha jinbidlu jridu jinbidlu f'dan il-parlament.", "Hemm ukoll il-proviso fi klawsola 3 li jimponi limitazzjoni fuq il-housing authority.", "Tajjeb li wieħed jinnota wkoll li fil-każ ta' l-MDC, din ukoll tutilizza art pubblika għal skop ekonomiku speċifiku, pero din il-korporazzjoni ma tistax tittrasferixxi biċċa art biex isir ħanut jew shopping complex jekk ma jkollhiex permess speċjali.", "Dan minħabba li l-MDC u entitajiet governattivi oħra m'humiex inklużi taħt din l-eżenzjoni.", "Issa kunsill lokali huwa gvern lokali u aħna rridu nassiguraw li anke fuq livell lokali jkun hemm skrutinju u trasparenza.", "Aħna nafu b'każijiet ta' irregolaritajiet li ġraw f'pajjiżi Ewropej, fejn ittieħdu passi drastiċi u sar tibdil fil-liġi biex ikun hemm iktar skrutinju, iktar trasparenza u iktar kontroll.", "Issa b'din il-liġi proprjeta' se tkun tista' tgħaddi fuq il-kunsilli mhux biss b'titlu personali imma b'mod li l-kunsill ikun jista' jittrasferiha lil terzi.", "Huwa veru li ħafna drabi proprjeta' mitluqa tkun tista' tiġi amministrata aħjar mill-kunsill lokali minħabba li dan ikollu l-interess li jaqla' l-income fuqha, imma huwa importanti li aħna nintroduċu element ta' skrutinju biex nagħtu sodisfazzjon lil dawk li jeleġġuna.", "Il-kunsilli lokali jafu li l-art tiġi mgħoddija lilhom għal skop speċifiku u dawn ma jistgħux jiddevjaw minn dan l-iskop.", "Qed ngħid dan għax sfortunatament kien hemm każijiet fejn kien hemm allokazzjoni ta' fondi speċjali għal skop speċifiku pero' dawn il-fondi ntużaw għal skopijiet kompletament differenti.", "Per eżempju, minkejja li l- liġi tgħidlek li l-kunsill ma jistax jonfoq iktar mill-fondi li għandu f'idejh, kellna każi ta' kunsilli li qabżu l-allokazzjoni tagħhom b'Lm200,000 u bi Lm300,000.", "Minħabba f'hekk il-kunsilli ta' wara ma kellhomx biex jaħdmu minħabba nuqqas ta' fondi.", "Barra dawn kellna wkoll każijiet oħra ta' nuqqasijiet.", "Per eżempju, il-liġi hija espliċita' dwar kif il-kunsilli lokali għandhom joperaw pero' kien hemm każijiet ta' abbuż, forsi minħabba nuqqas ta' esperjenza.", "Jiena m'iniex se nidħol fil-mertu ta' jekk kienx hemm intenzjoni tajba jew intenzjoni ħażina imma ovvjament każijiet bħal dawn jikkreaw il-problemi.", "Minn dawn l-esperjenzi wieħed jinduna li l-proċess għandu jsir aktar trasparenti u aktar accountable.", "Jiena ngħid li mhux neċessarjament se jkun hemm l-accountability sempliċement għax titressaq riżoluzzjoni f'dan il-parlament.", "Huwa veru li l- parlament jeżamina r-riżoluzzjoni in kwestjoni u l-għanijiet li għalihom tkun se tingħata l-art, imma mbagħad għaliex m'għandux ikun hemm l- iskrutinju waqt li l-ħaġa tkun qed issir?", "Sur President, hawnhekk daħħalna wkoll il-prinċipju l-ġdid li kull trasferiment ta' art li jsir permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari ma jistax jibda jiġi diskuss f'dan il-parlament qabel ma jmur quddiem il- kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika.", "Din l- istituzzjoni naqblu fuqha ż-żewġ naħat u naqblu wkoll li rridu nsaħħuha.", "Hawnhekk għandna każ fejn sar sforz nazzjonali biex ikun hemm xi ħadd li b'mod oġġettiv u b'effiċjenza jikkontrolla l-ħidma tal-ministeri u ta' l-entitajiet pubbliċi, pero' fl-opinjoni tiegħi għandna nestendu dak il-poter li jeżisti diġa' biex dan jiskrutinja wkoll l-operat tal-kunsilli lokali.", "Wara kollox dawn huma entitajiet pubbliċi u m'għandhomx ikunu repubblika għalihom.", "Forsi biex tiġi riżoluzzjoni quddiem il-parlament għat-trasferiment ta' proprjeta' lill-kunsilli lokali hija ħaġa cumbersome, pero' f'dan il-każ nistgħu nagħmlu riżoluzzjoni waħda li tieħu żewġ seduti fejn ikun hemm allokazzjoni ta', ngħidu aħna, għaxar biċċiet art f'daqqa.", "B'dan il-mod wieħed ikun jista' jitkellem u jagħmel ċerti queries.", "Wara kollox, l-istess bħall-kunsilliera, aħna rappreżentanti tal-poplu u għandna dritt nitolbu ċerti spjegazzjonijiet fl-aħjar interess tad-distrett li niġu eletti minnu.", "Iktar minn hekk, il-kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal- verifika - u hawnhekk għandna ndaħħlu klawsola ġdida - b'xi mod għandu jassigura li l-proċeduri jkunu qegħdin isiru b'mod trasparenti u b'mod mill- iktar responsabbli meta proprjeta' tkun qed tingħadda lil terzi għal skopijiet ta' spekulazzjoni, ta' żvilupp jew ta' kummerċ.", "Din in-naħa ma taqbilx li l-kunsilli lokali għandhom ikunu eżenti minn din il-liġi bl- istess mod kif hija eżenti l-housing authority.", "Dawn huma entitajiet pubbliċi li qed jittrasferixxu art pubblika u wieħed ma jistax joħolqilhom privileġġi partikolari li entitajiet oħra ġustament m'għandhomx.", "Fl- opinjoni tiegħi qed tingħata diskrezzjoni eċċessiva minkejja l-fatt li d- dipartiment ta' l-artijiet jista' joħloq sistemi interni biex jikkontrolla.", "Jiena ngħid li anke l-fatt li l-kunsilliera jkunu jafu li jkun hemm skrutinju minn din il-Kamra, jikkrea dak il-bilanċ u dak ic-check biex l- affarijiet isiru b'iktar effiċjenza u trasparenza.", "Sur President, din in-naħa taqbel ukoll ma' l-emenda fejn jekk il-gvern ma jkollux bżonn art għall-użu pubbliku dan ikun jista' jerġa' jagħtiha lura lis-sidien jew lill-werrieta tagħhom.", "Tajjeb li wieħed jgħid li f'dan il-każ għandna niffaċilitaw il-proċedura li biha art pubblika li l-gvern m'għandux bżonnha terġa' tingħata lis-sidien.", "Għandna każijiet fejn il- gvern għamel esproprjazzjoni jew beda l-proċeduri biex jesproprija art u l- proġett propost baqa' ma sarx.", "Biex din l-art terġa' tiġi released hemm proċedura li mhux biss hija tassattiva imma li ħafna drabi tgħajjik.", "Meta wieħed jagħmel talba lid-dipartiment ta' l-artijiet, dan ikun irid risposta mingħand dipartimenti oħra, u apparti d-delay min-naħa tad-dipartiment ta' l-artijiet innifsu, ikollok issofri delays amministrattivi enormi min-naħa tad-dipartimenti l-oħra, ġeneralment għax ma jkunux jafu jekk għandhomx bżonn dik l-art jew le u ħafna drabi l-atteġġjament ikun: U iva, aħna nżommuha mbagħad naraw!", "Din hija ħaġa inġusta u rridu nsibu mezz kif ngħidu li jekk proġett ma jimmaterjalizzax ruħu fiż-żmien stipulat, l-art konċernata għandha tingħata lura lis-sidien.", "Naħseb li dan huwa punt amministrattiv li għandu jiġi kkonsidrat bis-serjeta'.", "M'hemmx dubju li din hija emenda li tagħmel sens pero' mbagħad għandha tiġi amministrata b'mod effiċjenti.", "Inutli nagħmlu liġijiet jekk imbagħad dawn ikollhom ħafna komplikazzjonijiet amministrattivi u tispiċċa ma tifhimhomx.", "Jien illum nista' nikkonferma li ċerti proċeduri fiċ-ċivil tant huma kkomplikati li trid tagħmel teżi fuqhom biex tibda tifhimhom.", "B'din l-emenda se nkunu nistgħu nsolvu parti sostanzjali mill-kwestjonijiet li hemm dwar proprjeta' li ġiet esproprjata, kwestjonijiet dwar kumpens li ma jkunx ingħata u anke kwestjonijiet dwar imgħaxijiet.", "Klawsola 3 ta' din il-liġi mbagħad tkompli fuq dak li diġa' hemm fil-liġi eżistenti.", "Il-proviso ta' paragrafu (d) ta' subklawsola 3 (1) jgħid ċar u tond li entita' pubblika li jkollha proprjeta' mogħtija lilha ma tistax tittrasferixxi dik il-proprjeta' lil terzi jekk mhux bl-approvazzjoni tal- Kamra tar-Rappreżentanti.", "Il-gvern hawnhekk qed jassigura li art li tkun ingħatat għal għan speċifiku ma tiġix spekulata jew utilizzata għal għanijiet differenti.", "Issa hawnhekk huwa interessanti l-punt li tqanqal dan l-aħħar fil-ġurnali dwar it-trasferiment ta' l-art tal-Lohombus fil- Marsa.", "Il-Lohombus Corporation, li hija entita' tal-gvern, kienet ħadet biċċa art għall-iskop speċifiku li teżerċita l-funzjonijiet tagħha ta' korporazzjoni li tgħin fl-iżvilupp tal-housing f'Malta.", "Għal din il- konsiderazzjoni soċjali ngħataw iktar minn 3,000 metru art - jiġifieri aktar minn tlett itmien - b'ċens ta' Lm3,000 fis-sena, jiġifieri medja ta' 88c kull metru kwadru fis-sena.", "Issa art fl-istess żona għal żvilupp kummerċjali u industrijali tiswa madwar Lm20 kull metru kwadru.", "Dan it- trasferiment ġie approvat minn din il-Kamra u dakinhar il-gvern kien qal li din l-art kienet se tingħata lill-Lohombus għax dan huwa bank li jgħin fil- qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Issa artiklu 15 jgħid ċar u tond li jekk il-korporazzjoni ma tibqax tuża l-art għall-iskop li għalih tkun ingħatat, allura l-gvern għandu d-dritt li jxolji dak il-kuntratt.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nipproponi li l-Onor.", "Mangion ikompli jitkellem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Mangion ikompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Sur President, kont qed ngħid li jekk il-funzjoni tal-Lohombus ma tibqax dik li tgħin fil-housing, allura l-gvern għandu d-dritt ixolji l-kuntratt.", "Sal-lum din il-biċċa art pubblika għadha f'idejn dan il-bank u qiegħda b'ċens annwali li huwa redikolu minkejja li dan il-bank, li huwa parti mill-Mid Med, ġie ttrasferit lill-HSBC.", "Dan qed ngħidu għax wieħed irid jara jekk din il- proprjeta' għadhiex tintuża għall-iskopijiet li għalihom ġiet mogħtija minħabba li l-funzjonijiet ta' dawn l-uffiċini nbidlu kompletament.", "L-art tal-Lohombus kienet art pubblika mgħoddija lil dik il-korporazzjoni b'riżoluzzjoni ta' dan il-parlament u għaldaqstant ma jista' jsir l-ebda użu ieħor ħlief għall-iskopijiet li għalihom ġiet mogħtija.", "Ċertament li ma jista' jsir l-ebda forma ta' trasferiment jekk ma jkunx hemm l- approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Dan qed ngħidu għaliex il-Lohombus se jiġi nkorporat mal-Mid Med Bank - li iktar 'il quddiem se jkun l-HSBC - u allura indirettament din l-art qed tiġi ttrasferita lill-istess Mid Med Bank.", "F'dan il-każ hawn għandna vjolazzjoni ċara ta' dan il-kuntratt u, biex jagħmlu dan, l-HSBC u l-Mid Med iridu jitolbu l-permess tal-gvern.", "Biex jagħti dan il-permess il-gvern hu legalment obbligat li jew jagħmel il-kondizzjoni li dik l-art tibqa' tintuża' għall-istess skopijiet li għalihom kienet ġiet mogħtija, jew inkella ssir riżoluzzjoni oħra fejn il-valur ta' dik l-art jogħla ħafna iktar minħabba li mbagħad l-interess ikun wieħed pekunjarju.", "Dan huwa punt li jrid jiġi kkonsidrat għax anke t-titlu effettivament jista' jiġi vvizzjat.", "Il-liġi - kif kienet qabel u anke kif inhi proposta llum - tagħmel dawn il-parametri biex tagħmel il-protezzjonijiet neċessarji biex tassigura li art pubblika tiġi wżata fl-aħjar interess pubbliku u ma tiġix spekulata għall-għanijiet ta' profittabilita'.", "Jiena m'inix qed ngħid li huwa ħażin li wieħed jagħmel il-profitt imma dan m'għandux isir a skapitu tal-poplu Malti kollu.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi ngħid xi ħaġa dwar l-emenda li tgħid li qabel ma jiġu quddiem il-Kamra ċerti riżoluzzjonijiet jiġu diskussi fl- audit office accounts committee - dan il-kumitat huwa kompost minn rappreżentanti taż-żewġ naħat tal-Kamra - u jien ta' l-opinjoni li dan il- kumitat jikkonsidra wkoll it-trasferiment ta' art lill-kunsilli lokali.", "Wara kollox din l-istituzzjoni twaqqfet bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra u l-għanijiet taż-żewġ naħat huma li din l-istituzzjoni taġixxi 'l hinn mill-politika partiġġjana u verament tkun istituzzjoni li tikkontrolla u tissorvelja l-aġir tal-gvern, l-aġir ta' l-entitajiet pubbliċi u mhux l- inqas l-aġir tal-kunsilli lokali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, qegħdin nitkellmu fuq liġi li l- iskop tagħha hu li jkun hemm iżjed trasparenza fl-għoti ta' proprjeta' min- naħa tal-gvern.", "Dan l-abbozz jipprovdi wkoll li l-gvern jittrasferixxi lura art li jkun esproprja għall-użu pubbliku pero' li wara jirriżulta li dik l- art ma tkunx intużat.", "Hawnhekk nixtieq infakkar f'meta l-gvern ta' qabel Mejju 1987 kien ħa diversi proprjetajiet permezz tal-liġi tal-BDA, fejn ħafna artijiet li kienu ttieħdu ma kenux intużaw minħabba l-pożizzjoni ġeografika jew minħabba li l-art konċernata ma kenitx tippermetti li jsir bini fuqha.", "Dan juri ċar li l-gvern - jew min dak iż-żmien kien responsabbli biex jidentifika dawk l-artijiet - għamel dak ix-xogħol mingħajr ma ta kas tan- natura ta' l-art u x'kienet tipprovdi.", "Minħabba f'hekk ħafna nies għadhom sal-lum jippruvaw jakkwistaw lura dik l-art li kienet itteħditilhom.", "Min jaf kemm għad baqa' nies li tteħditilhom art għal skop jew ieħor mid- dipartiment ta' l-artijiet u din l-art sal-lum għadha ma ntużatx, apparti li għadhom ma tħallsux.", "Sur President, ngħid ukoll li ma nistax nifhem kif kulmin ikun fil-gvern juża' two weights and two measures fil-mod kif jistma l-valur ta' proprjeta'.", "Nista' nieħu eżempju ta' biċċa art li ttieħdet l-Imġarr ftit żmien ilu sabiex kabbru l-iskola tal-gvern.", "Il-perit tal-gvern stima li l- art tiswa Lm5,500 għal kull plot fabbrikabbli - u kien hemm 13-il plot - filwaqt li periti oħra mqabbda mill-inland revenue, għall-fini ta' taxxa tal-boll, stmaw li kull plot fuq art li tinsab faċċata tiswa Lm24,000.", "Jien naħseb li wieħed irid jara kemm hemm good governance f'dan is-settur.", "Jiena m'inix ngħid li hemm min qed jamministra ħażin jew li xi ħadd ipprova jkun korrott pero' naħseb li l-gvern għandu jaqta' linja dritta.", "Kien hemm żmien, anke riċentement, fejn il-gvern akkwista art bi ftit mijiet u mbagħad l-istess art, għaliex ma kenitx intużat għal skopijiet ta' housing, inbiegħet lil nies oħrajn by tender bi prezzijiet li jaqbżu t-Lm30,000 u l- Lm40,000.", "Possibbli min hu nkarigat ma jirrealizzax li hawnhekk hawn two weights and two measures, għax meta jesproprja l-gvern jagħti ħafna inqas minn dak li jieħu meta hu jbiegħ l-istess area ta' art?", "L-istess kriterju għandu jintuża fir-rigward ta' l-income tax, fejn il- gvern jippretendi li jitħallas malajr imma mbagħad meta individwu jkollu jieħu, Alla biss jaf meta dawn jeħodhom.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li naqtgħu linja u ngħidu li għandna nħallsu lil min għandu jitħallas.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn hemm files li ilhom pendenti għal fuq minn 30 sena.", "Għandna nagħmlu sistema li meta l-gvern jieħu proprjeta' għal użu pubbliku, dan jibda jħallas fi żmien sena bi prezzijiet kummerċjali ekwivalenti għal kemm il-gvern jgħid li tinbiegħ il-proprjeta' min-naħa tal-kummissarju tat- taxxi interni.", "M'għandniex nibqgħu fis-sitwazzjoni li ma nkunux fair man- nies.", "Sur President, fil-liġi hawn imniżżel ukoll il-mod kif għandu jsir it- trasferiment lura lis-sidien oriġinali jew lill-werrieta tagħhom.", "Jiena nispera li dawn in-nies ma jiġux intaxxati jekk dawn jirċievu l-proprjeta' li wara kollox kienet tagħhom.", "Nispera li jekk art tkun intirtet qabel l- 1992 dak li jkun ma jeħilx it-taxxa fuq il-valur u l-imgħax fuqhom.", "Dan qed ngħidu għax jiena ċert li kull akkwist tal-gvern jista' jitqies bħala forced takeover of property, għax naħseb li ħadd ma jieħu pjaċir li l-gvern jeħodlu art għal skop pubbliku jekk ma jiġix kompensat adegwatament.", "Hawnhekk naħseb li huwa importanti li mhux biss nieħdu in konsiderazzjoni l- pożizzjoni tal-gvern imma għandna wkoll nieħdu in konsiderazzjoni l- pożizzjoni taċ-ċittadin.", "Barra dak li diġa' semmejt, il-liġi tipprovdi wkoll li jkun hemm trasparenza fil-mod kif proprjeta' tingħata mill-gvern.", "Il-kelliema ta' qabli elaboraw kif il-gvern għandu jillimita l-mod kif jikkontrolla meta art tingħata lill-entitajiet pubbliċi li jkunu se jużaw l-art għal skop pubbliku tassew.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li l-kunsilli lokali se jkunu fl-istess keffa ma' l-awtorita' tad-djar, għax wara kollox kull proprjeta' mitluba minn kull kunsill lokali qiegħda tintalab biex tissodisfa l- bżonnijiet u l-ħteġijiet tan-nies tal-lokalita' u mhux bi skop ta' negozju.", "Barra minn hekk, il-proċess li jintuża biex jiġi aċċertat li kollox isir sew huwa proċess trasparenti.", "Jiena ngħid li filwaqt li għandna nirrikonoxxu l-opinjoni ta' l-oppożizzjoni li xtaqet skrutinju akbar, min- naħa l-oħra għandna noqogħdu attenti li l-affarijiet la nagħmluhom nejja u lanqas maħruqa.", "Sur President, dan rajnih jiġri f'diversi awtoritajiet hawn Malta, speċjalment fil-mod kif joħorġu l-permessi tal-bini.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li f'dan ir-rigward tajjeb li wieħed isemmi li meta kien fil-gvern, il-Partit Laburista ta artijiet f'diversi lokalitajiet lill-clubs ta' l-isport sabiex huma jkollhom mezzi aħjar.", "Huwa veru li dawn taw artijiet oħrajn u benefiċċji lilhom infushom bħala partit, pero' dawk ir-riżoluzzjonijiet li għamlu dakinhar kien fihom partijiet tajbin, fejn huma taw għajnuna lil dawn in-nies.", "Nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li dawn l-emendi huma emendi importanti pero' jiena naħseb li wasal iż-żmien li l-liġi dwar it- trasferiment ta' l-artijiet tal-gvern tiġi revamped fit-totalita' tagħha.", "Fl-opinjoni tiegħi għandu jinbidel il-mod kif jiġi ttrattat iċ-ċittadin meta tittieħed l-art u għandu jinbidel il-mod kif jiġi kkompensat.", "Jiena ngħid li dak li jkun għandu jitħallas fi żmien 12-il xahar.", "Dan igħodd ukoll għall-inland revenue u jekk taxpayer ikollu jieħu xi flus, dan għandu jirċevihom lura fi żmien 12-il xahar jew inkella jingħata imgħax ta' 1% fix-xahar.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi qed nemendaw ir-regolamenti li permezz tagħhom artijiet tal-gvern jistgħu jiġu ttrasferiti lil terzi.", "Hawnhekk qed indaħħlu wkoll xi konċetti ġodda ta' kif jista' jsir dan it-trasferiment, b'mod partikolari fejn jidħlu l- kunsilli lokali.", "Ċertament li naqbel perfettament mal-Ministru Gatt meta dan qal li l-art hija l-aktar riżors importanti li għandu l-gvern.", "Huwa kkalkolat li madwar terz ta' l-art li għandna f'Malta hija proprjeta' tal- gvern, imbagħad hemm chunk oħra sostanzjali li kienet tal-Knisja iżda li llum hija amministrata mill-joint office.", "Bejniethom dawn it-tnejn għandhom aktar min-nofs l-art li għandna f'pajjiżna.", "Jiena ngħid li huwa veru li dan huwa riżors importanti għalina bħala pajjiż u għall-gvern tal-ġurnata pero huwa daqstant importanti li naraw li dan ir-riżors jiġi managed tajjeb.", "Dan qed ngħidu għax qabel ma nitkellem fuq l-abbozz li għandna quddiemna llum jiena nixtieq nitkellem ftit - u jiena se nitkellem mill-esperjenza li għandi ta' meta kont ministru responsabbli fl-amministrazzjoni preċedenti - dwar kif qegħda tiġi amministrata l-proprjeta' pubblika.", "Naturalment id-dipartiment ta' l- artijiet għandu l-funzjoni li jżomm record tal-proprjeta' pubblika kollha.", "Issa ħafna minn dawn ir-records huma ftit jew wisq qodma għax id- dipartiment ħadhom over mingħand ħaddieħor mat-twaqqif tiegħu madwar 25 sena ilu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Buhagiar, imma jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 29 ta' Settembru, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern - it-Tieni Qari (Kont.)", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġil li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-reviżjonijiet ta' liġijiet statutorji - it-Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-responsabbilta' ċivili u kumpens għat-tniġġiż miż- żejt - it-Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.)", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-proprjeta' ta' l-għadu - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.)", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, inti tiftaħar li meta fil-Kumitat tax- Xogħol tal-Kamra konna ftehemna fuq l-aġenda, it-tieni item kellu jkun l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "Allura dak il-ftehim li għamilna qisu qatt ma sar?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, aħna fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra ftehemna illi l-ewwel item fuq l-aġenda kellu jkun proprju l-liġi li għaddejjin b'dibattitu fuqha u se nkomplu biha għada.", "Mument minnhom jiena kont issuġġerejt illi t-tieni item ta' l-aġenda jkun l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita'.", "Imbagħad saritli talba min-naħa ta' l-oppożizzjoni biex għalissa ma nagħmluhiex u jiena aċċettajt li nipposponu dak id-dibattitu, dejjem bl-arranġament li jekk jista' jkun nagħlqu l-proċess kollu ta' dik il-liġi sat-3 ta' Diċembru u jidhirli li ftehemna f'dan is-sens.", "Ma kienx hemm xi ordni partikolari li tkellimna fuqha.", "Li għedna kien illi nibdew b'din il-liġi u mbagħad insegwu l- liġijiet l-oħrajn u wieħed jadatta ruħu skond il-bżonn.", "Fil-fatt għamilt riserva li għad irid ikun hemm ir-riżoluzzjoni dwar Manoel Island; u għamilt riserva dwar ir-riżoluzzjoni fuq it-trasferiment ta' artijiet għal faċilitajiet sportivi, li t-tnejn inkunu rridu ndaħħluhom fl-aġenda tal- parlament meta jasal il-mument tajt anke avviż li se jkollna ukoll l- estimi tal-korporazzjonijiet pero' aktar tard.", "Fuq hekk tkellimna fil- Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kopja ta' kif kienet se tkun l-aġenda bl- items wara xulxin ingħatat lill-Clerk of the House.", "Jiena tlabtu kopja ta' l-agenda u meta qrajtha rajt li t-tieni item kellu jkun l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "Nerġa' ngħid li kopja ta' l-agenda li ftehemna fuqha ngħatat lill-Clerk of the House u lill-Onor.", "George Vella.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZ|: Mr Speaker, il-bieraħ x'ħin wasalt għall- aġġornament, l-ordni li kont tajt ta' l-aġenda kienet preċiż bħalma għandna llum.", "Li ma nistax nifhem hu li l-bieraħ ma kien hemm l-ebda diffikulta' u llum inqalgħu d-diffikultajiet kollha!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-bieraħ fl-aħħar tas-seduta ma tantx kont qiegħed attent għax ma ppretendejtx li l-agenda se tinbidel.", "Kieku kont naf li l-ftehim se jispiċċa kont inqajjem dan il-punt il-bieraħ stess imma ma ppretendejtx li l-ftehim mhux se jibqa' jgħodd.", "Mr Speaker, issa mingħandek, bħala chairman tal-House Business Committee, nixtieq inkun naf jekk dak li niftehmu fuqu fil-kumitat għandniex neħduh bħala ftehim li jgħodd jew le.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid illi għada l- ewwel item fuq l-aġenda se tkun il-kontinwazzjoni tad-dibattitu dwar l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att Dwar It-Trasferiment Ta' Artijiet Tal- Gvern, li fil-fatt għadu għaddej.", "Irridu naraw kemm se jkun hemm kelliema u nkomplu għaddejjin bih.", "Rigward l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili rrid ngħid li dan ilu ppubblikat żmien twil.", "Din hija liġi li għalkemm ma fihiex deadlines huwa importanti li tgħaddi.", "Fl-aħħar mill-aħħar din hija liġi li kienet ġiet abbozzata fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għal raġunijiet speċifiċi u naħseb li l-oppożizzjoni tifhem li anke minħabba ċerti żviluppi illi seħħew f'dawn l-aħħar ġimgħat huwa importanti li dik il-liġi tgħaddi.", "Ma naħsibx li qegħdin nikkreaw xi diffikulta' partikolari, fl-opinjoni tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-kwestjoni hi li meta ftehemna fuq l- aġenda kif kellha tkun jiena għaddejtha lill-grupp parlamentari biex inkun nista' nqassam il-kelliema tan-naħa tagħna skond l-ordni ta' l-aġenda li ftehemna dwarha.", "Dik hi r-raġuni kollha u inutli li noqogħdu nġibu argumenti oħra.", "Il-verita' hi li fil-kumitat ftehemna mod - ingħata kopja ta' l-aġenda l-Clerk of the House; jista' jgħidlek hu stess l-ordni ta' l- items kif kienet - u issa qed nagħmlu mod ieħor.", "Ma rridx ninsa ngħid li konna għedna li d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferimenti ta' Artijiet tal-Gvern ma tantx se tieħu fit-tul.", "Mr Speaker, nixtieq inkun naf formalment mingħandek, bħala chairman tal-kumitat, il-ftehim li għamilna x'kien.", "MR SPEAKER: Jien irrid niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri illi hu l- Kap tal-Kamra li jressaq l-aġġornament.", "(Interruzzjonijiet) Il-mozzjoni jressaqha l-Kap tal-Kamra u l-Kamra tapprova.", "Naturalment is-Sedja tirrikkmanda l-ftehim biex kemm jista' jkun l-affarijiet isiru dejjem għall- aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili, jekk jogħġbok.", "Onor. Mizzi, int għamilt domanda u issa qed inwieġbek għaliha.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija ħaġa soġġettiva illi tgħid hux sew jew le.", "Ippermettili, poġġi bil- qiegħda, jekk jogħġbok.", "Qed inwieġeb jiena.", "Qed ngħid illi hija l-prassi - u kulħadd jafha din - illi l-Kap tal-Kamra jagħmel il-programm, iressaq mozzjoni u l-parlament japprova.", "Is-Sedja tista' tirrikkmanda li jkun hemm il-qbil neċessarju ħalli d-dibattitu jimxi 'l quddiem.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Grazzi, Sur President.", "L-ewwel kumment li xtaqt nagħmel jien huwa illi issa nibdew allura nieħdu dak li jingħad fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra with a pinch of salt u nibdew ngħidu li dan qed ngħiduh imma m'aħniex ċerti jekk hux se jiġi attwat!", "Sur President, jiena xtaqt li fil-ħin li għandi f'din il-Kamra nirriflettu ftit u nagħmel ftit rimarki fuq l-avvenimenti li ġraw f'dawn l- aħħar ġranet, fejn rajna fl-aqwa tagħha l-kampanja qarrieqa li kapaċi jimmonta l-Partit Nazzjonalista meta jkun dahru mal-ħajt, kampanja illi spikkat u wieħed fiha ra ċar kif taħdem il-makna propagandistika tal- Partit Nazzjonalista fil-gvern, kif jipprovaw jgħawġu u jdawru l-fatti, kif oġġett li jkun negattiv fuq in-naħa tal-Partit Nazzjonalista jipprovaw jaqilbuh għal xi ħaġa pożittiva u anke kif bl-akbar meskinita' jinvolvu lid- dipartiment ta' l-informazzjoni.", "Wieħed irid jirrifletti illi minn nhar il-Ġimgħa 'l hawn kellna każ ċar ta' kif tidħol in top gear din il- propaganda meta l-affarijiet ikunu sejrin ħażin għall-Partit Nazzjonalista u kif ukoll sfortunatament wieħed jara kif l-akkolti tagħhom, bl-aktar mod pappagallesk, jaqblu magħhom u jdoqqu l-istess qanpiena basta jkun kontra l- Partit Laburista.", "Din hija sistema - dan għedtu f'post ieħor u nirrepetih hawnhekk - li tfakkrek ċar kif kienet taħdem il-makna propagandistika fl- Italja u fil-Ġermanja tat-tletinijiet u l-erbgħinijiet.", "Sur President, qed nitkellem hawn għaliex saru ħafna dikjarazzjonijiet, ħafna press releases, ħafna battibekki u l-poplu jixraqlu jkun jaf il-fatti.", "Jien qed nitkellem u qed nistenna li xi ħadd imerini mill-fatti li se ngħid u jipprova l- kuntrarju ta' dak li se ngħid.", "X'ġara nhar il-Ġimgħa, Sur President?", "Ġara illi l-Prim Ministru kien mgħajjat bħala xhud f'kawża fil-qorti.", "Il- Prim Ministru fittex id-drittijiet tiegħu - għandu dritt ifittixhom - għax qed jallega li kien libellat u li kien inġurjat.", "Issa ħallih illi meta hu nġurja lil ħaddieħor u akkuża lin-nies b'xejn inqas minn qtil, qatt ma deherlu li għandu jirtira lura dik l-akkuża li kien għamel jew jiskuża ruħu ma' min kien ħammeġ.", "Għalih tgħodd il-liġi imma għal ħaddieħor ma tgħoddx - imma ħaliha din.", "Pero' bħalma l-Prim Ministru għandu dritt illi jfittex id-drittijiet tiegħu, hekk ukoll għandna d-dritt li aħna bħala ċittadini nuru solidarjeta' ma' min ikun akkużat għax allura se nassumu, bħalma qed jassumi l-Prim Ministru, illi dak li qed jiġi akkużat diġa' huwa pprovat ħati.", "Issa xi nies dehrilhom - in-nies illum jisimgħu u jaqraw - illi għandhom imorru l-Belt biex juru x'jaħsbu huma f'din il-kwestjoni.", "Issa jekk nemmnu fil-liberta' ta' l-individwu ngħidu li nemmnu imma jekk ma nemmnux ngħidu li għandna xi ħadd li qed jipprova jiddetta x'jiġri f'dan l- Istat u f'dan il-pajjiż.", "Jien irrid ngħid illi mhux veru li kien hemm xi kampanja fuq ir-radju tal-partit biex in-nies imorru l-Belt, m'hu veru xejn.", "Jekk xi ħadd esprima dik l-opinjoni, forsi b'telefonata jew b'xi ħaġa oħra dik affari tiegħu imma ma kien hemm l-ebda kampanja la fuq it- television u lanqas fuq ir-radio tal-partit laburista biex in-nies imorru l- Belt.", "Issa kif irreaġixxiet il-folla?", "Il-folla irreaġixxiet b'mod negattiv kontra l-Prim Ministru.", "Tgħidli: Tajjeb?", "Ħażin?", "Jiena m'iniex xi moralista pero' nistaqsi: Din hija xi ħaġa anormali?", "Ma tiġri mkien biċċa xogħol bħal din?", "Fl-Italja naraw ħafna karikaturi ta' membri parlamentari u ta' prim ministri.", "Allaħares kellu jieħu għalih Andreotti!", "Kulħadd jaf li kemm-il darba gabuh bid-difetti tiegħu kollha, warts and all kif jgħidu l-Ingliżi.", "Ġo l-Amerika u ġo l- Ingilterra jagħmlu pupazzi ta' Thatcher u ta' Clinton u ta' l-oħrajn; u ġol- Ġermanja fuq it-television hemm anke soap opera fuq il-kanċilllier.", "U ftit ġranet ilu l-ministru tad-difiża, Scharping, ġie bbuwjat mhux miċ-ċittadini imma minn ħamest elef suldat - ħafna aktar milli kien hemm fil-pjazza quddiem il-qorti - għaliex ma qablux illi dan kellu jċedi lill-ministru tal- finanzi li jaqtagħlu l-budget tad-difiża.", "Dawn affarijiet li jiġru f'pajjiżi li nemmnu li huma demokratiċi u li l-Partit Nazzjonalista tant ilablab li jrid jersaq lejhom għad-demokrazija.", "Jiġifieri li prim ministru jiġi bbuwjat, illi ma jaqblux miegħu, illi dak li jkun jgħaddi kumment negattiv hija xi ħaġa illi tiġri.", "Nerġa' ngħid li jien mhux qed inħeġġeġ lin-nies jagħmlu hekk imma qed nanalizza l-fatti li ġraw.", "Dawn l- affarijiet jiġru.", "Pero' jiena naħseb imkien ma nsibu prim ministru illi meta jara dik l-ostalita' jipprova jkompli jipprovoka l-folla.", "Il-prudenza titlob mod ieħor.", "Il-prudenza titlob li jekk hemm attitiduni ostili - ma ngħidx dabbar rasek jew mur inħeba, ma tarax, mela prim ministru jixraqlu joħroġ mill-bieb ta' wara tal-kantina? - ma nipprovax noqgħod hemmhekk nipprovoka l-folla.", "Pero' wieħed jinnota wkoll illi l-folla li kien hemm kienet folla matura u ma waqgħetx għall-provokazzjoni.", "Ma waqgħetx għax illum jafu li l-Partit Laburista m'hu se jipproteġi lil ħadd.", "Dawn huma affarijiet li għednihom, ngħiduhom u nkomplu ngħiduhom.", "Kull individwu jerfa' ir-responsabbilta' tiegħu u jagħmel dak li jidhirlu li għandu jagħmel.", "Pero' għalhekk kien hemm ir-reazzjoni li kien hemm u l-affarijiet ma marrux oltre.", "Mhux b'riħet il-Prim Ministru għax la baqa' hemm jipprovokahom, x'kien qed jistenna?", "Kien qed jistenna li l-oġġett jiskala.", "Fil-fatt ma skalax għax in-nies irraġunaw illi jekk jagħmlu xi ħaġa huma se jkollhom jerfgħu r- responsabbilita' ta' dak li għamlu.", "U sewwa għamlu.", "Pero' meta l-Prim Ministru ra illi l-folla ma pprovokahiex, ipprova jipprovoka lili u lil sħabi.", "U ngħidlu bl-akbar responsabbilta' li pprova jipprovoka lili u lil sħabi.", "U għalhekk nitqażżeż jien imbagħad meta naqra gazzetti bħal \"The Times\", rapport ta' waħda jisimha Sharon Spiteri, li bil-vilta' kollha tiġi tgħid:", "\"MLP officials rudely shrugged off the Prime Minister when he asked them to walk with him down Republic Street.\"", "Din kienet hemm qed tara lill-Prim Ministru bl-ikbar nuqqas ta' edukazzjoni, iġebbed lill-Onor.", "Michael Farrugia - lili ma qabadlix idejja le! - lill-Onor.", "Evarist Bartolo u lill-Onor.", "Rita Law.", "Fejn kienet Sharon Spiteri dak il-ħin?", "Kif tiġi tgħid \"rudely shrugged off\"?", "Rudely ġab ruħu l-Prim Ministru u jmissu jistħi!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kif jaqbad lil ħaddieħor u jġebbdu mill-ġlekk?", "Dik rudeness ngħidilha lil Sharon Spiteri!", "Meta l-Prim Ministru ra li ma rnexxielux idaħħalna fl-istorja u ma rnexxielux li jġiegħelna nirreaġixxu biex wara jagħmlu kapital politiku minn dan, telaq minn hemmhekk u sfoga l-istonku tiegħu fit-triq u beda jgħid: \"Fejn huma l-Laburisti?", "Issa dan mill-istonku tiegħu 'l barra, aħseb u ara x'qal f'qalbu dan fuq il-Laburisti!", "Dan huwa l-bniedem li jiftaħar li aħna lkoll aħwa Maltin u li jrid iġib ir-rikonċiljazzjoni!", "\"Fejn huma l-laburisti\" beda jgħid.", "U mhux hekk biss, lanqas kellu d- diċenza jsikket lil dak li kien qiegħed għassa tiegħu meta qallu: \"Ħa nsawtu lil tas-Super One\".", "Dik mhux marmalja għax il-marmalja l-Laburisti, għax dik hija f'ħalq il-gazzetti pupazzi tal-Partit Nazzjonalista u l- alleati tagħhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dik mhux marmalja li tgħid: \"Ejja nsawtu lil tas-Super One\".", "U lanqas hi marmalja li l-Prim Ministru jdur biex iħebb għal mara li kienet qiegħda fit-triq.", "Dik mhux marmalja.", "Int tista' tagħmilhom, ħaddieħor ma jistax jagħmilhom dawn l-affarijiet!", "Allaħares ġraw f'postijiet oħra dawn għax kieku diġa' ġew imxandra ma' l- Ewropa kollha!", "U jkunu jafu fl-Ewropa, Sur President, għax il-follow-up tal-pubblikazzjoni ta' ''Il-Ġurament'' bl-Ingliż li se joħroġ se jkun fih l- update bir-ritratti ta' kulma ġara fi Triq ir-Repubblika dakinhar u naraw lill-Prim Ministru ta' Malta niżel imdawwar bil-bullijiet miegħu, mhux bħal pajjiżi ċivilizzati eskortat mill-pulizija u mill-forzi tas-sigurta'.", "Dan lilna kien jgħajjarna li għandna l-bullijiet magħna u issa qed naraw ma' min tfaċċaw il-bullijiet.", "Tfaċċaw mal-Prim Ministru ta' Malta, Eddie Fenech Adami, inkluż Żeppi l-Ħafi.", "U jista' joħroġ elf dikjarazzjoni l- Partit Nazzjonalista li Żeppi l-Ħafi kien hemm għax ried imur il-qorti għax fir-ritratt ta' Żeppi l-Ħafi mal-Prim Ministru 'il bogħod mill-qorti jidher miexi warajh, mhux sejjer ġol-qorti.", "Sur President, mela jekk il- Prim Ministru tilef ir-rotta, jekk eċita ruħu, jekk ma baqgħax kompost u kien nervuż, ejja ma nipprovawx indawru dak li ġara biex noskuraw lill- Partit Laburista.", "Dan huwa attentat viljakk u oxxen li qed isir mill-media Nazzjonalista, mill-ġurnali ħbieb tagħhom u mill-mod kif qed tiġi organizzata l-kampanja.", "Dawn l-affarijiet ilna narawhom jiġu organizzati pero' il-verita' hija din li qed ngħid jien u nisfida lil min jista' jġib provi differenti hawnhekk, barra u kullimkien u jgħid li l-affarijiet mhumiex kif qed ngħid jien.", "Issa meta inti tara prim ministru, bħalma għedt, jeċita ruħu, nervuż, jitlef il-composure tiegħu kollha, jitħawwad, isir arroganti, isir maledukat u jġebbed lin-nies mill-komma, x'jiġri?", "Ovvjament trid tidħol forċina għalih il-makna propagandistika tal-Partit Nazzjonalista ħalli ssalvalu wiċċu.", "Dan il-bniedem imbarazza lill-partit tiegħu kollu bil- konnessjonijiet u l-ħbiberija li għandu ma' kriminal bħal Żeppi l-Ħafi u ġiegħel lil sħabu, bil-backbenchers b'kollox, isiru kompliċi miegħu.", "Jekk tahomx iċ-ċans jiddiskutuha fil-grupp parlamentari dik affari tagħhom x'għamlu, pero' hawnhekk ilkoll kemm huma tawh spallejhom u refgħu miegħu r- responsabbilta' tal-konnessjonijiet tal-politiċi ma' nies ta' din il- kwalita'.", "Sur President, dan ngħidu b'wiċċi minn quddiem.", "Jiena niftaħar illi ħdimt biex naddafna l-partit u niftaħar li għandi record li qatt ma kelli dawn in-nies miegħi.", "Jien nista' ngħid li qatt ma kelli konnessjoni mal-kriminali u ħadd mhu se jħammiġni la d-DOI, la Fenech Adami u l-ebda Nazzjonalist m'hu se jħammġuni billi jgħidu li mmexxi l-folol.", "U neħduh is-sodisfazzjon tagħna għax għandna dritt u għandna raġun.", "Għalhekk nieħdu d-dritt tagħna aħna.", "L-ewwel jimbarazza lill-partit tiegħu mbagħad nibdew nipprovaw inbidlu l-aċċent u kuljum naraw ħerġin press releases u tgħidx kemm jivvintaw affarijiet.", "L-ewwel ma qalet din il-famuża Sharon Spiteri: \"When the case was called the room was inundated with Labour officials\".", "Issa fl-awla fejn kienet qed tinstema' l-kawża kien hemm biss żewġ bankijiet fejn joqogħdu bil- qiegħda erba' min-nies fuq kull wieħed.", "Kif tista' din il-kamra tiġi inundated, Sinjorina jew Sinjura Sharon Spiteri?", "Jien kont hemm l-ewwel wieħed għax meta dħalt jien fil-qorti ma kien għad hemm ħadd u meta mort nittawwal fl-awla, il-pulizija qalli li ma kien għadu daħal ħadd u bqajt nistenna barra.", "Jien rajt lill-Prim Ministru u lil Glenn Bedingfield ġejjin flimkien ma' l-avukati.", "Meta kienet se tibda tinstema' l-kawża l- Onor. Marie Louise Coleiro qaltli li se tmur tgħid lin-nies li kien hemm fl- awla biex jekk jogħġobhom iwarbulna ħalli nkunu nistgħu nidħlu nisimgħu għax aħna kien jinteressana li nisimgħu.", "Iva, jinteressana, għax in-nies tagħna aħna nirrispettawhom.", "Ma naħarquhomx lin-nies tagħna aħna, nirrispettawhom.", "Għalhekk morna biex nisimgħu x'inhu għaddej u nsegwu u nagħtuh l-appoġġ.", "Meta l-Onor.", "Coleiro talbithom joħorġu dawn qamu bl- edukazzjoni kollha u telqu 'l barra.", "Allura biex kienet inundated l-awla?", "Jiena nitolbu lill-Maġistrat jgħid jekk rax xi mod ta' diżordni u jekk kienx hemm xi forza biex aħna dħalna fl-awla.", "Nista' nitlob anke lill- pulizija li kien għassa jgħid jekk l-affarijiet sarux bil-korrettezza kollha kif għandhom isiru.", "Nistieden lil kulħadd jgħid ħalli jkunu jafu jekk hux veru dak li qed ngħid jien.", "Imbagħad qalu li ridna ninfluwenzaw lill-qorti.", "Fil-gazzetti tagħhom qalulna: Dawn x'marru jagħmlu hemm meta dawn m'humiex avukati?", "Jien nistaqsi: Minn meta 'l hawn l-qorti sar ta' l-avukati biss?", "Minn meta?", "Mela l-pubbliku m'għandux dritt jmur jisma' x'inhu għaddej fil-qorti?", "Paċenzja dak li jsir minn taħt imma lanqas il-proċeduri normali ma triduna nisimgħu, Sur Prim Ministru, inti li tiftaħar tant bid-demokrazija?", "Għax mhux avukat m'għandix dritt immur il-qorti!", "Min qalha din?", "Eddie Fenech Adami qalha!", "Min hu dan biex jgħid dawn l-affarijiet?", "Veru li hu l-Prim Ministru ta' Malta imma ma jistax jgħid dawn l-affarijiet.", "Qal li ridna ninfluwenzaw il-qorti.", "Ara dawk li jiktbu dawn l-artikli ma jgħidux li meta kien hemm il-każ tal-kummissjoni ta' l-impjiegi, il-Prim Ministru tal- lum kien qal li jekk tinqata' kontra tiegħu jirriżenja.", "Dik kienet pressjoni fuq il-maġistrat li ried jaqta' is-sentenza - jew min kien ġudikant - imma dik ma nsemmuhiex.", "Lanqas isemmu l-każ ta' meta mitt avukat daħlu ġo kamra - dawk verament kienu inondaw il-kamra Sinjorina jew Sinjura Spiteri! - quddiem prim imħallef biex jagħmlu pressjoni morali fuqu ħalli jaqta' is-sentenza kif kien jidhrilhom huma.", "Dawn huma l-atti li kienu jagħmlu u għadhom jagħmlu n-Nazzjonalisti, Sur President.", "Imbagħad qalulna wkoll - u ħareġ id-DOI jirrepeti bħal pappagall dak li qal il-Partit Nazzjonalista - illi d-deputati Laburisti mexxew il-folla.", "Jekk wieħed jaqra il-press release isib li dan jgħid:", "\"Barra l-qorti dalgħodu kien hemm folla li għajret lill-Prim Ministru u qalet kliem oxxen fil-konfront tiegħu, insulentatu u għamlet ġesti oxxeni lejh.\"", "Kompliet tgħid:", "\"Imexxu l-folla kien hemm uffiċjali għolja tal-Partit Laburista, fosthom id-Deputat Mexxej George Vella u Jimmy Magro.", "Fil-ġurnal \"In-Nazzjon\" ingħad ukoll:", "\"Deputati Laburisti jmexxu l-folla ostili lejn il-Prim Ministru.\"", "Sur President, meta konna fl-awla - xi ħaġa li qal il-Prim Ministru stess, għax il-Prim Ministru qed jammetti li aħna konna preżenti fiżikament fl- awla - ma stajniex ninċitaw il-folla għax konna qegħdin ġewwa.", "Meta ħriġna - u hu ħareġ qabilna - aħna nqbadna warajh u allura ma naħsibx li konna qed inxewxu l-folla lanqas.", "Barra minn hekk, fil-press release tad-DOI ingħad li meta l-Prim Ministru stedinna biex nidhru miegħu, għar- raġunijiet tiegħu, aħna ma ridniex u minflok qgħadna nistaħbew.", "Mela jiena nistaħba u ninċita l-folla fl-istess ħin!", "Dawn jinqabdu f'kontradizzjonijiet għax Alla ma ma jaħmilhomx dawn l-affarijiet.", "Kif nista' jien ninċita l-folla u nistaħba?", "Jien nistaqsi lid-DOI: Min kien mill-Partit Nazzjonalista li bellagħlu dawn l-affarijiet?.", "Mela ħriġna warajh u nqbadna fil-portiku tal-qorti.", "Meta dar fuqna sabna hemm u beda jġebbed fil-ġlekkijiet tagħna.", "Mela ma konniex mal-folla, ninċitaw il- folla, konna warajh.", "Jiena nifhimha li l-Partit Nazzjonalista jagħmel minn kollox biex isalva wiċċ il-Prim Ministru, li waqa' tant għar-redikolu f'din l-okkażjoni, imma allura d-DOI, li huwa uffiċjal pubbliku, imħallas biex joħroġ informazzjoni korretta lill-pubbliku, jagħmel dawn il- ħneżrijiet għax jibża' għar-rasu?", "Jiena wissejtu darbtejn lid-DOI u ċempiltlu u għedtlu biex jgħidli min hu responsabbli fuqu ħalli nkellem lilu, iżda ma riedx jgħidli.", "Issa meta d-DOI, imbuttat mill-makna propagandistika tal-Partit Nazzjonalista, kiteb dawn it-tip ta' affarijiet lilna kien qed jakkużana b'reat kriminali ta' attruppament għax dawn qalu li jien mexxejt il-folla u qgħadt ninċitaha u li min-naħa tal-folla ntqal ħafna kliem oxxen u affarijiet bħal dawn kontra l-Prim Ministru.", "Kieku l-kummissarju tal- pulizija huwa konvint u ċert minn dawn il-fatti, żgur li jiġi jiġri u jarrestani.", "Imma ma ġiex il-kummissarju għax lanqas hu ma emmen lid-DOI u lanqas ma emmen lill-Partit Nazzjonalista fil-gideb li qed jiffabbrika.", "M'għamel xejn il-kummissarju għax ma kellux fuqhiex.", "Dan kellu biss filmat tan-NET Television.", "Naf min kien hemm jiġbed u min kien qed jieħu r- rapport, Stagno Navarra.", "Tkellimt fuqu u naf kemm għandu kredibilita' dan, imma dik storja oħra.", "Allura x'għamlu dawn?", "Meta mmanipulaw il-filmat ġabu ritratt tiegħi minn wara qalb in-nies - u nintgħaraf sew mill-qargħa jien! - miexi lejn in-naħa t'isfel ta' Triq ir-Repubblika, lejn il-Palazz.", "Għaliex?", "Għax meta kont wara l-Prim Ministru, bħalma spjegajt, dar u sabni hemmhekk għax bqajt nistenna sakemm ġew tal-media biex għamilt ftit rimarki li kelli nagħmel.", "Sadanitant il-Prim Ministru kien telaq u meta spiċċajt ma kontx se niftaħ camp bed u noqgħod taħt il-portiku tal-qorti.", "Ridt immur id-dar.", "Inżilt, ġejt fit-triq, kien fadal in-nies, ġew ikellmuni u għedtilhom biex imorru d-dar bil-kwiet u tlaqt bir-rotta lejn il-karozza li kelli fuq il-pjazza tal-Palazz.", "Meta ġab il-filmat bid-diskors fejn ingħad li aħna qegħdin inxewxu l-folla, x'faqqa fuq l-iscreen ta' NET television?", "Jien qalb in-nies!", "Jien onestament nitħassar lin-Nazzjonalisti ġenwini - għandhom it-twemmin tagħhom u nirrispetthom, bħalma nippretendi li jirrispettaw it-twemmin tiegħi - li jibilgħu din il-propaganda nażista ħierġa kontinwament mingħand in-NET television u mill-gazzetti li jappoġġawhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imbagħad l-għada jkollna kor sħiħ ta' gazzetti igħidu li l-mexxejja Laburisti jmexxu folla ostili kontra l-Prim Ministru.", "Bħalma kulħadd jaf, jien tlabt lill-Dr Joe Brincat ħalli jieħu passi kontra l-uffiċjali tad-DOI.", "Issa l-gazzetti tagħhom jistgħu jgħidu li aħna skandalizzajna ruħna għax il-Prim Ministru ħa passi kontra min immalafamah u aħna qed naqgħu fl-istess nassa.", "Dan mhu veru xejn.", "Dak huwa ġurnalista li l-Prim Ministru, bħalma għedt fil-bidu, qed jikkontesta dak li investiga u dak li rriżultalu, imma jiena qed nieħu passi kontra uffiċjal għoli tal- gvern imħallas minn flus il-poplu li f'dan il-każ sar diska tal-Partit Nazzjonalista u qed jgħid eżatt dak li qalulu jgħid il-Partit Nazzjonalista.", "Hemm differenza enormi.", "Lil Glenn Bedingfield mhux qed iħallsu l-poplu imma l-uffiċjali tad-DOI qed iħallashom il-poplu.", "Sur President, x'qed jippretendi allura l-Prim Ministru?", "Jagħmel sarima ma' ħalq il-Laburisti ħalli ma jitkellmux?", "Qed jippretendi li minn fejn jgħaddi hu, bħal fi żmien il faragħun, ninżlu għarkobbtejna u nbusu l-art u ma nħarsux għax għaddej ir-re xemx?", "Dak fi żmien Luiġi XIV kienu jagħmluhom dawn l-affarijiet u fi żmien Ramases ġewwa l-Eġittu.", "Sur President, meta l-Partit Nazzjonalista isib ruħu dahru mal-ħajt jagħmel bħal qattus jew bħal ġurdien u jaqbeż għal fuqek u għalhekk dan il- ħafna għajjat fuq marmalja u jipprovaw ifakkru x'kien il-Partit Laburista.", "Jekk irridu mmorru lura aħna nafu nibdew insemmu lil Terinu, id-dnub il- mejjet u ħafna affarijiet oħra.", "Nistgħu jekk irridu.", "Mela ma nistgħux!", "Ħasbu li ż-żgħażagħ jiftakru ta' għaxar snin ilu biss u għalhekk japprofittaw ruħhom.", "Imma ara ta' żmien iktar 'il bogħod, tat-tletinijiet u l-erbgħinijiet meta kellhom il-gazzetti tagħhom li kienu ffinanzjati minn u pparteċipaw fihom ta' Mussolini ma jsemmuhx.", "Ara l-kulur iswed tal- bandiera tagħhom ħadd ma jgħidilhom minn fejn ġej.", "Ħadd ma jgħidilhom li dak il-kulur huwa l-kulur tal-faxxisti.", "Fuq dawn l-affarijiet għad ikollna ċans nitkellmu.", "Pero' bħalma għedt fil-bidu il-Prim Ministru jinsab bil- problemi tal-politika falluta tiegħu, tal-problemi li ma jistax iwettaq dak li wiegħed u bil-problemi li għandu li daqqa jgħid fuq valuri imbagħad jinqabad li m'hemmx valuri.", "Jekk inti dejjem tippriedka lil ta' quddiemek biex jitnaddaf u mbagħad tinduna li inti ilek ma tinħasel dak iż-żmien kollu, ma tantx tagħmel ġid lilek innifsek meta tinduna li inti nies bħal Żeppi l-Ħafi ilek ħabib magħhom dawn is-snin kollha u saħansitra jorqdu wara biebek.", "Għalhekk jinsab imħawwad il-Prim Ministru u jinsab mifxul għax inkixef u x'għad irid jinkixef fil-każ ta' Żeppi l-Ħafi inħalliha in suspense ħalli l-poplu fl-aħħar mill-aħar ikun jaf l-affarijiet kif inhuma.", "Pero' dan kollu jwassal ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk qed iweġġgħek tkomplix tisma'!", "Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jaħseb li jista' jasal x'imkien billi issa wkoll qed jimmonta kampanja personali - mhux iktar partit fuq partit - ta' ħmieġ fuq NET television u Radio 101.", "Diġa' spjegajt kemm hu oxxen il- filmat li ġab il-Partit Nazzjonaista u llum qed nisfida, bħalma sfidajt fil- press release li ħriġna, jekk hemmx xi ħadd kapaċi jipprova jġib ritratt jew filmat li bih jipprovaw li kien hemm dak li qegħdin jallegaw, jiġifieri li konna qegħdin inxewxu l-folla u li aħna għamilna xi ħaġa kontra l-liġi.", "Barra minnhekk, Sur President, biex lin-Nazzjonalisti ġenwini ngħidilhom il-qerq tal-Partit Nazzjonalista irrid ngħid li dan sa anke wasal biex permezz ta' Radio 101 iwassal gideb u jgħid li missieri, raġel ta' 83 sena, kien il-Belt.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Vella.", "L-Onor.", "Tony Abela, on a point of order.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin u għandek twaqqaf il-Kamra.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Vella, ikkonkludi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, diġa' għedt x'tip ta' gideb ivvintaw biex mingħalihom jimpressjonaw.", "Nerġa' ngħid li qalu li raw lil missieri, raġel ta' 83 sena, l-Belt.", "Missieri żgur ma kienx il-Belt nhar il-Ġimgħa.", "Imbagħad infexxew f'attakk personali u buffu ta' Radio 101 tkellem ukoll fuq il-kompetenzi tiegħi bħala tabib.", "Fuqi bħala tabib jitkellmu l-eluf kbar ta' pazjenti li mas-snin kollha kelli l-unur u s-sodisfazzjon li jagħtuni ċ-ċans li naqdihom u nirringrazzjahom minn qiegħ qalbi.", "Dan il- bniedem mhux l-ewwel darba li jgħid li jkollu jgħid bl-ikbar irresponsabbilita' u n-nies li jmexxu l-Partit Nazzjonalista huma irresponsabbli daqsu.", "Illum nafu li l-broadcasting authority ġibditlu l- attenzjoni biex jagħmel apoloġija ta' dak li qal u jekk ma jagħmilhiex se jkun hemm passi kriminali kontra tiegħu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 29 ta' Settembru 1999 fis- 6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.35 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MOBC - VAPUIR MT.", "ST ELMO", "8550.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema kundizzjonijiet jinsab il- vapur MT.", "St. Elmo tal-kumpannija MOBC meta pparagunat mal-kundizzjonijiet li kien jinsab fihom fl-1995?", "Jekk jinstab li l-imsemmi vapur jinsab f'kundizzjonijiet ħżiena, jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet x'wassal għal dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-kundizzjoni li jinsab fiha l- vapur St. Elmo hija waħda normali, meta wieħed jikkunsidra l-operat tiegħu u li dan jintuża għall-operazzjonijiet ta' bunkering.", "F'dawn l-aħħar ftit xhur ċertu spejjeż ġew limitati peress li jekk ikun vijabbli qed jiġi kkunsidrat li jsirlu xi drydocking.", "Ta' min josserva li matul dawn l-aħħar erba' snin intefqet medja ta' Lm112,000 kull sena fuq drydocking, spare parts u manutenzjoni ta' dan il-vapur.", "MOBC - IMPJEGATI", "8551.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-grad tax-xogħol u x-xogħol li qed tagħmel il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fl- MOBC?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex veru jew le li l-imsemmi ħaddiem qiegħed jagħmel xogħol ta' supretendent fuq il-vapuri meta dan suppost jagħmel xogħol ta' chief engineer?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-persuna li għaliha qed issir referenza tokkupa l-grad ta' supretendent/chief engineer mal-Kumpanija Sant'Iermu Shipping.", "Din il-persuna għandha l-permess tax-xogħol għal dan il-grad maħruġ mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u anke huwa reġistrat mal- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "Din il-persuna hija wkoll responsabbli għall-management taż-żewġ vapuri li għandha l-kumpanija.", "SAN ĠILJAN - BIRKIRKARA - XOGĦLIJIET", "8552.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kontra l-għargħar ta' Triq Birkirkara, San Ġiljan?", "Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol tal-culverts f'din it-triq?", "Jista' l-Ministru jgħid allura meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol ta' tarmac ġdid f'din it-triq?", "Jista' l-Ministru jgħid min huwa maħsub li jħallas l-ispejjeż tat-tarmac f'din it-triq, jekk huwiex il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan jew inkella l- gvern ċentrali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-kostruzzjoni ta' culvert biss fit-triq imsemmija ma jsolvix il-problema ta' l-għargħar f'dawn l-inħawi.", "L-estensjoni tal-mina minn fejn waslet l-ewwel fażi sa l- area tat-traffic lights hija wkoll neċessarja li ssir sabiex nirriżolvu din il-problema.", "Tender għal dan ix-xogħol ġiet ippreparata u mistennija tiġi pubblikata fil-jiem li ġejjin.", "PULIZIJA - ROADBLOCKS", "8553.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru roadblocks mill-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 sat-30 ta' Ġunju, 1999, ġimgħa b'ġimgħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li statistika tat-tagħrif mitlub mill- Onor. Interpellant tinżamm fuq bażi ta' xahar b'xahar u li fil-perijodu speċifikat fil-mistoqsija dan kien kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "KAMPANJA - TNEĦĦIJA TA' TANKIJIET", "8562.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tankijiet li tneħħew mill-kampanja bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena?", "Minn fejn tneħħew u meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jżommx records ta' kemm tneħħew tankijiet minn fuq il-ħitan tas-sejjieħ.", "Id-dipartiment normalment jillimita ruħu li jikkuntattja lis-sid ta' l-art u javżah biex ineħħi t-tankijiet hu stess.", "Is-sidien, fil-maġġoranza kbira tagħhom, jikkollaboraw.", "Ġieli jkunu l-kunsilli lokali li jneħħu t-tankijiet u wara li jiġbruhom f'post wieħed u jikkuntattjaw id-dipartiment, id-dipartiment għandu arranġamenti ma' kuntrattur li jneħħi t-tankijiet u jirriċiklahom.", "Dan sar f'lokalitajiet bħal Ħal-Luqa, l-Imġarr, il-Fgura, il-Mosta, is-Siġġiewi, il- Qrendi u ż-Żurrieq.", "AIR MALTA - TITJIRIET LEJN IL-LIBJA", "8563.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' titjiriet li l-Air Malta għamlet lejn il-Libja f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "Kemm hu n-numru ta' passiġġieri li wżaw dan is-servizz?", "X'diskussjonijiet qed ikollha l-Air Malta għal titjiriet aktar bejn Malta u l-Libja u/jew titjiriet oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li minn mindu reġgħu bdew it- titjiriet lejn il-Libja sa l-aħħar ta' Ġunju, l-Air Malta għamlet 118-il round għal Tripli u Benghasi.", "Matul dawn il-vjaġġi l-kumpanija ġarret 21,123 passiġġier.", "Ma naħsibx li jkun fl-aħjar interess kummerċjali tal- kumpanija li f'dan l-istadju nagħti iżjed dettalji.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "8564.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8093, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-114 pedestrians li ttajru kienu tfal taħt l-għaxar snin, bejn l-għaxar u l-14-il sena u kemm kienu anzjani?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet qed jiġu trattati quddiem il-qrati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mill-114 pedestrians li ttajru, in- numru ta' tfal taħt l-għaxar snin kien ta' 11, dawk bejn l-għaxar u l-14-il sena kien ta' disgħa, filwaqt li n-numru ta' anzjani minn 60 sena 'l fuq kien ta' 23.", "Ninsab informat ukoll li mill-114 każ, 30 minnhom qed jiġu trattati quddiem il-qorti.", "ĦUT - ĦUT ESPORTAT", "8565.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru ġentilment jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8091?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-valuri fi flus ta' ħut esportat bejn Jannar u Mejju għal kull sena, 1997, 1998 1999 huma:", "Jan-May 1997 Lm155,803 1998 Lm136,658", "Din is-sena sa l-aħħar ta' Gunju ġie esportat b'kemm jiswew Lm162,074 ħut.", "MINISTERU TAT-TRASPORT - DELEGAZZJONIJIET", "8566.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8090?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 8217.", "RABAT - BYPASS - XOGĦLIJIET", "8567.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tar-Rabat sabiex il-bypass ta' l-Imtarfa tingħata t-tarmac u d-diversi interpellanzi tiegħi u t-tweġibiet tal-Ministru f'dawn l-aħħar għaxar xhur, jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi, cioe' meta se ssir side way għall-pedestrians sabiex ikollhom aċċess biex jippassiġġaw u meta se tingħata t-tarmac li jiena f'isem ir-residenti ta' l-Imtarfa tlabt kemm-il darba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li bħala parti mix-xogħol biex din it- triq li kienet mibnija ħażin mill-bidunett li saret id-dipartiment ser jieħu l-passi biex wara li jitlesta x-xogħol fid-direzzjoni Rabat Ta` Qali, isir ukoll ix-xogħol fid-direzzjoni l-oħra.", "LAQGĦA TA' ESPERTI - RAKKMANDAZZJONIJIET", "9241.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet ewlenin li ħarġu mil- laqgħa ta' esperti tal-konservazzjoni msejħa mill-ministeru bejn l-24 u s- 27 ta' Mejju, 1999?", "X'riżorsi umani u finanzjarji hemm bżonn biex jitwettqu dawn ir-rakkmandazzjonijiet?", "Liema prioritajiet intgħażlu fil-limitu tar-riżorsi disponibbli għat- tliet snin li ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-rakkmandazzjonijiet ewlenin li ħarġu mil-laqgħa ta' esperti tal-konservazzjoni msejħa mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni f'Mejju 1999 huma dawn: 1.", "Li jinħoloq team tekniku fi ħdan it-taqsima għall-ħarsien tas-siti arkeoloġiċi, li tagħmel parti mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, sabiex jaħdem esklussivament fuq il-konservazzjoni tat-tempji.", "Dan it-team tekniku għandu jikkonsisti f'perit u fi tliet assistenti u għandu jikkollabora wkoll ma' riċerkaturi u studenti mill-Universita` ta' Malta li qed jispeċjalizzaw f'dan il-qasam.", "2.", "Li jitwaqqaf kumitat kompost minn speċjalisti Maltin u barranin, sabiex jagħti pariri fuq kif għandu jsir ix-xogħol u sabiex ifassal strateġija fit- tul għall-ħarsien ta' dawn is-siti.", "3.", "Li jinġabru l-istudju kollu u d-dokumentazzjoni kollha li qatt saret fuq il-konservazzjoni ta' dawn is-siti, sabiex dan ix-xogħol ikun faċilment aċċessibbli għall-qadi ta' riċerkaturi oħra.", "4.", "Li minnufih isir studju tal-kondizzjoni preżenti ta' dawn is-siti, sabiex jiġu ddentifikati il-postijiet fejn l-aktar hemm periklu ta' ħsara.", "5.", "Li dawn il-postijiet minaċċjati jiġu protetti permezz ta' miżuri protettivi mill-aktar fis possibbli.", "Ir-riżorsi umani meħtieġa sabiex jitwettaq dan ix-xogħol l-aktar importanti huma dawk imsemmija f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "Fil-fatt ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex jiġi impjegat perit mad- Dipartiment tal-Mużewijiet skond ir-rakkomandazzjoni numri 1.", "Din is-sejħa tagħlaq fil-15 t'Ottubru.", "Minħabba li x-xogħol li jrid jitwettaq kemm jista' jkun kmieni huwa estensiv, saret ukoll sejħa għall-għajnuna teknika minn periti speċjalizzati fl-istrutturi, li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern fit-22 ta' Ġunju, 1999.", "Intagħżel l-Uffiċċju ta' TBA Periti biex jagħtu għajnuna speċjalizzata sas-sena d-dieħla, sabiex jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet numru 4 u 5.", "'Il quddiem huwa antiċipat ukoll li minn fost in-nies li se jibdew jitħarrġu fil-konservazzjoni fiċ-Ċentru ġdid għar-Restawr, ikun hemm min jispeċjalizza f'din il-linja.", "Rigward rakkomandazzjoni numru 3, dan ix-xogħol inbeda mir-Restoration Unit fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet, kif ukoll minn studenta ta' l- Arkeoloġija f'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Rigward riżorsi finanzjarji, f'Diċembru li għadda il-Kumitat għall- Patrimonju Dinji tal-UNESCO approva li Malta tingħata $72,000 għall-ħarsien ta' Ħaġar Qim, li minnhom diġa nxtara apparat sofistikat ħafna għall- konservazzjoni u monitoring tat-tempji, li jinkludi endoskopju u apparat biex jirreġistra il-kondizzjonijiet klimatiċi.", "F'April li għadda, il-World Monuments Watch preżentat $50,000 mogħtija mill-American Express, għall- konservazzjoni ta' l-Imnajdra.", "B'din l-għajnuna, il-fondi tad-dipartiment għandhom ikopru l-ispejjeż li ser isiru sas-sena d-dieħla.", "Fil-futur qarib pero', jenħtieġ jinstabu l- finanzi għal impenn aktar serju sabiex dan il-wirt ta' importanza mondjali jiġi mħares kif jixraq.", "Id-dettalji ta' kif dan għandu jitwettaq fit-tliet snin li ġejjin għandhom jiġu ppreċiżati meta tkun tfasslet l-istrateġija fit-tul għall-ħarsien ta' dawn is-siti, imsemmija fit-tieni rakkomandazzjoni.", "MELLIEĦA - RESTAWR TAT-TORRI L-AĦMAR", "9242.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-oġġezzjonjiet li qed jagħmel l-Estates Management Division għar-restawr tat-Torri l-Aħmar tal-Mellieħa minn Din l- Art Ħelwa?", "Tifhem li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se ssir ħsara lill-bini fejn diġa' ġġarrfet turretta u hemm xquq kbar fi tlieta mill-ħitan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-ministeru responsabbli għall-Estates Management Division, informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet issa ilu li ta l-permess meħtieġ għar-restawr u informa b'dan lill-Awtorita` ta' l- Ippjanar.", "TORRI MAMO", "9243.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet l-Estates Management Division qed takkuża lill-Għaqda Din l-Art Ħelwa li qed tuża Torri Mamo għal skopijiet kummerċjali?", "Huwa dan il-mod li bih il-gvern jgħid grazzi lil għaqda li tant taħdem favur il-wirt storiku u kulturali f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirriferi għat-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija lill-ministeru responsabbli għall-Estates Management Division.", "SITI STORIĊI - RESTAWR", "9244.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex titwaqqaf trust biex tirrestawra u timmaniġġja siti storiċi?", "Min se jkun irrappreżentat f'din it-trust u kif se tkun iffinanzjata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s`issa m`għandi xejn x`inżid mat-tweġiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 5915.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET", "9291.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni żgħażagħ li qegħdin jagħmlu korsijiet l-Universita' mil-lokalita' ta' Ħal Tarxien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 157 student mil-lokalita` ta' Ħal Tarxien li qed isegwu kors l-Universita`.", "L-Universita` ma tiddistingwix bejn studenti żgħażagħ u studenti oħra.", "ĊENTRU DETOX - PERSUNI B'OVERDOSE", "9295.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8926 u 9153, jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies minn Raħal Ġdid b'overdose fl-emerġenza ta' l-Isptar San Luqa fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9297.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Miisntru jgħid kemm hemm żgħażagħ minn 16 sa 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax- xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' żgħażagħ minn 16 sa 24 sena, minn Ħal Tarxien li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Mejju 1999 kien jammonta għal 37 persuna.", "KUMMISSJONI KONTRA L-ABBUŻ TA' DROGA U ALKOĦOL - MEMORANDUM", "9299.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W26?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru W26 ingħatat f'Seduta Nru. 144 fit-28 ta' Lulju, 1999.", "ATTARD: WIED IS-SEWDA - XATBIET", "9307.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9162, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma hux se tkompli bix-xogħol ta' sorveljanza kontra l-abbuż minn wardens f'Wied is-Sewda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - PERMESSI GĦAL PIPES F'ĦAL TARXIEN", "9313.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess biex isiru pipes għall-kannizzata fuq bankina f'Ħal Tarxien quddiem ir-residenza li d-dettalji qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħadet il- passi neċessarji dwar il-fond li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant u ħarġet Enforcement Notice ECF 660/99 fit-30 ta' Lulju, 1999.", "Is-sid tal- fond in kwestjoni ġie nformat u dan obbliga ruħu li se jneħħi l-ingombru.", "Fin-nuqqas ta' dan, l-awtorita' tieħu l-passi biex tneħħi hija stess dan l- ingombru a spejjeż tas-sid.", "TARXIEN - TRIQ IL-FIERES - SKIP", "9314.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jintefa' skart u tpoġġiet skip fi plot fi Triq Fieres, Tarxien?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7285 (Seduta Nru. 110).", "GĦAQDIET SPORTIVI - TAXXA TAL-VAT", "9332.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-attivitajiet li fihom huma nvoluti l-għaqdiet sportivi fejn għandha tinġabar it-taxxa tal-VAT?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll fil-laqgħa li kien hemm mal-Ministru tal- Finanzi liema sport ġie msemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "Nissuġġerixxi jirriferi wkoll għat- tweġibiet relevanti mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 7868, 8615 u 8820.", "ETC - RAPPORT DWAR L-UE", "9333.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC għamlitx xi studju dwar il-prospetti ta' xogħol kemm-il darba Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, jista' jpoġġi dan l- istudju/rapport/working paper fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni Għax-Xogħol u Taħriġ twaqqfet bil- għan li tipprovdi servizzi indirizzati lejn dawk li qegħdin ifittxu x- xogħol billi tħarreġ fejn ikun hemm il-bżonn ta' taħriġ u billi tiddentifika l-opportunitajiet tax-xogħol adattati għal dawk li jkunu jridu jaħdmu jew inkella jkunu jridu jbiddlu x-xogħol tagħhom.", "Biex dawn l-għanijiet jintlaħqu, l-ETC żżomm kuntatt kontinwu mal- imsieħba soċjali biex flimkien magħhom tidentifika l-bżonnijiet preżenti u futuri ta' l-ekonomija Maltija.", "Fil-fatt, l-imsieħba soċjali huma rappreżentati fuq il-Bord tal-ETC stess.", "L-ETC għandha l-istrutturi interni tagħha stess li jippermettulha tanalizza l-qagħda fil-qasam tax-xogħol f'pajjiżna u tidentifika x-xejriet li jkunu qiegħdin jirriżultaw.", "Id-deċiżjonijiet jittieħdu skond x'jirriżulta minn din l-analisi u mid-domanda fis-suq tax-xogħol.", "Għalhekk, din ma tistax tkun kwistjoni ta' rapport wieħed li janalizza l- prospetti tax-xogħol meta Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, iżda hi kwestjoni ferm aktar fonda u dettaljata minn daqshekk, anke għaliex pajjiżna qiegħed jiffaċċja r-realtajiet ta' l-iżviluppi teknologiċi li qedgħdin jġibu magħhom tibdiliet kbar.", "M'hemmx dubju li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġġib magħha opportunitajiet kbar għal pajjiżna.", "Dwar dan, jaqblu wkoll diversi Korpi Kostitwiti kif stqarrew pubblikament f'numru ta' okkażjonijiet tul is-snin li għaddew.", "L-isfida hi li jkollna ħaddiema mħarrġa biżżejjed biex jaħtfu dawn l-opportunitajiet.", "Huwa proprju għalhekk, li l-ETC qiegħda taħdem fil- viċin ħafna mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex pajjiżna jkollu ħaddiema preparati speċjalment fil-qasam vokazzjonali.", "AJRUPLANI RJ 70", "9334.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9180?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta' natura kummerċjali u jidhirli li ma jkunx fl-aħjar interess tal- kumpannija li tixxandar.", "PULIZIJA - ATTIVITA' F'TA' QALI", "9335.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li attendew nies għall-attivita' li nżammet f'Ta' Qali fis-6 ta' Ġunju, 1999?", "Kemm kien hemm pulizija waqt l-istess attivita'?", "X'miżuri ta' sigurta' ġew meħuda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fl-attivita' li rrifera għaliha l- Onor. Interpellant hu stmat li attendew madwar 4,000 persuna.", "In-numru ta' pulizija u l-miżuri ta' sigurta' meħuda kienu adegwati u kif jirrikjedu tali attivitajiet.", "CSAs", "9342.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi mwettqa l-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista li s-CSAs ma jibqgħux jiġu kkonsidrati bħala self-employed imma jiġu kkonsidrati bħala part-time employees?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista li s- CSAs jiġu kkonsidrati bħala impjegati part-time tiġi mwettqa fil-mument opportun u għal dan il-għan qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa.", "SAN VINĊENZ DE PAULE - REFURBISHING", "9355.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħidilna eżatt kemm ġiet tqum lill-Kaxxa ta' Malta, ir-refurbishing ta' l-uffiċċju tal- Medical Administrator fir-Residenza San Vinċenz de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-refurbishment tal-uffiċċju tas-Supretendent Mediku fl-SVPR kien jinkludi l-ftuħ tal-Customer Care Unit biswit l-uffiċċju w l- irranġar tal-kuridur u l-kamra tas-segretarji.", "B'hekk sar refurbishing globali li jagħti dehra iktar moderna.", "Ir-refurbishing kien jikkonsisti f'tibdil ta' skrivaniji u filing cabinets, tibdil tal-art tal-uffiċċju u l-kuridur kif ukoll xiri ta' airconditioner.", "L-iskrivaniji u l-filing cabinets ittieħdu għal użu tas-segretarji u l- Customer Care Unit li ma swewx spejjeż extra.", "Il-panelling tal-injam li kien hemm fl-uffiċċju tas-supretendent u l-kuridur inqalgħu u hemm il-ħsieb li jintużaw f'post ieħor.", "Inqala' ukoll is-suffett li ntuża f'post ieħor fir-residenza u ma ġiex replaced.", "L-ispejjeż globali kienu ta' madwar Lm1,700.", "FGURA: TRIQ SAN GWANN - TARMAK", "9404.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata kisja tarmak Triq San Gwann, fil-Fgura?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9403 li tapplika wkoll f`dan il-każ.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "9405.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet jonqos sabiex id-dar għall-anzjani ta' Bormla tkun lesta?", "Jista' l- Ministru jgħid meta jaħseb li se tkun tista' tilqa' fiha l-ewwel anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sabiex id-dar ta' l-anzjani f'Bormla tkun lesta, fadal jitkomplew dawn ix-xogħolijiet: xi tikħil u tibjid, soffitti, madum u twaħħil ta' kmamar tal-banju, għamara, bibien, purtieri, il-canopy li se tgħatti il-bitħa ċentrali, apparat tal-laundry u tal-kċina u tas-sistema ta' ventilazzjoni, handrails, lifts u xogħol finali ta' mekkanika u elettriku.", "Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet huma fi stadju avvanzat.", "Din id-dar tkun tista' tilqa fiha l-ewwel anzjani fi ftit xhur oħra.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "9406.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, tal-persuni li applikaw biex jidħlu fid-dar għall-anzjani ta' Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Lista li turi lokal b'lokal tal-persuni li applikaw biex jidħlu fid-Dar għall-Anzjani ta' Bormla tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ma' dawn hemm ħames persuni oħra li jgħixu fid-djar ta' l-anzjani u jixtiequ jiġu trasferiti fid-dar għall- Anzjani ta' Bormla.", "ĊENTRI SPORTIVI", "9407.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, informazzjoni (bħal sit fejn se jkun, x'tip ta' courts se jkun hemm, x'kobor ta' area se tintuża) dwar iż-żewġ ċentri sportivi li hemm il-ħsieb li jinbnew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sit identifikat għall-kumpless tal- Kottonera huwa parti mill-art li tinsab quddiem il-Kulleġġ ta' De La Salle.", "Rigward is-sit għall-kumpless ta' Safi/Kirkop għadhom għaddejin xi taħditiet ma' sidien attwali ta' l-art u għalhekk mhux opportun li tingħata aktar informazzjoni f'dan l-istadju.", "F'dawn l-aħħar xhur tlesta design brief għall-kumpless tal-Kottonera li kien mgħoddi lill-Periti tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet sabiex jibdew jitfasslu l-pjanti.", "Huwa għalhekk kmieni li wieħed jgħid x'kobor ta' art ser tintuża, jew il-faċilitajiet kollha li se jinkorpora dan il-kumpless.", "PORT ĦIELES - ĦADDIEMA", "9408.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies, lokal b'lokal, mit-8 ta' Settembru, 1998 sat-8 ta' Settembru, 1999 fil-Freeport Corporation?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul il-perjodu msemmi, 13-il persuna daħlu jaħdmu mal-Korporazzjoni tal-Port Ħieles li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet", "Dingli persuna Gżira persuna", "Wied il-Għajn persuna", "Paola 3 persuni", "Qormi persuna", "Qrendi persuna", "Sliema persuna", "Valletta 3 persuni", "Żebbuġ persuna", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "9409.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies, lokal b'lokal mit-8 ta' Settembru 1998 sat-8 ta' Settembru, 1999, fl-Air Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILL LOKALI - TINDIF", "9616.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista'l-Ministru jgħid liema kunsill se jkun responsabbli għal wardens, żamma ta' toroq fi stat tajjeb, żamma ta' bankini fi stat tajjeb u ġbir ta' l-iskart minn ġewwa Manoel Island u Tigne' ġaladarba dawn jgħaddu għand il-kumpannija MIDI?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-responsabbilta` tal-funzjonijiet mgħoddija lill- kunsilli lokali hija diġa stabbilita bl-Artikolu 33 ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali.", "Nagħmel riferenza ukoll għat-tweġiba mogħtija lill- Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 9614.", "KUNSILLI LOKALI - PROĠETT TA' MANOEL ISLAND/TIGNE'", "9617.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni mal- kunsilli lokali tal-Gżira, ta' Ta' Xbiex u ta' Tas-Sliema fuq il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' bejn il-gvern u l-kunsilli u bejn il-MIDI u l- kunsilli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-proġett ta` Manoel Island u Tigne' ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.", "MANOEL ISLAND/TIGNE' - PROĠETT", "9618.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi huwa ċar illi jekk tinbena triq li tgħaqqad Regional Road minn ħdejn it-tela' tat-tankijiet tal-gass sa ħdejn ix-xatt tal-Gżira, it-traffiku se jiġi mgħoddi minn toroq differenti minn fejn jgħaddu llum, jista' l- Ministru jgħid jekk dawk il-ħwienet u negozji oħra li se jiġu direttament milquta humiex se jirċievu xi forma ta' kumpens jew mill-gvern u jew mill- kumpannija MIDI?", "Jekk iva, kemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, dawn il- kriterji ta' kumpens qatt ma ġew applikati meta jsir żvilupp ta' din ix- xorta u allura lanqas għandhom jiġu applikati f'dan il-każ.", "MANOEL ISLAND/TIGNE' - PROĠETT", "9619.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jserraħ ras ir-residenti ta' Testaferrata Street, Ta' Xbiex, kif ukoll in-negozjanti li għandhom negozji ġo dik it-triq, illi Testaferrata Street se tibqa' two-way b'karozzi li jkunu liberalment jistgħu jgħaddu u jidħlu mill-Imsida u mill- Gżira kif jgħaddu llum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fil-mument, il-bord għall-Kontroll tat-Traffiku m`għandu ebda ħsieb li jibdel is-sistema tat-traffiku fi Triq Testaferata, Ta` Xbiex, minn dik li teżisti llum.", "PULIZIJA - TA' XBIEX/GŻIRA - LIĊENZJI TA' ĦWIENET", "9620.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet u/jew negozji oħra liċenzjati ġo: (a) Testaferrata Street, Ta' Xbiex; (b) Msida Road, Gżira; (c) Gżira Road, Gżira; (d) Sliema Road, Gżira; (e) St Georges Street, Gżira; (f) Manna Street, Gżira bejn Gżira Road u Ponsomby Street?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej:", "|Lokalita|Triq |Numru ta'| |' | |postijiet| | | |liċenzjat| | | |i | |Msida |Triq |38 | | |Testaferrata | | |Gżira |Triq l-Imsida |28 | |Gżira |Triq il-Gżira |12 | |Gżira |Triq tas-Sliema|28 | |Gżira |Triq San Ġorġ |Xejn | |Gżira |Triq ix-Xatt | | | |(bejn Triq | | | |il-Gżira u Triq|41 | | |Ponsonby) | |", "MANOEL ISLAND/TIGNE' - PROĠETT", "9621.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim mal-MIDI dwar ħlasijiet ta' kumpens li jista' jingħata lil sidien ta' ħwienet u negozji illi se jintilfu x-xogħol minħabba xogħol konness mal-proġett ta' Tigne'/Manoel Island?", "Jekk iva, xi ftehim intlaħaq u kemm se jkun dan il-kumpens?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gvern m'għandu l-ebda informazzjoni konkreta illi se jintilef xi negozju jew xogħol minħabba l-proġett.", "Aħna tkellimna ma' kulmin kien qiegħed jopera xi negozju f'Manoel Island u Tigne' u nista' ngħid illi lħaqna ftehim prattikament ma' kulħadd.", "Aktar dettalji jistgħu jingħataw fid-diskussjoni rigward il-kuntratt li se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra."]} {"filename": "20001011_391d_par.doc", "date": "2000-10-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 391 L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 391", "L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "391", "L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 372", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 372", "TQEGĦID TA' KARTI 378", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U SIGURTA` FUQ", "IL-POST TAX-XOGĦOL (IT-TIENI QARI)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (SECOND READING) 378", "AĠĠORNAMENT 399", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 403", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 390 li saret fil-11 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "AFFARIJIET BARRANIN - TRANSFERS", "19218.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar, 2000 sa l-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema kollha fid-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jagħti raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000 żewġ ħaddiema ġew trasferiti fuq talba tagħhom stess, waqt li ħaddiem ieħor Għawdxi ġie ttrasferit f'dipartiment Għawdex għax kien imissu hu, kif inhi l-prattika f'każi bħal dawn.", "Il-proċess tat-trasferimenti ta' ħaddiema fis-servizz pubbliku huwa proċess kontinwu u dan kemm għall-ġid tas-servizz kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.", "AGRIKOLTURA U SAJD - ĦADDIEMA", "19219.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema kollha fid-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jagħti raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru għall-agrikoltura u sajd saru dawn it-trasferimenti bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000: sitta fuq esiġenzi tas-servizz, ħamsa meta ħadu promozzjoni u tnejn talbu transfer huma stess.", "Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall- ministeru u għad-dipartimenti konċernat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħadd li għamel talba għal transfer u din ma ġietx aċċettata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, hawnhekk m'għandix din it-tip ta' informazzjoni pero` nwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li niċċekkja u nkun nista' nagħtih risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-każ tal-ħames transfers li saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz, it-talba saret mill-ħaddiema stess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, m'għandix l-informazzjoni hawn miegħi iżda nwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li niċċekkja u nagħtih risposta ma ndumx.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, imma x'ikunu dawn l-esiġenzi tas-servizz?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk id-dipartiment jara li jkun hemm bżonn li tiġi msaħħa ċerta sezzjoni u min imexxi jara li hemm bżonn ta' iżjed personnel, allura d-dipartiment jara li jmorru iżjed nies jaħdmu f'dik is-sezzjoni.", "Rigward il-mistoqsija l-oħra li għamel l-Onor.", "Interpellant fejn staqsa jekk nafx b'xi każi fejn nies talbu li jiġu transferred imma t-talba tagħhom ma ntlaqgħetx, ngħidlu li dwar dawn ma naf xejn pero` se niċċekkjalu wkoll ħalli nkun nista' nagħtih risposta.", "AWTORITA` MARITTIMA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19220.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-awtorita' marittima mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOE BORG (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 ġew impjegati dawn il-ħaddiema ġodda ma' l-awtorita` marittima:", "*draughtsman/site supervisor - deher l-avviż fil-gazzetti lokali nhar l- 4 ta' Settembru 1999 wara li saret talba lill-ETC u ma nstab ħadd adattat għall-post;", "*information systems support executive - deher l-avviż fil-gazzetti lokali nhar id-9 ta' Frar 2000 wara li saret talba lill-ETC u ma nstab ħadd adattat għall-post;", "*cleaner - fit-23 ta' Mejju 2000 wara talba lill-ETC; u", "*merchant shipping executive - detailed mis-servizz pubbliku skond il- provvedimenti tal-Malta Maritime Authority Act.", "MANIFATTURA U SERVIZZI - TRANSFERS", "19240.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad- dipartiment tal-manifattura u servizzi?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u 10 ta' Settembru 2000 saru dawn it- trasferimenti lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-manifattura u servizzi:", "*clerk li mar l-ACSU fit-22 ta' Mejju, 2000;", "*assistant technical officer li mar mad-dipartiment tad-drenaġġ fid-29 ta' Marzu, 2000;", "*senior tradesman li mar mad-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni fit- 22 ta' Mejju, 2000; u", "*general hand li mar mal-health division fil-25 ta' Frar, 2000.", "Dawn it-trasferimenti saru kollha fuq talba personali tal-ħaddiema stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk sarx xi trasferiment għall-ministeru għall-ambjent mid-dipartiment ta' l-artijiet?", "Jista' jikkonferma li hemm individwu li ġie ttrasferit mid-dipartiment ta' l- artijiet u qed jitħallas Lm400 overtime fix-xahar?", "Jista' jispjegalna x'inhu jagħmel dan il-bniedem biex jagħmel daqstant overtime?", "Ħareġ transfer għal dan l-individwu li jidħol jiffirma filgħodu u jerġa' joħroġ 'il barra bil-barka ta' xi ħadd?", "Jekk il-Ministru jgħid li ma jafx għal min qed ngħid, lest nagħtih l-isem ta' dan il-persuna ħalli jkun jista' jiċċekkja.", "Jiddispjaċini ngħid li lil dan semmejtu kemm-il darba fil- parlament iżda baqa' għaddej kollox mar-riħ.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett nibda biex ngħid li jekk hemm każ ta' persuna li tidħol tiffirma u toħroġ 'il barra, ma naħsibx li r- rimedju hu li tagħtih transfer.", "Jekk verament hemm min mhux qed jagħmel ix- xogħol mistenni minnu, li jrid isir huwa li l-kap tad-dipartiment jieħu l- passi dixxiplinarji neċessarji.", "Mela billi tagħtih transfer tkun solvejt xi ħaġa?", "Jekk tagħtih transfer tkun qed tgħidlu biex imur jiskarta x'imkien ieħor!", "Li l-Onor.", "Mizzi jkollu fissazzjoni li jippersegwita xi nies u jipprova jressaq lili biex nagħmel il-missjoni tiegħu - naturalment ikun hemm nies oħra li jkun irid jaġevola ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ma jien qed nippersegwita lil ħadd u l- Ministru m'għandux għalfejn jattribwili affarijiet li jien m'għedtx.", "Jien staqsejtu jekk jikkonsidrax li jitfa' lil din il-persuna f'xi post ieħor biex forsi dan ma jibqax jiskarta.", "Il-Ministru ilu jaf li dan il-bniedem kuljum jaħrab minn fuq ix-xogħol u għandu l-barka tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jiena ma nagħti barka lil ħadd biex jittraskura xogħlu.", "Jekk hemm xi ħadd li jabbanduna x-xogħol li suppost qiegħed jagħmel, il-kap tad-dipartiment għandu r-responsabbilta` li japplika l-miżuri ta' dixxiplina li japplikaw fis-servizz pubbliku skond ir- regoli eżistenti.", "Nista' naċċerta lill-Onor.", "Interpellant u lil kulħadd li m'hemm ħadd li ngħata xi struzzjonijiet mingħandi li jidħol għax-xogħol u jerġa' joħroġ 'il barra.", "Jekk hemm min qed jagħmel hekk għandhom jittieħdu l-passi dixxiplinarji kontrih mid-dipartiment.", "Pero` nerġa' ngħid li jekk xi ħadd qed jittraskura, m'hijiex soluzzjoni li tagħtih transfer għaliex dan ma jkun ifisser xejn.", "Is-soluzzjoni għal min ma jkunx qed jagħmel id- doveri tiegħu hi li jittieħdu passi dixxiplinarji kontrih.", "Għar-rigward ta' l-ewwel domanda ta' l-Onor.", "Mizzi, dwar jekk hemmx ħaddiema mid-dipartiment ta' l-artijiet li ġew trasferiti għal mal- ministeru għall-ambjent, ngħid li fis-segretarjat privat hemm xi nies li konna tlabna għalihom minn mad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Dwar l-overtime jew l-inkarigi li jingħataw ma nistax ngħid bl-amment għaliex żgur m'għandix record u dawn l-affarijiet ma nsegwihomx b'mod personali.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtini l-isem, nivverifikalu u nagħtih l-informazzjoni li jixtieq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Mr Speaker, lill-Ministru m'għandi għalfejn nagħtih ebda ismijiet għaliex din il-kwestjoni semmejtha kemm-il darba hawnhekk - saħansitra esibejt anke l-payslip ta' din il-persuna - pero` l-Ministru baqa' ma rreaġixxiex.", "Rigward il-kwestjoni ta' l-iskartar, nista' ngħid li jien kemm-il darba qajjimt il-kwestjoni li fil-garaxx tal-gvern hemm min qiegħed jiffirma u jitlaq 'il barra.", "Illum se nagħmilha pubblika u ngħid li Terry ta' Bormla jidħol għax-xogħol il-garaxx u bil-barka tal-Ministru jaqbad u jitlaq.", "Issa naraw x'passi se jieħu l-Ministru dwar dan!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jiena la lill-persuna li indika l-Onor.", "Mizzi u lanqas lil persuni oħrajn ma qatt tajt xi barka jew struzzjonijiet biex jidħlu għax-xogħol u jerġgħu joħorġu 'l barra.", "Il- persuna li semma l-Onor.", "Mizzi flimkien ma' ħafna persuni oħrajn, li m'għandi ebda dubju li jafhom sew l-Onor.", "Membru, iridu jidħlu u jagħmlu x- xogħol mistenni minnhom u jekk dan ma jsirx hija responsabbilta` tal-kap tad-dipartiment - qed ngħid dan pubblikament - li jieħu l-passi li jidhirlu xierqa.", "Din m'hijiex kwestjoni li noqgħod inċempel jien u ngħidlu biex jieħu l-passi għax hemm xi ħadd li l-Onor.", "Mizzi jrid joqgħod jippersegwita!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, m'għandu jiġi aċċettat qatt f'dan il- parlament li għaliex niġi hawnhekk u niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għal xi ħadd li qed jisraq lill-poplu Malti, minn fuq niġi akkużat li qed nagħmel persekuzzjoni.", "Jien qed nagħmel id-dover tiegħi u huwa l-Ministru li qed jipprova jaħrab mid-dover tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi jkun qed jagħmel id-dover tiegħu meta jappella lil kulħadd, kif nagħmel jien, biex kulħadd jagħmel ix-xogħol mistenni minnu.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed jagħti lilu nnifsu dan l-inkarigu li jara min fil-garaxx tal-gvern jidħol fil-ħin imbagħad joħroġ ftit wara, se mai allura jaqdi l-inkarigu tiegħu b'mod aħjar billi jagħtina lista sħiħa tal-ħaddiema li jagħmlu hekk u mhux jibni każ fuq bniedem partikolari!", "Nerġa' ngħid li n-nies kollha fil-garaxx tal-gvern u n-nies kollha mat- taqsima tax-xogħlijiet m'għandhom l-ebda barka mingħandi biex jiskartaw, anzi jafu li kollha mistennija jagħmlu x-xogħol mitlub minnhom.", "Jien ma naħsibx li għax l-Onor.", "Mizzi jogħġbu jiffoka fuq xi ħadd partikolari, allura jien għandi noqgħod nagħmel il-kruċjati tiegħu.", "Irridu nieħdu miżuri ta' dixxiplina ugwali ma' kulħadd, u jekk l-Onor.", "Mizzi jrid ikun kredibbli, jagħtina l-lista tal-ħaddiema kollha u mhux jaqbad ma' persuna waħda!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru qal li hemm oħrajn li jiskartaw u qal ukoll li jien nafhom.", "Mela allura jaf li hemm oħrajn!", "Imissu jistħi jiġi f'dan il-parlament u jgħidilna hekk!", "Jien nassigurah li ma naf b'ħadd aktar, imma naf b'dan l-individwu u ġejt hawnhekk u għamilt d-dover tiegħi għal aktar minn darba.", "Il-Ministru jaf kemm-il darba ġejt ngħid hawnhekk li qed isiru l-abbużi u ma nistax nifhem għalfejn baqa' ma ħax passi.", "Allura bilfors li jien nerġa' nqajjem dan il-punt fil-parlament.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu biex il-poplu - u ma jiġix jgħidli li qed nagħmel hekk b'sens ta' persekuzzjoni għaliex kulħadd jaf b'din il-persuna ...", "Nesa l-Ministru li jien kont indikajt ċar min hu dan l-individwu!", "Jista' issa l-Ministru jgħidilna x'se jagħmel biex jassigura li kulmin qed jiskarta - il-Ministru qal li jaf b'nies oħra - ma jibqax jagħmel dan?", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Onor.", "Membri li qegħdin fil-ħin tad-domandi, bl-Onor.", "Mizzi jagħmel id-domandi u l-Ministru jwieġeb.", "Il-question time m'għandu qatt jispiċċa f'dibattitu.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Mizzi qed jgħidli b'dan il-mod kategoriku tiegħu li hemm persuna waħda u ħadd aktar ħliefha fil-garaxx tal-gvern li tiskarta minn fuq ll-post tax-xogħol u titlaq qabel il-ħin, nirringrazzjah tal-kumpliment għaliex dak allura jkun ċertifikat tajjeb għad-dipartiment.", "(Interruzzjonijiet) Ma jien se nagħti struzzjonijiet fuq ħadd partikolari sempliċement għaliex l-Onor.", "Mizzi jogħġbu jaqbad ma' bniedem wieħed.", "Il-kap tad-dipartiment għandu struzzjonijjiet b'mod ġenerali li ma jippermettix min jabbuża fuq ix- xogħol u ma jippermettix skartar.", "Sur President, pubblikament nistieden lid-diversi kapijiet biex japplikaw il-proċedura ta' dixxiplina ħalli jekk hemm min m'huwiex qed jagħmel ix- xogħol mistenni minnu, jittieħdu l-passi kontrih, inkluż kontra l-persuna li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, jekk inhu l-każ.", "Imma ma naħsibx li huwa sew li noqogħdu nindividwaw nies b'dan il-mod, qisha l-problema qed iddur fuq xi ħadd partikolari.", "Kieku kien hekk kont ngħid grazzi lill- Onor. Membru għall-kumpliment li qed jagħmlilna, imma aktar naħseb li l- Onor. Mizzi għandu l-interessi tiegħu!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien niġi hawn biex nagħmel id-dover tiegħi bħala membru parlamentari u m'għandi l-ebda interess.", "U kont nistenna li s- Sedja tipproteġini meta niġi f'dan l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u niġbed l-attenzjoni tal-Ministru - kif inhu l-obbligu tiegħi li nagħmel - u ngħid li hemm ħaddiem fis-servizz pubbliku li huwa mħallas minn flus il-poplu li qed jiskarta.", "Jien nitlob lis-Sedja ġġiegħel lill-Ministru jirtira d-diskors li qal għaliex jien m'għandi l-ebda interess personali.", "L-interess li għandi jien huwa dak tal-ġid ta' pajjiżi.", "Jien nitlob lill-Ministru jew jirtira dak li qal inkella jissostanzjah.", "MR SPEAKER: Jiena dejjem nitlob li kulħadd ikun meqjus f'diskorsu u m'għandix dubju li kulħadd hawnhekk jagħmel id-dover tiegħu mill-aħjar li jista'.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien nerġa' ngħid li dak li qed jgħid il- Ministru fuqi, li jien għandi xi interess personali, m'huwiex minnu u għalhekk nitlob dikjarazzjoni mis-Sedja f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, kieku kellek tagħmel dikjarazzjoni fuq dak li hu minnu u dak li mhux minnu, naħseb li l-ħin li għandek lanqas ikun biżżejjed!", "Jekk l-Ispeaker jiddedika l-ħin tiegħu biex jivverifika dak li tgħid int, Onor. Mizzi, naħseb li jkollu ħafna x'jagħmel!", "(Interruzzjonijiet)", "L-appell tiegħi lill-Onor.", "Membru jiena għamiltu ċar.", "Ma nafx kif jista' b'mod kredibbli jgħid li l-problema ta' l-iskartar fost il-ħaddiema tat-taqsima tax-xogħlijiet hija limitata għal din il-persuna minn Bormla li jħobb jirriferi għaliha.", "Jekk hu jagħmel hekk, allura jien bilfors ikolli nasal għall-konklużjonijiet tiegħi.", "It-tweġiba tiegħi lill-Onor.", "Mizzi mhijiex ibbażata fuq individwu wieħed li niddistingwuh mill-kumplament tan- nies, u hawnhekk hija d-differenza ta' bejnietna.", "It-tweġiba tiegħi kienet kategorika, fis-sens li l-ħaddiema kollha jridu jagħmlu d-doveri mistennija minnhom u l-kapijiet tad-dipartimenti u n-nies kollha responsabbli huma ordnati jieħdu l-passi kollha dixxiplinarji b'mod ugwali kontra kulħadd skond il-proċeduri ta' dixxiplina li għandu l-gvern.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma fejn huma l-interessi tiegħi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-interess tiegħek huwa interess politiku li toqgħod tindividwa persuna waħda.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien nistieden lil min irid biex ifittex fid-debates ta' ftit xhur ilu fejn kont ġbidt l-attenzjoni għal dan il-fatt u, jew għaliex ma kienx kapaċi jew għaliex ma riedx, il-Ministru baqa' ma ħax passi.", "Jien bħala deputat ta' din il-Kamra għandi dritt inqajjem kwestjonijiet dwar min qed jabbuża mill-finanzi tal-poplu.", "Billi nagħmel hekk ma jien qed nieħu l-ebda vantaġġ imma qed nagħmel dmiri bħala rappreżentant tal-poplu.", "Jiena nitlob il-protezzjoni tas-Sedja u nitlob għal ruling għaliex m'huwiex veru li jien għandi xi interess personali.", "MR SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Mizzi u ta' l-Onor.", "Membri li r-regolamenti tal-Kamra jgħidu li għandna nagħmlu diskors meqjus.", "Din hija rakkmandazzjoni li jiena nagħmel il-ħin kollu meta jkolli l- opportunita` għaliex ħadd m'għandu jattribwixxi skopijiet ħżiena lil ħadd f'din il-Kamra, inkella jkun qed imur kontra l-istess regolamenti.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, inti taf li dan huwa l-ħin tal- mistoqsijiet u l-interpellanzi jridu jsiru fil-parametri tar-regolamenti.", "Il-question time m'għandna qatt indawruh f'debating time għax allura nkunu out of order kompletament.", "(Interruzzjonijiet)", "L-appell tiegħi huwa indirizzat għal kull membru ta' din il-Kamra.", "Jiena qed ngħid li kulħadd irid josserva dawn ir-regolamenti u l-question time irid ikun il-ħin fejn isiru l-mistoqsijiet u ħadd m'għandu jaqbeż il-limiti għaliex inkella ma nkunux nistgħu nagħmlu sens mill-question time.", "Il- Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, ma nafx għalfejn l-Onor.", "Membru jipprova joħloq kontroversja fejn m'hemmx.", "(Interruzzjonijiet) Jekk se noqogħdu nagħmlu ruling fuq l-akkużi li jsiru, allura jrid jingħata wkoll ruling fuq l-akkuża li l-Onor.", "Mizzi jiġi hawn u jgħid li jien tajt barka lil xi ħadd biex jiskarta mix-xogħol.", "Jiena dik il-barka ma tajtha lil ħadd.", "Li qed ngħid jien hu illi meta jiġi hawnhekk l-Onor.", "Membru u jagħmilli akkuża bħal din, ikun qed jagħmel hekk b'interess politiku.", "(Interruzzjonijiet) Issa inti ibqa' għid hekk u jien nibqa' ngħid hekk!", "M'hu veru xejn għax l-istruzzjonijiet huma struzzjonijiet ugwali għal kulħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "Id-differenza bejn l-argument kif għamiltu int u kif għamiltu jien huwa li inti individwajt bniedem.", "Kieku dak li qed tgħid int huwa veru, allura huwa ta' kumpliment kbir lill-gvern li tgħid li minn Malta kollha hawn bniedem wieħed biss li qed jiskarta!", "Jiena nistieden lill-Onor.", "Mizzi sabiex jekk irid ikun il-foreman tagħna fil-garaxx tal-gvern, almenu jġibli lista kuljum ta' kulmin qed jiskarta!", "L-istruzzjonijiet lill-kap tad- dipartiment huma biex jieħu passi kontra kulmin jabbuża, inkluż jekk hemm bżonn kontra dan il-bniedem li l-Onor.", "Mizzi għoġbu jsemmi hawnhekk.", "Aktar ċar minn hekk ma nistax inkun.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni miż-Żejtun, Żabbar u Marsascala li qed jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19870.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U SIGURTA` FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-11 ta' Ottubru, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Chris Agius huwa in possession.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, naħseb li l-importanza ta' din il-liġi toħroġ mill-fatt li hawn numru kbir ta' kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra li f'dan l-istadju tad-diskussjoni qegħdin jagħtu sehemhom.", "Jiena wkoll, bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni dwar il-qasam tax-xogħol, nixtieq nipparteċipa f'din id-diskussjoni, liema diskussjoni għandha twassal għat- twaqqif ta' awtorita` għas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Il-funzjoni ewlenija ta' din l-awtorita` kif espressa fl-għanijiet u r- raġunijiet ta' l-istess abbozz għandha tkun li ġġib 'il quddiem u tissalvagwarda l-ġid tal-ħaddiema kollha f'kull tip ta' xogħol u tiżgura li jinżammu livelli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurta` fuq il-postijiet tax- xogħol stabbiliti b'regolamenti.", "Jien naħseb li fejn jirrigwarda l- korrimenti, isir kemm isir avvanz, żgur li qatt m'aħna se naslu f'sitwazzjoni fejn l-inċidenti u korrimenti ma nisimgħux bihom; kienu jiġru, għadhom jiġru u naħseb li fiż-żmien li ġej se jibqgħu jiġru.", "L- inċidenti u l-korrimenti jistgħu jiġru kullimkien - fid-dar, waqt xi attivita' sportiva, fil-ħin tad-divertiment, waqt li tkun għaddej fit-triq, fuq il-post tax-xogħol u f'ċirkostanzi oħra - pero` żgur li l-akbar numru ta' inċidenti jiġru fuq il-post tax-xogħol.", "Minn statistika maħruġa mill- ILO jirriżulta li n-numru ta' fatalities f'sena fuq il-post tax-xogħol jammontaw għal iktar minn miljun madwar id-dinja kollha.", "Din il-figura taqbeż lil dik ta' imwiet ikkaġunati kemm minn inċdienti tat-traffiku kif ukoll mill-marda qerrieda ta' l-AIDS.", "L-istess rapport ta' l-ILO jgħid ukoll li kull sena, madwar id-dinja, ikun hemm madwar 250 miljun inċident fuq il-post tax-xogħol kif ukoll madwar 160 miljun marda relatata max- xogħol.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn kif inhi s-sitwazzjoni f'pajjiżna u naraw kemm ġew irrapportati korrimenti fuq il-post tax-xogħol mad-dipartiment tas-sigurta` soċjali mill-ewwel nindunaw kemm hija gravi s-sitwazzjoni.", "Fl-1993 kellna 5,480 korriment, fl-1994 kellna 7,328, fl-1995 kellna 6,900, imbagħad din il-figura baqgħet nieżla ftit ftit sakemm is-sena l-oħra kellna 5,151 korriment fuq il-post tax-xogħol.", "Jien naħseb li dan in-nuqqas ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol huwa dovut għall-kuxjenza li tqajmet u qed titqajjem minn żmien għal żmien dwar kemm hu importanti li fuq ix- xogħol tingħata l-akbar attenzjoni u jkun hemm l-anqas perikli.", "Irrid ngħid pero` li dawn il-figuri huma ta' dawk li kellhom korriment u għamlu rapport lid-dipartiment tas-sigurta` għaliex aħna nafu li jkun hemm oħrajn li jew għaliex ikunu taħt l-eta`, jew għaliex ikunu qed jaħdmu mingħajr ktieb tax-xogħol, jew għaliex ikunu barranin qed jaħdmu bla permess, jew għaliex ikunu laħqu kompromess ma' l-employer, jew għal xi raġuni oħra jagħżlu li ma jagħmlux rapport.", "Apparti minn dawn il-figuri ta' korrimenti, diżgrazzjatament ta' kull sena qed ikollna wkoll persuni li jitilfu ħajjithom waqt li jkunu qegħdin jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum għalihom u għall-familja tagħhom.", "Mis-sena 1993 sas-sena l-oħra kellna 56 persuna li mietu waqt li kienu fuq xogħolhom.", "Ix-xogħol li kienu qegħdin iwettqu jvarja minn dak fit- tarznari, xogħol ta' kostruzzjoni, ħatt ta' merkanzija, tibjid, xogħol ta' l-elettriku, sewqan ta' vetturi, xogħol fil-barrieri u xogħol ieħor.", "Mill- istatistika jidher ċar li kien fuq xogħol ta' tiswija tal-vapuri fit- tarznari tagħna fejn kellna l-ikbar numru, kemm ta' korrimenti kif ukoll ta' mwiet.", "Fl-1998 kellna 1,369 ħaddiem tat-tarzna li korra fuq post tax- xogħol, liema figura tammonta għal 25% tat-total kollu tal-persuni li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Ħarsa lejn l-etajiet tal-persuni li l-aktar li jkorru fuq il-post tax- xogħol turina li dawn huma ż-żgħażagħ fl-age bracket ta' bejn l-20 u 29 sena.", "Jidher li l-persuni f'dik l-age bracket huma l-iktar prone li jsofru inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Mir-records miżmuma mid-dipartiment joħroġ li fl-1991 minn 7,761 inċident fuq il-post tax-xogħol, 2,331 kienu jinvolvu persuni ġejjin minn dan l-age bracket, filwaqt li s-sena l-oħra minn total ta' 5,151 korriment kien hemm 1,392 żagħżugħ jew żagħżugħa.", "Minn figuri li joħorġu minn mistoqsijiet parlamentari jidher ukoll li għal sena wara l-oħra, l-akbar numru ta' korrimenti relatati ma' dan is-suġġett seħħew fix-xahar ta' Lulju, filwaqt li x-xhur ta' Jannar u Diċembru kienu l- aktar xhur fejn kellna l-inqas numru ta' inċidenti.", "Żgur li l-kuxjenza favur il-ħarsien ta' saħħet il-ħaddiem waqt li jkun fuq il-post tax-xogħol ma kenitx teżisti jew prattikata ħafna snin ilu.", "Għal ħafna snin saħħet il-ħaddiem jew sa ċertu punt ħajjet il-ħaddiem ma kienet tfisser xejn għal min kien jgħassru u għal min ried jieħu kull qatra demm mill-flus li jħallsu tax-xogħol li jkun qed jagħmel.", "Għalhekk wieħed jista' jimmaġina kemm seta' kien hemm ħarsien dwar dak li seta' kien perikoluż għal saħħet il-ħaddiem.", "Huwa fatt magħruf li meta l-ħaddiema bdew jingħaqdu fi trade unions fil-bidu tas-seklu l-ieħor bdiet tqum kuxjenza dwar il-ħtieġa li l-ħaddiem ikollu l-protezzjoni xierqa mill- perikli li jinħolqu waqt ix-xogħol.", "Waqt li kont qed nagħmel ir-riċerka tiegħi ltqajt ma' dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minn Edwin Grech, fejn juri li kien fis-sena 1940 li f'pajjiżna saret għall-ewwel darba liġi għat-tħaris tas-saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Din kienet il-Factories Ordinance, li mbagħad sar titjib fuqha tul is-snin, u fis-sena 1945 iddaħħlu fl-istess ordinanza l-health, safety and welfare regulations, fl-1949 iddaħħlu l- first-aid regulations, fl-1951 iddaħħlu d-docks safety regulations, l- isteam boilers regulations u l-building safety regulations.", "Tul is-snin saru aktar bidliet u kellna wkoll ħafna avvanzi fil-ħarsien tas-saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Kellna wkoll ħafna konferenzi u seminars dwar kif nistgħu ntejbu l-ambjent tal-ħaddiema tagħna fuq il-post tax- xogħol sabiex ikollna inqas korrimenti.", "Huwa fatt magħruf ukoll li f'dan il-qasam tul is-snin sar ħafna xogħol minn gvernijiet, kienu ta' liema kulur politiku kienu, biex saħħet il-ħaddiem tkun iktar imħarsa waqt il- qadi ta' dmirijietu fuq il-post tax-xogħol.", "Fl-1994 kellna wkoll it-twaqqif tal-kummissjoni għall-promozzjoni tas- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Il-funzjonijiet ta' din il- kummissjoni kienu konsultattivi, informattivi u quasi ġudizzjarji.", "Fil- funzjoni konsultattiva tagħha il-kummissjoni kienet tgħarbel u tiddiskuti sabiex tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha dwar xi żidiet u tibdiliet f'numru ta' regolamenti li setgħu jtejbu l-ħarsien ta' saħħet il-ħaddiem, fil-ħidma informattiva tagħha kienet tagħti tagħrif dwar din il-materja, filwaqt li fil-funzjoni quasi ġudizzjarja tagħha kienet tisma' u tiddeċiedi fuq numru ta' każi li jitressqu quddiemha.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li kien f'Novembru ta' l-1997 meta għall-ewwel darba ngħata bidu għal kors akkademiku li kellu jwassal għal diploma ta' safety officers.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li kien hemm ċerti korporazzjonijiet tal-gvern li raw kif ikomplu jtejbu l-ħarsien ta' saħħet il-ħaddiem tagħhom fuq il-post tax-xogħol u dan billi bagħtu mpjegati tagħhom għal dan il-kors.", "J'Alla jkollna min jikkopja din l-attitudni ta' dawn il-korporazzjonijiet biex kull kumpannija jkollha persuni mħarrġa ħalli l-perikli li jeżistu fuq il-postijiet tax-xogħol jiġu mnaqqsa u possibbilment eliminati.", "Tajjeb li meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq is- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol nagħmlu ċerta distinzjoni dwar eżattament xi jfissru u fiex jikkonsistu.", "Is-saħħa tal-bniedem tista' tkun kemm dik fiżika kif ukoll dik emozzjonali jew psikoloġika.", "Jiġifieri persuna tista' tkun fl-aqwa saħħa fiżika iżda minħabba ċerti ċirkostanzi tista' tkun qed tbati emozzjonalment jew psikoloġikament.", "Fl-abbozz li qegħdin niddiskutu hemm paragrafu fejn jingħad - qed nirriferi għal (g) ta' subklawsola 6 (2) - li:", "\" ... jrid jiġi adattat ix-xogħol għall-ħaddiem, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-iddisinjar ta' postijiet tax- xogħol, l-għażla ta' tagħmir tax-xogħol u l-għażla ta' metodi ta' produzzjoni u ta' xogħol, u partikolarment biex jiġi mnaqqas xogħol monotonu u xogħol li jkollu rata ta' xogħol stabbilita minn qabel, u biex jitnaqqas l-effetti tagħhom fuq is-saħħa\".", "Eżempju ċar ta' dan li qed jgħid dan il-paragrafu huwa x-xogħol li jagħmlu numru ta' tfajliet fuq il-makni fil-fabbriki tagħna.", "Ħafna minnhom isiru qishom robots, jagħmlu l-istess ħaġa jum wara l-ieħor, ġimgħa wara l-oħra, jiġġieldu mal-ħin sabiex ilaħħqu mal-production.", "Biex tifhem l-istress li jgħaddu minnhom dawn iż-żgħażagħ trid tarahom waqt il-ġurnata tax-xogħol tagħhom kif ukoll issegwihom għal numru ta' sigħat wara x-xogħol.", "Uħud minnhom jispiċċaw iwettqu d-dar l-istess movimenti li jkunu qed iwettqu fuq il-post tax-xogħol tagħhom u għalhekk naqbel perfettament li għandha ssir xi ħaġa biex titnaqqas il-monotonija fix-xogħol tagħhom.", "Jien naħseb li fiż-żmenijiet tal-lum fejn teżisti kompetizzjoni daqshekk kbira ma tantx nistgħu naslu għal sitwazzjoni fejn dawn l-affarijiet jispiċċaw darba għal dejjem.", "Ftit ta' żmien ilu, jiena u xi kollegi tiegħi ltqajna ma' numru ta' bus drivers li kollha bdew jilmentaw dwar il-kondizzjonijiet ħżiena tax-xogħol tagħhom u minkejja li dawn suppost huma koperti minn dak li jgħid il- Conditions of Employment Act ftit li xejn qed jiġi mwettaq dak li hemm fl- istess liġi.", "Fost affarijiet oħra nsemmi s-sigħat twal li jaħdmu dawn ix- xufiera.", "Dawn mhux suppost jaħdmu għal aktar minn għaxar sigħat kuljum, pero` xorta waħda qegħdin jiġu sfurzati jaħdmu aktar sigħat u dan b'periklu għalihom u għal terzi.", "Tajjeb għalhekk li meta jiġi approvat dan l-abbozz ta' liġi naraw li l-miżuri li joħorġu minnu jiġu mwettqa.", "Jien ċert li n- nuqqasijiet li jeżistu f'pajjiżna f'dan ir-rigward, f'pajjiżi oħra, b'mod speċjali dawk ta' l-Unjoni Ewropea li tant niftaħru bihom, m'humiex aċċettati.", "Xtaqt nagħmel issa xi kummenti fuq partijiet minn dan l-abbozz, Mr Speaker.", "Dalgħodu l-Onor.", "Vassallo għamel kumment validu dwar id-definizzjoni tal- frażi \"post tax-xogħol\" li hawn f'dan l-abbozz.", "Fil-fatt din id- definizzjoni tgħid li post tax-xogħol ifisser:", "\" ... kull fond, lok, faċilita`, bastiment jew post jew imkien ieħor fejn isir xogħol jew li għalih il-ħaddiem ikollu aċċess waqt il-kors ta' l-impieg tiegħu u, mingħajr ħsara għall-ġeneralita` ta' dak hawn aktar qabel imsemmi, tinkludi fabbrika, ħanut, uffiċċju, lukanda, sptar jew klinika, tarzna, barriera, sit ta' bini jew kostruzzjoni, triq, razzett, moll, vettura, inġenji ta' l-ajru jew bastiment, iżda ma tinkludix bastiment li jsalpa fl-oċeani;\".", "Għalhekk, kif semma' l-kollega, tajjeb li l-ambjent ta' madwar il-fabbriki fl-industrial estates ikun f'qagħda aħjar u allura tajjeb li l-awtorita` tara li tuża l-influwenza tagħha sabiex anke dan l-ambjent hekk viċin il- post tax-xogħol ikun fi stat xieraq.", "Sur President, xtaqt nagħmel kumment ukoll dwar dan il-bini li jilqa' fih il-parlament li minkejja li kultant niftaħru bil-lussu li hawn, għad fih postijiet li żgur ma jilħqux il-livell mixtieq.", "Nibda bil-kmamar tagħna - naħseb li l-membri tan-naħa tal-gvern jafu x'fihom għaliex għamlu sentejn fihom - li jikkonsistu f'żewġt ikmamar ta' daqs normali fejn fihom iridu jaħdmu 30 deputat.", "Jien ma nafx kif jista' jkun li aħna d-deputati naħdmu fihom - u issa qegħdin inqattgħu ġranet sħaħ hawnhekk - meta niltaqgħu kollha.", "Imbagħad insemmi t-toilets.", "Għandna toilets komuni għall-irġiel u n-nisa u dan biex ma nsemmix l-irwejjaħ li hemm.", "Jien naħseb li hemm bżonn li l-ambjent ta' fejn naħdmu aħna d-deputati jkun iktar xieraq.", "Xtaqt ngħid ukoll xi ħaġa dwar il-kmamar tal-messaġġiera.", "Naħseb li ħafna minna qatt ma telgħu fis-sular ta' fuq u nista' ngħidilkom li hemm kmamar fejn is-saqaf qed jitfarfar, kmamar li ilhom ma jieħdu lagħqa żebgħa għal ħafna snin b'geġwiġija ta' wires.", "Ikun tajjeb jekk naraw li l-post fejn jistgħu jistrieħu l-messaġġiera ta' din il-Kamra - ilkoll naħseb li napprezzaw kemm dawn jagħmlu xogħol - jingħata dehra aħjar biex anke dawn il-ħaddiema jkollhom ambjent aħjar fejn iqattgħu il-ġurnata tax-xogħol tagħhom.", "Ħalli issa ngħaddi biex nitkellem dwar klawsola 3 ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Sur President, din il-klawsola tgħid li dan l-Att japplika għall- postijiet tax-xogħol kollha, għas-setturi kollha ta' kull attivita`, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u għal kull attivita` ta' xogħol, iżda ma japplikax fil-każ ta' dawk l-attivitajiet immexxija mill-membri tal-forzi armati, tal-korp tal-pulizija u tas-servizzi tal-protezzjoni ċivili.", "Jien naħseb li lkoll naqblu li dan l-Att irid ikun imħares minn kulħadd u fejn ikun hemm bżonn iridu jsiru t-tibdiliet sabiex il-kondizzjonijiet mitluba jkunu sodisfatti, pero` dan għandu jsir mingħajr ebda distinzjoni.", "Għalkemm jien naqbel ma' dawn il-bidliet, nistaqsi x'se jiġri minn dawk il- kumpanniji żgħar li jkunu jenħtieġu xi tibdil li jitlob ammonti ta' flus u ma jkunux f'pożizzjoni li jerfgħu dan il-piż.", "Se nġiegħluhom jagħlqu meta f'pajjiżna l-maġġoranza tal-kumpanniji huma żgħar u 90% tagħhom iħaddmu inqas minn għaxar persuni?", "Hemm bżonn li l-gvern jara minn fejn se jġibu l-investiment meħtieġ dawn l-ażjendi fil-bżonn ta' tibdil biex ikunu jistgħu japplikaw dak mitlub minn din il-liġi.", "Il-gvern lest jagħti xi sussidji jew xi tip ta' għajnuna finanzjarja biex dan it-tibdil isir?", "Din l-istess klawsola tgħid ukoll li huma esklużi s-suldati, il-membri tas-civil protection u l-pulizija.", "Jien naħseb li dan huwa konformi ma' dak li tgħid id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol għaliex dawn it-tliet korpi huma esklużi.", "Naħseb li lkoll naqblu li minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom ma tantx jista' jkun hemm garanzija fuq saħħithom waqt li dawn qegħdin jaqdu dmirijiethom.", "Dawn jgħaddu minn ħafna perikli u f'ħafna każi jħabbtu wiċċhom ma' mumenti fejn ikun hemm theddida kemm għal saħħithom kif ukoll għas-sigurta` tagħhom.", "Din is-sezzjoni mill-workforce tagħna ta' bilfors iridu jibqgħu barra minn din il-liġi minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, pero` naħseb li għandhom ikollhom xi tip ta' assigurazzjoni għal dak li jista' jinqala'.", "Mhux sewwa li jkollna xi membri minn dawn it-tliet korpi li jsofru xi ġrieħi waqt li jkunu fuq xogħolhom imbagħad minħabba dak li jkunu għaddew minnu ma jkunux jistgħu jkomplu fuq ix-xogħol tagħhom u dan b'dettriment kemm għalihom kif ukoll għall-familja tagħhom.", "Għalkemm hawn min forsi jirraġuna li dawn huma koperti bil-liġi tas-sigurta` soċjali, żgur li persuna tispiċċa mix- xogħol minħabba korriment fuq ix-xogħol jixirqilha kull tip ta' kumpens b'mod partikolari kumpens finanzjarju.", "Kif diġa` għedt, minkejja li m'hijiex xi ħaġa ta' kuljum li dawn il-korpi jgħaddu minn perikli għal saħħithom, l-istorja turina li mhux darba jew tnejn kellna każi fejn ħaddiema ġew esposti għal perikli għal saħħithom u mhux l-ewwel darba li kellna pulizija jew membri ta' l-armata li sfaw feruti, korruti jew anke tilfu ħajjithom waqt li kienu fuq ix-xogħol.", "Reċentement kellna każ fejn impjegat tal-bank fil-bidu tal-ġurnata tax-xogħol tiegħu safa maqtul u naħseb li jkun xieraq li din il-Kamra tagħti l-kondoljanzi tagħha lill- familja ta' dan il-ħaddiem li tilef ħajtu waqt li kien qed jaqdi dmirijietu.", "Naħseb li tkun ħaġa xierqa li f'mumenti bħal dawn naraw x'hemm bżonn isir biex il-piżijiet u t-tbatijiet ma jaqgħux fuq il-membri li jkun baqa' tal-familja tiegħu.", "Xtaqt issa ndur għal subklawsola 4 (2) li tittrata dwar il-prinċipji u d- dmirijiet ġenerali.", "Din il-klawsola tgħid li l-awtorita` stabilita bis- saħħa ta' dan l-Att tkun responsabbli tiżgura li jinġieb 'il quddiem u jiġi salvagwardat il-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal-ħaddiema kollha fil- postijiet kollha tax-xogħol.", "Jekk nibdew billi nħarsu lejn il-lat tal-ġid fiżiku tal-ħaddiema nsibu li hemm bżonn li jsir ħafna tibdil, irranġar u modernizzar f'ħafna intrapriżi u kumpanniji jekk verament irridu nħarsu dak li tgħid din il-liġi.", "Hawnhekk nistaqsi x'se nagħmlu biex lill- ħaddiema li għandna fl-isptarijiet, li ħafna drabi jkunu esposti għal mard infettiv, inħarsuhom b'mod li biex saħħithom ma tkunx mhedda waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "L-istess nistgħu ngħidu għal numru ta' ħaddiema tal- fabbriki li jaħdmu fuq makni li jkollhomx is-safety measures kollha.", "U xi ngħidu mbagħad għall-ħaddiema li xogħolhom ikun li jużaw xi vettura, b'mod partikolari vetturi tal-gvern, li ma tkunx up to the required standards, b'periklu kemm għalihom kif ukoll għal terzi?", "Dawn huma ftit eżempji ta' fejn hemm bżonn ta' attenzjoni speċjali biex inkunu nistgħu nikkonformaw ma' dak li tgħid din il-liġi.", "Din l-istess taqsima tal-liġi titkellem ukoll dwar id-dmirijiet kemm dawk li jħaddmu, jiġifieri employers kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.", "Huwa minnu li biex ċerti kondizzjonijiet ikunu mħarsa, hemm bżonn ta' l-attenzjoni u obbligazzjoni taż-żewġ naħat, kemm ta' min iħaddem kif ukoll ta' l- impjegat.", "F'din it-taqsima naraw li hemm sensila ta' kondizzjonijiet u miżuri li għandhom jittieħdu minn min iħaddem biex ikunu evitati danni fiżiċi u psikoloġiċi, korrimenti jew mewt fuq il-post tax-xogħol u naħseb li din hija waħda mis-sezzjonijiet mill-iktar importanti tal-liġi u jekk verament irridu nattwawha rridu naraw li l-employers jaderixxu għal dak li tgħid din il-liġi.", "Dan it-tibdil ifisser infiq sostanzjali ta' ammonti ta' flus u jien naħseb li jekk il-gvern, permezz ta' l-awtorita` ma jkunx lest joffri sussidji jew għajnuniet finanzjarji biex dawn it-tibdiliet rikjesti mill-istess liġi jkunu jistgħu jsiru, jista' jkollna xi problemi.", "Jien nerġa' nistaqsi x'se jiġri jekk se jkollna min ma jkunx f'pożizzjoni li jonfoq dawn il-flejjes kollha biex jagħmel it-tibdil rikjest?", "Se nispiċċaw nisfurzaw kumpannija tagħlaq għaliex ma tilħaqx ir- rekwiżiti li titlob din il-liġi?", "Se nkunu komdi li naċċettaw redundancies għax kumpannija kellha tagħlaq għaliex m'hijiex 100% hazard-free?", "Jekk verament irridu li dak mitlub mil-liġi jkun attwat bilfors, irridu naraw li l-kumpanniji jkollhom xi tip ta' għajnuna finanzjarja mill-gvern.", "Jista' forsi jkun hawn min jiddubita jekk huwiex veru li hemm bżonn li ċerti tibdiliet jenħtieġu infiq esaġerat, u għalhekk xtaqt nagħti xi eżempji.", "Nafu li għad għandna ħafna fabbriki li nbnew snin ilu li għadhom mingħajr emergency exits u li wkoll għadhom bis-soqfa tagħhom magħmula minn pjanċi ta' l-asbestos u llum huwa fatt magħruf li l-asbestos iħalli effetti ħżiena fuq saħħet il-ħaddiem.", "Jekk se naċċettaw li dawn is-soqfa huma ta' periklu għal saħħet il-ħaddiem u allura jridu jinbidlu, żgur li jrid ikun il- gvern li jidħol għall-ispiża jew għallinqas jagħti xi tip ta' sussidju.", "U la qed nitkellem fuq l-asbestos nixtieq infakkar f'dak li għaddew minnu snin ilu numru ta' ħaddiema tat-tarzna.", "Din l-istorja kienet ħarġet b'kumbinazzjoni f'laqgħa bejn is-segretarju tat-taqsima tat-tarznari u avukat barrani fejn kien sar magħruf li numru ta' vapuri Amerikani li kienu daħlu t-tarzna għat-tiswija bejn l-1955 u l- 1968 kien ikollhom ħafna partijiet miksija bl-asbestos.", "Sa dakinhar ħadd ma kien jaf bil-perikli li jġib miegħu l-asbestos u kellna diversi ħaddiema li batew mill-marda kkaġunata permezz ta' l-asbestos u bil-ħidma tas- segretarju tat-taqsima responsabbli mit-tarznari tal-GWU kienet bdiet ħidma biex dawk il-ħaddiema li kienu esposti għall-perikli ta' l-asbestos waqt xogħol fuq dawn il-vapuri setgħu jieħdu kumpens finanzjarju.", "Jien naħseb li l-aktar post fejn il-ħaddiema jgħixu fil-periklu, anke waqt li qegħdin jimxu, huma t-tarznari tagħna.", "Kull biċċa xogħol li ssir mill-ħaddiema tat-tarzna hija fiha nnifisha perikoluża.", "Il-bieraħ ħadt pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Cuschieri jsemmi l-perikli li jgħaddu minnhom ħaddiema li jkunu f'xi double bottom ta' vapur.", "Jiena nsemmi wkoll lil dawk il-ħaddiema tat-tarzna li wara li jkunu telgħu xi skala wieqfa ta' xi tlieta jew erba' sulari jkunu jridu jerġgħu jinżlu xi erba' jew ħames sulari oħra biex jaħdmu f'xi tank fid-dlamijiet jew lil dawk il-ħaddiema li minkejja l-ilbies protettiv li jilbsu jridu jgħaddu mill-perikli tal-grit blasting.", "Il-perikli tal-ħaddiema tat-tarzna huma kbar wisq u kontinwi u għalhekk jien nixtieq insellem lil sħabna l- ħaddiema tat-tarzna għax-xogħol li jagħmlu għaliex f'ħafna mill-każi x- xogħol li jagħmlu m'huwiex apprezzat.", "Min iħaddem se jkun fid-dover li jipprovdi lbies protettiv li ċertament ma jinkludix biss ilbies iżda jinkludi wkoll dak kollu li jista' jintuża biex ikunu evitati korrimenti fuq il-post tax-xogħol.", "Fost dawn nistgħu nsemmu safety helmets, safety boots, safety goggles, ingwanti u oħrajn.", "Jien ċert li diġa` għandna min jipprovdi dan l-ilbies protettiv, iżda rridu naraw li fejn ikun bżonjuż dan l-ilbies ikun provdut minn kulħadd.", "F'numru ta' każi għandna wkoll nuqqas mill-impjegati li jħossuhom aktar komdi li ma jilbsux dan l-ilbies protettiv meta suppost qegħdin jilbsuh għaliex ikunu qegħdin iwettqu xi xogħol li jista' jkun ta' periklu għalihom.", "Din l-istess taqsima ta' l-abbozz titkellem ukoll dwar id-dmirijiet tal- ħaddiema.", "Kif diġa` għedt huwa inutli li jkollok kumpannija li tara li jkun hemm l-ikbar sigurta` fuq il-post tax-xogħol u jipprovdu l- protezzjonijiet kollha meħtieġa mbagħad ikollna l-impjegat li jiġi jaqa' u jqum u ma jaħsibx minn dak li jista' jinqalagħlu.", "Mhux l-ewwel darba li naraw ħaddiema li suppost qegħdin jilbsu s-safety helmet u tarahom għaddejjin bis-safety helmet f'idejhom.", "Mhux l-ewwel darba wkoll li naraw ħaddiema li suppost qegħdin marbutin bis-safety harness u jkunu mingħajrha b'periklu kbir għalihom.", "Xi sena ilu meta beda x-xogħol fuq il-baċir numru 1 u beda t-tqattigħ ta' crane kont rajt żewġ żgħażagħ ta' madwar 16-il sena fuq wieħed minn dawn il-cranes iqattgħu bl-aċitilena mingħajr irbit ta' xejn.", "Jien kont ħassejt il-ħtieġa li nċempel lit-tarzna biex ninfurmahom b'dak il-periklu li kienu għaddejjin minnu dawn iż-żgħażagħ li ma kenux ħaddiema tat-tarzna iżda kienu ħaddiema ta' kuntrattur privat li tqabbad biex iqatta' dan il-crane u lil min ċempilt mill-ewwel ħa azzjoni għaliex informa lil dawn iż-żgħażagħ li kellhom jintrabtu.", "Dawn iż-żewġ żgħażagħ, qishom biex jikkuntentaw lili, qabdu qafla rqieqa u rabtuha mal- ħoloq taċ-ċinturin tal-boiler suit.", "Għall-grazzja t'Alla x-xogħol li kienu qed jagħmlu lestewh u baqgħu qawwijin u sħaħ.", "L-istess nistgħu ngħidu għal numru ta' bajjada li narawhom imdendlin fuq pontijiet sulari għoljin mill- art mingħajr ebda sigurta`.", "Jien nistaqsi x'se nagħmlu biex lil dawn nisfurzawhom ikunu iktar secure waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom.", "F'dawn l-aħħar erba' snin kellna 14-il persuna li tilfet ħajjitha waqt li kienet qed taħdem fuq xogħol ta' kostruzzjoni jew tibjid.", "Nixtieq issa ngħaddi għat-taqsima tlieta li titratta dwar it-twaqqif, funzjonijiet u proċedura ta' l-awtorita`.", "Jien naħseb li meta wieħed jifli sewwa din it-taqsima jasal għall- konklużjoni li din l-awtorita` se tkun hemm biex tara li jiġi esegwit dak li se jkun jissodisfa lill-ministru responsabbli.", "Jien nistaqsi fejn se tkun l-awtonomija ta' din l-awtorita` fejn anke mill-formazzjoni tal-membri tagħha naraw li l-ministru huwa responsabbli għal kollox u għal kulħadd.", "Mid-disa' membri li se jkunu jagħmlu parti minn din l-awtorita`, seba' se jkunu nominati mill-ministru; kollox vestit fil-ministru u kollox irid jgħaddi minn taħt idejh.", "Tgħid bit-twaqqif ta' din l-awtorita`, minħabba l- mod kif se tkun ifformata nistgħu ngħaddu minn xi mumenti ta' diskriminazzjoni?", "Qed ngħid dan għaliex huwa fatt magħruf kemm aħna l- Maltin kapaċi nagħlqu għajnejna fejn jaqbel, kif jaqbel u kif nistgħu.", "Tgħid nistgħu ngħaddu minn esperjenzi fejn min ikun qed jikser il-liġi jew ikun kiser il-liġi jew xi waħda mill-kondizzjonijiet ta' din il-liġi, għaliex ikun ħabib ta' \"dak\" jew ikollu xi ħabib f'xi pożizzjoni importanti jkun jista' jibqa' għaddej scott-free?", "Hija wkoll mill-aktar evidenti d- diskriminazzjoni li teżisti bejn in-numru ta' rappreżentanti min-naħa tal- gvern u rappreżentanti ta' l-isħab soċjali.", "U hawn għal darb'oħra għandna eżekuzzjoni tas-saħħa tal-gvern fuq il-minoranza.", "Jien nistaqsi jekk l- imsieħba soċjali huwiex se jkollhom iċ-ċans jiddiskutu dwar il-ħatra ta' chairperson li wkoll se jkun nominat mill-ministru għaliex nistgħu naslu f'sitwazzjoni fejn ikollna chairperson li minħabba l-pożizzjoni passata tiegħu jinħoloqu conflict of interest.", "Għalhekk naħseb li huwa bżonn li dwar iċ-chairperson ikun hemm consensus bejn iż-żewġ naħat.", "Klawsola 16 imbagħad titkellem dwar is-setgħat ta' l-uffiċjali għas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u tgħid li uffiċjal jista' jidħol mingħajr xkiel u mingħajr pre-avviż f'kull post tax-xogħol u f'kull ħin.", "Ikun tajjeb ukoll jekk din il-parti, flimkien ma' kull parti tal-liġi, jekk verament se tkun esegwita, tkun esegwita ma' kulħadd xorta.", "Mhux sewwa li jkollna diskriminazzjoni kontra min forsi huwa żgħir u ma' min m'għandux is- saħħa kemm fiżika kif ukoll finanzjarja.", "Qiegħed nerġa' ngħid dan bl- isperanza li ma ngħaddux minn esperjenzi fejn min hu b'saħħtu u kapaċi jara minn fejn jista' jgħaddi jkun jaf minn qabel meta jkun se jkollu xi spezzjoni.", "Jekk isir dan allura ngħid li se jkollna sitwazzjoni fejn ikollna liġi sempliċement biex nidħku bina nfusna.", "Mr Speaker, xtaqt nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nikkwota mill- parti konklussiva tar-rapport għall-1999 tal-kummissjoni għall-ħarsien tas- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, liema rapport huwa ffirmat minn Dr. Zammit McKeon.", "F'parti mill-konklużjoni jingħad hekk:", "\"Madanakollu l-kummissjoni għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta` fuq il- post tax-xogħol tixtieq tissolleċita li jkun xi jkun il-mudell użat fil-ħolqien ta' l-awtorita` għandu jkun assigurat li din l-istruttura tkun effiċjenti, tkun tista' topera u tieħu l-inizjattivi tagħha b'mod ekwu waqt li jkun assigurat li l-interessi settorjali jew personali ma jitħallewx jipprevalu a skapitu tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.\"", "Jien naħseb li din ix-xewqa tal-kummissjoni hija l-istess xewqa li għandna aħna u għalhekk għandna naraw li flimkien nippruvaw li dak li tkun qed tgħid din il-liġi jkun esegwit sabiex fiż-żmien li ġej inkunu nistgħu naraw aktar tnaqqis, kif kellna f'dawn l-aħħar snin, fin-numru ta' korrimenti u diżgrazzji li jseħħu waqt li l-ħaddiema jkunu qegħdin jaqdu dmirijiethom fuq il-post tax-xogħol.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, fil-ftit tal-ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi xtaqt nagħti overview ħafifa ta' kif żviluppat il- kuxjenza sabiex ikun hemm leġislazzjoni matul iż-żmenijiet fl-istorja, speċjalment fid-dinja industrijalizzata wara s-seklu 19, kif din il- kuxjenza evolviet u ġiet mirquma sabiex ikun hemm leġislazzjoni favur is- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Kieku wieħed kellu jmur lura għas-sena 1771 isib li kien ċertu Bernardino Ramazzini - għadu sal-lum jissejjaħ bħala missier l-occupational medicine - li għamel l-ewwel studju sistematiku tal-mard ikkaġunat mix-xogħol jew mis-snajja'.", "Dan l-istudju, li huwa interessanti ħafna għal min għandu ftit taċ-ċans joqgħod jiflih, juri l-għaqal u l-viżjoni ta' dan il-bniedem li filwaqt li silet mill- ġurament li jieħdu t-tobba magħruf bħala l-Hippocratic oath ra u fela kif is-snajja' li kienu qegħdin jinbtu f'dawk iż-żmenijiet setgħu jikkaġunaw jew jimpinġu fuq is-saħħa tal-ħaddiem.", "Aktar tard, fi tmiem is-seklu 18 u bidu tas-seklu 19, żviluppat ir- rivoluzzjoni industrijali u nibtu għexieren jekk mhux eluf ta' fabbriki madwar l-Ewropa u l-Amerika ta' Fuq.", "Ovvjament aktar fabbriki jfisser aktar xogħol, aktar ħaddiema u aktar pressjoni biex il-produzzjoni tiżdied.", "Dan ġab miegħu ċertu element qawwi ta' perikli fuq ix-xogħol, kemm fiżiċi kif ukoll psikoloġiċi.", "Eventwalment fl-Ingilterra għaddew il-Factory Act ta' l-1819, li tista' tgħid kienet l-ewwel liġi ta' dan it-tip fl- Ingilterra - Malta ħadna xi ħaġa minnha aktar tard - liema liġi stabiliet l- eta` minima li persuna seta' jkollha biex tkun tista' taħdem ġo fabbrika - dak iż-żmien l-eta` minima biex tifel jew tifla jkunu jistgħu jaħdmu f'fabbrika ta' disa' snin - kif ukoll illimitat l-ammont ta' sigħat li persuna setgħet taħdem.", "Aktar tard, fl-1890, ġewwa Berlin inżamm l-ewwel gathering internazzjonali bejn il-pajjiżi sabiex tiġi diskussa leġislazzjoni internazzjonali għall-ħarsien fuq il-post tax-xogħol.", "Ftit aktar tard, fl- 1906, kien hemm numru sabiħ ta' pajjiżi Ewropej li ffirmaw il-Konvenzjoni ta' Berna, liema konvenzjoni kienet tipprojbixxi l-manifattura u l- importazzjoni tas-sulfarini tal-fosfru abjad.", "Dan il-white phosphorous ġie projbit milli jintuża mill-komunita` internazzjonali fl-1906 proprju għaliex iġib ċertu ammont ta' periklu għal min jużah.", "Pero` ovvjament hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-1900 and much water has passed under the bridge since then, u l-bniedem għall-grazzja t'Alla għamel ħafna passi 'l quddiem u llum qegħdin ngħixu mhux aktar f'soċjeta` industrijali imma f'soċjeta` ta' l-informatika u f'soċjeta` teknoloġika.", "Illum sirna aktar konxji tad-dinjita` tal-bniedem - naraw anke moviment biex ikun hemm aktar kuxjenza għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem b'mod internazzjonali - u żdiedet l-awareness tat-tħaris tad-dinjita` tal-bniedem u allura bdejna napprezzaw li ħaddiem m'huwiex oġġett li minnu tagħsar ħalli tieħu Lm\"X\", imma huwa bniedem li lili bħala employer jgħinni nipproduċi u fl-istess ħin hu jmur id-dar sodisfatt li lill-familja se jgħajjixha mingħajr ma jipperikola ħajtu jew saħħtu.", "Illum tajjeb hawnhekk, Sur President, li qabel xejn nagħmlu distinzjoni bejn il-mard u l-fitness for work u nispjegaw li dak li jiddetermina l- fitness għax-xogħol m'huwiex daqstant il-mard jew l-injury iżda the extent of the disability or handicap - qed nirriferi hawnhekk għas-social handicap li ma tħallikx tipparteċipa fid-dinja tax-xogħol.", "U allura hawnhekk naraw id-differenza bejn dan is-seklu u s-seklu 14.", "Is-Seklu 14 kien żmien il- Medju Evu, meta kienu qed jevolvu l-guilds - anke f'Malta kellna l- konfraternitajiet, fosthom ta' Santa Liena, protetriċi tas-silversmiths, u San Ġużepp, evidentement protettur tal-mastrudaxxi - u huwa interessanti naraw li t-trade unions veru u proprju bdew isibu l-oriġini tagħhom b'mod embrijoniku fil-guilds Ewropej tas-seklu 14.", "Aktar tard imbagħad - se naqbeż għas-seklu 20 - proprju fl-1970 fl- Ingilterra sar il-famuż Rapport Robens, rapport imsemmi għal Lord Robens, li kien chairman ta' kumitat li xogħlu kien li jipproponi bidliet fil-qasam tal-leġislazzjoni tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Niftakar li dak ir-rapport b'mod ċar awspika li jkun hemm aktar self-regulation u qal li m'huwiex għaqli li jilleġisla piecemeal - jagħmel il-Factory Act ta' l-1819 imbagħad jagħmel il-Factory Act ta' l-1937 u mbagħad jagħmel liġi ta' l-1974 - imma jkun aħjar kieku ssir enabling act b'mod ġenerali.", "Fil-fatt dan il-kumitat kien qal hekk:", "\"The main cause of accidents at work was not the violation of legislation but widespread apathy towards the problem of health and safety on the part of both management and workers.\".", "Dan ir-rapport tefa' r-responsabbilta` kemm fuq il-ħaddiem kif ukoll fuq min iħaddmu, rapport li qal li ma teżistix kuxjenza biżżejjed.", "Din hija kwestjoni ta' kultura u pajjiż irid jevolvi biex isir aktar konxju tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk jiena qiegħed ngħix f'pajjiż mhux demokratiku - fejn irrid nirringrazzja lir-reġim tal- ġurnata sabiex iħaddimni u fejn lanqas biss nista' nitniffes biex inħares id-drittijiet tiegħi fuq il-post tax-xogħol -huwa mod, imma jekk jien qed ngħix f'soċjeta` żviluppata u moderna allura neħodha for granted li d- drittijiet fundamentali tiegħi huma mħarsa u żviluppati.", "Altru li l- priorities jinbidlu!", "Ilum il-priorities f'pajjiżna huma l-ambjent u l- istat tat-toroq, imma 15 jew 16-il sena ilu n-number one priority kienet kif se jkun hawn is-saltna tad-dritt, kif se jkollna d-demokrazija vera u kif se nilleġislaw sabiex il-volonta` tal-poplu tiġi rispettata fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Illum il-pajjiż evolva u għandu priorities oħrajn.", "Imma ħalli nerġa' lura għar-rapport Robens.", "Dan ir-rapport enfasizza b'mod enfatiku ħafna li l-cornerstone hija l-koperazzjoni bejn l- employer u l-employee fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' policies ta' health and safety fuq il-post tax-xogħol.", "Dan ir-rapport qal li wieħed għandu jinżel fil-livell tal-post tax-xogħol sabiex ikun hemm aktar involviment min-naħa tal-ħaddiema, ħaġa li hija riflessa fil-liġi odjerna li qed niddiskutu.", "Din il-liġi odjerna tagħmel enfasi li se jkun hemm rappreżentanti eletti, magħżula mill-ħaddiema stess, fuq il-qasam tal- health and safety.", "Interessanti ħafna wkoll huwa l-fatt li r-Robens Report kien introduċa the general duty of care required from the employer.", "Minn hemmhekk beda jevolvi x'inhu l-kunċett tat-traskuraġni u n-negliġenza.", "U x'inhu dak li jagħmel employer traskurat?", "Aħna fil-kriminal ngħidu li n-negliġenza hija la volontaria ommissione di diligenza nel calcolare le conseguenze possibili e prevedibbili del proprio fatto.", "Dan ifisser li t-traskuraġni fil-kamp penali hija li toqgħod lura volontarjament meta jmissek taf mod ieħor, li tikkalkula l-konsegwenzi li missek kont taf bihom ta' l-azzjoni tiegħek.", "Jiġifieri jekk waqt li qed insuq ngħaddi wrong way u naħbat, ma nistax ngħid li ma kontx traskurat.", "Allura f'dak il-każ il-liġi tgħidli li jmissni kont naf aħjar għaliex kont qed immur kontra l-flow tat-traffiku.", "Dik hija traskuraġni u kull employer li jrid jissana l-pożizzjoni tiegħu kontra t-traskuraġni jrid jiżgura li fil-post tax-xogħol ma jiġri xejn li sseta' kien previdibbli.", "Dak huwa b'mod ġenerali l-background storiku ta' kif wasalna fejn qegħdin llum.", "Ovvjament l-Unjoni Ewropea għandha mertu kbir fil-qawmien ta' kuxjenza qawwija dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, u nagħmel riferenza b'mod speċjali għall-Council Regulation 2062 ta' l-1994, li kienet ipprovdiet il-bażi legali sabiex il-European agency for safety and health at work setgħet tinbet u fil-fatt bdiet taħdem fl-1996.", "Din hija aġenzija Ewropea sabiex tinkoraġġixxi titjib fl-ambjent tax-xogħol.", "L- Unjoni Ewropea għandha ftit inqas minn 40 direttiva proprju fuq dan is- suġġett.", "U dan jagħmel sens għaliex jekk hemm xi ħaġa li l-Unjoni tenfasizza u li huwa l-fulcrum tagħha, hija proprju d-dinjita` tal-bniedem, li l-bniedem għandu jkun iċ-ċentru ta' l-attivita` politika.", "U jien niftaħar li nimmilita f'partit li għandu valuri demokristjani li joħorġu minn fonti - speċjalment mit-tagħlim soċjali tal-knisja - li inti tara l- bniedem bħala ċ-ċentru ta' l-attivita` politika.", "Għal dan il-gvern il- bnieden huwa l-bull's eye.", "U gvern ispirat minn prinċipji demokristjani għal dan jimmira, li l-bniedem jiġi fiċ-ċentru ta' l-attivita` politika u li dejjem jara x'jagħmel biex isaħħaħ id-dinjita` tal-bniedem u allura tal- ħaddiema.", "Fuq livell lokali mbagħad l-esperjenza Maltija kienet waħda pjuttost interessanti.", "Kieku wieħed kellu jara ftit l-ewwel studji fuq ix-xena lokali jsib li fl- 1888 ċertu Prof Nikola Zammit kien ippubblika \"Pensieri di Un Retrogrado\", ġabra ta' essays fuq temi soċjali, etiċi u filosofiċi li kienu qed jaffetwaw is-soċjeta` Maltija ta' dak iż-żmien.", "F'dan l-istudju l-awtur kien iddiskuta l-impatt tat-teknoloġija fuq l-iżvilupp industrijali ta' dak iż-żmien.", "Ma ninsewx li hawnhekk qed nitkellmu fuq perijodu fejn Malta kienet għada qed tistenbah għar-rivoluzzjoni industrijali li kienet għaddejja ġewwa l-Ewropa.", "Ftit qabel, fl-1875, l-istess Prof Zammit kien ippubblika studju msejjaħ \"Drenaggio\", fejn tkellem dwar ir-riskji tal- ħaddiema li kienu qed jaħdmu fl-għoli jew fil-mini ta' taħt l-art, u tkellem ukoll dwar l-importanza li titqajjem kuxjenza dwar li wieħed iħaddem nies imħarrġa.", "Aktar tard, proprju fl-1926, kellna l-ewwel factory regulations, ġabra ta' regolamenti li ttrattaw l-employment tan-nisa u t- tfal.", "Pero` liġi importanti li naħseb ta' min wieħed jagħmel enfasi fuqha - jekk m'iniex sejjer żball kien il-Gross li kien ressaqha - kienet il- Workman's Compensation Act.", "Din kienet liġi b'kuxjenza soċjali kbira għal dawk iż-żmenijiet.", "Fil-fatt dak l-Att kien jipprovdi għal kumpens għall- ħaddiema li jsostnu injury waqt li jkunu qegħdin xogħol.", "Jiġifieri fl-1929 gvern Nazzjonalista kien diġa` daħħal il-kunċett li l-ħaddiem għandu jiġi kkumpensat meta jweġġa' fuq il-post tax-xogħol.", "Fl-1940 imbagħad kienet ġiet introdotta l-Factories Ordinance.", "Din l- ordinanza, l-istess bħal-liġi materna tagħha ta' l-1973, jiġifieri dik Ingliża, ma kenitx tipprovdi għal kumpens għas-self-employed.", "Jiġifieri jekk wieħed li jaħdem għal rasu jweġġa' ma kienx jiġi kkumpensat, anzi min jaħdem għal rasu kien kważi ppenalizzat u min jaħdem mal-gvern kien pjuttost privileġġat.", "Din l-anomalija ġiet indirizzata fl-1994 meta dan il- parlament għadda l-liġi for the promotion of occupational health and safety, liema liġi kienet tipprovdi li min jaħdem għal rasu jkun kopert b'mod adegwat jekk iweġġa' fuq il-post tax-xogħol.", "Din kienet liġi importanti anke għaliex uriet li l-employers huma responsabbli għas-safety tal-ħaddiema u saret id-distinzjoni importanti bejn is-sid tal-post tax- xogħol u l-employer li huwa responsabbli għas-saħħa tal-ħaddiema fuq il- post tax-xogħol.", "U issa wasalna għal din il-liġi li qegħdin niddiskutu llum.", "Mr Speaker, din hija liġi li għall-ewwel darba fl-istorja politika ta' pajjiżna se tilleġisla favur it-twaqqif ta' awtorita`.", "U rridu li din tkun awtorita` li tigdem mhux tinbaħ biss.", "U din il-liġi li hija an enabling act, tikkontjeni fiha l-framework directive ta' l-Unjoni Ewropea speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mad-duty ta' l-employer.", "U huwa proprju fuq dan li xtaqt niffoka ftit, id-doveri ta' l-employer.", "Huwa veru li l-impjegat għandu d-doveri tiegħu, pero` anke l-employer għandu d- doveri tiegħu għaliex, kif jgħidu t-Taljani, gli oneri vanno con gli onori.", "Il-framework directive ta' l-Unjoni Ewropea li hija kontenuta f'dan l-Att li qegħdin nilleġislaw, tikkontjeni miżuri kontra physical and psychological illhealth, injury or death.", "Nistgħu ngħidu li ftit kellna ċirkostanzi f'dan il-parlament li nilleġislaw fuq psychological illhealth, jiġifieri fuq l-aspett morali.", "Għandna, per eżempju, il-liġi tal-libell, il-liġi ta' l-ambjent u t-tribunal tal-konsumatur, pero` naħseb li huwa tajjeb li f'dan il-parlament inqajmu kuxjenza fuq l-aspett psikoloġiku, jiġifieri l-istress u t-tbatija psikoloġika, għaliex bnieden jista' ma jweġġax fiżikament imma l-Bambin waħdu jkun jaf l-istress li jkun għaddej minn ġo fih u t-tbatija mentali li jkun qed isofri.", "Huwa interessanti li fl-abbozz li qegħdin niddiskutu r-responsabbilta` ta' l-employer m'hijiex se tkun affetwata mill-obbligi tal-ħaddiem, jiġifieri hemm distinzjoni netta bejn l-obbligi tal-ħaddiem u dawk ta' l- employer.", "Din hija distinzjoni li ta' min wieħed ifaħħarha u huwa tajjeb li dan l-abbozz jistabilixxi prinċipji varji ta' prevenzjoni.", "Dawn huma prinċipji li jmorru fid-dettall ħafna aktar minn qatt qabel u l-abbozz jispeċifika n-natura tal-miżuri li jridu jittieħdu sabiex l-ewwelnett jiġu identifikati l-perikli, il-bżonn li jiġi evitat ir-riskju, l-evalwazzjoni, ir-riduzzjoni u l-kontroll ta' dawk ir-riskji li ma jistgħux ikunu evitati.", "U hawnhekk nerġa' nsemmi t-traskuraġni.", "Jiena nkun traskurat jekk ma neħux passi kontra xi ħaġa li hija prevedibbli imma jekk tiġri xi ħaġa li ma kenitx prevedibbli u allura ma kellix kontroll fuqha, jiena eżonerat minn kull responsabbilta`.", "Interessanti wkoll li dan l-abbozz jitkellem dwar kemm huwa importanti li l-ħaddiem ikun idoneu għall-post tax-xogħol li jkun qed jaħdem fih.", "Punt importanti li tajjeb li nenfasizzaw huwa li din il-liġi se tkun l-ewwel waħda li tilleġisla favur li jkun hemm rappreżentanti tal-health and safety magħżula mill-employer.", "Jiġifieri l-employer se jkollu l-oneru li jeleġġi l-health and safety representatives, pero` dawn ikunu jridu jiġu kkonsultati minn qabel u in good time.", "Jiġifieri l-employer huwa obbligat jikkonsultahom fuq materji li jistgħu jaffettwaw is-saħħa u s-sigurta` tal- ħaddiema tiegħu.", "Importanti wkoll li dawn ir-rappreżentanti jkunu mħarrġa mill-istess employer.", "Dan huwa aspett ieħor li joħroġ mill-framework directive ta' l-Unjoni Ewropea li semmejt aktar qabel.", "Mr Speaker, f'dan l-abbozz hija interessanti wkoll l-innovazzjoni dwar il- ġbir tal-penalties.", "Bil-mod il-mod qegħdin naraw - dan huwa suġġett healthy ħafna - il-pateggiamento.", "J'Alla dan il-pateggiamento jidħol anke fl-awli kriminali leġislat għaliex kieku niffrankaw ħafna kawżi.", "Din diġa` teżisti fil-liġi tal-VAT, fejn jekk xi ħadd li jkun jaf li hu ħati li kiser xi kondizzjoni ta' dik il-liġi, jammetti u jħallas Lm50, pero` jekk ma jħallasx fi żmien sebat ijiem u jmur il-qorti u jinstab ħati jeħel ħafna aktar.", "Dan il-kunċett ġie introdott ukoll riċentement fil-liġi li għadna kemm iddiskutejna fuq il-kompetizzjoni fejn meta jkun hemm vjolazzjoni tal- liġi tal-kompetizzjoni, in-negozjant li jikser l-ispirtu jew il-kelma ta' dik il-liġi jista' jiftiehem mad-direttur tal-fair competition u jħallas sa ċertu persentaġġ jew mhux inqas minn ċertu persentaġġ, u allura jkun qed jiffranka ammont ta' flus li xorta waħda kien se jeħel kieku mar il- qorti.", "F'din il-liġi, għandna bidla interessanti għaliex meta jkun hemm ksur tal- liġi, jistgħu jsiru arranġamenti bejn l-awtorita` li se titwaqqaf b'din il- liġi u l-persuna li tkun qed tikkommetti dik il-kontravenzjoni sabiex il- persuna involuta tħallas penali u tevita l-hassle li tmur il-qorti u tgħaddi l-proċeduri legali li nafu bihom.", "Din hija bidla healthy u tinsab dieħla bil-mod il-mod fil-liġijiet tagħna u jkun tajjeb kieku tibda anke tidħol fil-qorti kriminali.", "Fil-qorti jenħtieġ li l-leġislatur jikkodifika li meta bniedem jammetti akkuża fi stadju bikri ta' tal-proċess tiegħu, jibbenefika minn tnaqqis fis-sentenza l-istess bħalma jiġri l-Italja.", "Imma ħalli nerġa' lura għall-abbozz.", "Meta jkollna inċidenti fuq il-post tax-xogħol jidħol l-aspett uman - għandek bniedem li weġġa', li jista' jkun missier ta' familja; hija kerha li l-mara tara r-raġel ħiereġ għax-xogħol filgħodu u filgħaxija ma jirritornax - u hemm ukoll l-aspett finanzjarju - għalkemm huwa sekondarju huwa importanti wkoll - u l-aspett ekonomiku.", "Per eżempju, huwa stmat li l- ekonomija Ingliża fl-1996 tilfet bejn Stg 3 biljuni u Stg 4 biljun f'dak li għandu x'jaqsam ma' spejjeż relatati ma' inċidenti, filwaqt li f'Malta fl- 1997 intilfu 280,000 ġurnata tax-xogħol b'riżultat ta' injuries fuq il-post tax-xogħol.", "Dawn huma ċifri ta' min jistmerrahom u jikkundannahom.", "Ħaġa oħra li naħseb li importanti li ssir hija li fit-tħaddim ta' din il- liġi jkun hemm enfasi akbar fuq l-industrial diseases, stress u work- related psycological problems.", "Jien m'iniex tabib pero` naħseb li nkun korrett jekk ngħid li dan il-pajjiż huwa wieħed mill-aktar pajjiżi fl- Ewropa li jonfoq flus fuq kalmanti.", "Jekk dan huwiex relatat max-xogħol jew le ma nistax ngħid, pero` żgur li f'pajjiżna għandna doża qawwija ta' poplu li jbati mill-istress, apparti mill-istress li jgħaddu minnu l-istudenti.", "Hija għarukaża li liġi li għadda dan il-parlament fl-1974, l-Employer's Liability Compulsory Insurance Act qatt ma ġiet fis-seħħ.", "Din kienet liġi li tobbliga lil kull employer li jieħu polza tas-sigurta` sabiex f'każ li ħaddiem ifittxu biex jirbaħlu somma flus, ma jsibux bankrupt.", "Jien xtaqt nagħmel riferenza fil-qosor għaliex tajjeb li f'dan id-dibattitu nagħmel riferenza anke għal materjal ieħor, namely t-teżi ta' l-Onor.", "George Hyzler, illum segretarju parlamentari, proprju fuq dan l-Att.", "Jekk wieħed iħares lejn paġni 121 sa 131 ta' din it-teżi li l-Onor.", "Hyzler kien għamel għad-dottorat tal-liġi, jinduna bid-diskrezzjoni enormi fdata f'idejn il- ministru f'dik il-liġi, ħaġa li hija nieqsa f'din il-liġi.", "Fil-liġi ta' l- 1974, anke the sphere of application mhux sempliċement meta tiġi fis-seħħ imma anke lil min tolqot kienet fid-diskrezzjoni tal-ministru.", "U difett ta' dik il-liġi - qed ngħid dan biex jekk niġu biex nilleġislaw inżommuh f'moħħna - huwa li l-kunċett ta' l-employers' liability fil-liġi ta' l-1974 ma marx 'il hinn mit-tort u quasi tort.", "Jiġifieri biex xi ħadd jinstab ħati jrid sempliċement jiġi ppruvat li kien traskurat.", "Il-liġi ta' l-1974 illimitat l-obbligu ta' l-employer għal tort u quasi tort.", "Tajjeb li fil-liġiijet li se ngħaddu - din il-liġi partikolari ma tidħolx daqstant fuq l-employers' liability u l-insurance - titqajjem kuxjenza rigward il-fatt li jrid ikollna adequate insurance cover indipendentement mit-tort ta' l-employer.", "Interessanti li l-Employers' Liability Compulsory Insurance Act li l-Ingilterra ġabuha fis-seħħ fl-1969, filwaqt li teskludi d-dipartimenti governattivi u l-health service bodies u l-family businesses, tobbliga li employer joħroġ bilfors a minimum insurance cover ta' Stg 5 miljun.", "Fl-Ingilterra kull employer huwa obbligat li joħroġ polza ta' assigurazzjoni biex jekk ikollu mpjegat li jfittxu - u hemm penali qawwijja ħafna jekk ma jagħmilx dan - ma jsibx kaxxa vojta imma jkun żgur li se jiġi mħallas.", "Aktar minn hekk l-employer irid iżomm kopji taċ- ċertifikati ta' l-insurance sa 40 sena, ara b'liema serjeta` l-Ingliżi jħarsu lejn ir-responsabbilta` ta' l-employer!", "F'dan il-pajjiż tajjeb li l- employers mhux biss jieħdu l-vantaġġi finanzjarji - u dawn jeħduhom bid- dritt għaliex huma nvestew u allura jridu jieħdu lura l-profitti - imma anke jassumu ftit tar-responsabbilta` aktar minn qatt qabel f'dan is-sens.", "F'din il-liġi m'aħniex nindirizzaw biss il-kwestjoni tal-flus - il- miljuni huma importanti wkoll - pero` qegħdin nilleġislaw biex inħarsu ħajjet il-ħaddiema.", "L-employers għandu jkollhom stima aktar u rispett aktar lejn il-ħaddiema li jkunu mietu fuq il-post tax-xogħol.", "Jien ħadt gost il-bieraħ nisma' lill-Onor.", "Karl Chircop jagħmel riferenza għal inċident partikolari f'post tax-xogħol fil-Fgura - dan il-post illum qed jintuża minn eluf ta' nies - u semma l-inċident li seħħ f'dak l-istess post fejn kien miet ħaddiem fl-ewwel ġurnata tax-xogħol.", "Jiena kont preżenti għall-ftuħ u l-inawgurazzjoni ta' dak il-proġett xi sentejn jew tliet snin ilu u stennejt li dak il-ħaddiem jissemma' - m'għandux jiġi msemmi ħaddiem żagħżugħ li fl-ewwel ġurnata tax-xogħol jitlef ħajtu fuq il-post tax- xogħol? - imma ma ssemmiex.", "Mill-mistoqsija parlamentari numru 12879 magħmula din is-sena mill-Onor.", "Adrian Vassallo joħroġ li fit-tarzna weħidha, is-sena l-oħra weġġgħu 783 persuna fuq il-post tax-xogħol.", "Jiena ġej minn familja ta' ħaddiema ta' l- id u naf u napprezza x'inhuma t-tbatijiet ta' dawn il-ħaddiema.", "Jien naf x'jiġifieri tkun ħaddiem fit-tarzna u naf x'jiġifieri jkollok xi ħadd li jweġġa' fuq il-post tax-xogħol fit-tarzna.", "Jien naf x'jiġifieri tkun taħdem f'workshop fit-tarzna għaliex għandi min hu viċin ħafna tiegħi li jaħdem hemmhekk, u naf li fis-sajf ġieli jkollhom temperatura ta' 40 grad celsius minħabba li s-saqaf huwa ta' l-asbestos u allura jżomm ħafna sħana, u fix-xitwa jħossu aktar bard milli fil-fatt ikun.", "Huwa veru li x-xogħol li jagħmlu t-tarznari huwa perikoluż, pero` dan ma jfissirx li m'għandniex nagħmlu l-almu tagħna biex innaqsu r-riskji.", "Għandna nsellmu wkoll b'mod speċjali, għalkemm ma nafhomx, lid-disa' ħaddiema li mietu fit-traġedja ta' l-Um El Faroud u anke lil dawk it-tliet ħaddiema li mietu fit-traġedja taċ- Ċirkewwa.", "Kemm hi ħaġa kerha li toħroġ mid-dar u familtek ma tarakx lura filgħaxija!", "Jiena kelli esperjenza fuq livell ħafna iżgħar fejn missieri weġġa' fuq il-post tax-xogħol u għalkemm kont għadni żgħir, niftakar l-ansjeta` li għaddejna minnha meta kien rikoverat l-isptar.", "Issa missieri kellu inċident żgħir, pero` hawn min ikollu inċidenti ħafna agħar u jibqa' jsofri l-konsegwenzi għal għomru kollu jekk jibqa' ħaj.", "Malta tagħna jixirqilha l-aħjar fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Hawnhekk qegħdin nilleġislaw fuq l-għeżeż ħaġa li għandna, il-ħaddiem.", "Il- ħaddiem u d-dinjita` tiegħu għalija tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "J'Alla dan il-parlament b'mod unanimu japprova din il-liġi ħalli b'hekk nibagħtu messaġġ unanimu lil dan il-pajjiż li we mean business u li s-saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol se tingħata prijorita` assoluta.", "Malta ta' għada fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol trid tkun aħjar minn Malta tal-bieraħ.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, hija ħaġa ċerta li ż-żewġ naħat tal- Kamra naqblu dwar it-twaqqif ta' awtorita` li tipproteġi s-saħħa u s- sigurta` tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "L-istorja ta' pajjiżna turi li l-Partit Laburista minn dejjem kien minn ta' quddiem biex jara li l- liġijiet li jipproteġu lill-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol dejjem jitjiebu.", "U l-ħtieġa għal awtorita` bħal din ilha tinħass għal snin sħaħ.", "Dan l-abbozz ta' liġi ilu jinħema anke minn żmien meta l-Partit Laburista kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998.", "U l-GWU kienet il-pijuniera f'din il- ħaġa għaliex kient saret mozzjoni biex titwaqqaf awtorita` bħal din, liema mozzjoni kienet ġiet approvata fil-konferenza nazzjonali tal-GWU.", "Għalhekk kien ġustifikat u kienet ħaġa rakkomandabbli li fl-1999 il-Ministru Gonzi ħabbar li kellha titwaqqaf awtorita` għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Kif kulħadd jaf, l-ewwel qari ta' din il-liġi kien sar fi tmiem is-sena li għaddiet u l-ħsieb kien li din tiġi fis-seħħ din is- sena.", "Mr Speaker, din il-liġi sfortunatament ma tinkludix lill-ħaddiema li jaħdmu bl-uniformi, liema ħaddiema, skond statistika li għandi jien maħruġa fis-27 ta' Settembru mill-istess uffiċċju ta' l-istatistika, jammontaw għal aktar minn 3400; madwar 1500 membri ta' l-armata u kważi 1900 membri fil- korp tal-pulizija.", "Għalkemm din il-liġi din ma tapplikax għal dawk l- attivitajiet immexxija minn membri tal-forzi armati, tal-korp tal-pulizija u tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, pero` nafu b'inċidenti li kienu nvoluti fihom ħaddiema ta' din il-kategorija.", "Jien niftakar il-każ tal- patrol boat - dak iż-żmien kont membru fil-korp tal-pulizija - b'sebgħa min- nies fuqha li kienu qed iġorru splussiv biex fuq ordni tal-maġistrat, wara inkjesta li kienet saret ta' sejba ta' splussiv f'Ħaż-Żabbar, imorru jarmuh off Comino.", "F'nofs ta' baħar kien seħħ l-inċident, ċert li kulħadd jiftakru, fejn fih kienu tilfu ħajjithom seba' ħaddiema, tnejn tal-korp tal- pulizija u ħamsa tal-forzi armati.", "Minn hawnhekk jiena nselli għall- familjari ta' dawn il-vittmi.", "Qed insemmi dan l-inċident biex nuri li anke ħaddiema li jaqgħu f'din il- kategorija jista' jkollhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol, pero` din il- liġi ma tkoprix attivitajiet ta' dawn il-korpi.", "Għalhekk huwa importanti li tiddaħħal xi klawsola taħt l-istess liġijiet li jitkellmu dwar il-membri tal-forzi armati, tal-korp tal-pulizija u tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li biha tingħata xi forma ta' protezzjoni lil dawn il-membri għal dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Per eżempju, anke f'każ ta' rapport dwar dangerous structure, l-ewwel persuna li tmur tara jekk teħux azzjoni hija l-pulizija u trid tesegwixxi ex officio.", "Għalhekk huwa tajjeb li wieħed jaħseb f'dawn in-nies, allavolja dan l-abbozz li qegħdin niddiskutu ma jkoprix ħaddiema ta' korp dixxiplinat.", "Inkompli ngħid li dan l-Att għandu jkun applikabbli għall-postijiet tax- xogħol kollha, kemm dawk li jaqgħu taħt is-settur privat kif ukoll dawk li jaqgħu taħt is-settur pubbliku.", "Illejla smajna ħafna mill-kelliema jagħtu figuri ta' statistika u jien se nkompli nagħti ftit figuri oħra.", "Per eżempju, fl-1998 kellna mhux inqas minn 5,400 inċident fuq il-post tax- xogħol li kważi elf minnhom irriżultaw f'korrimenti gravi, filwaqt li 12 kienu fatali.", "Skond data maħruġa mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali jirriżulta li l-frekwenza tar-rati ta' aċċidenti għal kull 100,000 man- hours fl-istess sena kienet ta' 1.93.", "Qed insemmi dawn il-figuri mhux biex sempliċement insemmihom imma sabiex wieħed jifhem aħjar kemm huwa importanti li minbarra li fuq il-post tax-xogħol il-ħaddiem għandu jkollu protezzjoni totali fejn jirrigwarda s-sigurta` u s-saħħa tiegħu, għandu jkun hemm ukoll kuxjenza ħajja dwar dan is-suġġett.", "Per eżempju, hija ħaġa pożittiva li fl-1999 il-ministru kien bagħat lill-kummissjoni għall- promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol rapport ta' l- economic planning division u l-abbozz tal-liġi.", "Issa ħalli naraw x'tgħid il-liġi nnifisha.", "L-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi primarjament huma sabiex titwaqqaf awtorita` biex tkun tista' tħares il-benesseri tal-ħaddiema kollha, kemm mil-lat fiżiku kif ukoll mil-lat psikoloġiku.", "Issemmew ħafna f'dan id- dibattitu l-ħaddiema tad-dockyard u dan bir-raġun għaliex it-tarznari huma l-aktar postijiet ta' xogħol fejn weġġgħu u mietu ħaddiema.", "Jekk tieħu l- istorja tal-ħaddiema tad-dockyard f'dawn l-aħħar 50 sena tara li l- inċidenza hija ħafna ħafna akbar minn kull inċidenza oħra fuq postijiet tax- xogħol, anke fl-aktar postijiet riskjużi bħal per eżempju, dawk ta' kostruzzjoni.", "Semmejt ukoll il-benesseri mil-lat psikoloġiku għaliex ħaddiem iweġġa' mhux biss fiżikament imma jista' jkollu saħħtu at risk minħabba xi problema psikoloġika, jew minħabba l-employer, jew għaliex ikun qed jaħdem taħt theddida kontinwa.", "Mela l-oġġettiv pożittiv ta' dan l-Att huwa li jkunu mħarsa l-benesseri fiżiċi u psikoloġiċi tal-ħaddiema kollha f'kull post tax-xogħol.", "Min-naħa l-oħra imbagħad għandek livell ieħor li jkopri l- livelli kollha ta' protezzjoni għas-saħħa u t-tħaris mill-perikli li ġew stabbiliti b'regolamenti.", "Issa ħalli naraw x'inhuma d-doveri li qegħdin jintefgħu fuq il-persuna li b'xi mod għandha responsabbilta` ta' impjegati.", "Is-sid huwa responsabbli mis-saħħa u s-sigurta` ta' l-impjegati tiegħu kollha li jistgħu jiġu effettwati mix-xogħol li jwettqu.", "Il-liġi tipprovdi sensila ta' miżuri li s-sid irid jieħu sabiex jara li l-post tax-xogħol ikun ħieles minn kull mard u periklu.", "Issemmew diversi eżempji, fosthom tal-ħaddiema tad-dockyard, pero` llum għandna areas fin-naħa t'isfel tal-pajjiż - għalkemm mhux id-distrett tiegħi xorta nħoss li għandi nsemmihom għaliex jien minbarra li qiegħed hawnhekk nirrappreżenta lid-distrett tiegħi, qiegħed hawnhekk biex nitkellem fl-interess tal-poplu Malti kollu - li huma miksija bi trab iswed.", "Jien niftakar li meta kont supretendent Bormla, minn ġo l-għassa tal-pulizija konna nimtlew b'dan it-trab iswed.", "Niftakar li dawk iż- żmenijiet - fl-1988, 1989 u 1990 - konna nagħmlu rapporti regolari lill- awtoritajiet u konna nagħtuhom indikazzjonijiet ta' x'inhu jiġri fl-inħawi.", "Dak iż-żmien kien hawn il-Partit Nazzjonalista fil-gvern - dawn kienu jħobbu jitfgħuni f'postijiet fejn l-aktar li kien ikolli xogħol u kont nagħmel dan b'interess - u trab iswed kien hemm u trab iswed għad hemm.", "Mhux talli hekk talli llum dan it-trab infirex mal-Kottonera kollha.", "Jien qed ngħid dan biss bħala eżempju, għaliex kulħadd jaf li jeżisti dan it- trab iswed - fil-fatt kien sar studju b'xejn minn xi ħadd mill-universita` li ħa interess pero` dan ma kienx biżżejjed u kkummissjonajna rapport ieħor li huwa simili ħlief li forsi għandu l-paragraphs qegħdin daqsxejn differenti u tajna xi ħaġa lil min għamlu ...", "Imma din m'hijiex serjeta`!", "U tajjeb li dawn l-affarijiet ngħiduhomlu lill-poplu Malti.", "Imma issa ħalli nkompli.", "Din l-awtorita` li se titwaqqaf trid tara li jsiru riċerki anke, per eżempju, fejn jidħol xogħol fuq il-computer.", "Kulħadd jaf li jekk toqgħod tħares lejn il-computer għal sigħat twal tagħmel ħsara lil għajnejk u allura trid tieħu ċerti prekawzjonijiet.", "Hemm ukoll il-kwestjoni l-oħra, jiġifieri li wieħed irid jevalwa r-riskji li ma jistgħux b'mod raġonevoli jiġu evitati.", "Per eżempju, meta għandek sitwazzjoni ta' sit ta' kostruzzjoni taf li jekk tkun tiela' bajla bil-konkos ma jrid ikun hemm ħadd taħtha hi u tiela' għaliex hemm element ta' riskju.", "Dan huwa eżempju ċar imma jkollok ċirkostanzi fejn mhux kull employer ikun qed jevalwa r- riskji kollha.", "U l-inċidenti għalhekk jiġru; kieku kulħadd jevalwa s- sitwazzjoni ma jkollniex inċidenti gravi.", "Din hi l-verita`.", "Forsi jkun hawn min jgħidli li din hija l-loġika imma l-loġika, anke meta tkun preżenti, hemm min jaħrabha.", "U jaħrabha għaliex għandu l-interess tal- profitt u jekk kemm-il darba jrid jagħmel ċerti eżerċizzji biex jevalwa jistgħu jonqsulu l-profitti.", "Din hija l-verita` u tajjeb ngħidu li f'din il-liġi hemm indikat, m'iniex se noqgħod ngħid liema klawsola, li jridu jittieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jiġi mnaqqas il-periklu, jitneħħa jew jinbidel dak kollu li hu ta' riskju.", "Jiġifieri għandek obbligazzjoni marbuta ma' dak id-dritt li jrid jiġi lejn l-impjegat.", "U kif se jingħataw il-prijoritajiet?", "L-ewwel ma trid tingħata priorita` hija lil dawk il- miżuri protettivi b'mod kollettiv; ma tistax taħdem mod ieħor, trid bilfors b'xi mod tikkontrolla mill-bidu nett safejn ikun teknikament possibbli dawk ir-riskji kollha li ma jistgħux jiġu evitati.", "U inċident isir għaliex hemm element ta' riskju li int ma tkun qed tikkalkula.", "Dan bħal meta tkun għaddejja minn ġo bieb li jkun jingħalaq b'mod awtomatiku; jekk int ma tikkalkulax sew, sakemm tgħaddi l-bieb jista' jingħalaq u subgħajk.", "Sur President, jien nieħu pjaċir nara li fl-istudju li jagħmlu l- istudenti ta' l-universita` li qegħdin fil-fakulta` tax-xjenza hemm inkluż projects li wħud minnhom huma indirizzati biex jintużaw fuq il-postijiet tax-xogħol.", "U llum dawn qegħdin jiġu mġiegħla - u sewwa jagħmlu l- professuri - li apparti milli jlestu l-proġett innifsu, jagħmlu wkoll chapter jew tnejn marbuta mal-project li jindirizza l-mod ta' kif l-apparat jista' jintuża b'mod li jkun safe.", "Per eżempju, f'każ li jkun hemm magna perikoluża tant li waqt li tkun qed taħdem m'għandekx tersaq lejha, għandu jkun hemm sistema li jekk kemm-il darba xi ħadd ikun nesa' u resaq lejha, tibda ddoqq l-alarm.", "Barra minn dan, wieħed għandu jagħti kas ukoll l- iddisinjar tal-post tax-xogħol.", "Dawn kollha huma affarijiet importanti meta niġu biex ngħidu x'inhuma d-doveri ġenerali tas-sid.", "U rridu niftakru li l- gvern ukoll huwa employer u għandu ħafna mpjegati miegħu li jagħmlu xogħol perikoluż.", "Issemmew waqt dan id-dibattitu dawk il-ħaddiema li mietu fit- traġedja taċ-Ċirkewwa u oħrajn.", "Min jaf jekk weġġgħu u mietu nies fuq il- post tax-xogħol matul is-snin!", "Anke l-ħaddiema tax-xatt, għalkemm qabel aktar mil-lum, jaħdmu fejn hemm element qawwi ta' riskju li jistgħu jweġġgħu.", "Jien niftakar meta kien miet il-kuġin tiegħi stess li kien qed jaħdem ix-xatt u waqa' pallet sħiħ fuqu u għaffġu sakemm kien qed jipprova jirranġa xi ħbula.", "Dawn huma l-affarijiet li wieħed għandu jindirizza.", "Imma issa ħalli naraw x'inhu d-dover li wieħed jistenna mit-tħaddim ta' din il-liġi.", "Din l-awtorita` li qed nitkellmu fuqha għandha tkun magħrufa bħala l- awtorita` għas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "U x'inhuma dawk id-doveri li żgur huma mistennija li joħorġu minnha?", "Kif għandu jkun it- tnissil tagħha sabiex verament ikollna awtorita` serja.", "Aktar tard se nitkellem fuq il-kompożizzjoni ta' l-awtorita` għaliex għandi xi ngħid fejn ma naqbilx dwar dan, pero` dan ma jfissirx li qed ngħid li m'għandux ikun hemm awtorita`.", "Wieħed għandu jistenna - u hekk għandu jkun - li l- livelli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurta` stabbilita minn dan l-att qua awtorita` jinżammu.", "Jien ngħid li l-awtorita` għandha jkollha d-dover li tapplika r-regolamenti ta' l-att u minbarra li tgħidha trid tara li hi jkollha wkoll the legal framework u the actual enforcement framework biex dan isir.", "Għaliex huwa inutli li noqogħdu nitkellmu fuq awtorita` - bħal fil-każ ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar - meta nkunu nafu li għad baqa' ħafna affarijiet li snin ta' snin wara - din l-awtorita` issa ilha kważi għaxar snin imwaqqfa - ikunu għadhom ma sarux, anzi nkunu nafu li ħadna deċiżjoni ħażina u issa rridu naraw kif se nirranġawha.", "Hemm ħafna x'jista' jiġi rranġat fl-awtorita` ta' l-ippjanar imma ħalli nkompli nitkellem fuq din l-awtorita`.", "Jien ngħid li m'huwiex sewwa li jkollna ħafna awtoritajiet, imma jekk se jkollna ejjew almenu nagħmluhom b'mod tajjeb.", "L-awtorita` li qed nitkellmu fuqha se timplimenta strateġija ġenerali li għandha x'taqsam definittivament mas-saħħa u s-sigurta` kif maħruġa f'dan l-Att u trid tara li it keeps abreast u tagħraf timxi ma' dak li għandu x'jaqsam ma' kull tip ta' leġislazzjoni.", "L-Onor.", "Jason Azzoppardi tkellem tajjeb ħafna dwar dan meta kien qed jagħmel paragun mal-liġi Ingliża.", "U għamel sew li għamel hekk għaliex dawn kienu minn ta' quddiem li lleġislaw f'dan il-qasam.", "Jekk tqabbel il-liġi Ingliża mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea ssib li dik Ingliża hija superjuri.", "Fil-fatt meta tħares lejn id-direttivi ta' l-Unjoni tara li ħafna minnhom oriġinaw mil-liġi Ingliża.", "Kieku wieħed kellu jistaqsini x'naħseb mid-direttivi ta' l-Unjoni dwar dan l-aspett ngħid li huma pożittivi.", "Il-fatt li aħna bħala partit politiku fl-oppożizzjoni ma naqblux li Malta għandha tkun membru sħiħ fl-Unjoni ma jfissirx li ma naqblux li hemm direttivi li jkun ideali li jkunu jagħmlu parti mill-qafas leġislattiv ta' pajjiżna.", "Ħaġa li jien dejjem nisħaq fuqha hija li f'dak li għandu x'jaqsam mas- sigurta`, il-ħaddiem għandu dejjem ikollu l-aħjar.", "U huwa għalhekk li l- awtorita` għandha tara li qiegħda f'pożizzjoni - il-ministru ma jistax jagħmel kollox waħdu u mhux sew li nħallu kollox f'idejn il-ministru - li hi stess tipprepara r-regolamenti jew kodiċi ta' prattika li huma meħtieġa biex jinżamm livell għoli f'dak li jirrigwarda saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Imma apparti minn hekk, ħaġa oħra li hija importanti f'kull qasam - u din m'hijiex kwestjoni ta' edukazzjoni imma hija xi ħaġa li trid toħroġ regolari - hi li biex il-liġi taħdem aħjar trid tagħmilha popolari.", "Per eżempju, f'dak li jirrigwarda prevenzjoni ta' reat, l-aħjar mod huwa li tgħallem liċ-ċittadin x'inhuma r-reati.", "Ma tistax tgħid lil xi ħadd biex joqgħod attent li ma jisirquhx jekk imbagħad ma tgħidlux x'inhi l- konsegwenza tas-serq, kemm għalik personali qua persuna - kif tista' tiġi affettwat wara li tkun vittma ta' xi serqa fejn barra li jeħdulek l- affarijiet tkun trid toqgħod titlef il-ħin tiela' u nieżel il-qorti biex tixhed - kif ukoll għall-pajjiż minħabba li jkun irid iħallas l-ispejjeż tal-kawża sakemm il-persuna li tkun qed tgħaddi proċeduri finalment tiġi ssentenzjata.", "Jiġifieri huwa importanti li ngħallmu l-prevenzjoni biex immexxu 'l quddiem il-liġi u għalhekk huwa importanti li l-liġi tiġi popolari.", "Għalhekk jien naħseb li l-awtorita` għandha jkollha l-kunċett importanti li tippromwovi t-tqassim ta' informazzjoni fejn jidħlu metodi meħtieġa li jeħilsu mill-korrimenti, mill-mard u aktar u aktar mill-imwiet.", "Kemm se ndumu nisimgħu bi mwiet fuq il-post tax-xogħol u mwiet li għandhom x'jaqsmu, direttament jew indirettament mat-traffiku?", "U qed ngħid direttament jew indirettament għaliex jekk bniedem ikun ġej minn fuq il- post tax-xogħol għajjien - hawn nies li qed jagħmlu tlett jobs kuljum biex ilaħħqu ma' ħafna problemi fil-ħajja tagħhom - u lanqas ikun jaf jekk huwiex rieqed jew imqajjem, jista' jispiċċa jkollu xi inċident, anke fatali.", "Jiġifieri l-awtorita` trid tara li ċ-ċittadin ikun informat dwar x'jista' jiġrilu jekk ma jkunx qed jorqod at least six hours a day.", "Jien m'iniex tabib imma ħdejja hawn l-Onor.", "Michael Farrugia u ċert li bħala tabib jgħid li bniedem għandu jorqod mill-inqas sitt sigħat kuljum.", "Jien naf b'nies u ċert li membri oħra jafu wkoll - l-Onor.", "Coleiro qed tgħid li taf ħafna - li minħabba problemi finanzjarji fil-ħajja tagħhom ma jistgħux jaffordjaw li ma jaħdmux 20 siegħa kuljum.", "Kemm se ddum taħdem dawn is- sigħat kollha mingħajr ma tistenna li xi darba ma twassalx il-karozza d- dar?", "Jiġifieri hawnhekk għandna sitwazzjoni waħda fejn l-awtorita` trid tippromwovi l-edukazzjoni u tara li jekk ikun hemm bżonn jingħata t-taħriġ meħtieġ u f'każijiet ta' emerġenza anke kif tingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post tax-xogħol.", "Din hija sine qua non.", "Issa l-awtorita` ma tistax tagħmel dan kollu \"hekk\".", "Mela hawn xi ħadd li jagħmel xi ħaġa \"hekk\"!", "Kollox fih ix-xogħol u l-paċenzja tiegħu, anke biex nagħmel dan id-diskors il-lejla kelli noqgħud nieħu paċenzja naqra, niġbor il-materjal u nanalizza.", "U waqt li tkun qed tiġbor id-data trid tara li jkollok statistika vera għaliex hawnhekk, bir-rispett kollu lejn il- ministru, m'aħniex qed nitkellmu fuq statistika li xi kultant jagħtuna dwar kemm qed jaħdmu u ma jaħdmux imma qed nitkellmu dwar korrimenti, mard, imwiet u kull materjal ieħor anċillari ma' saħħa u protezzjoni.", "Għalhekk irid ikollna statistika vera biex wieħed ikun jista' jagħti pariri sew lil min għandu jagħtihom.", "Hemm bżonn li jiġi organizzat reġistru tal-postijiet tax-xogħol li jkun jinkludi l-apparat, il-makkinarju, il-kimiċi u s- sustanzi, kif ukoll kull ħaġa oħra intenzjonat għall-użu tax-xogħol.", "U biex tagħmel dan kollu trid tinvestiga.", "Hawn xi ħadd li jista' jagħti parir, jieħu deċiżjoni jew jestrada xi ħaġa li ma jkunx investigaha?", "Min jagħmel hekk jiġrilu bħal tal-qattus, u lil min tiġih ħażina, se jistaqsik x'għamilt.", "Biex l-affarijiet ikunu aktar kredibbli - hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħaġa li għandha tkun kredibbli - l-awtorita` għandha tara li tinvestiga kull materja konnessa mas-saħħa u l-periklu.", "U biex tagħmel dan trid tinvestiga kemm inċidenti, korrimenti, mard, u mwiet relatati max-xogħol u anke trid tisħaq fuq kif għandhom ikunu l-livelli tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Dan kollu jista' jsir billi meta tkun qed tagħmel riċerki xjentifiċi tara li jkunu mmirati lejn li jtejbu l-metodi kemm eżistenti kif ukoll dawk li jistgħu jbiegħdu l-korrimenti, il-mard u l- imwiet.", "Irrid ngħid li dan l-att hwua pass importanti f'dan il-Parlament Malti u huwa storiku għall-ħaddiem Malti li qed niddiskutu liġi bħal din - u lill- ministru fraħtlu għal dan - pero` mbagħad teżisti kontroversja sħiħa dwar ir-rwoli kif suġġerit fl-abbozz fejn għandhom x'jaqsmu dmirijiet, funzjonijiet, poteri tal-bord u ta' l-awtorita` u taċ-chief executive ta' l- awtorita`.", "Meta wieħed jifli bir-reqqa l-abbozz kollu jasal għall- konklużjoni li din l-awtorita` se tkun qiegħda hemmhekk biss biex tissuġġerixxi - u l-ministru m'għandux jieħu għalih - ir-rieda tal-ministru u mhux se jkollha l-awtonomija tagħha.", "Per eżempju, huwa kontradittorju li jiġi stabbilit that the affairs and business of the authority shall be conducted by a board to be known as the board for the occupational health and safety authority u għandu l-funzjoni fost oħrajn to monitor the expenditure of the authority meta l-bord m'għandux kontroll dirett fuq l- amministrazzjoni tal-fondi li jiġu allokati lill-awtorita`, il- kundizzjonijiet ta' l-ingaġġ taċ-chief executive ta' l-awtorita`, l-ingaġġ ta' l-uffiċċjali ta' l-awtorita` u l-kundizzjonijiet ta' l-ingaġġ tagħhom.", "Dan huwa negattiv, pero` minbarra dan kollu hemm difett ieħor.", "L-att innifsu fih difett f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-isħab soċjali, l- employers u l-unions.", "Jien persważ li l-unions kollha, anke l-UĦM, iridu jaraw li l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol igawdu l-aħjar livell f'dak li għandu x'jaqsam mat-tħaris tas-sigurta` u s-saħħa tagħhom.", "Pero` jidher li tista' tinħoloq diskriminazzjoni.", "U d-diskriminazzjoni qiegħda fil-fatt li fl-abbozz ma teżistix rappreżentanza indaqs bejn is-sħab soċjali kollha; in- naħa tal-gvern qed tgawdi l-maġġoranza sħiħa.", "U qed ngħid dan għaliex fl- abbozz hemm li l-ministru se jinnomina ċ-chairperson, persuna kompetenti f'materji dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-postijiet tax-xogħol, persuna responsabbli għas-saħħa, persuna responsabbli għall-affarijiet ekonomiċi, żewġ persuni li jirrapreżentaw l-interessi tal-ħaddiema u żewġ persuni li jirrapreżentaw l-interessi ta' min iħaddem.", "Jien qed ngħid li din hija diskriminazzjoni u huwa għalhekk li jien għedt li se nitilqu mal-ewwel fuq nota ħażina.", "Meta tiġi biex twaqqaf awtorita` trid tara li tagħmilha ħielsa ħalli tkun aktar b'saħħitha għaliex biex ikollok aktar poteri trid tagħti aktar liberta`.", "Jekk inti ma tagħtix aktar liberta` fid- deċiżjonijiet, tkun qed tikkontrolla u tirristrinġi l-poteri u allura tibda tagħti indikazzjoni ta' xamma li tagħtik id-dieqa.", "Jien nerġa' ngħid li huwa aspett negattiv li l-membri kollha fuq l-awtorita`, inkluż iċ- chairperson, se jkunu nominati mill-ministru.", "Jekk imbagħad inħarus lejn l- aspett legali naraw li ukoll hemm element ta' diskriminazzjoni.", "Meta imbagħad nikkomparaw din l-awtorita` ma' awtoritajiet oħra simili - quddiemi għandi anke l-leġislazzjoni Ingliża - naraw li dawn joqogħdu attenti ħafna milli jagħtu poteri lill-ministru li jinnomina.", "Issa l-gvern suppost qed jara kif imxew pajjiżi oħra fil-European Union, imma imbagħad meta niġu għall-awtorita` u jkollna erba' min-nies li nixtiequhom ikunu fuq l-awtorita` ...", "Dan mhux sew u għalhekk jien ngħid li dawn l-aspetti negattivi flimkien ma' oħrajn ma jagħmlux ġieħ.", "Issa tajjeb li nfakkar ukoll lill-Ministru Gonzi li f'laqgħa ta' l-MCED li saret lejn l-aħħar ta' Frar ta' din is-sena huwa njora r-rakkmandazzjonijiet kollha mressqa lilu - qiegħed hawnhekk u jista' jgħidli li mhux veru, imma jien għandi l-fatti - u ħabbar li kien beħsiebu xorta waħda jgħaddi l-liġi kif imressqa f'Ottubru ta' l-1999.", "Dan l-atteġġjament ftit jawgura tajjeb li l-pajjiż ikollu awtorita` li tabilħaqq tkun serja u awtonoma u li verament tkun tista' tħares, tgħasses u tiddefendi l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiem Malti.", "Jien ċert li l-ministru għandu għal qalbu dan il-qasam u għalhekk nispera li meta nkunu fil-kumitat inkunu nistgħu nagħmlu ftit irtokki ħalli fejn hu possibbli ntejbu din il-liġi.", "Biex nagħlaq xtaqt nagħmel riferenza għal domanda parlamentari li tgħid kemm kellna mwiet fuq il-postijiet tax-xogħol bejn l-1995 u s-sena li għaddiet.", "Wieħed jinnota b'sodisfazzjon li bejn l-1995 s-sena l-oħra ir- rata ta' mwiet naqset.", "Filwaqt li fl-1995 mietu 12-il persuna fuq il-post tax-xogħol, fl-1999 mietu tmienja.", "Dan jista' jkun minħabba kuxjenza akbar u edukazzjoni akbar fost il-pubbliku Malti, affarijiet li għandha tkompli tinkorraġġixxi l-awtorita` li se nwaqqfu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nibda dan id-diskors tiegħi billi nkompli fuq il-ħsieb li għalaq bih l-Onor.", "Farrugia meta qal li l-ammont ta' nies li mietu kawża ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol naqas mill- 1995 għas-sena l-oħra.", "Kieku nistgħu, permezz ta' din il-liġi u permezz tal- konsegwenzi inevitabbli tagħha li jridu jimmaturaw fuq tul ta' żmien, naslu f'sitwazzjoni fejn ma jkollna l-ebda mewt jew li ma jkollna l-ebda korriment serju fuq il-post tax-xogħol - naħseb li qed nitlob l-impossibbli - , kieku nkunu sibna sistema li l-ebda pajjiż fid-dinja għadu ma wasal għaliha.", "Jien naħseb li meta l-gvern Nazzjonalista telaq b'sensila ta' liġijiet kemm fuq l-opportunitajiet indaqs għan-nies b'diżabilita` kif ukoll b'din il-liġi li se toħloq awtorita` għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta` fuq il- post tax-xogħol, tlajna tarġa fil-kwalita' tal-liġijiet li jitressqu quddiem il-parlament għaliex issa qed ngħidu lil kull ħaddiem f'Malta li qegħdin nieħdu l-passi neċessarji sabiex kemm jista' jkun innaqqsu l- periklu minn fuq il-post tax-xogħol, jekk mhux ukoll nisparixxuh.", "Jien ngħid li jekk permezz ta' l-ammont ta' flus li nonfqu għal din il-liġi jirnexxielna nsalvaw imqar ħajja waħda, għall-gvern Nazzjonalista jkun diġa` biżżejjed.", "Huwa fatt li jekk bniedem jeżamina sew kemm il-kontenut tal-liġi kif ukoll il-mod kif il-gvern qiegħed jaffaċċja l-kunċett, it- tfassil u anke eventwalment l-enforzar ta' din il-liġi, jirrealizza li filwaqt li fil-bidu l-ammont ta' flus available mhux se jkun kbir esaġerat, se nippruvaw nimxu minn sitwazzjoni li forsi hi ftit nejja għal waħda li m'hijiex maħruqa.", "Irridu nsibu sistema f'din il-liġi fejn permezz tal-mezzi li għandna, il-pendlu mhux jispara minn tarf għal tarf, fis-sens li jitlaq milli m'għandna xejn għal li għandna ħafna, imma jersaq lejn in-nofs fejn tinħoloq sistema li nistgħu ngħidu li hija diċenti, sabiex min joqgħod attent fuq xogħlu u f'dak li jagħmel ma jkunx espost għal sitwazzjonijiet tant delikati li jistgħu jtellfulu l-ħajja tiegħu.", "Sfortunatament nafu li hawn ċerti xogħlijiet li fin-natura tagħhom huma aktar perikolużi minn oħrajn, u forsi għal dawk il-ħaddiema rridu nużaw aktar mezzi u aktar flus u rridu nħarsu lejhom iżjed sabiex naraw li eventwalment din il-liġi tagħtihom dik l-ispinta li għandhom bżonn sabiex jersqu iżjed lejn dawk li għandhom inqas periklu fuq ix-xogħol.", "Ovvjament, min qiegħed bil-qiegħda fuq skrivanija jagħmel xogħlu, għalkemm forsi jħabbel moħħu iżjed minn min hu driver u jagħmel id-deliveries ta' l- affarijiet, għandu inqas periklu.", "Qed ngħid hekk għaliex wieħed li mar għax- xogħol f'uffiċċju, qagħad bil-qiegħda fil-kumdita` ta' kamra - jekk mhux bl- airconditioning jagħti fuq rasu - filwaqt li l-ieħor irid jikkumbatti t- toroq u t-traffic jams u anke lil xi driver li jsuq kif ġie ġie li jista' jikkawżalu xi inċident.", "Pero` anke dan mhux fil-periklu li qegħdin fih dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni u fil-barrieri, jew ta' dawk il- ħaddiema li jridu jinżlu taħt l-art u jiftħu d-drenaġġ meta jinstadd jew ta' dawk li jaħdmu fit-tarznari.", "Jekk wieħed iħares lejn fejn huma l- postijiet li weġġgħu l-iżjed nies fihom jirrealizza li l-akbar ammont ta' nies li sofrew korriment jew anke mietu fuq il-post tax-xogħol huma dawk li jaħdmu bl-idejn.", "U jien minn hawnhekk ningħaqad ma' kulmin sellem lil dawk kollha li mietu waqt il-qadi ta' dmirijiethom, għaliex fil-ħsieb tagħhom li jaħdmu sabiex iġibu l-ħobża ta' kuljum għall-familja tagħhom għamlu l- akbar sagrifiċċju u mietu fuq il-post tax-xogħol.", "U dan biex ma nsemmux l- ajma finanzjarja, emozzjonali, fiżika u mentali li jsofru dawk li jkunu qrib il-vittma.", "Mr Speaker, xtaqt issa nidħol fil-kunċett ta' l-ispiża li se tinvolvi din il-liġi, jiġifieri l-ispiża sabiex tinħoloq din l-awtorita` u tibda' taħdem, u anke l-ispiża relatata ma' l-għoti ta' pariri lil diversi azjendi, dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet sabiex huma jieħdu ċerti passi li jiswewlhom il-flus ħalli jipproteġu aħjar lill-impjegati tagħhom.", "Hawn azjendi li llum f'dan is-sens diġa` jħallsu insurance għall-impjegati tagħhom sabiex jekk dawn iweġġgħu fuq ix-xogħol isibu l-għajnuna, kemm fi sptarijiet tal-gvern kif ukoll fi sptarijiet privati mingħajr ma jħallsu flus huma.", "Jien naħseb li waħda mill-effetti ta' din il-liġi se tkun li jinħoloq ambjent aħjar fil-postijiet tax-xogħol permezz ta' nfiq ta' flus u permezz ta' ċertu capital outlay.", "Kieku wieħed kellu jħares lejn l-ammont ta' lost working days minħabba inċidenti - jista' jkun inċident żgħir fejn bniedem weġġa' ftit u jistgħu jkunu inċidenti kbar ta' natura permanenti – jara li fl-1994 f'Malta kellna 174,000 lost working days, fl-1995 din il- figura telgħet għal 232,600 ġurnata, fl-1996 din il-figura niżlet għal 201,000 ġurnata, filwaqt li fl-1997 reġgħet telgħet għal 230,000 ġurnata.", "Jien naħseb li din il-figura hija għolja għal pajjiż żgħir bħal tagħna u turi li m'aħniex nieħdu ħsieb biżżejjed lill-impjegati tagħna biex ma jweġġgħux fuq il-post tax-xogħol.", "Kieku wieħed kellu jikkalkula dawn il-ġranet fi flus, isib li s-sena li għaddiet intilfu kważi b'Lm4 miljun u dan mingħajr ma qed nikkalkula n-nies li jkollhom jiddaħħlu l-isptar u jagħmlu perijodu ta' żmien jirkupraw mill- inċidenti li jkollhom.", "Fortunatament ħafna minn dawk li jweġġgħu jdumu l- isptar ftit sigħat biss, pero` diversi minnhom idumu l-isptar jew f'post ta' recovery għal xhur sħaħ u jneffqu lill-gvern ammont sostanzjali ta' flus.", "Hemm ukoll min minħabba korriment fuq ix-xogħol jitlob il-pensjoni, liema pensjoni hija wkoll piż fuq id-dipartiment tas-servizzi soċjali.", "Fl- 1995 ir-relazzjoni bejn l-ammont ta' flus li ntilef mal-GDP kienet ta' 0.3% u sas-sena l-oħra dan il-persentaġġ tela' għal 0.5%, jiġifieri qegħdin ngħidu li wieħed minn kull 200 tal-GDP tagħna qiegħed jintilef minħabba korrimenti ta' nies fuq il-post tax-xogħol.", "Għalija - u naħseb għall kull membru li hawn hawn ġew - din ir-rata mhijiex aċċettabbli u huwa għalhekk li l-gvern tal-lum ħa l-briga u ressaq għad-diskussjoni din il-liġi.", "Din il- liġi m'aħniex qed inressquha minħabba l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, imma qed inressquha sabiex il-poplu Malti jkollu kondizzjonijiet ta' xogħol aħjar.", "Issa ħalli naraw kemm se tiġi tiswielna din il-liġi sabiex jitwettqu dawn l-affarijiet imsemmija fil- liġi.", "Kieku wieħed kellu jmur idur is-setturi industrijali ta' Malta jsib li diversi fabbriki diġa` ħadu ħsieb jaraw - min minn rajh u min għaliex beżbżuhom il-unions jew in-nies stess li jaħdmu hemm - li l-ħaddiema tagħhom fuq ix-xogħol ma jgħaddux minn ċertu periklu.", "Il-ħaddiema tagħhom meta jimpjegaw ruħhom jiġu kkonfrontati mill-ewwel b'sistema li għandha a very low risk ta' inċidenti u għalhekk forsi f'pajjiżna l-element ta' nies li jmutu fuq ix-xogħol mhux daqshekk kbir.", "Fil-fatt jekk nikkomparaw pajjiżna ma' diversi pajjiżi oħra, anke fir-ratio tiegħu, nirrealizzaw li huwa tassew validu l-kumment li minkejja li kien hemm biss il-liġi dwar l- impjiegi li fiha nnifisha timplika li jrid ikun hemm dawn l-affarijiet, il- poplu Malti diġa` kien bidel il-kultura tiegħu fejn irid jieħu ħsieb lill- impjegat, għaliex jekk jagħmel hekk ikun qed jieħu ħsieb butu, ikun qed jieħu ħsieb li timxi sew l-azjenda tiegħu u jkun qed jieħu ħsieb ukoll li hu jimxi 'l quddiem.", "U kemm se jkunu l-compliance costs?", "Jekk jitilgħu sa Lm4 miljun fis-sena se jkunu inqas mill-ammont ta' xogħol li qed jintilef.", "U qed insemmi ċifri goffi għaliex nemmen li minkejja ċ-ċokon tagħna, l- ammont li għandna bżonn nonfqu f'dan is-settur qatt m'hu biżżejjed.", "Mr Speaker, meta nirriferu għal high risk jobs inħobbu nsemmu d-dockyard pero` rridu nsemmu jobs oħra li ftit nies meta joqogħdu bil-qiegħda jaħsbu kemm hi kbira r-risk tagħhom.", "Nirriferi b'mod partikolari għan-nurses u t- tobba tagħna, li mingħajr ma jridu jkunu qegħdin jiffaċċjaw ħafna mard, biċċiet minnu jittieħed u xi kultant anke jlaqqtuha.", "Kellna anke każijiet - veru li ma kenux ħafna - fejn nurse ħadet marda waqt li qed twettaq dmirha u baqgħet sejra.", "Aħna nieħdu pjaċir ninnotaw li over the years bdiet tingħata ċerta protezzjoni lin-nies li jaħdmu fis-settur tal-mediċina li jħabbtu wiċċhom ma' ċertu mard li kultant lanqas biss inkunu smajna bih qatt.", "U huwa għalhekk li rridu nfornu lil dawn il-ħaddiema bi lbies protettiv tajjeb.", "Insemmi wkoll il-perikli li jiffaċċjaw dawk il-ħaddiema li jaħdmu fit- toroq - veru li ħafna minnhom ikunu qed jassessjaw x'qed jagħmlu iż-żewġ ħaddiema li jkunu qegħdin jaħdmu; ġieli tiltaqa' ma' għaxar ħaddiema fejn tnejn ikunu at high risk għaliex ikunu bil-baqqun f'idejhom u t-tmienja l- oħra jkunu at very low risk għaliex ikunu qegħdin iħarsu biss! - fosthom tal-public works u tad-drenaġġ.", "Għadu kif kellna inċident ikrah ħafna fiċ- Ċirkewwa li ħalla tliet ħaddiema mejta waqt li kienu qed jaqdu dmirijiethom.", "Fejn qatt bassru dawn in-nies li ħaġa normali ta' kuljum kienet se tirriżulta f'dan l-inċident fatali?", "Stajna għamilna iżjed dakinhar?", "Stajna ħadna ħsieb li nieħdu ċerti prevenzjonijiet?", "Huwa veru li wara l-fatt kulħadd għaref u kulħadd jaf jgħid ħafna, pero` naħseb li s- suġġerimenti li qegħdin isiru hawnhekk qegħdin isiru b'sens kostruttiv sabiex naċċertaw ruħna li inċidenti bħal dawn ma jkollhom ripetizzjoni, bħalma nisperaw li qatt ma jkollna ripetizzjoni ta' l-inċident tant ikrah li seħħ fuq il-vapur Um El Faroud.", "Mr Speaker, meta niġu biex nikkalkolaw kemm għandhom ikunu l-compliance costs, kull sid ta' azjenda m'għandux jiddeċiedi hu ħajjet il-ħaddiem tiegħu hijiex protetta jew le.", "Huwa importanti li tinħoloq katina bejn l- imgħallem u l-impjegat u huwa importanti li anke f'kull dipartiment tal- gvern, minkejja li forsi ma jkunx hemm ċertu kuntatt bejn l-iktar wieħed ta' fuq u l-aktar wieħed ta' isfel, ikun hemm suggestion box fis-sens ta' kif jistgħu d-dipartimenti, bl-għajnuna tal-ħaddiema stess u b'naqra iżjed self esteem u reazzjoni aħjar bejn ħaddiema stess, jipproteġu lill- ħaddiema.", "Kemm se ndumu naraw nies jaqtgħu is-siġar, ibaqqnu fit-toroq, jagħtu l-asfalt u jiddendlu mat-trakkijiet biex jiftħulhom wara mingħajr hard-top cap fuq rashom.", "Imbagħad għax weġġa' jew għaliex niżlet il-bieba fuqu!", "Din ma tinvolvix xi spejjeż kbar imma ċertament li hija pass 'il quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' protezzjoni tal-ħaddiema.", "Jiena nemmen li wasalna fi stadju fejn nesiġu li ħadd ma jmur fuq construction site jekk ma jkunx liebes hard-top cap.", "Jekk is-sid ikun irid jagħraf lill-ħaddiema, jekk ikun hemm bżonn jagħmilhomlhom b'kuluri differenti.", "Ġieli tmur tara ħaddiema jaħdmu f'barrieri, idawru l-ġebel u jgħabbuh fuq it-truck - veru li llum għandhom l-għajnuna tal-cranes - mingħajr lanqas biss ikunu lebsin ebda lbies protettiv.", "Kif diġa` għedt, kemm huma l-compliance costs jiddeċiduhom il-ħaddiema flimkien ma' l- imgħallem u dawn jogħlew skond l-istima tas-sid lejn il-ħaddiema tiegħu.", "Jiena ngħid li l-ebda liġi, niktbu kemm niktbu u nilleġislaw kemm nilleġislaw m'hi se tistabilixxi l-cost ta' din il-ħaġa, pero` hija l- prattika u l-interpretazzjoni tax-xogħol ta' dak is-settur individwali li se tistabilixxi kemm hemm bżonn nagħtu protezzjoni lill-ħaddiema fuq il- post tax-xogħol.", "Hemm imbagħad il-fattur tan-negliġenza.", "Wieħed jista' jieħu safety measures kemm irid fuq ix-xogħol, pero` jekk ikun hemm ċerta negliġenza daparti tal-ħaddiem jew ta' l-imgħallem dawk l- istess measures ikunu saru kollha għalxejn u ma jkunux jiswew il-linka li jkunu nkitbu bihom jew il-flus li jkunu ntnefqu għalihom.", "Hija ħasra li għadek tmur tara ħaddiema f'ċerti setturi jaħdmu fuq makni mingħajr ebda protezzjoni.", "Irrid ngħid li hemm ukoll ċerta attitudni ta' laissez-faire fejn dawn il-ħaddiema jaħsbu b'mod ta' \"dik ngħaddi mingħajrha\".", "Mhux veru, ma tgħaddix mingħajrha għaliex il-mara tiegħek ma tridx tormol jew ir- raġel ma jridx jispiċċa d-dar mingħajr il-mara.", "Aħna lit-tfal tagħna dejjem ngħidulhom li rriduhom jiġu l-ewwel u mhux biss li jgħaddu mill- eżami, u l-istess ħaġa qed ngħidu lill-ħaddiema: X'ħin tiġu taraw dan il- compliance ma' min iħaddimkom, intom bħala azjenda, ikkalkolaw bejnietkom x'se tkun l-aħjar ħaġa għalikom u jekk hemm bżonn li ħaġa ddum tagħmilha kwarta aħjar milli ddum 13-il minuta għaliex dawk iż-żewġ minuti jistgħu jagħmlu d-differenza kollha bejn physical disability għal għomrok jew mewt, u ħajja.", "Mr Speaker, ma nixtieqx nagħlaq dan id-diskors mingħajr ma nkun tkellimt fuq il-post tax-xogħol ta' uliedna, jiġifieri l-iskejjel.", "Jien jiddispjaċini ngħid li f'ċerti skejjel, għalkemm isir ħafna xogħol - u għal dan għandna nroddu ħajr lit-teachers għaliex jippruvaw jaraw li jkun hemm protezzjoni biżżejjed biex it-tfal ma jkunux open għal ċertu element ta' periklu - jeżistu ċerti perikli.", "U l-periklu mhux neċessarjament ifisser li jsibu ħofra fit-triq u jweġġgħu imma jfisser ukoll l-ixkiel li laqtu lid- dinja tal-lum.", "Nixtieq issa ngħaddi l-aħħar ftit kummenti fuq id-direct cost ta' l- inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Kull azjenda jew settur fejn iseħħ inċident ikollu r-repercussions fuq il-ħaddiema l-oħrajn kollha li jkunu jaħdmu fl-istess post iżjed minn fuq dawk in-nies li għalihom tkun in-news tal-ġurnata, pero` suddenly it's yesterday's news.", "Jien naħseb li din il- liġi qiegħda timmira sabiex nevitaw sitwazzjonijiet li l-costs tagħhom ma tikkonvertihomx fi flus għaliex ma ssolvihiomx bi flus imma tista' ssolvihom biss billi bniedem tagħtih ċerta għajnuna psikoloġika u toffrilu l-għajnuna anke ta' social workers li jkunu jistgħu jidderieġuh għall- ambjent li jkun fih qabel.", "Jiena naħseb li l-gvern tal-lum huwa daring ħafna f'din il-liġi, fis-sens li qed jimmira fl-għoli ħafna biex jekk jista' jkun jilħaq il-mira, pero` biex jekk ma jilħaqhiex, l-istandard li nilħqu jkun tajjeb biżżejjed u aċċettabbli f'kull kuntest tal-ħajja tagħna fuq ix-xogħol sabiex il-post tax-xogħol tal-ħaddiem Malti jkun iżjed żgur, inqas ta' periklu, u t- tabib, in-nurse, il-ħaddiem ta' l-id, il-ħaddiem mal-gvern, il-ħaddiem fil- konstruzzjoni, il-ħaddiem fid-drenaġġ, id-driver, il-burdnar, dak li jaħdem it-tarzna, il-pulizija, is-suldat, it-teacher, is-sewwieq tax-xarabank u l- ħaddiema l-oħra kollha jkunu iżjed protetti, u x-xogħol ikun iżjed pjaċevoli u jagħmel iżjed ġieħ lill-ħaddiem tagħna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Ottubru, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, jekk f'Malta għandna ġawhra din hi l- Imdina.", "L-Imdina hija l-ikbar ġawrha storika li għandu dan il-pajjiż u wieħed seta' jara s-sbuħija tagħha fil-mod kif ġie organizzat l-iMdinafest il-weekend li għadda.", "Din kienet festa ta' storja u ħajja Maltija.", "Il- Maltin jieħdu pjaċir jiltaqgħu ġo folla u jqattgħu sagħtejn f'ambjent li jagħti ġieħ lil pajjiżna u fl-istess ħin ma jdejjaq lil ħadd.", "Waqt l- Imdinafest rajna episodji mill-istorja ta' Malta li ġraw fl-Imdina u fil- madwar tagħha.", "Kien hemm ukoll ikel Malti li mhux għoġob lilna biss imma anke lit-turisti li ġew fil-post.", "Kien hemm ukoll re-enactment, jiġifieri finta ta' ċerti episodji li attwalment ġraw.", "Rajna nies lebsin b'kostumi tal-perjodi konċernati biex setgħu jagħtu idea ta' kif kienu jgħixu n-nies fl-Imdina dak iż-żmien.", "B'dan il-mod erġajna rxuxtajna parti mill-istorja ta' Malta f'ambjent li baqa' kważi mhux minsus, u li minkejja l-ħidma ta' dan il-gvern u l-Lm200,000 li ħarġu fil-budget tas-sena l-oħra għal restawrar, għadna lura u fadal x'nagħmlu.", "Mr. Speaker, ħadt pjaċir nara li qed jinżammu bħala ġawrha diversi monumenti u tempji preistoriċi tal-qedem.", "Saħansitra l-ġimgħa l-oħra kellna l-ftuħ mill-ġdid ta' wieħed minnhom.", "Ġimgħatejn ilu kien hemm il-ftuħ mill- ġdid tal-hypogeum, wieħed mill-postijiet magħrufa mad-dinja għall-uniċita' tiegħu.", "Ta' min irodd ħajr fil-kuntest ta' dan kollu kemm lis-sindku kif ukoll lill-kunsill lokali ta' l-Imdina li flimkien mal-kumitat nazzjonali ħadem bis-sħiħ biex ħoloq, żamm u organizza l-Maltafest.", "Wieħed seta' jara l-popolarita ta' din il-festa meta jħares lejn is-serbut ta' karozzi li kien hemm biex jaslu hemm.", "Saħansitra kien hemm min ipparkja fil-limiti ta- Rabat.", "Issa wara din il-festa in-nies ikunu jridu joħorġu l-Ħadd wara nofs in-nhar.", "Dawn imorru għall-arja ta' l-Armier, il-Kunċizzjoni u postijiet bħal dawn.", "Tajjeb li nżommu f'moħħna din id-darba lill-Maltin u mhux lit- turisti u nibdew nirranġaw it-toroq u naqtgħu il-ħaxix tal-madwar.", "Ta' min isemmi li hemm bżonn li t-triq li mir-Rabat tagħti għall-Baħrija u t-triq li tagħti għall-Imtaħleb tingħatalhom l-attenzjoni kollha meħtieġa.", "It-triq mir-Rabat sal-ġnien tal-Buskett jieħdu ħsiebha ħafna forsi għax hemmhekk għadu joqgħod il-President, pero' 'l fuq mill-Girgenti lejn Dingli Cliffs is-sitwazzjoni hija waħda deludenti ħafna.", "Hemmhekk hemm bżonn ta' facelift.", "Mr Speaker, għalkemm irrid ngħid li sar ħafna xogħol ta' infrastruttura mill-ministeru u mill-kunsilli xorta fadal ħafna xi jsir.", "Hemm ħafna red tape u ħafna ħaddiema mal-gvern li ma jridu jagħmlu xejn.", "Barra minn hekk anke meta tiġi assenjata tender lill-privat, ġieli xahar isir sena.", "Kultant ikollok aptit tieħu cake miegħek, tixgħel xemgħa u tonfoħha biex tiċċelebra li t-triq tkun ilha magħluqa għal sena.", "Hemm każi oħrajn fejn nies fi ħdan id-dipartiment tal-public works jispiċċaw iġibuha bi kbira u jipprovaw jgħadduk minn għajn il-labra.", "Dan minkejja ż-żieda sostanzjali li se tingħata lill-impjegati ċivili kollha fejn in-nies qed jistaqsu jekk iż- żieda ta' 20% hux se tissarraf f'performance ta'20% aktar.", "Jiena naqbel ma' din iż-żieda biss jekk il-ħaddiema jagħtuha f'ħidma.", "Mr. Speaker, jiena ma rridx insemmi ir-Rabat biss iżda l-inħawi tat-12- il distrett kollha li għandhom numru sostanzjali ta' toroq fil-kampanja.", "Dawn huma nħawi li huma sbieħ għal dawra pero' min-naħa l-oħra m'għadhomx attraenti għax l-infrastruttura tagħhom m'hijiex tajba.", "Jekk wieħed imur fil-limiti tal-Mosta, tan-Naxxar, tal-Għargħur, u fil-limiti tal-Mellieħa ta' San Pawl u l-Imġarr jinduna li dan li qed ngħid huwa minnu.", "U qed insemmi t-tramuntana ta' Malta kollha għaliex għandha bżonn facelift f'dawk li huma t-toroq tal-kampanja.", "Irrid ngħid li ma nistgħux nippretendu li din il-facelift issir mill-kunsilli lokali għax l-ammont ta' flus biex dan isir huwa kbir wisq.", "Nifhem li f'Malta m'għandniex riżorsi naturali u kull sold irid jintefaq bil-għaqal.", "Huwa wkoll veru illi l-ministru responsabbli mit- transport qed jieħu passi sostanzjali biex jara li t-toroq jibdew jinbnew sew u biex naqtgħu darba għal dejjem il-kantaliena li t-triq tingħata t- tarmac filgħodu u sfortunatament terġa' tinqala' filgħaxija minħabba nuqqas ta' kordinazzjoni bejn naħa u oħra, pero' jiena nixtieq li jingħata kas aktar ta' dawn it-toroq fil-kampanja mill-gvern ċentrali.", "Għandu jkun hemm iżjed supervision fuq il-ħaddiema li jagħmlu xogħol barra u fuq il-ħaddiema li jagħmlu l-maintenance.", "Filwaqt li hemm diversi minnhom li jaħdmu tajjeb u jagħtu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom, naħseb li hemm persentaġġ sostanzjali li lill-gvern u lill-poplu Malti qegħdin jikluhielu waħda u sew.", "Mr. Speaker, illum xtaqt nitkellem ukoll fuq xi ħaġa li għamlitni dehen li jiena Malti u fl-istess ħin uriet kemm il-poplu Malti, f'dak li huwa tfassil ta' l-edukazzjoni ta' uliedna u preparazzjoni tal-poplu Malti, qiegħed jirnexxi.", "Għadni kif attendejt ma' l-Onor.", "Adrian Vassallo u ma' l- Onor. Mario Galea konferenza tas-CPA - Harnessing Global Communications to Help Enhance Democracy - fejn eżaminajna għal sigħat twal u f'diversi sessions l-informazzjoni u t-teknoloġija li teżisti llum.", "Nixtieq ngħid li waqt l-ewwel speech sar ringrazzjament lil pajjiż wieħed minn dawk kollha preżenti għal din il-laqgħa.", "Dan kien ir-ringrazzjament lill-Prim Ministru Malti minn Robin Cook, li huwa l-ministru ta' l- affarijiet esteri ta' l-Ingilterra, fejn qal li wara l-laqgħa li kienet saret ftit qabel, Malta konkretament għamlet suġġeriment sabiex nieħdu ħsieb id-digital divide.", "Din għandha tinqered u l-popli kollha tad-dinja jingħataw iċ-ċans li huma jkunu informati aħjar fit-teknoloġija u fl- informatika li teżisti llum.", "Naħseb li t-tliet rappreżentanti ta' dan il- pajjiż ħassejna lilna nfusna nimtlew bin-nifs meta l-Prim Ministru tagħna ssemma b'dan il-mod.", "Dan meta wieħed jikkunsidra li kien hemm prim ministri ta' pajjiżi kbar bħall-Kanada, l-Indja, l-Awstrija u l-Ingilterra stess.", "Din mhix l-ewwel darba li Malta ssuġġeriet affarijiet bħal dawn li baqgħu jiġu mistħarrġa u attwati.", "Waqt din l-istess konferenza kemm jiena u kemm id-delegati l-oħrajn tajna kontribuzzjoni permezz ta' papers li ppreparajna u permezz ta' interventi li ġew milqugħha tajjeb ħafna.", "Ta' min jgħid li waqt l-istess konferenza t-tliet rappreżentanti tal-parlament Malti taw sehem konkret flimkien.", "Jekk wieħed jagħsar dak li għedna t-tlieta f'daqqa jinduna li tajna ritratt tajjeb ta' x'qed jiġri Malta u evalwajna x'inhu tajjeb u ħażin fl-ambjent.", "Mr. Speaker, tajjeb li ngħid li 1% biss ta' l-informatika eżistenti hija aċċessibbli għall-pajjiżi fl-Afrika.", "Tajjeb ukoll ngħidu li pajjiżi kbar bħal Franza u l-Ingilterra ifittxu nies minn barra biex jimxu sew fl- informatika.", "Ġbidna l-attenzjoni wkoll li huwa tajjeb li jkollna l-internet u affarijiet ġodda imma ma rridux ninsewx is-sistemi ta'l-informatika l- oħrajn.", "Qed nitkellem dwar print communications, jiġifieri gazzetti u rivisti u wkoll dwar televiżjoni, radju u forom oħrajn li huma indispensabbli speċjalment fin-nuqqas ta' sistemi moderni.", "Din il-ħaġa hija simili - u nroddlok ħajr tax-xogħol li ħadt inti, Mr. Speaker - għall-fatt li ġie stallat lift biex il-Palazz ikun aċċessibbli għal kulħadd, iżda jekk jieqaf il-lift finalment ikollok tuża' t-taraġ.", "Mr. Speaker, nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru għall-parti attiva li ħa fil-konferenza li attenda fl-Istati Uniti fejn twasslu dawn l-ideat ta' kif wieħed jista' jneħħi l-political divide li teżisti bejn dawk li jafu ħafna u dawk li msieken ma jafu xejn jew ftit.", "Nirringrazzja wkoll lil dawk id-deputati li kienu miegħi f'din il-konferenza u li għalkemm il- kontribut li taw kien meqjus b'mod partiġġjan, ta ġieh lil pajjiżna kollu.", "L-aħħar kummenti li għandi x'nagħmel illum jirrigwardjaw l-isports.", "Jekk wieħed jara r-riżultati riċenti ta' l-olimpjadi li saru fl-Awstralja jirrealizza li l-Maltin ipparteċipaw imma ma rebħux u għaldaqstant xorta rridu nagħtu prosit lil dawk l-atleti li marru hemm għax jiena konvint li dawn taw il-massimu tagħhom.", "Nafu li l-livell kien għoli ħafna u l-atleta li l-iżjed baqa' magħruf f'dawn l-olimpijadi minkejja li ma rebaħx kien mill-Afrika Ekwatorjali li għam heat tal-100 metru freestyle.", "It-tnejn li kienu qed jikkompetu qabżu qabel it-tisfira allura dan għamel l-għawma bil- mod u flok f'minuta għamilha f'żewġ minuti!", "Dan wasal u xorta ħa ċapċipa.", "Nirringrazzja lill-istaff kollu, inkluż dawk li ma dehrux, u l-coaches.", "Jien naħseb li aħna għandna ħafna limitazzjonijiet iżda xorta nipprovaw nagħtu l-massimu.", "Mr Speaker, jiena rrid ngħid illi għandna nroddu ħajr lill dawn li marru.", "Fuq kollox irridu niftakru illi minn tmien t'elef atleta li mar, tlett elef minnhom biss ħadu xi ħaġa.", "Barra minn hekk Malta kellha rappreżentanza żgħira, pero' l-ebda wieħed mill-atleti tagħna ma nstab imċappas bħalma nstabu atleti ta' pajjiżi kbar li xebgħu jirbħu midalji bid- drogi jew sustanzi.", "Bin-nies li bagħatna kkontribwejna.", "Fuq kollox tlieta u tletin pajjiż minn dawk li marru rebħu u nafu li ħafna minn dawn il-pajjiżi għandhom popolazzjoni ħafna ikbar minn tagħna.", "Nafu wkoll li għandhom mezzi aħjar minna, u li għandhom aktar sponsors u nies professjonali.", "Aħna minħabba ċ-ċokon tal-pajjiż tagħna il-miżuri li nieħdu u l-ħin li nużaw għall-isports huwa limitat fis-sens li l-ewwel trid tmur tagħmel il-ġurnata tax-xogħol tiegħek jew tistudja u mbagħad tmur tagħmel tipprattika d- dixxiplina tiegħek.", "Mr. Speaker, hawnhekk irrid infakkar lil Matthew St.John li kien miet waqt it-training.", "Dan ukoll fuq xogħol kien.", "Kultant anke jiena ngerger meta nitilfu, pero' llejla Malta ġiet draw mar-Repubblika Ċeka u ta' dan għandna nroddu ħajr lil kulmin ipprepara dawn in-nies minn żmien Dobrev.", "Irridu nroddu ħajr għar-riżultati li qed iġib it-team ta' taħt il-21 sena' u li riċentement tilef 0-1.", "Kien hemm xi żewġ logħbiet oħrajn li tlifna biss 0-1.", "Waħda tlifniha fuq il-karta għax lagħabna player li mhux suppost lagħabna.", "Nagħlaq billi ngħid li naħseb li l-olimpjadi għandhom ikunu ta' nies li jipprattikaw l-isport bħala sport u mhux professjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Ottubru, 2000 fid- 9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - TRASFERIMENTI", "19241.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000 saru dawn it-trasferimenti mid-Dipartiment tad-Dranaġġ:", "1 Technincal Officer li mar id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fl- 20.02.2000;", "1 Watchman li mar il-Watchmen Section fl-14.01.2000;", "4 General Hands li marru fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fl-14.01.2000.", "Dawn it-trasferimenti saru minhabba l-esiġenzi tas-servizz.", "SPTAR BOFFA - TRASFERIMENTI", "19242.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Boffa?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 saru 18 trasferimenti lill-ħaddiema ta` l-isptar Boffa.", "Minnhom 15 ntalbu mill-impjegati stess.", "Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas- servizz.", "KOPERATTIVA TAL-PRODUTTURI TAL-ĦALIB", "19714.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 19221, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta saru l- laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib, kif jidher fl-NPAA, ta' l- avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena?", "X'punti tqajjmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ DESGUENEZ", "19729.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmana bil-progress ta' mistoqsija parlamentari numru 18923 dwar Triq Desguenez, San Pawl il-Baħar?", "X'sar mid- dipartiment tas-sanita' u x'inhija l-pożizzjoni tar-residenti llum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtoritajiet tas-Sanita stabbilixxew li parti mill-ilma li qed jikkaġuna l-ħsara ġej minn connection ta' Blokka Flats fil-viċinanza, u s-sid ta' din il-Blokka diġa ġie nfurmat biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.", "Ġie stabbilit ukoll li hemm xi leakage ta' l-ilma u l-Korporazzjoni ta' l- Ilma qed tieħu passi biex din il-ħsara tissewwa wkoll.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ DESGUENEZ", "19732.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li skond mistoqsija parlamentari numru 18923 il-problema ta' ħsarat fi Triq Desguenez San Pawl il-Baħar huma kawża ta' ilma li ġej minn taħt l- art, jista' l-Ministru jinvestiga u jintervjeni sabiex tiġi verament rimedjata din il-problema tar-residenti li ilha pendenti għal snin twal?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex isiru l- investigazzjonijiet meħtieġa.", "INDUSTRIJALIST TA' L-IMBID LOKALI", "19738.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19225 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta saru l-laqgħat ma' l-industrijalisti ta' l-imbid lokali kif jidher fl-NPAA ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra f'Settembru ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l- iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.", "KOPERATTIVA TAL-PRODUTTURI TAL-BAJD", "19739.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19224 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta saru l-laqgħat mal-koperattiva tal- produtturi tal-bajd, kif jidher fl-NPAA ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.", "SIDIEN TAR-RISTORANTI U LUKANDI", "19740.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19226 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta saru l-laqgħat tas- sidien tar-ristoranti u lukandi, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu mill- koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: La jien u l-anqas ħadd fil-Ministeru tiegħi ma jista' jifhem x'qiegħed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant.", "Nispera li l-Onor.", "Interpellant jaf illi l-Ministeru tal-Biedja u Sajd ma jitrattax fuq ristoranti u lukandi.", "Sa fejn naf jien, ma teżisti l-ebda koperattiva ta' sidien ta' ristoranti u lukandi.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċekkja l-affarijiet qabel ma jsaqsi.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - FLUS", "19867.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jghid kemm intnefqu flus minn fondi li jaqgħu taħt id- dekasteru ta' l-Edukazzjoni, sabiex is-Segretarju Parlamentari mar Sydney.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19041 u tlabt li t-tagħrif meħtieġ jinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SKOLA TAL-GVERN - WIED IL-GHAJN", "19868.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iskola tal-Gvern gewwa Wied il-Għajn titkabbar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tikkonsidra l-bżonnijiet ta' spazji ta' l-iskola primarja ta' Wied il- Għajn.", "MINISTERU TAL-FINANZI - ALLOKAZZJONI TA' FONDI", "19869.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif gew minfuqa jew allokati l-Lm200,000 li ġew mgħoddija mill-Ministeru tal-Finanzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Membru biex ikun ċar jew speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "19870.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mill-lokalitajiet taż-Żejtun, Żabbar u Marsascala li qed jirregistraw għax- xogħol?", "Kemm ilhom jirregistraw u x'inhi l-eta' tagħhom?", "X'inhu l-livell ta' l-edukazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba."]} {"filename": "19921124_072d_par.doc", "date": "1992-11-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 72 It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 72", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "72", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1992", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "899", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "899", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "905", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1993 ..........", "906", "APPENDIĊI U STATEMENTS ...........................", "938", "APPENDIĊI I ......................................", "961 APPENDIĊI II .....................................", "962 APPENDIĊI III ....................................", "965", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT TA' L-1989 DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI (EMENDA NRU 2)", "L-Ewwel Qari .......................................", "967", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "967", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "968", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 71 li saret fit-23 ta' Novembru, 1992, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - GĦALLIEMA", "4594.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'inhu n-numru ta' għalliema li din is-sena qegħdin igħallmu fl-iskejjel ta' l-Istat?", "Kemm minnhom huma nisa?", "Kif inhuma mqassmin fl- iskejjel, eżempju, kemm fil- primarji/sekondarji, eċċ?", "Kemm hemm għalliema fuq bażi każwali?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżori Umani): 1.", "L-għadd ta' għalliema li qegħdin igħallmu fl-iskejjel ta' l-Istat din is-sena huwa ta' 3549.", "2.", "L-għadd ta' nisa għalliema huwa ta' 1709.", "3 | Nisa |Total | | | | | | | Primarji | 862 |1103 | | Skejjel |28 | 40 | |Speċjali | | | | Sekondarji u | | | |Junior | | | | Lyceums | 630 |1367 | | Snajja' | 106 |485 | | | 83 | 554 | |Post-Sekondarj| | | |i | | | | | | | | TOTAL | 1709 |3549 |", "Hemm 145 għalliema fuq bażi każwali mqassmin hekk:", "| Primarja |53 | | | | |(Sekondarja Junior |51 | |Lyceum) | | | | | |Snajja' |13 | | | | |Post-Sekondarji |28 | | | |", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Charles Mangion): L-Onor.", "Alfred Portelli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru fejn hemm l-iktar nuqqas ta' għalliema, jekk hux fl-iskejjel primarji, dawk sekondarji, fl- iskejjel tas-snajja' jew inkella dawk li jgħallmu edukazzjoni terzjarja?", "U f'liema suġġetti?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Illum fl-iskejjel primarji m'hemmx nuqqas ta' għalliema, jiġifieri l-iskejjel primarji f'Malta u Għawdex huma mimlija kollha.", "L-iskejjel sekondarji huma mimlijin, ħlief għal xi għalliema li mardu jew qegħdin on long leave.", "Mill-informazzjoni li għandi, fl-iskejjel tas-snajja' m'hemmx nuqqas ta' għalliema.", "Fil-post-sekondarji għad hemm xi erba' għalliema tal-Malti u ta' xi suġġetti oħrajn - mhux fil- ħinijiet kollha - nieqsa.", "Kuntrarjament għall-impressjoni popolari, m'hawnx nuqqas ta' għalliema tax-xjenzi pero' dawn in-nuqqasijiet jiżviluppaw skond l-għażliet li jagħmlu l- istess studenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Mistoqsija supplimentari, l- Onor. Freddie Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jien jidhirli li fl-iskejjel tas- snajja' hemm nuqqas serju ta' għalliema.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk għandux pool biżżejjed ta' studenti li qed jitgħallmu għal teachers biex dan in- nuqqas li hemm jimtela.", "Nixtieq nirrimarka wkoll li l- istudenti li qegħdin minn Form III 'il fuq qed jilmentaw magħna li ċerti teachers ma jkunux ħadu l-kors proprju għal teacher u meta jmorru jgħallmu fil-klassi, ma jkunux adattati biżżejjed biex jgħaddu t- tagħlim fuq dak is-suġġett partikolari li jkun qed jagħżel.", "Il-probabilita' hija li l-individwu qed imur teacher bil-ħsieb li jaf li wara tul ta' żmien jaħdem bħala teacher se jiddejjaq, imbagħad ikun jista' jieħu suġġett tax-xjenza biex minn hemmhekk imur band'oħra.", "Allura nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk id- Dipartiment jew il-Ministru hux qed jagħti kas dan il-qasam f'din is-sengħa li qed ngħid jien.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Mistoqsija supplimentari, l- Onor. Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Il- Ministru jħoss li dawn l- instructors li hemm fl- iskejjel tas-snajja' minn żmien għal żmien - jekk mhux it-tfal ukoll - imorru għal perjodu ta' training?", "Per eżempju, anke dawk li jgħallmu l- inġinerija fl-Universita', ma jistgħux jinqatgħu għal kollox mill- progress li jkun qed isir f'dik is-sengħa partikolari għaliex inkella ma jkunux jistgħu jgħaddu dak li jaf hu bl-iktar mod modern.", "Dak kien l- iskop li għalih għamilna parti xogħol u parti skola.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ħalli nikkjarifika l- affarijiet.", "L-iskop li aħna nutilizzaw lil min għandu l- B.Sc jew min għandu l-B.A. allavolja ma jkunx għamel il- Kors tal-Pedagoġija donnu mhux qed jinftiehem.", "Minflok tutilizza casual teachers li jkollhom l-'A' Levels, jaqbillek tutilizza dawk li diġa' għandhom il-B.A. u l- B.Sc.", "Pero' dawk li jiġu mpjegati full- time, ma jeħdux increments qabel ma jagħmlu l- PGCE.", "Jiġifieri għalkemm jidħlu, ma jeħdux seniority biex din tibqa' tingħata lil dawk li jagħmlu l- B.Educ jew ikollhom il-B.A. jew il-B.Sc u jagħmlu l-PGCE.", "Mela d- Dipartiment f'dawn iċ- ċirkostanzi qed juża l-aħjar materjal li għandu.", "Aħna nixtiequ li qabel jibdew igħallmu, kollha jkunu għamlu l-kors tal- Pedagoġija.", "Pero' s'issa m'hawnx biżżejjed biex dan tkun tista' tesiġih.", "Allura the next best thing hi li għal dan l-iskop tuża dawk li għandhom il- B.A. u l-B.Sc.", "Waħda mill-affarijiet li jien nilmenta minnha hi li ċerti korporazzjonijiet parastatali jdumu ma joħorġu l-calls.", "Allura jkollok gradwati fl- inġinerija li jiġu jgħallmu għal ftit żmien sakemm joħorġu dawn il-calls għax imbagħad imorru jaħdmu magħhom u allura inti trid terġa' ssib replacement għalihom.", "Għar-rigward ta' dak li qed igħid l-Onor.", "Salvu Sant, huwa veru li anke professur ta' l- Universita' li jkun torri ta' l-għerf ġieli ma jkunx jaf igħaddi ...", "Dawn huma affarijiet li jiġru.", "Hawn min għandu kommunikattiva naturali u hawn min m'għandux.", "Pero' għar-rigward ta' l- instructors nista' ngħid li hemm Instructor Training Unit li jagħmel korsijiet apposta.", "Veru li fl- Universita' hemm professuri li m'għandhomx il-kwalita' li jikkommunikaw tajjeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jien m'inix qed ngħid li ma jikkommunikawx tajjeb, imma jekk dan kien engineer li ilu jgħallem l-Universita' madwar 15-il sena, telaq il-prtattika u ma jarax x'qed ikun hemm ġdid kontinwament fuq is-suq, inutli li jibqa' l-Universita', għax mhux se jgħaddi lill- istudenti t-tagħrif li suppost jgħaddilhom.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Dan jinvolvi żewġ affarijiet, il-metodu kif tgħallem u l- aġġornament fis-sengħa tiegħek.", "Għar-rigward ta' l- aġġornament fis-sengħa, qed nipproponi li nagħmlu skema fejn l- instructors wara certu żmien jagħmlu sena oħra li nsejħulha sabbatical.", "Għaliex huwa minnu li certi instructors jinqatgħu mis-sengħa tagħhom għal certu żmien u ma jkunux aġġornati ma' l-aħħar affarijiet.", "Pero' s'issa naħseb li ħafna mill- instructors huma aġġornati, meta tipparagunahom ma' intructors f'postijiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia, mistoqsija.", "ONOR.", "JOE CILIA: Rigward l- għalliema każwali, għaddejjin xi diskussjonijiet biex dawn isiru tal-post?", "Bħalissa kollox qiegħed at a standstill, jew hemm xi ħsieb li 'l quddiem l-affarijiet jiċċaraw?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: La xejn m'hu at a standstill.", "Is- sistema hija li fl-ewwel sena li jidħlu bħala għalliema każwali jitħallsu biss ta' meta jaħdmu.", "Wara sena dawn isiru part-timers, għalkemm dan mhux mod tajjeb kif issejħilhom.", "Dan ifisser li anke fil-vaganzi jitħallsu.", "Meta mbagħad ikunu part-time jiru korsijiet in service - u għal dawk li huma part-time diġa' saru korsijiet - biex ikunu jistgħu jidħlu fl- establishment regolari.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Philip Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Jidhirlu l-Ministru li huwa fl-interess ta' l- istudenti u wisq iktar ta' l-industriji lokali, kemm privati u kemm parastatali, li l-Gvern jagħti inċentiv biex personnel minn dawn l- industriji, speċjalizzati f'xi sengħa, iqattgħu xi ħin igħallmu lill- istudenti fit- trade schools u fit-technical institutes?", "B'dan il-mod ikun hemm orjentament aħjar u kordinazzjoni bejn l- edukazzjoni u l- industrija.", "Nixtieq inkun naf jekk il- Ministru għamilx dak li għadni kemm għidt.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Dak li għadu kemm semma l-Onor.", "Muscat twettaq, pero' jien ngħid li hemm bżonn li jsir iktar.", "Infatti diġa' għandna nies li jaħdmu fl-industrija u kull tant żmien jagħmlu siegħa jew sagħtejn fil- ġimgħa jgħallmu fit-trade schools jew fit-technical institutes.", "Pero' hemm bżonn li jkun hemm iktar nies minn dawn, kif hemm bżonn li dawk li jdumu instructors għal żmien twil fl- iskejjel, jerġgħu jmorru jagħmlu sabbatical fil-post tax-xogħol.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Billi l- Ministru qal li jagħmel minn kollox biex jutilizza l- materjal li jkollu fid- Dipartiment bl-aħjar mod possibbli, jista' jgħarraf lil din il-Kamra għaliex fil-bidu ta' din is-sena skolastika ħalla ħafna taħwid u turbulenza fl-iskejjel sekondarji?", "Għax kien hemm nies tajbin ħafna bħala teachers li minflok instab mezz kif jinżammu fil- klassi ngħataw promotion u ntbagħtu barra mill-klassi fejn it- talenti tagħhom mhumiex utilizzati tajjeb.", "Jista' l- Ministru jispjega wkoll għaliex ċerti teachers li talbu postings fis-suġġett tagħhom ma tawhomlhomx?", "Peress li kien intqal li mhux sewwa li wara li tibda s-sena skolastika jkun hemm dipartimenti tal-Gvern li jirreklutaw nies mid- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni bil-konsegwenza li ma jkunx hemm għalliema, dan jista' japplika għal dak li ġara fil- Liċeo Superjuri Gan Franġisk Abela fejn il-parti l-kbira ta' l-għalliema ta' l-ekonomija spiċċaw biex marru mal-Water Services Corporation - fejn mar-rebus li kien hemm żdied rebus ieħor - u wara, parti minn dawn l-għalliema spiċċaw biex marru lura fil-Liċeo Superjuri b'mod li s-sena skolastika għall-istudenti li jistudjaw l-ekonomija bdiet ħażin bla bżonn għax ma kienx hemm il-kordinament meħtieġ bejn il-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u min hu responsabbli mill-Water Services Corporation?", "Il- Ministru ma jidhirlux li minflok joqgħod igħaddi rimarki bħal dawn f'din il-Kamra, għandu jikkordina b'mod aktar effettiv u serju ma' sħabu ħalli ma jkollniex dawn il- bużullotti li għaddew minnhom it-tfal tagħna?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien ma ninqalax għall- bużullotti, kemm dawk verbali kif ukoll dawk ta' l-idejn pero' jista' jkun li l-Onor.", "Spiteri jinqala' għall- bużullotti verbali għaliex mal- Water Services Corporation ...", "(Interruzzjonijiet) Jiena għidt forsi, jiġifieri esprimejt dubju.", "Mal-Water Services Corporation ma kien hemm l-ebda diżgwid.", "L- għalliema, inkluż il-head, ta' l-ekonomija fl-iskola Ġan Franġisk Abela ngħataw iċ- ċans li jgħinu lill-Water Services Corporation u jibqgħu jgħallmu għal xi żmien.", "Fil-fatt issa reġgħu ġew lura lock, stock and barrel.", "Jiġifieri llum għandna jgħallmu l-ekonomija more than enough.", "Forsi l-Onor.", "Spiteri mhuwiex informat biżżejjed.", "Jien lanqas nista' naċċetta li kien hemm taħwid minħabba promozzjonijiet.", "Kulħadd għandu funzjoni x'jagħmel; min qiegħed Direttur ta' l- Edukazzjoni ma ngħidx li tliftu minn headmaster, min qiegħed headmaster ma ngħidx li tliftu minn għalliem, u min qiegħed għalliem fi skola sekondarja ma ngħidx li tliftu mill-primarji.", "Kulħadd jagħmel l-iktar funzjoni tajba li jista' jkun hemm fid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni.", "Għar-rigward tad-domanda li tani bil-miktub l-Onor.", "Muscat ngħid li m'inix f'pożizzjoni li ngħidlu numru preċiż, pero' naf każijiet għaliex ġew quddiemi kwestjonijiet għar-rigward ta' kif għandhom jitħallsu.", "Min jgħallem f'livell iktar għoli jitħallas b'rata iktar minn min jgħallem f'livell sekondarju.", "BORDIJIET TA' KUMPANNIJI PUBBLIĊI - STUDENTI FIL-KORS TAL-LIĠI", "4923.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid: Hux il-każ li fuq diversi bordijiet ta' korpi jew kumpanniji tas-settur pubbliku ġew imqiegħda bħala diretturi, studenti fil- kors tal-Liġi.", "Jekk iva, min ħa d-deċiżjoni u fuq liema bażi?", "Jista' l- Prim Ministru jagħti lista tal- ħatriet li saru s'issa, jekk saru, u ta' oħrajn li hemm maħsuba, jekk hemm?", "Jekk fil- fatt saru ħatriet, fuq liema bażi ġew magħżula l-individwi attwali, u mhux oħrajn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Minn informazzjoni li għandi jirriżulta li hemm erba' studenti fil-kors tal-Liġi li huma membri/diretturi fuq xi korp jew kumpannija fejn il- Gvern għandu ishma.", "Dawn huma:", "Is-Sur Richard Sladden - L-Awtorita' tad-Djar", "Is-Sur Ian Micallef - Freeport (Terminal) Malta Ltd", "Is-Sur Victor Scerri - Medigrain", "Is-Sur Anthony Cutajar - Kalaxlokk Co Ltd", "Il-kriterji li jintużaw fil- ħatra ta' membri/diretturi ta' Korpi u ta' kumpanniji fejn il- Gvern għandu ishma jinkludu li l-persuni magħżula jkunu lesti u kapaċi li jgħassu l-interessi ta' l-istess korpi jew kumpanniji.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Dan ifisser li mill-istudenti tal- Liġi kollha u mill-istudenti universitarji kollha li minnhom hemm 4,000, dawn l-erbgħa biss kienu lesti u disposti li jqisu l-interessi li semma l- Prim Ministru li jkunu meħtieġa minnhom sabiex iwettqu bħala diretturi?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dan assolutament ma jfissirx hekk, u jien m'għidtx hekk.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Fuq liema kriterji ntgħażlu dawn?", "Għaliex dawn l-erba' studenti universitarji - u dan qed ngħidu bl-aktar mod responsabbli - huma viċin ħafna tas-Sur Beppe Fenech Adami, u jien ngħid li ntgħażlu għaliex huma min huma.", "Għalhekk nixtieq li l-Prim Ministru jembarka fuq din għax hemm ħafna aħjar minnhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nirrispetta l-ġudizzju tal-ħabib tiegħi u kuġin fil- bogħod l-Onor.", "Sandro Schembri Adami u meta jkun Prim Ministru jista' juża l-ġudizzju tiegħu.", "Pero' s'issa mhux il-ġudizzju tiegħu nuża, imma tiegħi.", "U l- ġudizzju tiegħi huwa dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Qabel ma nsiru personali u familjari ż- żejjed u f'din il-Kamra fejn għandhom ma bdewx jikbru fjuri nispiċċaw biex indaħħlu s-siġra tal-familja, jista' l-Prim Ministru jgħid attwalment min għażilhom dawn in-nies?", "Jien mill-bidu nett aċċettajt li l- familjari tal-Prim Ministru ma ndaħlux f'din l-għażla u nappella lil ħabib tiegħi, l- Onor. Sandro Schembri Adami, biex ma jagħmilx referenzi bħal dawn għax jien persważ li dan ma kienx il-każ.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nista' ngħid li fil- mument deċiżiv ikkonfermajthom.", "Dan il-Gvern qed juża sistema fejn kważi l-bordijiet kollha huma importanti.", "Fl-ewwel stadju jkun hemm suġġerimenti mill- Ministru responsabbli minn dik is-soċjeta' jew kumpannija partikolari, imma finalment dawn id-deċiżjonijiet jgħaddu mill-uffiċċju tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma l- għajdut li kien hawn fil- pajjiż, li fl-għażla tad- diretturi ta' bordijiet importanti li rrefera għalihom, barra r-rakkommandazzjoni tal- Ministri konċernati, kien hemm ukoll l-influwenza retta minn ċerti kwartieri n-naħa tal- Pieta'?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li jekk jispjegali għal liema kwartieri f'Tal-Pieta' qed jirreferi nkun nista' nifhem aħjar, pero' nista' nimmaġina liema huma dawn il- kwartieri!", "Naturalment l-ebda Gvern ma jaħdem f'vacuum, imma f'każijiet ta' appointments simili jaħdem permezz ta' nies li jkunu magħrufa personalment jew anke mhux personalment.", "L- importanti hu li min jiġi magħżul biex jaqdi funzjoni jkun kapaċi jaqdiha fl-aħjar interess ta' dik il-kariga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jekk tippermettili, nixtieq nirringrazja lill-Prim Ministru talli kien onest biżżejjed li kkonferma dak li għidtlu, jiġifieri li l-għajdut li kien hawn kienu korretti kif jien persważ li mill-Budget Speech li se nisimgħu se jirriżulta li l-għajdut li kien hawn f'dawn l- aħħar jumejn kienu korretti wkoll.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li l-għajdut huwa bħal dak li nkiteb dalgħodu mill- Onor. Lino spiteri fejn għamel eżami u pprova jippreveni dak li se jingħad fil-Budget.", "Nista' nassigurah li ċerti affarijiet se jkun ipprevenihom tajjeb.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijet għadda.", "L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Nitlob il- permess tal-Kamra biex nagħmel mistoqsija oħra li tidher fuq l-agenda.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ - INFIQ", "6031.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti breakdown ta' kif se jintnefqu is-Lm26.4 miljun għas- sistema ta' sewage li l-Ministru qal se jintnefqu fil-press conference?", "F'liema partijiet ta' Malta se jsir ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Il- breakdown u l- postijiet fejn se jitwettqu xogħlijiet ta' tisħiħ tas-sistema tad-drenaġġ skond il-Master Plan huma kif indikati fuq it-tabelli 1.1 - 1.6 meħuda mid- Dokument finali ta' dan il-Pjan u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn huma stmati li jitilgħu għal Lm13.5 miljun.", "Il-Pjan ikopri s-sistema tad-drenaġġ ta' Malta u Għawdex kollu u mhux ta' xi partijiet partikolari.", "Ix-xogħlijiet għall-impjanti ta' tisfija li huma stmati li jiswew madwar Lm12.9 miljun oħra, huma maħsuba li jsiru f'Ras il-Ħobż (Għawdex); iċ- Ċumnija l/o Mellieħa, l-inħawi ta' Wied Għammieq u estensjoni ta' l- impjanti eżistenti f'Sant'Antnin f'Marsascala.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Intern u Żvilupp Soċjali): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Ċirkolari maħruġa mill- Kwartieri Ġenerali tal- Pulizija dwar \"Skorta ta' Priġunieri mill-Pulizija\" (bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari Nru. 6245).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1993", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 67 tas- Seduta Nru. 71 tat-23 ta' Novembru, 1992, id-diskors kollu tal-Budget huwa eżenti mil- limitu ta' ħin għad- diskussjoni, Ordni Permanenti 49, u mill-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol, Ordni Permanenti 9.", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, għandi messaġġ mill- President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l- messaġġ tal-President:", "CENSU TABONE PRESIDENT", "Il-President jirrakkommanda lill-Kamra tad-Deputati n-Nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux aktar minn mitejn u disgħin miljun, sitt mija u tnejn u ħamsin elf, disa' mija u tmienja u għoxrin Lira Maltija (Lm290,652,928) kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali għall- 1993.", "Il-President jirrakkommanda wkoll l-Att ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "24.11.92 Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, Nipproponi li l- Kamra tirrisolvi ruhha f'Kumitat ta' Provvista biex tikkonsidra l- Estimi Generali ta' l-Infiq u d-Dhul ghas-sena 1993.", "Dan hu l-ewwel budget wara elezzjoni li fiha l-Poplu Malti wera b'mod car il-preferenza tieghu lejn sistema ekonomika li thajjar l-inizjattiva personali, kemm fid-decizjonijiet ta' kif jinholoq il-gid, kif ukoll fid- decizjoni ta' kif dan il-gid jintuza.", "Nittama li dan il-Budget iservi biex jenfasizza d- direzzjoni li qbadna waqt li jsahhahna fir-rizoluzzjoni taghna li nuzaw ir-rizorsi taghna b'aktar efficjenza u ghalhekk b'aktar qliegh ghal kulhadd, u li nqassmu l- gid mahluq f'pajjizna b'gustizzja fi spirtu ta' solidarjeta'.", "Hemm bzonn li matul dawn il- hames snin li gejjin, naghtu harsa sewwa madwarna b'sens oggettiv u kritiku.", "Minghajr ma nithabblu f'modalitajiet u f'kuncetti tal-passat, u minghajr ma nitfixklu billi nbiddlu biex inkunu biddilna, hemm bzonn naraw kif strutturi prezenti jistghu jirrendu aktar, kif strutturi godda jistghu jkunu aktar adattati ghaz-zmenijiet ta' ghada, u kif il-bazi ekonomika u finanzjarja tista' tigi mtejba biex inkunu nistghu nilqghu ghall-isfidi tal-gejjieni.", "1.", "Harsa Lejn l-1992", "1.1 Is-sitwazzjoni madwarna", "Qeghdin nghixu fi zmenijiet ta' taqlib kbir.", "Hafna pajjizi girien taghna u hafna ohrajn 'il-boghod minna ghaddejjin minn zmenijiet koroh: zmenijiet li fihom il-prodott nazzjonali naqas, il-qghad kiber u l- izbilanci fil- kummerc fost il- pajjizi industrijalizzati telghu hafna.", "Fil-pajjizi industrijalizzati, partikolarment dawk tal- punent, hemm incertezzi kbar.", "It-taqlib politiku f'pajjiz bhall-Germanja rrizulta fi problemi finanzjarji u ekonomici li lanqas huma ma bassru.", "Ohrajn bdew ihossu l- effett ta' nuqqas ta' aggornament fis-snin l- imghoddija.", "Il- mizuri li hadu biex jirrangaw l-izbilanci li nholqu fis-sistemi monetarji taghhom kellhom l-effetti taghhom fuq l-andament ta' l- ekonomija.", "Hafna pajjizi li ghaddew snin twal taht il-madmad kommunista, b'tant tbatija ghall- popolazzjoni taghhom, illum qeghdin jippruvaw jitghallmu jahdmu f'ambjent aktar hieles u b'sistemi li ghal tant snin qabel kienu ndottrinati biex jistmerru.", "Hawn ukoll tezisti incertezza kbira.", "Mekkanizmi antiki tal-kummerc internazzjonali u ta' trasferimenti monetarji ghebu u, sfortunatament, f'xi kazi, ghad ma hemmx mekkanizmi godda biex jissostitwuhom.", "Rabtiet inter- nazzjonali nhallu.", "Materja prima u kapacita' produttiva li kienu allokati ghal snin bil- quddiem, bi prezzijiet li ma jirriflettu xejn il-valur ekonomiku taghhom, illum jinsabu stagnati, wieqfa jew jahdmu bi prezzijiet tant baxxi li qeghdin jgharrqu s- suq ghal kulhadd.", "Hafna pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw issa ntebhu li s-sistemi mposti mill- mexxejja antiki, li hasbu li kollox jimxi sew jekk jikkmanda wiehed, huma biss xkiel ghal kisba ta' hajja ahjar.", "Ghalhekk qabdu t-triq ta' aggustament ekonomiku biex jinzghu mill-kontrolli esag- erati, mill- investiment dirett tal-Gvern u mill-indhil fil- kummerc biex, bit-tkattir tal- fiducja u l-inizjattiva, jilhqu l-ghanijiet li s'issa kienu jaraw tant 'il-boghod.", "L-effett hu li l-kapacita' ta' nfiq f'idejn il-popli ta' dawk il-pajjizi li huma jew kienu meqjusa bhala zviluppati naqas u l-konsum internazzjonali batta.", "Muniti li darba kienu b'sahhithom illum qabdu n-nizla, u klijenti li qabel kienu jitqiesu mill-ahjar illum ma tazzardax tersaq lejhom jekk mhux b'garanziji bil-quddiem.", "Ir-ricessjoni li laqtet lid- dinja f'dawn l-ahhar sentejn illum ghadha tnawwar l- ekonomiji ta' hafna pajjizi u m'hemmx indikazzjoni li l- ghafsa taghha se terhi fiz- zmien qarib.", "1.2 Is-sitwazzjoni taghna", "Ghal hafna snin, l-ekonomija taghna kienet mibnija fuq parametri li ma kienu jaqblu xejn mar-realta'.", "Xprunati mill-htiega li nkunu kompetittivi, u bl-idea li l- kompetittivita' tigi minn pagi baxxi, is-sistema taghna nbniet kollha fuq l-oggettiv li l-pagi jkunu l-inqas possibbli.", "Dan wassal biex hloqna artificjalitajiet kbar li heddu s-sisien tal- vijabilita' taghna.", "Fil-hames snin li ghaddew naqqasna hafna mill-artificjalitajiet li kienu jezistu.", "Nehhejna l-friza fil-pagi.", "Nehhejna t-\"time in lieu\".", "Nehhejna l-isfruttament li l- Gvern stess kien jaghmel mal- haddiema billi kien jimpjeghom fuq bazi temporanja.", "Naqqasna l-protezzjoni ta' l-industrija lokali li ma setghetx tahdem b'mod efficjenti.", "Naqqasna l- operazzjonijiet tal-\"bulk buying\", li kienet tillimita l- prodotti li seta' jixtri l- konsumatur u li kienet ukoll l- ingredjent ewlieni fit-thaddim ta' \"retail price index\" artificjali.", "Naqqasna l-htiega ghal hafna licenzji li kienu joholqu kwazi monopolji f'hafna hwejjeg tal-konsum, barra mill- burokrazija zejda li tifni.", "Malta ma tistax ikollha ekonomija vijabbli jekk tinghalaq fiha nfisha.", "Din hi l-lezzjoni li tghallimna a spejjez taghna.", "Is-success taghna jkun kbir daqskemm tikber ir-relazzjoni taghna ma' pajjizi ohra, daqskemm ikollna skambju ta' bejgh lejhom u xiri minghandhom, u daqskemm huma juzaw is- servizzi li naghtu ahna.", "Ghalhekk is-sitwazzjoni madwarna hi ta' relevanza kbira ghalina.", "Ekonomija kajmana fil- pajjizi klijenti taghna tista' taffettwa l-kapacita' produttiva taghna u n- nixxiegha ta' investiment lejna.", "Ghalkemm, kif ghidt, din ir- ricessjoni dinjija ilha tinhass ghal dawn l- ahhar tlett snin, ahna s'issa rnexxielna nsostnu pass mghaggel fl-ekonomija taghna, anke jekk m'ghandniex rizorsi naturali u sahansitra rridu nipproducu l-ilma li nixorbu, anke jekk l-ispazju fejn nghixu hu limitat minhabba c-cokon tal-blata taghna, anke jekk niddependu xi ftit minn ghajnuna barranija biex nghixu, resqin biex nibnu ekonomija vijabli li thabbatha ma' dik ta' pajjizi akbar minna.", "Qieghed jirnexxilna nipproducu aktar, nesportaw aktar, noholqu servizzi godda u efficjenti, nigbdu aktar turisti lejn pajjizna.", "Irnexxilna noholqu aktar gid.", "Dan ghax ghandna aktar nies jahdmu, ghandna aktar nies jahdmu aktar, u ghandna aktar nies jahdmu f'setturi li jirrendu aktar.", "Id-direzzjoni li tajna lill- ekonomija taghna mill-1987 'l hawn:", "*l-investiment fl-infrastruttura li hi l-ghodda tal- produzzjoni; *il-kuragg li ninqatghu minn dak li deher komdu ghal hafna imma li fil-fatt kien sewwes il-kapacita' produttiva taghna,", "wasslitna ghall-progress u l- gid li ghandna llum.", "1.2.1.", "Mill-1987 'l hawn", "Biex ikollna perspettiva ekonomika ahjar, naraw ir- rizultat ta' din id- direzzjoni gdida tul l-ahhar hames snin.", "Bejn l-ewwel ta' Gunju 1987 u l- ahhar ta' Settembru 1992, mhux biss il-Prodott Gross Domestiku zdied b'medja ta' 9.6% fis-sena, imma ghandna 10,610 aktar nies jahdmu bi qliegh.", "Zidna 10,387 fis- settur privat: 2,166 fil- produzzjoni u 8,221 fis- servizzi.", "U dawn, fejn qabel numru minnhom kienu jahdmu u jithallsu gimgha mnaqqsa ta' xoghol, illum numru sostanzjali qeghdin jahdmu f'aktar minn impieg wiehed.", "Dan ifisser li l-holqien ta' mpiegi godda f'pajjizna jizboq bil-hafna c- cifra ta' 10,619 msemmija qabel.", "L-investiment f'pajjizna f'dawn l-ahhar hames snin jizboq bil-bosta kull livell li qatt gie milhuq.", "L-investiment tal-azjendi l-kbar fil- manifattura fl-istess perjodu aktar milli rdoppja meta mqabbel mal-hames snin ta' qabel, billi lahaq Lm78.6 miljun bejn Settembru ta' 1987 u Settembru ta' din is-sena.", "Importanti daqs dan hu l-fatt li fl-istess perjodu, il-valur mizjud ghal kull haddiem fil- manifattura zdied b'47.2%, l- esportazzjoni ghal kull haddiem fil-manifattura zdiedet b'135.1%, u d-dhul mit-turizmu ghal kull haddiem impjegat dirett fit-turizmu zdied b'24.7%.", "Dan juri li kellna l- hila nutilizzaw ahjar ir-rizors principali taghna; ir-rizors uman.", "F'dawn is-snin kellna niehdu decizjonijiet iebsa.", "Zidna l- pagi biex naghmlu tajjeb ghall- friza li ngazzat lil pajjizna fl-erba' snin ta' qabel.", "Ma emminna qatt li l-kompetittivita' fis-swieq barranin ghandha tigi minn fuq dahar il-haddiem billi nikkundannawh ghal pagi baxxi.", "Dan irrifletta ruhu fi qliegh ahjar ghall-haddiem taghna u f'hajja ahjar ghalih.", "Mhux biss ghax seta' jixtri aktar, imma seta' jgholli l-livell tieghu permezz ta' l-ghazla bejn il-hafna prodotti ta' kwalita' ahjar fuq l- ixkafef tal-hwienet.", "Barra milli nefaq aktar, il- poplu Malti faddal aktar.", "Fl- istess perjodu li semmejt qabel, it-tifdil fil-banek u f'titoli zdied b'Lm420 miljun.", "1.2.2.", "Il-Qaghda Ekonomika Ghall-1992", "Anke fis-sena li qeghdin fiha, minkejja r-ricessjoni u l-qghad kbir li qed jahkem anke fl-ekonomiji ta' dawk il- pajjizi li l-aktar ghandna rabtiet kummercjali maghhom, l- ekonomija taghna wriet rizultati nkoragganti.", "Ir-rata ta' zvilupp hi b'sahhitha minkejja li diversi progetti kbar tal-gvern gew mitmuma jew kienu waslu biex.", "It-tibdil u l- investiment li saru fis- settur privat f'dawn l-ahhar snin qieghed jaghti l- frott tieghu.", "Dan hu awgurju tajjeb biex inzommu l-kolp fil- burraxka li l- irjieh taghha qeghdin ilahhqu fuq xtutna.", "Fid-disa' xhur sa l-ahhar ta' Settembru 1991, il-Prodott Gross Domestiku kien ta' Lm593 miljun.", "Fl-istess perjodu sa Settembru ta' din is-sena, dan kien jammonta ghal Lm641 miljun, jew zieda ta' 8.1%.", "F'termini reali, jigifieri wara li tnehhi l-effett ta' l- inflazzjoni, ir-rata ta' zieda kienet ta' 4.9%.", "Iz-zieda li konna rregistrajna fl-istess zmien ta' l-1991 kienet ta' 9.5% f'termini nominali u ta' 5.9% f'termini reali.", "Dan it-tnaqqis moderat fir- rata ta' zieda, ghalkemm jirrifletti r- ricessjoni internazzjonali, ma nkwetaniex.", "Fil-fatt, ghalkemm irridu nzommu pass tajjeb ta' progress, u ghadna qeghdin fuq livelli tajbin hafna, irridu noqoghdu attenti li l-ekonomija taghna ma taccellerax izzejjed b'konsegwenzi li r-rizorsi taghna ma jlahhqux ma' l- espansjoni u jkollna nwaqqfu f'daqqa halli nergghu nibbilancjaw.", "In-numru ta' dawk li kienu qeghdin jirregistraw ghax- xoghol fl-ahhar ta' Settembru ta' din is-sena kien ta' 5,332, jew 3.9% tan-nies li jridu jahdmu.", "Dan juri zieda zghira fuq is-sena l-ohra meta n-numru kien 4,868 jew 3.6% ta' dawk li jridu jahdmu.", "Fl-ahhar tnax-il xahar, in- numru ta' nies jahdmu zdied b'1,320 u issa jlahhaq il- 131,150.", "Fil-fatt, fis-settur privat kellna zieda ta' 1,543 waqt li s-settur pubbliku naqas b'223.", "Ghalhekk, minn dawk kollha li jahdmu bi qliegh, f'Settembru kellna 57.55% jahdmu fis-settur privat, zieda mis-56.95% li kellna f'Settembru tas-sena li ghaddiet.", "Fis-settur privat tal- manifattura n-nuqqas kien ta' 144 ghaliex ma ghamilniex tajjeb ghal kollox ghat-telf ta' madwar 600 impieg mis- setturi tat-tessuti.", "Ta' min jinnota li l-investiment fil- manifattura, li fl- ahhar ftit snin kien miexi b'ritmu mghaggel hafna u li rajnieh tiela' minn Lm5 miljun fl-ewwel disa' xhur ta' l-1987 ghal Lm19-il miljun is-sena l- ohra, naqas ghal Lm13-il miljun fl- ewwel disa' xhur ta' din is- sena.", "M'hemmx dubju li l- incertezzi fis-swieq internazzjonali huma l-kawza ta' dan it-tnaqqis li fil-fatt kellu effett fuq ir-ritmu ta' holqien ta' mpiegi godda f'dan is-settur.", "Fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, mqabbla mad-disa' xhur tas-sena l- ohra, il-produzzjoni zdiedet b'20% minn Lm381 miljun ghal Lm459 miljun, l- esportazzjoni zdiedet bi 28% minn Lm259 miljun ghal Lm331 miljun u l-valur mizjud zdied bi 8% minn Lm130 miljun ghal Lm141 miljun.", "Dan ifisser produttivita' akbar.", "Fil-fatt, ras ghal ras, il-haddiema fil- manifattura pproducew b'Lm16,000 kontra t-Lm13,000 fis-sena ta' qabel, u z-zieda fil- valur mizjud kienet ta' Lm4,451 kull haddiem kontra l- Lm4,040 fis-sena ta' qabel.", "Produttivita' akbar hi l-bazi vera ta' kompetittivita' akbar, u ghalhekk dawn ir-rizultati jimlewna bil-kuragg.", "Zidiet fil-pagi ghandhom izommu l- pass maz-zieda fil-produttivita'.", "Fil-fatt id-dhul medju ta' mpjegat fl- azjendi kbar tal- manifattura gholiet minn Lm63.88 ghal Lm66.16.", "Dawn ic- cifri juru li pajjizna qieghed isib stabbilita' wkoll fiz- zidiet tal-pagi, li jidher li qeghdin ikunu kontenuti fiz- zieda tal-produttivita'.", "Dan hu l-mod ghaqli kif nimxu u li jassiguralna li, jekk ma jinqalghux problemi mhux mistennija, inkunu nistghu nsostnu t-titjib fil-livell tal-hajja tac- cittadini taghna fis-snin li gejjin.", "Is-settur ta' l-agrikoltura u sajd, ghalkemm zghir, ghandu mportanza li ma titkejjilx biss f'valur ekonomiku.", "Il- ftit hdura li naraw f'xi xhur f'pajjizna hu frott tal-hidma ta' dawk li bhala xoghol fiss jew b'delizzju, jiehdu hsieb l-ghelieqi taghna.", "Anke hawn ghaddejjin biex inkomplu nimmodernizzaw, u niehdu gost naraw li aktar u aktar serer qeghdin jigu mwaqqfa.", "It-turizmu baqa' miexi bir- rata qawwija ta' qabel.", "Fl- ewwel disa' xhur ta' din is- sena, in-numru ta' turisti li gew f'pajjizna kien ta' aktar minn 800,000, zieda ta' aktar minn 110,000 fuq in-numru li gew fl-ewwel disa' xhur tas- sena l-ohra.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk dan ir- ritmu jkompli sa l-ahhar tas-sena, se nkunu lhaqna l-mira taghna li naqbzu l-miljun turist.", "Id-dhul ta' flus mit-turizmu zdied ukoll.", "Dan issa tela', fl-ewwel disa xhur ta' din is- sena, ghal Lm135 miljun, jew 5% aktar mis-sena l-ohra.", "Issa rridu nikkonsolidaw din il- pozizzjoni li lhaqna fit- turizmu u nikkoncentraw fuq kif se nzidu l-qliegh minn din l- industrija.", "Nisperaw li l- progetti li bdew, u li ghandhom jibdew is-sena d-diehla, fil- bini ta' akkomodazzjoni turistika ta' kwalita' gholja, jipprovdu l-mutur mehtieg biex inkomplu nghollu l-livell tat- turizmu f'pajjizna.", "Il-Freeport kompla ghaddej b'ritmu mghaggel ta' espansjoni.", "Jidher li l- investiment qawwi li ghamilna f'din l-impriza qieghed jirrendi sforz it- tmexxija aggressiva li qieghed jinghata.", "Mic-cimiteru li writna, dan il- Port sar centru ta' attivita' ma taqta' xejn.", "Din is-sena, in-numru ta' containers imkejla f'TEU's (Twenty Foot Equivalent Units), li se jkun ghadda mill- Freeport hu ta' 179,152 jew 53.5% aktar mis-sena l-ohra.", "Nistennew li dan ilahhaq kwazi kwart ta' miljun sa l-ahhar tas-sena.", "L- estensjoni li ghandha tkun lesta s-sena d- diehla se tkabbar il-kapacita' tal-Freeport minn 300,000 ghal 500,000 container.", "Din il- kapacita' ghandna domanda qawwija ghaliha.", "Is-sezzjoni ta' l-oil tanking ukoll sejra tajjeb u l- kapacita' li ghandna qeghda tigi wzata tant li tlestew il- pjani biex il-bini tat-tieni fazi jibda qabel iz-zmien li kien ippjanat.", "Hawnhekk ta' min jghid li dan hu servizz iehor gdid li qieghed jirrendi xoghol mhux biss lil min hu nvolut direttament fih, imma wkoll lil min indirettament hu nvolut fil-garr ta' merkanzija u fil- vapuri.", "Hi attivita' li lill- pajjiz qieghda tqallghu wkoll miljun f'munita barranija.", "Servizz iehor li zviluppa tajjeb f'pajjizna hu dak fis- settur marittimu, inkluz ir- registrazzjoni ta' vapuri u l- yacht marinas.", "Malta llum hi mehuda bis-serjeta' f'dawn l- oqsma, b'tant serjeta' li pajjizi kompetituri taghna jittantaw ifixkluna.", "Mir- rapport ta' l-Awtorita' Marittima jidher li dawn is- servizzi qeghdin jirrendu tajjeb u huma awgurju pozittiv ghall- gejjieni ta' pajjizna.", "Fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, l-esportazzjoni tas- servizzi zdiedet ukoll biex hekk l-esportazzjoni totali ta' merkanzija u servizzi lahqet il-Lm593 miljun minn Lm500 miljun fl-ewwel disa' xhur tas- sena ta' qabel.", "L-importazzjoni ma zdiditx bl-istess ritmu, u minn Lm576 miljun telghet ghal Lm637 miljun.", "Dan ifisser li l-izbilanc bejn l- esportazzjoni u l-importazzjoni issa nizel ghal Lm44 miljun minn Lm76 miljun f'Settembru tas-sena l-ohra.", "Jekk inkomplu sejrin hekk, se jkollna l-inqas zbilanc mill-1988 'l hawn.", "Fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, se jkollna bilanc pozittiv ta' Lm10 miljun fil- Kont Kurrenti mal-pajjizi barranin.", "Tnehhi l-bilanc favorevoli ta' Lm22 miljun fl- 1988, dan kien l-ahjar bilanc li kellu pajjizna mill- 1981 'l hawn.", "Dan ir-rizultat inkiseb minkejja li dahlu inqas imghaxijiet minn barra minhabba t-tnaqqis ta' l-imghax f'hafna pajjizi fejn ghandna flusna nvestiti.", "Ir-rata ta' l-inflazzjoni, kif inhi meqjusa fuq l-indici tal-prezzijiet bl-imnut, telghet b' 1.7% fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena.", "Din ir- rata hi inqas mit-2.9% registrata fl-istess perjodu fis-sena ta' qabel, u tirrifletti t-trazzin li l- qaghda hazina fl-ekonomija internazzjonali kellha fuq il- prezzijiet ta' l-importazzjoni.", "It-titjib fl-ekonomija Maltija jidher ukoll miz-zieda qawwija fid- depoziti li fl- ewwel disa' xhur ta' din is- sena zdiedu b'Lm77 miljun.", "Fl- istess perjodu tas-sena l-ohra, iz-zieda kienet ta' Lm42 miljun.", "Kollox ma' kollox, matul din is-sena, bil-ghaqal, minghajr skossi u bil- hidma ta' hafna, dan pajjizna zammejnih 'il- boghod mill-ghawg b'rizq il- poplu kollu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Dan li ghidt hu spjegat fid- dettal fl-Economic Survey li kopja tieghu qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.", "1.3.", "Rizultati Finanzjarji ghall-1992", "Fl-estimi approvati s-sena l- ohra, l-izbilanc totali kien previst ghal Lm35.9 miljun.", "Fil-fatt, mill-mod kif sejrin l-affarijiet, ir-rizultat se jkun kemmxejn ahjar u s-sena se nispiccawha bi zbilanc ta' Lm28.8 miljun.", "Dan ifisser tnaqqis ta' Lm7.1 miljun fl- izbilanc.", "Ifisser ukoll li l- izbilanc din is-sena se jkun 3.3% tal-Prodott Gross Domestiku.", "Dan ir-rizultat stajna niksbuh billi d-dhul kien aktar minn dak previst, waqt li rnexxielna nikkontjenu l-hrug ghall-ammonti totali li kienu mahsuba s-sena li ghaddiet.", "1.3.1.", "Dhul", "Fil-fatt, id-Dhul Ordinarju tal-Gvern, meta mqabbel mat- Lm332.4 miljun fl-Estimu, tela' ghal Lm 339.6 miljun, zieda ta' Lm7.2 miljun.", "Din iz- zieda hi rizultat ta' dhul ta' Lm3.4 miljun aktar mit-Taxxa tad- Dhul, Lm3.4 miljun aktar mill- profitti tal-Bank Centrali, miljun aktar mill- Avjazzjoni Civili u Lm6.3 miljun aktar mis-Sigurta' Nazzjonali.", "Dawn ghamlu aktar minn tajjeb ghal dhul inqas ta' Lm4.5 miljun minn bejgh ta' ishma f'kumpanniji tal-Gvern u miljun lira anqas mill-kirjiet.", "Meta mqabbel ma' l-1991, id- Dhul Ordinarju fl-1992 hu Lm18.6 miljun aktar.", "Dan wara li mic-cifri ta' l-1991 jinqatghu l-kontribuzzjonijiet ghan-nefqa kapitali tal- korporazzjonijiet li ma jidhrux fil-1992.", "Dan hu rizultat ta' zidiet ta' Lm 6 miljun mid- Dwana, Lm1.9 miljun mil- Licenzji, Lm9.1 miljun mit- Taxxa tad-Dhul, Lm3.8 miljun mill-Bank Centrali, Lm6.6 miljun mis-Sigurta' Socjali.", "Dawn ghamlu aktar minn tajjeb ghal nuqqas ta' Lm6.3 miljun mid-dhul mixxelanju li hu relatat ma' introjtu ta' bejgh ta' ishma f'kumpanniji parastatali, li ma sarx.", "Matul l-1992 il-Gvern dahhal ukoll Lm16.2 miljun minn ghotjiet, l-aktar taht il- Protokolli ma' l-Italja.", "Dan l- ammont hu kwazi daqs dak li dahhalna fl-1991 imma Lm2.5 miljun inqas minn dak previst.", "Minn sorsi barranin, se nkunu ssellifna Lm5.1 miljun.", "Dan hu Lm4 miljun anqas mill- 1991 u nofs miljun anqas minn dak previst.", "Dan is-self sar taht il- Protokoll Taljan kif ukoll taht it-Tieni u t-Tielet Protokolli li ghandna mal- Kommunita' Ewropea.", "1.3.2 Nefqa Kapitali", "In-Nefqa Kapitali totali ghall-1992 hi stmata li se tilhaq Lm59.3 miljun, jigifieri Lm2.6 miljun anqas mill-estimi approvati.", "Dan ir-rizultat wasalna ghalih allavolja kellna nizburzjaw Lm2.3 miljun aktar milli previst ghat-Tarznari.", "Fil-fatt, is-sussidju ghat- Tarzna lahaq Lm7.5 miljun waqt li s-sussidju ghall-Marsa Shipbuilding lahaq Lm7 miljun.", "Dan ifisser li madwar nofs id- deficit ta' din is-sena hu dovut ghal dan is-sussidju.", "Din mhix sitwazzjoni li fil- kuntest li f'kull settur qeghdin naghfsu biex nutilizzaw ir-rizorsi taghna bl-aktar mod efficjenti, tista' tithalla ghaddejja ghal zmien indefinit.", "Jiena nittama, li bil- koperazzjoni ta' kulhadd, imma zgur bi sforzi ghal tmexxija ahjar, efficjenza hafna akbar, kontrolli aktar stretti u diversifikazzjoni mghaggla, inwasslu ghal tnaqqis drastiku ta' dan il-piz minn fuq spallejn ic-cittadin Malti.", "1.3.3.", "Nefqa Rikorrenti", "Hawnhekk ukoll irnexxielna nzommu n-nefqa totali ghall- 1992 taht l- estimi approvati, u n-Nefqa Rikorrenti issa mistennija tlahhaq Lm314.8 miljun, kontra l-istima originali ta' Lm315-il miljun, differenza zghira ta' madwar Lm200,000.", "Bejn wiehed u iehor, kull ministeru nzamm ma' l- estimi originali tieghu.", "Ma' dawn ic-cifri wiehed irid izid il-Public Debt Servicing, li wkoll mexa ma' l-estimu approvat u li hu stmat li din is-sena jlahhaq Lm15.7 miljun, jigifieri Lm11.8 miljun f'interessi u Lm3.9 miljun f'kontribuzzjoni ghas-Sinking Funds.", "Meta titqabbel ma' l-1991, in-nefqa rikorrenti ghall-1992 se tkun Lm26.3 miljun aktar.", "Din id-differenza tikkonsisti principalment minn zieda ta' Lm6.5 miljun relatati mal-hlas tat-tieni parti tar-revizjoni tal-pagi tal- Gvern taht ir- riorganizazzjoni, Lm2.3 miljun ohra ghall-mili ta' postijiet battala u fit-trasferiment ta' haddiema minn status temporanju ghal status permanenti, ezercizzju li kien jinhtieg riaggustament tal-pagi ta' dawn il- haddiema.", "Barra minn hekk, kien hemm spiza ta' Lm1 miljun ghat-tmexxija ta' l-elezzjoni generali ta' Frar 1992, zieda ta' madwar Lm10 miljun fil- pensjonijiet u beneficcji ohra bhala rizultat tat-titjib sostanzjali f'dan is-settur u zieda ohra ta' Lm1.5 miljun fil-pensjonijiet tat-Tezor.", "Kellna zieda ohra ta' Lm1.1 miljun lill-Universita' u Lm1.5 miljun f'kontribuzzjoni tal- Gvern ghall-iffinanzjar ta' l- iskejjel tal-Knisja minhabba li t-taghlim bla hlas sar ikopri wkoll il-livell primarju mis- sena 1992.", "Kellna zieda ohra ta' Lm2.2 miljun fil- kontribuzzjoni ta' l- Istat ghas-Sigurta' Socjali.", "1.3.4.", "Analizi ta' l-Ispiza Rikorrenti", "Biex nifhmu l-ispiza tal- Gvern, u ghalhekk inkunu f'pozizzjoni ahjar biex nikkontrollawha, ridna naraw kif din l-ispiza rikorrenti hi strutturata.", "Ghalhekk, l- ispiza rikorrenti qsamniha f'hames sezzjonijiet generali:", "1.", "Pagi (Personal Emoluments) - Din is-sezzjoni tigbor fiha l- pagi mhallsa lill-impjegati tal-Gvern u l-ispejjez kollha relatati maghhom, bhal hlas ta' Sigurta' Nazzjonali, bonuses, allowances u overtime.", "2.", "Spejjez Ordinarji (Operating & Maintenance Expenses) - F'din is- sezzjoni jingabru l- ispejjez kollha mehtiega mill- amministrazzjoni biex tkun tista' tahdem.", "Hawnhekk insibu spejjez bhal materjal, trasport, vjaggar, stampar, stationery, etc.", "3.", "Spejjez Rikorrenti Specjali (Special Expenditure) - Din is-sezzjoni tigbor fiha spejjez ta' operazzjoni li min-natura taghhom huma spejjez ta' darba u mhux necessarjament jintnefqu kull sena.", "Mill-banda l-ohra, il- valur taghhom ikun zghir wisq biex jitqiesu bhala spejjez kapitali.", "Dawn jinqatghu ghalihom biex jispikkaw fl-ippjanar ta' stimi ta' spejjez ordinarji fis-snin ta' wara.", "4.", "Programmi u Inizjattivi (Programmes & Initiatives) - L- ispejjez relatati mal-programmi socjali u ekonomici tal-Gvern fl-oqsma differenti huma migbura f'din is-sezzjoni.", "Ghalhekk hawn qed nigbru pensjonijiet, stipendji, sussidji u ghajnuniet.", "5.", "Hlas lill-Entijiet tal- Gvern (Contributions to Government Entities) - Il-flus li jitpoggew ghad-dispozizzjoni tal-kummissjonijiet, awtorit- ajiet, korporazzjonijiet u agenziji varji biex ikunu jistghu jahdmu jingabru f'din is-sezzjoni.", "Jekk wiehed ihares lejn l- ispiza ta' madwar Lm315-il miljun stmata li se tintnefaq din is-sena jsib li din hi maqsuma bejn dawn il-hames sezzjonijiet kif gej:", "Lm miljun", "Pagi 111.0 Spejjez Ordinarji 28.0 Spejjez Specjali 0.5 Programmi u Inizjattivi 155.5 Hlas lill-Entijiet tal-Gvern 20.0", "Dan jibda juri r-rigidita' tal-bazi finanzjarja u fejn, jekk wiehed irid bis-serjeta' jimbarka fuq ezercizzji ta' tnaqqis fl-ispiza governattiva, hemm bzonn li jigi kkoncentrat l-isforz.", "Il-pagi huma 35% ta' l-ispiza rikorrenti kollha tal-Gvern.", "Hawnhekk jiehdu sinifikat differenti n-numru ta' nies fejn m'hemmx bzonnhom u l- produttivita' ferm baxxa fl- ambjenti tal-Gvern.", "Tispjega wkoll l- importanza kbira tar- riforma li beda dan il-Gvern f'dan il-qasam, biex ikollna organizzazzjoni ahjar, accountability ishah, etika tax-xoghol accettabbli u supervizzjoni u management tajjeb.", "Nifhmu wkoll ghaliex it- tmexxija tan-nies li fuqhom qeghda ssir din in-nefqa trid tkun wahda b'sahhitha u maghmula minn nies li jintghazlu skond il-kapacita' taghhom u mhux skond kemm ilhom impjegati.", "L-ispejjez ordinarji u specjali mehtiega ghall- operazzjoni tad- dipartimenti huma biss 9% tat-total.", "Jistghu jsiru sforzi biex titnaqqas din l-ispiza.", "U dawn l-isforzi qeghdin isiru.", "Imma fil-globalita' tan- nefqa kollha, wiehed jifhem li l- iffrankar hawnhekk, ikun kbir kemm ikun kbir, mhux se jaghmel differenza sostanzjali.", "Felli kbir iehor tan-nefqa huwa l-programmi u l- inizjattivi tal-Gvern li jammontaw ghal kwazi nofs l- ispiza kollha, b'kollox Lm155.5 miljun, li minnhom Lm12.4 miljun huma pensjonijiet tat- Tezor, Lm99 miljun huma pensjonijiet tas-Sigurta' Socjali u servizzi socjali ohra, u Lm4 miljun huma hlas lill-istudenti waqt li jkunu jistudjaw.", "Hawnhekk iridu jsiru l- isforzi kollha biex l- ewwel nassiguraw li dawn il- flus m'humiex jitqassmu fuq l- irjus imma qeghdin imorru ghand min kienu intenzjonati, imbaghad, biex infehmu lil kulhadd li dawn il-flejjes li qeghdin jitqassmu jridu jigu mhallsa b'xi mod mill-poplu Malti.", "Dan qieghed nghidu ghax hu mportanti li fl-istess nifs li nissugerixxu kif din l- ispiza nzidulha saff fuq l- iehor, b'kull saff, bhall- hmira, jikber maz-zmien, irridu nghidu wkoll kif din l-ispiza se tigi finanzjata.", "L-ispejjez ta' l-entijiet governattivi jammontaw ghal 6% ta' l-ispiza totali.", "L-ammonti sostanzjali nkluzi f'din l- ispiza huma: Lm4.5 miljun ta' l-Universita', Lm7.4 miljun lill-Korporazzjoni ghas- Servizzi ta' l- Ilma u Lm1.2 miljun ghall-Korporazzjoni tax- Xoghol u Tahrig (E.T.C.).", "Aktar dettalji qeghdin jinghataw fl-appendici li huma annessi ma' dan id- diskors.", "Id-dettalji shah tan-nefqa kollha stmata ghall-1992, paragunata man-nefqa tas-sena l-ohra, jinstabu fl-Estimi li qeghdin jigu ppublikati.", "Barra minn hekk, f'Tabella Numru 1, li nitlob lill-Kamra tiehu bhala moqrija, qed jinghata rendikont finanzjarju li juri paragun bejn l-estimi originali u riveduti tal-Fond Konsolidat ghall-1992.", "TABELLA NRU 1 (Ara Appendiċi I)", "1.3.5 Format ta' l-Estimi", "Qabel ma naghlaq din il-harsa lejn is-sena li qeghdin fiha, nixtieq nikkummenta fuq il- format li tajna lill- publikazzjoni ta' l-Estimi ghal din is-sena.", "Dan il-Gvern hu determinat li jdahhal accountability shiha fl- amministrazzjoni tieghu.", "Nemmnu li dan ma jistax isir sewwa minghajr accounting ahjar.", "Ghal dan il-ghan, l- accounting tal-Gvern qieghed jigi riformat biex ikun jista' jirrifletti ahjar u bi flessibilta' akbar l-organ- izzazzjoni.", "Id-dipartimenti li ghat-tradizzjoni ghadna nsejhulhom Voti, gew maqsuma f'centri b'mod li l-ispejjez ta' kull centru - li hu r- responsabbilta' ta' direttur jew manager - jistghu jigu elenkati ahjar.", "Is- sistema komputerizzata li se tibda tiddahhal mis-sena d-diehla fil- Ministeri se jkollha wkoll facilita' li kull centru jinqasam f'sezzjonijiet li wkoll ikollhom l-ispejjez taghhom migbura flimkien.", "Hekk, ikun facli naslu ghall- ispejjez, u ghalhekk niggudikaw l-efficjenza mhux biss fuq bazi tal-Vot, per ezempju ta' l-Edukazzjoni, imma wkoll fuq bazi ta' centru, nghidu ahna ta' l-Iskejjel Primarji, u mbaghad ta' skola primarja partikolari.", "Dan jaghtina l- bazi ta' sistema ta' management reporting li se tiddahhal minn Jannar li gej u li taghmel possibbli sorveljanza ahjar li l-ispejjez huma kontrollati, li d-dhul dovut qieghed jingabar u li kull kap ta' dipartiment miexi fuq il-programm miftiehem.", "2.", "Budget ghall-1993", "2.1.", "Previzjoni tas-sitwazzjoni Internazzjonali", "Qeghdin jinghataw sinjali konfliggenti dwar kif se tizviluppa s- sitwazzjoni ekonomika fil-pajjizi li huma siehba kummercjali taghna.", "L- esperti tal-Fond Monetarju qeghdin ibassru li, wara l- mizuri li ttiehdu biex tigi kontrollata l-espansjoni monetarja u l-inflazzjoni, ghandu jkun hemm qawmien matul is-sena li gejja.", "Huma qeghdin jikkwotaw ir-rizultati miksuba minn diversi ekonomiji kbar fl- ewwel nofs ta' l-1992 bhala ndikazzjoni li dawn qeghdin biex johorgu mic-ciklu ta' ricessjoni li hakmithom.", "Esperti f'pajjizi diversi huma xettici dwar din il-konkluzjoni u jsostnu li s-sena d-diehla se tkun ohra hazina ghalihom.", "Forsi ghaliex ilhom, minn sitt xhur ghal sitt xhur, jippronostikaw titjib, li pero' baqa' ma wasalx.", "Il-pajjizi tal-Komunita' Ewropea li matul l-1991 flimkien irregistraw rata ta' espansjoni ekonomika ta' 0.8%, qeghdin ibassru zieda ta' 1.4% ghal din is-sena u 2.3% ghas- sena d-diehla.", "Minghajr dubju, it-tensjoni kbira li kellna fir-rati tal- kambju tal- muniti li jaghmlu parti mis-sistema monetarja Ewropeja komplew jikkontribwixxu ghal aktar incertezzi u nuqqas ta' fiducja.", "Il-bidla fit-tmexxija fl- Amerika, li rridu u ma rridux hi attur ta' mportanza tremenda fl-ekonomija tad-dinja, kompliet ziedet xi ftit ma' din l-incertezza billi kulhadd qieghed jistenna halli jara d- direzzjoni u l- mizura tat- tibdil li se jkun hemm fil- politika ekonomika Amerikana.", "2.2.", "L-Ekonomija Maltija", "Fit-tfassil tal-pjani u l- istrategiji taghna, irridu nzommu quddiem ghajnejna dan l- isfond.", "Nifhmu li ekonomija kajmana fil-pajjizi klijenti taghna tista' taffettwa l- kapacita' produttiva taghna.", "Nafu li l-pajjizi li kienu jissejhu kommunisti qeghdin jitqiesu biex jinghataw l- istess access ghas-suq tal- Komunita' Ewropea li ghandna ahna.", "Dawn huma pajjizi li llum forsi m'ghandhomx teknologija gholja u infrastruttura kapaci.", "Imma ghandhom rizors uman preparat, ghandhom suq intern hafna akbar minn taghna, ghandhom fruntieri ma' swieq kbar u sal-lum ghandhom strutturi ta' spejjez hafna aktar baxxi minn taghna.", "Illum dawn qeghdin jikkompetu maghna ghall- investiment u ghas-swieq.", "Ghada jikkompetu hafna aktar jekk ahna ma navanzawx ghal shubija shiha mal-Komunita' Ewropea - is-suq ewlieni taghna.", "Qeghdin insegwu l-izvilupp fis-settur tal-manifattura.", "Dan hu l-qasam li jigi milqut minn ta' l-ewwel mis- sitwazzjoni ta' ricessjoni u kompetizzjoni ghall-investiment li tista' tizviluppa.", "Qeghdin naghmlu hilitna kollha biex nimbuttaw dan is-settur lejn kompetittivita' vera.", "Qeghdin nghinu permezz ta' ghajnuna fit-tahrig, self b'imghax baxx u tfittxija ghal swieq godda, u hemm bzonn li jittiehdu l-mizuri biex dan is- settur jigi mwiezen xi ftit halli jkun jista' jzomm shih sakemm is- sitwazzjoni dinjija tinnormalizza ruhha.", "Fil-pjani taghna ghas-sena d-diehla qeghdin niehdu pozizzjoni kawta, u qeghdin nassumu li billi l-qaghda ekonomika fid-dinja mhux se titjieb b'mod li tgholli d- domanda u l-konsum fis-swieq klijenti taghna, se jkun hemm effett fuqna.", "Fil-fatt, qeghdin nipprogrammaw li l-espansjoni ekonomika ghas-sena d- diehla, f'termini reali, ikun ta' madwar 4%, ftit inqas minn dik ta' din is- sena.", "Dan hu ritmu tajjeb, li jaghtina c-cans li nikkonsolidaw u nippreparaw ruhna ghall- futur.", "Il-parir li naghtu lil dawk li ghandhom x'jaqsmu mas- setturi produttivi tal-pajjiz hu li issa hu z-zmien li jinvestu.", "Issa, li qieghed joqrob iz- zmien ta' bidu ta' ciklu iehor ta' espansjoni ekonomika fid-dinja, hu z- zmien li nitilghu targa ohra fl- iskala ta' efficjenza, prodotti differenti u servizzi godda.", "Dan mhux biss ghax hu tajjeb li nuzaw ir-rizorsi kollha taghna bl-ahjar mod, u fejn hemm bzonn anke fil-bini ta' attivita' gdida, imma ukoll ghaliex, b'domanda dinjija kajmana, il- prezz ghat-trasferiment tat- teknologija jista' jkun wiehed li jintlahaq aktar.", "L-irwiefen tar-ricessjoni neghlbuhom billi, flok noqoghdu nbezzghu lil xulxin bil-babaw, inxammru u, b'kuragg, naffrontaw il-problemi kif jinqalghu.", "Din hi t-tmexxija li ta u se jkompli jaghti dan il-Gvern.", "2.3 Strategiji u Mizuri Ekonomici", "L-istrategija ekonomika taghna hi wahda li trid issib it-tahlita t-tajba bejn l- inizjattiva privata u regolamentazzjoni li tassigura li kemm jista' jkun hadd ma jisfrutta lil hadd.", "Efficjenza, Gustizzja u Solidarjeta' huma l-pilastri li rridu nibnu fuqhom.", "Ghalhekk, l-oggettivi li se npoggu quddiemna ghall-hames snin li gejjin huma:", "1.", "Id-deficit tal-Gvern jinzamm anqas minn 3% tal-Prodott Gross Domestiku.", "Dan ifisser ukoll li s-self maghmul minn korporazzjonijiet u entijiet governattivi jrid isir bil-hsieb li r-rizorsi tal-korporazzjoni nfisha jaghmlu tajjeb ghas-servicing shih ta' dan is-self.", "Il-mod kif se jigu mmexxija finanzjarjament dawn il- korporazzjonijiet hu li ma jitqisux bhala estensjoni tal- Gvern imma li r-relazzjoni mal- Gvern tkun wahda preciza, u li s-sussidji li jinghataw ghandhom ikunu specifikati fuq is-servizz li jaghtu.", "2.L-inflazzjoni ghandha tinzamm bejn it-tnejn u t-tlieta fil- mija.", "F'Malta ma tahdimx kompetizzjoni perfetta, u ghalhekk fir-rigward tal- kontroll tal-prezzijiet ma nistghux inhallu ghal kollox ghall-mekkanizmu tas-suq.", "Mill-banda l-ohra ma nistghux inkomplu nohonqu anke dak il- beneficcju li l-konsumatur jista' jgawdi mill-operazzjoni ta' suq hieles.", "F'dan ir-rigward qeghdin nahsbu fuq bidla radikali fil- kontroll li jrid jigi ezercitat.", "Is-sistema ta' price orders fuq prodotti specifici mhux biss hi burokratika z-zejjed imma ma tahdimx.", "Hi mod kif tidher li tixtieq izzomm kontroll imma mhux il-mekkanizmu li jzomm dan il-kontroll.", "Il-price orders mhux biss huma diskriminatorji ghax jinhargu fuq xi prodotti f'setturi u mhux fuq ohrajn imma ghandhom it-tendenza li jistabbilixxu l- oghla prezzijiet.", "Prodotti li jisghtu jinbieghu orhos jibqghu jinbieghu bi prezzijiet oghla bl-iskuza tal-price order.", "Hekk, per ezempju, dan hu l- mezz li bih it-tnaqqis fil- prezzijiet, li hu rizultat tat- taqlib li kellna ricentement fis-suq tal-kambju, ma jghaddix ghand il-konsumatur.", "Din is- sistema hi ukoll tentazzjoni ta' manipulazzjoni ta' l-indici tal- prezzijiet jekk wiehed jikkoncentra li jzomm baxxi l- prezzijiet biss li b'xi mod jaghmlu parti mill-formula li fuqha jinhadem dan l-indici.", "Ghalhekk se nipproponu li nnehhu l-price orders kollha li jezistu, li nsahhu r- regolamenti u l-ligijiet taghna biex nassiguraw fair trading u li, bhal ma qeghdin naghmlu fil-kaz ta' l-indici tal- prezzijiet, dan is- settur ikun amministrat minn bord maghmul mill-Gvern, Unions u Employers li permezz ta' l-impjegati tieghu, ikun jista' jaghmel l- investigazzjonijiet u l- kontrolli mehtiega.", "3.", "Fis-settur ta' l-impiegi ghandna nimxu lejn l-ghanijiet li nzommu fuq naha wahda r-rata ta' dawk li qeghdin ifittxu x- xoghol ghal inqas minn 4%, waqt li min-naha l-ohra n-numru ta' nies jahdmu ghandu joghla b'medja ta' madwar 1% ghall- ftit snin li gejjin.", "Ahna determinati li l- ekonomija taghna nkabbruha bizzejjed biex fiha jahdmu l- haddiema Maltin.", "M'ghandniex interess li nespandu l- ekonomija taghna b'tali mod li noholqu pressjonijiet fis-suq tax-xoghol li jista' jimtela' biss minn haddiema importati minn pajjizi anqas zviluppati.", "Dan ifisser ukoll li ahna rridu noholqu s-sistemi biex il-bzonnijiet kollha taghna naqduhom ahna stess.", "Inhoss li ghandi nitkellem hekk biex nahdmu halli nwaqqfu l- attitudni li donnha diehla f'pajjizna li certu xoghol ma naghmluhx ahna.", "4.", "Oggettiv iehor importanti fil-qasam ta' l-impiegi hu li r-rizors uman taghna ghandu jahdem fis-setturi l-aktar produttivi u li jirrendu.", "Ghalhekk in-numru ta' haddiema fis-settur pubbliku ghandu jinzel ghal bejn 25 u 30% ta' dawk li jahdmu bi qliegh.", "Dan ir-rizultat jinkiseb fuq medda ta' snin billi nzidu l- efficjenza fic- Civil permezz ta' teknologija ahjar, sistema ahjar, revizjoni totali tal- proceduri, zbarazzar tal- burokrazija, supervizjoni stretta, standards ta' produttivita' oghla u allokazzjoni ahjar tal- haddiema.", "Il-promotions isiru skond l-efficjenza u l- kapacita' u mhux skond is- seniority, u ma jigbdux maghhom biss paga oghla u prospetti ta' pensjoni ahjar imma responsabbilta' shiha skond il-funzjoni l-gdida.", "Ghal din is-sena qeghdin ninsistu ma' kulhadd li, jekk il-post ma jirrikjedix teknika u specjalizzazzjoni, jew xi vokazzjoni bhal nurses u pulizija, il-mili ta' dawn il- postijiet ghandu jsir b' redeployment minn dipartimenti ohra u mhux b'reklutagg minn barra.", "5.", "Tkompli tinghata enfasi fuq it-tahrig tal-haddiema u t- taghlim taz- zghazagh taghna ghaliex snajja u kapacitajiet ahjar huma l-garanzija ta' produttivita' oghla u kompetittivita' ahjar.", "F'dan il-kuntest irrid nghid li, issa li n-numru ta' studenti post sekondarji u universitarji jlahhaq l-eluf, qieghed jinhass li l-influss taghhom f'daqqa wahda f'dipartimenti tal-Gvern li jkunu jahdmu nofs ta' nhari mhux biss qed ikun ta' tfixkil ghall-amministrazzjoni imma zgur mhux qed iservi biex l- istudenti jizviluppaw kultura ta' xoghol posittiv.", "Ghalhekk mis-sajf li gej, in- numru ta' studenti li se jiddahhlu ghall- work phase fid- dipartimenti tal-Gvern se jkun limitat ghal dak li d- dipartimenti jkunu jistghu japplikaw produttivament.", "6.", "Matul is-sena d-diehla, se jitnehha l-bulk buying fuq il- prodotti kollha bl-eccezzjoni tal-qmugh u c-cereali.", "(Onor. Membri: Hear Hear)", "7.", "Is-setturi ta' l-esportazzjoni taghna jinghatalhom is- support mehtieg biex jestendu s-swieq taghhom.", "Il-haddiema fil-manifattura ghandhom jinghataw l-ghodda mehtiega biex izidu l-produttivita' taghhom.", "Kompetittivita' mibnija fuq pagi baxxi mhix il- politika ta' dan il-Gvern.", "Pagi li joghlew skond kemm toghla l-produttivita' hi politika ta' dan il- Gvern.", "8.", "Fis-snin li gejjin ghandna nkomplu nnaqqu s-settur tal- manifattura mill- elementi inefficjenti u nsahhu l- elementi efficjenti.", "Ghalhekk, il- protezzjoni li matul dawn l- ahhar snin tnaqqset trid tkompli tonqos sakemm tisparixxi.", "Mill-ewwel ta' Jannar li gej, se titnehha l- Ewwel Skeda annessa mal-ligi dwar il-promozzjoni ta' prodotti lokali biex hekk ma jibqa' xejn fil-pajjiz li ma jistax jigi mpurtat, hlief bizzilla mahduma bl- idejn u xoghol ta' filugranu fid-deheb u l-fidda.", "Temporanjament, se jigu imposti levies fuq dawn il-prodotti biex ix-xokk fis- setturi effetwati ma jinhassx mill-bidu.", "Hi l-intenzjoni taghna li, ma' l-introduzzjoni tas- sistema tal-VAT li qeghdin nippjanaw ghal matul l-1994, jigu aboliti l- levies u d-dazji protettivi li ghandna llum.", "L- iskeda msemmija tidher f'Tabella Numru 2, li nitlob lill-Kamra li tiehu bhala moqrija.", "9.", "Fis-settur ta' l- agrikoltura u sajd irridu nkomplu l-process ta' modernizzazzjoni.", "L-izvantagg taghna tad-daqs zghir u tal- fragmentazzjoni tieghu, nistghu indawruh f'vantagg.", "Nemmnu li jekk f'dan is-settur il- bdiewa taghna jifhmu s-swieq tajbin li qeghdin jinholqu ghal prodotti specjalizzati, allura jkunu jistghu jisfruttaw, bi gwadann kbir ghalihom u ghal pajjizna, dawn l-opportunitajiet li d- dinja moderna qeghda tiftah ghalihom.", "TABELLA NRU 2 (Ara Appendiċi II)", "10.", "Fis-settur tat-turizmu, ghandna naraw li d-dhul mit- turizmu joghla.", "Dan isir billi ninvestu aktar fl-izvilupp tal- prodott turistiku, l-aktar fl- ambjenti storici u kulturali, u billi nghollu l-livell tal- akkommodazzjoni.", "L-investiment li qieghed isir f'lukandi ahjar hu awgurju tajjeb li nilhqu dan l-ghan taghna.", "Nifhmu li l-investiment infrastrutturali li ghandna bzonn biex naqdu htigijiet ta' turist huma kwazi l-istess, sew jekk ikun turist li jhallas u sew jekk ikun turist li jigi fuq budget strett.", "Bhala konsegwenza ta' din il- politika se nkomplu niehdu passi biex is- sussidju fuq it- turizmu Ingliz, li din is- sena, bis-sabta fl-isterlina, se jiswielna vicin is-sitt miljuni, jitnaqqas gradatament sakemm jispicca fl-1995.", "11.", "L-attivita' tal-Freeport se tkompli tespandi.", "Dan is- servizz jesplojta l-pozizzjoni geografika ta' pajjizna f'nofs bahar li hu mportanti ghall- kummerc dinji u hu holqa mportanti fil-katina ta' servizzi relatati mal- vokazzjoni marittima taghna, inkluz is-servizz tat-tiswija tal-vapuri.", "Qeghdin isiru pjani ghall-izvilupp tat- terminal tal-Freeport.", "12.", "Is-settur finanzjarju jrid jahdem b'hafna aktar flessibilta' u rridu naslu ghas-sitwazzjoni fejn ir-rati ta' l-interess ikunu jirriflettu r-rata medja fuq id-depozitu, is-servizzi moghtija, u r-riskju mehud.", "Irridu naraw fl-istess hin li s-setturi produttivi f'pajjizna la qeghdin jigu mghobbija b'pizijiet tqal u lanqas ma jkunu miftuma mill-kapital mehtieg.", "Dan l-oggettiv jintlahaq billi s-settur bankarju ma jibqax jigi kkontrollat b'regolamenti inflessibbli fuq rati ta' imghax imma permezz ta' regolamenti li jpoggu parametri lis-settur finanzjarju fuq kif ghandu jkun stabbilit il- portfolio ta' self taghhom.", "Hekk nassiguraw li l-politika ta' self tal- banek ma tkunx xprunata biss mill-oghla qliegh ghalihom, imma li jkun hemm l- allokazzjoni mixtieqa ta' kapitali lis-setturi prioritarji f'pajjizna.", "Ghalhekk, mill-ewwel ta' Jannar 1993, se naggornaw is- sistema li biha huma kontrollati r-rati ta' l-imghax biex din tkun marbuta mal- politika monetarja u b'hekk titpogga fuq bazi accettata fid-dinja kollha.", "Il-Bank Centrali jistabilixxi minn zmien ghal zmien rata ta' skont (discount rate) li tkun pubblikata.", "Din ir-rata llum hi ta' 5.5% u hi r-rata minima uzata bejn il-Bank Centrali u l-banek fit-transazzjonijiet ta' bejniethom.", "Ir- rati ta' l- imghax se jkunu bbazati fuq din ir-rata.", "Fl-istess hin, qeghdin innaqqsu n-numru ta' rati li s'issa kienu stabbiliti.", "Ghalhekk is-self fuq bini jew akkwist ta' residenza wahda se jibqa' bir- rata massima preferenzjali ta' sebgha fil- mija (7%), jigifieri wiehed punt hamsa fil-mija (1.5%) fuq ir-rata kurrenti ta' skont (current discount rate).", "Din tapplika ghall-ewwel Lm15,000 ta' l-ammont missellef minn Maltin.", "Tajjeb inzidu li s- self mill-banek lil Lohombus ikun ta' wiehed fil-mija (1%) fuq ir-rata ta' skont.", "Fis-setturi prioritarji, li jinkludu l-biedja u s-sajd, il- manifattura, it-tarznari, lukandi u l-entijiet parastatali li jipprovdu s- servizzi u l- infrastruttura mehtiega ghall-Poplu, ir-rata ta' l-imghax tvarja minn 1% ghal 3% tar-rata ta' skont skond il-collateral provdut u l-leverage (ir- relazzjoni bejn kapital u self) ta' l-impriza li qeghda tissellef.", "Hekk, self li hu kopert b'collateral tajjeb, ghandu jigbed massimu ta' 1% fuq ir- rata ta' skont, waqt li self li mhux kopert ghandu jigbed rata skond l- ammont kopert u l-leverage.", "Dan jaghmilha possibbli li, waqt li ghas-self li ghandna llum f'dawn is-setturi l-imghax ma joghliex, dawk li m'ghandhomx x'jaghmel tajjeb jew li jistghu minghajr xkiel ghalihom jissellfu b'rati oghla, ikollhom il-possibilta' li jaghmlu dan.", "Kull self iehor ikollu massimu ta' tlieta fil-mija (3%) fuq ir-rata ta' skont.", "Nixtieq nghid ukoll li dawn huma rati massimi ta' imghax.", "Bis- sitwazzjoni kif qeghda tizviluppa fid-dinja llum, anke l-icken rati jikkomparaw tajjeb ma' dawk barra pajjizna, u ma nahsbux li hu l-kaz li ghandu jkun hemm zidiet fir-rati ta' l-imghax.", "Nghid ukoll li mhix se tithalla l-possibbilita' li dawn ir-rati jizdiedu b'management fees jew skemi ohra li r-rizultat taghhom hu biss li jiksru l-politika monetarja tal- Gvern.", "Nisperaw li dan iservi biex nibdew indahhlu l-kulturi u d- dixxiplini mehtiega fis-settur finanzjarju biex fi zmien qasir inkunu nistghu neliminaw anke dawn ir-restrizzjonijiet li qeghdin nimponu llum.", "13.", "Dan il-ghan ikun jista' jintlahaq aktar jekk f'pajjizna nzidu l-istokk kapitali li jkun ghad-dispozizzjoni ta' l- istituzzjonijiet finanzjarji u ghalhekk ta' l-imprendituri taghna.", "Ir-rata ta' tifdil f'pajjizna hi wahda tajba.", "Diga' ghidt li d-depoziti fil- banek fl-ewwel disa' xhur ta' din is- sena zdiedu b'Lm77 miljun.", "Nittamaw li r-rata ta' tifdil f'pajjizna zzomm l- istess ritmu fis-snin li gejjin.", "Kemm jista' jkun iz-zieda fl- istokk kapitali m'ghandhiex issir billi nkabbru l-money supply b'mod esagarat.", "Din ghandha tikber b'rata li taghmel tajjeb ghaz-zieda fl- izvilupp u ghall-inflazjoni.", "Hekk ma tkunx hi l-kagun li tohloq pressjonijiet inflazjonarji.", "Il-politika li ghandu l- Ministeru tal-Finanzi li jrazzan id-deficit permezz ta' efficjenza akbar fil-gbir u kontrolli stretti bagitarji hi ntiza wkoll biex ma zzidx id- domanda ghall-kapitali taghna.", "Fil-banek taghna, llum ghandna total ta' Lm188 miljun f'depoziti denominati f'muniti barranin.", "S'issa dawn gew imhaddma f'portfolios ta' depoziti jew investimenti barranin u, hlief ghal xi ftit profitti mit- thaddim ta' dawn il-portfolios, pajjizna qajla ggwadanja.", "Tibdil iehor li se naghmlu hu li, b'effett minn nhar it-Tnejn li gej, il- banek taghna se jkunu jistghu juzaw dawn il- kapitali, sakemm jahsbu li hu ghaqli, biex isellfu lill- klijenti taghhom f'Malta.", "Se jkun hemm liberta' shiha fl- operazzjoni ta' dan is-self, kemm fil-munita li jsir is-self fiha, kif ukoll fir-rata ta' imghax li jigi mpost.", "Din il-mizura mhux biss izzid l-istokk ta' kapital disponibbli ghall- industrija u t-turizmu, imma tghin lil dawk l-imprendituri li joperaw fil- kamp internazzjonali biex jimmanigjaw ahjar l-exposure taghhom ghar-riskju tal-kambju, minghajr ma jkunu kostretti jirrikorru bilfors ghal forward buying.", "Mezz iehor biex jizdied l- istokk kapitali hu li jidhlu aktar operaturi fis-suq finanzjarju, l-aktar jekk dawn jipprovdu l-kapitali taghhom biex isellfuhom b'riskju u allura b'interessi akbar.", "Il- Gvern lest li jaghti licenzji lil organizzazzjonijiet serji, anke barranin, biex joperaw f'dan is-settur.", "Mhix il- politika tal-Gvern li necessarjament ikollu maggor- anza ta' l-ishma fl- istituzzjonijiet bankarji.", "14.", "L-ammont ta' flus fl-idejn f'Malta f'Settembru 1992 kien ta' Lm353 miljun.", "Dan hu bil- wisq akbar minn dak li hawn bzonn fil-pajjiz biex jithaddmu fit-transazzjonijiet ordinarji.", "Bl-ezercizzju tal-hrug ta' stokk tal-Gvern li kellna dan l-ahhar, nistmaw li ngabru mal- Lm5 miljuni minn dawn il-flus.", "Anke dan hu ammont zghir hafna meta tqis li dan kien investiment minghajr riskju, b'imghax gholi u b'possibbilita' li jkun likwidat fi zmien qasir jekk ikun il-bzonn.", "Isir ukoll hafna diskors fuq flus li l-Maltin ghandhom investiti barra l- pajjiz kemm b'mod li jidher kif ukoll b'mod li ma jidhirx.", "Ikun tajjeb li dawn il- kapitali jiddahhlu fis-sistema taghna biex jintuzaw halli jkun sostnut l-izvilupp f'pajjizna u garantit it-titjib fil- livell ta' l-ghajxien tal-poplu taghna.", "Ghal dan il-ghan, matul is-sena d- diehla, se tigi mnedija skema li tahtha jinhargu certifikati ta' depoziti simili ghalhekk imsejha zero bonds.", "Dan ifisser li fuq dawn il-bonds ma jithallasx l-imghax minn sena ghal ohra, izda jinxtraw bi prezz aktar baxx minn dak li bih jinfdew, nghidu ahna hames snin wara.", "Hekk l-imghax ikun ikkalkulat fid-differenza bejn il-prezz ta' xiri u bejgh.", "Dawn jistghu ikunu taht forma ta' bearer u jkunu ta' zewg tipi; dawk mixtrija bi flus Maltin u dawk mixtrija bi flus barranin.", "Fuq dawn ta' l- ahhar ikun hemm id-dritt li jergghu jigu konvertiti fi flus barranin meta jaghlqu.", "Dawn il-kapitali migbura jintuzaw fis-setturi infrastrutturali u prioritarji.", "15.", "Dan il-Gvern hu mpenjat li jkompli jaggorna u jtejjeb l- infrastruttura f'pajjizna.", "Nemmnu li infrastruttura tajba hi vitali ghall-avvanzi socjali u ekonomici li nixtiequ.", "L- investimenti fl-infrastruttura mhux biss jaghtuna possibilita' li nghixu ahjar, imma huma l- ghodda li japprezzaw il- hidma tan-nies taghna, u huma l- ossiginu ta' investiment fis- setturi li ghandna bzonn.", "Ghalkemm f'dawn l-ahhar snin investejna hafna f'dawn l- ahhar is-setturi ta' l-infrastruttura taghna - fid-dawl, fl-ilma, fl- ajruport, fit-telekommunikazzjoni, fil-portijiet - fis-snin li gejjin ghad irridu ninvestu miljuni kbar.", "Dan biex inkomplu naqdu l-htigijiet dejjem jizdiedu tas-settur produttiv u tas-settur domestiku f'pajjizna.", "16.", "Principju li ghandu jmexxina fis-snin li gejjin hu li s-socjeta' m'ghandhiex tissussidja l-hala u l- kapricci, imma ghandha tghin lil min veru ghandu bzonn.", "Dan hu relatat mad-diskors li ghidt fuq il-politika li se naddottaw dwar is-self tal-korporazzjonijiet taghna.", "Kull servizz ghandu l-prezz ekonomiku tieghu.", "Ghandna nfittxu l- akbar efficjenza biex dan il- prezz ikun baxx kemm jista' jkun.", "M'ghandniex nahbu impiegi ta' nies zejda u inefficjenzi ohra f'entijiet imdorrijin bil-Gvern jaghmel tajjeb ghall-izbilanci taghhom, jew bil-Gvern jiehu ferm inqas minn profitti li suppost qeghdin jirregistraw ghax hafna drabi jkunu l-gabbara tat- taxxa.", "Il-principju ghandu jkun li min jista' ghandu jhallas ghas- servizz li jiehu.", "Min ma jistax ghandu jigi mghejjun.", "Pero' din l-ghajnuna ghandha tidher bhala sussidju u tkun kalkolata fuq bazi reali.", "B'dan il-mod, anke fil- korporazzjonijiet, jiddahhal sens ta' accountability billi jkollhom is- sodisfazzjon meta jrahhsu s-servizz taghhom u d- dwejjaq li jispjegaw ghaliex il-prezz tas-servizz ghandu joghla.", "L-ordni socjo-ekonomika taghna trid timmira biex tkun tali li tahdem f'ambjent efficjenti li jipprovdi l- qliegh mehtieg ghal kull min jahdem biex itejjeb il-kwalita' ta' hajja tieghu billi jkun jista' jhallas ghas- servizzi li jaghzel hu u li bi dritt jistenna li jkunu ta' l-ahjar kwalita' li ghaliha qieghed ihallas.", "L-alternattiva hi li l-poplu, permezz ta' taxxi diretti u ndiretti li dejjem joghlew, u permezz ta' sussidji mohbija li ma jkunx jaf li qieghed ihallas, ikun xorta qed jizborzja ghal servizzi li jista' ma jkollux bzonn waqt li jrid jghid grazzi lil min jidher qed jaghtihomlu.", "Fi ftit zmien iehor se jittiehdu mizuri biex dan jigi prattikat fis- settur ta' l- ilma.", "Kif jaf kulhadd l-ilma f'pajjizna hu kommodita' skarsa li tiswielna l-miljuni biex nipproducu.", "Irridu ndahhlu sistema li, waqt li ma tkunx ta' piz kbir, iggieghel lil min jahli jhallas il-prezz li jirrifletti l-ispiza tal- produzzjoni.", "Dan l-attakk fuq il-hala jwassal biex l- investiment fil-kapital ikun limitat ghal dak li hu verament mehtieg.", "17.", "Matul is-snin li gejjin irridu nwaqqfu u nreggghu lura t-twessigh tal- welfare gap.", "Din hi problema li se tkun priorita' ghalina s-sena d- diehla.", "Meta nghoddu l-kontribuzzjonijiet migbura minn min jahdem u mis-sidien mal-kontribuzzjoni tal-Gvern, insibu li d-dhul totali fl-1990 kien ta' Lm71 miljun, fl-1991 kien ta' Lm72 miljun u fl-1992 kien ta' Lm80 miljun.", "Il- beneficcji kontrib- utorji u mhux kontributorji li thallsu kienu Lm85 miljun fl- 1990, Lm89 miljun fl-1991 u Lm100 miljun fl-1992.", "Dan ifisser li, meta tqis biss il-beneficciji socjali, irrizultat gap ta' Lm14-il miljun sentejn ilu, Lm17-il miljun is-sena l-ohra u Lm20 miljun din is-sena.", "Din id- differenza trid tithallas jew minn zieda fil-hlas tal- bolla jew minn xi taxxa ohra.", "Minn studji preliminari li ghamel il-Gvern, jidher li n- numru ta' pensjonanti li llum jlahhaq mal-51,000, fis-sena 2030, jew dik is-sena meta dawk li bdew jahdmu llum se johorgu bil-pensjoni, in-numru se jkun ta' 94,000.", "Dan ifisser li, jekk illum il-pensjonanti huma 14% tal- popolazzjoni, fis-sena 2030 dawn se jkunu 24% tal- popolazzjoni.", "L-aktar fatt inkwetanti hu li, jekk illum ghal kull pensjonant ghandna medja ta' 4.2 nies jahdmu, fis- sena 2030, ghal kull pensjonant se jkun hemm 2.5 jahdmu.", "Dan ifisser li, jekk illum ghal kull pensjonant hemm 4.2 kontribuzzjonijiet x'jaghmlu tajjeb ghalih, fl-2030, kull pensjonant se jkun imwiezen biss minn zewg kontribuzzjonijiet u nofs.", "Biex nitkellmu fuq cifri ta' flus, jidher li jekk kollox jibqa' kif inhu, u jekk nassumu li qatt ma tinghata ebda zieda la ghall-gholi tal-hajja u l- anqas bhala reassessment, - procedura li giet indikata bhala problema tant kbira li hadd ma jazzarda jghid kemm tista' tigi tqum - il-gap jikber minn Lm20 miljun fl-1992 ghal Lm77 miljun fis-sena 2030.", "Nemfasizza li, billi m'inix ninkludi zidiet, qieghed nitkellem fuq flus tal-lum.", "Dan il-gap tista' tghid jirrifletti biss l-effett demografiku, jigifieri tan- numru ta' nies.", "Ebda Gvern serju ma jista' jhalli sitwazzjoni bhal din tizviluppa b'theddida ghad-dhul tal-haddiema u eventwalment tal-pensjoni ta' dawk li qeghdin jahdmu llum.", "Kif ghidt, kmieni s-sena d- diehla behsiebna nibdew diskussjonijiet ma' kull min hu koncernat biex flimkien insibu soluzzjoni li tkun ekwa ma' kulhadd.", "Biex nuru s-serjeta' tas- sitwazzjoni u l-urgenza tas- soluzzjonijiet, se niehdu xi mizuri f'dan il-budget li nispjega aktar 'il quddiem.", "18.", "Matul is-snin li gejjin irridu niehdu l-mizuri biex innaqqsu kemm hu possibbli l- ekonomija mhux ufficjali jew kif inhi maghrufa ahjar il- Black Economy.", "19.", "Mazzra ohra li ghandna fil- mixja taghna lejn aktar efficjenza fl- ekonomija taghna, u li rridu nibdew inhollu, hi l-politika tal-kontroll tal- kambju.", "M'ghandniex dubju li s-settur produttiv taghna jahdem hafna ahjar minghajr il-burokrazija li jiggeneraw dawn il- kontrolli.", "Ghalkemm ma nahsbux li ahna f'pozizzjoni li nnehhu dan ix-xkiel immedjatament, se niehdu passi biex nibdew it- triq biex dan ikun jista' jsir fi zmien mhux fil-boghod.", "Ghalhekk mill-ewwel ta' Jannar 1993, se jittiehdu dawn il-mizuri: a. Il-limitu ta' flus li kull persuna tista' tohrog barra f'sena ghas- safar se jitla' minn Lm1000 ghal Lm2500 minghajr restrizzjonijiet fuq it- tul ta' zmien li wiehed jivjagga.", "Il-mili ta' formoli fuq is-safar se jispiccaw u jkun rikjest biss li l-hrug tal-flus jibqa' jigi registrat fuq il-passaport.", "Ghal dawk li jivjaggaw ghal fini tan-negozju, l- allowance se titla' minn Lm100 ghal Lm200 kuljum, minghajr limitu fuq in- numru ta' vjaggi. b. Sal-lum il-procedura kienet illi prattikament ghal kull valur ta' oggetti li jigu mportati trid tipproduci d- dokument tad-dwana biex turi li fil-fatt dawk l-oggetti gew importati f'Malta.", "Issa, dawn il-formoli se jkunu mitluba mill-banek biss meta l-pagament li jsir ikun izjed minn Lm10,000.", "Fil-limiti ta' dan l-ammont, wiehed ikun irid jipprezenta biss fattura.", "c. Sa llum ukoll, ghal dak li ghandu x'jaqsam ma' hlas barra ghal servizzi professjonali, reklamar, subscriptions ta' kotba, pensjonijiet, ecc, kien jirrekjedi permess specjali mill-Bank Centrali meta jeccedi certi ammonti stabbiliti.", "Dan mhux se jkun aktar mehtieg.", "Ghal min irid jaghmel dawn it- tipi ta' pagamenti, ikun bizzejjed li jipprezenta d- dokumenti li jkollu lill-bank li jaghmel il-pagament.", "Hekk jinqatghu hafna l-burokrazija u t- telf ta' zmien.", "d. S'issa, l-esportatur jista' jzomm f'munita barranija l-flus li jkun thallas minn barra ghal dak li jkun biegh ghal ghaxar gimghat wara li jkun ircevihom.", "Dan il-perjodu qieghed jizdied ghal tliet xhur biex tinghata ftit aktar flessibbilta' fin- negozjar ta' xiri ta' materja prima li trid tithallas ukoll bil-munita barranija.", "e. Sal-lum, min jitlaq minn Malta biex jghix barra, ma setax jiehu gidu mieghu.", "Kien limitat ghal Lm15,000 fis-sena.", "Dan il-limitu issa se jitnehha ghal kollox.", "Nittamaw li dawn il-mizuri jservu biex kulhadd, ic- cittadini Maltin, il- banek u r- regolaturi jitghallmu jahdmu f'ambjent iktar hieles, jidraw ir- riskji li dan igib mieghu, u jitghallmu jahtfu l-opportunitajiet li jinfethu.", "20.", "Investimenti kbar ohra li qieghed jippjana l-Gvern ghas- snin li gejjin huma fis-settur tas-sahha.", "Nemmnu hawnhekk li rridu naghmlu pass twil hafna, anzi qabza kbira, u noffru lin- nies taghna servizz li jhabbatha ma' dak li jipprovdu pajjizi zviluppati aktar minna.", "Mas-sahha u mal-hajja, dan il- Gvern mhux bi hsiebu jaghmel kompromessi.", "Behsiebna mhux biss nibdew b'refurbishment qawwi fl-Isptar San Luqa, progett li se jibda din is-sena imma, kif diga' thabbar, ghandna pjani avvanzati biex jinbena sptar iehor li anke jkun jista' joffri specjalizzazzjonijiet ghal kura ta' mard li jispikka f'pajjizna bhal, per ezempju, id-dijabete.", "21.", "Oggettiv iehor importanti li poggejna quddiemna ghas-snin li gejjin hu aktar gustizzja fis-sistema ta' tassazzjoni f'pajjizna.", "Se naghmlu sforz biex il-kontijiet li ghadhom lura fid-Dipartiment tat-Taxxa jinhelsu mill- aktar fis.", "Se ndahhlu sistema ta' self assessment mis-sena d-diehla biex l- impjegati fid- Dipartiment mhux biss ikunu jistghu jikkoncentraw fuq dawn il-kontijiet antiki, imma jkunu jistghu ukoll jispecjalizzaw fuq investigazzjonijiet.", "Lid- Dipartiment tat-Taxxi Nterni qeghdin nghammruh b'sistemi ta' filing digitali u ta' komputerizzazzjoni biex ikun jista' jzid fl-efficjenza tieghu ta' gbir ta' informazzjoni, ta' tqabbil ta' informazzjoni u jkun jista' jiehu decizjonijiet ahjar fuq il-veracita' tar- returns li jircievi.", "Nisperaw li l-introduzjoni tal-VAT fl-1994 taghtina l- possibbilta' li naghmlu revizjoni totali tas-sistema fiskali f'pajjizna u ta' dak kollu relatat maghha biex inzidu l-efficjenza, innehhu l- kumplikazzjonijet, inkattru l- gustizzja u dan waqt li nghollu l-purchasing power ta' dawk li ghandhom dhul aktar baxx mill- medja tal-popolazzjoni.", "22.", "Ma nistghux nitkellmu fuq strategiji ekonomici minghajr ma nsemmu s- shubija fil- Kommunita' Ewropea.", "Diga' tkellimt fuq il- kompetizzjoni li se jkollna mill-pajjizi Ewropej tal-Lvant kemm fl-attrazzjoni ta' l- investiment kif ukoll fis- swieq.", "Il- Kommunita' diga wriet il-hsieb taghha li lil dawn taghtihom status ta' membri assocjati bhalna.", "Kull min hu nteressat li ma jeqridx is-settur ta' l-esportazzjoni u jtellef l-impieg lill-eluf ta' haddiema li hemm fih, ma jistax ma jaghmilx l-almu kollu tieghu biex, mill-aktar fis, Malta tikseb status ta' membru shih u l-vantaggi kemm ghall- investiment u kemm ghas- swieq li dan igib mieghu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Barra minn dan irridu naraw li nkunu armonizzati kemm jista' jkun ma' l- \"acquis communitaire\" jew ma' l- istandards u kriterji accettati fil- Kommunita'.", "Fortunatament, l-istrategiji li spjegajt qabel u li huma vitali biex pajjizna jzomm fuq it-triq tal-progress kollha jehduna fid- direzzjoni li nilhqu dan il-ghan.", "Aggustamenti jridu jsiru minn xi whud.", "Mentalitajiet iridu jinbidlu minn ohrajn.", "Pero' bl-ghajnuna li jkollna dawn l- aggustamenti naghmluhom minghajr tbatija kbira.", "Il-miri taghna ta' efficjenza u l-liberta' t'azzjoni jaqblu mal-politika tal-Kommunita', u ghandhom jirrizultaw fil- holqien ta' aktar gid, u fit- tgawdija ahjar tieghu.", "3.Estimi ghas-sena 1993", "L-istrategiji li ghadni kif semmejt kienu quddiemna meta gejna biex nippreparaw l-estimi ghas-sena d-diehla.", "Ridna nillimitaw l-izbilanc bagitarju, ridna ndahhlu aktar accountability fl-organizz- azzjoni tas- Servizz Civili, ridna nibdew niffurmaw struttura li fuqha l-finanzi tal- pajjiz ikunu jistghu jinbnew.", "Tlabna lill-ministeri differenti biex jippreparaw pjani ta' fejn iridu jaslu.", "Pjani li mbaghad gew mibdula minnhom wara li gew konsolidati u rikonciljati mal-pjan finanzjarju.", "Dan hu ezercizzju li minnu kull kap ta' dipartiment hareg b'idea cara f'mohhu x'inhu mistenni minnu u x'inhuma r- rizorsi li ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu.", "3.1.", "Id-dhul", "Anke l-format li tajna lis- sezzjoni tad-dhul fl-estimi ppubblikati juri l-enfazi li qeghdin naghmlu li kull dipartiment se jinzamm responsabbli ghad-dhul li hu fid-dover jamministra.", "Se jsir enfazi wkoll li d- dhul dovut lill-Gvern ghandu jingabar f'waqtu.", "Hekk isiru ezercizzi kontra l-evazjoni u kontra d-dewmien fil-hlas.", "Il- mentalita' li dak li hu dovut lill-Gvern jista' ma jithallas qatt ghax hadd ma jinduna trid tinbidel, u xi hadd, f'kull dipartiment, se jkun responsabbli li jara li dak li ghandu jidhol jingabar.", "Irridu wkoll naghmlu enfazi fuq il-gbir ta' arretrati.", "Fi hdan il- Ministeru tal-Finanzi twaqqfet unit bil-ghan li tissorvelja s-sitwazzjoni ta' l-arretrati f'kull dipartiment.", "Gew iffissati targets specifici lil kull dipartiment fuq l- arretrati li jridu jingabru.", "Ahna determinati li ninsistu biex ikun hemm organizzazzjoni aktar b'sahhitha biex tassigura li naslu ghall-oggettivi taghna.", "Anke jekk dan ifisser tibdil fl-istrutturi, tibdil fil-ligijiet, pieni aktar horox u holqien ta' makkinarji ahjar.", "Ghal dawk li huma figuri, is- sena d-diehla qed nistmaw li nigbru dhul totali ta' Lm433.7 miljuni li minnhom, Lm385.1 miljuni gejjin minn sorsi lokali ordinarji, Lm19.7 miljuni minn ghotjiet u self minn barra u Lm28.9 miljuni f'forma ta' self lokali.", "Dan is-self isir biex jaghmel tajjeb ghad- deficit li mistenni jispicca bih il-Fond Konsolidat din is-sena.", "3.2.", "Infiq Rikorrenti", "Ghas-sena 1993, in-nefqa rikorrenti totali, inkluza dik ghall-Hlasijiet fuq Self, se tkun ta' Lm365 miljun.", "Dan hu Lm34.5 miljuni aktar minn dak li stmajna li ser nonfqu fis- sena 1992.", "Jekk wiehed ihares lejn din l-ispiza skond is-setturi ta' infiq li semmejt meta kont qieghed nitkellem fuq l-ispiza ta' l-1992, jara li Lm125.2 miljuni se jintefqu f'pagi lill-impjegati tal-gvern.", "Din iz-zieda hija dovuta principalment ghall-ahhar aggustament li jrid isir wara t- titjib fil-pagi li kellna bhala rizultat tar-Riforma tas- Servizz Pubbliku u z-zieda ta' Lm1 fil-gimgha fil-pagi u s- salarji b'effett mill-1 ta' Jannar 1993.", "Fl-ispejjez ordinarji u specjali mehtiega ghat-tmexxija tad- dipartimenti, in-nefqa se tlahhaq mat-Lm30.7 miljuni, jew Lm2.1 miljuni aktar mis-sena l-ohra.", "Iz- zidiet principali f'dan is- settur huma minhabba x-xiri ta' iktar medicini u provizzjonijiet ohra u ghall- manutenzjoni u t-tmexxija tad-dipartimenti tal-Gvern.", "Is-sena d-diehla l- Programmi tal-Gvern se jqumu Lm171 miljuni jigifieri madwar Lm16-il miljun aktar.", "Dan hu dovut l-aktar ghaz-zieda fil- hlasijiet ta' pensjonijiet, servizzi socjali ohra u l- kontribuzzjoni ta' l-Istat ghas-Sigurta' Socjali.", "Bizzejjed wiehed jara li hu kkalkulat li din is-sena se jkun hemm zieda netta ta' elf persuna fil-lista ta' pensjonanti.", "L-entijiet u korpi tal-Gvern se jiehdu Lm19.7 miljuni, bejn wiehed u iehor daqs is-sena 1992, waqt li l-hlasijiet relatati mas- self se jammontaw ghal Lm18.4 miljuni mqabbla ma' Lm15.7 miljuni din is-sena.", "3.3.", "Infiq Kapitali", "Ghas-sena d-diehla l-Infiq Kapitali hu stmat li jilhaq Lm64.8 miljuni.", "Bhal fil-qasam rikorrenti, l-ispiza kapitali qed tigi pprezentata f'format differenti.", "Fejn qabel kellna vot ghal kull settur, issa l- istess voti gew migbura taht il-Ministeri responsabbli ghalihom.", "Hekk is-sena li gejja se jkollna biss tlettax- il vot, jigifieri vot ghal kull Ministeru.", "Bhalma gara s-sena l-ohra, l-Infiq Kapitali li qed nipproponu huwa dak li se johrog mill-Fond Konsolidat u ghalhekk ma jinkludix il- programmi kapitali tal- Korporazzjonijiet Enemalta, Telemalta u dik dwar is- Servizzi ta' l- Ilma kif ukoll dawk ta' l-Awtorita' Marittima u tad-Djar.", "Fil-fatt l- estimi taghhom diga gew approvati minn din il-Kamra f'dawn l-ahhar gimghat.", "Bejniethom dawn il- Korporazzjonijiet u Awtoritajiet ghandhom programmi kapitali ta' Lm30.8 miljuni.", "Ghaldaqstant l-infiq li se jsir mill-Gvern u mill- Korporazzjonijiet u Awtoritajiet fuq il-programm kapitali kollu ghall- 1993 mistenni jilhaq Lm95.6 miljuni.", "Ghall-investiment Produttiv is-sena d-diehla qed nipprovdu Lm32.8 miljuni.", "Dawn se jkopru l-infiq fuq Tiswija u Bini ta' Vapuri, Zvilupp ta' l- Industrija u tal-Port Hieles, l-Agrikoltura, it-Turizmu u l- Kompjuterizzazzjoni tad- Dipartimenti.", "Kieku kellna nzidu l-infiq tal- Korporazzjoni Telemalta u l-Awtorita' Marittima, l-infiq taht dan is- settur kien jilhaq Lm41.1 miljuni jew 43 fil-mija tan- Nefqa Kapitali kollha.", "Bhal fi snin ohra, l-akbar nfiq taht dan is-settur se jmur f'sussidju liz- zewg tarznari, li bejniethom se jiehdu Lm13.5 miljuni.", "Minn dawn, Lm7.5 miljuni mistennija jinghataw lil Malta Drydocks skond il- ftehim milhuq mal- Gvern fl-1989 u l-kumplament se jmur lit- Tarzna tal-Marsa biex taghmel tajjeb ghall-problema finanzjarja li ghadha thabbat wiccha maghha.", "Ammont iehor sostanzjali ta' sitt miljuni qed jigi allokat ghall-Izvilupp tal-Port Hieles f'Marsaxlokk, li kull ma jmur qieghed dejjem izid ir-ritmu ta' attivita'.", "Ghall-Izvilupp ta' l-Industrija qed jigu allokati 'l fuq minn Lm8 miljuni.", "Dawn se jmorru fuq il-pakkett ta' incentivi, bini ta' fabbriki ghal industrija ta' teknologija gholja, ghal tahrig ta' zghazagh biex dawn ikunu f'qaghda li jilqghu sfidi f'oqsma ndustrijali godda u biex insahhu l-istituzzjonijiet li gew imwaqqfa biex jghinu l- industrija lokali.", "Ghall-qasam infrastrutturali qed nallokaw ammont ta' Lm16.1 miljuni.", "Dawn se jmorru fuq toroq, drenagg, ajruport, bini pubbliku u xiri ta' taghmir ghal diversi dipartimenti kif ukoll fuq l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Ma' dawn wiehed jista' jzid is-setturi ta' l- ilma u l-energija li bejniethom il-Korporazzjonijiet rispettivi se jonfqu madwar Lm18.4 miljuni mill-fondi taghhom.", "Ghat-Toroq, is-sena d-diehla qeghdin nipproponu nfiq ta' Lm5.3 miljuni.", "Bhalma weghdna drabi ohra, behsiebna naghtu mportanza akbar lil dan is- settur.", "Diga bdejna bil-bini tal-mini ta' Santa Venera u t- toroq ta' madwar.", "Is-sena li gejja ser inkomplu dan il- progett billi nizviluppaw l- inhawi tas-Salib tal-Marsa.", "Behsiebna nwessghu u ntejbu t- toroq li jaghtu ghall-ajruport waqt li se nkomplu bi programm estensiv ta' twessiegh u rrangar ta' toroq ezistenti u kisi bil-'bitmac'.", "Settur iehor importanti hu dak tad-Drenagg, li ghalih qed nipprovdu Lm1.7 miljuni.", "Ftit ilu l-kumpanija ta' konsulenti Danizi pprezentat ir-rapport finali dwar is-sistema tad- drenagg f'Malta u f'Ghawdex fejn gew identifikati d-difetti u r-rimedji ta' din is-sistema.", "Mis-sena d-diehla behsiebna naghtu bidu ghat-twettiq ta' dan il-programm li hu stmat li se jiswa 'l fuq minn Lm26 miljun fuq medda ta' snin.", "Ghall-Ajruport qed nipprovdu kwazi Lm800,000 biex jinxtara taghmir essenzjali ghat- tmexxija u sigurta' ahjar f'dan il-qasam.", "Fost dan it- taghmir hemm radar gdid li b'kollox se jiswa madwar Lm3.5 miljuni.", "Se nonfqu wkoll ammonti sostanzjali ghat-tkomplija tal- bini tal- \"Groupage Container Terminal\" f'Hal Far, ghall- progett ta' riciklagg ta' l- iskart f'Marsaskala, ghall- manutenzjoni u attrezzar tal- proprjeta' li nxtrat f'Londra u ghall-bini ta' ufficini u xiri ta' taghmir ghall-diversi dipartimenti.", "Ammont iehor ta' madwar Lm1 miljun qed jinghata lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar li ghadha kif twaqqfet biex tiehu hsieb l-izvilupp ta' l-art sew fis-settur pubbliku kemm f'dak privat.", "Fil-qasam Socjali qed nipprovdu madwar Lm15.9 miljuni ghall-edukazzjoni, ambjent, sport, sahha, kura ta' l- anzjani u djar.", "Ma' dan l- ammont nistghu nzidu wkoll ammont iehor ta' Lm4.1 miljuni li l-Awtorita' tad-Djar behsiebha tonfoq mill-fondi taghha.", "Ghall-Edukazzjoni qed nipprovdu Lm4.8 miljuni biex inkomplu nkabbru u nattrezzaw l-iskejjel statali u biex nestendu u ntejbu l-facilitajiet fl- Universita'.", "Ghall- Isport qed nallokaw Lm1.4 miljuni li l-parti kbira minnhom se jmorru fuq il-bini ta' facilitajiet sportivi fejn se jsir il- Loghob tal-Pajjizi z-Zghar, l-aktar fuq il-pixxina f'Tal-Qroqq u l- \"athletics track\" fil-Marsa.", "Qed nipprovdu wkoll ammont iehor biex jitlesta l-ground tal- Hamrun.", "Barra li se nkomplu nimmodernizzaw l-isptarijiet taghna u nfornuhom b'aktar taghmir specjalizzat se naghtu bidu ghall-bini ta' sptar gdid.", "Dan hu progett ambizzjuz u se jkun ta' fejda kbira ghall-poplu Malti.", "Ghall- Kura ta' l- Anzjani, is-sena li gejja behsiebna nlestu c-Centru taz- Zejtun sabiex l-anzjani ta' dawk l-inhawi li ma' jkollhom lil hadd ma' min joqoghdu jkunu jistghu jibqghu jghixu fl- ambjent li jkunu trabbew fih.", "Ghall-qasam tad-Djar qed nallokaw Lm3.5 miljuni waqt li l-Awtorita' tad- Djar qed talloka ammont iehor ta' Lm4.1 miljuni mill-fondi taghha.", "Dawn se jmorru biex intaffu din il-problema socjali u fl-istess hin nipprovdu ncentivi biex aktar nies jixtru, jibnu jew jirrangaw djarhom.", "Taht il-Vot ta' Ghawdex qed nipproponu nfiq ta' kwazi Lm1.8 miljuni barra minn ammont iehor ta' 'l fuq minn Lm600,000 li se jintefaq mill- Korporazzjonijiet u Awtoritajiet.", "Nistghu nghidu bla tlaqliq li llum Ghawdex m'ghadux imwarrab mill-hsieb u l-pjanijiet tal-Gvern.", "Il- fatti u l-figuri jitkellmu wehedhom.", "Fis-settur produttiv jispikkaw l-oqsma ta' l- Agrikoltura, Turizmu u Zvilupp Industrijali.", "Fil-qasam infrastrutturali se nkomplu nestendu s-servizzi ta' l-ilma, dawl u drenagg u se nkomplu bi programm vast ta' twessiegh u kisi bil-\"bitmac\" ta' toroq f'diversi nhawi tal-gzira.", "Fis-settur socjali ma bqajniex lura.", "Din is-sena behsiebna nlestu l-isptar mentali, nkomplu nattrezzaw l-Isptar Generali b'taghmir modern, intejbu l-facilitajiet sportivi, u nestendu skejjel u ufficini biex l-Ghawdxin jinqdew ahjar.", "Billi l-Infiq Rikorrenti u Kapitali hu stmat li se jlahhaq Lm429.8 miljuni, u d-Dhul kollu mistenni jkun Lm404.9 miljuni, l-1993 mistennija tispicca bi zbilanc ta' Lm24.9 miljuni.", "Dan huwa ekwivalenti ghal 2.7% tal- Prodott Gross Domestiku.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Dan ir-rendikont finanzjarju jidher f'Tabella Numru 3, li nitlob lill- Kamra tiehu bhala moqrija.", "Qed naghti wkoll taghrif aktar dettaljat dwar l- Infiq u d-Dhul ghal dis-sena fl-Appendici mehmuz ma' dan id- Diskors.", "TABELLA NRU 3 (Ara Appendiċi III)", "4.", "Mizuri", "4.1 Ikel Servut Fi Stabbilimenti", "Kif inhi l-ligi llum, qed tithallas taxxa ta' ghaxra fil- mija fuq kull kont ta' ikla servuta f'lukandi u restoranti mill-ewwel sat-tielet klassi.", "Matul is-sena d-diehla, il-ligi se tinbidel biex din it-taxxa tigi estiza sar-raba' klassi, \"snack bars\" u clubs li ghandhom facilitajiet iservu ikel lil persuni li m'humiex membri jew mistiedna ta' membri.", "Se jinqatghu l- eccezzjonijiet kollha li jezistu llum u post dikjarat li ghandu jhallas levy ikun dovut li jhallasha fuq il-konsum kollu fil-lokal tieghu.", "Din il- mizura qeghda tittiehed mhux biss biex tinfirex fuq medda akbar ta' dan is- servizz imma wkoll biex l-infurzar taghha jkun aktar prattiku u biex tinqata' l-possibilita' li ssir kompetizzjoni ngusta bejn stabbiliment u iehor.", "4.2 Investiment f'Muniti Barranin", "Fl-1990 kien inghata permess li wiehed jinvesti sa Lm1,000 fis-sena f'muniti barranin.", "Fuq dan l-investiment kienet imposta taxxa ta' ghaxra fil- mija li tithallas darba fuq l- ammont investit.", "Din it-taxxa se titnehha b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena d-diehla.", "4.3 Infiq f'Safar", "Fl-1990 giet imposta taxxa ta' ghaxra fil-mija fuq flejjes minfuqa fuq safar ghal btala jew negozju.", "Din it-taxxa se titnehha b'effett mill-1 ta' Frar 1993.", "Mill-istess data se tigi mposta taxxa ta' ghaxra fil-mija fuq il-prezz tal- biljett ta' vjaggar fil-kaz li l-vjagg jorigina minn Malta.", "M'huma se jsiru ebda eccezzjonijiet fl-impozizzjoni ta' din it-taxxa izda l- ammont ta' taxxa fuq kull biljett m'ghandux jaqbez l-Lm20.", "4.4 Taxxa fuq l-Akkommodazzjoni", "F'hafna pajjizi ohra kull min joqghod f'lukanda jhallas mhux biss il-kont tal-kamra izda wkoll taxxa tal-Gvern mizjuda mal-kont.", "Wasal iz-zmien li ahna wkoll nitroducu din ir- \"room tax\".", "Ghalhekk, mill-ewwel ta' Jannar, 1993, se tibda tithallas levy ta' hamsa fil- mija (5%) fuq il-kontijiet ghall-kmamar okkupati f'lukandi u stabbilimenti simili.", "Billi diga nkunu saru \"bookings\" ghall-1993 ghal \"package tours\" bi prezzijiet miftehma, dawn se jkunu ezentati mill-hlas ta' din it- taxxa biex il-kuntratti ma jittifsux.", "Izda biex jinzamm il-kontroll necessarju fuq din l-ezenzjoni, dawk l-operaturi ta' lokalitajiet registrati ghat- turizmu qeghdin jinghataw gimgha zmien, jigifieri sa nhar it-Tlieta 1 ta' Dicembru, 1992 biex jissottomettu lit-Tezor kopja tal-kuntratti li ghamlu.", "\"Bookings\" mhux koperti mill- kuntratti depozitati u li jsiru mill-1 ta' Dicembru 'l quddiem, ikunu suggetti ghat-taxxa.", "4.5 Taxxa Fuq Trasferiment Ta' Proprjeta'", "Skond l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti, il-boll fuq trasferiment ta' proprjeta' immobbli huwa ta' 3.5%, u, fil- kaz ta' proprjeta' li tehtieg il-permess taht il-provvedimenti ta' l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli minn Persuni mhux Residenti, il-boll jitla' b'10 punti ghal 13.5%.", "Minn dan is-sors il-Gvern qieghed idahhal madwar Lm3.5 miljun fis-sena.", "L-attivita' qawwija f'dan is-suq qed tohloq bzonn ta' investimenti akbar mill-Gvern biex jigu msahha u estizi s-servizzi infrastrutturali.", "Jidher li hemm lok li dan is-settur jikkontribwixxi aktar.", "Ghaldaqstant b'effett immedjat il-hlas tal-boll sejjer jitla' ghal 7% u 17% rispettivament fuq trasferimenti ta' proprjeta' immobbli u ishma.", "Fil-kaz ta' Maltin li jkunu qeghdin jixtru proprjeta' biex juzawha bhala l-ewwel residenza taghhom infushom, il-boll jibqa' jigi ntaxxat bi 3.5% fuq l-ewwel Lm20,000 mill-valur ta' dik il-proprjeta'.", "Biex tinghata din il- koncessjoni, trid issir dikjarazzjoni notarili f'dan is-sens.", "Din il-mizura se tkun effettiva fuq il-kuntratti kollha nsinwati mill-1 ta' Dicembru , 1992 'l quddiem.4.6 Taxxa tal-Mewt u d- Donazzjoni", "Il-Ligi tal-Mewt u d- Donazzjoni (maghrufa wkoll bhala tas-Successjoni) kienet saret bil-hsieb li tillivella l-gid fis-socjeta' billi tnaqqas ammonti sostanzjali mill-proprjeta' li tintiret minn bniedem ghal iehor.", "Jigri, izda, li dawk li ghandhom hafna gid isibu mezzi kif jaharbu din it- taxxa waqt li ohrajn li qajla huma ghonja jehlu t-taxxa kollha bl- iskomdu, biex ma nghidx tbatija, li xi minn daqqiet iggib maghha.", "Wiehed jista' jzid ukoll li din it-taxxa hija wahda mill-mottivi ewlenin li minhabba fihom f'pajjizna hawn evazjoni tat-taxxa tad-dhul kif ukoll il-hrug ta' kapital barra 'l-pajjiz.", "Jekk inharsu mill-qrib lejn l-istruttura ta' din it-taxxa f'pajjizna nsibu li fil- prattika din m'hix hlief il- kalkolu tal-kapital mahluq matul il-hajja ta' ndividwu li mbaghad jigi ntaxxat f'daqqa darba wahda ma' mewtu.", "F'kelma wahda hi mezz kif il-qligh kapitali maghmul minn persuna jigi ntaxxat f'daqqa.", "Biex nibdew nirrazzjonalizzaw is-sistema fiskali taghna u nnehhu skolli zejda li ma jghinux fil-hidma taghna fil- gbir tat-taxxa u fl-uzu ta' kapitali Maltin f'pajjizna, qeghdin innehhu t-taxxa tas- successjoni b'effett mil-lum.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Minflok, it-trasferiment tal- proprjeta' immobbli u ta' ishma (shares), kemm b'wirt kif ukoll b'donazzjoni, se jsir suggett ghall-hlas tal-boll ta' 7% daqslikieku sar b'att ta' bejgh.", "Fejn il-proprjeta' mhollija fil-wirt tkun ir-residenza tal- mejjet, l-ewwel Lm10,000 mill- valur ta' dik id-dar ikun mehlus mill- hlas tal-boll.", "Fejn fil-mument tat- trasmissjoni l-werriet kien joqghod fid-dar imhollija lilu mill-mejjet, dan ihallas il- boll bit-3.5% fuq l-ewwel Lm20,000 mill-valur tad-dar, u fuq il-bilanc bis-7%, l-istess bhalma qed jigi propost ghal dawk li qed jixtru proprjeta', ghar-residenza taghhom, ghall- ewwel darba.", "4.7 Taxxa Fuq Qligh Kapitali", "Skond il-Ligi tat-Taxxa fuq l-\"Income\", \"il-profitt li jkun hemm minn bejgh minn xi persuna ta' xi proprjeta' akkwistata minnha ghall-iskop li taghmel profitt b'mezz ta' bejgh\" ghandu jinghadd mad-dhul ta' dik il- persuna ghall-iskop tat- taxxa.", "Din is-sezzjoni tal-Ligi se tinbidel fis-sens illi l-qligh minn trasferiment ta' proprjeta' immobbli b'valur oghla milli nxtrat jew minn kemm qamet biex inbniet ghandu jinghadd mad-dhul tal-venditur f'dik is-sena li tinbiegh.", "Meta jitkejjel il-qligh, jittiehed fil-kalkolu tnaqqis ghall- inflazzjoni, spejjez ta' manutenzjoni tal-bini u xi benefikat li seta' kien hemm.", "Proprjeta' immobbli li tkun okkupata mis-sid ghal perjodu ta' aktar minn hames snin tigi eskluza minn dan il-provvediment.", "Dan qieghed isir biex min irid sempliciment jibdel ir-residenza tieghu ma jsofrix zvantaggi.", "Dan li ghidna jigi applikat ukoll fil-kaz ta' qligh li jorigina minn trasferiment ta' ishma, titoli, negozju, avvjament (goodwill) u transazzjonijiet simili.", "M'ghandniex xi nghidu hawnhekk m'hawnx lok ghal tnaqqis.", "Din it-taxxa se tibda tingabar permezz ta' taxxa provizorja ta' 7% fuq il- prezz tal-bejgh li tithallas fuq il- kuntratt, speci ta' \"Pay As You Earn\" fuq qligh kapitali.", "Din it-taxxa provizorja tkun kreditata lit-\"taxpayer\" meta jinhadem l-\"assessment\" normali fuq id-dhul kollu tieghu ghas- sena partikolari.", "Din il-mizura mhix se tolqot lil dawk li diga ftehmu fuq prezz ta' bejgh u ghandhom konvenju diga lest bla ma ghamlu l-att ta' trasferiment, kif ukoll dawk it-trasferimenti li jkunu diga saru u l- kuntratti dwarhom ghadhom mhux insinwati.", "Ghal dan l-iskop il-Gvern haseb biex minn ghada sa nhar it-Tlieta l-1 ta' Dicembru 1992, fl-Ufficcju tat- Taxxi Interni Floriana u Victoria Ghawdex ikun hemm ufficjali biex jirregistraw kopji ta' dawn il-kuntratti u konvenji biex dawn ma jkunux milquta bl-effett tal- ligi.", "Kull kuntratt insinwat minn ghada l-Erbgha 25 ta' Novembru 1992 'il quddiem u li ma jkunx registrat kif ghadni kif ghidt, hu suggett ghal din it-taxxa.", "4.8 Tnaqqis fit-Taxxa Fuq Imghax Fuq Kontijiet \"Bearer\" mal-Banek", "It-taxxa fuq l-imghax li jithallas fuq kontijiet \"bearer\" mal-banek se titnaqqas minn zewg terzi ghal erbghin fil-mija ta' l-imghax dovut.", "Dan qed isir biex jirrifletti t-tnaqqis li kien sar minn 65% ghal 35% fl-oghla rata ta' taxxa.", "Din ir-rata l-gdida tibda tapplika fuq imghax li jaghlaq wara l-1 ta' Jannar 1993.", "4.9 Tnaqqis mit-Taxxa tad-Dhul Dwar Mard Kroniku", "Skond il-Ligi tat-Taxxa fuq l-\"Income\", min ibati minn xi marda kronika msemmija fil-ligi jinghata tnaqqis ta' Lm100 mid- dhul.", "Kif inhadem sal-lum dan il- beneficcju, min jaqla' aktar kien qed jiehu beneficcju akbar meta kulhadd jaqbel li tnejn min-nies li jbatu mill-istess marda ghandhom jinghataw l- istess ammont ta' \"tax relief\".", "Biex titwitta din l- anomalija, biex inkomplu naggornaw is-sistema tat- taxxa taghna lejn wahda ta' \"tax credits\", u biex innaqqsu l- abbuz, mis- sena bazi 1993, se tibda tinghata \"tax credit\" ta' Lm25 ghal kull persuna li tbati minn marda kronika.", "Minn 77,000 assessment mahduma ghall-1991, jirrizulta li kien hemm 37,500 talba ghal dan it-tnaqqis.", "Dan juri car li qed ikun hemm abbuz fil-mili tal-formoli tal-mard.", "Ghalhekk qed naghti struzzjonijiet lid- Dipartiment biex dawn il- formoli jibdew jigu ezaminati izjed bir-reqqa.", "4.10 Tnaqqis mit-Taxxa", "B'effett mis-sena bazi 1993 it-\"tax credit\" li jinghata wara li tigi kalkolata t-taxxa tad-dhul se jizdied b'Lm25.", "Dan ifisser li ghal min ihallas b'rata ta' 25 centezmu fl-lira ghandu Lm100 ohra mehlusa mit- taxxa.", "4.11 Zieda fil-Paga", "Fil-10 ta' Dicembru 1990 kien sar Qbil Nazzjonali dwar Relazzjonijiet Industrijali li permezz tieghu t-tlett partijiet socjali, jigifieri l- Gvern, ir-rapprezentanti tal-haddiema u ta' min ihaddem stabbilew kif ghandhom jinghataw zidiet fil-pagi ghall-gholi tal-hajja.", "Fuq il- bazi ta' dak il-Ftehim iz-zieda li ghandha tibda tithallas mill-ewwel ta' Jannar 1993 ghandha tkun ta' Lm1.00 fil- gimgha.", "Din iz-zieda m'ghandiex titnaqqas minhabba t-tnaqqis fit-taxxa li ghadni kif semmejt.", "4.12 Kontribuzzjoni tas- Sigurta' Socjali", "Il-kontribuzzjonijiet tas- Sigurta' Socjali huma maqsuma f'zewg kategoriji: dawk ta' impjegat u dawk ta' wiehed li jahdem ghal rasu.", "Fl- ewwel kaz il-kontribuzzjoni hija maghmula minn tliet partijiet ugwali; jigifieri 8.33% mill-impjegat, 8.33% minn min ihaddmu u 8.33% ohra mill- istat.", "Fil-kaz ta' wiehed \"self-employed\", dan ihallas 12.5% tal-qligh tieghu u l-istat ihallas in-nofs, jigifieri 6.25%.", "B'dawn ir-rati ta' kontribuzzjonijiet u z-zieda fil-beneficcji li kellna matul dawn l-ahhar snin, l-izbilanc bejn id-dhul u l-hrug totali inkluzi l- ispejjez ghas-sahha u ghall-kura ta' l-anzjani, maghruf bhala l-\"welfare gap\", tela' minn Lm21.2 miljun fl- 1987 ghal Lm45.7 miljun fl- 1991.", "Din iz- zieda fil-\"welfare gap\" hija mistennija li tkompli tikber minhabba li n- numru ta' beneficjarji, l-ammont imhallas u l-perjodu li matulu jsiru l- pagamenti qeghdin dejjem jikbru.", "Din is- sitwazzjoni jehtieg li nibdew nahsbu biex nirrangawha minn issa.", "Ghaldaqstant filwaqt li m'ahniex se ncaqalqu r-rata mhallsa mill- impjegat, se nzidu l-kontribuzzjoni ta' min ihaddem minn 8.33% ghal 10%.", "Minkejja din iz-zieda, hafna mill-\"employers\" mhumiex se jintlaqtu hazin ghax se jibbenefikaw minn mizura ohra li nitkellem dwarha aktar 'il quddiem.", "Il-Kontribuzzjonijiet ta' dawk li jahdmu ghal rashom, se jkunu maqsumin f'sitt kategoriji flok is-sebgha li hemm bhalissa, bl-anqas rata ta' Lm6.20 fuq dhul li ma jaqbizx Lm2469 u bl-oghla rata ta' Lm14.20 ghal dhul 'il fuq minn Lm4799.", "Dawn il-mizuri jidhlu fis- sehh f'Jannar 1993.", "4.13 Beneficcji Socjali", "Iz-zieda ta' Lm1 fil-gimgha li ser tinghata fil-paga minima nazzjonali ser tkun riflessa fil-beneficcji socjali skond kif titlob il-Ligi tas- Sigurta' Socjali.", "Dan ifisser li l-Pensjoni Minima Nazzjonali ghal ragel mizzewweg se tizdied ghal erbgha minn hamsa tal-paga minima nazzjonali kif se tizdied, filwaqt li l-pensjoni ghal persuna wahedha ser tizdied ghal tnejn minn tlieta ta' l-istess paga.", "B'hekk ir- rati godda ta' din il-pensjoni issa ser ikunu Lm29.30 u Lm24.42 fil-gimgha rispettivament.", "Pensjonijiet ohra li huma marbuta maz-zewg terzi ser jizdiedu b'dan il-proporzjon taz-zieda moghtija fil-paga minima nazzjonali.", "Beneficcji, pensjonijiet, ghajnuna socjali li ma humiex marbuta bil-ligi ma' xi proporzjon se jizdiedu bil- percentagg li bih zdiedet il- paga minima nazzjonali.", "Fil-kaz ta' pensjoni tar-romol, dan ifisser li l- pensjoni issa qed titla' ghal Lm27.35 fil-gimgha.", "B'hekk inkunu qed nassiguraw li nkomplu nzommu l-livell gholi ta' beneficcji socjali li rnexxilna ngawdu matul dawn l- ahhar sitt snin.", "4.14 Rata Ta' Hlas Ghall- \"Overtime\"", "Il-Gvern qabel mal-\"Unions\" li r-rata tal-hlas ghall- \"overtime\" li jaghmlu l- haddiema mhux industrijali tal- Gvern tkun ta' wiehed u nofs tar- rata normali tal-hlas bhalma hi ghall-haddiema industrijali.", "Ghalhekk, mill- ewwel ta' Jannar 1993, il- haddiema fil-gradi fejn isir hlas ghall- \"overtime\" se jibdew jithallsu b'din ir-rata l- gdida.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "M'ghandniex xi nghidu, din il-mizura tinvolvi lill-Gvern fi spiza akbar; ghaldaqstant nistennew li l-\"overtime\" ikun limitat ghal dak ix-xoghol li assolutament ma jistax isir waqt il-hin normali.", "4.15 Rijallinjament tal-Lira Maltija", "Kif ghidt qabel, is- sitwazjoni ekonomika li tahkem madwarna m'hix wahda felici, u ahna qeghdin niehdu l-pozizjoni li nippjanaw biex inzommu l- mixja taghna fl-aghar ipotezi li t-titjib li xi uhud qeghdin jghidu li se jkun hawn fil-fatt ma jsehhx.", "Ahna ma nemmnux fl-operazjoni ta' mekkanizmi li bihom ikollna joperaw f'pajjizna, rati differenti ta' kambju fl-istess hin.", "Snin ilu nehhejna s- sussidju fil-kambju li kien beda jahdem ghas-settur tal- manifattura.", "Il- Gvern ta' qabilna kien ha pozizjoni li l- valur tal-lira Maltija, dak iz- zmien kien gholi wisq biex ahna nkunu nistghu nesportaw.", "Il- fatt li wara t-tnehhija ta' dan is-sussidju ma kellniex katastrofi, imma kellna zidiet kbar fl-esportazjoni, wera li kellna ragun insostnu li l- kompetittivita taghna trid tigi mill-effficjenza u minn produttivita akbar.", "F'dan il-budget qieghed nghid li s-sussidju fuq il-kambju li llum qieghed igawdi s-settur tat-turizmu se tigi mnaqqsa gradatament sakemm tispicca.", "Bhalma jaf kulhadd kien hawn diversi allinjamenti godda fil- muniti ewlenin f'Settembru ta' din is-sena, partikolarment dawk li jaghmlu parti mis- Sistema Monetarja Ewropeja.", "Din il-gimgha stess rega' kellna allinjamenti godda fil- muniti Ewropej fosthom dawk tal-Peseta Spanjola u L- Escudo Portugiz.", "Hemm spekulazzjonijiet li baqa' xi muniti ohrajn li jistghu jaghmlu allinjament gdid.", "Ghal dawn l-ahhar xhur, ahna konna qed nikkonsidraw il-valur tal-lira Maltija fis-swieq tal- kambju.", "Segwejna dak li kien qed jigri barra u rajna x'effett jista' jkollu fuq l- ekonomija taghna.", "Biex niddefendu l-ekonomija taghna minn dak li qed jigri barra hassejn htiega li niehdu certi decizzjonijiet biex nassiguraw il-futur tal- impjiegi tal-Maltin ul- Ghawdxin.", "Ghalhekk b'effett immedjat, il-valur tal- lira Maltija se jonqos b'ghaxra fil- mija mal-muniti kollha minn dak li kien il-bierah.", "Ahna wiehed mill-pajjizi li l-iktar jimpurtaw u jesportaw f'termini relattivi.", "Allinjament gdid jaghmel il- prodotti taghna orhos u allura jrendiehom iktar kompetittivi fis-swieq barranin.", "Barra minn hekk, ahna nikkompetu ma' pajjizi ohrajn, bhal Portugall, ghall-investiment.", "Dan l- allinjament gdid mistenni li jaghmel lil Malta iktar kompetittiva wkoll f'dan ir- rigward.", "L-allinjament gdid tal-lira Maltija ghamilnieh biex inzommu l-livell ta' kompetittivita u efficjenza partikolarment f'dak li ghandu x'jaqsam ma' l- esportazzjoni u t-turizmu, zewg setturi li huma ta' importanza kbira ghall- ekonomija taghna.", "Fir-rigward tat-Turizmu ninnotaw li muniti kemm ta' klijenti taghna bhall- Ingliterra u muniti ta' kompetituri bhal Spanja iddevalwaw u hekk ghamlu t- turizmu anqas kompetittiv.", "Dan l-allinjament gdid mistenni jkompli jsahhah dawn iz-zewg setturi ta' l-ekonomija taghna.", "Minn Settembru 'l hawn, il- valur tal-lira Maltija apprezza hafna ma' whud mill-muniti ewlenin Ewropej u dan l- allinjament gdid mistenni li jkollu effett minimu fuq il- prezzijiet ta' bosta oggetti li ahna nimpurtaw.", "B'dan l- allinjament gdid, il-lira Maltija issa ser terga' jkollha kwazi l-istess livell li kellha mal-Lira Taljana u ma' l- Isterlina qabel Settembru ta' din is-sena filwaqt li l-valur se jinzel ma' xi muniti ohrajn.", "Peress li hafna mill-prodotti li nimpurtaw ghall-konsum jigu minn dawk il-pajjizi li kellhom allinjamenti godda bhalna, mhux mistenni li dan l-allinjament tal-lira Maltija jkollu effett sinifikanti fuq l-gholi tal- hajja.", "Kif jista' jinnota kulhadd, ma ttiehdet ebda mizura li tgholli l- prezzijiet ta' l- energija, fosthom l-elettriku, petrol u diesel.", "Lanqas m'huma se joghlew il-prezzijiet tal- qmugh.", "Konkluzzjoni", "Mr Speaker,", "Fl-ewwel pass taghna, bejn l- 1987 u l-1991, lil pajjizna tajnih il- fiducja fih innifsu.", "Tajnih ir-rieda li jahdem.", "Tajnih il-vizjoni ta' futur ahjar.", "Tajnih l-ghodda biex din il-vizjoni jaghmilha rejalta.", "Minn dan il-Poplu Malti gawda qatiegh.", "Rega' sab il-liberta' ta' l- azzjoni.", "Rega' sab ir- riedni ta' hajtu f'idu.", "Fejn jahdem, kif jahdem, kemm jahdem, kif jghix; dawn regghu saru decizzjonijiet tieghu u mhux ta' min jiggvernah.", "U irnexxejna kemm irnexxejna ghax halljena l-Poplu jahdem u imponejna mill-inqas.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Dan l-ewwel pass konna bdejnieh b'dizastru kbir lokali, u bid-dinja madwarna miexja b'ritmu gmielu.", "It-tieni pass taghna bdejnih bil-maqlub.", "Ahna mexjin b'ritmu gmielu, u d- dinja madwarna ghandha l-problemi mhux zghar.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "F'dan il-budget qeghdin naghtu direzzjoni cara ta' fejn irridu naslu.", "Qeghdin niehdu mizuri biex inkomplu nnadfu l- operazzjoni ta' l-ekonomija mill-artificjalitajiet li jaljenaw u jfixklu.", "Qeghdin inkomplu mexjin fuq il- principju li l-Gvern m'ghandux jaghmel politika ta' impozizzjoni, imma politika ta' direzzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Hadna l-mizuri biex naghtu lil kull min irid jahdem dak li ghandu bzonn biex jaghmel dan.", "Ahna certi li bl-inventiva, is- sens komun u l-kapacita li ghandu l-Poplu taghna, jkompli jirrejagixxi b'mod pozittiv ghad- direzzjoni taghna.", "L-ahjar mod li tirbah il- problemi hu li tfittex soluzzjonijiet ghalihom.", "L- aghar mod hu li ccedi quddiemhom.", "Il-problemi taghna, s'issa rbahnihom.", "Ghax tkellimna ma xulxin, ghax fehmna lil xulxin u ghax ftehmna ma' xulxin.", "Dan il-budget kuragguz li jaghtina l-ispinta mehtiega biex flimkien inkomplu bla waqfien fuq it-triq tal- progress li qbadna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) APPENDIĊI U STATEMENTS", "1992 - infiq rikorrenti", "L-infiq rikorrenti ghas-sena 1992 huwa stmat li jilhaq l- ammont ta' Lm330.5 miljuni, li jinkludi Lm15.7 miljuni ghall- Hlasijiet fuq Self.", "Dan ifisser li ser ikun hemm infiq inqas ta' madwar Lm0.2 miljuni mill-Estimu Approvat.", "Minn kif jidher mill- Istatement Nru 1 ma' dan id- diskors, fis-sena 1992 ser ikun hemm zieda ta' madwar Lm3.2 miljuni taht numru ta' Voti u infiq inqas ta' Lm3.5 miljuni taht ghadd ta' Voti ohra.", "Hawn hekk ser jinghata taghrif fuq l-infiq oghla jew inqas taht il-Voti.", "Ammont ta' madwar Lm560,000 ser jizdied taht il-Vot tal- Prim Ministru ghall-ispejjez ta' l-Elezzjoni Generali li saret fi Frar 1992.", "Ammont iehor sostanzjali ta' Lm380,000 ser jizdied taht il- Vot ta' l- Edukazzjoni biex ikopri l-kontribuzzjoni dovuta lill-Awtoritajiet tal- Knisja skond il-Ftehim dwar l- Iffinanzjar ta' l-Iskejjel tal- Knisja kif ukoll il-hlas ta' l- \"allowances\" lill-istudenti tas-Sixth Form.", "Taht il-Vot tal-Pulizija qed nipprovdu mat-Lm350,000 iktar.", "Minn dan l- ammont, Lm260,000 kienu mehtiega wara t-twaqqif tal-Ministeru ta' l-Intern u Zvilupp Socjali u Lm100,000 biex ikopru spejjez ta' sahra li ghamlu l- Pulizija minhabba l-Elezzjoni Generali u z-zjara f'Malta tar-Regina Elizabetta II.", "Il-Vot tal-Ministeru tal- Politika Socjali qed jizdied b'ammont nett ta' madwar Lm540,000.", "Fil-fatt, Lm2.1 miljuni huma mehtiega f'zieda fil- kontribuzzjoni ta' l-Istat ghas-sigurta' socjali minhabba li d-dhul ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Socjali zdied sewwa bhala rizultat ta' pagi oghla, zieda fl-impiegi u hlas ta' kontribuzzjonijiet dovuti mill-Malta Shipbuilding Co. Ltd.", "Ammont iehor ta' Lm150,000 huwa mehtieg biex jithallsu l-beneficcji skond l- Iskema ta' l-Incentivi mhabbra fl-1989.", "Kontra dan l-infiq oghla taht dan il-Vot ser ikun hemm infiq anqas ta' madwar Lm1,650,000 taht il-Vot ta' l- Awziljari minhabba li l-parti l-kbira tal-haddiema awziljari issa nghataw impjieg fiss fid- dipartimenti fejn kien hemm bzonn.", "Il-Vot tal-Kura ta' l-Anzjani wkoll ser jaqbez l-istima originali b'madwar Lm640,000, l-aktar ghat-thaddim ta' l- Iskema ta' ghajnuna lill- anzjani fi djarhom, fejn in- numru ta' anzjani li qed jircievu din l- ghajnuna zdied iktar milli kien mistenni.", "Il-Vot tat-Tezor ser juri zieda ta' Lm310,000 biex jithallas kumpens lil persuni li kellhom ilmenti quddiem il- Kummissjoni dwar l-Ingustizzji, biex isir pagament lill-Public Broadcasting Services Ltd ghall-gbir ta' licenzji tat- 'television' u hlas ta' kontribuzzjoni oghla lill-Bank Dinji u lill- Bank Ewropew ghal Rikostruzzjoni u Zvilupp.", "Il-Vot tal-Posta wkoll ser jaqbez l-istima originali b'madwar Lm150,000, l-aktar minhabba zieda fin-numru ta' pustiera biex jintlahqu ahjar oqsma godda ta' djar f'diversi nhawi ta' Malta u biex jitjiebu l-mezzi tat- trasport tal-Posta.", "Ghall-Vot tat-Turizmu ser nallokaw Lm156,000 iktar ghall- Istitut ta' l- Istudji dwar it- Turizmu biex ikompli jinghata tahrig mill-istaff professjonali lill-istudenti ta' dan l- Istitut li n-numru taghhom qed jizdied minn sena ghal ohra.", "Kif imfisser qabel, infiq anqas ta' madwar Lm3.5 miljuni taht numru ta' Voti ser jaghmel tajjeb ghal dan l-infiq oghla li semmejt.", "L-infiq inqas ser isehh principalment taht il-Voti tal- Forzi Armati, ta' l-Artijiet u l-Ambjent u tas-Sigurta' Socjali.", "Taht il-Vot tal-Forzi Armati, madwar Lm630,000 mhux ser jintefqu ghaliex ir-reklutagg ta' numru ta' suldati ser isir ghall-ahhar tas-sena.", "Taht il-Vot tas-Sigurta' Socjali ser jintefqu Lm900,000 inqas milli kien stmat ghall- hlas ta' beneficcji.", "Taht il-Vot ta' l-Artijiet u l-Ambjent l-ammont ta' Lm800,000 li kien provdut ghall-hlas ta' imghax fuq proprjeta' mghoddija lill-Gvern mill- Knisja mhux ser jintefaq ghaliex l-iStock fuq din il- proprjeta' mhux mistenni li johrog din is-sena billi l- Ftehim ghadu mhux finalizzat.", "Barra hekk, ser ikun hemm infiq inqas ukoll taht ghadd ta' Voti ohra, fosthom is- Sahha, it-Taxxi Interni, id- Dwana u l-Avjazzjoni Civili, li b'kollox jammonta ghal Lm790,000.", "Taghrif iktar dettaljat dwar l-infiq oghla u inqas jinsab fi Statement Nru 1 mehmuz ma' dan id-Diskors.", "1992 - INFIQ KAPITALI", "L-Infiq Kapitali matul l-1992 mistenni jilhaq Lm59.3 miljuni, jigifieri madwar Lm2.6 miljuni anqas milli konna approvajna fl-Estimi.", "Dan l-ammont ma jinkludix l-infiq ghall- programmi kapitali tal- Korporazzjonijiet Enemalta, Telemalta u Servizzi ta' l-Ilma u ta' l-Awtorita' tad-Djar u dik Marittima li bejniethom mistennija jonfqu madwar Lm28.6 miljuni.", "Lanqas ma jfisser li ma kienx hemm caqliq bejn vot u iehor.", "Fil-fatt insibu numru ta' voti fejn l-infiq kien akbar milli konna ivvutajna, waqt li f'voti ohra l-infiq kien anqas minn dak approvat.", "Halli nghaddi f'aktar dettal kif u f'hiex sar dan l-infiq.", "Taht il-Vot dwar Tiswija u Bini ta' Vapuri qed nistmaw infiq ta' Lm14.5 miljuni jigifieri Lm2.3 miljuni aktar milli konna pprovdejna fl- estimi.", "L-Infiq ghall-Malta Drydocks mistenni jkun ta' madwar Lm7.5 miljuni jew Lm700,000 anqas milli konna stmajna.", "Dan l- aktar minhabba li nfiq li kellu jsir fuq il-kompjuterizzazzjoni ta' din l-azjenda baqa' ma sarx.", "Ghat-Tarzna tal-Marsa se nonfqu madwar Lm7 miljuni, jigifieri mat-Lm3 miljuni aktar.", "Dawn se jmorru principalment biex jinxtara taghmir u makkinarju ghall-bini ta' vapuri, ghall-izvilupp tat-Tarzna u biex jithallsu arretrati tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Socjali u tat- Taxxa tad-Dhul tal-haddiema.", "Tajjeb wiehed isemmi li matul din is-sena, barra li kompliet bil-bini ta' vapuri Russi, din il-kumpanija ffirmat zewg kuntratti ohra ghall-bini ta' tliet vapuri, tnejn ghall-Gvern Ciniz u wiehed ghal kumpanija Norvegiza.", "Ghall-Izvilupp ta' l- Industrija qed nistmaw infiq ta' madwar Lm8.5 miljuni.", "Din is-sena komplejna bil-bini ta' fabbriki u l-manutenzjoni ta' zoni ndustrijali, li ghalihom se nonfqu madwar Lm4 miljuni; komplejna bit- tahrig tal- haddiema li ghalih se nonfqu ftit anqas minn Lm600,000; u se nkomplu naghtu b'kemm jiswew Lm500,000 f'incentivi.", "Barra minhekk, ipprovdejna Lm2 miljuni ghat-tmexxija tal- Korporazzjoni ta' l-Izvilupp biex din tkompli thajjar aktar investituri barranin jigu Malta.", "Tajna Lm400,000 lill- METCO biex din tkompli tghin lill-esportaturi Maltin isibu swieq barra minn Malta ghall- prodotti taghhom, u Lm400,000 ohra tajnihom lill-MIMCOL biex tkompli tiehu hsieb l- investimenti li l-Gvern ghandu f'diversi kumpaniji.", "Ghall-Izvilupp tal-Port Hieles f'Marsaxlokk qed nistmaw nefqa ta' Lm6 miljuni.", "Matul din is-sena, il-Korporazzjoni kompliet b'hidma ntensiva biex titlesta l-estensjoni tat- Terminal 1 li biha se jitkabbar il-moll b' 220 metru.", "B'hekk aktar vapuri jkunu jistghu jhottu jew jghabbu l- merkanzija fl-istess hin.", "Barra minhekk, il-Korporazzjoni xtrat aktar makkinarju ghall-manigg tal-\"containers\", kompliet x-xoghol infrastrutturali fuq l-\"oil terminal\" u bdiet ix-xoghol fuq il-bini ta' ghaxar imhazen ohra.", "Ghall-qasam ta' l-Agrikoltura qed nistmaw nfiq ta' madwar Lm900,000.", "Matul din is-sena bqajna ghaddejjin bil-progetti normali bhalma huma t- thawwil ta' sigar, reklamazzjoni ta' art moghxa, modernizzar tal- biccerija, tal-pixkerija u tal- pitkali, kif ukoll bqajna naghtu ghajnuna finanzjarja lill-bdiewa u lis-sajjieda biex jixtru aktar taghmir u jtejbu l- facilitajiet tal-produzzjoni.", "Matul din is-sena komplejna wkoll bl- izvilupp tac-Centru tal-Akwakultura fit-Torri ta' San Lucjan u tajna bidu ghall- izvilupp ta' Centru tal-\"micro propagation\" ghat-tnissil ta' pjanti u sigar li jkunu hielsa mill-mard.", "Taht il-Vot tat-Turizmu qed nistmaw nefqa ta' Lm2.2 miljuni.", "Irridu nzommu quddiem ghajnejna li l-infiq fuq it- turizmu ma nistghux inharsu lejh u nikkunsidrawh wahdu.", "Ghalkemm l-investiment li ghamilna fit- telekommunikazzjoni, fl-ilma, fid-dawl, fit- toroq, fl-ajruport u fi progetti ohra sar principalment ghall-beneficcju tal-poplu Malti, minnu qed jibbenefika wkoll it-turist bir-rizultat li dan m'ghadux imur lura pajjizu b' hafna lmenti.", "Ghal dawk iz-zghazagh li jridu jaghmlu karriera fl- industrija tat- turizmu waqqafna l-Istitut ta' l- Istudji dwar it-Turizmu.", "Din is-sena komplejna nkabbru l- facilitajiet biex ikun jista' jilqa' numru akbar ta' studenti u joghla l-livell ta' taghlim.", "Ghall-Organizazzjoni Nazzjon- ali tat-Turizmu pprovdejna Lm1.9 miljuni ghal kampanja ta' pubblicita' f'bosta pajjizi.", "Ir-rizultat kien wiehed tajjeb hafna, tant li n-numru ta' turisti li se jzuruna sa l- ahhar tas- sena mistenni jilhaq ic-cifra rekord ta' 1,000,000.", "Taht il-Vot ghall-Izvilupp ta' l-Ajruport qed nistmaw nefqa ta' madwar Lm500,000.", "Wara l-bini tat-Terminal il- Gdid, din is-sena l-enfasi ta' l- infiq f'dan is-settur kien fuq ix-xiri ta' taghmir essenzjali ghat-tmexxija ta' l- ajruport.", "Fost l-ohrajn xtrajna taghmir gdid biex jitnehha depositu ta' lastiku minn fuq ir-'runways' u tqieghdu d-dwal li jiggwidaw l- ajruplani ghal fuq Apron Nru 9.", "Xtrajna wkoll taghmir modern ta' kommunikazzjoni u navigazzjoni ta' l-ajru, bhal nghidu ahna l-\"Modification Kit\" u \"Instrument Landing System\" u hargu offerti ghax- xiri ta' radar gdid.", "L-ispiza ghat-Toroq din is- sena mistennija titla' ghal Lm 6 miljuni, jigifieri Lm 1 mil- jun aktar mill-ammont approvat.", "Wara li fis-snin li ghaddew tajna mportanza kbira lil diversi progetti kbar infrast- rutturali fosthom dawk tat- telekommunikazzjonijiet, ilma, energija, l-Air Terminal u ohrajn, matul din is-sena kkoncentrajna l-isforzi taghna ghall-izvilupp tas- sistema tat- toroq biex il-poplu jinqeda ahjar.", "Lestejna l-progett tal- mini ta' Santa Venera li gie jiswa 'l fuq minn Lm4 miljuni.", "B'dan il- progett ambizzjuz ghaqqadna n-Nofsinhar ta' Malta mat-Tramuntana permezz ta' sistema ta' toroq, mini u pontijiet.", "Ma hemm l-ebda dubju li l- iskopijiet li ghalihom sar dan il-progett gdid tat-traffiku ntlahqu, ghaliex mhux biss iffacilita t- tragitt tas-sewwieqa li jghaddu minnu izda taffa hafna mill- problemi tat-traffiku f'bosta nhawi ohra fil-gzejjer Maltin.", "Progett iehor li tlesta kien it-triq il-gdida ta' quddiem l- Air Terminal li fuqha nfaqna 'l fuq minn Lm700,000.", "Komplejna bit-twessiegh u rrangar ta' toroq ezistenti u bil-kisi bil- bitmac ta' diversi toroq madwar Malta.", "Komplejna wkoll bix- xoghlijiet fl-inhawi ta' Hal- Qormi u l-Imsida biex innaqsu kemm jista' jkun il-problema ta' gharghar.", "L-izvilupp fis-sistema tad- drenagg baqa' jinghata mportanza tant li qed nahsbu li se nonfqu madwar Lm1.5 miljuni.", "Biex ikun jaf sewwa x'inhuma l-htigijiet tal-pajjiz f'dan il-qasam, il- Gvern kien qabbad ditta ta' konsulenti Danizi biex ihejju pjan regolatur ghas-sistema tad-drenagg f'Malta u Ghawdex.", "Dawn il- konsulenti lestew ix- xoghol taghhom u aktar kmieni din is- sena ghaddew lill-Gvern ir- rapport finali.", "Sadanittant saru estensjonijiet tad-drenagg f'diversi nhawi ta' Malta fosthom San Pawl tat-Targa, Bahar ic- Caghaq, Zebbug, Mriehel u Siggiewi.", "Komplejna wkoll intejbu u nkabbru s-sistema f'Attard/Qormi, Gzira, fl- inhawi tax-Xama, f'San Pawl il- Bahar, Fond Ghadir u fil-Marsa.", "In-nefqa kapitali fil-qasam edukattiv din is-sena se tilhaq madwar Lm1.3 miljuni, jew Lm2.0 miljuni anqas milli konna vvutajna.", "Dan in-nuqqas fl- infiq hu dovut principalment ghal dewmien fi proceduri mill- Kommunita' Ewropeja biex jinhargu offerti ghax-xiri ta' computers u taghmir iehor ghac- Centri ta' Fellenberg u tal- \"Precision Engineering\" kif ukoll ghall- estensjoni tal- librerija u ghax-xiri ta' apparat ghall-laboratorji ta' l- Inginerija fl-Universita'.", "Raguni ohra ghal dan in-nuqqas ta' nfiq hija li pagamenti fuq xoghlijiet li saru matul din is-sena issa mistennija jithallsu s-sena d-diehla.", "Parti sostanzjali mill-infiq f'dan is-settur se jmur ghat- tkabbir tal- facilitajiet fl- Universita'.", "Fost xoghlijiet ohra, lestejna l-estensjoni tal-kumpless ghall-Fakulta' ta' l-Arti u l-bini tal- \"Mathematics/Computer Service Buildings\".", "Bdejna x-xoghol ukoll fuq il-bini ta' diversi laboratorji fosthom dawk tal- Mekkanika u l-Inginerija Civili.", "Barra minn xoghol ta' kostruzzjoni, sar infiq ukoll fuq apparat u taghmir ghal bosta fakultajiet.", "Fl-iskejjel statali komplejna bil-bini, manutenzjoni u estensjoni ta' diversi skejjel u bix-xiri ta' taghmir u apparat ghall-iskejjel teknici, tas-snajja, primarji u sekondarji.", "Taht il-Vot tal-Kultura u l- Ambjent, li jinkludi wkoll l- Isport, il- Muzewijiet u l- Progett Naddaf Malta, qed nistmaw infiq ta' madwar Lm2.5 miljuni.", "Ghall-Isport din is- sena se jintefqu mas-Lm700,000 li l-parti kbira minnhom se jmorru fuq il-bini ta' facilitajiet konnessi mal- Loghob tal-Pajjizi z-Zghar li se jsiru f'Malta s-sena d- diehla.", "Diga sar hafna xoghol fuq il-\"ground\" ta' l-Atletika fil-Marsa, u x-xoghol fuq il-bini ta' pixxina f'tal-Qroqq issa qabad ritmu mghaggel.", "Fuq l-Ambjent qed nistmaw li se nonfqu mal-Lm1.2 miljuni li parti sostanzjali minnhom se jmorru fuq il-progett Naddaf Malta.", "Taht dan il-Vot ipprovdejna ammont ta' Lm340,000 biex iservi bhala kontribuzzjoni lill-Public Broadcasting Services Limited biex jinxtraw l- assi tal-Kumpanija minghand it-Telemalta.", "Ghall-qasam tas-Sahha qed nistmaw infiq ta' Lm600,000 fuq programm ta' tishih fl-oqsma kollha tas-sahha.", "Fl-isptar San Luqa komplejna x-xoghol fuq l-\"Emergency and Admitting Department\" u fuq diversi progetti ohra fosthom ic-\"Child Development Advisory Unit\" ghal kura specjalizzata lit- tfal handikappati u l-\"Isotope Scanning Unit\", fejn pazjenti jigu nvestigati ghall-marda tal-kancer u mard iehor.", "Qed jigi attrezzat ahjar l- iSterile Manufacturing Unit ghall- produzzjoni ta' \"intravenous fluids\" li jinghataw lill- pazjenti, xtrajna aktar taghmir ghal diversi dipartimenti ta' l-isptar u komplejna nsahhu l- facilitajiet fl-\"X-Ray Dept\".", "Ghall-isptar Boffa konna vvutajna flus biex jinxtara \"linear accelerator\" ghall-kura tal-kancer.", "Izda, minhabba dewmien mhux mistenni fl-ghoti tal- kuntratt, dan l-apparat issa mistenni li jasal Malta s- sena d-diehla.", "Ghall-Kura ta' l-Anzjani qed nistmaw infiq ta' madwar Lm650,000.", "Madwar nofs din is- somma marret biex jithallsu kontijiet pendenti fuq xoghlijiet ta' rijabilitazzjoni li saru fl-Isptar Zammit Clapp.", "Matul din is-sena komplejna nimmodernizzaw u nirrinovaw is- swali tar-residenza San Vincenz de Paule, fejn hemm ighixu 'l fuq minn elf anzjan, u komplejna b'xoghol fuq il-bini ta' centru ghall-anzjani fiz- Zejtun li mistenni jitlesta s- sena li gejja.", "Dan, bhal fil- kaz ta' centri ohra, se jkompli jghin biex l- anzjani jkunu jistghu jibqghu jghixu fl- ambjent tar-rahal taghhom.", "Fil-qasam tad-Djar din is- sena qed nistmaw infiq ta' madwar Lm6 miljuni li minnhom Lm4.1 miljuni qed johorgu mill- Fond Konsolidat u l-kumplament mill-fondi ta' l-Awtorita' tad- Djar.", "Parti sostanzjali minn din is-somma se tmur fuq il- bini ta' djar u appartamenti f'diversi nhawi ta' Malta kif ukoll fuq l-izvilupp tal-belt gdida fl-Imtarfa.", "F'dan il- lokal waslu biex jitlestew zewg blokki ta' 13-il appartament kull wiehed u dalwaqt se johorgu offerti ghall- \"landscaping\" madwar il-blokki biex jissebbah l- ambjent ta' madwar.", "Sadanittant bqajna ghaddejjin bl-impenn taghna socjali billi matul din is-sena komplejna nhaddmu diversi skemi ta' ghajnuna li fuqhom se nonfqu madwar Lm1 miljun mill- Fond Konsolidat u 'l fuq minn Lm700,000 mill-fondi ta' l- Awtorita'.", "Fost dawn insibu hlas ta' sussidju fuq imghax fuq self ghal bini jew xiri ta' djar, sussidju fuq il-kera u biex dak li jkun itejjeb daru, sussidji fuq djar fejn joqoghdu handikappati, u ghajnuniet ohra.", "Taht il-Vot tal-Bini Pubbliku, li jigbor fih diversi progetti, qed nistmaw nefqa ta' Lm8 miljuni, jigifieri mal-Lm1 miljun aktar milli konna pprovdejna.", "Ghall-Forzi Armati ta' Malta qed nistmaw nefqa ta' madwar Lm800,000 fuq xiri ta' taghmir, vetturi, lanec u biex isir \"overhaul\" fuq tnejn mit- tliet helicopters tat-tip Alouette li ghandhom il-Forzi Armati.", "Ammont iehor ta' Lm800,000 se jmur ghall- kompjuterizzazzjoni ta' diversi dipartimenti tal-gvern fosthom it-Taxxi Nterni, id-Dwana u s- Sigurta' Socjali.", "Fuq l- impjant ta' l-ipprocessar ta' l-iskart, li issa wasal biex jibda jithaddem, se nonfqu madwar Lm700,000, waqt li nfaqna 'l fuq minn Lm1 miljun fuq xiri, bi shab ma' l-Air Malta, ta' proprjeta' f'Londra.", "Ghall-Korp tal-Pulizija se nonfqu mas-Lm600,000 biex jinxtara taghmir u vetturi ghal qadi ahjar ta' dmirijiethom.", "Ammonti ohra ta' kwazi Lm500,000 u Lm400,000 se jmorru rispettivament fuq akkwist ta' proprjeta' ghall-uzu pubbliku u ghall-bini ta' \"Groupage Container Terminal\" f'Hal Far, li se jibda jintuza flok ir- Rikasoli.", "Barra minn dan insibu nfiq iehor fuq bini ta' diversi ufficini ohra, xiri ta' taghmir ghal diversi dipartimenti, ir- rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l- Kottonera u fuq l-estensjoni tal- bini tal-Qorti.", "Ghall-izvilupp ta' Ghawdex qed nistmaw infiq ta' Lm1.8 miljuni.", "Dan l- ammont ma jinkludix ammont ta' Lm800,000 li kien gie approvat mill- Korporazzjonijiet tas-Servizz ta' l-Ilma, tat- Telekommunikazzjoni u l- Awtorita' Marittima.", "L- investiment li qed naghmlu f'kull settur qed ikattar il- gid f'Ghawdex u qed johloq opportunitajiet godda u aktar impjiegi.", "Estendejna u komplejna ntejbu s-servizzi tat-telefon, ta' l- ilma u d- dawl, tat-toroq u d-drenagg, l- isptarijiet, l-iskejjel u l- qasam industrijali.", "Ftahna frieghi ta' dipartimenti tal- Gvern biex kulhadd ikun moqdi ahjar, tejjibna s-servizz bil- bahar kif ukoll dak bil- \"helicopter\".", "1992 - Dhul", "F'dak li hu Dhul u Nfiq, l- aktar dak kapitali, is-sena 1992 kienet karatterizzata minn certu tibdil ta' prezentazzjoni li sehh minhabba l- holqien ta' xi awtoritajiet u korporazzjonijiet pubblici li l-ikkuntjar taghhom ma baqax jinghadd fil- Fond Konsolidat.", "Fost dawn ta' min isemmi l- Enemalta, it- Telemalta u l-Awtorita' tad- Djar kif ukoll dawk li nholqu godda bhall-Awtorita' ghas- Servizzi ta' l-Ilma u l- Awtorita' Marittima.", "B'hekk, ghalkemm fuq il-karta jidher li d-Dhul fl-1992 se jkun inqas imqabbel mas-sena ta' qabel, fil-fatt se jkunu ngabru iktar flejjes din is- sena jekk il- paragun isir minghajr il-bosta awtoritajiet u korporazzjonijiet li ghadni kif semmejt.", "Jekk imbaghad wiehed kellu jifli sew x'gara fl-1992, malajr jintebah li ser indahhlu b'kollox Lm2.2 miljuni aktar mill-istima li ghamilna.", "Dan minkejja li sa l-ahhar tas-sena se nkunu ssellifna Lm2.1 miljuni anqas milli konna bassarna billi l-izbilanc fil- Fond Konsolidat fil-31 ta' Dicembru 1991 fil-fatt kien ta' Lm36 miljun u mhux Lm38.1 miljuni kif konna qed nistmaw meta pprezentajna l-Estimi sena ilu.", "Nghaddi issa biex nitkellem b'iktar dettal dwar id-Dhul u nibda b'dawk l- ghejjun li l- estimu taghhom, ghal xi raguni jew ohra, mhux se jintlahaq.", "Nibda mid-Dwana, li minnha se ndahhlu miljun inqas principalment minn fuq l- ispirti, tabakk u sigaretti, birra u petrol.", "B'danakollu d- dhul kollu mid-Dwana u s-Sisa xorta ser jizboq b'Lm6 miljuni dak li gbarna s-sena l- ohra.", "Mill-hlas ta' Licenzji, Taxxi u Multi se ndahhlu globalment Lm0.8 miljuni inqas mill- istima.", "Se nigbru anqas mil- licenzji tat-televizjoni u mil- levy fuq ir-ristoranti ghalkemm dan in-nuqqas se npattu xi ftit ghalih bi dhul aktar milli stmat minn imposti u taxxi ohra bhalma hi dik tal-boll u tal- kontijiet 'bearer'.", "Mir-'Reimbursements', jigi- fieri minn dak il-hlas ghal servizzi moghtija mid- dipartimenti, l-aktar lil dipartimenti ohra, id-dhul mistenni jkun Lm600,000 inqas mill-istima.", "Dan principalment se jigri b'rizultat tax- xoljiment ta' l-Iskema tal- Haddiema Awziljarji u l-holqien ta' awtoritajiet jew korporazzjonijiet godda li bdew jitbieghdu mis-sistemi governattivi.", "Ghall-1992 id-Dhul mill Kirjiet, anke jekk hu oghla minn ta' l-1991, se jkun miljun taht l-istima u mistenni jilhaq Lm7.3 miljuni.", "It-tnaqqis jirrizulta l-aktar minn kirjiet ta' fabbriki u minn kirjiet kummercjali.", "Insibu wkoll ammont marginali inqas ta' Lm100,000 mid-dhul tat-Taxxa tal- Mewt u d- Donazzjoni peress li fl-1992 bdew jinhassu aktar l-effetti tar- riforma f'din it-taxxa mhabbra fil-budget ta' l-1991.", "Dhul inqas ta' Lm4.5 miljuni mistenni taht id-Dhul Mixxellanju.", "Dan sehh ghaliex il-bejgh ta' ishma tal-Gvern f'kumpaniji parastatali, li kellu jsir dis-sena, fil-fatt ma sarx.", "Mill-bqija Dhul Mixxellanju iehor minn diversi sorsi qabez sew l-istima originali ghall-1992.", "Nghaddi issa biex nispjega ghaliex taht certi ghejjun ta' Dhul Ordinarju se jingabru aktar flejjes mill-istima ta' din is-sena.", "Mit-Taxxa tad-Dhul ghas-sena 1992 nistennew li nigbru Lm70.7 miljuni jigifieri Lm3.4 miljuni aktar mill-Estimu u Lm9 miljuni fuq dak li ngabar is-sena l- ohra.", "Dan ir-rizultat verament pozittiv sehh minhabba diversi ragunijiet.", "Kien hemm titjib fil-pagi u s-salarji tal- haddiema, sew permezz tar- Riforma fis-Servizz Pubbliku kif ukoll taht id-diversi ftehim kollettivi fis-Settur Privat.", "Hallew ukoll l-effett taghhom iz-zieda moghtija ghall-gholi tal-hajja u t- titjib sostanzjali fil- beneficcji socjali.", "Barra li n-numru ta' dawk \"gainfully occupied\" baqa' jizdied, il- qligh ras ghal ras kompla joghla.", "Fl-ahharnett wiehed ma jridx jinsa l- isforz li kompla jaghmel id-Dipartiment tat- Taxxi Nterni sabiex jingabru l- arretrati.", "L-istess ragunijiet imsemmija hawn fuq affettwaw pozittivament id-dhul mill-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Socjali, li se jilhaq Lm78.6 miljuni, jew Lm6.3 miljuni aktar mill-Estimu ghall-1992.", "Hawn ukoll in-numru ta' dawk li jahdmu bi qligh, iz-zidiet fis-salarji u l-pagi, kif ukoll il-hidma bla waqfien tad-Dipartiment tas- Sigurta' Socjali ghenu biex tintlahaq din iz-zieda.", "Id-Dhul mill-Avjazzjoni Civili se jkun ta' Lm6.3 miljuni, li hu miljun aktar mill-Estimu.", "Dan se jsehh billi s-sehem ta' Malta f'\"navigation charges\" imhall- sin mill-\"Eurocontrol\" se jkun akbar.", "B'hekk jidher kemm kienet ghaqlija d-decizjoni li hadna ftit tas-snin ilu li nidhlu membri f'din l-ghaqda ewropeja.", "Peress li fi Frar li ghadda kellna l-elezzjoni generali, din holqot kummerc izjed mis- soltu fil-Posta, u ghalhekk id-dhul minn dan is-servizz mistenni jizboq l-istima ta' Lm2.8 miljuni b'madwar Lm400,000.", "Mid- Drittijiet ta' Ufficcju, jigifieri mill- hlasijiet ghal servizzi moghtija mid-Dipartimenti, mistennija jingabru Lm3.5 miljuni jew Lm800,000 lira aktar mill-Estimu.", "Fl-ahharnett, f'dak li hu Dhul Ordinarju, mhux ta' min ihalli barra l- profitti mill- Bank Centrali.", "Billi ghas-sena li ghalqet f'Dicembru 1991 il- profitti netti tal-Bank lahqu Lm21.4 miljuni, id-dividend mghoddi lill- Fond Konsolidat fl-1992 kien Lm3.4 miljuni aktar mill-Estimu ta' Lm18-il miljun.", "Naghlaq billi nghid kif morna fil-finanzjament mis-Self u l- Ghotjiet.", "Mill-Ghotjiet Barra- nin taht id-diversi Protokolli Finanzjarji nistennew dhul ta' Lm16.2 miljuni u mhux Lm18.7 miljuni kif kienet l-istima.", "Ghalkemm l-infiq fuq id-diversi progetti ga sar, ikun hemm certu dewmien sakemm jigu processati d-dokumenti mill- awtoritajiet barranin.", "B'hekk xi ripagamenti ta' nfiq li sehh din is-sena mistennija jsiru s-sena d-diehla.", "Fir- rigward tas-Self Barrani, taht it-Tielet Protokoll Finanzjarju ma' l- Italja se ndahhlu ftit aktar minn Lm4 miljuni biex b'hekk is-Self Barrani kollu se jilhaq ftit aktar minn Lm5 miljuni.", "Rigward is-Self Lokali, dan se jkun ta' Lm36 miljun daqs id-deficit ta' l- 1991 u mhux Lm38.1 miljuni kif kien stmat qabel.", "B'hekk, meta jinghadd kollox, id-dhul globali se jkun Lm397 miljun li hu Lm2.2 miljuni aktar mill-estimu ta' Lm394.8 miljuni.", "1993 - INFIQ RIKORRENTI", "L-Infiq Rikorrenti ghas-sena 1993 mistenni jilhaq Lm365 miljuni, li jinkludu ammont ta' Lm18.4 miljuni ghall-Hlasijiet fuq Self.", "Meta jitqabbel ma' l-Estimu Rivedut, dan it-total juri zieda ta' Lm34.5 miljuni.", "Dawn il-figuri jinkludu l- ammont mehtieg biex ikopri l- ispiza taz-zieda fil-pagi u mizuri ohra mhabbra f'dan il- Budget.", "Minn dan l-ammont globali ta' Lm365 miljun f'infiq rikorrenti, Lm125.2 miljuni jithallsu f'pagi u salarji ta' l-impjegati tal-Gvern, inkluzi madwar Lm6 miljuni ghat-tielet fazi tar-Riforma tas-Servizz Pubbliku u z- zieda ta' lira fil-gimgha ghall-1993 fil-pagi u s-salarji u l- kontribuzzjoni tal-Gvern bhala \"employer\" ghas-Sigurta' Socjali li bejniethom jammontaw ghal madwar Lm3.4 miljuni.", "Dan l- ammont jinkludi wkoll is-somma ta' madwar Lm2.8 miljuni taht il-Vot tas-Sahha ghar- rijorganizzazzjoni tal-gradi ta' l-infermiera u t-tobba.", "Ammont ta' Lm30.1 miljuni qed jigi allokat taht id-diversi Ministeri biex ikopri l- ispejjez ordinarji tad- Dipartimenti.", "F'dan is-settur hemm inkluzi ammonti sostanzjali ghax-xiri ta' medicini u provizjonijiet ohra mehtiega ghall-isptarijiet, ghax-xiri ta' materjal u bzonnijiet ohra zghar ta' l- Ufficcji tal-Gvern, ghall-hlas ta' kontijiet tad-dawl, ilma u telefon u anke ghal spejjez ta' trasport.", "L-ikbar ammont ta' madwar Lm171 miljun qed jigi allokat taht il- kategorija ta' Programmi u Inizjattivi, li fiha thaddan infiq partikolari bhal, per ezempju, il-hlas ta' pensjonijiet u beneficcji taht l-Att tas- Sigurta' Socjali (Lm105.8 miljuni), pensjonijiet tat-Tezor lill-ex impjegati tal-Gvern (Lm14-il miljun) u hlas ta' stipendji lil studenti ta' l-Universita' u s-Sixth Form (Lm4.6 miljuni).", "Barra hekk, hemm mahsuba ukoll ammonti ghall-kontribuzzjoni ta' l-Istat ghas-Sigurta' Socjali (Lm30.9 miljuni), ghat- thaddim ta' l-Iskema ta' ghajnuna lill-anzjani f'darhom (Lm0.7 miljun) u ghall-kura specjalizzata ta' pazjenti Maltin kemm f'Malta u fi sptarijiet barranin (Lm0.8 miljun).", "F' dan is-settur, qed nipprovdu wkoll taht il-Voti tal-Ministeru tal-Finanzi ammonti ghall-hlas ta' imghax fuq \"stock\" dwar proprjeta' mghoddija lill-Gvern mill- Knisja (Lm1.9 miljuni), ghall- hlas lura ta' taxxa mhallsa zejda mit-\"taxpayers\" (Lm1.5 miljuni) u ghar-rifuzjoni ta' dazju ta' l-importazzjoni u sisa fuq tabakk imhallsa bil- quddiem (Lm0.5 miljuni).", "Hemm ammont sostanzjali iehor taht id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni bhala kontribuzzjoni ghall- iffinanzjar ta' l- iskejjel tal-Knisja fil-livelli kollha skond il-Ftehim milhuq bejn il-Gvern u l-Knisja (Lm3.8 miljuni).", "Ghall-entitajiet u Korpi tal- Gvern hemm ammont ta' Lm19.7 miljuni.", "Minn dawn, ammont ta' Lm7 miljun se jithallas lill- Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma bhala ghotja ghall- ispejjez tal-produzzjoni ta' l- ilma.", "Somma ta' Lm4.5 miljuni se tmur ghall-Universita', filwaqt li Lm3 miljun se jghaddu lill-Management Systems Unit Ltd.", "Ghall-Awtorita' dwar l-Ippjanar hemm allokat Lm1 miljun u ghall-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku s- somma ta' Lm0.7 miljun.", "Taht il-kategorija ta' Spejjez Specjali, hemm provdut Lm0.7 miljuni mqassma fuq ghadd ta' dipartimenti ghax-xiri ta' taghmir u htigijiet ohra zghar.", "Ghall-Hlasijiet fuq Self qed jigi allokat l-ammont ta' Lm18.4 miljuni li jinqasmu f' Lm14.3 miljuni fi hlas ta' imghax u Lm4.1 miljuni ripagamenti ta' self jew investimenti f' \"Sinking Funds\" biex jinfeda s-self.", "1993 - INFIQ KAPITALI", "In-Nefqa Kapitali ghas-sena d-diehla mistennija tilhaq Lm64.8 miljuni.", "Ma' dawn wiehed jista' jzid ukoll ammont ta' Lm30.8 miljuni li se jintefqu mill-Korporazzjonijiet Enemalta, Telemalta u dik tas- Servizzi ta' l-Ilma kif ukoll mill-Awtorita' tad-Djar u dik Marittima fuq il-programmi Kapitali rispettivi taghhom.", "Minn din is-sena l-Voti Kapitali qed jinghataw bixra gdida.", "Fejn qabel kellna vot ghal kull settur, issa dawn l- oqsma gew migburin taht il- ministeri responsabbli ghalihom.", "Hekk, flok 18-il vot kif kellna s-sena li ghaddiet, din is-sena se jkollna 13-il vot biss, jigifieri wiehed ghal kull ministeru.", "Halli naraw issa kif u f'hiex dawn il-flejjes se jintefqu.", "Taht il-Vot tal-Prim Ministru qed nallokaw ammont ta' Lm2.75 miljuni.", "Minn dawn, Lm1.3 miljuni se jmorru ghall- \"Information Systems Division\" immexxi mill-\"Management Systems Unit\" biex timplementa Pjan Strategiku fl- Informazzjoni li ghalih il-Gvern qed jinvesti miljuni kbar.", "Il- \"Management Systems Unit\" diga bdiet thaddem sistemi teknologici fid-Dwana, fid- Dipartiment tat-Taxxi Nterni u fit-Taqsima tas-Sigurta' Socjali.", "Fi zmien qasir se nibdew ukoll xoghol ghall- introduzzjoni ta' teknologija gdida fl-amministrazzjoni tal- Pulizija, tax-Xoghlijiet, tas- Sahha u fir- Registru Pubbliku.", "Settur iehor taht dan il-Vot huwa dak tal-Forzi Armati, li ghalihom qed nivvutaw Lm350,000.", "Dawn se jmorru principalment ghar-rijabilitazzjoni tat- tielet helicopter Alouette li kien ilu wieqaf snin twal u ghall-bini ta' hangar ghall-ajruplani Cessna li l-Forzi Armati ghadhom kif akkwistaw aktar kmieni din is- sena.", "Ghall-bini ta' ufficini qed jigu allokati madwar Lm400,000 biex titlesta l-Annexe ta' l- Ufficcju tal-Prim Ministru hdejn il-Barrakka ta' Fuq, biex jinbidel bini fil-Belt f'ufficini u biex jinghata bidu ghall-bini ta' Centru Amministrattiv gdid.", "Qed nipprovdu wkoll Lm200,000 biex inkomplu l- bini tac-Centru Civiku f'Birkirkara, waqt li ghall-Wireless Telegraphy Division qed nipprovdu madwar kwart ta' miljun lira biex jinxtara apparat u taghmir gdid.", "Taht il-Vot tal-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin qed nipprovdu ammont ta' madwar Lm700,000.", "Parti sostanzjali minn dan l-ammont se tmur ghall- Malta Export Trade Corporation (METCO), li taqa' taht ir-responsabbilta' ta' dan il-Ministeru.", "Matul is-sena d- diehla din il-Korporazzjoni mistennija tkompli tghin lill- industrijalisti jfittxu swieq barranin ghall- prodotti maghmulin Malta.", "Taht il-Vot tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani qed nallokaw Lm5.4 miljuni.", "Kwazi nofs dan l-ammont se jmur ghall-Universita' biex inkomplu nkabbru l-facilitajiet.", "Il- programm ta' zvilupp ghas-sena d- diehla jinkludi l-estensjoni tal-Librerija, il-bini ta' diversi laboratorji, fosthom dawk ta' l-Arkitettura u Inginerija Civili, kif ukoll xiri ta' apparat u makkinarju mehtieg ghal fakultajiet/ laboratorji.", "Ammont ta' Lm300,000 se jmur ghat-twaqqif tal-Laboratorju Nazzjonali.", "Ghall-qasam ta' l-Edukazzjoni qed nallokaw madwar Lm1.8 miljuni biex intejbu u nsahhu l-livelli kollha ta' l- edukazzjoni.", "Se nibnu aktar klassijiet biex noholqu aktar spazju ghat-tfal taghna u se nixtru t-taghmir mehtieg, inkluz \"computers\".", "Ghall-Libreriji u l-Arkivji Nazzjonali se nonfqu kwazi Lm400,000.", "Lm300,000 minnhom se jmorru biex inzidu s- sigurta' u nipprotegu l- kollezzjonijiet li ghandna fil- Librerija u l-Arkivji Nazzjonali kemm minn hruq kif ukoll minn kundizzjonijiet ambjentali hziena.", "Il- kumplament tal- fondi se jmorru ghall-estensjoni tal-librerija tal-Furjana u biex intejbu l- facilitajiet fl-Arkivji ta' Santu Spirtu.", "Ghall-Muzewijiet qed nallokaw Lm200,000 biex inkomplu nkabbru u ntejbu l- facilitajiet f'diversi muzewijiet fosthom dak Marittimu, kif ukoll biex nirrestawraw bini storiku, monumenti u opri ta' l-arti.", "Taht dan il-Ministeru qed nallokaw ukoll aktar minn Lm600,000 ghall- Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig biex jinghataw lil dawk l-industriji li jharrgu lill-haddiema.", "Taht il-Vot tal-Ministeru ta' l-Intern u l-Izvilupp Socjali qed nivvutaw Lm5.3 miljuni.", "Dan il-Vot jinkorpora s-Sahha, l-Kura ta' l-Anzjani, id- Dipartiment tal-Familji u l- Assistenza Socjali, il-Pulizija u l-Habsijiet.", "Ghall-qasam tas-Sahha qed nipprovdu kwazi Lm3.7 miljuni.", "Matul din is- sena, barra li se nkomplu nwettqu programm ta' modernizzar fl-isptarijiet kollha, kemm f'dak li hu bini kif ukoll taghmir, se naghtu bidu ghall-bini ta' sptar gdid li se jinbena hdejn l- Universita'.", "Dan l-isptar se jkun wiehed specjalizzat u se jkollu facilitajiet ghal aktar minn 400 sodda.", "Barra minn hekk qed nistmaw li numru ta' progetti bhall-\"Emergency and Admitting Department\" u c- \"Child Development Advisory Unit\" fl-Isptar San Luqa jitlestew matul din is-sena.", "Ghall-Kura ta' l-Anzjani s- sena d-diehla behsiebna naghtu spinta u nlestu c-Centru taz- Zejtun sabiex l-anzjani ta' dawk l-inhawi li ma jkollhom hadd ma' min joqoghdu jkunu jistghu jghixu fl-ambjent li jkunu ghexu fih.", "Ghad-Dipartiment tal-Familja u Assistenza Socjali qed nipprovdu Lm200,000.", "Dawn se jmorru l-aktar biex tinghata kull ghajnuna lid-drogati.", "Behsiebna wkoll nifthu dar ghal dawk li jkunu ghaddejjin minn problemi socjali.", "Ghall-Pulizija qed nipprovdu ammont ta' Lm320,000 biex jinxtraw vetturi u taghmir iehor ghat-tmexxija aktar efficjenti tal-Korp.", "Taht il-Vot tal-Ministeru dwar Servizzi Ekonomici qed nallokaw ammont ta' Lm15.25 miljuni.", "Minn dawn Lm6.0 miljuni se jmorru fuq l- izvilupp tal- Port Hieles.", "Wara li lestejna l-estensjoni ta' Terminal 1, is-sena d- diehla se nkomplu billi nizviluppaw Terminal II, u nibnu aktar imhazen.", "Se nespandu t- \"Terminal\" ghall-hazna taz-zejt u behsiebna wkoll nintroducu facilitajiet ghal servizzi ta' \"Roll on Roll off\", Ghall-Korporazzjoni ta' l- Izvilupp qed nipprovdu zewg miljuni liri biex din tkompli bil-hidma taghha li thajjar l- investimenti f'pajjizna, waqt li ghall-kumpaniji MGI/MIMCOL, li l-ghan taghhom huwa li jiehdu hsieb l-ishma li l-Gvern ghandu f'diversi mprizi, qed nallokaw ammont ta' Lm350,000.", "Ammonti ohra sostanzjali, li b'kollox ilahhqu 'l fuq minn Lm3.6 miljuni, qed jigu pprovduti ghall-bini ta' fabbriki, fosthom it- \"technopark\" fil- Mosta u ghall- manutenzjoni ta' zoni ndustrijali, waqt li ghall- iskema ta' incentivi li giet introdotta fl-1988 bil-ligi dwar l-Izvilupp Industrijali qed nipprovdu kwazi nofs miljun lira biex inhajru t-twaqqif ta' ndustriji godda u t-tkattir ta' dawk li diga jezistu.", "Taht dan il-Vot insibu wkoll il-qasam tat-Turizmu.", "Ghal dan is-settur qed nivvutaw madwar Lm2.4 miljuni.", "Il-kontribut tat-turizmu ghall-ekonomija tal-pajjiz u t- tkattir fost il- poplu tal-gid li johrog minn din l-industrija jidhru mhux biss mill- istatistika izda wkoll mill- hegga fl-investiment f'dan is- settur u fl- opportunitajiet ghall-impjiegi li nholqu.", "Biex inkomplu nikkonsolidaw u nsahhu s-settur, qed nipprovdu Lm1.9 miljuni lill-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turizmu biex din tkompli tifrex il-kampanja ta' pubblicita' f'pajjizi ohra, biex tidhol fi swieq godda u tigbed turisti li jhallu izjed qligh.", "Ghall-Istitut ghall-Istudji dwar it-Turizmu qed nipprovdu Lm200,000 biex inkabbruh u nipprovdulu aktar facilitajiet biex inkomplu nghollu l-livell ta' taghlim u b'hekk it-turist ikun moqdi bl-ahjar servizzi possibbli.", "Ghall-Ministeru dwar l- Ambjent qed nipprovdu Lm11-il miljun.", "Dan il-Vot jinkludi t- toroq, id-drenagg, bini ta' progetti u xiri ta' taghmir, l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, u d- Dipartimenti ta' l-Artijiet u l-Ambjent.", "Barra minhekk, dan il-Ministeru ghandu wkoll ir- responsabbilta' tal- Korporazzjonijiet Enemalta u dik tas- Servizzi ta' l-Ilma.", "Ghat-Toroq is-sena d-diehla qeghdin nipproponu nfiq ta' Lm5.3 miljuni.", "Bhalma weghdna drabi ohra behsiebna naghtu mportanza akbar lil dan is- settur.", "Diga bdejna bil-bini tal-mini ta' Santa Venera u t- toroq ta' madwar.", "Is-sena li gejja ser inkomplu dan il- progett billi nizviluppaw l- inhawi tas-Salib tal-Marsa.", "Behsiebna nwessghu u ntejbu t- toroq li jaghtu ghall-Ajruport waqt li ser inkomplu bi programm estensiv ta' twessigh u rrangar ta' toroq ezistenti u kisi bil-\"bitmac\".", "Settur iehor hu dak tad- Drenagg li ghalih qed nipprovdu Lm1.7 miljuni.", "Ftit ilu l- kumpanija ta' konsulenti Danizi pprezentat ir-rapport finali dwar is-sistema tad-drenagg f'Malta u f'Ghawdex fejn gew identifikati d- difetti u r- rimedji ghal din is-sistema.", "Mis-sena d-diehla behsiebna naghtu bidu ghat-twettiq ta' dan il-programm.", "Ghall-progetti u xiri ta' taghmir qed nipprovdu madwar Lm1.8 miljuni.", "Ammont ta' Lm700,000 se jmur biex inhallsu ghall-impjant ta' l-iskart li mistenni jigi kommissjonat kmieni s-sena d-diehla.", "Ammonti ohra qed jigu allokati ghar-rijabilitazzjoni tal-Belt u l-Kottonera u biex insahhu l- laboratorju dwar kontroll fil- kwalita'.", "Ghall-Awtorita' ta' l- Ippjanar, li giet imwaqqfa biex tippromwovi l- izvilupp tajjeb ta' l-art u biex tikkontrolla dak l-izvilupp skond il- \"policies\" u l-pjanijiet approvati, qed nipprovdu kwazi Lm1 miljun.", "Taht id-Dipartiment ta' l- Artijiet qed nallokaw Lm500,000 ghall-akkwist ta' proprjeta' pubblika, waqt li ghad- Dipartiment ta' l-Ambjent qed nipprovdu ftit aktar minn Lm400,000.", "Il-lum il-poplu sar aktar konxju ta' l-ambjent.", "Kien ghalhekk li ghamilna Pjan ta' Struttura li fih ghadd ta' principji li jirregolarizzaw l- izvilupp tal-pajjiz.", "Barra minhekk qed nipprovdu l-mezzi necessarji biex inkomplu nsebbhu l-ambjent u biex jinxtara taghmir kontra t- tniggiz fl-ibhra taghna.", "Ghall-vot tal-Ministeru ta' l-Ikel, Agrikoltura u Sajd qed nallokaw kwazi miljun lira.", "Barra mill-progetti normali bhat-thawwil ta' sigar, riklamazzjoni ta' art moghxa u ghajnuna 'l-bdiewa u lis- sajjieda, behsiebna nkomplu bl- izvilupp tal-progetti ta' l- akwakultura ghat- trobbija tal- hut ghal skopijiet kummercjali u dak tal-micro propogazzjoni ghat-tkabbir ta' sigar u pjanti f'laboratorju biex ikunu hielsa mill-mard.", "Se nkomplu wkoll ntejbu l-facilitajiet fil- Pitkalija, fil-Biccerija u fil- Pixkerija biex il-poplu jkun moqdi bi prodott ahjar.", "Taht il-vot tal-Ministeru ghal Ghawdex qed nipproponu nfiq ta' madwar Lm1.8 miljuni barra minn ammonti ohra ta' aktar minn Lm600,000 li se jintefqu mill-fondi tal- Korporazzjonijiet Telemalta u tas-Servizzi ta' l- Ilma u mill- Awtorita' Marittima.", "Fil-qasam produttiv, li jinkludi l- Izvilupp Industrijali, Agri- koltura u Turizmu, qed nipproponu nfiq ta' ftit anqas minn Lm300,000.", "Dawn se jmorru ghall-bini ta' fabbriki, ghal aktar ghajnuna lill-Koperattivi, bdiewa u sajjieda u ghal titjib f'facilitajiet turist- ici.", "Ghall-qasam infrastrutturali se nonfqu madwar Lm800,000 biex inkomplu bil-programm vast ta' estensjoni tas-servizzi tad- dawl u drenagg u tat- twessigh u kisi bil-\"bitmac\" ta' toroq f'diversi nhawi tal- gzira.", "Ghas-settur socjali qed nallokaw kwazi Lm700,000.", "Minbarra li se nlestu l-Isptar Mentali, behsiebna nkomplu nattrezzaw l- Isptar Generali b'taghmir modern, intejbu l- facilitajiet sportivi u nestendu l-iskejjel u l- ufficini biex l-Ghawdxin jinqdew ahjar.", "Taht il-Ministeru tal-Finanzi qed nipprovdu ammont ta' Lm 15.23 miljuni.", "Dan il-Vot jinkorpora l-Malta Drydocks u t-Tarzna tal-Marsa, id-Dwana, id- Dipartiment tat-Taxxi Nterni u l-Ufficcju ta' l-Awditur.", "Ghal darb'ohra, is-sussidju liz-zewg tarznari s-sena d- diehla se jkun wiehed sostanzjali.", "Dan jammonta ghall-Lm13.5miljuni.", "Minn dawn, Lm7.5 miljuni se jinghataw lil Malta Drydocks skond il-ftehim milhuq fl-1989, u l- kumplament se jmur ghat- Tarzna tal-Marsa li, minkejja li lahqet ftehim mal- Gvern Ciniz u kumpanija Norvegiza ghall-bini ta' tlett vapuri ohra, xorta wahda ghadha tehtieg ghajnuna finanzjarja.", "Ghad-Dipartiment tad-Dwana qed nallokaw kwazi Lm1 miljun, l-aktar biex jitlesta l- \"Groupage Bond Terminal\" f'Hal Far.", "Infiq iehor se jkun ghal xiri ta' taghmir elettroniku ghall-uzu ta' dan id- Dipartiment.", "Taht dan il-Vot qed jigu allokati wkoll ammonti ohra biex nirrangaw u nattrezzaw il- proprjeta' li xtrajna f'Londra, biex jinxtara taghmir ghad- Dipartiment tat-Taxxi Nterni u biex jithallas il-bilanc tal- kapital inizjali dovut lil Borza ta' Malta.", "Taht il-Ministeru dwar Sigurta' Socjali qed nallokaw Lm3.5 miljuni.", "Dawn se jmorru kollha ghall-qasam tad-djar.", "Fil-fatt, ghal dan il-qasam, barra mill-ammont li qed nipprovdu mill-Fond Konsolidat, qed jigi pprovdut ukoll ammont ta' 'l fuq minn Lm4.0 miljuni mill-Awtorita' tad-Djar.", "Dawn l- ammonti se jmorru biex inkomplu nibnu aktar djar u appartamenti, biex jitwaqqghu \"slums\" l-aktar fl-inhawi tal- Kottonera u ghall-bini fl- Imtarfa.", "Taht dan il-Vot qed nallokaw ammont sostanzjali biex jinghata f'sussidji taht diversi skemi amministrati kemm mid-Dipartiment tad-Djar kif ukoll mill-Awtorita' tad-Djar.", "Taht il-Vot tal-Ministeru tal-Gustizzja qed nipprovdu kwazi Lm400,000.", "Dawn se jmorru principalment ghall-bini ta' ufficcju gdid ghall-Avukat Generali tar-Repubblika peress li l-ufficcju li jokkupa fil- prezent fil- Palazz, il-Belt sar zghir wisq ghall-htigijiet tal- lum.", "Il-parti l-kbira mill-ammont ta' Lm1.4 miljuni li qed nallokaw taht il- Vot tal- Ministeru taz-Zghazagh u Kultura se jintefaq ghall-bini ta' dawk il-facilitajiet sportivi li huma mehtiega ghall-Loghob tal-Pajjizi z- Zghar li, kif jaf kulhadd, se jigi organizzat f'Malta is-sena d-diehla.", "Ix- xoghlijiet jink- ludu l-bini ta' pixxina f'Tal- Qroqq, \"track\" sintetika ghall- atletika fil-Marsa u titjib f'diversi facilitajiet sportivi ohra fosthom il-padiljuni ta' De La Salle, Ta' Qali u Kordin u x-\"Shooting Range\" tal- Bidnija.", "Barra minhekk qed nipprovdu ammonti ohra biex jitkomplew diversi progetti ohra bhal, nghidu ahna, il- \"waterpolo pitch\" ta' Sliema u l-\"football ground\" tal-Hamrun.", "Taht il-Vot tal-Ministeru dwar it-Transport u Kommunikazzjoni qed nipprovdu 'l fuq minn Lm1 miljun.", "Dawn se jmorru l-aktar fuq Avjazzjoni Civili u Posta.", "Kwazi Lm800,000 minnhom se jmorru ghall-izvilupp ta' l- ajruport u biex jinxtara taghmir essenzjali ghat-tmexxija u sigurta' fil- qasam ta' l- Avjazzjoni Civili.", "Fost dan it-taghmir insibu radar gdid li b'kollox se jiswa' madwar Lm3.5 miljuni u l-\"Instrument Landing System\" ghar-\"runway 14\", u l- \"Gozo VOR\" li huwa apparat essenzjali ghan- navigazzjoni ta' l-ajruplani.", "Ammonti ohra qed jigu pprovduti lid- Dipartiment tal-Posta ghat- trasferiment tas-\"Central Mail Room\" mill-Belt ghall-Marsa u lill-\"Licensing and Testing Unit \" fi hdan il-Ministeru.", "1993 - DHUL", "Filwaqt li fl-1992 hu mistenni dhul ta' Lm397 miljun, is-sena d-diehla d- dhul mistenni jilhaq Lm433.7 miljuni, maqsumin hekk: Lm385.1 miljuni minn sorsi ordinarji, Lm19.7 miljuni minn ghotjiet u self barranin u Lm28.9 miljuni bhala self lokali.", "Id-dhul totali minn sorsi ordinarji jinkludi fih l-effett ta' diversi mizuri ghas-sena d- diehla mhabbra f'dan il- Budget.", "L-erarju tal-Gvern jista' jinqasam f'certi kategoriji ewlenin bhal taxxi, licenzji, drittijiet ta' l-ufficcju, hlas lura lid-dipartimenti, dhul minn servizzi u attivitajiet, profitti u dhul minn investimenti, ghotjiet u self, u dhul mixxellanju.", "L-ewwel kategorija, jigifieri dik ta' taxxi, tigbor fiha dhul u sorsi bhal Dwana u Sisa (Lm92 miljun), Taxxa ta' l-\"Income\" (Lm83 miljun) u Sigurta' Socjali (Lm92.6 miljuni).", "Mill-kategorija tal-licenzji u drittijiet ta' l-ufficcju, is- sena d-diehla mistenni dhul ta' Lm3.8 miljuni u Lm3.9 miljuni rispettivament.", "Il-Posta u l-Avjazzjoni Civili jaqghu taht il- kategorija ta' servizzi u attivitajiet tal-Gvern u s-sena d-diehla mistennija jirrendu, ta' l-ewwel, Lm3.2 miljuni u, it-tieni, Lm6.1 miljuni.", "Is-sena d-diehla, il-Gvern mistenni jdahhal mhux inqas minn Lm60.6 miljuni fi profitti u dhul iehor fuq investimenti, fosthom mill-Bank Centrali, kirjiet u profitti ohra mill- Korporazzjonijiet Pubblici, il- lottu, il-banek u kumpaniji parastatali.", "Filwaqt li minn dhul mixxellanju mistenni dhul ta' Lm6.8 miljuni, is-sena d-diehla hu stmat li Lm48.5 miljuni jidhlu minn self u ghotjiet, li minnhom Lm28.9 miljuni huma f'forma ta' self lokali biex jaghmel tajjeb ghad- deficit li l-Fond Konsolidat mistenni jispicca bih dis-sena.", "Taht it- Tielet Protokoll bejn Malta u l-Italja mistennija ghotjiet ta' Lm10.8 miljuni u self ta' Lm4.8 miljuni.", "Mis-\"Social Development Fund\" tal- Kunsill ta' l-Ewropa mistenni self ta' Lm1.5 miljuni ghall-iffinanzjar tal- bini ta' sptar gdid f'Malta.", "Fl-ahharnett, taht it-tieni u t-tielet Ftehim mal- Kommunita' Ewropeja, bejn self u ghotjiet, huma stmati Lm2.5 miljuni ghall-iffinanzjar ta' diversi progetti infrastrutturali, ambjentali, edukattivi u ta' sahha.", "B'kollox, ghalhekk, il-Gvern is-sena d-diehla mistenni jdahhal Lm433.7 miljuni, li minnhom, Lm414-il miljun huma dhul lokali u Lm19.7 miljuni gejjin minn sorsi barranin.", "|STATEMENT | |NRU 1 |", "ESTIMU RIVEDUT TAN-NEFQA RIKORRENTI 1992 IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT ---------------------------------------------------------------------------- --------------------------------- VOT ESTIMU ESTIMU BIDLA RIMARK APPROVAT RIVEDUT - ---------------------------------------------------------------------------- --------------------------------- Lm Lm Lm Lm", "1.", "Ufficcju tal-President 223,000 258,000 35,000 -", "2.", "Kamra tad-Deputati 450,000 496,000 46,000 -", "3.", "Ufficcju tal-Prim Ministru 5,626,000 6,184,000 558,000 - Nefqa akbar minhabba", "l-Elezzjoni Generali 4.", "Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku 87,000 84,000 - 3,000", "5.", "Forzi Armati ta' Malta 8,612,000 7,982,000 - 630,000 Ir-reklutagg ta' numru", "ta' suldati ser isir ghall- 6.", "Informazzjoni 864,000 824,000 - 40,000", "7.", "Centru tal-Kompjuter 534,000 534,000 - -", "8.", "Ministeru tal- [Affarijiet Barranin u] Gustizzja 207,000 252,000 45,000 -", "9.", "Affarijiet Barranin 4,086,000 4,037,000 - 49,000", "10.", "Legali 943,000 883,000 - 60,000 Postijiet battala baqghu", "11.", "Servizz Gudizzjarju 1,318,000 1,328,000 10,000 -", "12.", "Habs 386,000 361,000 - 25,000", "13.", "Registru ta' l-Artijiet 186,000 161,000 - 25,000", "14.", "Ministeru ta' l-Edukazzjoni 8,885,000 8,850,000 - 35,000", "15.", "Edukazzjoni 31,765,000 32,145,000 380,000 - Nefqa oghla f'kontribuz-", "16.", "Muzewijiet 794,000 769,000 - 25,000", "17.", "Libreriji u Arkivji 431,000 421,000 - 10,000", "18.", "Pulizija 7,778,000 8,128,000 350,000 - Nefqa mehtiega minhabba", "t-twaqqif tal-Ministeru 19.", "Artijiet u Ambjent 6,391,000 5,791,000 - 600,000 Nefqa anqas minhabba", "li Stock fuq proprjeta'", "20.", "Zghazagh, Kultura, Sport, Xandir u Protezzjoni tal-Konsumatur 1,367,000 1,387,000 20,000 -", "ESTIMU RIVEDUT TAN-NEFQA RIKORRENTI 1992 IMQABBEL MA L-ESTIMU APPROVAT ---------------------------------------------------------------------------- ----------------------------------- VOT ESTIMU ESTIMU BIDLA RIMARKI APPROVAT RIVEDUT + - ---------------------------------------------------------------------------- ----------------------------------- Lm Lm Lm Lm", "21.", "Ministeru tal-Politika", "Socjali 33,246,000 33,786,000 540,000 - Nefqa oghla l-aktar", "minhabba kontribuzzjoni 22.", "Sigurta' Socjali 99,649,000 98,749,000 - 900,000 Nefqa anqas taht ghadd", "ta' beneficcji minhabba li 23.", "Sahha 32,522,000 32,172,000 - 350,000 Nefqa anqas ghall-istaff", "minhabba postijiet li 24.", "Kura ta' l-Anzjani 5,643,000 6,283,000 640,000 - Nefqa akbar ghall-Iskema", "ta' ghajnuna lill-anzjani", "f'darhom stess.", "25.", "Djar 377,000 337,000 - 40,000", "26.", "Ministeru tal-Finanzi 439,000 439,000 - -", "27.", "Tezor 1,890,000 2,200,000 310,000 - Nefqa akbar biex jithallas", "kumpens lill-persuni", "li kellhom ilmenti qud-", "diem il-Kummissjoni dwar", "l-Ingustizzji (Lm 100,000),", "pagament lill-Public", "Broadcasting Services Ltd.", "ghall-gbir ta' licenzji", "tat-televizjoni (Lm100,000)", "u hlas ta' kontri-", "buzzjoni oghla lill-Bank", "Dinji u lill-Bank Ewropew", "ghar-Rikostruzzjoni u", "Zvilupp.", "28.", "Pensjonijiet 12,430,000 12,430,000 - -", "29.", "Taxxi Nterni 4,171,000 4,071,000 - 100,000 Postijiet battala baqghu", "ma mtlewx.", "30.", "Ufficcju ta' l-Awditur 276,000 246,000 - 30,000", "31.", "Dwana 4,071,000 3,831,000 - 240,000 In-nefqa fuq pagi u", "salarji kienet anqas milli", "stmata originarjament.", "32.", "Ministeru [ghall-Izvilupp", "ta' l-Infrastruttura] ta'", "l-Ambjent 15,003,000 15,003,000 - -", "33.", "Ilma 7,350,000 7,350,000 - -", "34.", "Dawl tat-Toroq 600,000 600,000 - -", "35.", "Posta u Trasport 4,073,000 4,226,000 153,000 - Nefqa akbar f'salarji ghal", "pustiera biex jintlahqu", "oqsma godda ta' djar u", "biex jitjiebu l-mezzi", "tat-trasport tal-Posta.", "36.", "Avjazzjoni Civili 2,668,000 2,568,000 - 100,000 Nefqa inqas f'salarji", "minhabba postijiet battala.", "37.", "Ministeru ta' l-Agrikoltura", "u Sajd 4,995,000 4,995,000 - -", "38.", "Ministeru [ta' l-Izvilupp", "Terzjarju] ghas-Servizzi", "Ekonomici 364,000 314,000 - 50,000", "39.", "Kummerc 777,000 727,000 - 50,000", "40.", "Turizmu 2,048,000 2,204,000 156,000 - Nefqa akbar ghall-Istitut", "ta' l-Istudji dwar", "it-Turizmu minhabba", "numru akbar ta' studenti.", "41.", "Ministeru ghal Ghawdex 286,000 286,000 - -", "42.", "Ministeru ghall-Affarijiet", "Ekonomici 425,000 395,000 - 30,000", "43.", "Statistika 322,000 322,000 - -", "44.", "Industrija 473,000 373,000 - 100,000 L-ammont ta' Lm 100,000", "ghall-Kunsill tax-Xjenza", "u Teknologija ghal din", "is-sena hareg mill-Vot", "Kapitali ghal ragunijiet", "amministrattivi.", "---------------------------------------------------------------------------- -------- NEFQA RIKORRENTI TOTALI 315,031,000 314,782,000 3,243,000 3,492,000 -------------------------------------------------- ------------------------- --------", "45.", "Hlasijiet fuq Self 15,734,000 15,734,000 - -", "---------------------------------------------------------------------------- -------- NEFQA RIKORRENTI TOTALI U", "HLASIJIET FUQ SELF 330,765,000 330,516,000 3,243,000 3,492,000 ---------------------------------------------------------------------------- --------", "|STATEMENT | |NRU 2 |", "ESTIMU RIVEDUT TAD-DHUL GHAS-SENA 1992 IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "---------------------------------------------------------------------------- ------------------------------------ SORS ESTIMU ESTIMU RIMARKI APPROVAT RIVEDUT BIDLA", "1992 1992 + - ---------------------------------------------------------------------------- ------------------------------------ Lm Lm Lm Lm", "1.", "Dwana u Sisa 83,000,000 82,000,000 0 1,000,000 Dhul anqas principal-", "ment minn fuq l-ispirti,", "tabakk u sigaretti,", "birra u petrol.", "B'danakollu d-dhul", "kollu mid-Dwana u", "s-Sisa ser jizboq b'", "Lm 6 miljuni dak li", "gbarna s-sena l-ohra.", "2.", "Licenzji, Taxxi u Multi 27,500,000 26,700,000 0 800,000 Tnaqqis dovut minn", "gbir anqas mil-", "licenzji tat-tele-", "vizjoni u mil-levy", "fuq ir-ristoranti.", "Dan in-nuqqas ser", "inpattu xi ftit", "ghalih bi dhul aktar", "milli stmat minn", "imposti u taxxi", "ohra bhalma hi dik", "tal-boll u fuq", "kontijiet \"bearer\".", "3.", "Taxxa tad-Dhul 67,300,000 70,700,000 3,400,000 0 Zieda dovuta l-aktar", "ghal zidiet fil-pagi", "tal-haddiema u fl-", "impiegi.", "4.", "Taxxa tal-Mewt u d-Donazzjoni 2,000,000 1,900,000 0 100,000 Tnaqqis marginali", "peress li bdew", "jinhassu aktar", "l-effetti tar-riforma", "f'din it-taxxa", "mhabbra fil-budget", "tal-1991.", "ESTIMU RIVEDUT TAD-DHUL GHAS-SENA 1992 IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "---------------------------------------------------------------------------- ------------------------------------ SORS ESTIMU ESTIMU RIMARKI APPROVAT RIVEDUT BIDLA", "1992 1992 + - ---------------------------------------------------------------------------- ------------------------------------ Lm Lm Lm Lm", "5.", "Drittijiet ta' Ufficcju 2,700,000 3,500,000 800,000 0 Dhul aktar prin-", "cipalment minhabba li", "d-Drittijiet tal-", "PAPB baqghu jidhlu", "fil-Fond Konsolidat", "ghax il-\"Planning", "Authority\" twaqqfet", "aktar tard milli", "kien originarjament", "mistenni.", "6.", "Hlas lura lid-Dipartimenti 4,100,000 3,500,000 0 600,000 Dhul inqas b'rizul-", "tat tax-xoljiment", "tal-Iskema tal-Had-", "diema Awziljari", "u minhabba", "li d-dipartimenti", "ma baqghux jintalbu", "certi \"charges\" minn", "dipartimenti ohra.", "7.", "Posta 2,800,000 3,200,000 400,000 0 Attivita' akbar fil-", "Posta minhabba", "l-Elezzjoni Generali", "ta' din is-sena.", "8.", "Bank Centrali 18,000,000 21,400,000 3,400,000 0 Il-Bank Centrali", "rregistra qligh akbar", "milli mistenni.", "9.", "Kera 8,300,000 7,300,000 0 1,000,000 Tnaqqis li jirrizulta", "l-aktar minn dhul", "inqas milli kien", "originarjament", "mistenni minn kirjiet", "ta' fabbriki u minn", "kirjiet kummercjali.", "10.", "Profitti minn Investimenti 3,300,000 3,300,000 0 0 - f'Kumpaniji Parastatali", "11.", "Hlas lura ta' Self moghti 8,800,000 8,800,000 0 0 - mill-Gvern u mghax fuqu", "ESTIMU RIVEDUT TAD-DHUL GHAS-SENA 1992 IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "---------------------------------------------------------------------------- ------------------------------------ SORS ESTIMU ESTIMU RIMARKI APPROVAT RIVEDUT BIDLA", "1992 1992 + - ---------------------------------------------------------------------------- ------------------------------------ Lm Lm Lm Lm", "12.", "Sigurta' Socjali 72,300,000 78,600,000 6,300,000 0 Zieda dovuta l-aktar", "ghal zidiet fil-pagi", "tal-haddiema u fin-", "numru ta' nies li", "jahdmu bi qligh.", "13.", "Lotteriji 5,200,000 5,150,000 0 50,000 -", "14.", "Dhul Mixxellanju 10,250,000 5,700,000 0 4,550,000 Il-bejgh ta' ishma", "Governattivi", "f'kumpaniji", "parastatali li kellu", "jsir dis-sena,", "fil-fatt baqa' ma", "sarx.", "15.", "Avjazzjoni Civili 5,300,000 6,300,000 1,000,000 0 Dhul akbar f'", "\"navigation charges\"", "imhallsin permezz", "tal-Eurocontrol.", "16.", "Korporazzjonijiet Pubblici 11,550,000 11,550,000 0 0 -", "---------------------------------------------------------------------------- -------------- Dhul Ordinarju 332,400,000 339,600,000 15,300,000 8,100,000 ---------------------------------------------------------------------------- -------------- + Lm7,200,000", "------------- 17.", "Ghotjiet Barranin 18,700,000 16,200,000 0 2,500,000 Ir-ripagament ta'", "certu nfiq fuq", "id-diversi progetti", "li sehh din is-sena", "mistenni jsir", "is-sena d-diehla.", "ESTIMU RIVEDUT TAD-DHUL GHAS-SENA 1992 IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "---------------------------------------------------------------------------- ------------------------------------ SORS ESTIMU ESTIMU RIMARKI APPROVAT RIVEDUT BIDLA", "1992 1992 + - ---------------------------------------------------------------------------- ------------------------------------ Lm Lm Lm Lm", "18.", "Self: Lokali 38,100,000 36,000,000 0 2,100,000 Self inqas skond id-", "deficit li spicca bih", "il-Fond Konsolidat", "fis-sena ta' qabel.", "Barrani 5,600,000 5,150,000 0 450,000 Dhul anqas minhabba", "li xi flejjes", "allokati ghall-", "progetti ser", "jintefqu fl-1993", "flok fl-1992 u", "ghalhekk nirkuprawhom", "is-sena d-diehla.", "------------------------------------------ -------------- Dhul minn Ghotjiet / Self 62,400,000 57,350,000 0 5,050,000 ------------------------------------------ --------------", "- Lm5,050,000", "------------- Dhul Totali 394,800,000 396,950,000 + Lm2,150,000", "========================================================", "APPENDIĊI 1", "TABELLA NRU 1", "Qaghda Finanzjarja Riveduta 1992", "Estimi Originali Estimi Riveduti (Lm miljuni) (Lm miljuni)", "Stima ta' zbilanc fil-Fond Konsolidat fl-1 ta' Jannar 1992 -38.0 -36.0 (Attwali)", "DHUL Ordinarju 332.4 339.6 Ghotjiet u Self Baranni 24.3 21.4 Self Lokali 38.1 36.0 394.8 397.0", "INFIQ Rikorrenti 315.0 314.8 Hlasijiet fuq Self 15.8 15.7 Kapitali 61.9 59.3 392.7 389.8", "Differenza bejn Dhul u Nfiq +2.1 +7.2", "Stima ta' zbilanc fil-Fond Konsolidat fil-31 ta' Dicembru 1992 -35.9 -28.8", "APPENDIĊI II", "TABELLA NRU 2", "H.S. CODE NUMRU DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT IMPOSTA", "1101.00.00 Dqiq tal-qamh, dqiq self raising 10c kull kg", "1103.11.00 Semolina 10c kull kg", "1905.90.99 Hobz, minbarra bread sticks 8c kull kg (grissini) u hobz ghall-pazjenti li jbaghtu mill-marda coeliac", "2302.30.00 Bran u pollard tal-qamh 5c kull kg", "2522.10.00 Gir minbarra gir fin (Gir fin huwa 7c kull kg meqjus dak il-gir illi mhux aktar minn sitta fil-mija minnu jibqa' go għarbietl ta' 180 micrometres)", "4418.10.00 Twieqi, twieqi Francizi u c-caccis 160c kull kg taghhom, ta' l-injam", "4418.20.00 Bibien u c-caccis taghhom u 160c kull kg għatbiet, ta' l-injam", "4421.90.90 Step ladders ta' l-injam; twiebet 160c kull kg ta' l-injam u partijiet ghalihom", "6907.10.00 Madum tal-muzajk mhux vernicjat 600c il-m2 6907.90.00", "6908.10.00 Madum tal-muzajk vernicjat 800c il-m2 6908.90.00", "7610.10.00 Strutturi ta' l-aluminju u partijiet 200c il-m2 7610.90.10 taghhom minbarra shower cubicles 7610.90.90", "H.S. CODE NUMRU DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT IMPOSTA", "9401.40.10 Siggijiet u pultruni minbarra dawk 160c kull kg 9401.50.10 miksija bil-plastika u dawk fully 9401.61.10 moulded tal-plastika 9401.69.10 9401.71.10 9401.79.10 9401.80.91", "9401.40.90 Couches, ottomans, sufanijiet, 160c kull kg 9401.50.90 settees, u stools etc, minbarra 9401.61.90 oggetti miksija bil-plastika u 9401.69.90 fully moulded tal-plastika 9401.71.90 u step stools tal-metal u siggijiet 9401.79.90 high/feeding ghat-trabi 9401.80.90 9401.90.99", "9401.90.10 Sedili u idhra, tal-plywood, ghas- 160c kull kg siggijiet u pultruni", "9401.90.40 Partijiet ghas-siggijiet, pultruni 160c kull kg 9401.90.90 u seats ohra, minbarra dawk miksija bil-plastika, bazijiet tal-metall swivel u tilting ghas-siggijiet, u spindles, mekkanizmi ghal seats li huma konvertibbli f'sodod", "9403.10.00 Ghamara, kompluta, tal-metall, 160c kull kg 9403.20.30 minbarra dik miksija bil-plastika, 9403.20.90 racks u display stands tal-wire, pedal bins, playpens, music stands, footstools tal-kitarristi, stands tal-plastika ghall-gageg u kabinetti tal-kmamar tal-banju ghad-dendil u ghamara tar-ramm", "H.S. CODE NUMRU DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT IMPOSTA", "9403.30.00 Ghamara kompluta, u partijiet taghha 160c kull kg 9403.40.00 ta' l-injam, tal-qasab, tal-osier, 9403.50.00 tal-bamboo u ta' materjal simili min- 9403.60.20 barra playpens 9403.60.90 9403.80.90 9403.90.30 9403.90.60", "9403.90.20 Partijiet ghall-ghamara tal-metall 160c kull kg 9403.90.90 minbarra partijiet miksija bil- plastika u partijiet ta' l-ghamara tar-ramm", "9406.00.10 Strutturi ta' l-aluminju 200c kull kg 9406.00.99", "APPENDIĊI III", "TABELLA NRU 3", "Il-Budget 1993 fil-Qosor", "Lm miljuni", "Stima ta' zbilanc fil-Fond Konsolidat fl-1 ta' Jannar 1993 -28.8", "DHUL", "Ordinarju 385.1", "Ghotjiet u Self Barrani 19.7", "Self Lokali 28.9 433.7", "NEFQA", "Rikorrenti 365.0", "Kapitali 64.8 429.8", "Stima ta' bilanc fil-Budget 3.9", "Stima ta' zbilanc fil-Fond Konsolidat fil-31 ta' Dicembru 1993 -24.9", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Ministru tal-Finanzi għad- diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Economic Survey (January - September 1992);", "The Maltese Economic in Figures (1983 - 1992);", "Id-diskors tal-Budget 1993; u", "L-Estimi Ġenerali 1993;", "Proklama Nru IX dwar Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l- 1989 dwar il- Promozzjoni ta' Prodotti Lokali\"; u", "Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1989 dwar il- Promozzjoni ta' Prodotti Lokali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru ta' l-Ambjent.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq l- Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT TA' L-1989 DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI (EMENDA NRU 2)", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- bbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għal miżuri dwar il-promozzjoni tal-bejgħ ta' oġġetti Maltin fis-suq lokali, biex jiskoraġġixxi d-dumping u dwar ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' LiġI msejjaħ \"Att ta' l- 1992 li jemenda L- Att biex jipprovdi għal miżuri dwar il-promozzjoni tal- bejgħ ta' oġġetti Maltin fis-suq lokali, biex jiskoraġġixxi d- dumping u dwar ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin): Nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada l-Erbgħa, 25 ta' Novembru, b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar id-Djar - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp - it- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar il-Probation ta' Ħatjin - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- mistoqsija hi li l-Kamra tiġi aġġornata għal għada l-Erbgħa 25 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Fit-8.15 p.m. il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Kamra aġġornat.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Skejjel,Tas-Snajja',Studenti bare,Skejjel,Tas-Snajja',Studenti mifu,Skejjel,Tas-Snajja',Studenti Skejjel,Tas-Snajja',Għalliema bare,Skejjel,Tas-Snajja',Għalliema mifu,Skejjel,Tas-Snajja',Għalliema SKEJJEL TAS-SNAJJA' - STUDENTI U GĦALLIEMA", "5050.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hemm tfal li qed jattendu l-iskejjel tas-snajja'?", "Kemm minnhom daħlu din is- sena għall-ewwel darba?", "Jista' jagħti l-figuri kif inhuma mqassmin, skola b'skola?", "In-numru ta' għalliema għal dawn l-iskejjel huwa suffiċjenti?", "Kemm fil-fatt jenħtieġu?", "Hemm xi vakanzi?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- għadd ta' studenti li qed jattendu l- iskejjel tas-snajja' huwa ta' 4828.", "L-għadd ta' studenti li daħlu din is-sena għall-ewwel darba huwa ta' 1665.", "| |L-ewwel | It-tieni| | |sena |sena | | |(sena bażi-|(daħlu | | | |mill- | | |daħlu | iskejjel| | |ġodda) | | | | sekondarji| | | | | | |Umberto | 101 | | |Calosso BTS| | | |Bighi BTS |169 | - | |Marsa BTS | - |- | |Paola A BTS|324 godda | | | |25 | - | | |repeaters | | | | = 349 | - | |Naxxar A | 329 | - | |BTS | | | |Naxxar B |- |- | |Victoria | 48 | - | |Gozo BTS | | | |St Andrews |51 | - | |GTS | | | |Mtarfa GTS |35 | - | |Samra | 106 | - | |Hamrun GTS | | | |Xaghra Gozo| 14 | - | |GTS | | | |Ospizio |124 | - | |Furjana | | | |Tailoring | | | |School | | | |Marsa | - |94 | |Tarġa Gap | - | 106 | |Mosta | | | |School of | | | |Agri- | | | |culture | 60 | - | |Qormi | | | |School of | | | |Agri- | | | |culture |26 | - | |Gozo | | | |School of | | | |building | | | |Gozo | 8 | - | |School of | | | |Building | | | |Valletta |69 | - | | | | |", "| | It-Tieni |It-Tielet|Ir-Raba' | | | sena |sena | sena | | | (promossi | | | | | mill-ewwel| | | | | sena T.S.)| | | | | | | | |Umberto | 166 | 223 | 140 | |Calosso BTS| | | | |Bighi BTS | 269 | 122 |25 | |Marsa BTS | 162+ |1 | 101 | | | 27 |ġdid | | | |repeaters | 155 | | |Paola A BTS|- | - | - | |Naxxar A | - | - | - | |BTS | | | | |Naxxar B |294 | 249 | 112 | |Victoria |34 |31 | 6 | |Gozo BTS | | | | |St Andrews | 46 |44 |- | |GTS | | | | |Mtarfa GTS |110 |50 |- | |Samra |134 | 113 |- | |Hamrun GTS | | | | |Xaghra Gozo|22 |23 |11 | |GTS | | | | |Ospizio | 162 |- | - | |Furjana | | | | |Tailoring | | | | |School | | | | |Marsa |- | 30 |- | |Tarġa Gap |- | 59 |28 | |Mosta | | | | |School of | | | | |Agri- | | | | |culture |61 |28 |- | |Qormi | | | | |School of | | | | |Agri- | | | | |culture | 15 |17 |- | |Gozo | | | | |School of | | | | |building | | | | |Gozo | 19 | 5 |- | |School of | | | | |Building | | | | |Valletta | 45 | - |- | | | | | |", "L-għadd ta' għalliema għal dawn l-iskejjel huwa kważi suffiċjenti.", "Qed isir dak kollu meħtieġ biex l-iskejjel ikollhom l- għalliema kollha li hemm bżonn.", "Hemm tmien postijiet vakanti b'kollox.", "Skejjel,Ghalliema kazwali bare,Skejjel,Ghalliema kazwali mifu,Skejjel,Ghalliema kazwali SKEJJEL - GAĦLLIEMA KAŻWALI", "5210.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm għandu għalliema każwali li jgħallmu fl-iskejjel statali?", "X'inhuma l-kwalifiki li għandhom dawn l-għalliema?", "F'liema skejjel u f'liema klassijiet jgħallmu lokalita b'lokalita' dawn l- għalliema każwali?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif se ngħid:-", "A. SKEJJEL PRIMARJI", "L-għadd ta' għalliema każwali fis-settur primarju huwa ta' 53.", "L- għalliema kollha għandhom \"O\" level fl-Ingliż, fil-Malti u fil-Matematika u f'diversi suġġetti oħra.", "Għandhom ukoll minn wieħed sa ħames \"A\" Levels.", "L-għalliema qed jgħallmu f'dawn l-iskejjel:-", "B'Bugia A - 1 (Year 3) Cospicua A - 2 (Year 1, Year 3) Cospicua B - 2 (Year 5, Year 6) Fgura A - 2 (Year 3) Għaxaq - 1 (Year 1) Gudja - 1 (Year 4) Kalkara - 1 (Year 4) Marsa - 1 (Year 1) M'Xlokk - 1 (Year 1) Mosta B - 1 (Year 5) Mqabba - 2 (Year 5, Year 6) Msida - 1 (Year 6) Paola A - 2 (Year 1) Paola B - 2 (Year 6) Qormi San Gorg A - 1 (Year 1) Qormi San Gorg B - 1 (Year 5) Qrendi - 1 (Year 6) Rabat B - 2 (Year 4, Year 6) Safi - 1 (Year 1) Senglea - 1 (Year 2) Siggiewi - 1 (Year 5) St Venera B - 1 (Year 6) Tarxien A - 2 (Year 1, Year 6) Tarxien B - 1 (Year 6) Valletta B - 3 (Year 4, Year 6 (2) Zabbar A - 1 (Year 1) Zabbar B - 2 (Year 5, Year 6) Zebbug B - 2 (Year 5, Year 6) Zejtun A - 1 (Year 2) Zejtun B - 2 (Year 5, Year 6)", "GĦAWDEX", "Gharb - 1 (Year 6) Nadur - 1 (Year 5) Qala - 1 (Year 2) San Lawrenz - 1 (Year 4) Sannat - 1 (Year 3) Victoria - 3 (Year 3, Year 4, Year 6) Xagħra - 1 (Year 4) Zebbug - 1 (Year 5)", "B. SKEJJEL SEKONDARJI, JUNIOR LYCEUMS, OPPORTUNITY CENTRES", "Fl-iskejjel sekondarji, fil- Junior Lyceums u fl-Opportunity centres hemm komplessivament 51 għalliem każwali.", "Kull għalliem għandu mill- anqas pass wieħed fil-General Certificate of Education jew ekwivalenti fil-livell avvanzat fis-suġġett li jkunu applikaw għalih qabel bdew jgħallmu.", "L-għalliema huma mqassma hekk:-", "Skejjel tas-Subien", "Sekondarja Fortini - 3 (Year 1) Wieħed minnhom jgħallem ukoll fl-iskola sekondarja ta' Hal Qormi u fil-Junior Lyceum tal- Handaq; Ieħor jgħallem ukoll fil-Junior Lyceum ta' Verdala", "Sekondarja Gzira - 1 (Forms II u III) Sekondarja Mtarfa - 1 (Forms 1 u III) Sekondarja Paola - 5 (Form I (1), Form II (3), Form I, II (1).", "Sekondarja Qormi - 2 (Form I) Wieħed jgħallem ukoll fl-iskola Sekondarja ta' Fortini u fil-Junior Lyceum tal- Handaq; Ieħor jgħallem ukoll fl-iskejjel tas- Snajja' Naxxar A u B", "Sekondarja St.Venera - 3 (Form I (1), Forms IV u V (1); Forms I-V (1)", "Sekondarja Żurrieq - 2 (Forms I u II (1), Form I (1))", "Junior Lyceum Kordin - 2 (Forms I, II, III(1), Forms I, II (1))", "Junior Lyceum Hamrun - 3 (Form I, (1) Forms I - V (1), Forms II, IV (1))", "Junior Lyceum Tal-Handaq - 1 (Form II, III) (Jgħallem ukoll fl- iskola Sekondarja ta' Fortini u Qormi)", "Junior Lyceum Verdala - 1 (Forms I,II,III) (jgħallem ukoll fl-iskola Sekondarja ta' Fortini)", "Junior Lyceum Sekondarja Victoria - 5 (Forms I, II, IV (1), Forms I, III (1) Forms I - V (1), Forms I - III (1).", "Form II+Victoria Boys Trade School 1) Opportunity Centre Birkirkara - 3 (Opportunity Classes)", "Opportunity Centre Marsa - 1 (Opportunity Classes)", "SKEJJEL TAL-BNIET", "Sekondarja B'Kara - 1 (Forms I, III, IV, V) Sekondarja Bormla - 3 (Forms I, II (1), Forms II u II (1), Form III (1).", "Sekondarja Hamrun - 4 (Form I (2), Forms I, II (1) Forms II, III (1)", "Sekondarja Rabat - 1 (Forms III, IV, V)", "Sekondarja Tarxien - 3 (Forms I, II (1), Forms III, IV (2)) Junior Lyceum Mrieħel - 2 (Forms I - V (1), Forms II u IV waħda, li tgħallem ukoll fil- Junior Lyceum Zejtun) Junior Lyceum Sandhurst - 5 (Forms III, IV (1), Forms I, II, III (2), Forms III, IV, V (1), Forms I, II, IV, V waħda, li tgħallem ukoll fl-iskola Sekon- darja tal-Mosta) Junior Lyceum Zejtun - 1 (Forms I, II) Jgħallem ukoll fil-Junior Lyceum ta' l-Imrieħel", "Sekondarja Mosta - 2 (Form I (2), wieħed jgħallem ukoll fil- Junior Lyceum ta' Sand- hurst, l-ieħor jgħallem ukoll fl-iskejjel tas- Snajja' Paola u Bighi) Opportunity Centre Marsa - 1 (Opportunity Class) C. SKEJJEL TAS-SNAJJA'", "Fl-iskejjel tas-Snajja' hemm 13-il għalliem każwali.", "Kull għalliem għandu mill-inqas pass wieħed fil-General Certificate of Education jew pass ekwivalenti fil-livell avvanzat fis-suġġett li jkun applika għalih qabel daħal jgħallem.", "L-għalliema każwali huma mqassmin kif jidher hawn taħt:", "SKEJJEL TAS-SUBIEN", "Umberto Calosso St. Venera - 1 (II, III, IV sena)", "Abram Gatt Bighi - 3 (I 1, II u I 1, III u IV 1)", "San Ġużepp Haddiem A, Paola - 3 (I 1, wieħed jgħallem ukoll it-Tailoring School tal-Marsa, u wieħed jgħallem ukoll fl-iSchool of Agriculture, Qormi)", "Furtu Selvatico A Naxxar - 1 (I)", "Stefano Zerafa B Naxxar - 1 (I, II, III, IV)", "Victoria Għawdex - 2 (I, II, III, IV)", "SKEJJEL TAL BNIET", "Bice Mizzi Vasallo St Andrews - 1 (I, II, III)", "Adelaide Cini Hamrun - 1 (I, II)", "SKEJJEL OĦRA", "Tailoring School Marsa - 1 (I,II sena u jgħallem ukoll San Ġużepp Ħaddiem A, Paola", "Danny Cremona School of Agriculture - 1 (I,II u III sena, u l-istudenti ta' l-ESTS.", "Jgħallem ukoll San Ġużepp Ħaddiem A, Paola.", "D. SKEJJEL POST SEKONDARJI", "Fis-settur Post-Sekondarju hemm 28 għalliem każwali, 24 minnhom fl- iskejjel tal-Mużika, 21 f' ta' Malta u 3 f'ta Għawdex.", "Imbagħad hemm wieħed f'Giovanni Curmi li hu għalliem kwalifikat li daħal jgħallem wara li ħareġ bil-pensjoni.", "Hemm waħda b'diploma fil- Computing li tgħallem fil-Liceo Superjuri ta' l-Imsida u hemm tnejn oħra fl-iskola Sir Hannibal Scicluna bi kwalifiki professjonali.", "Universita',Nisa gradwati bort,Universita',Nisa gradwati mifu,Universita',Nisa gradwati UNIVERSITA' - NISA GRADWATI", "5896.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hu n- numru ta' nisa sena b'sena, li ggradwaw mill-Universita' mill- 1985 sal-lum?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- għadd ta' nisa sena b'sena li ggradwaw mill- Universita' mill- 1985 sal-lum huwa kif ġej:-", "Sena Gradwati", "1985 49 1986 74 1987 68 1988 155 1989 134 1990 174 1991 380 1992 363", "Pulizija,Arrest ta' 48 siegha schs,Pulizija,Arrest ta' 48 siegha fenj,Pulizija,Arrest ta' 48 siegha LIĠI DWAR DRITT KRIMINALI", "2352.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jidhirlu l-Ministru illi għandha ssir emenda għall- liġi tagħna i.e.", "Dritt Kriminali, fis-sens li fil-każ ta' certi reati gravi, li l- liġi għandha tispecifika, għandha ssir applikazzjoni lill-Maġistrat ta' l-għassa qabel ma jagħlqu l-48 hours limit ta' l-arrest fejn jekk hemm bżonn jintalab lill- Maġistrat biex jinħareġ mandat li jawtorizza l-estenzjoni ta' detenzjoni bħal din għal 48 hours oħra, dejjem għax hekk ikun immerita lill-każ?", "ONOR.", "JOE FENECH: Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant hu diġa' suġġett ta' studju li qed isir mill- awtoritajiet kompetenti.", "Pulizija,Arrest ta' persuni diġa' meħlusa schs,Pulizija,Arrest ta' persuni diġa' meħlusa fenj,Pulizija,Arrest ta' persuni diġa' meħlusa ARREST TA' PERSUNI", "2408.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMIstaqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jidhirlu l-Ministru illi stante li persuna tkun meħlusa mid-detenzjoni mingħajr akkuża, m'għandux jiġi arrestat mill-ġdid fil-ġejjieni fuq l- istess reat sakemm ma jirriżultax evidenza ġdida li tkun saret magħrufa wara r- release ta' l-istess persuna?", "ONOR.", "JOE FENECH: Peress li din hija domanda li tirrigwardja l-Pulizija, din l- interpellanza għandha tiġi magħmula lill-Ministru konċernat.", "Pulizija,Użu tal-forza schs,Pulizija,Użu tal-forza fenj,Pulizija,Użu tal-forza PULIZIJA - UŻU TAL-FORZA", "2409.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Tenut in konsiderazzjoni artiklu 355 tal-Kodici Kriminali li jgħid li \"l- ufficjal tal-pulizija m'għandux juża ħruxija, irbit jew tgħakkis ieħor ħlief jekk ma jkunx jista' bl-ebda mod igħaddi mingħajrhom sabiex iżomm fiż- żgur l-arrestat, jew jekk jkun meħtieġ minħabba l- imġieba ħażina tal- arrestat\" jidhirlu l-Ministru li wasal iż-żmien li fil-liġi tagħna jkollna kriterji cari li jindikaw b'mod preciż l-ammont ta' forza ġustifikata f'cirkostanzi varji?", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-liġi tistabilixxi bħala kriterju fil-każijiet il- ħtieġa għal użu tal-forza eċċ. Din il-ħtieġa tinbidel minn każ għal każ u hu ferm difficli li wieħed jagħmel regoli fissi għal dan l-iskop, u l-aħjar sistema hi li l- kwestjoni tiġi eżaminata minn każ għal ieħor.", "Qrati,Dritt penali schs,Qrati,Dritt penali fenj,Qrati,Dritt penali QRATI - DRITT PENALI", "2417.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Meta se jiġi ntrodott fid-Dritt Penali tagħna d-dritt li persuna suspettata mill-Pulizija Eżekuttiva, detenuta mill- istess pulizija, li jkollha d- dritt li tinnotifika persuna li tagħżel hi, bħalma hi membru tal-familja dwar din id- detenzjoni u/jew detenzjoni u dan konformament ma' artiklu 8 tal-European Convention of Human Rights?", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea, magħmula parti mil-liġi ta' Malta permezz ta' l- Att XIV ta' l-1987, ma jitkellimx fuq dak imsemmi fl-interpellanza ta' l- Onor. Membru.", "Allied Newspaper Ltd,Hsejjes ta' makni schs,Allied Newspaper Ltd,Hsejjes ta' makni gall,Allied Newspaper Ltd,Hsejjes ta' makni ALLIED NEWSPAPER LTD - ĦSEJJES TA' MAKNI", "2418.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'passi għandhom jittieħdu biex bil-lejl, waqt li n-nies residenti fl-akkwati ta' Times of Malta ikun reqdin, ma jibqgħux jisimgħu ħsejjes insapportabbli u makni li jiibbumbardjaw lill-lokal waqt li jkunu qed jistampaw il- gazzetta bil-bieb li jagħti għal Melita Street, dejjem miftuħ, u fid-dawl ta' dan, jista' l-Ministru jara li b'rimedju jinfetaħ bieb fuq in- naħa ta' Kastilja fejn m'hemmx residenti?", "X'sar minn petizzjoni li kienet saret biex tipprotesta dwar dan mal- Pulizija u ma' l- awtoritajiet kompetenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li hemm petizzjoni li dwarha qed issir investigazzjoni mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt.", "Furjana,Mera tat-traffiku schs,Furjana,Mera tat-traffiku falm,Furjana,Mera tat-traffiku FURJANA - MERA TAT-TRAFFIKU", "2419.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se tiġi rranġata l-mera li kien hemm quddiem il-ġnien Arġotti fil- Furjana li tkissret żmien ilu peress li din tgħin biex jiġu evitati ncidenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet innotata.", "Il-mera se titwaħħal hekk kif xogħol ieħor aktar urġenti jitlesta.", "Rahal Gdid,Toroq cilj,Rahal Gdid,Toroq falm,Rahal Gdid,Toroq RAĦAL ĠDID - TOROQ", "5303.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm-il metru kwadru ta' tarmac ingħataw separatament f'Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Marsa, Santa Lucija, Ħal Luqa u Ħal Qormi mill-1987 'l hawn, sena b'sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:-", "Lista li turi t-tarmac li ngħata bejn l-1987 - 1992", "Paola 1987 Xejn", "1988 Xejn", "1989 2520 sq. m.", "1990 Xejn", "1991 Xejn", "1992 Xejn", "Tarxien 1987 - 1992 Xejn", "Marsa 1987 Xejn", "1988 840 sq. m.", "1989 70855.52 sq. m.", "1990 12871.70 sq. m.", "1991 1098.55 sq. m.", "1992 Xejn", "Sta.", "Lucija 1987 Xejn", "1988 Xejn", "1989 7320 sq. m.", "1990 Xejn", "1991 Xejn", "1992 Xejn", "Luqa 1987 2700 sq. m.", "1988 2621 sq. m.", "1989 11477.", "2 sq. m.", "1990 Xejn", "1991 Xejn", "1992 25726.85 sq. m.", "Qormi 1987 Xejn", "1988 20997.", "5 sq. m.", "1989 Xejn", "1990 36638.18 sq. m.", "1991 Xejn", "1992 83571 sq. m.", "Rahal Gdid,Linja tal-bini cilj,Rahal Gdid,Linja tal-bini falm,Rahal Gdid,Linja tal-bini RAĦAL ĠDID - LINJA TAL-BINI", "5304.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li l- bini li tiela' ġdid minflok dak li twaqqa' fi Triq l- Arkata kantuniera ma Triq it- Tramuntana f'Raħal Ġdid, jinbena f'linja waħda mal- kumplament ta' Triq l-Arkata f'Raħal Ġdid u ċioe' madwar 2 piedi 'l ġewwa minn dak li attwalment jidher li qed jinbena bħalissa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xogħol li sar s'issa hu kollu taħt il-livell tat-triq.", "Se ssir attenzjoni biex il- kumplament tax-xogħol tal-bini jieqaf sakemm is-Surveyor jivverifika jekk il-linja għandhiex tkun bħal dik tal- bini li twaqqa' jew le.", "Qrati,Persuni interdetti cilj,Qrati,Persuni interdetti fenj,Qrati,Persuni interdetti QRATI - NIES INTERDETTI", "5327.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nies li ġew interdetti/inkapacitati mill- Qrati Maltin milli jagħmlu atti ċivili mill-1981 sal-lum?", "ONOR.", "JOE FENECH: L- informazzjoni mitluba qed tingħata hawn taħt:-", "|1981 |Irġiel |Nisa |Total | | | | | | |Interdetti | 7 | 12 |19 | | | | | | |Inabilitati |1 |0 |1 | | | | |---- | |Total | | | 20 | | | | |---- | | | | | | |1982 |Irġiel |Nisa |Total | | | | | | |Interdetti |10 |6 |16 | | | | | | |Inabilitati |2 |2 | 4 | | | | | ---- | |Total | | |20 | | | | | ---- | | | | | | |1983 | | | | | | | | | |Interdetti | 12 | 8 | 20 | | | | | | |Inabilitati | 0 | 0 |0 | | | | | ---- | |Total | | | 20 | | | | | ---- | | | | | | |1984 | | | | | | | | | |Interdetti | 8 |12 | 20 | | | | | | |Inabilitati |0 | 0 |0 | | | | |---- | |Total | | |20 | | | | |---- | | | | | | |1985 | | | | | | | | | |Interdetti |10 | 14 | 24 | | | | | | |Inabilitati |0 |0 |0 | | | | | ---- | |Total | | | 24 | | | | | ---- | | | | | | |1986 | | | | | | | | | |Interdetti |10 | 16 |26 | | | | | | |Inabilita' | 0 |1 | 1 | | | | |---- | |Total | | |27 | | | | |---- | | | | | | |1987 | | | | | | | | | |Interdetti |11 | 14 |25 | | | | | | |Inabilita' | 0 |0 | 0 | | |---- | | | |Total |25 | | | | |---- | | | |1988 | Irġiel|Nisa |Total | | | | | | |Interdetti | 9 |9 | 18 | | | | | | |Inabilita' | 0 |0 |0 | | | | | ---- | |Total | | | 18 | | | | | ---- | | | | | | |1989 | | | | | | | | | |Interdetti |11 | 5 |16 | | | | | | |Inabilita' | 0 | 2 | 2 | | | | | ---- | |Total | | | 18 | | | | | ---- | | | | | | |1990 | | | | | | | | | |Interdetti |10 | 9 | 19 | | | | | | |Inabilita' | 0 | 2 |2 | | |---- | | | |Total |21 | | | | |---- | | | | | | | | |1991 | | | | | | | | | |Interdetti | 8 |9 | 17 | | | | | | |Inabilita' | 0 |1 |1 | | | | | ---- | |Total | | | 18 | | | | | ---- | | | | | | |1992 up to | | | | |28/10/92 | | | | | | | | | |Interdetti | 2 |9 | 11 | | | | | | |Inabilita' | 2 |0 |2 | | | | | | | | | | | | | 113 |131 |244 | | | | | | | | Irġiel|Nisa | | | | | | | |Interdetti |231 | 108 |123 | | | | | | |'Inabilita | 13 | 5 |8 | | | | | | |total |244 | 113 |131 |", "Registru Pubbliku,Persuni interdetti/inkapacitati cilj,Registru Pubbliku,Persuni interdetti/inkapacitati fenj,Registru Pubbliku,Persuni interdetti/inkapacitati REĠISTRU PUBBLIKU - PERSUNI INTERDETTI/INKAPACITATI", "5328.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux possibbli jew le li tidħol sistema fejn tiġi rreġistrata nota fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta jew Għawdex skond il-kas meta persuna tiġi legalment interdetta jew inkapacitata milli tagħmel atti civili mill- Qrati Maltin, minflok semplicement ittra/cirkolari li tintbagħat fotokopja tagħha lin-Nutara ta' Malta u Għawdex?", "Jaħseb il- Ministru li b'tali sistema n-nutara aktar tinġibed l-attenzjoni tagħhom għal din il-mobilita' legali peress li din in-nota toħroġ sussegwentement fir-ricerki li joħorġu mir-Reġistru Pubbliku?", "ONOR.", "JOE FENECH: Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant huwa possibbli, iżda ma jservi b'ebda mod biex iħaffef jew ikun iżjed ta' beneficcju għax-xogħol notarili mis-sistema preżenti.", "Barra minn hekk, is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ma jservi għall- ebda beneficcju jew interess għall-terzi ħlief biex jissodisfa il-kurżita tal- pubbliku għad-detriment tal- familjari ta' l-interdett għaliex ultimament l-unika persuna interessata f'dan il- kas hija l-istess nutar, peress li persuna interdetta meta tagħmel att civili trid bilfors tirrikorri għandu.", "Oltre dan, ix-xogħol ta' nutar se jiżdied bla bżonn minħabba li jkollu jagħmel ricerki oħra fuq l- interdizzjonijiet.", "Is- sistema preżenti hija aktar effikaci u responsabbli peress li n-nutar jiġi informat direttament, mingħajr ma jkun hemm il- periklu li nota ma tiġix reġistrata.", "Dip ta' l-Edukazzjoni,Education Assistant cilj,Dip ta' l-Edukazzjoni,Education Assistant fene,Dip ta' l-Edukazzjoni,Education Assistant DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - EDUCATION ASSISTANT", "5335.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat- tweġiba mogħtija lili għall-mistoqsija parlamentari numru 4552, jista' l- Prim Ministru jwieġeb it- tielet parti ta' l-istess domanda tiegħi cioe' jekk is- Sur Tony Formosa ġiex mogħti l- post ta' Sports Officer II mill- Kummissarju ta' l- Inġustizzji b'effett retroattiv, peress illi kif wieġeb il-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani l- istess individwu rrifjuta n- nomina ta' Education Assistant fl-Edukazzjoni Fiżika (Malta) bil-għan li jinħatar Sports Officer mal-Ministeru taż- Żgħażagħ u Kultura?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l- Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji sabet li l-ilment li kien għamel is-Sur Tony Formosa kien ġustifikat u rrakkomandat li huwa għandu jingħata l- kariga ta' Sports Officer II b'effett mill-1 ta' Ottubru 1987.", "Is-Sur Tony Formosa ħa din il-ħatra wara rakkomandazzjoni tal- Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku.", "Dip tax-Xoghlijiet Pubblici,Tabelli cilj,Dip tax-Xoghlijiet Pubblici,Tabelli falm,Dip tax-Xoghlijiet Pubblici,Tabelli XOGĦLIJIET PUBBLICI - TWAĦĦIL TA' TABELLI", "5420.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r- raġuni li d- Dipartiment tax-Xogħlijiet ma jwaħħalx tabelli f'postijiet fejn ikunu qed isiru xi proġetti, li apparti li jiskuża ruħhu għall- inkonvenjenza kkawżata lill-pubbliku jgħid sakemm hu maħsub jew id-data li fiha mistenni li jispiċċaw tali xogħlijiet?", "Jaf il-Ministru li din il- proċedura hija addattata minn Pajjiżi Ewropej li l-Gvern tant jixtieq li jidentifika lill- pajjiżna magħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat.", "Mgarr,Spiera ta' l-Ilma bare,Mgarr,Spiera,ta' l-Ilma falm,Mgarr,Spiera ta' l-Ilma MGARR - SPIERA TA' L-ILMA", "5556.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: L- ispiera li hemm 'l isfel minn Triq il-Kbira fl- Imġarr, Malta, jistgħu jieħdu ilma minnha dawk il-bdiewa kollha li għandhom bżonn?", "Għaliex hemm min għamilha tiegħu u ma jħallix oħrajn jieħdu ilma minnha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Manikata,Manutenzjoni bare,Manikata,Manutenzjoni falm,Manikata,Manutenzjoni MANIKATA - MANUTENZJONI", "5557.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'passi lest jieħu l-Ministru u meta biex jirranġa dawn in-nuqqasijiet fil- Manikata:", "1) Biex titneħħa r-riħa qawwija ta' drenaġġ li qed tnitten l-inħawi tal- Knisja?", "2) Biex titnaddaf il-miżbla tax-Xagħra l-Ħamra fejn tbattlu trakkijiet minn dawk li jintbagħtu jnaddfu l-bajjiet?", "3) Biex jiġu rranġati l-ħofor fit-toroq li tant huma koroħ li tal-karozzi tal-linja qalu li mhux se jmorru l-Manikata iżjed?", "4) Li jiġu mdawwla t-toroq mudlama?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li:", "1) Ir-riħa tad-drenaġġ kienet ikkawżata minn xi manholes miftuħa li issa ġew imsewwija u rranġati.", "2) Is-Segretarjat għall- Ambjent qed jiddiskuti l- materja mas- Segretarjat għat- Turiżmu (li taħtu taqa' s- sezzjoni tal-Beach Cleaners).", "Sa l-istaġun tas-sajf li jmiss, kull skart li mhux alka waħedha jrid jibda jittieħed fil-miżbla tal-Magħtab.", "Sa dak inhar is- suġġett ta' l-alka se jerġa' jitqajjem ma' esperti mill- Ministeru ta' l-Agrikoltura.", "Jeħtieġ li tkun ikkonsidrata mill-ġdid il-prattika fejn l- alka tiġi mifruxa fuq il- blat ħalli l-ilma tax-xita jaħsel il-melħ minnha sabiex eventwalment l- istess alka tkun tista' tintuża fil-biedja.", "3) Bħalissa qed issir manutenzjoni tat-toroq tal- Manikata.", "4) Il-Korporazzjoni Enemalta se tieħu passi meħtieġa.", "San Giljan,Triq Birkirkara,Tnehhija ta' wires bare,San Giljan,Triq Birkirkara,Tnehhija ta' wires falm,San Giljan,Triq Birkirkara,Tnehhija ta' wires SAN GILJAN - TRIQ BIRKIRKARA", "5558.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jikoordina ma' dipartimenti biex il-konfużjoni ta' wires li hemm fi Triq Birkirkara, San Ġiljan speċjalment bejn it- Triqat Arċisqof Romero u t- telgħa tal-kulleġġ l-Antik jitneħħa?", "Japprezza l-Ministru li minbarra id-dehra kerha li jagħtu, jistgħu jkunu ta' periklu u ta' inkonvenjenza jekk jinqatgħu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-linji tal- Korporazzjoni Enemalta fil- lokalita' msemmija huma kollha kif għandhom ikunu.", "Se ngħaddi l-ilment tiegħek lil min hu responsabbli għal Korporazzjoni Telemalta u għal Cable Television biex isir kontroll simili minn naħa tagħhom.", "Sant'Andru,Triq id-Dies,Toroq bare,Sant'Andru,Triq id-Dies,Toroq falm,Sant'Andru,Triq id-Dies,Toroq ST ANDREWS: TRIQ ID-DIES - TOROQ", "5559.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li Triq id-Dies f'St Andrews u t-toroq ta' madwar jingħataw it-tarmac, kif kien wiegħed il-Ministru xhur ilu?", "Jaf il-Ministru li r- residenti ta' dawn it-toroq ilhom ħafna igergru dwar dawn it-toroq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Diġa' qed jittieħdu passi necessarji.", "Hu ppjanat li x-xogħol, dejjem jekk it-temp jippermetti, isir fil-bidu tas-sena d- dieħla.", "Mdina,Misrah is-Sur,Bdil ta' l-isem bare,Mdina,Misrah is-Sur ta' l-isem falm,Mdina,Misrah is-Sur ta' l-isem MDINA - BDIL TA' ISEM TA' MISRAĦ IS-SUR", "5560.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jirrigwarda lill-Kumitat ta' l- Ismijiet tat-Toroq biex Misraħ is-Sur fl-Imdina tissejjah għal Sir Philip Pullicino, imħallef u avukat ġenerali li kien rispettat ħafna u li kien joqgħod f'dan il-Misraħ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill- Bord ta' l- Ismijiet tat-Toroq.", "Rabat,Isem ta' triq ghat-Tabib Agius Ferrante bare,Rabat,Isem ta' triq ghat-Tabib Agius Ferrante Rabat,falm,Isem ta' triq ghat-Tabib Agius Ferrante RABAT - ISEM TA' TRIQ", "5561.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jirrigwarda lill-Kumitat ta' l- Ismijiet tat-Toroq biex xi triq ġdida fir-Rabat tissejjaħ għat- Tabib Tommy Agius Ferrante, pedjatra ferm rispettat speċjalment f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt is-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant lill-Bord ta' l-Ismijiet tat-Toroq.", "Bdiewa,Sussidju farn,Bdiewa,Sussidju gatl,Bdiewa,Sussidju Rahhala,Sussidju farn,Rahhala,Sussidju gatl,Rahhala,Sussidju Sajjieda,Sussidju farn,Sajjieda,Sussidju gatl,Sajjieda,Sussidju BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA - SUSSIDJU", "5792.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kalkolat l-ammont finanzjarju għat-talbiet ta' sussidju li għandu pendenti l- Ministeru mingħand il- bdiewa, raħħala, sajjieda u produtturi oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: L- ammont f'talbiet għal għajnuna finanzjarja li għandu l- Ministeru jaqbeż il-miljun lira.", "Bdiewa,Ghaqdiet volontarji,Ghajnuna farnBdiewa,Ghaqdiet volontarji,Ghajnuna gatl,Bdiewa,Ghaqdiet volontarji,Ghajnuna GĦAQDIET VOLONTARJI - GĦAJNUNA LILL-BDIEWA", "5793.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-għajnuna li jestendi d- Dipartiment tal- Biedja lill-għaqdiet volontarji tal-bdiewa?", "Id-dipartiment qiegħed jikkonsidra li jgħin l-għaqda tal-bdiewa żgħażagħ sabiex din tkompli tiżviluppa f'pajjiżna?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ma nistax nghid fiex tikkonsisti l-ghajnuna, ghax qatt ma kien hemm talbiet minn ghaqdiet volontarji tal-bdiewa.", "Il-Ministeru lest li jezamina kull talba ghall-ghajnuna minn ghaqdiet volontarji tal-bdiewa.", "Nahal farn,Nahal gatl,Nahal MARD TAN-NAĦAL", "5794.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra jekk jirriżultawlux sintomi ta' mard ieħor fost in- naħal?", "Jekk fil-fatt f'Malta hawnx il-mard ta' l-American Faulbrood li hija virus u mhux parasita bħal Varroa?", "Jekk iva, billi din il-marda teħtieġ li jsir qerda totali tan-naħal x'se tkun id- deciżjoni tiegħu?", "Billi huwa stess qal li din il-marda tinsab fl-Awstralja fejn hemm il- marda tal-Coshmir li virus tagħha mhux biss joqtol id-duqqajs imma lin- naħal bl-irqejjen b'kollox, din il-marda tista' tirriżulta fil- futur f'Malta wkoll?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Hija haga naturali li minn zmien ghal zmien jidhru sintomi ta' xi marda fuq kull hlejqa.", "Dan kien jibqa' ghaliex hemm mard li jidher jew jinheba skond it- temperatura u hemm mard li jidher ghax jittiehed malajr.", "Nhar il-Gimgha 30 t'Ottubru waqt li l-Ufficjal inkarigat mis-sezzjoni tan- nahal kien qieghed fuq xoghol konness mal- Varroa, huwa nnota f'migbha privata l-marda maghrufa bhala American Foulbrood.", "Ittiehdu samples minnufih u fl-istess waqt ittiehdu passi biex minn din il-migbha ma jintmessx xejn.", "Ghal din il- marda, ghal-kuntarju tal- Varroa, l-uniku kontroll huwa l-hruq tal-kaxxi.", "Dan fil-fatt sar diga'.", "L- American Foulbrood dehret Malta l-ewwel darba fl-1979.", "Din il-marda hi kkagunata minn bacteria u mhux virus.", "Rigward il-marda tal-Kashmir s'issa ma nstab l-ebda sinjal taghha f'pajjizna.", "Kien proprju ghal dan il-ghan li fl- 1989 iddecidejt li ma ssirx importazzjoni ta' nahal minghajr permess, inkluz naturalment mill- Awstralja.", "Dipartiment tas-Sajd,Fizzjali farn,Dipartiment tas-Sajd,Fizzjali gatl,Dipartiment tas-Sajd,Fizzjali DIPARTIMENT TAS-SAJD - FIZZJALI", "5795.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Kemm huma l-fizzjali tad-Dipartiment tas-Sajd li jmorru jispezzjonaw il-ħut meta jiġi mportat?", "Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn l-ufficjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Fizzjali tad-Dipartiment tas- Sajd ma baqghux imorru jispezzjonaw il-hut meta jigi mpurtat ghax inhass li ma kienx hemm aktar bzonn.", "Rabat,Triq il-Fiddien,Dawl farn,Rabat,Triq il-Fiddien,Dawl falm,Rabat,Triq il-Fiddien,Dawl RABAT: TRIQ IL-FIDDIEN - DAWL", "5796.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jara li ssir il-bozza fis-sqaq ta' Għajn Klieb, li jinsab fi Triq il-Fiddien, l/o Rabat?", "Billi dawn ir-residenti ilhom snin jitolbu għal dan is- servizz, jista' l- Ministru jirrimedja mill-aktar fis possibbli, issa li f'dawn iż- żmenijiet tas-sena jidlam kmieni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- talba ta' l-Onor.", "Membru se tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "Bdiewa,Sussidju farn,Bdiewa,Sussidju gatl,Bdiewa,Sussidju BDIEWA - SUSSIDJU", "5838.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi l-aħħar żviluppi fil- Komunita' Ewropea jindikaw li hemm miżuri sabiex jispiċċa s- sussidju lill-bdiewa żgħar tal- komunita' naturalment x'aktarx minħabba li min dan il-Budget hemm suspetti kbar li se jibbenifikaw numru ta' bdiewa Portuġiżi, Spanjoli u Griegi.", "Jista' l- Ministru jispjega lill-Kamra dwar l-iżviluppi fejn saħansitra qed jiġi allegat fil-komuita' li dawn il-bdiewa għandhom teknoloġija tas-sittinijiet u fil-fatt inutili li jingħataw sussidju w fil-fatt qed jiġi rakkomandat li sussidju jmur biss għand dawk il-bdiewa kbar?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Barra li jidher li fid-Domanda nghatat stampa mhux korretta ta' l-affarijiet kif inhuma, mhux floku li jinghataw spjegazzjonijiet ghal allegazzjonijiet.", "Hu anqas opportun ukoll li jigu spjegati lill-Kamra policies ta' pajjizi jew organizzazzjonijiet barranin, l-aktar meta d- dettalji tal-policies tal-K.E. ghadhom ma thabbrux.", "Isla,Twessigh ta' moll mizj,Isla,Twessigh ta' moll falm,Isla,Twessigh ta' moll ISLA - TWESSIGĦ TA' MOLL", "5906.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid min qiegħed jissupplixxi l-konkos li qiegħed jintuża għat- twessigħ tal-moll fl-Isla?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- konkos li qiegħed jintuża għal moll fl-Isla qiegħed jiġi ordnat mingħand Konkos Ltd.", "Flats tal-Gvern mizj,Flats tal-Gvern hyzg,Flats tal-Gvern FLATS TAL-GVERN", "5907.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm flats tal-Gvern li joħorġu għal kiri jew għal bejgħ separatament, kemm dawk li huma lesti mill-istruttura kif ukoll dawk li se jitlestew fi żmien qarib f'kull lokal ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nirreferik għall-mistoqsija parlamentari numru 1694 mogħtija f'Seduta Nru. 51 tat- 30 ta' Settembru, 1992.", "Sptarijiet,Ambulanzi sans,Sptarijiet,ambulanzi gall,Sptarijiet,Ambulanzi SPTARIJIET - AMBULANZI", "5951.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Nirreferi għal-mistoqsija parlamentari numru 4767 u r-risposta mogħtija.", "Jista' l-Ministru jinvestiga jekk fil-fatt din il-proċedura nżammitx f'inċident li ġara fiż-Żejtun u li ġie rrapportat fil-21 ta' Settembru, 1992 għal ħabta tat-2.45 p.m.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fil-21 ta' Settembru, 1992 fit- 2.55 p.m. dahlet telefonata ghand l- 'Operator' fejn intalbet ambulanza minhabba xi incident li gara fiz-Zejtun.", "Din l- istess telefonata giet mill- ewwel riferuta fid-Dipartiment ta' l-Emergenza.", "Immedjatament, it-telefonata giet mghoddija lic-Centru tas- Sahha, Paola, minn liema post immedjatament harget l- ambulanza.", "L-ambulanza dahlet fid- Dipartiment ta' l-Emergenza ghal xi 3.30 p.m.", "Ricasoli,Servizz tat-telephone mizj,Ricasoli,Servizz tat-telephone zamf,Ricasoli,Servizz tat-telephone Kalkara,Servizz tat-telephone mizj,Kalkara,Servizz tat-telephone zamf,Kalkara,Servizz tat-telephone Xghajra,Servizz tat-telephone mizj,Xghajra,Servizz tat-telephone zamf,Xghajra,Servizz tat-telephone RICASOLI - SERVIZZ TAT- TELEPHONE", "5962.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid meta se jsir il- minor work li jenħtieġ isir fejn il-fabbriki fir-Ricasoli, Kalkara, Xgħajra biex ikunu jistgħu jingħataw il-linji tat- telephone?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-applikanti ghas-servizz tat- telefon fir- Ricasoli, se jinghataw is-servizz sa l-ahhar ta' din is-sena.", "Biex l-applikanti fil-Kalkara u x-Xghajra jinghataw is- servizz tat- telefon hemm bzonn li jsir xoghol sostanzjali u mhux xoghol żghir.", "Dan jinkludi trinek u tqeghid ta' cables fit-tul.", "Huwa ppjanat li dan ix- xoghol jitlesta ghall-ahhhar ta' l-1993.", "Telephones mizj,Telephones zamf,Telephones SETTIJIET TAT-TELEPHONE", "5963.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm sets tat-telephone fl- istorijiet mill-1 ta' Ottubru, 1992 sal-lum 6 ta' Ottubru, 1992 - ġurnata b'ġurnata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' settijiet tat- telefon tat-tip \"push button\" li kien hemm fl-istorijiet tal- Korporazzjoni Telemalta bejn l- 1 ta' Ottubru u s-6 ta' Ottubru, 1992 huwa kif muri hawn taht :-", "1/10 2/10 3/10 4/10 5/10 6/10", "Settijiet Grizi 2196 2094 2049 2049 2016 1960", "Settijiet Beige 739 739 739 739 739 739", "Settijiet Bojod 902 902 902 902 902 902", "Minbarra dawn is-settijiet il-Korporazzjoni ghandha stokk iehor ta' telefons tat-tip \"Rotary Dial\" li jintuzaw sabiex dawk l-abbonati li ghad ghandhom sett ta' dan it-tip u tinqala xi hsara li tirrekjedi li s-sett jinbidel b'sett minn dawn.", "Zabbar,Qasam tad-Djar,Manutenzjoni mizj,Zabbar,Qasam tad-Djar,Manutenzjoni falm,Zabbar,Qasam tad-Djar,Manutenzjoni ŻABBAR - QASAM TAD-DJAR - IRRANĠAR FI BLOCK D", "5964.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu ħsieb biex jinbidel il-bieb ta' barra ta' Block D, Housing Estate, Żabbar peress li dan il-block, il-bieb eżistenti jikkonsisti f'biċtejn injamiet biss?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment konċernat biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.", "Birgu,Triq il-Ħabs l-Antik,Xoghol mizj,Birgu,Triq il-Ħabs l-Antik,Xoghol falm,Birgu,Triq il-Ħabs l-Antik,Xoghol BIRGU: TRIQ IL-ĦABS L-ANTIK - XOGĦOL", "5965.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni/ triq li qegħda ssir fi Triq il- Ħabs l-Antik, il-Birgu li tagħti għal fuq Sant'Anġlu humiex koperti bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li kull ma sar kien retaining wall temporanju biex iżomm it-triq l-antika (Triq il-Ħabs l-Antik), li ċediet, peress li hemm diżlivell bejn Triq il-Ħabs l-Antik u t-triq il-ġdida li tagħti għal Sant' Angelo.", "Scrap Yards sans,Scrap Yards falm,Scrap Yards SCRAP YARDS", "6032.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn scrap yards f'Malta u fejn qegħdin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma jirriżultalix li teżisti l- istatistika mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jitlob din l- informazzjoni mingħand il- Ministru responsabbli għal Pulizija li għandha records dwar scrap yards liċenzjati.", "San Gwann,Triq l-Iskola,Permessi tal-bini sans,San Gwann,Triq l-Iskola,Permessi tal-bini falm,San Gwann,Triq l-Iskola,Permessi tal-bini SAN GWANN: TRIQ L-ISKOLA - PERMESSI TAL-BINI", "6033.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 5448 jekk il-kamra msemmija fil- mistoqsija parlamentari nbnitx bil-permess meħtieġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Passi llegali diġa' ttieħdu.", "Power Station,Delimara sans,Power Station,Delimara falm,Power Station,Delimara DELIMARA - POWER STATION", "6034.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 5336 u r- risposta mogħtija.", "Jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija peress li fl- ewwel parti tad-domanda qal li il-kuntrattur isostni li nefaq persentaġġ akbar f'Malta?", "Tista' għalhekk tintalab il-lista ta' fejn sar dan ix- xogħol f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jidhirli li t-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5336 hija ċara biżżejjed.", "Inżid ngħid li l-kondizzjoni kienet li ċertu ammont ta' nfiq kellu jsir f'Malta u mhux li kellhom ikunu xogħlijiet f'Malta, kif donnu qed jaħseb l-Onor.", "Interpellant.", "Impjant tal-konkos,Permessi sans,Impjant tal-konkos,Permessi fene,Impjant tal-konkos,Permessi IMPJANT TAL-KONKOS - PERMESSI", "6104.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Nirreferi għall- mistoqsija parlamentari numru 5371 u r-risposta mogħtija mill-Prim Ministru.", "Imbilli f'parti mir-risposta il-Prim Ministru qal:", "\"Is-servizz ta' l-ilma kien ġie pprovdut mid-Dipartiment ta' l-Ilma fil- 15 ta' Ġunju, 1987 meta l-post ma kienx jintuża bħalma huwa llum\".", "Dan ifisser li wara li jingħataw is-servizzi ta' dawl jew ilma għall-użu domestiku jista' jsir użu kummercjali minn dawn is-servizzi.", "L-aktar meta l-użu jkun għal batching plant bħal din li hi mingħajr permess.", "Jekk ir-rispostosta hi fin- negattiv, x'passi beħsiebu jieħu l-Gvern sabiex dawn l- abbużi jieqfu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Huwa ovvju li min irid ibiddel l-użu tas- servizz ta' l-ilma għandu jinforma b'dan lill- Korporazzjoni qabel ma jsir dan il-bdil.", "Il-Korporazzjoni għas-Sevizzi ta' l-Ilma tieħu l-passi kollha meħtieġa f'kull każ li ssir taf bih.", "Valletta,Triq San Kristoferu,Asfaltar buhc,Valletta,Triq San Kristoferu,Asfaltar falm,Valletta,Triq San Kristoferu,Asfaltar VALLETTA: TRIQ SAN KRITOFERU - ASFALTAR", "6131.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li t-trinka li tħaffret fi Triq San Kristoferu, l-parti bejn Triq ir-Repubblika u Triq San Pawl, Valletta tiġi asfaltata sewwa għax barra milli hi ta' periklu, hija ta' għajb għal Belt Kapitali ta' pajjiżna?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 6103 (Seduta 71).", "Inżid ngħid li r-responsabilita' ta' dan ix-xogħol huwa tal-kuntrattur privat li tqabbad minn Bank biex jagħemel it-trinka msemmija.", "Awtorita' tad-Djar,Periti buhc,Awtorita' tad-Djar,Periti hyzg,Awtorita' tad-Djar,Periti AWTORITA' TAD-DJAR - PERITI", "6132.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Kemm hemm periti impjegati full-time ma' l-Awtorita' tad-Djar?", "Kemm hemm periti fuq bażi part-time?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il- Housing Authority għandha perit wieħed fuq bażi part-time.", "Dipartiment ta' l-Ilma,Hlas ta' sick leave buhc,Dipartiment ta' l-Ilma,Hlas ta' sick leave falm,Dipartiment ta' l-Ilma,Hlas ta' sick leave DIPARTIMENT TA' L-ILMA - ĦLAS TA' SICK LEAVE", "6133.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'inhi l-procedura li jrid jwettaq ħaddiem tad- Dipartiment ta' l-Ilma sabiex jitħallas meta jkun weġġa fuq xogħol u għamel perjodu ta' sick leave?", "Minn min jitħallas, f'każ li l-perjodu ta' sick leave ikun ta' ġimgħatejn jew aktar?", "Hemm xi żmien stipulat li fih irid isir il-ħlas tas-sick leave?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- proċedura ta' min ikorri fuq ix-xogħol hi spjegata fl- Estacode Chapter 9.3.", "Il-ħaddiem li jkun weġġa' fuq ix-xogħol irid javża lid- dipartiment fi żmien 24 siegħa.", "Id-dipartiment irid javża lid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali bil-formola NI 30 fi żmien għaxart ijiem mid-data ta' l-inċident.", "Il-ħaddiem jitħallas mid- dipartiment is-salarju kollu minbarra l-ammont ta' benfiċċju tal-korriment li jitħallas mid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Il-ħlas isir mid-dipartiment lill-ħaddiem wara li jkun irċieva mid- Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali l-ammont dovut lilu bħala benefiċċju għal korriment.", "Dip ta' l-Ilma,Zebbug buhc,Dip ta' l-Ilma,Zebbug falm,Dip ta' l-Ilma,Zebbug ŻEBBUĠ: DIPARTIMENT TA' L-ILMA - ĦLAS TA' OVERTIME", "6134.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l- Ilma tad-distrett ta' Ħaż Żebbuġ li għamlu xogħol bl- overtime f'Lulju li għadda sal- lum għadhom ma tħallsux għax- xogħol li wettqu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid BINI TA' SPTAR ĠDID", "6135.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni formali lill-PAPB għal bini ta' l-isptar il-Ġdid, f'Santa Venera?", "Jekk fl-affermattiv, min hu l-perit responsabbli mix- xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall- proposta ta' bini ta' sptar privat - minn Independent British Hospitals PLC - li tħabbret dan l-aħħar.", "F'dan il-każ għandi ngħid li l-promoturi ta' dan l-isptar indikaw żewġ siti fejn jistgħu jibnu dan l-isptar.", "Bħalissa qed isiru diskussjonijiet preliminari mat-taqsima ta' l- ippjanar u għalkemm is-sit ta' Santa Venera hu wieħed mill- possibilitajiet għad ma hemmx deċiżjoni dwar is-sit.", "Fiċ- ċirkostanzi ma saret ebda applikazzjoni formali għall-permess tal-bini ta' dan l- isptar.", "Valletta,Pjazza Regina,Fanali cusl,Valletta,Pjazza Regina,Fanali falm,Valletta,Pjazza Regina,Fanali Valletta,Pjazza San Gwann,Fanali cusl,Valletta,Pjazza San Gwann,Fanali falm,Valletta,Pjazza San Gwann,Fanali VALLETTA: PJAZZEZ REĠINA/SAN ĠWANN - IRRANĠAR TA' FANALI", "6169.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jissewwa l-ħġieġ imkisser tal-fanali li hemm fi Pjazza San Gwann u Pjazza Reġina l- Belt Valletta li ilhom hekk żmien twil?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Korporazzjoni Enemalta se tieħu passi kif jinħtieġ.", "Valletta,Triq San Pawl,Ipparkjar ta' vetturi cusl,Valletta,Triq San Pawl,Ipparkjar ta' vetturi gall,Valletta,Triq San Pawl,Ipparkjar ta' vetturi VALLETTA: TRIQ SAN PAWL - IPPARKJAR TA' VETTURI", "6170.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li ma jsirx aktar parking ta' vetturi fi triq San Pawl il-Belt Valletta bejn triq l-Arċisqof u triq San Kristoforu, liema vetturi jipparkajaw fuq il- bankini taż-żewġ naħat u li n- nies bil- miexi jridu jgħaddu minn nofs tat-triq u min din it-triq jgħaddu kwantita' kbira ta' vetturi bi speed sostanzjali u għalhekk jista' jkun hemm xi diżgrazzja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA:Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t- talba tiegħu se titressaq quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għall- konsiderazzjoni.", "Birkirkara,Ta' Paris,Kennies cusl,Birkirkara,Ta' Paris,Kennies falm,Birkirkara,Ta' Paris,Kennies Birkirkara,Triq Sommer,Kennies cusl,Birkirkara,Triq Sommer,Kennies falm,Birkirkara,Triq Sommer,Kennies BIRKIRKARA: TA' PARIS/TRIQ SOMMER - KENNIES", "6171.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI: staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jintbagħat kennies fi Triq Sommer, Ta' Paris, Birkirkara peress li dan ilu ma jmur f'din it-triq żmien twil?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment konċernat jassigura li t-triq tinkines u li jistħarreġ il-problema rilevata.", "Skejjel,Tas-Snajja',Bighi cusl,Skejjel,Tas-Snajja',Bighi mifu,Skejjel,Tas-Snajja',Bighi BIGHI - SKOLA TAS-SNAJJA", "6172.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jara li malajr kemm jista' jkun fl- iskola tas-Snajja', Bighi jasal il-materjal meħtieġ lill- għalliema tal- plastering peress li l-istudenti għadhom ma bdewx jingħataw lezzjonijiet xierqa mill-għalliema konċernati peress li dawn il-lezzjonijiet iridu jingħataw biss b'dan il- materjal?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- lezzjonijiet tal-Painting and Decorating/ Plastering bdew isiru mill-bidu tas-sena skolastika billi l- istudenti flimkien ma' l- għalliema tal- Painting bdew jissistemaw il-workshop wara li ġew trasferiti mill-iskola tas- Snajja ta' Ħal Qormi, u saru l- lezzjonijiet regolari.", "Il-materjal għall-Plastering (ramel u xaħx) ġie provdut lill-iskola fil- bidu tax-xahar iżda l-instructor konċernat kien ma jiflaħx u għaldaqstant il-parti tal-lezzjonijiet fejn jidħol Plastering dam ma beda.", "Fl-assenza ta' dan, l-istudenti ħadu lezzjonijiet ta' Painting and Decorating.", "Enemalta,Konsulenti barranin manc,Enemalta,Konsulenti barranin falm,Enemalta,Konsulenti barranin ENEMALTA - KONSULENTI BARRANIN", "6179.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Apparti l-BEI hemm xi konsulenti oħra barranin jaħdmu u/jew jagħtu s-servizz tagħhom lil Enemalta?", "Jekk iva x'inhu t-tip ta' konsulenza li qed jagħtu?", "X'inhu il-ħlas tagħhom fis- sena?", "Jekk il-remunerazzjoni li jirċievu humiex tax free?", "Xi kwalifiki għandhom dawn il-konsulenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Apparti l-BEI, l-Enemalta timpjega lil Electricite de France (E.d F.) ta' Franza, bħala konsulenti fuq id-distribuzzjoni ta' l- elettriku b'mod speċjali tas- sistema tal-132KV.", "L-EDF hija organizzazzjoni tal-Gvern Franċiż u l-akbar kumpannija li tipproduċi elettriku fl-Ewropa.", "Il-valur tal-kuntratt huwa ta' FF 5,365,200 u huma tax free peress li ħafna mix-xogħol isir ġo Franza u mhux f'Malta.", "Konsulent ieħor impjegat mill-Enemalta huwa Dr V. Slaboch, li huwa Field Surveyor miċ-Cekoslovakkja.", "Huwa gradwat f'dan il-qasam tax-xogħol mill- Universita' ta' Prague.", "Il-Korporazzjoni tipprovdilu karozza self drive, appartament, u paga mingħajr taxxa ta' Lm600 fix-xahar.", "Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Inginiera micf,Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Inginiera zamf,Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Inginiera AVJAZZJONI ĊIVILI - INĠINIERA", "6187.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Kemm kien in-numru ta' inġiniera mad-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili f'April, 1987?", "Kemm hu n-numru ta' dawn il- lum?", "Kemm fil-fatt hemm postijiet ta' inġiniera vakanti u f'liema sezzjonijiet tad-dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew qiegħed jieħu d- dipartiment sabiex jassigura li din il-problema ta' nuqqas ta' inġiniera tiġi solvuta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' Inġiniera mad- Dipartiment f'April ta' l-1987 kien ta' għaxra waqt li llum dan huwa ta' erbgħa.", "Dan kien dovut għal ħafna opportunitajiet ta' xogħol li kien hawn dan l-aħħar snin għall-inġiniera filwaqt li n-numru ta' inġiniera fuq is-suq ma kienx ilaħħaq mad-domanda għalihom.", "B'hekk id-Dipartiment ma rnexxielhux jimpjega aktar inġiniera minkejja ħafna tentattivi.", "B'kollox id- Dipartiment għandu sitt postijiet vakanti taċ-ċivil, mechanical, electrical u communication engineers.", "Sejħiet għall-applikazzjonijiet għal dawn il- postijiet ħarġu sabiex jimtlew dawn il-vakanzi.", "Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Safar micf,Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Safar zamf,Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Safar AVJAZZJONI ĊIVILI - SAFAR", "6188.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Kemm-il darba siefru uffiċjali mid-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili b'konnessjoni ta' xogħol jew laqgħat ma' Euro Control?", "Xi grad kienu dawn l- uffiċjali u mil-liema sezzjoni tad-dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid minn kienu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-Eurocontrol saru numru kbir ta' laqghat fid-diversi livelli ta' amministrazzjoni u teknika izda d-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Civili jillimita l- attendenza ta' ufficjali ghal dawk il- laqghat li l-aktar jitqiesu ta' importanza jew fejn hemm l-obbligu ta' attendenza bhala membru ta' l- Eurocontrol.", "In-numru totali ta' viziti barra minn Malta b'konnessjoni ma' laqghat/xoghol ta' l- Eurocontrol mill-1989 sal-lum kienu 72.", "Il-gradi ta' ufficjali li attendew dawn il- laqghat kienu ta' Direttur ta' l-Avjazzjoni, Deputat Direttur ta' l-Avjazzjoni, Assistent Direttur ta' l-Avjazzjoni, Assistant Head, Senior Air Traffic Control Officer, Administrative Assistant, Head Telecommunication Engineering (Major), Deputy Head Communication Engineering (PO1), Head ATC Training (Capt).", "Dawn l- ufficjali jahdmu fl-amministrazzjoni, fil-Kontrol ta' l-ajru, fl- accounts u fl-inginerija elettronika.", "Ma jidirlix li hemm ghalfejn noqghod insemmi min jokkupa dawn il-karigi li whud minnhom huma maghrufa.", "Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Karozzi micf,Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Karozzi zamf,Dip ta' l-Avjazzjoni Civili,Karozzi AVJAZZJONI ĊIVILI - KAROZZI", "6189.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Kemm-il karozza għandu tiegħu id-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili?", "Kemm-il karozza provata ġiet mikrija mill-istess dipartiment mill-1 ta' Jannar, 1991 sa l- aħħar ta' Ottubru, 1992?", "Kemm kienet l-ispiża totali għal kiri ta' karozzi matul dan l-istss perjodu?", "Dawn il-karozzi ġewx mikrija wara li ntalbu kwotazzjonijiet?", "Mil-liema garages ġew mikrija dawn il-karozzi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Civili ghandu sebgħa karozzi li qeghdin ghall-uzu ufficjali ta' l-impjegati.", "Minhabba li minn zmien ghal zmien id-Dipartiment ikollu viziti minn esperti barranin, tinkera karozza ghall-uzu ta' dawn l-esperti meta it-trasport tad- Dipartiment ma jkunx jista' jaqdi wkoll il-htegijiet ta' dawn l-esperti.", "Mill-1 ta' Jannar 1991 sa l- ahhar ta' Ottubru 1992, kien hemm tmien okkazzjonijiet fejn kien hemm il-htiega li tinkera karozza.", "L-ispiza ghal dawn il-kirjiet kienet ta' Lm333.50", "Il-karozzi inkrew minghand John's garage jew minghand Thrifty Car Rentals (Meli Garage) u l-kiri taghhom huwa konformi mal-proceduri stabbiliti dwar regolamenti finanzjarji.", "Ajruport,Inzul ta' ajruplani micf,Ajruport,Inzul ta' ajruplani zamf,Ajruport,Inzul ta' ajruplani AJRUPORT - INŻUL TA' AJRUPLANI", "6190.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Kemm kien hemm ajruplani li ma setgħux jinżlu fl-Airport Internazzjonali tagħna matul din is-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sitwazzjoni kienitx tkun evitata kienu l-Instrument Landing System u/jew l-approach radar kienu fully operational?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' ajruplani li ma setghux jinzlu fl-ajruport ta' Malta mill-1 ta' Jannar 1992 sal-lum kien ta' 12.", "Fi kwazi l-maggoranza tal- kazi l-inzul ta' l-ajruplani ma sehhx minhabba t-temp hazin u dan ma kienx ikun evitat kieku l-ILS u /jew ir-radar kienu \"fully operational\".", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Membru li fl-1990 kien hemm tmien \"diversions\" u fl-1991 kien hemm sebgħa \"diversions\" avvolja l-Instrument Landing System u r-radar kienu jahdmu.", "Ajruport,Approach Radar micf,Ajruport,Approach Radar zamf,Ajruport,Approach Radar AJRUPORT - APPROACH RADAR", "6191.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-problemi tekniċi li kien hemm fl-approach radar ta' l- Airport ġewx solvuti?", "Jekk iva kemm ilu li reġa' ġie \"in service\"?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tiswijiet li saru fuqu matul din is-sena sarux minn ħaddiema Maltin tad-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili?", "Jekk le, minn għamel dawn it- tiswijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-problemi ta' l-approach radar gew solvuti u r-radar qieghed jaghti servizz sodisfacenti wara li rega' gie \"in service\" fis-7 ta' April ta' din is-sena.", "It-tiswijiet fuq ir-radar saru minn teknici Maltin tad-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Civili.", "Ajruport,Instrument Landing System micf,Ajruport,Instrument Landing System zamf,Ajruport,Instrument Landing System AJURPORT - INSTRUMENT LANDING SYSTEM", "6192.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu l-Istrument Landing System tar-Runaway 32 li ma baqax fully complaint, ma' l- istandard li teżiġi l- Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili l- ICAO?", "X'kienu r-restrizzjonijiet fl-użu ta' dan l-apparat?", "Meta ġie mneħħi għal kollox mill-użu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Instrument Landing System (ILS) tar- Runway 32 giet f'sitwazzjoni fejn ma kenitx fully compliant ma' l- ispecifications ta' l-ICAO fl- 20 ta' Marzu ta' l-1990.", "Minn din id-data sat-2 ta' Frar 1992 l-ILS kienet tista' tintuza biss b'restrizzjoni li tillimita l-uzu taghha minn ajruplani f'range ta' mhux aktar minn ghaxar mili nawtici.", "Fit-2 ta'Frar l-ILS ma baqghetx tajba ghall-uzu l-anqas bir- restrizzjonijiet u kellha tigi rtirata mill-uzu.", "Instrument Landing System gdid, kif gie avzat, se jkun qed jahdem sa l- ahhar tas-sena.", "Dip tas-Sahha,Spetturi Sanitarji gree,Dip tas-Sahha,Spetturi Sanitarji gall,Dip tas-Sahha,Spetturi Sanitarji DIPLOMA FOR PUBLIC HEALTH INSPECTORS", "6202.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ċaqliq kien hemm fl- ispettorat u min/kemm hemm minnhom li għandhom id-Diploma for Public Health Inspectors mir-Royal Society f'Health?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nikkonferma li d-Dipartiment ha passi biex permezz ta' caqlieq intern u modifikazzjonijiet fid-distretti sahhah l-ufficcju ta' l-Ispetturi tas-Sahha.", "F'dan ic-caqliq kienu nvoluti tnax-(12) l-Ispettur tas-Sahha.", "Minnhom hemm erbgha (4) li ghandhom id-Diploma for Public Health Inspectors tar- Royal Society of Health u erbgha (4) ohra li ghadhom kemm ikkwalifikaw.", "Dip tas-Sahha,Spetturi Sanitarji gree,Dip tas-Sahha,Spetturi Sanitarji gall,Dip tas-Sahha,Spetturi Sanitarji DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KORS TA' SPETTURI SANITARJI", "6203.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-call for applications li sar dan l-aħħar għall-kors tal-BSc Food Technology & Hygiene (Health Inspectors)?", "Kemm applikaw għalih?", "Kemm kien hemm mill- applikanti li huma diġa' Health Inspectors u kemm kien hemm applikanti minn barra d- dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru mitlub jirreferi l- mistoqsija lill- Ministru ta' l- Edukazzjoni u Rizorsi Umani li taht ir-responsabbilita' ahherija tieghu jaqa' l- Institute of Health Care ta' l- Universita'.", "San Gwann,Substation ta' l-Elettriku gree,San Gwann,Substation ta' l-Elettriku falm,San Gwann,Substation ta' l-Elettriku SAN GWANN - SUBSTATION TA' L- ELETTRIKU", "6204.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Nixtieq niġbed l- attenzjoni ta' l-Ministru għall-istat li tinsab fiha is- substation ta' l-Elettriku fi Triq Mudest Sapiano, San Gwann fejn ammont kbir ta' skart qiegħed jimblokka l-entratura tas-substation, u hemm periklu kbir li jista' jkun hemm bżonn ta' access għas-substation f'emerġenza speċjalment bil- lejl.", "Għalhekk jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-periklu jitneħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Korporazzjoni Enemalta qegħda tieħu l-passi meħtieġa biex jitneħħa l-iskart mitfugħ irresponsabilment minn persuni mhux magħrufa.", "Ta' Xbiex,Triq il-Principessa Elizabetta,Furnar bril,Ta' Xbiex,Triq il-Principessa Elizabetta,Furnar gall,Ta' Xbiex,Triq il-Principessa Elizabetta,Furnar TA' XBIEX: TRIQ IL-PRINĊIPESSA ELIŻABETTA - FURNAR", "6208.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi tkopri l-liċenzja tal-furnar li hemm f'Princess Elizabeth Street, Ta' Xbiex billi huwa rrapportat li ibiegħ minn ħelu sa mbejjed u minn juices sa sigaretti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-fond 'Galea Confectionery' ta' Triq Princess Melita, Msida (Triq Princess Elizabeth, Ta' Xbiex) hu licenzjat mal-Pulizija ghall-manufattura u bejgh ta' 'confectionery', 'fancy bread, 'mineral water' u 'fruit juice' u sabiex jithaddmu zewg 'mixers', forn u 'moulder'.", "Il-Pulizija qed tara li l- kundizzjonijiet tal-licenzja ta' dan il-post jigu mharsa.", "Ta' Xbiex,Roundabout bril,Ta' Xbiex,Roundabout falm,Ta' Xbiex,Roundabout TA' XBIEX - ROUNDABOUT", "6209.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għar- roundabout il-kbira ta' Ta' Xbiex qrib Block E1 li ftit ilu ġiet maqsuma fi tlieta, jaf il- Ministru li meta tefgħu il- ħamrija flok qasmu it-tarmac dawn qegħdu xi erba' pulzieri ħamrija fuq it-tarmac li kien hemm?", "Jaf il-Ministru li flok qalgħu is-siġar biex iħawluhom x'imkien ieħor dawn ġew mqaċċtin bil-bulldozer u li l- erbgħa li nżergħu diġa' qed imutu?", "Jista' jsir xi ħaġa biex dawn ir-roundabouts jiġu embellished f'mod xieraq u professjonali?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li d-Dipartiment tad- Distretti jinsab f'konksultazzjoni ma' uffiċjali tad- Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex tinstab soluzzjoni għall-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Gzira,MLP Club,Telephone bril,Gzira,MLP Club,Telephone zamf,Gzira,MLP Club,Telephone GŻIRA: MLP CLUB - TELEPHONE", "6210.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Billi l-Malta Labour Party Club tal-Gżira, ilhom li ffirmaw il- kuntratt biex jiġi stallat telephone coin box fil-każin, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jsir dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-coinbox fil-każin tal- Malta Labour Party, Gżira se titwaħħal fi ftit ġranet oħra.", "Santa Lucija,Toroq manc,Santa Lucija,Toroq falm,Santa Lucija,Toroq SANTA LUĊIJA - TOROQ", "6224.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jordna li ssir manutenzjoni xierqa tat-toroq kollha ħofor u bankini mħarrbta li hemm f'dawn it-toroq f'Santa Luċija u cioe':- Triq Stefanotis, Triq Kaħwiela, Triq il-Ġibjun u Triq il-Fortizza?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-dipartiment konċernat jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Drogi manc,Drogi gall,Drogi DROGI", "6225.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm-il każ ta' abbuż ta' drogi nqabad f'Santa Lucija matul is- snin segwenti ta' l-1987, 1988, 1990, 1991, u 1992 (sal-lum)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bejn 1987 u s-17 ta' Novembru 1992 gew maqbuda zewg kazi ta' droga f'Santa Lucija.", "Santa Lucija,Gnien pubbliku manc,Santa Lucija,Gnien pubbliku falm,Santa Lucija,Gnien pubbliku SANTA LUĊIJA - ĠNIEN PUBBLIKU", "6229.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jordna illi jsir tindif u maintenance tal-ġnien żgħir li hemm quddiem il-ħwienet fi Triq Inez Soler Santa Lucija?", "Jista' jordna li tiġi rranġata t-triq li qegħda qrib Block XIII, li ricentement nqalgħet biex tiġi rranġata s- sistema ta' drenaġġ u dan f'Neighbourhood 1, Santa Lucija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-dipartiment konċernat jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Santa Lucija,Tennis/Basketball courts manc,Santa Lucija,Tennis/Basketball courts frem,Santa Lucija,Tennis/Basketball courts SANTA LUĊIJA - TENNIS/ BASKETBALL COURTS", "6230.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Wara li tneħħew t-tennis court u l- basket ball courts biex jinbnew il-flats Binja Faqqanija, Santa Lucija l-Gvern kien wiegħed li se jagħmilhom f'post ieħor, jista' l-Ministru jgħid fejn se jinbnew mill-ġdid dawn il- postijiet ta' rikreazzjoni u ħin ħieles?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nieħu nota tal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Dan il-Ministeru qed jiddiskuti mal-Ministeru ta' l-Ambjent dwar postijiet ġodda għal dawn il- faċilitajiet.", ".XSanta Lucija,Toroq manc,Santa Lucija,Toroq falm,Santa Lucija,Toroq SANTA LUĊIJA - TOROQ", "6231.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jordna illi:", "(1) Issir tiswija u maintenance tal-monument Jum il-Ħelsien, f'Santa Lucija?", "(2) Illi t-toroq Freżja Ġilju, Santa Lucija jiġu rranġati sew għax jinsabu mħarrbta?", "(3) Illi t-toroq Freżja u Ġilju, Santa Lucija jitnaddfu b'mod regolari?", "(4) Illi il-ftuħ li hemm fil-ġenb tal-Binja Faqqanija Santa Lucija jingħata cangatura jew madum u mhux jitħalla biż- żrar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-imsemmija toroq f'Santa Luċija jitnaddfu regolarment.", "Rigward l-ilmenti l-oħra msemmija mill-Onor.", "Interpellant tlabt lid- dipartiment konċernat biex jara x'jista' jagħmel.", "Yun Ho Il,Inkjesta gree,Yun Ho Il,Inkjesta fenj,Yun Ho Il,Inkjesta YUN HO IL - INKJESTA", "6240.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jista' l- Ministru jikkommenta dwar il-legalita' tar-rapport ta' l-esperti nkarigati mid-Dipartiment tas- Saħħa dwar il-mewt ta' Yun Ho Il fl-isptar San Luqa f'Mejju, 1990, b'referenza għal konkluzzjonijet tal-Maġistrat inkwirenti fil-Proċess Verbal fuq l-istess każ u li intbagħat lill-Avukat Ġenerali tar- Repubblika fis-7 ta' Novembru, 1991?", "ONOR.", "JOE FENECH: Informat mill-Avukat Ġenerali kif ġej:-", "Proċess Verbali magħmul minn Maġistrat skond il-liġi jagħmel prova dwar il-fatt li jiġu kkonstatati fih; l-opinjoni ta' l-esperti mqabbda mill- Maġistrat dwar dawk il-fatti ma tagħmilx prova.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa kellu kull dritt legali li jappunta esperti tiegħu biex jagħtih parir u opinjoni dwar il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Sta għal minn għandu dritt u obbligu li jieħu xi passi biex jagħmel valutazzjoni ta' l- opinjonijiet differenti ta' l- esperti differenti biex jimxi skond l-opinjoni jew il-parti mill-opinjoni jew opinjonijiet li jidhirlu li jkunu korretti.", "Pulizija,Akkuzati calr,Pulizija,Akkuzati gall,Pulizija,Akkuzati PULIZIJA - AKKUŻATI", "6245.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi din is-sena biss ħarbu minn taħt il-kustodju tal- Pulizija 17-il akkużat, x'akkużati qed jheddu lill- istampa waqt il-qadi ta' dmirijithom, jista' l-Ministru jagħti ordni li mil-lum 'il quddiem kull akkużat li jinġieb b'arrest mill-Pulizija jkun immanetjat?", "Jekk l-akkużat mill-Belt kien ġie ippreżentat immanetjat qabel iddaħħal il- Qorti, tant li l-fotografu tan- Nazzjon seta' jeħodlu ritratt tat-tatoo li turi MLP, jista' l-Ministru jgħid għaliex lil dan resquh immanetjat u lill- akkużati l-oħra le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nigbed l- attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant ghad- direttivi bil-miktub mill-Kummissarju tal-Pulizija, u li kopja taghhom titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-hin ta' Tqeghid ta' Karti.", "Dawn id- direttivi jitkellmu b'mod car dwar l-uzu tal-manetti u ma jaghmlu l-ebda distinzjoni jekk ghandhomx jintuzaw fuq persuni ta' kulur jew twemmin, abjad jew iswed.", "Min ma jimxix ma' dawn id-direttivi jkun qed jonqos mid- dmirijiet tieghu u jesponi ruhu ghall-passi kollha konsidrati mir- regolamenti u l- ligi kriminali.", "Habs Civili,Amnestija calr,Habs Civili,Amnestija fenj,Habs Civili,Amnestija ĦABS ĊIVILI - AMNESTIJA", "6246.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Billi jidher li dan l-aħħar sar żball mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika meta persuna li ħarġet liberata, wara li qatlet mara, reġgħet ġiet arrestata wara li nħelset, għax qiesu l- amnestija li kienu ngħataw, għamilt inkjesta ħalli tara kif isiru dawn l-iżbalji?", "Billi fuq il-każ ta' Ali Rezaq meta l-Interpellant stħarreġ jekk sar żball fuq is- sentenza li baqgħalu jservi minħabba l-amnestiji, il- Ministru ċaħad li sar dan l- iżball, din id-darba fil-każ ta' l-akkużat Calleja kif sar żball?", "ONOR.", "JOE FENECH: Fil-każ li qed insemmi ġara li l- awtoritajiet tal- ħabs ċemplu u qajmu f'nofs ta' lejl lill- Avukat Ġenerali biex jitolbu parir dwar kif kellhom japplikaw diversi amnestiji.", "Peress li l-Avukat Ġenerali ma jkollux kopji ta' l-amnestiji d-dar staqsa lill-uffiċjali tal- ħabs biex jaqrawlu l- partijiet rilevanti u dawn bi zvista naqsu li jsemmu parti minn amnestija partikolari li kellha x'taqsam li una volta teħodha in konsiderazzjoni l- priġunier kien ikun skonta is- sentenza.", "Iżda billi din ma ssemmietx, il-priġunier ikun għad fadallu żmien x'jiskonta mis-sentenza.", "L-għada fil- għodu l-avukat Ġenerali malli daħal l-uffiċċju ċċekja mal- kopji ta' l-amnestiji li japplikaw u rriżulta li skond l-istess, il- priġunier kien diġa' skonta s-sentenza u ċempel immedjatament lill- awtoritajiet tal-ħabs biex jinformahom.", "Fiċ-ċirkostanzi ma jidhirx la li sar żball u lanqas m'hemm bżonn xi inkjesta.", "Habs Civili,Amnestija calr,Habs Civili,Amnestija fenj,Habs Civili,Amnestija ĦABS CIVILI - AMNESTIJA", "6247.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jista' l- Ministru jiċċarali jekk l-amnestiji li jingħataw lill-ħabsin jingħatawx lil dawk il-ħabsin li jkunu qegħdin il-ħabs?", "Jista' l-Ministru jfehemni kif il- Qorti qieset l-amnestiji li ngħataw f'dawn l-aħħar snin biex minnhom gawdiet persuna li fil-fatt m'għamlitx snin biżżejjed il-ħabs biex tkun tista' tgawdi mill-amnestiji?", "Jista' l-Ministru jfehmni kif min ma jkunx il-ħabs jgawdi wkoll mill- amnestiji?", "ONOR.", "JOE FENECH: Fl- amnestija li ngħatat f'Jannar 1987 qabel ma kien hemm il- bidla fil-gvern ġiet mnaqqsa ukoll il-piena li setgħet tingħata anke lil persuni li ma kenux il-ħabs (kemm taħt arrest kif ukoll jiskontaw sentenza) u għalhekk persuni li qabel dik id-data kienu ikkommettew reat, anke jekk kienu għadhom ma bdewx proceduri kontrihom gawdew mill-amnestija.", "Habs Civili,Amnestija calr,Habs Civili,Amnestija fenj,Habs Civili,Amnestija ĦABS CIVILI - AMNESTIJA", "6248.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jista' l- Ministru jikkonferma li kien hemm ġlieda kbira bejn l-uffiċċju tal- Avukat Ġenerali tar-Repubblika u żewġ Avukati magħrufa li iddefendew persuna akkużata bi qtil għax qamet kwestjoni bejniethom dwar kif ġew magħduda l- amnestiji biex din il-persuna setgħet toħroġ liberata?", "ONOR.", "JOE FENECH: Meta staqsejt lill-Avukat Ġenerali dwar din il- mistoqsija irraportali li hu anke wara li staqsa lill-istaff tiegħu ma irriżultalux li kien hemm la ġlieda kbira u lanqas żgħira bejn l-ufficcju tiegħu ma xi avukati magħrufa jew mhux magħrufa.", "Fil-fatt ma kien hemm l- ebda komunikazzjoni bejn xi avukati huma min huma u l- ufficcju ta' l- Avukat Ġenerali dwar komputazzjoni ta' sentenzi.", "Awtroita' tad-Djar,Impjegati rregolari pora,Awtroita' tad-Djar,Impjegati rregolari hyzg,Awtroita' tad-Djar,Impjegati rregolari IMPJEGATI RREGOLARI", "6255.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Peress li l-Gvern Nazzjonalista kien wiegħed f'Budget Speech illi lil dawk l-impjegati rregolari se jagħmlihom regolari - suppost sa' l-aħħar tas- sena li għaddiet (1991) - x'inhu jżomm lill-Awtorita' tad-Djar milli lill- impjegati irregolari li hemm fuq il-kotba tagħha isiru regolari?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L- Awtorita' tad-Djar qegħda fil- proċess li tirregolarizza l- impieg ta' dawn l-impjegati.", "Wied il-Ghajn,Triq Sant'Anna,Drenagg pora,Wied il-Ghajn,Triq Sant'Anna,Drenagg falm,Wied il-Ghajn,Triq Sant'Anna,Drenagg WIED IL-GĦAJN: TRIQ SANT'ANNA - DRENAĠĠ", "6256.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat jirrimedja dwar il- problema li nqalgħet lir- resident tat-triq Sant Anna u ta' madwarha, f'Wied il-Għajn, peress li t- triq intliet b'għadira kbira tad-drenaġġ inixxi?", "X'qed jagħmel id-dipartiment biex din il-problema ta' tniġġiż f'Wied il- Għajn, f'ħafna bnadi ma tibqax tiġri?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- ilment imsemmi qiegħed jiġi mistħarreġ biex jinstab minn fejn hu s-sors ta' din it- tnixxija li x'aktarx huwa ilma tal- vit u mhux drenaġġ.", "Id-Dipartiment tad-Drenaġġ qiegħed jipprogramma biex fil- futur jinbidlu l-katusi tad- drenaġġ ta' Wied il-Għajn li qegħdin mal-bajja biex it- tniġġiż tal-bajja jitwaqqaf, għax il-katusi eżistenti għandhom ħsarat kbar.", "Stabbilimenti ta' l-ikel,Sidien barranin bril,Stabbilimenti ta' l-ikel,Sidien barranin dalj,Stabbilimenti ta' l-ikel,Sidien barranin STABBILIMENTI TA' L-IKEL - SIDIEN BARRANIN", "6270.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 6047, jekk ma kien hemm l-ebda tibdil fis-settur bankarju dwar il-policy uffiċjali bankarja li tirrigwarda l- ownership by non- Maltese ta' stabbilimenti lokali, inklużi dawk tal- catering, il-Ministru kif jirrikonċilja it-tweġiba mogħtija ma' l-emendi għal din il-policy uffiċjali li ġew iċċirkolati taħt ir-ras non- Maltese ownership - tourist section mill-Mid-Med Bank permezz ta letter to all offices 290/92 datata tlieta ta' Novembru, 1992?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Leo Brincat mitlub jirrivolġi l-mistoqsija tiegħu lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomici.", "Zejtun,Qasam tad-Djar,Manutenzjoni pora,Zejtun,Qasam tad-Djar,Manutenzjoni hyzg,Zejtun,Qasam tad-Djar,Manutenzjoni ZEJTUN: QASAM TAD-DJAR - MANUTENZJONI", "6271.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' d- dipartiment koncernat jieħu ħsieb ibajjad minn fuq s'isfel il- blokk tal-flats bl-ittra \"D\" li hemm fil-Qasam tad-Djar ta' Ganza, fiż- Żejtun peress li ilu mibni (16-il sena u jeħtieġ tibjida sew?", "Jista' d-dipartiment jieħu ħsieb l-iżdingar li hemm, il- ħaxix ħażin u l- ġrieden li hemm, bibien imkissrin u bla ilma fil-vit, wara li kien hemm residenti minnhom li nefqu Lm80 biex għaddew il-kanen ta' l- ilma minn barra biex jimtlew it-tankijiet u għadhom bla ilma?", "Jaf il-Ministru li hemm minnhom li fil-kcina ma jkollhomx ilma u jridu jmorru fil-kamra tal-banju biex jimlew l-ilma?", "Jaf li hemm minnhom li jridu jitilgħu xi 60 tarġa u jkollhom jimlew minn garage?", "Jaf li dawn għadhom bla ilma wara li ffirmaw żewġ petitions taħt Gvern Nazzjonalista u s'issa ma sar xejn?", "Jista' d-dipartiment jirrimedja billi lmentaw ħafna minnhom miegħi?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Id- dipartiment koncernat huwa d- Dipartiment tal- Bini u Tiswija tad-Djar fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent u għalhekk nissuġġerixxi li din il- mistoqsija tiġi mistoqsija lill-Ministeru ta' l- Ambjent.", "Wied il-Ghajn,Provvista ta' elettriku pora,Wied il-Ghajn,Provvista ta' elettriku falm,Wied il-Ghajn,Provvista ta' elettriku WIED IL-GĦAJN - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "6272.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb tipprovdi d-dawl elettriku (bozoz) fi Triq ic-Ċrieki, f'Wied il-Għajn, peress li residenti minn din it- triq ilmentaw miegħi dwar dan il- fatt?", "Jista' l-Ministru wkoll jagħmel/iżid l-arbli u l-bozoz fi Triq il-Qaliet, f'Wied il- Għajn, peress li anke residenti minn din it-triq ilmentaw miegħi dwar din il-ħtieġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt il-Korporazzjoni Enemalta tara x'tista' tagħmel dwar l-ilmenti ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Sptarijiet,San Vincenz de Paule,Hin tal-vizitaturi pora,Sptarijiet,San Vincenz de Paule,Hin tal-vizitaturi gall,Sptarijiet,San Vincenz de Paule,Hin tal-vizitaturi SAN VINCENZ DE PAULE - ĦIN TAL- VIŻITATURI", "6273.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' d-dipartiment koncernat iħalli viżitaturi jidħlu Ħas- Serħ kważi x'ħin iridu kif kien isir qabel u mhux kif qed isir illum, bil- ħinijiet fissi, cioe' bejn it-3.30 p.m. u l- 5.30p.m. u bejn is-7.00.pm. u t-8.00 p.m., għall-ġid tal- pazjenti nfushom u ta' dawk il- viżitaturi li jmorru jarawhom u ġieli anke jitimawhom?", "Dan peress li kien hemm viżitaturi li lmentaw miegħi li bil- ħinijiet fissi jfisser li saret aktar difficli biex viżitaturi jżuru lill-familjari tagħhom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qatt ma kien li fl-imghoddi l-qraba ta' l-anzjani f'San Vincenz De Paule kienu jidhlu x'hin iridu.", "Anzi dak iz-zmien id-dhul kien biss mit-3.00 ta' wara nofsinhar sal-5.30 ta' fil- ghaxija.", "Tajjeb li l-Onor.", "Membru jkun jaf illi kien il-Gvern prezenti li zied il- hinijiet tad-dhul f'din ir-Residenza.", "Iz-zieda fil-hinijiet tad-dhul saret biex jinkoraggixxi lill- qraba halli jkunu jistghu jzuru aktar lill- anzjani.", "Il-hinijiet tad-dhul qeghdin hekk:- Mill-10.00 sa l-11.00 ta' filghodu", "Mit-3.00 sa l- 5.30 ta' wara nofsinhar", "Mis-7.00 sa t- 8.00 ta' filghaxija", "Il-qraba jistghu wkoll jibqghu wara l-hin biex ikunu jistghu jitimghu l- anzjani fil- hinijiet tad-dieta.", "Skejjel,Privati,Taghlim pora,Skejjel,Privati,Taghlim mifu,Skejjel,Privati,Taghlim SKEJJEL PRIVATI - TAGĦLIM", "6274.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Ġenituri li jibagħtu l-uliedhom fi skejjel tal-privat u tal- Knisja lmentaw miegħi li donnu mindu l-Gvern qed joħroġ parti sostanzjali mill-ispiża tagħhom, uħud minnhom naqsu l- isforzi tagħhom fit- tagħlim, tant li ġenituri lmentaw miegħi illi lill-uliedhom qabel kienu jagħtuhom ħafna homework u issa qed jagħtuhom ftit li xejn meta uliedhom waslu biex jagħmlu l- eżami tal-Junior Lyceum?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk waslulux xi rapporti f'dan ir- rigward?", "F'każ affermattiv, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ma daħal l-ebda rapport, għalhekk ma kienx hemm għalfejn jittieħdu passi.", "Naraha ħaġa stramba li jonqsu l-isforzi għat-tagħlim minħabba l- allegata raġuni."]}